{"filename": "19941210_367d_par.doc", "date": "1994-12-10", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Uffiċjali u Rivedut) IS-SEBA' PARLAMENT Seduta Nru. 367 Is-Sibt, 10 ta' Diċembru, 1994 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati Malta Prezz Lm1 IS-SEBA' PARLAMENT Seduta Nru. 367", "Is-Sibt, 10 ta' Diċembru, 1994", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-9.06 a.m.", "Talba", "Seduta Nru. 367", "Is-Sibt, 10 ta' Diċembru, 1994", "WERREJ", "MINUTI 253", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 253", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA 260", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-KOMPETIZZJONI", "COMPETITION BILL", "Kumitat 260", "It-Tielet Qari 280", "AĠĠORNAMENT 281", "MISTOQSIJIET IMWIEĠBA BIL-MIKTUB 281", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 366 li saret fid-9 ta' Diċembru, ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "BORDIJIET - MEMBRI PARLAMENTARI/ KANDIDATI", "22386.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Sandro Schembri Adami) staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm Membri Parlamentari u kandidati Nazzjonalisti fuq bordijiet ta' korporazzjonijiet jew azjendi tal-Gvern u jekk l-istess nies humiex impjegati ma' l-istess kumpanniji jew azjendi?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Prim Ministru): Hemm ħames Membri Parlamentari u 16-il persuna li kkontestaw l-elezzjoni mal-Partit Nazzjonalista fuq bordijiet ta' korporazzjonijiet jew kumpanniji mal-Gvern.", "Jien informat li ħadd minnhom m'hu mpjegat ma' l-istess kumpanniji.", "KUMMISSJONIJIET - KONSULENTI LEGALI", "23337.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Sandro Schembri Adami) staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' konsulenti legali li jagħtu xi tip ta' servizz f'kull kummissjoni li hemm maħtura skond kif titlob il-Kostituzzjoni?", "X'salarju kif ukoll ħlasijiet oħra qed jiġu mħallsa f'kull każ partikolari lil dawn il-konsulenti legali għal kull servizz li qed jagħtu individwalment?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jien informat li:", "l-Awtorita' tax-Xandir għandha żewġ konsulenti legali li jitħallsu honorarium ta' Lm1,500 fis-sena kull wieħed;", "- l-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku għandha konsulent legali wieħed li f'sena tħallas is-somma ta' Lm500; u", "- l-Kummissjoni Elettorali għandha konsulent legali wieħed li jitħallas Lm1,000 fis-sena.", "Il-Kummissjoni dwar l-Impjiegi ma għandha l-ebda konsulent legali.", "KUMMISSJONIJIET - MEMBRI", "23338.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Sandro Schembri Adami) staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' membri f'kull kummissjoni separatament li ġew maħtura skond kif titlob il- Kostituzzjoni?", "Meta ġew maħtura rispettivament u kemm hi s-somma li b'kollox ġiet imħallsa lil kull membru ndividwalment sal-lum?", "Peress li skond it-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 22639 l- honoraria mħallsa huma xierqa fil-kontest tal-ħlasijiet fis-servizz pubbliku, iż-żieda u l-bonus li jingħataw lill-impjegati tas-servizz pubbliku qed jiġu wkoll mħallsa lil dawn il-membri tal-kummissjonijiet?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: L-Awtorita' tax-Xandir hi magħmula minn ħames membri b'wieħed minnhom bħala chairman.", "Il-membri attwali ġew maħtura fit- 22 ta' Lulju 1993 u minn dak iż-żmien sat-30 ta' Novembru, 1994 iċ-chairman tħallas Lm7,364 u l-membri Lm4,978 kull wieħed.", "Il-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku hi komposta minn chairman, deputy chairman u tliet membri.", "Il-Kummissjoni kif inhi magħmula llum ġiet maħtura b'effett mit-12 ta' Awissu, 1994.", "Sal-lum iċ-chairman tħallas Lm1,805, id-deputy chairman Lm1,363, żewġ membri Lm1,220 kull wieħed u l- ieħor Lm610.", "Il-membri tal-Kummissjoni Elettorali huma disgħa inkluż iċ-chairman.", "Dawn ġew nominati fit-30 ta' Awissu 1993 u jitħallsu honorarium ta' Lm2,400 fis-sena - sal-lum tħallsu Lm3,000 kull wieħed - minbarra ċ-chairman.", "Dan hu mpjegat tal-Gvern u jitħallas salarju ta' uffiċjal fi Grad 4.", "Il-Kummissjoni dwar l-Impjiegi hi kostitwita minn ħames membri li wieħed minnhom huwa chairman.", "Iċ-chairman u wieħed mill-membri ġew maħtura fl-1 ta' Marzu, 1991 u t-tnejn l-oħra nħatru fit-2 ta' Lulju, 1992.", "Kien hemm persuna oħra li nħatret ukoll fl-1 ta' Marzu, 1991 u minflokha nħatret persuna oħra fl-1 ta' Marzu, 1994.", "Sa Settembru ta' din is-sena iċ- chairman kien tħallas is-somma ta' Lm3,125 u l-membri Lm2,229, Lm1,562, Lm1,562, Lm1,792 u Lm437, rispettivament.", "Iż-żidiet imħallsa lill-uffiċjali fis-servizz ċivili ma ġewx imħallsa lill-membri ta' dawn il-kummissjonijiet.", "Madankollu, fil-każ tal- Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku, il-bonus tħallas lil min fosthom ma ħadux minn x'imkien ieħor.", "KUMMISSJONI ELETTORALI - KONSULENT TEKNIKU", "23339.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Sandro Schembri Adami) staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il konsulent tekniku hemm li qed jagħti xi tip ta servizz tekniku fuq is-sistema tal-computer li titħaddem mill-Kummissjoni Elettorali?", "Min huma dawn il-konsulenti, meta ġew ingaġġati u kemm żmien għad fadlilhom fuq xogħolhom?", "Kemm sewa b'kollox lill-erarju pubbliku kull wieħed minnhom mid-data li fiha ġie ngaġġat sal-lum?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab informat li l-Kummissjoni Elettorali qabdet, wara sejħa pubblika, lil Messrs Zammit Tabona Bonello & Co bħala konsulent tekniku biex jagħmel analiżi u rapport fuq is-sistema tal- computer li titħaddem mill-Kummissjoni Elettorali.", "Dawn ġew magħżula fl-4 ta' Ottubru, 1994 u hu maħsub li jlestu l-proġett fil-futur qarib.", "Huma se jitħallsu Lm6,500 għal dan ix-xogħol.", "DJAR - SUSSIDJU FUQ KERA", "23232.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd: Għaliex is-sussidju fuq il-kera ta' Henry Middleton ta' \"Aida\", 27, Spinola Rd, St. Julians minn Lm35 għall- perjodu 1/8/93 sa 31/7/94 tniżżel għal Lm20 għall-perjodu 1/8/94 sa 31/7/95 meta għalkemm dan jgħix waħdu spiss ikollu miegħu lil uliedu li jżommulu l- ispejjeż tal-ħajja għolja u t-tnaqqis fis-sussidju qed jikkaġuna tbatija ġdida għalih u għal uliedu?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd): Is-sussidju ta' kull persuna jiġi kkalkolat skond id-dħul ta' dak li jkun.", "Mir-returns ta' l-income li baghat is-Sur Henry Middleton jirriżulta li hu ntitolat ghal Lm20 sussidju.", "ĦABS ĊIVILI - TRAFFIKAR TA' DROGA", "23233.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna - priġunier/gwardjan/nies oħra ġew akkużati quddiem il-qorti talli fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin instabu fil-pussess tad-droga u ttraffikaw id-droga?", "F'kull każ, jista' l-Ministru jgħid x'kienet id-droga, f'liema ammonti u meta tressqu l-qorti?", "Jista' jagħti l-figuri għal din is-sena?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali): Ninsab informat hekk:", "Kien hemm disa' priġunieri akkużati b'pussess ta' droga.", "Kien hemm gwardjan li ġie akkużat b'pussess u traffikar.", "Tagħrif dwar il-kwalita' u l-ammonti tad-droga jinstab fil-proċessi relattivi u jkun irid jiġi elevat għall-finijiet tat-tweġiba.", "Id-dati ta' meta tressqu l-qorti hu kif jidher hawn taħt:", "25.02.94 22.03.94 19.04.94 22.04.94 25.05.94 17.06.94 11.08.94 (Gwardjan) 02.09.94 11.10.94 14.11.94", "MR SPEAKER (Onor. Lawrence Gonzi): L-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: X'irid ifisser il-Ministru meta jgħid li l- proċess irid jiġi elevat biex jingħata t-tagħrif?", "Meta tara l-proċess tkun tista' tagħti t-tagħrif.", "Il-kelma \"elevat\" mhux hekk tfisser.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif irid jiġi elevat u mhux il-proċess.", "ĦABS ĊIVILI - TRAFFIKAR TAD-DROGA", "23234.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Matul din is-sena - mill-1 ta' Jannar sa llum - fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba u meta (jum) instabet id-droga; x'kienet id-droga u f'liema kwantita' nqabdet kull darba; u kemm kienu nvoluti priġunieri, gwardjani u nies oħra f'kull sejba, fis-sens ta' kemm inqabdu bid-droga?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat hekk:", "02.03.94 priġunier wieħed 15.03.94 priġunier wieħed 16.03.94 priġunier wieħed 17.03.94 priġunier wieħed 18.03.94 priġunier wieħed 21.03.94 priġunier wieħed 23.03.94 priġunier wieħed 24.03.94 priġunier wieħed 31.03.94 F'division V f'shower 01.04.94 priġunier wieħed 29.06.94 priġunier wieħed 06.07.94 priġuniera mara 07.07.94 priġunier wieħed 10.08.94 gwardjan 30.09.94 priġuniera mara", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Imma inti ma weġibtx għal parti mid- domanda li saritlek, cioe' x'kienet id-droga u f'liema kwantita' nqabdet matul din is-sena.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Aħna ma għandniex dan it-tagħrif għax din l- informazzjoni simili tiġi mgħoddija mill-ewwel lill-maġistrati inkwerenti biex isiru l-eżamijiet forensiċi meħtieġa taħt l-awtorita' tal-maġistrat.", "GĦalhekk biex wieħed ikun jista' jikseb din l-informazzjoni f'kull każ, irid joqgħod ifittex fil-proċess u peress li fiż-żmien li saret din il- mistoqsija l-amministrazzjoni tal-Ħabs ma kellhiex ċans tidħol daqshekk fil- fond, it-tagħrif mitlub ma setax jingħata fit-tweġiba konċernata.", "SKEJJEL - TAGĦLIM LIL BARRANIN", "23235.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jgħid matul din is-sena kemm saru applikazzjonijiet biex jinfetħu skejjel biex jgħallmu lil barranin?", "Minn min saret kull applikazzjoni?", "F'liema lokalita' tinstab l-iskola?", "Kemm minn dawn ġew approvati?", "Kemm ma ġewx aċċettati u għaliex?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON (Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani): Jien informat li matul din is-sena kienu sottomessi sitt applikazzjonijiet għall- ftuħ ta' skejjel li jgħallmu l-Ingliż lil barranin.", "Dawn saru minn Dr. G. Apap, Mr. Von Moll, Mr. Kevin Sciberras, Ms. Rita Cutajar, Mr. V. Marshall, u Mr. R. Gera.", "L-iskejjel qegħdin fl-Imsida, f'Ħaż Żabbar, fil-Qala, fir-Rabat, Għawdex, fi Gwardamangia u fl-Imsida rispettivament.", "Fil-każ ta' l-iskola tal-Qala ħarġet liċenzja temporanja, filwaqt li l- applikazzjonijiet l-oħra jiġu pproċessati hekk kif ikun hemm l- approvazzjoni ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "RAĦAL ĠDID - FOOTBALL GROUND", "23236.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 22313 bil-kliem \"nuqqasijiet oħra\" irrid infisser faċilitajiet ta' latrina premittivi ħafna; dressing rooms tal-players, li għalkemm ġew irranġati mill-MFA, huma żgħar wisq u spiss ikun hemm nuqqas ta' ilma u l-wire ta' madwar il-ground li hu fi stat ħażin u jista' jkun ta' periklu u affarijiet oħra.", "Jaqbel il-Ministru li ma tistax tistenna lill-MFA tagħmel investiment qawwi fil-ground qabel ma jiġi ffirmat ftehim ġdid fuq il-ground ta' Pace Grasso?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi tama li l-ftehim fuq dan il-ground u oħrajn jiġi ffirmat matul dan l-istaġun tal-football?", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO (Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura): Niġbed l- attenzjoni ta` l-Onor.", "Interpellant għal fatt li l-ground ta` Pace Grasso ilu għal ħafna snin mikri lill-MFA li kellha żżommu f`kondizzjoni tajba.", "Deċiżjonijiet dwar il-punt imqajjem fl-aħħar parti tal-mistoqsija jittieħdu fid-dawl ta` l-iżviluppi in konnessjoni mat-twaqqif tal- Fondazzjoni Sport.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cilia.", "ONOR.", "JOE CILIA: Rigward il-faċilitajiet infrastrutturali u sportivi fil- qasam imsemmi, kien sar seminar mill-GĦaqda Kittieba Sportivi f'Ottubru li għadda li matulu kienu saru ħafna ilmenti minħabba n-nuqqasijiet infrastrutturali dwar l-isport.", "F'dan is-seminar la kien hemm rappreżentanza tal-Ministru u lanqas tal-Ministeru.", "Jista' l-Ministru jinformana jekk sarx xi kuntatt wara min-naħa tal-Ministeru u x'riżultati kien hemm?", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Jien nieħu pjaċir inwieġeb lill-Onor.", "Interpellant għax m'huwiex minnu li jien ma kontx preżenti.", "Mhux talli jien kont preżenti, imma talli kont jien li ppreżentajt il-ftuħ ta' dak is- seminar.", "Niftakar ukoll li s-seminar imsemmi kien sar nhar it-Tnejn, 24 ta' Ottubru u jien kont mort fil-5.30 pm, għamilt diskors u bqajt hemmhekk sas-6.20 pm minħabba li ridt niġi hawnhekk.", "GĦalhekk żgur li jien kont preżenti għal dan is-seminar.", "GĦar-rigward tan-nuqqas ta' preżenza minn nies tal-Ministeru, jien nista' ngħid li t-Taqsima ta' l-iSports f'dan il-Ministeru m'għandhiex ħafna uffiċjali.", "Inzerta li dak inhar l-uniċi żewġ uffiċjali li setgħu jattendu dak is-seminar kienu mibgħuta għall-konferenza f'Barcelona.", "Aħna ħassejna li kien importanti ħafna li jsegwu l-proċeduri li kienu qed isiru f'Barcelona għax matul is-sena d-dieħla rridu nippreżentaw programmi fuq \"Sports for All\".", "Infatti dik il-konferenza kienet tittratta dwar \"Sports for All\" u għalhekk jien ippreferejt li l-uffiċjali jmorru Barcelona sabiex jieħdu iktar esperjenza f'dan il-qasam.", "Pero' jien nixtieq ngħid ukoll li l-Ministeru offra li jibgħat uffiċjal ieħor biex jattendi s-seminar imsemmi u kienet l-GĦaqda Kittieba Sports li ma aċċettatx għax qalet li dan l- uffiċjal ma għandux grad għoli biżżejjed.", "Rigward it-tieni parti tad-domanda ta' l-Onor.", "Interpellant, jien nixtieq ngħid li minħabba din ir-raġuni - u mhux minħabba dak li kien hemm miktub fil-gazzetti għax ħafna milli ġie miktub fil-gazzetti diġa' ġie miċħud - kelli l-okkażjoni li nkellem lill-President, lis-Segretarju u lill-membri l- oħra ta' l-GĦaqda Kittieba Sports dwar dan u dawn qaluli li s-suġġett kienu tellgħuh u ddiskutewh huma mingħajr il-preżenza ta' l-assoċjazzjonijiet.", "Dawn stqarrew miegħi wkoll li kien hemm min esaġera, imma lanqas nista' ngħid li jien kuntent bil-qagħda tal-faċilitajiet.", "Fl-istess ħin nixtieq ngħid li matul din is-sena, ħafna mill-flus kapitali tal-Ministeru ntnefqu fuq il-manutenzjoni tal-faċilitajiet.", "Dawn il-flus ma ntnefqux sempliċement fuq dawk li huma high-profile li qegħdin f'idejn l-assoċjazzjonijiet nazzjonali fejn isiru l-logħob u l-attivitajiet sportivi matul is-sena, imma l-iktar fuq il-periferija, jiġifieri fuq dawk il-grounds li qegħdin f'idejn il-clubs, speċjalment il-clubs iż-żgħar.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Id-dewmien biex jiġi deċiż it-twaqqif ta' Fondazzjoni Nazzjonali dwar l-Isports qiegħed ikun ta' diżinċentiv għal min illum qiegħed jieħu ħsieb dawn il-faċilitajiet biex jagħmel ċerti spejjeż ta' manutenzjoni u anke ta' benefikati.", "Dan ma japplikax biss għall-MFA imma wkoll, biex inġib eżempju, għall-Hibernians li għandhom il- faċilitajiet ta' Kordin.", "GĦalhekk għandu jsir mezz biex sakemm titwaqqaf din il-Fondazzjoni, id-dewmien ma jkunx ta' preġudizzju ħalli b'hekk l- investimenti u l-infiq ta' flus li għandhom isiru f'dawn il-faċilitajiet ikomplu jsiru.", "Dan jista' jsir biss jekk l-għaqdiet jew l- assoċjazzjonijiet li llum huma detenturi ta' dawn il-faċilitajiet jiġu aċċertati li t-twaqqif tal-Fondazzjoni mhux se tnaqqsilhom il-faċilitajiet jew id-detenzjoni ta' dawn il-faċilitajiet li għandhom illum għax inkella ħadd ma jidħol fi spejjeż meta jaf li għada pitgħada l-faċilita' se tgħaddi f'idejn ħaddieħor.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Jien ħadt pjaċir li l-Onor.", "Mifsud Bonnici qajjem dan il-punt u li tkellem bil-mod kif tkellem, imma nista' nassigurah li jien ħerqan daqsu - forsi anke ftit iktar minnu - biex nirregolarizza din is-sitwazzjoni.", "Meta konna qed niddiskutu l-Estimi ta' dan il-Ministeru, jien kont tkellimt fuq dan il-punt u għidt fejn konna wasalna f'dan il-qasam.", "Jien kont għidt ukoll li l-Gvern kien ħa d-deċiżjonijiet tiegħu u wasal għal konklużjoni għal dak li għandu x'jaqsam mal-Kunsill Nazzjonali għall- Isports u għar-riżoluzzjoni biex tgħaddi l-artijiet.", "Dak inhar, il-Gvern kien diġa' iddeċieda wkoll dwar l-istatut tal-Fondazzjoni u jien kont għidt li għad fadal żewġ punti li għad iridu jiġu deċiżi.", "L-ewwel punt li għad irid jiġi deċiż huwa dwar kif wieħed għandu jgħaddi l-faċilitajiet sportivi u jżewweġ l-interessi ta' l-assoċjazzjonijiet u tal-clubs ma' dawk tal- komunita' lokali, kif inhi rappreżentata mill-kunsilli lokali.", "It-tieni punt jittratta dwar il-fondi li jrid ikollha l-Fondazzjoni għax huwa ovvju li biex tagħmel fondazzjoni trid tagħtiha l-fondi biex issostniha u ssib mezz kif tiġġenera l-fondi.", "Fuq dan il-punt il-Gvern għadu qiegħed jiddiskuti dwar x'inhu l-aħjar mod biex il-Fondazzjoni jkollha fondi biżżejjed ħalli tkun tista' timxi.", "Pero' jien nifhem il-preokkupazzjoni kif inhi espressa mill-Onor.", "Mifsud Bonnici.", "Fil-fatt din il-preokuppazzjoni tasalli ta' spiss minn kull assoċjazzjoni u club li għandu attwalment f'idejh il-faċilita' u li ma jkunx jixtieq biss li jiżviluppaha għall-ġid ta' l-assoċjazzjoni, tal-club u forsi anke tal-komunita', imma wkoll li jinvesti fiha.", "Xi erbat ijiem ilu, f'din il-Kamra jien għidt ukoll li nittama li sa l-aħħar ta' Jannar li ġej id-deċiżjonijiet ikunu ttieħdu kollha u nkun nista' nħabbar xi ħaġa iktar fid-dettal milli stajt inħabbar erbat ijiem ilu.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cilia.", "ONOR.", "JOE CILIA: Nixtieq ngħid xi ħaġa dwar it-tweġiba mogħtija mill- Onor. Refalo preċedentement, jiġifieri rigward in-nuqqasijiet infrastrutturali.", "Kien tajjeb li smajna dwar il-konferenza li saret f'Barcelona, imma jien dak li ridt nisma' kien dwar x'qed isir fuq dan il- qasam f'Malta.", "In-nuqqasijiet infrastrutturali sportivi huma biss dawk ta' maintenance?", "Jien qed nagħmel din il-mistoqsija għax ma ntqal xejn dwar jekk hux se jittieħdu xi passi konkreti għall-infrastruttura sportiva.", "Apparti minn hekk - forsi fl-istess ħin il-Ministru jkun jista' jgħaqqad ħaġa ma' oħra - rigward in-nefqa kapitali ta' Lm230,000 għall-isports għas- sena li ġejja, jista' l-Ministru jgħid jekk dawn il-flus humiex iddedikati biss għall-maintenance tal-faċilitajiet eżistenti jew jekk għandux ħsebijiet ulterjuri li jiddedika parti minn din in-nefqa għal ħaġa iktar strutturali?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: L-ewwelnett jien nixtieq ngħid li dak li ġie deċiż jew diskuss fis-seminar organizzat mill-GĦaqda Kittieba Sports, bl-ebda mod ma kien jorbot il-pjani jew l-ideat tal-Ministeru, fis-sens li għalkemm aħna smajna dak kollu li ntqal - fejn ħarġu ideat tajbin, u għandna f'idejna l-karti u l-papers kollha ta' dak is-seminar - dawn lilna ma jorbtuniex.", "Meta l-Onor.", "Cilia semma l-faċilitajiet infrastrutturali, naħseb li kien qed jirreferi għall-faċilitajiet sportivi mxerrdin ma' Malta u GĦawdex kollu.", "Ovvjament kull sena jsir planning biex naraw x'se jidħol taħt il- Vot Kapitali.", "Is-sena li għaddiet meta tkellimt fuq il-Budget, jien kont għamiltha ċara - bħalma se nerġa' nagħmilha llum - li ħlief għal xi affarijiet urġenti, min is-sena li għaddiet ma talabx għajnuna biex issir xi ħaġa f'xi faċilita' għal din is-sena, il-priority tiegħu qiegħda 'l isfel ħafna għax huwa impossibbli li wieħed jippjana jekk ma jkunx jaf bil- quddiem il-ħteġijiet finanzjarji tal-faċilitajiet sportivi.", "Il- finanzjament diġa' m'huwiex tali għal dak li wieħed jixtieq li jkollu, aħseb u ara kieku minn xahar għall-ieħor joqogħdu jitressqu talbiet - kif fil-fatt kellna dan ix-xahar stess - biex isiru xi affarijiet!", "GĦal dak li jirrigwarda kapital, nixtieq ngħid li aħna għandna f'moħħna li nagħtu għajnuna lil tliet clubs tal-waterpolo.", "Pero' aħna mhux se ngħinuhom billi nibnulhom l-affarijiet li għandhom bżonn għax irridu noħolqu konċett ġdid.", "Il-Gvern ma jistax jibqa' jieħu kollox fuq spalltu u jagħmel proġett sħiħ hu, imma jagħti biss kontribut xieraq biex isir il- proġett.", "Jien nieħu pjaċir li fit-tliet każi dawk li qed imexxu l- waterpolo pitches kollha qablu - li qegħdin kemm fin-North kif ukoll fis- South ta' Malta - li ma jistgħux jibqgħu jiddependu fuq il-finanzjament tal- Gvern biss.", "Aħna għadna lanqas nafu eżattament x'livelli se jkun hemm u x'finanzjament hemm bżonn għall-ground ta' Bormla li ilu jissemma ħafna.", "GĦalhekk matul din is-sena se jsir studju biex jekk dan il-ground isir, ikun hemm planning ftit aħjar.", "Pero' fl-opinjoni tiegħi - jien nixtieq li min ma jaqbilx miegħi fuq dan il-punt jesprimi l-opinjoni tiegħu - dan il- pajjiż m'għandux spazju biżżejjed biex ikollu l-lussu li kull belt u raħal ikollhom il-ground u l-isports complex tagħhom.", "Jien nixtieq li nistgħu nagħmlu dawn l-affarijiet imma minħabba li f'Malta għandna skarsezza ta' spazju u ta' finanzi ma nistgħux naffordjaw dan it-tip ta' lussu.", "GĦalhekk jien qed naħseb fuq linji differenti.", "Per eżempju jista' jkun hemm sports complex - bħal dak li hemm GĦawdex - li jilqa' kull tip ta' sports.", "GĦalhekk minflok ma jsir sports complex għal kull raħal jista' jsir wieħed reġjonali li jilqa' l-ħteġijiet u l-bżonnijiet ta' l-areas li għalih ikun maħsub.", "Fl-istess ħin dan l-isports complex reġjonali jkun irid jiġi mibni b'mod li jaqdi tipi ta' sports differenti, jiġifieri multi-purpose.", "GĦalhekk tkun ħaġa tajba li nibdew naħdmu b'din is-sistema għax huwa impossibbli li nagħmlu sports complex għal kull belt jew raħal f'Malta.", "Jien kelli l-opportunita' li nitkellem ftit fuq dan is-suġġett waqt id- diskors ta' l-Estimi u f'dan l-ispeech jien kont semmejt li huwa impossibbli li jkun hemm headquarters u gym għal kull tip ta' sport.", "GĦalhekk naħseb li l-unika soluzzjoni hi li nikkombinaw id-dixxiplini sportivi kollha taħt impjant wieħed u nagħmlu diversi training facilities biex ikun jista' jużahom kull min jipprattika kull tip ta' sport.", "Wara kollox, aħna ma nistgħux nagħmlu nefqa per capita għal kull persuna li tipprattika xi tip ta' sport.", "GĦalhekk ikun jagħmel iktar sens, anke minħabba cost effectiveness, li kieku l-pajjiż jibda jibbenefika minn sports complex wieħed biex kulħadd ikollu fejn jipprattika l-isport tiegħu.", "Jien nittama li lill-Onor.", "Cilia issa weġibtu għad-domanda li għamilli u nittama wkoll li xi darba n-naħa ta' l-Oppożizzjoni jgħidulna jekk jaqblux mal-konċett ta' multi-disciplinary jew ta' multi-use sports complex, imma jien naħseb li din hi l-unika soluzzjoni raġjonevoli li l-pajjiż jista' jikkonsidra.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: La qed nitkellmu fuq il-faċilitajiet sportivi, il-Ministru jista' jassigura lill-Kamra li x-Xagħra tal-Furjana mhux se tinqered?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Din id-domanda diġa' weġibtha għax kien staqsihieli l-Onor.", "Michael Bonnici, id-Deputy Chairman of Committees.", "Jien ma għandi l-ebda rikjesta mingħand ħadd.", "(Interruzzjonijiet) Jien ma nista' nassigura xejn u bħalma diġa' għidt fit-tweġiba li tajt lill-Onor.", "Michael Bonnici, jien ma għandi l-ebda talba mingħand ħadd biex nikkonsidra li jinbnew xi faċilitajiet sportivi fix-Xagħra.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Imma taf li qed jiġi kkonsidrat u ppjanat li jinbnew xi faċilitajiet sportivi f'din il-lokalita'?", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Jien smajt u qrajt xi ħaġa f'dan is-sens.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Inti ma tagħmilx parti mill-Kabinett?", "Allura x'jiġifieri li ma tafx li qed jiġi kkonsidrat dan il-pjan u li qed jiġu esperti minn barra minn Malta biex jagħtu l-konsulenza tagħhom!", "Hemm ivvotati Lm245,000 fl-Estimi.", "X'jiġifieri ma tafx!", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: L-Onor.Mifsud Bonnici semma' wkoll il-punt li x-Xagħra tal-Furjana se tinqered.", "Issa jekk se tintuża parti mix-Xagħra hija kwestjoni oħra, u m'hijiex se tinqered.", "MR SPEAKER: Il-ħin tal-mistoqsijiet skada.", "Ngħaddi issa għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru għall-Ambjent.", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra:", "Lista li turi d-dħul miġbur mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar minn levies, permessi u dħul ieħor bejn Ottubru 1988 u Ottubru 1994, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 23452.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-KOMPETIZZJONI", "COMPETITION BILL", "L-ordni għall-Kumitat ġie moqri", "FIL-KUMITAT", "L-Onor.", "Michael Bonnici, Viċi President tal-Kumitat jippresjedi.", "(Ikompli mid-9 ta' Diċembru, 1994)", "Klawsola 22 - Reati kontra l-artikoli 6 u 10.", "(Kont.)", "Clause 22 - Offences against sections 6 and 10.", "(Cont.)", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Chairman, għal din il-klawsola għandi emenda oħra li tgħid hekk:", "\"W\" Il-klawsola 22 għandha tiġi emendata kif ġej:", "Fis-subklawsola (3) tagħha, minflok il-kliem \"l-artikoli 21A u 28A sa 281\" għandhom jidħlu l-kliem \"l-artikolu 21\".", "\"W\" Clause 22 shall be amended as follows:", "In subclause (3) thereof, for the words \"sections 21A and 28A to 281\" there shall be substituted the words \"section 21\".", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Dwar klawsola 22 konna qegħdin ngħidu jekk dik il-projbizzjoni għall-probation għandhiex tapplika biss għal din il- klawsola jew inkella tkunx tapplika wkoll għal offiżi kontra klawsoli oħra tal-provvediment.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Segretarju Parlamentari): Fil-fatt li għamilna imbagħad kien li introduċejna emenda għal klawsola 21 u f'dan il-każ qed tapplika għal kollox.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Imma subklawsola 22 (3) tirreferi għal sections tal-Criminal Code.", "Din is-subklawsola tgħid li:", "\"The provisions of the Probation of Offenders Act (Cap.", "152) and of section 21A and 28A to 28I of the Criminal Code ...\"", "ONOR.", "TONIO BORG: Section 21 tal-Criminal Code huwa l-artiklu li jagħti d-dritt lill-Qorti tagħti inqas mill-minimum.", "Il-kliem li hemm fis- subklawsola 22 (3) li jgħidu \"sections 21A and 28A to 28I\" - jirreferu għas- suspended sentence - se jitneħħew minħabba l-fatt li suspended sentence tista' tiġi applikata biss una volta li hemm piena ta' priġunerija.", "Peress li fi klawsoli 21 u 22 m'hawnx pieni ta' priġunerija, din hija superfluwa.", "Imbagħad kien hemm il-punt li kif inhu ppreżentat dan l-Abbozz illum mingħajr l-emendi, ma tistax tapplika dawn is-sections tal-Criminal Code għar-reati ta' subsection 22 (1), li huma l-inqas reati ta' l-Abbozz kollu, mentri fil-każ ta' reati iktar gravi ma kienx hemm din il-klawsola.", "Allura li ġara huwa li subclause 22 (3) ġie riprodott fil-klawsola 21 bid- differenza li l-kliem \"sections 28A to 28I\" tneħħew għaliex huma superfluwi u \"21A\" saret \"21\" għaliex \"21A\" ma teżistix.", "Dejjem qed nitkellmu dwar is- sections tal-Criminal Code.", "Dawk l-artikli tal-Criminal Code ma japplikaw għall-ebda reat imsemmi fi klawsoli 21 u 22.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Jiġifieri ddaħħlet subklawsola oħra fi klawsola 21.", "Tajjeb, mela solvejniha b'din il-manjiera.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Iva, għaliex il-parir li kellna kien li aħjar insolvuha b'din il-manjiera milli nagħmlu referenza fi klawsola 22 għal klawsola 21.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No)", "Il-mistoqsija hija l-emenda \"V\" kif imressqa u moqrija mis-Segretarju Parlamentari.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"V\" għaddiet nem. con.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija l-emenda \"W\" kif imressqa u moqrija mis-Segretarju Parlamentari..", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"W\" għaddiet nem. con.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 22 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 22, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 21 - Penali għal reati taħt l-artikoli 16,17,18 u 20", "Clause 21 - Penalty for offences under sections 16, 17, 18 and 20.", "(Posposta fid-9 ta' Diċembru, 1994)", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Chairman, għandi emenda għal din il-klawsola li tgħid hekk:", "\"X\" Klawsola 21 għandha tiġi emendata kif ġej:", "(a) Fis-subklawsola (2) tagħha, minflok il-kliem \"għall-ħlas ta' l- imsemmija multa.\" għandhom jidħlu l-kliem \"għall-ħlas ta' l-imsemmija multa jekk l-intrapriża msemmija kienet ġiet notifikata bil- proċedimenti kriminali kontra l-pesuna hekk misjuba ħatja u kienet ingħatat l-opportunita' li tagħmel sottomissjonijiet fl-istess proċedimenti.\";", "(b) Minnufih wara s-subklawżola (2) tagħha għandha tidħol is- subklawżola ġdida li ġejja:", "\"(3) Id-dispożizzjonijiet ta' l-Att dwar il-Probation ta' Ħatjin (Kap. 152) u ta' l-artikolu 21 tal-Kodiċi Kriminali (Kap. 9) ma għandhomx japplikaw għar-rigward tar-reati msemmija fis-subartikolu (1) ta' dan l-artikolu.\".", "\"X\" Clause 21 shall be amended as follows:-", "(a) In subclause (2) thereof, for the words \"for the payment of the said fine.\" there shall be substituted the words \"for the payment of the said fine if the said undertaking had been given notice of the criminal proceedings against the person so found guilty and had been given an opportunity to make submissions in the same proceedings.\";", "(b) Immediately after subclaue (2) thereof there shall be added the following new subclause:", "\"(3) The provisions of the Probation of Offenders Act (Cap 152) and of section 21 of the Criminal Code (Cap.", "9) shall not apply with respect to offences referred to in subsection (1) of this section.\".", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Din l-emenda hija ntiża biex tilqa' għall- oġġezzjoni li \"undertaking\", li m'hijiex parti fil-proċeduri kriminali, kienet se tinstab jew tiġi meqjusa jointly responsible għal multa, imma kif inhi ssuġġerita qed tintroduċi suġġett li huwa għal kollox ġdid u insolitu fil-porċeduri kriminali.", "X'jiġifieri li intrapriża imsemmija kienet ġiet notifikata bil-proċedimenti kriminali u kienet ingħatat l- opinjonijiet li tagħmel is-sottomissjonijiet fl-istess proċedimenti?", "Kif tidħol fil-proċediment kriminali persuna oħra estranja li tiġi notifikata u tagħmel is-sottomissjonijiet?", "Fil-proċedimenti kriminali f'liema stadju u f'liema mument tista' tagħmel dawn is-sottomissjonijiet?", "Din hija xi ħaġa li hija ġdida għall-proċedimenti kriminali.", "Kull min jieħu parti fi proċeduri kriminali, l-ewwel ħaġa li trid tassigurah hija li jkollu dritt jagħmel kontro-eżami ta' kull prova u xhud imressaq kontra tiegħu.", "Issa jekk dik il-faċilita' ma tingħatax tkun qed tmur kontra l-ewwel prinċipju tal-proċedimenti kriminali.", "L-uniku rimedju huwa li tkun ko-akkużata għaliex jekk ma tkunx ma jkollhiex il-faċilitajiet la li tagħmel kontro- eżami tal-provi u lanqas li ttella l-provi favur tagħha.", "ONOR.", "TONIO BORG: Jien intendi li naqbel ma' l-Onor.", "Mifsud Bonnici.", "Naħseb li l-unika soluzzjoni hija li jew ma ssirx, jiġifieri teħel il- persuna fiżika biss, jew jekk indaħħlu l-persuna morali wkoll, ikun hemm persuna fiżika li m'hux tirrappreżenta lill-persuna morali - għaliex il- persuna morali sa ċertu punt qatt ma tista' tiġi misjuba ħatja ta' reat - imma tkun hemm in kwantu li tkun aġixxiet għan-nom ta' dik is-soċjeta' .", "Per eżempju, kumpannija tal-birra - għaliex dejjem ġibna dan l-eżempju f'dan l-Abbozz - tabbuża mill-pożizzjoni dominanti tagħha u l-persuna li effettivament tabbuża tkun impjegata.", "Mela l-impjegat, bħala persuna fiżika, jittella quddiem il-Qorti u jeħel il-multa minima ta' Lm3,000.", "Nistgħu aħna, għaliex persuna impjegata tkun weħlet dik il-multa, nimponu dik il-piena fuq il-kumpannija nnifisha mingħajr ma l-kumpannija ġiet misjuba ħatja?", "Issa dan diġa' huwa żvilupp fuq kif kienet proposta din il-klawsola għaliex qed ngħidu li għandu jkun hemm in-notifika u li jkollha d-dritt li tintervjenti.", "Jien ma nafx taħt liema artiklu tal-Kodiċi Kriminali wieħed jista' jintervjeni f'kawża kriminali.", "Wieħed jista' jintervjeni f'kawża ċivili, imma fil-Kodiċi Kriminali l-complainant jista' jintervjeni bħala parti ċivili u għandu dritt ta' udjenza quddiem il-Qorti tal-Maġistrati, imma persuna oħra li għandha interess fil-proċeduri kriminali li tista' teħel il-piena hi tista' tidħol biss fil-proċeduri kriminali jekk tkun ko- akkużata hi stess, inkella nkunu qed niksru l-artiklu 37 tal-Kostituzzjoni li jgħid li biex multa tkun eċċezzjoni għad-dritt tal-proprjeta' trid tkun in consequence of a conviction of a criminal offence.", "Veru li m'hemmx il- kliem \"konsegwenza ta' offiża kriminali mill-persuna li għandha l-pussess tal-proprjeta'\", imma hija implikata.", "Ma jistax ikun li għax xi ħadd ikkommetta reat fuq proprjeta' tiegħi, tissekwestrali l-proprjeta' jekk jien ma nkun naf xejn u bl-ebda mod ma nkun parti f'dawk il-proċeduri.", "Din ma tagħmilx sens u fl-opinjoni tiegħi tmur anke kontra l-Kostituzzjoni.", "Jien niftakar li dan il-punt konna ddiskutejnieh meta konna qed niddiskutu l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Mediċini Perikolużi.", "Dak inhar kien tqajjem il-punt dwar x'jiġri f'każ li, per eżempju, tiġi kkultivata l-pjanta cannabis sativa fuq proprjeta' li hija tal-komunjoni ta' l-akkwisti u l-Qorti tal-Maġistrati tiġi biex tapplika l- piena tal-konfiska tal-proprjeta'.", "Wara diskussjoni, konna wasalna għall- konklużjoni li jista' jiġi kkonfiskat biss in-nofs indiviż tal-proprjeta', jiġifieri s-sehem tar-raġel - jekk kien hu li kkultiva l-pjanta - u mhux il- proprjeta' kollha a preġudizzju tal-mara, jekk din ma tkun taf b'xejn - għax inkella nkunu qed niksru l-Kostituzzjoni.", "Għalhekk naħseb li l-unika soluzzjoni hija li f'dan il-każ jiġu mħarrka l- persuna li materjalment tkun ikkommettiet ir-reat u l-persuna li kienet taf imma m'għamlet xejn biex iżżommha in rappreżentanza tas-soċjeta'.", "Hawnhekk naħseb li nistgħu napplikaw l-artiklu li nsibu fl-Interpretation Act dwar meta persuna fiżika tista' tkun ħatja ta' reat li fil-fatt ikun ġie kommess minn xi ħadd li qed jaġixxi għan-nom ta' kumpannija - f'dan il-każ jista' jkun direttur jew segretarju.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Chairman, aħna rridu li jekk persuna li qed taġixxi fl-interess ta' kumpannija tinstab ħatja li għamlet atti li jmorru kontra din il-Liġi u li l-benefiċċji tagħhom teħodhom il-kumpannija, il-penali ma jaqgħux fuqha biss, imma anke fuq il-kumpannija.", "Aħna qed nimponu penali ta' 10% tat-turnover ta' kumpannija biex ikun hemm deterrent aktar qawwi.", "Imma allura ma tistax teħel biss persuna fiżika, għax din m'għandha l-ebda turnover.", "Inkella niġu f'sitwazzjoni li jibqa' biss penali ta' Lm3,000, u kumpannija kbira taffordja tabbuża jekk tkun taf li se teħel biss dik il- multa.", "Min-naħa l-oħra, jekk taf li tista' teħel penali ta' 10% tat- turnover tagħha, ma tantx tasal li tabbuża.", "Aħna għall-finijiet ta' kalkolazzjoni ta' din il-penali ta' 10% mhux biss qed ninkludu lill- kumpannija li tkun qed tikkommetti r-reat, imma qed ninkludu lill- kumpanniji kollha li jkunu fil-grupp li tappartjeni għalih.", "B'hekk nevitaw il-possibilita' li attivita' ta' kumpannija tiġi riorganizzata b'mod li reat li finalment se jkollu benefiċċju, dirett jew indirett, għall-grupp kollu, isir minn kumpannija li jekk timponilha din il-penali tista' tfalliha mmedjatament.", "Qed nipprovaw nagħlqu l-loopholes kollha b'dan il- mod.", "Fl-opinjoni tiegħi, bl-ebda mod m'għandna nneħħu dan id-deterrent billi niddivorzjaw lill-kumpannija mill-persuna, għax finalment persuna tkun qed taġixxi għall-benefiċċju tal-kumpannija.", "Bħas-soltu fejn jidħlu legal niceties inħalli f'idejn l-expertise tal-kollegi tagħna hawn ġew.", "Pero' dan huwa konċett li, fl-opinjoni tiegħi, huwa fl-interess ta' dan il- Parlament li jiġi salvagwardat f'din il-Liġi.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Allura biex jintlaħaq dan l-iskop, fi proċedimenti kriminali \"undertaking\" bilfors trid tiġi meqjusa jew bħala ko- akkużata jew għallinqas bħala kompliċi, imma mhux mod ieħor.", "Allura dawk l- undertakings kollha li se jibbenefikaw mir-reat iridu jiġu meqjusa bħala kompliċi fir-reat u jridu bilfors jingħataw il-faċilita' li jiddefendu ruħhom, jagħmlu kontro-eżami tax-xhieda u jtellgħu xhieda favur tagħhom biex jipprovaw li ma kenux jafu b'dik l-attivita'.", "Jiġifieri jekk wieħed iħoss li dawn bilfors iridu jiġu roped in bħala responsabbli - u hemm argumenti favur dan - dawn l-undertakings iridu jingħataw din il-faċilita'.", "Wara kollox, hawnhekk mhux qed nitkellmu biss fuq penali ta' Lm3,000, imma l-penali jistgħu jkunu ta' 10% tat-turnover - fuq Lm1 miljun hemm multa ta' Lm100,000.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Dak huwa d-deterrent.", "ONOR.", "TONIO BORG: Jien naħseb li jkun aħjar jekk issir emenda fis-sens li dawk il-persuni li skond l-Interpretation Act huma personalment responsabbli għal meta reat ikun kommess by a body or association of persons, għal skopijiet ta' din il-liġi jiġu meqjusa li għandhom rappreżentanza ġuridika tal-kumpannija fi proċeduri kriminali u l-Qorti mbagħad tapplika dik il-piena kemm fil-konfront tagħhom personalment kif ukoll tal-kumpannija.", "B'hekk nevitaw il-kwestjoni li proprjeta' tal- kumpannija tittaqqal bil-piena kriminali mingħajr ma hi nnifisha tkun parteċipi fil-proċeduri kriminali.", "Naf li dan hu konċett relattivament ġdid, għax anke fl-Interpretation Act finalment dejjem persuni fiżiċi jiġu mħarrka u mhux persuni morali.", "Imma forsi l-aħjar soluzzjoni tkun li dawk l-uffiċjali kollha msemmija fid- definizzjoni mogħtija fl-Interpretation Act, jiġifieri diretturi, managers, segretarju or any other similar officer of the company, jiġu meqjusa li għandhom ir-rappreżentanza ġuridika tal-kumpannija għal skopijiet ta' proċeduri kriminali taħt din il-Liġi u allura l-proprjeta' tal-kumpannija tkun tista' tagħmel tajjeb ukoll għal kwalunkwe piena pekunjarja li tiġi mposta mill-Qorti.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Hawnhekk nixtieq infakkar fl-evoluzzjoni ta' dik id-definizzjoni li hemm fl-Interpretation Act.", "Sa ċertu żmien, persuna mhux fiżika ma kenitx passibbli ta' reat kriminali.", "Imbagħad kien hemm il-kawża tas-swimming-pool tal-Lukanda Verdala, fejn il-kumpannija kienet ġiet akkużata li għamlet użu minn ilma li ma kellhiex tuża, u ħarrku lis-Sur Miceli Farrugia, li kien chairman tal-kumpannija, għan-nom tal- kumpannija.", "F'dak il-każ - kien għad hemm il-Maġistrat Carmelo Scicluna - kienet ingħatat l-eċċezzjoni li kumpannija ma kenitx passibbli ta' reat kriminali u peress li s-Sur Miceli Farrugia kien imħarrek għan-nom tal- kumpannija, ġie lliberat hu personalment kif ukoll il-kumpannija.", "Sussegwentement fl-Interpretation Act daħal il-provvediment li anke persuna mhux fiżika hija passibbli ta' reat kriminali, ovvjament permezz ta' persuna fiżika.", "ONOR.", "TONIO BORG: F'dak il-każ min iħallas il-multa?", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Hija l-kumpannija li tħallas il-multa u mhux l-individwu.", "Anzi jekk l-individwu li jiġi mħarrek jipprova li jew ma kienx jaf, jew inkella għamel dak kollu li seta' biex dik il-kumpannija li jirrappreżenta ma tikkommettix ir-reat, hu personalment ma jinżammx responsabbli.", "Issa s-sitwazzjoni kkontemplata fl-Abbozz hija li persuna tista' teħel, anke in rappreżentanza tal-kumpannija, għax tkun ikkommettiet ir-reat, jiġifieri teħel il-kumpannija ...", "Imma mbagħad il-piena mposta fuq dik il-kumpannija, b'solidaljeta' tista' ġġorrha intrapriża oħra li ma kenitx parti fil-proċedimenti.", "Jiġifieri trid iddaħħal lill-undertaking l- oħra bħala parteċipi fil-proċediment, jekk se tkun solidali fil-punishment.", "M'hijiex il-kwestjoni tar-rappreżentanza tal-persuna fiżika u l-enti morali li hija fin-nofs, imma jekk l-undertaking li se tagħmilha espressament in solidum responsabbli għall-piena li weħel ħaddieħor, kemm jekk hu individwu kemm hekk hija another undertaking, dik it-terza undertaking trid tkun bilfors parti mill-proċedimenti.", "Hemmhekk trid tidħol; il-qofol ta' dan m'hijiex ir-rappreżentanza.", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Jidher li hemm anke d-diffikulta' - għallinqas mill-pariri li qed ikollna - li anke meta inti jkollok din is-sitwazzjoni fejn ittella lil xi ħadd biex jirrappreżenta lill-kumpannija u tagħmel l- akkuża kontra tiegħu - li l-Onor.", "Mifsud Bonnici qed jgħid li kienet l- evoluzzjoni ta' l-Interpretaton Act biex tkopri dik il-lakuna li nstabet f'dak il-każ li semma hu - meta l-Qrati Maltin ġew biex jinterpretawha ma nterpretawhiex f'dan is-sens imma baqgħu marbutin li l-multa li titħallas, tkun responsabbli għaliha l-persuna u m'hux il-kumpannija.", "Allura dak li rridu naraw hawnhekk huwa kif nistgħu b'xi mod norbtu - kif jiġri f'ħafna sistemi legali llum - bejn il-Kriminal u ċ-Ċivil.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Dik hija diffikulta' oħra imma l- oġġezzjoni li oriġinat hija ħaġa differenti.", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: L-oġġezzjoni li semmejt inti hija li biex tikkundanna lil xi ħadd, l-ewwel trid iddaħħlu fil-proċediment.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Bilfors biex ikun solidaljament responsabbli.", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Dik tagħmel sens imma imbagħad għandek din l- oġġezzjoni wkoll.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Chairman, nitlob il-permess tal-Kumitat sabiex nipposponi din il-klawsola sakemm inbiddlu l-emenda.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn talba biex klawsola 21 tiġi posposta.", "Il- Kumitat jaqbel?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata u l-klawsola ġiet posposta.", "Klawsola 19 - Pubblikazzjoni ta' deċiżjonijiet eċċ. tal-Kummissjoni.", "Clause 19 - Publication of decisions etc. of Commission.", "(Posposta fid-9 ta' Diċembru, 1994)", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Chairman, għal din il-klawsola għandi din l- emenda:", "\"Y\" lawżola 19 għandha tiġi emendata kif ġej:", "Minflok il-kliem minn \"kopja tagħhom mid-Direttur\" sa \"fir-records tal- Kummissjoni.\" għandhom jidħlu l-kliem \"kopja tagħhom id-Direttur:\" u minnufih wara għandu jidħol il-proviso li ġej:", "\"Iżda fejn l-intrapriża jew il-persuna li kontra tagħha sar l-ilment tkun ġiet notifikata bil-proċedimenti quddiem il-Kummissjoni, fil- konfront ta' dik l-intrapriża jew persuna d-deċiżjoni jew ordni tal- Kummissjoni dwar dak l-ilment titqies li ġiet pubblikata fid-data li ġiet pronunzjata.\".", "\"Y\" Clause 19 shall be amended as follows:", "For the words from \"a copy thereof by the Director\" to \"in the records of the Commissioner.\" there shall be substituted the words \"a copy thereof by the Director:\" and immediately after there shall be added the following proviso:", "\"Provided that where the undertaking or the person against whom the complaint has been made had been given notice of the proceedings before the Commission, in relation to that undertaking or person the decision or order of the Commission in respect of that complaint shall be deemed to have been published on the date on which it was pronounced.\".", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il- mistoqsija hija l-emenda kif imressqa u moqrija mis-Segretarju Parlamentari.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"Y\" għaddiet nem. con.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 19 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 19, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 23 - Reati in konnessjoni ma' investigazzjonijiet eċċ.", "Clause 23 - Offences in connection with investigations etc.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Chairman, għal din il-klawsola għandi din l- emenda:", "\"Z\" Fit-test Malti tal-paragrafu (e) tal-klawsola 23 minflok il-kliem \"li jkun falz f'xi dettall\" għandhom jidħlu l-kliem \"li jkun falz jew tkun falza f'xi dettall\".", "\"Z\" In the Maltese text of the paragraph (e) of clause 23 for the words \"li jkun falz f'xi dettall\" there shall be substituted the words \"li jkun falz jew tkun falza f'xi dettall\".", "Din il-klawsola tittratta dwar reati in konnessjoni ma' investigazzjonijiet u fiha diversi subklawsoli li jgħidu li jekk xi persuna tagħti xi informazzjoni falza, jew tagħti xi informazzjoni nieqsa jew timpedixxi jew tfixkel l-informazzjoni, tkun ħatja ta' reat u tista' teħel multa ta' m'hux inqas minn Lm50 u m'hux iktar minn Lm1,000 u/jew priġunerija ta' bejn tliet xhur u sitt xhur.", "Jiġifieri bażikament hawnhekk qegħdin nelenkaw l- offiżi in konnessjoni ma' investigazzjonijiet li jkunu qegħdin isiru.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No)", "Il-mistoqsija hi l-emenda kif imressqa u moqrija mis-Segretarju Parlamentari.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"Z\" għaddiet nem. con.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 23 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 23, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 24 - Id-Direttur jista' jassisti l-prosekuzzjoni.", "Clause 24 - Directors may assist prosecution.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Chairman, għal din il-klawsola għandi din l- emenda:", "\"AA\" Fit-test Malti tas-subklawsola (2) tal-klawsola 24, minflok il-kliem \"tal-prosekuzzjoni, ix-xhieda tiegħu\" għandhom jidħlu l-kliem \"tal- prosekuzzjoni, ix-xiehda tiegħu\".", "\"AA\" In the Maltese text of subclause (2) of clause 24, for the words \"tal- prosekuzzjoni, ix-xhieda tiegħu\" there shall be substituted the words \"tal-prosekuzzjoni, ix-xiehda tiegħu\".", "Din il-klawsola tittratta dwar l-fatt li d-Direttur ta' l-Office of Fair Trading jista' jassisti għall-prosekuzzjoni.", "Ir-raġuni għal dan hija sabiex ikollna sitwazzjoni ta' ċerta expertise fil-każ li jkun qed jinstema'.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No)", "Il-mistoqsija hi l-emenda kif imressqa u moqrija mis-Segretarju Parlamentari.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"AA\" għaddiet nem. con.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 24 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 24, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 25 - Jedd għal appell.", "Clause 25 - Right of appeal.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Chairman, din il-klawsola titratta l-jedd ta' appell mill-Avukat Ġenerali quddiem il-Qorti Kriminali.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Hawnhekk qegħdin nestendu d-dritt ta' l- appell li l-Attorney General diġa' għandu f'ċerti ċirkostanzi taħt il-Liġi Kriminali u jrid ikun hemm ġustifikazzjoni għal dan.", "Għaliex fil-Liġi Kriminali l-ewwel tlaqna mill-punt li l-Attorney ma kellux dritt jappella, imbagħad ħassejna li f'ċerti każi u ċirkostanzi l-Attorney General għandu dritt jappella; imbagħad erġajna estendejna l-okkażjonijiet meta l-Attorney General għandu jappella u issa qed nagħmlu blanket clause li fiha qed ngħidu li l-Attorney General jista' jappella.", "Irid ikun hemm ġustifikazjoni għal din il-progressjoni għaliex ma naħsibx li l-konċett oriġinali fejn l-Attorney General ma kellux dritt jappella kien xi konċett skandaluż jew xi sagrileġġ.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ir-raġuni għal dan hija li qed indaħħlu ċerti konċetti ġodda fil-liġijiet tagħna li naturlament wieħed irid jiżviluppa l- ġurisprudenza fuqhom u naħseb li huwa tajjeb li d-deċiżjonijiet li jkunu se jittieħdu bħala preċedenti, eventwalment futuri għal kif se tiġi amminstrata din il-Liġi, ikun hemm il-possibilita' mil-lat amministrattiv li ngħadduhom mit-tieni filtru.", "Jiġifieri jien naħseb li ma jkunx ħażin li nassiguraw li l-ġurisprudenza li tkun qed tinbena f'dan is-settur ngħadduha minn dan il-filtru ta' appell jekk ikun il-każ.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Jekk aħna naċċettaw dan l-argument inkunu qegħdin immorru kontra l-prinċipju li nsibu fil-Liġi fejn tgħid li m'hemmx appell mid-deċiżjoni tal-Kummissjoni.", "Jekk dan l-argument huwa validu f'dawk iċ-ċirkostanzi għandek tagħti appell.", "Issa jien mhux qed ngħid hekk.", "Fil-Kriminal m'hawn xejn ġdid għax id-deċiżjonijiet ġodda jridu jittieħdu mill-Kummissjoni.", "Dik fil-Kriminal ma tikkonsidrahiex.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Imma l-interpretazzjoni u l-linkage mal-Kriminal se jkun hemm.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Le, ma jkunx hemm għax il-Kummissjoni tgħid li ġew miksura l-provvedimenti ta' din il-liġi.", "Il-Kriminal irid joqgħod fuq id-deċiżjoni tal-Kummissjoni.", "Jiġifieri una volta li l- Kummissjoni ddeċidiet - u m'hemmx dritt ta' appell - il-Kriminal m'hemmx x'jagħmel iktar ħlief jikkonstata li dak il-ksur ikkommettieh dik il- persuna.", "Aħna mhux qed ngħidu li l-Attorney General m'għandux ikollu d- dritt ta' l-appell, imma għandu jkollu dawk id-drittijiet ta' appell li hemm taħt il-Liġi Kriminali.", "L-Attorney General diġa' għandu drittijiet ta' l-appell f'ċerti ċirkostanzi.", "GĦaliex għandna nestendu dawk iċ- ċirkostanzi li m'humiex permessi fil-Liġi Kriminali?", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Chairman, s'issa dritt ġenerali ta' appell lill- Avukat Ġenerali f'kawżi kriminali jeżistu fil-Liġi dwar id-Drogi, fil-Liġi dwar id-Dwana, fil-Liġi dwar il-Kaċċa u fil-Liġi dwar il-Klieb ta' l-1985.", "Jien li jdejjaqni ftit huwa li bil-mod il-mod kważi nistgħu nilleġislaw li l-Avukat Ġenerali dejjem ikollu dritt ta' l-appell.", "F'diversi pajjiżi hekk qegħda, biex inkun għidt kollox.", "Jekk nieħdu l-Italja kemm-il darba nisimgħu b'nies illi ġew illiberati fl-Ewwel Istanza - li kieku dak ir-reat ġara Malta l-istorja tispiċċa hemmhekk - imbagħad jingħata d-dritt lill- Avukat Ġenerali jew lill-Pulizija li jappellaw.", "Allura persuna li tkun ġiet illiberata fil-Qorti t'Isfel tinstab ħatja u tmur il-ħabs fit-Tieni Istanza.", "Dan jista' jiġri anke Malta jekk kemm-il darba l-Avukat Ġenerali jipprova li s-sentenza ta' Isfel tkun ivvizzjata b'xi interpretazzjoni żbaljata tal-liġi.", "L-appell prinċipali ta' l-Avukat Ġenerali ġeneralment ikun meta tkun ġiet interpretata ħażin il-liġi.", "Każ klassiku riċentement kien meta persuna ngħatat taħt il-minimum tal-piena imposta mil-liġi mingħajr ma l-Qorti spjegat għaliex.", "Allura mbagħad kien hemm appell fuq l- interpretazzjoni żbaljata tal-liġi u l-Qorti flok sentenza sospiża jew inkella artiklu 9 bagħtitu l-ħabs għaliex il-piena kienet niżlet taħt il- minimu mingħajr ma l-Qorti spjegat għaliex.", "Dawn ir-reati huma importanti biżżejjed illi wieħed għandu jagħti dan id-dritt lill-Avukat Ġenerali tar- Repubblika li jappella mhux biss fuq punt ta' liġi, imma wkoll fuq punt ta' fatt?", "Jekk fil-Liġi dwar il-Kaċċa daħal id-dritt ta' l-appell, allura ngħid li anke f'din għandu jidħol għaliex dawn huma reati gravi daqshom jekk mhux iktar.", "Il-punt huwa illi fl-aħħar se niġu f'sitwazzjoni fejn l- Avukat Ġenerali kważi nistgħu nagħtuh id-dritt li jappella dejjem u naħseb li din tmur kontra t-tradizzjonijiet legali tagħna.", "Aħna segwejna tradizzjoni bbażata iktar fuq sistema Ingliża illi bħala regola l-akkużat dejjem għandu dritt jappella, pero' l-Avukat Ġenerali għandu dritt jappella biss f'każijiet limitati.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Jien nixtieq nirrepeti li jistgħu jinqalgħu każi fejn ikun hemm bżonn ta' interpretazzjoni ta' ċerti fatti mill-Qorti tal- Maġistrati.", "Din ngħiduha minħabba li l-penalitajiet huma ftit ħorox.", "Peress li fiċ-ċirkostanzi tagħna, dawn m'aħniex imdorrijin bihom allura jista' jkollna sitwazzjonijiet fejn għal pieni daqstant ħorox ikun hemm ċertu blokk mentali biex jiġu mposti kif għandhom jiġu mposti fiċ- ċirkostanzi li jistgħu jinqalgħu.", "Jien m'inix nara każ partikolari pero' jista' jkollna dan it-tip ta' ċirkostanzi.", "Naħseb li huwa tajjeb li jkun hemm l-appell ta' l-Attorney General biex nassiguraw il-piloting ta' din il- Liġi fil-perjodu li fih iridu jinħolqu l-ġurisprudenza u l-prattika.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No)", "Il-mistoqsija hija klawsola 25.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 25 għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 26 - Preskrizzjoni.", "Clause 26 - Prescription.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Klawsola 26 tittratta dwar il-preskrizzjoni u tgħid li azzjoni kriminali għal reati taħt dan l-Att hija preskritta bl-egħluq ta' ħames snin.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No)", "Il-mistoqsija hija klawsola 26.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 26 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 27 - Ċerti kwestjonijiet għandhom jiġu riferiti lill-Kummissjoni.", "Clause 27 - Certain matters to be referred to Commission.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Din il-klawsola tittratta dwar ċerti kwestjonijiet li għandhom jiġu riferuti lill-Kummissjoni biex naturalment hija tkun tista' tagħti l-opinjoni ta' l-esperti dwar il-każ li jkun tressaq.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Hawnhekk qed inneħħu mill-kompetenza tal- Qorti d-dritt li tiddeċiedi jekk ftehim ikunx kontra l-provvedimenti ta' din il-liġi jew le.", "Allura qed nagħtu l-kompetenza esklussiva lill- Kummissjoni biex tagħmel dan.", "Billi m'hemmx dritt ta' appell ebda Qorti ordinarja ma tista' tvarja dik is-sitwazzjoni.", "Issa jekk aħna rridu dan - u biex neskludu l-ġurisdizzjoni tal-Qrati ordinarji jrid ikun hemm raġunijiet serjissimi biex nagħmlu dan - ...", "Meta ngħidu \"the parties shall refer the matter to the Commission\", min ikun qed jagħmel dan u għaliex?", "F'Qorti hemm żewġ partijiet; l-attur u l-konvenut.", "Jekk l- eċċezzjoni li l-ftehim mhuwiex esegwibbli għax ma jkunx legali - jiġifieri jkun null - il-konvenut ma jkollux interess li hu jmur quddiem il- Kummissjoni għaliex il-kawża ma jkunx għamilha hu imma jkun qed jagħmilha attur biex jinforza ftehim.", "Imbagħad il-konvenut ikun qed jgħid li dak ma jistax jiġi inforzat għax huwa null u mhux esegwibbli.", "Allura jekk tgħid li l-partijiet iridu jmorru quddiem il-Kummissjoni, min se jmur quddiem il- Kummissjoni biex jgħid ...", "(Interruzzjonijiet) Imma l-attur li jkollu l- ftehim kif imur quddiem dik il-Kummissjoni biex dik il-Kummissjoni tgħid li ftehim huwa legali?", "Aħna m'għandniex provdut hekk imma għandna provdut biss san-negative clearance u trid issir dik il-proċedura.", "Hawnhekk m'għandniex provdut li għandek tmur quddiem il-Kummissjoni biex hi tiddikjara li ftehim huwa legali - li hu illegali għandna imma mhux li hu legali.", "Allura rridu nipprovdu li fis-setgħat tal-Kummissjoni xi ħadd jista' jmur hemm biex jgħid li dak il-ftehim huwa skond il-liġi u mhux kif xi ħadd qed jallega li mhuwiex skond il-liġi.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Kif nifhem din il-klawsola jien, jekk jiġi xi każ quddiem il-Qorti - indipendentement mill-proċeduri l-oħra quddiem il- Kummissjoni - u waqt il-proċeduri tittieħed konoxxenza li hemm dawn l- elementi li jirrigwardaw dan l-Att - u allura deċiżjonijiet li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Kummissjoni - l-Qorti ma tkomplix tiddeċiedi fuq dawk iċ- ċirkostanzi bil-periklu li jsiru deċiżjonijiet li jistgħu jkunu konfliġġenti mat-trust ġenerali li tieħu l-Kummissjoni.", "Biex inħallu stream unika ta' policy fil-Competition Bill u l-affarijiet kollha li jaqgħu taħt dan il-konċett, qed ngħidu li meta jinqalgħu dawn iċ- ċirkostanzi, l-każ jintbagħat prattikament quddiem il-Kummissjoni.", "B'hekk id-deċiżjonijiet li jittieħdu jibqgħu within the main stream tad- deċiżjonijiet l-oħra kollha li jkunu ttieħdu f'dawn iċ-ċirkostanzi.", "Għalhekk ma jkollniex żewġ kompetenzi li jkunu qed jiddeċiedu fuq l-istess ħaġa.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Hawn qed nitkellmu fuq il-mekkaniżmu.", "Il- Qorti tastjeni li tkompli tieħu konjizzjoni tal-każ sakemm ikun hemm deċiżjoni tal-Kummissjoni imma din irridu nagħmluha b'mod li hi stess tirreferi l-kwestjoni lill-Kummissjoni għax inkella l-persuna interessata li hija l-konvenut ma tirreferihiex lill-Kummissjoni għax m'għandhiex interess.", "Huwa l-attur li għandu interess.", "Allura naħseb - bħalma jiġrilna f'ħafna kwestjonijiet fil-Qorti - li l-Qorti tastjeni u tirreferi l-kwestjoni lill-Kummissjoni.", "U allura meta jkun hemm ir-reference mill- Qorti l-Kummissjoni is seized of the matter, tieħu konjizzjoni tal- kwestjoni hi.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Chairman, ġejt informat li trid issir emenda fis- sens li meta tinqala' kwestjoni bħal din il-Qorti tissoprasjedi, tirreferi l-kwestjoni lill-Kummissjoni, il-Kummissjoni jkollha dritt li tiddeċiedi din il-kwestjoni u mbagħad il-Qorti trid tiddeċiedi dik l-allegazzjoni skond id-deċiżjoni tal-Kummissjoni.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Chairman, nitlob ill-permess biex din il- klawsola tiġi posposta.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-Klawsola ġie posposta", "Klawsola 28 - Id-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni ikunu finali.", "Clause 28 - Decisions of Commission final.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Chairman, għandi emenda għal din il-klawsola.", "\"BB\" Fit-test Malti tas-subklawsola (2) tal-klawsola 28 minflok il-kelma \"jinħaraġ\" għandha tidħol il-kelma \"jinħareġ\".", "\"BB\" In the Maltese text of subclause (2) of clause 28 for the word \"jinħaraġ\" there shall be substituted the word \"jinħareġ\".", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Leo Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Mr Chairman, jiena nixtieq li n-naħa tal-Gvern jispjegawlna għaliex iddeċidew li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tkun waħda finali u ma tawx il-lok għall-appell.", "Naf li din tista' tagħti lok għal diffikultajiet ġodda dwar quddiem min għandu jersaq l-appell, imma naħseb li kif inhija hija daqsxejn drakonjana ż-żejjed.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru John Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Chairman, ma nixtiqux li r-rimedji permezz ta' din il-Liġi jkunu tali li jiġu diluted il-proċeduri, li xi kultant jistgħu b'mod maħsub minn min ikun akkużat jirrendu ruħhom interminabbli.", "Kien għalhekk l-aktar li qegħdin ngħidu li l-Kummissjoni - li kemm jista' jkun qed nipprovaw nagħmlu nies esperti fid-deleberazzjonijiet tagħha - meta se tiddeċiedi fuq dawn il-kwestjonijiet ta' fatt ....", "Ma ninsewx li fil- Kummissjoni qed indaħħlu ċerti expertise biex jittieħdu d-deċiżjonijiet.", "Imbagħad niġu biex ikollna appell mid-deleberazzjonijiet ta' dawn l-esperti minn nies, per eżempju minn maġistrati, imħallfin u oħrajn li m'humiex esperti fil-materja ta' fatti li jkunu qed jiddeliberaw fuqhom in-nies tal- Kummissjoni li huma esperti fil-materja.", "Jiena naħseb li iktar tinħoloq konfużjoni u jinħolqu problemi jekk id-deċiżjonijiet meħuda bejn nies esperti fil-liġi, fl-ekonomija u fil-business li jkunu qed jaħdmu flimkien, jekk imbagħad dik id-deċiżjoni, li hija deċiżjoni ta' fatt....", "Jeżisti jew ma jeżistix monopolju?", "Dawn huma l-kwestjonijiet li mbagħad se jkun hemm jew ma jkunx hemm appell minnhom.", "Aħna naħsbu li tinħoloq iktar konfużjoni jekk ikun hemm appelli minn dawn id-deċiżjonijiet.", "ONOR.", "KARMENU MIFUSUD BONNICI: Għar-rigward ta' subklawsola (2), il- mandat ta' inibizzjoni ma jistax joħroġ kontra l-Kummissjoni imma kif inhi l-proċedura llum, jekk jiġu osservati ċerti proċeduri, jiena nifhem li jista' jinħareġ mandat ta' inibizzjoni kontra d-Direttur.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il- mistoqsija hi l-emenda \"BB\" kif imressqa u moqrija mis-Segretarju Parlamentari.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"BB\" għaddiet nem. con.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 28, kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 28, kif emendata, għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill- Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 29 - Ftehim ta' Reċiproċita'.", "Clause 29 - Reciprocity Agreements.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Din il-klawsola tittratta dwar ftehim ta' reċiproċita u tagħmilha possibli li d-Direttur jgħaddi informazzjoni li għandha x'taqsam mal-kompetizzjoni lil awtoritajiet barranin, naturalment sakemm ikun hemm ftehim ta' reċiproċita' minn dawn l-awtoritajiet.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il- mistoqsija hi klawsola 29.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 29 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 30 - Applikabbilita' ta' l-Att għad-dipartimenti tal-Gvern, eċċ.", "Clause 30 - Applicability of Act to Government Departments, etc.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nipproponi din l-emenda għal klawsola 30:", "\"CC\" Il-klawsola 30 għandha tiġi emendata billi minflok is-subklawżoli (1) u (2) tagħha għandu jidħol dan li ġej:", "\"(1) Id-dispożizzjonijiet ta' dan l-Att ma għandhomx japplikaw għal dipartiment tal-Gvern jew għal xi korp ġuridiku mwaqqaf b'liġi jew għal xi kumpannija jew soċjeta' oħra li fihom il-Gvern, direttament jew indirettament ikollu xi sehem biżżejjed biex jikkontrolla sa dak iż-żmien meta l-Ministru b'ordni fil-Gazzetta jiddikjara lil dak id- dipartiment, korporazzjoni, kumpannija jew soċjeta' bħala li jkunu hekk suġġetti.", "(2) Ordni magħmul bis-saħħa tas-subartikolu (1) ta' dan l-artikolu għandu jispeċifika l-attivitajiet ta' kull dipartiment tal-Gvern, korporazzjoni, kumpannija jew soċjeta' li jkunu suġġetti għad- dispożizzjonijiet ta' dan l-Att u għandu għall-finijiet tas- subartikolu (4) ta' l-artikolu 7 u ta' l-artikolu 21 jindika l-bażi li fuqha għandu jiġi kkalkolat id-dħul minn negozju rilevanti.\".", "\"CC\" Clause 30 shall be amended by the substitution of subclauses (1) and (2) as follows:", "\"(1) The provisions of this Act shall not apply to any Government department or to any body corporate established by law or to any company or other partnership in which Government, directly or indirectly, holds a controlling interest until such time as the Minister shall by Order in the Gazette declare such department, corporation, company or partnership to be so subject.", "(2) Any Order made in virtue of subsection (1) of this section shall specify the operations of any department, corporation, company or partnership which shall be subject to the provisions of this Act and shall for the purpose of subsection (4) of section 7 and of section 21 indicate the basis on which the relevant turnover is to be calculated.\".", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Leo Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Mr Chairman, kif kien ġara meta l-Kamra kellha quddiemha l-Liġi tal-Konsumatur, għandna xi ħaġa li fil-fehma tagħna ddaħħal kejl differenti minn dak li hu dipartiment governattiv - a body corporate stabbilit by law - u dik li hija ażjenda purament kummerċjali.", "Fil-prinċipju aħna kritiċi fuq dan l-aspett tal-liġi l-ewwelnett għaliex din iddaħħal l-element ta' two weights two measures.", "Barra minn hekk, kif kelli okkażjoni ngħid fit-Tieni Qari, wieħed kien jippretendi li Gvern li huwa kontra d-discretional powers ma kellux jintroduċi affarijiet ġodda li jkomplu jżidu l-poteri diskrezzjonali tal-Gvern tal-ġurnata.", "Pajjiżi oħrajn li lleġislaw fuq dan is-suġġet, speċjalment pajjiżi Nordiċi, raw li għandhom ipoġġu fl-istess keffa kemm l-affarijiet tas-settur pubbliku kif ukoll tas-settur privat.", "Naħseb li f'Malta din issir iktar relevanti, għaliex filwaqt li f'pajjiżi oħrajn is-settur pubbliku ħafna drabi huwa soġġett għal ċerti efficiency audits, f'Malta dawn l-affarijiet għadna 'l bogħod biex narawhom fis-seħħ.", "GĦalhekk ir-riserva tiegħi fuq din il-klawsola hi li toħloq diskriminazzjoni bejn dipartiment governattiv u kumpannija purament kummerċjali u li xi ħaġa bħal din il-miżura se sservi biss biex jipproteġi ruħu l-Gvern u fl-aħħar mill-aħħar ibati l-konsumatur.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Chairman, jien niskanta meta nisma dan il-kliem.", "Ma nixtieqx inkun polemiku, imma għalfejn qed ngħidu dan il-ħafna kliem li l-Gvern irid jipproteġi ruħu?", "Aħna x'qed nagħmlu hawnhekk?", "Aħna qegħdin inpoġġu r-responsabilita' tal-Gvern biex jara li s-suq jimxi kif għandu jimxi.", "Qegħdin nirrealizzaw ukoll li l-ekonomija tagħna għadha ma ħarġitx għal kollox mill-manglu ta' kontrolli li ġiet mgħobbija bihom fil-passat fejn għad għandna ħafna ċirkostanzi u sitwazzjonijiet li għadhom jiddependu mid-deċiżjoni tal-Gvern u li għadhom immexxija minn Dipartimenti tal-Gvern.", "Fil-każ ta' pajjiżna, bħala pajjiż żgħir nafu li jeżistu ċerti monopolji naturali li jridu jkunu monopolistiċi, u allura tal-Gvern u għalhekk naqblu li jekk se jkun hawn monopolji naturali huwa tajjeb li l-Gvern ikollu kontroll dirett fuqhom għax irridu naraw dak li qed nagħmlu f'dik l- aspettattiva.", "Irridu nifhmu s-sustanza ta' dawn l-affarijiet.", "Jien naf li ħafna nies fil-privat jgħidulna li rridu npoġġu lill-Gvern fl-istess keffa ta' l-oħrajn.", "GĦalfejn?", "Biex imbagħad jagħmlu kummissjoni u jiġu jgħidulna li rridu nnaqqsu r-rati tat-telefones, il-prezz tal-petrol, tad- dawl u ta' l-ilma.", "Imma aħna nafu x'aħna ngħidu?", "Dażgur li at this stage ma jistax ikun li jkollna din it-tip ta' sitwazzjoni.", "Meta naslu biex kull attivita' kummerċjali jew li għandha konnessjonijiet kummerċjali li jagħmel il-Gvern tkun maqtugħa f'entita' għaliha u jkollna l- iżvilupp f'pajjiżna fejn ikollna d-distinzjoni netta bejn is-supervision ta' attivita' u l-eżekuzzjoni kummerċjali ta' l-istess attivita', imbagħad inkunu nistgħu nagħmlu din it-tip ta' ħaġa li għandna llum.", "Meta naqtgħu kompletament il-konċett ta' tassazzjoni miċ-charges ta' kumpanniji parastatali - kif qegħdin nagħmlu l-ewwel passi bl-introduzzjoni tal-VAT miċ-charges tat-telephone u tal-prodotti kollha ta' l-Enemalta - u nagħmlu distinzjoni bejn x'inhi taxxa u x'inhuwa l-element ta' taxxa li qabel kien taparsi profitt ta' dawn l-entitajiet ...", "Hawnhekk qegħdin nimxu pass pass u ma naħsibx li għadna wasalna fl-istadju li nistgħu ngħidu li l-entitajiet governattivi kollha jkunu jaqgħu taħt il-provvedimenti kollha ta' din il- Liġi.", "Nafu li l-Gvern għad għandu monopolju ta' ċerti affarijiet, pero' naħseb li m'huwiex għaqli li kif tgħaddi din il-Liġi dawn jispiċċaw kollha.", "Il-linja li rridu nieħdu hija li kollox għandu jkun sindikabbli; ma jistax ikun per eżempju, li entita sempliċement tagħmel prezzijiet għoljin għaliex tkun ineffiċjenti u tipprova tgħabbi bi spejjeż żejda lil kulħadd minħabba l-ineffiċjenza tagħha.", "Xi darba rridu niġu f'pożizzjoni f'dan il-pajjiż fejn ikun hemm ukoll skrutinju ta' dawn l-affarijiet, pero' ma naħsibx li huwa għaqli li nippreċipitaw kollox biex ngħidu li issa ġejna konformi ma' dak kollu li qed isir f'pajjiżi oħra li jistgħu jkunu f'livell ta' żvilupp iktar minna.", "It-tibdil li nagħmlu aħna, kif dejjem għidna, nagħmluh b'mod li jista' jkun digested fil-pajjiż u li jista' jkun implimentat f'pajjiżna; veru li bl-iskossi għaliex kull bidla ġġib l-iskossi, imma għamilna skossi li jeqirdu.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Just for the record, filwaqt li nirrispetta l-view point tal-Ministru, għalkemm ma naqbilx magħha, jien semmejt pajjiżi Skandinavi apposta għaliex per eżempju Sweden huwa pajjiż fejn għad hemm big government, għad hemm settur pubbliku wiesa' ħafna u żgur li m'iniex qed nitkellem għal ċerti pajjiżi li diġa' qegħdin fl-Unjoni Ewropea u forsi għandhom sistema liberaliżżata ħafna iktar milli għandna f'pajjiżna llum.", "Naċċetta r-realtajiet tas-sitwazzjoni ekonomika li għandna f'pajjiżna, biss nerġa' ngħid li din il-kwestjoni tal-poter diskrezzjonali addizzjonali għall-Gvern inħoss li anke vis-a-vis il-politika tal-Gvern innifsu hija xi ħaġa kontradittorja.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hemm iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No)", "Il-mistoqsija hi l-emenda kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"CC\" għaddiet nem. con.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 30, kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 30, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 31- Dispożizzjoni transitorja.", "Clause 31- Transitory provision.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Chairman, għandi emenda:", "\"DD\" Fil-klawsola 31 minflok il-kliem \"sa l-egħluq ta' sitt xhur\" għandhom jidħlu l-kliem \"sa l-għeluq ta' tmintax-il xahar\".", "\"DD\" In clause 31 for the words \"until the lapse of six months\" there shall be substituted the words \"until the lapse of eighteen months\".", "Din il-klawsola tittratta dwar dispożizzjoni tranżitorja u tirreferi b'mod partikolari għal subklawsola 5(2) li tittratta dwar agreements li diġa' qegħdin fis-seħħ qabel ma tidħol din il-liġi - bażikament qed tgħid illi dawn l-agreements ikunu null u unenforceable.", "Din it-transitory provison qed tagħti perjodu ta' 18-il xahar qabel ma din tiġi enforzata.", "Din l-emenda għamilnieha prinċipalment minħabba d-diskussjonijiet li kellna mad-diversi korpi kostitwiti li xtaqu perjodu tranżitorju ta' iktar minn sitt xhur kif kien propost qabel.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hemm iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il- mistoqsija hi l-emenda kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"DD\" għaddiet nem. con.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 31, kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 31, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 27 - Ċerti kwestjonijiet għandhom jiġu riferiti lill-Kummissjoni.", "Clause 27 - Certain matters to be referred to Commission.", "(Posposta aktar kmieni fil-Kumitat)", "\"EE\" Klawsola 27 għandha tiġi emendata kif ġej:", "Minflok il-kliem \"tagħti struzzjonijiet lill-partijiet\" sa \"l- allegazzjoni skond id-deċiżjoni tal-Kummissjoni\" għandhom jidħlu l- kliem \"tordna s-soprasessjoni tal-proċedimenti u tirreferi l-kwestjoni lill-Kummissjoni li jkollha d-dritt li tiddetermina l-kwestjoni u l- Qorti għandha tiddeċiedi l-kwestjoni skond id-deċiżjoni tal- Kummissjoni.\".", "\"EE\" Clause 27 shall be amended as follows:", "For the words \"direct the parties\" to \"the allegation in accordance with the decision of the Commission.\" there shall be substituted the words \"stay the proceedings and refer the matter to the Commission which shall have the right to determine the question and the Court shall decide the matter in accordance with the decision of the Commission.\".", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No)", "Il-mistoqsija hi l-emenda \"EE\" kif imressqa u moqrija mis-Segretarju Parlamentari.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"EE\" għaddiet nem. con.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 27, kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: Aye) Agreed.", "Klawsola 21 - Penali għal reati taħt l-artikoli 16, 17, 18 u 20 (Kont)", "Clause 21 - Penalty for offences under sections 16, 17, 18 and 20 (Cont.)", "Klawsola 21 u l-Emendi \"U\" u \"X\" posposti aktar kmieni fil-Kumitat.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Skond it-tieni proviso ta' subclause (1) l-istess persuna fiżika li se tkun hemmhekk għandha żewġ kpiepel, tagħha personali u ta' l-undertaking - il-proviso hekk ifisser.", "Issa jista' jkun li l-interessi jistgħu jkunu kontra xulxin, per eżempju, jien irrid neħles u nitfagħha fuq l-undertaking.", "L-undertaking jista' tgħid li hu tort tiegħu għax il-bord tad-diretturi ...", "ONOR.", "TONIO BORG: Jiġifieri jekk dan ikun ħa inizjattiva personali mingħajr ma kkonsulta lil ħadd u d-diretturi ma kienu jafu xejn, mela hu personalment biss ...", "Imma jekk din kienet parti mill-policy tal-kumpannija", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Is-solidaljeta' toħroġ awtomatikament.", "ONOR.", "TONIO BORG: Imma r-responsabbilta' kriminali trid tipprova li inti kuxjenzjożament għamiltha u li l-kumpannija kienet taf b'mod ġenerali.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Imma fis-sentenza tgħid li hu personalment u mhux l-undertaking.", "ONOR.", "TONIO BORG: Iva, f'każ li dak jirriżulta.", "Jista' jkun li xi ħadd ikun ħa inizjattiva personali mingħajr ma jkun jaf biha ħadd.", "Per eżempju, jekk xi ħadd ibigħ affarijiet bi prezz ikkontrollat u li dan mingħajr ma l-kumpannija tagħmillu ebda direttiva ta' xejn jaqbad u jbigħ oġġett bi prezz ogħla biex idaħħal il-flus.", "F'dak il-każ m'għandhiex teħel il-kumpannija.", "Imma jekk il-kumpannija tkun qaltlu kemm għandu jbigħhom dawk l-affarijiet u tkun tagħtu lista ...", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Imma għaliex m'għandux ikun hemm żewġ persuni fiżiċi jiġifieri l-individwu u min jirrappreżenta l-kumpannija, ħalli jekk ikun hemm ċirkostanzi differenti allura t-tnejn joħorġu fil- proċediment?", "ONOR.", "TONIO BORG: F'każ bħal dak, jekk tkun l-istess persuna ma jiġix applikat dan il-proviso.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Fil-proviso hemm:", "\"Provided that where the person so found guilty is the director, manager, secretary or other similar officer of the aforesaid undertaking the said person shall, for the purposes of this section, be deemed to be vested with the legal representation of the same undertaking ... \".", "Dan ifisser li l-undertaking as such għadha ma pparteċipatax fil- proċediment kriminali għax wara \"found guilty\" hemm il-preżunzjoni.", "ONOR.", "TONIO BORG: Kif tħarrek undertaking fil-Kriminal?", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Ikun hemm persuna li qed tirrappreżenta l-undertaking u din personalment ma tkunx responsabbli.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Fuq din donnu m'hawnx qbil, imma jien hekk nafha.", "Skond l-Interpretation Act ma teħilx il-kumpannija.", "Ħalli nieħdu l-Income Tax Act u ngħidu li jkun hemm direttur tal-kumpannija li ma jħallasx l- income tax.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Ma jħallasx tiegħu jew tal-kumpannija?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ħalli ngħidu tal-kumpannija.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Imma dwar dak hemm provvediment espress li hu wkoll huwa responsabbli, bħal meta ma jħallasx il-contributions tan- National Insurance jew tal-PAYE.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jien qed nitkellem dwar it-taxxa tal-kumpannija stess u mhux ta' l-impjegati, li allura tiġi misappropriation.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Il-paying officer stess huwa responsabbli personalment; din qegħda fil-Liġi stess.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiġifieri għalkemm dan huwa direttur ta' kumpannija, qed jeħel piena hu personali u kriminalment jistgħu jieħdu l- proprjeta' personali tiegħu jekk il-multa tkun esegwibbli bħala civil debt.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Imma meta teħel il-kumpannija ...", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Inti tħarrek lil Tonio Borg per eżempju, imma ma tħarrkux bħala direttur.", "Imbagħad takkużah li bħala direttur jew wieħed minn dawn l-uffiċjali ma ħax ħsieb biex jara li dak ir-reat ma jsirx.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Le, meta se takkuża lil kumpannija, trid takkuża lil kumpannija.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Le, fl-akkuża jkun hemm li hu direttur.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Jekk int se takkuża lil kumpannija trid takkuża lil Tonio Borg in rappreżentanza tagħha.", "L-Interpretation Act mhux hekk tgħid?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-Interpretation Act tgħid li jkun responsabbli hu.", "Hux hekk?", "Jien hekk nafha.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: Hemm differenza mill-punto di partenza u ma nistgħux naqblu.", "Kieku naqbel mal-punto di partenza ta' l-Onor.", "Membru kont nagħtih raġun, imma mhux qed naqblu.", "Donnhom anke l-esperti tal-Gvern qed jaqblu ma' dak li qed ngħid jien, jiġifieri li l-persuna fiżika tiġi akkużata hi, anke taħt l-artiklu ta' l-Interpretation Act.", "Allura l-uniku mod kif wieħed jista' jimponi din il-piena huwa li jgħid li jekk il-Pulizija tħarrek wieħed li jkun aġixxa għan-nom tal-kumpannija bħala direttur, segretarju jew inkella manager, f'dak il-każ dawn għandhom rappreżentanza tal-kumpannija, tgħid x'tgħid il-Company Act, u allura l-kumpannija tkun responsabbli għall-ħlas tal-piena wkoll.", "Jien naħseb li bil-punto di partenza differenti tan-naħa ta' kif il-Gvern qed jinterpreta dik il-parti tal-liġi, bilfors li dan huwa l-uniku metodu kif dik il-piena tista' tiġi mposta wkoll fuq l-undertaking.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Allura hemm skop li jkun solidali anke personalment?", "Tista' tkun il-kumpannija, per eżempju.", "ONOR.", "TONIO BORG: GĦax jista' jagħmel xi ħaġa li mbagħad ma jkunx għamilha f'isem il-kumpannija, imma jkun abbuż personali tiegħu.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Imma jekk hu abbuż personali tiegħu, il- kumpannija għaliex tkun solidali miegħu?", "Jew waħda jew oħra.", "Jekk tistabbilixxi abbuż personali hu biss ikun responsabbli, imma jekk dan ikun aġixxa għall-kumpannija il-kumpannija hija responsabbli.", "Imma għalfejn tidħol is-solidarjeta?", "ONOR.", "TONIO BORG: Mill-assi tal-kumpannija jidher li hija falluta u allura tista' tesegwixxi fuq l-assi personali, jiġifieri l-assi tal-persuna li tkun ikommettiet ir-reat.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Imma jekk ma jkunx personalment responsabbli, tkun qed tħarrku bħala rappreżentant tal-kumpannija.", "Allura għaliex għandu jkun personalment responsabbli?", "ONOR.", "TONIO BORG: Għaliex huwa direttur, segretarju jew manager.", "Jien ngħid li anke llum qiegħda hekk fl-Interpretation Act.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Jiġifieri jekk il-kumpannija tkun falluta, fuq turnover - u mhux fuq il-profitt - ta' Lm10 miljun tkun għamlet Lm1 miljun telf.", "Allura hawn il-piena se tkun fuq it-turnover u mhux fuq il- profitt - jiġifieri din se tkun 10% tat-turnover.", "Mela int qed tgħid li għalkemm il-kumpannija tkun falluta, xorta se jeħilhom personalment.", "Jien ma narax li tagħmel sens.", "Iktar ma nagħmluhom drakonjani, iktar inkunu qed nagħtu raġun - mhux pretest - lill-imħallef jew lill-maġistrat biex jilliberah.", "Allura hawn bilfors irid iċedi hu.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Forsi għalkemm qed tintrepretaha bħala drakonjana, pero' hemm ċertu element ta' salvagwardja.", "Il-parir li qed jagħtuni huwa li jekk ineħħuha jaf ikollna lok għal abbuż ieħor.", "Għall-klawsola 21 għandi din l-emenda:", "\"FF\" Il-klawsola 21 għandha tiġi emendata kif ġej:", "(a) Fis-subklawsola (1) tagħha, minflok il-kliem \"skond liema minnhom tkun l-ogħla multa.\" għandhom jidħlu l-kliem \"skond liema minnhom tkun l-ogħla multa:\" u minnufih wara għandu jidħol il-proviso li ġej:", "\"Iżda fejn il-persuna hekk misjuba ħatja tkun id-direttur, manager, segretarju jew uffiċjal ieħor simili ta' l-intrapriża fuq msemmija dik il-persuna titqies għall-finijiet ta' dan l-artikolu bħala li għandha r- rappreżentanza legali ta' l-istess intrapriża li għalhekk tkun responsabbli in solidum mal-persuna ħatja għall-ħlas ta' l-imsemmija multa.\". (b) Minnufih wara s-subklawsola (2) tagħha għandha tidħol is- subklawsola ġdida li ġejja:", "\"(3) Id-dispożizzjonijiet ta' l-Att dwar il-Probation ta' Ħatjin (Kap. 152) u ta' l-artikolu 21 tal-Kodiċi Kriminali (Kap. 9) ma għandhomx japplikaw għar-rigward tar-reati msemmija fis-subartikolu (1) ta' dan l-artikolu.\".", "\"FF\" Clause 21 shall be amended as follows:", "(a) In subclause (1) thereof, for the words \"whichever is the higher.\" there shall be substituted the words \"whichever is the higher:\" and immediately after there shall be added the following proviso:", "\"Provided that where the person so found guilty is the director, manager, secretary or other similar officer of the aforesaid undertaking the said person shall, for the purposes of this section, be deemed to be vested with the legal representation of the same undertaking which accordingly shall be liable in solidum with person found guilty for the payment of the said fine.\".", "(b) Immediately after subclause (2) thereof there shall be added the following new subclause:", "\"(3) The provisions of the Probation of Offenders Act (Cap.", "152) and of section 21 of the Criminal Code (Cap.", "9) shall not apply with respect to offences referred to in subsection (1) of this section.\".", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il- mistoqsija hija l-emenda \"U\" .", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Carried.", "L-emenda \"U\" għaddiet.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija l-emenda \"FF\".", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Carried.", "L-emenda \"FF\" għaddiet.", "THE DEPUYT CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 21, kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Carried.", "Klawsola, kif emendata, għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill- Abbozz ta' Liġi.", "KLAWSOLA ĠDIDA 32", "NEW CLAUSE 32", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nitlob il-permess tal-Kamra ħalli nressaq Klawsola Ġdida 32 għall-Ewwel Qari.", "L-Iskrivan tal-Kamra qara in-nota marġinali, u l-klawsola tqieset li nqrat l-Ewwel Darba, skond l-Ordni Permanenti Nru. 101.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nipproponi t-Tieni Qari ta' Klawsola Ġdida 32:", "Minnufih wara l-klawsola 31 għandha tidħol din il-klawsola 32 ġdida li ġejja:", "\"Azzjoni bona fide.", "32.", "Ma tista' tittieħed ebda azzjoni kontra membru tal-Kummissjoni, id-Direttur, jew xi persuna oħra dwar xi att jew omissjoni magħmulin jew li jonqsu milli jsiru, sakemm dan l-att jew omissjoni ġew magħmula minnhom b'mala fede\".", "Immediately after clause 31 there shall be inserted the following new clause 32:", "\"Action in good faith.", "32.", "No action shall lie against any member of the Commission, the Director, or any other person for any act or omission done or omitted by him unless such act or omission were done in bad faith.\".", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hemm rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija li Klawsola Ġdida 32 tkun moqrija t-Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u Klawsola Ġdida 32 ġiet moqrija t-Tieni Darba.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Chairman, nipproponi li Klawsola Ġdida 32 tkun tifforma parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Dan ifisser li b'negliġenza tista' għax negliġenza m'għandhiex x'taqsam mal-\"bona fide\".", "(Interruzzjonijiet) Negliġenza ma teskludix good faith.", "Imma intom tridu teskludu kull possibilita' ta' azzjoni għar-riżarċiment tad-danni?", "Dak li qed nipprova ngħid huwa li \"bona fide\" waħedha m'hijiex biżżejjed inkella trid tagħmel ...", "M'hemmx azzjoni jekk ma tipprovax bad faith.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Josef Bonnici.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Chairman, se nemenda ftit il-klawsola li għadni kif qrajt u se nerġa' naqraha:", "\"GG\" Minnufih wara l-klawsola 31 għandha tidħol din il-klawsola 32 ġdida li ġejja:", "\"Azzjoni bona fide.", "32.", "Ma tista' tittieħed ebda azzjoni kontra membru tal-Kummissjoni, id-Direttur, jew xi persuna oħra dwar xi att jew omissjoni magħmulin jew li jonqsu milli jsiru, sakemm dan l-att jew omissjoni ġew magħmula minnhom b'mala fede\".", "\"GG\" Immediately after clause 31 there shall be inserted the following new clause 32:", "\"Action in good faith.", "32.", "No action shall lie against any member of the Commission, the Director, or any other person for any act or omission done or omitted by him unless such act or omission were done in bad faith.\".", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il- mistoqsija hija li Klawsola Ġdida 32 tkun tifforma parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola Ġdida 32 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill- Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 1 - Titolu fil-qosor u bidu fis-seħħ.", "Clause 1 - Short title and commencement.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Chairman, nipproponi din l-emenda:", "\"HH\" Minflok il-kliem \"l-Att ta' l-1993\" fil-klawsola 1 għandhom jidħlu l- kliem \"l-Att ta' l-1994\".", "\"HH\" For the words \"Act, 1993\" in clause 1 there shall be substituted the words \"Act, 1994\".", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il- mistoqsija hija l-emenda kif imressqa u moqrija mill-Onor.", "Josef Bonnici.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"HH\" għaddiet nem. con.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 1 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 1, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "It-Titolu għadda nem.con. u kien ordnat isir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Chairman, nipproponi li l-Kumitat jawtorizza lill-Iskrivan tal-Kamra biex jikkorreġi xi żbalji ta' l-ortografija li jista' jkun hemm bżonn u jagħmel ir-renumbering meħtieġ.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Kumitat jaqbel?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-Kumitat qabel li l-Iskrivan tal-Kamra jkun awtorizzat li jikkorreġi xi żbalji ta' l-ortografija u jagħmel ir-renumbering neċessarju.", "Il-Kamra rriżumiet u l-Viċi President tal-Kumitati rrapporta l-Abbozz ta' Liġi mgħoddi b'emendi.", "KONSIDERAZZJONI MILL-ĠDID FIL-KUMITAT", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Speaker, nipproponi li klawsola 22 tiġi kkonsidrata mill-ġdid fil-Kumitat.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hija li klawsola 22 tiġi kkonsidrata mill-ġdid fil-Kumitat.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "L-ordni għall-Kumitat ġie moqri.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor.", "Michael Bonnici, Viċi President tal-Kumitati, jippresjedi.", "Klawsola 22 - Reati kontra l-artikoli 6 u 10.", "Clause 22 - Offences against sections 6 and 10.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Chairman, nipproponi din l-emenda:", "\"II\" Klawżola 22 għandha tiġi emendata kif ġej:", "(a) Fit-test Malti biss tagħha, minnufih qabel il-kliem \"Id- dispożizzjonijiet tas-subartikolu (2) ta' l-artikolu 21\" għandha tidħol iċ-ċifra \"(2)\";", "(b) Fis-subklawżola (2) tagħha, minnufih wara l-kliem \"Id- dispożizzjonijiet\" għandhom jidħlu l-kliem \"tal-provisos tas- subartikolu (1) u\".", "\"II\" Clause 22 shall be amended as follows:", "(a) In the Maltese text only thereof, immediately before the words \"Id-dispożizzjonijiet tas-subartikolu (2) ta' l-artikolu 21\" there shall be inserted the number \"(2)\";", "(b) In subclause (2) thereof, immediately after the words \"The provisions\" there shall be inserted the words \"of the provisos of subsection (1) and\".", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No)", "Il-mistoqsija hija l-emenda kif imressqa u moqrija mis-Segretarju Parlamentari.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"II\" għaddiet nem. con.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 22 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 22, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Il-Kamra rriżumiet u l-Viċi President tal-Kumitati rrapporta Klawżola 22 mgħoddija b'emenda.", "MR SPEAKER: Skond il-ftehim milħuq fis-seduta Nru 366 tad-9 ta' Diċembru 1994, il-Kamra issa tgħaddi għat-Tielet Qari ta' dan l-Abbozz ta' Liġi.", "L-Onor.", "Josef Bonnici.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nipproponi t-Tielet Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jirregola l-kompetizzjoni u jipprovdi għal kummerċ ġust f'Malta\".", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hija li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jirregola l-kompetizzjoni u jipprovdi għal kummerċ ġust f'Malta\".", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem.con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tielet Darba u għadda.", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Affarjijiet Barranin): Nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tnejn, 12 ta' Diċembru fid-9.00 a.m. b'din l-aġenda:", "Mozzjonijiet", "Riżoluzzjoni dwar Ħtiġijiet Speċjali tal-Kunsilli Lokali.", "MR SPEAKER: Skond il-ftehim milħuq fis-Seduta Nru 366 tad-9 ta' Diċembru, 1994, il-Kamra hija aġġornata għal nhar it-Tnejn, 12 ta' Diċembru, fid-9.00 a.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fil-11.53 a.m. il-Kamra aġġornat.", "MISTOQSIJIET IMWIEĠBA BIL-MIKTUB", "FOOTBALL GROUNDS", "23237.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura: Nirreferi l-Ministru għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari tiegħi numru 22312.", "Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-grounds tal-football li ngħataw lil xi għaqda/organizzazzjoni biex jintlagħab logħob regolari matul dan l- istaġun tal-football?", "Liema hu l-kunsill li ressaq talba biex jieħu l-ground tal-lokalita' tagħhom f'idejhom?", "X'raġunijiet ingħataw minn dan il-kunsill?", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: L-Onor.", "Interpellant ninformah li l-grounds tal-football li ngħataw lil xi għaqdiet-organizzazzjonijiet biex jintlagħab logħob regolari matul dan l-istaġun tal-football huma dawk li ġew mogħtija lil MFA, fosthom il-grounds ta` Ta` Qali u Pace Grasso.", "Hemm ukoll il- ground tas-Siġġiewi li jintuża regolarment mill-MAFA għall- kompetizzjonijiet tagħha.", "Il-Kunsill tas-Siġġiewi kien talab biex jieħu l-ġurisdizzjoni tal- Kumpless Sportiv kollu tal-lokal f`idejh fil-waqt li dak ta` Pembroke għamel aċċenn simili fil-kwestjonarju li kien intbagħatilhom mill- Ministeru.", "SPTAR KAREN GRECH: DIPARTIMENT TAL-MATERNITA' - QWIEBEL", "23316.", "L-ONOR.", "EDWIN S. GRECH staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm midwives jaħdmu fil-Labour Suite fid-Dipartiment tal-Maternita' fl-Isptar Karen Grech?", "Kemm-il shift jeżisti u kemm hemm midwives f'kull shift?", "Kemm hemm postijiet ta' midwives vakanti?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li fil-'Labour Suite' tad-Dipartiment tal- Maternita' ta' l-Isptar Karen Grech, hemm 41 'midwife' li huma mqassmin hekk:", "21 'Full-time' 10 'Part-time' 10 'Casual' jaħdmu 'roster' ta' 40 siegħa fil-ġimgħa.", "Hemm tliet 'shifts' differenti:", "1.", "'Shift BBO' li fih hemm żewġ 'midwives' li jagħmlu xogħol ta' 'Nursing Officer in charge' u ta' 'Deputy Nursing Officer'.", "2.", "'Shift NNOO' li fih hemm tliet 'midwives'.", "3.", "'Shift' normali ANRO li huwa magħmul minn:", "'Shift A' fih 6 'midwives' 'Shift B' fih 7 'midwives' 'Shift C' fih 7 'midwives' Shift D' fih 6 'midwives'", "Il-livell ta' 'staff' mixtieq huwa ta' seba' 'midwives on duty' f'kull ħin u nformat li dan l-iskop qed jintlaħaq bl-użu tal-'part-time midwives'", "SPTAR KAREN GRECH - DIPARTIMENT TAL-MATERNITA'", "23317.", "L-ONOR.", "EDWIN S. GRECH staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jagħti xi informazzjoni fuq il-pilot scheme li qed titħaddem fil-preżent fid-Dipartiment tal-Maternita' fl-Isptar San Luqa u tikkonċerna Team Approach ta' Midwives waqt u wara t-tqala?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Din il-'Pilot Scheme' qed titħaddem minn 'team' ta' 'midwives' bil-koperazzjoni tad-Direttur u l-konsulenti tad-Dipartiment tal- Maternita' u ta' l-amministrazzjoni tan-'Nursing and Midwifery' ta' l- Isptar San Luqa.", "L-iskop ta' din il-'Pilot Scheme' huwa biex l-omm tingħata attenzjoni aktar personali matul u wara t-tqala.", "'Team' ta' sitt 'midwives' huwa nvolut f'dan il-proġett.", "L-ommijiet jintgħażlu għal din il-'Pilot Scheme' jekk ikunu fil-kategorija ta' 'Low Risk', u jekk ikunu jixtiequ huma.", "Tul iż-żmien tat-tqala, l-omm tiġi eżaminata mill-'midwives' tat-'team' u l-konsulent jiġi mgħarraf jekk jinqalgħu xi problemi.", "L-ommijiet jiġu eżaminati minn speċjalista meta jiġu jagħmlu l-ewwel 'booking'; u meta jkollhom 32 u 36 ġimgħa tqala.", "Il- 'midwives' tat-'team' jiltaqgħu ma' l-omm u jaraw li matul ix-xhur tat- tqala jistabbilixxu relazzjoni tajba bejniethom.", "B'hekk tiġi assigurata aktar kontinwita' u l-omm tkun iżjed tħossha kalma u konfidenti matul it- tqala u waqt il-ħlas.", "L-ommijiet kollha se jingħataw lista ta' mistoqsijiet li jimtlew matul u anke wara t-tqala.", "L-'istaff' ukoll se jingħataw lista ta' mistoqsijiet, li wara li jiġu analizzati jkun jista' jiġi 'assessed' kif intlaqgħet din l- iskema u jekk ipprovdietx iżjed sodisfazzjon lill-ommijiet u anke lill- 'istaff'.", "Huwa maħsub li jekk din il-'Pilot Scheme' tirnexxi jkun hemm sitt 'teams' ta' 'midwives-team' għal kull konsulent.", "Jien nixtieq li l-professjoni tal- 'midwifery' terġa' tieħu l-irwol oriġinali tagħha b'mod proattiv, estiż kemm jista' jkun fil-livell primarju bl-iskop li t-twelid ma jibqax medikalizzat daqs kemm sar u biex tiġi imsaħħa l-idea li t-twelid hu parti integrali mill-iżvilupp u t-tgawdija tas-saħħa tal-bniedem.", "FONDAZZJONI GĦAX-XJENZA U SERVIZZI MEDIĊI", "23318.", "L-ONOR.", "EDWIN S. GRECH staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: B'referenza għall-\"Construction Supervision Contract Agreement\" li ġie ffirmat bejn il-Fondazzjoni għas-Servizzi u Xjenzi Mediċi u l-Italo- Maltese Foundation Monte Tabor fit-2 ta' Ġunju, ta' din is-sena il- partijiet ftiehmu fuq erbgħa kuntratti wieħed minn dawn kien il-kuntratt tad-Design fejn l-operatur (Italo-Maltese Monte Tabor) kellha tkun responsabbli għad-designs ta' l-Isptar il-Ġdid u kemm ukoll għal preparazzjoni tat-Tender Documents.", "Jista' l-Ministru jikkonferma li dawn eventwalment instabu li ma kenux aċċettabbli u għaldaqstant kellhom jinġiebu speċjalisti Ingliżi fejn biddlu ħafna affarijiet u rranġawhom qabel ma ħarġet il-call for tenders?", "X'kienet in-nefqa żejda għal dawn il- konsultazzjonijiet ma' speċjalisti Ingliżi?", "Min ħallas għal dawn?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nikkonferma li l-Fondazzione Italo-Maltija Monte Tabor kellha l-inkarigu li tagħmel id-disinji u l-preparazzjoni tad- dokumenti għall-Appalt ta' l-Isptar il-Ġdid.", "Ġie miftiehem ukoll li l-Fondazzjoni Maltija għas-Servizzi u Xjenzi Mediċi teżamina dawn id-disinji u dokumenti biex tiżgura li huma teknikament ta' l-aqwa' kwalita u konformi ma' l-esiġenzi tal-Gvern Malti.", "Biex tagħmel dan l-FMSS kellha bżonn ta' esperti, Maltin u Barranin, fid- diversi oqsma li naturalment kellhom jitħallsu għas-servizzi tagħhom.", "Il- Gvern jidhirlu li din in-nefqa kienet ġustifikata in vista tad-daqs u l- importanza ta' dan il-proġett.", "Dan kollu kien proċess wieħed u xi suġġerimenti u korrezzjonijiet li għamlu dawn l-esperti naturalment ġew inkorporati mid-'designers' Taljani, iżda dan għax kienu jtejjbu d-dokumentazzjoni u mhux minħabba xi nuqqas ta' kapaċita' tat-Taljani kif donnha qed tinsinwa il-mistoqsija.", "SPTAR SAN LUQA - REFURBISHMENT", "23319.", "L-ONOR.", "EDWIN S. GRECH staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid x'għandu x'jaqsam is-Sur Michael Galea max-xogħol tar-refurbishment ta' l-Isptar San Luqa li għandu uffiċċju fl- istess kumpless fejn qegħdin l-uffiċċji tar-Refurbishment Division flimkien mas-Sur Philip Rizzo?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-persuna li qed issir referenza għaliha hi uffiċjal pubbliku impjegata bħala 'Works Technical Officer' fid-Diviżjoni tas-Saħħa, u tagħmel kull xogħol ta' dan il-grad li jingħatala.", "DIPARTIMENT TAS-SAĦĦA - AMBULANZI", "23320.", "L-ONOR.", "EDWIN S. GRECH staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jikkonferma li fl-aħħar ġimgħatejn ambulanza li ħarġet biex tiġbor pazjent mill-Imsida minflok li rritornat l-isptar bil- pazjent, ġiet rrapportata li marret fil-viċinanza ta' San Anton, minħabba li x-xufier kien taħt l-influwenza ta' xorb alkoħoliku?", "Jekk fl- affermattiv, x'investigazzjonijiet saru u x'miżuri ta' dixxiplina ttieħdu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li ma kien hemm l-ebda rapport ta' inċidenti ta' din ix-xorta fl-aħħar ġimgħatejn.", "FONDAZZJONI GĦAX-XJENZA U SERVIZZI MEDIĊI - INĠINIER EMANUEL FARRUGIA", "23321.", "L-ONOR.", "EDWIN S. GRECH staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid x'esperjenza kellu l-Inġinier Emanuel Farrugia speċjalment fil-bini ta' sptarijiet jew proġetti kbar li naturalment ġew ikkonsidrati qabel ma ġie ngaġġat bħala Project Director mal-Fondazzjoni tas-Servizzi u Xjenxi Mediċi b'responsabilita' għall-bini ta' l-isptar l-ġdid?", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' curriculum vitae ta' l-Inġinier Farrugia?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Tlabt li jinġabar it-tagħrif mitlub u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "GĦAJN TUFFIEĦA - PULIZIJA FIL-PARKING AREAS", "23425.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Billi l-parking areas tal-bajjiet ta' Għajn Tuffieha ikunu frekwentati s-sena kollha minn numru kbir ta' ċittadini Maltin u turisti speċjalment fil-Ħdud u l-btajjel, jista' l-Ministru jirrimedja b'servizz ta' pulizija f'dawn l-inħawi naturalment fil-ħinijiet l-aktar frekwentati, sabiex ikun hemm aktar żamma ta' ordni?", "Billi dan ix-xogħol mhux dejjem ikun possibbli li jsir mill-għases tad- distrett, jista' l-Ministru jikkonsidra li għal dawn l-inħawi u l-problemi rurali ma' jkunx hemm biss patrols imma l-preżenza tal-pulizija?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Għaddejt is-suġġeriment lill-Kummissarju tal- Pulizija.", "MANIKATA - TRASPORT PUBBLIKU", "23426.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: Billi l-problema tat-trasport pubbliku fil-Manikata qegħda kulma tmur tikber, b'detriment li residenti ta' dan il- villaġġ qed ikunu l-vittmi ta' dawn in-nuqqasijiet, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'arranġamenti qed isiru mid-Dipartimenti u l- Awtoritajiet konċernati sabiex dawn il-problemi jiġu rimdejati u solvuti?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Jiena nformat li xi drabi jkun hemm xufiera li jonqsu milli jkomplu r-rotta għall-Manikata.", "Kull meta l-Awtorita' dwar it- Trasport Pubbliku jkollha provi biżżejjed, titlob lill-Pulizija biex tipproċedi kontra dawn ix-xufiera.", "Barra minn hekk, kull tant żmien jintbagħtu l-Enforcement Officers biex jissorveljaw l-inħawi ħalli jkun żgurat li x-xufiera jsegwu r-rotta kollha.", "MANIKATA - TISWIJA TA' TOROQ", "23427.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk l-istat tat-toroq tal-Manikata humiex aċċettabbli?", "Għaliex tħallew f'dan l-istat matul dawn l-aħħar snin u x'qed isir biex tinstab soluzzjoni sabiex jitwettaq programm ta' l-għoti tat-tarmac sabiex dan il-villaġġ li huwa wkoll ikkonsidrat bħala bypass għall-bliet oħra jkollu t-toroq deċenti?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Jiena nformat li bħalissa fil-Manikata qed isir xi xogħol, infatti qed issir Triq Dun Mikiel Grima.", "Dwar il-programm tas-sena d-dieħla, bħalma diġa' għidt fi tweġibiet oħra, il-programm ta' l-asfaltar irid jinħadem bejn id-Dipartiment tat-Toroq u d- Dipartiment tal-Kunsilli Lokali.", "MANIKATA - TWESSIGĦ TA' TRIQ", "23428.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid x'ġara mill-pjan tad-Dipartiment sabiex titwessa' t- Triq Prinċipali tal-Manikata?", "Meta fil-fatt kien l-ewwel darba ppjanat li jsiru dawn ix-xogħlijiet u għaliex qed jitħalla abbandunat dan ix-xogħol tant meħtieġ biex isolvi ħafna problemi li għandha l-komunita' tal- Manikata?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jiagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "FORZI ARMATI - GĦAJNUNA LILL-PERSUNI B'DIŻABILITA'", "23429.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jikkonsdira li għal matul is-sena d-dieħla jsir pjan ta' ħidma bejn l-Armata u dawk l-għaqdiet volontarji li jgħinu lill-persuni b'diżabilita'?", "Billi dan jawgura tajjeb biex l-Armata ttejjeb ir-rwol ċivil tagħha u jkun ta' benefiċċju kbir għas-soċjeta' Maltija li kulma tmur qed iżżid l- inizjattivi tagħha biex tgħin lill-persuni b'diżabilita' jilħqu livelli aħjar fis-soċjeta' tagħna, jista' l-Prim Ministru jagħmel dan fl- affermattiv?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab infurmat li l-Forzi Armati ta' Malta huma sensittivi ħafna għall-ħteġijiet ta' persuni b'diżabilita', tant, li jagħtu l-għajnuna tagħhom b'mod konkret lil bosta għaqdiet f'dan il-qasam.", "Bħala eżempju, f'dan il-mument qed iħejju kampanja b'risq l-\"Eden Foundation\".", "Pero' irid jingħad li l-Forzi Armati huma mgħobbija b'ħafna dmirijiet direttament konnessi ma' rwoli speċifiċi ta' l-Armata u għaldaqstant mhux possibbli li jingħataw, addizzjonalment, id-dmir imsemmi fil-mistoqsija bħala rwol ġdid.", "Madankollu, jekk l-Onor Membru għandu xi suġġeriment speċifiku, dan jiġi kkonsidrat skond iċ-ċirkostanzi.", "LUKANDA VERDALA - ĦLAS LILL-EX-ĦADDIEMA", "23430.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: X'kienu l-aħħar żviluppi dwar il-ħlas lill-ex ħaddiema tal- Lukanda Verdala tar-Rabat?", "Billi l-liġi li tiggarantixxi ħlas privileġġat lill-ħaddiema kienet ġiet emendata fl-1973 għall-ammont ta' Lm200 u minkejja li żdiedu sostanzjalment il-pagi matul dawn l-aħħar 20 sena qatt ma ġiet riveduta u aġġustata skond iż-żmenijiet tal-lum, jista l-Ministru jqis dawn iċ-ċirkostanzi sabiex in vista ta' dawn in-nuqqasijiet, ma jkunux il-ħaddiema li jerġgħu isofru l- inġustizzja kif sar fl-imgħoddi?", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Dwar l-ewwel parti tad-domanda nirrefei lill-Onor.", "Interpellant għat-twegiba tal-mistoqsija parlamentari numru 22264.", "Dwar it-tieni parti tad-domanda navza lill-Onor.", "Interpellant li jekk hemm bzonn li ssir xi emenda tal-ligi din issir fiz-zmien opportun."]} {"filename": "20050117_220d_par.doc", "date": "2005-01-17", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Uffiċjali u Rivedut) L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 220 It-Tnejn, 17 ta' Jannar, 2005 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 220 It-Tnejn, 17 ta' Jannar, 2005", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6:02 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "220", "It-Tnejn, 17 ta' Jannar, 2005", "WERREJ", "MINUTI 913", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 913", "TQEGĦID TA' KARTI 919", "MOZZJONIJIET", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-PREVENZJONI TA' ABBUŻ FIS-SWIEQ", "FINANZJARJI (L-EWWEL QARI) 920", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR BROKERS FL-ASSIGURAZZJONI", "U INTERMEDJARJI OĦRA (L-EWWEL QARI) 920", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JIMPLIMENTA MIŻURI TA' L-ESTIMI (IT-TIENI QARI)", "BUDGET MEASURES (IMPLEMENTATION) BILL(SECOND READING) 921", "AĠĠORNAMENT 945", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 951", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 219 li saret fit-12 ta' Jannar, 2005 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "ĦAL-LIJA - VILLA FRANCIA", "9715.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid x'inhi s-sitwazzjoni rigward Villa Francia li għaddiet f'idejn l-Istat?", "Qed isir xogħol fuqha bħalissa?", "Il- gvern iddeċieda x'se jsir minnha din il-villa li ilha magħluqa għal żmien twil?", "X'kien jgħid eżatt it-testment u x'kienu l-kondizzjonijiet?", "ONOR.", "TONIO BORG (Aġent Prim Ministru) (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 9825.", "ADT - ĦLAS TA' ĊITAZZJONIJIET", "9832.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA (f'isem l-Onor.", "CLyde Puli) staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jikkonferma li l- awtorita' dwar it-trasport sa l-aħħar ta' Novembru 2004 kellha tagħti lill- kunsilli lokali tal-kumitat konġunt ċentrali magħmul minn Ħal Qormi, Ħaż- Żebbuġ, is-Siġġiewi, il-Ħamrun, l-Imsida u Tal-Pieta' is-somma ta' Lm4,800 għall-ħlas ta' ċitazzjonijiet li diġa' nġabru mal-ħlas tal-liċenzji mill- istess awtorita'?", "Jista' jikkonferma li l-kunsill lokali ta' Ħal Qormi waħdu għandu jieħu l- ammont ta' Lm10,490 kif ġej: Ġunju 2004 - Lm980.00, Lulju 2004 - Lm1,280.00, Awissu 2004 - Lm2,285.00, Settembru 2004 - Lm1,915.00, Ottubru 2004 - Lm2,300.00, Novembru 2004 - Lm1,730.00?", "Għaliex dan id-dewmien?", "Meta hemm il-ħsieb li l-problema tiġi rranġata?", "ONOR.", "TONIO BORG (f'isem il-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq): L- awtorita' dwar it-trasport għandha l-inkarigu li qabel ma ssir transazzjoni, tiġbor il-ħlas taċ-ċitazzjonijiet dovuti lill-kunsilli lokali.", "Fl-aħħar ta' kull xahar l-awtorita' talloka lill-kunsilli lokali dawk il-flus miġbura u dan isir billi l-MITTS toħroġ rapport dettaljat ta' x'hemm dovut lil kull kunsill lokali.", "Peress li bħalissa qegħdin naqilbu s- sistema, dan ir-rapport ma ġiex jabqel għal kollox mat-total ta' flus miġbura mill-awtorita' u għaldaqstant il-flus għadhom ma ngħatawx lill- kunsilli lokali.", "Din il-problema qegħdin jieħdu ħsiebha l-MITTS u mill-informazzjoni li tawna, jidher li sa l-aħħar ta' dan ix-xahar se tkun ġiet solvuta u l-flus dovuti jingħataw lill-kunsilli lokali.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Joe Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, peress li qed nitkellmu dwar il-kunsilli lokali u fil-gazzetta \"The Times\" tal-lum ġie rrapportat li qed jingħataw ruxxmata ċitazzjonijiet b'riżultat tal-cameras li twaħħlu f'Regional Road, jista' il-Ministru jgħid x'perċentwali mid-dħul taċ-ċitazzjonijiet imur għal għand il-gvern?", "MR SPEAKER: L-Aġent Prim Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, naf illi l-local councils association taqsam lil Malta f'sitt reġjuni u naf ukoll li dan l-aħħar bdew jistallaw is-CCTV cameras f'Regional Road u postijiet oħrajn, b'koperazzjoni ma' l- ADT, b'din ta' l-aħħar tieħu perċentwali ta' dak li jinġabar – x'aktarx 20%, pero' m'iniex ċert għax qed nitkellem mill-memorja - u l-bqija jmorru sabiex jiffinanzjaw is-sistema nnifisha.", "Ċertament jekk l-Onor.", "Interpellant jixtieq aktar dettalji dwar x'kuntratti saru, eċċ. inġiblu l-informazzjoni aktar tard, pero' dawn il-gvern ma jidħolx fihom għax il-kunsilli huma awtonomi, huma eletti mill-poplu, jingħaqdu fi gruppi u joħorġu t-tenders huma.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, ippermettili nfakkar lill-Kamra li kienet ħarġet offerta għall-cameras ta' Regional Road u din għalqet fil-15 ta' Novembru, 2004.", "Issa billi dawn il-cameras twaħħlu fid-9 ta' Diċembru, 2004 u l-adjudication tat-tender in kwestjoni għadha sal-lum ma saritx, ma jaħsibx l-Aġent Prim Ministru li bilfors li hemm xi ħaġa li ma ddoqqx?", "Jista' jgħid jekk sarx xi arranġament three-way bejn il-Guard & Warden, l- ADT u l-kunsilli lokali?", "MR SPEAKER: L-Aġent Prim Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Li nista' ngħidlek żgur hu li l-gvern ċentrali u d- dipartiment ma jidħlux fil-proċess tat-tendering.", "Naturalment jekk xi ħadd jallega li setgħet saret xi irregolarita', dik taf titla' quddiem l-awditur ġenerali għal investigazzjoni aktar profonda.", "Jiena s'hemmhekk nista' ngħid għax la kont involut bħala ministeru u lanqas bħala dipartiment fl- għoti ta' xi tender li għandha x'taqsam mas-CCTV jew ma' l-inforzar lokali.", "Naf ukoll li dawn l-entitajiet huma obbligati li qabel ma joffru ċerti servizzi, iridu joħorġu sejħa għal offerti – dan joħroġ mil-liġi nnifisha – u f'każ ta' xi allegazzjoni li l-affarijiet ma jkunux saru kif suppost, il- gvern ċentrali jista' jieħu ħsieb jinvestiga u jibgħat il-kwestjoni għand l-awtoritajiet konċernati.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Imma ma taħsibx li hemm xi ħaġa tinten ġaladarba dawn il-cameras twaħħlu filwaqt li l-offerta għadha sal-lum ma ġietx aġġudikata u anke meta qed ngħidlek li apparentement sar xi arranġament bejn il-Guard & Warden u l-ADT, aktar u aktar meta nista' naħseb li din ingħatat b'direct allocation u mhux kif titlob il-liġi?", "Jien kont nimmaġina li jaf bihom l- Aġent Prim Ministru dawn l-affarijiet, Sur President.", "MR SPEAKER: L-Aġent Prim Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Il-gvern ċentrali jidħol biss meta jiġbdulu l- attenzjoni dwar xi allegazzjoni ta' affarijiet li ma jkunux saru kif suppost.", "Naturalment isiru allegazzjonijiet u anke jintbagħtu ittri fil- konfront ta' diversi kunsilli lokali.", "Meta jiġri hekk imbagħad aħna ninvestigaw u kif diġa' għedt, il-każ jaf jgħaddi għand l-Awditur Ġenerali biex jara jekk il-flus ikunux intnefqu tajjeb jew le.", "Għar-rigward l-għoti ta' tenders mill-kunsilli lokali, kemm biex jirranġaw bankina kif ukoll biex jagħmlu sistema ta' CCTV, il-gvern ċentrali ma jidħol xejn.", "Il-fondi l-gvern jagħtihom biss fil-bidu tas-sena u mbagħad il-kunsilli jallokawhom huma skond il-ħteġijiet tagħhom.", "Għar-rigward tad-dati li qed isemmi l-Onor.", "Interpellant, jien ma nistax ngħid jekk humiex korretti jew le għax bħala dipartiment ma konna involuti fl-ebda ħin u fl-ebda mument, la fl-għoti tat-tender u lanqas fil- kondizzjonijiet.", "M'iniex qed ngħid hekk biex nevadi d-domanda, anzi li kieku kelli l-informazzjoni f'idejja kont ngħaddihielu, Sur President.", "Hawnhekk irrid nispjega li din is-sistema teżisti f'kull tender li tinħareġ mill-kunsilli lokali, għalkemm b'daqshekk ma jfissirx li l-kunsilli lokali jistgħu jagħmlu li jridu.", "Għax una volta li xi ħadd jiġbed l-attenzjoni jew jikteb xi ittra u jagħmel allegazzjoni, hemmhekk issir investigazzjoni għax il-kunsilli lokali huma awtonomi mhux biex jabbużaw imma biex josservaw il- liġi.", "Imma fil-kuntest ta' l-osservazzjoni tal-liġi mbagħad huma awtonomi u liberi li jagħmlu li jridu.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jista' allura l-Ministru jiċċekkja jekk ħarġitx tender u għalqetx fil-15 ta' Novembru tas-sena li għaddiet, jekk twaħħlux cameras fid-9 ta' Diċembru u jekk l-adjudication saretx?", "Jista' jiċċekkja wkoll jekk ingħatax kuntratt lill-Guard & Warden u li f'dan il-kuntratt hemm imdaħħla subsidiary oħra ta' l-istess kumpannija?", "Jista' jinformana min hi s-subdiary l-oħra li ffirmat il-kuntratt ma' l-ADT?", "Nitolbu jiċċekkja wkoll jekk in the meantime ix-xogħol sarx permezz ta' xi direct order u jekk dan l-aġir imurx kontra l-liġi.", "MR SPEAKER: L-Aġent Prim Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, hawnhekk nimxu ma' l-istanding orders u jekk l-Onor.", "Mizzi irid jagħmel domanda jagħmilha u jingħata l- informazzjoni kollha.", "Sadanittant xorta waħda se nieħu l-briga li niċċekkja ċerti aspetti li qed jallega u nipprova nġiblu l-informazzjoni għada stess, speċjalment dwar id-dati, pero' jkun diffiċli li nagħtih l- informazzjoni l-oħra għada wkoll.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, nassumi li l-Aġent Prim Ministru jaf li ħarġet it-tender.", "Barra minn hekk skond \"The Times\" hemm provi biżżejjed li hemm min ħa r-responsabbilta' tal-kuntratt li sar bi ftehim ma' l-ADT.", "Veru li hemm l-istanding orders, pero' ma jidhirlux li f'ħaġa importanti bħal din fejn jidher li seta' kien hemm xi ħadd li abbuża, huwa fl-interess pubbliku li wieħed ikun jaf il-verita' kollha u li allura għada stess għandu jagħtini l-informazzjoni li qed nitlob u anke jekk irid jagħmel stqarrija ministerjali?", "Jista' l-Aġent Prim Ministru jgħid jekk sadanittant sarx kuntratt mal- Guard & Warden jew ma xi subsidiary oħra u jgħidilna wkoll min hi din is- subsidiary li ffirmat il-kuntratt ma' l-ADT?", "MR SPEAKER: L-Aġent Prim Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Jien nimxi ma' l-ordnijiet permanenti tal-Kamra u nassigura lill-Onor.", "Interpellant li ngħaddilu l-informazzjoni kollha li niġbor.", "ĦAL KIRKOP - ASFALTAR", "9836.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA (f'isem l-Onor.", "Clyde Puli) staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2865 dwar kemm sar tarmac f'Ħal Kirkop mill-1994 sal-lum minn xi awtorita' jew dipartiment tal-gvern?", "Xi flus intnefqu?", "Nista' ningħata rendikont sena b'sena u triq bi triq?", "ONOR.", "TONIO BORG (f'isem il-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq): Ninsab informat li minn informazzjoni li nġabret mill-awtorita' dwar it- trasport, it-toroq li saru fil-perijodu indikat mill-Onor.", "Interpellant f'Ħal Kirkop huma dawk imsemmija hawn taħt – għalkemm din l-informazzjoni tista' ma tkunx komprensiva minħabba li fil-passat ma kenux jinżammu records dettaljati dwar ix-xogħlijiet li jkunu saru – u cioe' Triq Danny Cremona (fl-2001) għall-ammont ta' Lm93,000 u Triq il-Karwija u Triq il- Fieres (fl-2002) għall-ammont totali ta' Lm38,000.", "Fis-sena 2004 saru dawn it-toroq permezz ta' l-iskema ta' l-Lm75,000 mill- kunsilli lokali u cioe': Triq 9 ta' April 1942, Triq Giovanni Cassar, Triq Militar, Triq 29 ta' Mejju 1592 u Triq Aħfar.", "Saru wkoll xogħlijiet f'toroq arterjali li jmissu ma' Ħal Kirkop u li huma: Triq l-Industrija (ħdejn l-SGS), Kirkop Tunnels (bejn Ħal Kirkop u Ħal- Luqa), Triq il-Belt Valletta (bejn l-Imqabba u Ħal Kirkop) u Triq Dun Ġużepp Barbara, San Ġwann (Iż-Żurrieq/Ħal Kirkop/Ħal Safi).", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Evarist Bartolo, domanda supplimentari.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nitlob lill-Aġent Prim Ministru biex forsi jgħaddi messaġġ lill-ministru responsabbli minn dan il-qasam dwar il-bżonn kbir li jingħata t-tarmac fil-parti ta' Triq il-Mensija li tinsab imħarbta ħafna.", "Fost it-tbatija kbira li qed tinħoloq għar-residenti, hemm ukoll koppja żagħżugħa b'tifel ta' ħames snin li biex jibagħtuh l-iskola qed ikollhom iġorruh fuq idejhom għax il-vann bil-lifter ma jidħolx ħdejhom.", "Dan qed ikun ta' tbatija kemm għat-tifel kif ukoll għall-ġenituri tiegħu għax peress li t-triq hija raffa u maqlugħa, lanqas bil-buggy speċjali ma jistgħu jgħadduh peress li dan it-tifel jagħtuh il-fits.", "MR SPEAKER: L-Aġent Prim Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Iva, niġbed l-attenzjoni tal-ministru konċernat u anke nibgħatlu kopja ta' l-artiklu li kiteb l-Onor.", "Interpellant dwar dan is- suġġett.", "PULIZIJA - DRUG SEARCH", "8709.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA (f'isem l-Onor.", "Jason Azzopardi) staqsa lill- Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhu l-ammont ta' droga maqbuda mill-pulizija?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi d-droga maqbuda mill-pulizija matul is-sena 2004 hija kif se ngħid:", "|Cocaine |151.122 grms | |Heroin |768.677 grms | |Cannabis |293 plants | |plants | | |Cannabis |2.347 kg | |grass | | |Cannabis |33.080579 kg* | |resin | | |Cannabis seed|2,281 seeds | |Cannabis |15 joints | |joints | | |Ecstacy |6,071 tablets | |Amphetamine |69.4 grms | |Dalmain |4 tablets | |Methadone |1 lt |", "Nista' ngħid ukoll illi fit-tagħrif li kont tajt għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 9417, kien hemm ammont ta' 2.500 kg ta' cannabis resin li bi żvista kien ġie magħdud darbtejn.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mario Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Lill-Aġent Prim Ministru xtaqt nistaqsih jekk huwiex minnu dak li ġie rrapportat fil-gazzetti li l-PSC talbet li jiġi mġiegħel jirriżenja s-surġent li kien issemma' fil-ġuri ta' l-ex-Kummissarju Pullicino.", "Ladarba dan ir-reat sar madwar 20 sena ilu u l-provi ta' x'sehem kellu dan is-surġent ħarġu fil-qorti, nista' nkun naf għaliex il- PSC damet daqshekk biex tiddeċiedi li dan l-individwu għandu jiġi mġiegħel jirriżenja?", "Jekk inħass il-bżonn li fl-interess pubbliku dan is-surġent għandu jirriżenja - u rrid nassumi li anke 15-il sena ilu nħass dan l- istess interess - x'inhi r-raġuni li l-PSC damet daqshekk biex taqtagħha?", "MR SPEAKER: L-Aġent Prim Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, safejn naf jien il-PSC għadha ma ppronunzjatx ruħha dwar dan.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Galea.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Jien qed nikkwota minn dak li ġie rrapportat f'ġurnal li wara konsultazzjoni mal-Kummissarju tal-Pulizija, il-PSC ġiegħlet lil dan l-ex-surġent biex jirriżenja.", "Allura qed nifhem sew li d-deċiżjoni għadha ma tteħditx?", "Meta se tittieħed ladarba kien hemm din it-talba u ladarba ilna ormai 15-il sena nafu bis-sehem ta' dan l-individwu f'dan il- każ?", "MR SPEAKER: L-Aġent Prim Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Skond informazzjoni li għandi jien id-deċiżjoni għadha ma tteħditx.", "Issa la jiddependi minni, la minn dan il-Parlament u lanqas mill-Kummissarju tal-Pulizija meta l-PSC tieħu deċiżjoni.", "TAS-SLIEMA - PAVIMENTAR TA' GĦAR ID-DUD", "8710.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA (f'isem l-Onor.", "Jason Azzopardi) staqsa lill- Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li l-paviment ta' Għar id-Dud jinbidel u jsir wieħed iktar modern?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura): Jien informat li t-taqsima tax-xogħlijiet m'għandha l-ebda pjan biex isir ix- xogħol imsemmi mill-Onor.", "Interpellant.", "Nerġa' ngħid li l-proposti ta' żvilupp għal dan is-sit qed tieħu ħsiebhom il-MEPA.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Carmelo Abela, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Il-ministeru huwa responsabbli hu mix-xogħol li suppost sar jew għandu jsir fil-masġar ta' Ħaż-Żabbar, ħdejn l-isports complex?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ma jidhirlix li x-xogħol li qed jirriferi għalih l- Onor. Interpellant jaqa' taħt dan id-dekasteru.", "PERSUNI MĦARRKA FUQ TIPJIP", "8711.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA (f'isem l-Onor.", "Jason Azzopardi) staqsa lill- Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-qorti talli nqabdu jpejpu f'postijiet ta' divertiment, ikel, eċċ., minn meta daħlet fis-seħħ il-liġi l-ġdida fil- 5 ta' Ottubru, 2004?", "ONOR.", "TONIO BORG: Minn meta daħlu fis-seħħ ir-regolamenti ta' l-2004 dwar it-tipjip f'postijiet miftuħin għall-pubbliku, il-pulizija sabet 45 persuna bi ksur ta' dawn l-istess regolamenti.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Evarist Bartolo, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Kemm huwa veru li dawn ir-regolamenti se jerġgħu jinbidlu?", "MR SPEAKER: L-Aġent Prim Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Jiddispjaċini imma ma nistax inwieġeb din id-domanda għax ir-regolamenti mhux jien ħriġthom, pero' żgur li bħal kull regolament ieħor dawn jistgħu jinbidlu.", "Issa minn dak li nara jien bħala ċittadin kwalunkwe u mhux bħala ministru, nista' ngħid li dawn ir-regolamenti qegħdin jiġu osservati u dan m'huwiex dovut biss għall-fatt li n-nies mhux tpejjep minħabba li qed ikun hemm sorveljanza mill-pulizija, b'mod partikolari fir-ristoranti ....", "Ħafna drabi meta tgħaddi minn quddiem xi ristorant jew każin tinnota grupp ta' nies barra jpejpju u naħseb li dan huwa żvilupp pożittiv.", "Naturalment hekk għandu jkun għax il-pulizija ma tistax tkun fil-postijiet kollha li hawn miftuħin għall-pubbliku biex tara li ħadd ma qiegħed ipejjep.", "Ma jfissirx li m'hawnx min qed jikser il-liġi imma l-aqwa enforcement huwa dak taċ-ċittadini nfushom u meta nikkompara ma' dak li qed jiġri fi bliet oħrajn Ewropej, nista' ngħid li għall-ewwel darba ħafna minn dawn il-postijiet pubbliċi qed ikunu ħielsa mid-duħħan tas-sigaretti.", "ITS - KORS TAL-GWIDI", "8935.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA (f'isem l-Onor.", "Jason Azzopardi) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid kemm daħlu studenti għall-kors ta' gwida fl-ITS din is-sena?", "Hemm xi ħsieb li dan il-kors jibda jsir ukoll part-time?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi): Informat li 20 student daħlu għall-kors ta' tourist guide din is-sena akkademika.", "Qed isiru taħditiet mal-ministeru tat-turiżmu dwar il- possibbilta' li l-kors isir fuq bażi part-time.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Ma nafx il-Ministru jistax jirrispondini imma jista' jgħidli jekk humiex jintbagħtu karti mhux tas-soltu lil dawk il-persuni li jirreġistraw għax-xogħol?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, nissuġġerixxi lill-Onor.", "Interpellant li jagħmel il-mistoqsija tiegħu bil-miktub lill-ministru konċernat.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Kieku ridt nagħmel domanda bil-miktub mill-ewwel kont nagħmilha, Sur President.", "Issa dan ma nafx għalfejn għaliex żgur li l- ministru qiegħed x'imkien fil-viċin għax ftit ilu rajtu.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Sur President, nerġa' ngħid li l-ministru responsabbli jinsab fuq xogħol ieħor u għaldaqstant nerġa' nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu bil-miktub.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, ma nistax naċċetta din ir-risposta u bħala protesta qed niġbed l-attenzjoni tas-Sedja li m'hawnx quorum.", "MR SPEAKER: Il-Kamra hija sospiża għal ħames minuti.", "Fis-6.28 p.m. il-Kamra ġiet sospiża u rriżumiet ħames minuti wara.", "MR SPEAKER: Inkomplu fejn ħallejna.", "ONOR MEMBRU: Sar il-ħin.", "MR SPEAKER: Il-Ministru, bil-permess tal-Kamra għax ormai sar il-ħin.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, għal min segwa l-pjan nazzjonali ta' azzjoni dwar l-impjiegi, wieħed mill-programmi li se twettaq l-ETC matul din is-sena huwa proprju li torganizza korsijiet apposta intensivi għad- diversi kategoriji ta' dawk li qed jirreġistraw u m'hemmx dubju li se jkollna l-opportunita' li nitkellmu fuq dan is-suġġett għaliex beħsiebni nressaq xi emendi għall-abbozz ta' liġi dwar il-miżuri tal-budget.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' Karti u nsejjaħ lill- Aġent Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "TONIO BORG (Aġent Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 7 ta' l-2005 - Regolamenti ta' l-2005 dwar emenda tar- Raba' Skeda li tinsab ma' l-Att dwar l-Arbitraġġ; u", "f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi nqiegħed fuq il-mejda tal- Kamra:", "Kopja ta' ittra mibgħuta mill-Prim Ministru fis-17 ta' Jannar 2005 lill-Imħallef Franco Deqasquale li ġie mitlub jippresjedi bord ta' inkjesta dwar l-inċidenti li nqalgħu fiċ-ċentru ta' detenzjoni f'Ħal Safi fit-13 ta' Jannar 2005.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Insejjaħ issa lill-Ministru Louis Galea.", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impiegi): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 6 ta' l-2005 - Regolamenti ta' l-2005 li jemendaw ir- Regolamenti dwar il-Kontroll ta' Perikli ta' Inċidenti Kbar;", "Tagħrif dwar l-assenteiżmu fl-Iskejjel Primarji u Sekondarji ta' l- Istat bejn Ottubru u Diċembru 2004, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 9896; u", "Tagħrif dwar l-assenteiżmu fl-Iskejjel tal-Knisja u Skejjel Indipendenti bejn Settembru u Diċembru 2004, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 9897.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Insejjaħ issa lill-Ministru Francis Zammit Dimech.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (Ministru għat-Turiżmu u Kultura): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tabella li turi l-attendenza fil-mużewijiet ta' Malta u Għawdex fl- 2003 u l-2004, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 9975.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet.", "L-Aġent Prim Ministru.", "MOZZJONIJIET", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-PREVENZJONI TA' ABBUŻ FIS-SWIEQ FINANZJARJI", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, għan-nom tal-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi nipproponi l-Ewwel Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att ta' l- 2005 dwar il-Prevenzjoni ta' Abbuż fis-Swieq Finanzjarji\".", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "JOSEPH FALZON: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att ta' l- 2005 dwar il-Prevenzjoni ta' Abbuż fis-Swieq Finanzjarji\" ikun moqri l- Ewwel Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri l-Ewwel Darba.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR BROKERS FL-ASSIGURAZZJONI U INTERMEDJARJI OĦRA", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, nipproponi l-Ewwel Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att li jemenda l-Att dwar Brokers fl-Assigurazzjoni u Intermedjarji oħra, Kap. 404\".", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "JOSEPH FALZON: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att li jemenda l-Att dwar Brokers fl-Assigurazzjoni u Intermedjarji oħra, Kap. 404\" ikun moqri l-Ewwel Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri l-Ewwel Darba.", "MR SPEAKER: Ngħaddu issa għal Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JIMPLIMENTA MIŻURI TA' L-ESTIMI", "BUDGET MEASURES (IMPLEMENTATION) BILL", "L-Ordni għat-Tieni Qari ġie moqri Il-mistoqsija reġgħet tqegħdet Ikompli mit-12 ta' Jannar, 2005", "MR SPEAKER: Bħala l-ewwel item fuq l-aġenda għandna l-kontinwazzjoni tad- diskussjoni fuq it-Tieni Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi li jimplimenta Miżuri ta' l-Estimi.", "L-Onor.", "Evarist Bartolo huwa in possession.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Mr Speaker, kont qed ngħid li fil-qagħda internazzjonali tal-lum huwa ċar li bix-xejriet tal-globalizzazzjoni, l- istruttura ekonomika u l-oqsma ekonomiċi differenti tal-pajjiż bilfors iridu jinbidlu.", "Imma aħna qegħdin fis-sitwazzjoni perikoluża li min-naħa waħda m'għadniex kompetittivi - u rridu nanalizzaw u rridu nifhmu għaliex m'għadniex kompetittivi - u min-naħa l-oħra rridu nistaqsu jekk f'dawn iż- żmenijiet żviluppajniex biżżejjed il-kapaċitajiet teknoloġiċi, il-ħiliet, is-snajjiet meħtieġa għall-ekonomija l-ġdida.", "Aħna tlifna ċerta attivita' ekonomika għaliex bosta fabbriki marru f'postijiet fejn huma kompetittivi iżjed minna u tlifna wkoll investiment għaliex f'pajjiżi oħra hemm workforce avvanzata iżjed minn tagħna.", "U hawn ta' min jinnota li tliet kwarti ta' dawk taħt id-29 sena li jirreġistraw għax-xogħol lanqas biss għandhom il-ħiliet bażiċi meħtieġa biex ikunu mpjegabbli, aħseb u ara biex ikunu mpjegabbli f'ekonomija avvanzata.", "Fl-ekonomija tal-lum għandek bżonn nies b'ħiliet teknoloġiċi, ħiliet fil- qasam tax-xjenza u l-qasam tal-matematika u meta wieħed jiġi biex janalizza l-istatistika tal-25 pajjiż membru ta' l-Unjoni Ewropea, aħna ninsabu fil- qiegħ f'dak li għandu x'jaqsam ma' gradwati fix-xjenza u l-matematika.", "Minn kull elf fl-eta' bejn l-20 u 29 sena, tlieta biss jiggradwaw fix-xjenza u l- matematika u hemmhekk għandna problemi serji, problemi li l-għeruq tagħhom jibdew mill-kindergarten, mill-qasam primarju u mill-qasam sekondarju.", "Qed jgħaddu s-snin, pajjiżi oħra qegħdin jorganizzaw irwieħhom u qed jagħmlu l- bidliet meħtieġa fis-sistema edukattiva tagħhom waqt li aħna qed naqgħu dejjem lura.", "Ċertament irridu nanalizzaw minfejn se jiġi t-tkabbir ekonomiku l-ġdid u rridu nwieġbu l-mistoqsija dwar kif se noħolqu l-impjiegi u kif se nikkreaw il-ġid.", "Il-gvern irid jara x'inhuma r-responsabbiltajiet tiegħu għax mhux aċċettabbli li jfarfar kollox fuq ħaddieħor u jġib l-iskuża tal- globalizzazzjoni.", "Qed ngħixu f'dinja fejn bilfors irridu naraw x'se nagħmlu biex dan il-pajjiż jerġa' jiġbed lejh investiment kemm lokali kif ukoll barrani.", "Irridu naraw x'nagħmlu biex is-setturi ekonomiċi differenti jerġgħu jibdew jikbru u nerġgħu nibdew naraw jinħolqu l-impjiegi u jinħoloq il-ġid, bil-kwalita' tal-ħajja tmur għall-aħjar.", "Jiena kont inkwetat ħafna bil-linja li kienu qegħdin jieħdu deputat wara l- ieħor min-naħa tal-gvern fl-aħħar ġranet qabel ma waqafna għar-recess tal- Millied għax bħal donnu li bdew isostnu li m'hemmx għalfejn toqgħod tinkwieta li l-investiment qed jiċċaqlaq biss lejn il-qasam tal-proprjeta' u li nies kemm fil-manifattura kif ukoll fil-qasam tat-turiżmu qed jitterminaw l-attivita' ekonomika tagħhom f'dak il-qasam u jintefgħu għall- qasam tal-proprjeta'.", "Dażgur li tinkwieta!", "Tinkwieta għax il-qasam tal- proprjeta' qed ikompli jikber, qed jiżdiedu bl-eluf il-proprjetajiet vakanti fis-suq u ħadd m'hu qed jixtrihom.", "Kieku tgħid li qed jinbnew u qed jinxtraw u li ġejjin minn barra biex jixtruhom kieku forsi tasal biex tgħid li l-aqwa li deħlin il-flus minn barra, imma kulma qed nagħmlu hu li qegħdin inkabbru l-ammont ta' proprjeta' li qed titbattal u li sfortunatament qed tibqa' fuq l-ixkaffa.", "Dan altru li huwa nkwetanti, Sur President.", "Għal min jaħseb li f'Malta ma jistax ikollna kollass tas-suq tal-proprjeta' ngħidlu li din il-bużżieqa ma tinfaqax f'salt, meta wara kollox diġa' jeżistu sinjali ċari li din qed tibda tittaqqab.", "Min jaf kemm għad iridu jinħolqu problemi ekonomiċi!", "Żgur li mhux il-każ li nserrħu rasna li għallinqas hawn settur li għadu għaddej għax wara kollox anke l-banek qegħdin ferm attenti.", "Naf nies li qegħdin imorru biex jinvestu fil-qasam ta' l-industirja tat-turiżmu iżda rapporti min-naħa tal-banek, anke rapporti konfidenzjali, jgħidulhom li dan l-investiment huwa high risk.", "Issa Alla jbierek hawnhekk smajna argumenti wieħed wara l-ieħor li l- problema m'hijiex in-nuqqas ta' turisti imma li għandna sodod żejda.", "Dawn l- argumenti m'humiex aċċettabbli u hemm bżonn li l-gvern jikkwerja lilu nnifsu u jara x'inhhuma r-responsabbiltajiet tiegħu fil-każ tas-sitwazzjoni preżenti.", "Ngħid il-verita' li l-mod kif qed tiżviluppa s-sitwazzjoni fil-pajjiż tfakkarni f'Fawlty Towers, bid-differenza li n-nies meta jaraw f'Fawlty Towers jibku bid-daħk u fil-każ ta' Malta jibku bl-uġigħ li qed jinħoloq għal min jitlef l-impjieg u għal min huwa nkwetat dwar x'se jiġri bl- impjieg tiegħu u mill-kwalita' tal-ħajja.", "Differenza oħra bejn is- sitwazzjoni tal-gvern tagħna u Fawlty Towers hija li fil-każ ta' Fawlty Towers, Basil Fawlty wieħed biss hemm waqt li fil-każ tal-kabinett hemm aktar minn Basil Fawlty wieħed u dan faċilment tarah mill-mod ta' kif isiru l-policies.", "Dan qed ngħidu għax li qed jiġri hu li tiġi varata policy, ftit wara tinbidel, imbagħad ftit aktar wara dik il-policy terġa' tinbidel mill- ġdid u ġiri 'l hawn u ġiri 'l hemm.", "Dan mhu xejn ħlief crisis management, eżatt kif jiġri fil-kummiedja ta' Basil Fawlty u jiddispjaċini ngħid li dan l-aħħar il-prim ministru għamel dikjarazzjoni li hija vera xierqa u toqgħod għal Basil Fawlty, Sur President.", "Min isegwi din is-sensiela komika jaf li mhux l-ewwel darba li fil-lukanda li Basil Fawlty imexxi tinqala' xi kriżi u kull darba dan Basil Fawlty jgħid: Crisis?", "What crisis?", "Everything is under control!", "Dan l-aħħar il- prim ministru għamel dikjarazzjoni fejn qal li m'għandniex kriżi, m'għandniex problemi u li kulma għandna huwa tiġdid.", "Tieħu gost bit-tiġdid, imma fejn hu dan it-tiġdid?", "Biżżejjed tħares lejn il-mod selvaġġ kif iddaħħlet 'l hekk imsejħa eco tax u mill-ewwel tinduna li l-gvern qed jiġri 'l hawn u 'l hemm qisu tiġieġa b'ras maqtugħa, qisu Basil Fawlty jiġri biex jara x'se jagħmel wara li tkun inħolqot problema biex jerġa' jbiddel il- policies tiegħu.", "Pajjiżi oħra meta jiġu biex idaħħlu l-eco tax jagħmluha ċara li l-eco tax se tkun qed isservi għal titjib fl-ambjent u mhux biex jinġabru iżjed flus.", "Fil-każ ta' pajjiżna l-gvern għamilha ċara li l-eco tax qed idaħħalha biex jiġbor il-flus, anke jekk bil-kliem jgħid bil- maqlub.", "Din qed tiddaħħal kważi fuq kull ħaġa li nixtru u qed tiddaħħal bla ebda sens ambjentali, Sur President.", "Issa minbarra l-kritika li wieħed irid jagħmel għall-mod kif qed tiddaħħal din il-kontribuzzjoni, hemm il-kwestjoni l-oħra li meta pajjiżi oħra ġew biex daħħlu liġijiet bħal dawn ħabbru l-miżuri sentejn jew tliet snin minn qabel biex jippreparaw lin-nies.", "Hawnhekk ma sarx hekk u ma sarx hekk mhux biss għax għandna gvern ta' Fawlty Towers li qed jilleġisla u jagħmel policies ta' bla ras u jiġri 'l hawn u 'l hemm, imma anke għax il-gvern miexi b'politika ta' ingann.", "Qabel l-elezzjoni konna nisimgħu ħafna li l- finanzi jinsabu fis-sod u qatt ma konna nisimgħu bit-taxxi ġodda li kien beħsiebu jagħmel il-gvern.", "Pero' għadda r-referendum u għaddiet l- elezzjoni u d-diska nbidlet u minflok ġid, xogħol u garanziji ta' impjiegi bdew it-taxxi, beda jiżdied id-dejn u beda jiżdied il-qgħad.", "Sur President, it-taxxi li ddaħħlu f'dawn l-aħħar ġimgħat diffiċli biex tlaħħaq magħhom u diffiċli biex tifhem eżatt fuq xiex daħlu.", "Huwa diffiċli wkoll biex tifhem kif se jerġa' jibdilhom il-gvern għax l-ewwel nisimgħu bl- aħbar u mbagħad jintqal li se jiġu modifikati.", "Huwa importanti li nifhmu dawn l-affarijiet għax Alla jbierek x'ħin il-gvern jiġi biex jitkellem fuq il-kompetittivita', l-unika ħaġa li jitkellem fuqha u li tkellem fuqha s'issa huma s-salarji u l-pagi tal-ħaddiema meta l-kompetittivita' ekonomika ta' pajjiż hija ferm iktar kumplessa minn sempliċement x'inhu l- livell tal-pagi.", "Il-gvern għandu responsabbilta' kbira għat-telfien tal- kompetittivita' għax parti sostanzjali mit-telf tal-kompetittivita' tagħna ġejja mit-taxxi li żied u t-taxxi ġodda li daħħal.", "Biżżejjed nieħdu l-eco tax li l-gvern daħħal dan l-aħħar u nistaqsu x'effetti għandha din fuq il- qasam tat-turiżmu.", "Per eżempju, wieħed li jmexxi lukanda spjegali li fuq boroż tal-plastic li juża għall-ħwejjeġ u għal-lożor u għall-affarijiet l-oħra li jrid jibgħat għall-ħasil, ġieli jonfoq madwar Lm45 kuljum.", "Jiena mhux se nidħol fil- mertu jekk din iċ-ċifra hijiex esaġerata jew le, imma meta gvern responsabbli jiġi biex iħabbar miżura bħal dik imissu jikkonsulta mal- ministru tat-turiżmu biex jara x'impatt se tħalli tali miżura fuq il-qasam tiegħu.", "Ċertament messu kkonsulta dwar l-impatt li se tħalli din it-taxxa fuq il-qasam ta' l-industrija u dak ta' l-informatika.", "Saret konsultazzjoni fil-kabinett stess dwar x'effett se tħalli din il-liġi fuq l- industrija u fuq il-familji?", "Saret konsultazzjoni dwar x'effett se tħalli fuq it-tfal u fuq familji bi qligħ baxx, familji li diġa' għandhom problema biex ilaħħqu mal-ħlasijiet tal-lezzjonijiet għall-korsijiet tal-computers?", "Jiena għalhekk ngħid li dan huwa gvern ta' Fawlty Towers, gvern ta' Basil Fawlty li jiġri minn hawn għal hemm iħabbar affarijiet imbagħad jinduna li weġġa' lil xi settur u jerġa' jibda jikkonsidra li jbiddel.", "Dawn huma affarijiet li jagħmlu ħsara assoluta lill-ekonomija iżda l-gvern minflok janalizza r-responabbilta' tiegħu dwar kif qed itellef il- kompetittivita' u kif qed iweġġa' saffi sħaħ soċjali, joqgħod jgħid li issa hawn il-fenomenu tal-globalizzazzjoni.", "Ngħid għalija dan huwa bħal ġnien b'ħafna siġar differenti fejn għandek siġar li jmutu u siġar li tħawwilhom u jikbru, imma sfortunatament fil-ġnien ta' l-ekonomija tagħna donnu s- siġar imutu biss qegħdin għax m'aħniex naraw rimjiet ġodda u m'aħniex naraw tiġdid tas-siġar!", "Jien mhux l-ewwel darba li hawn ġew għamilt il-punt li rridu nanalizzaw kull fabbrika għaliex għalqet u l-istess fil-każ tal- lukandi.", "Issa dan kollu jorbot mal-kwadru ġenerali tat-telf tal- kompetittivita' fil-qasam tat-turiżmu u t-telf tal-viabilita' għal min imexxi lukanda.", "Għax mhux billi tgħid li ġew iżjed turisti imma trid tara t-turisti b'liema rata ġew.", "Id-dħul tal-lukandiera jew jibqa' l-istess jew jonqos u lil dawn jagħfsuhom biex jaċċettaw rati iktar baxxi iżda min-naħa l-oħra l-ħlasijiet u l- ispejjeż dejjem telgħin.", "Biżżejjed tara l-effett tal-pitrolju fuq ċerti oqsma ekonomiċi, fosthom anke tat-turiżmu.", "Dan ġie kkalkolat?", "Ġie mkejjel x'effett se jħalli fuq l-ispiża tagħhom?", "Is-surcharge ta' 17% tad-dawl u l- ilma x'effett se tħalli?", "Sal-lum għadu ma ġiex spjegat għaliex din is- surcharge ġiet iffissata b'dan il-mod u anke fir-rapport ta' WaterhouseCoopers li kkummissjona l-ministru responsabbli mis-settur, imkien ma jirrikmandawlu jew jagħtuh parir biex jagħmel surcharge ta' 17% għax dak l-istudju kulma jagħmel huwa li jiddeċifra dak li tawh l-Enemalta.", "Issa l-awtur ta' dan ir-rapport jagħmel proviso importanti ħafna fit-tmiem tiegħu li hu ma vverifikax dawn iċ-ċifri, anzi fejn ivverifika sab li huma żbaljati.", "Per eżempju, sab li fil-każ tax-xiri taż-żejt hemm differenza ta' Lm6 miljun.", "Barra minn hekk, dak li ġie audited jirrigwarda sentejn u mhux aktar għax is-snin l-oħra m'humiex audited.", "Mela kif fuq studji bħal dawk li żgur m'humiex preċiżi l-gvern iddeċieda li jagħmel surcharge ta' 17%?", "Kif seta' jagħmel biċċa bħal din mingħajr ma jistaqsi jekk iż-żejt huwiex qed jinxtara bl-iktar mod effiċjenti u bl-aħjar prezz?", "Kif seta' jipproponi din iż-żieda bl-iskuża li għola l-prezz taż-żejt mingħajr ma l-ewwelnett spjega sewwa kif wasal għaliha?", "Pajjiżi oħra daħħlu sistemi differenti minn dik tas-surcharge ta' 17% li qalulna li se tiġi kkalibrata u aġġornata kull sitt xhur.", "Il-gvern ikkonsidra dawn l-affarijiet jew għamel bħal Basil Fawlty, tiġih xi ħaġa f'rasu, jitlaq jiġri biex jagħmilha u mbagħad wara jsib li jrid jerġa' jibdel ir-rotta?", "Il-ħażin hu li l-ġiri li jkun għamel ikun diġa' ikkawża ħsara lill-ekonomija u lis-soċjeta' tagħna.", "Biżżejjed għandna familji bi problemi serjissimi biex ilaħħqu mal-ħajja u sadanitant l-ispejjeż dejjem jikbru.", "Il-gvern irid jistaqsi lilu nnifsu x'responsabbilta' għandu għal dawn l-affarijiet.", "M'huwiex aċċettabbli li sempliċement jitfa' kollox fuq il-ħaddiem.", "Din is-sitwazzjoni diffiċli daħħalna fiha l-gvern Nazzjonalista wara tant snin jonfoq bl-addoċċ u jgħid li d-dejn mhux problema.", "Issa spiċċajna li l-vot għall-imgħaxijiet li nħallsu ta' kull sena fuq id-dejn huwa fost l-ikbar li għandna fil-budget.", "Jiġifieri qegħdin f'sitwazzjoni fejn qed nonfqu iktar flus fuq il-passat milli qed nonfqu fuq il-futur, Sur President.", "Jekk wieħed janalizza n-nefqa tal-gvern mil-lat taż-żmien kemm nonfqu fuq il-passat, kemm nonfqu fuq il-preżent u kemm nonfqu fuq il-futur isib li l- inqas li nonfqu huwa fuq dik il-parti li l-iktar imissna qed nonfqu fuqha, jiġifieri fuq il-futur għax jekk il-pajjż irid ikollu futur irid jinvesti fih.", "Imma mhux hekk qegħdin nagħmlu għax għall-kuntrarju għandna parti sostanzjali min-nefqa u mit-taxxi li niġbru li qed tmur fuq il-passat, fuq id-dejn li għamel dan il-gvern, fuq l-imgħaxijiet fuq dejn li sar fi żmien il-filosofija ta' money no problem.", "Issa wasal iż-żmien li nħallsu l- kontijiet u l-problema qed tkun li iktar flus qed imorru fuq id-djun milli qed imorru fuq l-edukazzjoni primarja u dik sekondarja.", "Iktar qed imorru flus fuq id-dejn milli qed imorru fuq is-saħħa primarja.", "Aktar qed imorru flus fuq id-dejn milli biex inħarrġu l-ħaddiema tagħna, Sur President.", "Id-darba l-oħra, l-Onor Austin Gatt qisu skopra l-Amerika fuq il- globalizzazzjoni.", "Jiena għaddejtlu battuta u hu fehmni ħażin għax ħaseb li jien interessat li niddefendi affarijiet li llum m'għadux żmienhom.", "Jekk attivita' ekonomika saret iktar kompetittiva li ssir it-Turkija, il-Kroazja jew iċ-Ċina, m'għandekx issemmi biss il-fatt li l-pagi fiċ-Ċina huma on average euro 40 fix-xahar imma trid issemmi fatturi oħra, bħal ngħidu aħna l-costs tal-produzzjoni.", "Imbagħad qal li qed inġibu call centres 'l hawn - j'Alla nġibu call centres lejn pajjiżna, j'Alla nġibu minn din it-tip ta' attivita' ġdida – għalkemm s'issa nistqarr li għadni ma nafx bihom u nieħu gost jekk il-ministru jinformani dwar x'inhuma dawn il-call centres li ġejjin lejn pajjiżna.", "Dan qed ngħidu għax jien weġibtu u għedtlu li għandi informazzjoni li attivita' simili min-naħa ta' l-Air Malta - mhux call centre f'dan il-każ għax l-Air Malta m'għandhiex call centre – se tibda ssir l-Indja.", "Qalli li jien antikwat u qalli xi ħaġa hekk: Jekk ikun jagħmel aktar sens li l-Air Malta biex tkun iktar effiċjenti topera mill-Indja, allura ma tistax tħalli dik l-operazzjoni ssir Malta.", "Imma l-punt tiegħi ma kienx dak.", "Il-punt tiegħi kien li jekk m'għadux kompetittiv għall-Air Malta li attivita' ssir Malta u b'riżultat ta' hekk il-kumpannija nazzjonali ta' l-ajru se tgħaddi din l-operazzjoni f'idejn ħaddieħor, aħna kif se nikkonvinċu kumpanniji fl- Irlanda u l-Ingilterra biex dak li aħna bgħatna l-Indja huma jibagħtuh hawnhekk?", "Xtaqt li l-ministru kien hawn, kieku forsi kien iqum u jikkoreġini f'dan li qed ngħid jien.", "Kif jista' jkun li l-Air Malta tagħmel outsourcing ta' ċerta attivita' lejn l-Indja u aħna nippretendu li nġibu xogħol simili mill-Irlanda u mill-Ingiltrerra?", "Jiena din ma nifhimhiex u nispera li 'l quddiem xi ħadd jilluminani għax jinteressani ħafna l-fatt li xi ħaġa li għalina m'hijiex kompetittiva, pajjiżi oħra qed isibuha kompetittiva għalihom.", "Ħaġa li tinkwetani wkoll mhux bħala politiku imma bħala missier ta' tfajla ta' 16-il sena u oħra ta' 18-il sena hi r-risposta għall-mistoqsija: Ħames snin oħra, sitt snin oħra, għaxar snin oħra dawn fejn se jaħdmu?", "F'liema qasam se jaħdmu?", "Fejn se jkun hawn impjiegi?", "Meta titkellem ma' awdituri li jaħdmu biex iġibu investiment minn barra jgħidulek li fil-manifattura ma tantx għandna ċans.", "Veru li fil-qasam tal-farmaċewtika qed niċċaqlqu xi ftit għax fortunatament jidher li hemm ċans inġibu erba' kumpanniji, imma ma tantx naħseb li għandna ċans fil-qasam tal-manifattura.", "Lanqas fil-qasam tas-servizzi finanzjarji ma qegħdin noħolqu mpjiegi, ma tantx ġejjin minn barra biex jinvestu, ma tantx ġejjin kumpanniji minn barra jiftħu hawn Malta.", "Jien smajt li l-HSBC u l-Bank of Valletta qed jaraw kif iħeġġu lin- nies tagħhom jitilqu.", "Jien sinċerament inkwetat dwar fejn se jsibu mpieg il-mijiet ta' nies li qegħdin jidħlu fil-kulleġġ ta' l-arti, xjenza u teknoloġija u l-universita.", "J'Alla qed ninkwieta għal xejn, Mr Speaker.", "Fejn jidħol it-turiżmu hemm ċans li naraw ċaqliqa, imma dan is-settur mhux se jiċċaqlaq waħdu u rridu nċaqalquh bis-serjeta'.", "Irridu naraw kif se nagħmlu pjan serju strateġiku għall-qasam turistiku, kif se nġibu iżjed turisti li jonfqu iżjed, kif se nġibuhom matul is-sena kollha.", "Is-settur privat fil-fehma tiegħi qed jagħmel ix-xogħol tiegħu, qed jagħmel ħafna investiment, qed jagħmel ħafna sagrifiċċji.", "Dawk li qed jibqgħu fil- business jien insellmilhom u nirringrazzjahom li għandhom guts biżżejjed li jibqgħu fil-business u mhux jintelqu mal-kurrent ta' dawk li jwaqqgħu lukanda biex jibnu appartamenti minflok.", "Fil-fehma tiegħi naħseb li dawn qegħdin jaraw 'il bogħod iżjed milli qed jaraw dawk li qed jitfgħu ġidhom kollu fil-proprjeta'.", "Xi darba jew oħra din il-bużżieqa tal-proprjeta' trid tibda tinfaqa'.", "Diġa' meta tqabbel il-flus fejn huma investiti fl-ekonomija tagħna u tagħmel paragun ma' x'jiġri f'pajjiżi oħra ta' l-Ewropa, issib li aħna fost l-iktar li għandna flus fil-qasam tal-proprjeta' għax l-average fl-Ewropa hu 5% jew 6% waqt li fil-każ tagħna qegħdin xi 15%.", "Sur President, issa hawnhekk nistħi ngħid li jien nappartejni għal din il- ġenerazzjoni għax ikolli nammetti li m'għamiltx biżżejjed biex nara li dan il-pajjiż ma jiġix fgat bil-bini.", "Dan hu pajjiż li fgajnih bil-bini u bil- karozzi, pajjiż li ftit għamilnih ta' min jgħix fih għax bnejna kullimkien bil-blokki tal-konkos.", "Dan żgur li huwa pajjiż differenti minn dak sabiħ li trabbejt fih jien bħala tifel.", "Malta kienet ħafna isbaħ.", "Għandna madwar 40,000 appartament vojt.", "Kieku b'xi mod jew ieħor jirnexxielna nikkompetu mal-Marokk, mal-Kroazja, mal-Bulgarija, mar-Rumanija, ma' Franza u ma' Dubai tgħid fiha u ma fihiex, imma l-prezzijiet tal-proprjeta' hawnhekk huma ogħla minn dawk ta' Palm Island f'Dubai, minn Chateauroux fin-naħa t'isfel ta' Franza u minn vilel b'nofs tomna raba' magħhom ftit mili 'l bogħod minn Malta.", "Dawn l-appartamenti min se jiġi jixtrihom ma nafx.", "Dawn żgur mhux se jiġu minn barra biex jixtruhom.", "Taf min qed jixtrihom?", "Per eżempju, jien imprenditur kbir u b'kumpannija minnhom nissellef minn ċerti banek u nibni u bil-kumpannija l-oħra nixtri l-proprjeta' tiegħi stess biex fis-suq timxi l-kelma li l-appartamenti qegħdin jinxtraw!", "Li norbtu x-xorti ekonomika tagħna man-negozju tal-propjreta' u mas-suq tal- proprjeta' hija ġennata għax m'hemmx futur hemmhekk.", "Għalhekk importanti li jkollna pjan serju ta' kif se nerġgħu nkunu kompetittivi f'oqsma differenti u kif se noħolqu l-impjiegi.", "Il-gvern irid jagħmel il-parti tiegħu.", "Ma jistax sempliċement idur fuq il-ħaddiema u jsolvi l-problema tal- kompetittivita' bl-erbat ijiem vakanzi pubbliċi li jrid itellifhom.", "X'imkien qrajt li b'dawn l-erbat ijiem vakanzi pubbliċi li se jitilfu l- ħaddiema se titjieb b'xi 2% il-produttivita'.", "Jien nixtieq inkun naf kif wasalna għal dan il-kalkolu ibbażat fuq tant għerf !", "Nixtieq inkun naf xi studji għamel il-gvern u kif kejjel li l-produttivita' se titjieb bil- vakanzi pubbliċi li se jtellef lill-ħaddiema.", "Nixtieq inkun naf jekk sarux dawn l-istudji jew hijiex din storja oħra bħal dik ta' Fawlty Towers, ta' Basil Fawlty li jaqbad u jiġri 'l hawn u l'hemm u jagħmel l-affarijiet mingħajr pjan sħiħ u bis-sens.", "Irrid ngħid li jien wieħed minn dawk li mmur nixtri regolarment u ma nsib l- ebda problema li nġorr ġewlaq miegħi minflok noqgħod inġorr qabda boroż tal- plastic u nkompli ngħin biex nimlew pajjiżna bil-plastic.", "Imma l- affarijiet ma tagħmilhomx mil-lum għal għada għax trid tħabbarhom minn qabel, trid tipprepara s-soċjeta' minn qabel u tiżgura li n-nies se jaqilbu u lesti biex jaqilbu minn sistema għall-oħra u ċertament hemm modi kif tista' tippreparahom lin-nies.", "Allura dan kellna ndaħħluh fi żmien fejn diġa' l-pajjiż qed jitlef il-kompetittivita' tiegħu u meta diġa' qed ngħidu li t-taxxi u r-regolamenti li għandna qed iservu biex itellfuna l- kompetittivita'?", "F'settur wara l-ieħor għandna problemi li qed jinħolqu mit-taxxi żejda tal-gvern u mir-regolamenti żejda li għandna.", "Pajjiżi oħra li aħna nammiraw, fi żmien ġimgħa lill-investitur jagħtuh dak kollu li jiġi bżonn imma lil dawn in-nies aħna naqilgħulhom qalbhom u nħalluhom idumu x-xhur jistennew biex ngħidulhom jekk jistgħux jiftħu fabbrika jew jekk jistgħux jibdew proġett hawn.", "Min aħna aħna biex nieħdu din il-pożizzjoni?", "Illum qed ngħixu f'ċirkostanzi fejn għandek aktar minn 200 pajjiż jikkompetu flimkien biex jaraw kif jiġbdu l-investiment lejhom, biex jaraw kif jiġbdu t-turisti lejhom, biex jaraw kif jiġbdu attivita' ekonomika lejhom u minkejja dan aħna għadna naħsbu li aħna ċ-ċentru tad- dinja, li l-bqija tad-dinja qiegħda hemm biex titmagħna u tagħtina nieklu u biex tibgħatilna t-turisti u biex tibgħatilna l-investiment mingħajr ma naraw eżattament aħna x'qed noffru, xi klima qed noħolqu u x'kondizzjonijiet qed noħolqu.", "Il-gvern għandu responsabbilta' kbira biex jara jekk dawn il-kondizzjonijiet humiex biżżejjed tajbin, x'għandna bżonn biex niġbdu l-investiment, biex niġbdu n-nies u biex noħolqu l-impjiegi.", "Ma jistax il-gvern sempliċement jgħid li l-unions iridu jaċċettaw dak li qed jgħidilhom hu.", "Biex il-pajjiż joħroġ mis-sitwazzjoni diffiċli li qiegħed fiha kulħadd irid jagħti sehmu, inkluż il-gvern li bilfors irid jara x'jagħmel biex joħloq dik il-klima meħtieġa fejn kulħadd jiġbed ħabel wieħed.", "M'għandux ikun li meta niġu għall-ġbid tal-ħabel dan ikun biss x'ħin niġu għas-sagrifiċċji.", "Għax biex il-gvern jibqa' iberbaq il-ġid ta' dan il-pajjiż donnu li flus hemm, imma x'ħin niġu għas-sagrifiċċji dawn jiġu imposti biss fuq dawk li diġa' qed ibatu u fuq dawk li għandhom problemi serji.", "Għalhekk huwa importanti li l-policies ikunu kkordinati fi pjan sħiħ.", "Jien semmejt il-bżonn ta' pjan strateġiku nazzjonali għat-turiżmu, imma hemm bżonn ta' pjan nazzjonali fil-qasam ekonomiku kollu kemm hu.", "Inutli jkollok settur wieħed biss li qed tfassal u tippjana għalih.", "Trid tippjana l-qasam kollu kemm hu ta' l-attivita' ekonomika, pero' sadanittant il-gvern qed jaħdem mingħajr pjan.", "Il-policies iridu jkunu jagħmlu sens fil-kuntest tal-qafas ġenerali ta' policies li hemm bżonn, speċjalment fis-sitwazzjoni li qegħdin fiha u anke minħabba t-tibdil li għad irid jiġi.", "Għandna bżonnhom minħabba din 'l hekk msejħa globalizzazzjoni li tant nitkellmu dwarha.", "U meta tiġi biex iċċaqlaq minn tip ta' bażi ekonomika għal tip ta' bażi ekonomika ġdida, aktar u aktar irid ikollok pjan dwar kif se tagħmlu dan.", "Issa l-aktar ħaġa nkwetanti hi li m'aħniex nindirizzaw u nistaqsu lilna nfusna għaliex intilfet il-kompetittivita'.", "Meta niġu għall-kompetittivita' ma tistax twaħħal biss fil-pagi tal-ħaddiema u tgħid għax il-pagi tal- ħaddiema huma għoljin.", "Trid tieħu l-pagi tal-ħaddiema wkoll, imma trid teħodhom f'kuntest aktar wiesa' ta' l-ispejjeż biex toffri servizz jew toffri prodott.", "L-ispejjeż m'humiex magħmulin biss mill-labour costs imma huma magħmulin ukoll mill-ħafna regolamenti u ħafna taxxi u spejjeż li daħħal il-gvern.", "Biex tindirizza l-problema tal-produttivita' ma tistax tħares biss lejn il-pagi tal-ħaddiema u ma tistax titlob biss sagrifiċċji mill-ħaddiema imma trid tħares lejn kollox.", "Ma tistax min-naħa waħda bħala gvern tibqa' tonfoq bl-addoċċ u min-naħa l-oħra tesiġi li l-ħaddiema, l- impjegati, il-familji, il-pensjonanti jġorru t-taxxi għal dan l-infiq u tberbiq.", "Min-naħa l-oħra trid tara kif se tħarreġ lin-nies tiegħek biex ikunu jistgħu jagħmlu x-xogħol il-ġdid li jrid isir.", "Illum nitkellmu aktar minn qatt qabel fuq knowledge-based economy u kif hemm bżonn ta' nies imħarrġa aħjar fil-qasam ta' l-informatika, fil-qasam tax-xjenza, fil-qasam tal- matematika u fil-qasam ta' l-inġenerija.", "Anke fil-qasam tas-servizzi li noffru rridu jkunu mħarrġin aħjar.", "Dak li ma nistgħux noffru iżjed għaliex għoljin wisq bħala post ta' produzzjoni, irridu npattu għalih bit-tip ta' knowledge products u knowledge services li kapaċi noffru.", "Issa hawn waħda mill-iktar affarijiet inkwetanti li għandna hi li 40% tat-teenagers – jien hekk nikkalkulhom - jispiċċaw l-iskola ta' 16-il sena iżda joħorġu mingħajr ħiliet bażiċi fl-Ingliż, fil-Malti u l-matematika.", "Jien ngħid li dawn għandhom problemi biex isibu mpjieg anke fl-ekonomija tradizzjonali għax dawn lanqas is-snajjiet bażiċi biex jaħdmu m'għandhom.", "Aħseb u ara dawn x'se jagħmlu biex ikollhom dawk il-ħiliet meħtieġa biex jaħdmu fl-ekonomija l-ġdida li qed ngħidu llum li għaliha trid bażi aktar għolja ta' functional skills, ta' teknoloġija, ta' xjenza, ta' inġinerija, livell aktar ogħla ta' edukazzjoni relevanti għall-ekonomija tal-lum u ta' għada.", "Aħna nqbadna f'salib it-toroq.", "Min-naħa waħda m'aħniex kompetittivi f'dak li għandu x'jaqsam ma' spejjeż u min-naħa l-oħra m'għandniex l- iskills meħtieġa biex niċċaqalqu għall-ekonomija l-ġdida.", "Nerġa' ngħid li meta kont nitkellem dwar dan fis-snin li għaddew dejjem kienu jgħiduli profeta tad-dlam, qisu jien nieħu gost ngħid li 2,000 minn kull 5,000 li jispiċċaw il-form five kull sena ma jgħaddux mill-Malti, mill- Matematika u mill-Ingliż.", "Imbagħad għax l-istatistika toħroġ mill- eurostat, dik imbagħad naċċettawha u nammettu li l-akbar problema tagħna hija f'dak il-qasam.", "Ftit għandna dawk li jkomplu jistudjaw tul ħajjithom u ftit għandna ħaddiema fit-taħriġ.", "Kif se nagħmlu biex ikollna t-taħriġ meħtieġ biex dawn in-nies jiksbu l-ħiliet u s-snajja' meħtieġa?", "Kif se jiksbu ħiliet ġodda dawk li diġa' qegħdin in employment?", "Kif se niżguraw li dawk li se joħorġu mill-iskola għada pitgħada se jkollhom l-iskills meħtieġa?", "Sadanittant aħna nieħdu l-affarijiet bil-mod meta pajjiżi oħra jaraw x'jagħmlu u jarmaw biex joffru l-aħjar u aħna so complacent, qisu nistgħu noqogħdu nistennew lid-dinja jew aħjar nippretendu li d-dinja tistenna lilna.", "M'għandna ebda sens ta' urġenza biex inbiddlu l-affarijiet li hemm bżonn biex dan il-pajjiż jibqa' vijabbli.", "Jien ngħid li m'għandniex nieħdu dan l-atteġġjament jekk aħna rridu li dan il-pajjiż jibqa' vijabbli, jekk dan il-pajjiż irid ikollu opportunitajiet u mpjiegi x'joffri għaż-żgħażagħ li telgħin u għal dawk li qed jitilfu l- impjieg tagħhom u għal dawk li qegħdin bla xogħol Kif ser intejbu l- kwalita' tal-ħajja?", "Kif se nsibu l-flus għall-edukazzjoni?", "Kif se nsibu l- flus għas-servizzi tas-saħħa?", "Kif se nsibu l-flus għas-servizzi soċjali?", "Kif se nsibu l-flus biex nibdew inħarsu l-ambjent kif għandna bżonn kemm fuq l-art kif ukoll fuq il-baħar?", "Kif se nqassmu l-ġid jekk mhux se noħolqu l-ġid?", "U kif se noħolqu l-ġid jekk aħna mhux se noħolqu l- kondizzjonijiet biex jerġa' jibda jikber l-investiment lokali u barrani?", "Għalhekk importanti li jkun hemm pjan serju ekonomiku biex il-policies individwali li qed niddiskutu jagħmlu sens u mhux sempliċement sensiela ta' policies qisna gvern ta' Fawlty Towers.", "Ċertament dan huwa ħażin għax Basil Fawlty kien daqsxejn bla ras u ma tantx kienu jiġuh ideat tajbin f'rasu.", "Sfortunament nerġa' ngħid li l-gvern iħabbar policies u mbagħad jerġa' jbiddilhom, atteġġjament simili għal ta' din il-kummiedja li semmejt.", "Iżda l-kummiedja fil-każ ta' pajjiżna m'hijiex kummiedja li qed iġġib id-daħk imma hija kummiedja li qed iġġib il-biki għaliex qed ibatu l-familji, qed ibatu l-pensjonanti u qed ibatu oqsma ekonomiċi sħaħ li qed jintlaqtu ħażin minn dan kollu.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Justyne Caruana.", "ONOR.", "JUSTYNE CARUANA: Sur President, sa minn mindu kont żgħira dejjem niftakarna li meta jibda joqrob żmien il-budget, kulħadd ikun qisu daqsxejn eċitat biex jara x'se jkunu l-miżuri, x'se jogħla u x'taxxi ġodda se jkun hemm.", "Pero' llum il-ġurnata l-affarijiet inbidlu daqsxejn għax jiġi l-gvern u jagħmel diskors u jippubblika fuljett li skoprejt li jinbiegħ Lm1 lill-pubbliku.", "F'dan id-diskors isir diskors f'sens ġenerali u jsir aċċenn għal xi miżura 'l hemm u oħra 'l hawn, pero' mbagħad matul is- sena tibda tara jfaqqsu t-taxxi u ż-żidiet bl-addoċċ li jgħaddu minn quddiemna permezz ta' xi avviż legali.", "Tajjeb wieħed jinnota l-mod kif qed jgħaddu dawn l-avviżi legali għall-implimentazzjoni ta' dawn it-taxxi għax dawn sempliċement jitpoġġew fuq il-mejda tal-Kamra qisu ma ġara xejn, mingħalihom tan-naħa l-oħra li l-poplu mhux jinduna.", "Jiena naħseb li sa ċertu punt din it-tattika taħdem għaliex tant qed jitpoġġew avviżi legali wieħed wara l-ieħor li lanqas taqrahom ma tilħaq, imma mbagħad dak li jkun jinduna bihom meta jintlaqat fil-but.", "Min-naħa tal-gvern donnhom li sħabna jippretendu li aħna ta' din in-naħa noqogħdu kwieti, ngħidulhom prosit u anke nċapċpulhom.", "Qisu li l-kritika tagħna ma jaċċettawhiex u bilkemm ma jippruvawx iżebilħuha wkoll.", "Jiena kultant niskanta għax ngħid li dawn insew meta kienu fl-oppożizzjoni kemm kienu jikkritikaw u jagħmlu kjass għal kull ħaġa ta' xejn.", "Ħlief ħsara u ntoppi ma kenux jagħmlu fi żmienhom.", "Donnu li għax qegħdin fil-gvern kulma jagħmlu huma huwa sagrosant u kulma jagħmlu kollu tajjeb u Allaħares min imaqdarulhom.", "Jien lil tan-naħa tal-gvern ngħidilhom: Għax ma tinżlux ftit mill-muntanja u taraw b'għajnejkom u tmissu b'idejkom x'effett qed ikollhom dawn it-taxxi fuq in-nies?", "Ir-realta' hija iebsa u ma taqbel xejn ma' kif qed jippruvaw ipinġuha n-Nazzjonalisti, li kollox ward u zahar u kollox fuq ir-rubini.", "Sur President, dan qed ngħidu għax min imur ġod-djar tan-nies jaf x'jien ngħid u jaf li għandi raġun u jaf li l-poplu huwa mgħaffeġ bil-piżijiet u litteralment bla nifs biex jipprova jlaħħaq mal- ħajja.", "Tmur fejn tmur u titkellem ma' min titkellem, hu min hu, indipendentement mill-fehma politika tiegħu, kulħadd jgħidlek li ma jistax ilaħħaq mal- ħajja.", "Tmur tagħmel id-door to door u n-nies idaħħluk ġewwa u anke jiftħu qalbhom miegħek.", "Kien hemm waħda sinjura li qaltli li meta jkunu ġejjin il- kontijiet tad-dawl u l-ilma jkollha tgħaddi mingħajr laħam.", "Kien hemm oħra li qaltli li ma tixtrix ħelu lit-tfal u soft drinks forsi jirnexxielha twarrab xi ħaġa żgħira biex tkun f'qagħda li tħallas il-kontijiet.", "Aħseb u ara dawn x'se jagħmlu x'ħin tibda titħaddem is-surcharge!", "X'se jagħmlu dawn?", "Ma jiklux?", "Bilfors ikollhom inaqqsu minn hawn u jnaqqsu minn hemm jekk iridu jlaħħqu mal-kontijiet.", "Imma issa l-affarijiet se jkomplu jaggravaw ruħhom minħabba l-miżuri li l-gvern se jintroduċi permezz ta' din il-liġi u tramite dawn l-avviżi legali.", "Mhux billi min hu komdu jgħid li l-budget ta' Novembru kien wieħed moderat għax allura ngħidlu biex qabel jitkellem jiżen l-affarijiet sew, inkluż iż-żieda fil-prezz tal-pitrolju.", "Bħal-lum ġimgħa kont qed insegwi dak li kien qed jgħid l-Onor.", "Tonio Fenech, fejn spjega kif il-gvern wasal għal din il-miżura.", "Qal li sar studju li minnu rriżulta li hawn konsum ta' pitrolju iktar milli suppost u allura skond hu toħroġ waħedha li hawn l-abbuż.", "Issa jien mhux se ngħid li abbuż m'hawnx, imma għaliex mal-ħażin għandu jeħel it-tajjeb?", "Jien naħseb u nispera li min għamel dan l-istudju huwa konxju tal-fatt li hawn ħafna intrapriżi u self-employed f'diversi oqsma li investew f'makkinarju li jitħaddem bil-pitrolju.", "Wieħed furnar Għawdxi qalli li qabel ir- referendum kien ingħata ċertu inkoraġġiment biex jinvesti f'dan it-tip ta' makkinarju għax hekk kien jaqbillu.", "Fil-fatt veru li kien jaqbillu, pero' issa b'din il-miżura l-ġdida qed jinduna li l-operation costs se jiżdiedulu bil-bosta u se jkollu jkeċċi lin-nies li għandu mpjegati miegħu.", "U bħal dan ir-raġel sfortunatament hawn ħafna, Sur President.", "Hawn ukoll ħafna households li jużaw il-heaters tal-pitrolju sabiex jiffrankaw l-elettriku.", "Dawn issa se tiġihom ħafna aktar biex iżommu d-dar sħuna fix-xitwa u qed jgħidu li lanqas ħaqq li xtraw dawn il-heaters għax mhux se jibqgħu worth it.", "Allura dawn għandhom jaqgħu fl-istess keffa ta' min qiegħed jabbuża meta nafu li hawn makkinarju li permezz tiegħu tkun taf jekk ikunx qed isir abbuż jew le?", "Allura minflok ma l-gvern qabad u qata' ras kulħadd, mhux aħjar kieku beda juża aktar dan il-makkinarju u jippenalizza lil min jabbuża u mhux jieħu miżura bħal din għad-detriment ta' ħafna familji?", "Imma dawn hekk jagħmlu għaliex l-ewwel jonfqu kollox u jħarbtu l-kaxxa ta' Malta u mbagħad jagħfsu fuq il-poplu.", "Imqar stennew li tgħaddi x-xitwa biex jibdew jimplimentawha din il-miżura.", "Ma tarax, bdewa fl-eqqel tax-xitwa ħalli l-familji tagħna żgur ilaqqtuha mill-bidu sa l-aħħar.", "Issa bdejna nħossu wkoll l-effetti ta' l-eko-kontribuzzjoni għax meta konna qed niddiskutu din il-liġi bdew isejħulha hekk, pero` din ma hi xejn ħlief taxxa oħra li qed tiġi mposta fuq il-poplu.", "Naturalment mhix ħaġa ħażina li tipproteġi l-ambjent, pero` ma naqbilx li dan tagħmlu a skapitu tal- familji tagħna.", "Nittama li min qed jismagħna ma jaħsibx li aħna ta' din in- naħa m'għandniex għal qalbna l-ambjent għax żgur li mhux il-każ.", "Tant mhux il-każ li konna aħna bħala partit li nidejna dokument – kien ħadem fuqu l- Onor. Joe Mizzi - li ndirizza l-problema ambjentali u anke offra soluzzjonijiet.", "Pero` waqt id-dibattitu fuq din it-taxxa aħna kellna l- obbligu li nindirizzaw l-effett soċjali u naħseb li l-poplu l-ewwel li ħassha u rrealizza x'konna qed ngħidu kien meta bdejna nħallsu fuq il- basktijiet tal-plastik.", "Is-soltu meta konna mmorru nixtru kienu jagħtuhomlna b'xejn, nużawhom u mbagħad narmuhom, pero` din tal-basktijiet tal-plastik għadu biss il-bidu.", "Għal min ma jafx, kulmin irid jixtri computer irid iħallas aktar għax irid iħallas l-eko-kontribuzzjoni.", "Ara x'piż se jiżdied fuq min irid jixtri computer, mhux fuq il-kbar biss imma speċjalment fuq dawk li qed jitgħallmu l-computer.", "U mhux biss biex jixtruh imma anke sabiex iħaddmuh għax jekk tara l-lista ssib li l-cartridges tal-printer għolew ukoll.", "B'dan il-mod trid tinkoraġġixxi l-computer literacy fost l-istudenti?", "Minflok tinkoraġġihom u tagħtihom inċentiv qed tintaxxahom aktar, sabiħa din!", "Dawn huma ftit eżempji biss għax il-lista annessa mal-liġi hija twila u għandi nifhem li aktar ma jgħaddi ż-żmien, aktar se tiżdied din il-lista.", "Inkella kif se jitħallsu tal-WasteServ għax dawn għandhom ħafna managers, diretturi u executive officers li b'mod jew ieħor iridu jitħallsu.", "Issa jien naħseb li wara l-emendi li qed niddiskutu, ġejjin dawk l-emendi dwar il-festi pubbliċi li se jitnaqqsu mill-leave tal-ħaddiema meta jaħbtu s-Sibt jew il-Ħadd.", "B'daqqa ta' pinna l-gvern se jieħu din il-miżura a skapitu tal-ħaddiem u dan f'ġieħ il-kompetittivita` u l-produttivita`.", "Jiena ma nafx b'liema kuraġġ u b'liema wiċċ jiġi dan il-gvern u jipproponi ħaġa bħal din meta l-kriżi li hawn fil-pajjiż ħoloqha hu stess.", "Issa qed idur fuq il-ħaddiem biex jagħmel tajjeb għal dan.", "Minn fuq tisma diskors fuq it-television fejn qed jgħidu li meta l-partit Laburista kien fil-gvern kien neħħa l-vakanzi wkoll.", "Iva dakinhar hekk għamel għax hekk kien hemm bżonn, pero` trid tara l-kuntest kollu.", "Dak iż-żmien kien qed jiġi nnegozjat pakkett sħiħ, fejn il-ħaddiem ta xi ħaġa pero` ggwadanja wkoll għaliex ħa ħafna allowances u ħafna benefiċċji oħra li għadhom hemm sal- lum.", "Issa dan il-gvern x'se jagħtih lill-ħaddiem?", "Dan hu l-punt interrogattiv, Sur President.", "Ikkritikawh tant lill-gvern Laburista għax neħħa l-vakanzi, imma issa x'se jagħtuh lura dawn tal-lum lill-ħaddiem?", "Il-partit Nazzjonalista hekk jagħmel, l-ewwel jgħid mod u mbagħad jagħmel mod ieħor.", "Agħar minn hekk, din il-proposta qiegħda ssir taħt it-theddida li jew isir hekk altrimenti l- ħaddiem se jitlef l-impjieg tiegħu.", "Ma naħsibx li din hija serjeta` u ma naħsibx li diskors bħal dan se jkun produttiv u ta' benefiċċju għall- ħaddiem.", "Il-messaġġ tiegħi huwa li ż-żgħir waħdu ma jistax jikkumbatti lill-gvern, iżda meta ż-żgħir jingħaqad flimkien bħalma rajna l-ġimgħa l- oħra, il-vuċi tiegħu tasal bil-wisq aktar.", "Minn hawn ta' min jikkumplimenta lill-unions li ngħaqdu flimkien sabiex iwasslu l-vuċi tal-poplu u nħeġġeġ lill-gvern biex ma jibqax insensittiv u passiv għall-vuċi tal-poplu.", "Ma jistax jibqa' għaddej minn fuq kulħadd qisu romblu u ma jikkonsidrax l-interessi tal-ħaddiem, l-interessi taż- żgħir.", "Aħna ta' din in-naħa nistgħu naċċertaw lil kulħadd li żgur mhux se nibqgħu b'idejna fuq żaqqna u b'ħalqna magħluq.", "Id-dover ta' kull wieħed u waħda minna, anke tan-naħa l-oħra, huwa li nipproteġu l-interessi ta' min huwa żgħir, ta' min għandu bżonn l-għajnuna u ta' min eleġġiena u fdana hawnhekk sabiex nirrappreżentaw l-interessi tiegħu.", "Għalhekk inħeġġeġ lil kulħadd li f'deċiżjonijiet bħal dawn l-ewwel u qabel kollox għandu jara l- interess tal-ħaddiem u tal-familji.", "Nirringrazzjak.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Carmelo Abela): Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L- Onor. Robert Arrigo.", "ONOR.", "ROBERT ARRIGO: Sur President, nixtieq inressaq ftit ħsebijiet fuq dan is-suġġett fl-isfond ta' xi affarijiet li qed jiġru bħalissa.", "Smajna ħafna diskors li l-gvern qed jagħmel ħsara lil Malta, imma meta noħorġu lin- nies jipprotestaw u jiddimostraw fit-toroq naħsbu li b'daqshekk se niġbdu l- investiment lejn Malta?", "Jien ngħid li assolutament le għax ma naħsibx li b'dawn id-dimostrazzjonijiet se naġevolaw l-impjiegi.", "Min qed jaħseb biex jiġi jinvesti hawnhekk u min forsi għandu xi aġenti hawn Malta biex jagħtuh parir jekk għandux jiġi jinvesti f'pajjiżna, ma tantx jistgħu jgħidulu li għandna klima tajba li taġevola l-investiment.", "Għadna għaddejjin bil-kwestjoni tal-vacation leave li se jitnaqqas meta festa pubblika tinzerta s-Sibt jew il-Ħadd.", "Wara erba' xhur u nofs ta' diskussjonijiet baqa' ma ntlaħaqx ftehim u dan minkejja li kulħadd f'din il- Kamra qed jgħid li hemm bżonn ta' patt soċjali.", "F'dan il-każ ħadd ma jrid iċedi biċċa biex jieħu biċċa oħra.", "U l-ħaddiem x'se jieħu minn dawn il- miżuri?", "Se jieħu l-impjieg.", "Il-verita' hi li jekk hemm impjiegi mhedda minħabba li pajjiżi oħrajn qed joffru lill-investituri kondizzjonijiet ħafna aħjar milli qed noffru aħna, dan il-gvern irid jara x'jagħmel biex jissalvagwardahom l-impjiegi.", "U jrid jagħmel hekk permezz ta' ħafna miżuri, inkluż it-tnaqqis tal-ġranet tal-leave.", "Żgur li m'huwiex il-pjaċir ta' l- ebda partit fil-gvern li jnaqqas il-ġranet tal-leave, imma jekk hemm bżonn għandu jsir hekk biex nissalgwardaw l-impjiegi.", "Irridu nħarsu lejn din il- miżura fil-kuntest sħiħ tas-sitwazzjoni ta' l-impjiegi f'pajjiżna.", "Jien nittama li dan iż-żmien kollu li qed jintilef ma jkunx ta' xejn – dalwaqt se nidħlu fil-ħames xahar ta' diskussjonijiet fuq dak li suppost ġie miftiehem f'Awissu li għadda – u nispera li min qed iżomm milli jintlaħaq il-ftehim m'għandux ħsebijiet ulterjuri u qed juża lill-ħaddiema sabiex jieħu lura xi cargo handling f'eżerċizzju skandaluż ta' bartering.", "Jien ngħid li l-ħaddiema għandhom iqabblu l-importanza tal-vacation leave ma' l-importanza li jżommu l-impjieg li għandhom.", "Ħafna kelliema qed jgħidu li għandna nissalvagwardaw il-middle class, il-frażi l-ġdida li ta' spiss qegħdin nisimgħu.", "Qabel konna nissalvagwardaw il-klassi tal-ħaddiem u issa nsejna l-ħaddiem u tlajna għall-middle class!", "Naħseb li l-middle class, il-mutur ta' Malta, xogħol irid.", "Żgur ma jridx protesti għax b'hekk l-investiment jispiċċa fix-xejn u addio l-impjiegi.", "Sfortunatament id-dimostrazzjonijiet se jkomplu u dan ma tantx jista' jawgura tajjeb.", "Aħjar kieku nagħmlu dimostrazzjoni kontra dawk l-uħud fil- forzi armati li taw bil-lembuba lill-immigranti, ħaġa li l-ebda kelliem u l-ebda gazzetta ta' l-oppożizzjoni għadhom ma għarrfu lill-pubbliku dwarha.", "Rajna shots fuq it-television u rajna ritratti li konna ilna ma naraw bħalhom.", "Fil-passat kien ikun hawn xi mass meeting fejn konna naraw il- lembubi jintużaw.", "U hawnhekk irrid ngħid li f'dan il-każ jiena nifraħ lill- prim ministru li mill-ewwel ordna inkjesta għaliex dawn l-affarijiet ma joffrux image tajba ta' pajjiżna.", "Irrid ngħid ukoll li nieħu gost li l-flus li nħarġu biex inxtrat Dar Malta ma wasslux għal żieda addizzjonali fid-deficit tas-sena li għaddiet, apparti li jien nemmen li min jonfoq il-flus biex jixtri daru ma jagħmilx investiment ħażin.", "Tas-Super One kontinwament għaddejjin bid-diska li l- businessmen iżidu s-sales jekk iġibu r-reklami fuq is-Super One.", "Fil-fatt jgħidu li kull min jirriklama fuq is-Super One iżid il-business tiegħu b'rata perċentwali tant qawwija li kważi kważi kulħadd għandu jirriklama magħhom.", "Mela dawn min-naħa jgħidu li hawn ħafna problemi u min-naħa l- oħra jgħidu li jekk wieħed jirriklama fuq is-Super One iżid il-bejgħ!", "Imma ħalli nerġa' ndur għall-kwestjoni tal-vacation leave għalkemm xtaqt nikkollegaha mas-sick leave għaliex nemmen li hemm abbuż mhux żgħir fit- teħid tas-sick leave.", "L-employers jaqblu li wieħed ikollu allotted ċerti ġranet ta' sick leave imma ċertament ma jaqblux li dan għandu jittieħed abbużivament, speċjalment nhar ta' Tnejn jew nhar ta' Ġimgħa biex wieħed jgħaqqad a longer weekend.", "Naħseb li hemmhekk hemm ċans li wieħed jidħol f'dak il-patt soċjali tant meħtieġ u jiftehmu l-partijiet illi jitnaqqas is-sick leave.", "Jien ngħid li dak li huwa abbuż għandna ngħiduh hawnhekk.", "Il-gvern m'għandux ikompli jħallas tas-sick leave għal iżjed mit-tlett ijiem kif jagħmel bħalissa, għalkemm forsi jista' jżidhom sa ħamsa.", "Il-unions qegħdin jgħidu li jekk jitneħħew xi ġranet tal-leave jistgħu jitkeċċew xi nies – smajtha fuq ir- radio din.", "Min-naħa tagħhom l-employers iridu wkoll jaraw li ma jkun hemm l-ebda tkeċċija u forsi jistgħu jagħtu inċentiv ukoll biex ipattu għas- sick leave jew għall-vacation leave.", "Jistgħu jżidu l-impjegati wkoll, ngħidu aħna wieħed għal kull 25 li jimpjegaw.", "Jekk naħdmu bis-serjeta` u mhux fl-interess partiġġjan nistgħu naslu fuq medda ta' tliet snin ngħid jien.", "Sur President, jekk nista' naqleb is-suġġett, illum kien hemm xi rapporti fil-gazzetti dwar car park fi Qui-si-sana.", "Ngħid għalija jekk il-gvern se joħroġ il-flus hu għal dan il-proġett, nesiġi li dawn il-flus jintużaw għall-car park biss u ma jkun hemm l-ebda klawsola fil-kuntratt li tkun tippermetti xi change of use, speċjalment meta qed jingħad li r-residence parking scheme li ħierġa se tkun taħt il-kontroll ta' l-iżviluppatur u n- nies li jgħixu Tas-Sliema jkunu jridu jħallsu sabiex jipparkjaw il-karozza.", "Jiena ma naqbel xejn ma' din u naħseb li l-kunsill lokali ta' Tas-Sliema jrid jidħol fiha sew din u jieħu ħsieb l-affarijiet.", "Nixtieq ngħid ukoll xi ħaġa fuq is-surcharge, Sur President.", "Għax jekk barmil żejt bħalissa jitla' għal 50 dollaru fis-swieq internazzjonali, żgur li dan huwa prezz ħafna aktar għoli minn dak li konna nħallsu fis-sajf.", "Wara kollox il-gvern wiegħed li jekk il-prezz taż-żejt jonqos, is- surcharge tonqos ukoll u naħseb li f'dan il-kuntest irridu nagħtu ċans u naraw x'se jiġri.", "B'referenza għall-bord il-ġdid ta' l-MTA, ċertament dan għandu biċċa xogħol x'jagħmel għaliex it-target hu li jinġiebu 50,000 ruħ aktar fis-sena u nixtieq li l-MTA jagħtuna pjan ta' minn fejn ġejjin dawn il-50,000 ruħ.", "Jannar diġa` magħna u nafu li fl-industrija tat-turiżmu wieħed irid iħares daqsxejn 'il bogħod.", "Bħalissa suppost ma nkunux qed nippjanaw għal dan is- sajf imma għal sajf ieħor u allura naħseb li l-MTA trid iġġorr ir- responsabbilta` tagħha.", "Jiena nawgura li l-pjan qiegħed hemm, pjan long- term fuq medda ta' erba' snin jew ħamsa u nawgura wkoll li l-affarijiet jinbidlu u jinbidlu għall-aħjar.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Insejjaħ lill-Ministru Zammit Dimech.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Sur President, illum qegħdin niddiskutu liġi li l-iskop tagħha huwa li jkunu implimentati diversi miżuri mħabbra fl- aħħar budget.", "Jiena naħseb li huwa opportun li nintervjeni għax fl-aħħar mill-aħħar għandna naqblu lkoll – ħalliha li jaf ikun hemm xi dettalji ta' opinjoni fejn wieħed jista' ma jaqbilx - li dan huwa budget ta' l-akbar stimolu u l-akbar messaġġ favur l-industrija tat-turiżmu, budget li jirreferi għat-turiżmu bħala wieħed mill-pilastri ewlenin ta' l-ekonomija u li biex jissaħħaħ jeħtieġ sforz effettiv u kollettiv, budget li jpoġġi miri ċari li l-gvern irid jilħaq fit-tliet snin li ġejjin.", "Fid-diskors tal-prim ministru, wara li saret l-enfasi fuq il-fatt li qegħdin nitkellmu fuq wieħed mill-pilastri ewlenin ta' l-ekonomija, ingħad li l-gvern qed jimmira għal żieda bejn 100,000 u 150,00 turist sas-sena 2006/2007 - jew aħjar għal żieda ta' 50,000 turist fis-sena għat-tliet snin li ġejjin - b'akkomodazzjoni akbar fil-lukandi five-star.", "Infakkar ukoll li l-budget diġa` jindirizza x'għandhom ikunu ż-żewġ għanijiet tal-politika strateġika għat-turiżmu li l-gvern iddeċieda li għandhom ikunu indirizzati.", "Qed ngħid dan għax repetutament nisma' diskorsi min-naħa ta' l- oppożizzjoni dwar il-ħtieġa ta' strateġija u ta' pjan ta' azzjoni f'dan il- qasam.", "Ċertament aħna naqblu fuq dan il-bżonn u dak hu l-inkarigu ta' l- awtorita` għat-turiżmu, pero' ma nistax ma nfakkarx li l-gvern preżenti ilu ħafna jagħmel din l-enfasi fuq il-ħtieġa ta' strateġija aġġornata fil- qasam tat-turiżmu.", "Hawn irrid ngħid ukoll li aħna mhux biss irridu nagħmlu proċess ta' ristrutturar mil-lat amministrattiv – għax inti ma tagħmilx eżerċizzju ta' ristrutturar bħala mira fih innifsu imma tagħmel dak l-eżerċizzju għal dak li mbagħad tkun trid takkwista bħala riżultat tiegħu – imma rridu awtorita' li ssir dejjem aktar effettiva, effiċjenti u orjentata lejn il-marketing u awtorita` li tkejjel dak li hi takkwista permezz ta' miri preċiżi u aktar accountability.", "Fil-budget ta' din is-sena dawn il-miri huma ċari.", "Qed ngħidu li din il-politika strateġika għat-turiżmu f'Malta għandu jkollha bħala l-ewwel għan li nżommu s-sehem tas-suq li għandna llum tat-turisti li jżuru Malta biex igawdu x-xemx u l-baħar u li jagħmlu bookings ma' aġenziji turistiċi stabiliti u ma' operaturi turistiċi speċjalizzati.", "Dan juri li aħna għandna nibqgħu noffru dak il-pakkett ta' turiżmu li mdorrijin bih, pero` miegħu ikun hemm it-tieni għan – u għalija hawn hu l-mesaġġ - dak li nużaw aħjar ir-riżorsi finanzjarji u l-isforzi tal-marketing biex niġbdu iktar turisti.", "Mr. Speaker, irrid ngħid li l-budget jelenka dawn in-niċeċ u fost oħrajn isemmi t-turiżmu kulturali, it-turiżmu sportiv, it-turiżmu marbut mat- tagħlim tal-lingwi, it-turiżmu marbut mal-konferenzi u t-turiżmu li jħares lejn Għawdex bħala destinazzjoni.", "Hawnhekk ma nistax ma nesprimix is- sodisfazzjon kbir għan-nom tal-gvern kollu għall-fatt li l-bieraħ ġewwa Għawdex stess kien iffirmat il-ftehim li se jfisser mhux biss li se jerġa' jkollna s-servizz tal-helicopter bejn Malta u Għawdex imma li jkollna servizz li huwa effiċjenti u li joffri l-garanziji kollha meħtieġa mil-lat ta' sigurta`.", "Se jkollna servizz minn kumpannija rinomata internazzjonalment u speċjalizzata f'dak il-qasam.", "Se jkollna servizz li jirrifletti li hawn min qed jiġi f'pajjiżna u jinvesti f'settur intimament marbut mal-qasam tat-turiżmu.", "Hawnhekk mhux qed nitkellmu biss fuq investiment lokali, li huwa importanti ħafna, imma fuq investiment li ġej minn barra u dan qed jiġri minkejja l-istqarrijiet repetuti li saru min- naħa ta' l-oppożizzjoni li dan l-investiment mhux se jiġi jekk il-gvern ma jissussidjahx.", "ONOR.", "ANTON REFALO: Sur President, jista' il-Ministru jgħidilna kemm hu l- fare tal-helicopter?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Sur President, il-gvern se jħabbar id- dettalji kollha fil-mument opportun u nassigura lill-Onor.", "Refalo li d- diskussjonijiet kollha saru ma' min għandu tassew għal qalbu l-interess kummerċjali t'Għawdex, inkluż it-tourism association u l-business chamber.", "Nista' nassigurah li hemm sistemi ta' tariffi differenti li jvarjaw skond jekk wieħed jużax is-servizz ta' darba jew jekk jużahx b'mod regolari.", "Nassigurah ukoll li hemm distinzjonijiet li jikkonsidraw il-fatturi soċjali kollha għax dan huwa gvern li jopera b'mod serju u meta tagħmel l- affarijiet b'mod serju tagħmilhom b'mod li jkun kummerċjalment feasible.", "Illum l-oppożizzjoni tiddejjaq li ma rnexxilhiex tagħmel ostakoli biżżejjed biex dan il-proġett ma jitwettaqx.", "L-oppożizzjoni ppruvat iddeffes fin-nofs l-argument tal-ħtieġa ta' xi sussidju meta l-gvern qal li dan huwa servizz kummerċjali u għandu jopera bi prinċipji kummerċjali.", "M'huwiex għaqli li toqgħod toħroġ il-flus mit-taxxi tal-poplu favur servizz kummerċjali, b'konsegwenza li tkun qed tiggarantixxi li s-servizz ma jkunx kummerċjalment feasible u ma jkunx servizz li tassew għandu jkun marbut mas- settur tat-turiżmu bejn iż-żewġ gżejjer.", "Sur President, il-budget iħares ukoll bl-akbar serjeta` lejn il-qasam tal- kultura ġewwa pajjiżna.", "Issa meta nitkellmu dwar il-qasam tal-kultura nkunu qed nitkellmu dwar l-akbar attrazzjoni turistika li tirrendi l-ogħla ammont ta' profitt għal din l-industrija.", "U għall-argument ta' l-oppożizzjoni u għal dak li qal repetutament l-Onor.", "Evarist Bartolo fid-diskors tiegħu - semma numru ta' lukandi li għalqu matul is-snin u waqaf hemm – u li f'kuntest daqsxejn differenti llejla qal ukoll li hu jinkwieta mhux li jagħlqu l-fabbriki imma li jagħlqu u ma jiftħux fabbriki oħrajn ġodda, jien bl-istess argument ngħidlu li l-inkwiet tagħna jkun mhux meta jagħlqu numru ta' lukandi imma meta jagħlqu u ma jiftħux oħrajn ġodda.", "Li inti jkollok lukandi li ilhom hemmhekk u min imexxihom iħoss li għandu jibdel l-investiment mhux xi ħaġa li għandna ninjorawha.", "Ċertament il-gvern ma jaqbilx li kull min għandu proprjeta` jew art jista' jiżviluppaha u jagħmel biha li jrid.", "Żgur li hemm konsiderazzjonijiet ta' planning u ta' land use li huma relevanti u li jridu jkunu rispettati.", "Aħna ma nistgħux nittolleraw sitwazzjoni fejn ikun hemm min talab ċertu għoli, ċerti spazji u ċerti dimensjonijiet għax huwa permezz tagħhom biss li l-iżvilupp turistiku jkun wieħed li jrendi l-flus, imbagħad snin wara jibdel l-idea u jipprova juża l-istess spazju u għoli li ngħata biex jagħmel proġett li ma jkunx aktar ta' lukanda imma jkun ta' appartamenti.", "Dan qed ngħidu biex inkun ċar ma' kulħadd u biex ngħid li l-gvern iħares bis-serjeta` u jeżamina s-sitwazzjonijiet fejn lukanda tagħlaq.", "Il-gvern ikun irid jara għaliex dik il-lukanda qiegħda tagħlaq u jkun irid jara jekk ir-raġuni hijiex sempliċement bdil ta' investiment jew jekk hemmx raġunijiet oħrajn.", "Ikun hemm sitwazzjonijiet - u dan mhux għal Malta biss jgħodd imma għal kullimkien – fejn ikun tajjeb li jitwaqqgħu ċerti lukandi li ilhom fis-suq u li ma jkunux ta' livell u minflokhom jinbnew lukandi ġodda.", "Aħna rridu naraw il-fatti kollha u jekk irridu nagħmlu dan, l-aktar mod ovvju kif għandna nagħmluh hu li nagħtu l-lista kollha u ngħidu x'lukandi għalqu u x'setgħet kienet ir-raġuni ta' dan u ngħidu wkoll x'investiment ġdid hawn għaddej, x'inhi l-kwantita` ta' dak l-investiment, x'inhuma l-lukandi li qegħdin jiftħu u x'inhuma l-prospetti.", "Aħna jew se nippruvaw naraw nofs is-sinjali jew inkella se nippruvaw naraw is-sinjali kollha.", "Mr. Speaker, jiena ma nistax ma nerġax infakkar li l-ewwelnett meta nitkellmu fuq bedstock u l-għadd ta' lukandi, irridu ngħidu li kien sar rapport - The Carrying Capacity Assessment for Tourism in the Maltese Islands 2000/2010 - li safejn naf jien kulħadd jaqbel fuqu anke fil-qasam politiku għax iqegħdilna quddiemna benchmarks preċiżi dwar x'nistennew li jkollna bħala bedstock fil-pajjiż.", "Dan ir-rapport jgħid li għandna nżommu t- total tal-bedstock taħt il-livell tas-sena 2002 li kien ta' 51,125, fis- sens ta' 39,790 eżistenti u 11,335 proġettati u approvati.", "Is-sitwazzjoni f'Diċembru tas-sena li għaddiet kienet li l-bedstock kienet marġinalment inqas fit-totalita` minn dik ta' l-2002 għax kienet ta' 50,170, pero` jekk imbagħad tħares lejn l-existing bedstock - u nerġa' nfakkar li t-total tal-bedstock huwa kkalkolat fuq l-existing u l-projected - issib li kellna 39,825.", "Dan juri li skond dan ir-rapport ninsabu mexjin b'mod preċiż għax qegħdin kemm kemm aħjar.", "Il-projected huwa ftit inqas għax huwa 10,411 u t-total huwa prattikament l-istess jew huwa kemm kemm inqas.", "Hawn qed nuru bl-aktar mod ċar li qed nippruvaw inżommu l-livell li konna lħaqna fl-2002.", "Imma jien ngħid aktar minn hekk ukoll, Sur President.", "Irrid ngħid li mhux biss il-livell baqa' fl-istess ilma imma meta nħarsu lejn il-kategorija tal-lukandi ta' ħames stilel - fejn konna ħadna d- deċiżjoni konxja li din kienet kategorija li rridu nżiduha bħala perċentwali ta' bedstock fil-pajjiż – naraw raġuni oħra għaliex hu tajjeb li jkollok lukandi li jagħlqu u oħrajn li jiftħu.", "Dan qed ngħidu għax ġeneralment il-ġdid ikun ta' aktar stilel u ta' servizz aħjar minn dak li jkun qed jagħlaq.", "Fil-fatt insibu li filwaqt li l-five-star category fl- 2002 kienu jirrappreżentaw 9.3% tat-totalita` tal-bedstock liċenzjati fil- pajjiż, fl-2004 din ir-rata perċentwali telgħet għal 12.7%, jiġifieri żieda ta' 3.4% f'sentejn biss.", "Naturalment meta nisma diskors li lili jgħidli biss x'qed jagħlaq, jiena ma nistax ma nweġibx u ngħid x'qed jiftaħ u allura nixtieq nagħti ftit eżempji, Sur President.", "Bħalissa hemm il-lukanda San Lawrenz f'Għawdex qed tkabbar u hemm il-Westin Dragonara f'San Ġilljan li talbet biex ikollha estensjoni.", "Kien hemm ukoll l-estensjoni tal-Gran Mercure ġewwa l-Mellieħa u oħra tal-Grand fl-Imġarr Għawdex.", "Hemm talba ta' estensjoni tal-Vivaldi ġewwa San Ġiljan u talba oħra għall-estensjoni tal-Paradise Bay ġewwa l-Marfa.", "Hemm ukoll it-talba mhux biss ta' estensjoni imma ta' kważi bini mill-ġdid ta' ħafna partijiet min-New Dolmen ġewwa San Pawl il-Baħar.", "Hemm ukoll estensjoni tal-Mellieħa holiday centre li hu proġett li ftaħret bih l-istess GWU.", "Hemm il-proġett il-ġdid li sar tar-Riviera spa and resort u issa saret anke talba għal estenzjoni ġewwa l-Marfa.", "Hemm ukoll l-estensjoni li saret ġewwa l- Preluna.", "Issa dawn apparti proġetti oħra ta' natura akbar fosthom il-proġett ta' Golden Sands ġewwa Għajn Tuffieħa, il-proġett tal-Cavalieri li wara snin ta' abbandun, se terġa' tiftaħ ġewwa San Ġiljan u dak tat-tieni lukanda Le Meridien ġewwa San Ġiljan.", "Dawn huma l-fatti u biex verament inkunu oġġettivi għandna nħarsu lejhom ukoll.", "U lill-Onor.", "Evarist Bartolo li uża l-metafora li s-siġar m'għandhomx imutu biss imma għandu jkun hemm siġar ġodda li jitwieldu, ngħidlu li fil-qasam tal-lukandi dan huwa preċiżament dak li qed jiġri.", "Hemm siġar qodma li qed imutu iżda hemm siġar oħra li qed jitħawlu, li qed jikbru u li qed ikunu aktar b'saħħithom u xi kultant isbaħ minn dawk ta' qabilhom.", "Sur President, f'dan l-istadju nixtieq ngħid xi ħaġa dwar il-volum ta' investiment li għaddej f'pajjiżna bħalissa u li huwa kkalkolat li jlaħħaq is-somma ta' mhux anqas minn Lm150 miljun, apparti mill-investiment totali fuq 16-il proġett ta' lukandi ġodda u estensjonijiet.", "Barra minn hekk hemm ukoll investiment ta' Lm240 miljun oħra fuq proġetti ta' riġenerazzjoni urbana u li lkoll kemm huma għandhom impatt qawwi fuq il-qasam tat-turiżmu.", "Eżempji ta' dawn huma l-proġetti ta' Manoel Island u Tigne', il-proġett tal-Kottonera u l-proġett tal-cruiseliner passenger terminal.", "Fuq dan ta' l-aħħar ġejt informat minn min qiegħed jagħmel dak l-iżvilupp li fit-3 ta' Ġunju se jkollna l-inawgurazzjoni ta' l-ewwel fażi.", "Jiena nawgura li wara dakinhar ma jkun hawn ħadd li jibqa' jgħidli li m'hu qed jara l-ebda żvilupp f'dan il-proġett!", "L-inawgurazzjoni tat-tieni parti għandha ssir għal ħabta ta' Ottubru sabiex imbagħad jibqa' parti żgħira oħra li se titlesta s-sena ta' wara.", "B'hekk naħseb li nkunu tajna prova biżżejjed ta' dak li qiegħed isir.", "Jien mhux l-ewwel darba li jiġuni dubji dwar kemm huwa veru li l-oppożizzjoni tinkwieta daqshekk meta jkun hemm xi każ ta' xi intrapriża li tagħlaq.", "Possibbli li dan veru?", "Dan qed ngħidu għaliex jekk l-oppożizzjoni tesprimi dan l-inkwiet meta ngidu aħna tagħlaq xi lukanda, għandha naturalment tesprimi l-ferħ tagħha meta jkun hawn lukandi ġodda li jiftħu u li dwarhom tajt eżempji biżżejjed.", "Nerġa' ngħid li għandi dubji serji kemm l-oppożizzjoni tieħu pjaċir meta tara żvilupp ġdid u dan qed ngħidu mhux għas-sempliċi raġuni li l-argumenti tagħha qatt ma tagħtihom sħaħ iżda għaliex dejjem tagħżel li titkellem kif jaqblilha.", "Fost il-lista ta' eżempji ta' żviluppi ġodda li tajt insibu l-proġett tar- Radisson Hotel ġewwa Għajn Tuffieħa u reċentement l-iżviluppatur għamel stedina lili, lix-shadow minister l-Onor.", "Evarist Bartolo u attenda magħna wkoll l-Onor.", "Joe Cuschieri bħala l-kelliem ta' l-oppożizzjoni fuq it- turiżmu.", "It-tlieta li aħna konna hemmhekk u segwejna b'għajnejna dan l- iżvilupp li se jiġi inawgurat ftit tax-xhur oħra.", "Naturalment ilkoll tkellimna b'mod pożittiv fuq dan il-proġett u nerġa' ngħid li dik iż-żjara li għamilna flimkien kienet esperjenza pożittiva.", "Ftit ġranet wara li żorna l-proġett, l-Onor.", "Evarist Bartolo, fil-pubblikazzjoni uffiċjali tal-partit Laburista \"KullĦadd\" qal hekk:", "\"Ma' sieħbi Joe Cuschieri u mal-Ministru Francis Zammit Dimech konna mistednin sabiex inżuru l-lukanda u l-kumpless turistiku li telgħin minflok fejn kien hemm il-Golden Sands.", "Huwa investiment kbir u kif qal is-Sur Winston Zahra hemm bżonn ta' iżjed rispett lejn l- investituri lokali għaliex dawk jagħmlu minn kollox sabiex jibqgħu hawn filwaqt li l-barranin jagħsruna u x'ħin jaraw li ma fadalx x'jieħdu jitilqu 'l barra.", "F'kelmtejn faħħart lill-kumpannija ta' Vassallo u Zahra li daħlet għal dan l-investiment f'Għajn Tuffieħa\".", "Jien nista' nikkonferma li l-Onor.", "Evarist Bartolo verament faħħar dak l- investiment, pero' frażi famuża fil-lingwa Ingliża tgħid li a week is a long time in politics,aħseb u ara sena x'inhi!", "Dan qed ngħidu għaliex veru li f'Jannar ta' l-2005 l-Onor.", "Evarist Bartolo tkellem b'dak it-ton, pero' rrid infakkru wkoll f'dak li kiteb iswed fuq l-abjad madwar sena qabel.", "Hawnhekk se nikkwota minn ittra pubblikata taħt il-firma tiegħu biex ma jqumx xi ħadd u jargumenta li qed nikkwotah ħażin.", "Taħt il-firma tiegħu, fl-14 ta' Jannar, 2004 fil-ġurnal \"The Times\" bit-titolu \"Stop the Concrete\", l-Onor.", "Bartolo qal li:", "\"I write in support of M. Spiteri's appeal to MEPA not to allow the building of a new hotel at Għajn Tuffieħa and a new centre at Dingli to render ugly this once fair land.", "We have allowed this small island to become an ever crowded and overbuilt concrete reef.", "We should be taking steps to reverse the situation and not to continue to make it much worse\".", "Hawnhekk għandna prova li jekk l-oppożizzjoni taħseb li tista' tiskorja ma' l-ambjentalisti titkellem mod u jekk taħseb li tista' tiskorja ma' min qed jinvesti fil-qasam tal-lukandi tiġi sena wara u titkellem mod ieħor u jekk tista' tiskorja ma' min ikun qed jagħmel protesta ta' tip jew ieħor naturalment titkellem bit-ton tagħhom.", "Pajjiżna mhux dan għandu bżonn iżda jrid li jkollu konsistenza u s-serjeta' fil-mod ta' kif nitkellmu, Sur President.", "Ladarba qegħdin nitkellmu fuq il-qasam tat-turiżmu nixtieq nagħmel rifirenza wkoll għall-aħħar ċifri ppubblikati fuq il-qasam tat-turiżmu min- national statistics office.", "Iċ-ċifri uffiċjali minn Jannar sa Novembru - dalwaqt ikollna ċ-ċifri tas-sena kollha – juru li n-numru ta' turisti li telqu minn pajjiżna f'Novembru huwa stmat li kien ta' 2.5% aktar minn dak ta' l-istess xahar tas-sena ta' qabel.", "Dan ifisser li bejn Jannar u Novembru l-għadd ta' turisti li telqu minn pajjiżna bl-ajru kien jirrifletti żieda ta' 3.7%, b'żieda mis-suq Belġan minn dak Daniż, Franċiż, Taljan, Svizzeru, Svediż, Norveġiż, Russu, Amerikan u numri ta' swieq oħra.", "Kellna wkoll nuqqas mis-suq Ingliż li għandna nikkonsidrawh bl-akbar serjeta' għaliex meta inti titkellem fuq nuqqas mis-suq Ingliż, tkun qed titkellem fuq perċentwali mill-akbar parti tal-kejk tagħna.", "Dwar dan għedna li hemm bżonn naraw kif nirriorganizzaw mill-qiegħ nett il-marketing tagħna, b'mod partikolari ġewwa r-Renju Unit.", "Fil-fatt hekk qegħdin nagħmlu bħalissa u dan qed isir bħala parti mill-proċess ta' ristrutturar ta' l-awtorita' tat-turiżmu.", "Issa ta' min jgħid li minkejja dan in-nuqqas mis-suq Ingliż kellna żieda ta' 3.7% fl-ewwel 11-il xahar tas-sena li għaddiet.", "Bir-raġun kollu l-Onor.", "Evarist Bartolo staqsieni dwar kemm qegħdin nonfqu u l-verita' hi li bejn Jannar u Novembru tas-sena l-oħra kellna spiża totali li żdiedet b'Lm2.4 miljun.", "Jien żgur m'għandix il-ħsieb li ngħid li dan huwa biżżejjed.", "Li kieku kien biżżejjed ma kontx se nitlob lill-awtorita' tat-turiżmu tagħmel ristrutturar totali u fil-bidu ta' din is-sena lanqas ma konna nagħmlu bord wieħed minflok ħamsa u lanqas ma konna nidħlu għal riorganizzazzjoni totali ta' l-uffiċċju ta' l-awtorita' barra minn Malta.", "Fuq dan il-punt nixtieq nieħu l-opportunita' sabiex nenfasizza li dawn l- uffiċini se jibqgħu hemm u se jibqgħu hemm b'mod li jkunu sales-driven u b'mod li kulmin ikun barra se jkun jaf x'inhi l-mira li qed jaħdem għaliha, kemm jekk qed jaħdem fil-qasam tal-leisure, kemm jekk qed jaħdem fil-qasam tat-turiżmu kulturali, kemm jekk qed jaħdem fil-qasam tat-turiżmu marbut mat-tagħlim tal-lingwi u kemm jekk qed jaħdem fil-qasam tal-konferenzi.", "Kulħadd irid ikun jaf il-mira tiegħu x'inhi u lil min irid jikkuntattja u jirrapporta lura Malta.", "Il-kontroll finanzjarju tal-marketing se jkun kollu mill-head office ta' l- awtorita' tat-turiżmu ġewwa Malta, ħalli mhux ikollna sitwazzjoni fejn kulmin hemm barra jagħmel li jrid u mbagħad fejn laqat laqat.", "U huwa hawnhekk li jrid isir il-monitoring u huwa hawnhekk fejn naqbel mal-kumment li għamel l-Onor.", "Robert Arrigo, meta enfasizza l-bżonn li l-awtorita' tat- turiżmu tindikalna dwar il-mod ta' kif se taħdem ħalli tilħaq il-miri mposti mill-gvern, jiġifieri dik li nilħqu żieda ta' almenu 50,000 turist aktar fuq is-sena li għaddiet.", "Sur President, ma rridx nitkellem biss fuq it-turiżmu għaliex kif għedt aktar qabel, il-budget jagħti sinjali ċari mill-aktar pożittivi mhux biss fejn jidħol it-turiżmu imma anke għal dak li għandu x'jaqsam mal-kultura.", "F'dan ir-rigward nixtieq nagħmel aċċenn għal numru ta' miri li dan il- budget qiegħed isemmi b'mod speċifiku għall-qasam kulturali.", "Meta l-budget jispeċifika x'hemm bżonn nagħmlu ħalli nibdew il-proġett għal konservazzjoni aħjar tal-Ġgantija, naħseb li nkunu qed nitkellmu fuq l- aktar ġawhra għażiża li għandna bħala poplu Malti u Għawdxi.", "Dan l-aċċenn reġa' għamlu l-prim ministru l-bieraħ ġewwa Għawdex b'enfasi kbira.Għalfejn qed ngħid dan kollu?", "Meta wieħed jaqra dwar dak li jingħad fuq il-Ġgantija fil-qasam arkitettoniku nsibu d-definizzjoni li f'pajjiżna għandna the oldest free- standing structure fid-dinja kollha u allura ma tistax ma tkunx kburi meta tkun barra l-pajjiż u tara l-elenku ta' l-istorja megalitika kif evolviet madwar id-dinja u ssib li l-Ġgantija titqies bħala l-eqdem struttura.", "Dan juri kemm huwa obbligu tagħna li dik l-istruttura nikkonservawha aħjar u nippreżentawha b'mod aħjar lit-turisti li kulma jmur dejjem qegħdin jiżdiedu lejn Għawdex.", "L-obbligu tagħna huwa li min imur il-Ġgantija ma jippruvax jiskopri waħdu dak li qiegħed jara jew joqgħod fuq l- informazzjoni li jipprovdulu l-gwidi, iżda jkun hemm information panels u jekk ikun hemm bżonn anke sistemi ta' audio fejn waqt li tkun qiegħed iddur ikollok spjegazzjoni ċara fuq dak il-post.", "Fil-fatt fil-ġimgħat jew fix- xhur li ġejjin se nibdew il-proċess kollu meħtieġ sabiex il-Ġgantija tkun ikkonservata, ippreżentata u spjegata aħjar.", "L-istess proċess għaddej ukoll fuq sit importanti ieħor, dak ta' Ħaġar Qim u l-Imnajdra.", "Sur President, ħafna drabi nirriferu wkoll għall-importanza tal-fażijiet differenti fl-istorja ta' pajjiżna u naturalment waħda mill-fażijiet importanti ta' l-istorja tagħna hija dik Rumana u r-rabta li kellha Malta ma' l-Imperu Ruman.", "F'dan ir-rigward għandi pjaċir inħabbar li fis-26 ta' Frar se nawguraw il-proġett tad-Domus Romana u dan wara l-interventi kollha li saru fuq din il-villa ħalli mhux biss ikollha faċċata aħjar iżda anke sabiex il-post jiġi mqassam aħjar minn ġewwa.", "Saru l-interventi strutturali meħtieġa ħalli min jidħol f'dak il-post ikollu spjega aħjar ta' dak li jkun qed jara.", "Minn hawnhekk nixtieq nirringrazzja u nifraħ lil Heritage Malta li huma responsabbli għal dawn it-tliet proġetti li qed nirriferi għalihom, flimkien ma' diversi inizjattivi li Heritage Malta qed tieħu sabiex twassal l-immaġini ta' Malta barra minn pajjiżna u tenfasizza l-wirt storiku, kulturali u artistiku li għandna.", "Eżempju ieħor tar-rappreżentazzjoni dwar l-istorja megalitika ta' Malta hija dik li hemm ġewwa l-art museum f'Amsterdam.", "Saret preżentazzjoni speċifika lill-operaturi fil-qasam ta' l-industrija tat-turiżmu u llum għandna rapporti minn diversi operaturi fil-qasam tat-turiżmu fejn qed jgħidulna li n-nies qegħdin iżuru din l-esebizzjoni, li n-nies qed iċemplulhom u jitolbuhom aktar informazzjoni fuq Malta, li n-nies qed jitħajru aktar li jiġu Malta u allura nistgħu nifhmu li hemm interess akbar min-naħa ta' l-Olandiżi.", "U anke għal dik li hi ekonomija marbuta mat- turiżmu, qed naraw li f'dan il-każ it-turiżmu m'huwiex biss ibbażat fuq xemx, ramel u baħar – ċertament hemmhekk għandna kompetizzjoni kbira – iżda huwa bbażat fuq dawn il-ġawhriet kulturali tagħna.", "Il-budget qed jgħid ukoll li rridu nagħmlu dak kollu meħtieġ sabiex l- istrutturi tagħna jaħdmu bl-aktar mod effiċjenti u fejn hemm duplikazzjoni titneħħa.", "Għalhekk f'dan ir-rigward għedna li għandha ssir integrazzjoni bejn Heritage Malta u ċ-ċentru tar-restawr u għandi pjaċir ninforma lil din il-Kamra li fl-istadju ta' Kumitat fejn se niddiskutu dan l-abbozz ta' liġi, se nkunu qed nimplimentaw miżura oħra biex nilħqu l-mira tal-gvern li jintegra Heritage Malta u l-Malta centre for restoration.", "Se nkun qed inressaq emenda għal subartiklu (3) ta' artiklu 10 tal-Cultural Heritage Act, fejn se nistabilixxu li ċ-ċentru tar-restawr ikun immexxi minn bord ta' diretturi li kollha jkunu nominati mill-ministru responsabbli mill- kultura, bl-iskop preċiż li f'data li nistabilixxu permezz ta' avviż legali fil-gazzetta tal-gvern, nitolbu lill-bord tad-diretturi ta' Heritage Malta sabiex jieħdu r-responsabbilta' taċ-ċentru tar-restawr.", "Sur President, irrid ngħid ukoll li dan huwa dibattitu fejn ma jistax jonqos li jsir aċċenn għall-ħtieġa ta' aktar kompetittivita'.", "Lill- oppożizzjoni f'dan ir-rigward ngħidilha li trid tkun kompetittivita' bis- serjeta' u mhux kompetittivita' fis-sens li toffri biss lip service imbagħad meta niġu għall-fatti taħdem biex tfixkel, anke meta niġu għall- proposta li festa pubblika li tinzerta fi tmiem il-ġimgħa ma tiżdiedx mal- vacation leave.", "Dan huwa pass żgħir ħdejn l-affarijiet li nistgħu nagħmlu sabiex lil pajjiżna tassew nagħmluh aktar produttiv.", "Min jagħmel u jipproponi miżuri bħal dawn jagħmilhom biex jiggarantixxi x-xogħol.", "Imma donnu li f'dan il-pajjiż għandna l-lussu li nistgħu nitkellmu dwar il-leave u x'jiġri meta festa pubblika tinzerta fi tmiem il-ġimgħa.", "Jien ngħid j'Alla ma niġu qatt f'sitwazzjoni fejn il-leave ma jkunx problema għaliex ikollna eluf u eluf ta' nies li jkunu l-ħin kollu bil-leave għaliex ikunu jinsabu qiegħda!", "Min ma jaqbilx ma' din il-proposta li ressaq il-gvern għandu d-dover li almenu jressaq proposta oħra ta' kif nistgħu nilħqu l- istess għan.", "Issa dan ma japplikax biss għall-imsieħba soċjali iżda japplika wkoll għall- partiti u gruppi politiċi kollha.", "L-istess ħaġa meta qed nitkellmu dwar kompetittivita' u pjan strateġiku.", "Imma kif se nagħtu lkoll kemm aħna l- input tagħna għall-pjan strateġiku fuq qasam jew ieħor ta' l-ekonomija tagħna?", "Ma naħsibx li billi noqogħdu nistaqsu ma' min qed jaħdem il-gvern li għamel investiment ta' Lm0.5 miljun sabiex għandna l-bajja ta' San Ġorġ, liema bajja wara kollox kellha effett pożittiv immedjat fuq il-prodott turistiku tagħna?", "Hawn nista' nikkonkludi d-diskors tiegħi billi nikkwota minn dak li qalu esperti barranin dwar l-impatt ekonomiku ta' dak l-investiment - insemmi sentenza waħda għaliex jagħtu ħafna ċifri – u cioe' fejn jingħad li:", "\"Over a ten-year period the Lm0.5 million investment results in economic benefits of Lm16 million.\".", "Huwa b'hekk li nerfgħu lkoll ir-responsabbilta' tagħna u huwa b'hekk li nkunu serji ma' xulxin.", "Jekk min-naħa waħda ngħidu li rridu aktar investiment u mbagħad meta jkun se jsir l-investiment nagħmlu appell lill- MEPA ħalli dan l-investiment ma jiġix approvat, imbagħad mhux riproduzzjoni ta' Fawlty Towers ikollna imma niġu nixbħu ħafna xi karattru minn ta' Family Adams!", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Carmelo Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Sur President, hawnhekk kontinwament qed nisimgħu ftaħir li dan huwa gvern kompetenti u kapaċi, pero' mbagħad mill-banda l- oħra f'daqqa waħda jibdew ħerġin emendi oħra li mhux se niddiskutuhom fit- Tieni Qari iżda fi stadju ta' Kumitat.", "L-oppożizzjoni qed tiġi ffaċċjata b'abbozz ta' liġi li meta niġu għall-istadju ta' Kumitat mhux se jkun l- istess wieħed li jgħaddi minn din il-Kamra fl-istadju tat-Tieni Qari.", "Dan qed ngħidu għax illejla diġa' smajna żewġ ministri jgħidu li se jkun hemm emendi għal dan l-abbozz ta' liġi sabiex jiġu diskussi fi stadju ta' Kumitat.", "Mela dan huwa abbozz ta' liġi li juri gvern imħawwad u li ma jafx x'inhu jagħmel.", "Per eżempju, nista' ngħid li lili ġew ikellmuni nies li qegdħin fil- business u qaluli li fir-rigward ta' l-oġġetti li se jintlaqtu mill-eco- tax, il-gvern ma kkonsultax magħhom u għalija dan juri li lanqas jaf x'inhu l-impatt ta' dak li hu stess qiegħed jilleġisla dwaru.", "Issa apparti din il- problema li fl-opinjoni tiegħi hija waħda serja għaliex fl-aħħar mill-aħħar qed tħalli impatt dirett fuq il-poplu Malti u Għawdxi, il-partit Nazzjonalista fil-gvern għandu problema li hija serja aktar minn kull problema oħra u hawn qiegħed nirriferi għall-problema tal-verita'.", "Gvern Nazzjonalista għandu problema serja għaliex mhux dejjem qal il-verita', anzi qabel l-elezzjonijiet kien jagħti stampa mod u mbagħad wara jiġi jgħidilna li rridu nagħmlu s-sagrifiċċji.", "Huwa fatt li l-poplu Malti u Għawdxi qatt ma beża' mis-sagrifiċċji sakemm dawn ikunu se jwasslu x'imkien.", "Madankollu s-sagrifiċċju li l-poplu qed jintalab li jagħmel huwa li jħallas aktar taxxi u li joqgħod lura milli jieħu dawk is-servizzi offruti mill-gvern.", "Hawnhekk nista' insemmi s- servizz tas-saħħa li għalkemm s'issa għadu b'xejn, jidher li l-gvern għandu pjani oħra f'dan ir-rigward u dan apparti li s-servizz li qed jingħata m'huwiex daqshekk tajjeb.", "Hawnhekk m'inix qed nirriferi għal min jagħti s- servizz iżda għad-diffikultajiet li dawn il-persuni li jagħtu dan is- servizz qed iħabbtu wiċċhom magħhom.", "Mela l-poplu jintalab jagħmel is- sagrifiċċji u jħallas aktar iżda jieħu anqas.", "Sur President, għalfejn għandna nagħmlu s-sagrifiċċji meta kienu dawn l- istess nies li ftit tas-snin ilu kienu jgħidulna li l-finanzi tal-pajjiż huma fis-sod?", "Kemm qalulna b'wegħdi, fosthom dik ta' l-Unjoni Ewropea!", "Mela qabel kienu jgħidulna li l-finanzi tal-pajjiż huma fis-sod u ftit tax- xhur wara bdew jgħidulna li hemm bżonn nagħmlu s-sagrifiċċji.", "Hawnhekk jiena bilfors ikolli nistaqsi kemm verament qegħdin fis-sod il-finanzi tal- pajjiż.", "Il-gvern imissu jgħidilna li dakinhar ħa żball jew jammetti li ried iqarraq bil-poplu.", "Is-sitwazzjoni finanzjarja tal-pajjiż ilna niddiskutuha għal snin twal u naħseb li għallinqas għandna nkunu sinċiera magħna nfusna.", "Il-prim ministru fl-intervent tiegħu b'risposta għad-diskors tal-kap ta' l- oppożizzjoni għamel għagħa sħiħa u qal li kien l-Onor.", "Sant li fl-1997 bħala kap tal-gvern kien mar żmerċ fid-deficit.", "Forsi l-prim ministru nesa jgħid ukoll li fl-1996, l-aħħar sena tat-tieni amministrazzjoni ta' Dr Fenech Adami, il-ministru tal-finanzi ta' dak iż-żmien – l-Onor.", "Gonzi stess kellu ironikament jispiċċa li jqaċċtu – suppost li spiċċa s-sena b'deficit ta' Lm32.8 miljun iżda spiċċa b'deficit ta' Lm108 miljun, differenza ta' aktar minn Lm75 miljun.", "Ladarba qed nitkellmu fuq l-aspett finanzjarju, wieħed jista' jsemmi wkoll iċ-ċifra tad-dejn u qed insemmi dan kollu għaliex dan għandu rilevanza għaż- żmenijiet tal-lum għax qegħdin niġu mitluba nagħmlu s-sagrifiċċji mhux biex nibnu imma sabiex inħallsu għall-iżbalji li saru fil-passat.", "Fil-fatt il- poplu Malti qed ikollu jħallas aktar mhux biex jibni l-futur tiegħu iżda biex iħallas għall-iżbalji li saru fil-passat.", "Il-problema finanzjarja f'pajjiżna ħarġet mill-kontroll kollu tal-gvern proprju fl-1995.", "Dan kien ammettih il-ministru tal-finanzi ta' dak iż-żmien meta kien bagħat dak il- famuż memo u qalilna li rridu naraw x'hemm bżonn isir għaliex il-barri ilu li ħarab.", "Għalhekk li l-budget għall-1997 ma tressaqx mill-gvern Nazzjonalista u l-vilta' hi li tan-naħa l-oħra ppruvaw jitfgħu l-ħtija ta' l-isfreġju finanzjarju fuq Dr Alfred Sant u l-partit Laburista.", "Il- ministru tal-finanzi kellu l-ardir jgħidilna li d-dħul mill-VAT ma seħħx għax il-partit Laburista fl-oppożizzjoni kien qed jagħmel propaganda kontra l-VAT.", "X'gidba sfaċċata!", "Tant kienet gidba li l-istess segretarju permanenti fil-ministeru tal- finanzi ta' dak iż-żmien kien giddeb lill-istess ministru waqt il-public accounts committee billi qal li l-istima ta' Lm110 miljun dħul mill-VAT għall-1996 saret minn xi ħaddieħor għax l-istima tad-dipartiment kienet ħafna anqas mill-istima li ħareġ biha l-gvern.", "Meta fl-1996 kellek actual revenue ta' Lm78.6 miljun dħul mill-VAT, xi ħadd fil-ministeru għamel l- istima li l-gvern se jiġbor Lm110 miljun.", "Għalfejn qed ngħidu dan?", "Dan qed ngħidu biex nuri d-dnubiet kbar tal-partit Nazzjonalista fil-gvern, l- istess nies li llum qed jitolbu lill-poplu Malti u Għawdxi iħallas għad- dnubiet li saru.", "Illum pajjiżna għandu problemi serji mhux biss fil-finanzi iżda anke fil- kompetittivita'.", "Smajna anke l-ġimgħa li għaddiet lill-Ministru Austin Gatt jitkellem fuq il-pagi għoljin li għandhom il-ħaddiema Maltin u hawn nistaqsi għalfejn dan id-diskors.", "Ħafna minn dan id-diskors wieħed ma jistax ma jaqbilx miegħu f'ċerti aspetti, pero għaliex dan ma qaluhx qabel l-elezzjoni meta l-poplu ried jiddeċiedi fuq affarijiet importanti?", "L- istess diskors li għamel il-ġimgħa li għaddiet l-Onor.", "Gatt kienu qed jagħmluh esponenti ewlenin tal-partit Laburista qabel l-elezzjoni u l-media Nazzjonalista tgħidx kemm tkażat u tgħidx kemm daqqet id-diska li jekk jitilgħu tal-Labour jiffriżaw il-pagi.", "Illum x'inhi s-sitwazzjoni?", "Illum għandna ministru tal-gvern li semma l-istess argument li kienet semmiet l- oppożizzjoni qabel l-elezzjoni.", "Mhux hekk biss, l-istess gvern li qed jiddiskuti l-ftehim kollettiv tal-ħaddiema tal-gvern mar-rappreżentanti tal- ħaddiema qed jipproponi li jiffriza l-pagi għal tliet snin.", "Kif għedt fil- bidu, l-ikbar problema li għandu l-gvern hija dik tal-kredibilita' għax il- poplu ma jistax jeħodhom aktar bis-serjeta` lil dawn in-nies.", "Sa ftit tax-xhur ilu kienu jgħidulna li għandna finanzi fis-sod u li kif insiru membri ta' l-Unjoni Ewropea, il-problemi jibdew isolvu ruħhom waħedhom.", "Dan kien id-diskors li kienu jgħidu u allura l-poplu Malti bilfors jistaqsi: Għalfejn qed nagħmlu s-sagrifiċċji meta l-finanzi tal- pajjiż suppost li kellhom ikunu fis-sod?", "F'daqqa waħda x'ġara?", "Kif f'daqqa waħda m'għadniex kompetittivi?", "Għedtulna li l-bibien tal- kompetittivita` se jinfetħu beraħ kif insiru membri?", "X'ġara f'daqqa waħda?", "Għalfejn kontu titkażaw bid-diskors li kienet tgħid l-oppożizzjoni qabel l- elezzjoni?", "Għalfejn isservejtu b'dak id-diskors meta aħna konna qed ngħidu l-verita` lill-poplu u f'daqqa waħda qed tgħiduh intom issa li tinsabu fil- gvern?", "Dawn huma mistoqsijiet serji li għalihom il-poplu jesiġi tweġiba.", "F'dan il-budget il-gvern qed jipproponi li jnaqqas il-ġranet tal-leave tal- ħaddiema.", "Jien m'iniex se nitkellem fit-tul fuq dan għaliex mhuwiex parti mill-abbozz ta' liġi li għandna quddiema, pero` nista' ngħid li miegħi tkellmu self-employed żgħar li qaluli li l-gvern ma kelux għalfejn idaħħal din il-miżura li jnaqqas erbat ijiem leave jekk ried iżid il-produttivita' imma seta' naqqas ċerti spejjeż li l-gvern impona fuq is-self-employed.", "Per eżempju, għalfejn biex jibagħtu xi informazzjoni jew biex jimlew xi karti lill-MFSA ikollhom iħallsu xi Lm130?", "Għalfejn biex jagħtu l-istess informazzjoni lid-dipartiment tal-VAT jerġgħu jħallsu Lm30 jew Lm50 oħra?", "Dawn huma ċ-ċifri li semmewli li jiċċarġjaw l-MFSA, il-VAT u dipartimenti oħra meta jitolbu l-istess informazzjoni.", "Niftaħru tant bl-avvanz fl-IT u li għandna l-e-government kullimkien u mbagħad ma jkunx hemm sharing ta' l-istess informazzjoni bejn dipartimenti u awtoritajiet tal-gvern!", "U ma jiġix xi ħadd jgħidli li dawn huma awtonomi meta nafu li dawn l-affarijiet ifissru spejjeż aktar għall-industrija u għas-self-employed.", "Jekk il-gvern irid bis-serjeta' li pajjiżna jsir jew ikun aktar kompetittiv, irid jara li jnaqqas dawn l-affarijiet u mhux inaqqas il-ġranet tal-mistrieħ tal-ħaddiema, basta nwaħħlu t-tabelli ma kullimkien bis-slogan: Kellek ħin għall-familja llum?", "Din is-sena l- ħaddiem se jkollu erbat ijiem inqas mal-familja tiegħu.", "Jekk verament il- gvern irid jagħmel xi ħaġa biex iżid il-kompetittivita` għandu jnaqqas l- ispejjeż li għandhom l-industrija u s-self-employed iż-żgħar.", "Ħaġa oħra li tissemma hija l-burokrazija żejda li qed ixxekkel l- investiment.", "Kemm se ndumu ngħiduh dan id-diskors?", "Min hu responsabbli?", "Il-prim ministru tkellem fuq l-accountability - u jagħmel sew li jitkellem fuq accountability - u ġie kkwotat hekk:", "\"A very determined prime minister at yesterday's news conference made it clear that he would continue to insist on accountability.\"", "Imma fejn hi l-accountability?", "Min hu responsabbli għal dan kollu?", "Sena wara l-oħra - jien issa ilni tmien snin f'dan il-parlament - dejjem nitkellmu fuq l-accountability.", "Ftit rajniha din.", "Meta f'dan il-pajjiż mill-kbir saż-żgħir - imma jibda l-kbir u mhux dejjem jibda ż-żgħir – se nkunu accountable?", "Nagħmel parentesi żgħira biex insemmi l-inkjesta maġisterjali fuq il- fondazzjoni għall-iskejjel t'għada.", "Fejn hi l-accountability hemmhekk?", "Anzi, il-gvern ipprova jagħmel l-ostakli kollha biex l-ewwelnett l-inkjesta ma ssirx u t-tieni nett biex ċerti rapporti li huma parti mill- konklużjonijiet ta' l-inkjesta ma jiġux ippubblikati.", "Għalfejn dawn l- ostakli kollha?", "Dik accountability!", "Paroli kemm trid imma mbagħad il- fatti huma differenti, Sur President.", "Ħaġa oħra li ilni ngħid jien - jekk ma jaqblux miegħi jew jekk qed ngħid ċuċata jgħiduli – hija li wasal iż-żmien li l-gvern jagħmel analiSi tal- politika fiskali tiegħu.", "Jagħmel sens li tkompli tintaxxa, li tkompli żżid l-ispejjeż lill-industrija u lis-self-employed meta qed ngħidu li pajjiżna mhux kompetittiv?", "Mela minn banda ngħidu li pajjiżi oħrajn huma kompetittivi għax huma irħas minna u mill-banda l-oħra, sena wara l-oħra nibqgħu ngħabbu u ngħabbu lill-industrija u lis-self-employed tant li dawn tilfu l-fiduċja li jinvestu f'pajjiżna u qegħdin imorru f'pajjiżi oħrajn bħat-Tuneżija u anke pajjiżi oħra li daħlu magħna fl-Unjoni Ewropea.", "Għalhekk wasal iż-żmien li l-gvern jagħmel analisi serja tal-politika fiskali u jevalwa x'sens jista' jagħmel li jkompli jintaxxa u jżid l- ispejjeż.", "Imbagħad jgħidulna li l-oppożizzjoni ma toħroġx b'soluzzjonijiet!", "Nifhem li jista' jonqos xi ftit id-dħul tal-gvern minn taxxi diretti imma nemmen ukoll li jekk ikollok aktar min jinvesti hawn Malta u aktar ħaddiema jaħdmu, il-gvern forsi jissapporti sena jew sentejn imma dak l-income tarah ġej u r-rota terġa' ddur għax bħalissa r-rota hija ġġammjata.", "U dan mhux qed tgħidu l-oppożizzjoni biss imma jistgħu jitkellmu ma' min iridu fl- aħħar mill-aħħar.", "Naħseb li din hija parti mill-problema li ħoloqha l- gvern stess, Sur President.", "Ħaġa oħra li naħseb li hija tort tal-gvern hija l-image li għandu pajjiżna ma' pajjiżi oħrajn, id-dell tal-korruzzjoni, sfortunatmanet ngħid jien għax fl-aħħar mill-aħħar jien ġid lill-pajjiżi rrid.", "Jien niddejjaq li jiġu żgħażagħ, anke żgħażagħ gradwati, jgħiduli li applikaw ħafna bnadi u bagħtu l-curriculum vitae 'l hemm u 'l hawn, pero` xogħol m'hawnx.", "Meta jiġu jkellmuni b'dan il-mod, jiddispjaċini għalihom għax fl-aħħar mill-aħħar il- futur tagħhom qed ikun mhedded.", "Pero` d-dell tal-korruzzjoni huwa magħna.", "Dan l-image li pajjiżna għandu ma' pajjiżi oħrajn huwa tort tal-gvern.", "Qed ngħid dan għax rajt rapport internazzjonali fejn jingħataw pariri lil min ikun beħsiebu jinvesti u sfortunament nota fuq Malta kienet tgħid li l- affarijiet isiru b'ċertu tbażwir f'pajjiżna.", "Din tweġġagħni u l-gvern għandu jagħmel minn kollox biex jitneħħa dan l-image li għandu pajjiżna ma' ċerti pajjiżi.", "U mela nsemmu l-protesti!", "Issa spiċċajna li l-poplu jew il-ħaddiema ma jistgħux jipprotestaw, Sur President.", "Mela ma narawx televiżjoni, ma narawx x'jiġri f'pajjiżi bħall- Italja?", "Jiġifieri meta l-ħaddiema jipprotestaw ikunu qed inaffru l- investiment?", "Għax il-gvern qed isodd widnejh għall-karba tal-poplu u ma jridx jisma' iżda jrid jibqa' għaddej.", "Imbagħad ikun hemm min jgħidlek, kif smajna lill-Onor.", "Arrigo llejla, li ma ġara xejn billi l-poplu qed jintalab iħallas, pero` mbagħad tkellem fuq problema ta' parking fi Qui-si- Sana u qal: Nispera li s-Slimiżi ma jiġux mitluba jħallsu għall-parking li se jsirilhom.", "Mela sewwa, ma jimpurtax li l-poplu Malti u Għawdxi jkompli jħallas taxxi u spejjeż oħrajn li qed jgħabbi fuqu dan il-budget, imma mbagħad jekk se ssir parking area jippretendi li din tkun bla ħlas għas- Slimiżi!", "Jien ngħid ejja nitkellmu b'mod koerenti, Sur President.", "Problema oħra li għandu dan il-gvern hi li l-budget ma jsegwix mas-sena ta' qabel u nsemmi eżempju.", "Fil-budget għas-sena 2004, jiġifieri l-budget ippreżentat f'Novembru 2003, il-gvern kien ħabbar b'ċerta pompa numru ta' kontijiet u qal li se jkollna kont għat-turiżmu u l-kultura, kont għal ħaġa u kont għal oħra.", "X'ġara minnhom dawn?", "Fil-ftit minuti li kelli għad- dispożizzjoni tiegħi fil-Kumitat ta' Provvista dwar il-voti tal-ministeru tat-turiżmu u kultura semmejtu dan imma risposta ma kellix, la dakinhar u lanqas illum.", "X'ġara minnhom dawn il-kontijiet?", "U kif għedt, bħalhom suppost li kellu jkun hemm oħrajn.", "Issa llejla smajna li l-gvern qed jimmira li jkollna żieda ta' 50,000 turist, pero` issa trid tara l-MTA kif se tagħmel.", "Bħal donnu l-gvern qed jgħidilna li lilu ma jinteressahx kif se jagħmluha din.", "Dik serjeta'!", "Budget ma jsegwix ma' ieħor u għalhekk ikollna l-problemi u dan meta għandna l-istess gvern għax kieku nbidel tifhimha li gvern ta' xejra politika differenti aktarx li jkollu politika differenti u jara l- affarijiet b'mod differenti.", "Imma dan huwa l-istess gvern għax jekk tara l- ministri ssib li dawn kważi kollha hemm baqgħu u ftit li xejn inbidlu għajr wieħed jew tnejn.", "Jiġifieri meta wieħed jara li komplessivament dan huwa l- istess gvern, jgħid li dawn huma affarijiet li għalkemm forsi wħud minnhom m'humiex daqshekk kbar daqs oħrajn, żgur li ħsara jagħmlu lil pajjiżna.", "Sur President, ħaġa oħra li tista' tidher ċuċata hija li l-gvern m'huwiex kredibbli, lanqas f'affarijiet żgħar.", "Per eżempju, fid-diskors tal-budget il-prim ministru semmielna l-anzjani u l-istudenti li se jkunu eżenti miż- żieda ta' 5c fin-noll tat-trasport - ma qalilniex studenti sa 16-il sena jew studenti li m'għandhomx stipendju – u jien ħriġt stqarrija f'isem l- oppożizzjoni fuq dan il-punt u jirriżulta li l-istudenti li se jkunu eżenti huma dawk sa 16-il sena – dawk ta' bejn is-16 u t-18-il sena jridu japplikaw sakemm ma jeħdux l-istipendju – u l-oħrajn xejn.", "Għalfejn ma tkellimtux ċar u tond fid-diskors tal-budget u għedtu li l-istudenti sa 16- il sena biss jibbenefikaw?", "Deċiżjoni tal-gvern, mela le, għax għandu l- fakulta` li jiddeċiedi kif irid fl-aħħar mill-aħħar għax għandu r-riedni tal-pajjiż f'idejh, imbagħad jiġġudika l-poplu.", "Nista' nsemmi wkoll it-taħwid fuq l-eco-tax u ma jiġux jgħidulna li din hija kontribuzzjoni għax din hija taxxa u xejn aktar, Sur President.", "Jien għamilt x'interpellanzi lill-ministru ta' l-edukazzjoni, żgħażagħ u impjiegi responsabbli mill-isport u fost l-oħrajn staqsejtu jekk irċeviex ilmenti minn persuni li jipprattikaw l-isport ta' l-isparar wara l- introduzzjoni ta' l-eco-tax fuq l-iskrataċ.", "It-tweġiba kienet din:", "\"Ninsab informat li sal-lum il-kunsill għall-isport ma rċieva l-ebda lment dwar l-eco-tax minn persuni li jipprattikaw l-isport ta' l- isparar.\"", "X'għandu x'jaqsam il-kunsill għall-isport?", "Jien lilu staqsejt bħala l- ministru responsabbli għax l-eco-tax ħariġha l-gvern.", "Issa nafu li dan l- aħħar il-gvern reġa' ħasibha u mid-dehra din irtiraha, imma jibqa' l-fatt li lanqas fuq dawn l-affarijiet iż-żgħar m'aħna nkunu sinċiera magħna nfusna.", "Jekk il-gvern jiddeċiedi xi ħaġa drastika ngħid li nista' li ma naqbilx miegħu, imma ngħid almenu kien ċar u jaf xi jrid u mhux jipprova jqarraq, anke f'dawn l-affarijiet iż-żgħar.", "Il-gvern kien ħareġ jagħti l- impressjoni li l-istudenti kollha se jkunu eżenti miż-żieda fin-noll u hekk imissu sar għax dawk kollha li jmorru l-universita` huma studenti wkoll.", "Meta tkellimt magħhom informalment kellhom l-impressjoni li se jkunu eżenti miż-żieda ta' 5c fuq kull noll, pero` finalment irriżulta li mhux hekk.", "L- istess ħaġa fuq l-iskrataċ għax persuni li jipprattikaw l-isport ta' l- isparar qaluli li meta tħabbar id-diskors tal-budget u staqsew jekk kienx se jkun hemm eco-tax fuq l-iskrataċ, qalulhom: Le, il-cartridges tal- printers se jiġu ntaxxati mhux il-cartridges li jużaw ix-shooters.", "Iżda mbagħad ħareġ l-avviż legali u t-taxxa sabuha ma' wiċċhom.", "Issa jien dan ma nafx għalfejn għax kulħadd jaf li dan huwa sport li pajjiżna jista' jikseb ċerti suċċess fih - u diġa` kiseb ċerti suċċessi - u jista' jkun ukoll ta' inċentiv sabiex aktar persuni li jħobbu l-isparar, minflok jisparaw fuq it-tjur jisparaw fuq il-plattini.", "Pero` anke fuq dawn l- affarijiet il-gvern ma jagħtix risposti ċari, Sur President.", "Sur President, fl-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna hemm xi ħaġa pożittiva, cioe' l-miżura li teżenta mit-taxxa ta' l-income sa massimu ta' Lm4,000 lil dawk il-persuni li għandhom tfal b'diżabilita` u li jiġu bżonn facilitator fi skejjel privati.", "Din hija miżura tajba, pero` qed titfa' l- piż kollu fuq l-istatementing panel biex dan jagħti r-rakkmandazzjoni tiegħu jekk dawn il-ġenituri jikkwalifikawx għaliha.", "Nerġa' ngħid li din hija miżura tajba, pero` niġbed l-attenzjoni fuq żewġ punti.", "L-ewwelnett nafu bid-diffikultajiet li hemm f'dan il-qasam, anke fis-settur pubbliku.", "Fil-fatt il-gvern ftit tal-ġimgħat ilu ħatar kumitat fuq dan il-qasam u din tal-facilitators fis-settur privat ma nafx jekk hux se tkun diskussa anke hemmhekk.", "Nafu wkoll li l-istatementing panel huwa part-time u diġa' mgħobbi b'ħafna xogħol u nistaqsi jien kif dan se jirnexxielu jlaħħaq max- xogħol sabiex verament nieħdu l-effett pożittiv tagħha fl-aħħar mill-aħħar.", "Aħna nafu li dawn iridu jaraw ruxxmata tfal u jridu jagħmlu assessment tagħhom ħalli jaraw jekk jikkwalifikawx jew le għal facilitator u issa qed inżidulhom din il-biċċa xogħol ukoll.", "U nafu li mhux qed issir analisi ta' dawk l-istudenti li ngħataw facilitator snin ilu biex naraw jekk dawn għadx għandhom bżonn facilitator jew le.", "Dawn l-affarijiet m'aħniex qed narawhom, Sur President.", "Ukoll dan l-abbozz ta' liġi qed iżid is-sisa fuq it-tabakk u l-alkaħol fost l-oħrajn għalkemm ma tantx smajna fuq dan is-suġġett.", "Normalment inħobb nitkellem aktar fit-tul fuq dan il-qasam, pero` nixtieq inħalli ftit tal- ħin lill-kollega tiegħi li jrid jitkellem warajja u se nagħmel żewġ punti fil-qosor.", "Kważi kważi drajniha li kull gvern iżid is-sisa fuq l-alkaħol u t-tabakk, bl-iskuża li niskoraġġixxu lin-nies milli jpejpu u jixorbu bla rażan.", "Madankollu jien ngħid ejjew nagħmlu kampanja bis-serjeta` fl- iskejjel għaliex ħafna drabi li jiġri hu li l-abbużi jsiru qrib jew addirittura fl-iskola stess.", "Kemm-il darba tkellimt sabiex ikollna alcohol free-zone ħdejn is-sixth form iżda kollu għalxejn, Sur President.", "Naf li ninstema' ikrah ma' min għandu l-ħwienet tax-xorb hemmhekk u forsi anke ma' l-istudenti li jħobbu jmorru hemmhekk, imma jekk irridu niskoraġġixxu l-abbuż ta' l-alkaħol bis-serjeta` – qed nitkellmu fuq studenti ta' bejn is-16 u t-18-il sena – irridu nagħmlu affarijiet li jaqtgħu fil-laħam il-ħaj.", "Meta l-gvern daħħal il-miżura li ma jistax isir tipjip f'postijiet pubbliċi magħluqa, jien kont qbilt magħha mija fil-mija u ma noqogħdux inġibu l-iskuża li jonqos il-bejgħ jew ħaġa jew oħra.", "Pajjiżi oħra għamluha u taħdem u llejla smajna lill-Onor.", "Tonio Borg jgħid li ftit jew wisq qed taħdem ukoll hawn Malta u nieħu gost.", "Hemm bżonn nedukaw lill-poplu li fejn tidħol is-saħħa ma joqgħod xejn aktar.", "Din irridu ndaħħluha f'rasna akkost ta' kollox.", "Pero` rridu ngħidu wkoll li apparti l-bżonn ta' aktar edukazzjoni fl- iskejjel, dawn il-prodotti ta' l-alkaħol u t-tabakk għadhom wisq aċċessibbli.", "Tidħol fejn tidħol issibhom u jekk jidħol tifel li forsi jkunu bagħtuh il-ġenituri tiegħu stess, jista' jixtri.", "Sakemm dawn il- prodotti jibqgħu aċċessibbli, tara makna 'l hemm u makna 'l hawn u xorb fuq xkafef, ma nafx kif se tinbidel il-mentalita` għax dak li jkun jgħidlek li dawn il-prodotti huma aċċessibbli u għaldaqstant xi ħaġa aċċettata.", "Aħna ma nsibux drogi fuq l-ixkafef u allaħares qatt nibdew insibu.", "Għaliex?", "Għaliex il-perception tan-nies dwar id-drogi hija li dawn huma ħżiena u l- istess it-tipjip u l-alkaħol.", "Qed ngħid għall-abbuż ta' l-alkaħol ħalli ma niftiehemx li l-konsum ta' l-alkaħol huwa ħażin imma l-eċċessiv huwa ħażin.", "Tajjeb li dan indaħħluh f'moħħ in-nies, Sur President.", "Nixtieq nagħmel xi ftit kummenti wkoll fuq dak li għandu x'jaqsam mar- riċerka u l-innovazzjoni, ħwejjeġ li joqorbu ħafna lejn l-edukazzjoni u fid- diskors tal-budget il-gvern semma programm nazzjonali għar-riċerka u l- innovazzjoni - kliem sabiħ kemm trid! - quddiem din l-isfida li għandna.", "Veru hija sfida, pero` meta wieħed ifittex x'qiegħed isir bis-serjeta` minn dan il-gvern sabiex nonfqu fuq ir-riċerka u l-innovazzjoni x'isib?", "X'iddedika l-gvern fil-budget biex nagħtu aktar importanza lir-riċerka u l- innovazzjoni?", "Nafu bil-problemi finanzjarji li għandha l-universita`.", "Veru li din is-sena kien hemm żieda fil-vot ta' l-universita`, imma ż-żieda qed nagħtuha sabiex inħallsu il-Lm1.5 miljun u Lm2 miljun dejn li akkumula matul is-snin, fi kliem ieħor għan-nuqqasijiet tal-passat.", "M'għandix l- iċken dubju li tajbin l-inċentivi fiskali li nagħtu lill-kumpanniji li jonfqu aktar flus fuq dawn l-oqsma, pero` fejn hu s-sehem tal-gvern?", "L-Unjoni Ewropea stess tisħaq li l-gvern irid jagħti sehmu flimkien mal- privat u anke nisimgħu ħafna priedki minn sħabna tan-naħa l-oħra fuq l- Unjoni Ewropea imma donnu fejn jaqblilhom biss.", "Jien dejjem tkellimt li l- privat għandu jidħol aktar fil-qasam edukattiv sabiex ikun hemm aktar ħidma flimkien u anke joħroġ mill-but il-fondi neċċessarji, għaliex le.", "Ċertament il-gvern ma jistax iwarrab ir-responsabbilta` tiegħu u jekk naraw kemm hu l-infiq tal-gvern f'dan il-qasam insibu li huwa negliġibbli għax magħha nkluda wkoll l-infiq tas-settur privat.", "Jiġifieri ejja mhux biss ngħiduhom l-affarijiet imma nieħdu azzjoni bis-serjeta`.", "Kif nistgħu aħna ma naqblux li nagħtu aktar importanza lil dan il-qasam!", "Tant naqblu aħna bħala oppożizzjoni li f'ittra li jien u l-Onor.", "Leo Brincat bgħatna lill-president tal-kumitat permanenti dwar l-affarijiet soċjali tal-Kamra f'Ottubru li għadda għedna li aħna naqblu li din hija the way forward u naqblu wkoll li huwa importanti li niddiskutuha bħala parlament u niddiskutuha f'dan il-kumitat sabiex naraw x'inhuma l-problemi li għandna f'dan il-qasam.", "Allura hemm bżonn ta' aktar ħidma fl- edukazzjoni biex ikollna bażi tajba ħalli nkabbru r-riċerka u l- innovazzjoni f'pajjiżna.", "Pero` meta wieħed jara x'azzjoni ħa l-gvern isib li fl-2004 il-gvern suppost ta Lm300,000 lill-kumpanniji interessati f'dan il-qasam li allura jiġu bejn wieħed u ieħor xi 90 jew 100 kumpannija.", "Komplessivament dawn talbu kważi Lm1 miljun iżda l-gvern iddedika Lm300,000 għal dan il-għan, pero` lanqas dawk it-Lm300,000 ma ta.", "Ikolli wkoll ngħid li l-gvern iċċaqlaq meta għamilt sensiela ta' mistoqsijiet parlamentari jien - b'umilta` qed ngħidha din, imma wasluli dawn l-ilmenti u ħassejtni fid-dmir lejn dan il-qasam u lejn il-ġid ta' pajjiżna li nagħmel dawn il-mistoqsijiet għax għalhekk qiegħed hawn - u l- ministru qal li dawk it-Lm300,000 li suppost ta s-sena li għaddiet se jagħtihom din is-sena.", "Jien ngħid li tlifna Lm300,000 is-sena li għaddiet għax din is-sena mhux Lm300,000 missna vvotajna iżda Lm600,000 jekk verament qed nitkellmu bis-serjeta` li rridu nkabbru r-riċerka u l- innovazzjoni.", "Sur President, nagħlaq l-intervent tiegħi billi nappella lill-gvern dwar l- importanza li bejnietna nitkellmu ċar.", "Żmien ir-retorika għadda u llum pajjiżna huwa membru ta' l-Unjoni Ewropea.", "Mela ejja naħdmu t-tnejn li aħna, gvern u oppożizzjoni, fl-interess ta' pajjiżna.", "Bħala oppożizzjoni aħna dejjem lesti li ngħinu lill-gvern f'ċerti affarijiet, imma importanti li l-gvern ikun sinċier u jammetti li qed jitlob lill-poplu Malti jħallas ta' l-iżbalji li saru min-naħa tal-partit Nazzjonalista, li verament il- partit Nazzjonalista huwa responsabbli għad-diżastru li għandna fil-finanzi tal-pajjiż u li pprova jwaħħal fil-gvern ta' Alfred Sant bla bżonn.", "Jiġifieri hemm bżonn li l-ewwel tan-naħa l-oħra joħorġu jgħidu fil-pubbliku li llum qed inbatu l-konsegwenzi tad-deċiżjonjiet ħżiena li ħadu huma fit- tmexxija tal-pajjiż, b'mod partikolari fil-finanzi u mbagħad naħdmu fl- interess nazzjonali mela le.", "Jien nappella li nkunu sinċiera l-ewwelnett magħna nfusna u mbagħad mal- poplu Malti u mhux nitolbu lill-poplu Malti jħallas aktar biex dejjem jieħu inqas.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Insejjaħ lill-Onor.", "Roderick Galdes.", "ONOR.", "RODERICK GALDES: Sur President, fil-ftit minuti li ġejjin beħsiebni nkompli fejn ħallew il-kollegi tiegħi u se nitkellem dwar l- effetti negattivi tal-miżuri tal-budget fir-rigward tal-qasam ta' l- ambjent.", "Iżda kont beħsiebni wkoll naċċenna għall-qasam soċjali u dak ekonomiku li qed ikomplu jintlaqtu ħażin, bil-poplu jbati l-konsegwenzi u bil-piżijiet jitgħabbew dejjem aktar fuq il-ħaddiem.", "Ovvjament l-għaqdiet tal-ħaddiema diġa` taw l-opinjoni tagħhom fuq dan u fil-ġranet li ġejjin se jkomplu juru d-diżapprovazzjoni tagħhom mhux biss permezz ta' stqarrijiet li smajnihom f'dawn l-aħħar ġimgħat li għaddew, pero' anke permezz ta' protesti li ċertament se jkomplu jagħtu vuċi għal-leħen tal-ħaddiema.", "Qabel ma ġejt hawnhekk kont qed nisma' l-intervent tal-kollega l-Onor.", "Robert Arrigo u bqajt skantat bil-mod kif tkellem.", "Qalilna li l-ħaddiema m'għandhomx għalfejn jipprotestaw għax iktar ma jipprotestaw iktar se joħolqu inċertezza fil-pajjiż u nistgħu anke ngerrxu l-investiment.", "Tajjeb, hekk sew!", "Jiġifieri issa l-ħaddiem m'għandux dritt isemma leħnu, m'għandux joħroġ jipprotesta!", "L-aktar dritt bażiku li ħaddiem isemma leħnu donnu li hawn min jixtieq jarah itir mar-riħ.", "Aħna ta' l-oppożizzjoni nistmerru dan l-atteġġjament anti-demokratiku u nħeġġu aktar żgħażagħ, aktar ħaddiema u aktar nies li qed jintlaqtu ħażin minn dawn it-taxxi sabiex jitkellmu u juru l-għadab tagħhom għall-mod kif dan il-gvern qiegħed jimponi dawn it-taxxi li se jkomplu jħarbtu t-tessut soċjali ta' pajjiżna.", "Sur President, meta titkellem fuq il-kompetittivita` l-ewwel ma trid tara huwa l-kankru ewlieni li qed jikkawża n-nuqqas ta' kompetittivita` u mhux toħroġ tipproponi li tnaqqas erbat ijiem leave lill-ħaddiema, qisu li b'miżura bħal din se nsibu tarf tal-problemi kollha ta' pajjiżna.", "Jien nemmen li dan in-nuqqas ta' kompetittivita` ġej l-aktar mill-fatt li tgħabbejna b'ħafna piżijiet u ħafna taxxi.", "Kif nistgħu nibqgħu sejrin hekk meta nafu li mingħajr is-sehem tal-ħaddiem ma tista' qatt issir kompetittiv u sadanittant il-gvern qed jgħid li lill-ħaddiem irid jeħodlu lura dawk id- drittijiet li tajnieh maż-żmien?", "Bil-miżuri anti-soċjali li ħa f'dan il- budget il-gvern Nazzjonalista qed inaqqas ħafna mid-drittijiet li għandu l- ħaddiem u se jispiċċa jżid il-problemi ekonomiċi għax bħal donnu jinteressah biss li jagħmel il-bsaten fir-roti biex l-ekonomija ma tibqax iddur.", "Jien xtaqt nelabora speċjalment fuq il-farsa li kellna matul dawn l- aħħar tliet xhur fir-rigward tas-sistema ta' l-eco-tax, Mr Speaker.", "Kif konna għedna fid-diskorsi li għamilna meta ġiet introdotta din it-taxxa għal ħabta ta' Settembru li għadda, il-gvern qed jintroduċi sistema ta' taxxa simili jew inkella ekwivalenti għat-taxxa tal-VAT li se jkompli jifrex fuq numru ta' prodotti minn żmien għal żmien.", "Sempliċement b'avviż legali se jkompli jżid u jfattar aktar taxxi fuq prodotti sabiex l- ekonomija tkompli tinxef u tiġġammja.", "Il-mod kif ġew elenkati t-taxxi mill- budget 'l hawn, sempliċement b'avviż legali u l-mod kif dawn ġew implimentati juri nuqqas ta' professjonalita` u nuqqas ta' ippjanar u dawn se jkomplu jħallu aktar effetti negattivi fil-qasam ekonomiku.", "Biżżejjed wieħed isemmi l-farsa tat-taxxa fuq il-basktijiet tal-plastik.", "M'iniex qed ngħid li bħala prinċipju m'huwiex tajjeb li nnaqqsu l-basktijiet tal- plastik minħabba l-ħsara li jagħmlu lill-ambjent, anzi pjuttost wieħed għandu jibda jaħseb għal dan, pero` fir-rigward tat-taxxa m'hemmx dubju li din kienet miżura mgħaġġla, taxxa li se tħalli effett negattiv fuq il- konsumatur għaliex fl-aħħar mill-aħħar hija taxxa li se tkompli tnaqqaslu l- purchasing power.", "MR SPEAKER: Skużani ninterrompik imma sar il-ħin.", "Se tibqa' in possession?", "ONOR.", "RODERICK GALDES: Iva, grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Nitlob lill-Aġent Prim Ministru biex jekk jogħġbu jressaq l-Aġġornament.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni kienet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "TONIO BORG: Nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal għada t- Tlieta, 18 ta' Jannar, 2005 fis-6.00 p.m. b'din l-agenda :", "Abbozz ta' Liġi li Jimplimenta Miżuri ta' l-Estimi - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Kunsilli Lokali - Tieni Qari; u", "Abbozz ta' Liġi dwar Arkivji Nazzjonali – Kumitat (Kont.).", "-----------------------------------", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Reġistru Ċentrali - Kumitat Permanenti.", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER : Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Leo Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Mr. Speaker, bil-permess ta' sħabi se nieħu minuta jew tnejn biex nagħmel punt li jidhirli li huwa ta' ċerta relevanza.", "Filwaqt li jidher li hawn dipartimenti li qed jieħdu miżuri effettivi biex jikkontrollaw in-nefqa pubblika - u għadni kemm sirt naf b'każ ta ́research analyst mal-kumitat ta' l-affarijiet barranin u Ewropej li ħarġet flus minn butha meta kienet Copenhagen fuq xogħol parlamentari – u minkejja li kien ilu żmien twil jingħad li l-ambaxxata tagħna f'Budapest kienet earmarked biex tingħalaq - fil-fatt effettivament ikkonferma dan il-Ministru Frendo xi ġimgħat ilu - f'Ġunju li għadda xi ħadd intelliġenti ħafna ħass il- ħtieġa li kellhom jixtru BMW ġdida għall-istess ambaxxata.", "Veru li kien hemm il-permess tal-ministeru tal-finanzi, veru li din il-karozza issa se tintuża f'ambaxxata oħra skond il-bżonn, imma iktar milli n-nefqa nnifisha ta' euro 31,000 jien nikkwerja t-tip ta' thinking li tixtri karozza meta inti diġa' ddeċidejt li tagħlaq l-ambaxxata eżempju tipiku ta' ħela u eżempju tal-mod sproporzjonat kif isir l-infiq pubbliku minn ċerti ministeri, f'dan il-każ il-ministeru ta' l-affarijiet barranin.", "Dan ngħidu iżjed u iżjed meta niftakar fil-pandemonju li kien qala' l- partit Nazzjonalista permezz ta' ċerti civil servants qrib tiegħu meta s- Sur Richard Matrenza kien għoġbu jbiddel il-karozza fiż-żmien li kien serving ambassador Londra.", "Issa hawn qed nitkellmu fuq Londra li huwa wieħed mill-keyposts diplomatiċi u dakinhar kienu qamu l-irwiefen kollha.", "Issa għandna konferma bil-miktub li ntefqu 'l fuq minn euro 30,000 fuq karozza ta' ambaxxata li kien diġa' ġie deċiż li għandha tingħalaq.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Carmelo Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Mr Speaker, jien ġej mit-tielet distrett elettorali li jikkomprendi ż-Zejtun, Haz-Zabbar u Wied il-Għajn u allura tajjeb li ngħid xi ħaġa dwar il-proposta tal-gvern li jkabbar l-impjant tar-riċiklaġġ ta' Sant'Antnin.", "L-ewwelnett irrid ngħid li l-partit Nazzjonalista fil- gvern abbanduna n-naħat tagħna.", "It-telqa kbira li hemm fin-naħa t'isfel ta' Malta wieħed jista' jaraha meta proprju jżur dawn l-inħawi.", "Naturalment din it-telqa ġġib ċerta rabja fost ir-residenti, kemm Laburisti u m'humiex.", "Il- maġġoranza kbira tar-residenti għandhom ċerta rabja għall-fatt li qishom in- nies tan-naħa t'isfel ta' Malta ma jgħoddux daqs l-oħrajn għall-partit Nazzjonalista.", "U hawn ma nistax ma nsemmix ukoll il-laqgħa pubblika li saret is-Sibt li għadda proprju ġewwa Wied il-Għajn fuq il-kwestjoni tar- riċiklaġġ.", "Kien hemm min ipprova jpinġi din il-laqgħa bħala waħda ostili u li fiha ġraw affarijiet ta' barra minn hawn.", "Dan intqal minħabba li r-residenti preżenti kienu qed jesprimu r-rabja tagħhom għal lista ma tispiċċa qatt ta' affarijiet li ilhom iweġġgħuhom u li jiena se nsemmi ftit minnhom.", "Huwa veru li kif wasal il-ministru kien hemm ċertu bbuwjar - jien dan ma qbiltx miegħu u ppruvajt insikket lin-nies - pero' kienu skorretti fl-aħbarijiet ta' l-istazzjon tal-partit Nazzjonalista li ffokaw fuq ċerti nies li għandhom ċerta responsabbilta' fi ħdan il-partit Laburista u ppruvaw jgħidu li dawn kienu parteċipi meta dawk kienu l-istess nies li ppruvaw isikktu lir-residenti preżenti.", "Issa hawn ta' min jgħid li r-residenti ma kenux Laburisti biss, imma kienu ta' kuluri politiċi differenti u wħud minnhom lanqas għandhom kulur politiku.", "Dawn ir-residenti esprimew ir-rabja tagħhom għal numru ta' affarijiet li l-gvern Nazzjonalista abbanduna.", "Jien niftakar ftit tas-snin ilu kien hemm għagħa fl-Amerka għax ċittadin Amerikan kien ħaraq il- bandiera ta' pajjiżu u l-qorti spiċċat li qatgħetha li dik espressjoni demokratika ta' kif ċittadin juri l-għadab tiegħu.", "Iva, il-poplu huwa rrabjat għal numru ta' affarijiet u għat-telqa li dan il-gvern qed iħalli fin-naħa t'isfel ta' Malta u esprimew ruħhom b'dak il-mod.", "Per eżempju, jekk nieħdu Wied il-Għajn stess insibu li biex tinfetaħ l- għassa tal-pulizija kellhom jgħaddu minn battikata sħiħa l-kunsill u r- residenti.", "Issa Wied il-Għajn huwa prime site f'dak li għandu x'jaqsam mat- turiżmu u huwa prime site ukoll f'dak li għandu x'jaqsam ma' attivita' marbuta ma' restaurants, bars u diskoteki u allura huwa minn ewl id-dinja li għandu jkun hemm għassa tal-pulizija.", "Battikata sħiħa u xahar wara l- ieħor biex din l-imbierka għassa tal-pulizija tinfetaħ.", "X'ma tirrabjax!", "Hemm telqa sħiħa Wied il-Għajn u Allaħares ma kienx il-gvern Laburista ta' Dr Alfred Sant li bejn l-1996 u l-1998 kien beda proġett li mbagħad komplih il-gvern Nazzjonalista u komplih mhux għax ried imma għax ma setax jagħmel mod ieħor.", "X'ma tirrabjax, Sur President.", "Għandna wkoll il-kwestjoni tal-fish farms, bil-MEPA tiddeċiedi li l-fish farms imorru kollha l-istess naħa.", "U fejn?", "Kollha n-naħa t'isfel ta' Malta, mhux hekk!", "Il-MEPA jew il-gvern iddeċieda?", "Jien nistieden lil min iddeċieda biex imur sa Delimara, jimxi ftit lejn l-inħawi tar-Ramla u jara l-fish farms.", "Qalulna ma nafx kemm-il metru jew kilometru jridu jkunu l-barra, pero' jiena ngħid li jekk tgħumha tasal f'għaxar minuti ħdejhom.", "Dawn min jaf x'diżastru ambjentali qed iħallu fil-baħar t'hemmhekk, żona mill-isbaħ u l-uniku post fejn wieħed jista' jmur u jkun daqsxejn maqtugħ mill-abitat.", "Jien mhux qed ngħid li m'għandux ikun hawn fish farms imma dawn għandhom ikunu l-barra kemm jista' jkun, anke jekk ikollhom iżidu l-ispejjeż.", "Hekk jew hekk min minnhom qed jagħmel il-qligħ jaffordja jħallas għax minn fuq dawn il-farms hemm min qed jagħmel miljuni kbar.", "Irrid ngħid ukoll li f'Haz-Zabbar hemm talba pendenti mill-kunsill lokali biex jiġi rranġat il-masġar li jiġi wara l-isports complex tal-Kottonera li jagħti għal fejn hemm il-ground tal-football tas-St Patricks.", "Dawn xebgħu jitolbu lill-gvern u lill-ministru responsabbli mill-affarijiet rurali u ambjent biex jirranġalhom, pero' mhux biss ma rranġaw xejn imma lanqas biss ried jiltaqa' magħhom.", "Lili hekk informawni.", "Naħseb li dawn huma affarijiet li bilfors iġiegħlu lill-poplu tan-naħa t'isfel ta' Malta jirrabja għall-aġir ta' dan il-gvern.", "Fiż-Zejtun il-kunsill lokali tgħidx kemm talab biex il-gvern jagħti l-għajnuna tiegħu biex wieħed itejjeb l- affarijiet marbuta ma' l-isports.", "Il-kunsill għamel il-parti tiegħu u anke talab lill-gvern ċentrali sabiex jagħti l-għajnuna tiegħu, pero' ftit li xejn sab koperazzjoni.", "Dan biex ma nsemmux it-traffic lights f'tal- Barrani, Sur President.", "F'liema pajjiż fid-dinja ssir kruċjata biex isiru t-traffic lights?", "F'Malta, pajjiż membru ta' l-Unjoni Ewropea!", "Issa fl-aħħar saret it-triq, twaħħlu l-arbli u nittama li ma ssirx kruċjata oħra biex jikkonnettjaw id- dawl.", "Anke biex jinqala' arblu tad-dawl li huwa perikoluż għax qiegħed 'il barra mit-triq, il-poplu tan-naħa t-isfel dam jistenna.", "X'ma jirrabjawx ir- residenti tan-naħa t'isfel ta' Malta, imbagħad ma nafx kif ikun hemm min jitkaża għax jibbuwjaw lil xi ministru!", "Nerġa' ngħid li jien ma qbiltx ma' dan l-atteġġjament, imma inevitabbli li l-poplu ma jesprimix ir-rabja tiegħu.", "Jien xtaqt biss li kieku l-ministru jgħid x'inhuma l-veduti u d- deċiżjonijiet li ħa l-gvern u nargumentaw dwarhom, imma naħseb li l-folla - Laburisti, Nazzjonalisti u ta' l-Alternattiva u dawk li ma' jħaddnu l- ebda partit – riedet turi r-rabja tagħha.", "U dan iwassalni biex nitkellem ftit dwar l-impjant tar-riċiklaġġ, Sur President.", "Jien mhux se nitkellem fuq l-ambjent għaliex hemm persuni oħrajn fi ħdan il- grupp parlamentari Laburista li għandhom dan ir-rwol u anke għaliex jien m'inix daqshekk intiż fuq dan is-suġġett, pero' naħseb li meta wieħed jara l-affarijeit fuq medda ta' snin isib li l-gvern mexa ħażin u b'mod żbaljat fuq l-ambjent.", "Ma kellux politika ċara fuq l-ambjent.", "Mela l-ewwel inħallu kollox għal riħu mbagħad inqumu ġurnata minnhom u ngħidu li l- basktijiet tal-plastik jagħmlu l-ħsara.", "Din illum skoprejniha !", "Imbagħad x'nagħmlu?", "Mill-għada nintroduċu taxxi li ma jagħmlux sens.", "Jiena mhux qed ngħid li l-basktijiet tal-plastik ma jagħmlux ħsara u mhux qed ngħid li m'għandniex ninċentivaw lin-nies jużaw affarijiet oħrajn li jagħmlu inqas ħsara jew inkella ma jagħmlu ħsara xejn, imma miżuri bħal dawn m'għandhomx jittieħdu mil-lum għall-għada.", "Mela llum nindunaw u l- għada nagħmluha l-ħaġa!", "Pajjiżi oħrajn imxew b'mod differenti.", "Għandek l- ewwel tagħti ċans biex kulħadd jifhem il-ħaġa u kulħadd jipprepara ruħu, inkluż l-industrja stess, imbagħad timplimenta l-affarijiet.", "Issa rigward il-kwestjoni tar-riċiklaġġ hemm bosta mistoqsijiet li sal-lum għadhom mhux imwieġba b'mod ċar u wara l-laqgħa ta' konsultazzjoni tas-Sibt li għadda dawn il-mistoqsijiet għadhom hemm u m'hemmx tweġiba għalihom, Sur President.", "F'''in-nazzjon'' illum stajna naqraw b'ittri kbar li: ''Il-kunsilli Laburisti ta' Marsaskala, Haz-Zabbar u z-Zejtun ilhom xhur li ġabru kopja tad-dokument dwar l-impatt ambjentali tal-modernizazzjoni ta' l-impjant ta' Sant'Antnin''.", "Meta mbagħad wieħed jibda jfittex isib li l-ewwelnett il- MEPA stess tgħidlek li qabel nibdew nitkellmu rridu nistennew l-environment impact assessment.", "Dan kien lest f'Lulju tas-sena l-oħra pero' mbagħad l- abbozz finali tlesta fit-28 ta' Ottubru 2004, jiġifieri xahrejn ilu biss.", "Allura dan taħsbu li kien żmien biżżejjed biex wieħed jiddiskuti ?", "Wara kollox il-kunsilliera wkoll irridu jikkonsultaw l-esperti.", "Mela l-MEPA qabbdet esperti biex jagħmlu EIA u mbagħad jippretendu li l-kunsilli lokali ma jqabbdux esperti huma wkoll biex janalizzaw l-impatt ambjentali u l- impatt fuq il-lokalitajiet rispettivi !", "Dan qed ngħidu biex nuri li dak li kien hemm fil-ġurnal m'huwa xejn ħlief qerq.", "Mhux hekk biss għax quddiemi għandi ittra li bagħat il-kunsill lokali taż- Zejtun fil-25 ta' Novembru, 2004 – inzertat il-festa ta' Santa Katerina – lid-direttur tal-ħarsien ta' l-ambjent u lid-direttur ta' l-ippjanar tal- MEPA fejn qed joġġezzjonaw għal dan l-impjant.", "It-titolu ta' din l-ittra jġib dan il-kliem preċiż: ''Impjant ta' 200,000 tunnellata skart ta' riċiklaġġ f'Sant'Antnin''.", "Nafu wkoll li l-kunsill lokali ta' Wied il-Għajn kien għamel laqgħa mal-ministru fid-19 ta' Novembru.", "Mela l-kunsilli lokali ma qagħdux reqdin kif ippruvaw jagħtu l-impressjoni tal-gazzetta tal-partit Nazzjonalista.", "Għalfejn din il-miżinformazzjoni li ma tgħidx l-istampa kollha kif inhi ma nafx.", "Fl-aħħar mill-aħħar għaliex iċ-ċittadini residenti m'għandhomx ikunu konsultati?", "Ejja nżommu saqajna ma' l-art u ma noqgħodux ninħbew u ngħidu li fiż-żmien ta' sitt ġimgħat li l-awtorita' ta' l-ippjanar tagħti, kulħadd kien jaf b'dawn l-affarijiet.", "Bir-rispett kollu, nagħmlu ħażin jekk naħsbu li n- nies joqogħdu jsegwu bil-pinna u l-klamar dawn l-affarijiet.", "Forsi ċerti affarijiet sfuġġew anke lilna li aħna midħla tal-politika.", "Jien nistqarr li ċerti affarijiet lili sfuġġewli wkoll.", "X'hemm ħażin billi nagħtu ċans lin- nies li jikkonsultaw u nisimgħu l-opinjoni tagħhom?", "Jien li nara ħażin huwa li jkollok persuni mħallsin mit-taxxi tal-poplu, li jiġu għal-laqgħa tad-diskussjoni s-Sibt li għadda bħala osservaturi biss, ma jitkellmux u ma jagħtux tweġiba għall-mistoqsijiet li saru iżda mbagħad jagħtu intervista lill-aħbarijiet tan-NET jew lill-ġurnal ''in-nazzjon''.", "Issa x'inhuma l- mistoqsijiet li hemm bżonn jiġu mwieġba, Sur President?", "Jistgħu jgħidulna għalfejn id-disinn ta' dan l-impjant tar-riċiklaġġ se jkun daqshekk kbir meta skond il-gvern se jkun hemm 71,000 tunnellata biss ta' skart?", "Il-ministru qal li l-iskart totali ta' Malta u Għawdex huwa 240,000 tunnellata u qed jgħid li 71,000 tunnellata biss se jmorru fl- impjant tar-riċiklaġġ.", "Mela għalfejn din il-ħtieġa ta' impjant ta' riċiklaġġ daqshekk kbir?", "Xi ħadd irid iwieġeb għal dan.", "Jekk l-intenzjoni hi li takkomoda 71,000 tunnellata, agħmel impjant li jakkomoda 100,000 tunnellata biex ikollok ċerta kumdita' u mhux impjant daqshekk kbir li jagħti lok għal suspetti li ż-żibel kollu ta' Malta u Għawdex se jintefa' hemm.", "Jekk il-każ hu kif qed jgħid il-ministru li 71,000 tunnellata biss se jmorru fl-impjant tar-riċiklaġġ, fejn se jmur l-iskart l-ieħor?", "Se jsiru impjanti oħrajn madwar Malta u Għawdex?", "Dwar dan il-gvern jinsab sieket u s'issa ma qalilna xejn.", "Jien naħseb li dawn huma affarijiet li ta' min wieħed iweġibhom u nkunu ċari dwarhom għax ħareġ ċar wkoll it-taħwid li hemm fost il-partijiet konċernati, jiġifieri l-gvern, il-Wasteserv u l-MEPA.", "Fil-laqgħa tas- Sibt li għadda wara li kien telaq il-ministru minħabba impenji oħrajn, deher ċar li l-ballun qed jgħaddi minn wieħed għall-ieħor.", "L-ewwel il- ballun kien għand il-gvern, imbagħad mar għand il-Wasteserv imbagħad għand il-MEPA u dan meta l-MEPA kienet diġa' esprimiet l-opinjoni tagħha kontra dan l-iżvilupp.", "Naħseb meta r-residenti jaraw l-istorja kollha ta' kif in-naħa t'isfel ta' Malta ġiet mitluqa taħt gvern Nazzjonalista bilfors li jirrabjaw.", "U l-gvern għandu anke hawnhekk ikun sinċier u għallinqas jagħti risposti sinċiera li bid-dritt kollu għandhom jingħataw ir-residenti.", "Aħna nħallsu t-taxxi bħall-oħrajn u jekk ngħidu li Wied il-Għajn huwa priorita' fil-qasam turistiku, min jopera hemmhekk iħallas liċenzji daqskemm iħallsu dawk f'Buġibba u Tas-Sliema u allura aħna ħaqqna daqs ħaddieħor.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joe Abela.", "ONOR.", "JOSEPH ABELA: Mr. Speaker, meta wieħed jara r-reazzjoni tar- residenti għall-proposta tal-gvern li jkabbar l-impjant tar-riċiklaġġ f'Wied il-Għajn, bilfors li jkollu jieqaf u jirrifletti għaliex dik ma kenitx reazzjoni ta' ftit nies minn partit politiku wieħed.", "Ma kenitx ir- reazzjoni tal-Laburisti jew tan-Nazzjonalisti li jgħixu f'Wied il-Għajn u fil-madwar, ma kenitx biss ir-reazzjoni ta' l-għaqdiet ambjentali imma kienet il-karba tar-residenti kollha b'mod ġenerali li jgħixu n-naħa t'isfel ta' Malta.", "Kien ukoll sinjal ta' sfiduċja fil-ministri tal-gvern li mhux talli mhumiex konsistenti f'dak li hu żvilupp ambjentali talli qed ifarrku huma stess dak li ppruvaw jibnu xi wħud minnhom stess.", "Kulħadd għandu jiftakar il-karikatura ta' xummiemu li kienet indrat mit- tfal.", "Xummiemu kien daħal fil-qlub tat-tfal u konna drajnihom ukoll dawk ir- reklami fuq it-televiżjoni li kienu jedukaw lin-nies biex iżommu ambjent aħjar.", "Dak iż-żmien kienet diġa' bdiet dieħla ċerta kuxjenza, imma llum x'ġara?", "Xummiemu miet mewta naturali fuq l-altar tas-sagrifiċċju u Dr. Stanley Zammit spiċċa biex tilef postu fil-parlament.", "Sfortunatament hija ironija kbira li dan il-poplu mhux dejjem japprezza lil min ikun qed jagħmillu l-ġid.", "Dan qed ngħidu għax minn dak iż-żmien 'l hawn, minn wara Dr Stanley Zammit, ma rajniex ministru wieħed li żamm kelmtu u għamel xi pass konkret favur l-ambjent, partikolarment fejn jidħol is-south ta' Malta.", "Allura kif jistgħu r-residenti ta' Wied il-Għajn jemmnu lill- Ministru Pullicino li mhux veru jrid iġib iż-żibel kollu ta' Malta lejn dawk in-naħat meta hemm ippjanat impjant li se jipproċessa għaxar darbiet iktar skart minn dak li jipproċessa?", "Sal-ġimgħa l-oħra stess ir-residenti kienu qed igergru mill-irwejjaħ, Sur President.", "Biex nagħmluha ċara, dan l-impjant m'huwiex 'il bogħod mir-residenza tal- prim ministru u hu jaf x'inhi r-riħa u x'qed ikolhom jissapportu r- residenti.", "L-iktar bniedem li jista' jifhimhom huwa propju l-prim ministru, imma bħalissa għaddejjin diċeriji li l-prim ministru xtara proprjeta' oħra – u din ta' min jiċċaraha - u se jitlaq minn Marsascala.", "Veru li Lawrence Gonzi se jitlaq minn Marsascala?", "Għaliex ħriġna issa bil-proposta li l- iskart inkabbruh b'għaxar darbiet?", "L-Onor.", "Gonzi se jibda jiġi fis-south biex jieħu l-voti tat-tieni distrett u jkun 'il bogħod mir-riħa li jgħix fiha fil-preżent?", "U hawn ta' min jgħid ukoll li kien biss fil-break żgħir ta' sentejn li responsabbli mill-ambjent kien l-Onor.", "George Vella li l- impjant ta' riċiklaġġ ħadem kif suppost għax hu biss kien li ra li jkun hemm min jagħmel il-monitoring.", "Hu biss kien li ta kas ir-residenti u ma niddejjaqx ngħidha din, Sur President.", "Jiena ngħid li l-każ ta' l-impjant tar-riċiklaġġ huwa każ ta' razziżmu kontra n-nies tan-naħa t'isfel ta' Malta.", "Huwa razziżmu għax in-nies tan- naħa t'isfel ta' Malta donnu li ma jingħatawx l-istess valur tan-nies tan- naħa ta' fuq.", "Kieku nbena impjant tar-riċiklaġġ biss f'dawk in-naħat forsi kont tasal biex tgħid għallinqas għandna lilu biss, imma agħtu ħarsa lejn it-toroq ta' Wied il-Għajn ħalli tkunu tafu!", "Agħtu ħarsa lejn x'qed ikollhom isofru kulmin imur jgħum fir-ramla ta' San Tumas minħabba l-fish farms!", "Din ma hi xejn ħlief diskriminazzjoni sistematika kontra l-poplu tan- naħa t'isfel ta' Malta.", "Kif tista' ma tippretendix dak it-tip ta' rispons?", "Din x'konsultazzjoni hi?", "Tagħmel laqgħa mal-kunsill ta' malajr malajr, tgħidilhom dan huwa l-pjan u dik issejħilha konsultazzjoni.", "Ħalli ngħid xi tfisser konsultazzjoni għal dan il-gvern, Sur President.", "Konsultazjoni taħt dan il-gvern tfisser li jitħaddet ma' dawk l-għaqdiet li huma ħbieb tiegħu, li jiġu vvintati xi erba' għaqdiet ta' malajr taparsi għaqdiet indipendenti u jitkellem magħhom imma mbagħad ara ma ssemmix l- għaqdiet tar-residenti.", "Hemhekk m'hemmx konsultazzjoni, hemmhekk niġu f'laqgħa u ngħidulhom li se jsir dak li għandu jsir għax il-gvern hekk iddeċieda.", "Kemm snin għaddew mingħajr ma sar xejn meta suppost kellu jiġi mniedi proġett għas-separazzjoni ta' l-iskart.", "Imma x'għamlu?", "Tpoġġew l- iskips li fihom trid issir is-separazzjoni ta' l-iskart, pero' kulħadd spiċċa jwaddab fihom bl-addoċċ għax sar kollox mingħajr pjan, kollu dan ħela ta' flus.", "Saru fuljetti biex taparsi l-gvern qed jagħmel xi ħaġa u jmur jiftaħar fl-Ewropa li diġa' beda proġett meta fil-verita' ma jkun inbeda xejn.", "Proġett ma jistax jinbeda jekk l-ewwel ma jkunx imniedi permezz ta' l-edukazzjoni.", "Mr. Speaker, nixtieq issa nsemmi din il-ħrafa ta' marmalja u mhux marmalja u nfakkar f'meta l-Perit Mintoff qabel ir-referendum kien mar l-universita' biex jgħid x'jaħseb hu fuq l-Unjoni Ewropea u fuq l-isħubija ta' pajjiżna.", "Issa din m'hijiex kwestjoni ta' jekk taqbilx jew le, imma naħseb li kien jixraq li wieħed ikun jaf kif jaħsibha ex prim ministru ta' Malta.", "Minkejja dan, dak iż-żmien rajna l-booing u rajna l-għajjat imma ħadd ma qal li l- istudenti ta' l-universita', l-intelletwali tagħna, huma marmalja.", "Kemm kemm ma ġibnihomx fuq il-programm Bondiplus biex ngħidu ara x'ħaqqu l-Perit Mintoff!", "Qishom dawn l-istudenti jiddeċiedu huma min għandu valur biex jitkellem u min m'għandux.", "Dawn l-istudenti ta' l-universita' dejjem jipprotestaw kull meta jintmessilhom l-istipendju u ma ssibhom għal xejn iktar sfortunatament.", "Dawn huma jiddeċiedu min jistħoqqlu l-attenzjoni tagħhom jew le, imma dawk le m'humiex marmalja għax il-marmalja qiegħda Wied il-Għajn.", "Issa, skond ma qed nisimgħu, l-Onor.", "Lawrence Gonzi mhux se jibqa' jagħmel iktar parti minn din in-naħa tal-marmalja tas-south għax x'aktarx li xtara proprjeta' oħra fin-Naxxar.", "U nixtiequ nkunu nafu jekk dan huwiex veru għax in-nies ta' Wied il-Għajn interessati li jkunu jafu.", "Qabel kienu jaħsbu li l-Onor.", "Gonzi qed jifhem il-problemi tagħhom u ħadu r-ruħ x'ħin semgħu li se jilħaq bħala l-kap tal-gvern.", "Mur għidilhom li l-Onor.", "Gonzi se jitfgħalhom iż-żibel kollu ta' Malta fir-raħal tagħhom għax hu xtara x'imkien ieħor!", "Din hi t-tip ta' konsultazzjoni li għandna minn dan il- gvern, dan hu l-mod kif ir-rebbiegħa l-ġdida se tiffjorixxi !", "U dan meta l- Onor. Gonzi nnifsu jaf xi jfisser tgħix f'Wied il-Għajn għax biżżejjed tmur dawra fl-inħawi fejn joqogħdu n-nies biex taħsbek li sejjer off-roading.", "Biex nagħlaq nixtieq ngħid li f'din l-istess lokalita' ta' Wied il-Għajn m'hemmx ċentru wieħed fejn jilagħbu t-tfal.", "Żona ta' kummerċ u t-tfal m'għandhomx spazju fejn jilagħbu, imbagħad jiġi l-gvern u jitħajjar jitfa' ż-żibel kollu ta' Malta hemmhekk.", "Aħna nappellaw lill-gvern biex jagħti kas dawn in-naħat u ma jkomplix ikun arroganti.", "Il-gvern għal darba għandu jisma' dak li qed jgħidulu n-nies sabiex verament ikun gvern demokratiku u mhux gvern dittatorjali.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada t-Tlieta, 18 ta' Jannar 2005, fis-6.00 p.m. bl-agenda kif komunikata mill-Aġent Prim Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "PULIZIJA - DROGA DISTRUTTA", "8974.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhu l-ammont ta' droga distrutta mill-pulziija - u esebita l-qorti - wara l- awtorizzazzjoni tal-qorti mis-sena 2000 sad-data li tiġi mwieġba din il- misotqsija?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ma tinżammx statistika dwar l-informazzjoni mitluba.", "SKEJJEL - ASSENTEIŻMU", "9222.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 7169 rigward ġenituri li tressqu l-qorti talli ma bagħtux lil uliedhom l-iskola fis-snin 2002, 2003 u 2004 s'issa?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: In-numru ta' ċitazzjonijiet li nħarġu lil ġenituri talli ma bagħtux lil uliedhom l-iskola hu kif jidher hawn taħt:", "Settembru 2001/Ġunju 2002 - 3,690 Settembru 2002/Ġunju 2003 - 4,301 Settembru 2003/Ġunju 2004 - 4,009", "ĊANGA TAL-FRIŻA - SUSSIDJU", "9753.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jaġġornana dwar mistoqsija parlamentari 8330, u cioe' meta sar il-ħlas li kellu jsir lis-17-il applikant imsemmija fit- tweġiba tiegħu?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Il-pagament għall-perjodu Mejju/Ġunju 2004 sar f'Novembru 2004.", "Ma saret ebda applikazzjoni għal rifużjoni ta' esportazzjoni.", "ĊEREALI - SUSSIDJU", "9754.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jaġġornana dwar mistoqsija parlamentari 8328 għal perjodu Lulju, Awissu, Settembru, Ottubru u Novembru 2004?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Il-pagamenti għal perjodu Lulju, Awissu u Settembru 2004 sar f'Diċembru 2004 kif jidher hawn taħt:", "Ross - euro 15,107.52 Qamħirrun - euro 336,852.00 Xgħir - euro 180,610.65", "Il-pagament għal perjodu Ottubru, Novembru u Dicembru se jsir f'Marzu 2005.", "Ma saret ebda applikazzjoni għal rifużjoni ta' esportazzjoni.", "PRODOTTI TAL-ĦALIB - SUSSIDJU", "9755.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jaġġornana dwar mistoqsija parlamentari 8329 għal perjodu Lulju, Awissu, Settembru, Ottubru u Novembru 2004?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Il-pagament għal perjodu Lulju, Awissu u Settembru 2004 sar f'Diċembru 2004 kif jidher hawn taħt:", "Ħalib xkumat - euro 34,410.75 Butir - euro 242,525.00", "Il-pagament għal perjodu Ottubru, Settembru u Diċembru se jsir f'Marzu 2005.", "Ma saret l-ebda applikazzjoni għal rifużjoni ta' esportazzjoni.", "WSC - KONTIJIET", "9756.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jaġġornana dwar mistoqsija parlamentari 8475 għax-xhur ta' Settembru, Ottubru u Novembru 2004?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Sa l-aħħar ta' Novembru ta' din is-sena l- korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma kellha tiġbor Lm5,647,984 minn 152,898 kont ta' l-ilma.", "Minn Jannar sa Novembru 2004 saru 1,561 arranġament ta' arretrati li jammontaw għal Lm950,481.38, waqt li hemm 73 standing orders li jammontaw għal Lm49,232.18.", "Dawn l-arranġamenti mhumiex maqsuma f'kategoriji u jkopru l-ammonti dovuti għall-elettriku u għall-ilma.", "LUKANDI - IMPJIEGI", "9757.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jaġġornana dwar mistoqsija parlamentari 8481 u cioe' jgħid xi progress ġie reġistrat fil-lukandi li fix-xhur li għaddew kellhom joffru opportunitajiet ġodda ta' impjiegi alternattivi lill-ħaddiema li tilfu l-impjieg mil-lukandi li għalqu jew taw is-sensji lill-ħaddiema?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Matul din is-sena se jiftħu ħames lukandi li bejniethom se joffru ħafna opportunitajiet ta' impjieg ġdid.", "Dawn huma mqassma kif jidher hawn taħt:", "|Isem |Lokalit|Klassi|Kmamar | |tal-Lukan|a` |fika |tas-sodda | |da | | | | |Cavalieri|San |4 Star|500 | | |Ġiljan | | | |Golden |Golden |4 Star|642 | |Sands |Bay | | | |Le |San |4 Star|350 | |Meridien |Ġiljan | | | |Fortina |Sliema |4 Star|300 | |Extension| | | | |Dragon |San |3 Star|52 | | |Ġiljan | | | |Total | | |1,844 |", "BASTIMENTI TAS-SAJD", "9758.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid fuq liema kriterji qed jiġu klassifikati l-PTF, fi gruppi \"B\" jew \"Ċ\"?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Id-dgħajjes li kienu nklużi bħala MF ġew aċċettati bħala MFB awtomatikament.", "Dawk li kienu PTF u kellhom irkapti kummerċjali, jiġifieri xbieki u konzijiet tal-pixxispad jew tonn reġistrati fil-passat, qegħdin jiġu klassifikati mal-kategorija MFB.", "Dawk il-PTF li fis-snin li għaddew kienu jikkummerċjalizzaw il-ħut li jaqbdu wkoll qegħdin jiġu aċċettati fil-kategorija MFB.", "Kull bastiment ieħor li kien fil- kategorija PTF li jitlob li jaqleb għall-MFB minn MFC, sakemm dan ikun lest, jagħmel numru tal-VAT u jirreġistra l-ETC bħala part-time fisherman u jibda jikkummerċjalizza l-ħut.", "Din it-taqsima taċċetta l-bidla sakemm ikun hemm post f'dik il-kategorija fir-reġistru tal-bastimenti tas-sajd.", "POSTIJIET TA' DIVERTIMENT - ŻGĦAŻAGĦ TAĦT L-ETA'", "9894.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm tressqu sidien ta' ħwienet tax-xorb, night clubs eċc., fis-sena 2004 minħabba li nqabdu żgħażagħ taħt is-16–il sena fil-ħwienet tagħhom?", "Meta tressaq kull wieħed u x'kienet is-sentenza f'kull każ?", "ONOR.", "TONIO BORG: Matul is-sena 2004 inbdew 28 każ ta' proċeduri kriminali kontra 23 persuna responsabbli minn postijiet ta' divertiment li fihom instabu persuni taħt is-16-il sena.", "Minn dawn il-proċeduri, 13-il każ ġie deċiż - ħamsa bi twiddiba, tlieta multa, erbgħa liberati u 1 preskritt - filwaqt li l-każi l-oħra għadhom pendenti.", "SKEJJEL – BEJGĦ TA' IKEL U XORB", "9895.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid għaliex, minkejja d-diversi rapporti li saru dwar il-ħxuna fit-tfal, xorta waħda jidher li fl-iskejjel ta' l-Istat, tal-knisja u dawk indipendenti qed jiġi permess li jinbigħ ikel u xorb li żgur ma jgħinx biex titnaqqas il-ħxuna?", "Issa li reġgħu fetħu l-iskejjel wara l-btajjel tal-Milied, jista' jgħid jekk hux se jittieħdu passi biex dan ma jkomplix isir?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tuckshops fl-iskejjel ta' l-Istat jingħataw lill- kuntratturi wara sejħa għal offerti b'kundizzjonijiet speċifiċi, fosthom li ma jistax jinbigħ it-tip ta' ikel u xorb li qed jirriferi għalih l-Onor.", "Interpellant.", "Skond dawn l-istess kundizzjonijiet, kuntrattur li jonqos serjament li jħares sew il-kundizzjonijiet tal-kuntratt jista' ikollu l- kuntratt tiegħu mitmum jew sospiż għal perjodu ta' żmien.", "Fil-bidu tas-sena skolastika l-kapijiet ta' l-iskejjel ta' l-Istat ġew mitluba jinforzaw ir-regolamenti u jassiguraw li ma jinbigħx ikel u xorb li ma jikkonformax ma' standards ta' saħħa.", "Beħsiebni nara li l-istruzzjonijiet taċ-ċirkolari tal-21 ta' Ottubru 2004 qed jiġu segwiti.", "SKEJJEL TA' L-ISTAT - ASSENTEIŻMU", "9896.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid fl-ewwel term ta' din is- sena skolastika kemm kien l-assenteiżmu rapportat, xahar b'xahar fil- livelli differenti ta' l-iskejjel ta' l-Istat?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif mitlub tpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni fis-seduta.", "SKEJJEL - ASSENTEIŻMU", "9897.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid fl-ewwel term ta' din is- sena skolastika kemm kien l-assenteiżmu rapportat, xahar b'xahar mill- iskejjel tal-knisja u indipendenti?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif mitlub tpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni fis-seduta.", "MEPA - MARSA GOLF COURSE", "9898.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi proġett quddiem il-MEPA biex titkabbar il-golf course tal-Marsa?", "Jekk dan ikun approvat ikun ifisser li ċerti faċilitajiet oħra sportivi li diġa` jeżistu jiġu milquta?", "Jista' ipoġġi kopja tal-pjanta proposta fuq il-mejda tal-Kamra?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Ma saret l-ebda applikazzjoni mal-MEPA biex titkabbar il-korsa tal-golf fil-Marsa.", "ĊENTRU TAD-DETOX", "9899.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tal-Familja u tas- Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 9712 u taġġorna l-figuri biex jinkludu wkoll Novembru u Diċembru 2004?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Bejn l-1 ta' Jannar u l-31 ta' Diċembru 2004 kien hemm total ta' 1,047 persuna li ngħataw kura fiċ-ċentru tad-Detox.", "Minn dawn 889 kienu rġiel u 158 kienu nisa.", "Fost dawn il-persuni kien hemm 53 ta' nazzjonalita' barranija.", "Il-pajjiżi li kienu ġejjin minnhom huma l-Bulgarija, l-Ingilterra, l-Italja, il- Jugoslavia, il-Libja, il-Palestina u r-Repubblika ta' Giorgia.", "SOLAR WATER HEATERS", "9914.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk l-eżenzjoni tal-VAT fuq solar water heaters imħabbra fil-budget tapplikax ukoll għal xogħol ta' manutenzjoni fuq l-istess sistemi?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "FGURA - TRIQ TAX-XEMX U L-QAMAR", "9918.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Jista' il-Ministru jgħid meta se ssir Triq tax-Xemx u l-Qamar, Fgura peress li għal sena oħra r-residenti ta' din it-triq qed ikollhom iħabbtu wiċċhom ma' diffikultajiet minħabba l-istat ħażin tat-triq?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: It-tender għax-xogħlijiet ta' din it-triq ħarġet u ġiet aġġudikata.", "Qed isiru l-kordinazzjonijiet meħtieġa mas-service providers biex ix-xogħol ikun jista' jibda minnufih.", "MALTA DRYDOCKS - TANK CLEANING FARM", "9919.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm- il darba t-tarzna għamlet użu mit-tank cleaning farm fir-Rinella matul is- sena 2004?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "POLIKLINIĊI - TQASSIM TA' SIRINGI", "9920.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l- Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid kemm tqassmu siringi mill- polikliniċi mit-23 sal-31 ta' Diċembru 2004?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: In-numru ta' siringi li tqassmu mill-polikliniċi mit-23 sal-31 ta' Diċembru 2004 hu kif ġej:", "|Mosta | 954 | |Rabat | 335 | |Gżira | 748 | |Raħal Ġdid |2,700 | |Qormi | 200 | |Bormla | 600 | |Furjana |1,167 |", "KORDIN GRAIN TERMINAL - SILOS", "9921.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid x'tip ta' xogħol qed isir fis-silos ta' Kordin grain terminal?", "Minn min qed isir?", "X'inhi l-istima tax-xogħol?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "XEMXIJA - TRIQ KATERINA VITALE", "9922.", "L-ONOR.", "MICHAEL GONZI staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Jista' il-Ministru jinformana meta se jingħata t-tarmac fi Triq Katerina Vitale fix-Xemxija?", "Hu possibbli li jitwaħħal id-dwal neċessarja għax it-triq imsemmija tinsab fi stat ħażin?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Id-direttorat qed iħejju programm ta' xogħlijiet li jinkludi bini ta' toroq f'diversi lokalitajiet.", "Ix-xogħol tat-triq imsemmija se jsir skond il-priorita' li tirriżulta minn dan il-programm.", "Rigward id-dawl f'din it-triq, irrid ngħid li hi responsabbilta' tal- korporazzjoni Enemalta.", "KORDIN GRAIN TERMINAL – ĦADDIEMA", "9923.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-Kordin grain terminal minn Ottubru 1996 sal-lum?", "F'liema grad daħlu?", "Kif saret is-sejħa għall-impjieg?", "Kemm applikaw?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "KWOTA TAT-TONN", "9924.", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet il-kwota tat-tonn (ICAAT) għal Malta mill-1995 sal-lum?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Ir-riferenza tal-qbid tat-tonn għal Malta kienet u baqgħet 344 tunnellata.", "Din l-allokazzjoni bdiet tgħodd mill-1999.", "QBID TA' TONN", "9925.", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid is-sajjieda Maltin kemm użaw mill-kwota tat-tonn għal Malta kull sena mill-1995 sal-lum?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Ir-rIferenza tal-qbid tat-tonn bdiet tgħodd mill- 1999 u għalhekk nistgħu nitkellmu fuq din ir-rIferenza minn dik is-sena 'l quddiem.", "Il-qbid tat-tonn rapportat lill-International commission for the conservation of Atlantic tuna qabeż din l-allokazzjoni fis-snin kollha sas- sena 2000.", "Mis-sena 2001 'il hawn il-qbid tat-tonn mis-sajjieda Maltin, rapportat lill-ICCAT, qatt ma qabeż ir-riferenza tal-qbid.", "KORDIN GRAIN TERMINAL - OVERTIME", "9926.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm sar overtime fis-sena 2004 fil-Kordin grain terminal?", "Kif kien imqassam fuq kull ħaddiem?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "KWOTA TAT-TONN", "9927.", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid jekk il-kwota tat-tonn għal Malta ġietx xi drabi eċċeduta u jekk qattx ingħatat parti mill-kwota lill- entita' oħra - lokali jew barranija, inklużi fish farms?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Il-kwota tat-tonn bdiet tgħodd mill-1999 u ġiet maqbuża fis-snin 1999 u 2000 fejn ġew rapportati lill-International commission for the conservation of Atlantic tunas qbid ta' 447 tunnellata fl-1999 u 376 tunnellata fl-2000.", "Fil-laqgħa tas-sena 2000 ta' l-ICCAT, Malta ġiet imwissija biex ma terġax taqbeż l-allokazzjoni tal-qabda li kienet mogħtija lilha.", "Malta qatt ma allokat parti mill-allokazzjoni tagħha lil xi entita' jew pajjiż ieħor barra d-90 dgħajsa li huma liċenzjati għas-sajd tat-tonn u li huma reġistrati fir-reġistru tal- bastimenti tas-sajd ta' Malta.", "QABDA TAT-TONN", "9928.", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid jekk it-tonn li nqabad mill-1995 sal-lum kienx kollu bil-konz?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: It-tonn li jitniżżel il-pixkerija jew jinbiegħ bil-kuntratt mis-sajjieda Maltin hu maqbud mill-istess sajjieda Maltin u Għawdxin.", "Safejn taf id-diviżjoni tas-sajd, is-sajjieda Maltin mill-1995 'il hawn dejjem stadu bil-konz.", "Id-diviżjoni tas-sajd fl-aħħar snin ħarġet liċenzja lil dgħajsa Maltija biex tipprova tistad it-tonn bix-xibka bħala proġett pilota, iżda din id- dgħajsa qatt ma qabdet tonn.", "Din id-dgħajsa kellha xi qbid ta' plamti.", "KORDIN GRAIN TERMINAL - ĦADDIEMA", "9929.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema - inkluż il-management - mal-Kordin grain terminal?", "Jista' jaqsamhom skond kull grad ta' kull impjegat?", "Jista' jgħid, sena b'sena, kemm kien in-numru ta' ħaddiema ta' l-istess azjenda?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "AMBAXXATA MALTIJA FL-UNGERIJA", "9934.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin: B'riferenza għall-ambaxxata Maltija fl-Ungerija li mistennija tingħalaq fl- ewwel nofs ta' din is-sena, jista' il-Ministru jikkonferma jekk fl-aħħar xhur inxtratx xi karozza ġdida mill-ambaxxata u jekk iva, meta?", "B'liema prezz inxtrat u ta' liema tip hi?", "Sar xi refurbishment fl-istess fond flimkien ma' spejjeż oħra anċillari?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Inxtrat karozza BMW 520i għall-ambaxxata ta' Budapest f'Ġunju 2004.", "Il-prezz tal-karozza, wara li nġab il-permess tal-ministeru tal-finanzi, kien ta' €31,050.", "Din il-karozza issa se tintuża f'xi ambaxxata oħra skond il-bżonn.", "Ma sar l-ebda refurbishment.", "BOV - IMPJEGATI ĠODDA", "9935.", "L-ONOR.", "MICHAEL ASCIAK staqsa lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li l-BOV jagħmel sejħa għall-impjiegi biex jiġu mpjegati aktar skrivani?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "MAGĦTAB LANDFILL", "9936.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-gvern jippubblika rapport sħiħ, magħruf bħala The Scott Wilson report, dwar il-Magħtab landfill billi dan ġie ffinanzjat minn fondi pubbliċi?", "Jaħseb li mhijiex aċċettabbli l-iskuża li allegatament inġiebet li għalkemm stage 1 ġie pubblikat il-kumplament ma jistax jiġi pubblikat għax jippreġudika xi tender, aktar u aktar meta dan it-tagħrif jista' ikun qiegħed jitfa' dawl fuq hazards ambjentali li l-pubbliku mhuwiex konxju dwarhom?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Ir-rapport magħruf bħala The Scott Wilson report għen sabiex jiġi fformolat it-tender biex jittieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jitnaqqsu l-impatti li l-istess studju identifika.", "Għaldaqstant ir-rapport jifforma parti essenzjali mid-dokument tat-tender li se jiġi pubblikat fil-futur qarib.", "Kif intqal fit-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 6901, kopja ta' dan ir-rapport jitpoġġa fuq il-mejda tal- Kamra hekk kif id-dokument tat-tender għax-xogħlijiet meħtieġa jkun pubblikat.", "SIGURTA' SOĊJALI - PENSJONI TAL-GVERN INGLIŻ", "9937.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru tal-Familja u tas- Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid f'każ ta' persuna li għandha pensjoni tal-Gvern Ingliż jitnaqqasx l-ammont ta' din il-pensjoni meta l- mara ta' din il-persuna tkun rikoverata f'San Vincenz de Paule?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Il-pensjoni mill-Gvern Ingliż ma titnaqqasx meta l-mara tal-persuna li tkun tirċeviha tkun rikoverata f'residenza għall- anzjani, inkluż San Vincenz de Paule.", "Iżda rrid niċċara li fil-kalkolu tal- kontribuzzjoni dovuta minn tali mara bħala residenta f'xi dar residenzjali għall-anzjani ffinanzjata mill-Istat, nofs il-pensjoni mħallsa lir-raġel mill-Gvern Ingliż tiġi magħduda mad-dħul ta' dik il-mara.", "HAWKERS TAL-PITROLJU", "9938.", "L-ONOR.", "MICHAEL ASCIAK staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' il-Ministru jgħid jekk hux possibbli li l-hawkers tal-pitrolju jbigħu wkoll id-diesel?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: L-awtorita' ta' Malta dwar ir-riżorsi approvat ftehim bejn il-GRTU u l-korporazzjoni Enemalta biex dan jista' isir u awtorizzat lill-korporazzjoni Enemalta biex tipprovdi d-diesel lill-hawkers liċenzjati.", "ĦAL QORMI – TRIQ IL-ĦAMMIERI", "9939.", "L-ONOR.", "CLYDE PULI staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Jista' il-Ministru jgħid jekk wara l-inċident ikraħ li seħħ fi Triq il-Ħammieri, f'Ħal Qormi dan l-aħħar, l-awtorita' dwar it-trasport tikkunsidrax li tistalla speed cameras f'din it-triq illi kulma jmur qiegħda ssir perikoluża?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: L-awtorità dwar it-trasport, flimkien mal- kunsill lokali ta' Ħal Qormi, se jaħdmu biex jidentifikaw il-possibbiltà ta' miżuri li jistgħu jiġu introdotti biex itejbu s-sigurtà tat-triq inkwestjoni.", "SOĊJETA' MALTAPLUS", "9940.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid jekk il-gvern jew l-MCA approvawx frekwenza jew frekwenzi lis-soċjeta' Maltaplus?", "Jista' jispjega għaliex is-service providers l-oħra, ossia Techinvest company ltd., Maltacom plc u For-fetched media limited, mhux qed jiġu trattati bħal kumpanniji l-oħra Maltaplus, u dan fis-sens li mhux kollha bdew it-testijiet bi prova fl-istess żmien?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Naħseb li l-Onor.", "Interpellant qiegħed jirriferi għad- ditta Multiplus Ltd. u mhux għad-ditta Maltaplus.", "La din id-ditta u lanqas ditti oħra qatt ma ngħataw frekwenzi għad-digital terrestial television fuq bażi permanenti.", "Fir-rigward ta' Multiplus ltd. din il-kumpannija xi xhur ilu kienet talbet biex tingħata xi frekwenzi fuq bażi temporanja biex tagħmel provi.", "Dan ġie konċess suġġett għal diversi kundizzjonijiet, fosthom li l-konċessjoni hija strettament ta' natura temporanja u tista' tiġi mitmuma fid-diskrezzjoni ta' l-awtorita'.", "Fejn saru talbiet simili ġew trattati u qed jiġu trattati bl-istess mod u suġġett għall-istess tip ta' kundizzjonijiet.", "MSIDA – TRIQ REĠJONALI", "9942.", "L-ONOR.", "MICHAEL ASCIAK staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Billi ħafna studenti ta' l-universita' qed jitilgħu minn Tower Street, Imsida u jaqsmu Triq Regjonali minn ħdejn il-mina biex jidħlu l- universita', jista' il-Ministru jara li ssir xi ħaġa biex tiskoraġġihom milli jagħmlu dan peress li perikoluż ħafna?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: L-awtorità dwar it-trasport se tanalizza l- problema u tniedi proposti sabiex dan l-abbuż ikun kontrollat.", "Il-proposti jkunu bbażati fuq miżuri sabiex teduka lil min qed jaqsam l-arterja f'din il-lokalità u anke sabiex tkun diffiċli biex dan jibqa' isir.", "EU - KWOTA TAL-ĦALIB", "9943.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid kemm hi l-kwota tal-ħalib allokata għal Malta skond ir-regolamenti ta' l-Unjoni Ewropea?", "Jista' jgħid ukoll kemm hu l-ammont ta' ħalib li ġie prodott fl-2004?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Il-kwota ta' ħalib għadha ma ġietx allokata.", "L- importaturi setgħu japplikaw għall-kwota tal-ħalib bejn it-3 u l-10 ta' Jannar 2005 skond regolament 2093/2004 ta' l-Unjoni Ewropea.", "Għalhekk dawn l-applikazzjonijiet intbagħtu lill-Kummissjoni, Brussels, kif stipulat f'Artiklu 15, sezzjoni 4, ta' regolament 2535/2001.", "Peress li t-tieni parti tal-mistoqsija hija ta' natura kummerċjali, m'hijiex etika li tingħata informazzjoni.", "UNIVERSITA' - STUDENTI GĦAWDXIN TAL-PGCE", "9945.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: Jista' il-Ministru jara li studenti tal-PGCE Għawdxin li qed jgħidulhom mill-universita' li jridu jagħmlu t-teaching practice f'Malta minħabba examiner barrani li ma jridx joqgħod Għawdex, ikun possibbli għalihom li jagħmlu t-teaching practice tagħhom f'Għawdex stess?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-Onor.", "Membru tapprezza li l-materja hi waħda konnessa man-natura akkademika tal-kors inkwestjoni u li dwarha jien m'għandi l-ebda ġurisdizzjoni.", "GĦAWDEX - SERVIZZ TAT-TRASPORT PUBBLIKU", "9946.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jgħid għaliex detenturi tal-karta anzjan f'Għawdex mhux qed jiġu applikati tariffi ridotti fil-konfront tagħhom kif jiġri f'Malta?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: L-operat tat-trasport pubbliku f'Għawdex jitħaddem b'mod differenti minn dak ta' Malta.", "L-operaturi Għawdxin għandhom konċessjoni u liċenzji sabiex jagħmlu xogħol relatat mat-turiżmu u xogħol privat ieħor bħala parti normali mix-xogħol tagħhom.", "Għalhekk l-operaturi Għawdxin ma jingħataw l-ebda sussidju fuq l-operat bħal guaranteed earnings subsidy li tingħata Malta lill-operaturi Maltin.", "Parti minn dan il- guaranteed earnings subsidy huwa kumpens għat-tariffi ridotti marbuta mal- karta anzjan u mal-pass ta' l-istudenti.", "Fl-istruttura tan-nollijiet f'Għawdex hemm tariffi ridotti għal studenti u ħaddiema li għalihom il-gvern ma joħroġx permessi.", "STUDENTI ĊINIŻI – ENTRY VISA", "9947.", "L-ONOR.", "ROBERT ARRIGO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jinformana meta se jerġgħu jibdew jinħarġu l-visas lil studenti Ċiniżi li huma bona fide studenti ta' l-Ingliż, bl-iskop li dawn jingħaqdu fl-Universita' ta' Malta?", "Ġaladarba dawn huma klijenti tax-xitwa u mhux tas-sajf, jista' jinnota li f'dawn ix- xhur li ilhom li ngħalqu l-visas dan ikkawża telf ta' xogħol għal xi teachers?", "ONOR.", "TONIO BORG: Talbiet għal entry visa minn studenti Ċiniżi, li jirriżulta li huma bona fide, m'humiex ikunu miżmuma.", "ĦAŻ-ŻEBBUĠ: TRIQ ADEODATO GATT - PRESSA TA' L-ILMA", "9948.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jara għaliex m'hemmx biżżejjed pressa ta' ilma ġewwa Triq Adeodato Gatt, f'Ħaż- Żebbuġ?", "Jista' jara li s-sitwazzjoni tiġi rimedjata?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "GREEN LEADERS", "9949.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid kif saret l-għażla ta' green leaders?", "Saret sejħa għall-applikazzjonijiet fid-dipartimenti konċernati?", "Xi kwalifiki għandhom dawn il-persuni?", "Kemm se jitħallsu ta' dan ix-xogħol?", "Hemm xi allowances marbuta ma' dan l-impjieg?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jindirizza l- mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "ĦAL QORMI - CULVERT", "9950.", "L-ONOR.", "CLYDE PULI staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: B'riferenza għal mistoqsijiet parlamentari 4060, 5259 u 9837, jista' il-Ministru jikkonferma li l-awtorita' dwar it-trasport qed isserraħ ras ir- residenti ta' Triq l-20 ta' Jannar, Gorg Borg u Mifsud Ellul f'Ħal Qormi li dan il-culvert ma jippreżenta l-ebda periklu, meta nafu li l-ilma minn dan il-culvert żbokka f'xi residenzi?", "Jista' jikkonferma jekk dan il-culvert jgħaddix minn taħt il-bini eżistenti?", "Jekk iva, minn taħt liema?", "Jista' ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-pjanti ta' dan il-culvert?", "Meta tnaddaf l- aħħar dan il-culvert?", "Dan il-culvert jippreżenta xi periklu lir-residenti?", "X'assigurazzjoni jista' jagħti l-Ministru biex iserraħ ras l-istess residenti li lmentaw mad-dipartiment?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "MEPA – PERMESS TA' ŻVILUPP", "9951.", "L-ONOR.", "MICHAEL ASCIAK staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx bżonn permess tal-MEPA biex issir alterazzjoni fuq faċċata ta' triq biex minn bieb ta' dar jitwessa' għal bieb ta' garaxx, partikolarment meta s-sit huwa mikri għand inkwilini u s-sid oġġezzjona għal dan ix-xogħol?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Biex ikun jista' isir it-tibdil imsemmi jenħtieġ permess ta' l-iżvilupp mingħand il-MEPA.", "AIR MALTA - ĦADDIEMA", "9952.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm nies temporanji fl-Air Malta?", "F'liema dipartimenti qegħdin?", "Kemm ilhom impjegati mal-kumpannija?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "SEA MALTA - PRIVATIZZAZZJONI", "9953.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid f'liema stadju waslet il-privatizzazzjoni tas-Sea Malta?", "Kemm kien hemm kumpanniji Maltin u anke mhux Maltin li wrew interess?", "Liema huma?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "GOZO CHANNEL - PRIVATIZZAZZJONI", "9954.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid f'liema stadju waslet il-privatizzazzjoni tal-Gozo channel?", "Kemm kien hemm kumpanniji Maltin u anke mhux Maltin li wrew interess?", "Liema huma?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "BOV - PRIVATIZZAZZJONI", "9955.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid f'liema stadju waslet il-privatizzazzjoni tal-BOV?", "Liema kumpanniji wrew interess s'issa u liema huma?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "TAĦDITIET BEJN L-AIR MALTA U L-LUFTHANSA", "9956.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid x'inhuma t-taħditiet li għaddejjin bħalissa bejn l-Air Malta u l- Lufthansa?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "BANK ĊENTRALI - KARIGI FL-ISTRUTTURI TA' L-IMPJIEGI", "9957.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid liema huma dawk il-karigi ġodda maħluqa fl-istrutturi ta' l-impjiegi tal-Bank Ċentrali?", "Minbarra bidliet fl-isem ta' dawn il-karigi, x'kundizzjonijiet ġodda, bħal salarji, allowances, fringe benefits , hemm marbuta magħhom?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "ATTENDENZA FIL-MUŻEWIJIET", "9975.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet l-attendenza fil-mużewijiet ta' Malta u Għawdex matul is-snin 2003 u 2004?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il- mejda tal-Kamra aktar kmieni fis-seduta.", "GĦAWDEX - ITS", "9976.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid x'inhu l-complement ta' l- istaff ta' l-ITS tal-Qala, Għawdex?", "Jista' jagħti breakdown tat-teaching load tal-lecture staff - kemm dawk full-time kif ukoll dawk part-time - li hemm fl-ITS tal-Qala?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-complement u t-teaching load ta' l-istaff fl-ITS fil-Qala, Għawdex hu kif ġej:", "|Grad |Numru|Teaching load | |Teacher in |1 |Nil | |charge | | | |Lecturer |1 |12 (il-kumplament | | | |tat-teaching load | | | |isir fl-ITS Malta)| |P/T |2 |26 u 25 sigħat | |lecturer | | | |rispettivam| | | |ent | | | |Administrat|1 |Nil | |ive asst. | | | |Casual |1 |Nil | |executive | | | |off. | | | |General |6 |Nil | |hand | | |", "GĦAWDEX – ITS", "9977.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: Jista' il-Ministru jagħti lista ta' sejħiet għall- applikazzjoni għal għalliema/lecturers full-time u/jew part-time fl-ITS fil- Qala li saru matul is-sena 2004?", "Kemm kien in-numru ta' applikanti f'kull kategorija?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Peress li l-għalliema/lecturers, kemm full-time kif ukoll part-time fl-ITS Qala jifformaw parti mill-overall complement ta' l- ITS Malta, ma jsirux sejħiet għall applikazzjoni speċifikament għall-ITS Qala.", "GĦAWDEX - ITS", "9978.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid liema huma l-korsijiet li qed isiru fl-ITS tal-Qala matul is-sena skolastika kurrenti?", "Jista' jgħid kemm minn dawn il-korsijiet huma full-time u/jew part-time?", "Jista' jgħid kemm hu n-numru ta' studenti li bħalissa qed jattendu kull kors?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-informazzjoni mitluba hija kif ġej:", "ESTS (hospital trades) - Full-time 1st Year – 16-il student/a 2nd Year- 10 student/a", "Food preparation and production - basic - part-time - 12-il student/a", "Food and beverage service - basic - part-time - 4 studenti", "CIMU - OFFERTI PERMEZZ TA' INTEL PROCESSORS", "9979.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 9887, u cioe' wara l-passi li ħadet il-Kummissjoni Ewropea ma' pajjiżi membri oħra ta' l-Unjoni, jista' il-Prim Ministru jgħid jekk iċ-CIMU irċeviex struzzjonijiet jew sejħiet min-naħa ta' l-istess Kummissjoni biex ma tibqax toħroġ tenders - jekk huwa l-każ - b'intel processors bħala pre-rekwiżiti?", "Il-gvern qatt irċieva xi lmenti jew struzzjonijiet mill-Kummissjoni Ewropea dwar il-procurement policies tiegħu fil-qasam ta' l-informatika?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Iċ-CIMU qatt ma rċieva struzzjonijiet jew sejħiet oħra min-naħa tal-Kummissjoni Ewropea biex ma tibqax toħroġ tenders b'intel processors bħala pre-rekwiżiti.", "Oltre dan, la ċ-CIMU u lanqas l-MIIT qatt ma rċevew ilmenti jew struzzjonijiet mill-Kummissjoni Ewropea dwar il- procurement policies fil-qasam ta' l-informatika.", "ECO TAX", "9980.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid s'issa kemm kien id-dħul mill-Eco tax?", "Jista' jagħti rendikont f'liema fond dawn il-flus qed imorru?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-ammont ta' ECO contribution miġbur mill-1 ta' Settembru sa l-aħħar ta' Diċembru 2004 kien ta' Lm370,844.57.", "Dawn il-flus tpoġġew f'revenue account number 0338 – ECO contribution li jinżamm mill- accountant general.", "ARMAR TAL-KARNIVAL", "9981.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 9909, jista' il-Ministru jgħid għaliex meta kien hemm offerta bi prezz orħos għall-istess servizz ingħatat dik aktar għolja bi kważi Lm500?", "Ma jaħsibx li din tmur kontra l-kunċett ta' value for money u mhijiex prattika viabbli?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Kien proprju minħabba l-kunċett ta' value for money li ntgħażlet din l-offerta.", "Dan għaliex value for money fih żewġ elementi, is-servizz offrut u l-prezz.", "Il-kumpannija li tefgħet l-offerta bl-orħos prezz ma tiggarantix il-livell tas-servizz mixtieq, għalhekk intgħażlet il-kumpannija li tefgħet it-tieni l-orħos prezz imma bil-livell tas-servizz mixtieq garantit.", "SIGURTA' SOĊJALI - KONTRIBUZZJONIJIET TA' L-ANZJANI", "9982.", "L-ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru tal-Familja u tas-Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid kemm inġabru flus mill- kontribuzzjonijiet ta' l-anzjani residenti taħt l-iskema tal-public private partnership matul l-2004 minn Villa Messina, Casa Arkati u Carsa Serena?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: It-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-tabella li tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni fis-seduta.", "WASTESERV - IMPLIMENTAZZJONI TA' L-ECO TAX", "9983.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid għaliex il-kumpannija Wasteserv ġiet inkarigata mill-implimentazzjoni ta' l-Eco tax minflok ma dan il-proċess sar mill-MEPA?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Il-premessa ta' l-Onor.", "Interpellant hija żbaljata.", "SVPR - ANZJANI", "9984.", "L-ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l- Anzjani u l-Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew ammessi anzjani fir-residenza San Vincenz de Paule matul l-2004?", "Kemm mietu anzjani fl-istess residenza matul l-istess sena?", "X'kien in-numru ta' residenti fil-31 ta' Diċembru 2004?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Matul l-2004 ġew ammessi fir-residenza San Vincenz de Paule 147 raġel u 240 mara - total ta' 387.", "Matul l-istess sena mietu 175 raġel u 167 mara - total ta' 342.", "Fil-31 ta' Diċembru 2004 ir-residenti f'San Vincenz de Paule kienu 688 mara u 339 raġel - total ta' 1,027.", "MEDIĊINI - IMPORTAZZJONI", "9985.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l- Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jelenka x'inhuma s-sistemi preżenti biex jiġu importati l-mediċini fil-pajjiż?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Prodotti mediċinali jistgħu jiġu importati wara li jkollhom awtorizzazzjoni fuq is-suq Malti.", "Is-sistemi preżenti għall- awtorizzazzjoni huma s-sistema ċentralizzata ta' l-Unjoni Ewropea, is- sistema ta' mutual recognition, is-sistema nazzjonali u s-sistema parallela.", "Jekk prodott ma jkollux awtorizzazzjoni jista' jiġi approvat biex jinxtara għal pazjent individwali.", "F'ċirkostanzi ta' salvagward tas-saħħa pubblika, is-supritendent tas-saħħa pubblika huwa awtorizzat mil-liġi li jagħti permess biex mediċini jintużaw mingħajr ma jkollhom l-ebda awtorizzazzjoni.", "DJAR TA' L-ANZJANI – ANZJANI RESIDENTI", "9986.", "L-ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l- Anzjani u l-Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew ammessi anzjani f'dawn id-djar residenzjali tal-gvern: Bormla, Żejtun, Imtarfa, Imsida, Mosta, Floriana u Gżira?", "X'kien in-numru ta' residenti f'kull dar fil-31 ta' Diċembru 2004?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: In-numru ta' nisa u rġiel li ġew ammessi fid-djar ta' l-anzjani tal-gvern matul l-2004 u n-numru ta' residenti f'kull dar ta' l-anzjani fil-31 ta' Diċembru 2004 huwa kif ġej:", "|Dar |Irġi|Nis|Residenti | | |el |a |fil-31 ta' | | | | |Diċembru 2004 | |Borml|16 |32 |128 | |a | | | | |Flori| 6 | 5| 47 | |ana | | | | |Gżira| 0 | 8| 31 | |Mosta| 6 |11 | 67 | |Imsid| 2 | 9| 64 | |a | | | | |Imtar| 7 |21 |122 | |fa | | | | |Żejtu|10 |25 |165 | |n | | | | |Total|47 |111|624 | |i | | | |", "DJAR TA' L-ANZJANI – ANZJANI RESIDENTI", "9987.", "L-ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l- Anzjani u l-Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew ammessi anzjani taħt l-iskema tal-public private partnership f'Villa Messina, Casa Arkati u Casa Serena matul l-2004?", "X'kien in-numru ta' residenti f'kull waħda minn dawn id-djar fil-31 ta' Diċembru 2004?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: In-numru ta' nisa u rġiel li ġew ammessi taħt l- iskema tal-public private partnership matul is-sena 2004 u n-numru ta' residenti f'dawn id-djar fil-31 ta' Diċembru 2004 huwa kif ġej:", "|Dar |Irġie|Nis|Residenti | | |l |a |fil-31 ta' | | | | |Diċembru | | | | |2004 | |Casa |0 |5 |10 | |Arkati | | | | |Casa |3 |6 |33 | |Serena | | | | |Villa |6 |9 |55 | |Messina | | | | |Total |9 |20 |98 |", "CARE MALTA LTD/CASA SERENA", "9988.", "L-ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l- Anzjani u l-Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid x'ammonti ta' flus ħallas id-dipartiment ta' l-anzjani u servizzi fil-komunita' lil Care Malta Ltd u lil Casa Serena għas-servizz li ngħataw anzjani residenti f'dawn id- djar taħt l-iskema tal-public private partnership matul l-2004?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Il-ħlas li sar matul l-2004 lil Care Malta Ltd. u Casa Serena kien kif ġej:", "Care Malta Ltd.", "Lm274,885.02 Casa Serena Lm143,954.95", "Dawn il-pagamenti kienu jkopru Ottubru 2003/Ottubru 2004.", "MEDIĊINI - PREZZIJIET", "9989.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l- Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jispjega x'mekkaniżmi se jintużaw biex il-prezzijiet tal-mediċini ma jgħolewx peress li diġa' jidher li se jkun hawn inqas mediċini fis-suq?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nitlob l-Onor.", "Interpellant jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "DJAR TA' L-ANZJANI - WAITING LIST", "9990.", "L-ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l- Anzjani u l-Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid x'kienet il- waiting list ta' l-anzjani fil-31 ta' Diċembru 2004 li qed jistennew biex jidħlu f'San Vincenz de Paule u fi djar residenzjali tal-gvern?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Fil-31 ta' Diċembru 2004 applikazzjonijiet għal dħul ta' anzjani f'residenzi tal-gvern kienet kif ġej:", "| |Irġie|Nisa|Tota| | |l | |l | |Djar resid. |238 |784 |1022| |tal-gvern | | | | |San Vincenz de |236 |486 | | |Paule | | |722 |", "MEDIĊINI - IMPORTATURI", "9991.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l- Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li tinbidel il-liġi li tirregola l-profit margin ta' l-importaturi tal-mediċini biex tiġi nkoraġġita l-kompetizzjoni?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nitlob l-Onor.", "Interpellant jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "SIGURTA' SOĊJALI - KARTUNA R-ROŻA", "9992.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tal-Familja u tas- Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tara għaliex anzjana - isimha qed jintbagħat separatament - inqatgħalha l-benefiċċju tal-kartuna r-roża?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Il-persuna indikata ġiet informata dwar il-każ tagħha bil-miktub mid-dipartiment konċernat.", "SANTA LUĊIJA – KINDERGARTEN CENTRE", "9993.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid jekk hux minnu li hemm ħsieb li l-iskola primarja ta' Santa Luċija tingħalaq u tiġi trasferita għall-iskola primarja li tinsab in-naħa l-oħra ta' fuq ta' Ħal Tarxien?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ma jirriżultali l-ebda ħsieb li tingħalaq il- kindergarten centre li hemm f'Santa Lucija.", "Ta' min jgħid li din mhijiex skola primarja iżda annex tal-kindergarten ta' l-iskola primarja ta' Ħal Tarxien.", "SIGURTA' SOĊJALI - BENEFIĊĊJI SOĊJALI", "9994.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tal-Familja u tas- Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tara li jiġi investigat jekk il- persuna - dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - hijiex qed tirċievi l-ammont korrett ta' benefiċċju ta' reġistrar li fil-preżent huwa ta' Lm40.38c fil-ġimgħa?", "Jista' dan l-individwu jiġi informat bil-miktub jekk hux jirċievi l-ammont korrett?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Il-persuna indikata ġiet informata dwar il-każ tagħha bil-miktub mid-dipartiment konċernat.", "PBS - FINANCIAL STATEMENTS AND REPORTS", "9995.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid meta mistennija jkunu available mingħand ir-registrar of companies il- financial statements and reports ta' PBS Ltd għas-sena 2003?", "Tista' titqiegħed kopja ta' dawn l-accounts fuq il-mejda tal-Kamra, flimkien ma' l-accounts għas-sena 2004, jekk dawn ukoll huma lesti u approvati?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra."]} {"filename": "20060123_343d_par.doc", "date": "2006-01-23", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Uffiċjali u Rivedut) L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 343 It-Tnejn, 23 ta' Jannar 2006 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 343 It-Tnejn, 23 ta' Jannar 2006", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.02 p.m.", "Talba", "Seduta Nru. 343", "It-Tnejn, 23 ta' Jannar 2006", "WERREJ", "MINUTI 85", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 85", "TQEGĦID TA' KARTI 90", "MOZZJONIJIET", "ESTIMI TA' DĦUL U NFIQ TA' L-AWTORITA` TAT-TURIŻMU TA' MALTA", "GĦAS-SENA 2006 91", "AĠĠORNAMENT 113", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 118", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB 129", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 342 li saret fit-18 ta' Jannar, 2006 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "IMPORTAZZJONI TA' COACHES", "16352.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI (f'isem l-Onor.", "Mario Galea) staqsa lill- Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jgħid kemm coaches ġodda u coaches second-hand inġiebu mill-1995 sal-lum u minn min?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT (Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq): Ninsab informat li mill-1995 sal-lum inġiebu 32 coach ġdida u 55 second-hand.", "Il- coaches il-ġodda nġiebu kif jidher hawn taħt:-", "1995 22 1996 7 1997 Nil 1998 1 1999 Nil 2000 Nil 2001 1 2002 Nil 2003 1 2004 Nil 2005 Nil", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Azzopardi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JASON AZZOPARDI: Jista' il-Ministru jgħid meta se jibdew jiffunzjonaw it-traffic lights li twaħħlu ftit tax-xhur ilu fil-Blata l- Bajda?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Għalkemm quddiemi m'għandix l-informazzjoni li qed jitlob l-Onor.", "Interpellant, ma narax għaliex dawn it-traffic lights għandhom jieħdu fit-tul biex jibdew jiffunzjonaw, Sur President.", "MUŻEW TA' L-ISTORJA POLITIKA", "14150.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jikkonsidra li jitwaqqaf mużew ta' l-istorja politika?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (Ministru għal-Turiżmu u Kultura): Ninsab informat li mużew ta' l-istorja politika kien diġa' jeżisti u fil-fatt kien infetaħ fl-1981 fil-Berġa ta' Franza fil-Birgu iżda qatt ma laħaq il-livell mixtieq.", "Fost il-mużewijiet l-oħra kollha kien hu l-inqas wieħed iffrekwentat u fl-1987, jiġifieri sitt snin wara, kellu jagħlaq.", "L-istorja politika ta' Malta għandha tiġi interpretata f'kuntest ġenerali u mhux f'iżolament u hemm pjan sabiex fil-futur, wirja fuq dawn il-linji ġenerali tiġi ppreparata fl-istess Berġa ta' Franza fil-Birgu.", "SEWQAN TAĦT L-INFLUWENZA TAX-XORB", "14151.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jindika n-numru ta' taħrikiet maħruġa mill-pulizija għal sewqan taħt l-influwenza tax-xorb?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern): In-numru ta' sewwieqa b'riżultat pożittiv wara li l- pulizija għamlitilhom it-test tan-nifs fuq suspett li kienu qed isuqu taħt l-influwenza ta' l-alkoħol, huwa kif ġej:", "|Sen|Test |Test mhux | |a |Pożittiv |komplut | |200|48 |59 | |4 | | | |200|30 |39 | |5 | | |", "COMPUTERS FL-ISKEJJEL PRIMARJI", "14152.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid kemm computers ġew istallati b'kollox fi skejjel primarji mis-sena 2001 'l hawn?", "X'intnefaq kull sena?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi): L- introduzzjoni ta' computers fi skejjel primarji ġiet imnedija fl-1996 u l- proġett ġie finalizzat fl-2001.", "Fl-1996 ġew istallati il-computers fl-ewwel sena ta' l-iskejjel primarji, filwaqt li fl-2001 il-proġett kollu ġie ffinalizzat bit-tqassim ta' computers fis-sitt sena tal-primarja.", "Wara din is-sena, kienu tqassmu xi computers kemm f'sitwazzjonijiet fejn żdiedu xi klassijiet jew f'siti fejn il-computers kellhom jinbidlu.", "Fejn in-numru ta' klassijiet naqas, il-computers reġgħu ġew riallokati skond il- ħteġijiet tal-ġurnata.", "L-informazzjoni preċiża tinsab fit-tabella hawn taħt:", "|Sena |Computers |Spiża | |2000(Year 5)| |Lm355,123| | |720 | | |2001(Year 6)| | | | |744 |245,064 | |2002(klassij| | | |iet varji) |52 |22,620 | | | | | | |36 | | | |ri-allokati | | |2003(klassij| | | |iet varji) |23 |9,085 | | | | | | |8 | | | |ri-allokati | | |2004(klassij| | | |iet varji) |16 |6,080 | | | | | | |14 | | | |ri-allokati | | |2005 | | | | |59 | | | |ri-allokati | |", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Azzopardi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JASON AZZOPARDI: Jista' il-Ministru jgħid x'inhuma l-passi li jmiss f'dan ir-rigward?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-ewwelnett tajjeb li nfakkar li n-nefqa li hawn riferenza għaliha f'din it-tweġiba, hija frazzjoni ta' l-investiment li l- gvern għamel fil-qasam tat-teknoloġija ta' l-informatika u l-komunikazzjoni fl-edukazzjoni.", "Naturalment wieħed ma jridx jinsa wkoll l-investiment kbir li sar fil-livell sekondarju u post-sekondarju.", "Barra minn hekk, l- iskejjel kollha għandhom aċċess għall-internet u kull student għandu indirizz ta' l-e-mail u spazju ta' web page, hekk kif għandhom l-għalliema.", "Issa għalkemm dan il-proċess huwa importanti, ma seta' qatt ifisser ħafna mingħajr it-taħriġ ta' l-għalliema fl-użu ta' din it-teknoloġija, Sur President.", "Fil-fatt diġa' ġew imħarrġa madwar 3,000 għalliem f'dan is-settur, li huwa perċentwal mill-iktar għoli a paragun ma' kwalunkwe sistema edukattiva f'pajjiżi oħrajn.", "Huwa fatt li Malta hija pajjiż ċkejken imma mbagħad anke r-riżorsi tagħna huma ċkejknin.", "Dan ifisser li ras għal ras, aħna rnexxielna nħarrġu perċentwal għoli ta' għalliema fl-użu ta' din it- teknoloġija bħala għodda pedagoġika.", "Naturalment għadna m'aħniex sodisfatti u għad jonqos ħafna xogħol x'isir, kif fil-fatt qed jiġri sew fit-taħriġ bażiku ta' ċerti għalliema u ta' oħrajn li għad iridu jkomplu jiżviluppaw, anke f'dak li għandu x'jaqsam ma' software.", "Għalkemm teżisti varjeta' kbira ta' software f'diversi suġġetti, huwa ħafna aħjar li niddisinjaw ċerti affarijiet li jkunu jiffittjaw mal-kultura, l- identita' nazzjonali, it-tip u l-qies ta' ekonomija tagħna, skond l- iżvilupp soċjo-ekonomiku ta' pajjiżna.", "Jekk is-software tixtrih off the shelf minn barra - anke jekk tixtrih mill-Ingilterra, minħabba li l-lingwa Ingliża hija wkoll il-lingwa tat-tagħlim fl-iskejjel - jista' ma jkunx fih ċerti aspetti.", "Allura nemmen li jekk il-programm jiġi żviluppat apposta għall-ambjent Malti u għall-istudenti Maltin, ċerti aspetti jiġu mgħallma ħafna aħjar, Sur President.", "Ir-rapporti ta' l-iżvilupp f'dan il-qasam huma pożittivi ħafna.", "Anke meta nieħdu sehem fi programmi ma' skejjel oħrajn, it-tfal Maltin u Għawdxin imorru tajjeb ħafna.", "Fil-fatt l-iskola ta' San Lawrenz f'Għawdex għadha kif rebħet u ġiet l-ewwel f'kompetizzjoni Ewropea ta' e-twinning.", "Hawn irrid ngħid li l-pjani biex inkomplu niżviluppaw f'dan is-settur huma ambizzjużi.", "Hemm team mill-iktar entużjażmat taħt id-direzzjoni tas-Sur Lawrence Zammit, team dedikat, li qed iħalli impatt importanti ħafna fl- iskejjel permezz ta' servizz ta' għalliema peripatetiċi li jmorru fl- iskejjel, joqogħdu ma' l-għalliema, jappoġġawhom u juruhom kif għandhom jgħallmu.", "Nista' ngħid li bil-mod il-mod resqin lejn żmien fejn it-teknoloġija ta' l- informatika u l-komunikazzjoni tkun l-għodda pedagoġika dominanti fis- suġġetti kollha kemm huma.", "ENERĠIJA ELETTRIKA", "14153.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' il-Ministru jindika l-ammont ta' enerġija elettrika li pajjiżna kellu jipproduci s-sena l-oħra biex jipproduċi l-ilma tax-xorb?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Jien infomat li 5% ta' l-enerġija elettrika ġenerata mill-power stations ġiet użata fil-produzzjoni ta' l-ilma fis-sena 2004.", "PERMESSI U ENFORCEMENT NOTICES", "14154.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid kemm permessi u enforcement notices inħarġu mill-MEPA fl-2003, 2004 u 2005?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent): Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.", "UŻU TA' BIOGAS", "14155.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' il-Ministru jgħid meta l-provvedimenti ta' direttiva 2003/30/EC dwar il-produzzjoni u użu tal-biogas se jkunu jagħmlu parti mil- liġi Maltija?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Avviż Legali 528 tas-sena 2004 jagħmel il- provvediment tad-direttiva 2003/30 parti mill-liġi Maltija b'seħħ mill-31 ta' Diċembru, 2004.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Azzopardi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JASON AZZOPARDI: X'inhuma l-pjani tal-gvern għall-użu tal-biogas?", "X'inhuma l-prospetti?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Sur President, naturalment iżjed ma jkollna użu ta' biogas iżjed ikollna emissions nodfa.", "Imma ovvjament il-produzzjoni lokali bilfors tkun limitata għax f'pajjiżi oħra, il-biogas jista' isir b'mod abbundanti.", "L-ammont ta' materja prima biex tipproduċi dan il-biogas f'pajjiżna huwa limitat ħafna.", "Għal min ma jafx, il-biogas jiġi prodott minn materjal li jiġi minn ħxejjex u carbohydrates.", "Dan jintefa' f'apparat apposta li jaħdem b'temperatura għolja u hemmhekk ikollok il-produzzjoni ta' biogas.", "Għal dan il-għan, il-WasteServ għandha pjan biex l-iskart kollu domestiku u kummerċjali li jista' jintuża għal dan l-iskop jinġabar għalih, jintefa' f'apparat speċjali u minnu jiġi prodott il-biogas.", "SERQ TA' MOBILE PHONES", "15787.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm mobile phones insterqu din is-sena?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern): Matul l-2005 ġew irrapportati lill-pulizija 2,088 mobile phones misruqa.", "AFM FUEL BILL", "15788.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm kien il-fuel bill ta' l-armata s-sena l-oħra u din is-sena?", "Kemm minn dan huwa dovut għal xogħol konness mal-klandestini?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi): Jien informat li n-nefqa tal-forzi armati fuq il-fuel matul is- snin 2004 u 2005 kienet kif ġej:", "*Nefqa totali ta' Lm321,163 fl-2004 li minnhom huwa stmat li ntefqu Lm86,955 fuq xogħol konness ma' immigranti irregolari; u", "*Nefqa totali ta' Lm402,121 fl-2005 li minnhom huwa stmat li ntefqu Lm112,099 fuq xogħol konness ma' immigranti irregolari.", "MENU TA' L-IKEL FIL-ĦABS", "15789.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista'", "il-Viċi Prim Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-menu ta' l- ikel li ngħataw il-ħabsin il-ġimgħa l-oħra?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern): Ninsab informat li l-menu ta' l-ikel li ngħataw il- priġunieri bejn is-7 ta' Novembru, 2005 u t-13 ta' Novembru, 2005 hu kif jidher mit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.", "MULTI MIBDULA f'ĦABS", "15790.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm persuni ntbagħtu l-ħabs għax ma ħallsux multi?", "Kemm kienet il-multa u x'weħlu?", "X'eta' kellhom?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern): Ninsab informat li n-numru ta' dawk li ntbagħtu l- ħabs fl-2005 għax ma ħallsux multi jew spejjeż tal-qorti mibdula f'ħabs, kien ta' 86.", "Informat ukoll illi l-multi kienu jvarjaw bejn Lm4 u Lm20,540 filwaqt li l-pieni ta' ħabs kienu jvarjaw bejn ġurnata u 2000 ġurnata.", "L-etajiet kienu jvarjaw bejn l-20 u l-71 sena.", "ĊITTADINI NATURALIZZATI", "15791.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hawn ċittadini naturalizzati li waslu Malta jew bħala refuġjati jew bħala immigranti llegali?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern): Hemm għaxar refuġjati, rikonoxxuti bħala tali wara li kienu waslu Malta taħt il-Konvenzjoni ta' Ġinevra ta' l-1951, li ngħataw ċittadinanza wara snin twal jgħixu Malta.", "Kif diġa` għamilt fit-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 13530, ninforma lill-Onor.", "Interpellant li ebda persuna minn dawk li ħadu ċ- ċittadinanza Maltija ma kienet klandestina jew immigrant illegali.", "ĦABS TA' KORDIN", "15792.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm iqum biex jinżamm il-ħabs?", "X'tip ta' eżerċizzju sar, qed isir jew se jsir biex in-nefqa titnaqqas?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern): Ninsab informat li l-vot rikorrenti għas-sena 2005 kien ta' Lm2,750,000.", "Fir-rigward tat-tieni parti tal-mistoqsija, informat li s-sezzjonijiet tad- dipartiment jiġu assessed kontinwament biex fejn jinstab li jistgħu jiġu ffrankati xi spejjeż, dan jiġi attwat.", "GĦALLIEMA BIS-SICK LEAVE", "16215.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid kemm għalliema matul l-ewwel term tas-sena skolastika ħadu leave u sick leave?", "Jista' jikkwalifika n- numru fi ġranet?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Matul dan l-ewwel term tas-sena skolastika kien hemm 1,004 għalliema li bejniethom ħadu 3,277 ġurnata sick leave.", "Informat ukoll li l-għalliema m'għandhomx vacation leave imma jgawdu l- vaganzi ta' l-iskola fil-mid-term, fil-Milied, fil-karnival, fl-Għid u fis- sajf, flimkien ma' l-istudenti tagħhom.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jista' il-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi għalliema li ġew imwiddba mid-dipartiment ta' l-edukazzjoni minħabba li nqabbdu jieħdu sick leave eċċessiv?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ma jirriżultalix li kien hemm każi simili, Sur President.", "ASSENTEIŻMU FL-ISKEJJEL", "16216.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid kemm studenti fil-primarja ma attendewx l-iskola matul l-ewwel term ta' din is-sena skolastika?", "Jista' jinformana bis-sitwazzjoni ta' studenti li jattendu f'livell sekondarju?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif mitlub għadu qed jiġi vverifikat u jitpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra f'xi seduta oħra.", "SKEMA TA' EXPORT REFUND", "16217.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 15872, jista' il- Ministru jgħid kemm fil-fatt hija ċ-ċifra fi flus li pajjiżna jrid jiġbor mill-Unjoni Ewropea f'export refund għas-snin 2004 u 2005?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent): Ninsab informat li l-aġenzija tal-pagamenti m'għandha tiġbor l-ebda ammont f'export refund mill-Unjoni Ewropea għas-snin 2004 u 2005.", "Ta' min iżid ukoll li operaturi Maltin ftit li xejn jibbenefikaw mill- export refund.", "ĦADDIEMA TA' L-ENEMALTA", "16218.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 15876 u jgħid x'inhi l-pożizzjoni tal- ħaddiema ta' l-Enemalta dwar assigurazzjoni ta' l-impjieg tagħhom?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni): Bil-liġijiet ta' pajjiżna l-ebda persuna qatt ma kellha tali assigurazzjoni, lanqas taħt gvernijiet Laburista.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jista' il-Ministru jgħid x'se tkun il-pożizzjoni tal-ħaddiema tal-lukanda Holiday Inn Crowne Plaza jekk sa Marzu li ġej tkun għadha ma nbiegħetx?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Sur President, il-premessa hija skorretta, fis-sens li mhux il-lukanda se tinbiegħ imma l-kumpannija.", "Din tinbiegħ bl-assets u l-liabilities tagħha, inkluż l-impjiegi.", "Dan ifisser li meta tinbiegħ, tinbiegħ bl-impjiegi tal-ħaddiema assigurati fiha.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Kemm huwa minnu li sa Marzu li ġej din il-lukanda trid tinbiegħ?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Le, m'hemm l-ebda deadline.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jista' il-Ministru jgħid x'jiġri jekk kemm-il darba din tibqa' ma tinbiegħx?", "Li naf żgur hu li lanqas bookings m'huma qegħdin jaċċettaw, Sur President.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Sur President, il-bookings m'għandhom x'jaqsmu assolutament xejn mal-kumpannija.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Imma l-lukanda mhix taċċetta bookings minħabba l- bejgħ li kellu jsir?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Il-fatt li l-kumpannija mhix tieħu bookings għal wara Marzu assolutament ma jippreġudikax il-pożizzjoni tagħha.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jiġifieri jekk wara din id-data l-lukanda ma tilqax aktar nies, xorta se tibqa' miftuħa u l-ħaddiema xorta waħda se jibqgħu jingħataw il-paga?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Sur President, jien ma nagħmilx assunzjonijiet bħal dawk li qed jagħmel l-Onor.", "Interpellant.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-Mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti u nsejjaħ lill-Ministru Louis Galea.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Audited accounts tal-Kunsill Malti għall-Isport għall-perijodu bejn it- 28 ta' Jannar 2003 u t-30 ta' Settembru 2005;", "Rapport tal-Kunsill Malti għall-Isport li jkopri s-snin bejn l-2003 u 2005;", "Estimi finanzjarji tal-Kunsill Malti għall-Isport għas-sena 2005-2006;", "Lista ta' għalliema ta' l-evening classes f'suġġetti mhux akkademiċi, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 6510; u", "Lista ta' l-impjegati li jaħdmu ma' l-Employment and Training Corporation, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 16599.", "F'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Lista ta' impjegati ġodda fid-dipartimenti u enti oħra fid-dekasteru tal-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 16606.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Dolores Cristina.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA (Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tabella li turi n-numru ta' familji li jiċievu l-għajnuna fuq il- kontijiet tad-dawl u l-ilma, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 16591.", "U f'isem il-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita' nqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:-", "Tabella li turi l-bed complement f'kull sala ta' l-Isptar San Luqa, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 16673.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Jesmond Mugliett.", "ONOR.", "JESMOND MULGIETT (Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq): Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tabella li turi l-iskeda tax-xarabanks lejn u mill-Manikata fuq rotot 47 u 52, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 16572.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Ngħaddu issa għal Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet.", "Il-Ministru Francis Zammit Dimech.", "MOZZJONIJIET", "ESTIMI TA' DĦUL U NFIQ TA'", "L-AWTORITA` TAT-TURIŻMU TA' MALTA GĦAS-SENA 2006", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (Ministru għat-Turiżmu u Kultura): Sur President, nipproponi:", "Illi l-Kamra tapprova l-Estimi ta' Dħul u Nfiq ta' l-Awtorita` tat- Turiżmu ta' Malta għas-sena finanzjarja mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2006 skond l-Att dwar Servizzi ta' l-Ivvjaġġar u tat-Turiżmu għal Malta, Kap. 409.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "JASON AZZOPARDI: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Infakkar li d-diskussjoni fuq din il-mozzjoni għandha tieħu seduta waħda, bil-ħin jinqasam indaqs bejn il-kelliema tal-gvern u l- kelliema ta' l-oppożizzjoni u bl-introduzzjoni u l-winding up għan-naħa tal- gvern.", "Rimarki?", "Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Sur President, meta f'dan il-parlament niddiskutu t-turiżmu nkunu qed nagħmlu diskussjoni dwar qasam ta' importanza ekonomika kbira.", "F'dan is-sens, wieħed irid iħares lejn l- importanza tad-diskussjoni ta' l-estimi dwar l-awtorita` tat-turiżmu għaliex inti qed tirriferi għall-estimi ta' dik l-awtorita` li fl-aħħar mill-aħħar trid tkun il-mutur biex tmexxi u tirregola t-turiżmu ġewwa pajjiżna.", "Mr. Speaker, dak li l-Kamra qed tintalab tagħmel huwa preċiżament li tapprova l-estimi finanzjarji ta' l-awtorita` tat-turiżmu għas-sena kurrenti li qegħdin fiha, jiġifieri s-sena li tagħlaq fl-aħħar ta' Diċembru.", "Li nista' nagħmel min-naħa tiegħi hu li nagħti ftit indikaturi li għalija huma importanti ħafna u li joħorġu minn dawn l-estimi.", "Hawn irrid ngħid mill-ewwel li ma jistax jonqos li meta nħarsu lejn l-estimi li għandna quddiemna, ma narawx x'inhu l-kontribut li jagħmel il-gvern ta' Malta lejn l-istess awtorita` tat-turiżmu.", "Hawnhekk għandna quddiema l- approvazzjoni ta' l-estimi għas-sena 2006 u tajjeb li naraw kif dawn jipparagunaw ma' l-estimi tas-sena li għaddiet u anke tas-sena 2004 li jkunu estimi diġa` awditjati.", "Mr. Speaker, jekk wieħed iqabbel kemm kien il-kontribut tal-gvern lil din l- awtorita` bejn l-2004 għall-2006, isib li kien hemm żieda minn Lm7.96 miljun għal Lm8.58 miljun, żieda ta' Lm629,681.", "Naħseb li naqblu li din iż- żieda turi l-impenn ċar min-naħa tal-gvern li jagħmel investiment akbar fi ħdan l-awtorita` tat-turiżmu u dan għaliex jirrikonoxxi din l-awtorita` bħala l-mutur ewlieni li jrid iżomm għaddej b'ritmu dinamiku dan is-settur kruċjali għall-ekonomija.", "Ir-raġuni għaliex għandek dik iż-żieda tinkludi wkoll il-fatt li din hija l-ewwel sena fejn il-gvern, apparti l-kontribut li qed jagħti direttament lill-awtorita` tat-turiżmu għall-funzjoni ġenerali tagħha, qed jagħmel kontribut addizjonali ta' Lm0.5 miljun biex nibdew il-proċess ta' branding ta' pajjiżna.", "Rigward il-qasam tat-turiżmu ħafna nies jagħmlu riferenza għal dak li qed jagħmlu pajjiżi oħrajn li b'xi mod jew ieħor jikkompetu magħna.", "Kieku kellna nagħsru u nanalizzaw mhux biss dak li jidher esternament fil- kampanji ta' pubbliċita` li jkunu qed jagħmlu pajjiżi bħal Ċipru, l-Eġittu, t-Turkija u t-Tunesija imma anke dak li dawn il-pajjiżi għamlu internament, naraw li dawn għamlu proċess professjonali, modern u effettiv ta' branding.", "Dawn raw x'inhuma l-kwalitajiet prinċipali li jiddistingwu lil pajjiżhom minn pajjiżi oħrajn, raw x'inhuma l-kwalitajiet li huma minsuġa fil-qalb tal-popolazzjoni tagħhom imbagħad għamlu r-riklami biex jattiraw it-turiżmu lejhom abbażi ta' dawk il-core values u l-mission statements.", "Dawn applikaw dan kollu mhux biss għall-marketing pero` anke fil-mod kif jippreżentaw lil pajjiżhom fl-immaġinazzjoni tan-nies.", "Mr. Speaker, dan huwa proċess li jrid isir b'mod professjonali, u jien kburi mill-fatt li dan il-proċess inbeda s-sena li għaddiet anke billi kellna fostna persuna esperta u anke rikonoxxuta internazzjonalment f'dan ir-rigward.", "Meta dan ġie f'pajjżna, ħadem flimkien ma' l-industrija u ħadem ma' esponenti li jirrappreżentaw l-oqsma kollha ta' l-industrija tat- turiżmu ta' Malta.", "Apparti hekk iltaqa' wkoll ma' nies li jirrappreżentaw uħud mill-aktar persuni li għamlu investiment qawwi fil-qasam tat-turiżmu f'Malta.", "Din hija qabża importanti għall-industrija kollha tat-turiżmu fil- pajjiż.", "Irrid ngħid ukoll li meta wieħed ikompli jħares lejn iċ-ċifri ta' l-estimi li għandna quddiemna jsib l-ispiża ta' l-awtorita' fuq l- advertising, marketing and promotional expenditure.", "Hawn irrid ngħid li bejn ċ-ċifra verifikata għas-sena 2004 u ċ- ċifra tas-2006 hemm żieda ta' Lm 838,546, minn Lm6,072,864 għal Lm6,911,410.", "Wieħed jinnota wkoll li l-qabża fl-ammont ta' flus li aħna qed niddedikaw biex inkunu magħrufa aktar internazzjonalment tirrifletti dak li l- awtorita` Maltija għat-turiżmu llum qiegħda tiffranka minn oqsma oħrajn.", "Sur President, jekk ikun hawn mistoqsijiet speċifiċi fuq xi parti jew oħra ta' l-estimi, jiena lest li nweġibhom fil-winding up, pero` nixtieq nagħti eżempji ta' fejn l-awtorita` qiegħda tiffranka flus amminstrattivi biex tiddedikahom għal skop ta' marketing.", "Minn paġna 7 ta' l-estimi jirriżulta li qed niffrankaw l-ispejjeż minn fuq l-istaff cost.", "Fis-sena 2004, l- awtorita` nefqet – u din hi somma verifikata għaliex hija audited - Lm2,079,327 – u din is-sena n-nefqa proġettata hija ta' Lm1,791,407, jiġifieri fuq total payroll cost kellna ffrankar ta' Lm287,920.", "Rigward in- nefqa fuq uffiċċji barranin insibu li minn Lm821,129 inżilna għal Lm337,390, jiġifieri hawnhekk iffrankajna Lm483,739.", "Sur President, dan kollu huwa riżultat ta' ristrutturazzjoni li saret bl-attenzjoni fl- awtorita'.", "Ir-riżultat ta' din ir-ristrutturazzjoni kien aktar flus iddedikati għall- marketing u għall-promozzjoni.", "Is-somma għal dan il-għan żdiedet minn Lm5.1 miljun fl-2004 għal Lm5.6 miljun fis-sena 2005, u issa din is-somma mistennija titla' għal Lm6.3 miljun.", "Dan ifisser li minn 56% tan-nefqa kollha fl-2004, dan il-vot tela' għal 59% fis-sena 2005, u issa mistenni jitla' għal 66% tan-nefqa kollha għas-sena li għadna kif bdejna.", "Din li niddedikaw żewġ terzi ta' l-infiq f'marketing hija waħda mill-qabżiet kbar li ridna naslu għalihom b'effett tar-ristrutturazzjoni fl-awtorita` Maltija tat-turiżmu, u dak ir-riżultat issa nistgħu narawh b'għajnejna u nmissuh b'idejna.", "Dan hu dak li wegħdna li jsir bħala riżultat tar-ristrutturar ta' l-awtorita`.", "Sur President, jien nixtieq li fil-bidu ta' din id-diskussjoni u anke għall- benefiċċju ta' l-oppożizzjoni niċċara punt li qajjem il-kelliem ta' l- oppożizzjoni għar-rigward ta' jekk kellniex jew le npoġġu r-rapport annwali ta' l-awtorita` fuq il-medja tal-Kamra flimkien ma' dawn l-estimi.", "Irrid nagħmel din l-ispjega issa għaliex ma nkunx korrett ma' l-oppożizzjoni jekk inħalli l-oppożizzjoni tibni xi argument sħiħ fuq dan il-fattur imbagħad noqgħod nagħti tweġiba wara.", "Minħabba li pparteċipajna flimkien fuq programm televiżiv, naf li l-oppożizzjoni għandha mistoqsija fuq hekk.", "Irrid ngħid lill-kelliema ta' l-oppożizzjoni li m'għandhom għalfejn ikunu sorpriżi xejn li r-rapprort annwali ma tpoġġiex fuq il-mejda tal-Kamra, għaliex minn mindu twaqqfet l-awtorita` tat-turiżmu dan qatt ma tqiegħed.", "Biex inkun korrett man-naħa l-oħra rrid ngħid li jiena naf li hemm korporazzjonijiet oħra li jimxu b'mod differenti, imma fil-każ ta' l- awtorita` tat-turiżmu kemm għaliex il-liġi tipprovdi termini differenti, kif ukoll għaliex hija l-prattika f'din il-Kamra, qatt ma tqiegħed ir- rapport annwali u miegħu jkun hemm ukoll l-audited accounts flimkien mal- financial estimates.", "Jien hawnhekk għandi tabella li nista' naqraha.", "Din it-tabella tirrifletti dak li ġara fis-snin li għaddew.", "Jekk immur per eżempju fuq l-ewwel diskussjoni li kellna fuq l-awtorita` tat-turiżmu bħala sena sħiħa, fl- 2001, naraw li kellna d-diskussjoni fil-23 ta' Jannar, filwaqt li r-rapport annwali tqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra fit-23 ta' April.", "Fl-2002, id- diskussjoni fil-Kamra saret fl-28 ta' Jannar u r-rapport tqiegħed fuq il- mejda tal-Kamra fl-24 ta' April.", "Fl-2003 l-istess, fit-22 ta' Jannar saret id-diskussjoni fuq l-estimi u f'Mejju tpoġġa r-rapport, u fl-2004, fil-21 ta' Jannar kellna diskussjoni fuq l-estimi, u fil-5 ta' Lulju tqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra r-rapport annwali.", "Fl-24 ta' Jannar tas-sena li għaddiet iddiskutejna l-estimi finanzjarji bħal dan iż-żmien ukoll imma r-rapport annwali tqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra fit-30 ta' Mejju.", "Din is-sena naturalment qed nagħmlu diskussjoni fuq l-estimi llum, it-23 ta' Jannar u 'l quddiem inpoġġu r-rapport annwali fuq il-mejda tal-Kamra.", "Ovvjament m'għandix data preċiża ta' meta dan se jsir, pero` d-data tkun skond il- pattern li segwejna għal dawn is-sitt snin.", "Mr. Speaker, dan jirriżulta għaliex il-liġi tgħid li għar-rigward ta' l- estimi finanzjarji jiena għandi tmien ġimgħat ċans biex inqiegħdhom fuq il- mejda tal-Kamra b'mozzjoni ħalli dawn ikunu approvati filwaqt li r-rapport annwali, dan irid ikun ippreżentat mhux iktar tard minn 12-il ġimgħa wara l- għeluq tas-sena finanzjarja.", "Issa s-sena finanzjarja ta' l-awtorita` hija s- sena kalendarja għax-awtorita` tat-turiżmu m'hijiex bħal diversi korporazzjonijiet oħra li jsegwu prattiċi differenti fejn għandhom is-sena tagħhom tkun minn Ottubru għal Settembru.", "Is-sena ta' l-awtorita` hija sena kalendarja bħalma hija dik tal-budget tal-gvern.", "Dan ifisser li l-awtorita` jkollha sa l-aħħar ta' Marzu sabiex tagħmel ir-rapport annwali għas-sena preċedenti u jkollha dak iż-żmien għaliex ir-rapport annwali jinkludi l- proċess ta' awditjar ta' kontijiet tagħha.", "Meta dan ir-rapport jasal, jiena nkun nista' npoġġih fuq il-mejda tal-Kamra u naturalment kulmin ikun irid jagħmel diskussjoni dwaru, anke jekk m'hemmx mozzjoni speċifika fuqu, jista' jagħmel dan jew f'xi aġġornament jew f'mistoqsijiet jew f'xi diskussjoni li jkollna fil-parlament meta nkunu qed niddiskutu xi liġi jew oħra tat-turiżmu.", "Din is-sena dik l-opportunita` se tkun hemm għaliex biex jitwaqqfu s-segment advisory groups se jkun hemm id-diskussjonijiet.", "Dan kollu għedtu għax jiena dehrli li l-korrettezza titlob li la jiena naf li l- oppożizzjoni xtaqet tqajjem dan il-punt fid-diskussjoni, ikun aħjar li nikkjarifikah minn qabel biex ma naħlux ħin.", "Mr. Speaker, xi jfisser ir-ristrutturar għall-awtorita` tat-turiżmu?", "Kieku kelli nipprova nagħti definizzjoni tal-proċess kollu ta' ristrutturar ngħid li dawn il-punti li se nsemmi huma l-aktar importanti.", "L-ewwelnett li jkollna awtorita` li tkun cost-effective u li jkollha struttura li f'ċertu sens m'hijiex akbar milli hemm bżonn.", "Naturalment aħna għamilna l- eżerċizzju tagħna b'għaqal u b'attenzjoni anke għall-ħaddiema ta' l-istess awtorita` tat-turiżmu.", "Konna għamilna wegħda li ebda persuna ma' l- awtorita` tat-turiżmu ma titlef l-impjieg tagħha pero` mhux bilfors tibqa' direttament fl-awtorita` tat-turiżmu.", "Għal dan il-għan kien hemm ċaqliq laterali fl-istess awtorita` u kien hemm xi ċaqliq ukoll li sar permezz ta' placing ta' nies anke f'entitajiet pubbliċi oħrajn.", "Kien hemm ukoll skema ta' early retirement pero` dan kollu bi qbil ma' l-union li tirrappreżenta l-maġġoranza kbira tal-ħaddiema fi ħdan l-awtorita` tat-turiżmu.", "Sintomu ieħor li jolqotni dwar il-proċess ta' ristrutturar huwa li tkun awtorita` li verament hija target-oriented.", "Issa huwa veru li iktar ma tagħmel targets, iktar ma tagħmel miri, nkluż fil-miri tal-gvern, aktar nesponu lilna nfusna - jien l-ewwel wieħed - għall-kritika li ssir mill- oppożizzjoni.", "Per eżempju l-oppożizzjoni qaltilna li kellna mira li nżidu b'50,000 in-numru ta' turisti li jiġu Malta fis-sena 2005 u dik il-mira ma lħaqnihiex.", "It-tweġiba għal dan hu li iva, dik il-mira ma ntlaħqitx pero` xorta kellna żieda fin-numru ta' turisti.", "Minkejja dan, aħna nibqgħu nsostnu li hu importanti li ma naħdmux bl-amment imma naħdmu b'miri preċiżi.", "Parti mill-effett ta' ristrutturar illum hu wkoll li għandek target- orientation serja iktar minn qatt qabel.", "L-oppożizzjoni tapprezza li ma jkunx kummerċjalment korrett li nagħtu issa ċ-ċifri ta' kull segment li ġew ikkwantifikati fi ħdan l-awtorita`, pero` huwa stat ta' fatt li l-awtorita` għamlet eżerċizzju komprensiv biex tistabilixxi mhux biss is-segment driven orientation - li huwa punt ieħor li ħareġ mir-ristrutturar li sar - imma li kull segment head li ġie appuntat jew li ġiet appuntata kellu jiffirma għal żewġ targets preċiżi.", "L-ewwel target hu dak li qed insejħulu l-minimum target li jrid ikun ibbażat fuq it-trends internazzjonali skond kif it- turiżmu realistikament qed jiċċaqlaq b'mod partikolari madwar din il-parti tad-dinja u anke skond trends speċifiċi għal Malta.", "It-tieni target hu dak li jissejjaħ l-optimum target li huwa bbażat biex ngħid hekk fuq dak li jrid ix-shareholder, u x-shareholder f'dan il-każ huwa l-pajjiż kollu jew il-gvern għan-nom tal-pajjiż kollu.", "Dan se jkun monitored bl-iktar mod regolari għaliex dan ifisser proċess ta' accountability li ma jistax ikollok jekk inti ma jkollokx measurability.", "Sur President, inti kif tista' tgħid li t-tali persuna hija accountable biex tilħaq it-tali mira jekk inti m'għandekx il-kejl biex tara li t-tali mira ntlaħqet?", "Naturalment jekk dawn il-miri ma jintlaħqux għax per eżempju kien hawn sitwazzjoni traġika f'parti tad-dinja li effettwat is-settur, allura din tkun spjegazzjoni valida u tkun rikonoxxuta wkoll jekk ma jintlaħqux il-miri, pero` li nċaqilqu l-miri tagħna lejn il-minimum targets u li s-segment heads qed ngħidulhom li tridu taħdmu għall-optimum targets huwa l-mod ġdid kif l-awtorita` qed taħdem u se taħdem matul is-sena li għadna kif bdejna.", "Għalija l-awtorita` trid tikkonċentra ferm aktar minn qabel fuq il-core functions tagħha.", "F'dan ir-rigward sar ristrutturar anke fil-ministeru.", "Per eżempju qed ngħidu li l-organizzazzjoni ta' l- avvenimenti, importanti kemm huma importanti, m'għandhiex tikkonsma r- riżorsi prinċipali ta' l-awtorita` tat-turiżmu u allura l-avvenimenti kollha li jsiru, kemm mill-awtorita` tat-turiżmu kif ukoll mill-kunsill Malti għall-kultura u l-arti se jsiru minn unit wieħed li jkun integrat fi ħdan il-ministeru.", "Dan il-unit jieħu ħsieb l-organizzazzjoni ta' dawk l- avvenimenti li Malta għandha bżonn bħala parti mill-product development tagħha, u b'hekk nassiguraw li l-awtorita` verament tikkonċentra fuq il- core functions tagħha.", "Irrid ngħid ukoll, u dan huwa punt ieħor tar-ristrutturar, li għandek direzzjoni politika mill-iktar ċara u fl-ogħla livell tal-gvern għaliex kif nafu, is-sena li għaddiet konna qed ngħidu dwar dak li huwa meħtieġ li jsir f'Malta u dan issa seħħ.", "Sar it-twaqqif ta' kumitat inter-minsterjali mmexxi mill-Prim Ministru, u dan qed jiltaqa' on average kull tliet ġimgħat biex isir monitoring regolari ta' dak kollu li jolqot it-turiżmu u li jolqot ukoll ministeri differenti.", "Naturalment l-awtorita` Maltija tat- turiżmu permezz tal-ministeru tat-turiżmu hi l-aġent prinċipali fil- formolazzjoni ta' l-aġenda ta' dan il-kumitat għaliex l-istess awtorita` tressaq b'mod proattiv diversi papers għal diskussjoni bħal tourism zone management, it-tfassil tat-tourism zones, x'hemm bżonn fuq diversi issues ta' product enhancement u fuq dawk li huma wkoll interventi bħall-programm kollu ta' beach replenishment, kemm jekk inhuma beaches ġodda u kemm jekk inhuma titjib ta' beaches eżistenti.", "Naħseb li dan kollu huwa importanti.", "Meta qed nitkellem dwar direzzjoni politika rrid ngħid ukoll li fil-bidu ta' kull sena kalendarja jiena niltaqa' mal-bord u nippreżenta lil kull board member ittra miktuba fejn il-gvern jagħmel enfasi dwar issues prinċipali ta' policy.", "U hekk għamilt din is-sena wkoll, u nieħu l- opportunita` ta' dan id-dibattitu biex aktar 'il quddiem inpoġġi fuq il- mejda tal-Kamra kopja ta' din l-ittra.", "Naħseb li f'dan id-dibattitu wkoll ikun xieraq jekk nagħmel aċċenn għar-riżultati li aħna kellna fil-qasam tat- turiżmu.", "Diġa` aċċennajt għall-fatt li minkejja li dan is-settur qed isir dejjem aktar kompetittiv, aħna rnexxielna – u s'issa għandna ċ-ċifri għall- ewwel ħdax-il xahar tas-sena 2005 - nżidu b'1.4% l-għadd ta' turisti li żaruna.", "Dan fisser ukoll żieda ta' 1.3% fi qliegħ f'munita barranija.", "Għalija dan huwa relevanti.", "Huwa relevanti ħafna wkoll il-fatt li s-sena li għaddiet kellna l-aħjar sena mill-1995 'il hawn fis-suq Ingliż fejn żaruna 466,018-il turist u komplejna nikkonsolidaw is-suq Ġermaniż, li huwa t- tieni l-akbar suq importanti għalina, wara t-titjib li diġa` konna għamilna f'dan is-settur fis-sena 2004.", "Naturalment meta nitkellem dwar ċifri fil-qasam tat-turiżmu għas-sena 2005 m'hemmx inkluż Diċembru pero` aktar tard dan ix-xahar ikollna ċ-ċifri għal Diċembru wkoll u allura nkunu nistgħu nagħtu ċ-ċifra uffiċjali għas-sena kollha, pero` s'issa għadha ma ħarġitx mill-uffiċċju ta' l-", "istatistika li jimxi b'tabella preċiża tad-dati meta jkun se joħroġ il- press releases kollha tiegħu.", "Hawn irrid ngħid li jekk inqabblu Jannar u Novembru ta' din is-sena ma' Jannar u Novembru tas-sena ta' qabel insibu titjib ta' 1.4%.", "Huwa titjib li rridu nfakkru li qed isir fuq sena, jiġifieri s-sena 2004, fejn diġa` kienet aħjar minn dik ta' qabel, għaliex fis-sena 2004 kellna total ta' 1,156,028 turist li hija żieda ta' 3.5% fuq is-sena preċedenti, u fil-fatt is-sena 2004 hija allura l-aħjar sena mis-sena 2002 'il quddiem f'dak li għandu x'jaqsam ma' volum ta' turisti li ġew lejn il-pajjiż.", "Jien l-awgurju tiegħi għas-sena 2005 hu li meta jkollna ċ-ċifri totali, issir hi l-aħjar sena.", "Naturalment ma rridux li l-mertu ta' l-aħjar sena jibqa' għas-sena 2005 imma issa jmiss is-sena 2006 li tgħaddi lis-sena 2005.", "Huwa importanti li fuq is-sena 2005 irnexxielna nilħqu din il-mira għax qed nitkellmu fuq perjodu li ġie wara perjodu diffiċli għal diversi fatturi magħrufa li kellna madwar id-dinja u li laqtu b'mod partikolari lil pajjiżna.", "Sur President, meta qegħdin nitkellmu dwar ċifri ma nistax ma nirriferix għal niċċa importanti ħafna fil-qasam tat-turiżmu u ċioe` l-cruiseliners.", "Tajjeb li ngħid li dawn ma ngħodduhomx maċ-ċifri tat-turisti.", "Għadha kemm ħarġet l-istatistika ta' kemm kellna passiġġieri li żaru pajjiżna bil- cruises matul is-sena li għaddiet kollha u hawnhekk naraw li kien hawn żieda ta' iktar minn 28,000 persuna li żaru Malta b'dan il-mod.", "Kien hemm tnaqqis f'Diċembru pero` minn Jannar sa Diċembru kellna żieda ta' kważi 10% u dan jagħmel din is-sena t-tieni l-aħjar sena mill-1996 'l hawn.", "Naf li jsir ħafna riferenza, per eżempju, fuq kemm ġew nies fuq cruiseliners fi żmien amministrazzjoni Laburista pero` jekk inħares lejn l-1997, nara li kienu żaruna 126,645 persuna li għal dakinhar kienet ċifra tajba pero` jekk dik kienet ċifra tajba aħseb u ara dik tal-lum li hija żieda fuq l-1997 ta' 193,459 jew żieda ta' 60%.", "Qed nagħmel dan il-paragun ma' l-1997 għax hija s-sena sħiħa li kellna ta' amministrazzjoni Laburista.", "Irrid ngħid ukoll li jiena nifhem li f'dibattitu bħal dan żgur ikun hemm il- mistoqsija dwar x'inhi l-istrateġija jew x'inhu l-pjan li l-awtorita` se jkollha.", "Nemmen li l-indikaturi kollha li tkellimt dwarhom huma indikaturi ta' strateġija.", "Ir-ristrutturar li sar biex nersqu - u semmejt x'kien wieħed mill-punti tal-proċess ta' ristrutturar – aktar lejn segment driven milli source market driven.", "Illum mhux qegħdin nitkellmu fuq segment driven biss imma llum nafu x'inhuma t-targets speċifiċi għal kull niċċa, u dan kien l-impenn ta' l-awtorita` matul is-sena li għaddiet.", "Issa li dak il- proċess huwa komplut, qed jitfassal pjan strateġiku li jkopri l-perijodu 2006-2008.", "Dan huwa proċess li se jirrifletti l-awtorita` kif ġiet ristrutturata u huwa proċess li jorbot mal-policy framework kollu li jingħata min-naħa tal-gvern.", "Hawn irrid ngħid li l-proċess qed ikun kordinat mir-research and business planning unit ta' l-awtorita`.", "Irrid ngħid ukoll li qed naħdmu biex sa nofs din is-sena dan id-dokument ikun finalizzat u jkun finalizzat wara proċess ta' konsultazzjoni li ssir fl-ewwel tliet xhur ta' din is-sena kemm internament fl-awtorita` kif ukoll ma' l-industrija.", "Huwa dokument li għalih għandna r-roadmap preċiża bit- targets preċiżi taż-żminijiet li rridu nilħqu u allura huwa parti mill- impenn importanti li l-awtorita` għandha quddiemha għal din is-sena.", "Nagħlaq din l-introduzzjoni tiegħi billi nagħmel ringrazzjament mill-qalb lil din l-industrija kollha u ringrazzjament lil kull min b'xi mod jew ieħor ikkontribwixxa għad-diskussjoni fuq din l-industrija li hija tant kruċjali fil-pajjiż, inkluż l-oppożizzjoni.", "Naħseb li anke fejn ma naqblux fuq ċertu dettal, almenu s'issa, irnexxielna jkollna diskussjoni matura fuq dan il-qasam.", "Jiena nirrigrazzja lil kull min jinvesti f'dan is-settur ukoll.", "Nagħmel ħafna riferenza għalihom u ma naħsibx li għandi bżonn nerġa' nagħti elenku ta' min qed jinvesti miljuni kbar ta' liri biex l-industrija tat-turiżmu tibqa' għaddejja.", "Illum Malta għandha ħmistax-il lukanda fil-kategorija ta' ħames stilel biss u ma tistax ma timmeraviljax ruħek meta żżur u tara speċjalment il- proprjetajiet il-ġodda.", "Irrid nirringrazzja wkoll b'mod partikolari l- istaff, b'mod ġenerali fil-Ministeru u s-segretarju permanenti, għall-mod kontinwu kif isegwi l-oqsma kollha tal-ministeru pero` żgur mhux l-inqas lill-awtorita` tat-turiżmu.", "Meta qed nitkellem dwar l-awtorita`, nirringrazzja b'mod dirett lill-executive chairman ta' l-awtorita` u naħseb li jekk ngħid li ddedika ħajtu kollha għall-awtorita`, ma nkunx qed nesaġera.", "Dan ħadem b'dedikazzjoni kbira minn filgħodu kmieni sa filgħaxija tard u kien ta' motivazzjoni għall-oħrajn kollha.", "Nirringrazzja wkoll lid-diretturi kollha u lil min qed imexxi llum l-oqsma differenti fi ħdan l-awtorita` tat-turiżmu, il-qasam tal-marketing, il- qasam tal-product planning, l-aspett regolatorju u l-aspett ta' corporate services li huwa wieħed mis-servizzi li se jkun żviluppat iktar u hemm sejħa f'dan ir-rigward.", "Hemm min diġa` dedikat għall-aspett ta' research, ta' business planning u ta' żvilupp li jsir fil-qasam ta' l-industrija mil- lat ta' human resources u żgur li se jkollna impenn qawwi fil-brand communications office u kif dan se jkun regolat mill-awtorita` u f'dan il- każ nagħmel ringrazzjament bil-quddiem.", "Nirringrazzja wkoll lis-segment heads li diġa` semmejthom dwar id-dover tagħhom u dwar il-fatt kif ix- xogħol tagħhom huwa mkejjel.", "Sur President, lil dawn nafhom kollha u nista' ngħid li dawn huma team ta' nies mill-aktar dedikati u mimlijin entużjażmu.", "Huma nies li ffirmaw għal impenn qawwi u niddependu ħafna mill-ħidma tagħhom din is-sena u jiena kburi bihom u kieku qegħdin quddiemi ngħidilhom li huma parti minn awtorita` mġedda u dinamika.", "Ir-ringrazzjament tiegħi imur ukoll għall-impjegati kollha ta' l-awtorita`.", "Spjegajt li s-sena li għaddiet kienet is-sena fejn kellna nirristrutturaw u r-ristrutturar iġib ċerta ansjeta`.", "Illum anke min iċaqlaq lateralment jew anke mod ieħor fehem li dan kollu qed isir għall-ġid ta' l-industrija u għall-ġid tal-pajjiż.", "In-nies fehmu wkoll li dan sar bi proċess ġust, trasparenti u miftuħ u nemmen li n-nies huma iktar motivati minn qatt qabel u qed nitkellem għal-livelli kollha ta' din l-awtorita`.", "Hija awtorita` fejn hemm esperjenza ta' iktar dixxiplina pero` iktar dixxiplina li qed tfisser ukoll iktar motivazzjoni u iktar impenn u għalhekk hi awtorita` li kulħadd għandu jkun kburi li jagħmel parti minnha.", "Kellek uffiċċji barranin li ngħalqu u aċċennajt għal dan meta kont qed nitkellem dwar il- parti tar-ristrutturar.", "Kellna nies li kienu barra u li llum qed jaqdu l- impenji tagħhom minn pajjiżna.", "Għandek l-ufiċċji tagħna ta' Londra u l- Ġermanja li se jiqbgħu miftuħin minħabba li huma l-ikbar żewġ swieq pero` kellek oħrajn li ġew hawnhekk u ġew sostitwiti jew minn kumpanniji speċjalizzati fil-PR jew li huma kumpaniji speċjalizzati u mdorrijin jaħdmu għal destinazzjonijiet jew għal setturi partikolari biex iservu ta' general sales agents u lil dawn ukoll nestendi r-ringrazzjament tiegħi.", "Naħseb li l-branding ifisser dan ukoll, u nagħlaq b'dan il-ħsieb rigward il-branding.", "Meta niltaqa' ma' impjegati ta' dawn il-brands internazzjonali, l-ewwel kumment li jgħidulek u jwieġbu bit-tbissima huwa li l-branding hu parti mill-istorja tas-suċċess tagħhom.", "Ladarba li l-awtorita` Maltija tat- turiżmu ristrutturata qiegħda għaddejja b'ritmu u xprunata 'l quddiem biex tgħaġġel ħalli l-branding exercise jkun komplut sabiex tagħti dejjem riżultati aħjar lejn il-pajjiż, jiena rrid li kull impjegat ta' l-awtorita` ta' Maltija tat-turiżmu, meta jkun mistoqsi fejn hu jew hi impjegata, jwieġeb li hu kburi li huwa parti minn din l-istruttura f'pajjiżna.", "Dan jista' jseħħ aktar jekk dawn il-miri li għandna quddiemna naħdmu lkoll flimkien għalihom bħala team wieħed għall-ġid ta' l-ekonomija li minnha jiddependi l-poplu Malti kollu.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joseph Cuschieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Sur President, smajt b'attenzjoni l-introduzzjoni tal-Ministru dwar l-estimi finanzjarji annwali ta' l-awtorita` Maltija tat- turiżmu u dan ta l-impressjoni li fejn tidħol din l-awtorita`, kollox miexi fuq ir-rubini u ma jeżistux problemi.", "Naħseb li n-nies li huma fis-settur mhux hekk iridu jisimgħu.", "Kemm l-istakeholders kif ukoll il-ħaddiema li l- għixien tagħhom jiddependi minn dan is-settur iridu jisimgħu argumenti aktar konkreti u mhux nipprovaw nieħdu glorja li wara kollox li ma tantx hi ġustifikata.", "Sur President, l-ewwelnett irrid ngħid li kont jien li waqt programm televiżiv semmejt il-fatt li r-rapport ta' l-awtorita` ma tpoġġiex fuq il- mejda tal-Kamra u dwar dan il-Ministru spjega fit-tul u ta eżempji ta' diversi snin.", "Xtaqt nagħmel punt fuq din il-kwestjoni li naħseb li hu importanti.", "L-ewwelnett il-ministru fl-introduzzjoni tiegħu iżjed tkellem dwar ħidmet l-awtorita` u l-viżjoni tagħha milli dwar il-finanzi tagħha.", "Anke jekk fis-snin l-imgħoddija sar kif qal il-ministru, naħseb li ma jagħmilx wisq sens li jsir hekk meta għandek opportunita` annwali fil- parlament - apparti d-diskussjoni fuq il-voti tal-ministeru fi żmien il- budget – biex niddiskutu s-settur turistiku fil-fond.", "Ma jagħmilx sens li tiġi hawnhekk titkellem fuq ħidmet l-awtorita` Maltija tat-turiżmu u titkellem fuq is-settur turistiku nnfisu u dan mingħajr ma jkollok rapport ta' ħidma li l-awtorita` tkun wettqet matul is-sena u li tkun qed tantiċipa li se twettaq għas-sena li ġejja.", "Smajna l-Ministru jsemmi r-ristrutturar ta' l-awtorita' u jiena nixtieq niftaħ parenteżi żgħira fuq dan.", "Nixtieq infakkar li konna jien flimkien ma' l-Onor.", "Karmenu Vella li snin ilu, wara l-ewwel fażi ta' ħidmiet l- awtorita` Maltija, enfasizzajna u insistejna li kien wasal iż-żmien li jibda proċess ta' ristrutturar f'din l-awtorita`.", "Aħna nieħdu pjaċir li proposta li tressqet minn din in-naħa tal-Kamra ġiet milqugħa u li l-gvern ħadem fuqha.", "Forsi wieħed jista' jkollu argumenti fejn jaqbel u fejn ma jaqbilx fuq il-mod kif saru l-affarijiet imma għallinqas deher li l-gvern ipprova jagħmel xi ħaġa.", "Ngħid ukoll li anke fl-ambitu tat-twaqqif tal- kumitat inter-ministerjali li semma' l-istess ministru fl-introduzzjoni tiegħu, dan ir-rapport kellu jitressaq flimkien ma' l-estimi finanzjarji ta' l-awtorita`.", "Sur President, dan kollu qed ngħidu għax din hija l-unika okkażjoni fejn se nitkellmu dwar ħidmet l-awtorita` imma kull m'għandna quddiemna hawnhekk huma l-estimi finanzjarji.", "Il-ministru qal li aktar 'il quddiem jitpoġġa r- rapport annwali ta' l-awtorita` imma meta jitpoġġa dak ir-rapport, fil- prassi ta' dan il-parlament ma ssirx diskussjoni avolja tista' ssir talba.", "Illum ma nistgħux niddiskutuh u nagħtu l-opinjoni tagħna dwar ħidmet l- awtorita` għax m'għandniex dan ir-rapport u allura jagħmel aktar sens li r- rapport annwali jibda jitressaq ma' l-estimi finanzjarji biex f'dan il- parlament ikollna l-okkażjoni niddiskutuhom it-tnejn flimkien.", "Sur President, il-ministru tkellem fuq is-sitwazzjoni tas-settur turistiku aktar milli dwar ħidmet l-Awtorita`.", "Hu qalilna li huwa veru li l-mira ta' 50,000 turist ma ntlaħqitx imma t-turiżmu żdied xorta waħda.", "Il-ġimgħa li għaddiet fuq programm televiżiv, il-ministru kkwota surveys magħmula mill- MHRA fejn qal li l-profit tal-lukandi f'pajjiżna per capita – jiġifieri fuq kemm ħallas kull turist f'pajjiżna - kien għola.", "L-ewwelnett jiena ngħid lill-Ministru biex jagħti ħarsa sew lejn dak is-survey biex jara minn fost kemm lukandiera sar dak l-istess survey.", "It-tieni nett jiena niskanta kif jitkellem b'dan il-mod, għax naħseb li hu, bħalma nagħmlu jiena u l-Onor.", "Evarist Bartolo, sikwit jiltaqa' mal-lukandiera u ma' min hu fis-settur.", "Dan qed ngħidu għax kulħadd jaf kif ir-rati, b'mod partikolari tal- lukandiera, kellhom jitniżżlu biex ikunu iktar kompetittivi u biex forsi nattiraw iktar turisti.", "Irrid infakkar ukoll li l-viżjoni tal-gvern fis-snin li għaddew fejn jidħol is-settur turistiku ma kenitx viżjoni ta' gvern li jġib turisti ta' kwantita` imma kienet viżjoni ta' gvern li jġib turisti ta' kwalita`.", "Din il-ħaġa qed insemmiha għax niftakar snin meta n-naħa l-oħra tal-Kamra kienet tgħid li ma jistax ikun li nibqgħu nserrħu rasna fuq is-settur Ingliż biss, settur li semmiegħ illum il-Ministru, u ma nistgħux nagħtu importanza biss lil dan is-suq.", "Anzi kienet bdiet tingħata l-impressjoni – biex ma ngħidx li ntqal hekk - li se nitfgħu l-ankri kollha tagħna fuq swieq oħra u ftit li xejn nagħtu importanza lis-suq Ingliż.", "Fil-fatt ftit snin ilu - pero` biex inkun korrett mhux fi żmien il-Ministru Zammit Dimech - is-suq Ingliż kien qala' daqqa u kien hemmhekk meta għidna li ma jistax ikun li noqogħdu nserrħu fuqu biss.", "Kien minn dak iż-żmien li bdiet tingħata l-importanza lis-suq Ġermaniż, Olandiż u swieq oħra b'mod partikolari fin-naħa ta' fuq ta' l-Ewropa.", "Dak iż-żmien l-argument kien li dawn huma turisti ta' kwalita` u turisti li se jħallu aktar flus f'pajjiżna minn dawk tas-suq Ingliż u għalhekk din għandha tkun it-triq.", "Sur President, f'daqqa waħda kellna terremot fis-settur u issa m'għadniex nitkellmu fuq turisti ta' kwalita`.", "Meta qed nitkellmu fuq turisti ta' kwalita`, mhux qed nitkellmu fuq turisti li jiġu għaliex iħobbu l-golf per eżempju, allavolja dwar il-golf course nitkellem aktar 'il quddiem.", "Mhux qed nitkellmu fuq turisti li s-segment jiġbidhom lejn il-pajjiż.", "Qed nitkellmu fuq turisti ta' ċertu livell li jħallu f'pajjiżna aktar flus u jħallsu rati aktar sabiex il-lukandi jkollhom aktar qligħ u b'hekk ikollhom aktar ħeġġa li jinvestu.", "Issa nafu x'ġara matul dawn is-snin.", "Il-Ministru jsemmi l-lukandi ġodda li nfetħu.", "Mhux ovvja li kulħadd jieħu pjaċir meta tinfetaħ lukanda ta' ħames stilel f'dan il-pajjiż, Imma ejja ma ninsewx li kellna lukandi li kellhom jagħlqu l-bibien.", "Ara din ħadd ma jieħu pjaċir biha.", "Ma neħdux pjaċir biha mhux sempliċement għaliex għalqu l-lukandi imma anke għaliex għamlu dan.", "U għamlu dan għaliex għandna oqsma fis-settur turistiku tagħna li wara li sar investiment fihom matul is-snin, qed jirriżulta li m'huwiex vijabbli li jibqgħu fis-settur u għalhekk qed jinvestu f'setturi oħra.", "Fil-fatt fejn jidħlu lukandi, speċjalment ta' tliet stilel, ħadna daqqa 'l isfel.", "Din hija problema għaliex spiċċajna nilqgħu turisti ta' kwalita` ta' tliet stilel f'lukandi ta' erba' stilel u anke ta' ħames stilel.", "Jiġifieri l-bed stock meta suppost kellu jikber, naqas.", "Min investa fis-settur qed jara li dak li nvesta fih ma kienx vijabbli u qed jagħlaq il-bibien.", "Meta qed jagħlaq il-bibien mhux biss hija daqqa għas-settur innifsu bħala bed stock u bħala kwalita` imma anke daqqa għall-ħaddiema.", "Wara kollox aħna għal xiex nitkellmu fuq l-ekonomija f'dan il-pajjiż?", "Nitkellmu għaliex aħna rridu li jkollna suċċess f'kull settur fil-pajjiż biex il-pajjiż jibqagħlu aktar qligħ u biex jinħoloq ix-xogħol li minnu jgawdi l-poplu Malti in ġenerali.", "Tajjeb li l-investitur ikollu l-qligħ, imma tajjeb ukoll li jkun hemm ħaddiema qed jaħdmu.", "Issa meta qed tagħlaq lukanda ma jiġri xejn minn dan.", "Aħna nitkellmu mal-lukandiera u jgħidulna li s-settur m'għadux vijabbli u li mhux worth it li jibqġħu jippompjaw il-flus ġo fih.", "Sur President, meta jkollna dawn il-problemi quddiemna m'għandniex niġu hawnhekk u noqogħdu nitkellmu b'mod glorjuż qisu l-Ministru kien fiċ- ċerimonja tal-bieraħ f'Għawdex.", "Sur President, qisu l-Ministri tan-naħa l-oħra jippretendu li nidħlu hawn ġew u ngħidulhom prosit għax kollox sejjer tajjeb.", "Din m'hijiex is- sitwazzjoni.", "Jekk huma qed jippretendu hekk, jiena ngħidilhom li l- ħaddiema, l-istakeholders u l-investituri mhux hekk qed iħossu u mhux dak iridu jisimgħu.", "Biex inkun oġġettiv, lanqas iridu jisimgħu biss il-kritika li nagħmlu aħna, imma jridu jisimgħu punti li jagħtuhom kuraġġ, stimolu u viżjoni ċara tal-futur.", "Dawn ma jridux viżjoni fil-baħħ.", "Il-ministru semma l-mużewijiet u x-xtajtiet, pero` jekk taqbad id-diskors tal-budget għas- sena 2005 u tara l-gvern x'kien qiegħed jipproponi, tara li dan kien qed jgħid li kellu jsir sforz ta' marketing qawwi biex niġbdu aktar turisti fl- oqsma tat-turiżmu kulturali, turiżmu sportiv, turiżmu marbut mat-tagħlim tal-lingwi, turiżmu marbut mal-konferenzi u turiżmu ffokat fuq Għawdex.", "Apparti dan kellhom jinħolqu niċeċ oħra bħalma huma cruise and stay, saħħa u rtirar, short breaks, agro-turiżmu, gastronomija u yachting.", "Imbagħad jiġi l-Ministru hawnhekk u ma jagħti l-ebda riżultat dwar dan.", "Apparti hekk, fil-budget ta' din is-sena lanqas biss issemma xejn.", "Ilna nisimgħu dwar il-yacht marinas, dwar il-casinos u dwar il-golf courses imma hawnhekk ma jissemma xejn fil-konkret dwar dawn.", "Dan li jridu jkunu jafu n-nies fis- settur.", "Jien infakkar, Sur President, li dan huwa gvern li sena wara sena jsemmielna t-terminal taċ-Ċirkewwa u l-Imġarr, il-proġett tal-connections u l-golf courses.", "Dawn ta' l-aħħar jissemmew fuq li jissemmew, jgħidu li ttieħdet deċiżjoni u ma nisimgħu xejn aktar dwarhom.", "Issa hawn irrid ngħid li d-deċiżjoni li qed jingħad li ttieħdet ma tantx niżlet tajjeb ma' ħafna setturi fil-pajjiż.", "Kemm-il darba ssemmew ukoll il-casino u l-yacht marina f'Għawdex u anke l-bajjiet!", "Xbajna nisimgħu fuq il-bajjiet!", "Issa jiġi l- ministru u diġa` naf x'se jgħid fid-diskors tiegħu.", "Se jgħidilna: Mela ma rajtuhiex il-bajja ta' San Ġorġ.", "Mela tajjeb, aħna nbiegħu lil Malta bħala destinazzjoni fejn tista' tiġi tqatta' x-xhur tas-sajf hawnhekk imbagħad ix- xtajtiet pubbliċi tagħna qegħdin fi stat ħażin.", "Issa wieħed m'għandux iħares lejn l-ixtajtiet okkupati li ħafna minnhom huma llegali, imma lejn l- ixtajtiet pubbliċi.", "U mela ssemmi l-bajja ta' San Ġorġ biss!", "Mela Malta dik il-bajja biss għandha?", "Issa qed jissemma proġett ieħor fil-bajja tal- Balluta.", "Nittamaw li sa sajf ieħor dan ikun lest u mhux jieħu xi ħames snin bħalma ġara fil-promenade ta' Tas-Sliema.", "Dwar il-mużewijiet, siti storiċi u siti arkeoloġiċi l-istess argument.", "Min hu fis-settur irid jisma dwar x'qed isir fil-konkrett u mhux kliem fl- isħab.", "Jien infakkar li gvern Laburista, fejn jidħlu proġetti turistiċi, ta spinta liema bħalha.", "Mhux se nsemmi biss il-proġett ta' Buġibba li nhar is- Sibt mort narah flimkien ma' l-Onor.", "Evarist Bartolo u rajna sitwazzjoni tal-biki.", "Din hi żona li tilqa' fiha aktar minn 40% tat-turisti li jiġu ġewwa pajjiżna.", "Dan kien proġett li sar ftit tas-snin ilu u jekk wieħed imur iżuru jsib li dan il-gvern lanqas up-keep m'hu kapaċi jżomm ta' dak li nkunu għamilna, aħseb u ara kemm kapaċi joħloq il-ġdid.", "Sur President nagħlaq id-diskors tiegħi billi ngħid li mhux l-ministru m'għandux jiġi jiftaħar bi swieq li kellna żieda fihom.", "Dmiru hu li jinkwieta fuq swieq li kellna nuqqas fihom.", "Biex tkun responsabbli, mhux biss trid issemmi dak li kellek żieda fih, imma anke dak li kellek nuqqas minnu biex tara x'kienet il-problema u tindirizzaha.", "Huwa proprju f'dan il- kuntest li l-partit Laburista poġġa għad-diskussjoni pjan ta' tiġdid tat- turiżmu f'Malta u Għawdex u proprju dwar dan kellna diskussjoni ma' diversi nies u għaqdiet fis-settur.", "Dan id-dokument jgħid x'inhuma l-miżuri immedjati u anke fit-tul li l-gvern Laburista ġdid se jkun qiegħed jieħu għall-ġid tas-settur, fosthom li jkollna pjan strateġiku ċar u anke li ntaffu l-piż tat-taxxi fuq dan is-settur.", "Ma jistax ikollok sitwazzjoni fejn ikun il-gvern innifsu li jtellef il-kompetittivita` tas-settur turistiku billi jintroduċi t-taxxi fuq is-settur.", "F'dawn l-aħħar snin kellna taxxi fuq ir-ristoranti, taxxi fuq il-lukandi, taxxi fuq l-aġenziji ta' l-ivvjaġġar, il-VAT għoliet għal 18%, kellna żieda fl-entrance fees tal- mużewijiet u siti storiċi u dan apparti ż-żieda fid-dawl u l-ilma.", "Aħna qegħdin nipproponu li mhux biss naraw li t-turist li jiġi fostna ma jinsteraqx, imma rridu nkunu ċerti li ntaffu l-piż tat-taxxi minn fuq is- settur u mhux biss intaffu l-piż imma ma jkunx il-gvern stess li jintroduċi taxxi ġodda li jkunu ta' detriment għall-kompetittivita` ta' l-istess settur.", "Sur President, fil-ġimgħat li ġejjn fil-partit Laburista se jkun hemm diskussjoni li twassal għall-approvazzjoni ta' dan id-dokument li semmejt.", "Jekk hemm bżonn aħna lesti li anke nemendawh, għaliex aħna nibdlu skond iż- żminijiet u skond il-bżonn.", "Dik tfisser li tkun partit modern.", "Partit modern huwa partit li jkun lest li jaġġorna l-politika tiegħu u li jkollu l- politika tiegħu magħmula minn kulħadd għaliex jisma' lil kulħadd.", "B'dan il- mod nilħqu l-aspettattivi ta' kulħadd u dak li naħdmu għalih jissarraf f'suċċess.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Il-Ministru Giovanna Debono.", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO (Ministru għal Għawdex): Sur President, illejla qegħdin niddiskutu l-estimi tad-dħul u nfiq ta' l-awtorita` tat-turiżmu ta' Malta, awtorita` li għandha responsabbilta` mhux żgħira, awtorita` li qiegħda hemm biex issostni u ssaħħaħ is-settur li huwa importanti ħafna għalina, settur li minnu tiddependi ħafna l-ekonomija tal-pajjiż.", "Hawn irrid ngħid mill-ewwel li Għawdex b'mod partikolari jiddependi ferm aktar minn dan is-settur tat-turiżmu.", "Kien għalhekk li matul is-snin, u anke llum b'mod partikolari, qed ninvestu u nvestejna ħafna fit-turiżmu.", "Jien irrid illejla mill-bidu nett nuri l-apprezzament tiegħi b'mod qawwi għall-mod ta' kif Għawdex ġie integrat fil-proċess ta' ristrutturar ta' l- MTA.", "Dan qed ngħidu għaliex illum għandna awtorita` li bil-fatti tinteressa ħafna ruħha dwar il-gżira Għawdxija.", "Jien irrid nuri l- apprezzament għall-mod ta' kif aħna bħala ministeru għal Għawdex qegħdin b'mod regolari niltaqgħu ma' l-awtorita` b'aġenda li hija verament waħda prattika, aġenda li tidħol fid-dettall ta' dak li huwa xogħol li rridu aħna nwettqu, b'deadlines u anke b'nies responsabbli li żgur m'hemmx l- iċken dubju li se jħallu r-riżultati mixtieqa.", "Irrid ngħid li qatt daqs illum Għawdex ma kien daqshekk fuq l-aġenda ta' l- awtorita`.Ovvjament dan kollu kien possibbli wkoll b'inizjattiva ta' l- istess ministru responsabbli mit-turiżmu li minn hawn rrid insellimlu għall- ħidma kontinwa tiegħu.", "Meta tisma' l-kelliem ta' qabel, tistaqsi: Dan jgħix f'Malta?", "Dan isegwi dak kollu li jkun qed isir?", "Qed ngħid hekk għaliex il-ħidma li għaddejja hi waħda sfrenata u dan jafu u jarah kulħadd.", "Illum irrid ngħid li għall-ewwel darba fl-MTA għandna xi ħaġa partikolari li tiffoka fuq Għawdex biss, u hawn qed nirriferi għall-Gozo segment li se jkollu wkoll il-budget tiegħu.", "Din hi xi ħaġa li qatt ma kellna qabel.", "Il-Gozo segment qed ifassal strateġija ta' kif aħna għandna nbiegħu lill-Għawdex biex f'Għawdex ukoll nilħqu l-miri stabbiliti rigward l-ammont ta' turisti.", "Sur President, l-oppożizzjoni dejjem għaddejja bil-kritika kontinwa tagħha li t-turisti naqsu.", "Per eżempju l-Onor.", "Cuschieri qal li aħna qed ninsew it- turiżmu ta' kwalita`.", "Dan assolutament m'huwiex il-każ, anzi aħna qed nużaw ħafna mill-enerġija tagħna biex ikollna dan it-tip ta' turiżmu.", "Irrid ngħid li l-Gozo segment qiegħed fil-fażi fejn qed ifassal din l-istrateġija fejn aħna se nkomplu nirriklamaw lill-Għawdex bħala destinazzjoni turistika distinta.", "Jien diġa` iltqajt mal-persuna appuntata bħala Gozo segment leader u rrid insellmilha minn hawn għaliex ninsab konvinta li fil-ġimgħat u x-xhur li ġejjin se nkomplu naħdmu biex intejbu din l-industrija ġewwa Għawdex.", "Nafu lkoll li se jitwaqqaf anke l-Gozo segment advisory group li jkun ifformat ukoll min-nies fl-industrija biex inżommu l-prinċipju li dejjem ħaddant jien li jridu jkunu n-nies ta' l-industrija nfushom li jqiegħdu sensibilita` fuq aspetti partikolari ta' l-industrija.", "Naħseb li dan il-prinċipju se jiġi mħaddem u ta' dan jien nirringrazzja lill-ministru kollega tiegħi responsabbli mit-turiżmu.", "Nirringrazzja wkoll lil MTA u lill- Gozo Tourism Association li lkoll flimkien, bi sforz kollettiv u b'riżultat ta' diversi laqgħat wasalna għal dan ir-ristrutturar li jpoġġi lil Għawdex bħala destinazzjoni.", "Il-GTA issa ilha mwaqqfa aktar minn ħames snin u l-għan prinċipali tagħha kien li jmexxi l-industrija tat-turiżmu f'Għawdex u jirriklama lil Għawdex bħala destinazzjoni turistika.", "Irrid ngħid li mxejna f'din it-triq ukoll imxejna b'mod mill-aktar għaqli għaliex minkejja l-isforzi kollettivi ta' kulħadd kien hemm mumenti fejn it-triq ma kenitx għall-wita.", "Minkejja dan aħna ma ħarisna qatt lura u sena wara l-oħra mxejna f'din id-direzzjoni.", "Irrid ngħid li l-GTA ħadet diversi inizjattivi, uħud minnhom ġodda kompletament.", "Dawn kienu inizjattivi li taw riżultati u nsemmi b'mod partikolari l-aħħar inizjattiva li ħadet ftit", "qabel il-Milied meta għamlet dik il-fiera dwar il-koki ġewwa Għawdex.", "Din kienet xi ħaġa oriġinali u ħalliet riżultati tajbin.", "Sur President, nixtieq insemmi wkoll is-sehem qawwi tal-GTA mal-Gozo Channel biex tħabbret l-iskema li during week days, il-Maltin u t-turisti jistgħu jaqsmu lejn Għawdex b'fare ridott u jekk imorru f'ċerti stabbilimenti u lukandi li rriklamaw ruħhom f'din l-iskema, il-vjaġġ tal- vapur se jkun imħallas kollu kemm hu.", "Il-ġimgħa l-oħra l-GTA kellhom l- annual general meeting fejn għal darb' oħra smajna dwar rapport ta' ħidma intensiva li wettqet din l-assoċjazzjoni matul is-sena li għaddiet.", "Ħdimna flimkien u se nkomplu naħdmu biex Għawdex ikollu aktar exposure barra minn Malta.", "Dan se nagħmluh anke permezz tas-sehem tagħna f'fieri internazzjonali fosthom dawk ta' Berlin, ta' Londra u ta' Milan kif ukoll żjajjar minn ġurnalisti barranin li nġabu mill-MTA sabiex jagħtu anke coverage lil Għawdex.", "Irrid insemmi wkoll li f'Ottubru li għadda kellna l-esperjenza sabiħa fejn aktar minn 75 travel agents minn Vjenna aċċettaw l-istedina ta' l-MTA u attendew għal workshop li sar fi Vjenna bl-iskop uniku li jirriklamaw lill- Għawdex bħala destinazzjoni turistika.", "Din xi ħaġa li qatt ma kienet saret bħalha.", "Irrid ngħid ukoll li għal dan il-workshop, li nirrepeti li kien dwar Għawdex biss, attendew ukoll nies fis-settur turistiku minn Għawdex li marru apposta fi Vjenna biex jipparteċipaw f'din l-inizjattiva.", "Fil-fatt din l-inizjattiva kienet imfaħħra ħafna minn kulħadd, u inizjattivi ta' dan it-tip se jkunu ripetuti.", "Irrid ngħid ukoll li apparti ħidma ta' marketing, f'dawn l-aħħar snin ħadna deċiżjonijiet dwar xi proġetti għandna nidħlu għalihom li jsiru f'Għawdex u li jtejbu l-prodott turistiku Għawdxi.", "Il-biċċa l-kbira ta' dawn il- proġetti huma ffinanzjati mill-Unjoni Ewropea u llum ninsabu kważi fil-fażi ta' l-implimentazzjoni.", "Ix-xogħol preparatorju, jiġifieri xogħol ta' tfassil ta' kif kull proġett irid jinħadem, il-proċess ta' akkwist għall- permessi neċessarji mill-MEPA u awtoritajiet oħrajn u l-proċess ta' tendering u xogħlijiet oħrajn illum kważi ġew finalizzati u għalhekk għidt li dalwaqt naraw l-implimentazzjoni ta' dawn il-proġetti.", "Anke hawnhekk, Sur President, mhux kollox kien plain sailing.", "Iltqajna ma' ħafna ostakoli, uħud ġenwini, oħrajn forsi mhux daqshekk ġenwini, imma komplejna mexjin.", "Aħna qatt ma qtajna qalbna u llum meta nħarsu lura, ninsabu sodisfatti li llum wasalna sa hawn.", "Veru li r-riżultat ta' din il-ħidma kollha jidher x'ħin il-proġetti jkunu tlestew, imma l-fatt li x-xogħol infrastrutturali se jibda huwa pożittiv ħafna.", "Kultant ngħid iżjed diffiċli x-xogħol preparatorju sakemm tasal fil-fażi li tibda l-implimentazzjoni mili x-xogħol innifsu.", "Irrid ngħid ukoll li dwar l- għażla ta' dawn il-proġetti, li fil-qosor nagħmel riferenza għalihom, irrid ngħid li kienet għażla li seħħet wara konsultazzjoni ma' l-istakeholders Għawdxin u b'mod partikolari mal-GTA.", "Fil-fatt ħafna mill-proġetti ġew identifikati mil-GTA stess wara analiżi ta' l-istudju msejjaħ \"Gozo Special Needs Assessment Study\" li kien ikkordinat mill-istess kummissjoni Ewropea.", "Il-proġetti li se nsemmi llum huma dawk li jolqtu t-turiżmu.", "Jekk, per eżempju, inħarsu lejn il-proġett msejjaħ \"Niche tourism for the island of Gozo\", dan hu proġett b'valur ta' aktar minn Lm0.5 miljun u jiffoka fuq id- diving.", "Aħna nafu kemm huwa importanti u sensittiv id-diving f'Għawdex anke għaliex hemm loku fil-gżira Għawdxija.", "Dan kien proġett maqsum fi tliet partijiet, hemm id-decompression chamber li huwa proġett tajjeb ħafna għax ma jistax ikun li tirriklama lill-Għawdex bħala l-post fejn tista' tmur għad-diving, imbagħad jistaqsuk jekk għandekx decompression chamber u tgħid li m'għandekx.", "Allura wasal iż-żmien li biex intejbu dan is-settur u anke għall-ġid tad-divers infushom, ikollna wkoll id-decompression chamber.", "Imbagħad marbut ukoll mad-diving għanda l- artificial dive sites fejn se ngħerrqu vapur u anke hawnhekk għaddejjin minn fażi ta' tendering eċċ. Hawnhekk irrid insemmi wkoll li l-istess GTA daħlet għal din l-inizjattiva u se tgħerreq vapuri oħrajn fil-kosta madwar Għawdex.", "Imbagħad marbut mad-diving għandna l-marketing għal dan is-settur għax nemmen li apparti li ttejjeb is-servizz fil-gżira Għawdxija, importanti wkoll li jkollok il-marketing tiegħu.", "Kif semmejt, dan hu proġett maqsum fuq tliet partijiet li telaq u suppost li f'nofs din is-sena narawh komplut.", "Hawnhekk irrid ngħid ukoll li marbut b'xi mod mad-diving huwa l-fatt li issa se jkollna l-ibħra aktar nodfa madwar il-gżira Għawdxija għax bil- master plan tad-drenaġġ qegħdin indawwru d-drenaġġ kollu lejn area waħda jiġifieri fejn qabel kellna l-flows tad-drenaġġ f'bajjiet sbieħ bħalma huwa San Blas u Wied il-Mielaħ, issa se nwaqqfu dan l-outflow.", "F'San Blas dan diġa` ngħalaq u l-bajja verament sabiħa li qatt ma stajna ngawduha, issa nistgħu ngawduha.", "Bil-master plan tad-drenaġġ se nkomplu ntejjbu l-ambjent madwar ix-xtut tagħna għax se jkollna post wieħed fejn jintefa' d-drenaġġ u rridu ngħidu wkoll li hemmhekk ikollna l-water treatment plant, għalhekk qed naraw li proġett wieħed jorbot ma' l-ieħor.", "Irrid insemmi proġett ieħor li huwa indirizzat b'mod qawwi lejn it-turiżmu f'Għawdex u qed nirreferi għall-bini ta' training institute for tourism industry in Gozo jew kif inhu magħruf aħjar, training hotel.", "Dan hu proġett ieħor ta' kważi madwar Lm0.5 miljun.", "Irrid ngħid li anke dan il-proġett kien issuġġerit u mitlub mis-settur turistiku Għawdxi, b'mod partikolari permezz tal-GTA.", "Għaliex għamlu din it-talba?", "Kif nafu sfortunatament kellna nies fis-settur turistiku li jaħdmu fl-istabilimenti ta' l-ikel u anke f'lukandi fejn qatt ma kienu mħarrġa biżżejjed biex jagħtu servizz professjonali u llum ilkoll nafu l-kompetizzjoni qawwija li hawn u jekk ma toffrix servizz tajjeb, se jbati s-settur.", "Kellna każi fejn nies filgħodu jmorru jbajjdu, jkaħħlu jew jibnu u imbagħad filgħaxija jilbsu l-uniformi ta' waiters u jispiċċaw iqassmu l-ikel.", "Xejn ħażin imma importanti li kull min jidħol biex jagħti servizz fit-turiżmu, jagħti l-aħjar servizz.", "Dan il- proġett tat-training hotel qsamnieh fi tliet tenders.", "Tender minnhom hu dak for project management and preparation of technical specification and publicity, dik lestejniha.", "Imbagħad għandek it-tender for demolition and construction.", "Fil-preżent għaddejjin bil-ħruġ ta' din it-tender.", "It-tielet tender hu for the provision of services, procurement of equipment and furnishings biex aħna jkollna l-aħjar servizzi.", "Xi ħaġa importanti wkoll li hi marbuta mat- turiżmu, hi l-mużew ta' l-arkeoloġija f'Għawdex.", "Qed nagħmlu upgrading tiegħu b'mod mill-aktar qawwi, fejn għandek xiri ta' showcases hi huma state of the art.", "Rigward dan il-mużew aħna ridna nġibu lura wkoll il- fdalijiet tal-Brockdorff Circle tax-Xagħra li ilhom ħafna f'Malta u m'hu qed jgawdihom ħadd.", "Dawn il-fdalijiet irridu npoġġuhom f'dawn ix-showcases.", "Anke din hi azzjoni li tolqot b'mod dirett is-settur turistiku.", "La qed insemmi l-mużew ta' l-arkeoloġija, irrid ngħid ukoll li anke s-sena li għaddiet, rajna titjib fil-Ġgantija fejn permezz tas-solidarity fund aħna rnexxielna nsewwu l-ħsarat li kienu ġew ikkaġunati minn maltempata qawwija u anke għamilna three dimension survey fejn permezz tagħha qegħdin f'pożizzjoni li jekk il-Ġgantija, Allaħares qatt jiġrilha xi ħaġa, inkunu nistgħu nerġgħu npoġġu kull ġebla lura f'postha.", "Din hija xi ħaġa tajba ħafna għaliex wara kollox ilkoll naqblu kemm il-Ġgantija hija importanti għal pajjiżna.", "Pero` xi ħaġa wkoll li b'mod indirett żgur li tgħinna nbiegħu lill-Għawdex aħjar hija li jkollna titjib fit-toroq tagħna.", "Sfortunatament għandna toroq li m'humiex daqshekk tajbin, toroq li huma prinċipali u kien proprju għalhekk li aħna akkwistajna fondi mill- istructural funds.", "Aħna rridu nerġgħu nibnu mill-ġdid tliet toroq prinċipali matul is-sena 2006 u hawn qed nirriferi għat-triq li minn Rabat tagħti għal San Lawrenz li x-xogħol fuqha proprju nbeda llum, għat-triq tax- Xlendi u dik li mill-Imġarr twasslek għax-Xewkija.", "Dawn huma kollha toroq li se jsiru minn fondi ta' l-Unjoni Ewropea.", "Hawnhekk irrid ngħid ukoll li marbuta mat-Triq ta' l-Imġarr qegħdin ukoll fil-fażi ta' studju ta' bypass.", "Għandna studji għaddejjin proprju fuq dan u jekk l-istudji jirriżultaw li din it-triq tista' ssir, aħna nkunu nistgħu nibnuha wkoll wara l-2007.", "Sur President, ladarba semmejt l-Imġarr ma rridx ma nsemmix ukoll ix-xogħol li għaddej b'ritmu mill-aktar qawwi fil-port ta' l-Imġarr.", "Huwa veru li dan il-proġett domna fih u huwa veru li forsi t-timeframes tagħna waqgħu ftit lura, pero` dan la sar b'kapriċċ u lanqas bi traskuraġni ta' xi ħadd.", "Kellna dan id-dewmien biss sabiex niżguraw li l-proġett ikollu l-aħjar riżultati.", "Meta inti jkollok proġett għaddej, xi inkonvenjent se jinħoloq.", "Ma jkollokx inkonvenjent biss jekk toqgħod ma tagħmel xejn.", "Pero` bi ftit koperazzjoni mingħand kulħadd – mhux nibdew nikkritikaw right, left and centre - żgur li x-xogħol jibqa' għaddej.", "La semmejt ix-xatt, Sur President, ippermettili nsemmi t-triq għar-Ramla.", "L-MTA se tidħol biex tagħmel upgrading tal-bajja nfisha bħalma se nagħmlu wkoll fil-bajja tax- Xlendi.", "Sur President, nixtieq issa nsemmi ftit anke l-kwestjoni tal-cruiseliners.", "Sfortunatament sal-lum ma tantx kellna cruiseliners fil-gżira Għawdxija, pero` ninsabu impenjati biex ikollna l-faċilitajiet fix-xhur li ġejjin, ħalli nħarju aktar cruiseliners jankraw qrib il-gżira Għawdxija u nkunu nistgħu nagħmlu l-ferrying b'dgħajjes mill-cruiseliners lejn il-port ta' l- Imġarr.", "Irrid ngħid ukoll li diġa` bdejna naħdmu biex anke f'dan il- perjodu li ġej għal darba oħra nakkwistaw fondi neċessarji biex ninvestu fi proġetti għal Għawdex b'mod partikolari fejn jidħol it-turiżmu.", "Dan għaliex nemmnu li dak li se nagħmlu huwa tajjeb.", "Aħna rridu per eżempju, ninvestu fiċ-Ċittadella li rridu nagħtuha a holistic approach, u ż-Żewwieqa fejn nixtiequ li jkollna ż-Żewwieqa Waterfront, u proġetti oħrajn li b'xi mod ukoll jaqdu s-settur turistiku.", "Forsi wieħed ikun irid jara aktar turisti f'Għawdex b'mod partikolari turiżmu ta' kwalita` mill-aktar fis possibbli.", "Dażgur, anke aħna nixtiequh dan, u fil-fatt din il-ħidma kollha ta' proġetti, ta' marketing u ta' inizjattiva bejn il-ministeru għal Għawdex, il-ministeru għat-turiżmu, il- GTA u l-Gozo segment ta' l-MTA, għandha dan l-għan u żgur li se naraw riżultati.", "Madankollu rridu nkunu b'saqajna fl-art għax kollox irid iż- żmien tiegħu.", "Jgħid x'jgħid kulħadd, il-ħidma qed titwettaq u qed titwettaq bi ħsieb, bi pjan, bil-għaqal u għalhekk fiduċjużi li jkollna riżultati pożittivi.", "Jien konvinta li s-sinerġija bejn l-entitajiet konċernati se jħallu frott kbir għall-industrija tat-turiżmu fil-gżira tagħna.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Evarist Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Sur President, għalkemm illejla qed niddiskutu l- estimi finanzjarji ta' l-awtorita` Maltija tat-turiżmu, huwa inevitabbli li nitkellmu dwar kif sejjer dan is-settur, għaliex wara kollox, din l- awtorita` ma twaqqfitx bħala għan fiha nfisha iżda bħala mezz biex ittejjeb u tiżviluppa l-qasam turistiku f'pajjiżna.", "Jiena nifhem it-tentazzjoni li flok niddiskutu l-awtorita` Maltija tat-turiżmu, niddiskutu s-settur inġenerali, pero` jien naħseb li għandna nagħmlu sforz biex niddiskutu l- awtorita` Maltija tat-turiżmu speċifikament.", "Naħseb li aktar 'il quddiem irridu nikkonsidraw li meta jitressaq ir-rapport annwali, nagħmlu laqgħa fil-kumitat tal-kontijiet pubbliċi fejn niddiskutuh bis-serjeta` u nidħlu f'ħafna dettall dwar kif din l-awtorita` qed twettaq dmirijietha u qed tonfoq il-flus tagħha.", "Ċertament huwa importanti li naraw is-settur turistiku kollu kemm hu u importanti ħafna li nirriflettu fuq kif taħdem l- awtorita` u kif għandha taħdem fi żminijiet li ġejjin.", "Sur President, it-turiżmu huwa tagħna lkoll u meta t-turisti jiġu jew ma jiġux f'pajjiżna nintlaqtu aħna lkoll.", "Fil-fehma tiegħi rridu nagħmlu sforz ilkoll kemm aħna, s'intendi fir-responsabbiltajiet differenti li għandna u fir-rwoli differenti li għandna bħala politiċi, forzi soċjali, forzi ekonomiċi u bħala soċjeta` ċivili biex naħdmu ħalli nsaħħu l-kwalita` ta' l- esperjenza tat-turisti li jiġu fostna.", "Dan qed ngħidu għaliex illum qed nikkompetu b'mod feroċi ma' eluf ta' destinazzjonijiet oħra, u jien kultant inħoss li aħna naħlu wisq enerġiji f'xulxin f'pajjiżna.", "Ikun aħjar kieku ningħaqdu b'saħħa kbira biex inkunu nistgħu nikkompetu aħjar ma' l-eluf ta' destinazzjonijiet oħra li hawn fid-dinja llum, għaliex illum, minħabba t- tibdil kbir li qed iseħħ fit-turiżmu, fil-mezzi ta' l-ivvjaġġar u fid- drawwiet ta' min jivvjaġġa, m'għadniex nikkompetu biss mal-ġirien tagħna fil-Mediterran jew fl-Ewropa imma qed nikkompetu mad-destinazzjonijiet f'kull naħa tad-dinja.", "Sur President, f'pajjiżna aħna għandna sistema politika fejn il-partiti jikkompetu ma' xulxin għall-voti u dejjem hemm it-tendenza li min ikun fil- gvern jara kollox tajjeb u min ikun fl-oppożizzjoni jara kollox ħażin.", "Kultant fl-oppożizzjoni tħossok qisek qed taħdem fil-customers' complaints department, li kulmin sejjer ħażin jiġi għandek biex jgħidlek li sejjer ħażin pero' mbagħad mill-banda l-oħra trid dejjem tiftakar li l-istampa hija ikbar minn dak li qed tgħid naħa.", "Naħseb li rridu nagħmlu sforz biex niddiskutu kif ikun sejjer dan is-settur kemm jista' jkun b'mod sħiħ.", "Il- bieraħ kummentatur f'ġurnal lokali qal li f'dan is-settur għandna l- ministru jara kollox tiela' 'l fuq u sejjer tajjeb u għandna x-shadow minister jara kollox sejjer ħażin u sejjer 'l isfel.", "Qal li ma jistax ikun li dawn it-tnejn għandhom raġun.", "Naħseb li sa ċertu punt it-tnejn għandna raġun għax fis-settur turistiku għandna fejn sejjer tajjeb, għandna fejn serjin mhux daqshekk tajjeb u għandna fejn sejjer ħażin.", "Naħseb li jkollna problema kbira jekk ma nindirizzawx fejn sejjer ħażin, jekk ma ntejbux fejn sejjer mhux ħażin u jekk ma nkomplux intejbu fejn sejjer tajjeb.", "Irridu naraw kif insolvu l-problemi li jeżistu.", "Dan mhux għax nieħdu gost li jeżistu l-problemi, imma dawn huma parti mill-ħajja.", "Nerġa' ngħid li anke kieku sejrin bl-aħjar mod possibbli fit-turiżmu żgur li fid-dinja tas-seklu 21 ma nistgħux inkunu complacent.", "Anke kieku l- lukandi, l-irziezet, ir-ristoranti, l-istabbilimenti kollha li b'xi mod jew ieħor jaħdmu fit-turiżmu f'Malta u f'Għawdex qed ifuru bin-nies u deħlin ħafna flus fl-istaġuni kollha ta-sena, xorta rridu naraw kif se nkomplu naħdmu biex intejbu l-kwalita` tas-servizz turistiku, biex noffru prezzijiet tajbin, biex min jiġi fostna jkun milqugħ bl-aqwa mod.", "Dan għaliex tant hawn destinazzjonijiet oħra li qed iġeddu l-prodott tagħhom u qed ikomplu jaraw kif itejbu dak li qed jagħmlu li jekk aħna ma nkunux qed nagħmlu l-istess il-ħin kollu b'sens ta' urġenza, b'sens li nagħmlu l- affarijiet malajr kemm jista' jkun imma bil-ħsieb fit-tul, allura naqgħu lura.", "Nerġa' ngħid li hemm biżżejjed sinjali fis-settur tagħna li għandhom għax jinkwetawna biex inkunu għassa kif se nagħmlu l-affarijiet aħjar.", "Il- ministru kkwota statistika fuq fejn sejrin tajjeb, imma jien nista' nikkwota statistika mill-istess sorsi - jew mill-uffiċċju nazzjonali ta' l- istatistika jew mis-survey ta' l-MHRA – li turi aspetti inkwetanti li rridu naraw x'nagħmlu dwarhom.", "Per eżempju, ħadt gost li l-istatistika li ħarġet illum turi li din is-sena li għadna kemm temmejna ġew cruiseliners u passiġġieri iktar mis-sena 2004.", "Dan qed ngħidu minkejja li naħseb li kulmin hu fis-settur jaqbel miegħi li m'huwiex biżżejjed li noqogħdu ngħoddu kemm jidħlu vapuri mill-bokka tal-port u kemm ikollhom passiġġieri fuqhom.", "Għandna bżonn ukoll naraw kif inkejlu l-impatt tal-cruiseliner passengers fuq pajjiżna biex naraw kemm minnhom jinżlu, kemm jonfqu u x'esperjenza jfittxu.", "Nerġa' ngħid, waqt li nieħu gost li fis-sena 2005 morna aħjar mis-sena 2004, pero' skond statistika li rajt illum fl-istess stqarrija ta' l- uffiċċju nazzjonali ta' l-istatistika jirriżulta li morna agħar mis-sena 2003 u mis-sena 2002.", "Dan qed ngħidu għax fis-sena 2005 ġew 330 vapur, fis- sena 2003 ġew 416 u fis-sena 2002 ġew 408.", "Anke f'dak li huwa għadd ta' passiġġieri, jekk din is-sena kellna ftit iktar minn 320,000, fis-sena 2003 kellna 389,000 u fis-sena 2002 kellna 349,000.", "Dan qed ngħidu biex nuri li żgur li ma nistgħux ngħidu li wasalna u issa m'għandniex għalfejn naħdmu iżjed.", "L-istess ħaġa f'setturi oħra.", "Aħna nieħdu gost li għandna pajjiż sabiħ, pero' dan jista' jkun ħafna isbaħ, u sfortunatament kien hemm żmien fejn kien ħafna isbaħ u ħassarna ħafna minnu u rridu nagħmlu ħafna xogħol biex insewwuh u nirranġawh.", "Sur Presidetn, it-turiżmu rridu nkejluh ukoll – u din hija waħda mill-miri għat-turiżmu fl-istrateġija ta' Lisbona ta' l-Unjoni Ewropea – b'kemm jirnexxielu jiġġenera impjiegi.", "Jiġifieri jien nagħmilha ċara li lanqas inkun sodisfatt jekk intejbu l-kwalita` u n-numru tat-turisti jew indaħħlu iktar flus milli qegħdin indaħħlu llum imma nkunu qegħdin inħaddmu inqas nies fis-settur.", "Ma nkunx sodisfatt għax it-turiżmu għandna narawh bħala opportunita` importanti ħafna għall-ġenerazzjoni ta' impjiegi.", "U f'dan is- settur l-impjiegi full-time qed imorru lura u mhux 'il quddiem.", "Nerġa' nikkwota statistika uffiċjali mill-economic surveys u mill-uffiċċju nazzjonali ta' l-istatistika li turi li jekk fis-sena 1998 kellna 9,713 impjieg full-time fil-lukandi u ristoranti, is-sena li għaddiet dawn niżlu għal 8,360.", "Dan ifisser 1,353 impieg inqas mill-1998 .", "Issa hawn ma rridux noqogħdu ngħidu li t-trend illum hija li jmorru għal part-time.", "Hemm min jippreferi l-part-time, imma dawk it-3,000 li għandna jaħdmu fil-part-time f'dan is-settur li kieku l-industrija sejra ħafna aħjar, żgur li kemm min iħadimhom u kemm dawk li jaħdmu jippreferu kieku jkunu full-time u mhux part-time b'kondizzjonijiet mhux tajbin.", "Niġi issa għal-lukandi, Sur President.", "Jien nieħu gost li jkun hawn min jinvesti u jiftaħ lukandi ġodda, imma anke f'dan is-settur, jekk nieħdu n-numru ta' sodod li kien hemm fl-1998 u fis- sena 2005 insibu li kien hemm tnaqqis ta' iktar minn 1,000 sodda.", "Fl-1998 kellna 38,932 u s-sena li għaddiet kellna 37,885.", "Importanti li jkollna settur sejjer b'saħħtu biex ikollna iktar min jinvesti u jkollna iktar lukandi li jħaddmu iktar nies, ikollna iktar stabbilimenti turistiċi, ristoranti, attrazzjonijiet u faċilitajiet oħra turistiċi li jiġġeneraw iktar impjiegi.", "Meta nkunu qegħdin niddibattu dan is-settur mhux l-ewwel darba li għedna u nerġa' ngħidha li ma rridux inkejlu biss kemm jiġu turisti.", "Għalkemm dak huwa importanti, huwa importanti wkoll kemm jonfqu hawnhekk.", "Il-figuri li ħarġu mill-aħħar survey li ppubblikat l-MHRA għall-aħjar staġun tagħna inkwetani għax matul is-sajf tas-sena 2005 imqabbel mas-sajf tas-sena 2004 kellna 7% inqas kmamar fil-lukandi 4-star u tlifna anke villaġġ turistiku.", "L-infiq tat-turisti naqas b'Lm7.5 miljun.", "Deloitte ħadu din l-informazzjoni mill-uffiċċju nazzjonali ta' l-istatistika.", "Il-per capita expenditure fl-aqwa parti ta' l-istaġun tagħna, fit-tliet xhur ta- sajf, niżel b'7%.", "Issa kif semmejt l-istaġuni nixtieq ngħid li sfortunatmaent aħna għadna staġjonali, u jekk ma noqogħdux attenti jidher li qed insiru iżjed staġjonali u ma nistgħux naċċettaw li l-industirja turistika f'Malta u f'Għawdex ikollna ftit xhur tas-sajf biss.", "Irrid ngħid ukoll li jekk is-sitwazzjoni hija inkwetanti f'Malta hija ħafna iktar inkwetanti f'Għawdex fejn ir-rata ta' l-occupancy u l-kummerċ turistiku huwa problematiku ħafna, diffikultuż ħafna u hemmhekk għandna settur li rridu nieħdu ħsiebu ħafna u ħafna iżjed.", "Sur President, irrid ngħid li l-awtorita` Maltija għat-turiżmu tiddependi wkoll fuq l-operat tal-gvern.", "Jekk għal xi raġuni jew oħra l-gvern idum ħafna biex jaħtar il-bord ikun qed ixekkel l-operat ta' l-awtorita` Maltija għat-turiżmu.", "Jekk ikun hemm problemi fl-ambjent ekonomiku li fih ikun qed jaħdem is-settur turistiku, ikun għalxejn li tagħmel marketing din l- awtorita`.", "Jekk bid-deċiżjonijiet li jieħu l-gvern jintlaqat ħażin is- settur turistiku u ma jibqax kompetittiv, ma nafx x'tista' tagħmel l- awtorita`.", "Waħda mill-affarijiet li tinkwetani f'dan l-aspett huwa l-fatt li l-gvern m'għandux pjan strateġiku nazzjonali fit-turiżmu.", "Jiena nieħu gost li sa Mejju li ġej l-awtorita` Maltija għat-turiżmu se jkollha l-pjan strateġiku sas-sena 2008, imma dak se jkun il-pjan strateġiku għaliha u allura jien ngħid li anke' l-gvern għandu jkollu l-pjan strateġiku tiegħu għat-turiżmu.", "L-awtorita` Maltija għat-turiżmu dan qalitu b'mod ċar anke fil-preżentazzjoni tal-pjan strateġiku tagħha.", "Irridu nifhmu li għalkemm il-pjan strateġiku ta' l-awtorita` Maltija għat-turiżmu huwa building block importanti ħafna, biex dan jagħmel sens irid ikun fi stampa ikbar minnu, u għalhekk jeħtieġ li l-gvern ikollu l-pjan strateġiku tiegħu.", "Nikkwota kelma b'kelma mill-preżentazzjoni li saret fil-way forward fil- bidu ta' Diċembru tas-sena li għaddiet fejn jingħad hekk:", "\"MTA's strategic plan will dovetail with the initiatives being undertaken by the Ministry for Tourism and culture in the areas of tourism policy and tourism planning.\"", "Jiena għadni qed nistenna li l-gvern ikollu l-pjan nazzjonali strateġiku tiegħu għat-turiżmu.", "Nistgħu naraw x'jiġri f'pajjżi oħra.", "Barra l- entitajiet li jaħdmu f'dan il-qasam il-gvernijiet ukoll ikollhom pjan nazzjonali strateġiku.", "Ejja ma nagħmlux l-iżball li naħsbu li l-pjan strateġiku ta' l-MTA ineħħi minn fuq il-gvern ir-responsabilita` li jkollu l-pjan nazzjonali strateġiku tiegħu huwa stess.", "Issa biex nipprova nkun preċiż jiena mort infittex x'qed jgħid il-gvern fin-national reform programme li huwa l-istrateġija għat-tkabbir u l-impjiegi għat-tliet snin li ġejjin.", "Fil-qasam tat-turiżmu il-miri huma ġenerali wisq.", "Għalkemm huma inizjattivi li naqblu magħhom, żgur li dan li hawn imniżżel hawnhekk ma jikkostitwix pjan nazzjonali strateġiku.", "Jien inħoss li biex f'dan il-qasam inkunu qegħdin naħdmu tajjeb, u mhux nagħmlu xi ħaġa biex ngħidu li għamilna xi ħaġa, jien inħoss li l-gvern għandu jkollu l-pjan nazzjonali strateġiku tiegħu, pero' jidher li m'għandu ebda ħsieb li jagħmel il-pjan strateġiku nazzjonali tiegħu.", "Naħseb li dan huwa ħażin ħafna.", "Naħseb li huwa ħażin ħafna wkoll li fis-snin li għaddew il-gvern ittraskura - u nibża' li se jkompli jittraskura - l-kontribut tiegħu stess fuq il- livell ta' prezzijiet ta' dan is-settur.", "Jien ninkwieta meta nisma' nies li jaħdmu fis-settur jgħidu li ma jistgħux jikkompetu fuq prezz u jridu bilfors jikkompetu fuq kwalita`.", "Hija żball l-illużjoni li hawn xi destinazzjoni fid-dinja li ma tikkompetix fuq prezz ukoll.", "Inti tikkompeti kemm fuq il-prezz kif ukoll fuq il-kwalita` tal-prodott.", "Fil-fehma tiegħi qed nagħmlu żball.", "Il-gvern għandu studji li saru tliet snin ilu għall- awtorita` Maltija għat-turiżmu fuq kemm aħna vulnerabbli fil- kompetittivita` tal-prezz f'dan is-settur u fil-fehma tiegħi mhux talli mhux qed jagħti kas fuq il-prezz ta' vaganza f'Malta u ta' esperjenza f'Malta, imma qed jikkontribwixxi biex inaqqas il-kompetittivita` f'dan is- settur.", "Din tinkwetani għax jien ċert – ċert u m'iniex żbaljat f'dan li qed ngħid – li min qed jieħu d-deċiżjonijiet dwar x'rati ta' taxxi għandu jkollna f'dan is-settur m'huwiex qed jagħmel impact assessment tagħhom fuq it-turiżmu.", "Per eżempju meta jagħmel rata tal-VAT f'xi settur mhux qed jara kif qed jagħmluha l-pajjiżi li qed jikkompetu magħna bħal Ċipru, Spanja u l- Greċja.", "Meta nieħdu deċiżjoni fuq xi taxxa partikolari rridu nassiguraw li nkunu kompetittivi.", "Jiġifieri l-gvern qed jagħmel żball li mhux qed juża - s'issa żgur ma użax - it-taxxi fuq dan is-settur bħala għodda ta' kompetittivita`.", "U ma jiġix il-ministru jgħid li meta noqogħdu ngħidu li se nnaqqsu t-taxxi huwa mod cheap ta' propaganda.", "X'mod cheap?", "L-ewwelnett il-gvern innifsu, meta naqqas it-taxxa tal-VAT fuq l-incentive travel tal-konferenzi, hawn ġew smajna lill-Prim Ministru u lill-Ministru stess jiftaħru li se jgħinu lil dak is-settur ikun kompetittiv.", "Jiena naqbel magħhom, imma mbagħad meta aħna ngħidu li għandna nnaqqsu t-taxxi minn fuq dan is-settur ma jiġux jgħidu li qed nagħmlu hekk għall-propaganda rħisa.", "Jekk wieħed jara l- istudji dwar is-sehem tal-gvern f'dan is-settur isib li dejjem hemm l- għarfien li gvern jista' jkun parti mill-problema tas-settur meta jgħolli ħafna r-rati tat-taxxi.", "Għalija l-gvern tant ma jagħtix kas dan, li wasslu biex jagħmel l-iżball li meta kien qed jinnegozja ma' l-Unjoni Ewroepa, waqt li pajjiżi bħall-Ungerija, Polonja u Ċipru nnegozjaw VAT iktar baxxa minn tagħna fuq ir-ristoranti, il-gvern ċeda kollox u għamilha ta' 18%.", "Issa ma jiġix il-ministru jgħidli li qiegħda inqas jew bħall-EU average.", "Nerġa' ngħid li l-EU average hija għodda statistika u m'hijiex realta` u dan wieħed jista' jarah fil-prezzijiet ta' Ċipru, Spanja jew il-Greċja.", "Jien nippreokkupa ruħi għax naħseb li l-gvern ma jeħux bis-serjeta` kif hu stess jikkontribwixxi biex jitfagħna lura.", "Din bħall-kwestjoni tas- surcharge fuq il-kontijiet ta' l-elettriku li se tolqot ħażin lil dan is- settur u se titfgħu lura fil-kompetittivita` tiegħu.", "Il-gvern qed ikompli jeħodha wisq easy.", "Issa għandna kwestjoni oħra.", "Min qed isegwi kif sejrin il-prezzijiet taż-żejt jaf li minn Novembru sal-lum, fil-fehma tiegħi, il- gvern reġa' għamel żball li m'għamilx il-hedging fil-prezzijiet taż-żejt.", "Kieku għamel dan il-hedging s'issa diġa` ffrankajna ħafna flus għax il- prezzijiet reġgħu telgħin.", "Basta għandna kumitat biex suppost jistudja u jieħu deċiżjonijiet fuq dan il-qasam!", "Minn Novembru sal-lum erġajna tlifna ċ-ċans.", "Jien jiddispjaċini għax il-gvern m'għandu l-ebda impenn biex jikkontribwixxi ħalli ma jżidx il-problemi ta' dan is-settur.", "S'intendi l- prezz ta' vaganza f'pajjiżna ma tiddependix biss mit-taxxi li jagħmel il- gvern, imma dawn għandhom x'jaqsmu wkoll.", "Aħna għandna l-problemi tad-daqs tal-pajjiż li jikkontribwixxu biex jgħollu l-affarijiet imma jien inħoss li f'dan is-settur naħseb kemm min-naħa tal-planning ta' l-MTA u kemm min-naħa tal-ministeru u mill-gvern kollu kemm hu għandu jsir sforz bis-serjeta` biex inħarsu lejn il-kwestjoni tal-prezz.", "Irridu naraw x'passi nistgħu nieħdu bħala gvern u bħala settur privat biex il-prezz jibqa' kompetittiv.", "Ejja na nagħmlux l-iżball li naħsbu li nistgħu ngħaddu mingħajr ma nkunu kompetittivi anke fil-prezz.", "Hemm aspetti oħra fejn il-gvern qed iħalli effett kbir fuq it-turiżmu.", "Jiena nista' nsemmi, per eżempju, l-iżball strateġiku tal-helicopter service bejn Malta u Għawdex.", "Il-gvern għandu jgħaraf li hemmhekk għamel żball u għandna nbiddlu r-rotta.", "Hemm bżonn li s-servizz tal-helicopter bejn Malta u Għawdex jiġi ssussidjat biex ikollna servizz tajjeb, servizz aċċessibbli u servizz regolari.", "M'għandniex nistħu li ngħiduha din.", "Spanja, l-iSkozja u l-Greċja jużaw l-għodda tas-sussidju biex itaffu l-iżvantaġġi tal-gżejjer tagħhom fit-turiżmu.", "Għaliex aħna m'għandniex nagħmlu hekk?", "Il- fatt li l-gvern ma jridx jagħmel hekk qed iwassal biex it-turiżmu f'Għawdex jintlaqgħat ħażin.", "Nistgħu nagħmlu ħafna marketing ta' Għawdex u jista' jkollna segment leader li tagħmel minn kollox - u nawguralha li tagħmel minn kollox għal ġid ta' dan is-settur - imma jekk mhux se jkun hemm servizz tal-helicopter regolari, tajjeb u affordable, ikun kollu għalxejn.", "Għalhekk jien ngħid li l-gvern ukoll huwa responsabbli ħafna ta' l-ambjent li fih ikun qed jaħdem is-settur u mhux biss il-kwestjoni ta' xi tkun qed tagħmel u kemm tkun effiċjenti l-MTA.", "L-istess per eżempju fuq il-kwestjoni tas-settur tat-tagħlim ta' l-Ingliż.", "Ilni xhur ngħid dwar dan u se nkompli ngħid sakemm jinbidlu l-affarijiet.", "Hemm bżonn li l-proċedura tal-ħruġ tal-visa tkun waħda tajba u effiċjenti. jiena ngħid bla mistħija li m'għandniex inħallu lill-pulizija jiddettaw għal min toħroġ visa.", "Tifhmunix ħażin, mhux qed ngħid li għandu jkun il- ministru li jibda joħroġ il-visa, pero' għandu jkun hemm l-aktar proċeduri serji.", "M'għandna nistħu xejn li jkollna metodu ta' kif toħroġ il-visa u lil min toħroġ il-visa bħalma għandhom l-Ingilterra u l-Irlanda.", "Meta l- operaturi jagħtu lista ta' nies mill-Asja jew mill-Amerika Latina bħall- Kolombja lill-pulizija biex joħorġulhom il-visas, dawn qishom qed jagħtuhom lista tax-xjaten.", "Jaħsbu li għaliex ġejjin mill-Kolombja dawn żgur se jkollhom id-droga u għaliex ġejjin miċ-Ċina mela żgur biex jaħarbu.", "Jien qed ngħid li għandu jkollna serjeta` f'dan il-qasam.", "Jekk l-Ingliżi s- sena li għaddiet kellhom 70,000 miċ-Ċina biex jitgħallmu l-Ingliż, aħna għandna nibqgħu b'miżerja ta' 1,000?", "Ma nafx kemm kellna fis-sena 2005 għax ma rajtx l-istatistika.", "F'pajjiżna dan huwa settur li minkejja dawn il- problemi sejjer tajjeb u jista' jmur ħafna aħjar.", "Ejja ma nħallux il- proċeduri tal-ħruġ tal-visa jtellfuna.", "Jiena ngħid li anke l-ħruġ tal-visa għandna nużawha bħala għodda biex inkunu aktar kompetittivi.", "M'għandux ikun li jkollna nies li jaraw l-ħruġ tal-visa bħala ħaġa burokratika jew bħala mezz kif jagħmel il-flus jew biex jorqod ma' xi ħadd!", "Jiena dwar dan li qed ngħid għandi l-fatti f'idejja u ma niddejjaqx li ngħid dawn l-affarijiet.", "Jiena nappella lill-gvern biex il-proċeduri għall-ħruġ tal-visa nagħmluhom fast għallinqas daqs ta' l-Irlandiżi u daqs ta' l-Ingliżi biex ma nitilfux nies f'dak is-settur u biex ikollna studenti minn barra l-pajjiżi ta' l- Unjoni Ewropea ukoll.", "Ngħaddi issa biex nitkellem fuq l-awtorita` Maltija tat-turiżmu.", "L- ewwelnett nixtieq li ningħaqad mal-ministru u nirringrazzja u anke nagħmel kuraġġ lil min jaħdem f'dan is-settur, kemm f'din l-awtorita` u anke fl- industrija tat-turiżmu in ġenerali.", "Kif għidt diversi drabi, jiena nħoss li d-dmir ta' kull wieħed u waħda minna li ngħixu f'dawn il-gżejjer huwa li naħdmu għal ġid tat-turiżmu.", "Kull min jagħmel ħsara f'dan is-settur bl- imġieba tiegħu jkun qed jagħmel ħsara lilna lkoll, allura hi x'inhi r- responsabilita` tagħna u hi x'inhi l-pożizzjoni tagħna għandna nagħmlu mill- aħjar li nistgħu għall-ġid ta' dan is-settur.", "Sur President, jiena nieħu gost li l-budget ta' l-awtorita` ċċaqlaq kif iċċaqlaq.", "Rajna li minn 66% tar-riżorsi vvutati lill-awtorita` fuq marketing, advertising u promotion, din is-sena se jitla' għal 72%.", "Hemmhekk hemm ċaqliqa ta' 6% u dan hu pożittiv pero` importanti ħafna li naċċertaw ruħna li kull lira li se nonfqu, nonfquha bl-aħjar mod possibbli.", "Irridu nagħmlu wkoll evalwazzjoni ta' kif qed nonfqu dawn il-flus.", "Ma nistax inqum filgħodu u ngħid li tkun idea tajba kieku isem Malta jidher fl- aħbarijiet tal-Euronews.", "Jiena nieħu gost kieku minflok ta' Ċipru nara ta' Malta, imma jien ngħid li għandu jkollna kuraġġ u l-għaqal li qabel nagħmlu ħaġa bħal dik – u qed insemmih bħala eżempju mhux qed ngħid li hemm xi pjan biex isir hekk – naraw li dak li se nonfqu, jkun worth it mill-aspett ta' value for money.", "Jaf insibu li l-istess flus minfuqa f'radjijiet reġjonali x'imkien fi Franza jew l-Olanda jħallu frott iżjed milli nagħmlu xi ħaġa li għax narawha hawn Malta naħsbu li b'daqshekk qed naslu.", "L-appell tiegħi hu li kull lira li nonfqu fil-fieri u fir-riklamar inkunu nafu li qed nonfquha tajjeb għax nħossu l-effett tagħha u rridu nsibu modi kif inkejlu l- effettivita` ta' dawn l-affarijiet.", "Waqt li nifhem dak li kien qed jgħid il-Ministru li hemm limitazzjonijiet fuq kemm nistgħu nuru affarijiet fil-miftuħ fuq kif topera l-awtorita` Maltija tat-turiżmu, ngħid li issa li sar it-tibdil fl-istrutturi ta' l- awtorita`, il-financial estimates għas-sena 2006 għandhom ikunu aħjar minn tas-snin l-oħra.", "Per eżempju għandu jkun hemm line items ġodda li jirriflettu aħjar kif qed topera l-awtorita` biex ikun hemm aktar accountability u aktar trasparenza?", "Qed ngħid dan għaliex ladarba 72% tal- budget ta' l-MTA se jmur biex nimbuttaw iktar isem Malta u Għawdex fis- swieq, ikun tajjeb li l-affarijiet jiġu spjegati iżjed milli huma llum.", "Ngħaddi issa biex nitkellem fuq is-segment leaders.", "Hawn irrid ngħid li rridu naraw kif se jaħdem dan l-esperiment.", "Jiena nawgura li jirnexxi pero` wieħed irid jagħmel monitoring tajjeb ħalli f'każ li ma jagħtix riżultati mixtieqa, nieħdu deċiżjonijiet dwaru.", "Jiena nixtieq li jkollna spjega aħjar ta' kif se taħdem din l-istruttura u x'kuntatt se jkun hemm bejn is- segments u bejn il-pajjiż għax waqt li nifhem il-focus fuq is-segments differenti, irridu naraw kif se taħdem eżatt vis-a-vis l-pajjiżi differenti u x'kuntatt se jkun hemm bejn min qiegħed responsabbli f'pajjiż u min qiegħed responsabbli f'segment.", "Importanti wkoll fil-fehma tiegħi li nkunu nafu b'liema budget dawn se jkunu qed jaħdmu.", "Safejn naf jien, il-miri li ngħataw ma kenux miri li ngħataw bl-addoċċ imma kienu bbażati fuq studju ta' x'inhuma x-xejriet fis-swieq minn fejn is-soltu jiġi n-negozju għal Malta.", "Sur President, jiena naħseb li jkun importanti li nkunu nafu x'inhuma dawn il-miri, x'finanzi u xi human resources se jingħataw dawn is-segment leaders biex jaslu għall-dawn il-miri.", "Dan ma naħsibx li huwa tagħrif kummerċjali sensittiv.", "Jiena nifhem li l-ministru jgħid li jekk nagħmlu l- miri mbagħad jistgħu jiġu akkużati li ma lħaqnihomx, imma jien naħseb li s- serjeta` titlob li nagħmlu l-miri u li naħdmu għalihom.", "Għalhekk hu tajjeb li nkunu nafu x'inhuma dawn il-miri u kif ġew iffissati.", "Ma naħsibx li b'hekk se nkunu qed nikxfu xi sigrieti jew xi tagħrif lill-kompetituri tagħna.", "Kont qiegħed nara r-rapport tas-sena 2004 fejn iċ-chairman ta' dak iż-żmien is-Sur Chris Grech kien semma kif għandna bżonn żieda ta' 350,000 turist ieħor mal-1.1 miljun li għandna fis-sena biex l-ekonomija Maltija tkun tista' ddaħħal madwar Lm87 miljun fis-sena.", "Li aħna jkollna miri huwa tajjeb.", "Jien mhux l-ewwel darba li nkun qed naqra rapporti dwar pajjiżi oħra u dawn jgħidu xi jkunu l-miri tagħhom.", "Per eżempju l-mira ta' l- Ingliżi għas-sentejn li ġejjin hi li jkollhom 100,000 Ċiniż li jmorru jitgħallmu l-Ingliż f'pajjiżhom.", "Ma naħsibx li billi qalu hekk qed itellfu l-kompetittivita` tagħhom jew inkella qed iħallu lok għal xi spunaġġ turistiku.", "Jien nifhem li dawn il-miri għandhom ikunu pubbliċi.", "Għandu jingħad ukoll kif wasalna għalihom u x'budget li se jkollhom biex jaħdmu bih.", "Barra minn hekk, hemm il-kwestjoni ta' l-advisory groups.", "Nixtieq li l- ministru fl-għeluq tiegħu jgħidilna fejn wasal il-proċess ta' l-għażla tagħhom għax qed inħallu wisq żmien jgħaddi.", "Din mhux l-ewwel darba li qed ikun hemm dewmien f'deċiżjonijiet li għandhom jittieħdu aktar malajr.", "Naħseb li rridu nħaffu aktar għaliex dan huwa settur dinamiku u kull jum li nitilfu nkunu qed naqgħu lura.", "U importanti li nsibu mod kif ningħataw ftit rendikont ta' x'għamlet l-awtorita` Maltija tat-turiżmu matul is-sena li għaddiet.", "S'intendi jien nistenna li per eżempju, x'ħin jitressaq ir- rapport minn hawn u ftit xhur oħra, jkollna ftit tagħrif fuq l-istudju li kellu jkun lest fl-ewwel tliet xhur tas-sena 2005 fuq il-qasam tal-ħiliet fis-servizzi turistiċi, u anke x'għandu bżonn isir biex nistabilixxu l- livelli differenti fin-national vocational qualifications.", "Dawn huma affarijiet li kienu mwegħda li se jkunu lesti matul is-sena 2005.", "Qed insemmi dan għaliex importanti ħafna li nagħtu kas l-iżvilupp tal- ħiliet tan-nies f'dan is-settur, kemm ta' dawk li jaħdmu diġa` u kemm ta' dawk iż-żgħażagħ li qed jitħajru jidħlu f'dan is-settur.", "Jien nistqarr li ninsab inkwetat ħafna b'dak li qed jiġri anke lill-istitut ta' l-istudji turistiċi li fil-fehma tiegħi spiċċa daqsxejn orfni.", "Naħseb li rridu naħsbu bis-serjeta` dwar kif lil dan l-istitut nagħtuh l-ispinta mixtieqa għaliex waqt li qed isir sforz biex l-edukazzjoni vokazzjonali permezz tal-Kulleġġ Malti ta' l-Arti, ix-Xjenza u Teknoloġija tingħata aktar prestiġju u tingħata aktar riżorsi biex taħdem, l-ITS lanqas f'dik m'hu qiegħed.", "Dan la huma taħt il-ministeru tat-turiżmu u lanqas taħt il-higher education set-up tal-kulleġġ u qisu qiegħed waħdu.", "Meta oġġett jispiċċa orfni b'dan il-mod, imbagħad jispiċċa ma jeħux ir-riżorsi u l-attenzjoni li għandu bżonn.", "Naħseb li hemmhekk ta' min naraw daqsxejn x'qed jiġri u għalhekk jien interessat ħafna fuq dak l-iskills study li kellu jitlesta fl-ewwel tliet xhur tas-sena li għaddiet u anke fejn wasalna fuq in-national vocational qualifications.", "La qed nitkellmu fuq l-edukazzjoni rrid ngħid li dwar it-turiżmu jrid isir ħafna iżjed fis-sistema edukattiva ta' pajjiżna.", "Waħda mill-proposti li qed nagħmlu fil-pjan ta' tiġdid tat-turiżmu ta' Malta u Għawdex hu li l- importanza tat-turiżmu fil-pajjiż jibda jiġi mgħallem mill-edukazzjoni primarja.", "Jien ngħid li trid tidħol fil-livell primarju u jrid jissaħħaħ fil-livell sekondarju.", "Dan qed ngħidu għax dan is-settur żgur li bħalissa m'għandux l-importanza mixtieqa fis-sistema edukattiva tagħna, u dan minkejja li jiġġenera ħafna impiegi u jgħodd mal-kwart tal-ġid nazzjonali tagħna.", "Irridu naraw ukoll kif se tkun qed taħdem is-sistema ta' kumpanniji barranin li qed jagħmlu x-xogħol li qabel kienu jagħmlu l-uffiċċji barranin tagħna.", "Naħseb li tajjeb li jkollna ftit aktar informazzjoni fuq x'tip ta kuntratti ġew iffirmati ma' dawn il-kumpanniji barranin u x'inhuma l-miri u l-kondizzjonijiet.", "Sur President, hemm min qiegħed jesprimi t-tħassib – pero` jien nippreferi nistenna l-esperjenza milli noqgħod inbassar id-dlam jew id-dawl ta' din is-sistema - li ma jista' jiġrilna li dawn il- kumpanniji barranin, l-account ta' Malta għalihom tant ikun żgħir li jistgħu jaffordjaw li ma jagħtuniex l-importanza li nixtiequ.", "Jiena mhux qed ngħid li se jiġri hekk imma hemm min hu inkwetat dwar dan.", "Allura naħseb li jkun importanti li aħna nkunu nafu b'liema mod se naħdmu f'dan is- settur u x'inhuma l-miri u l-kondizzjonijiet.", "Naħseb ukoll li jrid isir iktar xogħol fit-tfixxija għal swieq ġodda.", "Illum kważi hija kelma żejda li tgħid swieq ġodda għaliex illum liema suq huwa ġdid?", "Illum l-ebda suq m'hu garantit, jiġifieri inutli noqogħdu ngħidu s- suq tradizzjonali tagħna hu dak Ingliż.", "Lanqas jagħmel sens li ngħidu hekk għaliex is-suq inbidel ħafna.", "Hu importanti li naħdmu anke fi swieq fejn għandna ftit viżibilita` pero` importanti li nidħlu fi swieq ġodda bħaċ- Ċina.", "Naħseb li hemmhekk irid isir xogħol anke mill-gvern innifsu.", "Jiena nista' nsemmi kif ħadmet Franza.", "Il-gvern Franċiż qed jimmira li jkollu malajr miljun Ċiniż iżur Pariġi.", "Dawn ma waqgħux mis-sema.", "Ilu ħames snin jaħdem fuq dan, ferm qabel ma kiseb l-approved destination status, u qabel ma ksibnih aħna għax bqajna bla approved destination status f'idejna.", "Dawn waqqfu taskforce magħmula minn lukandiera, minn ristorantiera, minn linji ta' l-ajru, minn kumpanniji ta' l-ivvjaġġar, minn dawk responsabbli minn siti storiċi u minn mużewijiet u minn shopping centres u flimkien ippjanaw kif se jġibu dawn iċ-Ċiniżi.", "Meta imbagħad waslu ċ-Ċiniżi l-ewwel darba, dawn sabu kollox lest fis-sens li sabu s-sinjali bil-mandarin u fil- lukandi sabu l-affarijiet li jridu huma.", "Aħna wkoll qegħdin tard għaliex anke jekk nibdew bis-serjeta` llum, sakemm naraw riżultat jilħqu jgħaddu s- snin u sadanittant id-dinja tibqa' għaddejja.", "Għalhekk jien ngħid li hemm bżonn li l-gvern ikollu l-pjan strateġiku nazzjonali tiegħu kemm għal Malta kif ukoll għal Għawdex.", "Jien smajt lill-Ministru Debono tgħid kemm hu importanti t-turiżmu għal Għawdex.", "U proprju għax hu tant importanti għal Għawdex li hemm bżonn jingħata aktar importanza, għaliex hemmhekk is-sitwazzjoni hija ħafna iktar diffiċli milli f'Malta.", "Jien nitla' regolarment Għawdex għax inħobbu fuq livell personali u anke nħobb niltaqa' ma' l-Għawdxin, pero` minn mindu dħalt b'responsabbilta` fuq it-turiżmu qed niltaqa' ukoll ma' operaturi u ma' l-għaqdiet tat-turiżmu Għawdxin.", "Dawn jinsabu nkwetati ħafna dwar kif sejrin l-affarijiet hemmhekk għaliex l-industrija qed issir staġjonali ħafna iżjed minn Malta u l-aqwa żmien għalihom qed ikun limitat għal ftit ġimgħat bejn Lulju u Awissu.", "L-occupancy rate hija n-nofs ta' Malta u l- vijabilita` tagħhom hija mhedda ħafna iżjed milli hija ta' ċerti setturi f'Malta.", "Hu proprju għalhekk li aħna nħossu li hemm bżonn ta' imbottatura partikolari għal Għawdex u qegħdin anke nipproponu li jkun hemm awtorita` Għawdxija għat-turiżmu bil-fondi u bil-mezzi tagħha sabiex din tiffoka fuq Għawdex biss.", "Sur President, hemmhekk hemm bżonn li jsir ħafna u ħafna xogħol.", "Nerġa' ngħid, il-gvern irid jagħmel l-almu tiegħu biex jekk jista' jkun mhux jikkomplika l-affarijiet u jagħmililhom aktar diffiċli, imma jħaffifhom.", "Il-Ministru kienet qed issemmi t-toroq li se jsiru u waħda mill-affarijiet li qed tħasseb lill-operaturi hi meta se ssir it-triq bejn ir-Rabat u x- Xlendi.", "Dawn qed jibżgħu li din se ssir fi żmien l-Għid u meta l-affarijiet ikunu reġgħu bdew jiċċaqilqu.", "Ma nafx x'hemm maħsub pero` tajjeb li wieħed jinforma lill-operaturi t'hemmhekk, ħalli jekk dan m'huwiex il-każ, dawn ma joqogħdux jinkwetaw għalxejn.", "Imma importanti li dawn l-affarijiet isiru u jsiru bl-aħjar mod possibbli.", "Fl-għeluq tiegħi, waqt li jien nawgura li x-xogħol f'dan is-settur jagħti r- riżultati tiegħu għall-ġid tagħna lkoll, nittama wkoll li matul iż-żmien li ġej iċ-chairman preżenti ta' l-awtorita` Maltija tat-turiżmu jkun jista' jitkellem b'mod differenti dwar l-awtorita` minn kif tkellem ta' dak qablu.", "Dan qed ngħidu għax meta għamel l-aħħar rapport annwali tiegħu, iċ-chairman preċedenti kien qal hekk:", "\"The current legislation saw the MTA poise to take on a leading role in the development and advancement of the Maltese tourism industry.", "However in practice this did not materialise to an acceptable degree.", "The authority may not have required the necessary respect from the travel and tourism trade upon which leadership is founded.", "The causes for this are varied and lack of a clear strategic focus was an important factor.", "Certainly the structure did not help at all.\".", "Wieħed jawgura li fit-tibdil strutturali dawn in-nuqqasiijet ġew megħluba u li issa se jkun hemm a clear strategic focus.", "Dak li l-ex-chairman awgura għat-tibdil fl-MTA jien nawgurah għall-gvern, għaliex jien nerġa' ngħid li l-gvern għandu bżonn li jkollu l-pjan nazzjonali strateġiku tiegħu biex ikun jista' jmexxi 'l quddiem dan is-settur tant importanti u mhux joqgħod joħroġ b'ideat ta' dak il-ħin kif ħafna drabi qed jiġri llum.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Issa nsejjaħ lill-Ministru għall-winding up.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Sur President, l-ewwelnett nirringrazzja verament, mhux biss b'formalita`, liż-żewġ naħat tal-Kamra għaliex naħseb li kellna interventi interessanti.", "Fil-ħin limitat li fadal se nipprova anke nwieġeb għad-diversi kummenti u mistoqsijiet li saru.", "L-ewwel kelliem kien l-Onor.", "Joe Cuschieri li rrifera għall-argument dwar jekk għandux ikun hemm ir-rapport ukoll.", "Naħseb li fl-aħħar mill-aħħar id- deċiżjoni hija sempliċi.", "Jekk irridu nagħmlu diskussjoni fuq l-estimi fil- bidu tas-sena, ikun impossibbli li nqiegħdu dak ir-rapport, għaliex billi dan ikun fih audited accounts, allura bilfors jieħu iżjed żmien biex jitlesta.", "Jiena lanqas ma naħseb li jkun għaqli li nagħmlu d-dibattitu dwar l-estimi ta' l-awtorita` tat-turiżmu xi xahrejn jew tliet xhur wara.", "L- Onor. Bartolo fuq l-istess punt jidher li għamel suġġeriment għal kollox differenti.", "Dan qal li r-rapport jista' jkun bażi ta' diskussjoni fil- public accounts committee.", "Jiena naħseb li dak huwa metodu li nistgħu nikkonsidraw anke għaliex f'kull każ, dejjem hemm id-dritt li jekk ikun hemm xi mistoqsijiet speċifiċi narawhom hemmhekk.", "Rigward l-MHRA survey irrid ngħid li naturalment jien ma nistax ma nikkwotax survey li jsir mil-lukandiera.", "L-MHRA survey jgħid speċifikament li fil-fatt fil-five-star u fil-four-star – qed nirreferi għall-aħħar survey li sar fil-perijodu tas-sajf - kien hemm gross operating profit aħjar filwaqt li fit-three-star kien hemm nuqqas marġinali.", "Rigward l- argumenti li kien qed jagħmel l-Onor.", "Bartolo, l-MHRA survey tagħmel riferenza għal dak li tgħid l-NSO fuq infiq inqas, u minn hawn toħroġ il- famuża ċifra ta' Lm7.5 miljun inqas.", "Dak huwa infiq u mhux dħul, għaliex naturalment l-MHRA ma tistax tgħidilna li għandha gross operating profit fis-settur, imbagħad fl-istess nifs tgħid li kien hemm dħul inqas għal dawk il-lukandi.", "Irrid ngħid li anke kieku kellna għall-argument noqogħdu fuq l-NSO statistics, il-verita` hi li l-NSO taqsam l-infiq f'dak li huwa package expenditure, air fares, accommodation and other expenditures.", "Jekk tara l- accommodation waħdu għax-xhur Lulju, Awissu u Settembru 2005, tara li kellek żieda ta' Lm19,000.", "Jiġifieri anke jekk nillimita ruħi għall- expenditure u ma nfakkarx - kif jien fid-dover li nagħmel - li hemm differenza bejn l-expenditure u l-earnings, xorta nsibu li fl-expenditure is-settur ta' l-akkomodazzjoni mar aħjar.", "Huwa għalhekk li s-survey ta' l- MHRA juri prattikament gross operating profit aħjar fis-setturi kollha.", "L-Onor.", "Cuschieri staqsieni għaliex mhux qed nitkellmu fuq turisti ta' kwalita`.", "L-ewwelnett dik il-frażi jiena nagħmel minn kollox biex ma nużahiex għaliex kull turist li jiġi f'Malta huwa ta' kwalita` fis-sens li għandna bżonn kull tip ta' turist.", "Ejja npoġġu l-argument f'terminu aktar ekonomiku.", "Il-pajjiż dejjem għandu bżonn mhux biss li jkabbar il-volum tat- turisti imma anke li jżid is-setturi li jagħtu l-iktar qligħ lill-pajjiż.", "Fil-fatt il-politika kollha tagħna hija bbażata mhux biss fuq li nkabbru l- volum imma li nkabbru l-aktar is-setturi li jrendu l-flus.", "Jekk inħares lejn is-sena li għaddiet biss - u issa se noqgħod biss fuq l-NSO statistics ta' bejn Jannar u Novembru - naraw li kellna żieda ta' 8.7% f'dawk li huma turisti li jiġu Malta għal konferenzi jew skop ta' negozju.", "Iż-żieda ta' dawk li jiġu għall-konferenzi biss hija ta' kważi 7%.", "Dan nagħmlulu monitoring regolari kif nagħmlu fil-qasam tat-turiżmu marbut ma' kultura.", "Dan nagħmluh preċiżament biex nagħmlu dawn id-distinzjonijiet, u s-segments se jgħinuna iktar għax kulħadd jaf li hemm weighting differenti bejn is- segments anke għal dawk li huma earnings u dak li huwa infiq għall-pajjiż.", "L-Onor.", "Membru semmielna l-argument jekk huwiex iktar vijabbli għal- lukandi.", "Jien bir-rispett kollu ma nistax ma nerġax nagħmel l-argument li ma jistax ikun xi ħadd jaħseb mod ieħor meta nara l-investiment kollu li qed isir fil-qasam tal-lukandi.", "Jista' jkun mhux vijabbli għal xi ħadd partikolari li jkun ħa deċiżjoni li jidħol fil-qasam tat-turiżmu u mbagħad jiddeċiedi li joħroġ mill- qasam tat-turiżmu għax jippreferi jispekola l-art.", "Biex inkun għedt kollox jien ninkwieta dwar kull lukanda li tagħlaq, imma naturalment dan huwa settur dinamiku.", "Irrid infakkar li fis-sena li għaddiet u anke ta' qabilha dan is-settur kellu investiment ta' Lm37.5 miljun, u fis-sena li għadna kif bdejna u s-sena d-dieħla l-investiment se jitla' għal fuq il-Lm54 miljun.", "Fuq l-argument jekk is-sodod naqsux f'xi qasam jew ieħor, il-verita` hi li jekk inħarsu mill-1999 'il hawn naraw li s-settur tal-5-star minn 2,878 sodda tela' għal 5,688 sodda.", "Is-settur tal- 4-star minn 14,161 żdied għal 16,440 u l-uniku tnaqqis li kien hemm, li huwa marġinali, huwa fis-settur tat-3-star hotels, li minn 15,000 niżel għal 13,422 sodda.", "Jekk imbagħad tqabbel l-1999 ma' l-aħħar ta' l-2005 bħala total issib li l-ammont ta' sodod fil-pajjiż huwa ikbar.", "Naturalment dan għaliex baqa' għaddej l- investiment f'dan is-settur.", "Naturalment ma setax jonqos li kif jagħmel ħafna drabi, l-Onor.", "Cuschieri jirriferi għal diversi proġetti.", "F'ħin minnhom qalilna li huma għamlu l- proġett ta' Bugibba, iżda dak ma kienx l-uniku proġett.", "Jien ħadt in-nifs għax ħsibt li se nisma' dwar ħafna iktar proġetti li saru fi żmien l- amminstrazzjoni Laburista.", "Fil-fatt ma sarux.", "Imbagħad staqsa x'għamilna aħna u ħaseb li se nsemmilu l-bajja ta' San Ġorġ biss.", "Jien bil-qalb kollha nista' nsemmilu l-bajja ta' San Ġorġ, imma nsemmilu wkoll li din is-sena se nagħmlu l-perched beach Buġibba fil-kamp storiku id-Domus Romana.", "Nista' nsemmilu wkoll x'se nagħmlu Ħaġar Qim u l-Imnajdra u x'se jsir Għawdex għar- rigward tal-Ġgantija.", "Naturalment nista' nsemmi wkoll il-proġett tal- promenade f'San Ġiljan, f'Tas-Sliema, Paceville, il-Barrakka ta' Fuq, il- Barrakka ta' Isfel, Ġlormu Cassar u d-diversi ġonna li saru.", "Nista' nibqa' sejjer hekk u nagħti l-lista kollha.", "L-Onor.", "Cuschieri, jekk jippermettili daqsxejn battuta, ibati daqsxejn mis- sintomu li almenu l-proġetti tal-gvern preżenti ma jarahomx kollha.", "Dan fakkarni f'dak il-film artistiku ħafna \"Goodbye Lenin\" fejn minħabba ċirkostanzi li ġrawlu, bniedem baqa' rieqed u ma kienx qed jirrealizza x'qed jiġri.", "F'daqqa waħda qam u l-familjari kollha tiegħu ma ridux jagħtuh ix-xokk kulturali li l-purtiera tal-ħadid kienet waqgħet u allura żammewh qisu ġo enclave, magħluq, u jaraw kif jimxu madwaru u x'jagħmlulu biex taparsi l-komuniżmu baqa' ħaj.", "Jien mhux se", "ngħidlu: Goodbye Joe Cuschieri, imma ngħidlu biex joqgħod daqsxejn b'saqajh iktar fl-art u iktar attent x'qed jiġri f'dan il-pajjiż.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom, m'hemmx interruzzjonijiet.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Niġi għal diversi kummenti li saru mill- Onor. Evarist Bartolo.", "L-ewwelnett semmielna l-cruiseliner passengers u qal li s-sitwazzjoni hija agħar mill-2003 u l-2002.", "Jien ma naqbilx ma' dan, għax l-iktar fattur importanti li trid tikkalkola m'huwiex l-ammont ta' vapuri imma l-ammont ta' passengers li jiġu.", "In-numru ta' cruiseliners qed jonqsu imma l-passengers qed jiżdiedu għax illum il-cruiseliners qegħdin jikbru fid-daqs.", "Fl-aħħar mill-aħħar huwa l-ammont ta' nies li jiġu jgħodd.", "Nieħu l-opportunita` ta' dan il-kumment biex ngħid li ż-żieda fis- sena 2005 meta mqabbla ma' l-1997, meta tikkalkula perċentwalment - kont daqsxejn ġeneruż iżżejjed qabel - m'hijiex żieda ta' 60% imma żieda ta' 152.7%.", "Rigward il-pjan strateġiku rrid ngħid li dan se jimxi bid-deadlines li kkwota hu u li semmejt jien qabel, pero` rrid ngħid li l-ministeru - għax naħseb li d-domanda tiegħu kienet x'qed jagħmel il-ministeru - qed jipprepara policy papers fuq l-erba' oqsma prinċipali li hu responsabbli għalihom, jiġifieri fuq it-turiżmu, fuq il-kultura, fuq il-wirt kulturali u fuq is-settur awdjoviżiv.", "Huwa f'dan is-sens li se jsir dovetailing bejn il-pjan strateġiku ta' l-MTA u d-direzzjoni ta' policy li jagħti l-gvern.", "Aħna sa hawnhekk naslu, għax imbagħad lanqas irridu naqgħu fl-iżball li d- dettalji li għandha tidħol fihom l-awtorita` jipprova jidħol fihom il- gvern, għax fl-aħħar mill-aħħar irridu direzzjoni waħda u ċara, inkella nispiċċaw ikun hemm policy mod u policy mod ieħor.", "Wara kollox naħseb li naqblu lkoll li għandna nkunu kordinati.", "Nixtieq nitkellem issa dwar il-kompetizzjoni fuq il-prezz.", "Jien dejjem ngħid li Malta b'mod ġenerali – naturalment hu kien qed jikkwota mill- kummenti li nagħmel jien - ma tista' qatt tagħmel il-kompetizzjoni tagħha biss fuq il-prezz.", "Ngħid dan b'rispett lejn l-industrija u rispett lejn il-ħaddiema li jaħdmu fiha.", "Il-verita` hi li - f'xi programmi ma qgħadtx nuża d-diplomazija u semmejt anke pajjiżi b'isimhom, pero' llejla se nkun iktar diplomatiku - jekk inqabblu Malta ma' ċerti pajjiżi viċin tagħna, aħna ma nistgħu qatt noffru l-art b'xejn għall-bini ta' lukanda kif jagħmel ħaddieħor li għandu art ferm iktar minna.", "Ma nistgħu qatt nipprovdu s- supplies tal-materjal biex tibni bil-prezzijiet li hemm f'pajjiżi viċin tagħna.", "Sur President, agħar minn dan kollu, aħna ma nistgħu qatt ngħidu lill- lukandier tagħna biex jibda jagħti lill-impjegati terz ta' dak li jaqilgħu llum jew inqas minn terz f'xi każijiet.", "Huwa għalhekk qatt ma nistgħu nagħmlu l-gwerra tal-prezz biss.", "Barra minn hekk, anke jekk xi darba ntellgħu ċ-ċifra tat-turiżmu tagħna għal 1.5 miljun jew 1.6 miljun, naturalment b'mod gradat, xorta waħda xi darba rridu nieqfu għax id-daqs tagħna huwa dak li hu.", "Huwa għal dawn ir-raħunijiet li l-enfasi trid tkun fuq il-value added.", "U hawn fejn għandna nħarsu mhux biss lejn min huwa ta' l-irħis, imma għandna nħarsu lejn min għandu destinazzjonijiet ta' kwalita`, fejn tħallas iżjed minn Malta, pero' fejn it-turist ma jgorrx għax jieħu l-valur tal-flus li jonfoq.", "Issa jekk wieħed għandux iħares lejn xi elementi fiskali jew le, il-pajjiż jimxi dejjem skond dak li jiflaħ minn mument għall-ieħor.", "L-iktar ħaġa faċli li tgħid hi li se tnaqqas it- taxxa, pero' mbagħad l-aktar ħaġa diffiċli tkun li tgħid kif se tonfoq il- flus li kont tonfoq qabel u kif se tagħmel il-proġetti ġodda li inti tkun qed twiegħed bi flus inqas fil-but.", "Dan qisu bħal meta jien irid nixtri ħafna iktar milli qatt kont nixtri qabel, pero` fil-but flok ikolli iżjed ikolli inqas.", "Dawn huma kalkoli li kwalunkwe gvern irid jagħmel bis- serjeta`.", "Dwar it-tagħlim tal-lingwa Ingliża, speċjlament fuq il-visas, bla ebda dubju l-ministeru għat-turiżmu ma jistax ma jaqbilx li għandu jkollna policies li jkunu raġjonati pero` mbagħad irridu nkunu serji.", "Jien nista' ngħid li pparteċipajt flimkien mal-ministru ta' l-intern u anke l-ministru ta' l-affarijiet barranin f'laqgħa preseduta mill-prim ministru riċentement li saret direttament mal-FELTOM preċiżament biex niżviluppaw linji ċari kemm jista' jkun malajr fuq student visas mhux biss għaċ-Ċina imma anke għal pajjiżi oħrajn.", "Naturalment irridu noqogħdu attenti li Malta ma ssofrix imbagħad minn ċerti traġedji li nafu li ġraw, għax dawk jagħmlulna ħsara li ma tantx hu faċli tirkupra minnha.", "Rigward kif ġew preżentati l-estimi u xi informazzjoni rrid ngħid li jiena fl-aħħar mill-aħħar persuna favur l-għoti ta' l-iktar informazzjoni possibbli, pero` naħseb li l-Onor.", "Bartolo jaqbel li ma nistgħux noqogħdu ngħidu li għall-konferenzi rridu tant – naturalment li għandna n-numri ffirmati – għall-isport tant, għal-language learning tant u mbagħad kull item ikun maqsum fuq kull pajjiż.", "Jien naħseb li rridu niddistingwu ftit bejn dawk li huma ġeneriċi u ġenerali, pero' jekk nitkellmu fuq livell ta' gvern u oppożizzjoni m'għandi ebda diffikulta' li niltaqgħu u naraw iċ- ċifri kollha flimkien.", "L-argument hu kemm, bħala pajjiż, għandna nagħtu s- segments kollha, wieħed wieħed, u terġa' l-breakdown ta' kull segment.", "Pero' m'għandi ebda diffikulta` li nevolvu l-ħsebijiet ukoll bejnietna f'dan ir-rigward għaliex fl-aħħar mill-aħħar taf kemm hawn sigrieti f'dan il-pajjiż!", "Naħseb li ċ-ċifri li għandi hawnhekk min jaf kemm il-kopja teżisti tagħhom, imma dak huwa argument ieħor!", "L-Onor.", "Bartolo staqsieni wkoll rigward l-iskills survey.", "Nista' ngħidlu li dan fil-fatt sar mir-research team u l-konklużjonijiet tiegħu ngħataw lill-ITS.", "Hemm working group bejn l-MTA u l-ITS, jiġifieri hemm livell ta' kordinazzjoni bejnietna, u naturalment dan il-working group qed jiltaqa' regolarment preċiżament biex nikkordinaw f'dan ir-rigward.", "Rigward is- segment advisory groups, iva dak huwa l-pass li jmiss u se nipproċedu immedjatament biex nibdew niktbu lill-oqsma kollha ta' l-industrija sabiex anke jsiru nomini, apparti li mbagħad niġu l-parlament għall-emendi meħtieġa.", "Fuq swieq ġodda diġa' aċċennajt indirettament li huwa kruċjali li niżviluppaw dawn ukoll.", "Nirrispondi domanda oħra, u naħseb li nkun weġibt kważi d-domandi kollha, rigward kif se jaħdmu l-kumpanniji barranin.", "Nista' nassigura lill-Onor.", "Bartolo li dawn il-kumpanniji għandhom benchmarks preċiżi ħafna, hemm sistemi ta' assessment, hemm sistemi li jrid ikollhom l- account manager għal Malta, u jekk ikun hemm xi ħadd li jaħseb li l-kont tagħna mhux kbir biżżejjed, l-appell tiegħi huwa li ma jeħux l-account ta' Malta.", "Jekk aħna naraw li ħadu u ma mexxiehx kif suppost, nassigura lill- Onor. Bartolo li ngħidulu li għandu benchmark li jrid jilħaq, u jekk ma jilħqux u ma jagħti ebda raġuni valida, allura l-kuntratt jiġi terminat.", "Din hi t-tip ta' serjeta` li rridu nimxu biha.", "Jien nagħlaq billi ngħid li dan hu settur li l-ekonomija ta' Malta hija bbażata fuqu.", "Jien mhux se ngħid li lħaqna l-apice jew li qegħdin f'sitwazzjoni fejn ma rridux iktar tkabbir.", "Irridu iktar tkabbir u ejja naħdmu għalih, u biex ikollna dak it-tkabbir - u hawn ningħaqad ma' l-appell li għamel l-Onor.", "Bartolo u l-kelliema kollha miż-żewġ naħat tal-Kamra - irridu nibżgħu għall-prodott Malta.", "Malta ma timxix 'il quddiem billi jkollok ministru għat-turiżmu jew l-awtorita` għat-turiżmu u li tmur hemm barra dejjem tara liema turisti ġodda ġġib lejn il-pajjiż, imma dan hu prodott li jimxi 'l quddiem ukoll billi jkollok ir-repeat business, billi l-prodott li nagħmlu jkun ta' kwalita`, billi l-valur ikun għall-flus li jonfqu n-nies, u billi lin-nies nittrattawhom tajjeb u jkollna reputazzjoni tajba bħala destinazzjoni turistika.", "F'xi programmi jien nagħmel il-paragun ma' xi ħadd li jkollu ristorant.", "Immaġina xi ħadd minflok ikollu l-klijentela sodisfatta u jiġu lura, joqgħod fil-bieb u kull darba jittama li jattira nies ġodda ġewwa r- ristorant tiegħu għax diversi minn dawk li ġew qabel mhux se jerġgħu jiġu.", "Hawnhekk fejn nistgħu naħdmu flimkien bħala team wieħed.", "U hawn fejn jien napprezza u nerġa' napprezza llelja diskussjoni matura u serja bejnietna favur l-akbar qasam ta' l-ekonomija Maltija kollha kemm hi.", "Nirringrazzja mill-ġdid lil kull min jagħti sehmu f'dan ir-rigward.", "Sur President, nitlob il-permess tal-Kamra sabiex inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra d-dokument li rriferejt għalih waqt id-diskors tiegħi.", "MR SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-mejda tal- Kamra:", "Kopja ta' l-ittra li jien bgħatt lis-Sur Romwald Lungaro Mifsud, executive chairman ta' l-Awtorita' Maltija għat-Turiżmu, datata 20 ta' Jannar 2006.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Se npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi li l- Kamra tapprova l-estimi tad-dħul u nfiq ta' l-Awtorita` dwar it-Turiżmu ta' Malta, għas-sena 2006.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MR SPEAKER: Din il-votazzjoni tittieħed minn hawn u għoxrin minuta oħra.", "Billi fid-9.00 p.m. intalbet votazzjoni s-seduta ġiet sospiża u rriżumiet għoxrin minuta wara.", "MR SPEAKER: Se nerġa' npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi li l-Kamra tapprova l-Estimi tad-Dħul u Nfiq ta' l-Awtorita dwar it-Turiżmu ta' Malta għas-sena 2006.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Michael Asciak.", "ONOR.", "MICHAEL ASCIAK: Min-naħa tal-gvern se jiġu paired l-Onor.", "Francis Agius, l-Onor.", "Frederick Azzopardi, l-Onor.", "Joseph Falzon, l-Onor.", "Tonio Fenech, l-Onor.", "Ċensu Galea, l-Onor.", "Franco Galea, l-Onor.", "Mario Galea u l- Onor. Lawrence Gonzi u l-Onor.", "George Pullicino.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Noel Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Għan-naħa ta' l-oppożizzjoni se jiġu paired l-Onor.", "Sant, l-Onor.", "Mizzi, l-Onor.", "Abela, l-Onor.", "Brincat, l-Onor.", "Coleiro, l- Onor. Sammut, l-Onor.", "Debono Grech, l-Onor.", "Vella u l-Onor.", "Vassallo.", "Il-Kamra vvotat hekk:", "VOTAZZJONI NRU 128 FAVUR : 24", "L-Onor.", "|Abela Anthony |Frendo Michael | |Agius David |Galea Louis | |Arrigo Robert |Gatt Austin | |Asciak Michael |Gonzi Michael | |Azzopardi Jason |Mifsud Bonnici | | |Antoine | |Borg Tonio |Mifsud Bonnici | | |Carmelo | |Cassar Joseph |Mugliett Jesmond| |Cristina Dolores |Puli Clyde | |D'Amato Helen |Pullicino | | |Orlando Jeffrey | |de Marco Mario |Vassallo Edwin | |Debono Giovanna |Zammit Ninu | |Deguara Louis |Zammit Dimech | | |Francis | | | |", "KONTRA : 19 L-Onor. |Abela Carmelo |Farrugia Angelo | |Agius Chris |Farrugia Michael| |Bartolo Evarist |Farrugia Noel | |Brincat Joseph |Galdes Roderick | |Buhagiar Charles |Gulia Gavin | |Buontempo Stefan |Herrera Jose' | |Cardona Chris |Mangion Charles | |Caruana Justyne |Refalo Anton | |Chircop Karl |Vella George | |Cuschieri Joseph | |", "Il-mozzjoni għaddiet u l-estimi ġew approvati.", "MR SPEAKER: Nitlob issa lill-Viċi Prim Ministru biex, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "TONIO BORG (Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l- Intern): Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it- Tlieta, 24 ta' Jannar 2006, fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:-", "Mozzjonijiet", "Mozzjoni għall-approvazzjoni ta' l-Ombudsplan 2006;", "Mozzjoni għall-approvazzjoni ta' l-Estimi ta' l-Uffiċċju Nazzjonali ta' l- Awditur Ġenerali għas-sena 2006; u", "Riżoluzzjoni dwar il-ħruġ ta' Ordni mill-Prim Ministru in konnessjoni mar- ratifika tat-Trattat ta' Adeżjoni bejn l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija.", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi biex jimplimenta Miżuri ta' l-Estimi - Kumitat; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar l-Akkwist ta' Artijiet għal Skopijiet Pubbliċi - Tielet Qari.", "-----------------------------------", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Reġistru Ċentrali - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Jose' Herrera.", "ONOR.", "JOSE' HERRERA: Mr Speaker, nixtieq niċċara xi punti li semmejt b'mod leġġer waqt id-diskors tiegħi tal-ġimgħa l-oħra fuq il-kwestjoni tas- civil service meta konna qed niddiskutu l-emendi li jimplimentaw il-miżuri tal-budget.", "Jiena dan l-aħħar smajt – qed nitkellem b'mod personali anke bħala deputat parlamentari Laburista, kieku ma naqbilx ngħid li ma naqbilx, pero' fejn naqbel ngħid li naqbel – id-diskors ta' l-Onor.", "Alfred Sant u ta' diversi kelliema minn din in-naħa li esprimew l-opinjoni tagħhom kemm f'dan il- parlament kif ukoll f'ġurnali lokali għax dehrilhom li fiċ-ċivil, l-iktar ħaġa importanti hija dik li tkun meritevoli, jiġifieri li timxi kif għandek timxi u tirreġistra progress fix-xogħol tiegħek.", "Min-naħa l-oħra, il-kap ta' l-oppożizzjoni għamilha ċara li beħsiebu jindirizza bis-serjeta' l- inġustizzji li sofrew ċerti nies fiċ-ċivil minħabba neputiżmu politiku.", "Irrid nagħmilha ċara, jgħidu x'jgħidu l-gazzetti, li jien naqbel mhux perfettament imma one million per cent mad-diskors li għamel l-Onor.", "Alfred Sant.", "Naqbel kompletament għax wieħed ma jista' jiġġustifika l-fatt li wara 20 sena lil ċerti nies kapaċi u meritevoli, li dejjem għamlu x-xogħol kif suppost u li huma anzjani fiċ-ċivil, minħabba alleanzi politiċi temmewlhom il-karriera tagħhom.", "Din hija diżonesta' u diskriminazzjoni politika u għalhekk jien naqbel perfettament ma' dak li qal l-Onor.", "Alfred Sant.", "Mela l-partit Laburista m'għandux jindirizza l-inġustizzji li sofrew ċerti nies minħabba li huma laburisti?!", "Imbagħad mill-banda l-oħra rrid nagħmilha ċara li dan ma jfissirx li l-Onor.", "Alfred Sant jew xi deputat minn din in- naħa qal li rridu npattuha lil xi nies li qed imexxu ċ-ċivil u li għandhom xi alleanzi nazzjonalisti.", "Aħna bl-ebda mod m'aħna se nfixklu l-karriera ta' dawk in-nies li qegħdin f'ċerta pożizzjoni fiċ-ċivil għax jistħoqqilhom u li qed jagħtu kontribut lill-pajjiż pero' mill-banda l-oħra wieħed irid japprezza wkoll – u din se nagħmilha ċara, kif kien jgħid ukoll korrettament l-Onor.", "Austin Gatt – li ċerti karigi, fil-ġeneru tagħhom, huma ta' natura politika.", "Mr. Speaker, wieħed irid japprezza li biex il-gvern tal-ġurnata jkun jista' jimplimenta l-policies tiegħu – din tiġri fil-pajjiżi demokratiċi kollha – għandu jkollu d-dritt li jagħżel nies li jkunu leali lejh u li jħaddnu l- istess ideal politiku tiegħu.", "Dan ma jsirx biex wieħed ipattiha lill- ieħor, imma għax dawn iridu jikkontribwixxu fl-iżvilupp tal-policies tal- gvern.", "Biex nagħti eżempju, ma nistax nimmaġina li l-Onor.", "Gonzi jinnomina bħala s-segretarju personali tiegħu jew bħala kap taċ-ċivil lil xi ħadd li għandu tendenzi qawwijin ma' din in-naħa.", "Wieħed jifhimha din, għax dawn huma karigi fejn wieħed ikun irid jimplimenta l-policies tal-gvern tal- ġurnata.", "B'daqshekk ma jfissirx li jekk kap ta' dipartiment ikun iħaddan ċertu twemmin politiku għandu jiġi vittimizzat politikament.", "Imma jeżistu ċerti karigi sensittivi li min-natura tagħhom stess huma politiċi u allura bilfors irid ikollok nies li f'ċerti aspetti jħaddnu l-politika tal-gvern, għax inkella jkun hemm kontradizzjoni.", "Kif jista' bniedem imexxi ċertu aspett tal-politika tiegħek jekk dan ma jkunx jemmen fiha?", "Dan hu li qed nipprova ngħid, pero' mill-banda l-oħra n-neputiżmu fiċ-ċivil u fil- pożizzjonijiet kollha tal-pajjiż, inkluż il-ġudikatura, huwa ħażin.", "Jiena tkellimt ħafna drabi f'dan il-parlament kontra n-neputiżmu li ġieli jkun hemm fil-bank tal-ġudikatura, fil-bordijiet u fil-konsulenzi għax dan huwa ħażin.", "Bniedem m'għandux jiġi magħżul biex isir konsulent skond il- kulur politiku tiegħu, u jekk xi ħadd li hu meritevoli jinqabeż minħabba t- tendenzi Llaburisti tiegħu, la nitilgħu fil-gvern m'aħniex se ninsewh.", "Dan daqskemm jinsewhom huma!", "Jien għandi files ħoxnin ħafna b'informazzjoni li ġbartha minn domandi parlamentari li għamilt jien u li għamlu sħabi fuq ċerti nies u meta jasal il-mument, jien se nkun l-ewwel wieħed li nikxef fil-parlament in-neputiżmu sfrenat li ġara f'dan il-pajjiż.", "Jiena nemmen li xi ħaġa ħażina m'għandhiex titpatta b'xi ħaġa ħażina oħra.", "Il-partit Laburista qatt ma qal li se jagħmel hekk u ma jagħmilx hekk, pero' min kien ħaqqu jingħata ċerta kariga u nqabeż, għandu jingħata dak li hu mistħoqq.", "Ċerti karigi li huma politikament sensittivi għandhom jiġu mimlija, fejn hu possibbli, min-nies li jkollhom ċerti alleanzi lejn il- gvern tal-mument, kif jiġri fil-pajjiżi kollha u kif del resto kien afferma bl-iktar mod ċar wieħed mill-iktar ministri prominenti tal-gvern, l-Onor.", "Austin Gatt.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Chris Agius.", "ONOR.", "CHRIS AGIUS: Sur President, id-diskors tiegħi tal-lum nixtieq naqsmu fi tliet partijiet.", "Fl-ewwel parti se nitkellem fuq it-trends ġodda ta' divertiment li qed jgħixu ż-żgħażagħ tal-lum.", "Se nitkellem ukoll fuq l- ammont esaġerat ta' ċitazzjonijiet li qed jingħataw u qed jilmentaw fuqhom iċ-ċittadini u fl-aħħar tad-diskors tiegħi se nikkummenta fuq id- diffikultajiet li jeżistu fid-distrett li nikkontesta jien.", "Qabel ma nibda d-diskors tiegħi, irrid ngħid li qabel ma ġejt hawn smajt fl-aħbarijiet li reġa' kellna l-isfortuna li numru ta' ħaddiema tilfu l-impjieg tagħhom.", "Aħna min-naħa ta' l-oppożizzjoni nixtiequ nuru s-solidarjeta' tagħna mal- ħaddiema tal-Bortex u kif ukoll ma' numru ta' ħaddiema li qed jaħdmu l- aħħar ftit ġranet ta' l-impjieg tagħhom mad-Denim.", "Mr. Speaker, f'dawn l-aħħar ġranet smajna ħafna diskorsi fuq l-open bars.", "Dawn hawn min jaqbel magħhom u hawn min ma jaqbilx pero' ninsab żgur li hemm bżonn li jsir kontroll aktar serju dwar kif għandhom jitmexxew dawn l- open bars.", "Dan ngħidu b'mod partikolari fejn tidħol l-eta' tal-persuni li jitħallew jattendu għal dawn il-parties.", "Barra minn hekk, f'dawn it-tip ta' parties ma jkun hemm l-ebda kontroll fuq l-ammont u l-kwalita' tax-xorb li jitqassam.", "Irrid ngħid li ilment komuni li jsirilna huwa li x-xorb li jingħata matul dawn il-parties, minkejja li jitqassam minn ġo fliexken ta' ċerta ditta, ma jkunx ta' kwalita' u allura jagħmel id-deni liż-żgħażagħ bil-konsegwenza li jista' jwassal għal ċerti diżgrazzji.", "Jien ngħid li hawnhekk għandha tidħol ir-responsabbilta' tal-ġenituri, għaliex ma nistax nifhem kif tista' tittollera li żgħażagħ ta' bejn it-13 u l-15-il sena jdumu daqshekk barra.", "Kulmin jiffrekwenta dawn il-postijiet ta' divertiment jista' jara żgħażagħ ta' din l-eta' u jien nemmen li l- ewwel responsabbilta' għandha tkun tal-ġenituri tagħhom.", "Ma jistax ikun li żgħażagħ ta' din l-eta' jitħallew barra sa ċerti ħinijiet u jattendu f'postijiet li suppost huma għal persuni ta' eta' akbar, pero', apparti dan, l-iktar ħaġa li qed tinkwetani hija t-teħid tad-droga.", "Jien persuna li niffrekwenta ħafna liż-żgħażagħ u f'dawn l-aħħar xhur dħalt f'numru ta' stabbilimenti tad-divertiment u rajt b'għajnejja li llum iż- żgħażagħ m'għadhomx jiddejqu juru li jkunu qed jieħdu d-droga.", "Din żgur m'hijiex ta' ġid għalihom u hawn qed nitkellem fuq eroina u kokaina.", "Jekk qabel iż-żgħażagħ kienu jiddejqu juru li qed jieħdu d-droga, illum m'għadhomx jinħbew u qed imorru jeħduha fit-toilets.", "Dawn ma jiddejqu xejn jekk xi ħadd jidħol fuqhom u jarahom.", "Din it-trend qed niltaqgħu magħha anke waqt il-festi u fuq ix-xtut fejn isiru ċerti parties.", "Jiena nsostni li hemm bżonn li liż-żgħażagħ ngħallmuhom li biex jieħdu pjaċir mhux bilfors irid jieħdu d-droga.", "Jien nixtieq nifraħ lill-korp tal-pulizija għall-fatt li qed jinqabdu ċerti ammonti ta' droga, pero' nemmen li xorta għad għandna problema kbira, u min ikun maż-żgħażagħ jaf x'qiegħed ngħid.", "Ħaġa oħra li qed tinkwetani hija li llum iż-żgħażagħ m'għadhomx jidħlu lura d-dar f'nofs il-lejl, imma hawn żgħażagħ li qed jagħmlu ljieli barra bla limitu ta' xejn.", "Naħseb li anke f'dan il-każ hemm bżonn li jsir aktar kontroll għax ma jistax ikun li żagħżugħ jagħmel lejl barra u mbagħad l- għada jerġa' jagħmel l-istess u jibqa' għaddej jixrob il-weekend kollu.", "Ma nistax nifhem kif bniedem jista' jibqa' għaddej dawk il-ħinijiet kollha, u naħseb li hemm bżonn ngħallmu aktar liż-żgħażagħ li biex jieħdu pjaċir la hemm bżonn imissu mad-droga u lanqas hemm bżonn li jagħmlu dawk is-siegħat kollha barra.", "It-tieni kumment li rrid nagħmel huwa fuq l-ilmenti li qed ikolli minn kostitwenti tiegħi fuq iċ-ċitazzjonijiet esaġerati li qed jingħataw minħabba kontravvenzjonijiet tat-traffiku.", "Jien naqbel li għandna nesiġu li kulħadd jobdi l-liġijiet, iżda naħseb li hemm bżonn li nkunu ftit aktar attenti fuq il-mod kif qegħdin jingħataw dawn iċ-ċitazzjonijiet.", "Huwa veru li kultant biex tagħti tagħlima lil dak li jkun hemm bżonn li tmisslu l- but, iżda naħseb li qegħdin nesaġeraw wisq meta qed jingħataw ċitazzjonijiet ta' Lm30 jew aktar lill-ħaddiema.", "Kumment ieħor li rrid nagħmel huwa dwar l-ispeed cameras li twaħħlu dan l- aħħar f'ċerti postijiet madwar Malta fejn żgur m'għandekx ċans tiffrankaha jekk taqbeż il-limitu tal-veloċita' li suppost tkun qed iżżomm.", "Jien nemmen li f'ċerti postijiet fejn twaħħlu dawn l-ispeed cameras ma kienx hemm lokhom.", "Se nsemmi l-eżempju klassiku tat-telgħa tax-Xemxija fejn kulmin isuq karozza jaf li biex iżżomm mal-limitu li huwa mitlub biex ma teħilx ċitazzjoni, ma tistax titla' dik it-telgħa mingħajr ma jkollok serbut ta' karozzi warajk.", "Irrid nirreferi wkoll għall-ispeed camera ta' taħt il-mini ta' Regional Road fejn kulħadd inaqqas l-ispeed sakemm jaqbeż il-camera, imbagħad kulħadd jerġa' lura għall-ispeed normali tiegħu.", "Jiena nemmen li hemm bżonn li jkollna esperti sabiex jaraw li kollox isir kif suppost, imma mhux b'mod li nżidu l-problemi li għandna fit-traffiku.", "L-aħħar kumment li rrid nagħmel, għax il-ħin tiegħi kważi għadda, huwa dwar il-problemi li niltaqa' magħhom ta' kuljum fid-distrett tiegħi, b'mod partikolari fi Pjazza Gavino Gulia.", "Kulmin jgħaddi minn hemm igerger dwar it-tkissir esaġerat li hemm fl-ispralli.", "Meta tgħaddi minn din it-triq bilfors trid tgħaddi minn fuq dawn l-ispralli.", "Il-kunsill lokali ilu jilmenta dwar dan u jien għamilt mistoqsija parlamentari li għadha ma tressqitx quddiem il-parlament.", "Nittama li fiż-żmien li ġej din il-ħsara tiġi rranġata.", "Nixtieq nagħmel ukoll kumment fuq baċir nru.", "1.", "Ilna nisimgħu f'din il- Kamra li dan il-baċir se jingħata lin-nies ta' Bormla sabiex igawduh.", "Dan il-proġett ilu jiġi mwiegħed sa minn qabel l-1987, jiġifieri kważi 20 sena.", "F'Novembru tas-sena 2000, aktar minn ħames snin ilu, kien twaqqa' l-ħajt tal-baċir nru.", "1 fit-tarzna u l-ministru Zammit Dimech u l-ministru Josef Bonnici kienu niżlu hemmhekk jiftaħru li l-wiegħda li saret lill-Bormliżi fl-aħħar kienet se titwettaq.", "Dakinhar qalu lin-nies ta' Bormla li l-ħolma tagħhom kienet waslet biex titwettaq, imma llum, fis-sena 2006 għadna naraw l-istess xena, l-istess telqa, l-istess dlamijiet u l-istess tkissir.", "Issa qed jgħidulna li l-proġett forsi jinbeda fis-sena 2007.", "Ilment ieħor li sarli huwa dwar Triq ix-Xatt tal-Kalkara minħabba l-iżbroff kontinwu tad-drenaġġ.", "Ir-residenti li jgħixu fix-xatt tal-Kalkara mindu beda jinbena l-wied tal-Kalkara - niftakru kemm kellna nies kontra l-bini ta' dan il-wied - qed jesperjenzaw ukoll ilma dieħel fid-djar tagħhom.", "Insemmi wkoll li fl-aħħar il-gvern donnu ftakar f'Sant'Anġlu, il-ġawhra li għandna fil-Birgu għax qalulna li fil-ġranet li ġejjin se jibda jsir xogħol ta' tindif f'dan il-post.", "Mr Speaker, fil-Kottonera hemm bżonn isiru ħafna xogħlijiet ta' tisbieħ sabiex nattiraw aktar nies lejn dawn in-naħat, kemm turisti kif ukoll Maltin, ħalli jkunu jistgħu japprezzaw il-ġmiel li għandna x'noffrulhom.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Noel Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Sur President, minn żmien għal żmien f'din il-Kamra jien nirrimarka u nsostni li kulma jmur, is-saħħa tal-paga tal-ħaddiem qiegħda dejjem tiddgħajjef quddiem il-bżonnijiet tal-familja.", "Qiegħda dejjem tiddgħajjef ukoll is-saħħa tal-flus tal-familji li l-għajxien tagħhom jiddependi mill-pensjoni jew mill-benefiċċji soċjali.", "Qed ngħixu fi żmenijiet fejn kollox qed jogħla, u dan minflok qed inkunu garantiti kwalita` ta' ħajja aħjar.", "Qed jogħla l-ikel, ix-xorb, il-kontijiet tad- dawl u l-ilma, il-mediċini u dawn qed jikkontribwixxu biex is-saħħa tal- paga tal-ħaddiem, is-saħħa tal-pensjoni, is-saħħa tal-benefiċċji soċjali li għandu kap ta' familja li ma jkunx qed jaħdem tkompli dejjem tonqos.", "Sur President, in-naħa l-oħra dejjem jgħidu li dan mhux minnu.", "Biex tkompli, il-ġimgħa l-oħra l-", "Onor. David Agius qal li skond professur partikolari dan il-poplu huwa fost wieħed mill-aktar kuntenti fid-dinja.", "Din id-darba m'iniex se nikkwota l- istatistika u lanqas se nitkellem dwar dak li nesperjenza fil-ħajja ta' kuljum bħala membru ta' din il-Kamra meta niltaqa' mal-familji Maltin u Għawdxin, imma se naqra silta minn ittra li jien irċevejt, kif irċevew il- bqija tal-membri ta' l-oppożizzjoni, mingħand managing director ta' kumpannija tal-marketing u ta' l-advertising prominenti f'pajjiżna.", "Din il- persuna ilha fil-marketing għal numru ta' snin u għandha kredibilita` fix- xogħol tagħha.", "Din il-persuna tkellmet permezz ta' ittra mal-bqija tal- membri ta' l-oppożizzjoni dwar dak li hija qed tħoss u tesperjenza min-naħa tal-klijenti tagħha.", "Qabel ma ġejt nagħmel dan l-aġġornament iltqajt ma' din il-persuna ħalli nkun nista' nifhem aktar dak li wassalha biex tikteb lit-30 membru ta' l- oppożizzjoni.", "Sur President, se nikkwota xi ftit siltiet minn din l-ittra li iktar tard se npoġġi fuq il-mejda tal-Kamra:", "\"Il-poplu Malti x'qed jgħid u aktar minn hekk, x'qed iħoss?", "Forsi għax dħalna membri ta' l-Unjoni Ewropea sirna aktar ċivilizzati, jew ġejna premjati b'ħafna taxxi?", "Kontijiet esaġerati u bla waqfien, multi u penali għal kull ħaġa banali u taxxi ferm ogħla minn ta' sħabna pajjiżi ta' l-Ewropa.", "Forsi sirna aktar Ewropej minn pajjiżi Ewropej?", "Forsi li l-gvern Malti biddel in-nazzjonalita` għal tip ta' pajjiż inqas ċivilizzat fejn jiġri x'jiġri hu qatt ma hu responsabbli?\"", "Nikkwota parti oħra, Sur President:", "\"Imbagħad xi ngħidu għall-maġġoranza tan-negozji?", "Kollha jinsabu f'xifer l-irdum, kollha mdendlin b'ħajta, kollha jmorru lura d-dar b'rashom maqtugħa.", "Staqsu u tkunu tafu.\"", "Din l-ittra, Sur President, tgħid iktar minn hekk u jien se npoġġiha fuq il- mejda tal-Kamra sabiex in-naħa l-oħra tieħu kopja tagħha u tifhem dak li l- oppożizzjoni, sew qabel ir-referendum, sew qabel l-aħħar elezzjoni u sew issa, kienet u għadha ssostni qed jiġri u qed jifflaġella lill-familji Maltin u Għawdxin fil-laħam il-ħaj.", "Dak li qed jiġri llum qed jifflaġella lil dawk il-familji li l-għajxien tagħhom jiddependi mid-dħul tan-negozju tagħhom, qed jifflaġella lill-familji Maltin u Għawdxin li d-dħul tagħhom jiddependi mill-benefiċċji soċjali.", "Il-politika tal-gvern Nazzjonalista f'pajjiżna qiegħda tifflaġella lil dawk il-familji li d-dħul tagħhom u l- għajxien tagħhom jiddependi mill-pensjoni jew mill-paga.", "Illum dawn huma fatti li jitkellem fuqhom kulħadd ħlief il-gvern Nazzjonalista.", "Jiena nifhem għalfejn tan-naħa l-oħra ma jitkellmux dwar dan kollu.", "Dawn jibqgħu siekta għax il-ministri u s-segretarji parlamentari għandhom fost l-ogħla pagi fil-pajjiż, għandhom fost l-ogħla benefiċċji u allura żgur huma l- inqas nies li jħossu ċerti spejjeż li kulma jmur qed jirrankaw u jnixxfu s- saħħa tal-paga tal-ħaddiema Maltin u Għawdxin.", "Sur President, niġi għal punt ieħor li wkoll huwa relatat ma' l-għoli tal- ħajja u ma' dak li qed jiġri fil-valur tal-lira Maltija.", "Jien ninsisti u nitlob kemm lill-prim ministru, kemm lis-segretarju parlamentari responsabbli mill-finanzi, kif ukoll lill-gvernatur tal-bank ċentrali sabiex ifiehmu immedjatament lil dan il-poplu x'qed jiġri mill-valur tal- lira Maltija.", "Taħt il-Ministru Dalli - li neħħejnieh minn ministru għaliex ma kienx accountable mhux biss għalina imma anke għall-prim ministru tal- lum – ċittadin Malti li kien imur vaganza ġo xi pajjiż ta' l-Unjoni Ewropea jew imprenditur li kien imur il-bank isarraf il-flus biex ikun jista' jagħmel il-kummerċ ħalli jimporta - għax pajjiżna bilfors ikollu jimporta kollox - f'Ottubru jew Novembru ta' l-2002 għal Lm100 kien iġib €242.", "Illum, fl-2006, jekk isarraf Lm100 iġib €222 jew ftit aktar.", "Mela fl-2002 u fl-2003, meta l-basket tal-muniti kien 60% jew 70% fl-ewro għax 30% jew 22% kienu fl-isterlina u 10% jew 8% kienu fid-dollaru konna nġibu €242, u meta l-basket tal-muniti tagħna ssaħħaħ għax ġie mija fil- mija fl-ewro, mhux talli ma żammejniex il-€242 għal Lm100, talli qed inġibu €222 biss.", "Allura awtomatikament, peress li aħna importaturi netti, qed nidħlu fi spiża ta' €20 f'kull Lm100.", "Imbierek Alla ħadd ma jsemmi xejn dwar dan f'dan il-pajjiż.", "Jiena, bħala membru li ilni 14-il sena f'dan il- parlament, ninsisti li l-poplu Malti u Għawdxi għandu jkun jaf għalfejn f'temp ta' sentejn qed jitlef €20 bħala valur fuq kull Lm100 li kellu sentejn ilu jew sentejn u nofs ilu.", "Din hija sitwazzjoni li ma tistax titpoġġa taħt it-tapit.", "Ma jistax ikun li aħna nkunu kompetittivi meta fis- settur tat-turiżmu kulmin jimporta b'Lm100 laħam llum qed jeħel €20 iktar u kulmin kien jimporta b'Lm100 spirti u beverages oħra qed jeħel €20 iktar.", "Kif nistgħu nkunu kompetittivi meta awtomatikament il-valur tal-lira Maltija qed jagħmilna mhux kompetittivi?", "Sur President, dan huwa pajjiż importatur nett, li bilfors jiddependi mis- saħħa tal-lira tiegħu għax hi tagħmlu kompetittiv.", "Veru li kien hawn ħafna nies jaħsbu li għax iġġib Lm55 ta' Stg100 it-turist imur ħażin, imma meta jikri karozza tiswieh Lm55 u mhux Lm110, allura jista' jikriha bi prezz kompetittiv, jista' jixtri l-fuel bi prezz kompetittiv, jista' jagħmel booking fil-lukanda bi prezz kompetittiv u jista' jixtri l-ikel bi prezz kompetittiv.", "Il-gvern irid ikun ċar, ma jridx ikompli jlaqlaq, irid jgħid almenu x'impatt kellu dan it-telf fuq il-kompetittivita` u fuq l-ekonomija.", "Infakkar li l-kap ta' l-oppożizzjoni kien diġa` qalilkom li hemm bżonn tagħtu kas dak li jista' jiġri bir-rata tal-kambju fuq l-valur tal-lira Maltija u tkellem dwar id-diprezzament.", "Illum mhux diprezzament sar, imma żvalutar ta' €20 fuq kull Lm100 meta suppost issa saħħaħna l-lira tagħna għax tfajna kollox fil-basket tal-munita ta' l-ewro.", "Ovvjament il- mekkaniżmu li fuqu nivvalutaw il-lira Maltija m'huwiex il-basket tal-muniti biss, imma l-andament ekonomiku wkoll.", "Mela allura jekk aħna qed nitilfu €20 f'kull Lm100 li nsarrfu f'perijodu ta' sentejn, sentejn u nofs, għandna ngħidu għaliex qed jiġri dan.", "Dan għaliex għandna attivita` ekonomika li m'hijiex trendi biżżejjed?", "Qed jgħidulna li kollox miexi u żammejna fejn qegħdin.", "Fejn żammejna fejn qegħdin?", "Kieku żammejna fejn qegħdin kieku żammejna l-lira tagħna fejn kienet.", "Għaliex qed jonqos il-valur tal-lira tagħna?", "Sur President, jien naf li fuq il-gazzetta \"Il-Mument\" joħorġu jikkritikaw dak li kien jgħid Noel Farrugia qabel ir-referendum u qabel l-aħħar elezzjoni ġenerali, li sakemm niġu biex nidħlu fl-euro, minn €242 il-valur irid ikun bejn €180 u €160.", "Jien nassumi r-responsabbilta` ta' dak li kont ngħid għax il-fatti qed juru li ftit ftit, minkejja dak kollu li qed jaħbi l-gvern mill-poplu, hekk qed jiġri.", "Din hija xi ħaġa li fil-kuxjenza tiegħi nħoss li m'għandhiex tkompli tinħeba mill-familji Maltin u Għawdxin li llum minħabba dan il-gvern inkompetenti, arroganti, diżonest, irresponsabbli u bla ħila qed ibatu tant li saru ma jaffordjawx ħafna mill- affarijiet li qabel kienu jgawdu fil-ħajja ta' kuljum.", "Sur President, nitlob il-permess biex inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra d- dokument li għamilt riferenza għalih waqt id-diskors tiegħi.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Carmelo Abela): Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' ittra mingħajr data mibgħuta mis-Sur John Pace, managing director ta' Accent Clear Traders Co. Ltd, lill-Membri Parlamentari dwar ilmenti fuq is-sitwazzjoni ġenerali fil-pajjiż.", "THE DEPUTY SPEAKER: Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada t- Tlieta, 24 ta' Jannar 2006, fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill- Viċi Prim Ministru.", "Fid-9.53 p.m. il-Kamra kienet aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "AGRICULTURAL HOLDINGS", "16219.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 15873, jista' il- Ministru jgħid kemm jammonta l-investiment li hemm propost mill-290 applikant?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: L-investiment taħt miżura 3.1 hu ta' Lm2,130,682.", "EXPORT REFUND", "16220.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 15867, jista' il- Ministru jgħid għaliex ma ġewx imħejjija qabel?", "Min hu responsabbli biex iħejji l-iskema?", "Xi kwalifiki għandu?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Il-proċess ta' l-export refunds huwa wieħed kumpless ħafna u jirrikjedi spejjeż amministrattivi qawwija meta mqabbel mal-fatt li din l-iskema ftit li xejn jibbenefikaw ruħhom minnha operaturi lokali.", "Minkejja dan, il-proċess biex jinħadmu l-export refunds hu fi stadju avvanzat.", "Il-kapijiet ta' l-aġenziji tal-pagamenti jiġu ngaġġati b'kuntratt definit u skond kriterji approvati mill-kummissjoni għas-servizz pubbliku u r- responsabbilta' għat-tħejjija ta' din l-iskema hija tagħhom.", "KONSULENTI", "16382.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jagħti lista ta' konsulenti jew kumpanniji ta' konsulenti, lokali u barranin, li l-ministeru u l-enti kollha li jaqgħu taħtu għamlu użu minnhom matul l- 2005?", "Fiex jikkonsistu s-servizzi li ngħataw u x'kienu l-ħlasijiet?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "KONSULENTI", "16383.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jagħti lista ta' konsulenti jew kumpanniji ta' konsulenti, lokali u barranin, li l-ministeru u l-enti kollha li jaqgħu taħtu għamlu użu minnhom matul l-2005?", "Fiex jikkonsistu s- servizzi li ngħataw u x'kienu l-ħlasijiet?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "KONSULENTI", "16384.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' il-Ministru jagħti lista ta' konsulenti jew kumpanniji ta' konsulenti, lokali u barranin, li l-ministeru u l-enti kollha li jaqgħu taħtu għamlu użu minnhom matul l-2005?", "Fiex jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u x'kienu l-ħlasijiet?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "KONSULENTI", "16385.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jagħti lista ta' konsulenti jew kumpanniji ta' konsulenti, lokali u barranin, li l-ministeru u l-enti kollha li jaqgħu taħtu għamlu użu minnhom matul l-2005?", "Fiex jikkonsistu s- servizzi li ngħataw u x'kienu l-ħlasijiet?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-informazzjoni mitluba hi kif tidher hawn taħt:", "|Dipartime|Part-ti|Ħlasiji|Benefi| |nt |me/ |et |ċċji | | |on | |oħra | | |contrac| | | | |t | | | |St. |1 |Lm36,10|Xejn | |Luke's | |8 | | |Zammit |3 |Bejn |Xejn | |Clapp | |Lm100 | | | | |u | | | | |Lm1,503| |", "KONSULENTI", "16386.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tagħti lista ta' konsulenti jew kumpanniji ta' konsulenti, lokali u barranin, li l-", "ministeru u l-enti kollha li jaqgħu taħtha għamlu użu minnhom matul l-2005?", "Fiex jikkonsistu s-servizzi li ngħataw u x'kienu l-ħlasijiet?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "KONSULENTI", "16387.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Jista' il-Ministru jagħti lista ta' konsulenti jew kumpanniji ta' konsulenti, lokali u barranin, li l-ministeru u l-enti kollha li jaqgħu taħtu għamlu użu minnhom matul l-2005?", "Fiex jikkonsistu s-servizzi li ngħataw u x'kienu l-ħlasijiet?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "TRIQ IX-XATT F'BORMLA", "16455.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' il-Ministru jara li jiġi rranġat sprall fi Triq ix- Xatt, Bormla?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Għalkemm dawn ix-xogħlijiet ma jaqgħux taħt il- ministeru tiegħi, minn investigazzjoni li saret fuq il-post jirriżulta li x- xogħol tat-triq sar minn kuntrattur privat li ħadem f'isem il-kunsill lokali, imma nista' nikkonferma wkoll li l-konkos li ngħata mhux qed jaqleb għal ġo l-isprall.", "TRIQ LICARI F'BIRKIRKARA", "16478.", "L-ONOR.", "JOSEPH DEBONO GRECH staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Kemm hu informat il-Ministru li jekk jinħareġ il-permess kif mitlub f'applikazzjoni 05565/05 tal-MEPA, ikun qed jinħoloq inkonvenjent serju għar-residenti ta' Triq Ġużeppi Licari, f'Birkirkara peress li b'konsegwenza t'hekk tingħalaq it-triq?", "Jaqbel li din l- applikazzjoni għandha tinżamm sakemm tinfetaħ it-triq min-naħa l-oħra għall- ġid tar-residenti, kif suppost kien ippjanat?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jimxi mal- proċedura maqbula fil-Kamra fil-leġislatura l-oħra.", "XOGĦOL F'RESIDENZA PRIVATA", "16479.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni għala twaqqaf ix-xogħol li suppost beda f'appartament li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Ix-xogħol li għamel riferenza għalih l-Onor.", "Interpellant kien wieqaf minħabba problemi legali, liema problemi ġew riżolti u x-xogħol mistenni jerġa' jibda fil-ġranet li ġejjin.", "WEBSITE UFFIĊJALI", "16508.", "L-ONOR.", "JOSEPH DEBONO GRECH staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm qamet il-website tal-ministeru?", "Tqabbdet xi kumpannija privata biex inbniet din il-website?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Il-website tal-ministeru mibnija mill-MITTS ġiet tiswa Lm7,444, VAT inkluż.", "WEBSITE UFFIĊJALI", "16509.", "L-ONOR.", "JOSEPH DEBONO GRECH staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid min jieħu ħsieb il-manutenzjoni tal-website tal-ministeru u dak kollu li jidher fuqha?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Il-hosting isir mill-MITTS u l-manutenzjoni ssir mill- Maltanet.", "Hemm impjegat tal-ministeru responsabbli minn dak kollu li jidher fuq il-website.", "EVENING CLASSES", "16510.", "L-ONOR.", "JOSEPH DEBONO GRECH staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra lista ta' dawk l-għalliema li jgħallmu suġġetti mhux akkademiċi fl-evening classes?", "X'suġġett jgħallem jew tgħallem kull wieħed jew waħda minnhom?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Hemm 35 għalliem li jgħallmu 23 suġġett mhux akkademiku ta' l-evening classes f'Malta u hemm erba' għalliema għal tliet suġġetti f'Għawdex, bil-lista tagħhom titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "ASSENTEIŻMU FL-ISKEJJEL", "16549.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jagħti l-persentaġġ ta' assenteiżmu fl-iskejjel primarji u sekondarji fl-ewwel term ta' din is-sena skolastika?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 16216.", "KORSIJIET FL-UNIVERSITA'", "16550.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jagħti n-numru ta' dawk li kienu bdew kors fl-universita' mal-ftuħ tas-sena akkademika iżda ma baqgħux jattendu?", "F'liema korsijiet?", "Kemm minnhom huma ġuvintur u xebbiet?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 15762.", "PALM READER GĦALL-PULIZIJA", "16553.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: B'riferenza għas-sistema tal-palm reader li ddaħħlet fil-GHQ biex jiġi reġistrat meta jidħol xogħol kull uffiċjal, jaf il-Viċi Prim Ministru li jekk persuna jkollha infection tista' tgħaddiha lil ħaddieħor li juża l-unika u l-istess palm reader?", "Jista' jgħid x'miżuri ttieħdu dwar din il-possibbilta', kif del resto sar diġa' f'pajjiżi oħra?", "ONOR.", "TONIO BORG: Is-sistema ta' fingerprint reader li se tibda titħaddem fil-kwartieri ġenerali tal-pulizija hija sistema li tintuża internazzjonalment.", "Minn tagħrif li għandu l-korp tal-pulizija, ma jirriżultax li hemm xi periklu għas-saħħa ta' min jagħmel użu minn din is- sistema.", "Pero' ninsab informat ukoll illi", "bħala prekawzjoni se jiġu pprovduti mezzi ta' iġene għal dawk li jkunu jixtiequ jużawhom.", "MRIEĦEL INDUSTRIAL ESTATE", "16554.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jgħid meta se tiġi rranġata Triq il-Palazz l- Aħmar - il-parti ta' l-industrial estate ta' l-Imrieħel - mill-ħofor kbar li feġġew fiha?", "Jista' jgħid jekk fil-fatt din it-triq hijiex responsabbilta' tal-kunsill lokali jew ta' l-ADT?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "TRIQ IX-XITWA F'ĦAL QORMI", "16555.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol fuq is-substation il-ġdida ta' Triq ix-Xitwa, f'Ħal Qormi biex tiġi eliminata l-problema ta' vultaġġ baxx fl-inħawi Ta' Farsina, f'Ħal Qormi?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "SAFAR UFFIĊJALI", "16556.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid kemm spejjeż ġew rifużi mill- Unjoni Ewropea li kienu ntefqu f'safar, inkluż allowances, mill-ministeru, dipartimenti u awtoritajiet li jaqgħu taħtu minn Mejju 2004 'il hawn?", "Kemm jitilgħu dawn il-fondi u x'persentaġġ huma mill-ispiża totali li saret mill- ministeru?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "PROPRJETA' TAL-GVERN", "16557.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru", "jgħid x'daħħal il-gvern minn bejgħ u kiri ta' artijiet u proprjeta' oħra pubblika matul din l-aħħar sena?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi d-dħul tat-taqsima proprjeta' tal- gvern minn bejgħ u kiri ta' artijiet u proprjeta' oħra fis-sena 2005 kien ta' Lm14,609,300.", "CULVERT F'TA' QALI", "16558.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jgħid jekk jistax jiġi rranġat culvert li sar f'Ta' Qali, quddiem id-daħla tal-padiljun nazzjonali tal-basketball u l- ground tal-football, minħabba li nqala' it-tarmac u qed ikun ta' periklu għas-sewwieqa li jgħaddu minn hemm?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Il-culvert imsemmi mill-Onor.", "Interpellant ġie spezzjonat minħabba li kienu saru rapporti dwaru u x-xogħlijiet meħtieġa ġew ikkonsidrati fi programm ta' xogħol li qed iħejji d-direttorat, xogħlijiet li jridu jsiru skond il-priorita' li tirriżulta.", "MANUTENZJONI TA' TRIQ F'TA' QALI", "16559.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jgħid jekk tistax tiġi rranġata triq f'Ta' Qali li tinsab biswit il-crafts village, minħabba l-ammont ta' ilma li ta' kull darba jinġabar u li qed joħloq inkonvenjent kbir għat-traffiku u l- pedestrians?", "Ma jaħsibx li din il-parti tat-triq għandha tingħata priorita' minħabba t-turisti u l-Maltin li jżuru dan il-post?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "POWER DISTRIBUTION LOSSES", "16563.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 16197, jista' il-Ministru jgħid għal kemm jammontaw id-", "distribution losses fis-sistema tat-trasmissjoni ta' l-elettriku u fil-każ ta' serq ta' elettriku?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "VISITING LECTURERS", "16564.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jikkonsidra l-Ministru konċessjoni lill-għalliema tad-diviżjoni ta' l-edukazzjoni, li huma wkoll visiting lecturers biex fil-ħin ta' l- iskola jingħataw id-dritt ħalli filgħodu jmorru l-universita' jagħtu l- lectures mingħajr ma jitnaqqas il-ħin mit-time-off tagħhom?", "Dan jagħmel sens meta l-lectures ikunu ta' sagħtejn jew meta jkun hemm ħtieġa illi jintużaw il-laboratorji?", "Peress li hu fatt li l-visiting lecturers u l-part-time lecturers qed jagħtu kontribut importanti għall-edukazzjoni f'livell terzjarju, jista' il- Ministru jgħid x'inhu jżomm lid-diviżjoni u l-ministeru ta' l-edukazzjoni milli jagħtu din il-konċessjoni u dan meta ministeri oħra diġa' għamlu hekk mal-professjonisti impjegati magħhom li huma wkoll lecturers fl- universita'?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li d-diviżjoni ta' l-edukazzjoni dejjem tat permess biex għalliema jmorru jagħtu l-lectures l-universita'.", "Iżda meta wieħed jiftakar li l-ħin ta' l-għalliema hu ta' 27 siegħa u nofs, mhux possibbli li jingħata permess ukoll li l-għalliema jitilqu mill-iskola waqt dan il-ħin b'detriment għall-istudenti.", "L-arranġamenti għandhom isiru daparti ta' l-universita'.", "Ħadd ma jinnega l-kontribut li dawn l-għalliema jistgħu jagħtu mhux biss fl- edukazzjoni terzjarja iżda wkoll f'dik sekondarja, pero' dan ix-xogħol kollu jista' isir meta tispiċċa l-ġurnata ta' l-iskola, li hi iqsar mill- ġurnata ta' l-universita'.", "Huwa l-interess ewlieni ta' l-istudenti li jżomm lid-diviżjoni ta' l-edukazzjoni milli tilqa' talbiet bħal dawn.", "Ministeri oħra jista' ikollhom impjegati li jagħtu lectures fl-universita' iżda dawn m'għandhomx responsabbilta' għall-istudenti.", "Nassumi li fil-każ ta' ministeri oħra jsiru arranġamenti biex l-", "impjegati konċernati jwettqu d-dmirijiet stat tagħhom.", "ESPLORAZZJONI GĦAŻ-ŻEJT", "16566.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' il-Ministru jgħid sarux proġetti ta' koperazzjoni bejn Malta u l-Libja fil-qasam ta' l-esplorazzjoni taż-żejt minn Ottubru 2003 sal-lum?", "Liema proġetti saru?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Jien informat li minn Ottubru 2003 sal-lum ma sarux proġetti ta' koperazzjoni bejn Malta u l-Libja fil-qasam ta' l- esplorazzjoni taż-żejt.", "BLATA KONTINENTALI", "16567.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' il-Ministru jgħid fiex waslu n-negozjati ma' l- awtoritajiet Libjani u Tuneżini dwar il-qsim ta' l-ibħra ta' bejnietna għal skop ta' esplorazzjoni għaż-żejt u l-gass?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: In-negozjati ma' l-awtoritajiet Libjani u Tuneżini dwar qsim tal-blata kontinentali għadhom għaddejjin.", "DAWL U ILMA", "16568.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jagħti tagħrif dwar id-dħul ta' l-Enemalta u d-WSC fl-2005 mis-soprataxxa fuq dawl u ilma minn lukandi, ristoranti u l-oqsma kollha reġistrati fl-oqsma tat- turiżmu?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "TRIQ IT-TANK FIS-SIĠĠIEWI", "16569.", "L-ONOR.", "CLYDE PULI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 16315 u l- problemi ta' flooding fi", "Triq it-Tank, fis-Siġġiewi, jista' il-Ministru jgħid fiex wasal is-survey mitlub mill-MEPA sabiex tiġi ppjanata culvert?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Is-survey li ġie mitlub fil-viċinanzi ta' Triq it-Tank, fis-Siġġiewi ġie mgħoddi lill-ADT fil-11 ta' Jannar, 2005.", "AZJENDI TURISTIĊI", "16570.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jagħti lista sħiħa ta' taxxi u tipi differenti ta' ħlasijiet li azjendi turistiċi huma obbligati jħallsu lill-gvern?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Skeda sħiħa ta' taxxi u tipi differenti ta' ħlasijiet li azjendi turistiċi huma obbligati jħallsu lill-gvern tinsab f'Avviż Legali 87 ta' l-2005.", "WIED QLEJGĦA", "16571.", "L-ONOR.", "JOSEPH CASSAR staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 11614, jista' il-Ministru jgħid f'liema stadju waslet it-triq li hemm inkluża fil-programm ta' xogħlijiet?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Id-direttorat qed iħejji programm ta' xogħlijiet u t-triq imsemmija ġiet inkluża f'dan il-programm, bix-xogħlijiet isiru skond il-prioritajiet li jirriżultaw.", "TRASPORT PUBBLIKU", "16572.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jgħid liema huma l-ħinijiet tas-servizz tat- trasport pubbliku lejn u mir-raħal tal-Manikata?", "Jistgħu jittieħdu passi biex dan is-servizz jitjieb?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Skeda tax-xarabanks li jmorru lejn u mill- Manikata fuq rotot 47 u 52 qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "L- awtorita' se tibgħat lill-uffiċjali tagħha sabiex jiċċekkjaw li s-servizzi jsiru kif suppost.", "SINJALI TAT-TRAFFIKU FIR-RABAT", "16573.", "L-ONOR.", "JOSEPH CASSAR staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 6703, jista' il-Ministru jgħid jekk l-ADT tatx permess lill-kunsill lokali tar-Rabat biex jaqla' is- sinjali tat-traffiku?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Minn riċerka li saret fir-records tat-traffic management unit jirriżulta li ma nħarġu l-ebda struzzjonijiet lill-kunsill lokali tar-Rabat biex jinqalgħu xi sinjali tat-traffiku.", "F'laqgħa li saret fil-21 ta' Diċembru, 2005 mal-kunsill lokali, il-kunsill talab biex jitneħħew is-sinjali tal-one-way fiż-żona ta' Ħal Bajjada, pero' il-permess ma ngħatax mit-traffic management unit u kien miftiehem li din it-talba tkun diskussa aktar 'il quddiem.", "TRIQ L-GĦOLLIEQ F'SANTA VENERA", "16574.", "L-ONOR.", "JOSEPH CASSAR staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Jista' il-Ministru jgħid f'liema stadju waslu x-xogħlijiet ta' asfaltar fi triq ġdida, fi Triq l-Għollieq, Santa Venera?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "DĦUL TAL-GVERN", "16575.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar dħul tal-gvern matul is-snin 2003, 2004 u 2005 minn lukandi, ristoranti, skejjel li jgħallmu l- lingwi barranin, kumpanniji għall-għaddasa barranin u kumpanniji jew traders turistiċi reġistrati mad-dipartiment tat-taxxi interni jew tal-VAT, f'dawn il-kategoriji ta' dħul: taxxa tal-kumpannji, VAT, bolla tas- sigurta' soċjali, eko-kontribuzzjoni u taxxi oħra?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "FAĊILITAJIET SPORTIVI FIL-MARSA", "16577.", "L-ONOR.", "MICHAEL ASCIAK staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid fiex wasal il-kuntratt ma' l- MAAA rigward il-Matthew Micallef St. John track fil-Marsa?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-proposta ta' kuntratt ta' management bejn il-gvern u l-MAAA qed tiġi attivament ikkonsidrata fid-dawl ta' proposti li jirrigwardaw id-diversi faċilitajiet sportivi fil-Marsa.", "DIPARTIMENT TA' L-AGRIKOLTURA", "16578.", "L-ONOR.", "MICHAEL ASCIAK staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li joħorġu sejħiet għal applikazzjoni għal foreman tal-ġardinara u/jew ħaddiema oħra mad- dipartiment ta' l-agrikoltura?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Ninforma lill-Onor.", "Membru li fil-futur immedjat mhux se jinħarġu sejħiet għal applikazzjoni għall-foreman tal-ġardinara fid- dipartiment ta' l-agrikoltura.", "Madankollu, mhux eskluż li aktar tard din is- sena jinħarġu sejħiet għall-applikazzjoni skond l-esiġenzi tad-dipartiment.", "RIZZO SERVICE STATION", "16579.", "L-ONOR.", "MICHAEL ASCIAK staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' jiġi re-routed il-passaġġ ta' l-ilma tax-xita minn fuq il-bejt għal ġo service station, f'B'Kara?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel id-domanda tiegħu lill-ministru konċernat.", "KAŻ TA' PENSJONI", "16580.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tara li anzjan rikoverat fl-SVPR li qed", "jallega li qegħdin jeħdulu flus mill-pensjoni iktar milli suppost, jiġi spjegat lilu kemm għandu pensjoni, kemm għandu jagħti u kemm għandu jieħu flus fix-xahar għalih?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Id-dipartiment tas-sigurta' soċjali informa bil- miktub lill-persuna indikata dwar il-każ tagħha.", "APPARTAMENT TAL-GVERN F'RAĦAL ĠDID", "16581.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 16321, nista' niġbed l-attenzjoni tal-Ministru għall-bżonn li l-komun jiġi miżbugħ?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Ittieħdet nota ta' l-osservazzjoni ta' l-Onor.", "Interpellant u d-dipartiment konċernat se jimxi kif indikat fit-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 16321, dejjem fid-dawl tal-prioritajiet u talbiet aktar urġenti li d-dipartiment għandu u li jkollu regolarment.", "ĦADDIEM TAL-GVERN", "16582.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 16462, jista' il-Prim Ministru jara jekk persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, għandhiex dritt għas-somma wara li għamlet 30 sena taħdem mal-gvern?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li minħabba li l- individwu ġie mpjegat mal-gvern wara l-15 ta' Jannar 1979, dan mhuwiex intitolat għas-somma.", "KAŻ TA' PENSJONI", "16583.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 16459, tista' il-Ministru tara jekk armla li r-raġel tagħha kien jaħdem it-tarzna u li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, għandhiex dritt għas- somma?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Id-dipartiment tas-sigurta' soċjali informa lill- persuna indikata dwar il-każ tagħha.", "PAGI TAL-ĦADDIEMA TA' L-ENEMALTA", "16584.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 16429 u jgħid għaliex il-pagi ta' l- impjegati ta' l-administration building ta' l-Enemalta fil-Marsa (ir-raba' sular) qed jinħadmu fil-magħluq u mhux mis-sezzjoni tal-pagi normali?", "Veru li ngħatat allowance lil ċerti mpjegati mir-raba' sular biex jixtru xi ħwejjeġ?", "Fuq liema bażi ġie ingaġġat procurement manager ġdid u meta ħarġet il-call for applications?", "Kemm-il manager ġdid ġie mpjegat ma' l-Enemalta bejn l- 2004 u l-2005?", "X'inhu l-ammont tal-pagi tagħhom?", "Fuq liema bażi ħarġet il- call for applications għal executive officers ma' l-Enemalta dan l-aħħar?", "Jista' il-Ministru jgħid kemm tiswa l-karozza tas-CEO u tas-CFO fix-xahar?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "PIXXINA NAZZJONALI", "16585.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Wara li l-Ministru f'diskors li għamel fil-jiem li għaddew qal li ntnefqu ma' l-Lm400,000 f'xogħlijiet fil-pixxina nazzjonali, jista' ġentilment jagħti breakdown ta' din l-ispiża?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "PIXXINA NAZZJONALI", "16586.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid min huma l-kuntratturi li ħadu x-xogħlijiet tal-pixxina nazzjonali li skond hu swew Lm400,000 fl- aħħar sentejn?", "Ħarġu sejħiet għal offerti għax-xogħol konċernat?", "Jista' ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kull offerta, minn applika, min ħadha u jekk ix-xogħol sarx fiż-żmien stipulat?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "TEAMS TAL-WATERPOLO", "16587.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid għaliex din is-sena ma sar l- ebda ftehim biex timijiet tal-waterpolo u għawwiema tal-klabbs Maltin ikunu jistgħu jitħarrġu anke meta l-pixxina nazzjonali tkun magħluqa?", "Jaf li dawn it-timijiet qed iħallsu mijiet ta' liri biex jitħarrġu f'pixxini privati?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-KMS, f'konsultazzjoni ma' l-ASA, waslu għad-deċiżjoni illi jkun aħjar li minflok li tinkera pixxina oħra għall-perijodu ta' Jannar/Marzu, il-flus jintużaw biex tkun imsaħħna l- istess pixxina nazzjonali - main pool biss - għall-perijodu Frar/Marzu 2006.", "ILMA TAX-XITA", "16588.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' il-Ministru jgħid jekk l-ilma tax-xita hux qed jinġabar b'xi mod biex aktar tard jintuża anke għall-biedja?", "X'qed isir eżatt?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Waqt li fix-xhur li għaddew it-taqsima tax-xogħlijiet ħadmet fuq programm ta' xogħol ta' riabilitazzjoni f'diversi widien, bħal Wied Inċita, Wied il-Kbir u Għajn Rihana, għat-tkattir tal-ġbir ta' l-ilma tax-xita f'inħawi agrikoli, fil-preżent għaddej xogħol preparattiv fuq proġett partikolari biex jinġabar l-ilma fl-inħawi tal-Mosta, in-Naxxar, Birkirkara, Ħal-Lija u Ħ'Attard u hemm ħsieb li parti minn dan l-ilma jintuża għall-iskop imsemmi mill-Onor.", "Interpellant.", "Saret talba biex dan il-proġett ikun iffinanzjat mill-fondi strutturali ta' l-Unjoni Ewropea għall-perijodu 2007-2013.", "KORP TAL-PULIZIJA", "16590.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhi r-", "raġuni li persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, għamlet 'il fuq minn sena ma tirrapporta għax-xogħol?", "ONOR.", "TONIO BORG: Il-persuna li rrifera għaliha l-Onor.", "Interpellant kienet fuq sick leave.", "DAWL U ILMA", "16591.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid kemm-il persuna qed tingħata għajnuna fuq il-kontijiet tad-dawl u l-ilma?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: It-tagħrif mitlub qed jitpoġġa fuq il-mejda tal- Kamra.", "MITTS", "16596.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid min huma l-ħaddiema tal-MITTS li spiċċaw mix-xogħol volontarjament jew mod ieħor mill-2005 sal-lum?", "Hemm xi ħaddiema li matul l-2005 ġew investigati minħabba xi abbuż?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Minn mal-MITTS spiċċaw 35 ħaddiem volontarjament jew mod ieħor bejn l-1 ta' Jannar 2005 u llum - dawn ma jinkludux 21 student li wkoll spiċċaw matul l-2005 – u nista' ngħid ukoll li fl-istess perijodu ma ġie investigat l-ebda ħaddiem minħabba xi tip ta' abbuż.", "Ma nħossx li għandi nagħti l-ismijiet minħabba raġunijiet ta' protezzjoni ta' data personali.", "ENTI PUBBLIĊI", "16598.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid liema huma l-kumpanniji jew awtoritajiet/corporations li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?", "Min huma d- diretturi u l-membri tal-bord ta' kull waħda mill-enti imsemmija aktar 'il fuq?", "X'inhu l-ħlas annwali tagħhom?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għar-risposta li qed tingħata għall-mistoqsija parlamentari 16415.", "ĦADDIEMA TA' L-ETC", "16599.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' impjegati ta' l-ETC?", "Jista' jaqsamhom skond il-grad?", "Kemm ħaddiema ġodda ġew impjegati ma' l-ETC tul l-2005?", "X'inhu l-grad tagħhom?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif mitlub qed jitpoġġa fuq il-mejda tal- Kamra.", "ENTI PUBBLIĊI", "16600.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid liema huma l- kumpanniji jew awtoritajiet/corporations li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?", "Min huma d-diretturi u l-membri tal-bord ta' kull waħda mill-enti imsemmija aktar 'il fuq?", "X'inhu l-ħlas annwali tagħhom?", "ONOR.", "TONIO BORG: Is-suġġett tal-mistoqsija mhuwiex applikabbli għad- dekasteru tiegħi.", "ENTI PUBBLIĊI", "16601.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' il-Ministru jgħid liema huma l-kumpanniji jew awtoritajiet/corporations li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?", "Min huma d- diretturi u l-membri tal-bord ta' kull waħda mill-enti imsemmija aktar 'il fuq?", "X'inhu l-ħlas annwali tagħhom?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: M`hemm l-ebda kumpannija jew awtoritajiet/corporations li jaqgħu taht id-dekasteru tiegħi.", "IMPJEGATI ĠODDA", "16602.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm ħaddiema ġodda ġew impjegati mad-dipartimenti u enti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul l-2005?", "Jista' jaqsamhom skond il-grad?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "ENTI PUBBLIĊI", "16603.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid liema huma l-kumpanniji jew awtoritajiet/corporations li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?", "Min huma d- diretturi u l-membri tal-bord ta' kull waħda mill-enti imsemmija aktar 'il fuq?", "X'inhu l-ħlas annwali tagħhom?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 16418.", "ENTI PUBBLIĊI", "16604.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid liema huma l-kumpanniji jew awtoritajiet/corporations li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?", "Min huma d- diretturi u l-membri tal-bord ta' kull waħda mill-enti imsemmija aktar 'il fuq?", "X'inhu l-ħlas annwali tagħhom?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nirriferi l-Onor.", "Membru għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 13088.", "IMPJEGATI ĠODDA", "16606.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ħaddiema ġodda ġew impjegati mad-dipartimenti u enti oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul l-2005?", "Jista' jaqsamhom skond il-grad?", "ONOR.", "TONIO BORG: It-tagħrif mitlub qed jitpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "IMPJEGATI ĠODDA", "16608.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid kemm ħaddiema ġodda", "ġew impjegati mad-dipartimenti u enti oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul l-2005?", "Jista' jaqsamhom skond il-grad?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "TRIQ L-IMDINA F'ĦAL QORMI", "16656.", "L-ONOR.", "CLYDE PULI staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Jista' il-Ministru jinvestiga lment tar-residenti ta' Mdina Road, Ħal Qormi dwar culverts miżduda li hemm minn quddiem 178, Mdina Road, lejn id-direzzjoni ta' Ħal Qormi, peress li qed jgħidu li wara li ġew mibnija l- culverts fi Triq San Dwardu u ġew imqabbda ma' dawk ta' Mdina Road, qed tinħoloq sitwazzjoni fejn l-ilma li jkun ġej minn Triq San Dwardu qiegħed ifur għal ġo Mdina Road?", "Jista' jgħid x'passi se jittieħdu?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "KONT TAD-DAWL", "16657.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 16142 u jgħid għaliex inkwilini/sidien ta' blokki ta' flats tal-gvern fil-Kalkara li dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament, ġew mitluba jħallsu l-kontijiet tad-dawl tal-partijiet komuni?", "Għaliex il-kont qed ikollu jitħallas kollu mill-inkwilini/sidien meta in parti kellu jitħallas mill-awtorita' tad-djar?", "ONOR.", "TONIO BORG: It-taqsima proprjeta' tal-gvern ma tamministra l-ebda proprjeta' fl-indirizz indikat u għaldaqstant l-Onor.", "Membru hu mitlub li jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "DAWL U ILMA", "16658.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 16327, tista' il-Ministru tgħid jekk persuna anzjana li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, tikkwalifikax għal sussidju fuq il-kont tad-dawl u l-ilma?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Id-dipartiment tas-sigurta' soċjali informa lill- persuna indikata dwar il-każ tagħha.", "TRIQ SAN LAWRENZ FIL-BIRGU", "16659.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 16242 u jgħid meta mistennija ssir Triq San Lawrenz, fil-Birgu?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "BINJA TAL-GVERN", "16660.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' il-Ministru jgħid fiex waslet it-talba tar-residenti li jgħixu f'binja tal-gvern quddiem id-dipartiment tal-manutenzjoni u kostruzzjoni?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Il-każ qed jiġi investigat u risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "ASFALTAR TA' TOROQ", "16661.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jgħid meta hu mistenni li jiġu asfaltati t- toroq li isimhom qed jintbagħat separatament?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "ĊENTRU GĦALL-KLANDESTINI", "16663.", "L-ONOR.", "JOSEPH DEBONO GRECH staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 15990, jista' il-Prim Ministru jgħid jekk kienx hemm approvazzjoni għall-istess direct order?", "Jista' jgħid min ta l-approvazzjoni?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Id-direct order ġiet awtorizzata minni bħala ministru tal-finanzi, dejjem skond ir-regolamenti dwar il-kuntratti pubbliċi ta' l-2005.", "IMPJEGATI OVER 61", "16664.", "L-ONOR.", "JOSEPH DEBONO GRECH staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 16267, jista' il-Ministru jagħti l-ismijiet tal-persuni msemmija fit-tabella li tqiegħdet fuq il-mejda tal-Kamra?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ma narax l-utilitá li nipprovdi aktar informazzjoni f'dan ir-rigward.", "SPTAR SAN LUQA", "16673.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid kemm suppost hu l-bed state normali f'kull sala ta' l-isptar San Luqa?", "Kemm fil-fatt kien hemm pazjenti f'kull sala f'kull ħin li ġiet ikkalkolata l-bed state ta' kull sala bejn id-9 ta' Jannar u s-16 ta' Jannar 2006?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-Informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "VETTURI TAL-GVERN", "16674.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm karozzi fid- dekasteru tiegħu li m'għandhomx number plate GM jew GVN jew li jindikaw li jappartjenu lid-dipartiment tas-saħħa?", "X'tip huma?", "X'number plate għandhom?", "Min qed jużahom?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "SAĦĦA, ANZJANI U KURA FIL-KOMUNITA'", "16675.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid kemm kien id-dejn u l-valur ta' prodotti jew servizzi li l-irċevuti", "tagħhom kienu għadhom ma waslux fid-dipartiment konċernat sal-31 ta' Diċembru 2005?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "RIŻENJI MILL-ISPTAR", "16676.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li diversi persuni fit-tmexxija ta' l-isptar San Luqa/sptar Mater Dei irriżenjaw u/jew il-kuntratt tagħhom ma ġiex imġedded?", "Xi kwalifiki għandhom dawk li qed jokkupaw permanentement jew temporanjament il-pożizzjoni ta' dawk li rriżenjaw?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li kienet biss il- kariga tas-CEO għall-isptar Mater Dei/San Luqa li ġiet vakanti għaliex il- persuna konċernata tat ir-riżenja tagħha għal raġunijiet personali.", "Ms. Marion Rizzo, is-CEO il-ġdida ta' l-isptar Mater Dei/San Luqa hija gradwata fix-xjenza (BSc) u fil-management tas-servizz tas-saħħa (post- graduate diploma u Masters) b'20 sena esperjenza ta' tmexxija fil- laboratorji tal-patoloġija ta' l-isptar San Luqa mill-grad ta' analyst sal- grad ta' manager, kif ukoll ħames snin esperjenza f'diversi rwoli ta' tmexxija fl-izvilupp ta' l-isptar Mater Dei u fil-ministeru tas-saħħa.", "POPLU PALESTINJAN", "16685.", "L-ONOR.", "MICHAEL ASCIAK staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jaċċetta l-Ministru li bħala pajjiż nistgħu nagħtu għajnuna lill- poplu Palestinjan billi ngħinuh iwaqqaf il-munita tiegħu?", "Jista' dan isir minn għaqdiet privati Maltin fejn dawn jgħinu biex is-set-up ta' din il- munita jsir abbażi tal-euro?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Il-Gvern Malti lest ikompli jagħti l-appoġġ tiegħu fl-iżvilupp ekonomiku u soċjali tal-poplu Palestinjan, kemm bilateralment kif ukoll fi ħdan il-politika estera komuni ta` l-Unjoni Europea.", "Għaqdiet stakeholders privati finanzjarji Maltin jistgħu", "jagħmlu proposti studjati konkreti f`dan ir-rigward.", "XOGĦLIJIET", "16690.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 16506 u jgħid meta hu mistenni li jibda u jitlesta x-xogħol li jidher fil-pjanta li qed tintbagħat separatament?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ninsab informat li l-awtorita' dwar it-trasport għamlet il-pjanti u l-istimi tax-xogħlijiet meħtieġa.", "Dan ix-xogħol diġa' inħareġ għall-offerti u mistenni jibda fil-ġranet li ġejjin.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB", "MANUTENZJONI TA' TOROQ F'ĦAL TARXIEN", "W209 L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jara li fl-isfond tal-prioritajiet ta' l-awtorita' dwar it-trasport, tingħata attenzjoni immedjata u urġenti lil Triq Tarxien u Triq Paola, Tarxien minħabba l-istat ferm perikoluż tagħhom?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ninsab informat li l-periti ta' l-awtorita' dwar it-trasport diġa' qegħdin jistudjaw ix-xogħlijiet meħtieġa f'dawn it-toroq.", "TRIQ INEŻ SOLER F'SANTA LUĊIA", "W210 L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jara li fl-isfond tal-prioritajiet ta' l-awtorita' dwar it-trasport, tingħata attenzjoni immedjata u urġenti lil Triq Ineż Soler, Sta Luċia minħabba l-istat ħażin tagħha?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li din it-triq hi asfaltata u għalhekk il-manutenzjoni u t-tiswijiet meħtieġa huma responsabbilta' tal-kunsill lokali ta' Santa Luċia.", "TRIQ ĦAL RESQUN FIL-GUDJA", "W211 L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jara li fl-isfond tal-prioritajiet ta' l-awtorita' dwar it-trasport, tingħata attenzjoni immedjata u urġenti lil Triq Ħal Resqun fil-Gudja minħabba l-istat perikoluż tagħha?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: L-Onor.", "Interpellant hu mitlub jagħti aktar dettalji għal liema parti tat-triq qed jirriferi peress li fejn it-triq hi miftuħa hi asfaltata u fejn mhijiex miftuħa għadha mhijiex żviluppata.", "Tappiera tad-drenaġġ li kienet fi stat ħażin ġiet irranġata mill- korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma.", "It-triq għar-rigward ta' patching hija f'idejn il-kunsill lokali."]} {"filename": "20070131_489d_par.doc", "date": "2007-01-31", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Uffiċjali u Rivedut) L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 489 L-Erbgħa, 31 ta' Jannar, 2007 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 489", "L-Erbgħa, 31 ta' Jannar, 2007", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.03 p.m.", "Talba", "Seduta Nru. 489", "L-Erbgħa, 31 ta' Jannar, 2007", "WERREJ", "MINUTI 322", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 322", "TQEGĦID TA' KARTI 328", "STQARRIJA MINISTERJALI 329", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-ĠUSTIZZJA AMMINISTRATTIVA (Kumitat)", "ADMINISTRATIVE JUSTICE BILL (Committee Stage) 337", "AĠĠORNAMENT 353", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 358", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 488 li saret fit-30 ta' Jannar 2007, ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "OPM - DIRECT ORDERS", "22555.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Kemm ħarġu direct orders mid-dekasteru tiegħu din is-sena?", "Lil min ingħataw?", "Kemm kien il-valur tagħhom u għaliex saru?", "Minn liema dipartiment ħarġu?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni) (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Qed inpoġġi fuq il-mejda tal- Kamra tabelli A u B li jagħtu l-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant dwar kemm ħarġu direct orders fl-2006 mill-uffiċċju tal-prim ministru u l-ministeru tal-finanzi rispettivament.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Proprjament xtaqt nagħmel mistoqsija lill-prim ministru.", "Għax nhar it-Tnejn li għadda, waqt il-ħin tal-mistoqsijiet, ġbidtlu l- attenzjoni dwar is-sitwazzjoni prekarja li tinsab fiha bħalissa l-power station u tlabt li ningħata spjegazzjoni mill-Malta resources authority, li għandha r-responsabbilta' li tassigura li f'pajjiżna jkollna enerġija adegwata, dwar x'jiġri f'każ li d-domanda għall-enerġija tkun l-istess bħal dik tas-sena l-oħra.", "Ta' min jerġa' jfakkar li żewġ turbini jinsabu weqfin minħabba ħsarat u allura l-capacity ta' enerġija fil-power station bħalissa hija baxxa.", "Peress li d-domanda għall-enerġija hija daqsxejn għolja, jien tlabt lill-prim ministru jgħidli x'contingency plan.", "Hu qal li min-naħa tiegħu ma jidhirlux li teżisti din is-sitwazzjoni għax kieku kien jiġi nformat.", "MR SPEAKER: Onorevoli, għamel il-mistoqsija jekk jogħġbok.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Nista' nkun naf fejn hu l-prim ministru, jekk jinsabx imsiefer?", "Għax jien lilu xtaqt nagħmilha d-domanda u qed nagħti l- background tas-sitwazzjoni biex min se jirrispondi minfloku jkun jaf fuq xiex qed nitkellmu.", "Kieku kien se jirrispondi l-prim ministru ma kontx ngħid dan kollu.", "(Interruzzjonijiet) Mela għalfejn qed tparla fil-vojt!", "MR SPEAKER: Dan huwa l-ħin tal-mistoqsijiet u trid tagħmel l-mistoqsija.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Ma nafx li l-prim ministru m'huwiex imsiefer!", "MR SPEAKER: Il-Ministru Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Fil-fatt l-Onor.", "Mizzi qed jagħmel dikjarazzjoni, tista' tinstema' across the floor, li hu jaf li l-prim ministru m'huwiex imsiefer u allura ma nafx għalfejn qed jistaqsi jekk huwiex imsiefer jew le.", "Apparti minn hekk, il-bieraħt lura l-istess Onor. Mizzi insista li hija l-Malta resources authority li għandha twieġeb għal dawn id-domandi.", "Peress li hawn il-ministru responsabbli minn din l-awtorita', forsi jista' jqum u jwieġeb hu.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Il-Ministru Ninu Zammit.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura): Tan-naħa l- oħra kultant iridu jagħtu l-impressjoni li qisna għadna fi żmien l-1987 meta fil-pajjiż kellna ċertu supply ta' enerġija.", "(Interruzzjonijiet) Se nirrispondik, mela le!", "U se nuri min hu kapaċi għalkemm m'iniex se niffanfra li jien kapaċi!", "MR SPEAKER: Onorevoli, indirizza lis-Sedja jekk jogħġbok.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: L-Onor.", "Mizzi qed jiddikjara li bħalissa d-domanda għall-enerġija hija għolja.", "Jimporta jgħidli kemm hi d-domanda u liema huma t-turbini bil-ħsara ħalli nkun nista' nwieġbu, mhux mingħalih qed jitkellem mal-boloh?", "MR SPEAKER: Ippermettili ftit, Onorevoli.", "On a point of order, l-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Id-domanda dan l-aħħar kienet ta' 336 megawatts u l- kapaċita' bħalissa hija ta' 390 megawatts, meta qegħdin jintużaw l- emergency generators ukoll.", "Bħal dawn iż-żmenijiet id-domanda tkun għolja ħafna u għalhekk bħala l-ministru responsabbli xtaqtu jirrispondini.", "MR SPEAKER: Dan m'huwiex point of order.", "Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Jekk mingħalih se jiġi hawn ġew u joqgħod iparla ...", "(Interruzzjonijiet) Għandek dokumenti li juru dawn l-affarijiet?", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Onorevoli, indirizza lis-Sedja jekk jogħġbok.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: L-Onor.", "Mizzi qed jgħid li d-demand hija ta' 336 megawatts u l-capacity hija ta' 390 megawatts.", "Jimporta jgħidli liema huma t-turbini li huma out of order?", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Imisskom tistħu, dawn ilhom mill-1999!", "Waħda mit-turbini waqfet tiffunzjona f'Santa Marija u l-oħra waqqaftuha għax fiha xi cracks u għadha ma ġietx irranġata!", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Għalkemm il-Malta resources authority mhux se toqgħod tidħol f'dan id-dettall ta' kif titmexxa ...", "(Interruzzjonijiet) Le, se nwieġbek.", "Mr Speaker, jimporta jgħidli liema parti hi out of order minn dan il-combined cycle, jekk hux il-gas turbines jew il-conventional turbine?", "Jimporta jgħidhomli dawn l-affarijiet ħalli nkun nista' nwieġbu?", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Diġa' għedt li t-turbini jinsabu bil-ħsara; waħda marrulha l-plates u l-oħra għandha l-plates cracked.", "Għalhekk qed ngħidlu li qegħdin f'sitwazzjoni prekarja.", "Issa int, bħala l-ministru responsabbli mill-Malta resources authority trid tgħid x'inhu l-contingency plan f'każ li d-domanda għall-enerġija tkun daqskemm kienet is-sena l-oħra.", "Dawn fl- 1999 ...", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Jiena qed nistaqsi lill-Onor.", "Mizzi biex jgħidli liema parti mill-combined cycle li għandha kapaċita' ta' 117 megawatts hija out of order, jekk hux it-turbina tal-gass jew it-turbina konvenzjonali.", "(Interruzzjonijiet) L-Onor.", "Mizzi qed jgħid li t-tnejn marru.", "Liema parti?", "(Interruzzjonijiet) Kollox sew, fl-1999!", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom, inżommu l-ordni għax ma jistax ikun li nibqgħu sejrin hekk.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: L-Onor.", "Mizzi qed jagħmel fuss mix-xejn!", "Jimporta jagħtini ċans inwieġeb?", "MR SPEAKER: Għalhekk sejjaħtlek biex twieġeb.", "(Interruzzjonijiet) Onor. Mizzi, inżommu l-ordni u s-serjeta', issa qed jirrispondi l-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Sur President, jien qed nitolbu jgħidli liema parti tal- combined cycle hija out of order, jekk hux il-gas turbine jew il-parti ta' wara, jiġifieri t-turbina konvenzjonali.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Dawk li nxtraw fl-1999, bil-garanzija li huma tajbin u effiċjenti!", "Jikkonferma li dawn għandhom capacity ta' 390 megawatts jew le?", "(Interruzzjonijiet) Niċċelinġjah biex jgħidli, Sur President.", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom żommu l-ordni.", "Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Sur President, jiena nilqgħu ċ-challenge.", "Inġib l- informazzjoni kollha mingħand l-Enemalta u nwieġbu, mela le!", "Pero' hu għadu ma weġibnix.", "Qal li din inxtrat fl-1999.", "Jimporta jgħidli eżatt meta ħareġ it-tender għall-combined cycle, meta tpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra d- dokument tat-tender u meta bdiet tinbena?", "Jimporta jgħidli dawn l- affarijiet ladarba jifhem f'kollox!", "Jien ma naf xejn minn dan u għalhekk qed nitolbu jagħtini din l-informazzjoni.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Dik kienu għażluha u ordnawha huma stess u ġiet installata fl-1999, Sur President.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Ikompli l-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nikkonferma ħaġa waħda, illi l-għażla ta' din il- combined cycle saret f'Lulju ta l-1996, ftit qabel ma xolja l-parlament.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: M'hemmx interruzzjonijiet.", "Kompli Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Wara x-xoljiment tal-parlament fl-1996 telgħu huma fil- gvern u kieku riedu setgħu bidluha din il-combined cycle.", "Għaliex ma bidluhiex?", "Imisskom biddiltuha, kellkom iċ-ċans!", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom, inżommu l-ordni, Onor. Mizzi.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Kull żieda li saret fil-power station ...", "(Interruzzjonijiet) Int għadek ma weġibtx.", "Kull żieda li saret fil-power station għamilha gvern Nazzjonalista.", "Għax gvern Laburista taf x'kien ħallielna?", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom, inżommu l-ordni.", "Onor. Mizzi, issa qed jirrispondi l-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Jien qed nitolbu jgħidilna liema parti tal-combined cycle hijia out of order imma ma jafx, ma jifhimx.", "(Interruzzjonijiet) Weġibni u għidli liema biċċa ma taħdimx!", "(Interruzzjonijiet) Għax il-gas turbines għandhom 75 megawatts weħidhom, il-parti ta' wara għandha 37.5 megawatts ...", "(Interruzzjonijiet) Mela jien ma nistax nistaqsik?", "MR SPEAKER: On a point of order, l-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Nerġa' ngħidlu li dawn huma l-istess li għamlu huma fl- 1999.", "Imissu jistħi!", "MR SPEAKER: Ikompli l-Ministru.", "(Interruzzjonijiet) Jekk jogħġobkom, inżommu l-kalma.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Imissu jistħi hu għax mhux kapaċi jgħidli ...", "(Interruzzjonijiet) Jekk għandu ftit melħ ġo moħħu jaf li aħna ħallejna d- dokumenti kollha hemmhekk u huma komplewha għalkemm setgħu neħħewha.", "Veru li ġiet commissoned fl-1999, pero' bdiet tinbena f'dawk it-22 xahar tal- gvern Laburista għax kellhom id-dokumenti lesti.", "Imbagħad, jekk l-Onor.", "Mizzi ma jafx, biex tagħmel combined cycle ta' dik il-kwalita` mhux kemm tagħfas buttuna u f'xahar tibniha; dik trid sentejn u nofs biex tibniha.", "U hekk sar il-proċess.", "Aħna ħallejna d-dokumenti għax-xiri tal-combined cycle ...", "Nerġa' ngħid li combined cycle fih żewġ gas turbines, fih il-parti tal-heat recovery boiler u mbagħad għandek il-convention turbine.", "L-Onor.", "Mizzi, bl-għerf kollu li jgħid li għandu – għax kulħadd jaf kemm għandu għerf - għadu ma qalx liema parti tal-combined cycle hija out of order, jekk hux il-gas turbines jew it- turbina ta' wara li tieħu l-enerġija tagħha mill-heat recovery boiler.", "(Interruzzjonijiet) Għidilna la tifhem ħafna!", "Għidilna.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Ippermettili.", "Inżommu l-ordni, jekk jogħġobkom.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Jien qed nirrispondi għal ħaddieħor u rrid inżomm id- distanzi tiegħi.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Ippermettili.", "Inżommu l-ordni, jekk jogħġobkom.", "L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Tant ma jafx, li qed jistaqsi lili, mill-oppożizzjoni, biex ngħidlu!", "Ara kemm ma jafx!", "Lanqas jaf li s-sitwazzjoni bħalissa hija allarmanti.", "Ara fiex wasalna f'dan il-pajjiż!", "MR SPEAKER: Ippermettili.", "Il-Ministru għadu qed jirrispondi d-domanda.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: F'dan il-pajjiż wasalna f'sitwazzjoni fejn xi ħadd mill- oppożizzjoni jqum jagħmel statement u ma jkunx kapaċi jibbekkjah!", "Qed jgħid li hemm turbina mkissra ...", "Għidilna liema parti tal-combined cycle hija out of order, jekk hux il-gas turbine jew il-conventional turbine?", "Għidilna!", "Inti taf kollox!", "Inti bravu!", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Tant jien responsabbli u naf x'qed ngħid li nitlob lis- Sedja tivverifika dak li qed ngħid jien u jekk issib li m'huwiex minnu, tissospendini minn din il-Kamra.", "Jekk dak li qed ngħid jien huwa minnu, allura tissospendi lill-ministru għax ikun qed jimmiżlijdja l-Kamra.", "MR SPEAKER: Ikompli l-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Li qed jgħid hu, affari tiegħu.", "(Interruzzjonijiet) Biex ma naħlux iżjed ħin se nistaqsih ta' l-aħħar.", "Jimporta l-bravu l- Onor. Mizzi jgħidilna liema parti tal-combined cycle hija out of order, jekk hux il-parti fejn hemm il-gas turbines jew inkella t-turbina konvenzjonali?", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jien m'iniex bravu, pero' ma nafx jekk hu huwiex bravu jew idjota.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Li hu żgur hu li m'iniex prużuntuż bħalu għax jekk jien niġi nagħmel statement, niċċekkja l-affarijiet minn qabel.", "(Interruzzjonijiet) Nerġa' nistaqsih liema parti hija out of order.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Ippermettili ftit, Ministru.", "Inżommu l-kalma.", "On a point of order, l-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sur President, li niġi hawnhekk u ngħid fl-interess tal- pajjiż ma nagħmlux għax jien prużuntuż, imma għax ħadt il-ġurament.", "Prużuntuż huwa min qed jipprova jevita li jwieġeb.", "U jmissu jistħi!", "MR SPEAKER: Noqogħdu attenti kif inpoġġu d-diskors.", "Kompli Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ovvjament noqgħod attent kif inpoġġi d-diskors, imma jien mhux se nħalli li jiġi xi ħadd hawnhekk jallarma lil kulħadd u ma jagħtinix l-informazzjoni dwar l-istatement għaqli u studjuż li jkun qed jagħmel!", "Nerġa' nistaqsih: Liema parti tal-combined cycle, li fiha żewġ gas turbines, hija out of order?", "MR SPEAKER: Jekk qed issir din id-domanda, wieħed irid jirrispondi għaliha.", "L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jekk issa r-regolamenti nbidlu u l-ministru jista' jistaqsi lill-oppożizzjoni, allura jien se nirrispondi; ma jimpurtax.", "Jien diġa' għedtlu liema huma ż-żewġ turbini, dawk li kkummissjonaw u xtraw huma fl-1999.", "Jien staqsejtu jekk hux veru jew le li l-kapaċita' bħalissa hija ta' 390 megawatts b'emergency generator wieħed.", "Irrispondini din issa.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Ma jistax ikun li nibqgħu sejrin hekk.", "Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Hu qed jgħid li d-demand hija ta' 336 megawatts u l- kapaċita` available hija ta' 390 megawatts.", "Issa niċċekkjahom dawn l- affarijiet.", "Fejn naf bħalissa x'inhi!", "Jekk ma tafx, id-domanda tvarja l- ħin kollu.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom, issa nżommu l-ordni, il-kalma u s-serjeta`.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: X'naħli l-ħin!", "Qed nipprova nfissirlek biex forsi tifhem.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Kompli, Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Sur President, inkun f'pożizzjoni li niġbor l- informazzjoni kollha u nirrispondih meta hu jgħidli liema parti tal- combined cycle hija out of order.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Noel Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Ladarba l-ministru qed iwieġeb għan-nom tal-prim ministru, xtaqt nagħmillu domanda.", "Għall-post ta' technical attache`, bħala rappreżentant permanenti ta' Malta fi Brussell, il-gvern ħareġ applikazzjonijiet għal persuni tekniċi, kemm fil-qasam finanzjarju kif ukoll fil-qasam ġudizzjarju.", "Ir-raġuni hi li, minkejja li dan huwa xogħol u mestier tekniku, u allura wieħed jistenna li bniedem għandu jkun kwalifikat, il-gvern qed jgħid li se jaċċetta persuni li m'humiex kwalifikati għal dawn is-sejħiet.", "X'inhi r-raġuni għal dan?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Ma naħsibx li l-Onor.", "Interpellant jippretendi li nagħtih risposta għal din id-domanda, għas-sempliċi raġuni li assolutament m'għandha l-ebda relazzjoni mad-domanda oriġinali.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Peress li dawn l-applikazzjonijiet li qed nirriferi għalihom jaqgħu taħt id-dekasteru tal-prim ministru u peress li l- mistoqsija li qed nagħmel hi prattika ta' kull ministru, jista' bħala ministru kompetenti tal-Kabinett jgħidli x'inhi r-raġuni li f'karigi tekiniċi qed jiġu aċċettati nies li m'għandhomx kwalifiki universitarji?", "Għax jekk il-pajjiż għandu bżonn servizz mediku tekniku, jien li jien layman u m'għandix il-kapaċita' medika teknika u xjentifika, ma nistax nagħti dan it-tip ta' servizz.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jekk l-Onor.", "Interpellant qed jirriferi għal xi każ partikolari u jixtieq l-informazzjoni dwaru, nitolbu jagħmel id-domanda lill-ministru konċernat u jingħata risposta.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Persuni li m'għandhomx kwalifiki universitarji, u allura m'għandhomx kapaċita' teknika u xjentifika, jistgħu jiġu magħżula biex jagħmlu xogħol speċifikament f'mestier tekniku?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Sur President, il-mod kif qed titpoġġa d-domanda tant hija bla bidu u bla tmiem, li huwa mpossibbli għal xi ħadd min-naħa tal- gvern li jipprova, imqar remotament, jagħti risposta.", "RIŻORSI U INFRASTRUTTURA - SPIŻA TA' FUELS", "22866.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Kemm kienet in-nefqa globali ta' fuels fil-ministeru tiegħu u l-entitajiet li jaqgħu taħtu matul l-2006?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Fl-2006 in-nefqa globali ta' fuel fil-ministeru għar- riżorsi u infrastruttura u l-entitjiet li jaqgħu taħtu kienet ta' Lm254,829.01.", "Hawnhekk għandi l-informazzjoni relatata man-nefqa ta' fuel bejn l-2002 u l- 2006.", "Jekk nieħdu tas-sena l-oħra, per eżempju, insibu li l-volum kien ta' 595,490 litru u l-ispiża kienet ta' Lm254,829.01 u dan ma jintużax mill- karozza tiegħi biss imma mill-ministeru kollu.", "Jekk immorru lura għas-sena 2002, insibu li l-konsum ta' fuel kien akbar għax kien jammonta għal 641,049 litru.", "Pero' bejn l-2002 u l-2006 kellna tnaqqis ta' 7.1% fil- konsum ta' fuel.", "Għalkemm fl-2006 użajna inqas fuel milli wżajna fl-2002, insibu li l-ispiża kienet ogħla għax il-prezz tal-fuel li jiġi minn barra għola.", "Għalhekk filwaqt li bejn l-2002 u l-2006 kien hemm tnaqqis ta' 7.1% fil-konsum, l-ispiża tal-fuel li jiġi minn barra żdiedet bi 38% żdiedet bi 38%.", "Il-ġimgħa l-oħra ma stajtx nagħti din l-informazzjoni għax ridt nagħmel comparison fuq l-użu u l-ispiża tal-fuel.", "Sur President, kif issuġġerixxa l-Onor.", "Noel Farrugia, se npoġġi din l- informazzjoni fuq il-mejda tal-Kamra.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Il-ministru ġie informat b'mismanagement u b'serq ta' eluf ta' liri fi fuel f'dawn l-aħħar ħames snin?", "Jaf lil sa l-aħħar ta' l- 2005, il-ministeru u d-dipartiment tax-xogħlijiet lanqas kellhom inventarju komplut jew up-to-date tal-vetturi kollha kif ukoll tan-nies, inkluż ta' dawk li lanqas biss jidħlu għax-xogħol u li kienu għadhom qegħdin jieħdu fuel mid-dipartiment, kif ukoll li jitħallsu kirjiet ta' gafef u vannijiet għal xejn?", "Il-ministru huwa informat li nstabu diskrepanzi ta' eluf kbar ta' liri bejn l-ammont ta' flus skond l-irċevuti ta' fuel li nxtara mill- Enemalta u l-ammonti ta' fuel li ntużaw mill-ministeru u mid-dipartiment tax-xogħlijiet pubbliċi?", "Fejn marru dawn it-tunnellati ta' fuel mhux accounted for?", "Jikkonferma li s-segretarju permanenti fil-ministeru tiegħu, id-direttur ġenerali u d-direttur ta' l-immaniġġjar tal-finanzi, is-Sur Rogers, kienu jafu b'dan kollu?", "Min tahom l-istruzzjoni biex ma jinvestigawx dawn l- abbużi kollha, fejn f'sena waħda biss kien hemm diskrepanza ta' aktar minn Lm82,000 fuel not accounted for?", "Jaf li bejn l-2002 u llum kien hemm vetturi li waqt li kienu bil-ħsara jew għat-tiswija, xorta waħda ħadu l- fuel?", "Jaf li kien hemm terzi persuni, stabbilimenti jew residenzi privati, inklużi fabbriki kbar, bħall-ST Microelectronics, li parti minnhom kienu mqabbda mal-mains tad-dawl u ta' l-ilma tal-garaxx ta' Ħal Kirkop, li għal snin twal, fosthom anke meta l-istess Onor. Zammit kien ministru, kellhom il-kontijiet imħallsa minn flus il-poplu u dan meta kulħadd kien jaf b'dan?", "Jaf li d-direttur tal-finanzi u tal-public works approva l-ħlas ta' eluf ta' liri f'overtime lil ċertu grupp ta' skrivani - xi wħud minnhom jieħdu Lm3,000 f'sena f'overtime - biex suppost jaraw li ma jsirux żbalji meta jiġu biex jitħallsu dawn il-kontijiet, imma xorta waħda nstab li għal snin twal kienu tħallsu kontijiet tad-dawl, ilma u telephone u saħansitra tal- kera, ta' residenzi privati u postijiet oħra?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sur President, għadni m'iniex lest.", "MR SPEAKER: Imma l-ministru jrid ikollu ċans iwieġeb.", "ONOR.", "JOE MIZZI: X'ħin jiskadi l-ħin għidli li skada l-ħin.", "Jien skond l- istanding orders miexi.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Biex inkunu raġonevoli rridu ngħidu li jekk se nimxu skond l-istanding orders, hemm standing order li tgħid li deputat ma jistax, f'seduta waħda, jkollu aktar minn sitt mistoqsijiet.", "(Interruzzjonijiet) Kif jista' jkun!", "Issa biex iwieġbek se jkollu bżonn għaxar minuti.", "(Interruzzjonijiet) Imma ma jistax ikun!", "MR SPEAKER: Irridu nirraġunaw.", "Normalment il-mistoqsija ssir bil-miktub ukoll.", "Kompli, Onor. Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jista' l-ministru jgħid x'passi ttieħdu?", "Lest li jpoġġi l-management accounts ta' bejn l-2002 u l-2006, u jinkludi l-inventarju tal- fuel li ħadu l-vetturi xahar b'xahar, kif kienu miġburin mis-Sur Rogers?", "(Interruzzjonijiet) Jien skond l-istanding orders miexi, bir-rispett kollu.", "MR SPEAKER: Ippermettili ftit.", "Din hija l-aħħar mistoqsija, hux hekk, Onor. Mizzi?", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "JOE MIZZI: X'inhi l-problema tiegħek?", "(Interruzzjonijiet) Mela allura għalfejn qed tibża'?", "Mela rrispondi!", "(Interruzzjonijiet) Le, mhux se nagħmilhom bil-miktub għax l-aħħar darba inti għedt li se tiġi ppreparat u se tiġbor l-informazzjoni kollha.", "(Interruzzjonijiet) Il-ministru qal li ried jiġbor l-informazzjoni għax ma kienx kuntent.", "Ma kienx kuntent meta kien jaf b'dawn l-affarijiet u ma ttieħdu l-ebda passi?", "Nerġa' nistaqsi lill-ministru jekk huwiex lest li jpoġġi kopja tal-management accounts ta' bejn l-2002 u l-2006 ħalli wieħed ikun jista' jiskrutinja dawn l-affarijiet li kienu approvati.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-Mistoqsijiet għadda.", "(Interruzzjonijiet) Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti u nsejjaħ lill-Ministru Ċensu Galea.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Sur President, f'isem il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura nqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar in-nefqa fuq telephones mill-Ministeru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni, dipartimenti u enti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tal-Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni, matul l-2006, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 22884;", "Tagħrif dwar in-nefqa fuq fuels mill-Ministeru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni, dipartimenti u enti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tal- Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni, matul l-2006, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 22888;", "f'isem il-Ministru għal Għawdex inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:-", "Bill of quantities b'riferenza għax-xogħlijiet fuq it-triq bejn San Lawrenz u Rabat, Għawdex, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 23409;", "f'isem il-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq inqiegħed fuq il-mejda tal- Kamra:-", "Tabella li turi l-għadd ta' vetturi bil-mutur liċenzjati, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 23152;", "Tagħrif dwar safar li sar minn delegazzjonijiet immexxija mill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq, matul l-2006, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 23226;", "f'isem il-Ministru għall-Familja u Solidarjeta' Soċjali nqiegħed fuq il- mejda tal-Kamra:-", "Tagħrif dwar safar li sar minn delegazzjonijiet immexxija mill-Ministru għall-Familja u Solidarjeta' Soċjali, matul l-2006, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 23224; u", "Lista li turi l-konsulenti li għamel użu minnhom il-Ministeru għall- Familja u Solidarjeta' Soċjali, dipartimenti u enti li jaqgħu taħt ir- responsabbilta' tal-Ministru għall-Familja u Solidarjeta' Soċjali, matul l-2006, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 23277.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Francis Agius.", "ONOR FRANCIS AGIUS (Segretarju Parlamentari): f'isem il-Ministru għat- Turiżmu u Kultura nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Tagħrif dwar safar li sar minn delegazzjonijiet immexxija mill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura, matul l-2006, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 23227;", "f'isem il-Ministru ta' l-Affarijiet Rurali u l-Ambjent inqiegħed fuq il- mejda tal-Kamra:-", "Lista li turi l-konsulenti li għamel użu minnhom il-Ministeru ta' l- Affarijiet Rurali u l-Ambjent, dipartimenti u enti li jaqgħu taħt ir- responsabbilta' tal-Ministru ta' l-Affarijiet Rurali u l-Ambjent, matul l- 2006, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 23275; u", "f'isem il-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunita' nqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:-", "Tagħrif dwar safar li sar minn delegazzjonijiet immexxija mill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunita', matul l-2006, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 23223.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Jekk m'hawnx iktar Tqegħid ta' Karti ngħaddu għal Stqarrijiet Ministerjali.", "Il-Prim Ministru.", "STQARRIJA MINISTERJALI", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, nhar il-Ġimgħa, 26 ta' Jannar, ħarġet l- aħbar li Dr Gordin Cordina ssottometta r-riżenja tiegħu mill-kariga ta' Direttur Ġenerali fl-Uffiċċju Nazzjonali ta' l-Istatistika.", "Dr Cordina huwa bniedem rispettat fis-settur ekonomiku f'pajjiżna.", "Huwa bniedem li jgawdi minn fiduċja u rispett minn kulmin ħadem miegħu tul il-karriera tiegħu bħala ekonomista u speċjalment f'dawn l-aħħar snin meta kien konsulent għall-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali (l-MCESD) ta' pajjiżna – funzjoni li baqa' jaqdi sakemm inħatar Direttur Ġenerali ta' l-Uffiċċju Nazzjonali dwar l-Istatistika fis-7 ta' Awissu tas-sena 2006.", "Peress li l-kariga li kien jokkupa Dr Cordina hija ta' importanza kbira għal pajjiżna, u fid-dawl tal-kontenut ta' l-ittra ta' riżenja li huwa stess bagħat lill-Awtorita' ta' l-Istatistika, il-gvern huwa tal-fehma li kellu jiġi quddiem dan il-parlament biex jagħti rendikont tal-fatti kif ġraw u tal-konsiderazzjonijiet li għandhom isiru f'dawn iċ-ċirkostanzi.", "Qabel xejn irid jingħad li l-Uffiċċju Nazzjonali ta' l-Istatistika jaqdi funzjoni importanti ħafna f'pajjiżna għaliex permezz tiegħu lkoll kemm aħna nkunu nistgħu nkejlu l-progress li pajjiżna jkun qiegħed jagħmel fid- diversi oqsma li jolqtu l-ħajja soċjali, politika u ekonomika ta' pajjiżna.", "Huwa għalhekk importanti li l-funzjoni ta' dan l-uffiċċju tinżamm lil hinn mill-kontroversja politika u filwaqt li tkun miftuħa għall-kritika, din il- kritika għandha tkun waħda dejjem kostruttiva u magħmula skond il-parametri ta' dak li hu ġust u li hu neċessarju f'demokrazija.", "Kien proprju għalhekk li fil-mixja li pajjiżna mexa għal sħubija fl-Unjoni Ewropea, wieħed mill- aspetti l-aktar importanti ta' l-acquis communautaire li kellu jimplimenta pajjiżna kien proprju li l-pajjiż ikollu uffiċċju ta' l-istatistika li jkun awtonomu mill-gvern u li jkun jista' jopera b'mod li jiggarantixxi trasparenza u fiduċja fl-istatistika li jkun qiegħed jippubblika.", "Saru l- bidliet li kien hemm bżonn fil-liġi; twaqqfet l-Awtorita' ta' l-Istatistika u l-uffiċċju beda jopera b'mod li seta' jintegra bis-sħiħ mal-Eurostat u l- istituzzjonijiet Ewropej oħra.", "Fortunatament, tul is-snin, dan l-uffiċċju u kull min kien responsabbli għat-tmexxija tiegħu, dejjem gawda minn ċerta fiduċja, u għalkemm xi kritika qatt ma naqset, din dejjem baqgħet fil-limiti ta' dak li hu deċenti u aċċettabbli f'soċjeta' demokratika moderna.", "Irrid infakkar li dan l-Uffiċċju kellu rwol importanti fil-ġbir ta' l- istatistika li għenet lill-gvern ifassal il-politika tiegħu u li naturalment għenet ukoll lill-Oppożizzjoni biex tagħmel il-kritika tagħha.", "L-uffiċċju kien ukoll kruċjali biex Malta setgħet tissottometti l- istatistika li kien hemm bżonn biex nuru li bqajna intitolati għal dak li jissejjaħ bħala Objective 1 Status fl-Unjoni Ewropea – sitwazzjoni li intitolat lil pajjiżna għal għajnuna finanzjarja li tlaħħaq it-855 miljun Ewro.", "Dan apparti mill-fatt li l-istess Uffiċċju huwa responsabbli biex jippubblika l-istatistika li tkejjel il-progress ta' pajjiżna fl-akkwist tal-kriterji ta' Maastricht li finalment jippermettu lil pajjiżna biex japplika ħalli jingħaqad maż-żona ta' l-ewro – objettiv nazzjonali ta' importanza strateġika enormi għal pajjiżna.", "Huwa fid-dawl ta' dan kollu, li wieħed irid jomgħod sewwa dak li stqarr Dr Cordina fl-ittra tar-riżenja tiegħu indirizzata lis-Sur Reno Camilleri, Chairman tal-Awtorita' ta' l-Istatistika.", "Irrid nagħmel tliet punti.", "L-ewwelnett nitlob lill-Kamra tinnota li l-ittra tar-riżenja hi indirizzata liċ-Chairman ta' l-Awtorita' Maltija ta' l-Istatistika u mhux lili bħala Prim Ministru.", "Dan il-fatt waħdu diġa' juri kemm kienet żbaljata l-kritika tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni li huwa għoġbu jagħmel meta ħarġet l-aħbar tar- riżenja meta hu qal li jiena bħala Prim Ministru, ħbejt din ir-riżenja għal tlett ijiem sħaħ.", "Il-fatti huma li din hi riżenja li bil-liġi kellha tintbagħat liċ-chairman ta' l-Awtorita' Maltija ta' l-Istatistika proprju għaliex il-liġi timponi l-awtonomija u l-indipendenza mill-gvern.", "Il- kritika tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni u b'mod speċjali l-allegazzjoni falza li huwa għamel, hija insult mhux biss lili bħala Prim Ministru, imma hi wkoll insult lejn id-diriġenti u l-uffiċjali kollha ta' l-Uffiċċju Nazzjonali ta' l-Istatistika kif ukoll lil dawk ta' l-Awtorita' Nazzjonali ta' l- Istatistika, inkluż iċ-chairman is-Sur Reno Camilleri.", "It-tieni punt li rrid nagħmel jirrigwarda r-raġuni li Dr Cordina jġib fl- ittra tiegħu biex jispjega għaliex kien qiegħed jissottometti r-riżenja tiegħu.", "Huwa jgħid hekk:", "\"Wasalt għal din id-deċiżjoni għaliex l-avveniment ta' dawn l-aħħar ġimgħat, li marru lil hinn minn diskussjoni matura ta' natura teknika, urewni li ma nistax inkompli naqdi d-dmirijiet tiegħi bis-serenita' f'din il-pożizzjoni.\".", "Bla dubju ta' xejn, hawnhekk Dr Cordina jiddeskrivi l-attakki sfrenati, inġusti u personali li saru fil-konfront tiegħu bħala r-raġuni ewlenija għad-deċiżjoni tiegħu li jirriżenja.", "Tassew jiddispjaċini li pajjiżna jiġi fi stat fejn jitlef nies tajbin minn karigi kruċjali, għaliex min jikkritika ma jkollux id-dehen li jżomm il- kritika fuq livell ta' \"diskussjoni matura ta' natura teknika\" u minflok jinfexx f'attakki personali li jippruvaw ikissru d-dinjita` tal-persuna involuta.", "Qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra eżempji tat-tip ta' kritika li saret fil-konfront ta' Dr Cordina u li żgur ma jagħmlux ġieħ lil min għoġbu jinżel f'dan il-livell hekk baxx.", "It-tielet punt li rrid nagħmel huwa l- fatt li proprju nhar it-Tnejn li għadda it-team maniġerjali kollu ta' l-NSO ħareġ stqarrija li fiha kull wieħed minnhom esprima l-fiduċja sħiħa tiegħu fid-diretturi ġenerali kollha li kellha l-NSO, inkluż Dr Cordina, u żiedu jgħidu żewġ affarijiet importanti.", "L-ewwel, stqarrew illi l-Uffiċċju Nazzjonali ta' l-Istatistika dejjem ħadem skond il-metodoloġiji stabbiliti u skond il-prattiċi ta' din ix-xjenza speċjalizzata.", "It-tieni, iddikjaraw illi qatt ma kienu suġġetti għal xi pressjoni politika jew ta' xort'oħra, interna jew esterna, biex jimmanipulaw l-istatistika.", "Nitlob b'mod speċjali lill-Oppożizzjoni biex jisimgħu sewwa x'qed jgħid it-tim maniġerjali ta' l-NSO.", "Ma nistax ma ninterpretax din l-istqarrija tagħhom bħala ċaħda kategorika għal dak li ntqal mill-Oppożizzjoni u għal dak li ġie insinwat fil-konfront tagħhom kif ukoll ċaħda kategorika tal-kontenut kollu tar-rapporti anonimi li l-Partit Laburista għoġbu jippubblika fil- ġranet li għaddew.", "Dan iġibni għall-aħħar punt.", "L-istatistika hi korretta sakemm huwa umanament possibbli li tgħid li hi korretta.", "Veru li kulħadd jista' jiżbalja.", "Veru wkoll li kulħadd għandu d-dritt li jikkritika, imma rridu nifhmu li f'dawn l-aħħar snin żviluppajna l-istituzzjonijiet tagħna u introduċejna metodi kif kulħadd jista' jikkontesta b'mod matur u jkollu t- tweġibiet li jistħoqqlu.", "Aħna għandna wkoll l-istituzzjonijiet Parlamentari, bħall-Public Accounts Committee, li huwa kumitat presedut minn Deputati ta' l-Oppożizzjoni stess u li għandu l-liberta' kollha li jinvestiga u janalizza l-informazzjoni li tista' tkun għad-dispożizzjoni tagħna.", "Mr Speaker,", "Huwa għalhekk li nagħlaq billi nagħmel l-appell ħalli jintużaw dawn il- metodi u mhux metodi oħra, kif sar fil-konfront ta' Dr Cordina u li jiena nikkundanna bl-akbar qawwa.", "Inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:-", "Estratt mill-ħarġiet ta' \"l-orizzont\" ta' l-4 ta' Settembru, 2 ta' Ottubru 2006 u t-8 ta' Jannar 2007; mill-ħarġa tal-\"Kullħadd\" ta' l-14 ta' Jannar 2007 u mill-ħarġiet ta ́ \"It-Torċa\" tas-7 u l-21 ta' Jannar 2007, b'riferenza għar-riżenja tas-Sur Gordon Cordina minn Kap ta' l- Uffiċċju ta' l-Istatistika.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Charles Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Mr Speaker, xtaqt nagħmel diversi mistoqsijiet fuq din l-istqarrija li għadna kemm smajna llum.", "L-ewwelnett, jikkonferma l- Prim Ministru li tlett ijiem jew erbat ijiem qabel ma ġiet ippubblikata r- riżenja, dakinhar li kien hemm iċ-ċerimonja tal-ħatra ta' l-arċisqof il- ġdid, hu ma kienx jaf li din ir-riżenja kienet diġa' ntbagħtet?", "Issa ħalli nikkwota dak li l-gvern stess qal li kkwota mill-ittra tar- riżenja ta' Dr Cordina fejn qal hekk:", "\"Wasalt għal din id-deċiżjoni għaliex l-avvenimenti ta' dawn l-aħħar ġimgħat li marru lil hinn minn diskusjsoni matura ta' natura teknika wrewni ...\".", "Nixtieq nistaqsi lill-Prim Ministru jekk ir-rapport tekniku li ppubblika l- partit Laburista ...", "Huwa tekniku fis-sustanza, mhux qed ngħid għal min għamlu jew m'għamlux.", "Wara kollox, qabel il-budget kien ippubblikat rapport dwar it-taxxa li għadna ma nafux min kien irrikmandahulu lill-prim ministru, pero' jien li tinteressani hija t-teknikalita' tiegħu u mhux min għamlu.", "Nixtieq nistaqsi jekk f'dak ir-rapport tekniku li ppubblika l- partit Laburista u li kulħadd kellu aċċess għalih u seta' jakkwista kopja tiegħu, hemmx xi ħaġa li tagħmel allegazzjonijiet personali lil Dr Cordina jew inkella kienx fih xi punt li ma kienx ta' natura teknika u aħna tlabna risposta għalih.", "Dak ir-rapport intavolajtu jien, għamilt press conference dwaru u tkellimna dwaru kemm jiena u kemm l-Onor.", "Alfred Sant.", "Nixtieq li l-prim ministru jgħidli jekk f'xi ħin jien jew l-Onor.", "Sant ikkritikajna jew insulentajna personalment lil Dr Cordina.", "Hawn mhux qed ngħid għall-kritika fuq il-ħidma tiegħu, fejn staqsejna mistoqsijiet biex inkunu nafu l-ġustifikazzjoni tat- tibdil li sar fl-istatistika.", "Hawnhekk qed jingħad li l-bord maniġerjali għamel ċaħda kategorika għar-rapporti anonimi li saru.", "Aħna mhux iċ-ċaħda rridu, imma risposta għal dawk ir-rapporti.", "Jien intenni li dak ir-rapport għandu jiġi kkritikat jekk f'xi punt m'huwiex tekniku.", "Nistgħu ma naqblux fuq l-assessment li nagħmlu, imma tajjeb li wieħed jinnota li fuq l-aħħar statisitka ta' kemm ġew ġenerati impjiegi anke l-GRTU ma qablitx u kkritikatu bil-qawwi.", "Hi qalet li l-aħħar statistika ma tagħmilx sens.", "F'wieħed mill-paragrafi ta' l-aħħar ta' l-istqarrija jingħad li \"Veru li kulħadd jista' jiżbalja\".", "Dan nistgħu ninterpretawh li l-istatistika li ġiet ippubblikata f'Diċembru, li kważi taqleb ta' taħt fuq ħafna statistika li kienet ippubblikata f'Settembru, hija żbaljata?", "Jiġifieri hemmhekk sar xi żball?", "Iva jew le?", "Jekk sar xi żball wieħed jaċċetta l-iżball, l-aqwa li nkunu nafu x'inhuma l-affarijiet b'mod korrett.", "Fir-rigward tar-riferenza li saret għall-Public Accounts Committee tajjeb ngħidu li l-istatistika aħna ħafna drabi neħduha li hija veritjiera u mibnija fuq informazzjoni li ġiet miġbura b'mod xjentifiku.", "Ovvjament meta l-istatistika tiġi ppubblikata kulħadd jagħtiha l-assessment tiegħu, pero' nafu li tkun soġġetta għal ċerti reviżjonijiet.", "Imma meta statisitka tkun konfermata bħala riveduta ...", "U meta ngħid \"konfermata\" qed nirreferi għal statistika ta' bejn l-1995/1996 u l-2000/2002 li, skond id-dokumenti ta' l- istatistika stess, hija konfermata u riveduta.", "Issa meta jgħaddu għaxar snin u dik l-istatistika terġa' tgħid li se terġa' tirrevediha bilfors li jsiru l-mistoqsijiiet dwar liema waħda hija konfermata u riveduta, jekk hux ta' qabel jew ta' wara.", "Dawn kienu l-oġġezzjonijiet tekniċi tagħna, u safejn naf jien, la jien u lanqas Dr Sant bħala l-ogħla uffiċjali tal- partit Laburista m'għamilna xi kritika personali kontra Dr. Cordina.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Mario Galea.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Mr Speaker, jien nixtieq nagħmel erba' mistoqsijiet.", "Xtaqt nistaqsi lill-prim ministru jekk jaħsibx li meta l-kap ta' l- oppożizzjoni kien ikkwotat li qal li l-prim ministru ħeba r-riżenja tal- Prof. Cordina u ħariġha waqt li kienet qed issir l-ordinazzjoni ta' l- arċisqof il-ġdid - u l-Onor.", "Mangion qed jgħid li hu fatt – il-kap ta' l- oppożizzjoni kienx fil-fatt għaġġel u m'għamilx il-homework tiegħu sew għax jidher li ma kienx jaf li bil-liġi – kif qal anke llum il-prim ministru stess – ir-riżenja kellha tintbagħat liċ-chairman ta' l-awtorita' Maltija ta' l-istatistika u mhux lill-ministru inkarigat, f'dan il-każ il-prim ministru.", "Jiġifieri l-kap ta' l-oppożizzjoni jew għaġġel meta qal li l- prim ministru ħbieha biex joħroġha waqt li kienet qed issir l-ordinazzjoni ta' l-arċisqof il-ġdid, jew m'għamilx il-homework tiegħu sew, jew ma kienx jaf x'tgħid il-liġi, jew inkella kien jaf dawn l-affarijiet u apposta qalhom xorta waħda.", "Xtaqt nistaqsi wkoll lill-prim ministru jekk jaħsibx li l-attakki kontinwi ta' l-oppożizzjoni kontra Dr. Cordina u kontra l-NSO huma attentat biex jimminaw it-dħul ta' l-ewro f'pajjiżna u jekk fuq kollox dan jitfax dubju fuq dak li qal il-kap ta' l-oppożizzjoni dan l-aħħar meta għamel u-turn u qal li issa qed jaqblu mad-dħul ta' l-ewro f'Malta.", "Ta' min allura jistaqsi jekk din kenitx u-turn ta' konvinzjoni jew u-turn ta' konvenjenza.", "Xtaqt nistaqsi lill-prim ministru jekk jarax li hija kumbinazzjoni li tliet persuni li ġew attakkati u kkritikati b'mod sfrenat mill-oppożizzjoni, jiġifieri Prof. Cordina, il-gvernatur tal-Bank Ċentrali u Prof. Kenneth Wayne, kienu tliet persuni li waqt il-kampanja tar-referendum tkellmu favur is-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea.", "L-aħħar mistoqsija hija l-fatt li l-oppożizzjoni Laburista ...", "(Interruzzjonijeit)", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom.", "Kompli, Onor. Mario Galea.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Jimporta jkollkom il-paċenzja tisimgħu.", "Tgħallmu isimgħu.", "Onor. Anġlu Farrugia, inti taqbel magħna fuq ħafna affairjiet.", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom, m'hemmx cross debates.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Mr Speaker, l-aħħar mistoqsija tittratta l-fatt li l- oppożizzjoni Laburista b'mod ripetut qed tagħżel li tattakka personalment lil kulmin ma jaqbilx mal-pożizzjoni tagħha minflok tattakka l-argument, tant li għal darba, darbtejn, tlieta, erbgħa, ħamsa, b'mod persistenti u kontinwu qed twaqqa' d-diskussjoni f'attakki isteriċi u personali.", "Il-prim ministru jaqbel li dan ipoġġi f'dubji serji l-kredenzjali demokratiċi ta' l- oppożizzjoni Laburista?", "MR SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Carmelo Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Mr Speaker, xtaqt nagħmel xi mistoqsijiet lill-prim ministru.", "Peress li r-reviżjonijiet li saru - għallinqas it-tliet reviżjonijiet prinċipali - saru taħt it-tmexxija ta' Dr. Gordon Cordina, jikkonsidra li dan jista' jirrifletti ħażin fuq persuni oħra li kienu qed imexxu l-istess uffiċċju qabel Dr. Gordon Cordina?", "Barra minn hekk, bl- istess kejl li l-gvern qed iqis - anke skond l-istqarrija tal-prim ministru - li l-kritika li saret kien fiha attakki personali kontra Dr. Gordon Cordina, il-prim ministru ma jarax li meta esponenti ewlenin, inklużi ministri, ikkritikaw bl-aħrax lill-ombudsman u lill-awditur ġenerali, dan ukoll jista' jitqies bħala attakk personali kontra l-ombudsman u l-awditur ġenerali, li t-tnejn li huma għandhom karigi għolja u jirrispondu lejn dan il-parlament?", "Irrid ngħid ukoll li l-prim ministru għoġbu jsemmi lill-Onor.", "Leo Brincat dwar artiklu li kiteb.", "Jekk jaqra sew l-artiklu li kiteb l-Onor.", "Leo Brincat ma jsib l-ebda kelma li hija ta' tgħajjir personali fuq il-persuna ta' Dr. Cordina, anzi l-istess artiklu jibda billi jgħid:", "\"Għalkemm jien qatt ma ddubitajt il-kompetenza ta' Dr. Gordon Cordina bħala ekonomista ...\"", "u mbagħad ikompli jsemmi ħatriet jew konsulenzi li Dr. Gordon Cordina għandu mal-gvern, u jistaqsi jekk dawn il-ħatriet humiex minnhom jew le.", "F'dan il-każ il-kollega tiegħi, l-Onor.", "Leo Brincat, qed jgħid fatti li huma magħrufa u anke ngħataw tweġibiet f'dan il-parlament.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Insejjaħ issa lill-Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sur President, jien għandi rispett kbir lejn l-Onor.", "Abela, għax kieku nkun iktar goff fil-kritika għal dak li għadu kif qal, għax huwa eżempju tipiku ta' kif jitgħawġu l-affarijiet.", "Ħalli naqra jien x'kiteb l-Onor.", "Leo Brincat.", "Dan kiteb hekk:", "\"Inħatar Gordon Cordina, persuna li wriet il-kredenzjali kkuluriti tagħha meta ndirizzat il-famuż meeting tal-partit Nazzjonalista fi Sliema Circus qabel ir-referendum għall-Unjoni Ewropea.\".", "Imbagħad ikompli hekk:", "\"Tista' tkun l-aqwa statistika, jekk il-kap tagħha huwa l-istess persuna li fil-kampanja referendarja għall-Unjoni Ewropea ndirizzat meeting tal-partit Nazzjonalista, jien ma nafdahx, ma nemmnux.\".", "Dan hu li kiteb l-Onor.", "Leo Brincat.", "U biex inkun weġibt ukoll mistoqsija li għamel l-Onor.", "Mangion, ngħidlu: Mela l-oppożizzjoni hija dak li jgħid hu u dak li jgħid il-kap ta' l-oppożizzjoni?", "X'jgħid hu jgħodd, x'jgħid il- kap ta' l-oppożizzjoni hawnhekk, barra, fl-artikli li jikteb u anke fid- djalogi li jagħmel kull nhar ta' Ħadd jgħodd ukoll, pero' jgħodd ukoll x'jgħid l-Onor.", "Leo Brincat, ex-chairman tal-public accounts committee ta' dan il-parlament u esponent ewlieni tal-partit Laburista!", "Jien naħseb li dak jgħodd ukoll!", "Jew l-Onor.", "Mangion issa qed jgħid illi min-naħa ta' l- oppożizzjoni x'jgħid ħaddieħor ma jgħoddx?", "Sakemm l-oraklu tan-naħa l-oħra ma jkun qal xejn, ħaddieħor jista' jinsulenta kemm irid u jibqa' għaddej qisu mhux hu u jkisser lil min irid, bil-metodi li jrid, u ma jkun sar xejn ħażin!", "Hekk se nimxu?!", "Ma jkun ġara xejn billi xi ħadd xi mkien jikteb illi Gordon Cordina huwa l-qurdiena?!", "Bir-rispett kollu, naħseb li Dr. Cordina huwa serju biżżejjed ...", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom!", "Inżommu l-ordni!", "Onor. Mangion, ikompli l- prim ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Dr. Cordina huwa serju biżżejjed u m'għandux bżonn id-difiża tiegħi.", "Jiena mhux qiegħed hawn biex niddefendi lil Dr. Cordina, qiegħed hawn biex nikkundanna kritika inġusta, żleali u personali fil- konfront ta' l-individwu.", "Aqraw l-artikli li nkitbu minn kandidati tal- partit Laburista!", "Dażgur li huma personali!", "U ma rridx ngħid iktar minn hekk ...", "(Interruzzjonijiet) Ngħidlek, mela le, imma meta nkunu jien u int, mhux hawnhekk biex ma tkunx on record.", "Lilek personali, Onor. Mangion, ngħidlek.", "Affarijiet li jweġġgħu lil dak li jkun.", "This is just not done.", "Mhux sew!", "Issa ħalli nkompli.", "L-ewwel mistoqsija li saret mill-Onor.", "Mangion - u hija marbuta wkoll ma' l- ewwel mistoqsija li għamel l-Onor.", "Mario Galea - hija li jiena b'xi mod kelli f'idejja r-riżenja ta' Dr. Cordina tlett ijiem qabel ma din ir- riżenja ntbagħtet liċ-chairman ta' l-awtorita' Maltija ta' l-istatistika, jiġifieri tlett ijiem qabel ma f'pajjiżna kien hawn l-avveniment importanti tal-ħatra ta' l-arċisqof il-ġdid.", "Għax dakinhar intbagħtet l-ittra tar- riżenja minn Dr. Cordina u l-bord ta' l-awtorita' kellu jiltaqa' b'urġenza dakinhar filgħaxija, fejn saret diskussjoni dwar jekk għandhiex tiġi aċċettata jew le dik ir-riżenja.", "Aktar tard dakinhar ħarġet stqarrija mill- awtorita' fejn b'dispjaċir iddikjarat li kellha taċċetta din ir-riżenja minkejja li kellha fiduċja fil-kompetenza ta' Dr. Cordina.", "Allura minn fejn ivvintawha li jien kelli l-ittra tar-riżenja tlett ijiem qabel?", "X'qed jipprovaw jagħmlu b'din l-allegazzjoni falza, gidba faħxija, li xeħet pubblikament il-kap ta' l-oppożizzjoni u li l-Onor.", "Mangion irrepetieha llum fil-parlament?", "Dawn qed jgħidu li ċ-chairman ta' l- awtorita' Maltija ta' l-Istatistika, is-Sur Reno Camilleri, ukoll qiegħed jabbuża mis-sistema ...", "X'inhu li qed tgħidu?", "Qed tgħidu li din ir- riżenja kienet f'idejja u kienet qed tinħeba miċ-chairman ta' l-awtorita`?", "Jew inkella li r-riżenja kien irċevieha s-Sur Reno Camilleri tlett ijiem qabel, għaddieha lili, ma nforma lil ħadd, u stenna sakemm dakinhar li kien hemm iċ-ċerimonja tal-ħatra ta' l-arċisqof, laqqa' l-bord mingħajr ma qalilhom li kien jaf minn qabel?", "Din hija gidba faħxija li ma nafx minn fejn ivvintawha l-membri ta' l-oppożizzjoni!", "Ma nafx minn fejn ivvintawha u x'inhi r-raġuni għaliha!", "(Interruzzjonijiet) Ejjew naħdmu flimkien ..", "MR SPEAKER: M'hemmx interruzzjonijiet.", "Il-prim ministru qiegħed iwieġeb għad-domandi li sarulu.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Irrid ngħid, anke for the record, li hemm bżonn li dan il-parlament isegwi r-regoli, Mr Speaker, u mhux nivvintaw u ngħawġuhom kif ġie ġie.", "Illejla stabbilejna xi ħaġa stramba f'dan il-parlament!", "M'hux aċċettabbli li fil-bidu tal-ħin tal-Mistoqsijiet iqum deputat ta' l- oppożizzjoni, u mis-6.00 p.m. sas-6.30 p.m. jitħalla jagħmel 30 domanda, imbagħad fis-6.30 p.m. isir il-ħin u ħadd ma jkun jista' jwieġbu.", "Illejla stabbilejna dan il-prinċipju l-ġdid!", "(Interruzzjonijiet) Dan m'huwiex point of order.", "Għid li tixtieq tintervjeni u nippermettilek, mela le.", "MR SPEAKER: Dak hu li kont se ngħid jien.", "Jekk il-Prim Ministru jippermettilek tintervjeni, Onor. Mangion, allura jien insejjaħlek biex tagħmel id-domandi li trid tagħmel.", "(Interruzzjonijiet) L-Onor.", "Mangion, bil-permess tal-prim ministru.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Il-mistoqsija kienet jekk il-Prim Ministru kienx jaf bir-riżenja tlett ijiem qabel, jiġifieri kienx mgħarraf biha - mhux importanti kif kien mgħarraf, jekk hux permezz ta' kopja ta' l-ittra, jew b'kopja tar-riżenja jew b'xi mezz ieħor - tlett ijiem qabel il-ġurnata li ħarġet il-press release.", "Din kienet il-mistoqsija.", "Issa jekk fhimt sew, minn kliemu qed jgħid li ma kien jaf b'xejn.", "That's the question.", "Yes or no.", "MR SPEAKER: Ikompli l-prim ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: M'iniex naive u m'iniex tifel żgħir.", "Meta tistaqsi mistoqsija b'dik l-indikazzjoni ma tkunx qed tistaqsi mistoqsija innoċenti.", "Qed tagħmel statement, u hekk sar.", "Żgur li sar hekk fl-intervent li għamel il-kap ta' l-oppożizzjoni, jekk m'iniex sejjer żball il-Ħadd, meta l- allegazzjoni tiegħu kienet: \"Gonzi għandu x'jaħbi u Gonzi kellu r-riżenja f'idejh tlett ijiem qabel\".", "Dak kien l-istatement, u din hi gidba faħxija.", "Issa mhux tiġi hawnhekk u tgħidli: Jien staqsejt mistoqsija, int weġibtni u daqshekk!", "Mela aħna hawnhekk boloh?", "Ma tarax!", "(Interruzzjonijiet) Mhux vera!", "Dik hija gidba.", "Ivvintajtuha!", "(Interruzzjonijiet) Allura issa npoġġi bil-qiegħda u rrispondini int!", "Dik kif daħħaltha f'rasek?", "Min qalhielek?", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom!", "Issa qiegħed jirrispondi l-prim ministru u jkompli hu.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Min qalhielek?", "(Interruzzjonijiet) Le, l- accountability lejn xulxin u r-responsabilita' lejn xulxin titlob li jekk jistaqsini mistoqsija bħal dik jgħidli minn fejn ġab dik l-idea.", "Min qalhielu din?", "Għaliex tlett ijiem u mhux sitta?", "Min qalhielek?", "Minn fejn ivvintajtha?", "Kif?", "Għaliex għamilthieli dik il-mistoqsija?", "Xi tfisser?", "Nixtieq inkun naf jien!", "Għax din hija serja.", "Li inti tagħmel allegazzjoni, li titfa' dell fuqi bħala prim ministru ...", "(Interruzzjonijiet) MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom, inżommu l-ordni!", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Forsi jkun hawn min jgħidli: Għaliex qed teħodha daqshekk bi kbira?", "Għaliex b'dan il-mod qed jipprovaw jattakkaw istituzzjonijiet fundamentali u kruċjali għal pajjiżna, Mr Speaker.", "Bil-mistoqsija li saret u bl-allegazzjonijiet li ntefgħu fil-ġranet li għaddew, l-implikazzjoni hija li anke l-awtorita' Maltija ta' l- istatistika, li tikkontrolla l-uffiċċju nazzjonali ta' l-istatistika - dawn huma żewġ istituzzjonijiet differenti minn xulxin - u tara li l-affarijiet isiru sew, ħbiet ...", "Xi ħbiet l-awtorita'?", "Kemm hi tajba!", "Issa ħalli nagħmel korrezzjoni għax l-irġulija hekk titlob.", "Dak li kkwotajt aktar kmieni fid-diskors tiegħi, ma kienx quote minn dak li kiteb l-Onor.", "Leo Brincat, imma quote minn dak li kiteb Joe Sammut f'\"l- orizzont\".", "Fl-artiklu tiegħu l-Onor.", "Leo Brincat qal hekk:", "\"Meta laħaq direttur ġenerali fit-tmun ta' l-uffiċċju ta' l- istatistika kelli d-dubji tiegħi dwar kemm kien se jirnexxielu jżomm 'il fuq mill-kummenti partiġġjani.", "Kellhom raġun ċerti kuntatti tiegħu ... \"", "- tiegħi naħseb –", "\"...juru tħassib serju meta s-Sur Cordina ntgħażel għal din il-kariga ġdida impenjattiva u suppost indipendenti!?\".", "U tispiċċa bl-exclamation mark u l-question mark, Mr Speaker.", "Dik kienet l-ewwel mistoqsija li saret mill-Onor.", "Mario Galea u mill-Onor.", "Mangion.", "L-Onor.", "Mangion staqsa wkoll jekk fir-rapport tekniku jew fil- press conference kienx hemm xi ħaġa li tattakka personalment lil Dr. Cordina.", "Mr Speaker, jiena kont ċar.", "Jien m'għedtx li l-attakk personali sar fir-rapport tekniku.", "Jien semmejt ir-rapport tekniku għax kont nistenna u nippretendi li jgħidulna min huma dawn it-tekniċi li ħejjew ir-rapport.", "Għidulna!", "Imma x'biża' għandkom?!", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom, m'hemmx interruzzjonijiet.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, l-Onor.", "Mangion qed jibża'.", "Ħabib tiegħi, mhux aħna għedna li għandna politika ta' għajn għal għajn u sinna għal sinna!", "Intom għedtuha!", "U dan li sar fil-konfront ta' Dr. Cordina.", "Sar it-twettiq ta' politika ta' għajn għal għajn u sinna għal sinna, Mr Speaker.", "(Interruzzjonijiet)", "Intqal li sar rapport tekniku.", "Hawnhekk ukoll ma rridx ninftiehem ħażin.", "Jekk l-oppożizzjoni trid tagħmel rapport tekniku sabiex tikkritika, tistaqsi jew tikkjarifika, ma jkun ġara xejn, anzi tajjeb li jsir hekk.", "Huwa importanti li jkun hemm il-kjarifiki.", "Imma jien mhux għar-rapport kont qed ngħid!", "Tant hu hekk li r-rapport hemm it-tweġiba ippubblikata għalih, bil-punti kollha mwieġba.", "Il-kwestjoni kollha m'hijiex ir-rapport.", "M'huwiex ir-rapport li wassal għar-riżenja ta' Dr. Cordina.", "U fl-ittra tar-riżenja tiegħu qal li kienu l-attakki li saru li ħass ma jħalluhx jopera b'serenita'!", "Mr Speaker, qed isir ħafna diskors għax saret reviżjoni.", "Jien niftakar meta kont fuq in-naħa ta' l-oppożizzjoni fiż-żmien meta fil-gvern kien hawn il-partit Laburista u l-Onor.", "Sant kien prim ministru.", "Dakinhar saret reviżjoni radikali ta' l-istatistika kollha ta' l-impjiegi f'pajjiżna!", "U taf kif saret?", "Qabdu ta' 15-il sena u qalbuhom ta' taħt fuq!", "Għamilna l- kritika u tlabna l-ispjegazzjoni, pero' dik kienet l-istatistika!", "Kellha ssir dik ir-reviżjoni.", "U fl-istatistika ekonomika ...", "L-Onor.", "Mangion jaf daqsi illi fuq medda ta' snin l-istatistika trid taġġustaha.", "Għaliex?", "Għax ċerta statistika tibda tiċċara wara numru ta' snin.", "Kull pajjiż jagħmilha din!", "Kull pajjiż fl-Ewropa jagħmilha din!", "Kull pajjiż fid-dinja illi għandu sistema moderna hekk jagħmel, Mr Speaker.", "Hekk sar fi żmienhom, hekk sar fi żmienna u hekk jibqa' jsir.", "Sakemm l- aġġustament ikun spjegat u jkun hemm spjegazzjoni għar-reviżjoni li tkun saret, m'hemm xejn ħażin.", "Għaliex tridu toħolqu sitwazzjoni fejn qed tipprovaw twerwru lil kulmin għada pitgħada jkun jokkupa din il-kariga milli jagħmel reviżjoni jekk isib li l-istatistika tirrikjedi reviżjoni?", "Għaliex tridu twerwruh?", "Huwa neċessarju li jsiru reviżjonijiet kull tant żmien!", "Itlob spjegazzjoni kemm trid, u tagħmel sew.", "Fl-istqarrija għamilt din il-botta apposta.", "Għedt li dan il-parlament għandu l-public accounts committee presedut minn deputat min-naħa ta' l- Oppożizzjoni.", "Din hija xi ħaġa li daħħalnieha aħna.", "U ċ-chairman preżenti huwa l-Onor.", "Charles Mangion.", "(Interruzzjonijiet) Iktar u iktar għax tippresedih int, Onor. Mangion!", "Kont insejtha din jien!", "Uża l-public accounts committee!", "Dak l-istrument qiegħed hemm apposta.", "Ma niddejqux li tużawh.", "L-istatistika qiegħda hemm mhux biex nidħku bina nfusna!", "L- istatistika qiegħda hemm biex tgħinna.", "Jien il-bieraħ kont Brussels nattendi l-ECOFIN, il-laqgħa tal-ministri tal- finanzi, u waqt id-diskussjoni naturalment kien hemm l-analiżi ta' ċerti sitwazzjonijiet, fosthom ta' Malta u Ċipru bħala ż-żewġ pajjiżi li tant irreġistraw progress, li issa qegħdin jistennewna napplikaw uffiċjalment biex niġu kkunsidrati għad-dħul ta' l-ewro.", "Issa fl-istess ħin li f'Malta għaddejja din il-kontroversja fuq Dr. Cordina, fl-Ewropa qegħdin jgħidulna: Jidher li intom u Ċipru, żewġ pajjiżi mill-għaxra l-ġodda, imxejtu 'l quddiem u sejrin tajjeb, jidher li d-deficit tagħkom ġie f'postu, l- ekonomija miexja 'l quddiem u t-tkabbir qiegħed hemmhekk.", "Din l-istqarrija saret.", "Fil-fatt issa qed jistennew li Ċipru u Malta jagħmlu l- applikazzjoni għad-dħul ta' l-ewro.", "Allura filwaqt li f'pajjiżna għandna x-xorti ...", "U din hija waħda mill- bidliet il-kbar li ġabet is-sħubija fl-Unjoni Ewropea.", "Illum l-istatistika ma tiġix analizzata biss f'Malta - naturalment f'Malta tiġi analizzata minn min hu fil-gvern meta jiġi biex jagħmel il-politika u jara fejn sejjer tajjeb u fejn m'huwiex, u minn min hu fl-oppożizzjoni biex jikkritika u jissostanzja l-argumenti - imma għandna x-xorti wkoll li din l-istatistika tiġi analizzata mill-Unjoni Ewropea!", "U kif għedt fl-istqarrija, huwa fuq din l-istatistika li jimxu biex jaslu għall-konklużjoni jekk pajjiżna jikkwalifikax biex ikun fost l-aqwa ekonomiji fid-dinja.", "Għax din hija l- mira ta' dan il-pajjiż.", "U l-problema vera ta' l-Oppożizzjoni m'huwiex Dr. Cordina.", "Il-problema vera ta' l-Oppożizzjoni hija li jekk l-istatistika tagħna hija tajba, allura dak li ilhom jgħidu għal tliet snin sħaħ huwa kollu gideb.", "Din hi l-vera problema li għandhom.", "Jaħasra minflok ma jgħidu li għandna ekonomija sejra tajba u tista' tmur aħjar, jibqgħu jgħidu l-affarijiet li ilhom jgħidu għal tliet snin sħaħ u li issa l-istatistika stess qiegħda tmerihom.", "Dan hu li qed idejjaqkom.", "Kif jgħidu bl-Ingliż, ġie messaġġier b'envelope b'aħbar li ma togħġobkomx u biex tipprovaw issolvu l-problema, sparajtu lill-messaġġier!", "Mingħalikom li għax sparajtu lill-messaġġier, dak li hemm fl-envelope se jinbidel!", "Dak li hemm fl- envelope ma jinbidilx!", "L-Onor.", "Mangion għamel riferenza għal meta fl-istqarrija jien għedt li l- istatistika hija korretta sakemm huwa umanament korrett u rridu naċċettaw li jistgħu jsiru żbalji u jkun hemm korrezzjonijiet.", "Kien hemm sitwazzjonijiet fl-imgħoddi fejn saru korrezzjonijiet, pero' dan ma jfissirx li din l-istatistika li ġiet ippubblikata fiha xi żbalji.", "Staqsieni mistoqsija speċifika u qed inwieġbu bl-aktar mod kategoriku.", "Le, dik l-istatistika ġiet riveduta billi saret reviżjoni skond metodoloġiji aċċettabbli u m'hemm ebda kwestjoni ta' żbalji.", "Li għedt fl-istqarrija huwa li dik hi l-istatistika li nġabret skond il-metodu stabbilit li bih tinġabar l-istatistika, pero' jista' jkun hemm bżonn ta' reviżjonijiet u ta' bidliet.", "Kellna sitwazzjonijiet bħal dawn fl-imgħoddi u jerġa' jkollna.", "B'daqshekk mhux se taqa' d-dinja!", "Imma mhux nibnu kastell sħiħ ...", "Prattikament l-implikazzjoni kienet li Dr. Cordina kien qed jimmanipula l- istatistika biex taparsi pajjiżna sejjer tajjeb!", "Hekk qed timplikaw intom!", "Intom qed timplikaw li pajjiżna sejjer ħażin u allura dak li sar minn min kien qed imexxi l-uffiċċju nazzjonali ta' l-istatistika la ndunaw bih il- managers kollha li hemm hemmhekk, la l-ħaddiema kollha ta' l-uffiċċju - huma ta' liema kulur politiku huma - u lanqas indunat bih l-Ewropa!", "Ħadd minn dawn kollha ma ndunaw li xi ħadd qed ibagħbas l-istatistika biex dak li hu ħażin jipprova jagħmlu jidher li hu tajjeb!", "Ma tarawx!", "Ħbieb tiegħi, qed tkejlu b'xibirkom!", "Jekk intom imdorrijin toperaw b'dan il-mod, aħna le.", "Aħna m'aħniex imdorrijin noperaw b'dan il-mod.", "Mr Speaker, nerġa' ngħid li kont jien li lill-Onor.", "Mangion offrejtlu biex jekk hemm kritika jew kjarifiki x'jistgħu jsiru fuq l-istatistika kollha, jużaw il-forum tal-public accounts committee.", "Ejja naħdmu b'mod intelliġenti għall-ġid ta' pajjiżna u nużaw dak il-kumitat, mhux nibqgħu nikkritikaw b'dan il-mod!", "Naħseb il-punti ta' l-Onor.", "Mangion koprejthom kollha.", "L-ewwel mistoqsija ta' l-Onor.", "Mario Galea weġibtha wkoll.", "Imbagħad staqsa jekk dan huwiex attentat biex jimminaw id-dħul ta' l-ewro f'pajjiżna.", "Ngħidlu li lili jgħaddili dan is-suspett.", "(Interruzzjonijiet) Iva, jgħaddili dan is- suspett.", "Mela inti tista' tiġi hawn u toqgħod tivvinta u tgħid li jien kont irċevejt ir-riżenja tlett ijiem qabel ma ħarġet u tivvinta kemm trid fuq is-suspetti li jkollok ...", "Jimporta nistaqsik bħalma staqsejtni int?", "Intom veru temmnu illi pajjiżna għandu bżonn illi jdaħħal l-ewro malajr?", "Din temmnuha bis-serjeta`?", "Għax jekk temmnu bis-serjeta` li dan huwa ta' ġid għal pajjiżna, ejjew naħdmu flimkien biex nilħqu dan l-objettiv u mhux nagħtu l-gambetti b'dan il-mod!", "Meta jsiru dawn l-affarijiet tkun qed tingħata gambetta mhux lill-gvern, imma lill-pajjiż għax ikun qed jinxteħet dubju fuq waħda mill-istituzzjonijiet l-aktar importanti f'pajjiżna, istituzzjoni li għandna bżonn għall-ġid tagħna lkoll!", "Ma jistax ikun li kull darba li l-uffiċċju nazzjonali ta' l-istatistika joħroġ xi statistika ħażina fuq il-pajjiż, allura dik nemmnuha mill-A saz-Z - sakemm tkun ħażina kollox sew! - imma jekk tinzerta tkun tajba, allura f'daqqa waħda dik l-istatistika ssir falza!", "Kif tistgħu tkunu konsistenti u kredibbli jekk ...", "Mr Speaker, jekk mil-labour force survey jirriżulta li hawn 11,000 ruħ qiegħda, allura dik l-istatistika tkun tajba u titwemmen.", "Morru arawha, qiegħda fuq il-posters tal-każini tal-partit Laburista!", "Dik l-istatistika tajba għax ħażina!", "Jekk toħroġ statistika tajba li turi li kellna tkabbir ekonomiku ta' kważi 3%, allura dik skond l- oppożizzjoni hija ħażina!", "Imma din xi kredibilita' u serjeta' hi!", "X'qed jirbħu biha?", "Għalhekk qed ngħid li jien jiġuni d-dubji u nistaqsi l- mistoqsija li qed jistaqsi l-Onor.", "Mario Galea.", "U għandu raġun jistaqsi dik il-mistoqsija.", "L-Onor.", "Galea għamel mistoqsija oħra u qal: Din l-istess bħal ta' Kenneth Wayne u bħal tal-gvernatur tal-bank ċentrali?", "(Interruzzjonijiet) Iva, l- istess u m'għandha x'taqsam xejn mal-kritika li konna għamilna aħna lill- ombudsman u lill-awditur.", "Aħna kkritikajna, mela le, imma ma għajjarna lil ħadd \"Flash Gordon\" jew \"qurdiena\" jew \"ħbieb tal-ħbieb\" u lanqas naf kemm affarijiet oħra!", "(Interruzzjonijiet) Nerġa' ngħid, Mr Speaker, din hija l- politika ta' għajn għal għajn u sinna għal sinna!", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom, m'hemmx intedrruzzjonijiet.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Din hija l-politika ta' għajn għal għajn u sinna għal sinna li qed iwettaq il-partit Laburista.", "Qed iwettquha anke mill- bankijiet ta' l-oppożizzjoni l-politika ta' għajn għal għajn u sinna għal sinna!", "L-aħħar mistoqsija li staqsa l-Onor.", "Galea kienet jekk l-attakki personali jimminawx il-kredenzjali demokratiċi ta' l-oppożizzjoni.", "Meta jsiru attakki personali - u m'għandna qatt nirrikorru għall-attakki personali - iva, inkunu qed nimminaw il-kredenzjali demokratiċi ta' pajjiżna.", "U l- attakki personali jsiru!", "Imma ħalli ma niftaħx kotba.", "Ngħid biss li jsiru attakki personali!", "L-Onor.", "Abela staqsa l-ewwelnett jekk ir-reviżjoni tefgħetx dell ikrah fuq min kien qed imexxi l-uffiċċju nazzjonali ta' l-istatistika qabel Dr. Cordina.", "Ir-risposta hi: Le.", "Għax, nerġa' ngħid, il-proċess ta' reviżjoni ta' l-istatistika sar fl-imgħoddi, isir kif qed isir bħalissa, u jibqa' jsir.", "Dan huwa proċess li jien lanqas ngħidlu reviżjoni, imma rfinar ta' l-istatistika u tajjeb li jsir.", "Nerġa' ngħid li sar anke fi żmienkom meta kontu fil-gvern intom u bilfors li kellu jsir.", "Dak iż-żmien sar eżerċizzju li kien jittratta l-qasam ta' l-impjiegi u riedu bilfors jaraw kemm hemm min hu part-time, kemm hemm min għamel engagement forms u min għamel termination forms u dawn l-affarijiet kollha.", "Kif għedt, kien hemm bżonn li ssir ir-reviżjoni u saret.", "Hekk ukoll jibqa' jkun hemm bżonn li jsiru reviżjonijiet.", "Għalhekk ngħid li dan ma jirrifletti ħażin fuq ħadd, anzi jirrifletti serjeta` u onesta` mal-poplu tagħna.", "Għaliex jekk kellna impressjoni li ħames snin ilu konna sejrin tajjeb u dik l- impressjoni ma kenitx tajba għaliex forsi l-istatistika kellha tiġi aġġustata, x'nagħmlu?", "Naħbuha?", "X'qed tgħidu, qed tgħidu li għandna naħbuha biex nibqgħu ngħixu b'illużjoni?", "L-uffiċċju nazzjonali ta' l- istatistika għandu d-dmir li jekk jirriżultalu li għandu jirrivedi xi statistika, allura għandu jagħmel ir-reviżjoni.", "X'hemm ħażin f'dan kollu, sakemm ikun hemm l-ispjegazzjoni u l-ġustifikazzjoni għalih?", "Naħseb li b'hekk weġibt il-mistoqsijiet kollha li saru.", "Mr Speaker, jien nixtieq ngħalaq billi nagħmel appell.", "Veru li issa dak li għadda għadda, u sar li sar.", "Fil-ħajja in ġenerali u fil-ħajja politika jinfetħu u jingħalqu kapitli.", "Naturalment il-feriti jibqgħu xi ftit imma fuq dan il-punt partikolari u fuq l-istatistika sinċerament nagħmel l- appell li għalaqt bih l-istqarrija.", "Ejjew nużaw l-istituzzjonijiet li għandna biex nistaqsu, biex nivverifikaw kemm irridu, imma m'għandniex nirrikorru għal dan it-tip ta' attakki kif ġara f'dawn l-aħħar erbat ijiem li b'riżultat tagħhom pajjiżna tilef wieħed mill-aħjar ekonomisti f'kariga daqstant importanti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-ĠUSTIZZJA AMMINISTRATTIVA", "ADMINISTRATIVE JUSTICE BILL", "L-ordni għal Kumitat ġie moqri.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor Carmelo Abela, President tal-Kumitati, jippresedi.", "Ikompli mid-29 ta' Jannar, 2007.", "Klawsola 5 – Tribunal ta' Reviżjoni Amministrattiva.", "(Kont.)", "Clause 5 - Administrative Review Tribunal.", "(Cont.)", "THE CHAIRMAN: Il-Kumitat għandu quddiemu Att biex jipprovdi għal Ġustizzja Amministrattiva f'Malta.", "Aktar rimarki dwar klawsola 5?", "L-Onor.", "Anġlu Farrugia.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Sur President, nixtieq nagħmel recapitulation żgħira mingħajr ma nkun ripetittiv.", "Hemm ukoll ċerti punti li ma lħaqtx għamilthom fl-intervent tiegħi fis-seduta ta' nhar it-Tnejn.", "L-ewwel punt li għamilt kien li b'dak li qed jiġi propost f'dan l-abbozz ta' liġi, il- ġustizzja amministrattiva minn qorti qed inniżżluha għal tribunal.", "F'pajjiżna tribunal għandu tifsira differenti minn dik ta' qorti, u ngħid għaliex.", "L-ewwelnett, l-indipendenza tal-qorti hija iktar b'saħħitha minn dik ta' tribunal.", "Il-president jew iċ-chairman tat-tribunal għandu perijodu ta' ħatra stabbilit filwaqt li mħallef jew maġistrat tal-qorti m'għandux terminazzjoni tal-kariga tiegħu, jiġifieri ma jiġix questioned wara ċertu perijodu.", "Jista' jitneħħa mill-kariga biss permezz tal- parlament għar-raġunijiet stipulati fil-kostituzzjoni.", "It-tieni nett fi tribunal hemm biss appell limitat, filwaqt li appell minn deċiżjoni tal-qorti jista' jsir kemm fuq il-mertu, kif ukoll fuq punt ta' dritt.", "Fis-second reading ta' dan l-abbozz ta' liġi, in-naħa ta' l- oppożizzjoni għamlitha ċara li filwaqt li aħna naqblu li jkun hemm liġi li tiġbor flimkien dak kollu li għandu x'jaqsam ma' mġiba amminstrattiva u ma jibqax ikollna dawn il-ħafna tribunali li wħud minnhom ma jiffunzjonawx u oħrajn lanqas biss huma appuntati.", "Min-naħa l-oħra rridu li jekk se ssir xi ħaġa biex tirrimedja din is-sitwazzjoni, din tkun parti mis-sistema tal- qorti nnifisha.", "Jekk issejħilhiex qorti ta' reviżjoni amministrattiva jew inkella b'xi isem ieħor mhux importanti.", "L-importanti huwa li tkun qorti.", "Jien nistieden lill-gvern biex jikkonsidra li minflok jitwaqqaf tribunal ta' reviżjoni amministrattiva, titwaqqaf qorti ta' reviżjoni amministrattiva.", "Dan ifisser li kulma jrid isir huwa li fil-qorti nnifisha, il-prim'awla jkollha sezzjoni partikolari, sezzjoni amministrattiva.", "Ħalli nagħti eżempju biex nuri għalfejn dan ikun aħjar.", "Illum qed tidħol l- idea - veru li bil-mod, imma dieħla - li fil-qrati tagħna jkollna mħallfin li jispeċjalizzaw f'materja partikolari.", "Per eżempju, huwa tajjeb li fil- qorti tal-familja jkun hemm ġudikant li jispeċjalizza fuq issues tal- familja.", "Hemm imħallfin li bit-taħriġ tagħhom, bid-deċiżjonijiet tagħhom stess u bil-ħsebijiet tagħhom anke waqt is-sentenzi jkunu qed ikomplu jispeċjalizzaw f'materja jew oħra.", "B'dan il-mod within that particular section tal-qorti tkun tista' wkoll tappunta, jiġifieri l-prim imħallef jew il-president ikun jista' jidderieġi ċerti imħallfin ...", "Jekk ma jsirx hekk mhux bilfors li jkollok l-aħjar riżultati fil-qorti.", "Dak li sar u li qed isir f'affarijiet oħra fil-qorti, tajjeb jew ħażin, jista' jiġi applikat għal qorti amministrattiva.", "Li hu żgur hu li jkun tajjeb li nagħmluha sezzjoni tal-qorti u mhux nagħmlu tribunal għax inkella issa se nżarmaw kollox.", "Dan apparti l-prinċipju ċar li hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq il-ġustizzja u żgur li ma jrid ikun hemm l-ebda ombra li din ma tkunx l-aħjar għal pajjiżna.", "Jien naħseb li nkun korrett ħafna jekk bi prudenza nitlob li l- gvern jikkonsidra sew din l-ossessjoni li bilfors irid jagħmel xi ħaġa li b'xi mod tkun kontra l-kurrent.", "Kulħadd qed jaqbel li għandu jkun hemm xi ħaġa li tiġbor flimkien l-amministrazzjoni ġudizzjarja li llum għandna taħt ħafna bordijiet partikolari.", "Aħna qed naqblu li hemm ħafna minnhom li għandhom ikunu taħt umbrella waħda, pero` mhux taħt tribunal.", "Għandu jkun hemm qorti li tkun preseduta mhux minn imħallef jew maġistrat irtirat, imma minn imħallef jew maġistrat prattikanti.", "Huwa irrelevanti jekk ikunx maġistrat jew imħallef għax naħseb li 'l quddiem mhux se nibqgħu niddistingwu bejn il-maġistrati u l-imħallfin peress li llum il-kompetenzi jaħbtu ma' xulxin.", "Bil-mod kif qed jitqassam ix-xogħol illum il-maġistrati spiċċaw mgħobbijin ħafna filwaqt li ħafna mill-imħallfin kulma fadlilhom huma l-kawżi li għandhom quddiemhom għax mhux qed jidħlulhom ġodda.", "Fil- fatt fejn qabel imħallef kien jappuntalek seduta għal tliet xhur oħra, illum hemm imħallfin li qed jappuntaw seduta għal xahar wara.", "Allura issa se nerġgħu naqtgħu x-xogħol minn hemm biex nagħmlu tribunal?", "Għalhekk nistieden lill-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici jikkonsidra li flok ma jwaqqaf tribunal, dan li qed isir ikun parti mill-qorti.", "Għall- oppożizzjoni dan huwa punt ta' prinċipju u allura jekk ma tiġix ikkonsidrata din l-emenda aħna se nivvotaw kontra u nitolbu division.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Jien nipprova nasal dwar ħafna affarijiet, imma fuq din qishom ħadu pożizzjoni u ma jridux jiċċaqilqu minnha.", "Se nipprova nressaq ftit argumenti.", "Irrid infakkar li hawnhekk m'aħniex qegħdin nitkellmu fuq materja li hija strettament ta' qorti ordinarja.", "Hawnhekk qed nittrattaw il-funzjonijiet ta' quasi-judicial bodies imferrxin f'diversi liġijiet tagħna.", "Skond l-insenjament tad-dritt pubbliku Ingliż, dawn il-quasi-judicial bodies twaqqfu l-ewwelnett minħabba l-vantaġġ ta' iktar nies tekniċi li jifhmu fis-suġġett partikolari tagħhom; it-tieni sabiex il-proċeduri jkunu iktar veloċi; it-tielet sabiex il-proċeduri jkunu orħos; u r-raba' sabiex ikun hemm iktar flessibilita`.", "Jekk dan it-tribunal ta' reviżjoni amministrattiva nerġgħu neħduh lura għall-qorti nkunu qegħdin narmu barra 60 sena ta' linja li ħadna fid-dritt amministrattiv.", "U jien ngħid li l-vantaġġ li twaqqfu dawn il-quasi- judicial bodies m'għandniex nitilfuh wara 50 sena, imma għandna nkomplu nibnu fuqu.", "U l-mod kif tibni fuqu huwa billi ġġibhom kollha kemm huma taħt umbrella waħda, pero` tibqa' fl-istess natura li qegħdin.", "Għalhekk jien ma narax li għandna nqiegħdu din il-parti tad-dritt amministrattiv sempliċement bħala sezzjoni tal-qorti.", "Jien ta' l-idea li ladarba qegħdin nimxu fuq il-kwestjoni ta' quasi-judicial bodies, għandna nibqgħu mal- prinċipju ta' tribunal.", "Sur President, rigward il-kwestjoni ta' l-indipendenza ta' min ikun qed jippresedi u rigward it-tenure of office, fl-abbozz ta' liġi m'aħniex qegħdin nipproponu affarijiet li huma 'l bogħod minn dak li qed isemmi l- Onor. Farrugia, anzi ngħidlek li meta niġu għall-artikli relevanti nsibu li dawn huma tajbin biżżejjed.", "Issa jekk kemm-il darba intom qed tieħdu din il-pożizzjoni u tridu division fuq din il-klawsola, allura nressquha għall-vot.", "(Interruzzjonijiet)", "THE CHAIRMAN: Ippermettuli.", "Jekk se jissejjaħ vot, il-vot jittieħed fuq klawsola 5.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Pero` jekk se nsejjaħ division din tittieħed fl- aħħar.", "(Interruzzjonijiet)", "THE CHAIRMAN: Il-vot jittieħed fuq klawsola 5 u jekk se tissejjaħ division, din tittieħed fil-ħin ta' l-interruzzjoni tax-xogħol skond il- mozzjoni ta' proċedura.", "Sadanittant ngħaddu għad-diskussjoni fuq il- klawsoli l-oħrajn.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Mr Chairman, jien għandi iktar rimarki fuq din il- klawsola.", "Kont qed nistieden lis-segretarju parlamentari jikkonsidra dak li qed ngħidu minn din in-naħa.", "Imma jidher li l-gvern ma jridx jikkonsidra din il-pożizzjoni u se jżomm il-pożizzjoni li ħa.", "THE CHAIRMAN: Ippermettili.", "Ma nafx jekk l-Onor.", "Mifsud Bonniċi għandux kummenti oħra.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Jien ma nixtieqx nitilfu l-ispirtu tajjeb li kellna nhar it-Tnejn.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Le, din mhix kwestjoni ta' spirtu tajjeb ...", "THE CHAIRMAN: Ippermettuli.", "Tkellmu wieħed wieħed u kulħadd ikollu ċans jintervjeni.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Nhar it-Tnejn semmejt diversi punti biex nispjega għaliex nixtiequ li jkun tribunal u mhux sezzjoni tal-qorti ċivili.", "Apparti mill-fatt li qegħdin neskludu artiklu 469A, li huwa purament ta' ġurisdizzjoni ordinarja tal-qorti u dak se jibqa' hekk, hawnhekk se niġbru d-diversi bordijiet li m'humiex ta' natura ta' kawżi ċivili fil-qorti imma huma ta' natura ta' quasi-judicial bodies.", "Ladarba se niġbruhom taħt umbrella waħda f'din il-liġi, inħoss li hija ħaġa loġika li nwaqqfu dan it-tribunal, u għandna nsejħulu tribunal u mhux qorti għax tribunali se jkollu taħtu u tribunali se jieħu miegħu.", "Dak li għandi xi ngħid.", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "L-Onor.", "Anġlu Farrugia.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Mr Chairman, l-ispjega li ta l-Onor.", "Mifsud Bonnici dwar għaliex għandu jkun tribunal u mhux qorti xorta m'hijiex konvinċenti.", "U se ngħid għaliex.", "L-ewwelnett hemm punt ieħor li jien ma semmejtx.", "Huwa importanti li se jkun l-eżekuttiv u mhux l-istess qorti li jappunta l- president jew presidenti li se jippresedu.", "'Il quddiem se naraw li skond id-diversi klawsoli ta' dan l-abbozz jista' jkun hemm diversi tribunali ta' reviżjoni amministrattiva.", "Ma ninsewx li se noħolqu tribunal u xorta se jkun hemm il-poter bil-liġi li jkun hemm tribunali oħra bi presidenti li se jkunu maħturin mill-eżekuttiv.", "Din ukoll hija problema ta' prinċipju.", "Għaldaqstant, nerġa' ngħid, aħna qegħdin naqblu mal-proposta tal-gvern li jkun hemm body li jiġbor dawn it-tribunali kollha flimkien, imma aħna qed insostnu li jekk se nagħmlu xi ħaġa rridu nagħmluha b'mod li jkun ċar li hija parti mis-sistema ġudizzjarja.", "Jekk kemm-il darba min se jippresedi se jkun ġudikant maħtur mill-eżekuttiv għal perijodu ta' żmien, dan lanqas jekk irid - lanqas jekk ikun l-aqwa wieħed fost l-aqwa - ma jista' jħossu komdu u ħieles li jiddeċiedi kif irid daqskemm iħossuhom liberi dawk l- imħallfin jew maġistrati li diġa` qegħdin on the bench fil-qrati tagħna.", "Jien ma nagħmilx distinzjoni bejn maġistrat u mħallef meta nitkellem fuq il- ġudikatura.", "Il-ġudikanti għandhom l-indipendenza tagħhom, huma maħturin u ħadd ma jista' jneħħihom.", "Irid ikun hemm raġunijiet partikolari kostituzzjonali biex ikunu jistgħu jitneħħew.", "Fil-qorti l-president tal-qorti - ikun min ikun; jien qed nitkellem fuq il- mod kif taħdem il-qorti – jassenja l-qrati lill-ġudikanti; lil ġudikant wieħed jgħidlu biex joqgħod fil-qorti kriminali, lill-ieħor jgħidlu joqgħod fil-qorti ċivili prim'awla, lil ieħor jassenjalu l-qorti tal-familja, u lil ieħor il-qorti amministrattiva.", "Dan ma jistax isir fil-każ ta' dan it- tribunal.", "Mela l-indipendenza tal-qorti at this point diġa` hija kkondizzjonata jekk mhux agħar minn hekk.", "Allura fejn hija l-problema?", "Il-problema mhux fuq in-naħa tagħna qiegħda.", "Aħna qed nagħmlu l-pożizzjoni tagħna ċara fuq punt ta' prinċipju.", "Qabel ħafna minn dawn it-tribunali kienu jiġu appuntati mill-gvern għaliex kienu quasi-judicial bodies.", "Tajjeb jew ħażin, hekk kien qed isir, imma dak li rridu nagħmlu llum huwa ħaġa oħra.", "Għalhekk qed ngħid li dan huwa punt ta' prinċipju.", "M'aħna qed nagħtu l-ebda sorpriża għax dawn l-affarijiet diġa` għedniehom, jiġifieri din mhix kwestjoni li qed niġi f'din il-Kamra u ngħid xi ħaġa għaliex qed naħsbu fuqha issa.", "Min-naħa tagħna din iddiskutejnieha, għamilna l-pożizzjoni tagħna ċara u stennejna li bħalma sar fil-każ ta' artiklu 469A - u jien napprezza li għamel hekk – il-gvern kien se jieħu s-suġġeriment tagħna u jwarrab l-idea ta' tribunal.", "Hija xi ħaġa tajba li dak li għandu x'jaqsam ma' artiklu 469A tħalla fil-kompetenza tal-qorti, u nifraħlek li għamilt hekk għax hekk għandu jkun.", "Ma nafx kif daħlet oriġinarjament; forsi min kiteb id-draft kien għajjien meta kitibha għax m'huwiex aċċettabbli li anke f'dak il-livell kwestjoni tidher quddiem tribunal.", "Imma ħalli nieqaf fuq il-kwestjoni ta' artiklu 469A għaliex dik issa tneħħiet.", "Il-kollega tiegħi qal li hawnhekk qed inkissru dak li nbena f'60 sena.", "Aħna m'aħniex qed inkissru, imma rridu nibnu aħjar.", "Jekk hemm xi ħaġa li tgħallimna f'dan il-pajjiż, din hija li jekk hemm a shadow of doubt li jista' jiġi indirizzat, dan huwa proprju l-punt li qed insemmu.", "Possibbli li bniedem li jmur għal deċiżjoni quddiem tribunal li jkun pres edut minn avukat ta' 12-il sena esperjenza, ex kandidat ta' partit - indipendentement minn min ikun fil-gvern - ma jgħaddilux xi ħsieb Ii dak il-ġudikant jista' jiġbed 'l hemm jew 'l hawn fid-deċiżjoni tiegħu?", "(Interruzzjonijiet) Le, mhux qed ngħid li ġara hekk.", "Ġie kkonsidrat dan il-punt?", "(Interruzzjonijiet) Le, ma ddikjarajtu xejn.", "Jien qed nagħti r-raġunijiet tiegħi għaliex ma naqbilx miegħek li m'hemmx għalfejn nirranġaw dak li ġara f'60 sena storja.", "Fejn tista', trid tipprova tirranġa.", "Fis-second reading xi ħadd semmieha din - ma nafx kienx l-Onor.", "Gulia jew xi ħadd ieħor - li we have to make things clear biex inkunu aħjar.", "Issa jidher li inti ma taqbilx mal-prinċipju li qed nesprimu aħna.", "Aħna ma rridux li jkun magħruf bħala tribunal, imma rridu li dan kollu jkun qorti amministrattiva, jiġifieri parti mill-qorti.", "Il-kwestjoni l-oħra li s-segretarju parlamentari ma weġibnix għaliha hija dwar l-appell.", "(Interruzzjonijiet) Imma s'issa mhux hekk qiegħda.", "Tajjeb li se tirranġaha u qed nieħu gost li qed taqbel magħna fuq din.", "Mela l- punt ta' diverġenza huwa fuq il-kwestjoni tal-qorti.", "THE CHAIRMAN: Hawn iktar rimarki fuq klawsola 5?", "L-Onor.", "Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Se nsemmi żewġ punti.", "L-Onor.", "Farrugia qanqal il-kwestjoni tat-term of office u dwar dan subklawsola 8(3) tgħid hekk:", "\"President għandu jiġi maħtur għal perijodu ta' erba' snin u għandu jispiċċa minn din il-kariga meta jiskadilu l-perijodu ta' dik il- kariga.\".", "Qed ngħidu li l-ħatra tkun għal terminu ta' erba' snin biss u dan it- terminu ma jerġax jiġi mġedded proprju biex ma jkunx hemm dak li qed jaħseb l-Onor.", "Farrugia.", "U permezz ta' subklawsola (4) l-ġudikanti fuq dan it- tribunal qed nillimitawhom għal ex imħallfin u ex maġistrati.", "U fuq dan il-punt m'għandix diffikulta`.", "Rigward il-kwestjoni ta' l-appelli jekk hux minn punti ta' dritt jew inkella punti ta' fatt, jien m'għandix diffikulta` lanqas li nieħdu s- suġġeriment ta' l-Onor.", "Farrugia.", "Jekk nagħmlu hekk irridu noqogħdu attenti fejn jidħlu dawk it-tribunali fejn l-appell jista' jsir biss fuq punt ta' liġi.", "Per eżempju, appell mid-deċiżjonijiet ta' l-arbitru tas- social security jista' jsir biss fuq punt ta' liġi u mhux fuq punt ta' fatt. Jekk triduna niċċaqilqu fuq din, jien m'għandix diffikulta`.", "Mhux qed nipprova nagħlaq il-bibien jew innaqqas l-aċċess, pero` jekk se nagħmluha rridu nagħmlu ċerti riżervi u naraw li ssir b'mod responsabbli.", "Irrid ngħid li aħna m'għandna ebda ħsieb li fuq dan it-tribunal ninnominaw lil xi ħadd li nistgħu niġu attakkati fuqu għal xi raġuni politika.", "Bl- ebda mod m'għandna l-ħsieb li nagħmlu nomini politiċi.", "Mhux talli hekk, talli għalkemm kien hemm min issuġġerixxa li l-ġudikant jista' jkun anke avukat bi tnax-il sena esperjenza, din aħna skartajnieha.", "Apparti dan, jien xtaqt ukoll li f'dan it-tribunal immorru għas-sitwazzjoni Franċiża, jiġifieri li l-persuna li tippres edi tkun jew maġistrat jew imħallef - jien ngħid li aħjar ikun maġistrat imma jista' jkun anke mħallef - li jiġi nominat apposta għall-qorti amministrattiva.", "Jien nixtieq li jkun hemm speċjalizzazzjoni fl-aspett amministrattiv u mbagħad issir l-administrative law changeover, biex insejħilha hekk.", "Hawnhekk mhux qed nitkellmu fuq proċess ta' sena jew sentejn, imma fuq proċess twil.", "Għalhekk nemmen li l-ewwel trid tara x'inhu l-volum tax-xogħol li jiġi biex imbagħad tespandih għal affarijiet oħrajn.", "Allura apparti raġunijiet oħrajn, anke fil-prattika ma narax li għandna nixħtu dawn il-kawżi mal- kawżi ordinarji tal-qorti.", "Jien ngħid li din il-liġi għandna nħalluha timxi 'l quddiem kif qed nipproponuha, jiġifieri billi niġbru dawn it-tribunali taħt il-kappa ta' dan it-tribunal.", "U qed naraw liema huma t-tribunali li qegħdin ninkludu.", "Jien konvint li hawnhekk se naraw żvilupp ta' speċjalizzazzjoni li qabel ma kellniex.", "Ejja nwellduh dan it-tribunal, ejja narawh jimxi 'l quddiem ħalli nibdew immexxuh biċċa biċċa u mhux nibdew b'dawn is-suspetti kollha fuq min se jkun qed jippresedi.", "Din hija xi ħaġa importanti ħafna għal pajjiżna, u ż-żewġ naħat qed naqblu dwar dan.", "L-intenzjoni tal-gvern hija li dan it-tribunal jitwieled fuq saqajn tajbin u mhux fuq sieq waħda jew fuq id waħda.", "Ix-xewqa tiegħi hi li intom tifhmu li ma jistax ikun li jkollna xi ħaġa kbira mill-ewwel.", "Ma narawx kbir fuqha mill-ewwel għaliex din bil-mod il-mod trid tikber.", "Imma l-ewwel irridu nħalluha titwieled!", "THE CHAIRMAN: Hawn iktar rimarki?", "L-Onor.", "Gavin Gulia.", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Mr Chairman, segwejt b'attenzjoni l-intervent li għamlu l-abbli kollegi tiegħi, is-segretarju parlamentari u l-Onor.", "Anġlu Farrugia, fuq klawsola 5 dwar it-twaqqif tat-tribunal ta' reviżjoni amministrattiva.", "Forsi l-aktar bone of contention bejn il-gvern u l- oppożizzjoni hija dwar jekk għandux jitwaqqaf tribunal amministrattiv jew għandhiex tkun qorti amministrattiva.", "Aħna minn din in-naħa qegħdin ngħidu li għandna mmorru għal qorti amministrattiva, u dan għal diversi raġunijiet.", "Nibda b'dak li għalaq bih l-Onor.", "Mifsud Bonnici, l-ispeċjalizzazzjoni.", "X'għandna fil-qrati tagħna llum li ma kienx imur diġa` fid-direzzjoni ta' l- ispeċjalizzazzjoni?", "Meta jsemmi l-qrati ordinarji l-abbli kollega tiegħi sewwa jkun qed jgħid li qed nitkellmu dwar il-qrati ordinarji, pero` dawn għandhom l-istrutturi li jispeċjalizzaw fil-fergħa li huma nkarigati li jivventilaw.", "Per eżempju, il-qorti ċivili tispeċjalizza proprju f'materji strettament ċivili, ta' dritt privat, mentri l-qorti kriminali tispeċjalizza fid-dritt penali, funzjoni li hija kompletament differenti minn dik li taqdi l-qorti ċivili.", "Mela hemm qorti li hija nkarigata mid- dritt ċivili, qorti nkarigata mid-dritt penali u mbagħad hemm ukoll, kif qal l-abbli kollega tiegħi l-Onor.", "Anġlu Farrugia, il-qorti tal-familja.", "Dawn it-tliet qrati li semmejt huma kollha qrati ordinarji, imma jispeċjalizzaw proprju fil-fergħa li huma nkarigati bil-liġi li jispeċjalizzaw fiha.", "Qabel kellna wkoll il-qorti tal-kummerċ.", "Sur President, jien ma naqbilx ma' l-imbekkata li qed jipprova jagħti s- segretarju parlamentari fuq il-kwestjoni ta' l-ispeċjalizzazzjoni.", "Qed ngħid hekk mhux b'nuqqas ta' rispett għax huwa intitolat għall-opinjoni tiegħu u nirrispettaha anke jekk ma naqbilx magħha, għax jien nista' ma naqbilx ma' argument imma jaffaxxinani xorta waħda.", "Din il-filosofija li ħarġet taħt l-amministrazzjoni Nazzjonalista wara l-elezzjoni tas-sena 2003 li biex tispeċjalizza trid tiżvesti lill-qrati ordinarji mir-rwol tradizzjonali tagħhom hija żbaljata.", "Għandna nkunu grati lejn il-qrati ordinarji talli tawna rikkezza kbira ta' tagħlim u ħsieb legali, u mhux tiġi tgħid li trid tasal għall-ispeċjalizzazzjoni bil-quasi-judiciary functions minflok bl-eċċellenza tal-ġudizzjarju.", "Hawnhekk ma naqbilx ma dak li qal is-segretarju parlamentari, għax jien ngħid li dak li għandna llum, li għandna nkunu proud bih mhux biss ma' l-Ewropa imma mad-dinja kollha, ma ġiex permezz tat-tribunali imma ġie bil-qrati ordinarji fil- kompetenzi speċjalizzati tagħhom.", "Għaldaqstant din il-liġi rridu narawha fil-kontest tar-riformi li saru matul dawn l-aħħar ftit snin, għax hija ħolqa fil-katina ta' kif wieħed jiżvesti lill-qrati mill-ġurisdizzjoni oriġinali li kellhom biex jagħti din il-ġurisdizzjoni lit-tribunali mhux ġudizzjarji imma kważi ġudizzjarji.", "Fil-fatt fl-intervent tiegħu l-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici dejjem semma l- kważi ġudizzjarju.", "Naħseb li b'dan il-mod se nkunu qegħdin nagħtu lid- dritt amministrattiv vejikolu ta' kwalita` inferjuri għal dak il-vejikolu li kien se jibda jkollu permezz tal-qorti ċivili.", "Għax, ngħiduha kif inhi, section 469A - li għamilha gvern Nazzjonalista u ngħidlu prosit talli għamilha - mhux qed twelled id-dritt amministrattiv li kien jeżisti qabel ma ġiet promulgata l-liġi li biha daħal artiklu 469A.", "U kienu l-qrati ordinarji, mhux it-tribunali, li komplew saħħew lid-dritt amministrattiv għax dan kien xi ftit fl-astratt u kull fejn kien ikun hemm lakuna konna noqogħdu nissellfu mil-liġi Ingliża.", "Għalhekk sewwa għamel il-gvern Nazzjonalista fl-1995 li qabad dak it- tagħlim, dik ir-rikkezza legali kollha li żviluppaw il-qrati ordinarji u daħħalha f'section 469A tal-kodiċi ta' organizzazzjoni u proċedura ċivili.", "Section 469A hija riżultat - u dwar dan naqblu – ta' l-iżvilupp tal-ħsieb u tas-sentenzi li taw il-qrati ordinarji f'dan ir-rigward.", "Section 469A hija wkoll ċertifikat lill-qrati - mhux lit-tribunali -, għax-xogħol li għamlu biex jiżviluppaw id-dritt amministrattiv.", "Permezz ta' section 469A ġie kodifikat dak li bis-sentenzi tal-qrati ordinarji - u mhux tat- tribunali - ġie żviluppat fid-dritt amministrattiv.", "Jien irrid li minn dan il-parlament ngħid prosit lill-qrati Maltin talli rnexxielhom isaħħu d- dritt amministrattiv li kien daqsxejn dgħajjef.", "U l-parlament irrikonoxxa x-xogħol tal-qrati meta għamel artiklu 469A.", "Issa l-gvern qed jipproponi li jgħid lill-qrati: Thank you very much tax- xogħol li għamiltu, imma m'għandix iktar fiduċja fikom li tkomplu tiżvilupaw id-dritt amministrattiv; issa se ngħaddi kollox lil dan it- tribunal.", "J'Alla dak li tridu tagħmlu jirnexxi, pero` proprju għaliex ġara dak kollu li għadni kemm għedt, ma naħsibx li qed nagħmlu ġustizzja mal- qrati meta niġu f'dan il-parlament ngħidulhom li se noħolqu dan it- tribunal.", "Il-gvern issa qed jgħid li artiklu 469A se jħallih f'kapitlu 12.", "Imma dan meta ġara?", "Mhux qabel ma ppreżentaw l-abbozz ta' liġi u lanqas wara l- ewwel qari, imma waqt it-tieni qari meta minn din in-naħa skoprejna ċerti affarijiet.", "U hawnhekk nixtieq nagħmel il-punt politiku li jekk almenu l- gvern ried ineħħi artiklu tant importanti bħal 469A minn kapitlu 12, artiklu li kien daħħal il-gvern Nazzjonalista stess fl-1995, kien ikollu l- kuraġġ li jpoġġih fil-parti saljenti ta' l-abbozz ta' liġi fejn kulħadd jista' jarah, mhux iqiegħdu moħbi fit-tielet skeda.", "Għax trid tkun avukat, mhux deputat biss, biex tintebaħ li dan l-artiklu ġie mdaħħal fl-iskeda.", "Kieku ma ndunajniex aħna kienu jibqgħu għaddejjin b'dan il-ħsieb.", "U hekk kien il-ħsieb, li l-gvern jibqa' għaddej.", "Is-segretarju parlamentari qed jgħid li ma kenux se jibqgħu għaddejjin.", "Allura għalfejn ippreżentajtuha hekk in the first place?", "Intom ġejtu bl-animu li tneħħu section 469A minn kapitlu 12 u ma neħħejtuhx għax qomna aħna u qamu rwiefen oħrajn mill-kamp legali li oġġezzjonajna għal dan il-pass.", "Tant l-intenzjoni tal-gvern kienet li artiklu 469A jitneħħa minn kapitlu 12 tal-liġijiet u jidħol f'din il-liġi - għax klawsola 5 trid taraha wkoll fil- kontest tal-klawsoli l-oħrajn li jaqgħu taħt taqsima III; ma tistax taraha in vacuum imma trid tallaċċjaha mal-klawsoli l-oħra li hemm fit-taqsima III - li qal li skond artiklu 469A l-qorti ċivili għandha d-dritt li tissindika għemil amministrattiv f'dawn iċ-ċirkostanzi.", "Hekk jgħid artiklu 469A u, jekk Alla jrid, jibqa' jgħid hekk.", "Imma dawn kienu qalgħuh minn hemm u tefgħuh fil-kompetenza tat-tribunal.", "Fil-fatt jekk wieħed jara r-riferenza li hemm għal allegazzjoni ta' għemil amministrattiv li jikser il- kostituzzjoni jew li jkunu ultra vires, eċċ., isib li din ittieħdet ad hoc minn artiklu 469A, b'xi tibdilha kosmetika li ma tantx tagħmel xi differenza, u tefgħuha f'dan l-abbozz ta' liġi.", "Dan juri preċiżament l- intenzjoni tal-gvern li he does away with section 469A, u dak li hemm provdut fih jitfgħu taħt klawsola 7 ta' dan l-abbozz ta' liġi biex jibda jaqa' fil-kompetenza tat-tribunal.", "Jidher ċar li l-gvern kien beħsiebu li dak li kienet qed tagħmel il-qorti ċivili issa jibda jagħmlu t-tribunal amministrattiv.", "You can't escape it.", "Hemm żewġ punti li juru li l-gvern kellu intenzjoni li jneħħi section 469A.", "L-ewwel wieħed per eċċellenza għaliex hu stess kien qiegħed jirrikkmanda li jneħħi section 469A - u dan mhux b'negliġenza - u t-tieni għaliex il-grounds kollha li kien hemm taħt section 469A ta' kapitlu 12 qabad u tefagħhom fit-tribunal ta' reviżjoni amministrattiva.", "Dawn huma l-akbar żewġ provi ta' kemm il-gvern ried li jżarma section 469A.", "Issa peress li l-gvern iddeċieda li din jirtiraha, se tkun il-qorti ċivili - almenu kif inhi bħalissa - li jkollha ġurisdizzjoni sabiex tissindika għemil amminstrattiv tal-gvern taħt section 469A.", "Min-naħa l-oħra, it- tribunal amministrattiv se jkollu prattikament l-istess kompetenza.", "Allura l-povru ċittadin se jmur għand avukat u jgħidlu: Jien għandi lment fuq għemil amministrattiv, quddiem liema qorti se nagħmlu?", "Se mmorru quddiem il-qorti ċivili jew se mmorru quddiem it-tribunal amministrattiv?", "Hawnhekk tinduna kemm il-gvern ma kellux pjan.", "Il-gvern telaq bil-pożizzjoni li jiżvesti l-qorti ċivili mill-kompetenza tagħha li tissindika l-għemil amministrattiv tal-gvern u jagħmel it-tribunal.", "Imbagħad meta nduna x'se jagħmel b'idejh qal li se jħalli t-tribunal u se jħalli l-qrati hemmhekk ukoll, biex ma jgħidx li għamel irtirata kompleta imma irtirata parzjali.", "Jista' s-segretarju parlamentari jilluminani u jispjega ftit dan li qed jagħmel?", "Jien għandi rispett lejn l-intelliġenza tiegħu imma fuq dan il- punt ma naqbilx.", "Nirringrazzjak.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki fuq klawsola 5?", "L-Onor.", "Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Jien ma nafx kemm se jirnexxili nillumina lill-kollega tiegħi, pero` se nipprova nwieġeb uħud mill-punti li qiegħed iqajjem.", "L-ewwelnett bħala gvern qed niġu akkużati li qegħdin nipprovaw niżvestu xi ħaġa mill-qorti.", "Tiżvesti tfisser li l-qorti jkollha xi ħaġa f'idejja u tneħħihielha.", "Hawnhekk anzi kulma qegħdin nagħmlu huwa li qed inżidu l-kompetenza ta' diversi tribunali li qabel ma kenux fil-qorti.", "It- tribunali amministrattivi li għandna huma mxerrdin kullimkien imma mhumiex qegħdin il-qorti.", "Allura m'aħna qed nieħdu xejn minn tal-qorti, anzi qegħdin niċċentralizzawhom f'ħaġa waħda, fi tribunal amministrattiv wieħed.", "Għaldaqstant l-ewwel kumment tiegħi huwa li m'iniex qiegħed niżvesti.", "U aqtgħuha wkoll din li l-ħin kollu tpinġuni qisni bħal dawk il-posters li kellhom fl-1971 ta' Duminku Mintoff qed ikisser lil Malta li kienu jgħidu: Tħallihx ikisser lil Malta!", "Intom qegħdin il-ħin kollu tpinġuni b'xi martell enormi qed nipprova nkisser il-qrati tagħna.", "Jekk għandna l- intelliġenza ...", "Żgur li l-ħabib tiegħi l-Onor.", "Gulia ma jaħsibx li għandi intenzjonijiet li jmorru kontra l-ġustizzja.", "(Interruzzjonijiet) Le, m'għandix dubju u nieħu pjaċir nisimgħek tgħid hekk.", "Sur President, dak li qed nipprova nagħmel huwa li nagħti toroq ġodda fil- proċeduri ordinarji.", "Dak se nibqa' nagħmlu sakemm jispiċċa t-term of office tiegħi.", "Qiegħed nagħmel dan biex għada pitgħada ma nkunx qiegħed barra t-triq u tiġi Peppa fuqi u ssemmili xi ħaġa u jkolli ngħidilha: Iva, dik stajt għamiltha u ma pprovajtx nagħmilha.", "Irrid inkun true to my oath of office to the end.", "Diversi nies qaluli: Issa int mhux diġa` għamilt biżżejjed liġijiet, mhux diġa` għamilt il-marka tiegħek; kemm se ddum tipprova tagħmel affarijiet?", "Imma jien qiegħed hawn biex nipprova nċaqlaq settur li nħoss ħafna għalih, li nixtieqlu l-ġid.", "Ovvjament kultant trid tmur ftit kontra l-kurrent, fis-sens li tmur kontra l-mentalita` u l- problema tal-kultura legali.", "Hawnhekk jien ma qed inneħħi xejn.", "Dak l-argument aktar kien ikun validu fuq il-kwestjoni taċ-ċentru ta' l-arbitraġġ.", "Mill-bqija fuq ebda ħaġa oħra m'għamilt xi żmantellament tal-qorti, anzi pprovajt nagħmel ħilti kollha biex nissoda l-qorti.", "Jiddispjaċini ngħid li inti ma segwejtx id-diskors introduttiv tiegħi rigward il-kwestjoni ta' section 469A għax kieku segwejtni taf li jien għedt li s-sitwazzjoni tal-qrati ordinarji se tibqa' l-istess bħalma hija llum.", "Pero` fil-bidu nett, meta ftaħt id-dibattitu f'Ottubru u Novembru, is-sitwazzjoni kienet kompletament differenti.", "Kien hemm ħafna nar u xrar għaddej.", "Per eżempju, id-diskors tiegħek fuq din il-liġi llum kien ferm iktar iċċentrat fuq is-suġġett partikolari.", "M'iniex se ngħid li dakinhar kien hemm amneżija ...", "Inti tħobb tagħmel dan il-punt politiku u f'ċerti mumenti wkoll ngħid: Mhuwiex qiegħed jitkellem għall-gallerija u mhuwiex qiegħed jipprova jixħet il-melħ f'xi ferita, u lanqas qed jipprova jdaħħal l-iscrew driver iktar 'l isfel, anzi qiegħed jitkellem b'mod li nipprovaw naslu fuq din il-liġi; qed jipprova jasal biex nagħmlu liġi tajba!", "Jien spjegajt u ktibt pubblikament x'kien il-ħsieb tagħna dwar artiklu 469A u semmejt il-passi li aħna nixtiequ nagħmlu, li huma diffiċli ħafna biex isiru.", "Aħna għadna kemm approvajna t-tieni taqsima fejn se naqbdu l- prinċipji ta' imġiba amministrattiva tajba u ndaħħluhom fid-diversi tribunali f'liġijiet primarji u dawk sekondarji.", "Dak hu l-ewwel pass.", "It- tieni pass huwa li nibdew nibnu dan it-tribunal.", "Meta mbagħad dan jinbena u jissoda ruħu, ikun jista' jieħu każi ta' kompetenza taħt section 469A.", "Din is-section dejjem kienet prominenti, tant li jekk taqra l-iskeda ssib li qiegħda l-ewwel waħda, u allura ma stajtx ma tindunax biha.", "(Interruzzjonijiet) Iva, prominenti ...", "Pero` dan m'għandux x'jaqsam mas- suġġett.", "THE CHAIRMAN: Inkomplu fuq klawsola 5.", "Ikompli s-segretarju parlamentari.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: L-Onor.", "Gulia semma d-diffikulta` dwar fejn issir il-kawża.", "Li qed nagħmlu hawnhekk huwa li ngħaqqdu l-kompetenzi tad- diversi tribunali amministrattivi taħt tribunal wieħed.", "Mela jekk tqum kwestjoni taħt l-Att dwar l-inbid, jew l-Att dwar it-trattament xieraq ta' l-annimali, jew inkella l-Att dwar is-soċjetajiet kooperativi, dik il- kwestjoni tmur quddiem dan it-tribunal amministrattiv.", "Jiġifieri kulma qed ngħidu huwa li issa minflok se jibqa' jkollna diversi tribunali mxerrdin - uħud minnhom mhux nominati - se niċċentralizzawhom.", "Allura qed nagħmluha iktar faċli għaċ-ċittadin u qed indaħħlu wkoll proċeduri stabbiliti li jkun aktar faċli li nimxu magħhom.", "Fil-fatt aktar 'il quddiem fl-abbozz insibu li qed jingħad x'għandu jkun fih ir-rikors promotur, f'liema żmien għandu jiġi notifikat u r-risposta għaliha.", "Preżentement din ma teżistix f'dawn id-diversi tribunali u allura dak li qed nagħmlu l-ewwelnett ma jħawwad xejn, imma jżid fl-affarijiet li hemm fil-qorti u fl-istess ħin imexxi l- affarijiet 'il quddiem.", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG (Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern): Sur President, meta smajt lill-Onor.", "Gulia jgħid li l-gvern Nazzjonalista jrid ineħħi artiklu 469A jien ħassejtni qisni qed insegwi kitba mill-ġdid ta' l-istorja tad-dritt amministrattiv f\"Malta.", "(Interruzzjonijiet) Iva, issa ngħidlek.", "L-unika liġi li naf li kienet tneħħi r-review of administrative action kienet Att Nru. VIII ta' l-1981 meta gvern Laburista, wara li kien tilef il-kawża tal-Blue Sisters, għadda liġi minn dan il- parlament biex il-qrati tagħna ma jkunux jistgħu jissindikaw id- diskrezzjoni tal-ministru, hu min hu.", "F'dak il-każ kien il-ministru tas- saħħa.", "Permezz ta' dik il-liġi kien intqal li jekk f'liġi ma jkunx hemm espressament li ministru ma jistax jagħmel xi ħaġa, allura l-qorti ma tistax tissindika, tirrivedi jew teżamina l-operat ta' dak il-ministru.", "Jiġifieri jekk il-ministru, per eżempju, joħroġ liċenzja b'mod irraġunevoli jew inkella ma joħroġhiex b'mod irraġunevoli, peress li l-ebda liġi ma tgħid li l-ministru jrid jeżerċita d-diskrezzjoni tiegħu b'mod raġunevoli, allura l-qorti – għax dak kien l-iskop ta' dik il-liġi – ma tkunx tista' tivverifika dik id-diskrezzjoni.", "U dik is-sitwazzjoni baqgħet sakemm il- gvern preżenti kien ħassar dak l-Att li kien jimblokka l-aċċess taċ- ċittadin għall-qrati biex jikkontesta deċiżjonijiet tal-gvern.", "Jiġifieri jekk trid tista' tagħmel diskors ta' tliet sigħat hawnhekk u tipprova tgħid li dan mhux veru, imma dan joħroġ mill-fatti, mid-dokumenti u mid-dibattiti ta' dan il-parlament.", "Erġajna morna lura għas-sitwazzjoni li napplikaw il-common law Ingliża!", "Issa din mhijiex miktuba x'imkien, f'xi text books jew f'xi liġi, u għalhekk hija common law.", "Fl-1994 il- gvern Nazzjonalista deherlu li għandu jaqbad il-prinċipji tal-common law, kif għamlu l-Awstraljani, u jikkodifikahom u għamel li f'każ li ministru jieħu konsiderazzjonijiet irrilevanti fl-eżerċizzju tad-diskrezzjoni tiegħu, jew jekk iwarrab konsiderazzjonijiet li huma rilevanti, jew inkella jekk ikun qiegħed f'sitwazzjoni fejn jieħu deċiżjoni ġudizzjarja u ma josservax ir-regoli tal-ġustizzja naturali, il-qorti tista' tiddikjara dak l-eżerċizzju null.", "Il-gvern Nazzjonalista dawn l-affarijiet niżżilhom in black on white f'section 469A tal-kodiċi ta' organizzazzjoni u proċedura ċivili.", "Sur President, din hija diskussjoni akkademika għax il-gvern diġa` qal li din il-parti lest li jħalliha f'idejn il-qrati u allura issa ma nistax nifhem x'inhi l-oġġezzjoni li jkun hemm tribunal amministrattiv.", "Imma issa niġi għal dak l-argument.", "Pero` qed niskanta kif l-oppożizzjoni vvotat favur fis-second reading.", "Allura għaliex ivvotat favur fis-second reading?", "(Interruzzjonijiet) Il-mod kif tkellimtu intom ...", "THE CHAIRMAN: Ippermettuli ftit.", "(Interruzzjonijiet) Kulħadd se jkollu ċans li jagħmel ir-rimarki tiegħu.", "L-Onor.", "Farrugia għandu point of order.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Il-point of order huwa li meta vvotajna fis-second reading aħna ddikjarajna li qed nivvotaw favur imma hemm xi emendi li jridu jitressqu fl-istadju ta' kumitat.", "U din hi waħda minnhom.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Il-ministru jista' jkompli bl-intervent tiegħu.", "ONOR.", "TONIO BORG: Kif spjegajt fis-second reading - imma donnu li hemm bżonn nerġgħu nispjegaw fl-istadju ta' kumitat - dan l-abbozz, li fih tliet partijiet, f'parti minnhom kien qed jipproponi li artiklu 469A li kien hemm fil-kodiċi ta' organizzazzjoni u proċedura ċivili jmur f'dan l-abbozz, kwestjoni ta' cut and paste.", "Jiġifieri mhux veru li dak l-artiklu kien qed jitħassar, imma kien se jinqala' minn fejn qiegħed u jidħol f'din il-liġi fejn se jitwaqqaf dan it-tribunal amministrattiv li jrid ikun pres edut jew minn maġistrat jew minn ex maġistrat.", "U saret kritika; mhux se ngħidilha kritika inġusta, imma kritika kostruttiva, kritika ...", "Sejħilha kif trid.", "(Interruzzjonijiet) Il-kritika li saret mill-oppożizzjoni kienet dwar jekk xi ħadd li jrid jagħmel kawża kontra l-gvern fuq l- eżerċizzju amministrattiv għandux imur quddiem tribunal speċjali ppres edut mhux minn avukat, imma minn maġistrat jew ex maġistrat.", "U jien wara li smajt l-opinjonijiet kollha, fis-second reading stess għedt li din hija xabla b'żewġt ixfar u bħalma tista' taħdem favur jew kontra ċ-ċittadin, tista' taħdem favur jew kontra l-gvern.", "Għaliex jista' jkun hemm tribunal li jiddeċiedi li jien bħala ministru eżerċitajt id-diskrezzjoni tiegħi b'mod ħażin u jien ma nkunx nista' nappella fuq punt ta' fatt. Għaldaqstant irraġunajt li m'għandniex għalfejn naqilgħu din il-kwestjoni kollha, qisna se nipprovaw nagħmlu xi ħaġa speċjali, u allura nistgħu nħalluha ġurisdizzjoni tal-qorti ċivili.", "Pero` dan l-abbozz huwa maqsum fi tliet partijiet.", "L-ewwel parti telenka d- drittijiet li għandu ċittadin għar-rigward tat-tribunal amministrattiv.", "It- tribunali amministrattivi ma twildux illum, imma akkumulaw matul iż-żmien u nħolqu minn gvernijiet Laburisti - probabbli iktar minn gvernijiet Laburisti - kif ukoll minn gvernijiet Nazzjonalisti.", "Jiġifieri mhux veru li dawn it-tribunali amministrattivi huma xi ħaġa ħażina, għax ilhom jeżistru snin sħaħ, partikolarment fid-dinja anglo-sassona, u kienet inħasset il-ħtieġa li jitwaqqfu għax kien hemm bżonn li f'ċerti każi jkun hemm min hu speċjalizzat.", "Il-professuri tad-dritt amministrattiv Ingliż jgħidu li dawn twieldu għaliex inħass il-bżonn li f'ċerti każi jkun hemm aktar speċjalizzazzjoni, li l-kawżi jinqatgħu iktar malajr u li l-ispejjeż ikunu inqas.", "F'dawn l-aħħar 50 sena qatt kien hawn xi ħadd f'dan il- parlament li qal li mhux sew li l-bord tal-kera - issa naħseb li m'hawn xejn iktar importanti għal individwu mis-saqaf ta' fuq rasu - jkun tribunal amministrattiv, imma għandu jkun qorti?", "Qed ngħid hekk għax jekk tħares lejn il-liġi tal-kera ssib li ċ-chairman tal-bord tal-kera, tal-bord tal- qbiela u tal-bord ta' l-arbitraġġi ta' l-artijiet jista' jkun jew maġistrat serving jew ex maġistrat.", "Mela fuq dik, Alla jbierek, m'hawnx kontroversja, pero` fuq kwestjoni dwar jekk il-miżien ikunx tajjeb jew le, jew fuq l-inbid, tqum kontroversja kbira għax jidhrilhom li dawn il- kwestjonijiet għandhom jidhru quddiem tribunal amministrattiv!", "Fuq dawn iridu jmorru quddiem il-qorti pres eduta minn imħallef jew maġistrat!", "Kont qed ngħid li fl-ewwel taqsima ta' dan l-abbozz ta' liġi niżżilna b'mod iktar ċar x'għandhom ikunu r-regoli li japplikaw għat-tribunali amministrattivi kollha li nġemgħu matul iż-żmien u għamilna lista tagħhom għax, kif qal l-Onor.", "Farrugia, uħud minnhom lanqas jien stess ma kont naf li jeżistu.", "Ħadna biċċa xogħol biex ġbarniehom kollha u għedna li, għalkemm dawn m'humiex qrati u ilhom jeżistu għal 50, 60, jew 70 sena, se nissoġġettawhom għall-istess regoli ħalli ma jkun hemm ħadd li jaħseb li huwa xi mħallef u jagħmel li jrid.", "Dawn kollha m'humiex qrati pero` huma marbutin bir-regoli tal-ġustizzja naturali, fosthom li jagħtu raġunijiet għad-deċiżjonijiet tagħhom, li jisimgħu liż-żewġ partijiet u li ma jkunux imħallfin fil-kawżi tagħhom stess.", "Dik hija l-ewwel parti.", "'Il quddiem irrid inniggżu ftit lill-Onor.", "Gulia għax fis-second reading lanqas induna li artiklu 469A qed jiġi spostat għax qal li issa se jkollna żewġ ġurisdizzjonijiet fil-judicial review on administrative action.", "Imma din niġi għaliha iktar tard.", "Fit-tieni taqsima ta' dan l-abbozz, li hija taqsima importanti ħafna, qed naqbdu grupp minn din il-lista ta' tribunali amministrattivi li għandna fil-liġi - mhux it-tribunali kollha għax, per eżempju, it-tribunal industrijali li min jaf b'kemm kompromessi u negozjar bejn unions, il-gvern u l-partijiet soċjali ġie maħluq, mhux se noqogħdu nagħmluh fit-tribunal amministrattiv ċentrali - u qed ngħidu li jekk wieħed ikun irid jikkontesta deċiżjoni taħt dawn il-liġijiet irid imur quddiem dan it-tribunal amministrattiv.", "Dik hija t-tieni riforma u qed ngħidu li l- ministru għandu l-poter li man mano jestendiha għal liġijiet oħra, għax ma jistax ikun li jsiru kollha f'daqqa.", "Dan se jfisser iktar konsistenza fil-ħsieb u fid-deċiżjonijiet, inqas spejjeż u l-kompożizzjoni tat-tribunal amministrattiv ċentrali se tinbidel skond is-suġġett.", "Jiġifieri jekk hija kwestjoni li tirrigwarda l- inġinerija jkunu inġiniera li jassistu lill-maġistrat jew 'l-ex maġistrat; jekk hija kwestjoni li tittratta l-liġi dwar l-inbid allura jkun hemm nies li jifhmu fl-inbid.", "It-tielet punt li rrid nagħmel rigward artiklu 469A huwa li jien fit-tieni qari mill-ewwel għedt - u reġgħet intqalet fil- winding up - li l-gvern mhux se jinsisti fuqha.", "Mela mhux veru li kollox kien jippernja fuq it-tielet waħda, kien jippernja fuq tliet affarijiet.", "Waħda minnhom qegħdin nirtirawha; ma ġara xejn, tibqa' kif inhi u allura mhux se jkun hemm konfużjoni għax il-judicial review of administrative action taħt artiklu 469A se jibqa' f'idejn il-qrati ċivili.", "Din mhix l- ewwel darba li ġejna quddiem il-parlament b'abbozz ta' liġi u mbagħad jinbidel, u ssir taħt kwalunkwe gvern.", "Wara kollox għalhekk niġu fil- parlament.", "Min-naħa l-oħra jekk ma nbiddlu xejn jgħidu li aħna rubber stamp!", "Għaldaqstant, jekk is-sitwazzjoni hija hekk, li klawsola 7 se tiġi rtirata, x'inhi l-oġġezzjoni li jkun hawn tribunal amministrattiv pres edut minn maġistrat jew ex maġistrat?", "Illum it-tribunali amministrattivi kollha huma pres eduti minn maġistrati?", "Jekk nieħdu r-refugee appeals board, li m'huwiex milqut b'din il-liġi - jista' jkun li jintlaqat xi ħames snin jew sitt snin oħra – insibu li dan la jippres edih maġistrat u lanqas ex maġistrat, imma jingħad li wieħed mill-membri tal-bord irid ikun avukat ta' seba' snin esperjenza.", "F'dawn il-ħafna każi li issa se jaqgħu taħt it-tribunal amministrattiv, il- kwestjonijiet kienu jiġu ttrattati minn tribunali u ma kenux imorru quddiem il-qorti.", "Allura issa li se jinġabru flimkien, se tidħol ċerta ordni fihom u t-tribunal se jkun pres edut minn maġistrat jew ex maġistrat, għaliex qed tgħid li se tivvota kontra tagħha b'division għax ma taraha li mhux sew li ma tkunx qorti?", "Allura inti qed titkellem kontra l-konċett sħiħ tat- tribunali amministrattivi.", "Imissek qomt u għedt: \"Jien bħala l-kelliem ewlieni dwar il-ġustizzja nemmen li m'għandux ikun hemm tribunali amministrattivi\", u kont tkun konsistenti fil-ħsieb tiegħek.", "Jiġifieri trid li neqirdu t-tribunali amministrattivi kollha biex nagħmlu qorti amministrattiva, kif issuġġerejt inti, u barra li jkun hemm il-qorti kriminali, ċivili u industrijali, ikun hemm qorti amminstirattiva?", "Aħna kontra dan il-konċett kif inhuma kontra anke fl-Ingilterra.", "Hemmhekk żgurissimu li huma kontra għax kieku ilhom li għamluha, imma dawn ħallew it- tribunali amministrattivi.", "Kif diġa` għedt, b'din il-liġi aħna qed intejbu s-sitwazzjoni għax ħafna minn dawn it-tribunali amministrattivi ma kenux ikunu pres eduti minn maġistrat jew ex maġistrat u issa se jiġu quddiem tribunal li se jkun pres edut minn maġistrat jew ex maġistrat.", "Barra minn hekk, f'ħafna minn dawn it-tribunali ma kienx hemm possibilita` ta' appell fuq punt ta' dritt lill- qorti ta' l-appell f'Malta, mentri issa din il-possibilita` se tidħol.", "Kieku dawn il-każi sal-lum kienu qegħdin f'idejn il-qorti u issa se nitfgħuhom f'idejn it-tribunal, forsi kien ikollok raġun targumenta b'dak il-mod.", "Imma hawn se nagħmlu pass 'il quddiem; qabel ma kienx jidħol maġistrat u ex maġistrat u issa se jkollu jidħol bilfors.", "Qed niċċentralizzaw l-affarijiet minflok ma nħallu dawn il-ħafna tribunali mxerrdin li, kif qal il-kollega tan-naħa l-oħra, joħolqu ċertu chaos għax uħud minnhom lanqas nafu li jeżistu.", "Issa dawn man mano - għax ma nistgħux nagħmluhom f'salt - se jiġu taħt tribunal amministrattiv wieħed.", "Allura issa li klawsola 7 qed tiġi rtirata x'inhi l-oġġezzjoni?", "Għalfejn se tivvotaw kontra u se titolbu division għax dan se jkun tribunal u mhux qorti?", "Imissek ipproponejt li neqirdu t-tribunali amministrattivi kollha u nagħmluhom qrati.", "Nerġa' ngħid, għad hemm tribunali amministrattivi importantissimi bħal dak tal-liġi tal-kera li jista' jkeċċik minn post u jitfgħek barra fit-triq.", "Għandna l-land arbitration board li jista' jiddeċiedi jekk jagħtikx Lm1 miljun jew Lm100,000 għall-art tiegħek, każi li huma deċiżi minn tribunal amministrattiv.", "Jekk wieħed jirċievi ex officio - ikun ta' Lm100 jew ta' Lm100,000 - ma jmurx il-qorti fuqha imma quddiem tribunal amministrattiv.", "Issa jekk tgħiduli li din hija sistema ħażina, kollox sew, nasal biex nifhem dak l-argument.", "Imma ma tistax tgħidli li din il-liġi qed tmur pass lura.", "Anzi, din il-liġi f'dan il-kontest qed tmur pass 'il quddiem.", "THE CHAIRMAN: Niġbed l-attenzjoni biex kemm jista' jkun naslu għal xi tip ta' konklużjoni għax ilna ħafna nitkellmu fuq klawsola 5.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Anġlu Farrugia.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Mr Chairman, għandek raġun imma din hija klawsola importanti.", "L-Onor.", "Tonio Borg beda bil-battuta tal-liġi ta' l-1981.", "Donnu kulħadd jinsa biċċa mill-istorja, u dan huwa ħażin għax l-istorja trid tingħad kollha.", "Meta tlajna fil-gvern fl-1996 konna għamilna liġi fejn waqqafna t-tribunal għall-investigazzjoni ta' inġustizzji u dak iż- żmien huma vvotaw kontra.", "Għall-kuntrarju ta' dak li għamlu huma wara l- 1987 meta waqqfu l-kummissjoni għall-investigazzjoni ta' inġustizzji u ħatru avukati biex jinvestigaw - issa m'iniex se noqgħod ngħid kemm min kien jinvestiga kien iktar Nazzjonalist mill-ieħor – il-gvern Laburista fl- 1996 waqqaf tribunal għall-investigazzjoni ta' inġustizzji pres edut minn imħallef.", "Imma aħna konna attenti għax it-tribunal li waqqafna ...", "(Interruzzjonijiet) Jien ma nterrompejtekx.", "Issa se ngħidlek x'għamilna.", "Mr Chairman, il-ministru semma l-każ tal-Blue Sisters u jien se nsemmilu dan.", "Fil-każ tal-Blue Sisters kulħadd jaf x'ġara; kien hemm raġunijiet fl- interess pubbliku li m'għandniex għalfejn nidħlu fihom.", "(Interruzzjonijiet) Ħalli ma naqax għat-tentazzjoni ta' l-Onor.", "Tonio Borg.", "(Interruzzjonijiet)", "For record purposes, irrid ngħid li fl-1996 il-partit Laburista fil-gvern waqqaf tribunal għall-investigazzjoni ta' inġustizzji li kien pres edut minn imħallef li ma kienx appuntat mill-gvern imma mill-president tal- qorti.", "Ma għażlux Alfred Sant, imma l-president tal-qorti.", "(Interruzzjonijiet) U, iva, issa għidli li mhux veru wkoll!", "Kien l- Imħallef Farrugia Sacco.", "Meta tlajtu fil-gvern intom neħħejtuh u poġġejtu lill-Imħallef Mallia meta kien hemm kawżi għas-sentenzi!", "Inti bħala l- Ministru Tonio Borg.", "(Interruzzjonijiet) U x'ma ngħaġġilx!", "Dawn huma fatti.", "Il-partit Nazzjonalista fil-gvern, li jgħid li hu x-xempju tad- demokrazija - għadna kif smajna lill-Onor.", "Gonzi jagħmel stqarrija u tgħidx kemm qdusija ħarġet! – għadu ma onorax kawżi deċiżi minn dak it-tribunal.", "Bl-intelliġenza u bl-akkademja kollha tad-demokrazija li jiftaħru biha - meta tisma' lill-Onor.", "Tonio Borg jitkellem kważi jbikkik - dawn id- deċiżjonijiet għadhom ma ġewx onorati.", "Għaliex?", "Dawn huma n- Nazzjonalisti!", "Mela se jiġu jitkellmu fuq ir-record.", "Dan huwa l-passat immedjat tan-Nazzjonalisti u mhux il-passat remot!", "Issa mhux qed nitkellem fuq l-1981 imma fuq żmien ħafna aktar riċenti.", "Aħna għamilna żbalji imma huma għadhom għaddejjin bihom!", "Din hija r-responsabbilta` politika.", "Issa ħalli nkompli.", "L-Onor.", "Borg. staqsieni għaliex, bħala main spokesman ta' l-oppożizzjoni, ma qbadtx u ddikjarajt li ma naqbilx li jkollna tribunal amministrattiv imma rrid qorti amministrattiva.", "Donnu li lanqas kien hawn fis-second reading għax wieħed wara l-ieħor, jien, l-Onor.", "Gulia u l-Onor.", "Herrera ddikjarajna li aħna naqblu li jkun hemm body li jkun qed jiġbor kollox flimkien, għax dak huwa żvilupp importanti għal pajjiżna.", "Aħna għedna li kienet ħaġa tajba li ressaqtu dan l-abbozz ta' liġi, imma ma naqblux li jkun tribunal għal diversi raġunijiet.", "(Interruzzjonijiet) Issa ngħidlek x'inhu.", "Kif tgħidli li hu tribunal?", "Ħalli nagħti eżempju.", "Min jippres edi t-tribunal li għandu x'jaqsam ma' l-Att dwar il-kompetizzjoni?", "Il- maġistrat Silvio Meli.", "Semma wkoll l-arbitration board li l-membri tiegħu huma kollha maġistrati mill-ġudikatura.", "ONOR.", "TONIO BORG: Fuq il-bord tal-kera kieku trid nagħmel ex maġistrat.", "(Interruzzjonijiet)", "THE CHAIRMAN: M'hemmx interruzzjonijiet.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: U t-tribunal li jaqa' taħt l-Att dwar il- kompetizzjoni min jippres edih?", "(Interruzzjonijiet) Mela ċċekkjaw kif qed isiru l-affarijiet.", "Għalfejn din il-biża' biex tagħmlu qorti minflok tribunal?", "Għaliex qed issemmi x'jiġri fl-Ingilterra?", "Mela aħna għandna bilfors insegwu dak li qed jiġri fl-Ingilterra?", "Jista' jkollhom affarijiet tajbin, pero` hemm affarijiet ħafna iktar ħżiena.", "Illum qed naraw l- esperjenza qarsa ta' kif jinterpretaw ċerti affarijiet fl-Ingilterra.", "Aħna lkoll inħarsu lejn dak li qed jiġri f'pajjiżi oħra u m'iniex se noqgħod insemmi kawżi partikolari għax ma nkunx korrett.", "Imma m'għandniex għalfejn nimitaw dak li qed jiġri fl-Ingilterra!", "Għandna naraw x'ġara f'pajjiżi b'saħħithom li kellhom evoluzzjoni tajba dwar il-konservazzjoni tad-dritt amministrattiv, bħal Franza u pajjiżi oħra kontinentali.", "Għandna naraw kif waqqfu l-qorti amministrattiva.", "X'inhi din il-biża' li tagħmlu qorti minflok tribunal?", "X'inhi din il-phobia li qed tinbet illum fost esponenti kbar tal-gvern Nazzjonalista?", "Sur President, ma rridx immur ħafna lura fiż-żmien, imma jien niftakar li meta konna nistudjaw l-universita`, l-Imħallef Wallace Gulia - kien jiġi z- ziju ta' l-Onor.", "Gulia u llum huwa mejjet; insellimlu minn hawn - kien jitkellem fuq id-dritt amministrattiv u li xi darba dan il-pajjiż ikollu l- qorti amministrattiva.", "(Interruzzjonijiet) Fuq qorti amministrattiva kien jitkellem.", "Issa jekk in-notes tiegħek huma differenti minn tiegħi, xi tridni nagħmel?", "ONOR.", "TONIO BORG: Se tgħid lili!", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Ma ngħidx lilek, x'jiġifieri?", "Mela inti xi factotum hawn!", "(Interruzzjonijiet)", "THE CHAIRMAN: Ippermettuli ftit.", "Inkomplu d-diskussjoni fuq klawsola 5.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Kemm hi tajba din!", "Mela mhux kulħadd jaqra.", "(Interruzzjonijiet) Nawguralu jekk ġie l-ewwel, imma jien ma ġejtx l-aħħar lanqas.", "THE CHAIRMAN Onor. Farrugia.", "Inkomplu d-diskussjoni fuq klawsola 5.", "L- Onor. Farrugia jkompli bl-intervent tiegħu.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Mr Chairman, aħna qegħdin ngħidu li fost il- ġurisprudenza fid-dritt amministrattiv kellna eċċellenza ta' ħafna sentenzi.", "Allura issa se neqirdu kollox?", "Le.", "L-oppożizzjoni tifhem li issa huwa diffiċli ħafna għall-gvern biex ibiddilha ladarba qabad u ċallasha f'dan l-abbozz bħala tribunal.", "Imma s-serjeta` titlob li fejn se nagħmlu xi ħaġa għandna naslu flimkien, gvern u oppożizzjoni.", "Filwaqt li qed naqblu fil-prinċipju li m'għandniex għalfejn ikollna dawn id-diversi bordijiet, aħna jidhrilna li ladarba wħud minn dawn il-bordijiet huma pres eduti minn maġistrati jew imħallfin li jipprattikaw fil-qorti, m'għandux issa jkun l-eżekuttiv li jagħżel il-ġudikant għal perijodu ta' erba' snin biex jippres edi dan it-tribunal.", "Hemmhekk diġa` qiegħed tmur kontra l- istess prinċipju ta' l-indipendenza.", "Dan huwa l-punt kardinali.", "Nitlob lill-ministru biex jistenbaħ ukoll.", "Forsi ma jistax jersaq ħafna l- qorti u ma nafx għandux feedback mill-istess ġudikatura.", "Kif qed taħsibha l-ġudikatura stess fuq dan it-tribunal?", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Ħalli niċċara l-affarijiet għax jekk qed jisimgħuna xi maġistrati bħalissa - jekk għandhom dan il-pjaċir li fit-8.30 p.m. joqogħdu jisimgħu r-radju - jaħsbu li aħna se nneħħu l-maġistrati mit-tribunali li hemm u nissostitwixxuhom b'dan it-tribunal.", "M'hu veru xejn.", "L-Onor.", "Farrugia qed iħawwad il-first schedule li hija lista tat-tribunali amministrattivi kollha li bil-ġurisprudenza llum diġa` huma marbutin bir- regoli ta' l-imġiba tajba u li issa qed nagħmluhom b'liġi ...", "Per eżempju, qed ngħidu li l-land arbitration board se jkun marbut bil-principles of good administrative behaviour, pero` l-land arbitration board mhux se jiġi taħt dan it-tribunal.", "L-Onor.", "Farrugia semma l-competition Act li veru li hija msemmija f'dan l- abbozz, imma tissemma fl-ewwel skeda.", "Imbagħad hemm artiklu ieħor li jgħid li għada pitgħada l-ministru jista' jestendi din il-lista għal tribunali oħrajn.", "Imma xorta waħda trid tiġi elenkata l-lista ta' dawm it-tribunali l-oħrajn.", "Il-bord tal-kera qiegħed fil-first schedule u allura huwa marbut bir-regoli ta' l-ewwel parti tad-dritt amministrattiv - naħseb li fuq din naqblu - pero` mhuwiex imsemmi fit-third schedule li huma dawk il-liġijiet li sejrin nemendaw sabiex kwestjonijiet li jinqalgħu taħthom jiġu riferiti fit- tribunal amministrattiv ċentrali.", "Fost oħrajn dawn jinkludu l-Ordinanza dwar l-ispirti u allura jekk il-kontrollur jirrifjuta li joħroġlok liċenzja għall-ispirti, b'din il-liġi inti tista' tappella quddiem it-tribunal amministrattiv.", "Liema maġistrat se nneħħu minn kif inhi l-liġi llum fejn għandu x'jaqsam il-kontroll ta' l-ispirti?", "Għandi dubju jekk illum issirx quddiem maġistrat.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Le, ma ssirx u lanqas huwa appuntat.", "ONOR.", "TONIO BORG: Fit-tieni skeda nsibu wkoll l-Ordinanza dwar il- lebbrużi.", "Mela aħna qed ngħidu li jekk tinqala' kwestjoni dwar il- lebbrużi, minflok wieħed imur quddiem xi tribunal li jeżisti llum taħt din l-Ordinanza, issa se jkollu l-vantaġġ miżjud li se jmur quddiem tribunal u jista' jappella quddiem il-qorti ta' l-appell fuq punt ta' dritt.", "Taħt l- istess skeda nsibu wkoll l-Ordinanza dwar l-esportazzjoni tal-prodotti agrikoli.", "Għal din ukoll irridu nagħmlu qorti amministrattiva għax inkella ma nkunux kapaċi naqtgħu kwestjoni dwar l-esportazzjoni tal-prodotti agrikoli?!", "Din il-lista ssemmi diversi liġijiet oħrajn, fosthom l-Att dwar il-provvisti u s-servizzi, l-Att dwar il-proprejta` ta' l-għadu, l-Att dwar l-inbid, l-Att dwar it-trattament xieraq ta' l-annimali, l-Att dwar is- soċjetajiet koperativi, ir-regolamenti dwar esplożivi ċivili, ir- regolamenti dwar l-importazzjoni ta' klieb u qtates – biex niddeċiedu fuq kwestjoni dwar l-importazzjoni ta' klieb u qtates irridu mmorru quddiem il- qorti amministrattiva, inkella nivvotaw kontra u nitolbu division? – ir- regolamenti dwar il-ġarr stadali ta' merkanzija b'vetturi bil-mutur, ir- regolamenti dwar il-bibljoteka nazzjonali ...", "Allura se nkunu qed nimpinġu fuq l-indipendenza tal-qrati u se nimblokkaw l-aċċess taċ-ċittadin għall- ġustizzja għax jekk tinqala' xi kwestjoni dwar xi ktieb fil-librerija u fil- bibljoteka, din issa trid tmur quddiem it-tribunal amministrattiv, kif wara kollox irid isir anke llum?", "Lanqas illum ma tista' tmur quddiem il-qorti fuq kwestjoni bħal dawn.", "Kieku dawn kienu jmorru quddiem il-qorti u issa qegħdin naqilgħuhom minn hemm u nitfgħuhom fit-tribunal amministrattiv, forsi nifhem l-argument ta' l-oppożizzjoni, imma dawn se jmorru pass 'il fuq, se jitilgħu tarġa.", "Dwar uħud minn dawn il-kwestjonijiet lanqas tribunal amministrattiv biex tikkontesta deċiżjoni ma kien hemm.", "Issa se tkun tista' tmur quddiem it-tribunal amministrattiv u jkollok ukoll id- dritt ta' l-appell quddiem il-qorti ta' l-appell.", "Il-lista f'din l-iskeda tkompli ssemmi r-regolamenti dwar il-bibljoteka pubblika ta' Malta u r- regolamenti dwar il-kontroll tal-bejgħ tal-bajd.", "Irridu noħolqu qorti amministrattiva fil-każ li tinqala' kwestjoni dwar il-bejgħ tal-bajd?", "Sur President, matul iż-żmien inħolqu t-tribunali amministrattivi għax il- leġislaturi ta' gvernijiet differenti dehrilhom li m'għandniex noqogħdu ngħabbu lill-imħallfin u 'l-maġistrati b'affarijiet speċjalizzati, bħall- kontroll tal-pitrolju.", "Dan il-pass li ma jkunux fil-ġurisdizzjoni tal- qorti mhux issa qed jittieħed, imma ttieħed 30 jew 40 sena ilu.", "Jiġifieri l-impressjoni li qed tagħti l-oppożizzjoni li sal-lum dawn kienu f'idejn il- qorti u issa qed naqilgħuhom minn idejn il-qorti u qegħdin nitfgħuhom fit- tribunal amministrattiv m'hijiex vera, u jafu li m'hijiex vera.", "Sal-lum kwestjonijiet taħt uħud minn dawn il-liġijiet kellhom rimedju permezz ta' tribunali amministrattivi, oħrajn lanqas kellhom dan ir-rimedju permezz ta' tribunali amministrattivi, waqt li oħrajn kellhom tribunali amministrattivi li lanqas kienu pres eduti minn maġistrat.", "Issa se niġbru dawk li hemm fil- lista tat-tielet skeda - mhux li hemm fl-ewwel skeda - u se nitfgħuhom quddiem tribunal wieħed.", "L-intenzjoni tal-gvern mhijiex li jieqaf hawn, imma li wara li naraw kif immorru b'dawn it-tribunali, naqbdu grupp ta' liġijiet oħrajn fejn hemm ħafna bordijiet, kummissjonijiet u awtoritajiet, u l-litigazzjoni dwarhom nitfgħuha quddiem dan it-tribunal amministrattiv li se jkun pres edut mhux minn avukat, imma minn persuna li tokkupa jew li kienet tokkupa l-kariga ta' mħallef jew maġistrat f'Malta.", "Il-liġi li semma l-Onor.", "Farrugia li waqqfet it-tribunal għall- investigazzjoni ta' inġustizzji tgħid li t-tribunal irid ikun pres edut minn \"imħallef jew ex imħallef jew avukat li ilu 12-il sena jipprattika\".", "Anke fil-każ tal-bord tal-kera ...", "(Interruzzjonijiet) Għandek żball, mur ara l-liġi.", "Jien naħtru l-maġistrat fuq il-bord tal-kera.", "Fil-prattika jien naħtar lil min irid il-prim imħallef, mhux se noqgħod immur ngħidlu jien lil min jappunta.", "Jien bħala ministru għandi l-poter li nappunta maġistrat jew ex maġistrat fuq ir-rent regulation board, il-land arbitration board u r-rural leases control board, imma fil-prattika nħalli f'idejn il-prim imħallef biex jaqbad a serving magistrate u jappuntah hemmhekk.", "Imma kieku rrid, nista' naqbad maġistrat li spiċċa u ngħidlu biex imur jagħmel il-kawżi tal-bord tal-kera.", "Il-liġi tagħtini dan il- poter, imma deherli li l-liġi tal-kera tant hija importanti, iktar u iktar fiż-żmenijiet tal-lum bil-valur tal-proprjeta` kif inhu, li għandi nħalli s- sistema kif inhi u jibqa' jippres edi dak il-bord a serving magistrate.", "Imma fl-affarijiet l-oħrajn illum kważi qed ngħabbuha żżejjed ...", "Għax qabel dawn il-kwestjonijiet kien jiddeċidihom id-direttur, xi uffiċjal jew xi arbitru u issa anke dawn il-kwestjonijiet li jidhru żgħar, li qegħdin mhux fl-ewwel skeda imma fit-tielet skeda, se jiġu deċiżi mit-tribunal amministrattiv pres edut minn maġistrat jew ex maġistrat bi dritt ta' appell fuq punt ta' dritt lill-qorti ta' l-appell.", "THE CHAIRMAN: Hawn iktar rimarki?", "L-Onor.", "Gavin Gulia.", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Mr Chairman, segwejt b'attenzjoni dak li qal il- ministru.", "Ħalli nipprovaw nieħdu l-argument fuq livell strettament tekniku.", "Il-ministru semma d-diversi tribunali li hemm imsemmijin fl- iskeda, fosthom l-environment Act u l-planning appeals board li diversi drabi spiċċa f'ħoġor il-qrati.", "Jien għedt li dan l-abbozz ta' liġi qabad partijiet saljenti minn artiklu 469A ta' sub-titolu VII ta' kapitlu 12, li jittratta l-istħarriġ ġudizzjarju ta' azzjoni amministrattiva, u tefagħhom f'ħoġor it-tribunal amministrattiv.", "Dawn huma l-grounds li fuqhom wieħed jista' jindaga, li jinkludu meta l-għemil amministrattiv jikser il- kostituzzjoni, meta l-għemil amministrattiv ikun ultra vires għal xi waħda mir-raġunijiet li hemm imsemmijin.", "Illum stess kont qed nittratta dwar dan l-artiklu fil-qrati.", "Ta' min jgħid li subartiklu (4) ta' artiklu 469A jgħid li:", "\"... id-dispożizzjonijiet ta' dan l-artikolu m'għandhomx japplikaw meta l- mod ta' kontestazzjoni jew ta' ksib ta' rimedju dwar xi att amministrattiv partikolari quddiem qorti jew tribunal jiġi provdut dwaru f'xi liġi oħra.\".", "Dan ma ġiex riprodott f'dan l-abbozz ta' liġi.", "X'qed jiġri quddiem il- qrati ordinarji?", "Qed jiġri li meta xi ħadd iweġġa' b'xi deċiżjoni tal- planning authority flok imur quddiem il-planning appeals board, jew bi żvista jew b'intenzjoni, jipprova jirriferi l-każ lill-qrati ċivili taħt id- dispożizzjonijiet ta' artiklu 469A.", "U l-qrati, fuq l-eċċezzjonijiet li dejjem qajjem il-planning appeals board - qed nirriferi għall-planning appeals board bħala wieħed mit-tribunali, għax hemm ruxxmata bordijiet u tribunali oħrajn li għandhom l-istess poter li għandu l-planning appeals board u huma kostitwiti bil-liġi, li hija liġi speċjali u allura tirbaħ hi - qegħdin jgħidu li, ġaladarba hemm il-planning appeals board, huma mhux se jistħarrġu l-azzjoni amministrattiva għax din tista' tiġi kkontestata quddiem il-bord.", "Jiġifieri hemm dak ir-rimedju jew, jekk ikun hemm ksur ta' dritt fundamentali tal-bniedem, tapplika l-liġi speċjali tal- kostituzzjoni.", "Issa, having said that, kif kienet konna nafu fejn qegħdin, dak li jaqa' artiklu 469A huwa fil-ġurisdizzjoni tal-qrati ċivili.", "Imma issa x'se jiġri?", "Ġaladarba you did not carry subartiklu (4) ta' artiklu 469A taħt it- tribunal amministrattiv, issa x'se jiġri?", "Jekk ikun hemm xi ħadd li għandu kwestjoni mal-planning authority - għaliex il-planning authority hija msemmija fl-iskeda - issa x'se jiġri?", "Jekk jien, Gavin Gulia l-avukat, nirriferi allegazzjoni ta' imġiba ħażina f'att amministrattiv lil dan it- tribunal amministrattiv, x'se jiġri mill-planning appeals board, biex insemmi dan il-bord?", "Għaliex filwaqt li bħalissa l-qrati qegħdin jgħidu li ma jidħlux għax m'għandhomx kompetenza peress li hemm rimedju quddiem il- planning appeals board, it-tribunal amministrattiv issa mhux se jkun jista' jgħid hekk għax huwa kompetenti li jisma' dak il-każ.", "Allura x'se jiġri mill-planning appeals board?", "Qed insemmi l-planning appeals board, imma min jaf kemm hemm bordijiet bħalu li huma msemmija f'dawn l-iskedi.", "Jekk se tħalluha kif inhi hemmhekk se jkollkom problema għax dak l-argument politiku li semma l-ministru, li b'din il-liġi se nkunu qegħdin insaħħu dawk it-tribunali, issa mhux se jreġi iktar.", "Jekk tgħaddi l-liġi kif inhi, fil-każ tal-planning appeals board – nerġa' ngħid li qed insemmi dan il- bord bħala eżempju, u naf x'jien ngħid għax dħalna fil-fond fiha – it- tribunal amministrattiv mhux se jkun jista' jgħid, bħalma jistgħu jgħidu l- qrati llum skond section 469A, li dak il-każ għandu jmur quddiem il- planning appeals board.", "Nitlobkom tgħiduli x'inhi l-opinjoni tagħkom fuq dan mingħajr partiġjaniżmu politiku, opinjoni purament legali u teknika.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Anġlu Farrugia.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Dan il-punt li semma l-Onor.", "Gulia huwa proprju wieħed mir-raġunijiet kardinali għalfejn m'għandux isir dan it-tribunal għax bħall-bord li joħroġ mill-Att dwar l-ippjanar ta' l-iżvilupp hemm oħrajn.", "Jien irrid nagħmilha ċara li aħna, bħala oppożizzjoni, l- affarijiet irriduhom above board, mingħajr l-ebda possibilita` li xi ħadd ibagħbas 'l hemm jew 'l hawn.", "Din trid tirranġa ruħha għax anke kif inhi s- sitwazzjoni llum, bil-qorti u l-problemi li għandha, xorta għandna ndħil mill-eżekuttiv.", "Sur President, hawnhekk se nsemmi xi ħaġa tal-mistħija.", "Mela nafu li l- eżekuttiv diġa` qiegħed jindaħal billi jagħżel hu lil min ipoġġi fit- tribunal bħala ġudikant.", "Imma issa għandna wkoll uħud mill-eżekuttiv - ma nafx jekk hux il-Ministru Tonio Borg jew l-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici - li qed jieħdu l-proċessi mill-qorti, qed jieħdu dokumenti mill-qorti.", "Dalgħodu stess mort ir-reġistru tal-qorti u sibt li batch sħiħ ta' ittri uffiċjali kien nieqes.", "Issa l-bieraħ, waqt li kien qed jagħti l-warrants lill-avukati l-Onor.", "Mifsud Bonnici beda jiftaħar kemm qed isir progress dwar dawn l-ittri uffiċjali taħt artiklu 166A.", "Mela llum qegħdin fis- sitwazzjoni li jien, Gavin Gulia, bħala avukat, immur fir-reġistru biex niċċekkja jekk l-ittra uffiċjali waslitx jew inkella addirittura jekk ġiex notifikat il-klijent tiegħi biex jien nirrispondi n-nota, u nsib li batch sħiħ ta' ittri huwa nieqes mir-reġistru tal-qorti u qiegħed fil-ministeru!", "Ma nafx jekk bagħatx għalih l-Onor.", "Mifsud Bonnici jew l-Onor.", "Tonio Borg.", "(Interruzzjonijiet) Aħna ma ġejniex l-ewwel fl-amministrazzjoni, imma nafu li f'dawn l-affarijiet l-amministrazzjoni mhux hekk għandha titmexxa!", "Żgur li mhux hekk għandha titmexxa!", "Onor. Mifsud Bonnici u Onor. Tonio Borg, la qegħdin quddiemi, nista' nagħtikom ir-riferenza tal-batch bir-reġistrazzjoni ta' l-ittri uffiċjali, li hija 437/2006.", "Dawn huma kollha batches kbar, volumi mneħħija mir- reġistru tal-qorti u jinsabu fil-ministeru tal-ġustizzja.", "Kif tista' l- oppożizzjoni jkollha fiduċja li kollox se jkun above board meta qed niġu hawn biex ngħaddu liġi li qed twaqqaf tribunal fejn l-eżekuttiv stess - ikun min ikun fil-gvern, illum hemm huma - se jkun qed jaħtar bħala chairman tiegħu maġistrat li jidhirlu hu, irtirat jew mhux irtirat, li mbagħad se jkun mitlub jiddeċiedi każi ta' redress taċ-ċittadin Malti?", "Fejn hi s-serjeta`?", "M'għandhomx serjeta` llum bil-qorti kif inhi għax saħansitra jieħdu proċessi u dokumenti mill-qorti u jġorruhom lejn il- ministeru!", "Fejn hi s-serjeta`?!", "Għalhekk aktar u aktar meta nitkellmu fuq twaqqif ta' struttura li se tagħmel reviżjoni amministrattiva, qed ngħidu li għandha ssir bis-serjeta`.", "U qed inkunu ċari fil-prinċipju.", "Dan huwa skandlu li ma jidhirlix li għandna nkomplu nisimgħu bih.", "Smajna biżżejjed fuq il-qorti.", "Per eżempju, din il-ġimgħa kien hemm seduti sħaħ fejn ħadd mill-maġistrati ma kien jaf x'se jagħmel.", "Kien hemm 70 jew 80 kawża f'seduta waħda, ħafna nies fl-awli, u kulħadd intbagħat lura d-dar.", "U issa tmur fir-reġistru tal- qorti biex tagħmel xogħlok f'isem iċ-ċittadin u biex tara d-dokumenti li trid tara jkollok tmur fil-ministeru għand l-Onor.", "Mifsud Bonnici jew il- Ministru Tonio Borg!", "Ara x'mistħija!", "Allura kif irid ikollok fiduċja f'dak li qed jipproponi l-gvern Nazzjonalista?!", "Għalhekk ninsistu li nitolbu division fuq klawsola 5.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Gavin Gulia.", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Jien qajjimt punt tekniku li naħseb li huwa kardinali.", "Nixtieq li almenu l-ministru jserraħli rasi li meta naslu għal paragrafu (a) ta' subartikolu (3) naraw x'se nbiddlu fih għax jekk se jibqa' kif inhu eventwalment se jbiddel xi ftit il-pożizzjoni legali minn kif inhi bħalissa.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: L-ewwelnett rigward dan li qed jgħid l-Onor.", "Gulia rrid ngħid li issa hemm il-vantaġġ li dak li jkun l-ewwel se jmur quddiem it-tribunal amministrattiv ...", "Din tal-planning authority rridu noqogħdu attenti kif nagħmluha.", "Hemm ċerti affarijiet li jkun għaqli li tagħmilhom wara ċertu żmien u mhux immedjatament.", "Illum jekk ikun hemm kwestjoni li tirrigwarda l-awtorita` ta' l-ippjanar, mid-DCC tmur quddiem il-planning appeals board u tieqaf hemmhekk.", "Imbagħad jekk ikun hemm xi kwestjoni kostituzzjonali taqa' taħt artiklu 469A tal-kodiċi ta' organizzazzjoni u proċedura ċivili.", "Mentri issa, jekk għada pitgħada jkun hemm din is-sitwazzjoni, dan it-tribunal amministrattiv jidħol minflok il- planning appeals board - mhux qed ngħidu li se nagħmlu hekk minn issa; aħna ddikjarajna liema se nagħmlu llum u liema jistgħu jsiru 'l quddiem - u jkun hemm ukoll il-possibilita` ta' appell mid-deċiżjoni, li llum ma teżistix.", "Anzi b'dan il-mod se jkun hemm doppio esame.", "Għar-rigward ta' l-ittri uffiċjali, Onor. Farrugia, nista' ngħidlek li ridt inkun naf x'inhu jiġri biex inkun nista' nagħti xiehda.", "(Interruzzjonijiet) Onor. Farrugia, ladarba staqsejtni se nirrispondik.", "Dawk tlabthom iġibuhomli l-uffiċċju biex narahom u mbagħad nerġa' nibgħathom lura, u hekk għamilt.", "Għandi dritt nagħmel hekk, ħalli jien inkun naf at first hand li dak li qed ninforma lill-Kamra huwa sewwa.", "Issa inti taf li jien ma nistax noqgħod immur ir-reġistru u niċċekkjahom.", "Ġew l- uffiċċju u reġgħu marru lura, u inti nqdejt.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Anġlu Farrugia.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Nistaqsi lill-Onor.", "Mifsud Bonnici jekk kellux l- awtorizzazzjoni tal-prim imħallef, jew ta' xi ħadd mill-qorti, jew tar- reġistratur li joħroġ dawk id-dokumenti mill-qorti meta m'hijiex il-prassi ta' l-ebda ministru u l-ebda segretarju parlamentari li jagħmel dawn l- affarijiet.", "(Interruzzjonijiet)", "THE CHAIRMAN: Ippermettuli ftit.", "No cross debates.", "Onor. Mifsud Bonnici u Onor. Alfred Sant nitlobkom toqogħdu bilqiegħda u nkomplu bir-rimarki fuq klawsola 5.", "(Interruzzjonijiet) Ippermettuli ftit, dan m'għandux x'jaqsam ma' klawsola 5 u nitlob għall-ordni.", "Nitolbok toqgħod bilqiegħda, Onor. Alfred Sant.", "Hawn iktar rimarki?", "L-Onor.", "Anġlu Farrugia.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Mr Chairman, meta nisma' risposti ta' din il- kwalita` ninduna bl-arroganza ta' gvern Nazzjonalista bl-iktar mod salvaġġ fil-konfront tad-demokrazija ta' pajjiżna.", "Illum membru ta' l- oppożizzjoni, seta' kien min kien, jew ċittadin li mar il-qorti biex jara jekk waslitx ittra uffiċjali - għax din jekk ma tiġix imwieġba fi żmien 30 ġurnata bil-liġi li għamel il-gvern jispiċċaw b'sentenza eżekuttiva li m'għandhomx rimedju għaliha - sab li dan il-batch ta' ittri uffiċjali ma kienx qiegħed hemm.", "Ħadd ma kien jaf fejn qiegħed.", "Issa jiġi s-segretarju parlamentari jweġibni b'dan il-mod, qisu għandu xi dritt, qisu xi ħadd li għandu dritt fuq kulħadd!", "Din tipika ta' Mifsud Bonnici li b'mod paternalistiku jiġi jgħid: Allura b'daqshekk, jien ridt niċċekkja!", "Bħallikieku bħala segretarju parlamentari m'hemmx mod ieħor kif jiċċekkja, bis-civil servants li għandu, bid-direttur ġenerali u l-ħafna diretturi li hemm; kellhom jeħdulu batch sħiħ ta' ittri uffiċjali l-ministeruj!", "Jien ma nemmnux li għalhekk ittieħdu.", "Daqskemm nafu x'jiġri meta ċerti proċessi ta' kompilazzjonijiet jintmessu u jdumu ma jinstabu.", "Fejn ikunu qegħdin dawn?", "Nisperaw li ma jiġix jgħidli li għandu d-dritt li jibgħat għall- kompilazzjonijiet biex jeħduhomlu fil-ministeru ħalli jara l-affarijiet, hu jew sieħbu l-Ministru Tonio Borg!", "Dan mhux biss huwa kontra kull proċedura, imma huwa illegali li ministru jew segretarju parlamentari tal- gvern - hu min hu, iktar u iktar meta dan suppost li jieħu ħsieb l- amministrazzjoni tal-ġustizzja - jieħu fuqu d-dritt - li m'għandux - li jindaħal fis-sistema ġudizzjarja ta' pajjiżna billi jieħu dokumenti mill- qorti lejn l-uffiċċju tiegħu fil-ministeru, li huwa uffiċċju pubbliku imma politiku, biex ikun jista' joqgħod jaqra min bagħat ittra uffiċjali lil dak u min bagħat ittra uffiċjali lill-ieħor.", "Qed nitkellem fuq dokumenti numri 437, 434, 435, 436, batch ta' 50 ittra uffiċjali, kollha neqsin mir- reġistru u ħadd ma jaf fejnhom.", "Immorru aħna minn din in-naħa kif ukoll nies oħrajn biex niċċekkjaw intbagħtux xi ittri uffiċjali l-qorti u xi ħadd jgħidilna: Naħseb li ħadhom il-ministru.", "Din x'serjeta` ta' ġustizzja hi f'pajjiżna?!", "Fejn hi s-serjeta`?!", "Imbagħad jiġi jwieġeb hawnhekk u donnu jippretendi li noqogħdu għar-risposta tiegħu!", "X'risposta hi din?!", "M'għandu l-ebda risposta ħlief li jammetti li tant żgarrat l- amministrazzjoni tal-ġustizzja f'pajjiżna li verament wasalna fil-qiegħ tal- qiegħ, tant li nispiċċaw biex ikollna l-prim ministru jgħaddi rimarki personali.", "Spiċċajna!", "Dan huwa gvern li għejja sew u wasal iż-żmien immedjat li jwarrab.", "THE CHAIRMAN: Iktar rimarki?", "Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Chairman, ilni mit-8.00 p.m. nistaqsi lill-Onor.", "Farrugia l-istess domanda: Għaliex se tivvotaw kontra klawsola 5 meta għall-ewwel darba din se tagħti rimedju aħjar minn dak li hemm provdut fil- liġijiet tal-lum?", "S'issa għad m'għandix risposta.", "Staqsejt din id-domanda kemm-il darba, imma baqa' jdurli mal-lewża u jaqbad ma' affarijiet oħra li m'għandhom x'jaqsmu xejn ma' l-abbozz.", "IIlum għandna sitwazzjoni fejn deċiżjonijiet dwar materji speċjalizzati li jaqgħu taħt il-lista ta' affarijiet li hemm fit-tielet skeda, li wħud minnhom lanqas hemm tribunal amministrattiv għalihom u oħrajn hemm tribunal amministrattiv li lanqas huwa presedut minn maġistrat, se jmorru kollha quddiem tribunal amministrattiv ċentrali.", "Dak it-tribunal amministrattiv ċentrali se jkun presedut minn maġistrat jew ex maġistrat, l-istess kif inhi l-liġi sal-lum għar-rigward ta' tliet tribunali li l-oppożizzjoni bl- ebda mod ma qalet li dawn għandhom imorru quddiem qorti amministrattiva.", "Nerġa' nsemmi liema huma dawn it-tlieta: il-bord li jirregola l-kera, il- bord dwar l-arbitraġġ ta' l-artijiet u l-bord tal-kontroll tal-kera tar- raba'.", "L-Onor.", "Farrugia fl-ebda ħin ma qal li dawn it-tliet tribunali, li m'humiex milqutin b'din il-liġi u li skond il-liġi kif inhi llum huma preseduti jew minn maġistrat jew minn ex maġistrat, imisshom imorru quddiem qorti amministrattiva.", "L-argument kollu li għamel l-Onor.", "Farrugia - mhux l-Onor.", "Gulia - huwa kontra li jkollna tribunali amministrattivi f'pajjiżna.", "Issa jekk din hija l-politika ta' l-oppożizzjoni, tqum u tgħidilna hekk.", "Għax bil-mod kif qed jirraġuna wieħed jista' jasal biss għall-konklużjoni li t-twaqqif tat-tribunali amministrattivi matul is-snin minn gvernijiet differenti kien żball, li missna għamilna qorti amministrattiva kif hemm fuq il-kontinent, fi Franza jew fl-Italja, li tiddeċiedi kollox, kemm kwesjtonijiet tat-tribunali amministrattivi, kif ukoll kwestjonijiet dwar il-judicial review of administrative action.", "Żgur li ma nistgħux ngħidu li b'dan l-abbozz ta' liġi se mmorru pass lura.", "Hawnhekk qed jingħad li anke dawk l-affarijiet li jidhru trivjali u li jissemmew fit-tielet skeda jridu jmorru quddiem dan it-tribunal, li huwa presedut minn maġistrat jew ex maġistrat, u terġa' - ħaġa li ma kenitx teżisti qabel - se jkun hemm dritt ta' appell lill-qorti ta' l-appell f'Malta.", "Hemm uħud li se jkunu appellabbli quddiem qorti ta' l-appell preseduta minn tliet imħallfin u hemm oħrajn li se jkunu appellabbli fuq punt ta' dritt quddiem qorti ta' l-appell preseduta minn imħallef wieħed.", "Allura kif sejrin pass lura fuq din il-kwestjoni?", "Hawnhekk sejrin 'il quddiem għax se jkollna iktar konsistenza fid-deċiżjonijiet u se jkollna garanzija li għallinqas iċ-chairman se jkun ta' esperjenza legali.", "Sur President, illum ċerti deċiżjonijiet li jittieħdu fil-qasam amministrattiv ma jitteħdux minn persuni li għandhom kwalifiki legali.", "Issa m'iniex se mmmur fl-estrem u ngħid li n-nies li jiddeċiedu fl- amministrazzjoni kollha jridu jkollhom kwalifiki legali, għax jekk se tiddeċiedi fuq l-inbid jew fuq l-esportazzjoni ta' prodott agrikolu jrid ikollok nies fil-panel li jifhmu f'dak il-qasam partikolari.", "Pero` dak li jkun qed jippresedi se jkun maġistrat jew ex maġistrat kif inhi s- sitwazzjoni fuq tribunali amministrattivi li ma jiddeċidux rigward il-bejgħ tal-bajd u l-kontroll ta' l-alkoħol biss, imma anke dwar jekk inti għandekx titkeċċa minn darek jew le.", "Mela għal dik m'hemmx għalfejn tmur quddiem il- qorti amministrattiva, pero` biex tieħu deċiżjoni dwar kwestjonijiet fuq il- bjegħ tal-bajd, bilfors trid tmur quddiem qorti amministrattiva u fuq hekk se jitolbu division!", "THE CHAIRMAN: Hawn iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 5.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "THE CHAIRMAN: Din id-division tittieħed minn hawn u 20 minuta oħra.", "Billi ntalbet votazzjoni fid-9.00 p.m. l-Kumitat ġie sospiż u rriżuma 20 minuta wara.", "THE CHAIRMAN: Se nerġa' npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hija klawsola 5.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "THE CHAIRMAN: Insejjaħ lill-Onor.", "Mario Galea.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Ninforma lill-Kamra li għan-naħa tal-gvern se jiġu paired l-Onor.", "Dolores Cristina, l-Onor Tonio Fenech, l-Onor.", "Ċensu Galea, l-Onor.", "Louis Galea, l-Onor.", "Austin Gatt u l-Onor.", "Lawrence Gonzi.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Ninforma lill-Kamra li għan-naħa ta' l-oppożizzjoni se jiġu paired l-Onor.", "Justyne Caruana, l-Onor.", "Marie Louise Coleiro Preca, l- Onor. Joe Debono Grech, l-Onor.", "Jose' Herrera, l-Onor.", "Anton Refalo u l- Onor Karmenu Vella.", "VOTAZZJONI 183", "FAVUR : 27", "L-Onor.", "|Abela Anthony |Falzon Joseph | |Agius David |Frendo Michael | |Agius Francis |Galea Franco | |Arrigo Robert |Galea Mario | |Asciak Michael |Gonzi Michael | |Azzopardi |Mifsud Bonnici | |Frederick |Antoine | |Azzopardi Jason|Mifsud Bonnici | | |Carmelo | |Borg Tonio |Puli Clyde | |Cassar Joseph |Pullicino George| |D'Amato Helen |Pullicino | | |Orlando Jeffrey | |Dalli John |Vassallo Edwin | |de Marco Mario |Zammit Ninu | |Debono Giovanna|Zammit Dimech | | |Francis | |Deguara Louis | |", "KONTRA : 22", "L-Onor.", "|Abela Carmelo |Farrugia Michael| |Abela Joseph |Farrugia Noel | |Agius Chris |Galdes Roderick | |Bartolo Evarist|Gulia Gavin | |Brincat Joseph |Mangion Charles | |Brincat Leo |Mizzi Joe | |Buontempo |Parnis Silvio | |Stefan | | |Chircop Karl |Sammut Joseph | |Cuschieri |Sant Alfred | |Joseph | | |Dalli Helena |Vassallo Adrian | |Farrugia Angelo|Vella George |", "Klawsola 5 għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi", "Fid-9.23 p.m. il-Kamra rriżumiet u l-President tal-Kumitat irrapporta progress u talab il-permess sabiex il-Kumitat jerġa' jiltaqa'.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Insejjaħ lill-Viċi Prim Ministru biex, jekk jogħġbu, iressaq l-aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "TONIO BORG: Sur President, nipproponi l-aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tnejn, 5 ta' Frar, 2007 fis-6:00 p.m. b'din l-aġenda:", "Abbozz ta' Liġi li Jimplimenta Miżuri ta' l-Estimi - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Ġustizzja Amministrattiva - Kumitat (Kont);", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Organizzazzjonijiet Volontarji - Tieni Qari (Kont);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta (Emenda Nru 2) - Tieni Qari; u", "Xi aġenda oħra li tista' tiġi komunikata aktar tard.", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att tal-Bank Ċentrali ta' Malta - Kumitat", "Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili (Emenda Nru 2) - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Reġistru Ċentrali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi tal-Liġijiet tal-Pulizija - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili (Emenda Nru 2) - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Rimarki?", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, l-Onor.", "Alfred Sant.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, dan il-pajjiż jinsab quddiem mistoqsija naħseb fundamentali.", "Jista' jafda l-istituzzjonijiet li jemanaw mill-gvern tal-ġurnata?", "U din il-mistoqsija qiegħda tqum bil-kbir quddiem dak li ġara fl-aħħar ġimgħat u ġranet fir-rigward ta' l-istatistika nazzjonali.", "Issa l- istatistika nazzjonali għal ħafna nies hija xi ħaġa astratta, imbiegħda mir- realta' tagħhom.", "X'inhi din l-istatistika nazzjonali?", "Din l-istatistika nazzjonali qisha l- kumpass li biha pajjiż, gvern u stat jista' jorjenta l-ħidma tiegħu biex jimxi 'l quddiem.", "Qisu vapur li għandu bżonn is-sistema tan-navigazzjoni sabiex ikun jaf kemm huwa 'l bogħod mill-kosta, kif jista' jidħol fil-port u kif jista' jvara u jersaq lejn l-art.", "Mela hija xi ħaġa importanti ħafna.", "Veru li mhux kulħadd jifhem fiha, veru li tinħass diffiċli u mbiegħda, imma effettivament hija marbuta mar-realta' tagħna ta' kuljum, ma' l-għoli tal- ħajja, mal-kejl ta' l-impjiegi, ma' kif qegħdin inkabbru x-xogħol u l- opportunita' f'pajjiżna.", "Mela, nerġa' ngħid, hija xi ħaġa importanti ħafna.", "Tagħtina stampa ta' minn fejn ġejna, tagħtina stampa ta' fejn se mmorru.", "U jekk iqumu dubji dwar kif din l-istatistika qiegħda tinġabar, tinżamm u tiġi proġettata, il-pajjiż ikollu problema.", "U aħna għandna problema.", "Għandna problema f'dan il-pajjiż, Sur President.", "Aktar u aktar wara l-istqarrija tal-mistħija, shameful, li saret illejla mill-prim ministru suppost dwar ir-riżenja ta' dak li jmexxi l-uffiċċju ta' l- istatistika l-ġimgħa li għaddiet, u fuq kollox wara l-istqarrija li ma saritx - għax jiena stennejt li se jkun hemm stqarrija wkoll - dwar l- ispjega li kellu jagħti l-uffiċċju ta' l-istatistika għall-bidliet li għamel fl-istatistika f'dawn l-aħħar xhur.", "Minflok, iI-prim ministru llejla għoġbu jiffoka - u għalhekk stqarrija tal-mistħija, shameful - fuq iċ-ċirkostanzi li wasslu għar-riżenja ta' l-ex direttur ta' l-uffiċċju ta' l-istatistika u injora kompletament l-ispjega li kien fid-dover tiegħu li jagħti dwar il-bidliet li saru mill-istatistika nazzjonali fl-aħħar xhur.", "Din injoraha kompletament.", "Minn hawnhekk tqum l-ewwel mistoqsija kbira quddiem dan il-pajjiż.", "Għaliex il-prim ministru, li huwa wkoll il-ministru tal-finanzi, injora kompletament il-kritika li qiegħda ssir u li saret dwar il-bidla fl- istatistika nazzjonali, l-istatistika dwar l-ekonomija, dik dwar l- impjiegi u dik dwar il-qasam tat-turiżmu?", "Din injoraha kompletament, kemm il-kritika, u kemm l-hekk imsejħa difiża li saret il-ġimgħa li għaddiet mid- direttorat ta' l-istatistika qabel ma d-direttur, hekk imsejjaħ, irriżenja.", "Jiena ngħid li bl-istqarrija tiegħu llejla l-prim ministru daħħal kriżi fil- pajjiż, kriżi ta' kredibilita'.", "L-affarijiet jistgħu jibqgħu għaddejjin u nibqgħu nħarsu lejn xulxin u nakkużaw lil xulxin, imma bir-rispett kollu, il-prim ministru u ministru tal-finanzi għandu d-dmir quddiem dan il- parlament li jispjega ruħu b'mod konkret u b'mod kredibbli fuq din il- kritika teknika li avvanzaw esponenti ta' l-oppożizzjoni fuq dak li ntqal mill-uffiċċju ta' l-istatistika.", "Allura l-issue baqgħet, u dejjem kienet, kif qegħdin jiġu ppreparati l- formats, il-preżentazzjonijiet ta' statistika li qed joħorġu ġimgħa wara l- oħra.", "Kif qegħdin jiġu ppreparati?", "Fuq liema bażi?", "Fuq liema binarju, b'liema strateġija u direzzjoni, u b'liema impenn?", "Sur President, naħseb li l-avvenimenti ta' l-aħħar ġimgħat jargumentaw bil-kbir minnhom infushom li din il-mistoqsija għandna niffaċċjawha.", "Jidher ċar li l-gvern m'huwiex interessat li jiffaċċjaha.", "Hemm kriżi sħiħa fit-tmexxija, fid-direzzjoni u fl-organizzazzjoni ta' l-uffiċċju ta' l-istatistika ta' pajjiżna.", "Inutli li noqogħdu ninħbew wara stqarrijiet.", "Il-prim ministru jrid jiffaċċjaha din il-kriżi.", "Il-ministru tal-finanzi jrid jiffaċċja din il-mistoqsija.", "U llejla wera ċar li m'huwiex ippreparat li jagħmel din il-ħaġa.", "L- istqarrija tiegħu jiena qrajtha u erġajt qrajtha u ngħid li bqajt skandalizzat bil-mod kif ipprova jinħeba taħt pożizzjonijiet li m'humiex kredibbli.", "Tissemma l-awtonomija ta' l-uffiċċju nazzjonali ta' l-istatistika.", "U nistaqsi: Awtonomija b'liema mod?", "Għax hemm awtorita'?", "L-awtorita' min jappuntaha?", "Dan il-parlament?", "Le, il-parlament m'għandux x'jaqsam ma' l- awtorita'.", "Id-diretturi ta' l-uffiċċju nazzjonali ta' l-istatistika min jappuntahom?", "Dan il-parlament?", "Le, mhux il-parlament.", "Kellu ċ-ċans dan il- gvern jew il-gvern ta' qablu, u ta' qablu u ta' qablu li jbiddel din l- istruttura?", "M'għamluhiex.", "Gvern Nazzjonalista wara l-ieħor insista li l- uffiċċju nazzjonali ta' l-istatistika m'hux bħall-uffiċċju ta' l-awditur ġenerali.", "Kellna dibattitu f'dan il-parlament u insistew li dan l-uffiċċju jkun emanazzjoni ta' deċiżjoni tal-kabinett.", "Allura l-awtonomija fejn qiegħda?", "Lilna jiġu jkellmuna rappreżentati tas-settur privat fuq awtoritajiet appuntati mill-gvern u jgħidulna li dawn huma paraventi.", "Din mhux qegħdin ngħiduha aħna, l-oppożizzjoni, imma jgħiduha rappreżentanti tas-settur privat.", "Jgħidulna li dawk huma paraventi!", "F'dan l-istadju mhux qed ngħid li l-awtorita' ta' l-istatistika hija paraventu.", "Forsi nasal biex ngħidha, imma għalissa m'iniex qiegħed ngħidha.", "Imma jien qed ngħid li l- ewwel test ta' awtonomija, bir-rispett kollu, kellu jkun dak li nistaqsu jekk l-uffiċċju nazzjonali ta' l-istatisika huwiex emanazzjoni ta' dan il- parlament, bħall-awditur ġenerali, jew inkella tal-gvern.", "Issa jekk ikunx hemm awtorita' fin-nofs jew le, huwa immaterjali.", "Għax anke l-awtoritajiet, min jappuntahom?", "Jappuntahom il-gvern.", "Dan id-daħk fil-wiċċ m'għadux jikkonvinċi lill-poplu Malti u Għawdxi.", "U dan joħroġ ċar ukoll meta llejla stess sieħbi l-Onor.", "Charles Mangion staqsa lill-prim ministru meta kien jaf bir-riżenja tad-direttur ta' l- uffiċċju ta' l-istatistika.", "Aħna konna nafu tlett ijiem qabel.", "Konna nafu li dan għalaq l-uffiċċju tiegħu u ma deherx aktar hemmhekk.", "Ħriġnieha?", "Le ma ħriġnihiex.", "Għalfejn?", "L-Onor.", "Gonzi kien jaf tlett ijiem qabel ma ħarġet fil-mument meta konna qegħdin nisimgħu fil-kon-katidral ta' San Ġwann il- litanija tal-qaddisin, fil-mument meta konna qegħdin ngħidu \"itlob għalina Santa Marija Madalena\".", "F'dak il-mument ħarġet l-istqarrija li rriżenja d- direttur ta' l-uffiċċju nazzjonali ta' l-istatistika.", "Il-prim ministru kien jaf tlett ijiem qabel, imma llejla ma kellux il-wiċċ jgħid li kien jaf minn qabel.", "Imma kien jaf.", "Għalhekk ma rrispondiex u għalhekk dan it-tip ta' maniġġi biżantini qegħdin inaqqsu l-kredibilita'.", "Dak kollu li ġara kien attentat biex niddevjaw l-argument prinċipali dwar jekk l-istatistika hijiex qiegħda tiġi mħawda, imbagħbsa, manipulata jew imbiddla, uża l-kelma li trid.", "Imbagħad l-argument l-ieħor kien li miskin l-ex direttur ta' l-istatistika nazzjonali kien qed jiġi attakkat personalment mill-oppożizzjoni!", "Dan assolutament m'huwiex il-każ.", "Dak li qal illejla l-prim ministru kien mill- ġdid manipulazzjoni sħiħa oħra sabiex l-argument dwar jekk l-istatistika uffiċjali hijiex qiegħda tiġi manipulata jew le jiġi devjat f'argument irrilevanti u li m'huwiex veru, l-argument li kien hemm xi ħadd li qed jisparaw fuqu b'mod assolutament personali.", "U din toħroġ ukoll mill- istqarrija tal-lejla.", "Għaliex jien għedt: Fl-istqarrija tiegħu, l-Onor.", "Gonzi xi provi ġab li s-Sur Cordina - dak li rriżenja - kien qiegħed jiġi attakkat personalment?", "Se nagħmel biss żewġ minuti fuq dan il-punt u nibqa' miexi għax m'huwiex argument importanti imma tajjeb li nsemmih.", "Ħalli nelenka - għax ma naħsibx li ġiet elenkata llejla - x'inhi l-evidenza li tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra.", "Kien hemm artiklu miktub fl-4 ta' Settembru 2006, erba' xhur ilu, minn Joe Sammut fil-ġurnal \"l-Orizzont\" li kien intitolat \"On a String\".", "Meta kont żgħir niftakar li kien hemm song ta' Sandy Shaw jisimha \"Puppet on a String\".", "Mela Joe Sammut uża l-isem tas-song ta' Sandy Shaw, \"On a String\", kważi ħames xhur ilu fl-artiklu tiegħu.", "U dan kien qiegħed iħossu assedjat personalment biha dik!", "Imbagħad it-tieni evidenza hija artiklu ta' l-Onor.", "Leo Brincat miktub fit-2 ta' Ottubru, 2006 li wkoll deher fil-ġurnal \"l-Orizzont\" intitolat \"Gordon diġa` żelaq fin-niexef\".", "Dan kien xi ħames xhur ilu, jiġifieri dam jaħsibha biex jgħid li qed iħossu insultat personalment!", "Imbagħad fit-8 ta' Jannar, 2007, Joe Sammut reġa' kiteb artiklu ieħor fil-gazzetta \"l- Orizzont\" intitolat \"Flash Gordon\".", "Ma nafx x'qal fih għaliex ma qrajtux dan l-artiklu, imma jidher li fih ħafna ċifri wkoll.", "Imbagħad fl-14 ta' Jannar 2007 insibu biċċa artiklu żgħir ta' l-Onor.", "Joe Debono Grech fil- gazzetta \"KullĦadd\" intitolat \"Gordon Cordina\", u żewġ artikli ta' Lino Cassar - ma nafx min jista' jieħu għalih – wieħed fis-7 ta' Jannar, 2007 intitolat \"Ikkwesċinjajniehom\" u l-ieħor li fil-21 ta' Jannar intitolat \"Lies, damned lies and statistics\".", "Din hija l-evidenza li biha dan ir- raġel ħass li kien qiegħed jiġi nsultat u attakkat personali mill-partit Laburista.", "Jiena ngħid, bir-rispett kollu, li jekk din hija l-evidenza li seta' jtella' l-prim ministru, allura veru m'għandux każ.", "U jekk veru qiegħed jingħad li s-Sur Cordina rriżenja fuq din il-bażi, allura anke s-Sur Cordina m'għandux każ.", "Din hija biss skuża, u l-iskuża hi maħsuba biex taħbi fatt problematiku ħafna, li l-istatistika ta' pajjiżna qiegħda tiġi manipulata.", "Għax jekk din hija l-evidenza ta' attakki personali li qegħdin joħorġu barra mill-iskadenzi tekniċi, akkademiċi, professjonali tal-persuna konċernata, allura bir-rispett kollu ...", "Lil Richard Muscat daqs kemm attakkajnieh fuq bażi serja, imma injora kollox.", "Dak qisu goldfish kien, baqa' għaddej jgħum fl-ilma; mhux problema.", "Kien hemm ukoll is-Segretarju Parlamentari Carmelo Mifsud Bonnici.", "Daqs kemm attakkajnieh – attakkajnieh f'sens ta' kritika politika - fuq affarijiet serjissimi u għedna li jgħaddi l-affarijiet ħalli joqogħdu jnaddfulu l-uffiċċju tiegħu nies li qegħdin il- ħabs fuq droga u għandhom il-kumpanniji tagħhom, u qisu ma ġara xejn!", "Pero' miskin dan il-bniedem insultajnieh personali tant li ħassha daqshekk importanti li jirriżenja għax Joe Sammut kiteb l-artikli \"On a String\" u \"Flash Gordon\", Leo Brincat kiteb l-artiklu \"Gordon żelaq fin-niexef\", Joe Debono Grech kiteb l-artiklu \"Gordon Cordina\", u Lino Cassar kiteb l- artikli \"Ikkwesċinjajniehom\" u \"Lies, damned lies and statistics\".", "Bir- rispett kollu, dan l-argument ma jreġix.", "U naħseb li għalhekk illejla kkonfermajna li għandna problema f'dan il-pajjiż.", "Għandna gvern li mhux qiegħed jaffaċċja r-realta'.", "Għandna gvern li qiegħed jippersisti b'sistema li, bir-rispett kollu, mhix qed taħdem.", "Il-bidliet fl-istatistika, u xtaqt li bdejna minnhom.", "Semmejna t-turiżmu, semmejna l-impjiegi, semmejna t-Lm88 miljun deficit ta' l-1996 li f'daqqa waħda, eżatt fin-nofs tal-budget debate - għax semmejthom jien fl-ispeech tal-budget - saru żball, ma nafx wara kemm-il sena.", "Imma mbagħad, fuq kollox, hemm il-bidliet li saru fl-istatistika bla ebda tħabbira ta' xejn f'nofs Diċembru tas-sena li għaddiet.", "U nista' ngħidlek, Sur President, li l-flash point għalina ġiet min-nies li qed isegwu dak li jiġri fl- istatistika tal-pajjiż fi ħdan l-uffiċċju ta' l-istatistika.", "Ma nelaborax iktar imma din irrid ngħidha, ħalli l-prim ministru ma joqgħodx jiġi jsemmilna managerial group u mhux managerial group, clutching at straws.", "U qed nagħmilha ċara.", "Hawnhekk se npoġġi fuq il-mejda tal-Kamra r-rapport tekniku li tawna tekniċi li żgur li mhux niżvela isimhom, għax imbagħad fuq in-naħa l-oħra waqt li jitbissmu - waqt li nitkellmu jitbissmu l-ħin kollu f'ċerti affarijiet - minn taħt ikunu qegħdin ...", "M'aħniex lesti li lin-nies li qed jiddefendu l-integrita' ta' pajjiżna, minkejja l-madmad li ninsabu taħtu, taħt it-tbissima, inħalluhom idaħħlulhom is-sikkina.", "Hemm nies ta' integrita' f'dan il-pajjiż li l-affarijiet idejquhom kif isiru, u għal xahar wara l-ieħor u sena wara l-oħra, jaħdmu b'integrita' f'dan il-pajjiż.", "M'aħniex lesti li niżvelaw ismijiet ta' nies li mbagħad għax jaħdmu b'integrita' dawn jispiċċaw jiddendlu, għax dawn in-nies ta' quddiemna jdendluhom, bla ebda skruplu ta' xejn.", "U lil dawn in-nies ta' integrita` ngħidulhom li għalkemm forsi bħalissa ninsabu minn taħt bħala oppożizzjoni, forsi bħalissa ninsabu f'pożizzjoni li nistgħu nisimgħu u ma nistgħux naġixxu, l-integrita' tagħhom napprezzawha, ngħożżuha u se nkunu qed nagħmlu minn kollox biex niddefenduhom.", "Qed nitkellem bl-aktar mod sinċier illejla.", "Ir-rapport li qed nirriferi għalih u li se npoġġi fuq il-mejda tal-Kamra, huwa intitolat \"Recent revisions to GDP statistics and the national statistics office's explanation\".", "Ħriġnieh quddiem kulħadd u stennejna risposta għalih min-naħa ta' l-uffiċċju ta' l-istatistika, immexxi minn Cordina jew minn ma nafx min; ma jimportaniex u ma jinteressaniex minn min.", "Dan huwa rapport serjissimu u għad ma kellniex risposta serjissima għalih.", "Fl-istess mument li konna qed nisimgħu litanija tal-qaddisin, ħareġ ukoll - u tqiegħed fuq il-website - ir-rapport ta' tweġiba ta' l-NSO, ta' l- uffiċċju ta' l-istatistika, għal dak li jgħid dan ir-rapport li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.", "U l-prim ministru llum lanqas kellu d-diċenza li jirriferi bl-iċken mod għar-risposta li suppost ta l-uffiċċju ta' l- istatistika għal dan ir-rapport tekniku.", "U safejn naf jien lanqas konferenza stampa ma saret biex jiġi mħabbar x'hemm fir-risposta teknika ta' l-uffiċċju.", "Xejn.", "Sempliċement għandna stqarrija ta' l-uffiċċju ta' l- istatistika li għandu fiduċja fid-direttur li rriżenja.", "Neither here nor there!", "Ir-responsabilita` nazzjonali titlob li jekk qed nitkellmu fuq affarijiet ta' serjeta', nitkellmu u nirrispondu b'mod serju.", "Nagħmlu l- politika kemm hemm bżonn.", "Ix-shadow play nagħmluha.", "Min qiegħed iħossu skomdu fuq bażijiet tekniċi, jirriżenja ħalli mbagħad jilgħabha b'mod politiku; dik affari tiegħu.", "Imma d-dibattitu jrid jibqa' għaddej, il- mistoqsijiet iridu jiġu mwieġba b'mod serju u responsabbli quddiem il- poplu.", "U mhux ikolli telefonati minn nies ekonomikament stabbiliti li jgħiduli: Qrajtha r-risposta ta' l-uffiċċju ta' l-istatistika fuq il- website?", "U jien ngħidilhom: Iva qrajtha.", "U huma jgħiduli: Imma dik x'risposta hi?!", "Dik m'hi risposta xejn.", "U l-Prim Ministru llejla assolutament injora l-kritika teknika kollha li saret mill-Partit Laburista, kif injora wkoll ir-risposta fjakka u vojta li tpoġġiet fuq il- website ta' l-NSO mal-mument li tħabbret ir-riżenja ta' Cordina.", "Irrid ngħid li r-riżenja ta' Cordina hija irrilevanti għalija.", "Jien wieħed min-nies li għedt li jkunx Ċikku jew Peppu li qed imexxi l-uffiċċju nazzjonali ta' l-istatistika, huwa immaterjali.", "La l-gvern iddeċieda li l- uffiċċju ta' l-istatistika jaqa' taħt il-gvern, allura huwa l-ministru tal- finanzi responsabbli minnu, il-prim ministru huwa responsabbli.", "Għalhekk għedt u nerġa' ngħid li l-prim ministru kien jaf tlett ijiem qabel tħabbret ir-riżenja li hemm riżenja.", "U ma joqgħodx jinħeba wara Camilleri ta' l- awtorita'.", "Dan x'għandu x'jaqsam!", "Kemm jaħsbuna boloh dawn in-nies!", "Kemm jaħsbu li l-poplu Malti hu iblah!", "Noqogħdu ninħbew wara l-paraventi!", "Qalilna: Mhux jien irċevejtha r-riżenja, mhux jien għandi x'naqsam, imma l- awtorita'.", "U ejja!", "Mela se nibqgħu sejrin hekk?!", "Min qed jemminhom aktar dawn l-affarijiet?!", "U bl-istess mod, il-prim ministru huwa responsabbli għall-ispjega, hekk imsejħa, li ngħatat mill-NSO u għandu jgħid jekk jaqbilx magħha jew le.", "Aħna nhar is-Sibt li ġej se nkunu qed noħorġu replika għal dak li stqarr l- NSO, mhux fuq il-kwestjoni tar-riżenja, imma fuq ir-rapport tekniku tagħna dwar il-manipulazzjoni ta' l-istatistika li qed issir bħalissa.", "Se ngħaddi biex inqajjem il-punti tekniċi li ma ngħatatx risposta għalihom.", "Per eżempju, ir-rapport tal-MLP staqsa kif meta madwar 85% tar-reviżjonijiet fil-gross domestic product kienu dovuti għall-qasam tal-manifattura, għall- qligħ minn dan is-settur, u meta l-biċċa l-kbira ta' l-industrija tal- manifattura għandha sidien barranin, ma kien hemm ebda reviżjoni fil- komponent hekk imsejjaħ net property income from abroad fil-bilanċ tal- pagamenti.", "Ma kellna l-ebda tweġiba għal din il-mistoqsija.", "Issa naf li dak li għedt bħalissa jinstema' gibberish, imma din hija mistoqsija importanti għall-ekonomisti li jsegwu l-istatistika.", "Ma kellna l-ebda risposta għal dan, Sur President.", "Id-dokument li għadni kemm semmejt u li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra, juri li filwaqt li fil-preżentazzjoni li s-Sur Cordina għamel fid-29 ta' Diċembru 2006 - għax dakinhar għamel preżentazzjoni biex jgħid li kollox sejjer tajjeb fl-istatistika - hu kien qal li r-reviżjonijiet fiċ-ċifri tal- manifattura, madwar 75% tar-reviżjoni, kienu jikkonċernaw il-produzzjoni.", "Ikkonfermaw dak li għedna aħna.", "Mill-ġdid, dan li qed ngħid jien jinstema' gibberish, ħadd m'hu se jifhem xejn minnu.", "Imma għal min hu fl-ekonomija, għal min qiegħed imexxi t-tmun jew jara kif jimxi t-tmun tal-vapur, ammissjoni ta' dan it-tip tindika li hemm xi ħaġa ħażina.", "Imbagħad għandna l-kwestjoni dwar jekk hux veru li r-reviżjonijiet li saru mill-uffiċċju nazzjonali ta' l-istatistika kienu sinifikattivi, kenux tabilħaqq qawwija fil-mod kif affettwaw ix-xejriet ta' bidla ekonomika fil- pajjiż.", "Mill-analiżi li għamilna - u qed nerġgħu nikkonfermawha - jirriżulta li huma sinifikattivi.", "Fuq dan kollu llum il-prim ministru li, nerġa' ngħid, huwa wkoll il-ministru tal-finanzi - u l-affarijiet tekniċi jrid jiħħendiljahom hu; jekk mhux se jiħħendiljahom hu, irid jgħaddihom lil xi ħadd ieħor - ma qal xejn.", "U nibqgħu sejrin hekk.", "Imbagħad hemm punt ieħor.", "Ir-rapport li ħriġna aħna u li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra juri li dak li qal id-direttur ta' l-istatistika fid-29 ta' Diċembru ta' l-2006 jiġifieri li ċ-ċifri - issa din hija xi ħaġa oħra li ħadd m'hu se jifhem xejn minnha - ta' gross national income ġew riveduti 'l isfel għas-snin 1996-2005 minħabba reviżjonijiet fil-bilanċ tal- pagamenti, ma kenitx minnha u hija waħda fallaċi.", "Din kienet allegazzjoni li għamilna aħna fir-rapport tagħna u li ma kellna l-ebda risposta għaliha.", "Punt ieħor li semmejna fir-rapport kien, per eżempju, li l-konklużjoni ta' dak li qal id-direttur ta' l-istatistika fid-29 ta' Diċembru, li d-daqs fir- reviżjonijiet li għamel kienu qed jiċkienu u allura kienu jindikaw aktar stabilita` fir-riżultati, kienet waħda qarrieqa.", "L-NSO ibbaża dan l- argument fuq l-istatistika li kienet tasal sa l-2004 u eskluda dik ta' l- 2005 u ta' l-2006, u kienet biss ibbażata fuq statistika ta' ċertu tip u mhux fuq statistika aktar importanti.", "Fuq dan il-punt ma kellna l-ebda tweġiba.", "Issa forsi jkun hawn min jgħid li m'hu qed jifhem xejn - għandu raġun ma jifhem xejn għax l-istatistika hija xi ħaġa kkomplikata.", "Imma mhux dak hu l-argument.", "L-argument huwa li jekk irridu tabilħaqq inkunu ċari mal- pajjiż, irridu naħdmu fuq numri, fuq statistika u fuq ċifri li jagħtuna r- realta`.", "L-argument tagħna huwa li fit-tmexxija ta' l-uffiċċju nazzjonali ta' l-istatistika f'dawn l-aħħar xhur - ħalli ngħid f'dawn l-aħħar xhur - qed jirriżultaw diskrepanzi kbar.", "Jirriżulta li l-vapur ta' l-istat tagħna għaddej b'kumpass li apposta mhux qed iżomm ċar ma' fejn jista' jasal.", "Allura bir-raġun kollu l-oppożizzjoni Laburista qiegħda tagħti s-sinjali ta' l-allarm.", "Tagħmel hekk mhux biex tallarma lin-nies għalxejn b'xejn, mhux biex iddejjaq lill-gvern għalxejn b'xejn, mhux biex takkuża personalment lil dak u lil ieħor, imma qed tagħmel hekk għax hi dan hu ta' interess nazzjonali kbir.", "Jien ngħid li qed taġixxi b'mod responsabbli.", "Taħseb li dan id-dokument huwa sexy li taqrah?", "Ħafna nies lanqas biss jifhmuh imma ħriġnieh b'dan il-mod ...", "Ara liema oppożizzjoni, jekk ma tkunx serja, toħroġ rapport ibbażat fuq ċifri, fuq numri, fuq statistika li forsi jaqrawh u jifhmuh 50 jew 100 ruħ.", "Imma dan huwa importanti u hekk nerġgħu nagħmlu.", "Se nerġgħu nagħmluha nhar is-Sibt.", "Ara l-gvern, l- uffiċċju nazzjonali ta' l-istatistika, ma ħariġx rapport bl-istess mod, poġġieh biss fuq il-website tiegħu.", "Għalfejn ma ħariġx rapport bħal dan?!", "Aħna se npoġġuh fuq il-website u se noħorġuh bħala rapport ukoll.", "Għaliex?", "Għax nemmnu li hemm bżonn ta' integrita` fit-tmexxija tal-pajjiż, u bħalissa m'hemmx integrita` fit-tmexxija tal-pajjiż, bħalissa m'hemmx gvern li jrid imexxi bis-serjeta`.", "Nerġa' ngħid li l-istqarrija tal-prim ministru llejla kienet waħda tal- mistħija għax ma ffaċċjatx ir-responsabilitajiet personali, politiċi u istituzzjonali li għandu.", "U din fuq affari li ma' ħafna nies tista' tinħass bħala astratta u mbiegħda, imma fir-realta`, kif nafu aħna lkoll li għandna r-responsabilita` tat-tmexxija, tolqot mill-qrib ħafna l-mod kif il- familja Maltija tgħix ħajjitha u tara l-ħajja tagħha tiżviluppa Nirringrazzjak.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it-Tnejn, 5 ta' Frar, 2007, fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "SAFAR UFFIĊJALI", "22883.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid matul is-sena 2006 kemm kienet in-nefqa globali għas-safar tal-ministeru, dipartimenti, dekasteri u enti li jaqgħu taħt il-ministeru?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Matul is-sena 2006 in-nefqa globali għas-safar fil- ministeru u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu kienet ta' Lm211,294.10 (li minnhom Lm82,925.34 jiġu rifużi mill-Unjoni Ewropea u enti oħrajn).", "Fil- każ tal-MEPA, in-nefqa kienet ta' Lm78,290 (li minnhom Lm20,399 ġew rifużi mill-Unjoni Ewropea) filwaqt li għall-Wasteserv Malta Ltd in-nefqa kienet ta' Lm12,414.03.", "NEFQA FUQ MOBILE PHONES", "22884.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni: Matul is-sena 2006, jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in- nefqa globali tal-mobile phones fil-ministeru dipartimenti, dekasteru u enti li jaqgħu taħt il-ministeru?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.", "SPIŻA FUQ FUEL", "22885.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid matul is-sena 2006 kemm kienet in-nefqa globali tal-fuels tal-ministeru, dipartimenti, dekasteri u enti li jaqgħu taħt il-ministeru?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Matul is-sena 2006 in-nefqa globali għall-fuels fil-ministeru u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu kienet ta' Lm262,197 (Lm68,340 minnhom għall-użu ta' vetturi/trasport).", "Fil-każ tal-MEPA, in- nefqa kienet ta' Lm28,397 filwaqt li għall-Wasteserv Malta Ltd in-nefqa kienet ta' Lm38,014.", "SAFAR UFFIĊJALI", "22886.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni: Matul is-sena 2006 jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in- nefqa globali għas-safar tal-ministeru, dipartimenti, dekasteri u enti li jaqgħu taħt il-ministeru?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jirriferi għat-tweġiba ta' mistoqsijija parlamentari 19195, filwaqt li l-kumplament ta' l- informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata f'seduta oħra.", "NEFQA FUQ SERVIZZI TAT-TELEPHONE", "22887.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid matul is-sena 2006 kemm kienet in-nefqa globali għal użu tas-servizzi tat-telephone fil-ministeru, dipartimenti, dekasteri u enti li jaqgħu taħt il-ministeru?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Matul is-sena 2006 in-nefqa għall-użu tas-servizz tat-telephone fil-ministeru u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu kienet ta' Lm86,810.65.", "Fil-każ tal-MEPA, in-nefqa kienet ta' Lm65,652 filwaqt li għall-Wasteserv Malta Ltd in-nefqa kienet ta' Lm16,670.41.", "NEFQA FUQ FUEL", "22888.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni: Matul is-sena 2006 jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in- nefqa globali tal-fuels tal-ministeru, dipartimenti, dekasteri u enti li jaqgħu taħt il-ministeru?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.", "SINGLE MOTHERS", "23150.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru tgħid kemm hawn single mothers fuq ir-relief?", "Kemm ingħataw flus f'relief u għajnuniet oħra s-sena l-oħra?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: In-numru ta' single mothers li qed jirċievu l- għajnuna soċjali preżentement hu 1,879 u li matul l-2006 din il-kategorija ta' persuni rċevew Lm3,571,780.63 f'għajnuna soċjali, allowances u benefiċċji oħra mħallsa taħt l-att dwar is-sigurta' soċjali.", "REATI KONNESSI MA' DROGA", "23151.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-qorti konnessi ma' reati fuq droga s-sena l-oħra?", "X'kien ir- reat u x'weħlu f'kull każ?", "ONOR.", "TONIO BORG: Matul is-sena 2006 l-iskwadra ta' kontra d-droga tal- pulizija ressqet quddiem il-Qorti 429 persuna fuq akkużi relatati ma' pussess ta' droga u 116 persuna oħra fuq akkużi relatati ma' traffikar ta' droga.", "Minn dawn 115 kellhom il-każ deċiż mill-Qorti, fejn wara li nstabu ħatja ġew mogħtija sentenzi li kienu jinkludu priġunerija, sentenzi ta' ħabs sospiżi, multa u kondizzjonijiet taħt Kapitolu 446.", "VETTURI BIL-MUTUR", "23152.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn vetturi bil-mutur liċenzjati u ta' liema tip huma?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "PRIĠUNIERI - REMISSION", "23153.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien hemm priġunieri li tilfu r-remission fuq is-sentenza ta' ħabs mogħtija lilhom is- sena l-oħra u għaliex?", "ONOR.", "TONIO BORG: Matul is-sena 2006 kien hemm 104 priġunieri li tilfu xi remission.", "Ir-remission tintilef minħabba ksur tar-regolamenti tal-ħabs.", "IMPORTAZZJONI TA' VETTURI", "23154.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impurtati karozzi jew vetturi s- sena l-oħra u kull sena għal dawn l-aħħar ħames snin?", "Kemm minn dawn kienu ġodda u ta' liema tip kienu?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: L-awtorita' dwar it-trasport ma żżomx informazzjoni fuq in-numru ta' vetturi impurtati f'Malta.", "Id-direttorat tal- liċenzji jżomm informazzjoni fuq vetturi li jiġu reġistrati u liċenzjati biex jintużaw fit-triq.", "ĊITAZZJONIJIET", "23155.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm saru ċitazzjonijiet is-sena l-oħra u għaliex?", "ONOR.", "TONIO BORG: L-istatistika dwar persuni mressqa l-qorti mill-pulizija matul is-sena l-oħra għadha qed tinġabar.", "SAFAR UFFIĊJALI", "23223.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' l-Ministru jgħid kemm qamet kull safra (spejjeż kollha nklużi) matul l-2006 fejn kien involut hu u s-segretarju parlamentari separatament, safra b'safra?", "Meta sar dan is-safar?", "Kemm damu ljieli?", "Fejn kienet id-destinazzjoni?", "Min kienu l-uffiċjali li akkumpanjaw lilu jew lis-segretarju parlamentari u x'karigi għandhom?", "Ta' kemm stilel kienu l-lukandi li marru fihom għal akkomodazzjoni f'kull safra separatament?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal- Kamra.", "SAFAR UFFIĊJALI", "23224.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru tgħid kemm qamet kull safra (spejjeż kollha nklużi) matul l-2006 fejn kienet involuta hi, safra b'safra?", "Meta sar dan is-safar?", "Kemm damu ljieli?", "Fejn kienet id-destinazzjoni?", "Min kienu l- uffiċjali li akkumpanjawha u x'karigi għandhom?", "Ta' kemm stilel kienu l- lukandi li marru fihom għal akkomodazzjoni f'kull safra separatament?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: It-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.", "Dwar il-livell ta' l-akkomodazzjoni, irrid ngħid li fil-maġġor parti tal- konferenzi u attivitajiet li attendejt għalihom barra, il-hotels ikunu speċifikament identifikati mill-organizzaturi.", "SAFAR UFFIĊJALI", "23226.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jgħid kemm qamet kull safra (spejjeż kollha nklużi) matul l-2006 fejn kien involut hu, safra b'safra?", "Meta sar dan is- safar?", "Kemm damu ljieli?", "Fejn kienet id-destinazzjoni?", "Min kienu l- uffiċjali li akkumpanjawh u x'karigi għandhom?", "Ta' kemm stilel kienu l- lukandi li marru fihom għal akkomodazzjoni f'kull safra separatament?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra tabella li turi l-informazzjoni mitluba.", "SAFAR UFFIĊJALI", "23227.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' l-Ministru jgħid kemm qamet kull safra (spejjeż kollha nklużi) matul l-2006 fejn kien involut hu, safra b'safra?", "Meta sar dan is-safar?", "Kemm damu ljieli?", "Fejn kienet id-destinazzjoni?", "Min kienu l-uffiċjali li akkumpanjawh u x'karigi għandhom?", "Ta' kemm stilel kienu l-lukandi li marru fihom għal akkomodazzjoni f'kull safra separatament?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Qed inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra l- informazzjoni mitluba.", "DJAR", "23229.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru tgħid fiex waslet it-talba għal recognition għal post li l-indirizz tiegħu qed jintbagħat separatament?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: It-talba li rrifera għaliha l-Onor.", "Interpellant qed tiġi kkonsidrata.", "MCAST - STUDENTI", "23241.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru jgħid jekk l-istudenti ta' l-MCAST, li ftit taż-żmien ilu kienu anke tressqu l-qorti fuq każ ta' bullying, irritornawx lura lejn l-iskola?", "X'għajnuna qed jingħataw fil-preżent ħalli ma jirripetux l-iżball li kienu għamlu?", "Jikkonsidra l-Ministru li f'każi bħal dawn jintbagħtu jagħmlu xogħol volontarju, bħal ngħidu aħna fil- weekends jew festi pubbliċi, fosthom ma' persuni li jkunu għaddejjin minn tbatijiet?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Erbgħa mill-ħames studenti daħlu lura l-kulleġġ u għandhom diversi appuntamenti mill-counsellors tal-kulleġġ.", "Il-ħames student m'għadux jattendi l-kulleġġ.", "Informat ukoll li l-awtoritajiet tal-kulleġġ ħadu passi drastiċi ma' l- istudenti kollha involuti u ngħataw miri akkademiċi u vokazzjonali għoljin.", "Il-ġenituri tagħhom kienu involuti direttament u mistennija li jikkollaboraw ma' l-MCAST biex jiżguraw li t-tfal tagħhom jirrealizzaw il- gravita' ta' l-azzjoni li għamlu u li jpattu għaliha.", "L-awtoritajiet tal-kulleġġ, bħala professjonisti, ittrattaw l-inċident b'mod effettiv u se jkomplu jaraw li l-edukazzjoni u l-iżvilupp personali taż-żgħażagħ involuti jkunu adegwati.", "KONSULENTI", "23272.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l- Ministru tagħti lista ta' konsulenti jew kumpanniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-ministeru tagħha, inklużi l-enti kollha li jaqgħu taħtha, għamel użu minnhom matul is-sena 2006?", "Fiex kienu jikkonsistu s- servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "KONSULENTI", "23273.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' l-Ministru jagħti lista ta' konsulenti jew kumpanniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-ministeru tiegħu, inklużi l-enti kollha li jaqgħu taħtu, għamel użu minnhom matul is-sena 2006?", "Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Il-konsulent jew kumpaniji ta' konsulenti lokali jew barranin li għamilna użu minnhom matul is-sena 2006 huma dawn:", "Kidd Rapinet - konsulenti legali Ingliżi mqabbda biex jiddefendu lid- dipartiment f'kawża legali fl-Ingilterra.", "Il-ħlas kien ta' Lm10,206.", "TTM - kumpanija ta' konsulenti Ingliża mqabbda biex jgħinu fil-proċess ta' impjieg ta' senior radiographers barranin.", "Il-ħlas kien ta Lm2,235.", "A. Mallia Milanes - servizz ta' konsulenza fuq relazzjonijiet industrijali.", "Il-ħlas kien ta' Lm613.", "KONSULENTI", "23274.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru jagħti lista ta' konsulenti jew kumpanniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-ministeru tiegħu, inklużi l-enti kollha li jaqgħu taħtu, għamel użu minnhom matul is-sena 2006?", "Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "KONSULENTI", "23275.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' l-Ministru jagħti lista ta' konsulenti jew kumpanniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-ministeru tiegħu, inklużi l-enti kollha li jaqgħu taħtu, għamel użu minnhom matul is-sena 2006?", "Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.", "KONSULENTI", "23276.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jagħti lista ta' konsulenti jew kumpanniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-ministeru tiegħu, inklużi l-enti kollha li jaqgħu taħtu, għamel użu minnhom matul is-sena 2006?", "Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "KONSULENTI", "23277.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru tagħti lista ta' konsulenti jew kumpanniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-ministeru tagħha, inklużi l-enti kollha li jaqgħu taħtha, għamel użu minnhom matul is-sena 2006?", "Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: It-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.", "KUNSILL MALTI GĦALL-KULTURA U L-ARTI - CHAIRMAN", "23372.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' l-Ministru jgħid x'wassal li f'qasir żmien ikun hemm bidla fiċ- chairman tal-kunsill Malti għall-kultura u l-arti?", "Kif ġiet magħżula din il-persuna u xi kriterji ntużaw?", "Kemm se jkun il-ħlas li l-persuna magħżula se tieħu?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Iċ-chairman tal-kunsill Malti għall-kultura u l-arti rriżenja għax ħass li, minħabba x-xogħol tiegħu, ma setax jiddedika l-ħin neċessarju għall-qadi ta' din il-kariga.", "Iċ-chairman il-ġdid intgħażel għax għandu l-kriterji neċessarji sabiex imexxi l-bord tal-kunsill Malti għall-kultura u l-arti.", "Ir-remunerazzjoni taċ-chairperson hija ta' Lm6,000 fis-sena.", "SKEJJEL - TAGĦLIM TAD-DRAMA", "23373.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru jgħid u jispjega l-arranġamenti li saru dan l-aħħar dwar it-tagħlim tad-drama fl-iskejjel fejn persuna jew persuni li m'għandhomx il-kwalifiki ta' għalliema qed jitħallew igħallmu dan is-suġġett?", "Kif intagħżlu dawn il-persuni u kemm hu l-ħlas li qed jingħataw?", "F'liema skejjel qed isir dan it-tagħlim?", "Jistax jitqies dan kollu bħala sfiduċja fid-drama unit ta' l-istess diviżjoni ta' l- edukazzjoni?", "Jista' jgħid ukoll x'sillabu qed jiġi segwit?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Is-sena skolastika li għaddiet l-HSBC cares for children's fund sponsorja lid-direttur ta' skola tad-drama privata biex imexxi sessjoni darba fil-ġimgħa mat-tfal tal-ħames sena dwar teaching English through drama.", "L-esperiment kien suċċess u l-HSBC cares for children's fund urew ix-xewqa li jkomplu dan l-esperiment ma' l-istess tfal matul din is-sena skolastika.", "L-għalliem/a tal-klassi tkun preżenti waqt il-lezzjoni.", "Ix-xogħol li qed isir qed jikkumplimenta x-xogħol li jagħmlu l-għalliema tad-drama fl-iskejjel għax qed jgħin lill-istudenti jwessgħu l-għarfien tagħhom tal-lingwa Ingliża u jkabbru l-fiduċja fihom infushom ħalli jkunu jistgħu jesprimu ruħhom aħjar.", "Informat ukoll li l-iskejjel fejn qed isir dan it-tagħlim huma ta' Bormla u l-Birgu, l-għażla ta' dawn il-persuni saret mill-HSBC u l-iskejjel ma ħallsu xejn.", "Is-sillabu li qed jiġi segwit hu ta' l-Ingliż skond il- kurrikulu nazzjonali b'enfasi fuq il-kreattivita', l-intonazzjoni tal- lingwa Ingliża, tkabbir tal-vokabolarju u s-self-esteem.", "Wara li tajt din l-informazzjoni, naħseb li l-Onor.", "Membru jaqbel li min issuġġerilu r-raba' mistoqsija huwa żbaljat ħafna u ma jixtieqx il-ġid tat- tfal.", "TRASPORT BEJN MALTA U GĦAWDEX", "23407.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu s'issa mill-Gvern Malti dwar l-opinjoni motivata li l- Kummissjoni Ewropea bagħtet lil Malta għal nuqqas ta' osservanza tar-regoli dwar il-kabotaġġ marittimu fis-servizz tat-trasport bejn Malta u Għawdex?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-Onor Interpellant huwa mitlub jirriferi l-mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "GĦAWDEX - INDUSTRIJA TAL-MANIFATTURA", "23408.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 22351 dwar inċentivi għall- industrija tal-manifattura f'Għawdex, tista' l-Ministru tgħid għaliex is- sussidju qed idum sa sitt snin biex jitħallas?", "Għaliex il-flus ivvotati għas-sena 2007 lanqas ikopru t-talbiet kollha għas-sena 2004 li diġa' huma approvati mill-Malta Enterprise?", "Meta huma mistennija jitħallsu t-talbiet li diġa' huma approvati mill-Malta Enterprise u li l-Ministru nkludiet fit- tweġiba tagħha?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: L-inċentivi msemmija jdumu ma jitħallsu minħabba li l-kumpaniji nfushom ma jibgħatux it-talbiet tagħhom lill-Malta Enterprise immedjatament kif tagħlaq is-sena finanzjarja tagħhom kif ukoll li wara li jintbagħtu t-talbiet dawn ikunu iridu jiġu vverifikati li f'ħafna każi jieħu ż-żmien minħabba li jkollha tintalab aktar informazzjoni għall-iskop tal-verifika.", "Pagamenti imbagħad isiru skond il-fondi allokati.", "GĦAWDEX - TRIQ MIR-RABAT GĦAL SAN LAWRENZ", "23409.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 22754 dwar it-tender tat-triq mir- Rabat għal San Lawrenz fejn hija rrifjuta li tagħtini l-iskeda tal- kwantitajiet (schedule of quantities) tax-xogħlijiet fuq din it-triq għax qalet li din l-informazzjoni hija ta' natura kummerċjali, taf il-Ministru li din l-informazzjoni hija ta' natura pubblika u ta' interess pubbliku ħafna aktar u akbar milli hija ta' natura kummerċjali?", "Taf li din l- informazzjoni ssoltu tingħata u ma tinżammx mistura mill-iskrutinju tal- parlament?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni li talab fil-mistoqsija parlamentari 22754 kienet ta' natura kummerċjali u għalhekk ma ngħatatx.", "B'differenza l-informazzjoni mitluba f'din il- mistoqsija hija ta' natura pubblika u għalhekk qiegħda titpoġġa fuq il- mejda tal-Kamra.", "UNJONI EWROPEA - DOKUMENTI TA' PROGRAMMAZZJONI", "23410.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jgħidli meta hu mistenni jiġu approvati d- dokumenti ta' programmazzjoni għall-perijodu 2007-2013 tal-UE?", "Meta hu mistenni jibda l-proċess ta' l-għażla tal-proġetti?", "Fiex se jkun jikkonsisti l-proċess ta' l-għażla skond il-proċeduri stabbiliti?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "GĦAWDEX - TRIQ MIR-RABAT GĦAL SAN LAWRENZ", "23411.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: B'riferenza għat-tweġibiet ta' mistoqsijiet parlamentari 22318 u 22760 u speċifikament dwar il-proġett ta' titjib tat-Triq San Lawrenz/Rabat, tista' jekk jogħġobha l-Ministru tirrispondini u tagħtini t-tagħrif kollu li jiena tlabtha fil-mistoqsija parlamentari 22318 u li hi baqgħet ma tagħtulix fit- tweġiba tagħha f'mistoqsija parlamentari 22760 u cioe':", "X'inhu x-xogħol relatat ma' din it-triq li ma ġiex inkluż fl-ispiża mistennija?", "Fit-tweġiba li tatni f'mistoqsija parlamentari 22318, dan ix- xogħol ġie nkluż fl-istima oriġinali?", "Jekk le, għaliex?", "Tista' tgħidli għaliex dan ix-xogħol ma ġiex inkluż fl-ispiża mistennija?", "X'inhuma l- ispejjeż ta' dan ix-xogħol relatat ma' din it-triq li ma ġewx inklużi fl- ispiża mistennija?", "Kemm kien stmat oriġinarjament li jiswa dan ix-xogħol u kemm hu mistenni li jiswa issa?", "X'inhuma x-xogħlijiet relatati ma' servizzi li ma ġewx inklużi fl-ispiża mistennija?", "Fit-tweġiba li tatni f'mistoqsija parlamentari 22318, dawn ix- xogħlijiet relatati mas-servizzi ġew inklużi fl-istima oriġinali?", "Jekk le, għaliex?", "Tista' tgħidli għaliex dawn ix-xogħlijiet ma ġewx inkluż fl- ispiża mistennija?", "X'inhuma l-ispejjeż ta' dawn ix-xogħlijiet relatati mas- servizzi li ma ġewx inklużi fl-ispiża mistennija?", "Kemm kienu stmati oriġinarjament li jiswew dawn ix-xogħlijiet u kemm hu mistenni li jiswew issa?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Malli l-informazzjoni kollha tkun miġbura, din titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "GĦAWDEX - BIĊĊERIJA", "23412.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għall-Għawdex: B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 22756 dwar il- biċċerija t'Għawdex, tista' l-Ministru tgħidli fid-data tar-risposta x- xogħol kien jonqos isir fuq il-bini ta' estensjoni u mmodernizzar u kemm hu stmat li se jiswa dan ix-xogħol?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Ix-xogħol li kien jonqos isir fuq il-bini tal- biċċerija jikkonsisti minn tqegħid ta' madum fil-parti diġa' mibnija u bini ta' xi kmamar oħra fejn parti mix-xogħol mistenni jsir mill-ħaddiema tal- gvern.", "Jiena nformata wkoll li dan ix-xogħol li jonqos fuq il-bini huwa stmat li se jiswa Lm24,161.", "LISTA TAL-PROTOKOLL", "23413.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 22930 u jgħid min hu nkarigat mil-lista tal-protokoll?", "Min japprova l-lista tal- protokoll?", "Meta ġie emendat l-aħħar il-protokoll?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: L-uffiċċju tal-prim ministru huwa nkarigat mil-lista tal-protokoll.", "JUNIOR LYCEUM STA.", "TEREŻA - GĦALLIEMA TA' L-ISTUDJU SOĊJALI", "23422.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru jgħid min huma l-għalliema fl-iskola Junior Lyceum Santa Tereża Mrieħel li jgħallmu l-Istudju Soċjali?", "F'liema sena jgħallmu?", "Xi kwalifiki għandu kull wieħed?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Hemm erbgħa għalliema kwalifikati jgħallmu l-Istudju Soċjali mill-Form I sa Form V fl-iskola imsemmija.", "Il-kwalifiki huma B.Ed (Hons) jew B.A. flimkien mal-P.G.C.E.", "FGURA - BERĠA", "23429.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' l-Ministru jgħid x'servizz qed jingħata mill- berġa tal-Fgura u meta?", "Kull meta jkun hemm tabib u għalkemm ħin ikun preżenti?", "Jista' jgħid ukoll kemm ilu magħluq l-uffiċċju tas-sanita' fl- istess lokalita'?", "X'inhi r-raġuni li dan jinsab magħluq?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-uffiċċju tas-sanita' tal-Fgura ilu magħluq għal madwar sitt snin.", "Dan ingħalaq flimkien ma' uffiċini oħra tas-sanita' madwar Malta meta saret sistema ta' ċentralizzazzjoni sabiex ir-riżorsi jintużaw b'mod aħjar.", "VOT 7035 - SPORT", "23430.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 22059, jista' l-Ministru jgħid mill-ammont li kien committed kemm ġew imħallsa skond kull każ?", "Jista' jgħid ukoll meta tħallsu?", "Jista' jgħid ukoll x'xogħol sar f'kull item li hemm imniżżel fil-paper laid għat-tweġiba msemmija aktar qabel?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: F'dan l-istadju m'għandix x'inżid mat-tweġiba diġa' mogħtija għal mistoqsija parlamentari 22059."]} {"filename": "20050216_238d_par.doc", "date": "2005-02-16", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Uffiċjali u Rivedut) L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 238 L-Erbgħa, 16 ta' Frar, 2005 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 238 L-Erbgħa, 16 ta' Frar, 2005", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6:01 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "238", "L-Erbgħa, 16 ta' Frar, 2005", "WERREJ", "MINUTI 823", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 823", "MOZZJONIJIET", "MOZZJONI DWAR AVVIŻ LEGALI NRU.", "533 TA' L-2004 - REGOLAMENTI TA'", "L-2004 LI JEMENDAW L-EWWEL SKEDA MA' L-ATT DWAR L-EKO-KONTRIBUZZJONI 829", "AĠĠORNAMENT 855", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 860", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 237 li saret fil-15 ta' Frar, 2005 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "KOTTONERA - TRAFFIC IMPACT ASSESSMENT", "10263.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Chris Agius) staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jgħid jekk sarx traffic impact assessment għall-Kottonera?", "Jista' ipoġġi kopja tiegħu fuq il-mejda tal-Kamra?", "X'progress sar fuq l-underground car park propost għall-Pjazza Santa Margerita?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT (Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-traffic impact assessment għall-Kottonera sar xi snin ilu.", "Dan id-dokument qiegħed għand il-MEPA u kulmin għandu interess jista' jarah, dejjem bil-proċeduri normali tal-MEPA.", "F'dak li għandu x'jaqsam ma' underground car park propost għall-Pjazza Santa Margerita f'Bormla, il-gvern diġa' ssottometta applikazzjoni quddiem il-MEPA għall-bini ta' dan il-car park u diġa' għandu outline development permit, u bħalissa qegħdin isiru diskussjonijiet mal-konsorzja involuti fil- proġett tal-Kottonera biex dan il-car park ikun jista' jsir bi sħab mal- gvern.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jikkonferma l-Ministru li t-traffic impact assessment sar snin wara li kien ħareġ il-permess tal-MEPA?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Mr Speaker, bl-amment ma nafx ngħid meta sar it- traffic impact assessment peress li dak iż-żmien ma kontx responsabbli jien mill-proġetti kapitali.", "Li naf huwa li l-obbligi ta' traffic issues ħadhom fuqu l-gvern.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, jekk jiċċekkja sew il-Ministru jiskopri li kienet qamet diskussjoni – jien dak iż-żmien kont fil-board tal-MEPA – peress li minkejja li kien hemm pjan għall-proġett tal-Kottonera, ma kien sar l-ebda traffic impact assessment u allura l-gvern kien daħal responsabbli li jagħmlu hu.", "Imma ma jidhirlux il-Ministru li l-affarijiet ma sarux kif suppost meta t-traffic impact assessment sar wara li ngħata l- permess?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Le, mhux bilfors.", "Dan huwa żvilupp fuq perijodu ta' żmien u sakemm ma jkollokx quddiemek l-impatt kollu ta' l-iżvilupp ...", "Għax it-traffic impact assessment għalfejn isir?", "Isir għax ikollok żvilupp li jkun se jiġġenera traffiku ġdid, anke waqt il-fażi tal- kostruzzjoni.", "Pero' it-traffiku li inti trid tieħu ħsieb huwa dak li se tiġġenera modi ġodda ta' użu li se jkollok fil-proġett, f'dan il-każ in- nies li se jkunu qegħdin jużaw il-marina, dawk li se jkunu qed jagħmlu użu mill-ħwienet, ir-residenzi ġodda, eċċ. Inti tagħmel kalkolu ta' kemm se jkollok klijentela, x'forma ta' traffiku se jintuża - għax forsi mhux kulħadd se juża t-toroq - tara jekk it-toroq u l-junctions humiex tajbin biżżejjed biex jilqgħu għal dak it-traffiku u wara li tagħmel dan il- matching biex ngħidlu hekk, tkun taf x'titjib għandek bżonn fis-sistema tat- traffiku u fl-amenities l-oħrajn bħal car park, eċċ.", "Niftakar li meta kont qed nagħmel proġett ieħor fil-Kottonera kont ġejt mitlub nagħmel traffic impact statement u waħda mill-mistoqsijiet tiegħi dak iż-żmien effettivament kienet għalfejn il-MEPA talbitni tali statement.", "Fil-fatt ma talbitnix a full traffic impact assessment ta' l-isports complex fil-Kottonera imma a traffic impact statement.", "Naħseb li dan kien ftit wara li beda l-iżvilupp proprju u allura kien għadu rilevanti li jsir traffic impact assessment dak iż-żmien.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, peress li l-MEPA dejjem titlob li jsir traffic impact assessment meta jkunu se jsiru dawn it-tip ta' proġetti u titolbu qabel u mhux wara, x'inhi r-raġuni li l-Ministru qed jgħid li m'hemmx bżonnu?", "Barra minn hekk, naħseb li l-Ministru qed jieħu falza stikka għax ma jistax ikun li tagħmel studju wara li l-proġett ikun ħariġlu l-permess.", "Naturalment, ukoll fil-Kottonera ma tistax tagħmel ċerti xogħlijiet meta għandek ċerti limitazzjonijiet minħabba s-swar u minħabba li m'hemmx fejn tipprovdi għal aktar parking, u sinċerament ma nafx x'beħsiebu jagħmel il- gvern jekk il-proġett jenħtieġ spazju għal 400 parking place u dan m'hemmx fejn tagħmlu.", "Għax lanqas fl-Isla m'hemm fejn tagħmel parking iktar.", "Anzi għandhom problema serja ta' parking u lanqas ir-residenti stess m'għandhom fejn jipparkjaw.", "Allura kif se nsolvu din il-problema, jekk forsi m'aħniex se nagħmlu parking spaces fl-ispazju!", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Sur President, il-ħabib tiegħi għandu ħabta jagħmel ċerti mistoqsijiet iżda jħobb jilgħabha li taparsi mhux jifhem ir- risposta li nkun tajtu.", "Il-gvern jitlob traffic impact assessment għax aktarx li waħda mill-kundizzjonijiet tal-permess tkun li l-iżviluppatur jintrabat li jagħmel dak it-titjib li jkun issuġġerit fit-traffic impact assessment.", "U dan nerġa' ngħid wara li jsir dak kollu li semmejt, fejn tkun trid tagħmel forecast tat-traffiku li se jkun iġġenerat u anke tagħmel matching tiegħu mat-traffiku f'toroq eżistenti.", "Naħseb li l-Onor.", "Mizzi jafhom aktar minni dawn l-affarijiet għax il-ħin kollu jsegwi l- applikazzjonijiet quddiem il-MEPA!", "Ħafna drabi meta tagħmel designer brief ikollok elenkati l-obbligi li wieħed għandu.", "Ma nafx jekk dan sarx fil-proġett tal-Kottonera għax dawn ġieli jkunu parti min-negozjati, pero' la fil-brief u lanqas fin-negozjati ma rriżulta li l-obbligi ta' l-improvement fis-sistema tat-traffiku tgħabbew fuq l-iżviluppaturi.", "Ladarba ma tpoġġewx fuq l-iżviluppaturi, għalfejn tagħmel l-obbligu tat-traffic impact assessment fuq l- iżviluppaturi?", "Tagħmlu fuq dik l-entita' li se tieħu l-obbligi fuqha.", "F'dak il-każ kien il-gvern li ħa l-obbligu tat-traffic impact assessment fuqu.", "Bilfors ikolli allura nikkonkludi li la ż-żmien li fih sar u lanqas il-mod kif sar l-assessment ma kien daqstant stramb, Sur President.", "Veru li fil-Kottonera għandek il-limitazzjonijiet ta' fejn tista' twessa' it-toroq, pero' xorta waħda tista' tagħmel titjib fil-junctions permezz ta' sistemi ta' one-ways u tagħti indikazzjonijiet fejn jista' isir il-car park.", "Issa dak sar u min għamlu ċertament għamlu b'mod tajjeb.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT (Kap ta' l-Oppożizzjoni): Nixtieq nistaqsi lill- Ministru jekk it-traffic impact assessment tal-Kottonera huwiex viġenti u jekk bħalissa huwiex operattiv.", "Jiġifieri bħalissa d-deċiżjonijiet li jittieħdu fil-Kottonera qegħdin jiġu benchmarked kontra dan it-traffic impact assessment?", "Jew dan l-assessment għadu fi stadju konsultattiv?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Le, it-traffic impact assessment m'huwiex fi stadju konsultattiv imma ġie konkluż.", "Jista' jkun ukoll li tant ikunu qegħdin iseħħu affarijiet ġodda li jekk ikun qed isir xi żvilupp ta' ċertu kobor, l-assessment ikollu bżonn jiġi rivedut.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Imma d-deċiżjonijiet ġodda li jistgħu jkunu qegħdin jittieħdu jew jiġu kkonsidrati fil-Kottonera, jiġu benchmarked skond dan it- traffic impact assessment?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Iva, fil-każ ta proposti ġodda wieħed ikun irid jieħu into consideration dak li jkun stabbilixxa t-traffic impact assessment.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Fi kliem ieħor, it-traffic impact assessment jista' jikkondizzjona d-deċiżjonijiet li jistgħu jittieħdu f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-impatt tat-traffiku fil-Kottonera.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Le, ma naqbilx għal kollox ma' dan l-istatement.", "Hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq Santa Margerita car park u ċerti konklużjonijiet għadhom viġenti.", "Dawn huma obbligi li l-gvern ħa fuqu, obbligi reali li l-gvern fil-fatt għad irid jattwa.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Mr Speaker, jekk nieħdu bħala eżempju d-dock no. 1 insibu li hemm traffic impact fl-iżvilupp tiegħu u nimmaġina li kwalunkwe proposta f'dan is-sens se tiġi kkondizzjonata mit-traffic impact assessment tal-Kottonera li diġa' jeżisti.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: In-no.", "1 dock hija area definita u magħluqa.", "Il- brief li issa wasal fl-aħħar fażi tiegħu biex jintbagħat lill-MEPA wara li sarulu l-irfinaturi mitluba, x'aktarx ma jinkludix toroq pubbliċi għax din l-area hija konfinata mill-bini u l-ħajt eżistenti tad-dockyard u allura hija xi ħaġa pjuttost interna.", "Waħda mill-affarijiet li qegħdin nikkonkludu bħalissa hi dwar x'inhuma l- obbligi li se ngħaddu lill-iżviluppaturi fuq it-toroq tal-madwar u x'obbligi se jieħu l-gvern fuqu.", "Għax meta tagħmel proġett ta' dan it-tip hija wkoll responsabbilta' tagħna li mhux nagħmlu launching tal-proġett u naħsbu li se jiġu l-iżviluppaturi jħabbtulna l-bieb.", "Trid taċċerta ruħek li l-proġett ikun feasible, Sur President.", "Fil-fatt, kritika li kellna hawnhekk, anke fil-kumitat ta' provvista fuq il-voti tal-ministeru tiegħi, kienet meta membru ta' l-oppożizzjoni riċentement staqsa jekk il-brief kif kien sa dakinhar kienx feasible.", "Fil- fatt dak il-kumment ħadtu bis-serjeta' u dan għedtu anke l-bieraħ meta konna qed niddiskutu l-mozzjoni ta' l-oppożizzjoni dwar il-bus fares.", "Jien nista' nikkonferma li aħna għamilna feasibility study u dan indikalna li kellna bżonn inkabbru xi ftit l-aspett kummerċjali għax ma tistax titfa' żżejjed fuq proġett li jkun se jidħol għalih il-privat.", "Ma jistax ikun li titfa' ħafna obbligi fuq l-iżviluppatur u tgħid li s- servizzi tat-toroq tal-madwar irid jagħmilhom hu jew li l-pavimentar ta' pjazza Gavino Gulia jrid jagħmlu hu.", "Kollox għandu cost, u inutli tipprova timmaġina li l-iżviluppatur se jagħmillek kollox hu għax inkella ma ssib lil ħadd biex jidħollok għax-xogħol.", "U għandna record li mhux kull proġett ta' public-private partnership li ħareġ il-gvern irnexxa għax mhux il- proġetti kollha kienu feasible.", "Allura, jekk x'aktarx il-ħsieb ikun li l-obbligi fuq l-improvement tat- toroq ta' madwar dock no. 1 ikunu fuq il-gvern, imbagħad dak li aktarx nagħmlu huwa li naqbdu dak it-traffic impact assessment ...", "Għax jiena ma nafx dan x'tip ta' proġett se jkun, jiġifieri kemm se jkollok bini residenzjali, kemm se jkollok bini kummerċjali, jekk hux se jkun jinkludi fih l-aspett kulturali u jekk hux se jkollok retail outlets.", "Żgur li se jkollok ġenerazzjoni tat-traffiku u meta tkun taf il-mix eżatta tkun tista' taġġorna t-traffic impact assessment li għandek.", "Jien ngħid li wara li toħroġ is-sejħa għall-proposti, tinnegozja u tibda tasal biex tiffoka fuq kuntrattur partikolari, dak ikun iż-żmien propizju li wieħed jibda jipprova jaġġorna t-traffic impact assessment li jeżisti bħalissa.", "Jiġifieri meta nkunu nafu min huwa l-iżviluppatur u x'tip ta' mix ta' żvilupp għandu, ikun iż-żmien propizju li dak it-traffic impact assessment li għandna bħalissa jiġi rivedut.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Imma jiena mhux qed nitkellem fuq ir-reviżjoni tat- traffic impact assessment f'dan l-istadju.", "Li qed nistaqsi huwa dan: Jekk ikun hemm proġett ġdid għaddej fil-Kottonera, fosthom dak ta' dock no. 1 ...", "Issa hija ħaġa ċara li dock no. 1 m'huwiex kwestjoni ta' traffiku qua traffiku imma proġett li se joħloq u jistimula t-traffic flows.", "Dan l- istess bħal fil-każ tal-Hollywood fil-Ħamrun li ilhom is-snin iżommulu l- permess minħabba l-problema tal-parking fost l-oħrajn, problemi fittizji ngħid jien.", "Imma ejja mmorru lura għall-punt li kont qed nagħmel, Sur President.", "Fir-rigward tal-proġett ta' dock no. 1, il-benchmarking li jrid isir mill- iżviluppaturi meta jiġu biex jinkwadraw il-proġett, huwa b'mod eżekuttiv marbut mat-traffic impact assessment li diġa' jeżisti għall-Kottonera?", "Għax għandek traffic impact assessment li jagħti stampa ta' kif it-traffiku għandu jevolvi fil-Kottonera.", "Dik hija xi ħaġa li min jista' jikkonsidra l-iżvilupp tad-dock irid iżomm bħala parametri?", "Jew hija xi ħaġa flessibbli li tista' tinbidel ma' kull proġett?", "Għax jekk it-traffic impact assessment hu dokument konsultattiv, qiegħed hemm, imma jista' jiġi discarded any time.", "Jekk min-naħa l-oħra huwa dokument kważi eżekuttiv, jiġifieri xi ħaġa li qed nippruvaw nimmudellaw fuqha u naħdmu accordingly, allura differenti.", "U minn dak li qal il-Ministru qed nifhem li t-traffic impact assessment tal- Kottonera huwa xi ħaġa li fuqha qegħdin jiġu ggwidati l-parametri ta' proġetti oħra fil-Kottonera.", "Qed nifhem tajjeb jien?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Iva, huwa xi ħaġa li jiggwida l-iżvilupp tal- Kottonera, pero' hemm aspetti oħrajn li huma ġodda.", "Veru li sar dan it- traffic impact assessment u anke ġie identifikat li hemm il-ħtieġa ta' parking, imma allaħares nimmaġinaw illi Pjazza Santa Margerita waħedha se tkun biżżejjed biex tipprovdi għall-ħteġijiet tal-parking.", "Nista' ngħid li ġew proposti amenities tat-traffiku li huma ġodda u li huma catered for fil- brief il-ġdid.", "L-Onor.", "Mizzi qal li l-Kottonera hi dik li hi, bil-limitazzjonijiet tagħha, statement li żgur naqblu fuqu b'mod perfett.", "Imma ta' min jgħid ukoll li s'issa dejjem ħarisna lejn il-land transport u waħda mill-aktar affarijiet li rridu naraw hi jekk lejn il-Kottonera hemmx xi forom ġodda ta' trasport li rridu nibdew inħarsu lejhom, bħal sea transport u forom ta' rapid transit systems.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Naf li l-Ministru qal li wieħed jista' jikkonsulta mat-traffic impact assessment li hemm għand il-MEPA, imma jsib xi oġġezzjoni li dan id-dokument ipoġġih fuq il-mejda tal-Kamra?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR; JESMOND MUGLIETT: Le, m'għandix oġġezzjoni.", "Fil-fatt ma poġġejtux qabel għax huwa dokument oħxon ħafna.", "Ma nsib l-ebda problema u lest li npoġġih fuq il-mejda tal-Kamra.", "Anzi lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni lest nibgħatlu kopja personali.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, il-Ministru donnu li jrid jagħti wieħed x'jifhem li proġett ma jkunx neċessarjament marbut mat-traffic impact assessment.", "Lill-Ministru ngħidlu li meta konna fil-gvern u kien qed isir il-proġett tal-Maltacom f'San Ġorġ, ma setax joħroġ outline development permit għax dan ma kienx jindirizza l-aspetti kollha tat-traffiku li kienet qed tistaqsi fuqhom l-awtorita' ta' l-ippjanar u fil-fatt il-proġett kellu jiġi rivedut.", "Allura l-Ministru ma jidhirlux li f'dan il-każ l-affarijiet ma sarux sew?", "Ma jaħsibx li hemm konflitt u li ma jistax ikun li l-affarijiet isiru kif għandhom isiru peress li l-permess ħareġ u l-proġett inbeda qabel ma sar it- traffic impact assessment li kien jinkludi l-Kottonera kollha, inkluż l- area tal-baċir u li dan se jkun ta' burden kbir għar-residenti ta' l- inħawi?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Mr Speaker, kif dan se jkun burden għan-nies tal-Kottonera ma nistax nifhem meta kull gvern ried il-proġett tal- Kottonera.", "Jekk ngħidu li jista' jkun hemm xi gvern li għal xi raġuni jew oħra ma jkunx irid li l-proġett iseħħ, ma naħsibx li nkunu realistiċi.", "Kif diġa' għedt, kien hemm separazzjoni ta' l-obbligi, ta' min se jagħmel l- iżvilupp u l-gvern li qed jieħu fuqu l-obbligi ta' infrastruttura, bħalma ħa l-obbligu ta' l-improvement tal-moll taħt Sant'Anġlu, obbligi ben definiti.", "Il-kuntratt biex isir dan il-proġett sar fl-1999 u t-traffic impact assessment sar xi sentejn wara meta beda l-ewwel żvilupp reali.", "Jiġifieri dan ma sarx ħafna wara u anke jirrispetta s-separazzjoni netta ta' l- obbligi li kien hemm maħsuba.", "Ma nafx għalfejn qed nagħmluha daqshekk bi kbira għax għamlu l-gvern u m'għamlux il-kuntrattur.", "Il-proġett kollu jinkwadra kemm f'dak li qed jagħmel l-iżviluppatur kif ukoll dak li qed jagħmel il-gvern.", "Naturalment hemm mitt mod kif tagħmel xi ħaġa u dak huwa wieħed mill-modi li ttieħdet deċiżjoni dwarha u ma nafx għalfejn din il-kontestazzjoni min- naħa ta' l-Onor.", "Mizzi.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mario Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Mr Speaker, ftit ilu l-ministru qal li tlesta pjan għal-lighting tat-tunnels.", "Issa t-tunnel li minn Ħal-Luqa tagħti għal Ħal Kirkop jew viċeversa hija magħmula mill-ġebla tal-franka u allura wara ftit taż-żmien timtela' kollha nugrufun.", "Naħseb li dan m'huwiex qed jgħin biex it-tunnel tkun aktar imdawla għax kif tidħol fiha, anke matul il-ġurnata, ċappa dlam tara.", "Jista' il-Ministru jara li ssir xi ħaġa f'dan ir-rigward?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Naturalment, it-tindif tal-mini hija problema kullimkien u mhux f'Malta biss.", "Jiena żort diversi mini u kont ukoll preżenti waqt fażi ta' kostruzzjoni ta' mina.", "Ċertament hija issue problematika għax m'hemm l-ebda soluzzjoni kif dawn iżżommhom nodfa regolarment, pero' l-istudju li qed isir jindika titjib fis-sistema tad- dwal f'diversi mini.", "Fil-fatt għandna madwar Lm100,000 ivvotati għall-improvement ta' tunnel lightings u naħseb li l-mina li qed jirriferi għaliha l-Onor.", "Galea se tkun waħda mill-proġetti li beħsiebna nagħmlu.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Peress li l-Ministru tkellem ħafna fuq ir- responsabbilta' u peress li l-moll tax-Xatt ta' l-Isla jaqa' taħt ir- responsabbilta' tal-gvern, x'inhi r-raġuni li l-gvern ħalla daqshekk żmien biex dan il-moll jiġi rranġat?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Mr Speaker, kulħadd jaf li l-moll tax-Xatt ta' l- Isla għandu l-ħsara, pero' naħseb li l-kritika li saret kienet xi ftit esaġerata għax din m'hijiex xi ħaġa ta' barra minn hawn.", "Kultant jiġru affarijiet li l-gvern ma jkunx ħaseb għalihom fil-budget, bħalma ġara fil- każ tas-sur ta' ħdejn il-VISET u bħall-ħsarat li jkollna wara xi maltempata.", "Naturalment mhux dejjem ikollok il-flus ivvotati għal kull kalamita' li sseħħ.", "Jien nista' nikkonferma li għal dan il-moll ġew ivvotati l-flus u l- ministeru tiegħi għandu t-tender imħejjija u l-ħsieb hu li din tinħareġ fil- ġimgħat li ġejjin.", "Nispera li sas-sajf li ġej dan il-moll ikun irranġat u n-nies jkunu jistgħu jużawh, Sur President.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Galea.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Jista' il-Ministru jgħid jekk il-maltemp ta' dawn l- aħħar ġimgħat ħalliex ħsarat?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Naf li kien ċeda ħajt f'Santa Venera u dan ġie rranġat, iżda ma jidhirlix li seħħet xi ħsara konsiderevoli.", "Żgur li waħda mill-miżuri li ttieħdet hi li jsir programm biex għallinqas jiġu rranġati l- potholes li jirriżultaw kull darba li tagħmel ix-xita.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru Louis Galea.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi): F'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar konsulenti u kumpanniji ta' konsulenza, lokali u barranin, li għamlu użu minnhom il-Ministeru u dipartimenti/entitajiet taħt ir-responsabbilta` tal-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u l-Intern matul l-2004, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 10590; u", "f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Barranin inqiegħed fuq il-mejda tal- Kamra:", "Tagħrif dwar konsulenti b'kuntratt mal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin matul l-2004, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 10591.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru George Pullicino.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO (Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent): Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar konsulenti u kumpanniji ta' konsulenza, lokali u barranin, li għamlu użu minnhom il-Ministeru u dipartimenti/entitajiet taħt ir-responsabbilta` tal-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent matul l-2004, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 10592.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet.", "L-Onor.", "Charles Mangion.", "MOZZJONIJIET", "MOZZJONI DWAR AVVIŻ LEGALI", "NRU.", "533 TA' L-2004 - REGOLAMENTI TA' L-2004 LI JEMENDAW L-EWWEL SKEDA MA' L-ATT DWAR", "L-EKO-KONTRIBUZZJONI", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Sur President, f'ismi u f'isem l-Onor.", "Marie Louise Coleiro nipproponi din il-mozzjoni:", "B'referenza għall-Avviż Legali Nru 533 ippubblikat fil-31 ta' Diċembru 2004 dwar Att ta' 1-2004 dwar 1-Eko-Kontribuzzjoni (Att Nru XII ta' 1- 2004) - Regolamenti ta' 1-2004 li jemendaw ir-Regolamenti ta' 1-2004 li jemendaw 1-Ewwel Skeda li tinsab ma' l-Att dwar l-Eko- Kontribuzzjoni (Emenda Nru 2);", "L-Oppożizzjoni Laburista ssostni li dan l-avviż legali għandu jiġi annullat peress illi l-introduzzjoni ta' aktar eko-kontribuzzjoni fuq aktar prodotti essenzjali qed iħallu dawn il-konsegwenzi fost oħrajn:", "* impatt ekonomiku u soċjali mill-agħar fuq il-Maltin u l- Għawdxin, speċjalment fuq il-familji, iż-żghażagħ, l-anzjani;", "* impatt ekonomiku u finanzjarju mill-agħar fuq ċerti industrijalisti f'oqsma differenti tal-manifattura u negozju;", "* ikomplu jgħollu l-ħajja għall-familji u għall-anzjani Maltin u Għawdxin;", "* jheddu ċerti impiegi tal-ħaddiema f'ċerti industriji; * qed jinjora kompletament dak li ġie stabbilit permezz tal- Pjani Nazzjonali dwar l-Impiegi u dak dwar il-Faqar u l- Esklużjoni Soċjali, u r-Rapport li ġie kkummissjonat mill- Kummissjoni Nazzjonali Familja dwar il-Faqar fil-Familji Maltin.", "L-Oppożizzjoni Laburista tkompli ssostni li l-Gvern mhux qiegħed jindirizza l-problemi ambjentali li għandna bis-serjeta`, għaliex mhux qed jaħdem bi pjan u lanqas pemezz ta' qafas sħiħ ta' miżuri li fuq naħa waħda verament ikabbar il-kuxjenza favur l-ambjent u fuq in-naħa l-oħra jimplimenta miżuri effettivi biex iħares l-ambjent fil- kumplessita` kollha tiegħu.", "Il-Gvern bil-mod li qed jaħdem qiegħed sempliċement jinqeda bl-iskuża ta' l-ambjent u l-ħarsien tiegħu biex jiġbor aktar taxxi minn fuq dahar kulħadd iżda bl-aktar u bl-agħar impatt minn fuq dahar dawk tas- saffi t'isfel u dawk tal-klassi medja.", "Huwa għaldaqstant li l-Oppożizzjoni Laburista tirrijafferma l-bżonn li l-Gvern iwarrab dan l-avviż legali biex ma jkomplix joħnoq il-livell ta' l-għixien u l-kwalita` tal-ħajja tal-Maltin u l-Għawdxin.", "Barra minn hekk, l-Oppożizzjoni tinsisti li l-Gvern ghandu jfassal pjan komprensiv għall-konservazzjoni, ħarsien u tisħiħ ambjentali fuq medda raġjonevoli ta' żmien biex jikkonserva, isaħħaħ u jkabbar il-kuxjenza nazzjonali favur l-ambjent.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "CHRIS AGIUS: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Hemm qbil li l-ħin tad-diskussjoni fuq din il-mozzjoni għandu jieħu seduta waħda, bil-ħin jinqasam indaqs bejn kelliema min-naħa tal-gvern u kelliema min-naħa ta' l-oppożizzjoni, bil-winding up għan-naħa ta' l-oppożizzjoni.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Charles Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Sur President, irrid nibda b'dan l-intervent qasir tiegħi billi nagħmel riferenza għal dak li qal l-Onor.", "George Vella jumejn ilu fl-aġġornament dwar l-Objective 1 Funds ta' l-Unjoni Ewropea fejn hu esprima l-appoġġ min-naħa ta' l-oppożizzjoni għall-gvern ħalli jinġiebu dawn il-fondi mwiegħda lill-poplu Malti.", "Jien nerġa' nikkonferma li l-Oppożizzjoni min-naħa tagħha tagħti l-appoġġ sħiħ lill-gvern f'ħidmietu biex iġib dawn il-fondi għaliex il-poplu Malti hekk kien inwiegħed u hekk qed jistenna.", "Inħeġġeġ lill-gvern jieħu l-aktar pożizzjoni riġida f'dan ir-rigward sabiex fl-interess nazzjonali, dak li huwa tagħna nakkwistawh u dwar dan, il-gvern dejjem se jsib l-appoġġ ta' l- Oppożizzjoni.", "Dan qed ngħid fid-dawl ta' l-osservazzjoni li kien għamel il- Prim Ministru fejn stqarr li l-Oppożizzjoni aħjar tagħti appoġġ għall-ħidma tiegħu f'dan ir-rigward u aħna, iva, nagħtu l-appoġġ tagħna fl-interess nazzjonali.", "Fuq dan daqshekk għalissa għax llum se nitkellmu fuq l-eko-kontribuzzjoni.", "Minn dakinhar li ġiet sottomessa din il-mozzjoni, il-gvern għamel emenda fl- eko-kontribuzzjoni pero` dan ma neħħihiex.", "Għalkemm din hija msejħa eko- kontribuzzjoni, din fil-fatt hi taxxa u tibqa' taxxa, ssejħilha b'liema isem trid.", "Meta wieħed jevalwa din it-taxxa, jeħtieġ li jaraha minn tliet aspetti.", "L-ewwel hu l-impatt li jista' jkollha fuq l-ambjent, it-tieni hu l- impatt ekonomiku tagħha u kif taffettwa l-kompetittivita` ta' pajjiżna u t- tielet hu l-impatt soċjali tagħha.", "Fl-opinjoni tagħna din l-introduzzjoni ta' l-eko-kontribuzzjoni li saret matul is-sena 2004 tfalli fuq it-tliet counts.", "Jien ma nistax ma nsemmix x'qalu l-korpi kostitwiti u nies li ċertament m'humiex fil-kamp tal-Partit Laburista meta din l-eko-kontribuzzjoni ġiet introdotta.", "Il-GRTU f'Lulju tas-sena li għaddiet qalet li l-eco-tax tixhed il-paniku tal-gvern Nazzjonalista u hija biss mezz kif il-gvern jiġbor aktar flus.", "Il- Federazzjoni ta' l-Industrija qalet li ma taqbilx li l-gvern idaħħal aktar taxxi għaliex it-taxxi f'Malta huma diġa` għoljin wisq.", "Il-Kamra tal- Kummerċ stqarret li r-rati tat-taxxa f'Malta diġa` huma għoljin ħafna u tqis l-eco-tax ekwivalenti għal taxxa fuq il-konsum li diġa` fl-aħħar budget għoliet minn 15% għal 18%.", "Il-Friends of the Earth qalet li għalkemm taqbel li l-pubbliku jixtri inqas oġġetti li jħammġu l-ambjent, ikun tajjeb li jkun hawn l-inċentivi biex jinxtraw affarijiet li ma jagħmlux ħsara lill- ambjent.", "Mela jekk wieħed jara fil-qosor l-impatt fuq dawn it-tliet counts ta' din l- eko-kontribuzzjoni, wieħed ma jistax ma jikkonkludix li l-gvern falla fit- tlieta li huma.", "Rigward il-qasam ekonomiku, aħna nafu li pajjiżna għaddej minn slow down ekonomiku.", "Jgħid xi jgħid il-gvern, il-pajjiż għandu l- problemi u l-gvern qed jagħmel mishandling ta' dawn il-problemi bil- konsegweza li dawn qegħdin jaggravaw.", "Biżżejjed tiltaqa' ma' l-operaturi ekonomiċi biex tinduna.", "Hawn nuqqas ta' konsum u nuqqas ta' kompetittivita` u l-miżuri li ħa l-gvern ma jinċentiviawx il-kompetittivita` u anqas l- investiment dirett.", "Din l-eko-kontribuzzjoni hi taxxa indiretta bħall-VAT u meta wieħed iqis li fost il-pajjiżi Ewropej, Malta hi waħda mill-ogħla pajjiżi f'dak li għandu x'jaqsam mal-VAT rate, wieħed jistaqsi jekk il-gvern għamilx xi impact study fuq l- introduzzjoni ta' din it-taxxa?", "Għamlu jew m'għamlux dan l- istudju l-gvern?", "Jew inkella għamel bħalma ġara f'Awissu li għadda fejn introduċa t-taxxa malajr kemm jista' jkun biex ikun jista' jiġbor il-flus għaliex hekk kien earmarked fl-estimi tal-budget u imbagħad kellu jissospendi l-implimentazzjoni tagħha biex jara kif se tiġi implimentata?", "Aħna qegħdin f'sitwazzjoni fejn pajjiżi Ewropej li huma f'pożizzjoni li jikkompetu anke f'dik li hija innovazzjoni u investiment fit-teknoloġija qed jaħdmu biex ibaxxu r-rati tat-taxxi, u aħna li suppost qed nikkompetu magħhom qegħdin inkomplu nżidu r-rata ta' taxxa ta' dan il-pajjiż.", "Issa jgħid x'jgħid il-Gvern, dawn huma l-fatti fejn, per eżempju, għandek pajjiżi bħall-Awstrija u l-Ġermanja li qed iħarsu biex inaqqsu r-rata tat- taxxa ħalli jkunu aktar kompetittivi u imbagħad dan il-gvern, mingħajr ma jagħmel assessment fuq l-impatt ekonomiku, jaqbad u jintroduċi dawn it- taxxi li l-effett tagħhom hu biss dak li jnaqqas il-purchasing power tal- konsumatur u b'hekk tintlaqat ħażin l-industrija u li jkollu effett inflazzjonarju.", "Naturalment, dan ma jistax ma jġibx il-kundanna min-naħa ta' l-Oppożizzjoni.", "Hija interessanti li l-legal notice ġiet introdotta fl- 31 ta' Diċembru biex il-gvern mingħalih ħadd ma jinduna biha għax inkunu aljenati bil-festi.", "Din il-legal notice tant kienet legal notice magħmula bl-addoċċ, b'rati mhux maħsuba u bil-konsegwenzi tagħha mhux ikkalkolati li l-gvern stess ħassarha wara ġimgħatejn.", "Dan kollu jirrifletti n-nuqqas ta' preparazzjoni u kalkolu ta' dan il-gvern fl-implimentazzjoni ta' policies li għandhom impatt fl-oqsma kollha tal-ħajja tagħna b'konsegwenza li l- istess gvern kellu jbiddel l-istess legal notices għal darba, tnejn u jissospendi l-implimentazzjoni tagħha.", "Sistematikament minn Awissu s'issa, rajna inkompetenza kbira, nuqqas ta' preparazzjoni u nuqqas ta' direzzjoni ta' fejn dan il-gvern irrid iwassal dan il-pajjiż.", "It-tieni punt li rrid nagħmel hu dwar il-kompetittivita`.", "Il-gvern għandu jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-analiżi u l-istudji li għamel dwar l-impatt fuq il-kompetittivita` ta' din il-miżura.", "Mela, min-naħa lill-ħaddiem ċaħħadnieh minn vakanzi li kien rebaħ matul iż-żminijiet biex inħeġġu u nsaħħu l-kompetittivita`, u min-naħa l-oħra ndaħħlu din it-taxxa.", "Jiena mhux se niddiskuti x'impatt kellha jew ma kellhiex dik il-miżura tal-leave fuq il-kompetittivita` ta' pajjiżna għax biżżejjed naraw x'qalu esperti ekonomiċi veri.", "Il-punt hu li biex il-gvern jinnewtralizza kwalunkwe effett li jista' jkollha dik fuq il-kompetittivita`, qabad u impona taxxa tal- konsum oħra għax kif għidt, din l-eco-tax hija taxxa tal-konsum.", "Jien nisfida l-gvern biex jgħidilna xi studju għamel fuq l-impatt ta' din il- miżura.", "X'effett kellha din il-miżura ambjentalment, Sur President ?", "Il-gvern intrabat li l-flus li se jinġabru minn din it-taxxa jmorru f'fond u jintużaw biss għal skopjiet ambjentali?", "M'hemmx għalfejn jgħid kemm se tkun l-ispiża għax xi kultant diffiċli tanalizza l-ispiża fuq l-ambjent, pero` s'issa kull miżura li ssuġġerixxa l-gvern ħolqot inkwiet u disgwid.", "Illum jgħidu mod u imbagħad meta jmorru jkellmu lin-nies jgħidu b'mod differenti bħalma ġara fil-każ ta' Sant'Antnin f'Wied il-Għajn.", "Il-flus li qegħdin jinġabru mill-eko-kontribuzzjoni qed imorru fil-black hole tal- gvern jew qed imorru f'fond għall-użu ta' l-ambjent biss?", "Importanti li nkunu nafuh dan għax għallinqas il-poplu Malti jkun jaf li t-taxxa li se jikkontribwixxi għal din is-sena, Lm6.5 miljun, se tintuża għal skopijiet ambjentali.", "Mistoqsija oħra li nistaqsi lill-gvern hi din: X'miżuri ħa l-gvern biex in- nies jiddisponu mill-prodott b'mod tajjeb minflok b'mod li jkollu effett negattiv fl-ambjent?", "Qed nistaqsi dan għaliex wieħed, per eżempju, jħallas extra biex jixtri l-batteriji imma imbagħad ma jieħu xejn lura jekk dan jirritorna dawk il-batteriji sabiex jiġu disposed of b'mod li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent.", "M'hemm l-ebda inċentiv biex il-consumer trends ta' l- individwu, li sa dan iż-żmien m'humiex orjentati biex jikkonservaw l- ambjent, jinbidlu.", "Qed issir xi ħaġa min-naħa tal-gvern biex il-poplu Malti jkun edukat u inċentivat biex l-affarijiet li huma ħżiena għall-ambjent effettivament jiddisponi minnhom b'mod li ma jagħmilx il-ħsara lill- ambjent?", "Ma jidhirlix li qed issir xi ħaġa hekk, Sur President.", "Apparti dan, hu minnu li fabbrika tal-gvern li tagħmel il-plastic ordnat makna li tagħmel il-boroż tal-plastic li m'huwiex degradable u huma mill- iktar li jagħmlu ħsara lill-ambjent?", "Din ordnata f'Novembru u tiswa xi Lm0.25 miljun u ma kenitx taf li l-gvern kien se jintroduċi din l-eko- kontribuzzjoni.", "Hawnhekk wieħed jara l-inkompetenza ta' dan il-gvern fejn Ministru ma jkunx jaf x'qed jagħmel Ministru ieħor u jispiċċa jgħabbi lill- poplu Malti b'piżijiet mingħajr ebda ħsieb ta' x'se jkunu l-konsegwenzi.", "Nixtieq inkun naf jekk din l-istorja tax-xiri ta' dan il-makkinarju – li deher anke f'rapport li kien hemm fil-gazzetta - hix minnha jew le għax s'issa ma ġiet innegata minn ħadd.", "Tajjeb ukoll li l l-gvern jgħidilna xi pjanijiet għandu għas-separazzjoni ta' l-iskart u kif se jibdieh għax mill-informazzjoni li għandi, il- kunsilli li ħadu l-inizjattiva - bħal Pembroke u Wied il-Għajn - kienu ddisgustati minħabba l-fatt li r-residenti tagħhom isseparaw l-iskart u imbagħad min imur jiġbor l-iskart qed iħallat kollox f'daqqa.", "Ma tagħtix tort lin-nies li jaqbdu u ma jisseparaw xejn jekk l-iskart se jitħallat xorta waħda.", "Jekk tara kif din il-miżura ta' l-eco-tax timpatta fuq kwalunkwe item anke fuq dak li jirriġwarda l-IT, tinduna li ma kien hemm l-ebda studju dwar l- impatt soċjali ta' din il-miżura u dan speċjalment meta tqis li l-aspett inflazzjonarju diġa` huwa qawwi minħabba t-taxxi numerużi li ntroduċa dan il-gvern fl-aħħar sena u nofs.", "Allura diġa` hemm impatt soċjali negattiv fuq l-istrata kollha tas-soċjeta`, speċjalment dawk li huma fil-kategorija t'isfel u tal-klassi medja li dejjem jaqilgħu d-daqqa l-kbira tat-taxxi.", "Irridu naraw ukoll kif dan se jimpatta f'ċirkostanzi ekonomiċi fejn il-pagi tal-ħaddiema fis-settur privat, anke mill-istess statistika, jidhru li qegħdin jonqsu għax qegħdin jonqsu l-production bonuses u l-overtime.", "F'ċirkostanzi bħal dawn, in-nuqqas ta' flus fl-idejn se jkollu impatt ħażin fuq is-settur tal-konsum.", "Sur President, nagħlaq hawn u ngħid li fuq it-tliet counts, din it-taxxa falliet.", "Din it-taxxa suppost hija ntiża biex tagħmel l-ġid lil dan il- pajjiż imma hija taxxa li ġiet introdotta bl-addoċċ, bla ħsieb, bla pjan u dan jirrifletti ruħu mhux biss fil-metodu kif ġiet implimentata imma anke fir-regolamenti li qegħdin jinbidlu minn żmien għal żmien wara għajta mill- pubbliku u min-naħa ta' l-oppożizzjoni, u dan proprju għax ma kienx hemm preparazzjoni.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Joe Cassar.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Sur President, sfortunatament l-Oppożizzjoni f'dan il- pajjiż tagħmel l-affarijiet b'mod li aħna nsejħulhom knee-jerk reactions.", "Mela din ħarġet mozzjoni fid-19 ta' Jannar wara li l-Ministru ta l-avviż legali fl-10 ta' Jannar u fl-istess ġurnata qal li ftit ġranet wara kien se jkun hemm emendi, u dawn minflok qagħdu jistennew l-emendi joħorġu u jipprovaw jaħdmu fuqhom, qabdu u għamlu din il-mozzjoni.", "Fil-fatt, l- emendi ħarġu ftit wara, fil-25 ta' Jannar.", "Jiena jiddispjaċini ngħid li din hija mozzjoni negattiva u nistaqsi lill-Oppożizzjoni xi studji u x'riċerka għamlu huma dwar dan u x'soluzzjonijiet qed joffru.", "Qed ngħid dan għax s'issa ħlief tmaqdir u affarijiet koroh, qisha li se tispiċċa d-dinja, ma smajniex.", "Dawn għamlu xi studju?", "Qed nistaqsi hekk għax anke l-gazzetti lokali għamlu naqra riċerka.", "Mhux qed ngħid li dawn għandhom jagħmlu xi studju xjentifiku imma jien nemmen li l-Oppożizzjoni għandha biżżejjed ħin u biżżejjed nies biex tagħmel naqra studju serju ta' l-affarijiet li qed jipproponu.", "Kif tista' l-Oppożizzjoni tgħid li din il-miżura se jkollha impatt ekonomiku u soċjali mill-agħar fuq il-Maltin u l-Għawdxin meta aħna qegħdin nitkellmu fuq liġi u avviż legali li qed jgħin lill-poplu jħares 'il quddiem lejn xi ħaġa li se tgħinu fis-saħħa tiegħu?", "Ma nistgħux niċħdu fatt bażiku, u cioe` li kull fejn daħlet – dan diġa` tkellimt fuqu f'diskorsi oħra fil-Parlament u mhux se nerġa' nidħol fih – l-eko- kontribuzzjoni, iċ-ċittadini saru aktar konxji ta' l-ambjent u kull fejn in- nies jieħdu ħsieb l-ambjent, dawn ikunu aktar b'saħħithom.", "Ħadd ma jista' jiġi f'din il-Kamra u jmaqdar lill-gvern li mhux qed naħdmu fuq l-ambjent.", "Illum jien sirt nieħu gost immur ġo supermarket u dan għaliex ifakkarni fi żmien meta kont ngħix l-Amerka fejn kulħadd huwa konxju ta' l-ambjent.", "Min jgħid li l-affarijiet marru lura minflok 'il quddiem, ma jafx x'inhu jgħid.", "Qabel ma daħlet din il-miżura, kemm kien hawn nies li ma jużawx il-plastic, li jafu d-differenza bejn il-plastic biodegradable, il-plastic degradable, u l-plastic l-ieħor u li jafu x'inhi diossina?", "Kemm kien hawn nies, qabel ma saret din il-liġi u qabel ma bdejna nitkellmu fuqha aħna bħala gvern, li kienu jafu x'inhi d-diossina u l-problemi serji li joħorġu minnha.", "Kemm taw public lectures l-Oppożizzjoni biex jispjegaw lin-nies id-differenzi bejn il-plastic u x'jagħmel il- plastic?", "Kemm marru jqassmu basktijiet biodegradable fis-supermarkets bħala parti mill-kampanja biex jgħinu lill-gvern jgħin il-poplu Malti jħares lejn saħħtu b'iktar serjeta`?", "Dawn huma d-domandi li l-Oppożizzjoni jridu jitgħallmu jistaqsu u mhux jgħidu li din il-miżura se jkollha impatt ekonomiku u soċjali mill-agħar.", "Jien nistaqsi xi studju mediku għamlu biex joħorġu din id-dikjarazzjoni.", "Dawn qalu, per eżempju, li din il-miżura ġabet impatt ekonomiku u finanzjarju mill-agħar fuq ċerti industrijalisti u dan meta dawn irringrazzjawna meta serraħnielhom rashom li fl-industrija tal-manifattura mhux se jkun hemm eko-kontribuzzjoni fuq il-plastic.", "Mela allura fejn hu dan l-impatt mill-agħar fuq ċerti industrijalisti?", "Fejn qiegħed?", "Aħna rridu naraw iċ-ċifri u l-istatistika u mhux il-kliem!", "Sur President, jekk wieħed isegwi naqra l-istudji li saru fl-Unjoni Ewropeja, jara li kull fejn hemm liġijiet li jħarsu lejn l-ambjent u għalhekk joħolqu industrija ġdida li tħares lejn l-ambjent, jara li jkun hemm aktar ħolqien ta' mpjiegi u mhux anqas.", "Jiena nistaqsi lill- Oppożizzjoni biex jippreżentawlna ċ-ċifri u l-istatistika ta' dawn l- impjiegi li huma qed jgħidu li qegħdin taħt theddida minħabba din il-miżura u jippreżentaw din l-informazzjoni fil-mozzjoni tagħhom sabiex il-Ministru tagħna jkun f'pożizzjoni li jirrispondi.", "Sur President, l-Unjoni Ewropea, wara studju li għamlet, rat li wara li l- pajjiżi jagħmlu d-direttivi ambjentali, jiżdied ix-xogħol u fil-fatt żdied kważi nofs miljun impjieg fis-sena fl-Unjoni Ewropea.", "Hu importanti li lin- nies li qed jisimgħuna nispjegalhom dawn l-affarijiet.", "Nerġa' ngħid li studju ta' l-Unjoni Ewropea li kien ippubblikat fis-sena 2001 jistma li l- implimentazzjoni ta' għaxar direttivi ambjentali waslet għall-ħolqien ta' nofs miljun impjieg fis-sena.", "Il-kwestjoni l-oħra - u jien diġa` tkellimt f'dan il-Parlament dwarha – hi dwar il-liġi tal-plastic bags u jiena kont semmejt l-impatt qawwi u pożittiv li għamlet dik il-liġi fl-Irlanda fejn meta daħħluha, in-numru ta' basktijiet tal-plastic fiċ-ċirkolazzjoni naqas b'mod tremend.", "Jiena nistaqsi lill-Oppożizzjoni: Aħna kkupjajna l-Irlanda f'dan il-każ u l- Oppożizzjoni liema pajjiż qed jipproponu li nikkupjaw?", "Jekk l-Oppożizzjoni għandha idea oħra ta' pajjiżi oħrajn li daħħlu xi ħaġa oħra biex isolvu l- problema tal-plastic bags, tgħidilna biha u naraw x'nistgħu nagħmlu.", "Jien niftakar li meta kont immur is-supermarkets barra minn Malta, is- supermarkets kollha kienu jistaqsuni: Plastic or paper?", "U kulħadd kien tgħallem jagħżel il-paper.", "Tinduna li l-poplu Malti qiegħed jimxi 'l quddiem ħafna f'dawn l-affarijiet u inutli li jipprovaw ibellgħuha lin-nies li qed immorru lura.", "Fl-ambjent imxejna 'l quddiem ħafna, u se nsemmi l- figuri biex nuri li dan hu veru għaliex jien iċ-ċifri nħobbhom ħafna.", "Ir- riżultat tas-survey ta' \"The Sunday Times\" juri li 99.3% tal-Maltin qed ikunu ferm aktar attenti meta jiġu biex jarmu oġġetti li jistgħu jikkawżaw ħsara lill-ambjent u 90.3% ta' dawk intervistati qalu li huma jħossu li l- eko-kontribuzzjoni se tbiddel il-mentalita` tal-poplu dwar ir-rimi ta' skart.", "Dan is-survey juri li 99% jaqblu li għandu jkun hemm introduzzjoni ta' multi u penali aktar ħorox għal min jarmi u jniġġeż b'mod illegali u abbużiv.", "Dawn huma ċ-ċifri, Sur President.", "Hu veru li dan mhux xi studju xjentifiku, pero` huwa studju interessanti li huwa audited, isir at random u jolqot parti sostanzjali tal-popolazzjoni.", "Tajjeb li ngħidu wkoll li xi riżultati li ħarġu minn dan l-istudju tas-Sunday Times ġew użati mill-media Laburista, għalkemm dan ma seħħx f'dan il-każ partikolari għax din dejjem tuża dak li jaqblilha.", "Kif ma smajna xejn mill-media Laburista fuq dawn iċ- ċifri ferm interessanti?", "Waħda mill-affarijiet l-oħra li qed imaqdruna fuqha hija l-famuża separation at source.", "Jiena naħseb li ħadd ma jista' jgħid li l-gvern m'għamilx studju fuq din il-ħaġa u ovvjament min jifhem fis-separation at source jirrealizza li waħda mill-affarijiet bażiċi biex ikollok separation at source tajba hija dik li jkollok sistema tajba ta' bring-in sites.", "Issa jien nixtieq infakkar lil min qed jismagħna - għaliex l-Oppożizzjoni tafha żgur din - li l-gvern alloka Lm1,500 kull sena lill-kunsilli lokali biex ikunu jistgħu jagħmlu jew itejbu l-bring-in sites ġol-lokalita` tagħhom.", "F'Malta fil-preżent hawn 50 bring-in site u diġa` intqal li hemm pjani serji sabiex dawn jiżdiedu sostanzjalment.", "Aħna nafu li minn 21 lokalita` f'Malta li m'għandhomx bring-in sites, 16 minnhom huma lokalitajiet b'sindki Laburisti.", "Dik hija l-famuża qalb Laburista li suppost tbaqbaq għall-ambjent!", "Mela l-gvern qed jagħti l-flus, dawn il-kunsilli jistgħu jagħmluhom dawk il-bring-in sites u 16-il kunsill b'maġġoranza Laburista għadhom m'għamlu xejn!", "Din tajba meta niġu biex nitkellmu fuq il- persentaġġi li jħobb isemmi l-Kap ta' l-Oppożizzjoni f'kull lokalita`.", "Ejja nagħmlu l-persentaġġi fuq l-ambjent, issa!", "Ejjew nagħmluhom il- persentaġġi għax aħna l-fatti rridu u mhux ħafna paroli fil-vojt!", "Sur President, l-istudji qed nagħmluhom u qed nagħmluhom bis-serjeta`.", "Għalija l-iScott Wilson Report huwa studju serju u dan juri li aħna gvern li għandna għal qalbna l-ambjent.", "L-Oppożizzjoni tista' ddum tgħid lill- poplu Malti kontra l-gvern għaliex lilna provi trid tagħtina.", "L- Oppożizzjoni kissret lill-Prim Ministru u lill-Ministru tagħna meta mar biex jitkellem f'Marsascala fuq ir-riċiklaġġ ta' Sant Antnin u intant, sal- ġurnata imqaddsa tal-lum, għadhom ma semmewx post wieħed fejn dawn iridu li jsir ir-riċiklaġġ!", "Jiena nagħlaq billi ngħid li din hija mozzjoni li twaqqa' għaċ-ċajt lill- partit Laburista u tagħti aktar kredibilita` lill-gvern Nazzjonalista li huwa gvern serju u li jaħdem favur l-ambjent.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Chris Agius.", "ONOR.", "CHRIS AGIUS: Sur President, fil-ħin limitat li għandi, żgur li mhux se nsib ħin sabiex nirrispondi għal dak kollu li qal l-Onor.", "Cassar pero` żgur li l-kollegi ta' warajja se jsibu daqsxejn tal-ħin biex jirrisponduh.", "Dan qal li ma jistax jifhem għalfejn ressaqna din il-mozzjoni u jiena se nirrispondih billi nikkwota dak li qalu numru ta' korpi kostitwiti li wara kollox ħasbuha bħalma ħsibniha aħna u bħalma ħasbitha l- maġġoranza tal-poplu.", "Tajjeb ukoll li kulħadd ikun jaf li din il-mozzjoni ressaqniha aħna qabel ma l-gvern iddeċieda li jagħmel emenda għall-avviż legali li kien għamel qabel.", "Din l-istorja ta' l-eko-kontribuzzjoni tmur lura lejn l-aħħar budget fejn il-gvern kien qal li ser ikompli jżid il- firxa ta' l-eco-tax sabiex jattwa l-prinċipju li min iħammeġ iħallas.", "Naħseb li fuq dan m'hawnx kontroversja, u l-Oppożizzjoni taqbel mal- prinċipju li min iħammeġ iħallas.", "Pero` din għandha tkun mifruxa fuq kulħadd, inkluż korporazzjonijiet tal-gvern li żgur li għandna ħafna xi ngħidu dwarhom rigward dan il-prinċipju.", "Minħabba li ntqal fil-budget, kulħadd kien jaf li kien se jkollna l-eco-tax fuq firxa akbar ta' prodotti, pero` sal-ġurnata li ġie ppublikat l-avviż legali, ma ngħatat l-ebda informazzjoni dwar kif kellha tkun l-implimentazzjoni ta' din it-taxxa, u dan minkejja l-appelli li saru minn ħafna sezzjonijiet tal-poplu sabiex jingħataw aktar informazzjoni.", "Ħalli nikkwota x'qalu l-Kamra tal-Kummerċ fit-13 ta' Jannar:", "\"A lack of consultation prior to the publication of the legal notice resulted in general confusion amongst Chamber members involved in the various sectors.", "These economic operators are being expected to comply with the new regulations without adequate preparations.", "The Chamber requested information from the authorities immediately after the first announcement of an extension to the eco-tax product list in the 2005 budget speech.", "Unfortunately the list of new products falling under the scope of the eco-contribution with the relevant rates was not forthcoming to the Chamber until the publication of the legal notice on New Year's Eve.''.", "Dan il-gvern lejlet l-ewwel tas-sena ppublika l-avviż legali, u llum ressaqna din il-mozzjoni kontra dan il-fatt għaliex dan ippretenda li ftit sigħat wara l-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż, kellhom jibdew jgħoddu dawn it-taxxi ġodda, u minħabba l-mod kif il-gvern qabad u implimenta din il- liġi mingħajr ebda konsultazzjoni ma' ħadd, ħoloq konfużjoni fost is- setturi kollha tal-poplu Malti u Għawdxi.", "Sur President, tajjeb li nfakkar li f'Settembru li għadda, ftit xhur qabel il-budget, il-gvern kien introduċa għall-ewwel darba din it-tip ta' taxxa u dan wara li suppost kienet daħlet fl-ewwel ta' Awissu.", "Dakinhar ukoll kien qam panic sħiħ u tressqu ilmenti minn setturi differenti dwar kif din it- taxxa kienet se tkompli tgħabbihom b'aktar piżijiet.", "L-ilmenti ta' dakinhar huma l-istess ilmenti li għandna llum, u li għadni kif semmejt.", "Dakinhar l-FOI kienet qalet:", "\"The Federation of Industry has written to Minister Pullicino to point out to him that a situation where the government first introduces a new tax and then discusses its details afterwards is simply unacceptable.", "We believed that the days when things were done that way were part of history, but it seems that we were mistaken.''.", "Sur President, dan huwa l-mod kif dan il-gvern l-ewwel jimplimenta xi ħaġa u imbagħad jisma' xi jkollhom xi jgħidu l-istakeholders u jara kif jista' jillapazza sabiex jissodisfa lil min qiegħed jilmenta.", "Għallinqas għandu d- deċenza jisma' ftit l-ilmenti u t-tgergir li jkun hawn.", "Għall-darba oħra l-gvern ma kkonsulta ma' ħadd, anqas mal-membri li kienu jagħmlu parti mill-eco-contribution commission mwaqqfa mill-gvern stess, u fil-fatt dawn ma kinux jafu x'qed jiġri, u nikkwota x'qalu ċ-Chamber of Commerce:", "\"The chamber's representative on the government-appointed eco- contribution commission were equally unaware of the latest developments.", "In fact they were not in a position to provide any additional information.''.", "Sur President, wara ħafna pressjoni li saret minn diversi entitajiet u mill- poplu in ġenerali, il-gvern iddeċieda li jemenda l-avviż legali li llum għandna l-mozzjoni fuqu u bidlu b'mod li għamlu anqas krudili.", "Pero', xorta jibqa' l-fatt li se jinġabru taxxi ġodda li qabel ma kinux jeżistu u li issa l-poplu tagħna jkollu jħallas għalihom.", "Għandna sitwazzjoni fejn ġimgħat wara l-introduzzjoni ta' din it-taxxa, għad għandna ħafna operaturi kummerċjali li ma jafux kif suppost qed titħaddem din il-liġi ġdida!", "Fil- fatt, illum fuq il-ġurnali kien hemm avviż ta' laqgħa fl-uffiċini tal-Malta Enterprise sabiex fihom ikun spjegat lill-operaturi kummerċjali, kif se jiġbru u jħallsu dawn it-taxxi.", "Waħda mir-raġunijiet għalfejn aħna ressaqna din il-mozzjoni hija proprju għaliex dan m'huwiex mod serju ta' kif timplimenta liġi.", "Sur President, ninsabu f'sitwazzjoni fejn dan il-pajjiż ma jiflaħx aktar taxxi.", "Tgħabbejna żżejjed tul dawn l-aħħar snin ta' tmexxija Nazzjonalista, u l-poplu jinsab mgħaffeġ taħt ruxxmata taxxi.", "L-unika soluzzjoni li jkollu dan l-gvern għall-problemi li joħloq hu stess hu li jżid xi taxxa 'l hawn jew taxxa 'l hemm u xejn aktar.", "Ħalli nikkwota x'qalu l-FOI rigward dan:", "\"In its meeting with the Minister, the Federation of Industry made it clear that it opposed the eco-contribution scheme as proposed as it was against the introduction of any form of additional taxation.", "It pointed out that the country is already overtaxed and a new tax would be tantamount to yet another attack on the consumers' purchasing power and the whole economy is set to suffer as a result''.", "Dawn l-affarijiet ma qalhomx il-partit Laburista, Sur President!", "Is-settur kummerċjali ma jiflaħx aktar piżijiet.", "Ilna nisimgħu minn min qiegħed fis- settur tan-negozju, b'mod partikolari minn min jirrapreżentahom, bħall-FOI, il-GRTU u ċ-Chamber of Commerce li dawn ma jifilħux aktar piżijiet u qed iwassluhom sabiex jitilfu l-battalja tal-kompetittivita`, kelma li xbajna nisimgħu fuqha issa!", "Il-gvern huwa konxju ta' dan ukoll għaliex huwa stess jippriedka li jrid iwettaq miżuri sabiex insiru aktar kompetittivi.", "Iżda mid-dehra din għall-gvern ma tgħoddx, għax dan sabha faċli biex jaqbad u jneħħi l-ġranet tal-leave lill-ħaddiema, imma imbagħad biex inaqqas mit- tagħbijiet li huwa responsabbli għalihom sabiex itejjeb il-kompetittivita`, hemmhekk le, hemmhekk qed ikaxkar saqajh, Sur President!", "Is-setturi kollha ta' l-operaturi kummerċjali li għandna f'pajjiżna - min b'mod u min b'mod ieħor - se jintlaqtu minn din it-taxxa.", "Jekk nieħdu per eżempju r-retailers, insibu li dawn fil-maġġoranza tagħhom qed jaraw żieda fil-prezzijiet tal-prodotti tagħhom.", "Huwa vera li kull darba li jkun hemm żieda f'xi prezz, fl-aħħar mill-aħħar iġorrha l-konsumatur, imma huwa fatt li ma jista' jinnegah ħadd li żieda fil-prezzijiet tfisser tnaqqir fil- purchasing power u li finalment ifisser tnaqqis fl-infiq.", "L-aktar prodotti essenzjali għall-familji tagħna reġgħu laqqtuha bil-kbir u spiċċaw għolew minħabba din it-taxxa, u fost dawn insibu l-prodotti tal- ħasil, fwejjaħ u shampoos.", "Aħna l-eko-kontribuzzjoni nsejħulha taxxa għaliex l-uniku skop li l-gvern kellu meta introduċiha kien dak li jiġbor aktar taxxi minn fuq dahar il-poplu.", "Il-gvern missu ra kif għamel u inċentiva lil min kien lest jerġa' jmur jagħti lura l-plastic tal-prodotti meta dawn ikun kkonsmahom biex forsi jiġu recycled jew jerġgħu jintużaw.", "Sfortunatament, dan ma sarx.", "Jien niftakar li dakinhar li sirna nafu x'kien fih dak l-avviż legali, it- Traplus, fabbrika ewlenija f'pajjiżna li timmanifattura l-boroż tal- plastik, kellha żżarma minħabba n-nuqqas ta' konsultazzjoni u l-għaġġla żejda fl-implimentazzjoni ta' din il-liġi.", "Fabbriki ewlenin oħra kienu se jlaqqtuha bil-kbir, fosthom il-Playmobil li hija waħda mill-kumpanniji ewlenin f'pajjiżna, u kieku l-gvern baqa' għaddej b'dak l-avviż legali oriġinali, l-ispiża tagħhom kienet se tiżdied b'Lm200,000!", "L-istess ħaġa kien se jiġrilhom it-Toly Products li minħabba l-avviż legali oriġinali, kienet se tiżdidilhom l-ispiża bi Lm0.25 miljun.", "Sur President, il-gvern jidher li ntebaħ li dak l-avviż legali kien se jweġġa' wisq lis-setturi differenti tal-poplu Malti u Għawdxi u taffa ftit l-ispejjeż.", "Għalkemm b'dawn l-emendi ġodda, is-setturi kollha ta' l- industrija ma ntlaqtux daqstant, dawn iż-żidiet xorta ser ikollhom l-effett tagħhom fuq l-industrija lokali.", "Dan għaliex dawn iż-żidiet ser ikunu riflessi fl-RPI u għalhekk l-industrija lokali xorta se jkollha terfa' l- effett tagħhom illum jew għada.", "Din żgur se tkun daqqa oħra għall- kompetittivita` ta' pajjiżna, Sur President, u dan meta l-istess gvern naqqas il-leave tal-ħaddiema biex taparsi jtejjibha.", "Mela minn banda, il- gvern idaħħal miżura biex itejjeb xi ftit il-kompetittivita` u min-naħa l- oħra, jagħmel miżura biex jagħtiha daqqa sew u jitfagħha lura.", "Sur President, sar assessment dwar x'ser ikun l-effett fuq l-RPI ta' dawn iż-żidiet?", "Il-bieraħ jiena attendejt għall-ftuħ ta' l-uffiċini ġodda tal- Federation of Industry u minn hawn ngħidilhom prosit għal dawn l-uffiċini u nawguralhom ħafna xogħol b'risq is-settur li jirrapreżentaw u li huwa mutur ewlieni għall-ekonomija ta' pajjiżna.", "Waqt din l-okkażjoni, tkellimt ma' wħud mill-membri tagħhom u kollha kemm huma jinsabu preokkupati bil- piżijiet – diretti u anke indiretti bħal din l-eco-tax - li dejjem qed jiżdidulha.", "Jiena staqsejthom kif se tolqothom din it-taxxa u ħadt l-istess tweġiba mingħand kulħadd, u cioe` li fl-aħħar mill-aħħar ser ikunu huma li b'mod indirett se jġorru l-piżijiet tagħha għaliex jekk togħla l-ħajja - u b'taxxa ġdida hekk se jiġri - min jirrapreżenta lill-ħaddiem se jitlob għal żidiet fil-paga li mbagħad ifissru aktar spejjeż għal min iħaddem.", "Sur President, naħseb li kulħadd jaqbel dwar il-bżonn li nħarsu aħjar u aktar l-ambjent tagħna.", "Żgur li aħna bħala Oppożizzjoni nemmnu dan u nagħmlu kull sforz sabiex l-ambjent tagħna jkun imħares, pero` ma jistax ikun li dak li ilu mitluq is-snin, nirranġawh f'qasir żmien.", "Kollox irid isir skond kemm jiflaħ is-settur fir-realtajiet li qed ngħixu fihom illum.", "U għalhekk kellna dawn ir-reazzjonijiet għal din l-impożizzjoni tat-taxxa ġdida għaliex il-gvern mhux jagħraf li f'dawn iż-żminijiet diffiċli, li żżid it-taxxi mhux is-soluzzjoni!", "Hemm bżonn li dan il-gvern jagħraf joħloq l-aħjar klima sabiex in-negozju jkompli jikber u sabiex l-investiment li għandna f'pajjiżna jkompli jitkattar.", "Żgur li din l-attitudni tal-gvern mhux se tiggarantixxi dan.", "Kif għidt, hemm ħafna miżuri li seta' jieħu dan il-gvern sabiex jgħin il- kompetittivita` u din żgur li m'hijiex waħda minnhom.", "Dawn huma setturi sensittivi u anke l-anqas piż jista' jfisser diffikultajiet kbar li jxekklu l-operat tagħhom.", "Dawn is-setturi huma kruċjali biex ikollna s-suċċess li rridu naraw iseħħ f'pajjiżna għax dawn joħolqu l-ġid u l-impjiegi, u għalhekk irridu naraw li nnaqqsulhom il-piżijiet u mhux inżiduhomlhom kif fil-fatt se tagħmel din it-taxxa.", "Sur President, żgur li dan m'huwiex il-mod kif tmexxi u tirbaħ il-fiduċja ta' dawn in-nies li għandhom interess li f'pajjiżna jitkattar il-ġid.", "U għalhekk kellna daqstant appelli biex il-gvern jirrevedi dan l-avviż legali, u għall-istess raġuni, aħna ressaqna din il-mozzjoni.", "Jiena nemmen li dawn l-ilħna kollha wasslu biex il-gvern ibiddel ir-rotta fuq dan l- avviż legali u jkun anqas aħrax fl-implimentazzjoni ta' din it-taxxa.", "Nagħlaq l-intervent tiegħi billi nikkwota l-GRTU li hi wkoll tirrappreżenta lis-settur kummerċjali:", "\"Il-GRTU m'għandhomx dubji li kieku l-Ministru Pullicino kejjel b'mod professjonali l-impatt ekonomiku ta' l-eco-taxation, ma kien qatt jimponi s-sistema kif imposta bl-Eco-Contribution Act.", "Din il-liġi llum qed tkompli tgħabbi żżejjed fuq numru kbir ta' negozji żgħar.", "Il- GRTU ssostni wkoll li l-impatt kumulattiv taż-żieda fil-VAT u l- impożizzjoni ta' l-eco-tax kellha effett negattiv qawwi fuq il- purchasing power tal-konsumatur u l-consumer confidence b'mod ġenerali b'riżultat li l-bejgħ kompla naqas, u llum ħafna mpjiegi fis-settur kummerċjali huma mhedda.\".", "Grazzi, Sur President.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Jeffrey Pullicino Orlando.", "ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO: Sur President, meta qrajt il-mozzjoni li ressqu l-Onor.", "Charles Mangion u l-Onor.", "Marie Louise Coleiro, mingħajr ma ridt tbissimt.", "Waqt l-intervent tiegħu, l-Onor.", "Chris Agius qal li għal żmien twil f'pajjiżna ma kienx qiegħed isir xogħol biżżejjed biex nissalvagwardjaw l- ambjent tagħna u hawn naqbel miegħu.", "F'dan il-Parlament u f'aktar minn okkażjoni waħda, jiena għamilt appell biex kemm jista' jkun nimxu 'l quddiem f'dan is-settur għax fhimt, kif fehem kulħadd, li f'pajjiżna kellna prijoritajiet oħra.", "Nafu li f'pajjiżna fis-snin li għaddew sar investiment qawwi fl-infrastruttura u allura xi drabi lill-ambjent ma tajniehx l- importanza li jixraqlu.", "Fortunatament, illum il-ġurnata nafu li l-gvern verament qiegħed l-ambjent fuq l-aġenda tiegħu u fil-fatt qegħdin niddikjaraw – u anke nagħmlu xogħol siewi f'dan ir-rigward - li l-ambjent huwa wieħed mit-tliet pilastri ewlenin tal-politika tal-gvern tal-ġurnata.", "Allura nistgħaġeb ftit meta imbagħad nara l-mozzjoni li ressqu l-Onor.", "Charles Mangion u l-Onor.", "Marie Louise Coleiro fejn ġo fiha anke ntużaw kliem li jnisslu anke swied ta' qalb f'min jaqra din il-mozzjoni.", "Qalulna li l-eko-kontribuzzjoni kellha impatt ekonomiku u soċjali mill-agħar fuq il-Maltin u l-Għawdxin speċjalment fuq il-familji, iż-żgħażagħ u l-anzjani.", "Meta l-Oppożizzjoni jgħidu – għadu kif qal hekk anke l-Onor.", "Chris Agius – li fl-ambjent, aħna konna xi ftit jew wisq traskurati, jien nistaqsihom x'kienu jagħmlu kieku seħħ dak li xtaqu huma u pajjiżna ma daħalx fl-Unjoni Ewropea u għalhekk ma kienx se jkun hemm il-funding ta' miljuni kbar ta' liri min-naħa ta' l-UE !", "Kieku x'kien ikun l-impatt ekonomiku fuq il- familji, fuq iż-żgħażgħ u fuq l-anzjani, kieku ġara hekk u ġew biex jagħmlu l-affarijiet li huma stess qalu li hemm bżonn li jsiru?", "Minn fejn kienu se jġib il-flus l-Oppożizzjoni jekk mhux bi skema ta' eko-kontribuzzjoni mmultiplikata għal erba' darbiet?", "Hawnhekk ta' min jgħid li l-Unjoni Ewropja fuq ċerti proġetti ambjentali, se tiffinanzja sa 75% tal-proġett.", "Nirrepeti l-mistoqsija, Sur President.", "Kieku seħħ dak li xtaqu l- Oppożizzjoni, minn fejn kienu se jġibu l-finanzjament neċessarju biex jagħmlu l-proġetti li l-ambjent tagħna jeħtieġ sabiex nimxu 'l quddiem?", "Għax jekk mhux se jirrispondu, allura nikkonkludu li dawn kienu se jkomplu jittraskuraw l-ambjent.", "F'parti oħra tal-mozzjoni, hemm miktub li aħna mhux qegħdin nindirizzaw il- problemi ambjentali li għandna bis-serjeta`, u jien nistaqsihom x'qed nagħmlu ħażin.", "Tista' l-Onor.", "Marie Louise Coleiro tispjega x'qed nagħmlu ħażin ?", "Il-bring-in sites ħaġa ħażina?", "Jien mhux qed ngħid li l-Onor.", "Mangion żbalja fi kliemu imma nappellalu li ma jagħtix każ il-gideb li qed jiġi minn ċerti setturi tas-soċjeta` Maltija fir-rigward tal-bring-in sites u jaqta' qalb in-nies milli jużaw dawn il-bring-in sites.", "Hija gidba sfaċċata ipprovata li hemm xi ħadd li qed iħallat il-materjal li qed jinġabar fil-bring-in sites, u allura l-poplu Malti qed juża dawn il-bring- in sites għalxejn.", "Jien m'għandix dubju li l-Onor.", "Mangion ma riedx iqarraq, imma kien hemm min qarraq bih, u nappellalu biex ma jirrepetix il- gideb ta' min ipprova jqarraq bih biex jaqta' qalb in-nies milli jużaw dawn il-bring-in sites.", "X'qed nagħmlu ħażin?", "Qed nagħmlu ħażin għax se nżidu l- bring-in sites minn 70 għal 400 ?", "Fejn m'għandniex pjan ambjentali serju?", "Ta' min jgħid li meta aħna se nżidu l-bring-in sites bl-għajnuna ta' l- Unjoni Ewropea, aħna se nkunu qed nagħtu bring-in site għal kull 300 dar f'pajjiżna u dan hu aħjar mill-average ta' l-Unjoni Ewropea, għax l-average tagħha hu ta' bring-in site għal kull 400 dar.", "Sur President, jistgħu ta' l-Oppożizzjoni jgħidulna x'qed nagħmlu ħażin għax se nirrijabilitaw il-Magħtab?", "Fil-jiem li għaddew ippreżentajna r- rapport Scott Wilson, u fortunatament rajna li m'hemmx dawk il-problemi li forsi wieħed kien qiegħed jibża' li hemm.", "Mhux qed ngħid li m'hemmx problemi, imma m'hemmx dawk il-problemi kbar u ċertament għandu jkun hemm rijabilitazzjoni ta' dik il-muntanja tal-mistħija.", "Qed nagħmlu ħażin li aħna se nirrijabilitawha l-muntanja tal-Magħtab?", "Qed nagħmlu ħażin li bl- għajnuna finanzjarja min-naħa ta' l-UE, aħna se nagħmlu dik is-sistema ta' tubing, niġbru l-gassijiet velenużi u minn dawk il-gassijiet nipproduċu anke forma ta' enerġija?", "Fejn huma n-nuqqasijiet?", "X'riduna nagħmlu min- naħa ta' l-Oppożizzjoni biex aħna jkollna pjan ambjentali serju?", "Nimxu fuq is-suġġeriment li kien ressaq il-Kap ta' l-Oppożizzjoni li nżommu l-Magħtab miftuħ?", "Dak kien is-suġġeriment tiegħu ftit xhur ilu.", "Li kieku għamilna kif issuġġerixxa l-Kap ta' l-Oppożizzjoni, kieku l-muntanja tal-Magħtab għadha miftuħa u telgħet b'għaxar sulari oħra.", "X'qed nagħmlu ħażin meta aħna rrijabilitajna dawk il-barrieri kollha li kienu ġerħa fil-pajsaġġ Malti billi mlejnihom bl-inert waste flok komplejna niddampjaw l-inert waste, speċjalment il-materjal tal-kostruzzjoni, fuq il- muntanja tal-Magħtab?", "X'se nagħmlu ħażin billi nintroduċu ħames civic amenity sites madwar Malta u Għawdex biex kemm jista' jkun il-bulky refuse jittieħed hemm flok jibqa' jiġi dumped bl-addoċċ kif inhi l-użanza ta' xi wħud.", "X'qed nagħmlu ħażin billi nintroduċu tliet sewage treatment plants b'għajnuna finanzjarja kbira ħafna min-naħa ta' l-UE?", "Minn fejn l- Oppożizzjoni kienet se ġġib dawn il-flus kollha?", "Sur President, kien ikun hemm impatt ekonomiku kbir ħafna fuq il-Maltin u l- Għawdxin, speċjalment fuq il-familji, iż-żagħżagħ u l-anzjani li kieku aħna ma dħalniex fl-UE u ppruvajna nagħmlu dawn l-affarijiet li hemm bżonnhom!", "Jistgħu l-Oppożizzjoni jaqtgħu xi ħaġa minn dawn l-affarijiet li jien semmejt?", "X'se nagħmlu?", "Ma jkollniex sewage treatment plant?", "Ma nirrijabilitawx il-Magħtab?", "Minn fejn konna se nġibu l-flus kieku ma kienx se jagħmel tajjeb il-poplu Malti ladarba għajnuna mill-Unjoni Ewropeja ma stajniex nieħdu?", "Hemmhekk żgur kien ikun hemm impatt kbir negattiv fuq il- familji, fuq iż-żgħażagħ u l-anzjani.", "L-Onor.", "Chris Agius u l-Onor.", "Charles Mangion qalu li kien hemm impatt fuq ċerti industriji, pero` jiena nappellalhom biex ma joqogħdux jirrepetu affarijiet li m'humiex preċiżi u li bihom qed jingannaw lill-poplu.", "Ma joqogħdux jirrepetu li tfajna piż kbir fuq l-industrija meta aħna introduċejna skema ta' eko-kontribuzzjoni fuq il-plastic biex kemm jista' jkun innaqqsu l-plastic mill-waste stream sabiex dak il-plastic ma jispiċċax diossina u jinbela' mill-poplu Malti u Għawdxi u l-familji u ż-żgħażagħ u l-anzjani Maltin.", "Lanqas m'għandhom joqogħdu jirrepetu li tfajna piż akbar fuq l-industirja ta' l-agrikoltura għax dan huwa qerq.", "Ma joqogħdux jgħidu li hemm industriji li jipproduċu l-prodotti tal-plastic li se nsallbuhom għax dak huwa qerq wkoll u m'hu veru xejn għax l-istess industrija faċilment - u għax inkorraġejnihom jagħmlu hekk, hekk qed jagħmlu – tista' ddur minn produzzjoni ta' plastic b'lifetime ta' 1,000 sena għal produzzjoni ta' plastic li huwa degradable jew biodegradable u li ma jagħmilx ħsara ambjentali.", "X'għamilna ħażin b'daqshekk?", "Meta introduċejna din l-iskema li l-Oppożizzjoni qed jgħidu li se nsallbu l-familji, iż-żgħażagħ u l- anzjani biha għamilna xi ħaġa li għamluha pajjiżi f'livell ekonomiku anqas minn tagħna bħal Bangladesh u l-Indja u addirittura r-Rwadna - li sfortunatament għadu pajjiż tat-tielet dinja - abbolixxa l-użu tal-plastic bags.", "Allura aħna se narawha bi kbira li niskoraġġixxu l-użu tal-plastic li jagħmel il-ħsara lill-familji, żgħażagħ u l-anzjani?", "Aħna qed narawha żejda din?", "L-Onor.", "Mangion qal li permezz ta' din l-eko-kontribuzzjoni, mhux se jiġu affettwati l-consumer trends.", "Diġa` bdew jiġu affettwati l-consumer trends!", "Biss, biss, illum il-ġurnata ħadd m'hu qed jipproduċi dak it-tip ta' plastic li jagħmel ħsara ambjentali u ħadd m'hu qed jażżarda joħlom li jixtri dak it-tip ta' plastic meta għandek plastic degradabbli li għandu ftit li xejn eko-kontribuzzjoni fuqu.", "Kif jista' l-Onor.", "Mangion jgħid li mhux qed ninfluwenzaw il-consumer trends?", "Tissemma over and over again li dan il-gvern mhux qed jiggarantixxi li l-flus li jinġabru fl-iskema ta' l- eko-kontribuzzjoni jintużaw għal proġetti ambjentali.", "Kif jista' ikun jgħidu hekk?", "L-Onor.", "Mangion għandu għarfien tal-fatti ekonomiċi ħafna iktar minn tiegħi u allura kif jista' jgħid hekk meta jaf li bl-eko- kontribuzzjoni se ndaħħlu biss 50% ta' l-ispiża neċessarja biex ikollna waste management system kif suppost f'pajjiżna?", "Kif jista' jgħid li l-flus li se jinġabru bl-eko-kontribuzzjoni mhux se jintużaw għal skemi ambjentali jekk dawn lanqas biss huma biżżejjed?", "Bir-rispett kollu, dan huwa argument bażwi.", "Sa ftit ilu kien hawn l-Onor.", "Mizzi u ta' min jgħid li l-Onor.", "Mizzi kien kompletament favur l-idea li tiddaħħal skema ta' eko-kontribuzzjoni – hu sejħilha taxxa - fuq il-basktijiet tal-plastic u allura ma nafx kif issa l- Onor. Mizzi jħossu komdu jifforma parti minn partit li qed joħroġ qatta' bla ħabel kontra dik il-ħaġa li hu stess kien issuġġerixxa.", "L-Onor.", "Mizzi għandu l-unur jgħid li kien l-ewwel persuna f'Malta li ħareġ b'din l-idea li jkun hemm xi forma ta' tassazzjoni fuq il-basktijiet tal-plastic.", "Ma nafx kif dan iħossu komdu li ma jitkellimx kontra l-kelliema min-naħa ta' l- Oppożizzjoni li qed jgħidu speċifikament il-kontra.", "Jiddispjaċini ħafna, Sur President, u nagħlaq hawn, meta nara oppożizzjoni inġusta - u mhux qed nirreferi biss għall-partit Laburista imma anke għal setturi oħra tas-soċjeta` Maltija - għal skemi u proġetti li qed idaħħal il-gvern fir-rigward ta' l-ambjent.", "Nerġa' nsostni li jiena stess kont kritiku għax ma konniex qed nagħmlu biżżejjed fil-kamp ambjentali u llum il- ġurnata, anke bl-għajnuna ta' l-Unjoni Ewropea, qed nagħmlu dak li hu meħtieġ.", "U kif għidt, jiddispjaċini meta nara oppożizzjoni inġusta għal dawk l-affarijiet li qed iseħħu fil-kamp ambjentali meta nafu li dawn jeħtieġu li jsiru biex kemm jista' ikun intejbu l-livell ta' l-għixien ta' pajjiżna.", "L-Onor.", "Chris Agius semma l-imodernizzar li hemm ippjanat li jsir fl- impjant ta' Sant Antnin.", "Jiena ma nafx kif ma jistħux jikkritikaw proġett bħal dan u jikkritikaw lill-gvern li se jimmodernizza il-impjant ta' Sant Antnin meta fil-pjan għall-ambjent li ħareġ bih il-Malta Labour Party, qal biss li dan l-impjant ma jeħtieġx l-imodernizzar għax huma daħħlu s-sistema ta' l-eco-pods.", "Issa, jekk se timmodernizza l-impjant ta' Sant Antnin, fejn bħalissa forsi hemm problema ta' ċerti rwejjaħ, din se tonqos, u dan ifisser li aħna se mmorru pass iktar 'il quddiem.", "Aħna se nintroduċu skema fejn l-impjant ta' Sant'Antnin ikun kompletament closed, u għalhekk ma nistax nifhem kif l-Oppożizzjoni u anke l-Alternattiva Demokratika jkollhom il-wiċċ jopponu xi ħaġa li jafu li se ġġib 'il quddiem dan l-istess impjant!", "Kif tista' tipprova tisfrutta l-biżgħat tar-residenti tal-lokal ta' Marsascala biex forsi tirbaħ ftit cheap points meta taf li dak li se jseħħ fl-impjant ta' Sant Antnin se jkun ta' ġid għal dawk l-istess residenti?", "Sur President, nappella biex kulħadd ikun ġust u naħdmu verament għall-ġid komuni ta' pajjiżna.", "Nerġa' nsostni li mhux minnu li m'hemmx pjan ambjentali serju kif intqal hawnhekk f'din il-mozzjoni.", "Iva, hemm pjan ambjentali serjissimu għall-ambjent u nerġa' nsostni li l-gvern poġġa l- ambjent bħala wieħed mit-tliet prijoritajiet ewlenin tiegħu.", "Ejja niġbdu ħabel wieħed u ejja nagħmlu dak li verament jistħoqqlu l-poplu Malti, u ejja nikkritikaw fejn għandna nikkritikaw biss.", "Id-dmir ta' l-Oppożizzjoni hu dak li tikkritika b'mod kostruttiv mhux b'mod distruttiv, biex b'hekk jekk ikun hemm hemm bżonn ta' fine tuning, naħdmu flimkien biex nagħmluh.", "Grazzi.", "MR.", "SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Silvio Parnis.", "ONOR.", "SILVIO PARNIS: Sur President, laqtitni l-aħħar frażi li qal l- Onor. Pullicino Orlando u cioe` dik li niġbdu ħabel wieħed.", "Jiena nistaqsi lil tan-naħa l-oħra fejn kienu dawn meta aħna konna fil-gvern u ridna li lkoll flimkien niġbdu ħabel wieħed.", "Tibda' tgħid: Possibbli dawn huma l- istess nies?", "Meta l-Partit Laburista pprova jdaħħal kuxjenza fuq il- mediċini, u daħħalna il-50 cents, x'għamlu tan-naħa l-oħra?", "Fejn kienu qed jiġbduh l-ħabel?", "Għamlu kapital sħiħ fuq dik u qalu li aħna anti-soċjali u dan biex iwaqqgħu l-gvern Laburista.", "Ara issa marritilhom il-kuxjenza soċjali.", "Aħna għadna żgħar fl-eta' f'dan il-Parlament, imma missirijietna u l-anzjani tagħna jgħallmuna u jgħidulna bl-ipokrezija li dejjem irrenjat fil-partit Nazzjonalista.", "Smajt l-Onor.", "Pullicino Orlando jgħid li aħna m'għandniex biżżejjed flus u kellna bżonn il-flus ta' l-Unjoni Ewropea, bħal li kieku f'pajjiżna qegħdin nimxu bis-saħħa ta' ħaddieħor.", "Aħna nafu li n-Nazzjonalisti dejjem kienu lagħqin tal-barrani.", "Dawn isostnu li kieku ma kenitx l-Unjoni Ewropea għal pajjiżna, aħna ma stajniex naslu fejn irridu, imma jiena ngħid li kieku m'hemmx il-ħila tal-ħaddiem Malti, ma naslux.", "Il-fiduċja tiegħi mhux fil- barranin qegħda imma fil-poplu tagħna li dejjem ħadem, u ħadem b'żelu kbir, biex pajjiżna mexa 'l quddiem.", "Aħna ressaqna din il-mozzjoni għaliex ma rridux li l-poplu tagħna jkompli jbati.", "Fuq l-ambjent aħna ħafna aħjar mill-partit Nazzjonalista għax ħdimna fuq dan is-suġġett u ippreparajna dokumenti fuq l-ambjent.", "L-iskop ta' l- eko-kontribuzzjoni hu biex idaħħlu aktar flus.", "Ma kellhomx għalfejn iġibu l- flus mill-Unjoni Ewropea kieku nefqu l-fondi pubbliċi bil-għaqal u ma ħlewhomx fuq il-lussu żejjed, is-safar u kummiedji oħra.", "Din is-sitwazzjoni f'pajjiżna seħħet għaliex tan-naħa l-oħra ħasbu li l-flus li kien faddal il- partit Laburista se jibqgħu għal dejjem.", "Dawn iridu jitkellmu fuq l- ambjent?", "Dawn kienu jgħidu li hemm bżonn li nħeġġu lill-poplu tagħna juża s- servizz tal-karozza tal-linja imma imbagħad x'għamlu?", "Għollew in-noll tal- karozza tal-linja!", "Illum kont qed indur id-djar tan-nies u kien hemm studenta li qaltli li biex tiġi mill-iskola trid tonfoq 40 ċenteżmu f'karozzi tal-linja.", "Għall-partit Nazzjonalista l-ambjent hu l-basktijiet tal-plastic, imma jiena ngħidilhom li l-ambjent huwa kollox.", "Per eżempju, meta inti tuża l-karozza tal-linja, inti tkun qed issaħħaħ lill-ambjent għax ikun hemm anqas pollution fl-arja.", "Din il-mozzjoni m'għoġbithomx lin- Nazzjonalisti, u din mhux sorpriża għax lil dawn xejn ma jogħġobhom milli nagħmlu aħna.", "Jiena lill-gvern Nazzjonalista ngħidlu: Kompli għaffeġ għax fadallek tliet snin.", "Sur President, aħna qegħdin inressqu din il-mozzjoni għaliex nemmnu fil- poplu tagħna u għaliex aħna ma nemmnux fl-ambjent tal-basktijiet tal- plastic biss, imma nemmnu fl-ambjent kollu kemm hu u għalhekk mhux se jkun il-partit Nazzjonalista li se jgħallimna kif nieħdu ħsieb l-ambjent, anzi naħseb se nkunu aħna li ngħallmuhom.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joseph Brincat.", "ONOR.", "JOSEPH BRINCAT: Sur President, m'għandix wisq ħin u allura se nitkellem fuq punt li nemmen fih u li jolqot kemm dawn ir-regolamenti u kemm dawk li ħarġu fl-2005.", "Jekk il-kostituzzjoni tagħna waddabniha fil-landa taż-żibel ejja ngħiduha.", "Hawnhekk kull gwardjan tal-kostituzzjoni għandu r-responsabbilta`, mill- President tar-Repubblika sa inti, Sur President, għaliex hemm funzjonijiet li l-kostituzzjoni tpoġġi fuq spallejk l-ewwel wieħed, u fuq spallejn min huwa responsabbli.", "L-artiklu 73 tal-Kostituzzjoni jgħid:", "Ħlief wara rakkomandazzjoni tal-President murija minn Ministru, il- Kamra tad-Deputati m'għandhiex", "(a) Tipproċedi dwar xi abbozz (magħduda kull emenda għal abbozz) li, fil-fehma tal-persuna li tkun tippresjedi, jipprovdi għal xi wieħed mill-iskopijiet li ġejjin, jiġifieri, biex jimponi jew iżid xi taxxa, biex jimponi jew iżid xi piż fuq id-dħul jew fondi oħra ta' Malta jew biex jibdel xi piż bħal dak xort'oħra milli billi jnaqqsu, jew biex isir ftehim jew maħfra dwar xi dejn dovut lil Malta;", "Huwa biss il-Parlament li għandu l-poter li jdaħħal jew ibiddel taxxa billi jżidha.", "Lanqas aħna kapaċi nosservaw il-Kostituzzjoni tagħna?", "Din hi ċara.", "Il-Ministru m'għandux poter li jagħmel taxxa u jekk hemm xi avukati tar- Repubblika li qalu li dan jista' jagħmel kontribuzzjoni u mhux taxxa, dawn huma żbaljati.", "Id-differenza hi kif se ngħid.", "Jekk għandek fees of office, dawk jistgħu jiżdiedu għax hemmhekk il-gvern mhux qed jagħmel taxxa imma għaliex huwa qed jagħti servizz.", "Se nagħti eżempju.", "Jekk iċ-ċertfikati tat- twelid jew tal-mewt jogħlew minn Lm1 għal Lm2, dak jista' jsir għax dawk huma fees of office u l-gvern qed jagħti servizz ta' ċertifikat.", "Allura kif għidt, dawk jistgħu jinbidlu b'regolamenti.", "Jekk wieħed jaqbad l-artiklu 1008 tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili, jara li l-Ministru b'regolamenti jista' jagħmel it-tariffi tal-Qorti għas-servizz li qiegħed jagħti l-Qorti.", "Imma meta tiġi biex timponi taxxa fuq oġġett għaliex dak l-oġġett jeżisti, hemm hekk trid il-kunsens tal-Parlament biex tkun tista' tilleġiżla.", "Skond il-kostituzzjoni tagħna, il-Ministru jrid ikun Membru tal-Parlament imma membru wieħed tal-Parlament ma jistax jilleġiżla fejn jidħlu kwestjonijiet ta' taxxi.", "Jien għandi d-dubju tiegħi dwar kif hija l-kostituzzjoni tagħna fuq id-delegated legislation.", "Imma jekk hemm xi dubju fuq id-delegated legislation f'oqsma oħrajn, f'dan il-każ m'hemm dubju ta' xejn għaliex dan huwa prinċipju bażilari tad-demokrazija u jeżisti fid-demokrażiji parlamentari kollha li jeżistu.", "Sur President, jekk wieħed jara x'ġara fl-istorja jsib li meta r-Re Ingliż kellu l-poter li jintaxxa u jonfoq kif irid, iċ-ċittadini Ingliżi qamu kontra tiegħu u ġara dak li ġara b'konsegwenza li nħolqot il-House of Commons.", "L-akbar poter li għandha l-House of Commons hu proprju l-control of the purse.", "Hawn ġew nikkwotaw ħafna l-Erskine May, u kieku s-Sinjorija Tiegħek tagħtih daqqa t'għajn, issib li l-iktar parti importanti hija proprju l-kontroll li jeżerċita l-Parlament fuq id-dħul u fuq il-ħruġ.", "L- aktar ħaġa importanti għad-demokrazija hija l-kunċett ta' no taxation without representation.", "Proprju minn dan il-kunċett, l-Istati Uniti ta' l- Amerika bdew iqumu kontra l-Ingliżi u riedu l-indipendenza għax kien hemm sistema ta' tassazzjoni li tolqot proprju lill-prodott Amerikan ħalli l- prodott Amerikan ikun għoli filwaqt li dak Ingliż jiġi bl-irħis u ma jkunx hemm kompetizzjoni.", "X'għamlu dawn?", "Qabdu l-vapur li kien qed iġorr it-te u tefgħu t-tagħbija l-baħar.", "Dan ġara proprju għaliex kien hemm il-prinċipju ta' no taxation without representation.", "L-Onor.", "Ministru, hu min hu, ma jirrappreżentaniex f'dan il-Parlament.", "Hawnhekk kull Membru Parlamentari jirrappreżenta lilu nnifsu u għandu vot daqs il-Ministru.", "Għalxejn tgħiduli li darba ġara hekk, għax ngħid li dak kien żbaljat.", "Sakemm għandna din il-Kostituzzjoni u sakemm din il- Kostituzzjoni tirrifletti dak li verament huwa l-prinċipju tad-demokrazija, dan il-Parlament qiegħed hemmhekk anke biex jikkontrolla t-tassazzjoni.", "Ma jistax jiġi l-Ministru jgħid li din m'hijiex taxxa u hija kontribuzzjoni.", "Kieku din l-skuża hija aċċettabbli, kieku flok il-levies, konna ndaħħlu kontribuzzjoni wkoll biex niddefendu l-prodott Malti imma l-Unjoni Ewropeja żgur li ma kinitx taċċetta.", "Kieku dak li qed jgħid il-Ministru hu minnu, kieku stajna nagħmlu hekk flok inħammġu l-ambjent b'posters favur il- prodotti Maltin jew inġibu lil Dr. Vella jgħid – mhux se jimpressjona lili fi kwalunkwe każ – li l-majjal ta' Malta hu l-aħjar majjal.", "Ma nistgħux nagħmluha din Sur President, għaliex issejħilha b'liema isem issejħilha, dik hi taxxa u dan jingħad fil-kostituzzjoni stess.", "Illum l- interpretazzjoni hija unika, dik li hija taxxa għax imsejħa taxxa u dik li hija ekwivalenti għal taxxa.", "Fuq dan, hemm sentenzi anke ta' qrati barranin.", "Per eżempju, hemm każ famuż fuq Livigno li hija biċċa art żgħira li ilha minn żmien ir-Rumani eżenti minn kull tassazzjoni.", "It-Taljani ppruvaw jimponu ċerta tassazzjoni fuq prodotti barranin u mill-Commission qalulhom li ma jistgħux jimponuhom għax dawk huma ekwivalenti għal taxxi.", "Sur President, l-affarijiet li jissemmew kemm fl-ewwel skeda u anke fl- iskeda l-oħra li l-Ministru għoġbu jagħmel ma jistgħux isiru mingħajr ma l- Parlament japprovahom.", "U hekk tgħid il-Kostituzzjoni, Sur President.", "Hawnhekk il-Ministru għamel short circuit.", "La l-President u lanqas fl- opinjoni ta' l-iSpeaker li jkun qiegħed jippresedi ma nistgħu nibdew niddiskutuha din, aħseb u ara kemm nistgħu aħna bħala Parlament niddelegaw lill-Ministru biex jintaxxa.", "Jekk il-Kostituzzjoni tagħna tgħid li l-ebda taxxa ma tista' tinbidel jekk ma jkunx hemm ir-rakkmandazzjoni tal-President, allura l-iSpeaker lanqas biss għandu jħalli d-dibattitu jkompli!", "Aħna m'għandna l-ebda poter li niġu naqgħu u nqumu mill-Kostituzzjoni u għax nagħtu poter lill-Ministru biex jintaxxa, ninsew il-Kostituzzjoni.", "Hemm l-artiklu 6 fil-Kostituzzjoni li jgħid ċar u tond li kwalunkwe liġi jew regolament li jkun inkompatibbli ma' din il-Kostituzzjoni huwa żbaljat.", "Kieku d-dipartiment jew il- ministeru qiegħed ibigħ per eżempju, il-monitors tal-computers li jżid Lm5 fuqhom, hekk jista' għax dawk jiġu fees of office.", "Imma hawnhekk qed ngħidu li jkun min ikun irid iħallas, u jrid iħallas lill-gvern via l-VAT department, li huwa dipartiment ta' tassazzjoni U dan, Sur President, huwa fundamentalment kontra l-Kostituzzjoni, għaliex l-Artiklu 73 ma jagħtix awtorita` lil ħadd biex jiddiskutiha din, aħseb u ara kemm jista' jilleġisla!", "Issa ara ma jqumx il-Ministru u jgħidli li stennieni nitkellem fuq ir-regolamenti.", "M'għandux għalfejn jgħid hekk, għax sħabi se jitkellmu fuq dan.", "Imma jiena fuq dan il-punt ridt nitkellem għax nemmen fih, u għaliex dan il-Parlament, fil-fehma tiegħi, diġa` went to the dogs u aktar m'hu se jgħaddi ż-żmien, aktar kollox se jibqa għaddej qisu ma' ġara xejn.", "Il-Kostituzzjoni mhux qed nemendawha biż-żewġ terzi kif suppost imma qed nemendawha għax niġu naqgħu u nqumu minnha.", "Meta jien ersaqt maġenbek hemmhekk, Sur President, jien ħlift li nkun fidil lejn il-Kostituzzjoni ta' Malta u lejn il-poplu tagħha.", "Allura jiena la darba ħlift li nkun fidil lejn il-Kostituzzjoni, dik irrid nosservaha kemm fl-ispirtu tagħha u kemm fil-kelma tagħha.", "Kif nista' jien b'xi mod naċċetta li jkun hawn tassazzjoni fil-pajjiż li ma tkunx saret skond l-Kostituzzjoni?", "Il-Ministru jista' jkollu mitt elf raġun għaliex qed jagħmel dik it-tassazzjoni, imma jrid jgħaddiha mill-proċedura normali – inkluż dibattitu fil-Parlament - skond kif tgħid il-Kostituzzjoni.", "Inutli li l-Ministru jgħid li kkonsultaw ma' kulħadd għax mhux hekk jimxu l- affarijiet.", "Biex nibdew niddiskutu din il-liġi jeħtieġ li l-ewwel il- Ministru jġib ir-rakkomandazzjoni tal-President tar-Repubblika li jgħaddih lill-iSpeaker u dan jgħid li l-Kamra tista' tipproċedi biex tiddibatti l- abbozz.", "Għaliex hi importanti d-diskussjoni, Sur President?", "Hawnhekk għandna eżempju klassiku.", "Wara li ħarġu r-regolamenti skond l-avviż legali nru.", "533 ta' 2004, qam għagħa kbir u l-Ministru għamel press conference, u għandu dritt jagħmilha, imma din ma tissostitwix d-dibattitu fil-Parlament.", "Il-Ministru ma jistax jgħidli : Mela ma qrajtx x'għedt jien fil-press conference ?", "Sur President, dan jista' jagħmel mitt elf press conference, imma d-dibattitu fil-Parlament irid isir.", "Kull membru tal-Kamra, kemm min- naħa tal-gvern u anke min-naħa ta' l-Oppożizzjoni għandu dritt isemma' leħnu u jgħid x'jaħseb minn dik it-tassazzjoni.", "Għalhekk, Sur President, l-iżjed punt importanti fuq din il-mozzjoni hu li din il-liġi u r-regolamenti tagħha huma unconstitutional u qiegħed inwiegħed solennement li ma' l-ewwel opportunita` li jkun hemm, jiena se nikkontesta kemm dawn ir-regolamenti u kemm il-vires li l-Ministru taparsi għandu, ħalli dawn jaqgħu.", "Jiena m'iniex se mmur nwaddab it-te l-baħar, imma se naħdem biex il-prinċipju ta' no taxation without representation jiġi verament rispettat.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Il-Ministru.", "George Pullicino.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Sur President, peress li jien m'iniex avukat u noqgħod ukoll fuq il-pariri ta' l-Uffiċċju ta' l-Avukat Ġenerali, jiena mhux se nidħol fl-argumenti legalistiċi li ġie bihom l-Onor.", "Joseph Brincat.", "Jiena informat ukoll li anke gvernijiet Laburisti f'dan il-Parlament użaw dawk il-poteri u issa l-Onor.", "Brincat min-naħa l-oħra tal-Kamra qed jakkużana li qegħdin niksru l-Kostituzzjoni.", "Mhux se nidħol f'dak, għax naħseb li pajjiżna f'dan il-mument għandu bżonn fatti u mhux paroli u legaliżmi, u l-ambjent ta' pajjiżna huwa importanti għal kulħadd u dejjem u mhux meta nkunu din in-naħa jew in-naħa l-oħra.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joseph Brincat.", "ONOR.", "JOSEPH BRINCAT: Sur President, inti qiegħed hemmhekk biex tipproteġi lil kull min tkellem u qed jitkellem.", "Dan m'għandux dritt jgħid li jien tkellimt fuq paroli u legalismi meta jien kont qed nappella u ngħid l-ewwelnett lilek, Sur President, li l-Kostituzzjoni tagħna, fejn tidħol taxation, tpoġġik f'livell ogħla u differenti minn kull membru ieħor tal- Kamra.", "Jiena kont qiegħed nitkellem biex tiġi osservata l-Kostituzzjoni u ħadd ma jista' jsemmi li dan hu \"paroli\".", "MR SPEAKER: Dik hija l-opinjoni ta' l-Onor.", "Pullicino u jista' jkompli bl- intervent tiegħu.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Sur President, jekk qatt kien hawn partit fil- gvern li ta d-drittijiet, dan kien il-partit tiegħi li malli ġie hawnhekk wara 16-il sena ta' regim li kien jifforma parti minnu l-Onor.", "Joseph Brincat, għadda liġi biex nagħtu d-drittijiet tal-bniedem fuq livell Ewropew lil kull ċittadin ta' dan il-pajjiż, inkluż l-Onor.", "Joseph Brincat.", "(Interruzzjonijiet)", "Issa se nkompli nitkellem fuq is-suġġett u nitlob l-Onor.", "Brincat ma jtellifnix.", "ONOR.", "JOSEPH BRINCAT: Imma mhux meta qed tgħid xi ħaġa fuq il-human rights li storikament hija żbaljata.", "Fil-fatt, kont jiena li ddepożitajt l- atti fit-30 ta' April 1987.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: L-Oppożizzjoni qed jakkużawna li għaddejna avviż legali bl-għaġġla, pero` jiena naħseb li kienu l-Oppożizzjoni li għamlu l- mozzjoni bl-għaġġla, u ngħid għaliex.", "Fil-mozzjoni tagħhom l-ewwel hemm miktub li \"l-avviż legali għandu jiġi annullat\" u imbagħad fil-konklużjoni hemm miktub li \"l-gvern għandu jwarrab dan l-avviż legali.", "Dawn huma żewġ kontradizzjonijiet għax ma jfissrux l-istess ħaġa.", "X'qed tgħidilna l- Oppożizzjoni?", "X'suppost niddeċiedu aħna l-membri ugwali - biex nuża l- istess diskors ta' l-Onor.", "Brincat - fuq il-mozzjoni li għamlet l- Oppożizzjoni?", "Issa ħa nitkellem ftit fuq dak li għandu x'jaqsam mas-sustanza tal- mozzjoni.", "Qalulna u nikkwota mill-mozzjoni ta' l-Oppożizzjoni:", "\"L-avviż legali ħoloq impatt ekonomiku u soċjali mill-agħar fuq il- Maltin u l-Għawdxin u speċjalment fuq il-familji, iż-żgħażagħ u l- anzjani.\".", "Dawn qaluli biex inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra studju dwar l-impatt ta' din il-miżura, u dan nagħmlu b'kundizzjoni waħda, Sur President.", "Jien sejjer inpoġġih fil-ġurnata li huma jpoġġu fuq il-Mejda tal-Kamra l-istudju li kienu għamlu huma rigward iż-żidiet fit-taxxi ta' l-ilma, id-dawl u d- drenaġġ fl-1997 u anke l-istudju tagħhom dwar l-impatt ta' l- implimentazzjoni tal-miżuri fid-dokument tagħhom ''Lejn Pjan ta' Riġenerazzjoni Ekonomiku u Soċjali''.", "F'paġna 30 ta' dan id-dokument hemm proposta biex l-Oppożizzjoni meta tkun fil-gvern – u j'Alla ddum biex tkun fil-gvern – tneħħi l-bonus li jingħata lill-ħaddiema.", "Dan ifisser li jkun hemm tnaqqis ta' Lm220 fis-sena li jiġu aktar minn Lm4 fil-ġimgħa jew saħansitra Lm440 fis-sena, jiġifieri Lm8.46c fil-ġimgħa f'każ ta' koppja fejn it-tnejn ikun qed jaħdmu.", "Meta jpoġġu dawk l-istudji, inpoġġi l-istudji tiegħi.", "Nixtieq ngħid ukoll x'qed jipproponi l-Labour f'dak id-dokument.", "Dan qed jipproponi li jagħmel taxxa fuq il-middle class u s-self employed b'mod li persuna self employed li taqla' sa Lm8,500 tispiċċa tħallas Lm250 aktar fis- sena u persuna li taqla' mal-Lm10,000, tibda tħallas Lm474 aktar fis-sena.", "Dan l-Oppożizzjoni ma tgħidux.", "Jien nixtieq ngħid xi ħaġa dwar il-kummenti li għamlu l-korpi kostitwiti ta' dan il-pajjiż.", "Qatt għadda minn xi kuritur ta' moħħna li xi ħadd mill- korpi kostitwiti - il-GRTU, iċ-Chamber of Commerce jew l-FOI - se joħroġ iċapċap lill-gvern meta nagħmlu xi miżura fiskali?", "Jien irrid ngħid li fil- laqgħat li kellna s-sena li għaddiet mal-korpi kostitwiti, wieħed minn dawn il-gruppi qalulna li ma jaqblux mal-eko-kontribuzzjoni.", "Jiena staqsejt lill- persuna involuta biex tagħtini alternattiva għall-eko-kontribuzzjoni u għidtilha: Inti taqbel li nagħmlu poll tax ?", "Poll tax jiġifieri taxxa fuq kull bieb, irrespettivament mid-dħul li wieħed ikollu – jista' jkun pensjonant jew persuna li taqla' l-belli liri - bħalma għamel l-partit Laburista fl-1997.", "Din il-persuna qalet li taqbel mal-poll tax u qalitha tliet darbiet.", "Ara aħna għax għandna kuxjenza soċjali, ma naqblux li f'dan il-pajjiż għandna nagħmlu l-poll taxes.", "Ma naqblux li għandna nintaxxaw lin- nies irrespettivament mid-dħul tagħhom u mis-sitwazzjoni soċjali tagħhom.", "Aħna naqblu ma' l-eko-kontribuzzjoni li hi fuq il-konsum u għalhekk fuq kemm wieħed effettivament jonfoq.", "Hekk għamilna għax hekk tiddetalna l- kuxjenza soċjali tagħna.", "L-Oppożizzjoni semmew il-Federazzjoni ta' l-Industrija.", "Jien irrid ngħid li meta r-rappreżentanti tal-Federazzjoni ta' l-Industrija ġew fl-uffiċċju tiegħi u spjegajtilhom l-avviż legali, l-ewwel wieħed li ħareġ fil-31 ta' Diċembru, jiena għidtilhom li ma kien hemm l-ebda eko-kontribuzzjoni fuq il- plastic li jintuża fil-manifattura.", "Wara li għidtilhom hekk, qaluli: Mela nistgħu mmorru.", "Imma jiena għidtilhom biex joqogħdu hemm sabiex nitkellmu u għidtilhom li jekk hemm bżonn niċċaraw l-affarijiet fuq l-avviż legali, niċċarawhom, u fil-fatt iċċarajnihom fl-emenda li preżentajt f'dan il- Parlament fis-26 ta' Jannar, 2005.", "Dan ġara sebat ijiem wara li l- Oppożizzjoni għamlet il-mozzjoni tagħha minkejja li meta jien poġġejtu hawnhekk fl-10 ta' Jannar, jiena għidt li qed inpoġġih formalment u li fi ftit ġranet oħra se nqiegħed l-emendi li jiċċaraw kif effettivament trid taħdem din l-eko-kontribuzzjoni.", "Fil-mozzjoni, l-Oppożizzjoni qalulna, u nikkwota:", "\"thedded ċerti mpjiegi tal-ħaddiema f'ċerti industriji.\".", "Jistgħu jgħidulna fejn u kif din l-eko-kontribuzzjoni se thedded lill- Industrija?", "Jiena nibqa' ngħid li l-mod kif daħħalna l-eko-kontribuzzjoni kien mod tajjeb u aħna se nibqgħu b'għajnejna miftuħin u b'widnejna ma' l-art, u fejn naraw li nistgħu ntejbuha, ntejbuha għax finalment l-iskop prinċipali ta' din il-liġi hu t-titjib fl-ambjent, u dak irid jintlaħaq.", "L-Oppożizzjoni qaltilna li kien hemm effett fuq l-industrija li timmanifattura plastic.", "Ovvja!", "Dak kien l-iskop li aħna nagħmlu eko- kontribuzzjoni fuq il-plastic normali li jagħmel ħsara lill-ambjent.", "Kieku ma ntlaħaqx dak konna nkunu fallejna mill-ewwel ġurnata imma rrid ngħid li aħna ikkonsultajna ma' l-akbar produttur li jimmanifattura l-plastic f'dan il-pajjiż u kien hu li ssuġġerixxa li nagħmlu l-eko-kontribuzzjoni fuq il- piż tal-basket.", "Mhux veru li ma kkonsultajniex.", "Tant ikkonsultajna li kien hu li ssuġġerixxa dan, u meta għamilniha, immedjatament indunajna - għaliex dak ma kienx l-aspett oriġinali kif aħna ridnieh, u lanqas ma kienet kif oriġinarjament ġiet miktuba - li noħolqu problemi u għidna mill-ewwel li dak is-suġġeriment, minkejja li nifhmu għalfejn sar, effettivament ħoloq il-problemi u allura kellna nbiddluh.", "Irrid ngħid li din l-istess persuna li ddiskutejna magħha, ġimgħa wara mhux talli qal li m'hu se jkeċċi lil ħadd talli se jibda jipproduċi plastic degradabbli għas-suq lokali u se jkollu prodotti tajbin.", "Aħna hekk nixtiequ u tajjeb li ġara hekk.", "Aħna rridu li minflok nibqgħu nużaw il-plastic normali li joħloq il-problemi fl-ambjent tagħna, nibdew nużaw plastic li jagħmel inqas ħsara bħal plastic degradabbli – li fuqu għamilna ċenteżmu biss eko-kontribuzzjoni u għalhekk differenza ta' 6 ċenteżmi fuq l-eko- kontribuzzjoni tal-plastic normali – u fuq il-plastic bio-degradabbli li m'għamilna l-ebda eko-kontribuzzjoni.", "Sur President, irrid ngħid li meta nitkellmu fuq l-industrija, irridu nitkellmu wkoll dwar l-istandards.", "Jekk titkellem ma' l-inġiniera li jaħdmu fl-industrija, dawn jgħidulek li l-industrijalisti li huma serji diġa` marru biex jikkonformaw ruħhom ma' standards internazzjonali bħal, per eżempju, l-ISO 14001.", "F'dak l-istandard, l-industrija hija marbuta li ma tużax plastic normali imma tuża plastic degradabbli u dawk l-industriji li ssemmew f'dawk il-ġranet meta ħriġna l-avviż legali, kollha kkonfermawli – għax ikkuntattajthom personali - li diġa` kienu in line ma' l-ISO14001 u allura diġa` kienu għamlu t-tibdiliet neċessarji.", "Irrid ngħid li kellu raġun l-Onor.", "Cassar jgħid li m'hu veru xejn li meta tagħmel dawn l-avvanzi ta' regolamentazzjoni ambjentali jkollok problemi fl- impjiegi.", "Anzi l-ekonomisti jgħidulek bl-iktar mod ċar li hu l-kontra.", "Fil- fatt l-Onor.", "Cassar ikkwota studju ta' l-Unjoni Ewropea ppubblikat fl-2001 li jistma li l-implimentazzjoni ta' għaxar direttivi ambjentali ta' l- Unjoni Ewropea mhux talli ma tellfitx impjiegi talli żiedet nofs miljun impjieg fis-sena.", "Għalhekk nappella biex noqogħdu attenti x'ngħidu.", "Mhux veru li meta jkun hemm titjieb fl-ambjent, ikun hemm xi attakk fuq l- impjiegi.", "Jien nieħu gost nattendi l-laqgħat tal-Ministri ta' l-Unjoni Ewropea u wieħed mill-ministri li naqlagħlu l-kappell huwa Ministru li ġej mill- partit tal-ħodor tal-Ġermanja, Jurgen Trittin.", "Meta konna fil-laqgħa tal- Ministri f'Maastricht f'Ġunju li għadda, waħda mill-ġurnalisti tal-BBC staqsietu: Imma inti kif tispjega l-infurzar li jsir fuq l-industrija fuq l-aspetti ambjentali?", "U Jurgen Trittin wieġeb b'ton sod u iebes ta' Ġermaniż u qalilha: L-industrija trid timponilha għaliex meta timponilha tiċċaqlaq, tersaq 'il quddiem, tieħu l-opportunitajiet u toħloq l-impjiegi.", "Dik kienet ir-risposta ta' Jurgen Trittin u baqgħet iddoqq ġo moħħi dik ir- risposta ta' dan il-Ministru li jiena pubblikament ngħid li għandi ammirazzjoni lejh għal dak li rnexxielu jagħmel kemm ilu Ministru ta' l- ambjent ġewwa l-Ġermanja.", "Għalhekk ningħaqad ma' dak li qal il-kollega tiegħi l-Onor.", "Pullicino Orlando.", "Minn din l-Oppożizzjoni tal-faċċata ma tantx nippretendi aħjar imma xorta nibqa' nittama xi ħaġa aħjar mingħand Oppożizzjoni li suppost għandha aġenda ambjentali, u minflok ma timxi ma' dik l-aġenda, tara biss kif effettivament tispara fuq dan il-gvern anke meta dan jagħmel passi pożittivi favur l-ambjent f'pajjiżna.", "L-Oppożizzjoni għandha l-marda ta' l- opportuniżmu politiku.", "Irrid ngħid li anke l-Oppożizzjoni tinduna li hemm opportuniżmu politiku.", "Jien kont fuq programm fuq l-RTK f'Marzu ta' l-2003 qabel ir-referendum ma' l-Onor.", "Joe Mizzi, u kien l-Onor.", "Joe Mizzi li qal fil-programm li huwa jaqbel ma' taxxa – uża l-kelma taxxa – fuq il-basktijiet tal-plastic.", "Dakinhar kienet tajba għaliex qalha l-Onor.", "Mizzi, imma għax din għamilniha aħna, allura hija ħażina għall-Oppożizzjoni.", "Semmew ukoll l-impatt fuq in-negozju.", "Jien nistaqsi għalfejn kien hemm effett?", "Kien hemm xi effett negattiv fuq dawk is-sidien tas-supermarkets, per eżempju, li ħarġu l-eluf tal-liri mill-but biex jagħmlu basktijiet taċ- ċarruta?", "Jiena irrid insellmilhom lil dawn in-nies li aġixxew - anke qabel ma aħna imponejna - biex jieħdu ħsieb l-aspett ambjentali.", "Sfortunatament kien hemm nies li kienu jgħidu: Imma jien għalfejn immur għal basket taċ- ċarruta?", "Immur għall-basket tal-plastic normali, dak b'xejn!", "Imma issa l- affarijiet inbidlu għaliex il-basket tal-plastic bl-eko-kontribuzzjoni sar jiswa l-flus u dak li jkun ma jaqbillux u allura qed imur għall-basktijiet taċ-ċarruta.", "Hemm alternattivi, u fejn m'hemmx alternattivi aħna dehrilna li għandna nagħmlu eko-kontribuzzjoni biex titħallas parti mill-ispiża li hemm mhux biss biex niġbru l-iskart imma anke biex nipproċessawh.", "Il-kap ta' l- Oppożizzjoni fl-artiklu li kiteb fit-12 ta' Jannar 2005 - u aktar 'il quddiem inpoġġih fuq il-Mejda tal-Kamra qal:", "\"Jekk il-gvern ried iwaqqaf il-plastic, imissu qabad u ibbanjah.\".", "Aħna ma nemmnux li dik hija s-soluzzjoni.", "Kien hemm pajjiżi bħall- Bangladesh, ir-Rwanda u l-Afrika ta' Isfel u xi stati fl-Indja li għamlu hekk, u peress li aħna għaddejna minn żmenijiet f'dan il-pajjiż fejn konna neqsin minn ċerti prodotti, nafu li tiġik il-kilba.", "Aħna niftakru meta l- Oppożizzjoni kienet fil-gvern u kienet ibbanjat iċ-ċikkulata, it-toothpaste u elf oġġett ieħor.", "Meta tkun imċaħħad tiġik il-kilba, u aħna ma nemmnux f'dik il-politika.", "Aħna morna għal politika ta' pajjiż serju bħall-Irlanda li mpona 7 ċenteżmi fuq kull basket tal-plastic u f'sena l-ammont ta' basktijiet tal-plastic fl-Irlanda naqas b'90%.", "Meta sena wara, il-Ministru ta' l-Ambjent ta' l-Irlanda staqsewh x'jaħseb dwar dan, dan qalilhom li hu sodisfatt mhux għaliex il-basktijiet tal-plastic naqsu b'90%, imma għaliex b'dik it-taxxa n-nies li qatt ma kienu jiddiskutu l-immaniġġjar ta' l- iskart u l-ambjent saru jitkellmu fuqu kuljum.", "Jien nittama li l-bidla kulturali li qed nipprovaw nagħmlu trabbi l-għeruq, u jiena ottimist li dan se jirnexxi llum stess.", "Dalgħodu stess mort għand Cartridges World f'San Ġwann.", "Din hija kumpannija barranija li diġa` qed topera f'diversi pajjiżi u li tirriċikla l-cartridges tal-printers.", "Din qalet - kien hemm il-media preżenti dalgħodu - li minn mindu dan il-gvern daħħal l-eko-kontribuzzjoni, l-ammont ta' nies li jmorru għandhom żdiedu.", "Minn hawn irrid infaħħar il-kampanja li se tibda din il-kumpanija fejn ma kull 8 cartridges li wieħed jieħu, dawn se jħawwlu siġra.", "Mela minflok ma nħawwlu tmien cartridges fil-miżbliet, inħawwlu siġra.", "Din hija l-kultura li aħna rridu, u għalkemm mhux se nagħmlu l-mirakli b'dan, diġa` qed naraw li nbidlu t-trends ta' kif in-nies jaġixxu.", "Jien niskanta kif l-Onor.", "Charles Mangion jiġi hawn u qisu għadu ma jafx sal-lum kif taħdem l-eko-kontribuzzjoni u cioe' li jkollna sistema li tħajjar lin-nies, lill-importaturi u l-produtturi joħolqu skemi biex jiġbru u jipproċessaw l-affarijiet sabiex ikollhom rifużjoni ta' l-eko- kontribuzzjoni.", "Tajjeb ngħid li diġa` hemm interess qawwi, inkluż minn bejjiegħa tal-computers u importaturi tax-xorb, biex imorru għal skemi bħal dawn.", "Irrid ngħid li jien looking forward għal nhar it-Tnejn li ġej meta l-kummissjoni li waqqafna dwar l-eko-kontribuzzjoni se tippreżenta r- rapport tagħha bir-rakkmandazzjonijiet lill-Prim Ministru.", "M'għandix l- iċken dubju li dan għandu jkun pass ieħor lejn il-mixja li rridu nagħmlu biex ikollna bidla fil-kultura u l-mentalita` tagħna lkoll.", "Il-bidla kbira fl-ambjent issir b'mijiet ta' eluf ta' passi żgħar minn ħafna nies.", "Irridu nagħmlu biċċa żgħira kuljum f'diversi oqsma.", "Ma nużawx basktijiet tal- plastic.", "Ma narmux il-cartridge u tant affarijiet oħrajn.", "Dak li rridu nagħmlu, Sur President.", "Sur President, ħadt gost nisma' lill-Onor.", "Joe Cassar isemmi s-survey li għamlet \"The Sunday Times\".", "Veru li f'dak is-survey ħareġ li l-maġġoranza tan-nies li ġew intervistati ma jaqblux ma' l-eko-kontribuzzjoni.", "Imma min jaqbel li tħallas iżjed?", "Min jieħu gost iħallas iktar minn dak li kien iħallas il-bieraħ?", "Ħadd!", "Imma imbagħad l-istess survey jgħid li 99.3% tal- Maltin qegħdin ikunu ferm aktar attenti meta jiġu biex jarmu oġġetti li jistgħu jikkawżaw ħsara lill-ambjent minn meta ma kienx hemm l-eko- kontribuzzjoni.", "U 99.3% ta' dawk intervistati qalu li huma jħossu li l-eko- kontribuzzjoni se tbiddel il-mentalita` tal-poplu dwar ir-rimi ta' l- iskart.", "Jien nieħu gost nisma', u lest nisma' u nkompli nisma' l-għaqdiet kostitwiti.", "Imma jien nisma' wkoll l-għaqdiet ambjentali f'dan il-pajjiż, u bħala Ministru responsabbli għall-ambjent obbligat li nisma' l-għaqdiet ambjentali.", "In-Nature Trust u l-Friends of the Earth tawna l-appoġġ tagħhom fuq l-introduzzjoni ta' l-eko-kontribuzzjoni fuq il-plastic u items oħrajn.", "Mhux l-ewwel darba li nisimgħu l-Oppożizzjoni tgħidilna li aħna gvern tar-rapporti u ta' l-istudji imma mhux ta' l-implimentazzjoni.", "Imbagħad meta nimplimentaw, tiġi l-Oppożizzjoni tgħidilna li jmissna għamilna aktar rapporti u studji.", "Tagħmel x'tagħmel ma tirbah qatt ma' din l-Oppożizzjoni!", "Kif diġa' għidt, aħna lesti li nkomplu niddiskutu u aħna se nibqgħu b'widnejna ma' l-art biex naraw kif is-suq effettivament se jiġi affetwat.", "Aħna se naraw ukoll kif jirrispondi s-suq għal dawn il-miżuri u nagħmlu t-tibdiliet neċessarji.", "Għalhekk waqqafna l-Kummissjoni għall-Eko- Kontribuzzjoni sabiex tagħmel ir-rakkmandazzjonijiet tagħha.", "Aħna tajniha t- terms of reference u ħadu sehem fiha uffiċjali tal-gvern, uffiċjali tal- GRTU, uffiċjali tal-FOI, uffiċjali tal-Kamra tal-Kummerċ, rappreżentanti tal-bottlers lokali, dawk li jagħmlu x-xorb f'pajjiżna, u għaqdiet ambjentali.", "Issa nhar it-Tnejn se jkollna r-rapport u jien looking forward li nara x'se jkun fih.", "Parti oħra tal-mozzjoni, Sur President, tgħid u nikkwota:", "\"Il-gvern mhux qiegħed jindirizza l-problemi ambjentali li għandna bis- serjeta` għaliex mhux qed jaħdem bi pjan.\".", "Meta naqra dan id-diskors, nibda nistaqsi f'liema pajjiż qegħda tgħix din l- Oppożizzjoni?", "Għax ma nafx jekk jafux, imma f'pajjiżna għandna dokument li jissejjaħ \"Strateġija Nazzjonali għall-Immaniġġjar ta' l-Iskart\" u dan id- dokument effettivament jgħid pass wara pass dak li jrid isir f'dak kollu li għandu x'jaqsam ma' l-immaniġġjar ta' l-iskart.", "Irrid ngħid li dak id- dokument ġie approvat f'Ottubru 2001, wara konsultazzjoni wiesgħa li saret f'pajjiżna, inkluż ma' stakeholders bħall-Alternattiva Demokratika.", "Issa aħna bdejna nwettqu dik l-istrateġija nazzjonali.", "Irrid ngħid li xahar ilu anke waqqafna kumitat biex jirrivedi dik l-istrateġija sabiex naraw fejn irridu nirranġaw minn dik l-istrateġija biex tirrispondi għar-realtajiet tal-lum.", "Fost dak li tlabt lil dan il-kumitat tekniku, hemm li jeżaminaw x'tip ta' teknoloġija hemm fis-swieq mondjali ta' waste to energy, jiġifieri ta' kif mill-iskart tieħu l-enerġija.", "Kif jistgħu jgħidulna li m'għandniex pjan?", "Sur President, ħalli ngħid daqsxejn x'għamilna fuq din l-istrateġija.", "Aħna waqafna nitfgħu l-materjal ta' l-industrija tal-bini ġewwa l-Magħtab.", "Kien hawn min qalilna, bħall-Kap ta' l-Oppożizzjoni qabel Mejju tas-sena li għaddiet, biex nibqgħu niddepożitaw l-iskart fil-Magħtab.", "Kif qal l-Onor.", "Jeffrey Pullicino Orlando, kieku smajna mill-Kap ta' l-Oppożizzjoni, kieku l-Magħtab illum hu 35 metru aktar għoli minn dak li kien fl-1 ta' Mejju tas- sena li għaddiet!", "Imma hekk dehrlu li għandu jissuġġerixxi l-Kap ta' l- Oppożizzjoni.", "Aħna ma smajniex minnu għall-grazzja t'Alla u b'dak il- materjal għalaqna 15-il ġerħa f'pajjiżna li kienu jissejħu barrieri mhux użati u li minn ajruplan kienu jidhru tant koroh.", "Aħna li \"m'għandniex pjan\" għalaqna 15-il barriera li llum huma kollha art li qed tintuża għall- produzzjoni agrikola ta' pajjiżna.", "Jien sejjer indurhom dawn il-ġimgħa d- dieħla ma xi wħud mill-media ħalli n-nies jaraw il-bidla li rnexxielna nagħmlu.", "Aħna għalaqna l-miżbla tal-Magħtab kif kienet qabel, fejn konna qed nitfgħu l-iskart bl-addoċċ u b'konsegwenza t'hekk ħloqna qabda problemi lilna nfusna, problemi li r-rapport Scott Wilson jelenka.", "Aħna għamilna cells ġewwa area barra l-Magħtab magħrufa bħala Ta' Żwejra u hemmhekk għamilna ħames saffi ta' protezzjoni, u mhux bħall-Magħtab fejn ma kellu xejn protezzjoni.", "Aħna għamilna speċi ta' banju kbir fejn nistgħu nitfgħu l- iskart, ikollna l-protezzjoni u eventwalment indaħħlu l-pajpijiet biex niġbdu l-gassijiet ta' dak l-iskart biex ma tħalluhx jaqbad u imbagħad nerġgħu nagħlquh.", "Fill-fatt, għalhekk insejħulu cell għaliex eventwalment jingħalaq.", "Sur President, tajjeb li nħabbar li tant il-pjan tagħna qed jirnexxi li, filwaqt li ddisinjajna dawk it-tliet ċelloli f'Taż-Żwejra biex jieħdu tmien xhur skart ta' pajjiżna, aħna tant irnexxielna nnaqqsu skart li joħroġ mid-djar li, effettivament, dawk iċ-ċelloli se jesgħu volum ta' skart ta' sena.", "Mela l-pjan tagħna mhux talli huwa wieħed effettiv, talli qed iħalli effetti li tmisshom b'idejk.", "Jien tkellimt fuq ir-rapport ta' Scott Wilson, rapport li kkummisjona l- gvern stess fl-2002.", "Dan tlesta u aħna għidna li sa l-aħħar ta' l-2004 irid ikollna pjan biex ikollna tender biex nagħmlu r-riabilitazzjoni.", "Fallejna bi ftit, b'sitt ġimgħat Sur President.", "Naħseb li ħdejn il-falliment kollettiv ta' l-imgħoddi, dan mhux ħażin.", "Hu interessanti li – din jiena ma kontx nafha u ma nafx kinux jafuha Membri oħra ta' din il-Kamra – fir- rapport hemm miktub li taħt il-miżbla tal-Magħtab, meta bdiet fl-1972, difnu area arkeoloġika.", "Mur għamilha llum f'dan il-pajjiż!", "Imma dak iż- żmien il-gvern ta' Mintoff seta' jagħmel kollox.", "Dan difen sit arkeoloġiku biex ikollna l-Matgħab u kulħadd baqa' jitfa' fuqu.", "Irrid ngħid li dak ir-rapport huwa pubbliku.", "Is-summary report fih iktar minn 200 paġna, qiegħed fuq il-website tal-ministeru u kulħadd jista' jarah.", "Ir-rapport sħiħ jista' jittieħed mingħand il-Wasteserv, l-aġenzija tal-gvern.", "Irrid ngħid ukoll li tajna servizz biex il-pubbliku ġenerali jagħmel il-mistoqsijiet tiegħu permezz ta' e-mail u jekk m'għandux e-mail iċempel lill-kunsill u l-kunsill jittrasmetti l-mistoqsijiet.", "Biex nirrijabilitaw il-Magħtab, il-Qortin u t-Fulija, se nonfqu Euro 8.4 miljun, jiġifieri ftit inqas minn Lm4 miljun u dawn jgħidu li m'għandniex pjan.", "Sa l-aħħar ta' Lulju ta' l-2007 se nkunu għamilna ix-xogħol kollu neċessarju b'dawn il-fondi li ġejjin mill-Unjoni Ewropea.", "Allura kellu raġun l-Onor.", "Pullicino Orlando jistaqsi x'kien jiġri kieku l-poplu Malti sema' miċ-ċuċati li kienet qed tgħid l-Oppożizzjoni qabel ir-referendum u tah raġun u ma dħalniex fl-Unjoni Ewropea.", "Minn fejn kienu se jiġu l- miljuni biex nagħmlu dawn ix-xogħlijiet?", "Jgħidulna!", "Issa warajja se titkellem l-Onor.", "Marie Louise Coleiro u nistenna li din tgħidilna minn fejn l-Oppożizzjoni kienet se ġġib il-miljuni biex nagħmlu dawn ix- xogħlijiet.", "75% ta' dawk il-Euro 8.4 miljun ġejjin minn dak il-klabb li qalulna biex ma nidħlux fih għaliex ma jaqblilniex.", "Nirrepeti l-mistoqsija, jistgħu l-Oppożizzjoni jgħidulna minn fejn kienu se jġibu l-miljuni biex nagħmlu dan kollu?", "Nistenna li ningħata risposta.", "L-Onor.", "Cassar semma' l-bring-in sites u qal li għandna pjan biex minn 70 bring-in sites, intellgħuhom għal 400 fis-sentejn li ġejjin.", "Issa interessanti wieħed jinnota li l-gvern ċentrali ta Lm1,500 fis-sena lil kull kunsill lokali biex iżomm bring-in site.", "Mhux ħaġa ta' l-iskantament, imma hu fatt interessanti li minn 21 lokalita` fejn għad m'hemmx bring-in sites għaċ-ċittadini - jiġifieri dawk l-erba' skips fejn inti tmur titfa' l-plastik, il-ħġieġ, il-metall u l-kartun - 16 minnhom huma kunsilli lokali b'maġġoranza Laburista.", "Jien nieħu gost nisma' lill-Oppożizzjoni titkellem fuq is-separazzjoni ta' l-iskart imma jiena ngħidilhom li jekk verament għandhom qalbhom taħraqhom għall-ambjent, dawk għandhom iduru dawra man- nies li għandhom fil-kunsilli lokali u jħeġġuhom jużaw l-Lm1,500 li tahom il-gvern ċentrali biex ikollhom il-bring-in sites.", "Hemm ħames kunsilli oħra li għandhom maġġoranza tal-partit tiegħi u minn hawn nagħmlilhom appell biex idaħħluhom.", "Pero` naf li hemm kunsilli lokali li diġa` applikaw biex ikollhom il-bring-in sites.", "Aħna rridu naslu ma' kulħadd, pero` ngħid li għad jiġi mument fejn lill-kunsilli – ikunu ta' liema maġġoranza jkunu – ngħidulhom: Għadda ż-żmien li tagħmluhom intkom, se nieħdu lura l-Lm1,500 u nagħmluhom aħna.", "Jekk il-gvern ċentrali ta l- flus biex dawn il-faċilitajiet isiru, iridu jsiru u mhux inħallu lill- kunsilli lokali jagħmlu stat fi stat.", "Kieku ma tajnihomx il-flus tifhimha, imma tajnihom il-flus biex jagħmluhom, u ma jistgħux ma jagħmluhomx.", "Aħna \"li m'għandniex pjan\" se nagħmlu wkoll faċilitajiet oħrajn u fil-fatt se nagħmlu ħames civil amenity sites f'pajjiżna sabiex jintefa' l-iskart goff ġo fihom.", "Irrid ngħid ukoll li se nagħmlu impjant modern ġewwa Sant'Antnin minkejja t-tfixkil ta' l-Oppożizzjoni.", "Irrid infakkar li dawn, fid-dokument li ħarġu f'Ottubru ta' l-2003, qalu li bit-tibdiliet li għamlu huma meta kienu fil-gvern fl-impjant ta' Sant'Antnin, dan seta' jitħaddem mingħajr dannu għar-residenti.", "Hekk qalu, Sur President!", "Imbagħad għaliex aħna rridu nagħmlu impjant ta' kwalita` u ta' standard Ewropew għall-ġid tar-residenti ukoll, inqalgħu l-irwiefen kollha!", "Ma naqblux ma' dak li qalilna l-Onor.", "Chris Agius ġo dan il-Parlament fejn qal u nikkwota:", "\"Il-gvern għandu jikkonsidra l-possibbilta` li San Antnin jibqa' jintuża kif inhu\".", "Qed nikkwota testwalment mid-dokumenti li tlabt illum mill-Parlament.", "L- Onor. Chris Agius ma jistax jiġi jgħidli li mhux qed nikkwotah tajjeb.", "Jien nippretendi li l-Oppożizzjoni tkun leali lejn il-poplu u ma toqgħodx tbeżża' għalxejn jekk verament iridu li nilħqu l-miri ambjentali tagħna.", "Qalulna li qed nagħmlu l-eko-kontribuzzjoni fuq il-klassi medja.", "Insew huma x'għamlu bit-taxxi li daħħlu.", "L-isbaħ waħda hija din, u cioe` li qalulna li l-gvern għandu jfassal pjan kom Euro prensiv għall-ambjent.", "Dawn huma mistednin jipparteċipaw fil-Kunsill Nazzjonali għall-Iżvilupp Sostenibbli f'pajjiżna u r-rappreżentant tagħhom ma jattendix għal dak il-kunsill!", "Mhux ta' b'xejn ma jafux x'qed nagħmlu aħna jekk ir-rappreżentant tagħhom ma jattendix!", "Sur President, għamilna l-eko-kontribuzzjoni biex ikollna l-flus għall- faċilitajiet li se jiswewna 32 miljun Euro fit-tliet snin li ġejjin fejn 24 miljun Euro minnhom se tagħtihomlna l-Unjoni Ewropea.", "Aħna rridu li l- proġett ikun wieħed sostenibbli u sostenut anke bi flusna.", "Aħna ma rridux nitfgħu l-problemi taħt it-tapit għax aħna gvern responsabbli lejn il-poplu tagħna u lejn uliedna u huwa għalhekk li aħna nitkellmu ċar dwar dan.", "Ara l-Oppożizzjoni mhux hekk.", "F'paġna 29 tar-rapport tagħhom tar- riġenerazzjoni ekonomika u soċjali, huma qalu:", "\"Għandna bis-serjeta` inħarrxu l-ġlieda tagħna kontra kawżi kbar tal- mard, fosthom it-tipjip, ix-xorb u t-tniġġis billi nimponu taxxi punittivi.\".", "Jien nistaqsi lill-Onor.", "Coleiro li se tqum titkellem warajja biex tgħidilhom lin-nies x'inhuma dawn it-taxxi punittivi u mhux meta nagħmlu eko-kontribuzzjoni aħna tisparaw fuqna.", "Lill-Oppożizzjoni ngħidilhom: Għidulhom lin-nies x'inhuma dawn it-taxxi punittivi li qed tgħidu fid- dokument!", "Sur President, id-diskors sabiħ imma ħafna isbaħ meta jsir realta`, u dak hu l-impenn mhux biss tiegħi imma tal-kollegi kollha tiegħi u tal-gvern kollu.", "Aħna qegħdin nieħdu azzjoni biex il-paroli fir-rapporti nagħmluhom realta`, u biex nagħmlu hekk kull wieħed u waħda minna jrid jerfa' parti minn dan il-piż.", "Qabel nagħlaq nitlob il-permess biex inpoġġi xi dokument fuq il-mejda tal- Kamra:", "MR SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' artiklu miktub mill-Onor.", "Alfred Sant li deher fil-ħarġa tal- gazzetta \"The Times\" ta' l-Erbgħa, 12 ta' Jannar 2005, intitolat \"Prosy Points (31)\".", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Jekk m'hawnx aktar rimarki nitlob lill-Onor.", "Marie Louise Coleiro biex tgħaddi għall-winding up.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Sur President, nittama li fil-ħin limitat li għandi nwieġeb għal dak kollu li ġie mistoqsi u fl-istess ħin niċċara aktar l-iskop wara din il-mozzjoni.", "Jiena ma nistax nifhem kif jista' l-gvern Nazzjonalista jiġi hawn bil- kelliema ewlenin tiegħu u dawn jiftaħru li għandhom pjan.", "Dawn ilhom 17-il sena fil- gvern u mhux xi sena jew tnejn u xorta qed jagħmlu ħafna taħbit fuq sidirhom u jiftaħru li għandhom pjan.", "J'Alla għandhom pjan, imma sal- lum, minn dak li rajna, ma jidhirx li hemm pjan.", "Jekk m'aħniex qed nifhmu dan il-pjan aħna, lanqas se jifhmu l-poplu.", "Huwa l-onus tal-gvern li jfiehem lin-nies dan il-pjan.", "Il-Ministru ġie jgħajjar b'affarijiet ta' żmien il-Prim Minstru Mintoff fuq il-Magħtab.", "Pero` dan nesa li sa sentejn ilu, dawn ġew ikkundannati minn kulħadd, anke minn barra pajjiżna, fuq miżbla li riedu jagħmlu ħdejn wirt storiku li mhux biss huwa wirt Malti, imma huwa wirt dinji, u hawn qed nirreferi għalI-Imnajdra u Ħaġar Qim.", "Ma nistax nifhem kif jista' dan il-gvern jiġi f'din l-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż u jitkellem b'dan il-mod.", "Jiena jkolli nistqarr li ddispjaċini li din id-diskussjoni llum ittieħdet b'mod mill-aktar partiġġjan min-naħa tal-Gvern.", "L-ambjent m'għandux kulur, għax la hu aħmar u lanqas blu.", "Jekk għandna ambjent li mhux adattat, kulħadd se jbati u mhux Laburisti jew Nazzjonalisti biss.", "La ma tawniex opportunita` meta ħarġu l-legal notice, dan kien il-waqt biex f'din il-Kamra niddiskutu dawn l-affarijiet, għax ma ninsewx li biex tiddibatti legal notice, trid bilfors tagħmel mozzjoni.", "Din kienet opportunita` biex ikollna dibattitu serju li jmur 'il hinn mill- politika partiġġjana.", "Kif jista' l-Ministru jgħidilna li hu se jpoġġi l- istudji li saru dwar l-impatt ta' din il-miżura meta l-partit Laburista ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istudju fuq iż-żieda fir-rati tad-dawl u l- ilma?", "Dawn x'għandhom x'jaqsmu?", "Dawn x'paraguni huma?", "Fejn hi s-serjeta` ta' dan il-gvern, Sur President?", "Kont nippretendi li l-Ministru Pullicino jieħu l-opportunita` biex verament ifiehem l-affarijiet.", "Minflok qabad jgħajjarna b'opportuniżmu politiku, meta imbagħad hu stess qabad abbozz ta' dokument tagħna li għadu lanqas biss beda jiġi diskuss internament, u jużah biex jagħmel ħafna propaganda rħisa u jbella' r-ross bil-labra lin-nies.", "Jiena nistieden lill-Ministru Pullicino biex ta' l-inqas mhux jikkwota minn ġewwa d-dokument imma jaqra t-titlu ta' dan id-dokument tal-partit Laburista.", "Dan huwa abbozz u mhux proposta u għadu ma ġiex diskuss fi ħdan il-partit Laburista.", "Fil-fatt għadna se nibdew dan il-proċess fl-istrutturi kollha tagħna u imbagħad jekk Alla jrid, meta nlestu dan il-proċess u joħroġ id-dokument finali, dan jista' jikkwota minnu kemm irid.", "Bħalissa għadu biss sett ta' proposti, u mhux imħaddan mill-partit Laburista at this point in time.", "It-tliet kelliema tal-gvern semmew is-sistema ta' eco-taxes li għandhom fil- Ġermanja u li ħolqu l-impjiegi u pparagunawha ma' l-eko-kontribuzzjoni li introduċew huma f'Malta.", "X'paragun hu dan?", "Lanqas jibda!", "Dażgur li fil- Ġermanja u pajjiżi Nordiċi bir-riforma ta' l-ecological taxes ħolqu l- impjiegi.", "Imma, per eżempju, il-Ġermanja għamlet riforma bbażata fuq proċess twil erba' snin, mill-1999 sa l-2003.", "Din ma qaluhiex il-kelliema tal-Gvern!", "Lanqas qalu li r-riforma ta' l-eco-tax li saret ġewwa l-Ġermanja kellha żewġ miri, l-ambjent u l-kwestjoni tax-xogħol.", "Dawn ma mponewx taxxa fuq taxxa kif għamel il-gvern Nazzjonalista fejn kellek prodott li diġa` kien intaxxat bil-VAT u għamlulu l-eko-kontribuzzjoni fuqu.", "Dawn ħasbu biex jagħmlu riforma sħiħa u ixxiftjaw il-mod ta' kif jintaxxaw.", "Dawn varjaw is-sistema tat-taxxi tagħhom biex anke jeħilsu minn dawk li jsejħulhom in-non-wage labour costs li jinkludu bażikament is-social insurance contributions u b'dan il-mod inkoraġġew lill-employers biex mhux biss jirrinovaw imma anke joħolqu impjiegi ġodda fis-settur.", "Jiġifieri l- eco-tax Ġermaniża ddaħħlet l-ewwelnet b'mod gradwali fuq bażi ta' erba' snin u mhux mil-lum għal għada u apparti dan, l-għan tagħha ma kienx li tiġbor it-taxxi biex tiffinanzja x-xogħlijiet, kif ammetta l-Ministru fl- aħħar parti ta' l-intervent tiegħu, li suppost saru fis-sbatax-il sena li għaddew.", "L-għan ta' eco-tax Ġermaniża kien dak li jindirizzaw il-problemi ta' l-ambjent u anke tax-xogħol, u dawn m'għamluhiex mil-lum għal għada, imma fi żmien erba' snin.", "Sur President, kieku jiena nistħi nagħmel parti minn gvern li jkun ilu jmexxi 17-il sena u jiġi hawnhekk jiftaħar u jagħti fuq sidru għaliex se jġib il-miljuni ta' Euro mill-Unjoni Ewropea biex jiffinanzja xi ħaġa li missu ilu jibni bil-mod il-mod.", "U dan wara li sparpalja l-flus kollha li sab fil-kaxxa tal-pajjiż wara l-1987.", "Dan ma sabx diffikulta` biex itajjar il-miljuni bl-addoċċ biex jixtri biċċa ambaxxata ġewwa Brussell u imbagħad jiġi jiftaħar hawnhekk għax qed iġib il-fondi.", "Alla ħares ma jġibux il- fondi kif għamel ħaddieħor!", "Dan ma jistax jgħid li imn'Alla qegħdin fl- Unjoni Ewropea!", "Dik ammissjoni ta' falliment li wara sbatax-il sena tiġi tgħid li l-ambjent qed nieħdu ħsiebu issa għaliex qegħdin fl-Unjoni Ewropea, u minn fuq jistaqsu lilna minn fejn konna se nġibu dawn il-flus!", "Kieku għamilna sbatax-il sena fil-gvern, żgur li konna nibqgħu nimxu fuq il- mewġa ta' fondi, u ma konniex nisparpaljaw bl-addoċċ il-flus tal-pajjiż u nonfquhom fuq affarijiet meta hemm affarijiet oħra li huma aktar importanti.", "Dawn għamlu bħal li kieku kien hemm familja li daħlet f'dar u minflok ma' l- ewwel bdiet titma' lil uliedha, din bdiet tixtri l-linef biex iddendilhom mas-saqaf.", "Hekk għamel dan il-gvern!", "Imbagħad wara 17-il sena jiġu hawn u jiftaħru li għandhom pjan.", "Dawn ikkritikawna għax qed ngħidulhom li għaġġlu.", "Mhux lilna kkritikaw imma duru fuq wieħed minn sħabkom stess, l-ex Ministru John Dalli, fejn dan pubblikament qal li l-eko-kontribuzzjoni ddaħħlet b'mod mgħaġġel u ma tistax tilħaq l-għanijiet tagħha.", "Mhux veru li l-għan tagħha huwa ambjent aħjar għax kieku kkonvinċejtuna li tridu twettqu verament il-prinċipju tal-polluters pay, kontu ssibuna magħkom imma ma kkonvinċejtuniex li intom verament sinċiera u onesti fuqha.", "Il-polluter pays principle ma ddaħħlux mil-lum għal għada imma ddaħħlu bi proċess.", "Jekk hemm xi ħaġa li hija bażika f'kull proċess hija l-edukazzjoni sabiex inti tindirizza mill-qiegħ ħalli in the long term in-nies jibdew jagħmlu l- affarijiet b'mod naturali u ma jibqax għalfejn timbuttahom biex jiddeċiedu favur l-ambjent.", "X'tip ta' proċess edukattiv wettaq dan il-gvern fi 17–il sena biex iġib lill-poplu aware ta' dawn l-affarijiet?", "L-Onor.", "Pullicino Orlando ammetta li hu ġieli kien kritiku pero` issa qed jgħid li hu komdu għax bdew wara 17- il sena.", "L-ewwel kulħadd raqad, issa kulħadd komdu għax qed jgħidulna li għandhom pjan.", "X'inhu l-pjan?", "Jiffinanzja dak li suppost għamel tul 17-il sena b'konsegweza li jneżża lil kulħadd għarwien bit-taxxi li qed jimponi?", "L-Onor.", "Joe Cassar fl-intervent tiegħu qalilna biex inġibu l-fatti u l- figuri.", "Hawnhekk għandi rapport ta' riċerkaturi minn Simon Fraser University tal-British Columbia u dan jgħid:", "\"What is the downside?", "It is argued that eco-tax reform would cost both short term adjustment costs and long term production costs increases that would hurt resource-dependent sectors and regions of the economy affecting especially low income households.", "If the eco tax is designed poorly this outcome is possible., However, intelligent policy design could reduce or even eliminate such impacts.\"", "Jiena ngħid lill-gvern: Fejn kellkom an intelligent policy design?", "Mil-lum għal għada tintaxxaw in-nies biex tiffinanzjaw dak li suppost ilkom tibnu għal snin sħaħ?", "Dan huwa l-mod?", "Bir-raġun li aħna niġu hawnhekk b'mozzjoni bħal din u ngħidulkom li l-impatt se jkun qed jolqot setturi sħaħ anke jekk għamlu xi modifiki bl-avviż legali l-ġdid.", "L-ewwel avviż legali kien diżastru, u imbagħad għax raw li qamu l-irwiefen kollha f'dan il-pajjiż, bidluha.", "Mhux il-partit Laburista biss qam imma kulħadd, u l- Onor. Chris Agius u l-Onor.", "Charles Mangion ikkwotaw ma nafx kemm-il rapport jew stqarrijiet li għamlu diversi korpi kostitwiti u organizzazzjonijiet oħra.", "Dan juri li mhux aħna biss qajjimna għagħa sħiħa fuq l-ewwel avviż legali li ħriġtu fi żmien fejn jista' jgħaddi daqsxejn aktar unnoticed mis-soltu, u cioe` lejlet l-ewwel tas-sena.", "Din saret trend li l-gvern l-ewwel jgħaffeġ, imbagħad jgħidilna li lest jibqa' jikkonsulta, u jekk hemm bżonn jirranġa.", "Dan mhux mod kif gvern serju jopera.", "Gvern serju l-ewwel jagħmel minn kollox biex ma jgħaffiġx imbagħad jekk ikun hemm xi ħaġa li tkun laqtet lil xi ħadd b'mod negattiv, jirranġaha.", "Sur President, nerġa' naqra parti minn dan ir-rapport ta' dawn ir- riċerkaturi mis- Simon Fraser University, għax jekk hemm affarijiet li vvintawhom pajjiżi oħra u li jistgħu jaħdmu għal pajjiżna, m'hemmx għalfejn nerġgħu nivvintaw ir-rota.", "Nikkwota minn dan ir-rapport:", "\"First the eco tax shift should not be too great.", "The idea is to bring our taxation system into line with public values.", "The idea is not to end all pollution overnight and cause an economic crisis in the process.\".", "Dawn in-nies esperti fuq il-qasam qed jgħidu li ma tistax taqbad u tagħmel sistema mil-lum għal għada u f'daqqa, imma trid tipprova tqarreb lejn il- valuri tal-poplu fis-sens li trid tara kif se tolqot lin-nies.", "Dan il- gvern ġie jaqa' u jqum minn dan kollu, u mil-lum għal għada waddab fuq dahar in-nies taxxa fuq oħra.", "Jekk wieħed iħares lejn l-aħħar legal notice li ġiet modifikata u jħares lejn ċerti gruppi, bħal per eżempju toiletries and washing preparations, jinduna li hemmhekk qed tolqot u timpatta fuq l- għoli tal-ħajja li jolqot l-agħar lis-saffi t'isfel u tan-nofs.", "Qed insemmi dawn iż-żewġ saffi għax dawn għandhom il-bwiet tagħhom ristretti.", "Min ikollu ħafna flus, jista' jibqa' jagħmel kapriċċi anke jekk toħodlu ftit, imma min ikollu ftit flus, meta tibda teħodlu, jkollu jnaqqas l- aspettattivi tiegħu.", "M'aħniex qegħdin ngħidu li m'għandniex nagħtu kas ta' l-ambjent.", "Anżi, qegħdin ngħidu li għandna nieħdu ħsieb l-ambjent billi l- affarijiet nagħmluhom sew u mhux bl-iskuża ta' l-ambjent, il-gvern jispiċċa jintaxxa lill-poplu Malti mil-lum għal għada kif għamel f'lejlet l-ewwel tas-sena.", "Din x'serjeta` hi, Sur President?", "Hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq commodity group, fejn jidħlu detergents u toiletries, li fix-xirja tal-familja llum għandhom perċentaġġ qawwi, jiġifieri trid u ma tridx bilfors se taffetwa l-għoli tal-ħajja u l- purchasing power tal-familji u tan-nies tax-xogħol.", "Ara kieku l-gvern Nazzjonalista verament ried jindirizza l-ambjent u jdaħħal l-eko- kontribuzzjoni li verament ikollha effett u riżultati pożittivi, x'kien jagħmel, Sur President?", "Ma kienx jintaxxa biss il-containers tal-plastic li fihom kienu jiġu d-detergents, imma kien inaqqas xi ftit mill-VAT ta' dawk id-detergents li jiġu fil-kartun u b'hekk tagħmel set off ta' l-effett.", "(Interruzzjonijiet) Inti ma tixtrix, u għalhekk qed titkellem hekk!", "Id- detergents li jiġu fil-kaxxi tal-kartun huma ħafna ogħla mid-detergents li jiġu f'containers tal-plastic.", "Nissuġġerilek tmur dawra mas-supermarkets ħalli tkun taf.", "Id-detergents fil-kaxxa tal-kartun huma ntaxxati bil-VAT daqskemm huma ntaxxati d-detergents fil-plastic, u bl-eko-kontribuzzjoni dawk li jiġu fil-plastic xorta għadhom irħas mid-detergents li jiġu fil- kaxxi tal-kartun.", "Sur President, li qed ngħid huwa li kieku l-gvern Nazzjonalista kien serju, dan kien jara li jinċentiva lin-nies billi jaħseb fiż-żgħir li għandu l-but ristrett u jdaħħal inċentivi għall-użu ta' prodotti li huma eco-friendly, ħalli b'hekk jeduka u ma jkunx qed iwaddab aktar piżijiet fuq il-familji li llum qegħdin ibatu ħafna minħabba għoli tal-ħajja, li hi konsegwenza tal- politika irresponsabbli ta' dan il-gvern.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-mistoqsija hija l-mozzjoni kif imressqa u moqrija mill-Onor.", "Charles Mangion.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MR SPEAKER: Din id-division tittieħed minn hawn u 20 minuta oħra.", "Billi fid-9.00 p.m. intalbet votazzjoni is-seduta ġiet sospiża u rriżumiet 20 minuta wara.", "MR SPEAKER: Se nerġa' nqiegħed il-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hija l- mozzjoni kif imressqa u moqrija mill-Onor.", "Charles Mangion.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mario Galea.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Sur President, għan-naħa tal-gvern se jiġu paired l- Onor. Tonio Fenech, l-Onor.", "Franco Galea, l-Onor.", "Austin Gatt, l-Onor.", "Lawrence Gonzi u l-Onor.", "Francis Zammit Dimech.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sur President, għan-naħa ta' l-oppożizzjoni se jiġu paired l-Onor.", "Evarist Bartolo, l-Onor.", "Charles Buhagiar, l-Onor.", "Joe Debono Grech, l-Onor.", "Anġlu Farrugia u l-Onor.", "Alfred Sant.", "VOTAZZJONI NRU.", "88", "FAVUR: 24", "L-Onor. | | | |Abela Carmelo |Farrugia Michael| |Abela Joseph |Farrugia Noel | |Agius Chris |Galdes Roderick | |Brincat Joseph |Gulia Gavin | |Brincat Leo |Herrera Jose` | |Buontempo Stefan |Mangion Charles | |Cardona Chris |Mizzi Joe | |Caruana Justyne |Parnis Silvio | |Chircop Karl |Refalo Anton | |Coleiro Marie |Sammut Joseph | |Louise | | |Cuschieri Joseph |Vassallo Adrian | |Dalli Helena |Vella George |", "KONTRA: 28", "L-Onor.", "|Abela Anthony |Falzon Joseph | |Agius David |Frendo Michael | |Agius Francis |Galea Censu | |Arrigo Robert |Galea Louis | |Asciak Michael |Galea Mario | |Azzopardi |Gonzi Michael | |Frederick | | |Azzopardi Jason |Mifsud Bonnici | | |Antoine | |Borg Tonio |Mifsud Bonnici | | |Carmelo | |Cassar Joseph |Mugliett Jesmond| |Cristina Dolores |Puli Clyde | |D'Amato Helen |Pullicino George| |de Marco Mario |Pullicino | | |Orlando Jeffrey | |Debono Giovanna |Vassallo Edwin | |Deguara Louis |Zammit Ninu |", "Il-mozzjoni m'għaddietx.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Insejjaħ issa lill-Aġent Prim Ministru biex, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tnejn, 21 ta' Frar 2005, fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Mozzjonijiet", "Estimi tad-dħul u nfiq ta' l-Awtorita' ta' Malta dwar it-Turiżmu għas-sena 2005.", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar Arkivji Nazzjonali – Kumitat (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali - Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Prevenzjoni ta' Abbuż fis-Swieq Finanzjarji - Tieni Qari; u", "Xi aġenda oħra li tista' tiġi komunikata aktar tard.", "-----------------------------------", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Reġistru Ċentrali - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Helena Dalli.", "ONOR.", "HELENA DALLI: Mr Speaker, wara li l-partit Laburista pprotesta u wara li saret pressjoni popolari - ħafna nies nhar it-Tnejn ċemplu l-PBS biex juru l-għadab tagħhom kontra l-mod oxxen kif ġiet rapportata l- attivita' tal-partit Laburista fuq il-fosos tal-Furjana nhar il-Ħadd fuq ix- xandir pubbliku - il-membri tal-bord tal-PBS ġew daharhom mal-ħajt u ma setgħux jagħmlu mod ieħor għajr li jagħtu rimedju għall-mod kif ixxandret l- attivita' tal-partit laburista, għalkemm jien għandi riżervi fuq il-mod kif ingħata dan ir-rimedju.", "Jien kont qed narah il-bullettin ta' l-aħbarijiet, u kieku teptipt għajnejja żgur li kont nitlef is-slot fejn intwerew in-nies li kien hemm fuq il-fosos tal-Furjana għax dan il-filmat tant kien qasir li ntwera fi split of a second.", "Dan huwa argument ieħor li m'iniex se nidħol fih illum għax m'għandix il-ħin, u kif kont qed ngħid ma setgħux jagħmlu mod ieħor għajr li jagħtu rimedju anke qabel ma stennew il-verdett ta' l- Awtorita' tax-Xandir.", "Il-partit Laburista ngħata raġun li dak li ġara nhar il-Ħadd fl-aħbarijiet tat-8.00 p.m. kien oxxenita'.", "Il-PBS ilhom jipprovaw jaħbu r-realta' ta' dak li qed jiġri f'pajjiżna mill-poplu, kif inhi l-opinjoni ta' ħafna min- nies li qegħdin nirrappreżentaw.", "Imma naħseb li nhar il-Ħadd laħqu livell iktar għoli ta' manipulazzjoni ta' l-informazzjoni li qed tagħmel ħsara kbira, fost ħsarat oħra, għall-kredibilita' tal-PBS innifsu.", "Din il- kredibilita' kulma jmur dejjem qed tonqos, speċjalment fejn jidħlu programmi ta' ġrajjiet kurrenti li issa qegħdin f'idejn xandara privati u li l-aġenda politika tagħhom hija ċara, dik li jiġbdu l-ħabel tal-gvern.", "Meta l-pajjiż jinsab għaddej minn kriżi f'kull qasam tal-ħajja, dawn ix- xandara privati qed jagħmlu programmi ta' ġrajjiet kurrenti fuq suġġetti leġġeri li m'għandhomx x'jaqsmu ma' dak li għaddej minnu l-pajjiż.", "Anzi, jiena ngħid suġġetti li forsi jipprovaw jaljenaw lill-poplu u jnessuh dak li għaddej minnu l-pajjiż, u dan meta n-nies qegħdin iħallsu t-taxxi biex jitħaddem il-PBS.", "Għalhekk aħna nistaqsu: Min jieħu d-deċiżjonijiet fuq is-suġġetti li jintgħażlu biex isiru dawn il-programmi?", "Huwa veru li x- xandara li għandhom f'idejhom dawn il-programmi huma privati, pero' qegħdin ixandru fuq stazzjon ta' l-istat u allura ma nistenniex li meta għaddejjin affarijiet jaħarqu u meta pajjiżna għaddej minn kriżi, fil-programmi ta' ġrajjiet kurrenti jagħżlu suġġetti li lanqas biss imissuhom dawn is- suġġetti.", "Aħna lkoll naraw ir-RAI u l-BBC, u naraw programmi ta' ġrajjiet kurrenti fuq dawn l-istazzjonijiet li jkunu jirriflettu r-realtajiet li jkun għaddej minnhom dak il-pajjiż.", "Il-programmi ta' ġrajjiet kurrenti fuq hekk għandhom ikunu u mhux fuq suġġetti li jaljenaw lin-nies.", "Fil-fatt, dak huwa l-iskop tagħhom, li jaljenaw lin-nies mir-realtajiet li għaddej minnhom pajjiżna.", "L-istess fil-każ ta' l-aħbarijiet, tinnota li dawn huma mxandrin b'mod li jaqdu lill-gvern, minflok ma jagħtu stampa tar-realta' ta' pajjiżna, bħalma ġara nhar il-Ħadd li kien l-apex ta' dak li ilu jiġri fix- xandir ta' l-istat.", "Il-filmat li ntwera fl-aħbarijiet tat-8.00 p.m. ta' nhar il-Ħadd eskluda kompletament il-folol kbar ta' nies li nġabru fuq il-fosos tal-Furjana biex jipprotestaw kontra l-mod kif qed jitmexxa dan il-pajjiż fejn il-poplu qed jiġi mgħakkes u njorat u kontra l-mod kif il-gvern qed jgħaddas rasu u jibqa' għaddej minn fuq kulħadd bil-konsegwenza li għandna ħafna tbatija fid-diversi saffi tas-soċjeta' Maltija.", "Huma proprju dawn is-saffi differenti tas-soċjeta' Maltija li riedu juru l-għadab tagħhom lill-gvern, pero' meta nixegħlu t-television fuq l-istazzjon ta' l-istat biex naraw x'inhu jiġri f'pajjiżna, naraw li din ir-realta' m'hijiex rapportata kif fil-fatt hi.", "Sa minn ġranet qabel l-avveniment ta' din il-protesta nazzjonali, min-naħa tal-PBS kienu ilhom jirreferu għaliha bħala \"dik li qed tissejjaħ protesta nazzjonali\" biex lin-nies idaħħlulhom f'moħħhom li din m'hijiex neċessarjament protesta nazzjonali, imma tal-Labour qed isejħulha hekk.", "Ilna ninnotaw ukoll li meta jirrapportaw dak li jkun qal l-Onor.", "Alfred Sant f'kull sentenza jdaħħlu l-kliem \"skond ma qal Alfred Sant\".", "Dawn l- eżempji li qed nagħti huma affarijiet iktar sottili fejn jgħidu \"dak li jissejjaħ\" u \"skond ma qal\", imma nhar il-Ħadd ma kienu sottili xejn u bl- iktar mod selvaġġ - għax m'hemmx kelma oħra - għaddew minn fuq dawk in-nies kollha li kien hemm fuq il-fosos tal-Furjana għax dik ir-realta' beżgħu juruha lill-poplu Malti li qed iħallas biex tkun ikkomunikata lilu r- realta' ta' pajjiżna - għax dan l-istazzjon iżommuh in-nies bit-taxxi tagħhom.", "Għalhekk meta naraw dawn l-affarijiet, aħna qed nistaqsu l-mistoqsijiet li jagħmlulna n-nies li nirrappreżentaw: Min qed jieħu d-deċiżjonijiet fin- newsroom tal-PBS?", "Dawn ilhom ix-xhur mingħajr head of news.", "Għaliex għadu ma nħatarx ieħor?", "Min jieħu d-deċiżjonijiet fuq x'suġġetti jiġu diskussi fil-programmi ta' ġrajjiet kurrenti?", "Lilna ma jinteressaniex il-fatt li l- programmi qegħdin isiru minn xandara privati, imma l-istazzjon m'huwiex privat u allura għandu jikkomunika dak li jkun għaddej fil-pajjiż, għax in- nies dak iridu jkunu jafu u mhux is-suġġetti superfiċjali u medjokri ta' aljenazzjoni li qed ikollna biex naħarbu milli nuru u nagħmlu diskussjoni fil-pajjiż fuq dak li qed jiġri.", "Qed jibżgħu li jkun hemm din id- diskussjoni, u ċerti suġġetti ma jmissuhomx biex in-nies ma jitkellmux fuq il-kriżi li għaddej minnha pajjiżna u joqogħdu jitkellmu fuq iċ-ċuċati li jogħġobhom jagħżlu li jiddiskutu x-xandara privati.", "Pero', dan ma jistax ikompli għaddej għax l-istazzjon huwa ta' kulħadd, tagħna lkoll, inħallsu għalih aħna u għandna kull dritt li permezz tiegħu jiġi kkomunikat lilna dak li jkun għaddej f'pajjiżna.", "Kif inbidel il-ministru kien inħatar is-Sur Mallia bħala chairman u niftakar – din baqgħet f'moħħi - li l-ewwel ħaġa li qal kienet li hemm bżonn nirristrutturaw l-imħuħ fil-PBS.", "Hu kien qal li mhux biss restructuring ta' l-ażjenda hemm bżonn, imma qabel kollox hemm bżonn li jkollna ristrutturazzjoni ta' l-imħuħ.", "Jiena ngħid li forsi t-tip ta' ristrutturar li kien qed jirreferi għalih – dan iċ-Chairman maż-żmien inbidel ukoll – huwa li nirristrutturaw l-imħuħ b'tali mod li jiġu manipulati biex juru dak li jogħġob lill-gvern biss.", "Hekk se jsir ir- ristrutturar ta' l-imħuħ fil-PBS?", "Nhar il-Ħadd eluf kbar ta' nies immanifestaw fuq il-fosos tal-Furjana biex iwasslu messaġġ lill-gvern u dawn stennew bir-raġun, u jiena ngħid b'kull dritt, li dan il-messaġġ se jkun ikkomunikat lill-bqija tal-poplu, pero' jidher li x-xandir nazzjonali beża' jikkomunikah.", "Għalhekk niġu hawnhekk f'isem dawk in-nies li nirrappreżentaw u nistaqsu: Fejn hu l-ħelsien tax- xandir ta' l-informazzjoni?", "Min qed jagħti l-ordnijiet biex jixxekkel ix- xandir ta' l-informazzjoni?", "Sur President, issa ammettew li l-partit Laburista għandu raġun.", "Ammettew li żbaljaw.", "Ammettew li dak m'huwiex il-mod kif jikkomunikaw il-verita' lill-poplu Malti għax ma kenux qegħdin juru l-verita'.", "Imma issa x'se jiġri?", "Se joqogħdu kull darba jgħidulna li għandna raġun wara li tkun saret il-froġa?", "Min ma kienx fuq il-fosos nhar il-Ħadd kellu dritt li jkun informat b'dak li għaddej fil-pajjiż minn fuq ix-xandir nazzjonali li jħallas għalih hu.", "Imma fil-fatt mhux hekk ġara u għalhekk il-poplu Malti huwa inkwetat u qed jitaqsi: Fejn sejra d-demokrazija tagħna?", "Din qed titnaqqar biċċa biċċa f'diversi oqsma, mhux fil-kwestjoni tax-xandir biss.", "Aħna ilna ngħidu bil-manipulazzjoni ta' l-informazzjoni li teżisti fix- xandir.", "Ilna nistaqsu f'idejn min qiegħed ix-xandir u min qed jagħti l- ordnijiet.", "Imma mbagħad il-ġimgħa l-oħra kellna wkoll il-kwestjoni fejn il-gvern lanqas qed iħalli għażla lill-elettorat biex itella' l-gvern lokali li jrid.", "Hemm fejn tasal iktar?", "Mela qegħdin ngħidu li l-gvern ma jridx juri r-realta' lill-poplu, bħalma għamel fil-kwestjoni tal-manifestazzjoni li kellna nhar il-Ħadd meta ċaħħad lin-nies, li qegħdin iħallsu għall-PBS, milli jingħataw dan is-servizz u ma wriehomx dak li kien hemm fuq il-fosos tal-Furjana.", "Minflok dawn urew xi ħaġa li skond kliem il-PBS stess \"ma tagħmilx ġustizzja ma' dak li sar u ma' l-udjenzi tagħna\" għax fl- istqarrija li ħarġu hekk qalu.", "Hekk qalulna wara li pprotestajna.", "Mhux dan biss ma jridux juru, imma lanqas iridu jiffaċċjaw ir-realta' billi jmorru għall-elezzjoni lokali fiż-Żejtun u fil-Marsa.", "Dan hu l-istess partit li dejjem iddelitta bid-demokrazija?", "Kienu jaħilfu dawn bid-demokrazija.", "Allura x'inhu jiġri?", "Kieku jinżlu ftit fit-toroq u jitkellmu man-nies isibu li dawn huma l-mistoqsijiet li qed jagħmel il- poplu Malti.", "X'inhu jiġri?", "Qed jipprovaw jaħbu l-verita' mill-poplu?", "Kemm jistgħu jdumu sejrin hekk?", "U minn xhiex din il-biża' kollha li jiffaċċjaw lill-poplu?", "Minn xhiex din il-biża' kollha li jxandru l- verita'?", "Huwa l-inqas li jistgħu jagħmlu.", "Huma għandhom l-istazzjon tagħhom fejn idawru lin-nies u jimmanipulawhom kemm iridu.", "Dak issa drajnih, imma jekk għażilt li tara n-NET taf li qed tara n-NET u taf x'għandek tistenna, imma ma nippretendix li fuq il-PBS nara dawn l- affarijiet.", "Issa qegħdin anke jċaħħdu lill-poplu milli jivvota għall- kunsill lokali, jiġifieri d-demokrazija mhux fil-qasam tax-xandir biss qed narawha titnaqqar, imma anke mid-dritt sagrosant tal-poplu li jeleġġi l- kunsilliera li jrid.", "Is-sena l-oħra s-segretarju ġenerali tal-partit Nazzjonalista Joe Saliba kien qal hekk: \"Min jemmen fid-demokrazija vera għandu jfittex kif iktar nies ikollhom sehem fl-elezzjonijiet\".", "Dan huwa kliemu, kelma b'kelma u issa sena wara li qal dan id-diskors għamel manuvra biex jiġri bil-maqlub ta' dak li kien qal.", "Jiġifieri minflok ma għamlu biex iktar nies ikollhom sehem fl-elezzjonijiet, għamlu manuvra biex iktar nies ma jkollhomx sehem fl-elezzjonijiet.", "Huwa għalhekk li n-nies qegħdin jistaqsu: Dan il-pajjiż se jibqa' sejjer hekk?", "Irridu nipprotestaw biex jiċċaqalqu l-affarijiet?", "Irridu niġu f'dan il-Parlament biex il-poplu jingħata l-informazzjoni fuq dak li qed jiġri fil-pajjiż?", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, kif diġa' spjegat l-Onor.", "Dalli dan il- gvern juri mod u jagħmel ieħor.", "Juri li hu demokratiku u fil-fatt m'huwiex demokratiku, juri li jrid il-ġid lill-pajjiż u qed ikisser il-pajjiż.", "Anke meta jkollu xi argument, dan jipprova jinvolvi lin-naħa ta' l-oppożizzjoni billi jgħid li kienet taqbel miegħu, pero' ma jurix il-fatti, jew inkella jwaħħal fl-oppożizzjoni u jgħid li kienet hi li għamlet l-affarijiet ħżiena.", "Għalxiex irrid nasal jien?", "Dan l-aħħar ħadt paċenzja nisma' lill- ministru responsabbli mill-ambjent – dak li għamel dik il-balbuljata fl- introduzzjoni ta' l-eco-tax fuq il-basktijiet tal-plastic - jipprova jiġbor ġieħu għax waqa' għaċ-ċajt ma' kulħadd, inkluż ma' sħabu, u pprova jdeffes lili fin-nofs.", "Qisu ried jgħid li jien kont qbilt ma' l- introduzzjoni ta' eco-tax bit-taħwid li għamel il-ministru responsabbli.", "Hu kien qed jirreferi għal dak li għidt fi programm fuq radju lokali meta ndikajt li naqbel li tiġi introdotta xi taxxa fuq il-basktijiet tal- plastic, imma s'hemm wasal u ma qalx kif ġraw l-affarijiet fil-verita'.", "Għaliex qed ngħid hekk?", "Għax ftit qabel kien ġie espert Irlandiż fil- headquarters tal-partit Laburista u spjega lin-naħa ta' l-oppożizzjoni – jien kont preżenti bħala l-kelliem ewlieni flimkien mas-segretarju tal- partit Laburista Jimmy Magro - kif waslu biex inaqqsu l-basktijiet tal- plastic.", "Hu semma liema huma t-tip ta' basktijiet tal-plastic li jagħmlu l- ħsara, imma dan semma eżempju u qal - u se ngħid eżatt x'ġara l-Irlanda - li fid-19 ta' Awissu 1999 kien vara konsultazzjoni mal-poplu biex jipprova jnaqqas il-basktijiet tal-plastic billi minflokhom jużaw basktijiet taċ- ċraret.", "Jiġifieri dan fl-1999 kien vara l-konsultazzjonijiet u f'Ġunju ta' l-2001 ħareġ liġi dwar il-levy fuq il-basktijiet tal-plastic u meta introduċa dik il-liġi kien iddikjara li se tiġi fis-seħħ.", "Fil-fatt din ġiet fis-seħħ fl-4 ta' Marzu, 2002 meta spjega kif kellha tkun din is- sistema.", "Dan fil-fatt spejga eżatt kif għandha tidħol din is-sistema ta' taxxa fejn il-poplu se jkollu available affarijiet oħra li ma jagħmlux ħsara lill- ambjent, u li ma jkunx hemm taxxa fuqhom, biex ikun jista' jużahom minflok il-basktijiet tal-plastic.", "Ara din il-ministru ma semmihiex, u huwa fuq dak il-konċett li jiena kont pożittiv.", "Naħseb li kulħadd għandu jkun pożittiv sabiex jipprova jnaqqas materjal li jagħmel ħsara lill-ambjent, imma dan introduċa affarijiet oħra li wieħed jista' jużahom mingħajr ma jkunu ta' piż fuq il-poplu.", "B'hekk jidher ċar li l-indikazzjoni tal- ministru li jintroduċi l-eco-tax kienet biex jagħmel taxxa u mhux għax veru għandu l-ambjent għal qalbu.", "Hu qal li l-boroż joħolqu d-diossina meta jinħarqu.", "U jien ngħid li kieku verament kien iħobb l-ambjent, l-ewwel ma jrid jagħmel hu li jwettaq dak li wiegħed u jagħmel separazzjoni at source.", "Għax anke minħabba l-fatt li jkun hemm taxxa fuq ċerti basktijiet li jagħmlu ħsara lill-ambjent, kien hemm il- prinċipju li l-gvern jibda jagħmel separation at source ħalli ma jkunx hemm taħlit ta' materjal, speċjalment mal-plastic.", "Għaliex?", "Għax il-boroż tal- plastic li semma' ma joħolqux diossina waħedhom meta jinħarqu, imma jrid ikun hemm preżenza ta' chloride biex ikunu jistgħu jagħmlu d-diossina.", "U hemm diversi tipi ta' plastic ieħor li joħolqu d-diossina li l-ministru ma semmihomx u ma ħax prekawzjonijiet fuqhom, bħalma huwa l-PVC.", "Kieku veru qalbu taħarqu għall-ambjent u dak li għamel għamlu biex jipproteġi l-ambjent, kien jieħu prekawzjonjiet fuq dan it-tip ta' plastic bħalma hu l-PVC li għadni kemm semmejt.", "Ara kemm huma ipokriti, daħħlu lili fin-nofs qisni qbilt magħhom fil-balbuljata li għamlu ta' l-eco-tax li fuqha kkritikahom kulħadd, għax kienet ċara li mhux veru biex jipproteġu l- ambjent għamluha, imma biex idaħħlu t-taxxa.", "Kieku għamluha biex jipproteġu l-ambjent kienu jimxu ma' dik l-istrateġija li suppost kellhom - għax issa lanqas ngħid li għandhom - li kienu għaddewha minn dan il- Parlament u li kienet ġiet diskussa u approvata mill-Planning Authority.", "Imbaħgad insibu, per eżempju, li fuq l-istrateġija dwar l-iskart solidu li kienet saret fl-2001, il-gvern tista' tgħid li falla.", "Dan qiegħed bil- miktub, u ma tistgħux tgħidu li qed nivvinta.", "Fejn falla?", "Ħalli nsemmi.", "Per eżempju, fl-2003 suppost kellha tinfetaħ landfill għal skart tossiku - din qiegħda bil-miktub fl-istrateġija.", "Fejn hi?", "Fl-2003 l-gvern suppost kellu jintroduċi makni speċjali għall-ġbir ta' l-iskart mediku.", "Jgħidilna fejn huma!", "Din ukoll saret bil-miktub.", "Dik hi l-istrateġija!", "Fallejna.", "Għaddew is-snin mis-sena 2003 u baqgħet ma saritx.", "Fl-2004 suppost kellu jintroduċi s-sistema ta' separazzjoni at source u kellu jsir il-ġbir separat ta' dan l-iskart, imma baqa' ma sar xejn.", "Qegħdin niġbru l-iskart, inħalltuh u narmuh fil-Magħtab xorta waħda għax il-Magħtab ma ngħalqitx, bil-paroli biss ingħalqet!", "Dawn huma affarijiet li juru bil-fatti kemm huwa iprokrita dan il-gvern.", "Kieku mxew skond l-istrateġija, l-affarijiet saru.", "Daqskemm qalu li l-engineered landfill suppost kellha tkun lesta sa l-aħħar ta' l-2004.", "Imma ma sar xejn.", "Allura fejn hi l-istrateġija?", "Issa ħalli nirreferi għall-impjant ta' riċiklaġġ ta' Sant'Antnin.", "Dawn qed jipprovaw jistaqsu lilna fejn huma s-sites li kienu se jagħmlu.", "Il-gvern jistaqsi lill-oppożizzjoni, ara kemm hija tad-daħk!", "Insew li skond l- istrateġija tagħhom l-iskart organiku kellu jiġi proċessat f'siti oħrajn, inkluż Għawdex, u li kellhom isibu ammonti ta' siti oħra minflok ma l- iskart kollu jmur fl-impjant ta' Sant'Antnin.", "Dik qiegħda fl-istrateġija, imma mhux veru li l-iskart qed imur kollu Sant'Antnin kif qed jgħidu issa.", "Mela fejn hija l-istrateġija?", "Iħawdu, iduru u jgħaqdu.", "Mela l-istrateġija tagħhom kienet li jipproċessaw siti oħra, inkluż Għawdex u llum qed jgħidu li kollox imur f'Sant'Antnin.", "Imbagħad qed jistaqsu lilna fejn konna se nagħmlu s-siti l-oħra għax huma lanqas jafu fejn qegħdin.", "Aħna għall- compost plants qed ngħidu mhux għal xi impjant ta' riċiklaġġ.", "Dawn huma affarijiet li ma jitwemmnux!", "Ħbew ukoll mill-poplu ta' Wied il-Għajn li fl- istrateġija li qed insemmi dwar l-impjant ta' Sant Antnin kien hemm ukoll li se jkollu bżonn landfill għar-rimi ta' skart mill-impjant tal-compost.", "Ara din ma qaluhielhomx.", "Ma qalu xejn dwar din il-landfill.", "Dawn huma affarijiet li għadhom misterjużi.", "L-istrateġija fejn hi?", "Qed insemmi kemm fallew mill- istrateġija u kemm m'għamlu xejn.", "Il-ministru kkwota lil xi ħadd li qallu li l-boroż tal-plastic jagħmlu d-diossina, imma ma kkwotax li biex jagħmel id-diossina l-plastic irid ikun imħallat mal-chloride per eżempju.", "Jekk tissepara l-iskart kif suppost m'għandux ikun hemm diossina.", "Anke dan l- espert induna mill-ewwel li l-gvern se jħallat kollox ma' kollox u allura bilfors se jkun hemm id-diossina.", "Mela l-ministru responsabbli mill- ambjent, la qed jgħid li se jkun hemm id-diossina, diġa' jaf li lanqas għandhom ippjanar sew, għax se jkun hemm kollox imħallat bħalma qed jiġri issa.", "Huwa tajjeb li wieħed jgħidhom dawn l-affarijiet ħalli l-poplu jkun jaf x'inhu jiġri fejn jidħol l-ambjent.", "Kull darba jgħidulna li aħna m'għandniex strateġija.", "Aħna kellna strateġija u għad għandna strateġija.", "Fil-fatt għamilna d-dokument bl-isem \"Ambjent b'saħħtu għal saħħitna\" li jindika ċar il-punti prinċipali kif kellha tkun l-istrateġija, u waqt id-diskorsi u l-istqarrijiet li kont nagħmel bħala kelliem ewlieni kont nispjega kull ħaġa b'mod ċar.", "Allura nerġa' ntenni: Fejn kienet l-istrateġija tiegħu li jiġġenera l-enerġija?", "Imissu jsemmihielna.", "Issa f'daqqa waħda se jipprova u se jfalli għax m'hemmx sustanza biżżejjed f'dak li qed jgħid hu.", "Fl-istrateġija tagħna kien hemm kif se nieħdu ħsieb biex neħilsu mis-sludge, imma hu lanqas jaf x'se jagħmel bis-sludge ta' l-impjant tal-purifikazzjoni ta' l-ilma tad- drenaġġ.", "X'se jagħmlu bih dawn?", "Xejn!", "Affarijiet li ma jitwemmnux.", "Is- sitwazzjoni ta' l-ambjent f'pajjiżna qed ipinġuha tant sabiħa u qed jgħidu li se jkollna miljuni kbar ta' liri ġejjin.", "Fejn huma l-miljuni kbar li ġejjin biex isolvu l-problema ta' l-ambjent?", "Tafu fuqhiex inhi bbażata l-istrateġija ta' dan il-gvern dwar l-ambjent?", "Li jintaxxa bl-iskuża li jtejjeb l-ambjent, mentri l-istrateġija tagħna kienet mibnija fuq l-edukazzjoni u l-prevenzjoni.", "Dawk huma ż-żewġ punti prinċipali fuqhiex trid tkun ibbażata din l-istrateġija, u dawn il-gvern qed iwarrabhom kif għamel lil min kien qed jieħu ħsieb l-edukazzjoni fejn kien hemm skemi dwar l-ambjent.", "Hawn irrid insemmi Villa Psaigon li wkoll spiċċat u ġiet replaced bis-Centre for Education Research.", "Dawn huma nies tal-qalba li s'issa jidher li għadhom ma sabux lil min iħallsu bħala part- timer biex imur jagħmel dan ix-xogħol.", "Din hija sitwazzjoni tal-biki.", "Illum f'dan il-Parlament issemma r-rapport ta' Scott Wilson.", "Dawn l- affarijiet aħna konna ngħiduhomlu dak iż-żmien meta kien sar ir-rapport ta' Scott Wilson, u l-gvern qatt ma ried jippubblikah.", "Il-gvern mill-ewwel kellu l-feeling tiegħu, għax mill-ewwel kienu qalulu kif se ngħidulu aħna, li qed jivvinta u jesaġera u jaħli l-flus.", "Illum ġie fi kliemna, u jien nitolbu jara x'għedna aħna meta jien kont responsabbli bħala kelliem ewlieni, għax dak li għendna kien kollu korrett.", "Bħalma għedna wkoll fil- każ ta' l-Għallies meta għednilu li hemm materja prima.", "Skond kif qal il-gvern dak il-blat m'huwiex materja prima, u allura hemmhekk se jibdew iqattgħu biex jagħmlu landfill, u dak il-blat suppost jitfgħuh f'barriera.", "Mela, se nħallsu lil tal-barriera, u dak il-blat li hu tajjeb - mhux billi qed jgħid li mhux tajjeb - se jieħu l-flus minnu biex jagħmel iż-żrar għat-toroq.", "Mela mhux veru li m'huwiex tajjeb.", "Issa huma kienu qalu li hu tajjeb, u imbagħad qalu li m'huwiex tajjeb!", "F'din is- sitwazzjoni qegħdin, bil-ħbieb tal-ħbieb f'kull qasam, anke fejn jidħol l- ambjent.", "In-nuqqasijiet kbar li għamel il-gvern Nazzjonalista kemm ilu fil- gvern spiċċajna biex qed iħallas għalihom il-poplu bl-iskuża ta' l-eco-tax.", "Mela l-poplu Malti u Għawdxi se jeħel it-taxxa biex jagħmel tajjeb ħalli nipprovaw inlaħħqu mar-regolamenti ta' l-Unjoni Ewropea għax se nibdew neħlu l-multi u se jkollna konsegwenzi.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it- Tnejn, 21 ta' Frar 2005, fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Aġent Prim Ministru.", "Fl-9.53 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "ĦAŻ-ŻEBBUĠ - TRIQ L-IMDINA", "10459.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Peress li Imdina Road f'Ħaż-Żebbuġ qiegħda ssir, kif indikat f'mistoqsija parlamentari 5634 tal-11 ta' Mejju 2004; u peress li għal dik il-mistoqsija l-Ministru kien wieġeb li \"għalissa ma tistax tingħata l- informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant\", jista' issa l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 5634?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ninsab informat li t-triq imsemmija se titwessa biex issir service road quddiem il-parti residenzjali u kummerċjali u b'hekk it-traffiku u l-attivitajiet residenzjali jkunu separati mit- traffiku tat-triq prinċipali.", "Biex issir art agrikola se jittieħdu partijiet tul din it-triq.", "Il-wisgħa ta' l-art li ser tittieħed tvarja bejn 1.5m għal 3.8m.", "L-awtorita' dwar it-trasport għamlet talba sabiex din l-art tiġi espropriata u l-flus għal dan il-kumpens kienu trasferiti fid-dipartiment ta' l-artijiet.", "Il-kumpens isir skond il-kalkolazzjonijiet li jagħmlu l- periti tad-dipartiment ta' l-artijiet.", "L-uċuh tar-raba' u rziezet bil-permess ġew ukoll spezzjonati mid- dipartiment ta' l-agrikoltura sabiex ikun jista' jingħata kumpens għat-telf tal-prodotti lill-bdiewa.", "F'każi fejn il-bdiewa jkollhom problemi ta' aċċess temporanju, l-awtorita' tat-trasport tkun lesta tagħmel id-diskussjonijiet meħtieġa biex jintlaħaq kompromess raġunevoli u jiġu mħarsa l-interessi operattivi ta' l-istess bdiewa.", "ĦAŻ-ŻEBBUĠ: TRIQ 12 TA' MEJJU – XOGĦLIJIET", "10474.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi problemi biex jissoktaw ix- xogħlijiet fi Triq 12 ta' Mejju, Ħaż-Żebbuġ u cioe' dik li twassal sa taħt il-Virtu', ir-Rabat, qrib ta' Gianpula?", "Jekk le, jista' jgħid meta bejn wieħed u ieħor se titlesta din it-triq?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ninsab informat li l-awtorita' dwar it-trasport għadha kemm għamlet xogħol temporanju ta' patching sabiex din it-triq tiġi aċċessibbli għat-traffiku.", "Bħalissa hemm xogħlijiet għat-titjib ta' l- infrastruttura ta' l-ilma li qed isiru minn kuntrattur tal-WSC.", "Dawn ix- xogħlijiet mistennija jitlestew fil-ġimgħat li ġejjin.", "KALENDARJU AGRO-TURISTIKU", "10506.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 10244, jista' il- Ministru jikkunsidra li ssir laqgħa mal-kunsilli lokali dwar titjib tal- kalendarju agri-turistiku?", "Jekk fl-affermattiv, meta?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Ninsab informat li l-NGO's ġew mitluba jagħtuna informazzjoni dwar il-funzjonijiet u l-attivitajiet tagħhom.", "Din l- informazzjoni ser tkun il-bażi tal-kordinament tal-kalendarju agri- turistiku.", "REĠISTRAZZJONI TA' VETTURI", "10516.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati karozzi, vetturi, eċċ ġodda matul Jannar ta' din is-sena?", "Jista' jipprovdi l-informazzjoni għall- istess perjodu għas-snin 2000, 2001, 2002, 2003 u 2004, separatament?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ninsab informat illi l-lista ta' karozzi, vetturi, eċċ ġodda li ġew reġistrati matul Jannar ta' din is-sena kif ukoll għas-snin 2000, 2001, 2002, 2003 u 2004 huwa kif jidher hawn taħt:", "| |Priv|Com|Veh|Bus|M/cyc|Total | | |ate |m |. |es/|les | | | |Veh.|Veh|Hir|Min| | | | | |. |e |i | | | | | | | |Bus| | | | | | | |es | | | |200|1063|195|55 |/ |43 |1356 | |0 | | | | | | | |200|792 |164|4 |2 |45 |1007 | |1 | | | | | | | |200|853 |162|27 |2 |41 |1085 | |2 | | | | | | | |200|718 |210|30 |1 |31 | 990 | |3 | | | | | | | |200|754 |210|27 |3 |55 |1049 | |4 | | | | | | | |200|617 |112|50 |2 |5 | 786 | |5 | | | | | | | |Tot|4797|105|193|10 |220 |6273 | |. | |3 | | | | |", "BUSKETT - MUŻEW TA' L-INBID", "10518.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: B'riferenza għal mistoqsijiet parlamentari 10234 u 10237, peress li minkejja dak li l-gvern ilu jgħid mis-sena 2000 xorta waħda l-mużew tħalla abbandunat u f'qagħda degradanti, jista' il-Ministru jikkunsidra li jkun hemm xi xorta ta' żvilupp ħalli jitwettqu l-wegħdiet li għamel il- gvern?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Diġa' għamilt riferenza għall-pjani tal- ministeru għal Enoteka u għalhekk m'għandi xejn x'inżid mat-tweġiba li tajt għal mistoqsija parlamentari 10234, seduta 229 tal-31 ta' Jannar 2005.", "KALENDARJU AGRO TURISTIKU", "10527.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 10245, jista' il- Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tat-terms of reference li qed jiġi sostnut bħala bażi għal kordinament tal-kalendarju agri turistiku?", "Min huma l-uffiċjal/i inkarigati minn dan il-kordinament?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel riferenza għat-tweġiba li ngħatat għal mistoqsija parlamentari 10506.", "ŻEJTUN: TRIQ TAL-BARRANI - ARBLU TAD-DAWL", "10537.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jara li arblu tad-dawl li jinsab 'il barra fi Triq tal-Barrani, limiti taż-Żejtun, wara li saru xogħlijiet marbuta mat-traffic lights ġodda jitneħħa għaliex huwa ta' periklu u anke għaliex diġa' twaħħal arblu ieħor li jinsab aktar 'il ġewwa kif suppost?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "SKEJJEL – INĊIDENTI U KORRIMENTI", "10544.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid matul is-sena 2004 kemm kien in-numru ta' inċidenti rapportati fl-iskejjel primarji, sekondarji u l- MCAST fejn weġġgħu l-istudenti?", "X'ikkawża dawn l-inċidenti u f'liema stadju kienet il-gravita' tagħhom?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li fl-iskejjel primarji ġew rapportati għaxar inċidenti.", "Erbgħa minnhom kienu inċidenti minuri u s-sitta l-oħra ta' ksur waqt il-ħin tal-break.", "Fl-iskejjel sekondarji ġew rapportati 99 inċidenti fi 18-il skola.", "Il- maġġoranza ta' dawn l-inċidenti kienu minuri, bħal ngħidu aħna tbenġil u brix waqt futbol u żliq minħabba xita.", "L-inċidenti gravi kienu sebgħa u dawn ivarjaw minn ksur u qsim fejn kien hemm bżonn ta' punti.", "L-inċidenti gravi ġraw kollha waqt il-ħin tal-break.", "Fl-MCAST f'Malta ġew rapportati erba' inċidenti bla riperkussjonijiet.", "Dawn ivarjaw minn diffikulta' bin-nifs, ksur waqt il-logħob, u zlogar ta' spalla waqt breakdance.", "Fl-MCAST ta' Għawdex ma ġew rapportati l-ebda inċidenti.", "KOPERATTIVI TAR-RAĦĦALA", "10546.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid meta kien l-aħħar pagament tal- kummissjoni fuq il-produzzjoni taċ-ċanga u tal-ħalib li tħallset lill- koperattivi tar-raħħala?", "Kemm kien l-ammont f'kull każ, u liema perjodu kien ikopri dan il-ħlas?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant ikun iktar speċifiku dwar x'tip ta' pagamenti u għal liema kummissjoni qiegħed jirriferi.", "OPM - KONSULENTI", "10588.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jagħti lista ta' konsulenti jew kumpanniji ta' konsulenza lokali jew barranin, li l-ministeru, inkluż il- korporazzjonijiet pubbliċi kollha li jaqgħu taħtu, għamlu użu minnhom matul l-2004?", "Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet?", "Jista' jgħid kemm għad baqa' ħlasijiet li jridu jsiru?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l- informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar u tingħata tweġiba f'xi seduta oħra.", "ĠUSTIZZJA U INTERN - KONSULENTI", "10590.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jagħti lista ta' konsulenti jew kumpanniji ta' konsulenza lokali jew barranin li l- ministeru, inkluż il-korporazzjonijiet pubbliċi kollha li jaqgħu taħtu, għamlu użu minnhom matul l-2004?", "Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet?", "Jista' jgħid kemm għad baqa' ħlasijiet li jridu jsiru?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant hu kif jidher fit-tabella li tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra iktar kmieni fis-seduta.", "AFFARIJIET BARRANIN - KONSULENTI", "10591.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin: Jista' il-Ministru jagħti lista ta' konsulenti jew kumpanniji ta' konsulenza lokali jew barranin li l-ministeru, inkluż il-korporazzjonijiet pubbliċi kollha li jaqgħu taħtu, għamlu użu minnhom matul l-2004?", "Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l- ħlasijiet?", "Jista' jgħid kemm għad baqa' ħlasijiet li jridu jsiru?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra iktar kmieni fis-seduta.", "AFFARIJIET RURALI U AMBJENT - KONSULENTI", "10592.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jagħti lista ta' konsulenti jew kumpanniji ta' konsulenza lokali jew barranin li l-ministeru, inkluż il- korporazzjonijiet pubbliċi kollha li jaqgħu taħtu, għamlu użu minnhom matul l-2004?", "Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet?", "Jista' jgħid kemm għad baqa' ħlasijiet li jridu jsiru?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-mejda tal- Kamra iktar kmieni fis-seduta.", "EDUKAZZJONI, ŻGĦAŻAGĦ U IMPJIEGI - KONSULENTI", "10593.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: Jista' il-Ministru jagħti lista ta' konsulenti jew kumpanniji ta' konsulenza lokali jew barranin li l-ministeru, inkluż il- korporazzjonijiet pubbliċi kollha li jaqgħu taħtu, għamlu użu minnhom matul l-2004?", "Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet?", "Jista' jgħid kemm għad baqa' ħlasijiet li jridu jsiru?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.", "BORMLA – APPARTAMENT TAL-GVERN", "10615.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u tas- Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid meta mistenni jmur housing inspector tad-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali fil-fond li d- dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Jien informata illi l-ispezzjoni tal-post diġa' saret.", "AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA", "10616.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u tas- Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid x'possibbilta' hemm li applikanta li għandha 275 punt quddiem id-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali - dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - tieħu post alternattiv?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Jien informata li l-applikazzjoni qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' oħrajn simili.", "AKKOMODAZJONI ALTERNATTIVA", "10617.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u tas- Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid fejn waslet it-talba ta' anzjana - dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - li tgħix f'dar bla dawl u li ilha bosta snin tistenna post alternattiv mid-dipartiment għall- akkomodazzjoni soċjali?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Jien informata li l-applikazzjoni qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' oħrajn simili.", "KOTTONERA - PROĠETTI", "10631.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 10302, jista' il- Ministru jagħti informazzjoni dwar xi proġetti se jsiru mill-ministeru tiegħu matul din is-sena fil-Kottonera?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Jien informat li hemm diversi proġetti ppjanati u li diġa' qed isiru fil-Kottonera matul l-2005.", "Fost dawn hemm xogħlijiet ta' restawr u ta' tisbiħ bħal: jitkompla x-xogħol ta' restawr fl-Armerija, il-Birgu;", "tisbiħ ta' l-area ħdejn l-iskola primarja ta' Bormla;", "tkomplija tar-restawr tal-batterija fil-foss tal-Birgu;", "tkomplija tar-restawr tas-sur ta' San Ġwann, il-Birgu;", "xogħol ta' tisbiħ fil-Bieb ta' Santa Liena.", "POSTIJIET REKWIŻIZZJONATI", "10632.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Familja u tas- Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid kemm hawn proprjeta' li għad għandha requisition order?", "X'inhi l-proċedura sabiex post jiġi de- requisitioned?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Jien informata li d-dipartiment għandu 9,010 proprjeta' li għadha rekwiżizzjonata.", "Id-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali qiegħed jagħmel eżercizzju, lokalita' b'lokalita', biex dawk l- ordnijiet ta' rekwiżizzjoni li m'għadx hemm lok li jibqgħu fis-seħħ jiġu mneħħijja.", "KAŻ DWAR ĦLAS TA' KERA", "10633.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Familja u tas- Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tara li ssir xi ħaġa rigward il- kera li qed tintalab tħallas il-familja - dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - li l-kap tal-familja ma jaħdimx minħabba kundizzjoni fiżika?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Jien informata illi s-sussidju fuq il-kera tal- post indikat inħadem sewwa skond il-kuntratt iffirmat mill-inkwilin meta ngħata l-post.", "GOZO CHANNEL - VJAĠĠI", "10634.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' il- Ministru tagħti informazzjoni dwar kemm kien in-numru totali ta' vjaġġi li saru minn kull vapur tal-Gozo channel bejn Malta u Għawdex fis-sena 2004?", "Kemm inġarru vetturi u passiġġieri fl-istess sena?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel il- mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "BORMLA – ĦSARAT STRUTTURALI", "10635.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Familja u tas- Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid jekk sarx xi progress sabiex jiġu rranġati żewġ postijiet li sofrew ħsarat kbar f'Marzu 2003, li jinsabu f\"Misraħ Bonnici, Bormla?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Ninsab informata li l-ħsarat li rrifera għalihom l-Onor.", "Interpellant huma tant kbar li mhux viabbli li jsiru tiswijiet.", "Għal din ir-raġuni qed tiġi kkunsidrata l-possibbilita' li s-sit jiġi żviluppat mill-ġdid.", "BIRGU: TRIQ IL-KOTTONERA - ILMA TAX-XITA", "10636.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' il-Ministru jara li jsir ix-xogħol neċessarju sabiex ma jibqax iżomm dak l-ammont kbir ta' ilma tax-xita fi Triq Kottonera, Birgu quddiem il-kulleġġ De La Salle?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Jien informat li din hi kwestjoni li taqa' taħt ir- responsabbilta' tal-kunsill lokali.", "AWTORITA' TAD-DJAR - KAROZZI BIL-ĦSARA", "10666.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u tas- Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid fejn ittieħdu l-karozzi ta' l-awtorita' tad-djar meta kellhom xi ħsarat fis-snin 2000, 2001, 2002, 2003, 2004 u 2005?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Ninsab informata li bejn is-snin 2000 - 2002 l- awtorita' tad-djar kienet issewwi l-karozzi tagħha għand il-mechanic J. Azzopardi.", "Mis-sena 2003 s'issa l-awtorita' qed issewwi l-karozzi tagħha għand l-aġenti rispettivi.", "AKKOMODAZZJONI SOĊJALI", "10669.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u tas- Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tara li d-dipartiment għall- akkomodazzjoni soċjali jieħu l-passi neċessarji biex persuna - dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - li għandha diżabilita' u hi bil-marda tal-kanċer tieħu post alternattiv?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Jien informata li l-applikazzjoni qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' oħrajn simili.", "VAT DEPARTMENT", "10671.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jinvestiga l-każ ta' persuna - dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - li ġiet mitluba mid-dipartiment tal- VAT biex tħallas aktar flus wara li din kienet diġa' ħallset il-flus dovuti lid-dipartiment tal-VAT kif mitluba?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "LIBRERIJA PUBBLIKA", "10766.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew mislufa kotba mil- librerija pubblika matul is-snin 2000, 2001, 2002, 2003 u 2004?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li kotba mislufa mil-librerija pubblika ċentrali u l-friegħi tagħha hu kif jidher hawn taħt:", "Sena 2000 - 745,442 Sena 2001 - 746,246 Sena 2002 - 757,166 Sena 2003 - 807,822 Sena 2004 - 816,230"]} {"filename": "20060502_379d_par.doc", "date": "2006-05-02", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Uffiċjali u Rivedut) L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 379 It-Tlieta, 2 ta' Mejju 2006 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 379", "It-Tlieta, 2 ta' Mejju 2006", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.02 p.m.", "Talba", "Seduta Nru. 379", "It-Tlieta, 2 ta' Mejju 2006", "WERREJ", "MINUTI 631", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 631", "TQEGĦID TA' KARTI 636", "MOZZJONIJIET", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-KOSTITUZZJONI TA' MALTA (L-EWWEL QARI) 640", "EMENDA GĦALL-ORDNIJIET PERMANENTI TAL-KAMRA 641", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI BIEX JEMENDA L-ATT DWAR IS-SERVIZZI TA' IMPIEG", "U TAĦRIĠ (IT-TIENI QARI)", "EMPLOYMENT AND TRAINING SERVICES (AMENDMENT) BILL (SECOND READING) 641", "AĠĠORNAMENT 663", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 667", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB 683", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 378 li saret fis-26 ta' April, 2006 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "SKAMBJU TA' RIGALI", "17609.", "L-ONOR.", "JOE DEBONO GRECH staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' il-Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa f'rigali mogħtija minnha jew mill- istaff privat tagħha, kemm f'Malta kif ukoll barra minn Malta, matul l- 2003, 2004, 2005 u minn Jannar 2006 sal-lum?", "Tista' tgħid lil min ingħataw ir-rigali?", "Fiex kienu jikkonsistu u kemm qamu?", "Minfejn inxtraw u min approva x-xiri?", "Tista' tgħid x'rigali ngħatat hi bħala ministru b'reċiproċita'?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni) (f'isem il-Ministru għal Għawdex): In-nefqa f'rigali mogħtija minni hi kif ġej: Lm499 fl-2003, Lm361 fl-2004, Lm468 fl-2005 u Lm244 fl-2006.", "Dawn ir-rigali jikkonsistu f'kotba u souvenirs varji u nxtraw minn bookshops u ħwienet ewlenin u ngħataw lill-ministri ta' pajjiżi oħrajn u d- delegazzjonijiet tagħhom u persuni oħra distinti kif jitlob il-protokoll.", "Kollox sar skond ir-regoli normali tas-servizz pubbliku.", "AKKWIST TA' PROPRJETA'", "18294.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Stefan Buontempo) staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk il- ministeru, l-awtoritajiet u l-enti l-oħra li jaqgħu taħtu mill-2005 sal- lum xtrawx, krewx jew ħadux b'ċens xi proprjeta' mis-settur privat?", "Meta u b'liema titlu?", "Ħarġet sejħa għal offerti?", "Mingħand min ġiet akkwistata din il-proprjeta' u għal liema raġuni ġiet akkwistata?", "Jista' ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt jew tal-ftehim?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (Segretarju Parlamentari) (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Waqt li t-tweġiba għar-rigward tad-dekasteru tal- finanzi hija fin-negattiv, jien informat li l-kummissjoni dwar l-impjiegi mill-2005 sal-lum kriet proprjeta' li tinsab f'46, Triq l-Arċisqof, il-Belt Valletta.", "Il-proprjeta' inkriet mill-1 ta' Settembru, 2005 mingħand is-Sur Dennis Borg ta' 188A, Strait Street, Valletta u dan wara li l-kummissjoni kienet ħarġet avviż f'gazzetta lokali.", "Din il-proprjeta' inkriet minflok kirja oħra li kellha l-kummissjoni, peress li ma kienx hemm aċċess għal persuni b'diżabilita'.", "Kopja tal-kuntratt qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jista' is-Segretarju Parlamentari jgħidilna fiex waslet l-investigazzjoni dwar il-bejgħ tal-bastimenti tas-Sea Malta?", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Jiddispjaċini imma m'għandix din l-informazzjoni, Sur President.", "INVESTIGAZZJONIJIET", "18407.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joseph Sammut) staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm investigazzjonijiet saru fis-suċċessjoni, capital transfer duty u Monte di Pieta' f'dawn l-aħħar għaxar snin?", "X'wassal għal dan?", "X'irriżulta minn kull waħda minn dawn l-investigazzjonijiet?", "X'kien l-eżitu jew x'kienet l- azzjoni ta' kull investigazzjoni?", "Kemm minn dawk investigati jikkonċernaw persuni li għandhom konnessjoni familjari ma' individwi fl-amministrazzjoni tad-dipartiment?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant illi f'dawn l-aħħar għaxar snin saret investigazzjoni waħda li tolqot l-operat tal-Monte di Pieta', iżda minħabba li l-każ qiegħed f'idejn il-pulizija m'huwiex opportun li f'dan l-istadju jingħataw dettalji.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jista' jgħidilna meta bdiet din l-investigazzjoni?", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Li naf hu li madwar sentejn ilu, meta kont għadni segretarju parlamentari fil-ministeru tal-finanzi, l-investigazzjoni kienet diġa' nbdiet.", "Din kellha tkun waħda intensiva minħabba ċerti affarijiet.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Apparti li s-Segretarju Parlamentari ma tanix l- informazzjoni li tlabtu, jikkonferma li hemm imdaħħlin familjari ta' min qed jiġi investigat?", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Hawnhekk qegħdin nitkellmu dwar investigazzjoni tal- pulizija u la għandi ismijiet u lanqas xejn.", "Naħseb li jkun xieraq u għaqli jekk inħallu lill-pulizija jagħmlu xogħolhom, jinvestigaw lil kulmin jidhrilhom li għandhom jinvestigaw, imbagħad meta l-investigazzjoni tkun lesta, ma naħsibx li minn din in-naħa għandu jkun hemm xi oġġezzjoni biex dak li jkun jara r-riżultati.", "Imma ladarba ċ-ċirkostanzi huma kif inhuma u hemm investigazzjoni għaddejja mill-pulizija, naħseb li ma jaqbel għal ħadd li jingħataw ċerti dettalji, Sur President.", "Anzi jekk l-Onor.", "Interpellant għandu xi informazzjoni li tista' tgħin lill- pulizija, jagħmel tajjeb jekk jgħaddiha forsi din l-investigazzjoni tasal fi tmiemha.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Kieku kelli xi informazzjoni x'ngħaddi kont ngħaddiha, Sur President.", "Imma ma jidhirlux is-Segretarju Parlamentari li l-poplu għandu jkun informat dwar meta bdiet l-investigazzjoni, sabiex ikun jista' jagħmel il-ġudizzju tiegħu dwar jekk din hijiex miexja b'ritmu tajjeb jew le?", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Sur President, ftit ilu l-pulizija waslet biex għalqet investigazzjoni li kienet ilha għaddejja 18-il sena meta tellgħet il-qorti persuna ndagata fuq att kriminali.", "Nemmen li huwa kompitu tal- pulizija li tara kemm għandha ddum investigazzjoni u ħadd m'għandu jindaħlilha f'dak li tkun qed tagħmel.", "Jekk l-Onor.", "Membru qed jintima li hemm xi ħadd li qed jipprova jżomm milli ssir tali investigazzjoni, għandu jkun jaf li min-naħa tagħna nixtiequ li l-investigazzjoni tiġi fi tmiemha malajr kemm jista' ikun biex jekk għandhom jittieħdu xi passi, jittieħdu.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Ikun aħjar jekk ma noqogħdux inħawdu u nagħtu wieħed x'jifhem li jiena għandi f'moħħi li nagħmel xi tip ta' allegazzjoni.", "Kulma qed nitlob hu li f'ġieħ it-trasparenza, anke biex il-poplu jkun konvint li l-affarijiet mexjin u m'humiex jieħdu fit-tul aktar milli suppost, is- Segretarju Parlamentari jgħidli meta bdiet l-investigazzjoni.", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: M'għandix din l-informazzjoni hawnhekk, Sur President.", "Jekk irid niċċekkjalu u għada filgħaxija nagħtih risposta.", "TINDIF TA' UFFIĊINI", "18430.", "L-ONOR.", "JOE DEBONO GRECH staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 17362, jista' il-Prim Ministru jgħid x'inhuma l-linji gwida l-aktar importanti, b'rabta mar- regolamenti dwar l-infiq, b'mod speċjali dwar il-kuntratti pubbliċi ta' l- 2005, rigward it-tindif fil-bini tas-segretarjat privat tal-ministri?", "Jiċħad jew jikkonferma li hemm ministri li qegħdin imorru kontra dawn ir- regolamenti ta' l-istess kuntratti pubbliċi ta' l-2005?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Waqt li nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li kont tajt għall- mistoqsija parlamentari 17362, nista' ngħidlu li ma jezistu l-ebda proċeduri jew linji gwida maħruġa mill-ministeru tal-finanzi li b'xi mod jirregolaw l-akkwist ta' servizzi ta' tindif għall-ministeri jew għall-bini tas-segretarjat privat tagħhom.", "Ir-regolamenti dwar il-kuntratti pubblici ta' l-2005 jistabilixxu l- parametri ġenerali li għandhom jiġu segwiti f'kull kaz li jinvolvi akkwist ta' tagħmir, provvista, xogħlijiet jew servizzi.", "Jitkellmu fuq limitu ta' infiq li jista' isir mill-awtoritajiet kontraenti u jiddeterminaw il- proċedura għall-akkwist li tapplika f'kull kaz.", "Bl-ebda mod ma jidħlu fuq in-natura ta' xi servizz speċifiku.", "F'dan ir-rigward ma jirriżultalix li hemm ministri li qegħdin imorru kontra dawn ir-regolamenti dwar il-kuntratti pubbliċi ta' l-2005.", "SAFI BARRACKS", "18452.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Kemm huwa possibbli li min-naħa tal-forzi armati ma jibqax isir l- iżball – aktarx li ilu ġej minn żmien l-Ingliżi - li jirriferu għall- barracks tagħhom bħala Safi Barracks meta dawn jinsabu f'Ħal Kirkop u m'għandhom x'jaqsmu assolutament xejn ma' Ħal Safi?", "Għaliex ma nibdewx insejħulhom Kirkop Barracks?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Napprezza s-suġġeriment ta' l-Onor.", "Membru, iżda niġbidlu l-attenzjoni għall-fatt li din il-proprjeta' militari ilha hekk magħrufa minn mindu nbniet.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Sur President, kienu residenti ta' Ħal Kirkop li ġibduli l-attenzjoni li għalkemm dawn il-barracks huma magħrufa bħala Safi Barracks, fil-fatt jinsabu fil-qalba ta' Ħal Kirkop.", "Ladarba jidher li dan l-iżball sar min-naħa ta' l-Ingliżi bosta snin ilu, għandha tkun problema kbira biex dawn il-barracks nibdew insejħulhom Kirkop Barracks, kif inhi x- xewqa ta' bosta residenti ta' Ħal Kirkop?", "(Interruzzjonijiet) Għalija ma tagħmel l-ebda differenza imma donnu li għal ċerti residenti ta' Ħal Kirkop tagħmel.", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Sur President, jiena ma nsib l-ebda diffikulta' li jinbidel l-isem ta' dawn il-barracks, pero' nassigura lill-Onor.", "Interpellant li dawn se jibqgħu magħrufa bħala Safi Barracks.", "Fil-fatt hawn diversi postijiet li ssibhom f'ċerta lokalita' iżda huma magħrufin b'isem ieħor.", "Hawn anke nies li huma magħrufin bil-laqam u mhux b'isimhom!", "Nemmen li ma tagħmilx differenza jekk dawn il-barracks iżommux l-isem li normalment insibuh bihom.", "L-importanti hu li kulħadd jaf fejn jinsabu u li jagħtu s-servizz mitlub minnhom.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Galea.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Is-Segretarju Parlamentari jrid japprezza li għalkemm la lili u lanqas lilu ma tagħmlilna ebda differenza jekk dawn il-barracks jinbidlilhomx isimhom jew le, hemm persuni li għalihom din tagħmel differenza u peress li dan il-gvern huwa viċin tan-nies, nemmen li għandu jisma' is-suġġeriment li wassluli xi residenti.", "Għallinqas jien kont nistenna li s-Segretarju Parlamentari se jgħidli li lest jikkonsidra s- suġġerimenti tiegħi u mhux jgħidli li dan huwa żball li għandna nibqgħu mwaħħlin bih.", "Ta' l-inqas il-forzi armati għandhom jikkonsidraw dan is- suġġeriment.", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Sur President, jiena la għedtlu li mhux se nagħtu kas u lanqas m'għedtlu li m'aħniex se nikkonsidraw dan is-suġġeriment.", "Għedtlu li jiena ma nsib l-ebda diffikulta' li jsir hekk.", "Għedtlu wkoll li dawn il-barracks, għalkemm jinsabu fejn jinsabu, huma rikonoxxuti b'ċertu isem u naħseb li hekk se jibqgħu magħrufin.", "Allura ladarba l-Auberge d'Italie jinsab f'Merchants Street ġewwa l-Belt, għandna nibdlulu ismu?", "Jistgħu jissejħu Safi Barracks u jkunu qegħdin fir-Rabat!", "Forsi dak iż- żmien sar żball fuq id-delineament tar-raħal.", "Għalkemm nasal biex ngħid li dawn il-barracks aktar jinsabu fit-tarf ta' Ħal Kirkop milli f'nofsu, xorta waħda se nwassal is-suġġeriment ta' l-Onor.", "Membru u nittama li dan jiġi kkonsidrat b'mod pożittiv.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Galea.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Jidher li s-Segretarju Parlamentari m'għandux idea fejn jibda u jispiċċa Ħal Kirkop!", "M'huwiex minnu li dawn il-barracks jinsabu f'tarf ir-raħal u noffrilu biex, jekk irid, nieħdu fuq il-post u nurih li mhux hekk.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sur President, jiena għollejt idi erba' darbiet biex nagħmel mistoqsija supplimentari u kull darba ġejt injorat u għalhekk bi protesta qed ngħajjat quorum.", "MR SPEAKER: Is-Seduta hija sospiża għal ħames minuti.", "Fis-6.15 p.m. is-Seduta ġiet sospiża u rriżumiet ħames minuti wara.", "MR SPEAKER: Is-Seduta tkompli.", "L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jista' is-Segretarju Parlamentari jgħidilna x'ġara eżatt fl-inċident tal-klandestini, fejn hu stess għamel dikjarazzjoni li tikkonfliġġi ma' dak li qalu t-Taljani?", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Nassumi li l-Onor.", "Membru qed jirriferi għall-każ meta dgħajsa tas-sajd, b'immigranti illegali fuqha, għaddiet minn ħdejn Malta u baqgħet sejra lejn l-Italja.", "Jiena ma naħsibx li dan kien inċident, imma gazzetta partikolari qabdet din is-sitwazzjoni minn sieqha u qed tipprova żżomm il-Maltin ħatja ta' nuqqas li ġara min-naħa tat-Taljani.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Kemm huwa minnu li apparat li jinżamm mill-forzi armati ta' Malta biex jagħmel monitoring, dak il-ħin kien mitfi?", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Sur President, din kienet operazzjoni regolari ta' surveillance fejn kull ħaġa li saret tniżżlet fil-logbook.", "B'xi mod din l- informazzjoni sabet ruħha f'gazzetta lokali u ngħid għalija, il-fatt jekk sarx recording jew le assolutament m'għandux jaffettwa l-aġir u x-xogħol tajjeb li tagħmel l-armata.", "Huwa veru li l-Amerikani kienu tawna xi apparat li f'dik il-ġurnata partikolari ma kienx mixgħul, pero' il-verita' hi li l-armata bl-ebda mod u fl-ebda ħin ma naqset milli tagħmel xogħolha.", "Il-ħasra hi li minflok ma jkollna gazzetti li lill-qarrejja jġibuhom konxji mix-xogħol tajjeb li tagħmel l-armata u b'liema kura u attenzjoni tagħmlu xogħolha, iparlaw żejjed fuq affarijiet li ma jeżistux.", "Din il-gazzetta li rriferejt għaliha lis-suldati ppruvat tpinġihom koroh, anke lil dawk li ġieli jkollhom jaqbżu l-baħar sabiex isalvaw lil ħaddieħor, bħal fil-każ tal-kedda li ħadu l-ġimgħa l-oħra meta kien hemm dinghy wieqaf.", "Dik tal-ġimgħa l-oħra ma kenitx surveillance action imma search and rescue u lil dawn in-nies tellgħuhom fuq il-patrol boat u ġabuhom hawn Malta.", "Sur President, kieku l-gazzetti jħarsu iżjed lejn il-pożittiv milli lejn in- negattiv u ma jippruvawx jaraw lil min se jsawtu kull nhar ta' Ħadd, kieku x-xogħol siewi li tagħmel l-armata in konnessjoni mal-fenomenu ta' l- immigrazzjoni irregolari jiġi apprezzat ħafna iżjed.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mario Galea.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Dan l-aħħar smajna li nbnew xi kwartieri ġodda għall- immigranti irregolari li qegħdin fi closed centres, iżda apparentement dawn irrifjutaw li jmorru fihom.", "Jista' is-Segretarju Parlamentari jgħid jekk finalment aċċettawx li jmorru fihom?", "Jista' jgħid kemm flus ġew jiswew dawn il-kwartieri?", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Sur President, dan l-aħħar taħt it-tmexxija tal- viċi prim ministru kif ukoll bl-għajnuna tiegħi għan-nom ta' l-uffiċċju tal- prim ministru, inbnew kwartieri ġodda għall-immigranti irregolari.", "Il- kwartieri li nbnew f'Ħal Far jieħdu 480 immigrant u ġew jiswew madwar Lm140,000 u jkopru medda ta' erbat itmien art, kważi 4,400 metru u nista' ngħid li diġa' hemm in-nies fihom.", "Anke nbena kwartier ieħor li jesa' 224 persuna u jinsab fil-barracks ta' Ħal Kirkop - dawn biex tasal għalihom trid tgħaddi mit-triq li tieħu għal Ħal Safi! - u dan lest biex jilqa' numru ta' immigranti irregolari li jistgħu jiġu f'pajjiżna u huwa wkoll a multi-purpose centre li jservi għal xi emerġenza oħra li jista' ikollu l-gvern.", "Issa niġi għad-domanda ta' l- Onor. Galea, Sur President.", "Meta tlabna lil dawk li hemm fit-tent compound ta' ħdejn Lyster Barracks sabiex jiġu ttrasferiti f'din l-area, iddikjaraw ripetutament li huma jixtiequ jibqgħu fejn huma għax hemm għandhom art sostanzjalment ikbar u għaldaqstant għandhom iżjed fejn iqattgħu l-ħin tagħhom b'mod komdu.", "Għax għalkemm din hija a tent compound, għandhom mess, għandhom toilets, għandhom showers, għandhom fejn jaħslu l-affarijiet tagħhom, eċċ.", "Sadanittant, minħabba bżonnijiet urġenti ta' xogħol, għalaqna block B u għalaqna sular li hu magħruf bħala Hermes compound, li jagħmel parti minn Lyster Barracks.", "Hemm xogħlijiet urġenti li jridu jsiru fis-sistema tad- dawl u l-ilma.", "Hemm bżonn ukoll li fil-barracks ta' Ħal Kirkop isir xogħol strutturali għax hemm xi problemi.", "Sadanittant madwar 900 persuna li jinsabu fi closed detention areas, huma miżmumin ġo warehouse 1 u warehouse 2 li hemm fil-barracks ta' Ħal Kirkop kif ukoll fil-barracks l-oħrajn li hemm Ħal Far, f'parti mid-depot u parti oħra f'Ta' Kandja.", "Qed isir kull sforz possibbli sabiex iż-żmien ta' dawn in-nies jonqos kemm jista' ikun kif ikunu jippermettu ċ-ċirkostanzi.", "ASSISTENTI ĠUDIZZJARJI", "18205.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm assistenti ġudizzjarji hemm fuq bażi part-time u full- time?", "Min huma?", "X'inhu s-salarju ta' kull wieħed u waħda minnhom?", "Hemm bżonn ta' iktar assistenti ġudizzjari fi ħdan il-qrati tal-ġustizzja ta' Malta?", "X'inhu l-ħsieb jew il-pjan tal-gvern rigward l-impjieg ta' assistenti ġudizzjari part-time u jekk hux se jerġa' jiġġeddidilhom il- kuntratt?", "ONOR.", "TONIO BORG: Fil-preżent fil-qorti ċivili (Malta) hemm disa' assistenti ġudizzjarji fuq bażi part-time u 14 fuq bażi full-time.", "Dawn huma:", "|Part-time |Full-time | |Anthony Ellul |Kenneth Gulia | |Audrey Demicoli|Paul Caruana | | |Curran | |Veronica Galea |Maria Dolores | |Debono |Gauci | |Deborah |Monica Borg | |Farrugia |Galea | |Joseph Fenech |Emanuel | |Adami |Buttigieg | |Marse-Ann |Anna Caruana | |Farrugia | | |Ian Spiteri |Mariella | |Bailey |Schembri Gonzi | |Tania Sammut |Josette Demicoli| |Catania | | |Anna Mifsud |Yvette Cassar | |Bonnici | | | |Elena Naudi | | |Depasquale | | |Claudine | | |Mercieca Galea | | |Maria Pia | | |Micallef | | |Natasha | | |Buontempo | | |Mandy Jane | | |Carabott |", "Is-salarju ta' assistent ġudizzjarju part-time huwa Lm2,400 fis sena.", "Is-salarju ta' assistent ġudizzjarju full-time huwa kif ġej: Drs.", "Kenneth Gulia, Paul Caruana Curran, Maria Dolores Gauci, Monica Borg Galea, Emanuel Buttigieg, Anna Caruana, Mariella Schembri Gonzi, Josette Demicoli u Yvette Cassar għandhom Lm7,560 fis-sena, filwaqt li Drs.", "Elena Naudi Depasquale u Claudine Mercieca Galea għandhom Lm6,933 fis-sena u Drs.", "Maria Pia Micallef, Natasha Buontempo u Mandy Jane Carabott għandhom Lm6,306 fis- sena.", "Id-differenza fis-salarji ta' dawn l-assistenti ġudizzjarji full- time hija d-differenza fl-iskala tas-salarju.", "L-assistenti ġudizzjarji part-time huma avukati ta' ċerta esperjenza u għaliex huma fuq bażi part-time, jistgħu jibqgħu jeżertiċaw il-professjoni tagħhom ta' avukat u għalhekk huma midħla tal-proċeduri tal-qrati aktar mill-assistenti ġudizzjarji full-time li xogħolhom huwa iktar impenjattiv.", "Il-ħsieb huwa li l-kuntratti ta' l-assistenti ġudizzjarji part-time jiġu mġedda wara li jinkiseb clearance mill-management and personnel office fl- uffiċċju tal-prim ministru.", "Fil-qorti ta' Għawdex hemm assistent ġudizzjarju wieħed, Dr Aaron Attard- Hili, li huwa fuq bażi full-time, bis-salarju bażiku tiegħu jammonta għal Lm517 kull erba' ġimgħat.", "Qed jiġi kkonsidrat l-impjieg ta' assistent ġudizzjarju ieħor fuq bażi part-time.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-Mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "TONIO BORG (Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern): Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' żewġ avviżi ta' tenders u dokumenti relatati mal-bejgħ tal- Holiday Inn f'Tigne`, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 18667.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar in-nefqa fuq mobile phones matul l-2005 mill-ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħti, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 18363.", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Sur President, f'isem il-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita` nqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' ftehim dwar il-kiri ta' żewġ garages/stores fi Gwardamanġa mid-diviżjoni tas-saħħa u kopja ta' kuntratt dwar il-kiri ta' uffiċini u garage fl-Imsida mid-dipartiment tal-promozzjoni tas-saħħa, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 18303; u", "f'isem il-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l- Informazzjoni nqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar in-nefqa fuq mobile phones matul l-2005 mill-ministeru għall-investiment, industrija u teknoloġija ta' l-informazzjoni u l- enti li jaqgħu taħtu, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 18362; u", "f'isem il-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' pjanta li turi fejn saru xogħlijiet fi Mdina Road, Żebbuġ bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 18530; u", "f'isem il-Ministru tal-Familja u Solidarjeta` Soċjali nqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali 108 ta' l-2006 – Ordni ta' l-2006 dwar l-awtorità tad- djar (trasferiment ta' proprjetà) (nru.", "2);", "Kopja ta' kuntratt dwar kiri ta' proprjeta` mill-fondazzjoni għas- servizzi ta' ħarsien soċjali u s-Sedqa, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 18304; u", "Tagħrif dwar in-nefqa fuq mobile phones matul l-2005 mill-ministeru tal-familja u solidarjeta` soċjali u l-enti li jaqgħu taħtha, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 18366.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Jason Azzopardi.", "ONOR.", "JASON AZZOPARDI (President tal-Kumitat Permanenti għall-Affarijiet Barranin u Ewropej): Sur President, nirrapporta li 53 dokument maħruġa mill- Kummissjoni Ewropea (pipeline acquis) ġew scrutinised u cleared mill- working groups fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej, u cioe':", "323.", "Proposal for a Regulation of the European Parliament and of the Council establishing a European Grouping of Cross-Border Co-operation (EGCC) (COM (2004) 496 final).", "426.", "White Paper on the Review of Regulation (EEC) 4056/86, applying the EC competition rules to maritime transport (COM (2004) 675).", "445.", "Proposal for a Directive of the European Parliament and of the Council on services in the internal market (COM(2004) 2 final/3).", "447.", "Proposal for a Council Regulation repealing Regulation (EC) 3690/93 establishing a Community system laying down rules for the minimum information to be contained in fishing licences (COM (2005) 499).", "448.", "Proposal for a Council Regulation concerning the conclusion of the partnership agreement between the European Community and the federated states of Micronesia on fishing in the federated states of Micronesia (COM (2005) 502).", "450.", "Report from the Commission to the Council and the European Parliament on the implementation of Directive 96/61/EC concerning integrated pollution prevention and control (COM (2005) 540).", "451.", "Report from the commission to the council and the European Parliament on the simplification of the common market organisation in fruit and vegetables (COM (2004) 549).", "453.", "Report from the Commission to the Council and the European Parliament on the borrowing and lending activities of the European Communities in 2004 (COM (2005) 385).", "454.", "Report from the Commission - Member States' replies to the court of auditors 2002 annual report (COM (2004) 859).", "456.", "Report from the Commission: Annual Report from the Commission on the guarantee fund and its management in 2004 (COM (2005) 262).", "457.", "Green Paper on the enhancement of the EU Framework for investment funds (COM (2005) 314).", "458.", "Communication from the Commission to the Council: review of the facility providing medium-term financial assistance to Member States under Article 119 of the Treaty (COM (2005) 331).", "459.", "Communication from the Commission to the Council, the European Parliament and the European Economic and Social Committee on the work of the EU joint transfer pricing forum on transfer pricing documentation for associated enterprises in the EU (COM (2005) 543-1).", "460.", "Proposal for a code of conduct on transfer pricing documentation for associated enterprises in the EU (COM (2005) 543-2).", "461.", "Proposal for a Council Decision authorising the Republic of Lithuania to", "apply a measure derogating from Article 11 (a)(1) and Article 28E of the sixth Council Directive (77/388/EEC) on the harmonisation of the laws of the member states relating to turnover taxes (COM (2005) 581).", "462.", "Proposal for a Council Decision amending Decisions 98/161/EC, 2004/228/EC and 2004/295/EC as regards the extension of measures to prevent evasion of value added tax in the waste sector (COM (2005) 635).", "463.", "Commission staff working document: Requirements for conducting public procurement using the electronic means under the new public procurement Directives 2004/18/EC and 2004/17/EC (SEC (2005) 959).", "464.", "Communication from the Commission on More Research and Innovation - Investing for Growth and Employment: A Common Approach (COM (2005) 488).", "465.", "Proposal for a Council decision on the signature and provisional application of the Agreement between the European Community and the Republic of Albania on certain aspects of air services and the Proposal for a Council decision on conclusion of the Agreement between the European Community and the Republic of Albania on certain aspects of air services (COM (2005) 349).", "466.", "Proposal for a Council decision on the signature and provisional application of the Agreement between the European Community and the Republic of Bosnia and Herzegovina on certain aspects of air services and the Proposal for a Council decision on conclusion of the Agreement between the European Community and the Republic of Bosnia and Herzegovina on certain aspects of air services (COM (2005) 351).", "467.", "Proposal for a Council decision on the signature and provisional application of the Agreement between the European Community and Serbia and Montenegro on certain aspects of air services and the Proposal for a Council decision on conclusion of the Agreement between the European Community", "and Serbia and Montenegro on certain aspects of air services (COM (2005) 353).", "468.", "Proposal for a Council decision on the signature and provisional application of the Agreement between the European Community and the Republic of Macedonia on certain aspects of air services and the Proposal for a Council decision on conclusion of the Agreement between the European Community and the Republic of Macedonia on certain aspects of air services (COM (2005) 355).", "469.", "Proposal for a Council decision on conclusion of the Agreement between the European Community and Ukraine on certain aspects of air services (COM (2005) 368).", "470.", "Proposal for a Council decision on the signature and provisional application of the Agreement between the European Community and Romania on certain aspects of air services and the Proposal for a Council decision on conclusion of the Agreement between the European Community and Romania on certain aspects of air services (COM (2005) 369).", "471.", "Proposal for a Council decision on the signature and provisional application of the Agreement between the European Community and the Republic of Moldova on certain aspects of air services and the Proposal for a Council decision on conclusion of the Agreement between the European Community and the Republic of Moldova on certain aspects of air services (COM (2005) 371).", "472.", "Proposal for a Council decision on the signature and provisional application of the Agreement between the European Community and the Kingdom of Morocco on certain aspects of air services and the Proposal for a Council decision on conclusion of the Agreement between the European Community and the Kingdom of Morocco on certain aspects of air services (COM (2005) 393).", "473.", "Communication from the Commission: Developing a community civil aviation policy towards Australia (COM (2005) 408).", "474.", "Proposal for a Council Decision on the signature and provisional application of the agreement between the European Community and the government of the Republic of Singapore on certain aspects of air services and the Proposal for a Council Decision on the conclusion of the agreement between the European Community and the Government of the Republic of Singapore on certain aspects of air services (COM (2005) 513).", "475.Communication from the Commission to the Council, the European Parliament, the European Economic and Social Committee and the Committee of the Regions – Extending the tasks of the European Aviation Safety Agency: An agenda for 2010 (COM (2005) 578).", "477.", "Proposal for a Council Decision on the establishment of a mutual information procedure concerning member states' measures in the areas of asylum and immigration (COM (2005) 480).", "479.", "Communication from the Commission to the Council, the European Parliament, the European Economic and Social Committee and the Committee of the Regions on Strengthening Coordination on Generic Preparedness Planning for Public Health emergencies at EU level (COM (2005) 605).", "480.", "Communication from the Commission to the Council, the European Parliament, the European Economic and Social Committee and the Committee of the Regions on Pandemic Influenza Preparedness and Response Planning in the European Community (COM (2005) 607 final).", "481.", "Communication from the Commission to the Council and the European Parliament on a EU Strategy for Action on the Crisis in Human Resources for Health in Developing Countries (COM (2005) 642 final).", "482.", "Report from the Commission to the budgetary authority on guarantees covered by the general budget situation at 31 December 2004 (COM (2005) 306).", "483.", "Report from the Commission to the Council on the follow-up to 2003 Discharge Decisions – Council Recommendations (COM (2005) 448).", "484.", "Proposal for a Regulation of the European Parliament and of the Council on information on the payer accompanying transfers of funds (COM (2005) 343 Final).", "485.", "Report from the Commission to the European Parliament on the follow- up to 2003 Discharge Decisions – European Parliament Resolutions (COM (2005) 449).", "486.", "Proposal for a Directive of the European Parliament and of the Council on payment services in the internal market and amending Directives 97/7/EC, 2000/12/EC and 2002/65/EC (COM (2005) 603 final).", "487.", "Proposal for a Council Regulation repealing Council Regulation (EEC) 3181/78 and Council Regulation (EEC) 1736/79 in the area of Monetary Policy (COM (2005) 611 final).", "488.", "Proposal for a Directive of the European Parliament and of the Council on the exercise of voting rights by shareholders of companies having their registered office in a Member State and whose shares are admitted to trading on a regulated market and amending Directive 2004/109/EC (COM (2005) 685).", "489.", "Proposal for a Council Decision authorising the Kingdom of Spain to apply a measure derogating from Article 11(A)(1) and Article 28e of the Sixth Council Directive 77/388/EEC on the harmonisation of the laws of the Member States relating to turnover taxes (COM (2005) 697).", "490.", "Report from the Commission to the budgetary authority on guarantees covered by the general budget situation at 30 June 2005 (COM (2005) 699).", "491.", "Proposal for a Council Decision authorising Lithuania to apply a measure derogating from Article 21 of the Sixth Council Directive 77/388/EEC on the harmonisation of the laws of the Member States relating to turnover taxes (COM (2005 704 final).", "492.", "Proposal for a Regulation of the European Parliament and of the Council on the European system of integrated social protection statistics (ESSPROS) (COM (2006) 11).", "493.", "Communication from the Commission Perspectives for simplifying and improving the regulatory environment of the Common Fisheries Policy (COM (2004) 820).", "494.", "Report from the Commission on the monitoring of the Member States' implementation of the Common Fisheries Policy 2000 – 2002 (COM (2004) 849).", "495.", "Communication from the Commission to the Council and the European Parliament - Reports from Member States on behaviours which seriously infringed the rules of the Common Fisheries Policy in 2003 (COM (2005) 207).", "496.", "Proposal for a Council Regulation denouncing the agreement between the European Economic Community and the Government of the People's Republic of Angola on fisheries off Angola and derogating from Regulation (EC) No 2792/1999 (COM (2005) 677).", "498.", "Commission Report on Competition Policy 2004 (SEC (2005) 805).", "499.", "Report from the Commission on the Application by the Member States of Council Directive 99/36/EC on Transportable Pressure Equipment (COM (2005) 415).", "500.", "Council Decision on the position of the European Community in relation to the draft Regulation of the United Nations Economic Commission for Europe on wheels for passenger cars and their trailers (COM (2005) 453).", "501.", "Proposal for a Council Decision on the position of the European Community in relation to the draft Regulation of the United Nations Economic Commission for Europe concerning the approval of adaptive front- lighting systems (AFS) for Motor Vehicles (COM (2005) 454).", "504.", "Proposal for a Directive of the European Parliament and of the Council on port State control (COM (2005) 588).", "517.", "Proposal for a Council Regulation repealing Regulation (EEC) 4056/86 laying down detailed rules for the application of Articles 85 and 86 to maritime transport, and amending Regulation (EC) 1/2003 as regards the extension of its scope to include cabotage and international tramp services (COM (2005) 651 final).", "Nirrapporta wkoll li dokument maħruġ mill-Kummissjoni Ewropea (pipeline acquis) ġie scrutinised u cleared mill-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali, u cioe':", "434.", "Proposal for a Recommendation of the European Parliament and of the Council on Transnational Mobility within the Community for Education and Training Purposes: European Quality Charter for Mobility (COM (2005) 450).", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Mozzjonijiet?", "Il-Viċi Prim Ministru.", "MOZZJONIJIET", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-KOSTITUZZJONI TA' MALTA", "ONOR.", "TONIO BORG: Sur President, f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi nipproponi l-Ewwel Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l- Kostituzzjoni ta' Malta.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi): Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att ta' l-2006 li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta\", ikun moqri l-Ewwel Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri l-Ewwel Darba.", "EMENDA GĦALL-ORDNIJIET PERMANENTI TAL-KAMRA", "ONOR.", "TONIO BORG: Sur President, nipproponi li:", "Billi l-Ordni Permanenti Nru. 120E jipprovdi għat-twaqqif ta' Kumitat tal-Kontijiet Pubbliċi;", "Billi hu desiderabbli li l-politika monetarja minn żmien għal żmien tiġi diskussa f'Kumitat tal-Kamra, u l-kumitat l-iktar idoneju għal dan l-iskop huwa l-Kumitat tal-Kontijiet Pubbliċi;", "Din il-Kamra tirrisolvi li temenda l-Ordni Permanenti 120E billi:", "Minnufih wara l-paragrafu (h) ta' l-Ordni Permanenti 120E, jiżdied il- paragrafu ġdid li ġej:", "\"(i) sabiex jiddiskuti l-politika monetarja ta' Malta u li jirċievi rapporti fuq hekk mill-Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta' Malta.\"", "Immediately after paragraph (h) of Standing Order 120E, there shall be added the following new paragraph:", "\"(i) to discuss Malta's monetary policy and receive reports thereon from the Governor of the Central Bank of Malta.\"", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "JOE MIZZI: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hija l-mozzjoni kif imressqa u moqrija mill-Viċi Prim Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI BIEX JEMENDA L-ATT DWAR IS-SERVIZZI TA' IMPIEG U TAĦRIĠ", "EMPLOYMENT AND TRAINING SERVICES (AMENDMENT) BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mid-29 ta' Marzu, 2006.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "MR SPEAKER: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Leo Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, fil-home visits li nkunu qed nagħmlu l- akbar issue li qed niffaċċjaw - apparti mill-issue ta' l-għoli tal-ħajja li lanqas il-gvern ma jista' jiċħad għax jaf li din addirittura tista' żżommu milli jdaħħal l-ewro meta jixtieq hu – hija dik tal-qgħad u n-nuqqas ta' job security.", "Minkejja li jkun hemm min jgħidlek li l-job mobility huwa fattur pożittiv, wieħed irid iżomm f'moħħu li pajjiżna bħalissa qed jiffaċċja tliet defiċjenzi ewlenin fil-qasam tal-xogħol.", "Hawnhekk qed nirriferi għall-illitteriżmu fil-kamp edukattiv, il-mismatch qawwi fis- snajja' bejn dawk li qed jipproduċi x-xogħol u l-vacancies li qed jinbtu u anke l-mod kif pajjiżna naqqas milli jippjana għall-isfidi tar-riċerka u żvilupp tant li skond l-Unjoni Ewropea għandna man-nofs seklu biex nilħqu l- livell medju tal-25 stat membru ta' l-Unjoni Ewropea.", "Sur President, tiġi jew ma tiġix SmartCity f'pajjiżna, xi ħaġa li nawgura li sseħħ fid-dati skedati u miftiehma mal-gvern, qed jidher ċar li pajjiżna m'għandux is-snajja' meħtieġa biex jilqa' l-isfida u l-opportunitajiet ta' l-hekk imsejħa knowledge-based economy.", "Huwa inutli li l-prim ministru jitkellem bl-ottimiżmu li wera l-bieraħ fil-lukanda Le Meridien meta wieħed iqabbel ix-xewqat tiegħu mar-riżultati miksuba s'issa f'dan il-qasam.", "Il- politika ma ssirx biss bil-wishlists.", "Ħafna drabi diversi industriji b'valur miżjud għoli li diġa` joperaw f'pajjiżna ma jirnexxielhomx isibu nies kwalifikati biżżejjed biex jimlew ċerti vacancies kif nifhem li spiss jiġrilhom ta' l-ST Microelectronics.", "Jien ħadt ġost ħafna naqra l- memorandum li għamlet il-Malta employers association meta tħabbar li ġej il- proġett ta' SmartCity f'pajjiżna għaliex hemmhekk kien hemm elenkat għadd ta' miżuri prattiċi u taqbel jew ma taqbilx magħhom, dawn kollha saru bil- għan li jeliminaw l-iskills deficiency li għandna fil-qasam ta' l- informatika kif ukoll biex nipprovdu snajja' biżżejjed biex ma jkollniex niddependu fuq labour barrani jekk dan il-proġett ta' SmartCity jirnexxi u jilħaq il-miri kollha tiegħu.", "Għalkemm diversi pajjiżi li ssieħbu magħna fl-Unjoni Ewropea, speċjalment dawk mill-Ewropa ċentrali u tal-lvant, kollha gawdew minn influss qawwi ta' investiment barrani, fil-każ tagħna ma ġarax hekk u kellna biss ftit każi iżolati fejn irnexxielna nagħmlu dan.", "Jien ngħid li fattur ewlieni għalfejn ġara hekk hu l-iskills deficiency u l- iskills mismatching li għandna u dan minkejja l-ftaħir kollu tal-gvern f'dan ir-rigward.", "Min jaqra bejn il-linji ta' dak li qal il-gvernatur tal- bank ċentrali fir-rapport annwali tal-bank, jinnota li anke dan huwa inkwetat li m'aħniex nipproduċu nies kwalifikati biżżejjed biex jirnexxielna nwessgħu l-bażi teknoloġika ta' pajjiżna.", "Min-naħa l-oħra naħseb li huwa insult li jkollok lil xi ħadd bħall-Minsitru Gatt li jkompli jitkellem b'mod dispreġjativ dwar ċerti ħaddiema li sforz iċ-ċirkostanzi li telgħu fihom, ma rnexxielhomx jiksbu snajja' li għandhom bżonn għaż- żmenijiet tal-lum.", "Hawnhekk mhux qed nirriferi għal min hu unemployable sforz l-għażż jew l-apatija li jista' għandu imma qed nirriferi għal dawk li telgħu f'industriji li taħt dan il-gvern ftit li xejn għandhom futur.", "Jien ngħid li pajjiżna għandu jkollu t-taħlita meħtieġa biex nirnexxu fil- qasam tax-xogħol.", "L-istess kif ma jistax ikollok fabbrika b'managers biss u mingħajr machine operators, daqshekk ieħor huwa importanti li qabel ma noqogħdu noħolmu, nagħmlu studju serju dwar fejn ninsabu u fejn verament irridu mmorru.", "Jien niftakar żmien, kif jiftakru ċerti kollegi tiegħi, meta konna niddependu kważi għal kollox fuq ix-xogħol iġġenerat mis-servizzi Ingliżi.", "Grazzi għall-gvern Laburista, konna bdejna bażi industrijali tal- manifattura li ġabet gelgul ta' flus barranin f'pajjiżna.", "Huwa ħażin jekk naħsbu li l-pajjiżi ta' l-Afrika ta' fuq, ta' l-Ewropa ċentrali u tal-lvant u ċ-Ċina qed jibbażaw biss fuq iċ-cheap labour.", "Jekk nieħdu l-Ewropa ċentrali u tal-lvant jien persważ li fi żmien qasir dawn jilħqu l-livelli ta' pagi ta' pajjiżi oħrajn fl-Unjoni Ewropea u fuq iċ-Ċina nagħmlu ħażin jekk inħarsu lejha, kif jgħidu l-Ingliżi, minn one dimensional aspect.", "Huwa veru li llum iċ-Ċiniżi qed jattiraw ħafna investiment barrani minħabba l-fattur tal-low cost of labour iżda fattur li forsi mhux kulħadd jirrikonoxxi huwa li dawn minn rajhom qegħdin jinvestu f'pajjiżi oħrajn bħall-Ingilterra f'oqsma importanti bħar-riċerka u l-iżvilupp.", "Sur President, meta sħabi u jien konna Shanghai flimkien mal-kap ta' l- oppożizzjoni, li laqatni ma kienx iċ-cheap labour tal-ħaddiema iżda l-fatt li azjendi li żorna bħall-Alcatel għandhom 2,000 fost is-6,000 ħaddiem tagħhom jaħdmu fir-riċerka.", "M'iniex qed nippretendi li mil-lejl għan-nhar f'Malta jinbtu 2,000 ħaddiem kollha fuq ir-riċerka f'azjenda waħda imma r- ratio ta' one is to three naħseb li huwa ratio li għandna nimmiraw għalih f'diversi azjendi ta' valur miżjud għoli li qegħdin nipprovaw niġbdu lejn pajjiżna.", "Naf li huwa diffiċli li tipparaguna lil pajjiżna ma' nazzjon ġgantesk bħaċ-Ċina iżda titkellem ma' min titkellem jgħidulek li m'hemmx twinning qawwi biżżejjed f'pajjiżna u anke sinerġija bejn l-universita` u l- qasam ta' l-industrija.", "Filwaqt li hemm min qed jittama li s-sitwazzjoni tinbidel jew tista' tinbidel bit-tibdiliet li saru fit-tmexxija ta' l- universita`, nawgura li dawn m'humiex biss tamiet fiergħa iżda li jseħħu verament.", "Sal-lum għadna f'sitwazzjoni fejn il-gvern m'għandux strateġija sħiħa favur l-industrija.", "B'dak li qed isir fil-qasam edukattiv, mhux se jkollna bażi soda biżżejjed biex nipproduċu nies b'ħiliet mhux biss tekniċi imma anke b'ħiliet maniġerjali biex nilħqu l-miri ta' Lisbona ta' l-Unjoni Ewropea.", "Mis-sena 2001 sal-lum, l-impjiegi fil-qasam tal-manifattura naqsu b'14% u dan biex ma nsemmix l-1995 meta l-impjiegi f'dan is-settur kienu ftit inqas mid- doppju tal-lum.", "Għalhekk huwa importanti li naraw id-dħul ras imb'ras tal- ħaddiema fis-setturi rispettivi tagħhom.", "Dan kollu juri kemm qed jagħmel tajjeb il-partit Laburista li fil-ġranet li ġejjin se jibda diskussjoni interna tiegħu dwar il-pjan ta' azzjoni għat-tiġdid ta' l-industrija.", "B'dan il-pjan u vision statement li qed iħejji dwar l-informatika se nuru l- elettorat Malti li la qed ngħixu fis-sħab u lanqas qed ngħixu fil-passat kif qed jallegaw ċerti ministri min-naħa tal-gvern.", "Se nieħdu l-approach ta' partit li lest li jiggverna minn għada b'sens ta' viżjoni iżda fl- istess ħin iżomm saqajh ma' l-art il-ħin kollu.", "Biex nilħqu dan il-għan ma nistgħux naslu waħedna bħala partit.", "Għandna bżonn l-appoġġ tal-korpi kostitwiti kollha u għalhekk huwa importanti li jkollna l-inputs ta' dawk il-korpi kollha inklużi t-trade unions u l- employers ħalli fid-dokumenti li napprovaw kif għamilna fid-dokument tajjeb u professjonali li ħejja l-partit dwar it-turiżmu, jkollna s-sehem u l- kontribut ta' dawk kollha li jistgħu jgħinu biex dawn il-pjanijiet jitfasslu kif suppost u jirnexxu fit-twettiq tagħhom.", "Bħalissa ħafna qegħdin jistaqsu jekk morniex aħjar bi sħubija fl-Unjoni Ewropea jew le.", "Il-feeling ġenerali - u dan ħareġ minn surveys li saru dan il-weekend – juri li għalkemm il-maġġoranza tan-nies iħossu li ma morniex aħjar, dawn lanqas tgħaddilhom minn moħħhom li noħorġu mill-Unjoni Ewropea.", "Apparti minn din il-ġeneralizzazzjoni naħseb li huwa aktar importanti li qabel xejn inqabblu kif mar ħaddieħor bit-tkabbir ta' l-Unjoni Ewropea u kif morna aħna bħala pajjiż.", "Fattur li jispikka, per eżempju, huwa li bl- eċċezzjoni ta' Malta, il-maġġoranza tal-membri ġodda raw l-ekonomiji tagħhom imorru aħjar mill-membri antiki ta' l-istess Unjoni Ewropea.", "Għalhekk huwa importanti li llum li l-kwestjoni tas-sħubija m'għadhiex kwestjoni li taqsamna politikament, aħna bħala pajjiż għandna nagħmlu eżami tal-kuxjenza u naraw għaliex ma lħaqniex dawn it-targets tant importanti.", "Mingħajr ma nkun partiġġjan inħoss – din ngħidha bl-akbar sinċerita` - li t-tort m'huwiex ta' l-Unjoni Ewropea iżda huwa tal-gvern li rrikorra għal ħafna soluzzjonijiet piecemeal mingħajr ma kellu pjan, viżjoni jew strateġija dwar kif se jimbotta l-ekonomija 'l quddiem permezz ta' strateġija effettiva fil-qasam tax-xogħol.", "Ma rridx nagħti l-impressjoni li l-ETC m'għamiltx affarijiet pożittivi u għamlet kollox negattiv iżda l- isforzi tal-gvern iridu jiġu ġudikati fi kwadru u f'kontest aktar wiesa' jekk irridu nkunu oġġettivi magħna nfusna.", "Fi studju li sar mis-central organisation of industrial employees u l- confederation of Danish industries fid-Danimarka jirriżulta li t-tkabbir ta' l-Unjoni Ewropea wassal għal riformi kbar u effettivi fl-Ewropa ċentrali u dik tal-lvant.", "Aħna sfortunatament paċpaċna ħafna dwar dawn l- affarijiet u ma konniex effettivi fl-implimentazzjoni tagħhom.", "Iċ-chief economist tas-centre for European reform, Katinka Barysch ftit ilu qalet li l-istati membri ġodda rnexxielhom jagħmlu trasformazzjoni minn dak li kien meqjus bħala post-communist chaos għal orderly EU membership jiġifieri mill-chaos ta' l-epoka post-communist għal sħubija fl-Unoni Ewropea b'mod ordnat u b'mod meqjus u dan f'inqas minn 15-il sena minn mindu seħħew tant regime changes f'dawk il-partijiet tal-kontinent Ewropew.", "Kien għalhekk li dawn kellhom mhux biss investiment qawwi u export boom iżda wkoll rati ta' tkabbir ekonomiku li aħna lanqas konna noħolmu dwarhom fiż-żmenijiet riċenti li għaddejna minnhom.", "Dawn l-istati b'kollox attiraw €150 biljun f'investiment dirett u allura naħseb li jkun tajjeb li nieqfu ftit u nistaqsu lilna nfusna dwar kemm ġibdu investiment minn dan kollu l-gżejjer Maltin.", "Il-kompetizzjoni ma' l-Indja u maċ-Ċina wasslet biex ħafna pajjiżi għamlu l- aġġustamenti meħtieġa.", "Il-globalizzazzjoni ma tiġix miġġielda billi sempliċement ngħidu kontriha jew nipprovaw naħarbu minnha.", "Il-kumpanniji mhux biss għandhom bżonn inaqqsu l-ispejjeż tagħhom iżda għandhom bżonn inqas burokrazija.", "Din il-ġimgħa kelli l-opportunita` li niltaqa' ma' ġurnalisti Ċiniżi minn Guangdong, li hija provinċa Ċiniża li tattira ħafna investiment barrani.", "Parti mis-suċċess tagħhom m'huwiex il-cost of labour iżda huwa l-fast track li bih jiġu proċessati applikazzjonijiet ġodda għall- investiment.", "F'pajjiżna x'qed nagħmlu f'dan ir-rigward?", "Li kieku kellu jsir studju dwar kemm tlifna impjiegi ġodda minħabba l-burokrazija nsibu sitwazzjoni li tħammrilna wiċċna.", "L-akbar sfida tagħna hija li niżguraw li l-ekonomija tagħna niżviluppawha b'tali mod li tiffittja mal-ħteġijiet tal- ġejjieni.", "Sfortunatament f'pajjiżna dejjem neħlu fl-istadju ta' l- implimentazzjoni.", "Inutli noqogħdu nitkellmu dwar Ewropa innovattiva jekk mhux se nkunu innovattivi biżżejjed aħna bħala pajjiż u bħala gżira.", "Jien ilni nilmetna li hemm żbilanċ bejn avvanzi li għamilna fil-qasam ta' l- informatika mad-defiċjenzi tagħna fir-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni.", "Bħalissa fir-riċerka u l-iżvilupp qegħdin nonfqu 10c għal kull Lm1 li qed jonfoq ħaddieħor u dan anke bħala perċentwal tal-ġid nazzjonali tagħna.", "Għaliex qed ngħid hekk?", "Filwaqt li qegħdin nonfqu xi 0.3% tal-GDP tagħna, skond l-ispring council ta' l-Unjoni Ewropea, it-target tar-research and development kellu jkun ta' 3% tal-GDP għaxar darbiet aktar minn dak li qegħdin nipproduċu aħna.", "Għalhekk huwa importanti li mhux biss nistaqsu fejn aħna qegħdin f'dan ir- rigward imma fejn beħsiebna nkunu fis-snin li ġejjin.", "Huwa inutli li jkollna e-government imbagħad ma jkollniex biżżejjed technology intensive products and services.", "Dan qed jiġri għaliex m'għandniex strateġija u pjan ħolistiku fil-qasam ekonomiku.", "Nerġa' ngħid li suppost li l-istati membri kollha ta' l-Unjoni Ewropea inkludew l-impenn ta' 3% fil-pjan nazzjonali tagħhom iżda fil-prattika kemm se jirnexxielna nagħmlu dan fiż-żmien limitat li għandna quddiemna?", "Aktar kmieni semmejt liċ-Ċina biex nuri li din mhux biss qed tagħmel avvanzi kbar bħala a low cost centre imma anke minħabba l-enfasi li qed tagħmel fuq ir-riċerka u l-iżvilupp.", "Ħafna nies jaħsbu li ċ-Ċiniżi huma tajbin biss biex jimitaw u jikkopjaw it-teknoloġija ta' ħaddieħor.", "Fil-fatt qed jagħmlu hekk u qed ikun hemm blatant abuse f'dawk li huma property rights ta' diversi ditti u azjendi oħrajn imma forsi mhux kulħadd jaf li l-R&D growth fiċ-Ċina llum jilħaq 20% fis-sena, xi ħaġa li turi kemm huwa short-sighted min jaħseb li ċ-Ċina u l-Indja huma biss a low cost and a low value competitor għall-pajjiżi Ewropej.", "Per eżempju, huwa maħsub li sas-sena 2010 iċ-Ċina se tkun qed tinvesti fir- riċerka daqskemm tkun qed tinvesti l-Ewropa.", "Dan ma jfissirx li dan għandu jsir a skapitu tagħna iżda juri kemm għandna nxammru u naqdfu.", "Jekk irridu li jkollna competitive edge fil-qasam tax-xogħol, irridu noħolqu katina ħajja bejn ir-research, l-edukazzjoni u l-innovazzjoni u mhux moħħna biss biex inħaddmu n-nies bil-kuntratt indefinit kif qed jagħmlu ħafna azjendi.", "Illum sfortunatament m'għandniex organu verament effettiv li għandu r- responsabilita` overall għal dak li huwa meħtieġ fix-xjenza, fit- teknoloġija u fl-innovazzjoni.", "Jekk l-approach tagħna mhux se jkun wieħed integrat huwa inutli li jkollna ħafna quangos u aġenziji tal-gvern għax m'aħna se naslu imkien.", "Hemm bżonn li l-istate aid regime ikun iktar innovation friendly u li l-inċentivi tat-taxxa jiffavorixxu aktar ir- riċerka u l-iżvilupp.", "Hemm bżonn li l-venture capital ikun aktar ġeneruż min-naħa tal-banek kummerċjali għax fil-fehma tiegħi bilkemm jeżisti.", "Hemm bżonn kooperazzjoni akbar u technology transfer bejn l-akkademja u l- industrija u hemm bżonn li nippromwovu wkoll l-innovazzjoni permezz tal- public procurement.", "Biex nilħqu dan il-għan, il-gvern għandu jieħu l- istakeholders kollha on board.", "Bir-retorika li smajna mill-prim ministru l- bieraħ ma naslux.", "Lanqas naslu jekk inkomplu jkollna l-frammentazzjoni u d- dupplikazzjoni ta' l-isforzi tagħna.", "Huwa maħsub li l-Ewropa għandu jkollha European research council bil-għan li dan jagħti spinta lill- eċċellenza xjentifika u teknoloġika.", "Għalhekk nistaqsi bl-aktar mod dispassionate: Malta x'se tagħmel b'mod konkret f'dan ir-rigward?", "Meta semmejt l-istakeholders ma kontx qed nitkellem biss dwar il-korpi kostitwiti iżda anke dwar l-akkademja, il-konsumaturi u forsi l-aktar importanti, ir-regolaturi li f'Malta jidhru li qed jieħdu nagħsa ħelwa.", "Illum wasalna fi stat li jkollok assoċjazzjonijiet bħal Malta association for private training providers li għalkemm għandhom madwar 30 corporate member, ilmentaw f'position paper li ħarġu li huma skuntenti ħafna bin- nuqqas ta' impenn min-naħa tal-gvern fl-industrija tat-taħriġ privat.", "Tafu x'qalu fid-dokument tagħhom?", "Dawn qalu hekk u se nikkwota verbatim:", "\"There is a great deal of potential in generating employment providing training for Maltese and overseas students and contributing to the GDP of the country.", "However it seems that the government is not interested in any of these benefits.\".", "Dawn qed igħidu li hemm potenzjal kbir kemm fil-ħolqien ta' l-impjiegi, kemm fil-provvediment tat-taħriġ għall-Maltin u anke għall-istudenti barranin kif ukoll fil-kontribut dirett għall-ġid nazzjonali tal-pajjjiż iżda qed jinnotaw li l-gvern ma jidhirx interessat li jisfrutta xi wieħed minn dawn il-benefiċċji.", "Safejn naf jien dawn m'humiex xi front politiku.", "Jien lanqas biss naf x'inhuma s-sentimenti politiċi tan-nies li jikkostitwixxu l-bord ta' dan il-kumitat imma jibqa' l-fatt li jinsabu preokkupati kif hemm mistqarr f'dan il-memorandum li bagħtu lilna d- deputati parlamentari.", "Dawn sabu li l-gvern qed juża l-European social funds biex jagħti vantaġġ lil ċerti aġenziji tiegħu a skapitu ta' l- industrija privata f'dan il-qasam, xi ħaġa li fil-fehma tagħhom, u anke tiegħi, tammonta għal unfair competition.", "Meta ltqajna magħhom, dawn kienu qalulna l-preċiżi kelmiet li qalu fil-position paper li bagħtulna.", "X'qalu dawn?", "Naħseb li dan huwa l-qofol ta' kollox.", "Dawn qalu li:", "\"When we meet the various ministers they all seem to be sympathetic but nothing gets done.\".", "Sfortunatament dan huwa n-nuqqas ewlieni ta' dan il-gvern, nuqqas ta' rieda, nuqqas ta' ħeġġa u nuqqas ta' impenn.", "Ġieli jkun hemm każijiet, per eżempju, ta' l-European social funds fejn il-partners ta' din l- assoċjazzjoni lanqas jiġu notifikati bil-każijiet ta' funding mill- awtoritajiet kompetenti.", "Mhux ta' b'xejn li dawn ikkwotaw lil Pia Locatelli, membru soċjalista tal-parlament Ewropew – din taf lil Malta sew - li qalet hekk:", "\"Malta lagged behind at least 20 years in many aspects relating to employment and social affairs.\".", "Lill-gvern ngħidulu li huwa inutli li tħeġġeġ lill-poplu biex iniggżek ħalli taqdef iktar għax hekk qal il-prim ministru.", "Safejn naf jien is-soltu dawn l-affarijiet lill-ħmir jagħmluhom u mhux lill-bnedmin u ma tantx huwa ċertifikat tajjeb għall-gvern li jiġi l-prim ministru jagħmel dan it-tip ta' statement.", "Naħseb li jekk irid il-prim ministru m'għandux bżonn lil min jimbottah u suppost għandu viżjoni u ideat biżżejjed biex jimbotta l- pajjiż 'il quddiem u mhux joqgħod jittallab il-karita` biex nagħtuh l-ideat u s-soluzzjonijiet għall-problemi li qed jiffaċċja.", "Pajjiżna m'għandux aktar żmien x'jitlef u huwa propju għalhekk li għandna bżonn gvern dinamiku, gvern b'sens ta' viżjoni, gvern b'sens ta' direzzjoni kif jien persważ li partit Laburista se jipprovdi fil-ġejjieni qarib.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "David Agius.", "ONOR.", "DAVID AGIUS: Sur President, nieħu pjaċir nisma' lill-Onor.", "Leo Brincat jitkellem għax meta jiġi f'dan il-parlament - bħal ħafna mid- deputati l-oħra - ikun ippreparat u jkun ħaseb fuq dak li jkun se jgħid.", "Jista' jkun li inti rajt ittri fil-ġurnali fejn intqal li aħna lanqas niswew il-flus li ningħataw talli niġu f'dan il-parlament pero` naħseb li jekk dawn in-nies jisimgħu ftit dan il-parlament, ibiddlu xi ftit l-idea.", "Aħna ma nistgħux inħallu lil ċerti nies jgħidu li jridu fuqna l-membri parlamentari u qisu qatt ma ġara xejn bħallikieku jekk inkunu 21, inkunu biżżejjed biex nagħmlu dan il-parlament.", "Forsi hawn xi ħadd li għandu din ix-xewqa li lilna l-membri parlamentari jniżżilna iktar 'l isfel fis- soċjeta` pero` dik hija affari tiegħu.", "Sur President, jien naqbel mal-kollega tiegħi li qal li l-edukazzjoni hija l-bażi li rridu nibnu għax-xogħol f'pajjiżna u naħseb li dak kien wieħed mill-punti prinċipali li tkellmu fuqu l-bieraħ numru ta' nies waqt l- attivitajiet li kellna għall-1 ta' Mejju.", "Dawn jistgħu jkunu minn partit politiku, jistgħu jkunu minn union u jistgħu jkunu minn kumpannija.", "Jien naħseb li l-edukazzjoni għandna nagħmluha l-pilastru biex minnha joħroġu ħaddiema mħarrġa ħalli finalment ikollna dak li jixraq lil dan il-pajjiż u ċioe` jobs ta' kwalita` biex jagħtuna kwalita` ta' ħajja aħjar.", "Ovvjament biex ngħixu kwalita` ta' ħajja aħjar, irid ikollna pagi aħjar u biex ikollna pagi aħjar irridu nattiraw tip ta' impjiegi differenti mill-passat.", "Nixtieq nikkwota minn dokument ta' l-għaxar kungress nazzjonali tal- moviment kristjan Taljan, Movimento Cristiano Lavoratori bit-titlu \"Il lavoro chiave essenziale\" fejn dan qed jgħid li ma nistgħux nibqgħu fil- passat u rridu mmorru għal tip ta' xogħlijiet li issa qed toffri d-dinja.", "Fil-fatt jgħid li ma nistgħux nibqgħu \"nella nostalgia di un passato certamente carico di gloria ma che non c'e` piu'\".", "Fil-fatt hekk hu.", "Huwa dan li rridu nagħmlu f'dan il-pajjiż.", "Il-bieraħ tkellem wieħed mill-aktar personalitajiet li għamel hit f'dan il- pajjiż u qed nirriferi għal Ivan Bartolo li huwa l-kap tas-6PM.", "Dan l-isem jirriferi għas-sitt Ps li għandek fil-management u li tridhom biex tiġbed ix-xogħol.", "Dawn huma philosophy, principles, people, process, products u practice u dawn irridu f'dan il-pajjiż għax ma nistgħux nibqgħu marbutin mal-glorja tal-passat u ma' affarijiet li ħaddieħor kien jimlielna rasna bihom meta aħna konna żgħar bħal, per eżempju, li se jġibilna xi fabbrika tal-kappar jew xi korp ta' iżra' u rabbi eċċ. Dak huwa passat u rridu ninqatgħu minnu.", "Jien ħadt pjaċir nisma' lill-kollega tiegħi jgħid li l- oppożizzjoni għadha se tibda bil-proċess biex tagħmel dokument dwar kif se tmexxi fil-futur jekk tkun fil-gvern.", "Gvern ma jistax jibqa' għaddej billi jkollu l-ħsebijiet u l-proġetti.", "Il-gvern għandu viżjoni, irid imexxi u dak hu li qed jagħmel bħalissa.", "Jien niskanta b'min jilbes dan in-nuċċali iswed f'dan il-pajjiż u jgħid li kollox huwa ħażin meta mbagħad nisimgħu nies li qegħdin fil-qasam tax- xogħol li jgħidulna li Malta qed tipproduċi imma trid tkompli tipproduċi biex minn żewġ inġiniera ġewwa kumpannija partikolari ġo l-incubation centre tal-Malta enterprise, illum se jkollna 100.", "Qegħdin nisimgħu wkoll lil Ivan Bartolo jgħidilna li hawnhekk se jkollna xogħol kemm irridu u fi ftit ġranet oħra qalilna li se jikkonkludi 2,000 job ieħor għalina l- Maltin.", "Għalhekk issa sta għalina li nibdlu l-mentalitajiet tal-passat u mmorru għal-linji differenti bħall-IT.", "Irridu nibżgħu għall-manifattura u għal xogħlijiet oħra li għandna fil-pajjiż pero` rridu ninqatgħu mill- passat - li forsi wieħed kien isejjaħ glorjuż - u nibdew naħsbu għall- futur.", "Per eżempju, jien nieħu pjaċir naqra li l-HSBC - u din lanqas tissemma min-naħa ta' l-oppożizzjoni – se tagħmel call centre hawn Malta u se tagħmel dan għax dan il-pajjiż investa f'teknoloġija tat-telefonija.", "Sur President, illum nistgħu nagħmlu sistema ta' call centre u nistgħu nagħmlu sistema ta' l-IT għax spiċċa ż-żmien \"glorjuż\" fejn jekk iddaħħal computer, trid tiffirma karta li mhux se tkeċċi nies.", "Bil-mentalita` l- ġdida li l-gvern għandu, aħna rridu li Malta tkun fiċ-ċentru tal-mappa tad- dinja ta' l-IT.", "Huwa żgur, Sur President, li tieħu pjaċir tisma' li fil- qasam tat-telekomunikazzjoni f'xahar wieħed ikollok madwar 36 miljun SMSs, 67,000 MMS u 17,700 web.", "Tieħu pjaċir tara li kważi kulħadd għandu l- mobile illum tant li saru jistaqsuk għall-mobile mill-ewwel minflok għat- telefon tad-dar.", "Din hija d-differenza mill-passat, Sur President.", "F'pajjiżna tista' tiġi l-iSmartCity għax dan il-pajjiż mexa 'l quddiem u għax mexa skond is-six Ps of management.", "Dan il-pajjiż għandu l-filosofija u l-prinċipji kif imexxi, qed jinvesti fin-nies, għandna proċessi u prattiċi tajbin u Malta hija prodott tajjeb għax aħna poplu kapaċi li nafu nitkellmu bl-Ingliż u għandna l-work ethic.", "Din hija d-differenza bejn wieħed u l-ieħor, Sur President.", "Allura meta wieħed jitkellem fuq dan il- qasam tax-xogħol, tieħu pjaċir tara li pajjiżna qed jimxi 'l quddiem u tieħu pjaċir li m'għadniex naħsbu li jekk ma tiġix kumpannija tal- manifattura dan il-pajjjiż se jmur lura.", "Illum naħsbu fuq l-HSBC, fuq il- call centres, fuq l-iSmartCity u fuq l-Inspectra Limited tas-Sur Joe Caruana u s-Sur Alfred Camilleri li kif għedt ftit ilu minn żewġ ħaddiema llum għandhom kważi 100 impjegat.", "Illum naħsbu wkoll fuq il-farmaċewtika u fuq l-ST Microelectronics għax lejn dawn irridu nħarsu għall-futur.", "Sur President, naħseb li f'dawn il-ġranet irridu niffokaw fuq is-6PM li Ivan Bartolo tant irid iwassal lil kull wieħed u waħda minna u rridu nifhmu li dan huwa t-tip ta' xogħol li rridu naħsbu fuqu.", "Il-membri ta' l- oppożizzjoni jgħidulna li tlifna madwar 4,600 ħaddiem mill-qasam tal- manifattura, tlifna 700 ħaddiem mill-qasam tat-turiżmu, tlifna d-Denim Services Limited u naqqasna l-ħaddiema mis-settur pubbliku.", "Imma meta tgħoddhom dawn jammontawlek għal 6,000 ruħ u dan minkejja li l-qgħad baqa' jammonta għal 7,000 f'dawn l-aħħar snin.", "Għalhekk jekk iżżomm f'rasek li madwar 2,000 jew 3,000 ħaddiem ġdid daħlu fis-suq tax-xogħol kull sena tinduna li l-pajjiż qed jipproduċi x-xogħol.", "Per eżempju, jien niddejjaq nara lil min irid ilibbes nuċċali iswed lil dan il-pajjiż għax kieku kollox sejjer ħażin bħalma jgħidu, kieku dan il-pajjiż mhux qed jipproduċi impjiegi u l-figura tal-qgħad telgħet 'il fuq.", "Kif għedt, kull sena jkollok 3,000 żagħżugħ li jidħol fis-suq tax-xogħol jiġifieri f'sentejn ikollok 6,000.", "Issa jekk wieħed jgħodd dan l-ammont ma' l-4,600 li qed ngħidu li tlifna f'dawn l-aħħar snin mill-qasam tal-manifattura u mas-700 li qed ngħidu li tlifna mill-qasam tat-turiżmu u jara mbagħad il-figura tal- qgħad, jista' xi ħadd jgħid li mhux qed jinħoloq xogħol?", "Jekk dan m'huwiex minnu, kif m'għandniex xi 17,000 ruħ qiegħda?", "Il-membri ta' l-oppożizzjoni jgħidulna li jekk nieħdu dawk li għandhom 14- il sena jew 16-il sena sa dawk li għandhom 65 sena, il-figura titla' għal 11,000.", "Hemmhekk wieħed irid jistaqsi jekk persuna ta' 14-il sena għandux ikollha d-dritt li taħdem.", "Jien ngħid li m'għandux ikollha d-dritt għax aħna għandna ċertu work ethic imma ladarba jagħlqu 16-il sena, jistgħu jagħmlulek ċertu tip ta' jobs.", "Anke min ikun għalaq 65 sena jaf ikun irid jibqa' jagħmel ċertu tip ta' xogħol u għalhekk f'dan il-pajjiż irridu naħdmu u rridu nġibu l-iSmartCity b'5,600 impjieg u b'dak li se tagħmel is- 6PM li għandha ġġib xi 2,000 jew 3,000 impjeg ieħor.", "Apparti dan, rajna investiment mill-HSBC fuq call centre.", "Kemm qalulna kontra l-HSBC, Sur President!", "Illum qegħdin naraw l-HSBC jikber u jagħmel call centre f'pajjiżna ta' bejn 300 u 350 ħaddiem.", "Mela meta qegħdin naraw dawn l- affarijiet kollha mhux aħjar minflok nilbsu nuċċali ta' kollox iswed inħeġġu lil kulħadd jaħdem flimkien?", "Mhux aħjar inħeġġu lill-unions u lil min iħaddem biex ipoġġi madwar mejda u jagħmel dak li jrid dan il-pajjiż, li kulħadd qed jistenna, cioe` li jkollna patt soċjali ħalli l-ħaddiema tagħna verament ikollhom is-safeguards neċessarji?", "Il-bieraħ ħadt pjaċir li waqt programm li għamilna jien u l-kollega tiegħi l-Onor.", "Carmelo Abela fuq ir-radju, kien hemm il-Professur Zammit li qalilna ċar u tond li jekk kemm-il darba l-unions iridu jerġgħu jagħtu imbottatura biex f'pajjiżna jkollna trade union council, huwa lest li jmexxi u lest biex flimkien ma' dawk kollha involuti f'dan il-qasam, jagħmel dak kollu possibbli biex iġib flimkien il-unions kollha f'pajjiżna.", "Wara dan ikun imiss il-pass l-ieħor, it-tieni pilastru, fejn dawk li jħaddmu - il-Malta employers association, l-FOI, il-GRTU u ċ-chamber of commerce eċċ. - iridu jpoġġu madwar mejda flimkien mal-unions tal-ħaddiema u magħhom u mal-gvern iridu jaraw kif jagħmlu dan il-patt soċjali.", "Sur President, irridu li f'pajjiżna verament ikollna l-Malta council for economic and social development li jaħdem suret in-nies fis-sens li ma jistax ikun li xi ħadd waħdu - kif qalet ukoll il-Malta employees association u l-UHM - iwaqqaf ix-xogħol ta' dan il-kunsill.", "Ma nistgħux nieqfu imma rridu nibqgħu għaddejjin u rridu nibqgħu b'din il-viżjoni li dan il-pajjiż irid jimxi 'l quddiem.", "Hemm diversi affarijiet li jista' jagħmel dan il-kunsill u fosthom hemm li jagħti stabilita` akbar milli għandna llum f'dan il-pajjiż.", "Jekk lil dan il-pajjiż verament irridu mmexxuh 'il quddiem u ninsew il-glorja tal-passat - għalkemm b'daqsxejn ta' nostalġija - irridu nifhmu li llum ma jistax ikun li jkollok union jew sezzjoni f'dan il-pajjiż li trid timxi għal rasha jew a skapitu tal-gvern jew inkella biex tagħti vantaġġ lil xi ħaddieħor.", "Jekk irridu nimxu 'l quddiem bħalma mxew l-Irlanda u l-Olanda, ma jistax ikun li xi ħadd jimxi għal rasu u mhux ma' l-oħrajn.", "U l-patt soċjali ma kienx irnexxa għaliex kien hemm forsi min libes nuċċali partikolari.", "Għalhekk meta nsemmu l-edukazzjoni ma nkunux qed nirriferu biss għat-tfal tagħna jew inkella għal dawk li jridu jitħarrġu għax-xogħol imma nkunu qed nirriferu wkoll għal dawk li qegħdin fil-unions u fil-korpi kostitwiti.", "Anke hemmhekk irridu nagħmlu taħriġ partikolari biex dawn in-nies jifhmu li jekk pajjiżna jrid jattira kumpanniji oħrajn f'dan il-pajjiż, kumpanniji differenti minn dawk li attirajna fil-passat, dawn irridu nagħtuhom stabilita`.", "M'għandniex biss noqogħdu nfaħħru lill-ħaddiema u ngħidu kemm huma kapaċi bl-Ingliż u kemm għandhom work ethic tajba imma mbagħad meta niġu għar-relazzjonijiet industrijali, ninżlu nipprotestaw fit-toroq u nagħmlu dawk l-affarijiet l-oħra li ma jkunux ta' dehen għal pajjiż bħal tagħna.", "Sur President, il-bieraħ waqt il-programm li kellna l-Professur Zammit għamilha ċara li hemm bżonn li f'dan il-pajjiż, in-naħa tal-ħaddiema tkun aktar magħquda flimkien.", "Ma jfissirx li jrid ikun hawn union waħda u tajjeb li jkun hawn diversita` ta' unions imma mbagħad f'ċerti oqsma, dawn iridu jingħaqdu flimkien.", "Jien ma naqbilx ma' min jgħid li l-ħaddiema m'għadhomx jingħaqdu f'unions.", "Fl-opinjoni tiegħi, ikun ħażin jekk ħaddiem ma jingħaqadx f'union jew inkella kumpannija ma tħallix lill-ħaddiema tagħha jingħaqdu f'unions.", "Mill-140,000 ħaddiema, hemm 86,000 li qegħdin f'union, jiġifieri jekk taqta' barra s-self-employed u ċerti nies oħrajn li ma jistgħux ikunu f'union, bħall-armata u l-pulizija, għandna aktar minn 50% tal-ħaddiema tagħna li qegħdin fil-unions.", "Għalhekk insostni u ngħid li huwa tajjeb li nkunu fil-unions, huwa tajjeb li l-unions jagħmlu xogħolhom u li jixprunaw lill-gvern pero` huwa importanti li naslu biex nagħmlu patt soċjali.", "Sur President, jien qiegħed nieħu pjaċir ukoll li smajna mill-oppożizzjoni konferma oħra li mhux se noħorġu mill-Unjoni Ewropea.", "Dan huwa tajjeb.", "Hekk għandna bżonn f'dan il-pajjiż, li nkunu vuċi waħda f'dan il-qasam għaliex il-fatt li m'għadniex suq ta' 400,000 imma sirna suq ta' 400 miljun tagħmel differenza kbira għall-business.", "Staqsu lill-Ivan Bartolo jekk għamlitlux differenza!", "Staqsu lill-HSBC jekk għamlitx xi differenza!", "Staqsu lill-SmartCity għalfejn għażlu lilna!", "Għażlu lilna għaliex għandna l-istabilita`, għandna ħaddiema mħarrġin tajjeb u għaliex għandna wkoll gvern li għandu viżjoni.", "Għandna filosofija u prinċipji tajbin, għandna nies tajbin, għandna proċessi u prattiċi tajbin u għandna prodott tajjeb.", "Jien din tas-6PM nixtieqha li tieħu aktar hit fil-media minn forsi l-ftit tad-diskors li għamel il-kap ta' l-oppożizzjoni u l-headlines ta' \"The Times\" dalgħodu.", "Jien naħseb li din tas-6PM kellha tieħu l-headlines tal- ġurnali tagħna dalgħodu għaliex naħseb li 'l hemm irid jimxi dan il-pajjiż biex jimxi 'l quddiem u joffri lill-ħaddiema tagħna jobs li jżidulu l- kwalita` tal-ħajja tiegħu.", "Huwa hemm fejn m'għandux ikollna biża' miċ-Ċina u mill-Indja u huwa hemm fejn jiġi l-investiment u mhux inġibu l-low cost jobs.", "Imbagħad bħala poplu nkunu nistgħu niftaħru li jkun hemm min ikun hemm fil-gvern, lill-ħaddiema tagħna nkunu qed nagħtuhom l-aħjar.", "Dak huwa l-bidu l-ġdid li għandu bżonn dan il-pajjiż, li jkollna lil kulħadd riekeb fuq żiemel wieħed, mexjin f'direzzjoni waħda b'filosofija, proċess, prattiċi u prodotti tajbin.", "Sur President, f'dan il-pajjiż irridu naħdmu lkoll flimkien, gvern u oppożizzjoni, min iħaddem u min jaħdem u dawk kollha li għandhom b'xi mod jew ieħor, mezz kif lil dan il-pajjiż immexxuh 'il quddiem.", "Jien nieħu pjaċir li jkollna prim ministru entużjast u suppost li għandna wkoll oppożizzjoni entużjasta li dan il-pajjiż irid jimxi 'l quddiem u hekk irriduh jimxi 'l quddiem u mhux nilbsu nuċċali iswed u naraw kollox sejjer ħażin.", "Kultant minn sezzjoni tal-poplu ħlief qrid ma tismax imma mbagħad tisma' lil min qiegħed fil-business u ssib li s-sitwazzjoni hija kompletament bil-kontra.", "Huwa ovvju li ninkwetaw li għandna 7,000 persuna bla impjieg u li wħud minnhom verament iridu jaħdmu u mhux isibu.", "Anke jekk hemm ħaddiem wieħed li qed jirreġistra għax-xogħol, xorta jibqa' l- obbligu ta' kull gvern li jara li verament dak il-ħaddiem isib ix-xogħol tiegħu.", "Aħna semmejna pajjiżi oħrajn li daħlu fl-Unjoni Ewropea u jien nista' nagħtikom il-persentaġġi ta' kemm għandhom qgħad dawn il-pajjiżi li għadu kif semma l-Onor.", "Brincat.", "Jekk nieħdu lir-Repubblika Ċeka nsibu li dawn għandhom 8.3%, l-Estonja 9.2%, il-Polonja 18.8% u s-Slovakkja 18%.", "Issa hawnhekk qed nirriferi għas-sena 2004 għaliex din hija l-aħħar statistika li għandi imma dawn huma l-veritajiet.", "Irridu nikkompetu u rridu naħdmu lkoll flimkien.", "Illum għandna t-TEES li ħadmet għal ċerti nies li għandhom 'il fuq minn 40 sena.", "Pero` jien ngħid - u forsi hawnhekk irridu niffokaw ftit aktar - li huwa aktar diffiċli li ssib impjieg lil min għandu 'l fuq minn 50 sena.", "Naħseb li hawnhekk l-ETC u t-TEES iridu jikkonċentraw aktar fuq ħaddiema li għandhom 50 sena u aktar, speċjalment dawk li jkunu qed joqorbu lejn is-60 sena, li terġa' huwa aktar diffiċli.", "Kif xi ħadd jgħid li għandu 57 sena dak li jkun ma jħaddmux għaliex ovvjament ikollu lil min iħaddem aktar u għaliex ovvjament dan wara tliet snin jispiċċa u jieħu l-pensjoni.", "Għalhekk irridu nagħmlu l-almu tagħna biex nieħdu ħsieb lil min huwa l- aktar batut fis-soċjeta`.", "Forsi jkun hawn min igħidli: Min għandu 40 sena m'għandux problema wkoll?", "Iva, min għandu 40 sena għandu problema wkoll imma min għandu 57 sena forsi jsibha aktar diffiċli minn min għandu 40 sena.", "It-tnejn għandhom diffikulta` pero` jien naħseb li għandna niffokaw aktar fuq dan il-bracket ta' nies.", "U liż-żgħażagħ qegħdin nieħdu ħsiebhom għaliex qegħdin narawhom jieħdu d-direzzjoni fuq l-IT u fuq il- farmaċewtika.", "Qegħdin naraw li kemm l-MCAST kif ukoll l-universita` qed jimxu fuq l-istess linja imma issa rridu nieħdu ħsieb anke dawn it-tip ta' persuni li għandhom 'il fuq minn 50 sena.", "Sur President, dan iġibni għall-punt li wkoll għandu x'jaqsam mal-ħaddiema u hawn qed nirriferi għall-qasam tal-pensjonijiet.", "I am looking forward li nara r-rapport min-naħa ta' l-oppożizzjoni dwar dan.", "Issa ilna nitkellmu fuq il-pensjonijiet ma nafx kemm u nixtieq nisma' xi ħaġa min-naħa ta' l- oppożizzjoni.", "Forsi jgħiduli biex nistenna ftit ieħor għax għadhom qed jistudjaw l-affarijiet.", "Jien verament nixtieq inkun naf x'għandu f'moħħu l- partit Laburista dwar il-pensjonijiet ħalli minflok il-ġurdien li twieled dan l-aħħar - kif qalilna l-kap ta' l-oppożizzjoni – forsi jkollna xi ħaġa aħjar u nattwawha.", "Jekk tkun tajba jattwaha dan il-gvern u j'Alla tkun tajba.", "Issa se nagħmel ftit punti żgħar oħrajn u nagħlaq l-intervent tiegħi tal- lum.", "Jekk irridu li dan il-pajjiż jagħmel qabża fil-kwalita` u jekk irridu li verament dan il-pajjiż noffrulu futur, ma jridx ikollna retorika u diskorsi fl-ajru speċjalment min-naħa ta' l-oppożizzjoni.", "Jien għamilt programm dan l-aħħar fuq Smash television u kien hemm żewġ esponenti min- naħa ta' l-oppożizzjoni u ma smajtx proposta waħda konkreta dwar x'se jagħmlu fil-qasam tax-xogħol u x'tip ta' impjiegi jridu li jġibu lejn pajjiżna.", "J'Alla dawn l-affarijiet nisimgħuhom illejla!", "Ara dan il-gvern jaf fejn hu sejjer u jaf il-filosofija u l-viżjoni tiegħu fuq ix-xogħol.", "Irridu ninqatgħu minn ċertu tip ta' xogħlijiet li kellna fil-passat u nimxu għal sistemi u stili ta' xogħol ġodda.", "Sur President, nerġa' ngħid li l-ewwel il-gvern irnexxielu jrażżan il-qgħad billi ħallieh stabbli għal 7,000 - u minn hawn nawgura li dan jinżel aktar fix-xhur li ġejjin – u mbagħad anke rnexxielu jġib kumpanniji fil-qasam tal- farmaċewtika, fil-qasam ta' l-IT u fil-qasam finanzjarju li ż-żewġ naħat naqblu dwaru.", "Dawn huma indikazzjonijiet pożittivi li jistgħu jwasslu biex il-qgħad ikompli jinżel 'l isfel.", "Min-naħa l-oħra hemm l-edukazzjoni u nagħlaq l-intervent tiegħi b'dak li proprju bdejt bih.", "Iva, Sur President, jeħtieġ li naqblu dwar dan u j'Alla f'pajjiżna jkollna politika waħda nazzjonali u serja dwar l-edukazzjoni.", "Jien nixtieq li l-gvern u l- oppożizzjoni u min iħaddem u min jaħdem jaqblu fuq sistema edukattiva.", "Jien naħseb li jekk hemm settur li m'għandux ikollna politika partiġġjana fih, dan huwa proprju l-qasam ta' l-edukazzjoni għaliex dan huwa ċ-ċavetta tal-futur ta' pajjiżna.", "Aħna m'għandniex riżorsi umani ħlief in-nies u hemm bżonn li nibżgħu għan-nies tagħna minn mindu jkunu żgħar.", "Smajna lill- prim ministru jgħidilna li meta konna żgħar, konna nikkompetu fuq min se jiġi l-ewwel fil-klassi u hemm bżonn li din il-ħaġa nżommuha.", "Hemm bżonn li nżommu l-edukazzjoni bħala pilastru ewlieni u hemm bżonn li l-gvern jinvesti dejjem aktar fil-qasam ta' l-edukazzjoni u j'Alla li fuq dan isib l-appoġġ min-naħa ta' l-oppożizzjoni.", "Sur President, nagħlaq billi ngħid li kemm l-entrepreneurs kif ukoll il- unions għandhom idaħħlu f'moħħhom li għandna bżonn indaħħlu dawn is-6Ps of management fil-kultura tagħna ta' kuljum: Philosophy, principles, people, process, product and practice.", "Dak li wieħed jitgħallem fl-universita` għandu jipprattikah.", "Sur President, jiena nawgura li anke aħna, f'dan il- parlament ikollna wkoll il-mezz li naħdmu flimkien biex verament dan il- pajjiż immexxuh 'il quddiem kif verament jixraqlu.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT (Kap ta' l-Oppożizzjoni): Sur President, dwar il-proposti superfiċjali tal-kelliem li għadu kemm tkellem qabli m'għandi xejn xi ngħid ħlief kumment wieħed fuq il-kliem \"nuċċali iswed\".", "Dan jerġa' jagħtini l- opportunita` biex quddiem din il-Kamra nerġa` nikkundanna l-mod kif il- ġurnal ta' Dr. Gonzi, \"Il-Mument\", f'karikatura oxxena, fl-opinjoni tiegħi, ipprova jesponi lil kulmin huwa għami bħala xbiha u bħala metafora ta' redikolaġni u ta' żufjett.", "M'hijiex problema li jirredikolaw lili u li jiżżufjettaw bija u jżebilħuni għax issa jien imdorri imma li jużaw - kif naħseb jien li pprova juża wkoll il-kelliem ta' qabli - argument bħal dan li bih iżżeblaħ u tirredikola lil ħaddieħor, dik m'hijiex aċċettabbli.", "Il- kelliem ta' qabli uża l-kliem \"nuċċali iswed\" għal darbtejn, tlieta.", "Nuċċali iswed huwa xi ħaġa li jużaw il-persuni għomja, u fil-ġurnal \"Il- Mument\" użawh b'mod li pprovaw iżebilħu lill-għomja.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Agius, on a point of order.", "ONOR.", "DAVID AGIUS: Sur President, m'hu veru xejn li jien kelli l- intenzjoni, kif qed jgħid il-kap ta' l-oppożizzjoni, li nżeblah lill- persuni għomja.", "Jien għandi ħbieb tiegħi f'dan is-settur partikolari ta' persuni b'diżabilita` u m'hu veru xejn dak li għadu kemm qal il-kap ta' l- oppożizzjoni.", "Nuċċali iswed tużah biex tara aħjar meta tkun fix-xemx u meta semmejtu qatt ma kont qed nirriferi għal dawn il-persuni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jiddeċiedu ċ-ċittadini u l-poplu għall-mod ta' kif intużat din il-metafora fil-kontest, bl-aktar mod ċar, ta' dak li deher fil- ġurnal \"Il-Mument\", il-ġurnal ta' Dr. Gonzi ta' nhar ta' Ħadd, li kien qiegħed jagħmel karambola fuqha.", "ONOR.", "DAVID AGIUS: Le, mhux veru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Inti semmejt nuċċali iswed.", "Darbtejn u tliet darbiet semmejt nuċċali iswed.", "Darbtejn u tliet darbiet semmejtu.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "DAVID AGIUS: Imma kont qed nirriferi għan-nuċċali tax-xemx.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Issa qed tgħid nuċċali tax-xemx.", "Missek għedt nuċċali tax-xemx meta tkellimt.", "(Interruzzjonijiet) Nuċċali iswed għedt.", "Iċċekkja dak li għadek kemm għedt mit-transcript u tbiddlux.", "Dawn l-affarijiet superfiċjali li bihom jipprovaw jappoġġjaw u jagħmlu x-xbihat tagħhom fuq affarijiet li ma m'għandhomx jintmissu u jmissuhom, hija tal-mistħija.", "Din tkompli żżid u ssaħħaħ is-superfiċjalita` ta' dak kollu li qed nisma`.", "(Interruzzjonijiet) Missek tistħi int!", "Missek tistħi int!", "Int użajthom il- persuni b'diżabilita`.", "Il-kelliem ta' qabli uża l-kliem \"nuċċali iswed\".", "Jekk ried jgħid nuċċali tax-xemx missu qal nuċċali tax-xemx.", "Imma dan ma qalx nuċċali tax-xemx imma qal nuċċali iswed.", "(Interruzzjonijiet) Għadek kemm għamiltha issa.", "(Interruzzjonijiet) Imissek tistħi toqgħod tiġi hawn u tippoża ta' qaddis.", "Nuċċali iswed għedt għal darbtejn, tlieta.", "ONOR.", "DAVID AGIUS: Jien qatt ma semmejt il-persuni b'diżabilita`.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nuċċali iswed għedt.", "Inti għedtha.", "Qal \"nuċċali iswed\", Sur President?", "Nuċċali iswed qal, ma qalx nuċċali tax-xemx.", "(Interruzzjonijiet) Għedt nuċċali iswed.", "Tipprovax tiġbed l-affarijiet superfiċjali li għedt fuq din il-ħaġa.", "MR SPEAKER: No cross-debate, jekk jogħġobkom.", "ONOR.", "DAVID AGIUS: Imissek tistħi.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Imissek tistħi int.", "ONOR.", "DAVID AGIUS: Qabad mal-persuni b'diżabilita`.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Inti qbadt magħhom.", "In-nuċċali iswed min semmih, jiena jew int?", "ONOR.", "DAVID AGIUS: Jien.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Mela sewwa qed ngħid.", "Missek għedt nuċċali tax-xemx.", "ONOR DAVID AGIUS: Mela issa ngħidlek nuċċali tax-xemx.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Mela għidha darb'oħra, jekk int daqshekk sinċier.", "(Interruzzjonijiet) M'intix sinċier.", "M'intix sinċier.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Onor. Agius, smajna l-ispjega tiegħek u rreġistrajniha.", "Issa nħallu lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni jkompli bl-intervent tiegħu.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, il-punt hu li ma jistax ikun hawn fiduċja li l-gvern qed ikun trasparenti f'dak li qed jagħmel.", "Meta smajt l- argumenti superfiċjali u sbieħ li esponewlna l-membri tan-naħa tal-gvern ftakart fin-nies tal-Kalaxlokk.", "Meta aħna konna fil-gvern bejn l-1996 u l- 1998, quddiem ir-ristrutturar li kellu jsir ħadna r-responsabilita` u għedna li dawn in-nies tal-Kalaxlokk, huma ta' liema kulur politku huma, jixirqilhom li b'mod ġust u trasparenti jinstabilhom xogħol ieħor fis- sistema tal-gvern, fil-funzjoni pubblika.", "Kieku taf, Sur President, it- tixwix li nqala`!", "Kienu jċempluli nies jaħdmu fil-Kalaxlokk, uħud minnhom Laburisti u wħud minnhom Nazzjonalisti, u kienu jistqsuni: Imma intom veru li tridu tkissruna u tfarrkuna?", "U jiena kont nispjega u nerġa` nispjega, imma xorta waħda kien jerġa` jsir it-tixwix.", "Konna lestejna anke liġi li baqgħet fuq ir-runway, jiddispjaċini ngħid, li biha kienu se jingħataw iċ- ċans li jidħlu mal-gvern.", "Imma t-tixwix xorta waħda baqa` għaddej sa l- elezzjoni ta' l-1998.", "Lil dawn ma nafx x'wegħduhom u kemm wegħduhom!", "Għaddiet l-elezzjoni ta' l- 1998, rebaħ min rebaħ, u staqsu lill-maġġoranza kbira tal-ħaddiema tal- Kalaxlokk x'ġara minnhom.", "Dawn tħallew jixxejru mar-riħ, dangling in the wind.", "Dak li ġara.", "Għalhekk imbagħad quddiem abbozz ta' liġi bħal dan li għandna llum, u l-affarijiet li smajt f'dawn l-aħħar ġranet ngħid: Imma din xi trasparenza hi?!", "Hawnhekk x'sens ta' koerenza soċjali hemm?!", "M'hemmx.", "Aktar u aktar imbagħad meta nisimgħu l-argumenti għaddejjin, ħallata ballata, fuq kif is-suq ħieles se jwassal x'imkien u li bih inkunu nistgħu niggwidaw il-mod kif għandhom isiru l-bidliet, u li 30 sena ilu l-Belt kienet mimlija bl-iskrapan u dawn issa spiċċaw u allura m'hemmx problemi għax sabu jagħmlu xi ħaġa oħra.", "Min jitkellem kontra l-ħtieġa li l-gvern irid jiggwida l-bidliet li jridu jseħħu, u li jekk hemm bżonn il-bidliet taċċettahom, imma mhux taċċettahom u tħalli kollox jirrombla, imma trid tipprova ssib ix-xogħol u tara kif tiggwida x-xogħol għall-ħaddiema li għandhom ix-xogħol u għall-ħaddiema li m'għandhomx, dak huwa dinosawru!", "Dak qiegħed lura, qisu xi ħadd ta' barra minn hawn!", "Min huwa koerenti f'dan li qed jintqal?", "Min jgħid ħaġa f'dan il- gvern u min jgħid ħaġa oħra.", "Hawnhekk kulħadd qisu l-Qalb ta' Ġesu` jitkellem.", "Insolvu u nirranġaw kollox lil kulħadd, mhux problema!", "Imbagħad min-naħa l-oħra għandek leħen ieħor għaddej – u dan tiegħu tgħaddi kif għaddiet tiegħu fis-Sea Malta u f'postijiet oħra – li jgħidlek li jekk ma trendix mur sib fejn taħdem.", "Fejn qiegħda t-trasparenza f'dan kollu?!", "Fejn qegħdin fuq linja li tagħmel sens?!", "Jien m'iniex qed narah is-sens.", "Aħna konna pprovajna niggwidaw lil tal-Kalaxlokk fuq binarju li jagħmel sens għal kulħadd, inkluż għall-pajjiż, għax kien hemm snajja` li kienu worth it u jkun tajjeb li nużawhom.", "Imma hemmhekk l-ewwel ixewxu mbagħad jarmuhom.", "Igdeb u armi!", "Hekk ġara fil-każ tal-ħaddiema tal-Kalaxlokk.", "Min-naħa l-oħra, fil-każ tal-ħaddiema tas-Sea Malta, x'ġara, mhux l-istess?", "L-argumentazzjoni tal-gvern kienet li jekk ma jirnexxilux jaqta` mal- Grimaldi jagħlaq il-kumpannija.", "U għalaqha l-kumpannija!", "Dak li ġara.", "Imbagħad hawnhekk qdusija sħiħa, qalbna fuq il-pavru!", "Naħseb li din hija waħda mill-affarijiet li qed tkompli tikkonferma f'moħħ il-poplu li għandna gvern li la huwa trasparenti u lanqas huwa kredibbli.", "Per eżempju, min jgħidilna li ladarba issa spiċċaw l-iskrapan insibu xi ħaġa oħra u min jgħidilna li rridu naraw kif nirranġaw.", "Bir-rispett kollu, dawn l- affarijiet hemm bżonn li jiġu ċċarati.", "Iridu jiġu ċċarati, aktar u aktar għax din m'hijiex xi ħaġa li qed ngħidha jien, imma qed jgħiduha dawk li qegħdin on the ground, dawk li jafu x'inhu għaddej.", "Għandek il-kilba tal- gvern preżenti b'dahru mal-ħajt wara ċerti riżultati elettorali, li jistgħu jkunu importanti u jistgħu ma jkunux, li qiegħed jaqa` għas-soltu strateġiji klijentelistiċi maħsuba biex jipprovaw jixtru l-voti.", "Issa din qed nivvintaha jien, Sur President?", "Le, m'iniex qed nivvintaha jien.", "Staqsi lil min trid, Għawdex inkluż, u jgħidulek.", "Bħalissa għaddejja strateġija sħiħa fuq permessi u possibilitajiet ta' impiegi.", "Imorru jkellmu lil dak li jkun biex jaraw x'għandu bżonn u jgħidulu li issa jirranġawlu.", "Hekk qed tinħadem l-istorja.", "Ma noqogħdux nippretendu kif jippretendu ċerti ġurnalisti tal-medja, hekk imsejħa indipendenti, li l- affarijiet mhux qed jintlagħbu fuq dak il-livell.", "Fuq dak il-livell qed jintlagħbu.", "U jien ngħid li l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna effettivament huwa parti minn din l-istrateġija biex tipprova twieżen l- istrateġiji klijentelistiċi tal-gvern.", "U l-klijenteliżmu tal-gvern ikompli jgħin biex lil ta' ġewwa jgħinuh, u allura għax jgħinuh jippretendu l-vot tiegħu u tal-familja tiegħu, u jipprovaw jixxejkjaw in-nuqqas ta' fiduċja li hawn fil-pajjiż lejn dan il-gvern.", "Għalija m'hemmx mod ieħor kif tispjega dak li qed jintqal aktar u aktar għax m'hemmx kredibbilta` f'dak li qed jingħad min-naħa tal-gvern.", "Jien għadni kif smajt lil diversi kelliema jitkellmu fuq il-figuri tal-qgħad.", "Il-ħin kollu jħawdu ċ-ċifri tal-qgħad kif imkejla mill-Unjoni Ewropea u kif kienu u għadhom imkejla mill-ETC.", "Bir-rispett kollu, ma tistax tikkompara l- figura tal-qgħad f'Malta kif imkejla mill-ETC - jgħidu li hemm 7,000 jirreġistraw għax-xogħol u qabel 7,000 bla xogħol kienet tfisser skondlu għall-partit Nazzjonalista; niftakar lil Dr Fenech Adami jagħmel storbju kbir għax aktar minn 7,000 huwa skandlu għal dan il-pajjiż - li żżomm fuq ir-reġistri tagħha dawk li jmorru għandha u jgħidulha li huma bla xogħol.", "Dak m'huwiex il-kejl ta' l-Unjoni Ewropea.", "L-Unjoni Ewropea tkejjel il- qgħad billi tagħmel survey u tara min għandu impjieg u min le.", "U m'hu veru xejn li dan isir fuq persuni minn 14-il sena 'l fuq.", "Dan isir fuq persuni minn 16-il sena u 17-il sena 'l fuq.", "U hemmhekk imbagħad x'jiġri?", "Il-kapurjuni tal-gvern Nazzjonalista jqabblu l-kejl ta' l-ETC, jiġifieri s- 7,000 plus, mal-kejl li jagħmlu l-Ewropej fuq pajjiżi oħra.", "Bir-rispett kollu, jekk se nqabblu ħaġa ma' oħra ejjew inqabblu l-kejl ta' l-Unjoni Ewropea f'pajjiżna ma' pajjiżi oħra.", "Mhux tgħid li l-kejl ta' Malta huwa l- kejl ta' l-ETC, u mbagħad inqabbluh mal-kejl kif magħmul mill-Unjoni Ewropea fuq, per eżempju, l-Ungerija.", "Dan m'hu xejn ħlief qerq u dan qed jiġi affermat kull darba li titkellem in-naħa tal-gvern.", "Fuq il-bażi ta' kif tikkalkula l-Unjoni Ewropea, il-qgħad tagħna qed jaqbeż it-12,000.", "U dan fuq bażi ta' mod kif jaħdmu u kif jidħlu fil-ħajja tax-xogħol in-nies tagħna, fejn in-nisa m'humiex daqstant propensi li jidħlu għax-xogħol.", "Iċ- ċifra ta' 12,000 u aktar hija waħda mill-aktar rati għolja ta' qgħad fl- Unjoni Ewropea, anke fuq il-livell li għandna labour supply relattivament baxx.", "Bir-rispett kollu, jien naħseb li ma nistgħux nibqgħu ninjoraw dawn l-affarijiet u nippretendu li kollox sejjer tajjeb.", "Sur President, issa se nagħti ftit eżempji u nikkomparahom ma' dak li kienu qalu n-Nazzjonalisti.", "Per eżempju, f'dak li għandu x'jaqsam maċ-ċifri li tippubblika l-ETC, fl-1998 il-gvern Nazzjonalista kien jgħid li ċifra ta' 7,000 persuna jirreġistraw għax-xogħol kienet waħda allarmanti.", "Mill-aħħar elezzjoni ġenerali 'l hawn in-numru ta' nies jirreġistraw għax-xogħol kien dejjem ta' aktar minn 7,000.", "Mhux hekk biss imma mill-elezzjoni ġenerali ta' l-2003 'il hawn in-numru ta' nies jirreġistraw għax-xogħol kien ta' aktar minn 8,000.", "Issa dan mhux skond il-kejl ta' l-Unjoni Ewropea imma skond l-istatistika ta' l-ETC.", "Jekk nieħdu Għawdex insibu li s-sitwazzjoni hija agħar.", "Minn wara l-aħħar elezzjoni ġenerali 'l hawn in-numru ta' nies jirreġistraw għax-xogħol kien b'mod regolari ta' aktar minn 600.", "F'disa` xhur minnhom in-numru tan-nies jirreġistraw f'Għawdex qabeż is-700.", "Aktar min-nofs dawk li qed jirreġistraw għax-xogħol f'Għawdex huma żgħażagħ li għandhom inqas minn 30 sena.", "Sur President, skond l-aħħar labour force survey, il-kalkolu ta' l-Unjoni Ewropea, - hawnhekk nixtieq nuri kif tista` tqabbel ma' dak li qed jiġri barra minn Malta - f'Jannar ta' din is-sena, in-nies qiegħda kienu jammontaw għal 12,229.", "Dawn kienu qed ifittxu impjieg.", "Din hija żieda ta' 1,233 fuq Jannar ta' l-2005.", "Allura mbagħad – fl-opinjoni tiegħi din hija xi ħaġa aktar inkwetanti - skond l-istess labour force survey, jiġifieri dak li qed iġibna in line ma' kif jikkalkulaw il-qgħad u l-impiegi fl- Unjoni Ewropea, dawk jaħdmu f'Malta bejn Jannar ta' din is-sena u Jannar tas-sena li għaddiet kienu naqsu b'1,488.", "Jien ngħid li dak li qed nitkellmu dwaru jrid jiġi diskuss fil-kontest ta' dawn iċ-ċifri, liema ċifri, minkejja l-ħafna prosopopea tal-gvern, jindikaw li qegħdin quddiem ekonomija staġnata, ekonomija li mhux qed jirnexxielha toħloq l-impjiegi.", "Sur President, tissemma l-ħin kollu l-kwestjoni li rridu naċċettaw il- globalizzazzjoni li tista` tkun tajba u nħaddmuha.", "Il-mistoqsija li tqum hawn hija: Aħna ppreparati għall-globalizzazzjoni?", "Nafu fiex qed iddaħħalna?", "Nafu x'għandna nagħmlu biex nilqgħu għaliha?", "Nafu x'għandna nagħmlu biex nirkbu fuqha?", "Kull meta nistaqsi x'inhu għaddej nisma` dwar miżuri u dwar affarijiet li qed isiru u meta mbagħad tagħfas biex tara x'inhu għaddej issib li m'hu qed isir xejn.", "Per eżempju, għandna programmi tal-korporazzjoni għax-xogħol u taħriġ li jgħidulna kif qed jipprovaw isibu xogħol għaż-żgħażagħ u jagħtu sussidji għall-impiegi tagħhom.", "Issa jien nixtieq nagħmel mistoqsija sempliċi: F'Għawdex qed isiru dawn l- affarijiet?", "Qed jintqal li qed isiru imma fir-realta` ma sar xejn.", "Lanqas impjieg wieħed ma ġie ġġenerat għall-Għawdxin.", "Imbagħad nitkellmu dwar id-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea.", "Għadna kemm iċċelebrajna t-tieni anniversarju tad-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea.", "Jien kont wieħed minn dawk li wissejt lill-ħaddiema, impjegati u managers ta' kumpanniji biex jiflu tajjeb iċ-ċirkostanzi tax-xogħol tagħhom u jaraw kif se jiġu effettwati imma ħafna minnhom qablu mat-teżi tal-partit Nazzjonalista, kif kellhom kull dritt.", "Iżda dawn ġew imqarrqa għax l- affarijiet li wegħduhom li se jiġru mhux talli ma ġrawx talli tilfu l- impjieg tagħhom.", "Fil-fatt uħud minnhom għadhom sal-lum bla impieg.", "Allura għandna nagħlqu għajnejna quddiem din il-ħaġa?!", "Jien ma nagħlaqhomx żgur.", "Jien nibqa` ngħid li dawn huma affarijiet serji għax jekk ċittadin, ħaddiem, impjegat u manager jiġi mqarraq fuq il-kondizzjoni tax-xogħol tiegħu u jitlef l-impieg tiegħu, xi ħadd irid iġorr ir-responsabbilta`.", "Il-fatt huwa li minkejja l-bluff kollu u minkejja l-prosopopea kollha tiegħu, il-partit Nazzjonalista ma ppreparax lill-azjendi tagħna, ma ppreparax lill-ħaddiema tagħna, ma ppreparax lill-impjegati tagħna, ma ppreparax lil-lukandiera tagħna u ma ppreparax lil dawk kollha li qed jaħdmu fis-sistema tal-gvern għall-kondizzjonijiet ġodda li kienu se jkunu qed jiffaċċjaw fl-Unjoni Ewropea.", "Issa m'għadhiex aktar issue l-kwestjoni ta' l-Unjoni Ewropea.", "Qegħdin hemm u se nibqgħu hemm.", "Min-naħa l-oħra min qarraq bin-nies, min ma ppreparax biżżejjed il-kondizzjonijiet tax-xogħol li kellhom jiffaċċjaw, min ma tahomx l-għodda biex ikunu jistgħu jiffaċċjaw l-isfidi u l-problemi tas-sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea jrid iġorr xi responsabbilta`.", "Irid jgħid li dawn l-affarijiet ma sarux tajjeb jew imisshom saru aħjar.", "Imma minn dan kollu ma nisimgħu xejn.", "Fejn huma l- għodod li għandu l-pajjiż biex bihom jista` jilqa`, japprofitta ruħu, jirkeb u jirbaħ il-kondizzjonijiet li jirriżultaw mill-globalizzazzjoni u mis-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea?", "Fejn qegħdin?", "X'sar fuqhom?", "Din hija l-problema kbira li qed niffaċċjaw.", "Dħalna għal triq li qed tispiċċa sqaq għar-raġuni sempliċi li min emmen fiha ma ħejjiex għaliha, anzi qarraq biex jidħol fiha.", "Allura mbagħad huwa f'dan il-kontest li rridu nifhmu l-maniġġi li qed isiru, l-affarijiet li qed jintqalu u l- logħob li għadu għaddej.", "Qisu li l-logħba kollha hi li naħdmu b'mod li nwaddbu l-bżar fl-għajnejn jew l-istilel fl-għajnejn, noħolqu l-illużjoni tal-feel-good factor biex in-nies tħoss li qiegħda tajjeb.", "M'huwiex se jaħdem jekk nibqgħu sejrin hekk, għax il-bażi teknika, il-bażi professjonali li biha jieħdu d-deċiżjonijiet għadha żlogata.", "Għandna a case in point.", "Xi sitt jew seba' snin ilu qam rebus fuq il-Kalaxlokk.", "Qisna konna se nagħmlu xi ħaġa ta' barra minn hawn.", "Issa qed jgħidu li jridu jaraw kif se joħolqu struttura li biha min jaħdem ma' struttura tal-gvern, jekk il-job tiegħu jispiċċa ftit żlogat, ikunu jistgħu jippostjawh.", "Bir- rispett kollu, fejn qiegħda l-koerenza f'dan kollu?", "Sur President, għalhekk meta tiltaqa` ma' barranin ta' ċertu livell li jkunu jridu jitkellmu miegħek straight and plain jgħidulek li ma jifhmux kif jittieħdu d-deċiżjonijiet f'Malta.", "U għalhekk imbagħad ikollhom xettiċiżmu fuq l-idea ta' investiment ġdid.", "Kif tista` tinvesti f'pajjiż li m'huwiex trasparenti, fejn il-gvern jgħid ħaġa u jagħmel oħra jew jibqa` ċass?!", "Din hija mistoqsija li ltqajna magħha anke l-ġimgħa li għaddiet meta jien u sħabi konna Brussell u tkellimna ma' diversi nies li jirrappreżentaw ċerti interessi finanzjarji, ekonomiċi u soċjali fl-Ewropa.", "Ma nistgħux nibqgħu nilagħbu din il-logħba ta' make-believe, fejn nippretendu li qed insolvu l-affarijiet meta ma nkunux qed insolvuhom.", "Sur President, dan l-aħħar smajna ħafna fuq il-proġett ta' SmartCity u min jisma' biha din jgħid li hija xi ħaġa tajba.", "Kif qalu, tmien snin oħra jkollna s-SmartCity li timpjega l-eluf tan-nies.", "Dan huwa tajjeb imma allura sa tmien snin oħra x'se nagħmlu?", "Aktar u aktar meta waħda mill- affarijiet problematiċi l-kbar li qed jirriżultaw mill-mod kif qed titmexxa l-ekonomija ta' pajjiżna hija li niftaħru fuq l-IT u mhux IT u l-istrutturi edukattivi li suppost joħolqu aktar speċjalisti ta' l-informatika f'pajjiżna huma mblokkati, mhux kapaċi jżidu t-throughput ta' nies li jkunu tabilħaqq imħarrġa fl-informatika.", "Kien hemm min qalli li l-iSmartCity hija effettivament strument ieħor biex noqogħdu nispekulaw fuq l-art f'Malta bil- bini ta' hotels u bil-bini ta' appartamenti.", "Nittama li għandu żball.", "Imma din se ssolvi l-problemi ta' xogħol li hawn f'pajjiżna, xi ħaġa li se ssir tmien snin oħra?", "Ma rridx noqgħod ngħidha, imma veru, kif qal Keynes, in the long run we're all dead.", "Fit-terminu tat-tul kulħadd jispiċċa jmut pero` ma naħsibx li dak huwa l-argument.", "Aħna rridu nsolvu l-problemi tagħna llum u għada, mhux pit pitgħada.", "Issa f'dan il-kontest x'qed jiġi propost lilna llum?", "Qed tiġi proposta xi ħaġa li n-Nazzjonalisti kienu pprovaw ikissru fl-1989.", "X'inbidel?", "U għaliex inbidlu l-affarijiet b'dan il- mod?", "Sur President, għal snin twal il-gvern Nazzjonalista meta jiġi biex jirristruttura, jgħid hu, dipartimenti tal-gvern u jġonġihom ma' korporazzjonijiet baqa` jħalli kollox miftuħ f'dak li għandu x'jaqsam mal- kondizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema nvoluti.", "Każ tipiku huwa dak tal- ħaddiema tad-drenaġġ li ngħaqdu mal-water services corporation.", "Dawn damu x-xhur jistaqsu: Imma aħna kif se niġu ttrattati?", "Għadna mal-gvern?", "Għadna mal-water services corporation?", "Fil-liġijiet li bihom ġew trasformati dipartimenti f'korporazzjonijiet, f'kull waħda minnhom tidħol klawsola li tgħid li l-kondizzjonijiet tas-servizz tagħhom fiċ-ċivil jiġu mċaqilqa għall-korporazzjoni.", "U bqajna snin sħaħ, sal-lum, kollox fl-ajru.", "Eżattament fejn ninsabu?", "Kif jista` jkun li dan it-tip ta' maniġġ ikun parti minn sistema ta' tmexxija li mhux qed tkun koerenti fuq il-livell makro-ekonomiku, fuq il-livell ta' ħolqien u ta' ħarsien ta' impjiegi?", "Allura minn hawnhekk irrid intenni l-ħtieġa li jkun hawn pjan globali – għidlu patt soċjali jekk trid tgħidlu patt soċjali – li jorbot u jkun maħsub fl-interess tal-ħaddiema, l-impjegati u dawk kollha li għandhom u li jridu x-xogħol.", "Ma nistgħux taparsi nsolvu biċċa u nħallu l-affarijiet l- oħra mdendla.", "M'aħniex qed naslu u mhux se naslu.", "Il-gvern jista' jippretendi kemm irid li qed jasal imma dan m'huwiex veru.", "Aħna li nitkellmu mal-ħaddiema fid-djar tagħhom u fuq il-postijiet tax-xogħol tagħhom nafu li mhux qed jaslu.", "Hemm ċerti oqsma li mexjin tajjeb, mela le.", "Allaħares kollox sejjer ħażin għax imbagħad negħrqu kompletament imma rridu naħsbu fl-oqsma li huma kbar u li bħalissa qed jaqgħu lura bil-kbir.", "Per eżempju, hawnhekk nista' nsemmi l-qasam tat-turiżmu, il-qasam tal- manifattura u l-qasam tat-tmexxija tal-gvern.", "Hemmhekk irid ikun hemm pjan li jġib kollox fuq l-istess binarju.", "Qabel ma jsir dan ftit jista' jkollna fiduċja li liġi bħal din li qiegħda tillapazza, għax hekk qed tagħmel, se twassal x'imkien aktar u aktar meta m'hemmx koerenza fil-mod kif il-gvern qed imexxi u kif il-gvern qed jipproġetta l-azzjonijiet tiegħu.", "Sur President, huwa tajjeb li norbot dan kollu imma fatt inkwetanti aktar forsi minn kull ħaġa oħra huwa li waqt li għandna din il-problema ta' qgħad u l-problema ta' inkoerenza fit-tmexxija tal-gvern, l-għoli tal-ħajja għadu qiegħed jiżdied u għadu qiegħed itektek.", "Għadu qed jolqot, idejjaq u jifni l-kwalita` ta' l-għajxien tal-familji.", "L-għoli tal-ħajja sar l-aktar ħaġa li qed iddejjaq liċ-ċittadini, u għandhom raġun.", "Apparti mit-tariffi tad- dawl u l-ilma, fuq mediċini, fuq ikel u fuq servizzi edukattivi qed ikun hemm pressjoni qawwija li qed tkompli timmina l-kwalita` tal-ħajja taċ- ċittadini.", "U l-problema hija li l-gvern jidher inkonxju minnha, ma jimpurtahx minnha.", "Veru jew le?", "Jien ngħid li veru għax kull meta l-prim ministru u sħabu l-ministri jitkellmu dwar dan is-suġġett jippretendu li l- problema ma teżistix, mentri kważi f'kull familja li tmur - mhux qed nitkellem fuq familji fqar biss, imma qed nitkellem anke fuq familji li għandhom ċertu dħul fejn il-mara u r-raġel jaħdmu t-tnejn – jgħidulek li ma jistgħux iżommu l-kwalita` tal-ħajja li kienu mdorrijin biha sentejn, tlieta ilu.", "Kollox jgħaqqad fl-istess ħaġa.", "U x'jgħaqqad fl-istess ħaġa, Sur President?", "Is-sens ta' insigurta` dwar kif tista' tmexxi ħajtek għal li ġej, għax ix-xogħol ma jrendix, għax xogħol m'għandekx jew għax bix-xogħol li għandek ma tistax tlaħħaq mal-prezzijiet kif telgħin.", "Imbagħad naraw lill-gvern jillapazza - kif qed jagħmel b'din il-liġi - b'mod li jikkontradixxi dak li kien jgħid sa ftit taż-żmien ilu fuq Kalaxlokk u fuq affarijiet oħra, u fl-istess nifs ministru jgħid li ma jimpurtax li spiċċaw l-iskrapan tal-Belt, għax sabu affarijiet oħra, u ħaddieħor jgħid li rridu noħolqu postijiet oħra fis-sistema tal-gvern għal ċerti nies.", "Din l- inkoerenza qed tkompli timmina l-effettivita` ta' pajjiżna.", "Sur President, aħna nemmnu li jrid ikun hemm pjan dwar kif se nerġgħu ntellgħu t-tkabbir ekonomiku f'pajjiżna.", "Il-prim ministru jgħid - ifaqqashom in-numri, ma nafx minn fejn iġibhom - li t-tkabbir ekonomiku bħalissa huwa ta' 2.5%.", "Is-sena li għaddiet kien jgħid li fl-2004 l- ekonomija kibret b'1.5%, imma din is-sena qed jgħid li ħa żball għax mhux kibret b'1.5% iżda naqset b'1.5%.", "Jien naħseb li s-sena dieħla jiġi jgħidilna li reġa' ħa żball din is-sena u jgħidilna li ma kbirniex b'2.5% kif kienu qalulna, imma nqasna b'punt xi ħaġa fil-mija.", "Issa tara kif hekk jagħmel is-sena d-dieħla.", "Imma f'dan il-kontest kif se nkunu qed naħdmu biex intejbu r-rankatura", "ekonomika?", "Għal xiex irridu nimmiraw?", "M'hemmx dubju li rridu nimmiraw għal tkabbir ekonomiku li jlaħħaq għal bejn 3% u 4%.", "M'hemmx mod ieħor, inkella forget it li dħalna fl-Unjoni Ewropea.", "Nispiċċaw mhux fiż-żona tar- relegation, imma taħt iż-żona tar-relegation!", "Jekk it-tkabbir ekonomiku ma ntellgħuhx għal 3%, 4% malajr kemm jista' jkun se jkollna problemi kbar.", "Il- gvern mhux qed jaċċettaha din il-ħaġa, mhux qed jara ż-żieda fit-tkabbir ekonomiku bħala l-prijorita` imma aħna qed narawha bħala prijorita`.", "Minn hemm imbagħad titlaq għall-affarijiet l-oħra li għandhom rilevanza għall- ħaddiema u ċ-ċittadini; kif sejrin innaqqsu l-għoli tal-ħajja.", "Jien ngħid li l-gvern qiegħed ikun problema f'din il-ħaġa.", "Qed ikun problema bil-piżijiet li dejjem qed jgħabbi fuq iċ-ċittadini u qed ikun problema wkoll bid-deċiżjonijiet tiegħu - ma nistax nifhimhom - fosthom li ma jkunx hemm hedging fuq il-prezzijiet taż-żejt.", "U ejja!", "F'Novembru li għadda kien jaf li l-prezzijiet taż-żejt se jitilgħu internazzjonalment imma minkejja dan m'għamilx hedging.", "L-Air Malta għamlet il-hedging imma l-Enemalta m'għamlitux.", "Għaliex?", "Din ma tagħmilx sens, u qed ngħabbu l-iżbalji li qed isiru fuq iċ-ċittadini.", "Dawn l- iżbalji għaddejjin il-ħin kollu.", "Għandna wkoll id-deċiżjoni tal-qattusa għaġġelija li l-ewro jdaħħalha fl-1 ta' Jannar ta' l-2008.", "Imbagħad għandna d-deċiżjoni aktar żmerċa jew werċa, għażel int, li mill-1 ta' Jannar tas-sena d-dieħla nibdew bid-dual pricing, li diġa` qiegħed jagħmel pjattaforma għal żieda fil-prezzijiet.", "Dawn kollha huma l-ħatab fuq in-nar li jagħmlu l-mod ta' kif qed naħdmu xi ħaġa li mhux qed trendi lil pajjiżna.", "Qed ikollna wisq proposti, programmi u proġetti li jinstemgħu sbieħ, li jitpoġġew fuq il-karta, imma mbagħad ma jitwettqux.", "Sur President, min-naħa tagħna huwa tajjeb li naffermaw - qed nieħu l- okkażjoni llum anke biex nafferma - li din hija liġi li għandha l-merti tagħha imma għandha wkoll l-aspetti tagħha li juru l-ipokrezija u l- inkoerenza ta' gvern Nazzjonalista.", "Meta ngħidu dan kollu qegħdin nieħdu l- opportunita` wkoll biex ngħidu li miżura bħal din għandha tiġi inkwadrata fi pjan sħiħ ta' kif irridu nilqgħu għall-bidliet li rridu niffaċċjaw bħala pajjiż.", "Aħna naqblu li hemm bżonn ta' ristrutturar.", "Konna aħna li bdejna nirristrutturaw fl-1996, imma kemm xewxu kontra tagħna!", "Kemm xewxu kontra tiegħi!", "Nista' ngħidlek patafjun ta' stejjer, Sur President, fuqha din il-ħaġa.", "Imma min-naħa l-oħra mbagħad ir-ristrutturar irid isir skond ċerti prinċipji, fosthom il-prinċipju li ħadd m'hu għar- rimi u li ma nistgħux inħallu lil ċerti nies fil-ġenb u ngħaffġu fuqhom.", "Il-ħaddiema tas-settur privat għandhom ikunu prezzjużi daqs il-ħaddiema tal- gvern, it-tnejn huma prezzjużi għalina.", "U jekk nitkellmu allura fuq kif nistgħu nilqgħu għall-effetti ta' ristrutturar għall-ħaddiema tal-gvern - u naqbel li għandna nagħmlu hekk, konna aħna li għamilniha l-ewwel u qabel kollox - irridu nagħmlu wkoll l-istess ħaġa dwar il-ħaddiema fis-settur privat.", "Irridu nagħmlu l-istess għall-ħaddiema tad-Denim li spiċċaw imdendla, il-ħaddiema tal-VF, il-ħaddiema tal-lukandi li għalqu, il- ħaddiema f'Għawdex li ltqajt magħhom kemm-il darba u l-ħaddiema fil-qasam tat-turiżmu li qed jiġu sostitwiti minn ħaddiema li jiġu mill-Bulgarija u minn pajjiżi barranin oħra.", "Dan l-aħħar kont is-Sannat - mhux pajjiżek, Sur President, għax pajjiżek huwa r-Rabat - u kien hemm familja li qaltli li kellha t-tfal tagħha jaħdmu f'lukanda li bdew iħaddmuhom għal jumejn biss fil-ġimgħa għax fit-tlett ijiem l-oħra bdew jinqdew b'ħaddiema mis- Slovenja.", "M'għandi xejn kontra l-ħaddiema mis-Slovenja, imma aħna jimpurtana - u rridu nuru bil-pjan tagħna li jimpurtana - mill-ħaddiema kollha biex nagħtuhom in-nifs.", "Ma nistgħux nibqgħu għaddejjin b'dan is-sentiment li kollox għaddej sabiħ, kollox għaddej tajjeb.", "Nistgħu norganizzaw kemm irridu business meetings, business breakfasts u laqgħat fil-Phoenicia.", "Nagħmluhom, mela le, imma mhux dak hu l-punt.", "Il-punt hu li fl-aħħar mill-aħħar irridu nkunu qed inwettqu pjan ta' ħidma politika li tabilħaqq jipprovdi ħarsien għall- ħaddiema kemm jista' jkun kollha.", "Ma nistgħux inwiegħdu li se jirnexxielna imma rridu nipprovaw.", "U ma rridux ninsew il-ħaddiema fis-settur privat li msieken iġorru bil-kbir ħafna mill-piżijiet tar- ristrutturar.", "Ir- ristrutturar irid isir u rridu nipproġettaw metodu ta' kif l-importanti ma jkunx ix-xogħol qua xogħol, imma l-importanti jkun il-ħaddiem.", "Naraw kif il-ħaddiem, l-impjegat - issa jkunx fil-middle class, ikunx manager, ikunx ta' dħul baxx, dik hija immaterjali - ikun qiegħed hemm u li l-focus tagħna jkun fuqu jew fuqha.", "Allura x-xogħol jista'", "jintilef imma l-ħaddiem għadu fid-dinja tax-xogħol.", "Dik hija challenge.", "Jekk nitilqu għal għonq it-triq bl-idea li fil-globalizzazzjoni, fir- ristrutturar u fis-sħubija fl-Unjoni Ewropea kollox is-suq isuq u l- iskrapan spiċċaw mill-Belt allura mhux problema, mhux se naslu.", "Irridu nisħqu fuq il-ħtieġa li l-gvern għandu responsabbilta` soċjali li biha jassigura li l-ħaddiem, l-impjegat, hu min hu, se jibqa' fid-dinja tax- xogħol u nużaw kwalunkwe miżura li tista' tintuża, bħal tax credit, sussidju, inċentiv, bidliet fl-istruttura ta' kif jingħataw in-national insurance u dawn l-affarijiet.", "Hemmhekk irridu nkunu pragmatiċi, Sur President.", "Imma nkunu pragmatiċi fis-sens li quddiem l-isfidi, quddiem il- bidliet ta' ristrutturar, aħna bħala stat, aħna bħala pajjiż, aħna bħala soċjeta` m'aħniex se niċħdu l-globalizzazzjoni.", "Kif tista' tagħmel dan?", "M'aħniex se niċħdu sħubija fl-Unjoni Ewropea.", "Kif tista'?", "M'aħniex se niċħdu l-ħtieġa ta' ristrutturar.", "Kif tista'?", "Imma mbagħad irridu nżommu l- prinċipju tagħna.", "F'dak li nagħmlu u f'dak li mmexxu rridu nassiguraw kemm jista' jkun li l-ħaddiem se jibqa' fid-dinja tax-xogħol.", "U din nagħmluha bi sħubija mas-settur privat, nagħmluha skond pjan, u nagħmluha fit-twemmin li dan huwa l-aħjar mod kif tibqa` kompetittiv, ħaġa li bħalissa pajjiżna qiegħed jitlef bil-kbir.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Carmelo Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Sur President, lil hinn mir-retorika u mid-diskors sabiħ speċjalment fil-jiem ta' qabel u anke fil-jum ta' Jum il-Ħaddiem, fejn l-esponenti tal-gvern qalu kemm hawn fiduċja u feel good factor f'pajjiżna, kif qal il-kap ta' l-oppożizzjoni meta tiltaqa' man-nies tisma' storja differenti.", "Jien mhux se ngħid dak li nistgħu ngħidu aħna ta' l- oppożizzjoni imma dak li jgħidu n-nies.", "Issa jekk ħaddieħor forsi jisma' storja differenti jew inkella ma jiltaqax ma' kulħadd allura jiddispjaċini imma dan m'huwiex tort tagħna.", "Lil hinn anke mir-retorika ta' l-investiment ta' SmartCity li suppost ġej fi żmien tliet snin, issa morna għal tmien snin jew disa' snin imma jien naħseb li pajjiżna llum għandu bżonn xi ħaġa.", "Ovvjament huwa importanti li jkollna investiment bħal SmartCity imma huwa importanti wkoll li nippjanaw biex ikollna ħaddiema għal meta tiġi SmartCity.", "Pero` llum huwa importanti li jkollna a smart government u dak li m'għandux pajjiżna llum.", "Illum m'għandniex smart government, jew inkella dan qed jaħrab mill-problemi jew addirittura mhux qed jirrikonoxxi li hawn problemi u sfidi, sejħilhom li trid.", "Jekk forsi jiddejjaq li ngħidu li hawn kriżi f'ċerti oqsma, ħalli ma ngħiduhiex imma fl-aħħar mill-aħħar aħna qed ngħidu dak li qed iħossu n- nies.", "Naturalment f'Jum il-Ħaddiem, li għadna kif iċċelebrajnieh il- bieraħ, ngħidu ħafna diskors sabiħ, nagħmlu ħafna attivitajiet, niftaħru 'l hemm u niftaħru 'l hawn, inġibu lil min jitkellem fil-konferenzi biex nisimgħu mingħandhom, pero` mbagħad id-diskors ta' l-għeluq ikun li kollox sejjer tajjeb, li hawn ħafna fiduċja u li se nibqgħu sejrin kif aħna, u milli qalu ma jimpurtaniex għax se nibqgħu għaddejjin hekk.", "Kif spjega tajjeb il-kap ta' l-oppożizzjoni, meta l-partit Laburista fil- gvern ipprova jaffronta problema ta' settur partikolari tal-Kalaxlokk b'abbozz ta' liġi apposta - li kellu jitressaq quddiem dan il-parlament pero` ma tressaqx u ma ġiex diskuss proprju minħabba li ġiet l-elezzjoni fl- 1998 - jien ukoll kont iltqajt ma' numru ta' persuni li jaħdmu l-Kalaxlokk li beda jasal għandhom ċertu diskors li kien qed iħassibhom għax naturalment il-ħobża ta' kuljum hija ta' inkwiet għalihom.", "Ċertament id- diskors li kien qed jasal għandhom ma kienx pożittiv imma kien proprju tixwix min-nies li kellhom interess li jpoġġu lill-gvern Laburista f'dell ikrah ma' dawn il-persuni li kienu imbeżżgħin li se jitilfu l-post tax- xogħol tagħhom.", "Dan li qed jiġi propost illum għandna nħarsu lejh bħala xi ħaġa serja minħabba l-fatt li b'dan l-abbozz ta' liġi l-prim ministru se jingħata poter assolut fejn jidħlu dawn il-ħaddiema u dawn l-azjendi.", "Allura ċertament li l-prim ministru tal-ġurnata - ikun min ikun, m'iniex qed ngħid għall-prim ministru tal-lum biss għax sakemm ma tinbidilx il- liġi, dik tibqa' fis-seħħ ikun min ikun il-prim ministru - għandu juża din l-għodda li l-parlament se jgħaddilu bl-aħjar mod possibbli u mingħajr favuri lejn ħadd, imma b'ġustizzja.", "Sur President, nixtieq nistaqsi wkoll x'għażliet se jibqagħlu l-ħaddiem li se jkun milqut minn dan li qed jipproponi l-abbozz ta' liġi.", "Jekk ħaddiem li jintlaqat minn deċiżjoni ta' korporazzjoni, ta' entita` li qed nitkellmu fuqha hawnhekk, u forsi ma jaqbilx ma' l-ordni tal-prim ministru - għax aħna nemmnu fid-demokrazija, li kulħadd għandu għallinqas jinstema' - se jkun hemm xi tip ta' post fejn għallinqas dan il-ħaddiem isemma leħnu u jagħmel l-ilment tiegħu.", "Qed ngħid dan għax xi kultant niltaqa' ma' persuni li, filwaqt li jibqgħu fil-post tax-xogħol tagħhom, jiġu mwarrba mhux għax m'humiex tajbin jew għax mhux qed jagħmlu xogħolhom jew inkella għax qed jiskartaw imma għal raġunijiet oħrajn.", "Forsi jkun hemm preferenzi ta' persuna minn oħra, mhux biss abbażi ta' politika imma jista' jkun hemm anke preferenzi oħrajn.", "Sur President, huwa importanti li f'dan l-abbozz ta' liġi li qed inressqu hawnhekk il-ħaddiem ma nħarsux lejh bħala sempliċement numru.", "Ma rridux nimxu b'mod fejn jekk, per eżempju, ikun hemm 50 jew 100 persuna żejda f'azjenda partikolari, dawn naraw fejn se nitfgħuhom.", "Irridu nagħtu kas ta' l-inkwiet u tad-diffikultajiet li dawn il-ħaddiema jistgħu jiltaqgħu magħhom.", "Ċertament li hemm qbil li jsir ristrutturar f'pajjiżna.", "Għadu kif tkellem il-kap ta' l-oppożizzjoni qabli u għamilha ċara li hemm lok ta' ristrutturar, pero` ristrutturar bis-sens.", "Ilna nisimgħu li s-servizz pubbliku, per eżempju, għaddej bl-immodernizzar u bir-ristrutturar - jekk niftakar tajjeb - mill-bidu tas-snin disgħin.", "Illum wasalna fis-sena 2006 imma fejn wasalna?", "Meta nara numru ta' persuni mhux żgħir li jispiċċaw bl-eta` tal-pensjoni, 61 sena u, imbierek Alla, bosta minnhom jispiċċaw konsulenti, ngħid: Fejn hu r-ristrutturar?", "Qisu l-pajjiż ma jgħaddix mingħajr dawn in-nies u jispiċċaw konsulenti mhux biex jagħtu parir lill-gvern fuq xi ħaġa partikolari imma biex jibqgħu jagħmlu l-istess xogħol.", "Jekk dan kien imexxi dipartiment, taħt it-titlu ta' konsulent jibqa' jmexxi dipartiment.", "Fejn hu r-ristrutturar?", "Fejn hu t-taħriġ lil ħaddiema oħrajn li jinsabu f'dawk id-dipartimenti biex huma wkoll għada pitgħada jibdew imexxu?", "U dan biex ma nsemmux li dawn il-konsulenti naturalment mhux qed jagħmlu dan għall-karita` jew inkella għax iħossu li jistgħu jkomplu jaħdmu wara l-61 sena, u allura jixtiequ jagħtu xi ħaġa lill-pajjiż.", "Le, naturalment dawn jitħallsu.", "Allura l-pajjiż qed ikollu jġorr spiża biex inżommu dawn il- konsulenti jew it-titolu ta' konsulenti mas-servizz pubbliku.", "Sur President, meta jsir ir-ristrutturar huwa importanti wkoll li nżommu l- konċett ta' value for money, li nagħtu kas li ma jkunx hemm ħela u tberbiq bla bżonn.", "Pero` rridu nagħtu kas ukoll li s-servizz li jingħata u li jibqa' jingħata jkun servizz tajjeb fejn iċ-ċittadin jinqeda bl-aħjar mod possibbli.", "Illum wasalna f'sitwazzjoni fejn bħala poplu qed inħallsu aktar f'taxxi, qed inħallsu aktar biex nieħdu ċerti servizzi, pero` b'mod ġenerali - mhux kullimkien għax kien hemm fejn sar titjib, mela le, u fejn sar tajjeb ngħidu li sar tajjeb - l-poplu qed jieħu inqas.", "Każ partikolari huwa l-qasam tas-saħħa għax fl-isptar b'mod partikolari għad għandna ċerti problemi ta' dewmien f'listi ta' snin u xhur sħaħ.", "Minkejja l-flus li l- pajjiż jonfoq għall-qasam tas-saħħa jien naħseb - għalkemm m'iniex espert f'dan il-qasam, ċertament li hawn nies oħrajn li huma kompetenti aktar minni f'dan is-suġġett - li ċerti problemi m'humiex ta' fondi biss, imma huma problemi ta' amministrazzjoni u ta' management, li mhux bilfors jiswew il-flus.", "U ilna mis-snin disgħin għaddejjin niftaħru li qed nirristrutturaw.", "Sur President, dan l-abbozz ta' liġi jfakkarna kemm dan il-pajjiż waqqaf awtoritajiet tul dawn l-aħħar snin.", "Jien mhux se nidħol fil-mertu jekk l- awtoritajiet kollha humiex qed jagħmlu xogħolhom jew jekk jibqgħux ħalqhom magħluq meta suppost jintervjenu.", "M'iniex se nidħol fil-mertu jekk uħud mill-awtoritajiet kollha li waqqafna kellhomx ikunu amalgamati flimkien jew le.", "Imma ta' min isemmi l-kondizzjonijiet differenti li għandhom dawn l- awtoritajiet.", "Mela skrivan f'awtorita` \"A\" għandu ċertu salarju u kondizzjonijiet u skrivan f'awtorita' \"B\" għandu salarju differenti u kondizzjonijiet differenti.", "Naturalment dawn ivarjaw ukoll mis-servizz pubbliku.", "Tant hu hekk li ftit tax-xhur ilu l-gvern ħabbar li kien qed jaħdem fuq din il-ħaġa jidhirli taħt l-uffiċċju tal-prim ministru, jekk m'iniex sejjer żball.", "Pero` ġieli smajt lill-Ministru Galea jsemmi li jeżistu dawn id-disparitajiet u se nipprovaw nirranġawhom.", "Imma waqt li konna qed inwaqqfu dawn l-awtoritajiet kollha ma stajniex ilqajna għal dan minn qabel?", "Għax imbagħad nispiċċaw li dejjem irridu nraqqgħu l-pannu bil-qargħa aħmar.", "Jiġifieri l-ewwel tiġri l-ħaġa u mbagħad naraw kif se nillappazzaw u dan l-abbozz ta' liġi nistgħu nqisuh ukoll f'dan is-sens.", "Mela l-ewwel nimlew il-korporazzjonijiet u l- entitajiet bin-nies u forsi issa qed jidhru li huma żejda jew inkella jqum xi għaref filgħodu u jgħid li fit-tali kumpannija għandna nies żejda minkejja li din tkun sejra tajjeb ukoll forsi, u mbagħad irridu naraw fejn se jispiċċaw.", "Dan iwassalna biex nistaqsu mistoqsija, li ma naħsibx li tant ħarġet f'dan id-dibattitu li kellna, dwar il-kwestjoni ta' job security li forsi konna mdorrijin biha.", "M'iniex se nidħol fil-mertu jekk hux tajjeb jew le li jkollna job security mas-servizz pubbliku jew inkella ma' entitajiet li huma kkontrollati mill-gvern għax fl-aħħar mill-aħħar meta nħarsu lejn is-settur privat, x'job security għandhom il-ħaddiema?", "Jekk il-kumpannija tkun sejra ħażin, huma se jaqilgħuha magħha u jekk il- kumpannija tagħlaq, huma se jaqilgħuha l-ewwel u jispiċċaw barra.", "Jiġifieri rridu nħarsu wkoll lejn dan l-aspett.", "Sur President, f'dan l-abbozz ta' liġi l-gvern qed jgħid li jista' jagħti l- kas li jekk ma tidħolx din il-liġi kulmin jitqies bħala żejjed minn ċerti entitajiet li huma kkontrollati mill-gvern jista' jitkeċċa u jispiċċa bla xogħol?", "Għax allura l-mistoqsija tkun għalfejn baqgħu jidħlu n-nies f'ċerti postijiet, u mhux nies ta' livell maniġerjali, per eżempju, li hemm min jgħid li f'ċerti kumpanniji dawn faqqsu, bil-konsegwenza li mbagħad nispiċċaw f'sitwazzjoni fejn ikollna nies żejda.", "Per eżempju, l-Air Malta, kemm-il darba tgħid li saret top heavy wisq!", "Imma ejjew naraw kemm daħlu nies f'dawn l-aħħar 20 sena u kemm saru managers fl-Air Malta anke tul dawn l-aħħar snin.", "Mela niġu issa u ngħidu li saret top heavy!", "Mhux ovvja!", "L- ewwel nipprovaw naqdu lil min jidhrilna u mbagħad ngħidu li hemm bżonn nirristrutturaw u naraw kif se nċekknu l-management tal-kumpannija, tkun liema tkun il-kumpannija.", "Sur President, li qed nipprova ngħid huwa li permezz ta' dan l-abbozz ta' liġi llum qed nipprovaw nagħmlu xi ħaġa biex insewwu affarijiet oħra li għamilna fil-passat.", "Komplejna ngħabbu lil ċerti entitajiet u issa li qed naraw li għandna nies żejda rridu naraw x'se nagħmlu bihom.", "Għalhekk filwaqt li għandu ċerta validita`, dan l-abbozz ta' liġi huwa serju għax ma nistgħux nilagħbu bin-nies.", "Ir-ristrutturar għandu jsir b'mod serju, mhux biss fl-interess ta' l-entita` imma anke tan-nies.", "Ma nistgħux narmu lin- nies u nilagħbu bihom qishom ċifri.", "Ma nistgħux ma nsemmux in-numru ta' persuni li ma jibqgħux taħt is-servizz pubbliku imma wħud minnhom imorru jaħdmu għal snin twal on secondment ma' dawn l-entitajiet.", "Dawn imorru hemmhekk bi skop ta' ftit żmien u mbagħad jispiċċaw jibqgħu hemmhekk il- Bambin biss jaf kemm.", "Forsi fil-bidu kien hemm bżonn li jkun hemm persuni ta' ċerti kompetenzi f'dawn l-awtoritajiet, imma dawn kellhom bżonn jibqgħu hemmhekk għal dak it-tul ta' żmien kollu?", "Ma ħarriġniex persuni oħrajn li huma mpjegati tal-post hemmhekk biex jieħdu x-xogħol tagħhom?", "Ħaġa oħra li tispikka fis-servizz pubbliku hija n-numru ta' rapporti li jsiru.", "Għandna rapporti kemm trid f'kull qasam.", "Il-mistoqsija hija: Kemm tittieħed azzjoni fuq dawn ir-rapporti?", "Jien nittama li meta jsiru dawn l- imberkin rapporti għallinqas tibda tittieħed azzjoni.", "Ladarba qed nemendaw liġi li titkellem dwar is-servizzi ta' impjieg u taħriġ tajjeb li nsemmu xi punti oħrajn li huma marbuta mal-qasam tax-xogħol.", "Sal-lum stess kellmuni persuni li qaluli bl-abbużi ta' ċerti employers u dawn m'humiex employers tal-kantuniera li jħaddmu persuna jew tnejn imma huma employers kbar li jafhom u jarahom kulħadd.", "Dawn jaħdmu fuq proġetti li jissemmew il-ħin kollu, b'mod partikolari fuq proġetti tal-kostruzzjoni.", "Ħafna drabi nisimgħu li ma jinstabux ħaddiema tal-kostruzzjoni u allura dawn għandna nġibuhom minn barra.", "Għandna ħafna abbużi u jien ngħid sfruttament ukoll minn employers li qed iħaddmu ħaddiema barranin, huma minn fejn huma, b'mod illegali.", "Allura dan ħadd ma jafu?", "Jien nifhem li l-korporazzjoni għax-xogħol u taħriġ m'għandhiex biżżejjed spetturi biex tkun kullimkien fl-istess ħin, pero` f'ċerti postijiet hemm ħafna nies jaħdmu u kulħadd isemmihom.", "Allura l-awtoritajiet konċernati ma jafuhx dan?", "Meta n-nies jaraw dawn l-affarijiet jibdew jistaqsu l- mistoqsijiet u jissusspettaw ħażin u jien ma nagħithomx tort.", "Minbarra l- isfruttament li dawn il-ħaddiema barranin qed isofru, x'jiġri f'każ ta' korriment fuq il-post tax-xogħol?", "Illum kien hemm wieħed li qalli b'każ ta' persuna barranija li kienet qed taħdem b'mod illegali u weġġgħet idejha.", "L-employer li kien qed iħaddmu ma ħadux l-isptar għax jinqabad, l- individwu li weġġa' li qiegħed hawn Malta b'mod illegali ma marx l-isptar lanqas għax inkella jispiċċa jiġi f'idejn il-pulizija u jkeċċuh 'il barra u allura sejħu tabib biex jimmedikah meta dan suppost kellu jmur l-isptar minħabba l-gravita` ta' l-inċident li kellu.", "Dawn huma l-affarijiet li qed jiġru f'pajjiżna llum.", "Pero` minbarra l-isfruttament fuq dawn il-ħaddiema, qed ikun hemm opportunitajiet ta' xogħol inqas għall-ħaddiema Maltin.", "Il-bieraħ iċċelebrajna t-tieni anniversarju minn meta pajjiżna daħal fl-Unjoni Ewropea.", "Qed ngħidu li l-opportunitajiet ta' xogħol issa nfetħu u li l- Maltin jistgħu liberalment imorru jaħdmu anke f'pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropea.", "Dan huwa veru pero` ma ġiex biss bis-sħubija tagħna għax jien naf b'numru ta' persuni li kellhom il-kapaċitajiet u ħaddmuhom.", "Dak iż-żmien ma konniex membri u għamlu suċċess f'pajjiż ieħor meta hawn Malta tajnihom bis-sieq.", "Ċerti persuni li kellhom ċerti ħiliet għal pajjiż ieħor kienu tajbin imma għalina donnhom ma kenux.", "Dan huwa l-pajjiż li ngħixu fih.", "Ladarba qed nitkellmu fuq il-ħtieġa li jkollna opportunitajiet ta' xogħol għall-Maltin mhux qed ninjora l-fatt li aħna membri ta' l-Unjoni Ewropea, imma qed ngħid li jekk hawn ħaddiema barranin li qed jiġu sfruttati b'mod illegali, dawn qed jieħdu l-post ta' Maltin li jixtiequ jaħdmu f'Malta, f'pajjiżhom stess pero` ħaddieħor b'mod illegali u b'mod li qed jiġi sfruttat, qed jieħu l-post tax-xogħol tiegħu.", "Dik hija l-istorja kollha.", "U xi kultant li ħaddiem minn Malta jmur jaħdem Għawdex jew bil-kontra wkoll narawha bi tqila, aħseb u ara biex ngħidu lil ċerti ħaddiema jmorru jfittxu xogħol f'pajjiż membru ta' l-Unjoni Ewropea!", "Il-qasam tax-xogħol għaddej minn ħafna diffikultajiet, biex ma ngħidx kriżi.", "Fi kliem ex-prim ministru s-sitwazzjoni tax-xogħol f'pajjiżna llum ilha żmien twil allarmanti.", "Dan mhux qed ngħidu jien jew l-oppożizzjoni imma ex-prim ministru.", "Jekk naraw liema statistika trid, kemm l-istatistika li jippubblika l-uffiċċju nazzjonali ta' l-istatistika, kemm il-labour force survey u kemm l- istatistika li toħroġ mill-korporazzjoni għax-xogħol u taħriġ, insibu li s- sitwazzjoni f'pajjiżna llum u f'dawn l-aħħar xhur u snin fil-qasam tax- xogħol hija waħda allarmanti.", "Mhux hekk biss imma l-aktar settur ta' nies li qed jintlaqtu min-nuqqas ta' xogħol f'pajjiżna llum huwa dak taż- żgħażagħ.", "Fil-fatt jekk nieħdu l-istatistika ta' l-ETC insibu li taħt l-ewwel parti tar-reġistru hemm 3.7% ta' dawk li jirreġistraw għax-xogħol li għandhom 'il fuq minn 45 sena u 7.6% li għandhom taħt il-25 sena, jiġifieri d-doppju.", "Qed nikkwota mill-istatistika ta' Novembru ta' l-2005 ta' l-unemployment rate.", "Mela l-aktar nies li qed jaqilgħuha minħabba n-nuqqas ta' xogħol huma ż-żgħażagħ u għalhekk hemm bżonn li jittieħdu inizjattivi biex dawk il- persuni kollha li jixtiequ jaħdmu u li jridu jaħdmu jsibu x-xogħol.", "Il- maġġoranza tagħhom dawn iridu jaħdmu.", "Ovvjament tiltaqa' ma' waħdiet li jkun jidher li ma jkunux iridu jaħdmu għax minn kollox issib u nkunu boloh aħna jekk nagħlqu għajnejna għall-fatt li dawn jeżistu.", "Aħna mhux qed ngħidu li kollox huwa iswed imma lanqas huwa kollox abjad.", "Fl-opinjoni tiegħi, il-problema prinċipali hija li għandna ċerti problemi li jidher li l-gvern qed jagħlaq għajnejh għalihom u l-kwestjoni ta' l- opportunitajiet ta' xogħol hija waħda minnhom.", "Meta jsir xi investiment minn xi kumpanniji privati noqogħdu ngħidu: Qed tara x'fiduċja hawn fil- pajjiż, kieku dawn ma ġewx hawnhekk imma kienu jitilqu 'l hemm!", "Aħna għandna fiduċja fil-ħaddiem Malti.", "Dażgur li għandna fiduċja fih!", "U l- kumpanniji barranin jiġu hawn mhux għax il-gvern jagħtihom wisq support jew għajnuna imma għax jafu li l-ħaddiem Malti huwa kapaċi.", "Għalhekk aħna rridu ninvestu aktar fl-edukazzjoni.", "L-unika riżorsa li għandna sal-lum huwa l-ħaddiem u ma nistgħux naffordjaw li nitilfu aktar żgħażagħ li ma jkomplux l-edukazzjoni tagħhom.", "Jien ngħid li kulħadd huwa kapaċi li jirnexxi pero` bil-mod tiegħu.", "Iżda rridu nkunu aħna, li għandna ċerti responsabilitajiet f'dan il-pajjiż, li nipprovdu opportunitajiet għal kulħadd, biex ħadd ma jaqa' lura bis-serjeta` u mhux bid-diskors.", "Illum għandna sitwazzjoni f'pajjiżna fejn għandna bosta studenti li jagħmlu sa 16-il sena u wisq probabbli l-aħħar xhur jew snin jitolbu biex jgħaddu malajr, sakemm ma jitolbux ukoll biex jitilqu qabel mill-iskola.", "Ma tistax tibqa' għaddejja hekk din is-sitwazzjoni.", "Għalhekk aħna nikkritikaw lill- gvern li l-għeluq ta' l-iskejjel tas-snajja' kien żball.", "Issa meta ngħidu hekk ma jfissirx li l-iskejjel tas-snajja', kif konna nafuhom dak iż-żmien, ma kellhomx bżonn li jiġu riformati, ma kienx hemm bżonn li jsir tibdil fihom biex ikunu addattati għaż-żmien tal-lum.", "Dażgur li kellhom bżonn!", "Mela xi ħadd jista' jiċħad xi ħaġa li hija sagrosanta?", "Pero` bejn li tirristrutturahom u tirranġahom u tagħlaqhom hemm baħar jaqsam.", "Il-gvern waqqaf l-MCAST u din hija xi ħaġa tajba.", "Aħna kkritikajna l-mod kif twaqqaf l-MCAST u l-fatt li kien hemm ħafna affarijiet li kellhom ikunu lesti mal-ftuħ ta' l-MCAST u ma kenux – fil-fatt f'ċerti korsijiet kien hemm diffikultajiet dwar kif se jingħata l-kors li kien se jibda - kif ukoll li taqbad u tagħlaq ħesrem l-iskejjel tas-snajja'.", "Huwa importanti li l-MCAST ikompli jiżviluppa u jirdoppja l-istudenti tiegħu, kif qal il-ministru.", "Huwa importanti wkoll li l-universita` timxi 'l quddiem u żżid in-numru ta' l-istudenti li jkomplu jistudjaw fl-universita` imma dan ma jistax jiġri jekk aktar 'l isfel ma neħdux ħsieb li kulħadd irid jirnexxi.", "Kulħadd għandu l-kapaċitajiet li jirnexxi, nerġa' ngħid b'mod differenti, imma jaslu.", "Meta nħarsu lejn min qed ifittex xogħol illum u x'ħiliet għandu u x'kapaċitajiet għandu nsibu li l-maġġoranza tagħhom, b'mod partikolari ż-żgħażagħ, għandhom ħiliet baxxi.", "Naf li l-ETC qed tagħmel sforz u għandha riżorsi finanzjarji, kemm provduti mill-gvern kif ukoll mil-Unjoni Ewropea, biex tagħti taħriġ, pero` hemm żewġ problemi.", "L-ewwelnett kemm il-korsijiet qed ikunu addattati għal ċerti nies li jkunu mistiedna u mistennija li jattendu għalihom.", "Per eżempju, il-ġimgħa li għaddiet iltqajt ma' individwu li għandu 58 sena li bagħtuh għal kors biex jitgħallem il-Malti u xi suġġetti oħrajn.", "Ħaġa tajba li jitgħallem dawn l-affarijiet imma jekk ma jkollux dispożizzjoni biex jitgħallem ikun għalxejn.", "Tant hu hekk li dan l-individwu qalli: Dak li ma tgħallimtx l-iskola se nitgħallmu issa?", "Sfortunatament hekk għadha l- mentalita`.", "Jien ngħid li qatt m'hu tard u t-tagħlim qatt m'hu ħela.", "Imma dan qalli li kien lest li jmur jitgħallem carpentry jew xi sengħa oħra li tista' sservih biex jaħdem f'dawn l-aħħar snin li fadallu.", "Dan ifisser li l-korsijiet li tipprovdi l-ETC ukoll iridu jagħmlu sens għal min jidħol għalihom.", "M'huwiex faċli li wieħed ilaqqa' ż-żewġ affarijiet flimkien imma ejja naraw x'għandhom bżonn dawn il-persuni li qed jirreġistraw għax-xogħol u nagħtuhom dak it-taħriġ meħtieġ, mhux nipprovdulhom taħriġ u jekk ma jmorrux jinqatgħu mir-reġistru.", "L-iskop m'għandux ikun li nagħmlu korsijiet u jekk ma tmurx tinqata' mir-reġistru.", "It-tfal jagħmlu hekk.", "L-iskop għandu jkun li tħarreġ lill-persuni biex jerġgħu jidħlu lura fid-dinja tax-xogħol.", "Hemm rabta bejn in-nuqqas ta' ħiliet edukattivi, in-nuqqas ta' snajja', in-nuqqas ta' ħiliet mhux biss akkademiċi imma anke vokazzjonali, tekniċi u dawk li qed ifittxu x-xogħol.", "Fil-fatt jirriżulta li fl-aħħar kwart tas-sena 2004, 90.9% ta' persuni li kienu jgħixu fi djar fejn ħadd ma kien jaħdem, dawk li jissejħu jobless households, bilkemm kellhom livell sekondarju, filwaqt li 9.1% kellhom livell post- sekondarju jew aktar.", "Mela altru li hemm rilevanza bejn nuqqas ta' xogħol u nuqqas ta' ħiliet edukattivi.", "Għalhekk nibqa' ninsisti li jekk nagħtu attenzjoni lis-settur primarju fil-qasam ta' l-edukazzjoni aktar tfal jirnexxu, imma rridu nagħtu prijorita` bis-serjeta` u ninvestu fihom bis-serjeta`.", "Meta nisma' lill-prim ministru jitkellem fuq l-investiment fil-qasam ta' l- edukazzjoni u smajt lill-Onor.", "David Agius jgħid li jittama li l- oppożizzjoni taqbel, jien ngħid li l-oppożizzjoni mhux biss taqbel imma ilha tgħid dan it-tip ta' diskors.", "Niftakar li qabel l-elezzjoni ta' l- 1996, meta l-kollega tiegħi l-Onor.", "Evarist Bartolo kien isemmi l-ambjent fiżiku fl-iskejjel bħala l-ewwel pass biex intejbu anke l-ambjent ta' fejn l-istudenti jitħarrġu, konna nisħqu li l-ambjent fiżiku hemm bżonn li jitjieb.", "Pero` kien hemm ex-prim ministru li kien jgħid li l-membri ta' l- oppożizzjoni qegħdin joħolmu!", "Kien qal li kulma għandhom bżonn l-iskejjel tagħna huwa li nirranġaw xi tieqa 'l hemm u 'l hawn għax dawn xi ħġieġ imkisser biss għandhom.", "Meta gvern Laburista daħal għat-tmexxija tal-pajjiż fil-ftit xhur li għamel fil-gvern għamel programm biex kemm jista' jkun itejjeb kull skola li seta' jtejjeb.", "Wara li l-partit Laburista spiċċa mill-gvern fl-1998, il-partit Nazzjonalista fil-gvern kompla fuq din id-direzzjoni.", "Allura mhux aħna rridu naqblu.", "Aħna diġa` konna nitkelllmu b'dan il-lingwaġġ u l-partit Nazzjonalista kompla fuq dan u għamel tajjeb.", "Aħna diġa` naqblu fuq dawn l- affarijiet.", "Għalfejn qegħdin nivvintaw li aħna mhux qed naqblu fuq ċerti affarijiet?", "Huwa importanti li l-ambjent fiżiku fl-iskejjel ikompli jitjieb.", "Ara xi ħadd jaħseb li l-oppożizzjoni ma teħux gost b'dawn l- affarijiet.", "Dażgur li nieħdu gost!", "Mela fl-iskejjel tfal ta' naħa waħda biss imorru?", "L-ewwelnett dan huwa argument pwerili għax fl-aħħar mill-aħħar qegħdin nitkellmu fuq il-futur ta' pajjiżna.", "Jekk indaħħlu l-politika partiġjana fil-qasam ta' l-edukazzjoni naħseb li nkunu verament tlifna kollox għax fejn jidħlu t-tfal tagħna nkunu qegħdin nilagħbu mal-futur ta' pajjiżna.", "Naħseb li bħala poplu, għall-grazzja ta' Alla, fil-maġġoranza assoluta għandna għal qalbna l-familja u għandna għal qalbna t-tfal.", "Huwa importanti li jibqa' jkollna dan is-sens ta' familja u għandna nagħmlu minn kollox biex it-tfal tagħna nagħtuhom l-aħjar.", "Għalhekk bħala oppożizzjoni naqblu li għandu jkun hemm aktar investiment fl-edukazzjoni, għandu jkun hemm iktar improvement fl-ambjent fiżiku ta' l-iskejjel, pero` ta' l- iskejjel kollha.", "Għandu jkun hemm ukoll prijoritajiet biex ma nħallu lil ebda student jew studenta jaqgħu lura kif sfortunatament għadu jiġri sal- lum u rridu noqogħdu iktar attenti f'dak li nagħmlu biex it-tfal kollha jirnexxu.", "Inkella dawn isibu diffikultajiet kbar biex jidħlu fid-dinja tax-xogħol minħabba n-nuqqas ta' ħiliet edukattivi li għandhom, anke jekk ikun hawn l-opportunitajiet ta' xogħol.", "Imbagħad ikollna nonfqu iktar flus biex nipprovaw ngħinu lil dawn il-persuni ħalli jidħlu fid-dinja tax- xogħol.", "Min-naħa l-oħra f'dan l-abbozz ta' liġi qegħdin nitkellmu fuq persuni li jispiċċaw żejda fuq il-post tax-xogħol tagħhom minħabba li jkun qed isir ristrutturar.", "F'dawn il-każijiet huwa importanti mhux biss li l-prim ministru joħroġ ordni biex jgħid li dawn għandhom jiċċaqilqu għal post ieħor, u li għandna nipprovdu dak il-post fejn dawn il-persuni għandhom at least ikollhom say jekk iħossu li ma ġewx ittrattati b'mod fair - u mhux ngħidu li mbagħad imorru għand l-ombudsman wara.", "Ejja nipprovaw nevitaw dawn il-kwestjonijiet u nitkellmu mal-ħadiema – imma fuq kollox dawn il- ħaddiema għandhom jitħarrġu wkoll biex ikunu produttivi u jagħtu sehemhom għall-ekonomija tal-pajjiż biex dan jimxi aħjar.", "Sur President, huwa importanti li nagħtu kas il-qasam tax-xogħol mil-lum u ma noqogħdux nistennew u nibqgħu idejna fuq żaqqna u nittamaw li xi darba jiġi xi ħadd iħenn għalina u jinvesti f'pajjiżna imma aħna bħala pajjiż irridu ntejbu l-operat tagħna biex nattiraw l-investiment.", "Naħseb li l- ħtieġa ta' bidla anke hawnhekk tispikka.", "Jeħtieġ li aħna nbiddlu l-mod kif konna naħdmu bih qabel biex nattiraw investiment f'pajjiżna sabiex fl-aħħar mill-aħħar tikber l-ekonomija tal-pajjiż.", "Inutli noqgħodu ngħidu ħafna diskors sabiħ u nħarrġu l-istudenti tagħna kif għandna nagħmlu imma mbagħad meta jispiċċaw l-istudji tagħhom, ma jsibux fejn jaħdmu.", "Din hija wkoll waħda mill-problemi li niltaqgħu magħha fejn uħud jistaqsu x'se jagħmlu wara li jkomplu l-iskola u jiggradwaw.", "Allaħares in-nies jirraġunaw b'dan il-mod u allura jiskoraġġixxu lill-uliedhom milli jkomplu l-istudji vokazzjonali, post-sekondarju u terzjarju.", "Meta nitkellmu fuq studenti li jkomplu l-istudji ma nkunux qed nirriferu biss għall- universita`.", "Pajjiżna m'għandux bżonn biss gradwati b'livell akkademiku imma għandu bżonn ukoll nies tekniċi u mħarrġa tajjeb fil-qasam vokazzjonali.", "Għalhekk għandna nagħtu importanza akbar lill-qasam vokazzjonali mhux biss f'livell post-sekondarju u terzjarju u tajjeb li forsi naraw li anke l-MCAST tiżviluppa f'dan ir-rigward.", "Per eżempju, fil- livell sekondarju hemm għatx kbir li mas-suġġetti akkademiċi ikollhom ukoll suġġetti vokazzjonali.", "Għalhekk ejja nagħtuh dan iċ-ċans biex dawn l- istudenti jirnexxu wkoll.", "Meta nisimgħu ċertu diskors dwar il-ħtieġa tax-xjenza u l-IT irridu naraw jekk is-sistema edukattiva tagħna hux qed tagħti taħriġ f'dan il-qasam mill- primarja.", "Kif nistgħu nħajru lill-istudenti jaqbdu t-triq tax-xjenza u t- teknoloġija jekk m'aħniex qed indewquhom biżżejjed ix-xjenza u t- teknoloġija sa mil-livell primarju?", "Kif nistgħu nimmiraw li nilħqu ċerti miri ta' l-aġenda ta' Lisbona jekk imbagħad ma nagħtuhoms dawn l- opportunitajiet?", "Jien dħakt meta l-prim ministru l-bieraħ qal li s-sistema ta' l-istipendji ġiet mibdula biex tirrifletti r-realtajiet il-ġodda u dan għaliex meta l-gvern għażel li jagħmel U-turn fuq l-istipendji, dan naqqas anke l-istipendji ta' l-oqsma li fuqhom suppost kellu jagħti prijorita`.", "Per eżempju, jien urejt tabelli li juru li l-għotja speċjali, bejn l-avviż legali ta' l-1999 u l-avviż legali ta' l-2005, naqset b'9.46% fuq medda ta' erba' snin.", "Issa hawnhekk qed nitkellmu fuq differenza ta' Lm420 u dan suppost qed jagħti prijorita` lil dawn l-oqsma.", "Sur President, jien nixtieq nikkonkludi billi ngħid li huwa tajjeb li nirristrutturaw pero` huwa tajjeb ukoll li nippjanaw bis-serjeta`, mhux wieħed jaħdem għal rasu u mbagħad naraw wara kif nirranġaw l-affarijiet.", "Huwa importanti li jkollna direzzjoni lejn fejn mexjin.", "Ta' spiss jistaqsu lilna dwar xi pjani u x'direzzjoni għandna.", "Jien nistaqsi dwar id- direzzjoni li fiha miexi l-gvern għax dak huwa l-importanti bħalissa peress li huwa l-gvern li qed imexxi l-pajjiż.", "Il-gvern irid jgħid bis-serjeta` kif miexi anke issa li sirna membri fl-Unjoni Ewropea u l-gvern laħaq il- mira li kellu għax hekk ried il-poplu.", "Aħna rridu nikkompetu b'suċċess għax dan il-poplu ħaqqu l-aħjar u aħna l-membri ta' l-oppożizzjoni se nagħtu l- aħjar lill-poplu għax hekk jistħoqqlu.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Il-Ministru, jekk jogħġbu, jgħaddi għall-winding up.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, jien jiddispjaċini li nibqa' nisma' kelliema ta' l-oppożizzjoni li jwettqu fil-prattika l-qawl Ingliż \"Run with the hare and hunt with the hounds\".", "Dawn iriduha tajba minn kull naħa li jħarsu lejha.", "Din m'hijiex kwestjoni ta' retorika.", "Kieku l-bieraħ filgħodu l-membri ta' l-oppożizzjoni ngħaqdu magħna fil-lukanda Phoencia ma kenux jisimgħu d-diskors tal-prim ministru biss imma", "kienu jisimgħu wkoll dak li jgħidu n-nies li qed jinvestu flushom u xogħolhom f'dan il-pajjiż.", "Nerġa' ntenni li din m'hijiex retorika, Sur President, imma fatti.", "Il-prim ministru qal kemm-il darba biex niġġudikaw l-affarijiet bil-fatti.", "Huwa fatt li l-politika tal-gvern irnexxielha tattira lejn il-pajjiż investiment barrani privat ta' Lm110 miljun li huma kkalkolati li fuq firxa ta' snin joħolqu 5,600 impjieg.", "Huwa fatt li fl-2005, il-Malta enterprise approvat 70 proġett ta' ftuħ ta' fabbriki ġodda u tkabbir ta' fabbriki li hawn f'Malta.", "Illejla l-kap ta' l-oppożizzjoni enfasizza ħafna fuq il- figuri ta' l-Unjoni Ewropea pero` tajjeb ngħid li skond l-istess Unjoni Ewropea, Malta hija s-sitt l-aktar pajjiż li qed jiġbed investiment barrani u hawnhekk qed nitkellem fuq Lm200 miljun fl-2005 biss.", "Per eżempju, kellna Lm255 miljun fi proġetti turistiċi.", "Fl-aħħar sentejn sar investiment ta' Lm85 miljun f'lukandi, Sur President.", "Insibu li kellna wkoll madwar Lm170 miljun investiment ieħor fi proġetti li jinkludu Manoel Island, Tigne`, il-Kottonera u l-cruise passenger terminal fil-port il- kbir.", "Dawn huma l-fatti u se nkompli nsemmi.", "L-ETC għandha diversi skemi li qegħdin iħarrġu u jgħinu nies f'Malta u f'Għawdex – mhux kif qal il-kap ta' l-oppożizzjoni – sabiex dawn isibu x- xogħol.", "Per eżempju, matul is-sena li għaddiet l-impjiegi żdiedu b'4,000 u l-ETC sabet impjieg għal 4,462 ħaddiem.", "Bejn Jannar u Frar, l-esportazzjoni żdiedet bi 12% minn Lm119-il miljun għal Lm133 miljun u l-importazzjoni żdiedet b'10%, minn Lm190 miljun għal Lm210 miljun.", "Barra minn hekk, fl- ewwel xahrejn ta' din is-sena saru 193 applikazzjoni għal negozji ġodda.", "Dawn huma kollha fatti, Sur President u mhux diskors sabiħ biss.", "Aħna tajna inċentivi lin-nisa li jirritornaw għad-dinja tax-xogħol u dawn jinkludu eżenzjoni mill-income tax għad-dħul ta' l-ewwel sena sa livell ta' Lm700 taxxa, għajnuna finanzjarja lil min iħaddem biex jiftaħ childcare centres fuq il-postijiet tax-xogħol u korsijiet ta' taħriġ għal dawk li jridu jaħdmu f'dan il-qasam taċ-childcare centres.", "Issa nixtieq insemmi xi fatti fil-qasam ta' l-edukazzjoni, Sur President.", "Nixtieq insemmi wkoll ix-xogħol kollu li qed isir fil-livelli kollha tas- sistema edukattiva mill-kindergarten sal-livell primarju, sekondarju, post- sekondarju, l-MCAST u l-universita`.", "Din m'hijiex retorika imma huma fatti u kieku l-bieraħ il-media minflok ma rrapportat x'qal il-prim ministru, irrapportat x'qalu dawk li kienu mistiedna biex jitkellmu, kieku llum l- oppożizzjoni kien ikollha f'idejha ħafna aktar fatti u esperjenzi konkreti ta' ideat, proġetti, investimenti, inizjattivi ġodda, innovazzjoni u riċerka li qed issir mis-settur privat, Sur President.", "Barra minn dan, it- titjib li qed ikun hemm fis-settur pubbliku ma rrimarkax fuqu l-prim ministru imma rrimarkaw fuqu kelliema oħra li ħadu sehem u li ma kenux hemm biex jesprimu opinjoni partiġjana.", "Dawn il-kelliema taw stampa reali u mhux stampa ottimista bħallikieku qisna qegħdin ngħixu fis-sħab imma stampa ta' nies li qed igħixu ġo dan il-pajjiż, li qegħdin jagħmluha mal-ħaddiema ta' dan il-pajjiż, li qed jagħmluha mal-gvern ta' dan il-pajjiż, li qegħdin jagħmluha ma' l-istituzzjonijiet ta' dan il-pajjiż u li qed jaraw fejn huma d-diffikultajiet pero` wkoll fejn qiegħda l-kapaċita` tal-poplu u l- kapaċita` tal-gvern.", "Permezz ta' l-inizjattiva ta' dawn in-nies nisimgħu stejjer mill-isbaħ ta' Maltin u Għawdxin li għandhom fiduċja kbira fil-kapaċita` tagħhom u tal- ħaddiema tagħhom u din hija esperjenza li verament tagħmillek kuraġġ.", "Din hija esperjenza li żżommlok saqajk ma' l-art għaliex id-diskors ma kienx xi diskors ewforiku imma kien diskors li jirrifletti r-realta` dwar id- diffikultajiet li għandna, dwar id-difetti li għad irridu negħlbu, dwar l- isfidi li rridu niffaċċjaw u anke dwar ir-riżultati li ksibna għax poġġejna rasna fuq għonqna u ffaċċjajna l-problemi bis-serjeta`.", "Jien jiddispjaċini nisma' lill-kap ta' l-oppożizzjoni - li huwa persuna ta' esperjenza twila ħafna fil-politika u issa ilu kap tal-partit Laburista għal ma nafx kemm-il sena apparti li għamel sentejn prim ministru - jinħela fid-diskors kif għamel illejla.", "Jien kont nistenna li jekk il-kap ta' l-oppożizzjoni se jindirizza lill-Kamra fuq liġi li għandha x'taqsam max-xogħol, id-diskors tiegħu jkun ħafna aktar preċiż biex jurina b'mod ħafna aktar konkret x'jaħseb il-partit Laburista dwar dan u x'jista' jagħmel fil-futur dwar dan is-suġġett.", "Sur President, ma nistgħux naħlu l-ħin ta' dan il-parlament biex għal ma nafx kemm-il darba nqabblu l-figuri tal-labour force survey u l-figuri ta' l-ETC.", "Din spjegajniha miljun darba.", "Jekk irridu nitkellmu fuq il-labour force survey, ma nistgħux nieħdu l-figura tal-qgħad tal-labour force survey u ma ngħidux ukoll li skond l-istess survey hawn 9,000 aktar nies jaħdmu milli tgħid l-ETC.", "Ma jistax ikun li fejn hu ikrah ngħiduh u fejn hu sabiħ ma ngħiduhx.", "Irrid ngħid ukoll li aħna mhux qed nagħmlu din l-emenda biex f'kull każ li se jkollna quddiemna fil-futur, napplikawha.", "Meta naslu għall-istadju ta' kumitat, Sur President, beħsiebni nipproponi xi emendi biex inkun nista' nilqa' għal xi diffikultajiet u punti li qanqlu l-membri ta' l-oppożizzjoni u l-GWU.", "Imma mill-bqija din hija emenda li bl-ebda mod ma tmur kontra l-ispirtu tal-Kostituzzjoni.", "Din hija emenda li l-ħsieb tagħha huwa unikament li meta jkun sar ristrutturar x'imkien, jew xi riorganizzazzjoni x'imkien fis-settur pubbliku u l-prim ministru, wara d- diskussjonijiet kollha li jkun ħa sehem fihom, jasal għall-konklużjoni li m'hemmx triq oħra f'dik l-impriża partikolari ħlief li wieħed iċaqlaq in- nies, dan ikun jista' jċaqlaqhom.", "Aħna mhux qegħdin ngħidu li kull darba se jsir hekk.", "Fil-fatt l-artiklu 15 tal-liġi ta' l-ETC diġa` jipprovdi diversi affarijiet li jistgħu jsiru biex inkunu nistgħu nintervjenu f'każijiet ta' ristrutturar, redundancies jew riorganizzazzjoni fil-qasam tas-settur pubbliku.", "Sur President, biex inkun weġibt il-mistoqsija li saret minn diversi kelliema ta' l-oppożizzjoni, din ma tapplikax għas-servizz pubbliku u jkollna ċans anke li nispjegaw f'aktar dettall meta niġu fl-istadju ta' Kumitat.", "Imma mill-bqija naħseb li anke l-oppożizzjoni ħasset il-merti pożittivi ta' din il-liġi għax l-iskop tagħha huwa li tipprovdi għodda oħra f'każ li aħna niġu bżonn li nsibu ċerti soluzzjonijiet biex niffaċilitaw sew ir-ristrutturar u r-riorganizzazzjoni u anke fatturi oħrajn li għandhom x'jaqsmu ma' l-organizzazzjoni tas-settur pubbliku kollu kemm hu.", "Naħseb li din hija emenda li meta niddiskutuha fid-dettall fl-istadju ta' Kumitat, inkunu nistgħu nifhmu aħjar fejn irridu naslu.", "Jien irrid ngħid li fil-verita` l-politika tal-gvern fil-qasam ta' l- ekonomija u tax-xogħol hija politika li qiegħda tirrendi meta wieħed iqis l- ekonomija tagħna u s-soċjeta` tagħna minn xiex inhuma għaddejjin.", "Aħna rridu niftakru li filwaqt li l-gvern qed inaqqas in-nies mis-settur pubbliku, filwaqt li għandna ristrutturar tas-settur privat, filwaqt li għandna aktar nies li qed jirtiraw mix-xogħol, filwaqt li għandna aktar studenti li qed idumu ma jidħlu fis-suq tax-xogħol għax qed ikomplu bl- edukazzjoni u t-taħriġ tagħhom, il-gainfully occupied population żammet il- pożizzjoni tagħha bl-aktar mod qawwi.", "Rigward Għawdex, jekk wieħed jieħu l-figuri tas-snin 2000 u 2005 u jqabbilhom isib li hemmhekk ir-ristrutturar tas-settur privat laqat b'manjiera li tinħass aktar anke minħabba l-popolazzjoni iċken ta' Għawdex u minħabba r-reġjonalita` ta' din il-gżira, Sur President.", "Imma jekk inħarsu lejn il-figuri nsibu li fl-2000 kellna 8,169 gainfully occupied population f'Għawdex u fl-2005 kellna 8,407.", "Issa jien mhux se noqgħod ngħid għalfejn il-gainfuly occupied population żdiedet bi ftit imma meta wieħed iqis mil-liema taqliba għaddej il-pajjiż u fl-istess ħin l-ekonomija Għawdxija żammet u żiedet bi ftit anke l-gainfully occupied population tagħha, allura wieħed irid ikollu s-sens ta' fiduċja li jifhem li l-proċess ta' żvilupp u ristrutturar huwa kontinwu u huwa proċess li l-politika tal- gvern tal-ġurnata qed jirnexxielha tmexxih b'mod tajjeb u qed jirnexxielha mhux biss tipproteġi l-ħaddiema tagħna minn dan l-impatt imma qed tinvesti wkoll ħalli nkunu nistgħu nagħtu xogħol għal kulmin ikun irid jaħdem.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-mistoqsija hija li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Att dwar is-Servizzi ta' Impjieg u Taħriġ, Kap. 343\" ikun moqri t-Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Il-mozzjoni għaddiet u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tieni Darba.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, nipproponi li dan l-Abbozz ta' Liġi jiġi ttrattat mill-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazjzoni ta' Abbozzi ta' Liġi.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "FRANCIS AGIUS (Segretarju Parlamentari): Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hija li l-Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att dwar is-Servizzi ta' Impieg u Taħriġ jiġi ttrattat mill-Kumitat Permanenti għall- Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "MR SPEAKER: Sar il-ħin.", "Il-Ministru, jekk jogħġbu, jipproponi l- Aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal għada l-Erbgħa, 3 ta' Mejju 2006, fis-6:00 p.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Liġijiet dwar il-Protezzjoni tal-Konsumatur - Tieni Qari (Kont);", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att dwar Dazju tas-Sisa - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Intermedjarji fl-Assigurazzjoni - Tieni Qari (Kont).", "-----------------------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Sigurta` Soċjali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Reġistru Ċentrali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Servizzi ta' Impieg u Taħriġ - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Mario Galea.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Sur President, nixtieq nieħu ftit minuti biex nirringrazzja lil numru ta' nies li kienu involuti fir-regional conference tal-Commonwealth Parliamentary Association li saret f'Malta l-ġimgħa l- oħra.", "Din is-sena kien imiss lil Malta li tospita din il-konferenza tar- reġjun tagħna jiġifieri l-British Islands and Mediterranean Region.", "F'pajjiżna kellna madwar 70 membru parlamentari minn diversi pajjiżi tal- Commonwealth tar-reġjun tagħna fosthom mill-Ingilterra, Ċipru, Scotland, Wales u numru ta' pajjiżi oħra.", "Din il-laqgħa ssir kull sena u kif għedt, din is-sena kien imiss lil Malta.", "Jien kont involut mill-bidu nett fl-organizzazzjoni ta' din il-konferenza.", "Fil-fatt jien u Mrs. Anna Brincat, li hija Clerk Assistant fil-parlament għamilna ħafna xogħol u llum nista' ngħid li l-laqgħa kienet suċċess mhux biss fil-kontenut ta' dak li ġie diskuss imma anke fil-format ġdid li ħadet u fil-mod kif kien organizzat il-programm tagħha.", "Irrid ngħid li kelli wkoll feedback pożittiv minn dawk li pparteċipaw.", "Per eżempju, ir-regional secretary, is-Sur Andrew Tuggey mill-House of Commons qalli li għalkemm naħseb li qed jgħid hekk għax jien minn Malta, bla dubju ta' xejn minn dak li sema' u minn dak li ra jista' jgħid b'wiċċu minn quddiem li din kienet waħda mill-aħjar konferenzi li qatt kellna.", "M'hemmx dubju li kienet suċċess u kulmin ġie ħa gost ħafna.", "Sur President, nixtieq nirringrazzja lilek għas-sehem, għall-għajununa u għall-impenn tiegħek.", "Inti ġentilment ġejt ukoll biex tiftaħ din il- konferenza u ospitajt il-farewell dinner li sar f'post b'karatteristiċi Maltin jew Għawdxin fil-gżira ta' Għawdex.", "Irrid ngħidlek ukoll li l- attivita` kulturali Għawdxija jew Maltija ġiet apprezzata ħafna.", "Irrid nirringrazzja lill-Clerk of the House, is-Sur Richard J. Cauchi kif ukoll lil Mrs. Anna Brincat tas-sehem, l-għajnuna u l-impenn tagħha u l-ħinijiet twal li għamlet bi nhar u bil-lejl biex din il-konferneza kienet suċċess.", "F'kumment li għamilt waqt waħda mil-laqgħat għedt illi kieku ma kenitx Mrs. Anna Brincat li tipprova tagħmel il-biċċiet kollha flimkien, din il- konferenza ma kenitx tkun suċċess.", "Jien naħseb li we owe her a lot u minn hawnhekk irrid nirringrazzjaha.", "Irrid nirringrazzja wkoll lis-Sur Ray Baldacchino li ħa ħsieb l-aspett loġistiku.", "Dan il-bniedem kien ta' għajnuna kbira wkoll.", "Nixtieq nirringrazzja lil diversi persuni oħrajn li nixtieq insemmihom kollha pero` jekk ma nsemmix lil xi ħadd dan ma jkunx b'diżrispett imma għax illum il- ħin disponibbli għalija huwa limitat.", "Fil-fatt ħadt ħames minuti mill-ħin ta' sħabi.", "Irrid nirringrazzja wkoll lil Jonathan, lil Carine u lil Pauline u ħafna oħrajn fosthom Charlie u lill-messaġġiera li għalkemm ma kenux impenjati fil-konferenza, taw sehemhom ukoll.", "Dan qed ngħidu għax kien hawn numru mill-istaff tal-parlament li kien inkarigat mill- konferenza.", "Nixtieq nirringrazzja wkoll lid-deputati li ħadu sehem, fosthom lill-Onor.", "Franco Galea u lill-Onor.", "Joe Falzon li qegħdin hawnhekk.", "Kien hemm ukoll l-Onor.", "Roderick Galdes u attenda għal ftit id- Deputy Speaker, l-Onor.", "Carmelo Abela.", "Nirringrazzja wkoll lill-Onor.", "Leo Brincat u lill-Onor.", "Michael Frendo li aċċettaw li jkunu keynote speakers fl-ewwel sessjoni li saret f'dan il-parlament.", "Kif diġa` għedt, f'din il-konferenza pprovajna metodu ġdid li għall-ewwel darba flimkien mal-membri parlamentari stedinna wkoll lil numru ta' esperti biex jiddiskutu diversi issues.", "Din kienet xi ħaġa interessanti, speċjalment meta kien hemm il-preżentazzjoni dwar reliġjon differenti minn tagħna, u tara lill-Imam jiddiskuti fuq l-istess panel ma' Fr Peter Serracino Inglott.", "Hawnhekk wassalna messaġġ qawwi li aħna, wara kollox, nistgħu u għandna nkunu soċjeta` multi-kulturali fejn wieħed jista' ma jaqbilx jew ikun ġej minn reliġjonijiet differenti imma għandu jkollna rispett lejn l-opinjoni ta' xulxin.", "Fost l-esperti jindirizzaw din il-konferenza u jiddiskutu flimkien mal- membri parlamentari li kienu fostna kellna lill-President Emeritus Dr. Ugo Mifsud Bonnici u lill-President Emeritus Prof. Guido de Marco.", "F'diskors li għamel l-Onor.", "David Marshall mill-House of Commons qal li s-sena d-dieħla, meta l-Ingilterra torganizza r-regional conference beħsiebhom iżommu l- istess format li wżajna Malta.", "Din kienet xi ħaġa innovattiva, ħadna riskju, esperimentajna, imma kienet suċċes.", "Tant hu hekk li huma stess qed jgħidu li jridu jżommu l-istess format għas-sena d-dieħla.", "Naħseb li kien ukoll suċċess l-ispouses programme u t-tours li organizzajna barra mill-konferenza.", "Dawn kienu suċċess mill-bidu sa l-aħħar.", "Ovvjament xejn ma jiġri b'xejn.", "Is-suċċess ifisser li jkun hemm tant nies li ħadmu ħafna għalih u ma rridx naqa' fl-iżball ta' dak is-saying, li sfortunatament huwa reali, li when you're good no one remembers but when you're bad no one forgets.", "Għalhekk xtaqt li nqum hawn u nirringrazzja lil dawk kollha li taw sehemhom għax naħseb li l-messaġġ huwa wieħed ċar.", "Għandna nies li huma kapaċi u n-nies li huma kapaċi m'humiex biss mal- privat imma qegħdin anke f'dan il-parlament.", "Għandna nies li huma mpjegati taċ-ċivil li huma kapaċi u meta jorganizzaw xi ħaġa, jeħduha bis-serjeta` u jagħmluna kburin mad-delegati li jiġu minn barra.", "Għalhekk f'isem in-naħa tal-gvern u anke f'isem is-CPA local branch xtaqt nirringrazzja lil dawk kollha li taw is-sehem tagħhom b'mod partikolari lil Mrs. Anna Brincat, lilek, Mr Speaker u lil persuni oħrajn li kienu involuti.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Is-Sedja tingħaqad mal-mod kif esprima ruħu l-Onor.", "Mario Galea u tirringrazzja lil kulmin ta l-kontribut tiegħu għas-suċċess ta' din il-konferenza.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Franco Galea.", "ONOR.", "FRANCO GALEA: Sur President, jien irrid ningħaqad magħkom fir- ringrazzjamenti għax-xogħol kbir li sar waqt il-konferenza li ġiet organizzata l-ġimgħa l-oħra.", "Illum nixtieq li d-diskors tiegħi nsejjaħlu \"Futur aħjar għal uliedna\".", "Il-ħajja mgħaġġla tal-lum qanqlet bosta sfidi lil kulmin ħa r-responsabilita` u l-missjoni li jifforma familja u jrabbi t- tfal.", "Fid-diskors tal-lum nixtieq nagħti titwila lejn l-isfidi li l- ġenituri f'pajjiżna qed jiltaqgħu magħhom.", "L-iskop tiegħi huwa li jitqanqal dibattitu dwar dan is-suġġett fundamentali sabiex forsi naslu biex ngħinu lil xulxin nilqgħu għall-isfidi u l-problemi li lkoll kemm aħna niltaqgħu magħhom fil-familji tagħna.", "Wieħed mill-pilastri tas-soċjeta` tagħna kienet il-familja.", "Qed ngħid \"kienet\" għax inħoss li fiċ-ċirku tal-ħajja mgħaġġla tal-lum u l-influss ta' ħsebijiet ġodda dwar ir-rwol ta' l-individwu fis-soċjeta', xi ftit jew wisq warrabna dik li għalija kienet il-post li kull wieħed minna seta' jsib sabar, għajnuna, ferħ, tagħlim, dinjita` u rispett.", "Li koppja tiddeċiedi li tifforma familja qatt ma kienet deċiżjoni li tittieħed b'mod superfiċjali.", "Inħoss li llum din id-deċiżjoni mhux biss qed tiġi maħsuba sew iżda hemm każi fejn koppji żgħażagħ qed jibżgħu jieħdu din id- deċiżjoni.", "Żewġ fatturi ewlenin li kull koppja għandha żżomm quddiem għajnejha huma l-finanzi u l-kwestjoni tal-proprjeta` li l-koppja se tuża bħala residenza biex tifforma familja.", "Sur President, kif nafu, il-prezz tal-proprjeta` tul dawn l-aħħar snin żdied b'rata għolja ħafna aktar milli żdiedu l-pagi u dan minħabba bosta fatturi.", "Filwaqt li fl-1992 maisonette f'area residenzjali partikolari kien jiswa madwar Lm15,000 lest minn kollox, illum l-istess maisonette, u forsi anke iżgħar, jiswa minimu ta' Lm70,000.", "Il-kiri ta' dar għall-familja m'għadhiex ħaġa prattika, u dan minħabba li l-kirjiet li qed jintalbu kważi kważi jammontaw għal valur li wieħed ikollu jħallas kull xahar fuq self kieku dik il-proprjeta` jkun xtraha.", "Biex l-affarijiet jikkumplikaw ruħhom, fejn qabel kienet drawwa li l-ġenituri ta' l-għarajjes kienu jipprovaw jaraw kif jgħinu lill-koppja biex jiffinanzjaw parti mil- ispejjeż, fil-ġurnata tal-lum l-istess ġenituri probabbilment ikunu għadhom qed iħallsu xi self li għandhom fuq il-post tagħhom stess.", "L-istampa kompluta turina wkoll li huma ħafna dawk il-koppji li jersqu lejn ix-xiri ta' proprjeta` mingħajr ma kellhom il-possibilita` jew forsi l- għaqal li jagħmlu xi tfaddil.", "Dan ħafna drabi huwa riżultat li fejn qabel kienet drawwa komuni li ż-żgħażagħ jidħlu fid-dinja tax-xogħol ta' 16-il sena jew 18-il sena u ma' l-ewwel paga jibdew ifaddlu xi ħaġa, illum ħafna żgħażagħ jagħżlu li jkomplu jistudjaw u b'hekk idumu sakemm jibdew jaqilgħu paga li tippermettilhom ifaddlu.", "Huwa importanti li wieħed jgħid ukoll li tul dawn l-aħħar 20 sena kien hawn shift qawwi fejn żgħażagħ minn eta` żgħira jkunu mdorrija bil-flus f'idejhom, flus li jmorru lejn id- divertiment, ilbies u oġġetti ta' konsum.", "Hawnhekk ikun tajjeb li nsemmi li żagħżugħ ta' madwar 16-il sena li joħroġ mal-ħbieb nhar ta' Ġimgħa u Sibt jonfoq medja ta' bejn Lm20 u Lm30 fil- ġimgħa.", "Hawn każi fejn din il-figura hija ferm iktar jew xi ftit aktar baxxa.", "L-aspett finanzjarju qed jiddetta l-mod ta' kif koppji Maltin jgħixu l-ħajja matrimonjali tagħhom.", "Dan mhux biss minħabba l-fatt li qed jissellfu b'mod sproporzjonat biex jixtru proprjeta` iżda biex ilaħħqu mal- pagamenti ta' l-ispejjeż ta' kuljum u self ieħor fuq karozzi, għamara u appliances qed jispiċċaw jiddedikaw ruħhom għal xogħol extra u qed jonqos il-ħin li dawn il-koppji jqattgħu biex jibnu r-relazzjoni ta' bejniethom.", "In-numru ta' separazzjonijiet u annullamenti min-naħa u l-figuri ppubblikati mill-Bank Ċentrali fuq self għandhom jitpoġġew flimkien sabiex wieħed jifhem liema realta` qegħdin niffaċċjaw.", "Minn hawnhekk nixtieq nifraħ lill-banek lokali għar-riżultati li qed jiksbu pero` minn hawn inħeġġeġ sabiex iż-żgħażagħ jiġu edukati b'mod prattiku u aggressiv dwar kif għandhom jippjanaw il-finanzi tagħhom.", "Inħeġġeġ ukoll biex l- awtoritajiet jaraw x'jista' jsir biex il-banek ma jgħabbux lill-familji b'self speċjalment jekk dan iwassal għal xi sekwestru ta' proprjeta' f'każ ta' mard jew qgħad.", "Sur President, l-att li jġib tarbija fid-dinja m'għadux biss l-att ta' mħabba u responsabilita` iżda sar eżerċizzju finanzjarju wkoll.", "Jiddispjaċini ngħid li smajt bosta każi fejn koppji sabu ruħhom f'diffikultajiet finanzjarji kbar meta kellhom don ta' wild fil-familja sempliċement għax ma kellhomx il-mezzi biex jaffrontaw l-ispejjeż kollha.", "Naf ukoll koppji li volontarjament ma jridux tfal minħabba l-mortgage u dan huwa punt li wieħed verament għandu jaħseb fuqu sew.", "Din ir-realta` tal- finanzi fi ħdan il-familji Maltin qed twassal għal ċirku fejn koppji qed ikollhom jagħmlu aktar minn xogħol wieħed.", "Minbarra l-pressjoni fuq il- koppji u r-relazzjonijiet ta' bejniethom, din is-sitwazzjoni qed tirrifletti f'ċerti każi b'mod negattiv fuq it-trobbija tat-tfal billi t- tfal qed jitilgħu mrobbija mit-television jew mill-computer bil-perikli kollha li dawn il-mezzi daqstant qawwija jista' jkollhom fuq uliedna.", "Din il-ġlieda għall-ħin u għall-finanzi qed twassal biex il-koppji mhux biss jinqatgħu minn xulxin jew minn uliedhom iżda anke mill-familja estiża, mill-ħbieb u mill-iżvilupp ta' interess jew parteċipazzjoni fi ħdan il- komunita`.", "Dan il-fenomenu jista' jiġi nnotat f'ċerti żoni ta' Malta fejn hemm żoni residenzjali ġodda u fejn is-sens ta' komunita' huwa pjuttost ineżistenti.", "Dan huwa fenomenu soċjali ġdid għal pajjiżna li qed jolqot saff tal-popolazzjoni li normalment wieħed kien jassoċja ma' ċerta kumdita` jekk mhux prosperita` fil-ħajja.", "Dan huwa s-saff tal-klassi medja li tant tinstema' bħala l-veru mutur tal-pajjiż billi huwa settur li jiġġenera l- konsum u li jiġġenera l-akbar kontribuzzjoni lejn is-servizzi soċjali u l- infiq pubbliku.", "Sur President, l-isfidi tal-ġenituri m'humiex biss finanzjarji.", "Fis- soċjeta` tal-lum qegħdin insibu perikli ġodda wara kull kantuniera.", "Hemm awareness qawwija fuq il-krimini kontra t-tfal, għall-abbuż fiżiku jew psikoloġiku, hemm awareness qawwija ta' kif il-bullying qed ikisser bosta tfal, hemm id-droga, ix-xorb u l-logħob ta' l-ażżard li faċilment issibu.", "Hemm il-perikli mit-twemmin u imġiba mxerrda minn ċerti influenzi kulturali li jmorru kontra r-reliġjon, il-morali u l-familja.", "Hemm il-mod ta' kif ċerti stabbilimenti qed iservu għat-tixrid ta' din l-imġiba u dawn il- kulturi pero` fuq dan il-punt se nitkellem f'okkażjoni oħra.", "Hemm ukoll l-isfidi biex niżguraw li wliedna jirċievu edukazzjoni formali u morali soda biex jilqgħu għall-isfidi tal-ġejjieni.", "L-isfidi u l-perikli huma ħafna u aktar ma tingħalaq il-familja u inqas ma' l-ġenituri jkollhom ħin mat-tfal inqas tkun il-possibilita` li wieħed ikun jista' jgħin tfal milquta minn xi problema.", "Minn hawnhekk nixtieq nifraħ lill-kummissarju tat-tfal Sonia Camilleri għall-ħidma tagħha.", "Nemmen li għandna ħafna xogħol quddiemna f'ħafna oqsma pero` nemmen li għandna npoġġu fuq nett ta' l- agenda komuni tagħna kif nistgħu nerġgħu nagħtu l-valur lill-familja u r- rwol tagħha fis-soċjeta`.", "Iċ-ċirku tal-ħajja u ta' l-isfidi jerġa' jibda hekk kif uliedna jibdew iħarsu lil hinn mid-dar u mill-familja sabiex huma stess jifformaw il- familji tagħhom.", "Aħna l-ġenituri ninsabu fi sfida biex naraw kif ngħinu lil uliedna fl-ewwel ostakolu kbir ta' kif se jakkwistaw post biex jgħixu fih.", "Jekk il-problema llum hija serja, immaġinaw kif din tista' tiggrava fil-futur jekk ma neħdux il-passi li għandna nieħdu ħalli s-settur tal- proprjeta` jibda jimxi fuq binarji ta' responsabilita` akbar.", "Il-ġimgħa d- dieħla f'din il-Kamra se nressaq proposti konkreti ta' kif il-prezzijiet tal-proprjeta` jistgħu jibdew jirriflettu verament il-ħteġijiet tas-setturi soċjo-ekonomiċi kollha tal-pajjiż.", "Nemmen li b'azzjoni immedjata huwa possibbli li kull settur tas-soċjeta`, mhux biss igawdi iżda fuq kollox jiżgura futur aħjar għall-koppji żgħażagħ li qegħdin jitilgħu issa.", "Nemmen ukoll li b'rieda tajba minn kulħadd nistgħu nsalvaw il-valuri tal- familja u dan jista' jsir realta` speċjalment jekk kull ġenitur ifittex ġewwa fih ir-rieda biex jagħmel ħiltu ħalli żbalji ma jsirux u jekk isiru, dawn jiġu rranġati.", "Aħna f'din il-Kamra għandna nkunu ta' eżempju u naraw li waqt li naħdmu nżommu quddiem għajnejna l-impatt ta' xogħolna fuq il- futur tal-familji Maltin u fuq kollox ta' wliedna.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joseph Falzon.", "ONOR.", "JOSEPH FALZON: Sur President, l-ewwelnett nixtieq ningħaqad mal- kollega tiegħi, l-Onor.", "Mario Galea, biex nirringrazzja lil dawk kollha li ħadu sehem biex il-konferenza li organizzajna kienet suċċess, fosthom lilek, Mr Speaker, l-istaff tiegħek u lil dawk kollha li ħadu sehem biex din tkun organizzata b'suċċess.", "Nixtieq insemmi punt żgħir fuq l- involviment ta' l-Onor.", "Mario Galea f'diversi fora internazzjonali.", "L- Onor. Galea jagħti kontribut importanti f'dawn il-fora u saħansitra ħafna delegati barranin jafuh by first name tant kemm jagħmel interventi.", "Forsi punt ta' inkoraġġiment huwa kemm dawn id-delegati ħadu gost bl-esperjenza tagħhom f'Malta.", "J'Alla kull konferenza tkun bħal din.", "Issa ħalli niġi għall-punt li nixtieq nagħmel.", "Il-ġimgħa li għaddiet kien hemm konferenza f'Malta rigward l-istrateġija dwar l-iżvilupp sostenibbli f'pajjiżna.", "Inħoss li l-iżvilupp sostenibbli f'pajjiżna għandna nħarsu lejh b'lenti differenti minn kif konna nħarsu lejh ftit tas-snin ilu.", "Naħseb li mhux biss irridu nħarsu lejh b'mod differenti imma fis-snin li għaddew lanqas biss konna noħolmu dwar x'inhu żvilupp sostenibbli.", "Fil- fatt naħseb li f'Malta għad hawn nies li lanqas jifhmu x'inhu l-konċett ta' żvilupp sostenibbli jew iżjed agħar minn hekk, din il-filosofija forsi realment ma nkunux irridu nipparteċipaw fiha.", "Għalhekk huwa importanti li jkollna awareness ta' xi tfisser fir-realta` l-frażi \"żvilupp sostenibbli\".", "Aħna obbligati li lill-ġenerazzjonijiet futuri nħallulhom żvilupp sostenibbli u ambjent sostenibbli li huma jkunu jistgħu jgawdu u jimirħu fih ukoll.", "Meta jien kont tifel mhux ħafna snin ilu, l-ambjent li jien stajt ingawdi dak iż-żmien – qed ngħid forsi 15-il sena ilu – kien kompletament differenti minn dak tal-lum.", "Meta kont tifel jien kont tista' tmur fl-irdumijeit u f'żoni li ma kenux żviluppati, imma sfortunatament, bl- esiġenzi tal-lum il-ġurnata, dawn nistgħux ingawduhom aktar.", "Sur President, inti tifhimni aktar għax forsi l-ġenerazzjoni Maltija tal- lum iżjed qed tirrikorri lejn postijiet bħal Għawdex biex tkun tista' tgawdi l-kampanja.", "Dan għaliex Għawdex għadu m'huwiex żviluppat b'dik l- intensita` bħalma hija żviluppata Malta.", "J'Alla Għawdex jibqa' jżomm din il- karatteristika.", "Anke aħna l-Maltin ngħiru għalikom li għandkom post sabiħ bħal dak.", "Jiena ngħid li huwa importanti li dan nifhmuh, għax meta realment nitkellmu fuq żvilupp sostenibbli, għandna nħarsu lejn il- postijiet mhux bl-iskop li noħonquhom bl-iżvilupp jew b'attivitajiet kummerċjali a skapitu ta' kollox imma rridu naraw kif nibbilanċjaw bejn dak li huwa żvilupp li jiġġenera l-impjiegi - anke dak l-iżvilupp ikun irid iħares l-ambjent - u l-bżonnijiet ambjentali.", "Tajjeb li konferenza bħal din li tfassal is-sisien għal strateġija ferm importanti tkun tinkludi fiha l-industrja tal-bini, in-nies li għandhom interessi ambjentali, is-soċjeta` ċivili, l-individwi u l-partiti politiċi.", "Dan qed ngħidu għax flimkien inkunu nistgħu nfasslu bejnietna dak l-iżvilupp li huwa sostenibbli.", "Jien nixtieq nagħlaq b'punt żgħir.", "F'Malta qegħdin nidħlu ħafna fid-drawwa li nsemmu ħafna l-patt soċjali f'dik li hija ekonomija u f'dak li huwa finanzjament tal-pajjiż.", "Huwa tajjeb li naslu għal dan il-patt soċjali pero` huwa tajjeb li naslu wkoll għal patt soċjali ambjentali.", "Ikun ta' ġid kbir jekk indaħħlu din l-idea fid-deċiżjonijiet li nieħdu kuljum u fil- permessi li jingħataw.", "Huwa importanti li r-rikjesti ekonomiċi u dawk ambjentali nsegwuhom f'salt biex flimkien inkunu nistgħu realment naslu għal żvilupp li jkun sostenibbli kemm għall-ġenerazzjonijiet tal-lum kif ukoll għal dawk futuri.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada l-Erbgħa, 3 ta' Mejju 2006, fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "FUEL OIL AND GAS OIL", "18224.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 17954 u jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l- prezzijiet Platts li setgħet tixtri bihom l-Enemalta l-fuel u l-gas oil għax-xhur ta' Ottubru, Novembru, Diċembru 2005 u Jannar 2006?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "TAL-ĦEMSIJA U MTARFA BYPASS", "18286.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Jista' il-Ministru jinformana bl-evalwazzjoni uffiċjali tal-proposti ppubblikati fil-ġurnal The Times ta' nhar l-Erbgħa 29 ta' Marzu sabiex jiġu evitati sfrundamenti f'toroq rurali, kif ġara f'Tal-Ħemsija u Mtarfa Bypass?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Fiż-żewġ każi f'Tal-Ħemsija u Mtarfa Bypass, l- awtorita' dwar it-trasport qegħda tistenna r-riżultati ta' testijiet li ntbagħtu barra sabiex wara jkun jista' jiġi ffinalizzat ir-rapport.", "Sadanittant dwar toroq rurali, nista'ngħid li dawn ġeneralment huma responsabbilta' tal-kunsilli lokali.", "TĦAWWIL TA' SIĠAR", "18287.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid kemm siġar tħawlu matul is-sena l-oħra?", "Billi dawn is-siġar f'dawn iż-żmenijiet tas-sena joffru kulur sabiħ, jista' il-Ministru jara li jitħawlu aktar minnhom?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Is-sena l-oħra tħawlu diversi siġar magħrufa bħala Judas trees fit-toroq u soft areas bħala parti minn pjan biex jitħawlu aktar siġar endemiċi, fosthom din is-siġra.", "Min-naħa tas-sezzjoni tal-parks, afforestazzjoni u restawr tal-kampanja fi ħdan dan il-ministeru, matul is-sena l-oħra tħawlu:", "Cercis Siliquestrum ..................", "99 Cercis Siliquestrum Alba.............", "2 Cercis Siliquestrum forest pensi.....", "6", "MOĦQRIJA TA' ANNIMALI", "18289.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm persuni tressqu l-qorti mill-pulizija matul l-ewwel tliet xhur tas-sena, bi swat jew moħqrija fuq l-annimali?", "Jista' jipprovdi l-istess tagħrif għal dawn l- aħħar ħames snin?", "ONOR.", "TONIO BORG: Il-pulizija matul Jannar u Marzu 2006 ressqet quddiem il-qorti ħames persuni fuq reati relatati ma' moħqrija ta' annimali, filwaqt li t-tagħrif dwar persuni mressqa l-qorti fuq l-istess reati matul il-ħames snin ta' qabel huwa kif ġej:", "|2001|2002|2003|2004 |2005| |11 |30 |16 |1 |10 |", "VETTURI TAL-PULIZIJA", "18290.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' vetturi li l-korp tal-pulizija jeħtieġ sabiex ikun jista' jopera b'mod aktar effiċjenti?", "ONOR.", "TONIO BORG: Kif diġa' spjegajt fit-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 15296, fil-preżent il-korp tal-pulizija għandu 'l fuq minn 250 vettura fid-diversi taqsimiet.", "Dan in-numru huwa suffiċjenti sabiex il- korp jaqdi l-ħteġijiet attwali.", "Iżda kif jaf l-Onor.Interpellant, vettura hija għodda li maż-żmien tispiċċa bl-istess użu li jsir minnha u għalhekk li l-korp tal-pulizija kontinwament jaħseb biex gradwalment jakkwista vetturi bil-għan li jinbidlu dawk li ma jkunux aktar ta' servizz.", "APPARAT TAL-PULIZIJA", "18291.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid liema hu l-apparat meħtieġ fis-sezzjonijiet varji sabiex il-korp tal-pulizija jkun jista' jopera b'mod aktar professjonali?", "ONOR.", "TONIO BORG: It-taqsimiet tal-korp għandhom l-apparat meħtieġ sabiex ikunu jistgħu jaqdu d-dmirijiet tagħhom b'mod professjonali.", "Pero', kif naħseb japprezza l-Onor.", "Interpellant, it-teknoloġija moderna tinbidel kontinwament minn jum għall-ieħor u għalhekk il-korp tal-pulizija kontinwament irid iżomm ruħu aġġornat mat-tibdil li jkun qed isir sabiex gradwalment itejjeb l-apparat użat fil-qadi tad-dmirijiet.", "Per eżempju, matul din is-sena huwa maħsub li jsir upgrading tas-sistema ta' l-impronti diġitali, magħrufa bħala l-AFIS, filwaqt li se jinbidel il- laboratorju tal-fotografija minn sistema analogue għal waħda diġitali.", "Qed isiru l-preparamenti meħtieġa sabiex in-network tar-rapporti tal-pulizija, magħruf bħala l-PIRS, jinbidel u minfloku jidħol il-PIRS 2.", "Dan in-network se jkun mifrux ma' ħafna aktar għases u taqsimiet milli hu l-PIRS.", "Se jsir ukoll upgrading tal-computers f'diversi għases u taqsimiet.", "Hemm ukoll il-ħsieb li jinxtara apparat portable għat-testijiet tan-nifs, jinxtraw aktar portable radios sabiex kull membru tal-korp ikollu mezz ta' komunikazzjoni l-ħin kollu waqt il-qadi tad-doveri tiegħu, kif ukoll jibda l-proċess sabiex l-armi tan-nar jinbidlu ma' armi aktar moderni.", "Barra minn dan, ta' min wieħed iżid illi s-sena li għaddiet il-korp tal- pulizija investa f'numru ta' bullet-proof vests u madwar 1,500 luminous jackets kemm sabiex itejjeb il-professjonalita' kif ukoll is-sigurta' tal- membri tal-korp waqt il-qadi ta' dmirijiethom.", "Ġiet ukoll imsaħħa s- sistema tar-radio network tal-korp, billi saret istallazzjoni ta' wiring ġdid u nxtraw numru ta' repeaters kompluti bid-duplex.", "Ma' dawn wieħed ta' min isemmi wkoll apparat modern u sofistikat li kapaċi jidentifika kemm flus foloz kif ukoll dokumenti bħalma huma passaporti.", "Inxtara wkoll fume cabinet li jintuża sabiex jittellgħu impronti diġitali b'mod aktar professjonali u nxtraw ukoll affarijiet oħra bħalma huma vetturi u diversi muturi, żwiemel u klieb, crash helmets, anti-riot gear, first-aid boxes għal ġol-vetturi kif ukoll par manetti għal kull membru tal- korp.", "STABILIMENTI KUMMERĊJALI", "18292.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm sidien ta' stabilimenti kummerċjali ressqet il-pulizija quddiem il-qorti bi ksur tar- regolamenti?", "ONOR.", "TONIO BORG: Il-pulizija minn Jannar sa Marzu 2006 ressqet quddiem il-qorti 78 persuna fuq reati relatati ma' ksur tar-regolamenti dwar stabilimenti kummerċjali.", "AKKWIST TA' PROPRJETA'", "18301.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid jekk il-ministeru, l- awtoritajiet u l-enti l-oħra li jaqgħu taħtu mill-2005 sal-lum xtrawx u/jew krewx u/jew ħadux b'ċens xi proprjeta' mingħand is-settur privat?", "Meta u b'liema titlu?", "Ħarġet sejħa għal offerti?", "Mingħand min ġiet akkwistata l-proprjeta' u għal liema raġuni ġiet akkwistata?", "Jista' jitpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt jew tal-ftehim?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Matul l-ewwel xhur ta' din is-sena ma sar l-ebda akkwist mill-ministeru u mill-enti l-oħra li jaqgħu taħtu.", "AKKWIST TA' PROPRJETA'", "18302.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' il-Ministru jgħid jekk il-ministeru, l-awtoritajiet u l-enti l-oħra li jaqgħu taħtu mill-2005 sal-lum xtrawx u/jew krewx u/jew ħadux b'ċens xi proprjeta' mingħand is-settur privat?", "Meta u b'liema titlu?", "Ħarġet sejħa għal offerti?", "Mingħand min ġiet akkwistata l- proprjeta' u għal liema raġuni ġiet akkwistata?", "Jista' jitpoġġa fuq il- mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt jew tal-ftehim?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mis-sena l-oħra sal-lum ma kien hemm l-ebda proprjeta' li nxtrat, inkriet jew ittieħdet b'ċens mis-settur privat min- naħa tal-ministeru għar-riżorsi u infrastruttura, l-awtoritajiet u l-enti l- oħra li jaqgħu taħtu.", "AKKWIST TA' PROPRJETA'", "18303.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid jekk il-ministeru, l- awtoritajiet u l-enti l-oħra li jaqgħu taħtu mill-2005 sal-lum xtrawx u/jew krewx u/jew ħadux b'ċens xi proprjeta' mingħand is-settur privat?", "Meta u b'liema titlu?", "Ħarġet sejħa għal offerti?", "Mingħand min ġiet akkwistata l- proprjeta' u għal liema raġuni ġiet akkwistata?", "Jista' jitpoġġa fuq il- mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt jew tal-ftehim?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Id-diviżjoni tas-saħħa mis-sena l-oħra sal-lum kriet żewġ proprjetajiet mingħand is-settur privat, u cioe':", "*Intalbu quotations għall-kiri ta' stores li kellhom jintużaw sabiex jinżammu r-records tad-diviżjoni.", "Is-Sur Tancred Borg tefa' l-irħas offerta u sar agreement miegħu għall-kirja ta' erba' snin għal żewġ garages/stores fi Gwardamanġa.", "Kopja ta' dan l-agreement qed inpoġġih fuq il-mejda tal- Kamra.", "*Wara li nħarġet tender, inkrew ukoll għal erba' snin uffiċini u garage fl- Imsida għad-dipartiment tal-promozzjoni tas-saħħa.", "Il-bini li dan id- dipartiment kien fih kien ġie dikjarat perikoluż.", "Il-kuntratt sar mad-ditta F.X.B. Holdings.", "Kopja ta' dan il-kuntratt qed inpoġġih fuq il-mejda tal- Kamra.", "AKKWIST TA' PROPRJETA'", "18304.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid jekk il-ministeru, l- awtoritajiet u l-enti l-oħra li jaqgħu taħtha mill-2005 sal-lum xtrawx u/jew krewx u/jew ħadux b'ċens xi proprjeta' mis-settur privat?", "Meta u b'liema titlu?", "Ħarġet sejħa għal offerti?", "Mingħand min ġiet akkwistata l- proprjeta' u għal liema raġuni ġiet akkwistata?", "Tista' titpoġġa fuq il- mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt jew tal-ftehim?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Mill-bidu tas-sena l-oħra sal-lum, kien hemm każ wieħed fejn ġiet akkwistata proprjeta' mingħand is-settur privat minn awtoritajiet u enti taħt id-dekasteru", "tiegħi.", "Dan il-bini li jikkonsisti fi tliet appartamenti u tliet garages, ġie akkwistat b'titlu ta' kera mill-fondazzjoni għas-servizzi ta' ħarsien soċjali f'Lulju 2005, bil-għan li jipprovdi aktar spazju għall-head office tal-fondazzjoni u anke jiġu estiżi s-servizzi fil-komunita', is-servizzi għall-familja u s-servizzi psikoloġiċi ta' l-aġenzija Sedqa.", "Ninsab informata wkoll li peress li dan l-uniku bini vojt biswit is-sede tal-fondazzjoni u l-head office ta' l-aġenzija Sedqa, ma kienx il-każ li ssir sejħa għal offerti iżda l-post inkera wara riżoluzzjoni mill-bord tad- diretturi tal-fondazzjoni u wara l-approvazzjoni tal-finanzi.", "Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt dwar din il-kirja.", "AKKWIST TA' PROPRJETA'", "18305.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jgħid jekk il-ministeru, l-awtoritajiet u l- enti l-oħra li jaqgħu taħtu mis-sena l-oħra sal-lum xtrawx u/jew krewx u/jew ħadux b'ċens xi proprjeta' mis-settur privat?", "Meta u b'liema titlu?", "Ħarġet sejħa għal offerti?", "Mingħand min ġiet akkwistata l-proprjeta' u għal liema raġuni ġiet akkwistata?", "Jista' jitpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt jew tal-ftehim?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: L-awtorita' dwar it-trasport ħarġet sejħa għal offerti u għamlet lease agreement fuq propjeta' għall-użu ta' uffiċini mingħand il-UCIM Holding Co Ltd fis-16 ta' Mejju, 2005.", "Il-ministeru/dipartiment ukoll kera post għall-użu ta' uffiċini għall- impjegati tiegħu li kienu qed jokkupaw dipartiment ieħor u fejn kien hemm problema ta' spazju.", "Il-post li ntgħażel kien parti mit-Transcontinental properties.", "Ma nħarġet l-ebda sejħa għal offerti, imma kien hemm tliet rakkmandazzjonijiet min-naħa ta' l-uffiċju tal-prim ministru u ntgħażel wieħed minnhom.", "Ma narax raġuni għalfejn kopja tal-kuntratti għandha titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "AKKWIST TA' PROPRJETA'", "18306.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid jekk il-ministeru, l-awtoritajiet u l- enti l-oħra li jaqgħu taħtu mis-sena l-oħra sal-lum xtrawx u/jew krewx u/jew ħadux b'ċens xi proprjeta' mis-settur privat?", "Meta u b'liema titlu?", "Ħarġet sejħa għal offerti?", "Mingħand min ġiet akkwistata l-proprjeta' u għal liema raġuni ġiet akkwistata?", "Jista' jitpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt jew tal-ftehim?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Il-ministeru għat-turiżmu u kultura u l- enti li jaqgħu taħtu mis-sena l-oħra sal-lum ma xtraw, krew jew ħadu b'ċens l-ebda proprjetà mis-settur privat.", "MOBILE PHONES", "18361.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' il- Ministru tagħti tagħrif dwar l-infiq tal-ministeru, dipartimenti, korporazzjonijiet, azjendi u enti oħra li jaqgħu taħtha fuq mobile phones matul is-sena l-oħra?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: In-nefqa tal-ministeru għal Għawdex fuq mobile phones matul is-sena l-oħra hija kif murija fit-tabella li ġejja:", "|Segretarjat Privat |Lm2988.| | |46 | |Segretarjat Permanenti | | | |270.21 | |Dipartiment | | |għas-Servizzi |91.64 | |Korporattivi | | |Direttorat EU Affairs | | | |42.45 | |Dipartiment tal-Customer| | |Services |530.72 | |Dipartiment tal-Proġetti| | |u Żvilupp |116.05 |", "MOBILE PHONES", "18362.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jagħti tagħrif dwar l-infiq tal-ministeru, dipartimenti, korporazzjonijiet, azjendi u enti oħra li jaqgħu taħtu fuq mobile phones matul is-sena l- oħra?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.", "MOBILE PHONES", "18363.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jagħti tagħrif dwar l-infiq tal- ministeru, dipartimenti, korporazzjonijiet, azjendi u enti oħra li jaqgħu taħtu fuq mobile phones matul is-sena l-oħra?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.", "MOBILE PHONES", "18364.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' il-Ministru jagħti tagħrif dwar l-infiq tal- ministeru, dipartimenti, korporazzjonijiet, azjendi u enti oħra li jaqgħu taħtu fuq mobile phones matul is-sena l-oħra?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: L-informazzjoni mitluba rigward in-nefqa fuq mobile phones matul is-sena l-oħra hi kif jidher hawn taħt:-", "|Ministeru |3,853.2| | |1 | |Direttur | | |Ġenerali/Finance & |990.62 | |Administration | | |EU Affairs | | | |5.79 | |Building Construction | | |Industry Department |179.99 | |Construction & | | |Maintenance Department|390.80 | |Oil Exploration | | |Department |634.39 | |Cleansing Services | | |Department |604.00 | |Building & Engineering| | |Department |219.42 | |Manufacturing & | | |Services Department |130.00 | |Proġetti | | |għar-Rijabilitazzjoni |340.00 | |Building & Industry | | |Consultancy Council |380.00 | |Resources Authority |1,147.1| | |0 |", "MOBILE PHONES", "18365.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jagħti tagħrif dwar l-infiq tal- ministeru, dipartimenti, korporazzjonijiet, azjendi u enti oħra li jaqgħu taħtu fuq mobile phones matul is-sena l-oħra?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-infiq ta' mobile phones fil-ministeru, dipartimenti u enti oħra li jaqgħu taħtu matul is-sena 2005 hu ta' Lm10,398.", "MOBILE PHONES", "18366.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tagħti tagħrif dwar l-infiq tal-ministeru, dipartimenti, korporazzjonijiet, azjendi u enti oħra li jaqgħu taħtha fuq mobile phones matul is-sena l-oħra?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: It-tagħrif mitlub hu kif jidher mit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.", "SITI STORIĊI F'TAL-KARWIJA", "18415.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid jekk fit-taħmil u l- kostruzzjoni tal-Kulleġġ San Benedittu nstabux siti storiċi?", "Il-kuntrattur għadu marbut bil-bond li kellu jiddepożita l-bank sabiex jagħmel tajjeb għal dawk il-ħsarat li seta' jikkawża lil siti storiċi fil-madwar ta' l- istess kulleġġ?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li fis-sit in kwestjoni ma nstabux siti storiċi.", "It-taħmil u l-kostruzzjoni tal-Kulleġġ San Benedittu kien monitored skond kif rikjest mill-MEPA.", "TRASFERIMENTI MAL-GVERN", "18437.", "L-ONOR.", "JOSEPH DEBONO GRECH staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 17600, jista' il- Prim Ministru jgħid kemm transfers ta' uffiċjali pubbliċi saru fis-servizz ċivili matul is-sena l-oħra f'ministeri/dipartimenti tal-gvern u enti pubbliċi?", "Jista' jgħid min kienu dawn l-uffiċjali?", "Xi grad u skala kellhom meta ngħataw it-transfer?", "Minfejn għalfejn ingħata t-transfer?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-Onor Interpellant huwa mitlub jirriferi għat- tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 17600.", "INGAĠĠ MAL-GVERN", "18438.", "L-ONOR.", "JOSEPH DEBONO GRECH staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 17599, jista' il-Prim Ministru jgħid kemm impjegati ġew", "ingaġġati mal-gvern fuq bażi full-time b'eżami kompetittiv fis-servizz pubbliku fi skala 16 jew skali inferjuri matul l-2001?", "Jista' jgħid min huma dawn l-uffiċjali u anke jagħti n-numru ta' l-identita' tagħhom?", "Xi grad għandhom u fejn ġew posted?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-Onor Interpellant huwa mitlub jirriferi għat- tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 17599.", "Din it-tweġiba tgħodd ukoll għall-mistoqsijiet parlamentari identiċi numerati 18439 sa 18442.", "INGAĠĠ MAL-GVERN", "18439.", "L-ONOR.", "JOSEPH DEBONO GRECH staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 17599, jista' il- Prim Ministru jgħid kemm impjegati ġew ingaġġati mal-gvern fuq bażi full- time b'eżami kompetittiv fis-servizz pubbliku fi skala 16 jew skali inferjuri matul l-2002?", "Jista' jgħid min huma dawn l-uffiċjali u anke jagħti n-numru ta' l-identita' tagħhom?", "Xi grad għandhom u fejn ġew posted?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-Onor Interpellant huwa mitlub jirriferi għat- tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 17599.", "INGAĠĠ MAL-GVERN", "18440.", "L-ONOR.", "JOSEPH DEBONO GRECH staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 17599, jista' il- Prim Ministru jgħid kemm impjegati ġew ingaġġati mal-gvern fuq bażi full- time b'eżami kompetittiv fis-servizz pubbliku fi skala 16 jew skali inferjuri matul l-2003?", "Jista' jgħid min huma dawn l-uffiċjali u anke jagħti n-numru ta' l-identita' tagħhom?", "Xi grad għandhom u fejn ġew posted?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jirriferi għat- tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 17599.", "INGAĠĠ MAL-GVERN", "18441.", "L-ONOR.", "JOSEPH DEBONO GRECH staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 17599, jista' il- Prim Ministru jgħid kemm impjegati ġew ingaġġati mal-gvern fuq bażi full- time b'eżami kompetittiv fis-servizz pubbliku fi skala 16 jew skali inferjuri matul l-2004?", "Jista' jgħid min huma dawn l-uffiċjali u anke jagħti n-numru ta' l-identita' tagħhom?", "Xi grad għandhom u fejn ġew posted?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jirriferi għat- tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 17599.", "INGAĠĠ MAL-GVERN", "18442.", "L-ONOR.", "JOSEPH DEBONO GRECH staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 17599, jista' il- Prim Ministru jgħid kemm impjegati ġew ingaġġati mal-gvern fuq bażi full- time b'eżami kompetittiv fis-servizz pubbliku fi skala 16 jew skali inferjuri matul l-2005?", "Jista' jgħid min huma dawn l-uffiċjali u anke jagħti n-numru ta' l-identita' tagħhom?", "Xi grad għandhom u fejn ġew posted?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jirriferi għat- tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 17599.", "MENQA TA' SAN PAWL IL-BAĦAR", "18486.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Għar-rigward ta' xogħol ta' kostruzzjoni ta' pedament li qed isir flok dar qadima li twaqqgħet ħdejn il-Menqa ta' San Pawl il-Baħar, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk ingħatax permess mid- dipartiment ta' l-artijiet biex is-sidien jieħdu, jibnu u jagħlqu l-passaġġ li kien hemm minn żmien immemorabbli quddiem l-istess sit?", "Jista' jgħid jekk qabel iddeċieda, id-dipartiment ħax in konisderazzjoni l-fatt illi issa l-pubbliku in ġenerali jrid bilfors jgħaddi minn trejqa fejn bilkemm tgħaddi karozza u dan bil-perikli kollha immaġinabbli?", "ONOR.", "TONIO BORG: Id-dipartiment ta' l-artijiet għamel ispezzjoni fil- post indikat u qiegħed jinvestiga l-każ aktar fid-dettal.", "CASA ARKATI U VILLA MESSINA", "18527.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' residenti f'Casa Arkati u Villa Messina li qed jirċievu sussidju mingħand il-gvern?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: F'Casa Arkati hemm 23 ruħ li qegħdin fl-iskema waqt li f'Villa Messina hemm 56.", "Il-kriterji ta' dawn l-applikazzjonijiet huma l- istess bħal ta' djar residenzjali tal-gvern.", "MEDIAN NATIONAL INCOME", "18528.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk \"median\" f'emenda D tar-riforma tal-pensjonijiet imħabbra f'konferenza stampa fl-1 ta' Marzu, 2006 tfissirx il-medjan statistiku ta' kwalunkwe distribution curve?", "Jista' jinforma lill-Kamra x'inhu eżattament il-median tal-pagi bħalissa?", "Jista' jispjega eżattament f'liema sens intużat il-kelma \"median\"?", "Jista' jikkonferma jekk kellux f'moħħu l-istess dettalji li hemm f'paġna (iii) tar-rapport finali kif preżentat, rakkmandazzjoni finali nru.", "5 u nru.", "6, tal-pensions working group li kien tqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra f'jum il-budget?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "TRIQ L-IMDINA F'ĦAŻ-ŻEBBUĠ", "18530.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 18231 u jikkonferma li l-kuntrattur li għamel ix-xogħol f'Imdina Road, Ħaż-Żebbuġ ma wassalx il-main ġdid tad-drenaġġ sal-pumping station Ta' Srina?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Fi Triq l-Imdina, bejn il-junction ta' St Dorothy's u l-junction f'Ta' Srina, ma sarux xogħlijiet estensivi in konnessjoni ma' mains tad-drenaġġ ġodda.", "Ix-xogħlijiet ta' drenaġġ li saru huma dawn:", "*Gravity main ġdid - tul ta' madwar 250m minn kull tarf tat-triq, bejn ir- roundabout ħdejn l-iskola ta' St. Dorothy's u De Rohan Gate, murija bl- aħdar fil-pjanta.", "*Gravity main antik muri bl-aħmar u li qiegħed fuq in-naħa tal-bini, sarulu t-tiswijiet meħtieġa.", "*Bejn ir-roundabout ta' ħdejn l-iskola ta' St. Dorothys' u dik Ta' Srina, ir-rising main ġie mtawwal sabiex jgħaqqad ir-roundabout ta' St. Dorothy's mal-pumping station f'Ta' Srina.", "Din il-parti tax-xogħlijiet hi murija bil-maġenta fuq il-pjanta li qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "INŻUL TA' AJRUPLAN MILITARI", "18536.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk riċentement niżilx ajruplan militari fl-ajruport ta' Malta matul il-lejl?", "X'kienet ir-raġuni ta' dan l- inżul u min kienu l-persuni fuqu?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jien informat li minn żmien għal żmien jingħataw permessi mill-ministeru għall-affarijiet barranin biex ajruplani militari jinżlu fl-ajruport ta' Malta kemm matul il-ġurnata kif ukoll matul il-lejl.", "Ir-raġunijiet għal dan l-inzul jistgħu jkunu ħteġijiet tekniċi, refuelling, biex tinħatt xi merkanzija għal xi ambaxxata barranija f'Malta kif ukoll il- ġarr ta' VIPs u delegazzjonijiet uffiċjali minn u lejn Malta.", "Jekk l-Onor Membru għandu aktar dettalji dwar il-każ partikolari nitolbu jgħaddihom lill-ministeru għall-affarijiet barranin biex jiġu investigati.", "TELGĦA TAX-XEMXIJA", "18537.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 18113 u jgħid x'inhuma r-raġunijiet li għalihom il-bankina tax-Xemxija saret daqstant wiesgħa u konsegwentement djieqet b'mod konsiderevoli t-triq arterjali?", "X'se jiġri meta jinġabar ħafna traffiku u jkun hemm xi ambulanza, fire engine jew karozza tal-pulizija li tkun trid taqbeż il- karozzi f'emerġenza?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Risposta tingħata f'seduta oħra.", "FUEL OIL", "18538.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 18238 u jgħid b'liema prezz xtratu l- Enemalta l-fuel oil matul l-2005 u l-2006?", "Jista' jagħti l-prezz medju matul l-istess perijodu fis-swieq internazzjonali?", "Jista' jagħti r-rata tal-kambju tad-dollaru meta mqabbel mal-lira Maltija fid-data ta' kull pagament jew ħlas li sar mill-Enemalta għal fuel oil matul l-2005 u l-2006?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "FAĊILITAJIET TURISTIĊI", "18539.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid fejn wasal ix-xogħol biex isir il-portal nazzjonali għall-marketing u l-bejgħ online ta' faċilitajiet turistiċi?", "Kif se jkun iddisinjat dan il-portal?", "Kemm se jkun interattiv ma' l-operaturi turistiċi lokali?", "Meta se jkun lest?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "LOW-COST AIRLINES", "18540.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Minn mindu tħabbret skema ta' għajnuna sabiex low-cost airlines joperaw fuq ċerti rotot lejn Malta fix-xitwa, jista' il-Ministru jgħid x'passi ttieħdu u minn min u b'liema riżultati biex tali airlines jibdew joperaw minn u lejn Malta?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "PENSJONI TA' L-INVALIDITA'", "18541.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid jekk hux minnu li persuna li tkun ġiet boarded out u qed tieħu l-pensjoni ta' l-invalidita', titlef il- pensjoni kemm-il darba tikkontesta l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali jew jekk tiġi eletta bħala kunsillier?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Persuna ma titlifx id-dritt għall-pensjoni ta' l- invalidita' mħallsa taħt l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali jekk tikkontesta l- elezzjoni tal-kunsilli lokali u tiġi eletta bħala kunsillier.", "Biss jekk tali persuna tinħatar fil-kariga ta' sindku, li hi kariga remunerattiva, din titlef id-dritt għall-pensjoni msemmija.", "KUNĊERT TA' ELTON JOHN", "18542.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid kemm flus ingħataw l-organizzaturi li ġabu 'l Elton John f'pajjiżna minn xi ente jew oħra taħt ir-responsabbilta' tal-ministeru, taħt xi nefqa jew oħra, b'isem jew ieħor?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "CONSTRUCTION ENGINEERING", "18543.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jagħti l-ismijiet ta' l-għalliema u s-suġġett li jgħallmu fil-kors tal-construction fl-MCAST?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Fl-istitut ta' l-inġinerija u kostruzzjoni jeżistu dawn il-korsijet:", "*Foundation certificate in construction engineering skills;", "*Certificate in construction engineering skills; *BTEC first diploma in construction;", "*BTEC national diploma in construction/building services engineering.", "Hemm ukoll korsijiet ta' filgħaxija part-time fil-construction management.", "PROTOKOLL TALJAN", "18544.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 18178 u jgħid kemm ġew jiswew it-toroq li saru permezz tal-fondi tal-Protokoll Taljan?", "Il-Gvern Taljan għaddihom dawn il-flus lill-Gvern Malti jew le?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Il-kontijiet għax-xogħlijiet fuq dawn it-toroq għadhom ma ġewx finalizzati.", "ATTARD PLAYING FIELD", "18545.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx bżonn ta' permess sabiex jitneħħa l-playing field li hemm wara block A1 tal-housing estate f'Ħ'Attard u minfloku jsir parkeġġ?", "Hemm xi applikazzjoni għal dawn ix- xogħlijiet?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jindika l-post eżatt li qed jirriferi għalih permezz ta' site plan.", "FISHFARMS", "18546.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid kemm fishfarms hawn f'Malta u Għawdex u fejn qegħdin?", "Kemm hu n-numru ta' ħaddiema mal-fishfarms?", "Kemm minn dawn huma barranin?", "Kemm hu stmat li ħallew introjtu u x'gawda l-pajjiż minn dan l-introjtu?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: L-informazzjoni qed tinġabar.", "ROAD MARKINGS", "18547.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għala ż-żebgħa tal- linji fit-triq li mill-Mosta tagħti għaż-Żebbiegħ bilkemm għadhom jidhru?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Risposta tingħata f'seduta oħra.", "SANT'ANTNIN", "18549.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Peress li r-residenti ta' Wied il-Għajn bl-aktar mod ċar urew fl- aħħar elezzjonijiet tal-kunsilli lokali li ma jridux l-impjant ta' riċiklaġġ, ma jħossx il-Ministru li għandu jirrispetta din id-deċiżjoni u flimkien mal-kunsill u l-kumitati interessati, ifittex soluzzjoni aċċettabbli?", "Meta r-residenti ta' Wied il-Għajn huma tant kontra li l- impjant ta' riċiklaġġ jibqa' fejn hu, peress li qed ikerrah u jnitten id- dħul tal-villaġġ għad-dannu ta' l-iżvilupp u l-kummerċ f'Wied il-Għajn, x'widen lest jagħti l-gvern għax-xewqat tar-residenti?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Waqt li ntqal diversi drabi li l-impjant ta' Sant'Antnin mhux se jikber iżda se jkun irranġat bil-għan li jingħelbu dawk il-problemi li qegħdin jiltaqgħu magħhom ir-residenti, nittama li l-Onor.", "Interpellant jinsab konxju li r-residenti vvotaw għall-membri tal-kunsill lokali u mhux f'referendum fuq xi issue partikolari.", "Dwar djalogu nista' ngħid li saru laqgħat ta' konsultazzjoni u ta' informazzjoni kemm mal-kunsill lokali ta' Wied il-Għajn kif ukoll mal- pubbliku, iżda sfortunatament ir-riżultat ta' dawn il-laqgħat m'huwa xejn ħlief oppożizzjoni għamja għall-proġett min-naħa tal-kunsill għax saħansitra fil-laqgħa pubblika kelli nkun skortat mill-pulizija minħabba abbuż verbali, għajjat u tgħajjir li jiena sofrejt personalment.", "Naturalment il-gvern dejjem lest jiddiskuti sabiex tinstab soluzzjoni aċċettabbli, iżda huwa wkoll responsabbli mid-", "deċiżjonijiet li jridu jittieħdu fl-interess nazzjonali.", "Barra minn hekk, il-gvern emenda l-proposta finali tiegħu abbażi ta' kummenti validi li kien hemm fir-rapport tekniku li l-kunsill lokali ta' Wied il-Għajn ikkummissjona mingħand Prof. Alfred Vella.", "ZONA TA' L-AKWAKULTURA", "18550.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 18084, jista' il-Ministru jgħid kemm-il kwestjonarju dwar iz-zona ta' l- akwakultura ntbagħat lir-residenti, lill-enti kummerċjali f'Wied il-Għajn u lil dawk li ma joqogħdux f'Wied il-Għajn ?", "Kemm hu n-numru ta' dawk li rrispondew f'kull każ?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Il-kwestjonarju dwar iz-zona ta' l-akwakultura ntbagħat lir-residenti u l-enti kummerċjali f'Wied il-Għajn u f'dan l- eżercizzju tqassmu ftit aktar minn 4,000 kopja ta' fuljett li jagħti spjega sommarja tal-proġett, 3,978 fid-djar u 365 lil enti kummerċjali.", "Barra minn hekk tqassmu wkoll ftit inqas minn 500 fuljett ieħor lil għaqdiet mhux governattivi, lis-sajjieda u lil kull min interessa ruħu meta żar l- esibizzjoni pubblika fil-Jerma Palace Hotel.", "Minn dawn in-numri kollha, 132 resident jew ente kummerċjali f'Wied il- Għajn wieġbu għall-kwestjonarju u 25 tweġiba oħra waslu mingħand għaqdiet mhux governattivi jew persuni li mhumiex residenti f'Wied il-Għajn.", "Il- perċentwali li ngħataw fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 18084 huma kkalkolati fuq in-numru ta' tweġibiet li waslu lura.", "Ta' min jgħid li dan il-kwestjonarju ma kienx obbligatorju bħala parti mill- proċess ta' l-environment impact assessment, iżda kien intiż biex jagħti opportunita' oħra lir-residenti sabiex jagħtu l-opinjoni tagħhom permezz ta' dan il-kwestjonarju.", "SANT'ANTNIN", "18551.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' nies full-time u part-time ġewwa l-impjant ta' riċiklaġġ f'Wied il-Għajn?", "Kemm minn dawn huma ta' nazzjonalita' barranija u minn liema pajjiż?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Ninsab informat li hemm 48 persuna full-time u żewġ apprendisti ta' nazzjonalita' Maltija jaħdmu fl-impjant ta' Sant'Antnin.", "Ma' dawn hemm ukoll 14-il persuna barranija li qed jassistu fl-immaniġġar ta' dan l-impjant – dawn jiiġu kkumpensati billi tingħata donazzjoni lill- kummissjoni ta' l-emigranti – u cioe': ħamsa mis-Somalja, ħamsa mill- Liberja, tnejn mill-Mali, wieħed mis-Sierra Leone u wieħed mill-Eritrea.", "KUNSILLI LOKALI", "18552.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hi l-ispiża rikorrenti tal-kunsilli lokali meta tieħu in konsiderazzjoni l-kera ta' l- uffiċini, l-impjegati, is-servizzi kollha u l-impjegati fil-ministeru responsabbli mill-amministrazzjoni tal-kunsilli lokali?", "ONOR.", "TONIO BORG: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "SANT'ANTNIN", "18553.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid x'inhi l-area totali u l-aktar punt għoli li jokkupa bħalissa l-impjant ta' riċiklaġġ f'Wied il-Għajn?", "X'area u x'għoli massimu se jkun jokkupa meta jkun lest l-impjant il-ġdid kif approvat mill-MEPA?", "Kif kien kompost il-bord li ta parir lill-gvern biex l-impjant ta' Sant'Antnin jibqa' Wied il-Għajn?", "X'raġunijiet taw?", "Kif kien kompost il-bord li studja siti alternattivi f'Malta għall-bini ta' impjanti ta' riċiklaġġ barra dak ta' Wied il-Għajn?", "X'kienu t-terms of reference li l-gvern ta lil dan il-bord?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: L-area ta' l-impjant ta' Sant' Antnin, kemm dik mibnija kif ukoll l-art annessa magħha, tammonta għal 4.5 ettari u mhux maħsub li l-footprint ta' l-impjant tiġi estiża.", "L-ogħla bini li hemm fl- impjant huwa", "l-blokk fejn illum qed jirċievi l-iskart.", "Peress li din il-binja se tibqa' tintuża biex tilqa' l-iskart, hu maħsub li l-ogħla bini jibqa' l-istess.", "Fl-istrateġija ppubblikata f'Ottubru 2001 (task D1O) kien hemm qbil li l- impjant għandu jiġi mmodernizzat biex jirċievi volum akbar ta' skart kif ukoll ta' sludge li għandu jirriżulta mill-impjanti kollha tad-drenaġġ.", "Din l-istrateġija kienet ġiet iffinalizzata wara konsultazzjoni wiesgħa ma' kulmin seta' kien konċernat.", "Ma nħatru l-ebda bordijiet uffiċjali dwar din il-kwestjoni għaliex l- evalwazzjoni ta' siti alternattivi ffurmat parti integrali mill-proċess ta' l-environment impact assessment li huwa regolat bil-liġi.", "AWTORITA' TAD-DJAR", "18558.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid għaliex ġiet terminata skema T min-naħa ta' l-awtorita' tad-djar?", "Tista' tgħid x'forma ta' inċentivi jew għajnuna hemm għal sidien li jixtiequ jirranġaw il-proprjeta' tagħhom sabiex jinkluduha fis-suq tal-kera?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: L-iskema li qed jagħmel referenza għaliha l- Onor. Interpellant għalqet għar-raġuni li fis-snin li kienet miftuħa ma kienx hemm wisq konkorrenza min-naħa tas-sidien.", "Madankollu l-awtorita' tad-djar għandha skema oħra li tipprovdi għal għajnuna finanzjarja lil inkwilini għall-irranġar u titjib ta' proprjeta' mikrija mingħand sidien privati.", "ZEBRA CROSSING", "18567.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jara li jitwaħħlu d-dwal maz-zebra crossing ta' ħdejn il-football ground tal-Gudja, quddiem il-Palazz ta' Bettina?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Risposta tingħata f'seduta oħra.", "QAGĦDA FINANZJARJA", "18570.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamnetari 18237, jista' il-Prim Ministru jgħid jekk l-istatistika li tintbagħat lill-ECB hijiex ibbażata fuq accrual basis jew fuq cost basis?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "TRIQ TAL-BARRANI", "18572.", "L-ONOR.", "JOSEPH ABELA staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid meta se jiġi pprovdut is-servizz ta' drenaġġ lil numru ta' residenti fi Triq tal- Barrani li għadhom qed jinqdew bis-servizz tal-fossa?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Is-servizz ta' drenaġġ se jiġi pprovdut meta tkun lesta l-mina tad-drenaġġ ta' Bir id-Deheb, liema mina mistennija titlesta matul is-sena d-dieħla.", "TIFTIX GĦAŻ-ŻEJT", "18604.", "L-ONOR.", "JOSEPH CASSAR staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' il-Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni kurrenti fir- rigward tat-tiftix għaż-żejt?", "Kemm kumpanniji hawn li għandhom konċessjoni?", "Xi stħarriġ qed isir?", "Liema bjar qegħdin jitħaffru?", "F'liema nħawi qed issir tali attivita'?", "Kemm-il konċessjoni ngħatat f'dawn l-aħħar 30 sena?", "Fiex kienet tikkonsisti l-attivita'?", "F'liema nħawi u kemm bjar tħaffru s'issa?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Bħalissa hawn ħames kumpanniji li qed jagħmlu studji dwar it-tiftix għaż-żejt f'ibħra Maltin.", "Diversi xogħlijiet ta' stħarriġ qed isiru b'konnessjoni ma' dawn il-liċenzji, skond il-programm ta' xogħol stipulat ma' kull liċenzja, għalkemm bħalissa m'hemmx tħaffir ta' bjar.", "Tagħrif dwar l-inħawi ta' dawn il-liċenzji kif ukoll informazzjoni oħra dwar liċenzji li ngħataw u bjar li tħaffru f'dawn l-aħħar 50 sena, jinstab fuq il-website tal-ministeru www.mri.gov.mt.", "STREET LIGHTING", "18605.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Peress li Triq is-Sajjied f'Marsalforn mhijiex adegwatament imdawla, jista' il-Ministru jgħid jekk huwiex possibbli li jiżdiedu l-bozoz?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-Onor.", "Interpellant hija mitluba tirriferi għat- tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 18282.", "MALTA U T-TUNEŻIJA", "18606.", "L-ONOR.", "JOSEPH CASSAR staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' il-Ministru jgħid jekk kienx hemm progress wara l-ftehim iffirmat mat-Tuneżija li jipprovdi fost l-oħrajn għal tiftix bi sħab għaż- żejt?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Taħditiet dwar dan is-suġġett għadhom għaddejin.", "Il-ftehim jagħti perijodu ta` tliet xhur u 15-il ġurnata biex l-esperti jistabilixxu żoni fil-Blata Kontinentali fejn jista` isir tiftix u tħaffir għaż-żejt bi sħab bejn Malta u t-Tuneżija.", "WATER POLISHING PLANT", "18608.", "L-ONOR.", "JOSEPH CASSAR staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid x'inkiseb bl-istallazzjoni ta' water polishing plant f'Għawdex?", "Meta ġie stallat l-impjant u", "fejn?", "Fiex jikkonsisti u kemm ġie jiswa?", "Jista' jgħid ukoll jekk hemmx ħsieb li jsiru mpjanti simili f'Malta?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "KONTIJIET TA' L-ILMA", "18610.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid għaliex ċerta familja li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, għadha ma rċevetx id-deċiżjoni tal-bord tal-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma dwar kontijiet għoljin li kienu qed jaslulha f'dawn l-aħħar xhur?", "Jista' jgħid jekk din il-familja li tgħix bil-pensjoni ta' l-invalidita' tistax tibbenefika mill-eżenzjoni tas-surcharge ta' l-ilma?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "ADOZZJONIJIET", "18611.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Peress li l-proċeduri ta' overseas adoptions huma kollha bla ħlas, salv għall-appostilli li jsiru fuq id-dokumenti meħtieġa li huma konsiderevoli, jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li f'każi ta' overseas adoptions l-appostilli jsiru mingħar ħlas?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Wara li rċevejt xi talbiet, staqsejt lill- ufficjali tal- ministeru tiegħi biex naraw kif nistgħu naġevolaw dan il-piż fuq każi ta` adozzjoni minn barra minn Malta, proċess li bħalissa qed jiġi eżaminat.", "SISTEMA TAD-DRENAĠĠ FL-IMĠARR", "18612.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid meta se tiġi rranġata s-sistema ta' drenaġġ li dejjem ifur fi Triq ix-Xatt, l- Imġarr?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "KAMRA ŻDINGATA FL-IMĠARR", "18614.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk kamra żdingata, biswit ħanut tal-kafe' fi Triq ix-Xatt, l-Imġarr hux jitħallas kera fuqha lid-dipartiment ta' l-artijiet?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li t-taqsima proprjeta' tal-gvern għadha qed tagħmel l- investigazzjoni neċessarja dwar il-proprjeta' li qed jirriferi għaliha l- Onor. Interpellant.", "KUNSILL LOKALI TA' ĦAŻ-ŻEBBUĠ", "18615.", "L-ONOR.", "CLYDE PULI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 18377, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-kunsill lokali huwiex obbligat iwieġeb mistoqsijiet parlamentari?", "ONOR.", "TONIO BORG: Il-mistoqsijiet parlamentari huma mezz kif l-operat tal-gvern ikun kontrollat.", "Mistoqsija parlamentari hi ntiża sabiex ministru jispjega jew jiddefendi x-xogħol, deċiżjonijiet ta' policy u azzjoni tad-dipartimenti li jaqgħu taħtu.", "Peress li kunsill lokali m'huwiex dipartiment governattiv, anzi hu korp statutorju ta' gvern lokali b'personalita' legali u distinta, il-ministeru responsabbli mill-gvern lokali mhux tenut responsabbli għax-xogħol, policy decisions u azzjonijiet ta' l-istess kunsill lokali iżda hu responsabbli, fost l-oħrajn, li jissorvelja l-operat.", "Għaldaqstant l-Onor.", "Interpellant jista' jagħmel il-mistoqsija tiegħu direttament lill-kunsill lokali konċernat li, min-naħa tiegħu, skond artiklu 45(ċ) ta' l-Att dwar Kunsilli Lokali, hu obbligat jagħti kopja ta' kull dokument li jappartjeni lill-kunsill lokali.", "TAXI DRIVER TAG", "18616.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jgħid hux il-każ li jiġi kkonsidrat li persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, tinħarġilha mill-ġdid it- tag biex tkun tista' tagħmilha ta' taxi driver u dan stante li llum hija persuna responsabbli u korretta f'xogħolha?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Fid-dawl tas-sentenza mogħtija mill-qorti fit-30 ta' April, 2003 it-tag biex din il-persuna tkun tista' issuq vettura għall- ġarr ta' passiġġieri – f'dan il-każ taxi – għadha ma tistax tinħareġ u dan skond ir-rekwiżiti stipulati f'regolament 131 tar-regolamenti ta' l-1994 dwar vetturi bil-mutur.", "KUNSILL LOKALI TA' ĦAŻ-ŻEBBUĠ", "18617.", "L-ONOR.", "CLYDE PULI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 18377, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk ir-risposta tiegħu tfissirx li d- dipartiment lest li jieħu attitudni ta' laissez-faire kull meta kunsill lokali jittanta jabbuża mill-poteri tiegħu?", "Għaliex meta hemm talba mill- ex-segretarju esekuttiv in kwestjoni, id-dipartiment għadu ma ħax passi?", "Jekk min-naħa l-oħra d-dipartiment ħa l-passi dwar il-każ, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhuma?", "ONOR.", "TONIO BORG: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 18377, ninsab informat illi d-dipartiment għall-gvern lokali ta direzzjoni lis- segretarju esekuttiv tal-kunsill lokali ta' Ħaż-Żebbuġ illi t-talba ta' l- ex segretarju esekuttiv għal informazzjoni dwar ħlas mogħti lilha, hija leġittima u għaldaqstant għandha tingħatalha.", "Id-dipartiment hu informat illi l-kunsill se jgħaddi l-informazzjoni mitluba malli jkollu d-dettalji kollha u l-ex segretarju esekuttiv ġiet informata b'dan.", "Min-naħa tiegħu, id-dipartiment se jassigura li tali informazzjoni tingħata.", "IMPORTAZZJONI MINN SQALLIJA", "18618.", "L-ONOR.", "CLYDE PULI staqsa lill-Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid x'inhu jsir bħalissa u x'għandu fi ħsiebu li jagħmel aktar 'il quddiem il-gvern dwar ċerti lmenti li qed isiru minn numru ta' importaturi minħabba li xi aġenti, mhux neċessarjament reġistrati, qegħdin allegatament iniżżlu x-xogħol minn Sqallija mingħajr ma jimlew id-dokumentazzjoni neċessarja u allura mingħajr ma jħallu audit trail, b'dannu għall-istat u b'dannu għall-kompetizzjoni ġusta bejn l- istess importaturi?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "PROVVISTA TA' L-ILMA", "18620.", "L-ONOR.", "JOSEPH CASSAR staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid meta f'Ta' Mrejnu u Ta' Palma, l/o Mġarr, se jerġa' ikollhom l-ilma?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "TA' ĦAĠRAT", "18621.", "L-ONOR.", "JOSEPH CASSAR staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jintervjeni biex is-sit arkeoloġiku f'Ta' Ħaġrat ikun imdawwal aħjar?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Il-bozoz li hemm f'Ta' Ħaġrat ma xegħlux it- Tnejn, 24 ta' April, 2006.", "Dawn ġew irrapportati lil Heritage Malta l- għada u ġew mibdula fid-29 ta'April, 2006.", "Id-dawl huwa biss għas-sigurtà tal-post u m'hemmx pjani biex din is- sitwazzjoni tinbidel fil-futur qarib.", "ZEBRA CROSSING", "18623.", "L-ONOR.", "JOSEPH CASSAR staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Jista' il-Ministru jara li tiġi kkonsidrata zebra crossing fi Triq il-Kungress Ewkaristiku, il-Mosta?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Minn riċerka li saret fir-records tat-traffic management unit jirriżulta li m'hemm l-ebda talba mill-kunsill lokali tal- Mosta għal tali zebra crossing.", "It-traffic management unit ikkuntattja lill- kunsill u ġejna informati li l-kunsill se jissottometti din il-proposta lill-awtorita' dwar it-trasport.", "KONSENJA TA' KOTBA", "18632.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jikkonferma l-Ministru li kienu nġiebu madwar 20,000 ktieb minn Belfast?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Konsenja ta' kotba minn Belfast twasslet fil- librerija pubblika ċentrali nhar it-2 u t-3 ta' Marzu, 2006 u qed jiġu kkatalogati.", "RUGBY FOOTBALL UNION", "18633.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid x'inhuma t-talbiet ta' l- għaqda nazzjonali tar-rugby biex ikollhom faċilitajiet għal taħriġ?", "Hemm ħsieb li jngħataw faċilitajiet biex ikomplu jibnu fuq is-suċċessi li kisbu fil-kamp internazzjonali?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-kunsill Malti għall-isport alloka ground wieħed fil-Marsa biex jintuża mir-rugby football union kuljum bejn il-5.00p.m. u l- 10.30p.m., bil-ħlas tal-ground issussidjat mill-kunsill Malti għall-isport.", "L-RFU kienu talbu li jingħataw b'titlu legali ground 5 fil-kumpless sportiv tal-Marsa biex jiġi żviluppat fi ground fuq livell internazzjonali, liema talba għadha qed tiġi kkonsidrata.", "MARSA TRACK", "18636.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid għalxiex qed jintuża l-ground tal-ħaxix fl-istadium tal-Marsa?", "Hemm ħsieb li l-grounds tal-ħaxix tal- madwar jingħataw għall-korsa tal-golf?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-ground tal-ħaxix li jinsab f'nofs il-Matthew Micallef athletics track jintuża waqt attivitajiet sportivi ta' l-atletika organizzati mill-kunsill Malti għall-isport jew għal field events organizzati mill-MAAA jew waqt attivitajiet sportivi ta' l-iskejjel.", "Informat li ma jirriżultax illi l-grounds tal-ħaxix tal-madwar se jingħataw għall-korsa tal-golf.", "TRAFFIKAR TA' DROGA", "18638.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm persuni nqabdu u x'inhu l-ammont ta' droga li nqabdet mill-pulizija matul din is-sena?", "Jista' jgħid ukoll kemm kien hemm żgħażagħ taħt it-18-il sena li nqabdu fil- pussess tad-droga?", "Kemm hemm akkużati bi traffikar ta' droga?", "ONOR.", "TONIO BORG: Huma 106 dawk li bejn Jannar u Marzu 2006 ġew investigati mill-iskwadra tal-pulizija ta' kontra d-droga, li minnhom 13 huma taħt it-18-il sena filwaqt li 23 ġew investigati dwar traffikar ta' droga.", "Informat ukoll li l-ammont u t-tip ta' droga maqbuda fl-istess perijodu huwa kif ġej:", "|Cocaine |993.7grms | |Heroin |1kg | | |688.3grms | |Cannabis |30kg | |resin |187.85grms | |Ecstacy |132.5 | | |tablets | |Valium |2 tablets | |DHC |68 tablets | |BZP |70.5 tablets|", "EARLY SCHOOL LEAVERS", "18640.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid kemm permessi ngħataw s'issa biex tfal jitilqu mill-iskola qabel l-għeluq ta' 16-il sena, subien u bniet?", "X'inhuma r-raġunijiet prinċipali għall-għoti tal-permessi?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li matul din is-sena skolastika sas-26 ta' April, 2006 in-numru ta' studenti taħt is-16-il sena li ġew eżentati mill- iskola u li ma spiċċawx il-kors skolastiku hu ta' 33.", "Ir-raġuni ewlenija hi biex l-istudenti jkunu jistgħu jaħdmu, b'każ wieħed biss għal raġunijiet umanitarji.", "ENTRATURA TAL-BELT VALLETTA", "18642.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jittieħdu l- passi biex tissebbah l-entratura tal-Belt Valletta?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jirriferi l- mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "APPLIKAZZJONIJIET QUDDIEM IL-MEPA", "18653.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid jekk il-MEPA approvatx applikazzjonijiet PA5552/05 u PA5148/01?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Din l-informazzjoni hija aċċessibbli għall- pubbliku.", "FABBRIKA TAL-CASTELLANA", "18654.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk l-art fejn kien hemm il-fabbrika tal-Castellana hijiex tal-gvern u jekk fuqha hux se jinbena supermarket?", "Jista' jgħid jekk din l-art ingħatatx għall-użu kummerċjali minflok industrijali?", "ONOR.", "TONIO BORG: L-art in kwestjoni mhijiex tal-gvern.", "ĠARR TA' BHEJJEM", "18655.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għal Għawdex: B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari 13497 u 18219 dwar skema ta' sussidju temporanju għall-ġarr ta' bhejjem minn Għawdex għal Malta, tista' il-Ministru tgħid għala din l-iskema twaqqfet?", "Tista' tgħid jekk il- gvern hux beħsiebu jerġa' jintroduċi din l-iskema?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: M'għandi xejn x'inżid ma' dak li qal il-ministru għall-affarijiet rurali u ambjent.", "SERVIZZ TAL-HELICOPTER", "18656.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għall- Kompetittivita' u Komunikazzjoni: B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 18260, peress li d-domanda tirriferi għal servizz li dwaru sar ftehim bejn il-gvern u l-operaturi u peress li diversi operaturi turistiċi jixtiequ jkunu jafu x'obbligi hemm imposti fuq is-service provider biex jipprovdi servizz meta l-helicopter ma jkunx qed jopera minħabba xogħol ta' manutenzjoni, jista' il-Ministru jagħti d-dettalji mitluba?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: M'għandi xejn x'inżid mar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 18260.", "TEATRI ASTRA U AURORA", "18657.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 18327, peress li l-opri liriċi li jittellgħu fl-Astra u l-Aurora jagħtu kontribut konsiderevoli għax-xena kulturali u anke peress li ħafna drabi dawn l-opri jsiru bit-telf, ma jaħsibx il-Prim Ministru li tali attivitajiet għandhom jikkwalifikaw għal eżenzjoni?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "MĠARR TERMINAL", "18658.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għall- Kompetittivita' u Komunikazzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 18329, peress li din kienet tirriferi għal dawk in-nies li kellhom il- ħwienet u sussegwentement ġew żgumbrati minħabba x-xogħol fuq it-terminal, jista' il-Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni tagħhom?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: F'dan l-istadju m'għandi xejn x'inżid mar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 18329.", "CAPITAL TRANSFER DUTY", "18660.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Ma jaħsibx il-Prim Ministru li hi inġustizzja li t-taxxa tal-wirt ġiet imnaqqsa għal 12% ġaladarba hemm min ta' l-istess sena se jkollu jħallas bil-35%?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "HOLIDAY INN", "18667.", "L-ONOR.", "FRANCO GALEA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'offerti ntefgħu għall-bejgħ tas-sit tal-Holiday Inn f'Tigne'?", "Jista' ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tat-tender?", "ONOR.", "TONIO BORG: L-offerti li ntefgħu għall-bejgħ tas-sit tal-Holiday Inn f'Tigne huma dawn:", "|Imperial |Lm23,300,0| |Point Co Ltd |00 | |Fort | | |Cambridge Ltd|23,000,000| |Nysir Malta | | |Ltd |22,100,000| |Hili Property| | |Dev.", "Ltd |13,010,100| |Schembri & | | |Sons Ltd |12,800,000| |Cambridge | | |Const.", "Ltd |11,530,000| |Cambridge | | |Place Ltd |11,100,000|", "Kopja taż-żewġ avviżi u d-dokumenti tat-tenders qed jitpoġġew fuq il-mejda tal-Kamra.", "ENFORCEMENT NOTICE", "18668.", "L-ONOR.", "JOSEPH ABELA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: B'riferenza għall-ELF446/01 u ELF447/01, jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li sal-lum l-ebda passi għadhom ma ttieħdu nonostante li dawn il-garages issa ssaqqfu u anke ddaħħal id-dawl u attwalment qegħdin jintużaw illegalment għat-tkabbir tat-tiġieġ?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Ninsab informat li ż-żewġ avviżi ta' twettiq indikati kienu nħarġu separatament kontra persuni li allegatament kienu bnew l-istrutturi imsemmija.", "Każ ECF 446/01 kien ġie inkluż fil-lista ta' azzjoni diretta wara li l- persuna konċernata naqset li tobdi l-avviż notifikat lilha.", "Għalkemm dan il-garaxx jidher li hu abbandunat u mhux użat, tpoġġielu saqaf bi ksur ta' l-istess avviż.", "Dan il-fatt se jiġi nnotat u l-każ se jibqa' inkluż fil- lista ta' azzjoni diretta meta l-awtorità dwar l-ambjent u l-ippjanar tkun tista' taġixxi billi tneħħi l-istruttura imsemmija a spejjeż tal-persuna responsabbli.", "Il-garaxx l-ieħor li dak iż-żmien kien għadu pedamenti – ECF 447/01 - twaqqa' iżjed tard u dan skond kif ġie stabilit minn spezzjoni li riċentement saret.", "Dan il-każ se jingħalaq.", "Ma jirriżultax li l-awtorità ħarġet xi compliance certificate għal xi struttura li ġiet indikata f'din l-interpellanza sabiex jiddaħħal is- servizz tad-dawl u l-ilma.", "Dawn l-istrutturi jagħmlu parti minn kumpless ikbar li primarjament qed jintuża minn diversi persuni għat-trobbija ta' l-annimali.", "F'dan ir- rigward se ssir investigazzjoni separata dwar il-legalità ta' dan l- iżvilupp sabiex jekk ikun meħtieġ jittieħdu l-passi ta' infurzar neċessarji.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB", "SKOLA SEKONDARJA MARIA GORETTI", "W237 L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li studenti fl-iskola sekondarja Maria Goretti ta' Ħal Tarxien li għażlu l-edukazzjoni fiżika u l-Ġermaniż, ma tħallewx jieħdu dawn is-suġġetti?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li mhux minnu li l-istudenti fl-iskola msemmija ma tħallewx jagħżlu l-edukazzjoni fiżika u l-Ġermaniż bħala suġġetti optional għas-sena d-dieħla.", "L-istudenti konċernati ntalbu jagħżlu suġġett ieħor bħala riżerva, sabiex fl-eventwalita' li għal xi raġuni s- suġġetti msemmija ma jkunux jistgħu jingħatawlhom għax ikunu ġew magħżula minn numru żgħir ħafna ta' studenti, il-proċess tal-klassifikazzjoni jkun jista' jitkompla mingħajr d-dewmien dovut sakemm joqogħdu jiġu kkuntattjati l-istudenti fi żmien il-vaganzi tas-sajf.", "Il-probabbilta' l-kbira hi li l-istudenti jkunu jistgħu jagħżlu s-suġġetti li jixtiequ.", "DYSLEXIC STUDENTS", "W238 L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid jekk issirx distinzjoni meta jiġu kkoreġuti l-karti ta' l-eżamijiet ta' studenti, inkluż l-eżamijiet tal-junior lyceum, li huma dyslexic?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Studenti bid-dyslexia jingħataw arranġamenti speċjali waqt l-eżamijiet, inkluż dawk tal-junior lyceum, biex dawn ikunu aktar aċċessibbli għalihom.", "Waqt il-korrezzjoni tal-karti, dawn l-istudenti jiġu ttrattati bħal tfal normali."]} {"filename": "20060612_395d_par.doc", "date": "2006-06-12", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Uffiċjali u Rivedut) L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 395 It-Tnejn, 12 ta' Ġunju 2006 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 395", "It-Tnejn, 12 ta' Ġunju 2006", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.02 p.m.", "Talba", "Seduta Nru. 395", "It-Tnejn, 12 ta' Ġunju 2006", "WERREJ", "MINUTI 567", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 567", "TQEGĦID TA' KARTI 572", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA 574", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-ĠARR STRADALI INTERNAZZJONALI", "TA' MERKANZIJA (IT-TIENI QARI) 574", "INTERNATIONAL CARRIAGE OF GOODS BY ROAD BILL (SECOND READING) 574", "AĠĠORNAMENT 591", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 596", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB 616", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 394 li saret fis-6 ta' Ġunju, 2006 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "ĠIBJUNI TA' L-ILMA", "18257.", "L-ONOR.", "JOSEPH CASSAR staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx fondi mill-Unjoni Ewropea biex jiġu bbattmati l-ġibjuni ta' l-ilma fiż-Żebbiegħ?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni): M'hemmx fondi mill-Unjoni Ewropea biex isir ix-xogħol fuq il-ġibjuni msemmija mill-Onor.", "Interpellant.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Joe Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jekk m'hemmx fondi għall-ġibjuni as such, x'fondi hemm li se jiġu utilizzati għall-qasam ta' l-ilma u anke għall-qasam ta' l- enerġija?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Sur President, suppost li l-Onor.", "Mizzi jaf li meta jitqiegħdu l-estimi ta' l-Enemalta fuq il-mejda tal-Kamra, magħhom ikun hemm annessa lista sħiħa ta' investimenti kapitali previsti għal matul dik is-sena partikolari li nkunu qegħdin niddiskutu.", "Għalhekk nitolbu jirriferi għal dik il-lista biex jara l-priorita' li d-WSC qed tagħti fil- każ ta' dan il-ġibjun partikolari, peress li ma niftakarx bl-amment.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mario Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Il-Ministru qiegħed f'pożizzjoni jgħid x'impatt kellu l-proċess ta' ristrutturar fil-PBS mil-lat finanzjarju?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Bħar-ristrutturar li sar f'diversi kumpanniji oħra, ir- ristrutturar li sar fil-PBS kellu l-għan primarju li jirridimensjona s- sussidju li l-gvern kien qiegħed jagħti lill-kumpannija u anke li possibbilment iwaqqaf darba għal dejjem it-telf kummerċjali li kien qiegħed isir.", "Jekk niftakar sew, fis-sena finanzjarja li għalqet f'Settembru ta' l-2003, il-PBS kienet ingħatat sussidju ta' Lm2.2 miljun u kienet tilfet madwar Lm0.2 miljun oħra, jiġifieri bejn wieħed u ieħor il-PBS kienet Lm2.5 miljun minn taħt.", "Fl-aħħar audited accounts għas-sena finanzjarja li għalqet f'Settembru 2005, is-sussidju tal-gvern niżel minn Lm2.2 miljun għal Lm0.5 miljun fis-sena u dan m'huwiex sussidju operazzjonali kif kien qabel.", "Qabel il-PBS kienet tieħu Lm2.2 miljun u tonfoqhom kif trid, xi ħaġa ngħid għalija ħażina ħafna.", "Illum is-sussidju huwa marbut mal-produzzjoni ta' programmi li huma parti mill-public service obligation li għandha l-PBS, huma kkontrollati minn ministeru ieħor - jiġifieri mill-Onor.", "Francis Zammit Dimech bħala l- ministru tal-kultura - biex b'dak il-mod, l-input fuq il-public service obligation ikun differenti mill-għanijiet kummerċjali għax trid tikkumbaċja t-tnejn.", "Jiġifieri minn Lm2.2 miljun inżilna għal Lm0.5 miljun, li lanqas tista' ssejjaħlu sussidju imma huwa xiri ta' programmi li jridu jiġu prodotti mill-PBS.", "Barra minn hekk it-telf kummerċjali kien ta' madwar Lm0.2 miljun fis-sena - fil-fatt is-sena l-oħra l-PBS tilfet xi Lm10,000 jew inkella kien hemm pożizzjoni ta' break-even - jiġifieri ċertament ġejna 'l quddiem bejn wieħed u ieħor b'Lm1.9 miljun.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Galea.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Meta kien se jsir il-proċess ta' ristrutturar kien hemm min bassar li dan jista' ikollu impatt negattiv, fis-sens li l-PBS setgħet titlef mill-popolarita` li tgawdi mas-semmiegħa.", "Meta tikkonsidra li l- gvern nefaq Lm1.5 miljun anqas fil-PBS u tqis ukoll il-kompetizzjoni li hawn fil-qasam tax-xandir, jista' il-Ministru jgħid jekk fir-realta` il-PBS tilfitx mill-popolarita`?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Le, u ngħid le billi sempliċement nikkwota s-surveys li jsiru.", "Il-PBS għadu l-istazzjon l-iktar segwit b'mod ġenerali, b'mod partikolari in-news li huwa segwit bil-bosta minkejja l-kompetizzjoni.", "Il- PBS ukoll għandu l-iktar programmi segwiti prattikament fil-faxex kollha, ħlief xi waħda jew tnejn 'l hawn u 'l hemm.", "Dan m'huwiex ġudizzju suġġettiv - naturalment kulħadd għandu l-opinjoni tiegħu dwar il-kwalita` tal-programmi - pero`, b'kejl ta' popolarita`, ċertament il-PBS mhux biss żamm dak li kellu imma pjuttost naħseb li żied ma' dak li kellu. .", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Galea.", "ONOR.", "MARIO GALEA: X'effett kellu l-proċess ta' riforma u ristrutturar li sar f'azjendi pubbliċi oħra?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Peress li qed nitkellem mill-memorja, huwa kemmxejn diffiċli li nsemmi l-azjendi pubbliċi kollha li fihom sar il-proċess ta' riforma jew ristrutturar.", "Pero' nafu li f'din il-leġislatura, il-gvern kellu jieħu azzjoni f'diversi kumpanniji biex jiżgura li s-sussidji li kienu qegħdin jingħataw jibdew bil-mod il-mod jitnaqqsu u fejn qegħdin jingħataw, jintużaw għal servizzi speċifiċi iktar milli bħala sussidju biex jagħmel tajjeb għat-telf.", "Naħseb li b'mod ġenerali kellna wkoll suċċessi sinifikattivi f'diversi oqsma, fosthom id-WSC li semmejt diġa'.", "Jekk niftakar sew, l-aħħar sussidju li l-gvern għadda lid-WSC għas-sena kurrenti huwa ta' Lm5.5 miljun.", "Fl-2003 dak is-sussidju kien ta' 'l fuq minn Lm10 miljun.", "Jiġifieri tejjibna l-pożizzjoni b'Lm4.5 miljun bħala sussidju.", "It-tarzna, b'financial year skond is-sena kalendarja, sa l-aħħar ta' l-2003 kellha telf rikorrenti ta' Lm23 miljun.", "Is-sena l-oħra, it-telf niżel għal Lm9 miljun u din is-sena huwa previst li jkompli jonqos, dejjem jekk l- affarijiet jimxu skond il-budget.", "Il-Gozo Channel - is-sena finanzjarja tal-Gozo Channel tagħlaq f'Settembru - fl-2003 tilfet bejn wieħed u ieħor Lm0.9 miljun, iżda s-sena l-oħra għamlet profitt ta' madwar Lm0.25 miljun, li parti żgħira ħafna minnu huwa dovut għaż-żieda fin-", "nollijiet li kien hemm f'dawn it-tliet snin u l-parti l-kbira tiegħu huwa dovut għall-fatt illi l-gvern illum qiegħed iħallas, taħt PSO arrangement lill-Gozo Channel, id-differenza fin-nollijiet bejn dak ta' residenti Għawdxin u n-nollijiet ta' residenti Maltin, biex inkun preċiż ta' residenti mhux Għawdxin.", "Fejn qabel dan kien joħroġ mill-cashflow tal- kumpannija, illum il-gvern qiegħed iħallas din id-differenza għaliex hemm l- arranġament tal-PSO.", "It-Tug Malta l-istess għax fl-2003 kienet għamlet telf minimu ta' madwar Lm0.1 miljun u fl-aħħar sena finanzjarja għamlet profitt ta' madwar Lm0.3 miljun.", "U bl-aktar mod sinifikanti naħseb li kienet l-Air Malta fejn, grazzi għall-patt azjendali li kien sar flimkien mal-unions kollha li hemm rappreżentati f'din il-kumpannija, kellna tnaqqis sostanzjali fl-ispejjeż.", "Bejn wieħed u ieħor nikkalkulaw li dan il-patt azjendali ffranka lill-Air Malta madwar Lm4 miljun b'kollox f'overtime, pagi, allowances, qtugħ li għamlet fl-outstations tagħha u differenzi fil-kuntratti ta' concessions li ngħataw.", "Fir-realta' kieku l-Air Malta ma ntlaqtitx biż-żieda enormi fil-prezz taż- żejt - li minkejja dak li ngħad u minkejja l-hedging li ilu jsir fl-Air Malta għal dawn is-snin kollha u mhux biss riċentement, xorta waħda fis- sena finanzjarja li għaddiet se tkun ħallset madwar Lm5 miljun jew Lm6 miljun iktar fi fuel milli ħallset is-sena ta' qabel - kien probabbli ħafna li jekk ma tagħmilx profitt, kienet tkun viċin ħafna l-breakeven point grazzi għal dan ir-ristrutturar li sar.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Il-Ministru semma l-operat ta' diversi azjendi li jaqgħu taħtu, bħad-WSC u oħrajn.", "Fir-rigward ta' l-Enemalta u l-obbligi li ntrabat bihom il-gvern vis-a-vis il-produzzjoni ta' l-enerġija, fejn jidħlu direttivi li għandhom x'jaqsmu ma tinġis ta' l-arja mill-power stations, jista' il-Ministru jserraħ ras il-poplu li Malta m'hemm l-ebda problema li d-direttivi ta' l-Unjoni Ewropea se jiġu mwettqa?", "Jista' jgħidilna pero' kif se jiġu cleared min-naħa ta' l-Enemalta biex jiġu in line ma' dawn id- direttivi?", "Jista' jgħidilna x'se jkollha tagħmel l-Enemalta f'dan ir- rigward?", "Jista' jispjegalna fuq fuq x'inhu l-programm eżatt ta' l-Enemalta biex tilħaq mad-domanda għas-snin li ġejjin u x'impjant se jsir?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Il-ħabib tiegħi huwa kemm kemm skorrett dwar dak li ġie rrapportat fil-gazzetti.", "Hu jaf li l-Enemalta kellha pjan - dan poġġejtu fuq il-mejda tal-Kamra bejn Frar u Marzu tas-sena l-oħra, meta għedna li konna se nixtru d-diesel engines - iżda dan il-pjan kellu jinbidel.", "(Interruzzjonijiet) Imqar ikollu l-paċenzja almenu jħallini nispiċċa s- sentenza, Sur President!", "Dan il-pjan kellu jinbidel minn Frar sal-lum minħabba obbligi ġodda li daħlu u, jekk l-Onor.", "Interpellant jistenna sal-ġimgħa d-dieħla, nispera li jkollu d-dokument sħiħ lest b'dak kollu li talab.", "Id-dokument ġie approvat mill-kabinett madwar ġimagħtejn ilu u fih l-ispjegazzjoni kollha tal-pjan il-ġdid u kif wasalna għalih.", "Dan dalwaqt isir pubbliku u allura minflok nantiċipa, nippreferi nħallilu d-dokument kollu fuq il-mejda tal-Kamra.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cassar, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOSEPH CASSAR: Wara l-privatisation tal-Maltacom, xi pjan għandu l- gvern għal privatisation schemes oħra?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Bħalissa għaddejja l-privatision ta' l-ishma li baqa' fil-Bank of Valletta u qegħdin ukoll ninnegozjaw fuq il-Malta Dairy Products.", "Il-kabinett ħa d-deċiżjoni li l-20% ta' l-ishma li l-gvern baqagħlu fil-Malta Dairy Products jgħaddihom lill-koperattiva tal-ħalib, li għandha t-80% ta' l-ishma u hekk ikollha 100% ta' l-ishma.", "Qegħdin fil- fażi fejn ninnegozjaw magħhom il-prezz ta' dawk l-ishma, Sur President.", "F'fażijiet differenti ta' preparazzjoni, id-dokumenti qegħdin għas-sejħa, għar-request for proposals - li allura jkun l-ewwel pass - tal-gas division ta' l-Enemalta, tal-petroleum division ta' l-Enemalta, ta' Tug Malta u tal-KGT.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Peress li l-Ministru qal li kien hemm programm u dan reġa' nbidel – ħalliha li ma nistax nifhem kif l-istrateġija tinbidel fi ftit xhur - jista' jgħid jekk id-deċiżjoni li kien hemm qabel li jinxtraw diesel engines, kenitx għaddiet mill-kabinett?", "Meta għaddiet?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Iva, kienet għaddiet mill-kabinett, bejn wieħed u ieħor xi xahar qabel ma għedna li għamilniha.", "Ir-raġuni għala nbidlet id- deċiżjoni bażikament hi li meta aħna applikajna għand il-MEPA, li tikkontrolla l-emission levels, l-opinjoni tagħhom kienet li jekk immorru għad-diesel engines - u ma ninsewx li għad-diesel engines nonfqu l-inqas flus u dawl m'għandhomx bżonn ta' round-term running costs - Malta ma tikkwalifikax għall-emission levels li għandha u allura kellna nibdlu d- deċiżjoni dwar kif għandhom isiru l-affarijiet.", "Jiġifieri l-ewwel morna għal-low cost u issa se jkollna mmoru għall-high cost.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Galea.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Jista' il-Ministru jikkummenta dwar il-front-page story ta' \"it-torċa\" illi bħas-soltu bassritilna diżastru u qaltilna li resqin biex ikollna blackout fil-pajjiż?", "Ma jaħsibx li dan ir-rapport f'gazzetta b'simpatiji favur il-partit Laburista, m'huwa xejn ħlief manifestazzjoni ta' ipokrezija?", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, on a point of order.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Dak ir-rapport li qed jirriferi għalih jirifletti dak li staqsew lili u m'huwiex ipokrezija.", "Dak li hemm irrapportat huwa korrett.", "Sal-lum stess ġie kkonfermat li lanqas kellkom pjan u dawwartuh u li mhux se tlaħħqu mad-domanda.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Galea.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Din hija t-tattika ta' l-oppożizzjoni, lanqas biss iriduna nitkellmu hawn ġew!", "(Interruzzjonijiet) Oqgħod ismagħni għax jiena għandi dritt nagħmel mistoqsijiet supplimentari!", "Poġġi bil-qiegħda u tagħmilx frattarija!", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom, inżommu l-ordni.", "Ikompli l-Onor.", "Galea.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Sur President, ma nafx għalfejn meta nsemmi l-power station ta' Delimara, l-Onor.", "Mizzi tuġgħu daqshekk żaqqu!", "(Interruzzjonijiet) Sur President, naħseb li r-regolamenti tal-Kamra jipprovdu għal min joħloq diżordni fil-Kamra.", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom, ma rridx iktar interruzzjonijiet.", "L-Onor.", "Galea.", "ONOR.", "MARIO GALEA: L-Onor.", "Mizzi qed jgħid li jiena se ngħid il- ħmerijiiet.", "Naħseb li anke din għandu jirtiraha jew jissostanzjaha, Sur President.", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom, dan huwa l-ħin tad-domandi.", "Jiena sejjaħt lill-Onor.", "Galea li għandu dritt ikompli bid-domanda tiegħu, dejjem sakemm jindirizza ruħu lejn is-Sedja.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Sur President, nistaqsi jekk jaħsibx il-Ministru li hemm element qawwi ta' ipokrezija meta sħabna ta' l-oppożizzjoni kienu għamlu seduta jgħajtu biex ma jħallux lill-gvern jiddeċiedi dwar is-sit tal- power station?", "Dak iż-żmien tal-partit Laburista kienu anke jmexxu protesti biex mingħalihom ma jħalluniex nipproċedu bil-bini tal-power station – saħansitra kienu qalu li meta jitilgħu huma fil-gvern, kienu se jħottu l- impjant – u forsi l-Ministru jista' jgħidilna wkoll x'effett kien ikun hemm fuq il-provvista ta' l-enerġija kieku l-gvern ma ħax id-deċiżoni li jibni l- power station ta' Delimara?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Sur President, biex ma nsaħħanx il-qiegħa, nikkondividi l-opinjoni u nieqaf hemmhekk.", "Pero` ċertament li kieku ma ħadniex ħsieb u li kieku ma kienx għall-Ministru Ninu Zammit - u għall-gvern ta' dakinhar - li ħa ħsieb jibni dak li bena, kieku l-blackout kien ikun fl-1996, meta telgħu huma għax dakinhar xorta waħda ġabu blackout!", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Il-Ministru jikkonferma li l-power station ta' Delimara suppost telgħet fuq programm imfassal dwar l-enerġija u mbagħad wara skoprejna li dak il-programm ma kienx jeżisti?", "Jikkonferma wkoll li l- power station suppost li kellha taħseb għaż-żmenijiet tal-lum, kemm mil-lat ta' domanda kif ukoll mil-lat ambjentali, waqt li llum il-ministru qed jistqarr li hemm il-problemi u li fil-każ tal-power station ta' Delimara - infaqna miljuni kbar fuqha - se jkollna bilfors inbiddlu l-makkinarju?", "Jista' jgħidilna kemm se jkollna nħallsu biex naslu għad-domanda għal sentejn oħra u fl-istess ħin nilħqu l-istandards li qed titlob minna l- Unjoni Ewropea?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Naħseb li l-Onor.", "Mizzi jaf li livelli ta' emissions mhux biss ma kenux jeżistu ...", "(Interruzzjonijiet) Il-power station ta' Delimara kienet bżonjuża għal raġuni waħda.", "Minħabba dak li kien wiret gvern Nazzjonalista fl-1987 u peress li verament ma kienx hemm ippjanar għall-espansjoni ekonomika, kien importantissimu u immedjatissimu li jkollna power station oħra għax ma kienx hemm spare generating capacity.", "Issa li nippruvaw naqilbu l-istorja jew nerġgħu niktbu l-istorja dwar x'għamilna fl-1989, naħseb li jkun aħjar jekk dak inħalluh għall-istoriċi.", "Imma xorta waħda jibqa' fatt wieħed u sempliċi, Sur President.", "L-istandards u l-emission levels li kienu applikabbli fl-1989 u l- istandards u l-emission levels li se jkunu applikabbli fl-2010 - għax aħna mhux qed naraw x'inhi Delimara llum, pero' fejn se tkun bejn l-2010 u l-2012 ....", "Issa sa dak iż-żmien il-makni ta' l-Enemalta se jkollhom 23 sena - suppost li wara 25 sena tibda taħseb biex il-makni tibdilhom, imma hawn Malta nżommuhom jaħdmu għal 50 sena – u nista' niċċertifika li dawn se jkunu għamlu their full running term.", "Il-gvern qiegħed jaħseb biex meta jagħlqu l-25 sena, inkunu diġa' fil-fażi fejn qegħdin nibdluhom.", "Pero` lil sieħbi nitolbu japprezza li aħna qegħdin nagħmlu ħaġa oħra, għax aħna qed inżidu wkoll il-kapaċita` u mhux biss qegħdin nagħmlu replacement ta' dawn il-makni.", "Nafu kif żdiedet il-kapaċita` u kif żdiedet l-ekonomija grazzi għall-policy tal-gvern u hekk ukoll se jiġri fis-snin li ġejjin meta aħna nibqgħu fil-gvern.", "Għalhekk irridu nżidu l-kapaċita` li niġġeneraw l- elettriku, Sur President.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Galea.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Sur President, issemma' il-prezz taż-żejt u bħas-soltu, sħabna tas-Super One kienu ħdejn il-bieb tal-Palazz u lili għamluli mistoqsija fuq il-prezz taż-żejt.", "Jekk m'iniex sejjer żball, darba kienet saret offerta lill-kap ta' l-oppożizzjoni biex jaħtar persuna ta' fiduċja tiegħu li jkun involut fil-proċess ta' xiri taż-żejt.", "Wara dak kollu li qed tgħid l-oppożizzjoni, jista' il-Ministru jgħid jekk il-kap ta' l- oppożizzjoni ħatarx din il-persuna ta' fiduċja tiegħu?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Biex inkun preċiż, aħna offrejna lill-oppożizzjoni - ħalli ma ngħidx lill-kap ta' l-oppożizzjoni - biex fuq il-fuel purchasing advisory committee tinnomina persuna ta' fiduċja tagħha, iżda nista' ngħid li tali persuna qatt ma ġiet nominata.", "Jien ukoll offrejt lill-Onor.", "Mizzi biex iqabbad lil xi ħadd kompetenti - u nħallasulu jien - biex jeżamina l- kontijiet kollha fuq iż-żejt, jara li huma korretti u jiżgura ruħu li s- surcharge ġejja kollha miż-żieda taż-żejt - dan diġa' għamluh Deloitte & Touche u PriceWaterhouse Coopers, imma jekk jixtieq iqabbad lil xi ħadd hu nħallasulu wkoll - u li m'hemmx dawk il-famużi affarijiet oħra li vvintaw u li għandhom x'jaqsmu ma' l-Enemalta biex jidħlu.", "Nixtieq nerġa' nieħu din l-opportunita' biex insemmi dak li qalet il- gazzetta \"KullĦadd\".", "Naturalment irrid ninkludi l-gazzetti kollha li għandkom, inkluż \"it-torċa\" li kultant iġġib affarijiet ħżiena wkoll - imma naħseb dan li se ngħid kien fil-gazzetta \"KullĦadd\" - u se nerġa' nirrepeti biex inkun ċarissimu.", "L-Enemalta għamlet hedging is-sena l-oħra u se tagħmel hedging din is-sena.", "Biex ma nerġgħux nivvintaw l-affarijiet li hawn xi ħadd li huwa kontra l-hedging, se nerġa' nirrepeti.", "L-Enemalta għamlet hedging fl-2005 u se tagħmel hedging fl-2006.", "Tagħmel hedging taż- żejt u tagħmel hedging tad-dollar.", "Iktar ċar minn hekk nispera li ma nistax inkun u nispera li dan id- dibattitu - ta' hedging u mhux hedging, ta' kif tixtri ż-żejt u ma tixtrix iż-żejt, ta' x'inhi s-surcharge u mhux surcharge - ikun marbut madwar ir- realtajiet ta' x'qed jiġri madwarna u mhux dwar dak li nixtiequ li jista' isir, pero` huwa impossibbli li jsir.", "Aħna hawnhekk mhux qed nagħmlu affarijiet li jixbħu iktar il-cartoons milli jixbħu r-realta` għax dak li jiġri madwar id-dinja Malta ma tistax taħarbu.", "Malta għandha l-obbligu li b'wiċċha minn quddiem, tara kif tagħmel front u politika ta' serjeta` u mhux politika ta' xewqat, Sur President.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jikkonferma l-Ministru li r-resources authority suppost li snin ilu lestiet l-istrateġija dwar l-enerġija?", "X'inhi r-raġuni li ma kenitx lestiet din l-istrateġija dwar l-enerġija?", "Issa fil-konfront tal-mistoqsija li għamel l-Onor.", "Galea, jista' il- Ministru jikkonferma li mhux lill-kap ta' l-oppożizzjoni saret il-proposta - għax in-naħa l-oħra dejjem jakkużaw lill-kap ta' l-oppożizzjoni li ħtija tiegħu – imma lili bħala kelliem ewlieni f'isem l-oppożizzjoni u jiena wkoll għedt li għal raġuni teknika - għax il-ministru kien qal li għandi nkun tekniku – aħna m'għandna għalfejn naħtru lil ħadd.", "Jikkonfermah dan il-Ministru?", "Jista' il-Ministru jgħid ukoll jekk fir-rapport li sar dwar is-surcharge, kienx hemm studju dwar l-ineffiċjenza fl-Enemalta u dwar kemm huwa t-telf li awtomatikament se jkollna nħallsu għalih?", "Verament kieku l-Enemalta ħadet passi qabel, kienet tiffranka iktar fi fuel għax kienet iddaħħal renewable energy u ddaħħal l-effiċjenza.", "U x'inhu jiġri fejn tidħol edukazzjoni dwar l-effiċjenza fl-użu ta' l-enerġija ħalli niffrankaw mill- użu tal-fuel u fiex qegħdin fejn tidħol renewable energy?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Dwar ir-resources authority jirrispondi l-Onor.", "Ninu Zammit għax ir-renewable energy hija politika li jmexxi hu u mhux jiena.", "Jien se nirrispondi biss dwar il-partijiet li għandi x'naqsam magħhom jien, Sur President.", "Deloitte & Touche jgħidu ċar u tond li m'hemmx ċenteżmu fis-surcharge li għandu x'jaqsam ma' l-ineffiċjenza ta' l-Enemalta.", "Jiena nitlob lill-Onor.", "Mizzi biex imur jaqra dak ir-rapport, għax inutli li noqogħdu nargumentaw jiena u hu.", "L-ineffiċjenza ta' l-Enemalta m'għandha x'taqsam xejn.", "(Interruzzjonijiet) Ngħidlek kif daħlu fiha.", "Meta konna bis-sistema l- antika, kif kienet titħaddem, huma jgħidu li fejn qabel kien hemm ir- rapport ta' PriceWaterhouse Coopers - u dawn jgħidu x'ikkonkludew PWC - PWC ikkonkludew li l-ineffiċjenzi ta' l-Enemalta tgħabbew fuq l-Enemalta.", "Jirrepetu dak li qalu PWC, hekk għamlu Deloitte & Touche.", "Aħna eżaminajna s-sistema li hemm illum u kkonkludejna li m'hemmx ċenteżmu li għandu x'jaqsam.", "Ħa nerġa' nagħmel statement u jekk l-Onor.", "Mizzi huwa kapaċi jikkontradih, Sur President.", "Renewable energy, hi x'inhi, tqum iktar minn fossil fuel.", "Li kieku l- Enemalta kellha tinvesti f'renewable energy, hi x'inhi, PVC, wind energy, eċċ., u tgħaddih lill-konsumatur bil-prezz li jiġi lilha, is-surcharge jogħla u mhux jorħos.", "Naturalment niffrankaw ħafna affarijiet oħra, fosthom affarijiet fejn jidħlu aspetti ta' saħħa, pero` il-prezz ta' l- elettriku jogħla u mhux jorħos.", "Din hija d-differenza.", "U allura aħna favur 100% li jkollna politika favur ir-renewable energy u ninkoraġġuha, pero` mhux għar-raġuni li jorħos l-elettriku imma għal raġunijiet totalment differenti.", "Issa nħalli f'idejn sieħbi biex jirrispondi d-domandi l-oħra, Sur President.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura): Sur President, bħalma qed jgħid sieħbi, ir-renewable energy fiha spiża enormi.", "Barra minn hekk, wieħed irid jiftakar ukoll li meta tagħmel renewable energy, trid taħseb ukoll għal dak li ngħidulu spare generating capacity.", "MR SPEAKER: Ikkonkludi Ministru, jekk jogħġbok.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Rigward l-energy policy hemm dokument li nista' ngħid li ilu jiġi rfinut u issa qiegħed quddiem il-kabinett.", "(Interruzzjonijiet) Imma kif tiġi tgħid li l-power station ta' Delimara saret mingħajr pjan?", "Irrid infakkar li fl-1987 ma kellniex spare generating capacity imma kellna qtugħ programmat.", "Tant ma kienx hawn spare generating capacity li kellna nixtru gas turbine oħra biex nillapazzaw sakemm inlestu l-power station ta' Delimara.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-Mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti u nsejjaħ lill-Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:-", "Tagħrif dwar infiq f'safar minn dipartimenti u enti taħt ir- responsabbilta` tiegħi, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 19185;", "Tagħrif dwar proprjeta` mibjugħa bejn l-2000 u l-2006 u tagħrif ieħor dwar permessi li ħarġu għall-akkwist ta' proprjeta` minn barranin, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 19199;", "Tagħrif dwar l-ispiża bejn l-2004 u l-2006 minn dipartimenti u enti taħt ir-responsabbilta` tiegħi, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 19244; u", "Tagħrif dwar il-karozzi uffiċjali tiegħi u tas-segretarju parlamentari fl-uffiċċju tiegħi, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 19575.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG (Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern): Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:-", "Avviż Legali 129 ta' l-2006 – Regoli tal-qorti ta' l-2006 għaż-żamma tal-bonordni fil-qrati tal-ġustizzja;", "Tagħrif dwar direct orders 'il fuq minn Lm2,000 matul l-2004 u l-2005, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 18594;", "Tagħrif dwar safar minn membri tal-private staff bejn l-2004 u l- 2005, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 18595;", "Tagħrif dwar persuni intitolati għall-gazzetti ta' kuljum u n-nefqa relattiva, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 18596;", "Tagħrif dwar xogħol ta' tindif minn kumpanniji privati, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 18597;", "Tagħrif dwar vetturi rmonkati u/jew clamped, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari 18934; u", "Pjanta li turi art pubblika fi Pjazza Sant'Anna f'Tas-Sliema, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 19548.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Louis Galea.", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi): Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:-", "Lista gwida b'tagħrif dwar ikel u xorb għat-tfal ta' l-iskejjel, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 19410.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Zammit Dimech.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (Ministru għat-Turiżmu u Kultura): Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:-", "Tagħrif dwar infiq u dħul marbut mal-festival kanzunetta Maltija għall- Ewropa u l-parteċipazzjoni ta' Malta fil-festival tal-eurovision fl- 2006, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 19519; u", "Tagħrif dwar promozzjoni tal-kanzunetta Maltija li ħadet sehem fil- eurovision ta' l-2006, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 19549.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għall-Kompetittivita` u Komunikazzjoni): Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:-", "Avviż Legali 132 ta' l-2006 – Air navigation (amendment) (no. 2) order, 2006.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Austin Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni): Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:-", "Tagħrif dwar kuntratti li ngħataw mill-Kordin grain terminal, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 19596; u", "Kopja tax-share transfer agreement bejn l-Air Malta PLC, Malta Air Charter Co. Ltd u l-Mediterranean Nuance Group Ltd dwar il- privatizzazzjoni ta' l-Air Supplies Co. Ltd., bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari 18334.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru George Pullicino.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO (Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent) Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:-", "Kopja ta' sezzjoni 'D' dwar il-protezzjoni tan-natura, parti mill- ftehim iffirmat bejn Malta u l-Unjoni Ewropea dwar l-insib, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 19567.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Dolores Cristina.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA (Ministru tal-Familja u Solidarjeta` Soċjali): Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:-", "Tagħrif dwar kiri ta' karozzi matul l-2004, l-2005 u l-2006, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 19265;", "Estratt mill-kondizzjonijiet ta' l-iskema \"sir sid darek\", bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 19554; u", "f'isem il-Ministru għal Għawdex inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:-", "Tagħrif dwar kiri ta' karozzi matul l-2004, l-2005 u l-2006 mid- dipartimenti u enti taħt ir-responsabbilta` tal-ministru għal Għawdex, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 19266.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal- Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-ĠARR STRADALI INTERNAZZJONALI TA' MERKANZIJA", "INTERNATIONAL CARRIAGE OF GOODS BY ROAD BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet Ikompli mis-6 ta' Ġunju, 2006", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru jista' ikompli bl-intervent tiegħu.", "ONOR.", "TONIO BORG: Sur President, sfortunatament it-Tlieta li għaddew ma stajtx nisvolġi l-argument għaliex kien skada l-ħin u għalhekk tlabt biex nibqa' in possession.", "Kont qed nispjega l-provvedimenti prinċipali li għandhom x'jaqsmu ma' din il-konvenzjoni li ġiet iffirmata mill-istati membri ta' l-Unjoni Ewropea, kif ukoll minn numru ta' stati li m'humiex membri f'din l-unjoni.", "Dan qed ngħidu għax din m'hijiex konvenzjoni ta' l- Unjoni Ewropea pero` lilna xorta tolqotna għaliex għalkemm hija liġi li tirregola l-ġarr stradali, hemm artiklu fil-konvenzjoni li jipprovdi li jekk il-ġarr tal-merkanzija in parti jsir fuq it-toroq u in parti jsir b'xi mezz ieħor – bl-arju jew permezz tal-baħar – allura r-regoli ta' din il- konvenzjoni japplikaw ukoll.", "Dan huwa interessanti għaliex jekk imbagħad ngħaqqdu dan il-provvediment ma' provvediment ieħor li hemm fil-konvenzjoni li jgħid li dawn ir-regoli japplikaw kull darba li fil-katina sħiħa tal- ġarr tal-merkanzija b'mod stradali ikun hemm involut xi stat membru.", "Fil-fatt l-ewwel artiklu ta' din il-konvenzjoni - li nifhem li se tiġi tradotta bil-Malti fi stadju ta' kumitat u li ma ġietx tradotta qabel għax il-ministeru kellu ċerta għaġġla biex jagħmel din il-liġi – jgħid li din il- konvenzjoni tapplika għal kull kuntratt ta' ġarr stradali, basta dan isir bi ħlas.", "Mela l-ewwel kundizzjoni hi li dan il-ġarr isir bi ħlas, pero` imbagħad jingħad ukoll li meta l-pajjiż min fejn telqet il-merkanzija jew il-pajjiż fejn se tittieħed din il-merkanzija jinzerta pajjiż membru, din il-konvenzjoni tapplika wkoll irrispettivament mir-residenza u miċ- ċittadinanza tal-partijiet konċernati.", "Dan ifisser li jekk il-ġarr tal- merkanzija jkun beda minn pajjiż li m'huwiex stat", "membru f'din il-konvenzjoni u d-destinazzjoni tkun stat membru bħal Malta, din il-konvenzjoni tapplika u dan jgħodd anke jekk jiġri bil-maqlub, jiġifieri il-ġarr tal-merkanzija jitlaq minn stat membru u d-destinazzjoni tkun stat mhux membru.", "Dan japplika mhux biss għall-ġarr ta' merkanzija minn ditti privati imma anke għall-ġarr ta' merkanzija ta' entitajiet pubbliċi.", "Kif għidt l-aħħar darba, l-unika ġarr ta' merkanzija li din il- konvenzjoni ma tapplikax għalih, hu l-ġarr tal-mejtin, il-ġarr tal-posta u l-ġarr ta' l-għamara.", "Sur President, wieħed mill-provvedimenti l-aktar importanti f'din il- konvenzjoni hu li għal kull ġarr tal-merkanzija jinħarġu tliet consignment notes oriġinali.", "Dawn it-tliet consignment notes oriġinali jiġu ffirmati minn dak li se jibgħat il-merkanzija kif ukoll minn dak li se jġorr il- merkanzija.", "L-ewwel nota jżommha dak li se jibgħat il-merkanzija, it-tieni nota tkun mal-merkanzija u t-tielet nota jżommha dak li se jġorr il- merkanzija.", "Dawn it-tliet consignment notes huma importanti mhux biss minħabba l-kontenut tagħhom li huwa rregolat bil-konvenzjoni imma wkoll għaliex hemm ċertu termini – li se nitkellem dwarhom u li se jkunu applikabbli fil-liġi ta' Malta - u perjodi ta' żmien li jibdew japplikaw meta jiġu mogħtija dawn il-consignment notes.", "Il-konvenzjoni taqsam il-provvedimenti li għandhom x'jaqsmu mad-dettalji ta' dawn il-consignment notes f'żewġ sezzjonijiet.", "Hemm dawk id-dettalji li bilfors iridu jkunu parti mill-consignment note, u dan jingħad fis-sub- artiklu 1 ta' l-artiklu 6.", "Imbagħad hemm sezzjoni oħra fejn jekk jista' jkun, għandu jkun hemm dettalji oħrajn.", "Id-dettalji li huma obbligatorji huma dettalji bħad-data ta' meta toħroġ il-consignment note, il-post fejn saret, l-isem u l-indirizz tas-sender, tal-carrier u tad-destinazzjoni u d- deskrizzjoni u l-piż tal-merkanzija.", "L-ewwel prinċipju li hemm fil- konvenzjoni huwa li s-sender għandu responsabbilita` għal dak li għandu x'jaqsam ma' l-ispiża u ma' danni li c-carrier jista' jsofri minħabba li l- consignment note ma tkux saret sew mis-sender.", "Hemm obbligu li dak li jġorr il-merkanzija, malli jirċievi l-merkanzija, irid jara li n-nota tal- consignment note hi korretta u li the goods and packing are in apparent good condition.", "Il-consignment note tikkonsisti f'xhieda prima facie li hemm kuntratt ta' trasport ta' merkanzija, tal-kundizzjonijiet tal-kuntratt u li din ġiet imwassla fejn kellha tiġi mwassla.", "Prinċipju importanti ieħor li hemm fil-konvenzjoni huwa li ġiet maħluqa presunzjoni li aħna l-avukati nsejħulha juris tantum, jiġifieri presunzjoni li inti tista' tattakkaha, pero` jekk ma tattakkahiex, din il-presunzjoni tgħodd.", "Issa f'dan il-każ, din il-presunzjoni hija li sakemm il-carrier ma jkunx niżżel riservi fil-mument li hu rċieva l-merkanzija, allura hu meqjus li l-carrier irċieva l-merkanzija u l-packing relatat f'kundizzjoni tajba.", "Dan ifisser li mhux is-sender irid juri li l-merkanzija u l-packing relatat kienet f'kundizzjoni tajba, għax once li jaċċetta l-consignment note bla ma jesprimi riservi, din tkun tfisser li hemm presunzjoni li dan irċieva l- merkanzija u l-packing relatat f'kundizzjoni tajba, u l-piż tal-prova li dan ma kienx hekk jgħaddi fuq il-carrier.", "Il-konvenzjoni tipprovdi wkoll li min jibgħat il-merkanzija, jista' jiddisponi minn dik il-merkanzija jew jwaqqaf milli tiġi mwassla fid- destinazzjoni sakemm il-consignment note tiġi mogħtija lid-destinatarju.", "Dan ifisser li sakemm id-destinatarju ma jkunx irċievha l-consignment note, il-liġi se tipprovdi li dak li bagħat il-merkanzija, u hawn se nikkwota mit- test tal-konvenzjoni:", "\"has the right to dispose of the goods, in particular by asking the carrier to stop the goods in transit, to change the place at which delivery is to take place or to deliver the goods to a consignee other than the consignee indicated in the consignment note.\".", "Dan kollu hu possibbli sal-mument li l-consignment note tingħata lid- destinatarju.", "U nerġa' nikkwota mill-konvenzjoni:", "\"This right shall cease to exist when the second copy of the consignment note is handed to the consignee.\".", "Minn dak il-mument li d-destinatarju jirċievi l-consignment note, allura l- carrier jkollu jobdi l-ordnijiet tad-destinatarju.", "Sur President, din il-konvenzjoni li ġiet iffirmata u tapplika f'46 pajjiż - għoxrin minnhom membri ta' l-Unjoni Ewropea – se tipprovdilna l-fakulta li se jkollna ċ-ċertezza ta' x'inhi l-liġi.", "Dan qed ngħidu għaliex ħafna mill-pajjiżi li huma marbutin b'din il-konvenzjoni – li ġiet iffirmata fl-1956 u daħlet fis-seħħ fl-1961 – huma pajjiżi li magħhom aħna għandna ħafna kummerċ bħall-Italja, il-Ġermanja, ir-Renju Unit u l-Olanda – li huma membri fl-Unjoni Ewropea – u anke pajjiżi bħall-Isvizzera, il-Bulgarija, ir- Rumanija u r-Russja.", "Dan ifisser li flok kulħadd se jkollu l-liġi tiegħu, se jkollna l-istess regoli dwar obbligi u drittijiet.", "Il-konvenzjoni tarmonizza wkoll l-obbligi tal-carrier rigward telfien parzjali jew totali tal-merkanzija jew għall-ħsara li tista' ssofri l-merkanzija mill-mument li l-carrier jieħu l-merkanzija f'idejh sal-mument li hu jwassalha fid- destinazzjoni.", "Dan hu responsabbli wkoll għal dewmien li jkollu x'jaqsam mal-consignment innifisha.", "Dawn huma l-obbligi armonizzati ta' kull carrier li jopera f'ġarr stradali f'dawn il-pajjiżi firmatarji ta' din il-konvenzjoni.", "Naturalment il-carrier ma jkunx responsabbli għan-negligenza ta' min jibgħat jew jirċievi l- merkanzija jew jekk l-istess merkanzija jkollha xi difett fiha nnifisha jew minħabba ċirkostanzi li l-carrier ma setax jevita.", "Min-naħa l-oħra, il- carrier hu responsabbli jekk ikun hemm xi difett fil-mezz li bih jittrasporta l-merkanzija.", "Apparti dan, il-konvenzjoni tipprovdi lista ta' tip ta' merkanzija li huwa riskjuż minnu nnifsu bħal, per eżempju, l-ġarr ta' annimali jew meta jkun hemm difett fil-packing tal-merkanzija.", "F'dawn it-tipi ta' ġarr, il-carrier ikun eżonerat jekk isseħħ xi ħsara, pero` l- oneru biex juri li l-ħsara seħħet minħabba dawn ir-riskji msemmijin f'din il-konvenzjoni jaqa' fuqu.", "Il-konvenzjoni toħloq ukoll ċerti termini ta' żmien għal skopijiet differenti.", "Per eżempju l-artiklu 20 jgħid li jekk wara tletin ġurnata mid- data li xi ħadd kellu jirċievi l-merkanzija ma jirċivihiex, dik tkun prova konklussiva li l-merkanzija ntilfet u allura wieħed jista' jipproċedi bil- kawża għad-danni.", "F'każ meta ma kienx hemm żmien miftiehem, il-liġi tipprovdi perjodu hija nnifisha.", "Fil-fatt, l-artiklu 20 jgħid li f'dak il- każ, il-perjodu jkun sittin ġurnata mid-data li l-carrier ikun ħa l- merkanzija f'idejh.", "Jekk isir ftehim ta' ġarr ta' merkanzija u din ma tasalx fi żmien 60 ġurnata mid-data li l-carrier jkun ħa l-merkanzija f'idejh, allura din tkun xhieda konklussiva li dik il-merkanzija ntilfet u wieħed jista' jipproċedi bil-kawżi għad-danni.", "Il-konvenzjoni wkoll tipprovdi li f'din il-kawża għad-danni, id-danni jkunu l-valur tal- merkanzija fil-post u fil-mument li ġiet handed over għat-trasport.", "Fil- fatt se nikkwota mill-konvenzjoni:", "\"To the value of the goods at the place and time at which they were accepted for carriage.\".", "Sur President, hemm ukoll provdut li dak li jagħmel il-claim għad-danni jkollu d-dritt għall-interessi bil-5% fis-sena fuq l-ammont ta' kumpens li jkun hemm claim fuqu.", "Hemm ukoll ċerti obbligi li dak li jirċievi l- merkanzija għandu jsegwi meta jinduna li hemm xi ħsara.", "Dan irid jirreġistra l-fatt li hemm dik il-ħsara, u f'każ li l-ħsara tkun evidenti waqt li jsir il-consignment, dan irid jagħmel ir-riservi tiegħu dak il-ħin, qabel ma jieħu l-merkanzija.", "F'każ li l-ħsara ma tkunx evidenti waqt li jsir il-consignment, dak li jirċievi l-merkanzija għandu ċans sebat ijiem biex jirreġistra l-każ tiegħu.", "Il-konvenzjoni tipprovdi wkoll għal ċerti regoli interessanti dwar fejn tista' tagħmel il-kawża, u ċjoe` dwar fejn tkun il-ġurisdizzjoni tal-qrati u liema qrati ta' liema pajjiż se jkollhom il-ġurisdizzjoni li jiddeċiedu każijiet fejn jew il-merkanzija ma tasalx jew tasal b'xi ħsara.", "Hawnhekk il-konvenzjoni tgħid li dak li jagħmel il- claim għall-ħsara jista' jagħmilha quddiem xi qorti jew tribunal tal-pajjiż li jkunu ftiehmu fuqu fil-kuntratt tal-ġarr.", "Mela jekk aħna ftehemna li minkejja li sa nirċievu l-merkanzija f'Malta, immorru Pariġi jekk tinqala' xi kwestjoni, allura hemmhekk tirbaħ il-qorti ta' Pariġi.", "Pero' jekk ma jkun hemm xejn ipprovdut fl-agreement il-kawża tista' issir skond kontra min qiegħed tagħmel il-claim għad-danni.", "Jekk qed tagħmel il-claim għad-danni kontra dak li bagħtlek il-merkanzija, il- kawża għandek tiftaħha fil-pajjiż tar-residenza tiegħu.", "Jekk inti qed tagħmel il-kawża kontra t-trasportatur allura trid tagħmel il-kawża tiegħek jew fil-post tar-residenza tat-trasportatur jew fil-post ewlieni tan- negozju tiegħu.", "Alternattiva oħra hija dik li tagħmel il-kawża jew fil- post fejn il-merkanzija ġiet konsenjata lit-trasportatur jew inkella fil- post fejn il-merkanzija kellha tiġi konsenjata.", "Issa din hija importanti għaliex imbagħad hemm regola oħra li tgħidlek li jekk bdiet kawża quddiem qorti fi kwalunkwe wieħed minn dawn il-postijiet, jiġifieri minn fejn telqet il-merkanzija, jew fejn se tieqaf il-merkanzija jew tar-residenza tat-trasportatur jew ta' min bagħat il-merkanzija, inti ma tistax tibda kawża oħra fuq l-istess kwestjoni.", "Fuq kwestjonijiet oħra tista' tiftaħ kawża, imma fuq l-istess kwestjoni ma tistax ħlief jekk is-sentenza ta' l- ewwel kawża m'hijiex waħda nforzabbli f'Malta.", "Ħalli nagħti eżempju.", "Sur President, jekk il-merkanzija telqet b'container b'ġarr stradali minn Franza u sejra lejn Malta, u xi ħadd jagħmel claim fuq il-ġarr ta' dik il- merkanzija f'Pariġi u s-sentenza tal-qorti ta' Pariġi tista' tiġi nforzata f'Malta, allura f'dak il-każ tirbaħ l-ewwel qorti li tkun ħadet f'idejha l- każ.", "Min-naħa l-oħra, jekk is-sentenza ta' l-ewwel qorti li ħadet f'idejha l-każ m'hijiex inforzata f'Malta, f'dak il-każ tkun tista' issir kawża f'Malta wkoll.", "Regola oħra importanti ħafna sabiex inneħħu l- komplikazzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-kwestjonijiet legali li jistgħu jqumu mill-ġarr stradali tal-merkanzija hija dik li meta sentenza tingħata minn pajjiż li l-qrati tiegħu għandhom ġurisdizzjoni li jiddeċiedu l-każ skond kif għedt qabel, allura dik is-sentenza, bis-saħħa ta' dan il-ftehim, tkun inforzabbli fi stat kontraenti ieħor.", "Mela hawnhekk żidna li jrid ikun stat kontraenti.", "Hawnhekk għandna 46 pajjiż li ftiehmu fuq din il-konvenzjoni, inklużi 20 stat ta' l-Unjoni Ewropea.", "Għalhekk kwalunkwe sentenza li tingħata skond ir-regoli tal- konvenzjoni se tiġi awtomatikament applikabbli f'dawn is-46 pajjiż.", "Araw daqsxejn x'vantaġġ huwa dan!", "Vantaġġ mhux għall-istati membri ta' l-Unjoni Ewropea, għaliex fl-Unjoni Ewropea diġa' għandna konvenzjonijiet, direttivi u liġijiet li bihom sentenza ċivili, f'qorti ċivili u f'pajjiż stat membru ta' l-Unjoni Ewropea huma applikabbli fl-Unjoni Ewropea.", "Hemm ċerti safeguards, imma mill-bqija jekk hija sentenza normali, dik is-sentenza tiġi nforzata fi kwalunkwe pajjiż mill-25 membru ta' l-Unjoni Ewropea.", "Madankollu aħna m'għandniex dan il-ftehim mar-Russja, u allura limitatament għall-ġarr stradali tal-merkanzija, sentenza li tingħata skond din il- konvenzjoni se nkunu nistgħu ninforzawha.", "Il-Malti li qiegħed jimporta u jsib il-merkanzija tiegħu bil-ħsara jista' jagħmel claim f'qorti, u dik is- sentenza ta' Malta tkun inforzabbli fi kwalunkwe pajjiż mis-46 pajjiż, inkluż ir-Russja, ir-Rumanija u l-Marokk li ffirmaw din il-konvenzjoni.", "Sur President, ħalli ngħid xi ħaġa fuq il-preskrizzjoni.", "Fil-ġarr tal- merkanzija bil-baħar teżisti wkoll preskrizzjoni ta' sena, u dan huwa t- terminu li qed jiġi applikat hawnhekk ukoll.", "Mela hemm ċertu limitu li fih persuna trid tagħmel il-claim, u l-konvenzjoni taqsam il-claims għal danni fil-ġarr stradali tal-merkanzija f'żewġ kategoriji.", "Hemm il-kategorija tal- ġarr stradali ta' merkanzija li d-dannu jsir b'riżultat ta' negliġenza, li f'dak il-każ il-perjodu ta' preskrizzjoni jkun ta' sena, u l-każ ta' danni li jkunu b'riżultat ta' att doluż, jiġifieri mhux aktar b'negliġenza.", "B'negliġenza stajt ipprevedejt, imma ma rridtx tagħmel ħsara, mentri f'każ doluż ipprevedejtha u ridt li ssir il-ħsara.", "Allura f'dak il-każ il- perjodu jkun ta' tliet snin, u dan il-perjodu japplika wkoll anke meta l- att jitqies doluż skond il-liġi tal-qorti li jkollha ġurisdizzjoni fuq il- każ innifsu.", "Issa minn meta jibda jgħodd il-perjodu ta' sena?", "Il-perjodu ta' sena jibda jgħodd fil-każ ta' ħsara minħabba telfin parzjali.", "Per eżempju, inti kellek oġġett li parzjalment tħassar jew inkella ssib dannu fl-oġġett.", "Allura f'dak il-każ il-perjodu ta' sena u tliet snin jibda jgħodd mill-mument tal-konsenja skond il-każ.", "Fil-każ li tintilef kompletament il-merkanzija u jkun hemm ftehim, napplikaw 30 ġurnata wara li jkun skada ż-żmien ta' meta suppost ġiet ikkonsenjata l- merkanzija, mentri jekk ma jkunx hemm ftehim dwar meta kellha tiġi kkonsenjata l-merkanzija, nieħdu 60 ġurnata minn mindu beda l-ġarr.", "Huwa interessanti wkoll li meta dak li qed jagħmel il-claim bil-miktub lit- trasportatur, per eżempju, il-perjodu ta' preskrizzjoni jiġi sospiż.", "Pero` mill-mument li t-trasportatur jiċħad li huwa responsabbli, f'dak il-każ tibda għaddejja l-preskrizzjoni.", "Issa aħna mdorrijin b'ħafna konvenzjonijiet li jagħtu d-dritt ta' l-opt out, fis-sens li tiffirma l- ftehim imma tgħid li dan il-ftehim japplika f'każ li l-partijiet ma jagħmlux ftehim ieħor.", "F'dan il-każ l-artikolu 41 tal-konvenzjoni huwa ċar u jgħid hekk:", "\"...any stipulation which would directly or indirectly derogate from the provisions of this Convention shall be null and void.\".", "Naturalment hemm l-eċċezzjonijiet għal dan il-prinċipju, imma bħala regola din il-konvenzjoni tirbaħ fuq il-ftehim tal-partijiet.", "Din il-konvenzjoni taqa' ukoll taħt ġurisdizzjoni u l-auspices tal-Ġnus Magħquda.", "Fil-fatt, ir- ratifika trid tiġi depożitata mas-segretarju ġenerali tal-Ġnus Magħquda u tista' toħroġ ukoll minn din il-konvenzjoni billi tirrinunzjaha.", "Kulma trid tagħmel huwa li tinforma lis-segretarju ġenerali tal-Ġnus Magħquda.", "Qiegħed ngħid dan kollu għaliex din hija t-tielet konvenzjoni li għandha x'taqsam mal-ġarr tal-merkanzija.", "L-ewwel waħda saret fl-1890 fejn kien hemm ir-regoli li għandhom x'jaqsmu mal-ġarr tal-merkanzija bil-ferrovija.", "Imbagħad fl-1924 kien hemm il-konvenzjoni tal-ġarr tal-merkanzija bil-baħar u fl-1929 kienet saret il-konvenzjoni ta' Varsavja - li għadha tiġi applikata sal-lum - dwar it-trasport tal-merkanzija bl-ajru.", "Imbagħad ix- xogħol fuq din il-konvenzjoni li qegħdin nitkellmu fuqha llum beda fl-1948, u ġiet iffirmata fl-1956.", "Hemm protokoll li Malta se tirratifika wkoll u li se jgħin il-ħolqien u l-użu ta' nota ta' konsenja elettronika.", "Din qiegħda ssir bl-assistenza ta' l-istitut internazzjonali ta' l- unifikazzjoni tad-dritt privat.", "Sur President, naħseb li għedt dak kollu li kelli ngħid dwar din il- konvenzjoni u ma naħsibx li għandha tqajjem xi kontroversji partikolari.", "Din hija konvenzjoni li se ssolvi diversi kwestjonjiet li jistgħu jinqalgħu minn żmien għal żmien fil-ġarr stradali tal-merkanzija.", "Aħna niddependu ħafna mill-ġarr stradali tal-merkanzija, u din il-konvenzjoni se tagħtina l- opportunita` li nikkodifikaw ir-regoli tagħna li għandhom x'jaqsmu mal-ġarr stradali tal-merkanzija.", "Għaldaqstant nirrikkmanda dan l-abbozz ta' liġi għall-approvazzjoni ta' din il-Kamra għaliex fih se noħolqu regoli li se jkunu armonizzati għal kulħadd.", "Fl-aħħar seduta kont għedt li wieħed mill- vantaġġi ta' dawn il-konvenzjonijiet huwa li f'oqsma tad-dritt internazzjonali privat se nikkodifikaw regoli li qabel ma kinux jeżistu f'pajjiżna.", "Insemmi b'mod partikolari li d-dritt internazzjonali privat aħna qatt ma konna kkodifikajnieh u allura konna niddependu mill-common law Ingliża.", "Fil-fatt għandna regola ħalli fejn ikollna xi loophole fil-liġijiet tagħna nkunu nistgħu nagħmlu riferenza għar-regoli tal-common law.", "Filwaqt li nirratifikaw dawn il-konvenzjonijiet u bil-mod il-mod nadottaw direttivi u regolamenti li ħarġu mill-Unjoni Ewropea, aħna se nibdew nikkodifikaw dawn ir-regoli.", "Din hija xi ħaġa tajba għaliex altru li trid toqgħod tfittex is- sentenzi tal-qrati Ingliżi u altru li jkollok liġi tiegħek li tista' tagħmel riferenza għaliha.", "Ħalli nsemmi eżempju żgħir.", "M'ilux f'dan il- parlament għaddejna konvenzjoni simili fuq il-kuntratti in ġenerali, ir- Rome 1 u r-Rome 2 convention.", "Din hija konvenzjoni bejn l-istati membri ta' l-Unjoni Ewropea dwar liema regoli tad-dritt internazzjonali privat għandhom japplikaw fil-każ tal-kuntratti.", "Xahar ilu fl-Unjoni Ewropea approvajna regoli ġodda dwar id-dritt internazzjonali privat li għandhom x'jaqsmu mal-proper law of tort, jiġifieri meta jinħolqu danni minn azzjoni doluża jew minn azzjoni negliġenti.", "Eżempju ta' dan huwa meta xi ħadd itajjar lil xi ħadd u fih ikun hemm element barrani.", "Jiġifieri jista' ikollok il-karrozza reġistrata f'post, il-vittma f'post ieħor u dak li qiegħed isuq ikun min post ieħor.", "Allura f'dak il-każ liema liġi se tapplika?", "Dawn id-direttivi ta' l-Unjoni Ewropea jagħmlulek klassifika ta' liema liġijiet tapplika u f'liema ċirkostanzi japplikaw meta jkollok dan il- konflitt ta' liġijiet.", "Mela l-ewwel bdejna bil-kuntratti u issa mxejna għall-kawżi tat-tort, delitti u kważi delitti.", "Hawnhekk qegħdin dejjem nitkellmu mil-lat ċivili, meta l-konsegwenzi ta' danni ċivili jkunu ġejjin minn att doluż jew minn att ta' negliġenza u mhux kontrattwali.", "Allura b'din il-konvenzjoni se nibdew insolvu l-problemi tad-dritt internazzjonali privat li għandu x'jaqsam mal-ġarr stradali tal-merkanzija.", "U bil-mod il- mod jista' jkun li jasal iż-żmien fejn bħalma għandna diversi kodiċijiet, nibdew niġbru r-regoli li għandhom x'jaqsmu mad-dritt internazzjonali privat f'oqsma differenti u nqegħduhom taħt saqaf legali wieħed.", "Għalfejn qiegħed ngħidu dan?", "Dan għaliex issa għall-kuntratti għandna r-regoli ta' l-Unjoni Ewropea, għal danni li m'humiex ġejjin mill-kuntratti għandna sett ieħor ta' regoli u għall-ġarr stradali ta' merkanzija għandna sett ieħor ta' regoli li joħorġu minn din il-liġi.", "Per eżempju, fil-każ taż-żwieġ għandna l-liġi taż-żwieġ li tgħidlek liema liġi għandek tapplika f'dak il-każ.", "Fir-rigward tal-formalitajiet tal- kuntratt taż-żwieġ tapplika l-liġi ta' fejn ikun sar iż-żwieġ.", "Fir-rigward tal-forma għandek il-post fejn tiżżewweġ u għar-rigward tas-sustanza, jiġifieri fuq jekk iż-żwieġ huwiex validu jew le, għandek il-liġijiet li jvarjaw minn pajjiż għall-ieħor.", "Aħna jista' ikollna liġijiet fuq l- annullament taż-żwieġ li ma japplikawx għall-postijiet oħrajn.", "Allura hemmhekk tapplika l-liġi tad-domiċilju tal-partijiet, jiġifieri fejn il- konjuġi jkunu waqqfu r-residenza tagħhom.", "Allura jista' jagħti l-każ li bħalma fil-każ tal-kodiċi ċivili fejn oriġinarjament kienu liġijiet differenti u mbagħad ikkodifikajnihom, hekk ukoll jista' jasal iż-żmien fejn nibdew nimlew aktar dan il-vojt li għandna dwar x'liġi għandha tapplika f'oqsma differenti tal-liġi tagħna.", "Għalhekk nistgħu naslu fi żmien li nikkodifikaw taħt saqaf legali wieħed dawn ir-regoli differenti tal-private international law.", "Għalissa, sakemm dik il-ġurnata tisbaħ fuq ix-xenarju legali Malti, għandna nikkuntentaw ruħna li nagħmlu liġijiet separati għall-kwestjonijiet separati, kif fil- fatt qegħdin nagħmlu f'dan il-każ.", "Għalhekk nixtieq nirrakkomanda dan l- abbozz ta' liġi għall-approvazzjoni tal-Kamra.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Charles Buhagiar.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Sur President, illum għandna quddiemna liġi li hija maħsuba sabiex tirratifika l-Convention on the Contract for the International Carriage of Goods by Road (Il-Konvenzjoni CMR).", "Hawnhekk mhux se noqgħod nidħol fl-aspett legali ta' din il-konvenzjoni imma se nitkellem daqxejn b'mod tekniku u se ngħid x'qaluli diversi stakeholders fil-qasam tal-ġarr tal-merkanzija f'Malta li jiena kkonsultajt magħhom.", "Is- CMR hija konvenzjoni li permezz tagħha dak li jkun ikollu sett ta' dokumentazzjoni li jekk isegwihom minn meta titlaq il-merkanzija sakemm tasal għand l-aġent, din tista' tillimita l-liability li jista' ikollu l- freight forwarder waqt il-vjaġġ ta' l-istess merkanzija.", "F'Malta sal-lum ma kellniex din il-liġi u waħda mill-affarijiet li qaluli n- nies li jaħdmu f'dan il-qasam huwa proprju għalfejn pajjiżna dam daqshekk sabiex jirratifika din il-konvenzjoni.", "Irrid ngħid mill-ewwel li hija konvenzjoni tajba, l-aktar għalina li nistgħu ngħidu li nimportaw kollox lejn pajjiżna.", "Din il-konvenzjoni tgħodd ukoll għall-esportazzjoni u m'hijiex marbuta biss ma' l-importazzjoni.", "Issa ħafna mill-affarijiet li nimportaw f'pajjiżna jiġu bil-baħar u allura, ladarba aħna qegħdin f'sitwazzjoni fejn niddependu totalment fuq l-importazzjoni u l- esportazzjoni, din trid tiġi mwassla fil-post tad-destinazzjoni tagħha permezz tat-trailers.", "U għalhekk wieħed kien jippretendi li konvenzjoni bħal din kienet se tiġi rratifikata aktar qabel.", "L-oppożizzjoni Laburista taqbel mar-ratifika ta' din il-konvenzjoni u għaldaqstant se tivvota favur tagħha.", "Sur President, aħna se nivvotaw favur din il-konvenzjoni għaliex hija xi ħaġa li se tgħin lill-industrija in ġenerali u se tgħin b'mod speċjali lill- industrija tal-freight forwarders ta' pajjiżna.", "Issa s-sitwazzjoni hija din.", "Jekk ma jkollniex ir-ratifika ta' din il-konvenzjoni u jkun hemm xi ħadd li jibgħat xi merkanzija f'Malta, u meta tasal Malta din il-merkanzija jkollha xi ħsara jew ikun hemm xi partijiet minnha li tiġi misruqa, iċ- ċansijiet huma li l-aġent ifittex lill-freight forwarder tiegħu għal ħlas tad-danni.", "Bħal dawn kellna każijiet ġewwa Malta fejn il-freight forwarder ġie mfittex għad-danni minħabba li kien hemm xi ħsara u dan ġie mġiegħel mill-qorti sabiex iħallas il-ħsarat kollha li tkun ġarrbet il-merkanzija.", "Għalhekk permezz tar-ratifika ta' din il-konvenzjoni se nillimitaw id-danni fuq il-freight forwarder.", "Il-konvenzjoni tillimita d-danni li wieħed jista' jitlob f'każ li jkun hemm ħsara fuq xi merkanzija li tinġieb f'Malta u din hija xi ħaġa importanti ħafna.", "Naturalment dan ma jfissirx li jekk ikun hemm id-danni l-aġent ma jistax jinxurja kontra tagħhom.", "Sal-lum il-ġurnata l-aġenti f'Malta ma kienu jinxurjaw xejn – jew ftit wisq - għaliex kienu jafu li jekk se jsofru d-danni huma setgħu jfittxu lill-freight forwarder u dan ikollu jħallas għad-danni kollha li tkun ġarrbet dik il-merkanzija.", "Din fl-opinjoni tiegħi m'hijiex xi ħaġa ġusta għaliex ħafna drabi l-ħsara lanqas tkun tort tal-freight forwarder.", "Għaldaqstant nerġa' ngħid li din hija liġi tajba għaliex se tillimita d-danni lill-kumpanniji Maltin.", "Irrid ngħid ukoll li din il-liġi tapplika biss għal dawk li huma loose goods, jiġifieri dik il- merkanzija li tinġieb bit-trailers u mhux bil-containers.", "Kif għedt din il-liġi ma tapplikax għal merkanzija li tinġieb f'Malta bil- containers u naħseb li hemm bżonn li nagħmlu xi ħaġa simili anke f'dan il- każ.", "Meta jiġi container f'pajjiżna jkollu l-bill of lading li huwa dokument li fuqu jkollu mniżżel x'hemm f'dak il-container.", "Madankollu sal- lum il-ġurnata pajjiżna għad m'għandux liġi fuqha.", "Ovvjament teżisti konvenzjoni - li aħna għadna ma rratifikajniex - li tagħti protezzjoni f'każ bħal dak, u għalhekk nixtieq inħeġġeġ lill-gvern sabiex ma jieqafx biss fuq din il-liġi tajba li tipproteġi l-merkanzija li tiġi bit-trailers u bit-trakkijiet imma mmexxu 'l quddiem ukoll dik il-konvenzjoni li tipproteġi lil min iġib il-merkanzija bil-containers.", "Illum il-ġurnata nafu li ħafna mill-merkanzija li tiġi f'Malta tiġi wkoll bil-containers, u allura huwa importanti li l-istess tip ta' protezzjoni tajba li qegħdin nagħtu b'din il-konvenzjoni nagħtuha wkoll lil min iġib il-merkanzija tiegħu fil-containers.", "Għalhekk nerġa' inħeġġeġ lill-gvern sabiex jirratifika wkoll il-konvenzjoni li tkopri l-ġarr tal-merkanzija fil- containers, li kif għedt aktar qabel, hija xi ħaġa li f'Malta għad m'għandniex.", "Mela llum aħna qegħdin f'sitwazzjoni fejn il-merkanzija kollha - kemm li nimportaw u kemm", "li nesportaw - tiġi fil-maġġoranza kbira tagħha permezz tal-baħar u mbagħad tiġi trasportata lejn id-destinazzjoni tagħha permezz tat-trailers jew tal- containers.", "Għaldaqstant huwa importanti ħafna li mhux biss ikollna din il- konvenzjoni tajba imma anke li jkollna operat tajjeb fil-portijiet tagħna.", "Issa waħda mill-concerns personali tiegħi hija l-mod ta' kif qegħdin nipprivatizzaw il-portijiet u l-ajruport ta' Malta.", "Kif nafu f'pajjiżna kollox jidħol permezz tal-portijiet u l-ajruport.", "Illum il-ġurnata spiċċajna tajna l-freeport b'kuntratt lil kumpannija Franċiża, tajna l- management tal-Port il-Kbir lil kumpannija Maltija b'interessi barranin u l- operat ta' l-airport huwa f'idejn kumpannija Awstrijaka b'interessi Maltin ukoll.", "Sakemm għandek regolatur fuq dawn l-operaturi kollox sew.", "Il- problema qiegħda fil-freeport, fejn m'għandekx regolatur fuq dak li jiġri hemmhekk.", "Il-Malta maritime authority qed tirregola x'jiġri fil-portijiet tagħna, imma ġol freeport ma tapplikax.", "Dan jinkwetani ftit għax aħna rridu naraw li dawn in-nodes strateġiċi ta' pajjiżna nużawhom bl-aħjar mod.", "Jien nieħu pjaċir u nawgura lil dawk li ħadu l-operat u l-management tal- Port il-Kbir għax fil-kuntratt tagħhom hemm li se jnaqqsu l-ispejjeż sabiex tinġieb il-merkanzija f'Malta.", "Jalla jkun hekk, għax jekk ikun hekk inkunu nistgħu nimportaw l-affarijiet b'irħas u jalla li, jekk jiġri hekk, is- savings li jsiru jgħaddu lill-konsumatur.", "Dan hu l-importanti.", "Inutli li aħna nnaqqsu l-fees biex nimportaw, imma mbagħad il-prezz għall-konsumatur jibqa' l-istess għax inkella s-savings li jsiru mhux se jgawdi l-konsumatur minnhom.", "Irridu noqogħdu attenti u għalhekk għedt li r-regolatur huwa importanti għax huwa jirregola biex jara li ma jsirux ċerti manuvri li ma jkollniex kontroll fuqhom.", "Aħna nafu d-diffikultajiet li jinħolqu meta jkollok management barrani tal-portijiet u ta' l-airport, kif ġara ġewwa l- airport ta' Malta.", "Nafu l-fees li ġew introdotti mill-MIA li mhux qed iħalluna nkunu kompetittivi.", "Dan l-aħħar mort nixtri biljett ta' l-ajru għal Londra għat-tifla tiegħi.", "Dan qam Lm120, Lm60 minnhom għall-flight u Lm60 taxxi, u parti mis-Lm60 taxxi huma tariffi ta' l-MIA.", "Kif jista' jkun inġibu t-turisti f'pajjiżna meta qed ngħabbuhom b'dawn it-taxxi kollha?", "Veru li t-turist ma jibdiex il-vjaġġ tiegħu minn Malta u allura d-departure tax ta' Lm20 ma jħallashiex - aħna l-Maltin sfortunatament inħallsuha - imma xorta jibqagħlu jħallas Lm40 oħra fuq il-biljett.", "Aħna kif qatt", "nistgħu nkunu kompetittivi?", "U għalhekk huwa importanti li jkollna regolatur.", "Din hija l-problema kbira li hemm fuq il-low cost airlines, għax għalkemm il-flight hija low cost, it-taxxi jridu jħallsuhom xorta.", "Lm60 flight għal Londra m'hijiex daqshekk għolja, issir għolja meta tibda tgħodd it-taxxi fuqha.", "Jeħtieġ ikollna regolatur serju għax dawn huma n-nodes li jistgħu joħonqulna l-ekonomija tagħna.", "Jekk ma nagħrfux nirregolaw tajjeb fil- portijiet u fl-airport tagħna tista' ssirilna ħafna ħsara ekonomikament.", "Meta jibdew jidħlu ċerti tariffi u ħlasijiet bilfors jogħlew is-servizzi.", "Fil-każ tas-servizzi ta' l-airport jogħla l-prezz tal-biljett biex tidħol persuna f'Malta, kemm Maltija u kemm barranija.", "Dawn huma affarijiet li rridu nevitaw.", "Tajjeb li jsiru r-riformi, imma rridu noqogħdu attenti li r- riformi jkunu regolati tajjeb u għaldaqstant hemm bżonn ir-regolatur.", "Għalhekk jinkwetani l-mod kif issir il-privatizzazzjoni, b'mod partikolari kif sar fil-freeport.", "Hemmhekk għandna l-problemi.", "Anke fil-Port il-Kbir jeżistu problemi għax illum il-ġurnata tajna parti sostanzjali minnu lil dan il-consortium il-ġdid li daħal biex jopera u jimmaniġġja l-merkanzija fil-port tagħna, li hija tajba.", "Għandna parti mill- Port il-Kbir mogħtija lil Viset li qed tagħmel il-cruiseliner terminal u qed tieħu ħsieb il-cruiseliners li jiġu Malta, imbagħad għandek il- mollijiet li jintużaw mill-katamaran li jiġi minn Sqallija.", "Hawnhekk għandna problema għax din il-kumpannija bdiet topera b'katamaran ħafna akbar milli kien qatt qabel u issa qed tinġieb anke l-merkanzija permezz tal-katamaran.", "Allura hawnhekk hemm daqsxejn konflitt għax għandek kumpannija li ngħatat l-operat u l-immaniġġjar tal-port, imma naħseb li din – I stand to be corrected fuqha, forsi l-ministru jista' jilluminana – ma tistax tikkontrolla t-trailers u t-trakkijiet tal-merkanzija li jiġu fuq il- katamaran.", "Dawk jidħlu fil-parti fejn hemm it-terminal tal-passiġġieri u jibqgħu ħerġin.", "Allura hemmhekk għandek dawn it-tip ta' problemi li rridu naraw min hu responsabbli għalihom.", "Forsi għandha tidħol il-Malta maritime authority biex tara x'jista' jsir ħalli dawn it-tip ta' problemi jiġu solvuti.", "Il-Port il-Kbir għandu ħafna potenzjal.", "Veru kien hemm żmien meta l- potenzjal tiegħu naqas peress li nfetaħ il-freeport u meta ħafna merkanzija bdiet tiġi containerised kienet tmur il-freeport.", "M'hemm l-ebda raġuni għaliex il-containers m'għandhomx jidħlu fil-Port il-Kbir.", "Safejn naf jien fl-agreement li għandu l-freeport ma hemmx li kull container li jidħol Malta jrid imur il-freeport.", "Jiġifieri jista' jagħti l-każ li jidħlu containers fil-Port il-Kbir ukoll jekk isiru l-cranes biex iniżżlu l- containers minn fuq il-vapuri li jidħlu fil-Port il-Kbir.", "Imma apparti dan, ħafna mill-merkanzija li qed tidħol Malta issa qed tmur il-freeport.", "Fil-passat il-Port il-Kbir tagħna kellu rwol importanti ħafna għall-vapuri navali li kienu jiġu hawnhekk, l-aktar tas-servizzi Ingliżi.", "Meta telqu minn Malta s-servizzi Ingliżi dak l-użu spiċċa bħalma naqas ukoll l-użu tal- Port il-Kbar bħala l-port fejn tidħol il-merkanzija kollha li tidħol Malta.", "Qabel il-merkanzija kollha li kienet tidħol Malta kienet tidħol fil-Port il-Kbir.", "Illum il-ġurnata irridu naraw kif se niżviluppaw dan il-port biex nirrealizzaw il-potenzjal kbir li għandu.", "Fi żmien gvern Laburista ta' l-1996/98 ġew varati diversi proġetti fil-Port il-Kbir li qed isiru u għad hemm ħafna xogħol xi jsir fil-Port il-Kbir.", "Sar il-proġett tal-cruiseliner terminal li kien varat mill-gvern Laburista.", "Nieħu pjaċir li dan il-proġett wasal fl-aħħar tiegħu u għallinqas dawk il- vapuri navali tal-forzi Brittaniċi li kienu jidħlu hawn Malta illum qed jiġu replaced bil-vapuri tat-turisti.", "Sar il-proġett tal-Kottonera fil- Port il-Kbir fejn illum hemm il-yacht marina u l-affarijiet l-oħra li qed isiru, u tajjeb ukoll li dan isir hemmhekk.", "Irrid ngħid li fil-proġett tal- Kottonera għad fadal ħafna u ħafna xi jsir għar-raġuni li dak li sar s'issa hija l-marina – li huwa tajjeb li ssir hemmhekk, u kienet proprju proposta li kien għamel il-gvern Laburista fl-1998 – pero` mbagħad saret il-parti spekulattiva, il-parti tal-bini ta' l-appartamenti u l-konverżjoni ta' bini eżistenti f'casino`.", "Jien naħseb li hemm bżonn li ssir ukoll il-parti produttiva tal-proġett, jiġifieri li jsir ir-restawr meħtieġ f'dak il-bini arkitettoniku u storiku tant sabiħ li għandna fil-waterfront tal-Birgu u li jinstab użu addattat għalih.", "Jiġifieri anke hemmhekk hemm proġett li jrid isir.", "Proprju llum kont qed naqra ġurnal li fih il-ministru Mugliett ġie rrapporat li qal li anke fuq il-proġett tal-Baċir numru 1 f'Bormla mexjin 'il quddiem, u semma li l-gvern qed ikollu diskussjonijiet fuqu ma' consortium partikolari.", "Jalla naslu għax dik hija area li ma gawdiet xejn xejn mill-proġett tal-Kottonera kif sar sal-lum.", "Dak li sar fil-proġett tal- Kottonera sal-lum m'hu tal-Kottonera xejn, imma huwa proġett tal-Birgu għax waterfront tal-Birgu sar s'issa, imma l-hinterland, Bormla u anke l-Isla, ma gawdew xejn mill-proġett li sar.", "Allura huwa importanti ħafna li jsir il-proġett tal- Baċir numru 1 ħalli anke Bormla tibbenefika mill-proġetti li qed isiru fil- Port il-Kbir.", "Hemm ħafna iktar x'isir, u jiddispjaċini li ċerti proġetti jiġu mħabbra b'tant fanfarra u mbagħad ma jsir xejn dwarhom.", "Per eżempju, il-ministru Zammit Dimech kien ħabbar il-famuż proġett tal-lift li ried isir biex jgħaqqad il-cruiseliner terminal mal-Barrakka ta' Fuq.", "Qalilna kemm hu importanti li jsir dan il-proġett – u veru huwa importanti li jsir il-lift għax jeħtieġ li jkun hemm il-connection minn mal-baħar għaċ-ċentru tal-Belt – iżda ħarġet it-tender u ħadd ma wera interess fiha.", "Jien jiddispjaċini meta l-gvern ikun ilu tant iħabbar proġett u jgħid kemm hemm nies interessati fih u mbagħad ma jsir xejn!", "Imma issa drajna.", "Proġett ieħor li kellu jsir li b'xi mod huwa konness ukoll mal-cruiseliner terminal huwa l-proġett tal-park and ride u s-sistema ta' l-immaniġġjar tat- traffiku ġewwa l-Belt u l-Furjana.", "Iżda ma nafx x'sar minnu.", "L-aħħar darba li staqsejt fuqu f'dan il-parlament ġejt informat mill-ministru li hemm kwestjoni fuq xi tenders li nħarġu u hemm xi appell għadu għaddej.", "Dan il-proġett kellu jibda jaħdem f'Mejju li għadda u ma sar xejn dwaru.", "X'hemm ħażin?", "Għaliex qed jiġri dan?", "Aħna rridu nifhmu li aħna m'aħniex waħedna fid-dinja, imma għandna l-kompetizzjoni u ma jistax ikun li nippermettu li proġetti li jistgħu jkunu tajbin inħalluhom hekk, qisu ma ġara xejn għax ħaddieħor qed jarma għalina.", "Ħaddieħor beda warajna u llum għaddiena f'dak li qegħdin nagħmlu.", "Irridu nifhmu minn fejn hi ġejja l- kompetizzjoni, allura huwa importanti li nagħtu kas li l-proġetti mhux biss inħabbruhom imma nagħmluhom, u nagħmluhom fiż-żmien li ngħidu li se nagħmluhom.", "Il-proġett tal-park and ride u t-traffic management schemes ġewwa l-Belt u l-Furjana li tħabbar b'tant fanfarra u tant qajjem kontroversja kellu jibda, imma nafux x'ġara minnu.", "Ma sar xejn.", "Kultant jien naħseb li dawn it-tip ta' proġetti jiġu mħabbra mill-gvern tal-ġurnata biex noħolqu messa in scena u mbagħad ma jiġri xejn.", "Din ġrat ħafna drabi.", "Ġrat fuq il- proġett tas-sit ta' l-opera house ukoll.", "Waħda mill-affarijiet li qal kif laħaq prim ministru l-Onor.", "Lawrence Gonzi kienet li wieħed mill-aims prinċipali tiegħu huwa li jagħmel il-proġett ta' l-opera house.", "Kien għamel press conference flimkien mal-ministru Mugliett biex ivaraw dan il- proġett u ma smajna xejn aktar fuqu.", "Dawn l-affarijiet itellfu l- kredibilita` tan-nies fil-gvern tal-ġurnata.", "L-isfortuna hija li dan il- gvern jgħid li se jagħmel ħafna affarijiet imma ftit jew xejn jagħmel.", "Din hija l-isfortuna!", "Mhux għax m'hemmx xi jsir.", "Kemm hemm xi jsir!", "Hemm ħafna u ħafna xi jsir.", "Imma ejja nagħmluhom l-affarijiet!!", "Nieħdu proġett ieħor li jinvolvi ħafna l-Port il-Kbir, il-proġett Connections li għalija kien il-qofol ta' dak kollu li qed isir fil-Port il- Kbir u l-Port ta' Marsamxett, għax kien maħsub biex jgħaqqad iż-żewġ portijiet permezz ta' mina minn taħt is-swar li tgħaqqad Marsamxett mal- Port il-Kbir.", "Dan huwa proġett validu ħafna għax, kif inhi s-sistema llum, jekk trid tmur bil-baħar minn Tas-Sliema għall-Belt trid toħroġ 'il barra mill-port, iddur mal-breakwater u terġa' tidħol.", "Allura f'każ ta' maltemp ma taħdimx, ma toħroġx 'il barra mill-port biex tmur minn port għall-ieħor.", "Mentri jekk ikollok din il-famuża mina li se tgħaqqad naħa m'oħra ma jkollokx għalfejn toħroġ mill-portijiet u jkollok sistema alternattiva tat- trasport minn naħa għall-oħra tal-portijiet tagħna li tagħmel ħafna sens.", "Illum hemm massa ta' nies fl-inħawi ta' Tas-Sliema, hemm massa ta' nies oħra, bħalma dejjem kien hemm, fin-naħa tal-Port il-Kbir u qed tgħaqqadhom flimkien.", "Qed tressaq lejn xulxin u tagħmilha faċli li bniedem jivvjaġġa minn port għall-ieħor.", "Din hija sistema alternattiva ta' trasport li żgur ma toħloqlokx problemi ta' tniġġis ta' l-arja għax hija sistema ta' trasport bil-baħar.", "Għaliex dawn l-affarijiet tant importanti ma mmexxuhomx 'il quddiem?", "Possibbli ma nifhmux l-importanza tagħhom?", "B'din is-sistema tagħmilha ħafna iktar faċli għal persuna minn Tas-Sliema biex tmur f'wine bar ġewwa l-Birgu.", "Illum il-Birgu qed jiżviluppa ħafna, qed jinfetħu ħafna restaurants u wine bars u qed imorru 'l hemmhekk ħafna nies li qabel kif issemmilhom il-Birgu jgħidulek \"Jaqq!", "Lanqas biss naf fejn qiegħed!\"", "Jien mill-Birgu u naf x'qiegħed ngħid.", "Illum ħafna nies qed jiffrekwentaw il-Birgu għax fehmu l- karattru ta' dak il-post.", "Naħseb li l-Birgu huwa wieħed mill-iktar postijiet indaf u miżmum fi stat tajjeb li hawn f'Malta.", "U hawnhekk ngħid prosit lill-kunsill lokali tal-Birgu.", "Allura għandek ċertu investiment dieħel hemmhekk.", "Jien naf nies min-naħat ta' Tas-Sliema u San Ġiljan li jmorru fil-wine bars tal-Birgu.", "Kieku kellhom sistema ta' trasport bil- baħar li twassalhom minn naħa għall-oħra f'ħames minuti, ibqa' ċert li jużawha għax fil-Birgu hemm problema kbira tal-parkeġġ.", "Donnu l-gvern ma jridx jifhem il-problema tal-parkeġġ li hemm fil-Birgu.", "Issa qed issir it-triq li tagħti għall-moll ta' Sant'Anġlu, dik il-parti fejn qed isir il-proġett tal-Kottonera u qed ngħidu li meta titlesta mhux se jitħalla jsir parkeġġ matul din it-triq.", "Tajjeb, imma jista' xi ħadd jgħidli fejn se jipparkjaw il-karozzi issa.", "Suppost li kellu jsir car park proprju taħt Santa Margerita n-naħa ta' Bormla li kellu jingħaqad imbagħad mal-bqija tal-proġett tal-Kottonera.", "Iżda neħħejna l-parking li hemm fit- triq li qegħdin nagħmlu, u dan il-car park baqa' ma sarx.", "Jalla ssir it- triq għax jekk ma ssirx it-triq u ma jsirx il-landscaping u l-embellishment tal-waterfront hemmhekk se jibqa' qisu building site għal dejjem.", "Jiġifieri importanti li jsir ix-xogħol ta' l-embellishment li qed isir, imma mhux biżżejjed li nagħmlu dan.", "Kif jitlesta x-xogħol ta' l-embellishment li qed isir bħalissa se jitneħħa l-parkeġġ kollu li hemm hemmhekk.", "Jista' xi ħadd jgħidli fejn se jipparkjaw issa?", "Bniedem li għandu dgħajsa irmunkata ġol-marina tal- Kottonera kif se jagħmel biex jieħu l-affarijiet għal fuq id-dgħajsa tiegħu?", "Persuna li trid tmur fil-casino` jew ġo xi ħanut li għad jiftaħ hemm isfel, fejn se tipparkja?", "Għax il-parkeġġ se nneħħuh kollu.", "Tajjeb li nneħħuh, tifhimnix ħażin.", "M'iniex qed ngħid li m'għandniex inneħħuh, anzi ejja nneħħuh għax jien nemmen ħafna fil-pedestrianization, li jkollna areas li qegħdin biss għan-nies u nneħħu l-karozzi min-nofs.", "Imma rridu nipprovdu alternattivi!", "U waħda mill-alternattivi kienet proprju l- Connections project.", "Dan kien jipprovdi sistema fejn inti ma tużax il- karozza u allura m'għandekx bżonn il-parkeġġ, imma dan il-proġett m'għamiltuhx, ħallejtuh fuq l-ixkaffa, ma sar xejn dwaru, indifen!", "Tajjeb li nfakkar li dan ilu li tħabbar mill-1998, u llum għaddew tmien snin u ma smajna xejn dwaru iktar.", "L-idea li nqabbdu l-lift mill- cruiseliner terminal għall-Barrakka ta' Fuq hija biċċa żgħira mill-proġett Connections, imma hemm ħafna iktar xi jsir.", "Issa smajna li l-gvern se joħroġ offerti biex jiġi provdut servizz bil-baħar minn Tas-Sliema għall- Belt u għall-Kottonera, li huwa tajjeb.", "Imma ejjew nagħmlu l-affarijiet b'ċertu sens.", "Ejjew naraw l-istampa kollha, mhux narawha biċċa biċċa.", "Ħafna drabi tkun solvejt biċċa u ħloqt problema x'imkien ieħor.", "Kif diġa` għedt, tajjeb li jsir l-embellishment tal-waterfront tal-Kottonera, imma se toħloq problema tal-parkeġġ li mhix qed tkun indirizzata.", "Mal-Port il-Kbir hemm diversi proġetti oħrajn li jridu jsiru.", "Forsi wieħed mill-iktar proġetti li qed jibki biex isir huwa l-Forti Sant'Iermu li proprju jgħaqqad il-Port il-Kbir mal-Port ta' Marsamxett.", "L-area tiegħu hija wieħed minn kull ħamsa ta' l-area tal-Belt u qed inħalluh hemmhekk abbandunat, qed jaqa' biċċiet minkejja li matul iż-żmenijiet kien hemm diversi żviluppaturi, anke barranin, li wrew interess li jiżviluppawh.", "Kienu lesti jinvestu miljuni kbar ta' liri biex jiżviluppaw il-Forti Sant'Iermu, imma l- gvern deherlu li din m'għandniex nagħmluha.", "Hemmhekk għandna ġojjell ieħor li hemm bżonn issir xi ħaġa jekk aħna verament nemmnu li l-belt kapitali tagħna trid tiġi rijabilitata.", "Ma tistax tirrijabilita biss il-parti ta' fuq tal-Belt u l-parti t'isfel ma tirrijabilitahiex.", "Fuq kollox il-Belt Valletta m'hijiex xi belt daqstant kbira bħalma hemm barra minn Malta.", "Il- Belt tagħna hija prattikament żgħira meta mqabbla ma' skala ta' pajjiżi oħrajn u m'hemmx raġuni għalfejn m'għandniex nirrijabilitawha kollha.", "Ejja nimmaġinaw li l-Forti Sant'Iermu jiġi rijabilitat u nsibulu użu addattat u min-naħa l-oħra jiġi rijabilitat is-sit tat-teatru rjal u dak kollu li hemm fin-nofs - Strada Rjali għall-grazzja t'Alla llum tinsab fi stat mhux ħażin għalkemm hemm bżonn ta' manteniment anke fuqha - ara kemm nagħtuha ħajja mill-ġdid lill-Belt!", "Jien nemmen ħafna li l-Belt għandna nagħtuha l-ħajja, imma nagħtuha l-ħajja billi ninvestu fiha, mhux billi nitkellmu dwarha.", "Hija ħaġa faċli li titkellem!", "Kulħadd ikollu ideat sbieħ x'għandna nagħmlu u x'm'għandniex nagħmlu.", "Id-diffikulta` hija li inti tittrasforma l-ideat li jkollok għall-azzjoni li trid tittieħed biex twassal għar-riżultat!", "Bħalma għedt qabel, il-gvern u l-ministri tiegħu jitkellmu fuq ħafna proġetti sbieħ, imma effettivament x'qegħdin nagħmlu?", "Effettivament m'aħna qed nagħmlu xejn!", "Qed nagħmlu proġetti li kienu ġew varati bejn l-1996 u l- 1998 mill-gvern Laburista u l-ebda proġett ġdid ma ġie varat mill-gvern Nazzjonalista f'dawn l-aħħar tmien snin.", "Liema huma l-proġetti li qegħdin nagħmlu?", "Il-cruiseliner terminal għadu għaddej sal-lum, il-proġett tal- Kottonera li għadu għaddej sal-lum, u l-proġett ta' Manoel Island li għadu għaddej sal-lum.", "Dawn il-proġetti kollha ġew varati bejn l-1996 u l-1998.", "Proġett wieħed ġdid ta' gvern Nazzjonalista ma sarx.", "Sar ħafna diskors fuq proġetti li se jsiru, imma mbagħad l-ebda proġett ma mmaterjalizza ruħu.", "Mhux talli ħafna proġetti ma sarux, talli kien hemm proġetti li tħabbru li bdew qabel l-1996 u sal-lum għadhom m'humiex lesti.", "Insemmi l-famuż sptar Mater Dei u l-mollijiet taċ-Ċirkewwa.", "Dawn bdew qabel l-1996 u sal-lum, 10 snin wara - wieħed minnhom kważi 14-il sena wara - għadhom m'humiex lesti.", "Mr Speaker, hawn nerġa' ntenni l-urġenza.", "Dan il-pajjiż donnu qed jgħix f'dinja għalih.", "Irridu nifhmu li aħna mdawrin b'pajjiżi li qed jiżviluppaw b'rata mgħaġġla u aħna qegħdin bil-qiegħda nparlaw bejnietna u on the ground ma jsir xejn.", "Sadanittant qed nitilfu mill-market share tagħna f'dak li huwa turiżmu, qed nitilfu ħafna minn dak li għandna llum, għax jekk ma tirranġahx jiddeterjora.", "Qegħdin nitkellmu bejnietna u nibqgħu nistennew u mbagħad neħduha bi kbira li n-numru ta' turisti f'dan il-pajjiż qatt ma jiżdied.", "Kif jista' jiżdied in-numru tat-turisti jekk ma jsirx investiment?", "Jekk aħna nemmnu f'dak li ngħidu, li dan il-pajjiż irridu nġibuh 'il quddiem, irridu nagħmlu dak li hemm bżonn li nagħmlu u mhux inparlaw biss.", "Il-kliem jiġi faċli, imma mbagħad trid tagħmel l-affarijiet li hemm bżonn isiru biex dak li qed tgħid li trid tagħmel tagħmlu.", "Din hija t-trademark ta' dan il-gvern Nazzjonalista.", "Jitkellmu ħafna imma ma jagħmlu xejn, jew inkella jekk jagħmlu tant jagħmluh bil-mod li jispiċċaw jitilfu l-benefiċċju ta' dak li jkunu qed jagħmlu!", "Hawnhekk nappella lill- ministru, għax il-ministru huwa nkarigat ukoll mill-proġetti, li fejn jidħlu proġetti li huma ta' fejda għal pajjiżna għandna nagħtuhom l- importanza li hemm bżonn.", "Ejjew nagħmlu dawn il-proġetti u jridu jsiru f'time frame relattivament qasir, mhux li ma jispiċċa qatt.", "Bħalma għedt qabel il-liġi li għandna quddiemna hija liġi teknika u l- oppożizzjoni Laburista se tivvota favur tagħha.", "M'aħniex kontra din il- liġi assolutament, u nittama li bħalma tressqet din il-liġi biex tinkorpora l-konvenzjoni dwar il-Kuntratt għall-ġarr stradali internazzjonali ta' merkanzija, titressaq ukoll il-liġi dwar il-konvenzjoni li tirrigwardja l- goods li jinġiebu bil-containers f'Malta.", "Din hija liġi importanti għax tgħin ukoll lill-industrija f'pajjiżna.", "Grazzi.", "Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Joe Debono Grech.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Mr Speaker, smajt b'attenzjoni kemm lill-ministru tal-ġustizzja kif ukoll lill-Onor.", "Buhagiar.", "Kif qal il-kollega tiegħi, dawn il-liġijiet li għandhom x'jaqsmu mal-ġarr stradali ta' merkanzija huma tajbin, imma rridu nifhmu li l-parti l-kbira ta' l-Ewropa hija magħquda.", "Sakemm għandek l-art ma ssib l-ebda diffikulta`, imma meta niġu għall-biċċa baħar li hemm bejna u l-Ewropa, kif se tipprovdi għal dan din il-liġi?", "Jien ma smajtx lill-ministru jitkellem fuq dan.", "Mr Speaker, jien niftakar iż-żmien qabel ma daħlu t-trailers u l-containers meta l-merkanzija kienet tiġi kollha sfuża.", "Qabel flok il-liġi li għandna llum kien ikun hemm il-manifest bid-deskrizzjoni ta' l-affarijiet li kien jiġi ffirmat minn barra qabel ma jitlaq il-vapur.", "Meta jasal għand l-aġent hawnhekk kien jgħaddih lill-Malta Landing, li mbagħad saret in-National Cargo, u minn hemm jieħu ħsieb il-burdnar jew l-aġent innifsu.", "Dak iż- żmien, meta l-merkanzija kienet tiġi sfuża, xorta kellek dritt li tfittex jekk issib l-affarijiet neqsin.", "Illum qegħdin iwaħħlu fin-nies tax-xatt li l-ispejjeż kienu jogħlew, li m'hu veru xejn, għax ħafna drabi l-aġent kien ikun bniedem li jieħu biss ir-responsabbilta` tal-merkanizja sakemm qiegħda x-xatt, imbagħad kien ikollok il-foreman u n-nies tax-xatt li jqassmuha.", "F'din il-liġi ma ssemma xejn x'se jiġri min-nies tax-xatt.", "Naħseb li b'din il-liġi se jibqa' għaddej kollox għax, kif qal il-kollega tiegħi, dak li jiġi bil-vapur well and good, imma dak li se jiġi bil-katamaran x'se jiġri minnu?", "Issa ta' min se tkun ir-responsabilita`?", "Jekk fhimtu tajjeb, il-ministru qal li l-ewwel irid jiffirma min bagħat il-merkanzija, imbagħad min jirċievi biex jittrasporta u meta tasal hawn irid jiffirma min irċieva, u x'irċieva.", "Fit-teorija din hija sistema tajba imma meta niġu għall-fatti x'se jiġri mir-responsabbilta`?", "Hija ħaġa sabiħa li ngħidu li jekk xi ħadd jibgħatlek xi ħaġa nieqsa inti għandek dritt tfittxu fil-qorti Franċiża jew fil-qorti Ingliża.", "Imma ara xi spejjeż se tidħol fihom meta tfittex lil dawn!", "Għandi nifhem li dawn l-affarijiet ikunu koperti bl-insurance, kif dejjem kienu koperti, kemm meta l-merkanzija kienet tiġi sfuża, jiġifieri ġol-kaxxi u mbagħad trid toqgħod tfittex il-marki ta' min huma u jiġu ppustjati, kemm meta bdew jiġu bil-pallet sħiħ, u kemm meta bdew jiġu bil- container.", "Meta x-xogħol kien jiġi sfuż xorta kien ikun hemm ir- responsabbilta` ta' min jibgħat u min jirċievi, u fin-nofs ma kien ikun responsabbli ħadd.", "Il-burdnar kien ikun responsabbli biss x'jiġbor, x'tagħtih u x'jasal għand l-aġent, imbagħad l-aġent jieħu ħsieb iqassam.", "Dik kienet is-sistema.", "Illum meta jkun ġej bit-trailer, sakemm jgħaddi minn pajjiż għal ieħor li huma konnessi bl-art m'hemm l-ebda diffikulta`, imma meta se jintuża l- vapur, għandek responabbilta` oħra.", "X'jiġri meta tasal il-merkanzija u nsib li dak li suppost bagħtli ma jkunx hemm jew inkella li dak li bagħtli mhux tajjeb u allura nkun irrid infittex u dawn l-affarijiet?", "Dawn il- konvenzjonijiet huma kollha tajbin fuq il-karti imma meta naraw l-effett reali tagħhom, ma naħsibx li aħna se niġu covered bihom.", "Jiena mhux qed ngħid li l-liġi hi ħażina imma fil-prattika x'se jiġri?", "Min se jkun dak li fl-aħħar mill-aħħar se jkun responsabbli?", "Qabel l-aġent kien jircievi f'isem l-importaturi, pero` issa l-aġent se jkun dak responsabbli.", "Aħna rridu nifhmu li f'pajjiżna ma nimportawx il-kwantita` li jimportaw pajjiżi akbar minna, u f'pajjiżna ftit hawn importaturi li jġibu container jew tnejn għax fil-maġġoranza tal-każi, container jitgħabba b'merkanzija differenti għal aġenti differenti.", "Barra minn Malta, trailer imur minn post għal ieħor u l-merkanzija kollha tat-trailer tkun ta' aġent wieħed u mhux bħal Malta, fejn parti mill-merkanzija tmur għand wieħed u parti oħra tmur għand l-ieħor.", "Dan jiġri għax kieku jiġi għal aġent wieħed biss, il- prezz ikun ħafna aktar għoli.", "Kif staqsa l-Onor.", "Buhagiar, din kif se taffettwa lill-konsumatur?", "Il-gvern neħħa l-Cargo Handling għax qal li minħabba fiha, il-prezzijiet kienu għoljin u minflokha ġiet kumpannija oħra li se tieħu l-istess nies u li se jkollha l-istess prezzijiet.", "Jiena ma nafx min se jieħu ħsieb l-affarijiet issa għax qabel kienet f'idejn il-gvern u l-union, u llum din hi privata.", "L- airport ipprivatizzajnieh ukoll, imma billi għamilna hekk ma raħas xejn, anzi għolew l-affarijiet bit-taxxi kollha li dan il-gvern daħħal fuq is- safar.", "Issa qed jagħmel l-istess.", "Qabad kumpannija tax-xatt, ħadha lill- union u taha lill-privat biex b'hekk tan-naħa l-oħra joqogħdu jieħdu pjaċir iġibu fil-gazzetti li l-union tilfet din u tilfet l-oħra.", "Meta fi żmien gvern Laburista konna ffirmajna kuntratt ta' ħames snin mal-union għax il- kuntratt l-ieħor kien skada, il-gazzetti tgħidx kemm qalulna li missna nistħu fuq dan.", "Imma issa dan il-gvern taha għal tletin jew erbgħin sena.", "Sur President, nerġa' nistaqsi: B'din il-liġi li għamilna, se jorħsu l- affarijiet?", "Jekk se jorħsu, tajjeb.", "Imma ma naħsibx li se jorħsu għaliex ħadd m'hu miġnun li se jieħu kumpannija u jraħħas fuq li jkun hemm.", "Meta l- privat jieħu over, jgħolli Sur President.", "Rajna x'ġara fl-airport fejn għollew l-affarijiet u llum biex issiefer teħel aktar taxxi milli jiswa l- passaġġ!", "Sur President, issa 'l quddiem se jkollna awtorita` għax-xatt u biex tgħix din trid tagħmel it-taxxi hi wkoll, u dan ifisser li bħalma ġralna l-airport, se jiġrilna ġol-port.", "Anke s-Sea Malta spiċċat u flokha ġiet kumpannija oħra li biha suppost l-affarijiet kellhom jorħsu, imma llum sar aktar għoli biex iġġib container milli meta kienet topera s-Sea Malta.", "Dan qed jiġri għax kumpannija privata bilfors hekk trid timxi.", "Apparti hekk, bdew jirredikolaw lill-oppożizzjoni għax qalu li l-vapur ma jiswa xejn għaliex huwa scrap, imma imbagħad rajna li dak li qalilna li l-vapur huwa scrap beda jiġġieled għaliex ried jixtrih hu!", "Issa hawnhekk qed niddiskutu din il-liġi tat-trasport bl-art li hija tajba, għax li jgħodd għall-Ewropa jgħodd għalina wkoll, imma jiena nixtieq nistaqsi xi ħaġa.", "Allura issa l-burdnar se jibqa' tiela' biż-żiemel b'kollox jew se jiġi l-karettun biss u imbagħad ikun hawn iż-żiemel hawnhekk?", "Qed nistaqsi dan għax issa mhux se jkun hemm uffiċċju jew dwana.", "Allura ż-żiemel se jibqa' dieħel b'kollox?", "Jekk nieħdu każ ta' wieħed li jkun ġie overland mill-Ingilterra u jibqa' ġej Malta bil-katamaran, dan jibqa' sejjer dritt għand l-aġent?", "Allura l-burdnar Malti x'se jiġri minnu?", "Jien nixtieq inkun dan għaliex qabel kien jiġi t-trailer u jkollu l- burdnar Malti jistennieh hawnhekk u jtellgħu hu.", "Allura issa x'se jiġri min- nies tax-xatt, u kif se jiġu involuti?", "Se jispiċċaw bil-mod il-mod u niġu bil-liġi ta' qabel l-1955 li jmexxi l-foreman u l-aġent?", "Dawn l- affarijiet ħadd ma jafhom, Sur President.", "Dan ifisser li kollox se jiġi f'idejn l-aġent u jibda jirregola hu?", "Ejja nitkellmu ċar, l-aġent se jispiċċa wkoll?", "Għax jekk se jibqgħu deħlin dawn it-trailers, se jibqgħu deħlin b'kollox!", "Sur President, huma dawn l-affarijiet li rridu naraw, kif se jintlaqtu n- nies tax-xatt u kif se jintlaqtu l-konsumaturi.", "Jekk tgħiduli li l- konsumatur se jgawdi, well and good, imma s'issa mill-kumpanniji kollha li għaddew taħt il-privat, mill-ebda waħda minnhom ma gawda l-konsumatur, anzi l-konsumatur mar minn taħt.", "Kemm se jibqgħu jkunu involuti n-nies tax-xatt b'din?", "Għax dawn se jinqatgħu barra awtomatikament, jekk mhux illum, għada, għaliex meta l-Unjoni Ewropea għamlet din il-liġi – forsi hawnhekk qed nidħol ftit fejn ma nifhimx – għamlitha biex dawn jiġu obsolete.", "It- trasport li jsir bejn pajjiżi fl-Ewropa ma jgħaddix mid-dwana.", "Jien qatt ma rajt l-ebda trailer jieqaf u jaraw x'għandu u x'ma għandux, u allura bilfors nistaqsi x'se jiġri min-nies tax-xatt u dawk li għandhom x'jaqsmu mal-ġarr tal-merkanzija.", "Il-GWU ġiet mgħajjra li ma ħaditx ħsieb il-ħaddiema tal-Cargo Handling u huma ħaduhom magħhom b'garanzija ta' xogħol għal tliet snin.", "Għaliex?", "Għax fi tliet snin issir l-elezzjoni u imbagħad jibdew jgħidulhom li jekk jitla' l-gvern Laburista jkeċċuhom.", "X'se jiġri min-nies li jitħallsu mix-xatt?", "Se niġu bil-liġi tal-ġungla ta' l-1955 fejn il-foreman kien jagħżel lil ċertu nies u dawk biss igawdu?", "Mhux imbilli tgħiduli li dan għandu dritt ifittex jew ma jfittix u jmur il-Qorti, għax jekk dan jagħmel kawża u jitlifha, min se jħallas?", "Mhux il-konsumatur!", "Dawn huma affarijiet li lill-poplu Malti rridu ngħiduhomlu għaliex meta tara l-liġi, din tidher sabiħa ħafna imma xorta fiha t-toqob.", "Jekk per eżempju hemm aġent li mporta tletin kaxxa u dawn forsi jiswew Lm200 u ma waslux, allura dan sejjer jiftaħ kawża ġo Franza u jħallas Lm2,000 biex iġib lura Lm300?!", "Imma jekk ma jagħmilx hekk, xorta jitlifhom it-Lm300, u mingħand min taħsbu li se jġibhom, jekk mhux mingħand il-konsumatur?", "La qegħdin fl-Unjoni Ewropea rridu ndaħħlu dawn il- liġijiet, imma rridu naraw kif dawn se jaffettwawna, għaliex ħadd m'għadu spjegalna kif din il-liġi se taffettwa lill-poplu Malti.", "Sur President, peress li fil-każ ta' Malta container se jkollu l-merkanzija ta' diversi importaturi, allura dak li jibgħat il-merkanzija u l-carrier se jkollhom xi 20 karta, u dawn responsabbli tagħhom kollha.", "Sa hawn well and good.", "Imbagħad min jirċievi jrid jgħid jekk il-merkanzija hix tajba jew le u jibgħat il-karta, u sadanittant dak li jibgħat il-merkanzija hu responsabbli sakemm tasal din il-merkanzija.", "Imma l-merkanzija ma tieqafx il-freeport għax it-trailer jibqa' dieħel u jinfetaħ diversi drabi għal diversi importaturi.", "Allura jekk jinstab xi ħaġa nieqsa meta jkun qed jinfetaħ l-aħħar darba, il-liġi tgħid x'isir f'dak il-każ?", "Għax s'issa kull m'għidna hu x'jiġri f'każ li container ikun ta' importatur wieħed.", "Jingħad ukoll f'din il-liġi li jekk il-merkanzija ma tasalx fi żmien xahar, ix- xogħol ikun intilef.", "Dan x'jiġifieri?", "Biex jintilef ix-xogħol, irid jintilef it-trakk b'kollox!", "Kif jista' jintilef trakk?", "Mela dan labra?!", "Jiena għandi domanda oħra.", "Meta qed ngħidu \"trasport bl-art\", qed nirreferu għat-trakkijiet biss jew anke għall-ferroviji li jġorru l-merkanzija?", "Jekk jien inġib l-affarijiet bil-baħar biss, min se jkun responsabbli u min se jżommhomli dawn?", "Dawn huma affarijiet li ħadd m'hu qed jgħidhomlu lill- poplu Malti.", "Dan l-istess bħal dak li se jiġri bil-coaches.", "Illum qrajna li se ssir riforma ta' l-EU fuq it-trasport, u coach jista' jiġi fuq il- katamaran u jibqa' dieħel Malta bit-turisti.", "Għaliex?", "Għaliex aħna għandna dritt imorru hemm bil-coaches tagħna u nagħmlu l-istess.", "(Interruzzjonijiet) Mhux b'din il-liġi, b'li ġejja warajha!", "(Interruzzjonijiet) Skużi daqsxejn, inti sifirt u nafu li dawn huma l- liġijiet ta' l-Ewropa.", "(Interruzzjonijiet) Qed narahom telgħin jien, wieħed wara l-ieħor!", "U ejja ma ndaħħqux nies!", "Issa aħna nistgħu nagħmlu dawn l- affarijiet?", "Għandna karozzi li lanqas huma tajbin għal Malta, aħseb u ara biex titla' bihom Sqallija u tibqa' tiela'!", "Uħud minnhom anqas biss għaddew mit-testijiet ta' barra u spiċċajna ġibnihom second hand hawnhekk!", "Għalfejn noqogħdu nidku bin-nies?", "Kif għidt, din il-liġi hi tajba imma jeħtieġ naraw kif se taffettwa lin-nies tax-xatt u kif se taffettwa lill- konsumatur għaliex jien minn dawn l-aktar li jinteressani.", "Forsi tgħidli: Mela n-nies tax-xatt se jibqgħu jaħdmu in aeternum?", "Mhux hekk għidtulhom!", "Li mil-liġijiet m'hu se jinbidel xejn!", "S'issa rajna li dan m'hu veru xejn, Sur President.", "Rajna kif fil-każ tal-Cargo Handling ingħad li ħadd m'hu se jitlef ix- xogħol, pero` l-garanzija ta' xogħol ingħatat għal tliet snin biss.", "Allura x'se jiġri minnhom dawn il-ħaddiema wara li jgħaddu dawn it-tliet snin?", "Issa billi l-kumpanija flok qegħda f'idejn il-union, qegħda f'idejn xi ħadd ieħor, taħsbu li l-prezzijiet se jorħsu?", "Jekk jagħmlu hekk ngħidilhom imġienen!", "Taħsbu li l-kumpannija barranija m'għamlitx is-somom tagħha?", "Taħsbu li din se tieħu l-impjegati u daħlet għal din ir-responsabbilta` kollha u imbagħad se traħħas?", "Anke meta tajna l-airport lill-Awstrijaċi hekk għidna, imma araw issa ċ-charges li hemm fl-airport!", "Din il-kumpannija tant hi qammiela li lanqas assistenza ma tagħti lil membru parlamentari!", "U jekk ma tafuhiex din, jiddispjaċini.", "Meta l-airport kien tal-gvern dawn l-affarijiet ma kinux isiru u xorta l- gvern kien jaqla' l-flus, imma issa dawk il-flus qed imorru l-Awstrija.", "Illum anqas lill-membri parlamentari ma jagħtu assistenza u bil-wiċċ tost kollu ssib manager u tgħid: Ħalluhom, tagħtux kashom, itfgħuhom wara!", "Addiritura wasalna f'assurdita` li din il-ġimgħa jiġi l-Isqof ta' Għawdex – li meta kont ministru jiena kont tajtu d-dritt li jgħaddi mill-VVIP – u x- xufier tiegħu keċċewh 'l barra u mar ħuħ jilqgħu u keċċewh 'l barra ukoll!", "Kif tista' din il-manager tmur tgħidilhom dan il-ħmieġ?", "Qaltilhom: Tistgħu ġġibu lill-ministri kollha għax hawn jien nikkmanda.", "F'din l-estremita` wasalna!", "Mhux sew li dawn qed jirfsu fuqna.", "Naħseb li ħadd ma jippretendiha hawn ġew, imma imbagħad ma jistax ikun li jġibu ruħhom b'dan il-mod.", "Sur President, jien nitlob il-protezzjoni tiegħek biex il-ministru responsabbli mill-airport jara x'inhu jiġri ġo l-airport, u mhux noqogħdu ngħidu li din hija kumpannija privata u ma jindaħlilha ħadd.", "L-airport irid jgħaddi minnu kulħadd u l-gvern Malti hu responsabbli minnu, hu ta' min hu!", "Qed ngħidha minn hawn din, Sur President.", "Is-sigurta` ta' l-airport hi f'idejn il-gvern Malti u membru parlamentari jippreżenta lill-poplu Malti u ħadd m'għandu jimsaħ saqajh fih!", "Jista' jkun li għada se naraw ittri fil- gazzetti jistaqsu x'qed nippretendi, imma la jien u anqas sħabi miż-żewġ naħat tal-Kamra m'aħna qed nippretendu xejn ħlief li ma nibqgħux naqilgħu fuq wiċċna ġo l-airport.", "Xbajna naqilgħu fuq wiċċna!", "Qed jimsħu saqajhom bina biex dan li ġie mill-Awstrija jurina li hu jikkmanda f'Malta.", "Hekk ġejna, Sur President, il-barranin jimsħu saqajhom bina ġo pajjiżna!", "Nagħlaq billi nerġa' nistaqsi żewġ affarijiet; x'se jiġri bil-ħaddiema tax- xatt u jekk hux veru li din il-miżura se twassal biex jorħsu l-affarijiet?", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO (Segretarju Parlamentari): Sur President, din il- leġislazzjoni fiha nfisha m'għandhiex toħloq spejjeż żejda għall- konsumaturi għaliex din il-leġislazzjoni fiha nfisha qiegħda tpoġġi bil- miktub proċeduri li ħafna minnhom diġa` huma wżati fil-ħajja ta' kuljum ta' kull min qiegħed fin-negozju.", "Il-viċi prim ministru u l-ministru tal- ġustizzja u intern fetaħ dan id-dibattitu billi spjega b'mod tekniku din il- leġislazzjoni li qed tpoġġi fis-seħħ konvenzjoni li tirregola l-carriage of goods by road u tipprovdi l-proċeduri li kif diġa` għidt, fl-aħħar mill- aħħar ma jagħmlu xejn ħlief jikkonfermaw dak li jsir kuljum fid-dinja tal- kummerċ.", "Jiena li ilni involut fil-proċess ta' l-importazzjoni għal 25 sena minħabba fin-negozju, ma nistax ngħid li hawnhekk hawn xi ħaġa ġdida jew xi ħaġa li ma kontx nafha.", "Allura fiha nnifisha din il-leġislazzjoni m'hijiex qed toħloq spiża żejda lill-konsumatur.", "L-Onor.", "Joe Debono Grech kien qed jistaqsi kif din il-leġislazzjoni se tolqot lill-konsumatur jekk xi aġent jew importatur jitlef kawża, u jkun irid jiġbor il-flus lura minn fuq il-konsumatur.", "Huwa veru l-konsumatur fl- aħħar mill-aħħar irid iħallas għall-ispejjeż kollha li jsiru f'kull biċċa negozju minn meta jibda jsir il-prodott sakemm dan jiġi mwassal id-dar tal- konsumatur.", "Ma nistgħux noħolmu u ngħidu li f'xi ħin jew ieħor se jkun hemm xi proċedura jew xi leġislazzjoni li se tiffranka lill-konsumatur xi spiża li tkun seħħet, u għalhekk huwa importanti li l-gvern jara li kemm jista' jkun inraħħsu l-ispejjeż li maż-żmien ġew introdotti minn entitajiet differenti anke biex inkunu iżjed kompetittivi.", "Sur President, jiena nifhem lill-Onor.", "Joe Debono Grech li kien qed jgħid li ma rridux immorru lura għas-snin 50 meta l-foreman kien jagħżel hu min jiekol fost in-nies tax- xatt, u anqas jiena ma rrid li naslu f'ċirkostanza fejn x'imkien ikun hemm xi inġustizzja ma' xi ħaddieħor li jkun involut f'xi proċess.", "Pero` rridu naraw ukoll fiex wasslitna s-sistema li daħlet wara s-snin 50 u li daħħalha l-gvern Laburista.", "Irridu nifhmu li fil-proċess ta' ħatt u tagħbija f'dan il-pajjiż, gvern wara l-ieħor raw kif joħolqu x-xogħol lin-nies li jiġru warajhom, u ma tawx każ ta' xi spiża kienu qed iżidu fuq l-attivita` kummerċjali, spejjeż li imbagħad għaddew fuq il-konsumaturi.", "Dan ifisser li d-deċiżjoni in kwestjoni tal-gvern meta kien ministru l-Onor.", "Joe Debono Grech, fl-aħħar mill-aħħar ħallsu għaliha l-konsumaturi Maltin.", "Fortunatament illum il- politika m'għadhiex ibbażata fuq l-ideoloġija imma saret politika tas-suq, u dan il-pajjiż hu miftuħ aktar minn qatt qabel u għalhekk anke l-istess partit Nazzjonalista fil-gvern irid jiddeċiedi b'mod totalment differenti minn kif iddeċieda hu stess numru ta' snin ilu.", "Il-partit Laburista jrid jew ma jridx, illum jew għada jrid jinqata' mill-passat tiegħu u jrid jibda jiddeċiedi b'mod differenti minn kif qed jgħid li se jiddeċiedi kieku kellu jkun fil-gvern bħalissa, għax illum il-ġurnata l-ekonomija tas-suq taqtgħek mill-ideoloġija.", "Issa jekk dan huwiex tajjeb jew ħażin inkunu nafu 15-il sena oħra bħalma jiena issa qed nikkumenta fuq x'ġara 20 sena ilu, u mhux se nikkummenta fuq l-istorja għax ħin x'naħli dwar dan m'għandix.", "Ejjew ngħidu li dawk kienu deċiżjonijiet meħudin fl-aħjar interess tal-pajjiż skond kif konna naħsbu f'dak iż-żmien, pero` llum nafu li l-affarijiet inbidlu u dak li kien tajjeb 20 sena ilu m'għadux tajjeb illum, u allura rridu nbiddlu l- affarijiet Sur President.", "Issa ma nafx jekk ux se nerġgħu mmorru lura bil- ħaddiema jagħżilhom il-foreman.", "Jalla li le, imma rridu naslu li nieħdu ċerti riskji u ma nibqgħux ankrati fil-passat.", "X'kien il-konsumatur ilbieraħ u x'inhu llum huwa qasam totalment differenti.", "Kif trid isir il- politika llum u kif saret ilbieraħ hija mentalita` totalment differenti.", "Li huwa żgur u li jien persważ minnu hu li ma jistax ikollna nies li jagħmlu l- politika u jkunu preġudikati kontra min qiegħed fin-negozju.", "Meta ngħid nies li jagħmlu l-politika, mhux qed nirreferi biss għal politiċi ġewwa din il-Kamra imma anke għan-nies li jmexxu l-entitajiet u l- aġenziji governattivi.", "Per eżempju, hawnhekk nista' nsemmi wkoll il- business to business għax kif mexjin l-affarijiet issa l-entita` governattiva se tkun biss ir-regolatur, u se jkun il-business to business li jirregola l-proċeduri l-ġodda ta' kif negozju jirregola negozju ieħor.", "Issa se jkollna kumpannija privata li taħdem ma' numru ta' kumpanniji privati, u anke hawnhekk ilkoll kemm aħna rridu nġorru l-istess piż, u l- istess piż ifisser li għandna obbligu li niffaċilitaw il-ħajja lil min qiegħed fin-negozju biex jagħmel in-negozju tiegħu aħjar u jkun negozju sostenibbli.", "Jiena nistenna li l-kumpannija l-ġdida li se tieħu over il- handling tal-port ma tkunx kumpannija li tagħmel il-qligħ akkost ta' kollox, għax inkella għada pitgħada lanqas ikollha cargo handling x'tagħmel.", "Il-kuxjenza soċjali ma jistax iġorrha l-politiku biss imma jrid iġorrha iżjed u iżjed dak l-imprenditur li qed jiġi fdat b'responsabbilta` mhux biss kummerċjali imma anke soċjali.", "Ir-rwol tar-regolatur huwa dak li jara li l-imprenditur li se jkun qed imexxi u jimmaniġja l-port, fl-aħħar mill-aħħar jaqsam mal-gvern ir- responsabbilta` li dan il-pajjiż inġibuh kompetittiv.", "Id-dmir soċjali li dan il-pajjiż nagħmluh kompetittiv m'huwiex tal-gvern biss imma huwa wkoll id-dmir ta' l-imprendituri kollha, nkluż il-burdnara.", "Dan id-dmir soċjali nista' ngħidlu li hu a hidden cost, imma ċertament li hu sustainable cost.", "Jekk l-imprendituri m'humiex se jirrispettaw dan id-dmir soċjali, allura kull min qiegħed fin-negozju jkun qed jirrovina lill-istess negozju.", "Għaldaqstant huwa importanti li naraw il-proċeduri tal-ġurnata tal-lum fid- dimensjoni ta' kif qed issir l-attivita` kummerċjali fil-preżent.", "L- attivita` kummerċjali fil-preżent hija attivita` kummerċjali miftuħa, hija parti mill-market economy li l-politika qed tħares lejha, u l-aħjar partit politiku li jiġi fdat biex ikompli jmexxi dan il-pajjiż jew jibda jmexxi dan il-pajjiż huwa dak il-partit politiku li se jkun kapaċi jikkonvinċi lill-elettorat Malti li jekk hu jmexxi, il-pajjiż se jkun kapaċi joħloq dik il-fiduċja meħtieġa biex l-attivita` kummerċjali f'dan il-pajjiż tkun tista' tirrendi aktar kemm f'dik li hija esportazzjoni, għax minnha indaħħlu l-valuta estera, u b'hekk inżidu r-riżervi u pajjiżna jissaħħaħ finanzjarjament, u kemm f'dik li hija attivita` kummerċjali lokali.", "Għaldaqstant huwa importanti li nħarsu lejn din il-leġislazzjoni mhux bħala leġislazzjoni li rridu niddiskutuha u napprovawha f'dan il-Parlament għax hekk qed jitlob xi ħadd, imma għax hemm il-ħtieġa li din il-leġislazzjoni nagħmluha u nħaddmuha bl-aħjar mod possibbli.", "Sur President, min se jħaddem din il-leġislazzjoni ma jridx ikun preġudikat kontra l-operatur kummerċjali għax ma nistgħux naħdmu bil-mentalita` li r-regolatur u l-operatur qishom il-qattus u l-ġurdien.", "Sur President, aħna għandna uffiċjali minn diversi entitajiet li għax huma regolaturi, fejn imorru jridu jħarrku, inkella ma jkunux kuntenti!", "Bħallikieku iżjed ma jħarrku, iżjed qed juru li qed jagħmlu dmirhom!", "Jidher li fl-enforcement authorities li għandna f'dan il- pajjiż, hawn din it-tip ta' mentalita`.", "Allaħares naslu f'ċirkostanza fejn ngħidu li rridu nikbru ekonomikament f'dan il-pajjiż u nibqgħu naħsbu li nistgħu nagħmlu dan billi nħarrku lil min immorru biex nirregolaw!", "Nerġa' ntenni, Sur President, li din il-leġislazzjoni m'għandhiex toħloq spejjeż addizzjonali la għall-carrier, la għall-imprenditur u ovvjament lanqas għall-konsumatur.", "Bħala operatur f'dan il-qasam, ngħid ukoll li ħafna minn dawn il-proċeduri li qed jissemmew f'din il-leġislazzjoni diġa` ilhom jintużaw, u huma l-ordni tal-ġurnata għal kull min jimporta il- merkanzija tiegħu.", "Apparti hekk, il-liġi tagħna tobbliga lill-burdnara tagħna jimmaniġġjaw huma l-ħatt tal-merkanzija minn fuq il-vapuri meta dawn jiġu ġol-containers jew trailers.", "Dan ifisser li ħafna aġenti barranin tal- containers jew tat-trailers għandhom aġenti Maltin, u dan ifisser li l-ebda operatur barrani m'hu se jiġi Malta jekk f'Malta m'għandux xi ħadd li jaħdem miegħu bħala partner.", "Jiġifieri anke kieku kellha tiġi coach bit- turisti, din m'hijiex ġejja waħedha għax it-tour operator ikollu l-aġent tiegħu f'Malta.", "Dan ifisser li l-Malti x'imkien huwa involut u l-ebda barrani m'hu se jiġi waħdu mingħajr aġent ibbażat f'Malti.", "Ħa nieħu per eżempju l-importazzjoni tal-ħaxix.", "F'Malta għandna numru żgħir ta' bdiewa li qegħdin jimportaw il-ħaxix biex jikkompetu ma' min qed ikabbar il-ħaxix f'Malta.", "Jekk forsi dawn m'humiex bdiewa, huma wlied il- bdiewa jew xi ħadd li ġej minn dak il-qasam, li sal-bieraħ kien qed ikabbar il-ħaxix f'Malta u issa beda jġib minn barra.", "Huwa l-Malti li jiċħad il- Malti!", "Jiġifieri meta nisimgħu li xi ħadd barrani ġie Malta biex jieħu x- xogħol, mill-esperjenza li għandi s'issa, jidher li ma ġie l-ebda barrani jekk warajh ma kienx hemm xi Malti jew Għawdxi li ġabu f'Malta biex jieħu x- xogħol tal-Maltin.", "Wara kull barrani hemm Malti, u wara kull trailer u coach barrani hemm l-aġent Malti.", "Hu importanti li nirrealizzaw li n- negozju m'għadux dak li kien ilbieraħ.", "Illum 90% tal-ħwienet li għandna f'Malta jittrasportaw u jimportaw huma stess il-merkanzija lejn pajjiżna, u qed nuża l-kelma \"jittrasportaw\" għaliex meta ġġib il-merkanzija mill- Unjoni Ewropea ma tkunx qed timporta imma tkun qed tittrasporta lejn Malta.", "Iva, Sur President, 90% - u din hi ċifra konservattiva – ta' l-attivita` kummerċjali hawn Malta timporta hi stess il-prodotti li tbiegħ, speċjalment fis-settur tal-ħwejjeġ, ta' l-għodda u ta' l-għamara.", "Sur President, l-ispejjeż qed jiżdiedu wkoll, għaliex meta negozjant isiefer biex jixtri, il-kwantita` li jixtri hi tant żgħira li l-prezz li jħallas ma jkunx l-aħjar prezz possibbli li bih jista' jinxtara dak il- prodott, u għandna ħafna negozjanti, inkluż tal-Monti, li jsiefru u jimportaw kwantita` żgħira ta' prodotti li tkun biżżejjed biex isostnu n- negozju tagħhom u li tkun differenti minn tal-kompetizzjoni.", "Dan hu pożittiv sa ċertu punt, imma qed iwassal biex ikollna prezzijiet ogħla għax meta tixtri kwantitajiet żgħar, min ibiegħlek ma jtikx l-aħjar prezz.", "Allura jirriżulta li l-prezzijiet Maltin ikunu ogħla minn dawk barranin għax negozjant barrani jixtri kwantitajiet akbar u jġib prezz aħjar mill- produttur.", "B'hekk in-negozjant Malti qed ikollu added cost.", "Hija realta` wkoll li llum il-ġurnata l-merkanzija t-tajba li tiġi minn barra tinbiegħ bi prezz għoli.", "Ovvjament", "dawn huma kollha raġunijiet għalfejn il-merkanzija qiegħda togħla.", "Sur President, nagħlaq l-intervent tiegħi b'dan il-ħsieb li anke esprimejtu f'konferenza ta' l-electrical goods importers fejn kien hemm anke uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea u ta' l-importaturi ewlenin ta' l-electrical goods fl- Unjoni Ewropea.", "Ħafna drabi jiena nara kontradizzjoni bejn id-direttivi ta' l-Unjoni Ewropea li joħorġu biex jassiguraw ċertu kwalita` fil-prodotti u l- freedom of movements of goods fejn container jew trailer jista' jibqa' dieħel f'pajjiż mingħajr ma jiġi ċċekkjat.", "Qed ngħid dan għaliex aħna ma nistgħux inkunu ċerti mill-kwalita` tal-prodotti fis-suq tagħna jekk tlifna il-mekkaniżmu li permezz tiegħu nistgħu nivverifikaw x'merkanzija qed tidħol u jekk dik il-merkanzija hijiex up to standard.", "Jalla li 'l quddiem inkompli jkollna fejn nistgħu nitkellmu dwar dan, u ngħid ukoll li anke bħala Unjoni Ewropea xi darba xi ħaġa trid issir, għaliex ma jistax ikollok direttivi li jitolbu element ta' superviżjoni u fl-istess ħin ikollok il- freedom of movement li jimplika nuqqas ta' l-istess superviżjoni.", "S'issa qed nara li dawn id-direttivi u l-policies l-oħrajn li qed joħorġu, mhux qegħdin ikunu kompatibbli.", "Fl-aħħar mill-aħħar, din it-tip ta' leġislazzjoni qiegħda tikkonsolida kondizzjonijiet fit-trasport tal-merkanzija biex b'hekk dak li forsi kien qed isir imma ma kienx miktub, illum jinkiteb u jsir b'mod aktar formali.", "F'din il-leġislazzjoni hemm aktar protezzjoni għall-carrier u għall- operatur kummerċjali li jkun qed juża dak il-carrier.", "Jalla li l-attivita` kummerċjali f'dan il-pajjiż tkompli tikber.", "Jekk wieħed iħares lejn il- quarterly report jinnota li l-importazzjoni bejn l-2004 u l-2005 żdiedet, u dan ifisser li qed ikollna attivita` kummerċjali qawwija.", "Fil-fatt, l- importazzjoni fl- aħħar kwart ta' l-2005 telgħet għal Lm370 miljun minn Lm358 miljun fl-istess perjodu fis-sena 2004, għalkemm dan jinkludi ż-żieda drastika fil-fuel.", "Jekk tara dan f'termini ta' x'ħarġu flus mill-pajjiż, allura dan huwa aspett negattiv, imma jekk tara dan f'termini ta' xiri minn barra u bejgħ fis-suq lokali, allura hu aspett pożittiv ukoll.", "Dak li huwa żgur hu li rridu naraw li f'dan il-pajjiż ikollna l-aħjar business connections mas-suq Ewropew u mas-suq Għarbi biex dan il-pajjiż ikollu l- aħjar mekkaniżmi legali u l-aħjar strutturi kummerċjali biex ikun hub kummerċjali.", "Dan jista' jsir biss jekk aħna l-policy makers nippermettu li jkun hekk, u jeħtieġ li dan isir għax", "hi l-attivita` kummerċjali li toħloq l-impjiegi u mhux il-policy makers.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-Ministru jista' jgħaddi għall-winding up.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT (Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq): Sur President, nibda biex nirringrazzja lid-diversi kelliema fuq din il-liġi sabiex pajjiżna jkun jista' jilleġisla din il-konvenzjoni għal ġarr stradali ta' merkanzija.", "Il-kelliema esponew numru ta' fatturi f'din il- liġi u anke staqsew ċerti mistoqsijiet li wħud minnhom naħseb li tajjeb li jiġu mwieġba.", "L-ewwel nett din il-konvenzjoni tirregola l-mod kif isir il-ġarr stradali ta' merkanzija, għalkemm mhux bilfors li l-traġitt kollu jsir fuq it-triq.", "Apparti dan, qed nitkellmu fuq ġarr internazzjonali ta' merkanzija, u allura biex din il-konvenzjoni tidħol fis-seħħ irid ikollok żewġ pajjiżi li huma stati sovrani.", "Minkejja li għal pajjiżna, it-trasport internazzjonali iżjed għandu x'jaqsam ma' l-ajru jew il-baħar, pero` għall-ġarr tal- merkanzija, it-traġitt stradali huwa ta' importanza straordinarja għaliex żewġ terzi tal-merkanzija li tasal Malta tibda l-vjaġġ fuq it-triq.", "Għalhekk nixtieq nenfasizza li din il-liġi tapplika għall-ġarr kollu li jista' jsir fuq it-toroq inklużi trailers u semi-trailers, u mhux bilfors li t-traġitt kollu jkun fuq it-toroq imma jista' jkollu parti minnu fuq il- baħar.", "Nibda biex nirrispondi l-mistoqsija li għamel l-Onor.", "Charles Buhagiar fejn staqsa għalfejn domna daqshekk biex nagħmlu din il-liġi.", "L-ewwel nett ejja nżommu f'moħħna li anke f'dan is-settur, pajjiżna qiegħed jevolvi l-ħin kollu.", "F'dak li għandu x'jaqsam ma' traġitt internazzjonali ta' merkanzija, Malta hija attiva u għandha numru ta' international road hauliers.", "F'dan is- settur rajna ħafna żviluppi anke minħabba d-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, pero` xorta ma jistax ikun li f'pajjiż iddaħħal ħafna tibdil f'daqqa.", "Hawnhekk qed nirreferi għal żviluppi fl-international road hauliers licence u għall-mod kif ir-road licences tagħna f'dan ir-rigward kellhom jiġu in line ma' dak li jeżisti internazzjonalment.", "Hemm ukoll dak li jirrigwarda l-mod kif is-sewwieqa ta' dawn il-vetturi jirregolaw ruħhom minħabba r-resting time li jridu jagħmlu, u f'dan ir- rigward daħħalna fis-seħħ id-digital tacograph li jirrekordja l-ħin meta dawn jieqfu waqt li jkunu qed iġorru l-merkanzija.", "Għalhekk ma stajniex nagħmlu kollox f'daqqa, u apparti hekk aħna ridna l-ħin biex nitkellmu ma' dawn is-sewwieqa u nies oħra involuti f'dan is-settur, anke għaliex meta Malta kienet se tidħol fl-Unjoni Ewropea, kien hemm ċertu biża', u ovvjament wieħed ried jimxi pass pass.", "Hekk għamilna u dan is-settur ma sofriex skossi u anke sibna mod kif nissalvagwardjaw ix-xogħol ta' dawn il- ħaddiema b'ċertu kreattivita` u b'ċertu għaqal, u llum għandna settur li hu b'saħħtu u li qed jikber.", "Għalhekk dan hu ż-żmien opportun biex indaħħlu fis-seħħ konvenzjoni bħal din.", "Sur President, din il-konvenzjoni hi ta' relevanza għax tolqot l- esportatur, l-importatur u l-burdnar u toffri salvagwardji għal dak kollu li jista' jiġri fit-traġitt.", "Telenka wkoll id-drittijiet tal-partijiet u tgħid ukoll kif jistgħu jsiru l-proċeduri biex wieħed kemm jista' jkun ikun jevita r-riskji f'dawn it-traġitti.", "Kif għidt, hemm tliet partijiet involuti, min jibgħat, min jirċievi u min iġorr, u f'dan il-proċess tidħol il-consignment note li l-istess konvenzjoni tgħid kif trid issir u x'dettalji għandhom jingħataw.", "Għandu jkun hemm tliet kopji tal-consignment note u dawn irid ikollhom il-firem awtentiċi tal-partijiet kollha.", "L-ewwel kopja tinżamm minn min qed jibagħat, it-tieni kopja takkumpanja l- merkanzija u t-tielet kopja tinżamm minn dak li jkun qiegħed iġorr.", "Is- subartikli 1 u 2 ta' l-artiklu 6 jistabbilixxu d-dettalji kollha li għandu jkollha din il-consignment note, u din hi standard practice.", "Kif qal l-Onor.", "Joe Debono Grech dawn l-affarijiet ilhom iseħħu, pero` mhux dejjem bil-formalitajiet kollha, u forsi xi ħaġa li wieħed ma jkunx jaf hija li meta ma jsirux dawn il-formalitajiet kollha, dan ikun qed jitlef parti mid-drittijiet tiegħu.", "Allura hawnhekk għandna liġi li wieħed jista' jagħmel riferenza għaliha u jagħti parir lill-klijenti tiegħu dwar kif għandu jimxi u jimla' l-formoli meħtieġa.", "Din il-konvenzjoni tistabbilixxi r-responsabbiltajiet ta' min jibagħat anke jekk iħalli xi informazzjoni barra.", "F'artiklu 8 hemm l-obbligi ta' min iġorr fejn dan irid jivverifika li l-informazzjoni li għandu taqbel mal-merkanzija li qed iġorr u anke jara l-istat u l-kondizzjoni tal-merkanzija u l-packing tagħha.", "Issa nixtieq anke nirrispondi lill-Onor.", "Joe Debono Grech fejn qal li dan il-gvern m'hu qed jgħid xejn dwar x'sejjer jiġri mill-ħaddiema tax-xatt, bħallikieku din il-konvenzjoni se tbiddel xi ħaġa fil-proċedura ta' kif jaħdem dan is-settur.", "Kif għidt, Sur President, x'aktarx li din il- konvenzjoni m'hu se tbiddel xejn minn dak li jeżisti bħalissa.", "L-Onor.", "Debono Grech qed jgħid li jista' jkun li burdnar barrani jġib il-merkanzija Malta u flok ma joħodha burdnar Malti, il-burdnar barrani jibqa' tiela' biha fil-warehouse ta' l-importatur.", "Hawnhekk naħseb li l-Onor.", "Debono Grech ma rax artiklu fl-istess konvenzjoni li tgħidlek li carrier jista' jkollu anke aġenti tiegħu, u dawk l-aġenti jkollhom l-istess responsabbilta` daqs dak li qiegħed iġorr.", "Allura fil-każ ta' Malta, li jiġri hu li l-merkanzija titwassal fuq il- vapur minn burdnar internazzjonali – li ma jkollux liċenzja ta' burdnar lokali – u meta din tasal Malta, dawn iridu jqabbdu burdnar lokali, u anke dik il-parti tat-traġitt tidħol taħt ir-responsabbilta` tal-carriers skond din il-liġi.", "Dan ifisser li m'hawnx il-biża' li se ntellfu x-xogħol lill- burdnara lokali, u m'għandna l-ebda intenzjoni li nagħmlu dan.", "Dak li tistabbilixxi l-konvenzjoni huwa li nagħmlu dawn it-traġitti fuq livell ħafna iktar għoli ta' sigurta`.", "Ovvjament jeżistu ħafna traġitti fejn il- merkanzija nvoluta ma tkunx tali li wieħed iħoss il-bżonn ta' tant formalitajiet, pero` jista' jkollok merkanzija li tkun ta' valur kbir - bħal per eżempju fejn jidħlu prodotti ta' l-elettronika - u jkun fl- interess ta' kulħadd li jkollna dawn is-sistemi.", "Sur President, din il-konvenzjoni tittratta wkoll affarijiet oħrajn.", "Il- viċi prim ministru tkellem b'mod ġeneriku fuq il-konvenzjonijiet, u lili ġabruli ftit informazzjoni dwar l-isfond storiku ta' dawn il- konvenzjonijiet u kif żviluppaw.", "Il-ħsieb hu li dawn is-sistemi jkomplu jiġu żviluppati u rfinuti biex jirriflettu r-realtajiet tal-lum, u fil-fatt waħda mill-affarijiet li qed tkun ikkonsidrata hija li din il-consignment note ssir b'forma elettronika.", "Il-United Nations, il-UNIDO u l- International Transport Union qed jaħdmu flimkien biex ikollna din is- sistema.", "Kif qal l-Onor.", "Edwin Vassallo, illum jeħtieġ li jkollna sistemi business to business, u fil-fatt dik hija l-aktar ħaġa li rridu niffaċilitaw f'dan il-pajjiż, ghax jekk fis-sistemi tal-businesses tagħna ma tintużax l-għodda tal-lum, ħafna drabi nispiċċaw b'bottlenecks.", "Sur President, f'din il-konvenzjoni nsibu artikli varji dwar ir- responsabbiltajiet ta' min jibgħat u jġorr.", "L-artiklu 10 jindika r- responsabbilta` ta' min jibgħat il-merkanzija jekk tkun difettuża u artiklu 11 jittratta dwar dokumenti oħra.", "Ħafna drabi l-consignment note waħedha m'hijiex biżżejjed u l-merkanzija jkollha bżonn dokumenti oħra biex tiġi cleared mid-Dwana.", "Kif qal l-Onor.", "Edwin Vassallo, jekk il-merkanzija tkun ġejja mill-Unjoni Ewropea, din ma jkollhiex bżonn dawn id-dokumenti.", "Iżda għandna ħafna merkanzija li tkun ġejja minn pajjiżi terzi li jkollha bżonn dawn it-tip ta' dokumenti, u allura l-konvenzjoni tistabbilixxi li min ikun qed jibgħat irid jagħmel dokument għad-dispożizzjoni ta' min qed iġorr, u li min qed iġorr m'għandux ir-responsabbilta` li jivverifika l-eżattezza ta' dak li hemm miktub fuq il-consignment notes għax din taqa' fuq min joħroġ dawn id-dokumenti.", "Min-naħa l-oħra l-konvenzjoni tgħid li dak li jkun qed iġorr ikun liable jekk jitlef il-consignment notes u ħafna affarijiet oħrajn.", "S'intendi, jista' jseħħ tibdil fil-pjanijiet, u għalhekk il-ġarr ta' merkanzija jrid ikollu ċertu flexibility, u proprju minħabba f'hekk l-artiklu 12 jittratta dwar id-dritt ta' xi ħadd li jkun qed jibgħat il-merkanzija u f'nofs triq ibiddel il-consignee.", "Jekk b'dan it-tibdil il- burdnar jidħol fi spejjeż żejda, l-konvenzjoni tissalvagwardja d-dritt għal kumpens.", "Aħna li m'aħniex burdnara u l-ġarr tal-merkanzija m'huwiex il-business tagħna, forsi narawha teknika żżejjed din il-liġi daqs kemm tidħol fid- dettal, pero` kull min qiegħed f'dan is-settur, partikolarment jekk jaħdem fuq merkanzija ta' ċertu valur, japprezza din it-tip ta' protezzjoni bħalma japprezzawha wkoll il-burdnara internazzjonali.", "Fil-fatt, organizzazzjoni lokali li ħeġġet ħafna biex immexxu din il-konvenzjoni hija l-assoċjazzjoni tal-burdnara internazzjonali għax ovvjament dawn iridu jkunu koperti waqt li jkunu qed jagħmlu l-business tagħhom anke barra minn xtutna.", "Fil- konvenzjoni hemm ukoll deskritt x'tip ta' merkanzija titqies riskjuża u li tkun suġġetta għan-natural wastage, bħal perishable goods u livestock, u anke x'pieni hemm jekk il-burdnar jagħmel xogħlu ħażin u b'konsegwenza t'hekk jitlef jew jagħmel ħsara lill-merkanzija.", "Sur President, dan hu pass ieħor li pajjiżna qed jagħmel biex jiffaċilita l- business fil-pajjiż.", "Kif qal l-Onor.", "Vassallo, il-liġijiet waħedhom ma jkabbrux l-ekonomija imma huma jipprovdu l-qafas legali li jattira l- investituri lejn pajjiżna.", "Jiena persważ li din il-konvenzjoni mhux se tgħin biss lir-road hauliers u lil min qed jesporta u jimporta, imma se tgħin anke l-investiment qawwi li l-poplu tagħna għamel fil-portijiet tagħna, kuntrarjament għal dak li qal min-naħa l-oħra.", "Jiena ma qgħadtx inwieġeb dwar dan għax mhux relevanti għal din il-liġi, għalkemm għandi ħafna xi ngħid dwar dan.", "Kieku llum m'għandniex il-Freeport u m'għamilniex l-investiment li sar taħt gvern nazzjonalista preċedenti, kien ikun inutli li ngħaddu din il-konvenzjoni għax ma kienx ikollna l-infrastruttura meħtieġa.", "Illum għandna l-qafas legali internazzjonali, l-infrastruttura u l-operaturi li għandhom is-serħan tal-moħħ, u allura huwa f'loku li nipproponu biex din il-konvenzjoni ssir parti mil-liġijiet ta' pajjiżna.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-mistoqsija hija li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jinkorpora l-Konvenzjoni dwar il-Kuntratt għal Ġarr Stradali Internazzjonali ta' Merkanzija\" ikun moqri t-Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Sur President, nipproponi li dan l-Abbozz ta' Liġi jiġi riferut għall-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġijiet.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li dan l-Abbozz ta' Liġi jiġi riferut lill- Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġijiet.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Sur President, nipproponi l-aġġornament tal-Kamra għal għada t-Tlieta, 13 ta' Ġunju, 2006, fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Sigurta` Soċjali - Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Konvenzjoni Ewropea - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Edukazzjoni - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att dwar Dazju tas-Sisa - Tielet Qari; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta - Tieni Qari.", "-----------------------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Servizzi ta' Impieg u Taħriġ - Kumitat Permanenti.", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Liġijiet dwar il-Protezzjoni tal-Konsumatur - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Intermedjarji fl-Assigurazzjoni - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Reġistru Ċentrali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Adozzjoni ta' l-Euro - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Kriminali - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Ġarr Stradali Internazzjonali ta' Merkanzija - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Joseph Abela.", "ONOR.", "JOSEPH ABELA: Sur President, nhar it-Tlieta, 20 ta' Ġunju se tiġi launched uffiċċjalment il-kummissjoni dwar is-saħħa mentali li ġiet rikostitwita dan l-aħħar mill-ministeru tas-saħħa u li jien nifforma parti minnha.", "Din il-kummissjoni għandha diversi għanijiet fosthom li trid isservi ta' pont bejn il-gvern u l-NGOs li jaħdmu fil-qasam tas-saħħa mentali.", "Din trid tgħin biex tagħmel rakkmandazzjonijiet lill-gvern dwar tibdil li jrid iseħħ fil-qasam tas-saħħa mentali u żżomm kuntatt ma' dawk l- iżviluppi ġodda li jkunu qegħdin jiġru f'dan il-qasam.", "Din il-kummissjoni m'għandhiex poteri eżekuttivi imma hija advisory body ieħor li jagħti pariri lill-gvern biex il-qasam tas-saħħa mentali jkompli jiżviluppa u jimxi 'l quddiem.", "Il-kummissjoni għandha bħala chairman lis-Sinjura Connie Magro li hija persuna li ħadmet u għadha taħdem fil-qasam tas-saħħa mentali.", "Din hija nurse fl-isptar Monte Carmeli u hija presidenta ta' l- assoċjazzjoni dwar is-saħħa mentali.", "F'din il-kummissjoni hemm diversi professjonisti kif ukoll persuni li għamlu xi żmien fl-isptar Monte Carmeli biex jirrappreżentaw lill-pazjenti li jutilizzaw is-servizzi ta' l-isptar.", "Hemm ukoll qraba ta' pazjenti li jbatu minn problemi ta' saħħa mentali.", "Minkejja li l-kummissjoni għadha ma ġietx imnedija uffiċjalment diġa` bdiet tiltaqa' u għamlet diversi xogħol.", "Għalhekk bħala kummissjoni ħassejna li għandna nagħmlu lista ta' prijoritajiet.", "Fil-fatt tqassamna fi gruppi biex inkunu nistgħu nindirizzaw dawn il-prijoritajiet b'mod effettiv ħalli lill- gvern inkunu nistgħu nippreżentawlu xi ħaġa konkreta fuqiex jaħdem.", "Meta għamilna l-prijoritajiet tagħna kien hemm l-Att dwar is-saħħa mentali li għandu bżonn jiġi rivedut ħalli jkun jirrifletti aħjar il-pożizzjoni tal- pazjenti li jbatu minn problemi ta' saħħa mentali fiż-żmenijiet tal-lum.", "Hemm ukoll l-issue - din niżżilniha bħala prijorita` – tax-schedule 5.", "Fil-preżent għandna sitwazzjoni fejn pazjenti li jbatu minn problemi ta' saħħa mentali huma intitolati għal mediċina b'xejn sakemm ibatu minn kondizzjoni partikolari, u hawn qed nirriferi għall-iskiżofrenja.", "Issa aħna nħossu li din hija diskriminazzjoni għax nafu li l-mard mentali huwa ferm iktar mifrux minn hekk.", "Barra minn hekk din is-sitwazzjoni qed twassal għal anomalija stupida għax minħabba li l-pazjenti li jbatu mill- iskiżofrenja biss huma intitolati għal mediċina b'xejn allura qed jiġri li ħafna tobba, bl-iskop li l-pazjenti tagħhom ikunu jistgħu jieħdu l-mediċina jiddikjaraw li l-pazjenti tagħhom ikunu qed ibatu mill-iskiżofrenja bil- konsegwenza li spiċċajna li aħna wieħed mill-aktar pajjiżi li għandna rata għolja ta' skiżofrenja fid-dinja.", "Hawnhekk ikun tajjeb li ngħid li l-mediċina tal-mard mentali hija għolja ħafna, u ħafna drabi nies li jkunu jbatu minn dan it-tip ta' mard ikunu mifnijin bi problemi soċjali u ma jkunux jifilħu jixtru mediċina jekk ma tkunx provduta lilhom.", "Dan mhux qed ngħidu biex inpoġġi lit-tobba f'xi dell ikrah.", "Kif diġa` għedt, it-tobba qed jagħmlu dan biex il-pazjenti tagħhom ikunu jistgħu jieħdu l-mediċina għax inkella ma jeħduhiex, u fl-aħħar mill- aħħar il-pazjent ikun dak li jkollu jħallas il-prezz.", "Għalhekk aħna qed ngħidu li għandna nikkorreġu din l-anomalija stupida.", "Ladarba l-pazjenti xorta qed jieħdu l-mediċini u ladarba xorta qed isiru ċerti spejjeż, għaliex m'għandniex inżidu l-lista ta' kondizzjonijiet u mhux inħallu l- iskiżofrenja biss?", "Per eżempju, fil-lista ta' kondizzjonijiet għaliex m'għandux ikun hemm il-bipolar disorder u l-manic-depressive illness u ħafna kondizzjonijiet oħra li llum saru komuni?", "Din hija anomalija li minħabba fiha l-persuni b'mard mentali qed ibatu wkoll għax l-ewwelnett qed tkompli żżid l-istigma.", "Għaliex pazjent li jbati minn dipressjoni għandu jiġi labelled li jbati mil-iskiżofrenja?", "It- tieni nett għaliex il-qasam tal-mard mentali f'Malta m'għandux ikollu stampa ċara ta' x'inhuma l-kondizzjonijiet li jikkostitwixxu l-qasam tal- mard mentali f'pajjiżna?", "Għaliex m'għandux ikollna d-dijanjosi korretta ta' dak li għandu l-pazjent u mhux is-sitwazzjoni li għandna llum, sitwazzjoni stupida li qed tikkostrinġi lit-tobba jagħmlu dijanjosi li mhix minnha biex il-pazjent ikun jista' jieħu l-mediċini b'xejn?", "Din se tkun waħda mill- prijoritajiet tal-kummissjoni biex ikollna żvilupp f'dan il-qasam.", "Issa nixtieq nitkellem ftit fuq ir-riżorsi umani.", "Hawnhekk nista' nsemmi, per eżempju, l-occupational therapists u l-psychologists fl-isptar Monte Carmeli għax hemmhekk jinħass nuqqas kbir.", "Riċentement kelli ħabib tiegħi li kien f'riskju li jagħmel suwiċidju u kellu bżonn jidħol fl-isptar Monte Carmeli.", "Il-psikjatra tiegħu, bħala parti mill-kura tiegħu sakemm dam l-isptar, irriferietu għal għand l- occupational therapist, pero` kull meta mort nara lil dan il-pazjent qalli li occupational therapists qatt ma marru jarawh.", "Issa peress li jien occupational therapist, tkellimt mal-persuna li hija in charge ta' l- occupational therapy fl-isptar Monte Carmeli u din il-persuna, li hija serja ħafna u dedikatissima f'xogħolha, qaltli bil-kriżi li għandha peress li hemmhekk ħafna occupational therapists qed jaħdmu b'reduced hours - dawn huma nisa bit-tfal u allura ma jistgħux jaħdmu l-full hours, u din tifhimha - u wkoll li m'għandhiex biżżejjed terapisti biex tkun tista' tibgħat waħda fl-admission ward.", "Fil-fatt, il-ftit riżorsi li għandha qegħdin imqassmin ma' diversi konsulenti, pero` sfortunatament, minħabba nuqqas ta' staff ma tistax tifrex is-servizz.", "Mhux talli hekk, talli kellha tnaqqas mis-servizzi li kienet tagħti qabel.", "Fl-opinjoni tiegħi, din hija xi ħaġa diskriminatorja, speċjalment mal-pazjenti li jbatu minn mard mentali.", "Huwa tajjeb li ngħidu li Mount Carmel ġie mfaħħar mill-awtoritajiet għall- fatt li l-amministrazzjoni preżenti ta' l-isptar irnexxielha tiffranka ħafna flus.", "Allura jien ngħid: Jekk l-amministrazzjoni preżenti ta' l- isptar irnexxielha tnaqqas il-costs, allura l-isptar m'għandux jieħu xi ħaġa in return biex dawk il-flus li jkun iffranka, minflok jibqgħu sejrin it-teżor u l-finanzi, kif qed jiġri bħalissa, jerġgħu jiġu investiti fl- isptar sabiex il-pazjent ikun jista' jieħu servizz aħjar, u s-servizzi li kienu jingħataw minn dejjem, ikomplu jingħataw?", "B'dan il-mod lill-pazjent għallinqas inkunu nistgħu nagħmlulu home visit qabel ma jiġi discharged mill-isptar, u mhux jitlaq mill-isptar u ħadd ma jmur jiċċekkja.", "Dan mhux tort tat-terapisti.", "It-terapisti qed jipprovaw ilaħħqu kemm jistgħu, imma teżisti sitwazzjoni fejn terapista qed taħdem 20 siegħa minflok l-40 siegħa normali, u għad m'għandniex rimedju biex tkun tista' ddaħħal lil xi ħaddieħor ħalli jagħmel tajjeb għal dawk l-20 siegħa li dik il-persuna ma tkunx qed taħdem minħabba r-reduced hours.", "Minkejja li ilna nitkellmu ħafna fuq job sharing u affarijiet bħal dawn, għadna ma wasalna mkien.", "Għalhekk jien nappella lid-dipartiment tas-saħħa biex dawn l-affarijiet imexxihom għax hemm in-nies li qed ibatu.", "Din qed taħdem ħażin fuq il- motivazzjoni ta' l-isptar għax hemmhekk jibdew jaraw li mhux qed ilaħħqu u mhux qed jirnexxilhom jagħmlu programmi.", "Issa din m'hijiex xi ħaġa limitata biss għall-occupational", "therapists.", "Jien qed nitkellem fuq l-occupational therapist għax missejt każ b'idejja.", "Pero` l-psikologi għandhom sitwazzjoni simili, u hawn qed nitkellmu fuq il-ħobżna ta' kuljum fl-isptar Monte Carmeli, fuq xi ħaġa li jkollok bżonnha il-ħin kollu.", "L-occupational therapists huma importanti biex il-pazjent tkun tista' tgħinu jintegra fil-komunita` u fuq il-post tax- xogħol, u mbagħad għandek ukoll il-psikologu li jgħin lill-pazjent fil- bżonnijiet emozzjonali tiegħu.", "Din kienet waħda mill-prijoritajiet li ressaqna.", "Prijorita` oħra għandha x'taqsam mar-riċerka f'dan il-qasam.", "Ma nistgħux nibqgħu naħsbu fil-qasam tas-saħħa mentali mill-aspett biss ta' kura, imma rridu nibdew naħdmu wkoll fuq l-aspett ta' prevenzjoni.", "Issa biex tkun tista' taħseb u taħdem fuq l-aspett ta' prevenzjoni irid ikollok biex tkejjel u jrid ikollok metodi ta' riċerka.", "Bħala kummissjoni din qed narawha bħala prijorita` oħra, u beħsiebna nkomplu naħdmu fuqha biex dan il- qasam ikompli javvanza ħalli verament ikollna settur li qiegħed jindirizza l-bżonnijiet tan-nies.", "Nota ta' l-aħħar li nixtieq nagħmel hija fuq is- servizzi fil-komunita`.", "Naf li l-gvern huwa committed li jagħmel ħiltu kollha ħalli l-Att dwar is-saħħa mentali jgħaddi minn dan il-parlament, u m'għandix dubju li se jsib l-appoġġ ta' din in-naħa wkoll.", "Pero` jien nappella lill-gvern biex jibda xi ħaġa fuq il-pjan dwar is-saħħa li ħareġ il-partit Laburista li fih sħaqna li se nkomplu nespandu s-servizzi fil- komunita` għall-qasam tal-pazjenti b'mard mentali.", "Fil-preżent teżisti xi ħaġa, imma dan baqa' proġett pilota.", "Huwa importanti li dak li nibdew bħala esperiment ma jibqax esperiment.", "Issa jekk l-esperiment jirnexxi, għandna nsibu dawk ir-riżorsi ħalli l-pazjenti tas-saħħa mentali mhux nikkurawhom fl-isptar imma nkunu nistgħu nikkurawhom fil-komunita`.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Stefan Buontempo.", "ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO: Sur President, jingħad li ħafna minna l-Maltin naħsbu ħażin.", "Naħsbu ħażin għax is-soċjeta` ma tkunx trasparenti f'ċerti issues u jista' jkun li l-ħakma tal-barranin ġabitna f'din is-sitwazzjoni.", "B'dispjaċir ngħid illi f'pajjiżna l-gvern tal-partit Nazzjonalista li tant għamel battalji kruċjali biex idaħħal it-trasparenza u jkun onest mal-poplu", "Malti u Għawdxi f'issues fejn tidħol il-proprjeta`, ma tantx irnexxielu.", "Issa ħalli nitkellem ftit fuq il-proprjeta`.", "Jien il-kelliem ewlieni fuq il-proprjeta` għan-naħa ta' l-oppożizzjoni u nixtieq nistaqsi lill-Onor.", "Austin Gatt dwar fejn kien hemm il-binja ta' Radju Malta, dak li kien ir- rediffusion fl-antik, biex niftiehmu sewwa.", "Dik hija binja vojta, għandha ċertu potenzjal pero` hija abbandunata.", "X'se jiġri minnha din il-binja?", "Imbagħad nagħmel mistoqsija parlamentari lill-Onor.", "Louis Deguara fuq l- Isptar Boffa għax il-gvern irid jagħlaq dan l-isptar, imma għadna ma nafux x'se jiġri minnu.", "Naħseb li meta joħorġu l-pazjenti nkunu nafu.", "Issa jien hawnhekk qed nitkellem fuq assi tal-poplu.", "Imbagħad nistaqsi kemm inbiegħet il-proprjeta` tal-Maltacom - jekk kien hemm proprjeta` - x'kien il-valur ta' kull proprjeta`, l-indirizz ta' kull proprjeta` u min kien il- perit li vvaluta kull proprjeta`.", "U l-ministru qalli li poġġew bibbja sħiħa, u mhux irrisponda fl-interess tan-nazzjon.", "Dan missu qal kemm kellha proprjeta` l-Maltacom, dawn inbiegħu bit-tali valur u jgħid li l- perit kien it-tali persuna.", "Għalfejn għandek taħbilhom lin-nies?", "Imbagħad mhux bilfors jaħsbu ħażin!", "Jien staqsejt ukoll fuq il-proġett ta' SmartCity.", "Il-post fejn se jsir dan il-proġett huwa parti mill-kostitwenza tiegħi u allura jien għandi interess akbar dwaru.", "Fil-fatt jien immur regolarment f'dawk l-inħawi u nista' ngħid li hemm il-gafef li qed iwaqqgħu l-kmamar li nbnew illegalment.", "Pero` meta lill-ministru Gatt staqsejtu biex ipoġġi fuq il-mejda tal- Kamra pjanti ta' l-iSmartCity u staqsejtu dwar il-proġett fiex jikkonsisti, x'fabbriki jew bini se jitwaqqgħu jew jiġu żviluppati, kemm ġiet stmata ż- żona u mistoqsijiet oħrajn, il-ministru qalli li se jweġibni darba oħra.", "Nixtieq insemmi wkoll l-ambaxxata Amerikana.", "Jien mhu se ngħid xejn kontra l-ambaxxata Amerikana imma skużi, din hija art tal-poplu.", "Li qalli l-viċi prim ministru kien li jinsab informat illi l-art li ġiet identifikata biex fuqha tinbena l-ambaxxata Amerikana hija art tal-gvern u li biex tingħata din l-art għal skop imsemmi huwa meħtieġ li ssir riżoluzzjoni parlamentari.", "Qalli wkoll li jkun għaqli li wieħed jistenna din ir-riżoluzzjoni sabiex isir jaf id-dettalji kollha ta' din it-transazzjoni.", "Imbagħad jiġu lejlet li jippreżentaw ir-riżoluzzjoni, lanqas ikollok ħin taqra xejn, u tagħmel xi 40 minuta tparla.", "X'fiha billi aħna nkunu nafu l-affarijiet?", "Din hija art tal-poplu.", "Għalhekk il-poplu jgħid li m'hawnx trasparenza.", "Imbagħad niġu kkritikati għax ngħidu li hawn xkora ta' korruzzjoni jew li l-partit Nazzjonalista huwa korrott.", "Il-mistoqsijiet li nagħmlu għandhom jiġu mwieġba.", "Aħna nafu li f'pajjiżna l-art hija skarsa.", "Kulħadd jaqbel ma' dan u kulħadd jaqbel li għandna nibdew nibnu bini għoli.", "Nafu wkoll li f'pajjiżna hawn 30,000 post battal.", "Kulħadd jafhom dawn l- affarijiet, m'hemmx għalfejn tkun Laburist jew Nazzjonalist.", "Dawn huma affarijiet elementari.", "Minkejja dan kollu issa l-gvern tal-partit Nazzjonalista qed jirrikkmanda l-estensjoni ta' żoni ta' żvilupp, suppost biex ineħħu l-anomaliji li saru fl-1988, imbagħad jidħlu żoni ta' art li qatt ma kienu fi skemi.", "Kieku dawn l-artijiet kienu nxtraw fl-1988 u waqqfulhom il-permess għax kien hemm fil-gvern il-partit Laburista ngħid li kien ikun hemm ġustizzja.", "Għax ara x'inġustizzji saru ma' dawk il-familji li 20 sena ilu xtraw biċċa art u waqqfulhom kollox!", "Pero` plot li dak iż- żmien kienet tiswa Lm1,500 illum faċilment tiswa Lm150,000, speċjalment jekk kienet f'żona ta' terraced houses u llum fl-istess żona jitilgħu xi appartamenti.", "Għalhekk jista' jkun hawn min igħid li dan ġietu aħjar li l- gvern waqqaflu illi ma joħroġlux il-permess.", "Jien ngħid li fuq dan is- suġġett nistgħu nibqgħu nitkellmu ħafna, imma jien naħseb li biex inneħħu d- dubji rridu nkunu trasparenti u nużaw l-intelliġenza.", "Sur President, jien persważ illi l-partit Nazzjonalista huwa partit intelliġenti imma m'għandux jinqeda b'dawn l-affarijiet biex jirringrazzja lill-iżviluppaturi, li forsi huma wkoll sponsors tal-partit Nazzjonalista.", "Jien nistenna li l-gvern tal-partit Nazzjonalista joqgħod għar- rakkmandazzjoni li għamlitlu l-knisja fl-istqarrija li ħarġet jumejn ilu, biex art li hija tal-knisja, tal-joint office jew tal-gvern, m'għandhiex tinbena.", "Iżda filwaqt li qed ngħidu dan kollu l-poplu ma jafx illi l-MEPA ħarġet dokument għad-diskussjoni fuq l-imbierka floor area ratio.", "Bħalissa l-MEPA - u tajjeb li l-media ssemmihom dawn l-affarijiet - ħarġet dokument għad-diskussjoni li dalwaqt tagħlaq.", "Pero` l-poplu lanqas biss jaf għax bħalissa huwa aktar moħħu fil-World Cup, kif wara kollox huma wkoll il- membri parlamentari.", "Qed ngħid dan għax kieku hawn xi membri parlamentari jisimgħu d-diskors li qed ngħid jien, imma llum hemm logħba akkanita.", "Imma apparti minn dan.", "Fejn qiegħda s-serjeta` ta' dan id-dokument dwar il- floor area ratio?", "Hawnhekk qed nirriferi wkoll għall-sky high buildings.", "Kif se jintlaqtu n-nies tal-madwar?", "Per eżempju, nafu illi issa diġa` qed jinbnew ċerti blokok enormi ta' bejn disa' sulari u 40 sular f'pajjiżna.", "Allura kif se jintlaqtu l-binjiet tal- madwar?", "Per eżempju, ġie studjat kif blokok bħal dawn se jeffettwaw lill- ġirien?", "Jien mhux se nidħol fl-aspett psikoloġiku ta' min ikun qed igħix f'binja ta' 40 sular, imma dan kif se jeffettwa lill-ġirien, il-klima u l- impatt tat-traffiku biex tidħol għal din iż-żona?", "Jien m'għandix ħin għad- dispożizzjoni tiegħi biex nidħol aktar fid-dettall.", "Jista' jkun li l-idea hija tajba, imma lill-poplu għandek tinformah bl-affarijiet li jkunu se jsiru għax dan għandu jsemma' leħnu.", "U mela tidħol fil-website tal-MEPA u ssib li trid tiddiskuti dokument fi żmien sitt ġimgħat!", "Per eżempju, in- nies tal-Gżira jafu li fejn kien hemm l-istadium se jinbena blokk ta' bini ta' 40 sular?", "Issa forsi jkun hawn min igħidli: Imma allura dawn għandhom iwaqqfuh dan il-proġett?", "Sur President, jien favur il-proġetti, imma lin-nies għandek tinformahom dwar kif se jintlaqtu.", "Kulħadd jagħmel l- investimenti tiegħu.", "In-negozjant jagħmel l-investiment tiegħu bħala negozjant u l-familja li tkun tixtieq saqaf fuq rasha tagħmel l- investimenti tagħha, bis-sagrifiċċji li tagħmel.", "Pero` m'huwiex sew li forsi jkun hemm min jixtri xi appartament u dak li jkun jinduna li kien hemm dokument li lanqas ikun jaf bih.", "In-nies għandhom ikunu jafu li jekk ikun hemm dokument u jiġi approvat, jista' jkun li ħdejhom tkun se tinbena blokka bini ta' xi 20, 30 jew 40 sular.", "Sur President, jien ma kellix il-ħin li nitkellem fuq id-djar battala, u hija ħmerija li l-gvern se jagħmel ix-xogħol ta' żviluppatur jew ta' spekulatur billi jonfoq Lm3 miljuni biex jixtri 100 unit.", "Kif jista' jkun?", "Mhux ta' b'xejn ngħidu li m'hawnx trasparenza.", "Qed toqrob l-elezzjoni, qed joħorġu l-artijiet għall-bini u l-iżviluppaturi ta' ċerta saħħa qed tiġihom iżjed u iżjed tajba.", "U jiddependi min tkun, għax min ikun jista' jtella' 30 sular u min ikun jista' jtella' 40 sular!", "Imbagħad il-povru ċittadin Malti, li għandu vot bħal ħaddieħor u li m'għandux is-saħħa finanzjarja, ikollu joqgħod igorr waħdu, u jgħid li m'hawnx trasparenza u għandu raġun!", "Jekk il-gvern iħoss li qed ikun hawn trasparenza għandu jispjega dawn l- affarijiet li semmejt, imbagħad il-poplu jiġġudika hu, speċjalment meta tasal l-elezzjoni.", "Il-poplu diġa` jaf x'se jagħmel fl-elezzjoni li jmiss.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada t-Tlieta, 13 ta' Ġunju, 2006 fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "AIR SUPPLIES", "18334.", "L-ONOR.", "JOSEPH ABELA staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jippreżenta lill-Kamra kopja tal-ftehim mal-konsorzju li rebaħ it-tender tal-privatizzazzjoni ta' l-Air Supplies Co. Ltd.?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Qed inpoġġi kopja fuq il-mejda tal-Kamra.", "PETROL ALLOWANCE", "18483.", "L-ONOR.", "JOSEPH DEBONO GRECH staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm hi l-allowance tal-petrol li huma intitolati għaliha s-segretarju permanenti, id-diretturi ġenerali, id-diretturi, l-assistent personali tiegħu u s-segretarju tiegħu?", "Kemm nefaq kull wieħed minnhom f'petrol bejn Jannar 2004 u Novembru 2005?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-allowance tal-petrol li huma intitolati għaliha s- segretarju permanenti, id-diretturi ġenerali, id-diretturi, l-assistent personali u s-segretarju hija regolata b'ċirkolari tal-ministeru tal- finanzi 5/1998 u għalhekk nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex jirriferi għaliha.", "Matul is-sena 2004, in-nefqa globali ta' l-uffiċċju tas-segretarju permanenti kienet ta' Lm775 filwaqt li n-nefqa tas-segretarjat tiegħi kienet ta' Lm1,067.", "Matul is-sena 2005, in-nefqa globali ta' l-uffiċċju tas-segretarju permanenti kienet ta' Lm1,543 filwaqt li n-nefqa tas-segretarjat tiegħi kienet ta' Lm819.", "DAWL U ILMA", "18485.", "L-ONOR.", "JOSEPH DEBONO GRECH staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa f'kontijiet tad-dawl u ilma matul l-2004 u l-2005 fil- ministeru tiegħu u fid-dipartimenti li jaqgħu taħtu?", "Jista' jgħid għandux pjan kif se jassorbi ż-żieda tas-surcharge meta l-vot allokat għall-konsum tad-dawl għall-2006 baqa' bħal dak ta' l-2005?", "Jista' jgħid kemm kienet in- nefqa fuq bozoz energy-savers matul l-2004 u l-2005?", "Jista' jgħid jekk hux qegħdin jittieħdu miżuri sabiex jitnaqqas il-konsum tad-dawl?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: In-nefqa għall-konsum tad-dawl u ilma matul l-2004 u l- 2005 kienet kif ġej:", "| |2004 |2005 | |Dawl |Lm4,510|Lm11,926| |Ilma | | | | |663 |1,337 |", "Id-dipartiment qed jagħmel ekonomija mill-użu ta' enerġija mingħajr ma jtellef xejn mill-effiċjenza ta' l-uffiċċju.", "L-ispiża għall-konsum ta' l- elettriku qed tkun monitored il-ħin kollu u fejn huwa possibbli, qiegħed isir bdil ta' bozoz ma dawk energy-savers.", "S'issa din is-sena diġa' ġew mibdula numru sostanzjali ta' bozoz normali ma oħrajn energy-savers.", "Qed jiġi studjat kif titnaqqas sostanzjalment in-nefqa tad-dawl u ilma.", "PRIVATE STAFF", "18493.", "L-ONOR.", "JOSEPH DEBONO GRECH staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi membri fil-private staff u l-kumplament tad-dekasteru tiegħu li qegħdin jiġu sponsorjati mill-istess ministeru għal xi tip ta' studju, kemm Malta kif ukoll barra minn Malta?", "Kemm hemm?", "Min huma u xi grad għandhom?", "Kemm hi l-ispiża u min awtorizzaha?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Bħalissa l-ministeru qed jisponsorja żewġ uffiċjali - wieħed qed jistudja għal dottorat in business administration u l-ieħor għal international bachelor information systems - bl-ewwel każ part-sponsorship ta' Lm3,600 mibni fuq erba' snin, bil-bqija ta' l-ispiża titħallas mill- uffiċjal innifsu, waqt li t-tieni każ jikkomprendi sponsorship ta' Lm2,600 fuq perijodu ta' sena u nofs.", "Il-gradi ta' l-uffiċjali konċernati huma senior principal - bħalissa l- individwu qed jaqdi dmirijiet ta' head secretariat - u skrivan, biż-żewġ każi approvati skond il-proċeduri stabiliti.", "PRIVATE STAFF", "18508.", "L-ONOR.", "JOSEPH DEBONO GRECH staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid min huma n-nies fil-private staff u l-kumplament tad-dekasteru tiegħu li huma intitolati għall-gazzetti ta' kuljum?", "Jista' jgħid kemm nefaq kull uffiċjal matul l-2004 u l-2005?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Dawk intitolati għall-gazzetti ta' kuljum huma dawk fil-gradi ta' segretarju permanenti ewlieni, segretarju permanenti, diretturi ġenerali, direttur u uffiċjali oħra li minħabba n-natura tax- xogħol tagħhom, jirrikjedu li jagħmlu użu mill-gazzetti.", "In-nefqa għall-gazzetti fl-uffiċċju tal-prim ministru kienet Lm9,659 fl- 2004 u Lm8,893 fl-2005.", "SISTEMA TAD-DRENAĠĠ", "18612.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid meta se tiġi rranġata s-sistema tad-drenaġġ fi Triq ix-Xatt, l-Imġarr?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Il-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma miexja bid- disinji tas-sistema ġdida li se ssir ġewwa l-Imġarr, Għawdex.", "Preżentement m'hemm l-ebda sistema għajr dik privata ta' fosos u hija responsabbilta' tas-sidien li ma jħallux il-fosos ifuru.", "Ix-xogħol fuq is-sistema l-ġdida se jsir waqt il-kostruzzjoni tat-triq ta' l-Imġarr.", "TISFIJA TA' DRENAĠĠ", "18639.", "L-ONOR.", "JOSEPH CASSAR staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid fejn waslu t-tħejjijiet għall-bini ta' tliet impjanti għat-tisfija tad-drenaġġ?", "Meta mistenni jibda u jitlesta x-xogħol?", "Kemm se jipproduċu ilma?", "Kemm mistennija tkun in-nefqa?", "Min se jkun qed joħroġhom il-flus?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ix-xogħol fuq l-impjant t'Għawdex inbeda fi Frar ta' din is-sena u għandu jitlesta għal nofs is-sena d-dieħla.", "In-nefqa kapitali fuq l-impjant tammonta għal madwar Lm3.2 miljun, b'51% ta' l- ammont kopert minn fondi ta' l-Unjoni Ewropea.", "L-impjant se jipproduċi madwar 6,000 metru kubu ta' ilma kuljum.", "Ix-xogħol fuq l-impjant fit-tramuntana nbeda f'Mejju ta' din is-sena u mistenni jitlesta għal nofs is-sena d-dieħla b'nefqa kapitali ta' Lm4 miljun, proġett iffinanzjat mill-ħames protokoll Taljan.", "Dan l-impjant se jipproduċi madwar 7,000 metru kubu ta' ilma kuljum.", "L-impjant fin-nofsinhar qiegħed fi stadju ta' disinn preliminari, bl- iffinanzjar għadu qed jiġi deċiż.", "Dan l-impjant se jipproduċi madwar 50,000 metru kubu ta' ilma kuljum.", "DAWL U ILMA", "18713.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm persuni hawn li nqatgħalhom is-servizz tad-dawl u ilma din is-sena?", "Kemm hawn persuni u stabilimenti li waqgħu lura fil-ħlas tal-kontijiet?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mill-ewwel tas-sena sa l-4 ta' Mejju, 2006 il- korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma ssospendiet 304 servizz domestiku tad-dawl u 300 servizz domestiku ta' l-ilma, filwaqt li hemm 7,386 kont domestiku li waqgħu aktar minn tliet xhur lura fil-ħlas.", "Min-naħa tal-korporazzjoni Enemalta, inqatgħu 226 servizz ta' l-elettriku sa l-aħħar ta' April 2006.", "VAT", "18761.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm tħallset VAT wara kull party li sar is-sena l-oħra?", "X'tip ta' spezzjoni ssir f'kull party biex jiġi żgurat li l-VAT titħallas?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Meta jintalab permess speċifiku sabiex jintużaw biljetti tad-dħul minflok riċevuta fiskali għall-parties, id-dipartiment jagħmel sorveljanza jekk dak it-tali party ikun ta' ċerta entita' sabiex jiġi żgurat li l-VAT dovuta titħallas.", "In-numru ta' permessi maħruġa matul l-2005 għall-parties hu 25.", "Wieħed irid isemmi li fid-denunzja tal-VAT, persuni reġistrati jiddikjaraw kemm id-dħul kif ukoll il-ħruġ fuq l-attivita' tagħhom.", "Din tista' tinkludi wkoll dħul minn xi attivita' partikolari, fosthom parties.", "Fid-denunzja, persuni reġistrati mhumiex rikjesti sabiex jindikaw id-dettalji ta' l- attivitajiet li jkunu għamlu.", "Għal din ir-raġuni ma tistax tingħata s-somma li tħallset.", "BARRANIN MAT-TARZNA", "18798.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm ħaddiema barranin kien hemm mat-tarzna s-sena l-oħra?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jirriferi għar- risposta ta' mistoqsija parlamentari 17043.", "CHOGM", "18810.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid x'xogħol qed jagħmlu u min xtara l- BMWs taċ-CHOGM?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Kif inhu magħruf pubblikament, il-bejgħ tal-BMWs mislufin lill-gvern għal żmien ic-CHOGM sar bejn l-importaturi tal-vetturi u l-individwi li xtawhom.", "Il-gvern ma kellu x'jaqsam xejn ma dan il-bejgħ.", "CABLES TAD-DAWL", "19068.", "L-ONOR.", "MICHAEL ASCIAK staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jara li fil-każ li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, l-Enemalta tieħu ħsieb tagħmel l-arbli biex iżommu l-cables għaliex kif qegħdin jistrieħu jistgħu jikkawżaw il-ħsara?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Il-każ ġie investigat u jirriżulta li l-cables imsemmija huma mdendlin minn brackets mal-ħajt kif inhu l-metodu normali, liema metodu ma jirriżultax fi ħsarat u f'dan il-każ ukoll m'hemm l-ebda indikazzjoni ta' ħsara.", "COMPUTER COURSES", "19162.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għall- Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il- Ministru jgħid kemm tammonta n-nefqa li saret għas-servizzi ta' taħriġ mal- computer domain, kors kors, inkluż ECDL core, ECDL advanced u equal skills?", "Kemm studenti applikaw u x'kors attendew?", "Jista' jagħti d-dettalji tal- proċess ta' l-għażla?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Waqt li wieħed irid jgħid li computer domain hija kumpannija privata, jien ukoll ninsab informat li bejn l-2004 u l-2006 ma sar l-ebda ħlas mill-ministeru għall-korsijiet imsemmija fil-mistoqsija.", "SAFAR UFFIĊJALI", "19185.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża f'safar tal- ministeru, dipartimenti u enti oħra taħt id-dekasteru tiegħu matul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra tabella 'A' għar- rigward ta' wieħed mid-dipartimenti ta' l-uffiċċju tal-prim ministru li turi l-informazzjoni mitluba, kif ukoll tabella 'B' li turi l-istess informazzjoni għar-rigward tal-ministeru tal-finanzi.", "Għar-rigward ta' safar tiegħi kif ukoll ta' diversi dipartimenti li jaqgħu taħti, ma tistax tingħata ċifra għalissa peress li l-kontijiet għadhom mhux konklużi.", "BEJGĦ TA' PROPRJETA'", "19199.", "L-ONOR.", "JOSEPH CASSAR staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm proprjeta' inbiegħet kull sena bejn l-2000 u l-2005 kif ukoll fl-ewwel tliet xhur ta' din is-sena?", "X'inhu l-ammont mibjugħ lill-barranin kull sena fl-istess perijodu kif ukoll fl- ewwel tliet xhur ta' din is-sena?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tagħrif dwar proprjeta' immobbli mibjugħa kull sena bejn l-2000 u l-2006 kif ukoll fl-ewwel tliet xhur ta' l-2006, hu kif indikat fit-tabella li qed inpoġġi fuq", "il-mejda tal-Kamra.", "KONSUM TA' FUEL", "19244.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid x'kienet l-ispiża fi fuel għall- ministeru, dipartimenti u enti oħra taħt id-dekasteru tiegħu fl-ewwel erba' xhur ta' din is-sena?", "Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perijodu ta' l-2004 u l-2005?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra tabella 'A' rigward l-uffiċċju tal-prim ministru bl-informazzjoni mitluba.", "Tabella 'B' turi l-istess informazzjoni mitluba fil-każ tal-ministeru tal- finanzi.", "HOST FAMILIES", "19271.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li joħroġ avviż legali ġdid b'kondizzjonijiet fiskali għal dawk il-familji u persuni li jżommu magħhom studenti barranin li jiġu jitgħallmu l-Ingliż?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Il-proċeduri kollha biex jiġi ppubblikat l-avviz legali mistennija jkunu finalizzati lejn l-aħħar tax-xahar.", "DIRECT ORDERS", "18594.", "L-ONOR.", "JOSEPH DEBONO GRECH staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm direct orders ingħataw fil-ministeru u l-kumplament tad-dekasteru tiegħu 'il fuq minn Lm2,000 matul l-2004 u l-2005?", "Jista' jgħid kemm ġiet tqum kull direct order, lil min ingħatat u min approvaha?", "ONOR.", "TONIO BORG: It-tagħrif mitlub hu kif jidher mit-tabelli li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.", "PRIVATE STAFF", "18595.", "L-ONOR.", "JOSEPH DEBONO GRECH staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm membri tal-private staff siefru bejn l-2004 u l-2005?", "Fejn marru?", "X'kienet ir-raġuni?", "Kemm flus ingħataw flus għal kull safra?", "Jista' jgħid jekk kienx hemm xi ħadd minnhom li siefer first jew business class?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ħadd mill-membri tal-private staff tiegħi ma siefer waħdu għax kulmin siefer kien dejjem biex jakkumpanja lili bħala parti minn delegazzjoni.", "Il-postijiet fejn marru, ir-raġuni u l-flus li ngħataw jidher mit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.", "PRIVATE STAFF", "18596.", "L-ONOR.", "JOSEPH DEBONO GRECH staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid min huma n-nies fil-private staff u l-kumplament tad-dekasteru tiegħu intitolati għall-gazzetti ta' kuljum?", "Jista' jgħid kemm nefaq kull uffiċjal matul l-2004 u l-2005?", "ONOR.", "TONIO BORG: It-tagħrif mitlub hu kif jidher fil-listi li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.", "XOGĦOL TA' TINDIF", "18597.", "L-ONOR.", "JOSEPH DEBONO GRECH staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid xi tħallas fil-każ ta' kumpanniji privati għal xogħol ta' tindif fl-uffiċċju tal-ministru u fil-kumplament tad-dekasteru tiegħu matul l-2004 u l-2005?", "Jista' jgħid min huma l-kuntratturi u x'ħadu kull wieħed?", "Min approva kull nefqa?", "Inħarġu offerti?", "ONOR.", "TONIO BORG: It-tagħrif mitlub hu kif jidher mit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.", "CALLS FOR APPLICATIONS", "18598.", "L-ONOR.", "JOSEPH DEBONO GRECH staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid hux minnu li nħatru segretarju permanenti, diretturi ġenerali, diretturi jew assistenti diretturi fid-dekasteru tiegħu mingħajr ma applikaw għall-kariga li ġew appuntati fiha?", "F'każ li nħatru uffiċjali b'dan il-mod, jista' jgħid min huma, għaliex inħatru b'dan il-mod u min iddeċieda li huma ideali li jokkupaw il-kariga fin-nuqqas ta' interview?", "Jista' jgħid min huma dawn in- nies u x'kariga qegħdin jokkupaw?", "ONOR.", "TONIO BORG: Il-proċess dwar il-ħatra ta' segretarji permanenti, diretturi ġenerali u diretturi jsir mill-uffiċċju tal-prim ministru u għaldaqstant nissuġġerixxi lill-Onor.", "Interpellant li jagħmel il-mistoqsija tiegħu għar-rigward ta' dawn it-tliet karigi lill-ministru konċernat.", "Dawk ta' assistenti diretturi ssir mis-segretarjat permanenti tal-ministeru u ninsab informat li ma nħatar l-ebda uffiċjal f'din il-kariga mingħajr ma' applika għall-kariga li ġie appuntat fiha meta ħarġet il-call for applications għall-pożizzjoni partikolari.", "INTERVIEWING BOARD", "18599.", "L-ONOR.", "JOSEPH DEBONO GRECH staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid min huma l-membri tal-bord li qegħdin jagħmlu l-interviews għall-officers u assistant officers fl-MIA?", "Jista' jgħid hux minnu li quddiem dan il-bord kienet intervistata qariba ta' wieħed mill-membri tal-bord ta' l-għażla?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jirriferi għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 12068.", "FAĊILITA' KORRETTIVA TA' KORDIN", "18930.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm mill-ħabsin tnaqqsetilhom ir-remission is-sena l-", "oħra u għaliex?", "ONOR.", "TONIO BORG: Matul l-2005 kien hemm 152 priġunier li tnaqqsetilhom ir- remission minħabba ksur tar-regolamenti tal-ħabs.", "DETENUTI MAĦRUBIN", "18931.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ħarbiet saru minn detenuti s-sena l-oħra u din is-sena?", "Kemm attentati saru li ma rnexxewx?", "Minfejn saru?", "Kemm inqabdu wara li ħarbu?", "ONOR.", "TONIO BORG: Matul l-2005 kien hemm tliet priġunieri li ħarbu minn St. Luke's li kollha nqabdu sussegwentement.", "Din is-sena kien hemm priġunier li ħarab mill-faċilita' korrettiva ta' Kordin li nqabad ukoll.", "Informat ukoll illi matul is-sena l-oħra, kien hemm 19-il immigrant irregolari li rnexxielhom jaħarbu minn ċentri ta' detenzjoni mmexxija mill- pulizija jew mill-isptar fejn kienu rekoverati u minn dawn instabu sebgħa.", "Din is-sena kien hemm 35 li rnexxielhom jaħarbu u minnhom s'issa nstabu 19.", "ĊITTADINANZA", "18932.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm persuni akkwistaw iċ-ċittadinanza Maltija s-sena l-oħra u minn liema pajjiż ġejjin?", "ONOR.", "TONIO BORG: Filwaqt li niġbed l-attenzjoni ta' l-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 18772, ninformah li t-tagħrif minnu mitlub diġa' tajtulu bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 15796.", "GĦAJNUNA SOĊJALI", "18933.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid kemm unmarried mothers hawn fuq ir-relief?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: In-numru ta' unmarried mothers jirċievu għajnuna soċjali fl-aħħar ta' Mejju 2006 kien 1,735.", "TOWING AND CLAMPING", "18934.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm vetturi ġew towed away u clamped is-sena l-oħra u minn fejn?", "Kemm minnhom huma tal- kiri?", "ONOR.", "TONIO BORG: Għal dak li jirrigwarda l-kunsilli lokali, ninsab informat illi fl-2005 ma ġiet ikklampjata l-ebda vettura filwaqt illi ġew irmonkati 355 vettura - 36 minnhom huma tal-kiri – b'tagħrif aktar dettaljat jidher f'tabella \"A\" li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.", "Qed inpoġġi wkoll fuq il-mejda tal-Kamra tabella \"B\" li turi l- informazzjoni dwar vetturi li ġew clamped jew towed away mill-pulizija tad- distrett.", "REĠISTRU TAX-XOGĦOL", "18935.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid kemm persuni nqatgħu minn fuq l-ewwel parti tar-reġistru tax-xogħol is-sena l-oħra u għaliex?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Minn Jannar sa Diċembru 2005 inqatgħu 2,267 persuna minn fuq l-ewwel u t-tieni parti tar-reġistru b'deċiżjoni ta' l-ETC u dan wara li 323 inqabdu jaħdmu u jirreġistraw, 1,440 irrifjutaw opportunita' ta' xogħol u 504 irrifjutaw opportunita' ta' taħriġ.", "F'dan l-istess perijodu kien hemm 20,188 persuna li ma komplewx jirreġistraw għax-xogħol minn jeddhom fuq l-ewwel u t-tieni parti tar- reġistru, ċifra li tinkludi nies li daħlu u ħarġu mir-reġistru aktar minn darba.", "KIRI TA' KAROZZI", "19264.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' il-Ministru jgħid x'kienet l-ispiża għall-kiri ta' karozzi matul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena", "mill-ministeru, dipartimenti u enti oħra taħt id-dekasteru tiegħu?", "Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perijodu ta' l-2004 u l-2005?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: L-ispiża għall-kiri ta' karozzi matul l-ewwel erba' xhur tas-snin 2004, 2005 u 2006 mill-ministeru, dipartimenti u enti oħra taħt id-dekasteru tiegħi hi kif jidher hawn taħt:-", "|200|Ministeru għar-Riżorsi | | |4 |u Infrastruttura |2,152.7| | | |8 | | |Dipartimenti taħt |12,087.| | |il-ministeru |96 | | |Kns.", "Konsultattiv dwar | | | |l-Industrija tal-Bini |352.54 | | |Awtorita' dwar | | | |ir-Riżorsi |2,412.0| | | |0 |", "|200|Ministeru għar-Riżorsi | | |5 |u Infrastruttura |3,726.4| | | |8 | | |Dipartimenti taħt |8,987.1| | |il-ministeru |8 | | |Kns.", "Konsultattiv dwar | | | |l-Industrija tal-Bini |458.00 | | |Awtorita' dwar |2,453.0| | |ir-Riżorsi |0 |", "|200|Ministeru għar-Riżorsi |3,462.7| |6 |u Infrastruttura |0 | | |Dipartimenti taħt |9,470.6| | |il-ministeru |2 | | |Kns.", "Konsultattiv dwar | | | |l-Industrija tal-Bini |460.00 | | |Awtorita' dwar |2,409.0| | |ir-Riżorsi |0 |", "KIRI TA' KAROZZI", "19265.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid x'kienet l-ispiża għall-kiri ta' karozzi matul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena mill-ministeru, dipartimenti u enti oħra taħt id-dekasteru tagħha?", "Tista' tipprovdi l- istess informazzjoni għall-istess perijodu ta' l-2004 u l-2005?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: It-tagħrif mitlub hu kif jidher mit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.", "KIRI TA' KAROZZI", "19266.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' il- Ministru tgħid x'kienet l-ispiża għall-kiri ta' karozzi matul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena mill-ministeru, dipartimenti u enti oħra taħt id- dekasteru tagħha?", "Tista' tipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perijodu ta' l-2004 u l-2005?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: L-informazzjoni mitluba hi kif tidher mit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.", "KIRI TA' KAROZZI", "19267.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid x'kienet l-ispiża għall-kiri ta' karozzi matul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena mill-ministeru, dipartimenti u enti oħra taħt id-dekasteru tiegħu?", "Jista' jipprovdi l- istess informazzjoni għall-istess perijodu ta' l-2004 u l-2005?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: L-ispiża għall-kiri ta' karozzi mill-ministeru għall- kompetittivita' u kommunikazzjoni u minn dipartimenti u enti oħra taħt id- dekasteru tiegħi fl-ewwel erba' xhur ta' din is-sena kienet ta' Lm7,774.", "Fl-istess perijodu ta' l-2005 l-ispiża telgħet għal Lm7,292 filwaqt li fl- istess perijodu ta' l-2004 kienet telgħet għal Lm5,216.", "KIRI TA' KAROZZI", "19268.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid x'kienet l-ispiża għall-kiri ta' karozzi matul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena mill-ministeru, dipartimenti u enti oħra taħt id-dekasteru tiegħu?", "Jista' jipprovdi l- istess informazzjoni għall-istess perijodu ta' l-2004 u l-2005?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Il-ministeru għall-affarijiet rurali u ambjent matul l-ewwel erba' xhur tas-sena 2006 nefaq Lm20,124.27 għall-kiri ta' karozzi self-drive.", "In-nefqa għall-kiri ta' karozzi self-drive matul l- istess perijodu fis-sentejn preċedenti kienet kif imsemmi hawn taħt:", "|2004|Lm17,673.94 | |2005| | | |22,115.36 |", "L-ispiża għall-kiri ta' karozzi mill-MEPA fl-ewwel erba' xhur ta' din is- sena kienet ta' Lm38,235.", "In-nefqa matul l-istess perijodu fis-sentejn preċedenti kienet kif imsemmi hawn taħt:", "|2004|Lm36,847 | |2005| 35,725 |", "L-ispiża għall-kiri ta' karozzi mill-WasteServ fl-ewwel erba' xhur ta' din is-sena kienet ta' Lm355.80, waqt li n-nefqa matul l-istess perijodu fis- sentejn preċedenti kienet kif imsemmi hawn taħt:", "|2004|Lm4,015.10 | |2005| | | |1,178.33 |", "KIRI TA' KAROZZI", "19269.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' il-Ministru jgħid x'kienet l-ispiża għall-kiri ta' karozzi matul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena mill-ministeru, dipartimenti u enti oħra taħt id-dekasteru tiegħu?", "Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perijodu ta' l-2004 u l-2005?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: L-ispiża għall-kiri ta' karozzi matul l-ewwel erba' xhur hija kif ġej:", "|2004 |Lm5,687.73 | |2005 | | | |5,733.40 | |2006 | | | |7,673.04 |", "SCHOOL NUTRITION", "19410.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li mis-sena skolastika li jmiss, kull tip ta' ċikkulata u xorb minerali jitneħħew mil- lista ta' prodotti mibjugħa fil-canteens/tuck shops ta' l-iskejjel?", "X'inhuma eżattament dawk il-prodotti li llum ma jistgħux jinbigħu minħabba l-obesita' u li jagħmlu ħsara lil min jikkunsmahom?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Id-dipartiment tal-kurrikulu fi ħdan id-diviżjoni ta' l- edukazzjoni għadu kemm ħareġ lista gwida ta' ikel u xorb, b'tagħrif fuq l- għażliet għat-tfal ta' l-iskejjel, liema lista se titpoġġa fuq il-mejda tal- Kamra għax tagħti direzzjoni kontra l-konsum ta' zokkor u ħelu.", "Informat ukoll li għal dawn l-aħħar xhur sar xogħol intensiv minn taskforce for appropriate school nutrition environment li ġie kkummissjonat mid- dipartiment tal-kurrikulu.", "Fil-futur qrib din it-taskforce se tkun qed tressaq dokument komprensiv fuq l-istess suġġett bl-inklużjoni ta' draft food policy, bil-għan li tkompli tħares fis-sod saħħet it-tfal fl-iskejjel u anke tqanqal aktar kuxjenza u tagħlim dwar il-ħidma li kull persuna trid tagħmel biex tnaqqas u tippreveni l-obesita'.", "ILLEGAL BETTING", "19411.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk kienx hemm kuntatti mill-pulizija Taljana dwar logħob illegali li seta sar minn Malta minn players tal-football Taljani?", "X'kontroll lokali hemm fuq logħob li jsir minn Malta minn siti reġistrati f'pajjiżna?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ma kien hemm ebda talba għal assistenza mill- awtoritajiet Taljani dwar is-suġġett imsemmi.", "IMMIGRANTI LLEGALI", "19412.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Wara li fl-aħbarijiet tar-RAI 2 nhar il-Ħadd 21 ta' Mejju, 2006 intqal li l-forzi armati ma tawx għajnuna lil grupp ta' immigranti illegali li għaddew minn ibħra territorjali Maltin u tħallew sejrin lejn Lampedusa, jista' il-Prim Ministru jgħid jekk kienx hemm xi lment mill-awtoritajiet Taljani dwar dan u fil-każ x'kienet ir-reazzjoni tal-Gvern Malti?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ma kien hemm l-ebda lment min-naħa ta' l- awtoritajiet Taljani rigward dak li ġie rrapportat fuq l-istazzjon imsemmi.", "BINI SKEDAT", "19413.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid liema bini, monumenti eċċ. huma skedati bħala ta' l-ogħla grad?", "F'dawn l-aħħar ħames snin kien hemm xi bini/monument li tneħħa minn grade 1?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Waqt li ta' min jinnota li l-lista kompluta ta' proprjetajiet skedati hija aċċessibbli għall-pubbliku fuq is-sit tal-MEPA www.mepa.org.mt., nista' nikkonferma li ma kien hemm l-ebda bini jew monument li tneħħa minn grade 1.", "BINI SKEDAT", "19414.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid liema bini/monumenti huma skedati bħala grade 2?", "F'dawn l-aħħar ħames snin kien hemm xi bini/monument li tneħħa minn grade 2?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Waqt li ta' min jinnota li l-lista kompluta ta' proprjetajiet skedati hi aċċessibbli għall-pubbliku fuq is-sit tal-MEPA www.mepa.org.mt., nista' ngħid li mill-2001 'il hawn l-unika proprjetá descheduled hi Alcazar, fi Triq il-Ponta ta' Dragut, Tas-Sliema li kienet skedata bħala grade 2 minħabba l-valur arkitettoniku tagħha.", "SKEJJEL SKEDATI", "19415.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi skejjel skedati minħabba l-wirt storiku u/jew arkitettoniku?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: L-iskejjel skedati huma dawn li ġejjin: -", "Oriġinarjament mibnijin bħala Skejjel:", "*L-iskola tal-gvern ta' Tas-Sliema li qegħda fil-blokk iffurmat minn Triq Depiro, Triq Nicolo' Isouard, Triq Blanche Huber u Triq Melita, skedata bħala grad 2 minħabba l-valur arkitettoniku tagħha.", "*L-iskola tal-gvern ta' Ħal Tarxien fi Triq l-Iskola, skedata bħala grad 2 minħabba l-valur arkitettoniku tagħha; u", "*L-iskola u l-kwartieri ġenerali fi Triq id-Difiża Ċivili, Mosta, skedata bħala grad 1 minħabba l-valur kuntestwali tagħha.", "Oriġinarjament mibnijin bħala Djar jew Barracks:", "*Alcazar skola ta' sbuħija - issa tifforma parti mill-MCAST - fi Triq Rudolph, Tas-Sliema, skedata bħala grad 1 minħabba l-valur arkitettoniku, binja li oriġinarjament kienet dar;", "*Istitut għall-istudji turistiċi fil-bajja ta' San Ġorġ, San Ġiljan, skedat bħala grad 2 minħabba l-valur storiku, arkitettoniku u kuntestwali, bini li orinġinarjament kien married quarters għan-nies tas-servizzi Ingliżi;", "*St Andrews army children school fi Triq Sant' Andrija, kantuniera ma' Triq Falaise, f'Pembroke, skedata bħala grad 1 minħabba l-valur storiku u kuntestwali tagħha; u", "*Barrack Block A fi Triq Alamein, Pembroke, skedata bħala grad 1 minħabba l- valur arkitettoniku, storiku u kuntestwali tiegħu.", "ĊIRKEWWA & MĠARR TERMINALS", "19454.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid fuq liema kriterji se jkun ibbażat il-valur tal-kera fis-sena tat-terminals taċ-Ċirkewwa u l-Imġarr?", "Kemm hi stmata li se tkun tiswa l-kera fis-sena ta' dawn iż-żewġ terminals?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jirriferi għar- risposta ta' mistoqsija parlamentari 19442.", "DA VINCI CODE", "19456.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid liema kienet l-iskola li minnha marru tfal biex jieħdu sehem fil-ġbid tal-film The Da Vinci Code?", "Kemm kienu dawn it-tfal u kemm tul ta' ħin ħadu fil-parti li taw?", "Il-kap ta' l-iskola konċernata kellu xi permessi mid-dipartiment ta' l-edukazzjoni rigward dan il-każ?", "Ingħata xi kumpens lit-tfal konċernati minn dawk responsabbli għall-ġbid tal-film?", "X'kienet ir-raġuni li fil-formola tal- kunsens mill-ġentiuri kif ukoll fi proċeduri oħrajn, qatt ma ssemma' l-isem The Da Vinci Code?", "Peress li qed jinkiteb li l-film kellu l-permessi meħtieġa mill- awtoritajiet biex jinġibed hawn Malta, min kienu dawn l-awtoritajiet imsemmija?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ma kien hemm l-ebda skola li minnha marru tfal biex jieħdu sehem fil-ġbid tal-film imsemmi.", "MALTACOM", "19488.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm inbiegħet il-Maltacom?", "Xi proprjeta' hemm involuta?", "X'inhu l-valur u l- indirizz ta' kull proprjeta'?", "Min hu l-espert/perit li vvaluta kull proprjeta'?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-Onor Interpellant huwa mitlub jirriferi għad- dokumenti relatati mas-suġġett li diġa' tpoġġew fuq il-mejda tal-Kamra.", "SMARTCITY@MALTA", "19489.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jpoġġi pjanta fuq il-mejda tal-Kamra ta' fejn mistenni jsir il-proġett SmartCity@Malta?", "Kemm hi kbira l-area fejn se jsir dan il-proġett?", "Kemm hemm fabbriki/bini fuq is-sit fejn din se tiġi żviluppata?", "Kemm ġiet stmata ż-żona kollha fejn mistenni jsir il-proġett ta' SmartCity@Malta?", "Min huma s-sidien ta' din is-sit?", "Min hu l-espert jew perit li ħareġ il- valur tas-sit?", "Meta mistenni jibda l-proġett?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "AMBAXXATA AMERIKANA", "19490.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra s-site plan fejn mistennija tinbena l-ambaxxata Amerikana u jgħid jekk hijiex art tal-gvern jew ta' l-uffiċċju konġunt?", "Kemm art tkopri?", "X'mistenni jsir fuq dik l-art?", "Kemm ġiet ivvalutata?", "ONOR.", "TONIO BORG: L-art li ġiet identifikata għall-bini ta' l-ambaxxata Amerikana hija tal-gvern.", "Peress li biex tingħata din l-art għall-iskop imsemmi huwa meħtieġ li ssir riżoluzzjoni parlamentari, naħseb li jkun għaqli li wieħed jistenna din ir-riżoluzzjoni sabiex isir jaf id-dettalji kollha tat-transazzjoni.", "FINANCIAL INTELLIGENCE ANALYSIS UNIT", "19491.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm rapporti għamlet il-financial intelligence analysis unit lill-pulizija minn mindu twaqqfet?", "Jista' jgħid x'riżultati kien hemm?", "ONOR.", "TONIO BORG: It-tagħrif kif mitlub mhux disponibbli taħt forma ta' statistika u għadu qed jinġabar.", "SERQ", "19492.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm serqiet twettqu matul Mejju 2006 u jikklassifikahom?", "Jista' jgħid kemm serqiet ġew solvuti matul l-istess xahar?", "ONOR.", "TONIO BORG: Tagħrif dwar każi ta' serq irrapportati lill-pulizija matul Mejju 2006 hu kif jidher hawn taħt, filwaqt li matul l-istess xahar il-pulizija solviet 63 każ ta' serq u f'60 minnhom diġa' inbdew proċeduri kriminali quddiem il-qorti.", "|Hold up | 6 | |Pick Pocketing |31 | |Snatch & grab | 8 | |Serq minn dgħajjes | 4 | |Serq ta'dgħajjes | 3 | |Serq ta' karozzi |39 | |Serq minn karozzi | 241 | |Serq minn residenzi|60 | |Serq minn |21 | |barijiet/lukandi | | |Serq minn xtajtiet |15 | |Serq minn fabbriki | 7 | |Serq minn ħwienet |20 | |Serq ieħor |222 |", "REATI", "19493.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm reati twettqu matul Mejju 2006 u jikklassifikahom?", "Jista' jgħid kemm reati ġew solvuti matul l-istess xahar?", "ONOR.", "TONIO BORG: Tagħrif dwar reati rrapportati lill-pulizija matul Mejju 2006 hu kif jidher hawn taħt, filwaqt li matul l-istess xahar kien hemm 62 persuna misjuba ħatja ta' reati kriminali.", "|Against morals/honour | 1| |- family | | |Arson | 13 | |Attempted offences |102 | |Bodily harm |102 | |Computer misuse | 2| |Damage |241 | |Drugs | 14 | |Forgery | 17 | |Fraud | 15 | |Illegal immigration | 9| |Prostitution | 3| |Sexual offences | 5| |Theft |677 | |Threats and private | 1| |violence | | |Violence against | 13 | |public officers | |", "SQAQ FIS-SIĠĠIEWI", "19494.", "L-ONOR.", "DAVID AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk l-isqaq li hemm fi Triq il-Fawwara, is-Siġġiewi - wara l-istatwa tal-Madonna - huwiex privat jew pubbliku?", "ONOR.", "TONIO BORG: L-isqaq li qed jirriferi għalih l-Onor.", "Interpellant huwa tal-gvern, liema sqaq jagħti għal proprjeta' oħra tal-gvern li tinsab iktar 'il ġewwa u fil-fatt huwa rreġistrat f'isem il-Gvern ta' Malta fir- reġistru ta' l-artijiet.", "RESERVED PARKING", "19495.", "L-ONOR.", "DAVID AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm u fejn jinsabu r-reserved parking bays approvati f'Ħ'Attard?", "Meta nħareġ il-permess u meta jiskadi?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Minn riċerka li saret fir-records tat-taqsima għall-immaniġġar tat-traffiku jirriżulta li hemm sitt reserved parking bays għal persuni b'diżabilita' f'Ħ'Attard.", "Il-permessi kollha jiġu mġeddin kull sena iżda f'każi fejn l-awtorita' dwar it-trasport tkun informata li l- persuna b'diżabilita' tkun qalbet għall-aħjar, tali permess jiġi rivedut.", "Il-kriterji ta' eliġibilita' għal reserved parking huma:-", "*Li l-persuna jkollha problemi severi ta' mobilita' u ssuq il-karozza tagħha;", "*Li l-familjari tagħha (missier /omm /mart/ żewġ/iben /bint/ħu/oħt) ikunu joqogħodu fl-istess indirizz u jkollhom karozza; u", "*Li l-persuna b'diżabilita' ikollha l-blue sticker maħruġ mill-kummissjoni nazzjonali persuni b'diżabilita'.", "Hawn taħt hawn lista ta' toroq b'reserved parking bay għal persuni b'diżabilita' u anke bid-data tal-ħruġ tal-permess:", "|Triq l-Imdina|05/09/199| | |9 | |Triq l-Imdina|16/07/199| | |9 | |Triq l-Imdina|28/06/200| | |0 | |Triq ic-Ċitru|28/06/200| | |0 | |Triq |20/02/200| |il-Ponsjetta |3 | |Triq il-Palma|21/05/200| | |4 |", "RESERVED PARKING", "19496.", "L-ONOR.", "DAVID AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm u fejn jinsabu r-reserved parking bays f'Ħaż-Żebbuġ?", "Meta nħareġ il-permess u meta jiskadi?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Minn riċerka li saret fir-records tat-taqsima għall-immaniġġar tat-traffiku jirriżulta li hemm 21 reserved parking bays għal persuni b'diżabilita' f'Ħaż-Żebbuġ.", "Il-permessi kollha jiġu mġeddin kull sena iżda f'każi fejn l-awtorita' dwar it-trasport tkun informata li l- persuna b'diżabilita' tkun qalbet għall-aħjar, tali permess jiġi rivedut.", "Il-kriterji ta' eliġibilita' għal reserved parking huma:-", "*Li l-persuna jkollha problemi severi ta' mobilita' u ssuq il-karozza tagħha;", "*Li l-familjari tagħha (missier/ omm/ mart/ żewġ/iben/bint/ħu/oħt) ikunu joqogħodu fl-istess indirizz u jkollhom karozza; u", "*Li l-persuna b'diżabilita' ikollha l-blue sticker maħruġ mill-kummissjoni nazzjonali persuni b'diżabilita'.", "Hawn taħt hawn lista ta' toroq b'reserved parking bay għal persuni b'diżabilita' u aanke bid-data tal-ħruġ tal-permess:", "|Triq il-Mitħna |03/04/199| | |6 | |Triq it-Taqtugħa |18/11/199| | |6 | |Triq il-Mitħna |23/04/199| | |7 | |Triq Luigi Fontana|26/06/199| | |7 | |Triq Santa Marija |05/04/199| | |9 | |Triq Santa Marija |02/03/200| | |1 | |Triq il-Madonna |02/05/200| | |1 | |Pjazza Muxi |28/05/200| | |1 | |Triq Sidtna ta' |05/03/200| |l-Anġli |2 | |Vjal il-Ħelsien |30/10/200| | |3 | |Triq Sidtna ta' |20/02/200| |l-Anġli |3 | |Triq Sciortino |27/03/200| | |3 | |Triq is-Sindku P. |24/04/200| |Vella |3 | |Triq l-Imdina |29/04/200| | |3 | |Vjal il-Ħelsien |14/04/200| | |4 | |Triq Paris |14/04/200| | |4 | |Triq Żebbuġ |24/04/200| | |4 | |Triq il-Ħelsien |20/05/200| | |4 | |Triq il-Kbira |17/05/200| | |5 | |Triq is-Siġġiewi |17/01/200| | |6 | |Triq il-Grazzja |28/03/200| | |6 |", "ASFALTAR TA' TOROQ", "19497.", "L-ONOR.", "DAVID AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Jista' il-Ministru jgħid liema huma t-toroq f'Ħ'Attard li se jingħataw it-tarmac fil-ġranet li ġejjin?", "Jista' jgħid kemm se tkun l- ispiża għal kull waħda?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Risposta tingħata f'seduta oħra.", "ASFALTAR TA' TOROQ", "19498.", "L-ONOR.", "DAVID AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Jista' il-Ministru jgħid liema huma t-toroq f'diversi lokalitajiet li se jingħataw it-tarmac fil-ġranet li ġejjin?", "Jista' jgħid kemm se tkun l-ispiża għal kull triq?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Risposta tingħata f'seduta oħra.", "IL-PONT TA' PACEVILLE", "19499.", "L-ONOR.", "DAVID AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Jista' il-Ministru jgħid fejn wasal it-tender għal xogħlijiet fuq il- bridge li jagħti lejn Paceville?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: L-evalwazzjoni teknika tas-sitt tenders sottomessi tlestiet mill-kumitat ta' evalwazzjoni u r-rapport bir-rakkmandazzjonijiet ġie approvat mill-kumitat tal-kuntratti, iżda wieħed mit-tenderers tefa' oġġezzjoni u l-bord ta' appell beda jisma' din l-oġġezzjoni fit-2 ta' Gunju 2006.", "Hekk kif il-bord jagħti s-sentenza tiegħu, mistenni jinfetaħ it-tielet pakkett bl-offerta finanzjarja ta' dawk it-tenders li għaddew mill- evalwazzjoni teknika.", "ĊIMITERJU SANTA MARGHERITA", "19501.", "L-ONOR.", "JOSEPH CASSAR staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 16294, jista' il-Ministru jgħid għalfejn ix-xogħlijiet li kienu bdew fuq iċ-ċimiterju St Margherita reġgħu waqfu u jekk hemmx ħjiel jekk jistgħux jitkomplew mill-aktar fis?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat mis-sovrintendenza tal- patrimonju kulturali li l-ministeru tas-saħħa, anzjani u kura fil-komunita' qabbad nies kompetenti fl-arkeoloġija biex jagħmlu xogħlijiet ta' dokumentazzjoni fis-sit taċ-ċimiterju Santa Margerita tar-Rabat, liema xogħlijiet arkeoloġiċi għandhom jibdew fi żmien qarib.", "Waqt dawn ix-xogħlijiet is-sovrintendenza se tagħmel monitoraġġ u sorveljanza kif jitlob il-permess tal-MEPA.", "ASFALTAR FIR-RABAT", "19502.", "L-ONOR.", "JOSEPH CASSAR staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Jista' il-Ministru jgħid għalfejn l-għoti ta' tarmac fi Triq Żebbuġ, l/o Rabat waqaf fin-nofs u ma", "tkompliex?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ix-xogħol fit-triq imsemmija huwa nkluż fil-lista ta' toroq li jridu jsiru mill-awtorita' dwar it-trasport, liema xogħol se jsir skond il-prioritajiet li jirriżultaw fil-programm ta' toroq ta' l- istess awtorita'.", "TA' MREJNU", "19503.", "L-ONOR.", "JOSEPH CASSAR staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 19088 u jgħid jekk hemmx il-ħsieb li ssir sistema ta' drenaġġ f'Ta' Mrejnu?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mhux ippjanat li jsir id-drenaġġ f'Ta Mrejnu għalissa minħabba prioritajiet finanzjarji oħra li għandha l-korporazzjoni.", "DAQQ TA' MUŻIKA", "19516.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid jekk il-liġi tobbligax lil min idoqq il-mużika bejn id-9 00 p.m. u l-4 00 a.m. biex ikollu l-premises tiegħu sound-proof, inkella jridx idoqq mużika b'mod li ma tinstemax minn barra, għax inkella jkun ifisser li r-residenti ta' l-inħawi jistgħu jistrieħu biss wara l-4 00.a.m., meta jkun kważi sar il-ħin biex iqumu għax-xogħol?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "KAŻ TA' PENSJONI", "19518.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: B'riferenza għal individwu li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, tista' il-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni li dan ilu li spiċċa mix-xogħol mill-1998 iżda sal-lum il-pensjoni dovuta lilu għadha ma nħadmitx?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Il-persuna indikata ilha tirċievi pensjoni tas- sigurta' soċjali mill-1998.", "EUROVISION SONG FESTIVAL", "19519.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 19368 u 19421 u jgħid kemm ġie jiswa l-festival fejn intgħażlet il-kanzunetta Maltija għall-eurovision 2006?", "Kemm nefaq il-kumitat li", "jmexxi dan il-festival fl-aħħar sena?", "Fuq xiex saru n-nefqiet ta' dan il- kumitat?", "Kemm swiet il-parteċipazzjoni Maltija fil-eurovision 2006?", "F'kemm pajjiżi saret promozzjoni favur il-kanzunetta Maltija li ħadet sehem fil-eurovision 2006?", "Kemm swiet il-promozzjoni?", "Min siefer biex jagħmel din il-promozzjoni u kemm intnefaq fuq safar?", "Kemm swew il-persuni barranin li akkumpanjaw lill-kantant Malti waqt il- kanzunetta tiegħu fil-eurovision 2006?", "Kemm persuni telgħu jakkumpanjaw lill-kantant Malti għall-eurovision 2006 f'Ateni?", "Kemm swiet l- akkomodazzjoni u l-ispiża f'safar u nefqiet oħra f'Ateni?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra tabella (A) li turi l-infiq u d-dħul marbut mal-festival kanzunetta Maltija għall- Ewropa u l-parteċipazzjoni ta' Malta fil-festival tal-eurovision.", "Qed inpoġġi wkoll tabella (B) bl-informazzjoni dwar fejn saret il-promozzjoni.", "Kien hemm 12-il persuna jakkumpanjaw lill-kantant Malti f'Ateni u n-nefqa globali telgħet għal Lm11,892.50.", "MANIKATA", "19521.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 19426 u jgħid fiex wasal ix-xogħol biex jiġi studjat l-impatt tal-mina fil-Manikata fuq l-għejjun ta' l-ilma ġieri fl-inħawi?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: L-awtorita' dwar it-trasport għadha kif temmet perijodu ta' konsultazzjoni dwar it-13-il proġett proposti għat-titjib ta' network ta' toroq li jiffurmaw parti mit-trans-European transport network u wara diversi laqgħat ma' dawk kollha involuti, l-awtorita' qed terġa' teżamina rotta oħra għat-triq li tgħaqqad ix-Xemxija mal-Mellieħa.", "L-awtorita' dwar it-trasport qed taħdem fil-qrib mal-MEPA u enti oħra sabiex tiġi stabilita dik ir-rotta li tikkawża l-inqas impatt ambjentali possibbli.", "Hekk kif tiġi finalizzata dik il-proposta, l-awtorita' se terġa' tagħmel konsultazzjoni pubblika fuq din il-proposta.", "Studji ambjentali u ġeoloġiċi iktar dettaljati se jsiru fuq ir-rotta li se tiġi magħżula wara perijodu ta' konsultazzjoni fuq dan il-proġett.", "PJAZZA SANT'ANNA", "19522.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk id- dipartiment ta' l-artijiet biegħx jew ħareġ għall-bejgħ, art pubblika fi Pjazza Sant'Anna f'Tas-Sliema?", "ONOR.", "TONIO BORG: It-taqsima proprjeta' tal-gvern ma biegħet l-ebda art pubblika fi Pjazza Sant'Anna, f'Tas-Sliema.", "LIĊENZJI TAN-NEGOZJU", "19537.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'liċenzji tan- negozju, jekk hemm, għandha persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?", "ONOR.", "TONIO BORG: Kif diġa' kelli okkażjoni ninforma lill-Kamra, il- liċenzji tan-negozju m'għadhomx jinħarġu mill-pulizija u għalhekk nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex jirriferi l-mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "LIĊENZJI TAN-NEGOZJU", "19539.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid x'liċenzji tan-negozju, jekk hemm, għandha l-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Inħoss li ma nistax nagħti tali informazzjoni jekk ma jkollix il-permess mingħand l-istess persuna.", "LIĊENZJI TAN-NEGOZJU", "19540.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid jekk il-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, għandhiex xi permess for commercial purposes?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Biex it-tweġiba li tingħata tkun definittivament korretta, l-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jipprovdi site plan tal-post indikat.", "MARSA POWER STATION", "19542.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid xi pjani hemm biex sa l-1 ta' Jannar, 2008 il-livell ta' l-emissjonijiet mill- power station tal-Marsa jinżel għal dawk stabiliti bir-regolamenti ambjentali ta' l-Unjoni Ewropea?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "KOPPLA TAL-MOSTA", "19543.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid għaliex fis-1.30 a.m. qed jintefa' id-dawl li hemm fuq il-koppla tal- Mosta, bil-konsegwenza li jista' jiġi kkawżat inċident u dan meta l-koppla qiegħda fid-direzzjoni tal-passaġġ ta' l-ajruplani?", "Ma jidhirlux li huwa meħtieġ li din tibqa' mixgħula sakemm jisbaħ biex kull ajruplan li jkun għaddej jaraha u tiġi evitata xi diżgrazzja?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Id-dawl fuq il-koppla tal-Mosta huwa biss dekorattiv u mhux għal skop ta' aircraft warning.", "SERVIZZ POSTALI", "19545.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jispjega kif ittra lokali mibgħuta mill-Mosta għall-Mosta fil-15 ta' Mejju, 2006 setgħet tasal fl-indirizz indikat 15-il ġurnata wara?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jagħti aktar dettalji biex ikunu jistgħu jinvestigaw dan il-każ.", "KAWŻA PENDENTI", "19547.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 12821, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid u jinvestiga jekk sentenza tal-qorti ċivili (sede kostituzzjonali) mogħtija nhar it-13 ta' April, 1999 - fil- kawża Tempesta Ltd. et vs Prim Ministru et - ġietx komunikata skond kif hemm provdut f'artiklu 242 ta' Kap 12 tal-Liġijiet ta' Malta?", "Jista' jagħti l-informazzjoni mitluba fil-kumplament tal-mistoqsija parlamentari 12821 li kellha tingħata f'xi seduta oħra?", "ONOR.", "TONIO BORG: Wara riċerka profonda li saret - u dan peress illi l- informazzjoni li għadda l-Onor.", "Interpellant kienet żbaljata, kemm fl-okkju tal-kawża kif ukoll fid-data li ngħatat is-sentenza - jirriżulta li l-kawża ċitata għadha m'għaddietx f'ġudikat peress li hemm appell pendenti.", "Il- kawża fl-appell tinsab differita għas-sentenza għal Settembru ta' din is- sena.", "Rigward l-aħħar parti tal-mistoqsija, ninsab informat illi peress li l- lista ta' sentenzi in kwestjoni hi pjuttost twila u tinkludi sentenzi li jmorru lura sa l-1996 - u kollha jridu jiġu eżamintati bir-reqqa - l- informazzjoni għadha qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "PJAZZA SANT'ANNA", "19548.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra pjanta li turi fejn għad hemm art pubblika fi Pjazza Sant'Anna, Tas-Sliema?", "ONOR.", "TONIO BORG: Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra pjanta li turi dik l- art fi Pjazza Sant'Anna, Tas-Sliema li skond l-arkivji tat-taqsima proprjeta' tal-gvern hi proprjeta' pubblika.", "EUROVISION SONG FESTIVAL", "19549.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 19422 u jgħid f'liema pajjiżi saret promozzjoni", "favur il-kanzunetta Maltija li ħadet sehem fil-eurovision 2006?", "Kif saret il-promozzjoni?", "Liema stazzonijiet tar-radju u ġurnali ġew ikkuntattjati waqt din il-promozzjoni u xi preżenza fil-media ġiet miksuba f'kull każ?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l- informazzjoni mitluba.", "PBS MANAGER PROGRAMMING", "19550.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid min inħatar biex jagħmel ix-xogħol ta' kap tal-programmi tat-televiżjoni fil- PBS?", "Jista' jgħid kif intgħażlet din il-persuna?", "Min applika għal din il- kariga?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ġie maħtur Simon Lumsden wara li l-PBS ħarġet sejħa pubblika għall-post ta' manager programming u rċeviet 12-il applikazzjoni għal dan il-post, li erbgħa minnhom ġew short-listed u saru l-intervisti ma' dawn il-kandidati minn bord ta' għażla maħtur apposta mill-PBS.", "Mhux etika li wieħed jippubblika l-ismijiet ta' l-applikanti.", "PENSJONI KOMMUTATA", "19551.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk is-sentenza li ngħatat mill- qorti ta' l-appell ċivili (sede superjuri) fis-27 ta' Marzu, 1996 – fil- kawża Maurice Petrococchino vs Prim Ministru - dwar drittijiet ta' pensjonant li jkun ikkommuta parti mill-pensjoni tiegħu u dan wara li jkun għalaq it-72 sena, hix qiegħda tiġi segwita u onorata kif deċiża għal kull pensjonant applikabbli fiċ-ċirkostanzi?", "Jista' jgħid kemm pensjonanti bbenefikaw mill-applikazzjoni ta' din id-deċiżjoni sa l-aħħar ta' Mejju 2006?", "Kemm minnhom huma membri tal-korp tal-pulizija?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Il-pensjoni li tingħata taħt l-Ordinanza dwar il- Pensjonijiet (Kap. 93) lill-membri fil-korp tal-pulizija kif ukoll", "lill-impjegati tas-servizz ċivili, ma tiġix aġġustata wara d-data ta' l- irtirar ta' l-impjegat.", "Xi aġġustamenti li jsiru fil-pensjoni, anke meta pensjonant ikun għalaq it-72 sena, jikkonċernaw pensjonanti taħt il-liġi tas-sigurta' soċjali.", "PBS FINANCIAL CONTROLLER", "19552.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jikkonferma l-Ministru li l- manager corporate affairs suppost ikun il-financial controller tal-PBS?", "Jekk iva, għalfejn qed issir talba għal financial controller mal- kumpannija?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-istruttura tal-PBS hija ddisinjata biex taqdi l- bżonnijiet tal-kumpannija bl-aħjar mod u kif dawn jinbidlu minn żmien għal żmien.", "Il-bord tad-diretturi tal-PBS iddeċieda li jiġi mpjegat financial controller biex jieħu ħsieb is-sezzjoni tal-finanzi f'dan id-dipartiment.", "KAP TAR-REKLAMI TAL-PBS", "19553.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kif il-kap tar-reklami mal-PBS inħatar fil-grad ta' manager meta dan kellu jkun fi grad ta' anqas minn manager?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-istruttura tal-PBS hija ddisinjata biex taqdi l- bżonnijiet tal-kumpannija bl-aħjar mod u kif dawn jinbidlu minn żmien għal żmien.", "Ma kien hemm l-ebda deċiżjoni li l-kap tad-dipartiment tar-riklami jkun fi grad anqas minn manager.", "FOND TAL-GVERN", "19554.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid x'inhu l-prezz li jkollu jħallas pensjonant bil-pensjoni massima - dettalji qed jintbagħtu separatament - biex jixtri flat tal-gvern?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: L-awtorita' tad-djar m'għandha ebda applikazzjoni mill-inkwilin tal-post indikat biex jixtri dak il-post u għalhekk ma saret ebda stima tal-valur tal-post.", "B'danakollu nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għall-klawsola 9 ta' l-iskema ta' l-awtorita, li kopja tagħha qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.", "ENFORCEMENT NOTICE", "19555.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li sid il-ħanut li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, għad li għandu diversi enforcement orders u mhux kopert bil-permessi rikjesti mil- liġi, se jibqa' jikser il-liġi mingħajr ma tittieħed azzjoni kontrih?", "ONOR.", "TONIO BORG: Minn stħarriġ li għamlet il-pulizija jirriżulta illi l- istabiliment imsemmi huwa kopert bil-liċenzji tan-negozju meħtieġa.", "Jidher pero' li hemm xi enforcement notice min-naħa tal-MEPA u għaldaqstant nissuġġerixxi lill-Onor.", "Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill- ministru konċernat.", "SQAQ IL-QOTON F'BIRŻEBBUĠA", "19556.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jara li Sqaq il-Qoton fi Triq il-Ġebel, Birżebbuġa jingħata wiċċ?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Minn ispezzjoni li saret fl-imsemmi sqaq minn uffiċjali ta' l-awtorita' dwar it-trasport, jirriżulta li dan l-isqaq huwa asfaltat u m'huwiex fir-responsabbilta' ta' din l-awtorita'.", "ĦLAS TA' MULTA", "19557.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kif jista' ikun li fil-każ ta' persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li kien ġie akkużat fil-5 ta' Ġunju, 1996 u ħallas il-multa ta' Lm50 inflitta skond riċevuta nru.", "1036228 ta' l-10 ta' Ġunju 1996, tinħareġ ordni mill- istess qorti għall-ħlas immedjat ta' din il-multa lill-istess persuna, fejn saħansitra ġie avżat li jekk dan ma jsirx immedjatament il-multa tkun mibdula fi priġunerija u jinħareġ mandat ta' arrest, liema ordnijiet jistgħu jkomplu jżidu n-nuqqas ta' fiduċja fl-amministrazzjoni tal- ġustizzja?", "ONOR.", "TONIO BORG: Wara li l-amministrazzjoni poġġiet fuq programm komputerizzat il-multi kollha li rriżultawlha pendenti bejn l-1 ta' Jannar, 1996 u Lulju, 2003 - f'liema xahar is-sistema ġiet kompletament komputerizzata - u sussegwentement bdew jintbagħtu ordnijiet għall-ħlas immedjat, irriżulta li kien hemm xi ineżattezzi bejn il-cash books u r- reġistri fejn kienu jiġu reġistrati l-multi għax kien hemm multi li għalkemm kienu effettivament ġew imħallsa, baqgħu jidhru pendenti meta ma kienx il-każ.", "Infatti s-sinjur li dettalji dwaru ngħataw separatament ma' din il- mistoqsija parlamentari, kien wieħed minn dawn il-persuni.", "Huwa mar personalment jirreġistra lment mar-reġistratur, qrati u tribunali kriminali u ġie spjegat lilu kull dettall possibbli kif u għaliex sar l-iżball.", "Ir- reġistratur skuża ruħu formalment għan-nom ta' l-amministrazzjoni tal- qorti, liema skuża ġiet aċċettata.", "Kuntrarjament għal dak li qed jissuġġerixxi l-Onor.", "Interpellant, il- fiduċja fl-amministrazzjoni ta' l-ġustizzja f'pajjiżna żdiedet bil-fatt li l-amministrazzjoni tal-qorti, b'kollaborazzjoni", "assoluta mal-ġudikanti, qed tagħmel minn kollox biex tesegwixxi l-ġudizzji tal-qrati.", "Fost ħwejjeġ oħra qed tara li l-multi, ammendi u spejjeż peritali mposti bħala pieni mill-qrati jiġu mħallsa jew konvertiti f'terminu ta' priġunerija skond il-liġi.", "PORT TA' L-IMĠARR", "19558.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni: B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 19433, jista' il-Ministru jgħid jekk ir-rampa li qiegħda tintuża fil-port ta' l-Imġarr hijiex konformi ma' l-istandards tal-NCPD?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: M'għandi xejn x'inżid mar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 19433.", "SIGURTA' SOĊJALI", "19559.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: B'riferenza għat-tweġiba mogħtija fil-konfront ta' ċerta persuna kif ukoll b'riferenza għad-dokument li qed jintbagħat separatament, tista' il-Ministru tindika għalfejn id-dipartiment qed jgħid li kkonsidra 52 bolla għas-sena 2001 meta jirriżulta li ġew ikkonsidrati 42 biss?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Il-persuna indikata ġiet informata bil-miktub mid- dipartiment tas-sigurta' soċjali dwar il-każ tagħha.", "SERVIZZ TA' L-AMBULANZA", "19560.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid min għandu dritt għall-użu ta' l-ambulanza sabiex jitwassal mid-dar sa St. Luke's u lura?", "Dan is-servizz jingħata wkoll fil-każ tal-polikliniċi?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-ambulanzi m'humiex qegħdin sabiex iwasslu persuni mid-dar sa l-isptar u lura iżda sabiex jintervjenu f'każ ta' emerġenza.", "Pero', ikun hemm każi ta' persuni anzjani li jkollhom bżonn servizz ta' trasport biex jiġu għall-kura f'St. Luke's.", "Każi ta' persuni fuq wheelchair jew fuq stretcher jew persuni bla saqajn jiġu aċċettati sabiex jiġu ttrasportati St. Luke's għall-kura jekk jipprovdu ċertifikat tat-tabib/konsulent li juri dan il-bżonn jew jekk jiġi ċertifikat li hemm bżonn min-nurse inkarigat fl-out-patients jew il-ward.", "Dan huwa servizz limitat u ma jingħatax fil-polikliniċi għax mhux possibbli li l-ambulance garage jilqa' it-talbiet kollha li jkollu għal dan it-tip ta' trasport.", "PARKEĠĠ TA' COACHES", "19561.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għala l-enforcement officers ta' l-awtorita' dwar it-trasport mhumiex iħallu coaches tat- turisti", "jipparkjaw fl-inħawi ta' Villa Rumana?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: L-enforcement officers ta' l-awtorita' dwar it- trasport ingħataw istruzzjonijiet biex jorganizzaw il-parkeġġ tal-coaches sabiex ma jkunx hemm konfuzjoni, bħal meta jsir parkeġġ doppju.", "Dan qed isir biex ikun hemm aktar ordni u sigurta', partikolarmnet għat-turisti.", "DOMUS ROMANA", "19562.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għala l-viżitaturi fil- Villa Rumana qegħdin jiddaħħlu mill-bieb tal-ġenb u mhux mill-bieb prinċipali?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li nqalgħet ħsara teknika fil- bieb prinċipali ta' Villa Rumana.", "It-tiswija tinvolvi l-iżżarmar tal-bieb tal-ħġieġ u parti mill-intrata.", "Sadanittant għal raguni ta' sigurta', kien importanti li l-viżitaturi jidħlu minn aċċess differenti sakemm jitlestew ix-xogħlijiet.", "TRATTAMENT TAD-DRENAĠĠ", "19563.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid xi progress sar fil-bini ta' l-impjanti għat-trattament tad-drenaġġ?", "Kif qegħdin jiġu funded dawn il-proġetti?", "Hemm xi skadenza marbuta ma' dawn il- fondi?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "MALTA INDUSTRIAL PARKS", "19565.", "L-ONOR.", "FRANCO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 19477, jista' il-Ministru jgħid x'użu qed tagħmel il-Malta Industrial Parks mill-proprjeta' imsemmija?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "KONT TA' L-ILMA", "19566.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 18998, jista' il-Ministru jgħid kif se tibqa' familja li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, wara li l-uffiċjali tal- korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma għamlu żjara fid-dar tagħhom u suppost li kellhom jistallaw xi apparat sabiex jaraw minn fejn hi ġejja l- problema?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "NSIB", "19567.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid xi ftehim kien iffirmat ma' l- Unjoni Ewropea dwar l-insib wara s-sena 2008?", "Jista' jippreżenta kopja ta' dan il-ftehim lill-Kamra?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Il-ftehim li kien ġie iffirmat ma' l-Unjoni Ewropea dwar l-insib jagħmel parti mit-trattat għad-dħul ta' Malta fl- Unjoni Ewropea, liema ftehim jinkludi l-arranġament speċjali f'sezzjoni D dwar il-protezzjoni tan-natura, b'riferenza għall-artiklu 5, 8 u skeda IV tad-direttiva 79/409/EEC.", "Kopja tal-parti rilevanti ta' dan il-ftehim qegħda titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "TRIQ TAL-LEWŻ FIS-SANNAT", "19568.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għal Għawdex: Peress li qed ikun hemm diversi lmenti dwar Triq tal-Lewż, fis-Sannat minħabba l- istat ħażin tagħha, tista' il-Minstru tara li din is-sitwazzjoni tiġi rrimedjata kemm jista' ikun malajr?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Ix-xogħlijiet fi Triq il-Lewż fis-Sannat huma ppjanati li jsiru aktar 'il quddiem.", "TRIBUNALI LOKALI", "19569.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għal Għawdex: Peress li s-seduti tat-tribunali lokali qegħdin isiru fis-sala ta' l-NGO centre u peress li ta' spiss qed ikun hemm ilmenti kemm mill-pubbliku kif ukoll mill- wardens u persuni oħra minħabba s-sħana, tista' il-Ministru tara jekk din il-problema tistax tiġi riżolta?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Fis-sala tal-NGO centre hemm sistema ta' fans li jtaffi l-problema.", "L-istallazzjoni ta' apparat ta' l-arja kondizzjonata qed tiġi kkonsidrata fil-kuntest tal-prioritajiet ta' dan il-ministeru.", "STAFF LIST", "19573.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm ilha ma toħroġ l-istaff list?", "Jista' jgħid meta ħarġet l-aħħar u meta se toħroġ dik li jmiss?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-istaff list l-aħħar darba li ġiet pubblikata kien fl-1 ta' April, 2000 u m'hemmx il-ħsieb li terġa' toħroġ fid-dawl ta' l-Att dwar il-Protezzjoni tad-Data (Kap. 440).", "DOOR NUMBERING", "19574.", "L-ONOR.", "MICHAEL ASCIAK staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' il-Ministru jara li jsir eżerċizzju ta' door numbering fi Triq Għargħur, Birkirkara?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Din it-triq se tkun inkluża fil-programm ta' door numbering għal din is-sena.", "KAROZZI UFFIĊJALI", "19575.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid x'tip huma l-karozzi uffiċjali tiegħu u tas-segretarju parlamentari?", "Dawn inkrew jew inxtraw?", "Xi flus tħallsu għalihom?", "X'inhu n-numru uffiċjali u n-numru tar-reġistrazzjoni tagħhom?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Rigward l-ewwel parti tal-mistoqsija, qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.", "B'rifereza għat-tieni parti tal-mistoqsija, l-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jindika x'rilevanza għandha din il-parti tal-mistoqsija.", "BENEFIĊĊJI SOĊJALI", "19591.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid jekk persuna li hija invalida, hijiex intitolata li tkun eżenti mis-surcharge fuq il-kontijiet tad-dawl u l-ilma?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Il-persuna indikata ġiet informata bil-miktub mid- dipartiment tas-sigurta' soċjali dwar il-każ tagħha.", "AIR MALTA", "19592.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-Air Malta qed tiżvesti ruħha minn xogħol anċillari u tgħaddih lill-privat?", "Jista' jiggarantixxi li f'għeluq it-tliet snin mill- ftehim kollettiv mal-ħaddiema ta' l-Air Malta, dawk li jinsabu f'dan ix- xogħol mhux se jkunu kkonsidrati redundant?", "Jikkonferma li l-gvern m'għandux ħsieb li jipprivatizza jew jagħlaq l-Air Malta?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "STREET FURNITURE", "19593.", "L-ONOR.", "ROBERT ARRIGO staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' il-Ministru jinformani x'raġuni hemm li bankijiet qodma li nqalgħu minn lokalitajiet oħra, tpoġġew fuq art pubblika f'Pembroke u dan meta d-dipartiment tax-xogħlijiet għandu compound f'Pembroke stess?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Dawn il-bankijiet tneħħew minn Għar id-Dud minħabba l- proġett ta' tisbiħ li beda jiġi implimentat u tpoġġew temporanjament ħdejn l-uffiċċju distrettwali sabiex isirulhom xi tiswijiet.", "Issa minħabba li fid-distrett m'hemmx spazju biżżejjed, hu maħsub li dawn jitneħħew f'qasir żmien.", "TRIQ J. DEBATTISTA FIS-SIĠĠIEWI", "19594.", "L-ONOR.", "CLYDE PULI staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Jista' il-Ministru jgħid meta se joħroġ it-tender għall-bini ta' Triq John Debattista, fis-Siġġiewi?", "Jista' jgħid bejn wieħed u ieħor kemm hu mistenni jdum il-proċess ta' l-għażla?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: It-tender biex tinbena t-triq imsemmija ġiet ippubblikata fid-9 ta' Ġunju, 2006 u għandha tagħlaq dalwaqt.", "Imbagħad isir il-proċess ta aġġudikazzjoni li jdum skond in-numru ta' offerti li jkunu ntefgħu.", "Ix-xogħol fuq din it-triq mistenni jitlesta f'perijodu ta' tmien ġimgħat.", "ĊERTIFIKATI MEDIĊI", "19595.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jinvestiga lmenti li filwaqt li ċerti tobba qegħdin joħorġu ċertifikat mediku ġimgħa ġimgħa għall-istudenti tal- form VI, biex ikun jista' jkoprihom sa l-ischool-leaving age, dawn qegħdin jagħmluh fid-diskrezzjoni tagħhom u mhux b'mod uniformi għal kull min jitlobhom?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Il-ħruġ ta' ċertifikati mit-tobba ma jaqax taħt il- ġurisdizzjoni tad-diviżjoni tas-saħħa.", "Jekk l-Onor.", "Interpellant għandu xi każi speċifiċi għandu jgħaddihom lill-kunsill mediku.", "KORDIN GRAIN TERMINAL", "19596.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm tenders ingħataw mill-Kordin grain terminal mill-bidu tas-sena 2005?", "Lil min ingħataw u fiex jikkonsistu?", "X'inhu l-ammont ta'", "kull waħda?", "Liema minn dawn it-tenders ingħataw b'direct order?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.", "RESERVED PARKING", "19597.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Jista' il-Ministru jgħid kemm permessi ta' reserved parking għal persuni b'diżabilita' inħarġu matul is-sena l-oħra u fl-ewwel erba' xhur ta' din is-sena?", "Jista' jgħid jekk teżistix xi policy dwar il-ħruġ ta' dawn il-permessi?", "Min jiddeċiedi jekk permess jinħariġx jew le?", "F'dawn l- aħħar sena u erba' xhur dejjem kienet segwita l-proċedura normali fil-ħruġ ta' dawn il-permessi?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Minn riċerka li saret fir-records tat-taqsima għall-immaniġġar tat-traffiku, jirriżulta li minn Jannar 2005 sal-lum inħarġu 242 approvazzjoni għal reserved parking għal persuni b'diżabilita'.", "Il-permessi għal reserved parking għal persuni b'diżabilita' jiġu eżaminati minn board imwaqqaf fi ħdan l-awtorita' dwar it-trasport u l-kriterji għall- eliġibilta' għal dan is-servizz huma dawn:-", "*Li l-persuna jkollha problemi severi ta' mobilita' u ssuq il-karozza tagħha;", "*Li l-familjari tagħha (missier/ omm/ mart/ żewġ/ iben/bint/ħu/oħt) ikunu joqogħodu fl-istess indirizz u jkollhom karozza; u", "*Il-persuna b'diżabilita' jkollha l-blue sticker maħruġ mill-kummissjoni nazzjonali persuni b'diżabilita'.", "Il-każi li ġew eżaminati u approvati mill-board ta' reserved parking għal persuni b'diżabilita' kollha kienu skond il-policy u l-kriterji ta' eliġibilta'.", "KONTRAVVENZJONIJIET TAT-TRAFFIKU", "19598.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Peress li ċ-chief executive officer ta' l-awtorita' dwar it-trasport f'konferenza ta' l-aħbarijiet qal li nġabru Lm8 miljun fi 11-il xahar mill- ispeed cameras, medja ta' żewġ ċitazzjonijiet għal kull familja f'Malta, jista' il-Ministru jgħid jekk minn Jannar ta' l-2005 sal-lum l-awtorita' dwar it-trasport ħallsitx ċitazzjonijiet li qalgħu uffiċjali jew impjegati ta' l-istess awtorita' għax inqabdu mill-ispeed cameras?", "Jista' jgħid min huma dawn l-uffiċjali u mpjegati li tħallsitilhom iċ-ċitazzjoni?", "Kemm-il darba u kemm hu l-ammont imħallas f'kull każ?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Risposta tingħata f'seduta oħra.", "SERVIZZ TA' L-INTERNET", "19599.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Jista' il-Ministru jgħid jekk l-awtorita' dwar it-trasport hix tagħmel użu mis-servizz ta' l-internet provdut mill-Onvol jew mill- Maltanet?", "Jista' jgħid xi ħlasijiet saru matul is-sena li għaddiet u fl- ewwel erba' xhur ta' din is-sena?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Risposta tingħata f'seduta oħra.", "KONTRAVVENZJONIJIET TAT-TRAFFIKU", "19600.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Jista' il-Ministru jgħid jekk matul is-sena l-oħra u fl-ewwel erba' xhur ta' din is-sena, l-awtorita' dwar it-trasport ħallsetx kontravvenzjonijiet tat-traffiku li qalgħu uffiċjali, inkluż membri tal- bord u mpjegati?", "Jista' jgħid min huma dawn l-uffiċjali jew impjegati u x'inhuma l-kontravvenzjonijiet li l-awtorita' għamlet tajjeb għalihom minn flus il-poplu?", "Xi ħlasijiet saru?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: L-awtorita' dwar it-trasport m'għamlet tajjeb għall-ebda ċitazzjoni matul il-perijodu msemmi f'din il-mistoqsija.", "Madankollu, kien hemm kazi fejn l-awtorita' kellha thallas xi citazzjonijiet, liema citazzjonijiet ġew jew se jiġu rifonduti mill- impjegati konċernati.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB", "FACILITATOR", "W264.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid jekk l-iskola Our Lady Immaculate tal-Ħamrun għandhiex faċilita' jew possibbilta' li f'każ li l- facilitator ma tiġix, l-istudent/a ma tiġix imġiegħla tmur lura d-dar bħalma ġara riċentement?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li m'hemmx faċilita' fl-iskejjel tal-knisja li, f'każ li facilitator tfalli mill-iskola, tintbagħat facilitator oħra minflokha.", "F'każ bħal dan, hi l-kap ta' l-iskola li tieħu d-deċiżjoni, skond in-natura tal-każ individwali, jekk iżżommx it-tifla l-iskola jew titlobha tibqa' id-dar.", "MEPA – PA02695/05", "W265.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li applikazzjoni PA02695/05 ġiet deferred mill-MEPA u dan minkejja li r-residenti qed ibatu inkonvenjent kbir b'karozzi tal-linja li qed jibqgħu jiddaħħlu f'garage f'zona residenzjali u l-aktar meta m'hemmx spazju fejn dawn il-vetturi kbar iduru?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jimxi mal- proċedura maqbula fil-Kamra fil-legislatura l-oħra."]} {"filename": "20041118_190d_par.doc", "date": "2004-11-18", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Uffiċjali u Rivedut) L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 190 Il-Ħamis, 18 ta' Novembru, 2004 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 190 Il-Ħamis, 18 ta' Novembru, 2004", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.02 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "190", "Il-Ħamis, 18 ta' Novembru, 2004", "WERREJ", "MINUTI 457", "MISTOQSIJIET 457", "TQEGĦID TA' KARTI 457", "MOZZJONIJIET", "MOZZJONI TA' SFIDUĊJA FIL-GVERN 459", "AĠĠORNAMENT 496", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 501", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 189 li saret fis-17 ta' Novembru, 2004 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): Skond ftehim milħuq il-mistoqsijiet kollha li dehru fuq l-aġenda ngħataw tweġiba bil-miktub.", "Issa ngħaddu mill-ewwel għal Tqegħid ta' karti.", "Il-Ministru Louis Deguara.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunita`): Sur President, f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar sigaretti li nqabdu jiddaħħlu Malta illegalment bil- kuntrabandu bejn l-2002 u l-2004 bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7178;", "f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Lista ta' pajjiżi li minnhom ġew persuni li nħarġitilhom visa bejn l- 2001 u l-2004, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 9047;", "Tagħrif dwar każi ta' mwiet minn overdose ta' droga bejn l-1980 u l- 2004, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 9048;", "Tagħrif dwar sentenzi maqtugħa mill-Prim'Awla tal-Qorti Ċivili bejn Jannar u Ottubru 2004, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 9059;", "Tagħrif dwar sentenzi maqtugħa mill-Qorti tal-Familja bejn Jannar u l- 15 ta' Ottubru 2004, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 9060;", "Tagħrif dwar sentenzi maqtugħa mill-Qorti ta' l-Appelli Inferjuri (Sede Ċivili) bejn Jannar u Ottubru 2004, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 9065;", "f'isem il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura, inqiegħed fuq il-mejda tal- Kamra:", "Tagħrif dwar tibdil li sar f'tariffi/miżati minn dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilta` tal-Ministru għat-Turiżmu u Kultura, bejn April 2003 u Ottubru 2004, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 9042; u", "f'isem il-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l- Informatika, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar tul ta' mains ġodda ta' l-ilma u main renewal li saru matul l-2004, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 9078.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Dolores Cristina.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA (Ministru tal-Familja u tas-Solidarjeta` Soċjali): Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Korrezzjoni għall-kelma li dehret f'tabella f'paġna 12 tar-Rapport ta' Ħidma ta' l-Awtorita` tad-Djar 2003-2004 u Estimi għas-sena 2004-2005, li tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra fl-10 ta' Novembru 2004;", "Tagħrif dwar units għall-bejgħ mill-Awtorita` tad-Djar li dehru kemm f'avviż Nru 69 kif ukoll f'avviż Nru 70, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 8813;", "Tabella li turi l-għadd ta' units li għaddew mill-Uffiċċju Konġunt lid- Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali bejn l-2000 u l-2004, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 8814;", "Tabella li turi l-għadd ta' units li għaddew mill-Awtorita` tad-Djar lid-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali bejn l-2000 u l-2004, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 8815;", "Tagħrif dwar l-għadd ta' appartamenti li nbnew mill-Awtorita` tad-Djar u mid-Dipartiment għall-Bini u Tiswija ta' Djar bejn l-2000 u l-2004, u li tqassmu mill-Awtorita` tad-Djar matul l-istess snin, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 8816; u", "Tabella li turi l-lokalita` ta' units li tqassmu mill-Awtorita` tad- Djar bejn l-2000 u l-2004, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 8817; u", "f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent, inqiegħed fuq il- mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar applikazzjonijiet ta' l-Awtorita` tad-Djar pendenti quddiem l-Awtorita` ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 8818.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni jekk jogħġbu jipproponi l-mozzjoni nru.", "158 li tidher fuq l-Aġenda.", "MOZZJONIJIET", "MOZZJONI TA' SFIDUĊJA FIL-GVERN", "ONOR.", "ALFRED SANT (Kap ta' l-Oppożizzjoni): Sur President, f'isem l- Oppożizzjoni Laburista qed nipproponi din il-mozzjoni:", "Din il-Kamra tar-Rappreżentanti:", "Konxja tal-ħtieġa li s-servizzi mediċi f'pajjiżna jkunu ta' l-aqwa kwalita`, u li jkollna sptar ġenerali modern attrezzat skond l-aqwa kriterji;", "Konxja tan-nefqa enormi ta' miljuni ta' liri li saret fl-aħħar snin mill- Gvern Nazzjonalista mmexxi minn Dr. Eddie Fenech Adami u Dr. Lawrence Gonzi, fuq il-bini ta' l-isptar f'Tal-Qroqq;", "Imħassba serjament bil-mod kif matul is-snin, l-istess Gvern Nazzjonalista daħal fi Frar 2000 għall-ftehim ta' bini fuq bażi ta' design and build mal- Konsorzju Skanska Malta Joint Venture, permezz tal-Fondazzjoni għas- Servizzi Mediċi, u ħalla l-ispiża għall-bini ta' l-isptar f'Tal-Qroqq tispara 'l fuq bla kontroll;", "Tagħraf li n-negozjati li ddeskriva l-Onorevoli Prim Ministru Lawrence Gonzi fl-istqarrija tiegħu tat-Tnejn, 8 ta' Novembru 2004, ma' Skanska Malta Joint Venture biex tissewwa l-ħsara finanzjarja kbira li saret lill- pajjiż bil-bini ta' l-isptar, ġew tard wisq, ma kienux trasparenti biżżejjed, u kellhom riżultat li ħalla lill-poplu Malti u Għawdxi skopert b'miljuni kbar ta' liri Maltin;", "Tinnota :", "Li l-ftehim fuq l-ispiża għall-bini ta' l-isptar f'Tal-Qroqq telgħet minn Lm83 miljun għal Lm139 miljun;", "Li l-ftuħ ta' l-isptar f'Tal-Qroqq li għall-bidu kellu jsir fis-sena 2003, u wara ġie mwiegħed għal nofs is-sena 2005, issa ġie mtawwal sa nofs is- sena 2007; Li minkejja li l-ftehim ta' Frar 2000 jistabbilixxi penali jekk id-dati ffissati ma jintlaħqux, dawn il-penalitajiet issa ġew maħfura;", "Li n-nefqa globali vera fuq l-isptar f'Tal-Qroqq sa l-aħħar ta' din is-sena se tkun laħqet iċ-ċifra ta' Lm151 miljun, u mistennija titla' għal mill- anqas Lm216-il miljun, jekk l-isptar jinfetaħ fl-2007;", "Tiddikjara li n-negozjati kif immexxija mill-Prim Ministru Lawrence Gonzi u l-konklużjoni ta' dawn in-negozjati huma disfatta politika u morali, fejn il-poplu Malti u Għawdxi ħareġ tellief;", "Għaldaqstant:", "Din il-Kamra tar-Rappreżentanti tikkundanna l-mod inkompetenti u ineffiċjenti kif il-Gvern Nazzjonalista mexxa 'l quddiem u implimenta proġett ta' interess nazzjonali, bħalma huwa l-isptar f'Tal-Qroqq, u tistqarr l-isfiduċja tagħha fit-tmexxija tal-Gvern Nazzjonalista mmexxi minn Dr. Lawrence Gonzi.", "MR SPEAKER: Min jissekonda.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Jissekonda l-Onor.", "Joe Mizzi.", "Infakkar lill-Kamra li d- diskussjoni fuq din il-Mozzjoni għandha tieħu seduta waħda bil-ħin jinqasam indaqs bejn kelliema tal-gvern u kelliema ta' l-oppożizzjoni bl- introduzzjoni u l-winding-up isiru minn kelliema tan-naħa ta' l- Oppożizzjoni.", "Rimarki?", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, kif tistqarr il-mozzjoni li għadni kemm ippreżentajt, bl-istqarrija li għamel il-Prim Ministru Lawrence Gonzi fit-8 ta' Novembru, 2004, ġie mmarkat bl-aktar mod ċar il-falliment morali u politiku tal-gvern fil-qasam tal-kostruzzjoni u tal-launching ta' l- isptar f'Tal Qroqq, proġett li ilu għaddej issa mill-bidu tas-snin 1990.", "L-istqarrija mmarkat dan il-falliment morali u politiku wara snin sħaħ li matulhom din il-Kamra ġiet imqarrqa u ġiet mitmugħa informazzjoni dwar kif il-proġett kien sejjer tajjeb, kien qiegħed miexi skond kif kien ippjanat u li matulhom kemm din il-Kamra u kemm il-pajjiż kollu kemm hu, ġew mogħtija dati ċari li għalihom konna qegħdin niġu mpoġġija fl-istennija li l-isptar il-ġdid se jkun lest u se jibda jaħdem.", "Fin-nofs hemm it-tberbieq ta' miljuni kbar ta' liri Maltin, liema nefqa għadha għaddejja u liema nefqa, minkejja l-istqarrija tal-Prim Ministru, tidher li għadha open-ended.", "Naħseb li waħda mill-aktar affarijiet kritiċi fl-operazzjoni kollha li għandna quddiemna hija li tant ġejna mitmugħin informazzjoni żbaljata - kieku din kienet fuq ftit ċiċri ma tkunx daqstant importanti - fuq miljuni kbar ta' flejjes - li ħafna minnhom fil-veru sens tal-kelma ġew imberbqa - li ċertament ninsabu quddiem kwestjoni ta' l-akbar gravita`.", "Issa għaliex qegħdin nagħmluha din il-mozzjoni?", "Qegħdin nagħmluha bħala parti mil-logħba politika, biex ngħid hekk, li ssir fil-parlamenti demokratiċi, sempliċement sabiex l-oppożizzjoni timmarka d-dwejjaq tal- pajjiż lin-naħa tal-gvern.", "Min-naħa tal-gvern, imbagħad għandhom il- maġġoranza tas-siġġijiet u allura awtomatikament il-mozzjoni mhux se tgħaddi.", "Jiġifieri din qisha speċi ta' reċta.", "Pero' aħna qed narawha bħala xi ħaġa li hija aktar minn reċta politika jew minn xi logħba politika.", "Naħseb li l-mozzjoni tagħna għandha wkoll sinifikat profond li tpoġġi ċar u tond quddiem il-membri parlamentari tagħna mistoqsijiet dwar responsabbiltajiet fuq fondi tal-gvern u fondi tal-poplu fejn bl-aktar mod skjett issa ġew aċċettati u ammessi wkoll mill-prim ministru li kienu żgarrati, li ntnefqu ħażin u li żelqu mill-kontroll ta' min ġie appuntat mill-poplu sabiex imexxi bil-galbu.", "Għalhekk jien naħseb li l-mozzjoni tagħna profondament qiegħda tpoġġi quddiem l-attenzjoni pubblika u quddiem il-kuxjenza pubbilka l-problema enormi ta' accountability fuq kwestjoni bħal din, ta' dak li sar, min kien responsabbli għalih, għaliex ġara kif ġara u għaliex me tteħdux ir- responsabilitajiet politiċi u personali, anzi ġew oskurati, kemm matul is- snin li matulu l-proġett tħalla jiżgarra u kemm fiż-żmenijiet tal-lum.", "U quddiem l-istqarrija li għamel il-prim ministru l-mistoqsijiet jibqgħu għaddejjin u jibqgħu miftuħin.", "Tajjeb ukoll li nagħmluha ċara li quddiem dawn il-mistoqsijiet, il-persuni, l-irġiel u n-nisa li qegħdin jiddeċiedu llum kienu l-istess irġiel u nisa li kienu qed jiddeċiedu matul is-snin li matulhom żviluppat din il-problema enormi li għandna.", "Sur President, meta qed nitkellmu u nistaqsu dwar x'inhuma l-problemi ta' accountability qed inkunu personali wkoll għax dawn huma problemi ta' accountability tal-ministri u tal-prim ministru attwali li matul is-snin kellhom ir-responsabbilitajiet tat-tmexxija, fejn tħalliet tiżviluppa din il-problema.", "Ma naqblux ma' dak li pprovaw jagħmlu xi wħud li waddbu r- responsabilita` fil-ġenb u sottintesa li r-responsabilita` hija biss ta' l- ex-prim ministru Dr. Fenech Adami.", "Dan ukoll għandu r-responsabilitajiet tiegħu iżda anke l-persuni li llum huma nvoluti fit-tmexxija tal-gvern għandhom ir-responsabilita` tagħhom, ibda mill-Onor.", "Louis Galea, l-Onor.", "Louis Deguara u fuq kollox il-Prim Ministru Lawrence Gonzi li matul is-snin kellu l-kariga ta' viċi prim ministru fil-gvern u ħalla din il-balbuljata enormi għaddejja.", "Hawnhekk qegħdin nitkellmu wkoll b'mod ċar u qed ngħidu li hemm responsabilitajiet qawwija u personali minħabba t-tberbiq li tħalla għaddej.", "Issa ħalli niġu għall-punt li qegħdin nitkellmu dwaru llum, li huwa dak is- settur li huwa ta' l-akbar importanza għal pajjiżna.", "Aħna bħala oppożizzjoni nqisu li s-settur tas-saħħa huwa wieħed mill-pilastri li fuqu l-welfare taċ-ċittadini u tal-familji tagħna jrid ikompli jkun sostnut.", "Matul is-snin pajjiżna żviluppa sistemi sħaħ, qawwija u moderni ta' kif iħares lejn is-saħħa taċ-ċittadini u tal-familji tagħna u għalhekk naħseb li fil-qasam tas-saħħa pubblika, fejn jidher u jinħass ċar l-interess tal- familji li jkollhom futur u fejn il-problemi tas-saħħa tagħhom jiġu salvagwardati, fiċ-ċirkostanzi tal-pressjonijiet finanzjarji qawwija fuq il-familji u fuq il-pajjiż kollu kemm hu, li jkun hemm tberbiq u ħela ta' flus f'dan il-qasam, li jkun hemm nefqa ta' flus li m'hijiex organizzata u razzjonalizzata, hija problema kruċjali u li ttellaqna minnufih sabiex ngħidu li l-ħela u t-tberbiq huma xi ħaġa li m'hijiex aċċettabbli u m'għandhiex tkun xi ħaġa li tiġi njorata u mwarrba fil-ġenb.", "Sur President, jien m'għandix dubju li gvern Nazzjonalista, kemm dak ta' qabel l-Onor.", "Gonzi u kemm il-gvern tal-lum, huma responsabbli u għandhom iġorru l-ħtija għat-tberbiq ta' flus li ma sarx bil-galbu fil-qasam tas- saħħa u speċifikatament fil-qasam tal-bini ta' l-isptar f'Tal-Qroqq.", "Għalhekk jien naħseb li din irridu nħarsu lejha minn dan il-lat ukoll, fejn ilkoll kemm aħna suppost għandna impenn profond lejn is-sostenn u t-tkabbir tas-sistemi pubbliċi, bħalma huwa l-qasam tas-saħħa, sabiex ikunu aktar kapaċi jaqdu l-bżonnijiet taċ-ċittadini tagħna.", "Allura l-ħela u t-tberbiq ta' flus, in-nuqqas ta' dehen fit-tmexxija tal-fondi pubbliċi għar-rigward is-saħħa huma xi ħaġa li tinkwetana bil-kbir.", "Min-naħa tagħna nikkundannaw lill-gvern u qed nuru l-isfiduċja tagħna fih għax m'għandux galbu biżżejjed f'din il-ħaġa.", "Fil-fehma tiegħi din il-problema tal-miljuni mberbqa tinħass aktar u aktar minħabba l-fatt li filwaqt li kienu u għadhom qed jiġu minfuqa l-miljuni ta' liri fuq l-isptar f'Tal-Qroqq, min-naħa l-oħra f'dak li għandu x'jaqsam mat-tmexxija tas-saħħa pubblika b'mod ġenerali, qed naraw li l-problemi skattaw u għadhom jiskattaw.", "Per eżempju, fl-aħħar ġimgħat, ġewwa l-isptar San Luqa kien hemm nuqqas ta' garżi, nuqqas ta' kważi kull tip ta' stikk, nuqqas ta' diversi qisien ta' faxex kif ukoll nuqqas ta' ingwanti mhux sterilizzati.", "Riżultat ta' dan il-pazjenti kellhom jispiċċaw jixtru l- affarijiet huma minn spiżeriji privati.", "Fl-aħħar ġimgħat kellna wkoll l- apparat li jintuża sabiex isiru t-testijiet tas-CT scan bil-ħsara u dan ilu hekk għal żmien relattivament twil.", "Sur President, insibu wkoll li fid-dipartiment ta' l-outpatients f'St. Luke's kien hemm żewġ lifts li ma kenux qed jaħdmu, imbagħad fil-waiting area taċ-ċentru tas-saħħa tal-Gżira u fl-outpatients ta' l-isptar Boffa għad m'hemmx l-arja kondizzjonata.", "Sabiex jinxtara apparat tar-raġġi kontra l-kanċer fl-isptar Boffa kellha tidħol għall-ispiża fondazzjoni privata minħabba li l-gvern qal li m'għandux biżżejjed flus x'jonfoq fuq din l-istallazzjoni.", "Fiċ-ċentru tas-saħħa ta' Raħal il-Ġdid hemm is- sistema ta' l-arja kondizzjonata ma taħdimx.", "Fl-istess ħin hemm swali sħaħ fir-residenza St. Vincent de Paule li jew m'għandhomx arja kondizzjonata jew inkella s-servizz jinsab wieqaf minħabba li huwa bil-ħsara.", "Per eżempju, f'dan il-qasam, is-Segretarju Parlamentari Helen D'Amato qalet li l-Enemalta tat parir lill-gvern sabiex tagħmel sub-station pero' mbagħad żiedet tgħid li sabiex issir din is-sub-station hemm bżonn spejjeż enormi.", "Dan kollu fl-istess ħin meta llum l-anzjani f'St. Vincent de Paule qed titteħdilhom 80% mill-pensjoni tagħhom.", "Irrid infakkar ukoll li fiċ-ċentru tas-saħħa tar-Rabat ilhom xhur sħaħ mingħajr X-ray machine.", "Allura nifhmu li fi żmien fejn il-miljuni qed jitberbqu u jintnefqu bla galbu fuq l-isptar Tal-Qroqq, min-naħa l-oħra s-sistema tas-saħħa li suppost aħna kommessi li nagħtuha spinta 'l quddiem u sabiex insostnuha, qed ikollha dawn il-problemi u dawn il-karenzi kollha minħabba li qed igħidulna li flejjes għaliha m'hemmx.", "Mela min-naħa nberbqu l-flus u min- naħa l-oħra fuq affarijiet li huma tal-bżonn għaċ-ċittadini tagħna ma nsibux flus għalihom.", "Imbagħad nixtieq infakkar li sa mill-bidunett l- isptar f'Tal-Qroqq twieled taħt stilla ħażina.", "Jien kont tkellimt dwar il- bidu tiegħu fl-ewwel nofs tas-snin disgħin għaliex hemmhekk kien jidher ċar minn fejn spunta u faqqas dan il-proġett.", "Dan faqqas f'ideat, f'diskorsi u f'konversazzjonijiet bejn ħbieb tal-ħbieb, bejn l-ex-prim ministru Dr. Fenech Adami, il-Ministru Louis Galea u Dun Charles Vella.", "Jekk wieħed jaqra l-ktieb bl-isem \"Sinjali ta' żmenijietna\" ta' Dun Charles Vella jara kif żviluppa dan il-proġett.", "Dan żviluppa qisek qed titkellem bejn il-ħbieb u tgħidilhom: \"Ejja nagħmlu proġett bejnietna.\".", "Meta mbagħad wasalna fl-1996 u l-proġett kien telaq b'mod sew, rajna li l- balbuljata li kien hemm kienet waħda enormi, kemm fil-konċepiment tagħha, kemm fil-koordinament, kif ukoll fil-mod ta' kif kienet qed tiġi artikolata u mħaddma.", "Dan għaliex kien hemm kuntratt ma' Skanska li kien diġa` jorbot lill-gvern b'mod inkredibbli, fejn kollox kien se jitlaq fuq binarju li l- affarijiet isiru mil-lum għal għada, mingħajr ebda disinji ta' suret in- nies.", "Il-gvern kien impenjat sempliċement sabiex joħroġ il-flus.", "Aħna konna biddilna l-parametri ta' dak il-proġett u konna anke biddilnihom kontra l-idea inizjali tagħna ta' x'għandu jsir.", "Dan għaliex quddiem il- fatti li mbagħad ħarġu, jiġifieri ta' kif pajjiżna ġie maqbud fil-proġett ta' l-isptar f'Tal-Qroqq, kellna naċċettaw li sabiex ma naħarqux Lm40 miljun, nonfqu Lm40 miljun oħra.", "M'hemmx x'tagħmel!", "Tippreferi tonfoq Lm40 miljun fuq proġett milli taħraq Lm40 miljun mingħajr ma jkollok xejn.", "Inkella tiġi qisek ħraqt Lm40 miljun.", "Bażikament dik kienet l-għażla li kellna quddiemna u b'hekk għamilniha.", "Pero' mbagħad kif se nipproċedu għall-quddiem?", "Aħna rridu li jkun hemm tmexxija li tkun waħda li ta' l- anqas iddaħħal ċertu sens ta' kontrolli u ċertu sens ta' galbu fil-mod ta' kif jintnefqu l-flus.", "U għalkemm dak iż-żmien il-gvern, bħall-gvern tal- lum, kien maqbud ma' Skanska minħabba li l-kuntratt li ffirma qabel l-1996 kien wieħed li jorbtok ma' dik il-kumpannija, aħna m'aċċettajniex li nagħtu kollox mill-ġdid kollox f'idejn Skanska, iżda ridna li jkun hemm kuntratt li jrikkeb kontrolli indipendenti u li jirrappreżentaw l-interess nazzjonali fuq it-tmexxija tal-bini minn Skanska.", "Madankollu meta reġa' nqaleb il-gvern fis-sena 1998, in-Nazzjonalisti ddeċidew mod ieħor u riedu jerġgħu jieħdu kollox f'idejn Skanska.", "Aħna konna wissejnihom li l-kuntratt li daħlu għalih fis-sena 2000 kien wieħed li ma jagħmilx unur, dehen u saħħa lil pajjiżna u kienu daħku bina.", "Issa s- sabiħa hija li llum hemm uħud minnhom li qed jaqblu magħna wkoll!", "Fil-fatt il-Perit Michael Falzon, li kulħadd jaf li kien ex-ministru Nazzjonalista, fit-2 ta' Ottubru 2004, waqt programm fuq ir-radju RTK qal hekk:", "\"Il-gvern post '98 – jiġifieri ta' Dr. Fenech Adami – ma kienx sod biżżejjed ma' Skanska u għamlilhom kuntratt li kien prattikament cost plus, jiġifieri int tara kemm tonfoq u jiena nagħtik persentaġġ fuq kemm tonfoq, b'tali mod li meta inti tagħmel il-persentaġġ cost plus dan trid tikkontrollah lill-kuntrattur b'mod inkredibbli.", "Minħabba dawn iċ-ċirkostanzi wasalna f'pożizzjoni li għandna sptar li meta se jispiċċa ma nafux u kemm se jiswa ma nafux.\".", "Dan ifisser li n-nuqqas ta' galbu kien hemm mill-bidu nett.", "Aħna wissejnihom iżda daħku bina u baqgħu għaddejjin.", "Per eżempju, l-FMS, il- fondazzjoni tas-servizzi mediċi, suppost kienet qiegħda hemm sabiex tikkontrolla xi ftit dak li jkun għaddej pero' din ħalliet kollox għaddej.", "In-negozjati li qal li mexxa l-prim ministru damu sabiex waslu u kienu too little too late.", "Allura aktar u aktar insostnu li kemm is-snin li matulhom dan in-nuqqas ta' galbu ntwera min-naħa tal-gvernijiet ta' Dr. Fenech Adami u ta' l-Onor.", "Lawrence Gonzi, kif ukoll mill-outcome u r-riżultat tan- negozjati li saru u kif ġew spjegati mill-prim ministru jħallu lill-poplu Malti b'miljuni kbar ta' flus imberbqa.", "Dan fl-istess żmien li s-servizzi tas-saħħa jinsabu jiffaċċjaw problemi ta' finanzjament.", "Dawn huma affarijiet li qed jolqtu lill-poplu direttament fil-ħajja tagħhom ta' kuljum u għalhekk, Sur President, aħna nħossu li llum huwa xieraq li dan il- parlament jivvota l-isfiduċja tiegħu fil-gvern ta' l-Onor.", "Lawrence Gonzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Mario Galea.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Sur President, il-konċett ta' dan l-isptar twieled għaliex gvern immexxi mill-partit Nazzjonalista kellu viżjoni ta' kif ried li tiżviluppa s-sistema tas-saħħa f'pajjiżna.", "Aħna emminna mill-bidu nett f'dan l-isptar u għamilna dan b'konvinzjoni u mhux b'konvenjenza politika.", "Kienet l-oppożizzjoni Laburista, b'mod partikolari l-Kap ta' l-Oppożizzjoni Alfred Sant, li mill-bidu nett għamlu minn dan l-isptar ballun politiku.", "Kulħadd jiftakar lill-Onor.", "Alfred Sant jgħid xi ħaġa li kienet totalment differenti minn dak li qal illejla, meta kien qal li dan l-isptar kien kapriċċ ta' Dr Fenech Adami.", "Imbagħad beda jgħajjarna u qalilna li jmissna nistħu li l-isptar għadu mhux lest.", "Issa għax qed ngħidu li se nletuh qiegħed jerġa' jinqeda b'dan l-isptar sabiex jiġi jivvinta logħba politika oħra, dik ta' mozzjoni ta' sfiduċja fil- gvern.", "Jien ngħid li l-membri ta' l-oppożizzjoni qalbu kollox ta' taħt fuq għaliex minflok ikkommettew ruħhom sabiex jagħtu s-sehem tagħhom bi kritika kostruttiva ħalli flimkien inlestu dan l-isptar u nkunu nistgħu ngħaddu lill-poplu l-aħjar sptar possibbli, qed jużaw il-kwestjoni ta' l-isptar sabiex jaqdihom fl-esiġenzi politiċi tagħhom.", "Sur President, din il-mozzjoni għalfejn ivvintawha llum lejlet il-budget?", "Li kieku riedu verament jitkellmu fuq l-isptar kellhom ħafna ħin sabiex jagħmlu dan matul il-ġimgħa d-dieħla.", "Nhar l-Erbgħa, l-1 ta' Diċembru, il- kap ta' l-oppożizzjoni se jkollu sagħtejn sħaħ sabiex jitkellem fil- parlament, u għalhekk kieku ried jitkellem fuq l-isptar, seta' faċilment tkellem dakinhar.", "Nhar il-Ġimgħa, 10 ta' Diċembru se jkollna d-diskussjoni fuq il-ministeru tas-saħħa.", "Minn hawn u ftit tal-ġranet oħra matul is- seduti tal-budget se jkollna madwar 53 siegħa ta' diskussjoni u għalhekk li kieku riedu verament jitkellmu fuq l-isptar kien se jkollhom ċans biżżejjed.", "Iżda l-interess tagħhom m'huwiex l-isptar jew x'jaqbel għall- pajjiż, pero' huma l-esiġenzi politiċi tagħhom skond l-aġenda politika partiġjana.", "Sur President, nixtieq nagħmel riferenza wkoll għall-mozzjoni li tiddikjara li n-negozjati ta' l-isptar Mater Dei huma disfatta politika u morali għaliex il-poplu Malti u Għawdxi ħareġ tellief.", "Il-poplu Malti ħareġ tellief?", "Il-poplu Malti se jirbaħ għax se jkollu sptar ġdid u ta' kwalita' li se jkun lest fl-1 ta' Lulju tas-sena 2007.", "Din id-disfatta m'hijiex għall-gvern jew għall-poplu Malti iżda għall-Onor.", "Alfred Sant u għall- partit Laburista.", "Sur President, l-isptar Mater Dei se jibqa' jissemma bħala wieħed mill- aktar disfatti li qatt kellu l-Onor.", "Alfred Sant u l-partit li jmexxi.", "Disfatta għax l-Onor.", "Alfred Sant għamel snin sħaħ jgħid li dan l-isptar ma kienx hemm bżonnu u li kien kapriċċ, imbagħad meta tela' fil-gvern ikkummissjona tliet rapporti u kellu jibla' kulma qal minħabba li qalulu li dan l-isptar ma kienx kapriċċ.", "Għalhekk iddeċidew li jkompluh.", "Disfatta għaliex il-pjan tagħhom fil-bidu kien li jraqqgħu l-isptar San Luqa.", "Disfatta għax iddeċidew li minflok iħottuh bħalma kien qal qabel l- elezzjoni ta' l-1996 iddeċidew li jkabbruh u jirdoppjawh.", "Disfatta għaliex ipprovaw jisfrattaw in-negozjati li kienu għaddejjin dan l-aħħar, iżda ma rnexxielhomx.", "Disfatta għaliex se jiġi jiswa ferm u ferm anqas milli kien bassar il-partit Laburista u dsfatta għaliex se niftħuh aħna.", "Issa għandhom disfatta oħra u forsi din hija l-aktar waħda li qed tinkwetahom.", "Din hija li se niftħu l-isptar sena qabel l-elezzjoni.", "Il- kap ta' l-oppożizzjoni qed jgħid: \"Ara x'se jagħmlu, se jiftħu l-isptar sena qabel l-elezzjoni!\".", "Aħna lill-kap ta' l-oppożizzjoni ngħidulu to calm down għaliex fadlilha l-elezzjoni sabiex tasal.", "M'hemmx għalfejn jibda jippanikja minn issa għall-elezzjoni li ġejja!", "Jien ngħidlu: Onor. Alfred Sant, diġa` bdiet tinkwetak l-elezzjoni?", "Aħna ħsibna li drajt titlef!", "Pero' toqgħodx tinkwieta għaliex din fadlilha ftit!", "Il-mozzjoni tkompli tgħid li l-Kamra tikkundanna l-mod inkompetenti u ineffiċjenti ta' kif il-gvern mexxa dan il-proġett.", "Bir-rispett kollu kien inkompetenti u ineffiċjenti l-partit Laburista ta' qabel l-elezzjoni ta' l- 1996, meta għamel il-qasam tas-saħħa bħala wieħed mill-issues prinċipali li bih jiġġieled l-elezzjoni.", "Imbagħad meta rebħu l-elezzjoni ma kellhomx strateġija, pjan u deċiżjoni dwar l-isptar il-ġdid li kien il-bażi tar- riforma fil-qasam tas-saħħa.", "Kif jista' ikun tiġġieled elezzjoni billi tibbaża l-issue fuq il-qasam tas-saħħa bħala l-issue prinċipali, imbagħad ma jkollokx strateġija, pjan u deċiżjoni dwar x'se tagħmel bl-isptar il- ġdid?", "Imbagħad wara li rebħu marru għall-ewwel darba l-Onor.", "Michael Farrugia u l-kap ta' l-oppożizzjoni - mingħajr ma ħallew il-press – sabiex jarawh u jiddeċiedu x'se jagħmlu dwaru.", "Qabel l-elezzjoni ta' l-1996 il-kap ta' l-oppożizzjoni għamel il-qasam tas- saħħa bħala l-cavallo di battaglia.", "Madankollu spiċċa biex rikeb fuq ħmar li għotor bih, waqqgħu u sabbtu ma' l-art.", "Għamlu tbażwira kbira li swiet miljuni ta' liri meta bla ħsieb ta' xejn iddeċidew li minflok sptar ta' 480 sodda għamlu sptar ta' 1,000 sodda.", "Din hija ineffiċjenza u inkompetenza grassa.", "Dak iż-żmien li kien hemm il-gvern immexxi mill-Onor.", "Alfred Sant kien imissha li tressqet mozzjoni ta' sfiduċja.", "Għalfejn qed igħidulna li aħna ineffiċjenti u inkompetenti?", "Qed igħidu hekk għax se nlestuh jew għax se jiġi jiswa inqas milli bassrru huma?", "Sur President, fil-mozzjoni tagħhom ma semmew lanqas kelma waħda li sa l-1 ta' Lulju, 2007 se jkun lest ukoll l-institute of health sciences li se jkun qed jassorbi fih l-iskola medika u l-institute of health care.", "Dan apparti mill-units l-oħra bħalma huma r-renal unit, l-oncology u d- dermatology fost oħrajn.", "Nixtieq nenfasizza li oriġinarjament l-institute of health sciences kien ippjanat li jitlesta f'fażi oħra.", "Jiġifieri li kieku dan ħallejnih għal riħu,Alla biss jaf meta kien se jkun lest u kien se jiġi jiswa prezz ferm u ferm ogħla.", "Madankollu issa se jkun on-line ma' l-isptar il-ġdid u se jkun attrezzat u lest fl-1 ta' Lulju tas-sena 2007 bi prezz ferm u ferm anqas.", "Allura dan mhux akkwist kbir għall-professjonijiet tagħna?", "Din m'hijiex kompetenza?", "Din m'hijiex effiċjenza?", "Lill-kap ta' l-oppożizzjoni ngħidlu li aħna smajna minnu u dak li kien jgħid bil-paroli għal sena wara l-oħra, aħna għamilnih bil-fatti u għamilnih b'anqas.", "Mhux hekk igħidilna li nagħmlu?", "U aħna hekk għamilna u għamilna dan b'anqas.", "Issa minflok ġie hawnhekk sabiex jagħtina l-prosit, ġie u għamlilna mozzjoni ta' sfiduċja.", "Din x'serjeta` hi?", "Xi kredibilta` politika fadallu l-kap ta' l- oppożizzjoni?", "Jien nikkonkludi billi ngħid li dan il-ftehim hu bla dubju ta' xejn akkwist kbir għall-poplu Malti li jrid dan l-isptar lest.", "Il-poplu kuntent li dan l-isptar se jitlesta u li se jtejjeb il-kwalita` tas-saħħa.", "Aktar minn kapriċċ dan huwa investiment dirett għall-poplu tagħna li se jgawduh ġenerazzjonijiet sħaħ.", "Mhux aħna jew uliedna, ġenerazzjonijiet sħaħ.", "Imma għad għandna sfidi kbar quddiemna li semmihom il-prim ministru fl- istqarrija tiegħu.", "L-ewwelnett irridu naħdmu fuq migration plan ordnata u organizzata sew.", "Irridu naħdmu fuq prattiċi ta' xogħol ġodda mill-professjonijiet biex l- isptar mhux biss ikun ġdid imma mmorru f'dan l-isptar b'attitudni ġdida u naħdmu aħjar.", "Irridu koordinazzjoni kompleta fl-istallazzjoni tas-servizz ta' l-informatika u rridu prattiċi ġodda ta' kif isir il-catering f'dan l- isptar pero' fadal ħafna u ħafna xi jsir.", "U l-appell tiegħi lill- oppożizzjoni hu: Rise to the occasion, tibqgħux tużaw dan l-isptar qisu ballun politiku għax veru qed tiskurjaw, imma m'intomx tindunaw li qed tiskurjaw fil-lasta tagħkom stess!", "Qed tagħmlu l-autogoals bl-attitudni tagħkom.", "Ħossu ownership ta' dan l-isptar għax dan huwa tagħkom ukoll.", "Agħtu sehemkom, tibqgħux iġġibu ruħkom ta' partit li donnu l-uniċi aspirazzjonijiet u ambizzjonijiet li għandu hu li jibqa' fl-oppożizzjoni.", "B'din l-attitudni distruttiva tal-le, ta' kollox ħażin, ta' qtigħ il-qalb, qed twasslu messaġġ li donnkom qtajtu qalbkom li xi darba għad tkunu fil- gvern u li dan l-isptar jista' jerġa' jispiċċa f'ħoġorkom kif kien ġara fl- 1996.", "Jien nikkonkludi fuq nota umoristika imma din hija parti mir-realta`.", "Dan l-isptar taf kemm ilna nagħtuh ismijiet ta' qaddisin, Mr Speaker?", "Konna se nsemmuh San Raffaele u m'għoġobhomx dakinhar.", "Imbagħad qalu: Jekk nitilgħu aħna, minn San Raffaele isir San nħottuh u San nżarmawh u mbagħad telgħu fil-gvern u minn San nħottuh u San nżarmawh qalu: Issa San nwaqqfuh.", "Imbagħad minn San nwaqqfuh qalu: Issa San nkompluh, imbagħad San nkabbruh.", "U issa hemm aħna fil-gvern u se nlestuh u se niftħuh u l- oppożizzjoni se tagħtiha rasha.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Il-Ministru Louis Galea.", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjieg): Sur President, bilfors ikolli nistaqsi x'oppożizzjoni hi din!", "Qed ngħixu r- realtajiet ta' pajjiżna, is-sitwazzjoni politika, il-proċess ta' kif tmexxi pajjiż, kif tiżviluppa pajjiż, kif tattakka l-problemi waqt li int għaddej.", "Għandek id-difetti, l-iżbalji, taqa', terġa' tqum.", "Liema demokrazija u liema tmexxija ta' pajjiż ma tgħaddix minn dan?", "Jien smajt b'attenzjoni lill-kap ta' l-oppożizzjoni - kif smajnieh aħna li qegħdin hawn preżenti - u f'dak li qal ipprovajt nara jekk tassew hemmx il- konvinċiment li dan il-gvern ħaqqu li titressaqlu mozzjoni ta' sfiduċja.", "Jien inħoss li ma kien konvinċenti assolutament xejn.", "Hu qal li din mhix qed issir għat-teatrin, imma naħseb li fil-verita` qed issir bħala parti mill-istrateġiji ta' politika partiġjana li noqogħdu nipprovaw inżommu l- gvern taħt attakk ta' dan it-tip ta' propaganda.", "U biex nagħmlu dan mhux biżżejjed is-Super 1 television, l-istazzjon tar-radju Super 1 jew il- coffee mornings, imma nużaw ukoll il-parlament.", "Għaliex le?!", "Sur President, kieku kelli nipprova ngħid f'liema pajjiż ċivilizzat u demokratiku, f'sitwazzjoni fejn għandek gvern li qed iwettaq proġett nazzjonali, bid-diffikultajiet, bid-difetti, bil-kritika li tista' tagħmillu, wara li dak il-gvern ikun innegozja mill-ġdid il-kuntratt mal- kuntrattur konċernat u wasal għal ċertu arranġament kuntrattwali ġdid, bażi ġdida, tmur l-oppożizzjoni u tressaq mozzjoni ta' sfiduċja?", "F'liema pajjiż!", "Ejjew nipprovaw niftakru events politiċi fil-pajjiżi ta' madwarna, tan-naħa ta' l-Ewropa u naraw jekk qatt, xi oppożizzjoni responsabbli, ressqet mozzjoni ta' sfiduċja fuq materja ta' din it-tip.", "Jien jiddispjaċini li fuq proġett ta' din il-kwalita` l-oppożizzjoni - li ma nikkritikahiex talli qed iżżomm lill-gvern martellat għall-manjiera ta' kif qed issir in-nefqa u assolutament ma nlumhiex talli tfittex l-irkejjen kollha possibbli ta' dan il-proġett u tad-deċiżjonijiet tiegħu biex iġġiegħel lill-gvern joqgħod attent għan-nefqa tiegħu - toqgħod tressaq mozzjoni ta' sfiduċja li mill- bidu nett taf li mhix se tirnexxi.", "U dan meta, kif qal il-kollega tiegħi l- Onor. Mario Galea, se jkollu division wara oħra fit-tliet ġimgħat li ġejjin u fejn se niflu l-operat tal-gvern.", "Sur President, l-ewwelnett dan hu proġett tal-pajjiż kollu, proġett nazzjonali.", "Din se tkun xi ħaġa li l-pajjiż se jgawdi minnha.", "Minn fejn ġabha l-kap ta' l-oppożizzjoni li l-ftehim li għamel il-Prim Ministru Lawrence Gonzi huwa xiehda ta' falliment morali u ta' falliment politiku?", "Minn fejn jirriżulta dan?", "Minn liema premessa tal-mozzjoni joħroġ?", "Minn liema kelma li qal il-kap ta' l-oppożizzjoni f'din in-nofs siegħa li ndirizza lil din il-Kamra jirriżulta dan?", "Falliment morali għax tiddeċiedi li tibni sptar?", "Falliment morali għax iġġib lill-kuntrattur fuq mejda u ġġiegħlu jaqbel fuq data meta dan l-isptar se jibda jagħti servizz lill- poplu tagħna?", "Falliment morali għaliex il-gvern jinsisti li l-poplu tagħna jkollu sptar modern, bl-aqwa faċilitajiet biex, fil-każ li jiġi bżonnu, isib l-aqwa kura medika, kif diġa` għandna fl-isptar San Luqa u fi sptarijiet oħrajn, imma li huwa ċar li ma tistax tibqa' tingħata f'dawk il- faċilitajiet?", "Huwa falliment morali għax taqbad lill-kuntrattur u ġġiegħlu jikkontrolla l-ispiża?", "Falliment morali għax you call to order lil dawk il- kuntratturi kollha kemm huma u tgħidilhom li hemm bżonn li aħna nkunu ċari u definiti kif qed isiru l-affarijiet u meta se jsiru?", "Isejjaħ dan il- ftehim falliment politiku meta l-gvern irnexxielu jiċċirkoskrivi mill-aħjar li jista' problema li l-oppożizzjoni kienet ilha tinbxu fuqha u li jipprova joħolqilha qafas legali kuntrattwali li tagħti l-garanziji meħtieġa lill- poplu tagħna u lill-interess nazzjonali?", "Sur President, nafu wkoll li dan hu proġett ta' komplessita` kbira.", "Naħseb li ftit jistgħu jidħlu għal xi proġett kapitali li jista' jkun tan-natura komplessa li huwa sptar kif inhu l-isptar nazzjonali li se jkollna.", "U għax huwa kompless, bilfors li jgħaddi minn ċerti fażijiet.", "Il-kap ta' l- oppożizzjoni tkellem fuq ir-responsabbiltajiet; responsabbiltajiet personali, responsabbiltajiet ta' gvern, responsabbiltajiet ta' dan u ta' l- ieħor.", "Pero` nesa responsabbilta` importanti, Sur President.", "Nesa r- responsabbilta` tal-partit Laburista fl-oppożizzjoni u fil-gvern.", "Għaliex ir-responsabbilta` tal-partit Laburista fl-oppożizzjoni?", "Għax il-kap ta' l- oppożizzjoni qalilna li dan il-proġett sa mill-konċepiment tiegħu, sa mill- idea tiegħu kien proġett li twieled ħażin.", "Sur President, ħalli ngħid ftit kif twieldet din l-idea.", "L-ewwelnett aħna konna qed nirrealizzaw li l-infrastruttura tal-kura medika f'pajjiżna kienet fi kriżi - dan kien ċar għal kulħadd - bid-deċiżjonijiet li kien ħa l-gvern Laburista tal-Perit Mintoff u tal-Prim Ministru Karmenu Mifsud Bonnici minħabba l-kwestjonijiet li qala' mal-professjoni medika u bil- manjiera kif kienu jmexxu s-servizzi mediċi dak iż-żmien.", "Ejjew nipprovaw niftakru kif kien Ħas-Serħ li llum huwa St Vincent de Paule.", "Ejjew nipprovaw niftakru x'servizzi kienu qed jingħataw għall- kanċer fl-isptar Boffa.", "Dan kien qed joffri servizzi ta' raġġi li kien qed jirriżulta li kienu qed jagħmlu iktar ħsara milli jfejqu.", "Xi pprovaw jagħmlu għall-anzjani?", "Itarrfuhom fl-Imtarfa, Sur President!", "U l-isptar San Luqa kif sibnieh meta tlajna aħna fl-1987?", "Mhux biss sprovvist mit- tobba, mhux biss sprovvist min-nurses, mhux biss sprovvist mill-paramediċi, imma sprovvist minn kollox!", "U aħna ma bdejniex naħdmu meta tlajna fil- gvern, imma minn qabel, minn meta konna għadna fl-oppożizzjoni.", "Konna nagħmlu sessjonijiet ta' djalogu ma' kulħadd biex neżaminaw il-problemi tal- pajjiż u qatt ma ġejna hawn inressqu mozzjoni ta' sfiduċja fil-gvern għax kien hemm dik is-sitwazzjoni!", "Konna nagħmlu l-kritika tagħna waqt budgets u barra mill-budgets.", "Nistgħu naraw il-konċepiment ta' l-ideat fil- programm ta' l-1987.", "Pero` mbagħad, meta wasalna għall-konklużjoni ridna nagħżlu bejn żewġ toroq; jew it-triq li nraqqgħu l-pannu bil-qargħa aħmar, li naqbdu l-isptar San Luqa u naraw kif se nillapazzaw - kelma li jħobb juża l-kap ta' l- oppożizzjoni - u kif se nipprovaw inġebbdu l-ħajja ta' dan l-isptar li nbena 70 sena qabel jew inkella ridna nagħmlu ħsieb ġdid.", "Għalhekk aħna għedna li wasal iż-żmien li dan il-pajjiż jibni sptar ġdid.", "U ma noqogħdux indaħħlu lil Don Verze`, il-president ta' l-istitut xjentifiku u mediku u universita` San Raffaele jew inkella lill-Monsinjur Charles Vella!", "Kien il-gvern Nazzjonalista ta' Dr. Fenech Adami li fl-ewwel żmenijiet meta konna qed neżaminaw is-sitwazzjoni tal-kura medika f'pajjiżna, qal li kif Malta għandha bżonn airport ġdid, hekk kif Malta għandha bżonn power station ġdida u hekk kif Malta għandha bżonn tista' tgħid universita` ġdida, għandha bżonn ukoll sptar ġdid.", "Stajna ma ddeċidejniex hekk.", "Jien ċert li kieku dik ma ddeċidejnihiex kieku huma kienu jaslu għal dik il- konklużjoni wkoll meta telgħu fil-gvern, u kieku huma ma waslux għaliha, dan il-gvern kien jasal għaliha wkoll, Sur President.", "Tardare si, scappare no. Sptar ġdid kien se jkollna bżonnu.", "Sur President, x'għamel il-gvern Nazzjonalista ta' Dr. Fenech Adami meta ddeċieda li jitlaq għal sptar ġdid?", "Wara li kien għamel l-ewwel ideat preliminari tiegħu, kiteb lill-Professur Edwin Grech, li dak iż-żmien kien il-kelliemi ewlieni fuq il-qasam tas-saħħa għall-oppożizzjoni, u għednielu li dan il-gvern wasal għall-konklużjoni li aħna għandna bżonn nibnu sptar ġdid.", "Għednielu li aħna nifhmu li dan huwa sptar fl-interess nazzjonali, u huwa proġett nazzjonali li l-firxa taż-żmien li se jieħu biex jinbena bilfors tinfirex fuq iktar minn amministrazzjoni waħda u jista' jkun amministrazzjonijiet differenti.", "Għalhekk meta konna għadna fil-bidu u konna se nibdew id-disinji tiegħu, aħna stedinna lill-oppożizzjoni biex dan il-proġett nagħmluh flimkien.", "Għednielha: Ejja niltaqgħu flimkien.", "Sptar wieħed se nibnu.", "L-aħħar wieħed inbena 70 sena ilu, u biex jinbena ieħor għandu mnejn ikunu għaddew 50 sena jew 100 sena oħra.", "Jekk se nibnu dan l-isptar, ejjew nagħmluh flimkien.", "U bħal dejjem ir-risposta ta' l-oppożizzjoni kienet skiet.", "Qalulna: M'aħniex interessati, jekk tridu tagħmlu xi ħaġa agħmluha waħedkom, aħna ma rridux nidħlu fiha din.", "Għalhekk nistaqsi lill-poplu Malti jekk hemmx responsabbilta` f'din il-pożizzjoni.", "Sur President, hawnhekk m'aħniex qed nitkellmu fuq xi ħaġa ta' politika partiġjana, imma fuq l-iktar ħaġa għażiża li għandu l-bniedem, is-saħħa.", "Sur poplu Malti u Għawdxi, jidhirlek li l-oppożizzjoni Laburista u l-gvern kellhom jiġu flimkien biex jiddisinjawh flimkien, jibnuh flimkien, jieħdu l- mertu tiegħu t-tnejn li huma jew le?", "U jien m'għandix dubju li l- oppożizzjoni għandha nies li setgħu taw kontribut.", "Imma bħal ħafna affarijiet oħra fejn jidħol l-interess nazzjonali u l-ġid komuni, ir-regħba għall-poter u l-politika partiġjana ġegħlithom jiddeċiedu li joqogħdu gallerija għaliex l-aħjar ħaġa hija shooting from the hip.", "Fixkel kemm tiflaħ, attakka kemm tiflaħ, insinwa kemm tiflaħ, itfa' smokescreens kemm tiflaħ u ħawwad l-issues ħalli l-affarijiet itulu.", "Dawn mingħalihom li jekk is-suċċess ta' l-isptar ikun suċċess dan kien se jkun suċċess tal- gvern biss.", "Naturalment il-gvern igawdi minn dak is-suċċess imma dak ma jkunx suċċess tiegħu.", "Għandha jew m'għandhiex responsabbilta` l-oppożizzjoni għall-ewwel stadju tiegħu?", "Wara li għamlet kampanja sħiħa li se twaqqgħu, li dan huwa kapriċċ ta' Dr. Fenech Adami, għandha jew m'għandhiex responsabbilta` l- oppożizzjoni għal dak it-tfixkil kbir u tinwir li ntromettiet f'dan il- proċess kollu kemm hu?", "U għandha responsabbilta` jew m'għandhiex li, proprju meta l-Prim Ministru Lawrence Gonzi issa qiegħed iġib lil kulħadd madwar il-mejda ħalli jerġa' jagħmel arranġament differenti skond l-aħjar ċirkostanzi li jiddetta pajjiżna llum mill-angolu ta' finanzi, mill-angolu tas-sistema tas-saħħa, mill-angolu li dan huwa proġett li jrid jibda jiffunzjona għax jagħmel ġid anke lill-ekonomija jekk jibda jiffunzjona, waqt li kien għaddej dan il-proċess delikat, l-oppożizzjoni għamlet il- kampanja distruttiva li għamlet, li kkomplikat l-atteġġjamenti tal- kuntratturi u pprovat iddaħħal kwestjonijiet ta' esperti in materja - li wħud minnhom lanqas biss ġew nominati mill-Prim Ministru Lawrence Gonzi - għas-sempliċi fatt li huma relatati miegħu, Sur President?", "Jagħmel sens li aħna nattakkaw b'dak il-mod amorali nies li qed jagħtu servizz mill-esperjenza tagħhom u mill-expertise tagħhom bl-aħjar professjonalita`, rikonoxxuti anke minnhom espliċitament li huma nies kapaċissimi f'dak is-settur, imma għax huma relatati mal-prim ministru, din fiha xi ħaġa ħażina?", "Bħallikieku mhux kulħadd relatat hawn, bħallikieku m'għadniex li konna f'din il-Kamra, b'aħwa fuq iż-żewġ naħat tal-Kamra u kuġini fuq iż-żewġ naħat tal-Kamra!", "(Interruzzjonijiet) Eżattament, għax m'għandux x'jaqsam, Sur kap ta' l-oppożizzjoni!", "Imma inti dak li m'għandux x'jaqsam, m'għandux x'jaqsam hawnhekk, imma mbagħad ninsew il-linja ta' x'għandu x'jaqsam u ta' x'm'għandux x'jaqsam.", "Jiġifieri l-kwestjoni ta' etika ...", "(Interruzzjoniijet) Mela l-etika fil- ħajja pubblika!", "M'hu veru xejn.", "Din hija l-falsita` ta' l-oppożizzjoni!", "Inti qed tagħmel disservice lill-konċett ta' l-etika pubblika meta tattakka lin-nies li ġenwinament jaqdu dmirhom evidentement mingħajr l-ebda kapriċċi partikolari.", "Int qed tagħmel disservice lill-konċett ta' kif tagħti s- servizz pubbliku u ta' kif tagħmel l-etika.", "Sur President, irridu nitkellmu fuq responsabbiltajiet pero` dan il- parlament irid jgħid ukoll li l-oppożizzjoni għandha responsabbilta` u piż xi ġġorr f'dan il-proġett nazzjonali li kienet mistiedna biex tieħu sehem fih ħalli fejn tara li l-affarijiet m'humiex kif suppost u jistgħu jitjiebu tkun tista' tikkontribwixxi, u xorta għandha r-responsabbilta' allavolja baqgħet barra minnu.", "Wieħed irid jara ftit ukoll il-fatt li llum is-sitwazzjoni li għandna, fl- opinjoni tiegħi, tawgura tajjjeb ħafna għall-poplu tagħna f'dan is-settur.", "L-oppożizzjoni qed tgħidilna li qed jintnefqu ħafna flus fl-isptar il-ġdid a skapitu ta' l-isptar l-ieħor.", "Jien m'iniex se nsemmi l-investiment li sar fl-isptar Boffa għax hawn il-Ministru Louis Deguara li jista' jitkellem x'sar fl-isptar Boffa u x'qed isir ġo St Luke's. Intom titkellmu fuq St Vincent de Paule u fuq l-air-conditioning!", "Sur President, jeħtieġ li anke l-oppożizzjoni tħares sew 'il quddiem imma tħares 'il quddiem mil-lenti ta' l-interess nazzjonali billi nifhmu li, kif kien qal il-Prim Ministru Lawrence Gonzi fl-istqarrija tiegħu fil- parlament, dan hu proġett għall-poplu kollu u proġett nazzjonali.", "Il- viżjoni tagħna hija li minn dan l-isptar il-ġdid nagħmlu ċentru ta' kura medika li jkun fost l-aqwa ċentri li hawn f'dan ir-reġjun.", "Dan l-isptar irid igawdi minnu l-ewwel u qabel kollox il-poplu tagħna.", "Huwa ċ-ċentru li fih irridu nagħtu l-kura medika ta' l-aqwa kwalita` biex meta niġu bżonnha fil-mard tagħna nsibu l-aħjar għax dan il-pajjiż għandu l-fortuna li għandu fost l-aqwa tobba, fost l-aqwa nurses, fost l-aqwa paramediċi u fost l-aqwa nies li kapaċi jmexxu dan is-settur.", "Aħna nemmnu wkoll li jekk dan il-proġett jitwettaq b'mod tajjeb u jiġi kkonsolidat - u mhux se jiġi kkonsolidat sempliċement għax niftħuh fl-1 ta' Lulju tas-sena 2007 għax dawn it-tipi ta' proġetti f'dan il-qasam m'huwiex biss il-bini u l-apparat u dawn l-affarijiet li jagħmluh, imma kif kien qed jindika l-Onor.", "Mario Galea, il-qalb ta' dan l-isptar trid tkun ir-riżorsa umana u l-mod kif taħdem, kif tkun managed u kif qed immexxu dawn l- affarijiet - flimkien ma' l-iskola medika kif nafuha llum, kif ukoll ma' l- istitut tal-kura tas-saħħa li jieħu ħsieb it-training tan-nurses u tal- paramediċi, jien ċert li dan jista' jkun ċentru reġjonali li - jekk ma nitilfux il-viżjoni tagħna u ma nitfixklux ġo saqajna u nħaddmuha tajjeb - anke jkollu n-niċċa tiegħu fl-ekonomija ta' pajjiżna.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Vassallo.", "ONOR.", "ADRIAN VASSALLO: Mr Speaker, illum il-poplu Malti għandu katina mdawra ma' għonqu u fit-tarf ta' din il-katina hemm il-mażżra tad-dejn li kulma tmur qiegħda dejjem titqal.", "Din il-katina qed tkompli tissikka ma' għonq il-poplu Malti u qed tifga lill-ekonomija kif ukoll lill-poplu in ġenerali.", "Dan m'aħniex qed ngħiduh aħna, imma qed jgħidu kulħadd bħalissa.", "Min jitkellem man-nies barra jaf li kulħadd hekk qiegħed jgħid.", "L-Onor.", "Mario Galea qal li hawn ħafna ismijiet li l-oppożizzjoni setgħet tat lil dan l-isptar.", "Jien insemmilu isem ieħor u ngħidlu li minflok Mater Dei missna semmejnieh \"Mater dejn\" għax din hija ħolqa oħra fil-katina dejjem titwal ta' proġetti li marru ħażin.", "Uħud minnhom semmihom l-Onor.", "Louis Galea, fosthom l-airport li tant ftaħar bih u l-power station.", "L- airport kien ippjanat li jiswa Lm12 miljun, pero' finalment sewa Lm22 miljun.", "L-istess il-power station, kien ippjanat li tiġi tiswa Lm80 miljun pero' spiċċajna biex ħallasna xi Lm120 miljun għaliha.", "Nistgħu nsemmu ħafna proġetti oħrajn ta' tberbiq jew li marru ħażin minkejja li kulħadd fetaħ għajnejn dan il-gvern.", "Fost dawn insibu x-xiri ta' Dar Malta, l-Azzurra Air, l-RJ70s u l-iskema ta' l-awżiljari fejn ippumpjajna miljuni ta' liri.", "Insemmi wkoll dak li ġara issa fi Brindisi u l-bejgħ tal-Mid-Med Bank!", "Lm10 miljuni 'l hawn u Lm10 miljuni 'l hemm, il- Mid-Med bigħejnieh u kemm ilhom li xtrawh dawn diġa` fdewh.", "Pero' aħna qed nitilfu Lm20 mijlun dħul għall-gvern minnu.", "Dan huwa r-record ta' dan il- gvern.", "Nistgħu nsemmu kwantitajiet kbar ta' okkażjonijiet oħra bħal dawn fejn sar tberbiq.", "M'iniex se noqgħod insemmi karozzi u telephones u dik u l-oħra, imma affarijiet li swew u tellfu miljuni kbar ta' liri lill-poplu Malti!", "U issa għax aħna qegħdin nipprovaw niġbdu l-attenzjoni għal din il- balbuljata kollha kulħadd qed jgħajjar lilna.", "L-Onor.", "Mario Galea u l-Onor.", "Louis Galea qalu li fil-bidu tas-snin disgħin kellhom viżjoni.", "U jien ngħid: X'viżjoni hi din?", "Li inti tiftaħ sptar?", "Huma bdew igħidulu sptar speċjalizzat, sptar li kien se jkun, ngħid jien, nofs leħja għaliex dan l-isptar waħdu ma setax jiffunzjona.", "Kien se jkollok ħafna skariġġ ta' ħaddiema u ta' pazjenti mill-isptar li kienu se jsejħulu San Raffaele u l-isptar ta' San Luqa.", "Kulħadd kien jgħidilna li l- isptar San Luqa ma tistax tirranġah, pero' bis-sistema li kienu se jagħmlu huma l-isptar San Luqa kien se jibqa' miftuħ.", "Kien se jkun hemm ċerti oqsma fih li waħdu dan l-isptar ma jistax jaħdem.", "Dan mhux qed ngħiduh aħna imma qed jgħiduh il-unions tat-tobba, qaluh il-unions tal-paramediċi u qalu kulħadd ħlief il-gvern Nazzjonalista.", "Aħna bħala partit Laburista għedna wkoll li ma naqblux ma' l-idea li jkollok sptar nofs leħja.", "Meta fl-1996 il-gvern Laburista rebaħ l-elezzjoni iċ-choices kienu - dawn diġa' rrifera għalihom il-kap ta' l-oppożizzjoni - li jew tagħlaq dan l- isptar, li ma kenitx tagħmel sens, jew inkella nibnu sptar ġenerali ġdid komplut u mbagħad l-isptar San Luqa ma kienx ikun hemm bżonnu, bħalma kien hemm bżonnu bis-sistema li kien se jagħmel il-gvern Nazzjonalista ta' dak iż-żmien.", "Fil-fatt kien se jintuża bħala residenza għall-persuni ħandikappati u biex iservi ta' estensjoni għal St Vincent de Paule.", "Pero` kien hemm għażla oħra għax stajna ħallejna l-farsa għaddejja kif kienet.", "U d-deċiżjoni li ħa l-gvern Laburista kienet li jibni sptar ikbar.", "In-naħa tal-gvern qed jiftaħru kontinwament li se jagħtu lill-poplu sptar modern u sptar sabiħ, imma l-viżjoni li l-poplu jingħata sptar sabiħ u sptar modern kienet proprju tal-gvern Laburista għax li kien għalihom kienu jagħmlu nofs sptar biex imbagħad il-poplu ma kien igawdi kważi xejn.", "B'dan il-mod aktar kienu se joħolqu konfużjoni.", "Dan il-kliem kien qed igħidu kulħadd, pero' tan-naħa l-oħra għalqu għajnejhom u baqgħu għaddejjin bl-affarijiet tagħhom.", "Imbagħad jiġu jgħajjruna li għax ma pparteċipajniex f'dik it- taħwida konna qed nonqsu lejn il-poplu Malti!", "Anzi l-poplu Malti jmissu jirringrazzjana li ħadna l-istand li ħadna.", "Fis-sena 1998 ġara dak li ġara, u kulħadd jaf li tela' il-partit Nazzjonalista fil-gvern.", "Dan malli tela' reġa' dawwar kollox u reġa' kompla bl-isptar kif kellu jiġi, jiġifieri sptar ġenerali akut.", "Id- differenza kienet li l-gvern ħalla kollox f'idejn il-kumpannija li kienet qed tibni l-isptar, jiġifieri f'idejn Skanska.", "Imbierek Alla dawn jiddisinjaw, jibnu u fl-istess ħin jitolbu l-open cheque bl-FMS kemm taqbad u tħallas.", "Il-gvern jitkellem ħafna li għandu t-trasparenza iżda sadanittant il-poplu Malti mhu jisma xejn u ħadd ma jaf x'inhu jiġri.", "L- ewwel darba li smajna li hemm daqsxejn ta' problema kienet qabel l- elezzjoni li għaddiet, meta l-prim ministru ta' dak iż-żmien, Dr. Fenech Adami kien qal li tkexkex meta sema' kif flus il-poplu kienu qed joħorġu ħalli jitkompla u jitlesta dan l-isptar.", "Pero' mid-dehra bit-tkexkixa konna u bit-tkexkixa bqajna.", "Dan għaliex jekk sar xi ħaġa żgur li fid-deher ma kenitx qed tidher.", "Dik hija t-trasparenza kollha għaliex filli konna qed nimxu bis-sistema ta' \"money no problem\" u meta jitla' l-gvern Nazzjonalista kulħadd kellu jserraħ rasu għax kollox kien miexi sew u filli bdew ifaqqgħu l-bombi, speċjalment wara n-nomina tal- Prim Ministru Lawrence Gonzi.", "Safejn naf jien, mill-1998 'il hawn l-Onor.", "Gonzi kien ukoll il-viċi prim ministru u allura kien jifforma parti wkoll mill-gvern.", "U sadanittant beda jberraq fuq kollox!", "Illum il-ġurntata ma' fadal xejn sostenibbli u aktar ma jħaddi ż-żmien il-problemi aktar qegħdin jimmultiplikaw ruħhom.", "Jekk wieħed iħares lejn l-affarijiet li qed jiġru llum jibda jiddubita kemm dan il-pajjiż fir-realta miexi 'l quddiem!", "Naħseb li aktar mexjin lura!", "Sur President, jekk wieħed iħares lejn dak li ġara fis-sena 2000 isib li l- gvern reġa' rreveda kollox ma' Skanska u qal li l-isptar il-ġdid kien se jiġi jiswa madwar Lm83 miljun, u filli l-isptar kellu jinfetaħ fl-2003 u filli kellu jinfetaħ fl-2005.", "U issa qed nisimgħu li l-ispiża ħarbet minn taħt idejn il-gvern u qed ikollu jħallas ħafna aktar flus milli suppost kellu jħallas.", "Allura dan min kien qiegħed jagħmel il-kalkoli?", "Din mhux ħaġa ovvja, li l-affarijiet ħarbu minn taħt idejn il-gvern!", "Iżda kollox baqa' għaddej kif inhu.", "L-Onor.", "Mario Galea għadu kemm qalilna \"doing more with less\".", "Pero' jien nistaqsi: Kif il-gvern issa qed jgħid li se jiffranka lill-poplu Malti Lm25 miljun mill-ispiża totali ta' dan l-isptar?", "Huwa veru li l-prim ministru tal-lum sejjaħ lill-Prim Ministru ta' qablu bħala Harry Potter, pero' jien naħseb li anke l-Onor.", "Gonzi tajjeb daqsu, jekk mhux aħjar minnu!", "Dan għaliex ma nistax nifhem kif qed jiftaħru u jgħidu li se jaqbdu l-medical school b'bini ta' ħames sulari, l-institute of health care b'bini ta' ħames sulari oħra, il-wards tal-psikjatrija, tar-renal unit, id- dental unit u l-areas kollha li jitrattaw il-cancers – fejn illum hemm l- isptar Boffa - u se jdeffsuhom kollha ġo l-isptar eżistenti kif inhuwa mibni llum.", "Dan x'inhu jekk mhux magic?", "Sur President, jekk dan m'huwiex magic allura bilfors li l-gvern Nazzjonalista ma kienx jaf eżattament x'inhu jiġri.", "Dan għaliex kif jista' ikun li inti ddaħħal wards sħaħ, dipartimenti sħaħ, skola medika li fiha madwar 100 sala u l-institute of health care li għandu bini ta' ħames jew sitt sulari u ndaħħlu kollox f'dan il-bini ġdid!", "Allura mhux ħaġa ovvja li kien hemm ħela, taħwid u tgerfix li ħadd ma seta' jsib tarfu.", "Issa bdew ikantaw il-vittorja għax qalulna li se jiffrankaw Lm25 miljun.", "Huwa veru li ffrankaw Lm25 miljun pero' dawn kif iffrankawhom?", "Dawn se jiġu ffrankati għax mhux se jinbena ċertu bini.", "Allura hawnhekk nixtieq nistaqsi: X'kien se jsir f'dak il-bini li kellu jinbena?", "Dawn kienu moħlijin u kienu hemm għalxejn?", "Jista' xi ħadd li se jitkellem wara d- diskors tiegħi jispjegali daqsxejn fejn se jiġu mdeffsa dawn l-affarjiet.", "Jien ma naħsibx li qed nibnu bini li tant għandu spazju li kien se jkollu swali sħaħ li kienu se jibqgħu vojta!", "Kif inti minn bini li kien eżistenti diġa` u li miegħu kien ippjanat li jiżdiedu blocks sħaħ oħra, bħall-medical u n-nursing school - jekk tpoġġihom ħdejn xulxin dawn fihom kważi daqs nofs l-isptar San Luqa kollu – tiġi tgħid li se tnaqqas fil-bini!", "Kif tista' tagħmel dan?", "Issa qed jgħidu li se jaqbdu u jdeffsu kollox ġol-bini eżistenti li hemm.", "Mhux bilfors tgħid li kien hemm it-taħwid.", "It-taħwid ilu ġej u jekk wieħed iħares lejn l-ispiża jsib li l-gvern jippjana mod u Skanska titlob mod ieħor.", "Fis-sistema tad-dawl u l-ilma, fis-sistema tat- toroq, fis-sistema tal-madum, fis-sistema tas-soqfa ssib it-taħwid.", "Jibnu u jerġgħu jwaqqgħu minħabba li l-bini ma kienx up to standard, imbagħad jgħidulna li minn 400 bieb saru 900, bl-iskuża tkun li dawn ma kenux up to standard mal-health and safety ta' l-Unjoni Ewropea.", "Sur President, dan kollu huwa taħwid enormi u ġenn kbir.", "Sadanittant il- flus baqgħu ħerġin u min qed iħallas għalihom dawn?", "U mela ma rridux sptar modern!", "Dażgur li rridu sptar modern.", "Anke l-poplu jixtieq li jkollu sptar modern.", "Pero` xorta waħda ma nistax nifhem kif sptar ta' 1,000 sodda li għandna bħalissa plus l-isptar Boffa u s-psychiatric unit se ndeffsuhom fi sptar ta' 800 sodda!", "Aħna forsi kellna idea ta' 1000 sodda, pero' intom inżiltu għal 800 sodda.", "Imbagħad smajna wkoll lill-Ministru Louis Galea li qalilna li dan se jkun a centre of excellence fil-Mediterran u se jibdew ġejjin nies barranin ġo l-isptar u jibdew iħallsu għas-servizzi li jieħdu.", "Pero' x'se jiġri jekk jiġu l-barranin hawnhekk?", "Ovvja, minflok 800 sodda għall-Maltin se nispiċċaw b'600 sodda!", "Fl-opinjoni tagħna din hija balbuljata sħiħa u mxejna out of control.", "Il- gvern qiegħed jgħid li għandu gvern u kabinett serju u li se jagħmlu politika with a smile.", "Pero' ma naħsibx li politika with a smile tfisser li noqogħdu nidħku bin-nies.", "Dan tista' tagħmlu ma' xi wħud u tista' tagħmlu dejjem ma' xi wħud, pero' ma tistax tagħmlu l-ħin kollu u ma' kulħadd.", "Din il-froġa ilha tinħema u tista' tgħid li nħmiet kollha kemm hi taħt gvern Nazzjonalista.", "Meta konna fil-gvern aħna pprovajna nirrimedjaw nofs il- froġa li kienet saret, pero' meta reġgħu telgħu huma l-froġa kompliet tikber u tikber sakemm wasalna safejn wasalna llum.", "Imma l-gvern qiegħed ikanta l-vittorja!", "Sur President, din mhi xejn ħlief inkompetenza u ineffiċjenza ta' nies li kienu fil-poter u għadhom fil-poter illum.", "Li rridu aħna huwa l-ġid, mhux għalina iżda għall-poplu Malti, u għalhekk qed nitolbu sfiduċja fil-mod ta' kif mexxa l-affarijiet dan il-gvern.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Il-Ministru Louis Deguara.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Sur President, qegħdin niddibattu mozzjoni li qed tallega fuq tliet premessi mingħajr bażi.", "Waħda minnhom qed tgħid li qed tibbaża dan kollu għaliex issemmiet ċifra wara l-oħra u l-ebda ċifra ma taqbel ma' dik ta' qabilha.", "It-tieni għaliex issemmew dati differenti ta' meta kellu jiftaħ l-isptar u t-tielet il-mozzjoni trid tagħti x'tifhem - għadu kemm irrepetiha l-Onor.", "Vassallo - li Skanska għamlu xalata minn fuq il-poplu Malti għaliex il-gvern kien jgħid mod u Skanska tagħmel mod ieħor.", "Naħseb li dan il-messaġġ qiegħed jasal ukoll.", "Jien nieħu gost nara r- ritratt tiegħi daqs nofs faċċata f'waħda mill-gazzetti.", "Almenu jekk ma nistgħux nagħmlu kampanja elettorali qed iservi għal xi ħaġa dak ir-reklam!", "Pero' naħseb li jkun tajjeb li ngħidu x'kienet verament l-istorja ta' dan l-imbierek sptar.", "Il-kollega tiegħi l-Onor.", "Louis Galea li kien il-mutur meta nbeda dan l- isptar, kien qiegħed jitkellem fuq sptar ta' 480 sodda, mhux sptar ġenerali iżda wieħed speċjalizzat, partikolarment f'dak il-mard li huwa komuni għall- poplu Malti, u dan kien se jiġi jiswa Lm51 miljun.", "Bejn l-1997 u l-1998 il- gvern Laburista kien ħa d-deċiżjoni li jibni sptar ġenerali ta' 1000 sodda, – m'iniex qed nikkritika d-deċiżjoni tiegħu - sptar li minn kalkoli u minn dokumenti li poġġejna fuq il-mejda tal-Kamra kien maħsub li kellu jiġi jiswa u jaqbeż il-Lm100 miljun.", "Ovvjament meta kienu qed jitkellmu fuq Lm100 miljun ma kenux qed idaħħlu affarijiet oħrajn bħall-medical equipment, IT equipment, eċċ., imma kienu qed jgħidu li l-bini biss kien se jqum Lm100 miljun.", "Allura meta jien għedt li l-kuntratt li għamilna ma' Skanska ta' Lm83 miljun kien Lm17 miljun inqas minn dak li kien qed jinnegozja l-gvern tal-Labour ma kontx qiegħed nigdeb jew nivvinta kif qegħdin jipprovaw ibellgħuha lill-poplu Malti tan-naħa l-oħra.", "Fis-sena 2000 sar il-kuntratt ta' Lm83 miljun għal sptar akut li jesa' bejn 650 u 850 sodda għall-ewwel fażi biss.", "Hawnhekk konna qed neskludu kważi Lm20 miljun li kienu nbnew qabel is-sena 2000.", "L-Onor.", "Sant qal li kienu Lm40 miljun, imma kienu Lm20 miljun.", "Jiġifieri dak il-kuntratt kien għall- ewwel fażi mingħajr medical equipment, mingħajr IT equipment u mingħajr furniture.", "Jien bqajt insostni li dak il-kuntratt kien jorbot lil Skanska li tibni l-isptar għal Lm83 miljun ħlief għall-varjazzjonijiet li kellhom jiġu approvati min-naħa tal-bord tal-FMS.", "Ovvjament meta kont qed nitkellem fuq it-Lm83 miljun kont għedt li kont qed neskludi ċerti fees li kellha titħallas Skanska li kienu jġibu l-kuntratt totali għal madwar Lm90 miljun.", "Fis-sena 2003 jien ġejt ikkwotat li għedt li l-isptar se jiġi jiswa madwar Lm200 miljun.", "Allura kif saret din il-qabża kollha ta' Lm200 miljun f'daqqa waħda?", "Kien hemm min qal ukoll li pprovajna niftħu l-isptar għall- bidu tas-sena 2003 mingħajr ma semma ovvjament li dak li kellna ppjanat li niftħu fis-sena 2003 kien l-outpatients department.", "Niftakar lill-kap ta' l-oppożizzjoni jgħajjarna li tkun ġennata jekk niftħu l-outpatients department u li konna se niftħuh minħabba l-elezzjoni.", "U aħna ta' tfal sewwa għedna: Ejja ma neħdux vantaġġ, ejja niftħu l-isptar kollu!", "Ma kellniex għalfejn niftħu l-outpatients department biex nirbħulhom l- elezzjoni tas-sena 2003.", "Irbaħna l-elezzjoni mingħajr ma ftaħna l- outpatients department, aħseb u ara meta se niftħu l-isptar fis-sena 2007!", "Jien kont għedt li se nonfqu madwar Lm200 miljun u hemmhekk ma kont qiegħed nimmiżlijdja lil ħadd għaliex kont qed nikkwantifika li l-Lm200 miljun kienu għall-ewwel fażi kompleta, inklużi l-IT equipment, il-medical equipment, il-furniture, logistics u ħafna affarijiet oħra.", "Allura dik iċ- ċifra kienet ukoll korretta meta ntqalet.", "Fis-sena 2004 iċ-ċifri splodew mingħajr kontroll.", "F'waħda mill- mistoqsijiet parlamentari ta' l-Onor.", "Bartolo li rrispondejt fi Frar ta' din is-sena jien kont ġejt ikkwotat li tajt breakdown li dan l-isptar kien ipproġettat li se jiswa Lm177 miljun għall-ewwel fażi kompluta, bl-IT equipment, bil-medical equipment u bl-affarijiet kollha li semmejt plus l- Lm20 miljun li kienu intnefqu qabel l-1998.", "Il-partit Laburista dak il-ħin kien qiegħed jispara ċ-ċifri minn Lm200 miljun u tlajna għal Lm250 miljun.", "Il-prim ministru preżenti wara ħafna xogħol ikkonkluda arranġament ma' Skanska li dan l-isptar se jinbena għal Lm139 miljun meta Skanska kienet qed titlob Lm161 miljun.", "Wieħed irid jifhem għaliex kien breakthrough dak li rnexxielu jġib il-prim ministru tagħna.", "L-ewwelnett il-Lm139 miljun ifissru li se jkollna sptar li jibda jaħdem fis-sena 2007.", "Iżjed importanti minn hekk huwa l-fatt li se neliminaw parti sostanzjali mit- tieni fażi u mit-tielet fażi ta' dan l-isptar.", "Hawnhekk ikun tajjeb li ngħid li f'dak il-kuntratt se jkun hemm ukoll il-possibilita` li nilliberaw għall-ewwel darba kompletament l-isptar San Luqa, li nilliberaw kompletament l-isptar Boffa u possibilita` qawwija hija li nagħlqu l-isptar Zammit Clapp u nużawh għal xi ħaġa oħra.", "Waqt li kien qiegħed jirrispondi lill-prim ministru l-Onor.", "Sant qal li hemm ħlas ta' Lm151 miljun.", "Huwa bbaża din is-somma fuq il-fatt li fl- estimi finanzjarji huwa maħsub li din is-sena jintnefqu Lm43 miljun.", "Fil- fatt mhux se jintnefqu daqshekk u allura ma tistax tagħmel kalkoli ta' Lm151 miljun meta nafu li dik is-somma li qed tibbaża fuqha m'hijiex sejra tintnefaq.", "Meta aħna wasalna biex nikkonkludu ma' Skanska għall-kuntratt ta' Lm139 miljun, dan kien juri biċ-ċar li wasalna għal lump sum ta' Lm83 miljun li kellna plus iż-żidiet li għadni kif semmejt u bl-overspecification li hemm, u allura ħadd ma' jista' jgħid li varjajna.", "Inutli li jiġu l-oppożizzjoni jakkużawna li aħna sparpaljajna flus il-poplu.", "Aħna ma sparpaljajniex flus il-poplu għax sakemm intlaħaq l-arranġament għal Lm139 miljun - u din ħadd ma jsemmiha - is-somma ta' Lm83 miljun li kellna nħallsu lil Skanska kienet għadha ma nqabditx.", "Barra minn hekk ċerti ħlasijiet oħra - li l-oppożizzjoni qisha qed tagħti l- idea li aħna konna nħallsu u niġu naqgħu u nqumu - kienu qed jitħallsu kompletament taħt il-patt li kienu qed jitħallsu mingħajr ebda preduġizzju.", "L-Onor.", "Sant semma wkoll is-CT scan.", "Minkejja li kellna kuntratt ma' l- INSO biex inġibu CT scan ġdid, l-INSO qalulna li llum tant imxiet it- teknoloġija li dak li konna ordnajna sentejn ilu lanqas għadu jintuża.", "Qalulna li minflok 4-slice CT scan, kif kellna ordnat, jaqblilna li nordnaw wieħed 16 upgradable għal 36.", "Kif jirraġuna l-Onor.", "Sant aħna missna nibqgħu ninsistu fuq a 4-slice CT scan biex ma naqbżux iċ-ċifra.", "Imma aħna, Sur President, għax irridu verament li jkollna sptar ta' eċċellenza, għax irridu li verament il-poplu Malti jgawdi l-aħjar li jista' joffri s-servizz, sejrin għall-aktar waħda moderna.", "Pero` hemm prezz ukoll, hemm Lm0.25 miljun differenza.", "Issa tan-naħa l-oħra xi jridu?", "Iridu li ma ngħollux Lm0.25 miljun u nispiċċaw b'biċċa apparat li llum qed jgħidulna li m'għadux tajjeb jew jekk verament iridu li l-poplu Malti jinqeda bl-aħjar, immorru għal dak li jiswa Lm0.25 miljun iktar minn dak li konna ordnajna meta oriġinarjament ħareġ it-tender?", "Jew dawn jippretendu li xi ħadd se jagħtik xi ħaġa li tiswa Lm0.25 miljun aktar minn dak li kont ftehemt miegħu u ma jżommlokx Lm0.25 miljun iżjed?", "Dan qed jippretendu?", "Din hija l-verita`?", "Jien naħseb li l-aktar importanti huwa li naraw biex se nispiċċaw fl-1 ta' Lulju tas-sena 2007.", "Se nispiċċaw bi sptar li jiswa Lm83 miljun u li l- poplu Malti se jħallas Lm200 miljun għalih, jew se nispiċċaw bi sptar li se nħallsu viċin il-Lm200 miljun għalih, pero` l-valur ta' dawk il-Lm200 miljun huma vera hemmhekk?", "Dawn xi jridu li jkollu l-poplu Malti?", "Dak li ppjanajna li nibnu u nagħtu lill-poplu Malti fis-sena 2000 m'huwiex dak li se jibbenefika minnu l-poplu Malti fl-1 ta' Lulju 2007.", "Hemm value for money f'dan il-proġett?", "Jien xtaqt nuża r-riga li jużaw tan- naħa l-oħra biex naraw jekk hemmx value for money.", "Ovvjament dawn ma ndunawx li r-riga li jużaw huma hija riga mgħawġa, riga li fuqha kellha l- kejl ħażin.", "Bħas-soltu, il-kollega tiegħi jsib ċifra li għalih tagħmel sens u taqbel għall-finijiet li jrid jużaha u dik jagħmilha l-vanġelu mqaddes u jikkompara kollox magħha.", "Il-kollegi tan-naħa ta' l-oppożizzjoni jħobbu jsemmu n-Norwich hospital u jgħidulna li jmissna nistħu għax dan huwa sptar ta' 1,000 sodda li nbena b'ħafna inqas flus.", "Imma qatt xi ħadd minnhom interessa ruħu jara jekk dan l-imbierek sptar huwiex veru komparabbli ma' l-isptar li se nibnu aħna?", "(Interruzzjonijieet) Nista' ngħaddilek tabella biex tkun informat u ma tibqax tgħid l-istess affarijiet li għedt sal-lum.", "Jien ngħid li għedthom għax ma ċċekkjajtx u mhux biex tipprova tidħak bil-pubbliku Malti.", "L-ewwelnett dan l-isptar li jħobbu jsemmu, il-gvern Ingliż ma ħariġx sold għalih.", "Dan kien l-ewwel sptar li nbena fuq PFI u l-NHS għandha agreement li jorbotha għal 65 sena b'opt-out conditions kull 30 sena u din tħallas rata fix-xahar talli tużah.", "Aħna mhux hekk.", "Aħna nfaqna u ħriġna flus il- poplu biex nibnuh.", "Dan l-isptar li jħobbu jsemmu huwa sptar nazzjonali bħalma se jkun l-isptar Mater Dei jew sptar reġjonali, u allura ma fihx is- servizzi kollha li se jkun fih l-isptar Mater Dei.", "U jekk ma fihx is- servizzi kollha li fih il-Mater Dei wieħed jippretendi li se jqum ħafna inqas.", "Dawn staqsew jekk il-Lm142 miljun li sewa dan l-isptar kienx għall-bini ta' sptar ta' 980 sodda kif qegħdin igħidu jew jekk il-Lm142 miljun intnefqux biss biex sptar li kien jakkomoda 400 sodda jiġi estiż li jesa 1,000 sodda?", "Dawn staqsewhom dawn l-affarijiet?", "Staqsew jekk l-art ta' dak l-isptar inxtratx bħalma xtraha l-gvern Malti jew inkella ngħatat b'xejn lill- consortium min-national health service Ingliża li kienet xtrat l-art fl- 1988?", "Qegħdin inqabblu l-istess ħaġa?", "L-isptar li jħobbu jiftaħru bih fih 94,000 metru kwadru filwaqt li l-isptar Mater Dei se jkun fih 230,000 metru kwadru, iktar mid-doppju ta' l-isptar li qegħdin jitkellmu fuqu.", "Tant hu hekk, li waqt li aħna għandna spazju biżżejjed biex inkunu nistgħu nespandu, l-isptar li jħobbu jsemmu huma, skond dokument maħruġ mill-isptar stess, huwa diġa` żgħir wisq biex ikompli jaqdi l-funzjonijiet tal-poplu.", "Jafu dawn li ħafna mill-uffiċini ta' dan l-isptar qegħdin fil-Portakabins għax m'hemmx spazju għalihom?", "Jafu li ħafna mill-uffiċini qegħdin taħt l- art għax ma ħasbux għalihom?", "Jafu li ftit li xejn daħal medical equipment ġdid ġewwa dan l-isptar għax inġab kollu minn sptarijiet oħrajn, mentri l- parti l-kbira tal-medical equipment tagħna huwa ġdid u maħsub li jiswa madwar Lm27 miljun jew Lm25 miljun?", "Jafu li dan l-isptar m'huwiex air- conditioned u li l-Mater Dei huwa air-conditioned kollu u allura l-ispiża għaċ-chillers hija waħda sostanzjali?", "Jafu li għax dan mhux sptar nazzjonali lanqas hyperbaric units m'għandu u aħna se jkollna tlieta; waħda li għandna llum ġewwa l-isptar San Luqa u tnejn ġodda li waħedhom jiswew Lm1.5 miljun?", "Jafu li dan l-isptar lanqas għandu underground car park wieħed?", "Jafu li l-isptar tagħna se jkollu 1,600 parking space taħt l-art?", "Jaħsbu li sibna xi ħofra?", "Jaħsbu li ħaffirnihiex u ma bnejnihiex?", "Jaħsbu li qamitilniex flus?", "Jafu dawn li l-isptar li qegħdin jiftaħru bih, kull sala tiegħu fiha 36 sodda mentri tagħna fihom 24?", "Jafu li ġewwa s-swali ta' dan l-isptar hemm erba' kmamar ta' l-acute intensive care li fihom sitt sodod kull waħda u aħna għandna kamra li qiegħda quddiem in-nursing quarters?", "Jafu li l- isptar li jħobbu jiftaħru bih u jkejlu bih fih 20 lift meta tagħna fih 52 lift?", "Jafu li l-finishing tal-PFI huwa verament sptar bażiku mentri tagħna huwa mmirat biex ikun verament sptar li huwa high class?", "L-iżjed ħaġa importanti hija din.", "Jafu dawn li skond dokument li ħarġu huma stess, ikkritikaw lilhom infushom għax qalu li għamlu żball li land users ma ġew ikkonsultati qatt?", "Dawn l-affarijiet ma jafuhomx għax kieku ma kenux jaqgħu għaċ-ċajt u jsemmu dawn l-affarijiet kollha li huma elenkati fuq dokument li ħareġ dan l-isptar stess.", "Naħseb li dan id-dibattitu wera xi ħaġa waħda.", "L-Onor.", "Alfred Sant reġa' kkonferma li r-raġuni li kompla jibni dan l-isptar kienet li kien hemm Lm40 miljun minfuqin.", "Din għadu kemm qalha llum stess.", "L-unika ħaġa li mmotivat lill-Onor.", "Alfred Sant jew kienet strumentali biex jiddeċiedi li jkompli jibni l-isptar kienet mhux għax il-poplu Malti għandu bżonnu, imma għax kienu ntnefqu Lm40 miljun u għaliex kien se jkun hemm nies li se jbatu l-qgħad.", "Qal ukoll li kellna nħallsu penali kbar lil Skanska.", "Jien ma nistax nifhem meta nisma' lill-Onor.", "Adrian Vassallo jgħid li dan l- isptar huwa mażżra m'għonq il-poplu, meta nisma' lill-Onor.", "Charles Mangion jgħid li f'dan il-pajjiż għandna ekonomija ħażina ħafna, u allura ma jistax jifhem kif il-gvern jibqa' jonfoq flus f'kapriċċi bħal Dar Malta fi Brussell u bħall-isptar Mater Dei.", "Dawn il-kelliema huma kollha kontra dan il-proġett - m'għandhomx kuraġġ jgħidu li huma kontra dan il-proġett - għax għadhom iħarsu lejn il-politika tagħhom bis-sistema antika tal- calculator u f'sitt snin sħaħ għadhom ma tgħallmu xejn.", "Għadhom ma tgħallmux l-iktar ħaġa fundamentali; li minkejja d-diskussjonijiet li jsiru hawnhekk fuq dati u fuq infiq ta' flus, hemm barra l-poplu kollu, il-poplu Nazzjonalista, il-poplu Laburista, il-poplu ta' l-Alternattiva Demokratika, il-poplu li ma jimpurtahx, il-poplu indipendenti, kulħadd irid li dan l- isptar jinfetaħ.", "U kull sforz li qegħdin jagħmlu tan-naħa l-oħra biex jipprovaw jagħtu l-gambetti juri li dawn qatt ma reduh dan l-isptar.", "Sur President, jien għedt li ċedejna u ma ftaħniex biċċa mill-isptar fis- sena 2003 biex ma niġrux bihom.", "Ma ftaħniex biċċa waħda biss ukoll ġrejna bihom, aħseb u ara meta dan l-isptar ikun lest fis-sena 2007!", "Dawn se jkunu mistednin għall-ftuħ tiegħu għax dan huwa proġett nazzjonali.", "Veru li dan qed jagħmlu l-gvern Nazzjonalista, pero` se jgawdu huma u n-nies tagħhom se jgawdu daqskemm se jgawdu n-nies tagħna.", "Nirringrazzjak.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "MR SPEAKER: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Tonio Fenech.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Mr Speaker, proprju l-ewwel frażi ta' din il- mozzjoni li ressaq il-kap ta' l-oppożizzjoni flimkien ma' l-Onor.", "Charles Mangion u l-Onor.", "Michael Farrugia tiddikjara li huma konxji tal-ħtieġa li s-servizzi mediċi f'pajjiżna jkunu ta' l-aqwa kwalita`, u li jkollna sptar ġenerali modern u attrezzat skond l-aqwa kriterji.", "Allura jien għamilt żewġ domandi lili nnifsi wara li qrajt din il-frażi.", "X'inhuma ż-żewġ domandi li l-poplu Malti għandu jagħmel fuq din il-frażi li qed jaqblu fuqha l-oppożizzjoni, anzi qed jagħmluha bħala l-istatement tagħhom?", "L-ewwelnett il-poplu għandu bżonn sptar li jagħtih il-kwalita` ta' servizz li tixraqlu fid-dinja tal-lum u sptar li jilħaq l-aspirazzjonijiet u l- ħteġijiet tagħna lkoll?", "Il-kap ta' l-oppożizzjoni flimkien mal-kelliema l- oħra qed jgħidu iva.", "Allura d-domanda l-oħra hi: L-isptar li se jkollna u li dan il-gvern qiegħed iħejji biex jagħti lill-poplu Malti huwa dak li suppost il-poplu Malti qed iħallas għalih?", "Naħseb li l-konklużjoni jekk din il-mozzjoni kellhiex għalfejn titressaq jew le hija abbażi ta' din it- tieni domanda.", "Naħseb li l-gvern fin-negozjati li għamel qed jirrispondi fl-affermattiv.", "Dan għall-kuntrarju ta' ħafna statements li saru li huma lil hinn mis-suġġett ta' din il-mozzjoni nnifisha.", "L-ewwelnett irridu nitilqu mis-sitwazzjoni li wasslet għall-ħtieġa li nitkellmu u ninnegozjaw ma' Skanska biex insolvu l-issues li kienu qed iqumu maż-żmien.", "Kien hemm propjru din il-ħtieġa għaliex il-gvern, kontinwament u b'mod konsistenti f'kull livell, kien qiegħed iħares lejn dan l-isptar, kien qiegħed iħares lejn din l-ispiża ta' dan l-isptar, kien qiegħed jifli dak li kien qed jiġri, u kien qed jagħmel, skond l-istrutturi li kien hemm, dak kollu meħtieġ biex jikkontrolla s-sitwazzjoni.", "Għalhekk, fl-opinjoni tiegħi, l-attakk sfrenat li qed isir, fejn donnhom qed igħidu li l-istrutturi li kien hemm, fosthom l-FMS, ma kienu qed jagħmlu xejn, hija kollha impressjoni żbaljata li qed jipprovaw jagħtu ta' l- oppożizzjoni.", "Ir-realta` hi li wasalna biex ninnegozjaw ma' Skanska proprju abbażi ta' dak li kien ilu jiġi akkumulat.", "Konna wasalna f'sitwazzjoni proprju li jien insejħilha ta' stalemate bejn iż-żewġ partijiet fejn l-ispiża li kienet qed tintalab dak iż-żmien mill-kuntrattur biex jagħti dan l-isptar ta' kwalita` li l-poplu – u anke l-oppożizzjoni - qed jaspira għalih, kienet qed titla' b'mod fenomenali u ovvjament l-FMS ma kenitx lesta terfa' r-responsabbilta' tagħha mingħajr ġustifikazzjoni.", "Kien għalhekk li nħasset il-ħtieġa li jsir eżerċizzju dettaljat li huwa r-rapport tal-gap analysis.", "Dan ir-rapport il-gvern poġġih fuq il-mejda tal-Kamra u kulmin irid jista' jidħol fih u janalizzah.", "Ovvjament aħna ma konniex lesti li sempliċement ngħidu li se jkollna sptar ta' kwalita` irrispettivament minn kemm jiswa'.", "Aħna ridna li nkunu żguri li dak kollu li qed jintalab fi ħlas għal dan il-kuntratt huwa dak li jixraq għal dak li huwa dovut u għal dak li tassew jiswa' bħala sptar.", "Tant hu hekk li l-ħlasijiet li kienu qed isiru mill-fondazzjoni għas- servizzi mediċi malli bdiet tinqabeż is-somma oriġinarjament stipulata, kienet qed tagħmel dan anke bla preġudizzju għall-pożizzjoni finali tal- gvern bħala klijent.", "Din kienet xi ħaġa li lil Skanska kienet qed turtaha ħafna għax din il-kumpannija riedet garanzija li dak kollu li kienet qed tikklejmja kienet se titħallas għalih.", "Dan kollu wassal biex bdew diskussjonijiet.", "Min-naħa l-gvern ma kienx lest li jagħti blank cheque għal kollox basta l-isptar jiġi mogħti lill-poplu Malti fiż-żmien stipulat u min- naħa l-oħra Skanska kienet qed tgħid li jekk din is-sitwazzjoni ma tkunx riżolta huma kien se jkollhom problemi kbar biex ikomplu mexjin b'dan il- kuntratt.", "Mr Speaker, meta jien ġejt mitlub mill-prim ministru biex nibda niddiskuti ma' Skanska, jien ġejt mogħti dawn iż-żewġ oġġettivi ċari.", "L-ewwelnett li l-gvern jiġi mogħti data definittiva, preċiża u li fuq kollox hi achievable.", "It-tieni li nkunu żguri li dak li naċċettaw u li se nħallsu għalih ikun dak li l-poplu Malti jistenna u li għalih iħallas mit-taxxi tiegħu.", "Ma konniex qed nipprovaw li b'xi mod nieħdu xi kick minn fuq Skanska u nieħdu sptar ta' valur li huwa ħafna irħas milli suppost inħallsu għalih, imma min-naħa l-oħra lanqas ma konna lesti li naċċettaw it-talbiet kollha li kienu qed isiru meta kien qed jirriżultalna li dawn ma kenux raġjunevoli.", "B'dan il-mod dħalna f'diskussjonijiet twal.", "L-ewwel ħaġa għamilna team ta' nies biex stajna nkunu attrezzati tajjeb bħala gvern biex ninnegozjaw ma' Skanska, li min-naħa tagħha ovvjament kienet qed tiġi attrezzata għal dawn l-istess diskussjonijiet.", "Għalhekk ġibna on board fi żmien qasir ħafna nies li ħassejna li kellhom l-esperjenza u l-kapaċita` teknika biex aħna nagħmlu dan l-eżerċizzju li proprju kien mitlub lilna fl-interess anke tal- pajjiż.", "Mr Speaker, hawnhekk nixtieq nirrimarka li l-atteġġjament li ħadet l- oppożizzjoni fil-konfront tat-team tan-negozjati huwa ħasra.", "Dawn huma nies li m'humiex pubbliċi, huma nies li aċċettaw li jagħtu servizz lil dan l-pajjiż.", "Dawn in-nies kienu qegħdin hemmhekk biex jiddefendu l-istess interess tal-pajjiż.", "Minflok rikonoxximent ikun hemm min jisfiduċjahom, jitfa' d-dubji, jitfa' s-suspetti u jħawwad l-imħuħ bħallikieku llum il- kapaċita` tal-persuna ma tiswa' xejn, imma tiswa biss l-ispin li xi ħadd jista' jipprova jġib minn din il-ħaġa.", "Issa hawnhekk ikun tajjeb li ngħid li f'sitwazzjonijiet simili, gvern li llum qiegħed fl-oppożizzjoni aġixxa b'modi simili.", "Bħal donnu dak iż-żmien jista' jintesa, u issa, minn dan il- gvern nibdew nitolbu livelli jew aspirazzjonijiet etiċi li m'humiex raġjunevoli.", "Mr Speaker, jien ma nafx għalxiex saret dik il-pressjoni kollha u x'kienu l- għanijiet preċiżi ta' din il-pressjoni.", "Forsi l-oppożizzjoni ma kenitx kuntenta li l-gvern kien qiegħed b'mod konkret jindirizza din l-issue biex finalment jagħti dan l-isptar lill-poplu Malti?", "Forsi l-oppożizzjoni kienet qed tittama li terġa' tkun fil-gvern u taqta' ż-żigarella hi?", "(Interruzzjonijiet) Imma l-isptar ikun infetaħ qabel, u dik forsi hija xi ħaġa li lilkom qed turtakom!", "Aħna se nlestu l-isptar qabel l-elezzjoni li jmiss għax aħna ma nispiċċawx mill-gvern wara 22 xahar, u allura nkunu nistgħu nkomplu bil-pjanijiet tagħna.", "Mr Speaker, għamilna l-isforzi tagħna biex ġbarna l-aħjar nies biex bdejna ninnegozjaw.", "Ikun tajjeb li nfakkar minn fejn tlaqna fin-negozjati tagħna u x'kienu t-talbiet li kellu quddiem il-gvern.", "Kellna talbiet li kienu jwasslu għal Lm164 miljun.", "U f'din il-Kamra - minbarra fil-ġurnali - kien hawn min beda jqajjem id-dubju jekk din hijiex il-figura vera jew hemmx xi ħadd li qed jipprova jonfoħ din il-figura.", "Nista' ngħidlek, bħala l- persuna li kont involut direttament fin-negozjati, li t-talbiet ta' Skanska kienu bbażati fuq tliet contentions.", "L-ewwelnett li l-projected final cost ta' dan il-proġett, jiġifieri l-kostruzzjoni nnifisha, kienet tlaħħaq il- Lm125 miljun.", "Għad-design fees u l-management fees, minħabba l- estensjonijiet u tibdiliet, kienu qed jitolbu Lm16 miljun.", "Imbagħad kien hemm Lm23 miljun claim li kienet saret mis-sub-contractor.", "Issa din il- claim hija xi ħaġa li huma mhux qed jaċċettaw, u allura ma jpoġġuhiex fil- PFC.", "Dwar dawn il-claims huma kienu f'arbitraġġ u fi proċeduri legali u kienu qed jgħidulna li kienu f'riskju li jitilfu numru sostanzjali minnhom.", "Mr Speaker, aħna ovvjament bħala negozjati m'aċċettajniex li niddiskutu mal- korsozju Skanska abbażi ta' dak li kienu qegħdin jitolbu.", "Aħna ħadna atteġġjament li ridna nħallsu għal dak li hu dovut u mhux għal dak li fl- aħħar mill-aħħar kienet se tgħabbi Skanska bħala spiża.", "Għaldaqstant għamilna l-eżerċizzju tagħna biex niddeterminaw kemm kienet ġustifikata dik l-ispiża biex aħna fin-negozjati tagħna nkunu ċari fil-parametri li aħna ridna nħallsu.", "Dan ibbażajnih fuq numru ta' rapporti li kellna.", "L-ewwelnett kellna r-rapport li għamlet Jacky Camilleri li kien il-gap analysis li ddetermina l-varjazzjonijiet kollha għalxiex kienu u jekk kenux ġustifikati.", "Imbagħad qabbadna lis-Sur Jack Storey li huwa espert fuq livell tekniku biex janalizza dawk il-varjazzjonijiet u jagħtina opinjoni oħra indipendenti ta' x'jaħseb li hi verament l-istima ta' dan l-isptar.", "Minn dan l-eżerċizzju lilna rriżultalna li l-gvern ma kellux iħallas iktar minn Lm135 miljun għal dan l-isptar kif kien ippjanat u miftiehem.", "Ovvjament wieħed jista' jgħid li l-gvern issetilja għal Lm139 miljun.", "Ir- realta` hi li jekk inti trid tasal għal soluzzjoni huwa ovvju li meta inti tinnegozja trid iċċedi xi biċċa wkoll.", "Għax fuq kollox dan il-gvern mhux jiġġieled ma' Skanska ried, imma ried jasal biex jagħti lil dan il-pajjiż l- isptar li jixraqlu.", "Irrid ngħid ukoll li wasalna f'dawn in-negozjati għal żewġ oġġettivi prinċipali.", "L-ewwelnett li l-ispiża tkun marbuta u finali, li jfisser li ladarba naqblu fuq il-prezz, fuq ix-xogħol li kien fadal u fuq id-data li fiha kellu jiġi mogħti dan l-isptar lill-gvern, dik is-somma tkun waħda finali bir-riskji kollha.", "B'dan il-mod id-delivery ta' dak l-isptar ġiet mgħoddija fuq il-kuntrattur u mhux iktar fuq il-gvern.", "Ovvjament dan ipoġġi piż ikbar fuq l-istess kuntrattur, pero' tajjeb ngħid li din kienet il- pożizzjoni kostanti tal-gvern li kien qed jgħid b'mod ċar li ma kienx lest jibqa' jipproċedi fuq dan il-kuntratt jekk aħna ma konniex se naslu biex ikollna dan it-tip ta' kuntratt.", "Nista' ngħidlek li sa l-aħħar – fl-aħħar żewġ laqgħat li kellna kien qed imexxi n-negozjati proprju l-prim ministru - din kienet l-aktar ħaġa li huma kienu qegħdin jirreżistu.", "Ovvjament dawn riedu t-tieqa minn fejn joħorġu biex jekk jinqala' xi ħaġa, ir-riskju tagħhom ikun minimizzat.", "Din kienet xi ħaġa li l-gvern baqa' jirrifjuta sa l-aħħar.", "Kienet ħaġa li l- gvern ried akkost ta' kollox u kien saħansitra lest li dwarha jieħu l- option l-oħra li kien semma l-prim ministru, jiġifieri li jibqa' sejjer bil- proċeduri legali dwarha.", "Mr Speaker, il-kwestjoni tal-penali kienet ukoll fattur kritiku biex naslu għal ftehim ma' Skanska dwarha.", "Għalkemm kienu lesti jintrabtu fuq data, huma ma kenux lesti li fil-kuntratt jiżdiedu wkoll piżijiet oħra bħalma huma l-penali minħabba li l-kuntratt issa sar wieħed ta' lump sum.", "Dan fuq livell kuntrattwali wieħed jifhmu għaliex il-kuntrattur ma riedx jerfa' dan il-piż ukoll.", "Meta inti għandek kuntratt lump sum, jekk inti ddum iktar biex tlesti l-proġett, tispiċċa teħel spejjeż iktar.", "Dan għaliex l-istess kuntratturi li għandek jaħdmu taħtek ikollhom claims akbar u għaliex il- management team u dak kollu li għandek biex iżżomm il-kuntratt għaddej trid tibqa' tħallas il-pagi tiegħu.", "Dawk fihom infushom iżidu iktar l-ispiża lill-kuntrattur, spiża li issa l-kuntrattur ma jistax jgħabbi iktar fuq il- gvern bħala ġustifikazzjoni għaliex għandu jieħu kuntratt akbar.", "Mr Speaker, jien smajt ukoll il-kritika li saret mill-Onor.", "Adrian Vassallo dwar l-integrazzjoni li rnexxielna nagħmlu f'dan il-proċess, ta' partijiet sostanzjali mit-tieni u mit-tielet fażijiet li kienu proġettati li jsiru għas-sena 2010.", "L-Onor.", "Vassallo beda jgħid li kien hemm post biżżejjed, u beda jsemmi eżempji fl-opinjoni tiegħi esaġerati, ta' 100 sala.", "Jien ma nafx fejn huma l-100 sala li hemm fl-institute of health care u fil-medical school.", "Insomma għalih kien qisu impossibbli li nagħmlu din l- integrazzjoni.", "L-ewwelnett ikun tajjeb li ngħid li kien hemm partijiet, fosthom fuq l- administration block, fejn kien inbena sular żejjed biex jakkomoda l- amministrazzjoni tal-management ta' dan il-proġett.", "L-option kienet li jew jibqa' jew jitwaqqa', pero' ovvjament kien jagħmel sens li jibqa' hemm, u b'dan il-mod inħolqu spazji extra fejn setgħet issir l-integrazzjoni.", "F'dan il-każ irrid ngħid ukoll li sar proċess dettaljat ta' evalwazzjoni dwar l- ispazji u kif dawn kienu qed jiġu wżati biex nassiguraw li nieħdu l-aħjar valur ta' l-istess spazju li konna bnejna.", "Dan għamilnih biex jekk nistgħu, niffrankaw mill-ispiża tal-futur u fl-istess ħin nagħtu servizz aktar komplet lill-poplu Malti fl-1 ta' Lulju tas-sena 2007.", "Jien ngħid li dan irnexxielna nagħmluh b'suċċess.", "L-aħħar punt li nixtieq nitkellem dwaru huwa proprju dwar il-kwestjoni ta' kemm se jħalli piż fuq il-pajjiż.", "L-ewwelnett nixtieq inserraħ moħħ il-kap ta' l-oppożizzjoni li billi aħna għamilna l-assessments tagħna dwar dan, l- ispiża hija koperta f'dak li huwa l-pjan ta' konverġenza li aħna ssottomettejna ma' l-Unjoni Ewropea.", "Nixtieq ukoll niċċara ftit dwar il-ħlasijiet li saru.", "Sas-sena 2003 tħallsu Lm108.5 miljun lill-Skanska.", "Ikun tajjeb li ngħidu li Lm15 miljun minn dawn, għalkemm huma jħobbu jitfgħuhom fuq dan il-kuntratt, ma kenux parti ta' dan il-kuntratti imma kienu l-parti tal-kuntratt l-antik li kien marbut miegħu s-San Raffaele.", "Din is-sena ħallasna Lm14.8 miljun u allura s'issa, fuq il-kuntratt preżenti, prattikament qbiżna bi ftit is-somma ta' Lm83 miljun oriġinali.", "Dak li tħallas fuqu, qabel ma kien tħallas fuq dak il-ftehim, beda jitħallas abbażi ta' without prejudice.", "Nistgħu ngħidu li dawk l-Lm14 miljun li tħallsu din is-sena kien kollu without prejudice għas-somma ta' Lm108.3 miljun.", "Dan ifisser li aħna ħallasna Lm108.3 miljun minn Lm139 miljun.", "Dan biex niċċaraw ftit l-affarijiet.", "Mr Speaker, jien nagħlaq l-intervent tiegħi biex ngħid li naħseb li ta' l- oppożizzjoni jmisshom jirtiraw il-mozzjoni għax ir-realta` hi li abbażi ta' l-istess oġġettiv li ressqu huma bħala oppożizzjoni, il-poplu Malti se jingħata l-isptar ta' kwalita` li qed jistenna u se jingħata dan l-isptar bi prezz raġjonevoli.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Michael Farrugia.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Mr Speaker, l-erba' diskorsi li smajna jikkonfermaw kemm kienet flokha din il-mozzjoni.", "Ejja nħarsu daqsxejn lura u naraw ftit l-affarijiet kif ġraw.", "F'Mejju ta' l-1988 - għax l-istorja tmur aktar 'il bogħod - San Raffaele offrew li jiftħu sptar privat ġewwa Malta.", "Din l-idea ma qabditx minħabba li riedu esklussivita` għal dan l-isptar.", "Wara marru biex jiftħu sptar ta' eċċellenza.", "Minn sptar ta' eċċellenza, fl-1993 kien ġie aċċettat li jkun sptar ta' 450 sodda u l-isptar San Luqa jitnaqqas minn 1,000 sodda għal 600 sodda.", "Fl-1995 inħareġ il-kuntratt biex jinbena l-isptar.", "Dan il-kuntratt kien ingħata lil Skanska b'joint venture u fil-fatt il-letter of acceptance kienet ħarġet fl-14 ta' Awissu 1995.", "Wara dan kien ingħata kuntratt dirett lill-kumpannija Taljana Ortesa, li kellha konnessjonijiet ma' San Raffaele, biex din tagħmel id-disinji għall- isptar il-ġdid f'Tal-Qroqq.", "Tajjeb li wieħed igħid li meta kienu qed jitkellmu fuq sptar ta' eċċellenza, kienet intbagħtet informazzjoni lis- social fund tal-kunsill ta' l-Ewropa b'disinji li huma differenti minn dawk li kien qed jinbena fuqhom l-isptar.", "Min-naħa tagħhom dawn kienu ħarġu self ta' Lm12 miljun għall-bini ta' dak l-isptar.", "Dan wassal biex meta fl-1996 ġew għall-ewwel darba n-nies min-naħa tas-social fund tal-kunsill ta' l- Ewropa, dawn sabu sptar kompletament differenti minn dak li kien bagħat informazzjoni dwaru gvern Nazzjonalsita fil-bidu tas-snin disgħin.", "Ejja issa naraw daqsxejn x'sab gvern Laburista fl-1996.", "Meta fl-1996 il- partit Laburista tela' fil-gvern, kien sab li l-ewwel sular u nofs tal- basement ta' dan l-isptar kienu diġa` lesti u allura ħass li ma kienx floku li wieħed jerġa' jibdih.", "Għamilna l-istudji tagħna u ħadna l-pariri tal- persuni kollha li kienu midħla fis-settur tas-saħħa.", "Jien se naqra tliet rapporti li kienu ntbagħtu lili dak iż-żmien li kienu jitkellmu b'mod ċar u se nibda mill-minuti tat-tmien laqgħa tad-diretturi kliniċi.", "Din kienet tgħid hekk:", "\"Meta wieħed jieħu in konsiderazzjoni d-daqs tal-pajjiż u tal- popolazzjoni, huwa ċar li fil-pajjiż hawn lok għal sptar prinċipali wieħed biss.", "Dan l-isptar għandu jkollu l-ispeċjalitajiet akuti kollha fih inkluża l-psikjatrija u għandu jkollu anness miegħu skola tal-mediċina klinika.", "Jekk ikun hawn iktar minn sptar wieħed...\"", "- kif ried il-gvern Nazzjonalista qabel l-1996 – \"... tiżdied l-ispiża rikorrenti, ikun hawn duplikazzjoni żejda tar- riżorsi fiżiċi u umani, tiżdied il-possibilita` li jsiru żbalji, jiżdied id-dewmien fix-xogħol kliniku minħabba ż-żmien tat-trasport, tiżdied l-inkonvenjenza għall-pubbliku u tonqos il-faċilita` li biha speċjalita` tgħin lill-oħra.\".", "Dawn il-karti se npoġġihom fuq il-mejda tal-Kamra biex kulħadd ikun jista' jaqrahom.", "Issa ejja naraw x'qal id-dipartiment tal-mediċina:", "\"Having one general hospital providing all the necessary service will avoid duplication of services and staff that would have to occur with more than one hospital.", "For similar reasons, the department of medicine with its various sub-specialities should remain within the same hospital.", "The medical school is to be looked at as an essential component of the general hospital and should be within its grounds.", "The size of the area where the new hospital is being built, as well as its easy accessibility, make it the preferred site where the new hospital services are to be developed.", "The alternative is a major long- term refurbishment of St Luke's Hospital but this may interfere with normal running of the hospital and increase overcrowding.", "Difficulty may be encountered with regards to certain sub-specialities for example cardiovascular.\".", "Aktar 'il quddiem din se npoġġiha fuq il-mejda tal-Kamra.", "Issa se nikkwota minn rapport li l-MAM bagħat lili f'Diċembru ta' l-1996.", "Waħda mill- mistoqsijiet li għamlu lilhom infushom kienet:", "\"Can services be split between the two sites, and if so, which services should be provided at, and in which hospital?\"", "Dawn qalu:", "\"Malta's small catchment population and the central location of the two hospitals make it pointless to have two identical hospitals.", "On the other hand, having having acute hospital services split between the two sites would result in the following difficulties.", "There would be a duplication of human and other resources common to both sites.", "There would be travelling, transport and communication consequences between the two sites.", "These would create inefficient use of both human and financial resources and create unnecessary inconvenience and hardship for the public, patients and relatives needing to travel between these two sites.", "It is therefore not recommended to have hospitals services split in two sites.\".", "Imbagħad ikomplu jgħidu dwar x'għandu jsir mill-isptar San Luqa.", "Dawn ma kenux qalu li għandu jinbiegħ għall-ispekulazzjoni imma kienu qalu li:", "\"It is neither the competence nor the responsibility of the medical profession to comment about what government would do with vacated property.", "It is obvious, however, that there is one relevant consideration in reaching a decision.", "In this respect it is to be borne in mind that one major problem is that our hospital beds are becoming blocked by elderly and other social cases in need only of non- hospital care and support.", "The SLH site should be developed for such purposes.\".", "Aktar 'il quddiem din ukoll se npoġġiha fuq il-mejda tal-Kamra.", "Meta jħares lejn dan il-background kollu wieħed jistaqsi: X'għamel u ma' min ikkonsulta l-gvern ta' qabel l-1996?", "Dan iddeċieda waħdu ma' ta' San Raffaele li jibni sptar u jaqsam is-servizzi fit-tnejn b'kapriċċ?", "Dan meta kulħadd qallu li kienet ġennata.", "Din hija l-irresponsabilita` li bdiet qabel l-1996.", "Aħna tlabna diversi pariri fejn għandna mmorru.", "Konna qabbadna l-MEU, il- management efficiency unit, biex jagħmlu rapport.", "Aħna m'għamilniex bħalma jagħmlu ħafna ministri tal-gvern Nazzjonalista li jagħmlu ħafna konsulenzi li jiswew għexieren u mijiet ta' eluf ta' liri biex jingħataw il-pariri ta' fejn wieħed irid imur.", "Dawn għamlu r-rapporti tagħhom u minn dawk ir- rapporti wasalna għall-għażla jekk l-isptar għandux ikun l-isptar San Luqa jew inkella jitkompliex il-proġett ta' l-isptar f'Tal-Qroqq.", "Meta rajna l-valutazzjonijiet kollha finanzjarji, ekonomiċi u strateġiċi fuq tul ta' 50 jew 60 sena mil-lum, ġie deċiż bl-ikbar responsabilita` li għandna mmorru għal sptar ġenerali akut li jkun ukoll university teaching hospital u li kellu jitlesta kompletament qabel jiftaħ.", "Hija ġennata li tisma' min-naħa tal-gvern li r-renal unit u affarijiet oħrajn mill-isptar jiġu trasferiti fl-isptar il-ġdid qabel dan ikun lest kompletament.", "Aħna nafu li d-diretturi kollha ma jaqblux mal-gvern fuq din, u kellu raġun il- gvern imur biex jinkorpora kollox f'daqqa waħda.", "Ħadd ma kien jaqbel miegħu dwar din il-ħaġa inkluż l-iskola medika u l-institute of health care.", "Kienet ġennata li toħroġ b'dik l-idea in the first place u ddeċidew li jmorru lejn l-isptar fl-2007.", "Gvern Laburista ma kienx qed jaħseb f'din il- ġennata imma ħaseb li jiċċaqlaq kollox f'daqqa meta jkun hemm l-isptar komplut u dan ikollu wkoll l-iskola medika u l-institute of health care inkorporati fih.", "Għal dan il-għan għamilna x-xogħlijiet kollha li kien hemm bżonn, sar il- medical brief, bdejna naraw kif nagħmlu d-design brief u kellna nieħdu ċerti deċiżjonijiet fosthom li jintgħażlu d-disinjaturi wara sejħa għal offerti.", "F'dan il-każ intgħażlu Norman & Dawburn, konsulenti Ingliżi esperti li jibnu sptarijiet kbar.", "Dawn bdew bil-proċess tagħhom, imbagħad saret l-elezzjoni fl-1998, tela' l- partit Nazzjonalista fil-gvern u dan biddel l-istrutturi kollha.", "Pero' issa ejja naraw x'biddel.", "Gvern Laburista kien qed igħid li r-responsabilita` tax-xogħol kollu li kien hemm fuq il-footprint preżenti fejn kien hemm il-bini eżistenti skond il-pjanti eżistenti tibqa' f'idejn il-kuntrattur eżistenti.", "Ma kienx jagħmel sens li jkollok kuntrattur wieħed imbagħad twaqqfu u jitqabbad kuntrattur ieħor fuqu, u nispiċċaw bil-problema ta' min huma r- responsabilitajiet.", "Jekk għada pitgħada jiġri xi ħaġa, għandu jkun magħruf b'mod ċar min se jerfa' r-responsabilita`.", "Użajna l-klawsoli li kien hemm – ovvjament saru xi variations - u dħalna għax-xogħol.", "Kull xogħol ieħor 'il barra mill-footprint kien se joħroġ b'sejħa għall-offerti mill-ġdid.", "Dik kienet deċiżjoni li kienet pubblika, u d-diskussjoni dwarha kienet saret f'dan il-parlament f'laqgħa pubblika f'waħda mill-kmamar tal- kumitati.", "Dakinhar konna spjegajna l-pożizzjoni tal-gvern Laburista.", "Mr Speaker, aħna kellna viżjoni ta' fejn ridna mmorru.", "Aħna ridna li mhux biss nibnu sptar imma li jkollna tibdila sħiħa mill-qiegħ ta' kif jimxu s- setturi tas-saħħa ġewwa pajjiżna nkluż il-kura primarja.", "Jien niskanta kif fl-istqarrija tal-prim ministru din ma tissemmiex.", "Fejn hija l-kura primarja, il-pern biex ma jkollokx problemi fl-isptar?", "Mill-1998 'l hawn gvern Nazzjonalista kissirha l-kura primarja.", "Qiegħed inaqqsilha l-vot u jżarmaha minflok isaħħaħha.", "Meta jinfetaħ l-isptar u ma jkunx hawn kura primarja b'saħħitha se jkun hawn ħmar il-lejl għall-poplu Malti u Għawdxi.", "Issa tajjeb li nkomplu naraw kif żviluppaw l-affarijiet wara l-1998.", "Gvern Nazzjonalista qabbad tliet ministri - jekk m'iniex sejjer żball kienu l- Ministru Austin Gatt, il-Ministru Louis Deguara u l-Ministru Zammit Dimech u wara ftit ġimgħat dawn ħassru l-kuntratt tad-disinjaturi Norman & Dawburn.", "Sar memorandum of understanding ma' Skanska u b'hekk għamlu ġennata oħra.", "Mela l-ewwel kellna l-ġennata li l-isptar jinqasam fi tnejn u mbagħad kellna l-ġennata tal-kuntratt li kien qed jiġi diskuss ma' Skanska, li dan jiddisinjawh huma, jibnuh huma u jagħmlu l-management ta' l-isptar ġewwa Tal-Qroqq huma wkoll.", "Minn dak il-memorandum of understanding wasalna għall-kuntratt li kien ġie ffirmat fi Frar tas-sena 2000.", "Hawnhekk nixtieq infakkar li dak l-istess kuntratt li kien qed jiġi diskuss bejn gvern Nazzjonalista u Skanska kien ġie offrut lill-gvern Laburista ta' bejn l-1996 u l-1998.", "Aħna konna kkonsidrajna li dik l-option, minkejja li toffri ċerta standardisation - u dan ikkummentajna dwaru anke fir-rapporti – toħloq ċerti diffikultajiet ukoll.", "F'dan ir-rapport aħna konna kkummentajna hekk:", "\"The prime difficulty with this option ...\"", "- jiġifieri li tiddisinja, tibni u tagħmel management –", "\"... is that the client effectively would be ceding control to the contractor.\".", "Hija ġennata li tagħti kollox lill-istess kuntrattur għax m'għandekx checks and balances għaddejjin il-ħin kollu, fejn id-disinjatur jiċċekkja lil- kuntrattur, min qiegħed fuq management jiċċekkja li l-kuntrattur li miexi skond id-disinji u wieħed jiċċekkja lill-ieħor.", "Minkejja dan, il-gvern Nazzjonalista huwa dejjem bravu u dak li ċħadna aħna daħal għalih hu u l- kuntratt ġie ffirmat fi Frar tas-sena 2000.", "Hawnhekk ikun tajjeb li ngħid li qabel ma wasalna għal dan il-kuntratt, diversi drabi ntqal li l-isptar se jinfetaħ fl-2003 u fil-fatt se nikkwota min-numru ta' cuttings li dehru fuq il-ġurnali.", "Per eżempju, fil-ġurnal \"In- Nazzjon\" fl-1999 - dan m'huwiex l-\"orizzont\" jew xi ġurnal ieħor, jiġifieri nassumi li jkun iċċekkjat - intqal hekk:", "\"L-ewwel fażi titlesta fi żmien tliet snin.\"", "Dan ifisser li fis-sena 2002 kellha tiftaħ l-ewwel fażi.", "Pero` mbagħad qalulna li l-ewwel fażi ta' l-isptar il-ġdid kellha titlesta sas-sena 2003 u li l-isptar kien mistenni jqum madwar Lm90 miljun.", "Iżda l-isbaħ waħda kienet meta f'Novembru b'headlines ġabu li l-isptar il-ġdid kellu jiftaħ fl- 2003 b'650 sodda.", "Jista' jkun li kien hemm xi żball fil-headlines imma ejja naraw x'intqal eżattament:", "\"Ix-xogħol infrastrutturali tal-bini ta' l-isptar il-ġdid għaddej b'ritmu mgħaġġel u bħalissa dan huwa mifrux fuq seba' postijiet differenti.", "Il-mira tal-gvern hi li l-bibien ta' l-isptar il-ġdid jiftħu fl-2003 meta l-isptar ikun jopera b'650 sodda għalkemm se jkollu l-kapaċita` li jakkommoda iktar minn 850 sodda.\".", "Dan ħadd ma qalu ħlief il-ministru tas-saħħa.", "Imbagħad għandna ċerti projections oħrajn li wkoll se npoġġihom fuq il-mejda tal-Kamra.", "Barra dan kellna l-ftaħir li dan l-investiment huwa ta' Lm83 miljun u se jkun ħafna inqas minn dak li kien beħsiebu jagħmel gvern Laburista.", "Issa hawnhekk nixtieq nagħmel parentesi żgħira li dakinhar il-Ministru Deguara kien żbaljat, u kieku kellu jistaqsi lin-nies li kellu madwaru kienu jgħidulu eżattament kemm kien qed jiġi targeted li jiġi jiswa l-isptar.", "Pero` forsi l-homework mhux dejjem jagħmlu kif ikun jaqbel.", "Imbagħad fit-8 ta' Diċembru 2001 intqal li l-isptar il-ġdid kien se jinfetaħ f'inqas minn sentejn oħra.", "Jekk wieħed joqgħod jara dawn il- cuttings tal-gazzetti - u se npoġġihom fuq il-mejda tal-Kamra biex ikun hemm riferenza faċli għalihom - ikun jista' jara li dan l-isptar mhux \"San hekk\", \"San hekk\" u \"San hekk\" bħalma qal l-Onor.", "Mario Galea imma \"ġej\", \"ġej\" u \"ġej\".", "Naħseb li kellu jibla wkoll ċerti pilloli biex forsi xi darba jiġi!", "Pero` issa ħalli naraw il-kuntratt li ġie miftiehem.", "Il-kuntratt kien jitkellem ċar u niskanta kif illum esponenti tal-gvern jiġu f'dan il- parlament u jinsew x'ġie ffirmat fi Frar 2000.", "X'ġie ffirmat fi Frar 2000?", "Dakinhar ġie ffirmat kuntratt li jiswa Lm83 miljun li nassumi li dawn kienu mingħajr VAT.", "(Interruzzjonijiet) Mela Lm83 miljun kienu mingħajr VAT.", "Kellna dati speċifiċi ta' meta kellhom jiftħu 15-il sezzjoni mill- isptar u jien għandi quddiemi l-karti meħudin mill-kuntratt li ġie ffirmat fi Frar 2000 jiġifieri mhux qed ngħid il-ħmerijiet.", "Kien hemm ukoll it-target value għal kull sezzjoni li kienet qed tiġi mibnija.", "Dawn huma fatti u mhux affarijiet li qed naqilgħuhom minn żniedna.", "Kien hemm ukoll penalitajiet meta ma jintlaħaqx ix-xogħol.", "Fil-fatt kien hemm penali għal kull sezzjoni li kellha titħallas jekk it-target ta' meta kellha titlesta kull sezzjoni ma jintlaħaqx.", "Dawn huma affarijiet iswed fuq l-abjad.", "Dan ma kienx biss kuntratt li kien cost-plus imma kien kuntratt li kellu klawsola oħra li kienet tgħid li l-kuntrattur jitħallas qabel jagħmel ix- xogħol.", "Kien hemm skeda ta' advance payments, li wieħed isibha f'appendiċi 14 tal-kuntratt li ġie ffirmat fi Frar tas-sena 2000, li kienet turi kemm miljuni jridu jingħataw lill-kuntrattur qabel dan jagħmel ix-xogħol.", "Imbagħad kien hemm diversi klawsoli oħrajn u dawn kollha se npoġġuhom fuq il-mejda tal-Kamra aktar 'il quddiem.", "Issa meta wieħed jara dan ix-xogħol kollu wieħed jibda jirrealizza li l- gvern kellu targets speċifiċi ta' meta kellu jitlesta x-xogħol u ta' kemm kien it-target value għal kull tip ta' xogħol li kien se jsir.", "Irrid infakkar li klawsola importanti fil-kuntratt li ġie ffirmat - qed nirriferi għal klawsola 4.10 f'appendiċi 1 tal-kuntratt ta' Frar tas-sena 2000 - kienet tgħid hekk:", "\"The contractor shall be deemed to have satisfied himself as to the correctness and sufficiency of the target value.\".", "Mela hawnhekk għandna l-kuntrattur li attwalment qiegħed jintrabat li għandu target value speċifika u fuq dawk it-target values li kellu, qiegħed jikkonferma l-correctness u s-sufficiency tagħhom.", "Ma naħsibx li għandna ħafna fuqhiex nintilfu.", "Mela l-kuntrattur intrabat bi Lm83 miljun, li fil- fatt qiegħed issettjat bħala target value.", "Issa kulħadd jaf iġib parir minn hawn u parir minn hemm biex forsi niġġustifikaw għaliex kellna nibdu s- sitwazzjoni tagħna.", "It-tir finali tal-kuntratt kien jispeċifika li fin-nofs ta' l-2005 l-isptar kellu jkun lest kollu u kkummissjonat u mgħoddi lill-fondazzjoni għas- servizzi mediċi.", "Dan mhux l-oppożizzjoni qed tgħidu imma l-kuntratt.", "Din mhux xi ħaġa li qed nivvintaw minn żniedna.", "Jekk wieħed jirriferi u jmur lura għall-kuntratt li ġie ffirmat fi Frar tas-sena 2000 jara eżattament x'ġie ffirmat u x'ma ġiex iffirmat.", "X'kienet il-pożizzjoni ta' l- oppożizzjoni Laburista meta ġie ffirmat il-kuntratt?", "Din il-pożizzjoni kienet ittieħdet saħansitra qabel ma l-kuntratt ġie mqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra għax infakkar li dakinhar kien jingħad li mhux fl-interess pubbliku li dan il-kuntratt jitqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra, u domna tliet xhur sakemm dan tqiegħed.", "Biss jien kont naf x'ġie offrut lill-gvern għaliex dan ġie offrut lilna meta konna fil-gvern u mill-ewwel ħriġt nattakka u għedt li din hija ġennata u li l-kuntratt se jwassal biex l- ispiża tisplodi 'l fuq.", "Sur President, meta ġie ppubblikat il-kuntratt f'Ġunju tas-sena 2000, jien ħriġt stqarrija oħra, u kont spiċċajt b'dan il-kliem:", "\"Il-kuntratt iffirmat ma' Skanska juri n-nuqqas ta' għaqal tal-gvern ta' Fenech Adami li bit-tneħħija ta' disinjaturi Norman & Dawbarn se jispiċċa l-vittma tal-burdata li jkun fiha l-kuntrattur il-ġdid, bil- poplu Malti jħallas minn butu għall-kuntratt li għandu jħammar il-wiċċ tal-gvern ta' Fenech Adami.\".", "Jien għedt ukoll:", "\"Tajjeb li kulħadd ikun jaf li l-isptar isir proprjeta` tal-gvern mhux fl-2003 imma f'Ġunju ta' l-2005.\".", "Jekk wieħed ikompli jifli dak id-diskors li kont għamilt – u li fuqu kienet ħarġet press release - wieħed isib kritika li jien għamilt u li llum donnu qam xi ħadd u beda jirrikonoxxi dak li aħna għidna erba' snin u nofs ilu.", "Xi ħadd stenbaħ għaIl-kritika li għamilna aħna erba' snin u nofs ilu.", "Bejn Frar ta' l-2000 u llum, meta l-ispiża kienet tiela' u qed tispolodi l-ħin kollu, x'sar?", "Il-fondazzjoni għas-servizzi mediċi nformat lill-ministri?", "Mill-istqarrija tal-prim ministru jidher li l-fondazzjoni għas-servizzi mediċi kienet ġibdet l-attenzjoni ta' dan.", "Allura x'sar mill-ministri?", "Diskussjonijiet, ħafna paroli imma kollox baqa' kif kien.", "Hawn hija r- responsabilita` kollettiva ta' dan il-gvern anke jekk, fl-aħħar mill-aħħar, l-istess ministru tas-saħħa għandna llum.", "Il-prim ministru li għandna llum mhux il-viċi prim ministru ta' dakinhar?", "Fil-perijodu ta' bejn Frar tas- sena 2000 u llum, dawn x'għamlu?", "Dawn għandhom responsabilita` kollettiva u jidher li l-affarijiet iddiskutewhom anke f'postijiet oħra imma x'għamlu?", "M'għamlu assolutament xejn!", "Din hija l-mistħija u għalhekk hija disfatta għall-gvern li minkejja diversi klawsoli li kien hemm u minkejja li kien hemm dawn it-targets, dawn ma kenux qed jintlaħqu, il-gvern kien jaf u m'għamel xejn.", "Il-prezzijiet bdew telgħin pero` dawn x'għamlu?", "M'għamlu xejn u ħallewhom telgħin u aktar 'il quddiem nispejga aktar x'kien qed jiġri fil-proċess.", "Dan mhux jien ngħidu imma jgħidu l-gap analysis report u joħroġ anke mir- rapport l-ieħor li għakemm m'huwiex iffirmat, jidher li huwa tan- negotiating team.", "Hawn hija r-responsabilita` politika ta' dak li ma ġarax bejn Frar tas-sena 2000 u issa.", "Min se jerfagħha din ir-responsabilita` politika?", "Ħadd?", "Iddeċidew kif se jgħattu lil Ċikku, lil Peppi u lil Ġanni?", "Xi ħadd irid jerfa' r-responsabilita` ta' dawn l-affarijiet għax il-poplu Malti se jkollu joħroġ minn butu Lm45 miljun għall-kapriċċ ta' min ma ħax azzjoni.", "Ejja naraw x'ġara fid-dettall.", "Fi Frar ta' din is-sena, jien kont staqsejt lill-Ministru Deguara f'mistoqsijiet parlamentari biex jagħti stima ta' kemm se jiġi jiswa l-isptar għax daqqa nisimgħu Lm83 miljun, daqqa nisimgħu Lm100 miljun, daqqa nisimgħu Lm150 miljun u daqqa Lm200 miljun.", "F'mistoqsija parlamentari numru 4003, dan tana rendikont ta' l-affarijiet kif se jinqasmu.", "Fuq l-isptar qalilna li se jkun Lm82 miljun u qalilna li se jkun hemm varjazzjonijiet ta' xi Lm5 miljun u laħaq figura ta' Lm177 miljun dakinhar.", "Irrid ngħid li partijiet mir-risposta u l-istimi li poġġa fuq il-mejda tal-Kamra dakinhar ma kenux eżatti għax uħud minnhom fil-fatt inqabżu sew.", "Imma dakinhar tajna l-istimi u noqogħdu fuq dawk l-istimi.", "L- istimi li tani – li jien se neħodhom bħala sagrosanti għalkemm m'għandix nagħmilha - kienu juru b'mod ċar li dak l-ammont, ma' dak li ġie miżjud illum, se jwassal biex il-figura titla' - b'mod konservattiv – għal madwar Lm216 miljun eskluża l-VAT li ukoll trid titħallas mill-fondazzjoni għas- servizzi mediċi.", "Mela rridu ngħodduha wkoll il-VAT.", "(Interruzzjonijiet) Imma mill-accounts għall-isptar trid tħallsu xorta.", "L-accounts hekk juru u inti taħdem fl- accounts u tafhom dawn l-affarijiet!", "(Interruzzjonijiet) Mela jekk wieħed jara attwalment l-affarijiet kif kienu għaddejjin, wieħed isib li konna għaddejjin minn sitwazzjoni tal-ġenn.", "Issa ejjew naraw daqsxejn x'intqal anke fil-gap analysis report u fir- rapporti l-oħrajn kollha.", "Jackie Camilleri, l-accountant li kienet imqabbda mill-FMS, qalet li l-kuntrattur bis-saħħa tal-cost-plus nature tal- kuntratt, ħadem fuq projected final cost li juri b'mod ċar li l-istima għolliha kemm felaħ biex ikun jista' jinnegozja mal-gvern.", "Mhux kulħadd hekk jagħmel!", "Dan għolliha 'l fuq ħalli ma jitlef xejn u ħalli meta l-gvern imur fuqu u jgħidlu biex iniżżel, ikollu fejn iniżżel u jaħseb li l-gvern qiegħed jaġevolah b'xi mod jew ieħor.", "Din qalet ukoll li kien qed iħares lejn the worst possible scenario.", "Jekk wieħed kellu jara wkoll x'qalet Jackie Camilleri jsib li rigward ir- rakkmandazzjonijiet li għamlet, din tefgħet daqsxejn dellijiet koroh fuq diversi persuni.", "Fil-fatt qalet hekk:", "\"In view of the above findings, particularly the material adverse variances and the continuous escalation in costs on a large number of work packages, it is strongly recommended that the client revisits the contractual agreement entered into and attempt to re-negotiate, maybe reaching an amicable agreement with the contractor on a lump sum cost and time frame.", "In the meantime more stringent control .....\"", "Mela ma kienx hemm stringent control?", "\"systems, particularly with respect to respect to: receipt and issues to and from site, weighing of material, clienet re-measurement of works, audit of contractor's nominal ledger and client update of fixed asset register are strongly advisable.\".", "Mela ma kenux għaddejjin dawn l-affarijiet.", "Min suppost kien qed jagħmilhom?", "Min m'għamilhomx?", "X'responsabbilta` se jerfa'?", "X'azzjonijiet se jittieħdu mill-gvern?", "Issa li ffirmajna lump sum, spiċċa kollox?", "Dawn l- affarijiet li ma sarux se narmuhom?", "Min hu responsabbli?", "Lejn dawn l- affarijiet irridu nħarsu u dawn l-affarijiet li jinteressawna minn din in- naħa.", "Jackie Camilleri kkonfermat fil-gap report kemm kellna raġun jien u l- Onor. Sant meta attakkajna l-kuntratt ta' cost-plus u saħansitra l-MEU fl- 1999 qalet lill-gvern biex ma jagħmlux għax inkella se jkun hemm ħafna riperkussjonijiet.", "Imma r-riperkussjonijiet qegħdin fihom illum għax dakinhar il-gvern webbes rasu.", "Għalhekk jien nistaqsi: Il-cost controllers kienu qed jagħmlu xogħolhom jew le?", "X'responsabbiltajiet se jġorru dawn?", "L-Onor.", "Tonio Fenech tkellem fuq il-valur imma jien nistaqsih fejnu dan il- valur?", "Lanqas in-negotiating team u lanqas il-gap analysis report ma kellhom ħin biżżejjed biex jevalwaw il-materjal li ntuża u ma ntużax ħalli jkunu f'pożizzjoni li jistgħu jivverifikaw l-affarijiet li ġraw u jaraw il- verita` ħalli quddiem il-kuntrattur ikollhom aktar saħħa ħalli jkunu jistgħu jiġġieldu!", "Mela tmur quddiem il-kuntrattur u jkollok parir li inti għandek tinnegozja b'Lm135 miljun, u l-aktar li għandek tħallas - jew tiskapriċċa - huma Lm4 miljun oħra ħalli tasal fi ftehim!", "Qalulna li riedu jaslu għal soluzzjoni għax ma jistax ikun li din tibqa' pending.", "Dażgur u ċedejna b'dan il-mod!", "Minn Lm135 miljun li tawna parir biex inħallsu, ħallasna Lm139 miljun, bħallikieku dawk l-Lm4 miljun mhux flus.", "Ara fejn jidħlu l-infermiera, hemmhekk ma nimpjegawhomx għaliex m'għandniex flus għall-pagi.", "Ara lir-radiographers ma nimpjegawhomx għax m'għandniex flus għall-pagi minkejja li dawn għadhom kif laħqu u ilhom erba' snin jistudjaw l-universita`.", "Lanqas għall-ispeech therapists u għall- medical lab technologists m'għandhom flus u dan bl-iskuża li qed issir l-evalwazzjoni dwar jekk hemmx bżonn aktar nies jew le.", "Hemm bżonn, Sur President, għaliex hemm ħafna nuqqasijiet imma m'humiex jimpjegawhom għaliex m'hemmx flus.", "Pero` biex iberbqu Lm4 miljun sabuhom il-flus!", "Mhux ta' b'xejn għandna din il-mozzjoni quddiemna hawnhekk!", "Dawn l- affarijiet qegħdin jikkonvinċuna kemm kellna raġun li nressqu l-mozzjoni!", "Dawn huma l-affarijiet, iswed fuq l-abjad, imressqin minnhom stess u mhux affarijiet li qed nivvintawhom minn żniedna.", "Jekk wieħed jagħmel evalwazzjoni ta' l-affarijiet kollha kif ġraw, wieħed isib diversi skandli oħra li għandhom iħammru wiċċ il-gvernijiet Nazzjonalisti.", "Per eżempju, kellna l-kwestjoni ta' l-Inġinier Farrugia.", "Kellna l-kwestjoni tal-ftehim li sar ma' Skanska li saħansitra l-qrati qalu li l-ministru eċċeda l-limiti tiegħu meta ġie ffirmat dak il-kuntratt.", "Kellna l-każ tal-konkos ta' Rainbow Limited, kellna l-każ tal-kuntratt dirett ta' Frar tas-sena 2000 li ngħata lil Skanska u kellna l-kuntratt tal-cost controllers fejn l-ewwel ingħata lil Grant Thornton u meta rebħuh huma, qabel ma ġie ffirmat il- kuntratt, reġgħet ħarġet sejħa oħra mill-ġdid, tajjru lil Grant Thornton u tawha lil ħaddieħor.", "Kellna wkoll il-kuntratt ta' l-ikel.", "Fejn wasal dan?", "Kellna l-kwestjoni ta' l-apparat mediku li kien farsa mill-ikbar fejn kellna l-ħmieġ il-ħin kollu għaddej.", "Saħansitra ġie ffirmat kuntratt li ġie annullat mill-bord ta' l-appell!", "Mhux talli ġie annullat mill-bord ta' l-appell, talli mbagħad kellna konferma li ngħata l-istess kuntratt!", "X'inhu jżomm lill- gvern li jpoġġi l-appendiċi fuq il-mejda tal-Kamra?", "X'hemm li jħammar wiċċ il-gvern jekk ipoġġihom?", "Din l-istess storja ta' meta kien hemm il- kuntratt ta' Frar tas-sena 2000 fejn qalulna li mhux fl-interess tal-poplu Malti u Għawdxi li jpoġġuh fuq il-mejda tal-Kamra għax dan qed jibdel u jżid l-apparat.", "Aħna rridu l-aħjar apparat għall-poplu Malti imma wieħed għandu jistaqsi: X'inhu jżomm lill-gvern milli jpoġġi fuq il-mejda tal- Kamra dawn l-appendiċi ħalli nkunu nistgħu nqabblu u naraw min verament kien l-aħjar?", "X'inhu jaħbi l-gvern u għaliex ma jridx ipoġġi l-lista ta' l- apparat kollu li hemm fil-kuntratt ħalli nkunu nafu x'ġie ordnat?", "X'inhu jaħbi l-gvern fuq dan il-kuntratt?", "Ma nafx għalfejn ma jridx jagħti informazzjoni fuq x'ġie ordnat.", "Issa għandna l-famuż ftehim tas-sena 2004, apparti tan-negotiating team.", "Issa għandna kuntratt dirett lill-kuġini u mhux lill-ħbieb tal-ħbieb.", "M'hemmx nies oħra li huma tajbin?", "Meta wieħed iħares lejn dawn l- affarijiet kollha, ma jasal għall-ebda konklużjoni oħra ħlief fuq kemm għandha raġun l-oppożizzjoni li tressaq il-mozzjoni li ressqet għaliex il- gvernijiet Nazzjonalisti – wieħed wara l-ieħor - u kull min kellu x'jaqsam ma' dawn il-kuntratti, għandu verament għalxiex jistħi.", "Qabel nagħlaq id-diskors tiegħi nixtieq nitlob il-permess tal-Kamra biex inqiegħed xi dokumenti fuq il-mejda tal-Kamra.", "MR SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Diversi dokumenti, inkluż estratti mill-kuntratt iffirmat ma' Skanska u rapporti li dehru f'ġurnali konnessi mal-proġett tal-bini ta' l- isptar il-ġdid f'Tal-Qroqq.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Sur President, naħseb li hemm żewġ modi kif nista' nirrispondi għal din il- mozzjoni mressqa mill-oppożizzjoni.", "L-ewwel mod huwa billi niddeskriviha bħala opportunita` mitlufa.", "Opportunita` mitlufa f'liema sens?", "Meta jien ġejt quddiem il-Kamra u għamilt l-istqarrija tiegħi f'isem il-gvern biex nagħti rendikont sħiħ tan- negozjati li għamilna ma' Skanska u l-konklużjoni ta' dawk in-negozjati, ipprovajt mill-aħjar li stajt nagħti l-fatti kif żviluppaw, nagħti l- istampa kif żviluppat, nagħti d-dettalji kollha mingħajr ma ħbejna assolutament xejn min-naħa tal-gvern, poġġejna fuq il-mejda tal-Kamra l- informazzjoni kollha, poġġejna l-gap analysis report, poġġejna r-rapport ta' Jack Storey li analizza dak il-gap analysis u qalilna x'għandha tkun il- pożizzjoni tan-negozjati tagħna u spjegajna l-affarijiet kollha kif żviluppaw.", "Spjegajna x'kien il-bidu tan-negozjati, x'kien l-għeluq ta' dawk in-negozjati u spjegajna x'ikkonkludejna ma' Skanska biex l-isptar ikun jista' jinfetah.", "Il-punt tat-tluq ta' l-istqarrija tiegħi kien li wieħed jista' jikkritika u jista' jkun hemm kontroversja u jien spjegajt li f'ċertu sens il- kontroversja kienet inevitabbli, pero` finalment assumejt li ż-żewġ naħat jaqblu li dan l-isptar għandu jinfetaħ u jibda jintuża mill-poplu Malti u li effettivament, jekk jirnexxilna naslu sa hawn, allura nkunu tajna lill- poplu tagħna sptar ġdid u modern li jkun jista' jagħti servizzi ta' l-aqwa kwalita`.", "Allura kellna opportunita` wara dakinhar li nkomplu nitkellmu, anke bejn iż- żewġ naħat, fuq affarijiet li wieħed jista' jiżviluppahom u li jolqtu mhux biss l-iżvilupp ta' dan l-isptar, imma l-iżvilupp tal-qasam tas-saħħa kollu kemm hu.", "Jien għamiltha ċara li għalkemm huwa tajjeb li kkonkludejna u li issa nafu l-pożizzjoni għax stabbilixxejna ċerti parametri kruċjali, xorta għad fadal iżjed affarijiet li jridu jsiru u rridu noqogħdu għassa għalihom matul ix-xhur li ġejjin għax huma kruċjali biex naslu għall-mira tagħna.", "Fl-għeluq ta' dik l-istqarrija, jiena għedt li rridu nikkonċentraw fuq aspetti, per eżempju, bħall-migration plan, - jiġifieri l-pjan ta' kif inti tmexxi s-servizzi kollha mill-isptar San Luqa u mill-isptar Boffa għall- isptar il-ġdid - il-kuntratt dwar it-teknoloġija ta' l-informatika, it- tender tal-catering u spjegajt li anke rridu nserrħu rasna li l-equipment mediku kollu li qed jiġi ordnat minn barra, jasal Malta u mhux biss li jasal imma jintuża, fejn hu possibbli, fl-isptar San Luqa.", "Irridu naraw li ma jkollniex kwestjonijiet bejn min qed jissupplixxi dan l-equipment mediku u Skanska stess li qiegħda tieħu ħsieb il-mechanical and electrical services kollha ta' l-isptar.", "Jien spjegajt li l-kapitlu m'huwiex magħluq u għedt li għalaqna u kkristalizzajna l-pożizzjoni, għandna targets speċifiċi, pero` fadlilna affarijiet oħra x'nagħmlu, u ż-żewġ naħat setgħu - u għalhekk kellna din l- opportunita` - fl-interess tal-pajjiż, jaħdmu flimkien biex issir il- kritika u jkun hemm l-ixprunar biex il-gvern joqgħod għassa pero` li finalment naslu li naraw xi ħaġa li suppost ridna ż-żewġ naħat, isseħħ u tibda titgawda mill-poplu Malti.", "Pero` minflok l-opportunita` li nagħmlu diskussjoni matura u kostruttiva f'pajjiżna, spiċċajna b'mozzjoni ta' sfiduċja li hija stramba għall-aħħar u li għadha m'hijiex assolutament motivata.", "Din il-mozzjoni ta' sfiduċja tressqet wara li ntlaħaq il-ftehim u allura nassumi li l-ftehim dwar l-isptar il-ġdid lill-oppożizzjoni ma għoġobhiex.", "Din hi l-loġika għax kieku din il-mozzjoni ta' sfiduċja setgħet tressqet ma nafx meta.", "Pero` ladarba din il-mozzjoni tressqet ftit ġranet wara li ntlaħaq il-ftehim nifhem li qed issir għax il-membri ta' l- oppożizzjoni mhux qed jaqblu ma' dan il-ftehim.", "Issa għadna kemm smajna diskors li dam għaddej 40 minuta min-naħa ta' l- Onor. Michael Farrugia li l-ħin kollu jgħidilna li dak li rnexxielna nakkwistaw wara kollox huwa dak li riedet l-oppożizzjoni.", "Issa apparti l- argumenti li mhux se noqgħod nidħol fihom, l-Onor.", "Michael Farrugia kważi qalilna prosit għaliex skond l-argument tiegħu, huma riedu lump sum u aħna ġibna kuntratt lump sum, huma riedu data fissa u issa għandna data fissa, huma riedu kontroll fuq l-ispejjeż u issa għandna kontroll fuq l-ispejjeż.", "Qalilna li huma hekk riedu u issa ġibna dak li qalu.", "Mela minflok li jiġu hawn u jgħidulna prosit ta' dan, dawn jiġu hawn u jagħmlulna mozzjoni ta' sfiduċja.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Dawn lanqas jafu x'inhuma jagħmlu!", "Jien naħseb li pjuttost kienet Freudian slip min-naħa tal-kap ta' l- oppożizzjoni li fid-diskors tiegħu qal li hija logħba politika li tagħmel mozzjoni fil-proċess parlamentari għax finalment il-gvern għandu maġġoranza, tgħaddi tiegħu u allura dan kollu huwa logħob politiku.", "Naħseb li din hi effettivament.", "Mhux veru li qed igħidu fuq fiduċja u sfiduċja imma din saret għax hija parti mil-logħba politika u jagħmilha biex ikun għamilha ħalli jkun jista' b'xi mod jew ieħor jirkeb fuq is-sitwazzjoni meta l-interess tal-pajjiż mhux hekk jitlob imma jitlob li ż-żewġ naħat jagħmlu ħilithom biex lil dan pajjiżna nagħtuh dak li jixraqlu, nagħtuh sptar ta' l-aħjar kwalita` bis-servizzi kollha li għandu bżonn u nagħtuhulu malajr kemm jista' jkun.", "Għalhekk ngħid li din hija opportunita` mitlufa u din ta' l-opportunita` mitlufa noħroġha barra mill-kontest ta' l-isptar Mater Dei u npoġġiha f'kontest nazzjonali.", "Qed ikollna ħafna opportunitajiet biex iż-żewġ naħat ikunu jistgħu jaħdmu flimkien sabiex dan il-pajjiż neħduh fil-livell li jmiss, jiġifieri f'livell iktar għoli u minflok ma naħtfu dawn l- opportunitajiet, qed niġu hawn u nużaw dawn il-metodi biex inħawdu l-borom, biex nitfgħu d-dubji u biex infixklu lill-gvern.", "Fejn qiegħed l-interess nazzjonali?", "Fejn hi l-ġenwinita` ta' l-oppożizzjoni fl-approach tagħha għal dak li verament huwa interess nazzjonali u mhux biss ta' interess partiġjan li naċċetta li hu parti mir-realta` politika tagħna pero` hemm limitu għaliha?", "Fejn hu dan?", "Għalhekk niddeskrivi din il-mozzjoni bħala siġill ieħor - jekk qatt kellna bżonn siġill ieħor - li l-oppożizzjoni m'għandna ebda interess li taħdem għall-interess tal-pajjiż imma għandha l-interess li taħdem għall-interess tagħha biss.", "Pero` hemm mod ieħor kif nista' niddeskrivi din il-mozzjoni, Sur President.", "Jien din niddeskriviha bħala sour grapes għall-oppożizzjoni għaliex dan il- gvern irnexxielu jinnegozja u jġib arranġament li huwa fl-interess ta' pajjiżna.", "(Onor. Membri: Hear, hear) L-interess ta' l-oppożizzjoni kien ovvjament li ma naslux għal ftehim.", "Dan huwa l-interess tagħhom!", "Ma kellhom ebda interess li jaraw li l-gvern jirnexxilu jasal għal ftehim u ddiżappuntaw ruħhom li wasalna għal ftehim, tant li issa ġew b'din l- esaġerazzjoni ta' mozzjoni ta' sfiduċja għall-gvern u dan għax wasalna għal ftehim li huma stess qalu li suppost kellna nagħmlu fi żmien meta nnegozjajna.", "Dawn huma affarijiet li ma jagħmlux sens, Sur President.", "Jien ngħid li meta tara l-affarijiet fl-oġġettivita` tagħhom tibda tinduna li hemm konsistenza min-naħa ta' l-oppożizzjoni f'ħaġa waħda u cioe` li tiżra d-dubju, titfa' d-dellijiet u tikkawża l-ħsara biex il-gvern ma jagħmilx pass wieħed 'il quddiem.", "Fl-aħħar parti tad-diskors tiegħu, l-Onor.", "Michael Farrugia elenka dawk li ddeskriva bħala skandi.", "Wieħed minnhom kien proprju l-kontroversja kollha li qamet fuq il-kwestjoni tat-tender ta' l-equipment ta' l-isptar.", "Issa se nfakkar x'kienet ir-role ta' l-oppożizzjoni f'dik il-kontroversja u x'inhuma l-fatti li ħarġu li juru li dik il-kontroversja kienet mibnija fuq allegazzjonijiet assolutament foloz u għaliex l-oppożizzjoni, tul dak iż- żmien, rewħet u rewħet kemm felħet fuq il-media tagħha fuq dak il-kuntratt.", "Nerġa' ngħid li llum jirriżulta li dan kien kollu mibni fuq allegazzjonijiet assolutament foloz ta' xi ħadd li ried japprofitta ruħu mis-sitwazzjoni.", "(Interruzzjonijiet) Ċuċati?!", "Ċuċati li għedt int. (Interruzzjonijiet) Qed nikkwota dak li qed igħidli l-Onor.", "Michael Farrugia fuq in-naħa l-oħra tal-Kamra, Sur President!", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom, inżommu l-ordni.", "Il-Prim Ministru huwa in possession u jkompli bl-intervent tiegħu.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Se nfakkar kemm l-interess ta' l-oppożizzjoni huwa li tfixkel, Sur President.", "Dak it-taħwid kollu li qam fuq dak il-kuntratt kien ir-raġuni ewlenija ta' dewmien ...", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom.", "(Interruzzjonijiet) Onor. Farrugia, inżommu l-ordni.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Qed tara, Mr Speaker, l-oppożizzjoni ma tiflaħx tisma' l-kritika.", "(Interruzzjonijiet) Hi tista' tikkritika u ċċappas lil min trid, tista' tattakka lil min trid, imma Allaħares tazzarda tirrispondiha lil din l-oppożizzjoni!", "Ara l-arroganza ta' oppożizzjoni li aħna għandna f'dan il-pajjiż illum!", "Ara l-arroganza!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Lanqas tista' tweġibhom!", "Inkompli nfakkar li r-raġuni ewlenija li ħolqot problemi ta' spejjeż kbar, ħafna iżjed milli kienu proġettati, kien id-dewmien ta' żmien li kellna bilfors ngħaddu minnu minħabba l-kwestjoni kollha li qamet fuq l-equipment ta' l-isptar Mater Dei.", "Din kienet kawża ċentrali tal-problemi li effettivament imbagħad biż-żmien, speċjalment fis-snin 2001, 2002 u 2003 - fl-2002 u 2003 b'mod partikolari - bdew joħorġu d-diffikultajiet ta' spejjeż sostanzjali.", "U dan li qed ngħid tant hu fatt li mal-prezz ta' Skanska kien hemm - u dan għedtu fl-istqarrija - claims min-naħa tal- kuntratturi u sub-contractors u sub-sub-contractors li sa Settembru tas- sena 2003 kienu diġa` qed jiġu indikati fis-somma ta' Lm22 miljun.", "L-Onor.", "Farrugia qal li kien hemm min kien qed itella' l-claims u jgħollihom.", "Ħalli ngħid lill-Onor.", "Farrugia li jien għandi informazzjoni verifikata – verifikata - li fost dawn is-sub-contractors kien hemm min tant għamilha l-claim tiegħu li saħansitra fetaħ proċess ta' arbitraġġ l- Ingilterra kontra l-kuntrattur li huwa s-sub-contractor innifsu ta' Skanska.", "Qegħdin jagħmlu claim hemmhekk u għadha għaddejja bħalissa.", "Il- gvern m'għandu x'jaqsam xejn fiha għax aħna ma nidħlux f'dawn il- komplikazzjonijiet ta' relazzjonijiet bejn kuntratturi u sub-contractors.", "Dik hija xi ħaġa li taraha Skanska.", "Allura l-punt tat-tluq kien li Skanska kienet qed titlob madwar Lm164 miljun għax-xogħol li kien ikopri biss l-ewwel fażi.", "Fil-fatt dan ma kienx ikopri la t-tieni fażi u lanqas it-tielet fażi, jiġifieri l-isptar bil- mechanical and electrical biss.", "Kienet qed titlob Lm164 miljun għal dak biss.", "Imbagħad kien hemm il-claims ta' dawn il-kuntratturi u wħud minnhom kienu qed jagħmlu claims ta' miljuni kbar ta' liri.", "Kif diġa` semmejt hawn qed nitkellmu fuq Lm22 miljun waħedhom, ma jmissu ma' xejn, u uħud minnhom qegħdin jieħdu passi biex dawn il-claims jissostanzjawhom.", "Dan kien l- istat ta' fatt li konna qegħdin niffaċċjaw meta bdejna n-negozjati.", "Mr Speaker, l-Onor.", "Farrugia m'huwiex korrett meta jgħid li lanqas biss kien hemm żmien biżżejjed.", "Dawn donnhom lanqas qraw l-istqarrija jew ma qagħdux attenti għal dak li għedna meta ġejna f'dan il-parlament u dan il- gvern għamel stqarrija dettaljata tal-fatti kollha kif seħħew mingħajr ma warrabna xejn u mingħajr ma ħbejna assolutament xejn.", "Spjegajna li b'riżultat ta' proċess li kien beda ferm qabel Settembru 2003, fi żmien il- Prim Ministru Fenech Adami, fiż-żmien meta l-ministru tal-finanzi fil-bidu ta' l-2002 kienet qed tasallu l-informazzjoni li l-ispiża kienet qiegħda tikber u bdew jieħdu passi biex dik l-ispiża tiġi kkontrollata, sakemm waslet finalment għall-istadju ta' Settembru 2003, meta Jackie Camilleri kienet ġiet inkarigata speċifikament biex tagħmel il-gap analysis report.", "Dan ir-report mhux biss poġġejnieh fuq il-mejda tal-Kamra, imma kulmin irid jista' jidħol fil-website tal-parlament u jara kopja tiegħu.", "Dan ir-report għamel analisi dettaljata fuq perijodu ta' żmien li beda prattikament f'Settembru 2003 u baqa' tiela' sa April ta' l-2004.", "Imbagħad dak il-gap analysis report ġie analizzat minn rapport ieħor - li ma nistax nifhem għaliex ħadd ma semmieh - ta' Jack Storey li wkoll poġġejtu fuq il-mejda tal-Kamra.", "Ir-rapport ta' Jack Storey janalizza l-implikazzjonijiet u l- konklużjonijiet ta' dak il-gap analysis report u tana, bħala gvern u bħala negotiating team, il-parametri għalxiex u lejn xiex kellna nimmiraw.", "X'kien il-prezz ġust li aħna kellna nimmiraw għalih?", "\"Ġust\" fis-sens li nserrħu rasna, aħna bħala gvern, li l-flus tat-taxxi tal-poplu tagħna qed imorru fi proġett li finalment il-valur tiegħu qiegħed hemm, li ngħidu li l- flus li qegħdin noħorġu minn butna, mit-taxxi tagħna lkoll f'dan l-isptar qegħdin hemm.", "B'hekk nieħdu sptar bil-valur tal-flus li qed nitfgħu fih.", "Din l-analisi ta' Jack Storey, li tpoġġiet ukoll fuq il-mejda ta' din il- Kamra, indikatilna x'kellu jkun it-target tagħna, u semmejtha wkoll fl- istqarrija li jien ippreżentajt lil dan il-parlament.", "Irrid ngħid li fil-punt tat-tluq tagħna, meta bdejna n-negozjati għall- ħabta ta' Lulju, kellna oċean jaqsamna bejn iż-żewġ naħat għaliex il-claims ta' Skanska kienu m'għola s-smewwiet mentri l-analisi tagħna kienet qed tindika li hemm gap kbira bejn dak li aħna konna qed nippretendu li huwa ġust u dak li Skanska kienet qed tippretendi li titlob għall-ħlas tagħha.", "Mhux hekk biss imma konna nafu wkoll illi kieku ħallejna s-sitwazzjoni kif inhi, il-possibbilta` kienet li dawk il-claims - u allura l-Lm164 miljun - ikomplu jikbru.", "Ma kien hemm xejn li jista' jżommhom milli jkomplu jikbru.", "Għaldaqstant aħna ddeċidejna u ma ddejjaqniex - jien ma niddejjaqx għax jekk ikolli problema m'għandix għalfejn naħrab minnha jew noqgħod niżloq minn madwarha - niffaċċjaw il-problema.", "Ipprovajna nsibu l-aħjar soluzzjoni fuq dak li jidhrilna, bl-esperti kollha u bil-pariri kollha li jkun hemm bżonn, li jkun ġust għalina bħala pajjiż.", "Hekk għamilna u l- istqarrija tagħti d-dettalji dwar minn fejn tlaqna u fejn spiċċajna.", "Issa l-oppożizzjoni hija l-oppożizzjoni, imma rrid ngħid li malli aħna ħabbarna li ntlaħaq il-ftehim, li hemm data stabbilita, li hemm prezz stabbilit il-poplu Malti u Għawdxi kollu ħa pjaċir biha din.", "Aħna ridna nipprovaw nevitaw - apparti li kont nasal biex nagħmilha wkoll u konna naslu - li nidħlu fi kwestjonijiet litiġjużi, jiġifieri ta' kawżi li setgħu mbagħad jikkomplikaw u jtawlu iżjed l-affarijiet għax sadanittant kellna l- kuntratt ta' l-equipment li kien mogħti u kien ġej.", "Ridna nevitaw dawn il- komplikazzjonijiet u rnexxielna.", "Sur President, aħna rnexxielna naslu fil-parametri kollha li stabbilixxejna, u akkwistajna xi ħaġa iżjed ta' valur enormi għaliex il- fatt li issa nistgħu ngħidu li parti mill-proġett li kellu suppost isir fis- sena 2010 jew wara l-2010, issa se jsir sa l-1 ta' Lulju tas-sena 2007, dak se jfisser li se nilliberaw l-ispazju kollu ta' l-isptar San Luqa u ta' l- isptar Boffa.", "Nerġa' ngħid li jekk noqogħdu attenti fl-għażliet tagħna, hemmhekk potenzjalment għandna l-mezz kif nistgħu niffinanzjaw parti sostanzjali mill-ispiża li aħna dħalna għaliha bħala pajjiż.", "Mr Speaker, għalhekk jien ma nistax naċċetta din il-mozzjoni.", "Jien nibqa' ninsisti li dan huwa ftehim li huwa fl-aħjar interess ta' pajjiżna.", "Fl- iżvilupp taċ-ċirkostanzi kollha, dan il-ftehim ġab l-aħjar possibbli li stajna nakkwistaw għal pajjiżna, u dan se jfisser li sa l-1 ta' Lulju tas- sena 2007 inkunu tajna lill-poplu tagħna sptar ta' l-aqwa kwalita`.", "Għal din ir-raġuni jien irrid inressaq emenda għall-mozzjoni tal-kap ta' l- oppożizzjoni u din tgħid hekk:", "Ħassar il-kliem kollu mit-tieni paragrafu li jibda bil-kliem \"KONXJA tan-nefqa enormi\" sa l-aħħar tal-mozzjoni u ssostitwihom b'dan li ġej:", "\"TINNOTA b'sodisfazzjon illi l-ftehim li ntlaħaq bejn il-Gvern u l- konsorzju Skanska Malta Joint Venture, jistabbilixxi illi:", "1.", "Skanska aċċettat li l-kuntratt jinbidel għal wieħed ta' Lump Sum;", "2.", "Il-prezz finali pagabbli lil Skanska issa ġie stabbilit u se jkun ta' Lm 139 miljun, li jfisser Lm25 miljun anqas minn dak li kien qiegħed jirriżulta bil-bidu tan-negozjati;", "3.", "Id-data tal-ftuħ ta' l-isptar sejra tkun l-1 ta' Lulju 2007;", "4.", "Ikun hemm penali ta' Lm 1 miljun fix-xahar (kalkulata għal kull ġurnata dewmien) sa massimu ta' Lm 5 miljuni, jekk tinqabeż id- data ta' l-1 ta' Lulju 2007;", "5.", "L-immaniġġjar ta' l-istallazzjoni ta' l-apparat mediku issa se tkun responsabbilta' ta' Skanska;", "6.", "Sa l-1 ta' Lulju 2007, il-bini eżistenti ta' l-isptar se jakkomoda fih servizzi li kienu maħsuba li jkunu integrati wara l- 2010 u allura mhux biss ġew iffrankati l-miljuni imma sa l-1 ta' Lulju 2007, se jkunu qed jingħataw kważi l-firxa kollha ta' servizzi fl-istess waqt li l-ispazju kollu ta' l-isptar San Luqa u dak ta' l-isptar Boffa jkunu miftuħa għal żvilupp alternattiv.", "TIDDIKJARA li r-riżultat ta' dawn in-negozjati huma fl-aħjar interess nazzjonali għaliex se jwasslu għall-iskop aħħari, dak li l-poplu Malti u Għawdxi jibda jgawdi minn sptar ta' l-aqwa kwalita`.", "Għaldaqstant,", "Din il-Kamra tar-Rappreżentanti filwaqt li tifraħ lill-Gvern għas- suċċess miksub b'dawn in-negozjati, tesprimi l-fiduċja sħiħa tagħha fil-Gvern u tħeġġu biex fiż-żmien li fadal jara li x-xogħol li għad irid isir, ikun esegwit fit-termini miftiehma bejn iż-żewġ naħat.\".", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Min jissekonda?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Issa nsejjaħ lill-kap ta' l-oppożizzjoni biex jagħmel il- winding up tiegħu.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, m'għandix bżonn ir-retorika patetika tal-prim ministru biex nirrispondi għax naħseb li jekk noqgħod fuq il-fatti u nagħmel rimarki fuq dak li ntqal illum, ikun biżżejjed biex wieħed jiġġustifika l-motivazzjoni wara l-vot ta' sfiduċja,", "Kellna attentat qawwi biex nipprovaw ngħattu x-xemx bl-għarbiel.", "Din għadu kemm għamilha l-prim ministru meta pprova jwaħħal fuq l-oppożizzjoni l- problemi li qamu lill-gvern fuq il-kuntratt tat-tagħmir mediku.", "Jaf jew ma jafx il-prim ministru li waħda mill-problemi kbar f'dak it-tender kien il- proċess ta' l-appell li dam tmienja, disgħa jew għaxar xhur?", "Kellha x'taqsam l-oppożizzjoni f'dan?", "Ma jiġix f'moħħu jistaqsi għaliex dam daqshekk dak l-appell?", "Kellu għalfejn idum ix-xhur l-appell?", "Kien hemm xi raġuni għaliex dam daqstant xhur l-appell?", "Ċertament li l-oppożizzjoni ma kellhiex x'taqsam ma' din il-ħaġa, imma naħseb li kien hemm min kellu x'jaqsam ma' din il-ħaġa.", "Sur President, bir-rispett kollu, anke meta jgħid li mhux qed jifhem jew anke kelliema oħra qalu li mhux qed jifhmu s-sentiment wara l-mozzjoni tagħna, il-mozzjoni tagħna ġejja għax aħna jimpurtana.", "Aħna jimpurtana kif inħlew, tberbqu u għadhom qed jitberbqu l-miljuni tal-flus.", "U anke meta jgħid li din kienet opportunita` mitlufa, naħseb li anke hemm żelaq fin- niexef għaliex l-opportunita` mitlufa kienet tiegħu wkoll.", "Hu, l-Onor.", "Gonzi, tilef l-opportunita` li jikkjarifika ftit ir-responsabbiltajiet.", "F'dan il-pajjiż ma nistgħux nibqgħu sejrin hekk, fejn jittieħdu deċiżjonijiet li jiswew lill-poplu l-miljuni u l-miljuni u l-miljuni, u min hu responsabbli m'huwiex accountable.", "Min jieħu d-deċiżjonijiet jibqa' mistur wara mantell ta' fondazzjonijiet, ta' segretarjati privati, ta' ministri li jġebbdu l-ispag, ta' konsulenti minn barra u minn ġewwa, u ma nafu xejn imbagħad min eżattament għandu jkun responsabbli.", "Imma f'sitwazzjoni parlamentari demokratika huwa l-prim ministru u huwa l- kabinett li jġorr ir-responsabbilta`.", "U l-istess nies li kienu jmexxu bejn is-sena 2000 u s-sena 2004 huma l-istess nies li qed imexxu issa taħt il- kabinett ta' l-Onor.", "Gonzi.", "Ċertament lanqas l-Onor.", "Gonzi m'azzarda din id-darba li ma jgħidx li tberbqu l-miljuni.", "Tberbqu l-miljuni u għadhom qed jitberbqu l-miljuni u qisu ma ġara xejn!", "Lanqas mistoqsija waħda biex naraw min hu responsabbli ta' dan it-tberbiq?", "Fejn hi l-accountability li jitlob il-poplu?", "Illum kellna lill-Ministru Galea li semma l-etika fil-ħajja pubblika.", "Beda joqmos fuq il-konċett ta' etika fil-ħajja pubblika.", "Iddejqu l-idea.", "Qalli: Mhux anke intom impjegajtu lill-istess nies?", "X'għandu x'jaqsam?", "Bir-rispett kollu, f'dan il-pajjiż se nibqgħu qisna remissa aħna?", "Qisna remissa!", "Ma jimpurtax jekk inti you scratch my back biex imbagħad ...", "X'inhu l-konċett kollu wara l-kritika li saret - u nibqa' nagħmilha jien, mija fil-mija nibqa' nagħmilha – u wara l-mod kif ġew ingaġġati ċerti konsulenti f'dan il-proċess ta' negozjati?", "Kien hemm talba lill-prim ministru u huwa kiteb: \"Iva, naqbel li għandhom jiġu ngaġġati\".", "Direct order.", "Dawn huma l-kuġini tiegħu.", "Min qed jgħid li mhumiex tajba?", "X'għandha x'taqsam din?", "Bl-istess mod il-Ministru Galea fl-imgħoddi kien impjega direttament nies li jiġu mill-mara tiegħu.", "X'jiġifieri m'għandux ikun hemm standards minimi ta' etika fil-kondotta pubblika?", "F'dan l-istadju bl-ebda mod ma wieħed qed jgħid humiex tajbin jew ħżiena dawn.", "Imma għax kulħadd jiġi minn kulħadd ...", "Saret famuża issa din!", "Kienu jgħajruna għaliex ngħidu \"ħbieb tal- ħbieb\" u issa dawn qed jgħidu li kulħadd jiġi minn kulħadd.", "Lanqas din ma nistgħu nirrealizzaw li hemm bżonn ta' ċerti standards ta' kondotta pubblika, etika li tkun trasparenti?", "U nibqa' ngħid: \"Le, ma kienx hemm trasparenza f'dan il-qasam\".", "U l-ewwel wieħed li messu rrealizzaha din kien preċiżament l-Onor.", "Gonzi.", "Kellu r-responsabbilta` morali - jekk nemmnu f'ċerti valuri morali ta' etika fit-tmexxija - li jirrikonoxxiha din u li jissalvagwardja lilu nnifsu u lill-gvern tiegħu.", "Mela jkollna ministru tal-gvern hawnhekk jirvella għax insemmulu kondotta etika.", "Bir- rispett kollu!", "L-Onor.", "Tonio Fenech qal li aħna bdejna nikkritikaw u nattakkaw nies li jiddefendu l-interess pubbliku.", "Bir-rispett kollu, dawn kienu nies li qed jitħallsu tax-xogħol tagħhom.", "Kieku għallinqas kienu nies li qegħdin jaħdmu di buona volonta`, b'xejn, forsi kien ikollu biċċa raġun jew kien ikollu raġun.", "Imma dawn qed jitħallsu bil-belli liri.", "U sopra corna bastonate wieħed mill-kuġini kien direttur u viċi chairman tal-fondazzjoni għas-servizzi mediċi li suppost matul dawn ix-xhur u s-snin kien qed jissalvagwarda lill-gvern milli jidħol fit-tapxa li daħal fiha, li qamet lill-poplu l-miljuni kbar ta' liri.", "Għalhekk naħseb li hawn bżonn li dawn l-affarijiet jiġu ċċarati u msammra.", "Kien hemm ukoll l-argument l-ieħor tal-Ministru Louis Galea li qal li pajjiżna għandu fost l-aqwa tobba, fost l-aqwa nurses u nemmnu fihom dawn!", "Bir-rispett kollu, meta dħalna fil-gvern fl-1996 sibna li l-Ministru Galea u l-Prim Ministru Fenech Adami riedu jibnu sptar f'Tal-Qroqq u bl-ebda mod ma daħħlu fil-kwestjoni la lit-tobba u lanqas lin-nurses Maltin.", "Kienu barra, lanqas kienu jafu x'kien għaddej.", "Ma ridux jikkonsultawhom!", "Mela din l-ipokrezija mhux parti mill-mod kif jagħġnu u jħawdu fil-pajjiż?", "Anke l-interventi tal-Ministru Deguara jikkonfermaw il-ħtieġa ta' din il- mozzjoni għaliex matul dawn l-aħħar snin, jekk kien hawn ministru li ċċappas mat-taħwid - fis-sens li ċċappas politikament - li kien għaddej f'Tal-Qroqq kien preċiżament il-Ministru Deguara.", "Kellna stqarrija wara stqarrija li tgħidilna: \"Hemmhekk se nispiċċawh fis-sena 2003, u kollox miexi fuq ir-rubini!\"", "U jiġi jgħidilna li aħna tajna l-gambetti!", "Konna aħna li wissejna mill-bidu nett li għamlu kuntratt b'ċoff ma' Skanska li jmur kontra l-interess nazzjonali.", "Konna aħna li għednielu: Dieħel fi sqaq hemmhekk, oħroġ minn hemm, ngħinuk toħroġ minnu jekk hemm bżonn.", "U ġurnata wara l-oħra, xahar wara l-ieħor, sena wara l-oħra għaddej!", "Għalhekk wieħed jaraha stramba li s-Segretarju Parlamentari Tonio Fenech qalilna li kienu jafu x'inhu għaddej u kienu qed jissorveljaw x'inhu għaddej.", "Mela, bir-rispett kollu, meta ħaġa bħal din irripetiha u għadu kemm irripetiha l-prim ministru wkoll, jew kontu tafu jew ma kontux tafu, jew kontu qed tissorveljaw jew ma kontux qed tissorveljaw!", "Sur President, issa se mmur lura sena biss.", "Fid-19 ta' Novembru 2003 il- Ministru Deguara – dakinhar kien qed jitkellem bħala ministru tas-saħħa, f'isem l-Onor.", "Gonzi li dak iż-żmien kien viċi prim ministru u l-Onor.", "Fenech Adami li dak iż-żmien kien prim ministru - qal ċar u tond li l-gvern ma marx żmerċ fil-kalkoli tiegħu dwar l-isptar il-ġdid u li kollox kien miexi kif kien ippjanat.", "Jew temmnu u qed tissorveljaw jew inkella, bir- rispett kollu, qed tqarrqu bil-poplu.", "Kontu qed tqarrqu bil-poplu u jien ngħid, by extrapolation, li jekk kontu qed tqarrqu bil-poplu sena ilu, qed tqarrqu bil-poplu llum ukoll.", "Ma tistax tkun qed tissorvelja, taf x'inhu għaddej u pubblikament tgħid li kollox miexi tajjeb – għallinqas sa ftit taż-żmien ilu hekk kienu jgħidu - u issa jiġi l-Onor.", "Gonzi jippreżenta ruħu qisu barra mill-loop!", "Qisu f'daqqa waħda wasal l-Anġlu Kustodju Gabriel u qed isalvana mir-rovina.", "Bir-rispett kollu!", "X'taħsbuh lill- poplu Malti?", "Taħsbuh daqshekk vojt u iblah u ma jirrealizzax x'inhu jiġri u x'ġara!", "Xi ħadd akkużani li nuża ħafna l-kelma \"nillapazza\".", "Iva, f'dan il-każ għadkom qed tillapazzaw.", "Qed tillapazzaw b'argumenti li, bir-rispett kollu, ma jreġux assolutament.", "L-Onor.", "Fenech qalilna li bil-lump sum issa r-riskji kollha huma fuq Skanska.", "Kien hemm xi ħadd bravu li qalilna wkoll: Qed tara, qablu magħna issa!", "F'dak il-każ, aħna għednielkom tagħmlu lump sum mill-bidu nett.", "Wara li tliftu Lm60 miljun qed taqblu magħna u allura naħseb li aħna għandna raġun u mhux intom għandkom raġun.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Wara li tliftu Lm60 miljun, kollha down the drain!", "Imma l-argument ta' l-Onor.", "Fenech huwa li r-riskji qegħdin fuq Skanska għax għandhom il-penali.", "Bir- rispett kollu, fil-ftehim li għamiltu diġa` kellkom penali ta' Lm5 miljun.", "Dawk il-Lm5 miljun ħfirtuhomlhom u l-istess Lm5 miljun penali ta' l- imgħoddi qed tagħmluhom għal li ġej.", "X'sogru għandha Skanska?", "Skanska ħadet the best deal it could fiċ-ċirkostanzi.", "X'penali ġodda hemm?", "Xejn.", "Kulma qed tirriskja Skanska huwa dak li diġa` rriskjat, il-Lm5 miljun.", "Issa dawn reġgħu qegħdin hemm, dak kollox!", "MR SPEAKER: Onor. Sant, ippermettili ninterrompik.", "Għadni kemm ġejt informat li l-ħin ta' l-interruzzjoni tax-xogħol twal b'għaxar minuti.", "ONOR.", "ALFRED SANT.", "Nirringrazzjak, Sur President.", "Jien ngħid li dawn huma negozjati vvizjati, ivvizzjati minn kif ikkonċeputi, ivvizjati minn min immexxejja u vvizjati fir-riżultat tagħhom ukoll!", "(Onor. Membri: Hear, hear).", "Bir-rispett kollu joħroġ ċar kemm kontu qed tillapazzaw meta tħares lejn kif qegħdin tippustjaw iċ-ċifri.", "Jien illum mort nikkonferma mas-Segretarju Parlamentari Tonio Fenech biex nara jekk fhimtux tajjeb li s'issa Skanska tħallset Lm108 miljun.", "Fil-fatt dan ikkonferma li hekk tħallset, tneħħi l-Lm15 miljun li kienet daħħlet qabel l-1998.", "Issa qed ngħidu li għandna nħallsuha Lm139 miljun, mela baqgħalna nħallsuha Lm31 miljun u l-kuntratt kollu se jiġi jiswa, bix-xogħlijiet l-oħra li għad baqa', Lm214 miljun.", "Mela b'kollox il-poplu għad baqagħlu joħroġ mill-but mal-Lm100 miljun.", "U qed jgħidu wkoll li x-xogħol se jispiċċa sas-sena 2007.", "Ejja nassumu li dawn il-Lm100 miljun se nħallsuhom f'ammonti indaqs kull sena.", "Dan ifisser li minn din is-sena sas-sena 2007, bħala average, iridu jitħallsu Lm25 miljun kull sena.", "Sur President, issa se nerġa' mmur lura għall-programm ta' konverġenza li intom tajtu lill-Unjoni Ewropa f'Mejju 2004 fejn jintqal hekk:", "\"Capital expenditure should decrease from 6.7% of GDP in 2004 to 4.1% of GDP in 2007 with an absolute decrease between 2004 and 2007 of about 30% mainly due to lower outlays on the new hospital as this project is completed.", "Most outlays on the hospital will be spent till 2006.\".", "Hawnhekk qed igħidu li sas-sena 2006 il-ħlasijiet fuq l-isptar se jkunu spiċċaw, waqt li b'kalkolu sempliċi se jkunu qegħdin joħorġu Lm25 miljun fis-sena bħala medja f'dawn l-erba' snin li ġejjin.", "Din hija figura żgħira?", "Jekk tħares lejn kemm kienu qegħdin jitħallsu u kemm qed jitħallsu bħala medja fis-sena fuq l-isptar issib li kienu qed jitħallsu Lm25 miljun s'issa.", "Is-sena li għaddiet u s-sena ta' qabel tħallsu Lm25 miljun.", "Allura xi pjan hu dan li min-naħa qed jgħidu li sas-sena 2006 se nkunu ħallasna kollox – hekk qalu f'Mejju ta' din is-sena - imma mill- informazzjoni li fl-aħħar ħarġet illum għandhom erba' snin oħra jħallsu mill-inqas Lm25 miljun fis-sena fuq l-isptar?", "Sur President, huwa għalhekk li jien ngħid li qegħdin jillapazzaw u ma jafux fejn qegħdin.", "Anke bil-ftehim li għamlu, li għad iridu jiktbu legalment, ma jafux fejn qegħdin.", "Qegħdin jillapazzaw!", "U jien għalhekk ngħid li l-poplu Malti qed jerġa' jiġi short-changed.", "Nemmnu li l- affarijiet saru bil-galbu?", "Nemmnu li l-affarijiet qegħdin isiru bil-galbu?", "Jien l-ewwel wieħed le!", "S'issa m'inix qed nemmen li qegħdin isiru bil- galbu.", "Forsi ċerti intenzjonijiet huma retti, imma l-borom li jkunu għaddejjin minn taħt u t-taħwid li jkun għaddej minn taħt ma nemminx li jkunu qegħdin under control.", "Dan il-gvern mhuwiex in control, Sur President.", "Ħafna parenzi u meta jiġu għas-si u n-no biex jaħdmu mhumiex kapaċi jikkontrollaw il-barumbari li stimulaw matul is-snin.", "Sur President, wara li tkellem il-prim ministru llum, jien għedt: Jista' jkun li għandna prim ministru daqshekk naïve!", "Dan qal: Meta bdejna kellna oċean ta' differenzi bejnietna u kieku tafu x'tip ta' claims ġabulna Skanska!", "Kieku tafu xi claims ġabulna Skanska!", "Imma prim ministru, ma tirrealizzax li hekk jinnegozjaw dawn in-nies!", "Jekk tajtuhom il-kuntratt li tajtuhom, mhux ovvja li se jibdewlek mis-smewwiet biex inti tgħid: Ara kemm jien bravu, niżżilthom mill-qamar lejn l-art!", "U ejja!", "Din hija xi ħaġa elementari!", "Għalhekk nistaqsi jekk hux veru li għamilna deal tajjeb f'dan il-kuntratt.", "Jekk għandek l-istess prim ministru li nnegozja li qal: Bdejna mill-għoli ħafna u ara fejn niżżilnihom!", "Kienu jafu li se jagħmlu hekk!", "Se jinżlulek, mela le!", "Dażgur li jinżlulek.", "Imma kienu jafu fejn se jaslu!", "Naħseb li kienu jafu fejn se jaslu ħafna iktar milli kont taf inti, għax inti stess, fil-programm ta' konverġenza li tajt lill-Unjoni Ewropea, għedtilhom li sas-sena 2006 se tkun ħlist.", "Pero` m'inti se tkun ħlist xejn.", "Qed tgħidilna li tkun għadek trid twelled sas-sena 2007.", "Dan huwa l- punt kollu fejn eżattament irridu naslu.", "Sur President, nerġa' ninsisti li l-konċepiment ta' dan il-proġett kien żgarrat għax beda minn klikka tal-ħbieb tal-ħbieb, bil-Monsinjur Vella, Don Verze`, Dr Fenech Adami u l-Ministru Louis Galea jiltaqgħu fir-ristoranti ta' Milan u jippjanaw kif se jagħmlu sptar.", "Minn hemm bdiet tikber l- istorja u l-froġa li kellna fl-1996, bi sptar naħa u sptar naħa oħra, b'St Luke's naħa u l-isptar f'Tal-Qroqq in-naħa l-oħra biex imbagħad kellna t- tbażwira kbira li saret fis-sena 2000 fejn bil-kuntratt li sar ma' Skanska, il-gvern daħal fi sqaq.", "L-istess nies kienu u l-istess nies għadhom.", "Il- prim ministru nbidel imma l-viċi prim ministru issa prim ministru u l- ministru tas-saħħa għadhom l-istess.", "Dan biex ma nsemmix li l-fondazzjoni għas-servizzi mediċi għad hemm l-istess tbażwir għaddej.", "Din rajniha bil- mod kif ġew appuntati l-konsulenti.", "Għalhekk l-argument kollu jrid ikun li l-poplu jrid tmexxija bil-galbu, speċjalment fil-qasam tas-saħħa.", "Tlaqna billi għedna li fil-qasam tas- saħħa rridu l-aħjar servizzi, irridu l-aħjar prospetti u rridu l-aħjar ħidma.", "Qed tkun hekk?", "Fl-istess żmien li għaddej dan it-tbażwir, fl- istess żmien li kienu qed jitberbqu dawn il-miljuni - semmejthom l-ewwel u nerġa' nsemmihom issa - fl-isptar San Luqa kien hemm nuqqas ta' garżi, nuqqas ta' kważi t-tipi kollha ta' dressing strips, nuqqas ta' diversi qisien ta' faxex u nuqqas anke ta' ingwanti li mhumiex sterilizzati.", "U l- pazjenti kellhom jixtru l-affarijiet huma.", "Fl-istess żmien li kien għaddej dan it-tbażwir ta' miljuni, fid-dipartiment ta' l-outpatients ta' St Luke's kien hemm żewġ lifts li ma kenux qed jaħdmu.", "Nixtieq insemmi wkoll iċ- ċentru tas-saħħa tar-Rabat li ilu xhur sħaħ mingħajr X-ray machine.", "Ma nafx kemm tqum X-ray machine, imma żgur li ma tqumx il-miljuni li tberbqu fuq Skanska.", "Għalhekk jien insostni u l-oppożizzjoni ssostni li fuq il-mod kif tmexxa l- proġett, fuq il-mod kif tmexxew in-negozjati, fuq l-outcome tan-negozjati, fuq nuqqas ta' trasparenza fin-negozjati u mbagħad fuq kollox fuq il-mod kif sptar bħal dan minflok qiegħed iservi ta' showcase għal Malta qed iservi bħala eżempju kbir ta' kif inberbqu l-flus u kif naħlu l-flus, naħseb jien, l-Onor.", "Gonzi u l-gvern tiegħu jistħoqqilhom l-isfiduċja ta' dan il-parlament.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Se nqiegħed l-ewwel il-mistoqsija fuq l-emenda mressqa mill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MR SPEAKER: Din il-votazzjoni tittieħed għaxar minuti oħra.", "Billi ntalbet votazzjoni l-Kamra ġiet sospiża fid-9.10 p.m. u rriżumiet għaxar minuti wara.", "MR SPEAKER: Issa se nerġa' npoġġi l-mistoqsija fuq l-emenda mressqa mill- Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mario Galea.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Sur President, għan-naħa tal-gvern se jkunu paired l- Onor. Tonio Borg, l-Onor.", "Giovanna Debono u l-Onor.", "Ċensu Galea.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sur President, għan-naħa ta' l-oppożizzjoni se jkunu paired l-Onor.", "Carmelo Abela, l-Onor.", "Roderick Galdes u l-Onor.", "Jose' Herrera.", "VOTAZZJONI NRU.", "60", "FAVUR: 31", "L-Onor.", "|Abela Anthony |Galea Franco | |Agius David |Galea Louis | |Agius Francis |Galea Mario | |Arrigo Robert |Gatt Austin | |Asciak Michael |Gonzi Lawrence | |Azzopardi |Gonzi Michael | |Frederick | | |Azzopardi Jason |Mifsud Bonnici | | |Antoine | |Cassar Joseph |Mifsud Bonnici | | |Carmelo | |Cristina Dolores |Mugliett Jesmond| |D'Amato Helen |Puli Clyde | |Dalli John |Pullicino George| |de Marco Mario |Pullicino | | |Orlando Jeffrey | |Deguara Louis |Vassallo Edwin | |Falzon Joseph |Zammit Ninu | |Fenech Antonio |Zammit Dimech | | |Francis | |Frendo Michael | |", "KONTRA: 27", "L-Onor.", "|Abela Joseph |Farrugia Angelo | |Agius Chris |Farrugia Michael| |Bartolo Evarist |Farrugia Noel | |Brincat Joseph |Gulia Gavin | |Brincat Leo |Mangion Charles | |Buhagiar Charles |Mizzi Joe | |Buontempo Stefan |Parnis Silvio | |Cardona Chris |Refalo Anton | |Caruana Justyne |Sammut Joseph | |Chircop Karl |Sant Alfred | |Coleiro Marie |Vassallo Adrian | |Louise | | |Cuschieri Joseph |Vella George | |Dalli Helena |Vella Karmenu | |Debono Grech Joe | |", "L-emenda għaddiet.", "MR SPEAKER: Issa se nqiegħed il-mistoqsija fuq il-mozzjoni kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MR SPEAKER: Skond ftehim milħuq din il-votazzjoni tittieħed issa stess.", "L-Onor.", "Mario Galea.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Sur President, għan-naħa tal-gvern se jkunu paired l- Onor. Tonio Borg, l-Onor.", "Giovanna Debono u l-Onor.", "Ċensu Galea.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sur President, għan-naħa ta' l-oppożizzjoni se jkunu paired l-Onor.", "Carmelo Abela, l-Onor.", "Roderick Galdes u l-Onor.", "Jose` Herrera.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "VOTAZZJONI NRU.", "61", "FAVUR: 31", "L-Onor.", "|Abela Anthony |Galea Franco | |Agius David |Galea Louis | |Agius Francis |Galea Mario | |Arrigo Robert |Gatt Austin | |Asciak Michael |Gonzi Lawrence | |Azzopardi |Gonzi Michael | |Frederick | | |Azzopardi Jason |Mifsud Bonnici | | |Antoine | |Cassar Joseph |Mifsud Bonnici | | |Carmelo | |Cristina Dolores |Mugliett Jesmond| |D'Amato Helen |Puli Clyde | |Dalli John |Pullicino George| |de Marco Mario |Pullicino | | |Orlando Jeffrey | |Deguara Louis |Vassallo Edwin | |Falzon Joseph |Zammit Ninu | |Fenech Antonio |Zammit Dimech | | |Francis | |Frendo Michael | |", "KONTRA: 27", "L-Onor.", "|Abela Joseph |Farrugia Angelo | |Agius Chris |Farrugia Michael| |Bartolo Evarist |Farrugia Noel | |Brincat Joseph |Gulia Gavin | |Brincat Leo |Mangion Charles | |Buhagiar Charles |Mizzi Joe | |Buontempo Stefan |Parnis Silvio | |Cardona Chris |Refalo Anton | |Caruana Justyne |Sammut Joseph | |Chircop Karl |Sant Alfred | |Coleiro Marie |Vassallo Adrian | |Louise | | |Cuschieri Joseph |Vella George | |Dalli Helena |Vella Karmenu | |Debono Grech Joe | |", "Il-mozzjoni kif emendata għaddiet.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Sur President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tnejn, 22 ta' Novembru, 2004 fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Mozzjonijiet", "Estimi ta' l-Awtorita` dwar is-Saħħa u s-Sigurta` fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena 2004 – 2005.", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar it-Trasferiment ta' Artijiet tal- Gvern – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Arkivji Nazzjonali – Kumitat (Kont.); u", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Medjazzjoni – Tielet Qari.", "------------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili (Emenda Nru 2) - Kumitat Permanenti.", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Reġistru Ċentrali – Kumitat Permanenti.", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali – Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Gavin Gulia.", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Mr Speaker, qasam li ili ma nitkellem dwaru, imma li kont attiv ħafna fuqu s-sena l-oħra huwa dak tal-kriminalita' f'pajjiżna.", "Din is-sena, b'differenza mis-snin ta' qabel, iddeċidejt li nħalli perijodu ta' żmien jgħaddi qabel ma nagħmel il-kummenti tiegħi.", "Niftakar li s-sena l-oħra, b'mod partikolari, kont nagħmel stqarrija jew insejjaħ konferenza stampa kważi kull xahrejn sabiex inżomm lill-poplu nformat dwar il-qagħda tal-kriminalita` f'pajjiżna b'mod aktar preċiż.", "Pero` din is-sena ddeċidejt li l-perijodi jkunu aktar fit-tul imbagħad nagħti rendikont u ngħid x'inhi l-opinjoni tiegħi dwar ix-xejriet fil-kriminalita` fuq perijodu itwal ta' żmien.", "Mr Speaker, wasalna biex nagħlqu sena oħra għaliex xahar u nofs ieħor inkunu qegħdin niċċelebraw il-Milied u l-aħħar tas-sena.", "Suġġett li dwaru se nitkellem fit-tul meta nagħmel id-diskors tiegħi dwar il-budget ta' din is-sena huwa l-kriminalita'.", "Jiddispjaċini ngħid li din se tkun l-agħar sena fil-qasam tal-kriminalita` minn mindu bdejna nżommu l-istatistika.", "Dan huwa ta' għajb mhux biss għaliex din is-sena se tikser ir-rekord li ntlaħaq is-sena l-oħra, imma agħar minn hekk għaliex mill-1998 'l hawn ma kienx hemm sena waħda, ħlief darba biss – din kienet l-aħħar sena ta' gvern Laburista - li l-kriminalita` f'pajjiżna ma baqgħetx tiżdied għal sena wara l-oħra.", "Din ir-realta` rridu nqisuha fid-dawl tad-diversi wegħdiet li għamlu diversi gvernijiet Nazzjonalisti qabel kull elezzjoni.", "Huwa tajjeb li nsemmi l-wegħda li kien għamel il-partit Nazzjonalista fl-1998 fejn kien wiegħed gwerra lill-kriminalita`, b'mod partikolari lis-serq.", "Kien wiegħed serħan il-moħħ mill-għada ta' l-elezzjoni ġenerali.", "Dawn kienu żewġ wegħdiet kbar li saru qabel l-elezzjoni ta' l-1998 u li għadhom friski fil-memorja tagħna.", "L-istess wegħdiet u l-istess garanziji saru lejliet l-aħħar elezzjoni ġenerali ta' l-2003 fejn il-partit Nazzjonalista reġa' wiegħed li se jkollna trankwillita` u li se jkompli jissokkta l- ġlieda kontra l-kriminalita`.", "Jien ma nafx xi ġlieda kien beda għax kien qiegħed jitlifha, imma dawn basta jagħmlu lip-service u qabel kull elezzjoni jappellaw għas-sentiment tan-nies, biex imbagħad jgħaddu lill- poplu biż-żmien, biex ma nużax kelma oħra.", "Mr Speaker, jien illum ġejt hawnhekk biex naqra ċ-ċifri eżatti tal- kriminalita`, tar-reati u tas-serq.", "Fl-1998, li kienet l-aħħar sena ta' gvern Laburista, kienu ġew reġistrati 9,668 reat kriminali f'pajjiżna li jvarjaw bejn diversi reati, fosthom crimes against morals, honour of family bħall-istupru, l-attentat vjolenti fuq il-pudur, ħruq fuq proprjeta`, attempted offences, bodily harm, reati kontra l-amministrazzjoni tal- ġustizzja, wilful damage to property, reati konnessi mad-droga, frodi, falsifikazzjoni, immigrazzjoni illegali, prostituzzjoni, offiżi sesswali, serq – u dan irrid nitkellem dwaru – threats and private violence, violation of places of confinement, violation against public officers u oħrajn.", "Dawn huma r-reati prinċipali, imbagħad naturalment hemm ukoll l- omiċidju li minn żmien għal żmien jiffigura wkoll.", "Imbagħad taħt gvern Nazzjonalista fl-1999 mill-ewwel tlajna għal 10,569 reat kriminali.", "Issa peress li l-gvern Nazzjonalista kien għadu kemm daħal fl-amministrazzjoni u forsi żbalja l-ewwel sena ridna nagħtu ftit ċans, imma mbagħad ma terġax tiżbalja fit-tieni sena, għax fis-sena 2000 ġew kommessi 11,596 reat kriminali u dan kien rekord assolut.", "Huwa veru li fis-sena 2001 kien hemm tnaqqis żgħir għax kien ġie reġistrat 10,223 reat kriminali, pero' dan xorta huwa numru ħafna ikbar minn dak li kien reġistrat fl-aħħar sena ta' gvern Laburista, jiġifieri fl-1998 meta, kif diġa` għedt, kienu ġew kommessi 9,668 reat kriminali.", "Fis-sena 2002 erġajna morna l-baħar għax ir-rata kriminali reġgħet telgħet għal 11,196 reat kriminali.", "Ħalli nieqaf sas-sena 2002 għax imbagħad fis- sena 2003 l-partit Nazzjonalista għamel wegħda oħra.", "Bejn l-1998 u s-sena 2002, qabel l-aħħar elezzjoni ġenerali, il-kriminalita` kienet żdiedet bi kważi 16% fuq l-aħħar sena ta' gvern Laburista.", "Imbagħad waslet l- elezzjoni tas-sena 2003 fejn reġgħu qalulna li se jagħmlu ġlieda kontra l- kriminalita` u li se jserrħu l-irjus.", "Pero` x'ġara fis-sena 2003?", "Matul dik is-sena ntlaħaq rekord ġdid.", "Jien dejjem qed nitkellem fuq iċ-ċifri ta' bejn Jannar u Awissu ta' kull sena mill-1998 sas-sena 2004 - naturalment aktar tard din is-sena nkunu nistgħu nagħtu stampa aktar kompleta tas-sena sħiħa - għax dik hija l-istatistika li għandi available, pero' aġġornajtha llum wara li għamilt mistoqsijiet parlamentari u ngħatajt risposta għalihom.", "Bejn Jannar u Awissu tas-sena 2003 tlajna għal 12,071 reat kriminali.", "Dan ifisser li fuq is-sena ta' qabel kien hemm żieda ta' 7.18% u fuq l-aħħar sena ta' gvern Laburista kien hemm żieda ta' kważi 25%.", "Mr Speaker, jien kont qed nittama li s-sena l-oħra lħaqna l-quċċata tal- kriminalita` u din is-sena konna qegħdin nittamaw li din ir-rata tistabbilizza ruħha u naraw xi tnaqqis jew almenu, jekk ma tonqosx, tibqa' għolja daqskemm kienet is-sena l-oħra.", "Pero` bejn Jannar u Awwissu ta' din is-sena r-reati kriminali li ġew imwettqa kienu jammontaw għal 12,220 reat kriminali li tfisser żieda ta' 26.4% fuq l-aħħar sena ta' gvern Laburista.", "Dan huwa ċertifikat ta' mistħija għall-gvern li ppoża li se jiġġieled kontra l-kriminalita', li jgħid li saħħaħ il-korp tal-pulizija bir- reklutaġġi u li għamel investimenti kapitali u rikorrenti fil-korp tal- pulizija.", "Dawn huma r-riżultati li jgħoddu.", "Huwa inutli li jiġi hawnhekk il-Viċi Prim Ministru Tonio Borg u joqgħod jiftaħar kemm żied pulizija fil- korp u kemm għamel investiment kapitali.", "Fl-aħħar mill-aħħar l- investimenti fil-korp tal-pulizija għalfejn isiru?", "Il-mission statement tal-korp tal-pulizija huwa li tipprevjeni l-kriminalita` u jekk qed isiru xi investimenti, fejn qed iwasslu dawn?", "Żgur li m'humiex iwasslu biex inaqqsu l-kriminalita` għax il-kriminalita` qiegħda tiżdied.", "Dan huwa falliment tal-gvern Nazzjonalista.", "U jekk jiġi xi ħadd u jgħid li jien qed naqra ċ-ċifri minn Jannar sa Awissu, ngħidlu li jien aġġornajthom għax għandi wkoll iċ-ċifri ta' Settembru u ta' Ottubru.", "Fil-fatt il- kriminalita` f'Settembru telgħet għal 1,457 jiġifieri kien hemm żieda ta' 2% fuq ix-xahar ta' Settembru tas-sena 2003, filwaqt li f'Ottubru ta' l- 2004 kien hemm reġistrat 1,471 reat kriminali li tfisser żieda ta' 3% fuq ix-xahar ta' Ottubru ta' l-2003.", "Mr Speaker, dan huwa ċertifikat ta' mistħija għall-gvern Nazzjonalista.", "Jien is-soltu noħroġ stqarrijiet minn żmien għall-ieħor jew insejjaħ press conference sabiex ninforma lill-poplu dwar il-qagħda tal-kriminalita' f'pajjiżna, pero' llum ħassejt li għandi nagħmel dan l-aġġornament sabiex fl-ogħla istituzzjoni ta' dan il-pajjiż nitkellem dwar il-qagħda mwiegħra tal-kriminalita` f'pajjiżna.", "Bħala l-kelliem ewlieni Laburista għall- intern inħoss li għandi naqdi d-dover lejn dan il-parlament u niżvela dak li l-gvern Nazzjonalista ma jridx jitkellem dwaru.", "Huwa veru li f'pajjiżna hawn issues importanti għaddejjin bħalma huma l-finanzi li jinsabu fi stat ħażin pero` din hija xi ħaġa serja.", "Sur President, tkellimna ħafna dwar l-immigrazzjoni klandestina, u forsi jkolli ċans niddedika l-aħħar żewġ minuti ta' dan l-aġġornament għal dak li qed jipproponi l-partit Laburista.", "Hawn issues jaħarqu mhux biss fil- qasam ta' l-intern u tal-finanzi in ġenerali, pero' din hija issue mportanti għax qed turi t-tnawwir tal-valuri f'pajjiżna.", "Qed turi li dan huwa pajjiż marid li qiegħed jiġi inondat bid-delinkwenza u nagħmlu ħażin li ma nqisux din bħala issue.", "Jagħmel ħażin dan il-parlament jekk ma jqisx dan il-fatt bħala wieħed tassew gravi u tal-mistħija.", "Din hija xiehda ta' kemm pajjiżna sejjer lura mhux biss fil-qasam tal-finanzi, mhux biss fil- qasam soċjali imma wkoll fil-valuri tiegħu.", "Il-gvern Nazzjonlista x'jimportah jekk il-kriminalita` tiżdied minn sena għall-oħra!", "Imma aħna jimpurtana, Mr Speaker.", "Jekk wieħed janalizza sew l-istatistika jsib li r-reat tas-serq qed jiżdied minn sena għall-oħra, b'mod partikolari meta pparagunat mas-sena 1998.", "Ħalli ngħidu li l-1998 hija xi ftit 'il bogħod pero' meta tagħmel il- paraguni mas-sena 2002 li hija aktar qrib issib li s-serq qed jiżdied sew.", "Kif jaf kulħadd is-serq qed jiżdied minħabba l-pjaga tad-droga għax id-drug users dejjem qegħdin jiżdiedu u biex isostnu l-vizzju tagħhom ikollhom jirrikorru għal reati aktar serji bħalma hu s-serq.", "Din hija soċjeta` marida li fil-bażi tagħha hemm il-problema u l-vizzju tad-droga.", "Il- kriminalita` tibda mill-vizzju tad-droga u eventwalment dan iġib is-serq u t-twettiq ta' reati aktar serji.", "Mr Speaker, din it-trend se tibqa' għaddejja għal sena wara l-oħra jekk il- gvern Nazzjonalista se jibqa' indifferenti quddiem din il-problema soċjali.", "Jekk il-gvern Nazzjonalista se joqgħod sempliċement jagħmel lip-service biex joqgħod jitkessaħ kemm qed jinvesti fil-korp tal-pulizija, meta fl- aħħar mill-aħħar huwa r-riżultat li jgħodd, allura nista' ngħid minn issa stess li din is-sena l-kriminalita` se tikser ir-rekord tas-sena l-oħra u s- sena d-dieħla se tikser ir-rekord ta' din is-sena, Mr Speaker.", "Jeħtieġ li l-gvern Nazzjonalista jħares lejn din il-problema aktar mill-qrib għaliex minflok sejrin 'il quddiem, sejrin lura mhux bħall-granċ imma b'mod qawwi ħafna.", "Fl-aħħar minuta li għandi se nitkellem dwar il-konferenza nazzjonali li qed jipproponi l-partit Laburista u li ġiet redikolata mill-gvern Nazzjonalista.", "Fil-bidu ħadna pjaċir li l-gvern Nazzjonalista għamel din il-U-turn, pero' aħna nemmnu u nibqgħu nsostnu li sabiex ikun hemm verament konferenza nazzjonali u sabiex ikun hemm verament sforz nazzjonali, allura l-proposti jridu joħorġu mill-konferenza nnifisha u r-riżultati li qed nipprovaw naslu għalihom ma jridux ikunu soġġetti għal xi kondizzjonament ordnat minn qabel minn xi partit politiku.", "Ir-riżultati jridu joħorġu mill- kontribut li jagħtu l-partiti politiċi, mill-NGOs u mill-konferenza nazzjonali stess.", "Mr Speaker, dan huwa l-mod kif nistgħu naslu sabiex ikun hemm verament politika nazzjonali waħda fuq il-kwestjoni ta' l-immigrazzjoni klandestina.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Silvio Parnis.", "ONOR.", "SILVIO PARNIS: Mr Speaker, fil-ftit ħin li għandi nixtieq nitkellem dwar dak li ntqal f'dawn l-aħħar ġranet mill-ministru responsabbli li f'daqqa waħda qiegħed jitlob biex jitħallsu l-kontijiet tad- dawl u l-ilma sa l-aħħar tas-sena.", "Ma' din l-aħbar kien hawn ħafna nies li ħarġu bil-mistoqsijiet.", "Jien flimkien mal-partit Laburista nemmnu li pajjiżna jrid jimxi 'l quddiem bid-dixxiplina.", "Għaliex għandna dan il-kaos kollu fil-pajjiż u donnu m'hemmx direzzjoni?", "Għaliex il-partit Nazzjonalista ddeċieda li jagħmel 15-il sena fil-gvern u ħaseb li l-flus m'huma se jispiċċaw qatt.", "Matul dawn il-15-il sena nefqu l-flus fil- karozzi lussużi biex iħossuhom komdi u fil-ministeri kulħadd jiġri bil- mobiles, imbagħad miskin il-ħaddiem għax issa f'daqqa waħda għednielu: Dak li gawdejna aħna trid tbatih int. Jien m'inix ngħid li f'pajjiżna kulħadd għandu jagħmel li jrid, imma għandu jkollna l-prijoritajiet, l-aktar fejn jidħlu l-kontijiet tad-dawl u l-ilma għax lin-nies ġenninnihom.", "Jien illum kont qiegħed niltaqa' man-nies u kulħadd beda ġej bil-kontijiet tad-dawl u l-ilma.", "Fil-fatt nista' ngħid li hemm min għandu Lm80 b'lura u hawn irridu nifhmu li qegħdin nitkellmu fuq nies tad-demm u l-laħam li forsi f'ħajjithom kellhom ħafna problemi soċjali.", "Il-ġimgħa l-oħra smajt lill-ministru jgħid li fil-każ ta' dawk li għandhom problemi soċjali se jsir xi ftehim, imma sal-lum stess ħabib tiegħi mill- Gudja rċeva kont ta' Lm500 u minkejja li sabu li huwa żball qalulu li sa l- aħħar tas-sena jrid iħallsu.", "Qalulu wkoll li ma jistgħux jagħmlu ftehim biex iħallas tant fix-xahar.", "Jien naħseb li l-kuxjenza soċjali f'dan il- pajjiż spiċċat.", "Meta konna ngħidu li għandna problema finanzjarja tan- naħa l-oħra kienu joqogħdu jidħku, imma issa qed ikollhom jemmnu li din il- problema teżisti verament.", "Naħseb li l-iktar wieħed li mar tajjeb f'dan ir-rigward huwa l-ex-prim ministru Fenech Adami li spiċċa minn hawnhekk u ħalla l-pajjiż mimli bil-problemi.", "Issa qegħdin naraw li dawn il-problemi li għandu l-pajjiż m'ilhomx jeżistu xi 100 sena, imma nqalgħu matul dawn l- aħħar snin.", "Dawn il-problemi ħoloqhom il-gvern u qiegħed ibatihom il- ħaddiem għax issa qegħdin ngħidu li rridu nissikkaw u li ma nistgħux nibqgħu mexjin f'din ir-rotta.", "Jien dejjem ngħid li kulħadd jista' jgħidlek daqshekk fil-ħajja u jekk il- poplu tagħna se jibqa' jbati, aħna bħala oppożizzjoni Laburista ma nistgħux lil dawn in-nies inħalluhom għal riħhom u ma niddefenduhomx.", "Aħna li dejjem niltaqgħu ma' dawn in-nies, li nieklu magħhom, li ngħixu magħhom u ġieli bkew magħna minħabba l-problemi soċjali li għandhom, ma nistgħux nitilquhom waħedhom.", "Aħna qegħdin f'dan il-parlament għaliex tellgħuna n- nies li kellhom dawn il-problemi kollha u jekk m'aħniex se nkomplu niddefenduhom se nkunu qisna kompliċi ma' tan-naħa l-oħra.", "Dan l- istatement ħassejt li għandi nagħmlu.", "Kif diġa` għedt illum fil-media xxandret l-aħbar li sa l-aħħar tas-sena jridu jitħallsu l-kontijiet kollha li hemm pendenti.", "Dan minbarra r-rigali li ġejjin fil-budget li se jingħataw lil dawn in-nies li għad għandhom il- kontijiet b'lura!", "Nerġa' ngħid li jien m'inix favur l-abbuż u ma naqbilx li min għandu xi jħallas ma jħallasx, imma rridu naraw min verament għandu l-problemi soċjali.", "Dan l-aħħar kellna ħafna lmenti min-nies ta' Albert Town u nixtieq li din il-Kamra dawn tindirizzahom b'attenzjoni.", "Din hija area żgħira bi ftit nies li jgħixu maqtugħin mil-lokalita` kollha tal-Marsa u jekk tgħaddi minn hemm f'ċerti ħinijiet tinnota li r-riħa pesta tal-biċċerija li jkun hemm ma tixraqx lill-bnedmin.", "Jien għamilt mistoqsija parlamentari f'dan ir- rigward u għadni ma ngħatajtx tweġiba għaliha.", "Għaldaqstant nixtieq li l- Kamra tinnota li fl-area ta' Albert Town joħroġ ilma jinten mill-biċċerija u jibqa' sejjer fit-triq.", "Nixtieq niġbed l-attenzjoni ta' din il-Kamra wkoll li f'din l-area jgħixu ħafna anzjani u fejn qabel kien imur trakk ibigħ il-ħalib, issa dan m'għadux imur.", "Dan ifisser li dawk in-nies li għandhom karozza qed ikollhom imorru jixtru l-ħalib mill-ħwienet li hemm fil-qrib ta' din l- area, filwaqt li dawk l-anzjani li m'għandhom lil ħadd biex imur jixtrilhom, qed jispiċċaw jgħixu bla ħalib.", "Qed inressaq dawn l-ilmenti f'dan il-parlament għaliex dwar dan ċempluli wħud mill-ftit residenti li hemm f'din l-area.", "Wara kollox l-aġġornament nagħmluh biex inressqu l- ilmenti tal-poplu tagħna.", "Issa nixtieq nitkellem ftit ukoll dwar il-problema tad-droga f'pajjiżna li tkellem dwarha wkoll il-kollega tiegħi, l-Onor.", "Gavin Gulia.", "Għadhom kif poġġew f'din il-Kamra statistika dwar nies li mietu bil-problema tad-droga.", "Jien minn dejjem għedt u nibqa' nsostni li f'dan il-parlament irid ikollok il-prijoritajiet tiegħek.", "Hemm affarijiet fejn ma naqblux, imma hemm affarijiet li bilfors irridu naqblu dwarhom.", "Il-problema tad-droga rridu niġġielduha flimkien għax irridu nifhmu li l-vittmi tagħha huma nies Maltin u hawnhekk ma nistax ma nsemmix lil dawk il-ġenituri li tilfu lil xi ħadd mit-tfal tagħhom.", "Sur President, jien kemm-il darba appellajt li l-eluf ta' siringi li qegħdin jitqassmu b'xejn miċ-ċentri tas-saħħa lid-drogati matul is-sena qed iqumu eluf ta' liri.", "Jien m'għandi xejn kontra dawn in-nies, anzi fejn kelli ċ-ċans għenthom għax nemmen li dawn ikunu għaddew minn żmenijiet diffiċli fil-ħajja tagħhom.", "Peress li dawn imorru jieħdu siringa wara l- oħra, qed inkunu nafu min huma l-vittmi tad-droga u għalhekk nixtieq nagħmel appell lid-dipartiment tas-saħħa biex flimkien mad-dipartiment tal- politika soċjali jaħtru lil xi ħadd biex meta drug addict imur biex jieħu s- siringa jipprova jfiehmu li dik tista' twasslu għall-mewt.", "Barra minn hekk, dawn is-siringi jintefgħu jiġru fit-toroq u f'areas oħra b'dannu għat- tfal tagħna li jkunu qegħdin jiġru fl-għelieqi u fit-toroq.", "Il-bieaħ kelli ċans niltaqa' ma' Monsinjur Victor Grech u ma' xi saċerdati oħra fejn tkellimna fuq ħidma fil-qasam ta' l-anzjani li l-partit Laburista qiegħed jaħdem fuqha.", "Bla dubju ta' xejn meta titkellem ma' Monsinjur Victor Grech il-kliem jaqa' fuq il-problema tad-droga u nixtieq ngħid prosit lill-Knisja li kienet ewlenija f'dan il-qasam.", "Fil-fatt aħna għedna li dawk id-drogati li jmorru biex jieħdu siringa almenu għandhom jirritornaw is-siringa li jkunu wżaw lura.", "Jien nemmen li għandna nkunu kapaċi nbiddlu s-sistema f'dawn l-affarijiet żgħar għax dawn jistgħu jkunu affarijiet kbar ukoll.", "Illum semmejt ħafna affarijiet imma ħassejt li fil-ftit ħin li jkollna fl- aġġornament għandi nipprova nolqot lil kulħadd biex nuri solidarjeta` ma' dawk il-familji li jkollhom il-problemi.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Kamra hi aġġornata għal nhar it-Tnejn, 22 ta' Novembru 2004 fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-ministru.", "Fid-9.52 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "GWARDJANI LOKALI - ĊITAZZJONIJIET", "7177.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jindika l-ammont ta' ċitazzjonijiet li l-gwardjani lokali ħarġu xahar b'xahar, fis-snin 2003 u 2004 (s'issa)?", "Liema kienet dik il-kontravenzjoni li l-iktar ġiet miksura?", "ONOR.", "TONIO BORG: L-ammont ta' ċitazzjonijiet li l-gwardjani lokali ħarġu xahar b'xahar fis-snin 2003 u 2004 kien kif inhu indikat hawn taħt:", "|Xahar |2003 |2004 | |Jannar |17,282 |24,144 | |Frar |15,425 |24,683 | |Marzu |16,103 |26,815 | |April |16,521 |27,812 | |Mejju |22,185 |27,420 | |Ġunju |20,778 |24,896 | |Lulju |22,778 |27,706 | |Awissu |21,138 |18,893 | |Settembru|18,929 | | |Ottubru |26,430 | | |Novembru |21,273 | | |Diċembru |20,387 | |", "Ir-regolament li l-aktar ġie miksur kien dak li jistipula li \"Liċenzja mhux imwaħħla sewwa mal-vettura.", "Liċenzja mhux imwaħħla mal-windscreen\".", "DWANA - SIGARETTI", "7178.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jindika l-ammont ta' sigaretti li nqabdu jiddaħlu Malta illegalment bil-kuntrabandu fis-snin 2002, 2003 u 2004 (s'issa)?", "X'kien il-valur komplessiv kull sena?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-mejda tal- Kamra aktar kmieni fis-seduta.", "QRATI – REATI KONNESSI MA' VAT", "7179.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jindika l-ammont ta' persuni li ġew ikkundannati għal piena ta' priġunerija mill-qrati fis-snin 2003 u 2004 (s'issa) fuq sejbien ta' ħtija ta' ksur tal-liġi tal-VAT?", "ONOR.", "TONIO BORG: Fil-perijodu ndikat ma kien hemm l-ebda persuna li ġiet ikkundannata ħabs mill-Qorti fuq reati konċernati mal-VAT.", "Kien hemm xi każijiet ta' multi mposti li wara żmien twil li ma tħallsux u li ġew konvertiti f'piena karċerarja.", "QRATI – KSUR TAL-LIĠI TAL-VAT", "7180.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jindika l-ammont ta' persuni li tressqu l-qorti fis-snin 2003 u 2004 (s'issa) fuq allegat ksur tal-liġi tal-VAT?", "Kemm weħlu komplessivament f'termini ta' multa?", "ONOR.", "TONIO BORG: Il-proċeduri fil-Qorti fuq allegat ksur tal-Liġi tal- VAT jiġu istitwiti mill-Kummissarju għat-Taxxa Miżjuda, u għalhekk nitlob lill-Onor.", "Interpellant jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "IMMIGRANTI LLEGALI", "7181.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru, dment u sakemm ma jkunx qed jinkiser xi obbligu ta' konfidenzjalita' jew protokoll, jgħid jekk Malta qajmitx il-kwestjoni ta' l-influss ta' l-immigranti llegali f'Malta f'xi forum ta' l-Unjoni Ewropea tal-Ġustizzja u Intern?", "F'każ affermattiv, f'liema forum, meta u x'kien l-eżitu?", "ONOR.", "TONIO BORG: Malta qajmet il-kwestjoni ta' influss ta' immigranti llegali fil-Kunsill tal-Ministri tat-30 ta' Settembru, kif ukoll f'dak tal- 25 ta' Ottubru 2004.", "IMMIGRANTI LLEGALI", "7182.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin: Jista' il-Ministru, dment u sakemm ma jkunx qed jinkiser xi obbligu ta' konfidenzjalita' jew protokoll, jgħid jekk Malta qajmitx il- kwestjoni ta' l-influss ta' l-immigranti llegali f'Malta f'xi forum ta' l- Unjoni Ewropea tal-Ġustizzja u Intern?", "F'każ affermattiv, f'liema forum, meta u x'kien l-eżitu?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jindirizzaz l- mistoqsija tiegħu lill-ministeru konċernat peress illi dawn il-materji jiġu diskussi f'fora li fihom jattendi l-Ministeru tal-Ġustizzja u Intern.", "ADT - ROTOT TAL-KAROZZI TAL-LINJA MATUL IL-LEJL", "8486.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jiddaħħlu xi rotot tal-karozzi tal-linja anke bil-lejl?", "Fejn hu ppjanat li dawn isiru u meta?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Preżentament diġa' teżisti skeda ta' rotot li joperaw bil-lejl.", "Dawn ir-rotot qed jiġu moniterjati sabiex inkunu nafu l-patronaġġ li għandhom u sabiex eventwalment integrati fl-iskeda normali.", "Huwa mifhum li meta jiġi terminat dan il-moniteraġġ, l-awtorita' tkun f'pożizzjoni li tiddeċiedi jekk dawn ir-rotot għandhomx jiġu miżjuda u jekk hemmx il-htiega li jkunu ntrodotti rotot ta' bil-lejl lejn destinazzjonijiet oħra.", "GĦAQDIET SPORTIVI - DOPING TESTS", "8487.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid jekk kienx hemm għaqdiet sportivi li din is-sena talbu għajnuna biex jagħmlu testijiet tad-doping fl-isport rispettivi tagħhom?", "Liema kienu?", "X'għajnuna ngħatat?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-kunsill Malti għall-isport kellu dawn it-talbiet:", "Malta Amateur Athletic Association;Malta Amateur BodyBuilding Association;Malta Football Association; Malta Judo Federation & Associate Disciplines.", "Informat ukoll li sal-lum il-kunsill Malti għall-isport ħallas Lm3,000 lill- Malta football association għad-doping tests u qed jivverifika t-talbiet l- oħra.", "SAN PAWL IL-BAĦAR – SKOLA PRIMARJA", "8513.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid meta se jimtela' il-post vakanti ta' għalliema ta' Year 2 fl-iskola primarja ta' San Pawl il-Baħar minħabba li din se tispiċċa boarded-out?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Waħda mill-għalliema ta' Year 2 fl-iskola ta' San Pawl il-Baħar ħarġet bis-sick leave fit-18 ta' Ottubru 2004.", "Għalliema ġdida ntbagħtet tagħti servizz fl-istess skola fl-4 ta' Novembru 2004 eżatt wara l-vaganzi tal-mid-term.", "SANTA LUĊIJA - JUNIOR LYCEUM MARGARET MORTIMER", "8514.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li fil- junior lyceum Margaret Mortimer ta' Santa Luċija fil-Form 4 għad m'hemmx għalliema tal-computer?", "Meta se jintbagħat għalliem ieħor ħalli l- istudenti ma jkomplux ibatu l-konsegwenzi ta' nuqqas ta' lezzjonijiet?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-għalliema tal-Computer Studies intbagħtet l-iskola Margaret Mortimer fl-4 ta' Novembru 2004.", "Il- lezzjonijiet ta' dan is-suġġett issa qegħdin isiru b'mod regolari.", "SAN PAWL IL-BAĦAR - SKOLA PRIMARJA", "8547.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 7974, jista' il-Ministru jinnota li t-trasport eżistenti qed jaqdi l-bżonnijiet tat-tfal minħabba li numru ta' ġenituri kellhom jinqdew bi trasport privat?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-trasport li qed jiġi pprovdut huwa organizzat wara li tinkiseb informazzjoni mill-iskejjel.", "Fil-każ ta' l-iskola ta' San Pawl il-Baħar, in-numru tat-tfal mill-Qawra li jattendu huwa hekk :", "| |Tfa|Kinde|Minn fejn jinġabru| | |l |r |it-tfal | |Qawra| | 4 |Coast Line | | |23 | |Hotel/għassa | | | | |tal-pulizija/All | | | | |Saints Bar | |Buġib| | 14 |Pjazza ta' | |ba |45 | |Buġibba/Holiday | | | | |Complex/Knisja | | | | |tal-Qawra/Bandli | |Buġib| | 12 |Pioneer | |ba |54 | |Road/Housing | | | | |Estate/Canberra |", "Informat ukoll li għal dawn it-tfal it-taqsima tat-trasport qed tipprovdi sitt xarabanks kull filgħodu u wara nofsinhar.", "Id-diviżjoni ta' l- edukazzjoni m'għandha ebda kontroll fuq il-ġenituri li jridu jikru trasport privat.", "PERIT RICHARD ENGLAND", "8548.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: B'riferenza għal dak li ntqal fuq ix-xandir ta' l-istat dwar l- Lm400,000 li tħallas il-Prof.", "Richard England, jista' il-Ministru jgħid jekk dawn kienux taxxabbli jew le?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Bħalma jaf l-Onor.", "Interpellant, kull ħlas dovut fuq servizzi mogħtija huwa dejjem taxxabli.", "SPTAR SAN LUQA – PAZJENTI B'FOOD POISONING", "8664.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l- Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid kemm-il persuna ddaħħlet l- isptar kawża ta' velenu fl-ikel f'Malta u Għawdex matul dawn l-ewwel disa' xhur tas-sena?", "Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perjodu tas-sena l-oħra?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Minn tagħrif miġbur permezz tas-sistema tal-hospital activity analysis (SLH), in-numru ta' pazjenti li ddaħlu fl-Isptar San Luqa kawża ta velenu fl-ikel fl-ewwel tmien xhur ta' din is-sena ammontaw għal 23.", "Fl-istess perjodu tas-sena l-oħra, jiġifieri bejn Jannar u Awissu ta' 2003, iddaħlu 35 pazjenti b'food poisoning.", "Fit-terminu food poisoning huma nklużi wkoll infezzjonijiet tas-sistema gastroenteroloġika kkawzati minn viruses li jistgħu jkunu trasmessi mill-ikel (ICD-10 codes: A00-A09 u T61- T62).", "PULIZIJA - DEPORTAZZJONI TA' PERSUNI", "8738.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid matul l-ewwel disa' xhur ta' din is-sena kemm-il persuna ġiet deportata jew rifjutata milli tidħol f'pajjiżna mal-wasla tagħha fl-ajruport internazzjonali ta' Malta jew fil-portijiet marittimi tal-gżejjer tagħna?", "X'nazzjonalita' kellhom dawn il-persuni?", "Kemm hu n-numru ta' ċittadini Maltin li qed jissoktaw b'arrest jew b'sentenza ta' ħabs f'pajjiżi barranin?", "F'liema pajjiżi jinsabu dawn iċ-ċittadini Maltin?", "ONOR.", "TONIO BORG: Dwar l-ewwel żewġ partijiet tal-mistoqsija, nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 7771.", "Dwar il-kumplament tal-mistoqsija, nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferiha lill-ministru konċernat.", "SKEJJEL SEKONDARJI - STUDENTI", "8739.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' studenti bniet u subien li jattendu l-Form 3 fl-iskejjel sekondarji li din is-sena għażlu li jistudjaw il-lingwa Għarbija?", "Kemm hu n-numru ta' studenti li fil-livell 3, 4 u 5 ta' l-iskejjel sekondarji din is-sena?", "Jista' jagħti l-istess informazzjoni għal-lingwi tal-Ġermaniż, ir-Russu u l- Ispanjol?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Fl-iskejjel sekondarji l-istudenti jagħżlu li jistudjaw lingwa fil-Form 4 u mhux fil-Form 3.", "L-istudenti li jagħżlu li jistudjaw lingwa fil-Form 3 huma dawk li jattendu l-junior lyceums.", "In-numru ta' studenti subien u bniet li jattendu l-Form 3 fil-junior lyceums li għażlu li jistudjaw il-lingwa Għarbija huwa kif jidher hawn taħt:", "Subien - 1 Bniet - 4 Total - 5", "Informat ukoll li n-numru ta' studenti subien u bniet li jattendu l-Form 3 fil-junior lyceums li għażlu li jistudjaw il-lingwa Ġermaniża, ir-Russu u l- Ispanjol huwa:", "| |Subie|Bniet|Total| | |n | | | |Ġerman|8 |37 |45 | |iż | | | | |Russu |0 |3 |3 | |Spanjo|12 |63 |75 | |l | | | |", "Informat li n-numru ta' studenti bniet u subien fil-livell 3, 4 u 5 ta' l- iskejjel sekondarji din is-sena huwa:", "| |Subie|Bnie|Tota| | |n |t |l | |Form 3|1,830|1,85|3,68| | | |7 |7 | |Form 4|1,868|1,94|3,81| | | |5 |3 | |Form 5|1,777|1,99|3,77| | | |5 |2 |", "MIXED COMMISSION", "8740.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin: Jista' il-Ministru jgħid meta hu maħsub li tiltaqa' il-mixed commission bejn Malta u l-Libja?", "X'qed jipproponi l-Gvern Malti għall- agenda ta' din il-laqgħa?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Id-djalogu politiku bejn Malta u l-Libja qed jitkompla bl-ogħla livell bi żjarat uffiċjali mill-Prim Ministru u l- Ministru ta' l-Affarijiet Barranin kif ukoll mill-President fi Frar 2004.", "Diġa' saru kuntatti biex dan il-proċess jitkompla u jissaħħaħ.", "KUNSILLI LOKALI - SINDKI/KUNSILLIERA", "8803.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim jirrispondi mistoqsija parlamentari 8312 u cioe' jgħid kemm kien in-numru ta' kunsilliera u sindki, lokal lokal f'Malta u Għawdex, li rriżenjaw sena b'sena minn meta twaqqfu l- kunsilli lokali fil-gżejjer tagħna?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 8650.", "DJAR - POSTIJIET GĦALL-BEJGĦ", "8813.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u tas- Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid kemm units għall-bejgħ mill- awtorita' tad-djar li qed jidhru fl-aħħar avviż Nru 70 kienu dehru fl-avviż ta' ftit tax-xhur ilu Nru 69?", "Fejn huma dawn il-units?", "Kemm kienu l- prezzijiet fl-avviż ta' qabel l-aħħar wieħed u kemm huma l-prezzijiet fl- avviż tal-lum?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: It-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-tabella li poġġejt fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni fis-seduta.", "AKKOMODAZZJONI SOĊJALI – HOUSING UNITS", "8814.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u tas- Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid kemm għaddew units lid- dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali mill-uffiċċju konġunt fis-snin 2000, 2001, 2002, 2003 u 2004?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: It-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-tabella li poġġejt fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni fis-seduta.", "DJAR – HOUSING UNITS 8815.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u tas- Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid kemm għaddew units lid- dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali mill-awtorita' tad-djar fis-snin 2000, 2001, 2002, 2003 u 2004?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: It-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-tabella li poġġejt fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni fis-seduta.", "DJAR - APPARTAMENTI", "8816.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u tas- Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid kemm inbnew u tqassmu flats, maisonettes u djar mill-awtorita' tad-djar fis-snin 2000, 2001, 2002, 2003 u 2004?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: It-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-tabella li poġġejt fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni fis-seduta.", "DJAR – HOUSING UNITS", "8817.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u tas- Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid fejn jinsabu l-units, lokal b'lokal skond il-kunsilli lokali f'Malta u Għawdex, li tqassmu mill- awtorita' tad-djar fis-snin 2000, 2001, 2002, 2003 u 2004?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Il-lokalitajiet tal-units li tqassmu jew se jitqassmu mill-awtorita' tad-djar fis-snin indikati mill-Onor.", "Interpellant huma kif jidhru fit-tabella li poġġejt fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni fis-seduta.", "MEPA – APPLIKAZZJONIJIET MILL-AWTORITA' TAD-DJAR", "8818.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid fil-preżent il-MEPA kemm qed tipproċedi applikazzjonijiet mill-awtorita' tad-djar?", "Fiex tikkonsisti kull applikazzjoni u f'liema lokalita'?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Fil-preżent l-awtorita` tad-djar għandha 15-il applikazzjoni pendenti quddiem il-MEPA.", "Id-dettalji tagħhom tpoġġew fuq il- mejda tal-Kamra aktar kmieni fis-seduta.", "PERSUNI SELF-EMPLOYED - ĦLAS TA' L-NI", "8833.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 8314 u cioe' jista' jgħid kemm hu n-numru ta' persuni self-employed li huma regolari fil-ħlas tal-bolla tas-sigurta' soċjali, l-NI?", "Jista' jgħid kemm hu n-numru ta' persuni self-employed li għandhom arranġamenti speċjali sabiex iħallsu l-arretrati ta' l-NI?", "Jista' jgħid kemm hi ċ-ċifra globali li trid titħallas f'arretrati minn dawn is-self-employed?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Fl-2003 kien hemm 12,332 persuni self-employed li kienu regolari fil-ħlas tal-bolla tas-sigurtà soċjali.", "L-informazzjoni għal din is-sena tkun tista' tingħata meta jsir l-aħħar pagament f'Diċembru.", "Mill-1998 saru 1,446 arranġamenti speċjali ma' persuni self-employed biex iħallsu l-arretrati ta' l-N.I..", "Iċ-ċifra globali li trid tħallas f'arretrati hi stmata li tlaħħaq madwar Lm1.9 miljun inklużi kontribuzzjonijiet stmati mill-kummissarju peress li l- formola tat-taxxa ma tkunx għadha ntbagħtet.", "FAMILJA U SOLIDARJETA' SOĊJALI - ĦADDIEMA MSIEFRIN FUQ XOGĦOL", "8915.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru tal-Familja u tas- Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tagħti lista tas-safar li sar minn impjegati tad-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dikasteru tagħha bejn Jannar 2004 sal-lum?", "Kemm kienet l-ispiża għal kull safra u fejn siefru?", "Min kienu l-persuni li siefru?", "Xi grad għandhom (jew taħt liema skala ta' salarju jaqgħu) il-persuni li siefru?", "Min awtorizza kull safra?", "Min mar business class jew first class?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "OPM - MOBILE PHONES", "8916.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta' flus li tħallsu fuq kontijiet ta' mobile phones bejn Jannar 2003 u Ottubru 2004 lill- impjegati fis-segretarjat privat tiegħu?", "Min huma l-impjegati li huma ntitolati għal mobile phone fl-istess segretarjat?", "Xi grad huma?", "Kemm kienet l-ispiża għal kull mobile phone bejn Jannar 2003 u Ottubru 2004?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jiena nformat li l-użu ta' mobile telephones fis- segretarjati privati tal-ministri u tas-segretarjati parlamentari huwa regolat minn guidelines, approvati mill-Kabinett.", "Dawn il-guidelines jipprovdu li l-kap tas-segretarjat, is-segretarju privat, l-assistent segretarju privat u l-communication co-ordinator huma ntitolati għall-użu tal-mobile telephone.", "F'ċerti każijiet jistgħu jkunu ntitolati wkoll l- impjegati fil-grad ta' messaġġier kif ukoll xufiera tal-ministru jew tas- segretarju parlamentari.", "Mid-data li jiena ħadt il-ġurament bħala Prim Ministru sa llum, it-total ta' flus li tħallsu fuq mobile telephone użati minn membri tas-segretarjat fl-uffiċċju tal-Prim Ministru hu Lm1,992.75 imma ma naħsibx li huwa l-każ li tingħata wkoll informazzjoni dwar l-ispiża għal kull mobile telephone.", "ĠUSTIZZJA U INTERN - MOBILE PHONES", "8917.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta' flus li tħallsu fuq kontijiet ta' mobile phones bejn Jannar 2003 u Ottubru 2004 lill-impjegati fis-segretarjat privat tiegħu?", "Min huma l- impjegati li huma ntitolati għal mobile phone fl-istess segretarjat?", "Xi grad huma?", "Kemm kienet l-ispiża għal kull mobile phone bejn Jannar 2003 u Ottubru 2004?", "ONOR.", "TONIO BORG: L-użu ta' mobile telephones fis-segretarjati privati tal-ministri u tas-segretarji parlamentari huwa regolat minn guidelines approvati mill-Kabinett, dwar l-ingaġġ ta' mpjegati f'dawn is-segretarjati.", "Dawn il-guidelines jipprovdu li l-Kap tas-segretarjat, is-segretarju privat, l-assistent segretarju privat u l-communications co-ordinator huma ntitolati għall-użu tal-mobile telephone.", "F'ċerti każijiet jistgħu jkunu ntitolati wkoll impjegati fil-grad ta' messaġġier kif ukoll xufiera tal- ministru jew tas-segretarju parlamentari.", "L-ammont totali ta' flus li tħallsu fuq mobile telephones użati minn membri tas-segretarjat tiegħi bejn Jannar 2003 u Ottubru 2004 kien Lm2,541.09.", "Ma naħsibx li huwa l-każ li tingħata wkoll informazzjoni dwar l-ispiża għal kull mobile telephone.", "EDUKAZZJONI - MOBILE PHONES", "8918.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta' flus li tħallsu fuq kontijiet ta' mobile phones bejn Jannar 2003 u Ottubru 2004 lill-impjegati fis-segretarjat privat tiegħu?", "Min huma l-impjegati li huma ntitolati għal mobile phone fl-istess segretarjat?", "Xi grad huma?", "Kemm kienet l-ispiża għal kull mobile phone bejn Jannar 2003 u Ottubru 2004?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-ammont ta' flus li tħallsu fuq kontijiet ta' mobile phones bejn Jannar 2003 u Ottubru 2004 mill-impjegati fis-segretarjat privat huwa ta' Lm2,109.85.", "Dawk intitolati u l-ispiża għal kull mobile phone bejn Jannar 2003 u Ottubru 2004 huma kif jidhru hawn taħt:", "|Kap tas-Segretarjat |Lm | | |833.38 | |Is-Segretarju Privat |Lm | | |193.83 | |Il-Kordinatur |Lm1082.64| |tal-Komunikazzjoni | |", "AFFARIJIET BARRANIN - MOBILE PHONES", "8919.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin: Jista' il-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta' flus li tħallsu fuq kontijiet ta' mobile phones bejn Jannar 2003 u Ottubru 2004 lill-impjegati fis-segretarjat privat tiegħu?", "Min huma l-impjegati li huma ntitolati għal mobile phone fl-istess segretarjat?", "Xi grad huma?", "Kemm kienet l-ispiża għal kull mobile phone bejn Jannar 2003 u Ottubru 2004?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: L-użu ta' mobile telephones fis-segretarjati privati tal-ministri u tas-segretarji parlamentari huwa regolat minn guidelines approvati mill-Kabinett, dwar l-ingaġġ ta' impjegati f'dawn is- segretarjati.", "Dawn il-gudelines jipprovdu li l-kap tas-segretarjat, is- segretarju privat, l-assistent segretarju privat u l-communications co- ordinator huma ntitolati għall-użu tal-mobile telephone.", "F'ċerti każijiet jistgħu jkunu ntitolati wkoll impjegati fil-grad ta' messaġġier kif ukoll xufiera tal-ministru jew tas-segretarju parlamentari.", "L-ammont totali ta' flus li tħallsu fuq mobile telephones użati minn membri tas-segretarjat tiegħi u dawk ta' qabli bejn Jannar 2003 u Ottubru 2004 kien Lm6,063,74.", "TURIŻMU U KULTURA - MOBILE PHONES", "8920.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta' flus li tħallsu fuq kontijiet ta' mobile phones bejn Jannar 2003 u Ottubru 2004 lill-impjegati fis- segretarjat privat tiegħu?", "Min huma l-impjegati li huma ntitolati għal mobile phone fl-istess segretarjat?", "Xi grad huma?", "Kemm kienet l-ispiża għal kull mobile phone bejn Jannar 2003 u Ottubru 2004?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-użu ta' mobile telephones fis- segratarjati privati tal-ministri u tas-segretarji parlamentari huwa regolat minn guidelines, approvati mill-Kabinett , dwar l-ingaġġ ta' mpjegati f'dawn is-segretarjati.", "Dawn il-guidelines jipprovdu li l-kap tas- segretarjat, is-segratarju privat, l-assistent segretarju privat u l- communications co-ordinator huma ntitolati għall-użu tal-mobile telephone.", "F'ċerti każijiet jistgħu jkunu ntitolati wkoll impjegati fil-grad ta' messaġġier kif ukoll xufiera tal-ministru jew tas-segretarju parlamentari.", "L-ammont totali ta' flus li tħallsu fuq mobile telephones użati minn membri tas-segretarjat tiegħi bejn Jannar 2003 u Ottubru 2004 kien Lm6,950.93", "Ma naħsibx li huwa l-każ li tingħata wkoll informazzjoni dwar l-ispiża għal kull mobile telephone.", "DAR IL-MEDITERRAN GĦALL-KONFERENZI", "8970.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid minn liema bord titmexxa Dar il-Mediterran għall- Konferenzi llum?", "Kemm hemm membri f'dan il-bord u min huma?", "Xi kwalifiki relatati għandhom mal-karigi li jokkupaw?", "X'inhi r-remunerazzjoni tagħhom?", "Kemm hemm ħaddiema bħalissa li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tat-tmexxija tal-bord?", "X'inhuma r-responsabbiltajiet tagħhom eż: handyman, messengers, drivers, etc.?", "Hemm xi ħsieb li jitbiddel l-agreement ma' dawn il- ħaddiema?", "Jekk fl-affermattiv, kemm ilu fuq l-ixkaffa u għalfejn għadu ma ġiex imwettaq?", "Hemm xi ħsieb li wħud minn dawn il-ħaddiema jiġu trasferiti band'oħra, bħal per eżempju ma' entitajiet governattivi u f'dan il-każ humiex se jkunu impjegati fuq kuntratt definit jew indefinit?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "PULIZIJA - RAPPORTI TA' SERQ", "8971.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew imwettqa serqiet matul Settembru 2004?", "Jista' jikklassifika s-serq?", "Jista' jgħid kemm ġew solvuti serqiet matul Settembru 2004?", "ONOR.", "TONIO BORG: Matul Settembru 2004 il-każi ta' serq li ġew irrapurtati lill-pulizija kienu kif jidher hawn taħt, filwaqt li matul l-istess xahar il-pulizija solviet 52 każ ta' serq.", "|Hold up | 5 | |Pick Pocketing | 48 | |Snatch & grab | 16 | |Serq minn dgħajjes | 13 | |Serq ta' dghajjes | 6 | |Serq ta' karozzi | 61 | |Serq minn karozzi |296 | |Serq minn residenzi| 72 | |Serq minn barijiet | 63 | |/ lukandi | | |Serq minn xtajtiet | 59 | |Serq minn fabbriki | 4 | |Serq minn ħwienet | 26 | |Serq ieħor |263 |", "PULIZIJA – RAPPORTI TA' REATI", "8972.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Minisitru jgħid kemm ġew imwettqa reati matul Settembru 2004?", "Jista' jikklassifika r-reati?", "Jista' jgħid kemm ġew solvuti reati matul Settembru 2004?", "ONOR.", "TONIO BORG: It-tagħrif mitlub fl-ewwel u fit-tieni partijiet tal- mistoqsija huwa kif jidher hawn taħt.", "Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija, matul Settembru 2004 kien hemm 304 persuna misjuba ħatja ta' reati kriminali.", "|Against morals/honour| 2 | |of family | | |Arson | 6 | |Attempted offences | 92 | |Bodily harm | 89 | |Computer misuse | 1 | |Administration of | 2| |Justice etc | | |Damage |267 | |Drugs | 5 | |Forgery | 11 | |Fraud | 13 | |Illegal Immigration | 12 | |Prostitution | 3| |Sexual offences | 3| |Theft |932 | |Threats and private | 10 | |violence | | |Violation of places | 1 | |of confinement | | |Violence against | 8 | |public officers | |", "PULIZIJA – RAPPORTI TA' SERQ", "8973.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew imwettqa serqiet matul Ottubru 2004?", "Jista' jikklassifika s-serq?", "Jista' jgħid kemm ġew solvuti serqiet matul Ottubru 2004?", "ONOR.", "TONIO BORG: Matul Ottubru 2004 il-każi ta' serq li ġew rappurtati lill-pulizija kienu kif jidher hawn taħt, filwaqt li matul l-istess xahar il-pulizija solviet 32 każ ta' serq.", "|Hold up | 5 | |Pick Pocketing | 28 | |Snatch & grab | 13 | |Serq minn | 8 | |dgħajjes | | |Serq ta' dgħajjes| 2 | |Serq ta' karozzi | 68 | |Serq minn karozzi|300 | |Serq minn | 72 | |residenzi | | |Serq minn | 56 | |barijiet/lukandi | | |Serq minn | 30 | |xtajtiet | | |Serq minn | 5 | |fabbriki | | |Serq minn ħwienet| 36 | |Serq ieħor |269 |", "PULIZIJA – RAPPORTI TA' REATI", "8975.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew imwettqa reati matul Ottubru 2004?", "Jista' jikklassifika r-reati?", "Jista' jgħid kemm ġew solvuti reati matul Ottubru 2004?", "ONOR.", "TONIO BORG: It-tagħrif mitlub fl-ewwel u fit-tieni partijiet tal- mistoqsija huwa kif jidher hawn taħt.", "Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija, ninsab informat illi matul Ottubru 2004 kien hemm 240 persuna misjuba ħatja ta' reati kriminali.", "|Against morals/honour | | |of family |4 | |Arson | | | |10 | |Attempted offences |103 | |Bodily harm |105 | |Computer misuse | | | |2 | |Administration of | | |Justice etc |1 | |Damage |286 | |Drugs | 10| |Forgery | 8| |Fraud | 10| |Illegal Immigration | 21| |Prostitution | | | |4 | |Sexual offences | | | |2 | |Theft |892 | |Threats and private | | |violence |3 | |Violation of places of | | |confinement |1 | |Violence against public| | |officers |9 |", "CCF - CCTV CAMERAS", "8976.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid għaliex fil- faċilita' korrettiva ta' Kordin hemm bejn wieħed u ieħor fuq 200 CCTV cameras u qegħdin jaħdmu taħt l-20 cameras biss?", "Għaliex kienu ġew ordnati daqstant cameras meta jidher li m'hemmx bżonnhom kollha?", "Meta ħarġet it- tender għas-CCTV cameras, min għamel l-offerti, lil min ġiet assenjata u kemm kienet tiswa t-tender?", "ONOR.", "TONIO BORG: Il-cameras tas-sistema CCTV jinsabu jaħdmu kollha, għajr waħda li għandha xi ħsara.", "Fir-rigward tat-tender għal din is-sistema, nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 35028 fit-23 ta' Lulju 2002.", "CCF - PUNCHING MACHINE", "8979.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid min iwieġeb il- mistoqsijiet parlamentari li għandhom x'jaqsmu mal-faċilita' korrettiva ta' Kordin u jgħid jekk iweġbuhomx il-pulizija - in-numru tagħhom qed jintbagħat separatament - mingħajr ma jiġi nvolut id-direttur tal-ħabs?", "Jista' jgħid għaliex il-punching machine fl-entrance gate tal-faċilita' korrettiva ta' Kordin mhijiex tintuża?", "Jista' jgħid għaliex se tiġi stallata sistema oħra meta s-sistema tal-punching machine attwali tista' tiġi riparata?", "Jista' jgħid meta ħarġet it-tender għas-sistema l-ġdida, min għamel l-offerti, lil min ġiet assenjata u kemm kienet tiswa t-tender?", "ONOR.", "TONIO BORG: Il-mistoqsijiet parlamentari li jirrigwardaw id- dipartiment tas-servizzi korrettivi iweġibhom bir-responsabbilita' kollha d- direttur.", "Ir-riċerka meħtieġa ssir mis-surġent ta' l-uffiċċju amministrattiv, filwaqt illi s-surġent l-ieħor jiġi konsultat meta l- mistoqsija tkun relatata mas-sigurta' tal-faċilita'.", "Fir-rigward tal-punching machine, ninsab informat li din kienu diġa' sarulha diversi upgrades u s-software tagħha illum huwa outdated.", "Minbarra dan, l-ispejjeż biex iżomm is-sistema kienet kibret ħafna.", "Is-sistema l- ġdida mhijiex biss għall-użu ta' punching, iżda hija wkoll integrata mas- sistema tas-sigurta'.", "Din ma nxtratx b'tender, iżda permezz ta' quotations u dan għaliex l-ispiża kienet taħt il-limitu rikjest għat-tenders.", "XARBIET MINGĦAJR ZOKKOR", "8991.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l- Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru ġentilment jgħid jekk hux qed isir xi tip ta' kontroll biex jiġi aċċertat li xarbiet li jkunu reklamati u mmarkati li huma bla zokkor tabilħaqq ikunu hekk?", "Min jagħmel dan it-tip ta' kontroll?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Skond il-Food Safety Act 2002 ir-responsabbilta' primarja li xarbiet li jkunu reklamati li huma bla zokkor ikunu tabilħaqq hekk, taqa' taħt il-manifattur ta' tali xarbiet.", "Bl-istess liġi, tali manifattur irid ikollu l-kontrolli neċessarji biex ikun jista' jiġi aċċertat li dikjarazzjonijiet magħmula reklamati huma korretti mingħajr l-ebda żball.", "Uffiċjali tad-dipartiment tas-saħħa pubblika jagħmlu spezzjonijiet regolari biex jaċċertaw li tali kontrolli jeżistu.", "GĦAWDEX – SIXTH FORM", "9026.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: Peress li fis-sixth form f'Għawdex m'hemmx teacher tal-biology, jista' il-Ministru jara li din is-sitwazzjoni tiġi rimedjata?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Qegħdin jittieħdu l-passi meħtieġa.", "HELIPORT - SERVIZZ TAL-HELICOPTER", "9027.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 8844, peress li issa s-servizz tal-helicpter spiċċa, jista' il-Ministru jgħid jekk il-premises tal-heliport humiex se jintużaw?", "Jekk fl-affermattiv, minn min u għalxiex?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "GĦAWDEX – MAKNA TAL-ĦALIB", "9030.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 8845, jista' il-Ministru jgħid x'se jiġri mill-makna tal-ħalib f'Għawdex u x'se jiġri mill-ħaddiema ta' l-MDP?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "MARSA - BIĊĊERIJA", "9031.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jara li ma jitkompliex joħroġ il-ħmieġ il- biċċerija f'Albert Town, il-Marsa?", "X'rimedju se jieħu l-gvern?", "X'sar s'issa?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant ikun iktar speċifiku fil-mistoqsija tiegħu.", "MARSA - TQASSIM TA' ĦALIB", "9032.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika: Jista' il-Ministru jara li jitwassal il-ħalib kif kien jitwassal is-soltu, ġewwa Albert Town fil- Marsa?", "Jista' jara għaliex dan mhux qed jitwassal?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "SPTARIJIET - KONSULENTI", "9033.", "L-ONOR.", "FRANCO GALEA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l- Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jikkonferma kemm jitħallsu fis- siegħa l-ispeċjalisti ta' l-isptar meta jkunu qegħdin fuq stand by?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Skond l-Artiklu 4 Subartiklu 1 tal-Ftehim Kollettiv dwar Klassifikazzjoni, Ristrutturar u Assimilazzjoni tal-Klassi Medika bejn l-M.A.M. u l-Gvern f'Awissu 1993, il-Konsulenti huma mħallsa bir-rati li jidhru hawn taħt meta jkunu on-call:", "|Frekwenza |Rata | | |fis-sena | |Darba kull jumejn jew |Lm600 | |iżjed | | |Darba kull erbat ijiem|Lm400 | |Inqas minn darba kull |Lm200 | |erbat ijiem | |", "SIGURTA' SOĊJALI - KARTUNA R-ROŻA", "9034.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tal-Familja u tas- Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid kemm hemm anzjani li nqatgħalhom il-benefiċċju tal-kartuna r-roża għax qabżu s-somma stipulata għas-sena 2004?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: In-numru ta' anzjani li matul din is-sena ma baqgħux intitolati għall-karta r-roża għax ma kienux jissodisfaw aktar it- test tal-mezzi stipulat fl-Att dwar is-Sigurta Soċjali, kien ta' 106.", "BAJJA TA' SAN ĠORĠ - CULVERT", "9035.", "L-ONOR.", "FRANCO GALEA staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid hemmx ħsieb li jitwaħħlu xi gradilji fil-culvert li jinsab fil-bajja ta' San Ġorġ u jekk fil-pożittiv, meta se jsiru peress li jekk jinżel l-ilma bis-saħħa jista' ikaxkar lil xi ħadd li jnqabad fih u jegħreq?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Il-gradilji għall-water culvert ġew ordnati iżda kien hemm dewmien minn naħa tal-kuntrattur.", "Se ninsistu mal-kuntrattur biex dawn jitqiegħdu mill-aktar fis.", "XOGĦOL TA' EMBELLISHMENT", "9036.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' il-Ministru jagħti l-lista tax-xogħol ta' embellishment li sar matul din is-sena (2004) inkluża l-ispiża ta' kull proġett?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ix-xogħol ta' embellishment li sar matul din is-sena (2004) u l-ispiża relatata huma kif jidhru hawn taħt:-", "|Lokalita' |Spiża | |Ġnien tal-Barrakka ta'|LM250,000 | |Fuq | | |Dawret il-Gżejjer, |Lm275,000 | |Buġibba | | |Bajja ta' San Tumas, |Lm 45,000| |M'Scala | | |Paceville |Lm800,000 | |Proġett tax-Xarolla, |Lm 90,000| |Żurrieq | | |Ċentru tar-raħal, |Lm 60,000| |Ħal-Safi | | |Misraħ Paolino |Lm 20,000| |Vassallo, Bormla | |", "Dawn il-figuri jindikaw il-ħlasijiet fuq materjal, kuntratti, xogħol tal- MSD u pagi tal-ħaddiema tal-gvern li ħadmu fuq dawn l-istess proġetti.", "Bħalissa għaddej xogħol fuq dawn il-proġetti ta' embellishment:-", "xoghol ta' pavimentar fl-Imdina; it-tieni fażi tal-proġett tal-Mellieħa; ġnien pubbliku fi Triq San Pawl, Żurrieq; ġnien pubbliku fl-Imqabba; xogħol fix-Xatt tax-Xgħajra.", "Barra dawn ix-xogħlijiet il-ministeru wettaq proġetti relatati mar-restawr, riabilitazzjoni tal-widien u tisħiħ tal-watercourses fil-Marsa u f'Ħal Qormi kif ukoll f'Burmarrad u s-Salini.", "MEPA - REGOLAMENTI TAL-BINI", "9037.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid f'liema stadju waslu r- regolamenti ġodda tal-bini u meta hu ppjanat li jidħlu fis-seħħ?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jindirizza l- mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "ARTIJIET - PROĠETTI FILANTROPIĊI", "9038.", "L-ONOR.", "FRANCO GALEA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid mill-1987 sal- ġurnata tal-lum kemm ingħataw siti (mibnija u artijiet) biex jiġu żviluppati għal proġetti filantropiċi bħal sport centre, scouts, clubs, etc u kemm minnhom ġew effettivament imwettqin?", "ONOR.", "TONIO BORG: Il-proprjeta' tal-gvern li tingħata lill-għaqdiet sportivi, scouts u clubs huma amministrati mill-kunsill Malti għall- isports.", "Għalhekk nitlob lill-Onor.", "Interpellant jindirizza t-talba tiegħu lill-Ministeru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi.", "ENEMALTA/WSC - ĠBIR TA' ARRETRATI 9039.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 8854 u cioe' jikkonferma li l-ġbir ta' l- arretrati tal-Korporazzjoni Enemalta/WSC u l-Enemalta call centre se jibda jsir minn uffiċini fil-bini ta' l-MOBC, il-Marsa?", "Jikkonferma li l- uffiċini se jinkrew Lm600 fix-xahar?", "X'inhu l-arranġament bankarju li sar mal-Bank of Valletta dwar il-ħlas ta' dawn il-kontijiet pendenti?", "Hu minnu li overdue accounts se jiġu charged 1% fix-xahar?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "ŻURRIEQ - TRIQ SAN MIKIEL", "9040.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jintervjeni, wara li kull talba li saret lill- Kunsill Lokali Żurrieq ġiet injorata, u jara x'jista' jsir bħal per eżempju culverts, biex il-kwantita' kbira ta' ilma li taqa' fi Triq San Mikiel għal ġo Sqaq l-Iben il-Ħali fiż-Żurrieq għal ġol-pjazza, li jirrendiha diffiċli li nies tagħmel użu mill-istess toroq mingħajr ma jixxarbu b'mod partikolari t-tfal, tiġi milqugħa jew diretta u mhux tibqa' tegħreq l- istess triq?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: It-triq imsemmija hija responsabbilta' tal- kunsill lokali.", "Għalhekk għal aktar informazzjoni l-Onor.", "Interpellant hu mitlub jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "MCAST - MIŻATI", "9041.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 8883 u cioe' jekk jogħġbu jgħid liema kienu t-taxxi, it-tariffi jew il-miżati li ddaħħlu jew ġew riveduti (kemm jekk għolew kif ukoll jekk raħsu) minnu, mid- dipartimenti jew mill-awtoritajiet, istituzzjonijiet u aġenziji li jaqgħu taħtu minn April 2003 sal-lum?", "Jista' jindika wkoll kemm kienu qabel ma għolew u kemm saru wara li għolew?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-miżati li daħħal l-MCAST huma dawk mill- istudenti barranin u mill-korsijiet part-time.", "Il-miżata għall-istudenti barranin hija ta' Lm1,200 kull sena.", "Il-kulleġġ iċċarġja Lm1,100 fis-sena 2003 (bir-rata tas-sena 2002).", "Informat ukoll li fl-Universita' ddaħħlu dawn il-korsijiet ġodda u b'hekk miżati ġodda:", "|Master of Psychology |Lm1500 | |Ba fil-Kriminoloġija |Lm 250| |Microsoft Certified |Lm 300| |Systems Engineer | | |Developer Ca.Net |Lm 250| |VB.Net |Lm 300|", "TURIŻMU U KULTURA – TARIFFI/MIŻATI", "9042.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 8885 u cioe' jekk jogħġbu jgħid liema kienu t-taxxi, it-tariffi jew il-miżati li ddaħħlu jew ġew riveduti (kemm jekk għolew kif ukoll jekk raħsu) minnu, mid- dipartimenti jew mill-awtoritajiet, istituzzjonijiet u aġenziji li jaqgħu taħtu minn April 2003 sal-lum?", "Jista' jindika wkoll kemm kienu qabel ma għolew u kemm saru wara li għolew?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il- mejda tal-Kamra aktar kmieni fis-seduta.", "SVPR - PAZJENT", "9043.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra x'passi se jittieħdu biex l-inkonvenjent li qiegħed ibati pazjent - id-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament - jitneħħa u dan peress li ilu għaddej għal diversi snin?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex jgħidilna x'inhu l-inkonvenjent li qiegħed ibati l-pazjent imsemmi OPM – TARIFFI/MIŻATI", "9044.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 8881 u cioe' jekk jogħġbu jgħid liema kienu t-taxxi, it-tariffi jew il-miżati li ddaħħlu jew ġew riveduti (kemm jekk għolew kif ukoll jekk raħsu) minnu, mid- dipartimenti jew mill-awtoritajiet, istituzzjonijiet u aġenziji li jaqgħu taħtu minn April 2003 sal-lum?", "Jista' jindika wkoll kemm kienu qabel ma għolew u kemm saru wara li għolew?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "PULIZIJA - RAPPORTI TA' SUWIĊIDJI", "9045.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid mill-1980 'il hawn kemm-il persuna wettqet suwiċidju, kemm kellha eta' u minn liema lokalita' kienet?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 8785.", "DJAR TA' L-ANZJANI", "9046.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l- Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid meta se tiġi ppubblikata l- white paper fuq id-djar ta' l-anzjani?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Sar xogħol preparatorju fuq il-linji gwida eżistenti fejn jirrigwardjaw id-djar ta' l-anzjani u dan ix-xogħol qed jiġi studjat internament.", "PULIZIJA - ĦRUĠ TA' VISAS", "9047.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm inħarġu visas għall-barranin biex jiġu Malta f'dawn l-aħħar tliet snin, sena b'sena?", "Jista' jgħid minn liema pajjiżi kienu ġejjin dawn il-persuni?", "ONOR.", "TONIO BORG: In-numru ta' visas li nħarġu f'dawn l-aħħar tlett snin lill-persuni ġejjin minn pajjiżi li jenħtieġu visa sabiex ikunu jistgħu jidħlu Malta, huwa kif ġej:", "|2002 |40,660 | |2003 |48,131 | |2004 |50,869 |", "Il-pajjiżi li kienu ġejjin minnhom dawn il-persuni huma kif jidher fit- tabella li poġġejt fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni fis-seduta.", "PULIZIJA - OVERDOSE TA' DROGA", "9048.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid minn kemm ilha tinżamm l-istatistika, possibbilment mill-1980 'il hawn, kemm-il persuna mietet b'overdose ta' droga, kemm kellhom eta' u minn liema lokalita' kienu?", "ONOR.", "TONIO BORG: It-tagħrif mitlub huwa kif jidher fit-tabella li poġġejt fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni fis-seduta.", "SIGURTA' SOĊJALI – GĦAJNUNA SOĊJALI", "9049.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tal-Familja u tas- Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid separatament x'inhi l- għajnuna soċjali li huma ntitolati għaliha single parents, sew dawk li jaħdmu u sew dawk li ma jaħdmux?", "Tista' tgħid ukoll jekk teżistix differenza bejn l-għajnuna soċjali li tingħata lil single parents femminili u dawk maskili?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Id-dritt u r-rata applikabbli għall-għajnuna soċjali jiddependu mill-assi kapitali u d-dħul tal-familja kif ukoll minn numru ta' membri fil-familja.", "Dan japplika wkoll f'każ ta' single parents.", "F'każ ta' single parents li jaħdmu, ir-rata applikabbli titħallas mingħajr tnaqqis sakemm id-dħul mix-xogħol ma jeċċedix Lm18.91 fil-gimgħa.", "Jekk id- dħul mix-xogħol jeċċedi dan l-ammont, ir-rata ta' għajnuna soċjali applikabbli titnaqqas bid-differenza bejn id-dħul mix-xogħol u Lm18.91.", "Single parents li jabitaw mal-ġenituri tagħhom jitħallsu 75% tar-rata ta' għajnuna soċjali applikabbli għalihom.", "It-tweġiba għall-aħħar parti tal-mistoqsija hi fin-negattiv.", "PULIZIJA - TIPJIP F'POSTIJIET PUBBLIĊI", "9052.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm inqabdu persuni jpejpu f'postijiet pubbliċi minn meta ġew introdotti r-regolamenti l-ġodda?", "ONOR.", "TONIO BORG: Minn meta ġew fis-seħħ ir-Regolamenti ta' l-2004 dwar it- Tipjip f'Postijiet Miftuħin għall-Pubbliku, il-pulizija sabet 37 persuna bi ksur ta' dawn l-istess regolamenti.", "FORESHORE", "9056.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 8858, jista' il-Viċi Prim Ministru jikkonsidra li tingħata risposta b'mod li jgħid liema huma l-postijiet tul ix-xtajtiet tal-gżejjer Maltin (foreshore) li huma aċċessibbli għall-pubbliku inġenerali?", "Jista' jgħid ukoll jekk il- liġi tatx id-dritt ta' l-aċċess pubbliku tul il-foreshore kollu tal- gżejjer Maltin?", "Jekk fl-affermattiv, x'inhuma eżatt id-drittijiet f'dan ir- rigward?", "ONOR.", "TONIO BORG: L-unika definizzjoni legali magħrufa u valida li hemm s'issa dwar x'jikkostitwixxi foreshore toħroġ minn ġurisprudenza fejn sentenza tal-Qorti ta' l-1917 u anke oħrajn li segwewha, tiddefinixxi l- foreshore bħala dik l-art fejn titla' l-ogħla mewġa tal-baħar fl-istaġun tax-xitwa.", "L-interpretazzjoni legali li ngħatat s'issa hija li l-foreshore għandu jkun kollu kemm hu aċċessibli għall-pubbliku sakemm ma jkunx hemm provi legali li dan ingħalaq bi dritt.", "It-taqsima proprjeta' tal-gvern tinvestiga kwalunkwe ilment li jsirilha f'dan ir-rigward u fejn jiġi deċiż li l-aċċess għal foreshore ingħalaq mingħajr dritt jittieħdu l-passi neċessarji.", "REKLAMAZZJONI TA' L-ART MILL-BAĦAR", "9057.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid jekk sarux studji dwar il-potenzjalita' għar-riklamar ta' l-art mill-baħar?", "Jekk fl-affermattiv, meta ġew ikkontrollati tali studji?", "Lil min ingħataw dawn il-kuntratti u x'kienu preċiżament it-terms of reference?", "Dawn l-istudji ġew konklużi u jekk fl- affermattiv, jistgħu jitqiegħdu fuq il-mejda tal-Kamra r-rapporti relattivi?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Il-MEPA u l-kumpannija WasteServ Malta Limited impenjaw ruħhom sabiex jagħmlu stħarriġ dwar dan is-suġġett b'assistenza teknika mill-Unjoni Ewropea.", "Fil-fatt, matul il-periodu bejn l-10 u s-16 ta' Novembru 2004, esperti mill-kumpanija CarlBro Ltd. tad-Danimarka kienu Malta għal diskussjonijiet ma' esperti Maltin, fosthom dawk mill-MEPA, WASTESERV LTD, Malta Maritime Authority u oħrajn, dwar il-potenzjal ta' reklamazzjoni ta' l-art mill-baħar.", "Dan l-istudju għadu għaddej u r- rapport ta' dawn id-diskussjonijiet huwa mistenni jitlesta sa l-aħħar ta' din is-sena.", "TISBIĦ TA' XTAJTIET", "9058.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid liema huma x-xtajtiet jew bajjiet li hemm ħsieb li jsir tisbiħ tagħhom?", "Jista' jgħid meta se jinbeda dan ix-xogħol u kemm se jieħu fit-tul kull proġett, każ b'każ?", "Jista' jgħid jekk humiex se jinġiebu jew jingħataw fondi mill-EU f'dan ir-rigward?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ġiet sottomessa outline application għal beach replenishment għall-Bajja tal-Balluta.", "Jeħtieġ li jsiru studji fuq wave dynamics tal-bajja u impatti ambjentali.", "Hemm proġetti oħra ta' beach replenishments li qed ikunu kkonsidrati.", "QRATI - SENTENZI", "9059.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jagħti d-dettalji, imħallef b'imħallef, dwar kemm inqatgħu sentenzi mill-Prim'Awla tal-Qorti Ċivili bejn l-1 ta' Jannar u l-15 ta' Ottubru 2004?", "ONOR.", "TONIO BORG: L-informazzjoni mitluba tinsab fis-sit www.justice.gov.mt taħt Court Statistics li tinsab f'Court Services.", "Ovvjament għandu jaċċessa għall-istatistika taċ-ċivil.", "F'dan is-sit hemm kemm ġew deċiżi kawżi (kemm inqatgħu sentenzi), imħallef b'imħallef fil- Prim'Awla tal-Qorti Ċivili.", "L-istatistika hija aġġornata sa l-aħħar ta' Ottubru 2004.", "Kopja tagħha tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni fis-seduta.", "QORTI TAL-FAMILJA - SENTENZI", "9060.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm inqatgħu sentenzi mill-Qorti tal-Familja u jgħid min hu l-imħallef li ppresjeda bejn l-1 ta' Jannar u l-15 ta' Ottubru 2004?", "ONOR.", "TONIO BORG: L-informazzjoni kollha mitluba tinsab fis-sit www.justice.gov.mt taħt Court Statistics li tinsab f'Court Services.", "Ovvjament għandu jaċċessa għall-istatistika taċ-ċivil.", "L-istatistika tinkludi kemm kien hemm kawżi deċiżi (kemm inqatgħu sentenzi) fil-Qorti tal- Familja.", "Kopja tagħha tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni fis- seduta.", "L-imħallef Raymond C Pace huwa l-Imħallef li ppresjeda f'din il-Qorti bejn l-1 ta' Jannar u l-15 ta' Ottubru 2004.", "TISBIĦ TA' WIDIEN", "9061.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid liema huma l-widien u postijiet fil-kampanja li hemm ħsieb li jsir tisbiħ tagħhom?", "Jista' jgħid meta se jinbdew dawn il-proġetti, każ b'każ, u meta hu maħsub li jiġu mitmuma?", "Jista' jgħid ukoll humiex se jinġiebu jew jingħataw fondi mill-EU f'dan ir- rigward?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Bħalissa d-Dipartiment tal-Park, Afforestazzjoni u Restawr tal-Kampanja qiegħed jagħmel xogħol jew beħsiebu jibda xogħol ta' riabilitazzjoni fil-Mellieħa, Kennedy Grove, Xrobb l-Għaġin u Ta' Qali.", "Rigward il-widien, nitlob lill-Onor.", "Interpellant jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "QRATI - APPELLI KRIMINALI", "9062.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm inqatgħu appelli kriminali u min kien l-imħallef li ppresjeda bejn l-1 ta' Jannar u l-15 ta' Ottubru 2004?", "ONOR.", "TONIO BORG: L-informazzjoni mitluba dwar appelli kriminali inferjuri konklużi hi kif ġej:-", "L-Unur Tiegħu l-Prim Imħallef Vincent DeGaetano LL.D. - 30 appell Onorevoli Joseph Galea Debono - 102 appell Onorevoli David Scicluna - -44 appell Onorevoli Geoffrey Valenzia - appell wieħed", "QRATI - ĠURIJIET", "9063.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm inqatgħu jew b'xi mod ġew konklużi ġurijiet u min kien l-imħallef li ppresjeda bejn l-1 ta' Jannar u l-15 ta' Ottubru 2004?", "ONOR.", "TONIO BORG: L-informazzjoni mitluba dwar ġurijiet konklużi hija din:-", "Kien hemm att ta' akkuża wieħed deċiż mill-Unur Tiegħu l-Prim Imħallef Vincent DeGaetano.", "Atti ta' akkuża deċiżi kien hemm 18 quddiem l-Imħallef Joseph Galea Debono.", "Kien hemm att ta' akkuża wieħed deċiż mill-Imħallef Gino Camilleri.", "QORTI TA' L-APPELLI INFERJURI - KAWŻI", "9065.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm inqatgħu kawżi mill-Qorti ta' l-Appelli Inferjuri (Sede Ċivili) u min kienu l-imħallfin li ppresjedew bejn l-1 ta' Jannar u l-15 ta' Ottubru 2004?", "ONOR.", "TONIO BORG: L-informazzjoni kollha mitluba tinsab fis-sit www.justice.gov.mt taħt Court Statistics li tinsab f'Court Services.", "Ovvjament għandu jaċċessa għall-istatistika taċ-ċivil.", "L-istatistika tinkludi kemm inqatgħu kawżi (deċiżi) mill-Qorti ta' l-Appell Inferjuri (Sede Ċivili) mill-1 ta' Jannar 2004 sa l-aħħar ta' Ottubru 2004.", "Kopja tagħha tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni fis-seduta.", "L-imħallfin li ppresjedew din il-qorti fil-perjodu fuq indikat kienu l- Imħallef Philip Sciberras u l-Imħallef Ray Pace.", "Kawżi li jastjenu minnhom dawn l-imħallfin jinstemgħu mill-Imħallef Alberto Magri u l-Imħallef Anton Depasquale.", "IMGĦAXIJIET", "9066.", "L-ONOR.", "ROBERT ARRIGO staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk il-gvern hux beħsiebu jimxi bħal istituzzjonijiet finanzjarji lokali u jħallas l-imgħax ukoll fuq dik il-ġurnata żejda, meta din taħbat f'leap year, allura ġurnata kull erba' snin?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Bħalma għamel fil-passat, il-gvern fejn jidħlu stocks u treasury bills, jimxi fuq normi stabbiliti skond il-prospectus li jirregola dawn it-tipi ta' self.", "Għalhekk il-ħlas fuq dividends ta' stock isir kull sitt xhur skond ir-rata ta' imgħax dikjarata fuq il-prospectus u kkalkolata fuq sena sħiħa.", "SKEJJEL - KAŻ TA' FACILITATOR", "9068.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: Jista' il-Ministru jara li tingħata konsiderazzjoni xierqa l-applikazzjoni sabiex l-istudent - dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament - jingħata facilitator?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Tlabt li l-każ jiġi eżaminat.", "BORMLA - SLIPWAY", "9069.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jara li jsir ix-xogħol neċessarju mal- moll ħdejn il-club tar-Regatta Bormla sabiex ma jibqax daqshekk diffiċli biex ivaraw u jtellgħu l-opri tagħhom?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: It-tiswijiet ta' l-iskajjel slipways f'Malta u Għawdex jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tad-dipartiment tas-sajd.", "Għalhekk nitlob lill-Onor.", "Interpellant jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "BORMLA - SUR TA' SAN KLEMENT", "9070.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' il-Ministru jara li ssir tindifa ħdejn Sur San Klement (taħt l-iskola G. Despott) Bormla, peress li hemm qed issir miżbla żgħira?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: It-tindif fil-post imsemmi beda nhar il-15 ta' Novembru.", "BINI TAL-GVERN - TROBBIJA TA' ANNIMALI 9071.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk min jgħix f'post tal-gvern jistax irabbi annimali?", "X'passi jittieħdu sabiex jitwaqqaf abbuż bħal dan?", "ONOR.", "TONIO BORG: Min jgħix f'post tal-gvern ma jistax irabbi annimali.", "Fejn jiġu rrappurtati abbużi bħal dawn, id-dipartiment ta' l-artijiet jieħu l-passi meħtieġa kontra min jabbuża biex ineħħi l-annimali.", "ĦAL FAR - TRAFFIKU FL-ENTRATURA", "9072.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika: Jista' il-Ministru jara li jsir xi ħaġa fl-entratura li tagħti lejn iz-zona industrijali ta' Ħal Far u r- Race Track peress li qed ikun hemm konfużjoni ta' traffiku li jista' ikollha konsegwenzi koroh?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "ENEMALTA - HEDGING AGREEMENT", "9073.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 8635 u cioe' jgħid kemm ilu li twaqqaf il-hedging agreement li kellha l-korporazzjoni Enemalta?", "Meta kien sar?", "B'kemm kien jinxtara ż-żejt meta kellna dan il-ftehim u kemm inxtara (b'kull bidla li seħħet fil-prezz u d-data) minn meta twaqqaf sal-lum?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "ĦAL FAR - DAWL FIT-TOROQ", "9074.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika: Jista' il-Ministru jara li jkun installat dawl fit-toroq ta' madwar iz-zona industrijali ta' Ħal Far, b'mod partikolari ħdejn il-fabbrika Forsheda Dowty?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "MARSA - DIPARTIMENT TAD-DRENAĠĠ", "9076.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika: Jista' il-Ministru jikkonferma jekk id-dipartiment tad-drenaġġ li bħalissa jinsab fl-ex Swan Laundry, il- Marsa hux se jiġi trasferit għal xi sit ieħor?", "Jekk fl-affermattiv, għal liema post?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Il-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma se jkollha spazju biżżejjed biex is-sezzjoni tad-drenaġġ li hemm bħalissa fl-Ex Swan Laundry tiġi trasferita għal head office.", "MARSA - DIPARTIMENT TAD-DRENAĠĠ", "9077.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika: Jista' il-Ministru jgħid kemm ġie jiswa x-xogħol kollu li sar sabiex dik li qabel kienet is-Swan Laundry fil-Marsa takkomoda d-dipartiment tad-drenaġġ?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "WSC - MAINS TA' L-ILMA", "9078.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika: Jista' il-Ministru jgħid kemm hu t-tul ta' mains ġodda ta' l-ilma kif ukoll ta' main renewal li saru matul din is-sena, kull lokalita' separatament?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-mejda tal- Kamra aktar kmieni fis-seduta.", "TOROQ - XOGĦLIJIET", "9079.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jgħid min huma l-kuntratturi kif ukoll il- periti privati li bħalissa qegħdin jaħdmu fuq it-toroq iffinanzjati mill- protokoll Taljan?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Il-kuntratturi kif ukoll il-periti privati li bħalissa qegħdin jaħdmu fuq it-toroq finanzjati mill-Protokol Taljan huma :-", "LOT 1 – From Targa Gap Through Tal-Qlejja Junction to Mtarfa Junction Contractor:", "ERGON srl – contract signed in June 2004", "Supervisor MP & DC led by Perit Carm Lino Spiteri", "LOT 2 – From Mtarfa Junction Through Junction at De Rohan Gate, Zebbug to Junction to Siggiewi Contractor:", "Fratelli Basilotta – contract signed in June 2004 Supervisor: Dr. Edwin Mintoff", "LOT 3 – From Junction to Siggiewi Direction towards Qormi from Luqa Road, Qormi to Junction at Cargo Air Terminal, Luqa Contractor:", "Fratelli Anastasi – contract signed in June 2004 Supervisor: MP & DC led by Perit Carm Lino Spiteri"]} {"filename": "20031110_053d_par.doc", "date": "2003-11-10", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 53 It-Tnejn, 10 ta' Novembru, 2003 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 53 It-Tnejn, 10 ta' Novembru, 2003", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-6.16 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "53", "It-Tnejn, 10 ta' Novembru, 2003", "WERREJ", "MINUTI 551", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI 551", "MOZZJONIJIET", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT GĦAT-TWAQQIF TA' AWTORITA` TA' MALTA", "DWAR IL-KOMUNIKAZZJONI (L-EWWEL QARI) 555", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-KODIĊI ĊIVILI (EMENDA NRU.", "2) (IT-TIENI QARI)", "CIVIL CODE (AMENDMENT) (NO.", "2) BILL (SECOND READING) 556", "AĠĠORNAMENT 576", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 580", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 52 li saret fil-5 ta' Novembru, 2003 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "GĦAWDEX – KUMPANNIJI TA' KONSULENZA", "2216.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Chris Agius) staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' il-Ministru tagħti lista ta' konsulenti jew kumpanniji ta' konsulenza lokali u barranin li l-ministeru u l-korporazzjonijiet pubbliċi li jaqgħu taħtha għamlu użu minnhom mit-13 ta' April, 2003 sal- lum?", "Fiex jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u x'inhuma l- ħlasijiet?", "Tista' tgħid kemm għad baqa' ħlasijiet x'isiru?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO (Ministru għal Għawdex): Jien informata li mit-13 ta' April, 2003, il-ministeru tiegħi u l-korporazzjonijiet pubblici li jaqgħu taħti għamlu użu minn sitt konsulenti jew kumpanniji ta' konsulenza.", "Fil-perjodu msemmi, is-servizzi pprovduti minn dawn l-konsulenti u l- ħlasijiet kienu kif murija hawn taħt:", "i. Offerta għal xogħol ta' titjib fil-provvista ta' l-elettriku fil- kumpless Ninu Cremona, Victoria fis-sezzjoni ta' l-edukazzjoni - il-ħlas dovut huwa ta' Lm600 u għad irid isir;", "ii.", "Bdil tal-ħajt tal-ħaġra Ta' Sansuna, fix-Xagħra u bdil tas-saqaf tat- taraġ fil-mużew tal-arkeoloġija – il-konsulenza għadha ma ntemmitx;", "iii.", "Xogħol ta' orthodontist fl-isptar Ġenerali ta' Għawdex – Lm112 bħala ħlas mogħtija għal żewġ konsulenzi;", "iv.", "Xogħol ta' acupuncture fl-isptar ġenerali ta' Għawdex – ħlas dovut ta' Lm750;", "v. Xogħol konness ma' għoti ta' pariri fl-isptar ġenerali ta' Għawdex – ħlas mogħti ta' Lm2248;", "vi.", "Assistenza lir-reġistratur tal-qrati u t-tribunal ta' Għawdex fejn dan ikun parti – ħlas mogħti ta' Lm300.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Carmelo Abela): L-Onor.", "Charles Mangion, domanda supplimentari.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Tista' il-Ministru tgħidilna f'liema oqsma kienu dawn il-kosulenzi?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Dawn il-konsulenzi kienu fil-qasam ta' l- edukazzjoni, fil-qasam tal-mużewijiet, fl-isptar ġenerali u fil-qorti ta' Għawdex.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Anġlu Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Peress li ġie rrapportat li l-Onor.", "Anton Tabone jaqbel li l-Gozo Channel għandha tiġi taqa' taħt il-ministeru għal Għawdex, tista' il-Ministru tgħidilna x'inhu jsir f'dan ir-rigward?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Il-Gozo Channel taqa' taħt ministeru li responsabbli minnu hemm l-Onor.", "Austin Gatt, pero' ovvjament isiru konsultazzjonijiet u laqgħat mal-ministeru tiegħi.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Tista' il-Ministru tgħidilna jekk sarux konsultazzjonijiet qabel ma tnaqqsu l-vjaġġi bejn Malta u Għawdex?", "Għax apparentament l-entitajiet kummerċjali u dawk industrijali Għawdxin qed jgħidu li magħhom ma saret l-ebda konsultazzjoni.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Il-ministeru għal Għawdex ma ġiex ikkonsultat meta tħabbret ix-schedule il-ġdida u għal dan assuma r-responsabbilta' assoluta ċ-chairman tal-Gozo Channel.", "Din għamilha b'dikjarazzjoni tiegħu anke waqt seminar li sar ġimgħa ilu f'Għawdex.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Tista' il-Ministru tgħid jekk tatx l-opinjoni tagħha dwar it-tnaqqis ta' dawn il-vjaġġi?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Ovvjament malli sirna nafu bix-schedule il-ġdida, tkellimt mill-bidu nett mal-ministru responsabbli u wrejtu li jiena xtaqt inkun ikkonsultata minn qabel dwar dan.", "Jien nistqarr li kien ikun aħjar li kieku x-schedule baqgħet dik li kienet.", "Dan esprimejtu anke mal- ministru konċernat u abbażi ta' dawn id-diversi diskussjonijiet, hu maħsub li fil-ġimgħat li ġejjin ikun hemm tibdil fix-schedule.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Ovvjament minħabba tnaqqis ta' vjaġġi jista' jirriżulta li ċerti ħaddiema jiġu ddikjarati żejda mal-kumpannija għax ma jkunx hemm bżonnhom.", "(Interuzzjonijiet) Kemm huwa minnu li dawn il- ħaddiema ntbagħtu d-dar u qegħdin jirċievu l-paga minkejja li m'għandhomx xogħol x'jagħmlu?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Jien m'għandix din l-informazzjoni, pero' lili ma jirriżultalix li f'xi mument kien hemm nies żejda minħabba li naqsu x- scheduled trips bejn Għawdex u Malta.", "Ovvjament din hija domanda li jridu jirrispondu għaliha dawk responsabbli mill-Gozo Channel.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Peress li entitajiet kummerċjali irrimarkaw li dan in-nuqqas ta' vjaġġi jista' jaffettwahom ħażin, tista' il-Ministru tgħid jekk fil-preżent humiex għaddejjin xi diskussjonijiet biex tiġi indirizzata kemm jista' ikun malajr din il-problema, aktar u aktar f'ċirkostanzi fejn it-turiżmu qed ibatti?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Apparti l-intervent personali tiegħi mal-ministru u anke mal-kumpannija, jien nista` nikkonferma li diversi organizzazzjonijiet - il-Gozo business chamber, il-Gozo tourism association u anke xi individwi oħrajn fil-kapaċita' personali tagħhom - wasslu s- suġġerimenti u l-ilmenti tagħhom.", "Il-kumpannija semgħethom u proprju nhar il-Ġimgħa li ġejja se ssir diskussjoni oħra organizzata mill-Gozo business chamber għal dawk kollha involuti.", "Dan ifisser li hemm diskussjoni aperta u din tkompli ssaħħaħ l-impenn anke tiegħi sabiex, safejn hu possibbli, ix-schedule tinħadem b'mod aħjar biex noħolqu l-inqas inkonvenjent.", "Ċertament aħna nemmnu li t-trasport bejn Malta u Għawdex huwa importanti ħafna għall-ekonomija tal-gżira tagħna.", "MCAST – INTAKE TA' STUDENTI", "2142.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jagħti dettalji dwar studenti li applikaw biex jidħlu fl-MCAST, kif mitlub fil-mistoqsija parlamentari 1591?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni) (f'isem il- Ministru ta' l-Edukazzjoni): Nirriferi l-Onor.", "Membru għat-tweġiba ta' mistoqsija 2301.", "SKEJJEL - GĦALLIEMA ĠODDA", "2143.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm għalliema li daħlu jgħallmu għall-ewwel darba din is-sena?", "Min huma?", "X'inhu s-suġġett li qed jgħallmu?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni): Informat li in- numru ta' għalliema ġodda mad-diviżjoni ta' l-edukazzjoni għal din is-sena skolastika sal-Ġimgħa 24 ta' Ottubru, 2003 huwa kif se ngħid, pero' mhijiex il-prattika li jingħataw l-ismijiet.", "Fil-livell sekondarju hemm 52 għalliem regolari fis-suġġetti li jidhru hawn, u cioe' bioloġija, computer, Ingliż, Franċis, ġeografija, storja, home economics, information technology, integrated science, Taljan, edukazzjoni fiżika, personal & social development, fiżika u studju soċjali.", "Hemm ukoll 12-il supply teacher f'dawn is-suġġetti - bioloġija, home economics, fiżika, mużika.", "Fil-livell primarju hemm 52 għalliem regolari u 11-il activity teacher.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Bartolo, domanda supplimentari.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Mr Speaker, qed jaslu lmenti minn studenti f'diversi istituti li m'għandhomx għalliema biżżejjed.", "Il-Ministru għandu xi informazzjoni dan u jekk humiex se jiġu rreklutati għalliema ġodda fil- ġimgħat li ġejjin?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: L-informazzjoni li għandi quddiemi hija dwar għalliema li diġa' ġew reklutati u mhux dwar dak li qed jitlob l-Onor.", "Interpellant, Sur President.", "SKEJJEL TAL-KNISJA - DONAZZJONIJIET", "2144.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid għaliex ma jintqalx fiċ-ċirkulari mibgħuta lil ġenituri li d-donazzjonijiet huma volontarji, għalkemm wieħed jifimha li l-iskejjel tal-Knisja jitolbu donations?", "Jaf il- Ministru li f'dawn il-ġranet skola minnhom - dettalji qed jintbagħtu under separate cover - bagħtet ċirkulari lil ġenituri fejn talbithom Lm 90 kull term u talbithom ukoll biex jekk jista' ikun, iħallsu s-somma ta' sena kollha f'daqqa?", "Ma jaħsibx il-Ministru li metodu bħal dan la huwa ġust u lanqas ma jħalli lok għall-volontarjeta'?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni): Tkun kif tkun ifformulata ċ-ċirkulari, l-ġenituri għandhom dritt jesiġu li d- donazzjonijiet ikunu volontarji.", "MALTACOM - KONTIJIET TAT-TELEFON", "2149.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru għat-Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u Investiment: Jista' il- Ministru jgħid x'inhi l-politika tal-Maltacom dwar dawk li ma jħallsux il- kontijiet tat-telefon?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem il-Ministru għat-Teknoloġija ta' l- Informazzjoni u Investiment): Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi għat- twegiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 1130.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Prim Ministru): Mr Speaker, inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra: Tagħrif dwar każi ta' dixxiplina quddiem il-Kummissjoni dwar is- Servizz Pubbliku u tagħrif dwar każi ta' uffiċjali fis-servizz pubbliku li tkeċċew mis-servizz matul l-2002 u l-2003, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 2184; u Tagħrif dwar ħaddiema bil-kuntratt fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru u ma' dipartimenti, korporazzjonijiet u aġenziji li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Prim Ministru, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 2567.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar l-għadd ta' anzjani fi djar ta' l-anzjani tal-Gvern, maqsuma skond id-diversi lokalitajiet, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 2433.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar ħlasijiet fuq xogħlijiet fil-bypass ta' l-Imtarfa, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 2441;", "f'isem il-ministru tal-ġustizzja u l-intern inqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra:", "Lista ta' korrezzjonijiet u żidiet f'Annex 8 tal-Ftehim milħuq bejn is- Santa Sede u l-Gvern ta' Malta dwar artijiet tal-Knisja mgħoddija lill- Gvern;", "Tagħrif dwar reati rapportati lill-pulizija matul Settembru 2003, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 2546;", "Tagħrif dwar każi ta' serq rapportati lill-pulizija matul Settembru 2003, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 2547;", "Tagħrif dwar reati rapportati lill-pulizija matul Ottubru 2003, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 2548; u", "Tagħrif dwar każi ta' serq rapportati lill-pulizija matul Ottubru 2003, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 2549; u", "f'isem il-ministru għat-teknoloġija ta' l-informazzjoni u l-investiment, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar nollijiet tal-vapuri tal-Gozo Channel bejn l-1980 u l- 2003, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 2577;", "Taħgrif dwar self li l-Gozo Ferries kellha ma' banek lokali u barranin bejn l-2001 u l-2003, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 2641; u", "Memorandum and articles of association ta' Industrial Projects and Services Ltd reġistrata ma' l-Awtorita' għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta fil-31 ta' Ottubru 2003, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 2642.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru Debono.", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: F'isem il-ministru ta' l-edukazzjoni, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar persuni jaħdmu f'Għawdex f'Awissu 2002 u Ġunju 2003, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 2435; u", "f'isem il-ministru tal-finanzi u l-affarijiet ekonomiċi, inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar ħaddiema bil-kuntratt mal-Ministeru tal-Finanzi u l- Affarijiet Ekonomiġi u ma' dipartimenti, korporazzjonijiet u aġenziji li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministru tal-Finanzi u l-Affarijiet Ekonomiċi, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 2568; u", "Tabella li turi l-varjazzjoni fil-prezz tal-prodotti ta' tadam ipproċessat f'Malta lill-konsumaturi għas-snin bejn l-1999 u l-2003, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numri 2600.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet.", "Il- Ministru Galea.", "MOZZJONIJIET", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT GĦAT-TWAQQIF TA' AWTORITA` TA' MALTA DWAR IL-KOMUNIKAZZJONI", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, nipproponi l-Ewwel Qari ta' l-Abbozz ta' liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Att għat-Twaqqif ta' Awtorita` ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni, Kap. 418\".", "THE DEPUTY SPEAKER: Min jissekonda, jekk jogħġobkom?", "ONOR.", "DAVID AGIUS: Nissekonda.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-abbozz ta' liġi li jemenda l- Att għat-Twaqqif ta' Awtorita` ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni jiġi moqri l-Ewwel Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-abbozz ta' liġi ġie moqri l-Ewwel Darba.", "MR SPEAKER: Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-KODIĊI ĊIVILI (EMENDA NRU.", "2)", "CIVIL CODE (AMENDMENT) (NO.", "2) BILL", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern): Mr Speaker, nipproponi t-Tieni Qari ta' l-abbozz ta' liġi msejjaħ \"Att biex ikompli jemenda l-Kodiċi Ċivili, Kap 16\".", "THE DEPUTY SPEAKER: Min jissekonda, jekk jogħġobkom?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA (Segretarju Parlamentari): Nissekonda.", "THE DEPUTY SPEAKER: Rimarki?", "Il-Ministru Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: Sur President, għalkemm m'għamilt l-ebda riċerka fid- dipartiment ta' l-istatistika, naħseb li l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna huwa l-iktar abbozz ta' liġi li jemenda artikli differenti mill- Kodiċi Ċivili.", "Fil-fatt dan l-abbozz ta' liġi fih 108 klawsola differenti li jolqtu oqsma differenti tal-Kodiċi Ċivili, liema klawsoli se jġibu magħhom bidliet li m'humiex biss kosmetiċi imma huma addirittura radikali.", "L-iktar liġi li qed jolqtu dawn il-klawsoli hija l-liġi tas-suċċessjoni u liġijiet oħrajn li matul iż-żmien inħass il-bżonn li jiġu emendati, jew minħabba xi inġustizzji li nħolqu, jew inkella minħabba li dehrilna li l- fatt li l-Kodiċi Ċivili sar f'nofs is-seklu li għadda hemm bżonn li ċerti ideat jiġu aġġornati għaż-żmenijiet tal-lum, s'intendi mingħajr ma narmu dak li huwa tajjeb.", "Ta' min jgħid li kien fl-1868 li ġew ikkodifikati d-diversi liġijiet li kienu jeżistu dwar materja ċivili, u l-bażi tal-Kodiċi Ċivili tagħna jmur lura mhux għas-seklu 19 imma għal żmien ir-Rumani.", "Aħna nafu li waqt li d- dritt pubbliku tagħna, speċjalment dak kostituzzjonali u amministrattiv, huwa bbażat fuq id-dritt anglo-sassonu, meta mbagħad niġu għad-dritt privat - jiġifieri għar-relazzjonijiet bejn ċittadin u ċittadin ieħor, mhux bejn gvern u ċittadin jew bejn pulizija u ċittadin - ir-regoli tagħna tas- suċċessjoni, il-konċetti ta' l-użufrutt u taċ-ċens u l-liġi tal-persuni, tal-proprjeta`, ta' titoli fuq il-proprjeta`, ta' titolu ta' pussess fuq proprjeta`, ta' ipoteki u ta' kuntratti, dawk huma bbażati fuq liġi kontinentali, li ħafna minnhom huma konċetti ta' żmien id-dritt Ruman ta' iktar minn 2,000 sena ilu.", "Naturalment wieħed irid joqgħod attent li meta jbiddel, ma jbiddilx bl- addoċċ jew għall-gost li jbiddel imma jbiddel dawk l-affarijiet li hemm bżonn sabiex jiġu aġġornati għaż-żmenijiet tal-lum.", "Għal dawk li huma konċetti, dawn għandhom jibqgħu kif inhuma għax servewna tajjeb għal snin twal u issa jifformaw parti mit-tradizzjoni legali tagħna.", "Sur President, fl-istadju tat-Tieni Qari jien ma rridx nitkellem bħala avukat imma se nitkellem bħala deputat u ministru, u allura f'dan l-istadju għandna nenfasizzaw il-prinċipji u l-iskop ġenerali ta' dawn l-emendi.", "Wieħed mill-iskopijiet prinċipali ta' l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna huwa li nħallu iktar liberta` lill-persuni, b'mod partikolari lill-miżżewġin, li meta jiġu biex jagħmlu t-testment tagħhom iħallu bħala eredi tagħhom lil min iridu mingħajr xkiel żejjed.", "Mhux \"mingħajr responsabbilta`\" qed ngħid imma \"mingħajr xkiel żejjed\".", "Fil-fatt hawnhekk ħadna ħsieb nagħmlu żewġ emendi - u dawn iż-żewġ emendi huma l-qalba ta' dan l-abbozz ta' liġi - biex inneħħu dawk il-ħafna regoli li kienu jxekklu l-liberta` ta' kif wieħed jiddisponi minn ġidu wara mewtu.", "Per eżempju, waħda minnhom hija dik li llum koppja miżżewġa li għandha t- tfal ma tistax, lanqas b'testment, tħalli lil xulxin iktar minn kwart tal- proprjeta`.", "Anke jekk koppja miżżewġa għandha tifel wieħed, ir-raġel ma jistax iħalli lil martu jew inkella l-mara tħalli lil żewġha - għalkemm statistikament jidher li l-irġiel imutu qabel in-nisa u għalhekk ħafna drabi jkun ir-raġel li jħalli l-wirt lill-mara - iktar minn kwart tal- proprjeta`.", "Allura n-nies x'kienu jagħmlu u x'għadhom jagħmlu sal-lum?", "Jagħmlu t- testment flimkien - dak il-famuż testment unica carta - u jħallu l-użufrutt tal-proprjeta` u ta' kollox lil xulxin.", "Ħafna drabi meta jagħmlu hekk in- nies jgħidu li ħallew eredi lil xulxin.", "Fil-fatt ma jkunux ħallew eredi lil xulxin, imma jkunu ħallew l-użufrutt lil xulxin u lit-tfal eredi.", "Sal-lum jekk raġel miżżewweġ ried jagħti lil martu l-massimu li tagħtih il- liġi, huwa seta' jħallilha kwart fi proprjeta` - li aħna l-avukati ngħidulha l-\"quarta uxoria\" - u tliet kwarti f'użufrutt.", "Issa din ir- regola li ma tistax tħalli lil martek iktar minn kwart fil-proprjeta`, jekk hemm tfal, sejra titneħħa u allura m'hemmx iktar capping ta' x'tista' tħalli lill-mara tiegħek meta hemm it-tfal.", "L-unika limitazzjoni li se jkollok hija li qatt ma tista' tnaqqas il-leġittima lit-tfal, jiġifieri d- drittijiet tal-leġittima lit-tfal ma tistax tippreduġikahom.", "Ġaladarba qed insemmi l-leġittima ta' min jgħid li jekk għandek sa erbat itfal, trid tħalli mill-inqas terz tal-wirt tiegħek lil dawk it-tfal u jekk għandek iktar minn erbat itfal trid tħalli mill-inqas nofs ġidek lil dawk it-tfal.", "Mela issa, bl-emenda li se nagħmlu, jekk koppja għandha tifel wieħed u trid tħalli l-massimu li tista' tħalli lil xulxin, din tista' tħalli żewġ terzi lil xulxin mentri sal-lum tista' tħalli lil xulxin biss kwart.", "Forsi hawn wieħed jistaqsi: Għaliex żewġ terzi?", "Għax terz hija l- leġittima tat-tifel u ż-żewġ terzi huma l-kumplament ta' l-eredita` li inti tista' tħalli lil martek jew lil żewġek bl-emendi l-ġodda.Mela l- projbizzjoni li tħalli lil martek jew lil żewġek iktar minn kwart tal- proprjeta` qed titneħħa, u sakemm jiġu osservati r-regoli tal-leġittima fuq it-tfal, il-miżżewġin jistgħu jħallu l-proprjeta` lil xulxin mingħajr limitu.", "Emenda oħra importanti li tirrifletti dak il-prinċipju li jien għamilt riferenza għalih proprju fil-bidu tad-diskors introduttiv tiegħi, ċioe` dak li nagħtu iktar liberta` lill-miżżewġin, qegħdin nagħmluha fil-każ ta' mara miżżewġa bla tfal jew ta' raġel miżżewweġ bla tfal li jmut mingħajr testment.", "Jekk wieħed iħares lejn il-liġi kif inhi llum isib li meta jmut xi ħadd minn koppja li m'għandhiex tfal bla testment, il-parti l-oħra ma tiritx kollox imma tiret biss nofs il-wirt.", "Din forsi tidher stramba għax jekk koppja miżżewġa ma jkollhiex tfal u tagħmel testment m'għandha l-ebda limitu u allura koppja tista' tħalli kollox lil xulxin, bħalma ġuvni li m'għandux tfal u mhux miżżewweġ, jekk irid, jista' jħalli kollox, per eżempju, lil soċjeta` li tħares l-annimali, għax ġaladarba m'għandux mara u m'għandux tfal, allura jista' jagħmel li jrid bi ħwejġu.", "Imma sal-lum il-liġi, sakemm nemendawha bl-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna, tgħid li f'każ ta' koppja miżżewġa bla tfal, jekk wieħed mill- konjuġi jmut meta t-testment ikun għadu ma sarx, il-parti li tibqa' ħajja tieħu biss nofs il-wirt.", "U fejn imur in-nofs l-ieħor?", "In-nofs l-ieħor imur għand il-familja tal-mejjet, jew aħjar għand l-eqreb fid-demm tal- familja tal-mejjet, tistgħu taħsbu b'liema komplikazzjonijiet.", "Biżżejjed ngħid li dan l-aħħar kien hemm waħda li qaltli li hija m'għandhiex tfal u li għalkemm ir-raġel ilu mill-1998 li mitilha ħabta u sabta, għadha ma qasmitx ma' nies ir-raġel.", "Issa ħalli nagħmilha ċara mill-bidu għax ma nafx kemm irċevejna e-mails u telefonati diġa` minħabba li dawn huma affarijiet li jolqtu ħafna nies.", "Aħna ma rridux noħolqu konfużjoni, u għalhekk irrid nagħmilha ċara mill- bidu li dawn ir-regoli l-ġodda li se jiddaħħlu se japplikaw biss għal wirt li jinfetaħ wara li jgħaddi dan l-abbozz ta' liġi, jiġifieri għall-eredita` ta' min imut wara li jgħaddi dan l-abbozz ta' liġi.", "Min diġa` miet, l- eredita` tiegħu se tibqa' tiġi regolata bil-liġi kif inhi llum u kważi r- regoli ġodda kollha li se nsemmi u li se nintroduċu bis-saħħa ta' dan l- abbozz ta' liġi se japplikaw biss fil-każ tal-liġi tas-suċċessjoni għal wirt li għad irid jinfetaħ.", "Anke fil-każ tad-drittijiet tat-tfal imwielda barra ż-żwieġ, dawk ma nistgħux nagħtuhom b'lura, jiġifieri min miet diġa` u kellu tifel imwieled barra ż-żwieġ, dak se jibqa' bis-sitwazzjoni kif inhi llum.", "Ara dawk it- tfal imweldin barra ż-żwieġ li l-ġenituri tiegħu għadhom ħajjin, dawk se jibbenefikaw mir-regoli l-ġodda.", "Qed nagħmel enfasi kbira fuq dan għax kien hemm diversi nies li ċempluli minħabba li ħasbu li dawn ir-regoli se jkunu retroattivi.", "Fil-fatt le, dawn ir-regoli mhux se japplikaw b'lura imma se japplikaw bil-quddiem għax inkella se nispiċċaw b'konfużjoni enormi minħabba li jibdew jinfetħu kuntratti ta' wirt li diġa` saru.", "L-affarijiet kif inhuma diġa` huma kkomplikati biżżejjed; xi ħaġa bħal din ikun jonqoshom sabiex jikkomplikaw iktar ruħhom!", "Issa ħalli niġi għal riforma importanti oħra li wkoll tolqot il-liġi tas- suċċessjoni, li hija l-pożizzjoni tat-tfal imnissla u mwielda barra miż- żwieġ.", "Sal-lum dawn il-persuni kienu jissejħu tfal illeġittimi u għalhekk f'Malta kellna żewġ tipi ta' tfal; kellna tfal leġittimi li huma imnissla jew imwielda fi żwieġ - għax tifel jista' jkun imnissel fiż-żwieġ, imut missieru u allura jitwieled barra ż-żwieġ, imma f'dan il-każ xorta jkun leġittimu għax ikun ġie mnissel fiż-żwieġ - u kellna tfal oħrajn hekk imsejħa \"illeġittimi\", li jkunu conceived and born outside marriage, i.e. out of wedlock.", "F'dan il-każ l-ewwel ħaġa li se nagħmlu hija li se nneħħu l-kelma \"leġittimu\" u l-kelma \"illeġittimu\".", "Issa hawn ta' min jgħid li neħħejna wkoll il-kelma \"leġittimu\" għax sakemm inti tibqa' tuża l-kelma \"leġittimu\", dan ifisser li hemm tfal oħrajn li huma illeġittimi.", "Aħna jidhrilna li hawn għandna nagħmlu biss tfal li jitwieldu fiż-żwieġ u tfal oħra li jitwieldu barra ż-żwieġ.", "Dak huwa stat ta' fatt. Xi ħadd li twieled barra ż-żwieġ ma nistax ngħid li twieled fiż- żwieġ, u allura bħala stat ta' fatt kull fejn tidher il-frażi \"tifel leġittimu\" fil-Kodiċi Ċivili - u nista' nassigurakom li kien hemm 'il fuq minn 50 post differenti fejn tissemma l-frażi \"tifel leġittimu\" - se tinbidel għal \"tfal imnisslin jew imwielda fiż-żwieġ\", jiġifieri within wedlock.", "U kull fejn tidher il-frażi \"tifel illeġittimu\" issa se tinbidel għall-frażi \"tfal imnissla jew imwielda barra ż-żwieġ\", jiġifieri conceived or born out of wedlock.", "Kien hemm pajjiżi oħrajn li wżaw termini differenti.", "Per eżempju, fl- Italja ħallew il-kelma \"leġittimi\" hemm filwaqt li dawk it-tfal li twieldu barra ż-żwieġ bdew isejħulhom \"tfal naturali\".", "Issa din hija xi ħaġa ftit kontradittorja għax allura dawk li twieldu fiż-żwieġ m'humiex skond in- natura?", "Imma l-liġi Taljana hekk għadha sal-lum għax għadni kemm qrajtha, jiġifieri sal-lum il-kodiċi ċivili Taljan għadu jiddistingwi bejn \"tfal leġittimi\" u \"tfal naturali\".", "Ara aħna neħħejna l-kelma \"leġittimu\" u b'hekk niddeskrivu lit-tfal mingħajr ma ngħaddu l-ebda ġudizzju dwar x'inhuma bħala stat ta' fatt.", "S'issa tkellimt fuq kwestjoni ta' titli, għalkemm it-titli huma importanti ħafna.", "Jien niftakar qabel ma għaddejna l-liġi dwar iċ-ċittadinanza doppja, ħafna Ingliżi li kienu miżżewġin Maltin l-iktar li kienet iddejjaqhom kienet il-famuża kelma \"alien\" fuq il-karta ta' l-indentita` tagħhom għax dawn iħallsu t-taxxi bħalna u miżżewġin lil Maltin bħalna, pero` llum bis-saħħa tal-liġi taċ-ċittadinanza doppja li konna għaddejna fis-sena 2000, dan il-famuż titlu ta' \"alien\" spiċċa.", "Forsi wieħed jista' jargumenta li billi issa lit-tfal illeġittimi ma nibqgħux insejħulhom \"illeġittimi\" u minflok nibdew insejħulhom \"tfal imnissla jew imwielda barra ż-żwieġ\", xorta qed niddistingwu!", "Imma għallinqas b'dan il-mod m'aħniex qed nagħtuhom titlu, m'aħniex qed ngħaddu ġudizzju fuqhom.", "Madanakollu t-tibdil li qed nipproponu fil-liġi tas- suċċessjoni dwar tfal imwielda barra ż-żwieġ m'huwiex biss wieħed kosmetiku.", "Jekk inħarsu lejn il-Kodiċi Ċivili llum insibu li hemm diversi penalitajiet u diskriminazzjonijiet kontra dawk it-tfal imwielda barra ż-żwieġ, speċjalment jekk ikollhom lil ħuhom jew lil oħthom imwielda fiż-żwieġ.", "Għaliex sal-lum il-liġi tagħna għadha tiddiskrimina kontra dawk it-tfal imwielda barra ż-żwieġ, bi ksuħat?", "Le, kien hemm raġuni, u din ir-raġuni - li tmur lura għal żmien ir-Rumani u li anke ġiet konfermata fil-Code Napoleon li għal dak iż-żmien kien kodiċi progressiv - kienet li fejn tidħol il-liġi tal-wirt jekk ma ssirx xi forma ta' distinzjoni bejn tfal li jitwieldu fi żwieġ normali u tfal li ma jitwildux fiż-żwieġ, allura tkun qed tneħħi d-distinzjoni bejn min jgħix flimkien b'rabta ta' żwieġ u bejn min ma jgħix flimkien b'rabta ta' żwieġ, u l-istat dejjem ikkonsidra li għandu interess fiż-żwieġ u fil-familja.", "Fil-fatt l-ordinament ġuridiku tagħna jikkonsidra li l-istat tant jirregola dan l-interess li mhux biss jgħid lin-nies li jistgħu jiżżewġu u li ż-żwieġ għandu jsir bejn raġel wieħed u mara waħda, imma jgħid ukoll li kemm iż- żwieġ reliġjuż kif ukoll iż-żwieġ ċivili ma jistgħux jinħallu.", "Sal-lum ħafna għadhom jaħsbu li huwa ż-żwieġ kattoliku li ma jistax jinħall u li ż- żwieġ ċivili jista' jinħall, pero` dan m'hu veru xejn.", "Infatti meta għaddiet il-liġi ta' l-1975, li ntroduċiet iż-żwieġ ċivili għall-ewwel darba, din xorta waħda applikat l-istess regoli taż-żwieġ kanoniku għar-rigward ta' l-insolubility.", "Żwieġ jista' jiġi annullat, bħallikieku qatt ma eżista, imma ma jistax jinħall.", "Mela dan juri l- interess ta' l-istat f'pajjiżna li jieħu ħsieb iż-żwieġ u l-familja u juri wkoll li l-istat jemmen li l-mod naturali ta' kif għandhom jinbnew il- familji Maltin huwa bir-rabta taż-żwieġ.", "Pero` dan ma jfissirx li rabtiet oħrajn għandna nagħtuhom bis-sieq, ma nirrikonoxxuhomx jew inkella mbarruhom.", "Jien għandi ċ-ċifri ta' kemm twieldu tfal barra ż-żwieġ fl-aħħar seba' snin.", "Hawnhekk insibu li filwaqt li fl-1995 minn total ta' 5,000 twelid, twieldu 4.3% barra ż-żwieġ, jiġifieri 213, fl-2002 minn total ta' 3,900 tarbija - jiġifieri f'dik is-sena twieldu 1,100 inqas minn kemm twieldu tmien snin ilu - twieldu barra ż-żwieġ 569.", "Mela mill-1995 sa l-2002, minn 5,000 it-twelid niżel għal 2,900 filwaqt li t-twelid barra ż-żwieġ żdied minn 213 għal 569.", "Biex inkun preċiż irrid ngħid li filwaqt li fl-1995 kienu 4.3% tat-trabi li twieldu barra ż-żwieġ, fl-2002 dan il-persentaġġ tela' għal 14.57%, jiġifieri iktar minn tliet darbiet tal-persentaġġ mhux ta' 80 sena ilu, imma ta' tmien snin ilu.", "Issa biex inkun għedt kollox, għax jien inħobb inpoġġi kollox fil- perspettiva tiegħu, dawn il-figuri ħdejn ta' pajjiżi oħrajn huma baxxi għax jekk tara x'inhu jiġri fi Franza, per eżempju, issib li dawn il-figuri huma ħafna iktar għoljin minn dawk ta' Malta.", "Irridu ngħidu wkoll li fi Franza hemm id-divorzju, jiġifieri t-tfal tat-tieni żwieġ ikunu leġittimi għax ikunu mwielda fiż-żwieġ, mentri f'Malta, peress li m'għandniex id-divorzju, għalkemm nirrikonoxxu d-divorzju ta' pajjiżi oħrajn, it-tfal li jitwieldu barra l-ewwel żwieġ ikunu meqjusa kollha bħala tfal illeġittimi għax il- ġenituri tagħhom ma jkunux jistgħu jinħallu mill-ewwel żwieġ u jerġgħu jiżżewġu.", "Issa peress li aħna nemmnu li fil-Kodiċi Ċivili tagħna hemm ħafna diskriminazzjonijiet esaġerati kontra dawk it-tfal li huma mwielda barra ż- żwieġ, liema diskriminazzjonijiet saru 100 sena ilu.", "Bil-Code Napoleon saru 150 sena ilu jew inkella saru addirittura fi żmien ir-Rumani biex jipproteġu ż-żwieġ.", "Hawnhekk aħna qegħdin inneħħu ħafna minn dawn id- diskriminazzjonijiet.", "Xi snin ilu kien hemm missier li mar għand in-nutar biex jagħmel testment u jħalli lit-tifel dak li jixtieq hu, imma n-nutar qallu li dan ma jistax jagħmlu bil-liġi - u iktar 'il quddiem se nispjega xi tgħid il-liġi - fir- rigward ta' tifel imwieled barra ż-żwieġ.", "Għalhekk dan il-missier fetaħ kawża, u f'Jannar ta' l-1997 dik il-kawża ntrebħet.", "Jien niftakar li f'aġġornament minnhom kont qomt nitkellem fuq dak il-każ, u fost affarijiet oħra appellajt lill-gvern biex ma jappellax għal dik is-sentenza.", "Fil-fatt il-gvern ma kienx appella għal dik is-sentenza u allura dik is-sentenza għaddiet in judicata.", "Sur President, x'sejrin inbiddlu b'dawn l-emendi għar-rigward tat-tfal imwielda barra ż-żwieġ?", "Illum anke jekk tagħmel testment, ma tistax tħalli lit-tfal tiegħek imwielda barra ż-żwieġ kemm trid int, allavolja jkunu laħamhom minn laħmek u demmhom minn demmek, iktar u iktar meta jkollok ukoll tfal imwielda fiż-żwieġ.", "Imma ejjew ma nidħlux f'dettalji.", "Dawk nidħlu fihom fl-istadju ta' kumitat għax inkella ma jifhimni ħadd.", "Ejjew nieħdu eżempju ċar ta' omm li għandha żewġt itfal, wieħed imwieled fiż-żwieġ u l-ieħor imwieled barra ż-żwieġ.", "Kif inhi l-liġi llum, lit- tifel imwieled barra ż-żwieġ ma tistax tħallilu iktar minn one-eighteenth tal-wirt tagħha.", "Għaliex tinħadem hekk?", "Għax il-liġi kif inhi llum tipprovdi li meta inti jkollok tfal imwielda fiż-żwieġ, lit-tfal imwielda barra ż-żwieġ ma tistax tħallilhom iktar minn terz tal-minimum li stajt tħallilhom li kieku kienu leġittimi.", "Mela jekk omm ikollha żewġt itfal fiż-żwieġ, il-minimum li din tista' tħalli huwa one-third division by two, li jiġi one-fifth, pero` jekk ikun illeġittimu tippenalizzah billi tagħtih terz tal-minimum biss, jiġifieri trid tagħmel one-sixth division by three, li jiġi one-eighteenth.", "Lanqas jekk l-omm tmur biex tagħmel it-testment għand in-nutar, hija ma tistax tħalli lit-tifel imwieled barra ż-żwieġ iktar minn one-eighteenth.", "Aħna jidhrilna li din m'hijiex biss diskriminazzjoni imma hija daqqa ta' ħarta li tmur oltre dak li nemmnu li għandhom ikunu r-regoli tal-lum għax mhux veru li hemm bżonn tiddiskrimina daqshekk kontra t-tfal illeġittimi.", "Għalhekk qed ngħidu li meta jsir testment, kulħadd huwa liberu li jħalli li jrid u xi jrid lit-tfal tiegħu, kemm dawk li huma mwielda fiż-żwieġ u kemm dawk li huma mwielda barra ż-żwieġ.", "Ħalli nerġa` nieħu l-eżempju li għadni kif semmejt ta' xi ħadd li għandu żewġt itfal, wieħed imwieled fiż-żwieġ u l-ieħor imwieled barra ż-żwieġ.", "Lil dak imwieled barra ż-żwieġ tista' tħallilu kemm trid, imbasta ma tiksirx il-leġittima ta' l-ieħor li twieled fiż-żwieġ.", "Mela jekk jien m'għandix lill-mara għax din mietet u għandi żewġt itfal, wieħed imwieled fiż-żwieġ u l-ieħor barra ż-żwieġ ̧ nista' nħalli one-sixth lit-tifel imwieled fiż-żwieġ u five-sixths lil dak li twieled barra ż- żwieġ.", "Dawn nista' naqlibhom ukoll imma spiċċat din id-diskriminazzjoni li ma tistax tħallilhom aktar minn one-third tal-minimum.", "Din għamilnieha għax, bħalma neħħejna diskriminazzjonijiet oħrajn li m'għandhom x'jaqsmu xejn mat-tfal illeġittimi, rajna li jkun jagħmel aktar sens li jekk wieħed jieħu l-briga u jagħmel testment u jħalli li jrid lil każin tal-banda ̧ lil partit politiku ̧ lil trade union u lill-RSPCA ̧ għandu jkollu l-liberta` assoluta wkoll li jħalli li jrid bir-rieda tiegħu.", "Hawnhekk mhux qed jidħol l-istat u mhux se jkun hu li jiddeċiedi kif għandhom jinqasmu l- affarijiet, imma se jkun it-testatur li jkun ħa interess li jmur ġewwa uffiċċju ta' nutar biex jagħmel testment.", "Mela hawnhekk għandu jkun hawn liberta` assoluta ta' kif wieħed jiddisponi minn ġidu.", "It-tieni ħaġa li rrid ngħid hija din.", "Aħna fl-ordinament ġuridiku tagħna għandna dik li jgħidulha l-leġittima.", "X'inhi leġittima?", "Leġittima hija li kulmin għandu t-tfal irid iħalli – irid jew ma jridx – dik ix-xi ħaġa lilhom u lil uliedhom ̧ sakemm ovvjament ma jagħmlulekx xi waħda tinkiteb bħal meta joqtluk.", "Mela dik ix-xi ħaġa, li hija l-minimum, jgħidulha l- leġittima.", "Issa hawnhekk ukoll it-tfal imwielda barra ż-żwieġ ma kenux trattati l-istess bħat-tfal imwielda fiż-żwieġ, però issa qed ngħidu li f'dak li huwa l-minimum kulħadd huwa l-istess.", "Mela ejjew nerġgħu mmorru għall-każ li semmejt ta' xi ħadd li għandu żewġt itfal, wieħed fiż-żwieġ u l-ieħor barra ż-żwieġ ̧ u lil dak ta' barra ż- żwieġ ma jsemmihx fit-testment, qisu ma jeżistix.", "Issa dan se jieħu l- leġittima normali daqslikieku twieled fiż-żwieġ, jiġifieri ladarba l- leġittima hija one-third, dan se jieħu one-sixth li huwa n-nofs.", "Mela jekk jien nagħmel testment u jew bi żball ̧ jew inkella apposta ̧ inħalli barra lil xi tifel li wara jirriżulta li huwa tiegħi u li huwa mwieled barra ż-żwieġ ̧ allura f'dak il-każ jieħu l-leġittima daqslikieku jkun twieled fiż-żwieġ Dan ifisser li m'hu se jkun hemm differenza ta' xejn.", "Sur President ̧ aħna neħħejna wkoll ħafna diskriminazzjonijiet li kienu jeżistu, fosthom li wieħed ma jiritx lill-qraba tiegħu.", "Per eżempju, il- ftit li kien jieħu tifel barra ż-żwieġ ̧ fil-każ ta' suċċessjoni bla testment ̧ kien biss fil-konfront ta' missieru u ommu, jiġifieri lin- nanniet ̧ liz-zijiet u lill-ħutu ma kienx jirithom mentri llum qed ngħidu li għandu jirithom sa tliet kwarti.", "Mela hawnhekk qed inneħħu d- diskriminazzjoni li kien hemm.", "Miżura importanti oħra li qed nipproponu, li m'għandha x'taqsam xejn ma' dawn id-diskriminazzjonijiet u mal-ħafna capping li kellna kontra l- miżżewġin bit-tfal u l-miżżewġin li jmutu mingħajr testment u mingħajr tfal, hija dik li niffaċilitaw il-qsim tal-wirt.", "Kemm hawn kawżi fil-qorti li għadhom pendenti minħabba li l-wirt ma jkunx jista' jinqasam jew għax hemm ħafna nies jew inkella għax għalkemm hemm ftit nies ̧ dawn ma jkunux iridu jirranġaw.", "Għalhekk qed ngħidu li meta jgħaddi ċertu żmien u l-eredi ma jkunux qasmu, se jkun possibbli li kwalunkwe wieħed mill-eredi jbigħ is- sehem tiegħu indiviż minn xi oġġett tal-wirt meta l-wirt ikun għadu ma nqasamx.", "Ħalli nipprova nispjegaha bl-aktar mod sempliċi din.", "Ejjew ngħidu li fil-wirt hemm ħamest idjar u hemm ħames eredi.", "Mela qabel ma jaqsmu ħadd ma jkun jaf liema dar se jieħu imma kulħadd ikollu sehem indiviż minn dawk il-ħamest idjar.", "Mela jekk jien wieħed mill-ħames eredi u hemm ħamest idjar jien għandi parti waħda minn ħamsa ta' kull waħda mill- ħamest idjar li hemm fil-wirt.", "Dan ifisser li jien ma nistax inbigħ sehmi minn proprjeta` waħda għax jista' jkun li nbigħ id-dar numru wieħed mill- ħamsa li hemm jew inkella sehmi ̧ one over five, mid-dar numru wieħed u meta eventwalment naqsmu dik id-dar ̧ numru wieħed tmur għand ħaddieħor.", "Issa se ngħidu li r-regola tas-soltu tibqa' l-istess imma jekk wara ċertu żmien, jidhirli ħames snin jew għaxar snin, il-wirt ikun għadu ma nqasamx allura kull ko-eredi se jitqies bħala li għandu sehem indiviż li jista' jbigħ ta' kull item separat li hemm fil-wirt.", "Qegħdin ngħidu wkoll li jekk fl-istess żmien ma jkunx jista' jintlaħaq ftehim dwar il-qsim tal-wirt allura grupp ta' ko-proprjetarji, kemm jekk inhuma ko-proprjetarji minħabba wirt jew inkella jkunu xtraw flimkien, ikunu jistgħu jitolbu lill-qorti biex tapprova kuntratt partikolari ħalli dik il-parti tal-wirt tinbiegħ bi prezz partikolari mingħajr il-bżonn li jagħmlu kawża normali li tispiċċa b'liċitazzjoni.", "Pero` jekk ikun hemm iktar minn wieħed li joġġezzjona għall-qsim tal-wirt allura l-bejgħ irid isir bis-subbasta u b'liċitazzjoni bilfors.", "Illum is-sitwazzjoni hija li jekk hemm 100 li għandhom sehem mill-wirt u wieħed ma jkunx irid li l-wirt jinqasam m'hemmx triq oħra ħlief li wieħed imur il-qorti b'kawża kkomplikata li ddum is-snin.", "Issa hawnhekk qed ngħidu li jekk dak li qed jgħid le huwa biss wieħed allura l-qorti tista' tapprova l-bejgħ bi prezz li jiftiehmu l-maġġoranza tal-ko-proprjetarji, basta dak il-prezz ikun ġust u l-qorti tqis li huwa ġust.", "Naħseb li b'dan il-mod se nnaqqsu ostaklu ieħor lejn qsim eħfef u aktar malajr ta' l- eredita`.", "Sur President, aktar kmieni semmejt il-leġittima, jiġifieri dak is-sehem riżervat għat-tfal li ħlief f'każijiet serji, ħadd ma jista' jikser.", "Fil- fatt l-ebda testatur, l-ebda missier u l-ebda omm ma tista' ċċaħħad lit- tfal tagħha mil-leġittima, ħlief f'każijiet serji ħafna.", "Issa sal-lum il- leġittima kienet ikkonsidrata bħala porzjon u sehem indiviż mill-eredita` li jfisser li min kellu dritt għal-leġittima - u l-leġittima tista' titlobha sa għaxar snin - seta' jimblokka l-qsim tal-wirt.", "Per eżempju ̧ jekk jien għandi tlett itfal u fil-wirt insemmi tnejn minnhom u wieħed ma nsemmih xejn ̧ dak il-wieħed xorta għandu dritt għal-leġittima u għall-porzjon imnaqqsa tiegħu.", "Mela dan għandu l-istess drittijiet daqs l- oħrajn li semmejthom fil-wirt u jista' jimblokka l-qsim tal-wirt.", "Però minn issa 'l quddiem il-leġittima mhux se tibqa' titqies bħala porzjon mill- eredita` imma se tibda titqies bħala kreditu kontra l-eredita`.", "Fil-fatt din ikunu jistgħu jħallsuha fi flus u fi proprjeta`, pero` ma jkunx aktar possibbli li wieħed jimblokka l-qsim tal-wirt sempliċement għax jippretendi l-leġittima.", "Per eżempju, wieħed jista' joħroġ mandat kawtelatorju fuq il- flus tal-bank biex jikkonserva d-dritt tiegħu tal-leġittima imma ma jistax jimblokka l-qsim kollu tal-wirt sempliċement għax jitlob il-leġittima.", "Ħaġa oħra li qegħdin nipproponu hija li s-surviving spouse, li sal-lum għandu dritt ta' abitazzjoni fid-dar matrimonjali ̧ se jkollu wkoll id-dritt ta' preferenza fix-xiri ta' dik id-dar.", "Mela dan mhux biss se jkollu d- dritt li jabita fid-dar matrimonjali - dan id-dritt tajnihulu għaxar snin ilu – imma se jkollu wkoll preferenza fix-xiri tad-dar, li ħafna drabi jkollu nofsha diġa` minħabba l-komunjoni ta' l-akkwisti.", "B'hekk dan ikun jista' jixtri n-nofs l-ieħor bi preferenza, fil-qsim tal-wirt ̧ mid- drittijiet tat-tfal infushom.", "Qegħdin inneħħu wkoll regola inġusta li kien hemm fil-liġi tas-suċċessjoni dwar il-primo u s-secondo letto.", "Dawn x'ikunu?", "Jekk jien għandi tfal kemm mill-ewwel żwieġ kif ukoll mit-tieni żwieġ, lit-tfal tat-tieni żwieġ ma nistax inħallilhom aktar mit-tfal ta' l-ewwel żwieġ.", "Fil-fatt il-liġi tgħidlek li ma tistax tħallilhom aktar mil-least favoured child of the first marriage.", "Aħna jidhrilna li din ma tagħmilx sens aktar u aktar għax dawn it-tnejn twieldu fiż-żwieġ; wieħed twieled fl-ewwel żwieġ li huwa żwieġ normali u allura huwa leġittimu u l-ieħor twieled fit-tieni żwieġ li huwa normali u leġittimu wkoll.", "Mela kif tiddiskrimina bejn tfal tiegħek stess minn omm differenti( Forsi t-tifel tat-tieni żwieġ għandu bżonnijiet speċjali jew inkella l-ħajja tatu bil-ħarta, għadda minn traġedja jew minn xi saram u hemm bżonn li tgħinu iktar.", "Allura l-liġi għaliex m'għandhiex tħallini ngħin aktar lit-tfal tat-tieni żwieġ milli lit-tifel ta' l-ewwel żwieġ, dejjem sakemm inħares id-drittijiet tal-leġittima tat-tfal kollha tiegħi, kemm dawk ta' l-ewwel żwieġ kif ukoll dawk tat-tieni żwieġ?", "L-istess qed ngħidu fuq l-adozzjoni.", "Sal-lum għandna regola li t-tfal adottati ma tistax tħallilhom aktar mit-tfal normali tiegħek.", "Issa aħna qed ngħidu li l-adozzjoni tintegra lit-tifel fil-familja ta' min jadotta u allura m'għandux ikun hemm din il-forma ta' diskriminazzjoni.", "Niġu issa għal xi affarijiet li m'għandhom x'jaqsmu xejn mal-liġi taż- żwieġ, pero` xorta huma importanti ħafna.", "Ħafna drabi ̧ sal-lum ̧ il- missier ma kienx jirrikonoxxi mill-ewwel persuna li titwieled barra miż- żwieġ u allura din tieħu l-kunjom ta' l-omm.", "Għalhekk fiċ-ċertifikati tat- twelid, fil-kolonna ta' min hu l-missier ̧ ikun hemm \"unknown father\" - fil- fatt fiċ-ċertifikati antiki kienet tkun \"padre ignoto\" - u allura din il- persuna tieħu l-kunjom ta' l-omm għax ma tistax tieħu l-kunjom ta' xi ħadd mhux magħruf.", "Sal-lum il-missier naturali kellu d-dritt li meta jrid imur għand nutar, jagħmel att pubbliku ta' rikonoxximent, jirrikonoxxi lil dak it-tifel imwieled barra ż-żwieġ u f'daqqa waħda, xi ħadd li jkun magħruf bil-kunjom ta' ommu, meta jkollu 15-il sena jew 20 sena jieħu l-kunjom ta' missieru bil-konsegwenza ta' ħafna taħwid.", "Allura qegħdin ngħidu li jekk ikun hemm xi ħadd li jkun irid verament jirrikonoxxi tifel li twieled barra miż-żwieġ bħala ibnu għandu jkollu dan id-dritt imma r-rikonoxximent unilaterali mhux se jibqa' awtomatiku.", "F'dan il-każ il-missier irid jibgħat ittra uffiċjali lill-omm, f'każ li jkun minorenni ̧ u huwa biss jekk l-omm ma toġġezzjonax li dak ir-rikonoxximent jibda jkollu effett.", "Jekk l-omm toġġezzjona ̧ jew it-tifel li jkollu l-eta` tiegħu joġġezzjona ̧ allura f'dak il-każ il-missier irid imur il-qorti sabiex dak ir-rikonoxximent, li sal- lum seta' jagħmlu unilateralment, mingħajr kooperazzjoni ta' ħadd, ikun jista' jsir bl-approvazzjoni tal-qorti.", "Qegħdin nottemperaw ruħna wkoll ma' sentenza oħra tal-qorti kostituzzjonali dwar bdil fil-kunjomijiet.", "Ħalli nibdew bl-aktar waħda sempliċi.", "Armla li terġa' tiżżewweġ setgħet iżżomm kunjom xbubitha, setgħet tieħu kunjom it- tieni raġel tagħha, setgħet tgħaqqad iż-żewġ kunjomijiet flimkien imma ma setgħetx tieħu l-kunjom ta' l-ewwel raġel tagħha.", "Issa forsi jkun hawn min jistaqsi x'differenza tagħmel din.", "Id-differenza qiegħda għax jekk din l- armla li terġa' tiżżewweġ kellha t-tfal mill-ewwel żwieġ, malli tiżżewweġ lit-tieni raġel tagħha ̧ hi jkollha kunjom u t-tfal tagħha ta' l-ewwel żwieġ ikollhom kunjom ieħor u allura t-tfal u n-nies jibdew jistaqsu: Kif it- tifel kunjomu Borg u ommu kunjomha Micallef, per eżempju?", "Allura qegħdin nagħtu d-dritt li l-armla li terġa' tiżżewweġ, jekk trid jew iżżomm il- kunjom ta' l-ewwel raġel tagħha jew tgħaqqad iż-żewġ kunjomijiet flimkien, imma tkun tista' tinserixxi fil-kunjom tagħha ̧ il-kunjom ta' wliedha ta' l- ewwel żwieġ.", "Darba kien hemm sentenza kostituzzjonali dwar dan u qegħdin nottemperaw ruħna magħha.", "Imbagħad għandna l-problema ta' dawk li jbiddlu s-sess tagħhom.", "L- esperjenza wriet ̧ u l-iżviluppi mediċi dan jikkonfermawh ̧ li hemm ċerti nies li għalkemm jitwieldu ta' sess partikolari ̧ maż-żmien iġibu ruħhom u jkollhom it-tendenzi – fil-fatt jagħmlu anke operazzjonijiet mediċi - tas- sess oppost minn dak li jkun hemm reġistrat fl-att tat-twelid tagħhom.", "Hemm sentenzi f'Malta u anke fil-qorti Ewropea tad-drittijiet tal-bniedem tal-Kunsill ta' l-Ewropa fi Strasbourg li jgħidu: Wieħed li jkun liebes ta' mara għax hekk iħossu aktar komdu u mbagħad fil-passaport ikollu isem ta' raġel għandek tumiljah?", "Mill-banda l-oħra għandu jkun hemm xi forma ta' protezzjoni ta' l-interess pubbliku?", "Is-soluzzjoni suġġerita mill-qorti kostituzzjonali u aċċettata mill-gvern hija li se nagħtu dritt lil persuni mhux miżżewġin - ma jistax ikun li xi ħadd miżżewweġ jipprova jbiddel is-sess tiegħu għax inkella nwaqqgħu kollox għar-redikolu - li jistgħu jiftħu kawża l-qorti a spejjeż tagħhom għax naturalment dan mhuwiex tort tal-gvern.", "Allura issa se jkun possibbli li xi ħadd ibiddel is-sess tiegħu billi jiġi annotat – għax dak li twieled u li ġie reġistrat jibqa' dak li hu - dan il-bdil fis-sess fl-att ta' twelid ta' persuna mhux miżżewġa.", "Issa jien għamiltha ċara - anke fuq programm li fih ċempluli n-nies - li l-gvern mhux se jirrikonoxxi li dawn il-persuni jkunu jistgħu jiżżewġu lil persuni tas-sess oriġinali tagħhom.", "Naf li hemm ċerti żviluppi barra minn Malta li jistgħu jindikaw mod ieħor imma aħna dehrilna - anke l-oppożizzjoni qablet ma' dan il-punt - li l- annotazzjoni tal-bdil fis-sess mhux se twassal biex persuni jkunu jistgħu jiżżewġu persuni oħra ta' l-istess sess li hemm reġistrat fl-att tat- twelid.", "Dan ifisser li jekk xi ħadd li twieled raġel ibiddel is-sess tiegħu għal mara, ma jistax jiżżewweġ lil xi ħadd li huwa raġel għax l- ewwel darba jkun ġie reġistrat bħala raġel.", "Allura għall-privacy nipproteġu dak id-dritt però nipproteġu wkoll affarijiet oħrajn li jidhrilna li għandna nipproteġu billi la nippermettu żweġijiet bejn l-omosesswali u lanqas żweġijiet bejn transesswali ta' l-istess sess.", "Hemm ħafna emendi oħrajn, imma deherli li dawn li semmejt jien huma l-aktar importanti.", "Però hawnhekk nixtieq insemmi wkoll it-testmenti unica carta.", "F'Malta ħafna miżżewġin jagħmlu t-testmenti unica carta però dan mhuwiex xi obbligu kif jaħsbu ħafna nies.", "Dan it-testment tagħmlu jekk trid int. Jekk trid tista' tagħmel testment għalik imma ħafna jsibuha konvenjenti li jagħmlu testment unica carta - u sa ċertu punt ikun ukoll kuntratt - għax ikunu jafu x'testment għamel ħaddieħor li huwa ħaj.", "Fil-fatt il-liġi tgħidlek li testment unica carta jista' jsir bejn il-miżżewġin biss.", "Jiġifieri żewġt aħwa ma jistgħux jagħmlu testment unica carta.", "Issa meta jmut wieħed minnhom ̧ kif se tagħti lill-eredi kopja tat-testment meta l-ieħor ikun għadu ħaj?", "Meta jmutu t-tnejn m'hemmx problema imma meta jmut wieħed biss, kif se tagħti t-testment lill-eredi meta jinkludi fih il- parti tat-testment ta' xi ħadd li għadu ħaj?", "Jekk hawn prinċipju bażilari dan huwa li t-testment tan-nies ħajjin huwa sigriet.", "Għalhekk qegħdin nipproponu li meta n-nutar jiddraftja t-testment unica carta dan jagħmlu b'mod li jissepara l-provvediment ta' l-eredità ta' konjuġi mill-provvediment ta' l-eredità tal-konjuġi l-ieħor ħalli meta niġu biex nippubblikawh, ikun ħafna aktar faċli li tingħata kopja ta' dik il- parti li mietet mingħajr ma jiġi żvelat x'hemm rigward dik il-parti li għadha ħajja.", "Qed nagħmlu wkoll emendi oħrajn, fosthom li filwaqt li llum tista' tagħmel testment ta' 14-il sena ̧ din qegħdin inżiduha għal 16-il sena.", "Qegħdin inżidu wkoll il-leġittima tal-miżżewġin.", "Sal-lum jekk nagħmel testment u lill-mara ma nħallilha xejn, kellha dritt għal-leġittima jew għar-reserved portion tagħha ta' nofs il-proprjeta` f'użufrut fejn hemm it- tfal.", "Issa qegħdin ngħidu li se jkollha bi dritt kwart fi proprjeta` sħiħa u mhux nofs l-użufrutt.", "Fejn m'hemmx tfal l-inqas li nista' nħalli lill- marti fit-testment huwa terz fil-proprjeta` filwaqt li sal-lum kienet kwart fil-proprjeta`.", "Meta konna qegħdin nagħmlu l-liġi ddiskutejna jekk għandniex inbiddlu l- porzjonijiet tal-leġittimi.", "Kien hemm min qal li fiż-żmennijiet tal-lum, meta t-tfal għandhom ċertu income indipendenti tagħhom, fejn żdied il-ġid u hemm iktar ġid materjali, forsi wasal iż-żmien li wieħed inaqqas il- leġittima.", "Aħna ħadna deċiżjoni fil-Kabinett li l-leġittima nħalluha kif inhi llum, ma nnaqqsuhiex.", "Jiġifieri fejn hemm erbat itfal terz ta' l- eredità bejn dawk l-erbat itfal, fejn hemm iktar minn erbat itfal nofs l- eredità.", "Qabel ma niġi għall-konklużjoni tad-diskors tiegħi rrid nirringrazzja tnejn min-nies partikolari.", "L-ewwelnett lill-ex-imħallef Ricardo Farrugia li kien imħallef fil-qrati tagħna fis-snin sebgħin u serva f'diversi pożizzjonijiet.", "Jien ħdimt miegħu meta kien chairman tal-bord tad- diretturi tal-Mid-Med Bank, imma ħadem ukoll fil-kamp tal-kummissjoni tar- reviżjoni tal-liġijiet.", "Dan huwa proġett li ilu jaħdem fuqu mill-inqas tmien snin għax fl-1995 kien diġa` ħejja l-ewwel rapport ta' bdil fil-liġi tas-suċċessjoni.", "Irrid ngħid li mhux kulma ppropona ġie approvat mill- Kabinett, imma tista' tgħid li ħafna mill-affarijiet li ġew proposti u li dehrilna li huma tajbin saru u nirringrazzjawh għax-xogħol li għamel.", "Nirringrazzja wkoll lill-avukat ġenerali u avukati oħrajn li għenu fit- tfassil ta' dan l-abbozz kif ukoll ministri tal-ġustizzja li ġew qabli - għax dan il-proġett imur lura minn żmien il-Ministru Joe Fenech - sabiex fl- aħħar nistgħu nagħmlu riforma u naġġornaw il-liġijiet tagħna.", "Fil-bidu semmejt li hemm ħafna affarijiet oħrajn li ma dħaltx fid-dettall tagħhom biex ma ninstemax pedantiku f'din il-Kamra.", "Per eżempju, kien hemm id-dubju jekk l-insurance policies, fejn xi ħadd jipprovdi għall-benefiċċju wara mewtu, humiex bi ksur tal-liġi tas-suċċessjoni.", "Imma issa qed ngħidu li huma kkonsidrati bħala validi.", "Qiegħda titneħħa d-diżabilita` ċivili ta' persuni li jidħlu patrijiet jew sorijiet tal-klawsura.", "Din kienet iġġib magħha qisha mewt ċivili.", "Jiġifieri jekk trid tħalli xi ħaġa lil dawn in-nies tista', imbagħad jekk bir-regoli interni tagħhom ma jistgħux iżommu l-proprjeta`, dik jarawha internament huma.", "Imma bil-liġi ċivili għandi jkolli dritt inħalli ħwejġi lil min irrid u lil min jogħġobni.", "Fl-aħħarnett infakkar li hemm provvediment transitorju importanti f'din il- liġi.", "Qed ngħidu li d-disposizzjonijiet ta' dan l-Att li jemendaw il- Kodiċi dwar is-suċċessjoni japplikaw biss għall-wirt li se jinfetaħ wara li tidħol fis-seħħ din il-liġi ħalli ħadd ma jieħu qatgħa li b'xi mod qegħdin inbiddlu r-regoli tal-logħba wara li l-logħba ntemmet.", "Pero` r-regoli biex inħaffu l-proċess tal-qsim tal-proprjeta`, anke l- proprjeta` li ġejja mill-wirt, se japplikaw anke għall-wirt li diġa` nfetaħ.", "Jiġifieri jekk xi ħadd miet u qegħdin jiġġieldu fuq il-wirt tiegħu r-regoli biex inħaffu l-qsim tal-wirt - mhux ta' kif tinqasam il-proprjeta` bejn il-mara u r-raġel jew it-tfal illeġittimi, imma r-regoli ta' kif jitħaffef il-proċess tal-qsim tal-wirt - se japplikaw ukoll għall-wirt li diġa` nfetaħ.", "Għar-rigward l-emenda li se nagħmlu dwar il-kunjom tar-romol, li jkunu jistgħu jżommu l-kunjom ta' l-ewwel żwieġ tagħhom meta jerġgħu jiżżewġu, dan se japplika mhux biss għall-futur imma anke għal dawk ir-romol li diġa` żżewġu, basta jimlew formola fi żmien sitt xhur minn mindu tgħaddi din il- liġi.", "Jiġifieri fi żmien sitt xhur minn mindu tgħaddi din il-liġi r-romol kollha li reġgħu żżewġu - jekk iridu, m'hemm xejn obbligatorju - jekk iridu jistgħu jżidu l-kunjom ta' l-ewwel żwieġ tagħhom mal-kunjom preżenti tagħhom.", "Jien naħseb li m'hawn xejn kontroversjali f'din il-liġi.", "Il-gvern huwa kompletament dispost li fl-istadju ta' kumitat jikkonsidra kwalunkwe emendi li bihom nistgħu nagħmlu l-Kodiċi Ċivili tagħna iktar ġust, basta ma nħarbtuhx.", "Għax kull darba li temenda l-Kodiċi Ċivili tagħna - u hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq 108 emendi - l-biża' dejjem hi li ċċaqlaq xi ħaġa u bħal ħajt tas-sejjieħ taħseb li ċaqlaqt ġebla u minflok tkun kważi waqqajt il-ħajt tas-sejjieħ fuqek.", "Fil-fatt waqt id-drafting iltqajna ma' diversi diffikultajiet għax tgħaddih kemm tgħaddih mill-għarbiel issib xi ħaġa li forsi ċaqlaqt x'imkien ieħor mingħajr ma ndunajt.", "GĦalhekk, filwaqt li nżommu sħiħ dan l-abbozz inkunu preparati li nikkonsidraw kwalunkwe emenda li tagħmel il-Kodiċi Ċivili tagħna iktar ġust, inneħħu l-burokraziji u inġustizzji fejn nistgħu nneħħuhom sabiex ikollna Kodiċi Ċivili iktar aġġornat għaż-żmenijiet tal-lum.", "Grazzi, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Anġlu Farrugia.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Sur President, naċċerta lill-ministru li m'hemm l- ebda kontroversja fuq dan li qed jiġi propost.", "Anzi, jekk wieħed jara l- manifest elettorali tal-partit Laburista fl-aħħar elezzjoni ġenerali jsib li kien hemm proposti ċari dwar dan li kieku ħadna l-gvern.", "Aħna bħala partit Laburista konna għamilna working group fuq diversi konċetti li jolqtu l-familja, fosthom drittijiet ta' tfal illeġittimi minħabba sentenza li ngħatat fl-1995 li kienet diġa` tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra.", "Dan kollu kien ġie nnotat u allura bi pjaċir ngħid f'dan il-parlament li min- naħa ta' l-oppożizzjoni qegħdin nikkondividu dawn il-proposti li hemm f'dan l-abbozz ta' liġi.", "Qabel ma nibda l-intervent tiegħi dwar dan l-abbozz ta' liġi, irrid nagħmel osservazzjonijiet dwar xi nuqqasijiet li qed ikollna fil-qrati tagħna għax inħoss li dan huwa proprju l-ħin addattat, meta qegħdin nitkellmu fuq l- emendi għall-Kodiċi tagħna.", "Jien għandi f'idejja korrispondenza li għaddiet bejn diversi avukati u l-ministru tal-ġustizzja dwar nuqqasijiet li qed ikun hemm fil-qrati tagħna, partikolarment fil-qorti ta' Għawdex.", "Illum fil-qorti ta' Għawdex hemm Babilonja sħiħa, bir-rispett kollu lejn l-istaff li qed jagħmel xogħlu, imma qiegħed konfuż.", "Hemm min addirittura suppost huwa responsabbli imma ċerti deċiżjonijiet jidhru li jew ma jistgħux jittieħdu jew jekk qed jittieħdu għal xi raġuni qed ikun hemm il-problemi.", "Il-Ministru Tonio Borg inzerta ministru tal-ġustizzja minn wara l-elezzjoni ġenerali, minn April 'l hawn, u l-korrispondenza tmur lura għal Mejju ta' din is-sena u anke għal Novembru viġenti fejn kitbu lili wkoll.", "Imma jien stennejt dawn ix-xhur biex wieħed jara x'se jsir minn Mejju li kien ħafna viċin wara l-elezzjoni - l-elezzjoni saret f'April u allura xahar wara wieħed jista' jgħid li l-gvern forsi jkun għadu bir-running in - imma issa għaddew kważi sitt xhur, seba' xhur mill-elezzjoni u l-problema għadha hemm.", "Meta kont għadni fil-pulizija kien hemm ir-reġistratur Pawlu Zammit fil- qorti ta' Għawdex li kien imexxi l-qorti verament b'mod effiċjenti.", "Illum il-problema prinċipali li għandna fil-qorti ta' Għawdex hija li għandek konflitt kontinwu ta' poteri bejn żewġ individwi.", "Hemm persuna li jidhrilha li għandha tmexxi hi.", "Forsi għandha raġun u forsi m'għandhiex.", "Ma nidħolx f'dawn l-affarijiet għax min għandu l-amministrazzjoni jrid jieħu d-deċiżjonijiet, u aħna mill-oppożizzjoni nagħmlu l-kritika kostruttiva tagħna.", "Illum hemm reġistratur tal-qorti ta' Għawdex, hi min hi - jien nawgura li kulħadd jagħmel ix-xogħol tiegħu - li għal xi raġuni qiegħda f'konflitt kontinwu ta' poteri ma' persuna oħra.", "Kulħadd donnu qiegħed jippretendi li għandu l-iktar poter hu, u x-xogħol ma jsirx.", "Per eżempju, is-subbasta fil-qorti ta' Għawdex ilha ma ssir kważi snin.", "Dan ifisser li int tagħmel sagrifiċċju u b'xi mod tirbaħ kawża, il-parti l- oħra ma tonorax id-deċiżjoni, inti tipprova tinforzaha billi taqbad proprjeta` tal-parti l-oħra, mobbli jew immobbli, imbagħad issir dik li jgħidulha subbasta, jiġifieri jsir bejgħ mill-qorti biex tiġbor flusek.", "Imbagħad issib li hemm subbasta li ilha snin twal pendenti fil-qorti ta' Għawdex.", "Ma jimpurtax insemmi l-ismijiet tal-kawża - il-minsitru diġa` semma xi kawża - li huma Emanuel Sultana versus George Sultana.", "Din ilha diversi snin u kważi spiċċat fil-limbu.", "Fit-13 ta' Mejju ta' din is-sena kien hemm korrispondenza mal-ministru.", "Bil-permess tal-Kamra, iktar 'il quddiem se npoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l- kopja ta' l-ittra li hija wkoll forma ta' petizzjoni mill-avukati kollha li jaħdmu fil-qorti ta' Għawdex, fosthom il-membri parlamentari l-Onor.", "Anton Refalo u l-Onor.", "Justyn Caruana, biex jiġbdu l-attenzjoni għas-sitwazzjoni eżistenti ħalli ma tkomplix tmur għall-agħar u ssir irrimedjabbli.", "Għalkemm hemm ħafna xi tgħid fuq il-qorti ta' Malta, jien deherli li għandi nibda bil-qorti ta' Għawdex għax din għandha l-problemi partikolari tagħha li jistħoqqilha attenzjoni bħalma jistoqqilha l-qorti ta' Malta.", "Jien nagħmel il-kritika tiegħi għall-qorti ta' Malta b'mod regolari u ladarba qegħdin niddiskutu xi ħaġa li għandha x'taqsam mal-ġustizzja, ħassejt li għandi nqanqal din il-problema li l-istess avukati kollegi li jaħdmu hemmhekk jidhrilhom li f'isem is-soċjeta` għandu jkun hemm rimedju għaliha.", "Jeħtieġ li din l-istorja ma tibqax tkarkar u min għandu jieħu ċerti deċiżjonijiet għandu jeħodhom.", "Ma jistax ikun li jingħataw ordnijiet u ma jiġux segwiti.", "Kif kont qed ngħid, ma jistax ikun li ma jsirux subbasti għax hemm konflitt dwar min għandu jipproċessahom.", "Dawn jinsabu sempliċement imwaħħlin.", "Jien jidhirli li l-Ministru Tonio Borg - li għandi fiduċja fih għax, bir-rispett kollu lejn kull ministru, huwa wieħed mill- iktar ministri li huwa kapaċi - għandu jidħol f'din il-kwestjoni mill-iktar fis għax il-mod kif qed jiffunzjonaw ċerti affarijiet huwa kważi tad-daħk.", "Niġi issa għall-qorti ta' Malta.", "Nieħu pjaċir li qed isiru alterazzjonijiet strutturali biex il-qorti jkun iktar effiċjenti, fosthom lifts iktar tajbin eċċ., imma ma jistax ikun li jieqaf is-smigħ tal-kawżi għax qed isiru x-xogħlijiet, jew għax ikun hemm problema fir-reġistru tal- qorti ta' Malta, bħalma kien hemm dan l-aħħar, jintilfu proċessi, taħrikiet ta' ġimgħatejn għadhom ma bdewx, mandati mhux servuti, jieqaf kollox!", "Ministru, inti u s-segretarju parlamentari, l-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici, għandkom tieħdu interess personali biex taraw li ċerti affarijiet isiru.", "Tridu tmorru hemmhekk u taraw għax ħafna minn dak li jgħidulkom fuq it- telephone lanqas ikun korrett.", "Taf daqsi kif jaħdmu ħafna mis-civil servants!", "Trid tmur tara b'għajnejk u tistaqsi għaliex sar hekk u ma sarx hekk.", "Il-maġistrat Joe Cassar tal-bord tal-kera beda minn kważi xahar ilu jiddifferixxi kull seduta b'xi 50 kawża kull waħda peress li għal xi raġuni - araw intom għaliex - mhux qed ikollu awla.", "Hemm avviż ċar u tond dwar id- differimenti.", "Jiġifieri s-sitwazzjoni m'hija feliċi xejn.", "Ma naħsibx li dawn huma problemi daqshekk kbar li ma tistax issib tarfhom.", "X'inhuma jagħmlu dawn id-diretturi u l-istaff kollu jaħbtu ma' xulxun fil-qorti( Hemm bżonn li kulħadd joqgħod fuq xogħlu, li intom turu li kapaċi tmexxu billi tmorru u taraw għalfejn biċċa xogħol mhix qed issir.", "Fl-interess tal- pubbliku Malti ma jistax ikun li kull darba, fuq raġuni kważi banali, ix- xogħol fil-qrati tagħna jmur lura minflok 'il quddiem.", "Il-gvern Nazzjonalista huwa kompost minn maġġoranza ta' avukati, allura wieħed jistenna li l-qrati jkunu jiffunzjonaw bl-iktar mod effiċjenti.", "Għax jekk bħala avukat id-dar tiegħek stess lanqas int kapaċi tmexxiha sew, aħseb u ara l-pajjiż!", "Din hija xi ħaġa serja li deherli li għandi nibda biha.", "Issa niġi għall-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna li huwa progressiv ħafna.", "Tajjeb li din il-Kamra tar-rappreżentanti tibda taħseb biex isiru l-emendi neċessarji biex naġġornaw ruħna ma' l-iżvilupp li qed isir f'pajjiżna.", "Kif qal tajjeb il-ministru, pajjiżna m'għadux dak il-pajjiż li wieħed kien jafu ftit tas-snin ilu.", "F'pajjiżna jekk xebba kien ikollha tarbija barra ż-żwieġ 25, 30 sena ilu, apparti li tiġi f'ilsien in-nies miskina - miskina din! - u kważi kienu jaħbuha jew jgħidulha biex temigra, kien ikun hemm dan it-taboo sħiħ kontra persuni innoċenti.", "Iżda llum nirraġunaw li tifla jew tifel li jiġi fid-dinja għandu dritt daqs kull persuna oħra, li ġiet fid-dinja bħalha, għal xi ħaġa li hija leċita, lawful.", "Aħna ngħidu li l-offspring from a lawful wedlock għandhom id-dritt naturali li jrid Alla.", "Imma kull persuna oħra għandu jkollha l-istess drittijiet daqs kull persuna li ġiet miż-żwieġ.", "Din il-problema ilha ħafna f'pajjiżna u llum ġejna f'pożizzjoni li rridu nirregolarizzawha.", "Irridu nagħmlu liġi li tagħmel sens għal żmenijietna.", "Kif qal il-ministru, illum mit-tfal kollha li jitwieldu, kważi 15% jitwieldu barra ż-żwieġ.", "Tistaqsinix jekk huwiex tajjeb jew le.", "Il- verita` hi li dik hija t-tendenza tas-soċjeta` Maltija llum.", "Il-ministru semma Franza, u jien insemmi l-Iskandinavi fejn ir-rata hija 55% għal 54%, jiġifieri minn kull 100 jitwieldu 55 barra miż-żwieġ u 54 miż-żwieġ.", "Ma rridx immur fl-estrem li ngħid li se naslu f'dak il-bilanċ, imma l- importanti hu li nemendaw il-liġi b'mod li ma jinkisrux id-drittijiet fundamentali tal-bniedem.", "GĦaldaqstant tarbija għandha dritt li tgħix, għandha dritt li jkollha l- edukazzjoni, li jkollha l-protezzjoni tas-saħħa, li jkollha kull liberta` bħal kull individwu ieħor, u għandha dritt li tiret.", "Għax jekk tagħtiha dawn id-drittijiet kollha imma tnaqqrilha d-dritt li tiret, awtomatikament inti qed tikser dritt fundamentali tal-bniedem.", "Dawn kienu żviluppi legali qawwija li l-poplu tagħna kellu jgħaddi minnhom ukoll.", "Kif qal tajjeb il-ministru kellna anke deċiżjonijiet tal-qrati f'dan il-konfront.", "Jien se nsemmi każijiet fejn hemm diskriminazzjoni partikolari li sal-lum il-qrati tagħna donnhom qed jibżgħu jagħmlu l-pass li jagħtu dan id-dritt fil-konfront tal-missier naturali.", "Insemmi eżempju ta' meta missier naturali jkollu tarbija minn mara li tkun legalment miżżewġa ma' raġel ieħor.", "Awtomatikament it-tarbija li titwieled minn dik il-mara, li allura hija miżżewġa, tieħu l-kunjom tar-raġel proprju li jista' jkun ilu ma jara lill-mara tiegħu tlieta jew erba' snin.", "Qed insemmi dawn il-każi għax tant huma numerużi llum li jidħlu fil-kategorija ta' ...", "(Interruzzjonijiet) Hekk hu.", "Min jista' jibda din il-kawża( Il- problema hija li jekk ir-raġel naturali jibda l-kawża hu l-probabbilta`, bħalma dejjem ġara fil-qrati tagħna, hija li dan jitlef mill-ewwel il-kawża jekk jingħata l-eċċezzjoni dwar jekk huwiex il-leġittimu kontradittur, jiġiiferi jekk huwiex il-persuna li setgħet tintavola l-kawża fil-każ li qed nitkellmu fuqu.", "Imbagħad x'jiġri( Tieqaf il-kawża.", "Jekk tagħmel il- kawża l-omm, allura l-missier naturali jkun jista' jidħol fix-xena in parti.", "Imma jekk joqgħod lura milli jagħmel il-kawża l-missier li m'hu l- missier xejn - għax ħafna minnhom lanqas ikunu jafu fejn qiegħda l-mara - u anke b'inkejja ma jagħmilx il-kawża ...Inkella jista' jkun hemm każijiet fejn għalkemm il-missier ikollu biss tlett itfal tiegħu u r-raba' wieħed ma jkunx tiegħu, ikun iħobb lil dak it-tifel li ma jkunx tiegħu daqslikieku kien tiegħu, u allura biex jara l-armonija fil-familja ma jidhirlux li għandu jikkontesta.", "B'hekk dan it-tifel jitla' f'ambjent familjari, u għalhekk din il-kwestjoni taqta' miż-żewġ naħat.", "(Interruzzjonijiet) Jista' jagħmilha, imma l-missier naturali se jkollu l-problemi, u biex tgħaxxaqha l-qrati tagħna qed jagħmlu dawn il-każijiet iktar diffiċli.", "F'dawn il-każijiet l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna huwa xi ftit xott.", "Teħodnix ħażin, Ministru, għax dan l-abbozz ta' liġi huwa mlaħħam, imma f'dawn il-każijiet partikolari huwa xott, u dawn huma każijiet li wieħed għandu jinnotahom.", "L-istess ħaġa nista' ngħid fil-każ ta' l-addozzjonijiet.", "Il-Ministru ma semmilniex l-istatistika, pero` tajjeb li wieħed ikun jaf li f'pajjiżna għandna mijiet ta' familji li għandhom tfal Maltin li ġew addottati minn barra.", "Biżżejjed ngħid li Malta għandha waħda mill-ogħla rati ta' addozzjonijiet ta' tfal mir-Rumanija u mill-Albanija fl-Ewropa kollha, jekk m'għandhiex l-ogħla rata.", "Dan ikompli jikkonferma kemm il-poplu Malti huwa poplu ħanin li jħobb jagħmel il-karita` man-nies.", "Li tgħin biex issir xi ħaġa favur l-ambjent huwa tajjeb, imma kemm hija ħaġa sabiħa li tagħmel karita` ma' tfal li għandhom bżonn l-imħabba ta' familja!", "Jien nittama li jitħaffu l-proċeduri min-naħa tal-ministeru tal-kollega tiegħi l-viċi prim ministru sabiex familji Maltin jibdew jaddottaw ukoll tfal Bulgari.", "Fil-fatt naf li dawn il-proċeduri jinsabu fi stadju tajjeb ħafna, u għalhekk nawgura li by next year pajjiżna jerġa` jibda jġib tfal mill-Bulgarija għall-addozzjoni.", "Ta' min jgħid li l-Bulgari bħala razza jixbħu ħafna lill-Maltin għax huma nies intelliġenti li jħobbu lill- familja.", "Li jonqos issa huwa li jitlestew il-proċeduri li hemm bżonn jittieħdu biex fl-aħħar dawk il-mijiet ta' koppji li m'għandhomx tfal u li jixtiequ jkollhom it-tfal jaqtgħu xewqithom.", "Wara kollox m'għandix dubju li kull membru ta' dan il-parlament jixtieq li l-familji Maltin ikunu ferħana.", "M'hawn xejn isbaħ minn familja li tkun ferħana bit-tfal tagħha, kemm jekk dawn ikunu t-tfal naturali tagħhom kif ukoll jekk ikunu ġew addottati.", "Meta dawk il-koppji li jkunu jixtiequ jaddottaw lil xi tifel jew tifla jsibu l-problemi biex jaddottaw, hemmhekk tinħoloq problema soċjali.", "Jien naqbel perfettament ukoll mal-ministru li għar-rigward tal-wirt.", "It- tfal addottati se jkollhom drittijiet daqs li kieku kienu wlied naturali tal-ġenituri tagħhom.", "Meta koppja taddotta xi tifel jew tifla u l-Bambin jagħtiha l-grazzja li jkollhom tifel jew tifla naturali, it-tieni wieħed m'għandux jiġi privileġġjat minħabba li l-ieħor ma jkunx il-wild naturali tal-familja imma jkun ġie addottat, u l-emenda li qed issir permezz ta' dan l-abbozz ta' liġi f'dan ir-rigward hija importanti ħafna.", "Sur President, emenda oħra li qed issir f'dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna tipprovdi għal meta missier imur għand nutar u jagħmel dikjarazzjoni li qed jirrikonoxxi li t-tifel jew it-tifla li kellha l-mara li huwa kellu relazzjoni magħha hija tiegħu.", "Issa b'din l-emenda li għandna hawnhekk qed ngħidu li l-ewwel il-missier irid jinforma b'dan lill- omm naturali with a judicial act, fi kliem ieħor b'ittra uffiċjali.", "Jien nifhem li allura l-missier irid jibgħat kopja ta' din l-ittra wkoll lid- direttur tar-reġistru pubbliku għax wara kollox din l-emenda qed issir għall-fini tar-reġistru pubbliku, għalkemm dan huwa biss dettall.", "Jien li rrid nistaqsi huwa x'jiġri jekk il-mara toġġezzjona b'inkejja.", "Għax jekk raġel kellu x'jaqsam ma' mara, kellhom tarbija u lil din il-mara ma baqax iħobbha, dan ma jfissirx li ma baqax iħobb lill-wild li kellhom.", "Imma jien nistaqsi: X'ifisser il-fatt li lil dan se ddaħħlu f'kawża?", "Sal- lum konna mexjin bis-sistema kif inhi preżentement, u għalhekk nixtieq li ningħata raġuni għaliex qed issir emenda bħal din.", "Sal-lum jekk wieħed jirrikonoxxi li huwa l-missier u l-mara tkun trid tattakka dak ir-rikonoxximent, hija għandha kull dritt li tiftaħ kawża fil- konfront ta' dan ir-raġel.", "Imma issa se jsir bil-maqlub għax se jkun ir- raġel li se jkollu jiftaħ il-kawża.", "Ġeneralment meta mara kienet tiftaħ kawża, hija kienet tagħmel dan sabiex tkun tista' tagħmel talba għall- manteniment, u issa, b'din l-emenda, il-mara iktar se jkollha bargaining power għax issa r-raġel b'dan il-judicial act se jkollu jgħid lill-mara biex ma tinkwieta xejn għax fuq il-manteniment se jilħqu ftehim.", "Jien dan biss nara li huwa l-iskop ta' din l-emenda, u qed naraha daqsxejn perikoluża għal min irid jabbuża.", "Issa nixtieq ngħid xi ħaġa dwar meta tifel - meta qed ngħid \"tifel\" qed nirriferi wkoll għal \"tifla\", u nispera li hawnhekk m'iniex qed noħloq xi problema f'dak li jirrigwarda l-gender language - jiġi mnissel jew imwieled minn mara miżżewġa jew minn raġel miżżewweġ barra ż-żwieġ jew inkella qabel ma jkun sar dak iż-żwieġ.", "Biex inkun iktar ċar, hawnhekk qed nitkellem fuq meta xi parti jew oħra tal-miżżewġin kellhom tifel jew tifla li twieldet barra ż-żwieġ jew dwar meta xi parti jew oħra kellhom tifel jew tifla barra miż-żwieġ, jiġifieri meta huma kienu miżżewġin ma' xi ħaddieħor.", "F'dan il-każ ta' l-aħħar, jien qed nifhem li jekk il-mara ma tkunx qalet lir-raġel li għandha wild ieħor mhux minn tiegħu qabel iż-żwieġ jew vice versa, dan it-tifel jew din it-tifla tkun tista' tidħol fid-dar li jkollu missierha flimkien mal-mara tiegħu jew inkella li jkollha ommha flimkien mar-raġel tagħha jekk ikun hemm il-kunsens tal-mara tal-missier jew tar- raġel ta' l-omm.", "Jien naħseb li din l-emenda hija tajba u progressiva li se tagħmel ħafna ġid lil dawk il-familji li jkollhom tfal oħra barra miż-żwieġ.", "Wara kollox iż-żwieġ huwa xi ħaġa fluwida u jgħaddi minn ħafna turbulences.", "Għalhekk il-miżżewġin għandhom isibu the right formula flimkien biex jaslu għal kompromess.", "Fil-fatt ġieli jkun hemm każijiet fejn, per eżempju, ir-raġel jgħid lill-mara li ġaladarba huma miżżewġin, dak li hu tagħha hu tiegħu wkoll u vice versa.", "B'hekk il-familja tkun iktar magħquda.", "Dawn huma konċetti ta' livell morali għoli.", "Fil-fatt illum anke l-Knisja, għalkemm tradizzjonalment din temmen li t- tfal għandhom dejjem ikunu frott taż-żwieġ, hija taċċetta li f'każ li jkun hemm xi wild imnissel u mwieled barra ż-żwieġ, il-koppja miżżewġa għandha tiġbor lil dan il-wild u tibqa' magħquda bħala familja waħda.", "Wara kollox bl-addozzjoni - u l-addozzjoni hija aċċettabbli mhux biss bil-liġi ċivili imma anke bil-morali tagħna - inti tkun qed tieħu taħt il-kustodja tiegħek persuna li tkun tnisslet u twieldet barra miż-żwieġ tiegħek.", "Jekk jien għandi t-tfal miż-żwieġ tiegħi u qed naddotta tifel jew tifla oħra, qed indaħħal fil-familja persuna li m'hijiex imnissla u mwielda miż-żwieġ tiegħi.", "Hawnhekk irridu noqogħdu attenti għax għalkemm hawn qed isir żvilupp importanti fil-ħsieb ċivili dwar il-familja, min-naħa l-oħra jekk kemm-il darba l-parti miżżewġa ma tagħtix il-kunsens tagħha biex it-tifel jew it- tifla tal-konjuġi tiegħu jew tagħha tidħol fid-dar, anke b'inkejja, jista' jkun hemm il-problemi.", "Jista' jkun hemm każijiet fejn il-mara jew ir-raġel ikollhom problemi kbar ta' mard, u f'dan il-każ wieħed irid jara jekk japplikax din l-emenda li qed nipproponu hawnhekk jew le.", "Issa ngħaddi biex ngħid xi ħaġa fuq l-emendi li qed isiru dwar id-dmirijiet tal-ġenituri.", "Id-dmirijiet huma li t-tfal li ġġib fid-dinja jkunu jgħixu f'familja biss, jew il-ġenituri għandhom obbligi oħra vis-à-vis t-tfal tagħhom, kemm dawk li jkunu ġew imnisslin fiż-żwieġ kif ukoll dawk li jkunu ġew imnisslin barra miż-żwieġ?", "Meta jkun hemm diżgwid bejn koppja li għandha t-tfal, anke jekk dik il-koppja ma tkunx miżżewġa, il-qorti tiddeċiedi min se jkun responsabbli mill-kura u mill-kustodja tat-tfal.", "Pero` kif inhi llum, il-liġi ma tgħid xejn dwar l-obbligi li għandhom il- ġenituri ta' tfal imnissla jew imwielda barra miż-żwieġ.", "Jiġifieri filwaqt li l-qorti tista' tordna lill-mara jew lir-raġel biex ikunu responsabbli mill-kura u mill-kustodja tat-tfal, m'hemm xejn definit b'ċertezza.", "Jekk inħarsu lejn artiklu 93 tal-Kodiċi Ċivili nsibu li filwaqt li dan jagħti ftit ħjiel dwar x'jistgħu jkunu l-obbligi tal-ġenituri ta' tfal li jkunu mnissla jew imwielda barra miż-żwieġ, dan ma jagħtix indikazzjoni ċara safejn għandhom jaslu dawn l-obbligi.", "Bl-emendi li qed jiġu proposti u li aħna qed naqblu magħhom mija fil-mija, issa qed ngħidu li l-ġenituri tat-tfal imnissla jew imwielda barra ż-żwieġ għandhom obbligi mhux lejhom biss imma anke lejn id-dixxendenti tagħhom, jiġifieri anke lejn it-tfal tat- tfal tagħhom, u dawn l-obbligi għandhom jiġu moqdija daqslikieku dawn kienu tfal imnissla jew imwielda fiż-żwieġ.", "Jien naħseb li l-leġislatur huwa korrett meta mbagħad lil dawn it-tfal qed jagħtihom l-obbligi lejn il-ġenituri tagħhom ukoll.", "Jiġifieri hekk kif jien, per eżempju, għandi l-obbligu li mmantni u nagħti l-aħjar edukazzjoni lit-tfal tiegħi li ġew imnissla jew imwielda barra ż-żwieġ, lilu u anke lil uliedu, hekk ukoll dawn it-tfal għandhom l-obbligu li jieħdu ħsiebi meta jien ikolli bżonn, l-istess bħal dawk it-tfal li jkunu ġew imnissla u mwielda fiż-żwieġ.", "Din l-emenda se tkun waħda rivoluzzjonarja għax se tgħin ħafna biex ikun hemm iktar kuntatt u mġiba tajba bejn missier jew omm u t-tfal tagħhom, kemm dawk li jkunu ġew imnissla jew imwielda fiż-żwieġ kif ukoll dawk li jkunu ġew imnissla jew imwielda barra ż-żwieġ.", "Sur President, sal-lum jekk ikollok tifel jew tifla li tkun ġiet imnissla u mwielda barra ż-żwieġ u mbagħad inti tiżżewweġ l-istess raġel jew l-istess mara li kellek it-tifel minnu jew minnha trid toqgħod tagħmel proċedura l- qorti biex dak it-tifel jew it-tifla tiġi rikonoxxuta fiż-żwieġ, imma permezz ta' l-emendi li se nagħmlu, din se ssir xi ħaġa awtomatika.", "Jiġifieri dawn se jitqiesu li ġew imwielda matul iż-żwieġ awtomatikament, dak li aħna bil-Latin ngħidulu \"iuris et de iure\", jiġifieri bl- applikazzjoni tal-liġi awtomatikament jiġu dawn id-drittijiet.", "Sur President, naf li m'hijiex xi ħaġa feliċi li tgħid f'dan il-parlament illi hemm nisa li jsiru rġiel u li rġiel isiru nisa, imma ladarba llum dawn l-affarijiet jistgħu jiġru allura jkun tajjeb jekk il-liġi tiġi abreast ma' dan l-iżvilupp li qed isir, minflok ma ngħaddu lil dawn in-nies minn kalvarju sħiħ, bħalma kien qed isir sal-lum, fejn dawn in-nies kienu jispiċċaw jagħmlu snin twal il-qorti biex forsi minflok jibqgħu \"Mr\" jibdew jiġu msejħa \"Ms\".", "Naturalment, kif qal tajjeb il-Ministru, dawn m'għandhomx ibiddlu s-sess skond kif jaqblilhom.", "La wieħed deherlu li għandu jsir mara, dan għandu jibqa' mara u bil-liġi mhux se jkun jista' jerġa` jibdel is-sess meta jkun jaqbillu.", "Pero` ġaladarba bniedem ikollu l-problemi għax minkejja li bijoloġikament ikun twieled bħala mara, hu fil-fatt ikun raġel, jew vice versa, wieħed għandu jingħata ċans ibiddel is-sess tiegħu, u l- annotazzjonijiet fiċ-ċertifikat tar-reġistru pubbliku għandhom jiġu ffaċilitati biex dawn il-problemi jitnaqqsu.", "Sur President, jista' jkollok każijiet fejn wieħed jagħmel testment, iħalli barra lil xi ħadd mit-tfal tiegħu, u dan ix-xi ħadd jidhirlu li hu kellu dritt li jkun parti minn dak il-wirt.", "Dawn huma problemi li qabel kellhom eżitu ta' kawżi twal fil-qorti, kawżi li jkun ferm diffiċli biex tipprovahom, u kienu qed joħolqu problemi fil-familji, speċjalment meta t- testment kien jiġi challenged mill-persuna partikolari.", "Imma issa, bis- sostituzzjoni ta' l-artikolu 112 tal-Kodiċi qed ngħidu li:", "\"Meta xi wieħed mill-ġenituri, f'testment jew att ieħor pubbliku, ikun fisser ix-xewqa tiegħu jew tagħha li jkollu l-preżunzjoni li tifel ikun ġie mnissel jew imwieled matul iż-żwieġ, tapplika għal tifel li jitwelidlu jew jitweldilha barra miż-żwieġ, dak it-tifel jista', wara l-mewt ta' dak il-ġenitur, jagħmel talba biex dik il-preżunzjoni tkun tapplika fir-rigward tiegħu, salv is-setgħa tal-Qorti kif provdut fl- artikolu 108, fil-każ li l-mejjet ikun ħalla tfal, mnissla jew mwielda matul iż-żwieġ, jew hekk preżunti li huma bis-saħħa ta' żwieġ wara.\".", "Dan x'ifisser?", "Dan ifisser li ġaladarba t-tifel jew it-tifla li jkunu ġew imnissla jew imwielda barra ż-żwieġ jiġu identifikati bħala li huma t-tfal tat-testatur, huma jidħlu fl-istess wavelength tad-drittijiet li jkollhom it-tfal li jkunu twieldu fiż-żwieġ minn dak it-testatur.", "Kif għedt fil- bidu tad-diskors tiegħi, aħna bilfors irridu nagħtu d-drittijiet lil dawn it-tfal għax wara kollox, dawn it-tfal ma jaħtu xejn.", "Fil-fatt illum qed inneħħu wkoll il-frażi \"it-tifel illeġittimu\" u minflok qed indaħħlu l- frażi \"it-tifel imnissel u mwieled barra miż-żwieġ\" biex inneħħu l-element ta' antagoniżmu.", "Sfortunatament anke fl-iskejjel tagħna - u hawn qed nirriferi kemm għall- iskejjel governattivi kif ukoll għal dawk privati - ħafna drabi ssir diskriminazzjoni fil-konfront ta' tfal b'ġenitur wieħed.", "Naturalment dan m'għandux ikun u meta l-awtoritajiet ta' l-edukazzjoni jaraw li qed ikun hemm dan l-abbuż għandhom jieħdu l-passi immedjati.", "Biex ikollok soċjeta` ħielsa u sana li tkun miexja 'l quddiem trid tneħħi dawn id- diskriminazzjonijiet li għalkemm jidhru sekondarji, qegħdin hemm.", "Fil-fatt huwa proprju għalhekk li llum aħna qed inressqu dawn l-emendi quddiem il-parlament; għax inħossu li m'għandux ikun hemm distinzjoni bejn tifel jew tifla li jkunu tnisslu barra miż-żwieġ u bejn tifel jew tifla oħra li jkunu tnisslu fiż-żwieġ.", "Jeħtieġ li pajjiżna jagħmel din il-qabża fil-valuri b'mod li jistma lil dawn it-tfal l-istess kif jistma lil tfal li jkunu twieldu fil-wedlock.", "B'dan il-mod il-pajjiż ikun qed jidher iktar matur.", "Issa, Sur President, ħalli niġu biex niddiskutu ftit id-drittijiet tal- mara.", "Daqskemm nitkellmu fuq id-drittijiet tat-tfal, irridu nitkellmu fuq id-drittijiet tal-mara, u dan qed ngħidu għax ġeneralment hija l-mara l- iktar li tbati minn testment u mhux ir-raġel.", "Għaliex?", "Għax sal-lum l- iktar li jista' jħallilha r-raġel lill-mara tiegħu huwa l-użufrutt u mhux iktar minn kwart tal-proprjeta` kollha li jkollu.", "Imma x'jiġifieri wara li koppja tkun għexet flimkien għal dak iż-żmien kollu u tkun għaddiet minn tant sagrifiċċji ...?", "Għax it-tfal jistgħu jkunu baqgħu jirrispettaw lill- ġenituri tagħhom, imma jistgħu ma jkunux, u jkun tajjeb jekk nagħmluha ċara li llum ħadd ma jaħti jekk it-tfal jibqgħux magħqudin mal-familja jew le.", "Hemm tfal li jibqgħu jirrikonoxxu l-valuri tal-familja, imma hemm oħrajn li għal xi raġuni jew oħra ma jibqgħux jirrispettaw u jirrikonoxxu l-valuri tal-familja.", "B'hekk ikun hemm każijiet fejn mhux talli t-tfal ma jirrikonoxxux dak kollu li jkunu għamlu ommijiethom u missirijiethom għalihom, talli meta jmut il-missier, l-omm tispiċċa tieħu inqas mit-tfal.", "Jiddispjaċini ngħidha, imma sfortunatament anke f'pajjiżna hawn ħafna wlied li ma jirrikonoxxux li għandhom jibqgħu jgħinu u jieħdu ħsieb lill-ġenituri tagħhom sa l-aħħar.", "Għalhekk fl-istadju ta' kumitat aħna se nagħmlu l-proposti tagħna biex jekk raġel ikun irid iħalli proprjeta` lil martu iktar milli tħallih jagħmel il- liġi s'issa, huwa jingħata l-faċilita` li jagħmel dan, naturalment dejjem bir-riżerva li jitħallew ċerti porzjonijiet lit-tfal.", "Għandna naraw ukoll li jkunu indikati b'mod ċar ir-raġunijiet għaliex wieħed ma jkunx irid iħalli lil xi ħadd mit-tfal tiegħu werriet, lanqas tal-leġittima, biex dan ikun jista' isir.", "Min ma jġibx rispett lejn il-familja tiegħu m'għandux jippretendi li jingħata rispett wara l-mewt tal-ġenituri tiegħu għaliex inkella aħna stess inkunu qed nikkontribwixxu biex inkissru l-valur tal- familja.", "Biex il-familja tkun b'saħħitha jrid ikollha qafas legali b'saħħtu u jekk xi ħadd mit-tfal jidhirlu li għandu jmur kontra dan kollu allura m'għandux ikollu dritt li jibbenefika.", "Per eżempju ̧ ħafna mill-wirt ma jinqasamx għax ikun hemm xi wieħed b'saħħtu li jkun irid jinki lil ħutu jew inkella jkun irid jinnegozja hu biex ikun jista' jaħkem il-poter tal-ġid fuqhom.", "Però ma jistax ikun li f'dan il-pajjiż jibqa' jkollna proprjetà rieqda li ma tkunx qed tinqasam, tinbiegħ u tiġi żviluppata minħabba problemi kbar fil-wirt.", "Hemm każijiet ta' wirt fil-qorti li jammontaw għal miljuni ta' liri u kieku dawn b'xi mod jinqasmu jinħoloq il-ġid u jgawdu kemm il-werrieta kif ukoll is-soċjeta` Maltija.", "Għalhekk huwa tajjeb li meta jgħaddi ċertu ammont ta' żmien u l-maġġoranza tal-werrieta jkunu jaqblu ̧ il-proprjetà tiġi mibjugħa ̧ diviża u likwidata xorta waħda biex kull wieħed jieħu l-parti tiegħu, irrispettivament minn jekk ikunx hemm wieħed jew tnejn li joġġezzjonaw.", "Imbagħad hemm il-problema ta' l-irkupru.", "Prattikament f'pajjiżna l-irkupru spiċċa pero` baqa' l-irkupru bejn il-werrieta.", "Sal-lum jekk jien nixtri sehem minn wirt hemm proċedura li permezz tagħha ̧ fi żmien xahrejn jew tliet xhur ̧ xi ħadd mill-werrieta jista' jixtri s-sehem tiegħi mill-ġdid bl- istess ammont li nkun xtrajtu jien.", "Per eżempju ̧ jekk hemm għalqa bejn sitta u jien nixtri one-sixth tagħha mingħand wieħed mill-werrieta, il- werrieta l-oħra jistgħu jixtru mingħandi mill-ġdid dak li nkun xtrajt u jħallsuni l-ispejjeż tal-kuntratt, jiġifieri qisni nkun xtrajt għalxejn.", "B'hekk dawn jerġgħu jirkupraw dak li nkun xtrajt jien.", "Issa hawn irridu naraw li dan id-dritt ta' l-irkupru ma jsirx għaliex jekk inti se terġa' tħalli l-irkupru awtomatikament se jkollok il-problema li dejjem qiegħda taggrava; dik li l-werrieta ma jaqsmu qatt għaliex għandhom id-dritt li jagħmlu l-irkupru.", "Imbagħad għandna wkoll il-kwestjoni – minkejja li din il-ministru ma semmihiex jidher li qiegħda proposta fil-liġi – ta' meta jkollok ħafna ko- proprjetarji li jkollhom proprjeta` komuni li tkun ġejja minn wirt.", "Qed ngħidu li meta jkunu għaddew aktar minn għaxar snin u din il-proprjetà jkun għadu ma sar xejn dwarha ̧ l-ebda wieħed mill-werrieta m'għandu jkollu d- dritt li jeżerċita l-irkupru imma dan jista' jeżerċitah meta ma jkunux għaddew l-għaxar snin.", "Allura jidher li l-irkupru xorta se nħalluh fil- proċeduri ċivili tagħna.", "Sur President, hemm ħafna x'wieħed igħid fuq l-irkupru.", "L-irkupru li ġej mill-code Napoleon tneħħa minn ħafna pajjiżi.", "Però għal xi raġuni donnu li kien hemm il-protezzjoni li l-art tal-wirt ma tmurx f'idejn il-barranin jekk kemm-il darba ma jkunx hemm il-qbil tal-maġġoranza tal-werrieta.", "Issa hemm ħafna x'wieħed igħid jekk din hijiex healthy jew le.", "Li nista' ngħid hu li f'Malta l-proċedura ta' l-irkupru ma tantx ġiet eżerċitata – fil-fatt kemm ilni f'din il-professjoni jien iltqajt ma' xi każ jew tnejn – però qaluli li din il-proċedura tiġi eżerċitata ħafna f'Għawdex.", "Per eżempju, xi ħaġa li f'Għawdex ġiet eżerċitata ħafna wkoll hija dik li ngħidlulha l-antikresi però f'Malta qatt ma ġiet eżerċitata.", "Fil-fatt din ġiet eżerċitata ħafna wkoll fi Spanja.", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq meta wieħed jittrasferixxi art bi ftehim ta' xi tpartit eċċ. jiġifieri mingħajr kuntratt pubbliku.", "Dan huwa konċett li bħala prinċipju għadu jeżisti imma fis-snin tmenin kien hemm emendi biex dan il-proċess li kien ilu għaddej f'Għawdex għal mijiet ta' snin ma jkomplix għaddej.", "U l-aqwa sentenzi li għandna fuq dawn il-konċetti kollha joħorġu mill-qrati superjuri ta' Għawdex.", "L-istess ngħid fuq il-kwestjoni ta' l-unica carta.", "Hawnhekk ikun tajjeb li ngħidu li għall-ewwel darba se ndaħħlu penali fuq in-nutar li jekk ma jispjegax tajjeb il-kontenut tat-testment unica carta bejn koppja, ikun soġġett għall-penali.", "Jien naqbel ma' dan għax kien hemm ċertu laissez- faire tal-professjoni nutarili.", "Issa jien għandi rispett u stima kbira lejn dik il-professjoni imma ma tistax tikteb testment unica carta u mbagħad meta jmut ir-raġel u l-mara tiġi biex tagħmel it-testment issib li hemm id-dekadenza li kif tibdel xi ħaġa ma jkollhiex dritt li tieħu dak li jkun għaddielha r-raġel.", "Ġeneralment dan jiġri l-aktar għax meta jsir it- testment unica carta ̧ għalkemm ir-raġel u l-mara jmorru flimkien, ir-raġel jibda jparla u hi tgħid kollox iva, imma mbagħad ikun hemm ċerti diffikultajiet.", "Għalhekk huwa tajjeb li nagħmlu ċerti miżuri biex naraw li jkun hemm bilanċ fuq naħa u fuq naħa oħra.", "Per eżempju, x'jiġifieri jmut il-missier u t- tfal ma jistgħux jaraw it-testment unica carta għax l-omm tkun għadha ħajja!", "Biex dawn jaraw x'ikun ħalla l-missier iridu jmorru s-sekond'awla u meta l-imħallef jagħtihom seduta jkunu jistgħu jaqraw dik il-parti tat- testment.", "Però din hija xi ħaġa drakonjana.", "Jien naf b'każijiet fejn minkejja li l-missier u l-omm ikunu qasmu kollox indaqs bejn l-ulied kollha - il-maġġoranza tat-testmenti hekk ikunu - jidħlu xi suspetti speċjalment jekk ikun hemm xi werrieta msefrin.", "Per eżempju, meta jmut wieħed mill-ġenituri u l-ulied li jkunu jikkorrispondu ma' ħuthom barra jgħidulhom li t-testment ma jistgħux jiftħuh, jibdew idaħħlu l-flieles f'moħħhom.", "Għalhekk huwa tajjeb li ssir l-emenda li testment jista' jinqara mingħajr il-bżonn li tagħmel proċedura.", "L-istess ħaġa ngħid dwar il-kwestjoni tar-revokazzjoni.", "Kif inhi l-liġi llum, jekk is- surviving spouse ibiddel xi ħaġa mit-testment unica carta u jkun hemm il-klawsola li ma jistax ibiddel ̧ jiġi penalizzat u jitlef id- drittijiet li jkollu.", "Però llum qed jiġi propost – u aħna naqblu – li dan japplika biss f'każ ta' ownership u mhux f'każ ta' użufrutt.", "Wieħed m'għandux jitlef il-benefiċċju ta' l-użufrutt li prattikament ikun id-dar għax inkella fejn imur joqgħod?", "Sur President, ħafna nutara għandhom id-drawwa li t-testment unica carta jittrattawh b'ċertu mod u jgħidu: Din unica carta; kwarta kollox.", "X'jiġifieri kwarta kollox!", "Inti għandek tara li tispjega l-konsegwenza ta' dik il-provision li tista' tweġġa' parti jew oħra wara l-mewt.", "Jidhirli li hemm penali ta' Lm100 imma jien naħseb li jekk nutar ikollu sanction ta' Lm100 għax ma jkunx għamel xogħlu sew fid-drawing up ta' l- unica carta will u wara ċertu żmien jerġa' jinstab ħati ̧ wieħed għandu jikkonsidra jekk għandux jissospendilu l-warrant għal xi perijodu.", "Wara kollox dawn huma affarijiet li jistgħu joħolqu problemi kbar fil-familji.", "Min jista' jagħmel testment, Sur President?", "Illum qed ngħidu li min għandu 16-il sena huwa eliġibbli li jagħmel testment u hekk għandu jkun għax ikollok każijiet partikolari fejn tifel jew tifla li jkunu għaddejjin minn ċerti problemi għandu jkollhom dan id-dritt ukoll.", "Issa nixtieq nitkellem ftit fuq il-kwestjoni tal-leġittima.", "Il-ministru semma dik li nsejħulha r-reserved portion.", "Sal-lum jekk ikun hemm inqas minn tlieta jew erbat itfal ir-reserved portion tkun terz u jekk ikun hemm aktar tkun nofs.", "Però llum qed ngħidu li din għandha tkun nofs għax meta nitilqu minn terz diġà nkunu tlaqna minn xi ħaġa li hija ħafna inqas min- nofs.", "Naħseb li t-tfal għandu jkollhom id-dritt li jkollhom in-nofs.", "Sur President, meta tiġi applikata l-leġittima?", "Ġeneralment il-leġittima tiġi applikata meta jkun hemm diżgwid bejn il-werrieta għax ma jaċċettawx il-wirt kif inhu.", "Meta lit-tfal tħallilhom kollha l-istess ħadd ma jmur għal-leġittima.", "Però meta jkollok tlett itfal fejn lil waħda tħallilha d- dar, lill-ieħor tħallilu l-ġardina biex jagħżaqha u lill-ieħor ma tħallilu xejn imma jkollu jieħu milli jifdal, dan imur għal-leġittima.", "ONOR.", "TONIO BORG: Issa ma jistax jirrinunzja ....", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Iva, kif inhi issa.", "Però naħseb li hawnhekk jista' jkollna ftit tal-problemi.", "Meta tiġi applikata l-leġittima ġeneralment issir evalwazzjoni ta' l-estate u allura min jaċċetta l-wirt jieħu tant ammont u min ma jaċċettax il-wirt jagħmel nota fis-sekond'awla li ma jkunx qed jaċċetta l-wirt u li jkun irid imur għal-leġittima, u allura jieħu ftit aktar minn dak li kien se jieħu qabel.", "Mela dan ikun jaqbillu jieħu l-leġittima.", "Però kif inhi issa trid taċċetta dak li jħallilek u tmur għal-leġittima.", "Issa wieħed irid jara kif tista' taħdem din.", "Però kif inhi miktuba din ma tantx naraha feliċi ̧ Sur President.", "Jista' jkun li din narawha wkoll fi stadju ta' kumitat meta nneħħu l-proċedura that you can renounce the right for inheritance għaliex persuna li hija ntitolata għar-reserved portion tista' ma teħux dak il-benefiċċju li għandha taħt il-wirt u tikklejmja r-reserved portion.", "Issa għall-kuntrarju qed ngħidu li għandu jieħu dik il-parti li hemm fit- testment u mbagħad inaqqasha minn dik il-parti tal-leġittima.", "Allura min mhuwiex werriet u awtomatikament għandu dritt għal-leġittima ...", "(Interruzzjonijiet) Per eżempju, jekk jien għandi erbat itfal li tlieta minnhom inħallihom werrieta u r-raba' wieħed ma nħallilu xejn ̧ lanqas il- leġittima - jista' jkun li dan ikun bniedem li jonfoqhom bl-addoċċ jew inkella forsi pprova joqtolni - it-tfal tiegħu għandhom dritt għall-parti tal-leġittima tiegħi.", "Issa jekk dawn mhumiex eredi awtomatikament se jattakkaw ukoll il-proprjetà li tkun tħalliet.", "Barra minn hekk jekk il- porzjon tal-leġittima ̧ meta taħdimha, tkun kbira biżżejjed biex tattakka parti mill-wirt, jien nista' ̧ kif inhi l-liġi llum ̧ nattakka l-estate kollu ħalli nkun nista' nieħu my due taħt dik il-leġittima.", "Ovvjament wieħed irid jara kif se tiffunzjona, però din ukoll hija xi ħaġa li rridu narawha fi stadju ta' kumitat.", "Artiklu 630 tal-liġi prinċipali jitkellem fuq diżeredazzjoni fejn inti tista' ma tħallix is-sehem riżervat lil persuna li għandha dritt għal- leġittima minħabba tberbiq jew inkella djun.", "Fil-fatt ikun aktar għaqli li minħabba problemi bħal dawn wieħed ma tħallilu xejn u sehmu jeħduh uliedu.", "Però dawn huma the fine lines tal-proċedura dwar din il-kwestjoni.", "Nixtieq ngħid xi ħaġa fuq dak li għandu x'jaqsam ma' qsim bejn il-werrieta u min jibqa' ħaj fl-aħħar mir-raġel jew il-mara.", "Kif kont qed ngħid qabel, ġeneralment il-werrieta jkollhom id-dar matrimonjali u forsi xi garaxx ̧ xi boathouse jew xi villeġġjatura.", "Naħseb li hawnhekk ikun tajjeb li naraw li min jibqa' ħaj mill-ġenituri jkun protett li ma jmorrux iduru għalihom it- tfal stess mingħajr ma jridu.", "Ħafna wlied għandhom kuxjenza imma hemm min m'għandux ukoll.", "Hemm ukoll min m'għandux il-guts li jieqaf għall- pressure li jkollu min-naħa tar-raġel jew tal-mara tiegħu stess.", "Per eżempju ̧ jien naf każijiet fejn it-tfal ikunu sew imma lil min ikunu żżewġu jkollu x-xjaten ġo fih.", "Ġieli l-mara tant tkun tibża' mir-raġel li jkollha tagħmel dak li jgħidilha anke fil-konfront tal-ġenituri tagħha.", "Mela hawnhekk irridu nipproteġu lill-omm li tibqa' ħajja u jkollha dawn it-tip ta' problemi mat-tfal.", "Għalhekk huwa mportanti li wieħed jaħseb għal dak li jista' jiġri wara li jmut xi ħadd mill-ġenituri.", "Jekk imutu t-tnejn f'salt ma jkunx hemm problemi imma mhux kulħadd jitlaq f'salt.", "Ġieli persuna tgħix 20 sena wara li jmut ir-raġel jew il-mara jiġifieri wieħed irid jaħseb għalihom dawn l- affarijiet.", "Issa jekk ikun hemm dar li nofsha tkun tar-raġel u nofsha tkun tal-mara u r-raġel imut mingħajr ma jkun laħaq għamel testment, il-problemi jikbru.", "Jekk ikun sar testment il-mara jkollha dritt għall-użufrutt u allura tkun tista' tibqa' tgħix hemmhekk.", "Però l-mewt ħadd ma jaf meta tiġi fuqu u min imut intestat jista' jħalli problemi kbar warajh.", "Per eżempju ̧ it-tfal għandhom dritt li jitolbu sehemhom minn dik id-dar u jekk jagħmlu dan ikun ifisser li l-omm tkun trid toħroġ 'il barra għax id-dar ma tistax tinqasam.", "U fil-qorti hemm każijiet ta' nies li jridu jkeċċu lil ommhom 'il barra!", "F'dan il-każ l-imħallef, kontra qalbu, jkollu jaqta' d- deċiżjoni kif tgħid il-liġi.", "F'dan il-każ l-omm ikollha toħroġ 'il barra ̧ id-dar tinbiegħ u kulħadd jieħu s-sehem tiegħu mill-flus li jkunu daħlu.", "Allura dan huwa sewwa meta l-omm ikollha dritt tibqa' tgħix f'dik id-dar?", "Dan kollu jikkawża problemi, ġlied u firdiet fil-familja u allura għandna naraw li jkun hemm the right of habitation of the surviving spouse fid-dar matrimonjali.", "Issa hawnhekk mhux qed insemmi proprjetajiet oħra bħal villeġġjatura eċċ. imma fuq id-dar matrimonjali għandu jkun hemm dak id- dritt.", "Issa awtomatikament id-dritt ta' abitazzjoni lill-persuna li tibqa' ħajja fid-dar għandha tiġi estiżi wkoll għall-għamara li jkun hemm fiha u din hija xi ħaġa mportanti ħafna.", "Naf li l-ministru, fl-introduzzjoni tajba u dettaljata li għamel illejla, għamel riferenza għaliha wkoll għax jista' jkollok persuna li jkun għamel proviso għaliha imma jista' jkollok ukoll persuna li mhux talli ma jkunx għamilha talli lanqas ikun għamel testment.", "Hemm imbagħad il-kwestjoni ta' tfal li jitwieldu wara li jkun sar it- testment.", "Kif inhi l-liġi llum ̧ jekk testment ikun sar minn testatur li m'għandux tfal u mbagħad wara jirriżulta li fil-fatt kellu tfal – forsi ma jkunx jaf li għandu t-tfal - dak it-testment awtomatikament jiġi dikjarat null.", "Jien ma nistax nimmaġina testatur li jagħmel testment bid- dikjarazzjoni li m'għandux tfal meta fil-fatt ikollu t-tfal.", "Però kollox huwa possibbli u fil-ħajja ma trid teskludi xejn.", "Għalhekk ikun tajjeb li niskopru dawn il-possibbiltajiet biex ma nħallu lil ħadd isofri inġustizzja.", "Allura biex inneħħu dawn il-problemi u distinzjonijiet bejn dawk it-tfal li jkun jaf bihom bilfors għaliex ikunu fiż-żwieġ, jiġifieri jkunu leġittimi, u dawk li jew ikunu illeġittimi jew għal xi raġuni jkunu adottati jew dixxendenti tagħhom, irridu naraw li dawn għandhom jidħlu fil-wirt ukoll.", "Mela jekk testatur ma jgħidx li jkollu t-tfal, irrispettivament minn jekk ikunx jaf jew le dwar l-eżistenza tagħhom ̧ id-dispożizzjonijiet tal-wirt għandhom jibqgħu validi bil-konsegwenza li t-tfal, jew dixxendenti tagħhom ̧ li ma jkunux indikati għandu jkollhom ukoll id-dritt għal-leġittima.", "Din hija xi ħaġa importanti li naħseb li għandha tiġi żviluppata aktar f'dan l- abbozz ta' liġi.", "Sur President ̧ hemm imbagħad każijiet fejn l-omm, per eżempju, ikollha tlett itfal u waħda minnhom tmut, imma din ikollha t-tfal jiġifieri there are descendants of the child.", "F'każijiet fejn imut il-missier u ma jħallix testment, il-mara li tkun għadha ħajja u jkun hemm ukoll it-tfal, sal-lum bil-liġi l-mara għandha dritt għal nofs l-użufrutt ta' l-estate tar- raġel.", "Kif se tiġi emendata l-liġi llum l-ispouse li jibqa' jew tibqa' ħajja għandha dritt għal nofs l-estate in full ownership u n-nofs l-ieħor awtomatikament will belong to the children tat-testatur, kemm jekk inhuma mwielda – u din hija importanti – fiż-żwieġ u kemm jekk huma mwielda barra miż-żwieġ.", "Ovvjament din hija l-eċċezzjoni għax Allaħares kull familja jkollha tfal fiż-żwieġ u tfal barra ż-żwieġ.", "Aħna mhux qed nitkellmu fuq dawn biex ninkoraġġuhom.", "Ma rridux nibagħtu xi messaġġ ħażin lis-soċjetà Maltija minn dan il-parlament.", "Imma qegħdin ngħidu li fejn hemm dawn it- tfal il-liġi se tipproteġihom u tagħtihom dawn id-drittijiet.", "It-tfal li jkunu miż-żwieġ u anke barra miż-żwieġ jirtu minn dak in-nofs l-ieħor tal- mejjet.", "Mr Speaker, kif kont qed ngħid fil-bidu tad-diskors tiegħi, il-mara u r- raġel li jkunu ħadmu u fformaw familja għandu jkollhom iktar drittijiet.", "Kif jista' jkun aħna nagħtu d-drittijiet kollha lit-tfal wara li int tkun tajt ħajtek biex dawn it-tfal jitrabbew sew, tajthom l-aħjar edukazzjoni u l-aħjar standing fis-soċjetà - kulħadd ikun irid jagħmel hekk - imbagħad ma tistax tagħti naqra iktar lil min ikun ħadem miegħek, il-mara jew ir- raġel?!", "GĦalhekk tajjeb li hawn il-qbil bejn il-gvern u l-oppożizzjoni li s- surviving spouse għandu jkollu iktar drittijiet fejn jidħol il-ġid li jiret jekk ma jkunx hemm testment.", "Kif se nemendaw il-liġi fil-ġranet li ġejjin, jekk Alla jrid, dan jista' jsir.", "Fejn hemm testment tista' tħalli dak li trid tħalli.", "Mr Speaker, f'każ li koppja ma jkollhiex tfal u lanqas ikollha tfal adottati, jekk imut ir-raġel jew il-mara u ma jkunx hemm testment, il-liġi għandha tgħid li l-ġid kollu tar-raġel għandu jmur fuq il-mara u viċe versa.", "Kemm jinqala' inkwiet fuq dan!", "Kemm ikollna każijiet!", "Għal xi raġuni r-raġel ma jagħmilx it-testment u meta jmut ġidu jmur fuq niesu wara li din il-mara tkun għamlet ħajjitha tgħix miegħu.", "(Interruzzjonijiet) Kif?", "Mhux hekk!", "Jiġifieri koppja li ma kellhomx tfal imma għexu bħala familja, ħadmu flimkien, ħabbew lil xulxin, kienu leali u fidili lejn xulxin, imbagħad meta jmut xi ħadd minnhom, u għal xi raġuni ma jkunx għamel testment, ġidu jmur fuq niesu.", "Mr Speaker, ikollna każi fejn dawn il-qraba lanqas biss ikunu jafu min hu l- mejjet.", "Kif dak li jkun isir jaf li jista' jiret xi ħaġa jibdew ir- riċerki, eċċ. Allura min ikollu dritt iktar minnu li jiret ma jiritx u min tiġih tajba, peress li l-individwu jkun miet mingħajr m'għamel testment, jidħol jiġri biex jara x'biċċa messu minn dan il-wirt.", "Aħna nemmnu li dawn huma inġustizzji li tajjeb li jiġu rimedjati billi l-liġi tiġi abreast ma' l-iżviluppi naturali tal-familji fis-soċjetà Maltija.", "L-istess, Mr Speaker, meta nitkellmu fuq individwi li jidħlu f'xi ordni reliġjuża.", "Tkun problema għal min jagħmel ħajtu kważi kollha patri, imbagħad joħroġ fl-aħħar ta' xjuħitu u jrid jerġa' jieħu d-drittijiet ċivili tiegħu.", "Kien hemm ħafna minn dawn il-komplikazzjonijiet.", "Niftakar li meta kont student tal-liġi kont qrajt każ ta' patri Malti li kien missjunarju fil-Jamaica fl-1920, xi 70 sena ilu.", "Dak iż-żmien kienu jmorru anke fil-Karibew.", "Dan ħareġ minn Ġiżwita u meta mietu l-ġenituri tiegħu u nfetaħ it-testment ma kienx hemm il-parti tiegħu, għax ma laħqux daħħluh.", "U kien hemm kawża kontra kawża biex hu jidħol fil-wirt ma' ħutu.", "Probabbli ma kellu xejn għax fil-missjoni jkollok xorta jekk tiekol aħseb u ara kemm ikollok ġid!", "Jiġifieri huwa tajjeb li min jidħol f'ordni monastika, kemm mara u kemm raġel, ma jkollux dik li aħna nsejħulha l-mewt ċivili, li m'għandux dritt bħal ħutu li jidħol fil-wirt.", "Kif se tiġi emendata l-liġi jidher li min jidħol f'xi ordni reliġjuża se jiret minn dak il-ġid li għandu dritt li jiret minnu daqslikieku ma daħalx f'monastic order.", "Niġi issa għar-regolamenti li japplikaw fil-qsim tal-wirt.", "Huwa interessanti l-mod kif se jiġi ffaċilitat ċertu qsim tal-wirt.", "GĦandna innovazzjoni fil-każ li jkun hemm iktar minn persuna waħda li għandha dritt ta' sehem mir-rappreżentazzjoni ta' dak is-sehem, jiġifieri meta jkun hemm dixxendenti ta' mejjet li jew ikun ħu l-mejjet jew inkella jkunu t-tfal tal- mejjet.", "Jekk kemm-il darba jkun hemm konflitt bejn il-persuni li għandhom dak is-sehem kollettiv li kien ikun jappertjeni lil xi ħadd sostitut, il- liġi qed tagħti rimedju li jkun hemm possibbiltajiet ta' qsim li m'għandhomx iwasslu biex ikun hemm litigazzjoni fil-qorti, li ġeneralment jinkludi wkoll dewmien fil-causa mortis.", "Mr Speaker, nagħlaq billi ngħid li filwaqt li din il-liġi hija pożittiva u importanti, li għandha tagħti nifs biex innaqqsu l-litigazzjoni fil-qorti, hemm ċerti emendi li għandhom bżonn refining fl-interpretazzjoni.", "GĦalhekk nappella lill-ministru biex fl-istadju ta' kumitat nagħmlu dan ix-xogħol ħalli dak li għandu jsir għall-ġid tas-soċjetà, partikolarment għall- familja Maltija, nagħmluh mill-aħjar li nistgħu.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Hawn permess biex l-Onor.", "Farrugia jpoġġi fuq il- mejda tal-Kamra xi dokumenti li semma fl-intervent tiegħu?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' ittra datata 13 ta' Mejju 2003, mibgħuta mill-Avukat Carmelo Galea, u ffirmata minn numru ta' avukati oħra, lill-Ministeru tal- Ġustizzja u Gvern Lokali dwar subasti fil-qrati ta' Għawdex.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni kienet interrotta u baqgħet aġġornata.", "MR SPEAKER: Insejjaħ issa lill-viċi prim ministru biex, jekk jogħġbu, iressaq l-aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it- Tlieta, 11 ta' Novembru 2003, fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-ristrutturar tat-Tarznari - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att dwar l-Amministrazzjoni Finanzjarja u l- Verifika – Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili (Emenda Nru 2) - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Reġistru Ċentrali - Tieni Qari; u", "Abbozz ta' Liġi dwar Elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew - Tielet Qari.", "------------------------------------------", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Professjoni tax-Xogħol Soċjali - Kumitat Permanenti.", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Hawn rimarki?", "L-Onor.", "Jason Azzopardi.", "ONOR.", "JASON AZZOPARDI: Fl-ewwel aġġornament tiegħi mill-ftuħ ta' dan il- parlament, xtaqt nitkellem fuq żewġ temi totalment differenti.", "L-ewwel waħda hi li ninforma lill-Kamra x'ġara ġewwa Ruma x-xahar li għadda meta jien, bħala kap tad-delegazzjoni, u l-Onor.", "Anġlu Farrugia, bħala rappreżentant ta' l-oppożizzjoni, ipparteċipajna fl-assemblea parlamentari ta' l-OSCE li kienet l-ewwel laqgħa ta' forum parlamentari, u aktar 'il quddiem se ngħid kif Malta tista' tiġi affettawata b'dan il-forum.", "Pero` qabel nitkellem fuq dan, xtaqt nitkellem fuq l-aġġornament li għamel l-Onor.", "Anġlu Farrugia fejn dan talab għar-riżenja tal-prim ministru meta rrifera għall-każ li ġie deċiż mill-qorti kostituzzjonali fuq il-press conference li kien għamel l-istess prim ministru.", "Jien mhux se nidħol fuq dan is-suġġett in partikolari għax l-ewwelnett il-prim ministru m'għandu bżonn ebda difiża mingħandi u anke għaliex dan ma żbaljax u kien biss qed jaqdi dmiru bħala prim ministru tal-pajjiż u jinforma lill-pubbliku b'xi ħaġa ta' interess pubbliku.", "Pero` fid-diskors tiegħu, l-Onor.", "Farrugia – u hawnhekk iva se jkolli nikkoreġih u se ngħid kif żgwida lill-Kamra – għamel riferenza għal sentenza li hu qal kienet ingħatat dakinhar stess, fit-3 ta' Novembru mill- qorti kriminali preseduta mill-Prim Imħallef, fil-kawża Joseph Gaffarena kontra l-kummissarju tal-pulizija.", "L-Onor.", "Farrugia għamel plejtu kbir għaliex skond hu, din is-sentenza kompliet turi kif qiegħda tiġi mminata d- demokrazija fil-pajjiż, kif qed ikun hemm nies viċin ħafna tal-partit Nazzjonalista li qegħdin jieħdu l-liġi b'idejhom, u kif il-kummissarju tal- pulizja – se nikkwota lill-Onor.", "Farrugia – \"kaxkar saqajh u ma għamel xejn\" meta ġie ordnat mill-maġistrat biex jieħu l-passi kontra l-persuna indikata f'dik is-sentenza li, skond l-Onor.", "Farrugia hi persuna viċina tal- partit Nazzjonalista.", "Dan qal ukoll li s-sentenza tal-Prim Imħallef ordnat lill-kummissarju jieħu l-passi kontra din il-persuna involuta f'dan il-każ.", "Sur President, hawnhekk mhux se noqgħod indur mal-lewża, l-Onor.", "Farrugia ma kienx qed jgħid il-verita`.", "L-Onor.", "Farrugia kien qed jiżgwida l-Kamra meta qal:", "\"il-Kummissarju tal-Pulizija mhux talli kaxkar saqajh u m'għamel xejn, imma talli wara li ġie ordnat mill-Maġistrat biex jieħu passi kontra l- persuna ndikata f'din is-sentenza - li hija persuna viċina ħafna tal- partit Nazzjonalista – ...\"", "Din is-sentenza ġiet imqiegħda fuq il-mejda tal-Kamra mill-Onor.", "Farrugia dakinhar stess.", "Dakinhar kien hawn preżenti jien u l-Onor.", "Mario Galea li ma oġġezzjonajniex għal dan għax dan kien dokument pubbliku u kien available fuq l-internet.", "Il-fatt hu li kien hemm challenge procedure fejn ċertu Joseph Gaffarena għamel rikors lill-qorti tal-maġistrati sabiex din tordna lill-kummissarju tal-pulizija jieħu passi kontra persuna indikata f'dak ir-rapport.", "Din tissejjaħ challenge procedure fuq il-kummissarju tal-pulizija.", "Il-qorti tal- maġistrati kienet, għal ċerti raġunijiet imsemmijin fis-sentenza tagħha, għażlet li tordna lill-kummissarju jieħu dawn il-passi għal frodi kontra din il-persuna.", "Pero` sar appell mill-avukat ġenerali, kif kellu kull dritt li jagħmel, lill-qorti kriminali.", "Il-kodiċi kriminali jipprovdi li f'każ bħal dan, l-avukat ġenerali għandu dritt, entro termini li tagħtih il-liġi, sabiex jappella lill-qorti kriminali, kif fil-fatt dan għamel.", "Il-qorti kriminali, presjeduta mill- Prim Imħallef Degaetano ma ordnatx li jittieħdu passi u dan hu l-oppost ta' dak li qal l-Onor.", "Farrugia meta bħal-lum ġimgħa, qal:", "\"L-avukat tar-repubblika jagħmel rikors kontra d-deċiżjoni tal- maġistrat u l-istess imħallef jerġa' jordna biex għal motivi permessi, tirriforma s-sentenza u d-deċiżjoni u tordna li jittieħdu passi.\"", "Jien inħobb inkun ħafna preċiż meta nikkwota u kont nistenna li f'ħaġa serja bħal din, kien ikun aktar preċiż u leali l-Onor.", "Farrugia, li hu avukat ta' l-affari tiegħu, avukat ta' esperjenza mhux żgħira u ċertament din ma kenitx xi ħaġa li qabżitlu.", "Is-sentenza tal-qorti kriminali, tgħid hekk:", "\"Għal motivi premessi, tilqa' t-talba ta' l-Avukat Ġenerali u konsegwentewent tirriforma d-deċiżjoni tal-Qorti tal-Maġistrati tal-25 ta' Lulju billi tħassarha u tirrevokaha.\".", "F'dik il-parti fejn jingħad \"tilqa' t-talba u għaldaqstant tordna lill- kummissarju tal-pulizija li jieħu passi kontra.\"", "Dan ifisser li l-qorti kriminali qed tirrevoka d-deċiżjoni tal-qorti tal-maġistrati, qiegħda tgħid proprju l-oppost ta' dak li qal l-Onor.", "Anġlu Farrugia.", "Qed ngħid dan for the sake of the records.", "L-Onor.", "Anglu Farrugia was misleading the House, pero` jien mhux se ngħid jekk għandux jirriżenja jew le għax kulħadd għandu jassumi r-responsabbilitajiet tiegħu.", "Faċli titfa' t-tajn, faċli titfa' ċerti allegazzjonijiet u faċli tqarraq meta persuna li tkun qed tisma' ma jkollhiex is-sentenza quddiemha.", "Però, bħala deputat parlamentari li kont preżenti fil-Kamra dak il-ħin, inħossni fid-dmir li for the sake of the records nikkoreġi din l- ineżattezza – to put it very mildly – min-naħa ta' l-Onor.", "Farrugia.", "Ngħaddi issa għat-tieni suġġett li xtaqt nitkellem fuqu llum, cioe` rigward l-ewwel forum parlamentari fuq il-Mediterran imniedi taħt l-awspiċi ta' l- OSCE.", "Kulħadd jaf it-twemmin komuni taż-żewġ partiti rigward ir-rwol ta' Malta fl-OSCE sabiex ikun hemm aktar siġurtà fl-Ewropa u aktar siġurta` fil- Mediterran.", "Dan hu fatt magħruf u m'hemmx għalfejn nidħol fih.", "Pero` tajjeb li wieħed ikun jaf li kemm jien u kemm l-Onor.", "Farrugia tkellimna fl- awla tal-parlament Taljan f'Montecitorio f'Ruma.", "Nista' nassigura lill- Kamra li l-intervent Malti, kemm tiegħi u kemm ta' l-Onor.", "Farrugia, kien vuċi waħda fejn tidħol Malta u d-dimensjoni Mediterranja.", "L-interventi tagħna kienu milqugħa tajjeb ħafna minn dawk preżenti li kienu xi 250 membru parlamentari ta' xi 30 pajjiż inkluż l-Istati Uniti, il-pajjiżi Għarab, l-Iżrael u ovvjament l-Italja.", "Ġurnata minn din il-konferenza kienet fuq ir-religious freedom and democracy.", "Kellna dibattitu interessanti ħafna fejn tkellmu ċerti esperti dwar ir-rwol tar-reliġjon fir-rwol tad-demokrazija.", "In hindsight, dak id- dibattitu kien rilevanti minħabba l-kontroversja li qamet l-Italja fuq jekk għandux ikun hemm jew le, kurċifiss ġewwa klassi ta' skola ta' l-istat.", "Jien ktibt artiklu f'gazzetta lokali fejn għedt ċar li jekk ċerti qrati se jibdew jinterpretaw li s-simbolu tal-kurċifiss qiegħed joħnoq il-liberta` ta' l-espressjoni ta' xi persuna mhux kattolika, inkunu verament waqajna fi stat tal-biki fejn jidħlu l-valuri u d-dritt ta' l-espressjoni.", "Kif tista', b'argument ta' minimalism, tgħid li se tipprova tnaqqas kollox għal bare minimum u ħadd ma jkollu simbolu?", "X'jiġifieri?", "Hekk tiġi li minoranza tiddetta lill-maġġoranza!", "Ma rridx noqgħod nitkellem fuq dak is- suġġett, pero` jien ktibt fuq dan is-suġġett u nerġa' ngħid dak li ktibt: \"Freedom is not the right to do what you will but the will to do what is right.\"", "Fortunatament, kien hemm is-sentenza ta' l-appell tal-qorti fl-Italja li rrevokat l-ewwel sentenza li kienet ordnat it-tneħħija tal-kurċifiss u nispera li każijiet simili ma jqumux f'pajjiżna.", "Mhux xi ħaġa ta' barra minn hawn li fi ftit ta' snin oħra, ċerti issues jibdew iqumu anke f'pajjiżna, pero` rridu nibqgħu leali mal-valuri, b'saqajjna ma' l-art bħal dawk l-għeruq li jidħlu fil-fond fil-ħamrija u anke f'materji bħal dawn, we stand up to be counted.", "Interessanti ħafna li wara dan id-dibattitu fuq ir-religious freedom, kellna udjenza mal-Qdusija Tiegħu l-Papa ġewwa l-Vatikan u kienet laqgħa pjuttost kommoventi għax kienet proprju l-ġurnata u s-siegħa li tħabbar il- premju Nobel għall-paċi fejn kien hemm ħafna għajdut li kien se jkun il- Qdusija Tiegħu l-Papa li jirbaħ dan il-premju, għalkemm dan ma seħħx.", "Kif għedt, din kienet laqgħa kommoventi meta tiltaqa' ma' bniedem f'dak l-istat fiżiku, pero` jien nammira d-determinazzjoni kbira ta' din il-persuna li no matter what, jibqa' jaqdi d-dover tiegħu.", "Jekk hemm xi ħaġa li lkoll kemm aħna, ibda minni l-ewwel wieħed, għandna nitgħallmu mingħand il-Papa – apparti l-lat ta' tagħlim nisrani – hi li d-dmir trid tagħmlu, diffiċli kemm ikun diffiċli, għax fi kliem il-Papa stess \"Cristo non e' sceso dalla Croce\".", "F'din l-udjenza li kellna mal-Papa, kelli l-grazzja li nkun l-unika membru parlamentari milli kienu preżenti li jkolli udjenza privata mal-Papa.", "Ta' dan kont grat ħafna għax kienet okkazjoni unika u minkejja l-istat fraġli tas-saħħa tal-Papa, kienet tassew emozzjonali li tkun wiċċ imb'wiċċ ma' persuna li għamlet l-istorja u naħseb li jkun tajjeb li d-dinja in ġenerali tagħti iżjed kas tas-sejħiet li hu jagħmel.", "Kellna wkoll l-istanding committee li jien bħala kap tad-delegazzjoni kelli nattendi għaliha u ħadt sehem attiv fiha wkoll pero` l-aktar ħaġa importanti ta' din il-laqgħa kien il-forum parlamentari fuq il-Mediterran.", "L-ewwel laqgħa saret Ruma u kienet suċċess mil-lat ta' attendenza u mil-lat ta' interventi li saru.", "Nerġa` ngħid li kemm l-Onor.", "Farrugia u kemm jien intervenejna kemm-il darba f'dan id-dibattitu u pproponejna ċerti affarijiet li issa se nidħol fihom.", "Dan kien forum parlamentari fejn ġejna ndirizzati mill-Ministru ta' l- Affarijiet Barranin Taljan, Franco Frattini, mill-Viċi President tas-Senat Taljan, Cesare Salvi u mir-rappreżentant ta' l-UE fil-Lvant Nofsani li tkellem dwar is-sitwazzjoni f'dawk in-naħat, kemm mill-perspettiva Iżraeljana u kemm mill-perspettiva Palestinjana.", "Meta tkellimna miegħu jiena u l-Onor.", "Farrugia, dan wera l-ammirazzjoni għall-pożizzjoni ta' Malta – li dejjem ħadet taħt iż-żewġ partiti – fuq il-Lvant Nofsani fejn ngħidu li Iżrael għandu dritt għas-sigurta` u l-Palestinjani għandhom id- dritt li jkollhom stat sovran tagħhom u għandhom id-dritt għas-self determination.", "Irrid ngħid li kien ta' sodisfazzjon li titkellem ma' bniedem ta' dan il- kalibru li kemm-il darba ltaqa' ma' personaggi ewlenin fil-Lvant Nofsani u għalhekk tana a first hand experience ta' x'inhu għaddej eżattament f'dawn in-naħat.", "Osservazzjoni interessanti li għamel kienet li l-kwartett li ħa sehem fir-road map ma kellu l-ebda pajjiż Għarbi rappreżentat.", "Mhux qed ngħid li għandu jkun hemm jew le, pero` din hi osservazzjoni interessanti li dan għamel b'mod konxju.", "Tkellimna ħafna fuq il-proċess tal-Euro-Mediterrean partnership u tkellimna fuq id-dimensjoni Mediterranja li għandha jkollha l-OSCE ferm aktar minn qatt qabel.", "Jien għamilt intervent fejn għedt li jekk hemm xi ħaġa li Malta, wara l-1 ta' Mejju 2004, trid tikkonsidra u ssegwi b'mod attiv aktar minn qatt qabel, hija li Malta se tkun l-unika pajjiż Mediterranju u newtrali membru ta' l-UE.", "Mill-pajjiżi kollha li se jidħlu fl-UE is-sena d- dieħla, Malta se tkun l-unika pajjiż Mediterranju u newtrali.", "Hemm bżonn li nisfruttaw dan il-punt għax l-istima li Malta tgawdi f'konferenzi bħal dawn hija kbira.", "Fil-fatt, wara l-intervent tiegħi, kien hemm kummenti mill-Iżrael u mill-pajjiżi Għarab diretti lejn l-istand li Malta dejjem ħadet u lejn il-kredibilita` li Malta għandha għax hu pajjiż newtrali u għandu l-aqwa relazzjonijiet kemm ma' Iżrael u kemm mal- Palestina.", "Jien għedt li ma jistax ikun nibgħu nitkellmu fuq il-bżonn tal-paċi u dan jibqa' diskors fl-arja.", "Il-paċi ma tfissirx the absence of war, il-paċi hi xi ħaġa pożittiva.", "Fejn ikun hemm il-paċi jkun hemm il-ġustizzja u l- verita`.", "Kif jista' jkun ikollna paċi mingħajr maħfra.", "Kif nistgħu nibqgħu nissieltu għall-paċi dejjiema u ġusta fil-Lvant Nofsani meta kulħadd ħsiebu biex jgħid li l-ieħor beda u l-ieħor ipprovokah.", "Wara l-udjenza tal-Papa, għedtilhom li inutli mmorru quddiem il-Papa u nċapċpulu tat-tagħlim u x-xogħol li jagħmel jekk fil-ħajja ta' kuljum ma nwettqux it-tagħlim tiegħu.", "Il-Papa kemm-il darba tkellem fuq il-bżonn tal-paċi u xi tfisser il-vera paċi.", "Trid taħfer, trid tibda minn x'imkien, trid tiġġieled għall-ġustizzja u tgħid il-verita`.", "Ma jistax ikun hemm it-tgħawwiġ tal-verita` fil- politika internazzjonali jekk verament irridu nissieltu għall-paċi.", "Niftakar li dan il-kumment b'mod partikolari ntlaqa' tajjeb ħafna.", "L- importanza tar-realiżmu mhux ta' l-ottimiżmu jew il-pessimiżmu.", "Fil- politika internazzjonali, Malta għandha ssegwi politika ta' realiżmu kif dejjem għamlet u li issa trid tagħmel aktar minn qatt qabel wara Mejju 2004.", "Aħna kkundannajna t-terroriżmu, kemm dak individwali, pero` anke dak li hu state sponsored.", "It-terroriżmu m'huwiex biss dak individwali, imma hemm ukoll it-terroriżmu sponsored minn xi stat jew minn xi pajjiż.", "Iż-żewġ tipi ta' terroriżmu huma kundannabbli.", "Ma ninsewx, u semmejtu wkoll għax dejjem niftakar fil-ktieb tiegħu, lil Yitzhak Rabin u dak li kien jgħid, li jrid ikollna the peace of the brave.", "Kif nistgħu naslu biex ikollna dan?", "Qed ngħid dan għax biex ikollna verament the peace of the brave ma nistgħux nibqgħu b'dan il-fataliżmu li għax dawk ilhom jiġġieldu snin, hekk se jibqgħu jagħmlu.", "Dan m'għandux ikun il-ħsieb.", "Kull pajjiż fil-Mediterran għandu doveri importanti imma daqs id-dover li għandha Malta, ma għandu ħadd.", "Malta għandha l-fortuna li għandha relazzjoni mill-aqwa ma' dawk iż-żewġ popli, għandna kredibilita` peress li aħna pajjiż newtrali u allura verament nistgħu, kif darba qalilna l-Papa, nagħmluha ta' bridge builders bejn iż-żewġ naħat.", "Aspett ieħor importanti li ħareġ f'dan il-forum hu l-importanza tal- kummerċ.", "It-trade gap bejn il-pajjiżi t'isfel u l-pajjiżi ta' fuq tal- Mediterran huwa enormi u mhux ta' b'xejn għandna din il-pjaga ta' l- immigrazzjoni illegali li Malta qed issofri ħafna minnha.", "Keeping in mind our population and size, aħna għandna iżjed immigranti illegali, ras imb'ras, mill-ġirien tagħna u anke iżjed minn Ċipru.", "Niftakar li meta tkellimt mal-Ministru Frattini, dan irrikonoxxa li Malta qiegħda verament tbati minħabba dan u li l-Italja tapprezza l-isforzi li Malta qiegħda tagħmel biex tiġġieled din il-pjaga.", "Din qalha pubblikament f'Montecitorio.", "Jiena għedt fid-diskors tiegħi li l-immigrazzjoni illegali mhix problema tal-Mediterran imma hi problema ta' l-Ewropa.", "Huwa importanti li din tiġi indirizzata u ssuġġerejt li l-OCSE ikollha mekkaniżmu permanenti dwar l-immigrazzjoni illegali issa li din il-problema tant kibret li llum saret flaġell.", "Kif taf inti, Sur President, jien issuġġerejt li l-forum Mediterranju li se jsir fl-2005 isir f'Malta.", "Nista' nassigura lill-Kamra li malli jien għamilt din l-istedina, li Malta tospita l-forum parlamentari fuq il- Mediterran ta' l-OSCE ta' l-2005, din intlaqgħet b'mod pożittiv immens, anżi nista' ngħid li ma stennejtx dik ir-reazzjoni tant pożittiva.", "Dan ċertament juri l-istima li pajjiżna jgawdi.", "Dan il-forum parlamentari tant kien suċċess li se jibda jsir kull sena u importanti li nirrikonoxxu li t-trade gap fil-Mediterran hi r-raġuni prinċipali għalfejn għandna l-immigrazzjoni illegali.", "GĦalhekk irridu naraw kif nistgħu jkollna żieda fil-kummerċ bejn il-pajjiżi tal-Mediterran.", "Fil-fatt jien issekondajt rappreżentant tal-Kanada li għamel osservazzjoni storika li fejn il-pajjiżi mxew ekonomikament, dawn imxew anke politikament, u allura dan issuġġerixxa li jitwaqqaf a Mediterrean Economic Council li jkun kunsill simili għal dak tal-European Economic Council.", "Jien mort oltre li ssekondajt din il-proposta u anke ssuġġerejt li l- permanent headquarters ta' dan il-kunsill ikun f'Malta u jekk jiġri dan, ikun verament ta' unur għalina.", "Din l-idea tal-Mediterrean Economic Council hi idea li għandna nidħlu fil-fond fiha għax meta wieħed jara l-istorja ekonomika ta' diversi pajjiżi, per eżempju l-Messiku, malli l-Messiku għamel il-ftehim tan-NAFTA, kif neħħiet ix-xkiel tas-soċjeta` protezzjonista li kellha, il-livell ta' kummerċ tagħha żdied b'mod enormi.", "L-istess ġara fil-pajjiżi bħat-Taiwan, Hong Kong, Thailand, Singapore u Malaysia li sa l-1960 kienu qegħdin wara the seven leading Arab economies u llum l-istorja bil-maqlub!", "Dawn il-pajjiżi llum qabżu the seven leading Arab economies bħala ġid per capita.", "Dan ġara għax dawn fetħu l-ekonomiji tagħhom, kien hemm investiment dirett barrani u l-ġid f'dawk il-pajjiżi sploda.", "Sur President, Malta kkontribwixxiet u kemm il-gvern u kemm l-oppożizzjoni tkellimna b'vuċi waħda.", "Il-proposta ta' Malta li fl-2005 il-forum isir f'Malta intlaqgħet tajjeb ħafna.", "Malta ssekondat l-idea tal-Mediterrean Economic Council u jien issuġġerejt li jkun hemm a permanent mechanism fl- OSCE biex jittratta l-problema ta' l-immigrazzjoni illegali.", "Dan kollu għedtu biex ninforma l-Kamra u nkun accountable sabiex kulħadd ikun jaf x'qed jagħmel pajjiżna f'dawn il-laqgħat.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hi aġġornata għal għada, 11 ta' Novembru fis-6.00 p.m., bl-aġenda kif ikkomunikata mill-viċi Prim Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "MALTACOM - KONTIJIET PENDENTI", "2152.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għat-Teknoloġija ta' l- Informazzjoni u Investiment: Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm familji li qegħdin lura fil-kontijiet tat-telefon, bil-Maltacom kostretta li taqtgħalhom jew tirrestrinġilhom is-servizz?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 1130.", "MALTACOM - KONTIJIET PENDENTI", "2155.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għat-Teknoloġija ta' l- Informazzjoni u Investiment: Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm kumpanniji kummerċjali, għaqdiet u organizzazzjonijiet oħra li ma ħallsux il-kontijiet tat-telefon għal żmien twil u b'hekk ittieħdu jew se jittieħdu passi kontrihom, bħal fil-każ ta' familji li ma jħallsux il-kontijiet għal xi żmien?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 1130.", "AFM – KUSTODJA TA' IMMIGRANTI", "2179.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm nefqet flus l-armata biex iżżomm immigranti klandestini taħt il-kustodja tagħha.", "Minn liema vot jew voti ttieħdu l-flus?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Mill-ewwel ta' Jannar sat-12 ta' Ottubru, 2003 il-forzi armati nefqu Lm135,367 fi spejjeż relatati mal-kustodja ta' immigranti, spejjeż li ttieħdu minn Vot 7.", "IMMIGRANTI ILLEGALI", "2180.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Ministru jgħid kemm daħlu immigranti klandestinament din is-sena?", "Kemm hawn miżmuma?", "Kemm ħarbu u x'qed jiswew lill-pulizija biex jinżammu?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi matul din is-sena waslu Malta 350 immigrant illegali.", "Ġew ripatriati mill-Italja 148 oħra u dawn kollha ntbagħtu lura f`pajjiżhom.", "F'detenzjoni bħalissa hemm 549 persuna, waqt li n-numru totali ta` persuni li mill-2002 kienu f'detenzjoni fid-diversi ċentri jaqbeż l-2,000 ruħ.", "Hemm 39 klandestin li baqgħu ma nstabux wara li ħarbu.", "Kif diġa` kelli l-okkażjoni ngħid fi tweġibiet preċedenti, ma jinżammux kontijiet separati tan-nefqa għall-immigranti illegali.", "ŻWEĠIJIET BEJN L-ISTESS SESS", "2181.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-gvern huwiex beħsiebu jirrikonoxxi żweġijiet bejn l-istess sess meta nissieħbu fl- Unjoni Ewropea?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: M'għandi xejn x'inżid mat-tweġiba mogħtija għall- mistoqsija parlamentari 23089.", "INĊIDENTI TAT-TRAFFIKU", "2182.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Ministru jgħid kemm saru kolliżjonijiet din is-sena?", "Kemm mietu jew weġġgħu persuni f'dawn l-inċidenti?", "Kemm minnhom kienu nisa, kemm kienu tfal u kemm kienu persuni ta' nazzjonalita' barranija?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi n-numru ta` inċidenti tat-traffiku rrapportati lill-pulizija fl-ewwel disa' xhur tas-sena kien ta' 10,474.", "B'riżultat ta' dawn l-inċidenti tilfu ħajjithom 14-il persuna, fosthom erba' nisa.", "Kien hemm ukoll 701 persuna li sofrew feriti, li minnhom 334 huma nisa u 60 tifel u tifla ta` taħt is-16-il sena.", "XIRI TA' PROPRJETA'", "2183.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Ministru jgħid kemm inxtrat proprjeta' minn persuni ta' nazzjonalita' barranija din is-sena?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 1028.", "PSC - KAŻI TA' DIXXIPLINA", "2184.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hemm persuni li bħalissa għandhom każ ta' dixxiplina quddiem il-PSC?", "X'inhu l-allegat ksur u minn liema dipartiment huma?", "Kemm tkeċċew is-sena l-oħra u din is-sena?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Il-każi ta' dixxiplina ġew delegati lill- kapijiet tad-dipartimenti u għalhekk m'għadhomx jgħaddu mill-uffiċċju tiegħi u għaldaqstant nistieden lill-Onor.", "Interpellant biex jindirizza l- ewwel żewġ mistoqsijiet tiegħu lill-ministri konċernati.", "Dwar id-dipartimenti li jaqgħu taħt l-uffiċċju tiegħi, ninsab informat li bħalissa hemm każ wieħed pendenti quddiem il-kummissjoni dwar is-servizz pubbliku.", "L-informazzjoni dwar dan il-każ tinsab f'tabella ''A'' li poġġejt fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni fis-seduta.", "Dwar każi ta' dixxiplina li kienu nbdew taħt ir-regolamenti ta' l-1977, ninsab informat li bħalissa hemm każ pendenti quddiem il-kummissjoni dwar is-servizz pubbliku.", "Tagħrif dwar dan il-każ jinsab f'tabella ''B'' li wkoll poġġejt fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni fis-seduta.", "Dwar kemm tkeċċew uffiċjali mis-servizz pubbliku s-sena l-oħra u din is- sena, ninsab informat li kien hemm ħames uffiċjali li tkeċċew u aktar kmieni fis-seduta poġġejt fuq il-mejda tal-Kamra tabella ''C'' li turi t- tagħrif fuq dawn il-każi.", "MELLIEĦA : IL-BISQRA – PROTEZZJONI TAL-PULIŻIJA", "2431.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Ministru jgħid xi dritt għandhom dawk li qed jagħtu fastidju lil persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li jagħmlu tagħhom post fil-Bisqra, limiti tal-Mellieħa, jgħidu li hu tagħhom u ma jridu lil ħadd jersaq lejn l-inħawi?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 2430.", "PERSUNI JGĦIXU F'RISKJU TA' FAQAR", "2432.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hu meqjus li hu n-numru ta' persuni u familji li jgħixu fil-faqar?", "Kemm irid ikun id-dħul ta' dawn il-persuni biex jitqiesu li qed jgħixu fil-faqar?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab informat li ma teżistix statistika dwar persuni u familji li jgħixu fil-faqar iżda dwar persuni li jgħixu f'riskju ta' faqar, statistika li tinsab fil-pubblikazzjoni ''Structural poverty and social exclusion indicators'', maħruġ mill-uffiċċju nazzjonali ta' l- istatistika f'Diċembru 2002.", "RESIDENTI FI DJAR TA' L-ANZJANI", "2433.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' anzjani li jinsabu f'xi dar ta' l-anzjani tal-gvern?", "X'inhu n-numru ta' anzjani li applikaw biex jidħlu f'xi waħda minn dawn id-djar u qed jistennew li jkun hemm post għalihom?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tabella li turi l-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni fis-seduta.", "MCAST - DROP-OUTS", "2434.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Minn meta beda jopera l-MCAST, jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti li bdew xi kors u ma komplewhx?", "X'tip ta' monitoring qed isir għar-rata u n-natura ta' drop- outs?", "X'passi qed jittieħdu biex ir-rata tonqos?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Membru li minn mindu beda jopera l-MCAST, in-numru ta' studenti li bdew il-kors u ma komplewhx qed jidher hawn taħt:", "| |2001|2002| |Electrical & |21 |26 | |Electronics | | | |Engineering | | | |Building & Const. |63 |54 | |Engineering | | | |Information & |17 |40 | |Communication | | | |Technology | | | |Business & Commerce |57 |48 | |Art & Design |20 |32 | |Maritime |4 |- | |Total |182 |200 |", "Informat li l-monitoring li qed isir għar-rata u n-numru ta' drop-outs huwa li l-istituti jirreġistraw l-attendenza ta' l-istudenti kuljum u din tintbagħat kull xahar lir-reġistratur tal-kulleġġ.", "Mill-attendenza wieħed ikun jista' jara jekk kienx hemm każi ta' assenza fit-tul u/jew riżenji.", "Fejn jindunaw li n-numru ta' studenti jkun qed jonqos b'mod mhux normali, jiġu eżaminati ċ-ċirkostanzi li jkollhom x'jaqsmu mal-kors u tittieħed l- azzjoni xierqa, ngħidu aħna billi l-kors jingħata struttura ġdida.", "Hemm maħsub li fil-futur qarib tiġi introdotta sistema elettronika biex nagħmluha aktar faċli ħalli l-managers jew diretturi ta' l-istituti jkollhom l-informazzjoni meħtieġa f'waqtha.", "Naturalment hemm ħafna raġunijiet differenti li jistgħu jwasslu l-istudent jitlaq mill-kors.", "Hemm każi fejn il-kulleġġ ma jkollu ebda kontroll fuqhom u għalhekk ma jkun jista' jagħmel xejn dwarhom.", "Ngħidu aħna, ġieli l-apprendisti jiġu offruti mpjieg full-time qabel jispiċċaw l-apprendistat.", "Problemi oħra jistgħu jinqalgħu meta studenti jidħlu għal korsijiet li ma jkunux adatti għalihom.", "Infatti żdiedu sostanzjalment in-numru u l- varjeta' ta' korsijiet offruti fil-livelli l-aktar bażiċi.", "Fl-2001 in-numru ta' korsijiet offruti mill-kulleġġ kien ta' 32 waqt li fl- 2003 dan tela' għal 60 u għaldaqstant sar assessment aħjar ta' l- abbiltajiet u l-attitudnijiet ta' l-applikanti għal korsijiet ta' livell bażiku u ġie identifikat u pprovdut is-support meħtieġ.", "Barra minn hekk, qabel saret ir-reġistrazzjoni ngħataw pariri u gwida aktar estensivi permezz ta' taħditiet lill-guidance teachers, lill-istudenti u lill- ġenituri u bil-ħruġ ta' prospectus u course leaflets aktar informattivi u aktar faċli biex jiftehmu minn dawk ta' snin oħra;", "Fil-każ ta' studenti li jiltaqgħu ma' diffikultajiet fil-kors tingħata għajnuna akbar fil-ħiliet bażiċi – jiġifieri tagħlim tal-Malti, Ingliż, Matematika u IT - b'metodi ta' tagħlim u ta' assessment aktar iffokati fuq il-bżonnijiet ta' l-istudenti u bi programmi aktar estensivi ta' żvilupp u taħriġ ta' l-istaff.", "Ftaħna librerija ġdida u żviluppajna learning resource centre biex jgħin lill-istudenti fl-istudji tagħhom u anke introduċejna servizz ta' facilitators għal studenti b'diżabilita' fiżika jew li għandhom bżonn ta' għajnuna speċjali fit-tagħlim.", "Għall-istudenti li jkunu għaddejjin minn problemi personali, is-servizz ta' counselling ġie msaħħaħ u mogħti aktar pubbliċita', bis-servizz tal- kulleġġ jaħdem mill-qrib ma' organizzazzjonijiet li jipprovdu servizzi simili.", "Dawn is-servizzi se jkomplu jiġu mtejba u żviluppati skond ma jitolbu l-ħteġijiet ta' l-istudenti.", "GĦAWDEX – WORKFORCE", "2435.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni jaħdmu f'GĦawdex fix-xahar ta' Awissu 2002 u 2003?", "Kemm kien hemm nies bla xogħol f'GĦawdex fix-xahar ta' Awissu 2002 u 2003?", "Jista' jagħti statistika bl-eta' u kemm minnhom huma rġiel u kemm huma nisa?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li mill-engagement & termination form jirriżulta li f'Awissu 2002 f'Għawdex kien hemm 8,364 persuna jaħdmu full- time, filwaqt li f'Ġunju 2003 kien hemm 8,320 persuna jaħdmu full-time.", "It-tagħrif mitlub poġġejtu fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni fis-seduta.", "GĦARGĦUR – KAŻ TA' HOUSING", "2436.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħidli x'progress sar fuq talba indirizzata lid-dipartiment tal-housing minn familja mill- Għargħur li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jien informat illi l-applikazzjoni qed tiġi kkonsidrata flimkien ma' oħrajn.", "RABAT: TRIQ IL-KULLEĠĠ - BOZZA", "2438.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Teknoloġija ta' l- Informazzjoni u Investiment: Jista' jiġi investigat każ li jirrigwarda bozza f'2, Alley 2, Triq il-Kulleġġ, Rabat fejn minkejja li saru diversi rapporti u twettqu diversi xogħlijiet sabiex tinxtegħel, għadha ma nxtegħlitx?", "Peress li l-anzjani ta' l-isqaq qed isibu inkonvenjent kontinwu, jista' il-Ministru jara li din il-bozza tissewwa' immedjatament?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jien informat li l-manutenzjoni meħtieġa saret fit-30 ta' Ottubru 2003.", "SKEJJEL TAL-GVERN - SAFETY OFFICERS", "2439.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' rapporti li ressqu safety officers fl-iskejjel primarji u sekondarji tal-gvern?", "F'liema skejjel tressqu dawn ir-rapporti?", "Kemm minnhom ġew milqugħa?", "Jista' jgħid jekk sarux xogħlijiet fl-iskejjel?", "Kemm għadhom pendenti?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li l-health and safety teachers fl- iskejjel primarji u sekondarji tal-gvern li minbarra l-lezzjonijiet għandhom l-inkarigu li jippromwovu l-elementi ta' saħħa u sigurta` fl- iskejjel, ressqu 97 talba f'Malta u 13 f'Għawdex.", "Fil-każ ta' Malta, 66 talba ġew mill-primarji u 31 mis-sekondarji.", "Fil-każ ta' Għawdex, 11-il talba ġiet mill-primarji u ġew tnejn mis-sekondarji.", "Informat ukoll li l-problemi indikati jiġu indirizzati fuq direzzjoni tal- perit tad-dipartiment.", "Uħud mix-xogħlijiet saru mis-sezzjoni tal- maintenance tad-diviżjoni, waqt li oħrajn jiġu indirizzati mill- fondazzjoni għall-iskejjel ta' għada.", "Id-divizjoni ta' l-edukazzjoni ssegwi dan il-proċess li hu kontinwu.", "MTARFA BYPASS - DWAL", "2440.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Teknoloġija ta' l- Informazzjoni u Investiment: B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari 1449 u 1450, jista' il-Ministru jipprovdina bl-informazzjoni?", "Jista' jara li din it-talba li qed inressaq f'isem ir-residenti tiġi milqugħa mingħajr aktar telf ta' żmien?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li ma kien hemm ebda tibdil minn meta tajt it-tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari 1450 u 1449 sal-lum.", "MTARFA BYPASS - XOGĦLIJIET", "2441.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jinformana kemm ġew jiswew ix-xogħlijiet li saru s'issa fil-bypass ta' l-Imtarfa?", "Xi tħallas diġa'?", "Kemm għad fadal x'jitħallas?", "Kemm huwa stmat li se jiswew ix-xogħlijiet li fadal isiru?", "Meta bdew ix-xogħlijiet u meta hu maħsub li jiġu ffinalizzati?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant.", "Il-ħlasijiet qed isiru hekk kif kull biċċa xogħol titlesta.", "L-ewwel fażi ta' dan il-proġett bdiet f'Awissu ta' l-1999 u x-xogħol kollu hu maħsub li jitlesta s-sena d-dieħla.", "RABAT - TISWIJA TA' TOROQ", "2442.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid x'ġara mit-talbiet tal-kunsill lokali tar-Rabat sabiex jiġu rranġati toroq tal-lokal?", "Liema huma t- talbiet li tressqu?", "Kemm minnhom ġew milqugħa?", "X'xogħlijiet saru?", "Liema għadhom pendenti u liema ma ġewx milqugħa?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li dan l-aħħar fir-Rabat saru Triq tal- Mużew u Triq Wesgħa tal-Mużew kif ukoll Triq il-Kappella l-Qadima, Triq il- Girna, Triq il-Qastan, N/S in Triq il-Lewż, Triq Patri Tumas u Triq Saverin Bianco fil-Baħrija.", "Sar ukoll ftehim bejn l-awtorita' dwar it-trasport u l-kunsill lokali tar- Rabat sabiex dan jagħmel Triq il-Kulleġġ, Triq Santu Wistin, Triq Doni (il- qadima), Triq San Martin, Triq Emanuele Vitale, Triq il-Mitħna, Triq Bir ir- Riebu, Triq San Katald, Pjazza San Pawl u l-Museum Esplanade minn fondi tiegħu, bil-patt li l-ispejjeż jitħallsu lura mill-awtorita' fuq f'perjodu ta' tliet snin.", "Fil-preżent u flimkien mal-kunsill lokali tar-Rabat, l-awtorita' dwar it- trasport identifikat Triq l-Iskola, Triq ta' Namura u Triq Raddet ir-Roti li ġew inklużi f'programm ta' kostruzzjoni ta' toroq u x-xogħol fihom isir aktar 'il quddiem, dejjem skond liema prioritajiet ikollu quddiemu d- direttorat.", "KORDIN – INMATES JGĦIXU F'POST TAL-GVERN", "2509.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm residenti fil-faċilita' korrettiva ta' Kordin li huma nkwilini rikonoxxuti f'postijiet tal-gvern?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab informat li ebda dipartiment jew entita' li taqa' taħt id-dekasteru tiegħi ma żżomm l-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant.", "KORDIN – APPLIKANTI GĦAL POST TAL-GVERN", "2510.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm residenti fil-faċilita' korrettiva ta' Kordin li għandhom applikazzjoni quddiem id-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali?", "Minn liema lokalita' ġejjin u għal liema lokalita' qed juru preferenza?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "RESIDENT FI DJAR TA' L-ANZJANI", "2511.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk għandux il- ħsieb li l-anzjani li jgħixu fi djar ta' l-anzjani u li fl-istess ħin huma nkwilini rikonoxxuti f'proprjeta' tal-gvern, jeħdilhom il-fond qabel ma jiġu nieqsa?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Dan is-suġġett qiegħed jiġi kkonsidrat.", "RESIDENTI FI DJAR TA' L-ANZJANI", "2512.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm residenti fi djar ta' l-anzjani tal-gvern u tal-privat li huma nkwilini rikonoxxuti ta' postijiet tal-gvern?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab informat li ma tinżammx statistika dwar l- informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant.", "AKKOMODAZZJONI SOĊJALI – INGAĠĠ TA' PERIT", "2513.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk id- dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali għandux perit permanenti jew temporanju jew xi konsulent fuq perizja?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li d-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali qatt ma kellu perit impjegat miegħu.", "AKKOMODAZZJONI SOĊJALI – INGAĠĠ TA' PERIT", "2514.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk id- dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali għandux perit biex jivverifika l- applikanti tad-dipartiment li jgħidu li l-fond fejn joqogħdu huwa substandard jew ikkundannat?", "Min hu l-perit u x'inhi l-paga tiegħu?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari preċedenti.", "LAĦAM TAL-MAJJAL", "2543.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li bejjiegħa tal-laħam qed jitħallew neqsin mill-majjal meta mbagħad il-majjal lokali qed jinbiegħ lil meat processors detenturi ta' liċenzja li jimportaw il-majjal minn barra?", "Possibbli li l-ewwel priorita' tibda tingħata lill-bejjiegħa tal- laħam, aktar issa li qed joqorbu l-festi tal-Milied u ovvjament id-domanda għall-majjal tikber?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tqassim tal- majjal huwa skond arranġament li ilu jiġi segwit għal ħafna snin, fejn il- koperativa tagħti kwota regolari ta' laħam frisk lid-distributuri.", "Din il- kwota ma ġietx imnaqqsa.", "Minbarra s-sors dirett mill-biċċerija, tal- ħwienet jixtru wkoll mingħand il-proċessuri.", "Hija wkoll regola ġenerali li ftit ġimgħat qabel il-festi, il-kwota mill- biċċerija għal tal-ħanut tiżdied b'xi 150 majjal.", "ŻEJTUN - BDIL TA' ARBLU TAD-DAWL", "2544.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għat-Teknoloġija ta' l- Informazzjoni u Investiment: Possibbli li l-Enemalta tieħu passi immedjati biex jinbidel arblu perikoluż li jinsab ħdejn farmhouse - dettalji qed jintbagħtu separatament – peress li qed iżomm bis-saħħa ta' biċċiet tal- ħadid u ta' l-injam li ġew imsammra mir- residenti kemm l-arblu ma jaqax?", "Billi dan l-arblu ilu jiġi rrapportat ħafna u baqgħu ma tteħdux passi, possibbli ssir xi ħaġa qabel ma jaqa' fuq xi ħadd?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "DANGEROUS DRUGS ORDINANCE - EMENDI", "2545.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Intern: B'riferenza għall-intervista tal-Ministru li dehret f'gazzetta tal-Ħadd tat- 2 ta' Novembru 2003, jista' il-Ministru jgħid jekk għandux il-ħsieb li jgħaddi l-emendi maħsuba għad-Dangerous Drugs Ordinance lill-kumitat permanenti għall-affarijiet soċjali qabel jiġu diskussi fi stadju plenarju?", "Ma jaħsibx li in vista tan-nuqqas ta' qbil li kien hemm meta ġew introdotti emendi għal din l-ordinanza fil-leġislatura l-oħra anke b'turija ta' rispett lejn l-oppożizzjoni li dak iż-żmien kienet talbet hekk, l- emendi l-ġodda maħsuba għandhom tabilħaqq jiġu mixtarra sewwa?", "ONOR.", "TONIO BORG: L-aħħar darba li ġiet emendata l-Ordinanza, l- oppożizzjoni kienet oġġezzjonat li titneħħa l-priġunerija bilfors fil-każ ta' pussess ta' droga għall-użu personali fil-mument ta' l-importazzjoni, tant li vvotat kontra b`division fit-Tieni Qari u mhux għaliex l-emenda ma ġietx diskussa fil-kumitat iċċitat mill-Onor.", "Interpellant iżda għal esiġenzi politiċi.", "Minn dakinhar jidher li l-kelliema ta' l-oppożizzjoni biddlu fehmithom dwar tali oppożizzjoni.", "Jekk u meta jsiru l-emendi, wara diskussjoni ma' kumitat diġa` eżistenti li fih jipparteċipaw l-għaqdiet volontarji u l-pulizija, isir proċess ta' konsultazzjoni.", "GĦalkemm m'hemm ebda obbligu li tali emendi jintbagħtu lill-kumitat riferut mill-Onor.", "Interpellant, tittieħed deċiżjoni meta l-emendi jkunu lesti.", "PULIZIJA - KLASSIFIKA TA' REATI", "2546.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Ministru jgħid kemm twettqu reati matul Settembru 2003?", "Jista' jikklassifikahom?", "Jista' jgħid kemm każi ġew solvuti matul l-istess xahar?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi t-tagħrif mitlub fl-ewwel u fit- tieni parti tal-mistoqsija parlamentari huwa kif jidher fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija, ninsab informat illi matul Settembru 2003 kien hemm 516 –il persuna misjuba ħatja ta' reati kriminali.", "PULIZIJA – KLASSIFIKA TA' SERQ", "2547.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Ministru jgħid kemm twettqu serqiet matul Settembru 2003?", "Jista' jikklassifikahom?", "Jista' jgħid kemm każi ġew solvuti matul l- istess xahar?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi l-każi ta' serq li ġew irrapportati lill-pulizija matul Settembru 2003 hu kif jidher fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "Matul l-istess xahar il-pulizija solviet 46 każ.", "PULIZIJA – KLASSIFIKA TA' REATI", "2548.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Ministru jgħid kemm twettqu reati matul Ottubru 2003?", "Jista' jikklassifikahom?", "Jista' jgħid kemm ġew solvuti matul l-istess xahar?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi t-tagħrif mitlub fl-ewwel u fit- tieni parti tal-mistoqsija huwa kif jidher fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija ninsab informat illi matul Ottubru 2003 kien hemm 361 persuna misjuba ħatja ta` reati kriminali.", "PULIZIJA - KLASSIFIKA TA' SERQ", "2549.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Ministru jgħid kemm twettqu serqiet matul Ottubru 2003?", "Jista' jikklassifikahom?", "Jista' jgħid kemm każi ġew solvuti matul l-istess xahar?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi każi ta' serq li ġew irrapportati lill-pulizija matul Ottubru 2003 huwa kif jidher fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "Matul l-istess xahar il-pulizija solviet 44 każ ta' serq.", "PULIZIJA - MEMBRI LI ĦADMU S-SAHRA", "2550.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Ministru jagħti rendikont dettaljat ta' overtime maħdum mill- membri tal-korp tal-pulizija fis-snin 1998, 1999, 2000, 2001, 2002 u sa l- aħħar ta' Ottubru 2003?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi l-ammont ta' overtime li tħallas lill-membri tal-korp tal-pulizija mill-1998 sa Ottubru 2003 huwa kif jidher hawn taħt:", "|1998 |Lm276,954 | |1999 | | | |246,586 | |2000 | | | |259,791 | |2001 | | | |441,157 | |2002 | | | |323,860 | |2003 | | | |369,691 |", "POLITIKA SOĊJALI – IMPJEGATI ON CONTRACT", "2566.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 2468 u jgħid kemm hemm impjegati bil-kuntratt li ma jagħmlux parti mis-segretarjat tal-ministeru, jiġifieri fid-dipartimenti, korporazzjonijiet u aġenziji li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?", "X'inhu xogħolhom?", "X'tip ta' kuntratt definit għandhom?", "Kif ġew magħżula għall- postijiet li qegħdin jokkupaw bħalissa?", "Kemm minnhom għandhom 'il fuq mill- eta' ta' l-irtirar?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.", "OPM - IMPJEGATI ON CONTRACT", "2567.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' il-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2464 u jgħid kemm hemm impjegati bil-kuntratt li ma jagħmlux parti mis-segretarjat tal-ministeru, jiġifieri fid-dipartimenti, korporazzjonijiet u aġenziji li jaqgħu taħt id- dekasteru tiegħu?", "X'inhu xogħolhom?", "X'tip ta' kuntratt definit għandhom?", "Kif ġew magħżula għall-postijiet li qegħdin jokkupaw bħalissa?", "Kemm minnhom għandhom 'il fuq mill-eta' ta' l-irtirar?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra tabella li turi l-informazzjoni mitluba.", "FINANZI U AFFARIJIET EKONOMIĊI - IMPJEGATI ON CONTRACT", "2568.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2466 u jgħid kemm hemm impjegati bil-kuntratt li ma jagħmlux parti mis-segretarjat tal- ministeru, jiġifieri fid-dipartimenti, korporazzjonijiet u aġenziji li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?", "X'inhu xogħolhom?", "X'tip ta' kuntratt definit għandhom?", "Kif ġew magħżula għall-postijiet li qegħdin jokkupaw bħalissa?", "Kemm minnhom għandhom 'il fuq mill-eta' ta' l-irtirar?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "GĦAWDEX - GĦAJNUNA GĦAL ATTIVITA' KULTURALI", "2576.", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid jekk qattx ingħatat għajnuna finanzjarja mid-dipartment tal-kultura biex jittellgħu opri liriċi f'GĦawdex?", "Kemm hu l-ammont li d-dipartiment ta liż-żewġ teatri ta' l-opra fl-aħħar għaxar snin?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Informat li bejn l-1990 u Frar 1998, il-ministeru ta' l-edukazzjoni kien jipprovdi għal żewġ opri kull sena minn kull teatru li jinkludu spejjeż komuni bħal ikel u rqad għal membri kollha ta' l- orkestra, trasport għall-mużiċisti kemm f'Malta kif ukoll f'Għawdex u ħlas tan-noll tal-vapur.", "Fi Frar 1998 kien hemm ftehim ġdid fis-sens li l-gvern ikun lest, li jipprovdi trasport għall-mużiċisti kemm f'Malta kif ukoll f'Għawdex meta possibbli.", "F'kull każ iżda jħallas in-noll tal-vapur għall-imsemmija membri kollha ta' l-orkestra għall-ġranet tar-rappreżentazzjoni ta' l-opri u tad-dress rehearsals, kif ukoll is-servizz ta' l-orkestra nazzjonali komposta mill-elementi kollha tagħha - fil-preżent qegħdin 35 - jingħata b'xejn sa massimu ta' żewġ rappreżentazzjonijiet ta' opri liriċi f'kull wieħed mit-teatri ta' l-opra Astra u Aurora kull sena għal tliet snin.", "Fis-sentejn 2001 u 2002 il-ministeru ta' l-edukazzjoni ta s-somma ta' Lm2,000 lil kull teatru, waqt li għal din is-sena ġiet imwiegħda għajnuna ta' Lm6,000 mill-kunsill għall-kultura u l-arti għall'Otello u l-Barbiere di Seviglia li qed jittellgħu tul dawn il-ġimgħat.", "GOZO CHANNEL NOLL TAL-VAPUR", "2577.", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għat-Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u Investiment: Jista' il-Ministru jgħid kemm kienu n- nollijiet tal-vapuri tal-Gozo Channel għall-passiġġieri u l-karozzi mis- sena 1980 sal-lum?", "Kemm kienu n-nollijiet għall-GĦawdxin, Maltin u barranin?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.", "SERVIZZ TA' INKONTINENZA - TALBIET PENDENTI", "2581.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Minstru jgħid kemm hemm talbiet pendenti għas-servizz ta' inkontinenza?", "Minn liema lokalita' huma?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab informat li hemm erba' talbiet pendenti għas- servizz ta' inkontinenza li daħlu riċentement.", "Tnejn saru mil-lokalita' ta' Birkirkara, waħda mill-Floriana u l-oħra minn Tas-Sliema.", "SOCIAL IMPACT ASSESSMENTS", "2582.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jpoġġi fuq il- mejda tal-Kamra kopja tas-social impact asessments li saru mill-gvern għall- budgets 1999, 2000, 2001, 2002, 2003 u 2004 fir-rigward ta' dawk il- familji li jgħixu bil-minimum wage, bl-għajnuna soċjali, bil-benefiċċju tal- qgħad, pensjoni minima nazzjonali, pensjoni ta' l-invalidita', pensjoni tad- diżabilita' u oħrajn li jaqgħu fil-faxxa t'isfel tas-soċjeta'?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Kif taf l-Onor.", "Interpellant, iż-żieda għall-għoli tal- ħajja mħabbra fil-budget tkun stmata fuq l-indiċi tal-prezzijiet, liema żieda tiġi inkluża mal-minimum wage.", "Din iż-żieda tiġi wkoll riflessa fir-rata ta' benefiċċji mħallsa taħt l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali, skond kif provdut f'artiklu 90A ta' l-istess Att.", "Għal dak li jirrigwarda pensjonijiet imħallsa taħt l-imsemmi Att, minn din is-sena tfassal indiċi ġdid għall-għoli tal-ħajja apposta għall-pensjonanti li jirrifletti l-infiq partikolari ta' din il-kategorija.", "Minn Jannar ta' din is-sena, il-pensjonanti bdew jingħataw iż-żieda kollha li tirriżulta minn dan l-indiċi maħdum speċifikament għalihom u mhux żewġ terzi taż- żieda għall-għoli tal-ħajja, skond l-indiċi ġenerali kif kien isir qabel.", "Minn din is-sena wkoll ittieħdu diversi miżuri oħra biex itejbu l-ħajja ta' dawk li l-aktar għandhom bżonn.", "Fost dawn ġew riveduti t-test tal-mezzi kapitali biex persuna tirċievi l-għajnuna soċjali, l-għajnuna medika u l- pensjoni tal-wens.", "Ġie rivedut ukoll it-test tal-mezzi għal eliġibbilta' għall-għajnuna supplimentari fil-każ ta' koppja miżżewġa, kif ukoll ir-rata tal-ħlas kemm għal koppji miżżewġa kif ukoll għal persuni weħidhom.", "Minn din is-sena wkoll żidna r-rata taċ-children allowance għal min għandu tlett itfal jew aktar.", "Dawn il-miżuri flimkien ma' diversi oħrajn relatati mat- taxxa tad-dħul, ġew implimentati proprju biex jgħinu lil dawk li jaqgħu fil- faxxa t'isfel tas-soċjeta'.", "FAMILJI LI JGĦIXU BIL-MINIMUM WAGE", "2583.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomiċi: Jikkonsidra l-Ministru li familji li jgħixu bil- minimum wage - jiġifieri 2369 skond mistoqsija parlamentari 1896 - huma parti mill-15% taċ-ċittadini Maltin u Għawdxin li qegħdin f'riskju ta' faqar?", "Jikkonsidra li l-1,487 tifel u tifla mill-eta' tat-twelid sat-18- il sena li jgħixu f'familji b'income ta' minimum wage, jagħmlu parti mill- 20% ta' tfal bejn it-twelid u 15-il sena li huma f'riskju ta' faqar, skond l-istatistika mxandra ta' l-NSO?", "ONOR.", "JOHN DALLI: It-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 1896 hi bbażata fuq informazzjoni miġbura mil-labour force survey (LFS) li sar f'Marzu ta' din is-sena.", "L-informazzjoni li kienet ippubblikata fuq riskju ta' faqar hi bbażata fuq il-household budgetary survey (HBS) li sar bejn l- 2000 u l-2001.", "Ta' min jinnota li l-LFS jiġbor fih informazzjoni fuq dħul minn salarji biss waqt li l-HBS jiġbor fih informazzjoni fuq id-dħul kollu regolari tal-familja, inkluż salarji.", "GĦal dawn ir-raġunijiet wieħed ma jistax jagħmel paragun dirett.", "Biex wieħed jara jekk familja hijiex f'riskju ta' faqar irid jara d-dħul kollu regolari tagħha, in-numru ta' nies fil-familja u l-etajiet tagħhom.", "Id-dħul regolari jinkludi salarji wara tnaqqis tat-taxxa u l-bolla, sussidji, dħul minn interessi, dividendi, kirjiet u benefiċċji soċjali – informazzjoni dettaljata ta' kif inħadmet ir-rata ta' nies li huma f'riskju ta' faqar tinsab fil-pubblikazzjoni ''Structural, poverty and social exclusion indicators'', maħruġ mill-uffiċċju nazzjonali ta' l-istatistika fl-2002 - u biex wieħed ikun jista' iqabbel irid jassumi li d-dħul regolari tal-familji baqa' fl-istess livell bħas-sena 2000 u li d-dħul regolari kollu ta' dawn il-familji ġej mill-paga minima tal-kap tal- familja.", "Jekk wieħed jassumi hekk allura jista' jikkonkludi li jekk dawn in-nies jgħixu waħedhom u jaqilgħu l-paga minima, m'humiexf'riskju ta' faqar.", "Familja li tkun magħmula minn żewġ persuni jew iżjed u d-dħul regolari kollu ta' din il-familja jkun ġej mill-paga minima, il-persuni li jagħmlu parti minn din il-familja jkunu viċin jew f'riskju ta' faqar.", "Per eżempju, jekk familja tkun magħmula minn persuna adulta u persuna li għandha inqas minn 14-il sena, dawk in-nies ikunu viċin li jkunu f'riskju ta' faqar.", "Jekk it-tieni persuna jkollha 14-il sena jew aktar, dawk il-persuni jkunu f'riskju ta' faqar.", "Familji li huma magħmula minn iżjed minn żewġ persuni, bid-dħul regolari ġej mill-paga minima tal-kap tal-familja, huma f'riskju ta' faqar.", "Dan li ġie spjegat hawn hu bbażat fuq sistema ta' kalkolazzjoni li tinstab f'pagni 45 sa 47 tal-pubblikazzjoni ''Structural, poverty and social exclusion indicators'' (http://www.nso.gov.mt/NSO%20indicators/NSO%20Structural%20Indicators.pdf)", "L-istess kriterji japplikaw għal dawk l-1,487 tifel u tifla sa 18-il sena li jgħixu f'familji bi qligħ ta' minimum wage.", "ĦADDIEMA BIL-PAGA MINIMA", "2584.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomiċi: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 1896, jista' il-Ministru jispjega u jagħti dettalji u statistika għall-aħħar parti tat-tweġiba tiegħu li tgħid li fil-maġġoranza ta' dawn il-każi, ''dan id-dħul hu ssupplimentat bi dħul ieħor kemm minn xogħol part-time u kemm minn benefiċċji soċjali\"?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li m'għandi xejn x'inżid fuq is-suġġett.", "ĦAL QORMI: WIED IL-KBIR - TINDIF", "2585.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 2297, tista' tgħid meta se jitnaddaf Wied il-Kbir mill-ġebel u terrapien li waqa' fih bil-maltemp tal-15 ta' Settembru, 2003?", "Jista' jinnota l-Ministru li f'partijiet sostanzjali minnu huwa mimli b'mod li jasal sal-livell tat-triq u li dan huwa ta' riskju kbir f'każ ta' maltemp, li jista' anke jikkawża għargħar akbar minn dak li diġa' intlaqtu bih in-nies li joqogħdu fl-area ta' Wied iċ-Ċawsli, De La Cruz Avenue u l-madwar?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li għalkemm xi postijiet f'Wied il-Kbir imtlew bil-materjal, it-taħmil jista' joħloq problemi ta' għargħar aktar 'l isfel fil-wied.", "GĦalhekk l-intervent li huwa meħtieġ li jsir f'dan il-wied ma jistax jitqies bħala tindif ordinarju.", "Fil-fatt ix-xogħol fuq dan il-wied se jsir skond pjan li qed jitħejja u li mistenni jkun finalizzat fi żmien qasir.", "Sadanittant qed isir tindif ordinarju, b'mod speċjali f'tarf il-widien, sabiex l-ilma tax-xita jkun jista' jibqa sejjer ġol-baħar.", "ĦAL QORMI : WIED IS-SEWDA - PUMPING STATION", "2586.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jaf il-Ministru li l-pumping station f'Wied is-Sewda qed terġa' twaddab ilma barra, bil-konsegwenza li l-ilma fi Triq il-Wied u fi Triq il-Blata qed jibqa' għaddej għal ġranet sħaħ?", "X'qed jagħmel jew x'se jagħmel il-gvern biex dan l-inkonvenjent jitneħħa?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant tagħmel il-mistoqsija tagħha lill-ministru konċernat.", "ĦAL QORMI: PONT TA' TRIQ IL-WIED", "2587.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' il-Ministru jgħid x'se jagħmel il-gvern fi Triq il- Wied, Ħal Qormi dwar il-pont iż-żgħir li ttajjar bil-maltemp tal-15 ta' Settembru, 2003?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninsab informat li t-tiswija tal-pont fi Triq il-Wied, Ħal Qormi qed issir mid-direttorat tat-toroq.", "INTERNATIONAL CRIMINAL COURT", "2591.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Fid-dawl tad-dikjarazzjoni riċenti tas-sotto segretarju ta' l-istat John Bolton dwar għajnuna mċaħħda lil dawk il-pajjiżi li jonqsu milli jiggarantixxu immunita` liċ-ċittadini ta' l-Istati Uniti minn prosekuzzjoni quddiem l-international criminal court permezz ta' 'l hekk imsejjaħ article 98, jista' il-Ministru jgħid jekk sarux xi rappreżentazzjonijiet ġodda lill- Gvern Malti minn dak Amerikan?", "Kien hemm xi żviluppi oħra marbutin ma' dan il-każ?", "Fid-dawl tal-pressjoni li allegatament saret mill-Unjoni Ewropea fuq l- acceding countries, jista' il-Ministru jgħid jekk sarux xi rappreżentazzjonijiet lill-Gvern Malti dwar dan il-każ mill-Kummissjoni Ewropea b'tali mod li tista' tiġi influwenzata d-deċiżjoni finali tal-Gvern Malti?", "ONOR.", "JOE BORG: Ir-rappreżentazzjonijiet li saru mill-Gvern Amerikan lill- Gvern Malti rigwardanti l-hekk imsejjah artiklu 98, jiġifieri ftehim bejn iż-żewġ gvernijiet li jiggarantixxi immunita' lil ċittadini Amerikani minn prosekuzzjoni quddiem il-qorti kriminali internazzjonali, huma l-istess bħalma saru ma' gvernijiet oħra madwar id-dinja sa nofs din is-sena.", "Ma saru ebda rappreżentazzjonijiet ġodda minn dakinhar u ma kien hemm l-ebda żviluppi oħra marbuta ma' dan il-każ.", "F'din il-materja, il-Gvern Malti jaderixxi mal-linji gwida ta' l-Unjoni Ewropea u m'hemm l-ebda ħtieġa li ssir xi forma ta' pressjoni biex Malta tonora l-obbligi tagħha internazzjonali f'dan ir-rigward.", "EU – BAN-ON-SPAM DIRECTIVE", "2592.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għat-Teknoloġija ta' l- Informazzjoni u Investiment: Il-Gvern Malti adotta d-direttiva dwar privacy and electronic communications ta' l-Unjoni Ewropea li hija magħrufa bħala l-ban-on-spam directive?", "Għalkemm Malta mhijiex membru ta' l-OECD, ġiet mistiedna sabiex tattendi għall-konferenza ta' Frar 2004 li se tkun qed tiddiskuti l-koperazzjoni multilaterali fil-ġlieda kontra l-użu ta' l-ispam u l-cookies fuq il-web?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Dwar l-ewwel parti tal-mistoqsija, nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi l-mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija, ninforma lill-Onor.", "Interpellant illi s'issa fil-ministeru tiegħi għadha ma wasletx l-istedina għall-konferenza minnu msemmija.", "FREEPORT - INĊIDENT FUQ IL-POST TAX-XOGĦOL", "2599.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid fiex waslet l- investigazzjoni ta' l-occupational health and safety authority dwar l- inċident li persuna - isimha qed jintbagħat separatament - kellha fuq il- post tax-xogħol fil-freeport fl-10 ta' Awissu, 2002 u li fih sofriet diżabilita' permanenti?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab informat li l-awtorita' għas-saħħa u s- sigurta' fuq il-post tax-xogħol investigat il-każ li għamel riferenża għalih l-Onor.", "Interpellant u minn din l-investigazzjoni rriżultaw diverġenzi serji dwar l-inċident bejn kif irrapportat mill-impjegat konċernat u kif irrapportat minn xhieda li raw l-inċident.", "Spezzjoni fuq il-vapur fejn seħħ l-inċident ma wrietx li kien hemm xi negliġenza min-naħa ta' l-operaturi tal-vapur.", "Ninsab informat ukoll li għall-finijiet ta' l-Att dwar l-Awtorita' għas- Saħħa u s-Sigurta' fuq il-Post tax-Xogħol, l-awtorita' tikkonsidra l- investigazzjoni magħluqa.", "PROĊESSAR TAT-TADAM - PREZZ GĦALL-KONSUMATUR", "2600.", "L-ONOR.", "ALFRED SANT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jagħti l-prezz għall-konsumatur ta' prodotti tat-tadam ipproċessat f'Malta għas-snin 1999, 2000, 2001, 2002 u 2003?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li minn informazzjoni miġbura mid-diviżjoni tal-konsumatur u tal-kompetizzjoni dwar market leaders ta' prodotti tat-tadam ipproċessat lokalment, jidher li l- prezzijiet ivarjaw minn ħanut għall-ieħor b'riżultat ta' kompetizzjoni fis- suq.", "Qed tiġi annessa tabella li turi l-varjazzjoni bejn l-irħas u l-ogħla prezz li bih kienu qed jinbiegħu dawn il-prodotti bejn l-1999 u Settembru 2003.", "ĠONNA TAL-BUSKETT - TRAFFIC SIGNS", "2601.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jara li jerġħu jitwaħħlu t-tabelli li juru d-direzzjoni tat-traffiku u l-one-ways fil-ġonna tal-Buskett, peress li dawn tneħħew u qed ikun hemm konfużjoni sħiħa?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Tlabt lill-awtorita' dwar it-trasport biex tinvestiga l- ilment ta' l-Onor.", "Interpellant.", "MARSA - KONT TAT-TELEFON", "2602.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għat-Teknoloġija ta' l- Informazzjoni u Investiment: Jista' il-Ministru jara li anzjan titħassarlu donation li hu jgħid li ma saritx mit-telephone tiegħu - dettalji qed jintbagħtu separatament - peress li kull darba jgħidulu li se titħassar imma dejjem tibqa' tidher mal-kont li jirċievi?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "DJAR - GĦAJNUNA GĦALL-BDIL STRUTTURALI", "2603.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid liema huma dawk id-djar li l-okkupanti/sidien tagħhom jikkwalifikaw għal għajnuna mill- awtorita' tad-djar sabiex jirranġaw jew iwettqu bdil strutturali?", "Meta jridu jkunu nbnew id-djar?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-awtorita' tad-djar tagħti sussidju taħt skema \"Z\" suġġett għall-kondizzjonijiet li l-applikant ikun irid jissodisfa, lis- sidien biex jirranġaw djarhom jekk id-dar tkun inbniet mill-anqas 30 sena qabel id-data ta' l-applikazzjoni għall-irranġar u jekk il-valur tad-dar ma jeċċedix Lm40,000 wara x-xogħol.", "GĦAWDEX : KATTIDRAL TAR-RABAT - PROĠETT", "2604.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jivverifika fejn waslet l-applikazzjoni għall- proġett propost mill-kapitlu tal-parroċċa tal-Kattidral ta' Victoria?", "Jista' jivverifika jekk l-applikazzjoni saretx Malta flok Għawdex għax jitqies bħala major project?", "Jista' jgħid x'wassal biex imbagħad l- applikazzjoni terġa' issir f'Għawdex?", "Jista' jgħid jekk din l- applikazzjoni saretx fid-29 ta' Settembru 2003 (0584/03)?", "Jista' jgħid x'passi se tieħu l-MEPA biex issa tipproċessa l-applikazzjoni?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Jien informat li applikazzjoni PA 584/03 ikkwotata fil-mistoqsija tittratta \"the construction of three basement garages, class- 4 shop, two maisonettes and four flats'', sottomessa fit-3 ta' Frar 2003.", "Il-proposta hija fuq sit fil-Mellieħa.", "Jekk qed jirriferi għall-applikazzjoni PA 5484/03 sottomessa fid-29 ta' Settembru, 2003 ''for the creation of stabilised slopes and car parking\", f'sit ġewwa r-raba' ta' wara s-sur, it-Telgħa tal-Belt Victoria, l-Onor.", "Interpellant għandu jkun jaf li s'issa din l-applikazzjoni għadha mhijiex validata peress li għadu ma ntbagħatx l-originali tal-payment voucher mill- applikant.", "Huwa għalhekk li teknikament jingħad li m'hemmx applikazzjoni u għall- istess raġuni fit-tweġiba għall-mistoqsija 2041 ingħad li għad m'hemmx applikazzjoni.", "QRATI - KAŻI TA' SEPARAZZJONI", "2615.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Ministru jgħid kemm saru separazzjonijiet fl-aħħar sentejn?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi fl-aħħar sentejn kien hemm 78 separazzjoni f`Malta u 66 f`GĦawdex.", "QRATI – KAŻI TA' SEPARAZZJONI", "2616.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Ministru jgħid kemm saru separazzjonijiet fl-aħħar sentejn sempliċement biex il-partijiet jieħdu l-assistenza soċjali?", "ONOR.", "TONIO BORG: M'hemm l-ebda mod kif din l-informazzjoni tiġi miġbura mid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi.", "QRATI – KAŻI TA' SEPARAZZJONI BONARJA", "2617.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Ministru jgħid kemm saru separazzjonijiet bonarji fl-aħħar sentejn?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li fl-aħħar sentejn saru 962 separazzjoni bonarja f`Malta u 34 f`GĦawdex.", "QRATI - DIGRIETI TA' ANNULLAMENT", "2618.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Ministru jgħid kemm saru annullamenti ta' l-istat u tal-knisja fl-aħħar sentejn?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi fl-aħħar sentejn kien hemm 140 annullament ta` l-istat f`Malta u erbgħa f`GĦawdex.", "Ninsab informat ukoll illi t-tagħrif dwar kemm annullamenti tal-knisja mhux disponibbli.", "REĠISTRU PUBBLIKU - TRABI BARRA Ż-ŻWIEĠ", "2619.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Ministru jgħid kemm twieldu tfal barra ż-żwieġ fl-aħħar sentejn?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi fir-reġistru pubbliku ma tinżammx statistika kif mitluba mill-Onor.", "Interpellant, informazzjoni li toħroġ mill-uffiċċju nazzjonali ta' l-istatistika li ma jaqax taħt id-dekasteru tiegħi.", "Madankollu ġejt informat li fl-2001 u fl-2002, in-numru ta' twelid barra ż- żwieġ kien ta' 499 u 569 rispettivament.", "ASSISTENZA SOĊJALI LIL PERSUNI SEPARATI", "2620.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn nies separati li jirċievu l-assistenza soċjali?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi din il- mistoqsija lill-ministru konċernat.", "WIED ŻNUBER - ĦRUĠ TA' DRENAĠĠ", "2625.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jgħid x'passi ħadet - jew qed tieħu - il- Malta Enterprise biex id-drenaġġ mill-fabbriki ta' Ħal Far ma jibqax jiskula ġo Wied Żnuber, meta sa nhar il-Ħadd 2 ta' Novembru, 2003 kien hemm id-drenaġġ nieżel għal ġol-wied?", "Taf il-Malta Enterprise li dan id-drenaġġ mill-fabbriki qed jagħmel ħsara kbira f'dan il-wied u fost affarijiet oħra qatel siġar li kienu ilhom hemm snin twal?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-MDC ħadet il-passi kollha meħtieġa sabiex ix-xogħlijiet neċessarji biex tissolva l-problema tad-drenaġġ isiru mid-dipartiment konċernat.", "EDUKAZZJONI - IMPJEGATI ON CONTRACT", "2626.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 2474 u jgħid kemm hemm impjegati bil-kuntratt li ma jagħmlux parti mis-segretarjat tal-ministeru, jiġiferi fid-dipartimenti, korporazzjonijiet u aġenziji li jaqgħu taħt id- dekasteru tiegħu?", "X'inhu xogħolhom?", "X'tip ta' kuntratt definit għandhom?", "Kif ġew magħżula għall-postijiet li qegħdin jokkupaw bħalissa?", "Kemm minnhom għandhom 'il fuq mill-eta' ta' l-irtirar?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: F'dan l-istadju m'għandi xejn x'inżid mat-tweġiba tat-3 ta' Novembru, 2003 għall-mistoqsija 2474.", "ĦAL FAR – STREET LIGHTING", "2629.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Teknoloġija ta' l- Informazzjoni u Investiment: Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l- bozoz li twaħħlu fejn hemm il-fabbrika Dowty ġewwa Ħal Far, għadhom sal- lum ma jixegħlux?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Il-bozoz li qed issir riferenza għalihom ma jaqgħux taħt ir-responsabbilta' ta' l-Enemalta iżda taħt ir-responsabbilta' tal-Malta Enterprise.", "Għalhekk nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "WIED ŻNUBER – ĦRUĠ TA' DRENAĠĠ", "2630.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jgħid x'kumpens se tagħti l-Malta Enterprise lil bidwi full-time - għandi d-dettalji tiegħu - li saritlu ħsara kbira fl- għelieqi li għandu Wied Żnuber, Ħal Far minħabba drenaġġ li tħalla jiġri ġol-wied?", "Minħabba li dan id-drenaġġ waqqa' ħitan, ikkontamina ġibjun u għamilha impossibbli li dan il-bidwi jkompli jaħdem l-għelieqi, tista' il-Malta Enterprise tinvestiga dan l-ilment u tara x'kumpens jista' jingħata lil dan il-bidwi?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-MDC qatt ma ġiet informata b'dan il-każ.", "ĦAL FAR - PUMP ROOMS TAD-DRENAĠĠ", "2631.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomiċi: Tista' il-Malta Enterprise tagħlaq l-aċċess għall-pump rooms tad- drenaġġ li hemm ħdejn il-fabbriki f'Ħal Far li llum huma mkissra u abbandunati u qed jintużaw għall-abbuż tad-droga?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-MDC qiegħda tara x'passi tista' tieħu f'dan ir-rigward.", "ĦAL FAR - ĠIBJUNI", "2632.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomiċi: Possibbli l-Malta Enterprise taċċerta li dawk il-ġibjuni kbar mikxufa li huma mimlijin bid-drenaġġ jew ilma maħmuġ f'Ħal Far, ma jkunux ta' periklu għan-nies minħabba li huma mikxufa u aċċessibbli anke għal tfal li jinzertaw fl-inħawi?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-MDC qiegħda tara x'passi tista' tieħu f'dan ir-rigward.", "HERITAGE MALTA - ĦADDIEMA GĦAWDXIN", "2634.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid jekk il-ħaddiema Għawdxin li hemm ma' Heritage Malta għandhomx xi kondizzjonijiet partikolari għalihom?", "Fiex jikkonsistu?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Jekk l-Onor.", "Membru qed tirriferi għall-ħaddiema Għawdxin li jaħdmu Malta ma' Heritage Malta, jien informat li dawn il- ħaddiema Għawdxin bħalissa għandhom l-istess kondizzjonijiet bħal ħaddiema oħra tas-servizz pubbliku.", "Fl-aħħar ta' Ottubru, ħaddiema Għawdxin li kienu jaħdmu ġo Għawdex stess mal-ministeru għal Għawdex ġew detailed għal ma' Heritage Malta u mhux maħsub li jkollhom xi kondizzjonijiet differenti minn dawk ta' ħaddiema Maltin.", "GOZO CHANNEL - UFFIĊINI", "2635.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għat-Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u Investiment: Jista' il-Ministru jgħid għal liema raġuni l- uffiċini minn fejn topera l-Gozo Channel qegħdin Malta?", "Jista' jgħid jekk hemmx ħsieb li dawn l-uffiċini jiġu ttrasferiti lejn Għawdex?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-uffiċċju prinċipali tal-Gozo Channel ilu għal snin twal ġewwa Sa Maison, għalkemm għandha uffiċċju anke ġewwa ċ-Ċirkewwa fejn ikun hemm xi uffiċjali għolja oħrajn.", "Il-ħsieb huwa li meta t-terminal taċ-Ċirkewwa ikun lest, il-kumpannija tittrasferixxi l-uffiċini hemmhekk.", "Għawdex jibqa' biss l-uffiċċju tad-duty manager.", "MEPA – PROĊEDURA F'KAŻ TA' RIFJUT", "2636.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid jekk applikazzjoni għal fond kummerċjali rifjutata mill-istadji kollha tal-MEPA, tistax issir mill-ġdid mingħajr ebda tibdil fl-applikazzjoni oriġinali?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Ninsab informat li l-Att dwar l-Ippjanar ta' l- Iżvilupp ma jeskludix li ssir applikazzjoni simili għal oħra li tkun ġiet rifjutata.", "Jingħatax permess jew le hija konsiderazzjoni oħra.", "CHILDREN ALLOWANCE", "2637.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jara li ċerta persuna tirċievi l-ħlas taċ-children allowance - dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament – peress li l-aħħar żewġ ħlasijiet ma rċevithomx?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi lill- persuna indikata fl-uffiċċju distrettwali tad-dipartiment tas-sigurta' soċjali.", "SPTAR SAN LUQA - LIFT", "2638.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' il- Ministru jgħid meta se jitlesta l-lift li hemm żarmat fl-ENT outpatients li kien imwiegħed li jkun lest fit-3 ta' Ġunju 2003?", "Jista' jgħidilna x'ġara?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Informat li container bl-ispare parts għal-lift kellu jasal fl-1 ta' Novembru 2003 iżda għal xi raġuni mhux magħrufa se jasal tard.", "Għaldaqstant għandha ssir laqgħa mal-fornitur għal aktar tagħrif.", "ETC - COMPUTER COURSE", "2639.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid x'jiġri jekk student li jkun irid jibda l-NCC course ma jsibx sponsor?", "Kif tista' tgħin l-ETC f'każi bħal dawn?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-kors tal-national computer centre jaqa' taħt it-traineeship scheme.", "Parteċipanti f'din l-iskema jattendu għal taħriġ teoretiku fi stabiliment ta' taħriġ vokazzjonali u taħriġ prattiku ma' employer fejn huma jipprattikaw u jakkwistaw ħiliet prattiċi relatati mal-kors.", "GĦaldaqstant jekk persuna ma jkollhiex employer ma tkunx tista' tipparteċipa bi sħiħ fil-programm u ma titħalliex tipparteċipa fl-iskema.", "Min-naħa tagħha, l-ETC tgħin lil dawk kollha li japplikaw biex issibilhom impjieg billi tirriferi d-dettalji ta' l-applikanti lil employers interessati, b'dawn ta' l-aħħar jagħżlu lil min jixtiequ huma.", "GOZO FERRIES - SELF MILL-BANEK", "2641.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għat-Teknoloġija ta' l- Informazzjoni u Investiment: B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari 2315 u 2376, jista' il-Ministru jgħid kemm hu s-self li l-Gozo Ferries għandha ma' l-HSBC, mal-Bank of Valletta jew ma' xi bank ieħor lokali u barrani?", "Kemm kien l-istess self fl-2001, fl-2002 u fl-2003?", "Kemm tħallsu interessi fl-2001, fl-2002 u fl-2003?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.", "MALTA SHIPYARDS - MEMORANDUM AND ARTICLES", "2642.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għat-Teknoloġija ta' l- Informazzjoni u Investiment: Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal- Kamra l-memorandum and articles tal-kumpanniji Malta Shipyards Ltd u Industrial Projects & Services Ltd?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-memorandum and articles tal-kumpanniji Malta Shipyards Ltd u Industrial Projects and Services ltd.", "MALTA DRYDOCKS – FARMING-OUT", "2643.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għat-Teknoloġija ta' l- Informazzjoni u Investiment: Jista' il-Ministru jagħti dettalji tal-farming- out li sar mit-tarzna matul l-2002 u l-2003?", "Kemm iffrankat it-tarzna bil- farming-out?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ma sar l-ebda farming-out ta' xogħol mit-tarzna.", "It- tarzna minn dejjem irrikorriet għal subcontracting meta kien hemm il-ħtieġa kummerċjali li tagħmel hekk u bi ftehim mas-sidien tal-vapuri.", "MALTA SHIPYARDS – BUSINESS PLAN", "2645.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għat-Teknoloġija ta' l- Informazzjoni u Investiment: Jista' il-Ministru jagħti dettalji dwar ir- rati u l-kondizzjonijiet ta' kiri ta' l-assi tat-tarzna?", "Jista' iqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra business plan tax-shipyards illum ġestiti minn kumpanniji ġodda mwaqqfa mill-gvern?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninforma lill-Onor.", "Interpallant li risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "MALTA SHIPYARDS – MARKETING", "2646.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għat-Teknoloġija ta' l- Informazzjoni u Investiment: Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx pjan ġdid għall-marketing konsegwenzjali għall-ftehim iffirmat riċentement għar- ristrutturar tat-tarznari?", "Dan il-pjan jinkludi niche market?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Il-pjani tal-marketing inkluż dawk ta' niche marketing, ma nbidlux minn dawk oriġinali.", "FABBRIKI - TRAINING GRANTS", "2647.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid liema fabbriki għadhom qed jistennew li jingħataw training grants għas-sena 2001?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-kumpanniji li għadhom qed jistennew li jingħataw training grants għas-sena 2001 huma kif jidhru hawn taħt:", "Academy Furniture Mfg.", "Ltd.", "Allchem Ltd.", "Bandulet Dental Ltd.", "Boat Equipment Ltd.", "Borg Cold Stores Ltd.", "Bortex Clothing Ltd.", "Buttner Ltd.", "Buxom Poultry Ltd.", "Calibre Industries Ltd.", "Carefree Furniture Co. Ltd.", "Carlo Gavazzi Ltd.", "Chef Choice Ltd.", "Consolidated Biscuits Co. Ltd.", "Crimsonwing (M) Ltd.", "De La Rue Currency Ltd.", "Dedicated Micros (Malta) Ltd.", "Denim Sportswear Ltd.", "Elepac Ltd.", "Emmanuel Delicata Winemaker Ltd.", "Fitzwright Europe (Malta) Ltd.", "Germal Clothing Ltd.", "Heirloom Ltd.", "Hetronic (M) Ltd.", "JB Plastics Ltd.", "Jolly Ltd.", "Lasercomb Ltd.", "Lloyd Shoe Mfg.", "Co. (Gozo) Ltd.", "Lloyd Shoe Mfg.", "Co. (Malta) Ltd.", "Magro Bros (Foods) Ltd.", "MCL Components Ltd.", "Medical Disposables Mfg.", "Ltd.", "Mediterranean Aviation Co. Ltd.", "Metalfit Industrial Ltd.", "Metalform (M) Ltd.", "Methode Electronics (M) Ltd.", "MGC Electronics Ltd.", "Miss Ella Ltd.", "Motherwell Bridge (M) Ltd.", "MP Clothing Ltd.", "MSC (Malta) Ltd.", "Pamargan Products Ltd.", "Perfect Screen Printers Playmobil Malta Ltd.", "Prominent Fluid Controls Ltd.", "Raesch Quarzglas (Malta) Ltd.", "Sandpiper Ltd.", "Seifert Electronics (Malta) Ltd.", "Shireburn Co. Ltd.", "S.M.W. Cortis Ltd.", "The Chair Co. Ltd.", "Toly Products Ltd.", "Topserv Ltd.", "UDC Euro Ltd.", "Underwear Ltd.", "UWT International Ltd.", "Vernon Foods Mfg. & Trading Ltd.", "VF (Malta) Ltd.", "WET Automotive Systems (Malta) Ltd.", "Windmill Aluminium Ltd.", "Windsor Co. Ltd.", "Woodline Ltd.", "MCAST - FOUNDATION CERTIFICATE IN BUSINESS", "2648.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 2482, ninforma lill-Ministru li kont qed nirriferi għall-MCAST?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li skond il-prospectus 2003-2004, fl-MCAST hemm il-kors foundation certificate in business.", "Filwaqt li kulmin spiċċa l- iskola obbligatorja jista' japplika biex jidħol f'dan il-kors, l-istitut f'dan l-istadju ta' żvilupp għandu ċerti limitazzjonijiet.", "Infatti ġejt informat li għad hemm 30 student fil-waiting list biex jidħlu fil-kors.", "SERVIZZ PUBBLIKU - TRANSFERS", "2649.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Prim Ministru: Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 2426 u jgħid kemm saru transfers mill-ewwel tas-sena 2002 sal-lum fid-dipartimenti kollha tal- gvern?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jien informat li n-numru ta' trasferimenti bejn ministeru u ieħor kif approvati mill-MPO mill-ewwel tas-sena 2002 sas-27 ta' Ottubru, 2003 huwa ta' 535.", "Trasferimenti bejn dipartiment u ieħor fid- dekasteru tiegħi fl-istess żmien kienu 57.", "Dwar it-trasferimenti interni f'ministeri oħra, nitlob lill-Onor.", "Interpellant jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-ministri responsabbli peress li dawn it-trasferiment jiġu approvati mis-segretarji permanenti tal-ministeri rispettivi.", "LIĊENZJI TAN-NEGOZJU", "2650.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' il- Ministru jgħid x'tip ta' permessi u kunsens jeħtieġu dawk li jkunu se jiftħu ħwienet tax-xorb u ta' l-ikel?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li applikazzjonijiet lill- awtorita` tat-turiżmu għal liċenzji tal-catering ikollhom bżonn dawn il- permessi:", "Permess mill-awtorita ta' l-ambjent u ippjanar li jiċċertifika li l-post jista' jintuża għall- catering;", "Permess mir-resources authority dwar id-drenaġġ;", "Ċertifikazzjoni mid-dipartiment tas-saħħa li l-post jikkonforma mar- regolamenti tas-saħħa u l-iġene; u", "Meta l-applikant ma jkunx hu l-proprjetarju jkollu bżonn il-kunsens tal- propjetarju.", "GĦAWDEX - TRIBUNAL LOKALI", "2656.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Ministru jgħid mit-twaqqif tat-tribunali lokali kemm kien hemm seduti tat-tribunal f'Għawdex?", "Kemm kien hemm każi f'kull seduta?", "Kemm kienu dawk li kkontestaw l-akkuża f'kull seduta?", "Kemm kien hemm liberati?", "Kemm kien hemm multi mħallsa minn qabel?", "Kemm kien hemm li ġew ikkundannati u wara nstabu li kienu tħallsu?", "Kemm kien hemm irċevuti manwali?", "X'inhi r- raġuni li nħarġu r-riċevuti manwali meta s-sistema hija waħda state of the art?", "Tinżamm statistika dwar gwardjani lokali li jiġu mħarrka iżda ma jixhdux għax l-imputat ma jkunx deher?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi ma tinżammx statistika tat-tagħrif hekk dettaljat kif mitlub mill-Onor.", "Interpellant.", "Biex jinġabar dan it- tagħrif jenħtieġ ħafna żmien u riżorsi u ma jidhirlix li l-użu ta' dan il- ħin u riżorsi biex jinġabar dan it-tagħrif hu ġustifikat.", "DIRETTUR TA' L-ORKESTRA NAZZJONALI", "2657.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura: Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja ta' l-abbozz tal- kuntratt li se jingħata l-musical director ta' l-orkestra nazzjonali?", "Jista' ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja taċ-ċertifikati u l-kwalifiki tal-persuna li ntgħażlet?", "Kemm se jingħata salarju dan il-musical director?", "Minn min se jitħallas?", "Ma' min saru n-negozjati?", "Jikkonferma li ma ħarġetx call for applications?", "X'inhi r-raġuni?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ma naħsibx li jkun korrett li l-kuntratt imsemmi jitpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra ġaladarba għadu ma ġiex finalizzat.", "Li nista' ngħid huwa illi d-direttur identifikat huwa Mro.", "Michael Laus li ma naħsibx li hemm għalfejn noqogħdu niddiskutu l-kompetenza mużikali tiegħu.", "Ma nsib l-ebda oġġezzjoni li meta l-kuntratt ikun konkluż, dan jitpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "B'KARA: FLEUR-DE-LYS – LAQGĦA TAL-KUMITAT", "2658.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern: Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-minuti tal-laqgħa tat-18 ta' Diċembru 2002 tal-kumitat tal-hamlet ta' Fleur-de-Lys, fil-kunsill lokali ta' Birkirkara, għadhom mhux iffirmati kif titlob il-liġi?", "ONOR.", "TONIO BORG: Bħalma jaf l-Onor.", "Interpellant, il-kunsilli lokali huma korpi statutorji ta' gvern lokali b'personalita` legali distinta u għaldaqstant nissuġġerixxi lill-Onor.", "Membru biex jirriferi l-mistoqsija tiegħu lill-kunsill lokali konċernat.", "FLORIANA LOCAL COUNCIL – QUOTATIONS", "2659.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li d-dipartiment tal-kunsilli lokali għadu ma weġibx l-ittri li bagħtu l-kunsillieri Mary Dimech u John Mary Brincat tal-kunsilli lokali tal-Floriana rigward quotations ta' bozoz u materjal ieħor?", "Jaf li ntbagħtu diġa' tliet ittri li baqgħu mhux imwieġba u li l-ewwel ittra ntbagħtet fit-28 ta' Jannar 2003?", "Jaf li l- kunsill qed jistenna deċiżjoni u li l-proġett partikolari jinsab wieqaf?", "ONOR.", "TONIO BORG: Jien informat li d-dipartiment għadu kemm irrisponda l- ittra tal-kunsillieri Mary Dimech u John Mary Brincat, fejn ingħatat il- fehma tad-dipartiment dwar is-suġġett.", "KANDIDATI GĦALL- ELEZZJONIJIET LOKALI", "2674.", "L-ONOR.", "CLYDE PULI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' il-Prim Ministru jgħid f'għaxar snin ta' kunsilli lokali, jiġifieri mill-1993 sal- lum, kemm-il persuna ikkontestat l-elezzjonijiet lokali?", "Jista' jingħata rendikont ta' kemm minn dawn kienu nisa, kemm kienu rġiel, kemm kienu żgħażagħ u kemm kienu anzjani?", "Kemm-il persuna kkontestat aktar minn darba?", "Jista' jagħti rendikont lokal b'lokal?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: L-informazzjoni qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "KANDIDATI GĦALL-ELEZZJONIJIET LOKALI", "2675.", "L-ONOR.", "CLYDE PULI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' il-Prim Ministru jgħid, f'għaxar snin ta' kunsilli lokali, jiġifieri mill-1993 sal- lum, kemm-il persuna kkontestat iktar minn lokalita' waħda, anke jekk fi snin differenti?", "Jista' iżid ukoll kemm-il persuna rnexxielha tiġi eletta f'aktar minn kunsill wieħed?", "Jista' jgħid min kienu dawn il-persuni u minn liema lokalitajiet kienu ġejjin?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: L-informazzjoni qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "ĦADDIEMA TAL-PBS", "2676.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għat-Teknoloġija ta' l- Informazzjoni u Investiment: Jista' il-Ministru jgħid x'inhi l-eta' medja tal-ħaddiema tal-PBS?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-eta` medja tal-ħaddiema tal-PBS hija ta' 47 sena.", "MALTA DRYDOCKS - SUSSIDJU", "2677.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għat-Teknoloġija ta' l- Informazzjoni u Investiment: Jista' il-Ministru jgħid kemm ingħatat sussidju t-tarzna mill-1987 'il hawn?", "Jista' jgħid ukoll kemm sar telf fl- istess perjodu?", "Jista' jgħid kemm kien id-dejn fl-istess perjodu?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "MALTA SHIPBUILDING - SUSSIDJU", "2678.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għat-Teknoloġija ta' l- Informazzjoni u Investiment: Jista' il-Ministru jgħid kemm ingħata sussidju lill-MSCL mill-1987 'il hawn?", "Jista' jgħid ukoll kemm sar telf fl-istess perjodu?", "Jista' jgħid kemm kien id-dejn fl-istess perjodu?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Risposta tingħata f'xi seduta oħra."]} {"filename": "20061025_443d_par.doc", "date": "2006-10-25", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Uffiċjali u Rivedut) L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 443 L-Erbgħa, 25 ta' Ottubru 2006 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 443", "L-Erbgħa, 25 ta' Ottubru 2006", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.02 p.m.", "Talba", "Seduta Nru. 443", "L-Erbgħa, 25 ta' Ottubru 2006", "WERREJ", "MINUTI 70", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 70", "TQEGĦID TA' KARTI 76", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA 77", "MOZZJONI BIEX IL-KAMRA TMUR F'KUMITAT TA' PROVVISTA", "GĦALL-KONSIDERAZZJONI TA' L-ESTIMI ĠENERALI TA' SPIŻA GĦAS-SENA 2007", "(L-EWWEL JUM IMĦOLLI KOLLU GĦALL-OPPOŻIZZJONI) 77", "AĠĠORNAMENT 98", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 98", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 442 li saret fit-24 ta' Ottubru, 2006 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "PERSUNI FUQ IR-RELIEF", "20677.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Chris Cardona) staqsa lill- Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid kemm hawn persuni fuq ir-relief illum?", "Kemm minnhom huma nisa, irġiel, single u miżżewġa?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA (Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali): It- tagħrif mitlub hu kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal- Kamra.", "CHILDREN ALLOWANCE", "20678.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Chris Cardona) staqsa lill- Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Kemm-il familja ilha tieħu ċ- children allowance kull sena għal dawn l-aħħar għaxar snin?", "Kemm ħareġ il- gvern kull sena?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: It-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant hu kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.", "Riċentament ġie aġġornat il-programm li permezz tiegħu tinġabar l-istatistika dwar in-numru ta' benefiċjarji ta' l-allowance tat-tfal.", "Dan il-programm issa jinkludi kull benefiċjarju li jirċievi l-allowance għal xi perjodu matul is-sena kalendarja ndikata.", "ETC", "20679.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Chris Cardona) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Kemm persuni nqatgħu minn fuq l-ewwel parti tar-reġistru għax-xogħol kull xahar din is-sena u għaliex inqatgħu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi): Se npoġġi fuq il-mejda tal-Kamra tabella li turi kemm persuni nqatgħu minn fuq l-ewwel u t-tieni parti tar-reġistru tal-qgħad kull xahar din is-sena u r- raġuni għala nqatgħu.", "RESIDENT PERMIT", "20680.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Chris Cardona) staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Kemm hawn persuni barranin li għandhom resident permit illum?", "Kemm minnhom ġejjin minn pajjiżi ta' l- Unjoni Ewropea jew pajjiżi applikanti?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern): Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għal mistoqsija parlamentari 20539.", "BARRANIN RESIDENTI F'MALTA", "20681.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Chris Cardona) staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Kemm hawn barranin jgħixu Malta llum u mil-liema pajjiżi ġejjin?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern): Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għal mistoqsija parlamentari 20540.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Fir-risposta li qed jirriferi għaliha l-Ministru ġew inklużi wkoll l-immigranti illegali li jinsabu Malta?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: M'għandix it-tweġiba quddiemi pero' fil-fehma tiegħi, meta wieħed jirriferi għan-numru ta' barranin li qegħdin jgħixu f'Malta ikun qed jalludi għal dawk li għandhom il-permessi relattivi tar-residenza bil-permessi tax-xogħol li jkunu nħarġu, kif ukoll iċ-ċittadini ta' l- Unjoni Ewropea.", "Ma jidhirlix illi fil-kwadru ta' barranin li qed jgħixu f'Malta jidħlu dawk li jkunu daħlu f'Malta illegalment, pero' biex inkun ċert irrid nara t-tweġiba li ngħatat dakinhar.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sur President, dan l-aħħar skoprejt li f'pajjiżna hawn numru ta' immigranti illegali li għandhom l-ID card u għandhom ukoll il- permess biex jaħdmu.", "Għalhekk xtaqt inkun naf jekk dawn humiex inklużi f'din il-lista.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Kif nafu, il-gvern adotta politika dwar l-immigranti illegali li hija maqsuma bejn dawk li jkunu f'ċentri ta' detenzjoni u dawk li jkunu fl-open centres.", "Għal raġunijiet evidenti dawk li qegħdin fl-open centres ikollhom mezzi ta' identifikazzjoni minħabba l-fatt li jista' jinqalgħalhom xi ħaġa meta jkunu barra.", "Anke persuni ta' nisel barrani li ma jkunux ċittadini Maltin, wara ċertu ammont ta' żmien tinħarġilhom il- karta ta' identita' għall-fini ta' identita' biss mhux għal finijiet l-oħra li għandhom ċittadini Maltin.", "XIRI TA' PROPRJETA' MINN BARRANIN", "20682.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Chris Cardona) staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Kemm inxtrat proprjeta' minn persuni barranin is-sena l-oħra u din is-sena f'Malta?", "Minn liema pajjiżi ġew?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li n-numru ta' permessi li ħarġu taħt l- Att dwar Akkwist ta' Proprjeta' Minn Persuni Mhux Residenti (Kap 246), kien ta' 381 matul l-2005, kif jidher fit-tabella \"A\" li hawn annessa u ta' 254 matul l-2006 (sal-31 ta' Awissu) kif jidher fit-tabella \"B\" li hawn annessa.", "F'kull każ in-numru globali ta' persuni hu aktar għax proprjeta' waħda tkun inxtrat minn koppja u mhux minn persuna waħda.", "Ma jfissirx li kuntratti tal-permessi li ħarġu jkunu ġew konklużi.", "PERSUNI BOARDED OUT - PENSJONI", "20938.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Adrain Vassallo) staqsa lill- Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Kemm hu l-ammont ta' pensjoni li qed tingħata lil persuni li huma boarded out illum?", "Kif tikkompara dan ma dik li qed tingħata lil single mothers u l-unemployed?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA (Ministru għall-Familja u Solidarjeta` Soċjali: Ir- rata sħiħa ta' pensjoni minima nazzjonali għall-invalidita' hi ta' Lm41.91 fil-ġimgħa għal persuna weħidha u ta' Lm48.46 fil-ġimgħa għal koppja miżżewġa.", "Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija, tajjeb jiġi ċċarat li l-ħlas ta' pensjoni għall-invalidita' jiddependi mill-kontribuzzjonijiet tas-sigurta soċjali li persuna tkun ħallset, filwaqt li r-rati ta' għajnuna soċjali mħallsa lis-single mothers u l-għajnuna soċjali għad-disimpjieg jiddependu mit-test tal-mezzi tal-familja kif ukoll minn numru ta' membri f'dik il- familja.", "Barra minn dan, persuna li tkun qed tirċievi l-għajnuna soċjali, kemm bħala single mother u kemm bħala diżimpjegata, tista' tibbenefika awtomatikament għal benefiċċji mhux kontributorji oħra li ma jitħallsux awtomatikament mal-pensjoni għall-invalidita'.", "Peress li l-pensjoni għall-invalidita' u l-għajnuna soċjali lis-single mothers jew għad-disimpjieg jitħallsu abbażi ta' kriterji u skemi differenti, waħda kontributorja u l-oħra mhux kontributorja, ma nħossx li wieħed jista' jikkompara l-benefiċċji mħallsa taħt iż-żewġ skemi oġġettivament.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mario Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Ftit tal-ġranet ilu kien hemm reazzjoni mill-kunsill lokali taż-Żejtun minħabba l-fatt li l-proposta tagħhom biex jinfetaħ childcare centre f'dik il-lokalita' ma ġietx ikkonsidrata biżżejjed jew ġiet maqbuża.", "Il-Ministru għandha aktar informazzjoni dwar dan?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Naf li l-kunsill lokali taż-Żejtun ħareġ stqarrija fejn qal li nqabeż fi proġetti ta' childcare centres bejn il-gvern u l- kunsilli lokali.", "Il-verita' hi li m'hemm l-ebda lista ta' proġetti ta' dan it-tip.", "L-unika ħaġa li hemm hi - naħseb li l-Onor.", "Interpellant huwa aware dwarha - li fil-budget intqal ukoll li s-sena d-dieħla f'Birkirkara se jinfetaħ childcare centre b'inizjattiva bejn il-gvern ċentrali u l- kunsill lokali.", "Naħseb li din kienet ir-raġuni għaliex il-kunsill lokali taż-Żejtun ħass li kellu joħroġ din l-istqarrija.", "Pero' irrid niċċara hawnhekk li l-konklużjonijiet biex f'Birkirkara jinfetaħ childcare centre saru wara li t-trattattivi mal-kunsill lokali ta' din il-lokalita' kienu ilhom għaddejjin għal numru ta' snin mhux ħażin.", "Nerġa' nirrepeti li l-gvern beħsiebu jagħmel bosta inizjattivi flimkien mal- kunsilli lokali fejn jidħlu childcare centres, pero' dan ma jfissirx li kull kunsill lokali li javviċina lill-ministeru tiegħi bi proposta għandu jaħseb li qiegħed x'imkien f'xi queue.", "M'hemmx lista.", "Attwalment irridu nħarsu lejn l-istrateġija ta' fejn irridu niftħu childcare centres u nippruvaw inqassmuhom madwar Malta u Għawdex skond il-ħteġijiet tar- residenti.", "Nerġa' nirrepeti li r-raġuni għaliex iċ-childcare centre se jinfetaħ partikolarment f'Birkirkara hi li t-trattattivi mal-kunsill lokali ta' din il-lokalita' ilhom għaddejjin għal numru ta' snin filwaqt li m'hemm l-ebda trattattivi ma' l-ebda kunsill lokali ieħor minkejja l-fatt li kien hemm numru ta' kunsilli lokali li avviċinawni b'dawn it-tip ta' proposti.", "Ma neskludix li fis-snin li ġejjin isiru proġetti simili għal dan li se jsir ġewwa Birkirkara pero' nirrepeti li m'hemm l-ebda queue jew lista.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Dan l-aħħar kellimni xi ħadd li jopera childcare centre u qalli li kellu viżita minn awtoritajiet tal-gvern fejn prattikament ingħata parir kif il-post għandu jkun aktar safe.", "Tista' l-Ministru tgħidli jekk hijiex qed issir sorveljanza biex iċ-childcare centres li jinfetħu - dawn donnhom qegħdin jinbtu u hija ħaġa tajba li ninkoraġġixxu li jsiru aktar minnhom kif jiena ċert li se jiġri - ikunu up to standard?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Sur President, hawn Malta għandna aktar minn 40 childcare facility privata, pero' sfortunatament ma kenux regolamentati.", "U s'issa nista' ngħid li m'hemmx regolamentazzjoni formali, pero' ħarġu linji gwida.", "Nixtieq infakkar lill-Onor.", "Galea li s-sena li għaddiet il-Ministru Louis Galea u jiena konna ħriġna dokument għall-konsultazzjoni li jħares lejn il- ħteġijiet taċ-childcare centres hawn Malta.", "Ħarisna lejn il-guidelines, ħarisna lejn il-kriterji u ħarisna lejn l-istandards li jridu jiġu stabbiliti.", "Wara konsultazzjoni twila u sħiħa ma' l-istakeholders kollha - kien hemm bosta laqgħat u kien hemm bosta nies u awtoritajiet li marru jaraw iċ-childcare centres li diġa' huma stabbiliti - ħriġna l-linji gwida finali.", "Aħna rajna illi numru ta' childcare centres li huma stabbiliti diġa' huma konformi, oħrajn fadlilhom ftit biex ikunu konformi u oħrajn fadlilhom ftit aktar.", "Dawk li ma kenux konformi u ma kien hemm l-ebda possibbilta' li jiġu konformi, tajnihom il-parir li ma jkomplux joperaw jew inkella jaraw x'jagħmlu biex drastikament ibiddlu s-sitwazzjoni tagħhom.", "Il-guidelines li ħriġna jħarsu lejn taħriġ ta' l-impjegati, lejn kundizzjonijiet, lejn faċilitajiet li għandu jkun hemm għat-tfal, lejn safety measures u affarijiet oħra bbażati fuq il-kunċett ta' educare, jiġifieri childcare centres li mhux biss għandhom baby-sitting facilities imma li lit-tfal ta' eta' bikrija - hawnhekk qiegħda nirriferi għal tfal ta' bejn 0 u 3 snin - jagħtuhom kura b'edukazzjoni b'kulmin jiġi in contact magħhom.", "Issa qegħdin ukoll fl-istadju fejn lil dawn iċ-childcare centres, li għalihom kellna budgeted is-somma ta' Lm130,000 mill-fondi ta' l-Unjoni Ewropea, qegħdin ngħinuhom ukoll biex bil-mod il-mod jilħqu l-istandards li aħna qegħdin nirrikjedu minnhom.", "Dan qed isir fuq medda ta' snin, għandhom time frames, qed issir sorveljanza, għandna d-dipartiment tas-servizzi soċjali li issa huwa wkoll il-monitor u allura rridu nassiguraw rwieħna li ċ-childcare centres tagħna jkunu verament up to standard.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Coleiro Preca, mistoqsija supplimenari.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO PRECA: Allura l-ommijiet li se jibagħtu lit- tfal tagħhom f'dawn iċ-childcare centres - li kif qed nifhem jien se jkunu qishom ma' public private partnerships, jew ma' NGOs jew f'dan il-każ ma' kunsilli lokali - se jkunu means-tested u jħallsu għal dan is-servizz skond il-mezzi?", "Jista' jagħti l-każ ukoll li se jkun hemm min jingħata dan is-servizz b'xejn għax it-tests tal-mezzi tiegħu ikunu jirriflettu b'dan il-mod?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Nirriferi għal kif qed jitmexxa ċ-childcare centre tas-Smart Kids li għandna fil-kumpless tal-Kottonera.", "Is-servizz li qed jingħata f'dan iċ-childcare centre huwa ta' suċċess kbir, tant hu hekk li l- waiting list ta' tfal biex jidħlu f'dan il-kumpless hija verament twila.", "Hemmhekk għandna kategoriji differenti ta' ħlas jew mhux ta' ħlas.", "Il- ġenituri li jibagħtu lit-tfal tagħhom f'dan iċ-childcare centre iħallsu skond il-mezzi tagħhom u l-intenzjoni tagħna hi li dawk li jifilħu jħallsu, iħallsu, filwaqt li dawk li ma jistgħux iħallsu jiġu bla dubju ta' xejn mgħejjuna.", "UNMARRIED MOTHERS", "20939.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Kemm inħarġu flus f'relief għal unmarried mothers kull sena f'dawn l-aħħar għaxar snin?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: It-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.", "UNMARRIED MOTHERS", "20940.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Kemm hawn unmarried mothers fuq ir-relief illum u kemm kien in-numru kull sena għal dawn l-aħħar għaxar snin?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Dwar it-tagħrif mitlub għas-sena 1996 sa l-2000 nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 22982 f'seduta 478 fil-leġislatura preċedenti.", "It-tagħrif mitlub għas-sena 2001 sal-lum hu kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.", "SCHOOL GIRL MOTHER'S UNIT", "20941.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Kemm hawn persuni jattendu l-ischool girl mother's unit illum u kemm kien kull sena f'dawn l-aħħar ħames snin?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: In-numru ta' persuni li jattendu l-ischool girl mother's unit f'dawn l-aħħar ħames snin huwa hekk:", "Minn Jannar sa Diċembru:", "2001 - 116 2002 - 131 2003 - 140 2004 - 153 2005 - 156 2006 - 147 tfajla tqal sa Ottubru 30 tfajla jattendu l-Mother and Baby Support Group", "REĠISTRU TA' L-IMPJIEG", "20942.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Kemm kien in-numru ta' persuni li nqatgħu mill-ewwel parti tar-reġistru minħabba li kellhom ċertifikat mediku din is-sena?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: In-numru ta' persuni li nqatgħu mill-ewwel parti tar- reġistru għax ma marrux jirreġistraw minn jeddhom u allura jiġu kkunsidrati bħala persuni who lapsed their registration imma li mbagħad tħallew jerġgħu jirreġistraw għax kienu koperti b'ċertifikat mediku kien ta' 2,418 għal perjodu ta' bejn Jannar u Awissu 2006.", "REĠISTRAZZJONI GĦAX-XOGĦOL", "20943.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn persuni jirreġistraw għax-xogħol illum?", "X'inhi l-eta' u s-sess tagħhom? kemm ilhom jirreġistraw?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif mitlub se jitpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "MMA/MCAST", "21129.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni: X'inhi r-relazzjoni bejn il-Malta maritime authority u n-nautical school ta' l-MCAST li tinsab fil- Kalkara?", "Hemm persuni li jaħdmu ma' l-MMA u jmorru jgħallmu f'din l- iskola?", "Jekk fl-affermattiv, kemm huma u meta jmorru jagħmlu dan?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni): L- awtorita marittima ta' Malta għandha rwol ta' partner ma' l-istitut marittimu ta' l-MCAST permezz ta' ftehim ta' koperazzjoni li ġie iffirmat fl-4 ta' Lulju, 2001.", "Fost l-għanijet ta' dan l-arranġament hemm il- promozzjoni, l-iżvilupp u provvediment u titjieb tal-faċilitajiet għal ċentru nazzjonali u internazzjonali għat-taħrig, żvilupp u disseminazzjoni tal-ħila u prattiċi fis-settur marittimu.", "L-awtorita', permezz tad-direttorat tal-bastimenti merkantili, għandha rwol ta' regulatur fejn jidħlu materji, li huma regolati mil-konvenzjoni tal- STCW, l-International Convention on Standards of Training, Certification and Watchkeeping for Seafarers u regolamenti relatati ta' l-awtorita', li jwasslu għaċ-ċertifikazjoni tal-baħħara.", "Separatament, l-awtorita' marittima, permezz tad-direttorat tal-yachting, tapprova u toħrog il- liċenzja nawtika li dawk il-persuni li jkunu ikkwalifikaw mill-kors imsejjaħ Basic Seamanship & Safe Boat handling imħejji mill-maritime institute speċifikament għal dan il-għan.", "Żewg impjegati mill-awtorita' marittima huma awtorizzati mill-istess awtorita' sabiex jgħallmu f'din l-iskola fuq bażi personali u mhux waqt il- ħin tax-xogħol tagħhom.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jista' il-Ministru jgħid jekk ma' l-MMA għadx fadal impjegati li kienu daħlu bħala studenti għal ftit ġimgħat – dawn kienu 30 li ntagħżlu minn 150 student - u fil-fatt baqgħu jaħdmu hemmhekk mingħajr ma saritilhom ebda interview?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "CENSU GALEA: Safejn jien informat meta numru ta' studenti jidħlu jaħdmu għall-perijodu tas-sajf, dawn ikunu fuq bażi temporanja.", "M'iniex informat jekk għadx baqa' studenti jaħdmu ma' l-MMA wara li daħlu jaħdmu matul is-sajf.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Tintuża l-istess proċedura għall-istudenti kollha li jkunu ġew impjegati matul ix-xhur tas-sajf, anke fis-snin preċedenti, jew ġieli kien hemm xi eċċezzjoni?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien qed ninkludi lil madwar 25 student li kienu mniżżlin fil-lista ta' din is-sena.", "Madanakollu ma neskludix il-fatt li seta' kien hemm xi ħadd - naturalment mhux bħala parti mill-istess skema - li eventwalment ġie mpjegat ma' l-MMA bħala ħaddiem normali wara li kien serva għal xi perijodu bħala student ma' l-istess awtorita', pero' m'għandix din l-informazzjoni.", "Naturalment ma' l-MMA hemm numru sostanzjali ta' persuni u jien ma nkunx naf bl-amment kull wieħed minnhom kif daħal, meta daħal u wara liema tip ta' sejħa daħal.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Hija ħaġa regolari li student li jkun daħal ma' l-MMA bl- istess skema kif daħlu studenti oħrajn, jiġifieri għat-tliet xhur tas-sajf biss, jibqa' jaħdem ma' l-istess awtorita' u dan issa ilu hemm għal tliet snin mingħajr ma saritlu interview?", "Ma jaħsibx il-Ministru li għandu jkun jafhom dawn l-affarijiet?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jekk l-Onor.", "Mizzi għandu xi domanda dwar xi persuna speċifika nitolbu jagħmilha bil-miktub sabiex ninvestiga u nagħtih l- informazzjoni li qed jitlob pero' m'għandux jippretendi li jiena nkun naf l- informazzjoni kollha dwar 200 impjegat jew aktar li hemm ma' l-MMA b'tali mod li nkun nista' ngħid kif daħal, meta daħal u taħt liema kondizzjoni daħal kull wieħed minnhom.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mario Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Ladarba s-suġġett qiegħed fuq l-MMA, jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm eżitu ta' l-inkjesta li qed issir dwar it-tanker li nkalja f'Wied il-Għajn?", "Peress li dan kien it-tieni inċident li ġara' fl- istess post, ma jaħsibx il-Ministru li għandu jiġi stabbilit jekk f'dak il- post partikolari hemmx xi problema jew jekk dawn kenux żewġ inċidenti iżolati u sfortunati?", "MR SPEAKER: Il-Ministru Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Tajjeb li nirrileva l-fatt li għalkemm iż-żewġ inċidenti seħħew prattikament fl-istess post, bejn inċident u ieħor għaddew aktar minn 30 sena, jiġifieri m'aħniex qegħdin nitkellmu fuq xi sit partikolari li fih ikun hemm numru ta' inċidenti b'mod regolari.", "Wieħed irid iqis li f'dawk l-inħawi jidħlu numru ta' vapuri fid-direzzjoni lejn Malta u l-fatt li sfortunatament ftit tal-jiem ilu wieħed minnhom spiċċa nkaljat m'huwiex indikazzjoni li dak is-sit partikolari huwa prone għal xi tip ta' hazards partikolari.", "Mill-ewwel indikazzjonijiet jidher - fil-fatt l-inkjesta għadha m'hijiex konkluża u allura għad m'għandix ir-riżultati finali f'idejja - li kien hemm xi ħsara fil-makni ta' dan il-vapur, għaldaqstant waqaf u l-kurrenti tefgħuh fuq il-blat.", "Naturalment ikun aħjar jekk ma jkollniex dawn it-tip ta' inċidenti.", "Din id-darba konna fortunati għax dan il-vapur inqala' ftit sigħat wara li nkalja pero' jista' jkollok inċidenti oħrajn fejn il-vapur idum inkaljat u jkun ta' riskju għall-ambjent ta' l-inħawi.", "Konna fortunati wkoll li dan il-vapur ma kienx mgħobbi b'xi merkanzija partikolari u li fuqu kellu biss fuels li prattikament kienu meħtieġa to propel itself.", "Barra minn hekk stajna konna f'ċirkostanzi fejn minflok dan il-bastiment ikun prattikament vojt, ikun mgħobbi b'merkanzija perikoluża.", "L-MMA tipprova kontinwament tevita dawn it-tip ta' inċidenti, pero' sfortuntament minn żmien għal ieħor, kemm fix-xtut tagħna kif ukoll anke minn esperjenzi ta' vapuri taħt il-bandiera Maltija li ġraw barra minn pajjiżna, isiru inċidenti li mbagħad ikollhom ċerta konsegwenza.", "Huwa d- dover tagħna li kemm jista' jkun nnaqqsu l-possibbilta' ta' inċidenti bħal dawn.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Dwar il-mistoqsija supplimentari li għamilt lill- Ministru jidhirli li m'għandix għalfejn nagħtih l-isem ta' l-istudent li ġie mpjegat ma' l-MMA fuq skema li jibqa' għal tliet xhur biss u li diġa' ilu jaħdem magħha għal tliet snin, għax jekk irid jista' jindaga hu u jkun jaf għal min qiegħed nirriferi.", "Dwar il-mistoqsija supplimentari ta' l-Onor.", "Galea nixtieq inkun naf jekk fil-fatt l-inkjesta hijiex lesta, jekk hi lesta l-informazzjoni hijiex dik li ta u jekk m'hijiex lesta għalfejn ta dik l-informazzjoni.", "Hemm xi ħjiel li seta' kien hemm uffiċjali mill-crew li ma kenux fi stat kontrollabbli?", "Irriżulta li fuq dan il-bastiment kien hemm xi uffiċjal li ma kellux kondotta tajba tal-baħar?", "Jekk dan li qed ngħid huwa minnu, kif l-MMA aċċettat li din il-persuna jkollha l-kariga ta' uffiċjal għoli fuq dan l- istess bastiment?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Sur President, għar-rigward ta' l-ewwel parti tad- domanda fejn l-Onor.", "Mizzi qed jagħmel riferenza għal student, nerġa' nirrepeti dak li għedt qabel, pero' issa ladarba l-istess Onor. Mizzi qed jgħid li hemm student wieħed li qed jagħmel din il-ħaġa, se nivverifika u possibbilment inkun f'qagħda li nirrispondih.", "Għar-rigward it-tieni parti tad-domanda, fl-istess risposta għad-domanda ta' l-Onor.", "Galea jiena għedt li safejn naf jien l-inkjesta m'hijiex konkluża u għedt ukoll li l-ewwel indikazzjonijiet minn sorsi mhux marbutin ma' l-inkjesta jindikaw li ġara dak li għamilt riferenza għalih, mingħajr ma b'xi mod irrelevajt dak li qed tagħmel l-inkjesta u l-konklużjonijiet tagħha.", "U dan għas-sempliċi raġuni li safejn naf jien l-inkjesta m'hijiex konkluża u jekk inhi konkluża żgur li r-rapport tagħha għadu ma ġiex quddiemi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Peress li ġeneralment meta tkun għaddejja inkjesta ma tingħatax informazzjoni u lanqas isiru kummenti, x'inhi r-raġuni li l- Ministru issa ddeċieda li jagħti l-kummenti?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Kieku xi darba tista' tirbaħ f'dan il-parlament, Sur President!", "(Interruzzjonijiet) Jien kont kawt ħafna u qgħadt attent li l- kummenti li ngħaddi ma jkunux marbutin ma' l-inkjesta fiha nnifisha imma ma' dak li huwa magħruf prattikament ma' kulħadd u li safejn naf jien kien ukoll irrapportat fil-gazzetti.", "Jiena mhux beħsiebni nikkummenta la fuq l- inkjesta, la fuq il-mod kif qed tiġi kondotta u lanqas fuq x'jista' jkun l- eżitu ta' l-inkjesta.", "Inkun nista' nitkellem u nikkonkludi xi ħaġa wara li tkun konkluża din l-istess inkjesta.", "Jekk niġu f'dan huwa l-Onor.", "Mizzi li pprova jiddireġini f'direzzjoni fejn ...", "(Interuzzjonijiet) Fejn naf min huwa l-crew tal-vapur?", "M'għandi l- ebda idea dwar dan, se mai huwa mpjegat mas-sid tal-vapur u mhux ma' l-MMA, u din żgur m'hijiex xi ħaġa li nkun nafha jien.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Galea.", "ONOR.", "MARIO GALEA: X'tip ta' inkjesti jsiru meta jkun hemm inċidenti bħal dawn, li għalkemm f'dan il-każ partikolari ma kienx hemm konsegwenzi serji, seta' kien hemm?", "Minbarra l-inkjesta li tagħmel l-MMA, issir xi nkjesta oħra mill-pulizija jew minn xi awtorita' oħra?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Dan jiddependi mil-livell ta' l-inċident.", "Ġieli jkun hemm inkjesti li jsiru anke permezz tal-qrati ta' pajjiżna mal-pulizija u ġieli jkun hemm inkjesti li jkunu biss magħmulin mill-MMA, proprju depending fuq il-livell ta' traġedja li tkun attwalment saret.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-Mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tabella li turi l-ammont ta' dħul mill-airport tax bejn l-2001 u Settembru 2006, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 21411.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Viċi Prim Ministru Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG (Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern): Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar flus minfuqa fuq hospitality mill-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern u d-dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta` tal-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern, matul l-2006, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 21373.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Louis Galea.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Estratt mill-prospectus tal-Kulleġġ Malti għall-Art, Xjenza u Teknoloġija dwar il-kwalifiki meħtieġa għad-dħul fil-korsijiet marittimi, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 21131; u", "Tagħrif dwar karozzi mikrija mill-Ministeru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjieg u dipartimenti/enti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta` tal- Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjieg, matul l-2006, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 21370.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru għal Għawdex.", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO (Ministru għal Għawdex): Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar karozzi mikrija mill-Ministeru għal Għawdex u dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta` tal-Ministru għal Għawdex matul l-2006, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 21372.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Ngħaddu għal Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "MOZZJONI BIEX IL-KAMRA TMUR F'KUMITAT TA' PROVVISTA GĦALL-KONSIDERAZZJONI TA' L-ESTIMI ĠENERALI TA' SPIŻA GĦAS-SENA 2007 (L-EWWEL JUM IMĦOLLI KOLLU GĦALL-OPPOŻIZZJONI)", "MR SPEAKER: Skond il-ftehim milħuq, nistieden lill-impjegati tal-PBS biex jidħlu fil-Kamra u jittrasmettu dirett fuq it-televiżjoni d-diskors tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "Nistieden ukoll lill-photographers u lill-camermen li jirrappreżentaw lill- istampa sabiex jidħlu fil-Kamra għal ftit minuti u jieħdu r-ritratti.", "L-impjegati tal-PBS daħlu fil-Kamra u bdew jaqdu d-dmirijiet tagħhom", "MR SPEAKER: Illum għandna quddiemna l-kontinwazzjoni tad-diskussjoni fuq il-Mozzjoni biex il-Kamra tmur f'Kumitat ta' Provvista għall- Konsiderazzjoni ta' l-Estimi Ġenerali ta' Spiża għas-sena 2007.", "Skond il-Mozzjoni Nru. 258 tad-9 ta' Ottubru, 2006 is-seduta għandha tintemm fit-8.30 p.m. bid-diskors ikun eżenti mil-limitu tal-ħin għad- diskorsi.", "Nistieden issa lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni sabiex jibda d-diskors tiegħu.", "ONOR.", "ALFRED SANT (Kap ta' l-Oppożizzjoni): Sur President, ninsabu quddiem budget għas-sena 2007 li kif diġa` kelli okkażjoni ngħid, huwa dgħajjef, fjakk u vojt.", "Dan huwa budget li jkompli ma' l-istrateġija ta' dan il- gvern u ta' dan il-prim ministru li jidħak bil-poplu.", "Jekk irrid nibqa' onest miegħi nnifsi, ma' dan il-parlament u mal-poplu Malti, m'għandix mod ieħor kif niddeskrivi l-miżuri li tħabbru ġimgħa ilu.", "Il-poplu Malti jeħtieġ pjan serju u viżjoni ta' kif għandhom isiru l-affarijiet.", "Din il- viżjoni m'għandhiex tkun mibnija fuq il-ħolm u l-wegħdi fiergħa imma fuq ir- realta`.", "Hemm bżonn pjan ta' kif se noħolqu bidu ġdid għal dan il-pajjiż li ġie mwiegħed ħafna u ngħata ftit wisq minn dak li twiegħed.", "Fil-budget li ppreżentawlna l-ġimgħa li għaddiet ma kien hemm l-ebda viżjoni u l-ebda pjan ħlief dak li nibqgħu għaddejjin kif ninsabu għaddejjin, billi nillapazzaw, billi min qiegħed igawdi bħalissa jibqa' jgawdi, billi wħud minn dawk li ilhom iġorru piżijiet esaġerati jingħataw ftit tas-serħan li malajr se jisparixxi filwaqt li oħrajn jibqgħu jistennew u jsaffru u billi nibqgħu niftaħru li kollox miexi sew.", "Issa l-poplu Malti żgur li ma kienx qiegħed jistenna dan u tawh x'jifhem mod ieħor.", "Il-poplu stenna miżuri li jindirizzaw il-problemi li qiegħed jiffaċċja u stenna diskors li jirrifletti u jara kif se jtaffi d-dwejjaq soċjali li l-poplu - iż-żgħażagħ, iċ-ċittadini ta' eta` medja u l-anzjani – qed iħoss.", "Jien hawnhekk nixtieq nistaqsi: Għalfejn il-gvern ippreżenta l-budget għas-sena 2007 issa?", "Is-sena li għaddiet id-diskors tal-budget sar fil-31 ta' Ottubru ta' l-2005.", "Dakinhar ir-raġuni kienet li kellha ssir f'Malta l-laqgħa tal-mexxejja tal- Commonwealth u għalhekk ħteġilna li nagħmlu l-budget kmieni aktar mis- soltu.", "Din is-sena din ir-raġuni ma treġix u xorta qegħdin niddiskutu l- budget aktar kmieni mis-sena li għaddiet.", "Il-konsegwenza hi li ħafna mill- informazzjoni li se nitkellmu dwarha, fuq impjiegi, fuq bejgħ u xiri, fuq għoli tal-ħajja, fuq il-kummerċ barrani tieqaf sa Ġunju ta' din is-sena.", "Meta s-soltu f'dan id-dibattitu nkunu qegħdin nitkellmu fuq dak li jkun qiegħed jiġri fil-pajjiż, ikollna quddiemna medda ta' disa' xhur.", "Anke s- sena li għaddiet, meta kellna l-konferenza tal-pajjiżi tal-Commonwealth u allura l-budget tressaq aktar kmieni mis-soltu, l-informazzjoni li kellna kienet twassal sa Settembru ta' dik is-sena.", "Pero` din is-sena, Alla jbierek, le.", "Għalhekk illum id-diskussjoni tagħna ma tistax tkun ċara daqskemm messha tkun għax l-informazzjoni li qed naraw, tajba jew ħażina - f'ħafna oqsma tqajjem dubji dwar kemm hija korretta - ma twassalx 'il bogħod biżżejjed.", "Għalhekk tqum il-mistoqsija: Għalfejn din l-għaġġla?", "Sena ilu, meta ġejna hawnhekk biex niddiskutu l-budget li kien ippreżenta l- Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi, qalulna li l-budget għas-sena li ninsabu fiha, 2006, kien maħsub biex int tgħix aħjar.", "Għalhekk aħna ta' l- oppożizzjoni, bħall-pajjiż kollu wara kollox, bdejna nistaqsu dan: Int qed tgħix aħjar?", "Int se tgħix aħjar?", "Il-miżuri li kien qed jieħu l-gvern immexxi mill-Onor.", "Gonzi kienu qed jissarrfu u kienu se jissarrfu f'kondizzjonijiet ta' ħajja aħjar għall-familji tagħna?", "Din il-mistoqsija għamilniha wkoll sena ilu għax infakkar li l-gvern innifsu u l-partit Nazzjonalista kienu ħarġu bi slogan li kulma kienu qed jagħmlu kien biex int tgħix aħjar.", "Biss imbagħad matul din is-sena, huwa u riesaq għal dan il-budget tas-sena 2007, rajna żviluppi kurjużi.", "Diriġenti tal-partit Nazzjonalista donnhom riedu jqajmu deni elettorali meta raw dan il-budget riesaq u donnhom riedu jwasslu l-messaġġ li wara snin ta' piżijiet ta' taxxi dejjem jiżdiedu kien wasal iż-żmien li l-poplu Malti u Għawdxi jgawdi xi ħaġa.", "Fl-aħħar snin kellna dulluvju bla preċedent ta' taxxi, ta' miżati, ta' żidiet fil-ħlasijiet, ta' liċenzji u ta' multi.", "Kieku dan issarraf f'kondizzjonijiet ta' ħajja aħjar, f'servizzi aħjar, fi tmexxija ta' gvern li qed tagħti kas aktar tal-bżonnijiet taċ-ċittadin, fit-twettiq ta' proġetti li jibdew u jintemmu fil-ħin, kieku forsi wieħed kien jgħid: Paċenzja, qed inħallsu minn imneħirna imma qed nieħdu servizz għal dak li qed inħallsu.", "Imma mhux hekk ġara u mhux hekk qed jiġri.", "Allura meta s-segretarju tal-partit Nazzjonalista Joe Saliba, f'intervista li dehret fis-17 ta' Settembru 2006, qal li ma jeskludix li l-elezzjoni ġenerali ssir fl-istess ġurnata ta' l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali, x'fehmu n-nies?", "Fehmu li kien hemm ċans tajjeb li l-gvern Nazzjonalista qed iħejji għal elezzjoni bikrija sa minn Marzu tas-sena d-dieħla meta jmisshom isiru l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali.", "Aktar u aktar fehmu hekk għax fl-istess ġurnata, fis-17 ta' Settembru ta' l-2006, il-partit Nazzjonalista għoġbu jħabbar il-lista ta' kandidati tiegħu għall-elezzjoni li ġejja.", "Is-Sur Joe Saliba qal li l-partit Nazzjonalista kien qed jaħseb minn kmieni biex ikun imħejji tajjeb għall-appuntament importanti ta' l- elezzjoni ġenerali.", "Imbagħad id-data tal-budget tħabbret daqshekk kmieni.", "Issa fejn qatt instemgħet li partit fil-gvern ifittex isaħħan it-tempra elettorali qabel żmienha?", "Il-ġurnal \"The Times\" ħareġ jgħid li konna aħna tal-partit Laburista li xewwixna lin-nies biex jaħsbu li hemm xi elezzjoni riesqa.", "Bil-maqlub, kienu tal-partit Nazzjonalista li telqu għal għonq din it-triq.", "U aħna, mill-oppożizzjoni Laburista x'kellna ngħidu għal dan?", "Din hija ħaġa naturali.", "Aħna għedna li aħna lesti - u hekk aħna – għall- elezzjoni, tiġi meta tiġi.", "U din nerġa' ngħidha llejla, mela le!", "Iva, il- poplu jixtieq il-bidla u aħna lesti għall-elezzjoni, tiġi meta tiġi, biex nagħtuh il-bidla li jixtieq.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Aħna rridu nagħtu bidu ġdid lill-poplu Malti u Għawdxi.", "L-istess jingħad dwar l-istennija għal dan il-budget.", "Wara snin li matulhom il-gvern imbolla t-taxxi, surcharges, miżati u multi, fost oħrajn, il-poplu kien qed jistenna xi forma ta' relief u nifs, imma kien il-gvern stess li ta l-impressjoni, anzi inkoraġġixxa bil-kbir, il-fehma li l- affarijiet issa mexjin fuq il-ħarir u li allura dan se jkun budget li jnaqqas bil-kbir il-piżijiet li hu stess għabba fuq il-familji matul l- aħħar snin.", "Per eżempju, fit-2 ta' Settembru, il-Prim Ministru Gonzi qal li fl-aħħar sena nħolqu 4,300 impjieg ġdid u dawn ma jinkludux impjiegi li ġew vakati u reġgħu imtlew għax l-impjegati ħarġu bil-pensjoni.", "L-għada, fit-3 ta' Settembru, il-Prim Ministru Gonzi qal hekk:", "\"Jien ngħid li qed nagħmlu miraklu u kultant in-nies lanqas jindunaw bil- miraklu li qed nagħmlu.\".", "Meta jien smajt dan id-diskors, jien għedt lili nnifsi: Mela allura għalfejn jieħu għalih l-Onor.", "Gonzi meta nsejjaħlu beatu?", "Hawn qed jikkonferma kemm għandi raġun li qed insejjaħlu beatu għax safejn naf jien, biex issir beatu mhux tidħak trid imma l-ewwel trid tagħmel xi miraklu.", "Dan daħak u għamel il-miraklu, jiġifieri għamel iż-żewġ affarijiet f'salt.", "Imbagħad fis-16 ta' Settembru, il-Prim Ministru Gonzi, imsaħħaħ bil-mirakli li kien qed iwettaq stqarrilna hekk:", "\"Is-sitwazzjoni ekonomika hija garanzija ta' ġejjieni fis-sod għall-poplu kollu.", "Il-gvern lest li jtaffi mill-piżijiet li l-poplu jkollu jġorr.\".", "Aktar minn hekk il-ftaħir ma baqax biss fuq mirakli imma mar anke fuq ir- records.", "Fid-19 ta' Settembru, l-Onor.", "Gonzi qal hekk lill-ġurnal \"In- Nazzjon\":", "\"Bħala Prim Ministru, kemm ilni fit-tmexxija, ġibt rekord ta' investiment .\".", "Id-diska ma waqfitx hawn.", "Fil-mass meeting ta' l-indipendenza fuq il-fosos il-Prim Ministru Gonzi tkellem dwar x'se jagħmel fil-budget u qalilna hekk:", "\"Il-gvern qed jilħaq il-miri tiegħu u se jkun qed isarrafhom f'ġid għall- familji Maltin u Għawdxin kollha.\".", "L-istorja baqgħet għaddejja sal-bidu tal-ġimgħa l-oħra meta tħabbar il- budget għas-sena 2007.", "Waqt il-kunsill ġenerali tal-partit tiegħu, fil-15 ta' Ottubru, is-segretarju ġenerali tal-partit Nazzjonalista qal hekk: \"Jien kont għedt li hemm żmien għal kollox u għedt li jrid jasal iż- żmien tal-ħsad u ż-żmien tal-frott.", "U ħbieb, iż-żmien tal-ħsad u ż- żmien tal-frott wasal.", "Din il-ġimgħa jkollna ż-żmien tal-ħsad u ż- żmien tal-frott.\".", "Hekk qal is-Sur Saliba fl-istess laqgħa tal-kunsill ġenerali Nazzjonalista, kważi lejliet il-budget, Sur President.", "Il-prim ministru nnifsu ma baqax lura imma qal hekk:", "\"Għandna storja tajba x'nirrakkontaw lill-poplu tagħna.", "Aħna tal-partit Nazzjonalista fil-gvern għandna storja sabiħa x'nirrakkontaw lill-poplu, għandna aħbarijiet tajbin.", "Għandna għalxiex inkunu kburin.", "Pajjiżna mexa 'l quddiem, pajjiżna miexi 'l quddiem u qed jakkwista r-riżultati.\".", "Altru milli kienet l-oppożizzjoni Laburista li tkellmet dwar elezzjoni bikrija u altru milli kienet l-oppożizzjoni Laburista li qalet li dan kellu jkun budget li jimla lin-nies b'sentiment ta' ħajja tajba u ta' ħajja li qed tingħex aħjar.", "U minkejja x'jgħidu fil-media, minn hawn ġejja l- indifferenza, biex ma ngħidx id-diżappunt, ta' ħafna u ħafna nies quddiem dan il-budget.", "Tawhom is-sentiment li wara s-sagrifiċċji kbar li saru, kien wasal iż-żmien tal-ħsad u ż-żmien tal-frott, kif qal is-segretarju ġenerali Joe Saliba.", "Għallinqas in-nies stennew, bir-raġun, tnaqqis sostanzjali fil-piżijiet tat-taxxi, fis-surcharge fuq id-dawl u l-ilma, fl- income tax, fit-taxxa fuq it-tluq u fid-departure tax.", "Matul l-aħħar snin, speċjalment matul l-aħħar sena li suppost li kellha tkun is-sena li int se tgħix aħjar, assistejna għal tnaqqis sostanzjali fil-kwalita` tal-ħajja tal- poplu Malti u Għawdxi.", "Veru li l-gvern Nazzjonalista u l-partit Nazzjonalista mhux ħlief jiddikaraw bil-maqlub imma ħadd aktar ma jista' jiċħad il-verita`.", "Il-verita` qed toħroġ mill-istatistika li l-gvern innifsu qed jippubblika ma' dan il-budget, dubjuża kemm hi dubjuża.", "Jiġu jgħidulna, kif qal l-Onor.", "Gonzi fil-15 ta' Ottubru, li pajjiżna miexi 'l quddiem u qed jakkwista r-riżultati meta mbagħad, skond l-istatistika li ppreżentawlna l-ġimgħa l-oħra f'dan il-parlament, f'paġna 43 ta' l- \"Economic survey\" jirriżulta li bejn is-sena 2003 u tmiem is-sena li għaddiet, il-paga medja ta' l-impjegati f'termini reali naqset bi kważi 4%.", "Dan ifisser li bħala medja, kull Lm100 li impjegat jew ħaddiem irċieva fis- sena 2003 sa tmiem is-sena li għaddiet, kienet naqsitlu b'Lm4 u saret Lm96.", "Dan il-proċess li bih id-dħul medju tal-ħaddiema, l-impjegati u s-self- employed kien qiegħed jitnaqqar mis-sena 2003 'il quddiem, baqa' għaddej matul l-ewwel sitt xhur ta' din is-sena, is-sena li kellha tkun is-sena li fiha inti tgħix aħjar.", "Dan jerġa' jgħidulna l-\"Economic survey\" stess li l-prim ministru ġabilna ġimgħa ilu, eżattament f'paġna 6.", "L-\"Economic survey\" qalilna li b'mod reali l-kumpens medju li kellhom l-impjegati, il-ħaddiema u s-self-employed għax-xogħol tagħhom naqas b'1% tul l-ewwel sitt xhur ta' din is-sena, jiġifieri kull Lm100 li kienu jaqilgħu fil-bidu ta' din is-sena 2006, naqset b'Lm1 sa l-aħħar ta' Ġunju u saret Lm99.", "Ma nistax nifhem, Sur President, kif ikollna dan l-iffanfrar dwar kemm hemm stejjer tajba u kemm sejjer tajjeb il-pajjiż b'mirakli u b'records meta mbagħad insibu li l- ħaddiema, l-impjegati u ċ-ċittadini normali f'dan il-pajjiż sejrin għall- agħar.", "Allura jien nistaqsi: X'jagħmel pajjiż dak li hu?", "Mhux iċ-ċittadini tiegħu!", "Kif jista' pajjiż ikun sejjer għall-aħjar meta ċ-ċittadini tiegħu jkunu sejrin għall-agħar!", "U minn hawn toħroġ il-problema tal-gvern ta' l- Onor. Gonzi.", "Dan mhux qed jitwemmen f'dak li jgħid.", "Għalhekk ħafna nies iħossu li daħaq bihom u li għadu qed jidħaq bihom.", "Dan jitkellem dwar kemm l-affarijiet mexjin għall-aħjar imma ċ-ċittadini u l-familji jafu li fil- ħajja tagħhom ta' kuljum jafu li mhux hekk qed jiġri.", "Mhux hekk qed jiġri.", "L-Onor.", "Gonzi u l-gvern tiegħu huma medhija l-aktar kif se jibagħtu lejn Brussell iċ-ċifri li jagħtuhom il-laptops tagħhom, li biex tgħaxxaqha dawn iċ-ċifri ta' spiss ikunu ċifri żbaljati.", "Iżda mbagħad, meta nipprovaw inġibu lill-gvern b'saqajh ma' l-art biex jifhem x'inhuma jġarrbu u x'inhuma jħossu l-Maltin u l-Għawdxin fil- maġġoranza tagħhom, il-prim ministru jgħajjarna Ġeremiji u li qed inxerrdu l-biki u d-dmugħ minflok inxerrdu d-daħk kif jippreferi hu.", "Inqas minn ġimgħatejn ilu, l-Onor.", "Gonzi qal hekk: Għandna storja tajba x'nirrakkontaw lill-poplu.", "Il-poplu ilu jismagħha din l-istorja u qed jinduna li m'hi xejn ħlief ħrafa li biha l-gvern jevita li joħroġ b'viżjoni u bi pjan ta' fejqan għal pajjiżna.", "Aħna ta' l-oppożizzjoni Laburista ma naqblux ma' dan.", "Nemmnu li fl-interess nazzjonali wasal iż-żmien għal pjan ta' qawmien ekonomiku u soċjali.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "Għalhekk huwa tajjeb li għal li ġej nagħtu ħarsa lejn il-qagħda ekonomika u soċjali ta' pajjiżna biex naraw fejn ninsabu tassew, biex naraw il-progress li sar u li qed isir skond il-gvern, biex nifhmu fejn huma l-veri sfidi u jekk hux veru jew le li qed nilqgħu għalihom.", "Minn hemm imbagħad inkunu nistgħu nimxu 'l quddiem biex niflu aħjar il-miri u l-miżuri ta' dan il- budget li ressaq il-prim ministru.", "Irridu naraw ukoll kif qiegħed jopera l-gvern ta' l-Onor.", "Gonzi għax jgħid x'jgħid il-prim ministru, il-gvern tiegħu stess huwa parti kbira mill- problema li qed iġorr il-pajjiż.", "L-operat u l-personnell tal-gvern Nazzjonalista, l-aktar fil-livell politiku, jaħtu bil-kbir għall-piżijiet li qed iġorru l-familji minħabba l-iżbalji ta' tmexxija li jwettqu u minħabba l-favoritiżmu li juru ma' ħbieb tal-qalba.", "Imbagħad se nkunu qed naraw il-falliment ta' politika li ilha tiddandan kemm hi tajba, li ilha twiegħed finanzi u ma nafx x'aktar fis-sod u li għadha sal-lum tagħmel hekk għax fid-diskors tiegħu ta' ġimgħa ilu l-prim ministru semma l-kelma \"sod\" madwar 30 darba.", "Issa din il-ġimgħa jien kont mal-prim ministru fuq programm ta' l-RTK, ir- radju tal-knisja, u bqajt mistagħġeb meta smajtu jgħid li l-ewwel prijorita` tiegħu bħala prim ministru kienet li jġib il-finanzi fis-sod.", "Ma rridx nemmen li qal hekk biex iniggeż lill-ħabib kbir tiegħu, il- ministru tal-finanzi ta' qablu, imma ftakart fil-poster li l-partit Nazzjonalista kien ħareġ xi sena qabel l-Onor.", "Gonzi sar prim ministru, meta hu kien viċi-kap tal-partit Nazzjonalista u kien viċi prim ministru.", "Dan hu l-poster, Sur President, u se npoġġih ukoll fuq il-mejda tal-Kamra.", "F'dan il-billboard, fl-elezzjoni tas-sena 2003, il-partit Nazzjonalista qalilna li kellna l-finanzi tal-pajjiż fis-sod.", "(Interruzzjonijiet) Mela l-Onor.", "Gonzi nnifsu kkonferma li dak kien daħk fil-wiċċ.", "Allura x'garanzija għandna llum meta jgħidilna li għandna finanzi fis-sod, il-gvern ta' l-Onor.", "Gonzi mhux qed jerġa' jidħak bina għaliex ir-realta` hija bil-wisq differenti minn dik li jridna nemmnu.", "Għalhekk huwa xieraq li fl-aħħar ta' dan id-diskors nagħti rendikont tal-pjan li l-partit Laburista għandu lest biex malli l-poplu jagħtih il-mandat jibda jmexxi b'sens ta' fiduċja, bil-ħila tal-poplu Malti, b'impenn sħiħ lejn il-valuri tax-xogħol, tal-ħarsien u tad-dinjita` Sur President.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Issa meta nħarsu lejn il-qagħda ekonomika soċjali l-gvern u l-ħbieb tiegħu jgħidulna li aħna Ġeremiji li rridu nħarsu biss lejn l-iswed.", "Għalhekk illejla biex nifhmu eżatt in-natura tal-problema li qed niffaċċjaw bħala pajjiż nixtieq li nirriferi għal studju li ġie ppubblikat dan l-aħħar mill-GRTU - l-għaqda jew il-kamra tan-negozjanti ż-żgħar - li jismu \"Exports, inflation and value added\".", "Dan inkiteb mill-Professur Joseph Falzon li żgur ħadd ma jista' jgħid li għandu xi infilzament politiku ma' xi partit jew ieħor.", "Dan huwa ekonomista li jaħdem fl-universita` u serva kemm-il darba ta' konsulent għall-gvern.", "Aktar 'il quddiem se nqiegħed dan l-istudju tal-Professur Falzon għall-GRTU fuq il-mejda tal-Kamra.", "F'dan l- istudju tingħata ħarsa lejn l-oqsma differenti tal-ħidma ekonomika ta' pajjiżna biex naraw kif għaddew tul l-aħħar għaxar snin.", "F'dan l-istudju l- Professur Falzon iħares lejn l-istatistika u r-riżultati ekonomiċi ta' dawn l-aħħar snin u wara jasal għal dawn il-konklużjonijiet li se nelenkahom.", "L-ewwelnett mis-sena 2000 sal-lum l-esportazzjoni minn Malta ta' prodotti u servizzi baqgħet tonqos kemm fi flus kontanti u kemm b'kejl reali.", "It- tieni, l-esportazzjoni Maltija, jiġifieri dak li aħna nbigħu barra, baqgħet tinbiegħ bi prezzijiet dejjem inqas tajba u s-sehem ta' l-esportazzjoni fl- ekonomija tagħna baqa' dejjem jiċkien.", "It-tielet, fis-settur tal- manifattura fl-aħħar għaxar snin tlifna 6,450 impjieg.", "Jiġifieri l-impjiegi f'dan is-settur naqsu b'wieħed minn kull ħamsa.", "Ir-raba', matul l-aħħar ħames snin, meta nħarsu lejn l-ekonomija Maltija kollha kemm hi, insibu li ma kienx hemm żieda fl-impjiegi full-time.", "Il-ħames, fil-qasam tal- manifattura u fil-qasam tal-lukandi u tar-ristoranti naqas il-proporzjon ta' ħaddiema impjegati fihom u naqas is-sehem ta' valur li joħolqu fl- ekonomija kollha kemm hi.", "Is-sitta, mill-oqsma kollha ta' l-ekonomija, il- ħaddiema u l-impjegati fil-manifattura kellhom l-iċken żieda fil-pagi tagħhom tul dawn l-aħħar disa' snin.", "Din iż-żieda kienet inqas mill-għoli tal-prezzijiet li ġarrabna matul dan iż-żmien.", "Fis-settur tal-lukandi u ristoranti ż-żieda fil-pagi kienet it-tielet l-anqas mis-setturi ekonomiċi kollha.", "Is-seba' konklużjoni hija li jekk inħarsu lejn x'ġara fl-aħħar disa' snin, lejn id-dħul li seħħ fl-ekonomija Maltija wara li tkun naqqast l-ispejjeż operattivi biex taħdem, insibu li dan id-dħul żdied biss bi kważi n-nofs tar-rata li biha għolew il-prezzijiet.", "Dan ifisser li l-prezzijiet għolew bid-doppju tad-dħul li ksibna mill-ħidma ta' l-ekonomija Maltija wara li tkun naqqast l-ispejjeż biex tkun tista' tasal għal dan id-dħul.", "It-tmien konklużjoni tar-rapport tal-Professur Falzon hija li bejn l-1996 u s-sena 2005, għal kull ħaddiem impjegat fl-ekonomija Maltija, id-dħul li seħħ meta tnaqqas l-ispejjeż operattivi żdied biss b'terz taż-żieda li kellna fil- prezzijiet matul l-istess żmien.", "Fil-manifattura, fil-lukandi u fir- ristoranti u f'erba' oqsma oħra, id-dħul li minnu mbagħad tnaqqas l- ispejjeż operattivi ma żdied xejn anzi naqas aħseb u ara kemm irnexxielu jikkumpensa għall-għoli fil-prezzijiet.", "Il-konklużjonijiet tar-rapport Falzon kienu li l-għoli tal-ħajja huwa probabbilment l-aktar problema importanti għall-ekonomija Maltija.", "Il- Professur Falzon isostni wkoll li f'termini reali l-valur ekonomiku li qed inżidu għal kull ras illum għadu l-istess bħalma kien fis-sena 1996.", "Fil- fatt skond il-Professur Falzon ma ħadna l-ebda benefiċċju ekonomiku u soċjali reali mill-fatt li fl-aħħar disa' snin il-ħajja f'Malta saret kważi 25% aktar għolja milli kienet qabel.", "Jiġifieri dak li disa' snin ilu kien jiswa Lm1 illum sar jiswa Lm1.25c.", "Issa tista' tibqa' tidħak quddiem dawn iċ-ċifri, imma jekk ikollok rasek fuq għonqok tgħid li dawn huma konklużjonijiet inkwetanti ħafna għax juru li pajjiżna qed jitlef il-ħila biex jaqla' l-għajxien tiegħu.", "Din m'hijiex xi ħaġa li kif jirriżulta mir- riċerka tal-Professur Falzon waqfet malli l-Onor.", "Gonzi sar prim ministru, anzi mir-riżultati tal-Professur Falzon jirriżulta li dan it-taħsir ekonomiku għadu għaddej bil-qawwa.", "Jien għalhekk imbagħad niskanta bil-mod kif donnu l-gvern qiegħed iwarrab għal kollox din il-problema ta' l-għoli tal-ħajja.", "Xi kultant jiġini l- ħsieb li l-gvern ta' l-Onor.", "Gonzi jqis li bl-għoli tal-ħajja se jmur aħjar fil-miri tiegħu għax se jdaħħal aktar taxxi.", "Is-Sibt li għadda l-Onor.", "Gonzi ta intervista lill-ġurnal \"The Times\" u bil-kunsens tiegħek, Sur President, aktar 'il quddiem se npoġġiha fuq il-mejda tal-Kamra.", "Staqsewh fuq l-għoli tal-ħajja u qal hekk:", "\"M'hemm l-ebda miżura speċifika li nistgħu nieħdu biex innaqqsu l-għoli tal-prezzijiet għax għandna ekonomija miftuħa u ħafna mill-inflazzjoni tagħna ġejja minn barra.", "Hemm ftit ħafna li l-gvern jista' jagħmel ħlief f'xi setturi tal-mediċini.\".", "Din is-silta qiegħda f'dawn il-karti, Sur President.", "Din hija risposta li tqajjem mistoqsijiet kbar dwar l-impenn tal-gvern ħalli tabilħaqq itejjeb l- affarijiet.", "Mhux billi jgħid \"biex int tgħix aħjar\" u fuq xi ħaġa bħal din jieħu din il-pożizzjoni.", "Bir-rispett kollu dan id-diskors juri l-faqar ta' ħsieb tal-gvern immexxi mill-Onor.", "Gonzi għax hemm ħaġa stramba f'dan kollu, Sur President.", "Meta wieħed jifli x'inhu jiġri fil-pajjiżi li magħhom nagħmlu l-aktar kummerċ, jiġifieri l-pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropea, isib li r-rata ta' għoli ta' prezzijiet tagħna hija ħafna akbar minn tagħhom.", "Jekk tieħu l-għoli tal-ħajja bejn Jannar u Awissu ta' l- 2006 u tkejjilha bil-kejl ta' l-Unjoni Ewropea ssib li Malta kellha żieda fil-prezzijiet ta' 3.1% fuq il-prodotti u s-servizzi kollha li jużaw il- familji u n-negozji.", "Imma fl-Unjoni Ewropea bħala unjoni, ir-rata ta' għoli tal-prezzijiet kienet ta' 2.3%.", "Jekk issa nħarsu lejn dawk il- pajjiżi li magħhom l-aktar ninnegozjaw insibu li bejn Jannar u Awissu ta' l- 2006 ir-rata ta' l-għoli tal-prezzijiet fosthom kienet ta' 2.2%.", "Dan ifisser li kienu inqas minna, l-Ġermanja, Franza, l-Italja, ir-Renju Unit, il-Belġju, Ċipru u l-Irlanda fost oħrajn.", "Issa ejjew immorru pass aktar 'il quddiem.", "Jekk nieħdu l-għoli tal-ħajja fil-prodotti u s-servizzi kollha ħlief dawk li għandhom x'jaqsmu maż-żejt u l-enerġija, Malta bil-kejl ta' l-Unjoni Ewropea, kellha rata ta' żieda fil- prezzijiet ta' 1.8% għall-perijodu ta' bejn Jannar u Awissu ta' l-2006.", "Imma fl-Unjoni Ewropea kollha kemm hi r-rata ta' l-għoli tal-ħajja taħt dawn il-miżuri kienet inqas sew, kienet 1.4%.", "Din l-istess rata għall- għoli tal-ħajja bejn Jannar u Awissu ta' din is-sena kienet tgħodd għall- pajjiżi li magħhom l-aktar nagħmlu n-negozju.", "Kienu inqas minna pajjiżi bħall-Ġermanja, Franza, l-Italja, Ċipru, l-Isvezja u r-Renju Unit.", "Mela kif jiġi l-prim ministru u jwaħħal fl-importazzjoni minn barra bħala raġuni li ma tistax tilqa' għaliha meta tiġi bħala gvern biex tħares lil pajjiżna mill-għoli tal-ħajja?", "Il-prim ministru jwaħħal f'dawk li nagħmlu n-negozji magħhom minn barra għall-għoli tal-ħajja imma huma għandhom għoli tal-ħajja ħafna inqas minn tagħna.", "Allura jekk tixtri mingħandhom kif tista' tispiċċa b'għoli tal- ħajja akbar minnhom?", "Din irid ifehemna l-Onor.", "Gonzi.", "Sur President, aktar 'il quddiem se npoġġi fuq il-mejda tal-Kamra wkoll tabella fejn hawn ippreċiżat dawn iċ-ċifri u dawn il-figuri li juru biċ-ċar li dawk li nixtru mingħandhom, fil-maġġor parti tagħhom, għandhom rata ta' l-inflazzjoni u rata ta' l-għoli tal-ħajja inqas minn tagħna.", "Allura kif il-gvern iċedi l- armi u ma jieħu l-ebda passi serji biex jilqa' għal din il-pjaga ta' l- għoli tal-prezzijiet?", "Sur President, għalfejn din il-kwestjoni ta' l-għoli tal-prezzijiet hija daqstant importanti?", "Hija importanti għal żewġ raġunijiet li għalija huma ovvji imma ma tantx jidhru li huma ovvji għall-gvern ta' l-Onor.", "Gonzi.", "Dan milli nistgħu naraw u nisimgħu.", "L-ewwelnett fl-għoli tal-prezzijiet hemm l-effett soċjali fuq il-familji u qed naraw l-għoli tal-prezzijiet jimminalhom il-kwalita` tal-ħajja li mdorrija jgħixu bih.", "Issa dan li qed ngħid ma jgħoddx biss għall-familji bl-aktar dħul baxx imma jgħodd ukoll għall-familji bi dħul medju, il-familji tal-middle classes.", "Bħal sħabi jien kull ġimgħa nżur familji minn diversi inħawi, minn diversi żoni, minn diversi klassijiet u minn diversi okkupazzjonijiet u mill-aħħar ġimagħtejn nibqa' niftakar laqgħa ma' koppja fid-dar tagħhom, fejn ir-raġel huwa manager f'azjenda privata u l-mara tiegħu taħdem bħala nurse.", "Dawn għandhom żewġt itfal u ħadu impenji għall-edukazzjoni taż-żewġt itfal tagħhom minbarra li jridu jħallsu għad-dar li xtraw flimkien.", "Dawn qaluli li fl-aħħar sentejn sabu ruħhom bla nifs, bl-għoli tal-ħajja, bil-kontijiet tad-dawl u l-ilma, u bl-ispejjeż dejjem telgħin għall-bżonnijiet tal- familja.", "Bl-istess mod iltqajt ma' familja oħra li tikkonsisti f'mara, raġel u tlett itfal.", "Il-missier jaħdem bħala messaġġier mal-gvern u l- ewwel tifel żagħżugħ li għadu kemm spiċċa mill-iskola ma tantx kien tajjeb fiha u għadu ma jistax isib job.", "Għalhekk dawn biż-żewġt itfal oħra li għandhom l-iskola litteralment ma jistgħux ilaħħqu ma' l-ispejjeż.", "Dawn l-effetti soċjali ġejjin mill-għoli tal-ħajja li l-Onor.", "Gonzi qed jgħid li ma jista' jagħmel xejn dwaru.", "Imma l-għoli tal-ħajja qiegħed hemm u qed joħloq problemi kbar għall-familji tagħna.", "Il-miżuri mdaħħla bil- budget għas-sena d-dieħla too little too late, ngħid jien, ftit li xejn jistgħu jaġevolaw każi bħal dawk li semmejt.", "Aktar u aktar jekk tkompli l- għafsa, kif se tagħmel, ta' l-għoli tal-ħajja u tat-taxxi.", "Biss imbagħad minbarra l-effett soċjali, l-għoli tal-ħajja qed ikollu wkoll effetti ekonomiċi kbar.", "Bħala konsegwenza ta' l-inflazzjoni ta' l-għoli tal-ħajja li baqa' jagħfas fuqna tul l-aħħar snin - dan jurih ir-rapport tal- Professur Falzon - il-manifattura u t-turiżmu baqgħu jaqilgħu daqqiet ta' ħarta kbar.", "Qed jonqsu fl-importanza tagħhom imma jekk jinxfu huma, x'se jkun hemm fostna li joħloq ix-xogħol li jitilfu huma?", "Skond ir-rapport tal- Professur Falzon, l-għoli tal-prezzijiet fostna tul l-aħħar snin qiegħed jimmina l-pedamenti ta' dawk l-għejun li sal-lum għexna minnhom.", "U kif se nilqgħu għal din il-problema?", "Minkejja li qed jgħidilna b'ġejjieni sod, fuq din il-biċċa l-Prim Ministru Gonzi m'għandu l-ebda risposta, m'għandu l-ebda viżjoni u dan lili jinkwetani għax jikkonferma li għandna gvern, nerġa' ngħid, bla viżjoni imma fuq kollox bla pjan.", "Għalhekk jien nerġa' nistaqsi kif il-gvern ta' l-Onor.", "Gonzi qed jissettja l-miri tiegħu.", "Xi pjan għandu?", "X'beħsiebu jagħmel dwar it-turiżmu, dwar il-manifattura, dwar il-biedja, dwar is-sajd u dwar Għawdex?", "X'inhu l-pjan tiegħu fuq is-self- employed?", "M'hemmx pjani u m'hemmx direzzjoni.", "F'dawn iċ-ċirkostanzi tiftakar x'kien kiteb darba l- filosofu Seneca fejn qal:", "\"Meta wieħed ma jkunx jaf lejn liema port qiegħed ibaħħar, l-ebda riħ mhu se jiġih tajjeb\".", "Issa jiddispjaċini ngħid li aħna qegħdin f'din il-pożizzjoni.", "Xejn ma juri dan aħjar mill-mod kif l-ekonomija tagħna tinstab għaddejja.", "Jekk wieħed jifli l-istatistika ekonomika ppublikata mal-budget u fl-\"Economic survey\" jirrealizza li hemm problemi kbar fil-mod kif il-gvern jgħid li l-ekonomija qiegħda tiżviluppa u dak li qiegħed jiġri fid-djar u fil-familji.", "Il-ġimgħa li għaddiet kellna ftaħir kbir għax qalulna li t-tkabbir ekonomiku ta' pajjiżna qiegħed jerġa' jirranka.", "L-Onor.", "Gonzi ftaħar li din is-sena l-ekonomija tagħna kibret bir-rata ta' 2.6% matul l-ewwel nofs tagħha.", "U nerġa' nistaqsi: Mela għaliex daqstant familji qed jgħidu li m'humiex ikampaw?", "Għaliex daqstant self-employed u daqstant nies bil- ħwienet jgħidu kif il-bejgħ naqas u qed isibuha bi kbira biex iżommu fil- wiċċ?", "X'inhu jiġri?", "Li qiegħed jiġri hu li d-dħul tal-ħaddiema, ta' l- impjegati u tas-self-employed iż-żgħar, kif diġa` rajna, baqa' jonqos f'termini reali.", "Jekk il-konsum privat żdied xi ftit, dan ġara għaliex in- nies kellha tiekol minn ġewwa, tnaqqas mit-tfaddil tagħha u toħroġ il-flus mill-bank ħalli tlaħħaq mal-bżonnijiet tal-ħajja imma d-dħul reali tal- familji baqa' jonqos.", "Bil-kontra, li żdiedu u baqgħu jiżdiedu bil-kbir kienu l-profitti ta' l- azjendi l-kbar, tal-banek u fuq kollox tal-U-Bet, il-kumpannija li tmexxi l- lotteriji.", "Dawn huma li żdiedu u għaliex żdiedu l-ekonomija bdiet tidher fl-istatistika u fiċ-ċifri li qiegħda żżid fir-ritmu tagħha, kif qal il- prim ministru.", "Imma dawn il-profitti fil-biċċa l-kbira tagħhom qed imorru barra l-pajjiż u qed jitgawdew hemmhekk.", "Dan jerġa' jġibna lura għall- mistoqsijiet li joħroġ il-Professur Falzon fir-rapport tiegħu u se nikkwotah għaliex inħoss li dawn huma l-isfidi kbar li għandna quddiemna.", "Nikkwota:", "\"Hemm probabilita` kbira li mingħajr trażżin ta' l-għoli tal-ħajja fil- pajjiż, il-manifattura u t-turiżmu se jkomplu jonqsu aktar.", "Jekk jiġri dan, allura tqum mistoqsija naturali minn fejn se jiġi t-tkabbir ekonomiku tal-futur.", "Tradizzjonalment l-esportazzjoni kienet il-mutur tat-tkabbir ekonomiku qawwi f'Malta.", "Jekk jonqos it-tkabbir fl- esportazzjoni allura t-tkabbir fl-ekonomija in ġenerali se jonqos ukoll.\".", "Għaldaqstant ikun tajjeb li llejla nagħtu ħarsa lejn l-oqsma li s-soltu jipprovdulna l-qligħ minn barra, bl-esportazzjoni ta' prodotti u servizzi li nbiegħu barra minn xtutna, primarjament it-turiżmu u l-manifattura.", "Imma tajjeb ukoll li nħarsu lejn is-setturi li jaħdmu għas-suq lokali.", "Wara kollox bid-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea ftit baqa' differenza bejn is- suq lokali u l-bqija tas-suq Ewropew f'dak li għandu x'jaqsam ma' min jista' jixtri u ma' min jista' jbigħ fostna.", "Għalhekk huwa tajjeb li hawnhekk naraw ftit x'inhu jiġri mis-setturi tal-biedja u tas-sajd u anke mis-self-employed.", "Tajjeb li nħarsu wkoll lejn x'inhu jiġri fl-ekonomija ta' Għawdex, reġjun li fl-aħħar snin tħalla jaqa' wisq lura.", "Ħalli nibdew bit-turiżmu.", "Hawnhekk ix-xejra ħażina ħafna fit-turiżmu kienet waħda evidenti matul l-ewwel tmien xhur ta' din is-sena li matulha konna se ngħixu aħjar.", "In-numru ta' turisti naqas b'29,800 jew 3.7% u dan meta suppost kellhom jiżdiedu b'100,000!", "In-numri ta' ljieli mqatta' f'Malta mit-turisti naqas bi kważi 195,000 jum matul l-ewwel tmien xhur tas-sena li ninsabu fiha, tnaqqis ta' 2.6%.", "Sadanittant in-nefqa ta' turisti żdiedet bi ftit ħafna għaliex żdiedet b'0.2% jew b'Lm600,000.", "Meta tikkonsidra l- għoli tal-ħajja li kien hawn fl-ewwel tmien xhur issib li kellna tnaqqis u mhux żieda fil-valur reali tad-dħul mit-turiżmu.", "Iċ-ċifri kollha li juru kemm qed jonfqu t-turisti fostna jindikaw tnaqqis sostanzjali, kif hemm ukoll tnaqqis sostanzjali ta' turisti li ġejjin minn pajjiżi li tradizzjonalment jibagħtulna t-turisti, bħas-suq Ingliż fejn inqasna bi 8% u s-swieq Franċiżi u Taljani li wrew tnaqqis ta' bejn 2% u 3%.", "Wieħed forsi jitħajjar jgħid li n-numru ta' ljieli f'lukandi u f'aparthotels naqas biss b'0.8%, imma minkejja dan it-tnaqqis is-sehem tal-lukandi fit-total ta' ljieli li qattgħu t-turisti żdied minn 68.1% għal 69.3%.", "Imma li ġara kien li numru ta' lukandi, biex jimlew il-kmamar, bdew jieħdu bookings ta' studenti li ġew Malta biex jistudjaw l-Ingliż.", "Fil-fatt kien hemm tnaqqs sostanzjali ta' xi 10.6% fi ljieli li qattgħu l-istudenti ma' familji Maltin.", "Dan ifisser li l-istudenti li ġew, minflok marru joqogħdu ma' familji bħalma kienu jagħmlu qabel, bdew imorru fil-lukandi.", "Biex inkunu għedna kollox, waħda mir-raġunijiet għal dan hi li xi familji ma baqgħux jospitaw lill-istudenti wara li l-gvern kien iddeċieda li jibda jintaxxahom bil-goff.", "Imma raġuni oħra kienet li l-lukandi, biex jillapazzaw, daħħlu lill-istudenti, ħaġa li ħolqot problemi oħrajn għalihom għax turist li jiġi Malta għall-vaganza mal-familja xejn ma jkun irid jgħix fl-ambjent storbjuż li joħolqu studenti żgħażagħ.", "Sur President, m'hemmx bżonn tkun espert fin-negozju biex tagħraf kif it- turiżmu ta' Malta jinsab quddiem kriżi.", "Il-gvern mhux talli ma pprovda l- ebda leadership biex tinħall il-kriżi talli fl-aħħar sentejn, tlieta assistejna għall-inkompetenza grassa min-naħa ta' l-awtoritajiet quddiem il- ħtieġa li jibnu strateġija effettiva.", "Per eżempju, il-Prim Ministru Gonzi webbes rasu u baqa' jgħid li ma jara xejn ħażin fit-tmexxija tal-ministru tat-turiżmu tiegħu, li baqa' għaddej minn fjask għal fjask.", "Forsi, biex inkunu għedna kollox, l-Onor.", "Gonzi kien imxekkel milli jieħu xi passi dwar il-ministru tat-turiżmu għar-raġuni li sentejn ilu l-prim ministru nnifsu kien appunta kumitat inter-ministerjali ppresjedut minnu biex imexxi t- turiżmu Malti.", "Sal-lum għadna ma nafux – għallinqas jien żgur ma nafx – x'ikkontribwixxa dan il-kumitat ippresjedut mill-prim ministru li suppost kellu jikkoordina minn fuq nett u jagħti prijorita` sħiħa lit-turiżmu, biex ma ngħidx li jwettaq xi rekord jew xi miraklu waqt li jkun qed jaħdem hemm.", "Imbagħad domna xhur sħaħ nisimgħu dwar il-ħtieġa li l-awtorita` tat-turiżmu tiġi ristrutturata għax ma kenitx qed tagħti riżultati.", "U dan ftit inqas minn ħames snin wara li kienet twaqqfet.", "Fil-fatt ir-ristrutturar tagħha ma wassal imkien b'suċċessjoni ta' chairmen u bordijiet li ftit biddlu s- sitwazzjoni.", "Per eżempju, kellna l-ħatra ta' kap eżekuttiv u chairman ta' l-awtorita` li ġie ngaġġat f'kuntratt mill-aqwa u li f'nofs il-ħatra tiegħu qal li se jitlaq għax kien wettaq il-ħidma ta' ristrutturar.", "Il-gvern ħallieh jieħu miegħu l-flus kollha li kien jieħu li kieku baqa' sena u nofs aktar fil-post tiegħu sa l-aħħar tal-ħatra.", "Kellna mbagħad il-ħatra ta' chairman ġdid ta' l-awtorita` tat-turiżmu.", "Imbagħad minnufih wara rriżenja l-bord kollu ħlief għaċ-chairman minħabba li xi ittra li l-bord kellu jikteb għandu jkun spiċċat fil-gazzetti.", "Kellna wkoll l-hekk imsejħa kampanja għal \"brand Malta\" li ġiet varata b'ħafna prosopopoeia u li kkollassat f'nofs redikolu liema bħalu.", "Kellna każ ieħor brillanti.", "Kellna lill-gvern jiffanfra li għallinqas irnexxielu jnaqqas mill-mijiet ta' eluf ta' euros li kien se jitħallas il-konsulent li tqabbad biex imexxi din l-imbierka kampanja paprata ta' \"brand Malta\".", "Kellna d-deċiżjonijiet li ttieħdu biex jitneħħew l-uffiċċji ta' barra minn Malta ta' l-awtorita` dwar it-turiżmu bi spiża ta' Lm0.5 miljun biex issa qed jgħidulna, ftit aktar minn sena wara, li dak kien żball u li se jerġgħu jiftħu l-uffiċċji li kienu ngħalqu.", "Kellna mbagħad id-deċiżjoni li nonfqu USD1miljun fuq kampanja ta' pubbliċita` minn fuq il-kanal televiżiv tas-CNN biex issa qed jgħidulna li dan kien żball ieħor u l-gvern ma jonqosx okkażjoni biex jagħmlilna xi miraklu ieħor l-Onor.", "Gonzi.", "Imbagħad il-gvern jiffanfra li għallinqas irnexxielu jġib lura USD200,000 mingħand tas-CNN.", "Kellna wkoll id-deċiżjoni li ħadd ma jaf minn fejn waqgħet tal-Prim Ministru Gonzi nnifsu biex ipoġġi golf course f'Għajn Tuffieħa li dwarha, jekk jien informat tajjeb, sal-lum intnefqu mijiet ta' eluf ta' liri f'konsulenzi u li dwarha s'issa għadu ma sar xejn għax mill-bidu din kienet deċiżjoni – ma rridx inkun kiefer – ġennata.", "Kellna mbagħad in-nuqqas ta' attenzjoni għal kif jitħallew isiru proġetti ta' kostruzzjoni u bini f'żoni turistiċi u madwar l-ajruport internazzjonali ta' Malta meta l-gvern suppost għandu politika biex fis-sajf ma jsirux xogħlijiet hekk f'postijiet bħal dawn.", "F'Buġibba l-gvern baqa' għaddej tul is-sajf biex jagħmel bajja bir-ramel.", "Sa l-aħħar tas-sajf ħalliha nofs leħja u ma' l-ewwel maltempata li seħħet ħafna mir-ramel inġarr 'il barra mill-baħar.", "Agħar minn hekk imbagħad kellna t-titubanzi u t-taħwid dwar jekk hux se jitħallew joperaw linji ta' l-ajru li jiċċarġjaw bl-irħis.", "Għal sentejn il- gvern ma kienx jaf fejn se jaqbad jagħti rasu dwar din il-ħaġa; ministru jgħid ħaġa u ministru ieħor jgħid ħaġa oħra.", "Ir-realta` hi li bit-turiżmu Ewropew, dawn il-linji ta' l-ajru li jiċċarġjaw bl-irħis saru parti essenzjali, irridu jew ma rridux, minn kif iċ-ċittadini jivvjaġġaw.", "Allura s-sens komun kien jgħidilna li kellna naraw kif se naħdmu magħhom għall- aħjar ġid ta' l-industrija tagħna.", "Imma quddiem dawn l-iżviluppi l-gvern baqa' qisu ma jafx fejn se jaqbad jagħti rasu.", "Illum linja ta' l-ajru li topera bl-irħis tħalliet tidħol fis-suq Malti.", "Xorta waħda għad m'għandniex pjan u strateġija ċara dwar kif se naqdu l- ħidma tagħna u ta' linji ta' l-ajru simili ma' l-aħjar interess strateġiku tat-turiżmu f'pajjiżna.", "U fuq kollox il-gvern ħalla lill-Air Malta, il- linja nazzjonali Maltija ta' l-ajru, tinqabad bla wens fil-kriżi tat- turiżmu li qed niffaċċjaw.", "Kien taħt gvernijiet Nazzjonalisti mmexxija minn Dr Fenech Adami li l-Air Malta tilfet l-appoġġi finanzjarji kbar li kienet akkwistat bil-ħidma u bis-saħħa tagħha.", "L-ewwel ġegħluha tixtri l- ajruplani avro li ma kenux jgħoddu għaliha u ġew sparpaljati miljuni kbar, imbagħad twaqqfet kumpannija fl-Italja biex tuża dawn l-ajruplani fuq rotot fejn reġgħu bdew jitilfu l-miljuni u meta kienu sparpaljaw ir-riżervi kbar ta' l-Air Malta, waqfu kollox u biegħu l-ajruplani avro bir-ribass.", "B'hekk meta ġew iż-żmenijiet iebsa ta' kompetizzjoni ġdida u żidiet kbar fil- prezzijiet internazzjonali taż-żejt, l-Air Malta sabet ruħha żmunita mir- riżervi li missha kellha lesti biex tilqa' għal żmenijiet diffiċli.", "Il-gvern dar fuq il-ħaddiema u l-impjegati tal-kumpannija ħalli huma jagħmlu s-sagrifiċċji mingħajr ma kellu d-dehen u l-galbu li jissettja strateġija nazzjonali għat-turiżmu li fiha l-Air Malta jkollha sehem sħiħ.", "Mhux ta' b'xejn li hemm diżillużjoni liema bħalha fost saffi sħaħ ta' l- impjegati ta' l-Air Malta.", "It-turiżmu jinsab fi kriżi f'Malta għax il- gvern baqa' jittrattah b'indifferenza, b'nuqqas ta' serjeta` u bla pjan.", "Teżisti taħwida sħiħa dwar xi strateġija nazzjonali se tiġi jew qed tiġi segwita biex it-turiżmu jingħata r-ruħ.", "Din il-konfużjoni stajna narawha ġimgħa ilu mid-diskors tal-budget ta' l-Onor.", "Gonzi u mill-\"Economic Survey\" li ppubblika fl-istess jum.", "Fl-\"Economic Survey\" intqal li f'Awissu ta' din is-sena l-awtorita` tat-turiżmu, li dakinhar lanqas kellha bord jiffunzjona tajjeb, varat il-pjan strateġiku tagħha għas-snin 2006- 2009.", "Imma fl-istess żmien kien hemm grupp, hekk imsejjaħ konsultattiv, imwaqqaf minn fost l-imprendituri turistiċi, biex jagħmel rakkmandazzjonijiet dwar l-iżvilupp tat-turiżmu.", "Ġimgħa ilu l-prim ministru qal li rċeva dawn ir-rakkmandazzjonijiet u se jara kif idaħħalhom fil-pjan strateġiku nazzjonali.", "Ir-rakkmandazzjonijiet għal xi raġuni misterjuża, għadhom sigrieti.", "Mela ara kif qegħdin.", "Għandna pjan nazzjonali u għandna rakkmandazzjonijiet sigrieti li se jiġu integrati fih.", "Imma għalfejn?", "X'hemm sigriet f'dawn l-affarijiet?", "Għaliex il-gvern ma jippubblikax dawn ir-rakkmandazzjonijiet mal-budget?", "X'għandu x'jaħbi l-gvern?", "Il-verita` hi li fil-qasam tat-turiżmu teżisti mhux biss kriżi ta' riżultati ekonomiċi u finanzjarji imma teżisti wkoll kriżi ta' leadership, kriżi ta' fiduċja fil-ħila tal-gvern biex jasal x'imkien.", "Meravilja ta' l- aħħar sena għalija kienet kemm imprendituri fil-qasam tat-turiżmu ħarġu fil- beraħ – lil dawn ma tistax tgħidilhom Laburisti - biex jgħidu lill-Onor.", "Gonzi biex ma jibqax jidħak bihom imma jieħu ħaġa bħal din bis-serjeta`.", "Qalulu wkoll biex jagħtihom widen għax qed jegħrqu.", "B'xorti ħażina għat-turiżmu l-gvern immexxi mill-Onor.", "Gonzi qed juri ruħu inkompetenti u inkapaċi biex jaffronta l-isfidi kbar li jeżistu għal dan is- settur.", "Dan is-settur huwa importanti ħafna għall-impjiegi taż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin.", "Biżżejjed wieħed iħares – din id-darba din hija daħka tal-biki - lejn il-kampanja hekk imsejħa \"brand Malta\", li fuqha infaqna għexieren ta' eluf ta' liri, Sur President.", "Qalulna li din kienet kampanja maħsuba biex il-Maltin u l-Għawdxin jifhmu aħjar ir-rwol tat- turiżmu f'ħajjithom u jagħtuh kull appoġġ.", "Imbagħad kellna dan il-ktejjeb f'kull dar f'dan il-pajjiż b'dan il-messaġġ.", "Aktar 'il quddiem se npoġġi fuq il-mejda tal-Kamra dan il-ktejjeb kif irċevejtu jien għax ħadt sorpriża kbira meta bdejt naqra x'fih.", "Ħalli naqralek silta, Sur President.", "Taħt it-titlu \"Int Tirrifletti lil Pajjiżek - Il-Gwida tal- Brand Malta Miegħek Kull Ħin\" fl-ewwel paġna ssib hekk:", "\"Is-sisien tal-brand huma bħall-kejk tat-tieġ: Il-viżjoni hija l-mod kif tixtieq li jkun il-kejk tiegħek.\".", "Issa jien hawnhekk nistaqsi: Allura min ma jiżżewwiġx x'se jagħmel fuqha din?", "\"Il-missjoni hija r-riċetta li tuża biex taħmi l-kejk.", "Il-valuri bażiċi huma l-ingredjenti li tuża.\".", "Imbagħad hawnhekk hawn stampa ta' kejk tat-tieġ ukoll.", "Jien bilkemm stajt nemmen lill-għajnejja meta qrajt dan, Sur President.", "Mid-dehra dawn ħasbu li l-Maltin u l-Għawdxin kollha qed inħejju biex nidħlu dulċiera naħdmu ma' ta' Neriku jew ma' Fred Bongusto!", "Għalhekk bagħtuhulna dan.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "Bir-rispett kollu meta jkollna gvern li lest jonfoq l-għexieren ta' l-eluf ta' liri fuq dawn il-ħmerijiet maqtugħa għal kollox minn kif jgħixu, jaħsbuha u jitkellmu l-maġġoranza kbira tal-poplu Malti, ikollok bilfors tgħid li dan huwa gvern skonnettjat mill-poplu, bla direzzjoni u mhux ta' b'xejn li fit-turiżmu waqajna daqshekk lura għax hawnhekk żgur li m'hawnx pjan, Sur President.", "Dan iwassalni biex nitkellem ftit fuq il-manifattura.", "Issa veru li ċ-ċifri li ppubblika l-uffiċċju nazzjonali ta' l-istatistika juru li x-xejriet għall-ewwel sitt xhur tas-sena 2006 kienu ftit aħjar minn dawk tas-sena li għaddiet.", "Imma s-settur kollu kemm hu għadu dgħajjef.", "Fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena l-bejgħ tal-manifattura żdied bi kważi Lm37,400,000, jiġifieri żdied bi 8.2% fuq is-sena li għaddiet imma - u dan huwa \"imma\" kbir - il-bejgħ xorta għadu ta' 1% inqas milli kien fl-ewwel sitt xhur tas- sena 2004, jiġifieri sentejn ilu.", "Kruċjali fil-bejgħ li sar kien is-settur ta' l-elettronika jew aħjar il-kumpannija ST Microelectronics.", "Fl-ewwel nofs is-sena li għaddiet l-ST Microelectronics kellha riżultati tassew ħżiena imma llum irkuprat.", "Magħha jidhru li qed imorru ftit aħjar is-setturi tal-farmaċewtika, tal-produzzjoni ta' apparat tat-trasport u tal- produzzjoni ta' apparat mediku.", "Imma b'kuntrast ma' dan kien hemm tnaqqis sostanzjali fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena fil-bejgħ ta' 12-il settur li jinkludu ikel, xorb u tabakk, ħwejjeġ, tessuti u ġild, karta u stampar, prodotti tal-gomma u makkinarju.", "Għalhekk jekk is-settur tal-farmaċewtika żied fil-bejgħ, din iż-żieda ma kenitx biżżejjed biex tagħmel tajjeb għat- telf fil-bejgħ ta' l-industriji l-oħra.", "U biex tagħqad hemm il- kwestjoni ta' kif sar l-investiment fil-manifattura tul l-ewwel nofs ta' din is-sena.", "Superfiċjalment wieħed jista' jaħseb li morna tajjeb għaliex kien hemm żieda ta' xi 30% fl-investiment ġdid, imqabbel mas-sena li għaddiet, żieda ta' Lm7.3 miljun.", "Imma meta tifli mill-qrib minn fejn ġie dan l-investiment issib li kien kollu mis-settur ta' l-elettronika, jiġifieri mill-ġdid mill-kumpannija ST Microelectronics, li żiedet l-investiment tagħha b'Lm11.8 miljun.", "Magħha mbagħad żied ukoll l-investiment is-settur tat-tessuti li l-gvern ta' l- Onor. Gonzi dejjem jara kif jiżżufjetta bih kull meta jkollu ċ-ċans.", "Dak ukoll żied ftit fl-investiment tiegħu u fil-fatt żied Lm1 miljun.", "Mill- bqija s-setturi l-oħra kollha naqsu fl-investiment u tista' tgħid li dawn, inkluż is-settur tal-farmaċewtika, qed juri tnaqqis għat-tieni sena konsekuttiva.", "Għandna raġun nitħasbu dwar il-futur tal-manifattura fl- istess żmien li l-gvern jgħid u jiftaħar b'ġejjieni fis-sod.", "Sur President, aħna nitħassbu dwar il-futur tas-settur tal-manifattura mhux biex nilagħbu l-imħatri li fi żmien għaxar snin se jkun sparixxa imma biex naraw kif se nġedduh u nagħtuh ħajja ġdida ħalli jerġa' joħloq l-impjiegi.", "Għaliex anke jekk inħarsu lejn l-impjiegi fil-manifattura l-istampa jew l- istorja, kif jippreferi jgħid il-prim ministru, m'hijiex waħda sabiħa.", "Il- manifattura kompliet titlef l-impjiegi matul l-ewwel sitt xhur ta' din is- sena u dan it-tnaqqis jidher li qed jirranka bil-kbir.", "Bejn Ġunju ta' l- 2004 u Ġunju ta' l-2005 intilfu 406 impjiegi fil-manifattura, tnaqqis ta' 2%.", "Bejn Ġunju tas-sena li għaddiet 2005 u Ġunju ta' din is-sena ntilfu 1,269 impjieg, tnaqqis ta' 6.5%.", "F'din l-aħħar sena żdiedu l-impjiegi fl- elettronika u b'ħafna inqas żdiedu l-ħaddiema fil-farmaċewtika.", "Fil-fatt fis-settur tal-farmaċewtika żdiedu 31 impjieg u fuq l-apparat mediku żdiedu 11.", "Is-setturi l-oħra kollha naqqsu fl-impjiegi.", "Ma nistgħux niċħdu li l- manifattura tinsab maqbuda f'morsa.", "Jekk mhux se jsir sforz sħiħ u ġenwin biex noħorġuha minnu l-impjiegi se jkomplu jintilfu, il-kompetittivita` se tkompli tonqos u l-investiment se jkompli jogħsfor.", "Mad-diskors tal-budget ta' ġimgħa ilu, il-gvern ħareġ dokument ta' ftit aktar minn 100 faċċata intitolat \"Strateġija għall-industrija ta' Malta 2007/2010\".", "Bir-rispett kollu dan id-dokument fakkarni f'dawk id-dokumenti li ħarġu fl-aħħar snin li qamu għexieren ta' eluf ta' liri miktuba minn konsulenti ta' stoffa jew le, u li minnhom ma ħareġ xejn.", "Qed naħseb fi pjan ta' immigrazzjoni għall-isptar f'Tal-Qroqq mill-Isptar San Luqa, qed naħseb fil-pjan biex il-parlament imur minflok it-teatru Rjal u l-pjani li saru bi spiża ta' mijiet ta' eluf ta' liri fuq l-iskart u fejn se jitpoġġa.", "Id-dokument ta' strateġija industrijali jibda, kif dawn id-dokumenti dejjem jibdew, b'żewġ introduzzjonijiet pompużi, waħda miktuba mill-prim ministru u l-oħra mill-ministru responsabbli għall-investimenti, informatika, industrija u ċekċik ieħor, u responsabbli wkoll f'din l-aħħar sena għall-istradikar tas-Sea Malta.", "Ta' l-ewwel il-prim ministru jibda billi jikteb hekk:", "\"Dan il-gvern dejjem wera tmexxija ċara biex jiżgura li Malta tiżviluppa l-istituzzjonijiet u l-istrateġija meħtieġa li jippermettu lis-settur privat jieħu l-inizjattiva fit-tkattir tal-ġid u l-prosperita` f'Malta.\".", "U l-ministru l-ieħor, dak li ried jilgħab imħatra fuq kif industrija ma baqgħalhiex aktar minn għaxar snin f'pajjiżna, kiteb li Malta dejjem irnexxielha tegħleb l-isfidi li sabet quddiemha.", "Għal dan id-diskors jien ngħid li veru li Malta dejjem irnexxielha tegħleb l-isfidi li sabet quddiemha imma dan ġara meta kellha tmexxija li għarfet tagħtiha linja u pjan ta' ħidma serja u konsistenti, mhux bħalma qed jiġri llum.", "Effettivament anke hawn ninsabu quddiem falliment ta' ġudizzju u ta' tmexxija, Sur President.", "L-istrateġija li qed tiġi proposta għall- industrija tħallina fejn konna; ħafna kliem, ħafna dikjarazzjonijiet nejja imma meta tasal għal x'inhu jitwettaq issib li m'hu qed isir xejn.", "L- industrija teħtieġ leadership mhux tlablib.", "Per eżempju, xi sentejn ilu grupp ta' imprendituri barranin qalu lill-ġurnal \"The Times\" li kieku l- gvern jagħti kashom, jgħinhom u jisma' dak li jeħtieġu biex jimxu 'l quddiem, kieku bejniethom ikunu kapaċi joħolqu 1,000 impjieg aktar.", "Kieku dan ġara fi żmien gvern Laburista, jien l-ewwel wieħed kont nibgħat għal dawn in-nies u ngħidilhom: \"Xi tridu?", "Igħidulna x'għandkom bżonn, ejjew naħdmu flimkien biex dak li għandu jsir, isir ħalli tkunu tistgħu timpjegaw 1,000 ruħ aktar, illum qabel għada.\"", "Imma huma tkellmu u milli nistgħu naraw ma ġara xejn ħlief il-produzzjoni ta' aktar rapporti, bħal dak li ppubblika l-prim ministru l-ġimgħa li għaddiet u ċ-ċansijiet huma li se jibqa' fuq l-ixkaffa, bħalma ġralhom ir-rapporti ta' qablu.", "Sadanittant nibqgħu bil-problema ta' kif se nħajru investiment industrijali ġdid fil- pajjiż.", "Xi żmien ilu l-gvern iddeċieda li l-organizzazzjonijiet li kienu jieħdu ħsieb l-industrija jgħaqqadhom f'impriża waħda.", "Kien hemm il-korporazzjoni Maltija ta' l-iżvilupp li kienet inkarigata mit-tħajjir ta' l-investimenti u mill-immaniġġjar ta' l-oqsma industrijali.", "Kien hemm il-korporazzjoni li tieħu ħsieb tippromwovi l-esportazzjoni tal-manifattura u kien hemm l-IPSE, l-istitut li kien waqqaf il-gvern Laburista bejn l-1996 u l-1998 biex jieħu ħsieb l-impriżi ż-żgħar.", "Dawn it-tlieta l-gvern iddeċieda li jdaħħlhom fil- Malta Enterprise.", "Aħna konna għednielu li din m'hijiex deċiżjoni għaqlija u li kien se jħawwad il-vija u l-imħuħ pero` ma tax kas u baqa' miexi.", "Illum wieħed jista' jara r-riżultati.", "Jien informat li fi ħdan il-Malta Enterprise qed jerġgħu jsiru sforzi biex jifirdu mill-ġdid it-tliet funzjonijiet tat-tħajjir ta' l-investimenti, ta' promozzjoni ta' l- esportazzjoni u ta' kura għall-industrija ż-żgħira għax kif qed isiru l- affarijiet bħalissa qed jinħolqu diffikultajiet ġodda u li m'hemmx bżonnhom.", "Per eżempju, l-impriżi ż-żgħar qed jiġu ffaċċjati b'burokrazija ma tispiċċa qatt meta jippreżentaw it-talbiet tagħhom, jiġu trattati qishom kienu l-ST Microelectronics, l-akbar kumpannija industrijali ta' l-ekonomija tagħna.", "Dan jiġri għaliex il-Malta Enterprise għandha amministrazzjoni li ma tistax tagħmel differenza bejn min hu kbir ħafna u min hu ċkejken ħafna u trid tittratta lil kulħadd l-istess.", "Terġa' sal-lum għadna qed nistennew li jiġi aġġornat darba għal dejjem il-pakkett ta' inċentivi industrijali taħt il-Business Promotion Act.", "Mid-dehra ħadd ma jaf eżattament x'inhu qed iżomm dan il-pakkett milli jiġi ffissat darba għal dejjem.", "Jgħidu li kollox ġej mill-Unjoni Ewropea għax il-pakkett ta' inċentivi għall- investiment industrijali mogħti f'Malta jrid jaqbel mar-regoli ta' l-Unjoni Ewropea.", "Jien ma nemminx li din hija spjega tajba jew aċċettabbli għad- dewmien ta' snin biex l-inċentivi industrijali jkunu magħrufa b'mod ċar u konkret.", "Nistgħu nifhmu għaliex qed ngħid hekk għax dak li qed jintqal u li qed ngħidu dwar l-operat tal-Malta Enterprise dwar tħabbir ta' inċentivi għall-investiment japplika għal oqsma oħrajn ta' tmexxija fejn il-gvern għandu x'jaqsam mal-promozzjoni ta' l-investimenti.", "Għandna l-każ, jien ngħidlu skandaluż, tal-fond li kellu jitwaqqaf biex jappoġġja investimenti ġodda billi jwiżinhom bl-investiment tiegħu.", "Dan il-fond kien twieled fil- budget tas-sena 2002 – aktar tard dawn se npoġġihom fuq il-medja tal-Kamra - u l-ministru tal-finanzi ta' dak iż-żmien kien qal hekk:", "\"Biex inħajru l-investiment u ngħinu fl-iżvilupp ekonomiku fil- korporazzjoni Maltija għall-iżvilupp se jinħoloq ukoll technology venture fund b'kapital ta' Lm1 miljun li se jkun użat biex jagħti seed capital lill-inizjattivi ġodda fit-teknoloġija.\".", "Għadda ż-żmien u baqa' ma sar xejn b'dan il-fond.", "Imbagħad immorru għad- diskors tal-budget tas-sena 2005 fejn kellna l-Onor.", "Gonzi bħala ministru tal-finanzi u prim ministru li qalilna hekk:", "\"Il-gvern ta importanza kbira u rridu nerġgħu nagħmlu sforz biex inkabbru l-aċċess għal risk capital għal min għandu ideat tajbin.", "Għalhekk il- gvern se jinvesti Lm900,000 fuq medda ta' tliet snin biex jinħoloq venture capital fund.\".", "Ma jidhirx li dan kien biżżejjed għax baqa' ma sar xejn pero` issa ħalli niġu għad-diskors ta' ġimgħa ilu.", "Ġimgħa ilu l-Onor.", "Gonzi qalilna hekk:", "\"Il-gvern għadu kommess li joħloq venture capital fund.", "Il-gvern se jippromwovi u jgħin fil-finanzjament tal-fond billi jonfoq Lm900,000 mill- kapital tal-bidu.\".", "Fil-manifattura altru milli għandna ġejjieni fis-sod imma bil-maqlub.", "Għandna qagħda li bilfors ikollha tqanqal tħassib kbir imma l-gvern donnu li huwa kuntent jekk jirbaħ l-imħatri tiegħu dwar dan is-settur.", "Din hija xi ħaġa tal-mistħija.", "Issa ħalli niġi għall-biedja u għas-sajd fejn insibu hawn ukoll, jiddispjaċini ngħid, settur fejn baqa' jiżdied is-sens ta' skoraġġiment.", "Bejn is-sena 2002 u s-sena 2005 il-valur nett ta' dak li ġie prodott fil- biedja naqas minn Lm28,200,000 fis-sena 2002 għal Lm23 miljun fis-sena 2005, tnaqqis ta' 18% fi tliet snin.", "Sadanittant is-sussidji li m'humiex marbuta mal-produzzjoni qabżu fl-istess żmien minn inqas minn Lm0.5 miljun jiġifieri Lm429,000 fis-sena 2002 għal aktar minn Lm2,800,000 fis-sena li għaddiet 2005.", "Xi jfisser dan?", "Ifisser li l-bdewa saru jiddependu, kif qatt ma kienu qabel, fuq sussidji li jistgħu jogħsfru mil-lum għal għada.", "Jekk inħarsu lejn id-dħul li għamlu l-bdiewa fl-aħħar snin insibu tnaqqis sostanzjali.", "Fis-sena 2005 dan id-dħul kien l-aktar livell baxx ta' l- aħħar erba' snin u niżel għal Lm23,900,000 mil-livell ta' Lm25,300,000 fis- sena ta' qabel.", "Dan qed jirrifletti ruħu fis-setturi tat-trobbija ta' l- annimali u fit-trobbija u l-qatla tat-tjur.", "Hemmhekk għandna sfrattu sħiħ.", "Fit-trobbija u l-qatla tal-bhejjem għaċ-ċanga u majjal l-inċertezza qed tiżdied.", "Fl-oqsma tal-ħxejjex u frott qed jikber is-sentiment li min hu attiv f'dawn is-setturi m'għandux ħajja twila.", "Waqt li qed jiddaħħlu standards ebsin ta' kif wieħed jipproduċi, l-istess standards m'humiex qed jiġu applikati bis-serjeta` għall-importazzjoni minn barra.", "Il-bdiewa tagħna qed jiġu soġġetti għal kompetizzjoni mhux ġusta minn produzzjoni Ewropea li qed timmina l-bażi ta' l-għajxien tagħhom.", "Il-gvern ukoll f'dan il-qasam jidher li huwa indifferenti għal din il-problema li qiegħda thedded l-għajxien tal-ftit mijiet ta' familji li baqgħu marbuta mal-ħajja agrikola.", "Biex tagħqad il-wegħda li kien hemm klawsola ta' salvagwardja għall-biedja fit-trattat li bih Malta daħlet fl-Unjoni Ewropea, irriżultat daħka oħra fil-wiċċ.", "Bl-istess mod fis-sajd, Sur President.", "Għalkemm fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena żdied il-volum ta' qabda ta' ċerti kategoriji ta' ħut, il-qagħda tas-sajjieda qed issir dejjem aktar fraġili u m'hemmx sens ċar ta' x'inhi l- qagħda li rridu li s-sajd ikollu f'pajjiżna fil-futur.", "M'hemmx sigurta` fil-kondizzjonijiet li taħthom is-sajjieda qed imexxu l-mestjier tagħhom.", "Ma jidhirx li hemm interess min-naħa tal-gvern ta' l-Onor.", "Gonzi biex jassigura li s-sajjieda tassew ikollhom ġejjieni fis-sod.", "Dawn iwassalni - għax il-bdiewa u s-sajjieda huma self-employed ukoll - biex nitkellem ftit fuq is-self-employed.", "Issa hawnhekk ma rridx insemmi statistika dwar il-qagħda tagħhom.", "Se nsemmi dak li qalu lil sħabi u lili numru kbir ta' self-employed u r- rappreżentanti tagħhom f'Malta u f'Għawdex.", "Bi ftit eċċezzjonijiet is-self- employed u l-impriżi ż-żgħar, l-SMEs jilmentaw li naqas ix-xogħol, jilmentaw li ma jsibux inkoraġġiment, jilmentaw li l-gvern iwiegħed ħafna imbagħad ma jwettaqx jew inkella jħalli kollox għaddej bħalma ġara fil- proġett tal-crafts village f'Ta' Qali.", "Jilmentaw li l-ispejjeż dejjem telgħin minħabba l-gvern, jilmentaw li s-surcharge tad-dawl u ta' l-ilma kif inhi bħalissa qed tkun piż li qed jeqred in-negozju u veru.", "Iltqajna wkoll – aħna rridu ngħidu kollox - ma' għadd ta' self-employed li kienu għalqu n-negozji tagħhom jew waslu biex jagħmlu dan.", "Pero` l-aktar ilment li tisma' huwa dwar il-burokrazija tal-gvern li toqtol kull inizjattiva u ma tħalli lil ħadd jaħdem.", "Jissemmew ċerti dipartimenti, tissemma l-MEPA u jissemma d-dipartiment tal-VAT li jagħfas fuq xi azjendi u self-employed imma jinjora nies oħrajn li kulħadd jaf bid- drittaġni jew l-assenza tad-drittaġni tagħhom.", "Ħalli nkompli ngħid kollox, Sur President.", "Numru sostanzjali ta' self-employed veru jfaħħru lis- Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo bħala bniedem li jipprova jgħinhom imma mbagħad kollha jgħidu kif dan m'għandux saħħa u dak li jordna ħadd ma jagħti kasu.", "Meta tistaqsi għalfejn jiġri dan ikun hemm min jgħidlek li l- Onor. Edwin Vassallo m'għandux saħħa għaliex huwa mitqies bħala ħabib ta' l- ex-ministru tal-finanzi John Dalli.", "Issa jien ma rridx nemmen li affarijiet bħal dawn jistgħu jseħħu fi gvern immexxi mill-Onor.", "Gonzi u m'iniex se nidħol fil-kwestjoni.", "Pero` ċertament is-settur tas-self-employed jixraqlu aħjar u jixraqlu attenzjoni urġenti ħalli jerġa' jieħu r-ruħ jekk irridu li l-ekonomija tagħna tirpilja.", "Sadanittant imbagħad matul l-aħħar sena li kellha tkun is-sena li fiha ngħixu aħjar rajna t-tradiment sħiħ ta' azjendi tal-gvern li tħallew jinxfu fuq iz-zokk.", "Kellna l-qerda tas-Sea Malta li taparsi kienet se tiġi pprivatizzata imma li l-gvern ta' l-Onor.", "Gonzi beda n-negozjati billi stqarr li jekk ma jirnexxielux ibigħha se jagħlaqha.", "U hekk għamel imma jien ngħid li hekk ried jagħmel.", "Sur President, kellna l-bejgħ bi prezz irħas minn tas-suq tal-Maltacom, bil- ħaddiema u l-impjegati tagħhom imħollija inċerti għall-aħħar dwar il-futur tagħhom.", "Il-gvern ma wera l-ebda interess li jkollhom ġejjieni fis-sod.", "Kellna u għad għandna l-inċertezza fost it-tarznari u l-ħaddiema tagħhom, mhux l-anqas minħabba l-użu ta' ħaddiema barranin taħt kondizzjonijiet li m'humiex qegħdin ikunu trasparenti.", "Xejn mhu ċar jekk iċ-ċaqliqa li qed issir fl-operat tat-tarznari minn ħidma ta' tiswija għall-ħidma ta' bini ta' inġenji kbar relatati mal-baħar kummerċjalment hijiex qiegħda trendi daqskemm jippretendi l-gvern.", "Kellna l-istqarrijiet dwar il- privatizzazzjoni parzjali ta' l-Enemalta li sal-lum jidhru li ma waslu mkien.", "Kellna lix-xandir nazzjonali jiġi żvixxrat bil-programmi tiegħu mogħtija barra minnu u l-aħbarijiet miġbura taħt kontroll politiku dejjem aktar strett.", "Kellna wkoll l-inkwiet fl-Air Malta li diġa` tkellimt dwaru.", "Sur President, dawn il-fatturi kollha servew biex ikomplu jċajpru prospetti ekonomiċi.", "Jekk fl-oqsma li għadni kemm semmejt ma jkunx hemm strateġija pro-attiva, li taħseb biex issostni lill-azjendi nazzjonali fl-oqsma msemmija ma jistax ikollna viżjoni dwar kif nistgħu nkabbru l- opportunitajiet ta' xogħol f'pajjiżna.", "Din is-sena, per eżempju, l- operaturi fil-qasam tat-turiżmu skoprew xi żball kien sar bil- privatizzazzjoni ta' l-ajruport internazzjonali ta' Malta.", "Meta ġew biex jaraw kif jistgħu jirreaġixxu għat-talbiet tal-linji ta' l-ajru low cost, sibna li s-sid privat ta' l-ajruport ta' Malta naturalment se jieħu d- deċiżjonijiet fl-interess tiegħu u mhux fl-interess nazzjonali.", "Hawnhekk ukoll l-iżbalji qegħdin inġorruhom fil-flessibilita` li qed nitiflu biex nimxu 'l quddiem f'dak li għandu x'jaqsam mal-ħolqien tax-xogħol u l- ħolqien ta' futur fis-sod.", "Għalhekk gvern Laburista ġdid jeħodha bħala prijorita` li jirrevedi u jibdel kif meħtieġ il-politika li ninsabu għaddejja biha f'dawn l-oqsma li għadni kemm semmejt.", "Jagħmel hekk fl- interess nazzjonali u fl-interess tal-ħaddiema u l-impjegati involuti.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "Issa se nitkellem ftit dwar Għawdex.", "F'Għawdex hemm l-ogħla rata ta' qgħad fost iż-żgħażagħ li għandna f'pajjiżna.", "Matul l-aħħar sena għalqu tliet lukandi, l-Andar, l-Imġarr u l-Atlantis.", "Il-qasam industrijali tax-Xewkija sar dejjem aktar qisu ċimiterju.", "Is-servizz ta' helicopter qed jagħti servizz mill-agħar u ta' spiss ma jaħdimx.", "Id-dħul mit-turiżmu għal Għawdex kompla jonqos din is-sena.", "Il-bdiewa Għawdxin li jipproduċu frott u ħxejjex, minkejja l-isforzi kbar li qed jagħmlu biex jimmodernizzaw, ġew ittraduti u sabu li qed ikun hemm min jimporta x-xogħol tagħhom mingħajr ma jkollu jipproduċi għall-istandards li qed ikollhom jipproduċu huma.", "Kien hemm diversi inizjattivi biex servizzi li kienu jingħataw f'Għawdex lill- Għawdxin direttament jittieħu lura f'Malta.", "Inbdew xogħlijiet infrastrutturali bħal, per eżempju, fit-triq bejn ir-Rabat u San Lawrenz, li ilhom jiddisturbaw għal xhur sħaħ it-traffiku lejn in-north tal-gżira b'impatt ekonomiku negattiv u sadanittant il-gvern għadu jilgħab l-istess tricks, dak li jwiegħed bħala investiment kapitali f'Għawdex.", "Iwiegħed li se jonfoq il-miljuni u jonfoq ħafna ħafna inqas.", "Sentejn ilu, fl-2004 il- gvern wiegħed li se jonfoq fi spiża kapitali għal Għawdex Lm3.6 miljun u nefaq inqas min-nofs, jiġifieri Lm1.4 miljun.", "Għas-sena li għaddiet 2005 wiegħdu li se jonfqu Lm5.7 miljun fi spiża kapitali u reġgħu nefqu ħafna inqas min-nofs għax nefqu Lm2.4 miljun.", "Din is-sena wiegħdu li se jonfqu Lm6.2 miljun fi spiża kapitali u jidher li l-istess storja se tirrepeti ruħha.", "Sa Awissu kienu nefqu biss Lm1 miljun, fi kliem ieħor b'xorti ħażina, anke Għawdex sab min jidħak bih.", "Mhux ta' b'xejn li l-ekonomija ta' Għawdex għaddejja minn perijodu ta' staġnar qawwi.", "Sur President, meta tifli l-isfidi li għadna kemm semmejna u tipprova tifhem x'inhuma l-għeruq komuni tagħhom ikollok tasal għall-konklużjoni sempliċi.", "Quddiemna, bħala pajjiż, għandna l-isfidi tax-xogħol u ta' l- għoli tal-ħajja, kif se nsostnu u kif se noħolqu x-xogħol, kif se nrażżnu l- għoli tal-ħajja li qiegħda sena wara l-oħra tgħolli l-ispiża tagħha u ma tħallix li x-xogħol tal-ħaddiema tagħna jkun kompetittiv max-xogħol ta' ħaddieħor.", "Aħna fuq din in-naħa tal-Kamra nemmnu li hemm bżonn ta' pjan biex niffaċċjaw dawn l-isfidi.", "Spiċċa ż-żmien tal-ħolm, spiċċa ż-żmien ta' l- istejjer, spiċċa ż-żmien tad-daħk.", "Bla pjan serju m'aħniex se naslu.", "Il- prim ministru stqarr li fl-aħħar sena nħolqu 4,300 impjieg ġdid.", "Kemm-il darba ġie sfidat biex jgħid minn fejn ġew dawn iċ-ċifri.", "Safejn naf jien għadu ma tana l-ebda rendikont għax iċ-ċifri dwar xogħol li ħarġu mal- budget bl-ebda mod ma jikkonfermaw din l-istorja sabiħa, kemm jekk inħarsu lejn iċ-ċifri li joħorġu mill-korporazzjoni għat-taħriġ u l-impjiegi kif ukoll jekk inħarsu lejn is-survey tax-xogħol, l-LFS, li jsir skond il-kejl u skond il-kriterji ta' l-Unjoni Ewropea.", "Jekk nieħdu ċ-ċifri ppreżentati mill-korporazzjoni għall-impjiegi u t-taħriġ insibu li bejn Ġunju tas-sena li għaddiet u Ġunju ta' din is-sena n-numru ta' persuni reġistrati bħala qiegħda żdied minn 6,930 għal 7,061.", "Iż-żieda ta' impjiegi reġistrati kienet ta' 621 jiġifieri minn 138,816 f'Ġunju tas-sena li għaddiet għal 139,437 f'Ġunju ta' din is-sena.", "Biss anke ż-żamma ta' dawn iċ-ċifri qed tiddependi miż-żieda fin-numru ta' nies li qed jirreġistraw part-time u li l-part-time job tagħhom iservi bħala impjieg primarju għalihom.", "Fil-fatt dawn kienu 22,634 f'Ġunju tas-sena li għaddiet u saru 24,386 f'Ġunju ta' din is-sena, jiġifieri kien hemm żieda ta' ftit inqas minn 2,000 job part- time reġistrat bħala l-job ewlieni primarju ta' dak li jkun.", "Altru milli kien hemm żieda ta' l-4,300 impjieg fl-aħħar sena li semma l-Onor.", "Gonzi.", "Jekk immorru lejn il-kejl l-ieħor u jekk inħarsu lejn is-survey tax-xogħol magħmul skond il-metodu ta' l-Unjoni Ewropea insibu li n-numru ta' impjiegi full-time żdiedu biss bi 73 filwaqt li dawk full-time b'sigħat imnaqqsa żdiedu bi 344.", "Insibu wkoll li dawk b'xogħol part-time żdiedu bi 805.", "Meta minn dan is-survey tipprova tara fejn intilfu l-impjiegi ssib li dan ġara l-aktar f'seba' setturi li huma kollha dominati mis-settur privat.", "Kien hemm tliet setturi biss li wrew żieda fl-impjiegi, jiġifieri l-bini, ir-real estate u aġenziji tal-proprjeta` u s-settur tal-bejgħ bl-imnut, ir- retail sector.", "Mhux ta' b'xejn li qed jiżdied ix-xogħol part-time li donnu li qed isir l-uniku mod kif ħafna żgħażagħ jistgħu jidħlu fid-dinja tax- xogħol.", "Anzi l-gvern donnu li qed jirrassenja ruħu li m'hemmx mod ieħor kif jiżdied ix-xogħol jekk mhux fil-part-time.", "Għalhekk fostna qed jinfirex il-fenomenu ta' l-impjiegi prekarji, jiġifieri part-time jobs b'kuntratti definiti, b'kondizzjonijiet tax-xogħol arbitrarji u li jinbidlu skond il-bżonn tas-sidien bi protezzjoni soċjali minima jew ineżistenti.", "Dan huwa fenomenu ġdid u importanti li qed jinfirex f'pajjiżna, kif qed jinfirex f'ħafna pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea.", "Huwa tajjeb li min jixtieq jaħdem part-time isib opportunitajiet imma mhux tajjeb għaż-żgħażagħ tagħna u għal ħaddiema oħra li l-aqwa opportunitajiet tagħhom jispiċċaw part-time u prekarji għax kif jistgħu imbagħad jippjanaw għall-futur?", "Kif jistgħu jibbażaw il-prospetti tagħhom fuq futur fis-sod?", "Il-prim ministru li ddandan sew bl-għajta ta' ġejjieni fis-sod donnu ma tinkwetahx din il-problema.", "Lanqas naf li tkellem darba dwarha.", "Imma żgur m'għandniex nirrassenjaw ruħna għall-futur fejn il-prospetti tax-xogħol ikunu biss prospetti ta' xogħol part-time.", "Anke hawn il-gvern għandu jkollu pjan ta' ħidma serja u konkreta.", "S'issa tkellimt biss dwar l-isfidi tax-xogħol u l-ħidma fl-ekonomija tagħna.", "Hemm bżonn niffokaw fuqhom dawn għax jekk l-ekonomija tagħna tkun qed togħtor, l-impjiegi jonqsu jew jiġu mhedda.", "Issa biex inkunu għedna kollox irrid ngħid li l-prim ministru u l- gvern tiegħu qed jgħidu li huma mexjin bil-mod inhuma mexjin bil-finanzi pubbliċi ħalli jkunu jistgħu jilqgħu għall-mira li jdaħħlu lil Malta fiż- żona ta' l-ewro mill-1 ta' Jannar tas-sena 2008.", "Allura issa li nixtieq nitkellem ftit fuq il-finanzi pubbliċi, tajjeb li nibda fuq din il-biċċa ta' l-ewro u nibda biha billi nitkellem ċar, kif sħabi u jien tkellimna ċar kemm-il darba ħalli ma nħallux lil min jipprova jħawwad l-opinjoni pubblika għal raġunijiet partiġġjani.", "Mid-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea bħala pajjiż assumejna l-obbligu li ma nistgħux noħorġu minnu biex f'xi data Malta tneħħi l-lira Maltija u minflokha ddaħħal il-munita ta' l-ewro.", "Dwar dan m'hemm kwestjoni ta' xejn.", "Meta l- gvern ħabbar l-intenzjoni tiegħu li jdaħħal lil Malta fiż-żona ewro f'data bikrija, ikkritikajna l-għaġġla li biha se ssir il-qalba.", "Kieku stennejna ftit taż-żmien aktar kien ikun wisq aħjar għall-ekonomija tal-pajjiż.", "Imma la l-gvern baqa' għaddej bid-deċiżjoni tiegħu li jissettja d-data ta' l- ewwel ta' Jannar tas-sena 2008 aħna għedna li fl-interess nazzjonali din id- data issa għandha tiġi rispettata.", "Jekk wieħed jibqa' jikkontesta din id- data u jwebbes rasu bħalma jagħmel is-soltu gvern, kien ikun hemm effetti ta' insabbilta` li ma jagħmlux tajjeb għall-ekonomija tagħna speċjalment fl- istat li qiegħda fih.", "Għalhekk qed nistennew li bejn Mejju u Ġunju tas- sena d-dieħla se tittieħed id-deċiżjoni finali mill-gvern Malti u mill- awtoritajiet ta' Brussell, biex l-ewro tidħol fl-1 ta' Jannar tas-sena 2008.", "Stqarrejna dan kemm-il darba u qed nerġa' nagħmlu llum, imma ħalli mmur aktar 'il bogħod minn hekk.", "Ladarba s-segretarju ġenerali tal-partit Nazzjonalista, nimmaġina bil-barka moħbija tal-prim ministru, għoġbu jdaħħal il-prospetti ta' elezzjoni bikrija, kieku kellha ssir elezzjoni ġenerali fil-ħarifa tas-sena d-dieħla, jiġifieri wara li tkun ittieħdet id-deċiżjoni finali biex l-ewro tidħol fl- 1 ta' Jannar tas-sena 2008 u l-partit Laburista jirbaħ dik l-elezzjoni, gvern Laburista ġdid jibqa' miexi bid-deċiżjoni li tkun ittieħdet għad-dħul ta' l-ewro fl-1 ta' Jannar.", "Aktar minn hekk, kieku kellha ssir elezzjoni ġenerali fir-rebbiegħa tas-sena d-dieħla, kif ipprospetta s-segretarju ġenerali tal-partit Nazzjonalista, jiġifieri meta tkun għadha ma tteħditx id-deċiżjoni finali bejn il-gvern Malti u l-awtoritajiet ta' Brussell dwar id-dħul ta' l-ewro, u minn din l-elezzjoni joħroġ rebbieħ il-partit Laburista, gvern Laburista ġdid jibqa' miexi bil-proċess kollu sa l-aħħar li jwassal ħalli d-deċiżjoni li tittieħed fil-bidu tas-sajf tkun dik li l- ewro jidħol f'pajjiżna fl-1 ta' Jannar tas-sena 2008.", "Naħseb li dwar dan ma baqagħlix xi nżid.", "Imma bir-rispett kollu dwar il- finanzi pubbliċi, id-differenza kbira bejn il-gvern u l-oppożizzjoni mhux ġejja mill-ewro, Sur President.", "Id-differenza ċara bejn l-oppożizzjoni Laburista u l-gvern ta' l-Onor.", "Gonzi ġejja minn dan.", "Il-prim ministru u l- gvern tiegħu ftit li xejn iridu jisimgħu dwar sfidi ekonomiċi u soċjali veri tal-pajjiż.", "Jippreferu jgħidu li qed isolvuhom biex minflok jikkonċentraw fuq kif taparsi qed inaqqsu l-ħofra fil-finanzi tal-gvern.", "Għalihom il-finanzi pubbliċi saru eżerċizzju fil-kontabilita`.", "Kienu jgħajru lili bil-calculator u llum huma jippreżentaw ruħhom qishom kienu super calculators.", "Min-naħa ta' l-oppożizzjoni qed ngħidu li għalkemm il-kwestjoni ta' kif jitnaqqas id-deficit, il-ħofra, hija kwestjoni importanti, aktar importanti bħalissa hu kif se tkabbar ix-xogħol, kif se tnaqqas l-għoli tal-ħajja u kif se ttejjeb il-kondizzjonijiet soċjali tal-Maltin u l-Għawdxin.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Qed insostnu li l-gvern qed ifalli bil-kbir fil- politika li biha joħloq ix-xogħol u jipproteġi soċjalment lill-poplu għax m'għandux viżjoni u pjan ħalli jwettaqha bil-fatti u mhux bil-paroli biss.", "Issa veru, kull gvern għandu dritt jagħżel il-prijoritajiet tiegħu, Sur President, imbagħad ġeneralment jiġi ġġudikat fuq ir-riżultati.", "L-oppożizzjoni Laburista tat xiehda fl-imgħoddi ta' l-importanza li għandu jkollhom finanzi verament fis-sod.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Konna aħna fl-1996 li tajna s-sinjal ta' l-allarm għal kif kienu qed jitmexxew flus il- poplu dak iż-żmien.", "Dakinhar żebilħuna, qalulna li l-ħofra kienet ħrafa, qajmu l-irwiefen meta ħadna miżuri biex dik il-ħofra nagħlquha u mbagħad ħarġu bil-ħrafa li kien il-partit Laburista fil-gvern li ħaffer il-ħofra u li fl-1998 kien għamel deficit record.", "In-naħa tal-gvern għadha tirrepeti dik il-gidba sal-lum allavolja statistika li ħarġu huma stess splodietha.", "Sur President, aktar 'il quddiem se npoġġi fuq il-mejda tal-Kamra ċifri dwar kif spiċċaw id-deficits tal-gvern bejn l-1993 u s-sena 2003.", "Din it- tabella turi ċar li s-sena ta' l-aqwa ħofra kienet is-sena 1996.", "It- tabella li se npoġġi fuq il-mejda tal-Kamra ġiet maħduma minn gvern Nazzjonalista fis-sena 2003.", "Din turi kif in-Nazzjonalisti riedu juru d- deficit li qalu li gvern Laburista ħalla warajh fis-sena 1998 meta bdew jimballaw kull kont li setgħu jsibu u jwaddbuh għal fuq is-sena 1998.", "Imma xorta waħda din it-tabella turi li r-record ta' deficit tal-gvern seħħ fis- sena 1996 meta laħaq is-somma favoluża ta' Lm188,600,000.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "Dik kienet is-sena fejn il-prim ministru Nazzjonalista ta' dak iż-żmien kellu memorandum mill-ministru tal-finanzi tiegħu li qallu kif il-finanzi tal-gvern kienu sejrin il-baħar u ma qal xejn bih lil ħadd.", "Għalhekk l- Onor. Gonzi u sħabu ftit jistgħu jkunu kredibbli meta jippreżentaw ruħhom bħala l-paladini li se jimlew il-ħofor.", "Kienu huma li matul is-snin baqgħu jħaffru l-ħofra bl-aktar mod irresponsabbli bl-għajta ta' money no problem.", "Fis-snin mill-1998 lil hawn l-ispiża tal-gvern baqgħet dejjem tielgħa.", "It- tweġiba tal-gvern Nazzjonalista dejjem kienet li jżid it-taxxi u jħalli d- dejn jitla'.", "Tliet snin u nofs ilu, kif diġa` għedna, l-għajta elettorali tal-partit Nazzjonalista kienet, kif diġa` rajna, finanzi fis-sod.", "Din kienet gidba oħra għax kif jista' jkun li dak iż-żmien il-finanzi kienu fis- sod jekk il-prim ministru qed jiftaħar li rnexxielu jġib il-finanzi fis-sod għax naqqas id-deficit?", "Jew kienu fis-sod tliet snin ilu u allura ma kellux għalfejn joqgħod jitqanżah dwar din il-ħaġa jew tliet snin ilu l- gvern Nazzjonalista daħak bil-poplu u gideb lill-poplu, kif għamel dan l- aħħar il-Prim Ministru Ungeriż, li ammetta li fil-kampanja ta' l-elezzjoni, hu u sħabu kienu gidbu fuq li gidbu.", "U x'garanzija jista' jkollu l-poplu li kif daħak bih tliet snin ilu l-gvern Nazzjonalista mhux qed jidħak bih illum ukoll!", "Sadanittant il-politika tal-gvern ta' onfoq onfoq u intaxxa intaxxa kellha konsegwenzi kbar u koroh fuq il-ħajja tal-poplu.", "Naqqset il-flus mill- bwiet tan-nies u l-kwalita` tal-ħajja tal-familji ħżienet.", "U aktar minn hekk, ħolqot spejjeż ġodda fl-ekonomija tal-pajjiż li beda jsir inqas kompetittiv u għaldaqstant beda jitlef l-impjiegi u l-investimenti.", "Tmien snin ilu l-partit Nazzjonalista fl-oppożizzjoni għamel sfrattu għax il- gvern Laburista kien żied it-taxxi b'mod, skond hu, selvaġġ u mhux aċċettabbli.", "Fis-sena 1998 il-piż tat-taxxi, minħabba l-miżuri li daħħal il- gvern Laburista, żdied f'sena waħda bi Lm17 miljun.", "Mill-1998 'il hawn kull sena l-gvern Nazzjonalista kien qed iżid u żied il-piż tat-taxxi diretti u indiretti bir-rata ta' bejn Lm50 miljun u Lm60 miljun fis-sena, kull sena.", "Dik hija l-verita`.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "Sadanittant ir-rassenja tat-taxxi, miżati u ħlasijiet li daħħal il-gvern Nazzjonalista matul l-aħħar snin hija impressjonanti.", "Bejn l-1998 u l-2003 il-gvern daħħal mill-inqas 13-il taxxa, bħall-VAT, li kellhom firxa mill- aktar wiesgħa.", "Mill-2003, is-sena ta' l-aħħar elezzjoni sal-lum jiġifieri taħt it-tmexxija ta' l-Onor.", "Gonzi daħħlu 43 taxxa oħra.", "Dawn it-taxxi għadhom qed japplikaw din is-sena u se jibqgħu japplikaw għas-sena d- dieħla.", "Fid-diskussjoni li kelli mal-Prim Ministru Gonzi nhar it-Tnejn fuq ir-radju RTK, jekk fhimt tajjeb, qal li kellu bħala gvern fl-aħħar snin jimbolla t- taxxi fuq il-poplu, sagrifiċċji li kellhom isiru, skond hu, imma issa wieħed kellu jara kif se jħaffef il-piżijiet.", "Issa wara snin li matulhom kellhom iġorru t-tagħbijiet ta' taxxi, miżati u surcharges għax rawhom dejjem jiżdiedu, bir-raġun in-nies fiehmu li fl-aħħar il-gvern kien se jnaqqas bis-sħiħ mill-piż tat-taxxa.", "Erba' taxxi l-aktar li jdejquhom, il- VAT, is-surcharge fuq id-dawl u l-ilma, l-income tax, u t-taxxa fuq it-tluq minn Malta f'safar.", "Sur President, dwar l-ewwel waħda, il-VAT ħafna fiehmu li ftit stajt tagħmel, issa li kienet daħlet, issa li l-gvern ta' Gonzi baqa' jżidha, issa li sirna membri ta' l-Unjoni Ewropea.", "Imma mbagħad in-nies stenniet azzjoni effettiva fuq it-taxxi l-oħra u ħarġet jew, għal min għadu ma ndunax, se toħroġ diżappuntata.", "Dan għaliex, minkejja l-ftaħir tal-Prim Ministru, il-bidliet li għamel fil-piżijiet tat-taxxa mhumiex se jwasslu 'l bogħod.", "Dwar is-surcharge fuq il-prezzijiet tad-dawl u l-ilma l-gvern m'għamel xejn biex inaqqas il-piżijiet.", "Ġieli jgħid li dan ma jistax isir fil-budget imma b'miżuri barra mill-budget, u ġieli jgħid li m'hemm xejn x'jista' jsir għax hu x'inhu jkollna naċċettaw il-prezzijiet li bihom qed jinbiegħ iż-żejt barra.", "Dwar it-taxxa fuq it-tluq minn Malta, din tnaqqset b'Lm10 imma mill-1 ta' Ġunju tas-sena d-dieħla.", "Diffiċli tifhem x'inhu l-ħsieb wara din il- miżura.", "Żgur li ħawdet u ddiżappuntat lil ħafna nies għax xorta waħda t- taxxi fuq it-tluq minn pajjiżna b'ajruplan magħduda kollha flimkien għadhom projbittivi.", "Dr. Gonzi kien ta lin-nies x'jaħsbu li t-taxxi kollha fuq it- tluq kienu se jiġu rranġati, u forsi anke mneħħija għal kollox.", "Il-fatt li ma ġietx imneħħija minnufih, mill-ewwel tas-sena l-ġdida, imma tnaqqset kif tnaqqset mill-1 ta' Ġunju tas-sena li ġejja ma jiftiehemx, jekk mhux bħala stil differenti ta' kif forsi mill-ġdid tidħak bin-nies jew forsi bħala inkejja.", "Imma hawn min jgħid li d-daħk hu forma ta' inkejja, Sur President.", "Issa niġi għaċ-ċaqliq fit-taxxa ta' l-income tax.", "Kien ilu mistenni, kien ilu mistħoq u l-istess prim ministru, meta kont miegħu għad-diskussjoni fuq ir-radju RTK, qal kif fl-aħħar snin kien baqa' jżid il-pressjoni ta' income tax fuq il-familji.", "Issa bil-bdil ta' bands li fuqhom qed jiġi ċċarġjat l- income tax, hu minnu li għadd ta' familji ġew mogħtija s-sentiment li se jkollhom ftit tan-nifs.", "U din hija ħaġa tajba.", "Imma għaliex oħrajn ma ngħatawx ukoll xi forma ta' nifs, ta' għajnuna?", "Għaliex koppja li qiegħda taqla' anqas minn Lm4,500 fis-sena u oħrajn bħalha ntesew?", "Meta tħares lejn kemm se jkunu l-flus li qed ifaddlu mid-dħul tagħhom dawn iċ-ċittadini u l-koppji li qed jingħataw it-tnaqqis fl-income tax, u meta tgħodd dan id- dħul tagħhom maż-żieda fil-paga li se jkollhom minħabba l-għoli tal-ħajja, issib li għas-sena li ninsabu fiha, bir-rata ta' l-għoli ta' ħajja li kellna bejn Jannar u Settembru 2006, jiġifieri għoli ta' ħajja ta' 3.3%, l- uniċi kategoriji li se jkunu qed jingħataw relief li se jegħleb l-effetti ta' l-għoli tal-ħajja fuqhom huma dawk li jaqilgħu bejn Lm6,500 u Lm5,500 fis-sena u li jibagħtu return ta' l-income tax singola.", "Bi żbrixx it- tnaqqis li qed jingħatalhom fl-income tax jaqbeż il-gidma ta' l-għoli fil- prezzijiet.", "Għandi tabella li se npoġġi fuq il-mejda tal-kamra li turi kif għall- kategoriji l-oħra tad-dħul, li rajna fit-tabella li ppreżenta l-Prim Ministru fid-diskors tiegħu, kemm jekk qed iressqu d-dħul tagħhom taħt forma konġunta, kemm jekk bħala single t-tnaqqis li qed jingħata se jittiekel mill-għoli tal-ħajja li kellna bejn Jannar u Settembru 2006.", "Fil- maġġoranza l-kbira tal-każi t-tnaqqis mogħti fl-income tax jaqa' taħt din ir-rata ta' l-għoli tal-ħajja.", "Per eżempju, min għandu dħul ta' Lm6,000 u qed idaħħal return konġunta ta' koppja se jirbaħ biss 2.2% meta, kif għedna, ir-rata ta' l-għoli tal-ħajja hi ta' 3.3%.", "Per eżempju, min għandu dħul ta' Lm9,000 u qed idaħħal return konġunta ta' koppja se jirbaħ fis- sena 3.2%, kontra r-rata ta' inflazzjoni ta' 3.3%.", "Mela r-relief fil- piżijiet li l-gvern se jagħti m'hu effettivament xejn f'ħafna każi ħlief kożmetika, minkejja l-ħafna kliem vojt dwar records, mirakli u stejjer sbieħ.", "In-nies li qed jistennew – u bir-raġun - huwa nifs fuq il-ħafna piżijiet li tpoġġew fuqhom mingħajr ma kien hemm riżultati.", "Donnhom li aktar ma ħallsu u aktar ma ġarrew piżijiet aktar l-affarijiet minflok tjiebu, aktar marru lura.", "Anke l-argument tal-gvern li dan kien budget bla żieda fit-taxxi jerġa', kif ġara fis-snin ta' qabel, jmur kontra l-verita`.", "Il-figuri li l- gvern stess ippubblika dwar kemm se jiġbor taxxi diretti u indiretti fis- sena li ġejja jerġgħu juru li l-piż tat-taxxi se jibqa' jiżdied.", "Skond l-estimi finanzjarji matul is-sena li għaddiet l-gvern ġabar f'taxxi diretti u indiretti s-somma ta' Lm740,300,000.", "Skond l-istess estimi din is-sena se jkun ġabar f'taxxi diretti u indiretti s-somma ta' Lm802,400,000, jiġifieri fuq is-sena li għaddiet din is-sena kien hemm żieda fil-piż tat-taxxi ta' Lm62,100,000.", "Jekk issa nieħdu kemm il-gvern qed jgħid li jrid jiġbor taxxi diretti u indiretti s-sena d-dieħla nsibu li jrid jiġbor Lm851,200,000, jiġifieri żieda oħra ta' Lm48,800,000 għas-sena d-dieħla fuq din is-sena.", "Altru jekk hux budget bla taxxi!", "Iżda l-akbar mażżra fuq il-poplu u fuq l-azjendi fl-aħħar żmenijiet kienet bla dubju ta' xejn is-surcharge fuq il-kontijiet tad-dawl u l-ilma.", "Din għadha hemm u l-budget ma messhiex.", "Is-sena li għaddiet konna ppubblikajna rapporti li wrew kif il-kalkoli li saru biex tiġi ssettjata s-surcharge kienu esaġerati, kienu qed idaħħlu marġni ta' spiża li ma setgħux ġew mill- prezzijiet li kienu qed jogħlew minn barra imma kienu ġejjin minn fatturi oħra.", "Forsi l-gvern ried jikkompensa għall-iżball li għamel meta baqa' lura milli jdaħħal il-hedging u ried li jġib lura l-flus li tilef b'mod ieħor.", "Forsi ried jikkumpensa għall-ineffiċjenzi li ħalla jakkumulaw fit- tmexxija u fit-teknoloġija tas-settur ta' l-enerġija.", "Hu x'inhu, mhux sew li ċ-ċittadini jġorru spiża extra mis-surcharge li tlaħħaq bejn 20% għal 25% tagħha biex tikkumpensa għal dawn il-fatturi li m'għandhomx x'jaqsmu maż-żieda fil-prezzijiet internazzjonali taż-żejt.", "Ir-risposta tal-gvern għar-rapporti li ħarġet l-oppożizzjoni fuq din il- ħaġa kienu konfużi u bħas-soltu mimlija tgħajjir.", "Dan aktar ikkonfermalna kemm kellna raġun.", "Imma issa wasal iż-żmien li tittieħed deċiżjoni biex tittaffa ftit il-ferita tal-kontijiet li qed jifnu lil ħafna familji u ħafna negozji.", "Hemm raġunijiet soċjali għal dan, hemm raġunijiet ekonomiċi u hemm raġunijiet ta' fair play.", "Jekk is-sistema hija waħda teknoloġikament jew amministrattivament ineffiċjenti li qed iżżid l- ispejjeż il-konsumatur m'għandux ikun ippenalizzat għal dan.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "Huwa minnu li s-surcharge trid tirrifletti r-realtajiet ekonomiċi kkawżati miż-żieda fil-prezz internazzjonali taż-żejt imma trid ukoll tiġi mkejla b'mod li jirrifletti r-responsabbiltajiet soċjali ta' l-istat.", "M'huwiex sew li s-surcharge, kif qed jiġri, tirrifletti fiha element li jkun ġej mill-ineffiċjenzi tekniċi jew oħrajn.", "Dan l-element ta' bejn 20% u 25% tas- surcharge għandu jitneħħa minnha.", "Barra minn hekk mhux sew li aktar ma jogħla l-prezz taż-żejt minn barra aktar togħla t-taxxa fuqu għax il-VAT titħallas b'persentaġġ u b'hekk jogħla d-dħul tal-gvern.", "Agħar u agħar jekk, kif qed jiġri, il-VAT bir-rata ta' 5% qed tiġi charged ukoll fuq is- surcharge fil-każ tal-konsum ta' l-elettriku.", "Dan qiegħed ikompli jżid fl- għoli tal-ħajja.", "Fl-interess ta' l-ekwita` soċjali u tal-ħtieġa li nrażżnu l-għoli tal- ħajja, gvern Laburista ġdid jagħmel capping fuq id-dħul tiegħu mill-VAT tal- fuels biex ikun jista' jnaqqas is-surcharge fuq id-dawl u l-ilma b'tali mod li flimkien mat-tnaqqis li għadni kemm semmejt ħalli l-konsumatur ma jkollux għalfejn iħallas għall-ineffiċjenzi tal-gvern, is-surcharge fuq id- dawl u l-ilma titnaqqas b'kollox bejn 40% għal 50%.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Din tkun deċiżjoni li għandha tittieħed fi spirtu ta' responsabilita` politika, b'indirizz ta' responsabilita` soċjali.", "Il-gvern ta' Dr. Gonzi jgħid li din m'hijiex deċiżjoni ta' budget.", "Jien ma niddejjaq xejn jeħodha fejn irid jeħodha, imma malajr kemm jista' ikun fil- budget jew barra minnu, l-aqwa li jeħodha għax hija deċiżjoni li ttaffi ħafna mill-piżijiet u t-tbatijiet li taħthom qegħdin jitgħaffġu saffi sħaħ tas-soċjeta`.", "U jekk ma jeħodhiex hu, kif diġa` għedt jeħodha gvern Laburista ġdid.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "Fl-aħħar mill-aħħar ma nistgħux nibqgħu nħarsu lejn il-budget kif qed jagħmel il-Prim Ministru Gonzi bħala eżerċizzju fil-kontabilita`, billi jipprova jqabbel ċifra ma' oħra u sakemm is-somom jiġuh tajbin, jew jidhirlu hekk, ikun sodisfatt.", "Finanzi fis-sod tfisser fuq kollox li l- poplu jkun qiegħed jara progress vera mill-ħidma tal-gvern.", "L-agħar f'dan il-pajjiż huwa mhux li tkun qiegħed tħallas ħafna taxxi imma li mit-taxxi li tkun qiegħed tħallas ma tkunx qed tieħu riżultati tajba jew tajba biżżejjed.", "Sur President, jiddispjaċini li hekk qed jiġri, il-gvern mhux qed ikun effettiv fil-ħidma tiegħu, mhux qed inħarsu biżżejjed lejn l-oqsma soċjali li l-aktar jinteressaw lill-familji, u allura nħarsu lejn l- edukazzjoni.", "Minkejja l-miljuni li qed nonfqu fl-edukazzjoni, kif nistgħu nkunu sodisfatti bir-riżultati?", "Jekk nieħdu r-riżultati ta' l-eżamijiet tas-SEC li saru s-sena li għaddiet għat-tfal imwielda fis-sena 1989, jiġifieri ġenerazzjoni sħiħa li tista' tgħid li dejjem għexet taħt gvern Nazzjonalista, insibu li 81.3% biss ta' dawn it-tfal qagħdu għall-eżami, jiġifieri 18% lanqas biss daħlu għalih.", "38% biss ġabu biżżejjed passes biex jidħlu fis-sixth form, 62% weħlu.", "Inqas minn 32% tas-subien u 44% tat- tfajliet ġabu passes biżżejjed għas-sixth form.", "Kif nistgħu nkunu sodisfatti b'riżultati bħal dawn?", "Jekk inqabblu l-persentaġġ tal- popolazzjoni tagħna bl-eta` ta' bejn l-20 għal 24 sena u naraw kemm minnhom spiċċaw l-edukazzjoni sekondarja għolja u nqabblu dan ma' l-istess persentaġġ tal-pajjiżi membri l-oħra ta' l-Unjoni Ewropea, aħna niġu fl- aħħar post, il-25, kemm bħala żgħażagħ nisa kif ukoll bħala żgħażagħ nisa u irġiel flimkien.", "F'dak li għandu x'jaqsam ma' żgħażagħ rġiel ta' bejn l-20 u l-40 sena niġu, jekk dik hija konsolazzjoni, fil-post ta' qabel ta' l- aħħar.", "Iktar tard se npoġġi fuq il-mejda tal-Kamra t-tabbelli li juru dawn l-affarijiet.", "Iktar minn hekk fit-tabbella tal-paraguni bejn il-25 pajjiż membru ta' l- Unjoni Ewropea dwar persentaġġ ta' popolazzjoni b'edukazzjoni sekondarja baxxa jew early school leavers Malta tiġi l-ewwel.", "Jiġifieri għandna l- aktar persentaġġ għoli ta' early school leavers, kemm bħala subien u kemm bħala bniet.", "Il-veru każ li tgħid li fejn biex tkun l-aħjar trid tiġi l- aħħar, aħna niġu l-ewwel, u fejn biex tkun l-aħjar trid tiġi l-ewwel, aħna niġu l-aħħar.", "Se npoġġi din l-istatistika ta' paraguni fuq il-mejda tal- Kamra.", "Dan kollu jorbot jerġa' ma' kif aktar u aktar żgħażagħ mhumiex isibu impjieg xieraq.", "Ir-rata tal-qgħad fost iż-żgħażagħ dejjem qiegħda tikber.", "Sur President, kif diġa` għedt li l-eżerċizzju tal-budget ma jistax ikun wieħed biss ta' kontabilita`, imma rridu naraw kemm in-nefqa li qed nagħmlu tirrendi f'riżultati tajba.", "Jekk immorru fis-settur tas-saħħa u nqabblu s- saħħa tal-poplu tagħna ma' dik tal-pajjiżi Ewropej li issa jinsabu sħab magħna fl-Unjoni Ewropea.", "Għaliex dwar l-imwiet relatati mal-mard tal-qalb għal kull 100,000 tal-popolazzjoni huma jkollhom imwiet ta' 90 persuna u aħna nlaħħqu mwiet ta' 150?", "Għaliex dwar imwiet relatati ma' mard fl- arterji tal-moħħ għal kull 100,000 tal-popolazzjoni huma jġarrbu 57 mewt u aħna nlaħħqu 69 mewt?", "Jekk inħarsu lejn is-sistema tat-tmexxija ta' l- isptarijiet għaliex għandu jkun hemm dan it-tul ta' waiting lists għal operazzjonijiet importanti, waiting lists li qed jitwalu mhux b'ġimgħat, mhux b'xhur imma bi snin?", "Għaliex għandu jkun hemm dan l-isfrattu kollu li nsibu fit-tħejjijiet biex isir it-trasferiment mill-isptar ta' San Luqa lejn l-isptar f'tal-Qroqq?", "Inqas minn xahar ilu l-prim ministru qal li l-arranġamenti mal-unions u rappreżentanti tat-tobba, infermiera u staff mediku kienu fi stadju avvanzat meta mbaħgad il-MUM, l-MUMN, il-GWU u l-UĦM ħarġu lkoll jgħidu li lanqas kienu bdew jiġu kkonsultati f'din il-biċċa.", "Għaliex meta qed nonfqu daqstant mijiet ta' eluf ta' liri, biex ma ngħidx miljuni, fl-edukazzjoni u t-taħriġ tat-tobba u l-paramediċi tagħna, qed niffaċċjaw nuqqas kbir ta' tobba u ta' paramediċi?", "Għaliex mas-60% tat-tobba ġodda Maltin ikunu telqu mill-pajjiż sa ħames snin wara li jkunu ggradwaw?", "Dawn huma mistoqsijiet li jorbtu ma' kemm il-flus li qed jonfoq il-gvern qed ikunu effettivi biex joħolqu amministrazzjoni li tassew jirnexxilha ttejjeb il-ħajja.", "L-istess fil-każ ta' l-anzjani, dawn intesew kompletament minn dan il- budget.", "Fid-diskors tal-prim ministru bilkemm issemmew darba l-problemi ta' għajxien li qed jiffaċċjaw ħafna anzjani, speċjalment bil-għoli tal- ħajja.", "Għaliex kellu jkun hemm dan id-dewmien kollu biex il-gvern jaqbad il-barri minn qrunu fil-qasam tal-mediċini li jikkonċerna l-aktar lill- anzjani u lill-morda?", "Fl-aħħar sena u nofs f'dan il-qasam rajna skarsezza kbira ta' mediċini u żieda sostanzjali fil-prezzijiet.", "Issa qed jgħidulna li waslu f'arranġament li se jitħabbar fl-1 ta' Novembru biex il-mediċini jorħsu.", "Il-ġurnal \"The Times\" diġa` qalilna kemm se jorħsu ċerti mediċini.", "Aħna qabbadna verifika ta' kif se jinbidlu l-prezzijiet ta' ċerti mediċini, fosthom l-Augmentin, il-Ventolin, iż-Zovirax cream, il-Flixonase u l- Actifed u ta' kif kienu l-prezzijiet ta' dawn il-mediċini fis-sena 2004 u fis-sena 2005.", "Għandi quddiemi r-riżultat ta' dan il-paragun li se npoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.", "Alla jbierek jirriżulta li l-prezzijiet il-ġodda kollha se jkunu ogħla sew mill-prezzijiet li kellna fis-sena 2004, b'qabża enormi f'ċerti ċirkostanzi.", "Per eżempju, il-prezz tal-Ventolin se jkun 35% aktar milli kien fis-sena 2004.", "L-Augmentin se jkun bejn 4% għal 12% u 14% ogħla mis-sena 2004, skond id-daqs tal-pakkett.", "Il-Flixonase se jkun 22% ogħla u l-Actifed se jkun 9% ogħla.", "Kemm qed ikun effettiv il-gvern ta' Dr Gonzi, minkejja l-piżijiet finanzjarji kbar li baqa' jimponi fuq iċ- ċittadini, biex jagħmel dmiru lejn iċ-ċittadini u jħares l-aqwa interessi tagħhom fil-qasam tas-saħħa fost l-anzjani u l-familji li qed irabbu.", "Sur President, jien kont qed naħseb biex ngħid fil-qosor x'ġara u ma ġarax, kif qiegħed il-gvern jilqa' għall-isfida tal-proġetti li jibda u ma jispiċċax, imma peress li qed jagħfas il-ħin tajjeb li nispjega x'qed nagħmlu aħna bħala partit Laburista biex nilqgħu għall-isfida tax-xogħol, għall-isfida ta' kif se nagħtu pjan li joħloq bidu ġdid għal pajjiżna.", "Ilna mad-9 xhur issa niltaqgħu jum wara l-ieħor mar-rappreżentanti tas- soċjeta` ċivili biex niddiskutu magħhom il-pjani li l-partit Laburista ħejja ħalli nagħtu bidu ġdid.", "Ma nistgħux nibqgħu b'dan l-isfrattu, ma nistgħux nibqgħu f'dan l-isqaq.", "Żammejna mat-850 siegħa ta' konsultazzjoni li għalihom ipparteċipaw aktar minn 2000 persuna.", "Iltqajna ma' 'l fuq minn 100 għaqda ewlenija fis-soċjeta` ċivili, fosthom 22 għaqda minn Għawdex.", "Se nibqgħu nagħmlu dawn il-laqgħat fix-xhur li ġejjin għax irridu li sakemm tasal l-elezzjoni r-rappreżentanti tagħna, id-deputati, kandidati, kunsilliera u sindki, uffiċjali Laburisti jkunu ltaqgħu kemm jista' jkun ma' mill-inqas tliet kwarti tal-poplu.", "(Onor. Membri: Hear, hear)Matul il- laqgħat li nżommu qed nisimgħu l-fehmiet ta' kulmin hu involut fis-setturi differenti u nitgħallmu minn dak li jgħidulna biex nibdlu l-abbozzi li nkunu ħejjejna.", "B'dak li nagħmlu rridu nibqgħu qrib iċ-ċittadini, irridu nibqgħu qrib il-familji.", "Dak li nħejju u dak li nwiegħdu rridu li jirrispondi għall-aspettattivi tagħhom.", "Ma rridux nagħmlu bħal ħaddieħor, nidħku bihom.", "Sur President, qed nipproponu pjani għal strateġija ekonomika, soċjali u ġenerali li tgħodd għal pajjiżna, għal politika industrijali effettiva, għal tiġdid fit-turiżmu, għal strateġija ambjentali, għal politika edukattiva moderna, għal tiġdid fil-qasam tas-saħħa, għal politika reġjonali dwar Għawdex, għal politika li tippromwovi kondizzjonijiet tax- xogħol xierqa, għal pjan strateġiku favur iż-żgħażagħ, għal politika li tfittex tippromwovi l-ugwaljanza fost is-sessi u b'hekk issaħħaħ il-qagħda soċjali tan-nisa Maltin, għal strateġija fejn inkomplu nibnu ħalli l- kunsilli lokali jtejbu l-ħidma tagħhom fil-komunitajiet tagħna, għal politika demokratika ta' l-informatika u t-teknoloġija li tkun tassew tal- Maltin u ta' l-Għawdxin kollha, għal pjan għall-iżvilupp tas-servizz ċivili, għal pjan ta' żvilupp fil-biedja u s-sajd, għal strateġija tat- tkabbir tal-kooperattivi.", "Il-miżuri ta' gvern Laburista ġdid issawru u se jkomplu jiġu elaborati f'oqsma importanti fejn id-dibattitu u d-djalogu se jkomplu fil-qasam tal-familja, fil-qasam ta' l-anzjani, fis-sigurta` u l- immigrazzjoni, fil-ġustizzja, fil-politika barranija, fil-patrimonju nazzjonali.", "Qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra, marbuta flimkien u wkoll fuq CD-rom, il-kopja tal-pjani u ta' l-abbozzi li l-partit Laburista ħadem fuqhom u jinsabu lesti jew kważi lesti fil-ħidma tagħna biex inħejju għall-bidla li jixtieq il-poplu, għal bidu ġdid.", "L-impenn tagħna f'dan il-pjan hu dak li ilna nistqarru fl-aħħar snin imma jirrifletti t-twemmin dejjiemi tagħna f'pajjiżna u fil-ġustizzja soċjali, impenn imsejjes fuq l-għajta ta' xogħol, ħarsien u dinjita`.", "Fiċ-ċentru tal-pjan tagħna hemm il-ħtieġa li nerġgħu nkabbru l-opportunitajiet, li pajjiżna jerġa' jirranka fil-ħolqien ta' impjiegi li jkunu xierqa u li jippermettu li ż-żgħażagħ tagħna tassew jibnu l-futur tagħhom fuq bażi soda, mhux fuq id-daħk falz u l-kliem vojta li ma jwasslu mkien.", "Il-pjan tagħna ta' fejqan ekonomiku soċjali jilqa' għal din l-isfida għax, kif sostna r-rapport tal-Professur Falzon, irridu nirbħu l-ġlieda li biha nrażżnu l-prezzijiet.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "Diġa` semmejt il-miżuri dwar is-surcharge fuq id-dawl u l-ilma li lesti nieħdu ħalli nnaqqsu b'mod ekonomikament effettiv u soċjalment ġust id- daqqa li tawna l-prezzijiet jogħlew fil-qasam ta' l-enerġija.", "Imma rridu mmorru aktar 'il bogħod minn hekk.", "Nerġa' ngħid li gvern Laburista ġdid ipoġġi l-ġlieda kontra l-għoli tal-ħajja fiċ-ċentru tal-politika tiegħu ħalli jsostni u jtejjeb l-ekonomija.", "Se jinqeda mingħajr tnikkir bl- apparat regolatorju eżistenti u jkompli jsaħħu biex jassigura li titrażżan l-inflazzjoni.", "Se ndaħħlu miżuri oħra li jkunu kompatibbli mar-regoli ta' l-Unjoni Ewropea biex tingħata attenzjoni speċjali lill-prezzijiet fl-oqsma ta' l-ikel, tal-mediċini, tad-dawl, ta' l-ilma, tas-servizzi tat-trasport u tas-servizzi edukattivi.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "Barra minn dan, il-pjan tagħna jipprevedi azzjoni sħiħa biex tevita li fuq medda ta' xhur u snin l-introduzzjoni ta' l-ewro fl-1 ta' Jannar 2008 ma tintużax bħala skuża biex tkompli tgħolli l-prezzijiet.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Fl-isfond ta' din il-ġlieda biex inrażżnu l-għoli tal-ħajja jitnedew pjani sħaħ biex inqajmu l-inizjattiva.", "Ħalli nagħti sunt żgħir ta' parti mill-pjan tagħna biex noħolqu opportunitajiet ġodda.", "Fuq quddiem nett għandha tingħata importanza u prijorita` lit-turiżmu.", "Fil-pjan Laburista għat-tiġdid tat-turiżmu sa sitt xhur wara li jidħol fit- tmexxija gvern Laburista ġdid ikun għamel u wettaq proposti dwar kif se jnaqqas il-piż tat-taxxa fuq it-turiżmu ħalli jtejjeb il-kompetittivita` tas-settur.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Fil-budgeting tal-promozzjoni turistika jiddaħħal bilanċ bejn l-iżvilupp ta' lukandi u faċilitajiet 5- star u lukandi 3-star.", "Jitnedew proġetti ta' żvilupp reġjonali fil-Port il- Kbir, fl-inħawi tal-Magħtab u f'Għawdex.", "It-tieni prijorita`, li nsegwu bl- istess pass mat-turiżmu, tmur lejn l-industrija fejn irridu nindukraw l- azjendi li baqgħalna u naħdmu għal investimenti ġodda.", "Għalhekk l- industriji diġa` mwaqqfa f'pajjiżna b'suċċess jingħataw għarfien speċjali billi l-mexxejja tagħhom jiġu mistiedna jieħdu sehem f'kumitat presjedut mill-prim ministru ħalli jagħtu pariri u jiżguraw li jittieħdu miżuri li jkunu jistgħu jgħinu lill-azjendi tagħhom, isostnu ħidmiethom u jkabbruha.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "Wara studju magħmul minn task force fejn jieħdu sehem sħiħ rappreżentanti tas-settur privat u l-unions tal-ħaddiema fi żmien sitt xhur jitħabbru miżuri maħsuba biex inaqqsu l-piż tat-taxxi u tal-burokrazija fuq l- industrija.", "Is-sistema ta' inċentivi għall-investiment fl-industrija tiġi ċċarata bla dewmien u jkun hemm kumitat konsultattiv b'rappreżentanza privata li jiddeċiedi x'għandu jsir biex itejjeb il-pakkett ta' inċentivi.", "Isir titjib sostanzjali fit-tmexxija u manutenzjoni ta' l-oqsma industrijali kollha u l-Crafts Village Ta' Qali jiġi riorganizzat darba għal dejjem.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "Ħalli nsemmi l-qasam tas-self-employed.", "Hawnhekk ukoll il-pjan Laburista għal bidu ġdid jaħseb biex jerġa' jistimula l-inizjattiva fost dan is- settur mill-iktar importanti li qed iħossu fgat.", "Għalhekk gvern Laburista ġdid joħloq liġi speċjali favur is-self-employed bil-għan li tagħtihom status u saħħa legali akbar bħala aġenti ekonomiċi, tipprovdi qafas li jinnewtralizza l-burokrazija żejda u toħloq ambjent ta' ħeffa u effiċjenza f'dak li għandu x'jaqsam mal-ħajja tas-self-employed.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "Niġi għall-edukazzjoni.", "Aħna nifhmu li l-edukazzjoni mill-għerq għandha tingħata prijorita` sħiħa.", "F'dan il-qasam ħadd mit-tfal tagħna m'għandu jitqies li hu jew hija għar-rimi.", "U dan għandu jsir sa mill-ewwel snin tal- ħajja, mill-ewwel snin ta' l-edukazzjoni.", "Għalhekk gvern Laburista ġdid jintroduċi reception class bejn l-iskola primarja u l-kindergarten biex nassiguraw pediment mill-aqwa għat-tagħlim tat-tfal tagħna.", "Miżura oħra hija li l-MCAST tingħata l-inkarigu urġenti li timla l-vojt li għadu jeżisti fl-edukazzjoni teknika u vokazzjonali bit-tneħħija tat-trade schools xi snin ilu, ħalli l-istudenti li ma jkunux orjentati għal studji akkademiċi jkomplu jsibu edukazzjoni tajba.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "Fil-qasam ta' l-ambjent fi żmien sitt xhur gvern Laburista ġdid idaħħal riforma fl-awtorita` ta' l-ippjanar u l-ambjent li biha jiddaħħlu targets dwar kif jiġu approvati proġetti skond id-daqs ta' kull proġett u jingħata żmien raġjunevoli li fih il-proġett irid ikun għadda mill-proċess ta' approvazzjoni.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "Sur President, kull pjan ġie jew qiegħed jiġi diskuss u approvat fid- dettall.", "Ix-xogħol li sar u li qiegħed isir hu maħsub biex tassew inkunu qed nilqgħu għall-aspirazzjonijiet tal-Maltin u l-Għawdxin kollha għall- bidla.", "Ma rridux nidħku bihom kif għamel Dr. Gonzi.", "Irridu nkunu qrib iċ- ċittadin u l-familji tagħhom u mhux skonnettjati kif inhu dan il-gvern.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "Sur President, bdejt billi tennejt il-fehma tiegħi li dan huwa budget dgħajjef, fjakk u vojt.", "Pajjiżna ma jistax jiflaħ aktar tmexxija li qed therrilu saħħtu, timmina l-aħjar talenti tiegħu, ittelliflu l-aħjar opportunitajiet waqt li tibqa' tiddożah qisha għandha ċ-ċavetta ta' l-għar ta' Ali Baba bil-wegħdi favolużi ta' eluf ta' impjiegi li dejjem ġejjin u qatt ma jaslu, ta' proġetti li dejjem se jsiru u rari jintemmu, ta' records u mirakli li jibqgħu dejjem fil-limbu, post li kif nafu issa jista' jkun li ma jeżistix.", "Sur President, il-Maltin u l-Għawdxin, iż-żgħażagħ, l-irġiel, in-nisa u l- anzjani, il-Maltin u l-Għawdxin iridu bidu ġdid bi pjan, b'viżjoni, b'realiżmu u b'kuraġġ, bi ħsieb u b'għaqal, u b'sentiment ta' kollaborazzjoni mal-ħbieb kollha tagħna, Ewropej u oħrajn, b'metodu ta' parteċipazzjoni għax iridu soċjeta` parteċipattiva, mhux soċjeta` fejn tirrenja l-arroganza u l-ħbieb tal-ħbieb.", "Aħna tal-labour qed nipprovdu dan il-pjan ġdid, dan il-bidu ġdid.", "Għandna fiduċja fil-ħila u t-talenti tal-Maltin u l-Għawdxin, għandna fiduċja li dawn se jiswewlhom daqskemm swewlhom fl-imgħoddi.", "Irridu t-tiġdid f'pajjiżna kif iridu u jixtiequ b'qalbhom kollha l-Maltin u l-Għawdxin.", "Sur President, iż-żmien tal-bidla riesaq u se jasal bl-għajta nazzjonali ta' xogħol, ħarsien u dinjita`.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra d-dokumenti li rriferejt għalihom aktar kmieni fid-diskors tiegħi:", "Kopja ta' rapport ta' Prof. Joseph Falzon maħruġ mill-GRTU intitolat \"Exports, Inflation and Value Added\" datat Ottubru 2006;", "Kopja ta' poster maħruġ mill-Partit Nazzjonalista \"Finanzi tal-Pajjiż fis- Sod\";", "Kopja ta' paġna 35 mid-Diskors tal-Budget 2002, kopja ta' paġna 31 mid- Diskors tal-Budget 2005 u kopja ta' paġna 51 mid-Diskors tal-Budget 2007;", "Tabella li turi l-HICP Inflation bejn Jannar u Awissu 2006 fil-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea;", "Tabella datata 17 ta' Ottubru 2006 li tagħti paragun bejn il-prezzijiet ta' ċerti mediċini fis-snin 2004 u 2005;", "Tabella li turi t-tnaqqis fit-taxxa tad-dħul u l-inflazzjoni bejn Jannar u Settembru 2006;", "Tabella li turi l-finanzi tal-gvern għall-perjodu bejn l-1995 u l-2003;", "Tagħrif dwar l-għadd ta' persuni li spiċċaw il-livell sekondarju għoli maqsuma f'nisa u rġiel flimkien ma' tagħrif dwar l-għadd ta' persuni li spiċċaw l-iskola kmieni fil-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea fis-snin bejn l- 2003 u 2005;", "Kopja ta' artiklu li deher f'paġni 6 u 7 tal-gazzetta \"The Times\" tal-21 ta' Ottubru 2006 intitolat \"The Big Issue\"; u", "Kopja ta' abbozzi ta' dokumenti għad-diskussjoni maħruġa mill-Partit Laburista fuq diversi oqsma, fuq compact disc (CD).", "MR SPEAKER: Nirringrazzja lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni tad-diskors tiegħu, u nitlob lill-crew tal-PBS biex jirtiraw mill-Kamra.", "Il-crew tal-PBS irtira mill-Kamra", "Fit-8.30 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata", "MR SPEAKER: Insejjaħ issa lill-Viċi Prim Ministru biex, jekk jogħġbu, iressaq l-aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "TONIO BORG: Sur President, nipproponi l-aġġornament tal-Kamra għal nhar il-Ġimgha, 27 ta' Ottubru 2006, fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Mozzjoni biex il-Kamra tmur f'Kumitat ta' Provvista għall-konsiderazzjoni ta' l-Estimi Ġenerali ta' Spiża għas-sena 2007 (It-Tieni Jum Imħolli kollu għall-Gvern).", "Skond il-ftehim milħuq bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra id-diskors tal-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi, se jiġi trasmess dirett fuq it-televiżjoni mill-PBS.", "MR SPEAKER: Il-Kamra hija aġġornata għal nhar il-Ġimgħa fis-6.00 p.m. bl- aġenda kif imħabbra mill-Viċi Prim Ministru.", "Fit-8.33 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "HAIRDRESSING INSTITUTE", "21130.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi annex ġewwa l- Imsida li jagħmel parti mill-istitut tal-hairdressing li jinsab f'Tas- Sliema?", "Jekk fl-affermattiv, fejn jinsab?", "Dan ifisser li l-istudenti jkollhom joqogħdu jmorru minn post għal ieħor matul il-ġurnata?", "Jikkonferma li minħabba nuqqas ta' spazju ġewwa Tas-Sliema, xi lezzjonijiet qed isiru fit-toilet?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Fil-blokk ta' l-Imsida jsiru l-lezzjonijiet għal studenti tal-community services, fosthom dawk li qed jagħmlu l-kors tal- hairdressing.", "Fil-blokk ta' Tas-Sliema jsiru wkoll lezzjonijiet u aktar prattika għal studenti li qed jagħmlu l-korsijiet tal-hairdressing u beauty therapy.", "L-ebda student ma jmur minn post għal ieħor matul il-ġurnata.", "L-istudenti għandhom ġranet fejn imorru l-Imsida u ġranet fejn imorru Tas-Sliema.", "Għalkemm hemm nuqqas ta' spazju ġewwa Tas-Sliema, qatt ma saru lezzjonijiet fit-toilet.", "Tajjeb ta' min jgħid ukoll li bħalissa qed jinbena blokk fil-campus ta' l- MCAST ta' Raħal Ġdid biex jakkomoda aħjar l-istudenti u l-korsijiet ta' dan l-istitut.", "Dan qed isir bl-għajnuna ta' l-Unjoni Ewropea.", "SKOLA MARITTIMA TAL-KALKARA", "21131.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid x'qed jagħmlu l-awtoritajiet edukattivi sabiex isolvu l-problema ta' nuqqas ta' għalliema/lecturers fl- iskola marittima tal-Kalkara li taqa' taħt ir-responsabbilta' ta' l-MCAST?", "Listudenti kollha li jattendu din l-iskola għandhom stipendju?", "Xinhuma l- entry requirements preżenti u kif kienu tliet snin ilu?", "Liema huma l- eżamijiet u/jew iċ-ċertifikazzjoni li jingħataw fl-aħħar tal-kors?", "Kemm idum kors f'din l-iskola?", "Meta jsiru l-eżamijiet ta' l-aħħar tal-kors?", "Min huma l-eżaminaturi?", "X'inhuma l-pjani ta' l-MCAST għal din l-iskola?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Bħalissa l-istitut marittimu għandu l-għalliema meħtieġa għall-korsijiet kollha li qed isiru full-time.", "Fil-fatt iddaħħal full-time lecturer ieħor u żewġ part-timers biex jgħallmu fuq il-korsijiet ewlenin.", "L-istudenti kollha intitolati għall-istipendju qegħdin jirċevuh jew qegħdin fil-proċess li jirċevuh, speċjalment jekk huma studenti li daħlu mat-tieni sejħa ta' applikazzjonijiet riċentement.", "Il-kwalifiki meħtieġa għad-dħul f'kull kors huma stipulati fil-prospectus tal-kulleġġ li dettalji dwarhom qed jitpoġġew fuq il-mejda tal-Kamra.", "Informat ukoll li l-MCAST se jkompli joffri l-korsijiet eżistenti kif ukoll oħrajn skond il-ħtieġa u se jkompli jinvesti fir-riżorsi biex jitwettqu dawn il-korsijiet.", "ĠARR TA' SKART", "21190.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jara li ma jibqax jinġarr żibel fuq il-vapuri tal-Gozo Channel mal-passiġġieri u l- vetturi f'ħinijiet ta' l-iskeda?", "Jaf li dan iż-żibel jikkostitwixxi health hazard kbir bi ġrieden saħansitra jinżlu u jitilgħu mill-istiva tat-truck, minbarra li dan l-istess żibel jiġġenera intiena sħiħa mal-vapur kollu?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Filwaqt li l-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jirriferi għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 5459, ninsab informat li hemm qbil biex l-iskart ma jinġarrx fuq il-vapuri tal-Gozo Channel fil-peak hours meta fuq il-vapur ikun hemm ħafna passiġġieri.", "Hemm ukoll ċerti kondizzjonijiet imsemmija f'mistoqsija parlamentari 5459 u li għadhom japplikaw sal-lum li jridu jinżammu, liema kondizzjonijiet ġew maqbula mal-Wasteserv, il-kumpannija responsabbli mill-ġarr ta' l-iskart.", "Il-kumpannija tikkonferma wkoll li qatt ma kellha xi rapport li kien hemm xi ġrieden jinżlu u jitilgħu mill-istiva tat-trakk fuq il-vapuri tagħha.", "Dwar health hazard, l-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "ĠARR TA' BROILERS", "21191.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jara li ma jibqgħux jinġarru trucks bil-broilers fuq il-vapuri tal-Gozo Channel f'ħinijiet li normalment jgħaddu l-passiġġieri, fosthom turisti li jkunu ġejjin minn flights u li jkunu sejrin Għawdex?", "Il-Ministru huwa konxju mill-intejjen li jiġġeneraw u li jikkalpestaw il- vapur għal ħinijiet twal?", "Jista' jagħti struzzjonijiet biex dawn jgħaddu mat-trip ta' filgħodu kmieni u mhux filgħaxijiet?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Biex il-Gozo Channel tevita li ġġorr livestock mal- passiġġieri jkollha tagħmel vjaġġ apposta (charter) għax il-passiġġieri, inklużi t-turisti, jivvjaġġaw f'kull ħin tal-ġurnata.", "Minbarra l-ispiża, dan ħafna drabi loġistikament mhuwiex prattiku għax il-ġarr tal-livestock jiddependi wkoll minn fatturi oħra, bħal ġurnata li fiha ssir il-qatla fil- biċċerija, jew inkella x-xiri u l-bejgħ ta' livestock għal-laħam.", "L-eċċezzjoni hi l-każ tal-majjali, għax f'dan il-każ huwa prattiku li trakkijiet bil-majjal jivvjaġġaw fis-sigħat bikrin ta' filgħodu, kif fil- fatt isir.", "Madankollu, il-kumpannija se tkompli tiltaqa' ma' l-enti konċernati bl- iskop li jiġi regolat it-traġitt ta' livestock fuq il-vapuri biex ikun ta' l-inqas inkonvenjent għall-passiġġieri abbord.", "VETERINARJI TAL-BIĊĊERIJA", "21201.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 20721, jista' il- Ministru jgħid minfejn huma l-veterinarji barranin li hemm jaħdmu l- biċċerija?", "Meta jintemmilhom il-kuntratt?", "Hemm veterinarji Maltin li issa jistgħu jiġu mpjegati fil-biċċerija?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Il-veterinarji barranin li qed jaħdmu l-biċċerija huma mill-Italja.", "Il-kuntratti tagħhom jiskadu matul l-ewwel erba' xhur tas- sena 2007.", "Hija l-intenzjoni tal-ministeru li fil-futur qarib iniedi sejħa għall-ingaġġ ta' veterinarji Maltin kif sar sena u nofs ilu.", "STUDENTI BARRANIN", "21202.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 20722, jista' il-Ministru jgħid liema huma l-iskejjel li ġew immultati?", "Kemm ġew immultati?", "Tħallsu jew setgħu jappellaw?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 20722, l-iskejjel li ġew immultati huma:", "Il-Business English Language School li ġiet immultata darba u l-EF International School of English li ġiet immultata darbtejn.", "Il-mutli imposti kienu ta' Lm200 kull darba, li naqsu għal Lm50 peress li tħallsu fi żmien 21 ġurnata minn meta ġiet imposta l-multa amministrattiva.", "Il-faċilita' li l-multa titnaqqas għal 25% tingħata fuq kull multa amministrattiva sabiex jiġi evitat proċediment fil-qrati ġudizzjarji.", "RIMI TA' SKART F'PACEVILLE", "21203.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Skond tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 20723 mill- Ministru għat-Turiżmu u Kultura, membri tal-korp tal-pulizija daru Paceville biex jaraw li l-iskart ma jitqegħidx barra l-istabilimenti meta mhux suppost.", "Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm-il kontravenzjoni sabet il-pulizija bejn Jannar u l-aħħar ta' Settembru, 2006?", "X'passi ttieħdu?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ma kien hemm l-ebda istanza fejn il-pulizija sabet xi kontravenzjoni kif imsemmija.", "POSTIJIET REKWIŻIZZJONATI", "21274.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid kemm hawn postijiet li s-sid tagħhom hu l-gvern, l-uffiċċju konġunt, jew li l-postijiet huma rekwiżizzjonati (li titħallas kera lis-sid privat) li jamministra/iqassam id-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Preżentement hawn 7,544 post privat rekwiżizzjonat.", "Minnhom id-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali jamministra, jiġifieri jaċċetta l-kera għax is-sid ma jirrikonoxxix lill- inkwilini, 168.", "Dwar il-kumplament tal-mistoqsija, l-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jirriferiha lill-ministru konċernat.", "DIPARTIMENT/AWTORITA' TAD-DJAR", "21275.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid meta hu ppjanat li ssir l- amalgamazzjoni bejn id-dipartiment/awtorita' tad-djar taħt id-dekasteru ta' l-istess ministeru?", "X'se jiġri mill-ħaddiema tal-gvern?", "Min hu involut f'din l-amalgamazzjoni?", "Min huma l-persuni li qed jagħmlu dawn it- taħditiet?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Il-proċess li jwassal għall-amalgamazzjoni tal- funzjonijiet ta' l-awtorita' tad-djar, tad-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali u d-dipartiment tal-bini u tiswija tad-djar inbeda kif indikajt fit- tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 21220.", "L-impjegati tal-gvern preżentement fid-dipartimenti msemmija se jifformaw parti mill-istruttura l-ġdida li tkun tinkorpora l-funzjonijiet kollha li bħalissa għandha l-awtorita' u dawn iż-żewġ dipartimenti.", "Fil-laqgħat kollha ta' informazzjoni ma' l-unions ħadu sehem is-segretarju permanenti fil-ministeri tiegħi u uffiċjal mill-management and personnel office fl-uffiċċju tal-prim ministru.", "Ħadu sehem ukoll uffiċjali mill- awtorita' u d-dipartiment tal-bini u tiswija tad-djar, skond il-każ.", "POSTIJIET TAL-GVERN", "21276.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid il-gvern ta' kemm hu sid ta' postijiet għall-akkomodazzjoni soċjali?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jirriferi l- mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "POSTIJIET REKWIŻIZZJONATI", "21277.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid kemm hawn postijiet rekwiżizzjonati mill-gvern?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jirriferi għat- tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 21274.", "POSTIJIET TA' L-UFFIĊĊJU KONĠUNT", "21279.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm postijiet għandu l-uffiċċju konġunt?", "ONOR.", "TONIO BORG: L-uffiċju konġunt jamministra 29,144 post kif ġej:", "*18,697 post b'ċens perpetwu * 8,160 post b'ċens temporanju * 2,287 post bil-kera", "Ta' min jgħid li din l-informazzjoni qiegħda tiġi aġġornata kontinwament b'korrezzjonijiet li jsiru f'Annex 8, u teskludi raba' u artijiet mhux mibnija.", "DEREQUISITION ORDERS", "21280.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm derequisition orders ħarġu mis-sena 2000?", "ONOR.", "TONIO BORG: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jirriferi l-mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "TOROQ", "21308.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: B'riferenza għat-toroq li saru mill-fondi tal-Protokol Taljan, jista' il-Ministru jagħti l-valur tax-xogħlijiet għal kull triq, it-tul ta' kull triq, kemm tħallsu flus f'expropriation ta' proprjeta' għal bini tat- toroq u x'inhu l-ammont ta' fondi li nħarġu mill-Gvern Taljan għal kull triq?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "SMEs", "21309.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jgħid jekk ġiex identifikat sit għar- riallokazzjoni ta' l-SMEs li se jiġu affettwati mill-proġett tal-park and ride?", "Jekk fl-affermattiv, fiex wasal il-proċess ta' riallokazzjoni?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Bħalissa hemm tliet SMEs jokkupaw is-sit li se jintuża għall-proġett tal-park and ride.", "Il-gvern identifika akkomodazzjoni alternattiva għal tnejn minnhom f'Xatt l-Għassara ta' l-Għeneb.", "Sadanittant qed isiru preparamenti sabiex jiġu ri-allokati dawn iż-żewġ SMEs.", "It-tielet SME ingħata permess biex jibqa' fis-sit li għandu sakemm il-gvern jidentifika akkomodazzjoni alternattiva.", "TOROQ", "21310.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jagħti breakdown ta' l-ispiża kapitali fuq toroq fis-snin 2005 u 2006 sal-lum?", "ONOR JESMOND MUGLIETT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "PERSONALIZED NUMBER PLATES", "21311.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jgħid kemm number plates personalizzati (tal- Lm500) inħarġu s'issa?", "Kemm flus inġabru mill-ADT?", "ONOR JESMOND MUGLIETT: L-ADT ħarġet 608 number plate personalizzati :.L- ammont ta' flus miġbura huwa maqsum hekk.", "|500|@ Lm |Lm | | |100.00 |50,000 | |97 |@ Lm |Lm | | |500.00 |48,400 | |6 |@ Lm |Lm | | |510.00 |3,060 | |1 |@ Lm |Lm | | |520.00 |520 | |1 |@ Lm |Lm | | |600.00 |600 | |1 |@ Lm |Lm | | |800.00 |800 | |1 |@ Lm |Lm | | |1,000.00 |1,000 | |1 |@ Lm |Lm | | |1,300.00 |1,300 |", "Madwar sena u nofs ilu l-ADT kienet għamlet offerta promozzjonali lill- importaturi tal-karozzi ġodda fejn ġew offruti li jixtru 50 plate għal prezz ta' Lm5,000, basta l-ħlas ikun bil-quddiem.", "Din il-kampanja promozzjonali fissret illi l-aġenti tal-karozzi ġodda ħallsu s-somma ta' Lm 50,000 bil-quddiem lill-ADT.", "B'din il-promozzjoni l- bejgħ ta' pjanċi personalizzati irdoppja.", "Dawn il-pjanċi jistgħu jintużaw biss għal karozzi ġodda li jinxtraw mingħand l-istess importatur tal-karozzi.", "XOGĦLIJIET TA' TISBIĦ", "21312.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' il-Ministru jgħid liema xogħlijiet ta' tisbiħ saru mis-sena 2003 'il hawn u x'kienet in-nefqa fuq kull proġett?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "MDINA ROAD, ATTARD", "21313.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jara li l-bus shelter li tneħħa minn Imdina Road, Attard - ħdejn l-industrial estate - jerġa' jiġi stallat malajr kemm jista' ikun peress li waqt il-maltemp jgħaddi volum enormi ta' ilma tax- xita minn din it-triq?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Il-bus shelter imsemmi ġie maqlugħ mill-Enemalta temporanjament minħabba xogħlijiet ta' kostruzzjoni tax-showroom li hemm wara dan il-bus shelter.", "L-ADT ordnat bus shelter ieħor mingħand Faces Ltd sabiex jerġa' jiġi mwaħħal fil-post fejn kien.", "Il-permess ta' dan il-bus shelter qed jiġi pproċessat mill-MEPA.", "Jekk ix-xogħlijiet imsemmija jieħdu tul ta' żmien, l-ADT tikkommetti ruħha li terġa' twaħħal temporanjament il-bus shelter l-antik.", "SAQAF TA' GARAXX TAL-GVERN", "21355.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Peress li xhur ilu ġejt imwiegħed f'risposta għall- mistoqsija parlamentari li se ssir spezzjoni ta' garaxx tal-gvern li għandu mikri għandu persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament minħabba periklu ta' saqaf bil-ħsara, jista' il-Ministru jgħid meta se ssir l-ispezzjoni meħtieġa?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Il-każ qed jiġi kkonsidrat minn diversi aspetti, fosthom dawk legali u kuntrattwali, għalhekk l-informazzjoni mitluba tingħata f'xi seduta oħra hekk kif l-informazzjoni kollha relatata mal-każ tkun ġiet ippreżentata.", "KIRI TA' KAROZZI", "21370.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid kemm karozzi kellu mikrija matul din is-sena l-ministeru, id-dipartimenti u l-enti kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, maqsuma skond kull dipartiment jew enti u r-rati relattivi għal kull kirja?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif mitlub qed jitpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "Tagħrif dwar l-Universita' ta' Malta għadu ma wasalx l-uffiċċju.", "HOSPITALITY", "21371.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm flus intnefqu bħala hospitality mill-ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħtu matul is-sena 2006?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "KIRI TA' KAROZZI", "21372.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' il- Ministru tgħid kemm karozzi kellu mikrija matul din is-sena l-ministeru, id- dipartimenti u l-enti kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha, maqsuma skond kull dipartiment jew enti u r-rati relattivi għal kull kirja?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: It-tagħrif mitlub qed jitpoġġa fuq il-mejda tal- Kamra.", "HOSPITALITY", "21373.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm flus intnefqu bħala hospitality mill-ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħtu matul is-sena 2006?", "ONOR.", "TONIO BORG: It-tagħrif mitlub qed jitpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "HOSPITALITY", "21374.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid kemm flus intnefqu bħala hospitality mill-ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħtu matul is- sena 2006?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: In-nefqa matul l-2006 s'issa hi kif ġej:", "|Direttur |Lm6,306.17| |Servizzi | | |Korporattivi | | |Dipartiment ta' | | |l-Eżamijiet |57.94 | |Dipartiment ta' | | |l-Arkivji |97.23 | |Bord | | |tal-Koperattivi |78.15 | |Kunsill Malti | | |għall-Isport |743.61 | |MCAST | | | |1,981.80 | |EUPU | | | |512.97 * | |YOUTH | | | |1,251.10 | |ETC | 360|", "* (40% of total amount coming from EU funds)", "Tagħrif dwar l-Universita' ta' Malta għadu qed jinġabar.", "HOSPITALITY", "21375.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin: Jista' il-Ministru jgħid kemm flus intnefqu bħala hospitality mill- ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħtu matul is-sena 2006?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Lista li turi kemm intnefqu flus bħala hospitality mill-ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħtu matul is-sena 2006 hi kif ġej:", "Head Office Lm41,393.00, Forum Malta fl-Ewropa Lm6,486.00, Ambaxxati u Rappreżentazzjonijiet Permanenti Lm28,011.", "TAXXI FUQ BILJETTI TA' L-AJRU", "21411.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm kien id-dħul tal-gvern mit- taxxi marbuta mal-biljetti ta' l-ajru matul din is-sena u għal dawn l-aħħar ħames snin?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: It-tagħrif mitlub qed jitpoġġa fuq il-mejda tal- Kamra.", "DAWL U ILMA", "21413.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm kien id-dħul ta' l-Enemalta fuq is-surcharge tad-dawl u l-ilma matul din is- sena?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "DAWL U ILMA", "21414.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm kien id-dħul globali mis- surcharge tad-dawl u l-ilma matul din is-sena?", "ONOR LAWRENCE GONZI: It-tagħrif mitlub se jingħata mill-Ministru għall- Investment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni fi tweġiba għal mistoqsija parlamentari simili magħmula lilu 21413.", "BIĊĊERIJA TA' GĦAWDEX", "21417.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' il- Ministru tinformana x'inhi s-sitwazzjoni fil-biċċerija ta' Għawdex?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Il-biċċerija ta' Għawdex tinsab magħluqa biex tiġi upgraded.", "SKEMA TAN-NOFS BOLLA TA' L-NI", "21427.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid x'ġara mill-assigurazzjoni li kellha tingħata lill-bdiewa, raħħala u sajjieda sabiex tissostitwixxi l-ħlas ta' nofs il-bolla tan-NI?", "Kemm tilfu fi ħlas il-bdiewa, ir-raħħala u s-sajjieda kawża li l-gvern neħħa din l-għajnuna?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Ix-xogħol konness mat-tfassil ta' l-assigurazzjoni konformi mar-regoli ta' l-Unjoni Ewropea issa ġiet konkluża u l-iskema ġiet notifikata lill-Kummissjoni Ewropea.", "Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija, peress li l-iskema tan-nofs bolla kellha titneħħa abażi tar-regoli ta' l-Unjoni Ewropea, kull tweġiba li tista' tingħata hi spekulattiva.", "GĦALLIEMA FL-ISKEJJEL TA' L-ISTAT", "21428.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' għalliema fl-iskejjel sekondarji/primarji u oħrajn ta' l-Istat?", "X'suġġetti jkopru dawn l-għalliema?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: In-numru ta' għalliema fl-iskejjel ta' l-Istat hu kif ġej:", "|Primarji | 862| |Sekondarji |2,197| |Skejjel speċjali u | | |servizzi |90 | |peripatetiċi | |", "CABLE TAD-DAWL F'SAN ĠWANN", "21438.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jistgħu jittieħdu passi dwar cable tad-dawl imdendel b'periklu f'Naxxar Road, San Ġwann qrib l-uffiċini ta' Frank Salt Real Estate Co. u residenza nru.", "143 fl-istess triq?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Minn investigazzjonijiet li saru fuq il-post imsemmi mill-Enemalta, jirriżulta li l-cable imsemmi mhux tad-dawl.", "MCESD", "21440.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra r-rapport tas-Sur JFX Zahra dwar proposti għat-tisħiħ ta' l-MCESD?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: S'issa l-kunsill ma ħa l-ebda deċiżjoni li r-rapport li qed jirriferi għalih l-Onor.", "Interpellant għandu jsir pubbliku.", "Jekk ikun il-każ, tittieħed l-azzjoni propizja.", "INĊINERATUR TA' ST.", "LUKE'S", "21442.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid jeżistux records uffiċjali jew estimi ta' l-ammonti ta' particulate matter jew fly ash li jiġu emmessi fl- arja mill-inċineratur ta' l-isptar San Luqa?", "Jekk iva, jista' jipprovdi din l-informazzjoni għal dawn l-aħħar ħames snin?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-awtoritajiet ta' St. Luke's la jagħmlu testijiet u lanqas iżommu records ta' l-ammont ta' particulate matter jew fly ash li jiġu emmessi fl-arja minn l-inċineratur imsemmi.", "Testijiet simili jsiru fl- inħawi mill-MEPA."]} {"filename": "20050503_262d_par.doc", "date": "2005-05-03", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Uffiċjali u Rivedut) L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 262 It-Tlieta, 3 ta' Mejju, 2005 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 262 It-Tlieta, 3 ta' Mejju, 2005", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6:03 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "262", "It-Tlieta, 3 ta' Mejju, 2005", "WERREJ", "MINUTI 54", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 54", "TQEGĦID TA' KARTI 62", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-KUMMISSJONI ĊINEMATOGRAFIKA TA' MALTA (KUMITAT)", "MALTA FILM COMMISSION BILL (COMMITTEE STAGE) 63", "AĠĠORNAMENT 95", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 101", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 261 li saret fit-2 ta' Mejju, 2005 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "KORDIN GRAIN TERMINAL", "10179.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Chris Agius) staqsa lill- Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 9921 u jgħid x'tip ta' xogħol qed isir fis-silos ta' Kordin?", "Minn min qed isir dan ix-xogħol u kemm huwa stmat li se jiġi jiswa?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni): Fis-silos ta' Kordin qed isiru xogħlijiet ta' tiswija minn Polidano Bros, xogħlijiet stmati li jiswew Lm47,000 għal kull bin.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Kemm hija kkalkulata li ġiet tiswa l-ħsara li saret dan l-aħħar fis-silos?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ovvjament għadu kmieni wisq biex wieħed jagħti stima tal-ħsara li saret, pero' ma' l-ewwel daqqa t'għajn tista' tgħid li l-ħsara hija konsiderevoli.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Dan l-inċident se jaffettwa b'xi mod il-ħażna tal- qmuħ?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Qegħdin isiru l-isforzi kollha, s'issa b'suċċess, biex xorta waħda jibqa' jsir il-loading u l-unloading tal-qmuħ.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Xi pjan ta' kontinġenza għandu l-gvern kemm-il darba jirriżultaw xi problemi?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ma naħsibx li hawnhekk qed ninvadu l-Iraq!", "Għalkemm il-conveyor belts u l-cranes m'humiex jaħdmu, instab metodu alternattiv kif wieħed jista' jaħdem b'mod manwali.", "Ix-xogħol miexi, naturalment b'inqas effiċjenza u wieħed irid jaħdem ħafna aktar biex ikun jista' jagħti l- istess output li kien jagħti qabel.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jiġifieri għandna l-assigurazzjoni li n-nazzjon mhux se jkollu problema fil-provvista ta' qmuħ?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: S'issa jidher li m'għandniex problemi, Sur President.", "Fil-fatt meta ġara l-inċident kien hawn vapur li b'suċċess inħatt ix- xogħol minn fuqu.", "Saru wkoll xi deliveries u l-makna baqgħet għaddejja.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: X'inhi r-raġuni li meta jseħħu inċidenti ta' ċerta gravita', ma tintużax il-proċedura stabilita bir-regolamenti tal-Kamra u jkollna ministru tal-gvern iqum jagħmel statement uffiċjali?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Għax aħna ma nagħmlux bħall-gvernijiet Soċjalisti li kienu jkabbru l-affarijiet bla bżonn!", "TARZNA - ĦADDIEMA BARRANIN", "10467.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Jose' Herrera) staqsa lill- Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn barranin jaħdmu fit-tarzna ta' Malta?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jien informat li bħalissa fit-tarzna hawn tliet barranin fi gradi maniġerjali b'kuntratt definit u 28 Pollakk fi gradi industrijali fuq bażi temporanja.", "GOZO CHANNEL - NI CONTRIBUTIONS", "10489.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Anton Refalo) staqsa lill- Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid jekk il-Gozo Channel għandhiex arretrati fi ħlas tal-kontribuzzjoni ta' l-NI tal-ħaddiema u l-ġbir ta' l-FSS?", "Kemm ħallset il-Gozo Channel is-sena li għaddiet f'kontribuzzjonijiet ta' l-NI tal- ħaddiema u fi ġbir ta' l-FSS?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jien informat li l-Gozo Channel għandha arretrati fi ħlas tal-kontribuzzjoni ta' l-NI tal-ħaddiema u fi ġbir ta' l-FSS.", "Informat ukoll li s-sena li għaddiet il-Gozo Channel ħallset Lm169,740 bħala FSS u Lm165,051.93 f'NI contributions.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: X'inhi s-somma li għad trid titħallas?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Is-somma li baqgħalha titħallas tammonta għal madwar Lm260,000.", "ŻEJTUN: TRIQ TAL-BARRANI – TNEĦĦIJA TA' ARBLU TAD-DAWL", "10537.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jara li jitneħħa arblu tad-dawl li jinsab fit-Triq tal- Barrani, limiti taż-Żejtun?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jien informat li l-arblu tad-dawl li qed jirriferi għalih l-Onor.", "Interpellant diġa' tneħħa.", "INVESTIMENT, INDUSTRIJA U TEKNOLOĠIJA TA' L-INFORMAZZJONI - KONSULENTI", "10595.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jagħti lista ta' konsulenti jew kumpanniji ta' konsulenza, lokali jew barranin, li l-ministeru u l-korporazzjonijiet li jaqgħu taħtu, għamlu użu minnhom matul l-2004?", "Fiex jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u x'inhuma l-ħlasijiet?", "Kemm għad baqa' ħlasijiet x'isiru?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.", "BIRKIRKARA: VALLEY ROAD - ILMA TAD-DRENAĠĠ", "11118.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Gavin Gulia) staqsa lill- Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jara x'inhu l-ilma tad-drenaġġ li ilu jiskula minn diversi bokok ġewwa Valley Road, Birkirkara ħdejn il-bini li kien jokkupa l- istabiliment tal-Price Club u ħdejn l-istabiliment tad-Domestica?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jien informat li l-korporazzjoni għas-servizzi ta' l- ilma hija konxja mill-problemi ta' drenaġġ ġewwa Valley Road, B'Kara.", "Qed isir studju biex isiru t-tibdiliet meħtieġa fuq s-sistema tal-mains biex jiġu evitati dawn il-problemi.", "AIR MALTA GROUND CREW", "11277.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA (f'isem l-Onor.", "Michael Asciak) staqsa lill- Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jitlob lill-Air Malta tinvestiga x'inhi r-raġuni li waqt li jkunu qed jinbidlu x-shifts tal-ground crew, l-ajruplani jitħallew jistennew bil-makna mqabbda sakemm xi ħadd jiddiriġihom biex jitilqu?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninforma lill-Onor.", "Membru li n-nies li jagħmlu l- marshalling ta' l-ajruplani huma responsabbli biżżejjed biex iwettqu xogħolhom bl-aktar serjeta' u responsabbilta'.", "Inżid ngħid ukoll li hemm struzzjonijiet bil-miktub f'dan ir-rigward, fis- sens illi bdil ta' ħaddiema fuq shift differenti f'din is-sezzjoni għandu jsir ħdejn l-ajruplan stess.", "AIR MALTA FLIGHT STORES", "11278.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA (f'isem l-Onor.", "Michael Asciak) staqsa lill- Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jitlob lill-Air Malta tindaga x'isir mill-flight stores wara li ajruplan jirritorna minn vjaġġ?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninforma lill-Onor.", "Membru li d-dry stores jiġu rritornati lejn il-Corinthia Caterers jew l-Air Supplies, skond l-oġġetti li jkunu.", "Dawk l-oġġetti li jikkonsistu f'juices, ilma, kafe', cream sachets, zokkor u te' jintużaw fuq flights oħra jekk ikunu f'kondizzjoni tajba u ssiġillati.", "AIR MALTA - PILFERING", "11279.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA (f'isem l-Onor.", "Michael Asciak) staqsa lill- Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jitlob lill-Air Malta tinvestiga l-ammont kbir ta' pilfering li qed jiġi rrapportat mill-passiġġieri li jużaw l-Air Malta u linji oħra ta' l-ajru?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jien informat li kull meta l-Air Malta jkollha rapporti ta' serq mill-bagalji, dan dejjem jiġi investigat.", "Irrid ngħid ukoll li l-Air Malta qiegħda tħallas ammont sostanzjali lill- korp tal-pulizija biex dawn jagħmlu għassa u skorta mal-bagalji.", "Hemm ukoll numru ta' impjegati li huma sospiżi mix-xogħol minħabba allegazzjonijiet ta' serq mill-bagalji, bil-każ tagħhom pendenti quddiem il-qorti.", "ENEMALTA MANAGEMENT RESTRUCTURING", "11364.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Leo Brincat) staqsa lill- Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 11031 u 11306 u jqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra studji li kkummissjonat l-Enemalta dwar management restructuring?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ma jidhirlix li studju bħal dan għandu jitpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra billi għandu sensittivita' kummerċjali.", "MALTA ENTERPRISE - CHIEF OFFICER CORPORATE SERVICES", "11431.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Chris Agius) staqsa lill- Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 11059 u jgħid meta saret is-sejħa għall-impjieg ta' chief officer corporate services mal-Malta Enterprise?", "Kemm applikaw?", "Xi kwalifiki u esperjenza ddikjara li għandu kull applikant?", "Min ġie magħżul?", "X'inhu s-salarju u l-pakkett ta' benefiċċji li jġorr miegħu dan l-impjieg?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jien informat li l-head project evaluation tal-Malta Enterprise u ċ-chief officer corporate services telqu minn mal- korporazzjoni f'Ottubru 2004, żewġ karigi li jaqgħu fil-corporate services division.", "Il-management u l-bord tad-diretturi riedu jassiguraw illi x- xogħol kollu li kien beda matul is-sena u d-deadlines li jaqgħu fil- kompetenza tal-corporate services, ikompli għaddej bl-istess ritmu u effiċjenza tal-passat.", "Għalhekk il-bord tad-diretturi f'Ottubru staqsa lis-Sur David Galea Souchet, chartered certified accountant - dak iż-żmien kien jokkupa l- kariga ta' head finance - biex jieħu r-responsabbilta' kollha tal-head project evaluation u li jkun acting chief officer corporate services fl- istess ħin.", "U fuq bażi tal-kompetenza li wera, il-kwalifiki u l-esperjenza tiegħu u x-xogħol li kien wettaq kemm bħala head finance kif ukoll bħala head project evaluation u acting chief officer, wara li ħa dawn ir-rwoli kif ingħad hawn fuq, il-bord tad-diretturi appunta lis-Sur Galea Souchet bħala chief officer corporate services, kariga li tirrikjedi persuna li hi kkwalifikata bħala accountant u b'mhux anqas minn ħames snin ta' esperjenza f'livelli maniġerjali ma' kumpanniji privati, preferibbilment ta' accountants u awdituri.", "F'dawn iċ-ċirkostanzi u minħabba li dan il-post imtela' internament ma nħassitx il-ħtieġa li l-proċess isir permezz ta' l- ETC.", "Is-salarju u l-pakkett ta' benefiċċji li jġorr miegħu dan l-impjieg huwa konformi mal-bands applikabbli għal impjegati oħra f'dak il-livell u cioe' salarju ta' Lm14,000 fis-sena, car allowance ta' Lm1,200, performance bonus sa massimu ta' 10%, ADSL connection, health insurance u mobile phone.", "QTUGH TAD-DAWL U L-ILMA", "11439.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm- il meter ġie maqtugħ mill-Enemalta u mill-korporazzjoni għas-servizzi ta' l- ilma minħabba li ma tħallsux il-kontijiet tad-dawl u l-ilma fis-snin 2000, 2001, 2002, 2003, 2004 u 2005?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Buontempo, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO: Dawn il-meters huma kollha ta' residenzi privati jew magħhom hemm inklużi wkoll dawk kummerċjali?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mill-file ma jirriżultalix jekk humiex waħda jew l- oħra pero' għandi nassumi li jinkludu t-tnejn.", "ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO: Il-Ministru jikkonferma li persuni bi problemi soċjali m'humiex fil-lista ta' dawk li nqatgħalhom is-servizz tad-dawl u l- ilma?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Le, dan ma nistax nikkonfermah għax din l- informazzjoni ma ntalbitx.", "UŻU TA' ENERĠIJA ELETTRIKA FIS-SAJF", "11486.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Chris Agius) staqsa lill- Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 8628, jista' il-Ministru jgħid għaliex aħna ma jistax ikollna dan it-tagħrif meta din it-tip ta' informazzjoni hija aċċessibbli f'pajjiżi oħra ħafna akbar minna?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jien informat li l-konsum ta' l-elettriku huwa suġġett għal numru konsiderevoli ta' fatturi bħat-temperatura, l-umdita' u l- attivitajiet li jkunu għaddejjin fil-pajjiż.", "Fl-isfond tal-mistoqsija in kwestjoni, tenut kont tad-daqs tal-pajjiż u tal-fatt li fatturi elenkati aktar 'l fuq ivarjaw sostanzjalment minn sena għal oħra, wieħed ma jistax jikkonkludi bi preciżjoni xjentifika u aċċettabbli l-impatt ta' fattur wieħed billi l-fatturi varjabbli ma jippermettux studju akkurat.", "Ta' min jgħid ukoll li l-korporazzjoni għamlet tentattivi bbażati fuq ċifri għad-domanda fil-ġranet viċin il-bidliet fil-ħin biex isir dan il-kalkolu u r-riżultati huma għal kollox inkonklussivi, billi ma' setax jiġi aċċertat li l-varjanza fil-konsum hija attribwibbli interament jew almenu prinċipalment għal fattur wieħed.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Il-Ministru jikkonferma d-diċeriji li hawn u cioe' li l-prezz tal-fuel se jogħla, b'mod speċjali dak tad-diesel?", "Kif se jiġu affettwati t-tariffi tad-dawl u l-ilma?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Kif naħseb li jaf sew l-Onor.", "Interpellant, il-gvern diġa' iddikjara li l-prezz tal-fuel jaffettwa l-kontijiet tad-dawl u l- ilma.", "Se tibda ssir review kull sitt xhur tal-varjazzjoni tal-prezz internazzjonali u f'Awissu se jsir kalkolu ġdid ta' kif se niġu affettwati biż-żieda.", "Ta' min jgħid li l-prezz internazzjonali taż-żejt fl-ewwel perijodu ta' din is-sena kien diġa' over and above dak li konna qegħdin nipprevedu fil- budget ta' l-Enemalta.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jiġifieri jekk se jkun hemm żieda fil-prezz tad- diesel din se sseħħ wara Awissu?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ir-review tat-tariffi ta' l-elettriku se ssir f'Awissu, kif imħabbar, filwaqt li r-review tal-prezzijiet tal-petrol, tad- diesel u tal-fuel oil se ssir kull tliet xhur, kif ilha ssir għal erba' snin sħaħ u kif jaf tajjeb l-Onor.", "Farrugia u taf il-Kamra kollha.", "MALTAPOST CANTEEN", "11670.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA (f'isem l-Onor.", "Michael Asciak) staqsa lill- Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid jekk l-offerta għall-canteen tal-Maltapost fil- Marsa ngħatatx?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ma nħarġet l-ebda offerta għall-canteen tal-Maltapost fil-Marsa u mhux qed jiġi kkonsidrat li tinħareġ.", "FABBRIKI LI WAQQFU L-OPERAT TAGĦHOM", "11712.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm- il fabbrika waqqfet l-operat tagħha minn Jannar 1999 sal-lum?", "Liema huma u kemm kienu jimpjegaw nies?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.", "MIA – GĦASAFAR MAQBUDA", "11770.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm-il darba ġew avvelenati għasafar fl-airport?", "Kemm inġabru għasafar mejta minħabba dan l-avvelenament u x'tip?", "X'inhi r- raġuni li fl-ajruport mhux qed jintużaw mezzi ta' kontroll anqas krudili, bħal ħsejjes u għasafar tal-priża mgħallma?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Kif jaf l-Onor.", "Interpellant, l-MIA hija kumpannija pubblika kkwotata fuq il-Borża ta' Malta, fejn il-gvern għandu biss sehem minoritarju u konsegwentement il-ministeru m'għandu ebda funzjoni amministrattiva.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mario Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Ma jidhirlux il-Ministru li għalkemm l-MIA hija kumpannija li l-gvern m'għandux funzjoni amministrattiva fiha, xorta waħda hija suġġetta għal-liġijiet tal-pajjiż?", "Peress li l-użu ta' metodi krudili fuq l-annimali huwa ksur tal-liġi, ma jaħsibx li dan il-każ għandu jiġi investigat, apparti mill-fatt li f'mistoqsija preċedenti li kont għamilt meta l-gvern kellu funzjoni amministrattiva, il-Ministru stess kien weġibni li l-MIA tuża sistema ta' ħsejjes biex tgerrex l-annimali?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jiddispjaċini li l-Onor.", "Interpellant qed jagħmel ċerti assunzjonijiet li m'għandux jagħmel, Sur President.", "Il-fatt li l- Onor. Vassallo staqsa jekk hux veru li ġew avvelenati xi għasafar ma jfissirx li dan il-każ verament seħħ.", "Filwaqt li naqbel li kulħadd għandu jħares il-liġi, anke l-Onor.", "Membri ta' din il-Kamra, nemmen li din id-domanda m'għandha x'taqsam xejn ma l- osservanza tal-liġi.", "Kieku xi darba ġie ppruvat li xi ħadd avvelena l- għasafar u jiġi ppruvat li dak l-avvelenament huwa kontra l-liġi, hemmhekk ikun f'waqtu li wieħed jagħmel mistoqsija lill-ministru responsabbli mill- ġustizzja.", "Il-gvern kulma għandu llum huwa investiment fl-MIA u jiena bħala ministru responsabbli għall-investiment, m'għandi l-ebda funzjoni amministrattiva f'dan ir-rigward u allura ma nistax nirrispondi dawn it-tip ta' domandi, Sur President.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Galea.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Mr Speaker, apparti li bir-rispett kollu jiena m'għedtx li qed jiġu avvelenati l-għasafar, ma jaħsibx il-Ministru li m'huwiex rwol ta' deputat - f'dan il-każ l-Onor.", "Adrian Vassallo - li jipprova jekk hux minnu li qed jiġu avvelanti l-għasafar?", "Għax jekk qed issir din it-tip ta' allegazzjoni, hu għandu dritt jagħmilha u huwa d-dmir tal-pulizija li tinvestiga.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jekk inhu hekk, allura d-domanda ma kienx imissha saret lili.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Imma jista' il-Ministru almenu jindaga u jara jekk hux minnu li kien hemm avvelenament ta' għasafar?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Le, ma nistax għax m'hijiex funzjoni tiegħi li ninvestiga.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jien mhux qed nippretendi li l-Onor.", "Gatt imur jinvestiga hu imma naħseb li għandu jara li l-liġijiet tal-pajjiż jiġu osservati?", "Ma jistax iqabbad lin-nies tiegħu jinvestigaw biex jara jekk hux veru dan li qed jingħad?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Le, jien m'għandix dik il-funzjoni.", "ĦAŻ-ŻEBBUĠ: TRIQ MAMO – TIBDIL TA' LINJI TAD-DAWL", "11792.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA (f'isem l-Onor.", "Jeffrey Pullicino Orlando) staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l- Informazzjoni: B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 11367, jista' il-Ministru jindaga għala għadu ma sarx it-tibdil meħtieġ fi Triq Mamo minkejja d-diversi rapporti li saru lill-uffiċjali ta' l-Enemalta?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nerġa' ngħid li l-linji m'humiex perikolużi u allura m'hemmx urġenza biex jinbidlu.", "Ix-xogħol meħtieġ għandu jsir flimkien ma' xogħlijiet oħra simili.", "ADT - KIRI TA' VETTURI", "11870.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Jista' il-Ministru jgħid kemm għandha vetturi mikrija l-awtorita' dwar it-trasport u kemm kellha f'Jannar ta' l-2002?", "Mingħand min huma mikrija u b'liema prezz?", "Jista' jgħid jekk dawn ġewx mikrija wara ħarġa ta' kwotazzjonijiet jew sejħiet għal offerti u f'każ li ġiet segwita din il- proċedura, kemm kien hemm li applikaw u x'kienu l-offerti mitfugħa?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (f'isem il-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq); Informat li n-numru ta' vetturi mikrija mill-awtorita' dwar it-trasport u dettalji oħra jidhru fil-lista li qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "F'Jannar ta' l-2002, l-ADT ma kenitx għadha kostitwita bħala entita' waħda u għaldaqstant m'huwiex possibbli li tingħata l-informazzjoni mitluba.", "Informat li qabel ma' d-dipartiment tat-toroq sar jifforma parti mill- awtorita' dwar it-trasport, kienet inħarġet u ġiet aġġudikata tender għall- kiri ta' karozzi.", "Wara li d-dipartiment sar parti mill-awtorita' din baqgħet timxi fuq l-istess tender.", "QUEUING GĦAL-LIĊENZJI", "12059.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA (f'isem l-Onor.", "Franco Galea) staqsa lill- Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jgħid x'xogħol qed isir sabiex il-queues fid-dipartiment tal-liċenzji jiġu eleminati darba għal dejjem?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT (Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq): Waqt li nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposti li diġa' tajt għall- mistoqsijiet parlamentari 10786 u 11051, nasal biex ngħid li jekk il-poplu jsegwi s-suġġerimenti mogħtija għandhom jiġu mnaqqsa drastikament il- queues.", "Pero' nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-awtorita' dwar it-trasport ħadet ukoll dawn il-miżuri:", "• Qed tiżgura li jkun hemm clerk f'kull counter fi swali A u B biex il- pubbliku jinqeda aktar malajr;", "• L-awtorita' għadha kemm introduċiet kunċett ta' fast lane f'sala A biex dawk in-nies li jmorru biex iġeddu liċenzja waħda jew tnejn jinqdew aktar malajr;", "• Ġiet introdotta sistema fejn l-impjegati ta' l-awtorita' li m'humiex parti mid-direttorat tal-liċenzji, jiġu mgħallmin is-sistema ta' kif jinħaddmu l-liċenzji biex tiżdied il-flessibbilta' meta jkun hemm bżonn;", "• L-impjegati tad-direttorat tal-liċenzji ġew mgħallmin id-diversi sistemi li hemm biex ikunu jistgħu jiċċaqalqu minn sala għall-oħra skond l- esiġenzi; u", "• Il-management jiżgura li kull impjegat jiġi utilizzat fil-massimu tiegħu jew tagħha billi regolarment jivvaluta rapporti fuq it-transazzjonijiet li qed jipproċessa kull impjegat kull siegha.", "Barra min hekk, fil-futur immedjat l-awtorita' sejra tieħu miżuri oħra f'dan ir-rigward fosthom: • Se jinbidlu l-proċeduri b'tali mod li insurance agents, brokers, subagents u public service garages jiddepożitaw id-dokumenti ħalli jibdew jinqdew separatament mill-pubbliku in ġenerali;", "• Bħalissa għaddejjin xogħlijiet sabiex tiġi introdotta sistema elettronika bbażata fuq l-internet li se tkun tipprovdi faċilita' fejn l-individwu jkun jista' jġedded il-liċenzja tal-karozza mingħand l-insurance agent jew anke mill-kumdita' ta' daru;", "• Qed isir studju professjonali intern fejn qed jiġu evalwati s-sistemi u l- proċeduri kollha bil-għan li jiġu iktar effiċjenti u streamlined;", "• Qed tissaħħaħ il-funzjoni ta' customer care sabiex tkun tista' tiffoka aktar fuq il-problemi tal-pubbliku qabel ma dak li jkun imur fil-queue; u", "• Qed jittieħdu miżuri fejn il-ħin neċessarju sabiex wieħed jipproċessa transazzjoni b'sistema komputerizzata jitnaqqas kemm jista' ikun.", "ŻEJTUN: TRIQ TAL-BARRANI - TRAFFIC LIGHTS", "12061.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Peress li bi weġiba għall-mistoqsija parlamentari 9437 li ngħatat fit-3 ta' Diċembru, 2004 ingħad li:", "\"Ix-xogħlijiet konċernati fil-proġett imsemmi qed isiru kollha mill- gvern u li dawn huma previsti li jitlestew fi żmien ħames ġimgħat oħra u se jiġu jiswew madwar Lm45,000\";", "Jista' il-Ministru jitlob spjega mingħand min tah l-informazzjoni f'PQ 11807 li:", "\"Wara li għalqu, it-tenders ġew evalwati u l-orħos offerta kienet dik ta' Lm63,307.23.", "Wara diskussjonijiet ma' l-orħos tenderer, ingħata roħs ta' Lm3,639.47 biex it-tender ingħata għall-valur ta' Lm60,667.76.\"?", "Kif f'Diċembru 2004 ix-xogħlijiet konċernati kienu qed isiru kollha mill- gvern u mbagħad nsiru nafu li f'Jannar 2004 ħarġu t-tenders?", "Ix- xogħlijiet konċernati kienu qed isiru mill-gvern jew jitħallsu mill-gvern?", "X'inhi r-raġuni li min għamel l-istima mar żmerċ b'eluf ta' liri?", "Liema hi l-informazzjoni korretta, dik li ngħatat għall-ewwel domanda jew għal dik ta' l-aħħar?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ninsab informat li x-xogħol li sar mill-ħaddiema tal-gvern kien biex inxtegħlu t-traffic lights.", "Dan ix-xogħol sar mill- electrical section tal-manufacturing and servicing department waqt li x- xogħol kollu l-ieħor sar mill-kuntrattur li tħallas mill-ADT.", "It-tender kienet ippubblikata fis-27 ta' Jannar, 2004 u l-evalwazzjoni tagħha saret fis-16 ta' Marzu, 2004.", "L-istima tad-dipartiment kienet tammonta għal Lm45,000.", "Waqt l-evalwazzjoni rriżulta li r-rati ta' l-orħos tenderer kienu ħafna ogħla mir-rati tat-tender meta kkomparati ma' rati ta' xogħlijiet oħra li kienu ġew aġġudikati dak iż-żmien.", "Dan it-tenderer ġie mitlub iraħħas u fil- fatt kien naqqas it-tender tiegħu kif indikat fit-tweġiba li tajt għall- mistoqsija parlamentari 11807.", "Ix-xogħol mill-kuntrattur beda f'Diċembru 2004.", "Kif kien spjegat diversi drabi fix-xhur li għaddew, kien hemm diżgwid bejn l-ADT u l-kuntratturi fuq ir-rati tax-xogħol tat-toroq.", "Min għamel l-istima mexa fuq ir-rati gwida li kienu jsegwu l-ADT dak iż-żmien li nkitbet it- tender.", "Kien xhur wara li ntlaħaq qbil fuq rati aċċettabli għaż-żewġ naħat u l-valur tax-xogħol kien stabilit fuq dawn ir-rati l-ġodda miftehma.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Noel Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Allura x'inhi r-raġuni li l-uffiċjal inkarigat mar daqshekk żmerċ?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: L-uffiċjal inkarigat ma marx żmerċ u naħseb li r- risposta tiegħi tispjega għaliex kien hemm daqstant varjazzjoni fil-prezz.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Forsi l-uffiċjal ma kienx jaf liema metodu jrid japplika biex jagħmel l-evalwazzjoni?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Meta tagħmel stima tax-xogħol trid issegwi rati partikolari.", "(Interruzzjonijiet) Iva, imma fis-suq tax-xogħol iseħħu ċerti tibdiliet u sakemm dawn jiġu aċċettati u jkun hemm qbil fuqhom, il- periti ta' l-ADT ma jkollhom l-ebda indikazzjoni x'rati jkunu jridu jsegwu.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-Mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru Louis Galea.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi): Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' stqarrija għall-Istampa maħruġa mill-ministeru fit-8 ta' April 2005 dwar eżenzjoni mill-VAT għall-iskejjel tas-sajf, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 11784;", "f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tabella li turi l-għadd ta' persuni li ġew reġistrati jew naturalizzati bħala ċittadini ta' Malta bejn l-2000 u l-2004 maqsuma skond il-pajjiżi li kienu ġejjin minnu, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 11634.", "f'isem il-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita` nqiegħed fuq il- mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar in-nefqa tal-gvern fuq mediċini u ikel b'xejn għall- isptarijiet u ċ-ċentri tas-saħħa, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 11839;", "Tabella li turi l-bed capacity ta' l-isptar San Luqa, l-isptar Mater Dei u faċilita` ta' post acute rehabilitation, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 11841.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar l-ammont ta' fly ash ġenerat mill-power stations tal- Marsa u Delimara bejn l-1990 u l-2005, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 12136.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Nghaddu issa għall-Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-KUMMISSJONI ĊINEMATOGRAFIKA TA' MALTA", "MALTA FILM COMMISSION BILL", "L-ordni għall-Kumitat ġie moqri", "FIL-KUMITAT", "L-Onor.", "Carmelo Abela, President tal-Kumitati, jippresjedi.", "(Ikompli mit-2 ta' Mejju 2005)", "Klawsola 7 – Tmexxija ta' l-affarijiet tal-Kummissjoni u tal- Kummissarju.", "Clause 7 – Conduct of the affairs of the Commission and the Commissioner.", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "Il-Ministru Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Klawsola 7 tipprovdi li l-ministru jista' jagħmel regolamenti li jidhirlu xierqa biex kemm il-kummissjoni kif ukoll il- kummissarju jkunu jistgħu jirregolaw il-proċeduri interni tagħhom u l- laqgħat tagħhom - jiġifieri l-istanding orders biex insejħulhom hekk - u sakemm il-ministru jagħmel dan, kemm il-kummissjoni kif ukoll il- kummissarju jkun jista' jirregola hu stess il-proċeduri li japplikaw għalih.", "Irrid ngħid li fin-normalita` ta' l-affarijiet huwa rari ħafna li l- ministru jagħmel dawn it-tip ta' regoli u fil-maġġoranza tagħhom, l- awtoritajiet u l-bordijiet fir-realta` jagħmlu r-regolamenti tagħhom huma stess.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 7.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 7 għaddiet nem.con u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 8 – Personalita` legali u rappreżentanza tal-Kummissarju.", "Clause 8 - Legal personality and representation of the Commissioner", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Klawsola 8 hija maqsuma f'żewġ partijiet.", "Permezz ta' din il-klawsola l-kummissarju jkollu personalita` legali distinta.", "Jiġifieri l-kummissarju, mhux bħala persuna fiżika, pero` bħala persuna ġuridika, huwa kkonsidrat bħala persuna legali u allura għandu d-dritt li jidħol u joħroġ f'kuntratti, li jixtri, iżomm u jiddisponi, li jissellef u bħal kull persuna legali wkoll, li jagħmel kuntratti u li jħarrek u li jiġi mħarrek.", "Subklawsola (2) tgħid ukoll, kif ngħidu f'ħafna liġijiet, li d-dokument ippreżentat u ffirmat mill-kummissarju huwa a document valid on the face of it ħalli nużaw it-terminu legali, jiġifieri validu u minnu nnifsu m'għandux bżonn li jiġi pprovat li huwa dokument maħruġ mill-kummissarju stess sakemm ma jiġix ikkontestat rigward il-validita` tiegħu.", "Din hija regola li hija applikata għad-dokumenti kollha maħruġin mill-gvern fejn il-validita` hija preżunta u mhux trid tiġi pprovata.", "L-istess ħaġa tiġri fil-kuntratti.", "Jekk inti tara kuntratt iffirmat min- nutar tassumi li dak huwa kuntratt validu u tkun trid tikkontesta l- validita`.", "Jekk hija skrittura privata ffirmata minn xi ħadd privat trid tipprova li l-firma hija tal-persuna privata.", "Hawnhekk il-prova hija favur il-validita` tad-dokument u mhux bil-kontra.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Chris Agius.", "ONOR.", "CHRIS AGIUS: Sur President, il-bieraħ waqt li konna qed nitkellmu fuq il-poteri tal-kummissarju għedna li l-kummissarju jrid joqgħod u jimxi mal-finanzi li jkunu ġew ivvotati lilu.", "Pero` hawnhekk qed ngħidu li jista' jagħmel kuntratti ta' akkwist u pussess.", "Nassumi li xorta jrid iżomm mal- limiti pprovduti fil-budgets ,hux hekk?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Iva, bilfors, għaliex inkella ma jkollux il-flus disponibbli.", "Il-pożizzjoni tal-kummissarju hija bħal kull enti governattiva oħra.", "Jekk il-gvern ma jivvotalux il-flus fl-estimi ma jkollux flus x'jonfoq, jiġifieri għalxejn jagħmel kuntratt biex imur jixtri karozza, għax eventwalment ma jkollux flus biex jonora dak il-kuntratt.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.Agius.", "ONOR.", "CHRIS AGIUS: Qed ngħidu li l-kummissarju jrid iżomm mal-budget li jkollu pero` dan se jkollu xi freehand li jista' jagħmel kuntratti fuq liema proprjeta` irid jew inkella se jibqa' marbut xorta mal-budgets li jkunu vvotati lilu?", "Jekk hemm proprjeta` li għandu bżonnha sabiex fiha jsir xi xogħol marbut ma' l-industrija tal-films pero` l-flus li jintalbu għal dik il-proprjeta` jaqbżu l-budget, hu ma jista' bl-ebda mod jasal għal dan il-kuntratt?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ċertament il-kummissarju qatt m'hu se jagħmel kuntratt ta' kirja, kuntratt ta' xirja jew kull kuntratt ieħor vis-a`-vis l- production ta' xi film.", "Dik hija responsabbilta` tal-producer.", "Jekk għandu bżonn uffiċċju minn fejn jopera hu jew inkella jrid jikri jew jixtri karozza, il-kummissarju, bħal kull entita` tal-gvern oħra huwa marbut b'żewġ affarijiet.", "Waħda bl-estimi ta' kull sena u t-tieni bil-proċeduri ġenerali tal-gvern rigward kuntratti.", "Jiġifieri l-kummissarju bħall- kummissjoni u bħal kull enti oħra taqa' taħt il-public contract regulations li tgħidlek kif trid tagħmel ix-xiri u l-akkwisti.", "Minkejja li hu għandu l-poter li jidher fuq kuntratt, il-kummissarju jkun irid iġib il-go-ahead tal-permanent secretary amministrattivament qabel ma jimxi.", "Jiġifieri minkejja li jkollu l-flus, il-permanent secretary qiegħed hemmhekk sabiex jiċċekkja li l-kummissarju jkun osserva r-regolamenti interni kollha li għandu l-gvern li jirregolaw kif inti tista' takkwista l- affarijiet.", "Dan kollu se japplika għall-kummissarju daqskemm japplika għad-data protection commissioner, biex inġibu eżempju.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT (Kap ta' l-Oppożizzjoni): X'inhu r-rwol tal-ministru fir-rigward tal-kummissarju f'dawn il-funzjonijiet li qed nitkellmu dwarhom?", "Jekk huwa għandu l-legal responsibility, id-dokumenti u jista' jiffimra ċ-ċekkijiet, eżattament il-ministru x'power of control għandu fuqu?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Bħal fil-każ ta' kull uffiċjal pubbliku ieħor il- ministru jista' – u llum il-proċedura hija bil-miktub - jordna lill- kummissarju biex ma jagħmilx xi ħaġa, basta jagħmel dik l-ordni bil-miktub.", "Jiġifieri l-film commissioner m'huwiex differenti minn kull uffiċjal pubbliku ieħor u r-relazzjoni bejn il-film commissioner u l-ministru m'hi xejn differenti minn dik li teżisti bejni u bejn id-data protection commissioner.", "Fejn m'għandux l-indipendenza biex jiddeċiedi huwa dejjem soġġett għad-direttiva tal-ministru.", "Dan hu poter li joħroġ mill- Kostituzzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jiġifieri dan jaqa' taħt \"any regulations made there under\"?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Le, dak huwa għal-laqgħat tas-seminar.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jien li qed jiskantani f'dan l-impostament kollu huwa li l-commissioner qed jissemma bħala entita`.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Bħala legal personality.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Entita` m'hijiex legal personality.", "Legal entity hija xi ħaġa differenti minn personalita`.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ħalli naqraha bl-Ingliż:", "\"The Commissioner shall have a distinct legal personality...\".", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jiġifieri meta qed tgħid entita` qed tifhem personality?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: It is a legal entity pero` bil-Malti nużaw il-frażi \"persuna legali\".", "Pero` fir-realta` entita' m'hijiex fiżika.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Iva, imma ftit ilu konna qed nitkellmu li se toħroġ liġi li tirregola l-entitajiet governattivi u ma konniex qed nitkellmu fuq legal personalities.", "Safejn naf jien konna qed nitkellmu fuq korpi tal- gvern.", "Jiġifieri meta qed tgħid entita` inti f'dan il-każ qed tifhem personalita` legali, jekk nista' nuża din it-transposition, għaliex bir- rispett kollu qed nitħawwad.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Bil-Malti ngħidu \"persuna fiżika\" u \"persuna legali\".", "Persuna fiżika huwa Austin Gatt.", "Persuna legali hija Austin Gatt Company Limited.", "Il-kumpannija hija persuna legali.", "Meta m'hijiex persuna fiżika rappreżentata fil-persuna fiżikament hija entita` legali jew persuna legali.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Fair enough pero` li qed jiskantani hu li għandna l- commissioner li għandu distinct legal personality u naħseb li l-commission ukoll għandha.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Id-differenza hija li l-commissioner huwa persuna.", "Ejja nieħdu l-commissioner tal-lum li huwa s-Sur Oliver Mallia.", "Inti ma tħarrkux bħala Oliver Mallia imma tħarrku bħala the film commissioner.", "Għalhekk it is a legal personality.", "Ma tagħmilx distinzjoni min hi l- persuna.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Issa l-kummissjoni għandha legal personality jew le?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Issa dik staqsejtha wkoll għaliex jien qed jirriżultali li m'għandhiex.", "Jien naħseb li għandu jkollha wkoll, u bgħatt lil xi ħadd sabiex jistaqsi lill-avukat ġenerali għaliex naqbel miegħek li l-kummissjoni għandu jkollha wkoll.", "Lili kienu qaluli a voce li għandha, u jien mingħalija kienet f'din is-section pero` mhux qiegħda.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Għaliex imbagħad iqum il-punt ta' x'inhu r-rwol taċ- chairman tal-kummissjoni vis-à-vis l-kummissarju qua l-legal personalities.", "Trid tiddefinixxi l-boundaries tat-tnejn.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Billi l-commission fl-aħħar mill-aħħar tiddeċiedi hi l-allokazzjoni ta' l-inċentivi allura jrid ikollha l-legal personality.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Allura ċ-chairman tagħha għandu jkollu l-legal personality bħala rappreżentant tal-commission.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Le.", "Hawnhekk forsi l-kap ta' l-oppożizzjoni qed imur ftit lura.", "Fl-antik the legal personality kienet tirrisjedi fiċ- chairman ta' kummissjoni u allura inti kont tħarrek lil Austin Gatt bħala r- rappreżentant tal-Malta Broadcasting Authority.", "Eventwalment kienet saret emenda fil-liġi tal-proċedura tal-qrati fejn illum ma tħarrikx lill-Austin Gatt bħala chairman tal-Malta broadcasting authority imma tħarrek biss lill- broadcasting authority.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jiġifieri tħarrek lill-kummissjoni f'dan il-każ.", "Imma hawnhekk din m'għandhiex legal personality.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Bgħatthom jiċċekkjaw ma' Dr Peter Grech jekk hemmx il-legal personality f'xi section oħra.", "Hawnhekk trid tidħol il-legal personality.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ma taħsibx li għandu jkun hemm bżonn definizzjoni ċara fil-legal personality tal-kummissarju u kif se taffettwa....(Interruzzjonijiet) Jien qiegħed nara l-oriġinalita` ta' din il- liġi f'dan is-sens; li l-kummissarju għandu distinct legal personality.", "Issa qed tikkonfermali li ħsibt li l-kummissjoni wkoll suppost għandha legal personality.", "Allura ma jistax ikun hemm taħwid bejn il-kompetenza tat- tnejn?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Le, għaliex ir-rwoli huma definiti fis-sections ta' qabel li għaddejna l-bieraħ.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Kollox sew.", "Jiġifieri fl-opinjoni tiegħek taħseb li dik hija biżżejjed?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Hekk jidher.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Allura l-ministru kif jidħol f'dan kollu?", "Il-ministru jidħol f'dan kollu vis-à-vis ż-żewġ legal personalities.", "Ma' min se jilgħab il-ballun?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mat-tnejn.", "Il-Kostituzzjoni tipprovdi ċar u tond ir- relazzjoni li għandek bejn ministru u min jaqa' fid-dekasteru tal-ministru.", "Il-Kostituzzjoni tipprovdi wkoll li t-tmexxija hija f'idejn il-ministru.", "Amministrattivament l-ex-Prim Ministru Eddie Fenech Adami kien ta direzzjoni f'dan is-sens u naħseb li eventwalment imbagħad kienet saret emenda fl-Interpretation Act li l-ministru jista' jesprimi dik it-tmexxija tiegħu u jagħti l-ordni u kulmin jiġi taħtu jrid isegwi dik l-ordni kemm-il darba hu jagħmilha bil-miktub.", "Jiġifieri jekk ikun hemm diverġenza, per eżempju, il-permanent secretary jiddeċiedi xi ħaġa u l-ministru wants to overrule him, jekk il-permanent secretary ...", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "ALFRED SANT: Iva, dik niftakarha pero' permanent secretary huwa differenti minn ...", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Le, hija l-istess ħaġa għaliex tapplika along the lines kollha.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ħalli nagħtik eżempju li tajtu inti stess rigward l- Enemalta.", "Inti għadek kemm għedt riċentement – din qrajtha x'imkien - li sibt li kienu ngħataw struzzjonijiet li l-common areas, garages whatever, f'postijiet privati jiġu trattati bħala kummerċjali u inti għedtilhom sabiex ibiddlu dik l-ordni.", "Allura dik in writing kellek tagħmilha?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Iva, tajtha bil-miktub permezz ta' e-mail.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Pero' e-mail mhix tajba!", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mela le.", "Illum għandna l-ekwivalenza fil-liġi.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jiġifieri issa qed tgħidilna li din tapplika anke għall-korporazzjonijiet.", "Mela allura l-punt li tqajjem u li qed taqbel miegħu huwa li għallinqas il-kummissjoni wkoll irid ikollha legal personality.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Iva, jien hekk naħseb, u staqsejt lil Dr Grech li jifhem kemm kemm iktar minni dwar dan.", "Għalhekk sakemm nistenna konferma nipproponi li klawsola 8 tiġi posposta.", "THE CHAIRMAN: Hawn qbil?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-Kumitat qabel li d-diskussjoni fuq din il-klawsola tiġi posposta", "Klawsola 9 – Ħatriet ta' persunal.", "Clause 9 – Appointment of personnel.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Klawsola 9 tirrigwarda d-dritt tal-kummissarju li jappunta nies sabiex jaħdmu miegħu, u li jistabbilixxi, bil-kunsens tal- ministru, l-kondizzjonijiet ta' l-impjieg.", "Irrid ngħid li dan huwa poter li again, jeżisti fil-liġijiet kollha, pero` nista' nagħti assigurazzjoni, li huwa poter li se jiġi wżat b'limitazzjoni kbira jekk mhux l-aħjar ħaġa li ma jiġi wżat xejn.", "Nista' nwiegħed l-applikazzjoni tal-politika ta' dan il-gvern u cioe`, limitazzjoni stretta fuq min jiġi mpjegat ma' l- awtoritajiet.", "Limitazzjoni stretta tfisser li tuża r-riżorsi kollha eżistenti llum biex tevita mpjiegi ġodda.", "Fil-każ tal-film commission diġa` għamilniha.", "Allokajnihom fil-Malta Enterprise u qed jużaw il-back office kollu tal-Malta Enterprise biex ma jkollniex bżonn noqogħdu nġibu messaġġiera, segretarji u affarijiet oħra.", "Barra minn hekk, jekk ikollhom bżonn in-nies l-ewwel li naraw huwa jekk huwiex possibbli li dawn inġibuhom minn xi kumpannija oħra tal-gvern, min- nies żejda li għandna hemmhekk, u jekk ma nsibux minn hemmhekk allura mill- gvern stess.", "Irrid ngħid li din hija politika li ħaddimna għal ħafna snin b'suċċess kbir, tant li kif diġa` spjegajt fil-winding up, bejn l-1997 u Novembru tas-sena l-oħra n-nies fis-settur pubbliku naqsu b'4,500.", "Ix- share ta' l-impjiegi fis-settur pubbliku niżel minn 38% għal 33% u jrid jibqa' nieżel fis-snin li ġejjin.", "Ovvjament dan nistgħu nagħmluh biss b'kontroll strett fuq l-impjiegi li nagħmlu aħna.", "Ma tistax tgħid li ma timpjega lil ħadd.", "Fil-fatt jekk wieħed jara l-istatistika jsib li l- impjegati fiċ-ċivil baqgħu l-istess, jiġifieri madwar 30,000 bejn l-1997 u l-2003 pero' l-mix tbiddel għal kollox, għaliex żdiedu l-impjiegi tat- tobba, tat-teachers, tal-professjonisti u fil-middle management u naqsu fl- industrials u fil-clericals.", "Dan ifisser li biddilt il-mix li għandek jaħdmu mal-gvern waqt li żammejt l-istess numri.", "Sur President, in-numri l-kbar ma' l-awtoritajiet naqsu.", "Fil-fatt naqsu xi 2,700 u mal-kumpanniji tal-gvern tipo l-Enemalta naqsu xi 2,200.", "Hawn ukoll, waqt li qed nagħtu dan id-dritt, qegħdin nirrikonoxxu li dan id- dritt m'għandux jiġi wżat ċertament biex jiġu mpjegati f'livell ta' industrials u clericals fejn il-gvern jidher li għandu biżżejjed.", "(Interruzzjonijiet) Żgur industrials forsi mhux daqshekk clericals.", "Irrid ngħid ukoll li dan id-dritt żgur irid jiġi eżerċitat fil-kontest kollu tad-direttivi li ta kemm dan il-prim ministru kif ukoll il-prim ministru ta' qabel, li l-employment għandu jinżamm fl-iktar numri minimi possibbli.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Agius.", "ONOR.", "CHRIS AGIUS: Fil-winding up tiegħu l-ministru kkritika ħafna mill- kummenti li għamilna rigward din il-klawsola.", "Aħna għedna li ħafna kummissjonijiet u awtoritajiet li twaqqfu mill-gvern kienu mod kif żdiedu l- impjiegi mal-gvern jew mas-settur pubbliku.", "Issa l-ministru qed jgħid li qed jagħti assigurazzjoni li kemm jista' jkun mal-kummissjoni u mal- kummissarju ma jkunx hemm impjiegi ġodda pero` jintużaw ħaddiema li għandna fis-settur pubbliku.", "Naħseb li jkun tajjeb li ma nkomplux inżidu l- payroll tal-gvern.", "Issa jekk qegħdin jidħlu mpjegati ġodda f'dawk is- setturi li l-aktar għandna bżonn, dan qed jagħmlu għan-natural waste li qed ikollna sena wara l-oħra.", "Jien naħseb li jkun tajjeb li kif qal il-ministru, jekk il-kummissjoni jew il-kummissarju se jkollhom bżonn impjiegi, b'mod partikolari fil-livell industrijali u manwali, dawn jittieħdu mill-ħaddiema li ilna nisimgħu ħafna snin li ċ-ċivil huwa mimli bihom.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Kumment qasir.", "Jien fil-winding up ikkritikajt lil xi kelliema ta' l-oppożizzjoni għall-fatt li mxew bl-impressjonijiet u ma ħarsux lejn l-istatistika.", "L-istatistika turi biċ-ċar li minkejja li huwa veru li nħolqu diversi awtoritajiet ġodda, bejn l-1997 u Novembru 2003 fl- awtoritajiet biss naqsu 2,700 u fil-kumpanniji tal-gvern naqsu 2,200.", "Dan ifisser li mhux veru li l-ħolqien ta' awtoritajiet ġab iktar mpjiegi.", "Kulma ġab kien spostament ta' ċerti impjiegi u impjiegi f'livelli li l- gvern ma setax jipprovdi.", "Pero` fil-livelli fejn il-gvern għandu nies żejda qed isir id-deployment ta' l-impjiegi.", "Per eżempju, fil-kunsilli lokali daħħalna nies li l-maġġoranza tagħhom kienu t-tarzna.", "In-nies li kellna żejda fil-Medigrain sibnielhom xogħol ieħor.", "Dan huwa l-eżerċizzju li qed nagħmlu, u n-numri juru dan kollu għax fl-aħħar ħames snin naqqasna 4,500 mpjegati mal-gvern u s-sehem tas-settur pubbliku niżel minn 38% għal 33% u jrid jibqa' jinżel.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 9.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 9 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 10 – Inkarigu ta' uffiċjali pubbliċi għal xogħol mal- Kummissjoni.", "Clause 10 – Detailing of public officers for duty with the Commission.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Din hi s-sieq l-oħra, biex ngħid hekk, tal-klawsola l- oħra; il-poter tal-prim ministru li jaqbad nies miċ-ċivil u jibgħathom jaħdmu ma' l-enti li tkun.", "Irrid ngħid ukoll li din hija klawsola li qiegħda fil-liġijiet kollha ta' l-awtoritajiet u hija klawsola wżata ħafna.", "Huwa b'dan il-mod li ħafna drabi niffrankaw li nimpjegaw nies ġodda, għax inti taqbad nies miċ-ċivil u tibgħathom ma' l-enti l-ġdida u allura ma timpjegax lil xi ħadd ġdid fiha.", "Irrid ngħid li riċentement għaddejna emenda - veru f'liġi li m'għandha x'taqsam xejn li hija n-National Archives Act pero` sibna l-opportunita` li nagħmluha bi qbil ma' l-oppożizzjoni – għall-Att dwar l-ETC, biex nippermettu li ħaddiem f'kumpannija tal-gvern jista' jintbagħat jaħdem u jiġi reġistrat f'kumpannija oħra tal-gvern mingħajr il-problema li kien hemm qabel li trid tgħaddi mill-ETC.", "Teknikament x'kien qed jiġri?", "Kien qed jiġri li jekk għandi nies tal- Medigrain u l-Medigrain għalqet u lil dawn nibgħathom jaħdmu l-KGT, ma nistax nagħmilhom ħaddiema tal-KGT għaliex teknikament il-KGT trid tapplika għand l-ETC jekk ikollha vacancy.", "Fil-fatt l-ETC tibgħat għall-interview lil min ikun qiegħed jirreġistra u mhux lill-ħaddiema ta' l-Medigrain.", "Allura għaddejna emenda li fejn għandek żewġ kumpanniji tal-gvern tista' tisposta lill-ħaddiema minn kumpannija għall-oħra.", "B'dan il-mod dawk il- ħaddiema li spiċċaw mill-Medigrain, illum jistgħu jirreġistraw, ladarba jgħaddi t-Tielet Qari ta' din il-liġi, bħala ħaddiema tal-Medigrain.", "Għaliex għamilna dan?", "Għamilna dan bħala miżura oħra biex niżguraw li nispostaw il-ħaddiema min-naħa għall-oħra fejn hemm bżonnhom mingħajr ma nimpjegaw ħaddiema ġodda.", "Jekk timpjega l-ġdid ma tnaqqasx 4,500 f'ħames snin, kif ġara.", "Jekk timpjega, politikament tieħu vantaġġ pero` tkompli tkabbar il-gvern.", "Il- politika serja trid tnaqqas l-impjegati minn mal-gvern.", "Kieku ma nagħmlux hekk insolvuha malajr il-problema ta' l-unemployment, għax kieku nagħmlu bħalma sar fil-passat.", "Pero` m'għamilniex hekk.", "Aħna għażilna li jkollna politika serja li nispostaw lin-nies min-naħa għall-oħra minflok nimpjegaw mill-ġdid.", "Dan issa qed jagħtina l-poter li l-prim ministru jagħmel id- detailing, kif għandna mijiet detailed fil-Water Services Corporation u mijiet detailed fid-drainage section fejn bħalissa qed isir review.", "Hawn ukoll id-dritt tal-prim ministru li jagħti direzzjoni biex xi ħadd li jkun qed jaħdem fiċ-ċivil ikun jista' jmur jaħdem mal-film commission jew mal- film commissioner.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Agius.", "ONOR.", "CHRIS AGIUS: Kienet emenda tajba ħafna li ħaddiema minn kumpannija tal-gvern ikunu jistgħu jiġu shifted ma' kumpannija oħra mingħajr ma jinħoloq il-bżonn li jiġu ngaġġati ħaddiema ġodda.", "Pero` nixtieq nistaqsi jekk il-ħaddiema humiex se jingħataw ic-ċans li jaċċettaw din l-għażla jew inkella hux se tkun tassattiva li la ġew magħżula jridu jmorru bilfors mal- kummissjoni.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jien dejjem ngħid li t-tajjeb fid-dinja lanqas huwa abjad jew iswed imma huwa x'imkien fil-griż.", "L-ideali hu li ssib il- kunsens.", "L-ideali hu li tgħid li għandek vacancy fil-kummissjoni, tara min jixtieq imur, u tagħżel l-aħjar persuna fost kulħadd li jista' jmur.", "Dan hu l-ideali u meta nkunu l-ġenna nkunu nistgħu nilħquh dejjem pero` r- realta' fid-dinja tkun kemm kemm differenti.", "Min ikun tajjeb biex imur, ħafna drabi ma jkunx irid imur u min ikun ħażin, jipprova jimbottak biex imur, u allura jrid ikollok flessibbilta`.", "Ħalli nipprova ngħid l-esperjenza tiegħi personali kemm mal-ħaddiema tal- Medigrain kif ukoll mal-ħaddiema ta' l-IPSL.", "Ħafna mill-ewwel addattaw.", "Fil-bidu kważi kulħadd beda jgorr u min kien qed jimmaniġja l-proċess, jiġifieri tal-MIMCOL, ipprovaw ibiddlu.", "Ma' wħud kellhom jiddeċiedu u jgħidu li jridu joqogħdu f'ċertu post bilfors, għax dawn kienu bidlu xi sitt postijiet u m'għoġobhom imkien, imma oħrajn mill-ewwel addattaw għaċ- ċirkostanzi l-ġodda u llum jinsabu kuntenti ħafna u ma jridux jiċċaqilqu.", "Jiġifieri r-realta` hija dejjem x'imkien fin-nofs.", "Bil-kooperazzjoni ta' kulħadd naħseb li nsibu l-kuntentizza ta' kulħadd pero` aktar minn hekk ma naħsibx li nistgħu.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Agius.", "ONOR.", "CHRIS AGIUS: Naqbel miegħek li dak li hu perfett ftit issib minnu u żgur li ma ssibux f'din id-dinja.", "Pero` ftit ilu għaddejna mill- esperjenza li għad għandna numru ta' ħaddiema li forsi minħabba nuqqas ta' bżonn għalihom ma ġewx magħżula biex jagħmlu parti mill-workforce tal-Malta Enterprise.", "Uħud minnhom huma nies li qattgħu ħafna snin fl-MDC u fl-IPSE, nies li żgur kellhom esperjenza kbira pero` llum uħud minnhom mhux qegħdin iħossu li their abilities are put għal dak li tgħallmu.", "Jien nittama u nixtieq, kif naħseb jixtieq ukoll il-ministru, li affarijiet bħal dawn forsi ma jirrepetux ruħhom u forsi ma jkollniex ħaddiema li jitpoġġew f'postijiet kontra qalbhom u allura r-rendiment tagħhom ma jkunx to the maximum.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Naqbel ma' l-Onor.", "Agius li din hija sitwazzjoni li wieħed ikun jixtieq jevita.", "L-Onor.", "Agius semma każ speċifiku.", "Jien se ngħid ċar u tond li baqa' disgħa jew għaxar ħaddiema ex-MDC li għadhom id- dar sena u tliet xhur wara li sar il-proċess.", "Lil dawn bgħatnihom jagħmlu 10, 12 jew 16-il interview f'dipartimenti tal-gvern u kumpanniji u ħadd ma jridhom.", "Issa jien ma nafx jekk it-tort huwiex tagħhom, huwiex ta' min għamlilhom l-interview jew huwiex ta' min m'aċċettahomx fil-bidu.", "Sfortunatament ir-reputazzjoni f'dawn l-ambjenti tal-gvern tgħodd ħafna.", "Per eżempju, tistgħaġeb jekk tistaqsi lill-clerk hawnhekk, li llum waqagħlu xagħru fil-gvern, li malli tibda ssemmilu lil Ġanni Borg jgħidlek li dak kien hemm u għamel hekk u malli ssemmilu lil Peppi jgħidlek dak tajjeb u ġibuli.", "Fl-ambjent żgħir ta' Malta u fl-ambjent żgħir tan-nies taċ-ċivil, ir-reputazzjoni personali timxi ħafna, u allura kultant, sfortunatament, jekk tingħata l-għażla jekk tixtieqx tieħu bniedem jew le, hemm min jgħidlek li jridu u hemm min igħidlek li ma jridu b'xejn.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Agius.", "ONOR.", "CHRIS AGIUS: Qed nifhem dak li qed jgħid il-ministru.", "Wara kollox iħabbat wiċċu magħhom u qiegħed fil-pożizzjoni ta' ministru pero` minkejja li wħud ma jkollhomx raġun u ma jagħżlux l-offerta li tkun saritilhom, id- dwejjaq hu - u dan jiġri għax il-partiġġjaniżmu mhux ġid jagħmel imma ħsara - li jkollok persuna kapaċi pero` ma tkunx tixtieq tiċċappas.", "Naħseb li anke f'dawn is-sitwazzjonijiet kultant isiru għażliet minħabba l-kulur politiku ta' dak li jkun.", "Naħseb li f'sitwazzjonijiet bħal dawn għandna nkunu ċari mill-bidu nett li dawn il-ħatriet mhux se jkunu abbażi ta' kulur politiku.", "Wara kollox fiċ-ċivil għandek nofs in-nies kulur u nofs ieħor kulur ieħor u ma tistax tagħmel użu min-nofs wieħed u n-nofs l-ieħor tibagħtu d-dar ma jagħmel xejn.", "Naħseb li din saret fil-Malta Enterprise u saret ukoll fl-għażliet l-oħra.", "Dawn l-affarijiet ikomplu jżidu t-tgergir u forsi nuqqas ta' rendiment tal-ħaddiema.", "Dan qed ngħidu biex jekk jista' jkun dawn l-affarijiet we make them above board u jsiru b'mod mill-iktar trasparenti.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 10.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 10 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 11 – Status ta' uffiċjali pubbliċi inkarigati jagħmlu xogħol mal-Kummissjoni.", "Clause 11 – Status of public officers detailed for duty with the Commissioner.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Chairman, din il-klawsola hija kkuppjata minn diversi atti simili li għandna u tipprovdi li l-uffiċċjal pubbliku li jiġi detailed mill-prim ministru biex jaħdem mal-kummissjoni ma jitlef xejn mid- drittijiet li hu għandu bħala uffiċjal pubbliku, u allura nipprovdu li waqt li hu detailed xorta jista' japplika għal transfer, jieħu transfers, xorta jista' japplika għal promotion, jibqa' garantit ir-remunerazzjoni li jkollu minkejja r-remunerazzjoni li jista' jkun attached ma' dak il-post partikolari, li jekk huwa intitolat għall-pension and widows and orphans fund ta' qabel 1979 jibqa' intitolat għaliha u l-kontribuzzjonijiet li jsiru għall-pensjoni tiegħu jibqgħu regolati bil-mod kif inhuma regolati fiċ-ċivil.", "THE CHAIRMAN: Hawn rimarki?", "L-Onor.", "Chris Agius.", "ONOR.", "CHRIS AGIUS: Mr Chairman, naħseb li din il-klawsola hija importanti sabiex ikollna nies li jitħajru li minn maċ-ċivil imorru mal- kummissjoni.", "Jiena nixtieq nistaqsi dwar persuni li jsibu ruħhom bħala membri ta' din il-Kamra.", "Jien m'iniex wieħed minnhom għax qatt ma kont impjegat taċ-ċivil pero` nistaqsi jekk dawn humiex meqjusin jekk l-istatus tagħhom jibqax meta jitilfu posthom f'din il-Kamra.", "Illum inbidlet l- istorja u min ikun impjegat taċ-ċivil jista' jsib postu lura fl-impjieg pero` min jiddeċiedi li ma jeħux l-impjieg għax irid jagħti iktar servizz liċ-ċittadin jitlifhom dawn iċ-chances li qegħdin jingħataw?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Illum, jekk m'iniex żbaljat, il-pożizzjoni tal-membri tal-parlament hija ħafna aħjar milli kienet, għax qabel, għall-perijodu li jkunu membri parlamentari jibqgħu konsidrati li huma membri tas-servizz pubbliku pero' ma jeżerċitawx ix-xogħol tagħhom u allura kienu preklużi milli japplikaw għal promotion, transfers eċċ. Illum ladarba jispiċċaw minn membri tal-parlament jerġgħu jmorru lura għall-post fejn kienu fl-antik u allura dak li kien qed jiġri huwa li jekk xi ħadd li jkun clerk mal-gvern, jagħmel għaxar snin fil-parlament, jgħidulu li għalxejn japplika għall- promotion għax ma jkunx qed jaħdem bħala clerk u wara għaxar snin jew 15-il sena jerġa' jmur lura bħala clerk kif kien.", "Issa tbiddlet il-pożizzjoni għax bl-emenda li għamilna, jistgħu jerżerċitaw ix-xogħol tagħhom fiċ-ċivil waqt li jkunu fil-parlament u allura dan ifisser li jistgħu jieħdu promotions, jistgħu jieħdu transfers eċċ. Ladarba jispiċċaw minn dan il-parlament huma jmorru lura qishom għaddejjin bix-xogħol normali tagħhom.", "Fir-realta` hemm diskriminazzjoni kontra tagħna li m'aħniex fiċ-ċivil għax waqt li", "dawn għandhom job li jistgħu jirritornaw lura għalih u l-paga tibqa' għaddejja normali, aħna m'għandna xejn minn dan.", "Imma insomma, aħna dħalna għaliha, u allura jkollna noqogħdu.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Agius.", "ONOR.", "CHRIS AGIUS: Nixtieq nagħmel mistoqsija oħra.", "Jekk ikun hemm persuna li jkollha pożizzjoni ta' clerk li tkun ġiet magħżula biex tmur mal- kummissjoni – hawnhekk ikun tajjeb li ngħid li l-kummissjoni mhix se tkun closed department - u toħroġ sejħa maċ-ċivil għal grad ogħla minn clerk, din il-persuna se tingħata ċ-ċans u d-dritt li tapplika għal din il- promozzjoni?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Din hija koperta minn din il-klawsola.", "ONOR.", "CHRIS AGIUS: Voldieri tista' tapplika?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Iva.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 11.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 11 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 12 – Offerta ta' impjieg permanenti mal-Kummissarju lil uffiċjali pubbliċi inkarigati jagħmlu xogħol mal- Kummissarju.", "Clause 12 - Offer of permanent employment with the Commissioner to public officers detailed for duty with the Commissioner.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Fi klawsola 12 qed nagħtu r-right of first refusal.", "Jekk il-kummissarju jiddeċiedi li jimpjega nies miegħu, persuna miċ-ċivil li tkun dettaljata miegħu tista' tingħata l-offerta biex taqleb minn maċ- ċivil għal mal-film commissioner direttament.", "Hemm il-kondizzjonijiet li jridu jkunu ekwivalenti għar-rimunerazzjoni li wieħed ikollu waqt li f'subklawsoli (3) u (4) qegħdin nissalvagwardjaw id- dritt separatament ta' dak li jkun ġie impjegat qabel l-1979 għall- ħlasijiet dovuti lilu mill-Pensions Ordinance u mill-Widows' and Orphans' Pensions Act.", "B'dan il-mod impjegat permanenti tal-film commissioner xorta jibqa' jgawdi l-benefiċċji kollha li jkollu taħt il-liġijiet li kien hemm qabel l-1979.", "Imbagħad subklawsoli (5) u (6) jistabbilixxu l-metodoloġija kif dan isir.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Agius.", "ONOR.", "CHRIS AGIUS: Hawnhekk il-ministru qed igħid li persuna li tiġi msejħa sabiex tagħmel parti mill-kummissjoni tista', jekk tagħżel hi, issir impjegata tal-kummissjoni.", "Nimmaġina li se jsir kif sar fil-Malta Tourism Authority fejn ħaddiema tal-ministeru tat-turiżmu ntalbu biex min irid, jinqata' minn mad-dipartiment u jsir impjegat ta' din l-awtorita`.", "Allura ladarba persuna tkun għażlet li tmur mal-kummissjoni, tista', wara sentejn, per eżempju, tiddeċiedi li tmur lura mal-gvern?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Le, ma tistax għaliex ladarba tinqata' minn mal- gvern imbagħad tiskatta l-Kostituzzjoni.", "Il-Kostituzzjoni tgħidlek li l- impjieg mal-gvern irid isir bil-metodoloġija tal-public service commission, jiġifieri jridu joħorġu l-adverts fil-public service commission, isiru l- eżamijiet u jkun hemm ir-riżultat tal-public service commission.", "Ladarba inti tittermina l-impjieg minn mal-gvern m'hijiex kwestjoni li jgħaddu sitt xhur jew sena.", "Tista' tgħaddi ġurnata għax ma tistax terġa' tbiddel l-idea tiegħek.", "ONOR.", "CHRIS AGIUS: Nixtieq ukoll ftit kjarifika dwar paragrafu (d) ta' subklawsola (6) li igħid hekk:", "\"Ebda kariga ma' tkun klassifikata fi grad ogħla minn dak ta' Grad 3 fis-servizz tal-Gvern...\".", "Allura dawn jistgħu jkunu sa dak il-grad?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Iva.", "Ir-raġuni hija li hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq il-Pensions' Ordinance, fejn il-pensjonijiet jiddependu mill-gradi u r- reviżjonijiet li jsiru regolarment.", "Kellna problema fil-passat fejn ċerti bordijiet u awtoritajiet kienu, għal raġunijiet ta' pensjoni, jikklassifikaw lill-membri taċ-ċivil li jkunu attached magħhom, salarju ogħla miċ-ċivil biex ovvjament jilagħbu bil-pensjoni.", "Ittieħdet deċiżjoni mill-ministru tal-finanzi li din għandha tinqata'.", "Jekk jien membru taċ-ċivil, mhux għax jien immur mal-Malta Tourism Authority u fl-aħħar tliet snin ta' xogħli jżiduli s-salarju bi Lm3,000 jew Lm4,000 allura tiżdiedli l-pensjoni.", "Din kienet iddaħħlet biex inti tirregola safejn tista' tasal.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 12.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 12 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 8 – Personalita` legali u rappreżentanza tal-Kummissarju.", "Clause 8 - Legal personality and representation of the Commissioner.", "(Posposta aktar kmieni fil-Kumitat)", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Sur President, għall-klawsola 8 se nipproponi din l- emenda:", "\"D\" Minnufih wara subklawsola (2) ta' klawsola 8 għandha tiżdied din is- subklawsola ġdida li ġejja:", "\"(3) L-atti u l-azzjonijiet ġudizzjarji li permezz tagħhom tiġi impunjata jew kontestata xi deċiżjoni jew aġir ieħor tal-Kummissjoni għandhom isiru kontra l-Kummissarju.\".", "\"D\" Immediately after subclause (2) of clause 8 there shall be added the following new subclause:", "\"(3) Judicial acts and actions by means of which a decision or anything done by the Commission is impugned or contested shall be filed against the Commissioner.\".", "B'dan il-mod inkunu qed nagħlqu ċ-ċirku u l-kummissarju jsir responsabbli wkoll għall-atti kollha tal-kummissjoni.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija l- emenda kif imressqa u moqrija mill-ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"D\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 8 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 8, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 13 – Il-Kummissarju joħroġ in-nefqa mid-dħul.", "Clause 13 - Commissioner to meet part of expenditure out of revenue.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Chairman, fi klawsola 13 bdejna r-raba' parti li huma l-financial provisions.", "Subklawsola (1) ta' klawsola 13 tpoġġi l- ideal.", "Il-kummissarju għandu kemm jista' jkun jonfoq mhux aktar flus milli jdaħħal.", "Idealment il-pajjiż hekk jimxi pero` r-realta` kultant hija differenti.", "Imbagħad subklawsola (2) tgħid li la dan se jonfoq il-flus u l-ideal huwa li jdaħħal revenue iktar milli jonfoq, allura tagħtih il-poter li jiċċarġja fees għall-azzjonijiet li jagħmel hu.", "Subklawsola (3) tgħid li billi probabbilment ir-realta` hija li dan mhux se jiġġenera flus biżżejjed biex ikopri l-infiq tiegħu, il-parlament jista' jħallsu mill-consolidated fund billi permezz ta' l-estimi ta' l-aħħar tas- sena japproprja ammonti ta' flus li jitħallsu lill-kummissarju.", "Subklawsoli (4) u (5) jipprovdu x'jiġri jekk fir-realta` d-dħul ikun iktar mill-ħruġ.", "Hawnhekk id-dħul jinkludi wkoll somom approprjati mill- parlament.", "Jekk hemm aktar dħul mill-infiq, jistgħu jmorru jew f'reserve fund jew - permezz ta' subklawsola (5) - b'ordni tal-ministru jistgħu jiġu invested kif jindika l-kummissarju bl-approvazzjoni tal-ministru.", "Issa x'inhi r-realta`?", "Ir-realta` hija li l-kummissarju se jonfoq dejjem iktar milli jista' jdaħħal għal żewġ raġunijiet.", "L-infiq prinċipali tal- kummissarju mhux se jkun it-tmexxija tal-kummissjoni.", "Fil-fatt bejn wieħed u ieħor jien nistma li b'Lm50,000 għandu jkollna uffiċċju tajjeb u nkunu rappreżentati tajjeb anke barra minn Malta.", "(Interruzzjonijiet) Forsi kemm kemm aktar pero` f'dawk il-livelli.", "Ejja ngħidu li sa Lm75,000 għandu jkollna biżżejjed biex nimxu.", "Pero' f'dawn il-voti jridu jidħlu wkoll l- inċentivi li se nħallsu.", "Jekk inti ġġib film li matul is-sena se jonfoq Malta Lm20 miljun aħna ngħidu li minn dawk l-Lm20 miljun se nagħtu lura, per eżempju, 10% jew 15%.", "Jiġifieri diġa` qegħdin nitkellmu fuq Lm1 miljun u allura żgur li l-infiq ikun iktar mid-dħul.", "Irrid ngħid ukoll li s'issa mxejna bil-politika li ħlief is-somom approprjati mill-parlament fl-estimi, il-kummissarju ma jagħmel fees ta' xejn.", "Il-kummissarju ma jiċċarġja xejn tax-xogħol tiegħu, la lill- produtturi u lanqas lil ħaddieħor li jitolbu s-servizz tiegħu.", "Dan ifisser li l-uniku income li għandu l-kummissarju hu mill-handbook li jippubblika kull sena jew kull sentejn u li jqassmu madwar id-dinja bis-servizzi li hawn Malta.", "Min jagħmel l-adverts f'dan il-handbook iħallas lill- kummissjoni", "ta' l-advert, pero` daqshekk biss.", "Il-bqija jekk jiġi producer Malta u joqgħod idur mal-locations miegħu u jagħtih listi ta' minn fejn jista' jikri l-karozzi u affarijiet hekk ma jiċċarġja assolutament ebda sold.", "Apparentement din hija sistema li tinħadem madwar id-dinja kollha u aħna żgur li m'aħniex se nbiddluha.", "Jiġifieri x'qed ngħid hawnhekk?", "Jien qed nipprevedi li meta s-sena d- dieħla niġu biex nagħmlu l-estimi, se jkun hemm vot qawwi ħafna ta' flus li nkunu qed nistennew li l-kummissarju jużahom bħala inċentivi.", "Ċertament dak l-ammont mhux se ndaħħluh mill-fees.", "Ovvjament kontra l-inċentivi se nkunu qegħdin indaħħlu flus minn affarijiet oħra indirettament bħall-NI, se nkunu qed indaħħlu l-income tax ta' min qed jagħmel il-profitt, se nkunu qed indaħħlu l-VAT u nerġgħu nħallsuha lura pero` l-bottomline hu li se jkollna outflow of funds.", "Jekk irridu nkabbru l-industrija bilfors irid ikollna dan.", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "L-Onor.", "Agius.", "ONOR.", "CHRIS AGIUS: Kif qal il-ministru, il-kummissarju se jkollu fondi sabiex imexxi l-uffiċċju pero` minnbarra dan imbagħad se jkun hemm il-flus ivvotati għall-inċentivi.", "Naqbel perfettament li l-kummissarju għandu jħajjar kumpanniji ċinematografiċi jiġu hawn pero' jien naħseb li minnbarra inċentivi jrid ikollna marketing exercise tajjeb barra minn xtutna jekk verament irridu nressqu productions lejn pajjiżna.", "Il-mistoqsija li xtaqt nagħmel jien hija rigward subklawsola (2) fejn hemm li:", "\"Għal dan il-għan il-Kummissarju għandu jiġbor kull dritt, rata u pagament...\"", "X'jistgħu jkunu dawn ir-rati u pagamenti?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Kulma qed nagħmlu hawnhekk huwa li nagħtu l-poter li nagħmlu fees by legal notice.", "Din bilfors tkun by legal notice u mhux wieħed jaqbad u jiddeċiedi li jdaħħal fee ta' Lm10 għal kull min jitolbu xi ħaġa.", "Dan isir l-ewwelnett biex ikun hawn l-overview tal-parlament.", "Sinċerament m'hemm l-ebda ħsieb li ndaħħlu xi ħaġa pero` jista' jkun li 'l quddiem jinqala' xi ħaġa fejn inti tgħid li kulmin forsi jrid jidħol fil- handbook li jiġi ppubblikat darba fis-sena, minbarra li jħallas il-cost ta' l-advert irid iħallas xi ħaġa oħra biex jgħin fil-marketing campaign li hemm bżonn li wieħed jagħmel.", "Nerġa' ngħid li għalissa m'hemm l-ebda ħsieb li jsir xi ħaġa.", "Irrid ngħid li naqbel perfettament ma' dak li qal l-Onor.", "Agius.", "Jien nemmen li l-marketing campaign ma tridx issir biss mill-film commissioner fil-kontest tal-fieri speċjalizzati u nies speċjalizzati imma għandha ssir ukoll mill-Malta Enterprise.", "Fil-fatt il-ġbid tal-films u l-production tal- films hija waħda mit-targeted sectors li jien tajt direzzjoni lill-Malta Enterprise li trid tmur għaliha.", "F'din il-ħaġa rrid ngħid li għadna fil- bidu pero` almenu diġa` bdejna nagħtu l-ewwel passi.", "Hemm website ġdida tal-Malta Enterprise u parti mill-website tindika s-seba' setturi li qed nittargitjaw u l-films huwa wieħed minnhom.", "Dan qed isir għaliex jien nemmen li jrid ikun hemm is-sinerġija.", "Ma jagħmilx sens li l-film commission tibqa' xi ħaġa f'kantuniera għal rasha.", "Il-Malta Enterprise – din għedtha diversi drabi f'din il-Kamra u nieħu l- opportunita` li nirrepetiha - f'pajjiż ċkejken bħal tagħna, la għandha flus biżżejjed u lanqas għandha nies biżżejjed biex tkun everything for everyone u allura trid bilfors tagħżel.", "Ma nistgħux ninċentivaw kumpanniji barranin tal-farmaċewtika, tat-toolmaking u tal-manifattura tat-tessuti biex jiġu jinvestu f'Malta.", "Irridu bilfors nagħmlu s-segmenti.", "Issa dan ma jfissirx li għandna nirrifjutaw dak li jiġi.", "Jekk ġie xi ħadd hawn Malta jgħidli li jrid jiftaħ fabbrika tat-tessuti, jiġi bil-qalb kollha, nipprovaw ngħinuh kemm nistgħu pero` rridu nagħżlu.", "Jekk għandna Lm1 miljun inċentivi x'nagħtu, irridu nagħżlu fejn se nagħtu dak il-Lm1 miljun.", "Ma tistax tagħti lil kulħadd u lil kulmin jiġi.", "Aħna bilfors irridu nindikaw is-setturi preferenzjali tagħna u jien indikajt il-films.", "U nieħu gost li l-bord tal-Malta Enterprise aċċetta din l-indikazzjoni.", "Illum din hija parti mill-istrateġija tal-Malta Enterprise.", "Nemmen li bil-kuntatti li għandha l-Malta Enterprise u bil-kuntatti li għandha l-film commission, nistgħu nagħmlu marketing campaign qawwija flimkien pero` naħseb li din trid tkun targeted.", "Jien naħseb li llum f'pajjiżna spiċċa ż-żmien li l-marketing ikun wieħed scattered.", "Fl-antik kont tmur l-Ingilterra, tagħmel business breakfast u tibgħat 3,000 invit mill-ambaxxata biex forsi jiġu 60 ruħ.", "Dawn kienu jiġu għaliex ikunu semgħu li Malta hija low cost.", "Illum il-business breakfasts ma jsirux biss f'Milan, f'Londra, f'Ruma u f'Pariġi imma jsiru wkoll f'Malta, fir-Repubblika Ċeka, fl-Estonja, fir-Rumanija, fil-Bulgarija, fis- Serbja u fil-Montenegro.", "Illum kulħadd jagħmel il-business breakfasts inkluż iċ-Ċina.", "U jekk aħna naħsbu li se nibqgħu nikkompetu b'dawn it-tip ta' affarijiet meta m'għadniex low cost naħseb li nkunu qed niżbaljaw.", "Huwa mportanti li dan l-approach ikun wieħed targeted.", "Illum bis-saħħa ta' l-internet tista' tagħmel analiżi qawwija ħafna.", "Jiġifieri jekk tieħu s-settur tal-farmaċewtika, kapaċi tinżel fuq livell ta' kumpannija kumpannija tas-setturi li trid.", "Jekk fl-Ewropa hawn 5,000 kumpannija li huma involuti fil-farmaċewtika tista' tniżżel 5,000 pakkett ta' informazzjoni.", "Pero` tista' mbagħad tissegmenta u tgħid, per eżempju, li trid il-ġeneriċi u saħansitra x'tip ta' ġeneriċi.", "Tant hu hekk li tista' tinżel għal 20 kumpannija li tkun tista' tagħmlilhom approach personali.", "Jien naħseb li 'l hinn irridu nibdew nimxu.", "Għax fl-aħħar mill-aħħar kemm għandna, per eżempju, art x'nistgħu nagħtu lill-fabbriki?", "Għad baqgħalna fejn nagħtu pero` hemm limitu wkoll.", "Per eżempju, kemm jista' jkollna films?", "Ejja ngħidu li f'daqqa waħda nagħmlu suċċess enormi mill-films.", "Aħna nistgħu nifilħu xi erba' films f'daqqa hawn Malta li jokkupawlek ma nafx kemm spazju?", "Jiġifieri rridu noqogħdu attenti wkoll fil-marketing tagħna.", "Dan irid ikun marketing kemm kemm differenti milli kien qabel.", "Irid ikun iktar clever milli kien qabel u iktar targeted milli kien qabel.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Agius.", "ONOR.", "CHRIS AGIUS: Naqbel perfettament li ż-żmenijiet inbidlu u l- marketing exercises għandhom ikunu aktar targeted.", "Huwa veru li għandna l- Malta Enterprise u għandna l-uffiċini barra minn pajjiżna pero` naħseb li l- film commissioner ukoll għandu funzjoni importanti x'jaqdi.", "Hawnhekk diġa` ssemmiet il-persuna min se tkun.", "Jien naħseb li hija persuna li għandha esperjenza kbira fil-qasam u għandha esperjenza fil-mod kif tista' tersaq lejn dawn il-kumpanniji.", "Minbarra li jkollna l-uffiċini tal-Malta Enterprise li qegħdin jaħdmu barra minn xtutna sabiex iġibu lejn pajjiżna foreign direct investment, naħseb li anke l-kummissarju għandu jkollu rwol li jaħdem ma' kumpanniji li jkunu interessati jew qegħdin jaħsbu sabiex jagħmlu xi produzzjoni ġdida.", "Naħseb ukoll li anke l-foreign offices tagħna għandu jkollhom rwol f'dawk il- pajjiżi fejn hemm industrija tal-produzzjoni tal-films.", "Naħseb anke dawn għandhom jagħtu l-palata tagħhom.", "Il-foreign offices jistgħu jagħmlu ħafna iktar sabiex jgħinu l-investiment f'pajjiżna.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ċertament ma rridx nagħti l-impressjoni li l-film commissioner se jkun maqtugħ mill-marketing.", "Jiġifieri dak li jagħmel s'issa mhux biss irid jagħmlu imma jrid iżidu.", "Nispera li l-ministru tal- finanzi jivvotalna biżżejjed flus biex inkunu nistgħu nżiduh pero` dak li qed jagħmel u għamel tajjeb irid ikabbru.", "Jien qed ngħid li l-Malta Enterprise tista' tagħti support bil-kuntatti li hi tkun tista' tagħmel.", "Issa nixtieq niddevja ftit fuq żewġ punti li semma l-Onor.", "Agius għaliex jien għandi impressjonijiet li huma kemmxejn differenti.", "L-ewwel punt jirrigwarda l-foreign offices tal-Malta Enterprise.", "Illum prattikament għalaqna kullimkien.", "Għaliex?", "Għax eżami fuq l-aħħar tmien snin jew disa' snin jurik li r-return li ħadna mill-uffiċċji barranin, neħħi wieħed jew tnejn, kien prattikament zero.", "Ħriġna mijiet ta' eluf ta' liri u l-kuntatti ma ġewx minn hemmhekk imma ġew minn postijiet oħra.", "Ir-realta` m'hijiex sabiħa pero` hija realta` li jkun aħjar jekk nikkonstatawha u nieħdu deċiżjonijiet dwarha.", "ONOR.", "CHRIS AGIUS: Naħseb li ma spjegajtx ruħi sew.", "Jien ma kontx qed nirriferi għall-foreign offices imma għall-ambaxxati.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Issa niġi għalihom ukoll dawk.", "Jien qed ngħid għall- foreign offices tal-Malta Enterprise jiġifieri n-nies impjegati tal-Malta Enterprise li xogħolhom kien biss li jħajru l-investiment u ma rnexxielhomx.", "Qabel kien jagħmel sens li jkollok foreign offices pero` dan kien igħodd għal meta kont low cost, meta ma kellekx il-kompetizzjoni li għandna llum mill-Eastern Europe u mill-Far East u meta t- telekomunikazzjonijiet ma kenux dawk li huma llum.", "Illum m'hemmx differenza jekk tkunx qiegħed Malta jew Milan u titkellem ma' bniedem li jkun qiegħed Padova.", "Illum jekk trid tista' tagħmel teleconferencing, tista' titkellem permezz ta' webcam fuq l-internet u tista' wkoll taqbad l-arjuplan u fi żmien siegħa u nofs tkun għandu.", "Jiġifieri llum m'għandux għalfejn ikollna dawn it-tip ta' uffiċċji.", "Sfortunatament l-impressjoni tiegħi u ta' kull ministru qabli li kien responsabbli minn din l-industrija hi li dan il-metodu qatt ma ħadem.", "Issa dan seta' ġara jew għax min hu impjegat fil-foreign office huwa magħmul b'mod differenti jew għax il-prijoritajiet huma differenti.", "It-tmexxija fl- ambaxxati huma iktar direzzjonati lejn id-diplomazija milli lejn il- business u l-għażliet isiru iktar fuq bażi ta' diplomazija milli fuq bażi ta' business.", "Forsi kien għalhekk li dawn ma rnexxewx wisq.", "Jien ngħid li llum ir-realta` hija li bl-internet, bit- telekomunikazzjonijiet u bis-sistemi li għandek illum, ħafna mix-xogħol tista' faċilment tagħmlu minn Malta stess.", "Dan huwa metodu ħafna aktar irħis għax meta jkollok rappreżentanza barra minn Malta trid tonfoq il- flus.", "Għalkemm lil dak li jkun tagħtih il-paga fuq livell ta' Malta imbagħad trid tagħtih allowance.", "U dan irid jikri flat, irid jiġi darbtejn fis-sena, jieħu l-familja eċċ. Jien naħseb li kważi kważi, jekk taħdem minn Malta stess, bil-mezzi kollha li hawn illum, huwa ħafna aktar cost- effective milli kieku tibgħat lil xi ħadd Londra jew Milan.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 13.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 13 għaddiet nem. con. u ġiet ordanta biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 14 – Għotjiet bil-quddiem mill-gvern.", "Clause 14 - Advances from Government", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Klawsola 14 hija konsegwenzjali għal klawsola 13.", "Fi klawsola 13 għedna li l-kummissarju jista' jiġi avvanzat flus mill-gvern tramite l-consolidated fund bl-approvazzjoni tal-parlament.", "Issa din il- klawsola tittratta - u again hija kkoppjata minn diversi liġijiet oħra - meta l-ministru tal-finanzi jgħaddi mill-ewwel il-flus li mbagħad eventwalment jidħlu fis-supplimentary estimates ta' l-aħħar tas-sena.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 14.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 14 għaddiet nem. con. u ġiet ordanta biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 15 – Allokazzjoni ta' flejjes lill-entitajiet li joperaw fis- settur awdjovisiv", "Clause 15 - Allocation of funds to Entities operating in t/he audiovisual sector", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Chairman, klawsola 15 hija klawsola importanti għaliex hija l-enabling clause li eventwalment tawtorizza lill-kummissarju biex jirċievi mingħand il-gvern il-flus li se jkunu diretti għall- inċentivi, li allura mbagħad jintużaw mill-kumpanniji jew l-entijiet li joperaw f'dan il-qasam.", "Fi klawsoli minn 27 sa 29 se nkunu qegħdin niddiskutu l-inċentivi wieħed wieħed pero` hawnhekk, billi dawn huma l- financial provisions, qegħdin nawtorizzaw lill-kummissarju li jirċievi l- flus li eventwalment ikunu jridu jintużaw għal dan l-iskop.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 15.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 15 għaddiet nem. con. u ġiet ordanta biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 16 – Il-Kummissarju jista' jissellef jew jiffinanzja capital.", "Clause 16 - Power to borrow or raise capital.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Chairman, klawsola 16 hija standard clause ukoll u tittratta l-poter tal-kummissarju li jissellef flus jew permezz ta' loan jew inkella bħala overdraft.", "Dan dejjem isir bl-awtorizzazzjoni tal- ministru responsabbli kif ukoll tal-ministru tal-finanzi", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Agius.", "ONOR.", "CHRIS AGIUS: Hawnhekk għandna l-kliem \"b'overdraft jew xort' oħra\".", "X'irridu ngħidu bil-kliem \"xort'oħra\"?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Hemm diversi metodoloġiji ta' kif wieħed jissellef il- flus, fis-sens li wieħed mhux neċessarjament jissellef b'self ordinarju.", "Per eżempju, tissellef il-flus fuq pledge.", "ONOR.", "CHRIS AGIUS: X'se jkollu qed jagħmel tajjeb il-kummissarju sabiex ikun jista' jieħu overdraft?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jista', per eżempju, jirċievi bill of exchange mingħand xi ħadd li għandu jagħtih Lm50,000 u jagħtih discount tiegħu l- bank.", "Tagħtih il-bill of exchange ta' Lm50,000 u jagħtik b'Lm20,000 f'idejk.", "Dak huwa discounting u mhux overdraft.", "ONOR.", "CHRIS AGIUS: U jekk ma jkollux x'jagħmel tajjeb?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ma jagħtihx il-bank, sakemm ma jkunx jafdah daqstant!", "ONOR.", "CHRIS AGIUS: Voldieri se jagħmel tajjeb għalih il-gvern jekk jasal biex ikollu bżonn jissellef?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Għalhekk hemm l-awtorizzazzjoni minn qabel tal- ministru responsabbli u l-ministru tal-finanzi.", "ONOR.", "CHRIS AGIUS: Hawnhekk qed nitkellmu fuq somma ta' Lm50,000.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Din trid tkun bil-miktub f'dak il-każ.", "ONOR.", "CHRIS AGIUS: Ladarba qed nitkellmu fuq ammont ta' Lm50,000, dan japplika għall-perijodu li jkun qiegħed in kariga l-kummissarju jew inkella fuq sena finanzjarja?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Japplika għal kull loan ta' fuq il-Lm50,000.", "ONOR.", "CHRIS AGIUS: Kull meta jista' jagħmilha?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jista' jagħmilha kull siegħa.", "ONOR.", "CHRIS AGIUS: Once in the period of three years?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Sakemm għandu l-awtorizzazzjoni tal-ministru jista' jagħmilha dejjem.", "ONOR.", "CHRIS AGIUS: Jiġifieri jista' jagħmel tliet overdrafts ta' Lm50,000.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Basta jawtorizzah il-ministru tal-finanzi.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 16.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 16 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 17 – Self mingħand il-gvern.", "Clause 17 – Borrowing from Government.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Chairman, klawsola 17 hija wkoll standard clause li tippermetti li l-ministru tal-finanzi, jekk ikun hemm bżonn xi infiq kapitali min-naħa tal-kummissarju, jista' jagħmel waħda minn żewġ affarijiet; jew hu stess joħroġ loans, jiġifieri joħroġ liability ġenerali - bħal loans li joħroġ il-gvern - biex jagħmel tajjeb għall-kapital li għandu bżonn il-kummissarju, jew inkella jawtorizza lill-accountant general biex mill-fond konsolidat joħroġ il-flus li huma neċessarji għall-kapital tal-kummissarju taħt loan fund.", "Again dawn huma metodi kif jaħdmu bihom il- finanzi.", "Bħal dawn il-klawsoli ssib f'kull att li jirrigwarda bordijiet, awtoritajiet eċċ.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Agius.", "ONOR.", "CHRIS AGIUS: Jien għalija din hija daqsxejn vaga u wiesgħa ħafna.", "Hawnhekk jingħad:", "\"Il-Ministru responsabbli għall-finanzi jista', għal kull ħtieġa tal- Kummissarju ta' xorta kapitali, jikkuntratta jew jiġġenera kull self, jew jinkorri passiv, għal dawk il-perjodi u b'dawk il-pattijiet u l- kondizzjonijiet li huwa jista' jqis adatti;\".", "Voldieri qed nitkellmu mingħajr limiti hawn?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Dan ifisser li jekk il-ministru tal-finanzi se joħroġ loan, jiddetermina kemm għandu jkun l-ammont tal-loan, jiddetermina kemm għandu jkun l-ammont ta' interessi, jiddetermina l-kondizzjonijiet kif jiġi ripagat dak il-loan, u x'se jsir mit-treasury bills eċċ. Dawn huma t-tip ta' kondizzjonijiet li jsiru dejjem.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 17.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 17 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 18 - Estimi tal-Kummissarju.", "Clause 18 - Estimates of the Commissioner.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Chairman, fi klawsola 18 għandna l-obbligu li l- kummissarju, sa l-aħħar ta' Settembru ta' kull sena, jew kull xahar ieħor li jista' jiġi preskritt mill-ministru, għandu jippreżenta business plan għal tliet snin.", "Il-business plan tkun tinkludi l-istimi kapitali kif ukoll rikorrenti u għandhom jidħlu fil-proġettazzjonijiet kollha li l- kummissarju jkollu bżonn jagħmel kemm għall-ispiża u d-dħul tiegħu kif ukoll għal dik tal-kummissjoni.", "Meta jipprepara dawn l-estimi l-kummissarju għandu wkoll jagħti kas x'se jitħallaslu, x'se jdaħħal hu mill-fond konsolidat, u l-kopja ta' l-istima li ssir, ladarba approvata mill-ministru, għandha tmur għand il-ministru responsabbli għall-finanzi u wkoll titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Agius.", "ONOR.", "CHRIS AGIUS: Hawnhekk qed ngħidu li se tkun ippreparata business plan.", "Naturalment trid tkun approvata mill-ministru wkoll, hux hekk?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Iva, din qiegħda f'subklawsola (6).", "ONOR.", "CHRIS AGIUS: Il-business plan hija għal tliet snin.", "Allura x'jiġri jekk fil-perijodu ta' tliet snin tinqala' xi ħaġa straordinarja?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Din hija a rolling business plan għal tliet snin għaliex f'kull Settembru jerġa' jagħmel oħra għal tliet snin oħra.", "Per eżempju, f'Settembru ta' l-2005 dan jippreżenta pjan għas-snin 2006, 2007 u 2008.", "F'Settembru ta' l-2006 irid jerġa' jagħmel pjan għas-snin 2007, 2008 u 2009, jiġifieri kull darba żżid sena u tirrivedi s-sentejn ta' qabel.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 18.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 18 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 19 - In-nefqa tkun skond l-estimi approvati.", "Clause 19 - Expenditure to be according to approved estimates", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Chairman, skond l-ideal li rarament jokkorri fid- dinja, l-ispiża tal-kummissarju, bħall-ispiża ta' kull enti oħra tal-gvern, għandha tkun preċiża skond il-budget, pero` billi dawn l-affarijiet ma jsirux dejjem bil-preċiżjoni, il-klawsoli l-oħra ta' wara jibdew jagħmlu l- eċċezzjoni tar-regoli.", "Subklawsola (2) tgħidlek li għajr għall-fondi ġenerati mill-kummissarju nnifsu jew inkella li jirċievi hu minn sorsi li m'humiex ta' l-istat, il- kummissarju għandu jibqa' fil-parametri tal-budget li jkun ġie approvat mill-ministru u mill-ministru tal-finanzi.", "Issa billi dan mhux dejjem ikun il-każ, subklawsola (3) tipprovdi xi jsir meta jkun hemm bżonn isiru l- aġġustamenti kemm f'dak li huwa rikorrenti u kemm f'dak li huwa spejjeż kapitali.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 19.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 19 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 20 - Pubblikazzjoni ta' estimi approvati.", "Clause 20 - Publication of approved estimates.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Chairman, bħal f'liġijiet oħra simili din il-liġi tipprovdi wkoll li kemm l-estimi approvati mill-ministru u ministru tal- finanzi kif ukoll estimi supplimentari li jista' jkun hemm iridu jitpoġġew fuq il-mejda tal-Kamra tar-Rappreżentanti u ovvjament bħal kull tip ta' estimi simili, huma soġġetti għal review mill-Public Accounts Committee.", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "L-Onor.", "Agius.", "ONOR.", "CHRIS AGIUS: Naturalment hawn qed nitkellmu fuq kif inhi d- drawwa, li dawn jistgħu jitqajmu quddiem il-PAC u fuq talba.", "Voldieri mhux se jersqu bħala estimi fil-parlament.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Iċ-chairman tal-PAC huwa mill-oppożizzjoni u jipproponi hu l-aġenda li għandha tiġi segwita matul is-sena.", "Jiġifieri fir- realta` hija l-oppożizzjoni li tiddetermina l-iktar jekk jiġux diskussi jew le.", "Issa l-PAC jiltaqa' darba kull ġimgħatejn għal tliet sigħat, jiġifieri huwa prattikament impossibbli li jkopri kollox, u allura jridu jsiru l- għażliet, pero' rrid ngħid li l-għażla fl-aħħar mill-aħħar hija f'idejn il- partit li jkun fl-oppożizzjoni iktar milli f'idejn il-partit fil-gvern.", "Ovvjament kull mistoqsija tista' ssir permezz tal-mistoqsijiet parlamentari, jiġifieri hemm liberta` sħiħa li wieħed jistaqsi domandi li jrid f'dak l-istadju anke fuq l-estimi li jkunu tpoġġew fuq il-mejda tal- Kamra.", "ONOR.", "CHRIS AGIUS: Voldieri jistgħu jsiru anke mistoqsijiet parlamentari kif isir normalment fuq kull awtorita` oħra?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Iva.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 20.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 20 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 21 - Kontijiet u verifika.", "Clause 21 - Accounts and audit.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Chairman, klawsola 21 tipprovdi l-obbligu tal- kummissarju li jżomm il-kotba tiegħu b'mod professjonali u l-obbligu tiegħu wkoll li jiżgura li dawn jiġu audited minn awditur professjonali li jkun appuntat minnu wara li jiġi approvat mill-ministru.", "Għandna wkoll id-dritt tal-ministru tal-finanzi li jqabbad l-awditur ġenerali biex jagħmel verifika separata tal-kontijiet u l-obbligu mbagħad li dan l-audit jitpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra, li wkoll jista' jiġi diskuss mill-Public Accounts Committee jew inkella permezz ta' domandi parlamentari minn kull membru ta' dan il-parlament.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 21.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 21 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 22 - Kuntratti ta' provvista jew ta' xogħol.", "Clause 22 - Contracts of supply, works or services.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Chairman, fi klawsola 22 hemm il-metodu ta' kif il- kummissarju għandu jaġixxi meta jiġi biex jixtri xi affarijiet.", "L-ewwel ħaġa rrid ngħid li klawsola 22 hija fir-realta` l-klawsola l-aktar importanti.", "Subklawsola (1) bażikament tgħid li meta l-kummissarju jiġi biex jagħti, biex joħroġ, biex jixtri xi ħaġa hi x'inhi, jew inkella għandu bżonn li jsir xi xogħol fiżiku jew xi servizz li għandu valur ta' aktar minn Lm2,500 ma jistax jagħti kuntratt mingħajr ma jsegwi r-regolamenti stabbiliti mill-gvern.", "Lm2,500 huwa direct order limit.", "Minn hemm 'il fuq irid isegwi l-proċeduri li jagħti l-gvern.", "Prattikament il-kummissarju qed jiġi obbligat li jsegwi t-tendering procedures kollha tal-gvern minkejja li m'huwiex enti tal-gvern u m'huwiex parti mis-civil service, jiġifieri hawn limitazzjoni ta' kif wieħed għandu jimxi f'dan ir-rigward.", "Ovvjament din hija limitazzjoni li tfisser il-liberta` li wieħed jista' jiċċaqlaq pero` hija limitazzjoni neċessarja minħabba n-natura tal-flus li jkun qed jamministra li huma flus pubbliċi.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Agius.", "ONOR.", "CHRIS AGIUS: Sur President, hawnhekk qegħdin ngħidu li minkejja li jrid joqgħod għall-proċeduri tas-servizz pubbliku jista' jagħti direct order ta' Lm2,500.", "Safejn naf jien la l-kunsilli lokali u lanqas id- dipartimenti tal-gvern ma jistgħu jagħmlu dan.", "Jien naħseb li l- kummissarju se jkollu freehand wiesgħa ż-żejjed li jista' jagħti direct orders ta' ċertu ammont u allura naħseb li rridu nkunu daqsxejn iktar ċari fuq din il-klawsola.", "F'subklawsola (1) qegħdin ngħidu mod, pero` mbagħad għandu jsegwi l- proċeduri tas-servizz pubbliku.", "Jien nixtieq nistaqsi liema tiġi l-ewwel, jekk hux l-ewwel waħda jew it-tieni waħda.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jien kelli l-istess kurżita`.", "Naħseb li dan huwa draft mill-antiki.", "Qed ngħid dan għaliex illum il-public contract regulations, differentement għall-public procurement regulations li kien hemm sakemm dħalna fl-Unjoni Ewropea, ikopru wkoll dawk magħrufa bħala bodies governed by public law li huma dawn it-tip ta' entitajiet.", "Il- public procurement regulations l-antiki, jiġifieri dawk ta' qabel ma dħalna fl-Unjoni Ewropea u li kienu jistabbilixxu l-contracts committee, kienu, kuntrarjament għal dak li kienu jaħsbu ħafna nies, japplikaw biss għas- servizz pubbliku.", "Teknikament bodies oħra bħall-MMA, ma kenux jaqgħu taħt il-public procurement regulations.", "Pero` l-pożizzjoni tbiddlet minn mindu dħalna fl- Unjoni Ewropea għaliex neħħew il-public procurement regulations u daħħlu l- public contracts regulations li l-estensjoni tagħhom hija għal kull enti li m'hijiex kummerċjali pero` fejn il-gvern għandu kontroll.", "Issa l-film commissioner, bħall-film commission, jaqgħu definittivament taħt il-public contracts regulations.", "Fil-fatt dawn kien daħħalhom l-ex-Ministru Dalli.", "Il-public contracts regulations jirregolaw mhux biss il-metodoloġija ta' kif għandu jkun it-tender, x'għandu jkun fih it-tender u kif jista' jsir l- award pero` jirregolaw ukoll il-livelli ta' meta għandek bżonn titlob quotations, meta tista' tagħti direct order mingħajr quotations, meta għandek toħroġ tender u x'tip ta' tender għandek toħroġ ukoll, għaliex għandek il-competitive tender, għandek id-dialogue tender, l-auction, eċċ.", "Jien naħseb li jkun aktar loġiku kieku nħallu biss subklawsola(2), għax kif qed jgħid l-Onor.", "Agius naħseb li hemm kontradizzjoni.", "ONOR.", "CHRIS AGIUS: Kieku nħalluha hekk naħseb li anke l-kunsilli lokali jkollhom dritt jaħdmu b'dan il-mod.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Il-kunsilli lokali jaqgħu taħt il-public contracts regulations mija fil-mija.", "Qed ngħid hekk għaliex hemm proposta li jitbiddlu biex jidħlu l-PPPs fihom ukoll, u kont qed naqrahom dan l-aħħar.", "Jidħol kulħadd ħlief l-entijiet li huma kummerċjali.", "Għalhekk nipproponi li nipposponu daqsxejn din il-klawsola.", "THE CHAIRMAN: Hawn qbil?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-Kumitat qabel li klawsola 22 tiġi posposta.", "Klawsola 23 – Rapport Annwali.", "Clause 23 – Annual Report.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Chairman, klawsola 23 tipprovdi li fi żmien sitt ġimgħat mill-għeluq tas-sena finanzjarja l-kummissarju għandu l-obbligu li jibgħat lill-ministru kopja ta' l-audited accounts, kopja tar-rapport li jkun għamel l-awditur dwar l-accounts tal-kummissarju flimkien mar-rapport dwar kif imxew l-attivitajiet tiegħu.", "Minn dan kollu joħroġ kif tkun marret il-business plan.", "Imbagħad hemm l-obbligu tal-ministru li jpoġġi fuq il- mejda tal-Kamra kopja ta' dan ir-rapport.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 23.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 23 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 24 – Eżenzjoni mit-Taxxa fuq l-Income.", "Clause 24 – Exemption from Income Tax.", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Chairman, bħalma nagħmlu dejjem f'dawn it-tip ta' entitajiet pubbliċi qed neżentaw lill-commissioner mill-ħlas ta' l-income tax u tal-VAT.", "(Interruzzjonijiet) Ovvjament mhux lilu personali imma lill- enti legali.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Chris Agius.", "ONOR.", "CHRIS AGIUS: Ma fhimtx kif taħdem din l-eżenzjoni.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jekk il-kummissarju jagħmel profitt fl-aħħar tas-sena - li mhux se jagħmel żgur - wara li jkun ħallas dawk l-ammonti kollha, ma titħallasx income tax, u jekk jagħti servizz ma jiċċarġjax VAT, pero` jħallas il-VAT jekk imur jixtri servizz mingħand ħaddieħor.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "John Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Forsi għandu jkun hemm aktar eżattezza għax il-wording tagħha naħseb li huwa ftit wiesa' ż-żejjed.", "Naħseb li daqsxejn preċiżjoni f'dawn l-affarijiet ta' taxxa qatt m'hi żejda.", "Barra minn hekk ma nafx jekk għadhiex il-prattika li jkun eżenti b'dan il- mod, għax safejn naf jien konna bdejna naqtgħuha din il-prattika li dawn l- entitajiet ikunu eżenti mill-income tax u konna qegħdin inġibuhom li kulħadd iħallas l-income tax.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Pero' jekk niftakar sew, taħt il-VAT hemm eżenzjoni għall-public authorities.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Irridu noqogħdu attenti kif nagħmlu l-wording tagħha din għall-finijiet ta' l-Att dwar it-Taxxa fuq il-Valur Miżjud.", "Jekk tgħid li din l-enti se titqies bħala awtorita` pubblika m'hemmx problemi, għax dak li japplika għal ħaddieħor ikun japplika għaliha wkoll.", "Pero` anke hawnhekk il-prinċipju tal-VAT huwa li ma tista' teżenta lil ħadd partikolari li qed jixtri, jew teżenta servizz partikolari għax inkella toħloq kaos fis-sistema.", "Ma jistax ikun li wieħed tal-ħanut iħallas il-VAT u l-ieħor ma jħallashiex.", "Din għandu jħallasha kulħadd u mbagħad dak li m'għandux jibqa' mgħobbi biha jibgħat il-claim tiegħu għar-refund mentri l-ieħor li għandu jibqa' mgħobbi bil-VAT ma jibgħat xejn.", "Jien fuq l-eżenzjoni mill-VAT kont iebes ħafna għaliex inkella konna noħolqu kaos fis-sistema.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ovvjament l-Onor.", "Dalli jaf ħafna iktar minni fuq il- VAT.", "Pero` li rrid ngħid jien huwa li kulma qed jgħid id-drafting huwa li l-kummissarju shall be deemed to be a public authority for the purpose of VAT.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President, jien ridt nispjega daqsxejn il- background tas-sistema u m'għandi l-ebda oġġezzjoni għall-wording tagħha.", "Pero` naħseb li fuq il-kwestjoni ta' l-income tax għandkom terġgħu tiċċekkjaw l-affarijiet.", "Nerġa' ngħid li jien kont għaddejt ħafna liġijiet ta' entitajiet li konna ħloqna u konna għamilniha l-prassi li ma neżentaw lil ħadd mill-income tax.", "Fil-fatt konna neħħejna l-eżenzjonijiet minn kollox lid-dwana.", "Dan l-aktar li għamilnih bħala budgetary discipline aktar minn kwalunkwe ħaġa oħra.", "Jekk, per eżempju, b'affarijet dazzjabbli, l-ammont nett tal- gvern se jkun qed jiswih anqas minħabba li jkun qed jirkupra xi ħaġa mit- taxxi li jkun qed jiġbor.", "Mentri jekk qed tgħid li ma jħallasx taxxa kulma tkun qed tagħmel hu li effettivament iżżidlu l-budget f'idejh.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Li nistgħu nagħmlu huwa li niċċekkjaw ftit l- entitajiet l-oħra jekk humiex simili għal din jew le.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Chris Agius.", "ONOR.", "CHRIS AGIUS: Kien proprju għalhekk li staqsejt x'inhi r-raġuni.", "Naħseb li l-Onor.", "Dalli jista' jitkellem ħafna aktar minni pero` safejn naf jien anke għaqdiet, bħalma huma dawk tal-futbol, iridu jħallsu l-income tax jekk idaħħlu aktar dħul.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Kulma qed ngħid jien huwa li din hija l-politika tal- gvern.", "U għal ħafna snin il-politika tal-gvern kienet li l-entitajiet pubbliċi kollha ma jħallsux income tax u dazju.", "Jiġifieri jekk tara l- liġijiet kollha li għaddew minn dan il-parlament mis-snin sebgħin 'il hawn tara li kull entita` tal-gvern kellhom dawn l-eżenzjonijiet.", "Issa qisu minn xi sitt snin 'il hawn ħadna deċiżjoni sabiex ma nibqgħux nimxu fuq dik il-prasssi u fil-fatt konna għamilna mudell ta' kif għandhom jiġu l- entitajiet tal-gvern.", "Li qed nistaqsi jien huwa biss jekk reġax kien hemm xi rethinking ta' dan il-mudell u allura jekk hux se nerġgħu ndaħħlu dawn l- eżenzjonijiet jew inkella kenitx xi skappatura fejn kull entita` li tikteb il-liġi tagħha dejjem tipprova żżellaqha!", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Sur President, I stand to be corrected għaliex m'iniex xi espert fil-materja, pero` d-deċiżjoni kienet li fejn tikkonċerna entita` kumerċjali trid tħallas it-taxxa mentri entita` mhux kummerċjali ma tħallasx taxxa.", "Fil-fatt safejn naf jien hemm liġijiet riċenti bħall- Heritage Malta Act fejn insibu din l-eżenzjoni fuq it-taxxa.", "Madankollu l- aħjar hu li niċċekkja u mbagħad inkompluha wara.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mela naħseb li aħjar niċċekkjawha ftit sabiex inkunu konsistenti aktar milli għal xi ħaġa oħra.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Sur President, nipproponi li klawsola 24 tiġi posposta.", "THE CHAIRMAN: Hawn qbil?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-Kumitat qabel li klawsola 24 tiġi posposta.", "Klawsola 22 – Kuntratti ta' provvista jew ta' xogħol.", "Clause 22 – Contracts of supply, works or services.", "(Posposta iktar kmieni fiil-kumitat)", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Sur President, nipproponi din l-emenda:", "\"E\" Fi klawsola 22 subklawsola (1) għandha titneħħa u subklawsola (2) għandha tiġi enumerata mill-ġdid bħala klawsola 22.", "\"E\" In clause 22 subclause (1) shall be deleted and subclause (2) shall be renumbered as clause 22.", "Dan ifisser li dak li ħsibna l-ewwel avvera ruħu għaliex kien biżżejjed li wieħed iżomm it-tieni subklawsola.", "Dan għaliex l-ewwel subklawsola kienet meħdua mil-liġijiet antiki bħal dawk tal-Malta Tourism Authority li llum ġew superceded mill-public contracts regulations.", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "L-Onor.", "John Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President, nixtieq nagħmel rimarka ġenerali fuq din it-taqsima.", "L-ewwel ħaġa li rrid ngħid hija li mill-esperjenza li għandi, meta jiġu preskritti xi regolamenti wieħed irid iżomm ċerta flessibilita` u dan minħabba żewġ raġunijiet.", "Waħda għaliex ċerti produzzjonijiet ikollhom bżonn għajnuniet speċifiċi filwaqt li oħrajn ma jkollhomx bżonn.", "Irridu naraw li r-riżultat ta' ħafna inċentivi li nagħtu jkunu proprju dawk li jkunu qed jikkonsultaw għalihom.", "Dan għaliex ħafna drabi min ikun qiegħed jikkonsulta lil dawn il-kumpanniji jaqbdu checklist jew shopping list ta' dawn l-inċentivi u jitolbu kollox, kemm jekk ikollhom bżonnhom u kemm jekk le!", "Madankollu meta tkun trid tagħmel ċerti packages sabiex tattira xi produzzjoni partikolari, minħabba n-natura speċifika tagħha rridu noqogħdu attenti li ma nkunux restritti milli nagħmlu dan.", "Jiġifieri dik id-daqsxejn ta' leeway u flessibilita` naħseb li għandu jkun hemm.", "It-tieni ħaġa li qed nara hija li l-kummissarju qiegħed ikollu poteri daqsxejn wiesgħa ħafna fid-deċiżjonijiet li se jieħu, fejn bażikament dan se jkun jista' jiddeċiedi li jinvesti jew ma jinvestix ġo film.", "Issa din ma narahiex bħala xi ħaġa ħażina għaliex jekk irridu nimxu 'l quddiem f'dan il-pajjiż irridu nieħdu r-responsabbilta` u niddelegaw l-awtorita` pero` hawnhekk wieħed ukoll irid joqgħod attent u jara li jkun hemm dawk iċ- checks and balances meħtieġa.", "U dan ħalli naraw li l-affarijiet ma jibqgħux imorru out of hand.", "Jien qiegħed nassumi li se jkun hemm xi envelope ta' budget għall-kummissarju u beyond it ma jkunx jista' jaġixxi.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Sur President, b'mod ġenerali naqbel mal-punti kollha li għamel l-Onor.", "Dalli, b'mod speċifiku għal-liġi għalkemm formalment ma dħalniex fiha.", "Pero` mill-klawsola 25 'il quddiem huma kollha enabling powers.", "Dawn il-powers bilfors ridna nagħmluhom għaliex jekk ma jkunx hemm din il-flessibilita` fid-drafting tar-regolamenti, konna se nispiċċaw fi straightjacket u allura ma nkunux nistgħu noperaw.", "Kien apposta li hawnhekk m'għamilniex x'tirċievi bħala kondizzjonijiet għaliex nafu li l- ewwelnett irid ikun hemm ammont ta' diskrezzjoni f'idejn il-kummissarju u t- tieni għaliex irridu nkunu kapaċi biżżejjed sabiex dawk l-inċentivi nbiddluhom ta' spiss ħalli nkunu rilevanti għall-industrija.", "It-tielet ħaġa hija r-realizzazzjoni li aktar ma tagħti diskrezzjoni u aktar ma tuża diskrezzjoni aktar tkun qiegħed tirriskja li kultant jittieħdu deċiżjonijiet li ma jmorrux tajjeb.", "Pero` jekk m'aħniex maturi biżżejjed sabiex nirrikonoxxu li kultant deċiżjonijiet li jkunu ttieħdu bl- intenzjonijiet tajba kollha ma jirnexxux allura nistgħu naqbdu u ma neħdux deċiżjonjiet!", "Naqbdu ngħidu li din l-industrija għandha tibqa' għaddejja għal rasha u ma nagħmlu xejn għax li xi kultant tiżbalja se jibqa' jiġri dejjem.", "Hawnhekk hawn ħafna riskji nvoluti u l-kummissarju qiegħed f'baħar jaħraq.", "Huwa għalhekk li għamilna l-kummissjoni sabiex tkun hi li fl-aħħar mill-aħħar tiddeċiedi lil min tagħti l-inċentivi.", "Pero` fl-aħħar mill- aħħar se nkunu qed nirriskjaw meta nieħdu xi deċiżjonijiet li ma jkunux tajbin.", "Sur President, nixtieq nassigura lill-Kamra li jrid ikun hemm budget determinat pero` min-naħa l-oħra - l-Onor.", "Dalli jaf daqsi - mhux l-ewwel darba li titlaq b'budget determinat fil-bidu tas-sena u mbagħad jiġu xi opportunitajiet li jkollok tieħu!", "Per eżempju, jekk jiġik producer ta' ċertu fama, liema producer kien imħajjar li jmur jiġbed it-Tuneżija u jistaqsik x'qegħdin noffru f'Malta għaliex kellu l-ħsieb li jonfoq madwar Lm20 miljun – li kollha huma added value - f'pajjiżna, x'se jagħmel?", "Il- kummissarju se joqgħod jgħid li għandu budget line u allura jkollu jmur għand il-ministru tal-finanzi sabiex jgħidlu li għandu bżonn Lm200,000 għaliex sab producer li jrid jonfoq Lm20 miljun f'pajjiżna?!", "Għalhekk din il-flessibilita` rridu neħduha bilfors u naqbel perfettament ma' l-Onor.", "Dalli li ridu nkunu prattiċi f'dawn l-affarijiet u rridu noqogħdu attenti fejn qed imorru l-inċentivi.", "Ngħid ċar u tond – din hija xi ħaġa li tgħallimt mill-Onor.", "Dalli - li għandna noqogħdu attenti sabiex naraw li l-inċentivi jmorru fejn hemm l-added value f'pajjiżna.", "Huwa faċli li tgħid li rridu nagħtu l-flus lura ħalli tinċentiva – bħalma kien jgħid tajjeb l-Onor.", "Dalli - lil xi ħadd li jkun qed jibni s-set hawn Malta meta 80% se jmorru fuq injam li jimporta minn barra għaliex hemmhekk inkunu qed naħlu l-flus!", "Għalhekk irridu noqogħdu attenti li nibnuhom b'ċertu mod dawn l-inċentivi ħalli dawk il-flus li nagħtu lura jkunu flus li verament ikunu ġew minfuqa hawn Malta u allura sabiex ikabbru l-industrija lokali.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija l- emenda kif imressqa u moqrija mill-ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"E\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 22 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 22, kif emendata għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawosla 24 – Eżenzjoni mit-Taxxa fuq l-Income.", "Clause 24 – Exemption from Income Tax.", "(Posposta aktar kmieni fil-Kumitat)", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Sur President, se nipproponi din l-emenda:", "\"F\" Fi klawsola 24 subklawsola (1) għandha titħassar, subklawsola (2) għandha tiġi enumerata mill-ġdid bħala klawsola 24 u n-nota marġinali għall-istess klawsola għandha tiġi sostitwita bil-kliem \"Il- Kummissarju jkun awtorita` pubblika.\".", "\"F\" In clause 24 subclause (1) shall be deleted, subclause (2) shall be renumbered as clause 24 and the marginal note to the said clause shall be substituted with the words \"Commissioner to be a public authority.\".", "THE CHAIRMAN: Hawn rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija l- emenda kif imressqa u moqrija mill-ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"F\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 24 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 24, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 25 – Tifsir.", "Clause 25 - Definitions.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Sur President, klawsola 25 tipprovdi żewġ definizzjonijiet li eventwalment huma kruċjali għall-inċentivi.", "L-ewwel waħda qed tiddefinixxi x'inhi kumpannija kwalifikanti, ċioe` persuna legali li għandha intenzjoni li tinnegozja hawn Malta billi tagħmel produzzjoni ta' films.", "It-tieni definizzjoni qed tiddefinixxi liema produzzjoni hija produzzjoni awdjoviżiva li tissodisfa l-kriterji li hemm fix-schedule.", "Ix-schedule relattiva qiegħda fuq wara tal-liġi u qed tagħmel b'mod aktar dettaljat il-kondizzjonijiet tal-produzzjonijiet.", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "L-Onor.", "Chris Agius.", "ONOR.", "CHRIS AGIUS: Sur President, issa se nitkellmu fuq ix-schedule jew wara?", "THE CHAIRMAN: L-iskeda nistgħu nitkellmu fuqha mal-klawsola.", "ONOR.", "CHRIS AGIUS: Jien nixtieq nibda bl-iskeda għaliex it-test Malti u t-test Ingliż m'humiex qed jaqblu.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Fejn ma jaqblux?", "ONOR.", "CHRIS AGIUS: Qiegħed nirriferi għal fejn hemm \"programmi ta' riklami jew riklami\" u \"kontenut pornografiku jew espliċiti sesswalment\".", "Dawn ma jidhrux fit-test Ingliż.", "Fil-fatt fit-test Malti jaslu san-numru Ruman (ix) mentri fit-test Ingliż jieqfu sal-(vii).", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Chairman, hemm bżonn ta' emenda żgħira fid- definizzjoni ta' \"qualifying company\" għax fl-ewwel linja hemm bżonn indaħħlu l-kelma \"naturali\".", "Jiġifieri se nagħmlu dik l-emenda u l-emenda li qed jissuġġerixxi l-Onor.", "Agius.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Chris Agius.", "ONOR.", "CHRIS AGIUS: Nixtieq nistaqsi għalfejn fl-iskeda qegħdin inħallu barra xogħol awdjoviżiv li jikkomprendi attivitajiet sportivi.", "Jekk immorru ftit lura fiż-żmien insibu li kellna produzzjonijiet awdjoviżivi fuq attivita` sportiva, fuq logħba tal-football u fuq il-windsurfing li għamlu suċċess ukoll.", "Allura x'wassal għad-deċiżjoni li, fost xogħlijiet oħra, xogħol awdjoviżiv ibbażat fuq attivitajiet sportivi jiġi eskluż milli jikkwalifika għal skemi ta' inċentivi u allokazzjoni ta' flus?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Għaliex fl-iskeda qegħdin neskludu r-rapportaġġ - mhux biss ta' l-isport imma kull tip ta' rapportaġġ - milli jikkwalifika għal dawn l-iskemi ta' inċentivi.", "Jekk tħares lejn l-iskeda ssib li anke current affairs huma esklużi.", "Irid ikun film dwar l-isport.", "Dan l-aħħar kien hemm film Amerikan dwar żiemel li jismu \"Sea Biscuit.\"", "Jiġifieri dak jikkwalifika għax huwa drammatizzazzjoni ta' l-istorja ta' \"Sea Biscuit\" li ma nafx kemm rebaħ kampjonati fl-Amerika.", "Kien hemm il-famuż film dwar il- football player Pele` u ħafna minn dawn il-films.", "Dawn it-tip ta' films jikkwalifikaw imma mhux rapportaġġ ta' xi logħba football.", "Kif ġie spjegat lili, billi dak huwa coverage ta' event li qed isir jew li sar fil-fatt jiġi state aid, tkun qed tindaħal in the competition bejn min jittrażmetti dak l-event għax m'huwiex film, m'huwiex kreazzjoni u m'huwiex xogħol artistiku.", "ONOR.", "CHRIS AGIUS: Id-definizzjoni bl-Ingliż għalija tagħmel iktar sens milli kif inhi bil-Malti.", "Meta taqraha bl-Ingliż tinftiehem ħafna iktar.", "Ma stajniex insibu kliem bil-Malti li jagħmel iktar sens mill-kliem \"kull tip ieħor ta' persuna naturali\"?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Din inħalluha f'idejn l-avukati.", "Għalhekk nipproponi li klawsola 25 tiġi posposta.", "THE CHAIRMAN: Hawn qbil?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-Kumitat qabel li klawsola 25 tiġi posposta", "Klawsola 26 – Ċertifikazzjoni ta' kumpanniji u, jew produzzjonijiet kwalifikanti u determinazzjoni tal-livell ta' benefiċċji.", "Clause 26 - Certification of qualifying companies and, or productions and determination of the level of benefits.", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Chairman, klawsola 26 tagħti l-enabling power ġenerali.", "F'subklawsola (1) qegħdin ngħidu li l-ministru responsabbli għal din il-liġi, wara konsultazzjoni mal-ministru tal-finanzi, jistabbilixxi l- kriterji li jridu jilħqu l-kumpanniji li jistgħu jikkwalifikaw.", "Għaliex?", "Kif konna qed ngħidu ftit qabel, l-intenzjoni m'hijiex li kulmin jiġi jikkwalifika u dawk li jikkwalifikaw mhux neċessarjament jikkwalifikaw għal kollox.", "Qed ngħidu li l-gvern iżomm id-dritt li jgħid lill-kumpannija jew lill-produzzjoni li trid tonfoq tant, trid tiġbed tant filmati, jew trid tagħmel tant value added u jekk tikkwalifika tista' tieħu għajnuna fuq dak li tonfoq bħala car rentals, imma ma teħux għajnuna fuq xiri ta' materjal.", "Allura hawnhekk il-ministru għandu l-poter li jagħmel regolamenti fejn jistabbilixxi min jikkwalifika u għalxiex jista' jikkwalifika dak li jikkwalifika.", "Subklawsola (2) tgħid li tkun il-kummissjoni li tistabbilixxi l-ammont ta' għajnuna li tingħata lill-kumpannija li tikkwalifika biex inżommu d- diskrezzjoni.", "Ikun hemm massimu safejn tista' tasal u jkun hemm budget li jista' jonfoq fis-sena.", "Dawk huma l-parametri, pero` l-kummissjoni tista' tiddetermina l-livelli jew l-ammonti tal-benefiċċji fiskali u ta' tip ieħor.", "Subklawsola (3) tgħid li jkun il-kummissarju li jagħmel ir- rakkmandazzjonijiet lill-kummissjoni, li l-kummissjoni tista' taċċetta jew ma taċċettax, u wara jagħmel iċ-ċertifikazzjoni u ċ-checks kollha neċessarji li dawk l-ammonti li ġew awtorizzati bħala massimu fil-fatt intnefqu.", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "L-Onor.", "Chris Agius.", "ONOR.", "CHRIS AGIUS: Hawnhekk qegħdin ngħidu li se jkun hemm set ta' kriterji li jkunu jafu bihom il-kumpanniji jew ikunu miżmuma fl-uffiċini tal-kummissjoni?", "Id-djar ta' produzzjoni se jkunu jafu għalxiex jistgħu jikkwalifikaw?", "Il-proċedura se tkun trasparenti għalihom?", "Huwa importanti li dawn ikunu ċerti li dak li qed isir magħhom isir ma' ħaddieħor.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Iva din se tkun parti mil-legal notice.", "Nista' ngħid minn issa li wara ħafna diskussjonijiet kemm mad-dipartiment tal-VAT u kemm mad-dipartiment ta' l-income tax, f'nofs il-ġimgħa d-dieħla se jkolli l- aħħar draft tal-legal notices relattivi u issa jridu jgħaddu mill-board ta' l-istate aid pero` naħseb li ma ndumux wisq, imbagħad jgħaddu mill- Kabinett u nkunu nistgħu nippubblikawhom.", "Nispera li f'Mejju nippubblikaw il-legal notice u l-kriterji jkunu elenkati fih, jiġifieri kulħadd se jkun jaf li għall-kiri tal-karozzi tista' tieħu l-għajnuna u għax-xiri ta' materjal ma tistax tieħu l-għajnuna.", "Id-diskrezzjoni tibqa' fuq il-livell kemm tista' tieħu, jekk huwiex 1% jew 10%, jew 2% jew 15%.", "Dak ikun jiddependi minn kemm wieħed jonfoq flus f'Malta.", "ONOR.", "CHRIS AGIUS: Ladarba se jkun hemm il-kriterji magħrufa, għaliex fis-subklawsola (2) għandna li l-kummissjoni tista' taddotta linji direttivi għad-determinazzjoni tal-livelli tal-benefiċċji?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Waqt li l-kriterji se jkunu definiti, jiġifieri li tista' tieħu għajnuna fuq car rental, imma fuq xiri ta' materjal le, l- ammont kemm tikkwalifika għalih, jekk huwiex 1% jew 20%, irid ikun bilfors oġġettiv.", "Kif konna qed ngħidu qabel, jekk jiġi xi ħadd jiġbed commercial u jdum erbat ijiem u forsi jonfoq Lm20,000 f'Malta, innaqqsulu 1%.", "Pero` jekk jiġi xi ħadd li jonfoq Lm20 miljun f'xahar innaqqsulu 20%.", "Allura hawnhekk irrid inħalli ftit id-diskrezzjoni.", "ONOR.", "CHRIS AGIUS: Jiġifieri minkejja li se jkollna a set of criteria se jkun hemm il-flessibbilta`.", "Wara kollox tagħmel sens.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Irrid ngħidlek li kelli ħafna argumenti bil-kontra.", "Kelli argumenti fis-sens li kulmin jiġi nagħtuh 20% jew kulmin jiġi nagħtuh 10%.", "Jien ma qbiltx magħhom.", "ONOR.", "CHRIS AGIUS: Irid ikun hemm benchmarking pero`, kif għedt inti, jekk tiġi produzzjoni li se tonfoq Lm20 miljun f'xahrejn tnaqqsilha tant u jekk se jiġi commercial li jonfoq inqas, it-tnaqqis ikun inqas.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ejja nieħdu l-estremi.", "Kieku jiġi xi ħadd u jgħidli li f'ġimgħa jonfoq Lm100 miljun kważi nikser il-liġi u minflok 20% nagħtih 30%.", "Naħseb din id-diskrezzjoni ...", "ONOR.", "CHRIS AGIUS: Naħseb li tagħmel sens.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nerġa' nagħmel l-uniku appell li din hi d- diskrezzjoni li trid tuża u kultant biex tużaha trid tieħu riskju.", "Nispera li f'dan il-parlament ma nikkritikawx lill-kummissjoni u lill-kummissarju jekk ikollhom il-kuraġġ li jużaw din id-diskrezzjoni u kultant tmurilhom waħda ħażin.", "Jekk jabbużaw biha, iva, j'Alla nikkritikawhom ilkoll u nkun l-ewwel wieħed jien li nikkritikahom.", "Pero` jista' jkun li kultant forsi tmurilhom ħażin ukoll.", "ONOR.", "CHRIS AGIUS: Iridu l-approvazzjoni tal-ministru għal kull ħaġa li jagħmlu?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Le.", "Il-kummissjoni tiddeċiedi.", "Il-ministru, jekk irid, overrules bil-miktub.", "ONOR.", "CHRIS AGIUS: Pero` jistgħu jiddeċiedu qabel imorru għand il- ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Iva, jiddeċiedu huma, m'hemmx bżonn jinformaw lill- ministru, pero` l-ministru ...", "Tgħidli kif jista' jkun jaf bihom?", "Dawn tkun taf bihom.", "At the end of the day, ejja nkunu saqajna ma' l-art, jekk iridu jiddeċiedu fuq Lm0.5 miljun ma tantx se jerfgħu r-responsabbilta` waħedhom u jiġu jgħidulek.", "Pero` jiddeċiedu huma, u jekk il-ministru jidhirlu li din hija deċiżjoni ħażina jaqbad u jikteb biex jgħid li ma jaqbilx u li għandu jsir hekk.", "ONOR.", "CHRIS AGIUS: Jekk ikunu diġa` għamlu commitment, x'jiġri?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Il-pajjiż jaqa' għaċ-ċajt.", "Fil-fatt dawn il-każi ġraw diġa`.", "ONOR.", "CHRIS AGIUS: Qed ngħidu li se jkun hemm set of criteria pero` mbagħad il-kummissjoni tiddeċiedi fuq il-livelli.", "Naħseb li meta naslu - j'Alla naslu - għal dawn l-affarijiet irridu nkunu ċari ma' min qed japplika għal dawn il-benefiċċji u nfehmuhom għaliex qegħdin jiggwadanjaw dawk l-ammonti għax importanti li nuru li qed inkunu trasparenti u nimxu fuq l-istess linji ma' kulħadd.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Naqbel perfettament ma' l-Onor.", "Agius.", "Għandu jkun hemm it-trasparenza f'kollox u rridu nispjegaw lil min japplika għal dawn l- inċentivi jew benefiċċji għaliex huwa ħa 2% meta ħaddieħor ħa 20%.", "Fl- aħħar mill-aħħar kulħadd jifhem.", "L-interess tagħhom huwa - apparti li jkollhom bżonn ta' ċerti locations - li Malta hija iktar kompetittiva għax huma jieħdu iktar flus.", "U l-interess tagħna huwa li huma jinvestu iktar flus.", "Din hija sempliċi.", "THE CHAIRAMN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 26.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 26 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 25 – Tifsir.", "Clause 25 - Definitions.", "(Posposta iktar kmieni fil-Kumitat)", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Chairman, se nipproponi din l-emenda:", "\"G\" (1) Fid-definizzjoni ta' \"kumpannija kwalifikanti\" minflok il-kliem \"tfisser persuna ġuridika li twettaq\" għandhom jidħlu l-kliem \"tfisser persuna naturali jew ġuridika li twettaq\"; u", "(2) Fit-test Ingliż ta' l-Iskeda li hemm ma' klawsola 25, minnufih wara paragrafu (vii) ta' artiklu 3 għandhom jiżdiedu paragrafi (viii) u (ix) li ġejjin:-", "\"(viii) advertising programmes or advertisements;", "(ix) pornographic or sexually explicit content.\".", "\"G\" (1) In the definition of \"qualifying company\" for the words \"means a legal person which carries\" there shall be substituted the words \"means any natural or legal person which carries\"; and", "(2) In the English text of the Schedule in clause 25, immediately after paragraph (vii) of article 3 there shall be inserted the following paragraphs (viii) and (ix):-", "\"(viii) advertising programmes or advertisements;", "(ix) pornographic or sexually explicit content.\".", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqisja hija l- emenda kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"G\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 25 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 25, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 27 - Assistenza mill-Kummissarju.", "Clause 27 - Assistance by the Commissioner", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Chairman, klawsola 27 żgur m'hijiex intenzjonata li tidħol fis-seħħ issa pero` hija klawsola wżata ħafna barra minn Malta.", "Gvernijiet oħra oħra jallokaw ammont ta' flus biex jinvestu fil-produzzjoni ta' films.", "Ovvjament jinvestu fir-riskju għax jekk il-produzzjoni tagħmel il-flus, tagħmel il-flus, jekk il-produzzjoni titlef il-flus inti titlef il- flus ukoll.", "It-Taljani għandhom frażi gustuża ħafna għal dawn l-investimenti għax igħidulhom \"soldi a fondo perduto\".", "Dan tkun taf bih minn qabel imma dan huwa mezz kif inti tissussidja.", "Jiġifieri għandek produzzjoni li kummerċjalment taf li mhix sejra tajjeb imma se tħalli ħafna flus.", "Jekk għandek Lm0.5 miljun li tista' taħraqhom, iġġibhom Malta, tagħtihom Lm0.5 miljun li taf li se titlifhom, pero` taf li se jonqfu Lm10 miljun waqt li qegħdin hawn Malta.", "Din hija riskjuża ħafna.", "Nerġa' ngħid li għalkemm qed indaħħlu dan il-poter, żgur m'għandna l-ebda intenzjoni li nużawh f'dan il-perijodu li qegħdin fih minħabba s- sitwazzjoni finanzjarja tagħna.", "Pero` ladarba qegħdin nagħmlu din il-liġi naħseb li huwa tajjeb li ndaħħluh.", "Mr Chairman, nixtieq ngħid ukoll, mingħajr ma nkun polemikuż, li kien hemm perijodi meta dan il-poter ġie wżat.", "Kien hemm gvern li nvesta ġo film, imma ma marx tajjeb; ħa riskju bħal kull riskju kummerċjali.", "Dawn huma affarijiet li jiġru.", "Ma naħsibx li għandna nitilqu niġru qabel ma nitgħallmu nimxu.", "Ejjew nużaw l-inċentivi tajjeb, ejjew inġibu x-xogħol, imbagħad 'il quddiem forsi jkollna fondi biżżejjed u tant inkunu sejrin tajjeb li naslu biex ninvestu f'xi produzzjoni.", "Għalhekk tajjeb li nħallu dan il-poter hawnhekk.", "Fl-aħħar mill-aħħar qed nagħtu l-poter lill- kummissarju li jista' jirrikkmanda, il-kummissjoni tista' tiddeċiedi, imma l-poter tal-ministru li jgħid le jibqa' hemm.", "Jien żgur m'iniex se nalloka fondi għal dan il-għan u żgur li l-ministru tal-finanzi mhux se jiġi jagħtini Lm0.5 miljun fl-estimi ta' l-aħħar tas- sena biex ninvestihom fi produzzjoni flimkien ma' Steven Spielberg.", "Voldieri għalissa se jkun enabling power li joqgħod hemmhekk biss.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Agius.", "ONOR.", "CHRIS AGIUS: Jien naqbel perfettament li meta inti tkun parti minn produzzjoni tkun qed tieħu riskji kbar, u żgur li pajjiżna bħalissa m'huwiex f'pożizzjoni li jieħu dawn ir-riskji.", "Pero` jkun tajjeb li qiegħda hemm fil-liġi u qed nagħmluha ċara li m'hemmx il-ħsieb li tintuża fil-futur, la viċin u lanqas fil-futur imbiegħed.", "Huma riskji kbar li pajjiżna żgur li mhux f'pożizzjoni li jieħu u m'għandniex l-expertise biex naqbdu niġru qabel ma nitgħallmu nimxu, kif qal il-ministru, u nkunu daqshekk prużuntużi li noħorġu ammonti ta' flus sabiex nipparteċipaw f'xi produzzjoni.", "Naħseb li jkun tajjeb li nagħmluha ċara li din il-klawsola mhix se tkun attivata sakemm ma ...", "(Interruzzjonijiet) Għandna garanzija li sakemm ikun il-ministru mhix se tiġi attivata.", "U naqbel miegħu perfettament.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 27.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 27 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 28 – Garanziji mill-Kummissarju.", "Clause28- Guarantees by the Commissioner.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Chairman, klawsola 28 hija halfway house bejn l- inċentivi u l-investiment fil-film għaliex tagħti l-poter lill-kummissjoni li l-inċentiv ikun li jiggarantixxi l-pagament ta' xi self li jkun sar mill- produttur jew inkella mill-produzzjoni.", "Dan ikun mezz alternattiv ta' finanzjament.", "Ultimament il-flus jinteressawh lill-produttur.", "Ma tagħmillux differenza jekk ġabhomx direttament bi ħlas lura ta' xi ħaġa li jkun ħallas jew inkella ġabhomx permezz ta' loan li għandu mal-bank.", "Hawnhekk l-idea hija li noħolqu metodu ta' finanzjament differenti li jista' jiġi wżat mill-produzzjoni.", "Jiġifieri addizzjonalment jew minflok l- inċentiv li inti tagħti, il-metodu ta' finanzjament ikun kemm kemm differenti.", "Jiġifieri hawn mhux qed nidħlu f'xi area li hija totalment differenti mill- inċentivi.", "Iktar huwa differenti l-metodu ta' ħlas kif isir.", "Għaliex?", "Għax ovvjament il-produzzjoni li qed tonfoq ħafna flus fi żmien relattivament qasir ikollha problemi ta' cash flow u kultant jiffinanzjaw il-cash flow permezz ta' bank loans.", "Allura l-kummissjoni tista' tagħżel - u kultant jaqbel anke lill-gvern stess - li minflok tħallas Lm0.5 miljun f'xahar biex tagħti lura dak li jkun ġie minfuq, tieħu over il-bank loan li tista' titħallas fi żmien sentejn biex tagħti lura Lm0.5 miljun, l-istess kif tkun qed tagħti dawk l-inċentivi.", "Dan huwa metodu ta' finanzjament differenti.", "Fir-realta` hawn iktar qed niffaċilitaw ix-xogħol ta' kif il-gvern jista' jaħdem il-finanzjament milli qed nivvantaġġjaw lill-produttur.", "Għaliex il-kummissjoni tieħu over il- loan li tkun daħlet għaliha l-produzzjoni u minflok tħallas direttament lill-produzzjoni tħallas dik il-loan f'terminu ta' żmien itwal.", "THE CHAIRMAN: Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Agius.", "ONOR.", "CHRIS AGIUS: Allura jekk kumpannija tkun ġejja tiġbed film ġewwa Malta u għandha dritt għal \"X\" ammount ta' inċentivi, l-istess ammont tista' tieħdu f'loan?", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Iva prattikament.", "Ħalli nġib eżempju differenti.", "Ejja ngħidu li ġie film li se jonfoq tant f'Malta.", "Il-film commissioner igħidlu li hu jikkwalifika għal tali inċentivi, u se nagħtuh lura Lm0.5 miljun, u joħroġlu \"pre-qualification certificate\", kif inhu msejjaħ fil- liġi, li subject li l-kumpannija tkun se tonfoq tant il-massimu ta' inċentivi li jista' jagħtiha lura huwa ta' Lm0.5 miljun.", "X'jagħmel bih il- produttur?", "Dak mhux se jitfgħu fil-kexxun u jżommu hemm.", "Il-probabbilta` hi li jmur il-BOV, l-HSBC jew l-APS u jsarraf dak iċ-ċertifikat għax ikollu bżonn il-flus biex jonfoqhom f'Malta stess.", "U fuq dak iċ-ċertifikat il- bank jagħtih Lm0.25 ta' miljun loan għaliex Lm0.25 miljun se jonfoqhom żgur dan, u għandu ċ-ċertifikat tal-gvern li se jħallsu.", "Allura meta dak il-produttur jiġi biex isarraf dak li għamel, jekk ikun nefaq Lm400,000 il-gvern minflok jagħtih Lm0.5 miljun jieħu over il-loan ta' Lm0.25 miljun u jagħti d-differenza f'cash lill-produttur.", "Tibbilanċja waħda kontra l-oħra.", "U jista' jkun li jaqbillek għax dik il-loan forsi jkollha condition li trid titħallas fuq tliet snin jew fuq sentejn u allura mil-lat ta' cash flow tal-gvern jew tal-film commission ikun jaqblilha li tieħu over dik il-loan.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Agius.", "ONOR.", "CHRIS AGIUS: Naħseb li tagħmel sens għaliex ikun suċċess u ma jkunx suċċess il-film l-inċentivi jridu joħorġu xorta.", "Jiġifieri, kif qed tgħid int, tagħmel sens għaliex imbagħad ikun hemm perijodu ta' żmien u l- commission ikollha aktar cash flow jekk tħallasha fuq perijodu ta' snin.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Iva, nikkonferma li l-analiżi ta' l-Onor.", "Agius hija preċiża u din hija intenzjonata biex tgħin lill-film commission iktar minn ħaġa oħra.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 28.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 28 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 29 – Għotjiet mill-kummissarju għat-taħriġ u attivitajiet oħra.", "Clause 29 – Grants by the Commissioner for training and other activities.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Chairman, klawsola 29 hija importanti ħafna għaliex tiżgura li l-inċentivi mhux biss nagħtuhom lil min jiġi biex jagħmel produzzjoni, imma li ninvestuhom ukoll fl-infrastruttura u fit- taħriġ tan-nies li, kif tkellimna l-bieraħ, huwa tant importanti biex verament ikollna industrija serja f'Malta.", "Fil-fatt parti essenzjali ta' l- inċentivi fil-bidu nett sejra tkun għall-capital investment li jista' jsir u se jkunu wkoll inċentivi li jattiraw nies biex jinvestu f'affarijiet bħal sound studios, sound stages, editing suites, eċċ.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Agius.", "ONOR.", "CHRIS AGIUS: Jien ilu jkolli kuntatti ma' nies involuti fix-xogħol tal-ġbid ta' films minħabba l-fatt li ġej minn area li qiegħda viċin ħafna l-Malta Film Studios.", "Naħseb li, kif semma l-ministru, għad għandna ħafna nuqqasijiet kemm bħala sound studios u aċċessorji oħra tant importanti għal din l-industrija, u għandna wkoll nuqqas fir-riżors uman.", "Pero` area li naħseb li jkollna suċċess fiha jekk naħdmu fuqha - u j'Alla dak li qed ngħid għandi raġun fih - hija fl-ispecial effects.", "Tul is-snin kellna nies li kienu jaħdmu f'din l-industrija li kienu suċċess għaliex anke ttieħdu barra minn Malta sabiex ikomplu jaħdmu fil- produzzjoni.", "Minkejja li se jkollna approvazzjoni ta' fondi sabiex isir taħriġ, nappella biex naraw ukoll x'nistgħu nibbenefikaw - bħala film commission issa - minn programmi ta' taħriġ li toffri l-Unjoni Ewropea.", "Kif semmejna fid-diskussjoni li kellna qabel, fl-Unjoni Ewropea kif ukoll fil-Council of Europe hemm numru ta' programmi ta' dan it-tip.", "Tajjeb li dawn il-programmi ta' taħriġ mhux biss ikunu ġejjin mill-fondi ta' pajjiżna, iżda nibbenefikaw ukoll minn programmi ta' taħriġ li toffri l- Unjoni Ewropea.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Naqbel perfettament mas-sentimenti ta' l-Onor.", "Agius li l-long-term achievement ta' dan il-pajjiż ikun jista' jseħħ verament jekk nagħrfu li din l-industrija nibnuha bin-nies Maltin.", "Hemmhekk verament ikollna breakthrough, hemmhekk verament ikollna l-industrija Maltija tal-films.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Chris Agius.", "ONOR.", "CHRIS AGIUS: Għalxiex qed nirriferu meta qed ngħidu li l- kummissarjuju jipprovdi flejjes, soġġetti għall-pattijiet u l- kondizzjonijiet li jikkonsidra adatti, għall-attivitajiet, eventi u inizjattivi?", "Qed ngħidu għal meta nagħmlu xi Cannes festival?", "Ma naħsibx jien.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ir-realta` hi li dan huwa l-mod kif l-avukati jagħmlu d-drafting biex żgur ikopru kollox.", "Allaħares jagħmlu hekk!", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 29.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 29 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 30 – Kontravvenzjoni ta' xi patt jew kondizzjoni ta' investimenti, self, għoti jew garanziji.", "Clause 30 - Contravention of term or condition of investment, loan, grant or guarantee.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Chairman, klawsola 30 hija iktar teknika minn ħaġa oħra.", "Hawnhekk nipprovdu li jekk ikun hemm ksur ta' xi kondizzjoni li tkun għamilt ma' investitur, ma' production house, eċċ., dak li huwa dovut lilek huwa debitu kuntrattwali u allura tista' tfittxu immedjatament bħala debitu.", "Din tiffaċilita r-rikors li inti jkollok permezz tal-qorti milli toqgħod tiġi kanonizzat bħala debitur.", "Jiġifieri iktar hija kwestjoni legali biex tiffaċilita lill-kummissarju jiġbor lura l-flus dovuti lilu.", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "L-Onor.", "Agius.", "ONOR.", "CHRIS AGIUS: Voldieri l-kummissarju se jkun f'pożizzjoni li jekk għandu jieħu xi ammonti ta' flus, jieħu ż-żmien u jagħti perijodi ta' żmien biex jitħallas lura?", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: It's up to the commissioner li jiddeċiedi jekk jagħtix perijodu ta' żmien biex jitħallas lura.", "Hawnhekk qed ngħidu li minflok tmur il-qorti tiftaħ kawża biex tgħid li t-tali għandu jagħtik tant, permezz ta' din il-klawsola tkun tista' tgħaddi mill-ewwel għall- eżekuzzjoni li għandu jagħtik.", "Jiġifieri din hija favur il-kummissarju għax dak li hu dovut lilu jiġbru iktar malajr.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 30.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 30 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 31 – Ammont massimu ta' investimenti, self, għotjiet eċċ. mill- Kummissarju.", "Clause 31 - Maximum amounts of investments, loans, grants etc. by the - Commissioner.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Chairman, fi klawsola 31 qed nipprovdu li l- ministru responsabbli għal-liġi f'konsultazzjoni mal-ministru tal-finanzi, jista' jagħmel limiti lill-kummissarju ta' kemm jista' jagħmel investiment taħt l-artikli 27 u 29.", "Per eżempju, jekk irid jista' jgħidlu li, jiġri x'jiġri, fuq kull produzzjoni ma tistax tonfoq iktar minn Lm0.5 miljun, jew Lm100,000 f'inċentivi.", "Hawnhekk m'aħniex qed nirriferu għall-budget tas- sena, imma qed ngħidu li jista' jidħol f'iktar dettall u jillimita.", "Fil-fatt jista' jkun li għandna bżonn emenda hawnhekk għax din il-klawsola ssemmi biss lill-kummissarju imma naħseb li għandna nitkellmu fuq il- kummissjoni.", "THE CHAIRMAN: Hawn rimarki?", "L-Onor.", "Chris Agius.", "ONOR.", "CHRIS AGIUS: Hawnhekk qed ngħidu li kull sena l-kummissarju se jkollu ammont ta' flus ivvotati għalih sabiex jagħti inċentivi jew inkella se jkollu open cheque, jista' jagħti inċentivi kemm irid?", "Jien fhimt li kull sena din il-Kamra se tivvota ammont ta' flus bħala inċentivi sabiex il- kummissarju, jew il-kummissjoni tkun tista' tinċentiva dawk il-kumpanniji li jkunu jridu jiġu jinvestu f'pajjiżna.", "Pero` kif qed ngħidu hawn, jekk taqbeż il-limitu trid titlob lill-ministru li jagħtiha garanzija sabiex tkun tista' tagħti aktar minn dak li jkun ġie vvotat lilha minn din il- Kamra.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Din il-klawsola tagħti l-poter lill-ministru li joħroġ legal notice, in addition mal-legal notices kollha li semmejna qabel, fejn jistabbilixxi l-limiti massimi ta' l-inċentivi, jikkwalifika min jikkwalifika.", "Per eżempju, jekk kumpannija tieħu loan, il-loan ma tistax teċċedi l-Lm50,000, jekk tagħti training grant, kull training grant ma tistax teċċedi l-Lm20,000, jekk tagħti inċentiv, kumpannija waħda ma tistax teċċedi l-Lm100,000.", "Jiġifieri l-ministru jistabbilixxi l-limiti massimi safejn jista' jasal il-kummissarju.", "ONOR.", "CHRIS AGIUS: Wara li tkun ġiet ivvotata lilha ...", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Iva.", "Ejja ngħidu li vvotajna Lm1 miljun lill- kummissjoni.", "Teoretikament il-kummissarju jista' jonfoq l-Lm1 miljun fuq kumpannija waħda.", "Imma l-ministru jew il-parlament ikun jixtieq li jferrex l-inċentivi iktar u mhux imorru fuq kumpannija waħda.", "Allura jagħmel limitu ta' Lm50,000.", "ONOR.", "CHRIS AGIUS: Lil kull produzzjoni?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: B'hekk inkunu nistgħu nagħtu inċentivi lil 20 produzzjoni u mhux lil waħda.", "Jiġifieri l-poter ultimu ta' kif jitqassmu jibqa' f'idejn il-gvern u l-parlament.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 31.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 31 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 32 – Persuni li jitqiesu bħala uffiċjali pubbliċi.", "Clause 32 – Persons deemed public officers.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Chairman, kif tgħid preċiż id-diċitura ta' klawsola 32, fil-liġi qed nipprovdu, kif nipprovdu f'kull liġi, li l-membri tal-kummissjoni kif ukoll l-uffiċjali u l-impjegati kollha tal-kummissjoni jkunu dikjarati bħala uffiċjali pubbliċi għall-iskopijiet tal-Kodiċi Kriminali u tagħtihom protezzjoni kontra min jagħmlilhom xi ħsara.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 32.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 32 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsoli 33 u 1 u t-Titolu għaddew nem. con. u ġew ordnati biex isiru parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Chairman, nipproponi li l-Iskrivan tal-Kamra jkun awtorizzat li jikkoreġi żbalji ta' l-ortografija u jagħmel xi emendi żgħar u r-renumbering li jkun hemm bżonn.", "THE CHAIRMAN: Hawn qbil?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-Kumitat qabel li l-Iskrivan tal-Kamra jkun awtorizzat li jikkoreġi żbalji ta' l-ortografija u jagħmel xi emendi żgħar u r-renumbering li jkun hemm bżonn.", "Il-Kamra rriżumiet u l-President tal-Kumitat irrapporta l-Abbozz ta' Liġi mgħoddi b'emendi.", "MR SPEAKER: Sar il-ħin.", "Insejjaħ lill-Ministru biex, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar l-Erbgħa, 4 ta' Mejju 2005 fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kummissjoni ċinematografika ta' Malta - Kumitat (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Sħubija ta' Malta fil-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Bank Ċentrali ta' Malta - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Arkivji Nazzjonali – Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Kriminali - Tielet Qari; u Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet - Tieni Qari.", "-----------------------------------", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Reġistru Ċentrali - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Mario de Marco.", "ONOR.", "MARIO de MARCO: Sur President, se nieħu l-ħin li ġentilment ikkonċedili l-Onor.", "Michael Asciak biex nikkundanna mingħajr ebda riservi, l-att vandalu li seħħ matul dan il-lejl fuq Portes des Bombes.", "Dan hu monument ta' arkitettura u kultura li ġie restawrat madwar sena ilu, b'ħafna paċenzja u bi spiża mhux żgħira.", "Kulmin jgħaddi minn dan il-post biex jidħol lejn il-Belt seta' jammira l-mod kif dan il-monument ġie restawrat, biex issa ġie vandalizzat bl-iktar mod kodard u bl-iktar mod ikrah.", "Jien naħseb li dan l-att vandalu għandu jġegħilna nistħu, pero' naħseb li għandu jgħaqqadna lkoll bħala Maltin biex nikkundannawh bla ebda riserva.", "Din il-kundanna qed nagħmilha mhux biss bħala deputat ta' l-ewwel distrett imma fuq kollox bħala Malti.", "Grazzi, Sur President.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Michael Asciak.", "ONOR.", "MICHAEL ASCIAK: Jien ningħaqad mal-kelliem ta' qabli għaliex inħoss li dawn l-atti vandali jsiru minn min ma japprezzax il-fatt li għandna nkunu kburin li aħna Maltin.", "Dan huwa wirt tagħna lkoll u għandna nibżgħu għalih, anke għaliex il-barranin jitpaxxew iħarsu lejh u mhux nuru lil kulħadd kemm m'aħniex kapaċi nieħdu ħsieb il-wirt kulturali.", "Pero' jien ma rridx nagħmel l-aġġornament tiegħi fuq hekk, Mr Speaker.", "Sena ilu Malta saret membru ta' l-Unjoni Ewropea.", "Din kienet sena iebsa għal kulħadd, fis-sens li sar ħafna xogħol u sar ħafna tibdil bil-għan li nimbuttaw il-pajjiż fid-direzzjoni biex ikun jista' jilqa' għal din l- isfida.", "Forsi mhux kulħadd japprezza n-neċessita' u l-bżonn ta' dawn it- tibdiliet.", "Dan bħal meta tkun żgħir u jkollok tmur l-iskola bilfors.", "Niftakarni nistaqsi lill-mama tiegħi: Imma jien irrid immur l-iskola għal dejjem ta' dejjem?", "U hi kienet tgħidli: Għalissa hekk hemm bżonn tagħmel.", "Forsi dak iż-żmien ma kontx nagħraf il-bżonn ta' l-iskola, imma llum ovvjament meta nħares lura nara kemm hu importanti li wieħed jagħmel dak il- pass.", "Illum nistgħu ngħidu li bdejna naraw il-frott tad-deċiżjonijet li ħa l- gvern u mhux biss għall-fatt li qed jiżdiedu l-impjiegi, imma anke minħabba li opportunitajiet dejjem jikbru għall-Maltin u l-Għawdxin.", "Għadna kemm ksibna d-dritt li nidħlu fil-European economic area, li tinkludi fost l- oħrajn l-Isvizzera, in-Norveġja u l-Islanda.", "L-Isvizzera diġa' għandha trattat ma' l-Unjoni Ewropea li issa naturalment irid jiġi estiż għall- pajjiżi membri li daħlu ġodda fl-2004, inkluż Malta.", "Dan it-trattat lilna l- Maltin jagħtina d-dritt li nidħlu fl-Isvizzera mingħajr l-ebda xkiel, anke bħala residenti, jekk xi ħadd minna jkun sab ix-xogħol hemmhekk.", "Dan kollu juri li d-deċiżjoni li ħadna li nissieħbu fl-Unjoni Ewropea kienet deċiżjoni għaqlija u m'għandix l-iċken dubju li 'l quddiem għad irridu ngawdu vantaġġi ħafna ikbar.", "Diġa' għidt li matul din is-sena saru ħafna bidliet u se nibqgħu għaddejjin b'dan ir-ritmu għax ma nistgħux nieqfu hawn, Sur President.", "Nafu li trid isseħħ riforma fil-portijiet biex dawn jiġu liberalizzati u b'hekk insiru aktar kompetittivi.", "Nafu wkoll, kif qal il-prim ministru nhar il-Ħadd, kemm huwa importanti li sseħħ ir-riforma tal-pensjonijiet, ħalli meta wieħed jirtira jkollu pensjoni adegwata, għalkemm strettament din m'għandhiex x'taqsam ma' l-Unjoni Ewropea.", "Huwa evidenti għal kulħadd li fuq bażi ta' nazzjon sirna iktar kompetittivi u f'dan is-sens ma nistax ma nfaħħarx lill- gvern għall-kuraġġ Ii wera meta ttieħdet id-deċiżjoni li nidħlu fl-ERM II.", "Kontra ċerti pajjiżi, aħna m'għandna l-ebda choice għax l-euro rridu ndaħħluha bilfors u jekk ma ndaħħluhiex fil-perijodu li ġej, xorta waħda rridu ndaħħluha iktar tard għaliex l-acquis jitlob li l-pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropea jdaħħlu l-euro.", "Naf li kien hawn min qal li l-gvern għaġġel fid-deċiżjoni li ħa – bħal speċi jridu jgħidu li l-gvern rushed in where angels fear to tread – imma jien naħseb li l-gvern jaf eżatt x'inhu jagħmel, bħalma jaf li fi ħdan l- għaqda Ewropea u fi ħdan il-Barcelona process, fl-aħħar mill-aħħar trid tkun il-kompetittivita' li taqlagħna.", "Jien konvint li l-gvern huwa konxju li jekk ma nintroduċux l-euro meta jsir l-ewwel dħul fil-euro zone, probabbilment fis-sena 2008, dan ikun ifisser li fuq bażi ta' nazzjon nitilfu l-kompetittivita' tagħna.", "Apparti l-kwestjoni li meta jsiefru l- Maltin jew meta l-barranin jiġu Malta jkunu jafu jikkomparaw il-prezzijiet, min jinvesti fil-pajjiż ovvjament ma jkollux għalfejn joqgħod jaqleb minn euro għal flus Maltin u mbagħad meta jiġi biex jesporta jaqleb lura għall- euro jew għad-dollaru u allura dan huwa fattur importanti meta wieħed jikkonsidra l-kompetittivita' tal-pajjiż.", "Sur President, nasal biex ngħid li matul din is-sena mxejna 'l quddiem anke fuq bażi politika għaliex insibu li l-partiti politiċi f'ċerti oqsma importanti qed jersqu lejn xulxin.", "Naraw ukoll li d-diskussjoni għadha ma saħnitx, għax għadna ma dħalniex fid-diskussjoni proprja tal-Kostituzzjoni Ewropea, pero' naħseb li anke mir-rumblings li qed nisma' min-naħa l-oħra tal-Kamra, dan juri li sħabna ta' l-oppożizzjoni biddlu l-approach tagħhom fejn għandu x'jaqsam ma' l-Unjoni Ewropea u l-Kostituzzjoni Ewropea.", "Donnu li nistgħu ngħidu li waqa' l-aħħar sur fil-politika Maltija għal dak li għandu x'jaqsam ma' l-affarijiet barranin.", "Illum qed naraw kunsens ħafna iktar wiesa' f'dak li għandu jagħmel il-pajjiż f'dan ir-rigward, imma rrid nagħmel punt ieħor, Sur President.", "Għalkemm matul din is-sena biddilna l-istituzzjonijiet kollha tal-pajjiż u kemm iċ-ċivil u kif ukoll il-privat nistgħu ngħidu li ppreparaw ruħhom għall-kompetittivita' u sa ċertu punt taw servizz aħjar, inħoss li hemm istituzzjoni li għad jonqosha biex taġġorna ruħha għar-realta' l-ġdida ta' Malta u b'dispjaċir ngħid li qed nirriferi għall-Parlament Malti.", "Din hi t- tielet darba li jien ġejt elett bħala membru ta' din il-Kamra u għalhekk nista' nqabbel l-ammont ta' xogħol li kien isir qabel ma' l-ammont ta' xogħol li qed isir issa.", "Nista' ngħid b'wiċċi minn quddiem li mertu ta' kull membru ta' din il-Kamra u ta' l-istaff li jaqdi lil din il-Kamra, ix-xogħol żdied b'mod sostanzjali.", "Ma nsemmix il-laqgħat plenarji tal-Kamra - għax kulħadd jaf li bqajna niltaqgħu tliet darbiet fil-ġimgħa, it-Tnejn, it-Tlieta u l-Erbgħa – imma nsemmi l-kumitati li nistgħu liberament ngħidu li qed jiltaqgħu kważi kuljum, partikolarment il-kumitat għall-affarijiet soċjali u l-kumitat ta' l-affarijiet barranin u Ewropej.", "Per eżempju, nista' ngħid li l-Onor.", "Jason Azzopardi għadu kemm qalli li l-laqgħa li jmiss tal-foreign affairs committee se ssir nhar il-Ġimgħa filgħodu, jiġifieri meta l-parlament ma jkunx qed jiltaqa'.", "Altru li żdied ix-xogħol, Sur President u żdied ukoll is-safar.", "Minħabba l-istituzzjonijiet ta' l-Unjoni jien nikkalkula li s-safar mill- inqas trippla u dan ifisser, partikolarment għan-naħa tal-gvern, li 15-il backbencher iridu jagħmlu sagrifiċċju kbir għaliex fejn jidħlu l-laqgħat tal-COSAC, il-Euro-Med, it-TAIEX u ċerti laqgħat oħrajn, ma jistgħux jattendu għalihom il-ministri u s-segretarji parlamentari imma jridu jattendu għalihom il-backbenchers.", "Mela ġejna f'sitwazzjoni fejn 15-il backbencher għandhom ammont kbir ta' safar.", "Fil-fatt naf b'ħafna minn sħabi li jagħmlu nofs ix-xahar barra u dan ifisser ukoll li min hu membru ta' dan il-parlament, għandu ħafna inqas ħin għall-professjoni tiegħu.", "Sal- lum membru parlamentari huwa part-timer u jara kif jagħmel biex iżomm il- professjoni tiegħu matul il-ġurnata, pero' issa tant żdied ix-xogħol tal- parlament li ma niddejjaqx ngħid li qed iħabbatha sew max-xogħol professjonali ta' kull wieħed u waħda minna.", "U allura hawn bilfors nistaqsi jekk għandniex nibqgħu membri parlamentari part-time, Sur President.", "Daparti tiegħi sinċerament inħoss li wasal iż-żmien li wieħed jikkonsidra serjament jekk għandniex nibqgħu b'din is-sistema għaliex ix-xogħol qiegħed dejjem jiżdied u dan apparti li ħafna minna miżżewġin u lit-tfal narawhom kultant.", "Jien biss biss ili mqajjem mis-7.00 a.m. u wara s-seduta se mmur għaċ-ċelebrazzjoni tal-festa tas-Salib għaliex illum il-festa ta' Santa Liena, jiġifieri jien m'iniex se nidħol id-dar qabel nofs il-lejl.", "Iva, naħseb li għandna nikkonsidraw serjament li l-parlament isir a full-time job, anke għaliex ma jistax ikun li aħna d-deputati nibqgħu naħdmu mingħajr sapport loġistiku.", "Meta qabel kont nidħol il-parlament kont insib mazz żgħir ta' karti, imma issa kemm ilna li dħalna fl-Unjoni Ewropea kull darba li niġi nsib munzell sħiħ.", "Dan jindika li rridu nagħmlu ħafna qari għaliex ovvjament meta tattendi għal-laqgħat tal-Kummissjoni Ewropea, trid tkun aġġornat fuq dak li jkun għaddej.", "Ċertament hemm bżonn li jkollna ħafna aktar nies li jkunu jistgħu jgħinuna f'dan ix-xogħol.", "Għaliex, per eżempju, meta niġi biex nikteb xi ittra rrid nagħmel it-typing jien?", "Mhux qed ingorr għaliex nittajpja ittra, imma ovvjament jekk ikolli ittra waħda mod u jekk ikolli xi erbgħin jew ħamsin f'ġurnata mod ieħor, Sur President.", "Apparti dan kollu, irrid nirrimarka li m'għandniex kamra fejn niltaqgħu li nistgħu ngħidu li hija tagħna u li nkunu nistgħu nagħmlu l-affarijiet tagħna fiha.", "In-naħa tal-gvern għandna common room li rridu naqsmuha bejn 15-il ruħ, filwaqt li l-oppożizzjoni għandhom żewt ikmamar żgħar li jridu jiddubbaw bihom 30 ruħ.", "Hemm bżonn li nkunu stmati bħal parlamentari oħra fil-pajjiżi membri ta' l-Unjoni - għadni ġej mill-Istati Uniti u nista' nara d-differenza fil-mod kif inhuma stmati d-deputati tal-Kungress Amerikan - u almenu għandu jkollna kamra diċenti mgħammra b'computer network u b'għajnuna loġistika oħra.", "Ma jistax ikun li wieħed waħdu jlaħħaq ma' dan ix-xogħol u s-safar kollu.", "Jien inħoss li qed inpoġġu piż enormi fuq il-backbenchers għax il- frontbenchers diġa' għandhom l-għajnuna tal-ministeru, tas-segretarji u ta' l-istaff tagħhom u għandhom id-drivers eċċ. Jien mhux qed ngħid li l- membri tal-parlament għandu jkollhom id-drivers, pero' naħseb li wasal iż- żmien li jiġi fformat xi kumitat, anke taħt il-presidenza tiegħek, Mr Speaker, ħalli wieħed jeżamina x'għajnuna għandha tingħata lill-istaff u lid-deputati, bis-sapport loġistiku u finanzjarju meħtieġ.", "Jien ġieli nisma' lil min jgħid li l-membri tal-parlament ma jagħmlu xejn u meta nisma' dan it-tip ta' diskors inweġġa'.", "Jgħidulek wkoll li l-membri tal-parlament minn 65 għandhom jinżlu għal 55 jekk mhux inqas ukoll.", "Meta n-nies jgħidu hekk nirrealizza li ma jafux x'paradigm shift kien hawn mis- snin ta' qabel għall-ġurnata tal-lum, bidla enormi.", "Jekk ikollna parlament ta' 55 membru ma nistax nimmaġina kif b'ħames backbenchers inqas fuq kull naħa - għaliex nimmaġina li n-numru tal-ministri trid tħallih l-istess – jista' wieħed ilaħħaq ma' dan ix-xogħol kollu.", "Għalhekk jien sinċerament qed nitlob kemm lill-gvern u kif ukoll lis-Sinjorija Tiegħek, biex wieħed jibda jaħseb għall-bidliet li hemm bżonn isiru f'dan il-qasam.", "Grazzi, Sur President.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Franco Galea.", "ONOR.", "FRANCO GALEA: Sur President, nibda biex nikkundanna bl-aktar mod qawwi l-isfreġju li sar mal-Bieb tal-Bombi, anke għax dan l-aġir jibgħat sinjal negattiv għall-aħħar lill-qasam turistiku, il-ħobż tagħna l-Maltin.", "Dan huwa att vandalu li għandu jġib l-istmerrija ta' kulħadd u nittama li min hu responsabbli għal dan l-aġir infami jieħu dak li ħaqqu.", "Jien immur oltre u ngħid li dan il-barbariżmu jrid jieqaf u j'Alla xi darba naslu biex nibdew napprezzaw il-wirt storiku li għandna.", "Kemm għandu għax jistħi min ħareġ il-permess biex fil-Kottonera jsir sfreġju b'dak il-bini orrend li għamlu hemm isfel, kollu ħġieġ u ħadid, faċċata tas-swar!", "Ejja naqtgħuha din li noħorġu permessi ta' żvilupp li jagħmlu ħsara lill-wirt kulturali.", "Sur President, riċentement semmejt każ dwar allegati abbużi li kienu qed iseħħu f'Tas-Sliema, f'dak li jirrigwarda l-operat ta' restaurant fix-xatt ta' Qui-si-Sana.", "Dakinhar jien tajt lista twila ta' nuqqasijiet u inġustizzji li sofrew u għadhom qed isofru r-residenti li joqogħdu fil- viċinanzi u anke poġġejt fuq il-mejda tal-Kamra kopja ta' file li apparentement fl-2002 ma kienx instab fil-MEPA.", "Sal-lum għadni ma ġejtx informat jekk itteħdux passi formali għalkemm naf li kien hemm xi ċaqliq - fil-fatt l-għada Ii tkellimt hawnhekk fil-parlament, iċ-chairman tal-MEPA wieġeb għall-protest ġudizzjarju li sarlu mir-residenti - u bil-permess tiegħek, xtaqt nippreżenta lil din l-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż file ieħor li jikkonsisti f'diversi dokumenti.", "MR SPEAKER: Hawn il-permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata", "ONOR.", "FRANCO GALEA: Dan il-file fih ħames rapporti u cioe' ir-risposta tal- MEPA għall-protest ġudizzjarju mressaq mir-residenti; ir-rapport ta' l- ombudsman fuq il-każ numru 2052; advertising material li jipprova li f'dan is-sit kien hemm night club; ir-refusal tal-MEPA biex titwessa' l-bankina; u fl-aħħarnett spjegazzjoni għal meta jien kont għedt li kienu nkisru 26 regolament min-naħa tas-sidien.", "Issa hawn irrid ngħid li ċ-ċittadini ta' Qui-si-Sana u jien magħhom qegħdin nistennew azzjoni immedjata għax il-liġi għandha tkun l-istess għal kulħadd.", "Il-poplu mhux biss jistenna sodisfazzjon permezz ta' spjegazzjoni ċara, iżda jistenna wkoll li tittieħed azzjoni effettiva kontra kulmin abbuża.", "Issa hawn tidħol ukoll il-kwestjoni tal-carpark ta' Qui-si-Sana u l-carpark ta' Tigne', Sur President.", "Jien ma nistax ma nesprimix it-tħassib tiegħi għax mhux sew li l-ewwel nagħtu art pubblika mbagħad nippermettu li fuqha jinbnew postijiet kummerċjali, b'kompetizzjoni diretta man-negozji li jkunu fil-viċinanza - kulħadd għadu jiftakar kif kien naqas in-negozju minn Manoel Dimech Street meta nfetħet Bisazza Street - u n-negozji li hemm Tas-Sliema, uħud minnhom min jaf kemm ilhom joperaw, bilfors se jispiċċaw ibatu f'każ ta' change of use, apparti li se jkun inġust għar-residenti għax jista' ikun hemm outlets li jiddisturbawhom.", "Jekk se nużaw art tal-gvern biex isir żvilupp fuqha, irridu nkunu innovattivi billi nġibu negozji differenti bħal attrazzjonijiet turistiċi u mhux inkomplu bis-soltu kantaliena li nibnu appartamenti biex inbiegħuhom b'eluf kbar ta' liri.", "Jien wisq nibża' li din l-art tal-poplu finalment se tispiċċa biex min ikun irid jixtri l- proprjeta' jkollu jħallas prezz fenomenali għaliha, Sur President.", "Issa hawn irrid ngħid li matul dawn l-aħħar xhur sabuni bosta negozjanti u nies oħra li joperaw f'oqsma pjuttost differenti u għalkemm ħadt pjaċir niltaqa' magħhom, nista' ngħid li assolutament ma ħadtx pjaċir nisma' bl- inkwiet li għaddejjin minnu.", "Il-lista hija twila u se npoġġi quddiem il- Kamra l-punti li qanqlu dawn in-nies, nuqqasijiet li qed iwasslu għal għawġ morali fil-pajjiż.", "Dawn il-problemi jeżistu u min-naħa tiegħi ma nistax ma nagħtix widen għal dak li qed jgħidu n-nies.", "M'iniex dak it-tip ta' bniedem li naħsel idi bħal Pilatu.", "Nieħdu per eżempju l-EU transition period.", "Naf li għandna żmien ta' transizzjoni, iżda fil-mod kif qed nippreparaw lin-negozji qed inkunu wisq ebsin xi kultant ma' dawn in-nies.", "Dawn għandhom bżonn ta' ftit spazju biex ikunu jistgħu jaħdmu, speċjalment fil-każ ta' l-importaturi li jimpjegaw nies magħhom.", "Jien ngħid li m'aħniex inkunu sensittivi biżżejjed fejn jidħol in-negozju, partikolarment f'zoni turistiċi, Sur President.", "Daż-żmien it-turisti jqumulek għall-breakfast, imbagħad imorru għal xi excursion u ġieli jirritornaw wara nofsinhar, speċjalment jekk ikunu marru Għawdex, jew inkella jmorru ħdejn il-baħar u jgħaddu ġurnata hemm, imbagħad filgħaxija jmorru lura l-lukanda, fit-8.00p.m. jinżlu jieku u wara jmorru passiġġata fejn forsi jixtru xi souvenir u allura ma nafx x'sens jagħmel li nagħlqu s-souvenir shops fl-10.00 p.m. Jekk ma ssibx ukoll xi erba' pulizija li jmorru biex jagħlqu xi ħanut - mhux qed ngħid dan b'disprezz lejn il-pulizija - imbagħad meta xi darba ċċempel l-għassa biex titlob l- għajnuna tal-pulizija iwieġbek xi ħadd u jgħidlek: Waħdi qiegħed, ma nistax niġi!", "Dawn huma l-vera problemi li qed idejqu lin-nies.", "Xi ngħidu mbagħad għall-power cuts li għadna nbatu bihom sal-lum, anke jekk xi darba konna noħolmu li kienu se jispiċċaw?", "Fejn jidħlu l-low-cost airlines dawn irriduhom jew ma rriduhomx?", "Naturalment irridu noqogħdu attenti li jkun hemm fair competition, anke għax- scheduled flights.", "L-inspections tal-VAT għaddejjin il-ħin kollu.", "Kien hemm każ partikolari ta' wieħed li weħel ċitazzjoni għaliex ħallas il-VAT fuq xi ħaġa li m'hijiex Vatable.", "Bi żball tal-ħanut ippanċjat il-prezz u min xtara dak l- oġġett weħel ċitazzjoni.", "Iva sar żball, imma kemm huwa tajjeb għan-negozju dan?", "Xi ħadd irid iħallasha dik iċ-ċittazzjoni!", "Mhux aħjar kieku nippruvaw noħolqu klima fejn in-nies jonfqu iżjed u mbagħad verament inkunu nistgħu ngħidu li l-pajjiż sejjer tajjeb b'mod reali?", "U hawnhekk nistaqsi jekk l-eco-tax għandhiex tiġi revised.", "L-istess, qed jingħataw ċerti beach concessions biex jinkrew l-umbrelel u d-deckchairs lit-turisti biex imbagħad mal-5.00p.m jew l-aktar il-5.30p.m. ineħħuhomlhom.", "Qed ikollna complaints kbar min-naħa tal-Maltin għax it-turisti jieħdu l-bajja kollha biex iqiegħdu s-sunbeds u l-Maltin iridu jsibu xi roqgħa fejn joqogħdu.", "Hemm bżonn li nkunu fair ma' kulħadd, Sur President.", "Issib nies b'delivery vans li ma jistgħux iħottu l-merkanzija fil-Belt u Tas-Sliema għaliex jaqilgħu xebgħa ċitazzjonijiet u s-sabiħa hi li dawn il- flus imħallsa f'multi, fl-aħħar mill-aħħar qed ikollu jġorrhom il- konsumatur.", "If we want to kick-start the economy irridu naħdmu bis- serjeta' fuq dawn l-oqsma.", "Irridu nħallu naqra arja lil dawn in-nies tal- business biex ikunu jistgħu jaħdmu.", "Il-banek m'għadhomx flessibli kif kienu u rridu noħolqu inċentivi biex ngħinu lin-negozjanti.", "Jien m'iniex tal-fehma li se nġibu aktar business jekk mingħalina se narmaw in-night clubs bl-istriptease, kif hawn l-għajdut.", "Mhux se jkollna aktar business billi nittolleraw li f'pajjiżna jsiru ċerti affarijiet, Sur President.", "Irridu nieħdu ħsieb l-art tagħna u rridu nieħdu ħsieb is-sistema tal- wardens.", "Min qed jagħmel il-flus minn fuq dawn il-wardens?", "Żgur m'humiex jagħmlu l-flus dawk li qed ikollhom jitilfu ġurnata xogħol biex jitilgħu jixhdu quddiem it-tribunal.", "Veru li mhux l-ewwel darba li l-kawża jirbħuha imma jkunu tilfu ġurnata xogħol.", "Forsi wasal iż-żmien li jekk bniedem jitlef ġurnata xogħol u joħroġ liberat jew jirriżulta li kellu raġun, dan għandu jiġi riżarċit?", "Għalfejn kull min jgħaddi minn fuq Manoel Dimech bridge u jagħfas imqar naqra l-accelerator, għandu jeħel multa?", "Minħabba dawn il-multi kollha għax forsi jkunu kisru xi daqsxejn il-liġi, qegħdin naffettwaw negattivament in-negozju.", "Ma nindunawx li qegħdin ninfurzaw il- liġi f'dawk il-każi li huma faċli u noħorġu ċitazzjonijiet bl-amment?", "Dawn iċ-ċittazzjonijiet iridu jitħallsu u m'għandniex għax neħduha bi kbira jekk naraw li xi kultant ma jkunx hawn biżżejjed flus fl-idejn, Sur President.", "L-istess, ma nafx kemm hawn min jirrealizza li s-sena l-oħra ħriġna 45,467 visa li fosthom dawn hemm madwar 2,600 barrani li ngħataw permess jaħdmu.", "Jien ma naħsibx li dawn huma kollha turisti u jekk wieħed jifli l-lista sew jinduna x'jien ngħid.", "Voldieri jekk dawn qed jaħdmu b'mod illegali, meta jġemmgħu xi sold dawn mhux se jħallu flushom f'pajjiżna imma b'mod jew ieħor se joħorġuhom.", "Dan ifisser li apparti li dawn in-nies qed imissu l- impjieg tal-Maltin, qed iħallu wkoll effett ħażin fuq in-negozju, l-istess effett ħażin bħal meta l-funtana ta' Bugibba nħalluha għal sitt snin ma tiffunzjonax.", "Jekk verament irridu nibżgħu għal ħobżna ma nistgħux nitilquhom Buġibba u l-Qawra u lanqas m'għandna nħallu Wied il-Għajn f'telqa u traskuraġni.", "Irridu noħolqu fast track system - din diġa' semmejtha d-darba l-oħra - għax lil min ikun irid jinvesti l-flus, barrani jew lokali, m'għandniex naqtgħulu qalbu imma rridu nagħmlulu l-affarijiet faċli biex ikun jista' jopera, Sur President.", "Fil-każ tal-middle class hemm min jikkalkula li jaħdem ħames xhur fis-sena biex iħallas il-kontribuzzjonijiet tat-taxxi diretti u indiretti għax għandek 35% income tax u 18% VAT fuq prodotti li tixtri u din meta taħdimha ...", "Hemm min iħallas personal private insurance fuq affarijiet mediċi, li taf anke tiġih 'il fuq minn Lm1,000 f'ċerti każi, imbagħad imur jagħmel claim u jekk jaċċettawhielhu jispiċċa jogħlielu l-premium.", "Din hija problema serja għaliex il-middle class irridu nibżgħu għaliha għaliex dawn in-nies bilfors se jispiċċaw iduru għas-servizzi lokali.", "U jekk dawn jibdew ineħħu t-tfal mill-iskejjel privati u jibdew iduru għall-isptarijiet tal-gvern, dan kollu se jaffettwa l-performance tal-pajjiż.", "Il-mediċini u l-isptarijiet privati huma expensive u hawn irid isir xi ħaġa.", "St. Lukes qed joffri servizz tajjeb għalkemm nikkritikawh u għalhekk li n-nies tal- middle class qed jibdew iħarsu lejn dan is-servizz.", "Voldieri l-ispiża medika se togħlielna jekk mhux se nieħdu ħsieb il-middle class, Sur President.", "Fejn jidħlu persuni b'diżabilita' nsibu li fil-Belt, fil-Qawra u f'postijiet oħra m'hawnx biżżejjed lay-bys u hija redikola li hawn min għadu ma jistax jifhem li li dawn in-nies għandu jkollhom aċċess liberu bħal ħaddieħor.", "Jekk ikunu jridu jmorru jixtru dawn se jaħlu ħafna iżjed ħin minni jew minn xi ħadd li huwa iżjed mobbli.", "Iżda mlejna kullimkien bil-yellow lines u ġejna fis-sitwazzjoni li aktar jaqbillek li tħalli l- karozza wara l-bieb - sakemm ma jkollokx ukoll xi yellow line quddiem il- bieb! - għax tmur biex tixtri oġġett ta' Lm5 u tispiċċa teħel Lm10 multa.", "Ħafna nies iħallsu l-liċenzja biex ikunu jistgħu jipparkjaw il-Belt biex imbagħad ma jsibux parking space minħabba l-kwantita' kbira ta' vetturi ta' l-impjegati tal-gvern.", "Mhux qed ngħid dan b'disprezz jew nuqqas ta' rispett lejhom, pero' irid ikun hemm post allokat fejn jipparkjaw il-ħaddiema tal- gvern ħalli min iħallas il-liċenzja għall-Belt isib fejn jipparkja.", "Sur President, xtaqt ngħid ħafna iżjed minn hekk imma l-ħin ma jippermettilix u nittama li darb'oħra jkolli l-opportunita' li nkompli fuq dan is-suġġett.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada l- Erbgħa, 4 ta' Mejju, 2005 fis-6.00 p.m., bl-aġenda kif komunikata mill- Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "ADT – NEFQA FUQ TELEFONATI", "12062.", "L-ONOR.", "MICHAEL GONZI staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 11872, jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx diretturi jew managers fl-ADT li għandhom kwota kemm jistgħu jonfqu fuq telefonati?", "Jista' jgħid jekk l-ammonti humiex kollha mħallsa mill-fondi ta' l-awtorita'?", "Hemm xi ammonti li setgħu tħallsu indirettament mid-diretturi jew mill-managers permezz ta' refund lill- awtorita' wara li qabżu l-kwota?", "Kemm jitilgħu dawn ir-refunds?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: In-nefqa konnessa ma' telefonati kif indikat fit- tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 11872, hija bbażata fuq it-total tal- kontijiet u mhux fuq kemm ħallset l-awtorita'.", "Il-managers għandhom kwota ta' Lm25 fix-xahar fuq il-kontijiet tal-mobile phones.", "Il-kontijiet li jaqbżu l-kwota jiġu vverifikati kull xahar u f'ċerti okkażjonijiet, skond id-diskrezzjoni tal-management ta' l-ADT, il- persuni konċernati jintalbu jirrifondu d-differenza jew parti minnha skond il-każ.", "L-ammont ta' refunds għall-perijodu bejn Jannar 2004 u Jannar 2005 tela' għal Lm755.95.", "LANDS - DĦUL MINN ĊNUS, QBIELA U KERA", "11621.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 10762, jista' il-Viċi Prim Ministru jagħti breakdown għas-snin 1999, 2000, 2001, 2002 u 2003?", "ONOR.", "TONIO BORG: Id-dħul minn ċnus, qbiela u kera li l-gvern daħħal minn raba', art u proprjeta' matul is-snin 1999, 2000, 2001, 2002 u 2003 hu kif ġej:", "|1999|Lm5,501,493 | |2000| | | |5,848,956 | |2001| | | |5,951,956 | |2002| | | |6,082,446 | |2003| | | |7,462,471 |", "VAT REFUND", "11622.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm għandhom jingħataw flus f'refund mid-dipartiment tat-VAT?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "PRODUTTURI TAT-TJUR TAS-SIMNA", "11623.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm produtturi tat-tjur tas-simna - broilers - reġistrati mad-dipartiment?", "Kemm minnhom huma f'Malta u kemm huma f'Għawdex?", "Jista' jgħaddilna l-informazzjoni għal dawn l-aħħar ħames snin?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Ninsab informat li sa l-14 ta' April, 2005 in- numru ta' produtturi tat-tjur tas-simna – broilers - li huma liċenzjati kien ta' 185 f'Malta u 50 f'Għawdex.", "In-numru ta' produtturi liċenzjati skond database li bdiet tinżamm mis-sena 2002 hu hekk:", "| |2002|2003 |2004| |Malta |212 |209 |188 | |Għawdex |56 |58 |58 |", "ĊITTADINANZA MALTIJA", "11634.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 10757, jista' il-Viċi Prim Ministru jwieġeb għal dawn l-aħħar ħames snin?", "ONOR.", "TONIO BORG: Dwar persuni li ġie kkonfermat lilhom li jistgħu jżommu żewġ ċittadinanzi, nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 10758.", "L-informazzjoni dwar persuni li akkwistaw ċittadinanza Maltija tinsab fit- tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.", "RABAT - SIGURTA' SOĊJALI", "11636.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tara li jsiru l-pagamenti meħtieġa mid-dipartiment tas-sigurta' soċjali lill-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Ninsab informata li l-persuna li għamel riferenza għaliha l-Onor.", "Interpellant ġiet informata bil-miktub dwar il- każ tagħha direttament mid-dipartiment tas-sigurta' soċjali.", "JOINT OFFICE - ĦLAS TA' QBIELA", "11637.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jinformana għaliex il- joint office mhux jaċċetta l-qbiela skond file A/2361/97, u cioe' skond receipt no. A000030573?", "Billi ċ-ċens huwa ta' Lm4.80, jista' il-Viċi Prim Ministru jinformana kemm huwa l-ħlas in kwestjoni?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li l-kerrejja ħallset il-qbiela sal-25 ta' Diċembru, 2005 fuq il-proprjeta' in kwestjoni fl-24 ta' Marzu, 2005 meta marret fil-customer care section ta' l-uffiċċju konġunt.", "Infatti l- każ tagħha ġie solvut dakinhar stess, wara li rriżulta li n-nutar tal- kerrejja kien naqas li jinformaha bl-ittra ta' rikonoxximent mibgħuta lilu għan-nom tagħha fit-28 ta' Frar, 2002.", "IMPJANT TA' RIĊIKLAĠĠ", "11738.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid jekk l-applikazzjoni marbuta ma' l- impjant tar-riċiklaġġ ta' Sant'Antnin ġietx mibdula jew le, kif fl-aħħar mill-aħħar kien intrabat li jagħmel il-gvern?", "Jista' ipoġġi kopja ta' kif kienet u kif ġiet l-applikazzjoni, fil-każ li sar dan it-tibdil?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Ninsab informat li l-applikazzjoni li ntbagħtet lill-MEPA mhijiex marbuta ma' xi ammont ta' skart li għandu jiġi pproċessat, informazzjoni li wara kollox wieħed għandu jsibha f'ċertu dettal fl-EIA.", "Kif imwiegħed, il-Wasteserv informat lill-MEPA fil-31 ta' Jannar, 2005 li l- ammont ta' skart li jiġi ttrattat f'dan l-impjant huwa ta' 71,000 tunnellata.", "SKEJJEL TAL-KNISJA - ĦLAS MILL-GVERN", "11783.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid kemm ħlasijiet saru din is- sena lill-iskejjel tal-knisja taħt il-ftehim bejn l-istat u l-knisja?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li f'Jannar ta' din is-sena saru żewġ pagamenti, kull wieħed ta' Lm861,872 u fi Frar sar pagament ieħor ta' Lm192,923.", "F'Marzu saru żewġ pagamenti oħra, kull wieħed ta' Lm958,333 għax-xhur ta' Marzu u April 2005 - total ta' Lm3,833,333.", "SKEJJEL TAS-SAJF – EŻENZJONI MILL-VAT", "11784.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid jekk l-iskejjel tas-sajf hux se jkunu eżenti mill-VAT jew le?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li kull skola - inkluż l-iskejjel tas-sajf - li taqa' taħt l-Att ta' l-Edukazzjoni u li l-attivita' edukattiva tagħha titmexxa skond il-kurrikulu minimu nazzjonali, hija eżenti mill-VAT.", "Stqarrija relattiva mas-suġġett qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "PEMBROKE - SKOLA PRIMARJA", "11785.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 11311, jista' il-Ministru jgħid xi żviluppi kien hemm speċjalment fejn tidħol id- diviżjoni ta' l-edukazzjoni u jekk sarx xi kuntratt jew le, anke minħabba l- fatt li jidher li l-iskola hija pprojbita milli tagħmel użu mill-istess art?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: F'dan l-istadju m'għandi xejn x'inżid mat-tweġiba għall-mistoqsija imsemmija.", "PROTEZZJONI ĊIVILI - IMPJEGATI", "11786.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm persuni jaħdmu mad-dipartiment tal-protezzjoni ċivili?", "X'inhu l-grad tagħhom?", "Kemm suppost hu l-complement ta' l-istess dipartiment?", "Hemm ħsieb li jsir xi reklutaġġ?", "ONOR.", "TONIO BORG: L-impjegati fid-dipartiment tal-protezzjoni ċivili huma kif ġej:", "|Livell |Direttur | 1| |Maniġerjali| | | | |Managers | 4| |Ass & |Station Officers | 7| |Rescue | | | |Force | | | | |Leading Ass & |13 | | |Rescue Officers | | | |Ass & rescue |98 | | |officers | | |Impjegati |Senior Principal | 1| |Ċivili |Officer | | | |Principal Officer| 1| | |Executive Officer| 3| | |Messenger | 1| | |Senior tradesmen | 7| | |Principal Tech | 1| | |Officer | | | |Communicator | 1|", "Barra minn dawn hemm surġent u żewġ kuntistabbli on loan.", "Complement speċifiku m'hemmx u għalissa m'hemmx ħsieb li jsir xi reklutaġġ.", "BELT VALLETTA - BANKINI", "11787.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid min hu responsabbli għat-tiswija tal-bankini tal-Belt, Valletta?", "Il-bankini kollha huma responsabbilta' tal-kunsill lokali?", "Kemm saru bankini u fejn saru f'dawn l-aħħar ħames snin?", "ONOR.", "TONIO BORG: Il-funzjoni tat-tiswija tal-bankini hija responsabbilta' tal-kunsilli lokali u l-bankini kollha fil-lokalita' tal- Belt Valletta jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tal-kunsill lokali.", "Billi bħalma jaf l-Onor.", "Interpellant, il-kunsilli lokali huma korpi statutorji ta' gvern lokali b'personalita' legali distinta, nissuġġerilu jirriferi l-mistoqsija tiegħu lill-kunsill lokali konċernat.", "KORDIN – FAĊILITA' KORRETTIVA", "11836.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm iqum ħabsi lill-gvern?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi jekk jingħaddu s-salarji ta' l- impjegati tal-ħabs, l-ispiża ta' l-ikel, il-ħlas lill-ħabsin li jaħdmu, l- ispejjeż għall-programmi ta' riabilitazzjoni, l-ispiża tas-servizzi tas- saħħa u spejjeż oħra rikorrenti u jiġi diviż it-total bin-numru tal-medja ta' priġunieri għal kull ġurnata matul is-sena, l-ispiża tiġi madwar Lm26.94 kuljum għal kull ħabsi.", "KORDIN – FAĊILITA' KORRETTIVA", "11838.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'tip ta' xogħol jagħmlu l-ħabsin u kemm hemm minnhom li jaħdmu?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li fil-preżent hemm 191 priġunier li qegħdin jagħmlu xogħol ta' aluminium, bookbinding, mastrudaxxa, tindif ta' vetturi, fattiga, elettriku, ħadid, tisjir u tindif fil-kċina, ħjata, xogħol fl-istores, fit-tuckshop u fil-bakery.", "NEFQA FUQ PRODOTTI MEDIĊINALI", "11839.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid kemm ħareġ flus il-gvern għal mediċini b'xejn f'dawn l-aħħar ħames snin?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "SPTARIJIET - BED CAPACITY", "11841.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid x'inhi l-bed capacity ta' l- isptar San Luqa u kif inhi mqassma?", "X'se tkun il-bed capacity ta' l-isptar Mater Dei u kif se tkun imqassma?", "Jista' jgħid minn dawn ta' l-aħħar kemm se jkunu għal pazjenti barranin u/jew bi ħlas għall-privat?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "GŻIRA - ĊENTRU TAS-SAĦĦA", "11842.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid kemm huwa veru li l-polyclinic tal-Gżira se tiġi ttrasferita għal Tas-Sliema?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant illi s'issa m'hemm l-ebda pjan sabiex iċ-ċentru tas-saħħa tal-Gżira jiġi ttrasferit għal post ieħor.", "SAĦĦA - SECURITY GUARDS", "11843.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm security guards jaħdmu mad-dipartiment illum?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninsab informat li n-numru ta' security guards impjegati mad-dipartiment tas-saħħa, anzjani u kura fil-komunita' huwa ta' 164.", "DAY CENTRE GĦALL-ANZJANI", "11877.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid liema huma l-kunsilli lokali li talbu li jinfetaħ day centre għall-anzjani?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-kunsilli lokali li għamlu talba għall-ftuħ ta' day centre fil-lokal huma Ħal Safi, l- Imqabba, il-Belt Valletta, in-Naxxar u r-Rabat.", "DAY CENTRE GĦAL PERSUNI B'DIŻABILITA'", "11878.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid fejn se jinfetħu day centres għal persuni b'diżabilita'?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi l- mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "MELLIEĦA - DAR TA' L-ANZJANI", "11879.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol fuq id- dar ta' l-anzjani fil-Mellieħa?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-proġett tad- dar ta' l-anzjani fil-Mellieħa xorta waħda miexi skond il-pjan previst għalkemm strutturalment għadu ma nbediex ix-xogħol.", "L-Onor.", "Interpellant ċertament japprezza li proġett ta' ċertu kobor jirrikjedi żmien ta' konsulenza u preparazzjoni kbira.", "DJAR TA' L-ANZJANI TAL-PRIVAT", "11881.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid kemm qed jingħata flus f'sussidju għad-djar ta' l-anzjani tal-privat?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li d-dipartiment ta' l-anzjani u kura fil-komunita' m'hu qed jagħti l-ebda flus f'sussidju għad-djar ta' l-anzjani tal-privat.", "Id-dipartiment jikri numru ta' sodod, skond il-bżonn, fi djar ta' l-anzjani fil-privat u jħallas skond prezz stabilit.", "KUNSILLI LOKALI - UFFIĊINI ĠODDA", "11883.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid liema huma l- kunsilli lokali li talbu li ssir laqgħa biex isir self ta' flus ħalli jkunu jistgħu jibnu uffiċini ġodda?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li d-dipartiment għall-gvern lokali għandu ħames applikazzjonijiet minn kunsilli lokali biex jieħdu self mill- bank għal xiri jew bini ta' l-uffiċċju amministrattiv.", "Il-kunsilli lokali huma Ħal Qormi, Ħad-Dingli, il-Qala, is-Sannat u x-Xagħra.", "Naturalment hemm proċess sħiħ li jrid isir qabel ma toħroġ l-approvazzjoni għal dan is-self, li jrid isir ukoll bi ftehim mal-ministeru tal-finanzi.", "L-applikazzjonijiet ta' dawn il-kunsilli lokali qegħdin f'fażi differenti ta' dan il-proċess.", "SERVIZZ GĦAL MIN IBATI BL-INKONTINENZA", "11885.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm talbiet pendenti għas-servizz ta' inkontinenza?", "Minn liema lokalita'?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-talbiet pendenti għas-servizz ta' inkontinenza sal-lum huma tmienja.", "Il- lokalitajiet huma Ħal Balzan, Birżebbuġa, Birkirkara, Ħad-Dingli, il-Gżira, Ħal-Lija, il-Qrendi u l-Belt Valletta.", "HAL QORMI : TRIQ IL-VITORJA – NUQQAS TA' DAWL", "12132.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 12002 u jgħid jekk l-Enemalta tistax tapprova t-twaħħil ta' lampa ġdida fi Triq il-Vitorja, Hal Qormi - fl- inħawi fejn hemm Rainbow Stationery - minħabba li r-residenti qed jilmentaw minn nuqqas ta' dawl f'din il-parti tat-triq?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 1877.", "DELIMARA POWER STATION", "12133.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 11677 u 11959 u jgħid kemm ġiet tiswa biex tinbena u tibda topera l-power station ta' Delimara?", "Ittieħed xi forma ta' self sabiex dan il-proġett seta' jitwettaq?", "Minn liema bank jew istituzzjoni?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jien informat li n-nefqa kapitali tal-power station ta' Delimara mis-sena 1987 sa l-2000 kienet bejn wieħed u ieħor ta' Lm98 miljun.", "Il-loans li saru minħabba l-bini tal-power station saru mal-Bank of Austria, il-BHEL u l-Kuwait Fund 1990 bħala banek barranin.", "Mid-Med Bank u Bank of Valletta wkoll kienu involuti fil-finanzjament, kemm b'loans kif ukoll b'overdrafts.", "ASFALTAR TA' TOROQ", "12134.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 11228, 11398 u 11958 u jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra lista ta' toroq mhux asfaltati li saru matul dawn l-aħħar tliet snin?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "HAL QORMI : TRIQ IL-WIED - XOGĦLIJIET", "12135.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 11548 u 11956 u jgħid x'qed iżomm lill-ADT milli tibda x-xogħol kif ippjanat iktar minn sena ilu fi Triq il-Wied, Ħal Qormi, inkluż il-bini mill-ġdid ta' footbridge li kien twaqqa' fl-għargħar ta' l-2003, it-twaqqigħ tal-bridge eżistenti, il-bini ta' pelican crossing road hump u l-bini ta' culvert?", "Jista' jgħid għala fuq dan ix-xogħol approvat mill-ministru ta' qablu, sal- lum għadha ħarġet biss tender waħda uffiċjali?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: B'riferenza għax-xogħlijiet imsemmija mill-Onor.", "Interpellant ninsab informat li d-direttorat qed iħejji programm għall-bini ta' toroq ġodda kif ukoll għal xogħol ieħor ta' dan il-qasam u ż-żewġ tenders li għadhom ma ħarġux se jiġu ppubblikati skond il-prioritajiet li jirriżultaw.", "Rigward it-tender għat-twaqqigħ tal-bridge eżistenti li ġiet ippubblikata f'Marzu 2004, wara diskussjonjiet mal-kunsill lokali ġie deċiż li dan ix- xogħol ma jibdiex qabel ma jinħarġu t-tenders l-oħra.", "FLY ASH MILL-POWER STATIONS", "12136.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 11704 u jipprovdi breakdown ta' l- ammont annwali ta' fly ash iġġenerat mill-power stations tal-Marsa u Delimara għall-perijodu bejn l-1990 u l-2004?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-mejda tal- Kamra.", "XIRI TA' HEAVY FUEL OIL AND GAS OIL", "12137.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 11703 u jgħidilna x'kienet l-ispiża għax-xiri ta' heavy fuel oil u gas oil għall-power stations tal-Marsa u Delimara għall-perijodu 2002-2004?", "X'differenza għamlet f'termini ta' spiża l-introduzzjoni ta' low-sulphur fuels?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "BORMLA: TRIQ SAN ĠWANN - EMBELLISHMENT", "12150.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' il-Ministru jgħid kif se tkun irranġata l-area quddiem il-club ta' Cospicua Rangers, fi Triq San Ġwann, Bormla?", "Jista' ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-pjanti?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Jien informat li m'hemm l-ebda ħsieb li tiġi rranġata l- area imsemmija mill-Onor.", "Interpellant.", "Dan il-proġett mhux imniżżel fil- pjan ta' ħidma approvat mill-kumitat għar-riabilitazzjoni tal-Kottonera li sar b'kordinament mal-kunsill lokali.", "BORMLA – DAWL, ILMA U DRENAĠĠ", "12151.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jara li s- servizzi tad-dawl, ilma u drenaġġ lejn il-club ta' Cospicua Rangers, f'Bormla jkunu mħarsa sabiex ma jsofrux xi qtugħ jew tkissir?", "Jista' jara x'se jsir dwar il-katusi tad-drenaġġ fl-istess lok?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "BORMLA: VERDALA HOUSING ESTATE – POWER SUPPLY", "12152.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Peress li ħafna xhur ilu kien inbeda xogħol ta' tisħiħ fil-provvista ta' l-elettriku fil-housing estate ta' Verdala f'Bormla, jista' il-Ministru jgħid fiex waslu dawn ix- xogħlijiet u meta se jitlestew?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jien informat li fl-inħawi msemmija sar ħafna xogħol ta' infurzar tas-sistema ta' vultaġġ baxx u l-ftit xogħol li għad fadal għandu jitkompla flimkien ma' xogħlijiet oħra simili.", "KOTTONERA – XOGĦLIJIET FL-ISKEJJEL", "12153.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi xogħlijiet ta' manutenzjoni ta' ċertu daqs ippjanati għall-iskejjel tal-Kottonera?", "Liema huma?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat illi diġa' saru diversi xogħlijiet ta' ċertu daqs fl-iskejjel tal-Kottonera, madankollu jibqgħu jsiru xogħlijiet varji oħra ta' manutenzjoni, kif isiru fi skejjel oħra fi bliet oħrajn, dejjem skond il-bżonn.", "Ta' min isemmi illi nbeda l-proċess biex jiġu stallati lifts fl-iskejjel ta' l-Isla u ta' Bormla u hemm ippjanat ukoll illi jsiru aperturi ta' l- aluminium fil-kuriduri ta' madwar il-bitħa ta' l-iskola tal-Birgu.", "FGURA – XOGĦOL FUQ IT-TOROQ", "12154.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Jista' il-Ministru jgħid jekk hux se jsiru xi toroq fil-Fgura?", "Liema huma?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ninsab informat li t-toroq li se jsiru fil-Fgura din is-sena huma parti minn Triq il-Merħba, parti minn Triq is-Summien u parti minn Triq il-Misk.", "BORMLA - PJAZZA STA MARGERITA", "12155.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' il-Ministru jgħid meta se jibda l-proġett ta' Pjazza Sta Margerita, Bormla peress li dan ix-xogħol ilu jiġi mwiegħed għal dawn l-aħħar għaxar snin?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Jien informat li l-ewwel fażi tal-proġett tlestiet, cioe' il-pavimentar quddiem id-dar ta' l-anzjani u l-parkeġġ biswit l- istess sit.", "Fil-preżent m'hemm l-ebda ħsieb li jitkompla dan il-proġett, bl-eċċezzjoni ta' latrina pubblika li mistennija tinbena s-sena d-dieħla.", "WIED IL-GĦAJN : TRIQ IL-ĠEMMUGHA - EMBELLISHMENT", "12186.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Peress li l-art li hemm eżattament quddiem ir-Razzett tal- Ħbiberija fi Triq il-Ġemmugħa - bejn Triq Sant'Antnin u Triq il-Qrempuċ, fid-direzzjoni lejn Triq iż-Żafran - tinsab fi stat maħmuġ u ta' abbandun u tagħti dehra ta' żdingar għal min ikun dieħel Wied il-Għajn, u peress li x- xogħol meħtieġ biex din l-art tiġi mnaddfa u tiġi fi stat aċċettabbli jaqa' taħt ir-responsabbilta' ta' diversi ministeri, jista' il-Prim Ministru jordna li dik l-art li minn nofsha għaddejjin il-katusi tad-drenaġġ u hemm ukoll inspection chamber miftuħa li minnha joħorġu ħafna ġrieden, tiġi mnaddfa u fiha jitħawlu xi pjanti u ward kif qed isir fi bnadi oħra madwar Malta?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "LANDS – ARBITRATION BOARD", "12187.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Issa li għaddiet sena mit-tweġibiet li ngħataw għall- mistoqsijiet parlamentari 5156 u 5581, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm każi ta' kumpens ġew risolti bejn id-dipartiment ta' l-artijiet u sidien privati, b'azzjoni diretta amministrattiva u anke wara sentenza mill- qrati tal-ġustizzja?", "Kemm hu l-ammont li tħallas bħala kumpens f'kull każ u kemm huma l-interessi li tħallsu?", "Jista' ġentilment jagħti n-numru rilevanti ta' dawk il-proċessi relatati ma' tali pagamenti?", "Kemm baqa' każi pendenti li dwarhom għad ma sarx kumpens?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi n-numru ta' każi ta' kumpens li ġew risolti bejn id-dipartiment ta' l-artijiet u s-sidien b'azzjoni diretta amministrattiva huwa ta' 44, filwaqt li dawk li ġew risolti wara sentenza mill-qrati huwa ta' 22.", "L-ammont ta' kumpens globali hu ta' Lm1,430,185.00 u Lm2,014,213.00 u l-interessi/danni jammontaw għal Lm865,768.00 u Lm1,773,442.00 rispettivament.", "In-numru ta' rikorsi fil-bord ta' l-arbitraġġ ta' dawn il-proċessi relatati ma' dawn il-pagamenti huma: 11/00, 5/98, 3/98, 8/98, 10/96, 12/97, 32/99, 16/99, 41/03, 36/99, 16/98, 12/97, 57/01, 50/00, 90/01, 26/99, 5/03; 6/03, 4/03, 8/03, 39/03 u 8/97.", "Hemm 323 każ pendenti quddiem il-bord ta' l-arbitraġġ li dwarhom għadu ma sarx kumpens.", "MQABBA – KAŻ TA' REVIŻJONI TAL-PENSJONI", "12191.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tara x'inhi r-raġuni li l-pensjoni ta' persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, qatt ma ġiet riveduta?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Ninsab informata li l-persuna indikata ġiet informata bil-miktub mid-dipartiment tas-sigurta' soċjali dwar il-każ tagħha.", "MQABBA - ŻIEDA TA' L-GĦOLI TAL-ĦAJJA", "12192.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li d-dħul ta' persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, la jirrifletti ż- żieda fil-promozzjoni u lanqas ta' l-għoli tal-ħajja?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "MQABBA – TRIQ L-AĦWA GHIGO", "12193.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jara li l-parti li fadal minn Triq l-Aħwa Ghigo, fl-Imqabba tiġi mogħtija wiċċ ġdid?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "ETC – PALM READER FL-AREA OFFICE TAŻ-ŻURRIEQ", "12194.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tara x'passi jistgħu jittieħdu sabiex il-konswetudini li l-apparat tar-reġistrar ikun out of order - bil- konsegwenza li dawk li jmorru jirreġistraw fiż-Żurrieq jispiċċaw b'isimhom maqtugħ minn fuq ir-reġistru intortament - ma tibqax tirripeti ruħha?", "Tista' tara li l-istess makkinarju jitneħħa mill-parti li jinsab fiha u jitpoġġa f'post aktar aċċessibbli għal dawk li jsofru minn diżabilita'?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Ninsab informata li meta l-apparat għar-reġistrar li hu proprjeta' taħt ir-responsabbilta' tal-korporazzjoni għat-taħriġ u x- xogħol jiġrilu ħsara, l-uffiċjali tad-dipartiment tas-sigurta' soċjali jinformaw lill-korporazzjoni.", "Ninsab informata wkoll li f'dawn il-każi dawk dovuti li jirreġistraw jitqiesu daqslikieku rreġistraw xorta waħda.", "Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija, id-dipartiment tas-sigurta' soċjali ilu li beda proċess biex fejn hu possibbli, l-uffiċċji distrettwali jiġu mmodernizzati u fl-istess ħin isiru kompletament aċċessibbli għal persuni b'diżabilita'.", "L-Onor.", "Interpellant żgur li jifhem li dan mhux dejjem ikun possibbli, partikolarment fejn il-proprjeta' ma tkunx tal-gvern.", "MQABBA - TRIQ L-ISPNAR", "12195.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jintervjeni u jara li gandott li nfetaħ fi Triq l-Ispnar, l-Imqabba jintradam peress li huwa ta' periklu għar- residenti?", "Jista' il-Ministru jara li wara li jintradam l-istess kanal, it-triq tingħata wiċċ?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "COMMONWEALTH SCHOLARSHIPS", "12196.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin: Jista' il-Ministru jispjega l-proċedura biex wieħed iġib informazzjoni dwar Commonwealth scholarships eżistenti u kif għandu jagħmel biex japplika?", "Kemm studenti Maltin ibbenefikaw minn dawn l-ischolarships is-sena l-oħra u f'liema courses?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Ninsab informat li l-Commonwealth scholarships ma jinħadmux minn dan il-ministeru."]} {"filename": "19950201_387d_par.doc", "date": "1995-02-01", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Uffiċjali u Rivedut) IS-SEBA' PARLAMENT Seduta Nru. 387 L-Erbgħa, 1 ta' Frar, 1995 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati Malta Prezz Lm1 IS-SEBA' PARLAMENT Seduta Nru. 387", "L-Erbgħa, 1 ta' Frar, 1995", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.04 p.m.", "Talba", "Seduta Nru. 387", "L-Erbgħa, 1 ta' Frar, 1995", "WERREJ", "MINUTI 271", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 271", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI BIEX JEMENDA L-ATT DWAR L-EDUKAZZJONI", "EDUCATION (AMENDMENT) BILL", "Kumitat 278", "AĠĠORNAMENT 325", "MISTOQSIJIET IMWIEĠBA BIL-MIKTUB 331", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 386 li saret fil-31 ta' Jannar, 1995 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "BUĠIBBA: TRIQ IL-MISTRIEĦ - MANUTENZJONI", "23923.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: Jista' d-dipartiment konċernat jara li ssir il-manutenzjoni fi Triq il-Mistrieħ, Buġibba?", "Meta huwa pproġettat li din it-triq tingħata t-tarmac?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO (Ministru għat-Trasport, Komunikazzjoni u Teknoloġija): Peress li mill-1 ta' April, 1995, il-Kunsilli Lokali se jkunu responsabbli għall-manutenzjoni tat-toroq urbani li ma jkunux privati, nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġieba mogħtija għall- mistoqsija numru 24198.", "Sakemm jiġri dan il-manutenzjoni tat-toroq hija f'idejn it-taqsima tad- Distretti tal-Ministeru ta' l-Ambjent.", "MR SPEAKER (Onor. Lawrence Gonzi): L-Onor.", "Noel Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jien ma nafx jekk il-Ministru għall-Ambjent irrealizzax li meta ngħidulu li hemm bżonn li din it-triq tingħata t-tarmac normalment jgħidilna li din hija responsabbilta' tal-Ministeru għat- Trasport u Komunikazzjoni.", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Jista' jkun li kont qed titkellem fuq manutenzjoni imma ma kontx ċert kif ...", "Naħseb li jekk tispjegali ftit inkun nista' nagħtik l-informazzjoni.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Peress li d-domanda li jmiss tittratta dwar is- sitwazzjoni ta' toroq li hemm fl-inħawi tal-Qawra u ta' Buġibba nixtieq nistaqsi lill-Ministru jekk Triq il-Mistrieħ hijiex se tingħata t-tarmac jew inkella hemmx xi proġettazzjoni meta dan isir.", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Jien għandi l-lista kollha tax-xogħlijiet li għandhom isiru u din m'hijiex waħda mit-toroq li hemm imniżżlin, pero' dan ma jfissirx li ...", "Naturalment ma tistax tidħol fi proġettazzjoni tax- xogħol li jrid isir minn fondi speċjali li ġew ivvotati li fihom hemm involuti l-kunsilli lokali.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Salvu Sant.", "ONOR.", "SALVU SANT: Nixtieq nistaqsi lill-Ministru x'jaħseb fuq dawk it- triqat li ilhom madwar sitta, sebgħa u anke tmien snin lesti - dawn għaddew f'idejn il-kunsilli lokali - u li għadhom m'humiex asfaltati?", "Barra minn hekk, x'se jsir mit-triqat prinċipali li llum saru ż-żufjett ta' kull min jiġi hawn Malta?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Rigward it-toroq prinċipali rrid ngħid li hemm proġettazzjoni differenti.", "Peress li dan l-aħħar saret ħafna ħsara bil- maltemp sar ħafna xogħol ta' patching fit-toroq.", "Rigward it-toroq li għandhom bżonn isiru u allura dawn mhux asfalt biss għandhom bżonn, nista' ngħid li hemm fondi biex issir il-formazzjoni tagħhom qabel ma jgħaddu għand il-kunsilli lokali.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Leo Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Billi hawnhekk qed nitkellmu fuq lokal turistiku, jeżisti xi pjan ta' kordinazzjoni bejn il-Ministeru responsabbli mit-triqat u l-Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi jew is-Segretarjat Parlamentari għat- Turiżmu?", "Qed nistaqsi dan għaliex jidher ċar - mhux minn dak li qed nisimgħu aħna biss imma anke minn dak li qed jidher dwar Malta fl-istampa internazzjonali - li filwaqt li l-prodott tjieb - hawnhekk qed nirreferi għal-lukandi - it-triqat u l-infrastruttura għadha tkun soġġetta għal kritika qawwija għal pajjiżna.", "Dan qed isir saħansitra f'supplements bħat-Travel Trade Gazette li mhux suppost li huma intiżi biex jikkritikaw lil pajjiżna imma aktar biex jirreklamaw lil pajjiżna mat-turisti barranin.", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Safejn naf jien m'hemm l-ebda struttura ta' kordinazzjoni bil-mod kif qed isemmi l-Onor.", "Brincat.", "Naturalment il- livelli tat-turiżmu f'pajjiżna tjiebu mhux biss rigward l-infrastruttura imma tjiebu wkoll f'diversi aspetti oħrajn.", "Nispera li t-trasport turistiku - fejn kellna problema pero' jidher li qed insolvuha wkoll - jitjieb.", "M'hemmx dubju li dan huwa wieħed mill-fatturi li jien poġġejtu għall-attenzjoni tad-Dipartiment tat-Toroq għaliex huwa importanti li jittieħed in konsiderazzjoni.", "Hemm diversi toroq li jwasslu għal sites turistiċi li għandhom jingħataw attenzjoni.", "Naturalment dan kollu jiddependi minn possibbiltajiet finanzjarji li wieħed ikollu għax-xogħol tat-toroq li jirrikjedi ħafna spejjeż..", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Louis Buhagiar.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Mr Speaker, id-diżastru fit-toroq jidher l-aktar fin-naħa ta' isfel ta' Malta għaliex tgħaddi minn fejn tgħaddi, apparti li tkisser dahrek, tkisser il-karozza wkoll.", "Peress li meta tela' fil-gvern, il-Partit Nazzjonalista għamel enfasi li se jkun hemm pjan speċjali għan- naħa ta' isfel ta' Malta, nixtieq inkun naf xi ħaġa dwar dan il-pjan.", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Mr Speaker, naħseb li d-diffikultajiet ma jeżistux biss in-naħa ta' isfel ta' Malta.", "Nista' nassigura lill-Onor.", "Buhagiar li jekk hawn xi ħadd fil-Kamra li jħoss dawn il-problemi huwa ċertament jien għaliex din il-ħaġa taffettwani direttament.", "Naħseb li huwa importanti li l-pjan ma jkunx sempliċement maħsub għan-nofs in-nhar ta' Malta jew għal naħat oħra imma għandu jkun indirizzat lejn l-aspetti kollha tan-network tagħna.", "Fil-fatt il-Gvern qed jieħu ħsieb li mhux biss ikun hemm xogħol f'toroq li huma arterji prinċipali imma li jkun hemm ukoll - permezz ta' l-għajnuna tal-kunsilli lokali - possibbilta' li jsir xogħol ukoll f'toroq lokali.", "Il-kunsilli lokali se jkollhom say importanti ħafna u determinanti dwar liema toroq isiru l-ewwel.", "BUĠIBBA/QAWRA/SAN PAWL IL-BAĦAR - MANUTENZJONI TA' TOROQ", "23924.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Il-Ministru ma jħossx li meta l-politika tal-Gvern għat- Turiżmu hija li jsir l-upmarket, l-istat tat-toroq ta' Buġibba u nħawi fil- Qawra u San Pawl il-Baħar jenħtieġu li jitjibu mmedjatament?", "Jista' l-Ministru għaldaqstant jara li jsir sforz mis-Segretarju Parlamentari għat-Turiżmu sabiex fix-xhur li ġejjin it-toroq ta' Buġibba, l- Qawra u San Pawl il-Baħar li għandhom bżonn it-tarmac fil-fatt jingħata?", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): Qed nirreferi s-suġġeriment ta' l-Onor.", "Interpellant lill-Ministru kkonċernat.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Noel Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, għalkemm l-għoti tat-tarmac, l-asfalt u l-manutenzjoni tat-toroq ma jikkonċernawx lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi, il-mistoqsija qed tispeċifika l-fatt ta' l-inizjattiva politika biex isir up-market tat-turiżmu f'pajjiżna.", "Filwaqt li l-Ministru qed jgħid li se jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat huwa importanti li almenu niddiskutu ftit u ngħaddu xi ftit rimarki dwar l- istat li jinsabu fihom dawn il-lokalitajiet f'pajjiżna.", "Wieħed irid jirrispetta li Buġibba, l-Qawra u San Pawl il-Baħar jattiraw eluf kbar ta' turisti.", "Hemmhekk hemm jaħdmu eluf ta' Maltin u Għawdxin u hemm joqgħodu eluf ta' familji.", "Għalhekk huwa importanti li wieħed ma jkomplix iħalli din l-agenda sparpaljata kapriċċożament.", "Filwaqt li dawn il-postijiet qed iservu lit-turist - u hemm inizjattiva, biex ngħid hekk, anke mill- privat biex ikun hemm servizz għat-turisti - l-inħawi jinsabu fi stat diżastruż.", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Il-kelma \"kapriċċożament\" f'dan il- kontest li uża l-ħabib tiegħi l-Onor.", "Farrugia hija out of context kompletament.", "Fil-ħajja, anke fil-familja, jkollok il-prijoritajiet.", "Issa l-prijoritajiet għal dan il-pajjiż x'kienu\" It-toroq, l-ilma jew id-dawl?", "Bħalissa l-prijorita' qiegħda fuq is-sistema tad-drenaġġ.", "(Interruzzjonijiet) L-airport kien prijorita'.", "(Interruzzjonijiet) Kemm tisma' fairy tales!", "L-ilma kien prijorita' u fejn qabel konna nipproduċu 16-il miljun gallun ilma kuljum issa qed nipproduċu 36 miljun gallun ilma kuljum.", "Id-dawl huwa prijorita' wkoll.", "Qabel kien hemm 240KW u llum għandna ...", "Parti minn din il-problema kkrejaha dan il-Gvern ukoll.", "Per eżempju, hawn Malta għandna 1,450 kilometru ta' toroq u għandna 170,000 vettura li 70,000 minnhom ġew importati f'dawn l-aħħar seba' snin u nofs.", "Il-progress li għamilna dar kontrina wkoll.", "Veru li t-toroq huma importanti, pero' ma naqbilx ma' l-Onor.", "Farrugia li donnu qal li t-toroq f' Buġibba u f'San Pawl il-Baħar se nagħmluhom għat-turisti biss.", "Dawn se nagħmluhom għalina l-Maltin ukoll!", "Min qallek li se nagħmluhom għat- turisti biss?", "(Interruzzjonijiet) Allura għat-turisti biss?", "Dażgur li rridu nagħmluhom!", "Aħna qed nagħtu prijorita' lill-problema tad-drenaġġ u din se tiġi solvuta din is-sena.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Tiddibattux bejnietkom.", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Donna ma ngħixux fuq l-istess pjaneta!", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Salvu Sant.", "ONOR.", "SALVU SANT: Jien nixtieq infakkar lill-Onor.", "Bonello du Puis fil- wegħda li kien għamel f'budget minnhom rigward it-toroq.", "Dan saħansitra kien għolla r-road licence biex jiġu rranġati t-toroq.", "Dak iż-żmien l- Onor. Bonello du Puis kien għadu Ministru tal-Finanzi.", "X'sar minnha dik il- wegħda?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Jekk jikkwotali chapter and verse inkun nista' niċħad jew nikkonferma, imma billi jgħidli li jien għamilt wegħda ma jfisser xejn.", "Aħna meta għollejna l-liċenzji tal-karozzi?", "(Interruzzjonijiet) Il-liċenzji tal-karozzi mhux veru għolew.", "Fil-fatt is- sigaretti għolew u mhux il-liċenzji tal-karozzi.", "Hawnhekk għandek żball.", "(Interruzzjonijiet)", "MTARFA - XIRI TA' GARAXXIJIET", "23925.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd: Billi ħafna familji li jgħixu fl-Imtarfa m'humiex f'pożizzjoni li jixtru l-garaxxijiet cash u billi l-Lohombus jista' jawtorizza biss 80% tan- nefqa ta' dawn il-garaxxijiet bil-kondizzjoni li ma jħallasx Lm1,500 meta jsir il-konvenju, jista' l-Ministru jintervjeni sabiex isiru arranġamenti bejn l-Awtorita' tad-Djar u l-Lohombus sabiex ikun possibbli għal dawn il- familji li jkollhom il-garaxx tagħhom?", "Jista' l-Ministru jikkonsidra l-possibbilta' li dan is-self isir fuq l- istess bażi ta' sussidju li dawn il-familji diġa' għandhom fuq id-djar tagħhom fil-preżent?", "ONOR.", "CENSU GALEA (Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd): Jien informat li dawk il-benefiċċjarji li ġew allokati garage u jagħżlu li ma jibbenefikawx mill-inċentiv li jħallsu Lm1500 fuq il-kuntratt u d- differenza ta' Lm1500 tal-garaxx fi zmien sitt xhur mid-data tal-kuntratt mingħajr imgħax, jistgħu jagħmlu l-arranġamenti ma' banek lokali huma stess, inkluż il-Lohombus Bank Ltd.", "Irid isir konvenju bejn l-Awtorita' tad-Djar u l-benefiċċjarju involut fejn isir ħlas akkont tal-prezz u l- bilanċ kollu jrid jitħallas fi żmien sitt xhur mid-data ta' l-ittra ta' l- allokazzjoni tal-garage.", "Kemm il-kuntratt kif ukoll il-konvenju skond il- każ, irid jiġi ffirmat fi żmien ħmistax il-ġurnata mid-data ta' l-ittra ta' l-allokazzjoni.", "L-Awtorita' tad-Djar ma tagħtix sussidju fuq imgħax fuq self għal xiri ta' garages.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Noel Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: B'referenza għax-xiri ta' proprjeta' li l-Awtorita' qiegħda tagħmel fl-Imtarfa - din id-darba mhux garaxxijiet - qed ikun hemm ċirkostanzi fejn inkwilini li jkunu investew somom ta' flus biex itejbu l- appartament li joqogħdu fih, meta jitolbu biex jixtru dan l-appartament, l- Awtorita' tad-Djar qiegħda tagħmel stima bbażata fuq il-benefikati li jkunu saru fil-post mill-istess inkwilin.", "Kif jaf il-Ministru, l-Awtorita' tad- Djar tgħid li postijiet jingħataw tale quale.", "GĦalhekk nixtieq li l- Ministru jinformani fuq kif qed isiru dawn l-affarijiet għax fl-opinjoni tiegħi f'dan ir-rigward qed issir inġustizzja ma' l-inkwilini.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "CENSU GALEA: Mr Speaker, fuq il-flats ta' l-Imtarfa, bħal f'tant postijiet oħra, intnefqu eluf kbar ta' liri; fil-fatt jekk m'iniex sejjer żball intnefqu average ta' Lm11,000 għal kull unit biex ġew irranġati dawn il-postijiet qabel ma ġew allokati b'kiri.", "Kif wieħed jista' jara, il- Gvern nefaq flejjes kbar - naturalment dawn ħallas għalihom kull min iħallas it-taxxa - biex seta' rranġa dawn il-postijiet u għalhekk suppost li l-inkwilini daħlu f'post fi stat tajjeb ta' abitazzjoni mingħajr ma kellhom bżonn jagħmlu l-ħafna spejjeż li qed jagħmel referenza għalihom l- Onor. Interpellant.", "Meta inkwilin jagħmel talba biex jixtri appartament mingħand il-Gvern l- Awtorita' tibgħat perit minn tagħha biex jagħmel stima ta' dak il-flat fl- istat li jkun, imbagħad l-Awtorita' toħroġ is-sussidji abbażi ta' dik l- istima.", "Fil-fatt kif wieħed jista' jara anke mill-budgets tas-snin l- imgħoddija, is-sussidju fuq postijiet qodma jammonta on average għal iktar minn 60% ta' l-istima tal-perit.", "GĦalhekk m'hux veru li hemm min qed iħallas doppjament għax se mai huwa l-Istat li qed jissussidja b'mod verament qawwi x-xiri ta' appartamenti mingħand l-Awtorita' tad-Djar.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jiddispjaċini li ma naqbilx mal-verżjoni tal- Ministru u bir-rispett kollu ma naħsibx li qed jifhem dak li qed nistaqsih.", "Jien ma nistax nimmaġina kif wara li koppja miżżewġa jkollha xi tlett itfal ma jkollhiex bżonn tkabbar id-dar biex tkun tista' tgħix aħjar.", "Il- filosofija tal-Ministru, ċioe' li wieħed ma jistax ikabbar il-proprjeta' li ngħatatlu snin ilu, ma tagħmilx sens.", "Il-verita' hi li dik il-proprjeta' li llum qed tiġi kkwotata Lm14,000 ingħatat mill-Partit Laburista fil-gvern - lill-familji rikonoxxuti mill-awtoritajiet governattivi - meta l-prezz tal-bini kien ħafna inqas u għalhekk m'hux ġust li x'ħin ifettlilna nistaħbew wara l-provvediment tat-tale quale u hawnhekk qed nagħmel referenza għal risposti li tani l-Ministru fuq bini u soqfa perikolużi.", "Ma jidhirlix li huwa sew li fejn irridu napplikaw parti minn kuntratt, fejn irridu napplikaw direzzjoni oħra u fejn irridu ninsistu li l-Gvern jiddeċiedi hu x'jagħmel bil-kuntratt tale quale li jkun sar mat-tali inkwilini.", "Nixtieq li l-Ministru jirrispondini għal dan.", "Dan logħob taċ- chess!", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "CENSU GALEA: Mr Speaker, jien ma tantx naf nilgħab iċ-chess u ma nħobbx nara lil min jipprova jilgħab iċ-chess bin-nies!", "Ir-realta' hi totalment differenti minn dak li qed jipprova jgħid l-Onor.", "Interpellant.", "L-ewwelnett nixtieq nispjega d-differenza li hemm bejn il-kuntratti tal- kirjiet u l-kuntratti li għamel referenza għalihom l-Onor.", "Interpellant, ċioe' dawk il-postijiet li huma perikolużi.", "Jien għidt diversi drabi li numru ta' postijiet fl-Imtarfa nbiegħu tale quale.", "Dawn għandhom kuntratt apparti li huwa totalment differenti mill- kirjiet.", "Jekk l-Onor.", "Interpellant m'huwiex informat fuq dan ir-rigward, bħal tant Membri oħra f'din il-Kamra għandu d-dover li jara x'kienu l- kondizzjonijiet li bihom ingħataw dawn il-postijiet.", "GĦal dawk li huma kirjiet, dawn ingħataw b'mod differenti minn dak li hu bejgħ tale quale.", "Fil-fatt qabel ma ngħataw b'kera dawn il-postijiet ġew irranġati.", "Fir- realta' ħadd mill-inkwilini - hawnhekk jien m'iniex qed nirreferi għall- inkwilini ta' l-Imtarfa biss - ma jista' jaqbad u jkabbar il-post li jkun ingħatalu.", "Jekk wieħed jasal wasla sa l-Imtarfa u jara l-postijiet, mil- lat estern dawn għadhom fl-istat ta' qabel.", "Fuq kollox l-appartamenti ma jistgħux jitkabbru u għalhekk inutli li noqogħdu ngħidu li dawn tkabbru.", "Jekk xi ħadd tella' xi kamra fuq il-bejt nassumi li dan għamel hekk mingħajr il-permessi neċessarji.", "Dan hu importanti li nifhmuh għax l- Awtorita' tad-Djar tista' tbiegħ biss il-postijiet li hi tat b'kera fi stat tajjeb ta' abitazzjoni.", "Jekk familja tikber u tkun trid tkabbar in-numru ta' kmamar tas-sodda - fil-fatt dawn l-appartamenti għandhom żewġ jew tlett ikmamar tas-sodda - ma tistax tagħmel hekk għax dawn l-appartamenti lanqas għandhom spazju li jippermetti lil dak li jkun ikabbar.", "Il- postijiet li qed jinxtraw illum wara li ngħataw b'kera snin ilu qed jinxtraw bl-istess daqs ta' kif ingħataw mill-istess Awtorita'.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Bir-rispett kollu, dawn iċ-ċirkostanzi jeżistu u l- Ministru ma jistax jgħid li ma jafx bihom għax xi ġimgħatejn jew tliet ġimgħat ilu kont għamilt mistoqsija oħra fuq dan is-suġġett.", "Qed jiġri li meta familja tkun trid tixtri l-proprjeta' li kienet ingħatat b'kiri mingħand il-Gvern, il-Ministeru through l-Awtorita' tad-Djar qed jagħtihom stima attwali tal-post u mhux kif kien qabel ma ħaduh b'kiri.", "Il-Ministeru m'huwiex qed jieħu in konsiderazzjoni li din il-proprjeta' ġiet irranġata a spejjeż ta' l-inkwilin.", "Jekk l-Awtorita' verament tixtieq tkun ta' għajnuna għaliex qiegħda timxi b'dan il-mod wara li familja tkun tejbet il- livell u l-ambjent tal-proprjeta' b'tant sagrifiċċji?", "Jien ma nħossx li hu sew li xi ħadd - hu min hu - li qatt ma kkontribwixxa xejn għal dawn l- ispejjeż jaqbad u jiddeċiedi l-prezz tal-proprjeta' wara li din tkun ġiet irranġata mill-istess familja.", "Il-Ministru jaf min huma dawn ir-residenti.", "Dawn huma r-residenti ta' l-appartamenti tal-K2, tal-K3 u tal-K4.", "Il- Ministru jaf li dawn in-nies kollha għandhom il-permessi meħtieġa u f'ċerti każi hu stess kien il-perit li ħa ħsieb dawn ix-xogħlijiet.", "Allura għaliex qed noqogħdu nduru mal-lewża jekk il-Ministru jaf b'dawn l- affarijiet daqs kemm naf bihom jien peress li nappartjenu għall-istess kostitwenza?!", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Ħalli nagħmel dan il-punt biex imbagħad il- Ministru jkun jista' jagħti risposta waħda.", "Li qed jgħid l-Onor.", "Farrugia huwa li wara li xi inkwilin jagħmel l-ispejjeż u tiġi stmata d-dar tiegħu ma għandux jittieħed in konsiderazzjoni l-prezz enhanced bħala riżultat ta' dawk il-benefikati.", "Fil-fatt dan li qed jiġi mitlub u jien jidhirli li din it-talba hi raġonevoli ħafna.", "Jekk familja tikri dar, tixtri kamra tal- banju li tiswa Lm1,000 u l-perit jistma d-dar bil-kamra tal-banju b'kollox, il-valur żgur li se jogħla iktar.", "Imma la dawk l-Lm1,000 nefaqhom l- inkwilin il-kamra tal-banju ma għandhiex tittieħed in konsiderazzjoni.", "Aħna lill-Ministru dan qed nitolbuh biex jikkonsidra.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "CENSU GALEA: Ħalli nieħdu l-eżempju li semma l-Onor.", "Farrugia, jiġifieri ta' dik il-familja li l-post tagħha ġie stmat Lm14,000.", "Jekk din il-persuna ma taqlax iktar minn Lm7,000 paga fis-sena mhux se tħallas Lm14,000 għax se tieħu sussidji li jlaħħqu s-70% - is-sussidju jiddependi mill-paga.", "Biex persuna tħallas Lm14,000 trid tkun qed iddaħħal paga ta' Lm7,000 fis-sena.", "Jien nispera li f'din il-Kamra ħadd ma jiġih dubju li dawk li jaqilgħu iktar minn Lm7,000 paga fis-sena ma għandhomx iħallsu l- full abbażi ta' l-istima tal-perit.", "Jekk inħarsu madwarna u naraw x'inhi r- realta', nindunaw li fiha nnifisha stima ta' Lm14,000 aktarx hi konservattiva u m'hijiex għolja.", "Minbarra hekk, il-perit li jagħmel l- istima jagħmel is-sottomissjonijiet tiegħu lill-Awtorita' u l-inkwilin li jkun qed jixtri l-post jingħata ammont ta' sussidju kbir ferm iktar mill- benefikati li jkun għamel.", "Kieku kellna nużaw l-argumentazzjoni ta' l- Onor. Mifsud Bonnici nispiċċaw li l-Awtorita' tkun trid tagħti lill- inkwilini saħansitra l-flus tal-kuntratt!", "Din hija sitwazzjoni li ma tista' tiġi aċċettata qatt minn ħadd.", "Fl-aħħar mill-aħħar qed ikun hemm sussidji ta' ammonti li on average ilaħħqu 60% u f'ċerti każi dawn ilaħħqu wkoll is-70%.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Il-Ministru mhux qed jirrealizza li m'aħniex nifhmu lil xulxin?", "Ħalli nieħu l-eżempju li ħa hu, jiġifieri ta' dar li hija stmata Lm14,000.", "Jekk inkwilin ikun għamel benefikati ta' Lm2,000 u ma jkun intitolat għall-ebda sussidju, dan se jħallas Lm14,000, jiġifieri se jerġa' jħallas l-Lm2,000 li jkun nefaq fil-proprjeta' tiegħu?", "Din ma tagħmilx sens.", "Jekk jiġi konfermat li dan l-inkwilin verament għamel Lm2,000 spejjeż fil-proprjeta' tiegħu dan Lm12,000 għandu jintalab iħallas u mhux Lm14,000.", "L-istess japplika għal dawk li jieħdu s-sussidji.", "Jekk wieħed jieħu sussidju ta' 60% is-sussidju se jkun fuq Lm12,000 fil- każ li qed ngħid jien u mhux fuq Lm14,000.", "Jien m'iniex qed ngħid li l- Awtorita' trid tħallas l-ispejjeż li jkun għamel l-inkwilin, imma qed ngħid li jrid jitnaqqas il-benefikat mill-valur tal-perit, u jekk l-inkwilin ikun qed jieħu xi sussidju dan irid jinħadem fuq il-valur imnaqqas.", "Mhux hekk isiru l-affarijiet?", "Il-kalkoli kulħadd jagħmilhom b'din il-manjiera.", "Allura l-Awtorita' għaliex ma tużax dan il-kriterju?", "Il-valur tal- benefikati għandu jitnaqqas mill-valur ta' l-istima li ssir bi kriterji kurrenti u jekk wieħed ikun intitolat għal sussidju dan ma jridx jittieħed fuq is-somma kollha imma fuq is-somma li jkun fadal wara li jiġi mnaqqas il- benefikat.", "Jien ma nistax nifhem din id-diffikulta'.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "CENSU GALEA: Mr Speaker, id-diffikulta' hi sempliċi.", "L-Awtorita' tad-Djar qed tagħti average ta' sussidju - mhux mill-flus tagħha imma mill- flus li jagħtiha l-Gvern - li jlaħħaq id-Lm9,000 jew l-Lm10,000 fuq kull appartament li jinbiegħ.", "Minbarra hekk, fl-Imtarfa on average intnefqet is- somma ta' Lm11,000 għal kull post. Aħna lanqas ma rridu ninsew it- tiswijiet li saru mill-Gvern fl-1986 li kienu ammontaw għal Lm11,000.", "Ta' min ifakkar ukoll li dawn il-proprjetajiet kienu in shell form u l-Gvern kien għamel ħafna spejjeż biex ilestihom.", "Fil-fatt jien ma nafx liema tip ta' benefikati nistgħu nikkonsidraw għal dan l-iskop.", "Ir-realta' hi li l- prezz li bniedem iħallas għal flat huwa daqs jew inqas minn ta' karozza.", "Jien naħseb li din is-sitwazzjoni jifhimha kulħadd, partikolarment il- persuni li qed jibbenefikaw minn dawn l-iskemi.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Il-Ministru jista' jgħidli x'inhi l-pożizzjoni tad- Dipartiment meta owner ta' post rekwiżizzjonat jitlob li jbiegħu lill- Gvern?", "Qed nirreferi għal meta post ikun qed iġarrab ħsara b'konsegwenza ta' proġett ta' slum clearance u meta l-istess post ikun immarkat li jitwaqqa' bħala parti mill-istess proġett.", "Id-Dipartiment huwa lest li jiddikjara li se jixtri dan il-post, jew se jkun hemm forma ta' xi agreement ieħor ma' l-owners ta' dawn il-postijiet?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "CENSU GALEA: Jekk il-post ikun parti minn slum clearance, irrispettivament minn jekk hux rekwiżizzjonat jew le, id-Dipartiment tad- Djar flimkien mad-Dipartiment ta' l-Artijiet - għax fl-aħħar mill-aħħar il- kumpens jitħallas u l-evalwazzjoni ssir mid-Dipartiment ta' l-Artijiet u mhux mid-Dipartiment tad-Djar - jagħmlu evalwazzjoni skond il-liġijiet li jeżistu fuq dan ir-rigward u s-sid tal-post jingħata kumpens skond id- drittijiet as envisaged mil-liġijiet li għandna llum mingħajr ma d- Dipartiment tad-Djar ikollu għalfejn jagħmel stima ta' dawn il-postijiet li jkunu se jidħlu f'xi proġett partikolari.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Noel Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Biex nerġa' niġi għal dak li kont qed ngħid, jien ma tkellimtx fuq persuna li għandha paga ta' Lm7,000 fis-sena imma fuq persuna li kienet isservi fil-Korp tal-Pulizija u kellha tirtira mix-xogħol minħabba li sfortunatament splodiet bomba fl-għassa fejn kienet taħdem u spiċċat vittma ta' dan l-inċident.", "Fil-fatt biex din il-persuna - u l- familja tagħha - tkun tista' tixtri l-proprjeta' li qed tgħix fiha ntalbet is-somma ta' Lm22,000 u nħarġitilha stima ta' Lm14,000 li trid tħallas.", "GĦalhekk jien ninsisti mal-Ministru li meta jiġi biex jirrispondi l- Mistoqsijiet Parlamentari f'din il-Kamra jkun informat u aġġornat tajjeb b'dak li jkun qed jiġri.", "Jekk il-Ministru ma jkunx informat, għandu jitlobna nfiehmuh kif inhuma verament l-affarijiet u mhux joqgħod idur mal- kantunieri u jipprova jaljena.", "Din m'hijiex dinjita'.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Bħalissa qegħdin fil-ħin tal-Mistoqsijiet Parlamentari u mhux fil-ħin tad-dibattitu.", "GĦalhekk jekk jogħġbok, Onor. Farrugia, li tkun trid tgħid agħmlu f'forma ta' mistoqsija.", "L-Onor.", "Ċensu Galea, fil- qosor ħafna jekk jogħġbok.", "ONOR.", "CENSU GALEA: Jekk l-Onor.", "Farrugia ma jħossux denju li jirrappreżenta l-kostitwenza tiegħu affari tiegħu!", "(Interruzzjonijiet) Jekk l-Onor.", "Farrugia ma jħossux denju li jkun Membru ta' din il-Kamra għandu jerfa' r-responsabbilita' hu!", "Jien m'iniex se naċċetta li bniedem ...", "(Interruzzjonijiet) Il-mod kif qed jitkellem l-Onor.", "Interpellant huwa mill-iktar indinjituż għall-Membri Parlamentari ta' din il-Kamra.", "Mr Speaker, l-ewwelnett id-domanda oriġinali kienet tirrigwarda garages.", "Din m'hijiex kwestjoni ta' jekk niġix ippreparat jew le biex inwieġeb ...", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Ministru, jekk jogħġbok agħti tweġiba fil-qosor.", "ONOR.", "CENSU GALEA: Il-Mistoqsija Parlamentari li kellna quddiemna kienet tirrigwarda garages u ma kenitx tirrigwarda persuni individwali.", "Jien fl- ebda ħin ma għidt li ex-membru tal-Korp tal-Pulizija qed jaqla' Lm7,000.", "Jien għidt li biex persuna tħallas l-istima totali ta' dak li jgħid il- perit trid tkun taqla' 'l fuq minn Lm7,000, mingħajr m'għamilt referenza għal xi persuna partikolari, għax m'għandix ħsieb niddiskuti persuni partikolari f'din il-Kamra, iktar u iktar jekk ma jkunux preżenti.", "GĦandna vizzju nsemmu l-ismijiet u l-każi hawnhekk mingħajr ma jkunu tawna l- permess jew xi indikazzjoni li huma għandhom l-interess li jissemmew f'din il-Kamra.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Tqegħid ta' Karti?", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "(Interruzzjonijiet)", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI BIEX JEMENDA L-ATT DWAR L-EDUKAZZJONI", "EDUCATION (AMENDMENT) BILL", "L-ordni għall-Kumitat ġie moqri.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor.", "Michael Bonnici, Viċi President tal-Kumitati, jippresjedi.", "Ikompli mid-9 ta' Ġunju, 1993", "Klawsola 2 - Emenda ta' l-artikolu 32 ta' l-Att prinċipali.", "(Kont.)", "Clause 2 - Amendment of section 32 of the principal Act.", "(Cont.)", "ONOR.", "MICHAEL FALZON (Ministru ta' l-Edukazzjoni): Mr Chairman, dan l- Abbozz ta' Liġi waqafna niddiskutuh 'l fuq minn sena u nofs ilu.", "Fl-aħħar seduta kien tkellem prattikament l-Onor.", "Evarist Bartolo biss u għamel xi rimarki li fihom wera l-preokkupazzjoni tiegħu għaliex il-liġi li kienet qed tiġi mmexxija fil-Parlament ma kenitx taqbel preċiż mal-Ftehim li għamel il-Gvern mal-Knisja dwar il-Fakulta' tat-Teoloġija.", "Minn dak li qal l-Onor.", "Evarist Bartolo jidher li dak iż-żmien żgur ma kien hemm l-ebda impossibilita' li l-Oppożizzjoni tkun informata sew dwar din il-kwestjoni.", "Fil-fatt, l-ewwel nixtieq inressaq emenda żgħira għal din il-klawsola.", "Din il-klawsola tittratta dwar il-persuna li se tkun maħtura fuq il-Kunsill ta' l-Universita' biex tirrappreżenta lill-Fakulta' tat-Teoloġija.", "Fl- Abbozz ta' Liġi qed ngħidu li din il-persuna se tkun membru maħtur mill- Fondazzjoni ta' Studji Teoloġiċi.", "Fil-fatt l-emenda tgħid li l-membru jkun maħtur mill-President tal-Fondazzjoni ta' Studji Teoloġiċi għaliex dan huwa iktar preċiż u jaqbel mal-Ftehim li kien sar.", "Mr Chairman, in vista ta' dan nipproponi din l-emenda:", "\"A\" Fil-klawżola 2 minflok il-kliem \"u membru maħtur mill-Fondazzjoni ta' Studji Teoloġiċi\" għandhom jidħlu l-kliem \"u membru maħtur mill- President tal-Fondazzjoni ta' Studji Teoloġiċi\".", "\"A\" In clause 2 for the words \"and a member appointed by the Foundation for Theological Studies\" there shall be substituted the words \"and a member appointed by the Chairman of the Foundation for Theological Studies\".", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hemm rimarki?", "L-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: B'din l-emenda qegħdin nemendaw il- paragrafu (g) ta' artiklu 32 tal-Liġi prinċipali li jgħid:", "\"membru maħtur mill-Ministru;\"", "Oriġinarjament kien \"membru maħtur mill-Fondazzjoni ta' Studji Teoloġiċi\" u issa qed nagħmlu \"maħtur mill-President tal-Fondazzjoni ta' Studji Teoloġiċi\".", "L-ewwel ħaġa li wieħed jistaqsi hija għaliex il-Ministru qed jirrinunzja għall-ħatra ta' membru.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Il-kliem \"u membru maħtur mill-President tal- Fondazzoni ta' Studji Teoliġiċi\" m'humiex se jidħlu minflok il-paragrafu (g) ta' artiklu 32 imma se jiżdiedu warajh.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Jiġifieri m'hemm xejn ġdid miegħu.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Dak li huwa appuntat mill-President tal- Fondazzjoni mhux se jirrimpjazza lil dak maħtur mill-Ministru, se jiżdied.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Se jiżdied membru fil-Kunsill u dan il- membru se jkun maħtur mill-Arċisqof fil-fatt.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Hekk hu.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Allura wieħed irid jiġġustifika għaliex għandu jkun hemm membru fil-Kunsill maħtur mill-Arċisqof.", "Il-voting power naħseb se jaffettwah jekk ikunu even.", "Il-kwestjoni hi għaliex fl- Universita' ...", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Fil-fatt il-kritika li saret mill-Labour Party meta ħarġu l-aħħar dokument fuq il-kompożizzjoni tal-Kunsill kienet li hemm wisq nies li huma nominati mill-Prim Ministru u mill-Ministru fil-Kunsill.", "Jiġifieri jekk se jaffettwa l-voting power negattivament f'din id- direzzjoni suppost li l-Labour Party jaqbel.", "L-Onor.", "Mifsud Bonnici qed jistaqsi għaliex se jkun nominat mill-Arċisqof.", "It-tweġiba hija sempliċi.", "Aħna qegħdin ngħidu li l-Fakulta' tat-Teoloġija rriduha tkun inkorporata bħala parti mill-Universita', kif inhi diġa' fil-prattika - imma dak li għamilna fil-prattika se nagħmluh bil-liġi.", "Il-Ftehim li sar mal-Knisja kien li, peress li l-Fakulta' tat-Teoloġija se tkun parti mill-Universita', il-Fondazzjoni ta' l-Istudji Teoloġiċi se jkollha wkoll parti mit-tmexxija ta' l-Universita' relattivament mal-Fakulta'.", "Jiġifieri min-nies kollha li hemm fil-Kunsill wieħed biss se jkun nominat mill-President tal- Fondazzjoni.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Iva, imma l-Ministru jirrealizza li l-ebda fakulta' ta' l-Universita' m'għandha dritt taħtar membru fil-Kunsill.", "GĦaliex għandu jkollha dritt fakulta' waħda?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Ovvjament għaliex il-Fakulta' tat-Teoloġija hija fakulta' sui generis u bilfors trid tkun hekk għaliex sakemm aħna rridu li l-lawrji li tagħti l-Universita' fit-Teoloġija jkunu rikonoxxuti mill- Knisja Kattolika jrid ikun hemm arranġament mal-Knisja Kattolika.", "Ovvjament ma teżisti l-ebda sitwazzjoni bħal din fil-fakultajiet l-oħra u għalhekk il-Fakulta' tat-Teoloġija hija sui generis u qed nagħtuha regolamentazzjoni differenti mill-fakultajiet l-oħra.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Jien ma jidhirlix li hemm ġustifikazzjoni għaliex fakulta' waħda f'universita' għandu jkollha s-setgħa li m'għandhomx fakultajiet oħra forsi iktar importanti minnha - qed nuża l-kelma \"forsi\" - li jkollhom membu maħtur fil-Kunsill.", "Jidhirli li l-fakultajiet m'għandhomx ikunu rappreżentati ad hoc fil-Kunsill.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Ħalli nkunu preċiżi.", "Il-membru m'huwiex rappreżentant tal-Fakulta', huwa membru maħtur mill-President tal- Fondazzjoni ta' Studji Teoloġiċi li m'hijiex il-Fakulta' tat-Teoloġija fl- Universita'.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Iktar u iktar.", "Hawn xi fondazzjoni, per eżempju, il-Fondazzjoni ta' l-Istudji Internazzjonali, li taħtar xi membru fil-Kunsill?", "L-Universita' għandha diversi fondazzjonijiet ...", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Le, il-fondazzjoni li qed tgħid inti hija tal- Gvern u llum hija amministrata mill-Universita', hija differenti mill- Fondazzjoni ...", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Ġo l-Universita' hemm kwantita' ta' fondazzjonijiet, barra fakultajiet, u ħadd m'għandu rappreżentanza fil- Kunsill.", "Jien ma jidhirlix li fakulta' għandu jkollha rappreżentanza fil- Kunsill.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Le.", "Il-Ftehim li sar mal-Knisja jfisser ukoll li l-affarijiet li kienet tieħu ħsieb il-Fondazzjoni għaddiethom lill- Universita'.", "Jiġifieri kien hemm Fakulta' tat-Teoloġija li kienet tal- Fondazzjoni - li hija fondazzjoni tal-Knisja - u din ġiet inkorporata fl- Universita'?", "Daħlet minn barra l-Universita'.", "GĦalhekk ma tistax tagħmel paragun, per eżempju, ma' Fondazzjoni ta' Studji Internazzjonali li hija fondazzjoni tal-Gvern u li llum hemm arranġament dwarha anke ma' l- Universita'; saret arm ta' l-Universita'.", "Kienet teżisti fondazzjoni li kellha Fakulta' tat-Teoloġija u se ninkorporawha fl-Universita', ergo dik hi r-raġuni, m'hemmx parallels oħra ma' din is-sitwazzjoni.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Le.", "Jekk il-Ministru jara artiklu 34 tal- Liġi prinċipali jsib kif huwa kompost is-Senat u jara wkoll li kull fakulta' hija rappreżentata.", "Fil-Kunsill m'hemmx rappreżentanza tal- fakultajiet u allura jien jidhirli li din m'hemmx lokha.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: L-Onor.", "Mifsud Bonnici jaf li s-Senat jieħu ħsieb il-kwestjonijiet akkademiċi - allura kull fakulta' hija rappreżentata - mentri l-Kunsill jieħu ħsieb l-amministrazzjoni ta' l-Universita' u ma jidħolx f'affarijiet akkademiċi.", "Allura fejn tidħol l-amministrazzjoni ta' l-Universita', is-Senat huwa rappreżentat fil-Kunsill b'erba' membri.", "Pero', ġaladarba qed isir il-proċess li l-Universita', anke within l- amministrazzjoni, se tieħu over l-amministrazzjoni tal-Fakulta' tat- Teoloġija - li qabel kienet tal-Fondazzjoni ta' l-Istudji Teoloġiċi - jagħmel sens li din il-Fondazzjoni tinnomina membru fil-korp li huwa responsabbli għall-amministrazzjoni.", "Din hi l-loġika tagħha.", "M'iniex qed ngħidlek li trid taqbel magħha, imma hemm loġika fiha.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Ma naħsibx li hemm loġika fiha għaliex jekk il-Ministru jiftakar, meta l-Fakulta' tat-Teoloġija kienet fl- Universita' qabel, ma kienx hemm rappreżentant tal-Fakulta' fil-Kunsill u allura ma hemm ebda ġustifikazzjoni għaliex fil-Kunsill - għad-differenza tas-Senat - ikun hemm rappreżentant tal-Fakulta' tat-Teoloġija.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: L-uniku kumment li nagħmel huwa li ma nistax indawwar lura l-arloġġ.", "Kien ikun ħafna iktar komdu għal dan il-Gvern kieku l-Fakulta' tat-Teoloġija baqgħet fl-Universita', mhux tneħħiet u issa erġajna qed indaħħluha.", "Issa jekk l-Onor.", "Mifsud Bonnici joqgħod jgħid kif kienet qabel, jien xi tridni nagħmel, indawwar l-arloġġ lura?", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Jien naħseb li m'hemmx għalfejn imur lura daqshekk l-arloġġ għaliex lanqas dak li sar mill-predeċessur tiegħu ma jista' jwarrab u issa twikka bih hu.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Hekk hu, jien m'iniex qed nipprova nwarrab dak li sar qabel.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Imma jekk ma taqbilx miegħu għandek tirranġah.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Il-Ftehim li għamel il-predeċessur tiegħi għamlu għan-nom tal-Gvern u jien, bħala parti minn dan il-Gvern, qed nonora dak il-Ftehim.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "George Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Allura bl-istess argumentazzjoni nistgħu ngħidu li l-Fakulta' Medika safejn naf jien hija antika daqs tat-Teoloġija fl- Universita' u xorta m'għandhiex dan il-privileġġ li qed titkellem fuqu inti.", "Il-kollega tiegħi qed jitlob ġustifikazzjoni għal din id-deċiżjoni.", "Inti qed tgħid minħabba l-fatti li ġraw.", "L-Iskola Medika daqsha antika, jekk mhux iktar.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Le.", "Bir-rispett kollu, l-antikita' ma tidħolx fiha din.", "L-Iskola Medika kienet dejjem parti mill-Universita', ma kenitx indipendenti minnha.", "Aħna ġejna f'sitwazzjoni fejn il-Knisja ...", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Storikament kienet separata.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Mhux veru, il-bini kien separat.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Le, fl-antik kienet separata.", "L-Iskola Medika kienet qabel l-Universita' kważi.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Ma nafx meta ġiet inkorporata, imma l-Universita' biddilnielha l-Istatut u l-kompożizzjoni tal-Kunsill tant drabi li ...", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Anke għal nofs ta' nhar kultant biddilnihulha biex indaħħlu lil ċerti nies.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Iva, għamilna waħda ġdida u waħda antika, għamilna tnejn, parallel, fl-istess ħin, imbagħad waħda ħallejnieha barra.", "Se noqogħdu ngħidu l-istejjer kollha ta' l-Universita'?", "It is part of history.", "Xi darba jiġu ta' warajna u joqogħdu jaraw x'għamiltu intom u x'għamilna aħna.", "Probabbli joqogħdu jidħku bina t-tnejn.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Ma tantx isibu x'għamiltu intom.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Il-pożizzjoni hija din.", "Hemm Fakulta' tat- Teoloġija li kienet Tal-Virtu', proprjeta' tal-Fondazzjoni ta' l-Istudji Teoloġiċi, li ġiet inkorporata fl-Universita', allura l-Universita' se tamministraha.", "Il-korp li jagħmel l-amministrazzjoni - mhux qed nitkellmu fuq l-akkademiku - huwa l-Kunsill fejn hemm xi 22 membru jew iktar; wieħed minnhom se jkun nominat mill-President tal-Fondazzjoni ta l-Istudji Teoloġiċi.", "Din hi r-raġuni.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Din hija parti mill-pakkett.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Iva, dan huwa parti mill-Ftehim.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Huwa parti mill-Ftehim.", "Aħna mhux qed nikkritikaw il-Ftehim biss.", "Dan jagħmel parti minn liġi u jekk il-Kamra ma taqbilx li dan għandu jidħol fil-Liġi, il-Ftehim jibqa' ftehim u l-Liġi tibqa' liġi kif inhi mingħajr żieda.", "Jien ma narax li hemm ġustifikazzjoni għaliex għandu jkun hemm rappreżentant ta' din il-Fakulta' fil-Kunsill.", "Fis-Senat għandu jidħol imma mhux fil-Kunsill għaliex fil-Kunsill m'hemmx rappreżentanzi tal-fakultajiet.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien naħseb li l-argument eżawrejnieh.", "Nerġa' nirrepeti li l-pożizzjoni ta' l-Onor.", "Mifsud Bonnici fhimtha ...", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Taqbel magħha imma ma tistax tagħmel mod ieħor.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Le, tpoġġilix kliem f'ilsieni.", "Jien għamiltha ċara x'inhi l-ġustifikazzjoni li kien hemm hekk fil-Ftehim.", "Hemm il-Ftehim u qegħdin nonorawh.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No)", "Il-mistoqsija hi l-emenda kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "L-emenda \"A\" għaddiet.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 2 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 2, kif emendata, għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill- Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 3 - Emenda ta' l-artikolu 36 ta' l-Att prinċipali.", "Clause 3 - Amendment of section 36 of the principal Act.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Michael Falzon.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Din il-klawsola temenda artikolu 36 ta' l-Att prinċipali li fiha qed nispeċifikaw illi bħalma hemm f'kull Faculty Board, ikun hemm żewġ membri maħtura mill-Ministru biex jirrappreżentaw l- interessi ta' barra l-Fakulta'.", "F'dan il-każ se nissostitwixxu dawn it- tnejn b'żewġ membri li jkunu jirrappreżentaw lill-interessi tal-Fakulta' tat-Teoloġija.", "Għalhekk għal din il-klawsola għandi emenda - li hija iktar fil-kliem milli fis-sustanza - li tgħid hekk:", "\"B\" Minflok il-klawżola 3 għandha tidħol din il-klawżola ġdida li ġejja:-", "\"Emenda ta' l-artikolu 36 ta' l-Att prinċipali.", "3.", "Fil-paragrafu (f) ta' l-artikolu 36 ta' l-Att prinċipali minnufih wara l-kliem \"lill-amministrazzjoni tajba tal-Fakulta'\" għandhom jiżdiedu l-kliem \", b'dan iżda illi fil-każ tal-Fakulta' tat-Teoloġija ż-żewġ membri għandhom jinħatru mill-Fondazzjoni ta' Studji Teoloġiċi biex jirrappreżentaw l-interessi ta' l-istess Fondazzjoni.\".", "\"B\" For clause 3 there shall be substituted the following new clause:-", "\"Amendment to section 36 of the principal Act.", "3.", "In paragraph (f) in section 36 of the principal Act, immediately after the words \"the good administration of the Faculty\" there shall be added the words \", provided that in the case of the Faculty of Theology the two members shall be appointed by the Foundation for Theological Studies to represent the interests of the said Foundation.\".", "Din ukoll hija parti mill-Ftehim, li jkun hemm żewġ membri fil-Fakulta' jirrappreżentaw lill-Foundation.", "Fil-fatt f'kull fakulta' hemm żewġ membri li jirrappreżentaw l-interessi barra mill-Universita' u fil-każ tal- Fakulta' tat-Teoloġija dawn iż-żewġ membri se jkunu jirrappreżentaw l- interessi tal-Fondazzjoni ta' l-Istudji Teoloġiċi.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: L-ewwel rimarka li rrid nagħmel hija li biż-żmien, minflok qed nagħmlu progress, qed nagħmlu rigress.", "Fl-1993 kien hawn li dawn iż-żewġ membri jinħatru mill-Ministru skond indikazzjoni tal- Fondazzjoni.", "Biex żgur il-Ministru ma jfettillux jaqra ħażin l- indikazzjoni tal-Fondazzjoni, issa ġie li lanqas għandu attribwit lilu l- bon-sens li jifhem sewwa l-indikazzjoni; fil-każ tat-Teoloġija n-nies se jkunu imposti fuq il-Ministru.", "Jista' l-Gvern jiġġustifika ruħu li jaqa' mixħut ma' l-art b'din il-manjiera f'dawn l-affarijiet?!", "U proprju l- Ministru Falzon messitu x-xorti tajba li jkollu bilfors ibaxxi rasu għal dawn l-umiljazzjonijiet?!", "Hemm xi raġuni għaliex wieħed jaċċetta dawn l- affarijiet?", "Kemm hu għoli l-prezz li tħallas biex wieħed jista' jaċċetta dawn l-affarijiet immedjatament wara l-kwestjonijiet tal-Liġi taż-Żwieġ li ġew fuqna?", "X'jiġifieri dawn l-affarijiet?", "Qed nindika d-differenza li qiegħda ssir bejn l-emenda li qed tiġi ntrodotta fl-1995 u l-emenda kif għamilha l-Gvern fl-1993.", "Qabel kienet li l-membri jinħatru fuq indikazzjoni tal-Fondazzjoni, imma issa jinħatru direttament mill- Fondazzjoni fuq is-Senat.", "Imbagħad il-Gvern jitlob lill-Kamra taċċetta dan kollu!", "Issa jiena nistaqsi jekk huwiex korrett dak li qed jgħid il- Gvern li dawn iż-żewġ membri jridu jinħatru mill-Fondazzjoni u mhux mill- President tal-Fondazzjoni.", "Fil-każ tal-Kunsill saret emenda għaliex il- Fondazzjoni setgħet tagħti lok li l-maġġoranza ma tkunx tal-ħsieb tal- President, issa fil-każ tas-Senat milli jidher din il-kawtela ma tteħditx għaliex il-Fondazzjoni se tagħżel lill-membri.", "Naturalment il-Ministru jieħu gost jekk jinqala' dan id-diżgwid.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Le, ma nieħu gost bl-ebda diżgwid fost it- teoloġiċi, pero' ma għandhomx bżonn il-gost tiegħi biex ikollhom diżgwid bejniethom!", "Huwa assolutament irrelevanti l-pjaċir u l-gost tiegħi biex jinħoloq id-diżgwid bejn it-teoloġiċi.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Jien nistaqsi lill-Ministru: Għaliex fil- każ tal-ħatra tal-Kunsill, il-Gvern ħass n-neċessita' li l-ħatra tal-membru ssir mill-President filwaqt li fil-każ tas-Senat il-ħatra taż-żewġ membri m'hijiex se ssir mill-President imma mill-Fondazzjoni?", "Jien jidhirli li dan huwa it-tielet punt fejn din il-Fakulta' qiegħda tiġi trattata b'mod totalment differenti mill-fakultajiet l-oħra.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien mill-ewwel għidt, din il-fakulta' hija sui generis.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Le m'hija fakulta' sui generis xejn.", "Kieku ma kienx hemm qabel il-preċedent ta' meta il-Fakulta' kienet tifforma parti mill-Universita', fejn il-Fakulta' ma kelliex dan it-trattament, kieku jista' xi ħadd jgħid sui generis imma jekk qed imorru għall-istadju ta' qabel ...", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Dan crying over spilt milk.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Crying over spilt milk għaliex qed imorru fuq iż-żmenijiet ta' qabel, meta issa qed imorru agħar.", "Jien għalhekk qed ngħid li minflok qed nagħmlu progress qed nagħmlu rigress u minflok niftħu moħħna u nkunu aktar liberali qed nkunu aktar integralisti u fundamentalisti f'dawn l-affarijiet.", "U fl-istorja se jibqa' li wara kollox l-Onor.", "Falzon dawn l-emendi għaddihom.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Hekk hu, hekk hu.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: U kkombattut minn Mifsud Bonnici u wikkihomlu Mifsud Bonnici!", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: L-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici staqsa għaliex hemm din id-differenza.", "Id-differenza toħroġ fil-Ftehim.", "Kif kienet l- emenda ta' l-artikolu 36 kif proposta fl-Abbozz ta' Liġi - qed nirreferi għall-\"indikazzjonijiet\" - m'hijiex riflessjoni preċiżissima tal-Ftehim li għamel il-Gvern mal-Knisja.", "Il-Ftehim jgħid li żewġ rappreżentanti ta' l- istess Fondazzjoni għall-istudji teoloġiċi għandhom ikunu membri tal-Bord tal-Fakulta' tat-Teoloġija.", "Din meta ġiet tradotta li \"għandhom jiġu maħtura mill-Ministru skond l- indikazzjonijiet\" kienet interpretazzjoni tal-Ftehim u mhux parti mill- Ftehim, pero' meta jkollok Ftehim l-interpretazzjoni jridu jaqblu magħha ż- żewġ partijiet.", "Issa qegħdin nemendawha b'mod li ż-żewġ partijiet jaqblu dwar x'ridna nagħmlu fil-Ftehim, li kif għidt aħna rridu nonoraw.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Lino Spiteri.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Mr Chairman, huwa interessanti li l-Ministru qed juża l-kelma \"preċiżissima\", l-assolut tal-preċiż.", "Biex inkunu preċiżi - għalkemm mhux preċiżi b'mod assolut - fil-Committee Stage, meta l-Ministru jipproponi xi ħaġa, il-proċedura hija li jimmottiva dak li qed jipproponi.", "Hawnhekk għandna Liġi quddiemna fejn il-Ministru m'hux qiegħed jippreżenta klawsola 3 - il-klawsola 3 - imma saħansitra qiegħed jippreżenta alternattiva għaliha.", "Hu qam, qal li se jippreżenta alternattiva għal dik il-klawsola, pproponielna emenda, jiġifieri l-alternattiva, imbagħad poġġa bil-qiegħda b'mod preċiż ħafna bla ma qal xejn iżjed!", "Imma l- Parlament mhux hekk għandu jiġi trattat.", "Il-Parlament għandu jiġi trattat li min ikun qed jippilota xi ħaġa hawnhekk, iqum u b'mod mhux elaborat u mtawwal iżżejjed jagħti r-raġuni għaliex qiegħed jipproponi dak li qed iressaq għall-konsiderazzjoni ta' dan il-Kumitat.", "Aħna qegħdin fl-istadju li nikkonsidraw kumitati tal-Kamra biex ċertu xogħol ma jibdiex isir in the Committee of the full House.", "Din hija ħaġa tajba u partikolarment wara l- paċenzja li ħadu l-kollega tiegħi l-Onor.", "George Vella, l-iSpeaker u anke n- naħa l-oħra tal-Kamra, nieħdu pjaċir li l-affarijiet jitwettqu - dejjem jekk jitwettqu fuq il-bażi maqbula - imma jekk kemm-il darba fil-Kumitat tal-Kamra sħiħa qegħdin inkunu xotti iżjed miċ-ċirasa, allura meta mmorru fil-Kumitat mhux of the whole House, x'se nibdew inkunu?", "Nibdew inħarsu lejn xulxin u nkunu telegrafiċi u tifhem ir-ruħ!", "Hawnhekk il-Ministru jqum u jipproponi xi ħaġa bla ma jispjega; f'kumitati oħra x'se jagħmel?", "Hawnhekk aħna għandna d-dritt li nkunu nafu għaliex ġiet proposta din l- emenda.", "Li ġiet klawsola 3 li se tiżdied ma' section 36 of the Principal Act, diġa' kienet xi ħaġa li fiha nnifisha tqajjem diskussjoni kontroversjali - bilfors trid tkun diskussjoni kontroversjali meta qegħdin isiru affarijiet f'din il-Kamra ripetutament, kif qal l-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici minflok jeħduna 'l quddiem jeħduna lura, qisna bilfors rridu nerġgħu nsiru Stat fejn il-qagħda tal-Knisja fih tkun tali li tagħmel ħsara lill-istess Knisja, għaliex dan qisu mhux qed jiġi apprezzat; li l- miżuri li jittieħdu bilfors jagħmlu ħsara lill-istess Knisja - imbagħad niġu biex ikollna xi ħaġa li bla ma tifhem għaliex, jitbiddel il-kliem li għandna quddiemna.", "Qisu wara sentejn xi ħadd stenbaħ u qal li dak il- kliem ma kienx preċiż biżżejjed, allura l-Ministru ta' issa, fl-għaxar xahar tiegħu fil-kariga irid jagħmlu \"preċiżissimu\"!", "Hawnhekk trid tgħid għaliex.", "Il-klawsola kif inhi tfisser l-istess, dak li qed jgħid il- Ministru issa huwa tibdil tal-kliem, lanqas mettendo i punti su gli \"i \" m'hu qiegħed jagħmel.", "Jien naħseb li l-Ministru m'hux qiegħed jagħmel hekk għal gost li għax predeċessur tiegħu għamel drafting ta' xi ħaġa, hu jibdel id-drafting u jagħmlu mod ieħor, għaliex l-Onor.", "Falzon mhux it- tip li jagħmel hekk.", "Mela allura kien hemm xi ħadd li minbarra din il- Kamra għamel l-istadju tal-Kumitat qabel ma għamlitu din il-Kamra u mar għand il-Ministru jew għand il-Gvern u qalu li dak il-kliem irid jinbidel.", "Dan xi stat hu li wasalna fih?", "Li dan il-Kumitat ta' din il-Kamra jiġi biex jiddiskuti affarijiet li jkun imponihom ħaddieħor minn barra din il- Kamra!", "Jekk wasalna f'dan l-istat, ejja nkunu nafu min qed jagħmel hekk.", "Inħoss li għandi nistieden lill-Onor.", "Michael Falzon biex jieħu lil dan il- Kumitat into his confidence - hekk jew hekk l-istampa ma tantx jkunu qed jagħtu kas x'inkunu qegħdin ngħidu hawnhekk; id-debates ħadd ma jaqrahom minkejja li qed ikunu reġistrati tajjeb ħafna u allura jibqa' qisu sigriet ċkejken bejnietna - u jgħidilna sewwa sew dawn l-imbuttaturi minn fejn ġejjin.", "GĦax b'reazzjoni għal dak li qal l-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici, il-Ministru qal li nħass li l-kliem ma jinterpretax b'mod assolutament preċiż dak li hemm fil-Ftehim.", "Imma kif ma jinterpretax?", "Min qal li ma jinterpretax?", "X'inhi din il-qagħda li kull darba qegħdin niġu f'sitwazzjoni hawnhekk fejn dan il-Parlament - li suppost huwa l-awtorita' suprema ta' dan il-pajjiż f'affarijiet temporali, f'affarijiet ta' liġijiet - kull darba anke f'dawn l-affarijiet, qegħdin insibu min inittef is-suf legali tan-naħa tal-Gvern - għaliex is-suf legali tan-naħa tagħna m'hux fi stadju li joqgħod inittifulna għax mhux aħna responsabbli?", "Kważi, kważi ta' min jistaqsi lill-Gvern min kien li oriġinarjament għamel id- drafting ta' din il-Liġi u jekk kemm-il darba meta sar jaf li anke drafting ta' liġi ta' tliet paragrafi hawnhekk qegħdin jaqilbuh rasu 'l isfel, irriżenjax għaliex jekk ma rriżenjax imissu jirriżenja.", "Jekk għandkom nies li anke emenda bħal din qed jiġbduha direttament mit-Taljan - għalkemm ma naqbilx magħha, pero' fl-opinjoni tiegħi t-tifsira għamluha tajjeb - imbagħad jiġi xi ħadd hawnhekk u dawn l-erba' klawsoli jrid jibdilhomlhom ...", "Nittama li tagħtina notifika li rriżenja xi ħadd minn dawk li għamel id-drafting, mhux xi ħadd politiku imma xi beċċun miskin, the buck has to stop somewhere!", "Jiena naf nitkellem bil-Malti u nista' naqlibha bil-Malti, imma persważ li ma jridunix naqlibha bil-Malti għaliex ċertu Malti jkun rozz wisq għal din il-Kamra.", "Il-boċċa f'xi toqba' trid tidħol!", "Allura trid tgħidilna jekk min għamel id-drafting ta' dan irriżenjax jew le?", "GĦax jekk ma tgħidilnix, allura jien ngħid li kważi, kważi l-Ministru għandu jirriżenja għaliex aċċetta impożizzjonijiet ta' din il-kwalita'.", "Issa hemm ħafna affarijiet oħra fuqiex l-Ministru għandu jirriżenja, m'iniex se noqgħod ngħidlu biex jirriżenja fuq din.", "Imma lil din il-Kamra għandu jigwidaha!", "Mr Chairman, nagħmel dan il-punt bl-indulġenza tiegħek - minkejja li l- Ministru nimmaġina li qed isir impaċenzjuż - għax la qed nagħmel dan il- punt nixtieq inwessgħu ftit.", "Qegħdin niddiskutu liġi li temenda l- Education Act li tirrigwarda l-Universita' fil-kontest li dan il-Parlament m'għadu jkun jaf xejn x'qiegħed jiġri fl-Universita'.", "Irrid nirreġistra għal darba oħra - dan fl-imgħoddi ġie rreġistrat u issa rrid nerġa' nirreġistrah - li kemm ilhom li saru emendi fl-Education Act minn dan il- Gvern, l-Universita' saret gżira oħra ġewwa gżira, stat ieħor ġewwa stat ieħor.", "Jien naqbel li l-Universia' għandu jkollha - u j'Alla jkollha - l- indipendenza intellettwali kollha li hi xierqa biex tiżviluppa dik l- intellettwalita'.", "Imma m'humiex aċċettabbli li aħna f'dan il-Parlament niġu mitluba nagħmlu żewġ affarijiet imbagħad ma jkollna l-ebda bażi fuqiex qegħdin nagħmluhom.", "L-ewwel ħaġa li niġu mitluba li nagħmlu hi li napprovaw il-flus li jkunu nġabru mingħand il-poplu f'taxxi jew self biex jiġu mgħoddija lill-Universita'.", "Aħna ngħadduhomlha bil-qalb kollha imma rridu nkunu nafu x'qed tagħmel l-Universita'.", "Mhux il-każ li nkunu nafu x'qed tagħmel għax il-Ministru ta' l-Edukazzjoni - u ngħidha bis-serjeta' kollha - fil-preżentazzjoni tal-voti tiegħu bħal kull ministru ieħor ma jkollux ċ-ċans u l-ħin biex jidħol u joqgħod jelabora kull settur importanti li jaqa' taħtu.", "U taħt il-Ministeru ta' l-Edukazzjoni jaqgħu forsi l-iżjed oqsma importanti f'dan il-pajjiż għaliex qegħdin nitkellmu fuq l-iżvilupp ta' l-imħuħ li għada jridu jifformaw - mhux imexxu - lil Malta tagħna.", "Mela allura aħna niġu mitluba biex napprovaw dawk il- flejjes - huma kemm huma, anke li kieku kien ċenteżmu wieħed, aħseb u ara meta m'humiex ċenteżmu wieħed! - mingħajr ma dan il-Parlament jkun jaf x'inhu jiġri fl-Universita', fejn qabel kien ikollna għallinqas ir-rapport ta' l-Universita' u f'seduta waħda jew tnejn konna niddiskutu lill- Universita' per se.", "It-tieni ħaġa li niġu mitluba nagħmlu hi li nemendaw l- Education Act f'affarijiet li jikkonċernaw lill-Universita' u għal darba oħra mingħajr ma nkunu nafu x'qed jiġri ġewwa l-Universita'.", "Nafu li l- Gvern bi Ftehim mar-rappreżentant tas-Santa Sede ġab il-ħolqien tal- Fakulta' tat-Teoloġija ġewwa l-Universita' - fakulta' li m'hijiex bħall- fakultajiet l-oħra għaliex għandha għal darba oħra awtonomija li trid tispelliha b'ħafna spazji ġewwa fiha daqskemm hi twila - imma mbagħad x'qiegħed jiġri fil-Fakulta' tat-Teoloġija ma nafux.", "Ma nafux x'qed jiġri fl-Universita' wisq anqas ma nafu x'qed jiġri fil-fakultajiet tagħha.", "Din hija ħaġa tajba?", "Dawn huma manjieri kif jitmexxa Parlament ta' pajjiż ċivilizzat, indipendenti u li tant niftaħru kemm espandiet l-edukazzjoni u li hemm 6,000 student ġewwa l-Universita' - mela le, nifirħu - u niftaħru li n-numerus clausus li baqa' fil-kors tal-mediċina se jispiċċa wkoll?", "Imma dan huwa mod li jitmexxa dan il-Parlament?", "X'demokrazija parlamentari hi li joqogħdu jiftaħru kemm għandna studenti l-Universita', u kemm sejjrin 'il quddiem; imbagħad niġu hawnhekk fil-Parlament niddiskutu fil-Kumitat - fejn suppost qed niddiskutu u nagħrblu b'mod irqiq - u ma jkollniex il-bażi li fuqha rridu nagħarblu?", "Issa ta' dan ma rridx inwaħħal fil-Ministru preżenti li nerġa' ngħid ilu fil-kariga għaxar xhur; qablu kien hemm Ministru ieħor li dam seba' snin fil-kariga.", "U kien taħt il-Ministru l-ieħor - illustru kemm hu illustru llum fil-kariga tiegħu u anke bħala persuna jien inqisu bħala illustru - li ġiet din is-sitwazzjoni fejn dan il-Parlament ġie mitlub li jkun sempliċi rubber stamp.", "Huwa xieraq li Parlament ta' pajjiż ċivilizzat u indipendenti jkun rubber stamp?", "GĦax jekk kemm-il darba se nibqgħu sejrin b'din is-sistema, li l-Parlament ikun sempliċement rubber stamp għal deċiżjonijiet li ttieħdu barra minnu, allura nistgħu bis-serjeta' ngħidu li għandna d-demokrazija f'pajjiżna?", "Jekk m'għandekx id-demokrazija fil- Parlament, li l-Parlament għallinqas ikun jaf x'qiegħed jiddiskuti, kif tista' titkellem fuq sistema demokratika tabilħaqq?", "Jien naħseb li dawn l- osservazzjonijiet għandhom jiġu indirizzati għax huma relevanti sew għal din il-klawsola li qed niddiskutu kif ukoll għall-Abbozz kollu kemm hu ġaladarba dan huwa indirizzat lejn l-operat ta' l-Universita'; qasam importanti fil-pajjiż, iffinanzjat minn flus pubbliċi iżda li dan il- Parlament m'għandu l-ebda informazzjoni dwar kif qiegħed jaħdem.", "Ħalli nkun korrett għal aħħar, mhux m'għandna xejn informazzjoni, imma m'għadniex nirċievu l-kalendarju ta' l-Universita' fejn fih id-dettalji kollha, m'għadniex nirċievu r-rapporti u l-Estimi ta' l-Universita' - għax jien ma rridx ninqabad fuq xi ħaġa li nkun żbaljat - imma dan l-aħħar irċevejna d-direttorju tat-telefon ta' l-Universita' - ġest li napprezzawh u nirringrazzjawhom.", "Imma b'żieda ma' dan mhux aħjar ikollna tagħrif sħiħ biex inkunu nafu x'inhu għaddej f'dik l-istituzzjoni daqstant importanti għal pajjiżna?", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien naħseb li veru li l-Onor.", "Lino Spiteri wessa ħafna d-diskussjoni fuq dan il-paragrafu, imma fl-aħħar tad-diskors tiegħu naħseb li għamel rimarki li għandhom il-valur tagħhom.", "Jien se nibda nikkummenta fuq ir-rimarki ta' l-aħħar.", "Veru li kif qiegħed l-Att ta' l- Edukazzjoni llum m'hemmx is-sistema li kien hemm qabel li l-Parlament ikollu l-okkazzjoni jiddiskuti l-Estimi ta' l-Universita'.", "Safejn naf jien dik is-sistema spiċċat meta kienet saret l-Universita' l-ġdida, meta kien hemm dak it-taqlib kollu fl-Education Act u sfortunatament minn ċertu punt din baqgħet hekk, li m'hemmx l-opportunita' li l-Parlament jiddiskuti l-Universita' on its own bħalma kien jagħmel qabel.", "Jiena niftakar meta kienet hekk qabel, u nista' ngħid li kemm jiena kif ukoll il-predeċessur tiegħi konna nkunu fost in-nies li nitkellmu.", "L-Onor.", "Mifsud Bonnici qed jgħidli li kont nixxala!", "Ovvjament meta tkun fl-Oppożizzjoni - kif naraw anke llum - tkun tista' tixxala iktar milli meta tkun fil-gvern.", "Even so, kien hemm ċerta utilita' u wieħed irid jara jekk huwiex il-każ li l-Kamra - jew jekk mhux il-Kamra xi Kumitat tal-Kamra li nisperaw, kif qal tajjeb l- Onor. Lino Spiteri, li nwaqqfu - jkollhom l-opportunita' li veru jiddiskutu l-Universita' u jaraw x'qed jiġri fl-Universita'.", "Naħseb li hija rimarka ġusta u wieħed irid jiskoġita l-mod kif dan jista' jsir, mhux bilfors kif kien isir fl-antik, jiġiferi, billi l-Kamra kollha tiddiskuti l-Universita' għal żewġ seduti jew tlieta, imma nistgħu anke nsibu mod ieħor.", "Minn dan il-punt l-Onor.", "Lino Spiteri huwa ġustifikat.", "Qed jgħid ukoll li rċieva biss id-direttorju tat-telephone u jien se nieħu nota ta' dan biex fl-ewwel laqgħa li jkolli ma' l-awtoritajiet ta' l-Universita' nara li jekk hemm rapporti ta' l-Universita' li jiġu pubblikati - kif fil-fatt hemm - dawn jintbagħtu lill-Membri kollha ta' din il-Kamra.", "Issa ngħaddi biex nitkellem fuq din il-klawsola partikolari kif ukoll fuq l-emenda li għamilt għaliha.", "L-Onor.", "Spiteri qal li jien m'għidtx x'inhu l-mottiv ta' din l-emenda u lanqas għidt għaliex għamiltha.", "Huwa qal li l-Kamra għandha dritt tkun taf dan.", "Naħseb li l-verita' hi li jien għidt x'inhu l-mottiv meta għidt li l-emenda kif kienet fl-Abbozz oriġinali ma kenitx tirrifletti b'mod preċiżissimu l-Ftehim li kien sar mill-predeċessur tiegħi f'isem il-Gvern mal-Knisja dwar l-inkorporazzjoni tal-Fakulta' tat-Teoloġija fl- Universita'.", "Jiena fil-fatt qrajt li f'dan il-Ftehim kien hemm miktub li: \"żewġ rappreżentanti ta' l-istess Fondazzjoni għal Studji Teoloġiċi għandhom ikunu membri tal-Bord tal-Fakulta' tat-Teoloġija\".", "Ovvjament wieħed jista' jargumenta jekk il-Ftehim kien jgħid li \"żewġ rappreżentanti għandhom ikunu\" kienet tfisser li ż-żewġ rappreżentanti jkunu nominati mill- Fondazzjoni għall-iStudji Teoloġiċi u mhux \"maħtura mill-Ministru skond indikazzjoni mogħtija mill-Fondazzjoni\".", "Jista' jkun hawn xi ħadd li jgħid li dan huwa logħob bil-kliem, u jiena naħseb li hekk hu għaliex fil-fatt l-effett tagħha huwa l-istess.", "Kif għidt fil-bidu tas-Seduta, l-aħħar darba li ltaqa' l-Kumitat biex jidiskuti din il-Liġi kien proprju fid-9 ta' Ġunju 1993 fejn kien tkellem l- Onor. Evarist Bartolo - li llum sfortunatament m'hux qiegħed hawn u nawguralu jfieq malajr għaliex bħalissa ma jiflaħx - u minn dak li kien qal jidher ċar li l-Oppożizzjoni kienet taf il-ħin ikollu x'inhu għaddej u kienet imdawla daqs il-Gvern jew iktar.", "L-Onor.", "Evarist Bartolo kien qal hekk - u se nikkwota::", "\"Fit-8 ta' Marzu, 1993 Mons. Pier Luigi Celata kiteb lill-Ministru Ugo Mifsud Bonnici u waqt li rringrazzjah talli nformah li se tinbidel il- Liġi ta' l-Edukazzjoni biex jibda jseħħ il-Ftehim tas-26 ta' Settembru, 1988 qallu li l-emenda kif imressqa minnu m'hijiex skond dak il-Ftehim.\".", "Dan id-diskors qalu l-Onor.", "Evarist Bartolo li evidentement kellu informazzjoni u kien imdawwal biżżejjed, anke biex ikun jaf x'kiteb in- Nunzju Appostoliku lill-Ministru.", "GĦalhekk ma nafx għalfejn l- Oppożizzjoni, imdawlin kif inhuma b'din l-informazzjoni, jridu iktar dawl mingħandi.", "Naħseb li jien kont ċar biżżejjed, Mr Chairman.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No)", "Il-mistoqsija hi l-emenda kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "L-emenda \"B\" għaddiet.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 3 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 3, kif emendata, għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill- Abbozz ta' Liġi.", "KLAWSOLA ĠDIDA 4", "NEW CLAUSE 4", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Mr Chairman, nitlob il-permess tal-Kamra ħalli nressaq Klawsola Ġdida 4 għall-Ewwel Qari li hija żieda ta' l-artikolu 39A ma' l-Att prinċipali.", "L-Iskrivan tal-Kamra qara n-nota marġinali, u l-klawsola tqieset li nqrat l- Ewwel Darba, skond l-Ordni Permanenti Nru. 101.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Mr Chairman, nipproponi t-Tieni Qari ta' Klawsola Ġdida 4:", "\"C\" Minnufih wara l-klawżola 3 għandha tidħol il-klawżola ġdida li ġejja:", "\"Żieda ta' l-artikolu 39A ma' l-Att prinċipali.", "4.", "Minnufih wara l-artikolu 39 ta' l-Att prinċipali għandu jidħol l- artikolu li ġej:", "\"Fakulta' tat-Teoloġija.", "39A.", "GĦandu jkun hemm fl-Universita', Fakulta' tat-Teoloġija li tkun regolata b'dak il-ftehim iffirmat fis-26 ta' Settembru 1988 u kull ftehim li jista' minn żmien għal ieħor ikun fis-seħħ bejn il-Gvern ta' Malta u s-Santa Sede fuq il-materja, u d-dispożizzjonijiet ta' din it- taqsima fejn mhux kompatibbli ma' xi ftehim bħal dak ma għandhomx japplikaw u għandhom japplikaw minflok id-dispożizzjonijiet ta' dak il- ftehim.", "Kopja tal-ftehim hi riprodotta bit-Taljan u bil-Malti fl- Iskeda III li tinstab ma' dan l-Att u kopja ta' kull ftehim li jista' f'kull żmien ikun fis-seħħ kif imsemmi f'dan l-artikolu għandu jiġi pubblikat fil-Gazzetta.", "Il-ftehim u kull ftehim li jkun fis-seħħ ikollu l-istess saħħa bħal leġislazzjoni sussidjarja magħmula taħt l- artikolu 31 ta' dan l-Att u għandha bl-istess mod titqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra tad-Deputati.\".\".", "\"C\" Immediately after clause 3 there shall be added the following new clause:", "\"Addition of section 39A of the principal Act.", "4.", "Immediately after section 39 of the principal Act there shall be added the following new section:", "\"Faculty of Theology.", "39A.", "There shall be in the University, a Faculty of Theology which shall be governed by such agreement signed on the 26 September 1988 and any other agreement as may from time to time be in force between the Government of Malta and the Holy See on the matter, and the provisions of this Part where incompatible with any such agreement shall not apply and the provisions of such agreement shall apply instead.", "A copy of the Agreement is reproduced in Italian and English in Schedule III to this Act and a copy of any agreement in force from time to time shall be published in the Gazette and shall have the same force as subsidiary legislation made under section 31 of this Act and shall in the same manner be laid on the Table of the House of Representatives.\".\".", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi li New Clause 4 tiġi moqrija t- Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Il-mozzjoni għaddiet u Klawsola Ġdida 4 ġiet moqrija t-Tieni Darba.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Sur President, nipproponi li Klawsola Ġdida 4 tkun tifforma parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Mr Chairman, din il-klawsola qed issir għaliex inqalgħet il-kwestjoni ta' x'jiġri meta u jekk il-Liġi prinċipali ma tkunx kompatibbli mal-Ftehim li sar mas-Santa Sede.", "Il-predeċessur tiegħi u anke jien kellna l-intenzjoni li fil-fatt dan il-Ftehim li għamilna mas-Santa Sede jsir jagħmel parti mir- regolamenti u mill-Istatut ta' l-Universita', proċedura li normalment issir b'subsidiary legislation.", "Ovvjament, jekk ikollok xi ħaġa fis-subsidiary legislation fl-Istatut ta' l-Universita' li jkun hemm dubju legali li ma jaqbilx mal-Liġi prinċipali, jista' jagħti l-każ li s-subsidiary legislation tiġi challenged, bir-raġuni li tista' tkun ultra vires mil-Liġi prinċipali.", "Biex kulħadd ikollu rasu mistrieħa li dan ma jistax isir, is- soluzzjoni legali hija li tagħmel din l-emenda u l-emenda sussegwenti, li hija ż-żieda ta' l-Iskeda ma' l-Att prinċipali, li permezz tagħhom il- Ftehim li sar mas-Santa Sede ma jkunx biss parti mill-Istatut u r- Regolamenti ta' l-Universita' imma jkunu Skeda tal-Liġi prinċipali.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Piu' di cosi si crepa!", "Ma tistax timmaġina mod iktar abbjett kif gvern ta' pajjiż jaċċetta dawn l- impożizzjonijiet!", "GĦandna klawsola li qed twettaq dak li ġie miftiehem bejn il-Gvern u s- Santa Sede, imbagħad l-istess klawsola tal-Liġi tgħid li fejn il-Liġi li qed jagħmel dan il-Parlament tista' tkun inkompatibbli mal-Ftehim ma jgħoddx x'inhu jagħmel dan il-Parlament, imma jgħodd il-Ftehim għax dan hu l-iskop tagħha.", "Dan mhux biżżejjed, imma kull ftehim ieħor futur bis-saħħa ta' din il-klawsola huwa kkonsidrat bħala leġislazzjoni sussidjarja - bħalma jkunu l-avviżi legali u r-regolamenti tal-Gvern - u in quanto che huwa parti mill-Ftehim konsidrat ta' l-istess saħħa u forza tal-Ftehim oriġinali, dak il-ftehim futur li jista' jsir jipprevali fuq it-test tal- Liġi prinċipali.", "Hija innovazzjoni għal-leġislazzjoni Maltija li l- leġislazzjoni sussidjarja in quanto che tista' tkun differenti - mhux qed ngħid għall-Ftehim li sar, imma għal-leġislazzjoni sussidjarja, konsistenti ftehim futuri, li tista' tkun inkompatibbli ma' xi dispożizzjoni tal-Liġi prinċipali li in forza tagħha qed issir il-leġislazzjoni sussidjarja, tant li tgħid li kull ftehim futur jitqies bħala leġislazzjoni sussidjarja li sar taħt l-artikolu 31 tal-Liġi - tipprevali l-leġislazzjoni sussidjarja fuq it-test tal-Liġi prinċipali.", "Dan huwa preċedent u fil-liġi Maltija qatt m'għandna li t-test tal-leġislazzjoni sussidjarja jipprevali fuq it- test ta' liġi prinċipali li bis-saħħa tagħha ssir il-leġislazzjoni sussidjarja.", "Dan huwa mezz abbjett ta' kif wieħed jilleġisla.", "Hemm limitu għad-dekor ta' din il-Kamra.", "Kif tista' l-Kamra taċċetta li l-ewwel nieħdu ż-żmien tagħna biex nagħmlu liġi, imbagħad meta din il-liġi ma taqbilx ma' ftehim, fil-liġi ngħidu li jipprevali l-ftehim u mhux il-liġi?", "Imbagħad ngħidu li dak li jsir bis-saħħa ta' l-artikolu 31 ta' din il-Liġi għandu jiġi kkonsidrat bħala leġislazzjoni sussidjarja u jekk ikun hemm inkongruwenza jew inkompatibilita', jipprevali fuq it-test tal-Liġi prinċipali.", "Kif jista' jkun li l-Gvern jippretendi sinċerament li dawn l- affarijiet jiġu aċċettati?", "Jien niskanta kif il-Membri tal-Gvern jaċċettaw dawn l-affarijiet.", "Ma nistax nifhem.", "U għaliex qed isir dan?", "X'inhu l-prezz li qed jitħallas biex dawn l-affarijiet jiġu aċċettati?", "Hawn m'hawnx is-salvazzjoni ta' ruħna!", "Qabel fl-affarijiet konna kattoliċissimi u ma kienx hawn dawn il- ħneżrijiet.", "Allura issa fl-1995 iridu jiġu mposti fuqna biex insalvaw ruħna!?", "Mela missirijietna ma kenux irġiel iktar minna u marru għall- glorja tal-ġenna mingħajr ma aċċettaw dawn il-ħneżrijiet u l- impożizzjonijiet!?", "Allura issa għandna naċċettawhom aħna dawn l- affarijiet?", "Jista' l-Ministru jipjega għaliex għandhom isiru dawn l- affarijiet fl-1995?", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "George Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mr Chairman, jien nixtieq li nerġgħu niġu daqsxejn għall-fatti, fis-sens li nifhmu ftit dak li qed nitkellmu fuqu u fiex se jwasslu dawn l-emendi.", "Jekk immorru għall-Ftehim ta' l-1988, fil-preambolu tal-Ftehim bejn is-Santa Sede u l-Gvern ta' Malta biex il-Fakulta' tat- Teoloġija terġa' tidħol fl-Universita', hemm li dan qiegħed:", "\"għal vantaġġi xjentifiċi, kulturali u ta' karattru soċjali li jistgħu jiġu minn għaqda iktar fil-qrib tal-Fakulta' tat-Teoloġija ma' l- Universita' ta' Malta.\".", "Jien dan nifhmu u ngħid għaliex.", "Wieħed irid jifhem li l-Fakulta' tat- Teoloġija m'hijiex dik li ħafna nies jifhmu malli jaraw teoloġija u jassoċjawha mar-reliġjon, mar-ruħ - kif qed jgħid il-kollega tiegħi - mal- ġenna, ma' l-infern u affarijiet bħal dawn.", "Skond dan il-Ftehim stess u skond kif inhuma l-affarijiet, il-kelma Teoloġija għandha sitt dipartimenti.", "Jien m'iniex se nsemmi t-teoloġija ascetica, morali jew spiritwali għaliex nifhem li hawn il-Knisja Kattolika għandu jkollha ċerta saħħa u anke restrizzjonijiet għaliex m'hemmx teoloġija Kattolika biss imma hemm teoloġija ta' ħafna reliġjonijiet oħra.", "Pero' huwa mportanti li naraw li fost dawn id-dipartimenti hemm id-Dipartiment ta' l-Ebrajk u Grieg, id- Dipartiment ta' l-Istorja tal-Knisja u d-Dipartiment ta' l-Arkeoloġija Paleokristjana.", "Dawn l-affarijiet għalija huma purament lajċi u jien ma nistax nifhem għaliex l-Arkeoloġija Paleokristjana ma jistax jgħallimha kwalunkwe għalliem fl-Universita', u mhux bilfors ikollu t-timbru mingħand il-Fondazzjoni.", "L-istess, għandek id-Dipartiment tal-Filosofija li skond l-istruttura ta' l-Universita' jaqa' taħt il-Fakulta' tat-Teoloġija.", "Fil-Ftehim hawn imniżżel li:", "\"The candidates for the post of teacher in the Faculty of Theology shall provide themselves beforehand with a certificate from the Archbishop of Malta attesting that there is no canonical objection in their respect.\".", "Allura meta hawnhekk qed jgħidu li s-sistema tat-tagħlim tinkludi visiting teachers u associate professors allura kull wieħed minnhom irid ikollu n- nihil obstat - kif jgħid proprju l-Ftehim - tal-Fondazzjoni jew ta' l- Arċisqof?", "Qed ngħid dan għax strettament wieħed irid jagħmel id- distinzjoni bejn tagħlim għal skopijiet pastorali u ekkleżjastiċi.", "Ħafna nies għandhom l-idea li l-Fakulta' tat-Teoloġija hija l-Fakulta' tas- saċerdoti.", "Dan m'huwiex il-każ.", "Illum nafu kemm nies li mhumiex saċerdoti jew m'għandhomx l-iskop li jaqbdu l-ħajja ekkleżjastika jinteressaw ruħhom fit-Teoloġija.", "Jekk wieħed jara x'degrees u x'ċertifikati toħroġ din il- Fakulta' jsib li hemm ħafna degrees u ċertifikati li m'għandhomx x'jaqsmu mal-fatt jekk tkunx qassis, saċerdot jew reliġjuż.", "Dan ikun sempliċement studju fit-Teoloġija.", "Fil-bidu jien għalhekk għidt li nasal biex naċċetta li għandu jkun hemm ċertu kontroll min-naħa tal-Knisja, min-naħa tal- Fondazzjoni, mill-Arċisqof jew kien min kien rigward min ikunu l-għalliema f'dawk is-suġġetti li għandhom x'jaqsmu mat-teoloġija pastorali u mal- formazzjoni tas-saċerdoti li se jgħallmu għada pitgħada u li se jkunu parti mill-Knisja Kattolika.", "Dan naċċettah u sa hemmhekk nista' nasal imma li tidħol miżura wiesgħa u vincolante li torbot li kull min irid jgħallem f'dik il-Fakulta' - inkluż visiting professor - irid ikollu l-permess jew it-timbru tal-Fakulta' jew taċ-chairman tagħha ...", "Jien nixtieq insemmi l- eżempju ta' Hans Kung li jgħallem fl-Universita' ta' Tubingen fil-Ġermanja.", "Dan illum ma jistax jgħallem f'degrees ekkleżjastiċi għaliex għandu l- opinjonijiet tiegħu.", "Fil-fatt il-Knisja Kattolika ma taqbilx miegħu fuq ċerti affarijiet u għalhekk huwa miżmum milli jgħallem fil-linja ekkleżjastika imma dan bl-ebda mod ma tista' żżommu milli ma jgħallimx fil- linja akkademika anzi huwa parti mill-istorja tat-Teoloġija kif qed tiżviluppa.", "Huwa interessanti li jkollok il-fakulta' li tisma' bniedem bħal dan jagħti l-veduti tiegħu jekk inti trid tiftaħ moħħok, se tistudja t-teoloġija għal skop akkademiku u trid tkun taf iktar fuq opinjonijiet u fuq kif jiżviluppaw l-affarijiet u mhux tisma' biss qanpiena waħda.", "Din żgur li m'hijiex konsistenti ma' l-idea ta' Universita' fejn għandek il- fakulta' li tiftaħ l-imħuħ li jkunu l-ispirazzjoni ta' x'inhu għaddej f'dik il-linja partikolari.", "Jien semmejt x'inhuma d-dipartimenti li hemm fil-Fakulta' biex in-nies ikunu jafu fuqhiex qed nitkellmu u ma jgħidux: Kif l-Oppożizzjoni tippretendi li ma jkunx hemm kontroll tal-Knisja fuq il-formazzjoni tal- qassisin?", "Aħna m'aħniex qed ngħidu hekk.", "Aħna qed nammettu li fejn hemm formazzjoni ta' qassisin - allura hemm reliġjon Kattolika Appostolika Rumana - min jgħallimhom għandu jkollhom il-kontroll u l-permess mill- Arċisqof u mill-Fakulta' li għandha x'taqsam ma' dawn l-affarijiet.", "Lid- Dipartiment tal-Fakulta' qed nagħtuh dan l-istatus speċjali u qed ngħidu li dan huwa sui generis u affarijiet oħra.", "Dan m'hu sui generis xejn għaliex m'għandux x'jaqsam l-Arċisqof dwar x'tip ta' filosofija trid tiġi mgħallma fl-Unviersita' u x'tip ta' filosofija tidħol biex tistudja għax allura se nispiċċaw biex anke l-kotba li jkun hemm fil-librerija ta' l- Universita' jridu jiġu ċensurati.", "Jekk l-għalliema jrid ikollhom il- permess mill-Fondazzjoni jekk dawn humiex permessi li jgħallmu - u jien għandi nifhem li min se jieħu d-deċiżjoni se jeħodha fuq kemm jaħseb li dawn huma ekkleżjastikament jew inkella moralment skond il-liġi Kattolika Appostolika Rumana tajbin biex tafdahom li jgħallmu - allura se jiġri li anke l-kotba tal-librerija ta' l-Universita' se jibdew jiġu ċensurati?", "(Interruzzjonijiet) Il-Ministru qed jgħid żgur li le.", "Jien nieħu gost nisma' dan għaliex b'hekk ikolli d-dritt immur nesplora, naqra, nfittex u nagħmel studju komparattiv ta' teoloġiji u ta' tagħlim differenti.", "Imma jien dan kif nista' nagħmlu jekk m'iniex assigurat li se jkolli ċ-ċans kollu li jkolli gamma jew spettru ta' għalliema li mhux bilfors iridu jkunu ristretti mill-għażla tal-Fakulta'?", "Hawnhekk irridu nkunu loġiċi.", "Jien naqbel mal-kollegi tiegħi meta qalu li l-Ministru qiegħed jipprova jiddefendi oġġett li ġie mitfugħ f'ħoġru u jrid jaċċettah għax huwa miftiehem.", "Fuq din il-kwestjoni għandna nargumentaw.", "Il-Ministru qed jgħid li j'Alla l-kotba ma jkunux iċċensurati.", "L-għalliema se jkunu ċċensurati, vetted, magħżula u mogħtijin il-permess li jgħallmu mill- Fakulta' li hija ta' denominazzjoni ta' reliġjon waħda f'dan il-pajjiż li qed ngħidu li huwa pajjiż lajk u li ovvjament jirrispetta u għandu jkompli jirrispetta r-reliġjon Kattolika Rumana bħala reliġjon prevalenti f'dan il- pajjiż.", "Aħna bl-ebda mod m'għandna niġu interpretati li aħna qed ngħidu kontra r-reliġjon għax il-media malajr ikabbru u jgħidu ...", "Aħna qed nitkellmu fl-interess ta' ftuħ ta' Fakulta' li llum għandha oqsma kbar u differenti.", "Dan huwa l-mod kif qed jiżviluppa l-istudju tat-teoloġija.", "M'huwiex kompitu tiegħi li nitkellem fuq dan għax ma nifhimx imma nifhem bl-iżviluppi li hemm illum.", "Per eżempju, hawnhekk irrid insemmi d- Dipartiment ta' l-Iskrittura.", "Jekk wieħed jara l-polemika li għaddejja fuq id-Dead Sea Scrolls, għaliex ċerti dokumenti m'humiex qed jiġu mikxufa, għaliex oħrajn qed jinżammu moħbija u għaliex qed ikun hemm ċertu nuqqas ta' faċilitajiet ħalli studjużi barranin jaraw ...", "Dan għaliex m'għandux jingħad?", "Minn xiex għandha tibża' r-reliġjon tagħna?", "Ir-reliġjon tagħna m'għandhiex tibża' minn dawn l-affarijiet.", "Issa jekk jien se jkolli nies magħżula biss għax għandhom ċerti opinjonijiet - u nafu li m'humiex radikali u m'humiex se jidħlu jgħallmu ċerta linja li tista' tqanqal ċerti \"dubji\" fis-sens li kull xjenzat ...", "F'din il-linja hawn ħafna xjenzati u min jistudja l-Iskrittura llum irid ikun xjenzat għaliex ikun irid imur lura biex jara l-oriġini tiegħu eżatt, l-interpretazzjoni u anke l-affarijiet l-oħra kollha.", "Dan huwa qasam li ma jispiċċa qatt, bħall-Arkeoloġija Paleokristjana li diġa' semmejt.", "Illum hawn kotba sħaħ li jitkellmu dwar l-arkeoloġija, fuq it-tfixxija u s- sejbien ta' affarijiet b'xi sistemi l-iktar soffiskati, eċċ., u dan għandu x'jaqsam mal-Kotba Mqaddsa għaliex ħafna minnu, fortunatament - dawn l- affarijiet tieħu pjaċir taqrahom - jikkonferma dak li hemm fil-Kotba Mqaddsa.", "Pero' hemm affarijiet oħra li jitfgħu ċerti dubji, pero' din m'hijiex id-diskussjoni ta' issa.", "Jien qed ngħid biss li f'dawn l-oqsma ma narax fejn għandu jidħol il-kontroll tal-Fakulta' jew tal-Kap tal-Knisja Kattolika Appostolika Rumana ġewwa Malta.", "Jien ngħid li dawn għandhom ikunu separati u hawn nerġa' ngħid li hemm oqsma li naqblu fuqhom, per eżempju, it-teoloġija morali u t-teoloġija dommatika fejn forsi nasal biex naċċetta imma lil dawk id-dipartimentI l-oħra li huma parti mill-Fakulta' u li m'għandhom x'jaqsmu assolutament xejn mal-kontroll tal-Knisja, jien nemmen li b'dawn l-emendi li qed nagħmlu hawnhekk qed nissoġġettawhom għal ċerti kontrolli u restrizzjonijiet li f'fakultajiet oħra ma jeżistux u qed inkunu denominazzjonali, jiġifieri qed inkunu konfessjonali żżejjed.", "Ma jistax ikun li nħallu l-affarijiet hekk.", "Illum forsi ssib min hu moħħu miftuħ fil-Fondazzjoni jew issib xi arċisqof li forsi jkun moħħu miftuħ.", "Imma x'jiġri jekk, per eżempju, b'dawn l-emendi li għandna hawnhekk li, kif qal tajjeb il-kollega tiegħi, se jorbtu wkoll mat-tibdil fil-futur li għad irid isir, u nispiċċaw li jkun hemm xi ħadd li jkun moħħu magħluq, li jkun ristrett, konservattiv u skrupluż u jibda jagħmillek l-impożizzjonijiet biex jikkontrolla min fil-fatt ikun għalliem f'din il-Fakulta?", "Mhux min ikun għalliem biss imma anke visiting teacher se jaqa' taħt dan ir- regolament li jrid ikollu nihil obstat mingħand il-Fakulta', jiġifieri min għand il-Fondazzjoni jew il-President tagħha biex ikun jista' jgħallem.", "Jiġifieri l-Fakulta' se jkollha kull darba tmur f'ras il-għajn biex tiddobba l-permess.", "(Interruzzjonijiet) Issa jekk m'huwiex hekk, nitlob lill-Ministru jispjegalna, għax qed narah li qisu m'huwiex jaqbel ma' dak li qed ngħid jien.", "Ħalli nieħdu eżempju fejn Hans Kung jiġi mistiden mill-Fakulta' biex jagħmel xi żewġ lectures hawn Malta.", "Allura skond dan ir-regolament, wieħed ikollu jmur għand il-Fondazzjoni biex iġib permess għal dan.", "Ma ninsewx li dan se jkun visiting lecturer u mhux kandidat għall-post.", "L-istaff ta' l-għalliema jinkludi dawk l-għalliema li huma permanenti, dawk li m'humiex permanenti, kif ukoll visiting teachers.", "Issa jekk visiting teacher mhux se joqgħod hawn Malta fit-tul allura m'huwiex se jkun parti mit-teaching staff u din nifhimha.", "Pero' hawn irridu noqogħdu attenti għall-fatt li l-għalliema mhux permanenti u l- visiting teachers jistgħu jkunu kemm Maltin kif ukoll barranin.", "F'paġna 5 tal-Ftehim hemm miktub hekk:", "\"Anness relattiv għall-artikolu 3 tal-Ftehim iffirmat fis-26 ta' Settembru 1988 bejn is-Santa Sede u l-Gvern tar-Repubblika ta' Malta ...\".", "(Interruzzjonijiet) Jien qed nitkellem fuq il-Liġi in-ġenerali.", "Mela din mhux parti minnu?", "Veru dak li qed tgħid int, li dan imur ma' artiklu 3, imma dan huwa parti mil-Liġi li għaddejja bħalissa.", "Għalhekk qed nitkellem f'dan l-istadju għaliex b'din l-emenda li ppreżentajt issa qed torbot ma' dak li għad irid jiġi 'l quddiem u mhux biss ma' dak li qed nifthemu issa.", "Jiġifieri din qed torbot ukoll li jiġri x'jiġri 'l quddiem jibqa' marbut ma' dan il-kliem tal-lum.", "Jien nixtieq li l-Ministru jkun iktar preċiż billi jispjega dak li qed nitkellem fuqu jien; qed nirreferi għall-parti ta' l-emenda li titkellem dwar kif inhija mqassma l-Fakulta', bid-dipartimenti u t-teaching staff tagħhom.", "Irridu nagħmlu distinzjoni bejn dawk id-dipartimenti li nerġa' ngħid nifhem li jista' jkollhom relazzjoni diretta ma' dak li huwa t- tħarriġ pastorali ekkleżjastiku - sejjaħlu li trid - ta' min għada pitgħada se jkun membru tal-Knisja Kattolika biex jgħallem u jagħmel ix-xogħol pastorali fid-djoċeżi u dawk l-oħrajn kollha li llum qed jiżdiedu - hawn ngħid li għall-grazzja ta' Alla qed jiżdiedu għax sew li nies lajċi jistudjaw it-teoloġija - u li m'humiex marbutin b'dawn il-finzjonijiet tal- Knisja imma għandhom l-għatx jew ix-xewqa li jistudjaw it-teoloġija.", "Fl- opinjoni tiegħi dawn ma jkunux ristretti fl-għażla ta' l-għalliema tagħhom minn knisja ta' reliġjon waħda.", "Jien ngħid li għandu jkun hemm ftuħ u ta' ċerti dipartimenti u suġġetti, bħal per eżempju, Arkeoloġija Paleokristjana.", "Jien ma nistax nifhem għaliex għalliem għandu jmur għand il-Fondazzjoni biex jagħmel it-tagħlim tiegħu u jipprepara l- lectures.", "Nixtieq li l-Ministru jirrispondi fuq din u iktar u iktar fuq id-Dipartiment tal-Filosofija, li ħafna drabi l-istudenti ta' dan id- dipartiment jibdew bih fl-ewwel snin ta' l-Universita' fejn il-filosofija pjuttost tkun wiesgħa u żgur mhux konfessjonali.", "Għalhekk ma nistax nifhem għaliex għandu jkollok nies b'ċertu viżjoni ta' l-affarijiet u jkunu mogħtijin it-timbru bħallikieku kollox sew magħhom, imma l-oħrajn li ma jkollhomx nihil obsat qishom m'humiex kapaċi jgħallmu t-teoloġija b'mod differenti.", "Nirringrazzjak.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Se nipprova ngħid xi ħaġa fuq dak li qal l-Onor.", "Mifsud Bonnici.", "Irrid ngħid li meta gvern - kwalunkwe gvern - jagħmel ftehim mas-Santa Sede, jagħmlu mhux biex jgħaddi n-nies biż-żmien, imma jagħmlu għaliex he means li dak il-ftehim jiġi attwat u jissarraf.", "Mela huwa obbligu ta' kull gvern li meta jagħmel ftehim li jista' b'xi mod ikun inkompatibbli ma' xi liġi allura jemenda l-liġi, s'intendi la jkun għamel il-ftehim, biex b'hekk ma tibqax din l-inkompatibilita'.", "Din hija l- istorja kollha.", "Jiġifieri jekk xi ħadd jibda jimmaġina li hemm xi inkompatibilita' bejn l-Att prinċipali u l-Ftehim li għamel il-Gvern mas- Santa Sede, allura qed ngħidu li l-Ftehim huwa parti mil-Liġi, għax huwa Skeda fil-Liġi u ergo jekk jikkozza mal-Liġi prinċipali, allura l-Ftehim jgħodd.", "Jekk ma nagħmlux hekk, meta nkunu għamilna ftehim inkunu qed nagħmluh biex ngħaddu n-nies biż-żmien u mhux bis-serjeta'.", "Issa veru li hemm biċċa li tgħid li jekk xi darba jsir ftehim ieħor jista' jsir ukoll bħala emenda fl-iSkeda - għax il- ftehim se jkun fl-Iskeda - u allura l-emenda fl-Iskeda tkun forma ta' subsidiary legislation.", "Allura jekk f'dan li-ftehim ġdid li xi darba jagħmel xi gvern mas-Santa Sede ikun hemm anke dubju, m'hemmx għalfejn noqogħdu nerġgħu nemendaw il-Liġi.", "Din hi l-istorja kollha.", "Huwa veru li l-Onor.", "Mifsud Bonnici għamel ħafna storbju fuq dan il- metodu ta' kif qed nilleġislaw, imma din hija ristrettissima għall-Ftehim bejn il-Gvern Malti u s-Santa Sede fuq il-Fakulta' tat-Teoloġija.", "Jiġifieri dawn il-possibilitajiet kollha huma proprju ristretti fuq hekk.", "Hemm dan il-Ftehim u jekk xi darba xi gvern jasal fi ftehim ġdid ikun jista' juża dan il-mekkaniżmu biex ma joqgħodx kull darba jbiddel il-Liġi prinċipali.", "Dejjem jibqa' id-dritt tal-Parlament, bħalma għandu fi kwalunkwe' liġi sussidjarja, illi meta Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal- Kamra xi ftehim ta' dan it-tip - iċ-ċans li jiġri xi ħaġa hekk mhux qed narah - dik il-liġi sussidjarja jwaqqagħha.", "Il-Parlament għandu kull dritt jagħmel hekk u dan id-dritt m'aħniex qed inmissuhulu.", "Għalkemm meta tisma' lill-Onor.", "Mifsud Bonnici jgħidha taħseb li din hija xi biċċa gabirjola legali, fil-fatt din hija ħaġa ċarissima.", "Hemm Ftehim, dan sar biex nosservawh, ma sarx biex ngħaddu lin-nies biż-żmien u jekk ikollok inkompatibilita' bejn liġi u ftehim, jekk ma tagħmilx din it-tip ta' emenda biex tissilvagwarda li l-ftehim jgħodd, il-ftehim tkun iffirmajtu biex tiċċajta u mhux bis-serjeta'.", "Issa ħalli nagħmel ftit rimarki fuq dak li qal l-Onor.", "George Vella.", "Aħna mill-bidu għidna li hemm il-vantaġġi li t-Teoloġija tidħol l- Universita'.", "Aħna b'wiċċna minn quddiem ngħidu - din hija xi ħaġa li nemmen fiha bis-serjeta' - li se jkun hemm vantaġġi għall-istudenti tat- teoloġija li ma jibqgħux weħidhom kif kienu qabel fil-Kulleġġ tal-Virtu' imma jmorru Tal-Qroqq u jitħalltu ma' l-istudenti ta' fakultajiet oħra.", "Dan huwa ta' ġid għalihom kif ukoll huwa ta' vantaġġ u ta' ġid għall- istudenti ta' fakultajiet oħra li jiltaqgħu u jkunu flimkien.", "Huwa żgur aħjar li l-istudenti tat-teoloġija jkollhom aċċess għal-librerija ta' l- Universita' - li ħadd m'hu se jkollu ċensura fuqhom - milli jkollhom aċċess biss għal xi librerija ġo Tal-Virtu' li donnha tkun iktar maqtugħa mid- dinja milli wieħed jistenna li tkun għax safejn naf jien meta titgħallem it- teoloġija tkun qed titgħallem ukoll għad-dinja.", "Dan kien l-ewwel punt u ż- żewġ naħat tal-Kamra naqblu fuqu.", "Hemm vantaġġ li l-istudenti tat-teoloġija jkunu ma' l-istudenti l-oħra universitarji.", "Kif qal tajjeb l-Onor.", "Vella, f'pajjiżna r-reliġjon predominanti hija r-reliġjon Kattolika u l- Universita' għandha interess li l-lawrji li tagħti l-Fakulta' tat-Teoloġija ta' l-Universita' jkunu rikonoxxuti mill-awtoritajiet tal-Knisja, mhux ta' Malta, imma ta' Ruma.", "Aħna bħala pajjiż li hu predominantement Kattoliku għandna dan l-interess u dan huwa l-ħsieb kollu wara l-Ftehim.", "L-Onor.", "Vella għamel storbju sħiħ fuq ċerti suġġetti fejn qal li m'għandux ikun hemm it-timbru tal-nihil obstat jew il-veto ta' l-Arċisqof.", "Jekk wieħed jaqra l-Ftehim sew, mill-ewwel isib li hemm distinzjoni bejn suġġetti u oħra, jiġifieri mhux veru li s-suġġetti kollha huma mitfugħin flimkien kif ta x'jifhem l-Onor.", "Vella.", "Il-Ftehim xi jgħid?", "Ħalli naqra ż-żewġ partijiet li huma relevanti.", "L-ewwel waħda tgħid hekk:", "\"Il-kandidati għal post ta' għalliem ...\"", "- u post ta' għalliem ma jfissirx li jiġi wieħed u jagħmel żewġ lectures, u ngħid għaliex aktar 'l quddiem.", "Post ta' għalliem ifisser post appuntat bħala teacher lecturer f'post li jeżisti -", "\"... għandhom jiksbu minn qabel ċertifikat mill-Arċisqof ta' Malta li juri li m'hemm ebda oġġezzjoni kanonika kontrihom.\".", "GĦalhekk kull min japplika għal għalliem irid ikollu dan iċ-ċertifikat li m'ħemmx oġġezzjoni kanonika.", "Oġġezzjoni kanonika għandha t-tifsiriet tagħha u m'għandix għalfejn nidħol fil-mertu tagħha imma biex l-Arċisqof joġġezzjona jrid ikollu raġuni li toħroġ mil-Liġi Kanonika.", "Il-paragrafu l-ieħor - u hawn id-distinzjoni bejn dixxiplina u oħra - jgħid hekk:", "\"Għad-dixxiplini f'affarijiet ta' fidi u morali, ...\"", "- qed jagħmel id-distinzjoni bejn dixiplini ta' fidi u morali u d-dixiplini l-oħra; din id-distinzjoni vera teżisti, għandu raġun li jagħmel din id- distinzjoni l-Onor.", "Vella pero' din id-distinzjoni qiegħda fil-Ftehim li hemm mal-Knisja -", "\"... l-Universita' ta' Malta għandha tikkommunika fi żmien xieraq lill- istess Arċisqof l-isem tal-kandidat magħżul wara l-proċess ta' l- għażla, u li jirċievi l-ħatra wara li jkun issottoskriva l-professjoni ta' fidi quddiem l-istess Ordinarju u rċieva mingħandu l-missjoni kanonika.\".", "GĦalhekk hemm distinzjoni bejn kif se jinħatru l-għalliema fil-Fakulta' tat- Teoloġija kollha, minn kif se jinħatru dawk li qegħdin fid-dixxiplini partikolari li jirrigwardaw affarijiet ta' fidi u morali.", "L-aħħar nota li rrid nagħmel huwa dwar ir-referenza li għamel l-Onor.", "Vella għall-anness relattiv għall-artiklu 3 fejn hemm miktub hekk:", "'L-istaff ta' għalliema jinkludi għalliema Permanenti ...\"", "Artiklu 3 li m'għandu x'jaqsam xejn ma' l-artiklu li konna qed naqraw jgħid li l-organizzazzjoni kollha tal-Fakulta' tat-Teoloġija li kienet tal- Fondazzjoni se teħodha over, se tkun inkorporata fl-Universita'.", "Allura għall-iskop ta' dan l-artiklu sar anness li fih saret il-lista ta' l- istruttura tal-Fakulta' tat-Teoloġija tal-Fondazzjoni ta' l-Istudji Teoloġiċi liema struttura ħaditha over l-Universita' meta ġiet inkorporata.", "Għalhekk ir-referenza li qara l-Onor.", "Vella meta semma l- visiting teachers tamplifika x'inhi din l-istruttura li ġiet inkorporata fl- Universita'.", "Din bl-ebda mod ma tfisser li jekk tal-Fakulta' tat- Teoloġija jridu jġibu lil xi ħadd biex jagħti public lecture jew visiting lecture irid imur joqgħod jissottoskrivi l-professjoni tal-fidi ...", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq nies li jkunu tal-post u mhux kif qed l-Onor.", "Membru.", "Għalhekk ir-referenza għal visiting lecturer m'hijiex qiegħda fil- Ftehim imma qegħda biss fl-Anness tal-Ftehim li jirreferi biss għal artiklu 3 li nerġa' ngħid - jgħid li l-Universita' se tieħu over il-Fakulta' tat- Teoloġija li kienet tal-Fondazzjoni ta' l-Istudji Teoloġiċi.", "Għall-iskop ta' dak l-artiklu hemm dettaljat fiex kienet tikkonsisti l-Fakulta' tal- Fondazzjoni ta' l-Istudji Teoloġiċi.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "George Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Jien nifhem li l-Ministru qed isib diffikulta' hu stess biex jipprova jiġġustifika dak li hemm imniżżel.", "F'dak il-każ hemm bżonn li dan il-Ftehim jitkabbar iktar ħalli jsiru ħafna definizzjonijiet ta' termini.", "Per eżempju, jista' l-Ministru jfisser x'inhi oġġezzjoni kanonika?", "Fl-opinjoni tiegħi din tant hija wiesgħa li jekk kemm-il darba ...", "Il-ftit li tgħallimt minn dan il-Parlament hu li fuq quddiem ta' kull liġi jkun hemm id-definizzjonijiet.", "Issa jekk oġġezzjoni kanonika se nħalluha daqshekk open-ended wieħed jista' jġib ir-raġunijiet kollha li dik hija oġġezzjoni kanonika.", "Jista' f'Parlament lajk ikun hemm deskrizzjoni ta' x'qed nifhmu b'oġġezzjoni kanonika?", "Jista' jkollna definizzjoni iktar eżatta ta' xi jfisser għalliem?", "Għalija kull min jiġi quddiem klassi ta' studenti u jagħti lecture huwa għalliem.", "Issa hawn qed jingħad li mhux veru li jekk jiġi xi ħadd minn barra jrid ikollu l-permess tal-Fondazzjoni.", "Jien din nifhimha differenti.", "Hawnhekk hawn ċar li l- għalliema ta' l-Istitut ta' l-Istudji Reliġjużi - li jaqa' taħt il- Fakulta' - huma magħżulin mill-istaff permanenti ta' l-istess Fakulta' imma għalliema oħra jistgħu jkunu mistiedna.", "Allura jekk kemm-il darba l- Ministru qed tgħid li visiting lecturer ma jaqax taħt id-definizzjoni ta' għalliem, din irridu ndaħħluha x'imkien għax m'hija miktuba mkien.", "Fid- definizzjoni hawn li l-għalliema m'humiex permanenti u l-visiting teachers ...", "Mela jekk wieħed - l-ewwel semmejt lil Hans Kung - jiġi jagħmel xi żewġ lectures - ikun qiegħed jagħmel ċerti osservazzjonijiet jew ikun kiteb kitba jew kotba ġodda fuq it-Teoloġija, jiġifieri fuq il-linja tiegħu - mhux visiting teacher ikun?", "Aħna rridu nilleġislaw b'mod ċar għaliex għada pitgħada jien u int ma nkunux hawn, imbagħad si tratta ta' interpretazzjoni.", "Jien qed ngħid - bħalma qalu b'mod iktar tajjeb sħabi u bħalma kien intqal fid-diskussjoni li kienet saret f'Ġunju ta' l-1993 - li dan il-Ftehim huwa miftuħ u jagħti setgħat esaġerati lil min fl-opinjoni tiegħi m'għandux għalfejn ikollu dawn is-setgħat esaġerati.", "Jien nifhem u naċċetta fuq bażi personali li fuq morali u affarijiet ta' reliġjon Kattolika l-Knisja għandu jkollha ċ-ċans ta' diskussjonijiet u koperazzjoni mal-Fakulta' ta' l-Universita' ħalli turi x-xewqa tagħha u l-għażla ssir kif għandha ssir u mhux nagħtuha piazza pulita u tagħmel li trid.", "Għandu jkun hemm iċ-ċans ta' diskussjoni mal-Fakulta' tat-Teoloġija imma f'affarijiet oħra naħseb li nkunu qed ngħabbu lill-Knisja lokali b'affarijiet li assolutament m'għandhiex għalfejn tgħabbi rasha bihom.", "U l- Knisja kellha uġiegħ ta' ras bl-artijiet meta aħna konna xbajna ngħidu li m'għandhiex x'tambihom!", "Dak iż-żmien tan-naħa l-oħra ħarġu kontra tagħna imbagħad qablu magħna li jaqbel li tfarfar dawn ir-responsabbiltajiet minn fuq spallejha.", "Fil-fatt illum hija kuntenta għax marret tajjeb.", "Aħna ngħidu good luck to them la kienu kapaċi imma dan se jwassalna biex erbat ijiem oħra, jekk se nibqgħu sejrin hekk ...", "Jien ngħidlek li llum il- ġurnata kif qed jiżviluppaw l-affarijiet qed issir iktar importanti - mil- lat ta' kuxjenza u mil-lat morali - l-bio-etika, biex ma nsemmix l-etika professjonali.", "Illum qed immorru f'kampi tant delikati u tant huma marbutin flimkien bejn il-bioloġija u bejn il-morali - dawn huma affarijiet li lanqas konna noħolmu bihom qabel - li indirettament issa jista' jkollna impożizzjonijiet ta' ċertu timbru denominazzjonali u konfessjonali fuq kif se jibdew jiġu argumentati ċerti problemi.", "Fis-snin li ġejjin quddiemna se nibdew nargumentaw, per eżempju, fuq il-bio-etika tal-ġenerazzjoni tal-ħajja.", "Sfortunatament sal-lum - u l-Knisja qed tagħmel ċerti pronunzjamenti fuqha - ftit qed ikun hawn diskussjonijiet, kundanni jew kontrolli mill-Gvern - li jipprofessa r-reliġjon Kattolika - fuq abbużi li qed isiru f'dan il-pajjiż f'ċerti affarijiet.", "Jien m'iniex se nidħol f'dan l-argument.", "Hawnhekk fuq il-karta għandna ħafna kontrolli u ħafna saħħa tal-Knisja biex tikkontrolla t-tagħlim tat-Teoloġija - jien ngħid li għada pitgħada żgur li se jkun hemm impatt fuq it-tagħlim tal- bio-etika u fejn għandna naslu u m'għandniex naslu - pero' min-naħa l-oħra dawn il-ħafna poteri fuq il-karta mhux qed jiġu riflessi f'dak li jista' jagħmel il-Gvern biex jikkontrolla abbużi li diġa' qed isiru f'affarijiet oħra.", "Pero' dan huwa argument li nispera li naqbduh darb'oħra.", "Jien nixtieq ngħid bl-aktar mod ċar li aħna mhux qed nikkritikaw lill- Knisja Kattolika Appostolika Rumana li jkollha n-nies tagħha magħżula li jgħallmu dawk id-dixxiplini li fil-fatt huma fl-interess tagħha li jkollha.", "Jekk wieħed jara kif kien imqassam dan id-Dipartiment u kemm kien hemm nies jistudjaw f'dan id-Dipartiment, skond ir-rapport ta' l-1988, isib li s- separazzjoni hija netta, għaliex ovvjament in-nies li qed jistudjaw l- istudji reliġjużi, għandhom l-Istitut għall-Istudji Reliġjużi - dak iż- żmien kien hemm 82 - imma hemm numru ta' nies li qed jistudjaw it-teoloġija proprja - teoloġija li tista' ma tkunx marbuta ma' l-istudji reliġjużi mhux biex isiru qassisin - sempliċement għaliex għandhom interess f'dan is- suġġett.", "GĦaliex l-għalliema tagħhom għandhom jiġu kontrollati minn Knisja ta' denominazzjoni waħda?", "GĦalija setgħet kienet il-Knisja Protestanta, l- istess oġġezzjonijiet konna nagħmlu.", "Kieku għamiltu dan il-Ftehim mal- Moonies jew ma' tal-Jehovah, li kollha għandhom l-affarijiet tagħhom biex jiġġustifikaw l-eżistenza tagħhom, xorta konna ngħidu li dan mhux sew li tintrabat ma' denominazzjoni waħda.", "Dan ma tistax tagħmlu f'pajjiż li jippretendi li qed iħares lejn is-seklu 21.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jiena ma rridx noqgħod nirrepeti imma rrid ngħid li b'dikjarazzjoni għidt li aħna bħala pajjiż - għaliex l-Onor.", "Vella semma l-Moonies, il-Protestanti eċċ - għandna interess li d-degrees li joħorġu tat-teoloġija mill-Fakulta' tat-Teoloġija jkunu rikonoxxuti mis-Santa Sede, l-awtoritajiet tal-Knisja tar-reliġjon tal-maġġoranza.", "(Interruzzjonijiet) Din m'hijiex ipokrezija.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "George Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Billi noqogħdu nħabbtu fuq sidirna ma jfissirx li għandna valuri Kristjani veri.", "Jekk irridu li jkollna valuri kristjani veri, allura aħna rridu nagħtu l-eżempju u mhux nagħmlu affarijiet li jmorru kontra t-tagħlim soċjali tal-Knisja.", "Jekk kemm-il darba dan il- Gvern qed jaqbad it-tagħlim tal-Papiet biex jintgħoġob mal-Vatikan, allura jaqbad l-enċikliċi u jagħmilhom fil-prattika, u mhux jagħmel affarijiet biex hawnhekk jidher sabiħ u jistqarr li fl-interess tal-pajjiż irid li jkollna tagħlim Kattoliku Kristjan.", "(Interruzzjonijiet) Mela toqgħod tirredikola bil-Moonies!", "Kun serju fid-diskussjoni.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jiena m'iniex qed ngħid hekk.", "Jiena serju ħafna.", "Inti m'intix serju għaliex qed tagħmel misquoting u misinterpreting apposta ta' dak li qed ngħid jien.", "(Interruzzjonijiet) Valuri u mhux valuri ma jidħlux f'din il-kwestjoni.", "Inti għidtilna li kieku aħna għamilna ftehim mal-Moonies u mal-Protestanti xorta kontu tipprotestaw u jiena għidt li aħna bħala Stat għandna interess li d-degrees li tagħti l- Fakulta' tat-Teoloġija ta' l-Universita' tagħna jkunu rikonoxxuti mis-Santa Sede.", "Nassumu li dawn ma jkunux rikonoxxuti, x'jiġri f'dan il-pajjiż?", "Ikollna l-Knisja li tagħmel Fakulta' ta' Teoloġija tagħha u l-Universita' tagħmel ieħor li ma jkunx rikonoxxut mis-Santa Sede.", "Aħna għandna interess li nkunu f'din is-sitwazzjoni?", "Jekk għandna interess li l- istudenti tat-teoloġija jmorru l-Universita' - kif diġa' spjegajna u qbilna fuqu - mhux ovvju li l-interess tagħna hu - mhux li naraw li kulħadd jobdi l-morali, dak ma nidħlux fih u mhux qed nipprova nkun ipokrita, far from it - li d-degrees li tagħti l-Universita' fit-teoloġija, jkunu rikonoxxuti mis-Santa Sede?", "Din ipokrezija?!", "Mela jien qed ngħid lil xi ħadd biex imur jobdi lill-Knisja bilfors jew biex josserva l-preċetti tal- Knisja bilfors jew biex jemmen dak li tgħidlu l-Fakulta' tat-Teoloġija jew dak li jgħidlu l-Papa bilfors?", "Jien qed ngħid li l-interess tal-pajjiż hu li d-degrees li tagħti l-Universita' fit-Teoloġija jkunu rikonoxxuti mis- Santa Sede.", "Dażgur li huwa fl-interess tagħna.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "George Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Nitlob lill-Ministru jillumina lill-Kamra - jiena njorant f'dawn l-affarijiet - x'inhu l-interess u fiex se jissarraf dan l- interess li l-Universita' tara li d-degrees fit-Teoloġija mogħitijin mill- Universita' Maltija jkollhom il-benedizzjoni tas-Santa Sede.", "Nixtieq lill- Ministru jispjegalna din għaliex jien ma nafx xi tfisser.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jew qed nitkellmu bil-Grieg jew ma nafx!", "Il- loġika hija ċara ħafna.", "Dan jaqbel għal kulħadd għar-raġunijiet li semmejt - u fil-fatt anke int għidt li taqbel magħhom - fil-premessa tal- bidu tal-Ftehim.", "Issa x'inhu l-premessa tal-Ftehim?", "Din tgħid hekk:", "\"Is-Santa Sede u r-Repubblika ta' Malta, konxji mill-iżvilupp storiku ta' l-istudji universitarji f'Malta u, fuq kollox wara li kkonsidraw il-vantaġġi ta' karattru xjentifiku, kulturali, u soċjali li jistgħu joħorġu minn għaqda aktar sħiħa tal-Fakulta' tat-Teoloġija ma' l- Universita' ta' Malta, jistabilixxu bi ftehim bejniethom dan li ġej:\".", "Hekk jibda l-Ftehim.", "Meta kkwotah, l-Onor.", "George Vella qal li jaqbel miegħu.", "Jien ma nistax nifhem kif jista' jimmaġina li l-Universita' tagħti degrees fit-Teoloġija li ma jkunux rikonoxxuti mis-Santa Sede.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Jiddispjaċini ngħid li l-Ministru mhux qed jinduna li qed ikun kontradittorju.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Le, m'hu qed inkun kontradittorju xejn.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Nieħu gost li kieku l-Ministru joqgħod ftit bil- qiegħda u jisma' u jidħol fid-diskussjoni għax jien qed nipprova nkun serju ħafna f'din il-kwestjoni għaliex inħossha bis-serjeta'.", "Meta kkwotajt dak li qed jikkwota l-Ministru - veru li kkwotajtu - għidt li l-iskop aħħari kien li meta t-Teoloġija terġa' tingħaqad ma' l-Universita' jkun hemm gwadann, vantaġġi ta' natura xjentifika, kulturali u soċjali.", "Veru dan.", "Imma meta inti qed tħallat żewġ affarijiet, x'taħlit tkun qed tagħmel meta parti minn dik li qed tħallat se tħalliha imgeżwra f'borża tal-plastic imħallta ma' l-affarijiet l-oħra?", "M'hux taħl;it dak. it-taħlit huwa li itni tiftaħ u tħalli l-affarijiet jidħlu ġo xulxin.", "Jekk inti taqbad oġġett u tagħmlu ħdejn xi ħaġa oħra imma jibqa' mgeżwer fil-kontroll ...", "Għalhekk għidlek li qed tkun kontradittorju għax filwaqt li qed titkellem li huwa vantaġġjuż ...", "Jien naqbel li huwa vantaġġuż għax qed ikollok taħlit ta' l-imħuħ, ta' l-ideat, pooling of opinions, skontru ta' l-ideat u ġlied ta' l-ideat u min hemm toħroġ l-intelliġenza u mhux toqgħod tisma linja waħda u titgħallimha bl-amment.", "Fl-antik kienu jistudjaw bl- amment.", "Imma jekk inti mbagħad it-taħlit li trid tagħmel ħa żżommu marbut u mgeżwer b'ċerti restrizzjonijiet li qed titkellem kontra tagħhom - mhux għan-natura tar-restrizzjoniji ...", "Jien nerġa' ngħid li f'każ ta' istitut ta' studju reliġjuż biex isiru patrijiet Dumnikani, eċċ., allura għandu jkun bemm kontroll ta' min jgħallem hemm, imma fid-dipartimenti l- oħra kollha li semmejt m'għandux ikun dan.", "Għalhekk dak li qed jgħid il- Ministru huwa kontradittorju meta qed jiftaħar li qed jiġġustifika li għandu jkun hemm imbagħad ir-restrizzjonijiet li hemm imposti mill-Ftehim stess.", "Issa jekk m'hux qiegħed jifhem dan, allura jiddispjaċini.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien naħseb li qed ngħidu ħafna fuqha, pero' rrid niċċara żewġ punti oħra li kont se niċċarahom qabel u ma komplejtx għaliex intervjena l-Onor.", "Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Fixklek l-Onor.", "Bonello Du Puis u mhux jien.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien naħseb li kont ċar ħafna u ma nistax nifhem fejn l-Onor.", "Vella qed jara kontradizzjoni.", "Jidher li hemm żewġ affarijiet li l-Onor.", "Vella mhux qed jintebah bihom.", "Waħda miż-żewġ affarijiet li rrid insemmi hija l-oġġezzjoni kanonika għall-kandidati.", "Huwa staqsa xi tfisser l-oġġezzjoni Kanonika.", "Din tfisser oġġezzjoni bbażata fuq il-Liġi Kanonika u mhux oġġezzjoni frivola.", "(Interruzzjonijiet) Hekk hu.", "Jien hekk nifhimha.", "It-tieni nett huwa li l-Onor.", "Vella qal li l-għalliem irid jgħaddi minn ċertu proċess u jien ngħidlu li mhux l-għalliem.", "Għaliex għidtlu li għall- visiting teacher ma tapplikax?", "Għaliex il-Ftehim isemmi ċar \"Il- kandidati għall-post ta' għalliem\".", "Issa meta lil wieħed tistiednu minn barra biex jagħmel serje ta' lectures hawn Malta, allura dan ma tgħidlux li huwa kandidat għall-post ta' għalliem.", "Kandidat għall-post ta' għalliem huwa bniedem li applika formalment meta kien hemm sejħa għal applikazzjonijiet biex isir lecturer jew professur.", "Dak huwa kandidat għall-post ta' għalliem.", "Issa l-proċess li qed insemmu huwa għal kandidati għall-post ta' għalliem u mhux għal kull min jagħmel lecture fil-Fakulta', imma għal min ikun appuntat lecturer jew professur wara li jkun hemm sejħa għal applikazzjoni mill-post stabbilt tal-lecturers jew professuri li hemm fil-Fakulta'.", "Jiġifieri qed ngħid li mhux veru dak li qed jgħid l-Onor.", "Vella li din tapplika għal dak li jiġi minn barra u li jkun mistieden biex jagħmel xi lectures għal xi ġimgħatejn jew tlieta.", "Le, dan mhux kandidat għal post ta' għalliem.", "Il-Ftehim huwa ċar fuq din il-kwestjoni.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Issa qed niddiskutu t-Tielet Skeda.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jekk trid li niddiskutuhom flimkien, għalija xorta.", "It-Tielet Skeda qiegħda fi klawsola l-oħra.", "Jien ma nsibx oġġezzjoni jekk niddiskutuha hekk.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: S'issa hekk iddiskutejna.", "Niġu għall- ewwel punt.", "Donnu l-Ministru jrid jagħti l-impressjoni li biex il-gradi ta' l-Universita' fil-Fakulta' tat-Teoloġija jiġu rikonoxxuti mill-Vatikan, hemm bżonn li jiġu osservati dawn ir-rekwiżiti.", "Jien nerġa' ngħid lill- Ministru sempliċement biex jieħu l-ħsieb lura għal meta kien hemm il- Fakulta' tat-Teoloġija fl-Universita', fejn ma kienx hemm dawn l-esiġenzi li qed jiġu prospettati u mposti llum, u li xorta waħda d-degrees kienu jiġu rikonoxxuti mill-Vatikan.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Aħna nafu kif kienu jsiru dak iż-żmien.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Dan il-fatt huwa prova biżżejjed u sempliċi ta' kemm m'hemmx il-ħtieġa ta' dan kollu għaliex qabel ma kienx hemm dawn l-impożizzjonijiet fuq l-Universita'.", "Dik hija l-ewwel waħda.", "It-tieni nett, x'jiġifieri d-degrees ta' l-Universita' fit-Teoloġija ma jiġux rikonoxxuti mill-Vatikan?", "X'jiġifieri din?", "Trid tfisser li Dottorat fit-Teoloġija minn universita' mhux kattolika ma tkunx rikonoxxuta bħala dottorat?", "Ir-rikonoxximent tad-degrees m'għandux x'jaqsam ma' l- approvazzjoni tal-Falkuta' mill-Vatikan.", "Allaħares naċċettaw li grad fit- Teoloġija jrid bilfors ikun rikonoxxut mill-Vatikan.", "Grad fit-Teoloġija huwa independement mill-Vatikan.", "Kieku m'humiex independenti l-gradi tal- maġġoranza ta' l-universitajiet tad-dinja li jagħtu gradi fit-Teoloġija, kieku m'humiex rikonoxxuti mill-Vatikan.", "Din m'għandha x'taqsam xejn u l- ħtieġa li jkun hawn dan f'pajjiżna ma teżistix.", "Per eżempju, kieku jkun il-każ li l-grad tat-Teoloġija huwa rikonoxxut mill-Vatikan imma l- universitajiet ta' pajjiżi oħra ma jirrikonoxxuhx għax mhux ta' standard, kieku jien nippreferi r-rikonoxximent tal-grad ta' l-universitajiet ta' pajjijżi oħra millli dak tal-Vatikan.", "Assolutament m'għandu x'jaqsam xejn.", "Dawn l-affarijiet m'humiex meħtieġa.", "It-tielet punt huwa fuq l-awtonomija akkademika ta' l-Universita'.", "Aħna li tant ninsistu tant fuq l-awtonomija akkademika ta' l-Universita' , allura kif se narmuha fejn tidħol il-Filosofija u t-Teoloġija.", "Ħaddieħor għandu dritt jinsisti għall-esiġenzi tal-Knisja imma aħna li ninsistu fuq l- awtonomija akkademika ta' l-Universita' ma nistgħux naċċettaw li dawn l- affarijet ikunu miktubin.", "Ħalli b'mod indirett permezz ta' min hija komposta l-Fakulta' tat-Teoloġija jkun hemm ċertu kontroll imma mhux fl- istatut tagħna ta' universita' awtonoma nniżlu dawn il-ħneżrijiet.", "Nerġa' nirrepeti li dawn huma ħneżrijiet, bla edba riżervi ta' xejn li jmorru kontra l-awtonomija akkademika ta' l-Universita'.", "Qiegħed tissoġġetta l- awtonomija akkademika fil-Fakulta' tat-Teoloġija jew le għal organizzazzjoni estranea?", "Iva, qed tissopprimi l-awtonomija akkademika.", "Jekk tagħmel din fit-Teoloġija allura għandek dritt tagħmilha f'oqsma oħra.", "(Interruzzjonijiet) Le, m'għandekx dritt tagħmilha, m'għandekx raġun u ma nistgħux nittoleraw dawn l-affarijiet jinkitbu fl-Istatut Malti fl-1995.", "Ftehim bejn stat u ieħor isir imma fl-Istatut Malti m'għandhomx jidħlu dawn l-affarijiet għaliex inkunu qed immorru kontra l-prinċipji li ġġelidna għalihom, bħall-awtonomija akkademika ta' l-Universita'.", "Issa x'inhija l- oġġezzjoni kanonika?", "L-oġġezzjoni Kanonika, skond artiklu espress tal- Liġi Kanonika, hija meta l-ordinarju tad-djoċesi joġġezzjona għal xi ħaġa għar-raġunijiet li jifhem hu.", "Qiegħda insidakabbli.", "Għandna l-każ li għadna kif ipprospettajna fil-Liġi taż-Żwieġ, fejn l-ordinarju joġġezzjona li avukat li jkun ħa l-grad fil-Liġi Kanonika u li kien mar għall-kors organizzat mill-Arċidjoċesi, ma jistax jaħdem fit-Tribunal Ekkleżjastiku, jiġifieri ma jippatroċina lil ħadd għax ma jkollux il-beneplacito ta' l- ordinarju.", "Dik hija l-oġġezzjoni kanonika u xejn iktar u ħadd ma jista' jissindikaha.", "M'iniex qed ngħid li għandu jkun mod ieħor imma ara taħsbu li hemm xi kawteli, xi difiżi, xi safeguards għal dawn l-affarijiet.", "M'hemm xejn ħlief il-kuxjenza u r-rieda tajba u dawn għandhom ikunu s- safeguard għal dawn l-affarijiet.", "Mela ma noqogħdux nistaħbew wara l- oġġezzjonijiet kanoniċi għax oġġezzjoni kanonika m'hija xejn ħlief l- oġġezzjoni ta' l-ordinarju.", "Hekk jgħid il-provvediment tal-Liġi Kanonika u xejn iktar għax rajnieh.", "Din diġa' nqalgħet.", "Jiġifieri tasħbux li qed nimmaġinaw l-affarijiet għax dawn id-diffikultajiet diġa' nqalgħu - qed ngħid fuq il-kwesjtoni tal-Liġi taż-Żwieġ.", "Jekk inħarsu lejn il-Ftehim insibu li l-Filosofija hija parti mill-Fakulta' tat-Teoloġija u l- oġġezzjoni waħda prinċipali ta' l-Onor.", "George Vella kienet proprju din.", "Jekk irridu li t-teoloġija morali tkun it-teoloġija Kattolika, allura mbaxxu rasna għaliha.", "Imma allura għandna niddettaw ukoll għall-Filosofija f'universita' awtonoma?", "Hekk qiegħda espressa l-Filosofija fil-Ftehim, fejn jekk jitneħħa nihil obstat il-lecturer jew il-professur jitlef postu.", "Ħalli jiġru dawn l-affarijiet u nagħlqu għajnejna għalihom imma mhux indaħħluhom fil-Liġi tagħna.", "Kif nistgħu ndaħħluhom fil-Liġi tagħna meta fil-Kostituzzjoni għandna li diskriminazzjoni fuq bażi ta' twemmin reliġjuż m'hijiex tollerata.", "Kif jiġu jaqgħu u jqumu u jimponu fuqna, hekk b'daqqa ta' baklu, biex imbagħad bilfors inkunu rridu nbaxxu rasna u qisna li se nitilfu ruħna jekk ma nagħmlux dan!", "Imma hawn xi ġustifikazzjoni li nagħmlu dan kollu?", "Almenu qabel bil-kondizzjonijiet li kien hemm, kien hemm il-Fakulta' tat-Teoloġija.", "Naħseb li qabel ma kenux il-massimu tal- kondizzjonijiet li jirregolaw it-tagħlim tat-teoloġija f'pajjiżna!", "Allura għalfejn għandna nżidu dawn l-affarijiet?", "Irridu nagħmlu ħwejjeġ iktar mill-Papa!", "Minn fuq, meta jirrispondu għall-kritika tagħna iġibuna qisna qed ngħidu xi ereżiji u affarijiet minn tad-dinja l-oħra!", "Dawn l- affarjiet jien narahom minn ewl id-dinja; hekk trid tirraġuna, jiġifieri b'moħħ sekular u mhux b'moħħ konfessjonali.", "Hawn ma nistgħux nirraġunaw b'moħħ konfessjonali imma b'moħħ sekulari għax hawnhekk Kamra sekulari hawn u mhux Kamra reliġjuża.", "Inkunu qed nagħmlu żball jekk ma nirraġunawx b'din il-manjiera għax allura ma nistgħux ngħidu li qed nilleġislaw għal kulħadd u li verament nirrispettaw l-ideat ta' kulħadd.", "Meta mbagħad niġu għal klawsola li jmiss insibu li din titkellem fuq aspetti oħra tal-Ftehim, pero' qabel nagħlaq nixtieq li nistaqsi: Tafu x'qed tagħmlu?", "Mela llum, fl-1995 qed nagħmlu liġi dwar ħaġa li kienet miftiehma fl-1988, wara seba' snin.", "Imma jien nista' nkun naf jekk hawnx xi spjegazzjoni għal din il-ħaġa?", "L-Abbozz ta' Liġi ġie ppreżentat lil din Il-Kamra għall-ewwel darba fl-1993 - ħames snin wara - il-Ftehim baqa' moħbi, anzi l-Onor.", "Evarist Bartolo rnexxielu jakkwista kopja u issa wara seba' snin qed jiġi mqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra biex nilleġislaw Ftehim li sar l-1988.", "GĦandkom raġun li stħajtu u ħadtu dan iż-żmien kollu biex twettqu dan il-Ftehim!", "Kieku ħassejtu li kienet xi ħaġa tajba li kellkom biex tiftaħru biha kontu tgħadduh bil-ferħ u mhux tħalluh għal dan iż-żmien kollu.", "GĦalhekk jien nistaqsi: Dan il-Ftehim ġie ratifikat mill-Vatikan jew le?", "Il-Kamra, wara seba' snin m'għandhiex dritt li tkun taf x'ġara!?", "U jekk għaddew seba' snin biex il-Vatikan irratifikah, għaliex sar hekk?", "Kollox misterji!", "Gvern tat-trasparenza u affarijiet l- aktar sempliċi li jmissu jgħidhom mingħajr ebda diffikulta' jaħbihom b'dawn il-misteri kollha!", "Saru tant żjarat!", "Ġie l-Papa hawn Malta u lanqas staqsejnih!?", "Qed nitkellmu fuq affarijiet mill-iktar serji u qisna li rridu nagħmlu kollox bil-moħbi.", "(Interruzzjonijiet) Kif le?", "Allura Ftehim li sar fl-1988 għandu jiġi diskuss issa wara seba' snin?", "Ġaladarba dan il-Ftehim tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra jidher li mill-bidu kien hemm il-ħtieġa li jiġi ratifikat bil-mod leġiżlattiv u normali ta' din il- Kamra, allura għaliex ma ġiex qabel?", "Hekk, mingħajr raġuni ta' xejn qatt ma ngħata d-dawl tax-xemx u l-pubbliku lanqas biss jaf bih, ħlief illum li qed jiġi mqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "George Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mr Chairman, xtaqt nagħmel żewġ mistoqsijiet lill- Ministru.", "Dan il-Ftehim jgħid:", "\"... kull Dipartiment annwalment jinvita Lecturers mhux Permanenti skond il-ħtiġijiet tiegħu.\".", "Il-Ministru qal li biex jinvita lecturer m'għandux għalfejn il-permess tal- Fakulta'.", "Qabel din il-premessa hemm miktub:", "\"Bl-approvazzjoni tal-Kunsill tal-Fakulta', kull Dipartiment annwalment jinvita Lecturers mhux Permanenti skond il-ħtiġijiet tiegħu.\".", "Issa nixtieq nagħmel mistoqsija diretta ma' dik li għamel il-kollega tiegħi dwar jekk il-Ftehim huwiex iffirmat jew le u nixtieq risposta ċara.", "Il- Ministru issa jaqbel li biex ikollok għalliem - issa mhux se nsemmi bħalma semmejt l-Arkeoloġija Paleokristjana u l-Filosofija - tal-Psikoloġija u tas- Soċjoloġija irid ukoll dan il-nihil obstat mill-Fondazzjoni?", "Jekk hemm żewġ affarijiet li żgur li m'għandhomx x'jaqsmu - dawn jaqgħu taħt l- Istitut tal-Filosofija u l-Studji Umani - huma s-Soċjoloġija u l- Psikoloġija u skond dan il-Ftehim iridu wkoll l-approvazzjoni.", "(Interruzzjonijiet) Mhux le.", "L-Istitut tal-Filosofija hu parti mill- Fakulta' tat-Teoloġija jew le?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: L-Anness hu dikjarazzjoni ta' stat ta' fatt ta' kif kienet il-Fakulta' tat-Teoloġija.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Imma jien qed nistaqsik kif inhuma llum.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: L-Anness hu dikjarazzjoni ta' stat ta' fatt kif kienet il-Fakulta' tat-Teoloġija fis-26 ta' Settembru 1988.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Kollox sew, imma int qed tirrepeti l-istess oġġett, donnok li dik tgħallimt bl-amment biss!", "Int qed titkellem biss fuq il- benefiċċju meta jingħaqdu.", "Ħalli nistaqsik mistoqsija diretta: L-Istitut tal-Filosofija u Studji Umani illum fl-Universita' jaqa' taħt il-Fakulta' tat-Teoloġija jew le?", "(Interruzzjonijiet) Nitlob lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni jirrispondi għal din id-domanda.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Dażgur li jaqa'.", "Kien parti mill-Fakulta' tat- Teoloġija tal-Virtu' li issa ġiet inkorporata fl-Universita'.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mela llum jaqa' taħt il-Fakulta' tat-Teoloġija.", "Il- Psikoloġija u s-Soċjoloġija huma xjenzi studjati f'dan l-Istitut?", "Iva jew le.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Iva l-Psikoloġija hi studjata fl-Universita'.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Imma huma parti jew le minn dan l-Istitut?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Pero' l-Fakulta' tat-Teoloġija m'huwiex l-uniku post fejn tistudja l-Psikoloġija.", "Int hemm qed tipprova tasal.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Jien qed nistaqsi lill-Ministru nkarigat mill- Edukazzjoni - jien ili ħafna li tlaqt mill-Universita' - jekk il- Psikoloġija u s-Soċjoloġija jaqgħux, through l-Istitut tal-Filosofija u Studji Umani, taħt il-Fakulta' tat-Teoloġija.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Mhux bilfors u esklussivament hekk.", "Hemm Dipartiment tal-Psikoloġija li m'għandu x'jaqsam xejn.", "Hemmhekk hemm struttura sħiħa tal-Psikoloġija li hi 'l barra mill-Fakulta' tat-Teoloġija - jagħtu d-Degrees BA fil-Psikoloġija.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Kollox sew mela ma jaqax taħt il-Fakulta' tat- Teoloġija.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Dażgur li le, jaqa' taħt il-Fakulta' ta' l-Arti.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mela allura dawk li jgħallmu l-Psikoloġija u s- Soċjoloġija fil-parti li taqa' taħt id-Dipartiment tal-Fakulta' tat- Teoloġija, irid ikollhom il-nihil obstat mingħand il-Fondazzjoni wkoll?", "Dan it-Trattat hekk jgħid u jekk m'iniex korrett ikkoreġini.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Hemm id-differenza - li l-Onor.", "Vella donnu li ma jridx jagħti kas - bejn il-post ta' għalliema li jkunu jgħallmu fil- Fakulta' li kulma jridu hu li jiksbu minn qabel iċ-ċertifikat ta' l- Arċisqof u dawk ta' dixxiplini f'affarijiet ta' fidi u moral.", "Hemm proċess differenti.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Pero' min ikun qed jgħallem f'dawn id-dixxiplini allura mhux għalliem?", "Ma jaqax taħt id-divjet?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Imma t-tagħlim tal-Filosofija u tal-Psikoloġija fl- Universita' m'humiex xi monopolju jew xi esklussivita' tal-Fakulta' tat- Teoloġija.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Imma jaqgħu taħtha.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Le, id-Dipartiment tal-Psikoloġija ma jaqax taħtha.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Jgħallmu f'liema fakulta' jgħallmu huma għalliema tal-Fakulta' tat-Teoloġija għaliex il-Filosofija hija parti minnha.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: U jekk xi ħadd ikun poġġutt jew xi ħaġa oħra jneħħih minn hemm.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: L-Anness ġej parti mill-Liġi u l-Ftehim jirreferi għall-Anness u l-Anness ifisser il-Ftehim; parti minnu.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: L-Anness hu amplifikazzjoni ta' stat ta' fatt.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Mhux ġustifikazzjoni biss, imma jgħidlek li biex dan l-istat ta' fatt jinbidel trid tkun il-Fakulta' li tbiddlu.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: L-Anness jgħid:", "\"Niċċertifikaw illi fis-26 ta' Settembru, 1988 il-Fakulta' tat- Teoloġija tikkonsisti fit-tlett entitajiet, kanonikament eretti, kif ġej:\",", "imbagħad ikompli jfisser fiex tikkonsisti.", "Dak kollu ġie nkorporat fil- Fakulta' tat-Teoloġija ta' l-Universita'.", "Dan l-Anness hu biss amplifikazzjoni ta' x'ġie inkorporat.", "Issa billi aħna nifthiemu u ngħidu li l-Fakulta' tat-Teoloġija hija nkorporata fl-Universita' ta' Malta, imbagħad int tistaqsini ġustifikament: Imma din fiex tikkonsisti?", "Imbagħad hemm l-Anness li jgħid fiex tikkonsisti.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "George Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Ma jidhirlux il-Ministru li għandu jkollu d-diċenza li jiġi hawnhekk bi Ftehim ta' seba' snin ilu u jġib miegħu l-istruttura tal-lum ta' l-Universita' biex inkunu nistgħu nitkellmu fuqha?", "Qed nitkellmu dwar x'għandna miktub hawnhekk għax jien ma mmurx l-Universita' kuljum għax xogħli m'humiex hemmhekk.", "Meta nikkritikaw dan il-Ftehim li għandna hawnhekk tgħid għax hu ta' l-1988, imbagħad int ma kellekx id- diċenza li meta llum qed iġġib dawn l-emendi quddiem il-Kamra ġġib kif inhi l-istruttura llum fl-Universita'.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: L-Anness jispjega kif kienet il-Fakulta' tat-Teoloġija u jgħid li din tikkonsisti fil-Fakulta' tat-Teoloġija, l- Istitut għal Studji Reliġjużi u l-Istitut għal Filosofija u Studji Umani. l-Anness stess jgħid li l-Filosofija u Studji Umani huma suppressed.", "Dwar il-Fakulta' tat-Teoloġija jekk jara paragrafu 6 (c) isib li:", "\"Ma' l-inkorporazzjoni tal-Fakulta' tat-Teoloġija fl-Universita', l- Istitut tal-Filosofija u Xjenzi Umani, fil-fatt, ser jibqa sospiż.\".", "F'paragrafu 6 hemm li taħt il-Fakulta' tat-Teoloġija hemm id-Dpartiment tal-Filosofija u t-teaching staff kollu ta' dan id-Dipartiment, anke b'dawk li hemm vacant posts, huwa speċifikat.", "(Interruzzjonijiet) Ma jistax jinbidel, jew aħjar jekk jinbidel tibdlu biss il-Fakulta' għax hekk hawn miktub.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Michael Falzon.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Il-Bord tal-Fakulta' jista' jbiddlu; hemm l-istaff akkademiku tal-Fakulta' tat-Teoloġija.", "Dak kif kien tmien snin ilu u llum hu differenti għax il-Bord tal-Fakulta' għamel strutturazzjoni differenti.", "Hemm id-Dipartiment tal-Holy Scriptures, Hebrew and Greek li fih hemm tliet lecturers part-time; hemm id-Dipartiment tal-Moral Theology li fih professur part-time u żewġ lecturers part-time; hemm id-Dipartiment tal- Fundamental and Dogmatic Theology li fih hemm professur part-time u lecturer part-time; hemm id-Dipartiment taċ-Church History, Patristics and Palaeo-Christian Archaeology li fih hemm professur part-time u tliet lecturers part-time; hemm id-Dipartiment tal-Pastoral Theology, Canon Law and Liturgy li fih hemm professur, associate professor u żewġ lecturers kollha part-time u hemm id-Dipartiment tal-Philosophy li fih hemm professur, associate professor u assistant lecturer kollha full time.", "Jiġifieri dawk huma l-istituti li hemm illum - m'għadhomx bħala istitut as such.", "Kulma kien hemm ta' l-istitut ġie nkorporat fil-Fakulta'.", "Illum qegħdin imqassmin kif qrajt ftit ilu.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Mela kull għalliem tal-filosofija jagħmel parti mill-Fakulta' tat-Teoloġija imma l-filosofija tista' tiġi mgħallma f'fakultajiet oħra.", "Pero' biex jiġi maħtur l-għalliem - la jrid jiġi maħtur fil-Fakulta' tat-Teoloġija - bilfors irid ikollu l-approvazzjoni, inkella tapplika li jekk jirtira n-nihil obstat l-Univesita' trid tneħħih u taħtar lil ħaddieħor.", "Hekk hawn miktub.", "(Interruzzjonijiet) Jien qed nirreferi għall-Filosofija li hija fundamentali.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: GĦalkemm id-dipartiment hu hemm, il-filosofija m'hijiex esklussivita' għall-Fakulta'.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Imma l-għalliema huma tagħha; il-qofol huma l-għalliema.", "ONOR., MICHAEL FALZON: Hemm iż-żewġ degress li jingħataw mill-Fakulta' tat-Teoloġija u kulħadd jaf x'inhuma.", "Id-degrees l-oħra, il-BA fil- Psikoloġija u l-BA li tista' tieħu anke il-Filosofija bħala parti, m'hemmx il-kontroll li qed insemmu.", "Dwar il-kwestjoni l-oħra li semma dwar kif kien isir qabel.", "Veru li qabel ma kienx hemm arranġamenti.", "(Interruzzjonijiet) Ma tafx kif kienu jsiru l-affarijiet?", "Ma kienx li l-Isqof għandu dritt de jure, imma de facto kellu.", "Kien imur Isqof - m'iniex se nsemmi min kien - għand il- Gvernatur - u lanqas se nsemmi ismu - u jgħidlu biex jagħmel lil \"dak\" u mhux lill-\"ieħor\".", "Allura issa se ngħidu li dak iż-żmien kien tajjeb?", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Allura tagħmilha fil-Liġi u tagħti setgħat li ma kenux hemm?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Għax mhux veru li s-sitwazzjoni ma kenitx hekk.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Bħallikieku l-isqfijiet tagħna - taħt ir- reġim antik Ingliż - mhux hekk ħadu l-gradi tagħhom u saru isqfijiet u ġew rikonoxxuti u marru jistudjaw u ħadu l-gradi, bil-monsinjuri kollha!", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Mr Chairman, id-diffikultajiet li qajmu spjegajthom, ovvjament huma ma qablux magħhom u qed jibqgħu jargumentaw imma jiena ma nafx xi spjegazzjonijiet irid iktar minn dawk li tajt.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No)", "Il-mistoqsija hija li Klawsola Ġdida 4 tifforma parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola Ġdida Nru. 4 għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "KLAWSOLA ĠDIDA 5", "NEW CLAUSE 5", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Sur President, nitlob il-permess tal-Kamra ħalli nressaq Klawsola Ġdida 5 għall-Ewwel Qari li hija żieda ta' Skeda 2 ma' l- Att prinċipali.", "L-Iskrivan tal-Kamra qara n-nota marġinali, u l-klawsola tqieset li nqrat l-Ewwel Darba, skond l-Ordni Permanenti Nru. 101.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Sur President, nipproponi t-Tieni Qari ta' Klawsola Ġdida 5.", "\"D\" Minnufih wara l-klawżola ġdida 4 għandha tidħol il-klawżola ġdida li ġejja:", "\"Żieda ta' Skeda III ma' l-Att prinċipali.", "5.", "Minnufih wara Skeda II li hemm ma' l-Att prinċipali għandha tidħol l-Iskeda III ġdida li ġejja:", "\"SKEDA III (Artikolu 39A)", "(li ġejjin huma traduzzjoni bil-Malti ta' l-oriġinali li saru bil- lingwa taljana, l-oriġinal bit-Taljan hu riprodott wara t-test Malti)", "FTEHIM BEJN IS-SANTA SEDE U L-GVERN TAR-REPUBBLIKA TA' MALTA DWAR L- INKORPORAZZJONI TAL-FAKULTA' TAT-TEOLOĠIJA FL-UNIVERSITA' TA' MALTA", "Is-Santa Sede u l-Gvern tar-Repubblika ta' Malta, konxji mill-iżvilupp storiku ta' l-istudji universitarji f'Malta u, fuq kollox wara li kkonsidraw il-vantaġġi ta' karattru xjentifiku, kulturali, u soċjali li jistgħu joħorġu minn għaqda aktar sħiħa tal-Fakulta' tat-Teoloġija ma' l-Universita' ta' Malta, jistabilixxu bi ftehim bejniethom dan li ġej:", "1.", "Il-Fakulta' tat-Teoloġija hija inkorporata fl-Universita' ta' Malta.", "Din l-inkorporazzjoni u l-funzjonijiet tal-Fakulta' tat- Teoloġija huma regolati, fl-ewwel lok mid-dispożizzjonijiet ta' dan il- Ftehim u, fit-tieni lok mill-liġijiet ta' Malta u mill-Istatuti ta' l- istess Universita'.", "2.", "Il-gradi akkademiċi u d-diplomi konferiti mill-Fakulta' tat- Teoloġija ikollhom valur kanoniku u ċivili.", "3.", "GĦal dak li għandu x'jaqsam ma' l-istruttura, l-organizzazzjoni interna, il-korpi akkademiċi u studenteski, il-Fakulta' tat-Teoloġija qiegħda tiġi inkorporata fl-Universita' ta' Malta fl-istat li tinsab fih fid-data ta' dan il-Ftehim u kif muri fl-Anness, salv id-dritt ta' l-istess Fakulta', għall-iżvilupp raġonevoli u xieraq, li tvarja n- numru ta' studenti u għalliema, kif ukoll li tipprovdi għal korsijiet oħra fit-teoloġija u dixxiplini oħra li għandhom x'jaqsmu magħha, jekk dan jitqies meħtieġ għat-thejjija xierqa ta' l-istudenti tagħha.", "4.", "L-Universita' ta' Malta, f'dak kollu li jirrigwarda ir-regolament ta' l-istudji u tar-rekwiżiti akkademiċi u kanoniċi ta' l-għalliema fil-Fakulta' tat-Teoloġija, għandha timxi skond dak preskritt fil- Kostituzzjoni Appostolika \"Sapientiam Cristiana\" tal-15 ta' April 1979 u fl-\"Ordinationes\" maħruġa mill-Kongregazzjoni għall-Edukazzjoni Kattolika fid-29 ta' April 1979 u skond dawk in-normi kanoniċi li jistgħu fil-futur jikkompletaw jew jissostitwixxu dak li hemm fl- imsemmija dokumenti tas-Santa Sede.", "Il-kandidati għal post ta' għalliem għandhom jiksbu minn qabel ċertifikat mill-Arċisqof ta' Malta li juri li ma hemm ebda oġġezzjoni kanonika kontrihom.", "GĦad-dixxiplini f'affarijiet ta' fidi u morali, l-Universita' ta' Malta għandha tikkomunika fi żmien xieraq lill-istess Arċisqof l-isem tal-kandidat magħżul wara l-proċess ta' l-għażla, u li jirċievi l- ħatra wara li jkun issottoskriva l-professjoni ta' fidi quddiem l- istess Ordinarju u rċieva minn għandu il-missjoni kanonika.", "Jekk l-istess Arċisqof, għal raġunijiet ta' fidi, kondotta morali jew dixxiplina ekkleżjastika, jirrevoka in-\"nihil obstat\" jew il-missjoni kanonika lil għalliem, dana ta' l-aħħar ma jibqax jagħmel parti mill- Fakulta' tat-Teoloġija u proċeduri għandhom minnufih jittieħdu għal ħatra ta' għalliem ġdid.", "5.", "Il-Gvern ta' Malta u, permezz tal-Fondazzjoni għal Studji Teoloġiċi, l-Arċidjoċesi ta' Malta għandhom jipprovdu l-mezzi ekonomiċi meħtieġa għal funzjonament xieraq tal-Fakulta' tat- Teoloġija, f'dik il-miżura u b'dawk il-modalitajiet kif għandu jiġi stabbilit bi ftehim bejniethom.", "6.", "Il-President tal-Fondazzjoni għal Studji Teoloġiċi jew id-delegat tiegħu għandu jkun membru tal-Kunsill ta' l-Universita'.", "Żewġ rappreżentati ta' l-istess Fondazzjoni għal Studji Teoloġiċi għandhom ikunu membri tal-Bord tal-Fakulta' tat-Teoloġija.", "7.", "Jekk jinqalgħu, fil-futur, xi diffikultajiet fl-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' qabel, is-Santa Sede u l- Gvern tar-Repubblika ta' Malta għandhom jaffidaw it-tfittxija ta' soluzzjoni amikevoli f'idejn Kummissjoni Paritetika komposta, għas- Santa Sede minn Nunzju Appostoliku f'Malta u mill-Arċisqof ta' Malta jew id-delegati tagħhom, u, għall-Gvern Malti, mill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u r-Rettur ta' l-Universita', jew id-delegati tagħhom.", "26 ta' Settembru 1988.", "(iff.)", "Dr Ugo Mifsud Bonnici Mnistru ta' l-Edukazzjoni għall-Gvern ta' Malta", "(iff.)", "Mgr.", "Pier Luigi Celata Arċisqof Tit. ta' Doclea Nunzju Appostoliku għas-Santa Sede", "ANNESS RELATTIV GĦALL-ARTIKOLU 3 TAL-FTEHIM IFFIRMAT FIS-26 TA' SETTEMBRU 1988 BEJN IS-SANTA SEDE U L-GVERN TAR-REPUBBLIKA TA' MALTA DWAR L-INKORPORAZZJONI TAL-FAKULTA' TAT-TEOLOĠIJA FL-UNIVERSITA' TA' MALTA", "Niċċertifikaw illi fis-26 ta' Settembru 1988 il-Fakulta' tat-Teoloġija tikkonsisti fit-tliet entitajiet, kanonikament eretti, kif ġej:", "(a) Il-Fakulta' tat-Teoloġija hekk imsejħa; (b) L-Istitut għal Studji Reliġjużi; (ċ) L-Istitut għal Filosofija u Studji Umani.", "(a) Il-Fakulta' tat-Teoloġija hekk imsejħa, għandha tliet ċikli: l- ewwel ta' durata ta' ħames snin, iwassal għall-konferiment tal-grad ta' Baċċilier (S.Th.B.); it-tieni, ta' durata ta' sentejn, iwassal għall-konferiment ta' Liċenzjat (S.Th.L.); it-tielet, ta' durata ta' numru adegwat ta' snin, iwassal għal kisba ta' Dottorat (S.Th.D.).", "Il- Fakulta' tikkonferixxi wkoll Diploma fit-Teoloġija Pastorali.", "L-istaff ta' għalliema jinkludi għalliema Permanenti u mhux Permanenti kif ukoll GĦalliema Visiting.", "L-għalliema permanenti huma maqsuma fi tliet gradi: Lecturers, Associate Professors u Professuri.", "L- għalliema mhux permanenti u l-Visiting Teachers jistgħu jkunu Maltin jew barranin, u jvarjaw fin-numru skond il-ħtiġiet tad-Dipartimenti.", "Barra minn hekk, il-Fakulta' tinkludi 3 Professuri Emeriti.", "Il-Fakulta' tikkonsisti f'sitt Dipartimenti, kull wieħed bl-għalliem tiegħu, kif ġej:", "1.", "Dipartiment tat-Teoloġija Fundamentali u Dommatika, inkluż l- Ekumeniżmu: bi tliet għalliema Permanenti (Professur u żewġ Lecturers);", "2.", "Dipartiment tat-Teoloġija Morali, inkluża it-Teoloġija Spiritwali u Axxetika: b'żewġ għalliema Permanenti (it-tnejn Professuri);", "3.", "Dipartiment tal-Kotba Mqaddsa, Ebrajk u Grieg: bi tliet għalliema Permanenti (Professur u żewġ Lecturers);", "4.", "Dipartiment ta' l-Istorja tal-Knisja, Patristika u Arkeoloġija Paleokristjana: b'żewġ għalliema permanenti (Professur u post ieħor, bħalissa vakanti);", "5.", "Dipartiment tat-Teoloġija Pastorali, Dritt Kanoniku u Liturġija: b'5 għalliema Permanenti (Professur, Associate Professor, żewġ Lecturers u Assistant Lecturer);", "6.", "Dipartiment tal-Filosofija: b'5 għalliema Permanenti (Professur, żewġ Lecturers, u żewġ postijiet bħalissa vakanti).", "Matul din l-aħħar sena, meta studenti tal-Filosofija kienu diġa' jattendu korsijiet fl- Universita', il-Gvern, in anteċipazzjoni ta' l-inkorporazzjoni tal- Fakulta' tat-Teoloġija fl-Universita', kien assenja lid-Dipartiment tal-Filosofija tal-Fakulta' tat-Teoloġija somma korrispondenti għal erba' full-timers (Professur u tliet lecturers), li minnhom wieħed kien allokat biex igħallem suġġett ġia' inkluż fid-Dipartiment ta' Teoloġija Pastorali tal-Fakulta' tat-Teoloġija.", "Dan jista' eventwalment jiġi kkonsidrat mill-Kunsill tal-Fakulta'.", "Bl-approvazzjoni tal-Kunsill tal-Fakulta', kull Dipartiment annwalment jinvita Lecturers mhux Permanenti skond il-ħtiġiet tiegħu.", "Kull Dipartiment hu mmexxi mill-Ko-ordinatur tiegħu.", "Il-membri Permanenti tal-korp ta' għalliema, impjegati fuq bażi \"parti- time\", ikunu preżenti fil-Fakulta' tat-Teoloġija skond in-numru ta' sessjonijiet fil-ġimgħa kif ġej: 5 Professuri għal 4 sessjonijiet u 1 Professur għal 2/3 sessjoni; 1 Associate-Professor għal 2 sessjonijiet; 1 Lecturer għal 4 sessjonijiet, 4 Lecturers għal 3 sessjonijiet; 6 Lecturers għal żewġ sessjonijiet u 1 Lecturer għal 1 sessjoni.", "Kull sessjoni tikkorrispondi għal nofs ta' nhar xogħol.", "(b) \"Istitut għal Studji Reliġjużi\" ġie mogħti s-setgħa li jikkonferixxi l-Baċċellerat fi Studji Reliġjużi u hu strutturat f'ċiklu ta' korsijiet \"parti-time\" fil-għaxija ta' durata ta' 5 snin.", "Ġie mogħti wkoll is-setgħa li jikkonferixxi id-Diploma fi Studji Reliġjużi wara ċiklu ta' korsijiet ta' sentejn.", "L-Istitut għandu s-sede fil-Furjana (Istitut Kattoliku), u hu mmexxi minn Direttur għalih u \"Bord\" suġġett għal Kunsill tal-Fakulta' tat- Teoloġija, li r-Rettur tagħha hu ċ-\"Chairman\" ta' l-istess \"Bord\".", "L- għalliema ta' l-Istitut huma magħżula, l-aktar, mill-għalliema permanenti ta' l-istess Faklulta', iżda jiġu nvitati għalliema oħra wkoll.", "(c) \"Istitut tal-Filosofija u Studji Umani\" jikkonsisti f'ċiklu ta' tliet snin b'korsijiet fil-Filosofija, Psikoloġija u Soċjoloġija.", "Ġie mogħti s-setgħa jikkonferixxi l-Baċellerat fil-Filosofija u Xjenzi Umani.", "Ma' l-inkorporazzjoni tal-Fakulta' tat-Teoloġija fl-Universita', l- Istitut tal-Filosofija u Xjenzi Umani, fil-fatt, ser jibqa' sospiż.", "L-istudenti iskritti fil-Fakulta' tat-Teoloġija fis-sena akkademika 1988-89 huma mqassma kif ġej:", "(a) Fakulta' tat-Teoloġija, hekk imsejħa: 36 \"regulars\" u 13 \"curriculars\".", "GĦandhom jiżdiedu wkoll 19-il istudent li, kif previst għall-ewwel ċiklu tat-Teoloġija qed isegwu korsijiet fil-Filosofija u huma mqassma hekk: 15 \"regulars\" iskritti fil-Fakulta' ta' l-Arti fl- Universita' ta' Malta, 2 li waslu biex jiġu iskritti fuq bażi ta' \"mature matriculation\", 2 \"curriculars\" iskritti fil-Fakulta' tat- Teoloġija.", "(b) \"Istitut għal Studji Reliġjużi\": 82 \"regulars\" u 12 \"curriculars\";", "(c) \"Istitut għal Filosofija u Studji Umani\"; 4 \"regulars\" u 1 \"curricular\".", "(iff) +Giuseppe Mercieca Il-Gran Kanċillier", "(iff.)", "Vincenzo Borg Ir-Rettur", "FTEHIM FINANZJARJU BEJN IL-GVERN TA' MALTA U L-ARĊIDJOĊESI TA' MALTA GĦAL FINIJIET TAL-FAKULTA' TAT-TEOLOĠIJA FL-UNIVERSITA' TA' MALTA", "Il-Gvern ta' Malta u l-Arċidjoċesi ta' Malta, bix-xewqa li jwettqu fil- prattika dak miftiehem bejn is-Santa Sede u l-istess Gvern fl-artikolu 5 tal-Ftehim tas-26 ta' Settembru 1988 dwar l-Inkorporazzjoni tal- Fakulta' tat-Teoloġija fl-Universita' ta' Malta, dwar il-finanzjament bejniethom ta' l-istess Fakulta', iddeċidaw kif ġej:", "1.", "Il-Gvern ta' Malta għandu jiffinanzja l-Fakulta' tat-Teoloġija skond l-istess kriterji li japplika għall-finanzjament tal-Fakultajiet l-oħra.", "2.", "L-Arċidjoċesi ta' Malta, permezz tal-Fondazzjoni għall-Istudji Teoloġiċi, għandha tikkontribwixxi għall-finanzjament tal-Fakulta' tat- Teoloġija l-fondi sa fejn konsidrat meħtieġ, oltre l-fondi assenjati mill-Gvern għal estimi ta' l-Universita', biex tiżgura li l-imsemmija Fakulta' tkun tista' teżerċita l-funzjonijiet tagħha skond id- dispożizzjonijiet ta' l-artikoli 3 u 4 ta' l-imsemmi Ftehim bejn is- Santa Sede u l-Gvern ta' Malta.", "L-istess kontribuzzjoni tista' tkun, bħala massimu, ugwali għal dik assenjata mill-Gvern.", "3.", "L-organi amministrattivi kompetenti ta' l-Universita' għandhom minnufih, igħaddu lill-Fondazzjoni għal Studji Teoloġiċi prospett li juri l-kontribuzzjoni stabbilita mill-Gvern biex jiffinanza l-Fakulta' u l-ammont ta' l-ispiża stmat mill-Fakulta' għall-funzjonament xieraq tagħha.", "4.", "Il-Fondazzjoni għal Istudji Teoloġiċi għandha, fi żmien 30 jum minn meta tirċievi l-prospett li juri l-kontribuzzjoni fuq imsemmija fl-artikolu 3, teżamina l-ispiża stmata tal-Fakulta' u filwaqt li żżomm f'moħħha l-kontribuzzjoni stabbilita mill-Gvern, għandha tinforma d-Dekan tal-Fakulta' bl-ammont tal-kontribuzzjoni tagħha li għandha tingħadda f'rati trimestrali.", "5.", "Kull parti tal-kontribuzzjoni mill-Fondazzjoni għal Studji Teoloġiċi li tibqa' mhux minfuqa fl-aħħar tal-perjodu annwali finanzjarju li għalih tkun ġiet allokata, għandha tintradd lura lill- imsemmija Fondazzjoni.", "6.", "Jekk jinqalgħu, fil-futur, xi diffikultajiet fl-interpretazzjoni jew applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' qabel, il-Gvern ta' Malta u l-Arċidjoċesi ta' Malta għandhom jaffidaw it-tfittxija ta' soluzzjoni amikevoli f'idejn Kummissjoni Paritetika komposta, għall- Gvern ta' Malta, mill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u s-Segretarju tal- Ministeru ta' l-Edukazzjoni jew mir-rappreżentanti tagħhom, u għall- Arċidjoċesi ta' Malta, mill-President tal-Fondazzjoni għal Studji Teoloġiċi u d-Direttur tal-Fondazzjoni għal Studji Teoloġiċi, jew ir- rappreżentati tagħhom, u minn \"Chairman\" elett mill-membri l-oħra.", "26 ta' Settembru 1988.", "(iff.)", "Ugo Mifsud Bonnici GĦall-Gvern ta' Malta", "(iff.) +Giuseppe Mercieca GĦall-Arċidjoċesi ta' Malta", "(iff.) +Pier Luigi Celata", "(L-oriġinal ta' dan id-dokument hu bl-Ingliż u bit-Taljan u li ġej hu traduzzjoni bil-Malti, it-test Taljan hu riprodott wara t-test Malti.", "PROTOKOLL ADDIZZJONALI GĦALL-FTEHIM BEJN IS-SANTA SEDE U L-GVERN TAR- REPUBBLIKA TA' MALTA DWAR L-INKORPORAZZJONI TAL-FAKULTA' TAT-TEOLOĠIJA FL-UNIVERSITA' TA' MALTA", "Is-Santa Sede u l-Gvern Malti, wara l-proposta ppreżentata mill-istess Gvern u diskussjonijiet sussegwenti, bi ftehim bejniethom ftehmu li jemendaw l-Artikolu Sitta tal-Ftehim dwar l-Inkorporazzjoni tal- Fakulta' tat-Teoloġija fl-Universita' ta' Malta, iffirmat fis-26 ta' Settembru 1988, li għandu jinqara kif ġej: \"Rappreżentant tal-President tal-Fondazzjoni għal Studji Teoloġiċi nominat mill-istess President, għandu jkun membru tal-Kunsill tal- Universita'.", "Żewġ rappreżentanti tal-Fondazzjoni għal Studji Teoloġiċi, nominati mill-istess Fondazzjoni, ikunu membri tal-Bord tal- Fakulta' tat-Teoloġija.\"", "Dan il-Protokoll Addizzjonali jifforma parti integrali tal-Ftehim iffirmat mill-Partijiet fis-26 ta' Settembru 1988.", "Magħmul Valletta, Malta, fis-26 ta' Jannar elf disa' mija u ħamsa u disgħin f'żewġ oriġinali, kull wieħed fil-lingwi Taljani u Ingliżi, iż- żewġ testi t-tnejn ugwalment awtentiċi.", "GĦas-Santa Sede", "(iff.) + Pier Luigi Celata Arċisqof Titulari ta' Doclea Nunzju Apostoliku", "GĦall-Gvern ta' Malta", "(iff.)", "Michael Falzon Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani.", "(testi ta' l-oriġinal bit-Taljan)", "ACCORDO TRA LA SANTA SEDE E IL GOVERNO DELLA REPUBBLICA DI MALTA SULL'INCORPORAZIONE DELLA FACOLTA' DI TEOLOGIA NELL'UNIVERSITA' DI MALTA", "La Santa Sede e il Governo della Repubblica di Malta, avendo presente lo sviluppo storico degli studi universitari a Malta ed avendo soprattutto considerato i vantaggi di carattere scientifico, culturale e sociale che potranno derivare da un piu' stretto collegamento della Facolta' di Teologia con l'Universita' di Malta, stabiliscono di comune intesa quanto segue:", "1.La Facolta' di Teologia e' incorporata nell'Universita' di Malta.", "Tale incorporazione e le funzioni della Facolta' di Teologia sono regolate, in primo luogo, dalle disposizioni del presente Accordo e, in secondo luogo, dalle Leggi di Malta e dagli Statuti della stessa Universita'.", "2.", "I gradi accademici e i diplomi conferiti dalla Facolta' di Teologia avranno valore canonico e civile.", "3.", "Per quel che concerne la struttura, l'organizzazione interna, il corpo accademico e quello studentesco, la Facolta' di Teologia e' incorporata nell'Universita' di Malta nello stato di fatto in cui essa si trova alla data del presente Accordo e come risulta dall'Allegato, salvo restando alla stessa Facolta', per un suo ragionevole ed adeguato sviluppo, il diritto di variare il numero degli studenti e dei docenti, nonche' il diritto di provvedere altri corsi di teologia e di qualunque altra disciplina connessa, se cio' sara' ritenuto necessario per la congrua preparazione dei suoi studenti.", "4.", "L'Universita' di Malta, in tutto cio' che riguarda l'ordinamento degli studi ed i requisiti accademici e canonici dei docenti della Facolta' di Teologia, procedera' in conformita' con quanto prescritto dalla Costituzione Apostolica \"Sapientia christiana\" del 15 aprile 1979 e dalle \"Ordinationes\" emanate dalla Congregazione per l'Educazione Cattolica il 29 aprile 1979 e con eventuali norme canoniche che in futuro dovessero integrare o sostituire quelle contenute in tali documenti della Santa Sede.", "I concorrenti ad un posto di docente nella Facolta' di Teologia dovranno munirsi previamente di un attestato dell'Arcivescovo di Malta che non vi e' alcuna obiezione canonica contro di essi.", "Per le discipline concernenti la fede e la morale, l'Universita' di Malta comunichera' tempestivamente allo stesso Arcivescovo il nome del candidato vincitore del concorso, il quale ricevera' la nomina di docente dopo che avra' emesso la professione di fede presso il medesimo Ordinario e da questi avra' ricevuto la \"missione canonica\".", "Qualora lo stesso Arcivescovo, per ragioni attinenti alla fede, alla condotta morale o alla disciplina ecclesiastica, dovesse revocare il \"nulla osta\" o la \"missione canonica\" a un docente, questi cessera' di far parte della Facolta' di Teologia e immediatamente si procedera' per la nomina di un nuovo docente.", "5.", "Il Governo di Malta e, tramite la \"Foundation for Theological Studies\", l'Arcidiocesi di Malta forniranno i mezzi economici necessari per il conveniente funzionamento della Facolta' di Teologia, nella misura e nei modi che saranno stabiliti di comune intesa.", "6.", "Il Presidente della \"Foundation for Theological Studies\" o un suo delegato fara' parte del Consiglio dell'Universita'.", "Due rappresentanti della stessa \"Foundation for Theological Studies\" faranno parte del Consiglio della Facolta' di Teologia.", "7.", "Se in avvenire sorgessero difficolta' di interpretazione o di applicazione delle precedenti disposizioni, la Santa Sede e il Governo della Repubblica di Malta affideranno la ricerca di un'amichevole soluzione ad una Commissione Paritetica che sara' composta, per parte della Santa Sede, dal Nunzio Apostolico a Malta e dall'Arcivescovo di Malta o da loro delegati, e, per parte del Governo Maltese, dal Ministro dell'Educazione e dal Rettore dell'Universita', o da loro delegati.", "26 settembre 1988", "Per il Governo di Malta (firmato) Ugo Mifsud Bonnici Ministro dell'Educazione", "Per la Santa Sede (firmato) + Mgr.", "Pier Luigi Celata Arcivescovo tit. di Doclea Nunzio Apostolico", "Allegato relativo all'Art.", "3 dell'Accordo del 26 settembre 1988 tra la Santa Sede ed il Governo della Repubblica di Malta sull'incorporazione della Facolta' di Teologia nell'Universita' di Malta.", "Si attesta che alla data del 26 settembre 1988 la Facolta' di Teologia consta delle tre seguenti entita', canonicamente erette;", "(a) Facolta' di Teologia propriamente detta; (b) \"Institute for Religious Studies\"; (c) \"Institute of Philosophy and Human Studies\".", "A. La Facolta' di Teologia propriamente detta: comprende tre cicli, di cui il primo della durata di 5 anni, al termine del quale e' conferito il Baccalaureato (S.Th.B.); il secondo della durata di 2 anni, al termine del quale e' conferita la Licenza (S.Th.L.); il terzo, della durata di un congruo numero di anni, per il conseguimento del Dottorato (S.Th.D.).", "La Facolta' conferisce pure il Diploma in Teologia Pastorale.", "Il corpo docente comprende docenti Permanenti, non-Permanenti e Visiting teachers.", "I docenti Permanenti sono divisi in tre gradi: Lettori, Professori-Associati, Professori.", "I Docenti non-Permanenti e i Visiting-Teachers possono essere maltesi o stranieri, e variano di numero secondo le esigenze dei Dipartimenti.", "La Facolta' annovera, inoltre, 3 Professori Emeriti.", "La Facolta' consta di sei Dipartimenti con i relativi docenti, come segue:", "1.", "Dipartimento di Teologia Fondamentale e Dogmatica, incluso l'Ecumenismo: con 3 docenti Permanenti (di cui un Professore e due Lettori):", "2.", "Dipartimento di Teologia Morale, inclusa la Teologia Spirituale ed Ascetica: con 2 docenti Permanenti (Professori):", "3.", "Dipartimento di Sacra Scrittura, Ebraico e Greco: con 3 docenti Permanenti (di cui un Professore e due Lettori):", "4.", "Dipartimento di Storia della Chiesa, Patristica ed Archeologia Paleocristiana: con 2 docenti Permanenti (tra cui un Professore ed un posto attualmente vacante):", "5.", "Dipartimento di Teologia Pastorale, Diritto Canonico e Liturgia: con 5 docenti Permanenti (tra cui un Professore, un Professore- Associato, due Lettori ed un Assistente-Lettore):", "6.", "Dipartimento di Filosofia: con 5 docenti Permanenti (tra cui un Professore, due Lettori e due posti attualmente vacanti).", "In quest'ultimo anno, quando gli studenti di Filosofia frequentavano gia' i corsi presso l'Universita', il Governo, nella previsione dell'incorporazione della Facolta' di Teologia nell'Universita', aveva gia' assegnato al Dipartimento di Filosofia della Facolta' di Teologia una cifra corrispondente a quattro \"full timers\" (un Professore e tre Lettori), uno dei quali destinato all'insegnamento di una scienza gia' inclusa nel Dipartimenti di Teologia Pastorale della Facolta' di Teologia.", "Questa materia potra' essere eventualmente considerata dal Consiglio di Facolta'.", "Ogni Dipartimento, col consenso del Consiglio di Facolta', invita annualmente dei Lettori non-Permanenti secondo i propri bisogni.", "Ogni Dipartimento e' retto da un proprio Coordinatore.", "I membri Permanenti del corpo docente, su una base di impiego \"part- time\", sono presenti nella Facolta' di Teologia secondo il seguente numero di sessioni settimanali: 5 Professori per 4 sessioni e 1 Professore per 2/3 sessioni; 1 Professore-Associato per 2 sessioni; 1 Lettore per 4 sessioni, 4 Lettori per 3 sessioni, 6 Lettori per 2 sessioni ed 1 Lettore per 1 sessione.", "Ogni sessione corrisponde a mezza giornata lavorativa.", "B.", "\"Institute for Religious Studies\" e' abilitato a conferire il Baccaluareato in Studi Religiosi ed e' strutturato in un ciclo di corsi serali \"part-time\" della durata di 5 anni.", "E' altresi' abilitato a conferire il Diploma in Studi Religiosi dopo un ciclo biennale di corsi.", "L'Istituto ha sede in Floriana (Istitute Cattolico), e' retto da un proprio Direttore e da un \"Board\" soggetto al Consiglio della Facolta' di Teologia, il cui Rettore e' il \"Chairman\" dello stesso \"Board\".", "I docenti dell'Istituto sono scelti, per lo piu', fra quelli Permanenti della stessa Facolta', ma sono invitati anche altri docenti.", "C.", "\"Institute of Philosophy and Human Studies\" comprende un ciclo di 3 anni con corsi di Filosofia, Psicologia e' Sociologia.", "E'abilitato a conferire il Baccalaureato in Filosofia e Scienze Umane.", "Con l'incorporazione della Facolta' di Teologia nell'Universita', l'istituto di Filosofia e Scienze Umane, di fatto, rimarra' sospeso.", "Gli studenti iscritti alla Facolta' di Teologia nell'anno accademico 1988-1989 sono cosi' distribuiti:", "(a) Facolta' di Teologia propriamente detta: 36 \"regulars\" e 13 \"curriculars\".", "Sono inoltre da aggiungere 19 studenti che, come previsto per il primo ciclo di teologia, seguono corsi di filosofia e sono cosi' distribuiti: 15 \"regulars\" iscritti alla Facolta' di Lettere nell'Universita' di Malta, 2 in procinto di esservi iscritti in base alla \"mature matriculation\", 2 \"curriculars\" iscritti alla Facolta' di Teologia.", "(b) \"Institute for Religious Studies\": 82 \"regulars\" e 12 \"curriculars\";", "(c) \"Institute of Philosophy and Human Studens\": 4 \"regulars\" e 1 \"curricular\".", "(firmato) + Giuseppe Mercieca Il Gran Cancelliere (firmato) Vincenzo Borg Il Rettore", "INTESA FINANZIARIA TRA IL GOVERNO DI MALTA E L'ARCIDIOCESI DI MALTA PER IL FINANZIAMENTO DELLA FACOLTA' DI TEOLOGIA DELL'UNIVERSITA' DI MALTA", "Il Governo di Malta e l'Arcidiocesi di Malta, desiderando dare concreta attuazione a quanto convenuto tra la Santa Sede e lo stesso Governo all'Art.", "5 dell'Accordo del 26 settembre 1988 sull'incorporazione della Facolta' di Teologia nell'Universita' di Malta, circa il comune finanziamento della medesima Facolta' stabiliscono quanto segue:", "1.", "Il Governo di Malta finanziera' la Facolta' di Teologia secondo gli stessi criteri da esso applicati per il finanziamento delle altre Facolta'.", "2.", "L'Arcidiocesi di Malta, tramite la \"Foundation for Theological Studies\", contribuira' al finanziamento della Facolta' di Teologia nella misura ritenuta necessaria, oltre i fondi destinati dal Governo nel Budget dell'Universita', ad assicurare che la stessa Facolta' possa svolgere le proprie funzioni in modo rispondente a quanto stabilito negli art.", "3 e 4 dell'Accordo sopra citato tra la Santa Sede e il Governo di Malta.", "Tale contributo potra' raggiungere, al massimo, quello assegnato dal Governo.", "3.", "I competenti organi amministrativi dell'Universita' comunicheranno sollecitamente alla \"Foundation for Theological Studies\" l'ammontare del contributo stabilito dal Governo per il finanziamento della Facolta' e l'ammontare della spesa prevista dalla stessa Facolta' per il suo conveniente funzionamento.", "4.", "La \"Foundation for Theological Studies\", entro 30 giorni dalla data della comunicazione di cui al punto 3 della presente Intesa, esaminera' la previsione di spesa della Facolta' e, tenendo conto del contributo disposto dal Governo, comunichera' al Decano della Facolta' l'ammontare del proprio contributo, che versera' in rate trimestrali.", "5.", "La parte del contributo della \"Foundation for Theological Studies\" che risultera' non essere stata spesa al termine dell'esercizio finanziario annuale per il quale lo stesso contributo era stato predisposto, sara' restituita alla stessa \"Foundation\".", "6.", "Qualora sorgessero difficolta' di interpretazione o di applicazione delle precedenti disposizioni, il Governo della Repubblica di Malta e l'Arcidiocesi di Malta affideranno la ricerca di un'amichevole soluzione ad una commissione paritetica che sara' composta, per parte del Governo Maltese, dal Ministro dell'Educazione e dal Segretario Generale del Ministero dell'Educazione, o da loro delegati, per parte dell'Arcidiocesi di Malta, dal Presidente della \"Foundation for Theological Studies\" e dal Direttore della \"Foundation for Theological Studies\", o da loro delegati, e da un presidente che sara' eletto dagli altri membri.", "26 settembre 1988", "(firmatao) Ugo Mifsud Bonnici Per il Governo di Malta (firmato) + Giuseppe Mercieca Per l'Arcidiocesi di Malta (firmato) + Pier Luigi Celata", "PROTOCOLLO AGGIUNTIVO ALL'ACCORDO TRA LA SANTA SEDE E IL GOVERNO DELLA REPUBBLICA DI MALTA SULL' INCORPORAZIONE DELLA FACOLTÀ DI TEOLOGIA NELL'UNIVERSITÀ DI MALTA", "La Santa Sede e il Governo di Malta, facendo seguito alla proposta avanzata dallo stesso Governo ed alle successive discussioni, stabiliscono di comune intesa di emendare l'Articolo Sei dell'Accordo sull'incorporazione della Facoltà di Teologia nell'Università di Malta, firmato il 26 Settembre 1988, come segue:", "\"Un rappresentante del Presidente della \"Foundation for Theological Studies\", nominato dallo stesso Presidente, farà parte del Consiglio dell'Università.", "Due rappresentanti della \"Foundation for Theological Studies\", da questa nominati, faranno parte del Consiglio della Facoltà di Teologia\".", "Il presente Protocollo aggiuntivo è parte integrale dell'Accordo firmato dalle due Parti il 26 Settembre 1988.", "Fatto alla Valletta, Malta, il 26 del mese di gennaio millenovecentonovantacinque, in due testi originali, ciascuno in italiano e in inglese, ambedue facenti ugualmente fede.", "Per la Santa Sede (firmato) + Pier Luigi Celata Arcivescovo tit. di Doclea Nunzio Apostolico", "Per il Governo di Malta (firmato) Michael Falzon Ministro dell'Edukazione e Risorse Umane.\".\".", "\"D\" Immediately after new Clause 4 there shall be added the following new clause:", "\"Addition of Schedule III to the principal Act.", "5.", "Immediately after Schedule II to the principal Act, there shall be added the following new Schedule III:", "\"SCHEDULE III (Section 39A)", "(The following are a translation in English of the original which were made in the Italian language, the original Italian text follows the English text).", "AGREEMENT BETWEEN THE HOLY SEE AND THE GOVERNMENT OF THE REPUBLIC OF MALTA REGARDING THE INCORPORATION OF THE FACULTY OF THEOLOGY IN THE UNIVERSITY OF MALTA", "The Holy See and the Government of the Republic of Malta, keeping in mind the historical development of the University studies in Malta and having above all considered the advantages of a scientific, cultural and social character which could be derived from closer ties of the Faculty of Theology with the University of Malta, by common accord establish as follows:", "1.", "The Faculty of Theology is incorporated in the University of Malta.", "Such incorporation and the functions of the Faculty of Theology are regulated, in the first place, by the provisions of the present Agreement, and, in the second place by the Laws of Malta and by the Statutes of the same University.", "2.", "Academic degrees and diplomas conferred by the Faculty of Theology shall have canonical and civil value.", "3.", "As regards the structure, the internal organisation, the academic and the student bodies, the Faculty of Theology is incorporated in the University of Malta in the same state of fact in which it exists on the date of the present Agreement and as shown in the Annex, saving the right of the same Faculty, for its reasonable and proper development, to vary the number of students and of teachers, as also the right to provide for other courses of theology and of any other discipline connected therewith, if this is deemed necessary for the appropriate preparation of its students.", "4.", "The University of Malta, in everything that regards the regulation of the studies and the academic and canonical requirements for the teachers in the Faculty of Theology, shall proceed in accordance with what is laid down in the Apostolic Constitution \"Sapientia Christiana\" of 15 April 1979 and in the \"Ordinationes\" issued by the Congregation for Catholic Education on 29 April 1979 and with such canonical norms as may in future complete or substitute those contained in the said documents of the Holy See.", "The candidates for the post of teacher in the Faculty of Theology shall provide themselves beforehand with a certificate from the Archbishop of Malta attesting that there is no canonical objection in their respect.", "For the disciplines in matters of faith and morals, the University of Malta shall communicate in due time to the said Archbishop the name of the candidate chosen after the selection process, who shall receive the appointment of teacher after he shall have subscribed to the profession of faith before the same Ordinary and received from him the canonical mission.", "Should the same Archbishop, for reasons pertaining to the faith, to moral conduct or to ecclesiastical discipline, revoke the \"nihil obstat\" or the canonical mission to a teacher, the latter shall cease to form part of the Faculty of Theology and proceedings shall immediately be taken for the appointment of a new teacher.", "5.", "The Government of Malta and, through the Foundation for Theological Studies, the Archdiocese of Malta shall provide the economic means which are necessary for the proper functioning of the Faculty of Theology, in such measure and with such modalities as shall be established by common accord.", "6.", "The Chairman of the Foundation for Theological Studies or his delegate shall form part of the Council of the University.", "Two representatives of the same Foundation for Theological Studies shall be members of the Faculty Board of Theology.", "7.", "Should there arise, in future, any difficulty of interpretation or application of the foregoing provisions, the Holy See and the Government of the Republic of Malta shall entrust the search for an amicable solution to a Joint Commission which shall be composed, on the part of the Holy See, by the Apostolic Nuncio in Malta and by the Archbishop of Malta or by their delegates, and, on the part of the Maltese Government, by the Minister of Education and by the Rector of University, or by their delegates.", "26th September 1988", "(Sgd) Ugo Mifsud Bonnici Minister of Education On behalf of the Government of Malta", "(Sgd) Mgr Pier Luigi Celata Tit.", "Archbishop of Doclea Apostolic Nuncio On behalf of the Holy See", "ANNEX REGARDING ARTICLE 3 OF THE AGREEMENT SIGNED ON 26 SEPTEMBER 1988 BETWEEN THE HOLY SEE AND THE GOVERNMENT OF THE REPUBLIC OF MALTA ON THE INCORPORATION OF THE FACULTY OF THEOLOGY IN THE UNIVERSITY OF MALTA", "We certify that on 26 September 1988 the Faculty of Theology consists of the following three entities, canonically established:", "a) The Faculty of Theology proper; b) The Institute for Religious Studies; c) The Institute of Philosophy and Human Studies.", "a) The Faculty of Theology proper comprises three cycles: the first, of five years' duration, leads to the conferment of a Bachelor's degree (S.Th.B.); the second, of 2 years' duration, leads to the conferment of a Licentiate (S.Th.L.); the third, lasting an adequate number of years, leads to the attainment of a Doctorate (S.Th.D).", "The Faculty also confers a Diploma in Pastoral Theology.", "The teaching staff includes Permanent and non-Permanent teachers as well as Visiting Teachers.", "The Permanent teachers are divided into three grades: Lecturers, Associate Professors and Professors.", "The non-Permanent teachers and Visiting Teachers may be Maltese or foreign, and vary in number according to the needs of the Departments.", "Besides, the Faculty includes 3 Emeritus Professors.", "The Faculty consists of six Departments each with its own teaching staff, as follows:", "1.", "Department of Fundamental and Dogmatic Theology, including Ecumenism: with three Permanent teachers (a Professor and two Lecturers);", "2.", "Department of Moral Theology, including Spiritual and Ascetic Theology: with two Permanent teachers (both Professors);", "3.", "Department of Holy Scripture, Hebrew and Greek: with three Permanent teachers (a Professor and two Lecturers);", "4.", "Department of Church History, Patristics and Palaeo-Christian Archaeology: with two Permanent teachers (a Professor and another post, currently vacant);", "5.", "Department of Pastoral Theology, Canon Law and Liturgy: with 5 Permanent teachers (a Professor, an Associate Professor, two Lecturers and an Assistant Lecturer);", "6.", "Department of Philosophy: with 5 Permanent teachers (a Professor, two Lecturers and two currently vacant posts).", "During the last year, when students of philosophy already followed courses at the University, the Government, in anticipation of the incorporation of the Faculty of Theology in the University, had already assigned to the Department of Philosophy of the Faculty of Theology an amount corresponding to four full-timers (a Professor and three Lecturers), one of them being detailed to teach a subject already included in the Department of Pastoral Theology of the Faculty of Theology.", "This matter might eventually be taken into consideration by the Council of the Faculty.", "Subject to approval by the Council of the Faculty, every Department invites annually non-Permanent staff to lecture according to its needs.", "Every Department has its own Co-ordinator.", "The Permanent members of the teaching body, who are on part-time employment, are present at the Faculty of Theology according to the following number of weekly sessions: 5 Professors for 4 sessions and one Professor for 2/3 sessions; an Associate Professor for 2 sessions; one Lecturer for 4 sessions, 4 Lecturers for 3 sessions, 6 Lecturers for 2 sessions and one Lecturer for one session.", "Every session corresponds to half a working day.", "b) The Institute for Religious Studies is empowered to confer the degree of Bachelor in Religious Studies and is structured in a cycle of part-time evening courses of 5 years' duration.", "It is also empowered to confer a Diploma in Religious Studies at the end of a two- year course.", "The Institute is based in Floriana (Catholic Institute), is governed by its own Director and a Board which is subject to the Council of the Faculty of Theology, whose Rector is the Chairman of the same Board.", "The teachers of the Institute are chosen mainly from the Permanent staff of the same Faculty, but other teachers are also invited.", "c) The Institute of Philosophy and Human Studies consists of a cycle of three years with courses in Philosophy, Psychology and Sociology.", "It is empowered to confer the degree of Bachelor in Philosophy and Human Studies.", "With the incorporation of the Faculty of Theology in the University, the Institute of Philosophy and Human Studies will in actual fact remain in abeyance.", "The students registered at the Faculty of Theology in the academic year 1988-1989 are divided as follows:", "a) Faculty of Theology proper: 36 regulars and 13 curriculars.", "In addition, there are another 19 students who, as foreseen for the first cycle of Theology, follow courses in Philosophy and who are divided as follows: 15 are regulars enrolled in the Faculty of Arts of the University of Malta, 2 are about to be enrolled in the same Faculty on the strength of \"mature matriculation\", and 2 are curriculars registered at the Faculty of Theology.", "b) Institute for Religious Studies: 82 regulars and 12 curriculars; c) Institute of Philosophy and Human Studies: 4 regulars and 1 curricular.", "(Sgd) +Giuseppe Mercieca The Grand Chancellor", "(Sgd) Vincenzo Borg The Rector", "FINANCIAL AGREEMENT BETWEEN THE GOVERNMENT OF MALTA AND THE ARCHDIOCESE OF MALTA FOR THE FINANCING OF THE FACULTY OF THEOLOGY IN THE UNIVERSITY OF MALTA", "The Government of Malta and the Archdiocese of Malta, wishing to give practical effect to what has been agreed between the Holy See and the said Government in Article 5 of the Agreement of the 26 September 1988 on the incorporation of the Faculty of Theology in the University of Malta, concerning the joint financing of the said Faculty, establish as follows:", "1.", "The Government of Malta shall finance the Faculty of Theology according to the same criteria which it applies for the financing of the other Faculties.", "2.", "The Archdiocese of Malta, through the Foundation for Theological Studies, shall contribute towards the financing of the Faculty of Theology the funds to the extent considered necessary, over and above the funds assigned by the Government for the University budget, in order to ensure that the said Faculty may exercise its function in accordance with the provisions of Articles 3 and 4 of the aforementioned Agreement between the Holy See and the Government of Malta.", "The said contribution may be, as a maximum, equal to that assigned by the Government.", "3.", "The competent administrative organs of the University shall promptly submit to the Foundation for Theological Studies a statement of the contribution established by the Government to finance the Faculty and the amount of the expenditure estimated by the said Faculty for its proper functioning.", "4.", "The Foundation for Theological Studies shall, within 30 days from receipt of the statement of contribution aforementioned in article 3, examine the estimated expenditure of the Faculty and, keeping in mind the contribution established by the Government, shall inform the Dean of the Faculty of the amount of its contribution which shall be forwarded in quarterly instalments.", "5.", "Any part of the contribution by the Foundation for Theological Studies that shall result unspent at the end of the annual fiscal period for which the said contribution had been allocated shall be refunded to the said Foundation.", "6.", "Should there arise, in future, any difficulty of interpretation or application of the foregoing provisions, the Government of Malta and the Archdiocese of Malta shall entrust the search for an amicable solution to a Joint Commission which shall be composed, on the part of the Government of Malta, by the Minister of Education and the Security of the Ministry of Education, or by their representatives, and on the part of the Archdiocese of Malta, by the President of the Foundation for Theological Studies and the Director of the Foundation for Theological Studies, or by their representatives, and by a Chairman elected by the other members.", "26 September 1988", "(Sgd) Ugo Mifsud Bonnici For the Government of Malta (Sgd) + Giuseppe Mercieca For the Archdiocese of Malta (Sgd) + Pier Luigi Celata", "(the original of this document is the Italian and English languages, the Italian test follows the English text).", "ADDITIONAL PROTOCOL TO THE AGREEMENT BETWEEN THE HOLY SEE AND THE GOVERNMENT OF THE REPUBLIC OF MALTA REGARDING THE INCORPORATION OF THE FACULTY OF THEOLOGY IN THE UNIVERSITY OF MALTA", "The Holy See and the Government of Malta, following the proposal presented by the said Government and subsequent discussions, by common accord decide to amend Article Six of the Agreement on the incorporation of the Faculty of Theology in the University of Malta, signed on 26 September 1988, to read as follows:-", "\"A representative of the Chairman of the Foundation for Theological Studies, nominated by the said Chairman, shall form part of the Council for the University.", "Two representatives of the Foundation for Theological Studies, nominated by the said Foundation, shall form part of the Faculty Board of Theology.\"", "The present Additional Protocol forms an integral part of the Agreement signed by the Parties on 26 September 1988.", "Done at Valletta, Malta, on the 26th day of January one thousand nine hundred and ninety five in two originals, each in the Italian and English languages, both texts being equally authentic.", "For the Holy See", "(sgd) + Pier Liugi Celata Titular Archbishop of Doclea Apostolic Nuncio", "(sgd) Michael Falzon Minister of Education and Human Resources", "(original texts in Italian)", "ACCORDO TRA LA SANTA SEDE E IL GOVERNO DELLA REPUBBLICA DI MALTA SULL'INCORPORAZIONE DELLA FACOLTA' DI TEOLOGIA NELL'UNIVERSITA' DI MALTA", "La Santa Sede e il Governo della Repubblica di Malta, avendo presente lo sviluppo storico degli studi universitari a Malta ed avendo soprattutto considerato i vantaggi di carattere scientifico, culturale e sociale che potranno derivare da un piu' stretto collegamento della Facolta' di Teologia con l'Universita' di Malta, stabiliscono di comune intesa quanto segue:", "1.", "La Facolta' di Teologia e' incorporata nell'Universita' di Malta.", "Tale incorporazione e le funzioni della Facolta' di Teologia sono regolate, in primo luogo, dalle disposizioni del presente Accordo e, in secondo luogo, dalle Leggi di Malta e dagli Statuti della stessa Universita'.", "2.", "I gradi accademici e i diplomi conferiti dalla Facolta' di Teologia avranno valore canonico e civile.", "3.", "Per quel che concerne la struttura, l'organizzazione interna, il corpo accademico e quello studentesco, la Facolta' di Teologia e' incorporata nell'Universita' di Malta nello stato di fatto in cui essa si trova alla data del presente Accordo e come risulta dall'Allegato, salvo restando alla stessa Facolta', per un suo ragionevole ed adeguato sviluppo, il diritto di variare il numero degli studenti e dei docenti, nonche' il diritto di provvedere altri corsi di teologia e di qualunque altra disciplina connessa, se cio' sara' ritenuto necessario per la congrua preparazione dei suoi studenti.", "4.", "L'Universita' di Malta, in tutto cio' che riguarda l'ordinamento degli studi ed i requisiti accademici e canonici dei docenti della Facolta' di Teologia, procedera' in conformita' con quanto prescritto dalla Costituzione Apostolica \"Sapientia christiana\" del 15 aprile 1979 e dalle \"Ordinationes\" emanate dalla Congregazione per l'Educazione Cattolica il 29 aprile 1979 e con eventuali norme canoniche che in futuro dovessero integrare o sostituire quelle contenute in tali documenti della Santa Sede.", "I concorrenti ad un posto di docente nella Facolta' di Teologia dovranno munirsi previamente di un attestato dell'Arcivescovo di Malta che non vi e' alcuna obiezione canonica contro di essi.", "Per le discipline concernenti la fede e la morale, l'Universita' di Malta comunichera' tempestivamente allo stesso Arcivescovo il nome del candidato vincitore del concorso, il quale ricevera' la nomina di docente dopo che avra' emesso la professione di fede presso il medesimo Ordinario e da questi avra' ricevuto la \"missione canonica\".", "Qualora lo stesso Arcivescovo, per ragioni attinenti alla fede, alla condotta morale o alla disciplina ecclesiastica, dovesse revocare il \"nulla osta\" o la \"missione canonica\" a un docente, questi cessera' di far parte della Facolta' di Teologia e immediatamente si procedera' per la nomina di un nuovo docente.", "5.", "Il Governo di Malta e, tramite la \"Foundation for Theological Studies\", l'Arcidiocesi di Malta forniranno i mezzi economici necessari per il conveniente funzionamento della Facolta' di Teologia, nella misura e nei modi che saranno stabiliti di comune intesa.", "6.", "Il Presidente della \"Foundation for Theological Studies\" o un suo delegato fara' parte del Consiglio dell'Universita'.", "Due rappresentanti della stessa \"Foundation for Theological Studies\" faranno parte del Consiglio della Facolta' di Teologia.", "7.", "Se in avvenire sorgessero difficolta' di interpretazione o di applicazione delle precedenti disposizioni, la Santa Sede e il Governo della Repubblica di Malta affideranno la ricerca di un'amichevole soluzione ad una Commissione Paritetica che sara' composta, per parte della Santa Sede, dal Nunzio Apostolico a Malta e dall'Arcivescovo di Malta o da loro delegati, e, per parte del Governo Maltese, dal Ministro dell'Educazione e dal Rettore dell'Universita', o da loro delegati.", "26 settembre 1988", "Per il Governo di Malta (firmato) Dr Ugo Mifsud Bonnici Ministro dell'Educazione", "Per la Santa Sede (firmato) + Mgr.", "Pier Luigi Celata Arcivescovo tit. di Doclea Nunzio Apostolico", "Allegato relativo all'Art.", "3 dell'Accordo del 26 settembre 1988 tra la Santa Sede ed il Governo della Repubblica di Malta sull'incorporazione della Facolta' di Teologia nell'Universita' di Malta.", "Si attesta che alla data del 26 settembre 1988 la Facolta' di Teologia consta delle tre seguenti entita', canonicamente erette;", "(a) Facolta' di Teologia propriamente detta; (b) \"Institute for Religious Studies\"; (c) \"Institute of Philosophy and Human Studies\".", "A. La Facolta' di Teologia propriamente detta: comprende tre cicli, di cui il primo della durata di 5 anni, al termine del quale e' conferito il Baccalaureato (S.Th.B.); il secondo della durata di 2 anni, al termine del quale e' conferita la Licenza (S.Th.L.); il terzo, della durata di un congruo numero di anni, per il conseguimento del Dottorato (S.Th.D.).", "La Facolta' conferisce pure il Diploma in Teologia Pastorale.", "Il corpo docente comprende docenti Permanenti, non-Permanenti e Visiting teachers.", "I docenti Permanenti sono divisi in tre gradi: Lettori, Professori-Associati, Professori.", "I Docenti non-Permanenti e i Visiting-Teachers possono essere maltesi o stranieri, e variano di numero secondo le esigenze dei Dipartimenti.", "La Facolta' annovera, inoltre, 3 Professori Emeriti.", "La Facolta' consta di sei Dipartimenti con i relativi docenti, come segue:", "1.", "Dipartimento di Teologia Fondamentale e Dogmatica, incluso l'Ecumenismo: con 3 docenti Permanenti (di cui un Professore e due Lettori):", "2.", "Dipartimento di Teologia Morale, inclusa la Teologia Spirituale ed Ascetica: con 2 docenti Permanenti (Professori):", "3.", "Dipartimento di Sacra Scrittura, Ebraico e Greco: con 3 docenti Permanenti (di cui un Professore e due Lettori):", "4.", "Dipartimento di Storia della Chiesa, Patristica ed Archeologia Paleocristiana: con 2 docenti Permanenti (tra cui un Professore ed un posto attualmente vacante):", "5.", "Dipartimento di Teologia Pastorale, Diritto Canonico e Liturgia: con 5 docenti Permanenti (tra cui un Professore, un Professore- Associato, due Lettori ed un Assistente-Lettore):", "6.", "Dipartimento di Filosofia: con 5 docenti Permanenti (tra cui un Professore, due Lettori e due posti attualmente vacanti).", "In quest'ultimo anno, quando gli studenti di Filosofia frequentavano gia' i corsi presso l'Universita', il Governo, nella previsione dell'incorporazione della Facolta' di Teologia nell'Universita', aveva gia' assegnato al Dipartimento di Filosofia della Facolta' di Teologia una cifra corrispondente a quattro \"full timers\" (un Professore e tre Lettori), uno dei quali destinato all'insegnamento di una scienza gia' inclusa nel Dipartimenti di Teologia Pastorale della Facolta' di Teologia.", "Questa materia potra' essere eventualmente considerata dal Consiglio di Facolta'.", "Ogni Dipartimento, col consenso del Consiglio di Facolta', invita annualmente dei Lettori non-Permanenti secondo i propri bisogni.", "Ogni Dipartimento e' retto da un proprio Coordinatore.", "I membri Permanenti del corpo docente, su una base di impiego \"part- time\", sono presenti nella Facolta' di Teologia secondo il seguente numero di sessioni settimanali: 5 Professori per 4 sessioni e 1 Professore per 2/3 sessioni; 1 Professore-Associato per 2 sessioni; 1 Lettore per 4 sessioni, 4 Lettori per 3 sessioni, 6 Lettori per 2 sessioni ed 1 Lettore per 1 sessione.", "Ogni sessione corrisponde a mezza giornata lavorativa.", "B.", "\"Institute for Religious Studies\" e' abilitato a conferire il Baccaluareato in Studi Religiosi ed e' strutturato in un ciclo di corsi serali \"part-time\" della durata di 5 anni.", "E' altresi' abilitato a conferire il Diploma in Studi Religiosi dopo un ciclo biennale di corsi.", "L'Istituto ha sede in Floriana (Istitute Cattolico), e' retto da un proprio Direttore e da un \"Board\" soggetto al Consiglio della Facolta' di Teologia, il cui Rettore e' il \"Chairman\" dello stesso \"Board\".", "I docenti dell'Istituto sono scelti, per lo piu', fra quelli Permanenti della stessa Facolta', ma sono invitati anche altri docenti.", "C.", "\"Institute of Philosophy and Human Studies\" comprende un ciclo di 3 anni con corsi di Filosofia, Psicologia e' Sociologia.", "E'abilitato a conferire il Baccalaureato in Filosofia e Scienze Umane.", "Con l'incorporazione della Facolta' di Teologia nell'Universita', l'istituto di Filosofia e Scienze Umane, di fatto, rimarra' sospeso.", "Gli studenti iscritti alla Facolta' di Teologia nell'anno accademico 1988-1989 sono cosi' distribuiti:", "(a) Facolta' di Teologia propriamente detta: 36 \"regulars\" e 13 \"curriculars\".", "Sono inoltre da aggiungere 19 studenti che, come previsto per il primo ciclo di teologia, seguono corsi di filosofia e sono cosi' distribuiti: 15 \"regulars\" iscritti alla Facolta' di Lettere nell'Universita' di Malta, 2 in procinto di esservi iscritti in base alla \"mature matriculation\", 2 \"curriculars\" iscritti alla Facolta' di Teologia.", "(b) \"Institute for Religious Studies\": 82 \"regulars\" e 12 \"curriculars\";", "(c) \"Institute of Philosophy and Human Studens\": 4 \"regulars\" e 1 \"curricular\".", "(firmato) + Giuseppe Mercieca Il Gran Cancelliere", "(firmato) Vincenzo Borg Il Rettore", "INTESA FINANZIARIA TRA IL GOVERNO DI MALTA E L'ARCIDIOCESI DI MALTA PER IL FINANZIAMENTO DELLA FACOLTA' DI TEOLOGIA DELL'UNIVERSITA' DI MALTA", "Il Governo di Malta e l'Arcidiocesi di Malta, desiderando dare concreta attuazione a quanto convenuto tra la Santa Sede e lo stesso Governo all'Art.", "5 dell'Accordo del 26 settembre 1988 sull'incorporazione della Facolta' di Teologia nell'Universita' di Malta, circa il comune finanziamento della medesima Facolta' stabiliscono quanto segue:", "1.", "Il Governo di Malta finanziera' la Facolta' di Teologia secondo gli stessi criteri da esso applicati per il finanziamento delle altre Facolta'.", "2.", "L'Arcidiocesi di Malta, tramite la \"Foundation for Theological Studies\", contribuira' al finanziamento della Facolta' di Teologia nella misura ritenuta necessaria, oltre i fondi destinati dal Governo nel Budget dell'Universita', ad assicurare che la stessa Facolta' possa svolgere le proprie funzioni in modo rispondente a quanto stabilito negli art.", "3 e 4 dell'Accordo sopra citato tra la Santa Sede e il Governo di Malta.", "Tale contributo potra' raggiungere, al massimo, quello assegnato dal Governo.", "3.", "I competenti organi amministrativi dell'Universita' comunicheranno sollecitamente alla \"Foundation for Theological Studies\" l'ammontare del contributo stabilito dal Governo per il finanziamento della Facolta' e l'ammontare della spesa prevista dalla stessa Facolta' per il suo conveniente funzionamento.", "4.", "La \"Foundation for Theological Studies\", entro 30 giorni dalla data della comunicazione di cui al punto 3 della presente Intesa, esaminera' la previsione di spesa della Facolta' e, tenendo conto del contributo disposto dal Governo, comunichera' al Decano della Facolta' l'ammontare del proprio contributo, che versera' in rate trimestrali.", "5.", "La parte del contributo della \"Foundation for Theological Studies\" che risultera' non essere stata spesa al termine dell'esercizio finanziario annuale per il quale lo stesso contributo era stato predisposto, sara' restituita alla stessa \"Foundation\".", "6.", "Qualora sorgessero difficolta' di interpretazione o di applicazione delle precedenti disposizioni, il Governo della Repubblica di Malta e l'Arcidiocesi di Malta affideranno la ricerca di un'amichevole soluzione ad una commissione paritetica che sara' composta, per parte del Governo Maltese, dal Ministro dell'Educazione e dal Segretario Generale del Ministero dell'Educazione, o da loro delegati, per parte dell'Arcidiocesi di Malta, dal Presidente della \"Foundation for Theological Studies\" e dal Direttore della \"Foundation for Theological Studies\", o da loro delegati, e da un presidente che sara' eletto dagli altri membri.", "26 settembre 1988", "(firmatao) Ugo Mifsud Bonnici Per il Governo di Malta (firmato) + Giuseppe Mercieca Per l'Arcidiocesi di Malta (firmato) + Pier Luigi Celata", "PROTOCOLLO AGGIUNTIVO ALL'ACCORDO TRA LA SANTA SEDE E IL GOVERNO DELLA REPUBBLICA DI MALTA SULL' INCORPORAZIONE DELLA FACOLTÀ DI TEOLOGIA NELL'UNIVERSITÀ DI MALTA", "La Santa Sede e il Governo di Malta, facendo seguito alla proposta avanzata dallo stesso Governo ed alle successive discussioni, stabiliscono di comune intesa di emendare l'Articolo Sei dell'Accordo sull'incorporazione della Facoltà di Teologia nell'Università di Malta, firmato il 26 Settembre 1988, come segue:", "\"Un rappresentante del Presidente della \"Foundation for Theological Studies\", nominato dallo stesso Presidente, farà parte del Consiglio dell'Università.", "Due rappresentanti della \"Foundation for Theological Studies\", da questa nominati, faranno parte del Consiglio della Facoltà di Teologia\".", "Il presente Protocollo aggiuntivo è parte integrale dell'Accordo firmato dalle due Parti il 26 Settembre 1988.", "Fatto alla Valletta, Malta, il 26 del mese di gennaio millenovecentonovantacinque, in due testi originali, ciascuno in italiano e in inglese, ambedue facenti ugualmente fede.", "Per la Santa Sede (firmato) + Pier Luigi Celata Arcivescovo tit. di Doclea Nunzio Apostolico", "Per il Governo di Malta (firmato) Michael Falzon Ministro dell'Edukazione e Risorse Umane.\".\".", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No)", "Il-mistoqsija hi li New Clause 5 tiġi moqrija t-Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Il-mozzjoni għaddiet u Klawsola Ġdida 5 ġiet moqrija t-Tieni Darba.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Sur President, nipproponi li klawsola Ġdida 5 tkun tifforma parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Jien kelli l-parir legali li la mal-Ftehim oriġinali kien hemm dak l- Anness, jekk se jiġi ppublikat il-Ftehim irid jiġi ippublikat l-Anness ukoll.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "George Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Meta kkwotajt minnu qalli li qed nikkwota minn xi ħaġa li saret sebgħa snin ilu, allura issa se nerġgħu nindikaw l-1988?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Naħseb li l-parir legali tawhuli biex ifixxklu lilek.", "Irrid ngħid li l-Protokoll addizjonali li ffirmajt jien fis-26 ta' Jannar biddel Artiklu 6 tal-Ftehim għax qabel kien jgħid hekk:", "\"Il-President tal-Fondazzjoni għal Studji Teoloġiċi jew id-delegat tiegħu għandu jkun membru tal-Kunsill ta' l-Universita' ...\"", "Dan kien ifisser li l-Arċisqof personalment ikun membru tal-Kunsill ta' l- Universita'.", "Aħna pproponejna lis-Santa Sede, u huma aċċettaw, li din għandha tinbidel biex l-Isqof ikun rappreżentant tal-President mhux imur fuq il-Kunsill ta' l-Universita'.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Nibdew mill-aħħar Protokoll li ħa l- paternita' tiegħu l-Onor.", "Michael Falzon.", "Dan iġib id-data tas-26 ta' Jannar u jgħid hekk:", "\"Persuna li se tiġi maħtura fil-Kunsill tkun maħtura mill-President tal-Fondazzjoni.\"", "Aħna għandna l-emenda li d-data tagħha hija t-18 ta' Jannar u din kienet diġa' tgħid hekk.", "Jiġifieri l-emenda għal-Liġi saret qabel il-Protokoll?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Aħna konna qed naraw kif se ssir l-emenda għal- Liġi u mbagħad għamilna l-Protokoll biex dan ikun skond dik l-emenda.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Issa isbaħ!", "L-ewwel għamilna emenda għal- Liġi biex tiġi preċiżament taqbel mal-Ftehim, issa għamilna Protokoll biex jiġi preċiżament jaqbel ma' l-emenda li konna għamilna qabel!", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Loġika perfetta din.", "Jekk aħna qegħdin inbidlu l- Liġi biex tkun konformi mal-Ftehim, u ovvjament saru diskussjonijiet, imbagħad kien hemm partijiet fejn il-Liġi ma kenitx preċiża skond il-Ftehim u emendajna l-Ftehim.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: It-text tal-Liġi li qed ngħaddu llum huwa tat-18 ta' Jannar.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Dik id-data hija tad-draft li għamilli l-Avukat Ġenerali.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Il-Protokoll li jaqbel preċiżament ...", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Dak ġie ffirmat fis-26 ta' Jannar imma l-Ftehim fuqu kien diġa' sar qabel.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: F'paġna 3 tal-Ftehim insibu dan il-kliem:", "\"Jekk l-istess Arċisqof, għal raġunijiet ta' fidi, kondotta morali jew dixxiplina ekkleżjastika, jirrevoka n-\"nihil obstat\" jew il-missjoni kanonika lil għalliem, dana ta' l-aħħar ma jibqax jagħmel parti mill- Fakulta' tat-Teoloġija u proċeduri għandhom minnufih jittieħdu għal ħatra ta' għalliem ġdid.\".", "Din hija sitwazzjoni fejn fakulta' li tiddependi biss mill-Knisja Kattolika għandha d-dritt li tesiġiha.", "Fakulta' ta' Universita' lajka, li tiddependi mill-Istat m'għandux jaċċettaha din.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Il-konċett kollu ta' dan il-Ftehim huwa li l- Fakulta' tat-Teoloġija hija sui generis, mhux bħall-fakultajiet l-oħra.", "Issa jew se naċċettaw li hi sui generis jew le.", "Jekk intom ma taċċettawx din nifhem li mbagħad l-affarijiet l-oħra do not follow imma trid taċċetta li hija fakulta' differenti mill-oħrajn u għandha ċirkostanzi li jagħmluha fakulta' sui generis.", "Jekk din il-premessa ma taċċettawhiex - intom tafu x'inhi l-pożizzjoni tagħkom - imbagħad tista' targumenta dak li qed targumenta.", "Pero' fl-opinjoni tagħna hemm ċirkostanzi li l-Fakulta' hija fakulta' sui generis u diġa' spjegat x'inhuma u m'iniex se nerġa' nidħol fihom.", "(Interruzzjonijiet) Fakulta' sui generis tfisser fakulta' taħt ċirkostanzi differenti.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Naċċetta li hija fakulta' sui generis.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Għax inti kull darba qed tagħmel paragun ma' fakultajiet oħra.", "Jekk jiġi xi ħadd jindaħlilna f'dak li qegħdin nagħmlu fil-Fakulta' ta' l-Economics ...", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Il-paragun ma' fakultajiet oħra għamiltulek meta konna qed niddiskutu l-kompożizzjoni tal-Kunsill ta' l- Universita' fejn irrimarkajtlek li ebda fakulta' m'għandha dritt li taħtar rappreżentat, għad-differenza tas-Senat.", "Hemmhekk għamiltlek l-oġġezzjoni u għidtlek li l-fakultajiet kollha ta' l-Universita' m'għandhomx dritt jaħtru rappreżentant fil-Kunsill - is-Senat għandu dritt għax hu jittratta kwestjonijiet akkademiċi u l-Kunsill jittratta ħwejjeġ amministrattivi - u l-Fakulta' tat-Teoloġija qed tingħata din il-fakulta' li jkollha rappreżentant.", "Din hi l-unika fakulta' u inti għidt li m'hemmx ġustifikazzjoni u li hija sui generis.", "Issa jiena qed ngħidlek li l-fatt li hija sui generis ma jiġġustifikax kull ħaġa.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Dażgur, dik hija ovvja.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Mela l-punt li jien qed inqanqal huwa li trid tiġi ġġustifikata fuq il-mertu tagħha mhux għaliex hija sui generis.", "Jiena qed ngħidlek li una volta aċċettajt li biex jiġu maħtura ċerti għalliema, anke fid-Dipartimenti tal-Filosofija, irid ikun hemm il- beneplacito ta' l-Arċisqof ...", "Fil-Liġi qegħdin inniżlu - għaliex issa qegħdin ninkorporawha fil-Liġi - li:", "\"Jekk l-istess Arċisqof, għal raġunijiet ta' fidi, kondotta morali jew dixxiplina ekkleżjastika, jirrevoka n-\"nihil obstat\" jew il-missjoni kanonika lil għalliem, dana ta' l-aħħar ma jibqax jagħmel parti mill- Fakulta' tat-Teoloġija u proċeduri għandhom minnufih jittieħdu għal ħatra ta' għalliem ġdid.\".", "Jiena qed ngħidlek li fakulta' li tappartjeni lill-Knisja għandha dritt tesiġi dawn l-affarijiet imma fakulta' f'universita' lajka, fi stat lajk, l- Universita' u l-Istat fil-liġijiet tiegħu u fl-istatut m'għandux iħalli dan.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Imma trid tapprezza li din il-fakulta' hija joint venture.", "Fil-fatt hemm anke intesa finanzjarja biex il-Knisja tħallas parti mill-ispejjeż tal-Fakulta'.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: M'hemm xejn lanqas finanzjarjament!", "Fil- provvediment tal-Finanzi hemm li l-Universita' trid tagħti finanzi lill- Fakulta' kif tagħti lil fakultajiet oħra.", "Mela fil-fakultajiet l-oħra jkun hemm xi suppliment minn x'imkien ieħor, mhux mill-Universita'?", "Jiġifieri l-provvediment finanzjarju qiegħed jekkwipara l-Fakulta' tat- Teoloġija mal-fakultajiet l-oħra.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Le mhux hekk.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Mhux hekk jgħid il-Ftehim fuq il-Finanzi?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Hemm miktub hekk:", "\"L-Arċidjoċesi ta' Malta, permezz tal-Fondazzjoni għall-Istudji Teoloġiċi, għandha tikkontribwixxi għall-finanzjament tal-Fakulta' tat- Teoloġija il-fondi sa fejn konsidrat meħtieġ, oltre l-fondi assenjati mill-Gvern għal estimi ta' l-Universita', biex tiżgura li l-imsemmija Fakulta' tkun tista' teżerċita l-funzjonijiet tagħha skond id- dispożizzjonijiet ta' l-artikoli 3 u 4 ta' l-imsemmi Ftehim ...\".", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Imma ma tistax taqra x'hemm qabel?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Dik qrajtha int u allura m'hemmx għalfejn nerġa' naqraha jien.", "Trid taqrahom flimkien.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Għalhekk għidtlek li dik ma tiswa xejn.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Għaliex ta' qabel tiswa u ta' wara ma tiswiex mhux ta' qabel ma tiswiex u ta' wara tiswa?", "It-tnejn trid taqrahom flimkien.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Meta taqrahom flimkien tasal għall- konklużjoni li d-Djoċesi hija biss tenuta li tagħti s-suppliment.", "Imma jekk il-ħtieġa ta' suppliment ma teżistix, għax l-Universita' hija issa obbligata bil-Liġi li tagħti l-finanzjament lil Fakulta', kif tagħti lil fakultajiet oħra, kif tgħidli is-suppliment se jingħata?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Skond l-istess kriterji ma jfissirx li kif tagħti għall-Fakulta' tal-Mediċina trid tagħti għall-Fakulta' tat-Teoloġija.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Dażgur li mhux l-istess, mela hemm xi fakulta' li tieħu l-istess ammont?", "L-istess kriterji, imma hija obbligata li tużahom.", "Allura l-finanzjament tal-Fakulta' tat-Teoloġija qiegħed jimxi fuq l-istess kriterji tal-fakultajiet l-oħra.", "Mela dan ifisser li l- finanzjament kollu tal-fakulta' għandu jingħata mill-Universita' jekk il- finanzjament ta' fakultajiet oħra, skond il-kriterji ta' l-Universita', jingħata mill-Universita.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Din hija ovvja.", "Dawn l-affarijiet tgħallimni int fihom mhux ngħallmek jien.", "Ma tistax taqra waħda in isolation imma trid tarahom it-tnejn flimkien.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Meta taqrahom flimkien issib li l- konsegwenza li għandek tiġbed hi li l-Universita' hija obbligata tagħti finanzjament sħiħ lill-Fakulta' kif tagħti l-finanzjament sħiħ lil fakultajiet oħra u jekk ma tagħmilx hekk tkun qed tonqos mil-liġi.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Meta taqrahom tinduna li bl-istess kriterji ma tfissirx finanzjament sħiħ għax kieku ma kienx ikun hemm bżonn ta' finanzjament supplimentari.", "Anzi t-tieni parti fejn qed ngħidu li \"il- Knisja, permezz tal-Fondazzjoni trid tikkontribwixxi finanzjarment\", timplika bl-iktar mod ċar li l-parti ta' qabel ma tfissirx finanzjament sħiħ.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Mela ħalli nkunu ċerti x'tista' tfisser il- parti ta' qabel.", "Din tgħid hekk:", "\"Il-Gvern ta' Malta, għandu jiffinanzja l-Fakulta' tat-Teoloġija skond l-istess kriterji li japplika għall-finanzjament tal-fakultajiet oħra.\".", "Il-finanzjament ta' fakultajiet oħra jinġieb kollu mill-Gvern ta' Malta, mela allura l-istess kriterju huwa li l-finanzjament tal-Fakulta' tat- Teoloġija jrid jiġi mill-Gvern Malti.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Dan m'huwiex eżatt.", "Per eżempju fl-Istitute of Health Care aħna jkollna l-kontribut tad-Dipartiment tas-Saħħa.", "Għax ikun hemm dipartimenti u azjendi tal-Gvern li f'ċerti fakultajiet ikunu jridu jorganizzaw ċerti courses, allura jħallsu għalihom huma.", "Dawn huma kriterji li jintużaw.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Imma fil-Fakulta' tat-Teoloġija m'hawnx conjoint votes ...", "(Interruzzjonijiet) Issa qed niddiskutu fuq Ftehim li sar fl-1988, li diġa' ġie applikat u m'għandniex ir-risposta jekk ġiex ratifikat mill-Vatikan.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Le, aħna qed nirratifikawh għaliex issa qed indaħħluh fil-Liġi l-Vatikan se jirratifikah ukoll.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Jiġifieri l-Vatikan għadu ma rratifikahx.", "(Interruzzjonijiet) Issa almenu għandna l-esperjenza taż-żmien għaliex diġa' għaddew seba' snin.", "Nistgħu naraw kif ġiet applikata din l-ewwel klawsola fil-prattika?", "Jien qed nissottometti li la l-Gvern Malti qed jiffinanzja l-Fakulta' bl-istess kriterji li jiffinanzja l-fakultajiet l- oħra, dan ifisser li fil-fatt tħallsu l-ispejjeż kollha tal-Fakulta'.", "Jien m'iniex qed ngħid li dan huwa ħażin, imma qed ngħidu bħala stat ta' fatt.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Għalkemm m'għandix il-karti hawn, nista' ngħid li fil-fatt anke saru domandi parlamentari li jindikaw x'kien il-kontribut tal- Fondazzjoni lejn il-Fakulta' tat-Teoloġija f'xi snin partikolari.", "Fil-fatt din ġiet attwata u kien hemm anke kontribuzzjoni.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Sar il-ħin għall-Aġġornament.", "Il-Kamra rriżumiet u l-Viċi President tal-Kumitat rrapporta progress u talab il-permess sabiex il-Kumitat jerġa' jiltaqa'.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO (Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin): Sur President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it- Tnejn, 6 ta' Frar, fis-6.00 p.m. b'din l-agenda:", "Mozzjonijiet", "L-Ewwel Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar id-Djar.", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Edukazzjoni - Kumitat (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar Tribunal għal Talbiet Żgħar - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili (Emenda Nru 2) - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kumpanniji - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar ir-Reġistrazzjoni ta' Artijiet - it-Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Ordinanza dwar il-Privileġġi u s-Setgħat tal-Kamra tad-Deputati - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi tal-Liġijiet tal-Pulizija - it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Servizzi ta' Impieg u Taħriġ - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Korporazzjoni għall-Iżvilupp ta' Malta - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar l-GĦajnuna lill-Industriji - it-Tieni Qari; Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Uffiċċju tal-Posta - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Massa Frumentarja - it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Kummissarji għall-Ġustizzja - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Arbitraġġ - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Kumpanniji Kontrollati (Proċedura ta' Likwidazzjoni) - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar id-Dazji ta' Importazzjoni (Emenda Nru 2) - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar id-Dazji tas-Sisa fuq is-Sigaretti maħdumin bil-Makna - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar id-Dazji ta' Importazzjoni (Emenda Nru 3) - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Dazju tas-Sisa - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar it-Taxxa fuq Bunkering ta' Żjut - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Promozzjoni ta' Prodotti Lokali - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jħassar l-Att dwar it-Taxxa tad-Divertimenti - it- Tieni Qari; u Xi agenda oħra li tista' tiġi komunikata iktar tard.", "MR SPEAKER: Rimarki?", "L-Onor.", "Michael Axiak.", "ONOR.", "MICHAEL ASCIAK: Mr Speaker, il-ġimgħa l-oħra kont qed insegwi l- Konferenza Ġenerali tal-Partit Laburista u meta ħarist lejn il-mozzjonijiet li ħarġu minn din il-konferenza f'moħħi ġieni ħsieb partikolari dwar il- kwestjoni ta' l-evoluzzjoni.", "Kulħadd sema' bil-bioloġista famuż Charles Darwin li ttratta l-evoluzzjoni u f'waħda mil-liġijiet naturali li ppropona semma li jekk ma jkunx hemm evoluzzjoni ta' l-ispeċi, din l-ispeċi ssir estinta.", "U fil-politika wieħed jista' jimxi fuq l-istess argument, cioe' li jekk ma jkunx hemm evoluzzjoni ta' ħsieb politiku, dawk il-gruppi ta' nies li ma jevolvux jiġu estinti.", "Naħseb li bl-ideat li ħarġu mill- Konferenza Ġenerali tal-Partit Laburista wieħed jista' jasal għall- konklużjoni li allaħares kellu jitla' l-Partit Laburista fil-gvern b'dawn l- ideat għaliex mhux biss jagħmlu ħsara lilhom nfushom bħala partit, imma ssir ħsara kbira lill-pajjiż u bħala poplu mmorru lura fiż-żmien.", "Huma ideat bla viżjoni, ideat li diġa' nafu fejn wasalna bihom fil-passat għaliex ma taw l-ebda kwadru jew viżjoni ċara lill-politika Maltija u lill- poplu Malti.", "L-ewwel mozzjoni li semmew tirrigwarda t-tneħħija tal-VAT u llum l- editorjal ta' \"l-Orizzont\" jgħid li mhux biss se jneħħu l-VAT imma minflokha se jerġgħu jdaħħlu d-dazji u taxxi iktar ġusti kif kienu f'Diċembru ta' l-1994.", "Hija xi ħaġa tad-daħk li tgħid li se terġa' ddaħħal id-dazji kif kienu f'Diċembru li għadda, dazji li jitħallsu minn kulħadd, irrispettivament mill-klassi u mill-pożizzjoni soċjali ta' dak li jkun.", "Peress li bil-kwestjoni tal-VAT il-Gvern ma messx il-kwestjoni tat-taxxi, milli jidher il-Partit Laburista qed jipproponi li se jagħmel xi riforma ta' taxxi iktar ġusta.", "Naħseb li jkun f'loku kieku wieħed jistaqsi issa x'tip ta' riforma ta' taxxi beħsiebhom jipproponu.", "Pero' l-iktar proposta li jistħoqqilha premju hija meta ddikjaraw b'mod pubbliku li jekk jitilgħu fil-gvern se jirtiraw l-applikazzjoni ta' Malta għas-sħubija fl-Unjoni Ewropea.", "Mr Speaker, jien indur lejhom u lejn il-poplu Malti u nistaqsi: Bħala partit x'futur se toffru lill-poplu Malti?", "Qegħdin tgħidu xi ħaġa li tmur kontra l-mod kif mexjin l-affarijiet u tmur kontra l-evoluzzjoni ta' ħsieb politiku mhux biss fl-Ewropa imma anke f'Malta.", "Jien ngħid li huwa biss ġenn li tiddikjara li se tirtira l-applikazzjoni għas-sħubija ta' Malta fl- Unjoni Ewropea fid-dawl ta' dak kollu li qed jiġri bħalissa fil-kumplament ta' l-Ewropa, speċjalment fl-Ewropa tal-Lvant.", "Dan juri b'mod ċar kemm l- Oppożizzjoni għandha taħwid f'moħħha meta tiġi biex tiddiskuti affarijiet ta' natura ta' politika barranija.", "Għalhekk huwa tajjeb li nifhmu x'qed jipproponi l-Partit Laburista għaliex għalkemm irid jirtira l-applikazzjoni ta' Malta jrid iżomm relazzjonijiet viċini, speċi ta' free market.", "Li ma nkunux parti minn din il-komunita' jfisser li l-prodotti tagħna jkunu ogħla minn dawk ta' pajjiżi oħra Ewropej bil-konsegwenza li nkunu inqas kompettitivi u jfisser ukoll li qed nirrinunzjaw għall-għajnuna u għall- iskemi soċjali kollha li għandhom l-Unjoni Ewropea qisna aħna xi pajjiż speċjali li rridu nżommu relazzjonijiet viċini magħhom, imma ma rridux li jkollna sehem mill-miljuni ta' liri li tingħata f'għajnuna soċjali!", "Il- Partit Laburista ma jridx li bħala pajjiż nieħdu sehem fid-deċiżjonijiet politiċi li jittieħdu dwar dak li jkun qed jiġri fl-Ewropa.", "Dak li qed jissuġġerixxi l-Partit Laburista jpoġġi liċ-ċittadin f'pożizzjoni inqas miċ-ċittadini oħra Ewropej għaliex qed jipproponi li ċ-ċittadin Malti jkun a second-class citizen.", "L-Oppożizzjoni Laburista kemm-il darba ssemmi lin-Norveġja, pero' kulħadd jaf x'qed jiġri f'dan il-pajjiż.", "Qed insemmi l-eżempju tan-Norveġja għaliex huwa tajjeb li nitgħallmu minnu.", "Għalkemm in-Norveġja reġgħet ivvotat biex tibqa' barra mill-Unjoni Ewropea, diġa' qed ikollha tikkumbatti ċerti problemi għaliex peress li l-Isvezja, il-Fillandja u l- Awstrija huma membri ta' l-Unjoni Ewropea l-cost of living fin-Norveġja qed jogħla, b'konsegwenza li l-istandard of living qed jonqos u fin- Norveġja diġa' qed jiżdied il-qgħad.", "Dan qed jiġri għaliex ħafna kumpanniji li kien hemm fin-Norveġja, speċjalment dawk li qegħdin mal- konfini ma' l-Isvezja, qed jagħlqu għaliex jafu li biex jipproduċu l- prodott tagħhom fin-Norveġja se jiġihom ogħla u allura jippreferu jipproduċu l-prodott tagħhom fl-Isvezja jew fil-Fillandja għaliex b'hekk ikunu jistgħu jesportaw lejn il-kumplament tal-pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropea mingħajr ma jħallsu dazji.", "Jiġifieri xahar biss wara li dawn il- pajjiżi daħlu fl-Unjoni Ewropea, in-Norveġja qed tiffaċċja problemi anke f'dik li hija esportazzjoni għaliex ħadd m'hu miġnun li jixtri minn pajjiż li mhuwiex membru ta' l-Unjoni meta jista' jixtri l-istess prodott minn pajjiż membru ta' l-Unjoni Ewropea li jiġih jiswa inqas għaliex ma jkunx qed iħallas dazju.", "Dawn huma affarijiet li wieħed irid iħares lejhom u juru kemm l-Oppożizzjoni hija żbaljata u retrograda fil-ħsebijiet li għandhom x'jaqsmu mal-politika Ewropea.", "Nagħlaq billi ngħid li l-Partit Laburista ddikjara wkoll li huwa kontra l- Partnership for Peace li evolviet biex ikun hemm iktar koperazzjoni bejn dawk il-pajjiżi ta' l-Ewropa tal-Punent, ta' l-Ewropa tal-Lvant u l-pajjiżi tal-Mediterran.", "L-ewwelnett il-fatt li l-Partit Laburista qed jipprova juri li din il-Partnership for Peace hija xi ħaġa kerha, juri falliment tal-ħsieb tal-Partit Laburista għaliex l-ewwel konċett ta' din il- partnership huwa proprju biex ikun hemm koperazzjoni bejn il-pajjiżi kollha u biex ikun hemm il-paċi.", "Sabiex ikun hemm il-paċi fl-Ewropa u l-paċi fid- dinja Malta trid tkun lesta li tagħmel l-parti tagħha mhux billi tmur tiġġieled fil-gwerer imma billi tikkontribwixxi lejn dawn l-istrutturi ta' paċi li qed jinħolqu fl-Ewropa.", "Nagħlaq billi nikkwota mill-manifest politiku tal-partiti popolari Ewropew - ċioe' l-partiti demokristjani Ewropej miġbura fil-Parlament Ewropew - biex nuri kemm l-ideat tal-Partit Laburista fuq is-sigurta' huma ideat antiki.", "F'sezzjoni \"A Secure and Peaceful Europe\" insibu paragrafu li juri kif id-demokristjani u l-kumplament ta' l-Ewropa jħarsu lejn il- kwestjoni tas-sigurta'.", "Se naqrah bl-Ingliż biex ma niġix miskwotat:", "\"To the traditional \"security against\", based on the arms race, we can now add \"security with\", based on a shared definition of the minimum necessary force, but for us Christian democrats we want a \"security for\", defined as co-operation which creates irreversible links between peoples and which is based not just on the military factor but also on economic, social and cultural development.\".", "Jiġifieri t-tip ta' sigurta' li qed nitkellmu fuqha llum mhijiex xi sigurta' kontra, imma hija sigurta' favur il-paċi.", "U dan huwa l-evolviment tal-ħsieb fuq is-sigurta' li qed jimxi fuqu l-Gvern li jemmen ukoll fid- demokrazija kristjana.", "Nagħlaq billi nħeġġeġ lill-poplu Malti biex jagħraf id-differenzi fil-ħsebijiet li jeżistu bejn in-naħa tal-Gvern u n- naħa ta ' l-Oppożizzjoni.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Antoine Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI (Segretarju Parlamentari): Mr Speaker, wieħed mill-iktar fenomeni sinifikattivi tas-seklu għoxrin hija ż-żieda drammatika fin-numru u fil-proporzjon ta' persuni anzjani.", "Malta bħall- bqija tad-dinja qed tgħix ukoll din il-bidla u skond l-aħħar statistiċi l- persentaġġ ta' dawk li għandhom 'il fuq minn 60 sena diġa' laħaq il-15.93%, li jinqasmu bejn 15.95% għal Malta u 20.1% għal Għawdex.", "Fi żmien 30 sena dan il-persentaġġ se jitla' għal 24%.", "Id-demographic trends juru li l- ikbar impatt tax-xjuħija se jkun realizzat fl-ewwel kwart tas-seklu wieħed u għoxrin.", "F'dan il-perjodu l-popolazzjoni anzjana mhux biss se tirdoppja, iżda wieħed minn kull erba' Maltin ikollu 'il fuq minn 60 sena.", "Barra minn hekk, dawk l-anzjani li jkollhom 'il fuq minn 75 sena se jibdew jiżdiedu b'rata ikbar kif jaqleb is-seklu.", "Dan ifisser li wieħed irid jaħseb biex jipprovdi għal diversi bżonnijiet ta' diversi kategoriji ta' anzjani matul dan iż-żmien.", "Dan il-kwadru jista' jidher iktar ikrah meta wieħed jikkonsidra li r-role tradizzjonali tal-familja Maltija fis-support u l-kura li mdorrija tagħti lill-membri anzjani tagħha ta' kuljum huma mheddha serjament minn diversi esiġenzi ekonomiċi, soċjali u psikoloġiċi.", "Il-familja suppost għandha tkun il-post ideali għall-anzjan u dan intqal ukoll mill-Parliamentary Assembly of the Council of Europe f'rakkommandazzjoni li għamlet fuq il-policy tal- familja fl-1988.", "Infatti din kienet qalet:", "\"The family is still the place where human relationships are most intense and rich and the best place for bringing up children and providing care for the elderly persons.\".", "Illum, grazzi għall-progress kbir li sar fil-qasam tal-mediċina, il-ħajja tal-bniedem twalet u se tkompli titwal.", "Fil-fatt l-average life expectancy żdiedet drammatikament matul l-aħħar 60 sena.", "Filwaqt li fl-1930 l-life expectancy ta' l-irġiel kienet ta' 35 u tan-nisa kienet 43, fl-1990 il-life expectancy ta' l-irġiel kienet ta' 73.7 u tan-nisa kienet ta' 78 sena.", "Huwa previst li fis-sena 2025 l-life expectancy ta' l-irġiel tkun ta' 74 u tan-nisa se tkun ta' 80 sena, jiġifieri l-life expectancy se tkompli tiżdied.", "Pero' huwa essenzjali li l-għajxien iktar fit-tul ta' l-anzjan ikun imsieħeb ma' kwalita' ta' ħajja aħjar għaliex inkella ma jkunx hemm skop ta' ħajja itwal.", "Il-policies adottati jrid ikollhom l-iskop li l- anzjan jibqa' attiv, iżomm ir-relazzjonijiet mal-familja, mal-ħbieb tiegħu u ma' l-ambjent familjari li jgħix fih filwaqt li jiġi inkoraġġit li jibqa' jipparteċipa attivament fil-ħajja sabiex iħossu integrat kompletament fis- soċjeta'.", "It-titjib sinifikattiv fil-life expectancy ta' l-anzjani bilfors jimplika mhux biss domanda ikbar għas-servizzi eżistenti ta' għajnuna, iżda jitlob servizzi ġodda u miżuri alternattivi għall-kura ta' l-anzjani.", "Għalkemm l- anzjani jista' jkollhom ħafna bżonnijiet li huma komuni għall-bqija tal- popolazzjoni, għandhom ċerti bżonnijiet speċjalizzati li huma orjentati għall-eta' tagħhom.", "Bħala konsegwenza hemm il-ħtieġa ta' metodi ġodda fil- kura medika u fit-tqassim tas-servizzi tas-saħħa.", "Is-soluzzjoni tinsab fit- trasformazzjoni radikali ta' politika soċjali bbażata fuq mudell ta' welfare state għal dik ta' caring society fejn kull istituzzjoni soċjali li jista' jkun l-Istat, il-Knisja, organizzazzjonijiet volontarji u oħrajn non- governattivi, il-komunita', il-membri tal-familja u fl-aħħarnett l-anzjani nfushom kollha għandhom role importanti x'jaqdu billi verament jgħinu lil xulxin u jwettqu fil-prattika l-prinċipju tas-solidarjeta'.", "Il-kura ta' l-anzjani hija entita' komplessa fejn ħaġa tiddependi minn oħra għaliex, per eżempju, is-saħħa u l-feliċita' ta' l-anzjani jiddependu minn fatturi soċjali, emozzjonali u psikoloġiċi.", "Għalhekk il-politika soċjali tal-lum hija orjentata fuq is-servizzi personalizzati li bħala bażi tagħhom jqisu lill-anzjan bħala persuna umana.", "Din il-politika għandha skop doppju għaliex filwaqt li tipprovdi support lill-anzjani tnaqqas il- piż minn fuq il-familja tiegħu.", "Ix-xewqa u l-impenn tagħna huwa li kemm jista' jkun inħallu lill-anzjan tagħna jgħix f'daru mal-familja tiegħu, fir- raħal jew fil-belt fejn ikun trabba' u biex nilħqu dan l-iskop qegħdin kontinwament nestendu u ntejbu s-servizzi li jingħataw lill-anzjani f'darhom.", "Aħna rridu li dawn is-servizzi jkunu strumentali biex iktar anzjani jkunu kapaċi jgħixu f'darhom minflok jidħlu f'xi dar residenzjali ta' l-Istat, tal-Knisja jew tal-privat.", "Irridu nevitaw dik it-trawma li l- anzjan isofri meta jiġi biex jitlaq minn daru biex jidħol f'xi istituzzjoni ta' l-anzjani, pero' huwa d-dmir tagħna ukoll li naraw li f'kull dar ta' l- anzjani u f'kull nursing home l-kwalita' tal-ħajja u d-dinjita' ta' l- individwu jkunu salvagwardati fis-servizzi u l-faċilitajiet li jiġu provduti f'dawn l-istituzzjonijiet.", "Huwa dover tagħna wkoll li fiż- żmenijiet tal-lum nipprovdu kwalita' ta' ħajja aħjar lill-anzjan mhux mil- lat materjali biss iżda wkoll mill-aspett kulturali, edukattiv u rikreattiv.", "B'dan il-mod l-anzjani tagħna jħossuhom li jistgħu jipparteċipaw attivament u ma jħossuhomx emarġinati, iżda għall-kuntrarju jħossuhom kompletament integrati fis-soċjeta'.", "Biex nilħqu l-iskop tal- politika tagħna, cioe' li kemm jista' jkun nżommu lill-anzjan f'daru l- Gvern qed ikompli jestendi u jtejjeb is-servizzi li qed nipprovdu fil- komunita'.", "Bi pjaċir ngħid li f'dawn l-aħħar ġimgħat tajna bidu għal ċerti servizzi li ma kenux jeżistu f'pajjiżna.", "Infatti l-ġimgħa l-oħra ftaħna day centre fiż-Żejtun, servizz li aħna nemmnu li se jkun parti importanti fl-istrateġija tal-Gvern biex iwettaq il-politika tiegħu li kemm jista' jkun inżommu l-anzjan f'daru.", "B'sodisfazzjon ngħid li dan is-servizz jidher li se jkun ta' suċċess, infatti diġa' hemm numru sabiħ ta' anzjani li qed jipparteċipaw u jien persważ li dan is-servizz mhux se jibbenefikaw minnu biss l-anzjani taż-Żejtun imma se jibbenefikaw minnu wkoll anzjani ta' rħula viċin.", "Wara li naraw is-suċċess li jkollna u l-benefiċċju li jieħdu minnu dan id-day centre, beħsiebna niftħu day centres oħrajn ħalli kemm jista' jkun il-firxa ta' anzjani li jgawdu minn servizz bħal din tkun ikbar.", "Dan is-servizz ta' day centre, Mr Speaker, jagħti opportunita' kbira lill-anzjani biex jiltaqgħu ma' anzjani oħra, jagħtihom ukoll l-opportunita' li jiżviluppaw it-talenti tagħhom u jitgħallmu affarijiet ġodda.", "Barra minn hekk, għandu skop ieħor benefiku u doppju, cioe' li jagħti nifs lill-qraba li jkunu jduru bl-anzjani tagħhom.", "Inizjattiva oħra li ħa s-Segretarjat għall-Kura ta' l-Anzjani tirrigwarda l-karta ta' l-identita'.", "Din ilna nsemmuha ħafna u qlajna ħafna kritika fuqha għaliex ilna biex nagħmluha - u dan huwa veru - pero' naħseb li mhux se jiddispjaċina li domna daqshekk.", "Nista' nħabbar li dan ix-xahar b'koperazzjoni ma' l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali se jibdew jitqassmu l-ewwel karti ta' l-identita' mill-kunsilli lokali.", "Din il-karta ta' l- identita' se tkun tiswa ħafna affarijiet.", "Domna biex wettaqna din il-ħaġa għaliex ridna nkunu żguri li meta anzjan ikollu din il-karta ta' l- identita' se tiswielu xi ħaġa.", "Infatti diġa' ngħatajna ħafna konċessjonijiet minn ċerti kumpanniji u minn hawn nirringrazzjahom.", "'Il quddiem wieħed ikun jista' jippubblika l-ismijiet ta' dawn id-ditti u jien persważ li se jkun hemm iktar konċessjonijiet għall-anzjani.", "Din il-karta' ta' identita' se tibda titqassam dan ix-xahar u bil-mod il-mod titqassam lill-anzjani kollha li għandhom 60 sena.", "Inizjattiva importanti oħra tirrigwarda r-reġistru ta' l-anzjani.", "Dan huwa eżerċizzju importanti ħafna li permezz tiegħu l-Gvern u anke l- kunsilli lokali se jkunu jafu x'inhuma l-ħteġijiet u l-kapaċitajiet ta' l- anzjani kollha.", "Bħalissa hawn 59,000 persuna anzjana li se jiġu reġistrati f'dan ir-reġistru.", "Dan il-proġett qed isir bejn is-Segretarjat għall-Kura ta' l-Anzjani, il-Kunsill Nazzjonali ta' l-Anzjani, l-MSU u l-Assoċjazzjoni u d-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali.", "Imxejna ħafna f'dan il-proġett u fil- 25 ta' Frar se jsir seminar għall-kunsilli lokali ħalli jiġi spjegat sewwa lilhom dan il-proġett.", "Inizjattiva oħra li qed niffinalizzaw tirrigwarda s-servizz għall- inkontinenza.", "Mr Speaker, jien persważ li int taf ħafna fuq dan is-servizz li diġa' qed jibbenefikaw minnu madwar 700 ruħ li qed jieħdu l-ħrieqi b'xejn.", "Pero' għandna waiting list ta' madwar 600 ruħ li sfortunatament minħabba limitazzjonijiet finanzjarji m'aħniex f'pożizzjoni li nagħtuhom il- ħrieqi b'xejn.", "Fassalna pjan biex almenu dawn l-anzjani kollha - għaliex il-maġġoranza kbira tal-waiting list huma anzjani - li qed jistennew biex jieħdu dan is-servizz ikunu jistgħu jixtru dawn il-ħrieqi bi prezz sussidjat.", "Jien nikkalkola li filwaqt li bħalissa l-anzjani li qed ikollhom jixtru l-ħrieqi qed iħallsu madwar 30ċ jew iktar fuq kull ħarqa li jixtru, se jkunu f'pożizzjoni li jixtruhom b'nofs prezz.", "Dan se jkun ta' vantaġġ u ta' benefiċċju kbir speċjalment għal dawk l-anzjani li sfortunatament jużaw dawn il-ħrieqi ta' kuljum.", "Dan ikompli jsostni li din hija inizjattiva oħra mis-Segretarjat għall-Kura ta' l-Anzjani biex ikompli jwettaq il-politika tiegħu li kemm jista' jkun l-anzjan jibqa' jgħix f'daru.", "Mr Speaker, jien perważ li qed nagħmlu mill-aħjar li nistgħu biex kemm jista' jkun l-anzjan jibqa' jgħixu f'daru, pero' sfortunatament ir-realta' hi li għalkemm qed nestendu u ntejbu dawn is-servizzi, xorta jkollna numru ta' anzjani li jitolbu li jiġu rikoverati f'xi istituzzjoni ta' l-anzjani, kemm tal-Gvern, tal-Knisja, f'dawk privati u anke f'San Vincenz de Paule.", "Ir-residenza ta' San Vincenz de Paule tilqa' fiha iktar minn 1,000 ruħ u bi pjaċir ngħid li l-kwalita' ta' ħajja li qed jirnexxilna noffru lill- anzjani f'din ir-residenza qegħda dejjem titjieb.", "Għalkemm ikun hemm ċerti limitazzjonijiet u jsiru ċerti ilmenti, pero' jien persważ li l-image ta' San Vincenz de Paule inbidel minn lejl għal nhar u aħna qed nagħmlu mill- aħjar li nistgħu biex kemm jista' jkun inkomplu ntejbu l-kwalita' ta' ħajja ta' dawn l-anzjani għaliex wara kollox huwa veru li meta nitkellmu fuq l-anzjan inkunu qed nirreferu għal dik il-persuna li jkollha ċertu numru ta' snin, pero' hemm ċerti kategoriji ta' anzjani li jkollhom ċerti bżonnijiet.", "Jien naħseb li jekk hemm kategorija ta' anzjani li għandhom l- iktar bżonnijiet huma l-anzjani rikoverati f'San Vincenz de Paule għaliex ħafna minnhom tant għandhom mard kroniku li diffiċli li joħorġu minn hemmhekk u għalhekk huwa d-dover tal-Gvern li jagħmel mill-aħjar biex itejjeb il-ħajja tagħhom.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it- Tnejn, 6 ta' Frar, fis-6.00 p.m. bl-agenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra ġiet aġġornata mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET IMWIEĠBA BIL-MIKTUB", "AMBAXXATI MALTIN - KIRJIET TA' AMBAXXATI U RESIDENZJI UFFIĊJALI", "23926.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin: Jista' l-Viċi Prim Ministru jinforma lill- Kamra kemm kienu l-ispejjeż tal-kirjiet ta' l-Ambaxxati Maltin u tar- residenza uffiċjali ta' l-istess Ambaxxaturi Maltin kollha għal matul is- sena 1994 pajjiż, pajjiż?", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO: L-informazzjoni dwar in-nefqa matul l-1994, pajjiz pajjiz, ghall-kiri mill-Gvern ta` ambaxxati u ta` residenzi ufficjali ta` Ambaxxaturi Maltin barra minn Malta, hija s-segwenti:", "| |AMBAXXATA |RESIDENZA | | | |UFFICCJALI| | | | | |Algerija |Lm 3.780 |Ara nota | | | |(E) | |Arabja |Lm7.720 |Lm24.267 | |Sawdita | | | |Awstralja |Lm 9.033 |- | |Belgju |- |Lm 17.625 | |Cina |Lm 6.387 |Lm 14.264 | | | |(B) | |Egittu |Lm24.355(C|ara nota | | |) |(C) | |Franza |Lm57.500 |Lm 38.734 | |Germanja |Lm 11.695 |Lm 15.979 | |Ingilterra |- |Lm 14.309 | |Iraq |Lm 8.870 |ara nota | | | |(E) | |Italja |Lm24.751 |Lm 22.650 | |Kanada |Lm |ara nota | | |5.096(D) |(E) | |Libja |- |- | |Russja |Lm |ara nota | | |1.131(F) |(F) | |Stati Uniti |- |- | |ta` l-Amerika| | | |Spanja |Lm 13.121 |Lm12.251 | |Kunsill ta` |- |Lm | |l-Ewropa | |6.000(G) | |(Strasburgu) | | | |Nazzjonijiet |- |- | |Uniti (New | | | |York) | | | |(Ginevra) |Lm11.605 |Lm12.015(B| | | |) | |Organizzazzjo|- |ara nota | |ni | |(E) | |ghas-sigurta'| | | |u | | | |kooperazzjoni| | | |fl-Ewropa | | | |(Vjenna) | | |", "Noti ta` Spjega", "(A) Nefqa ghall-kiri ta` uffiċji f`Melbourne u Sydney.", "Il-Kummissjoni Gholja Maltija f`Canberra hija proprjeta' tal-Gvern", "(B) Nefqa ghal parti mis-sena ghaliex l-Ambaxxatur ma kienx ghadu assuma l- inkarigu tieghu fil-bidu ta` l-1994", "(C) Ammont komplessiv li ma jiddistingwix x`kera thallset ghal kull wahda mill-proprjetajiet", "(D) Tinkludi hlas ghal uffiċji akbar tal-Konsolat li tmexxa f`nofs is-sajf", "(E) Peress li l-ambaxxata mhix immexxija minn Ambaxxatur, ma tithallasx mill-Gvern Malti ghar-residenza tal-Konslu jew ufficjal gholi li qed jamministra fiha, skond il-kaz", "(F) Ammont komplessiv li ma jiddistingwix x`kera thallset ghal kull wahda mill-proprjetajiet.", "L-ammont li jthallas huwa marbut ma kemm tizdied il- kera ta` l-ambaxxata Russa f`Malta", "(G) Tithallas f`forma ta` allowance lill-Ambaxxatur", "Fejn m'hemmx indikat infiq, il-proprjeta' hija tal-Gvern Malti.", "AMBAXXATI MALTIN", "23927.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin: Pajjiż, pajjiż jista' l-Viċi Prim Ministru jgħidli liema huma dawk ir-residenzi u Ambaxxati Maltin li nxtraw f'isem il- poplu Malti matul dawn l-aħħar ħames snin?", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO: Ebda residenza ufficjali jew ambaxxata Maltija ma nxtrat mill-Gvern Malti mill-1990 `l hawn.", "AMBAXXATI MALTIN", "23928.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin: Jista' l-Viċi Prim Ministru jinforma lill- Kamra liema kienu dawk l-Ambaxxati ta' Malta li organizzaw riċeviment fl- okkażjoni tal-21 ta' Settembru u tal-31 ta' Marzu matul l-1994?", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO: Ebda ambaxxata Maltija barra minn Malta ma organizzat riceviment fl-okkażjoni tal-31 ta` Marzu, 1994.", "Saru ricevimenti fl-okkazjoni ta` Jum l-Indipendenza 1994 f`hames ambaxxati Maltin, jigifieri, fl-Awstralja, fil-Belgju, fl-Egittu, fil-Libja u fl- Istati Uniti ta` l-Amerika, kif ukoll fil-Missjoni Permanenti ghan- Nazzjonijiet Uniti gewwa Ginevra u fil-Konsolat Malti gewwa l-Kanada.", "OPERATURI LOKALI - ABBUŻ MILL-FORWARD BUYING RATE", "23950.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm operaturi lokali li abbużaw mill-forward buying rate?", "Jista' jgħid meta ġraw dawn l-abbużi, x'somom kienu nvoluti u x'passi ttieħdu?", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Ninforma l-Onor.", "Interpellant li din il- mistoqsija għanda ssir lill-Ministru tal-Finanzi.", "KNISJA - EX-PROPRJETA' TAL-KNISJA", "23951.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Peress li issa għadda ħafna żmien mindu l-Joint Office bdiet tipprepara il- mod kif għandhom jinbiegħu id-djar li kienu proprjeta' tal-Knisja, jista' l- Ministru jgħid jekk dan il-pjan tlestiex?", "Jista' jgħid jekk hemmx xi intoppi li qed iżommu milli jitħabbar dan il- pjan?", "Jaf il-Ministru li hemm numru ta' inkwilini li qed jistennew din id- deċiżjoni biex jkunu jistgħu jixtru l-post tagħhom u jibdew jagħmlu t- tiswijiet meħtieġa?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-policies dwar xiri ta' proprjeta' amministrata mill-uffiċċju Konġunt għadhom qegħdin jiġu kkonsidrati.", "SKEJJEL - TLUQ MILL-ISKOLA QABEL IS-16-IL SENA", "23952.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Matul l-ewwel term ta' din is-sena skolastika jista' l- Ministru jgħid kemm kien hemm talbiet għall-ħruġ mill-iskola qabel iż- żmien?", "Jista' jgħid:-", "1) Kemm kienu mill-iskejjel ta' l-Istat?", "2) Kemm kienu mill-iskejjel tal-Knisja?", "3) Kemm kienu mill-iskejjel Privati?", "F'kull każ, kemm kienu subien u kemm bniet?", "X'kienu r-raġunijiet prinċipali li ngħataw biex jingħata permess?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li matul l-ewwel term ta' din is- sena skolastika kien hemm 396 talba għal ħruġ mill-iskejjel qabel iż-żmien.", "Dawn kienu mqassma hekk:", "| |Subien |Bniet | |Skejjel ta' |184 |205 | |l-Istat | | | |Skejjel |3 |1 | |tal-Knisja | | | |Skejjel |1 |2 | |privatiie | | | |Total |188 |208 |", "Ir-raġunijiet prinċipali li ngħataw fit-talba kienu l-impieg, il-ħtieġa li wieħed joqgħod id-dar, u t-tqala.", "Inżid ngħid li, ħlief għal ftit każi eċċezzjonali, it-talbiet li jintlaqgħu jikkonċernaw tfal li jkunu diġa' għalqu s-16-il sena jew ikunu se jgħalquhom matul il-vaganzi.", "Għalkemm ikollhom dik l-eta', dawn ikunu ħarġu mill-iskola qabel iż-żmien stipulat mil-liġi li tobbliga lil kull persuna li tagħlaq is-16-il sena wara l-bidu tas-sena skolastika tibqa' tattendi l-iskola sa l-aħħar ta' dik is-sena.", "SKEJJEL TA' L-ISTAT - ASSENTEIŻMU", "23953.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Fl-ewwel term tas-sena skolastika jista' l-Ministru jgħid x'kien l-assenteiżmu mill-iskejjel ta' l-Istat xahar b'xahar maqsumin fi skejjel tas-Snajja', Sekondarji, eċċ?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li fl-ewwel term skolastiku, l- assenteiżmu fl-iskejjel ta' l-Istat kien kif ġej:", "| |Set|Ott|Nov|Diċ| | |t | | |. | |Skejjel primarji |- |68 |75 |24 | |Skejjel speċjali |- |1 |2 |2 | |Skejjel |- |- |- |- | |tas-subien (Ex | | | | | |Opp Centre) | | | | | |Skejjel tal-bniet|- |87 |86 |68 | |(Ex Opp Centres) | | | | | |Skejjel |- |123|105|138| |sekondarji u | | | | | |Junior Lyceums | | | | | |tas-Subien | | | | | |Skejjel |7 |323|418|383| |sekondarji u | | | | | |Junior Lyceums | | | | | |tal-bniet | | | | | |Skejjel |- |75 | |295| |tas-snajja' | | |282| | |tas-subien | | | | | |Skejjel |- |64 |40 |43 | |tas-snajja' | | | | | |tal-bniet | | | | | |Craft Training |- |- |- |- | |Centres | | | | | |Oħrajn |- |77 |43 |30 |", "FOOTBALL GROUNDS", "23954.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura: Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk il-grounds tal-football - lokalita' b'lokalita' li fil-ġimgħat li ġejjin se jingħataw f'idejn il- Kunsilli Lokali?", "Dawk li qed jużaw il-grounds din is-sena jridu b'hekk jagħmlu arranġamenti oħra mal-Kunsilli tal-post konċernat?", "Il-Ministeru tiegħek se jagħti xi għajnuna f'finanzi jew riżorsi umani biex jgħin lill-Kunsilli fil-manutenzjoni tal-grounds?", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: L-Artiklu 33 (I) (c) - Taqsima IV tal` l- Att XV ta` l-1993 - Att biex jipprovdi ghat-twaqqif ta` Kunsilli Lokali - jghid biss li `il-funzjonijiet ta` kull Kunsill Lokali jkunu........ (c) li jipprovdi li jsiru, jinzammu fi stat tajjeb u manutenzjoni ta` playgrounds tat-tfal, gonna pubblici u centri ohra, ta` sport, kultura jew divertiment iehor......`", "Il-ligi ma tghidx li dawn il-facilitajiet se jinghataw f`idejn il-Kunsilli Lokali.", "Ghalhekk ic-cirkostanzi li qed isemmi l-Onor.", "Interpellant ma japplikawx f`dan il-kaz.", "QRATI - KONFISKA TA' PROPRJETA'", "23955.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 22697 dwar konfiska ta' proprjeta' eċċ mill-Qrati lit-traffikanti tad-droga issa li għaddew xahrejn mill-mistoqsija oriġinali tiegħi?", "ONOR.", "JOE FENECH: Proprjeta' konfiskat u minn liema Qorti saret il- konfiska", "Ġnien f'Birkirkara, kejl ta' 40.95 metri kwadri.", "Qorti tal-Appell (Kriminali) wara li kien hemm ġuri.", "Meta u mingħand min saret tali konfiska.", "3 ta' Ġunju 1987.", "Loreto Attard", "Min hu responsabbli biex ikun żgurat li l-proprjeta' issir ta' l-iStat.", "Ir-Reġistratur tal-Qorti responsabbli li jgħaddi s-sentenza tal-Qorti lir- Reġistru Pubbliku biex l-art tiġi reġistrata f'isem il-Gvern ta' Malta.", "X'użu qed isir minn tali proprjeta' li tkun ġiet konfiskata", "Ġaladarba din il-proprjeta' issa saret Art tal-Gvern, il-mistoqsija tkun aktar proprjeta' jekk issir lid-Dipartiment tal-Artijiet.", "Proprjeta' konfiskata u minn liema Qorti saret il-konfiska", "Karozza numru H-1103 u Lm647.", "Qorti tal-Maġistrati.", "Appellata.", "Meta u mingħand min saret tali konfiska", "30 ta' Awwissu 1989 Anthony Zammit", "Proprjeta' konfiskata u minn liema Qorti saret il-konfiska.", "Karozza numru TRY697R Qorti tal-Maġistrati.", "Appellata.", "Meta u mingħand min saret tali konfiska", "30 ta' Jannar 1992.", "Joseph Zammit", "Proprjeta' konfiskata u minn liema Qorti saret il-konfiska", "Karozza numru F-4775 Qorti tal-Maġistrati.", "Appellata.", "Meta u mingħand min saret tali konfiska", "13 ta' Frar 1992 Carmelo Farruġia u M'Angelo Farruġia", "Proprjeta' konfiskata u minn liema Qorti saret il-konfiska", "Bitħa f'fond 'Plot 2' Triq Santu Rokku, Mosta.", "Appellata 11 ta' Novembru 1994 Qorti tal-Maġistrati", "Meta u mingħand min saret tali konfiska.", "Jesmond Demicoli", "Min hu responsabbli biex ikun żgurat li l-proprjeta' issir ta' l-iStat.", "Ir-Reġistratur tal-Qrati responsabbli li jgħaddi s-sentenza tal-Qorti lir- Reġistratur Pubbliku biex l-art tiġi rreġistrata f'isem il-Gvern ta' Malta.", "Kien hemm każ wieħed fil-Qorti tal-Appelli Kriminali (minn Ġuri) li b'sentenza tat-3 ta' Ġunju, 1987 l-istess Qorti kienet ordnat il-konfiska ta' Ġnien f'Birkirkara.", "Dettalji iżjed ma jistgħux jingħataw minħabba l- provvediment ta' l-Artikolu 518 tal-Kodiċi Kriminali.", "Kien nominat il- Perit Richard Aquilina biex jagħmel pjanta dettaljata tal-ġnien u l-kejl relattiv.", "Dana sar, u l-istess sentenza bil-pjanta ġiet mgħoddija lir- Reġistru Pubbliku għar-reġistrazzjoni tal-ġnien favur il-Gvern ta' Malta.", "Ir-Reġistratur tal-Qorti huwa responsabbli sabiex jgħaddi s-sentenza tal- Qorti lir-Reġistru Pubbliku sabiex tiġi reġistrata f'isem il-Gvern ta' Malta.", "Peress li l-art issa saret tal-Gvern, id-Dipartiment ta' l-Art jista' jgħid x'qed isir minn dan il-ġnien.", "KALKARA - TRIQ SANTU ROKKU - ĊIMITERJU NAVALI", "24127.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jirrispondi għad-domanda parlamentari tiegħi numru 21507, ċioe' jista' jgħidli x'sar minnha dik il-parti li kienet tagħmel minn Naval Cemetry fi Triq Santu Rokku, fil-Kalkara?", "Jista' l-Ministru jgħidli jekk huwiex se jsir ġnien jew xi ħaġa oħra?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Il-proprjeta' msemmija għaddiet għand it- Taqsima Arji mhux Urbani tas-Segretarjat Ambjent u qed tintuża bħala mixtla.", "FGURA - ESPROPRJAZZJONI TA' ART", "24128.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari numru 23891, ċioe' fil- Gazzetta tal-Gvern tat-12 ta' Ġunju, 1992 deher Avviż Nru. 380 ta' akkwist ta' art fil-Fgura li tidher immarkata fuq il-pjanta LD 89/92, jista' l- Ministru jgħid meta se tiġi esproprjata din il-biċċa art biex issir pjazza kif oriġinarjament ippjanat?", "Meta d-Dipartiment ta' l-Artijiet għandu dokumenti neċessarji biex tista' ssir din l-expropriation, jista' l- Ministru jieħu passi biex jitħaffu l-proċeduri biex din il-pjazza ndikata ssir mill-aktar fis minħabba inkonvenjent li qed jinħoloq minħabba li għada ma' ġietx żviluppata din il-biċċa art kif kien ippjanat?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ġaladarba deher l-avviż ta' l-akkwist ta' l-art fil-Gazzetta tal-Gvern, l-art ġiet effettivament esproprjata.", "Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija se jsir l-istudju neċessarju biex jiġi stabbilit x'hemm bżonn li għad fadal isir.", "HYDROJET BLASTING SYSTEM", "24129.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari numru 18299, ċioe' b'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 15578, jista' l-Ministru jgħidli saritx d-dimostrazzjoni li kellha ssir fl-aħħar ta' Jannar?", "F'liema stadju wasal l-istudju dwar il-Hydrojet Blasting System?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li jiena nformat li d-demostrazzjoni li kellha ssir tal-\"Hydrojet Blasting System\" ma saritx minn din l-kumpannija Amerikana minħabba mpenji oħra li dawn għandhom.", "BIRGU: TRIQ IL-BIRGU ALL GOVERNORS PALACE - BOLLARDS", "24130.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: B'referenza għad-domanda parlamentari tiegħi numru 23107,u ċioe' b'referenza għad-domanda parlamentari tiegħi numru 19839, peress li hemm min qed jabbuża, jista' l-Ministru jieħu passi biex isiru xi forma ta' bollards li jkunu jistgħu jinqalgħu meta jkun hemm il-ħtieġa meta din il- parti tat-triq tkun trid tintuża minħabba xi emerġenza?", "Jista' l-Ministru jgħamel l-istess fil-parti ta' Triq il-Ħabs l-Antik, il-parti ta' ħdejn id- dħul ta' Sant'Anġlu peress li l-bankina hija wiesgħa u hemm min qed jabbuża u qed jużaha bħala passaġġ għal karozzi, jista' l-Ministru jgħidli jekk il- bord iddeċidiex pożittivament?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Id-Dipartiment konċernat għadu qed jistenna ir-rakkommandazzjonijiet tat-Traffic Control Board għar-rigward tas-suġġeriment ta' l-Onor.", "Interpellant.", "KALKARA - DAWL FIX-XATT", "24131.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: B'referenza għal diversi interventi, mistoqsijiet supplimentari kif ukoll mistoqsija parlamentari numru 18684 li saru fil-Parlament, jista' l- Ministru jgħidli meta se jerġgħu jitwaħħlu l-lampi max-Xatt tal-Kalkara mal- parti ta' ħdejn il-baħar, li suppost ilhom li reġgħu twaħħlu wara li kienu nkisru bil-maltemp xi ħames (5) snin ilu?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: It-talba biex isiru l-lampi max-Xatt tal- Kalkara għadha qed tiġi kkonsidrata flimkien ma' talbiet oħra.", "KALKARA - ĦSARA FUQ OPRI TAL-BAĦAR KAĠUNATA MINN TFIGĦ TA' ŻEJT MINN BASTIMENT", "24132.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jgħidli jekk għadx hemm sidien ta' l-opri tal-baħar li saritilhom ħsara meta ntefa' l-baħar żejt mill-bastiment fil-bajja tal-Kalkara li għadhom ma tħallsux?", "Kemm u x'inhi r-raġuni li ma tħallsux?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Jien informat li dawk is-sidien ta' l- opri tal-baħar li saritilhom ħsara meta ntefa' l-baħar żejt minn bastiment fil-bajja tal-Kalkara u li għamlu l-claim tagħhom kollha tħallsu.", "GĦAWDEX - RAĠEL MAQBUD BID-DROGA LSD", "24145.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid meta se jitressaq dak ir-raġel li nqabad bl-LSD f'Għawdex, liema droga kienet tasal bil-posta?", "Fiex wasal il- każ?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Filwaqt li nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat- tweġibiet li tajt għall-mistoqsijiet parlamentari numri 13891, 14262 u 14323 informat li dan il-każ se jitkompla l-Qorti fit-13 ta' Frar li ġej.", "PULIZIJA - PERSUNI LI JINQABDU BID-DROGA BARRA MINN MALTA", "24146.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Meta persuna tinqabad bid-droga barra minn Malta u l-kwantita' maqbuda tkun turi li jkun qed jmexxi d-droga u mhux għal konsum personali tiegħu, l-liġi Maltija tagħti dritt lill-pulizija li meta dan jiġi Malta jitressaq quddiem il-Qorti biex il-proprjeta' u l-assets tiegħu jinqabdu?", "Jekk ikun ovvju li l-ġid li jkunu akkumulaw dawn it-talin ikun ġej minn negozju li jkunu għamlu qabel mid-drogi, jekk il-liġi ma tagħtix din is- saħħa lill-pulizija, jiġifieri li meta bniedem jinqabad barra minn Malta xorta jeħel Malta, ma jaħsibx il-Ministru li għandu jemenda l-liġi biex lil dawn il-pushers inpoġġuhom f'posthom?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Kull ċittadin ta' Malta jew resident permanenti f'Malta, li f'xi post barra minn Malta jagħmel xi ħaġa, li jekk issir f'dawn il-gżejjer tikkostitwixxi reat, jew reat ta' bejgħ jew traffikar ta' mediċina kontra l-Ordinanza dwar il-Mediċini Perikolużi, Kap 101, ikun ħati ta' reat u jista' jiġi pproċessat quddiem il-Qrati Maltin, kemm-il darba l- istess każ ma jkunx ġie trattat quddiem il-Qrati tal-pajjiz fejn ġara r- reat.", "L-istess jista' jingħad għal min jassoċja ruħu ma' xi persuna jew persuni oħra f'dawn il-gżejjer jew barra dawn il-gżejjer sabiex ibiegħ jew jittraffika mediċina f'Malta jew li jippromovi, jikkostitwixxi, jorganizza jew jiffinanzja l-assoċjazzjoni.", "TOROQ - TISWIJA TA' TOROQ", "24151.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 24012, ma jidhirlux il-Ministru li minflok noqogħdu nistudjaw, nimxu bis-sistema li kien hemm, jiġifieri li l-foreman tad-distrett jaqbad il- ħaddiema u jagħmlu l-patching, meta tqis l-istat ħażin li fih jinsabu t- toroq?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: M'għandi xejn xi nżid mar-risposta tiegħi ta' mistoqsija parlamentari numru 24012.", "Sadanittant s'issa r-responsabbilta' għal din il-materja, kif ġie spjegat diversi drabi, hija tad-Dipartiment tad-Distretti tal-Ministeru għall-Ambjent.", "QRENDI: TRIQ FULIJA - ESTENSJONI TA' DRENAĠĠ", "24152.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħidli meta se jsir id-drenaġġ fi Triq Fulija, Qrendi, peress li hemm familji li lanqas fossa m'għandhom?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Jien informat li l-estensjoni mitluba qiegħda 'l bogħod mhux ħażin mill-main tad-drenaġġ.", "L-aċċess għaliha huwa minn triq dejqa u jkun ta' diffikulta' kbira għall-inġenji biex jaħdmu fiha.", "Barra minnhekk, hemm ġiebja kbira fir-rotta msemmija li tostakola x- xogħlijiet.", "ŻURRIEQ: ĦAL MILLIERI - EASEMENT TA' GĦALQA", "24153.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: Jista' l-Ministru jgħidli fiex waslu l- proċeduri biex issir easement ta' l-għalqa f'Ħal Millieri, ż-Żurrieq biex malli toħroġ ix-xitwa jsir ix-xogħol meħtieġ biex l-ilma ma jibqax jgħarraq id-djar?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Jiena nformat li d-Dipartiment tat-Toroq fit-28 ta' Novembru, 1994 għamel it-talba lid-Dipartiment ta' l-Artijiet biex jippubblika easement fil-Gazzetta tal-Gvern.", "Malli din in-notifika tidher fil-Gazzetta tal-Gvern ikun jista' jibda x-xogħol.", "ZURRIEQ: TRIQ IX-XAROLLA - MANUTENZJONI", "24154.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: Tista' tiġi patched Triq ix-Xarolla z- Żurrieq li hija kollha ħofor wara x-xita qawwija li għamlet?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Peress li mill-1 ta' April, 1995, il-Kunsilli Lokali se jkunu responsabbli għall-manutenzjoni tat-toroq urbani li ma jkunux privati, nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġieba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 24198.", "Sakemm jiġri dan, il-manutenzjoni tat-toroq hija f'idejn it-taqsima tad- Distretti tal-Ministeru għall-Ambjent.", "SPTAR MONTE CARMELI: OCCUPATIONAL THERAPY UNIT - XOGĦOL TAS-SUR MICHAEL BORG", "24220.", "L-ONOR.", "EDWIN S. GRECH staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid x-xogħol jagħmel l-enrolled nurse Michael Borg fl-Occupational Therapy Unit fl-Isptar Monte Carmeli?", "X'roster jaħdem?", "Jista' l-Ministru jikkonferma li dan l-infermier qed jieħu nursing premium mingħajr ma jaħdem bil-lejl bħalma jagħmlu nfermiera oħra li jaħdmu bin-night shift?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Tlabt li jsir l-istħarriġ meħtieġ u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "SPIŻERIJI TAL-GVERN: SKIMMED MILK - BOROŻ IMTAQQBIN", "24221.", "L-ONOR.", "EDWIN S. GRECH staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jinvestiga għaliex il-boroż tal-plastik bl- iskimmed Milk ħafna drabi ikunu mtaqqbin?", "Ħafna persuni li jiġbru dawn il- boroż minn spiżeriji tal-Gvern jilmentaw minn dan u jixtiequ jafu jekk it- trab tal-ħalib jiddeterjorax minħabba li l-boroż tal-plastik ikunu mtaqqbin?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li meta l-boroż tal-'plastic' ikunu mtaqqba, l-ilma li jinsab fl-arja jkun kawża li t-trab tal-ħalib ma jibqax 'free-flowing' anzi jsir boċoċ.", "B'daqshekk ma jfissirx li l-ħalib ikun iddeterjora.", "Pero' jekk it-trab tal-ħalib idum ma jintuża', hemm il- possibilita' li l-kontenut jeħżien fi żmien iqsar milli kieku l-boroż ma jkunux imtaqqba.", "Ninsab informat li l-boroż tal-'plastic' bl-'iskimmed milk' joħorġu mill- Isptar f'kondizzjoni tajba.", "Pero' tlabt li jsir aktar sorveljanza dwar dan.", "DELEGAZZJONI MALTIJA FIR-RUSSJA: TAĦDIDIET LI GĦANDHOM X'JAQSMU MA' L-ABBUŻ TAD-DROGA", "24222.", "L-ONOR.", "EDWIN S. GRECH staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Dan l-aħħar delegazzjoni Maltija marret ir-Russja għal taħdidiet li għandhom x'jaqsmu ma l-abbuż tad-droga, Law enforcement, money laundering u servizzi oħra li għandhom x'jaqsmu mal-problema tad-droga.", "Id-delegazzjoni kienet immexxija mis-Sur Joe Gerada, il-Kap Eżekuttiv tas- SEDQA.", "Jista' l-Ministru jgħid min kienu l-persuni l-oħra li fformaw id- delegazzjoni u mil-liema Dipartimenti/Sezzjonijiet kienu magħżula?", "X'kienu r-riżultati ta' dawn it-taħdidiet?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Dettalji dwar iż-żjara kienu mogħtija fit-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari numru 24181 li tajt fis-Seduta 385 fit-30 ta' Jannar, 1995.", "ĊENTRI TAS-SAĦĦA - TINDIF", "24223.", "L-ONOR.", "EDWIN S. GRECH staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid hemmx il-ħsieb li fil-futur qarib l- awtoritajiet konċernati jieħdu ħsieb l-indafa u l-manteniment ta' ċerti Polikliniċi, partikolarment dawk tal-Gżira, Bormla u Raħal Ġdid?", "Veru li dan l-aħħar l-istaff f'dawn iċ-ċentri intalbu biex jagħmlu xogħol ta' maintenance barra x-xogħol regolari tagħhom?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Id-Dipartiment tal-Kura Primarja huwa konxju ta l- istat ta' manteniment fid-diversi Ċentri tas-Saħħa u qed jagħmel minn kollox biex dan jiġi mtejjeb.", "Fil-preżent qed isir xogħol ta' manteniment fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta' Raħal Ġdid kif ukoll rikostruzzjoni ta' l- Ispiżerija ta' l-istess lokal.", "Ninsab informat li l-ebda mpjegat ma ġie mitlub li jagħmel xogħol ta' 'maintenance', la fiċ-Ċentri tas-Saħħa msemmija mill-Onor.", "Membru u lanqas f'Ċentri tas-Saħħa l-oħra.", "L-uniku Ċentru tas-Saħħa fejn barra minn xogħolhom, impjegati għamlu xogħol ta' din ix-xorta, kien fiċ-Ċentru tas- Saħħa tar-Rabat u dan kien fuq inizjattiva voluntarja ta' l-istess impjegati.", "ĊENTRI TAS-SAĦĦA - HEALTH ASSISTANTS", "24224.", "L-ONOR.", "EDWIN S. GRECH staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jiċċekkja ma' l-awtoritajiet konċernati hux veru li dan l-aħħar Ħealth Assistants qed jiġu ordnati sabiex imorru fil- bereġ, partikolarment ta' l-Isla, Kalkara, u Ħal Luqa sabiex imexxu l-bereġ huma meta n-nurse tkun bil-vacation jew sick leave?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li l-'policy' ġenerali tad- Dipartiment tal-Kura Primarja hija li meta 'nurse' li taħdem fil-Bereġ tkun bil-'vacation leave' jew bis-'sick leave', ikun hemm 'nurse' oħra li tieħu l-post tagħha.", "Minkejja dan, jinqalgħu ċirkostanzi fejn minħabba assenzi f'oqsma oħra tad-Dipartiment dan ma jkunx possibbli u f'dawn il-każi biss 'health assistant' jiġi mitlub biex jattendi l-Berġa.", "Tajjeb li wieħed ifakkar li fil-ħin tal-ftuħ tal-Berġa jkun hemm ukoll tabib.", "Matul l-1994, fil-każ tal-Bereġ ta' l-Isla, Kalkara u Ħal-Luqa, dan ġara fi tmien okkażjonijiet biss.", "BORMLA - ĊENTRU TAS-SAĦĦA", "24225.", "L-ONOR.", "EDWIN S. GRECH staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jinvestiga għaliex f'ċerti Polikliniċi, speċjalment dik ta' Bormla ħafna drabi Health Assistant jkun għassa waħdu matul il-lejl fl-assenza ta' nurse li jkun/tkun fuq vacation jew sick leave jew meta n-nurse tintbagħat fil-Poliklinika ta' Raħal Ġdid?", "Kien hemm diversi ilmenti minn pazjenti li jmorru f'dan iċ-ċentru u ma jsibux nurse sabiex taqdihom.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li l-'policy' tad-Dipartiment tal- Kura Primarja hija li meta jkun hemm assenza ta' 'nurse' minħabba 'vacation leave' jew 'sick leave' ikun hemm 'nurse' oħra/ieħor li tieħu l-post tagħha/tiegħu.", "Minkejja dan, jinqalgħu ċirkostanzi fejn minħabba assenzi f'oqsma oħra tad-Dipartiment dan ma jkunx possibbli u f'dawn il-każi biss f'xi Ċentru tas-Saħħa ma jkunx hemm 'nurse' iżda jkun hemm biss 'health assistant' u tabib.", "Din is-sitwazzjoni tiġri biss fiċ-Ċentri tas-Saħħa ż- żgħar fejn l-ammont ta' xogħol li jinqala' matul il-lejl huwa żgħir.", "Meta din is-sitwazzjoni tinqala' f'Ċentri tas-Saħħa aktar kbar, in-'nurse' miċ- Ċentri tas-Saħħa żgħar j/tiġi milub/a j/taħdem fil-kbir.", "Ninsab informat li d-Dipartiment tal-Kura Primarja qatt ma rċieva lmenti f'dan ir-rigward minn pazjenti li jiffrekwentaw iċ-Ċentru tas-Saħħa ta' Bormla.", "Għaldaqstant nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex jekk għandu ilmenti speċifiċi jgħaddihom lid-Dipartiment sabiex jiġu investigati u b'hekk tkun tista' ssir evalwazzjoni aħjar tal-'policies' addottati.", "SPTAR SAN LUQA - TROLLEYS LI FUQHOM JINĠARRU L-ISTRETCHERS", "24283.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li t-12-il trolley (li fuqhom jinġarru l-istretchers) u li ġew ordnati mill-General Service tad- Dipartiment ta' l-Emerġenza fl-10 ta' Novembru, 1993 s'issa għadhom ma nxtrawx?", "Fejn tinsab din l-ordni, x'inhi r-raġuni għal dan id-dewmien u meta hu maħsub li dawn jinxtraw?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Jirriżulta li matul is-sena l-oħra kienu nħadmu tliet 'trolleys' bħal dawn fil-'Mechanical Workshop' ta' l-Isptar San Luqa għad-Dipartiment ta' l-Emerġenza.", "Jiena nformat ukoll li qed jinħadmu sitt 'trolleys' oħra f'dan il- 'Workshop' għall-użu tad-Dipartiment ta' l-Emerġenza.", "ŻEJTUN: TRIQ IL-PRESIDENT ANTON BUTTIGIEG - BOZZA", "24284.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari oħra tiegħi preċedenti meta bejn wieħed u ieħor hu maħsub li ssir bozza ħdejn id-dar 'Santa Katerina', Triq il-President Anton Buttiġieġ', Żejtun, minħabba li f'dawn l-inħawi hemm ħafna dlam?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: It-talba ta' l-Onor.", "Interpellant għadha qed tiġi kkonsidrata.", "ŻEJTUN - TRIQ TAT-TNELLA", "24285.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li Triq tat-Tnella fiż-Żejtun inbidlet fi Triq tat-Tnellu?", "Minħabba li din it-triq hi ferm antika u minn dejjem kienet magħrufa bħala Triq tat-Tnella, jista' l-Bord inkarigat mill-Ismijiet tat-Toroq jirrispetta din it-tradizzjoni u jagħti struzzjonjiet biex l-isem jerġa' jsir kif kien, jiġifieri Triq tat-Tnella?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ġejt informat li l-Kumitat ta' l-Ismijiet tat-Toroq ma biddilx l-isem tat-Triq tat-Tnella fiż-Żejtun.", "Waqt il-manutenzjoni tal-pjanċi ta' l-ismijiet tat-toroq sar żball fl- ortografija ta' l-isem tat-triq u dan se jkun rimedjat mill-aktar fis.", "DIPARTIMENT TA' L-EDUKAZZJONI - EŻAMI TAL-MALTA INSTITUTE OF ACCOUNTANTS", "24305.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Għaliex ir-riżultat ta' l-eżami tal-Malta Institute of Accountants għadu ma ħariġx?", "Veru li sitt (6) ġimgħat wara li spiċċa l-eżami għad hemm min ma ħax il- karti biex jikkoreġihom?", "Veru li dan qed jiġri ta' spiss?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Il-Malta Institute of Accountants hija istituzzjoni privata u ma taqax taħt il-ġurisdizzjoni ta' l-Awtoritajiet tal-Gvern.", "Kien biss għal raġunijiet ta' integrita' u serjeta' li l-Istitut kien talab biex id-Direttur ta' l-Eżamijiet jieħu ħsieb it-tmexxija ta' l- eżamijiet tiegħu.", "Din it-talba kienet intlaqgħet.", "Filwaqt li jidher li l-ilment ta' l-Onor.", "Interpellant fih element ta' ġustifikazzjoni, irrid nenfasizza li d-Direttur ta' l-Eżamijiet ma għandu ebda dritt jimponi fuq l-eżaminaturi in kwestjoni meta għandhom jiġbru l- karti biex ikunu ikkoreġuti u meta għandhom jirritornawhom.", "Dan dejjem jibqa' responsabbilta' tal-Bord ta' l-Istitut.", "DIPARTIMENT TAL-MUŻEWIJIET - KOPISTI", "24306.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura: Hemm il-ħsieb li jiġu mpjegati Kopisti mad-Dipartiment tal-Mużewijiet?", "Jekk it-tweġiba hi fl-affermattiv, meta hu maħsub li bejn wieħed u ieħor isir dan l-impieg?", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Fil-Muzew ta` l-Arti (Dipartiment tal- Muzewijiet) bhalissa hemm impjegati zewg kopisti, li jservu wkoll ta` Assistenti fix-xoghol ta` restawr.", "L-akbar bzonn li jinhass prezentament huwa li jizdied in-numru ta` restawraturi kwalifikati, billi l-volum tax-xoghol dejjem qieghed jikber.", "Meta, kif inhu ttamat, jizdied in-numru ta` restawraturi, ikun il waqt li jigu mpjegati wkoll xi kopisti.", "ŻEJTUN: TRIQ ID-DULLIEGĦ - MANUTENZJONI", "24307.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazz- joni u Teknologija: Possibbli li b'xi mod tiġi rranġata Triq id-Dulliegħ fiż-Żejtun minħabba li hi kollha tjun u dan minkejja li hi triq ferm abitata?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Is-suġġeriment ta' l-Onor.", "Interpellant ġie nnotat."]} {"filename": "20080123_611d_par.doc", "date": "2008-01-23", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Uffiċjali u Rivedut) L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 611 L-Erbgħa, 23 ta' Jannar, 2008 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 611", "L-Erbgħa, 23 ta' Jannar, 2008", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.02 p.m.", "Talba", "Seduta Nru. 611", "L-Erbgħa, 23 ta' Jannar, 2008", "WERREJ", "MINUTI 399", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 399", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR L-AFFARIJIET TAL-KONSUMATUR (It-Tielet Qari)", "CONSUMER AFFAIRS (AMENDMENT) BILL (Third Reading) 405", "MOZZJONIJIET", "MOZZJONI GĦAL EMENDA TA' L-ISKEMA GĦALL-ATT DWAR IL-PORTIJIET ĦIELSA TA' MALTA 405", "AĠĠORNAMENT 426", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 610 li saret fit-22 ta' Jannar, 2008 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "PROĠETTI KO-FINANZJATI MILL-UE", "27561.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Anton Refalo) staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: X'inhi l-iskeda tal-pagamenti kif stipulata f'kull kuntratt li sar mill-Kummissjoni Ewropea dwar proġetti f'Għawdex ko-finanzjati mill-UE għall-perjodu ta' programmazzjoni 2004- 2006?", "Kemm saru pagamenti s'issa?", "X'kien l-ammont ta' kull pagament u meta sar?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni) (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba mogħtija għal mistoqsija parlamentari 28088.", "PROĠETTI KO-FINANZJATI MILL-UE", "28088.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Anton Refalo) staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: B'riferenza għat-tweġiba mogħtija għal mistoqsija parlamentari 27534, jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi l-iskeda tal-pagamenti kif stipulata f'kull kuntratt li sar mill-Kummissjoni Ewropea dwar proġetti f'Għawdex ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea għall-perijodu ta' programmazzjoni 2004-2006 u taħt il-programm ta' pre-adeżjoni?", "Kemm saru pagamenti s'issa?", "X'kien l-ammont ta' kull pagament u meta sar?", "X'hemm flus kommessi s'issa għan-nefqa din is-sena?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra lista ta' kuntratti li qed jiġu ko- finanzjati mill-Kummissjoni Ewropea dwar proġetti f'Għawdex għall-perjodu ta' programmazzjoni 2004-2006.", "Qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra wkoll estratt minn kull kuntratt li jindika l-mod kif għandhom isiru l- pagamenti.", "PROĠETTI KO-FINANZJATI MILL-UE", "29326.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Anton Refalo) staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 27561, jista' l-Prim Ministru jagħtini t-tagħrif mitlub dwar proġetti ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi) Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba mogħtija għal mistoqsija parlamentari 28088.", "IMPJEGATI 'L FUQ MINN 61 SENA", "28463.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joe Debono Grech) staqsa lill- Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Kemm kellu mpjegati li għandhom 'il fuq minn 61 sena fil-ministeru, dekasteru u enti tiegħu minn Jannar 2007 sal-lum?", "Min huma?", "X'pożizzjoni għandhom u fejn qegħdin jaħdmu?", "Dawn huma mpjegati full-time jew part-time?", "X'salarju jew rata jitħallsu biha u minn liema distrett elettorali ġejjin?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent): Minn Jannar sal-lum l-impjegati li għandhom 'il fuq minn 61 sena fil- ministeru huma kif ġej:", "|Nr| Post| |Full-| | | |u | |Grad |time/|Salar|Distr| | | | |Part-|ju |ett | | | | |time | | | |1 |Kap |Uffiċ|Full-|Lm831|Żabba| | |tas-S|ċju |time |.61,5|r | | |egret|tas-S| | | | | |arjat|egret| | | | | | |arju | | | | | | |Parla| | | | | | |menta| | | | | | |ri | | | | |1 |Advis|Taqsi|Part-|Lm556|G'man| | |or |ma |time |.00,7|gia | | | |ta' | | | | | | |l-Aff| | | | | | |ariji| | | | | | |et | | | | | | |Veter| | | | | | |inarj| | | | | | |i u | | | | | | |s-Saj| | | | | | |d | | | | |1 |Secre|Uffiċ|Full-|Lm525|Żejtu| | |taria|ċju |time |.53,8|n | | |t |tas-S| | | | | |Offic|egret| | | | | |er |arju | | | | | | |Parla| | | | | | |menta| | | | | | |ri | | | |", "DIRECT ORDERS", "28465.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joe Debono Grech) staqsa lill- Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Ingħataw direct orders minn Jannar 2007 sal-lum mill-ministeru, dekasteru u enti tiegħu?", "F'każ li fl- affermattiv, kemm ingħataw u għal liema raġuni ngħataw?", "Kemm kien l-ammont u min ingħata d-direct order separatament?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent): L-informazzjoni għadha qed tinġabar.", "NEFQA FUQ PETROL", "28466.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joe Debono Grech) staqsa lill- Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Kemm kienet in-nefqa fuq petrol mill-ministeru, dekasteru u enti tiegħu, ta' l-uffiċjali biss, eskluż l-użu ġenerali, separatament minn Jannar 2007 sal-lum?", "Liema uffiċjali huma ntitolati għal petrol imħallas mill-gvern fl-istess perjodu?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent): L-informazzjoni għadha qed tinġabar.", "NEFQA FUQ KONSULENZI", "28467.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joe Debono Grech) staqsa lill- Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Kemm kienet in-nefqa fuq servizzi ta' konsulenti, (kemm servizzi minn individwi jew kumpanniji), fil- ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul ix-xahar ta' Jannar, Frar u Marzu 2007?", "Jista' jagħti d-dettalji ta' min kienu l-konsulenti u kemm tħallsu kull wieħed separat?", "X'tip ta' servizz taw u min approva t-tali spiża f'kull każ separat?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent): L-informazzjoni għadha qed tinġabar.", "NEFQA FUQ IS-SERVIZZI TA' L-INTERNET", "28468.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joe Debono Grech) staqsa lill- Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Kemm kienet in-nefqa fuq is- servizz ta' l-internet provdut fir-residenzi ta' l-uffiċjali tal-ministeru, dekasteru u enti tiegħu minn Jannar 2007 sal-lum separatament, uffiċjal b'uffiċjal u xahar b'xahar?", "Min hu l-ISP f'kull każ separatament?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent): L-informazzjoni għadha qed tinġabar.", "KONTIJIET TA' MOBILE PHONES", "28470.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joe Debono Grech) staqsa lill- Ministru ta' l-Affarijiet Barranin: Kemm tħallsu f'kontijiet ta' mobile phones fil-ministeru, dekasteru u enti tiegħu minn Jannar 2007 sal-lum separatament u xahar b'xahar?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (f'isem il-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin): L-ammont f'kontijiet ta' mobile phones fil-ministeru, dekasteru u enti li jaqgħu taħti minn Jannar 2007 sal-lum hu kif ġej:", "Total €123,530.24 (Lm53,017.27)", "SOCIAL BENEFIT FRAUDS", "29398.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Ministru għall-Familja u Solidarjeta` Soċjali: Kemm kien in-numru ta' każi ta' social benefit fraud maqbuda din is-sena?", "Kemm tressqu persuni l-qorti?", "X'passi ħa d-dipartiment?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (f'isem il-Ministru għall-Familja u Solidarjeta' Soċjali): Minn investigazzjonijiet li għamel id-direttorat għall-frodi ta' benefiċċji u investigazzjoni rriżulta li kien hemm 1,045 każ ta' persuni li kienu qed jabbużaw mill-benefiċċji soċjali matul l-2007.", "L-ebda persuna minn dawn ma tressqet il-qorti.", "Min-naħa tagħha d-diviżjoni tas-sigurta` soċjali twaqqaf il-benefiċċju li jkun qed jittieħed, filwaqt li jsir dak kollu possibbli biex jinġabru lura l-flus mhux dovuti li jkunu tħallsu.", "GĦAJNUNA SOĊJALI", "29399.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Ministru tal-Familja u Solidarjeta` Soċjali: Kemm hu n-numru ta' persuni li twaqqfilhom r-relief jew xi benefiċċju soċjali ieħor din is-sena u għaliex?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (f'isem l-Onor.", "Dolores Cristina): Matul l-2007 kien hemm 6029 każ fejn twaqqfet għajnuna soċjali jew benefiċċji oħra mhux kontributorji.", "Ninsab infurmata wkoll li fost ir-raġunijiet għal dawn it- twaqqif kien hemm bidu ta' xogħol; bdil fiċ-ċirkostanzi finanzjarji; kwalifika għall-pensjoni kontributorja; qtugħ mill-ewwel parti tar- reġistru; riżultat ta' investigazzjoni; mewt; safar u żwieġ.", "TILWIM INDUSTRIJALI", "29400.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Kemm ġew reġistrati tilwimiet industrijali din is-sena u liema kienu l-unions nvoluti?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi): Matul din is-sena ġew irreġistrati 70 tilwima industrijali.", "Il- unions involuti kienu l-GWU, UHM, Rampa Union, UPAP, MUT, Union of Cabin Crew, EPOU, MUBE, UMASA, u PSEU.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Il-Ministru huwa f'pożizzjoni li jgħidli kemm minn dan It-tilwim industrijali ġie riżolt u kemm għad hemm pendenti?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Le, m'għandix din l-informazzjoni available.", "ANZJANI", "29401.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita`: Kemm hawn anzjani illum?", "X'eta` għandhom?", "Kemm hawn day care centres għalihom illum u fejn?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (f'isem il-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil- Komunita'): L-informazzjoni dwar kemm hawn anzjani llum u l-eta` tagħhom tista' tingħata mill-uffiċċju nazzjonali ta' l-istatistika.", "F'Malta hawn 16-il day care centre.", "Dawn qegħdin fiż-Żejtun, Ħamrun, Qormi, Dingli, Sliema, Żurrieq, Mtarfa, B'Kara, Bormla, San Pawl il-Baħar, B'Buġia, Mosta, Luqa, Santa Venera, Naxxar, Safi u ieħor speċjaliżżat għall-persuni bi problemi ta' dementia li qiegħed f'San Vinċenz de Paul.", "ANZJANI - HOME HELPER", "29402.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita`: Kemm hawn anzjani li għandhom home helper illum?", "Kemm kien in-numru li applikaw din is-sena?", "Kemm minn dawn l-applikazzjonijiet ġew milqugħa?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (f'isem il-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil- Komunita'): In-numru ta' anzjani li llum għandhom home helper huwa 3509.", "Sa l-aħħar ta' Novembru 2007 kien hemm 674-il applikazzjoni li minnhom ġew milqugħa 427.", "Minn dawn, 149 applikazzjoni ma ġewx milqugħa waqt li 98 applikazzjoni qed jistennew ir-rapport tas-social worker.", "PERSUNI B'DIŻABILITA` JIRREĠISTRAW GĦAX-XOGĦOL", "29408.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Kemm hawn persuni b'diżabilita` jirreġistraw illum?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi): Sa l-aħħar ta' Ottubru kien hemm 311 persuni b'diżabilita` li kienu qegħdin jirreġistraw għax-xogħol fuq l-ewwel parti tar-raġistru u 29 persuni kienu qegħdin jirreġistraw fuq it-tieni parti tar-reġistru.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Kemm huma dawk il-kumpanniji li ġew mitluba jkunu konformi mal-liġi, jiġifieri li 2% u aktar mill-impjegati li jħaddmu jkunu preferibbilment persuni b'diżabilita`?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Peress li d-domanda m'hijiex relatata mad-domanda prinċipali, m'għandix din l-informazzjoni quddiemi.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Għalkemm m'hijiex relata, qed nifhem li hija policy kontinwa tal-gvern li jara li din il-parti tal-liġi tkun osservata u li allura d-dritt tal-persuni b'diżabilita` jkun aċċessibbli fil-massimu tiegħu.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Iva.", "PEMBROKE - SKOLA PRIMARJA", "29591.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Meta se jiġi mimli l-post vakat minn għalliema tal-year 2 fl-iskola primarja ta' Pembroke?", "X'ġara mit-tfal li f'dawn il-ġimgħat kienu mingħajr l-għalliema tagħhom?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi): Jien Informat li fis-7 ta' Jannar, 2008 intbagħtet għalliema minflok dik li telqet u b'hekk it-tfal tal-klassi ma kellhom l-ebda problema fl-istudji tagħhom.", "Informat ukoll li t-tifel bi bżonnijiet speċjali kien qed jattendi programm ta' psychotherapy u ma kienx qed jattendi l-iskola.", "MSIDA - SLEEPING POLICEMAN", "29609.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Leo Brincat) staqsa lill- Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jara li tiġi introdotta sleeping policeman fil-parti tax-xellug ta' Triq Makna tas- Serrar, Msida, inti u ġej mill-parti t'isfel ta' Rue d'Argens, Msida?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT (Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq): Minn riċerka li saret fir-records tat-taqsima għall-immaniġġjar tat-traffiku rriżulta li sa mis-sena 2003 ma kien hemm l-ebda talba għal round topped road hump fi Triq Makna tas-Serrar.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Il-Ministru huwa f'pożizzjoni li jinformana dwar l- ispezzjonijiet li saru fil-bypass ta' l-Imtarfa biex jiġi stabbilt x'inhuma l-cracks li saru fil-parti l-ġdida tagħha?", "MR SPEAKER: Din id-domanda m'hijiex relatata ma' dik orġinali, imma naturalment il-ministru għandu l-fakulta` li jirrispondi.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: B'mod espliċitu ma nistax ngħid wisq dwar il- konklużjonijiet ta' l-ispezzjonijiet, ħlief li abbażi tagħhom inħarġet tender biex isir xi xogħol rimedjali minħabba li dawn ma kenux ikkunsidrati bħala xi ħaġa ta' natura gravissima imma xogħlijiet minuri li setgħu jiġu rranġati.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Hemm il-possibbilta` li r-rapporti li saru li jikkonfermaw li n-natura tal-ħsarat m'hijiex daqstant problematika, jitpoġġew fuq il-mejda tal-Kamra biex wieħed ikun jista' jivverifikahom u janalizzahom fl-aspett sħiħ tagħhom?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: M'għandix problema, pero` napprezza jekk l-Onor.", "Interpellant jagħmilli talba speċifika biex imbagħad nagħmel dak li qed jitlobni.", "NEGOZJI – NAME AND SHAME POLICY", "29614.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Leo Brincat) staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Filwaqt li napprezza li l-maġġoranza tan- nies fin-negozju huma serji u ma jippruvawx jabbużaw mill-konsumatur, hija policy tal-Prim Ministru li juża name and shame policy ma' dawk in-negozji fejn jiġi stabbilit mingħajr ebda dubju li abbużaw fil-prezzijiet tal- oġġetti mpurtati tagħhom, b'mod partikolari fejn jirriżulta li jkunu qegħdin jbigħu prodotti - speċjalment mediċinali - 'l fuq ferm mill-medja Ewropea?", "Għaliex ma sarx dan diġa` fejn irriżultaw każi simili?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "SPTAR MATER DEI - SECURITY", "29616.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Charles Buhagiar) staqsa lill- Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 29491, jikkonferma jekk ix-xogħol ta' security fl-isptar Mater Dei ngħatax lill-privat?", "Jekk fl-affermattiv, lil min ingħata u kemm hu stmat li jiswa dan il-kuntratt kull sena?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "SPTAR MATER DEI - PARKEĠĠ", "29617.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Charles Buhagiar) staqsa lill- Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 29492, jista' jiġi kkonfermat li l-parkeġġ fl-isptar Mater Dei ngħata lill-privat?", "Jekk fl-affermattiv lil min ingħata u kemm inkera għal kull sena?", "Kemm hemm parking slots f'dan il-parkeġġ?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (f'isem l-Onor.", "Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "SPTAR MATER DEI - MAINTENANCE", "29618.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Charles Buhagiar) staqsa lill- Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 29493, ix-xogħol ta' maintenance fuq il-bini u l-equipment ta' l-isptar Mater Dei ingħata lill-kuntratturi privati?", "Jekk fl-affermattiv, x'inhu l-valur ta' dan il-kuntratt fis-sena u lil min ngħata?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "VOT KAPITALI GĦAT-TOROQ", "29619.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Charles Buhagiar) staqsa lill- Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Kemm mill-vot kapitali għat-toroq għal din is-sena 2008 hu committed fuq ħlas għal xogħlijiet li diġa` saru?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: L-informazzjoni għadha qed tinġabar u r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "FTEHIM MA' ORGANIZZAZZJONI TA' RIĊERKA", "29625.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Leo Brincat) staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: B'riferenza għall-ftehim li ġie milħuq dan l-aħħar ma' l-organizazzjoni ta' riċerka CERN fl-Isvizzera, jista' l-Prim Ministru jikkonferma jekk dan kienx ftehim formali jew biss memorandum of understanding li għad irid iwassal għal sensiela ta' negozjati intensivi qabel ma l-kollaborazjoni tiġi fis-seħħ u ċ-ċittadini Maltin ikunu jistgħu jibbenefikaw minnu?", "Meta huwa mistenni li jintlaħaq il-ftehim bejn iż-żewġ naħat ħalli jkun jista' jibda jiġi attwat?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "SAN GWANN - TRIQ ALESSIO XUEREB", "29627.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Leo Brincat) staqsa lill- Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Billi meta l-gvern ċentrali oriġinarjament għamel it-tarmac fi Triq Alessio Xuereb, San Gwann sar xogħol fuq tarmac diġa` mqiegħed u billi b'riżultat ta' dan ħafna mill- katusi li jinżlu minn fuq il-bejt ġew f'ċerti każi taħt it-tarmac bil- konsegwenza li meta tagħmel ix-xita l-ilma qed jidħol fil-basements ta' ħafna residenti tat-triq, u għalkemm normalment problemi simili jiġu trattati mill-kunsilli lokali ta' bliet u rħula, f'każ bħal dan, fejn jirriżulta ċar li l-problema kienet kkawżata minn nuqqas ta' ippjanar serju mill-gvern ċentrali, jista' l-ministru jara li l-gvern jidħol direttament biex isolvi problema li ilha tkaxkar għadd ta' snin?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Risposta tingħata f'seduta oħra.", "KAP TAX-SCHENGEN UNIT", "29628.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin: Billi ftit ilu l-Ministru għarraf lill-Kamra li l-post tal-kap tax-Schengen Unit fil-ministeru baqa' ma mteliex għax fost dawk li applikaw kien hemm min ma nstabx adegwat filwaqt li kandidat ieħor ġie skwalifikat, jista' l- Ministru jgħid jekk u meta se tinħareġ sejħa ġdida għall-applikazzjonijiet?", "Jista' jikkonferma li l-persuna li qed tikkordina din it-taqsima bħalissa oriġinarajment kellhiex kuntratt ta' advisor?", "Jista' jgħid jekk il- kuntratt għadux l-istess?", "Huwa minnu li qed jġi esplorat, flimkien mal- MPO fl-uffiċċju tal-prim ministru, jekk dan il-kuntratt jistax jinbidel għal ieħor b'titlu differenti?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (f'isem il-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin): Il- pożizjoni ma nbidlitx mill-aħħar mistoqsija parlamentari dwar din il- materja.", "Ma jidhirlix li għandi noqgħod nagħti dettalji dwar individwi li huma kjarament il-mira ta' din il-mistoqsija.", "Kont naħseb li dan l-istil ta' politika kien spiċċa.", "Id-deċiżjoni jekk kuntratt ta' persuna isirx indefinit ma titteħidx minn dan il-ministeru.", "CHILDREN'S ALLOWANCE", "29632.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru għall-Familja u Solidarjeta` Soċjali: X'inhuma d-diffikultajiet li d-dipartiment għandu sabiex jagħti c-children's allowance lit-tfal ta' ġenituri li huma separati legalment?", "X'inhi r-raġuni li minkejja li kien hemm min ta d-dettalji kollha, nkluż l-kuntratt jew is-sentenza tas- separazzjoni, dawn it-talin għadhom ma ħadux risposta b'detriment li l- benefiċċju tat-tfal għadu ma tħallasx?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (f'isem il-Ministru għall-Familja u Solidarjeta` Soċjali): L-applikazzjonijiet għall-allowance tat-tfal jiġu proċessati hekk kif id-dipartiment ikollu f'idejh l-informazzjoni kollha meħtieġa.", "Ninsab infurmata wkoll li fil-każijiet indikati mill-Onor.", "Interpellant id- dipartiment irid jistabbilixxi min mill-ġenituri għandu l-kura u l-kustodja tat-tfal, xi ħaġa li mhux dejjem toħroġ ċara mill-kuntratti jew sentenzi tas-separazzjoni.", "Jekk l-Onor.", "Interpellant jaf b'xi każ partikolari nitolbu jagħti parir lill-persuna konċernata biex tmur l-uffiċċju distrettwali tad-dipartiment tas-sigurta` soċjali tal-lokalita` tagħha biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.", "ŻABBAR - TRIQ L-10 TA' SETTEMBRU 1797", "29633.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Meta se tinbena mill-ġdid Triq l- 10 ta' Settembru 1797 ġewwa Haz-Zabbar minħabba li tinsab fi stat diżastruż speċjalment meta tagħmel ftit xita?", "Jekk sa fl-aħħar ser isir xi tip ta' xogħol fiha, jista' jsir xogħol serju ta' fejn imur l-ilma tax-xita minħabba li aktar min-nofs it-triq dejjem tegħreq?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Din it-triq tagħmel parti minn network ta' toroq li l-ADT qed taħdem biex tkun tista' tinbena mill-ġdid u tkun solvuta l- problema ta' l-għargħar f'din l-area.", "Sadanittant, l-ADT qabbdet kuntrattur biex inaddaf il-culvert eżistenti u jagħmel xi xogħlijiet biex is-sistema tkun aktar effiċenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-mistoqsijiet kollha li dehru fuq l-aġenda ngħataw tweġiba orali.", "L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Nitlob sospensjoni qasira tal-Kamra, Sur President.", "MR SPEAKER: Hawn oġġezzjoni?", "(Onor. Membri: No)", "Fis-6.17 p.m. il-Kamra ġiet sospiża u rriżumiet fis-6.30 p.m.", "MR SPEAKER: Is-seduta tkompli.", "L-Onor.", "David Agius.", "ONOR.", "DAVID AGIUS (President tal-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi): Mr Speaker, nirrapporta li l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur għadda mill-kumitat b'emendi.", "MR SPEAKER: Il-Ministru Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għall-Kompetittivita` u Komunikazzjoni): Sur President, nitlob il-permess tal-Kamra sabiex nipproponi t-Tielet Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur.", "MR SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA", "L-ATT DWAR L-AFFARIJIET", "TAL-KONSUMATUR", "CONSUMER AFFAIRS (AMENDMENT) BILL", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Sur President, nipproponi t-Tielet Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur u biex jagħmel emendi anċillari lil liġijiet oħra\" ikun moqri t-Tielet Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tielet Darba u għadda.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet.", "Il-Ministru Austin Gatt.", "MOZZJONIJIET", "MOZZJONI GĦAL EMENDA TA'", "L-ISKEMA GĦALL-ATT DWAR", "IL-PORTIJIET ĦIELSA TA' MALTA", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Sur President, nipproponi illi:", "Billi, skond ftehim lokatizju bejn il-Malta Freeport Corporation Limited (MFC) u Malta Freeport Terminals Limited (MFTL) tal-5 ta' Ottubru, 2004 fl-atti tan-Nutar Dottor Pierre Attard, l-MFTL ngħatat lokazzjoni ta' 30 sena ta' dik il-parti tal-Port Ħieles indikata fl- istess ftehim;", "U billi, fl-istess ġurnata, l-MFTL ingħatat liċenzja ġdida, għall- istess perjodu, mill-MFC;", "U billi l-MFC u l-MFTL daħlu fi ftehim li permezz tiegħu, l-MFTL intrabtet li tagħmel investiment sostanzjali fil-Port Ħieles li għandu wkoll jiġġenera opportunitajiet ta' impjiegi ġodda;", "U billi, skond l-istess ftehim, l-MFC intrabtet li, in vista ta' l- imsemmija investiment, tagħti d-dritt lill-MFTL li testendi l- imsemmija lokazzjoni u liċenzja għal perjodu ulterjuri ta' 35 sena;", "U billi hu meħtieġ li, biex iseħħ l-imsemmi ftehim, l-arei ta' Malta li, fil-preżent, jikkostitwixxu Port Ħieles skond kif muri fl-iskeda għall-Att dwar il-Portijiet Ħielsa ta' Malta (Kap. 334), jiżdiedu skond kif muri fuq il-pjanta hawn annessa u mmarkata Dok A;", "U billi, skond l-artikolu 3(2) ta' l-Att dwar il-Portijiet Ħielsa ta' Malta (Kap 334), il-Prim Ministru jista', b'ordni approvata b'riżoluzzjoni ta' din il-Kamra, jemenda l-imsemmija Skeda;", "Nipproponi għalhekk li din il-Kamra tirriżolvi li tapprova l-ordni tal- Prim Ministru hawn annessa u mmarkata Dok B li permezz tagħha l-Iskeda għall-Att dwar il-Portijiet Ħielsa ta' Malta qiegħda tiġi emendata biż- żieda ta' dawk l-arei indikati bir-rigi ħomor fil-pjanta annessa ma' l- istess ordni.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Ninforma lill-Kamra li l-ħin tad-diskussjoni fuq din il- mozzjoni għandu jinqasam indaqs bejn il-kelliema tal-gvern u l-kelliema ta' l-oppożizzjoni.", "Rimarki?", "Il-Ministru Austin Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Sur President, din il-mozzjoni hija dwar biċċa arja fil- baħar li se tiġi reklamata f'art u li qed tiġi nkluża fil-liġi tal- freeport.", "Qed jiġi propost li din tidħol bil-kera favur il-Malta Freeport Terminals Limited, li s-sidien tagħha huma s-CMA CGM, u li llum qegħdin joperaw it-terminal tal-Freeport.", "Ovvjament wara din il-bidla teknika, hemm bidla ħafna iktar sostanzjali u pożittiva għal pajjiżna.", "Għaliex qed ngħid hekk?", "Għax minbarra l-investiment li diġa` sar, fil-Freeport se jsir investiment addizzjonali li se jlaħħaq il-€130 miljun.", "Dan huwa kommess li jsir fil-ħames snin li ġejjin u s-CMA CGM qiegħda tikkommetti wkoll lilha nnifisha li f'dan il-perijodu timpjega mhux inqas minn 500 ruħ oħra magħha.", "Infakkar li s-CMA CGM diġa` tat garanzija fil-fażi ta' privatizzazzjoni li żżomm magħha, sakemm jaslu biex jirtiraw, il-ħaddiema kollha tal-Freeport.", "Pero` ma' dawn issa qiegħda tikkommetti ruħha li timpjega 500 ruħ oħra.", "Hemm diversi kundizzjonijiet oħra li jorbtu dan il-ftehim, pero` dawn se niġi għalihom aktar 'il quddiem.", "Sur President, il-Freeport illum huwa wieħed mill-ġojjelli ekonomiċi ta' pajjiżna.", "Huwa frott tal-ħidma tal-partit Nazzjonalista fil-gvern li mill- 1988 ħadem u stinka biex kabbar arja illi kienet indikata li taħdem bħala freeport, pero` fir-realta` ma kienet taħdem assolutament xejn għal dan il- għan.", "Il-Freeport kien konċepit minn gvernijiet Nazzjonalisti tas-snin sittin u sab ir-ruħ u l-kobor tiegħu taħt gvernijiet nazzjonalisti tas-snin tmenin, tas-snin disgħin u ta' dan is-seklu.", "L-ewwel agreement biex jitwaqqaf freeport f'Malta kien effettivament sar fl-1969 ma' kumpannija Kanadiża li mil-lat legali - nista' nassigurakom li b'kumbinazzjoni - kellhom lil missieri biex jirrappreżentahom.", "Fil-fatt din il-kumpannija kienet bdiet l-attivita` tagħha f'Malta, pero` dak iż-żmien ma kenitx irnexxiet u effettivament il-freeport qatt ma telaq bħala enti kummerċjali.", "Bejn l-1982 u l-1983, meta l-partit Laburista kien fil-gvern, kienet twaqqfet il-kumpannija Maconte, bl-intenzjoni li tibda tmexxi l-freeport fil-post fejn jinsab illum, f'Kalafrana.", "Din il-kumpannija kienet għamlet xi attivita`, pero` ma kenitx telqet biex tagħmel attivita` verament kummerċjali.", "Fil-fatt irnexxielha tagħmel handling ta' ftit eluf ta' containers.", "Kienet bdiet biex tagħmel l-area fejn tistiva l-containers, u xi ħadd li deher li kien jaf kollox ried li l-art ma tkunx f'livell imma xxaqleb biex meta tagħmel ix-xita, l-ilma jkun jista' jinżel għal ġol- baħar.", "Pero` dan kien ifisser ukoll li ma setgħux jiġu stivati aktar minn tliet containers fuq xulxin għax peress li l-art kienet ixxaqleb, ir-raba' wieħed kien ikun perikoluż u seta' jaqa'.", "Il-Freeport kien parti mill-kunċett li kellu l-partit Nazzjonalista minn żmien meta kien fl-oppożizzjoni, illi jisfrutta l-qagħda ta' Malta f'nofs il-Mediterran bħala hub għal diversi affarijiet.", "U fuq il-bażi ta' dak il- kunċett, il-partit Nazzjonalista dejjem emmen fis-sħiħ illi l-Freeport kellu jkun proġett essenzjali għal kull gvern li ried ibiddel l-ekonomija ta' Malta.", "Fil-fatt huwa interessanti wkoll illi fl-istess żmien, id-Dubai kellhom l-istess kunċett.", "Fil-fatt minn Jebel Ali fid-deżert u minn port żgħir ħafna u antik, ħolqu l-ewwel freeport tal-Lvant Nofsani, b'suċċess kbir għalihom, u wżaw il-kunċett biex ikomplu jkabbru l-ekonomija ta' Dubai.", "U hemm parallel ma' l-ekonomjia Maltija għax il-freeport taħt gvern Nazzjonalista ta' bejn l-1987 u l-1992 irrappreżenta wkoll il-bidu ta' ekonomija totalment ġdida għal pajjiżna.", "Il-gvern ta' dak iż-żmien emmen bis-sħiħ illi investiment fil-Freeport jagħmel sens enormi għal pajjiżna.", "Emmen illi billi aħna qegħdin f'nofs it- trade routes li jmorru mil-Lvant Nofsani għall-Amerika l-ammont ta' vapuri li jbaħħru bi prodotti manifatturati fil-Lvant imbiegħed qed jikber.", "U eventwalment konna ġejna anke aħjar minn hekk, għax bl-ispostament tal- manifattura mill-Amerika u l-Ewropa għaċ-Ċina, l-Indja, l-Indoneżja u l-Far East, pero` bil-konsum ta' dawk il-prodotti manifatturati fil-Far East, fl- Ewropa u fl-Amerika, illum ix-shipping, vis-a-vis għaxar snin ilu, ittripla.", "Allura min laħaq stabbilixxa ruħu bħala freeport effiċjenti u li qiegħed fit-trade routes, qed jara espansjoni kbira kummerċjali sakemm jibqa' jinvesti bil-għaqal f'dan it-tip ta' business.", "Allura qed naraw freeports bħal Jebel Ali fil-Lvant Nofsani, bħal dak ta' Malta u l- freeports kollha tal-Mediterran, li mhux biss qed jikbru għax jikber il- volum ta' xogħol imma wkoll għax qed jikber l-ammont ta' vapuri li qegħdin iġorru l-containers.", "U parti mill-investiment li qed nagħmlu huwa proprju għal dan il-għan.", "Fl-1988, ftit xhur wara li ġie elett il-partit Nazzjonalista fil-gvern, ittieħdet id-deċiżjoni li ninvestu bil-qawwi fil-Freeport.", "Mhux kulħadd f'dan il-pajjiż kien biżżejjed għaqli biex jara fejn ridna naslu, pero` meta wieħed iħares lura jinduna li din id-deċiżjoni kienet waħda għaqlija.", "Naturalment ma kenitx deċiżjoni faċli għax kellna nissellfu ħafna flus.", "Dan id-dejn illum qed jiġi ffinanzjat totalment mid-dħul tal-Malta Freeport Corporation u m'huwiex qed jiġi mħallas lura mill-budget ċentrali tal- gvern.", "Il-kirja li aħna se ndaħħlu mis-CMA CGM se tibqa' tagħmel tajjeb għad-djun kollu li għandna u għall-ħlas lura tal-kapital u l-interessi.", "Aħna ssellifna biex dak il-ftit ħafna li kien sar mill-Maconte jinqala' - anke l-art li fiha kienu nvestew ftit mijiet ta' eluf ta' liri - u jerġa' jsir kollox mill-ġdid.", "Investejna fi cranes, fi trakkijiet, f'RTGs u f'makkinarju ieħor biex inkunu kapaċi nibdew din l-attivita` totalment ġdida għal pajjiżna.", "Bdejna bil-ftit, Sur President.", "Fl-1988, il-Malta Freeport Corporation għaddiet 8,000 container.", "Fl-2004, meta konna pprivatizzajna, il-Freeport kien għamel handling ta' 1.4 miljuni containers.", "Dik hija l-istorja ta' suċċess.", "Veru li din l-istorja ta' suċċess għandha l-paternita` tal-partit Nazzjonalista fil-gvern u b'mod speċjali l-ħsieb warajha ta' Eddie Fenech Adami bħala l-politiku ewlieni li mexxa din it-tip ta' politika, pero` ċertament għandha wkoll l-impronta tas- Sur Marin Hili li kien l-ewwel chairman tal-Malta Freeport u li baqa' ċ- chairman tagħha sa l-2002 jew l-2003.", "Ċertament mingħajr ix-xogħol li ddedika s-Sur Marin Hili fil-Freeport, mingħajr il-kuntatti li kabbar, mingħajr il-laqgħat li għamel ma' shipping companies u logistic companies barranin, il-Malta Freeport Corporation ma kenitx se tkun dik li hi llum.", "Kienet forsi l-iktar ħaġa faċli illi tissellef il-flus u tinvesti fl- infrastruttura tal-Freeport, l-ewwel fil-bini ta' terminal 1, dik il-parti l-antika li hi aktar viċin lejn Birżebbuġa, u mbagħad l-investiment f'terminal 2, it-terminal ta' barra, waqt li inti għadek qed tespandi fuq terminal 1.", "Forsi l-fatt li jkollok fiduċja li se timla terminal 2 u li se ssib il-kuntratti minkejja l-kompetizzjoni kollha li għandek u li tmur tissellef, kienet l-iktar ħaġa faċli.", "Ċertament l-iktar ħaġa diffiċli kienet illi tmur titkellem ma' kumpanniji kbar, fosthom is-CMA, il-MERC Shipping Company u diversi linji oħrajn bħaċ-China Shipping, tikkonvinċihom biex il-vapuri tagħhom jiġu f'Malta għall-ewwel darba u żżommhom hawn minkejja l-kompetizzjoni ta' portijiet bħal dawk ta' Piraeus, ta' Spanja, ta' Barċellona, ta' Gioia Tauro, ta' Port Said, tal-Marokk u ta' Tunes.", "Dawn ridna nikkompetu magħhom fuq effiċjenza u fuq prezz.", "U minkejja dan, bil-mod il-mod irnexxielna nibnu l-port ħieles tagħna mix-xejn għas-seba' l- akbar port fil-Mediterran.", "Irridu nirrikonoxxu li din hija storja ta' suċċess u li dan il-pajjiż għandu ħafna x'jirringrazzja lis-Sur Hili li ħadem fuq li ħadem biex dan seta' sar.", "Naturalment ix-xogħol tiegħu mhux dejjem ġie apprezzat - mhux qed ngħid għal-lum, imma dak iż-żmien kien denigrad ħafna - u ma nistax ma nikkondividix ma' l-opinjoni tal-prim ministru Eddie Fenech Adami ta' dak iż-żmien, li s-Sur Hili ħaqqu monument.", "Kien bix-xogħol tiegħu u bix-xogħol tal-ħaddiema kollha, mill-management sa l-iżgħar wieħed, li sakemm ipprivatizzajna fil-Freeport kien hemm 500 ruħ jaħdmu u li minn 8,000 container fis-sena tlajna għal 140,000 container fis-sena.", "Jekk tara l- profit and loss tal-Freeport minn mindu bdejna sakemm begħna ssib li għalkemm f'xi snin tlifna u f'xi snin oħra għamilna l-flus, prattikament jekk tgħodd kollox flimkien issib li l-Freeport għamel profitt mill-1989 sa l-2004.", "Dawn ma kenux xi profitti enormi, pero` fl-aħħar mill-aħħar meta tgħodd kollox issib li għamilna profitt.", "Naħseb din hija storja ta' suċċess li għandna nirrikonoxxuha, pero` għandha wkoll tindikalna illi meta dawn l-istejjer ta' suċċess ikunu radikati fuq studji illi huma spassjonati mill-politika u bbażati fuq realtajiet ekonomiċi, jista' jkollna stejjer ta' suċċess li huma kbar.", "Fl-opinjoni tiegħi, kellna numru ta' fatturi li rrikonoxxejniehom u konna kapaċi nisfruttawhom.", "L-ewwelnett illi l-pożizzjoni strateġika ta' pajjiżna tista' ma tfisser xejn f'ċerti oqsma, pero` f'ċerti oqsma oħra, bil-mod kif jitbiddel il-business madwar id-dinja, tista' tiġi sfruttata għall-ġid ekonomiku ta' pajjiżna.", "Nerġa' nirrepeti li l-fatt li l-manifattura tradizzjonali spiċċat mill-Ewropa u mill-Amerika, filwaqt li laqtet lilna ħażin fit-tessuti, per eżempju, laqtitna tajjeb għax issa x-xogħol lest miċ-Ċina jrid jerġa' jiġi l-Ewropa u jitqassam fl-Amerika.", "Allura l- Freeport espanda fuq il-bażi ta' din il-bidla ekonomika.", "Jekk l- isfruttament tal-pożizzjoni ġeografika tagħna ma tiġix applikata mingħajr diskriminazzjoni, pero` tiġi diskriminata, tintagħżel għal liema biċċa business għandna bżonn, allura hemmhekk tagħmel sens.", "It-tieni, m'aħniex se nimxu 'l quddiem jekk ma jkunx hemm kompetenza kummerċjali.", "M'għandi l-ebda dubju li l-istorja tal-Freeport tagħna, bid-diffikultajiet kollha tagħha, għalkemm forsi mhux kollox sar sew, imxiet 'il quddiem minħabba l-kompetenza kummerċjali li kellna biex nikkuntrattaw il-klijenti.", "Il-klijenti li jinvestu f'Malta fil-qasam tas-servizzi u fil-qasam tal- manifattura jinteressahom żewġ affarijiet biss, qabel xejn li jagħmlu profitt u t-tieni li jinqdew b'effiċjenza.", "Nista' nassigura lil kulħadd li ma jinteressahom xejn mill-politika Maltija għajr li din toffrilhom stabbilita` u viżjoni ekonomika 'l quddiem.", "Il-bqija, dak li ħafna drabi noqogħdu niddibattu aħna f'dan il-parlament, fil-gazzetti tagħna u fuq l- istazzjonijiet televiżivi tagħna, ftit li xejn jinteressahom.", "Li jinteressahom biss hu li jagħmlu profitt, li jkollom viżjoni fejn iridu jmorru u li meta jiġu Malta jinqdew b'servizz tajjeb.", "Il-bqija, jekk isibu servizz aħjar x'imkien ieħor u xi ħaġa irħas, nassigurakom li kulħadd jitlaq minn Malta.", "U meta qed nitkellmu fuq il-Freeport, in-negozjati jkunu fuq point of a cent per TEU.", "Daqshekk tkun qed tinnegozja, u allura daqshekk inti trid taħdem effiċjentement fil-freeport tiegħek għax b'hekk biss tista' tikkompeti ma' postijiet bħal Gioia Tauro, bħal Port Said u bħal Piraeus, skond kemm iċċaqlaq containers fis-siegħa u kemm tħallas għalihom.", "Dan huwa l-uniku kejl li kumpanniji bħal MERC u s-CMA jinteressahom.", "Ma jinteressahom xejn iktar!", "It-tielet, nispera li mill-istejjer tal-Freeport irrikonoxxejna li kull darba li l-gvern jidħol f'qasam kummerċjali li huwa purament ta' kummerċ, bħalma hu t-terminal tal-Freeport, japplikaw ir-regoli kummerċjali kollha, dawk tal-kompetittivita`, ta' l-effiċjenza relattiva u assoluta, u r-regoli li tista' tagħmel il-flus u tista' titlef il-flus.", "M'hemm l-ebda dubju.", "Rajna l-istorja ta' meta pajjiżna pprova jagħmel barra minn pajjiżna u nvesta fi Brindisi u mar ħażin f'dak l-investiment.", "Dik hija l-ħajja kummerċjali.", "Daqqa l-affarijiet jiġuk tajbin u daqqa jiġuk ħżiena.", "U għal xejn nippruvaw nippoliċitizzaw attivita` kummerċjali għax kull attivita` kummerċjali sejra tibqa'.", "Mill-investiment li sar fi Brindisi, il-Freeport tilef €17-il miljun bħala bottom line, pero` l-kredituri tħallsu kollha u m'għandniex problemi magħhom.", "Dan kien investiment li seta' renda l-flus imma sfortunament mar ħażin.", "Il-viżjoni lanqas kienet għadha f'din l-amministrazzjoni iżda tfasslet taħt l-amministrazzjoni Laburista ta' bejn l-1996 u l-1998, pero` l-investiment sar taħt l-amministrazzjoni sussegwenti bejn l-1998 u l-2003.", "Jien mhux qed nitkellem mil-lat politiku imma qed ngħid li sempliċement irridu nifhmu li jekk irridu li l-gvern jibqa' fl-oqsma kummerċjali, hemm investimenti li se jirnexxu u hemm oħrajn li m'humiex se jirnexxu.", "Kif dejjem għedt f'dan il-parlament, kieku kull investiment jirnexxi, ħadd minna ma jibqa' f'dan il-parlament għax isir businessman u ċertament forsi l-pajjiż ikun iktar kuntent għax ikun ħeles minna wkoll.", "Fl-opinjoni tiegħi l-Freeport wera xi ħaġa li hija importanti għall-futur ta' pajjiżna u, cioe' kif nistgħu nidħlu f'qasam li ma konniex preżenti fih, f'qasam li fl-1998 u fl-1990 kien totalment modern għal pajjiżna u f'qasam li ħadd ma kien jemmen li jista' jkun suċċess.", "Sur President, nixtieq insemmi storja waħda u żgħira.", "Meta fetaħ il- Freeport, il-formen li kienu jaħdmu fil-Port il-Kbir irrifjutaw li jmorru jaħdmu f'Kalafrana għax kienu ħasbu li hemmhekk kienu se jaħlu l-ħin.", "Riedu jibqgħu jaħdmu l-Belt u rrifjutaw li jmorru Kalafrana u jaħdmu bl- istess sistema li kellhom il-Belt, kif kellhom kull dritt li jagħmlu, għax ħasbu li l-Freeport ta' Kalafrana kien se jfalli.", "U din kienet l-attitudni ta' ħafna nies dak iż-żmien.", "Illum li nafu aħjar, l-istorja li nixtieq nieħu minn hemmhekk hija li dan il-pajjiż, f'dinja Ii qed tinbidel kontinwament u totalment, fejn l-iskills li għandna bżonn il-ħin kollu jinbidlu, fejn iċ-challenge dejjem hi li nitgħallmu snajja' ġodda, il- Freeport, bl-oil tankers ħdejh preċiż, juri kemm il-Malti jista' jilqa' l- isfidi tad-dinja moderna.", "Juri kemm il-Malti hu tajjeb biex jaħdem bi snajja' moderni, kemm il-Malti jista' jiġi ttrenjat u kemm il-Malti jista' jagħmel suċċess minn ħajtu.", "Illum il-Freeport, minn sitwazzjoni fejn ftit riedu jmorru lejh fil-bidu tas-snin disgħin, huwa wieħed mill-iktar xogħlijiet antiki li għandna fil-pajjiż.", "U allura qed nibnu fuq is-sod.", "Fl-2004 kellna deċiżjoni x'nieħdu.", "Biex il-Freeport ikompli jikber ried investiment sostanzjali.", "Konna wasalna biex inneħħu cranes u nġibu cranes oħra minflokhom.", "Konna wasalna biex inżidu l-cranes għax ix-xogħol kien jirrikjedi li jekk irridu nitilgħu minn 1.4 miljun kgs. għal 2 miljun kgs. - kemm kienet il-kapaċita` ta' dak iż-żmien - ridna nżidu l-makkinarju u ridna nżidu l-area ta' fejn jiġu stivati l-containers.", "In poche parole, ridna ħafna iktar investimenti u ridna nimpjegaw ħafna iktar nies.", "U sadanittant kien laħaq sar l-oil tanking, storja ta' suċċess ieħor.", "Ara hawnhekk, il-Freeport mar tajjeb ħafna.", "Kien investa fl-oil tanking, illum begħna dak l-investiment ukoll u qlajna l-miljuni kbar ta' euro li jpatti sew għal dak li tlifna fil-Brindisi Terminal Italia SpA.", "Pero` din hija l- ħajja kummerċjali.", "Dak kien investiment tajjeb, irnexxa u sfortunament l- ieħor ma rxexxiex.", "Pero` li kieku kelli nqabbel dawn iż-żewġ investimenti flimkien nassigura lil din il-Kamra li għamilna ħafna iktar flus mill-bejgħ ta' l-ishma tagħna u mid-dividends li ħadna mill-oil tanking milli effettivament tlifna minn Brindisi.", "Pero` konna ffaċċjati - kif kont qed ngħid - mid-deċiżjoni ta' x'nagħmlu mill-Malta Freeport.", "Dan il-gvern dejjem kien ċar.", "Settur li m'huwiex strateġiku imma huwa kummerċjali u għandu r-riskju kummerċjali u li biex jimxi 'l quddiem irid investiment qawwi, m'għandux jibqa' f'idejn il-gvern, imma għandu jiġi pprivatizzat.", "Naħseb li t-terminal tal-Freeport kien eminentement available għall-privatizzazzjoni kemm għax huwa qasam ta' riskju, u allura jekk nitilfu l-flus inkunu qed nitilfuhom mill-Kaxxa ta' Malta, u kemm għax kien investiment qawwi.", "U li kieku m'għamilniex hekk ried jiġi b'mod jew ieħor mill-inqas garantit mill-gvern Malti, kif ukoll għax fl-aħħar mill-aħħar dehrilna li biex nikbru għandna nissieħbu ma' kumpannija b'saħħitha ħafna f'dan il-qasam.", "U għalhekk morna għall-proċess ta' privatizzazzjoni li beda fl-2003 għax bassarna mill-bidu li dan kien se jkun suċċess kbir u l-liċenzja biex jitħaddem it-terminal ingħatat lis-CMA CGM.", "Issa ħalli nispjega ftit.", "Is- CMA CGM hija shipping company Franċiża.", "Hija waħda mill-ikbar shipping companies li jeżistu fi Franza u fid-dinja kollha.", "Meta ħadet il-liċenzja tal-Freeport għal 30 sena, kienet id-disa' l-ikbar shipping company fid- dinja, u llum hija t-tielet l-ikbar linja fid-dinja.", "U fl-opinjoni tiegħi huwa importanti ħafna li hawn Malta jkollna s-SMA CGM, għax hija wieħed mill-aqwa players mondjali f'dan il-qasam, u dan ġid biss jista' jagħmel lil pajjiżna.", "Aħna mill-ewwel konna fiduċjużi li se jkollna dan is- suċċess, pero` rrid ngħid li mhux kulħadd ħasibha bħalna.", "Meta ġejna biex niddiskutu l-privatizzazzjoni tal-Freeport f'dan il- parlament, il-kap ta' l-oppożizzjoni qal li saru ħneżrijiet kbar fil-mod kif l-operat tagħha ġie pprivatizzat.", "Ovvjament, l-Onor.", "Sant qatt ma ppruvaha din l-allegazzjoni.", "Fit-18 ta' Lulju, l-Onor.", "Evarist Bartolo fil- parlament qal li l-gvern qiegħed iċedi r-riedni kollu, qed ibigħ l-għamara nazzjonali u essenzjali tagħna bħalma hu l-Freeport, u li qed nitilfu ċ- ċans li nagħmlu l-affarijiet li huma ta' ġid għalina.", "Is-Sur Michael Falzon, deputat kap tal-partit Laburista, f'Lulju ta' l-2006 qal li l- Freeport twaqqaf bil-viżjoni ta' gvern Laburista, iżda llum għandna gvern li qed iħott dak li bena gvern Laburista.", "Jekk kien hemm ċajta tas-sena, naħseb li din tikkwalifika!", "F'Diċembru ta' l-2004, ftit xhur wara li konna qed nipprivatizzaw, l-Onor.", "Agius qal li meta tkun qed tbigħ xi ħaġa, l- ewwel ma tħares hu l-interess tiegħek, u naħseb li fil-każ tal-Freeport l- interess tal-pajjiż tpoġġa fil-genb.", "Imma bħalma jgħidu t-Taljani, col segno del po', dawn l-istatements kollha ġew totalment innegati.", "Fil-privatizzazzjoni u fl-għażla tas-CMA CGM, kien importanti li ngħidu: Aħna fejn irridu li l-Freeport tagħna jkun?", "U dejjem ħarisna lejn il- Freeport b'mod wieħed.", "Aħna rridu li l-ewwelnett il-Freeport jiġġenera l- ġid ekonomiku għal pajjiżna u t-tieni li jimpjega kemm jista' jkun nies f'pajjiżna.", "Parti importanti tal-privatizzazzjoni kienet ċertament li rnexxielna nġibu wegħda mis-CMA CGM illi mhux biss iżommu lil kulħadd impjegat magħhom, imma li attwalment ma jkeċċu lil ħadd sakemm jibqgħu s- sidien tal-Malta Freeport Terminal, jiġifieri garanzija ta' xogħol sakemm kulħadd jirtira.", "Ovvjament ħadna wkoll ammont ta' flus għal-liċenzja li hija kkalkulata b'mod illi fit-tmiem tal-perijodu ta' 30 sena, il-flus kollha li se tkun iddaħħal il-korporazzjoni, jiġifieri l-enti li tirrappreżenta l-gvern, jagħmlu tajjeb għad-djun kollu li aħna ddejjinna u l-interessi biex aħna bnejna u nvestejna fil-Freeport.", "Is-CMA CGM ikkommettew ruħhom ukoll illi fil-ħames snin ta' wara jinvestu €12-il miljun.", "Fir-realta`, fi żmien qasir ta' tliet snin, mhux biss investew €12-il miljun, imma nvestew €45 miljun, jiġifieri erba' darbiet iktar milli ppromettew.", "U għalkemm ma kellhom ebda obbligu bil-miktub fil- ftehim ta' privatizzazzjoni, impjegaw 232 ħaddiem ġdid, bejn ħaddiema diretti fil-Freeport stess u ż-żieda li kellna fil-ħaddiema tax-xatt.", "Fi tliet snin il-ħaddiema tal-Freeport żdiedu b'232 persuna, prattikament 50% tal-500 li kien hemm meta aħna spiċċajna.", "Pero` aktar minn hekk – u hawn huwa s-suċċess kbir tas-CMA CGM – filwaqt li fl-2004 irnexxielhom jagħmlu handling ta' 1,400,000 container, is-sena l-oħra għamlu handling ta' 1,900,000 container fil-Freeport, kważi 2 miljuni containers.", "Din hija l-istorja ta' suċċess ta' privatizzazzjoni, għax aħna nemmnu li meta tissieħeb ma' ismijiet internazzjonali, il-privatizzazzjonijiet jagħmlu ħafna sens għall-ħaddiema li jaħdmu f'dik il-kumpannija, pero` fuq kollox għall-poplu Malti kollu.", "Għax hawnhekk mhux sempliċement qegħdin inżidu l-ħaddiema, imma qed inżidu d-dħul mill-income tax, qegħdin inżidu d- dħul min-national insurance, qegħdin inżidu d-dħul mil-liċenzji, qegħdin inżidu l-ispillover effect kollu li għandu l-Freeport bħala mutur ekonomiku f'pajjiżna.", "Minn Novembru ta' l-2004, meta ħadu over is-CMA CGM sa l-aħħar tas-sena l-oħra, f'perijodu qasir ta' tliet snin, irreġistrajna żieda ta' 33% fin-numru ta' TEUs, jiġifieri tal-containers li qed jiġu handled, żieda ta' 50% ta' impjegati, u żieda ta' 400% ta' l-investiment li huma għamlu.", "U għax is-CMA CGM għandha fiduċja fl-ekonomija Maltija, m'hijiex kuntenta li laħqet it-target tagħha ta' 2 miljuni TEUs, imma trid tmur għat-target ta' 3,000,000 TEUs.", "Biex tagħmel dan trid ovvjament tinvesti aktar, timpjega aktar u tikkuntratta aktar.", "Allura resqet fuqna biex niftiehmu magħha kif nistgħu nimxu 'il quddiem u wasalna għall-ftehim li fil-ħames snin li ġejjin is-CMA CGM se tinvesti €130 miljun oħra, u kkommettiet ruħha taħt penali li timpjega mill-inqas 500 persuna oħra.", "Jekk kien hemm bżonn ta' ċertifikat ta' kemm il-politika ta' privatizzazzjoni għaqlija tagħmel sens u ġid għal pajjiżna, ma jistax ikollna ċertifikat aqwa minn dan.", "F'perijodu ta' tmien snin mill-privatizzazzjoni fil-Freeport se jkun seħħ investiment ta' madwar €185 miljun u se jkunu żdiedu l-impjiegi b'mill-inqas 730 persuna, meta fl-2004 kellna biss 500 impjegat.", "Kif inhu propost illi jsir dan l-investiment, Sur President?", "L-ewwelnett iridu jiġu reklamati - din qiegħda fil-parti li llum qegħdin nemendaw fil- liġi - żewġ partijiet tal-baħar, l-isquaring off tat-terminals eżistenti li se jipprovdu ......", "Ovvjament l-investiment irid isir billi l-baħar isir art, u l-art tidħol fil-kirja.", "Pero` fuq dik l-art iridu jsiru mbagħad cranes ġodda, rails ġodda, jinxtraw RTGs ġodda, jinxtraw trakkijiet ġodda u jinxtara l-makkinarju kollu li hemm bżonn, biex ikunu jistgħu jiġu handled ħafna iktar vapuri milli jiġu handled illum.", "Irid ikun hemm cranes ħafna ikbar u b'reach ħafna ikbar biex fl-istess ammont ta' żmien ikunu jistgħu jiġu handled ħafna iktar containers.", "It-tieni, irridu nżidu l-pixka tal-vapuri.", "Hemmhekk il-baħar illum jippixka bejn wieħed u ieħor 15.5 metri madwar it-terminal 2, viċin it-terminal 1.", "Il-vapuri l-kbar li ħerġin issa għandhom fond ħafna ikbar u se jkunu qegħdin iġorru madwar 10,000 container fuqhom.", "Dan jirrikjedi li l-baħar ħdejn il-Freeport jippixka mill-inqas 17-il metru u allura rridu innaddfu madwar il-baħar kollu.", "Dan huwa capital dredging li taħt l-agreement li għandna suppost li jsir mill-MMA, filwaqt li l-maintenance dredging, jiġifieri biex iżżomm il-livelli, huwa responsabbilta` tas-CMA.", "Fil- verita`, il-capital dredging mhux se jitħallas kollu mill-MMA - kif se ngħid iktar 'il quddiem - imma llimitajna l-exposure tagħna għalih.", "It-tielet area ta' investiment hi li biex ikun possibbli li jiġu handled 3,000,000 container iridu jżidu l-area tal-bitħa fejn iżommu l-containers, u huwa previst li jonfqu l-flus biex iżidu 133,000 metru kwadru fil-bitħa biex jagħmilha possibbli li jiġu handled 3,000,000 TEUs.", "Mil-lat tal-gvern ftehemna li nestendu l-kirja minn 30 sena għal 35 sena, u jekk f'dawn il- ħames snin il-wegħdi li għamlu s-CMA jilħquhom, jiġifieri jkunu nvestew €130 miljun u jkunu mpjegaw 500 ruħ flimkien mal-ħaddiema tax-xatt, ikollhom dritt li l-35 sena jestenduhom bi 30 sena oħra, b'total ta' 65 sena.", "Peress li qegħdin nipprevedu li dan se jseħħ, kellna nagħmlu re- scheduling tal-kera u nestendu l-kera.", "Huwa diffiċli biex tqabbel waħda ma' l-oħra, pero` hemm metodu kif tagħmilha, u jekk tuża n-net present value, jiġifieri tinnettja dak li konna se nirċievu fi 30 sena u dak li se nirċievu llum fl-ewwel 30 sena, allura qegħdin immorru aħjar b'USD5.5 miljuni.", "Jiġifieri n-net present value ta' l-ewwel 30 sena tal-kera hija aħjar milli kienet qabel.", "Jekk nieħdu l-kera medja, jiġifieri l-ammont kollu ta' kera li konna se ndaħħlu fit-30 sena oriġinali u tiddividihom bi 30 u tikkomparaha mal-kera kollha li se ndaħħlu fil-65 sena u tiddividiha b'65, insibu li morna aħjar bis- somma ta' USD2 miljuni fis-sena.", "Ovvjament, billi għandna 65 sena kera, it- total tal-kera li se nirċievu żdied bi 372 miljun, pero` għalkemm dan mhuwiex comparative, ma tistax tieħdu in konsiderazzjonni.", "Veru li hemm xi żidiet kemm fin-net present value tal-kera kif ukoll fuq l-average rent, pero` għalija mhux dan l-importanti, kif ma kienx lanqas meta għamilna l- privatizzazzjoni.", "Dak iż-żmien l-importanti kien l-investiment li se jsir u l-impjiegi li se jkollna, u fl-opinjoni tiegħi l-kera tiġi ħafna u ħafna wara.", "Pero`, having said that, bin-net present value, xorta bħala average qegħdin aħjar milli konna qabel u xorta m'għandna l-ebda problema biex inħallsu d-dejn, għax kif ġie rescheduled se nkunu qegħdin inħallsu d-dejn li konna għamilna biex bnejna l-Freeport sena jew sentejn qabel milli kien previst kieku bqajna kif konna qabel.", "Minkejja li d-dredging suppost huwa obbligu tal- gvern u huwa previst li jqum ammont ta' miljuni mhux ħażin, daħħalnieh u llimitajna l-ispiża tagħna għal USD15-il miljun.", "Fuq kollox – u dan ma sarx għall-ewwel darba – daħħalna wkoll penali f'każ li s-CMA CGM ma jimpjegawx il-500 persuna.", "Ovvjament l-aspirazzjoni tagħna hi li din il- penali qatt ma titħallas, anzi aħna konvinti li wara li jsir dan l- investiment kollu se jiġu mpjegati mhux biss 500 ħaddiem imma ħafna u ħafna iktar.", "Jiena sodisfatt ħafna b'dan il-ftehim li għamilna.", "Kif diġa' għedt, iffirmajna memorandum of understanding, soġġett li jiġi approvat mill-gvern u diġa` ġie approvat mill-Kabinett u soġġett ukoll li ssir l-emenda neċessarja f'dan il-parlament, dik li qegħdin niddiskutu llum.", "Jekk kemm-il darba dan kollu jsir, nistennew il-formalizzazzjoni tad-dokumenti mil-lat legali x-xahar id-dieħel u b'sodisfazzjon inkunu nistgħu ngħidu li ġibna in konklużjoni espansjoni mportanti ħafna għall-futur ta' pajjiżna.", "Qed ngħid hekk għax hu evidenti li l-ġgant Ċiniż u l-ġgant naxxenti Indjan se jibqa' għaddej b'saħħtu, u iktar ma jibqa' għaddej b'saħħtu dak il-ġgant ekonomiku, iktar se jkompli jikber il-Freeport.", "Il-fatt li għandna magħna s-CMA CGM, li mis-seventh largest shipping fleet fid-dinja fi ftit snin saret it-tielet waħda, kumpannija li għandha budget li huwa ikbar minn ta' pajjiżna, tixtri żejt biex tmexxi l-vapuri tagħha iktar milli nixtru żejt aħna biex niġġeneraw l-elettriku għal pajjiżna, kumpannija li għandha interess f'Malta għax qed tagħmel il-profitt hawnhekk imma għax qed tara wkoll is-saħħa ekonomika Maltija, jawgura ħafna tajjeb għall-futur tal-Freeport tagħna.", "Irrid ngħid pero` li ma jiġix kollox bil- kumbinazzjoni u lanqas jibqa' kollox jekk fil-gvern ma jkunx hemm partit li jiġġenera l-fiduċja, partit li juri l-kompetenza u partit li għandu viżjoni ċara ta' pajjiżna.", "Huma dawk biss l-ingredjenti li jġibu l-investiment u li jġibu x-xogħol.", "Fil-Freeport għandna storja ċara, serja u ta' kompetenza li qed tħalli l- frott.", "Ma tiġix kumpannija bħas-CMA CGM u tinvesti f'pajjiżna €200 miljun b'kumbinazzjoni.", "Din il-kumpannija għandha nteressi kullimkien.", "Setgħet faċilment minflok ġiet Malta, investiet f'Sardenja fejn hemm freeport ikbar minn tagħna, li pero` ma jistax jaqbad art.", "Setgħet faċilment marret it- Tuneżija u minflok ftiehmet magħna, kif għamilna llum, investiet fil-port t'hemmhekk fejn ukoll għandha interess.", "Setgħet faċilment iddeċidiet li tixtri f'Piraeus jew li tmur f'Port Said.", "Imma din il-kumpannija ddeċidiet fuq Malta, għax rat f'Malta l-kompetenza, is-serjeta` u l-viżjoni ekonomika li pproġetta dan il-gvern.", "Nispera li kulħadd jifhem li dawn l-affarijiet ma jiġrux b'kumbinazzjoni!", "Nispera li kulħadd jifhem li l-fatt li ġew u nvestew l-HSBC, minkejja l- pożizzjoni ta' l-oppożizzjoni, il-fatt li hawn Malta ġibna industrija totalment ġdida tal-farmaċewtika, minkejja li ntqal ħafna paroli li l- manifattura se tispiċċa, kellna kumpanniji, bħat-Toly, il-Playmobil u l- Infratec, li baqgħu jinvestu fil-manifattura.", "Minkejja li l-oppożizzjoni tibqa' tagħti l-impressjoni li tista' tipproteġi l-manifattura antika meta ma tistax, peress li kien hawn gvern b'viżjoni u bi pjan konkret li ħoloq 10,000 impjieg ġdid f'dawn l-aħħar erba' snin, pajjiżna mexa 'l quddiem u jerġa' jimxi 'l quddiem għax dik il-fiduċja għadha hemmhekk.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Charles Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Sur President, nirriferi għall-aħħar kumment li għamel il-Ministru dwar iż-żieda fl-impjiegi.", "Skond l-aħħar rapport maħruġ mill-Eurostat jidher ċar li fl-aħħar erba' snin l-impjiegi f'pajjiżna żdiedu b'medja ta' inqas minn nofs li żdiedu fil-kumplament tal-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea.", "Qed nagħmel dan il-paragun għax l-Unjoni Ewropea hija l- istituzzjoni li aħna rridu nikkomparaw rwieħna magħha, speċjalment il- pajjiżi li ssieħbu magħna fl-2004.", "Effettivament f'pajjiżna l-impjiegi żdiedu b'madwar 1.1%, filwaqt li f'dawn il-pajjiżi żdiedu b'medja ta' 3.7%.", "Sur President, quddiemna għandna mozzjoni li skond in-numru ta' membri parlamentari li hawn preżenti, m'hijiex waħda kontenzjuża imma hija waħda li fil-prinċipju hemm qbil dwarha.", "Filwaqt li nirriferi għall-proposta ta' estenzjoni tal-freeport zone, infakkar li fl-2004 ġiet mgħoddija liġi apposta minn dan il-parlament biex hemmhekk jiġi deskritt bħala freeport.", "Li wieħed jipprova jiftaħar b'rixu naċċettaha, imma li he tries to rewrite history, la hu stess ma jemmen f'dak li jkun qed jgħid u ċertament lanqas min ikun qed jisimgħu fuq il-mezzi tax-xandir, għax l-infrastruttura tal- Freeport kienet inbdiet fl-aħħar tas-snin sebgħin u tas-snin tmenin.", "U dak iż-żmien, taħt gvern Laburista, kien sar investiment sostanzjali fih.", "Imbagħad wara l-1987, bil-kambjament tal-gvern beda l-operat kif semma u spjega l-Ministru.", "Qed ngħid dan iktar għall-istorja ta' kif beda l- konċepiment ta' l-idea tal-Freeport, peress li l-Ministru qal li dan kien beda fl-1969 meta kien hemm agreement ma' xi kumpannija Kanadiża - li ma nafx kienx jeżisti - u mbagħad qbiżna għall-operat mill-1988.", "Imma l- infrastruttura tal-Freeport effettivament bdiet taħt gvern Laburista.", "Dak iż-żmien, l-idea li nżidu s-servizzi tat-trasport kienet qiegħda hemmhekk, u dejjem kien hemm l-enfasi li l-qagħda strateġika ta' pajjiżna hija xi ħaġa li mhux biss għandha mportanza politika, imma wkoll mportanza kummerċjali, bħalma kellha dejjem fl-istorja ta' pajjiżna.", "U allura ż- żieda tas-servizzi tat-trasport kienet xi ħaġa li wieħed irid iħares lejha. u allura l-ewwel ma trid tagħmel hu li jkollok l-infrastruttura biex tilħaq dawn l-għanijiet.", "Dan l-istess bħal meta l-manifattura f'pajjiżna kienet l-iktar ibbażata fuq is-settur tat-tessuti.", "Konna kompetittivi ħafna u kien hawn numru ta' kumpanniji.", "Fl-1981, ġiet l-ST Microelectronics, li għadha topera sal-lum u li hija kumpannija responsabbli għal 55% tat-total export ta' pajjiżna f'dik li hija manifattura.", "U mill-1992 sal-lum f'pajjiżna nvestiet madwar USD600 miljun f'makkinarju, investiment, eċċetra, u tħaddem madwar 2,000 ruħ jew aktar.", "Wieħed qed isemmi dawn l-affarijiet għax saret riferenza storika, u allura tajjeb li wieħed jidħol f'ċertu dettall f'dan ir-rigward.", "Sur President, meta wieħed iħares lejn din il-mozzjoni jrid jara wkoll x'inhu l-impatt tagħha.", "Meta qegħdin ngħidu li rridu nkabbru l-investiment u l-attivita' kummerċjali u industrijali, irridu nieqfu u nħarsu lejn dan biss?", "Il-kunċett u l-ħsieb ta' żvilupp li qed ngħidu li hu sostenibbli, għandu jiġi kkunsidrat?", "Jekk wieħed janalizza d-diskors tal-Ministru, li kien fih ċertu dettall, isib li l-aspett ta' sostennibilita`, li llum huwa element importanti ħafna, ma ssemma xejn.", "Filwaqt li mill-bidunett nista' ngħid li jien favur din il-mozzjoni fejn qed jiġi propost li tingħata estenzjoni ta' art, issa għandna wkoll il-pjanta li turi biċ-ċar fejn se ssir din l-estenzjoni, u allura telimina kull dubju li kellna.", "Filwaqt li rrid ngħid li l-kunsill lokali ta' Birżebbuġa ma sab ebda oġġezzjoni dwarha - għallinqas hekk jidher minn korrispondenza li ntbagħtet lili - wieħed irid iħares ukoll lejn il-politika ta' sostennibilita` u l-impatt li jista' jkollu l-iżvilupp propost anke fuq il-kumplament tas-soċjeta`.", "Meta wieħed jara l-memorandum of agreement li hemm anness ma' din il- mozzjoni, li wkoll tpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra, irid iħares lejn l-aspett ekonomiku ta' żvilupp fil-qasam marittimu, lejn is-servizzi tat-trasport u l-ħolqien ta' l-impjiegi.", "Irid iħares ukoll lejn il-ħlas soċjali li hemm min-naħa tar-residenti ta' Birżebbuġa u jrid iħares ukoll lejn l-impatt ambjentali.", "Dawn it-tliet aspetti huma importanti jekk ikollok gvern li jrid iħares 'il quddiem lejn żvilupp sostenibbli, kif qed jingħad mill- kumplament ta' l-Ewropa.", "Tajjeb li f'dan ir-rigward wieħed jagħmel paragun ma' espansjoni li qed tkun prevista wkoll fil-port ta' Hamburg fil- Ġermanja, fejn apparti l-iżvilupp ekonomiku, l-estenzjoni tal-port, it- tkabbir tat-TEUs u t-turnaround ta' l-istess port, sar studju serju ħafna ambjentali dwaru mill-istess awtorita`.", "Hawnhekk ta' min jinnota li filwaqt li għandna l-konsiderazzjonijiet ta' natura ekonomika, hemm assenza sħiħa - għallinqas l-ebda rapport ma tpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra u l-ebda spjegazzjoni ma ngħatat - dwar l-aspett ambjentali.", "Veru li wieħed jista' jgħid li għandna r-regolatur. u cioe' il- MEPA, li suppost dan qed tikkonsidrah, u li għandna l-ħarsien ta' l-ambjent tal-baħar, li suppost qiegħed f'idejn l-MMA, u għaldaqstant m'huwiex kompitu effettivament tad-diskussjoni tal-lejla.", "Imma jekk verament nemmnu fi żvilupp sostenibbli, kwalunkwe żvilupp propost għandu jkollu miegħu l- impatt ambjentali li dan jista' jikkawża.", "Ħalli niġu għall-aspett ekonomiku.", "Wieħed jifhem li l-operatur li jrid iżid il-kapaċita` tiegħu minn 1.5 miljuni TEUs għal 3 miljuni TEUs, qed iħares 'il bogħod - huwa tajjeb li meta wieħed ikun qed jinnegozja f'dinja globalizzata jagħmel il-plans tiegħu għal quddiem - u qed jara li fi żmien ħames snin jew sitt snin il-kummerċ marittimu fil-Mediterran tant se jikber illi l-portijiet tal-Mediterran li hemm preżenti u li hemm previst li jikbru, se jirduppjaw il-kummerċ.", "Allura l-ħsieb ta' l-operatur jagħmel sens li jkun irid jirdoppja dan għax ovvjament iżid il-qligħ tiegħu u, kif diġa' ntqal, ikun hemm ukoll opportunita` ta' żieda fin-numru ta' mpjegati.", "Imma meta wieħed jara l-kontribut soċjali - hawnhekk nidħol fil-fatt ta' x'ikun qiegħed jibbenefika wkoll il-pajjiż - isib li għandna l-element ta' multiplier effect, li wieħed irrikonoxxih.", "Imma apparti minn dan, waħda mill-affarijiet li tenħtieġ kjarifikazzjoni fil-memorandum of agreement huwa appuntu l-obbligu li l-investiment imwiegħed ta' €130 miljun huwa effettivament tassattiv, fis-sens li jekk ma jagħmlux dak li huma obbligati li jagħmlu, l-estenzjoni tal-lease tista' tiġi abrogata.", "Qed ngħid hekk, għax filwaqt li artiklu 2.1.3 ta' dan il-memorandum of agreement qed jistipula li l-operatur hu obbligat li jinvesti €130 miljun, f'paragrafu 2.1.6 ta' l-istess agreement, hemm proviso li jgħid hekk:", "\"Provided that MFTL's decision to proceed with such extension of terminal 2 of the terminal shall be at its discretionary option exercisable at any time during the license period as extended pursuant to this agreement, taking into consideration various factors including whether the structure of the marine soil, beneath and around terminal 2 of the terminal, permits such extension at reasonably viable cost.\".", "Qed nirriferi għal dan għax f'artiklu 2.1.3, nofs l-investiment huwa marbut kemm maż-żieda fil-gantry cranes u l-equipment kif ukoll ma' l-upgrading ta' terminal 2 li huwa t-terminal ta' barra.", "Jiena ġejt mgħarraf li n-naħa ta' barra, kif jindika dan il-paragrafu, hija l-iktar parti li tista' tinvolvi investiment, għax hija l-iktar parti fonda.", "Allura, jekk l- operatur iħoss li m'huwiex vijabbli li jagħmel dak l-investiment għax din qiegħda fid-diskrezzjoni tiegħu - jiġifieri anke l-parti li se nestendu bħala freeport, l-parti ta' barra ta' terminal 2 - irridu naraw kemm effettivament l-operatur huwa marbut mal-wegħda li jrid jagħmel - u qed jiġi approvat minn dan il-parlament – meta dan jista' ma jkomplix jagħmel tali żvilupp.", "Allura l-mistoqsija tiegħi hija din: Meta l-operatur daħal għal dan ix- xogħol - ma ninsewx li qegħdin nitkellmu fuq operatur li huwa t-tielet wieħed fid-dinja, u allura l-analiżi għamilha u l-istudji għamilhom - u ppreżenta l-feasibility study tiegħu, ma kienx jaf minn studji li għamel dwar l-impatt tal-mewġ u affarijiet oħra, li fl-interess tal-pajjiż dak l- investment minimu ta' €130 miljun - fejn fl-aħħar mill-aħħar qegħdin nagħtuh il-faċilita` li jinvesti aktar u jaqla' aktar flus - m'għandhiex tkun diskrezzjonarja imma għandha tkun tassattiva?", "Jien qed inqanqal dan il-punt għax il-ministru ta wieħed x'jifhem li l-investiment huwa tassattiv u definittivament irid isir.", "Barra minn hekk, wieħed irid iżomm quddiem għajnejh li l-estensjoni ta' l-art li l-Freeport jokkupa hija sostanzjali u l-valur ta' l-art qua art f'pajjiżna għandu valur iktar importanti, u dan irridu nikkonsidrawh.", "Punt ieħor li jitqanqal minn dan il-ftehim huwa l-fatt illi d-dredging qed isir biex jiffaċilita l-operat ta' l-operatur.", "Issa fl-aħħar mill-aħħar, meta dan l-operatur ħa over il-management tal-Freeport, kien jaf x'se jieħu tliet snin ilu.", "Allura wieħed ma jistax jifhem għaliex il-gvern għandu jikkontribwixxi kważi massimu ta' USD15-il miljun!", "Mhux billi l-ministru qed isemmielna l-capping qisu qed jagħmel xi pjaċir jew xi akkwist!", "Lil dan l-operatur tajnieh il-karozza biex jaħdem, tajnieh il-faċilita`, kriha, ħallas għaliha u issa biex isir id-dredging, li hija parti mill- operation.....", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq operatur tajjeb fis-suq, li jaf l-affarijiet tiegħu, u li naħseb li tliet snin ilu għamel l-istudji tiegħu dwar kif se tiżviluppa t-trade marittima u l-affarijiet l-oħra kollha.", "Lil dan issa se nħallsuh, u l-gvern qed jintrabat li jagħtih USD15-il miljun talli jsir id-dredging.", "Tant din hija rabta tajba favur l-operatur - għalhekk imbagħad nagħmel il-paraguni fuq l-investiment u dawn l- affarijiet - illi jekk il-gvern ma jħallashomx dawn il-USD15-il miljun, hu għandu d-dritt li jnaqqashom mill-kirja.", "Dan juri allura kemm hu għaqli l- operatur illi rabat lill-gvern li għoġbu jagħtih dan ir-rigal.", "U tajjeb li ngħidu wkoll li minn meta spiċċat il-Cargo Handling, il-Freeport iffrankat ukoll madwar Lm1 miljun fis-sena bħala fees illi kienet tħallas.", "Jiġifieri hemmhekk il-benefiċċju għall-operatur qiegħed jissaħħaħ.", "Għalhekk jiena mbagħad indaħħal il-paragun ta' l-interess pubbliku u l-benefiċċju għall- pajjiż.", "Għax għalkemm dan qiegħed jinvesti hawnhekk, għażel lil pajjiżna minħabba l- lokalita` strateġika tiegħu u ħass li dan huwa l-iktar post fejn jista' jagħmel il-profitt għax sab il-manpower u sab nies li għandhom l-iskills neċessarji.", "Il-Ministru qal li dan ma marx f'Gioia Mauro.", "Jiena naħseb li dan għamel l-assessment tiegħu biex ma marx hemmhekk.", "U aħna naqblu li jistabbilixxi ruħu hawnhekk u nħeġġuh li jkompli jikber bħalma għamilna f'oqsma oħra.", "Insemmi l-ST Microelectronics, li kemm-il darba tajniehom aġevolazzjonijiet biex jibqgħu hawnhekk u jiżviluppaw, kemm f'aspetti ta' tax relief u ħafna għajnuniet oħra li dejjem kien ikun previst anke fil- liġi.", "Imma li dan qed jagħmel nefqa biex itejjeb l-operat tiegħu u l-gvern qed jagħtih kontribut billi ma jħallihx iħallas id-dredging hu, hija xi ħaġa li ma tinftiehemx!", "MR SPEAKER: Il-Ministru Austin Gatt, bil-permess ta' l-Onor.", "Mangion.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Kif diġa' spjegajt, il-capital dredging huwa obbligu legali ta' l-MMA, jiġifieri jekk jiġi USD40 miljun, aħna suppost inħallsu din is-somma.", "Dak huwa l-obbligu tagħna.", "Għax l-obbligu ta' l-operatur huwa l-maintenance dredging, li ladarba tniżżilulu at 15.5 jew at 17, imbagħad iżommu hemmhekk.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Charles Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Veru li dak huwa capital dredging, imma għaliex il- gvern daħal għal dan l-obbligu?", "Nassumi li meta kien hemm il-ftehim oriġinali kien diġa` għamel dredging ta' madwar 15-il metru.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Il-gvern daħal għal dan l-obbligu għax il-fairway minn fejn jidħlu l-vapuri għall-portijiet dejjem issir mill-port owner u qatt ma jagħmlu min għandu liċenzja biex jorbot vapur x'imkien ieħor.", "Ħalli nġib eżempju tal-Grand Harbour.", "Id-dredging fil-Grand Harbour ma jħallasx għalih il-Viset, il-KGT jew it-tarzna, imma trid tagħmlu bilfors l-MMA għax dan jintuża minn kulħadd.", "Jiġifieri that is normal standard international practice.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Charles Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: L-area tad-dredging inkorporata hawnhekk m'hijiex qiegħda wkoll fil-freeport zone jew le?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Hija fil-baħar, imma m'hijiex riservata għall-freeport.", "Hija fairway għad-dħul ta' Marsaxlokk u Birżebbuġa.", "Jiġifieri jekk jidħol vapur li jrid jorbot l-Enemalta, se juża dik il-fairway ukoll.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Charles Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Sur President, il-Ministru qed jgħid li hemmhekk jista' jidħol kull vapur ieħor, imma xorta waħda l-maġġor parti tal-vapuri li jidħlu f'Birżebbuġa huma għall-benefiċċju tal-Freeport.", "Dak li qed nipprova ngħid.", "U qed ngħid hekk għax fl-aħħar mill-aħħar meta l-operatur qed jagħmel estenzjoni għal 35 sena oħra, se jieħu benefiċċju kbir.", "Hekk għandu jkun, għax jekk dan m'huwiex se jagħmel profitt, l-ebda investitur m'hu se jiġi lejn pajjiżna.", "Aħna rriduh jagħmel profitt għax ovvjament b'hekk il-ħaddiem iktar ikollu dritt jitlob għal żidiet fil-pagi tiegħu.", "U allura wieħed jistenna li minn dak il-profitt se jibbenefika effettivament kulħadd.", "Imma nerġa' nirriferi għall-investiment li hemm imwiegħed.", "Dan m'huwiex tassativ, marbut ma' din l-estensjoni ta' l-art.", "Min-naħa l-oħra - din qed nagħmilha aktar forma ta' mistoqsija biex forsi l-ministru jispjegaha aħjar - għandna emenda dwar ir-rata tal-kirja.", "Il-Ministru qal li fl-aħħar mill- aħħar dawn se jħallsu aktar.", "Jekk wieħed iħares lejn l-ewwel kuntratt isib li fl-aħħar sena, f'year 30, il-kirja kienet ta' USD15.22 miljun.", "Issa ġiet emendata - sakemm m'iniex qed ninterpretaha b'mod żbaljat, fil-każ nitlob lill-Ministru jikkjarifikaha - għal USD9 miljuni.", "U ovvjament mbagħad nibqgħu għaddejjin bir-rati normali.", "Jiġifieri l-aġġustament fl-ewwel 30 sena jidher li hu aġġustament 'l isfel.", "Filwaqt li l-Ministru qed jgħid li fl-aħħar mill-aħħar se jitħallas iktar, wieħed irid iżomm quddiem għajnejh li mill-kera aħna se nħallsu kemm il- kapital jew id-dejn li għandha l-Malta Freeport Corporation, kif ukoll l- imgħaxijiet li din il-kumpannija qiegħda tħallas.", "U jien erġajt ivverifikajt, għax għas-sena 2007 u s-sena 2008 fil-budget tiegħu l-gvern għandu commitment li jrid iħallas iktar minn €14-il miljun għall- imgħaxijiet tal-Freeport.", "Jiġifieri l-gvern għadu qed jagħmel il- commitments fuq l-imgħaxijiet tal-Freeport, u allura l-asserzjoni li mid- dħul tal-kera se nispiċċaw inħallsu l-loan u nħallsu l-imgħaxijiet ma tidhirx li se tkun realizzata għax il-gvern qed jibqa' jikkontribwixxi kull sena - qabel kien madwar Lm6 miljuni, issa qed tammonta għal €14-il miljun – għall-Freeport innifsu.", "Barra minn hekk, tajjeb li l-Ministru jispjega ftit x'ġara bid-dħul li għamel il-Freeport mill-bejgħ tax-shareholding li kellha l-Malta Free Port Corporation fl-oil tanking li, jekk m'iniex sejjer żball, kien inbiegħ madwar €29 miljun.", "Dak id-dħul mar biex ħallas parti mil-loan jew intefa' f'xi sinking fund?", "Id-dħul minnu ma jidhirx li daħal fid-dħul tal-gvern, la biex inaqqas id-dejn nazzjonali u lanqas bħala dħul ġenerali tal-gvern.", "Tajjeb ikollna informazzjoni dwar x'sar mill-bejgħ ta' l-oil tanking min- naħa tal-Freeport corporation.", "Hemm l-aspett ambjentali li wieħed irid iħares lejh ukoll.", "Wieħed ma jistax jabbanduna kompletament li jara x'impatt ambjentali se jkollu dan l-iżvilupp fuq il-port ta' Birżebbuġa, għalkemm dak huwa sagrifiċċju soċjali li sar u jrid isir għat-tkabbir ekonomiku.", "Hemmhekk għandek nies li jgħixu qrib dan il-port li l-ħajja tagħhom qed tiġi affettwata kontinwament.", "Il-Ministru m'għamel l-ebda riferenza għal environmental impact assessment, u wieħed jippretendi li l-awtorita` kompetenti, il-MEPA, tagħmlu hi stess biex tara fir-realta` x'impatt se jkollha l-estensjoni iktar qrib ix-xatt kif ukoll il-makkinarju li se jkun iktar qrib ix-xatt.", "Din hija waħda mill-bones of contention tar-residenti ta' din il-lokalita`.", "Aħna għandna r-regolaturi biex iħarsu l-interess pubbliku kemm fil-qasam ta' l-ambjent, kemm fil-qasam tal-ħarsien tal- konsumatur fejn jirrigwardaw il-prezzijiet, kif ukoll f'affarijiet oħra.", "Ir-regolaturi għandhom ikunu responsabbli lejn is-soċjeta`, lejn it- taxpayer Malti li qed iħallashom, u fost dawn għandna l-MEPA.", "Interessanti li nkunu nafu x'konsiderazzjonijiet għamlet il-MEPA fuq dan l-investiment.", "Per eżempju, kif se timpatta ż-żieda tal-ħsejjes tal-makkinarju fuq dawn il- mollijiet?", "M'għandna l-ebda risposta dwar dan, u r-responsabbilta` taqa' fuq il-MEPA għax hija responsabbli li tapprova l-permessi sottomessi.", "L-MMA kif se tassigura li ma jkunx hemm kontaminazzjoni fil-baħar tal-madwar, għax hemmhekk hemm bajja popolari ħafna fost ir-residenti tan-nofsinhar ta' pajjiżna?", "Veru li min-naħa tal-gvern Nazzjonalista ma tantx jagħti kas peress li ma jkollux il-maġġoranza tal-voti minn hemmhekk, imma għandu membri parlamentari minn dawk in-naħat.", "Għaldaqstant nistennew biex naraw x'obbligi se titfa' l-MMA fuq l-operatur biex jassigura li l-baħar u l-bajjiet tal-madwar ma jkunux kontaminati.", "Jeħtieġ naraw kif se nikkonservawhom għax inkella veru nkunu qed nagħmlu kontradizzjonijiet sħaħ.", "Qed nagħmlu pjanijiet kemm min-naħa tal-Partit Laburista kif ukoll min-naħa tal-gvern biex intejbu l-portijiet ta' pajjiżna mill-Kalkara sa tas-Sliema, imbagħad nispiċċaw ninjoraw żvilupp ieħor bħal dan għax ma nagħtu l-ebda kas l-aspett ambjentali, bil- konsegwenza li mhux biss l-art tiġi kontaminata bil-ħsejjes qawwija lejl u nhar imma anke l-baħar tal-madwar.", "Wara xi snin li nagħmlu dawn it-tip ta' żballji nispiċċaw nerġgħu nħallsu biex nagħmlu reinstatement tagħhom.", "Hawnhekk ma nistax ma niġbidx l-attenzjoni li filwaqt li kemm ir-residenti kif ukoll il-kunsill lokali ta' Birżebbuġa fiehmu li m'għandhomx joġġezzjonaw u jaċċettaw li jkun hemm l-iżvilupp, dawn bagħtu s- sottomissjonijiet kemm lill-MEPA, kemm lill-operatur, kif ukoll lill-gvern dwar l-impatt negattiv ambjentali kif ukoll l-impatt fuq ħajjithom.", "Wieħed jistenna li r-regolaturi konċernati, kemm min-naħa tal-MEPA qabel ma tapprova x-xogħlijiet li għandhom isiru kif ukoll min-naħa tal-MMA, ikunu viġilanti ħalli l-interessi tar-residenti tal-lokal ikunu mħarsa.", "U hawnhekk nesprimi dubji serji ħafna, għax l-ebda regolatur ma ffunzjona biex ħares il-konsumatur jew it-taxpayer taħt dan il-gvern, u l-ebda regolatur ma wera dik il-ħerqa li suppost għandu juri biex iħares lill- konsumatur u lis-soċjeta`.", "L-aħħar appell tiegħi imur lejn l-operatur innifsu li qed jopera hawnhekk b'suċċess.", "Naħseb wieħed mill-interessi tiegħu huwa li jkollu relazzjonijiet tajba mal-komunita` li qed jaħdem fil-qrib magħha.", "Nerġa' ngħid li minħabhba ċ-ċokon ta' pajjiżna kwalunkwe żvilupp, isir fejn isir, se jkollu l-impatt negattiv tiegħu.", "Iċ-ċokon tal-pajjiż hija realta` li rridu niffaċċjawha.", "Fil-passat niftakar li l-Freeport Corporation kienet bdiet tagħmel xi forma ta' ftehim mal-kunsill lokali biex tagħmel ċertu investiment jew improvements fil-lokalita`, u kienet mossa tajba, mossa pożittiva.", "Jien nappella lill-operatur il-ġdid biex jagħmel l-almu tiegħu biex jippromwovi relazzjonijiet tajba kemm mal-kunsill lokali kif ukoll mar- residenti.", "Veru qiegħed hawn biex jagħmel il-profitti tiegħu, pero` għandu jassigura - u hawnhekk jidħol ir-rwol ta' min ikun qed iħares l-interess tar-residenti - l-ħarsien ambjentali li llum qegħdin nitkellmu ħafna fuqu għax ovvjament huwa element importanti ħafna peress li jaffettwa l-kwalita` tal-ħajja ta' kulħadd.", "Nerġa' ntenni li minn naħa waħda hija responsabbli l-MEPA u responsabbli wkoll l-MMA li jieħdu dawk il-prekawzjonijiet u jimponu dawk l-obbligi kollha neċessarji biex jassiguraw li jkun hemm ħarsien ambjentali u ħarsien tas-soċjeta` jew tar-residenti li jgħixu fil- lokalita`.", "Insostni wkoll li kunsill lokali għandu jkun informat kontinwament jekk aħna nemmnu li l-kunsill lokali jirrappreżenta liċ-ċittadini fil-lokalita` partikolari.", "Il-kunsill għandu jkun mgħarraf bl-obbligi li qed ikunu imposti ħalli jkun għassa li dawn l-obbligi jiġu osservati.", "Il-proposti u l-kummenti li qegħdin nagħmlu huma fid-dawl ta' politika ekonomika fejn ikun hemm il-bilanċ bejn l-impatt negattiv ta' ċertu żvilupp ekonomiku, għax ma tistax telimina l-fatt li jkollok ċertu impatt negattiv.", "Per eżempju, il-bini ta' power station huwa neċessita` għax bilfors trid il- power biex inti tkompli tiżviluppa, u tagħmilha fejn tagħmilha se jkollha l- impatt negattiv tagħha, u l-obbligu soċjali tal-gvern, li huwa importanti fi żvilupp sostenibbli, hu li jieħu l-konsiderazzjonijiet kollha biex l- impatt negattiv ambjentali jew soċjali ikun minimu kemm jista' jkun.", "Naħseb li dan jibqa' l-kompitu politiku tal-gvern.", "Fl-aħħar mill-aħħar l- elettorat li jagħżel il-gvern tal-ġurnata jagħżlu u jagħtih il-mandat biex iħares l-interessi tiegħu fil- forom varji tagħhom.", "Mr Speaker, nagħlaq billi ngħid li din in-naħa tal-Kamra se tivvota favur din il-mozzjoni, imma dawn ir-riservi jew dawn il-konsiderazzjonijiet li qed nagħmlu hawnhekk qed nagħmluhom fi spirtu pożittiv, fis-sens li mhux biss inħarsu lejn aspett wieħed ta' l-affarijiet, imma rridu nħarsu wkoll lejn konsiderazzjonijiet oħra soċjali li fl-aħħar mill-aħħar huma importanti ħafna jekk irridu nassiguraw li jkun hemm kwalita` tal-ħajja aħjar.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Insejjaħ lill-Onor.", "Michael Asciak.", "ONOR.", "MICHAEL ASCIAK: Jien nikkondividi l-opinjoni ta' din in-naħa tal- Kamra li din il-biċċa art li se tingħata għall-użu tal-Freeport għandha twassal biex pajjiżna jpoġġi fuq binarji iktar sodi l-investimenti tiegħu li, kif kulħadd jaf, iwasslu mhux biss għal effiċjenza ikbar għax ikun hemm macro ekonomija ikbar f'dak il-kontest partikolari, imma anke jwassal għall- ħolqien ta' impjiegi ġodda.", "Fl-aħħar mill-aħħar, l-għan ta' kull ekonomija huwa proprju li toħloq iktar xogħol u tiġġenera iktar ġid.", "Il-kelliem ta' qabli l-Onor.", "Charles Mangion semma l-konċett ta' l-ambjent fl-iżvilupp ta' l-ekonomija ta' pajjiż partikolari.", "Huwa sinjal tajjeb li nisma' lill-oppożizzjoni titkellem f'dan is-sens li kien proprju l-ħsieb ta' Ludwig Erhard li kien il-ministru tal-finanzi fi żmien Conrad Adenauer li kien tela' bil-konċett ta' social market tal-partit tas-CDU.", "Dan il- konċett kien infirex fl-Ewropa kollha u kien aċċettat bħala bażi essenzjali u pilastru ta' l-ekonomija f'dawk il-partiti li kienu jappartjenu għall- familja tad-demokrazija kristjana li llum saret magħrufa bħala partit popolari Ewropew.", "Kien proprju dan il-konċett ta' social market li wassal ukoll biex iddaħħal kriterju ġdid li hu dak ta' l-ambjent.", "Għalhekk illum jissejjaħ eco-social market.", "Jiġifieri huwa pass kbir 'il quddiem li llum tisma' lil-Labour Party jitkellem fuq l-eco-social market għax sa ftit snin ilu la kellna \"eco\" u lanqas kellna \"market\".", "Sfortunatament kellna biss ekonomija bbażata fuq is-soċjaliżmu li ma kenitx tagħti kas la ta' wieħed u lanqas ta' l-ieħor.", "Naħseb li l-partit Laburista tbiddel xi ftit illum u jaf li kien proprju l-partit Nazzjonalista, bil-mod kif dawwar l-ekonomija tal-pajjiż, bil-metodu kif żied l-investimenti, bil-viżjoni tiegħu għal Malta iktar effiċjenti u effikaċi, bil-viżjoni tiegħu għal Malta fi ħdan l-Unjoni Ewropea, għal Malta fi ħdan is-sistema tal-euro-zone, li proprju wassal biex isir it- tibdil f'pajjiżna li fil-fatt seħħ.", "Il-viżjoni tal-partit Laburista, la qabel l-1987 u lanqas bejn l-1996 u l-1998, ma kienet xi viżjoni li setgħet twassal lil pajjiżna fuq il-binarji li miexi fuqhom illum.", "L-Onor.", "Charles Mangion qal li l-infrastruttura tal-Freeport fil-fatt tqiegħdet fi żmien il-Malta Labour party ta' qabel l-1987.", "Pero` wieħed irid ukoll jammetti li l-Freeport ma jagħmluhx biss il-krejnijiet, il-moll u n-nies imma jagħmlu wkoll it-tħaddim tas-sistemi ta' kif jitħaddem.", "Jien niftakar b'mod ċar kif kien jitħaddem il-Freeport fi żmien il-Labour party qabel l-1987, u naf kif jitħaddem illum.", "Niftakar li anke l-moll kellu jerġa' jinqala' għax ma kienx sar sew, il-krejnijiet kellhom jitbiddlu għax ma kenux jaħdmu sew, u anke n-numru ta' transfers ta' containers kien wieħed limitat immens.", "Mingħalija ma kienx jaqbeż il-miljun jew iż-żewġ miljuni fis-sena.", "Ma nafx kemm qed jiġu trasferiti kuljum - forsi l-Onor.", "Austin Gatt jgħidilna iktar tard - pero` żgur huwa ammont ikbar milli kien isir dak iż-żmien.", "Jiġifieri meta nitkellmu fuq il-Freeport illum qed nitkellmu fuq żieda fix- xogħol, żieda fl-impiegi u żieda fl-effiċjenza għax hawn gvern serju li kien kapaċi jara s-sinjali taż-żmenijiet.", "Kien gvern kapaċi jagħmel it- tibdiliet, u kien kapaċi jwaqqaf management li jħares 'il quddiem b'mod effiċjenti fis-sistema tal-Freeport.", "Fl-aħħar mill-aħħar nafu li l-Freeport tant sar effiċjenti li ġie ukoll mibjugħ lill-privat u llum hija entita` li taħdem b'mod effiċjenti fil-qasam tas-suq, u ovvjament fil-qasam soċjali wieħed jista' jagħrfu b'mod ċar bl-ammont kbir ta' nies li qegħdin jaħdmu f'dan il-post li qabeż ħafna l-ammont ta' nies li kienu jaħdmu fiż- żmenijiet li semma l-Onor.", "Charles Mangion.", "Naħseb li lanqas biss tibda tikkompara n-numri u s-sistemi li kien hemm dak iż-żmien ma' dawk li hemm illum!", "F'dak li huwa aspett ta' eco-social market, il-Freeport hija industrija pjuttost nadifa u m'għandekx spills, bħalma hu l-ġarr ta' ċerta merkanzija li tista' tħalli l-ħmieġ.", "F'dak li għandu x'jaqsam ma' Birżebbuġa, kulħadd jaf bil-proġett kbir li għamel gvern Nazzjonalista - għalkemm jien ma noqgħodx f'din il-lokalita` u lanqas nikkontesta fiha - biex itejjeb l- ambjent ta' din il-lokalita` billi kabbar u sebbaħ il-bajja kif ukoll il- promenade tul Pretty Bay kollha li tibqa' sejra sal-Qajjenza.", "Ittieħdu wkoll ċerti deċiżjonijiet, li m'għandhomx x'jaqsmu direttament mal- Freeport, biex is-sistema taż-żamma tal-gass li llum tinsab qrib ir- residenti ta' l-inħawi, tiċċaqlaq minn fejn hi - fil-fatt hemm time frame dwar dan - fi żmien stabbilit.", "Nixtieq nagħlaq b'dan il-ħsieb, Sur President.", "Ħafna drabi l-membri ta' l- oppożizzjoni jitkellmu dwar il-kompetittivita`, pero` mbagħad meta tismagħhom jitkellmu ssibha diffiċli biex tiddeċiedi lil min se taqbad temmen minnhom.", "Ftit minnhom jitkellmu fuq il-kompetittivita` u mbagħad fl- istess ħin isemmulek miżuri oħra li jmorru kontra l-kompetittivita` ta' pajjiżna.", "Nirriferi b'mod partikolari għall-miżura li kien ħa gvern Nazzjonalista, li anke ġiet diskussa fil-budget, biex il-festi li jaqgħu f'weekend ma jiżdidux mal-leave tal-ħaddiema.", "L-oppożizzjoni qed tgħid li din il-miżura se treġġagħha lura.", "Irrid ngħid li gvern Nazzjonalista kien ħa din il-miżura proprju minħabba l-fatt li l-kompetittivita` ta' pajjiżna, meta mqabbla mal-lista ta' kriterji ta' Lisbona, jinsab 'l isfel ħafna, fl- 24 jew il-25 post, u allura ried li Malta żżid il-kompetittivita` tagħha.", "Fil-fatt il-gvern kien responsabbli biżżejjed li jara li din il-miżura kienet revenue neutral, jiġifieri ma missitx il-qligħ tal-ħaddiema.", "Gvern Nazzjonalista kellu triq oħra quddiemu, dik li jnaqqas in-numru ta' festi pubbliċi, pero` din il-miżura ma ħadiex, għaldaqstant dawn baqgħu l-istess u min jinzerta jaħdem fihom jieħu paga darba u nofs iżjed jew ġieli anke d- doppju.", "Għaldaqstant, minn dak l-aspett il-kompetittivita` ta' Malta żdiedet mingħajr ma ntmiss id-dħul tal-ħaddiema.", "Imbagħad meta tisma' lill- membri tal-partit Laburista jitkellmu issibha diffiċli jekk għandekx temmen lil dak li jrid iżid il-kompetittivita` ta' pajjiżna jew lil dak li joħroġlok xi suġġeriment bħal dan li semmejt u li jmur kontra l- kompetittivita` ta' pajjiżna.", "Sur President, m'għandix dubju li f'moħħ il-partit Laburista hemm il-miżura li jitnaqqsu l-festi pubbliċi.", "Għalkemm hu ma semmiex dan li qed ngħid, qal biss li din il-miżura li ħa l-partit Nazzjonalista se terġa' titreġġa' lura.", "Jekk jippretendi li neħduh bis-serjeta` ma jistax jikkritikana li l- kompetittivita` tal-pajjiż hija baxxa u mbagħad fl-istess ħin isemmi miżura li se tnaqqas il-kompetittivita` tal-pajjiż.", "Mela liema Partit Laburista se nemmen?!", "Nixtieq li l-partit Laburista jagħmilha ċara din.", "Nafu kif mexa l-partit Laburista fil-passat.", "Kien qal li se jneħħi l-VAT u mbagħad daħħal is-CET.", "Fil-fatt meta kellu shortfall minn fuq il-VAT u l-income tax kien daħħal 33 taxxa!", "Nixtieq inkun naf jekk il-partit Laburista għandux l-intenzjoni li biex iżomm il-kompetittivita` ta' pajjiżna f'postha jnaqqas il-festi pubbliċi, bħalma kien għamel meta kien fil-gvern qabel.", "Għax huwa faċli ħafna li l- partit Laburista jgħid li minflok ikollna ħames festi pubbliċi jkollna waħda.", "Huwa faċli li jneħħi l-festa ta' San Ġużepp, huwa faċli li jerġa' jneħħi l-festa ta' San Pawl, u huwa faċli li jtajjar festi li kienu tneħħew mill-partit Laburista għax qalu li Malta ma kenitx kompetittiva.", "Jiġifieri hawnhekk għandna dan il-kuntrast.", "Għandna partit li b'ħalq wieħed jitkellem fuq il-kompetittivita` u b'ħalq ieħor jitkellem b'mod li jmur kontra l-kompetittivita` ta' pajjiżna.", "Għalhekk nixtieq li l-partit Laburista jiċċara l-affarijiet u jgħid jekk tinteressahx verament il- kompetittivita` ta' pajjiżna.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Insejjaħ lill- Ministru Austin Gatt biex jekk jogħġlu jagħmel il-winding up.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Sur President, waqt dan id-dibattitu ħadt gost nisma' lill-oppożizzjoni tgħid li se tivvota favur din il-mozzjoni, ovvjament underlying il-fatt li qed tivvota favur tfisser li l-kritika li għamlet mhux 20 sena ilu iżda li għamlet tliet snin ilu għal din il- privatizzazzjoni, inkluż il-kritika li għamel personalment il-kap ta' l- oppożizzjoni, il-kritika li qalulna li qegħdin inbigħu l-ġojjelli tal- pajjiż, il-kritika li ġejjin id-diżastri kbar wara l-privatizzazzjoni, issa qed titbiddel totalment u huma qegħdin jivvotaw favur din il-mozzjoni, favur dak li aħna għamilna tliet snin ilu.", "Forsi hi sfortuna li f'dan il-pajjiż qegħdin isiru frekwenti wisq dawn it- tip ta' kambjamenti mil-lat ta' l-oppożizzjoni.", "L-inkonsistenza politika fil-prinċipji ta' l-oppożizzjoni issa qed issir politika regolari, u ma tistagħġeb xejn li filli l-oppożizzjoni tgħid xi ħaġa, imbagħad jgħaddu ftit snin u mill-ewwel tibda tgħid totalment l-oppost!", "Din rajnieha ssir mitt elf darba, bħal fil-każ tal-VAT u tal-cash registers.", "Naħseb li bħali jibdew jiddubitaw in-nies meta jisimgħu ħafna wegħdiet, li bosta minnhom huma in arja.", "Allura ssaqsi: Jekk tliet snin ilu l-oppożizzjoni kienet qed tgħid li l-privatizzazzjoni li qed jagħmel dan il-gvern se ssarraf f'diżastru sħiħ, kif issa f'daqqa waħda qed tgħid li t-tkabbir ta' dik il- privatizzazzjoni huwa tajjeb?", "Sur President, jiena ma nixtieqx noqgħod nirrepeti, peroċ nerġa' nfakkar li erba' membri ta' l-oppożizzjoni - wieħed minnhom il-kap ta' l-oppożizzjoni, l-ieħor id-deputat kap u żewġ membri parlamentari, it-tnejn fil-front bench tagħhom - bejn l-2004 u l-2006 kienu kkritikaw bis-sħiħ din il- privatizzazzjoni.", "Issa f'daqqa waħda, inqas minn sentejn wara - għax l- aħħar dikjarazzjoni tad-deputat kap tal-partit Laburista saret f'Lulju ta' l-2006, jiġifieri sena u sitt xhur ilu - il-kundanni kollha tal- privatizzazzjoni tal-Freeport tbiddlu, u qablu mal-gvern li dik il- privatizzazzjoni nestenduha u li lis-CMA CGM għandna nagħtuhom iktar milli kellhom qabel.", "Jien sinċerament ma nifhimx kif f'sena u nofs tista' tbiddel fundamentalment din il-politika tiegħek u nerġa' ngħid li din qed issir ħaġa ta' kuljum mill-partit Laburista.", "Naħseb ukoll li l-poplu Malti, li minn hawn u ftit xhur oħra se jiġi mitlub illi jagħti l-opinjoni tiegħu dwar min għandu jmexxi dan il-pajjiż ħames snin oħra, irid iżommha quddiem għajnejh.", "Għax dak li qiegħed iwiegħed issa mhux neċessarjament se jkun dak li eventwalment iduq jekk jiddeċiedi li jeleġġi lill-partit Laburista.", "L-Onor.", "Mangion staqsa xi ftit domandi u jien nixtieq nirrispondihom.", "L- ewwelnett qal li jien ma semmejtx li kien hemm perijodu meta, skond hu, gvern Laburista għamel l-infrastruttura kollha tal-Freeport.", "Nixtieq nippreċiża li jien fil-ftuħ tad-diskors tiegħi semmejt illi fis-snin tmenin gvern Laburista waqqaf il-Maconte bl-intenzjoni li tmexxi l-Freeport u semmejt ukoll l-investimenti li għamlet din il-kumpannija.", "L-uniku investiment li għamlet il-Maconte kien f'parti żgħira ħafna mill-art tal- bitħa.", "Imma biex ngħid kollox - jiena qgħadt attent u kont kawt ħafna li ma nsemmix ismijiet - għedt li kien hemm xi ħadd bravu li ddeċieda li dik l- art m'għandhiex tkun ċatta, imma għandha xxaqleb biex meta tagħmel ix-xita, l-ilma jibqa' nieżel għal ġol-baħar, biex ma jagħmilx culverts, għax dawk iqumu l-flus.", "U d-deċiżjoni ta' dan il-ġenju kbir kienet tfisser li meta tistiva aktar minn tliet containers fuq xulvin, ir-raba' wieħed jaqa'.", "Allura meta kellna nimxu għal Freeport veru kellna naqilgħu l-art ukoll.", "Dak il-ġenju kien l-inkomparabbli perit Duminku Mintoff, li kien jidher li mhux biss huwa prim ministru, imma kien jippretendi li huwa l-aħjar perit ukoll u ddisinja hu din il-ġennata li swiet ukoll il-flus lill-poplu Malti!", "Ħlief l-art u xi żewġ krejnijiet tat-tfal il-Maconte m'għamlitx, u l- infrastruttura tal-Freeport ma nbnietx minn gvern Laburista.", "Tant ma nbnietx minn gvern Laburista li sa l-1987 kienet għamlet handling ta' inqas minn 5,000 container u mhux il-miljuni kif qal sieħbi l-Onor.", "Michael Asciak.", "Fl-1986, għaddew inqas minn 5,000 container mill-Freeport.", "U ma sarx transhipment mill-Freeport ħlief il-ftit transhipment li kien isir il- Belt u kienu jibgħatuh hemmhekk.", "Jiġifieri l-iktar li tista' tgħid dwar gvern Laburista hu li kellu l-intenzjoni li jagħmel Freeport, pero' m'għamel assolutament xejn biex dik l-intenzjoni jattwaha.", "Għamel bħalma qed jiġri issa, parla, parla u parla, imma pjan konkret u serju biex jattwah, kif nagħmlu aħna, m'għamilx.", "L-Onor.", "Mangion qal li jawgura li jkun hemm żvilupp sostenibbli – dan nawgurah jien ukoll u jawgurah il-pajjiż kollu – pero` imbagħad kien pjuttost żgwidat, skond l-opinjoni tiegħi, meta qal li f'Hamburg, fejn qed jagħmlu żvilupp simili - fil-fatt f'Hamburg qed jagħmlu żvilupp 20,000 darba ikbar minn tagħna - għamlu studju ambjentali, ġie propost li ssir reklamazzjoni tal-baħar, u mhux qed isir jew m'hemmx environmental impact assessment.", "Pero` mbagħad ta nofs ir-risposta hu għalkemm ħarab minnha.", "Ir-risposta hija sempliċi.", "L-environmental impact assessments, l-istudji ambjentali, l-istudji dwar l-iżvilupp sostenibbli, isiru kollha taħt il- kappa ta' l-applikazzjoni għall-permessi li ssir mal-MEPA.", "Jekk l-Onor.", "Mangion jinteressah, kulma għandu bżonn jagħmel hu li jidħol fis-site tal- MEPA, isib l-application number li diġa` daħlet biex issir ir-reklamazzjoni ta' l-art u biex titwitta l-parti li għad baqa' tal-bitħa, u jara b'għajnejh stess l-istudji li ġew ikkummissjonati u sottomessi.", "Irrid ngħid illi l-Freeport mhux biss diġa` applika biex jagħmel dan ix- xogħol kollu, talli diġa` ngħata outline development permit mill-MEPA wara li saru l-istudji kollha li talbet il-MEPA wara li kien hemm il-perijodu ta' konsultazzjoni.", "U kulmin kien jinteressah - inkluż il-kunsill lokali ta' Birżebbuġa, inkluż ir-residenti ta' Birżebbuġa, inkluż il-partit Laburista, jekk kien jinteressah - seta' jissottometti dawn l- applikazzjonijiet.", "U kien hemm min għamel is-sottomissjni tiegħu.", "Pero` m'huwiex korrett li tgħid li la sar environmental impact assessment u lanqas m'għandna garanzija li l-iżvilupp hu sostenibbli.", "Anzi, nerġa' nirrepeti, li l-outline development permit li diġa` ħareġ mill-MEPA u li issa eventwalment irid isir full development permit fuqu, jiggarantixxi li dan kollu sar.", "L-Onor.", "Mangion talabni wkoll ngħidlu x'sar mid-dħul ta' l-oil tanking, li jikkonsistu f'€29 miljun u għaliex il-gvern kull sena jivvota ammont ta' ewro fil-budget illi huma ndikati biex jitħallsu l-imgħaxijiet tal- Freeport.", "Ir-risposta tiegħi hi li biex titħallas il-bullet loan, il-bond tad-dejn li għandu l-Freeport, inklużi l-interessi, għandek tliet metodi ta' finanzjament.", "L-ewwel finanzjament huwa parti mill-gvern fejn huwa accounted for mill-budget, it-tieni sistema ta' finanzjament hija l-kera, li tidħol ukoll f'din is-sinking fund, u t-tielet sistema ta' finanzjament hija l-extraordinary income bħalma huma s-sale tax-shares tas-sinking fund li jikkontribwixxi kollox, kemm lejn il-kapital kif ukoll lejn l-interessi kollha li huma neċessarji.", "Jista' jkun li l-Onor.", "Mangion jiftakar li din il-bond kienet ħarġet ħafna snin ilu fil-bidunett ta' l-iżvilupp tal- Freeport, pero` mbagħad kienet ġiet maqluba into a dollar bond ftit qabel l- 1996 u mbagħad kienet ġiet rinnovata fiż-żmien meta l-partit Laburista kien fil-gvern.", "Ta' min ifakkar li s-sistema ta' sinking funds kienet ġiet kreata fi żmien il-partit Laburista fil-gvern.", "Jiġifieri llum dawn it-tliet metodoloġiji kollha qegħdin imorru fis-sinking fund.", "Il-maġġor parti tagħhom ovvjament għadha qed toħroġ mill-Freeport, għax għandek is-sale ta' l-oil tanking li mar hemm plus il-licence payments li qegħdin imorru hemmhekk ukoll, pero` ovvjament il-gvern irid jikkontribwixxi parti minnha għax fl-aħħar mill- aħħar is-seed capital suppost ħareġ mill-gvern.", "Fil-verita` il-gvern ma joħroġx sold - din għamilnieha diversi drabi, anke f'Delimara - imma jissellef u jikkontribwixxi over the years.", "Allura jmur kollox fis-sinking fund, u mis-sinking fund imbagħad jitħallas il-loan u l-kapital.", "L-Onor.", "Mangion staqsa dwar il-metodoloġija ta' l-extension tal-lease vis-a-vis l- investimenti li jridu jsiru.", "Jekk fhimtu sew, kien qed jargumenta li jekk dawn jiddeċiedu li ma jagħmlux l-investiment ta' l-estensjoni tat-terminals, jistgħu jieħdu l-estensjoni ta' 65 sena u ma jagħmlux l-investimenti tat-terminals.", "L-interpretazzjoni hi kemm kemm differenti minn hekk, u ngħid għaliex.", "L-estensjoni tal-kirja għal 65 sena - qed nirriferi għal klawsola 3.1.1.2 tal-Memorandum of Agreement - torbot lis-CMA CGM ma' l-investimenti msemmijin fi klawsola 2.1.5 ta' l-istess agreement, jiġifieri madwar €38 miljun investimenti li huma msemmija bħala l-parti tal-kontribuzzjoni tagħhom għal capital dredging - qed naqra minn klawsola 2.1.2 - iż-żieda ta' 133,000 square metres tal-bitħa, l-estensjoni tar-reklamazzjoni tal-West quay, l-upgrading tal-quay rails, eċċetra.", "Jiġifieri huma jistgħu jestendu biss għal 65 sena kemm-il darba jinvestu l-€130 miljun f'dawn l-affarijiet.", "Huma elenkati x'inhuma.", "Klawsola 2.1.6, li tipprovdi mbagħad għar-reklamar tan-North u l-West quays fuq Terminal 2, huwa addizzjonali għal €130 miljun.", "Jistgħu ma jagħmluhx jekk iridu, pero` il-€130 miljun fl-affarijiet l-oħra jridu jinvestuhom.", "Jiġifieri jekk huma jmorru għall-estensjoni ta' Terminal 2 ukoll u mhux biss tat-Terminal 1, fil-verita` se jkunu qegħdin jinvestu viċin il-€200 miljun.", "Ħalli nerġa' nirrikapitola biex forsi jsegwini wkoll mill-karti l- Onor. Mangion.", "Klawsola 3.1.1.2 tal-Memorandum of Agreement tgħid hekk:", "\"Subject to the observance by MFTL ...\"", "- li huwa s-SMA CGM -", "\"... of each of its obligations under Clause 2.1.5 above, MFC will grant to MFTL an irrevocable option (but not an obligation) to extend the Licence Period by an addional period of thirty (30) years (the \"Second Extension\").", "Mela hawnhekk qed jingħad li se jestenduha għal 65 sena jekk huma jagħmlu dak li huwa msejjaħ fi klawsola 2.1.5 Jekk nerġgħu mmorru għal klawsola 2.1.5, din tgħid hekk:", "\"The MFTL investments shall be made as follows:\"", "Din hija maqsuma f'żewġ paragrafi, u t-tnejn jirriferu għal klawsola 2.1.2.", "Klawsola 2.1.2 tfisser l-investimenti kollha li semmejna ħlief għar- reklamar tat-Terminal 2.", "Meta taqra dan kollu jfisser illi fil-perijodu previst is-CMA CGM trid tonfoq €130 miljun f'kollox, ħlief fir-reklamar tat- Terminal 2, għax dak huwa separat.", "U ladarba tonfoq il-€130 miljun f'kollox ħlief f'Terminal 2, ikollha dritt li testendi l-kirja.", "Pero` jekk imbagħad tiddeċiedi li tagħmel reclamation tat-Terminal 2 ukoll, allura l- investiment fir-realta` se jkun ħafna iktar mill-€130 miljun, għax trid tirreklama l-parti l-kbira - ir-reclamation ta' Terminal 2 hija ħafna ikbar minn Terminal 1 - u ladarba jkunu rreklamaw Terminal 2 se jinvestu f'iktar cranes, se jinvestu f'iktar quay rails u se jinvestu f'iktar RTGs.", "Jiġifieri l-metodu kif aħna strutturajna l-agreement huwa kollu favur tagħna.", "Huma jistgħu jmorru għal 65 sena sempliċement malli jonfqu €130 miljun mingħajr ma neċessarjament jestendu Terminal 2, għax malli jestendu Terminal 2 se jmorru għal investiment ħafna ikbar.", "Nispera li kont ċar għax saret b'dan il-mod.", "Huma għalissa qed jirriservaw Terminal 2, u allura għadhom ma daħħluhx into this equation.", "Fil-fatt issemma hawnhekk, għax il- marine studies għadhom ma tlestewx u allura jridu jaraw jekk qiegħ il-baħar .....", "Fil-fatt, l-aħħar parti ta' klawsola 2.1.6 tgħid hekk:", "\"... provided that MFTL's decision to proceed with such extension of Terminal 2 of the Terminal shall be at its discretionary option exercisable at any time during the Licence Period as extended pursuant to this Agreement, taking into consideration various factors, including whether the structure of the marine soil beneath and around Terminal 2 of the Terminal permits such extension at reasonably viable costs\".\"", "Jiġifieri dak li qed naqblu miegħu llum huwa sempliċi.", "Se titħallas €130 miljun biex issir ir-reclamation tal-parti ż-żgħira ta' Terminal 1, ikun hemm il-quay cranes, ikun hemm il-quay rails, ikun hemm l-RTGs u affairjiet oħra.", "It-Terminal 2 above and over; jiġifieri jekk iridu jagħmluh u jekk iridu ma jagħmluhx wara li jlestu l-istudji.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Charles Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Imma effettivament l-extension tal-parti tat- Terminal 2 se tgħaddi għandhom mill-ewwel.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Pero` jekk ma jirreklamawhiex ma jistgħux jużawha għax baħar se tibqa'.", "Jiġifieri jridu jimlewha biex effettivament jistgħu jużawha.", "Legalment se ngħaddulhom il-lease fuqha, pero` effettivament jista' jużaha biss ladarba jibniha, għax inkella jkompli jorbot il-vapuri kif qed jagħmel illum.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Charles Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: X'kien l-iskop li dik il-parti ġiet inkorporata ladarba għad iridu jagħmlu l-istudji tagħhom?", "Ladarba l-estensjoni tal- Freeport huwa dejjem speċifiku kif kien fl-att oriġinali, x'kien l-iskop li estendejnielhom diġa` dik il-biċċa art mal-moll meta ma kien hemm l-ebda commitment min-naħa tagħhom?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Għax jekk ir-riżultati xjentifiċi se jagħtuhom il-go ahead, fil-verita` jridu jagħmluha.", "Tant hu hekk, li meta applikaw għall- outline development permit lill-MEPA applikaw għaż-żewġ postijiet, u għandhom outline development permit fuq iż-żewġ postijiet, pero` għad iridu jagħmlu xi studju dwar il-marine salt biex jaraw li jkun jiflaħ il-piż li hemm hemmhekk.", "Allura ladarba mexjin 'il quddiem u ladarba l-intenzjoni tagħhom hi li jagħmluha, jekk hi possibbli li jagħmluha, allura ssir.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Hawnhekk qegħdin ngħidu li jekk fil-perijodu ta' sitt snin ma jsirx dak l-investiment, l-estensjoni ta' 35 sena tista' ma tavverax, hux hekk?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Le, il-35 sena huma marbutin ma' l-investiment ta' €130 miljun u l-€130 miljun huma indipendenti minn Terminal 2.", "Jiġifieri m'humiex se jintefqu fuq Terminal 2.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Ħalli nkunu preċiżi.", "Jiġifieri within six years irid isir l-infiq ta' €130 miljun indipendenti minn Terminal 2.", "F'kelma waħda, jekk ma jsirx, l-option ta' extension tista' taqa'.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Hekk hu.", "Biex inkun eżatt, nikkorreġi biss parti żgħira.", "F'paragrafu (v) ta' klawsola 2.1.2, fejn qed nitkellmu dwar is- South quay of Terminal 2, li again hija marbuta ma' dik il-parti, qed ngħidu li l-fairway/access channel għandna għaxar snin biex inżiduh.", "Dan huwa favur tagħna wkoll.", "Jiġifieri d-dredging għandu perijodu ta' għaxar snin u mhux perijodu ta' sitt snin.", "Il-bqija kollox huwa nterpretat tajjeb.", "Jiġifieri jekk ma jintefqux il-€130 miljun fi żmien sitta u għaxar snin f'dawn il-każijiet, huma jitilfu d-dritt li jkollhom extension.", "Dwar il-capital dredging diġa` spjegajt lill-Onor.", "Mangion, pero` nerġa' nispjega s-sitwazzjoni għal kulħadd.", "Hija n-norma internazzjonali li f'kull port, il-port owner, normalment l-awtorita` tal-gvern, jagħmel il- capital dredging għar-raġuni li meta inti tagħmel id-dredging, dan tkun qed tagħmlu għall-users kollha tal-port.", "Nagħti eżempju tal-Port il-Kbir - naħseb li wieħed jifhmu mill-ewwel - fejn għandek differenza ta' operaturi mill-Viset, għal Cassar, għal Bezzina, għal KGT, għat-Tarzna, kulħadd user differenti.", "Meta niġu biex nagħmlu l-capital dredging proprju, jiġifieri li inti tiddeċiedi li se żżid il-fond, hemmhekk tidħol l-MMA u tagħmlu hi.", "Fil-fatt, meta oriġinarjament għamilna d-dredging tal-port biex nagħmlu freeport, dan ix-xogħol sar mill-gvern, imma minn hemm 'il quddiem, madwar il-Freeport, li huwa l-maintenance dredging fejn jorbtu l-vapuri, jibda jsir mill-operatur.", "Il-fairway, li hija l-parti tan-nofs minn fejn jidħlu l- vapuri kollha - hemm min jibqa' dieħel għal San Luċjan fil-każ ta' Marsaxlokk, hemm min jibqa' dieħel għall-Enemalta, u hemm min jibqa' dieħel għal Freeport - jintuża minn kulħadd.", "Dak jibqa' obbligu ċentrali, u bilfors jibqa' hekk.", "Ovvjament fil-fees li l-MMA tiċċarġja lill-users tal- port tkun qiegħda tieħu in konsiderazzjoni li kultant snin trid tagħmel dan it-tip ta' capital dredging, għax b'hekk tirkuprahom il-flus.", "Mentri l- maintenance dredging, ta' madwar fejn jorbtu l-vapuri - jekk hu l-Viset, jekk hija t-tarzna, eċċetra - dak iħallashom kull user.", "F'dan il-każ qegħdin nagħmlu capital dredging għar-raġuni illi l-vapuri qegħdin jikbru.", "Jiena tlajt fuq vapur taċ-China Shipping li minn fuq s'isfel għandu madwar 23 sular, u għandu l-lift idum tielgħa xi żewġ minuti.", "(Interruzzjonijiet) Il-ħelwa hi li jkollu iktar taħt il-baħar milli jkollu fuq.", "Dawn għandhom bżonn pixka ta' 17-il metru, u allura rridu nbaxxu l-fond minn 15.5 metru, kif qiegħed issa, għal 17-il metru.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Pero` d-dredging f'dan il-każ mhux qed jinkludi il- fairway biss, jiġifieri l-parti ta' barra, imma anke l-parti ta' ġewwa li hu għall-użu tagħhom ukoll, hux hekk?", "Jiġifieri dak huwa nkorporat bħala parti mill-capital dredging.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR AUSTIN GATT: Iva, dak huwa nkorporat, għax għall-ewwel darba qed jiżdied il-fond.", "Il-capital dredging f'dan il-każ se jibqa' dieħel mhux fil- fairways biss imma safejn hemm il-quay, għax se ninżlu 1.5 metri iktar milli għandna llum, u allura hu kkunsidrat parti mill-capital dredging ukoll.", "Pero` minn hemm 'il quddiem is-CMA CGM trid iżżomm dik il-pixka permezz ta' l-MFTL.", "Issa dan normalment kien isir a spejjeż ta' l-MMA.", "Legalment suppost nagħmluh aħna, kif qal l-Onor.", "Mangion, pero` hu ovvju li 95% qed isir għall-benefiċċju tas-CMA CGM, u allura dehrilna li għandna ninnegozjaw b'kontribut qawwi mingħandhom.", "Kemm se jiġi jqum preċiż dan id-dredging huwa diffiċli li wieħed jgħid, pero` skond il-kalkolu li għamilna jidhrilna li definittivament se jeċċedi sew il-USD15-il miljun.", "Allura wara serje ta' negozjati - nista' nassigura lil kulħadd li ma' dawn il-kumpanniji trid tinnegozja bl-iebes - wasalna biex nagħmlu capping ta' USD15-il miljun.", "Naturalment li kieku stajna neħilsu bix-xejn, konna neħilsu bix-xejn, pero` fin-negozjati jkollok iċċedi 'l hawn u 'l hemm.", "L-importanti li tagħlaq u tagħlaq b'mod sodisfaċenti.", "L-Onor.", "Mangion talabni wkoll spjega dwar kif biddilna l-kera u għamilna rescheduling tagħha.", "Għandu raġun jgħid li qabel kellna sistema fejn il- kera kienet titħallas b'ċertu rata fuq 30 sena u konna nispiċċaw bi USD15- il miljun fit-30th year.", "Billi issa estendejna għal 65 years, ovvjament ma stajniex nitilqu minn USD15-il miljun b'30th year u kull sena nitilgħu b'xi USD2 miljuni, għax konna nispiċċaw probabbilment li fis-65th year iridu jagħtuna xi USD100 miljun fis-sena.", "Allura għamilna rescheduling tan-numri biex niżguraw li fl-ewwel 30 sena effettivament indaħħlu iktar flus.", "Fil- fatt bejn it-12th u t-20th year, il-kera hija iktar għolja milli kienet fil- kuntratt oriġinali u mbagħad il-variance tbiddel.", "Huwa proprju għalhekk li meta kont qed nitkellem ikkwotajt in-net present value għax huwa l-uniku mod kif tista' tikkalkula same with same.", "Jekk tieħu l-ewwel 30 sena, in-net present value tagħna huwa aħjar.", "U dan se jkun qed ifisser basically illi bil-bond li għandna, nistgħu naċċelleraw il- pagament tagħha b'sentejn jew tliet snin, jiġifieri minflok naqtugħha over 30 years, naqtgħuha probabbilment over 27 years.", "Jekk tieħu kejl ieħor, li huwa l-average, jiġifieri taqbad kemm konna qed indaħħlu b'kollox fi 30 sena d-darba ta' qabel, u kemm aħna se ndaħħlu issa f'65 years u naqsmuhom min-nofs, dawn ikunu marġinalment USD2 miljun dollari - li ma jfissrux xejn over 65 yeras - u nkunu bqajna fejn konna.", "Again, stajna ninnegozjaw aħjar?!", "Possibbilment stajna ninnegozjaw aħjar, pero` meta inti tgħaqqad kollox flimkien.", "Fin-negozjati s-CMA għamlu sticking point enormi.", "Din għalihom hija kwestjoni ta' cashflow, more than anything else.", "Huma minn dejjem ħadu l-attitudni li ċerti affarijiet stajna nagħtuhomlhom b'xejn, anke meta ġejna biex nipprivatizzaw, pero` l-argument tagħhom fih ċerta loġika.", "Qed ngħid hekk fis-sens li din il-kumpannija tista' tgħidlek: Jiena ġejt hawn Malta, qed ninvesti dawn il-miljuni kollha, u kieku minflok għandi freeport tlabtkom fabbrika, kontu prattikament tagħtuhieli b'xejn, U tagħtuni t-tax investment, tagħtuni hekk u tagħtuni hekk!", "Jiġifieri kulħadd ikollu dan l- argument, u allura naqblu żgur li inti trid tara d-deal kollu kemm hu, u tara jekk huwiex tajjeb jew le.", "Naħseb li għal pajjiżna għandna deal tajjeb u tajjeb ħafna.", "Għaliex?", "Għax fl-aħħar mill-aħħar hawn għandna garanzija tal-futur għall-ħaddiema li għandna hemm u għal ħafna ħaddiema oħrajn li dan il-post tax-xogħol se joffrilhom futur.", "Ċertament l-ewwel privatizzazzjoni li għamilna, fejn ġibna l-garanzija li l-ħaddiema jibqgħu impjegati tal-Freeport sakemm jiritiraw, kienet garanzija importanti ħafna.", "Pero`, iktar minn hekk, il- garanzija li tagħti s-CMA hi garanzija ta' kumpannija li hija kbira, li għandha interess u li tista' tiġġenera hi stess ix-xogħol.", "Għax illum is- CMA hi probabbilment waħda mill-ikbar kumpanniji li qed tibni vapuri.", "Jekk niftakar sew, is-CMA tieħu delivery ta' vapur ġdid kull għaxart ijiem, u għandhom hekk fit-tliet snin li ġejjin.", "Daqshekk iċaqilqu merkanzija minn post għal ieħor, u daqshekk għandhom fiduċja li l-merkanzija se tibqa' tikber.", "U allura meta inti jkollok dan it-tip ta' operatur, il-garanzija li joffrilek m'hijiex biss li l-kumpannija tiegħu hija kbira, li hija rinomata u li nbniet mix-xejn.", "Fil-fatt, jekk tara l-istorja tas-CMA issib li l- owner huwa bażikament Lebaniż, li telaq mil-Lebanon fis-civil war, baqa' fi Franza, u b'esperjenza ta' negozjant mhux kbir iżżejjed fil-Lebanon xtara shipping company, bnieha mix-xejn, xtara kumpannija parastatali Franċiża u għaqqadhom biex bena dan l-imperu.", "Jiġifieri meta tara l-kapaċita` ta' dawn in-nies u kif jinnegozjaw, issib li aħna l-Maltin għandna biex niftaħru li għandna dawn it-tip ta' partners, basta nibqgħu nirrikonoxxu ħaġa waħda, li l-kompetizzjoni f'dan il-qasam hija cut-throat!", "Irriferejt l-ewwel għal Sardinja.", "F'Sardinja bnew port fejn probabbilment nefqu xi għaxar darbiet iktar milli nfaqna aħna, pero` huwa port li ġġieled biex jitlaq.", "Gioia Tauro għamel suċċess enormi, ikbar minn tagħna, pero` waqt li hu kompetitur ewlieni għalina, waqt li hu prattikament fuq l-istess rotta tagħna, illum jippreżenta ċerti problemi ta' espanzjoni li nistgħu nibbenefikaw minnhom aħna.", "Pero` dan nistgħu nagħmluh biss kemm-il darba nifhmu ħaġa waħda, illi biex nikkompetu rridu nkunu adattabbli u nifhmu xi jrid is-suq.", "Vapur li jdum hawnhekk minuta iktar milli suppost, huwa vapur li jibda jgħid kontra Malta.", "Vapur li jiġi u għax ikollna ċaqliqa ma noħorġux għalih, u nħalluh jistenna siegħa hemm barra, jgħid kontra Malta.", "Vapur li jdum ma jagħmel mooring għax għandna l-problemi fil-mooring men, huwa vapur li kapaċi ma jerġax jiġi Malta.", "U irridu niftakru ħaġa.", "Li kieku aħna m'għandniex il-Freeport, fejn il- vapuri jgħaddu minħabba t-transhipment għax hu qawwi, li kieku llum, f'dinja fejn min għandu l-vapur jiddetta hu kemm tħallas - għax bħalissa riħ impoppa huwa f'idejn il-carrier - lanqas vapuri biex nesportaw ma nsibu għax jaqbżuha lil Malta.", "Daqshekk sar importanti l-Freeport!", "U aħna għandna llum konnessjonijiet prattikament mad-dinja kollha għar-raġuni li jiġu hawnhekk biex iċaqilqu l-containers, biex iħallu l-containers u jieħdu oħrajn.", "Il-bqija aħna żgħar wisq biex niġġustifikaw ħafna konnessjonijiet.", "U għalhekk jien nixtieq li kulmin għandu x'jaqsam ma' dan is-settur, mhux biss il-ħaddiema tal-Freeport, jifhem l-importanza li l-Freeport inżommuh, inkabbruh u nmantnuh għax minnu verament jiekol kuħadd.", "Il-Freeport illum huwa l-makna ekonomika, jekk mhux il-qalb ekonomika, ta' ħafna mix-xogħol li nagħmlu.", "Pero` biex nimxu 'l quddiem irid ikollna l-kuraġġ tal- konvinzjonijiet tagħna.", "U jien hawn li kultant nibża' għall-futur ta' pajjiżi.", "Għax fid-diskors tiegħi rriferejt għall-attitudni ta' l-oppożizzjoni dwar il- privatizzazzjoni tal-Freeport.", "Kif għedt, ħadt gost li llum se jivvutaw favur din il-mozzjoni, pero` sfortunatament din l-attitudni fuq il- privatizzazzjoni nsibuha dejjem u kostantament mil-lat ta' l-oppożizzjoni.", "U jien nixtieq naf preċiż għaliex kull darba li niġu biex nipprivatizzaw xi ħaġa, nsibu din l-oppożizzjoni.", "Possibbli li l-oppożizzjoni llum m'hijiex konvinta li din hija politika tajba!", "Possibbli għadna ngħidu li m'għamilniex sew li ġibna l-HSBC u għadna nsaqsu jekk il-prezz kienx tajjeb jew le, meta huwa evidenti li mingħajr bank rinomat bħalma hu l-HSBC, ħafna mill-investiment li kien jiġi Malta, ma kienx jiġi!", "Dan qed ngħidu bl-ebda dispett lejn il-BOV.", "Naħseb li l-BOV huwa bank professjonali, huwa bank li jaħdem tajjeb ħafna speċjalment mal-Maltin, bank illi għaddej minn saħħa għal oħra, pero` m'huwiex bank internazzjonali.", "Meta jiġi xi ħadd mill-Ġermanja, minn Singapore jew miċ-Ċina u jara l-BOV, jgħid li dak jista' jkun bank tajjeb, pero` hu ma jafx min hu, filwaqt li meta jara l-HSBC, jaf li għandu ċerta garanzija ta' banking standards.", "Hu ħażin li ftit tax-xhur ilu f'dan il- parlament smajt lil min jgħid li ma messniex kważi begħna l-HSBC!", "Din hija l-istess bħal fil-każ ta' l-ewro.", "L-oppożizzjoni għadha tgħid li m'għamilniex sew li dħalna fl-euro.", "Kulħadd jaf li l-oppożizzjoni kienet kontra l-Unjoni Ewropea, u kulħadd jiftakar li skond l-interpretazzjoni tagħhom suppost li rebaħ il-\"le\"!", "L-ankra għall-investimenti li toffri l- Unjoni Ewropea hi inestimabbli daqskemm hi inestimabbli l-ankra li jagħti l- ewro.", "Pero` f'dawn id-deċiżjonijiet kruċjali l-oppożizzjoni dejjem kienet topponi.", "U mhux veru li l-argument fuq l-HSBC hu fuq il-flus, dwar kemm tħallasna u kemm ma tħallasniex.", "L-argument kien ukoll li ma kellniex nipprivatizzaw il-Mid-Med Bank u li ma kellniex inbigħuh lill-barrani.", "Meta se naqtgħuh mill-oppożizzjoni dan il-kliem!", "Aħna niġru wara l-barranin u niftaħru bejnietna min ġab l-iktar investiment, jekk hux gvernijiet Laburisti jew gvernijiet Nazzjonalisti mill-barrani!", "Mela pajjiżna mhux investituri barranin irid biex jgħix!", "Mela biex ngħollu l-GDP se ndumu nikkonċentraw fuq x'nikkreaw, fuq x'nonfqu u fuq x'nikkonsmaw aħna!", "Aħna biex inkabbru l-GDP irridu nesportaw.", "Aħna, biex ngħixu, lill-barrani rridu!", "U grazzi għax ġibna l-HSBC, illum ġibna l-Volksbank u għamilna l-liġi tal-financial services.", "Iktar minn hekk, għax konna kapaċi nirranġaw it-taxxa, ġibna l-insurance companies, il-banek u l-istituzzjonijiet l-oħra kollha.", "Pero` ħalli nerġa' niġi lura għall-privitazzazzjonijiet.", "X'inhi din il-fissazzjoni tal-partit Laburista li jrid iżomm kollox hu?", "Jien din għadni ma nistax nifhimha!", "Għadni ma nistax nifhem għaliex mhux kapaċi ngħidu li l-privatizzazzjoni tal-Freeport irnexxiet, u għadna nibqgħu bil-pożizzjonijiet li ttieħdu fl- 2004, fl-2005 u fl-2006!", "It-triq 'il quddiem ta' dan il-pajjiż hi li l- gvern jiggverna fis-setturi fejn għandu jiggverna.", "Il-bqija għandu jkun fis-settur privat, Malti u m'huwiex, basta jkun effiċjenti!", "Basta jżid il- valur miżjud ta' dan il-pajjiż!", "Basta joħloq ix-xogħol!", "Dak huwa xogħolna!", "U jekk spiċċaw, kif kważi spiċċaw, l-affarijiet li jistgħu jiġu privatizzati, il-pass li jmiss huwa fil-public private partnerships, li ma dħalniex biżżejjed fihom.", "Għamilna waħda, l-iktar l-environmental landscape consortium, li jieħu ħsieb is-soft areas, u li hu suċċess kbir.", "Dan il-consortium ħa miegħu nies li kulħadd kien jgħid li ma jagħmlu xejn.", "Dawn għamluhom manageable u taw prodott eċċellenti.", "It-tieni waħda ftaħnieha ftit jiem ilu, li hija l- impjant tat-tisfija tad-drenaġġ f'Għawdex, li qed jieħu d-drenaġġ kollu ta' Għawdex, u jien sinċerament nistieden lill-pubbliku biex imur jarah.", "Nitlob lil min qed imexxiha biex jagħmel open days għax wieħed ikun jista' sinċerament jara kif jittratta d-drenaġġ ta' gżira sħiħa u ma xxommx l- inqas riħa, meta tagħmel investiment tajjeb, bis-sens u professjonali.", "Nistieden lin-nies biex imorru u mhux biss jaraw b'għajnejhom imma jxommu b'imneħirhom kif dawn il-provi tista' tagħtihom!", "Pero` fl-ewwel ħames snin dan l-impjant m'huwiex se jitmexxa mill-gvern jew mill-korporazzjoni għas- servizzi ta' l-ilma, imma mill-istess kuntrattur li ħadu u se jħarreġ lill- ħaddiema tal-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma dwar kif għandu jitmexxa dan l-impjant.", "Jiena nemmen li għad hemm ħafna postijiet fejn nagħmlu private public partnerships u għad hemm xi postijiet oħra li nistgħu nipprivatizzaw barra dawk l-affarijiet li għaddejjin.", "Pero` nixtieq nisma' f'din il-kampanja elettorali commitment ta' x'inhi l-pożizzjoni tal-partit Laburista.", "Għax m'hemm xejn ċar u kulħadd qiegħed jitkellem b'ilħna differenti.", "Il- pożizzjoni tagħna hija ċara.", "Jekk xi ħaġa m'hijiex veru strateġika għal dan il-pajjiż, allura għandha tgħaddi f'idejn is-settur privat.", "Naturalment għandha tgħaddi b'sistemi ta' serjeta`, b'open tendering procedures, pero` għandha titħaddem mis-settur privat għax hu s-settur privat illi jikkrea l- ġid.", "U m'hemmx tlaqliq dwar dan!", "M'hijiex kwestjoni li noqogħdu nilagħbu għall-gallarija!", "Ma noqogħdux nagħmlu ħafna wegħdi li mbagħad ma tafx fejn isarrfu!", "Għax din hija l-problema!", "Deħlin f'kampanja elettorali fejn minflok inkunu ċari mal-poplu u mbagħad nħallu f'idejh biex jiddeċiedi, jaqbel ma' min jaqbel, nippruvaw inbiddlu l- argumenti biex inħajru lin-nies jidħlu għall-affarijiet biex inkunu dendilna ħaġa u mbagħad nagħmlu oħra!", "Naħseb li l-iktar wegħda famuża hi li jekk jitla' l-partit Laburista fil-gvern, il-ġimgħa ta' wara - din qalha l-kap ta' l-oppożizzjoni - se jnaqqas is-surcharge bin-nofs.", "Apparti li mhux se noqgħod nidħol fil-kwestjoni ta' kemm kien dan il-famuż nofs - daħlu biżżejjed fihom nies u ma jinteressanix at this point - il-kap ta' l- oppożizzjoni u l-partit Laburista mhux qed jgħidu minn fejn se jġibu l- flus.", "Ejja ngħidu li jsib il-flus u li veru li wara l-ewwel ġimgħa se jnaqqas is- surcharge bin-nofs, tqum kemm tqum.", "Jiena staqsejt darbtejn s'issa fil- ġurnal \"The Times\": Jista' l-kap ta' l-oppożizzjoni jew il-partit Laburista jgħidilna kemm se jżommha dik ir-rata tan-nofs?", "Ħadd ma qam minn naħa l-oħra u qal kemm se jżommuha!", "Kemm se żżommuha Onor. Mangion?", "(Interruzzjonijiet) Iva, jekk titilgħu fil-gvern, wara ġimgħa se tniżżluha bin-nofs, jiġifieri b'25%.", "Kemm se żżommuha b' 25%?", "Għidilna kemm se żżommuha b'din ir-rata?!", "Ġimgħa?", "Ġurnata?", "Xahar?", "(Interruzzjonijiet) Mela l-Onor.", "Mangion qed jgħid li se jżommuha stabbli, jiġifieri bil-25%, sa Ġunju.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Dik qed tgħidha int!", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ħalli noqgħod bilqegħda u għidli inti, Onor. Mangion, sakemm se żżommha!", "Aħna tajna wegħda li se nżommuha, għax għandna l-flus biex inżommuha, sa Ġunju.", "Fi kliem l-Onor.", "Mangion dak ifisser li se jżommha sa Ġunju għax 'il quddiem jista' jkun li ngħolluha u jista' ikun li nbaxxuha, ma nafx.", "(Interruzzjonijiet) Aħna sa Ġunju kommessi.", "Mela intom kommessi sa Ġunju!", "Grazzi Onor. Mangion.", "Għax l-Onor.", "Mangion kien qalilna ħaġa oħra wkoll u mbagħad spjega x'ried jgħid biha.", "Anzi l-partit Laburista qal - għax ma rridx nippersonalizza - li se jneħħi t-taxxa minn fuq l-overtime.", "Se jneħħuha, no problem.", "Pero` l-Onor.", "Mangion fl-economic update ta' December, 2007 qal hekk:", "\"I would suggest that employees, since there is no tax on overtime earnings, would be paid normal rates and not time and a half.\".", "Hawnhekk qiegħda miktuba in inverted comas.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Charles Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Irrid nagħmel stqarrija wkoll biex nikkjarifikaha, mhux se nidħlu fil-mertu tagħha.", "L-iktar li żżid il-produttivita` u tgħin lill-ħaddiem bil-purchasing power tiegħu.", "MR SPEAKER: Ikompli l-Ministru Austin Gatt bil-winding up tiegħu.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: M'għandi ebda problema.", "Bl-istqarrija li ħriġt, fiha ippruvajt tispjega dak li għedt jien, pero` xorta bqajt tgħid li fiċ- ċirkostanzi l-overtime għandu jitħallas lira b'lira u mhux lira, lira u nofs.", "Dan huwa miktub, issa kulħadd jinterpreta li jrid!", "Inti tgħid li bin- nofs, u jiena ngħid li n-nofs ma żżommuhx.", "Imma l-partit Laburista qed jgħid bil-miktub illi billi se jneħħi t-taxxa minn fuq l-overtime, issa se jagħmel ukoll il-liġi li permezz tagħha l-overtime jitħallas siegħa b'siegħa.", "Dan huwa l-mod kif aħna nippruvaw nagħmlu l-politika!", "Jien l-economic update qrajtu, u din il-parti qiegħda in inverted comas.", "Jiġifieri nippretendi li dawn għandhom it-tape preċiż tagħhom u ma naħsibx li kkwotaw ħażin.", "Din għedtha inti, Onor. Mangion!", "Qiegħda in inverted comas!", "Iktar milli nikkwota lilek ma nistax nagħmel.", "Jiġifieri mhux qed ninterpretaha jien, imma qed ngħid x'għedt int. Inti għedt li tistenna li l- ħaddiem jitħallas siegħa b'siegħa, dato ċ-ċirkostanzi kollha li jkun hemm.", "Għandek dritt għall-opinjoni tiegħek fuq kollox!", "Forsi l-ħaddiem hekk irid!", "Forsi jaqbillu ma jħallasx taxxa u l-overtime jitħallas siegħa b'siegħa.", "Fil-każ ikollok raġun int u ma jkollniex raġun aħna!", "Jagħżel il- ħaddiem!", "Pero' lill-ħaddiem irridu ngħidulu kollox, anke li qed tikkontemplaw li tagħmlu l-overtime siegħa b'siegħa.", "Għalhekk irridu nitkellmu ċar u ma nistgħux inbiddlu l-oppożizzjonijiet.", "Għalhekk ma nistgħux ngħidu li aħna kontra l-EU u li ladarba dħalna fl-EU issa spiċċa kollox.", "Għalhekk ma nistgħux l-ewwel ngħidu li t-triq t-tajba ta' dan il-pajjiż hi li niddevalwaw il-lira b'10%!", "Mhux veru għedtuha din?!", "Għedtuha u sostnejtuha!", "(Interruzzjonijiet) U mbagħad wara ftit għedtu li ċ-ċirkostanzi kienu differenti.", "Għedtu li m'għandniex nidħlu fil-euro għalissa.", "Dħalna fil-euro, kulħadd jgħidilna li għamilna suċċess, u s-Super One biss isib l-insuċċessi!", "Kulħadd qalilna li għamilna suċċess.", "Kulħadd qal x'pass tajjeb għamilna u li se jikkupjawna jekk hemm bżonn.", "Is- Super One qal li m'għamilniex suċċess!", "Anzi l-kap tal-partit Laburista għadu kif reġa' qal li skond hu, jibqa' ta' l-opinjoni li ma kellniex nidħlu.", "Meta jien nirrifletti fuq dan kollu ngħid: Imma x'se jsir 'il quddiem?", "X'ifissru dawn il-wegħdi li m'humiex backed bi flus?", "Għax induru kemm induru, jekk tnaqqas is-surcharge u forsi anke tneħħiha għal kollox, kulħadd se jċapċaplek, imma mbagħad mhux ħaġa ovvja li l-flus li niffrankaw minn fuqha se neħduhom mingħand xi ħadd b'xi mod!", "Aħna ma nikkreawx il- flus mill-arja.", "Jekk qed niġbru Lm15-il miljun mingħand il-konsumatur u s- surcharge se nagħmluha zero, il-Lm15-il miljun mhux bilfors iridu jiġu minn x'imkien ieħor!", "Il-gvern mit-taxxi jiġborhom il-flus!", "Mhux ovvja li jekk intom se tneħħu s-surcharge, il-Lm15-il miljun li niġbru aħna tridu ddaħħluhom minn x'imkien ieħor!", "Mela qed nilagħbu bil-bżallu hawn!", "Dawn l-affarijiet mhux jien qed ngħidhom.", "Mur aqra l-artikli ta' Lino Spiteri li jgħid ċar li jekk il-gvern jiffranka min-naħa, irid idaħħalhom minn x'imkien ieħor.", "U ċertament, jekk se tneħħu t-taxxa minn fuq l-overtime, li tagħti Lm12-il miljun fis-sena, minn fejn se ġġibu s- Lm27 miljun?", "Irrispondu!", "Għidu minn fejn se ġġibuhom!", "U dawn rikorrenti, sena wara l-oħra trid issibhom.", "Għax intom se tibqgħu għaddejjin biha dejjem.", "(Interruzzjonijiet) Imma dawn huma numri!!", "Meta kien hemm il-partit Laburista fil-gvern l-ekonomija ma kibritx, anzi kellha recession qawwija.", "Meta kien hemm intom fil-gvern, it-taxxi u l- kontijiet tad-dawl u l-ilma biss kabbartu.", "Tiftakarha t-taxxa fuq id- drenaġġ?", "Tiftakarha t-taxxa fuq il-lokijiet?!", "Tiftakar li l-kontijiet tad- dawl u l-ilma kif għamiltuhom intom kienu jkunu aktar għoljin milli huma tagħna llum bis-surcharge?", "(Interruzzjonijiet) U ħallina!", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom, inżommu l-ordni.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Intom għandkom biss żewġ records.", "Wieħed minnhom hu l- ammont ta' taxxi li għamiltu fi 22 xahar, li ħadd għadu ma kisru, u l-ieħor li mill-indipendenza 'l hawn il-partit tagħkom fil-gvern kien l-iqsar gvern li kien hawn.", "Dawk iż-żewġ records li għandkom!", "(Interruzzjonijiet) Jalla xi darba tbiddluh, pero` din hija r-realta'!", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Jekk jogħġbok, Onor. Mangion, il-Ministru qiegħed in possession u wasal biex jikkonkludi.", "Inżommu l-ordni.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Sur President, l-appell tiegħi huwa wieħed, illi meta niġu biex niżnu l-affarijiet, iżnuna u ħarsu lejna fuq ir-record tagħna.", "Il- Freeport hu eżempju ċarissimu ta' min jaf iħares u jbassar il-futur ekonomiku ta' pajjiżna.", "Il-Freeport juri min jagħmel l-investimenti bil- għaqal.", "Se nerġa' nfakkar x'qalu dwar il-privatizzazzjoni tal-Freeport, u se nikkwota.", "F'Lulju 2005 il-kap ta' l-oppożizzjoni qal hekk:", "\"Fil-każ tal-Freeport saru ħniżrijiet kbar fil-mod kif l-operat tagħha ġie pprivatizzat.\"", "Alla jbierek!", "Id-deputat kap tal-Malta Labour Party f'Lulju 2006, jiġifieri sena u nofs ilu, qal hekk:", "\"Il-Freeport twaqqaf bil-viżjoni tal-gvern Laburista.", "Illum iżda għandna gvern li qed iħott dak li bena gvern Laburista.\"", "Qed iħott wara investiment ta' €200 miljun!", "L-Onor.", "Evarist Bartolo, ċertament deputat importanti ħafna fil-partit Laburista qal hekk:", "\"Il-gvern qiegħed iċedi r-riedni kollha, qed ibigħ l-għamara nazzjonali u essenzjali tagħna bħalma hu l-Freeport\".", "Aħna għedna li se nġibu waħda mill-aqwa kumpanniji tad-dinja.", "Aħna għedna li se nġibu kumpannija li se tinvesti l-miljuni u sa ftit snin oħra tkun investiet 'il fuq minn €200 miljun fil-Freeport.", "Aħna għedna li se nġibu lil xi ħadd li se jżid ix-xogħol fil-Freeport.", "Fi tliet snin, diġa` żdiedu 230 impjieg u qed jikkuntrattaw li se jżidu 500 impjieg ieħor.", "Sur President, aħna bassarna s-suċċess u ġibna s-suċċess.", "In-naħa l-oħra bassret id-diżastru, u mhux talli baqa' ma' ġara xejn, talli sar suċċess kbir!", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-mistoqsija hi l-mozzjoni kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Insejjaħ lill-Ministru Gatt biex, jekk jogħġbu, jressaq l-Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "AUSTIN GATT: F'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tnejn, 28 ta' Jannar 2008, fis-6.00 p.m. b'din l-agenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet li jirrigwardaw Materji Ċivili - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Professjoni ta' l-Accountancy u Liġijiet oħra - Tieni Qari; u", "Xi aġenda oħra li tista' tiġi komunikata aktar tard.", "-----------------------------", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Amministrazzjoni ta' l-Adozzjoni - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Istituzzjonijiet Finanzjarji - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Ligi dwar ir-Reġistru Ċentrali – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Amministrazzjoni Pubblika - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att dwar Awtorita` dwar it-Trasport ta' Malta - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Roderick Galdes.", "ONOR.", "RODERICK GALDES: Sur President, madwar sentejn ilu f'pajjiżna sfortunatament kien seħħ inċident fatali tat-traffiku fi Triq is-Sebħ f'Ħal Qormi, dik li nsejħulha l-bypass ta' l-Imrieħel.", "Dakinhar kienu tilfu ħajjithom żewġ tfajliet li kienu għadhom fil-fjur tagħhom.", "Minn hemmhekk kienet anke nibtet il-ħtieġa - wara diversi talbiet li kien għamel il- kunsill lokali ta' Ħal Qormi – li f'din it-triq, li ġo fiha jsir sewqan eċċessiv u li taqsam parti sostanzjali mid-djar tal-parti ta' fuq ta' Ħal Qormi u l-kumplament ta' Ħal Qormi, bħal Triq l-Imdina u Triq Diċembru 13, fil-Marsa, jittieħdu diversi miżuri biex in-nies ikunu jistgħu jaqsmu minnha mingħajr ma jipperikolaw ħajjithom.", "Dan l-inċident kien ixxokkja ħafna nies, anke lilna l-membri parlamentari, li niltaqgħu ma' ħafna nies u naraw x'inhuma l-bżonnijiet tagħhom.", "Ċertament dakinhar kont ħassejt il- ħtieġa, anke permezz ta' dan il-parament, li nippressa u nagħmel l-almu tiegħi - kif għamlu sħabi l-membri parlamentari l-oħra - sabiex tibda tittieħed azzjoni.", "Sfortunatament kellu jkun inċident ikrah bħal dan li ta bidu biex jittieħdu l-ewwel miżuri.", "Dak iż-żmien il-kunsill lokali kien installa wkoll speed camera fuq il-post u l-Ministru Jesmond Mugliett kien wiegħed li hemmhekk jinbena footbridge biex il-problema ta' din it-triq tiġi solvuta speċjalment għar-residenti li joqogħdu fi Triq il-Kummerċ u Triq Tal-Blat.", "Jiena kont qed nistenna li l- azzjoni kollha meħtieġa tittieħed immedjatament u mhux iddum bosta xhur.", "Pero` l-isfortuna wriet li dan il-gvern qed ikarkar ħafna biex isolvi din il-problema.", "Fil-fatt sal-lum għadha ma ssolvietx.", "Tant hu hekk li dawn in-nies xorta waħda għadhom jinsabu f'periklu u għadhom distakkati u mifruda mill-kumplament ta' Ħal Qormi għax m'hemmx il-faċilitajiet meħtieġa, avolja l-gvern kemm-il darba wiegħed li se jagħti l-għajnuna tiegħu.", "Niftakar li dak iż-żmien jiena kont sindku ta' Ħal Qormi u kont diġa` ressaqt it-talbiet tiegħi.", "Minn dak iż-żmien 'il hawn, prattikament il- gvern qatt ma kellu rieda li jsolvi din il-problema.", "Veru li l-ADT ħadet azzjoni billi applikat ukoll mal-MEPA għal dan il-footbridge, pero` sadanittant inqalgħu ntoppi li wasslu biex kważi kellu jieqaf il-proġett li kellu jsir.", "U allura d-data ta' meta kellu jinbeda dan ix-xogħol marret lura aktar milli kien previst, anke peress li kien hemm problema bejn il- kummissjoni nazzjonali għall-persuni b'diżabilita` u l-MEPA innifisha.", "Dan għax għadha ma nstabitx is-soluzzjoni tad-disinn u l-mod ta' kif kellu jiġi ppjanat dan il-bridge biex ikun aċċessibbli għal kulħadd.", "Huwa importanti li dan isir għax l-aċċessibilita` tiggarantixxi kif wieħed ikun jista' jinqeda b'mod aħjar u jgħix b'mod normali.", "Mill-banda l-oħra nifhem li biex wieħed jintefa' fuq mejda u jsolvi l- problemi li għandhom x'jaqsmu mal-ħajja tan-nies, m'għandux għalfejn idum daqstant, u jekk teżisti alternattiva għal dan il-proġett partikolari, din għandha tittieħed minnufih.", "Ġaladarba r-residenti, il-MEPA u l-kummissjoni nazzjonali persuni b'diżabilita` kienu qegħdin jinsistu li dan il-bridge ma kienx aċċessibbli, hemm diversi alternattivi oħra, fosthom li jsiru traffic lights jew underpass minn din it-triq.", "Imma sal-lum għadna ma nafux eżattament x'se jsir.", "L-applikazzjoni quddiem il-MEPA tinsab fi stadju fejn kollox huwa wieqaf u sfortunatament baqgħu jbatu r-residenti minkejja li matul is-snin, f'din it-triq partikolari, kellna esperjenzi koroh minħabba sewqan eċċessiv.", "Nemmen li din il-materja kellha tittieħed b'aktar mod mgħaġġel u b'aktar serjeta`.", "F'każ li footbridge jista' joħloq problemi ta' aċċessibbilta`, għandha tinstab soluzzjoni alternattiva, bħal bini ta' underpass.", "Meta nbniet din it-triq kien hemm nuqqas ta' ippjanar serju.", "Din hija waħda mill- aktar toroq li fiha jsir sewqan eċċessiv, imma sfortunatament ma ppjanajnilhiex biżżejjed – qed nitkellmu dwar 15 jew 20 sena ilu – biex tkun mgħammra bil-faċilitajiet neċessarji għar-residenti li jgħixu fil- madwar.", "L-isfortuna hi li f'diversi toroq oħra simili ttieħdu l-miżuri meħteġa - u hekk għandu jkun - fosthom Triq Sant'Anna fil-Floriana, imma sfortunatament f'din it-triq baqa' ma sar xejn.", "U jiena nemmen li għandha tinstab soluzzjoni, u nappella lill-Ministru Jesmond Mugliett biex kemm jista' jkun ma nibqgħux inkarkru dwar il-proġett li għandu jsir f'dawn l- inħawi, għax jekk se nħallu kollox kif inhu u ma niċċaqilqux, se nipperikolaw il-ħajja tan-nies.", "Ftit tal-ġimgħat ilu ressaqt diversi mistoqsijiet wara esperjenzi li kelli ma' diversi familji fid-djar tagħhom.", "Ma kontx naf, per eżempju, li hemm familji li għalkemm il-qagħda li jisfaw fiha tirrikjedi għajnuna soċjali, għadhom sal-lum m'humiex qegħdin jingħataw is-sostenn u l-għajnuna meħtieġa mill-Istat.", "Riċentement, per eżempju, iltqajt ma' familja partikolari li għaddiet minn esperjenza sabiħa li kellhom erbat itfal f'daqqa.", "Din m'hijiex xi ħaġa normali fil-pajjiż, pero` dawn il-familji jirrikjedu li jkollhom għajnuna u sostenn kontinwu, speċjalment meta ħajjithom tinbidel fondamentalment mil-lejl għan-nhar.", "Naturalment hija xi ħaġa sabiħa li jkollok erbat itfal f'daqqa, pero` jiena ċert li l-ġenituri se jġorru piżijiet finanzjarji qawwija li sfortunatament jistgħu jnaqqrulhom mill- għajxien tagħhom.", "Ilum il-ġurnata l-ħajja m'għadhiex kif kienet qabel u l- ispejjeż relatati ma' mediċini u ħteġijiet oħra saru jiswew ħafna flus.", "Jiena ressaqt diversi mistoqsijiet lil ministeri differenti, pero` ħadd minnhom ma seta' jagħtini tweġiba jekk l-Istat jistax jagħti għajnuna f'każijiet speċjali bħal dawn.", "Pero` ħadt pjaċir li fis-seduta parlamentari tal-lum il-prim ministru fl-aħħar wieġeb li l-gvern qed jirrikonoxxi d-diffikultajiet ta' familji li jkollhom multiple births u qed jaħseb biex jagħtihom l-appoġġ neċessarju.", "Hemm il-ħsieb ukoll li jinbeda proċess biex l-Istat jagħti l-għajnuna neċessarja lil dawn il-familji b'mod formalizzat.", "Nittama li din il-mistoqsija parlamentari timxi 'il quddiem għax tista' tgħin lil għexieren ta' familji.", "Nemmen li din l-għajnuna għandha tingħata malajr kemm jista' jkun lil dawk il-familji li sfortunatament qatt ma ħaduha.", "Aktar minn hekk, iltqajt ma' familja li għandha tifel marid bid-dijabete.", "Sfortunatament sirna nafu wkoll li l-ammont ta' glucose sticks u siringi li kien qiegħed jingħata mill-Istat ma kenux biżżejjed għall-qagħda medika tiegħu.", "Għaldaqstant jenħtieġ li każijiet partikolari bħal dawn, li ma jkunux daqshekk frekwenti, jingħataw l-għajnuna meħtieġa.", "Din il-familja kellha tixtri l-kumplament ta' glucose sticks u siringi mingħand il-privat.", "Il-ministru tas-saħħa jista' jikkonsidra t-talbiet li ressaqt jien f'dan il- parlament biex familji bħal dawn jingħataw l-għajnuna meħtieġa.", "Nixtieq issa nirriferi għall-iskema li għandha l-korporazzjoni Enemalta bħalissa li permezz tagħha qed tagħti refund fuq il-meters tad-dawl lil kull min jistalla solar water heaters fuq il-bejt.", "Jidher ċar li din l- iskema fiha diversi loopholes għal dawk il-familji li se jkunu qegħdin jibnu postijiet ġodda u jkunu għadhom ma lestewhomx fi żmien tliet xhur għax din l-iskema qiegħda biss għal perijodu ta' tliet xhur.", "M'huwiex qiegħed jiġi kkunsidrat li koppja żagħżugħa li tixtri post ġebel u saqaf ma tkunx f'qagħda li tlesti kollox f'qasir żmien.", "Prattikament ħafna familji kienu qegħdin jispiċċaw ma jeħdux dan ir-refund jew ma jkunux jibbenefikaw minnu fiż-żmien marbut ma' din l-iskema.", "Tant hu hekk li l-ministru stess fit-tweġiba li ta fil-parlament irrikonoxxa din il-problema u qabel mat- talbiet li ressaqt jien fil-parlament dwar il-perijodu ta' żmien.", "Għax jekk koppja żagħżugħa qed taħdem biex tirranġa l-post, tibda tagħmel l- affarijiet ftit ftit u jridu jgħaddu diversi xhur sakemm dak il-post ikun komplut minn kollox.", "Għaldaqstant nemmen li anke din tista' tiġi solvuta billi lil dawk iż-żgħażagħ li qed ikollhom piżijiet qawwija u problemi relatati ma' imgħax fuq loans li jieħdu mill-banek biex ikunu jistgħu jixtru l-proprjeta` tagħhom, nagħtuhom is-sostenn anke finanzjarju biex jekk huma daħlu għal dan l-investiment partikolari f'enerġija, tingħatalhom l-għajnuna anke min-naħa tal-korporazzjoni Enemalta.", "Din hija xi ħaġa iktar burakratika li tista' tiġi solvuta faċilment.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joseph Abela.", "ONOR.", "JOSEPH ABELA: Sur President, il-kelma \"paċi\" nisimgħu ħafna dwarha.", "Naraw ħafna films fiċ-ċinema li jittrattaw dan is-suġġett.", "Naqraw ħafna kotba li proprju jittrattaw din it-tema.", "Kulħadd jixtieq li jgħix fil-paċi.", "Hija l-ħolma tan-nazzjonijiet kollha.", "Fil-bidu tas-sena l-ġdida normalment nixtiequ l-paċi lil xulxin u li jkollna l-paċi fost in- nazzjonijiet, għax huma bosta dawk in-nies li qed isofru mill-gwerra.", "Imma sfortuntament il-paċi ħafna drabi tibqa' illużjoni għax ta' kuljum nisimgħu b'bombardamenti, ta' atti suiċida fejn jinqatlu numru kbir ta' nies, ta' konflitti li ma jispiċċaw qatt u ta' atti ta' terroriżmu li kulma jmur donnhom dejjem qegħdin jiżdiedu.", "F'pajjiżna l-kelma \"paċi\" neħduha daqsxejn for granted, fis-sens li għal dawn l-aħħar 60 sena għexna fi żmien ta' paċi.", "Minn wara t-tieni gwerra dinjija 'l hawn pajjiżna qatt ma kellu theddida serja għall-eżistenza tiegħu.", "Dan iwassal biex min qiegħed jgħix hawnhekk jaħseb li l-paċi hija xi ħaġa li wieħed jista' jeħodha b'mod naturali, imma dan m'huwiex il-fatt.", "Aħna wkoll qed ngħixu f'komunita` internazzjonali u f'reġjun li hu pjuttost jaħraq.", "F'dan il-kuntest inħoss li l-edukazzjoni dwar il-paċi hija xi ħaġa mportanti ħafna.", "L-edukazzjoni dwar il-paċi ftit li xejn nisimgħu dwarha mhux biss fost l-istudenti tagħna imma anke fost l-adulti.", "Il-Laboratorju tal-Paċi ħadem tul dawn l-aħħar 40 sena biex proprju jwassal il-messaġġ li l-paċi rridu naħdmu għaliha.", "Il-paċi hija xi ħaġa li rridu nedukaw rwieħna biha.", "Fl-Afrika, sfortunatament insibu tfal li jiġu edukati fil-konflitti, insibu tfal suldati li jiġu mħarrġa dwar kif għandhom jobogħdu u joqtlu tfal oħra bħalhom li ġejjin minn tribujiet differenti.", "Dawn għandhom twemmin u kulturi differenti minn tagħna.", "Aħna nemmnu li bħalma dawn in- nies jużaw metodi biex jiddotrinaw lil dawn it-tfal u jagħmluhom is-suldati ta' għada, bl-istess mod aħna rridu niżirgħu l-paċi llum biex naħsduha għada.", "U kien għalhekk li l-laboratorju tal-paċi kien attiv ħafna biex fis-sistema edukattiva tagħna jiġi żviluppat is-suġġett tas-social studies.", "Kien Patri Dijonisju Mintoff, li nsellimlu minn hawnhekk, li ħabrek kemm felaħ biex waqqaf l-ewwel syllabus u l-ewwel ktieb fuq l-istudji soċjali li huma importanti ħafna.", "Għax il-paċi m'hijiex biss kunċett.", "Il-paċi hija proċess li tasal għalih.", "Ma jistax ikun hemm paċi jekk l-ewwel ma jkunx hemm il- ġustizzja.", "U jekk m'għandniex sistema biex il-ġustistizzja sseħħ, allura ma jistax ikun hemm paċi.", "Ma jistax ikun hemm paċi fejn hemm id- diskriminazzjoni.", "Ma jistax ikun hemm paċi fejn m'hemmx il-liberta`.", "Ma jistax ikun hemm paċi fejn l-individwu ma jistax jesprimi ruħu b'mod sħiħ.", "U dawn il-libertajiet iridu jiġu spjegati u mgħallma lit-tfal biex huma stess ikunu tolleranti ma' sħabhom differenti minnhom.", "U anke hawnhekk nixtieq infaħħar lill-awtoritajiet u lill-ministeru ta' l- edukazzjoni - il-laboratorju tal-paċi kellu sehem fiha għax aħna konna għamilna pressjoni kbira fuqha - talli l-iskejjel tal-gvern bdew jaċċettaw tfal ta' immigranti irregolari li kienu qegħdin jinżammu fiċ-ċentru ta' detenzjoni biex jibdew imorru l-iskola mat-tfal Maltin.", "Nemmnu li dak kien punt importanti ħafna, mhux biss għax dawn it-tfal qegħdin fil-klassijiet mat-tfal Maltin, imma għax it-tfal Maltin qegħdin jitgħallmu wkoll xi tfisser li jkollok persuna ta' kultura differenti miegħek.", "Dawn kellhom jaħarbu minn pajjiżhom minħabba l-faqar jew minħabba l-gwerra li pajjiżu kien jinsab fiha.", "Kellu jaħrab minn pajjiżu għax ma kienx tollerat u aċċettat.", "Allura bl-istess mod it-tfal tagħna jitgħallmu jaċċettaw lil min hu differenti minnhom.", "Huwa tajjeb ukoll li fl-iskejjel tagħna jkollna persuni b'diżabilita`, anke jekk din tkun severa, għax dan huwa parti mill-proċess ta' ġustizzja.", "In- Nażisti kienu jemmnu li s-soċjeta` hija magħmula biss min-nies li jbigħu s- saħħa u li l-oħrajn huma biss piż fuq is-soċjeta`.", "Aħna nemmnu bil-kontra.", "Aħna nemmnu li n-nies li huma debboli jgħinu lis-soċjeta` biex iżżid fis- solidarjeta` tagħha stess.", "U meta jonqos l-ispirtu tas-solidarjeta` fis- soċjeta`, dik is-soċjeta` ma tibqax iktar ċivilizzata imma titlef kull sens uman tagħha.", "Allura persuni b'diżabilta` jkunu qed joffru wkoll opportunita` lil tfal oħra biex juru s-solidarjeta` magħhom.", "U għalhekk din l-inizjattiva tar-refuġjati kienet tajba.", "Ma nistax ninsa kif fl-ewwel Milied wara li dawn it-tfal ġew aċċettati fl-iskejjel tagħna ġew lura jkantaw il-kant tradizzjonali tal-Milied bil-Malti.", "Hija xi ħaġa tant sabiħa li huma ħadu xi ħaġa minn tagħna u fl-istess ħin it-tfal tagħna wkoll qed jieħdu edukazzjoni vera dwar xi tfisser li titħallat ma' kulturi differenti.", "Sur President, dan il-kunċett huwa importanti ħafna, aktar u aktar illum li qegħdin nitkellmu fuq il-clash bejn il-kulturi.", "Fil-verita` m'huwiex clash bejn il-kulturi.", "Il-fatt li f'pajjiżna jgħixu l-Musulmani m'għandux iservi ta' theddida għalina.", "Il-fatt li Musulmani, Lhud u Nsara jgħixu flimkien, m'għandux iservi ta' l-ebda theddida.", "Irridu nedukaw irwieħna bil- globalizzazzjoni fejn in-nies jiċċaqilqu minn post għal ieħor - din hija xi ħaġa naturali - fejn bħalma ġara dejjem fid-dinja, jekk se jiċċaqilqu l- oġġetti, jekk se jiċċaqlaq il-kummerċ, se jiċċaqilqu wkoll in-nies.", "U n- nies jiċċaqilqu b'kollox.", "Jiċċaqilqu bit-tradizzjonijiet tagħhom, bir- reliġjonijiet tagħhom, bil-kulturi tagħhom u bl-użanzi tagħhom.", "U mbagħad ovvjament jippruvaw ifittxu dak li hu komuni fis-soċjeta` l-ġdida li jmorru fiha u jippruvaw ikunu komdi fiha.", "B'hekk jikbru s-soċjetajiet.", "Hekk kibret il-belt ta' New York u ta' Londra, billi l-kulturi tħalltu u għexu flimkien.", "Imma dan il-proċess ma nistgħux inħalluh mingħajr ma nippreparaw rwieħna għalih.", "U jagħmel sew min jgħid li jeħtieġ li nippreparaw ruħna għalih.", "Jeħtieġ li nippreparaw lit-tfal tagħna li s-soċjeta` tagħhom m'hijiex se tkun biss ta' nies somor Maltin, kif nafuhom aħna, imma li se jkun hemm oħrajn, forsi anke immigranti li jibqgħu fostna u li jridu jikkontribwixxu.", "Dan fil-kuntest ukoll li issa dħalna fl-Unjoni Ewropea fejn se jkollna ktar mobilita` ta' nies li jiġu f'pajjiżna, li jfittxu opportunitajiet hawnhekk u nies minn pajjiżna li jmorru jfittxu opportunitajiet f'pajjiżi oħra, u ovvjament ikunu jixtiequ li jiġu aċċettati.", "Il-paċi ma tfissirx biss li tagħmel monument fi pjazza ta' xi raħal biex tikkomemora lil dawk il-vittmi li mietu fil-gwerra.", "Dak huwa importanti biex niftakru kemm il-gwerra ġabet tbatija fuq pajjiżna, imma huwa importanti li nfakkru wkoll lil dawk in-nies li ħadmu biex pajjiżna ikun jista' jgħix fil-paċi fil-preżent, billi nagħtuhom għarfien u billi ngħallmu lit-tfal li l-paċi li għandna issa ma ġietx mix-xejn, imma kienet xi ħaġa li ħdimna għaliha.", "Jien li nimmilita fil-partit Laburista, kburi bil-partit tiegħi, bħalma jien kburi wkoll li l-mexxejja Nazzjonalisti ġabu l-indipendenza f'Malta.", "Din ma ġabuhiex biċ-ċajt.", "Jiena kburi ħafna wkoll bil-politika ta' newtralita` u non-allinjament li ħaddnu gvernijiet Laburisti tas-snin tmenin.", "Nemmen li anke llum il-kunċett ta' newtralita għad għandu valur sabiħ ħafna, mhux imbilli ħafna nies jgħidu li dan il- kunċett spiċċa għax m'għadx hemm il-ġlieda bejn iż-żewġ potenzi, u cioe' l- Unjoni Sovjetika u l-Amerika.", "Il-kunċett ta' newtralita` għad għandu valur sabiħ ħafna għax pajjiżna huwa gżira f'nofs il-Mediterran u f'nofs il-kulturi bejn l-Afrika u l-Ewropa.", "Illum pajjiżna jifforma parti mill-Unjoni Ewropea.", "Jekk pajjiżna jrid jagħti kontribut fl-Unjoni Ewropea, dan ma jistax jagħmlu billi jikkontribwixxi f'xi armata.", "U jkun żball jekk l-Unjoni Ewropea tevolvi f'qawwa imperjali.", "Kellna biżżejjed qawwiet imperjali!", "Jeħtieġ li Malta taħdem biex is-saħħa ta' l-Unjoni Ewropea ma tkunx fl-armi.", "Fil-passat kellna imperi, u l-esperjenzi ta' l-imperi ma tantx kienu esperjenzi sbieħ.", "Għadna sal-lum inbatu mill-konflitti ta' l-imperi tas-South Africa, ta' Zimbabwe u pajjiżi oħrajn Afrikani, tal-Lvant Nofsani, ta' l-Asja u diversi pajjiżi oħra fejn l-iżbalji ta' l-imperi għadna sal-lum insofru mill- konflitti tagħhom.", "Is-saħħa ta' l-Unjoni Ewropea għandha tkun il-paċi li tiġi permezz tat- tolleranza, ta' negozjati u ta' ġustizzja.", "Hawn ħafna pajjiżi li qegħdin isofru inġustizzji, li qed ikunu diskriminati mis-sistema tal-kummerċ dinji u li qatt ma jingħataw opportunita`.M'aħniex se nsolvu l-problema tar- refuġjati billi nerġgħu nibagħtuhom lura fid-disperazzjoni, għax dawn se jippruvaw jaħarbu mid-disperazzjoni.", "U pajjiżna għandu jkun minn ta' quddiem biex dan il-kunċett jippromwovih fl-Unjoni Ewropea, u jippromwovih mhux biss għax huwa ta' ġid għal pajjiżna - għax bħala pajjiż sovran nixtiequ nkunu qed ngħixu fil-paċi u nkomplu ngħixu fil-paċi u mhux nintużaw biex inkunu target għal xi ħaddieħor - imma għax huwa ta' ġid ukoll biex l-Unjoni Ewropea tiżviluppa 'l quddiem bħala forza ta' paċi u mhux forza imperjali.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it- Tnejn, 28 ta' Jannar 2008, fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif ikkomunikata mill- Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija."]} {"filename": "20060222_357d_par.doc", "date": "2006-02-22", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Uffiċjali u Rivedut) L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 357 L-Erbgħa, 22 ta' Frar 2006 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 357", "L-Erbgħa, 22 ta' Frar 2006", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.02 p.m.", "Talba", "Seduta Nru. 357", "L-Erbgħa, 22 ta' Frar 2006", "WERREJ", "MINUTI 672", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 672", "MOZZJONIJIET 679", "ESTIMI TA' DĦUL U NFIQ TA' L-AWTORITA` MARITTIMA TA' MALTA", "GĦAS-SENA 2005-2006 679", "AĠĠORNAMENT 699", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 703", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 356 li saret fil-21 ta' Frar, 2006 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "FONDI KUMMERĊJALI", "14238.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA (f'isem l-Onor.", "Jason Azzopardi) staqsa lill- Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm talbiet daħlu minn kerrejja jew ċenswalisti ta' fondi kummerċjali biex jixtru l-fond li jokkupaw?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għall-Kompetittivita` u Komunikazzjoni) (f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern): Ninsab informat li t-taqsima proprjeta' tal-gvern ma żżommx statistika dwar talbiet minn kerrejja jew ċenswalisti biex jixtru fondi kummerċjali.", "IRMIĠĠI", "14239.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA (f'isem l-Onor.", "Jason Azzopardi) staqsa lill- Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm talbiet hemm pendenti għall-irmiġġi ta' yachts?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 16826.", "STIPENDJU", "14240.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA (f'isem l-Onor.", "Jason Azzopardi) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid kemm ħallas il-gvern għall-istipendju ta' l-istudenti ta' l-universita' u l- junior college fl-aħħar snin?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi): Informat hekk:-", "|Sena |Junior |Universita| | |College |' | |2003 | Lm | | | |870,380 |Lm3,058,73| | | |2 | |2004 | | | | |958,662 |3,182,772 | |2005 | | | | |1,145,365 |2,964,449 |", "MANDATI TA' SEKWESTRU", "14241.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA (f'isem l-Onor.", "Jason Azzopardi) staqsa lill- Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm-il mandat ta' sekwestru, ta' qbid u ta' inibizzjoni nħareġ?", "ONOR.", "TONIO BORG (Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern): Ninsab informat illi n-numru ta' mandati ta' sekwestru, ta' qbid u ta' inibizzjoni maħruġa fis-snin 2004 u 2005 huwa kif jidher fit-tabella hawn taħt:", "|Mandat|Sen|Pri|Famil|Infer|Maġist| |i |a |m |ja |juri |rati | | | |Awl| | |(Għawd| | | |a | | |ex) | |Sekwes|200|812|- |1,222|98 | |tru |4 | | | | | | |200|696|56 |1,240|80 | | |5 | | | | | |Qbid |200|325|- | 899 |91 | | |4 | | | | | | |200|324|16 | 833 |47 | | |5 | | | | | |Inibiz|200|378|- | 7|74 | |zjoni |4 | | | | | | |200|275|58 | 18 |78 | | |5 | | | | |", "mill-4 ta' Mejju, 2005.", "ITS", "14242.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA (f'isem l-Onor.", "Jason Azzopardi) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid kemm studenti gradwaw mill-ITS fl-aħħar sena akkademika?", "Kemm applikaw biex jidħlu fis-sena l-ġdida?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi): Informat li f'Diċembru 2004 iggradwaw 128 student, 59 minnhom b'ċertifikat u 69 b'diploma.", "Informat ukoll li għas-sena akkademika 2005/6, applikaw total ta' 395 student/a biex isegwu xi wieħed mill-courses li bdew f'Ottubru 2005.", "POSTIJIET STORIĊI", "14243.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA (f'isem l-Onor.", "Jason Azzopardi) staqsa lill- Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid kemm nies żaru mużewijiet u siti ta' Heritage Malta?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura): Qed inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.", "KONSULENTI TAL-GVERN", "16906.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Leo Brincat) staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 16384 u jagħti lista tal-konsulenti jew kumpanniji ta' konsulenti, lokali u barranin, li l-ministeru tiegħu, inkluż l-enti kollha li jaqgħu taħtu, għamel użu minnhom matul is-sena 2005?", "Fiex jikkonsistu s-servizzi li ngħataw u x'kienu l-ħlasijiet?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem il-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura): Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant.", "KONSULENTI TAL-GVERN", "16921.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Leo Brincat) staqsa lill-Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 16383 u jagħti lista tal-konsulenti jew kumpanniji ta' konsulenti, lokali u barranin, li l-ministeru tiegħu, inkluż l-enti kollha li jaqgħu taħtu, għamel użu minnhom matul is-sena 2005?", "Fiex jikkonsistu s-servizzi li ngħataw u x'kienu l-ħlasijiet?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Qed inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant.", "KONSULENTI TAL-GVERN", "16923.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Leo Brincat) staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tirrispondi mistoqsija parlamentari 16386 u tagħti lista tal-konsulenti jew kumpanniji ta' konsulenti, lokali u barranin, li l-ministeru tagħha, inkluż l-enti kollha li jaqgħu taħtha, għamel użu minnhom matul is-sena 2005?", "Fiex jikkonsistu s-servizzi li ngħataw u x'kienu l-ħlasijiet?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA (Ministru tal-Familja u Solidarjeta` Soċjali): Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra tabella li turi l-informazzjoni mitluba.", "KONSULENTI TAL-GVERN", "16924.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Leo Brincat) staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 16385, jista' il-Ministru jgħid min huma l-konsulenti konċernati u xi ħlas ħadu?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil- Komunita'): L-informazzjoni mitluba hija kif ġej:", "|FST |Lm36,10| |Consulting |8 | |Ltd. | | |Ing. | | |Nicholas |1,503 | |Bellizzi | | |A.Mallia | | |Milanes |159 | |Deloitte & | | |Touche |100 |", "PAGI TA' L-INSTRUCTRESSES", "16968.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Leo Brincat) staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid meta huwa maħsub li jiġu rranġati l-anomaliji fil-pagi u l-kondizzjonijiet ta' xogħol ta' l-instructresses fl-iskejjel tal-gvern?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi): Nitlob l-Onor.", "Membru jispeċifika għal liema anomalija fil-pagi u kondizzjonijiet ta' xogħol ta' l-intructresses fl-iskejjel tal-gvern qed jalludi.", "KAROZZI TAL-LINJA", "16969.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Leo Brincat) staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Tista' l-ADT tikkonsidra li l-karozzi tal- linja jerġgħu jibdew iġibu d-destination number fuq wara?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (f'isem il-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq): Jien informat li din m'hijiex waħda mill-materji li qegħdin ikunu diskussi bejn l-awtorita' dwar it-trasport u l-assoċjazzjoni tat-trasport pubbliku.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sur President, nista' inkun naf jekk il-Ministru jinsabx imsiefer jew għandux xi xogħol urġenti għax għandi xi mistoqsijet supplimentari x'nagħmel u ma nafx lil min se naqbad nagħmilhom?..", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Jien informat li l-Onor.", "Mugliett m'huwiex imsiefer pero' irċevejt telefonata li ma jistax jattendi minħabba xogħol ieħor urġenti u talabni nirrispondilu d-domandi jien.", "Jekk hemm xi domanda supplimentari nista' ngħaddihielu, Sur President.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jista' il-Ministru jgħidli min għamel il-pjanti tal-bus shelter fl-area ta' St. Peter's f'Ħ'Żabbar, liema xogħol skond l-Onor.", "Mugliett stess kellu jitlesta ma jdumx?", "Dawn il-pjanti saru minn xi ħadd mill-ADT jew minn xi ente oħra tal-gvern?", "Min huwa l-perit?", "Jista' ipoġġi kopja tal-pjanti fuq il-mejda tal-Kamra?", "Jista' jgħidli meta se jsir dan il-bus shelter u x'inhu jżomm milli jsir?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ovvjament ma nista' nirrispondi għall-ebda waħda minn dawn id-domandi, pero' ħadt nota tagħhom u se ngħaddihom lill-Onor.", "Mugliett.", "BDIEWA, RAĦĦALA U SAJJIEDA", "17053.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jagħtina n- numru ta' bdiewa, raħħala/produtturi u sajjieda żgħażagħ reġistrati matul dawn l-aħħar snin?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent): Nitlob lill-Onor.", "Interpellant ikun iktar speċifiku dwar x'qed ifisser bil- kelma \"reġistrati\".", "OMMIJIET ŻGĦAŻAGĦ", "17054.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm trabi twieldu minn ommijiet ta' taħt is-16-il sena matul dawn l-aħħar snin?", "ONOR.", "TONIO BORG (f'isem il-Prim Ministru): Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li t-tagħrif mitlub huwa kif ġej:", "|Sena |Under |Over | | |16 |16 | |2000 |19 |22 | |2001 |16 |29 | |2002 |11 |26 | |2003 |17 |26 | |2004 |21 |28 | |2005 |14 |40 |", "SPEED CAMERAS", "17055.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ċitazzjonijiet ħarġu b'riżultat ta' l-istallar ta' speed cameras matul l-2005?", "Kemm ċitazzjonijiet ġew kontestati u kemm tħallsu?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi t-tagħrif mitlub dwar in-numru ta' ċitazzjonijiet maħruġa u kemm minnhom tħallsu hu kif ġej:", "|Lokalita' |Ċitazzjo|Tħalls| | |nijiet |u | |Qormi | 2,175 | | | | |1,750 | |San Pawl | 4,191 | | |il-Baħar | |3,553 | |SanĠiljan |20,313 |15,082|", "Tagħrif ieħor dwar ċitazzjonijiet ikkontestati u s-sentenzi tat-tribunal hu kif ġej:", "|Ammissjoni | | | |11 | |Preskrizzjoni | | | |58 | |Irtirati | 106| |Mhux ħatja | | | |997 | |Ħatja |1,047| |Ħatja għax ma |4,157| |dehrux | |", "TWELID TA' TRABI", "17056.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm trabi twieldu f'Malta u Għawdex fl-2005 minn ommijiet xebbiet u ommijiet separati?", "ONOR.", "TONIO BORG (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Waqt li ma jistax jingħata t-tagħrif eżatt kif mitlub minħabba li l- informazzjoni li jirċievi l-NSO mhux dejjem tiddistingwi bejn ommijiet xebbiet u ommijiet separati, it-tagħrif li qed jingħata hawn jinkludi ulied ta' ommijiet single, separati, divorzjati, romol u dawk bi żwieg annullat.", "|Sena |Numru | |2000 |470 | |2001 |521 | |2002 |554 | |2003 |658 | |2004 |727 | |2005*|783 |", "*Tagħrif Proviżorju", "PRODUZZJONI TAT-TADAM", "17057.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: B'riferenza għas-sussidji lill- bdiewa, jista' il-Ministru jinformana kemm żdiedet il-produzzjoni tat-tadam għall-ipproċessar matul l-2005?", "X'effett kellhom dawn is-sussidji biex jivvantaġġaw żieda fil-produzzjoni?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent): Dwar l-ewwel parti tal-mistoqsija nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat- tweġibiet li tajtu għall-mistoqsijiet parlamentari 15914 u 15915.", "L-effett li kellhom is-sussidji huwa li l-prezz li ħallsu l-proċessuri għall-materja prima, ippermettielhom li jkollhom prodott li jikkompeti ma' dak importat.", "Għalhekk setgħu jkomplu l-operat tagħhom, jiffirmaw kuntratti mal-bdiewa u għaqdiet tal-produtturi għall-provvista ta' tadam għall-ipproċessar mingħajr ma jirrikorru għall-importazzjoni ta' materja prima.", "TJUR TAS-SIMNA", "17058.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: B'riferenza għas-sussidji lill- bdiewa, jista' il-Ministru jinformana kemm żdiedet il-produzzjoni tat-tjur tas-simna matul l-2005?", "X'effett kellhom dawn is-sussidji biex jivvantaġġaw żieda fil-produzzjoni?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li s-sussidju li ngħata lill-industrija tat-tjur tas-simna kien intenzjonat sabiex jorħsu l-prezzijiet u hekk il- prodott lokali jkun aktar kompetittiv.", "Il-livell ta' produzzjoni jiddependi minn fatturi oħrajn, fosthom id-domanda fis-suq u l-marketing li jsir minn proċessuri approvati.", "KAROZZI TAL-GVERN", "17082.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Chris Agius) staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jgħid kemm karozzi nxtraw matul is-sena 2005 mill-ministeru u mid-dipartimenti fid-dekasteru tiegħu?", "Ta' liema tip u kemm ġiet tiswa kull waħda?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (f'isem il-Ministru Jesmond Mugliett): Ninsab informat illi matul is-sena 2005 nxtrat karozza waħda, Peugeot 307 SW5 li ġiet tiswa Lm6,780.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Il-Ministru jista' jgħidli jekk l-Onor.", "Mugliett irċeviex xi informazzjoni dwar dak li kont semmejtlu fuq il-kuntratt tat- triq ta' San Lawrenz?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Jiddispjaċini imma m'iniex f'pożizzjoni li nagħti tweġiba.", "Pero' se nerġa' nieħu nota, ngħaddiha lill-Onor.", "Mugliett u nġiblu l-informazzjoni li qed jitlob.", "KAROZZI TAL-GVERN", "17083.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Chris Agius) staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid kemm karozzi nxtraw matul is-sena 2005 mill-ministeru u mid-dipartimenti fid-dekasteru tagħha?", "Ta' liema tip u kemm ġiet tiswa kull waħda?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Ninsab informata li fil-ministeru, dipartimenti u enti oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi nxtrat Volkswagen Bora matul l-2005 bi spiża ta' Lm7,090.", "SAFAR UFFIĊJALI", "17084.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Chris Agius) staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid min huma dawk l-uffiċjali mid-dipartimenti taħt id-dekasteru tiegħu li siefru fuq xogħol matul l-2005?", "Fejn marru?", "X'kienet ir-raġuni u kemm kienet l- ispiża għal kull safra?", "ONOR.", "TONIO BORG (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): L- informazzjoni għadha qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Il-Viċi Prim Ministru qiegħed f'pożizzjoni jgħid kemm telgħet l-ispiża taċ-CHOGM?", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: M'inix f'pożizzjoni li nagħtih l-informazzjoni li qed jitlob, Sur President.", "SAFAR UFFIĊJALI", "17085.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Chris Agius) staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid min huma dawk l-uffiċjali mid-dipartimenti taħt id-dekasteru tiegħu li siefru fuq xogħol matul l-2005?", "Fejn marru?", "X'kienet ir-raġuni u kemm kienet l-ispiża għal kull safra?", "ONOR.", "TONIO BORG: It-tagħrif mitlub hu kif jidher mil-listi li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.", "SAFAR UFFIĊJALI", "17086.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Chris Agius) staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid min huma dawk l-uffiċjali mid-dipartimenti taħt id-dekasteru tiegħu li siefru fuq xogħol matul l-2005?", "Fejn marru?", "X'kienet ir-raġuni u kemm kienet l- ispiża għal kull safra?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi): It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "SAFAR UFFIĊJALI", "17087.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Chris Agius) staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin: Jista' il-Ministru jgħid min huma dawk l- uffiċjali mid-dipartimenti taħt id-dekasteru tiegħu li siefru fuq xogħol matul l-2005?", "Fejn marru?", "X'kienet ir-raġuni u kemm kienet l-ispiża għal kull safra?", "ONOR.", "TONIO BORG (f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Barranin): Naħseb li din il-mistoqsija ma tistax tiġi indirizzata lejn ministeru li xogħlu jinvolvi safar kontinwu u dan min-natura stess tal-ħidma tiegħu.", "Naturalment sar kollox skond il-budget approvat mill-Parlament.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Din mhix kwestjoni ta' x'wieħed jaħseb u ma jaħsibx għax allura ngħid x'naħseb jien dwar kif qed jingħataw ċerti tweġibiet, Sur President.", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Sur President, huwa fatt li xogħol il-ministeru ta' l- affarijiet barranin jirrikjedi li ċertu safar isir bilfors.", "Jekk fl-Ewropa jkun hemm għaddejja konferenza li għaliha jattendi kulħadd, ma tistax ma tattendix biex sempliċement tiffranka l-flus.", "Is-sovranita' tfisser ukoll li inti trid tattendi għal ċerti laqgħat.", "Issa l-informazzjoni li tintalab f'din il-Kamra tingħata biss meta tkun faċli biex tinġabar u f'dan il-każ, l-informazzjoni li qed jitlob l-Onor.", "Interpellant tirrikjedi ħafna xogħol u allura jkun aħjar li f'każ li għandu xi suspett, jgħaddihulna sabiex inkunu nistgħu ninvestigaw.", "Pero' nista' nassigurah li kollox sar skond il-budget approvat mill-Parlament, Sur President.", "Anke fil-ministeru tiegħi, ġieli jkollna okkażjonijiet ta' safar imma mhux daqshekk frekwenti daqskemm ikollu l-ministeru ta' l-affarijiet barranin.", "Issa r-risposta tal-Ministru Frendo f'dak l-ispirtu ngħatat u f'dak l- istess spirtu għandha tittieħed għax huwa fatt li jafu kulħadd u li ma tistax taħrab minnu li xogħol il-ministru ta' l-affarijiet barranin jinvolvi safar kontinwu.", "GĦALLIEMA JIRTIRAW BL-ETA'", "17121.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid kemm mill-għalliema li waslu għall-eta' ta' l-irtirar, se jieħdu l- opportunita' offruta lilhom li jirtiraw tliet xhur kmieni?", "X'isir proċeduralment biex jidħol għalliem ieħor minflok dak li jkun telaq?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi): Informat li mill-għalliema li se jirtiraw ta' 60 matul l-2006, hemm 22 li applikaw għall-pre-retirement leave filwaqt li minn dawk li se jagħlqu l-61 applikaw 27.", "Il-pre-retirement leave, sa massimu ta' tliet xhur, jittieħed l-aħħar ħaġa qabel wieħed jirtira.", "Informat ukoll li meta jirriżulta li għalliem ikun se jieħu t-tliet xhur pre-retirement leave, id-dipartiment ta' l-operat l-ewwelnett jara jistgħux isiru arranġamenti interni mill-iskola stess biex xi għalliema oħra jieħdu l-lezzjonijiet u tkunx dieħla xi għalliema mill-parental jew maternal leave fis-suġġett.", "Jekk dawn it-tnejn ma japplikawx jintbagħat supply teacher.", "PULIZIJA JIRTIRAW BL-ETA'", "17123.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm pulizija huma mistennija jirtiraw bl-eta' fl-2006?", "Kemm hemm pulizija li se jagħlqu l-25 sena servizz matul din is-sena u x'rank għandhom?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li dawk il-membri fil-korp tal- pulizija li se jagħlqu l-eta' ta' 60 matul din is-sena huma sebgħa - assistent kummissarju, żewġ supretendenti, surġent u tliet kuntistabbli - u hemm ukoll kuntistabbli li se jagħlaq il-61.", "Informat ukoll illi hemm surġent u 13-il kuntistabbli li matul din is-sena se jagħlqu 25 sena servizz fil-korp.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'wassal biex uħud mill-immigranti illegali rnexxielhom joħorġu fit-triq bi protesta?", "X'kontroll qed isir mill-awtoritajiet kompetenti?", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Sur President, mhux daqshekk diffiċli biex ngħidlu x'wassal lil dawn l-immigranti illegali biex joħorġu jipprotestaw fit-triq.", "Dawn sempliċement ma jridux jibqgħu magħluqin u jidhrilhom li għandna neħilsuhom biex jibqgħu sejrin lejn l-Italja u jkomplu joħolqu problemi għalina u għat-Taljani.", "Dan m'huwiex aċċettabbli għax għalkemm il-liġijiet ta' pajjiżna jistgħu jkunu ebsin, għandhom jiġu applikati għax dawn qegħdin hemmhekk biex iħarsu l-interess pubbliku.", "Ma jistax ikun li pajjiż żgħir bħal tagħna, li meta jiġi immigrant wieħed qishom marru mija l-Italja, jippermetti li sempliċement għax wieħed jitfa' applikazzjoni għal status ta' refuġjat, għandu jinħeles.", "Din hija l- protesta tagħhom u dan mhux aċċettabbli.", "Fil-fatt ħafna minn dawk in-nies li jafu li se jiġu rikonoxxuti, jew għax għandhom każ ġenwin jew inkella għax ġejjin minn xi pajjiż problematiku u żgurissimu li se jingħataw protezzjoni, rarament jipprotestaw.", "Ħafna drabi jipprotestaw dawk il- persuni li jafu li se jiġu riġettati.", "Jien informat li dalgħodu, fil-kumpless ta' l-armata, intefgħu partita nies mal-fence u baqgħu ħerġin bis-saħħa kollha.", "Ma ninsewx li dawn m'humiex ċentri bħall-ħabs, fejn għandek sistema ta' sigurta'.", "Bħalissa hawn madwar 1,200 detenut f'dawn iċ-ċentri.", "Jiena ninsab kuntent li l-pulizija marret immedjatament fuq il-post malli ġara dan l-inċident, anke jekk dan il- kumpless huwa amministrat mill-armata u mhux mill-pulizija.", "U mingħajr ma nħoloq inċident wieħed, il-pulizija u l-armata flimkien irnexxielhom ipoġġu lil kulħadd lura fil-post fejn kien jinsab detenut.", "Dawn talbu li jiltaqgħu mal-kummissarju tar-refjuġjati u wara li dan għamel kuntatt personali mal-kummissarju tal-pulizija, mar ikellimhom.", "Matul il- protesta dawn l-immigranti bdew jgħidu li huma m'humiex kriminali u li jridu l-liberta'.", "Ħadd m'hu qed jgħid li huma kriminali, pero' xorta waħda m'huwiex aċċettabbli li jinħelsu persuni li jkollhom il-każ tagħhom riġettat jew għadu mhux maqtugħ.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: X'prekawzjonijiet qed jittieħdu biex din is-sitwazzjoni ma terġax tirrepeti ruħha?", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: L-Onor.", "Interpellant japprezza li n-nies ta' l-armata għandhom xogħol iebes ħafna u qed jerfgħu l-piż prinċipali ta' din il- problema.", "Is-soltu jkollna madwar 500 ruħ f'dawn iċ-ċentri mentri bħalissa hemm madwar 1,200 ruħ.", "Qatt f'Malta ma kien hawn daqshekk persuni detenuti għal skop ta' immigrazzjoni.", "Naturalment ir-riżorsi jibqgħu dawk li huma, bil-forzi ta' l-ordni jagħmlu l-aħjar li jistgħu, imma ġieli dan ma jkunx biżżejjed minħabba l-entita' kbira tal-problema.", "Huwa veru li minn kull inċident li jiġri, wieħed jitgħallem xi ħaġa u jiena konvint li l-kmandant tal-forzi armati u l-kmandat tas-servizz ta' detenzjoni se jagħmlu dak kollu li jistgħu biex jikkontrollaw din il- problema.", "Pajjiżi oħra għamlu affarijiet ħafna agħar minn hekk meta raw li xi ħadd kien se jaħrab, pero' aħna m'aħniex lesti li nagħmlu bħalhom.", "Ħafna drabi wieħed ikollu jieħu deċiżjonijiet ta' malajr u m'huwiex dejjem faċli li wieħed jieħu dawn id-deċiżjonijiet.", "Aħna nippreferu li ma jweġġa' ħadd u li kulħadd imur lura bil-kwiet milli tintuża xi forza eċċessiva u jweġġa' xi ħadd biex sempliċement ngħidu li ħadd ma ħarab.", "Jidher li fil-mument meta dawn il-klandestini taw is-salt, l-armata ma setgħetx tikkontrolla s-sitwazzjoni ħlief li kieku wżat armi jew xi mezzi oħrajn, pero' dawn dehrilhom li m'għandhomx jużawhom u nemmen li sewwa għamlu.", "Għalhekk bis-saħħa ta' hekk dawn irnexxielhom joħorġu, pero' huwa veru wkoll li bil-kelma t-tajba u bil-koperazzjoni bejn l-armata u l- pulizija, mingħajr ħadd ma sofra l-ebda ġrieħi, dawn kollha reġgħu marru lura fil-post ta' detenzjoni tagħhom.", "LINJI TAD-DAWL F'ĦAŻ-ŻABBAR", "17125.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jara li ħsara li teżisti fi Sqaq San Vincenz u Sqaq il-Wied ġewwa Ħaż-Żabbar, marbuta ma' xi linji tad-dawl, tiġi rranġata minħabba inkonvenjent li qed isofru r-residenti?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem il-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni): Ninsab informat li l-linji li qiegħda ssir riferenza għalihom mill-Onor.", "Interpellant m'humiex responsabbilta' ta' l-Enemalta.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-Mistoqsijiet għadda.", "Tqegħid ta' Karti?", "Mozzjonijiet?", "Il-Ministru Ċensu Galea.", "MOZZJONIJIET", "ESTIMI TA' DĦUL U NFIQ TA' L-AWTORITA` MARITTIMA TA' MALTA GĦAS-SENA 2005- 2006", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Sur President, nipproponi:", "Illi l-Kamra tapprova l-Estimi ta' Dħul u Nfiq ta' l-Awtorita` Marittima ta' Malta għas-sena finanzjarja mill-1 ta' Ottubru 2005 sat- 30 ta' Settembru 2006 skond l-Att dwar l-Awtorita` Marittima ta' Malta, Kap. 352.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Sur President, fl-introduzzjoni tiegħi se ngħaddi ftit kummenti biex imbagħad wara nisma' l-interventi ta' l-oppożizzjoni.", "Naturalment wieħed irid iżomm quddiem għajnejh x'inhuma l-funzjonijiet prinċipali ta' din l-awtorita` u jipprova jifhem x'inhuma d-diversi rwoli li għandha f'dawn iż-żmenijiet u minn hemmhekk imbagħad jara jekk din tkunx qed twettaq l-għanijiet prinċipali tagħha.", "Huwa importanti li wieħed igħid li dawn l-estimi jistgħu jkunu l-aħħar li se jsiru fil-format kif inhu llum għaliex kif nafu, fil-budget il-gvern ta indikazzjoni li matul is-sena 2006, se jkun hemm tibdil li jwassal biex il- funzjoni ta' din l-awtorita` titbiddel u tkun ukoll responsabbli mill- attivitajiet ta' l-avjazzjoni ċivili.", "Naturalment qabel ma naslu għal dak l- istadju, hemm diversi punti li jridu jiġu diskussi.", "Fil-fatt diġa` kien hemm numru ta' mistoqsijiet parlamentari dwar dan pero` għalissa għadu kmieni wisq biex wieħed jagħti d-dettalji dwar din il-bidla għax għandna ħafna laqgħat x'nagħmlu biex jiffinalizzaw l-affarijiet u jkollna awtorita` waħda li tieħu ħsieb l-attivita` ta' komunikazzjoni ma' barra minn Malta bil-baħar u bl-ajru u allura dawn ikunu taħt l-istess kappa ta' regolamenti.", "Wieħed irid jiftakar ukoll li s-sena finanzjarja li għalqet f'Settembru tas- sena li għaddiet kienet l-ewwel sena finanzjarja li fiha din l-awtorita` ħadmet fl-ambitu ta' Malta bħala membru ta' l-Unjoni Ewropea.", "F'dawn is- sentejn li għaddew, din l-awtorita` bdiet tesperjenza x'inhuma r- responsabilitajiet ġodda – dan igħodd b'mod partikolari għal żewġ direttorati, id-direttorat li jieħu ħsieb ir-regolamenti tal-port u d- direttorat tal-merchant shipping – u ħadna ħsieb li r-regolamenti li tapplika jkunu in line kemm mal-leġislazzjoni Maltija u kemm ma' dik ta' l- Unjoni Ewropea pero` dejjem skond il-commitments li kellu l-gvern Malti f'dan is-settur.", "Wieħed jista' jgħid li b'mod ġenerali rajna li nsegwu l- linji ta' l-Unjoni Ewropea pero` kif taf din il-Kamra, kien hemm okkażjonijiet fejn Malta, flimkien ma' numru ta' pajjiżi oħrajn, ħadet pożizzjoni differenti minn dak li kien qed jiġi propost mill-kummissjoni Ewropea.", "Minkejja dan kien hemm numru sostanzjali ta' inizjattivi fejn l- awtorita` marittima ħadet pożizzjonijiet li huma in line mal-pożizzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea u f'ċerti ċirkostanzi anke ħadna l-inizjattiva biex il- pożizzjonijiet tagħna jiġu diskussi u wħud minnhom anke jiġu aċċettati.", "Sur President, fil-bidu ta' din id-diskussjoni jkun tajjeb li wieħed igħid li f'Novembru tas-sena li għaddiet ipprovajna nkunu membri fil-grupp tal- management ta' l-IMO u għar-raba' darba konsekuttiva Malta ġiet eletta bħala membru ta' l-amministrazzjoni ta' l-IMO skond is-sistema ta' reġjuni li għandha u dan ċertament jagħti piż lill-pożizzjoni ta' pajjiżna.", "Hawnhekk ikun tajjeb li wieħed igħid li aħna konna qegħdin nieħdu l- pożizzjoni li minbarra r-regolamentazzjoni ta' l-Unjoni Ewropea u minbarra l-kondizzjonijiet kif mixtieqa u kif kultant maqbula fl-Unjoni Ewropea, għad hemm il-ħtieġa li d-dimensjoni globali tiġi wkoll magħrufa mill- pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea.", "Aħna bħala pajjiż nemmnu li attwalment l-IMO hija organizzazzjoni li għaliex għandha numru ferm akbar ta' membri minn reġjuni differenti, din tista' sservi ta' għodda tajba biex dak li naqblu dwaru fl-Unjoni Ewropea, immexxuh fuq livell globali wkoll.", "Dan għaliex aħna nemmnu fid-dimensjoni internazzjonali tal-qasam marittimu u allura ma ridniex li jkun hemm inizjattivi li jiġu applikati fir-reġjun Ewropew waħdu u ma jiġux applikati f'reġjuni oħrajn.", "Ma ridniex lanqas li vapuri reġistrati taħt xi waħda mill-bandieri ta' l-Unjoni Ewropea jispiċċaw ma jkunux jistgħu joperaw taħt ċerti kondizzjonijiet madwar id- dinja sempliċement għaliex huma taħt bandiera ta' pajjiż ta' l-Unjoni Ewropa u fl-istess ħin, vapuri taħt bandieri oħra jistgħu joperaw mingħajr l-ebda problemi.", "Allura aħna insistejna li din l-awtorita` flimkien mal-kunsill tal-ministri tat-trasport u l-IMO jassiguraw li l-inizjattivi li jkun hemm ma jkunux strettament reġjonali u li jitwessgħu għal-livell globali.", "Din hija pożizzjoni li sostnejniha diversi drabi f'diversi okkazjonijiet u f'ċerti okkażjonijiet ġiet aċċettata.", "Wieħed jista' jgħid li l-pożizzjoni ta' Malta fl-Unjoni Ewropea hija pożizzjoni li kompliet tibni fuq id-diversi pożizzjonijiet li ħadna matul iż-żmien li għadda u beħsiebna nkomplu nieħdu fiż-żmien li ġej biex nassiguraw li l-interessi marittimi u merkantili ta' pajjiżna jiġu mħarsa.", "Il-fatt li aħna qed nagħtu dimensjoni li tmur lil hinn mill-pożizzjoni ta' l-Unjoni Ewropea, ma jfissirx li qegħdin b'xi mod nipprovaw naħarbu mir-responsabbilitajiet tagħna, anzi wieħed jista' jgħid li matul is-snin li għaddew, Malta tkellmet b'mod ċar speċjalment fuq il- qasam marittimu u merkantili u ridna li l-pożizzjonijiet tagħna japplikawhom diversi stati oħrajn.", "Sur President, ikun tajjeb li wieħed jgħid li aħna bħala pajjiż matul is- sena li għaddiet, b'mod partikolari, ħadna sehem pjuttost qawwi biex nipprovaw nassiguraw li jkun hemm l-implimentazzjoni ta' dak li jissejjaħ l- ISPS code.", "Rigward id-direttiva ta' l-Unjoni Ewropea dwar is-sigurta` fil- qasam marittimu, nista' ngħid li ftit tal-ġranet oħra se jkun hawn konferenza hawn Malta li se tittratta l-maritime safety fid-diversi ibħra pero` b'mod partikolari, fil-baħar Ewropew.", "Sur President, bir-raġun nistgħu niftaħru li Malta hija t-tieni l-akbar bandiera fi ħdan l-Unjoni Ewropea u waħda mill-akbar fid-dinja pero` rridu nassiguraw ukoll li nkunu konvinċenti ma' dawk kollha li jħarsu lejna f'dan ir-rigward u nipprovaw nikkonvinċu li attwalment il-pożizzjoni ta' Malta m'hijiex li nkabbru n- numru ta' vapuri a skapitu ta' kollox imma għall-kuntrarju rridu li l- bandiera Maltija, apparti li tkun waħda mill-kbar nett, tkun qed topera in line mar-regolamenti tal-qasam marittimu.", "Tajjeb li wieħed ifakkar li matul ix-xhur li għaddew Malta rnexxielha għall- ewwel darba toħroġ mill-blacklist tal-Paris memorandum of understanding.", "Naturalment dan seta' jsir grazzi għal diversi ħidmiet li għamlet l-istess awtorita` u għalhekk irridu nkunu l-ħin kollu in line mhux biss mar- regolamenti f'pajjiżna skond il-liġi li issa ilha li għaddiet sentejn u nofs mill-parlament tagħna u li tiggarantixxi on paper li jkun hemm is- sigurta` u s-safety fil-qasam marittimu pero` ridna wkoll inkunu ċerti li dak li hemm fil-qasam leġislattiv marittimu, ikun implimentat.", "Naturalment Malta bħala waħda mill-akbar bandieri fil-qasam marittimu, minn żmien għall- ieħor, ikollha taffaċċja r-realta` tad-diffikultajiet li jinħolqu, diffikultajiet li kultant ikunu żgħar u kultant ikunu akbar b'riżultat ta' inċidenti merkantili li jseħħu.", "F'dan ir-rigward nafu li sfortunatament, minn żmien għall-ieħor, ikollna inċidenti merkantili li jinvolvu vapuri taħt il-bandiera Maltija.", "Hawnhekk wieħed ikun irid jagħmel l- investigazzjonijiet kollha neċessarji biex jistabbilixxi jekk kienx hemm ħtija u jekk kien hemm il-ħtija, x'tip ta' ħtija kien hemm u min suppost iħallas.", "Naturalment hawnhekk ukoll, aħna bħala awtorita` marittima għandna obbligazzjoni li wara xi inċident partikolari, nawtorizzaw investigazzjoni.", "Pero` anke hemmhekk hemm żewġ punti li wieħed irid jagħmel enfasi dwarhom.", "Li jinqalgħu inċidenti merkantili huwa fih innifsu sfortuna.", "Jien niskanta kif fid-dinja tal-lum, meta l-vapuri li għandna jbaħħru madwar id-dinja kollha u għandhom equipment ferm sofistikat, dawn xorta jispiċċaw involuti f'xi inċident.", "Wieħed irid igħid ukoll li l-crew li jkun hemm ikun aktar ippreparat minn qatt qabel u dan għaliex it-training li jsir huwa wieħed intensiv.", "Għalhekk iżjed u iżjed niskanta kif ikun hemm l-inċidenti f'dan il-kontest.", "Minkejja dan, aħna għandna responsabbilitajiet li nkunu ċari f'dak li nkunu qegħdin ngħidu u daqskemm niskanta li jkun hemm inċidenti fil-qasam marittimu, daqshekk ieħor niskanta kif diversi oqsma tal- komunikazzjonijiet f'pajjiżna jirrapportaw il-ħażin biss.", "Dan qed ngħidu għax filwaqt li nemmen li huwa obbligu tagħna li nibqgħu nirrapportaw l- inċidenti li jseħħu, irridu nassiguraw li dawn l-inċidenti nirrapportawhom b'mod ġust u rridu noqgħodu attenti li ma nippreġudikawx il-pożizzjoni tagħna għax f'każ ta' inċident gravi, mhux l-awtorita` tħallas, imma l- pajjiż kollu kemm hu.", "Għalhekk ikun tajjeb li nirrapportaw l-affarijiet pero` rridu noqogħdu attenti biex ma nitfgħux responsabbilitajiet fuq xi ħaġa qabel ma jsiru l- investigazzjonijiet.", "Matul is-sena li għaddiet kien hemm numru ta' investigazzjonijiet li seħħew u kien hemm okkażjonijiet fejn instab li vapur taħt bandiera Maltija kien responsabbli.", "F'dawn il-każijiet ittieħdu l-miżuri legali skond il-leġislazzjoni Maltija u jista' jkun hemm ukoll azzjonijiet oħrajn li jkunu qegħdin jittieħdu, anke barra minn Malta, pero` ejja npoġġu kollox fil-perspettiva tiegħu.", "Sur President, matul is-sena li għaddiet veru li kien hemm tnaqqis pero` wieħed irid jara x'għamlet l-awtorita` u x'kien il-kontest li wassal għal dan.", "L-awtorita` rrealizzat li kellha numru ta' vapuri li kienu qed ikunu l- kaġun ta' ħafna inċidenti u li b'hekk bdew jagħmlu isem ħażin għall- bandiera Maltija.", "Biex tirrimedja għal dan, l-awtorita` ħadet il-miżuri biex dawn il-vapuri u vapuri oħrajn li jistgħu joħolqu l-problemi fil-futur ma jibqgħux taħt il-bandiera tagħna u dan għamlitu dejjem skond il-policies tagħha.", "Aħna aktar minn ħaġa oħra jinteressawna s-sigurta` u l-kwalita` tal- vapuri li jkunu reġistrati taħt il-bandiera Maltija u hawnhekk tajjeb li wieħed igħid li taħt il-bandiera Maltija sa l-aħħar tas-sena li għaddiet, kellna 4,100 vapur b'tunnellaġġ ta' 24.2 miljun.", "Ovvjament wieħed jista' jgħid li dan huwa inqas milli kien erba' snin ilu pero` jibqa' l-fatt li dan huwa aktar minn dak li kellna fil-bidu tas-sena li għandna għad- diskussjoni quddiemna.", "Sur President, dan kien importanti għaliex wara li għaddejna mit-tnaqqis ta' vapuri li dehrilna li m'għandhomx jibqgħu taħt il-bandiera Maltija, issa nistgħu ngħidu li bdejna nirkupraw, anke jekk bi ftit, dak li tlifna b'vapuri ta' kwalita` aħjar.", "Naturalment hawnhekk ukoll wieħed irid jagħmel enfasi fuq il-fatt li qed ikun hemm numru akbar ta' spezzjonijiet.", "Dawn qed isiru għaliex aħna nemmnu li l-ħin kollu għandu jkun hemm vapuri ta' kwalita` taħt il-bandiera Maltija, u rridu nassiguraw li kemm jista' jkun dawk il-vapuri reġistrati taħt il-bandiera Maltija jkunu l-ħin kollu f'kondizzjoni tajba ħalli nevitaw il-problemi kemm għalihom infushom, kemm għall-persuni li jaħdmu fuqhom u naturalment anke għall-bandiera Maltija.", "Huwa importanti li wieħed igħid ukoll li f'pajjiżna jkollna numru sostanzjali ta' spezzjonijiet fuq il-vapuri li jidħlu fil-port u dan għaliex aħna nemmnu li huwa importanti li jkun hemm inspections mhux biss fuq il-vapuri taħt il-bandiera Maltija imma wkoll fuq il-vapuri l-oħra li jiġu hawn Malta u jagħtu s-servizzi tagħhom fil-portijiet tagħna.", "Allura għandna responsabbilta` li l-port inspectors tagħna jkunu viġilanti biex jassiguraw li r-responsabbiltajiet internazzjonali jiġu rispettati u b'hekk inkomplu nżidu s-sigurta` tal- vapuri li jiġu jżuruna.", "Sur President, f'din l-introduzzjoni ma nistax ma nitkellimx fuq il-fatt li matul is-sena li għaddiet - u din is-sena huwa mistenni li nkomplu nżidu fuq dan - kien hemm żieda żgħira fin-numru ta' cruiseliners li fil-fatt ġew iżuruna u kien hemm żieda sostanzjali, ta' kważi 10%, fin-numru ta' turisti li ġew iżuruna fuq dawn l-istess cruiseliners.", "Dan nenfasizzah għal żewġ raġunijiet.", "L-ewwelnett minkejja li ftit aktar vapuri ġew iżuruna kellna żieda ta' 10% fit-turisti u dan juri li l-vapuri li qed iżuru lil pajjiżna issa huma ferm akbar minn dawk tas-snin l-oħra.", "Barra minn dan, meta nqabblu s-sena 2005 mas-sena 2003, nirrealizzaw li għalkemm kien hemm tnaqqis f'dak li huwa numru ta' vapuri li ġew iżuru lil pajjiżna - tnaqqis ta' madwar 80 vapur - in-numru ta' turisti li ġew f'pajjiżna fuq il- cruiseliners fis-sena 2005 huwa bejn wieħed u ieħor ta' 20,000 iktar minn dak li kien fl-2003.", "Sur President, din hija indikazzjoni ta' kemm nistgħu nkomplu nżidu fiż-żmien li ġej, jekk mhux bl-ammonti ta' vapuri, bl-ammonti ta' turisti li jiġu fuq dawn il-vapuri.", "Tajjeb li wieħed jagħmel riflessjoni żgħira fuq dak li ġara f'Jannar li għadda fejn kien hemm żieda ta' kważi 2,400 turist li ġew iżuruna f'pajjiżna bil-cruiseliners anke jekk in-numru ta' vapuri li ġew iżuruna baqa' l-istess.", "Fl-2005 kellna 3,144 persuna li ġew iżuruna u f'Jannar ta' l-2006 kellna 5,551 persuna, żieda ta' 75%.", "Din hija indikazzjoni tajba għal dak li jista' jiġri matul is- sena li għadna kif bdejna.", "Wieħed ma jistax ma jitkellimx ukoll dwar dak li ġara u li qed jiġri fil- qasam tal-yachting f'pajjiżna.", "Illum nafu li għandna 1,635 irmiġġ li huma maqsumin f'diversi marinas, kemm privati kif ukoll tal-gvern.", "Il-marinas tal-gvern huma dawk ta' l-Imsida, ta' Ta' Xbiex u ta' l-Imġarr f'Għawdex u l-Grand Harbour Marina, Manoel Island Marina u Portomaso huma marinas privati.", "Tajjeb li wieħed jenfasizza li l-awtorita` għadha għaddejja bil- proċess li tinkoraġġixxi lis-settur privat biex iżid in-numru ta' marinas li għandna f'pajjiżna.", "Nafu li fuq dan mexjin u fuq quddiem nett hemm l- iżvilupp li jrid isir fix-Xemxija u f'Marsaskala matul din is-sena.", "Apparti minn dawn hemm applikazzjonijiet jew inkella interessi privati li jistgħu wkoll joħolqu possibbilta` ta' marinas oħrajn matul din is-sena u allura jien inħossni fid-dover li nagħmel l-appelli neċessarji lill-awtoritajiet, b'mod partikolari lill-", "MEPA, li filwaqt li tieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex tassigura li l- marinas il-ġodda ma jkollhomx impatt negattiv fuq l-inħawi fejn ikunu se jinbnew, fl-istess ħin ma tieħux ħafna żmien biex tieħu d-deċiżjonijiet għax fl-aħħar mill-aħħar qegħdin nitkellmu fuq siti li fil-parti l-kbira tagħhom ilhom magħżula u identifikati mill-awtorita` sa mill-1994/95.", "Naturalment jien nistenna li fix-xhur li ġejjin dan l-iżvilupp ikun jista' jseħħ u nkunu nistgħu ngħaddu mit-tendering process għaliex hawnhekk għal darba oħra l-gvern qed jagħmilha ċara li mhux se jkun hu jew l-awtorita` marittima li fil-fatt tibni dawn l-istess marinas, pero` jrid ikun is- settur privat li jibnihom u jamministrahom u dan naturalment taħt kondizzjonijiet li jiġu regolati mill-istess awtorita` marittima.", "Sur President, ma nistax naħrab milli nagħmel riferenza għall-bidliet imminenti li għandhom iseħħu fis-sistemi tal-portijiet tagħna.", "Nafu li ilna numru twil ta' snin nitkellmu dwarhom u f'ċertu sens nistennew b'ħerqa dak li jrid jiġri fil-qasam tal-handling tal-cargo fil-portijiet tagħna.", "Nafu li matul is-sena 2005 konna għaddejjin bi proċess ta' sejħa għall- applikazzjonijiet ta' persuni li kienu interessati li jagħmlu l-cargo handling fil-Port il-Kbir.", "Fil-fatt dik is-sejħa wasslet biex kien hemm sitt organizzazzjonijiet, parti minnhom lokali u parti minnhom internazzjonali, li esprimew ix-xewqa tagħhom li jagħmlu l-cargo handling.", "Fil-ġranet li għaddew tlabna lis-sitt organizzazzjonijiet biex jagħmlu l- garanziji neċessarji ħalli jingħataw id-dokumenti.", "Jien informat li mis- sitt organizzazzjonijiet kien hemm waħda li għal raġunijiet interni ddeċidiet li ma tkomplix pero` jien informat ukoll li l-ħamsa l-oħra qed ikomplu bi proċess u għandhom xi sitt ġimgħat ċans biex fihom ikomplu bid- diskussjonijiet u l-proposti tagħhom ħalli imbagħad fil-ġimgħat li jsegwu, inkunu nistgħu nikkonkludu biex l-operatur il-ġdid tal-cargo handling fil- Port il-Kbir ikun jista' jibda l-operazzjoni tiegħu minn Lulju ta' din is- sena, ftit tax-xhur oħra.", "Naħseb li din il-bidla għandha twassal ukoll biex fil-fatt ikun hemm proposti ta' metodi ġodda ta' kif wieħed jagħmel il- cargo handling fil-Port il-Kbir, proposti ta' investiment qawwi f'dawk li huma equipment meħtieġ u proposti oħrajn li għandhom iwasslu biex attwalment ikun hemm bidla fil-mod ta' kif naħdmu fil-portijiet tagħna.", "Hawnhekk irrid għal darba oħra nenfasizza li meta nkunu qed nitkellmu dwar riforma fil-portijiet ma nkunux qed nitkellmu dwar li jkollna operatur \"A\" jinbidel ma' operatur \"B\" f'dak li huwa cargo handling imma fuq bidla ta' diversi prattiċi li hemm fil-portijiet tagħna.", "Nista' ngħid li matul il- ġimgħat li għaddew kien hemm numru ta' laqgħat li jikkonċernaw persuni li jaqilgħu l-għajxien tagħhom permezz tal-ħidma tagħhom fil-Port il-Kbir.", "Naf ukoll li għaddejjin inizjattivi minn min suppost jirrappreżenta l- ħaddiema biex ma jħallix fil-liberta` lil uħud mill-ħaddiema li jaħdmu fil- portijiet tagħna li jimxu f'dak li huma jaħsbu li huwa fl-aħjar interess tagħhom.", "Jien nispera li dak li qed jasal bħala informazzjoni dwar x'qed jiġri f'setturi partikolari tal-ħaddiema tal-portijiet tagħna ma jkunx ikkonfermat u nispera li fil-fatt min ikun qed jirrappreżenta l-istess ħaddiema, ikun qed jiggarantixxi kontinwament li jkun qed jagħmel dan fl- interess ta' l-istess ħaddiema.", "Naturalment irridu nkomplu naħdmu f'direzzjoni fejn il-ħaddiema tal- portijiet tagħna ma nibqgħux nirriferu għalihom bħala: \"Dawk mhux il- ħaddiema tax-xatt!\".", "Meta ngħid ħaddiema tax-xatt mhux qed nillimita ruħi għall-port workers imma għall-ħaddiema kollha f'diversi kategoriji ta' impjiegi li jagħtu s-servizzi tagħhom fil-portijiet tagħna u jien nemmen li dawn huma nies li bl-esperjenza u bil-kapaċitajiet tagħhom, kapaċi jagħrfu li attwalment dak li kien il-metodu regolari tax-xogħol f'pajjiżna m'għadux il-mod it-tajjeb kif naħdmu.", "Jien nista' ngħid li stajt nara r- reazzjonijiet anke fil-laqgħat li kelli li jindikaw b'mod ċar li l-ħaddiema nfushom m'humiex kuntenti bil-prattiċi tax-xogħol u nemmen li se jkunu dawn l-istess ħaddiema li jkunu l-għodda prinċipali li fil-fatt iwasslu għal riformi fil-portijiet ta' pajjiżna.", "Dawn huma riformi li għandhom iservu biex iwasslu lejn pajjiżna aktar xogħol ta' cargo handling u inqas spejjeż.", "Qed ngħid dan għaliex fl-aħħar mill-aħħar aħna nafu li kważi dak kollu li jiġi maħdum f'pajjiżna, joriġina minn materja prima li tiġi importata u allura hawnhekk irridu nassiguraw li kemm jista' jkun, innaqqsu l-ispiża li tkun marbuta ma' dan ix-xogħol.", "Naturalment nafu li għandna sitt ġimgħat quddiemna li mhux se jkunu faċli.", "Matul dan il-perijodu rridu nkomplu niddiskutu u nwasslu l-messaġġ ta' x'inhuwa l-ħsieb tal-gvern biex fil-fatt min qed jaqla' l-għajxien tiegħu mill-portijiet tagħna, ikompli jżid f'dak li huwa d-dħul tiegħu, pero` jżid mhux permezz ta' ħlasijiet għal xogħol li ma jagħmilx, imma permezz ta' xogħol ġdid li m'għandix dubju li nistgħu nattiraw.", "Aħna qegħdin fiċ-ċentru tal-Mediterran, baħar li fih il- merkanzija se tirdoppja matul il-15 jew l-20 sena li ġejjin u allura se jkollna ċans kbir biex nattiraw aktar xogħol lejn il-pajjiż.", "Tajjeb li wieħed igħid ukoll li waħda mill-funzjonijiet prinċipali li għandha l- awtorita` marittima hija proprju dik li tkompli tindividwa x'possibbiltajiet hemm biex Malta tibbenefika mill-waterways of the seas, li huwa wieħed mill-konċetti li qed jiġu proġettati bħala għodda importanti fil-qasam tat-trasport tal- merkanzija biex dan isir b'mod iktar effiċjenti u jħares iżjed l-ambjent marittimu.", "Hawnhekk l-awtorita` marittima se tkun qed taħdem matul din is-sena li qegħdin fiha biex tiffaċilita l- possibbilta` li hawn Malta jkollna ċentri ta' attivita` marbuta mal- motorways of the seas, u bħala konsegwenza ta' dan, il-konċett tax-short sea shipping li jridu jwasslu biex Malta, mhux biss bil-Freeport imma wkoll bil-Port il-Kbir, isservi bħala ċentru ta' attivita` ta' merkanzija fil- limiti tal-possibbiltajiet li hemm.", "Qabel nagħlaq irrid nagħmel riferenza wkoll għal dak li huwa l-proġett li minn żmien għal ieħor nisimgħu dwaru.", "Qed nirriferi għall-proġett taċ- Ċirkewwa u l-Imġarr, Għawdex, proġett li huwa veru li ilu li nbeda numru ta' snin u għadda minn diversi bidliet f'dak li huwa l-mod kif kien imfassal.", "Hawnhekk tajjeb li wieħed jgħid li l-awtorita` marittima, li hija mgħobbija bir-responsabbilta` biex tassigura li dan il-proġett ikun wieħed ta' l-ogħla kwalita`, ħadmet u investiet biex tassigura li b'mod partikolari fil-Port ta' l-Imġarr, fejn nafu li għandna limitazzjonijiet ta' spazju, ikollna terminal li jkun effiċjenti u li jkun kapaċi jlaħħaq madwar 3 miljun persuna u madwar 750,000 karozza li jaqsmu kull sena bejn Malta u Għawdex.", "Sur President, ma ridniex li nibnu xi ħaġa biex taparsi nkunu bnejniha imma ridna nassiguraw li t-terminal - filwaqt li naturalment ma tistax tevita li jkun bini intrusive għaliex fl-aħħar mill-aħħar qegħdin nidħlu f'post li fih innifsu għandu ċertu karatteristika - iwassal għall-inqas dannu possibbli fl-aspetti ambjentali.", "Id-disinji li se jiġu mibnija f'dan il- post huma tali li jassiguraw li l-inħawi jkunu mogħtija binja sodisfaċenti li tilqa' għall-ħtiġijiet tas-servizzi tal-lum u fl-istess ħin inkunu qed nassiguraw li ma jkunx hemm problemi ambjentali kbar.", "Naturalment wieħed jista' jibqa' jitkellem dwar diversi aspetti oħrajn bħas- sigurta` f'dik li hija navigazzjoni u f'dak li huwa kontroll fix-xogħlijiet fil-portijiet tagħna.", "Nistgħu nsemmu b'mod partikolari inizjattivi li se jiġu finanzjati in parti - anke parti sostanzjali - mill-Unjoni Ewropea.", "Hawnhekk nagħmel riferenza żgħira għall-fatt li qegħdin fl-istadju li jkollna capacity building u l- implimentazzjoni ta' l-acquis f'dak li huwa trasport marittimu, permezz ta' diversi ħidmiet li jridu jseħħu.", "Rigward il- Portnet Malta li hija sistema ta' notifikazzjoni elettronika fil-portijiet tagħna, qegħdin fl-istadju li jkunu nistgħu mmexxu dwarha.", "F'dik li hija technical safety management information system, qegħdin ukoll naħdmu biex nassiguraw li jkollna sistemi ta' moniteraġġ li huma kemm jista' jkun sodisfaċenti.", "F'dan ir-rigward għaddejjin b'feasibility u b'impact studies ta' l-ambjent marbutin ma' l-oqsma ta' l-infrastruttura marittima li għandna f'pajjiżna.", "Fil-fatt hemm dak li jissejjaħ il-vessel traffic service li wkoll huwa maħsub biex jassigura li l-vapuri li jkunu għaddejjin madwarna jkunu qegħdin jiġu kkontrollati fis-sens li nkunu nafu preċiż x'inhu għaddej.", "Jien għamilt riferenza għal dak li huwa x-short sea shipping u l-motorways of the seas, u hawnhekk ukoll nistenna li fiż-żmien li ġej ikollna investiment mit-trans-European network proprju biex nassiguraw li fil-fatt inkomplu mexjin f'direzzjoni li tassigura li s-servizz li jingħata mill- awtorita` Maltija jkun servizz li mhux biss ikun il-ħin kollu ta' l-ogħla kwalita` imma aktar importanti jkun joffri sigurta` għal min jaħdem direttament fis-servizz sabiex filwaqt li joffri introjtu lill-ħaddiema tagħna, ma jkunx hemm tniġġis.", "Dan nistgħu nagħmluh bil-ħidma intensiva li qed tagħmel l-awtorita` u b'osservanza kontinwa tar-regolamenti u dan mhux għaliex huma imposti minn xi ħadd imma għaliex nemmnu li dawn huma l-għodda li fil-fatt iridu jwasslu biex dan il-pajjiż ikompli jikber fil-qasam marittimu.", "Aħna niftaħru, u bir-raġun, li pajjiżna għandu storja marittima li twassal għal eluf ta' snin u rridu nassiguraw li l-baħar nisfruttawh fl-interess tal-poplu Malti, fl-interess ta' l-ambjent Malti u fl-interess ukoll ta' l-ekonomija Maltija.", "Nirringrazzjak.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Carmlo Abela): Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L- Onor. Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sur President, minkejja d-diskors kollu li ntqal, jekk wieħed jara l-operat tal-gvern f'dawn l-aħħar snin u l-politika tat- tmexxija li ħaddan, wieħed jista' jgħid li din il-politika kienet ta' detriment għall-pajjiż kollu.", "Kien hemm abbużi bi flus it-taxpayer u l- konsegwenzi koroh ta' dan issa qed ikollu jġorrhom il-poplu Malti u Għawdxi.", "Fil-bidu tas-snin disgħin, il-gvern Nazzjonalista kien imbarka fuq politika ta' twaqqif ta' istituzzjonijiet u awtoritajiet.", "Dan kien għamlu fuq tliet premessi, waħda għaliex diriġenti Nazzjonalisti kienu jsostnu li riedu tmexxija aktar sostenibbli u inqas burokratika mill-operat tal-gvern, l- oħra għax riedu aktar trasparenza fejn jidħol immaniġġjar ta' flus il- poplu, u anke għaliex dawn l-awtoritajiet kien se jkollhom l-awtonomija.", "Illum mhux talli l-gvern falla għal kollox milli jilħaq il-miri tiegħu, talli mexa b'politika maħmuġa li issa għamlitu diżabbli għax issa ma jistax isostni dawn il-mostri li ħoloq hu stess fejn ħallihom jisparpaljaw miljuni ta' liri li qabel kienu jgħaddu dirett għal manteniment jew għajnuna lill- poplu.", "Sur President, biex ma niġix miżinterpretat, jien mhux qed ngħid li l- konċett ta' twaqqif ta' dawn l-awtoritajiet fih innifsu kien ħażin, iżda kien il-mod kif dawn tmexxew u n-nies li ġew magħżula biex imexxuhom kien ħażin u abbużiv.", "Mhux talli hekk, talli dawn tħallew isiru imperi żgħar u minkejja li jagħmel tajjeb għalihom it-taxpayer Malti, dawn lanqas biss jirrikonoxxu l-fatt l-aktar importanti li dawn għandhom ikunu accountable lejn il-poplu Malti u Għawdxi.", "Naħseb li wieħed jista' jġib ħafna eżempji ta' istituzzjonijiet u awtoritajiet li mxew u għadhom jimxu b'dan il-mod pero` naħseb li l-awtorita` marittima hija kampjun, jekk nistgħu nsejħulha hekk, ta' dan l-esperiment li faqqa f'wiċċ il-gvern u li qed ibatih il- poplu.", "Jien infakkar li meta din l-awtorita` twaqqfet fl-1991, din kienet ħadet ir- rwol tad-dipartiment tal-portijiet li fi żmien il-gvern Laburista, bi spiża annwali vera modesta, kien idaħħal revenue bil-wisq aktar mill-ispiża ta' l- operat tiegħu.", "Illum, minkejja l-ftaħir ta' dan il-gvern, insibu li sabiex isir l-istess xogħol li kien isir qabel, il-poplu Malti qed ikollu jħallas wisq aktar.", "Barra minn hekk, jidher biċ-ċar ukoll li l-flus li qabel kienu jgħaddu dirett għand il-gvern sabiex ikun jista' jaqdi d-doveri li għandu lejn il-poplu, issa qed jitnaqqru bil-mod il-mod u jiġu sparpaljati bla ħabi, u qed ngħid bla ħabi għaliex ċerti abbużi qed isiru fil-miftuħ.", "Mhux ta' b'xejn li kulħadd jistqarr li għandna gvern mingħajr ruħ soċjali u niexef mill-fondi u għalhekk issa qed idur għall-bwiet tal-poplu.", "Sur President, ikun tajjeb li nsemmi, per eżempju, misteri fi proġetti ta' l-Malta maritime authority u jkun tajjeb li ngħid ukoll li jidher evidenti li qatt ma kien hawn nuqqas ta' kredibilita` fuq l-operat tal-gvern min- naħa tal-poplu u tal-ġurnalisti.", "Kull proġett li għamel il-gvern huwa mdawwar b'misteri, għanqbut ta' korruzzjoni u skandli li jinvolvu numru kbir ta' ministri Nazzjonalisti.", "Jekk nibda nsemmi l-listi sħaħ ta' skandli ma nieqaf qatt pero` nsemmi xi ftit bħal, per eżempju, l-isptar Mater Dei, il-proġett tal-fondazzjoni għall-iskejjel ta' għada, il-proġetti tat-toroq u tisbiħ, dak ta' l-istorm water, u naħseb li magħhom u mhux l- inqas nista' nżid ukoll il-proġetti taċ-Ċirkewwa u ta' l-Imġarr, li semma l- ministru llum.", "Fuq il-proġett ta' l-Imġarr ġie rrapportat li ntnefqu mhux inqas minn Lm10 miljun u li Lm7 miljun ġew iddikjarati li marru fi proġett marbut ma' taħt il-baħar.", "X'insibu llum?", "Insibu li l-proġett li suppost ilu lest, ma tlestiex.", "Il- ħin kollu jinbidlu l-pjanti u dan dejjem biex suppost intejbu l-affarijiet.", "Il-periti li ħadu sehem f'dan ix-xogħol jafu l-affarijiet kif saru u l- kuntratturi jafu min huma.", "M'hemm l-ebda trasparenza fil-mod kif jintnefqu l-ispejjeż.", "Dawn huma affarijiet li ma jitwemmnux u li suppost hija responsabbli għalihom il-Malta maritime authority bħala regolatur pero` fil- fatt m'hijiex għaliex għandha konflitt ta' interess.", "Il-fatt li l- awtorita` qed tassumi r-responsabbilta` ta' regolatur u falliet fi proġett responsabbli għalih hi stess, jawgura tajjeb?", "Kif jista' jkun!", "Dan żgur li ma jawgurax tajjeb fejn jidħol ir-regolatur.", "Din hija xi ħaġa li huwa mportanti li wieħed isemmiha.", "Per eżempju, illum il-ministru semma xi ħaġa dwar il-fatt li issa qegħdin fl-Unjoni Ewropea u allura l-Malta maritime authority trid tħares minn lenti li aħna membri ta' l-Unjoni Ewropea.", "Hawnhekk infakkru xi ħaġa lill-ministru jien, li tliet snin ilu lill-poplu kienu wegħduh li bħala membri sħaħ fl-Unjoni Ewropea se jkollna tmexxija aktar serja imma fil-verita` l-poplu ħlief skandli mhux qiegħed jara.", "Jien ma nistax nifhem kif ġejna mwegħdin dawn l-affarijiet kollha mbagħad naraw dawn l-abbużi u ma jiġri xejn dwarhom, lanqas meta l-oppożizzjoni titlob biex isiru l-inkjesti fuqhom.", "Sur President, mid-dehra din l-awtorita` – li hija regolatur imma qed nerġa' ntenni li hemm konflitt ta' interess għaliex qed tkun operatur u regolatur f'daqqa – se tkun involuta – almenu dan huwa l-proġett li ssemma fir-rapport ta' l-awtorita` – fil-maritime trade centre li, fl-opinjoni tiegħi, huwa proġett ħolma.", "Qed ngħid hekk għaliex jidher li bħalma jagħmel is-soltu, il-gvern qed joħroġ il-flus hu – minflok il-privat jaħdem jointly mal-gvern bħalma jsir f'pajjiżi oħra - biex il-proġett jirnexxi żgur u mbagħad jagħtih lil xi ħadd tal-qalba biex jiffrankalu ħafna flus u jwittilu t-triq ħalli jsir sinjur fuq dahar il-poplu Malti u Għawdxi.", "Milli jidher il-ministru nduna li l-Malta maritime authority għandha konflitti ta' interess għax filli hija regolatur u filli hija operatur.", "Per eżempju, ingħad li l-yacht marina se tispiċċa minn taħt il-Malta maritime authority.", "Din hija xi ħaġa tajba imma m'għandekx tagħtiha lill- privat hekk meta inti għandek esperjenza tajba ta' kif taħdem jointly mal- privat f'dan is-settur.", "Nappella biex il-ministru jikkonsidra dan li qed ngħid jien.", "Sur President, f'dan ir-rapport issemmew proġetti oħra ta' din l-awtorita` – li tajjeb li ngħid li għandha nefqa fl-operat tagħha ta' madwar Lm3 miljun – u se ngħid x'inhuma.", "Dawn għamlu slabs tal-concrete 'l hemm, fence 'l hawn, inspection tal-breakwater 'l hemm u rranġaw pontoon 'l hawn.", "Dan huwa kollu xogħol ta' maintenance minkejja li l-gvern Nazzjonalista qed isejħilhom proġetti!", "X'affarijiet huma dawn!", "Minn meta d-dritt taċ- ċittadin li jkollu l-maintenance fuq is-servizzi sar proġett?", "Jien ma nistax nifhem kif dawn qed jiftaħru b'dawn l-affarijiet meta dawn huwa xogħlijiet ta' maintenance.", "Imma huma għażlu li jniżżluhom bħala proġetti fir-rapport tagħhom.", "Il-ministru qalilna li peress li dħalna fl-Unjoni Ewropea, l-awtorita` għandha ċerti obbligi u allura issa trid tadatta ruħha għal dawn iċ- ċirkostanzi.", "Hawnhekk tajjeb li ngħid, u b'responsabbilta` ngħidha din, li l-awtorita` lanqas biss bdiet f'dak li jirrigwarda r-regoli ta' l-istess Unjoni Ewropea.", "Per eżempju, wieħed jiskanta kif l-ewwel nies waqgħu lura u ma tisma' lil ħadd jgħid xejn.", "Ma tgħidx forsi ntalbu xi derogi għaliex ħassew li jista' jkun hemm xi problema.", "Dawn ma talbux derogi, jiġifieri ma jistgħux iġibu skuża li kien hemm xi derogi għaliex ħasbu li ma jistgħux jaslu.", "Dawn mhux talli qegħdin lura fejn jidħlu dawn id-direttivi ta' l-Unjoni Ewropea, talli qegħdin lura wkoll f'ħafna aspetti ta' obbligi fir-rigward ta' konvenzjonijiet, ta' trattati internazzjonali u reġjonali u ta' l-IMO.", "Hemm bosta provvedimenti li lanqas biss għadna rratifikajnihom.", "Jien ma nistax nifhem kif jissemmew dawn l-affarijiet imbagħad insibu li fir-realta` huma differenti milli qed igħid il-ministru.", "Per eżempju, issa qed jingħad li forsi se nġibu l-fondi mill-Unjoni Ewropea u l-ministru semma li se toħroġ tender.", "Għal xiex se toħroġ tender?", "Biex nagħmlu port safety study!", "Allura għalfejn għamilna dak l-istudju li konna għamilna qabel u li ħallasna l-flus għalih?", "Se nerġgħu nagħmlu studji oħrajn?", "Se nagħtu l-flus lil bażużli oħrajn?", "Ma nistax nifhem kif infaqna dawk il- flus kollha biex għamilna dak l-istudju u spiċċajna se noħorġu tender biex nerġgħu nagħmlu studju.", "Aħna mhux studji u rapporti biss irridu imma sigurta`.", "Il-ministru semma li l-cargo li jgħaddi mill-akkwati tagħna se jiżdied fl-ammont u allura huwa aktar importanti għalina li fejn jidħol safety għandna nkunu tip-top.", "Imma fir-realta` aħna tip-top?", "Mhux talli m'aħniex tip-top, talli l-affarijiet kif inhuma huma tal-mistħija.", "Per eżempju, nixtieq insemmi d-dwal.", "F'Marsaxlokk il-cardinal buoy waqgħalha l-arblu u wara xhur sħaħ ma rranġawhiex qisu m'hemm ħadd responsabbli.", "Dik hi s-sigurta`!", "Per eżempju, x'maintenance sar fuq il- post li hemm quddiem San Luċjan?", "Għidulna x'inhi s-sitwazzjoni, jekk dan huwiex perikoluż!", "Dawn huma l-affarijiet li jridu jsiru mhux ħadd ma jsemmihom.", "Dawn huma problemi serji għall-portijiet tagħna.", "Per eżempju, jekk tmur il-menqa tal-Marsa fejn jidħlu ħafna bastimenti li jieħdu ż-żejt biex jagħtu l-bunkering tara kemm hemmhekk m'huwiex safe imma huwa perikoluż.", "Morru hemmhekk ħalli taraw għax minbarra li tista' tiġri xi diżgrazzja, jekk tiġri xi ħaġa ma nafx kif se nkampaw.", "Jien b'għajnejja rajthom dawn l-affarijiet mhux jiġu jgħiduhomli.", "Dawn huma affarijiet li qegħdin fil-portijiet tagħna u qisu m'hu qed jiġri xejn.", "Imma l-isbaħ waħda, u li wkoll issemmiet f'dan ir-rapport, hija dwar it-traffic diversion li saret tat-traffiku ħdejn id-deep water quay.", "Din hija xi ħaġa tal-mistħija u tal-", "biża'.", "Per eżempju, it-trailers li jgħaddu minn fuq il-moll bil-containers ma jafux jekk jaqbżux l-20 tunnellata - għax mingħalija xi daqshekk jiflaħ dak il-moll - u ħadd m'hu qed jiċċekkjahom.", "Qegħdin f'sitwazzjoni fejn it- trailers qed igħaddu minn moll mingħajr ma jafu jekk dak il-moll jiflaħhomx jew le u dwar dan m'hu qed jiġri xejn!", "Imbagħad qed jieħdu pjaċir għax għamlu diversion tat-traffiku!", "Fl-istess waqt ukoll, apparti dan is-sogru kbir li ħadd m'hu qed jagħti kas, hemm sogru wkoll għax dan qed jiġri waqt li l-bastimenti jkunu qed jorbtu jew qed iħottu l-cargo li hija problema serja.", "Din hija s-sigurta` tal-portijiet, Sur President?", "Fejn hi r- responsabbilta` ta' l-awtorita`?", "Dawn l-affarijiet qed jiġru b'mod regolari, minkejja li kien hemm rakkmandazzjonijiet dwar il-port safety.", "Issa jien nixtieq nistaqsi x'ġara minn dawn ir-rakkmandazzjonijiet għax qed nistenna li xi ħadd jirrikkmanda li ċerti safety features ma jsirux u dan joħolqilna ċerti problemi fil-portijiet tagħna b'detriment kbir għal pajjiżna.", "Per eżempju, jien niftakar li meta ta' xi 18-il sena kont fuq il- baħar, biex inkunu nafu r-riħ minn fejn ġej, il-kaptan kellu l-esperjenza u kien idaħħal subgħajh f'ħalqu u joħorġu biex jara minn fejn ġej ir-riħ.", "Tafu li aħna fil-port tagħna għadna f'dik is-sitwazzjoni tal-biki li nagħmlu bħalma kienu jagħmlu xi 40 sena għax m'għamilniex wind speed indicators ġo postijiet strateġiċi!", "Allaħares jiġri xi ħaġa fil-port għax jiġi dikjarat unsafe.", "Min se jiġik hawn imbagħad?", "Issa llum qed jiġu bastimenti tal-passiġġieri li għandhom madwar 290 metru tul.", "Din hija sitwazzjoni tal-biki!", "Jekk tiġrilna diżgrazzja, ibqgħu fuq kliemi li l- port tagħna jiġi dikjarat unsafe u addio x-xogħol li qed nagħmlu biex nipprovaw nattiraw bastimenti tal-passiġġieri biex ikollna iktar introjtu.", "Addio dak imbagħad u minflok ma mmorru 'l quddiem, immorru lura.", "Qed insemmi dawn l-affarijiet għax huma inkwetanti u qatt ma jissemmew.", "Ara l- artikli li jikteb il-ministru fuq il-gazzetti jkunu sbieħ imma dawn l- affarijiet qatt ma jissemmew għax lill-ministru ma jgħiduhomlux u ma jiktbuhomlux.", "Issa ħalli nerġa' nirriferi għat-tenders li kien qed isemmi, għax minbarra t-tender fuq il-port safety kien hemm tender ukoll dwar l-environment impact assessments għal numru ta' port development projects li qed isemmu.", "Taħt dan il-gvern, fuq il-karti jsiru eluf ta' proġetti imma l-poplu jrid ikun jaf - qabel ma jsir l-environmental impact assessment - l-ewwelnett minn fejn ġejjin il-fondi biex isiru dawn il-proġetti, fejn huma l-flus kommessi u jekk sarx ukoll cost benefit analysis qabel ma dawn il-proġetti jiġu launched.", "Dan għaliex taħt dan il-gvern nonfqu eluf ta' liri biex nagħmlu l-istudji biex imbagħad ċerti affarijiet ma jsirux u nispiċċaw naħlu l-flus tal-poplu.", "Tender ieħor huwa biex jinxtara equipment fejn jidħol it-tniġġis taż-żejt u hawn niftakru dik il-lanċa li kienu xtraw, il-Pupilla.", "Mela l-ewwel kellna equipment li ġibnieh bl-għajnuna ta' l-Unjoni Ewropea taħt il-protokoll finanzjarju ta' l-Italja, fosthom il-lanċa li għadni kemm semmejt.", "Imbagħad dan il-gvern kisser l-equipment li kien jeżisti u ma nżamm ħadd accountable għal dan u lanqas ma saret inkjesta.", "Jidher ċar li dan il-gvern, minkejja dan kollu, m'għamel xejn u issa se jerġa' joħroġ tender biex nerġgħu nibdew narmaw mill-bidu.", "Dawn x'affarijiet huma?", "Mela kellna dawk l-affarijiet u kissirnihom.", "Kellna wkoll contingency plan imma allura issa se nagħmlu contingency plan mill-ġdid?", "Qegħdin f'sitwazzjoni tal-biki.", "Nerġa' ntenni li Allaħares ikollna xi diżgrazzja għax kieku l-Bambin waħdu jaf x'jiġri minn dan il-pajjiż.", "Sur President, ikun tajjeb li nsemmi wkoll il-port reception facilities.", "Matul dawn it-18-il sena li ilu l-partit Nazzjonalista fil-gvern, xi proġett għamel f'dan ir-rigward?", "Qed nistaqsi dan għax ħlief it-tank cleaning facilities tar-Rinella, li għalija huwa outdated u nħoss li dawn għandhom jitwarrbu minn hemm ukoll, ma sar xejn.", "Dan biss għandna f'pajjiżna.", "Fuqiex trid tiftaħar l-awtorita` fejn jidħol l-iskart tal- vapuri u l-implimentazzjoni tad-direttivi internazzjonali bħall-MARPOL u d- direttivi ta' l-Unjoni Ewropea?", "Sur President, qegħdin fir-riskju li nerġgħu nintlaqtu b'xi marda oħra bħalma ġralna ta' l-ilsien u d-dwiefer.", "Għalkemm aħna qed nieħdu ċerti prekawzjonijiet, bħal, per eżempju, li meta jidħlu vetturi mill-Italja aħna niddiżinfettawhom, xorta hemm ir-riskju għaliex il-prattiċi ta' kif jinġabar u jintrema l-iskart mill-bastimenti hija xi ħaġa mhux aċċettabbli u tista' tikkaġuna mard ġo pajjiżna b'konsegwenza koroh.", "Apparti minn dan, jekk wieħed sempliċement idur ċerti areas isib li s- sitwazzjoni hija tal-biki wkoll.", "Per eżempju, jekk tmur il-laboratory wharf issib li fir-rails tal-cranes hemm il-qamħ ikkontaminat li qed jinten u m'hu qed jiġri xejn.", "Hemm kien u hemm baqa'.", "Fl-istess area, taħt il-bini ssib ħamiem u ġrieden mejta, mikrobi u insetti u minkejja li dan qed jarahom kulħadd, għall-MMA qisu m'hu qed jiġri xejn.", "Dawn huma affarijiet li wieħed ma jistax jifhimhom, pero` dawn huma affarijiet li qegħdin jiġru f'pajjiżna u l-MMA tiftaħar li l-affarijiet mexjin sew.", "Issa qed insemmu wkoll li se jkun hemm riforma fl-MMA pero` donnu li mhux hemmhekk biss se tkun ir-riforma.", "U x'se jiġri f'din ir-riforma?", "Din ir- riforma hija li ċerti bażużli Nazzjonalisti qed jerġgħu jitpoġġew f'ċerti pożizzjonijiet u ħaddiema oħra li huma Nazzjonalisti wkoll u li m'humiex daqshekk tal-qalba qed iħossu li se jispiċċaw u ma jafux x'se jaqbdu jagħmlu.", "Qed ikun hemm l-għażla wkoll bejn Nazzjonalisti li huma tal-qalba u Nazzjonalisti oħra bl-iskuża tar-riforma.", "Dan qed jiġri wkoll f'entitajiet oħra fejn qed jiġu aġevolati ċerti nies biex meta jsiru ċerti tibdiliet, dawn ikunu jistgħu jgawdu.", "Sur President, naħseb li huwa tajjeb li nsemmi xi ħaġa dwar ir-riforma tal- portijiet li ssemmiet mill-ministru u kull meta tissemma din ir-riforma, l- enfasi tkun fuq il-cargo handling.", "Ir-riforma tal-portijiet m'hijiex il- cargo handling!", "Hemm diversi affarijiet li wieħed irid jieħu in konsiderazzjoni biex jagħmel riforma tajba fil-portijiet.", "Trid tinkludi l- iżvilupp veru fil-portijiet, trid tinkludi l-effiċjenza, trid tinkludi s- sigurta` fil-portijiet, trid tinkludi t-taħriġ tal-ħaddiema, trid tinkludi li jkun hemm opportunitajiet oħra għall-ħaddiema u trid tinkludi wkoll li kull area fil-port tiġi utilizzata.", "Jekk isir investiment se nattiraw iktar kummerċ u se jkun hemm iktar impjiegi.", "Pero` fil-port il-kbir b'mod speċjali, x'sar dan l-aħħar?", "Fejn ġew utilizzati ċerti areas li żgur li jistgħu jiġu żviluppati fuq ix-xogħol konness mal-baħar?", "Semmuhomli l- affarijiet!", "Per eżempju, kwestjoni li qamet hawnhekk - u aħna offrejna l- għajnuna min-naħa tagħna – hija dik fejn jidħlu ċerti bastimenti mgħarrqin.", "Snin ilu kont offrejt lill-gvern biex nilleġislaw għax aħna naqblu miegħu sabiex insolvu din il-problema.", "Qaluli biex inħalli f'idejhom għax mexjin l-affarijiet.", "X'mexa?", "Fejn imxejna?", "Fejn konna bqajna!", "Xi żvilupp sar fil-portijiet?", "Dawk irridu naraw mela noqogħdu nwaħħlu f'ċerti prattiċi u ngħidu li l- prezz għoli tal-freight huwa tort ta' kif qed jaħdmu l-ħaddiema fil- portijiet?", "Dik hija r-raġuni vera imma mhux jagħtu t-tort lill-ħaddiema għax dawn parti żgħira għandhom mit-tort.", "Hemm bżonn li l-ħaddiema jiġu mħarrġa u hemm bżonn li jkunu aktar effiċjenti pero` hemm bżonn ukoll li jkollhom aktar apparat modern u li niżviluppaw areas oħra biex inġibu aktar xogħlijiet fil-portijiet, mhux noqogħdu ngħidu li l-affarijiet huma għoljin minħabba l-ħaddiema.", "Rajna x'ġara dan l-aħħar?", "Minflok m'hu qed nippromwovu l-affarijiet biex il-port tagħna jiġi aktar utilizzat b'tali mod li jkun hemm connections ma' pajjiżi oħra, għalqu s-Sea Malta li kienet toħolqilna link speċjalment għall-industrija tagħna u spiċċajna b'inqas vjaġġi fil-ġimgħa.", "X'ġara?", "Ġara li issa trailer qed ikollu jħallas Lm150 aktar u dan meta suppost l-affarijiet jorħsu, speċjalment wara li nagħmlu r- riforma.", "Apparti minn hekk, is-Sea Malta kienet tagħti l-ikel lid-driver tat-trailer imma din il-linja l-ġdida mhux talli ma tagħtix l-ikel talli ta' ħobża trid tħallas.", "Dawn huma affarijiet li ma jitwemmnux, Sur President.", "Apparti dan kollu, hemm ħaġa oħra.", "Qabel jekk kien hemm trailer li jkun se jittardja ftit kienu jistennewh biex jgħabbuh ukoll.", "Illum mas- 7.00 p.m. jagħlaq il-bibien u min ikun barra jibqa' barra.", "Mela mhux veru morna 'l quddiem!", "Allura b'din is-suppost riforma x'se jagħmel meta prattikament qed jiffoka biss fuq il-cargo handling?", "Meta l-ministru qal lil xi nies biex ma jibqgħux jagħmlu l-ħsara jew ixewxu – dan kien qed igħid għall-GWU u indirettament kien qed igħid li din qed ixxewwex lill-ħaddiema li jridu jagħmlu xi tibdiliet - ...", "(Interruzzjonijiet) Mela għidli x'kont qed tgħid!", "Mhux hekk ridt tgħid inti!", "Ridt iddaħħal id-dubju li l-GWU qed tagħmel pressure fuq xi ħaddiema biex ma tħallihomx jagħmlu xi prattiċi oħra.", "Jien hekk fhimtek.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru, bil-permess ta' l-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Sur President, jien m'għandi l-ebda ħsieb li ninterrompi pero` fl-ebda ħin m'għedt dak li qed jagħmel riferenza għalih l- Onor. Mizzi.", "Jien għedt diversi affarijiet pero` dawn la kienu marbuta mal- cargo handling, la mal-prattiċi tax-xogħol u lanqas mat-theddid li qed jagħmel riferenza għalihom l-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Allura meta l-ministru qal li hemm ċerti nies li qishom mhux qed jitħallew fil-liberta` li jagħmlu dak li jridu, x'ried ifisser biha?", "Jien naħseb li għall-GWU kien qed igħid u naħseb li kont qed nifhem tajjeb.", "Nispera li dawn l-affarijiet mhux qed isiru biex xi ħadd tal-qalba jieħu l-kumpannija tal-cargo handling fil-port hu.", "Jien naħseb li fuq hekk qegħdin nitkellmu hawnhekk!", "(Interruzzjonijiet) Pero` meta jara l-aħjar offerta pubblika, il-ministru jrid jikkonsidra jekk l-affarijiet li jgħidu li se jsiru, humiex kapaċi jagħmluhom u jekk humiex verament kapaċi jdaħħlu l-effiċjenza li hemm bżonn u mhux nispiċċaw f'sitwazzjoni fejn dak li jieħu over jgħolli l-affarijiet meta ssir kumpannija privata u mbagħad ikollu jbati l-poplu Malti bħalma jiġri dejjem għax dan il-gvern hekk jagħmel f'kollox.", "Per eżempju, ħalli nieħdu l-Enemalta.", "Din għandha aspett soċjali importanti li tforni servizz lill-industrija u din issa qiegħda f'sitwazzjoni li tgħolli l-prezz tad-dawl kull darba li jogħla ż-żejt u allura m'għadniex nipprovaw nipproteġu l-industrija kif konna nagħmlu qabel.", "Issa din lanqas m'hi privata u taħsbux li kieku kienet privata konna naraw xi titjib fl-effiċjenza għax aħna għandna esperjenza ta' x'ħadna mill- privat fejn minkejja li għolew il-prezzijiet, l-effiċjenza baqgħet fejn kienet jew anke marret għall-agħar.", "Il-Maltapost huwa eżempju ċar ta' dan.", "Fuq il-Maltapost tgħidx kemm kien sar ftaħir li se taħdem b'effiċjenza għax ġibna strategic partner pero` spiċċajna f'sitwazzjoni fejn il-posta għoliet u s-servizz mar lura bħall-granċ.", "Bil-mixi tasal qabilha l-ittra u din m'hijiex xi ħaġa tad-daħk imma tal-biki!", "Staqsu lil min tridu!", "Ittra tasal wara xi erbat ijiem.", "F'din is-sitwazzjoni ġibnieh lill-pajjiż.", "Issa ħalli nerġa' lura fuq il-portijiet.", "Kif kont qed ngħid, Sur President, qegħdin jagħtu l-impressjoni li dak kollu li hemm ħażin fil-portijiet huwa tort tal-ħaddiema.", "Qed jgħidu li l-freight cost huwa għoli minħabba l- ħaddiema u minħabba l-kumpannija tal-cargo handling pero` jien lill- ministru ngħidlu li jekk huwa ċert li l-affarijiet se jkunu irħas, jagħti l- garanzija ta' dan u jirriżenja f'każ li dan ma jseħħx.", "Kapaċi jieħu din ir- responsabbilta` jew le?", "Pero` jidher li l-affarijiet se jkunu differenti.", "Sur President, jekk irridu nattiraw investiment fil-portijiet tagħna u jekk irridu nġibu aktar bastimenti biex jużaw il-portijiet tagħna, hemm diversi affarijiet x'wieħed jista' jagħmel.", "Mhux il-prattiċi biss iridu jinbidlu pero` rridu naraw li jkollna equipment modern li jieħu ħsieb il-ħteġijiet tal-lum.", "Irridu naraw li jkollna ħaddiema mħarrġa għax minnu nnifsu dan jiġġenera x-xogħol u rridu naraw li jkollna s-safety fil-portijiet.", "Kif diġa` għedt, is-sitwazzjoni ma tantx hija sabiħa meta min ikun qed idaħħal bastiment, ikollu joħroġ subgħajh bil-bżieq biex jara r-riħ minn fejn ikun ġej!", "Ma ninsewx li r-riħ fil-port m'huwiex l-istess r-riħ li jkollna fil- weather forecast għax tinbidillu d-direzzjoni.", "Din hija sitwazzjoni tal- biki li tista' twassal anke għal xi inċident.", "Barra minn hekk hija tal-mistħija għall-uffiċjali Maltin li jkunu qed jidderieġu l-bastiment u meta jistaqsuhom minn fejn ikun ġej ir-riħ jew xi speed għandu r-riħ, dawn joqogħdu jlaqalqu.", "Dawn huma affarijiet li jiġru u mhux affarijiet tad-daħk.", "(Interruzzjonijiet) Le, m'għamiltuhomx!", "Kellkom proposti imma min hu responsabbli jaħseb li jaf ħafna u ma jagħmilx l-affarijiet li għandu jagħmel.", "Aktar moħħhom biex jaraw lil min se jagħtu t-tenders u lil min se jaġevolaw milli biex l-affarijiet isiru kif suppost.", "Il-ministru jista' jgħidli kemm damu biex biddlu l-cardinal buoy ta' Marsaxlokk meta marilha l-arblu?", "Dawn huma safety features importanti u lanqas temmen li jiġu abbandunati.", "Din hija l-verita`.", "(Interruzzjonijiet) Inti ma tifhimx fil-baħar u għalhekk qed tgħid dawn l- affarijiet.", "Staqsu lil min jifhem fil-baħar u jgħidlek x'qed jiġri fil-port ta' Malta fl-2006.", "Dażgur li ma jitwemminx il-ministru għax ma jafx dawn l-affarijiet u ta' l- awtorita` ma jgħiduhomlux.", "Dawn jgħidulu kemm qed jgħaddu bastimenti mill- port tagħna u x'cargo hemm involut imma kemm qed nitilfu cargo u xi skart qed iġibu b'detriment għas-saħħa taċ-ċittadin, ma jgħidulux.", "Pero` jien ngħidlu għax dawn huma affarijiet li jekk wieħed irid li l-portijiet tagħna jkunu safe, irridu nagħtu kashom u naċċerta lil kulħadd li min hu ta' l- affari tiegħu jħares lejhom dawn l-affarijiet u jħares lejhom bis-serjeta`.", "Sur President, hawnhekk nerġa' nsemmi dak il-unit li kissru, dak il-unit li jekk Allaħares qatt ikollna xi tniġġis taż-żejt, ikollna bżonnu.", "Taħt il- gvern Laburista kien hemm ħafna nies imħarrġa biex iħaddmu dan il- makkinarju u dan kien jinżamm f'kondizzjoni tajba.", "Jien nikkwota lill- ministru stess li kien qal li Allaħares ikollna xi problema simili.", "(Interruzzjonijiet) Għandi kkwotat hawnhekk jekk trid li nikkwotak minn \"The Times\".", "Taf li mhux qed nigdeb.", "(Interruzzjonijiet) Dażgur li nikkwota xi ħaġa hekk meta l-ministru responsabbli qal hu stess li Allaħares ikollna diżgrazzja bħal din għaliex Malta tkun spiċċat.", "Issa dak iż-żmien meta qalha kien għad għandu l-apparat li ġab il-partit Laburista imma llum mhux qed jiffunzjona għax kissruh.", "Mela immaġinaw x'jiġri llum u f'liema sitwazzjoni qegħdin!", "(Interruzzjonijiet) Il- Pupilla x'għamiltu biha?", "Din hija mitluqa!", "Din hija l-verita`.", "Dak il- unit spiċċa u Allaħares ikollna xi diżgrazzja għaliex ma nafx kif noħorġu minnha.", "Il-ministru mhux qed jieħu bis-serjeta` din l-affari imma nerġa' ngħid li Allaħares ikollna diżgrazzja li tniġġes l-ibħra tagħna!", "Ma rridux ninsew li aħna niddependu ħafna mit-turiżmu u jekk jiġri dan ikun hemm il- konsegwenzi.", "Sur President, din hija l-verita` u mhux billi noqogħdu niftaħru li se jiżdiedu l-bastimenti għax la żdied il-periklu fl-ibħra tagħna, allura rridu nieħdu ħsieb l-affarijiet u rridu nkunu aktar effiċjenti u mhux qed nagħmlu l-kontra, inkissru u nitilqu kollox.", "Din hija s-sitwazzjoni li jinsabu fiha l-portijiet tagħna.", "Forsi dak li jkun daħaq b'dawk l- affarijiet li semmejt, imma min jifhem fil-baħar jaf li qed ngħid il- verita`, jaf li dawn l-affarijiet qed jiġru u ċertament jaf li dawn huma affarijiet tal-biki.", "Nirringrazzjak.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Jose` Herrera.", "ONOR.", "JOSE` HERRERA: Sur President, l-ewwel kritika tiegħi hija għall- mod ta' kif saru l-estimi.", "Jien nitkellem fuq l-estimi kemm tal-budget kif ukoll ta' l-awtoritajiet u nħobb nikkritika l-aspett finanzjarju wkoll.", "Din is-sena hemm anomalija fl-estimi għax filwaqt li l-estimi għas-sena 2005 kienu juru surplus ta' Lm93,000, kellna deficit ta' Lm1.7 miljun.", "Meta jkollok diskrepanza ta' Lm2 miljun bejn l-estimi u r-realta` jkollok problema.", "L-iskop li l-parlament jiskrutinja l-estimi u l-finanzjament pubbliku huwa li l-estimi li jsiru għas-sena li tkun ġejja jkunu reali u mhux li jkollok estimi li juru mod imbagħad fil-verita` mmorru daqstant żmerċ.", "Issa f'daqqa qed naraw li estimi għas-sena li ġejja qed juru deficit ta' Lm2.2 miljun wara li suppost din is-sena kellna surplus.", "X'inhi r- raġuni għaliex morna żmerċ b'ammont konsiderevoli ta' flus?", "Jista' jkun li r-regolamenti ta' l-accountancy tbiddlu ftit fis-sens li meta inti tkun qed tagħmel l-auditing tal-kotba tal-kumpannija, trid iddaħħal ukoll dak li jissejjaħ impairment.", "Għalkemm din ma kenitx regola daqstant ristretta qabel, jien minn dejjem nafha li meta inti tkun qed tagħmel l-auditing ta' l-accounts u qed tkun qed tagħti stampa tal-finanzjament ta' aġenzija, trid tkun reali.", "Issa f'daqqa waħda daħħalna din il-kwestjoni ta' l-impairment.", "Minħabba dan naħseb li f'daqqa waħda l-kotba ta' l-aġenziji bdew juru diskrepanzi kbar.", "Per eżempju, l-assi ta' l-MMA li niftaħru bihom, naqsu sostanzjalment.", "Eżempju ieħor huwa li għas-sena 2005 il-ferry terminal taċ- Ċirkewwa u ta' l-Imġarr kellhom jiġu rivalutati u mhux bi ftit imma b'Lm1.9 miljun.", "Dan ifisser li sa sena ilu konna nistmaw dawn it-tip ta' assi ta' l- awtorita` kważi Lm2 miljun aktar milli fil-fatt qed nistmawhom din is-sena.", "Din hija inkwetanti għax jew l-accounts ma kenux qegħdin sewwa jew inkella dan il-parlament kien qed jiġi ingannat.", "Għaliex l-istess assi f'daqqa waħda saru jiswew kważi Lm2 miljun inqas?", "X'sens jagħmel li aħna fil- parlament niġu mistiedna nanalizzaw l-estimi ta' ministeru jew entita` pubblika u dawn l-estimi ma jkunux ireġu?", "Daqqa ngħidu li jiswew tant, imbagħad sitt xhur wara ngħidu li jiswew miljuni ta' liri inqas.", "Hemm xi ħaġa li fis-sustanza hija ħażina ħafna.", "Jekk imbagħad naraw, per eżempju, il-valur mogħti lill-capital works in progress, jiġifieri x-xogħlijiet u l- investiment li qed nivvotaw għalihom aħna, għaliex hawnhekk qed nivvotaw direttament għal din l-aġenzija, insibu li l-valur tax-xogħlijiet - u hawnhekk se ngħaqqad xi ħaġa ma' dak li qal l-Onor.", "Joe Mizzi - din is-sena ġie stmat Lm1.1 inqas.", "Jiġifieri kellna estimi li x-xogħol se jiswa tant u f'daqqa waħda l-valur ta' dak ix-xogħol - mhux in-nefqa għax in-nefqa hi dik li hi - huwa ta' Lm1.1 miljun inqas.", "Naturalment meta naraw il-works in progress u l-assi tal-kumpannija u nqabblu din is-sena mas-sena l-oħra nsibu li morna żmerċ bi Lm3 miljun.", "Din serjeta`?", "Dan il-parlament qiegħed hemmhekk biex jiskrutinja, jeżamina u jikkontrolla l-finanzjament.", "Dak huwa l-iskop, li l-estimi ta' ċerti entitajiet inġibuhom quddiem il-parlament għaliex inqishom bħala vitali għall-pajjiż u mhux qed nafdaw, bħala parlament u bħala liġi, lill-ministru mill-appropriation li jingħatalu waqt il-budget.", "Dawn tant qed inqisuhom entitajiet importanti li qed niġu hawn u nivvotaw għalihom pero` f'dan il- każ morna żmerċ bi Lm3 miljun u din hija inaċċettabbli.", "L-ammont ta' diskrepanza hija wisq grossolana biex wieħed igħid li forsi kien hemm xi forecast ħażina.", "Hawn qed nitkellmu fuq persentaġġ qawwi tal-pakkett finanzjarju li mar żmerċ.", "Pero` ejja nkomplu nanalizzaw l-estimi.", "Naħseb ikun tajjeb li wieħed igħid li bħala actual - u mhux stima - fis- snin 2004 u 2005 kien hemm allokazzjoni ta' Lm330,000.", "X'inhi din l- allokazzjoni ma nafux għax hija vaga pero` kurjożament fl-estimi għal dik is-sena ma kien hemm imsemmi xejn u dan meta aħna għandna nikkontrollaw u nivvotaw fuq kif isir l-infiq tal-flus.", "Hawnhekk għandek nefqa ta' Lm330,000 allokati li m'humiex spjegati u li ma kenux previsti fl-estimi tas-sena ta' qabel.", "Issa jekk din tat-Lm330,000 hijiex impairment ma nafx x'inhi.", "Imma għas-sena d-dieħla fl-estimi nsibu s-somma ta' Lm1.3 miljun u iktar għal impairment, jiġifieri nuqqas ta' valur li qatt ma kien jiddaħħal u pensions contributions.", "Jien ma nistax nifhem bħala item għaliex qed indaħħlu l-impairment mal- pensions contributions pero` qed igħidu li hemm Lm1.3 miljun.", "Per eżempju, lanqas huwa ċar kemm se jkunu l-pensions contributions u kemm se jkun l- impairment.", "Mela s-sena l-oħra kien hemm Lm330,000 allokati għal xi ħaġa li ma nafux x'inhi u li ma kenitx imsemmija fl-estimi għal dik is-sena u din is-sena qed naraw ammont ta' Lm1.3 miljun allokati għal impairments u għal pensions contributions.", "Wieħed jippretendi li jkun hemm distinzjoni bejn iż-żewġ items.Sur President, ta' min janalizza xi ftit it-tliet direttorati fi ħdan l-awtorita` u nibda bil-ports directorate.", "Fl-estimi għall-2004 u għall-2005 kien qed juri deficit ta' aktar minn Lm739,000 u bir-rispett kollu dawn l-estimi m'humiex reliable.", "Mela għas-snin 2004 u 2005 qed nipproġettaw deficit ta' kważi Lm750,000 imbagħad meta naraw l- actual insibu li għandna surplus ta' aktar minn Lm253,000.", "Dan x'taħwid hu!", "Mela morna żmerċ bi Lm3 miljun fuq il-valur tal-works in progress u ta' l- assi tal-kumpannija u issa qed naraw x'kien qed jiġi forecasted fejn supposted kellna deficit ta' Lm739,000 u qed nirreġistraw surplus ta' Lm253,000.", "Issa għall-2005 u 2006 qed naraw li hemm forecast deficit ta' Lm1.5 miljun fejn taħt dan it-titlu insibu item li jgħidulu \"others\" ta' Lm815,000 u m'huwiex ċar x'inhi din l-ispiża.", "Mhux qed ngħid li m'hemmx din l-ispiża pero` biex wieħed jikkritika jrid l-informazzjoni.", "Ma rridux ninsew li l- parlament m'għandux aġenzija li tassistih indipendentement mill- informazzjoni li jagħtina l-istess ministeru u l-aġenziji tiegħu.", "Aħna biex nikkritikaw niddependu għal kollox fuq l-informazzjoni li tingħata lilna.", "Allura wieħed jippretendi li jkollna daqsxejn dettalji biex wieħed ikun jista' janalizza u jikkritika.", "Mela bħala nefqa ta' \"others\" għandna Lm815,000 u din ma nafx x'inhi.", "Għalhekk nittama li l-ministru jispjegali ftit.", "Huwa importanti li wieħed jinnota wkoll li fl-estimi l-operating expenses se jitilgħu b'500%.", "Fis-sena 2004/2005 l-actual kien ta' madwar Lm344,000 waqt li fl-estimi għas-sena d-dieħla dawn qegħdin xi Lm1.6 miljun.", "Wieħed irid ikun jaf ftit dettalji għalfejn dan ġara għaliex il-fatt li l- operating expenses telgħu b'500% għalija ma tagħmilx sens.", "Imbagħad għandek is-salarji li żdiedu minn Lm736,000 għal Lm943,000 u dik wieħed jifhimha, imma li inti jkollok l-operating expenses li telgħu b'500% ma nifhimhiex u hemm bżonn li nidħlu fiha.", "Dak huwa l-kontroll parlamentari fuq l-estimi, li wieħed ikun jaf fejn qed imorru l-flus li qed jiġu vvotati.", "Imbagħad għandek il-yachting directorate fejn qisu ma tantx iċċaqlaqna.", "Jekk wieħed jaqra r-rapport jara ħafna ftaħir fuq il-yachting centre pero` meta inti tagħsar u tipprova tasal għal ċerti konklużjonijiet issib li l- yachting centre ma tantx irreġistra progress.", "Ma jgħidlekx xi progress sar minn sena għal sena imma jgħidlek li f'dawn l-aħħar ħames snin għamlu progress.", "Huwa faċli li tagħmel ċertu progress f'ħames snin pero` minn sena għal sena kemm ġie reġistrat progress?", "Fl-estimi 2004/05 il-qligħ kien ta' Lm333,000 filwaqt li fl-estimi għas-sena 2005/06 stranament għandna nuqqas minkejja l-ftaħir li żidna l-berths, il-yachting activities u li kellna 2,000 yachts li daħlu Malta.", "Għalhekk qed ngħid li kultant l- estimi ma jdoqqux għax minkejja dan kollu li semmew qed nipprevedu nuqqas żgħir.", "Ara li kieku kienet żieda żgħira wieħed jifhimha imma qed nipprevedu qligħ inqas milli kellna s-sena l-oħra u din hija xi ħaġa inkwetanti.", "Sur President, in-numru ta' applikazzjonijiet pendenti għall-irmiġġi fil- yachting centres huwa ta' 409 u l-ammont totali ta' irmiġġi li għandna huwa ta' 1,600.", "Dan ifisser li bażikament għandna bżonn inkabbru b'madwar 30% in-numru ta' irmiġġi li għandna.", "Ovvjament dawn l-409 huma dawk li japplikaw imma hemm min jaqta' qalbu u ma japplikax.", "Dawn ir-rikjesti ilhom jakkumulaw mill-1993 sa l-2006.", "Fl-1993 kellna 17, fl-1994 kellna 31, fl- 1995 kellna 54, fl-1996 kellna 46, fl-1998 kellna 62 eċċ. Dan ifisser li baqgħalna ammont sostanzjali ta' nies li jridu jġibu l-yachts tagħhom Malta u li m'għandniex biżżejjed spazju għalihom u mn'Alla għandna l-private yacht marinas għaliex ħafna mill-isforz qed isir mill-intrapriża privata.", "Għandek 210 f'Portomaso, 400 f'Manoel Island, 250 fil-Grand Harbour u 873 fl-Imsida u Ta' Xbiex, minbarra li għandek 210 fl-Imġarr Marina ta' Għawdex.", "Hawnhekk jien naqbel ftit mal-gvern.", "Jekk wieħed jaqra r-rapport hemm qisu ħjiel jew politika mhux daqstant ċara li l-operazzjoni tal-yacht marinas għandha tiġi privatizzata biex l-awtorita` ma tibqax aktar operatur imma ssir regolatur.", "Jien personalment naqbel magħha din għax naqbel li l-iskop prinċipali ta' l-awtoritajiet hu li jkunu regolaturi.", "Bir-rispett kollu ma naħsibx li aġenzija bħal din hija kompetenti biżżejjed mill-aspett kummerċjali biex tiġġestixxi attivita` kummerċjali.", "Fil-fatt meta wieħed jara r-raġuni għalfejn kien hemm dawn id-diskrepanzi tal-miżati, kellek, per eżempju, żbalji u nuqqasijiet fl-amminstrazzjoni ta' l-ipproċessar tal-miżati.", "Din qed igħiduha huma fir-rapport tagħhom.", "Jiġifieri dawn qed jammettu li ma daħħlux flus daqskemm previst minħabba amministrazzjoni ħażina fl- ipproċessar tal-miżati.", "Apparti dan hemm problema għax issa saret moda li bniedem minflok ikollu cabin cruiser ta' 25 feet jew 27 feet, ikollu yacht ta' 40 feet jew 60 feet u allura jekk qabel fil-marina kont iddaħħal ammont, issa trid iddaħħal ammont iżgħar għax il-yachts tal-baħar huma akbar.", "Issa li qed jiġri minħabba dan hu li qed jaqilgħu inqas flus, jiġifieri kummerċjalment hemm xi ħaġa ħażina għax finalment I'm selling the space.", "Dak huwa punt ieħor li xtaqt inqajjem.", "Sur President, matul dawn l-aħħar ħames snin, l-irmiġġi żdiedu xi ftit, l- aktar f'Manoel Island fejn żdiedu b'60 berths u żiedu xi waħdiet fl-outlets l-oħra.", "Din hija xi ħaġa tajba u rakkmandabbli u rridu nirfinaw ferm aktar għaliex ħafna drabi jgħidulna li mhux yacht marinas għandna imma berthing places, ħlief dawk privati, pero` tajjeb jew ħażin irnexxielna noffru berthing għal 2,000 visiting yachts.", "Issa nixtieq nitkellem ftit fuq il- merchant shipping directorate.", "Hawnhekk l-estimi juru li għas-sena 2004/2005 ma morniex ħazin biex nitkellem ċar għax il-kritika tiegħi rrid nagħmilha b'mod oġġettiv.", "F'dawn l-aħħar sentejn li jien kont shadow minister fuq dan il-qasam, jien kelli kritika iebsa, u forsi kont żbaljat ukoll f'ċertu aspetti, fejn għedt li r-reġistru tal-vapuri tagħna sejjer lura u qed nitilfu l-volum tax-xogħol.", "Issa qed ngħid fejn marru tajjeb.", "Min kien jagħmel l-estimi mar żmerċ bil-miljuni u min qed jipprevedi l- estimi għas-sena d-dieħla se jmur żmerċ b'aktar u għalhekk, bir-rispett kollu, hemm taħwid kbir fl-estimi kif ippreżentati lil dan il-parlament.", "Fil-qasam tal-yachting m'jien impressjonat xejn pero` kuntrarjament għas- snin ta' qabel, fil-merchant shipping directorate inneħħi l-kappell u ngħid prosit għax din is-sena morna tajjeb f'dan il-qasam.", "Xi ftit xhur ilu, qrajt artiklu ta' l-Avukatessa Fenech li hija esperta f'dan il-qasam u għall-ewwel kelli ċerti riżervi fuq li qalet.", "Pero` meta studjajt l- estimi u anke d-dokument li ppreżentajtu, ikkonvinċejt ruħi.", "Fl-estimi għas-sena 2004/2005 ir-reġistrazzjoni ta' vapuri u miżati kienu ta' Lm2.4 miljun mentri l-actual kien ta' Lm2.6 miljun.", "Għas-sena 2005/2006 qed tkunu prudenti kif għamiltu s-sena l-oħra għax l-estimi huma kważi Lm2.5 miljun pero` jien ngħid li se tmorru ftit aħjar minn hekk.", "Issa fl- aħħar ta' Settembru ta' l-2005, in-numru ta' vapuri reġistrati taħt il- merchant shipping Act kien ta' 4,100 li kien jissarraf għal gross tonnage ta' Lm24 miljun.", "Dan ifisser li Malta hija t-tieni l-akbar reġistru tal- vapuri fl-Ewropa u hija fost l-aqwa għaxra fid-dinja.", "Ninnotaw li din is- sena kemm l-ammont ta' vapuri kif ukoll it-tonnage reġa' beda jiżdied xi ftit.", "Għamel qisu sentejn, tlieta meta beda nieżel imbagħad erġajna bdejna nirkurpraw.", "Fil-fatt nosservaw li s-sena l-oħra n-numru ta' vapuri reġistrati tagħna kien ta' 3,768 filwaqt li t-tunnellaġġ tas-sena l-oħra kien ta' 23,900 u dan ifisser li din is-sena t-tonnage żdied b'165,000.", "Din m'hijiex xi ħaġa speċjali pero` almenu ma bqajniex neżlin u erġajna bdejna nżidu.", "Biss għandna ngħidu li għadna pjuttost 'il bogħod minn meta lħaqna l-quċċata fl-1999.", "Fil-fatt fl-1999 ilħaqna l-peak meta t-tonnage kien laħaq l-ammont ta' kważi 29 miljun tunnellata.", "Ta' min jiftakar li aħna ilna mill-1973 nirreġistraw il-vapuri u huwa importanti li nifhmu li dan huwa direttorat indispensabbli għall-pajjiż.", "Fl- 1973 kellna 27 vapur biss irreġistrat f'Malta b'tunnellaġġ gross ta' 7,659 u issa tlajna għal over 25 miljun u minn 27 vapur tlajna 'il fuq minn 4,000.", "Jiġifieri wieħed irid ifaħħar dan il-fatt u jien nieħu pjaċir ngħid li dawk in-nies li jaħdmu fil-qasam tax-shipping, kemm in-negozjanti kif ukoll l-avukati li daħlu fil-qasam tax-shipping, ħadu riskju u għamlu biċċa xogħol tajba anke għax ġabu konnessjonijiet kbar ma' ċerti pajjiżi, speċjalment il-Greċja.", "Din l-industrija nbdiet fis-snin tmenin.", "Huwa veru li fis-snin disgħin saru ċerti liġijiet li saħħew il-bandiera tagħna pero` meta wieħed jara l-isplużjoni ta' xogħol li sar mill-1973 sal-lum, wieħed irid bilfors igħidilhom prosit lil dawn in-nies għaliex irnexxielhom joħolqu niċċa, jimpjegaw eluf ta' nies u jiġġeneraw negozju u attivita` ekonomika serja.", "Punt ieħor li ħadt pjaċir ninnota hu li l-eta` medja ta' vapuri reġistrati naqset.", "Għas-sena 2005 kienet 9.9 years filwaqt li għas-sena preċedenti kienet 14.5 years.", "Hawn qed nitkellmu għall-vapuri ta' over 100 tons.", "Issa meta tqis li l-aktar kritika li jkollok tkun fuq vapuri qodma minħabba t-tniġġis u s-sigurta`, il-fatt li l-average minn 14.5 years niżel għal 9 or 10 years huwa ferm pożittiv.", "Jiġifieri l-vapuri tagħna huma aktar ta' kwalita`.", "Għandu jingħad ukoll li fis-sena 2005, il-medja ta' vapuri li ġew imneħħija mir-reġistru kienet ta' 15.8 f'sena mentri l-medja ta' vapuri li għandhom 100 tunnellaġġ jew aktar, kienet ta' 18.12 kull sena.", "Dan juri li mhux qed nibżgħu nneħħu l-vapuri qodma u dan isaħħaħ l-image ta' pajjiżna għax dejjem jgħajruna li aħna flag of convenience mentri dan m'hu veru xejn għaliex għandna reġistru veru serju.", "Fil-fatt dan li għadni kif għedt juri dan.", "Issa jien nikkonkludi f'dan ir-rigward li attwalment ġie reġistrat progress speċjalment f'dak li għandu x'jaqsam mal-kwalita` tal-vapuri li qed nirreġistraw u dan b'risposta tajba għall-kritika internazzjonali li sirna xi bandiera ta' konvenjenza għax nilqgħu fi ħdan ir-reġistru tagħna, vapuri mhux daqstant siguri u li jistgħu jagħtu lok għal tniġġis.", "Fil-fatt l- oppożizzjoni Laburista taqbel li t-tkabbir f'dan is-settur m'għandux ikun bi preġudizzju għall-kwalita` u fil-fatt għandu jingħad li allavolja żdiedet il-kompetizzjoni internazzjonali u żdiedu wkoll il-kontrolli bejn Ottubru 2004 u 2005, irnexxielna nirreġistraw 777 bastiment b'tunnellaġġ gross ta' Lm3.8 miljun.", "Dan huwa notevoli u nieħu pjaċir bih.", "Pero` hemm problema oħra żgħira li xtaqt insemmiha u jien kont ukoll ħriġt diversi press releases fuqha.", "Hawn qed nirriferi għall-kwestjoni tal-MARPOL.", "Dan l-aħħar kien hemm il-laqgħa tal-ministri tal-ġustizzja li kienet saret f'Lussemburgu u bdejna naraw daqsxejn pressjoni ġejja fuqna mill-Unjoni Ewropea għax bdew jiddaħħlu regolamenti ġodda fil-qasam marittimu.", "Dawn ir- regolamenti jmorru lil hinn mill-konvenzjoni ta' l-international maritime organisation magħruf bħala l-MARPOL.", "Dawn kienu kwestjonijiet li kkonċernaw tniġġis u bażikament ħadt pjaċir ninnota - u hawnhekk ukoll se nfaħħar - li Malta u Ċipru wżaw il-veto tagħhom u qalu: Għandna noqogħdu attenti għaliex aħna ma rridux inkunu aktar kattoliċi mill-Papa!", "Aħna nimxu eżattament mal- konvenzjoni ta' l-IMO u m'għandniex għalfejn immorru oltre.", "Għaliex fl- Ewropa għandna noħolqu leġislazzjoni aktar iebsa fuq il-vapuri milli hemm fil-kontinenti l-oħra?", "Għax jekk dan isir, vapur reġistrat f'Malta jiltaqa' ma' aktar ostakoli ammistrattivi u burokratiċi minn vapur reġistrat f'pajjiżi oħra bil-konsegwenza li s-sid aktar ikun jaqbillu jirreġistra l- vapur f'Panama, per eżempju, milli f'Malta.", "X'jiġu jagħmlu f'Malta jekk aħna se nkunu aktar ebsin minn pajjiżi oħra?", "Hawnhekk il-gvern ħa pożizzjoni tajba u uża l-veto.", "Sfortunatament fit-23 ta' Frar, il-parlament Ewropew baqa' għaddej biha din u adotta rakkmandazzjoni fit-tieni qari li bażikament tirrifletti dak li kien qajjem il-kunsill tal-ministri li semmejt f'Lussemburgu.", "Sur President, irridu nagħmlu aktar lobbying.", "Malta hija żgħira u għalhekk irridu noqogħdu attenti għaliex jaf ikollok leġislazzjoni Ewropea li tgerrxilna u tkissrilna dan is-suq.", "Jien faħħartu dan is-suq, spjegajt kif kiber, faħħart lin-nies tal-Malta maritime authority li mexxew dan is- settur b'mod tajjeb u dan minkejja dak li jgħidu l-barranin.", "Sur President, jien veru kuntent u sodisfatt bil-performance tagħhom f'dan ir-rigward pero` l-gvern irid joqgħod attent għax dieħla din it-tip ta' leġislazzjoni li tgerrfxilna kollox.", "Jien bħala kelliem Laburista għal dan is-settur kont ħriġt press release u għidt li l-oppożizzjoni Laburista tiddikjara li temmen li l-industrija Maltija tar-reġistrazzjoni tal-vapuri għandha dejjem titmexxa fl-ambiti tal-leġislazzjoni u tal-konvenzjonijiet internazzjonali fosthom il-Marpol, sabiex nipproteġu ruħna bħala bandiera tar- reġistrazzjoni serja u nipproteġu l-isforzi li qed jagħmlu l-ħames deputati parlamentari Maltin fil-parlament Ewropew li qed jagħmlu l-almu tagħhom sabiex jipprovaw inaqqsu l-aspetti negattivi tal-leġislazzjoni li qed titmexxa mill-Unjoni Ewropea u li jista' jkollha konsegwenzi koroh fuq l- industrija Maltija.", "Jien għedt ukoll li l-oppożizzjoni Laburista għandha tħeġġeġ lill-gvern Malti sabiex min-naħa tiegħu jintervjeni fil- kwestjonijiet biex nipprovaw nippreżervaw din in-niċċa ekonomika daqstant indispensabbli għal pajjiżna.", "Il-biża' tiegħi f'dan l-isfond hi li jekk ma noqogħdux attenti u ma nilqgħux għal dan, nispiċċaw ma nkunux nistgħu nibqgħu nippromwovu lil Malta 'l quddiem bħala niċċa għal din it-tip ta' attivita` kummerċjali.", "M'hemm xejn ħażin li noffru dan is-servizz u ejja ninsew din il-fissazzjoni ta' flag of convenience.", "X'hemm ħażin?", "Aħna m'għandniex raw materials u bilfors servizzi rridu noffru u dan huwa wieħed minnhom.", "Il-yachting huwa servizz ieħor.", "Aħna pajjiż marittimu u ilna minn żmien il-kavallieri bil- vice admiralty court u sa 400 sena ilu diġa` kellna waħda mill-aqwa liġijiet tal-qasam marittimu li teżisti fid-dinja kollha.", "Bilfors irridu inbigħu dawn is-servizzi, Sur President.", "Pressure oħra li ġejja hija mill-Greenpeace.", "Tal-Greenpeace ġew Malta u jien iltqajt magħhom għan-nom tal-partit Laburista pero` dawn iltaqgħu wkoll mal-Ministru Ċensu Galea u mal-Ministru George Pullicino.", "Dawn qalulna li aħna dak iż-żmien konna l-ħames l-akbar bandiera tad-dinja u staqsewna għaliex aħna t-tieni l-aktar pajjiż fejn qed isir żmantellar skorrett f'pajjiżi bħall-Pakistan u l-Indja b'konsegwenza li jinħoloq it- tniġġis.", "Dawn ġew hawnhekk u qalulna li qed jagħmlu lobbying kbir kontra tagħna u jridu li aħna unilateralment naċċettaw li meta jiġu vapuri Malta biex jirreġistraw indaħħlulhom kondizzjonijiet żejda biex jirreġistraw il- vapuri sabiex dawn ma jkunux jistgħu jiżmantellaw il-Pakistan u l-Indja u jkollhom jaderixxu ma' ċerti prinċipji.", "Ikun inkwetanti kieku kellna nċedu għax at the end of the day, wara ċertu perijodu, il-vapuri jiġu żmantellati u sfortunatament għal kulħadd, hemm ċerti pajjiżi fosthom il-Pakistan fejn hemm industrija ta' l-iżmantellar tal-vapuri li hija mingħajr ċerti kontrolli.", "Jekk wieħed jara l-konvenzjoni tal-Marpol, ma jsib imkien li pajjiż irid iniżżel dawn it-tip ta' klawsoli.", "Il-vapuri Amerikani u tal-Panama jmorru jiżmantellawhom hemmhekk.", "Is-serjeta` hija importanti imma wieħed irid joqgħod attent li ma nitfgħux fuqna b'mod unilaterali piż żejjed li pajjiżi oħra anke ta' l-Unjoni Ewropea ma tefgħux fuqhom.", "Din hija niċċa importanti u hija bread and butter item ta' pajjiżna.", "Darba għamilt statistika u sirt naf li f'din l-industrija jaħdmu kważi 200 avukat full-time, kważi 200 accountant u nies b'degrees fl-ekonomija eċċ. imbagħad hemm segretarji u ħaddiema li jtellgħu l-ammont 'il fuq minn 1,000 ruħ.", "Dawn jiġġeneraw il- flus u jiddependu fuq din it-tip ta' industrija.", "Din hija industrija li rridu nipproteġuha u ħadt pjaċir ninnota li l-Onor.", "Ċensu Galea u l-Onor.", "George Pullicino ħadu l-istess pożizzjoni li ħadna aħna f'dan ir-rigward.", "Fil-fatt jien kont ħriġt press release oħra għan-nom ta' l-oppożizzjoni fejn għedt li minn banda napprezza l-pożizzjoni prudenti u ta' kawtela li qed jieħdu f'dan ir-rigward il-Ministri Ċensu Galea u George Pullicino.", "Bla dubju ta' xejn l-industrija tar-reġistrazzjoni tal-bastimenti hija niċċa importanti ħafna għal pajjiżna u għalhekk irridu nsostnuha.", "Ta' min jgħid li ftit tas-snin ilu, b'kunsens taż-żewġ naħat tal-Kamra, emendajna l- qafas legali tagħna f'dan ir-rigward bl-għeruq u x-xniexel b'tali mod li daħħalna fis-sistema legali tagħna r-regolamenti mandatorji internazzjonali kollha.", "Għaldaqstant ma nemminx li għandna imbagħad immorru fl-estrem l- ieħor u noħolqu qafas legali tant riġidu u burokratiku li ngerrxu l- investiment potenzjali.", "Għalhekk f'dan ir-rigward uħud mis-suġġerimenti li qed jagħmlu l-Greenpeace m'humiex aċċettabbli.", "Min-naħa l-oħra pero`, hemm rakkmandazzjonijiet li jagħmlu sens, fosthom li Malta bħala pajjiż ewlieni fil-kamp marittimu tista' ssemmi leħinha ħafna iktar ġewwa fora internazzjonali anke fuq kwestjonijiet ambjentali u ta' sigurta`.", "Hawnhekk x'qed ngħidu?", "Malta hija żgħira u f'dik li hija reġistrazzjoni tal-vapuri hija l-ħames l-akbar fid-dinja u t-tieni l-akbar fl-Unjoni Ewropea.", "Il-vuċi tagħna f'dawn it-tip ta' fora internazzjonali li semmejt hija esaġerata u hija akbar minn ta' l-Amerika għax aħna għandna bandiera akbar.", "Issa l-pożizzjoni Laburista hija li le, unilateralment mhux se nitgħabbew b'regolamentazzjoni iebsa għax ingerrxu l-industrija pero` se nużaw l-influwenza kbira tagħna f'dan il-qasam ġewwa fora internazzjonali biex nagħmlu pressjoni ħalli ntejbu l-liġijiet internazzjonali.", "Imbagħad dawn japplikaw fuq kulħadd, kemm fuq min qiegħed fl-Ewropa u kemm fuq min qiegħed barra mill-Ewropa.", "Dik hija politika Laburista u dak huwa l-parir li tajt lill-partit.", "Sur President, jien irrid nikkonkludi b'suġġeriment fuq il-kwestjoni ta' l- iżmantellar.", "L-iżmantellar hija industrija li tista' tiġġenera ħafna flus u kont għidt lill-Ministru Austin Gatt li ma tkunx idea ħażina li limitatament fid-drydocks tagħna, li qed jispiċċalhom ix-xogħol, nibdew niżmantellaw xi vapuri, dejjem taħt is-sorveljanza tar-regolamenti Ewropej.", "Kien hemm min qal li dan huwa perikoluż anke għaliex nistgħu noħolqu t- tniġġis.", "Mhux qed ngħid li għandna nagħmlu hekk bilfors, pero` ma tkunx idea ħażina li nagħmlu studju fuq dan is-suq.", "Nirringrazzjak.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Skada l-ħin disponibbli għan-naħa ta' l- oppożizzjoni u l-ħin li fadal huwa għan-naħa tal-gvern.", "Għalhekk nitlob lill-Ministru Ċensu Galea biex jagħmel il-winding up.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Sur President, għandi diffikulta` b'liema ton se nagħti r-risposta tiegħi, jekk hux bit-ton li uża l-Onor.", "Joe Mizzi jew inkella bit-ton ta' l-Onor.", "Jose` Herrera.", "Qed ngħid dan għax m'hemmx dubju li l-pożizzjonijiet li ħadu ż-żewġ kelliema ta' l-oppożizzjoni fis- siegħa u kwart li kellhom bejniethom huma differenti għal kollox minn xulxin.", "Naturalment dan mhux għax l-Onor.", "Herrera ma qajjimx numru ta' punti ta' kritika għax dan għamel hekk u għal uħud minnhom tista' tagħti spjegazzjonijiet ta' malajr, anke jekk napprezza l-fatt li mill- informazzjoni li kellu f'idejh ma jidhirx, at face value, x'inhuma d- differenzi li hemm bejn is-somom stmati għas-sena 2004/2005 u dak li ġara attwalment.", "Jien nammetti li huwa diffiċli biex xi ħadd li jara sempliċiment l-estimi, jara ċerti raġunijiet.", "Per eżempju, l-Onor.", "Herrera għamel riferenza għal x'inhi r-raġuni għaliex fid-direttorat tal-portijiet kien hemm żieda f'dawk li huma operational expenditure minn Lm344,000 li kienu stmati għal din is-sena għal stima ta' Lm1.6 miljun, li hija żieda ta' 500%.", "Dawn huma spjegazzjonijiet li wieħed jista' jasal għalihom f'diversi direttorati oħrajn pero` se nieħu dan il- każ partikolari.", "In-nefqa attwali f'dawk li huma repairs and maintenance fis-sena 2004/2005 kienet ta' Lm105,000 u l-istima hija ta' Lm442,000, jiġifieri żieda ta' tliet darbiet.", "F'dak li huwa depreciation bqajna bejn wieħed u ieħor fejn konna bejn dak li ġara u dak li kien maħsub.", "Rigward is-sigurta` l-istess ħaġa imma mbagħad għall-port development and expenditure minn Lm23,000 li kien hemm għal din is-sena, huwa maħsub li s- sena d-dieħla jitla' 'l fuq minn Lm900,000.", "Dawn hemm riferenza għalihom mhux bħala kwantifikazzjoni ta' flus imma bħala proġetti li dehru bħala lista ta' possibbiltajiet.", "F'dik li hija nefqa f'salarji u fi staff costs, kif qal l-Onor.", "Herrera, se jkun hemm żieda ta' Lm200,000.", "X'inhuma l- ispjegazzjonjiet għal dawn iż-żidiet?", "Faċli, se jkun hemm staff training ta' Lm150,000.", "Wieħed jista' jagħmel riferenza wkoll għall-impairment costs li għamel riferenza għalihom l-Onor.", "Herrera u hemmhekk dan qisu wieġeb għad-domanda li għamel huwa stess għax dan huwa mod ta' kif isir l-accounting.", "Ir- raġunijiet għal dik id-diskrepanza jew għal dik l-item partikolari ta' impairment tirriżulta minħabba l-mod ta' kif saru ċerti bidliet fil- leġislazzjoni.", "L-Onor.", "Herrera staqsa għaliex l- impairment u l- pensjonijiet qegħdin f'item wieħed u naħseb li għandu raġun.", "Wieħed jista' faċilment jagħmel riferenza għal dawk iż-żewġ items b'mod separat u allura ma nafx għaliex ma kienx hemm din is-separazzjoni bejn impairment costs u proviżjoni għall-pensjonijiet.", "Nappella biex jekk huwa possibbli, l- accountants jagħmluh b'mod differenti fil-futur.", "L-Onor.", "Herrera bir-raġun kollu għamel numru ta' kummenti dwar id- direttorati li jaqgħu taħt din l-awtorita` u pprova jelenka r-raġunijiet għalfejn f'uħud minnhom imxejna 'l quddiem u f'oħrajn ma mxejniex 'il quddiem daqskemm wieħed jistenna.", "Wieħed irid japprezza wkoll il-ħidma li tkun qed issir fuq diversi livelli.", "L-Onor.", "Herrera għamel riferenza għall- pożizzjonijiet li ħadet Malta fil-kunsill tal-ministri għall-ġustizzja u fil-kunsill tal-ministri għat-trasport u li issa l-Parlament Ewropew f'ċertu sens qegħdin jerġgħu jbiddlu l-pożizzjonijiet li ħadu dawn il- kunsilli għar-rigward ta' x'inhuma r-responsabbiltajiet tal-pajjiż li jkun qed jirreġistra.", "Jien nista' nassigura lill-Onor.", "Herrera li f'dawk li huma l-limiti possibbli se nibqgħu naħdmu biex nassiguraw li d- deċiżjonijiet li jittieħdu, b'mod partikolari mill-kunsill tal-ministri tat- trasport, ikunu tali li fil-fatt ma jġibux piżijiet żejda kemm fuq il- bandiera Maltija u anke fuq is-settur marittimu Ewropew u din hija t-teżi li Malta qed taħdem fuqha.", "Id-dannu li jista' jsir lejn l-attivita` marittima Ewropea huwa wieħed li permezz tiegħu mhux Malta biss imma anke l- 25 pajjiż ta' l-Unjoni Ewropea jistgħu jsofru minnu.", "Jeħtieġ li ma neħdux deċiżjonijiet li permezz tagħhom, vapur taħt bandiera ta' xi pajjiż membru fl-Unjoni Ewropea, jiltaqa' ma iżjed żvantaġġi milli kieku jirreġistra vapur ma' pajjiż mhux membru.", "Aħna ħadna din il-pożizzjoni u se nkomplu nieħdu din il-pożizzjoni minkejja dak kollu li jista' jingħad.", "Ovvjament mhux qed nirriferi għall- oppożizzjoni għax irrid ngħid li f'dan il-każ partikolari, l-oppożizzjoni - kemm meta tkellem l-Onor.", "Herrera u kemm meta tkellem l-Onor.", "Joe Debono Grech - qablu fuq il-ħtieġa li aħna ma nsawtux lilna nfusna fuq l- argument tal-bandiera ta' konvenjenza.", "Għall-kuntrarju aħna nemmnu li f'dan il-qasam tal-merchant shipping, il-pożizzjonijiet ta' Malta għandhom ikunu tali li meta jiġu aċċettati, ikollhom rifless pożittiv mhux biss fuq il-vapuri reġistrati taħt il-bandiera Maltija imma aktar importanti fuq l- attivita` merkantili Ewropea kollha.", "Il-gvern, l-oppożizzjoni u l- uffiċjali ta' l-awtorita` marittima jafu li dan mhux dejjem faċli li tispjegah fil-kunsill tal-ministri.", "Nafu wkoll li sal-lum hemm diversi pajjiżi li dan għadhom ma rrealizzawhx pero` aħna nemmnu li f'dan il-każ partikolari għandna raġun u dan mhux biex niddefendu l-interessi ta' Malta biss u mhux biex niddefendu l-interessi tal-pajjiżi l-oħrajn li jagħtuna s- support tagħhom fuq dawn il-kwestjonijiet imma primarjament biex niddefendu l-interessi tax-shipping Ewropew.", "Dan ngħiduh għax kif qal ukoll l-Onor.", "Herrera, meta tagħmel leġislazzjoni u regolamenti li japplikaw għal vapur li jkun qiegħed taħt il-bandiera ta' pajjiż Ewropew u dawk l-istess regolamenti ma japplikawx għal vapuri li huma reġistrati taħt bandiera oħra pero` fl-istess ħin dawn tħallihom joperaw fil-portijiet ta' pajjiżi Ewropej, allura tkun sempliċiment qiegħed tikkastiga lilek innifsek u lil dawk il-vapuri li jkunu ġejjin minn pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea.", "Dan għalina m'huwiex aċċettabbli, iddiskutejnieh diversi drabi u f'ċerti aspetti rnexxielna nbiddlu ċerti pożizzjonijiet pero` baqgħalna ħafna x'nagħmlu u mhux se nċedu minn dik il-pożizzjoni favur l-interessi Maltin u Ewropej.", "L-Onor.", "Herrera għamel riferenza għall-attivita` tal-yachting f'pajjiżna u għall-fatt li għandna 409 applikazzjoni pendenti.", "Jien ngħid li l-uniku mod kif nistgħu nkomplu nattiraw din l-attivita` lejn dan il-pajjiż minbarra dawn l-409 huwa li nassiguraw li jkollna faċilitajiet li fihom jistgħu jilqgħu yachts.", "Pero` min-naħa l-oħra, ara ma naħsbux li f'dan it- tentattiv tagħna biex nattiraw il-yachts qegħdin waħedna għax madwarna hawn diversi faċilitajiet li qegħdin jinbnew f'diversi pajjiżi li jistgħu joffru servizzi ta' ċerta kwalita` bi prezzijiet kompetittivi.", "Aħna rridu nkomplu nkunu f'qagħda li nassiguraw li l-faċilitajiet tagħna jkunu l-ħin kollu ta' l-aqwa kwalita`, li jagħtu l-aqwa garanzija ta' sigurta` u li l- faċilitajiet anċillari madwar il-marinas tagħna jkunu tali li jattiraw lil min jersaq lejn dan il-pajjiż.", "Dan qed ngħidu għax filwaqt li l-yachts madwarna qegħdin jikbru fid-daqs u fin-numru, aħna bqajna - ħlief b'eċċezzjoni ta' ftit faċilitajiet li żdiedu matul l-aħħar snin - bl-istess numru ta' berthing facilities.", "L-uniku mod li nistgħu naslu bih m'huwiex li nipprovaw indeffsu aktar yachts fil-faċilitajiet li għandna – dak forsi jista' jsir fis-sajf għal min jiġi jżurna għal ftit ġranet – imma li nibnu iżjed faċilitajiet.", "Sur President, għandna bżonn faċilitajiet fin-naħa ta' isfel ta' Malta, fin-naħa ta' fuq ta' Malta kif ukoll f'Għawdex u flimkien irridu nassiguraw li nagħmlu dan bl-inqas dannu possibbli għall-ambjent f'pajjiżna.", "Ma nistgħux naħsbu li nistgħu nagħmlu xi faċilita` x'imkien mingħajr ma nagħmlu l-ebda dannu u min-naħa l-oħra m'huwiex aċċettabbli li ma nagħmlu xejn għax għandna bżonn nagħtu iktar faċilitajiet għal dawk kollha li jridu jersqu lejn pajjiżna jew biex jagħmlu berthing is-sena kollha jew biex jużawna għal numru ta' xhur fis-sena.", "Il-faċilitajiet irridu nkabbruhom u rridu nassiguraw li bl-ebda mod ma jkun hemm tfixkil żejjed f'dan ir-rigward.", "Sur President, il-yachting fil-Mediterran qed jiżdied u l-indikazzjonijiet huma li dan se jkompli jiżdied.", "Allura aħna ma rridux inkunu l-boloh li noqogħdu nistennew lil xi ħadd jagħmel xi ħaġa għall-interessi tagħna u allura jeħtieġ li nkomplu bis-serjeta` nagħtu l-aħjar faċilitajiet f'dan ir- rigward u mbagħad inkunu nistgħu ngħidu li mhux Lm300,000 daħħalna mill- attivita` tal-yachting imma ħafna aktar u dan ikun ifisser li l-attivita` tat-turiżmu f'pajjiżna tkun sejra tajjeb.", "M'għandix dubju li fl-inħawi ta' madwar il-marinas, tiżdied l-attivita` ekonomika u nibdew naraw operaturi bħal restaurants u anke lukandi.", "Dan ifisser li l-attivita` tal-yachting m'hijiex xi ħaġa li tirrigwarda biss il-yachts li jiġu f'pajjiżna imma testendi għal ħafna aspetti ekonomiċi oħra, speċjalment jekk il-yachts ikunu ta' ċertu daqs u b'hekk il-kapaċita` ta' l-infiq ta' dak li jkun tkun akbar.", "Hawnhekk ikun tajjeb li wieħed jgħid li ftit tal-ġimgħat ilu l- gvern, fuq rakkmandazzjoni ta' l-awtorita` marittima ppubblika leġislazzjoni dwar l-użu ta' commercial yachts f'pajjiżna u nispera li permezz ta' dawn ir-regolamenti, ikun hemm numru akbar ta' yachts li l- ewwelnett ikunu reġistrati taħt il-bandiera Maltija imma wkoll li jistabilixxu ċ-ċentru ta' l-operazzjoni tagħhom minn Malta għal dawk li huma l-attivitajiet kummerċjali tagħhom fil-Mediterran.", "Issa nixtieq nirrispondi lill-Onor.", "Joe Mizzi.", "Kieku kelli noqgħod fuq id- diskors ta' l-Onor.", "Joe Mizzi nibda naħseb li l-attivita` marittima Maltija qiegħda fix-xifer ta' l-irdum ta' Ħad-Dingli.", "Qed ngħid dan għax għall- Onor. Joe Mizzi m'hemm assolutament xejn li huwa miexi tajjeb.", "Il-fatt li dan għamel xi sena fuq xi vapur x'imkien, jaħseb li huwa l-professur ta' l- attivita` tal-baħar pero` ħlief kummenti fil-vojt m'għaddiex.", "Jien jiddispjaċini li nitkellem b'dan il-mod pero` meta għandek persuna li tippretendi li tifhem imma mbagħad meta tiġi biex titkellem fuq l-attivita` ta' din l-awtorita`, tispara dak kollu li jkollha aptit tgħid mingħajr ebda bażi ta' xejn, allura wieħed bilfors jitkellem hekk.", "Naturalment dan jgħid dak kollu li jfettillu għax jaf li f'dan il-parlament huwa protett pero` dik il-protezzjoni bl-ebda mod ma tagħtik il-possibilita` li tabbuża u tgħid li jfettillek u mbagħad tkun kuntent li l-għada jkun hemm il-ġurnali li jirrapportawk.", "L-Onor.", "Mizzi beda jitkellem fuq sensiela ta' affarijiet – l-isptar Mater Dei, toroq u diversi affarijiet oħra - li m'għandhomx x'jaqsmu ma' l-awtorita` u mbagħad wasal għall-konklużjoni, forsi dan kien l-iskop tiegħu, li hemm il-korruzzjoni.", "Jekk hemm il-korruzzjoni, għandu jitkellem u jgħid lill-pubbliku Malti ħalli ninvestigaw pero` m'huwiex ġust li dan jitfa' l-affarijiet għal sieqhom kif għamel fl-intervent tiegħu fejn semma l-kwestjoni tal-portijiet taċ-Ċirkewwa u l-Imġarr u t-tenders tagħhom.", "Jekk qed jaħseb li hemm xi ħaġa li m'hijiex f'postha, irid jitkellem ċar u mhux jispara bl-addoċċ kif qed jagħmel.", "Aħna fl-ebda ħin m'għedna li l-proġett taċ-Ċirkewwa se jiġi jiswa Lm40 miljun.", "Taf min qal li l-proġett taċ-Ċirkewwa se jiġi jiswa Lm40 miljun?", "L-oppożizzjoni fil-11 ta' Awissu ta' l-1998, ftit ġimgħat qabel l-elezzjoni.", "U dan lanqas ingħad mill-oppożizzjoni b'mod uffiċjali, permezz tal-kelliema tagħha, imma min- nies li bagħtet għal-laqgħa f'Għawdex.", "Fil-fatt \"The Times\" tat-12 ta' Awissu ta' l-1998 tgħid li \"new Ċirkewwa port will cost Lm40 million.\"", "Għaxar snin wara, l-estimi tagħna bl-ebda mod m'huma qegħdin joqorbu hemmhekk u bl-ebda mod m'huma se joqorbu hemmhekk.", "Dak iż-żmien l-oppożizzjoni mhux veru kellha stimi li jwasslu għal Lm40 miljun u mhux veru li kellha l-pjanti li kienu jitkellmu b'ċertu mod.", "Lanqas hu veru li kellha permessi li jitkellmu fuq dan il-proġett pero` fit- 12 ta' Awissu ta' l-1998, tliet ġimgħat 'il bogħod mill-elezzjoni ġenerali, dawn qalu hekk għax dak huwa l-aqwa żmien biex tispara ftit numri.", "La ma jikkontestak ħadd ikollok iżjed ċans li n-nies jemmnu dak li tipprova tbellagħlhom.", "Iżda dakinhar il-poplu Malti uriena li ma tantx jibla l- affarijiet li tbellagħlu.", "Imbagħad l-Onor.", "Mizzi beda jitfa' sensiela ta' allegazzjonijiet waħda wara l-oħra.", "Skond dan il-membru parlamentari hemm nies li aħna qed nippreparawlhom xi post x'imkien biex ikollhom moħħhom mistrieħ ħalli jekk xi darba nagħmlu xi bidla x'imkien, inkunu nistgħu npoġġuhom f'post aħjar.", "Dawn huma nies li skond hu qegħdin nagħtuhom promozzjonijiet jew ma nafx x'iktar min-naħa għall-oħra mingħajr raġunijiet.", "Hawnhekk ukoll nistieden lill-Onor.", "Mizzi jew lil min irid min- naħa ta' l-oppożizzjoni biex jekk għandu xi każ f'idejh, jgħidilna u b'hekk ikollu wkoll is-sodisfazzjon li jkun jaf għalfejn isiru ċerti affarijiet.", "L- Onor. Mizzi qalilna wkoll li l-awtorita` m'hi qed tagħmel xejn u lanqas qed tpoġġi fuq il-karta r-regolamenti ta' l-Unjoni Ewropea.", "Jien nixtieq inkun naf min bellagħhielu lill-Onor.", "Mizzi li l-awtorita` marittima mhux qed tobdi l-obbligi tagħha skond il-konvenzjonijiet internazzjonali mhux biss ta' l-Unjoni Ewropea imma anke ta' l-lMO.", "Aħna qed nagħmlu dan biex nassiguraw li kull ħaġa li nkunu qegħdin nagħmlu tkun kemm jista' jkun qrib ir-realta` leġislattiva skond il-ħteġijiet tad-dinja marittima fid-dinja tal-lum.", "Li tgħid li m'hu qed isir xejn huwa faċli.", "B'kumbinazzjoni l- bieraħ l-Unjoni Ewropea ħarġet rapport fejn qalet li Malta llum hija t- tielet l-aktar pajjiż li poġġiet in place regolamenti, mhux biss fuq dan is- settur partikolari imma overall.", "Sa ftit taż-żmien ilu meta konna qegħdin lura fl-implimentazzjoni tad- direttivi kien hemm min qalilna li m'aħna qed nagħmlu xejn pero` issa qegħdin it-tielet l-aktar pajjiż li poġġejna in place direttivi.", "Fil-fatt qalulna wkoll li hemm numru ta' affarijiet li fuqhom l-istess Unjoni Ewropea qiegħda tieħu infringement procedures.", "Għalkemm aħna poġġejna ċerti affarijiet fuq il-karta, skond hi dawn m'għamilnihomx skond il- ħteġijiet u l-kondizzjonijiet tagħha.", "Waħda mill-affarijiet li hemm infringement procedures fuqhom tirrigwarda l-attivita` ta' ħaddiema Maltin fil-qasam marittimu pero` nemmnu u qegħdin niġġieldu u nkomplu niġġieldu għal pożizzjoni favur dawn il-ħaddiema li jaħdmu u jagħtu servizz lill- awtorita` marittima għax nemmnu li bħalma ħaddiema oħra li ħadmu fil-qasam marittimu fis-snin li għaddew f'pajjiżi oħra ngħataw ċerti konċessjonijiet, hekk ukoll għandu jiġri għall-ħaddiema tagħna u hekk nemmen li se jiġri.", "Allura aħna mhux se nċedu u naħarbu mir-responsabilita` tagħna u mhux se nbaxxu rasna f'dan il-każ partikolari sakemm l-affarijiet inkunu nistgħu nġibuhom f'posthom.", "L-Onor.", "Mizzi għamel riferenza wkoll għall-buoy ta' Marsaxlokk.", "Iva, Sur President, kien hemm diffikulta` biex dak il-buoy partikolari jkun jista' jissewwa fil-ħin u kien hemm diffikultajiet ukoll marbutin ma' responsabilitajiet li l-awtorita` riedet timponi fuq min kien se jipprovdi s-servizz.", "Finalment kien hemm qbil u dak il-buoy ġie rranġat ukoll.", "Rigward id-deep water quay, dan stagħġeb u staqsa għalfejn ir-repairs ta' kuljum qegħdin jissejħu proġetti.", "Ma nafx liema parti tar-rapport qara li hija proġett pero` definittivament waħda mir-responsabilitajiet li għandha l-awtorita` hija li tassigura li l-portijiet tagħna jkunu qegħdin f'qagħda tajba.", "L-Onor.", "Mizzi għamel riferenza wkoll għat-tniġġis fil-baħar tagħna u kkwota biċċa li qalagħha totalment mill-kontest tagħha.", "Dażgur li għandna responsabilita` li nassiguraw li l-equipment neċessarju jkun in shape u żgur li għandna responsabilita` li nassiguraw li mhux l-awtorita` waħedha imma anke l-gvern ukoll ikollu pjan ta' kontinġenza jekk Allaħares qatt insofru minn xi tniġġis.", "Sur President, ma nidħkux bina nfusna.", "Il-pjani ta' kontinġenza ma tagħmilhomx billi jkollok xi żewġ paġni miktubin x'imkien imma dawn tagħmilhom billi jkollok in-nies ippreparati u trained u dawn la kienu jeżistu qabel u sfortunatament lanqas jeżistu llum pero` qed jittieħdu l-passi biex dan iseħħ.", "L-Onor.", "Mizzi għamel ukoll riferenza għall-kwestjoni tar-riforma fil- portijiet u jien ma nafx kemm-il darba se nibqa' nirrepeti l-istess kliem li din m'hijiex riforma li tirrigwarda l-kuntrattur tal-cargo handling waħdu.", "Il-kuntrattur tal-cargo handling fil-port tagħna huwa wieħed min- numru ta' elementi li fil-fatt kulħadd jaqbel li għandhom bżonn jinbidlu jekk irridu nagħmlu mill-portijiet tagħna postijiet li fihom tiżdied l- attivita` kummerċjali.", "Dan nagħmluh billi nattiraw xogħol ġdid għal dan il- pajjiż u dan fil-kontest li kif għedt fl-introduzzjoni tiegħi, l- informazzjoni turi li l-attivita` kummerċjali fil-baħar tal-Mediterran se tirdoppja jekk mhux aktar minn hekk ukoll.", "Għalhekk hemm bżonn li nisfruttaw dak li qed jiġri f'dawn l-inħawi.", "Aħna qegħdin f'nofs il- Mediterran u qegħdin fuq ir-rotta prinċipali ta' ġarr ta' merkanzija mil- lvant għall-punent u għalhekk irridu nkunu ċerti li jkollna l-faċilitajiet neċessarji.", "Il-faċilitajiet m'humiex biss l-equipment, il-mollijiet u affarijiet bħal dawn imma huma marbutin ukoll mal-preparazzjoni tal-ħaddiema.", "Kull meta ltqajt mal-ħaddiema tax-xatt u man-nies li jaħdmu fil-cargo handling, nista' ngħid li kull wieħed minnhom jammetti li hemm bżonn inbiddlu s- sistema ta' kif ħdimna u ta' kif qegħdin naħdmu.", "Meta nistaqsihom jekk humiex lesti li jnaqqsu, ir-risposta tagħhom tkun li jekk jista' jkun ma jnaqqsu xejn minn dak li għandhom illum.", "Biex jiġri dan hemm soluzzjoni waħda u din hija li tkun aktar effiċjenti billi tkun aktar imħarreġ u li tkun trid taġġorna għax ħafna minnhom huma kapaċi, biss m'humiex daqshekk lesti li jaġġornaw.", "Ħadd m'hu qed jgħid kif qal l-Onor.", "Mizzi li huwa tort tal-ħaddiema.", "Jekk inhu tort ta' xi ħadd żgur m'huwiex tort tal-ħaddiema individwali li jaħdmu f'dawk il-portjiet pero` huwa r-riżultat ta' dak kollu li għandna f'dan il-pajjiż fil-portijiet tagħna.", "Għalxejn noqogħdu nipprovaw ninħbew.", "Jien mhux se ngħid dak jew l-ieħor pero` nafu x'inhi l-atmosfera tal-post tax-xogħol tal-portijiet tagħna.", "Aħna nafu li kemm-il darba l-ħaddiema tal- portijiet ġew użati għal skopijiet li m'humiex għal kollox f'posthom u nafu li dawn in-nies fehmu li l-uniku mod ta' kif se jimxu 'l quddiem huwa billi jbiddlu l-prattiċi tax-xogħol tagħhom.", "Hawnhekk wieħed jista' jara l- volonta` ta' min qed jaħdem li jinbidel u jbiddel is-sistema tiegħu ma' nuqqas ta' volonta` ta' oħrajn li jipprovaw iwaqqfu dak li jkun qed isir.", "Naturalment aħna għandna r-responsabilita` li nkomplu mexjin 'il quddiem u niskanta kif fis-sena 2006, meta l-equipment fil-portijiet ta' madwarna nbidel radikalment, meta tmur fil-portijiet tagħna ssib li min kien responsabbli biex jinvesti fl-equipment hemmhekk, kien min kien, m'għamel prattikament l-ebda tip ta' investiment.", "Il-konsegwenzi ta' dak in-nuqqas ta' investiment jirriżulta f'diffikultajiet li qegħdin jiffaċċjaw il- ħaddiema li jaħdmu hemmhekk.", "Nistgħu nibqgħu nelenkaw attivita` wara oħra ta' l-awtorita` pero` m'għandi ebda dubju li bl-istess mod kif l-awtorita` ppreparat u ffaċċjat il-bidliet fir-realtajiet tal-ħajja politika lokali u tal-ħajja politika internazzjonali, b'mod partikolari tal-ħajja politika ta' l-Unjoni Ewropea, hekk se terġa' tagħmel.", "Kien hawn ħafna li ħasbu li l- qasam tal-merchant shipping kien se jinqered meta Malta tkun membru ta' l- Unjoni Ewropea u kien hemm ħafna li ħasbu li b'riżultat tad-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea se neqirdu r-reġistru tagħna pero` dan ma seħħx għax kien hemm il-preparazzjonijiet meħtieġa.", "Naturalment bl-istess mod li l-awtorita` għamlet dawk il-preparazzjonijiet f'dawn l-oqsma, għamlet ukoll preparazzjonijiet fid-diversi setturi li għandha taħtha.", "L-Onor.", "Mizzi għamel riferenza wkoll għaċ-ċentru li qed jinbena mill-awtorita` marittima u ma nafx x'ried jgħid meta semma l- kuntrattur.", "Sur President, l-awtorita` marittima investiet u qiegħda tkompli tinvesti biex tibni ċentru li minnu tkun tista' terfa' r-responsabbiltajiet amministrattivi u politiċi kollha li għandha - politiċi fis-sens ta' policies li għandha biex tassigura r-rwol tagħha ta' regolatur - biex tassigura li l-obbligi lokali, internazzjonali u dawk ta' l-Unjoni Ewropea nkunu qed nosservawhom.", "Issa dawk minna li jaħsbu li jistgħu jiġu f'dan il- parlament jiddiskutu l-estimi ta' l-awtorita` marittima billi jgħidulna li biex wieħed jiċċekkja minn fejn ġej ir-riħ, irid idaħħal subgħajh f'ħalqu u jtellgħu 'l fuq, ma jkun qed jagħmel xejn ħlief li jinsulenta lil kulmin jaħdem fil-portijiet tagħna.", "Sur President, aħna nagħmlu bil-maqlub għax il-ħaddiema tal-portijiet tagħna napprezzawhom u nafu li m'humiex ta' subgħajhom f'ħalqhom kif ipprova jpinġihom l-Onor.", "Mizzi.", "Jien ċert li kull wieħed u waħda minnhom se jkomplu jagħtu s-sehem tagħhom għall-iżvilupp ta' dan is-settur fl- interess ta' pajjiżna.", "Nirringrazzjak.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Issa se nqiegħed il-mistoqsija fuq il- mozzjoni kif imressqa u moqrija mill-Ministru għall-Kompetittivita` u Komunikazzjoni sabiex il-Kamra tapprova l-Estimi ta' Dħul u Nfiq ta' l- Awtorita` Marittima għas-sena 2005/2006.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "THE DEPUTY SPEAKER: Din id-division tittieħed minn hawn u 20 minuta oħra.", "Billi ntalbet votazzjoni l-Kamra ġiet sospiża fid-9.00 p.m. u rriżumiet 20 minuta wara.", "THE DEPUTY SPEAKER: Se nerġa' nqiegħed il-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hija l-mozzjoni kif imressqa u moqrija mill-Ministru għall-Kompetittivita` u Komunikazzjoni sabiex il-Kamra tapprova l-Estimi ta' Dħul u Nfiq ta' l- Awtorita` Marittima għas-sena 2005/2006.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Mario Galea", "ONOR.", "MARIO GALEA: Ninforma lill-Kamra li għan-naħa tal-gvern se jiġu paired l-Onor.", "Robert Arrigo, l-Onor.", "Frederick Azzopardi, l-Onor.", "Jason Azzopardi u l-Onor.", "Lawrence Gonzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Ninforma lill-Kamra li għan-naħa ta' l-oppożizzjoni se jiġu paired l-Onor.", "Justyne Caruana, l-Onor.", "Marie Louise Coleiro, l-Onor.", "Anġlu Farrugia u l-Onor.", "Alfred Sant.", "VOTAZZJONI NRU.", "129", "FAVUR : 30", "L-Onor.", "|Abela Anthony |Galea Censu | |Agius David |Galea Franco | |Agius Francis |Galea Louis | |Asciak Michael |Galea Mario | |Borg Tonio |Gatt Austin | |Cassar Joseph |Gonzi Michael | |Cristina |Mifsud Bonnici | |Dolores |Antoine | |D'Amato Helen |Mifsud Bonnici | | |Carmelo | |Dalli John |Mugliett Jesmond | |de Marco Mario |Puli Clyde | |Debono Giovanna|Pullicino George | |Deguara Louis |Pullicino Orlando | | |Jeffrey | |Falzon Joseph |Vassallo Edwin | |Fenech Antonio |Zammit Ninu | |Frendo Michael |Zammit Dimech | | |Francis |", "KONTRA : 24", "L-Onor. | | | |Abela Carmelo |Debono Grech Joe | |Abela Joseph |Farrugia Michael | |Agius Chris |Farrugia Noel | |Bartolo Evarist|Galdes Roderick | |Brincat Joseph |Gulia Gavin | |Brincat Leo |Herrera Jose` | |Buhagiar |Mangion Charles | |Charles | | |Buontempo |Mizzi Joe | |Stefan | | |Cardona Chris |Parnis Silvio | |Chircop Karl |Refalo Anton | |Cuschieri |Sammut Joseph | |Joseph | | |Dalli Helena |Vella Karmenu |", "Il-mozzjoni għaddiet u l-estimi ġew approvati.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru, jekk jogħġbu, iressaq l- Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "TONIO BORG: Sur President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tnejn, 27 ta' Frar, 2006 fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Securitisation – Tieni Qari (Kont);", "Abbozz ta' Liġi biex jimplimenta Miżuri ta' l-Estimi - Tielet Qari; u", "xi aġenda oħra li tista' tiġi komunikata aktar tard.", "-----------------------------------", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Reġistru Ċentrali - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Sigurta` Soċjali - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Michael Asciak.", "ONOR.", "MICHAEL ASCIAK: Sur President, dan l-aħħar kont qed naqra ktieb fejn iltqajt ma' poeżija interessanti li jkun tajjeb li wieħed jaqraha u jaħseb fuqha.", "Din il-poeżija ta' erba' versi tgħid hekk:", "\"God and the doctor we alike adore, but only when in danger not before.", "The danger over both are alike requited, God is forgotten and the doctor slighted.\".", "Il-bieraħ sar diskors min-naħa l-oħra tal-Kamra fuq argument li m'huwiex faċli biex tiddiskutih.", "L-argument fuq il-pensjonijiet m'huwiex wieħed popolari, pero' jidhirli li huwa argument ġust u għalhekk jidhirli li f'din iċ-ċirkostanza l-popolarita` għandha tiġi t-tieni.", "Il-bieraħ l-Onor.", "George Vella fid-diskors tiegħu allega li wieħed għandu jkun grat lejn ċerti tobba li jagħmlu dak li jgħidulu under-cutting, għaliex dawn ikunu qed iħennu għan-nies.", "Jien ma niċħadx li wieħed għandu jħenn għan-nies għax din hija ħaġa tajba pero` dawk in-nies li jkun hemm bżonn tħenn għalihom normalment ikunu l-minoranza mhux ir-regola, filwaqt li t-tobba sfortunatament ikunu r-regola.", "Sur President, fil-ħajja teżisti dik li ngħidulha the grand design u s- small print.", "Huwa importanti li kulħadd ikun kapaċi jara kemm il-grand design kif ukoll is-small print pero` sfortunatament hawn nies li m'humiex kapaċi jagħmlu dan u allura jaraw biss is-small print.", "Bl-Ingliż ngħidu: We miss the wood for the trees.", "F'dan il-parlament aħna mdorrijin b'dawn l- argumenti għax smajnihom meta kellna l-kwestjoni ta' l-Unjoni Ewropea u kwestjonijiet oħra li ħabbatna wiċċna magħhom u l-bieraħ, fl-opinjoni tiegħi, l-Onor.", "Vella wkoll niżel f'dan il-livell għax ħares lejn is-small print u ma ħarisx lejn il-grand design.", "L-Onor.", "Vella huwa tabib bħali u allura huwa marbut bil-kodiċi ta' etika tat-tobba.", "Din hija speċifikata fir-reġistru tal-kunsill mediku u tgħid speċifikament żewġ affarijiet.", "L-ewwel waħda nsibuha f'dawk magħrufa bħala l-general notes for the guidance of medical practitioners.", "\"It shall be unlawful for any practitioner to charge a fee less than that established in the official tariff of fees.", "It is advisable that one should not charge any fee if the practitioner is satisfied that the patient or the client cannot afford one.", "It would be unethical in special cases to grant a discount of not more than 10% for the bills of Lm30 and over.\".", "Fl-istess pubblikazzjoni, taħt \"Ethics of the medical profession .14\", kapitlu 4 jgħid:", "\"It shall be unlawful for any practitioner to charge a fee less than an official one.", "If the doctor is satisfied that the patient cannot afford the fee, no fee shall be charged.\".", "Qed ngħid dan għaliex l-Onor.", "Vella l-bieraħ għamel argument - fil-gazzetti wkoll kien hemm xi kitba dwar dan - li ċerti tobba huma bla qalb u jiċċarġjaw il-flus bl-addoċċ.", "Issa jien qed nikkwota xi jgħid ir-reġistru mediku fil-konfront tat-tobba kollha u nerġa' ngħid li aħna lkoll marbutin li nimxu miegħu.", "Għaliex il-kodiċi ta' etika tat-tobba titkellem fuq under- cutting?", "Ir-raġuni ewlenija hija li mill-esperjenza kulħadd jaf li meta jsir under-cutting bl-addoċċ jibda jbati l-pazjent.", "Allura min-naħa jibdew isiru sforzi biex min għandu practice kbira jżomm il-monopolju u ma jħallix tobba oħra jidħlu fil-professjoni u min-naħa l-oħra min irid jidħol fil- professjoni jibda jagħmel under-cutting.", "Sfortunatament ħafna politiċi jagħmlu dan biex jirbħu l-voti u kif nafu lkoll meta jibda jsir dan, ix-xogħol ta' tabib ma jibdiex isir sew.", "Għalhekk din ir-regola ta' under-cutting qiegħda hemm, biex tipproteġi kemm lit-tobba kif ukoll lill-pazjenti.", "Ovvjament jien qed nitkellem fuq tariffa minima, partikolarment fil-qasam ta' general practice.", "Ħafna tobba ma joqogħdux jistennew it-tariffa tal-gvern biex jiċċarġjaw dak li jħossu li għandu jkun fair pero` naf żgur li t-tariffa li ġiet stabbilita fl-1939 jiġifieri li tabib ta' viżta jiċċarġja bit-30c - u hawn min għadu jaħdem bil-50c – sfortunatament hija inġusta għat-tobba kollha u indirettament anke għall-pazjent.", "Ma nistax nifhem kif il-gvernijiet qatt ma refgħu – mhux qed ngħid għal dan il-gvern imma għall-gvernijiet kollha mill-1939 'l hawn – r-responsabbilta` bħala regolaturi li jgħollu din it-tariffa, bħalma għamlu f'ħafna oqsma oħra inkluż dawk ta' l-avukati u l-periti.", "Jien jidhirli li din hija inġustizzja sfaċċata u naħseb li wasal iż-żmien li dan isir.", "Min-naħa tal-medical council ilhom jissuġġerixxu li dan isir pero` huwa l-gvern li jrid jaċċetta t-tariffi.", "Ovvjament l-insurance companies ilhom jitolbu lill-gvern biex joħoroġ dawn it-tariffi għaliex anke għalihom huwa importanti li jimxu fuqhom.", "Kontra dak li jsir fil-każ ta' l-avukati u l-periti, fil-każ tas-saħħa għandna n-national health service li għalkemm huwa kompletament b'xejn huwa wieħed mill-aħjar fid-dinja.", "Fi professjonijiet oħra mhux dejjem jingħata dan it-tip ta' servizz b'xejn.", "M'iniex ngħid dan biex b'xi mod niddenegra l-professjonijiet l-oħra, imma biex nuri li m'hemm l-ebda raġuni għalfejn dawn it-tariffi m'għandhomx jiġu riveduti.", "Kif għedt, ħafna tobba diġa` applikaw minn rajhom tariffa li jaħsbu li hija fair pero` jien naħseb li meta jsiru ċerti allegazzjonijiet ta' abbuż mit-tobba, speċjalment fuq iċ- ċertifikati - dan diġa` għedtu l-ġimgħa li għaddiet - il-gvern bħala regolatur irid jifhem li biċċa mit-tort fuq din il-kwestjoni huwa totalment tiegħu, għaliex qatt ma kellu l-kuraġġ japplika t-tariffi biex jissalvagwarda din il-kawża fil-medical council, li hija parti bażika mill- kodiċi ta' prattika tagħna.", "Għalkemm f'dan il-pajjiż kulħadd ġej bil- kodiċi ta' etika, dawn ħadd ma japplikahom għar-raġuni li ħafna drabi ma jkunx hemm enforcing body.", "Jien naħseb li f'dan il-każ qegħdin indaħħku n- nies bina u allura wasal iż-żmien li għandu jkun hemm kodiċi ta' etika, kemm fil-każ tat-tobba kif ukoll tal-politiċi, sabiex wieħed ikun jista' jżomm magħha.", "J'Alla l-Onor.", "Vella jżomm mal-kodiċi ta' etika tat-tobba – m'għandix dubju li jagħmel dan – pero` nispera li ma jippretendix li neħduh bis-serjeta` meta l-kodiċi ta' etika tal-ministri ma tantx jagħti kasha.", "Jien ninsab żgur Ii kemm l-Onor.", "George Vella kif ukoll l-Onor.", "Michael Farrugia meta kienu ministri baqgħu jaraw in-nies u baqgħu jipprattikaw il-mediċina.", "Kif nafu dan huwa kontra l-kodiċi ta' etika ta' dan il-parlament u tal-ministri u għalhekk naħseb li wasal żmien li jekk hemm kodiċi ta' etika wieħed għandu jħarisha.", "Dan il-ħafna daħq fil-wiċċ m'hu se jwassalna mkien, anzi juri disprezz lejn il-pubbliku Malti u lejn dan il-parlament.", "Inkella naqbdu u nneħħuha din, għaliex bħalma l-Onor.", "Vella lagħab għall-palk, nista' nilgħab għall-palk jien ukoll.", "Nista' ngħid li probabbilment ma kienx hekk, forsi ried jagħmel bħalma għamlu ħafna nies oħra, jiġifieri ried jibqa' f'kuntatt mal-professjoni tiegħu biex meta jispiċċa minn ministru - kif fil-fatt ġara - jew ma jibqax fil-politika jkun jista' jibqa' jipprattika l-mediċina.", "Ovvjament meta titlaq il-professjoni titilqek.", "Għalhekk jidhirli li l-oppożizzjoni tkun doppia faccia meta tattakka lill-Onor.", "Abela fuq kwestjoni ta' użu ta' uffiċċju biex jiltaqa' man-nies fil-politika.", "Qed ngħid dan għax nafu li ċerti membri ta' l-oppożizzjoni meta kienu ministri kienu jiksru l-kodiċi ta' etika tal-ministri għax baqgħu jaraw in-nies.", "Allura naħseb li trid tkun altru wiċċek sfieq biex tieħu din il-pożizzjoni.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Sur President, bħal-lum tmint ijiem il-kap ta' l- oppożizzjoni kompla jisħaq l-attakk sfrenat li qed isir mill-partit Laburista fil-konfront tiegħi f'kull qasam ta' ħajti, kemm fil-ħajja privata tiegħi, kemm fil-familja tiegħi, kemm f'dik li kienet il- professjoni tiegħi kif ukoll f'dak li għandu x'jaqsam man-negozju li għamilt madwar 15-il sena ilu.", "Ovvjament l-Onor.", "Alfred Sant għawweġ il- fatti, kif inhu mdorri jagħmel – naħseb li llum il-poplu drah jagħmel dan - u pprova jikkonvinċi lill-prim ministru biex jitlobni nirriżenja jew inkella jkeċċini.", "L-Onor.", "Sant ġie mitlub mhux minn persuna waħda, lanqas mill-prim ministru, imma mill-poplu biex jirriżenja u għalkemm għall-ewwel qal li se jirriżenja, imbagħad dar kollox.", "Naħseb li kulħadd jiftakar il-mod kif l-Onor.", "Sant sar kap ta' l- oppożizzjoni, bin-nies li kkontestawh sigħat qabel jittieħdu quddiem bord li kien jeżamina affarijiet fil-partit tiegħu biex jara kif dan ġie mminat fl-applikazzjoni tiegħu ħalli jikkontesta l-elezzjoni għal kap tal-partit.", "Pero` fl-1998 il-poplu talbu jirriżenja.", "Għaliex?", "Għax ma kienx tajjeb fix- xogħol tiegħu.", "Għax ma kienx kapaċi jżomm tenure of office ta' xi ħaġa li sentejn qabel kien wiegħed li hu kapaċi jagħmilha.", "Għaddew is-snin u kkonvinċa lin-nies ta' madwaru biex iħalluh kap ta' l-oppożizzjoni – j'Alla jibqa' kap ta' l-oppożizzjoni – imbagħad ġiet l-elezzjoni ta' l-2003 u reġa' tilef.", "Reġa' qal li se jirrinżenja pero` ġrat l-istess storja - l- istorja għandha t-tendenza li tirrepeti ruħha - u dan għal darb'oħra baqa' kap ta' l-oppożizzjoni.", "Kien hemm min ikkontestah, saru ċerti manuvri u baqa' kap ta' l-oppożizzjoni.", "Issa dak li suppost għamel hu qed jipprova jimplikah fuq ħaddieħor.", "Hu qal li jien m'għedtx il-verita` fuq it-tmiem tar-relazzjoni kummerċjali li kelli ma' persuna oħra.", "Issa hawn irridu niftakru li l-kap ta' l- oppożizzjoni għandu d-don ta' Nostradamus li jaf xi jkun se jiġri fil- futur.", "Hawn xi ħadd hawn ġew li jista' jgħid lil ħaddieħor x'se jiġri?", "Jien nista' nkun responsabbli ta' dak li jagħmel ħaddieħor?", "Kien hemm min għażel 12-il persuna biex ikunu madwaru u wieħed minnhom ittradih, pero` ma kienx responsabbli hu talli dan ittradih.", "Allaħares kien hekk.", "Daqskemm il-kap ta' l-oppożizzjoni, meta għażel lin-Nutar Schembri Adami biex jikkontesta miegħu għall-elezzjoni, kien jaf li dan għada pitgħada se jittella' l-qorti fuq każ ta' frodi.", "Iva, dan huwa r-raġunament tal-kap ta' l-oppożizzjoni llum.", "Sur President, fl-1994 ġara każ, jien ħadt il-passi flimkien ma' persuna oħra li flimkien konna nipparteċipaw f'kumpannija biex din tingħalaq, fil- prattika l-affarijiet ġew likwidati pero` min-naħa ta' l-MFSA din ġiet mitluqa u abbandunata.", "F'dak li għandu x'jaqsam ma' shipping companies huwa normali li dawn jiġu abbandunati u mbagħad wara perijodu ta' żmien jiġu struck off.", "Pero` minkejja li għal sena wara l-oħra l-MFSA ingħatat il-karti li din il-kumpannija m'għadhiex taħdem u saħansitra għall-aħħar sitt snin lanqas biss ingħatat annual return lill-MFSA, l-Onor.", "Sant qed jibqa' jinsisti li jien mhux veru tterminajt ir-relazzjoni li kelli ma' dan il-bniedem.", "Issa ladarba dan il-bniedem huwa akkużat li kellu x'jaqsam mad- droga għad iridu jsiru l-proċeduri.", "Jekk ħaqqu għandu jieħu l-piena imma jekk ma ħaqqux imbagħad l-Onor.", "Sant irid jirrispondi għal dak li qed jgħid fuqu.", "Dik hija affari tiegħu u jien ma nidħolx fil-mertu tal-każ tal- lum għax din m'hijiex affari tiegħi.", "Li naf żgur hu li fejn tidħol id-droga jien nieħu kull azzjoni, bħalma jieħu l-gvern tiegħi bil-fatti u jara li min jagħmel negozju u jixtri affarijiet illegali, dan għandu jieħu l-piena li tagħtih il-liġi.", "Imbagħad ftit wara l-istorja daret u bdew jgħidu li jien għandi ċerti assi - bħallikieku għax fil-professjoni tiegħek jirnexxielek tagħmel kummerċ, qisek għamilt xi dnub jew qisek xi ħalliel - u bdew jinsinwaw kif jien qlajt dawn il-flus.", "Issa qabad ma' din ta' l-etika u qed igħid li jien immur l-uffiċċju notarili tiegħi fir-Rabat u għadni naħdem ta' nutar.", "Issa dan meta f'April ta' l-2003 ħija sar il-konservatur ta' l-atti li kont ippubblikajt jien.", "Jien la qatt ippubblikajt kuntratti u lanqas testmenti u ma nippretendix li nagħmel dan ix-xogħol kemm indum segretarju parlamentari.", "Sur President, inkun qed immur kontra l-etika kieku jien, Anthony Abela, ma nagħmilx ix-xogħol tiegħi jew niddedika l-ħin li suppost niddedika għax- xogħol politiku tiegħi biex nerġa' nibda nippubblika l-kuntratti.", "Hemmhekk kien ikollu raġun pero` dan m'huwiex il-fatt.", "L-uffiċċju fejn jien immur nara n-nies huwa l-istess uffiċċju fejn kont nipprattika ta' nutur.", "Hemmhekk hemm nutara oħrajn għal wieħed, tnejn, tlieta u issa għall-grazzja ta' l-argument it-tifel tiegħi laħaq nutar ukoll - jekk il-Bambin irid din is-sena jsiru l-eżamijiet u jkollu l-warrant – filwaqt li l-firm kif kienet qabel, illum hija mmexxija minn ħija.", "Pero` jien bħala bniedem uman u bħala ċittadin Malti għandi d-dritt li nibqa' nirċievi min-net proceeds ta' dik il-firm għaliex fuq kollox jien għamilt l-almu tiegħi - dan ġieli kien ifisser xogħol mid-6.00 a.m. sa l- 10.00 p.m. - biex inbniet firm serja li llum qed tirrendi.", "Din il-firm li kont nipparteċipa fiha jien u li llum qed ikompli jagħmel dan ħija u n- nutara li hemm hemmhekk tagħti servizz tajjeb lil dawk in-nies li kienu jieħdu servizz minnha.", "Fuq kollox għada pitgħada tista' ddur il-folja u nkun fuq in-naħa l-oħra tal-Kamra, jew forsi ma niġix elett u allura jkolli fejn nerġa' mmur nipprattika bħala nutar pero` dan kollu ma jgħoddx.", "Li jgħodd huwa dan.", "Jien twelidt f'familja fejn il-politika hija parti minn ħajjitna.", "Missieri kien ir-rappreżentant politiku tad-distrett u kien anke membru parlamentari f'dan il-parlament.", "Meta miet, jien kont diġa` president tal-kumitat sezzjonali tar-Rabat u mal-mewt tiegħu jien ħriġt iżjed fl-apert fil-politika u bdejt nipprova ngħin lin-nies bħala ħabib u bħala politiku bl-istess mod li kien jagħmel missieri.", "Komplejt nagħmel dan ix-xogħol u eventwalment ġejt elett u għadni u se nibqa' nara n-nies għal skop politiku.", "Jekk l-Onor.", "Sant mingħalih li b'dak li qed jgħid se jipprova jnaqqas milli nibqgħu qrib il-poplu u milli nibqgħu naraw in-nies, jista' jibagħat lil Charlon Gouder u lill-cameramen kollha tiegħu jdejquna kemm iridu, għax jien se nibqa' mmur nara n-nies għall-bżonnijiet politiċi.", "Ġimgħatejn ilu ġew għandi canvassers li qed jiġru mas-sindku tar-Rabat biex naqdihom politikament fil-bżonnijiet tagħhom.", "Għaliex?", "Għaliex aħna kontra dak li jgħidu ħafna nies, inkluż kontra dak li qal l-Onor.", "Sant, m'għandniex preferential treatment u fl-uffiċċju tagħna jista' jiġi kulħadd.", "Fuq kollox kulħadd huwa Malti u l-bieb tagħna jinfetaħ għal kulħadd fil-għodu u fil-għaxija.", "Sur President, jien la bdilt in-numru tat-telephone u lanqas ngħid lin-nies li ma nistax inkellimhom.", "La nkun available inkellimhom lin- nies.", "Lil min jiġi jkellimni fuq politika nkompli nkellmu u lil min jiġi jkellimni fuq xogħol nutarili ngħidlu: Sieħbi, hemm dawk iż-żewġ nutara u dawk l-iskrivani, mur kellem lilhom u jkomplu jaqduk huma.", "Din hija s- sistema reali li teżisti.", "Bħalissa l-kap ta' l-oppożizzoni qed isemmini ħafna fil-ġirja tiegħu biex jipprova jsalva l-kunsill lokali tar-Rabat.", "Qed igħid li dan il-kunsill lokali jagħmel ħafna xogħol, imma jien naħseb li dan qisu dik il-qattusa għaġġelija li tagħmel friegħ għomja.", "Qed ngħid hekk għaliex ta t-tarmak fi Triq il-Kulleġġ fejn il-ħamrija ppenetrat fil-qatran, bil-konsegwenza li ġrat ħsara f'mina li għandha 'l fuq minn 300 sena li tagħti mill-kulleġġ għall-grotta ta' San Pawl, fir-Rabat, li hija monument storiku għal- lokalita` tagħna.", "Għalkemm qed jieħu pjaċir jgħid li dan m'hu xejn, dan m'huwiex veru għax ir-Rabtin kollha, kemm min iżomm ma' San Ġużepp u kemm min iżomm ma' San Pawl, issawwat b'dak li ġara.", "Taparsi naddfuh, issa jekk hux b'wire brush, bi xkupilja jew b'biċċa tat-tfarfir ma nafx.", "Il-fatt huwa li din il-mina ma ġietx irranġata biex jekk jerġa' jagħmel l-ilma, bħalma għamel f'Jannar li għadda, ma jiġrix l-istess.", "L-importanti huwa li fi Triq il-Kulleġġ ingħata wiċċ sabiħ ta' żewġ pulzieri biex taparsi sar ix-xogħol, imma fil-fatt hemm postijiet fejn diġa` qed jinqalgħu.", "Dan huwa l-ġenn, Sur President!", "Imbagħad ġie jagħti l- punti l-kap ta' l-oppożizzjoni!", "Għaliex ma tahomx il-punti talli keċċew sindku Rabti Laburista li kien wise biżżejjed li qassam ix-xogħol bejn il- kunsilliera kollha u kien qed igawdi r-Rabat kollu?", "Tant kien sindku bil- għaqal dan li wara ftit żmien ġab 1,100 vot f'elezzjoni ġenerali u ġab 1,500 vot f'elezzjoni tal-kunsilli lokali.", "Imma dan m'għoġbux għaliex forsi ma kienx tal-grupp tiegħu u allura kellu jeliminah.", "Sur President, l-Onor.", "Alfred Sant ma jimpurtahx minn dan kollu, imma jrid biss ikompli jonfoħ bużżieqa li mingħalih se timmina lili fil-konfront tan- Nazzjonalisti tad-distrett li nikkontesta, pero' dan la jaf lili u lanqas jaf lill-familja tiegħi u allura ma jistax jitkellem fuqi.", "Mingħalih li bis- saħħa tat-telefonata li ġiet irrekordjata u ġiet doctored se jkun kapaċi jimbarazzani.", "Jien lil min iċempilli xorta se nirrispondih.", "Lil min ikun irid ikellimni fuq xogħol ngħidlu biex iġib curriculum vitae ħalli nara nistax ngħinu, lil min ikun irid ikellimni fuq xogħol tal-politika nara xi jkun irid u lil min ikun irid parir fuq xogħol professjonali ta' nutar ngħidlu biex imur għand sħabi ħalli jkun jista' jinqeda.", "X'qed jagħmel verament il-kap ta' l-oppożizzjoni?", "Qed jipprova jattakka lili biex jasal għall-prim ministru, imma l-prim ministru ma jistax jasal għalih, għaliex dan la jilgħab bil-kliem bħalma jagħmel hu u lanqas jilgħab b'ħajjet in-nies.", "Il-prim ministru ma jgħidx ħaġa llum u l-għada jdawwarha.", "Dan ma jgħidx li se jħalli r-rubbish kollu ta' Malta jmur il- Magħtab u mbagħad l-għada jgħid li mhux veru.", "Imbagħad fuq it-television noqogħdu naraw id-dettalji ta' meta l-Onor.", "Sant kiteb lill-European commission u ġie rrapportat fil-gazzetti tal-union press dwar dawn l- affarijiet.", "Dan huwa l-kap ta' l-oppożizzjoni.", "Jien ma rridx noqgħod ninħela fuq il-kap ta' l-oppożizzjoni.", "Li naf żgur hu li finalment minn din l-istorja se nispiċċa nissaħħaħ jien.", "Jien mhux se nissaħħaħ politikament għaliex naħseb li fil-politika dak li xtaqt ksibtu għax dejjem kelli l-fiduċja tan-nies tal-lokalitajiet li kkontestajt.", "Id-distrett tiegħi fl-aħħar 30 sena nbidel erba' darbiet u xorta bqajt niġi elett.", "Darba biss ma ġejtx elett u dan kien fl-1992, imma fl-elezzjoniijet ta' wara dejjem tlajt minkejja li nbidel id-distrett.", "Issa jekk nitlax darb'oħra jew le, jiddeċiduh in-nies.", "Fl-elezzjoni ġenerali li jmiss in-nies iridu jiddeċiedu jekk jipperpetwawx is-sitwazzjoni ta' l-Onor.", "Alfred Sant bħala kap ta' l-oppożizzjoni jew inkella jridux li dan għal darb'oħra jingħata medalja ta' runner-up.", "Irridu nieħdu paċenzja b'xulxin u jien għal dawn il-ftit ġimgħat li fadal ikolli nibqa' nieħu paċenzja bil-kap ta' l-oppożizzjoni.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it- Tnejn, 27 ta' Frar, 2006, fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fid-9.50 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "PIXXINA NAZZJONALI", "17225.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 15647, jista' il-Ministru jgħid jekk it-tender għax-xogħol fuq il-ħajt tal-parking area ħarġitx?", "U fiex waslet l-evalwazzjoni fuq l-apparat tal-plant room?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Waqt li t-tender tal-parking ħarġet, ġiet evalwata u qiegħda fi stadju li tingħata, informat ukoll li l-apparat tal-plant room ġie evalwat u x-xogħol wasal Malta u anke nbdew il-preparazzjonijiet għat- twaħħil ta' l-apparat.", "PIXXINA NAZZJONALI", "17227.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid għaliex issa li reġgħet fetħet il-pixxina nazzjonali, il-vaska ż-żgħira mhix tissaħħan?", "X'qed iżomm milli dan isir?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Kif diġa' ġie avżat pubblikament, il-kunsill għall- isport ma kellu l-ebda ħsieb li jsaħħan il-vaska ż-żgħira.", "Din il-vaska ma kenitx qed tiġi msaħħna qabel ma ngħalaq il-kumpless ħalli jiġu kkontrollati l-ispejjeż.", "INTERNATIONAL SCHOOL OF ENGLISH", "17229.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 15650, jista' il-Ministru jgħid kemm korsijiet organizzat l-international school of English ta' l-universita' fil-Malti, l-Għarbi, it-Taljan u l-Ispanjol fl- 2005?", "Kemm studenti attendew għal kull kors?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-informazzjoni mitluba hi ta' natura kummerċjali li tista' isservi biex tagħti vantaġġ inġust lill-kompetituri ta' l- international school of English.", "FONDAZZJONI ARKA", "17233.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tara li tifel b'diżabilita' severa li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, jingħata l-għajnuna meħtieġa u jsir residenti regolari tal-fondazzjoni Arka f'Għajnsielem?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Il-ftehim ta' l-2003 bejn il-gvern u l- fondazzjoni Arka jkopri ħlas għal sitt postijiet residenzjali għal persuni b'diżabilita.", "Ninsab informata li l-postijiet koperti b'dan il-ftehim huma kollha mimlija u ma jidhirx li se jkun hemm xi post vakanti fil-futur qarib.", "KUNTRATT TAX-XOGĦOL", "17243.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 17099 u jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-ftehim u l-kuntratt tax-xogħol li persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, għandha mal-ministeru ta' l- edukazzjoni?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "SERVIZZ TAL-HELICOPTER", "17244.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 17100 u jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja l-ftehim bejn il-gvern u l- kumpannija li tipprovdi servizz tal-helicopter bejn Malta u Għawdex?", "X'qed jagħmel il-gvern biex jara li dan il-ftehim jiġi onorat?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Il-ftehim bejn il-gvern u l-kumpannija Helicopteros del Sureste hu wieħed ta' natura kummerċjali u mhuwiex prudenti li jitpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "Jien informat li l-kumpannija hi obbligata li tagħmel għaxar vjaġġi kuljum minn u lejn Għawdex bejn April u Ottubru u erba' vjaġġi kuljum minn u lejn Għawdex bejn Novembru u Marzu, bl-iskedi ppubblikati fuq il-website tal- kumpanniija.", "Ir-regolatur jagħmel skrutinju kontinwu biex jara li l-kumpannija qed tonora l-iskedi.", "TOUR OPERATORS", "17247.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 16512 u jgħid jekk din ix-xitwa kienx hemm xi tour operators barranin li ddeċidew li għal xi żmien jieqfu jġibu turisti lejn Malta?", "Min huma dawn it-tour operators?", "Ittieħdu xi passi rimedjali dwar dan?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "TRIQ IL-FTIEH F'BIRKIRKARA", "17248.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 16513, jista' il-Ministru jgħid x'diffikultajiet għad fadal u meta se jiġu riżolti?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Waqt li nirriferi l-Onor.", "Interpellant għat- tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 16513, ta' min iżid jgħid li minn l- aħħar mistoqsija 'l hawn sar survey intern ta' proprjetà numru 29 u survey estern ta' proprjetà numru 31.", "Is-survey intern ma setax isir għax f'din il- proprjetà ma joqgħod ħadd u għad li saru diversi tentattivi biex jiġi stabilit is-sid ta' din il-proprjetà, dan baqa' ma ġiex stabilit.", "Minn dawn is-surveys għandu jiġi indikat il-valur kulturali ta' din il-proprjeta' sabiex tiġi salvagwardata l-parti ta' l-ogħla valur kulturali.", "DAWL U ILMA", "17249.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 16568 u jagħti d-dħul f'soprataxxa għall-Enemalta u d-WSC matul l-2005 minn lukandi, ristoranti u l-oqsma kollha reġistrati bħala attivi fl-oqsma tat-turiżmu?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Id-WSC m'għandha l-ebda dħul mis-surcharge, waqt li l- Enemalta ma żżommx statistika separata għall-oqsma tat-turiżmu.", "PJAN TA' ŻVILUPP GĦAL GĦAWDEX", "17302.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Waqt li nirriferi għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 14736, tista' il- Ministru tgħid jekk il-konsultazzjoni ġietx konkluża?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Il-konsultazzjoni mad-direttorati hi konkluża.", "PROĠETTI F'GĦAWDEX", "17303.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid x'inhuma l-programmi, inizjattivi, skemi, proġetti u xogħlijiet oħra li dipartimenti tal-gvern, awtoritajiet, organizzazzjonijiet u enti oħra se jwettqu f'Għawdex minn din is-sena sa l-2008?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "YACHT MARINA FL-IMĠARR", "17304.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm irmiġġi hemm fil-yacht marina ta' l-Imġarr?", "Kemm minnhom huma allokati għall-jottijiet, kemm huma għad-dgħajjes tas-sajd u kemm huma għad-dgħajjes għall-isport?", "Kemm jottijiet għamlu użu mill-irmiġġi allokati għalihom kull sena minn mindu twaqqfet il-marina?", "F'kemm ġranet intużaw l-irmiġġi għall-jottijiet?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li f'Għawdex l-awtorita' marittima għandha 235 irmiġġ għall-jottijiet, 158 irmiġġ għad-dgħajjes tas-sajd filwaqt li ma jeżisti l-ebda irmiġġ għad-dgħajjes għall-isport.", "Ta' min jinnota li hu ferm diffiċli biex tikkwantifika n-numru ta' ġranet fejn l-irmiġġi intużaw.", "Madankollu matul is-sena 2005 l-awtorita' ipprovdiet irmiġġ temporanju lil 1,894 jott li daħlu l-marina ta' l-Imġarr.", "MINISTERU GĦAL GĦAWDEX", "17305.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 16766, jista' il-Prim Ministru jgħid x'konsultazzjoni saret mal-ministeru għal Għawdex fit-tfassil ta' politika għat-twaqqif ta' korpi statutorji - bħalma huma l- MMA, il-MEPA, l-ADT, id-WSC, Heritage Malta, il-Wasteserv, il-fondazzjoni għall-iskejjel ta' għada, il-fondazzjoni għas-servizzi tas-saħħa u korpi oħra statutorji - li ħadu ħafna mill-funzjonijiet li kellu l-ministeru għal Għawdex?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Il-ministeru għal Għawdex kien u għadu involut fit- tfassil tal-politika għal pajjiżna bil-preżenza tal-ministru għal Għawdex fil-kabinet sa mit-twaqqif tiegħu fl-1987, ħlief għall-perijodu qasir fi zmien it-22 xahar ta' amministrazzjoni Laburista bejn l-1996 u l-1998 meta Għawdex ma kellux ministeru responsabbli għalih.", "SETTUR INDUSTRIJALI F'GĦAWDEX", "17306.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jagħti n-numru ta' ħaddiema f'Għawdex, fl-aħħar ta' kull sena mill-1998 'il hawn, f'dawk li jaħdmu għal rashom u mpjegati fis-settur tal-produzzjoni diretta, maqsumin fil-qasam tal-kostruzzjoni, barriera tal-ġebel, agrikoltura u sajd; fis-setturi tal- manifattura, settur settur, bħal tessuti, għamara, żraben u ħwejjeġ, ikel, eċċ.; fis-settur tas-servizzi tas-suq, maqsumin f'lukandi u ristoranti, bejgħ bl-ingrossa u bl-imnut, trasport, insurance, banek, istituzzjonijiet finanzjarji, real estate u servizzi għall-komunita', ta' kummerċ u ta' rikreazzjoni u communications?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "MINISTERU GĦAL GĦAWDEX", "17307.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 16766, jista' il-Prim Ministru jgħid min jirrikkmanda, jistabilixxi u japprova kemm għandu jkun in-numru ta' għalliema u kapijiet ta' skejjel tal-gvern f'Għawdex?", "Min jirrikkmanda, jistabilixxi u japprova xi skejjel għandu jkun hemm?", "Min jirrikkmanda, jistabilixxi u japprova x'korsijiet isiru u x'suġġetti jitgħallmu fl-iskejjel tal-gvern?", "X'inhi l-proċedura formali f'dan ir-rigward?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ir-responsabbiltajiet imsemmija mill-Onor.", "Interpellant jaqgħu taħt id-diviżjoni ta' l-edukazzjoni li tikkonsulta regolarment mal-ministeru għal Għawdex."]} {"filename": "20040223_104d_par.doc", "date": "2004-02-23", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 104 It-Tnejn, 23 ta' Frar, 2004 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 104 It-Tnejn, 23 ta' Frar, 2004", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.03 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "104", "It-Tnejn, 23 ta' Frar, 2004", "WERREJ", "MINUTI 166", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI 166", "TQEGĦID TA' KARTI 173", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR L-AMMINISTRAZZJONI FINANZJARJA", "U L-VERIFIKA (IT-TIELET QARI)", "FINANCIAL AND ADMINISTRATION AND AUDIT (AMENDMENT) BILL (THIRD READING) 175", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JIMPLIMENTA MIŻURI TA' L-ESTIMI (KUMITAT)", "BUDGET MEASURES IMPLEMENTATION BILL (COMMITTEE STAGE) 175", "AĠĠORNAMENT 198", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 203", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta 103 li saret fis-17 ta' Frar, 2004 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "PULIZIJA - REKLUTI", "4177.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Ministru jinformani meta se jiġu rreklutati pulizija ġodda?", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru tal-Ġustizzja u Intern): Ninsab informat illi r-reklutaġġ fil-korp tal-pulizija jsir meta l-esiġenzi tas-servizz ikunu hekk jirrikjedu.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jista' il-Ministru jgħid x'se tkun il-pożizzjoni ta' koppja miżżewġa wara l-ewwel ta' Mejju meta waħda mill-partijiet ma tkunx ta' nazzjonalita' Maltija?", "Dawn it-tnejn se jkunu rikonoxxuti bħala ċittadini ta' l-Unjoni?", "Jew waħda minnhom tkun trid tistenna ħames snin biex tkun tista' tapplika għaċ-ċittadinanza Maltija, kif inhi l-prattika llum?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, ir-regoli dwar iċ-ċittadinanza se jibqgħu l-istess wara l-ewwel ta' Mejju.", "Naturalment kulħadd għandu d-dritt li jirregola ċ-ċittadinanza ta' pajjiżu kif irid hu.", "Per eżempju, ċerti pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea, fosthom il-Ġermanja, ma jaċċettawx iċ-ċittadinanza doppja filwaqt li oħrajn bħall-Ingilterra, l- Irlanda u Malta jaċċettawha.", "QBIELA FUQ ART AGRIKOLA", "4178.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Ministru jaġġornani dwar meta l-bdiewa, ir-raħħala, eċċ. se jkunu informati dwar ir-reġistrazzjoni ta' raba' skond is-sejħiet li saru u li għalihom ħallsu eluf ta' liri iżda għadhom ma jafu xejn?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi bħalissa qed jiġu pproċessati l- applikazzjonijiet li saru taħt l-iskema sabiex tingħata qbiela fuq art agrikola tal-gvern.", "Infakkar lill-Onor.", "Interpellant f'dak li għedt fi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 2071 u cioe' li b`kollox saru madwar 10,000 applikazzjoni u li x-xogħol meħtieġ huwa invarjabbilment wieħed laborjuż u jieħu fit-tul.", "F'kull każ, it-taqsima żżomm kuntatt ma' l-applikant u tinformah b'dak li jkun hemm bżonn sabiex jiġi pproċessat il-każ tiegħu.", "It-taqsima qed tagħmel l-almu kollu tagħha sabiex fid-dawl tar-riżorsi tagħha tipproċessa l-applikazzjonijiet.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Nafu wkoll li bosta kunsilli lokali għandhom diversi talbiet pendenti, inkluż il-kunsill lokali tal-Mellieħa li għandu talba quddiem id-dipartiment ta' l-artijiet biex jiġi allokat biċċa art sabiex jiżviluppaha parti f'żona industrijali u parti f'shooting range.", "X'inhi l-policy tal-gvern f'każ li minħabba dewmien żejjed, proġett li jista' ikollu kunsill biex iwettaq ġid għall-komunita' jiġi mfixkel?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, it-talbiet kollha ta' devoluzzjoni jgħaddu għand id-dipartiment responsabbli mill-kunsilli lokali qabel ma jmorru għand id-dipartiment ta' l-artijiet jew it-taqsima ta' proprjeta` tal-gvern sabiex jiġi stabilit jekk il-proġett in kwestjoni jkunx inkarigat minnu l- gvern ċentrali.", "Per eżempju, żona industrijali ma taqax taħt il-kunsill lokali imma taqa' taħt l-MDC jew l-ministeru responsabbli mill-industrija.", "S'issa kellna devoluzzjoni ta' ġonna, ta' postijiet li kienu delapidati u li ġew irranġati mill-kunsilli, bħal shelters abbandunati u car parks u fil-proċess hemm devoluzzjonijiet oħrajn.", "Bħalissa qed isir arranġament biex fejn ikun hemm proġett tajjeb għall-komunita', anke jekk dan ma jaqax proprju taħt il-kunsill lokali, it-taqsima tal-proprjeta' tal-gvern toħroġ it-tender biex isir tali xogħol u min jaċċetta t-tender irid jagħmel ċertu xogħol għall-kunsill lokali.", "Per eżempju, il-kunsill lokali ta' Ħal Qormi ilu li għamel talba biex isir ċertu xogħol u t-tender għal dan ix-xogħol dalwaqt toħroġ mill-gvern ċentrali u mhux mill-kunsill, pero' bil-kondizzjoni li min jeħodha jrid jagħmel ċertu xogħol, bħal ġonna jew uffiċini, favur il-kunsill lokali.", "Dan se jkun l-ewwel esperiment u nisperaw li jiġi ripetut f'lokalitajiet oħra.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jista' il-Ministru jgħid xi żviluppi kien hemm fir- rigward tat-tnaqqis ta' fondi li l-gvern ħabbar li se jkollhom iġorru l- kunsilli lokali?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: L-Onor.", "Farrugia qed jirriferi għall-fatt li s-sena li għaddiet kien hemm tnaqqis ta' 5% mill-fondi allokati lill-kunsilli lokali.", "Fil-liġi dwar il-kunsilli lokali hemm ċerta formula u meta din tinħadem, anke biex isiru ċerti aċċertamenti - peress li ċerti affarijiet jistgħu jinbidlu minn sena għal oħra; per eżempju, meta ġnien jiġi devolut jew jinbena mill-ġdid dan żgur jagħmel differenza fil-formula - hija s-sezzjoni teknika tad-dipartiment tal-kunsilli lokali li taħdem dik is-somma.", "M'hemmx għalfejn ngħid li min imur tajjeb jgħid li l-formula hija tajba u li min ma jmurx daqstant tajjeb jgħid li l-formola hija ħażina.", "(Interruzzjonijiet) Jien nassigura lill-Onor.", "Interpellant li din m'għandha x'taqsam xejn mal-politika.", "Hemm kunsilli fuq iż-żewġ naħat li jikkritikaw jew ifaħħru s-sistema, pero' il-finanzjament isir matul is-sena sħiħa.", "Jekk hemm xi kunsilli partikolari li ma jafux eżattament kemm se jieħdu, nista' nidħol fiha jien u naraha.", "Pero' dan jista' anke jkun dovut għall- fatt li x-xogħol ikun għadu ma tlestiex kollu u allura skond il-formula jingħata lilhom l-ammont ġust.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jiena napprezza l-ispjega teknika tal-Ministru imma bħalissa l-kunsilli jkunu qed jagħmlu l-budget tagħhom għas-sena li ġejja.", "Peress li f'budget żgħir is-somma ta' Lm2,000, Lm3,000 jew Lm4,000 tista' tagħmel differenza kbira, jista' il-Ministru jgħid hemmx xi ħjiel dwar it- timeframe li matulu d-dipartiment tal-kunsilli se jkun lesta x-xogħol?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Jien ma kellix ilmenti ta' dan it-tip imma ġaladarba l- Onor. Interpellant qed jgħid hekk, se nidħol fiha u nara li kemm jista' ikun malajr ikunu jafu l-ammonti dovuti lilhom.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jista' il-Ministru jgħid jekk hux se jkun hemm xi arranġament dwar iż-żieda tal-VAT, li allura se tkompli tnixxef il-ftit flus li l-kunsilli lokali jkunu tant qed jistennew bil-ħerqa biex ilestu ċerti programmi?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, il-VAT ma tagħmilx eżenzjonijiet ħlief dawk li hemm fil-liġi nnifisha.", "Is-sena li għaddiet, per eżempju, il- ministeru ħa l-briga li jara li t-tnaqqis ma jkunx ta' 10% imma ta' 5% u li dawk il-kunsilli li ma jkollhomx deficit, jitħallew jużaw il-fondi kollha mingħajr it-10% li s-soltu kienu jitnaqsulhom.", "Barra minn hekk, il-gvern jissupplixxi wkoll għajnuna lill-kunsilli lokali f'riżorsi umani li qabel ma kellhomx.", "Meta tqis dan kollu flimkien ma' dħul ieħor li għandhom il-kunsill lokali mhux direttament mingħand il- gvern, naħseb li dan huwa sodisfaċenti.", "Naturalment dejjem hemm lok għal titjib għax kulħadd irid iktar u anke dak li hemm irid jitqassam b'mod differenti, ħafna drabi skond kemm wieħed jaqbillu.", "Nemmen li ċerti kunsilli lokali verament għandhom bżonnijiet aktar minn oħrajn pero` il-gvern se jkompli bil-proċess ta' devoluzzjoni ħalli mhux biss il-proprjeta` tal-gvern jieħdu ħsiebha aħjar il-kunsilli lokali, imma anke bħala sors ta' revenue.", "Jiġifieri fejn hemm il-possibbilta' ta' din it- tip ta' devoluzzjoni, għaliex le.", "Iva, il-gvern se jkompli b'din il- politika, Sur President.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Peress li l-Ministru qed jgħid li qed isir l-almu kollu, hemm xi ħjiel jekk matul din is-sena dawn it-talbiet ikunux ġew iffinalizzati?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, dan jiddependi għax ċerti affarijiet huma sempliċi u m'għandhomx kumplikazzjonijiet, filwaqt li oħrajn, minħabba l-entita` tal-proġett jew għax il-proġett qiegħed f'post li għandek bżonn ħafna permessi, idumu iktar.", "Jiġifieri l-lands ma jistax jagħti proprjeta` lill-kunsill lokali fejn m'hemmx permess li dan ikun jista' jintuża għal skop li jkun irid il-kunsill lokali.", "Pero' f'affarijiet oħra, ħafna drabi anke nidħol jien personalment u jidħol id- dipartiment biex inħaffu dan il-proċess.", "Imma rridu nifhmu li meta dan ikun jiddependi minn awtoritajiet oħrajn, hemm ċerti proċeduri li wieħed irid isegwi.", "Naturalment m'hemmx għalfejn ngħid li hemm uħud li jagħmlulek proġetti preparati u viabbli u oħrajn li jkunu ftit jew wisq frott tal-fantasija, għalkemm m'hemm xejn ħażin f'dan għax wieħed mill-vantaġġi l-kbar tal- kunsilli lokali hu li anke jekk ma jkunux responsabbli huma għal ċerti proġetti fil-lokalita' tagħhom, jagħmlu pressure fuq il-gvern ċentrali biex dawn ikunu jistgħu isiru.", "PULIZIJA - KAŻI TA' DIXXIPLINA", "4179.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Ministru jgħid kemm pulizija jew uffiċjali fil-korp ġew mogħtija każi ta' dixxiplina jew ġew investigati matul l-2003?", "Jista' jipprovdi l- istess informazzjoni għal dawn l-aħħar ħames snin?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant huwa kif ġej:", "|SENA|KAŻI |KAŻI QUDDIEM | | |QUDDIEM |IL-PSC | | |IL-KUMMISSA| | | |RJU | | |1999|503 |7 | |2000|170 |1 | |2001|230 |- | |2002|271 |- | |2003|167 |12 |", "Dwar is-sena 1999 nixtieq nikkummenta li s-somma ta' 503 hija ċ-ċifra ta' tliet snin peress li fis-sentejn ta' qabel, minħabba l-emendi kif kienu ġew proposti mill-gvern ta' dak iż-żmien għal-liġi dwar il-pulizija, il- kummissarju tal-pulizija kien iddeċieda li dawn il-każi ż-żgħar għalissa ma jipproċessahomx.", "Jiġifieri ċ-ċifra għall-1999 hija artifiċjalment għolja għax tkopri l-1997 u l-1998 ukoll.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, nixtieq nirriferi għas-sitwazzjoni preokkupanti li għandna fir-Rabat, fejn is-sena l-oħra ġew irrapportati 249 każ ta' serq u din is-sena r-rata ta' serq aggravat aċċellerat.", "Jista' il- Ministru jgħidilna jekk din is-sitwazzjoni hijiex qed tiġi evalwata mill- ġdid?", "X'konsultazzjonijiet qegħdin isiru mal-kunsill lokali tar-Rabat biex din is-sitwazzjoni allarmanti tiġi mistħarrġa?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, għalkemm iċ-ċifri ma jindikawx dak li qed jgħid l-Onor.", "Interpellant, ċertu serq żgħir, dak li ngħidulu petty theft, jista' idejjaq lin-nies aktar minn meta jsiru reati serji.", "L-Onor.", "Farrugia jaf li meta kien hemm ċerta frekwenza ta' reati fil-lokalita` imsemmija, il-kummissarju tal-pulizija ħa l-passi meħtieġa.", "Fil-fatt dawn it-tip ta' reati naqsu imma naturalment il-pulizija ma tistax tkun kullimkien il-ħin kollu u sfortunatament ċerti reati jibqgħu jsiru.", "Pero` nassigurah lill-Onor.", "Interpellant li l-pulizija dejjem issegwi shift li jista' ikun hemm fit-trends tal-komunita` minn lokalita` għal oħra u jittieħdu l-passi, billi anke ssir sorveljanza aħjar mill-iskwadra mobile tal-pulizija.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, jien kont qed nikkwota minn tweġiba li tani l-Ministru stess fejn qal li s-sena l-oħra fir-Rabat saru madwar 249 serqa.", "Ma rridx naħseb li r-risposta tal-Ministru kienet ħażina ladarba m'huwiex qiegħed jirrikonoxxi dan?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Sur President, kont nimmaġina li l-Onor.", "Farrugia joqgħod aktar attent għal dak li ngħid għax jien m'għedtlux li dik iċ-ċifra m'hijiex vera!", "Qed nikkontesta biss l-asserzjoni tiegħu li r-rata fiż- żieda ta' serq hija waħda allarmanti.", "Dan is-serq sar matul sena sħiħa għalkemm jista' ikun li meta kkomparat ma' tas-sena ta' qabilha, ikun sar fi tliet ġimgħat partikolari u allura jaf ikun hemm ċerta frekwenza żejda f'temp qasir.", "F'dak il-każ aktar u aktar jieħdu l-passi meħtieġa l- pulizija, Sur President.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Allura ma jħossx il-Ministru li jagħmel sens li jkollna aktar koperazzjoni u aktar djalogu bejn il-pulizija u l-kunsill lokali tar-Rabat, bil-għan li naraw x'jista' isir ħalli jkun hemm aktar sorveljanza u aktar serħan il-moħħ?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Jien ma naħsibx li saret analisi ta' x'kienu dawn is- serqiet u forsi tajjeb li wieħed jagħmel din l-analisi.", "Pero`skond il-liġi li kien introduċa dan il-gvern madwar sena u nofs ilu, hemm l-obbligu li s- supretendent tad-distrett tal-pulizija irid bilfors jiltaqa' mal-leaders tal-komunita` tal-lokalita` u anke jridu jinżammu l-minuti ta' dawn il- laqgħat.", "Għalkemm ma nistax nassigura li dawn il-laqgħat qegħdin isiru kullimkien, jien informat li ħafna minnhom isiru u kull tant żmien jien nitlob lill-kummissarju li jara li dawn isiru, Sur President.", "Dan id-djalogu li qed isemmi l-Onor.", "Farrugia huwa wieħed pożittiv, anke minħabba l-fatt li l-pulizija m'hi xejn mingħajr l-għajnuna tan-nies.", "Fil- fatt nofs ir-reati li jiġu solvuti, jekk mhux tliet kwarti minnhom, ikunu frott ta' informazzjoni li tkun ingħatat f'waqtha u anke b'riżultat ta' telefonata li tkun saret f'waqtha.", "U dan is-sens ċiviku tan-nies tajjeb li aħna nrawmuh, partikolarment permezz tal-kunsilli lokali.", "UE - KUMMISSJONI MALTIJA FI BRUSSELL", "4180.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Minsitru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra, kopja tas-CV tal-persuni li se jservu fil-kummissjoni Maltija fi Brussell fl-oqsma varji tal-biedja, sajd, servizz veterinarju u żvilupp rurali?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO (Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent) : Ninsab informat li preżentement għal-laqgħat tal-kumitati fil-Kummissjoni Ewropea qed jattendu uffiċjali fil-ministeru, sakemm ikunu maħtura uffiċjali fil-missjoni ta' Brussell skond struttura mfassla mill-uffiċċju tal-prim ministru.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jista' il-Ministru jgħid jekk intlaqgħux l- applikazzjonijiet li kien hemm għal dan il-personnel?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Mr Speaker, skond informazzjoni li għandi, kien hemm applikazzjonijiet li ntlaqgħu u anke saret diskussjoni dwar xi dettalji tal-kuntratt minn xi wħud.", "Biss se jkun hemm ukoll talba oħra biex eventwalment jimtlew dawk il-postijiet li ma mtlewx.", "SKEJJEL – GĦALLIEMA BIS-SICK LEAVE", "4181.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' għalliema fl-iskejjel ta' l-istat li rrapportaw bil-leave jew sick leave matul is-sena skolastika 2002/2003 u matul is-sena skolastika 2003/2004 sal-lum?", "Kemm-il ġurnata leave jew sick leave ħadu bejniethom matul dan l-istess perjodu skolastiku?", "ONOR.", "TONIO BORG (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni): Ninsab informat li matul is-sena skolastika 2002/2003, kien hemm 1,882 għalliem li bejniethom ħadu total ta' 14,815-il ġurnata sick leave.", "Mill-bidu tas-sena skolastika 2003/2004 sal-lum, kien hemm 1,503 għalliem li flimkien ħadu total ta' 8,109 ġranet sick leave.", "L-għalliema m'għandhomx dak li aħna normalment insejħulu leave għax dawn jieħdu l-leave tagħhom fil-vaganzi u cioe' meta l-iskejjel ikunu magħluqin.", "SKEJJEL - RAPPORTI DWAR INĊIDENTI", "4182.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' inċidenti rrapportati fl-iskejjel ta' l-istat għal dawn l-aħħar ħames snin li sofrew l-istudenti fil-kinder, fil-primarja, fis-sekondarja u fl-MCAST separatament?", "X'tip ta' inċidenti kienu?", "Kemm-il każ ta' serq ġie rrapportat mill-istess studenti fl-istess perjodu?", "ONOR.", "TONIO BORG (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni): It-tagħrif għadu qed jinġabar mill-iskejjel u jiġi vverifikat u għaldaqstant tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "TRIBUNAL INDUSTRIJALI", "4235.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jirrispondi l- mistoqsija parlamentari 4097 u jgħid kemm hemm każi li qed jiġu ttrattati quddiem it-tribunal industrijali?", "Kemm hemm minnhom li huma sospiżi?", "X'inhuma r-raġunijiet għal din is-sospensjoni?", "Meta hemm il-ħsieb li dawn il-każi jkomplu jinstemgħu?", "ONOR.", "FRANCIS AGIUS (Segretarju Parlamentari) (f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Ninsab informat li fl-aħħar ta' Jannar 2004 kien hemm 468 każ pendenti quddiem it-tribunal industrijali.", "Ninsab informat ukoll li m'hemm l-ebda każ sospiż iżda hemm 21 każ minnhom li ġew differiti sine die għal diversi raġunijiet.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Bartolo, domanda supplimentari.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Jista' is-Segretarju Parlamentari jgħidilna fiex jikkonsistu dawn il-21 każ u x'jistgħu jkunu r-raġunijiet li ġew differiti sine die?", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "FRANCIS AGIUS: Mr Speaker, għall-21 każ li ġew differiti sine die ingħataw diversi raġunijiet.", "Hemm tmienja minnhom fejn ir-rikorrent naqas milli jidher fl-aħħar seduta u f'każi hekk dik il-kawża tkun tista' tiġi rriappuntata biss fuq talba ta' l-istess rikorrent.", "Imbagħad kien hemm anke żewġ każi fejn miet ir-rikorrent.", "F'disa' każi, id-differiment ingħata fuq talba tal-partijiet u l-kawża tista' tiġi rriappuntata fuq talba ta' xi parti minnhom u f'żewġ każi, id- differiment ingħata sakemm tiġi riżolta l-kwestjoni tal-kompożizzjoni tat- tribunal.", "ISTITUZZJONIJIET FINANZJARJI", "4259.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomiċi: B'riferenza għal dak li qal il-Ministru dwar kif istituzzjonijiet finanzjarji Maltin qdew dmirhom sew fl-investigazzjonijiet li saru dwar il-Parmalat, x'żamm lill-istess istituzzjonijiet milli jaqdu dmirhom bl-istess mod fil-każ tad-Daewoo?", "ONOR.", "JOHN DALLI (Ministru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomiċi): L-Onor.", "Interpellant imissu jaf sew li l-każ tal-grupp multinazzjonali Parmalat u l- każ tad-Daewoo m'għandhom x'jaqsmu xejn ma' xulxin u jkolli ngħidlu li l- attentat biex jipprova jikkonsidrahom bħala simili huwa eżerċizzju pwerili.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Bartolo, domanda supplimentari.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Mr Speaker, nitlob lill-Ministru jeħu paċenzja bija għax għadni qed immur il-kindergarten!", "Jista' jispjegalna jekk kienx hemm żviluppi fil-każ ta' l-investigazzjonijiet dwar il-Parmalat peress li wara li kien tani tweġiba għal mistoqsija simili, kien hemm rapporti li xi investigazzjonijiet kienu se jibdew isiru fuq il-Cayman Islands u Malta biex jaraw jekk kienx hemm xi fondi tal-Parmalat?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Fil-fatt kien hemm kordinazzjoni sħiħa bejn ir- regolatur u s-supervisor Malti u r-regolatur u l-investigatur li qiegħed jaħdem fuq il-każ Parmalat fl-Italja.", "Dawn saħansitra ġew Malta, kellmu lir-regolaturi, ingħataw l-għajnuna u d-dokumentazzjoni kollha li kellhom bżonn, stabilew li f'Malta m'hawn l-ebda problema li għandha x'taqsam mal- Parmalat u fil-fatt - anke wara ċerta korrispondenza li għaddiet bejn ir- regolaturi - hemm il-konferma mhux biss ta' ringrazzjament għal-livell għoli ta' koperazzjoni li wriet Malta, imma wkoll għall-fatt li hawnhekk m'għandniex dawn il-problemi.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Peress li l-istampa internazzjonali baqgħet tassoċja Malta mal-Cayman Islands u ma' fondi li qegħdin hawnhekk, il- Ministru jikkonferma li f'pajjiżna ma kienx hawn kontijiet tal-Parmalat jew ta' xi sussidjarja tagħha?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mill-informazzjoni li għandi u naturalment f'dawn il- każi kollha nħalli lir-regolaturi jeżerċitaw l-awtonomija tagħhom bl-aqwa mod ...", "Għax dak ukoll huwa l-mod kif is-settur finanzjarju tagħna nħalluh jopera fl-ogħla livelli u jieħu r-rispett tan-nies.", "Għax allaħares is- sitwazzjoni tkun li jkollna xi xamma illi l-politiku qiegħed jindaħal fis- superviżjoni u r-regolamentazzjoni tas-settur finanzjarju.", "Il-politiku m'għandux jindaħal fis-superviżjoni li tkun qed issir fuq is-settur finanzjarju u sta għall-enti finanzjarji nfushom u għas-supervisor li jekk jaraw li hemm xi ħaġa li l-ente finanzjarja ma tkunx qed tagħmel tajjeb, jieħdu l-azzjoni neċessarja.", "Jien ċertament ma nsibx diffikulta' biex nistieden lill-Onor.", "Interpellant jasal wasla sa l-MFSA, jara d- dokumentazzjoni kollha li hemm u jserraħ rasu dwar l-affarijiet kif saru, Sur President.", "Skond l-informazzjoni li għandi, xi kumpanniji tal-Parmalat bdew joperaw hawn Malta ftit tax-xhur ilu - jiġifieri ma kenux ilhom hawn is-snin - u saru xi transazzjonijiet li kollha ġew traced u nstab li saru bi skop purament kummerċjali u li Malta ma kellha x'taqsam xejn ma' l-issue ta' dawk il-bonds li bdew jissemmew jew inkella ta' xi flus li kienu għaddejjin minn hawn b'mod ċirkolari u dan kollu ġie ppruvat.", "Jiġifieri Malta hija kompletament free minn kwalunkwe xamma ta' dan it-tip.", "Issa naturalment x'jidher fl-istampa hija xi ħaġa oħra, Sur President.", "Jien mhux l-ewwel darba li kelli l-okkażjoni nagħmel appell anke lill- istampa li s-settur finanzjarju huwa wieħed sensittiv u kompetittiv.", "Issa li Malta ħadet isem tajjeb ħafna f'dan is-settur u isem ikbar issa li għaddejna mill-manglu tan-negozjati ta' l-acquis b'mod li żammejna r-reġim finanzjarju tagħna prattikament mingħajr ma mittiefes, u allura differenti sew minn ħafna pajjiżi bħal Ċipru li se jkollhom ibiddlu dak kollu li għamlu s'issa ...", "Malta llum għandha reġim bi track record ta' numru ta' snin mill-1994 'il hawn u dan qed ipoġġina f'vantaġġ kbir ħdejn ġurisdizzjonijiet oħrajn (Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Jekk tippermettili, f'dawn l-aħħar jiem f'xi website deher li l-Kummissjoni Ewropea kitbitilkom bħala awtoritajiet finanzjarji.", "Jista' il-Ministru jgħidli jekk f'Awissu li għadda kienx hemm xi problema dwar l-international trading and holding companies.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Speaker, l-ewwel ħalli nkompli għaddej fuq dak li kont qed ngħid.", "Dan is-settur huwa kompetittiv ħafna u jiena dejjem nagħmel enfasi, anke mal-ġurnalisti, li mhux għax tidher xi ħaġa f'xi gazzetta barranija, naqbdu u nikkupjawha qisha xi breaking news imma għandna niċċekkjaw l-affarijiet sewwa.", "Jiena qatt m'għedt lil ħadd biex jipprova jaħbi aħbar imma ninsisti li nkunu sensittivi għall-aħbarijiet li nipproġettaw għax il-ħsara li nistgħu nagħmlu lill-pajjiż jekk nipproġettaw aħbarijiet li ma jkunux reali, fl-opinjoni tiegħi hija kbira.", "Ħafna drabi wasalna f'sitwazzjoni fejn l-istampa internazzjonali kienet qed tikkwota l-istampa Maltija u l-istampa Maltija kienet qed tikkwota l- istampa Taljana u allura ġejna f'dan iċ-ċirku, Sur President.", "Dwar dak li qed jgħid l-Onor.", "Interpellant, bħalissa kien hemm diskussjonijiet fuq dan il-fattur.", "Il-pożizzjoni ta' Malta għadha ferma li aħna m'għandna l-ebda problema vis-à-vis l-acquis fuq dawn il- pożizzjonijiet.", "Naturalment kien hemm pressjoni minn ċerti pajjiżi biex isir xi tibdil, pero` aħna żammejna sod u se nibqgħu nżommu sod fuq il- pożizzjoni tagħna.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 87 ta' l-2004 – Regolamenti ta' l-2004 dwar Drittijiet tal-Passaport Ewropew għall-Impriżi ta' l-investiment;", "Avviż Legali Nru 88 ta' l-2004 – Regolamenti ta' l-2004 dwar Drittijiet tal-Passaport Ewropew għall-Istituzzjonijiet ta' Kreditu; u", "Avviż Legali Nru 89 ta' l-2004 – European Passport Rights for Insurance Undertakings Regulations, 2004.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 77 ta' l-2004 – Civil Aviation (Air Fares) Regulations, 2004;", "Avviż Legali Nru 78 ta' l-2004 - Civil Aviation (Air Transport Licensing) Regulations, 2004;", "Avviż Legali Nru 79 ta' l-2004 – Air Navigation (Air Traffic Management) Order, 2004;", "Avviż Legali Nru 80 ta' l-2004 – Civil Aviation (Aerodrome Licensing) Regulations, 2004;", "Avviż Legali Nru 81 ta' l-2004 – Civil Aviation (Joint Aviation Requirements) (Amendment) Order, 2004;", "Avviż Legali Nru 82 ta' l-2004 – Regolamenti ta' l-2004 li jemendaw ir- Regolamenti dwar Informazzjoni Statistika li tingħata dwar il-ġarr ta' Passiġġieri, Merkanzija u Posta;", "Avviż Legali Nru 83 ta' l-2004 – Air Navigation (Noise Certification and Operation of Aircraft) (Amendment) Order, 2004;", "Avviż Legali Nru 84 ta' l-2004 – The Airport (Groundhandling Services) (Amendment) Regulations, 2004;", "Avviż Legali Nru 91 ta' l-2004 – Avviż ta' bidu fis-seħħ tad- disposizzjonijiet ta' l-artikoli 13 sa 27 ta' l-Att ta' l-2000 li jemenda l-Att dwar Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku (Att Nru. XXIII ta' l-2000);", "Avviż Legali Nru 92 ta' l-2004 – Avviż ta' bidu fis-seħħ ta' ċerti dispożizzjonijiet ta' l-Att ta' l-2002 li jemenda l-Ordinanza dwar l- Assigurazzjoni ta' Vetturi bil-Mutur għar-Riskji ta' Terzi Persuni (Att Numru XXX ta' l-2002);", "Avviż Legali Nru 93 ta' l-2004 – Regolamenti ta' l-2004 dwar Stat Imsemmi;", "Avviż Legali Nru 94 ta' l-2004 – Regolamenti ta' l-2004 dwar Korp li jagħti Kumpens;", "Tagħrif dwar safar minn uffiċjali f'dipartimenti li jaqgħu taħt id- dikasteru tal-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni matul l-2003, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 4291; u", "u f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali nqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 90 ta' l-2004 – Indiċi ta' l-Inflazzjoni għas-Sena 2003;", "Avviż Legali Nru 95 ta' l-2004 – Ordni ta' l-2004 dwar l-Awtorita' tad- Djar (Trasferiment ta' Proprjeta'); u Tabella li turi l-għadd ta' casual/part-time social assistants bejn l- 1999 u l-2003, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 4440.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru tal-Ġustizzja u Intern.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 86 ta' l-2004 – Regolamenti ta' l-2004 dwar ir- Reġistru Duplikat ta' Atti Nutarili; u", "f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni nqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar ħlas minn studenti li ġejjin minn pajjiżi barranin barra l-Unjoni Ewropea li qed jattendu l-Universita' fis-sena akkademika 2003/2004, bi tweġiba għall-mistoqsijiet parlamentari numru 4267;", "Tagħrif dwar studenti li matul is-sena akkademika 2003 – 2004 kienu qed jattendu sixth forms ta' l-Istat, tal-Knisja u dawk privati, li ma komplewx il-kors, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 4445; u", "Tagħrif dwar l-għadd ta' studenti barranin li qed jattendu sixth forms ta' l-Istat, tal-Knisja u dawk privati, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 4446.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Ninu Zammit.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar safar minn uffiċjali f'dipartimenti li jaqgħu taħt id- dikasteru tal-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura matul l-2003, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 4292.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 85 ta' l-2004 - Regolamenti ta' l-2004 dwar Proċedura għall-Verifiki Veterinarji f'Postijiet ta' Ispezzjoni fuq il- Fruntiera dwar Prodotti minn Pajjiżi Terzi; u", "Tagħrif dwar safar minn uffiċjali f'dipartimenti li jaqgħu taħt id- dikasteru tal-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent matul l-2003, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 4288.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR L-AMMINISTRAZZJONI", "FINANZJARJA U L-VERIFIKA", "FINANCIAL AND ADMINISTRATION AND AUDIT (AMENDMENT) BILL", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President, nipproponi t-tielet qari ta' l-abbozz ta' liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Att dwar l-Amministrazzjoni Finanzjarja u l-Verifika, Kap. 174\".", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "MARIO GALEA: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-abbozz ta' liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Att dwar l-Amministrazzjoni Finanzjarja u l-Verifika, Kap.174\" ikun moqri t-tielet darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi nqara t-Tielet Darba u għadda.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JIMPLIMENTA MIŻURI TA' L-ESTIMI", "BUDGET MEASURES IMPLEMENTATION BILL", "L-Ordni għal kumitat ġie moqri.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor Carmelo Abela, President tal-Kumitat, ippresjieda.", "(Ikompli mis-17 ta' Frar 2004)", "Klawsola 25 - Sostizzjoni ta' l-Ewwel Skeda li tinsab ma' l-Att prinċipali (Kont.)", "Clause 25 - Substitution of First Schedule to the principal Act (Cont.)", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "L-Onor.", "Charles Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Sur President, l-aħħar darba konna waqafna biex niċċaraw punt importanti dwar jekk ir-registration fee fuq vetturi kummerċjali hijiex effettivament sejra tiżdied.", "Min-naħa tal-gvern intqal li huma l-vetturi privati biss li se jintlaqtu miż-żieda fir-registration fee u mhux il-vetturi kummerċjali, imma meta bdejna nidħlu fid-dettall ta' l-iskeda semmejna tliet eżempji ta' vetturi kummerċjali li r-registration fee se tiżdied fuqhom.", "Per eżempju, H.S. code 87.03, VERA code number 1.032.055, ir-registration fee qabel kienet 55% imma mhux anqas minn Lm1,070 u issa se tiġi 50.5% u mhux anqas minn Lm1200.", "Imbagħad għandek il- VERA code number 1.032.260 li jinkludi ambulanzi, vannijiet tal-ħabs, karozzi tal-mejtin, vetturi light weight bi tliet roti li jkollhom karatteristika ta' vettura bil-mutur ta' din is-subintestatura li r- registraton fee tagħhom qabel kienet 48.5% imma mhux anqas minn Lm1,460 u fil-ġdida qiegħda 48.5% iżda mhux inqas minn Lm2,015.", "Jiġifieri hemmhekk għandek żieda ta' 'l fuq minn Lm615.", "Għandna wkoll VERA code number 1.032.270 li jirreferi għat-taxi-cars.", "Qabel ir-registration fee fuq dawn it-taxi-cars kienet 20% u mhux inqas minn Lm610 u issa ġiet 53% u mhux anqas minn Lm2,200.", "Dan kollu juri li minkejja li mhux suppost kien hemm żieda fir-registration fee tal-vetturi kummerċjali, fil-verita` fuq ċerti items qed insibu li qed ikun hemm żieda.", "L-aħħar darba, l-Onor.", "Edwin Vassallo – li llum mhuwiex hawnhekk - ipprova jikkonvinċina li meta dawn il-karozzi kummerċjali huma kkunsidrati bħala karozzi privati mid-dwana, imma mbagħad apparentement, x'ħin jaqbżu l-bieb tad-dwana jkollhom xi metamorfosi u jiġu kummerċjali.", "Issa jiena ma nistax nifhimha din.", "Jiġifieri qegħdin nitkellmu fuq the same headings, same definitions u fuq l-istess numri imma effettivament żdiedet ir- registration fee.", "Allura tajjeb li niċċaraw li r-registration fee fuq vetturi kummerċjali se tiżdied u mhux kif qed jgħid il-gvern li din se tolqot biss il-vetturi privati.", "Aħna nitolbu biex dawn l-affarijiet jiġu ċċarati u jekk verament il-vetturi kummerċjali mhux se jkollhom żieda fir- registration fee, allura nippretendi li għandna nagħmlu emenda ħalli nevitaw kull ekwivoċi li jistgħu jinqalgħu.", "THE CHAIRMAN: Hawn iżjed rimarki?", "L-Onor.", "Anthony Abela.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (Segretarju Parlamentari): Sur President, l- ewwelnett nixtieq niċċara punt.", "L-aħħar darba lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni għidtlu li jiena kelli rapport ta' l-ADT fuq ċerti affarijiet.", "Effettivament dan ma kienx rapport imma working paper tal-ministeru li kien sar fuq affarijiet li konna staqsejna l-ADT.", "(Interruzzjonijiet) Iva, qed niskuża ruħi għax għidt li kien rapport u fil-fatt kien working paper; għandek raġun, ħadt żball jiena.", "Issa rigward dan li semma l-Onor.", "Mangion, nixtieq ngħid li dalgħodu ltqajna ma' l-ADT biex niċċaraw din is-sitwazzjoni u s-sitwazzjoni ċċarat ruħha fis-sens li hemm policy ta' l-ADT fejn karozzi second-hand ma tingħatalhomx liċenzja biex dawn jintużaw bħala taxis, car hire jew karozzi li jġorru n-nies u li jġorru anqas minn tmienja b'eċċezzjoni ta' limousine.", "Meta karozzi second-hand jaslu Malta, dawn jistgħu jintużaw bħala vetturi privati biss għax hemm din il-policy ta' l-ADT li ma tagħtix liċenzja biex dawn il-karozzi second-hand jintużaw għal ġarr ta' persuni jew biex jinkrew.", "Dan kollu li qed nitkellmu fuqu nżamm fil-liġi biex jekk terġa' tinbidel il-policy ta' l-ADT, dawn ikunu jistgħu jiġu liċenzjati.", "Jien informat li l-policy illum hija li wieħed ma jistax jimporta karozzi mill- Ġappun u jużahom kummerċjalment bħala taxi-car jew għas-self-drive for short term.", "Dan ifisser li l-karozza li tiġi importata, fil-mument li tiġi importata tkun biss karozza privata u mhux għall-użu kummerċjali.", "Il-karozzi ġodda baqgħu kif kienu apparti ż-żieda ta' 3% tal-VAT pero` min se jimporta karozza second-hand bl-idea li din jużaha biex jagħti servizz lin-nies - apparti għal min jimporta xi limousine jew xi karozza tipo Rolls-Royce biex jużaha għat-tiġijiet – ikun tajjeb li dan ikun jaf li l-ADT mhux qed tagħti liċenzja biex dawn il-vetturi second-hand jintużaw għal skop kummerċjali.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Bir-rispett kollu lejn l-Onor.", "Abela, xorta m'għandniex kjarifikazzjoni.", "L-ewwelnett ikun tajjeb li l-policy li ħabbret l-ADT tkun ippubblikata u mxandra għall-benefiċċju tal-pubbliku ħalli min hu involut f'dawn l-affarijiet ikun jaf x'qed jiġri.", "Apparti hekk, jiena ma nistax nifhem għalfejn wieħed, per eżempju, għandu jimporta karozza tal- mejtin second-hand biex imbagħad ma jużahiex biex iġorr il-mejtin!", "X'se joqgħod jagħmel biha din il-karozza imbagħad, idawwar il-familja fiha?!", "Dan kollu ma jagħmilx sens!", "(Interruzzjonijiet) Ir-registration fee fuq karozza ta` dan it-tip qabel kienet mhux anqas minn Lm1,460 u issa ġiet mhux anqas minn Lm2,015.", "Hemm Lm600 differenza.", "Qed nirreferi għal VERA code number 1.032.260 li fil-liġi li qegħdin niddiskutu qiegħed f'paġna C1343.", "L-H.S. code number tagħha huwa 87.03, l-istess bħal dak li hemm f'Kap. 368 tal- liġijiet ta' Malta.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Dawn ir-reviżjonijiet huma fuq l-istess binarji tal- karozzi privati skond iċ-ċilindrata tagħhom.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Il-liġi baqgħet kif kienet qabel bid-diċitura u bil-heading, mela the applicable tariff, jekk immur għand tal-customs b'karozza tal-mejtin, hija ta' Lm2,015.", "(Interruzzjonijiet) Mhux bilfors jekk inti qed tgħidli li din tiġi konsidrata bħala karozza privata taħt din l-emenda l-ġdida.", "Allura jiena nistaqsi: X'ħin dan jingħata l-liċenzja biex ikun jista' jużaha bħala commercial, dan jingħata rebate fuq dik ir- reġistrazzjoni(", "Sa fejn naf jiena, jekk iddaħħal karozza mill-ewwel ikollok id-definition ta' jekk hijiex commercial jew for private use min-naħa tad-dwana.", "Niftakar li darba kien hemm il-kwestjoni fuq ċerti four-wheel drive cars jew land rovers dwar jekk humiex commercial jew le.", "Kont dħalt fiha għax kumbinazzjoni t-tifel kellu land rover u tgħidx kemm tħabatt biex inkun nista' nifhem jekk din hijiex private jew commercial u fl-aħħar spiċċajt ħallast ta' commercial.", "Imma xorta jibqa' l-fatt li jekk id-definizzjoni tal-vettura hija a taxi-car, hija ovvja li n-natura tal-vettura hija kummerċjali.", "Li qed ngħid huwa li minkejja din l-imbierka ADT policy li ma nafux biha, kull bniedem li se jimporta din it-tip ta' vettura se jiġi charged it-tariffa l-ġdida li tiġi approvata minn dan il-parlament, u meta din tqabbilha ma' dik antika se ssib li hemm żieda.", "Ma nistax nifhem kif dan se jimporta dawn it-tip ta' vetturi taħt din id- diċitura jew heading u jista' jiċċarġjah b'inqas!", "Jekk se tkun taxi ġejja minn barra, fejn qabel sa l-1 ta' Jannar kien iħallas mhux anqas minn Lm610 għal kull vettura, issa se jkollu 53% fuq il-valur tagħha u mhux anqas minn Lm2,200.", "Din qiegħda ċara u bilfors din ir-rata jrid iżomm.", "Dawn huma d- diffikultajiet li qegħdin jinqalgħu u ma jidhirlix li hemm spjegazzjoni.", "Imbilli hemm ta' l-awtorita`!", "Dan ifisser li dan qabel ma tidħol karozza se jmur xi ħadd mill-awtorita` u jiddeċiedi x'tip ta' karozza hi(", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Ejja nieħdu l-eżempju li qed issemmi inti, il- karozzi li jġorru l-mejtin.", "Aħna nafu li f'dawn l-aħħar snin dawn baqgħu l- istess karozzi għax il-liċenzji għal dawn it-tip ta' karozzi huma weqfin.", "Kien hemm każ meta kien hemm bniedem li ġab karozza ġdida, ipprova jġib il- liċenzja għaliha u għamel minn kollox biex jirnexxilu imma seta' jużaha biss sakemm użaha minflok karozza oħra li hu kellu għax tejjeb is- sitwazzjoni tiegħu.", "Il-fatt huwa li fil-mument li din tiġi reġistrata bħala karozza kummerċjali, din tiġi importata tramite d-dwana bl-istess binarji li kienet u x'ħin imbagħad tiġi biex tiġi liċenzjata għand l-ADT, din għandha policy li ma tippermettix li karozzi second-hand jintużaw for public service.", "Allura, awtomatikament qed ngħidu li min irid jimporta, irid jimporta l-ġdid għax inkella ma jingħatax il-permess u jekk jimporta l- ġdid, dan ma jiġix soġġett għaż-żidiet li hawn f'din l-iskeda.", "Din hi l- informazzjoni li għandi.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: L-informazzjoni, bir-rispett kollu lejn l-Onor.", "Abela, hija misleading anke għalih stess.", "Aħna qegħdin fl-istadju ta' kumitat biex nidħlu fid-dettall tal-liġi u l-liġi qiegħda ċara u tonda.", "Jekk hija ambulanza, per eżempju - u hawnhekk qegħdin nirreferu għall- ambulanzi second-hand taħt din is-section jekk fhimt sew - dan daħħalha biex jużaha bħala ambulanza.", "Issa lil dan jew se żżommu u tgħidlu biex ma jimporta xejn jew se tgħidlu biex jerġa' jesporta lura, imma jekk għandha l- karatteristiċi ta' ambulanza, ambulanza se tibqa'.", "Id-diskrezzjoni li arrogat għaliha l-ADT hija aktar perikoluża għax jew il- policy se tkun ċara li dawn il-vetturi li qegħdin hawnhekk ma jistgħux jiġu importati second-hand għax huma vetturi kummerċjali jew inkella dak li se jimporta se jkollu l-ewwel joqgħod jara jekk jistax jirranġa ma' l-ADT biex jingħata liċenzja kummerċjali fuq dik il-vettura qabel ma jimportaha u jekk ma jaċċettawx li din titqies bħala kummerċjali, allura dan ikollu jħallas dawn it-tariffi.", "Ma nifhmux li din it-tip ta' politika qiegħda tkabbar u żżid il-burokrazija( Jista' l-gvern, jekk għandu din il-policy, idaħħal emenda fejn jingħad espressament li kull vettura kummerċjali għall-użu tal- kummerċ mhux se tiżdidilha t-tariffa tar-reġistrazzjoni fuqha.", "Tista' ssir governing clause max-schedule jew fil-klawsola ħalli imbagħad whatever the interpretation li jagħtu l-ADT, min qiegħed f'dan il-qasam tal-kummerċ huwa protett għax jaf li se tibqagħlu dik l-istess rata u mhux nibdew ħafna argumenti li fl-aħħar mill-aħħar jispiċċa li jkollu jħallas biex ikun jista' joħroġ il-vettura tiegħu.", "Inkella hawnhekk se nispiċċaw fl-istess sitwazzjoni li hemm il-MEPA fejn din tagħmel enforcement fuq xi ħaġa anke jekk tkun diskuttibbli, trid bilfors tħallas il-multa biex imbagħad il-każ tiegħek jista' jipproċedi u imbagħad wara, għandek raġun jew għandek tort, xorta jkun diffiċli biex tieħdu lura dak li tkun ħallast.", "Biex isserraħ moħħ kulħadd, mhux il-policy li għamlet l-ADT minn nhar il- Ġimgħa sal-lum u xi spjegazzjoni tat jew ma tatx jgħodd, bir-rispett kollu.", "Dan mhux element ta' diskrezzjoni.", "Din hi kwestjoni ta' żieda fil-ħlas jew le.", "Nagħmlu governing clause fi klawsola 25 fejn ngħidu bejn wieħed u ieħor li for better clarification and not withstanding whatever is said in the said schedule, any commercial vehicle imported shall not carry upon it an increase in the said registration fee, u b'hekk kulħadd iserraħ moħħu.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, ninsab assolutament frasturnat b'dak li qed jiġi spjegat illejla.", "Il-propoganda tal-gvern kienet li t-taxxa fuq reġistrazzjoni tal-vetturi se tiżdied biss fuq il-privat u mhux se tiżdied fuq il-kummerċjali.", "Mela min qed jitkellem, dakinhar prova jgħidilna li deħlin second-hand vehicles għall-privat u deħlin second-hand vehicles għall-kummerċjali u li s-second-hand vehicles għall-privat qed tiżdidilhom it-taxxa filwaqt li dawk kummerċjali mhux se tiżdidilhom it-taxxa.", "Issa s-segretarju parlamentari qed jgħidilna li l-gvern għandu l-politika – u mhux joqgħod isemmi l-ADT u bullshit għax issa qed niddejjaq b'dawn il- ħafna aġenziji fin-nofs għax l-ADT huwa l-gvern - li ma jaċċettax li jidħlu vetturi kummerċjali wżati.", "Qed nifhem tajjeb( (Interruzzjonijiet) Mela għaliex tiġi tgħidilna li t-taxxa se tiżdied biss fuq il-privat u mhux fuq il-kummerċjali( Skużi imma inti qed tidħak b'kulħadd meta tgħid hekk!", "Għidilna mill-ewwel li fuq il-kummerċjali ma jistax jidħol użat u mhux toqgħod tgħidilna se tiżdied fuq il-privat u fuq il-kummerċjali mhux se żżid.", "Dan hu l-ingann li l-ħin kollu għaddej.", "Jekk ma tistax iddaħħal kummerċjali użat, x'jiġifieri tiġi hawn u tgħid li fuq il-privat se żżid it-taxxa u fuq il-kummerċjali mhux se żżid it-taxxa( B'min qed tipprova tidħak(", "Dan li qiegħed jinganna l-poplu l-ħin kollu u jimmina l-fiduċja f'dan il- gvern, li nibqgħu sejrin b'dan il-kliem vojt.", "Issa s-segretarju parlamentari qed jgħidilna li fuq il-privat se jżid it-taxxa u fuq il- kummerċjali mhux se jżid għax mhux se jagħtu permess fuqhom.", "Mela għalfejn fil-budget intqal li t-taxxa se tiżdied fuq il-privat imma mhux fuq il- kummerċjali!", "B'min qed tipprovaw tidħku( Dan hu li qed jimmina l-fiduċja f'dan il-pajjiż u fl-istituzzjonijiet tiegħu.", "Issa tiġi tgħidilna hekk!", "Imissek għidtilna fi żmien il-budget li vetturi kummerċjali wżati mhux qed jidħlu għax hekk hija l-politika tal-gvern - mhux ta' l-ADT imma tal-gvern – u jidħlu biss vetturi privati użati li fuqhom se nżidu t-taxxa.", "Kunu fair man-nies u spjegaw l-affarijiet bis-serjeta` u mhux tibqgħu tingannaw anke f'dawn l-affarijiet żgħar.", "Ma nistgħux nibqgħu sejrin hekk b'dawn l- inganni kollha għaddejjin anke f'affarijiet bħal dawn.", "Issa ħarġet din, li vetturi kummerċjali wżati ma tistax iddaħħal!", "Mhux l-ADT iddeċidiet dan imma l-gvern.", "L-ADT ħadd ma jifhem x'inhi, lanqas jien, imma l-gvern joqgħod jistaħba wara dawn it-taparsi aġenziji.", "Għidilna straight and plain.", "Fil-budget imissek għidtilna fuq dan kollu u mhux issa!", "Missek għidtilna li l-vetturi kummerċjali wżati ma triduhomx aktar u fuq il- vetturi privati wżati se żżidu t-taxxa tar-reġistrazzjoni u mhux ġejtu b'dan il-ħafna kliem vojt u taħwid u numri fl-ajru u mbagħad fir-realta` kollox finta.", "Se nibqgħu sejrin hekk f'dan il-pajjiż( Ma jistax ikun!", "THE CHAIRMAN: Hawn aktar rimarki( Is-Segretarju Parlamentari Anthony Abela.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Sur President, m'għandix iżjed kummenti x'ngħaddi.", "Diġa' spjegajt fit-tul x'inhi l-policy tal-gvern.", "Pero` din li l- oppożizzjoni tibqa' tinsisti li b'xi mod qed nipprovaw inqarrqu bin-nies hija diska li xbajna nisimgħuha.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Sur President, apparti l-fatt li kif diġa` għedt, l- ispjegazzjoni hija insodisfaċenti ħafna u tħalli element ta' dubbji, se nipprova nagħmel statement biex ikun recorded verbatim fil-Parlament biex ikun ċar għal min għada pitgħada jiġi overcharged, li dan ikun jista' jieħu proċeduri fil-qorti.", "Dawn huma mistoqsijiet ċari.", "Fuq il-karozzi kummerċjali importati, ir-registration fee se tiżdied, iva jew le?", "Hija l- policy tal-gvern li mhux se jħalli aktar karozzi second-hand ta' natura kummerċjali jiġu importati u allura b'hekk kwalunkwe karozza kummerċjali second-hand importata mhux se tkun tista' topera fit-toroq?", "Dawn huma iż- żewġ mistoqsijiet li rridu niċċaraw u jiena qed nistenna risposta.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Sur President, m'għandix iżjed kummenti x'ngħaddi.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Sur President, dawn huma mistoqsijiet ta' iva jew le għax jekk m'għandux aktar kummenti x'jgħaddi, dan ifisser li r- registration fee mhux se tiżdied biss fuq il-vetturi privati second-hand.", "Il-mistoqsija hija ċara u ma nistax nifhem kif l-Onor.", "Abela jista' jirrispondini u jgħid li m'għandux aktar kummenti meta r-risposta li jrid jagħti hija sempliċiment iva jew le.", "Dawn huma żewġ mistoqsijiet diretti u jiena nistenna r-risposti għalihom.", "Dawn iż-żewġ mistoqsijiet jikkonċernaw il-policies tal-gvern u fuq xi ħaġa hekk, ma jistax l-Onor.", "Abela jgħidli li ma għandux kummenti.", "Il-gvern irid jagħti risposta u jekk ma jafx, nissospendu għal ftit u jġib kjarifikazzjoni.", "Se nerġa` npoġġi dawn iż- żewġ mistoqsijiet.", "Fuq il-vetturi kummerċjali second-hand importati mill-1 ta' Jannar se jkun hemm żieda fir-registration tax?", "Hija policy tal-gvern li vetturi kummerċjali second-hand ma jiġux aktar importati għax jekk jiġu importati ma jingħatawx il-liċenzja neċessarja biex jaħdmu fit-toroq tagħna?", "Dawn huma policies tal-gvern u tajjeb li nkunu ċari fuqhom.", "Allaħares noħorġu minn ġewwa dan il-parlament u lanqas inkunu nafu x'inhi l- policy tal-gvern minkejja dawn il-mistoqsijiet kollha li qed nistaqsu!", "Dawn żewġ mistoqsijiet li hemm bżonn li ningħataw risposta fuqhom u jiena nippretendi risposta.", "Fil-każ nagħmel point of order biex is-Sedja tagħti ruling dwar jekk fuq mistoqsijiet diretti dwar policy tal-gvern, is- segretarju parlamentari jistax jirrispondi bil-mod li rrisponda.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Sur President, jekk titlaq direttament minn premessa ħażina, ma tistax tippretendi li tipprova tpoġġi kliem f'ħalq in-nies.", "L- ewwelnett huwa żgur li fl-istadju ta' kumitat mhux qed nitkellmu fuq policy tal-gvern imma qed nitkellmu fuq il-kontenut tal-klawsola.", "It-tieni ħaġa, l- Onor. Membru qal li se jagħmel statement u minflok għamel domandi u mhux statement.", "(Interruzzjonijiet) Inti għedt li se tagħmel statement u minflok għamilt mistoqsijiet.", "Jekk trid nieqfu minuta u mmorru nisimgħu r- recording.", "It-tielet ħaġa l-Onor.", "Membru qed jipprova jimplika li mhux se jkun hemm żidiet fuq affarijiet kummerċjali.", "Il-kelma \"kummerċjali\" għall- fini ta' x'ħin tiġi importata, għall-fini tal-liġi tiftiehem goods-carrying vehicle.", "Il-goods-carrying vehicles ma ġewx affettwati.", "Jekk aħna qegħdin nitkellmu fuq min irid jixtri karozza antika, jiġi jirreġistraha hawn Malta u jużaha privatament, dik jista' jagħmilha pero` se jħallas iż-żieda skond iċ-ċilindrata kif imniżżel fl-iskeda.", "Pero` jekk se jmur biex jilliċenzjaha għall-użu ta' passenger-carrying vehicle, hemmhekk le għax mhijiex policy ta' l-ADT li tagħti permess biex jintużaw vetturi kummerċjali second-hand, imma lil dawk li jġibu karozzi ġodda jingħatalhom kull benefiċċju u kull dritt.", "Tant hu hekk li meta karozza tkun klassifikata bħala \"K plated\" imbagħad wara tliet snin jinbidel l-użu tagħha u minn vettura kummerċjali ssir vettura li tintuża privatament, dan li jkun ma jħallasx id-differenza fir-reġistrazzjoni.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Sur President, l-Onor.", "Abela qal li għamiltlu domanda u mhux statement, mela ħa nagħmel dak kollu li staqsejtu qabel f'forma ta' statement forsi jagħtina r-risposta għax ir-risposta li tani hija eżempju ta' kif in-naħa l-oħra ma jirrispondux għall-mistoqsijiet diretti.", "Minkejja dak li ntqal fil-budget, li vetturi kummerċjali importati mhux se jkunu ntaxxati aktar, effettivament se jkun hemm żieda fit-taxxa tar-reġistrazzjoni ta' dawn il-vetturi.", "Din qed tiġi bħala statement hawnhekk u l-gvern jista' jinnegaha.", "Dan qed jingħad ħalli min qed jismagħna u l-kummerċjanti li ntlaqtu minn dan, ikunu aware x'qed jingħad hawnhekk u jkunu aware x'wegħdhom il-gvern fil-laqgħat li kellhom għax f'xi seduta ta' qabel intqal li kien intlaħaq ftehim ma' dawn l-entitajiet involuti f'dan it-tip ta' negozju.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, kif qed jgħid l-Onor.", "Charles Mangion, jiena nixtieq inkunu ċari fuq li qed ngħidu għax ma nistgħux nibqgħu sejrin hekk ma' dan il-gvern.", "Għandi quddiemi l-istqarrija tal-ministeru tal- finanzi u affarijiet ekonomiċi - Budget 2004: Preżentazzjoni tal-Punti Ewlenin u fuq vetturi użati (mhux kummerċjali) jingħad hekk:-", "\"Jagħmlu ħsara lill-ambjent ħafna aktar minn vetturi ġodda.", "Qiegħed jiżdied il-minimu ta' taxxa fuq il-vetturi wżati.", "Aħna ma rridux li Malta tieħu l-fama li hija l-post fejn jiġu dumped vetturi wżati li ma jkunux tajba għall-użu f'pajjiżi oħra.\".", "Imbagħad hemm tabella bir-rata l-antika u r-rata l-ġdida u l-perċentaġġ użati tat-total li huwa 13% fl-2000, 23% fl-2001, 27% fl-2002 u 40% fl- 2003, sa Settembru.", "Hawn il-gvern qed jgħid ċara li fuq il-vetturi wżati (mhux kummerċjali) se jagħmel iż-żieda fit-taxxi.", "Issa qed jgħidilna żewġ affarijiet.", "Kif nistgħu nemmnuh iktar jekk nibqgħu sejrin b'dan il-mod!", "Qed jgħidilna li \"vetturi wżati kummerċjali\" tfisser \"kummerċjali\" skond kif jgħidulna tad-dwana, u kif jgħidulna tad-dwana hija definizzjoni ristrettissima li ma tfisser xejn għax taxi-cab, minibus u anke karozzi tal-mejtin ma jikkwalifikawx.", "Imbagħad qed jgħidilna aktar minn hekk.", "Qed jgħidilna li hija l-policy tal-gvern li l-vetturi kummerċjali wżati ma jidħlux fil-pajjiż.", "Allura bir-rispett kollu, x'qed nagħmlu?", "Mhux nidħku bin-nies!", "Se nibqgħu nidħku bin-nies b'dan il-mod?", "Minn naħa qed jgħidilna li kummerċjali hija limitatissima għax hemm definizzjoni tad-dwana, li ħadd ma jaf biha, u li se teskludi dawk kollha li huma kummerċjali, bir-rispett kollu, għax jekk għandek taxi-cabs, minibuses u affarijiet oħra bħalhom esklużi, x'inhu kummerċjali mela?!", "Imbagħad qed jgħidilna, sopra corna bastonate, li hemm din il-policy tal- gvern.", "Din ma qalilniex biha fi żmien il-budget għax dawn l-aħħar tlett ijiem erġajt qrajt il-budget speech biex nara x'qal fuqha.", "Ma qalilniex li hija l-policy tal-gvern - mhux ta' l-ADT – li dawn l-vetturi kummerċjali wżati ma jistgħux jidħlu.", "Iva, din hi policy tal-gvern u ejja ma noqgħodux ninħbew aktar wara l-ADT, il-MEPA, ir-Resources Authority u dawn il-ħafna awtoritajiet li faqqsu ma' kullimkien biex il-gvern jinħeba warajhom.", "Il- gvern qatt ma qalilna li hija l-policy tiegħu li l-vetturi kummerċjali wżati ma jidħlux.", "Mhux hekk qalilna issa?", "Hekk qalilna llejla.", "Allura għaliex joqgħod joħroġ b'dan il-ħafna diskors fejn jgħid li l-vetturi użati mhux kummerċjali mhux se tiżdied it-taxxa fuqhom meta l-vetturi kummerċjali ma jidħlux?", "Anke dak li għandna quddiemna, li taparsi noqogħdu nbiddlu l-liġi għax kummerċjali u mhux kummerċjali!", "Jekk il-kummerċjali wżati ma jidħlux, ma jidħlux u daqshekk u mhux min-naħa tgħid li l-kummerċjali wżati ma jidħlux u min-naħa l-oħra żżidilhom it-taxxa.", "Ma tagħmilx sens din il-ħaġa.", "Qed nagħmlu lilna nfusna laughing stock u qed innaqqsu l-fiduċja tas-sistema kummerċjali b'dak li għaddej fil-pajjiż.", "Kif nistgħu nkunu konformi ma' dak li qed ngħidu meta min-naħa qed ngħidu li se nżidu t-taxxa fuq l-privati biss u min-naħa l-oħra qed ngħidu privati daqstant, kummerċjali limitatissimu imma imbagħad kummerċjali ma jidħlux?", "Ma tagħmilx sens din il-ħaġa u bir-rispett kollu, din hija sistema li mhijiex qiegħda żżomm l- affarijiet fuq linja tajba.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Abela", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: M'għandix rimarki x'ngħaddi fuq dan il-punt.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, nifhem li ma jridx jirrispondi s- segretarju parlamentari.", "Mhux ċara, mhux dejjem hekk jagħmlu dawn, imma l- poplu jistenna risposta.", "Qegħdin fl-istadju tal-kumitat u jiena u l-Onor.", "Mangion dħalna fid-dettall, punt punt, u staqsejna ħafna domandi imma l- Onor. Abela ma kellux risposta, ma kienx jaf x'qed jagħmel.", "Imbagħad mar għand is-civil servants ta' warajh u qalulu d-dwana tiddefinixxiha b'dan il- mod.", "Qalulhom lis-self-employed iż-żgħar dwar dan?", "Qalulhom lill- kumpanniji tal-kostruzzjoni, li jkollhom bżonn tip ta' vetturi biex jużawhom b'ċertu mod issa li qed idaħħluhom l-Ewropej biex jikkompetu magħhom, li fuq din il-ħaġa se jkun hemm il-problemi?", "L-ewwel nibdew b'ħaġa mbagħad nagħmlu oħra.", "L-ewwel nibdew b'ingropp, imbagħad nagħmlu ingropp ieħor u ieħor u nibqgħu sejrin hekk.", "Ejja nifhmu kif jaħdem dan il-pajjiż.", "Qalulhom b'din il-ħaġa?", "Ma qalulhomx.", "Li qalulhom hu li fuq il-privat użat se jżidu r-rata imma fuq il-kummerċjali m'aħniex se nżidu r-rata.", "Ma qalulhomx li kummerċjali wżat skond id-definizzjoni tad-dwana!", "Le, ma tarax mhux se jgħidulhom dan.", "Kienu jafuh dan.", "Forsi s-segretarju parlamentari ma kienx jaf imma ħaddieħor warajh kien jaf; min qed imexxih kien jaf.", "Issa qed jgħidulna li l-kummerċjali wżati ma jistgħux jidħlu.", "Qaluhielna din fi żmien il-budget?", "Jiena qrajt il-budget speech mil-ġdid u ma sibthiex.", "Għandhom xi kummenti tan-naħa l-oħra fuq din il-ħaġa?", "Iva jew le?", "Jekk m'għandhomx kummenti għandi aktar kummenti jiena, imma tajjeb li ninnotaw li dawn ma għandhomx kummenti.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Sur President, il-Kap ta' l-Oppożizzjoni rrefera għas-self-employed żgħar u għan-nies fil-kostruzzjoni.", "Il-vetturi li jużaw dawn in-nies huma l-vetturi li huma klassifikati taħt H.S. code number 87.04 u dan suppost jaf li dawn ma nbidlux.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, ma nbidlux b'liema mod?", "L-Onor.", "Abela qed jgħidilna li l-gvern għandu policy li vetturi kummerċjali wżati ma jidħlux ħlief dan li semmejt jien, għax mhux hekk għedt ftit ilu?", "(Interruzzjonijiet) Hu paċenzja bija.", "Ftit ilu għedt li l-policy tagħkom - mhux ta' l-ADT – hi li l-kummerċjali wżati ma jidħlux.", "Mhux hekk għedt?", "Issa qed tgħidli f'daqqa waħda li spunta settur fejn jidħlu?", "Hekk qed tgħidli f'daqqa waħda!", "Oqgħod attent x'qed tgħid!", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Sur President, nassigurak li jiena ili nieħu ħafna paċenzja bih dan imma jekk dan ma jridx jifhem li hemm differenza bejn it- tip ta' karozzi li huma taħt l-HS code 87.03 u t-tip ta' karozzi li huma taħt l-H.S. code 87.04, allura għandna problema ta' kif wieħed jista' jifhem jew ma jifhimx din il-liġi.", "L-H.S. code 87.04 tiġbor taħtha l-goods- carrying vehicles u jiena qatt m'għedt li dawn se jiġu affettwati skond jekk humiex second-hand jew ġodda.", "Dawk li qed jirreferi għalihom il-Kop ta' l-Oppożizzjoni huma passenger-carrying vehicles li jaqgħu taħt H.S. code 87.03.", "Dawn ta' l-aħħar fil-mument li jiġu importati jkunu privati u allura titħallas ir-registration fee skond kif emendata, imma f'każ li dawn iridu jagħmluhom passenger-carrying vehicles, il-policy ta' l-ADT hi li ma tagħtix permess.", "Pero` rigward goods-carrying vehicles, li jużaw in-nies fil-kostruzzjoni u fin-negozji żgħar, l-affarijiet baqgħu kif kienu.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, naħseb li għandi raġun nitħawwad.", "Lis- segretarju parlamentari ngħidlu: Ħawwadni ħa nifhem!", "Jista' s-segretarju parlamentari, jekk jogħġbu, jagħmel stqarrija eżawrenti tal-preżentazzjoni tal-punti ewlenin tal-ministeru tal-finanzi u affarijiet ekonomiċi - Budget 2004.", "Kulma qed nitolbu bħalissa hija stqarrija eżawrenti fuq x'irid il- gvern għax dan daqqa jgħid ħaġa u daqqa jgħid oħra qisu cat on a hot tin roof.", "Qed ifakkarni fi dramm ta' Tennessee Williams bl-isem ta' Cat on a Hot Tin Roof fejn il-qattus jaqbez minn naħa għall-oħra skond kemm ikun sħun il-post li jkun fuqu.", "Jiena naħseb li jkun tajjeb li nifhmu x'inhu kummerċjali, fejn hi kummerċjali naħa, fejn hi kummerċjali oħra u fejn hemm policies tal-gvern li ma jidħlux vetturi kummerċjali wżati ħalli nkunu nafu fuq xiex qegħdin nitkellmu għax jiena għadni ma nistax nifhem fuq xiex qegħdin nitkellmu.", "Il- ġimgħa li għaddiet l-Onor.", "Abela qalilna li kummerċjali hi definita skond x'tgħidilna d-dwana u mhux skond dak li niddeċiedu aħna, inkluż il-gvern.", "X'inhu kummerċjali?", "X'inhu użat?", "X'inhu projbit mill-gvern?", "X'inhu ammess mill-gvern?", "Fejn se tiżdied it-taxxa u fejn mhux se tiżdied it- taxxa?", "Jista' jkollna din l-istqarrija l-ewwel ħalli nkunu nafu fejn qegħdin?", "Aħna qrajna dan kollu li għandna quddiemna, jiġifieri l-iskedi li ressaq il-gvern, u xorta ma nistgħux nifhmu.", "Ma nistgħux nifhmu għaliex ċerti areas huma esklużi u ma nistgħux nifhmu x'inhi r-raġuni li ċerti oqsma huma aċċettati u ċerti oqsma ma humiex aċċettati.", "Hemm xi ħbieb tal- ħbieb jimbuttaw dawn l-affarijiet?", "Nittama li le, forsi jgħidilna li mhux hekk imma jrid jgħidilna r-raġunijiet wara dan kollu.", "Dawn l-aħħar ġimgħat kont inondat b'mistoqsijiet min-nies li ġew jistaqsuni x'se jiġri u jiena għedtilhom biex jistaqsu lill-gvern.", "Nittama li ċemplulek u jekk ma ċemplulekx, qed jibżgħu minnek.", "Jiddispjaċini li qed jibżgħu minnek.", "X'qed jiġri f'dan il-qasam?", "Kif nistgħu ngħidu li vetturi wżati mhux kummerċjali fuq naħa mbagħad qed tgħidilna li hemm kummerċjali mod skond tad-dwana, kummerċjali mod m'għandniex żieda fuqhom u kummerċjali mod ieħor fejn għandhom policy li dawn ma jidħlux skond l-ADT, li għalija hi l-gvern.", "Hemm bżonn li l-gvern ikun ċar u ma nistgħux nibqgħu sejrin hekk.", "Dawn qed iħawdu lin-nies tan-negozju speċjalment lis-self-employed iż-żgħar.", "L-Onor.", "Edwin Vassallo li ġie l-aħħar darba jgħidilna x'tgħid id-dwana skandalizza lil ħafna self-employed għax dawn se jgħidu: Ġie hu issa jitkellem fuq d- dwana u x'tgħid id-dwana meta dan hu l-bniedem li qal li se jirriżenja wara tliet xhur jekk ma jitranġawx l-affarijiet fid-dwana u fil-burokrazija.", "Ma nistgħux nibqgħu sejrin hekk!", "Il-punt huwa dan, din il-kwestjoni li tista' tidher żgħira, għandha implikazzjonijiet ħafna aktar wiesa u hemm bżonn li l-gvern ikun ċar.", "Jekk hemm setturi li fuqhom il-gvern se jżomm kollox kif inhu, dan għandu jiktbu b'mod ċar ħalli nifhmuh.", "Jekk hemm setturi li l- gvern għandu policy fuqhom li dawn ma jidħlux, għalfejn qed ibiddlilhom ir- registration fee?", "Il-gvern imissu jgħid minnufih li vetturi wżati taħt dik il-kategorija partikolari ma jistgħux jidħlu.", "Min jiddeċidihom dawn l- affairjiet?", "Qishom jiġu deċiżi in camera fil-magħluq.", "Min jaqra l-budget speech, dawn l-affarijiet lanqas biss ixommhom.", "Ngħid straight and plain li dawn lanqas jiena ma xammejthom bil-budget speech u xammejthom meta qrajt l-iskedi li preżentajtilna u imbagħad bdejna nistaqsu u lanqas in- naħa tal-gvern ma kienet taf fuqhom.", "Min qed jiddeċidihom dawn l-affarjiet?", "Jista' jkun li la l-Onor.", "Abela, la l-Onor.", "Edwin Vassallo u lanqas il- gvern ma jaf x'qed jiġri.", "Se nibqgħu sejrin hekk?", "Mhux aħjar tagħmel stqarrija sħiħa dwar eżattament x'inhi l-policy tal-gvern?", "Fejn ma jistax jidħol għax huwa projbit, ma jistax jidħol imma mhux toqogħdu tgħidu taparsi li se żżidu r-registration fee u imbagħad tiskopri li ma żdiedet xejn għax dawn il-vetturi kummerċjali wżati ma jistghux jidħlu!", "Kif nistgħu nibqgħu sejrin hekk?", "Inkredibbli din l-istorja!", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Sur President, ħalli niffokaw aktar fuq ix- schedule ta' l-Att li għandna quddiemna.", "L-Onor.", "Abela qal li r-rata tal- vetturi bil-mutur għall-ġarr ta' oġġetti li taqa' taħt l-H.S. code 87.04 baqgħet l-istess u jiena qed inqabbilhom u jidher li verament baqgħu l- istess taħt dik il-klassifikazzjoni.", "Pero` taħt din il-klassifikazzjoni 87.04, fejn hemm heading ġenerali \"vetturi bil-mutur għall-ġarr ta' oġġetti\", hemmhekk tidher li t-taxxa baqgħet l-istess, pero` jekk taħt l- 87.04 qegħdin indaħħlu l-vetturi kummerċjali u taħt dan m'hawnx inklużi taxis eċċ, allura dan ikompli jikkonfermalna li se jkun hemm żieda.", "Fil- fatt hawnhekk taħt l-87.04 ninkludu vetturi li huma ta' tunnelaġġ tqil.", "Dawk li m'humiex inklużi taħt l-87.04 imma jaqgħu taħt l-87.03 immaterjalment x'tgħid il-policy ta' l-ADT, li ma nafux biha, qed togħla r- registration fee fuqhom u ż-żidiet li hemm huma sostanzjali.", "Din il-policy li l-Onor.", "Abela qal li hija ta' l-ADT ma tagħmilx sens għax il-liġi jrid japplika l-uffiċjal u mhux il-policy.", "Hawnhekk għandna l-uffiċjali tal- gvern li huma responsabbli biex jiġbru t-taxxa u ċertament naħseb li ħadd minnhom m'hu se jimxi fuq il-linja ta' xi policy iddettata minn awtorita` li ma tkunx taqbel ma' dak li qed tgħid il-liġi.", "Jekk hemm bżonn ta' kjarifika fl-iskeda, nagħmlu l-kjarifika fl-iskeda.", "Dan li qed nitolbu aħna għax fl-aħħar mill-aħħar il-liġijiet huma ntiżi biex jiċċaraw l-affarijiet.", "Ma nistgħux nagħmlu liġijiet biex inkomplu nkabbru l-burokrazija.", "Aktar ma tkabbar il-burokrazija aktar se żżid id- diskrezzjoni u meta żżid id-diskrezzjoni aktar qed tagħti lok għall-abbuż.", "Li rridu huwa li jkun kkonstatat ċar li kwalunkwe vettura kummerċjali wżata – kemm jekk tkun għall-ġarr tal-passiġġieri u kemm jekk tkun għall- ġarr tal-goods – mhux se tkun suġġetta għal żieda fir-registration fee.", "Dan hu li jrid jiġi dikjarat bl-iktar mod ċar.", "Apparti dan, nappella li dawn l-iskedi jerġgħu jarawhom l-esperti għax hemm id-diskrepanzi bejn dak li qed jintqal, bejn dak li qed jiġi spjegat u dak li hawn fil-liġi.", "Naħseb dan huwa l-aktar mezz raġunat biex l-affarijiet jiġu ċarati.", "Vettura kummerċjali wżata se tkun soġġetta għal żieda fir- registration fee mill-1 ta' Jannar?", "Dan irid jiġi konstatat u jekk jiġi dikjarat dan, naħseb li għandna nissospendu u nerġgħu nirrevedu mill-ġdid ix-schedule biex naraw jekk hemmx diskrepanzi bejn dik li hija l-policy dikjarata u bejn dak li għandna fl-istess Att.", "THE CHAIRMAN: Hawn aktar rimarki( L-Onor.", "John Attard Montalto.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Jien li għandi esperjenza ta' xi jfissru dawn l-iskemi peress li kont responsabbli għall-qasam li għandu x'jaqsam mal-levies u l-eżenzjonijiet relatati naf x'nightmare huma għal min irid jiddeċiedi minħabba li ħafna drabi jkun hemm distinzjoni ta' interpretazzjoni mhux biss bejn il-gvern bħala l-eżekuttiv, jiġifieri l- ministru responsabbli u d-dipartimenti, imma ħafna drabi anke bejn id- dipartimenti nnifishom.", "Mill-esperjenza li kelli huwa ċar li ħafna drabi tipprova kemm tipprova biex tagħmel skedi li jkunu preċiżi dejjem ikollok ċertu qasam fejn jinħolqu l-problemi.", "Issa jekk f'dan l-istadju tal-kumitat qed jinħoloq sens ta' disgwid u l- interpretazzjoni li qiegħda tingħata tista' tvarja skond minn fejn ġejja, ibqa` ċert li meta inti tħalli ċertu leeway in-nies li huma impjegati maċ- ċivil ħafna drabi jieħdu deċiżjonijiet li nistgħu nsejħulhom deċiżjonijiet kawti u bir-raġun, għaliex jekk jinterpretaw xi ħaġa li forsi l-ministru konċernat jew is-segretarju tiegħu ma jkunux jaqblu magħha, ir-relazzjoni tagħhom ma dawn ma tkunx waħda sabiħa.", "Issa hawnhekk għandna każ tipiku li jirrappreżenta din it-tip ta' interpretazzjoni differenti bejn oqsma differenti tal-gvern u għandna interpretazzjoni differenti kemm bejn dak li intqal fil-budget u dak li qed jintqal hawnhekk u wkoll, jekk ir-rapport kien tajjeb, bejn ir-rappreżentanti tal-gvern għax ma jidhirx li hemm qbil perfett fil-ħsieb.", "Jien naħseb li l-affarijiet mhumiex biss ta' natura teknika, imma għandhom konnotazzjoni politika.", "Huwa ċar li saret qisha sistema, biex ma ngħidx policy mhux uffiċjali, li tiddistingwi ż-żewġ partiti fejn għandu x'jaqsam l-erarju.", "Il-gvern preżenti għandu sistema fejn jippreżentalek budget u f'dan il-budget jirriferi għal ċerti taxxi li huma ovvji filwaqt li jkun hemm żewġ tipi ta' taxxi li ħafna drabi ma jissemmewx fil-budget speech.", "X'inhuma dawn?", "Għandek l-ewwel tip li eżempju tiegħu qed niddiskutuh preżentement.", "Fil-budget speech ingħatat spjegazzjoni ċara li ż-żieda ta' reġistrazzjoni mhijiex se taffettwa vetturi ta' natura kummerċjali.", "L- interpretazzjoni ta' x'inhu kummerċjali jew le, la jiddependi mill-ministru u lanqas minn persuna li hija responsabbli għad-dħul ta' ċertu taxxa.", "Vettura kummerċjali hija waħda li permezz tagħha l-persuna taqla' l- għajxien tagħha jew tista' tiġi wżata għal skop li tiġġenera ċertu dħul.", "Issa s-segretarju parlamentari ta spjegazzjoni li vettura meta tiġi importata tkun ta' natura privata u meta mbagħad tibda fl-operat tagħha, il- ġeneru jinbidel.", "Imma dan mhux preċiż.", "Għaliex?", "Għaliex aħna nafu li l- vetturi li qegħdin jissemmew taħt l-ebda kappa ta' l-immaġinazzjoni ma jistgħu jiġu kwalifikati bħala vetturi privati.", "Huwa l-użu li jiddefenixxi dak li hu kummerċjali u dak li mhux u mhux biss il-vettura nnifisha.", "F'ċerti każijiet id-distinzjoni hija ovvja.", "Jekk aħna, biex nieħdu eżempju ċar, qed nitkellmu fuq bulldozer ħadd m'hu se jgħid li dan mhux kummerċjali.", "Meta inti titkellem fuq minibus niskanta li jista' jkun hemm interpretazzjonijiet different.", "Pero` meta wieħed jitkellem fuq l-importazzjoni ta' karozza huwa l-użu li se jiddetermina jekk din hijiex kummerċjali jew le.", "Wieħed jista' jimporta karozza li tkun taxi barra minn Malta u l-użu tagħha f'Malta jkun bħala vettura privata.", "Mentri wieħed jista' jixtri karozza li tista' tintuża għal taxi f'Malta imma li kienet tintuża bħala vettura privata barra minn Malta.", "Allura li l-ministru jew ir-rappreżentant tiegħu, is-segretarju parlamentari jirreferina għall-artikli partikolari fl-iskedi, fl-opinjoni tiegħi jekk dawn l-iskedi huma ta' natura internazzjonali skond skedi li huma wżati f'pajjiżi differenti wieħed jifhem.", "Jekk dawn l-iskedi huma skedi li huma irtokkati min-naħa tad-dipartiment lokali, kulħadd jaf li l- liġijiet – u dawn l-iskedi huma parti minn dawn il-liġijiet - isiru fil- Parlament Malti.", "Dan qisna qed ngħidu bħal meta darba kien hemm Gvern Laburista li qal li l- gvern ma jistax isellef bl-imgħax aktar minn 3%.", "Imbagħad meta konna mmorru barra minn Malta biex insibu l-għajnuna ngħidulhom li ma nistgħux nisselfu b'4%, għaliex għandna liġi li tgħidilna li bi 3% biss nistgħu nisselfu.", "Jien ngħid lill-ministru li din, jekk mhijiex xi skeda internazzjonali u rikonoxxuta bħala tali, hija waħda li tiddependi mil- leġislatur.", "Jekk il-leġislatur qed isib diffikulta` biex jagħmel distinzjoni dwar dak li hu kummerċjali jew le u minħabba t-teknikalita` ta' l-artiklu - wieħed jew ieħor - qed tingħata l-impressjoni li l-vetturi kummerċjali mhux se jkun hemm żieda fir-registration fee tagħhom, imma fir- realta` hemm ċerti vetturi li se jintużaw għal raġunijiet kummerċjali u dawn xorta se jkunu suġġetti għal żieda fir-registration fee, allura jien ngħid, għalfejn qegħdin nużaw dan it-tip ta' diskors biex nagħtu impressjoni meta nafu li r-realta` hija differenti?", "Kieku jiena kont il-ministru responsabbli li qed nippilota din il-liġi ngħid: Iva, ċerti vetturi kummerċjali se jkunu eżenti u jkolli l-kuraġġ ngħid li ċerti vetturi kummerċjali oħra mhux se jkunu eżenti.", "Mhux nipprovaw dejjem noskuraw l-affarijiet flok niċċarawhom!", "Hawnhekk għandna opaque definition li tista' tinftiehem b'mod jew ieħor skond min qiegħed jismagħha u dan kollu sar sempliċiment għal raġunijiet politiċi biex il- gvern ma jidhirx li qed jimponi ċerta taxxa fuq ċerti second-hand commercial vehicles.", "It-tieni tip ta' taxxa li għamel dan il-gvern li ma tissemmiex fil-budget hi li matul dik is-sena jimponi ħwejjeġ ġodda.", "Sur President, naf li qegħdin fi stadju ta' kumitat u wieħed mhux suppost jagħmel diskors ta' din in-natura u jipprova jkun konċiż.", "Imma nagħlaq billi ngħid li dan il-gvern, jekk irid jagħmel taxxa fuq ċerti vetturi kummerċjali, għandu jaqbad u jgħid li l-gvern m'għandux biżżejjed dħul u jkollu jagħmel hekk.", "B'hekk ikunu taw spjegazzjoni li tinftiehem minn kulħadd anke jekk mhux aċċettata minna bħala oppożizzjoni, imma almenu ċ-ċittadini Maltin ikunu jafu x'inhu għaddej.", "Jiena nappella biex il-gvern jibda jirrispetta ċ-ċittadini Maltin u jibda jipprattika l-politika tar-realta` u tal-verita`.", "Jekk ma nagħmlux hekk, m'għandniex nistgħaġbu li l-opinjoni taċ-ċittadin dwarna ma tkunx waħda għolja.", "Ejja nkunu realistiċi u ngħidu l-verita` u ma noqogħdux ngħidu għaliex section mod u section mod ieħor u minkejja li ngħidu kontra l-burokrazija inkunu aħna stess li ndaħħluha apposta sabiex ma nagħmlux ċar dak li suppost huwa ċar.", "Jekk il-gvern għandu l-intenzjoni kif inhu ċar li jagħmel taxxa fuq il-vetturi kummerċjali wżati jew parti minnhom, dan għandu jkollu l-kuraġġ u jgħid li fil-budget speech ħa żball u li ntqal diskors li jinftiehem mod meta r-realta` mhux hekk.", "Hemm ċerti vetturi li huma ta' natura kummerċjali li bihom tiġġenera attivita` ekonomika li inti faċilment tgħid: Imma dawn il-vetturi, il-VAT department x'se jagħmel fuqhom?", "Se jeżentahom mill-VAT jew se jimponilhom il-VAT, għax jew huma kummerċjali jew mhumiex?", "Jekk huma kummerċjali, min jużahom huwa suġġett li jirreġistra l-attivita` tiegħu mal-VAT u jekk mhux kummerċjali allura l- attivita` mhijiex waħda reġistrabbli.", "Mela ejja nkunu ċari u ngħidu x'għandna f'moħħna.", "Ejja nippruvaw nittrattaw lill-elettorat b'mod aktar ċivili billi ngħidulu eżatt x'qed jiġri u mhux nippruvaw nagħtu impressjoni għal raġunijiet u skopijiet purament ta' politika partiġġana biex taparsi mhux qed nagħmlu taxxi meta fil-fatt qed nagħmlu taxxi.", "Sur President, għandna gvern li ħafna drabi spiċċa jimponi ċerti taxxi u jipprova jagħti l-impressjoni li dawn ġejjin minħabba xi regolamenti li qegħdin jiġu imposti fuqna biex nagħtu spjegazzjoni u skużi għalfejn qed nimponuhom mentri r-realta` hija li għandna gvern li huwa ħafi, għandna gvern li huwa fallut u għandna gvern li jrid l-erarju u m'għandux il-kuraġġ li jgħid għandna bżonn nissikkaw.", "Naħseb li kieku jagħmel hekk ikun rispettat ħafna aktar, kemm mill-elettorat u anke mill-oppożizzjoni.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Hawn aktar rimarki?", "L-Onor.", "Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Veru li wieħed jixtieq jagħmel progress, imma l- interpretazzjoni ta' liġi f'kumitat trid tkun ċara jew għallinqas nippruvaw niċċarawha kemm nistgħu għaliex imbagħad ovvjament anqas ma tkun ċara aktar tagħti lok għal interpretazzjonijiet varji u kulħadd jaf x'konsegwenzi jistgħu jġibu magħhom dawn l-interpretazzjonijiet varji.", "Li rridu niċċaraw huwa dan.", "Din hija liġi li qed timplimenta l-miżuri tal- budget kif imħabbra ftit tal-ġimgħat ilu.", "Hawnhekk jien qed nara d-diskors tal-budget ta' l-Onor.", "John Dalli u f'paġna 25 hemm paragrafu li jirriferi għaż-żieda fit-taxxa fuq vetturi wżati.", "Dan il-paragrafu jispiċċa hekk:", "\"The changes will be as shown in table 6 and will not affect commercial vehicles\".", "Jiġifieri dan l-enfasi li qed nagħmlu minn din in-naħa naħseb li hu fl- interess leġittimu ta' kull min għandu x'jaqsam ma' l-importazzjoni tal- vetturi second-hand.", "Fejn issemmew vetturi għall-ġarr ta' l-oġġetti hemmhekk qed naqblu għax ma jidhirx li hemm tibdil, pero` mbagħad x'ħin naraw l-87.03 insibu li hemm tibdil u l-vetturi kummerċjali taħt dik is- section żdiditilhom ir-registration fee.", "L-importanza ta' din il-kjarifikazzjoni toħroġ mill-fatt li għandna settur li llum diġa` qed jgħid li huwa milqut negattivament minħabba n-nuqqas ta' bejgħ u anke l-esponenti tiegħu, il-GRTU u ċ-Chamber of Commerce, qed jgħidu li għandu problemi kbar.", "Allura kwalunkwe żieda se taffettwalu l- kompetittivita` u se tnaqqaslu l-profit margin u dan jista' jwassal biex dan inaqqas in-nies sabiex jassigura li l-profit margin ikun ta' l-inqas bħal tas-snin preċedenti.", "U għal dan il-għan aħna qed nagħmlu din l-enfasi li l-affarijiet ikunu ċari u ċari b'dikjarazzjoni hawnhekk fejn jgħid li l- vetturi kummerċjali second-hand m'hu se jġorru fuqhom l-ebda żieda tar- reġistrazzjoni.", "Mhux nippruvaw nirridefinixxu l-affarijiet għaliex inti meta tagħmel re-definition u ma tkunx ċar, tkun qed twassal għal taħwid burokratiku.", "Bir-rispett kollu lejn kulħadd, it-taħwid burokratiku la huwa tajjeb għal min irid iħaddmu, u hawnhekk għandna ħafna uffiċjali li jridu jħaddmuh huma, u lanqas huwa tajjeb għal min jintlaqat minnu.", "Hu għalhekk li ma nistgħux nifhmu dan kollu.", "Mela l-ewwel għandna dak li ntqal fil- budget speech li kkwotajtu u li suppost għandu jirrifletti ruħu b'din il- liġi u fl-istess ħin għandna d-dikjarazzjonijiet mis-segretarju parlamentari Edwin Vassallo primarjament, li qal li jrid jeliminha l- burokrazija.", "Biex telimina l-burokrazija bilfors trid tkun ċar f'dak li tintroduċi fil-liġi għaliex issa qed niġu għall-implimentazzjoni tal-miżuri tal-budget.", "Il-budget qegħdin naqrawh pero` l-miżuri kif qegħdin jiġu hawnhekk ippreżentati quddiemna, sfortunatament m'huma ċari xejn u qegħdin norbtu l-interpretazzjonijiet ta' dak li hemm suppost fil-budget f'dawk l- imsejħin policies, u l-policies qatt m'għandhom effett ta' liġi għax jekk inti għandek liġi li ma taqbilx ma' dik il-policy, il-liġi trid tapplika u mhux il-policies.", "Il-policies huma suġġetti għal bdil minn xahar għal xahar jekk ikun hemm bżonn u fil-passat - anke fil-preżent - assistejna kemm-il darba għal żidiet li ma jkunux imħabbrin fil-budget jew inkella tkun ingħatat interpretazzjoni oħra ta' xi ħaġa li tkun intqalet fid-diskors tal- budget.", "Hi għal din ir-raġuni li aħna qed ninsistu għal xi forma ta' risposta.", "Hawnhekk mhux każ li ngħidu li silence is golden.", "Hawnhekk huwa bil-maqlub, is-silenzju qed iqanqal aktar dubji.", "Kulma rridu allura, jekk ma jridx joqgħod jibdel l-affarijiet, hu li dan jagħmel din id-dikjarazzjoni bħalma hawn fil-budget fejn jikkonstata dak li ingħad fil-budget speech għax ma rridux ninsew li hawnhekk hawn liġi li hija suġġetta għall-interpretazzjoni legali u anke l-qrati jagħmlu riferenza għal dak li jingħad hawn ġew u għalhekk din l-insistenza kollha.", "Hemm bżonn li min-naħa tal-gvern jingħad ċar u tond li fuq kwalunkwe vettura ta' natura kummerċjali importata mill-1 ta' Jannar ta' din is-sena se tibqa' titħallas l-istess registration fee li kienet titħallas qabel taħt l-iskeda l-antika.", "B'dan il-mod tiġi ċċarata l- pożizzjoni għal kulħadd, kemm għal min irid iħaddimha kif ukoll għall- operatur ekonomiku li jrid ukoll jagħmel il-pjanijiet u l-costings tiegħu.", "Hemm bżonn ta' kjarezza fil-ħsieb u kjarezza fil-policies u jekk xi ħaġa li ntqalet fil-budget inbidlet, mela l-poplu għandu dritt li jkun jaf li nbidlet.", "Jekk irridu nagħmlu l-affarijiet b'mod deċiżiv huwa importanti li b'mod ċar jiġi konstatat x'inhi l-policy sabiex jekk din tiġi interpretata mod ieħor, dak li jintlaqat ħażin ikollu dritt li jappella u jinsisti li dak li ntqal fil-parlament għandu jiġi applikat.", "Mela hawnhekk għandu jingħad li vetturi kummerċjali second-hand importati mill-1 ta' Jannar mhumiex se jkunu suġġetti għal taxxa aktar għolja ta' reġistrazzjoni.", "Jew hekk jew inkella l-gvern se jibqa' jinħeba u allura l-fatt huwa li dak li hawn f'dan il-budget speech - u din qed ngħidha bl-akbar responsabbilta` - m'hu xejn ħlief daħk fil-wiċċ bil-poplu, u hawnhekk mhux qed iseħħ dak li ġie mwiegħed f'dan id-diskors.", "Jekk dan li hawn f'dan il-budget speech effettivament ifisser xi ħaġa u mhux kliem fieragħ, mela hawnhekk għandu jingħad dak li qed nitolbu.", "Aħna qegħdin ngħidu li dan li hawn s'issa mhux ċar biżżejjed u biex iserħillna moħħna u jserraħ moħħ il-ftit li qed jismgħuna u moħħ min hu interessat, aħna rridu din il-kjarifika.", "Jekk ma jkunx hawn din il-kjarifika, meta xi ħadd se jistaqsini fuq dan is-suġġett se jkolli ngħidlu li ma nafx u jkolli ngħidlu biex jistaqsi lill-uffiċjal konċernat.", "Jiena nixtieq inkun naf l- uffiċjal konċernat x'se jgħid ukoll għaliex importanti wkoll naraw x'se jiġri meta niġu għall-interpretazzjoni tal-liġi u kif se tapplikha din il- liġi.", "Ma nistax nifhem għaliex ma tistax issir din it-tip ta' dikjarazzjoni biex l-affarijiet jiġu ċċarati.", "Dan hu nuqqas ta' responsabbilta`.", "Kif inti tista' tamministra u tmexxi tajjeb meta d-direzzjonijiet li tagħti jkunu mċajpra?!", "Għalhekk jeħtieġ li ssir din id-dikjarazzjoni għax issa qegħdin f'dan l-istadju ta' kumitat fejn għandna nidħlu fid-dettall tal- liġi.", "Issa l-gvern anqas fil-kumitat ma jrid jidħol fid-dettall tal-liġi li suppost timxi fuq il-policy imħabbra mill-gvern ftit tal-ġimgħat ilu?!", "Din li tan-naħa l-oħra jgħidu \"no comments\" turi li qed jaħarbu mir- responsabbilta` għaliex dawn misshom jgħidu jew hemm żieda jew m'hemmx.", "Sempliċi, fit-taxxa m'għandekx lok għall-interpretazzjoni!", "Jekk issa nitkellmu fuq it-taxxa tal-wirt, li se nitkellmu fuqha, qabel dak li ġej minn wirt ma kienx jiġi b'taxxa fuqu, issa qed iġorr it-taxxa fuqu x'ħin jiġi biex jiġi trasferit, u dan hu ċar.", "Kulħadd jaf.", "U billi nafha sew minħabba l-commitments li għandi nħolqot eċċezzjoni għalih.", "U sar sew li nħolqot dik l-eċċezzjoni għaliex iċ-ċivil jagħti lok għall-interpretazzjoni imma l-fiskal le.", "Il-fiskal irid jagħmel ċar x'hemm taxxa fuqu u x'hemmx taxxa fuqu, u għalhekk biex nevitaw kwalunkwe ekwivoku, dawn l-affarijiet iridu jiġu ċċarati u l-gvern ma missux joqgħod jinħeba wara dawn il-ħafna awtoritajiet għax nafu li wara kollox il-policies tagħhom huma l-policies tal-gvern kif qal il-Kap ta' l- Oppożizzjoni.", "Il-policy hija tal-gvern, mela hawnhekk irridu nikkonstataw bl-iktar mod ċar x'inhi l-policy tal-gvern.", "Il-policy tal-gvern hi dik li ssemmiet fil-budget, li vetturi kummerċjali ma jintlaqtux jew inkella din inbidlet għax il-gvern ħass li għandu jagħmel second thinking fuq il-ħaġa u jinkludi wħud minn dawn il-vetturi taħt din il-miżura li timponi żieda fuq ir-registration tax?", "Fuq dan irridu risposta.", "Grazzi.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Sur President, li rrid ngħid biss huwa li dan il- bill ġie printed fis-26 ta' Novembru, jiġifieri jumejn wara l-budget u mhux xi ħaġa li saret din il-ġimgħa jew il-ġimgħa l-oħra.", "Jiġifieri dawn ħarġu immedjatament mal-budget u ma kienx hemm il-ħsieb li bniedem jipprova jqarraq jew b'xi mod jiżgwida lin-nies.", "(Interruzzjonijiet) X'inhu?", "Ma kenitx l-intenzjoni li niżgwidaw in-nies!", "(Interruzzjonijiet) Ħafna nies żgwidaw lin-nies fuq ħafna affarijiet!", "(Interruzzjonijiet) Jiddispjaċini ma naqbilx miegħek.", "It-tieni ħaġa hija li, iva forsi l-interpretazzjoni tal-liġi hija xi ftit infeliċi fuq id-definition ta' commercial vehicle, pero` jiena nista' nassigurak li l-policy hija li jekk qed nagħtu preferential treatment għal dawn il-passenger-carrying vehicles, dik qed nagħtuha favur dawk li jixtru l-ġdid u mhux l-antik u naħseb li aktar ċar minn hekk ma nistax inkun.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Għamilna progress, Sur President, għaliex issa qal li speċi qed jagħtu preferential treatment għal dak li huwa ġdid.", "Pero` dan huwa differenti minn dak li ntqal fil-budget għaliex fil-budget intqal li ma tridux dumping tal-karozzi second-hand hawn Malta għax dawn huma ħżiena għall-ambjent.", "U hawn ngħid li jekk dawn huma verament ħżiena għall- ambjent, allura jmissna nwaqqfuhom milli jidħlu mill-ewwel jekk verament inħobbu l-ambjent imma dan huwa argument ieħor u mhux se nidħol fih.", "Intqal ukoll l-vetturi wżati mhux kummerċjali biss jista' jkollhom taxxa żejda imposta fuqhom u issa qegħdin tgħidu xi ħaġa differenti minn dak li ntqal fil-budget u allura dan jikkonferma dak li għedna aħna, li dak li ġie mwiegħed fil-budget mill-gvern meta implimentat jiġi mdawwar skond l- esiġenzi tiegħu li f'dan il-każ huma n-nuqqas ta' fondi li għandu f'idejh u l-problema finanzjarja li jinsab fiha u li ħoloqha hu stess tul dawn l- aħħar snin.", "THE CHAIRMAN: Hawn aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija Klawsola 25.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 25 għaddiet u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Sur President, nipproponi li klawsoli 26 sa 31 taħt Taqsima VII jiġu posposti.", "THE CHAIRMAN: Hawn talba mis-segretarju parlamentari biex klawsoli 26 sa 31 taħt Taqsima VII jiġu posposti.", "Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata u klawsoli 26 sa 31 taħt Taqsima VII ġew posposti.", "Klawsola 32 – Emenda ta' l-Att dwar Dazju tas-Sisa.", "Clause 32 – Amendment of Excise Duty Act.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Sur President, għal din il-klawsola se nressaq din l-emenda:", "\"T\" Minflok subklawsola (2) ta' klawsola 32 għandu jidħol dan li ġej:-", "\"(2) Id-disposizzjonijiet ta' din it-Taqsima għandhom jitqiesu li bdew iseħħu fil-25 ta' Novembru 2003.", "Iżda fir-rigward tal-kliem taħt il-kolonna \"Rate of Excise Duty\" għall- partita \"Cigarettes\" fit-Tielet Skeda li tinsab fl-artikolu 33, għall- perjodu bejn il-25 ta' Novembru 2003 u l-promulgazzjoni ta' dan l-Att, dawn għandhom jitqiesu li kienu \"53.1% of the retail price plus Lm 6.25 per 1000 cigarettes but not less than Lm 40.75 per 1000 cigarettes\";", "Iżda wkoll fir-rigward tal-kliem taħt il-kolonna \"Rate of Excise Duty\" għal partiti \"Gas Oil\" u \"Kerosene\" fir-Raba' Skeda, kif emendata, li tinsab fl-artikolu 33, għall-perjodu bejn il-25 ta' Novembru 2003 u l- promulgazzjoni ta' dan l-Att, dawn għandhom jitqiesu li kienu Lm 102.00 kull 1000 litru.\".", "\"T\" For subclause (2) of clause 32 there shall be substituted the following:-", "\"(2) The provisions of this Part shall be deemed to have come into force on the 25th November, 2003.", "Provided that with regard to the words under the column \"Rate of Excise Duty\" relative to the item \"Cigarettes\" in the Third Schedule in article 33 for the period 25th November 2003 and the promulgation of this Act, the same shall be deemed to be \"53.1% of the retail price plus Lm 6.25 per 1000 cigarettes but not less than Lm 40.75 per 1000 cigarettes\";", "Provided also that with regard to the words under the column \"Rate of Excise Duty\" relative to the items \"Gas Oil\" and \"Kerosene\" in the Fourth Schedule in article 33, as amended, for the period 25th November, 2003 and the promulgation of this Act, the same shall be deemed to be Lm 102.00 per 1000 litres.\".", "THE CHAIRMAN : Hawn rimarki ?", "L-Onor.", "Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION : Hawnhekk qed nitkellmu dwar ix-xorb u t-tabakk fejn konna nafu li hemm iż-żidiet fuqhom.", "L-emenda li għamel riferenza għaliha tbiddel b'xi mod ir-rata imposta fuq il-fuel?", "L-impressjoni li għandi hi li r-raba' skeda baqgħet l-istess u ma nbidel xejn.", "Dwar il- fuels u l-gas oils baqa' kollox kif inhu?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA : Le, għandi emenda għall-iskeda wkoll taħt il-gas oil falling within Customs Tariff, heading number 2710.1941, u 2710.1949 minħabba l-kambju vis-á-vis l-euro.", "THE CHAIRMAN : Naħseb li hawnhekk qed titkellem fuq klawsola 33.", "ONOR.", "CHARLES MANGION : Iva, għandek raġun għax dħalna fi klawsola 33 fejn tidħol fir-Raba' Skeda.", "THE CHAIRMAN : Hawn aktar rimarki ?", "(Onor. Membri : No) Il-mistoqsija hija l-emenda kif imressqa u moqrija mis-segretarju parlamentari.", "Dawk favur ?", "(Onor. Membri : Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri : No) Carried.", "L-Emenda \"T\" għaddiet.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 32, kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 32, kif emendata, għaddiet u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 33 – Sostituzzjoni tat-Tieni, it-Tielet u r-Raba' Skedi li jinsabu ma' l-Att Prinċipali.", "Clause 33 - Subtitution of Second, Third and Fourth Schedules to the principal Act.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Sur President, għal din il-klawsola se nressaq din l-emenda:", "\"U\" Klawsola 33 għandha tiġi emendata kif ġej:-", "Minnufih qabel it-TIENI SKEDA għandu jidħol dan li ġej:", "\"FIRST SCHEDULE", "|First Column |Second Column| |List of Excise |Relevant | |Goods |Schedule | |Alcohol and | | |alcoholic beverages|Second | |to the extent |Schedule | |as shown in the | | |relevant schedule | | |to this Act. | | |Manufactured | | |tobacco to the |Third | |extent as shown |Schedule | |in the relevant | | |schedule to this | | |Act. | | |Energy products to | | |the extent as shown|Fourth | |in the |Schedule\"; | |Relevant schedule | | |to this Act. | |", "1) Fit-TIELET SKEDA fil-klawsola, minflok il-kliem taħt il-kolonna \"Rate of Excise Duty\" \"53.1% of the retail price plus Lm6.25 per 1000 cigarettes but not less than Lm40.75 per 1000 cigarettes\" relattiva għall-\"Description of excise goods\" \"Cigarettes\", għandhom jidħlu l-kliem \"53.1% of the retail price plus Lm5.40 per 1000 cigarettes but not less than Lm41.243 per 1000 cigarettes\"; u", "2) Minflok ir-RABA' SKEDA għandu jidħol dan li ġej:-", "\"FOURTH SCHEDULE", "ENERGY PRODUCTS", "|Description of excise|Rate of | |goods |Excise Duty| |Leaded petrol falling|Lm154 per | |within Customs Tariff|1000 litres| |Heading Nos. | | |2710.11.31, | | |2710.11.51 and |Lm133 per | |2710.11.59. |1000 litres| | | | |Unleaded petrol | | |falling within |Lm105.40 | |Customs Tariff |per 1000 | |Heading Nos. |litres | |2710.11.41, | | |2710.11.45 and | | |2710.11.49. |Lm61 per | | |1000 litres| |Gas oil falling | | |within Customs Tariff| | |Heading Nos. | | |2710.19.41 to | | |2710.19.49. | | | | | |If used in the | | |following maritime | | |commercial | | |activities: |0 | |Bunkering operations | | |Conveyance of |0 | |passengers and goods | | |between shore and | | |ocean-going vessels |0 | |Dredging operations | | |Harbour Cruises | | |Inland Navigation |Lm6 per | |between Malta and |1000 Kgs | |Gozo | | |Sea farming | | |activities |0 | |Tugging activities | | | |Lm15 per | |If used for Electric |1000 Kgs | |Power Generation | | | | | |If used for fishing |Lm15 per | |purposes as laid down|1000 Kgs | |by Department of | | |Fisheries | | | |Lm105.40 | |If used by private |per 1000 | |pleasure seacraft for|litres | |outbound voyages | | | | | |Heavy fuel oil |Lm31 per | |falling within |1000 litres| |Customs Tariff | | |Heading Nos. |0 | |2710.19.61 to | | |2710.19.69. |0 | | | | |If used for Electric | | |Power Generation | | | | | |Liquid petroleum gas | | |falling within | | |Customs Tariff | | |Heading Nos. | | |2711.12.11 to | | |2711.19.00. | | | | | |Methane falling | | |within Customs Tariff| | |Heading No. | | |2711.29.00.10. | | | | | |Kerosene falling | | |within Customs Tariff| | |Heading Nos.", "2710. | | |19.21 and 2710.19.25.| | | | | |If used for air | | |navigation between | | |Malta and Gozo | | | | | |If used for heating | | |purposes | | | | | |If used by private | | |pleasure aircraft for| | |outbound voyages | | | | | |The term 'energy | | |products' shall | | |cover: | | |(a) products falling | | |within Customs Tariff| | |Heading Nos.", "1507 to | | |1518, if these are | | |intended for use as | | |heating fuel or motor| | |fuel; | | | | | |(b) products falling | | |within Customs Tariff| | |Heading Nos.", "2701, | | |2702 and 2704 to | | |2715; | | | | | |(c) products falling | | |within Customs Tariff| | |Heading Nos.", "2901 and| | |2902; | | | | | |(d) products falling | | |within Customs Tariff| | |Heading No. | | |2905.11.00, which are| | |not of synthetic | | |origin, if these are | | |intended for use as | | |heating fuel or motor| | |fuel; | | | | | |(e) products falling | | |within Customs Tariff| | |Heading No. 3403; | | | | | |(f) products falling| | |within Customs Tariff| | |Heading No. 3811; | | | | | |(g) products falling| | |within Customs Tariff| | |Heading No. 3817; | | |(h) products falling | | |within Customs Tariff| | |Heading No. | | |3824.90.99 if these | | |are intended for use | | |as heating fuel or | | |motor fuel. | | | | | |Energy products other| | |than those for which | | |a level of duty is | | |specified above shall| | |be subject to excise | | |duty if intended for | | |use, offered for sale| | |or used as motor | | |fuel.", "The rate of | | |duty to be charged | | |shall be fixed at the| | |rate for the | | |equivalent motor | | |fuel. | | | | | |In addition to the | | |taxable products | | |listed above, any | | |product intended for | | |use, offered for sale| | |or used as motor | | |fuel, or as additive | | |or extender in motor | | |fuels, shall be taxed| | |as motor fuel. | | | | | |In addition to the | | |taxable products | | |listed above, any | | |other hydrocarbon, | | |except for peat, | | |intended for use, | | |offered for sale or | | |used for heating | | |purposes, shall be | | |taxed as motor fuel. | | | | | |EXEMPTIONS | | | | | |Energy products used | | |for purposes other | | |than as motor fuels | | |or as heating fuels | | |are exempt from the | | |payment of excise | | |duty under such | | |conditions which the | | |Minister may | | |prescribe for the | | |purpose of ensuring | | |the correct and | | |straightforward | | |application of such | | |exemptions and of | | |preventing any | | |evasion, avoidance or| | |abuse.\". | |", "\"U\" Clause 33 shall be amended as follows:-", "(1) Immediately before the SECOND SCHEDULE there shall be inserted the following:-", "\"FIRST SCHEDULE", "|First Column |Second | |List of Excise Goods |Column | | |Relevant | | |Schedule | |Alcohol and alcoholic| | |beverages to the |Second | |extent |Schedule | |as shown in the | | |relevant schedule to | | |this Act. | | |Manufactured tobacco | | |to the extent as |Third | |shown |Schedule | |in the relevant | | |schedule to this Act.| | |Energy products to | | |the extent as shown |Fourth | |in the |Schedule\"; | |Relevant schedule to | | |this Act. | |", "(2) In the THIRD SCHEDULE thereof for the words under the column \"Rate of Excise Duty\" \"53.1% of the retail price plus Lm6.25 per 1000 cigarettes but not less than Lm40.75 per 1000 cigarettes\" relative to the \"Description of excise goods\" \"Cigarettes\", there shall be substituted the words \"53.1% of the retail price plus Lm5.40 per 1000 cigarettes but not less than Lm41.243 per 1000 cigarettes\"; and", "(3) For the FOURTH SCHEDULE there shall be substituted the following:", "\"FOURTH SCHEDULE", "ENERGY PRODUCTS", "|Description of excise|Rate of | |goods |Excise Duty| |Leaded petrol falling|Lm154 per | |within Customs Tariff|1000 litres| |Heading Nos. | | |2710.11.31, | | |2710.11.51 and |Lm133 per | |2710.11.59. |1000 litres| | | | |Unleaded petrol | | |falling within |Lm105.40 | |Customs Tariff |per 1000 | |Heading Nos. |litres | |2710.11.41, | | |2710.11.45 and | | |2710.11.49. |Lm61 per | | |1000 litres| |Gas oil falling | | |within Customs Tariff| | |Heading Nos. | | |2710.19.41 to | | |2710.19.49. | | | | | |If used in the | | |following maritime | | |commercial | | |activities: |0 | | | | |Bunkering operations |0 | |Conveyance of | | |passengers and goods | | |between shore and |0 | |ocean-going vessels | | |Dredging operations | | |Harbour Cruises |Lm6 per | | |1000 Kgs | |Inland Navigation | | |between Malta and | | |Gozo |0 | |Sea farming | | |activities |Lm15 per | |Tugging activities |1000 Kgs | | | | |If used for Electric | | |Power Generation |Lm15 per | | |1000 Kgs | |If used for fishing | | |purposes as laid down| | |by Department of |Lm102 per | |Fisheries |1000 litres| | | | |If used by private | | |pleasure seacraft for|Lm31 per | |outbound voyages |1000 litres| | | | |Heavy fuel oil |0 | |falling within | | |Customs Tariff |0 | |Heading Nos. | | |2710.19.61 to | | |2710.19.69. | | | | | |If used for Electric | | |Power Generation | | | | | |Liquid petroleum gas | | |falling within | | |Customs Tariff | | |Heading Nos. | | |2711.12.11 to | | |2711.19.00. | | | | | |Methane falling | | |within Customs Tariff| | |Heading No. | | |2711.29.00.10. | | | | | |Kerosene falling | | |within Customs Tariff| | |Heading Nos.", "2710. | | |19.21 and 2710.19.25.| | | | | |If used for air | | |navigation between | | |Malta and Gozo | | | | | |If used for heating | | |purposes | | | | | |If used by private | | |pleasure aircraft for| | |outbound voyages | | | | | |The term 'energy | | |products' shall | | |cover: | | |(a) products falling | | |within Customs Tariff| | |Heading Nos.", "1507 to | | |1518, if these are | | |intended for use as | | |heating fuel or motor| | |fuel; | | | | | |(b) products falling | | |within Customs Tariff| | |Heading Nos.", "2701, | | |2702 and 2704 to | | |2715; | | | | | |(c) products falling | | |within Customs Tariff| | |Heading Nos.", "2901 and| | |2902; | | | | | |(d) products falling | | |within Customs Tariff| | |Heading No. | | |2905.11.00, which are| | |not of synthetic | | |origin, if these are | | |intended for use as | | |heating fuel or motor| | |fuel; | | | | | |(e) products falling | | |within Customs Tariff| | |Heading No. 3403; | | | | | |(f) products falling| | |within Customs Tariff| | |Heading No. 3811; | | | | | |(g) products falling | | |within Customs Tariff| | |Heading No. 3817 | | | | | |(h) products falling | | |within Customs Tariff| | |Heading No. | | |3824.90.99 if these | | |are intended for use | | |as heating fuel or | | |motor fuel. | | | | | |Energy products other| | |than those for which | | |a level of duty is | | |specified above shall| | |be subject to excise | | |duty if intended for | | |use, offered for sale| | |or used as motor | | |fuel.", "The rate of | | |duty to be charged | | |shall be fixed at the| | |rate for the | | |equivalent motor | | |fuel. | | | | | |In addition to the | | |taxable products | | |listed above, any | | |product intended for | | |use, offered for sale| | |or used as motor | | |fuel, or as additive | | |or extender in motor | | |fuels, shall be taxed| | |as motor fuel. | | | | | |In addition to the | | |taxable products | | |listed above, any | | |other hydrocarbon, | | |except for peat, | | |intended for use, | | |offered for sale or | | |used for heating | | |purposes, shall be | | |taxed as motor fuel. | | | | | |EXEMPTIONS | | | | | |Energy products used | | |for purposes other | | |than as motor fuels | | |or as heating fuels | | |are exempt from the | | |payment of excise | | |duty under such | | |conditions which the | | |Minister may | | |prescribe for the | | |purpose of ensuring | | |the correct and | | |straightforward | | |application of such | | |exemptions and of | | |preventing any | | |evasion, avoidance or| | |abuse.\". | |", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Hawnhekk fuq gas oil within customs tariff Heading Nos.", "2710.19.41 sa 2710.19.49 ġiet 105.40 per 1000 litres u mhux 102 kif kienet imniżżla.", "Din minħabba d-differenza fir-rati vis-à-vis l-euro.", "Din se tkun ħaġa li se tiġri kull sena sakemm aħna niġu parti mill-euro.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Imma naħseb li l-element tal-euro at this stage jidħol skond kemm se nħallsu aħna għall-importazzjoni ta' l-istess fuel għax l-impożizzjoni tat-taxxa lokalment hija in local currency u allura ma jidħolx jekk hux Lm100 kull 1,000 litru jew Lm200 kull 1,000 litru għax din hi xi ħaġa li nimponuha aħna stess.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: L-Unjoni Ewropea tgħidlek kemm hi l-minimum charge in euros li f'dan il-każ hija euros 243.", "Issa f'Novembru din kienet ekwivalenti għal Lm102 u llum din hija ekwivalenti Lm105.40.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Aħna nafu li fil-basket tal-muniti, il-gvern qed jitfa' ħafna mill-munita barranija fil-euros u dan qed ikollu effett ukoll fuq ix-xiri tal-fuel.", "Jiġifieri din iż-żieda hawnhekk mhijiex marbuta minħabba l-fatt li jista' jkun hemm xi ċaqliq fuq il-kambju jew fuq iż- żieda jew meno minħabba l-fatt li l-fuel nixtruh bid-dollaru u l-aktar currency qiegħda fil-euro.", "Issa suppost l-euro qiegħda b'saħħitha ħafna iktar mad-dollaru milli kienet sena ilu.", "Jiġifieri hawnhekk dan m'għandux x'jaqsam.", "Li qed nipprova ngħid jiena huwa li l-impatt ta' dan se jkun li jgħolli l-fuel.", "Meta l-fuel fis-swieq internazzjonali qed tixtrih bid- dollaru, dan suppost għandu jorħos għalina għax il-lira tagħna tkun iżjed b'saħħitha vis-á-vis id-dollaru pero` minkejja dan xorta effettivament qegħdin inġorru ċerti żidiet li jirriżultaw minn din ir-rata li qed tiġi ffissata.", "Dan l-ammont ta' euros 243 li qed jiġu imposti per 1,000 litres,se jibqgħu kollha għand il-Gvern Malti jew parti minnhom irridu nibgħatuhom Brussels?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Dawn kollha għand il-Gvern Malti se jibqgħu.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Tajjeb, jiena hekk deherli.", "Allura, għaliex qed ikun impost dan fuq il-Gvern Malti?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Biex niġu konformi mal-pajjiżi l-oħrajn li jifformaw parti mill-Unjoni Ewropea.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Qed tgħid li din hija tariffa ffissata kullimkien?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Hemm minimum iffissat għall-pajjiżi kollha ta' l- Unjoni Ewropea.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: L-Onor.", "Abela għandu idea dwar kemm kien l-impatt ta' din iż-żieda?", "Ir-raġuni għal dan hi li ladarba l-minimum ma jibqax fid- diskrezzjoni tal-gvern, għalkemm qed jeħodhom kollha l-gvern, jekk ikun hemm żieda fil-minimum charge imposta minn barra dan jista' ikollu impatt lokalment.", "Jiena hawnhekk qed nitkellem għall-futur għax aħna nafu l-impatt ta' dawn iż-żidiet kemm fuq il-households kif ukoll fuq l-aspett industrijali u kummerċjali.", "Hu tajjeb li f'dan il-każ, iż-żieda kienet minima.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Biex ngħidu kollox, din iż-żieda se tiġi assorbita mill-Enemalta u mhux se tgħaddi għand il-konsumatur.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Biex inkunu għedna verament kollox, din l- assorbazzjoni ta' ċerti taxxi inkluż il-VAT mill-Enemalta bħalma ssemma fuq iż-żieda taċ-ċilindri tal-gass fejn intqal li l-15% ġiet assorbita mill- Enemalta u t-3% le, dan sa erbat ijiem oħra ma jistax jibqa' jsir.", "Dan ifisser li rridu nkunu preparati u konxji li dawn iċ-ċerti żidiet iridu jgħaddu fuq il-konsumatur.", "Qed ngħid dan kollu għax bħalissa qegħdin fil- fażi li nindirizzaw l-impatt tat-taxxi fuq l-għoli tal-ħajja, l-impatt tat- taxxi fuq il-kompetittivita`, l-impatt tat-taxxi fuq l-ekonomija l- ekonomija u l-aspett soċjali in ġenerali.", "Għalhekk tajjeb li nikkonstataw hawnhekk li dan il-Lm1 miljun li ġie assorbit mill-Enemalta, fil-futur qarib ma jkunx jista' jiġi assorbit u allura dawn in-national monopolies ikollhom jgħaddu dawn il-costs fuq il-konsumatur.", "THE CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki( (Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija l-emenda kif imressqa u moqrija mis-segretarju parlamentari.", "Dawk favur( (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra( (Onor. Membri: No) Carried.", "L-Emenda \"U\" għaddiet.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 33, kif emendata.", "Dawk favur( (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 33, kif emendata, għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mil- Abbozz ta' Liġi.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Nipproponi li klawsoli 34 sa 37 taħt Taqsima IX jiġu posposti.", "THE CHAIRMAN: Hawn talba mis-segretarju parlamentari biex klawsoli 34 sa 37 taħt Taqsima IX jiġu posposti.", "Hawn permess?", "(Onor. Membri : Iva)", "Il-permess ingħata u klawsoli 34 sa 37 taħt Taqsima IX ġew posposti.", "Klawsola 38 - Emenda ta' l-Att dwar it-Taxxa fuq il-Valur Miżjud.", "Clause 38 - Amendment of the Value Added Tax Act.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Sur President, Taqsima X titkellem fuq l-emendi għall-VAT.", "Nafu li r-rata tal-VAT minn 15% se tiżdied għal 18% u allura fid-draft bill hemm it-transitory arrangements inklużi.", "Qegħdin ngħidu kuntratti li nbdew qabel l-1 ta' Jannar 2004 u jseħħu wara din id-data, se jkunu interpretati bħallikieku l-partijiet aċċettaw tibdil fil-prezz li jirrifletti d-differenza fil-VAT.", "Dan ifisser li r-rata applikabbli ta' 15% qabel l-1 ta' Jannar 2004 se tindibel għal 18% wara l-1 ta' Jannar, 2004.", "Allura għandek il-follow-up regolari għall-operaturi anke tan-negozji sabiex jirranġaw ir-reġistri fiskali tagħhom li ħafna minnhom diġa` tranġaw.", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "L-Onor.", "Charles Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Din it-taqsima ġġib fis-seħħ waħda mill-miżuri taż- żieda fit-taxxa mħabbra fil-budget fejn minn 15% il-VAT se tgħaddi għal 18% u din se tkun fost l-ogħla rati tal-VAT fl-Unjoni Ewropea.", "Ikun importanti li n-naħa tal-gvern jgħidulna jekk kienx hemm xi studju dwar l-impatt soċjali ta' din il-miżura, kif ukoll jekk sarx studju dwar l-impatt ekonomiku tagħha.", "Fl-ambitu ta' dak li qed jingħad illum, li jeħtieġ li jkun hemm ftehim nazzjonali bejn kulħadd, tajjeb li wieħed jgħidilna x'intqal mill-korpi kostitwiti qabel il-budget meta kienet imħabbra din iż- żieda għax aħna mgħarrfin li ħadd minnhom ma qabel li kellu jkun hemm xi żieda fil-VAT.", "Kien aċċettat bl-aktar mod wiesgħa, ħalli ngħidu hekk, li din iż-żieda fuq it-taxxa se jkollha impatt negattiv fuq il-kompettivita` meta llum kulħadd qed jitkellem kif pajjiżna, kemm fil-qasam turistiku, kemm fil-qasam tal- manifattura u kemm fil-qasam ta' ċerti servizzi, qed jitlef il- kompetittivita` tiegħu.", "Fl-istess ħin - wieħed ma jistax ma jinnotahiex din - li kellna din iż-żieda tal-VAT, għall-perijodu ta' bejn Novembru u Marzu ta' din is-sena l-gvern għamel legal notice....", "(Interruzzjonijiet) Hawnhekk qegħdin ngħidu li l-miżura li se tidħol mill-1 ta' Jannar, 2004.", "Ovvjament x'se tkun din il-miżura?", "Mhux se tkun miżura li mhu se jkollha effett ta' xejn!", "Hija l-miżura li biha l-VAT, minn 15% se tiġi 18% u dan qed jingħad fil-klawsola ta' wara.", "Pero` jiena qed nistaqsi fuq l-effett ta' din il-miżura li se tibda mill-1 ta' Jannar 2004 u għalhekk staqsejt jekk sarx xi studju fuq l-impatt soċjali ta' din il-miżura.", "Jekk sar dan l- istudju, jista' jiġi preżentat fuq il-Mejda tal-Kamra?", "Din hija xi ħaġa li tinteressa lil kulħadd u jekk hawn studji ta' dan it-tip ovvjament ikun xieraq li jintwerew biex kulmin huwa interessat dwar dan ikun jista' jinforma ruħu.", "Fil-budget ntqal li l-impatt taż-żieda ta' 3% fil-VAT se jkun minimu fuq l- inflazzjoni u allura biex il-gvern jagħmel dan l-assessment bilfors li jrid isaħħu b'xi studju li jkun sar.", "Dan ġie aktar ikkonfermat bl-istatistika li għadha kif ġiet imħabbra dwar l-għoli tal-ħajja fejn intqal li f'Jannar il-ħajja naqset.", "Issa jekk wieħed jiltaqa' man-nies, mal-pensjonanti speċjalment u ma' dawk li l-paga tagħhom hija fissa, mill-ewwel jkun mgħarraf li effettivament l-għoli tal-ħajja qiegħed dejjem tiela' b'rata konsiderevoli.", "Jiġifieri minkejja l-istatistika, jekk naqsmu l-basket kollu, nindunaw li l-iktar elementi essenzjali, bħall-ikel, xorb, edukazzjoni u saħħa, kollha qed jogħlew.", "Dawn l-items sistematikament, anke fl-istatistika pubblikata tal-gvern, qed ikollhom iż-żidiet u dan ifisser li anke l-gvern qed jammetti li qed ikollu impatt negattiv li hu ġenerat ukoll miż-żieda ta' 3% fuq ir-rata tal-VAT.", "Minħabba s-sales, il-ħwejjeġ naqsu fil-prezz u dan kellu l-effett tiegħu fuq il-basket kollu in ġenerali.", "Dan huwa minnu u ma tistax tinnegah bħala statistical item.", "Pero` l-ħaddiem li l-paga tiegħu tibqa' fissa, jekk ma jitlifhiex għax jispiċċa bla xogħol bħalma qed jiġri lil ħafna ħaddiema, bilfors se jħoss l-impatt taż-żieda fil-VAT u li l-purchasing power tiegħu tonqos.", "Għal-low wage earner l-iċken żieda fil-VAT se tkun sostanzjali għalih u għalhekk dawn it-tip ta' żidiet jaffettwaw sew lil dawn in-nies.", "Ghalhekk ukoll id-dikjarazzjoni fid-diskors tal-budget, li dan l-impatt se jkun minimu mhijiex aċċettabbli.", "Minħabba dan kollu huwa importanti li wieħed jistaqsi jekk il-gvern għamilx studju fuq l-impatt soċjali ta' din iż-żieda.", "Dan jinħass aktar issa meta dawn l-indikaturi u l-istatistika li qed tiġi pubblikata qed turi b'mod sistematiku li għandna żewġ fatturi jaħdmu kontra xulxin.", "Fuq livell ekonomiku għandna l-kompetittivita` li qiegħda titnaqqar, u allura dak għandu l-impatt tiegħu fuq l-opportunitajiet ta' xogħol li se jinħolqu, u min-naħa l-oħra se tiġi affettwata l-kwalita` tal-ħajja ta' l-individwu.", "Huwa importanti li meta jittieħdu dawn it-tip ta' miżuri jkun sar studju fuqhom qabel, u r-riżultat ta' dan l-istudju jkun ippubblikat sabiex il- membri ta' din il-Kamra u anke l-pubbliku in ġenerali jkunu jafu l-effetti ta' dawn il-miżuri.", "Huwa faċli li żżid it-taxxa u tagħmilha 18% - u darba oħra tista' tagħmilha 20% jekk trid - għax amministrattivament m'hi se taffetwak xejn.", "Imma mbagħad ikollu bżonn dawn l-istudji biex il-gvern ikun jaf kemm, per eżempju, għandu jżid il-pensjonijiet.", "Dan li għandu jagħmel gvern responsabbli.", "Il-pensjonanti żdiedu b'50c biss u dan meta qegħdin naraw li l-ikel u l- mediċini qegħdin jiżdiedu xahar wara xahar.", "Huwa veru li fuq il-mediċini u fuq ħafna ikel m'hemmx VAT imma l-impatt taż-żieda fl-items l-oħra, bħad- dawl u t-telefon, se jwassal biex dawn jiġu affettwati wkoll.", "Allura jekk ma jkunx sar dak l-istudju kif tista' tikkwantifika kif se tikkumpensa għall-pensjonijiet.", "Jien naqbel kompletament mal-gvern li fejn ikun hemm l- abbuż, dan jiġi ristrett u jekk jista' jkun eliminat ukoll, pero` jiena qed nirreferi għall-pensjonanti li ċertament m'għandhomx income ieħor.", "Illum qed nassistu għal realta` li għandna pensjonanti li jissupplimentaw – u l- Onor. Abela jaf għax fl-istess settur naħdmu – il-pensjoni tagħhom bil-flus li kien ikollhom depożitati fil-banek.", "Issa hawn min jgħidli li jkun xtara bonds jew inkella joqgħod jixtri stocks u affarijiet minn dawn u joqgħod jilgħab fl-arena finanzjarja.", "Imma l-maġġoranza ta' dawn l-anzjani jkollhom somma żgħira taħt rashom u din jużawha billi jiddepożitawha f'depożiti fissi fil-bank u jissupplimentaw l-income tagħhom bl-interessi li jaqilgħu.", "Issa dawn qed jaqilgħuha miż-żewġ naħat, u dan għaliex kulħadd jaf li l- imgħaxijiet fuq id-depożiti fissi huma minimi għax dik hija t-tendenza fis- suq ta' l-imgħax.", "Forsi għandu mnejn li din tibda tiżdied din is-sena, pero` jekk tibda tiżdied dik ukoll se jkollu l-impatt negattiv fuq l- ekonomija li diġa' qiegħda taħt strains qawwijin.", "Imma din hi r-realta`.", "Mela min-naħa waħda għandhom dak li jissuplimenta l-income tagħhom li dejjem qed jitnaqqar u min-naħa l-oħra qed nagħmlu ż-żidiet fit-taxxa u l- VAT li timpatta direttament fuq il-livell ta' l-għajxien tagħhom.", "Allura qegħdin nassistu għall-fatt fejn il-maġġoranza ta' kategorija sostanzjali tas-soċjeta` tagħna qed titnaqqrilha l-kwalita` tal-ħajja tagħha minħabba dawn ir-realtajiet, u allura wieħed jifhem l-importanza li jkollok a social impact assessment meta jkun hemm dawn iż-żidiet.", "Jiena nifhem ukoll li s-sitwazzjoni finanzjarja tal-gvern ma tantx tħallilu manoeuverability imma ċertament il-gvern għandu introjtu ordinarju li bi ħsiebu jżidu u hawnhekk tidħol il-kwestjoni ta' studju minn qabel u ta' prioritajiet.", "Hu veru li jekk iżżid ir-rata tat-taxxi inti se tkabbar l-income tiegħek għax hekk iħoss li għandu bżonn il-gvern.", "Imma jekk wieħed jara l- projections tal-gvern fl-estimi għal din is-sena, minkejja ż-żieda fil-VAT xorta waħda d-dħul mill-VAT mhuwiex previst li jirrifletti żieda ta' 3%.", "Mela effettivament il-gvern qed jagħmel forecast li se jkun hemm konsum anqas, għax il-VAT hija marbuta ma' konsum dirett, jew inkella qed jipprevedi li l-ekonomija moħbija se tiżdied.", "Il-fatt jibqa' li din iż- żieda ta' 3% se jkollha impatt soċjali negattiv għax se timpatta fuq l- għoli tal-ħajja.", "It-tieni punt li wieħed irid jara huwa l-impatt fuq il-kompetittivita`.", "Illum qed nassistu għar-realta` li l-operaturi f'pajjiżna qed jgħidulna li t-telf tal-kompetittivita` ġġenerat minn diversi fatturi li ħallejniehom jakkumulaw qed inaqqsu l-kompetittivita` b'mod qawwi u ċertament li żieda ta' 3% tal-VAT mhux se tgħin għax l-ewwel impatt ta' dan kollu se tkun domanda aktar għal żidiet fil-pagi.", "Issa minħabba dan l-element tal- kompettivita`, il-kumpanniji ma jifilħux jagħtu aktar żidiet jekk iridu jibqgħu kompetittivi u jibqgħu joperaw.", "Jiena mhux qed inħares lejn is- settur pubbliku fejn ikun hemm qbil ta' żidiet u l-gvern jimxi bil- politika tiegħu ,għax hemmhekk ovjament kemm iżid it-taxxi u l-income tiegħu jiġġenerah.", "Aħna qegħdin nitkellmu fuq is-settur produttiv li huwa l- aktar importanti għax huwa dan is-settur li rridu niżviluppaw biex noħolqu l-opportunitajiet ta' xogħol.", "Meta qed ngħid dan, mhux qed ngħid xi ħaġa ta' barra minn hawn għax illum fil-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea hemm ħafna enfasi fuq ir-rapport ta' Wim Kok li ħareġ f'Novembru u fuq rapporti oħra li għamlu l-partiti soċjalisti u anke l-partiti popolari fuq dan is- suġġett.", "Iż-żieda fit-taxxi tolqot negattivament it-tkabbir ekonomiku għax tolqot ħażin l-kompetittivita`.", "Jiġifieri anke f'dan ir-rigward, gvern li jgħid li jrid iqajjem l-ekonomija ma jistax jagħmel dan b'din il-miżura li se jkollha effett ekonomiku negattiv.", "Dan mhux jiena biss qed ngħidu imma qaluh ukoll l-MHRA, l-FOI, iċ-Chamber of Commerce u l-GRTU.", "Bejn l-1998 u l- 2003 il-poplu Malti ġie mgħobbi bi Lm300 miljun taxxi.", "Minn 34% bħala l- porzjoni tat-taxxa tal-GDP, dan kien tela' għal 38% sas-sena li għaddiet.", "B'dawn it-taxxi ġodda imposti matul din is-sena, fosthom tal-VAT, dan se jitla' għal 41%.", "Jiġifieri minn kull Lm1 qligħ li persuna tagħmel, 41 ċenteżmu se jmorru mill-ewwel għall-gvern.", "Dan kollu qed ikollu impatt negattiv fuq l-ekonomija tagħna u dan qed jgħiduh l-operaturi kollha.", "Allura meta għandna dawn ir-realtajiet, jien nerġa' nistaqsi: Sar studju fuq l-impatt ekonomiku ta' żieda bħal din?", "Jekk sar, jista' l-gvern ipoġġih fuq il-Mejda tal-Kamra, jew inkella qegħdin imexxu dan il-pajjiż b'miżuri ta' crisis management, jiġifieri tinqalgħalek il-problema u tara kif ser isolviha u tillapazza kif ġie kwotat li qal anke l-Prim Ministru xi ftit tal-ġimgħat ilu?", "Ma jistax ikun li nibqgħu mmexxu b'dawn l-iskossi, bil-lapazzar minn sena għal sena, mingħajr ma jkun hemm studju serju fuq kif ċerti miżuri se jimpattaw fuq dawn l-oqsma.", "Issa wasalna f'sitwazzjoni li ma nistgħux nibqgħu naħarbu mir-realta`.", "Ma nistgħux nibqgħu naħarbu mill-fatt li l-investiment dirett produttiv mhux qed jiġi għax qed jintilef minħabba n-nuqqas ta' kompetittivita` u għaliex il-pajjiżi ta' madwarna qed ikunu aktar attraenti għal min irid jinvesti.", "Għandna azjendi li qed joperaw f'pajjiżna li qed imorru f'dawn il-pajjiżi fil-qrib għax hawnhekk ma jħossux li jistgħu jikkompetu u jżidu l-produzzjoni b'costs anqas.", "Dawn huma r-realtajiet.", "Allura kif nistgħu nattiraw il-barranin li jiġu joperaw hawnhekk meta l-istess investituri Maltin qed jaqtgħu qalbhom?!", "Jien inħares lejn il-Maltin li jagħmlu l-investiment tagħhom u napprezza l-ħidma u r-riskju li jieħdu meta għandhom djun fuq l-investiment tagħhom.", "Dan qed ngħidu bl-akbar onesta, pero` jeħtieġ li noħolqu ambjent ekonomiku tajjeb għax dawn qegħdin jaqtgħu qalbhom.", "Huwa importanti li dan il-pajjiż ma jibqax miexi b'dan il-mod mingħajr ħsieb u direzzjoni, imbasta naraw kif b'xi mod nikkontrollaw id-deficit u nżidu aktar taxxi.", "Ilha ssir din u r-riżultat kien wieħed negattiv.", "Ma nistgħux nibqgħu sejrin hekk.", "Għalhekk hawnhekk m'għandniex klawsola li sempliċiment tgħid li fl-1 ta' Jannar, 2004 se jidħlu dawn il-miżuri għax hu l-effett ta' dawn il-miżuri li jinteressa lilna u lill-poplu Malti.", "Mhux imbilli ngħidu li l-inflazzjoni se tkun minima u li l-effett mhux se jkun daqstant qawwi.", "Huwa neċessarju li dan jiġi konstatat u huwa neċessarju li mhux biss nitkellmu fuq il-budget bħallikieku dak li qegħdin nagħmlu mhux se jkollu impatt.", "Hawnhekk jeħtieġ li dan l-impatt jiġi diskuss u analizzat għax inkella veru inkunu b'taparsi parlament u b'taparsi seduti tal-parlament.", "Mhux imbilli nitkellmu fuq direzzjoni għat- tkabbir ekonomiku.", "Dan Irridu norbtuh ma' miżuri konkreti u l-miżuri li qed jieħu l-gvern huma negattivi mill-aspett soċjali u huma negattivi wkoll mill-aspett tat-tkabbir ekonomiku.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Anthony Abela.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Sur President, hawnhekk qed ngħidu li minn 15% il- VAT se togħla għal 18%, pero` minn naħa l-oħra irridu ngħidu li f'ċerti setturi, bħalma huwa t-turiżmu, dak li kien itaxxat b'5% baqa' 5% u dak li kien zero-rated baqa' zero-rated.", "Irridu ngħidu wkoll li dawn it-3% żieda fil-VAT se jmorru għas-settur tas-saħħa.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Għallinqas sar studju ta' l-impatt soċjali u ta' l-impatt ekonomiku ta' din il-miżura u anke b'mod ġenerali tat-taxxi li ġew introdotti s'issa?", "Jekk dan sar, jista` jitqiegħed fuq il-medja tal-Kamra għall-informazzjoni tagħna wkoll?", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Sur President, dan huwa rifless fil-budget speech kif ukoll fir-rapporti li ħarġu miegħu li juri kif sejra x-xejra ekonomika.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Sur President, kulħadd jaf li l-istatistika kollha qed turi li t-turiżmu sejjer lura, il-manifattura sejra lura, il-konsum qed jonqos u l-manifattura orjentata għall-konsum lokali ma tantx għandha prospetti sbieħ.", "Meta nżomm dan kollu f'moħħi ma nistax nifhem kif dawn il- miżuri se jgħinu.", "Għalhekk tajjeb li kieku kellna studju tekniku – mhux politiku – li jirrifletti verament l-impatt ta' dawn il-miżuri u r-realta` tas-sitwazzjoni.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joseph Cuschieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Peress li s-segretarju parlamentari għamel referenza għall-qasam tat-turiżmu u qal li b'din iż-żieda tal-VAT, it- turiżmu mhux se jiġi affettwat, nixtieq li l-Kamra jkollha stampa ċara ta' dak li verament qiegħed jiġri f'dan is-settur fejn tidħol iż-żieda tal-VAT.", "Ejja nkunu ċari u tondi fuq li qed ngħidu u mhux nippruvaw naħbu r- realta` tas-sitwazzjoni kif ġiet imposta fuq il-qasam turistiku.", "Hu veru li t-taxxa tal-VAT ma żdiditx fuq l-akkomodazzjoni, imma l-pakkett turistiku ma jinvolvix biss l-akkomodazzjoni.", "Dan jinkludi t-titjira, l- excursions, l-ikel u x-xorb u dak kollu li jkun hemm fil-pakkett turistiku li turist ikun ħallas għalih.", "L-akkomodazzjoni tirrappreżenta biss 35% tal- pakkett turistiku ta' kull turist li jiġi f'pajjiżna.", "Mela l-gvern mhux qed iżid il-VAT fuq 35% jew 40% biss tas-settur turistiku.", "Dawn huma fatti reali li l-gvern injora fil-budget minkejja kull parir mod ieħor li kellu mill-assoċjazzjonijiet li jirrappreżentaw il-qasam tat-turiżmu f'pajjiżna.", "Fejn tidħol l-akkomodazzjoni biss ma ġietx imposta ż-żieda ta' 3% fuq il- 15% diġa` eżistenti, imma fuq il-bqija tal-pakkett turistiku din iż-żieda ġiet imposta.", "Issa dan qed isir meta fil-pajjiż għaddejja diskussjoni sħiħa fuq is-sitwazzjoni xejn sabiħa li bħalissa għaddej minnha is-settur turistiku, li waħdu jirrappreżenta terz ta' l-ekonomija ta' pajjiżna.", "Issa meta qed ngħidu l-qasam turistiku jirrappreżenta terz ta' l-ekonomija ta' pajjiżna, qed infissru wkoll li dan jirrappreżenta terz jew aktar tal-GDP ta' pajjiżna.", "Mhux hekk biss imma dan jipprovdi 'l fuq minn 40,000 impjieg.", "Issa x'inhi s-sitwazzjoni?", "Is-sitwazzjoni hi li matul l-aħħar snin sew minħabba s-sitwazzjoni internazzjonali kif żviluppat u sew minħabba deċiżjonijiet ħżiena li ħa l-gvern is-settur turistiku f'pajjiżna mar lura.", "Issa flok il-gvern qed jieħu azzjoni konkreta biex is-settur turistiku ma jibqax jaqla' dik id-daqqa li qed jalqa' xahar wara xahar u sena wara sena, dan qabad u impona din iż-żieda.", "Biss, biss din iż-żieda se taffettwa lill-industrija li għandha x'taqsam mal-qasam turistiku tal- cruise liners.", "Nafu x'effett ħalliet u xi frott qiegħda tħalli din l- industrija, imma donnu għall-gvern dan mhux importanti u waqt li għamel korrezzjoni fil-każi ta' proprjeta minn wirt, dan mhux qed jagħmel korrezzjonijiet fuq xi ħaġa li tolqot terz ta' l-ekonomija ta' pajjiżna u li l-prospetti tagħha ma tantx huma sbieħ.", "Aħna mhux qed ngħidu li l-gvern ma jridx jagħmel ċerti miżuri biex idaħħal ir-revenue.", "Mhux ovvja li l-gvern irid jagħmel ċerti miżuri biex idaħħal ir-revenue, speċjalment wara s-sitwazzjoni li l-istess gvern ġab lil dan il- pajjiż.", "Imma dan ma jfissirx li inti tista' tieħu passi biex l-ekonomija tal-pajjiż tkompli tgħaddasha fir-ramel flok tgħolliha!", "Jien napella lill- gvern, u hu anke d-dover tiegħu, li jerġa' jiltaqa' ma' l-għaqdiet li jirrappreżentaw lit-turiżmu.", "Aħna nitkellmu magħhom bħalma jitkellmu huma magħhom u nafu x'qed iħossu u x'effett qed jaraw li ġej sew fil-qasam tat- turisti, fejn jidħlu lukandi, kif ukoll b'mod partikolari fejn jidħlu l- cruise liners.", "Aħna nafu x'effett ħażin kien hemm u se jkun hemm fuq l- industrija tal-cruise liners u diġa` kien hemm xi kanċellamenti.", "Issa jekk il-gvern irid isodd widnejh u jagħlaq għajnejh, dik affari tiegħu imma aħna għandna kull responsabbilta` li ngħidu dan kollu u nġibuh għall-attenzjoni tal-poplu u ta' kulmin hu fis-settur turistiku.", "Jiena nistenna li l-gvern jirrevedi s-sitwazzjoni f'dan il-kontest, speċjalment wara tant sagrifiċċji biex aħna bnejna l-industrija tal-cruise liners.", "Ftit snin ilu għamilna dan l-investiment kollu u konna ħerqana li nibnu dan l-investiment kollu għal din l-industrija tal-cruise liners, issa f'daqqa waħda l-gvern donnu tilef l-interess kollu fuq din l- industrija u m'għadux jinteressah.", "THE CHAIRMAN: Hawn iżjed rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 38.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried", "Klawsola 38 għaddiet u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "THE CHAIRMAN: Sar il-ħin.", "Fid-9.00 p.m. il-Kamra rriżumiet u l-President tal-Kumitat irrapporta progress u talab il-permess sabiex il-Kumitat jerġa' jiltaqa'.", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari, jekk jogħġbu, iressaq l-aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Sur President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar l-Erbgħa, 25 ta' Frar, 2004 fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Reġistru Ċentrali - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar ir-Rifuġjati – Tieni Qari; u", "Abbozz ta' Liġi li Jimplimenta Miżuri ta' l-Estimi – Kumitat (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Ilsien Malti - Tieni Qari.", "------------------------------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili (Emenda Nru 2) - Kumitat Permanenti.", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Leo Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, għalkemm m'għandi l-ebda ħsieb li nidħol fil-merti tat-tliet kontestanti għat-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista u eventwalment fit-tmexxija tal-pajjiż, inħoss li għandi nirrimarka dwar kif it-tlieta li huma jidhru li ġew jaqgħu u jqumu mir- responsabbilta' kollettiva tal-kabinett, minkejja li huma ministri attwali u li qed iservu fil-kariga tagħhom.", "Għaliex qed ngħid dan?", "Qed ngħid dan għax waqt il-kampanja li għamlu minflok ma' tkellmu biss dwar viżjoni politika personali, twemmin, valuri jew prinċipji, għażlu li jitkellmu dwar policies li jew imorru kontra dak li sar f'dawn l-aħħar għaxar xhur ta' Gvern Nazzjonalista jew li m'huma fl-ebda mod ikkontemplati jew riflessi fil-manifest elettorali tal-Partit Nazzjonalista.", "Aktar milli tellieqa bejn il-ħbieb, din tidher li spiċċat f'xita ta' wegħdiet li ħafna minnhom huma fiergħa u intiżi biex jisirqu l-qlub u l-imħuħ tal-kunsilliera tal-Partit Nazzjonalista.", "Jien se nsemmi ftit mill-wegħdiet li għamlu dawn it-tliet kontestanti, mingħajr ma nirreferi għal min għamilhom, li bl-ebda mod ma kienu riflessi fil-programm li bih il-Partit Nazzjonalista rebaħ l-elezzjoni tas-sena li għaddiet.", "Qalulna li minn Malta se jagħmlu l-belt kapitali tal-Mediterran, bħallikieku l-attrazzjoni ta' Ateni u Ruma spiċċat fix-xejn overnight.", "Qalulna li sejrin jirriformaw il-MEPA wara li għamlu snin jiddefendu l- operat tagħha.", "Wara li ċaħdu lil Għawdex u lill-Gozo Chamber of Commerce mir-rappreżentanza fuq l-MCESD issa qed jgħidu li se jagħtuhom siġġu fuq dan il-kunsill.", "Minkejja l-pjaga tal-qgħad li għandna fil-pajjiż qalulna li fl-għaxar snin li ġejjin sejrin joħolqu impjiegi daqskemm inħolqu fl- aħħar kwart ta' seklu.", "Anzi llum kien hemm ministru minnhom li jekk ġie rrapportat tajjeb qal li fl-erba' snin li ġejjin se jinħoloq xogħol għal kulħadd.", "Minkejja l-ftaħir kollu għall-Onor.", "Fenech Adami, qalulna li l-pajjiż issa għandu bżonn mexxej li jkun konvinċenti u rispettat u li jkun kapaċi jlaqqa' s-social partners u s-soċjeta' ċivili madwar l-istess mejda.", "Qalulna li wasal iż-żmien li jkollna politika ta' kollaborazzjoni minflok konfrontazzjoni, wara snin sħaħ jiftaħru bid-djalogu.", "Appellaw lis-settur tal-manifattura biex jagħmlu ristrutturar meta dan wera ruħu ferm aktar propens għal ċerti bidliet milli wera ruħu s-settur pubbliku nnifsu mmexxi mill-gvern.", "Qalulna li t-turiżmu hemm bżonn li jiġi vvintat mill-ġdid billi nagħtuh dimensjoni kulturali aktar qawwija.", "Minkejja li l- pensjonijiet u l-welfare states jinsabu fil-mira tal-gvern, issa qed jgħidulna wkoll li bit-tkabbir ekonomiku niżviluppaw l-għajnuna soċjali, il- pensjonijiet, il-health care, l-edukazzjoni u s-servizzi soċjali.", "F'daqqa waħda Għawdex tant iddeċidew li jagħtuh importanza, minħabba l-voti tal-kunsilliera ta' dak id-distrett, li qed jgħidu li jridu jiżviluppawh f'reġjun bi bżonnijiet speċifiċi, u li għandu jiġi indirizzat b'mod differenti minn partijiet oħrajn tal-gżejjer Maltin.", "Wara li l-Enemalta ilha s-snin turi indifferenza kbira lejn l-enerġija alternattiva, issa qed jgħidu li għandna bżonn l-enerġija solari, l-enerġija mir-riħ u anke sea energy projects, filwaqt li għandna nagħmlu użu kummerċjali mill-baħar ta' madwarna.", "Minkejja li ċerti proġetti tħallew fuq l-ixkaffa minħabba t- telqa li għandhom u n-nuqqas ta' fondi, issa qed jgħidu li se jvaraw il- proġetti ta' City Gate, se jiżviluppaw it-teatru Rjal kif u jerġgħu jibnu l- lift tal-Barrakka.", "Filwaqt li sa ftit ilu qalu li ma kellhomx fondi għal dawn il-proġetti, issa qed iwiegħdu li se jġibuhom mill-Unjoni Ewropea u anke minn għejjun oħrajn.", "Niġu issa għall-awtoritajiet infushom, dawn il-quangos li waqqaf il-gvern.", "Wara li għamlu żmien jiddefenduhom u jgħidu kemm huma effiċjenti u kuntenti bihom, issa qed jgħidu li hemm bżonn li dawn l-awtoritajiet ikunu aktar effiċjenti u jevitaw ċertu duplikazzjoni tax-xogħol.", "Wara snin jippożaw ta' gvern li jagħti spazju lill-inizjattiva privata, issa qed iwegħdu li hemm bżonn ta' aktar spazju għall-intrapriża privata u ta' inqas indħil min-naħa tal-gvern.", "Wara li b'riżultat tal-politika tagħhom żiedu l- burokrazija u r-red tape issa qed jgħidu li se jagħmlu gwerra kontra dawn iż-żewġ ingredjenti li qed ikunu ta' xkiel għall-inizjattiva privata.", "Niġu issa għan-nies tas-south ta' Malta.", "Minkejja li dawn in-nies ilhom msallbin bil-pjaga tat-tniġġiż, issa dawn il-kontendenti qegħdin iwegħduhom aktar spazju għar-rikreazzjoni, arja aktar pura u tnaqqis fil-livell ta' tniġġis.", "Filwaqt li sa ftit ilu kienu jiftaħru bl-għadd ta' karozzi li qegħdin nimportaw biex ipinġuna bħala poplu għani u li hawn ħafna flus fl- idejn, issa qed jitkellmu dwar il-ħtieġa li jsolvu l-problema tal- konġestjoni tat-traffiku.", "Wara li fl-imgħoddi kienu kontra t-tnaqqis fl- eta` tal-votanti - niftakar meta pprova jagħmel dan il-Gvern Laburista - issa hemm min fosthom li qed jgħid saħansitra li għall-elezzjonijiet lokali, dawk 'il fuq minn 16-il sena għandhom ikunu eliġibbli għall-vot.", "Wara snin li ħallew il-Kottonera f'telqa kbira b'konċentrazzjoni qawwija ta' qgħad, issa qed jgħidu li se joħolqu għadd kbir ta' impjiegi l-aktar għan-nies tas-south, speċjalment għal tal-Kottonera biex jiżguraw li dawn m'humiex qed jiġu mċaħħdin mill-impjiegi minħabba xi preġudizzji partikolari.", "Jidher ċar, Sur President, li f'din it-tellieqa għal poter kulħadd qed iwiegħed kemm jiflaħ, tant li kien hemm xi ħadd minnhom li saħansitra ntrabat li jwettaq il-biċċa l-kbira tal-wegħdiet tiegħu fi żmien erba' xhur.", "Sur President, forsi wieħed jistaqsi: Imma għalfejn għażilt li titkellem dwar dan is-suġġett?", "Għażilt li nitkellem dwar dan is-suġġett mhux biex nidħol fil-merti ta' \"A\", \"B\" jew \"Ċ\".", "Dik hija prerogattiva tal- kunsilliera tal-Partit Nazzjonalista u nkun irresponsabbli jekk nipprova nidħol f'dan it-tip ta' dibattitu.", "Iżda meta wieħed iqis li dawn huma lkoll ministri li qed iservu fil-kabinett tal-lum, ministri li suppost jafu xi tfisser u jħaddnu fil-prattika r-responsabbilta` kollettiva, jien inħoss li bl-attitudni li adottaw f'din il-kampanja frenetika għall-poter spiċċaw mhux biss qed jinsulentaw il-kunsilliera Nazzjonalisti u l-intelliġenza tagħhom, iżda qed juru disrispett akbar lejn l-intelliġenza tal-poplu Malti kollu li qiegħed isegwi dan id-dibattitu esternalizzat fil-medja lokali bħallikieku għandna tliet partiti ġodda li qed itellqu f'elezzjoni ġenerali.", "Għalkemm ftit ilu kien hemm min qal li jien għedt li hemm bżonn li nillapazzaw, dan m'hu veru xejn, u min qal hekk ma fehem xejn u jridu li d-dnubiet tagħhom jippruvaw jagħtuhom lilna.", "F'artikli li ktibt u anke f'diskorsi li għamilt ilni nisħaq ġewwa u barra l-parlament, sal-bieraħ stess f'\"The Sunday Times\", li flimkien ma' soluzzjonijiet immedjati għandna bżonn ta' programm ta' azzjoni kemm għal żmien medju u anke fit-tul ħalli ngħelbu l-problemi strutturali u istituzzjonali li qegħdin jherru s- sinsla tal-pajjiż.", "Sur President, prim ministru ġdid mhux biss irid ikun kapaċi jgħid dwar x'sejjer jagħmel dwar il-proklama ta' Żeppi l-Ħafi, iżda jrid jikkonvinċina li kapaċi jindirizza l-problemi ewlenin tal-pajjiż.", "Dawn il- problemi ewlenin li qed jiffaċċja l-pajjiż huma li għandek l-ekonomija staġnata, kompetittivita' li marret il-baħar, tnaqqir tal-produttivita`, nixfa fl-investiment barrani, splużjoni fil-qgħad, l-inċertezza akbar dwar is-sigurta' ta' l-impjiegi, tnaqqis fil-konsum pubbliku, l-esportazzjoni li qed tiċkien u fl-aħħar l-għoli tal-ħajja li reġa' beda jirranka, b'mod partikolari b'riżultat taż-żieda fil-VAT, kif irriżulta mir-retail price index li ħareġ proprju ftit tal-ġranet ilu.", "GĦalkemm għalina bħala Partit Laburista ma tagħmilx differenza min se jsir kap tal-Partit Nazzjonalista u eventwalment prim ministru ta' Malta - u dan qalu kemm il-leader u kemm diversi diriġenti tal-partit, u magħhom ningħaqad jien ukoll - għax fil-fehma tagħna l-Partit Nazzjonalista u l- gvern kollu huwa paralizzat u jinsab f'nagħsa ħelwa, il-fatt huwa li min se jilħaq prim ministru ġdid se jiret pazjent moribond u bil-bżonn urġenti ta' l-ossiġnu.", "Qabel ma' ngħaddi l-kelma lill-kollega tiegħi, l-Onor.", "John Attard Montalto xtaqt nagħmel osservazzjoni fuq xi ħaġa li tolqot id-distrett li nitla' minnu jiena.", "Qed nirriferi għaċ-ċentru tas-saħħa tal-Gżira.", "Kif tixhed korrispondenza li bagħat il-kumitat lokali Laburista lin-naħa tal-gvern, liċ-chairman tal-persuni b'diżabilita', lis-segretarju ta' l- APAN u lill-kunsilli lokali tad-disa' u l-għaxar distrett, dawn qed jagħmlu appell biex biex il-lift li ilu fil-pusses tal-kunsill lokali għal aktar minn sitt snin, li jinstab żarmat u biex ngħid hekk qed jiddeterjorja ġewwa maħżen minflok qiegħed jaqdi l-funzjoni proprja tiegħu, sa fl-aħħar jiġi stallat kemm fl-interess tal-persuni anzjani li jżuru dan iċ-ċentru kif ukoll għal persuni li għandhom xi forma ta' diżabilita'.", "M'iniex qed nagħti tort direttament lill-gvern imma ngħidlu biex għallinqas iċaqlaq ftit dan ix-xkiel li hemm.", "Naf li hemm ċertu tfixkil anke min-naħa tas- sidien privati ta' dan iċ-ċentru tas-saħħa u nitlob lill-gvern biex jintervjeni f'dan ir-rigward.", "Fl-aħħar nett b'rabta anke ma' dan iċ-ċentru tas-saħħa, nixtieq li fl-ewwel okkażjoni li jkollu l-ministru jserraħ ras in-nies tal-lokal tad-disa' u l- għaxar distrett li dan iċ-ċentru tas-saħħa m'huwiex se jingħalaq u jiġi trasferit għal x'imkien ieħor kif qed jindikaw xi xniegħat dan l-aħħar.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "John Attard Montalto.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Sur President, nixtieq nibda billi nirringrazzja l-Onor.", "Leo Brincat ta' l-opportunita` li tani biex nagħmel l- intervent tiegħi f'dan l-aġġornament.", "Illum nixtieq insemmi oġġett li naħseb huwa ta' interess bħala news item, partikolarment għaliex qiegħed iseħħ u jaffettwa l-ħajja tal-pajjiż, il-fond tal-manifattura u l-aspett ta' l-industrija.", "Dan jidher li qiegħed jiġri f'dawn l-aħħar ġranet u ħadd m'hu qiegħed jiġbed l-attenzjoni ta' dak li naħseb se jaffettwa bl-aktar mod serju lill-industrija Maltija.", "F'dawn l-aħħar jiem l-industrijalisti Maltin bdew jirċievu ittri, mingħand il-kumpannija ġdida li ħoloq il-gvern biex tieħu ħsieb l-amministrazzjoni ta' l-industrial estates, li fihom qed jgħidulhom li se jgħollulhom il-kirjiet tagħhom.", "Ir-raġuni ta' din iż-żieda se tkun minħabba liġi ġdida li għaddiet, u b'hekk se jimponu VAT ta' 18% fuq il-kirjiet li għandhom dawn l-industrijalisti.", "L-ewwel kumment li xtaqt nagħmel huwa li din il-liġi introduċiha l-gvern stess.", "Jiġifieri l-gvern qiegħed jgħid lill-industrijalisti li se jkun kostrett li jimponi fuqhom VAT ta' 18% fuq il-kera li jħallsu għal entitajiet industrijali tagħhom minħabba din il-liġi finanzjarja.", "Il-gvern qisu qed jgħid li hu m'għandu x'jaqsam xejn ma' dik il-liġi.", "Din il-liġi bilfors se tolqot aktar il-kompetittivita` ta' l-industrija Maltija b'mod sostanzjali meta din diġa` qiegħda taħt pressjoni enormi.", "Il-kelliema ta' entitajiet pubbliċi li jirrappreżentaw l-industrijalisti bħall-FOI, iċ-Chamber of Commerce u l-GRTU kollha qed iħambqu li l-pajjiż qed jitlef il-kompetittivita` tiegħu.", "Issa f'daqqa waħda, meta qed naraw fabbriki jagħlqu u fabbriki jagħtu sensji u l-investiment qiegħed jinxtorob bil-mod il-mod, minflok il-gvern ma' qiegħed ineħħi mit-tbatija u jċedi ftit biex lill-industrija jagħtiha aktar nifs, qiegħed jimponi aktar taxxi.", "Din m'hi xejn ħlief taxxa oħra u hija l-bidu ta' politika ġdida dwar kirjiet industrijali ta' entitajiet industrijali.", "Il-gvern qed jgħid li se jgħollihom bi 18% minħabba l-VAT, imma bla dubju ta' xejn dan huwa l-bidu sabiex jiġu riveduti l-kirjiet ta' l-entitajiet industrijali.", "Issa jekk kien hemm xi ħaġa li tattira l-industrija kienet il-mod tal-kera raġunevoli tal-fabbriki u l-artijiet industrijali, iżda issa din l- attrazzjoni se tinxtorob.", "Ta' xejn li l-gvern jgħid li qed nitilfu l- kompetittivita` meta hu qed jimponi iktar u iktar infiq.", "Riċentement kellna ż-żieda fuq il-prezzijiet taċ-ċilindri tal-gass, speċjalment dawk ta' natura industrijali, fejn għolew bi 33c.", "Din iż-żieda fil-prezzijiet se taffettwa lis-self-employed li xogħolhom jiddependi mill-enerġija tal- gass.", "Il-kompetittivita` ma tistax tibqa' tiġi mnaqqra biċċa biċċa, u nissusspetta li dan il-gvern qata' qalbu mill-futur tal-manifattura.", "Għax hu mhux kapaċi jġib l-investiment allura qisu m'hawnx post għall- industrija, u bil-mod il-mod qed iħalliha tmut mewta naturali bħalma ġara f'Ċipru, fejn ingħatat spinta lis-servizzi mentri l-manifattura ngħatat il- ġenb.", "Dan qed jseħħ meta dan il-qasam jimpjega kważi iktar minn 30,000 ruħ u għandna esportazzjoni sostanzjali li tagħti ftit inqas minn kwart lill- GDP.", "Għal dan il-gvern qisu li dan il-pajjiż għandu xi riżorsi naturali enormi.", "Qed ngħid li jidher ċar li dan il-gvern m'għandux intenzjoni li jkattar l- industriji minħabba fatt ta' l-iskantament li ġara proprju f'dawn il-jiem.", "Bejn l-1996 u l-1998 il-gvern Laburista kien ta letters of intent ta' postijiet b'ċens lill-industrijalisti u l-artiġjani ż-żgħar.", "F'dawn l- aħħar żmenijiet dawk li kienu ngħataw plots fejn jistgħu jistabbilixxu x- xogħol tagħhom intbagħtilhom lura d-depożitu li kienu għamlu.", "Kellmuni u bagħtuli ittri diversi nies b'rifirenza għall-għotjiet ta' l-IPSE, fejn kienu ngħataw postijiet fejn setgħu jibnu post għax-xogħol tagħhom, u jidher ċar u tond li l-gvern m'huwiex interessat li jiżviluppa dan il-qasam tas-self-employed iż-żgħar.", "Mhux biss mhux qed jgħinhom iżda l-wegħda li l- gvern kien għamel bil-miktub qisha qatt ma saret u bagħtulhom il-flus lura.", "Sur President, biex insostni dak li qed ngħid, aktar 'il quddiem se npoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-ittra li ġiet mibgħuta mill-Malta Enterprise, l- irċevuta li ngħatat lill-individwu partikolari bħala prova, kif ukoll cheque li ntbagħat lura lil din il-persuna.", "Fl-itrra li bagħtu lil dan l- individwu qalulu li dik il-plot li ġiet allokata lilu jista' ma jqisiex tiegħu aktar u tawh lura Lm153.", "Dan kollu jirrapreżenta nuqqas kbir ta' fiduċja fl-industrija Maltija, kemm jekk hi żgħira u kemm jekk hi kbira.", "Dawn l-affarijiet m'għandhomx isiru u ma kellhomx isiru.", "Jekk gvern, ikun min ikun, intrabat li jagħti għotja biex jiżviluppa l-manifattura, gvern ieħor fil-poter m'għandux għalfejn ma jirrispettax dik l-għotja li tkun ingħatat minn gvern preċedenti.", "Naf b'ħafna letters of intent li kienu ħarġu biex jingħataw postijiet b'ċens lill-industriji li nħarġu wkoll minn dan il-gvern u nispera li jibqgħu rispettati.", "Iżda sfortunatament ma tantx għandi fiduċja li dan jista' iseħħ għax jekk dawn ma ġewx rispettati fuq plots żgħar, aħseb u ara kemm se jiġu rispettati fuq industriji li fuqhom ċerti nies għamlu investiment sostanzjali.", "M'għandix fiduċja kbira li dawn il-letters of intent se jiġu rispettati mill-Malta Enterprise.", "Sur President, f'dawn l-aħħar għaxar minuti li fadalli nixtieq nitkellem fuq aspett ieħor.", "Kif kulħadd jaf, jiena u George Vella - ħabib kbir tiegħi u persuna li nammira immens u li huwa l-kap tad-delegazzjoni - se nkunu rappreżentanti fil-Parlament Ewropew u osservaturi, u f'din il- kapaċita` għandna responsabbilta` mhux biss fuq id-distretti li ġejna eletti minnhom imma fuq il-gżejjer Maltin.", "Xtaqt niddedika ftit minuti lil żewġ distretti partikolari biex inġib għall-attenzjoni ċerti nuqqasijiet li jeżistu fihom.", "Se nitkellem fuq l-irħula li jifformaw is-seba' distrett elettorali, jiġifieri Ħaż-Żebbuġ, is-Siġġiewi, Ħ'Attard u Ħad-Dingli.", "Dan huwa distrett fiċ-ċentru ta' pajjiżna.", "Huwa distrett imħallat, fis-sens li għandek parti agrikola u parti żviluppata, u min-naħa l-oħra huwa distrett li fih ċertu ambjent li ta ħafna għal pajjiżna.", "Kulħadd jaf kemm ħarġu nies kulti minn Ħaż-Żebbuġ fejn kellna patrijotti, poeti u artisti u għalhekk wieħed għandu japprezza dan ir-raħal ta' De Rohan.", "Jiena naħseb li għandna nagħtu ġieħ lil Ħaż-Żebbuġ għal kontribut kbir li ta lil Malta.", "Fuq is-Siġġiewi nixtieq nitkellem fuq il-problema kbira li hemm bejn is- Siġġiewi u l-Qrendi, jiġifieri l-bini tal-landfills f'area fejn hemm mibnija l-aktar tempji antiki misjuba fl-istorja dinjija.", "Min jiftaħ il- ktieb ta' l-Oxford History l-ewwel ħaġa li jsib fl-ewwel żewġ paġni huma t- tempji ta' Malta għax dawn, kif diġa` għedt, huma l-aktar bini antik fid- dinja u għalhekk huma wirt mhux biss tagħna l-Maltin imma tal-bnedmin kollha.", "Huwa ħażin jekk b'xi mod dirett jew indirett jista' ikun hemm xi effett ħażin fuqhom, speċjalment fuq l-Imnajdra u Ħaġar Qim.", "Il-gvern m'għandux jibqa' jwebbes rasu fuq dawn il-landiflls għax hemm postijiet oħrajn fejn jistgħu jsiru dawn il-landfills.", "Bi ftit turija ta' responsabbilta` u forsi jneħħi din is-suppervja, il-gvern jista' jasal għal soluzzjoni aħjar speċjalment meta jaf li l-affarijiet m'humiex qed isiru kif suppost.", "Raħal ieħor li jagħmel parti minn dan id-distrett huwa Ħ'Attard.", "Ħ'Attard huwa parti importanti mill-istorja ta' pajjiżna u kulħadd jaf li kien post mogħni bl-ikbar masġar ta' larinġ u ġonna kemm privati kif ukoll pubbliċi minħabba l-klima li kien hemm.", "Wieħed għandu japprezza li hemm ċerti djar li għandhom jiġu ippreservati u nibżgħu għalihom.", "Reċentement smajna dwar xi żvilupp li għandu jsir fl-inħawi ta' bejn Ħ'Attard, Ħal-Lija u Ħal Balzan - kulħadd jaf li dawn it-tlett ibliet qishom integrati, u huma tlett ibliet mill-isbaħ – fejn qabel kien hemm l-ambaxxata Spanjola.", "Qed jingħad li d-dar u l-ġnien m'humiex ta' natura daqstant storika, imma min-naħa l- oħra wieħed għandu japprezza li pajjiżna għandu bżonn ta' dawn il-ġonna bħala l-pulmun.", "Wieħed mill-ikbar ġonna li kien hemm f'dawk l-inħawi kien il-ġnien ta' Depiro.", "Illum kulma fadal minnu huwa t-torri tiegħu f'Ħal Lija.", "Jekk aħna nitilqu l-ġonna privati ta' ċerti djar li fihom tradizzjoni u tant sbuħija nkunu qegħdin bil-mod il-mod nnaqqru lilna nfusna bħal meta qarnita tibda ddur għal subgħajha.", "Sur President, għalhekk ngħid kemm lill-gvern u kemm lill-MEPA biex f'dan il-kontest, qabel ma jittieħdu d-deċiżjonijiet jitqiesu l-konsegwenzi ta' dawk id- deċiżjonijiet u mhux jitqies biss il-każ partikolari imma aktar jitqies b'mod ġeneriku l-bżonn ta' pajjiżna.", "Fejn iridu jafu jieħdu ċerti deċiżjonijiet, imma aktar jidher li d-deċiżjonijiet li jittieħdu jkunu personalizzati.", "Fl-aħħar xtaqt nitkellem fuq ir-raħal ta' Ħad-Dingli.", "Dan huwa raħal li jien insejjaħlu raħal il-fjuri minħabba s-sbuħija tiegħu u l-mod ta' kif in- nies ta' Ħad-Dingli jindukraw dan l-aspett tant sabiħ.", "Kulħadd jaf li n- natura għandna nibżgħu għaliha u napprezzawha għax hija waħda mill-isbaħ ġojjelli li l-Bambin tana, fejn bix-xjenza u t-teknoloġija kollha li għandna m'aħniex kapaċi nirrealizzaw is-sbuħija ta' fjura waħda.", "Sur President, Ħad-Dingli għandu ċerta attrazzjoni speċjali minħabba l-arja pura.", "Imma huwa importanti wkoll li nżommu l-kunċett li dawn l-irħula, li bil-mod il-mod qed jiżviluppaw fi bliet, iżommu it-tradizzjoni u s-sbuħija tagħhom billi jkun hemm żvilupp kontrollat.", "Għalkemm wieħed japprezza li d- dinja trid b'xi mod jew ieħor tibqa' għaddejja, pero` rridu nżommu quddiem għajnejna li dan huwa distrett sabiħ li ta ħafna lil pajjiżna, u l-pajjiż għandu jirrispetta s-sbuħija kif ukoll l-ambjent naturali ta' dan il-lokal.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar l- Erbgħa, 25 ta' Frar 2004, fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mis- Segretarju Parlamentari.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "BUDGET DEFICIT", "4260.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomiċi: B'liema mod jista' jiftaħar li l-gvern laħaq il-miri tiegħu meta żamm id-deficit għal Lm105 miljun fis-sena 2003 meta kien qed jippjana li dan kellu jkun ta' Lm75 miljun, jiġifieri Lm30 miljun inqas milli fil-fatt laħaq?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Din mhijiex kwestjoni ta' ftaħir imma fatti u t-tweġiba diġa' ngħatat fid-diskors tal-budget għas-sena 2004.", "Il-Lm75 miljun deficit għas-sena 2003 kien ibbażat fuq ċertu livelli ta' dħul li kien mistenni kemm għas-sena 2002 kif ukoll għas-sena 2003.", "Minħabba varjazzjoni f'dawn l-istimi li r-raġunijiet għalihom issa ħerġin minn widnejna, kieku l-gvern ma ħax passi immedjati fis-sena 2003, id- deficit għall-2003 kien se jkun bejn Lm126 miljun u Lm135 miljun.", "Bl-għaqal tal-gvern, permezz ta' trażżin fl-infiq - li xorta waħda permezz tiegħu ma tnaqqsitx l-effiċjenza fl-operat ta' l-amministrazzjoni - u permezz ta' aktar effiċjenza fil-ġbir ta' flejjes dovuti lid-dipartimenti, il-gvern irnexxielu jnaqqas dan il-livell għoli ta' deficit.", "UNIVERSITA' - STUDENTI TAL-MEDIĊINA", "4265.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid jekk wara l-1 ta' Mejju 2004 meta pajjiżna jidħol ukoll fl-arena ekonomika Ewropea, l-universita' hijiex se tkun tista' tibqa' tiċċarġja Lm10,000 fis-sena lil studenti minn Norveġja biex isegwu korsijiet tal-mediċina?", "Kemm se tiċċarġjahom tal-kors tal-mediċina?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li wara l-1 ta' Mejju, 2004 meta Malta tidħol bħala membru fl-Unjoni Ewropea, l-istudenti tal-mediċina minn Norveġja xorta jibqgħu jiġu mitluba jħallsu l-miżati ta' Lm6,000 fis-sena bħalissa.", "UNIVERSITA' - STUDENTI BARRANIN", "4266.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Bħalissa fl-Universita' ta' Malta kemm hemm studenti minn xi pajiż ta' l- Unjoni Ewropea jew li se jkun membru wara l-1 ta' Mejju 2004 li qed iħallsu biex jattendu kors?", "Kemm qed iħallsu?", "Kemm se jibdew iħallsu wara Mejju 2004?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li għas-sena akkademika 2003/04 hemm 72 student mill-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea jew minn dawk il-pajjiżi li se jkunu membri wara l-1 ta' Mejju 2004.", "Minn wara Mejju 2004, studenti mill- Unjoni Ewropeja se jidħlu taħt l-istess skema bħal dik li jaqgħu taħtha studenti Maltin.", "Skeda dwar ħlas li jsir minn studenti barranin li jattendu l-universita' se npoġġiha fuq il-mejda tal-Kamra f'xi seduta.", "UNIVERSITA' – STUDENTI BARRANIN", "4267.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Bħalissa fl-Universita' ta' Malta kemm hemm studenti minn pajjiżi barra l- Unjoni Ewropea jsegwu xi kors?", "Kemm qed iħallsu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li għas-sena akkademika 2003/04 hemm 553 student minn xi pajjiż minn barra l-Unjoni Ewropeja.", "Il-ħlas li jsir minn studenti barranin li jattendu l-universita' huwa indikat fit-tagħrif li tpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni fis- seduta.", "AFFARIJIET RURALI U AMBJENT – SAFAR UFFIĊJALI", "4288.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid kemm safar uffiċjali sar minn uffiċjali governattivi jew oħrajn li tħallsu mid-dipartimenti li jaqgħu taħt id- dekasteru tiegħu matul is-sena 2003?", "Min siefer?", "Fejn kienet kull safra?", "Kemm kienet l-spiża ta' kull safra?", "Min awtorizza kull safra?", "Min minn dawk li siefru mar first-class jew club-class?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-mejda tal- Kamra aktar kmieni fis-seduta.", "Ta' min jgħid li s-safar kollu kien awtorizzat mis-segretarju permanenti fi ħdan il-ministeru.", "Dawk l-uffiċjali mill-ministeru jew mid-dipartimenti li jaqgħu taħtu li siefru first class jew club class huma indikati fit- tabella.", "POLITIKA SOĊJALI – SAFAR UFFIĊJALI", "4289.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Ministru jgħid kemm safar uffiċjali sar minn uffiċjali governattivi jew oħrajn li tħallsu mid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul is-sena 2003?", "Min siefer?", "Fejn kienet kull safra?", "Kemm kienet l-spiża ta' kull safra?", "Min awtorizza kull safra?", "Min minn dawk li siefru mar first-class jew club-class?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-informazzjoni qegħda tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "FINANZI U AFFARIJIET EKONOMIĊI – SAFAR UFFIĊJALI", "4290.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jgħid kemm safar uffiċjali sar minn uffiċjali governattivi jew oħrajn li tħallsu mid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul is-sena 2003?", "Min siefer?", "Fejn kienet kull safra?", "Kemm kienet l-spiża ta' kull safra?", "Min awtorizza kull safra?", "Min minn dawk li siefru mar first-class jew club-class?", "ONOR.", "JOHN DALLI: It-tagħrif mitlub qiegħed jinġabar u tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "TRASPORT U KOMUNIKAZZJONI - SAFAR", "4291.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm safar uffiċjali sar minn uffiċjali governattivi jew oħrajn li tħallsu mid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul is-sena 2003?", "Min siefer?", "Fejn kienet kull safra?", "Kemm kienet l-spiża ta' kull safra?", "Min awtorizza kull safra?", "Min minn dawk li siefru mar first-class jew club- class?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni fis-seduta.", "RIŻORSI U INFRASTRUTTURA – SAFAR UFFIĊJALI", "4292.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' il-Ministru jgħid kemm safar uffiċjali sar minn uffiċjali governattivi jew oħrajn li tħallsu mid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul is-sena 2003?", "Min siefer?", "Fejn kienet kull safra?", "Kemm kienet l-spiża ta' kull safra?", "Min awtorizza kull safra?", "Min minn dawk li siefru mar first-class jew club-class?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni fis-seduta.", "SAĦĦA – SAFAR UFFIĊJALI", "4293.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' il- Ministru jgħid kemm kien safar uffiċjali sar minn uffiċjali governattivi jew oħrajn li tħallsu mid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul is-sena 2003?", "Min siefer?", "Fejn kienet kull safra?", "Kemm kienet l- spiża ta' kull safra?", "Min awtorizza kull safra?", "Min minn dawk li siefru mar first-class jew club-class?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nitlob lill-Onor Interpellant jindika għal liema perjodu qiegħed jirriferi.", "UN – SEHEM TA' MALTA", "4321.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Kemm huwa minnu li waqt ċerti voting sessions fil-Ġnus Magħquda, Malta ipprovat tagħmel lobbying biex ikun hemm astensjonijiet dwar issues jaħarqu dwar il-kwestjoni Palestinjana iżda fl-aħħar pajjiżna kellu jċedi l- pożizzjoni tiegħu minħabba s-sħubija prospettiva tagħna fl-Unjoni Ewropea?", "ONOR.", "JOE BORG: Bħala pajjiż li se jsir membru ta' l-Unjoni Ewropea fl-1 ta' Mejju 2004, Malta ħadet sehem sħiħ fid-diskussjonijiet kolllha li kellhom l-istati membri ta' l-Unjoni Ewropea matul l-Assemblea Ġenerali tal- Ġnus Magħquda.", "Fuq kwestjonijiet li kellhom x'jaqsmu mal-Palestina, Malta dejjem imxiet skond il-politika tagħha t'appoġġ għall-aspirazzjoni tal-poplu Palestinjan fi sfond ta' soluzzjoni ibbażata fuq l-eżistenza ta' żewġ stati indipendenti.", "Id-diskussjonijiet li saru fi ħdan l-Unjoni fuq dawn l-aspetti kienu kollha mmirati biex jintlaħaq dan il-għan u l-pożizzjonijiet finali li ttieħdu fuq ir-riżoluzzjonijiet adottati jirriflettu dan.", "OECD – ASSOCIATE MEMBERSHIP STATUS", "4322.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' il-Ministru jgħid jekk Malta għandhiex ħsieb li tikseb associate membership status ma' l-OECD?", "Fuq liema livell beħsiebna niżviluppaw ir- relazzjonijiet futuri tagħna ma' din l-organizzazzjoni?", "ONOR.", "JOE BORG: Inbeda proċess ta' konsultazzjoni ma' l-OECD kif ukoll ma' xi pajjiżi membri ta' l-OECD dwar il-possibbilta' li Malta tissieħeb ma' din l-organizzazzjoni fuq bażi ta' associate membership status.", "Pero' għadu prematur biex wieħed jindika r-riżultat eventwali ta' dan il-proċess.", "AFFARIJIET BARRANIN - MOBILE PHONES", "4344.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Kif jispjega l-fatt il-Ministru li skond mistoqsija parlamentari 4273 dwar mobile phones, l-ambaxxatur Malti f'Parigi nefaq aktar mill-ambaxxatur għall-Unjoni Ewropea li għandu workload ferm aktar sostanzjali?", "ONOR.", "JOE BORG: Kif jaf tajjeb l-Onor.", "Interpellant, kull ambaxxata tiffunzjona f'ċirkostanzi differenti waħda minn oħra, fl-isfond tas- sitwazzjoni fil-pajjiż konċernat, kemm għal dak li hu interkambju mal- pajjiż innifsu kif ukoll meta wieħed jieħu in konsiderazzjoni r-riżorsi umani u materjali ta' l-ambaxxata.", "Għalhekk wieħed ma jistax b'mod sempliċistiku jikkompara l-infiq ta' ambaxxata ma' oħra fuq bażi ta' kriterju wieħed.", "Per eżempju, minbarra li hi akkreditata għal Franza, l-Ambaxxata f'Pariġi hi akkreditata ukoll għall-Portugal u għal Andorra u apparti li t-tariffi telefoniċi jvarjaw bejn pajjiż u ieħor, nista' nassigura lill-Onor.", "Interpellant li kull ambaxxata tagħmel ħilitha sabiex tnaqqas l-ispejjeż tagħha u sabiex taħdem fil-limiti ta' l-allokazzjoni finanzjarja annwali tagħha.", "F'dan l-isfond ta' min jiġbed l-attenzjoni ta' l-Onor Interpellant li fl- 2003 l-Ambaxxata ta' Malta f'Pariġi irnexxielha tagħmel savings ta' Lm880 fil-vot allokat għat-telefonati, dawl u ilma.", "SKEJJEL - UŻU TA' COMPUTERS", "4352.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 4256 u jekk jekk il- Gvern Malti ħax nota tal-konklużjonijiet tar-rapport ta' l-OECD dwar l-użu ta' computers fl-iskejjel, fejn wasal għall-konklużjoni li għalkemm f'dawn l-aħħar snin infirex l-użu sew ta' l-information and communications technologies fl-iskejjel ewlenin fl-aktar pajjiżi avvanzati ta' l-OECD, xorta waħda għadu diżappuntanti l-mod li bih dawn il-computers qed jiġu wżati fuq bażi ta' day-to-day l-aktar fl-upper secondary schools?", "Fil-każ ta' l-upper secondary schools Maltin, ġew identifikati xi barriers strutturali għall-avvanzi meħtieġa?", "Meta għamel l-assessment tiegħu, il- gvern ħa nota tax-scheduling tal-ħinijiet ta' l-għalliema, il-classroom organisation kif ukoll l-iżvilupp professjonali ta' l-għalliema?", "X'inhu l-persentaġġ ta' l-istudenti li jattendu skejjel fejn hemm biżżejjed workstations għal kull għalliem?", "Għadu jeżisti shortage ta' computers għall-istudenti?", "Fl-applikazzjoni tal-computers fl-iskejjel upper secondary, dawn qed jintużaw l-aktar bħala sors addizzjonali ta' taħriġ jew biex jippermettu lill-istudenti li jaħdmu bil-pass normali tagħhom?", "X'inhu l-persentaġġ ta' għalliema li jużaw standard computer applications?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nispera li l-Onor.", "Membru qed jirriferi għad-dokument maħruġ mid-directorate of education ta' l-OECD intitolat \"Disappointing use of ICT in upper secondary schools\" maħruġ fi Frar 2004.", "F'dan id-dokument sar studju fuq 14-il pajjiż u ma jinkludix lil Malta.", "Iż-żewġ ċentri tat-tagħlim li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tad- dipartiment tat-teknoloġija huma Giovanni Curmi higher secondary school, Naxxar u Mikiel Anġ Refalo, centre for further studies – post secondary complex, Victoria.", "Dawn l-iskejjel huma attrezzati b'laboratorji b'computers ġodda għall-użu ta' l-istudenti u ta' l-għalliema.", "F'dawn iċ- ċentri qed jiġi mgħallem il-computer studies sec u matsec, kif ukoll il- European computer driving licence.", "L-għalliema kollha għandhom l-opportunita' li jużaw il-computers għat- tagħlim fis-suġġett partikolari tagħhom.", "Il-korsijiet li huma pprovduti għall-għalliema tal-primarja u sekondarja huma pprovduti wkoll għall- għalliema tal-post sekondarja.", "MISSJONI MILITARI TALJANA", "4404.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' il-Prim Ministru jagħti ħjiel tal-qafas tal-proposti li ġew sottomessi min-naħa ta' l-awtoritajiet Taljani dwar ir-ristrutturar propost dwar il-ħidma tal- missjoni militari Taljana f'Malta?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jien informat li matul dawn l-aħħar xahrejn kienu qegħdin isiru taħditiet bejn Malta u l-Italja dwar il-ħidma tal- Missjoni Militari Taljana f'Malta.", "It-taħditiet għadhom għaddejjin.", "KUNSILL TA' L-EWROPA - RAPPORT DWAR MALTA", "4405.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' il-Ministru jikkonferma li qabel ma ġie ffinalizzat ir-rapport dwar Malta tal-commissioner for human rights tal-Kunsill ta' l-Ewropa, saru kuntatti ma' l-awtoritajiet Maltin dwar l-abbozz tar-rapport qabel tħejja r-rapport finali?", "Jikkonferma li qabel ġie ffinalizzat ir-rapport saret laqgħa ta' l-Ambaxxatur ta' Malta għall-Kunsill ta' l-Ewropa mal- kummissarju konċernat?", "ONOR.", "JOE BORG: Nikkonferma li qabel ma ġie ffinalizzat ir-rapport dwar Malta mill-kummissarju għad-drittijiet tal-bniedem tal-Kunsill ta' l- Ewropa, saru kuntatti ma' l-awtoritajiet Maltin tramite l-ministru għall- affarijiet barranin.", "Dan il-proċess huwa skond prattika addattata mill- Kunsill ta' l-Ewropa.", "Nikkonferma wkoll illi saret laqgħa bejn l-Ambaxxatur ta' Malta għall- Kunsill ta' l-Ewropa u l-kummissarju għad-drittijiet tal-bniedem qabel ma ġie ffinalizzat ir-rapport, sabiex ikun hemm il-possibbilta' li jiġu rrangati xi ineżattezzi fattwali li jista' ikollu r-rapport.", "Dan huwa peress li jsir dejjem fil-preparament ta' kull rapport u mhux biss fir- rigward ta' Malta.", "KAŻI TA' OVERDOSE", "4419.", "L-ONOR.", "DAVID AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew ikkonfermati każi ta' overdose lill- pulizija matul din is-sena?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi bejn l-1 ta` Diċembru, 2003 u l-14 ta` Frar, 2004 ġew irrapportati seba` każi ta` imwiet b`suspett ta` overdose lill-pulizija.", "Tnejn minnhom sussegwentement ġew esklużi li kien riżultat ta` abbuż ta` droga, filwaqt li f`każ ieħor s'issa mit-test tossikoloġiku ġiet eskluża l-preżenza ta` droga għalkemm qed isiru testijiet oħrajn.", "Fl-erba` każi l-oħra, il-każ jindika suspett qawwi ta` abbuż ta` droga.", "ĦAŻ ŻABBAR - TRIQ SANTA TEREŻA", "4420.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi 4323, jista' il-Ministru jinformani x'passi ħa jew se jieħu d-direttorat għall- immaniġjar tat-traffiku ladarba din it-triq saret no-parking mingħajr l- approvazzjoni ta' l-istess direttorat?", "Jaħseb il-Ministru li d-direttorat għandu obbligu li jieħu passi f'każi bħal dawn għax huwa inaċċettabbli li ċerti kunsilli lokali saru jiddeċiedu huma fejn jagħmlu one-way jew fejn issir no-parking?", "Jista' jinformani x'passi qed jieħu d-direttorat f'dan il-każ?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat illi l-awtorita` dwar it-trasport ta' Malta għamlitha ċara kemm-il darba kemm ma' kunsill lokali individwali kif ukoll ma' l-assoċjazzjoni tal-kunsill lokali li kull miżura li tittieħed minn kunsilli fir-rigward ta' immaniġjar tat-traffiku jrid ikun hemm l- approvazzjoni ta' l-awtorita` dwar it-trasport ta' Malta.", "Id-direttorat għall-immaniġjar tat-traffiku se jieħu l-passi meħtiega biex jitneħħa n-no parking li qed jirriferi għalih l-Onor.", "Interpellant.", "TIĠRIJIET TAR-REGATTA - TQASSIM TA' VIP TAGS", "4434.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid x'inhi l-proċedura ta' kif jitqassmu VIP tags waqt it-tiġrijiet tar-regatta li jsiru f'Marzu u Settembru?", "Jista' jgħid ukoll min hu responsabbli għat-tqassim ta' dawn it-tags?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ninsab informat li parti sostanzjali mit-tags tar- regatta jiġu mqassma mill-għaqda regatta nazzjonali.", "Il-bqija jitqassmu mill-kumitat festi nazzjonali li jgħaddu dawn it-tags lil kull distrett li jkun qed jipparteċipa fir-regatta, li min-naħa tagħhom iqassmu lid- delegati, uffiċjali u qaddiefa.", "Jingħataw VIP tags ukoll lill-media lokali, VIPs li jikkonsistu f'ġurnalisti barranin, nies distinti oħra bħal sindki, kunsilliera, membri parlamentari, membri ta' l-għaqda regatta nazzjonali, il-kumitat festi nazzjonali, membri ta' kunsill Malti għall-isport, membri ta' kunsill Malti għall-kultura u arti kif ukoll membri tal-ġurija.", "Il-proċedura hija stabilita kull sena u talbiet ġodda wkoll jiġu kkonsidrati.", "TIĠRIJIET TAR-REGATTA - DOPE TESTING", "4435.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid għalfejn din is-sena ma kienx hemm ippjanat li jsir dope testing fuq il-qaddiefa tar-regatta, liema testijiet ilhom isiru għal ħafna snin?", "Jista' jgħid jekk ingħatatx informazzjoni lill-qaddiefa li ma kienx se jsir dan it-test?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ir-regolamenti tar-regatta jiġu maħruġa mill- kumitat festi nazzjonali li ilhom is-snin li stabilew il-fatt illi l- qaddiefa jkunu suġġetti għad-doping tests.", "Dan it-test isir jekk, meta u x'ħin jiddeċiedi l-kumitat festi nazzjonali u mhux neċessarjament li jsir kull sena.", "Il-qaddiefa li jiġu suġġetti għat-test jintgħażlu mill-kumitat festi nazzjonali u jintgħażlu permezz ta' polza u allura l-ebda qaddief ma' jkun jaf jekk hux se jkun suġġett għal dan it-test.", "VICTORIA : TRIQ BORG OLIVIER - ŻVILUPP", "4436.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 4220, jista' il- Ministru jgħid jekk il-kunsill lokali tar-Rabat irreġistrax oġġezzjoni għall-applikazzjoni PC 93/03?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Il-kunsill lokali rreġistra oġġezzjoni għall- applikazzjoni PC 93/03", "SKEJJEL - SKRIVANI KAŻWALI", "4437.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 4403, jista' il-Ministru jagħti d- dettalji mitluba fuq casual clerks?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li r-riżultat u l-ordni tal-mertu tas-sejħiet għal applikazzjonijiet maħruġa mid-diviżjoni ta' l-edukazzjoni għall-impieg ta' part-time clerks fl-iskejjel ta' l-istat u li ġew ippubblikati s-sena l- oħra, kellhom jibqgħu validi sa sentejn mid-data tal-pubblikazzjoni tar- riżultat finali.", "GĦalkemm l-impieg ta' part-time clerks fl-iskejjel ta' l-Istat hu ta' natura temporanja għax hu każwali, l-impieg ma jintemmx għeluq is-sena.", "Ir- riżultat u l-ordni tal-meritu ta' l-aħħar sejħa għall-applikazzjoni għall- ingaġġ tal-casual substitute clerks u liema sejħa kienet ippublikata fit-18 ta' Ottubru 2002, jibqa' validu sa sentejn mid-data tal-pubblikazzjoni tar- riżultat finali, it-28 ta' Jannar 2003.", "Il-casual substitute clerks huma mpjegati biex jissostitwixxu clerk li tkun/ikun b'leave fit-tul, bħal per eżempju fuq parental leave.", "L-impieg tal-casual substitute clerk jiġi mitmum meta dan ta' l-aħħar jidħol lura għax-xogħol,.", "ĠNEJNA: TAĦT L-IRDUM IMDAWWAR – BINI TA' KMAMAR ILLEGALI", "4438.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 4351, jista' il- Ministru jgħid jekk il-MEPA hix se tieħu passi mmedjati biex dawn il-kmamar illegali ġodda jitwaqqgħu?", "Jista' jgħid meta dan se jsir?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Ninsab informat li l-investigazzjonijiet min-naħa tal-MEPA ma waqfux hemm u issa ġie stabilit min huma t-tliet persuni responsabbli minn dan l-iżvilupp illegali.", "Inħarġu tliet avviżi biex tieqaf u tat-twettiq kontra l-persuni f' isimhom proprju (ECFs 104/04, 105/04, 140/04) u dawn ingħataw 16-il ġurnata żmien sabiex ineħħu l- iżvilupp illegali u jreġġgħu s-sit lura għall-istat oriġinali tiegħu skond il-liġi.", "KONTRIBUZZJONIJIET TA' L-ANZJANI", "4439.", "L-ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jirrispondi l- mistoqsija parlamentari 4114 li tirrigwarda l-kontribuzzjonijiet ta' l- anzjani għas-sena 2002?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tajt struzzjoni lid-dipartiment tas-sigurta' soċjali biex jivverifika l-kontribuzzjonijiet ta' l-anzjani miġbura fis-sena 2002 u l-ammonti mgħoddija lill-welfare committee, għalkemm l-Onor.", "Interpellant japprezza li tali eżerċizzju ta' verifika jinvolvi 'l fuq minn l,600 każ u għalhekk hu mistenni li jieħu ċertu żmien sabiex jitlesta.", "SIGURTA' SOĊJALI - ASSISTENTI SOĊJALI", "4440.", "L-ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Minisru jirrispondi l- mistoqsija parlamentari 3851 li tirrigwarda l-part-time social assistants?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tabella li turi l-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni fis-seduta.", "SKEJJEL - STIPENDJI", "4443.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid fl-ewwel term ta' din is-sena skolastika kemm kien il- ħlas li l-gvern ta fuq stipendji lill-istudenti tas-sixth form ta' l-istat, tal-knisja u dawk privati separatament?", "Dawn jinkludu wkoll l-istudenti li qed jattendu l-MCAST?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-ammonti li tħallsu fi stipendju dovuti għax-xhur ta' Ottubru, Novembru u Diċembru 2003 fis-settur post-sekondarju kienu dawn:", "|Skejjel |Lm427,779.| |ta' |87 | |l-Istat | | |MCAST | | | |179,726.43| |Skejjel | | |tal-Knisja|69,502.32 | |Skola | | |privata |6,968.97 |", "SKEJJEL – TNAQQIS FL-ISTIPENDJI", "4444.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' flus li tnaqqas lill-istudenti tas- sixth form u tal-MCAST fl-ewwel term ta' din is-sena skolastika għaliex ma attendewx regolarment?", "Kemm kien in-numru ta' studenti involuti u kemm kien mis-sixth forms ta' l-istat, tal-knisja u privati separatament?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-flus imnaqqsa minn stipendji ta' l- istudenti minħabba assenza mill-iskola u n-numru ta' studenti li tnaqqsilhom l-istipendju għal dan l-istess skop huma kif ġej:", "|Skejjel |Stude|Tnaqqis | | |nti |fl-istipendj| | | |i | |Ta' | |Lm14,158.64 | |l-Istat |737 | | |MCAST |1,159| | | | |12,423.03 | |Tal-Knis| | | |ja |76 |172.66 | |Skola | | | |privata |29 |87.03 |", "SIXTH FORM - STUDENTI", "4445.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid wara l-ewwel term ta' din is-sena skolastika u sa l-aħħar ta' Jannar 2004, kemm kien hemm studenti li kienu jattendu s-sixth form ta' l-istat, tal-knisja u dawk privati u issa ma komplewx bil-kors?", "Jista' jagħti l-figuri għall-iskejjel separatament?", "Kemm kienu qed jattendu għall- ewwel sena u kemm għat-tieni sena?", "Kemm kienu tfajliet?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif mitluba tpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni fis-seduta.", "SIXTH FORM - STUDENTI BARRANIN", "4446.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm studenti ta' nazzjonalita' barranija li qed jattendu s-sixth forms ta' l-istat, tal-knisja u dawk privati?", "Minn liema pajjiż huma?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif mitlub tpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni fis-seduta.", "EŻAMIJIET TAS-SEC U L-MATSEC", "4447.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid xi pjani hemm biex isir tibdil fl-eżamijiet tas-sec u l- matsec?", "X'konsultazzjonijiet qed isiru jew saru, skond il-każ?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Se jinħatar core group biex imexxi evalwazzjoni ta' l- eżamijiet tas-sec u tal-matsec.", "Din l-evalwazzjoni se tinvolvi l- għalliema, il-ġenituri, l-istituzzjonijiet ta' l-edukazzjoni ogħla u l- employers.", "L-evalwazzjoni għandha twassal għat-tibdil meħtieġ biex ikollna sistema ta' eżamijiet aħjar.", "SKEJJEL - STUDENTI BARRANIN", "4448.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' studenti barranin li bħalissa qed jattendu skejjel primarji u sekondarji?", "Kemm huma bniet?", "Kemm qed jattendu fi skejjel ta' l-istat, tal-knisja u privati?", "Kemm minnhom huma minn pajjiżi li huma diġa` membri jew se jsiru membri ta' l-Unjoni Ewropea fl-1 ta' Mejju?", "Ta' liema nazzjonalita` huma l-oħrajn?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Peress li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar mill- iskejjel, tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "CASSAR SHIPYARD - KAŻ TA' KUNTRABANDU", "4470.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Teknoloġija ta' l- Informazzjoni u Investiment: Jista' il-Ministru jgħid jekk persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, kienx investigat mill- awtoritajiet matul dawn l-aħħar 12-il xahar fuq kuntrabandu u każ simili ta' żejt u dan fejn hemm involuti wkoll Cassar Shipyards?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Napprezza jekk l-Onor.", "Interpellant jindika min huma l- awtoritajiet li għalihom qed jirriferi biex inkun nista' nagħmel l- investigazzjoni neċessarja.", "LOTTU PUBBLIKU - REVENUE", "4477.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jgħid x'kien ir-revenue ġenerat mil-lottery and gaming authority matul is-snin 2001, 2002 u 2003?", "Jista' jgħid x'kien ir-revenue ġenerat mill-casinos u mil-lottu pubbliku matul is-snin 2001, 2002 u 2003?", "X'kien il-kontribut ta' l-enti msemmija lill-fond konsolidat?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li r-revenue ġenerat mill-casinos u mil-lottu pubbliku matul is-snin 2001, 2002 u 2003 u li għadda fil-fond konsolidat kien kif hu indikat hawn taħt:", "| | | | | | |2001 |2002 |2003 | | | | | | |Casino|Lm2,620,|Lm3,354,|Lm3,658,| |s |876 |818 |938 | | | | | | |Pub. |7,065,70|6,495,98|7,159,27| |Lot. |4 |6 |2 |", "BANK ĊENTRALI – TNAQQIS FIL-PROFITTI", "4478.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jgħid għaliex il-forecast għas-sena d-dieħla mill-bank ċentrali huwa biss ta' Lm17 miljun, mentri s-sena l-oħra kien ta' Lm20 miljun?", "ONOR.", "JOHN DALLI: It-tnaqqis fil-profitti tal-bank ċentrali matul l-2003 jirriżulta primarjament miż-żieda qawwija li kien hemm fil-likwidita' fis- suq tal-flus lokali matul din is-sena li ħtieġet illi l-bank jassorbixxi ammont ferm akbar ta' depożiti mingħand il-banek lokali permezz ta' l- operazzjonijiet monetarji tiegħu ta' kull ġimgħa.", "Dan irriżultalu f'żieda sostanzjali ta' l-ispiża fuq imgħaxijiet li tħallsu lill-banek lokali u li kellha effett dirett fuq il-profitti finali.", "Min-naħa tad-dħul kien hemm nuqqas sostanzjali fir-rati ta' l-imgħaxijiet fis-swieq internazzjonali illi nnewtralizza l-effett pożittiv taż-żieda fir- riservi barranin.", "UNIVERSITA' - KORS TAL-LIĠI", "4479.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid x'inhuma l-kwalifiki rikjesti sabiex persuna tattendi kors tal-liġi?", "Senjatament jista' jgħid jekk għadx hemm bżonn l-\"A\" level tal-Malti?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li biex ikun irreġistrat fil-kors, kandidat għandu barra li jissodisfa l-kondizzjonijiet speċifikati fir-regolamenti għad-dħul ta' l-universita', jgħaddi f'żewġ suġġetti fil-livell avvanzat bi grad Ċ jew aħjar magħżula mill-Gruppi 1, 2, 3 jew fil-computing/information technology (Grupp 4) ta' l-eżami għaċ-ċertifikat tal-Matrikola.", "Subject Groups (Matriculation Certificate)", "An examination will be offered in each of the subjects as grouped below:", "Group 1: Maltese, Arabic, English, French, German*, Greek, Italian, Latin, Russian*, Spanish*", "Group 2: Accounting, Economics, Geography, History, Marketing, Philosphy, Religius Knowledge, Sociology", "Group 3: Applied Mathematics (Mechanics), biology, Chemistry, Environmental Science**, Physics, Pure Mathematics", "Group 4: Art, Computing, Engineering Drawing, Graphical Communication, Home Economics and Human Ecology*, Information Technology, Music", "* offered at advanced level only ** offered at intermediate level only.", "UNIVERSITA' - KORS TAL-LIĠI", "4480.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid għaliex il-kors tal-liġi mhux se jibqa' iwassal għal LL.D. imma għal LL.B.?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Jidher li l-Onor.", "Membru m'huwiex informat sew.", "Ġejt informat li l-kors tal-liġi huwa maqsum fi tnejn: wara l-ewwel tliet snin l- istudenti jiggradwaw bi grad ta' baċellerat - B.A. Legal Studies and Humanistic Studies.", "L-istudenti li daħlu din is-sena se jiggradwaw Bachelor of Laws - LL.B.", "Wara l-ewwel grad l-istudenti jgħaddu għal tliet snin studju oħra u wara l- ewwel sena jieħdu d-diploma nutarili u fl-aħħar tal-kors jiggradwaw LL.D", ".", "DĦUL MIL-LOTTU PUBBLIKU", "4481.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomiċi: B'riferenza għall-estimi finanzjarji għas-sena 2004 minn fejn jirriżulta li l-forecast għal din is-sena konċernanti dħul mil-lotteriji huwa ta' Lm24.7 miljun.", "Jista' il-Ministru jagħti breakdown dettaljat ta' din iċ-ċifra?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Minbarra l-fatt li mistenni jiġi ripetut l-istess livell ta' dħul ta' l-2003, ta' 'l fuq minn Lm12-il miljun, mistennija Lm8 miljun mil-liċenzja li ngħatat din il-gimgħa lill-operatur il-ġdid tal-lotteriji; Lm1.5 miljun dħul aktar minn sorsi eżistenti, inkluż il-betting offices operations u casino charges paragunat ma' l-istess livell ta' żieda fid- dħul bejn l-2002 u l-2003; u Lm3 miljun minn attivitajiet ġodda li s'issa ma kienux qed jiġu ndirizzati.", "DĦUL MILL-VAT", "4482.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jgħid għaliex il-forecast mill-VAT għas-sena 2004 huwa biss ta' Lm140.53 miljun, ossia żieda ta' Lm9.5 miljun fuq il- forecast tas-sena l-oħra?", "Japprezza li jekk l-ekonomija tibqa' kif inhi u nżidu l-introjtu bi 3%, l-introjtu għandu jkun ta' Lm156 miljun?", "Għaliex il-forecast huwa ta' Lm16 miljun inqas?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Iż-żieda ta' 3% VAT tibda tiġi riflessa fid-dħul tad- dipartiment bejn wieħed u ieħor mid-denunzja li l-perjodu tagħha jagħlaq fil-31 ta' Jannar u li allura għandha tintbagħat sal-15 ta' Marzu 2004.", "Barra minn hekk, bħalma għidt bosta drabi u spjegajt fid-diskors tal- budget, mill-1 ta' Mejju 2004 il-VAT fuq oġġetti mixtrija minn pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropea mhux se tibqa' titħallas fid-dwana iżda meta jinbiegħu l-oġġetti lill-konsumatur f'Malta.", "GĦalhekk se jkun hemm ittardjar ta' ħlas bil-Vat fis-sena 2004, li parti minnha tinġabar u tgħaddi lid-dipartiment fis-sena ta' wara."]} {"filename": "20041122_191d_par.doc", "date": "2004-11-22", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Uffiċjali u Rivedut) L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 191 It-Tnejn, 22 ta' Novembru, 2004 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 191 It-Tnejn, 22 ta' Novembru, 2004", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.01 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "191", "It-Tnejn, 22 ta' Novembru, 2004", "WERREJ", "MINUTI 520", "INFORMAZZJONI 520", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 520", "TQEGĦID TA' KARTI 528", "MOZZJONIJIET", "ESTIMI TA' DĦUL U NFIQ TA' L-AWTORITA` GĦAS-SAĦĦA U S-SIGURTA` FUQ IL-POST", "TAX-XOGĦOL GĦAS-SENA 2004-2005.", "530", "AĠĠORNAMENT 555", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 560", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 190 li saret fit-18 ta' Novembru, 2004 ġew konfermati.", "INFORMAZZJONI", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): Ninforma lill-Kamra li s-Sedja kienet irċeviet performance audit report imħejji mill-uffiċċju nazzjonali tal- verifika.", "Għalhekk se nqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Rapport dwar Performance Audit - Inventory Strategy and Distribution of Pharmaceutical Products – Health Division, imħejji mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "TAX COMPLIANCE UNIT - KONSULENTI", "8509.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Michael Farrugia) staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jgħid fuq liema bażi jsir il-ħlas tal-konsulenti fit-tax compliance unit?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA (Ministru tal-Familja u tas-Solidarjeta` Soċjali) (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant illi t-tax compliance unit ma tużax servizzi ta' konsulenti.", "EMIGRANTI MALTIN - PENSJONANTI", "8677.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Chris Agius) staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi l- proċedura rigward taxxa tad-dħul għall-pensjonanti Maltin li jkunu emigraw u ħadmu dejjem barra pajjiżna u llum irritornaw biex jirtiraw f'art twelidhom?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA ( f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi): Pensjonant imwieled Malta li kien emigra u mbagħad reġa' irritorna Malta jista' jagħżel li jiġi ntaxxat fuq id-dħul mill-pensjoni jew bir-rati normali tat-taxxa jew taħt skema speċjali applikabbli għall- emigranti li ġew lura.", "Din l-iskema tistabbilixxi rati kif muri aktar 'l isfel u tagħmel ċerti kondizzjonijiet.", "Ir-rati huma dawn:", "Individwu miżżewweġ: L-ewwel Lm2500 - Xejn.", "Minn Lm2,501 'il fuq - 15%", "Individwu ieħor l-ewwel Lm1,800 - Xejn; Minn Lm1,801 'l fuq - 15%", "Iżda t-taxxa minima tkun ta' Lm1000 fis-sena.", "Il-kundizzjonijiet jinkludu li l-individwu: Ikun reġa' ġie residenti Malta wara l-1 ta' Jannar, 1988; Ikun għamel perijodu totali ta' 20 sena barra; Jiġi ntaxxat bir-rati normali jekk ikollu dħul ieħor minn negozju jew impjieg f'Malta.", "Jekk dan il-pensjonant ikollu dħul ieħor minn barra li qiegħed jiġi ntaxxat barra, jista' jitlob ħelsien mit-taxxa doppja.", "SERVIZZ ĊIVILI - ĦADDIEMA", "8897.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Charles Mangion) staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Peress li ntqal diversi drabi li l-gvern għandu impjegati żejda miegħu, jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' dawn l-impjegati?", "Xi grad qegħdin?", "X'inhi l-iskala tas-salarju tagħhom?", "Kemm hu stmat li jkun hemm natural wastage f'dawn it-tliet snin li ġejjin?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Minħabba li x-xogħol jinbidel u ma jeżistix complement fiss li miegħu tista' tkejjel għandekx impjegati żejda jew nieqsa, mhux possibbli li tingħata tweġiba definittiva għall-ewwel parti tal-mistoqsija.", "Dwar natural wastage, ninsab informat illi fit-tliet snin li ġejjin se jirtiraw bl-età 2,099 impjegat, minbarra li hemm xi 1,000 impjegat ieħor li huwa stmat li jistgħu jispiċċaw għal raġunijiet oħra.", "CRUISE LINERS - CRUISES", "7183.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA (f'isem l-Onor.", "Jason Azzopardi) staqsa lill- Ministru għall-Kompetittivita` u l-Komunikazzjoni: Jista' l-ministru jgħid kemm-il cruise beda minn Malta u spiċċa Malta fis-snin 2002, 2003 u din is- sena sal-lum?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA (f'isem il-Ministru għall-Kompetittivita` u l- Komunikazzjoni): Jien informat li n-numru ta' cruise liners li oriġinaw minn Malta bejn is-snin 2002 u 2004 huma dawn:", "Sena 2002 73 Sena 2003 54 Sena 2004 48 (Jannar - Ottubru)", "TOROQ", "7184.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-ministru jikkonferma, jispjega jew jiċħad dak li ntqal f'rapport li deher f'\"The Malta Independent on Sunday\" tal-15 ta' Awissu, 2004 li fil-bini ta' toroq ġodda li qegħdin isiru bħalissa d-diversi servizzi għadhom qegħdin jiġu mgħoddija f'ducts separati u mhux f'wieħed ċentrali taħt l-istess toroq?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT (Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq): Jien informat illi l-awtorita` dwar it-trasport bdiet taddotta sistema ġdida ta' standards u specifications għad-disinn u kostruzzjoni ta' toroq ġodda.", "Għal dan il-għan ġew imħarrġa l-kuntratturi u l-entitajiet kollha sabiex ix- xogħol fit-toroq isir b'mod iktar professjonali.", "Jien informat illi saru diversi laqgħat ma' l-utilities biex jiġi assigurat illi s-servizzi jitqiegħdu kollha f'service duct wieħed biex jiġi evitat tħaffir bla bżonn f'każ ta' ħsarat.", "Ġie deċiż li jsir common service duct kif ukoll ġie stabbilit li concrete ducts jiġu utilizzati fi tliet lots tal- protokoll ma' l-Italja għall-kuntrarju ta' kif intqal fl-artiklu ta' \"The Malta Independent on Sunday\" li qed jagħmel riferenza għalih l-Onor.", "Interpellant.", "Niġbed l-attenzjoni ta' l-Onor.", "Interpellant ukoll li kuntrarjament ta' kif intqal f'dan l-artiklu, it-toroq kollha li qed isiru fil-preżent qed isiru kollha taħt ir-regolamenti u speċifikazzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea fejn apparti li t-toroq huma mistennija li jdumu ta' l-inqas 25 sena, jinqala' l- wiċċ eżistenti u jingħata wiċċ ġdid biex kemm jista' jkun jiġi evitat kull inkonvenjent iktar 'il quddiem.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, nixtieq nirriferi speċifikament għal Triq Lorry Sant fil-Fgura li l-bini tagħha huwa lest, il-kuntratt tad-drenaġġ ħareġ u ħadd ma jaf meta se ssir il-connection tiegħu.", "Allura jista' l- ministru jgħid x'inhi l-policy f'dan ir-rigward?", "MR SPEAKER: Il-ministru.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Mr Speaker, ix-xogħol tad-drenaġġ ma jaqax taħt ir-responsabilita` tiegħi.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jien nixtieq inkun naf biss x'inhi l-policy u jekk hemmx koordinazzjoni bejn il-ministeru tiegħu u diversi oqsma oħra.", "MR SPEAKER: Il-ministru.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Mr Speaker, dan jiddependi minn min ikun qed joħroġ it-tender.", "Ġieli jkun hemm xogħlijiet fejn it-tender tad-drainage toħroġ mill-water services corporation.", "F'dak il-każ id-direttorat tat- toroq ikollu joqgħod jistenna sakemm jitlestew tali xogħlijiet.", "Jekk ikun hemm ftehim mod ieħor u x-xogħol ikun inkorporat f'xogħol sħiħ ta' dik it- triq, hemmhekk it-tender toħroġ b'mod kompluta.", "Ovvjament hemm prijoritajiet oħrajn li wieħed irid jistabbilixxi meta jsir xogħol fuq it- toroq.", "Kif għedt fil-pubbliku, bħalissa f'Malta hawn madwar 600 triq residenzjali li jridu jsiru u fost il-kriterji li jeżistu, il-prijorita' qed tingħata lil dawk it-toroq li ilu li sar ix-xogħol fuqhom.", "PAJJIŻI MHUX MEMBRI TAL-UE - XIRI TA' LAĦAM TAĊ-ĊANGA", "7185.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent: Jista' il-Ministru jispjega jekk Malta talbietx l-Unjoni Ewropea xi konċessjoni partikolari dwar żieda ta' quotas ta' xiri ta' ċanga minn pajjiżi mhux membri ta' l-Unjoni Ewropea matul dawn l-aħħar ftit ġimgħat?", "X'kien l-eżitu u x'se jfisser f'termini prattiċi għall-konsumatur Malti u l-bejjiegħ tal-laħam?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru tar-Riżorsi u l-Infrastruttura) (f'isem il- Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent): Ninsab informat li l-ewwel kwota li ingħatat mill-Unjoni Ewropea kienet ta' 3.6% ta' dak l-ammont ta' ċanga li tkun ġejja minn pajjiżi mhux membri ta' l-Unjoni Ewropea li l- importaturi Maltin u Ewropej applikaw għalih.", "Wara diversi laqgħat relatati maċ-ċanga u b'intervent tal-ministeru għall- affarijiet rurali u l-ambjent, din il-figura telgħet għal 14.9%.", "F'termini prattiċi dan ifisser li l-konsumatur se jibbenefika minn prezzijiet aħjar.", "MARSA - TRIQ IT-TIĠRIJA", "7186.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Fil-kontest tal-prioritajiet tad-dipartiment tat-toroq, jista' l- ministru jara li Triq it-Tiġrija, fil-Marsa tiġi asfaltata minħabba l-istat ħażin tagħha?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Jien informat illi x-xogħol fit-triq imsemmija jsir aktar 'il quddiem skond il-prijoritajiet li jkollu quddiemu d- direttorat.", "MARSA - TRIQ BAJADA", "7187.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Fil-kontest tal-prijoritajiet tad-dipartiment tat-toroq, jista' l- ministru jara li Triq Bajada, fil-Marsa tiġi asfaltata minħabba l-istat ħażin tagħha?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Jien informat illi d-direttorat lesta x-xogħol preparatorju sabiex tkun tista' ssir Triq Bajada u x-xogħol fiha hu mistenni jsir iktar 'il quddiem skond il-prijoritajiet li jkollu quddiemu d- direttorat.", "AWTORITA` MALTIJA TAR-RIŻORSI - ALTERNATIVE ENERGY SOURCES", "7188.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru tar-Riżorsi u l- Infrastruttura: Jista' l-ministru jgħid jekk u meta l-awtorita` Maltija tar- riżorsi applikat għal xi forma ta' għajnuna mill-Unjoni Ewropea, inkluż fondi, sabiex tistħarreġ il-vijabilita` ta' alternative energy sources f'Malta u Għawdex, inkluż għal proġetti jew studji rilevanti?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Jien informat li f'Settembru 2002, l-awtorita` Maltija tar-riżorsi applikat għal fondi mill-Unjoni Ewropea sabiex tistħarreġ il-vijabilita` ta' alternative energy sources f'Malta u Għawdex pero' din it-talba ma gietx milqugħa.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jista' l-ministru jgħid x'kienet ir-raġuni għalfejn din it-talba ma ġietx milqugħa?", "MR SPEAKER: Il-ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, m'għandix din l-informazzjoni quddiemi pero' nwiegħdu li għada nagħtih risposta.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, il-ministru kien imissu ġieħ f'moħħu li kienet se ssirlu domanda supplimentari f'dan ir-rigward u allura ma nistax nifhem kif m'għandux informazzjoni addizzjonali.", "Jiddispjaċini imma jekk ma ningħatawx l-informazzjoni li nkunu qed nitolbu, ma nafx għalfejn isir il-ħin tal-mistoqsijiet.", "MR SPEAKER: Il-ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, li nista' ngħidlu hu li l-informazzjoni kollha nġibhielu sa għada filgħaxija.", "Aktar minn hekk ma nistax nagħmel.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, jien nistenna li s-Sedja tipproteġini.", "Ma naħsibx li għandna nibqgħu għaddejjin qisu m'hu qed jiġri xejn f'ħaġa mportanti daqshekk għax allura l-question time ma nafx għalfejn qed isir.", "MR SPEAKER: Onor. Mizzi, meta nagħti ċ-ċans li jsiru l-mistoqsijiet supplimentari ukoll qed nagħti xi forma ta' protezzjoni.", "(Interruzzjonijiet) Ippermettili ftit.", "Naturalment jien ħadt nota ta' dan u l-ministru qed jgħid li din l-informazzjoni se jgħaddihielek għada stess.", "ŻEJTUN - GĦASSA TAL-PULIZIJA", "8549.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern: Jista' l-viċi prim ministru jgħid kemm suppost hemm karozzi għad-dispożizzjoni ta' l-għassa tal-pulizija taż-Żejtun?", "Jikkonferma li minn xi żmien ilu sal-preżent din l-istess għassa tinsab b'karozza anqas?", "X'inhi r-raġuni għal dan u meta se tiġi rimedjata din is-sitwazzjoni?", "ONOR.", "TONIO BORG (Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l- Intern): Ninsab informat illi d-distrett tal-pulizija numru 5 li jinkludi ż- Żejtun, fil-preżent hemm assenjati tliet karozzi.", "Kien hemm ukoll karozza oħra pero' din kienet involuta f'inċident tat-traffiku bil-konsegwenza li ġarrbet ħsarat kbar.", "Dwar dan, il-pulizija tad-distrett taż-Żejtun qed isegwu l-każ sabiex il-ħsara tkun imsewwija permezz tal-kumpannija ta' l- assigurazzjoni tal-parti l-oħra li kkawżat l-inċident.", "Ma' dawn il-vetturi hemm ukoll numru ta' vetturi mill-iskwadra tal-mobile sabiex jassistu lill-pulizija tad-distrett f'każ ta' ħtieġa.", "Ta' min iżid ukoll li fil-korp tal-pulizija kontinwament għaddej proċess ta' xiri ta' vetturi sabiex kemm jista' jkun il-bżonnijiet ta' trasport ikunu moqdija.", "CULTURAL AGREEMENTS", "8550.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin: Jista' l-ministru jgħid ma' liema pajjiżi Malta għandha cultural agreements u meta saru jew ġew imġedda skond il-każ?", "Min hu responsabbli minn dawn il-cultural agreements?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għall-Kompetittivita` u l-Komunikazzjoni) (f'isem il-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin): Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra lista ta' pajjiżi li Malta għandha ftehim ta' kooperazzjoni magħhom fl-oqsma tal-kultura, edukazzjoni u xjenza.", "Il-ministeru ta' l- affarijiet barranin huwa responsabbli għan-negozjar ta' dan il-ftehim filwaqt li l-ministeru tal-kultura huwa responsabbli għall-eżekuzzjoni tagħhom.", "ORKESTRA NAZZJONALI - CHAIRMAN TAL-BORD", "8584.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' l-ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li Dr. Mario Tabone Vassallo rriżenja minn chairman tal-bord ta' l-orkestra nazzjonali?", "Il-ministru jikkonferma dak li ġie rapportat fil-gazzetti, b'mod partikolari f' \"The Malta Independent on Sunday\" u f'\"Malta Today\" ta' l-10 ta' Ottubru, 2004?", "Jista' jpoġġi kopja ta' l-ittra tar-riżenja fuq il-mejda tal-Kamra?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (f'isem il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura): Ninsab informat li Dr. Mario Tabone Vassallo ma ta l-ebda raġuni għar-riżenja tiegħu minn chairman tal-bord ta' l-orkestra nazzjonali.", "Qed inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra kopja ta' l-ittra ta' riżenja ta' Dr Mario Tabone Vassallo.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jista' l-ministru jikkonferma jekk huwiex minnu li kien hemm persuna li ġiet impjegata bħala chief executive officer ma' l-orkestra nazzjonali u mbagħad wara xahar temmet l-impjieg tagħha u ġiet trasferita f'ministeru?", "MR SPEAKER: Il-ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, jien m'għandix din l-informazzjoni quddiemi u għaldaqstant nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel mistoqsija bil-miktub ħalli nkun nista' nġiblu l-informazzjoni.", "SPTAR SAN LUQA - INFEZZJONI TA' L-MRSA", "8586.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunita`: Jista' l-ministru jgħid kemm ilu limitat biss għal trawma u operazzjonijiet minuri minħabba l-infection ta' l-MRSA t-teatru ta' l-ortopedija?", "Jista' jgħid ukoll jekk hux l-istaff kollu ġie ttestjat minħabba din l-infection?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (f'isem il-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil- Komunita`): L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant tingħata f'xi seduta oħra.", "SENA EWROPEA TA' L-EDUKAZZJONI BL-ISPORT - ATTIVITAJIET", "8588.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impieg: Jista' l-ministru jgħid x'kienu l- attivitajiet li ġew organizzati matul din is-sena fl-okkażjoni tas-sena Ewropea ta' l-Edukazzjoni bl-Isport?", "Jista' jgħid ukoll min ħa ħsieb li jorganizza dawn l-attivitajiet, meta u fejn saru?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjieg): Jien informat li ġew organizzati diversi attivitajiet biex ifakkru s-sena Ewropea ta' l-Edukazzjoni bl-Isport fosthom seminar ta' ġimgħa bit-tema \"Move Your Body, Stretch Your Mind\", esibizzjonijiet u avvenimenti fi skejjel diversi.", "Is-seminar sar fil-curriculum centre, f'Santa Venera bejn id-19 u t-23 ta' April.", "L-attivitajiet l-oħra li saru mill-iskejjel saru matul is-sena skolastika 2003/2004.", "Informat ukoll li ġie mwaqqaf bord apposta biex jieħu ħsieb dawn l-attivitajiet.", "POSTIJIET TAD-DIVERTIMENT", "8595.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern: Jista' l-viċi prim ministru jgħid kemm u liema kienu l-ħwienet tax-xorb u postijiet tad- divertiment li ngħalqu wara deċiżjoni tal-qorti minħabba li ħallew persuni taħt is-16-il sena jidħlu fihom u jbigħu prodotti alkoħoliċi lil persuni taħt is-16–il sena?", "Jista' jagħti l-informazzjoni mitluba mis-sena 2000 'il quddiem, sena b'sena?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li matul il-perijodu indikat ma kienx hemm każijiet fejn il-qorti ordnat is-sospensjoni tal-liċenzji kif imsemmi mill-Onor.", "Interpellant.", "AWTORITA` TAD-DJAR - SKEMI", "8819.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Stefan Buontempo) staqsa lill- Ministru tal-Familja u tas-Solidarjeta` Soċjali: Tista' l-ministru tgħid liema huma l-iskemi li għandha l-awtorita` tad-djar?", "F'liema sena twaqqfet kull skema?", "Liema skemi ma baqgħux jiffunzjonaw din is-sena u għaliex?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Ninsab informata li t-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.", "SKEMI", "8820.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Stefan Buontempo) staqsa lill- Ministru tal-Familja u tas-Solidarjeta` Soċjali: Tista' l-ministru tgħid kemm kienu vvotati flus għal kull skema din is-sena u kemm intnefqu?", "Kemm applikaw għal kull skema u liema skema?", "Kemm ibbenefikaw għal kull skema u liema skema?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Skond l-estimi ta' l-awtorita` tad-djar għas- sena finanzjarja 2003/2004 l-awtorita` allokat is-somma ta' Lm800,000 għal sussidju u għotjiet għal diversi skemi u inizjattivi.", "Ninsab informata wkoll li l-ammonti minfuqa fuq kull skema u inizjattiva huma kif jidhru fit- tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.", "Dwar l-informazzjoni mitluba fil-kumplament tal-mistoqsija nirriferi lill- Onor. Interpellant għat-tweġiba li jien tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 8868.", "AWTORITA` TAD-DJAR - IMPJEGATI", "8821.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Stefan Buontempo) staqsa lill- Ministru tal-Familja u tas-Solidarjeta` Soċjali: Tista' l-ministru tgħid kemm hemm impjegati ma' l-awtorita` tad-djar?", "Kemm minnhom daħlu din is- sena?", "Saret sejħa ta' applikazzjonijiet?", "Kif intgħażlu l-impjegati l- ġodda?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Ninsab informata li preżentement l-awtorita` tad- djar għandha 82 impjegat li ħamsa minnhom huma part-timers.", "Ninsab informata wkoll li din is-sena l-awtorita` mpjegat żewġ ħaddiema ġodda wara talba lill-MIMCOL u lill-ETC.", "AWTORITA` TAD-DJAR - CUSTOMER CARE", "8822.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Stefan Buontempo) staqsa lill- Ministru tal-Familja u tas-Solidarjeta` Soċjali: Tista' l-ministru tgħid kemm persuni għamlu użu mis-servizz tal-customer care ta' l-awtorita` tad- djar fis-snin 2000, 2001, 2002, 2003 u 2004?", "Kemm hemm impjegati fil-unit tal-customer care?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Ninsab informata li fit-taqsima tal-customer care ta' l-awtorita` tad-djar hemm seba' mpjegati.", "Ninsab informata wkoll li t-tagħrif mitlub fl-ewwel parti tal-mistoqsija hu kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.", "AĠENZIJA AĊĊESS - CUSTOMER CARE", "8823.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Stefan Buontempo) staqsa lill- Ministru tal-Familja u tas-Solidarjeta` Soċjali: Tista' l-ministru tgħid kemm għamlu użu mis-servizz tal-customer care ta' l-aġenzija AĊĊESS fil- Birgu?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Mr Speaker, nixtieq nippreċiża li AĊĊESS m'hijiex aġenzija iżda kumpless fil-Kottonera li joffri diversi servizzi provduti minn diversi dipartimenti u entitajiet, inkluż uħud li ma jaqgħux taħt ir-responsabilita` tal-ministeru tiegħi.", "Ninsab informata li ma tinżammx statistika dwar in-numru ta' persuni li jagħmlu użu minn dan il- kumpless.", "CUSTOMER CARE BRANCHES", "8824.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Stefan Buontempo) staqsa lill- Ministru tal-Familja u tas-Solidarjeta` Soċjali: Tista' l-ministru tgħid fejn huma l-branches tas-servizz ta' customer care?", "Meta nfetħu?", "Kemm hemm impjegati f'kull branch?", "Kemm għamlu użu mis-servizz f'dawn il- branches?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Ninsab informata li t-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant hu kif jidher fit-tabella li qed inqiegħed fuq il-mejda tal- Kamra.", "Dan it-tagħrif ma jinkludix dawk id-dipartimenti jew entitajiet li m'għandhomx taqsima jew desks speċifiċi għall-customer care.", "STRAY CATS", "8834.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent: Jista' l-ministru jgħid x'inhi l-policy in ġenerali tal-gvern fir-rigward ta' stray cats meta dawn ikunu qed jingħataw l-attenzjoni u l-kura kollha meħtieġa minn individwi jew assoċjazzjonijiet volontarji?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l- Ambjent): Ninsab informat li fil-preżent m'hemm l-ebda liġi li tagħmel differenza bejn stray cats u owned stray cats u lanqas hemm xi policy speċjali.", "Fil-mument l-animal welfare council qiegħed jipprepara policy document dwar il-kontroll ta' l-istray animals jew owned stray animals.", "Għar-rigward ta' owned stray animals hija r-responsabilita` ta' dawk li jieħdu ħsiebhom li jwettqu dak kollu neċessarju biex dawn l-annimali jkunu mħarsa u ma jkunux ta' inkonvenjent għall-pubbliku jew għal annimali oħrajn.", "ENVIRONMENTAL LANDSCAPES CONSORTIUM - ĠONNA TA' SAN ANTON", "8835.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent: Jista' l-ministru jgħid jekk l- environmental landscapes consortium kellux l-awtorita` neċessarja sabiex jiddeċiedi li għandhom jitneħħew il-qtates li kienu jgħixu fil-ġonna pubbliċi ta' San Anton?", "Jekk fl-affermattiv, minn fejn ħarġet din is- setgħa?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l- Ambjent): Ninsab informat li sfortunatament l-environmental landscapes consortium ma talabx awtorita` sabiex jieħu f'idejh ir-responsabilita` tal- qtates li jiġġerrew barra.", "Malli l-monitoring unit sar jaf b'dan iċ-ċaqliq tal-qtates minn San Anton għall-Wied Inċita mill-ewwel ngħatat l-ordni mill- monitoring unit sabiex dan iċ-ċaqliq jieqaf.", "KUNSILL GĦAT-TRATTAMENT XIERAQ TA' L-ANNIMALI", "8836.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent: Jista' l-ministru jinformana jekk kienx involut il-kunsill għat-trattament xieraq ta' l-annimali meta nqabdu u tneħħew il-qtates minn San Anton?", "Jekk fin-negattiv, jista' jgħid għaliex dan il-kunsill ma kienx involut?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l- Ambjent): Ninsab informat li ċ-ċaqliq tal-qtates minn San Anton ma sarx mill-gvern.", "La l-kunsill għat-trattament xieraq ta' l-annimali u lanqas id- dipartiment tas-saħħa ta' l-annimali u ħarsien xieraq ma kienu involuti.", "Għalhekk il-kunsill imsemmi ma setax ikun involut.", "Din kienet azzjoni unilaterali u diġa` ttieħdu passi biex ma tiġix ripetuta minn individwi jew minn xi entita`.", "SAN ANTON - QTATES", "8837.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent: Jista' l-ministru jinformana x'metodi ntużaw u x'apparat ġie utilizzat sabiex inqabdu l-qtates u nġarrew minn San Anton għal Wied Inċita?", "Minn fejn inġieb jew inxtara dan l-apparat?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l- Ambjent): Ninsab informat li l-gvern ma xtara u ma uża l-ebda apparat biex jinġarrew il-qtates, peress li dawn m'humiex fuq l-inventarju tal-gvern.", "Jien informat li l-ELC, l-environmental landscapes consortium, spjega lill- monitoring unit li nxtraw u ntużaw numru ta' carry cases apposta għall-ġarr ta' l-annimali.", "Dawn il-cases inxtraw mill-ELC u l-ispejjeż inħarġu mill- konsorzju stess.", "SAN ANTON - QTATES", "8838.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent: Jista' l-ministru jinformana min kienet dik il-persuna nkarigata mid-dipartiment responsabbli mill-mezzi u l- modi ta' kif inqabdu u nġarrew il-qtates minn San Anton?", "Xi kwalifiki kellha din il-persuna f'dan ir-rigward u x'metodu wżat?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l- Ambjent): Il-gvern ma kellu l-ebda inkarigu li jqabbad xi dipartiment iġorr il-qtates.", "WIED INĊITA - QTATES", "8839.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent: Jista' l-ministru jgħid minn fejn qed jiġu l-fondi li hemm bżonn biex jinxtara l-ikel għall-qtates li issa qegħdin Wied Inċita?", "Mingħand liema supplier qed jinxtara l-ikel?", "Kif intgħażel is-supplier?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l- Ambjent): Ninsab informat li l-ispejjeż għall-ikel, il-kura u l- manteniment tal-qtates qegħdin jinħarġu mill-environmental landscapes consortium li ħa dawn il-qtates taħt ir-responsabilita` tiegħu.", "M'hu qed isir l-ebda kumpens mill-gvern għal dawn l-ispejjeż li daħal għalihom l- ELC.", "KOMPETITTIVITA` U KOMUNIKAZZJONI - MOBILE PHONES", "8921.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Charles Mangion) staqsa lill- Ministru għall-Kompetittivita` u Komunikazzjoni: Jista' l-ministru jgħid kemm hu l-ammont ta' flus li tħallsu fuq kontijiet ta' mobile phones bejn Jannar 2003 u Ottubru 2004 lill-impjegati fis-segretarjat privat tiegħu?", "Min huma l-impjegati li huma ntitolati għal mobile phone fl-istess segretarjat?", "Xi grad huma?", "Kemm kienet l-ispiża għal kull mobile phone bejn Jannar 2003 u Ottubru 2004?", "ONOR.", "TONIO BORG (f'isem il-Ministru għall-Kompetittivita` u l- Komunikazzjoni): L-użu ta' mobile telephones fis-segretarjati privati tal- ministri u tas-segretarji parlamentari huwa regolat minn guidelines, approvati mill-Kabinett, dwar l-ingaġġ ta' mpjegati f'dawn is-segretarjati.", "Dawn il-guidelines jipprovdu li l-kap tas-segretarjat, is-segretarju privat, l-assistent segretarju privat u l-communications coordinator huma intitolati għall-użu tal-mobile telephone.", "F'ċerti każijiet jistgħu jkunu ntitolati wkoll impjegati fil-grad ta' messaġġier kif ukoll xufiera tal- ministru jew tas-segretarju parlamentari.", "L-ammont totali ta' flus li tħallsu fuq mobile telephones użati minn membri tas-segretarjat tiegħi bejn Jannar 2003 u Ottubru 2004 kien ta' Lm4,228.", "Ma naħsibx li huwa l-każ li tingħata wkoll informazzjoni dwar l-ispiża għal kull mobile telephone.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' karti.", "TQEGĦID TA' KARTI", "MR SPEAKER: Il-Ministru Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Żewġ rapporti dwar l-Effiċjenza tal-Kunsilli Lokali għall-perijodu bejn Awissu u Novembru 2003 u bejn Diċembru 2003 u Marzu 2004;", "Analiżi ta' kawżi deċiżi bejn Jannar u Ottubru 2004, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 9088;", "Tagħrif dwar reati kriminali rapportati li twettqu fil-Ħamrun, Santa Venera, Valletta, Floriana, Marsa, Pieta`/Guardamangia, Qormi, Luqa u Kirkop bejn l-1999 u Ottubru 2004, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 9149; u", "f'isem il-prim ministru u ministru tal-finanzi, inqiegħed fuq il-mejda tal- Kamra:", "Tagħrif dwar tibdil f'miżati/tariffi li sar minn dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Prim Ministru bejn April 2003 u l-2004, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 9238.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Louis Galea.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Financial Statements ta' l-Awotrita` dwar is-Saħħa u s-Sigurta` fuq il- Post tax-Xogħol għall-perijodu bejn l-1 ta' Ottubru 2003 u t-30 ta' Settembru 2004; u", "Tabella li turi l-għadd ta' persuni jirreġistraw għax-xogħol bejn Jannar u Settembru 2004 maqsuma skond id-diversi lokalitajiet, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 9126.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Louis Deguara.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunita`): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tabella li tagħti tagħrif dwar kunsilli lokali li wieġbu għas-sejħa ta' l-Immunisation Unit fl-2004 biex jagħtu tilqim lill-anzjani kontra l-influwenza, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 9146;", "Tagħrif dwar il-ġranet u l-ħinijiet tal-ftuħ tal-bereġ fil-Ħamrun, Santa Venera, Valletta, Marsa, Luqa u Kirkop, flimkien ma' l-għadd ta' pazjenti li attendew f'kull berġa bejn l-1999 u Settembru 2004, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 9148; u", "f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent, inqiegħed fuq il- mejda tal-Kamra:", "Rapport Annwali ta' l-Awtorita` ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għas-sena finanzjarja li għalqet fit-30 ta' Settembru 2004 u estimi tad-dħul u nfiq ta' l-istess Awtorita` għas-sena 2004-2005.", "MR SPEAKER: Il-Ministru Ninu Zammit.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Sur President, f'isem il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Audited Accounts tal-Fondazzjoni Ċentru għall-Kreattivita` (St James Cavalier) għas-sena li għalqet fil-31 ta' Diċembru 2003.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Jesmond Mugliett.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal- Kamra:", "Tagħrif dwar toroq residenzjali li nbnew mill-Awtorita` dwar it- Trasport u toroq li tlestew mill-kunsilli lokali bi ftehim ma' l- istess Awtorita` matul l-2004, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 9081; u", "Tagħrif dwar tibdil f'tariffi/miżati li sar minn dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq bejn April 2003 u l-2004, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 9237.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet.", "MOZZJONIJIET", "ESTIMI TA' DĦUL U NFIQ TA' L-AWTORITA` GĦAS-SAĦĦA U S-SIGURTA` FUQ IL-POST TAX-XOGĦOL GĦAS-SENA 2004-2005.", "MR SPEAKER: Il-Ministru Louis Galea.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, nipproponi:", "Illi l-Kamra tapprova l-Estimi ta' Dħul u Nfiq ta' l-Awtorita` għas- Saħħa u s-Sigurta` fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena finanzjarja mill-1 ta' Ottubru 2004 sat-30 ta' Settembru 2005 skond l-Att dwar l- Awtorita` għas-Saħħa u s-Sigurta` fuq il-Post tax-Xogħol, Kap 424.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Infakkar lill-Kamra li d-diskussjoni dwar din il-mozzjoni għandha tieħu seduta waħda, bil-ħin jinqasam indaqs bejn il-kelliema tal- gvern u l-kelliema ta' l-oppożizzjoni, bl-introduzzjoni u l-winding up isiru min-naħa tal-gvern.", "Hawn rimarki?", "Il-Ministru Louis Galea.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, għas-sena finanzjarja ta' l-awtorita` għas-saħħa u s-sigurta` fuq il-post tax-xogħol, li bdiet fl-1 ta' Ottubru 2004 u li tagħlaq fl-aħħar ta' Settembru 2005, kif titlob il-liġi relattiva, qegħdin nipproponu nefqa ta' Lm478,898.", "Parti sostanzjali minn din in-nefqa se tmur f'salarji ta' l-impjegati u l-uffiċjali ta' l- awtorita` li wara kollox huma l-għodda prinċipali li bihom trid taħdem l- awtorita` Huwa tajjeb li wieħed jinnota li l-ispiża operattiva ta' din l- awtorita` hija ta' Lm61,000, jiġifieri Lm30,000 inqas minn dik tas-sena li għaddiet.", "Dan huwa l-frott ta' ċerta ħidma biex kemm jista' jkun, in-nefqa fuq affarijiet operattivi tkun kemm jista' jkun kontenuta.", "Imbagħad l-awtorita` se tagħmel nefqa ta' kważi Lm180,000 f'dik li hi transition facility għas-sena li qegħdin fiha, anke bl-għajnuna tal-fondi ta' l-Unjoni Ewropea.", "Fl-aħħar tax-xahar id-dieħel l-awtorita` tagħlaq tliet snin minn meta bdiet topera.", "Fil-fehma tiegħi, din l-awtorita` dwar is-saħħa u l-ħarsien tal-ħaddiema fuq il-postijiet tax-xogħol qiegħda bil- mod il-mod twettaq il-funzjonijiet u l-objettivi tagħha biex jiġi assigurat li l-istandards tas-saħħa u s-sigurta` fil-postijiet tax-xogħol f'pajjiżna jkunu standards li dejjem jitjiebu.", "Huwa tajjeb li wieħed jagħti ħarsa lejn il-ħidma li wettqet din l- awtorita`, fosthom ħidma importanti fil-qasam tar-regolamenti u tal- liġijiet ta' pajjiżna.", "F'dan is-settur ma rridux inħarsu biss lejn iċ- ċirkostanzi partikolari ta' pajjiżna imma għandna nħarsu wkoll lejn l- obbligi li dħalna għalihom meta sseħibna fl-Unjoni Ewropea.", "F'dan is-sens, wieħed irid jinnota li issa, id-direttivi kollha ta' l-Unjoni Ewropea ġew inkorporati fil-liġi Maltija.", "Dan sar grazzi għall-ħidma li għamel il-bord ta' l-awtorita`, il-kap eżekuttiv ewlieni u l-impjegati.", "Ta' min igħid li din kienet biċċa xogħol importanti immens.", "Illum nistgħu ngħidu li għal dak li għandu x'jaqsam mal-liġijiet u r- regolamenti, ninsabu fuq l-istess livell tal-pajjiżi l-oħrajn membri ta' l- Unjoni Ewropea għax it-transpożizzjoni tal-leġislazzjoni ta' dawn id- direttivi issa daħlet fil-qafas tal-liġijiet tagħna.", "B'hekk nistgħu ngħidu li f'dan is-settur, il-pajjiż għandu qafas leġislattiv żviluppat tajjeb.", "Biss biss matul is-sena li għadha kif għalqet l-awtorita` ppubblikat 12-il avviż legali, b'regolamenti differenti, li jvarjaw minn ħarsien taż-żgħażagħ fuq il-postijiet tax-xogħol għal regolamenti dwar l- istandards minimi ta' saħħa u ħarsien f'dak li hu tagħmir fuq il-post tax- xogħol.", "Ġew pubblikati wkoll regolamenti li jirrigwardaw lis-settur tal- kostruzzjoni, regolamenti li għandhom x'jaqsmu mal-ħarsien tal-ħaddiema esposti għal ħsejjes li jmorru lil hinn mill-istandards aċċettabbli u regolamenti oħrajn li kollha kemm huma jgħinu biex ikun hemm regolamentazzjoni ċara u komprensiva kemm jista' jkun.", "L-awtorita` tipprova tagħmel ħilitha kollha biex kemm jista' jkun trendi l-leġislazzjoni user- friendly u tnaqqas l-użu tal-burokrazija.", "Barra minn hekk, wieħed jista' jħares ukoll lejn kif l-awtorita` għamlet użu mir-riżorsi li kellha għad-dispożizzjoni tagħha.", "Huwa tajjeb li wieħed jgħid mill-ewwel li r-riżorsi li għandha l-awtorita`, kemm finanzjarji kif ukoll umani, huma riżorsi li għad iridu jiżviluppaw iktar.", "F'ċertu sens, dawn ir-riżorsi huma limitati, għal ħafna raġunijiet, fosthom għaliex kif nafu, hawn forzi minn kull naħa biex il-finanzi pubbliċi jintużaw bl-iktar mod effettiv u għaliex peress li din hija awtorita` li qiegħda tiżviluppa, hemm learning curve u hemm bżonn ta' ċertu żmien biex din tiżviluppa sa ċertu livell.", "Pero' wieħed bilfors irid jgħid li l-awtorita` wżat ir-riżorsi tagħha b'mod effettiv ħafna.", "L-uffiċjali fi ħdan l-awtorita` komplew itejbu l- kompetenzi tekniċi tagħhom.", "F'dan is-settur inħossu li għandna nies li għandhom il-kapaċitajiet neċessarji.", "L-awtorita` kompliet taħdem biex tħarreġ lill-istaff tagħha u tagħmlu aktar konxju dwar id-diversi aspetti tas-saħħa u sigurta` tal-ħaddiema fuq il-postijiet tax-xogħol, mhux biss b'taħriġ li ngħata f'pajjiżna stess imma anke bi skambji ta' laqgħat f'pajjiżi oħrajn.", "Fir-rapport li poġġejna fuq il-mejda tal-Kamra tajna d-dettalji ta' dan l- istaff development u tal-mod ta' kif is-27 impjegat ta' l-awtorita` qegħdin jiġu mpenjati fil-ħidma f'dan is-settur.", "Xi ħaġa tajba ħafna hi li issa l- awtorita` għandha l-ewwel collective agreement ma' l-union ħaddiema magħqudin.", "Dan għandu jgħin biex l-iżvilupp tar-riżors uman isir f'qafas iktar magħruf.", "Nittamaw li minn hawn u ftit ġranet oħra, l-awtorita` tkun tista' tibda topera mill-post il-ġdid tagħha, li matul ix-xhur li għaddew ġie mgħammar b'faċilitajiet iktar addattati.", "Għalkemm il-post li għandha l- awtorita` bħalissa fi Triq Sant'Ursula huwa post storiku u sabiħ, huwa diffiċli, kemm għall-membri u għall-ħaddiema kif ukoll għall-pubbliku in ġenerali jew għall-klijenti ta' l-awtorita`, biex jagħmlu użu minnu.", "Għalhekk il-premises il-ġodda għandhom ikunu ħolqa oħra fit-triq ta' l- awtorita` biex tilħaq iktar l-objettivi tagħha.", "L-awtorita`, kif inhu d-dover tagħha li tagħmel, ikkonċentrat ħafna biex tqanqal kuxjenza dwar il-qasam tas-saħħa u s-sigurta` tal-ħaddiema fuq il- post tax-xogħol.", "Il-liġi tpoġġi lil dan bħala wieħed mill-objettivi ewlenin ta' l-awtorita`.", "Jien fermament nemmen li biex jirnexxielna ntejbu l-istandards tagħna f'dan il-qasam, ħalli nkomplu nnaqqsu l-inċidenti u l- fatalitajiet fuq il-post tax-xogħol, irridu naħdmu fuq l-edukazzjoni, l- informazzjoni, il-promozzjoni u l-kuxjenza f'dan ir-rigward.", "L-ewwel u qabel kollox, dan irid isir mal-ħaddiema nfushom.", "F'dan ir- rigward min iħaddem għandu responsabbiltajiet ċari li jassigura li l- impjegati tiegħu jkunu konxji ta' dan is-settur.", "Minbarra l-ħaddiema, qiegħda ssir ħidma wkoll fost l-istudenti fl-iskejjel.", "L-esperjenza tal- kurrikulu nazzjonali turi li l-fatt li hemm żieda fl-intensita` tad- diskussjoni dwar temi li għandhom x'jaqsmu ma' l-ambjent, ma' l-imġiba fil- ħajja, mal-lifestyle, ma' l-iżvilupp personali, jfisser li dawn id- diskussjonijiet mat-tfal sa minn eta` bikrija qegħdin iħallu effett pożittiv.", "Qegħdin naraw li ż-żgħażagħ li qegħdin jitilgħu huma aktar konxji mill-ambjent milli konna aħna fi żmien iż-żgħożija tagħna.", "Iż- żgħażagħ tal-lum huma ħafna iktar konxji mil-lifestyles li jistgħu jkunu ta' ħsara għalihom u jafu ħafna iktar dwar dan is-suġġett milli konna nafu aħna.", "Għalhekk rigward is-saħħa tal-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol, jien ninsab ċert li iktar ma naħdmu fost it-tfal u l-istudenti, iktar se jkollna ħaddiema li jkunu kapaċi jaħdmu tajjeb f'dan is-settur.", "L-awtorita` għamlet ħafna xogħol ukoll fil-qasam tal-mezzi tal- komunikazzjoni, fosthom billi pparteċipat fit-trade fair, filwaqt li kompliet taħdem biex tara li jkollha s-sehem tagħha f'attivita` bħalma hi l- European week for safety and health, bil-good practice award in occupational health and safety.", "It-tema li ġiet magħżula għal din is-sena kienet \"Nibnu fis-Sigurta`\".", "It-tema magħżula għas-sena li għaddiet kienet tittratta s-sustanzi perikolużi li wieħed għandu joqgħod attent għalihom.", "Din is-sena tkomplew diversi inizjattivi ta' taħriġ, fosthom il-workers health and safety representatives course.", "Kif nafu, il-liġi taħseb biex fid-diversi postijiet tax-xogħol, ikun hemm rappreżentant tal-ħaddiema li jkun speċifikament responsabbli għal dan is-settur.", "Sa l-aħħar ta' Settembru ta' din is-sena, għal dan il-kors attendew 200 parteċipant.", "F'dan ir-rigward l-awtorita` qiegħda wkoll taħdem f'ċerti oqsma li huma ta' riskju partikolari, bħalma hu s-settur tal-kostruzzjoni, postijiet fejn hemm il-possibilita` ta' effetti radjoattivi u s-settur ta' stallazzjonijiet ta' makkinarju, li lkoll jaqgħu taħt ir-regolamentazzjoni tal-control of major accident and hazard regulations tas-sena li għaddiet.", "Sar ukoll xogħol partikolari mal-building industry consultative council dwar il-perikli li jridu jiġu assessed u evitati fl-industrija tal- kostruzzjoni.", "Matul il-perijodu li qegħdin niddiskutu, madwar 2,000 persuna pparteċipaw f'korsijiet li l-awtorita` hija responsabbli għalihom.", "Sur President, aspett ieħor tal-ħidma ta' din l-awtorita` għandu x'jaqsam ma' l-", "infurzar tal-liġijiet.", "F'dan ir-rigward naħseb li għandna naraw li f'kull qasam ta' dan is-settur, inkomplu naħdmu dejjem aktar biex intejbu l-kwalita` tal-ħidma tagħna u ninforzaw aktar.", "Jidher li f'dan il-qasam, filwaqt li jonqosna fejn naslu, għandna nagħmlu kuraġġ għax is-suġġett tas-saħħa u s-sigurta` fuq il-post tax-xogħol jidher li qabad l-għeruq f'dik li hi kuxjenza.", "Jidher ukoll li fid-diversi postijiet tax-xogħol qegħdin jiżdiedu l-inizjattivi fuq dan il-front.", "Naħseb li r-riżultati li joħorġu minn diversi sorsi huma inkoraġġanti.", "Per eżempju, il-European foundation for the improvement of living and working conditions tagħti indikazzjoni li 41% tal-ħaddiema fil-pajjiżi membri ġodda ta' l-Unjoni Ewropea u fil-pajjiżi kandidati u 23% tal-15-il pajjiż membru antik ta' l-Unjoni Ewropea jiltaqgħu ma' ċerti diffikultajiet f'dik li hija għejja, iżda l-figura għal Malta hija ta' 20%.", "Statistika oħra li tidher fir-rapport li qegħdin niddiskutu u fl-estimi turi ċerti paraguni li rridu nkomplu naħdmu biex insostnuhom għax jagħtu stampa pożittiva, anke jekk jonqosna ħafna iktar x'nagħmlu.", "Pero` għalija dan jindika li s-suġġett qiegħed fuq l-aġenda tal-pajjiż, tal-gvern u tad- diversi employers, u allura rridu nkomplu nisħqu biex nassiguraw li din il- pożizzjoni fuq din l-aġenda tkompli titjieb ħalli naraw riżultati aħjar minn dawk li s'issa qegħdin nakkwistaw.", "Mr Speaker, naturalment jeżistu kwestjonijiet li jaslu sal-livell tal- qrati.", "F'dan ir-rigward ix-xogħol qiegħed isir b'mod tajjeb.", "Meta każ jasal quddiem il-qrati, wieħed jagħmel l-aħjar li jista' biex jippruvah, pero' mbagħad sta għall-qrati biex jagħmlu l-assessment tagħhom u jieħdu d- deċiżjonijiet accordingly.", "Oqsma oħra għandhom x'jaqsmu mal-protezzjoni kontra r-radjazzjoni.", "Qasam partikolari jirrigwarda l-makkinarju, it-tagħmir, l-impjant u l- istallazzjonijiet.", "F'dan ir-rigward l-awtorita` għandha taqsima apposta biex tkun tista' tagħti kas ta' affarijiet bħal lifts, cranes, fork lifts, trucks, boilers u presses, li huma fost l-affarijiet li jistgħu jikkawżaw ċerti inċidenti fuq il-post tax-xogħol.", "Nerġa' ngħid li bħala awtorita` għandna noqogħdu attenti biex l-istatistika f'dan ir-rigward tkun kemm jista' jkun aġġornata u kompleta.", "Ovvjament għad irridu nirfinaw il-metodi u l-proċeduri li bihom tinġabar din l- istatistika għax nafu li jkun hemm numru ta' każijiet li jibqgħu ma jiġux rapportati.", "L-istatistika tinħadem fuq il-każijiet li jiġu rapportati pero' aħna, b'saqajna ma' l-art nafu li għalkemm dik hija statistika valida, kif inhi valida f'pajjiżi oħrajn, kif inhi valida skond il- Eurostat, finalment ma nistgħux ma nagħtux kas tal-fatt li numru ta' inċidenti fuq il-postijiet tax-xogħol jibqgħu ma jiġux rapportati u allura ma jidħlux fl-istatistika.", "Sur President, jibqa' l-fatt li meta wieħed jara l-benchmarking Malta in Europe ta' l-uffiċċju nazzjonali ta' l-istatistika jsib li meta pparagunati ma' pajjiżi oħrajn, il-pożizzjoni tagħna tagħti stampa relattivament pożittiva.", "Huwa tajjeb li ngħid li l-awtorita` Maltija għandha xibka ta' kuntatti u relazzjonijiet fuq livell internazzjonali, wisq iktar fuq livell Ewropew.", "Hemm attendenza regolari fis-senior labour inspectors committee tal-Kummissjoni Ewropea u fl-advisory committee for safety and health at work ta' l-Unjoni Ewropea.", "Bħala pajjiż aħna membri ta' l-European agency for safety and health at work, filwaqt li nieħdu sehem ukoll fil-commission (social questions) working party.", "Dan minbarra l-interess li l-awtorita` għandha fl-organizzazzjoni dinjija tax-xogħol, l-ILO, fl-international atomic energy agency u fil-committee of competent authorities tad-direttivi tas-Seveso.", "Kif diġa` għedt, il-fondi li jammontaw għal Lm171,000, li minnhom il-gvern Malti se joħroġ Lm26,000 u l-Unjoni Ewropea se toħroġ Lm145,000, se nkunu nistgħu nużawhom ...", "Permezz tal-parteċipazzjoni tagħha fil-European agency for safety and health at work se nkunu nistgħu nagħmlu co-funding ta' kampanji ta' informazzjoni u attivitajiet.", "Meta wieħed iħares lejn iż-żmien li ġej jara li għad hemm diffikultajiet li jridu jiġu megħluba u għad hekk oqsma fejn l-awtorita` trid ittejjeb il- preżenza tagħha.", "L-awtorita` għad trid takkwista riżorsi oħrajn biex tkun tista' ttejjeb il-pożizzjoni tagħha, pero' jekk wieħed iħares lejn l- performance ta' l-awtorita` matul is-sena li għaddiet isib stampa tajba ta' persuni li huma impenjati u konxji li jaħdmu b'mod oġġettiv ħafna.", "Irrid nagħlaq din l-introduzzjoni billi nirringrazzja liċ-chairman u lill- membri kollha tal-bord ta' l-awtorita` .", "Kif nafu, dan il-bord huwa magħmul minn rappreżentanti tal-partijiet soċjali.", "Irrid nirringrazzja wkoll lil Dr. Mark Borg, il-kap eżekuttiv ewlieni, għall-impenn u l-ħidma tiegħu, u lill-uffiċjali u lill-ħaddiema kollha ta' din l-awtorita'.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Marie Louise Coleiro.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Mr Speaker, smajt b'attenzjoni kbira l- introduzzjoni tal-Ministru Galea.", "Kieku kont naf li kien se jagħmel din it- tip ta' introduzzjoni ma kontx naqra r-rapport fid-dettall, għax fl- intervent tiegħu l-Onor.", "Galea ta ħarsa fuq fuq ta' dak li jidher fir- rapport.", "Xtaqtu iżda li jidħol f'iktar dettall għax, per eżempju, minkejja li qal li l-health and safety huma fuq nett ta' l-aġenda tal-pajjiż, meta wieħed jibda jifli ċertu kliem f'dan ir-rapport jidħol f'dubju kemm verament il-health and safety qegħdin fuq nett ta' l-aġenda tal-pajjiż.", "Il- ministru pprova jtaffi xi ftit din il-kwestjoni billi qal li għad fadal xi jsir, imma f'kull ħaġa, dejjem ikun għad fadal xi jsir.", "Għalkemm nammetti li qegħdin isiru ċerti sforzi, l-awtorita` għandha ħafna limitazzjonijiet.", "Fost il-limitazzjonijiet li ripetutament insibu f'dan ir-rapport hemm il- kwestjoni finanzjarja, li magħha torbot il-kwestjoni tal-personnel, ta' l- ispetturi, tal-fatt li l-awtorita` bilfors trid ikollha lin-nies biex tkun effettiva.", "Fl-introduzzjoni tar-rapport, f'paġna 3 jintqal hekk:", "\"In terms of the Act, it is the responsibility of the Occupational Health and Safety Authority to ensure that the physical, psychological and social well-being of all workers in all work places are promoted and to ensure that they are safeguarded\".", "Aħna nafu li l-awtorita` għandha a very tall order fil-qafas legali, jiġifieri għandha responsabilita` legali, pero' jekk għandha aġenda daqshekk kbira, jekk għandha dawn l-affarijiet kollha fuq il-platt tagħha, għaliex imbagħad hemm ċerti diffikultajiet?", "Per eżempju f'paġna 9 naqraw dwar il-kwestjoni ta' l-istaff ta' l-awtorita`, fejn taħt \"Recruitment and Internal Promotions\", it-tieni paragrafu ta' din il-paġna jgħid hekk:", "\"The current total human resource capacity is that of 27 employees, 15 of whom are directly engaged in the authority's core activities.\".", "Il-ħaddiema kollha ta' din l-awtorita` jammontaw għal 27, li minnhom 15 biss qegħdin fil-core activities.", "Nassumi li dawn il-15-il persuna huma l- ispetturi.", "Sur President, aħna qegħdin nitkellmu dwar pajjiż li skond l-aħħar labour force survey pubblikat f'Settembru 2004, għandu 32,439 post tax-xogħol.", "Huwa veru li jekk inħarsu lejn l-istatistika nsibu li saru 2,228 żjara fuq il-postijiet tax-xogħol, pero' kieku l-ministru, fl-introduzzjoni tiegħu, spjega dan kollu aħjar, biex inqabblu l-affarijiet u nkunu nistgħu narawhom in a balance u fil-kontest proprju tagħhom, kien ikun ħafna aħjar.", "Kif jistgħu 15-il spettur iżuru 32,439 post tax-xogħol?", "Fil-fatt kulma żaru kienu 2,228 żjara fuq il-postijiet tax-xogħol, jiġifieri kulma qegħdin jagħmlu l-ispetturi ta' l-awtorita` hu li jmissu the tip of the iceberg.", "Jien nixtieq nistaqsi jekk l-awtorita` għandhiex occupational psychologist li taħdem magħha jew jekk hijiex qiegħda taħdem ma' xi aġenzija ta' social workers.", "Qiegħda nistaqsi dan għax l-awtorita` għandha wkoll dan it-tip ta' responsabbilta` legali.", "Meta fl-introduzzjoni tar-rapport qiegħed jingħad li legalment the Authority has to ensure the physical, psychological and social well-being of all workers in all work places, jien ippretendejt li l-ministru, minflok jagħtina executive summary tar-rapport, kellu jidħol aktar fid-dettall ta' dawn l-affarijiet li, fil-fehma tiegħi, huma kruċjali.", "Mr Speaker, jekk inħarsu lejn paġna 4 tar-rapport insibu l-messaġġ taċ- chairperson, fejn tispjega li l-ewwel fażi tax-xogħol li kellha tagħmel l- awtorita`, u ċioe' li tibni l-qafas legali, issa huwa lest u jrid ikun hemm \"a thorough soul search, with a view of identifiying its role and strategy\".", "Imbagħad iċ-chairperson tgħid hekk:", "\"It is not a question of an identity or role crisis, ....\" –", "- jiġifieri m'hijiex kwestjoni ta' identita`, għax l-awtorita` għandha qafas legali kbir, jiġifieri identita` għandha sew –", "\"....far from it.", "It is a time to grow into the next phase, a time to mature, to evolve from formal transpostion to rigorous implementation from reaction to proaction.\".", "Fir-rigward ta' din is-sentenza xtaqt nagħmel riferenza għall-ktieb \"Health and Safety at Work in Europe; Where Next?\", li ġie pubblikat mill- kummissjoni ta' l-Unjoni Ewropea bħala konklużjoni ta' seminar dwar health and safety li kien sar fil-Lussemburgu fil-11 u t-12 ta' Ġunju ta' l-1998.", "F'dan il-ktieb jingħad hekk:", "\"Correct transposition....\" –", "- xi ħaġa li l-awtorita` diġa` għamlitha meta integrat lid-direttivi ta' l- Unjoni Ewropea f'qafas legali tagħna, biex ikunu iktar korretti –", "\"....needs to be matched by proper implementation and practical application\".", "Huwa f'dan ir-rigward fejn jien nixtieq nissikka lill-ministru biex jitkellem.", "F'daqqa waħda dan il-gvern induna li għandu kriżi finanzjarja, u bħal dejjem, il-kontroll irid jagħmlu minn fuq l-affarijiet essenzjali, mhux minn fuq ix-xiri ta' affarijiet li l-pajjiż jista' jgħaddi mingħajrhom.", "Fil-fatt din hija l-kriżi li għandha l-awtorita`, u ċioe' li filwaqt li għandha qafas leġislattiv li qiegħed jagħtiha aġenda kbira daqs dinja, m'għandhiex biżżejjed biex tmexxi u timplimenta.", "L-ewwel u qabel kollox, l-awtorita` m'għandhiex biżżejjed nies.", "Filwaqt li għandha t- transposition, l-awtorita` trid tagħmel ukoll l-implementation u l- enforcement, żewġ affarijiet li l-Unjoni Ewropea tagħtihom importanza daqs it-transposition.", "Għalkemm it-transposition saret, l-awtorita` qiegħda lura sew f'dawk li huma implimentazzjoni u infurzar.", "Dan wieħed jista' jarah b'mod ċar.", "Kif jista' jkun li 15-il persuna jistgħu jżuru 'il fuq minn 32,000 post tax- xogħol?", "Bi 15-il spettur, iridu jgħaddu s-snin biex post tax-xogħol ikun imissu żjara.", "Fl-istess messaġġ taċ-chairperson, fl-aħħar paragrafu ta' paġna 4 ta' dan ir-rapport qiegħed jingħad hekk:", "\"Building and nurturing a culture in favour of health and safety at work is a process that spans over long years of perseverance, training, education and dedication amongst all concerned; workers, employers and government alike.", "This is understandable, however, we must equally understand that all of us should act as partners in this process.", "Yet, however, robust our respective commitment may be in our endeavor to succeed, it risks losing its trust, unless we all put in the required investment, in financial terms, to make it happen and to make it visibly happen.\".", "Hawnhekk iċ-chairperson filwaqt li qiegħda tgħid li biex tiġi kkultivata kultura favur is-saħħa u s-sigurta` fuq il-post tax-xogħol, hemm bżonn ta' ċertu tul ta' żmien, perserveranza, taħriġ, edukazzjoni u dedikazzjoni, iċ- chairperson ta' l-awtorita` qiegħda tgħid ukoll li minkejja li l-gvern għandu l-awtorita` u qafas leġislattiv kbir, jekk mhux se jkun hemm l- istakeholders kollha li jiġbdu l-ħabel – jiġifieri l-ħaddiema, l-employers u l-gvern, li huwa l-ikbar employer - dan ma jistax isir.", "Iċ-chairperson ta' l-awtorita` tiffoka wkoll fuq il-kwestjoni tal-finanzi u l-investiment li l-gvern suppost li qiegħed jagħmel f'din l-awtorita`, biex ikun jista' jitwettaq dak li suppost jitwettaq.", "Fil-fatt, f'paġna 9 ta' l- istess rapport nerġgħu nsibu l-kwestjoni ta' l-investiment, fejn fit-tieni paragrafu qiegħed jingħad hekk:", "\"The funds made available throughout the year did not permit the authority to continue with its recruitment process, which was only limited to replacing manpower losses.\".", "Bir-rispett kollu, jien ma nistax nifhem kif nistgħu nħossuna komdi quddiem rapport li ripetutament qiegħed jiġbed l-attenzjoni għal ħwejjeġ mill-iktar bażiċi u importanti, li fuqhom nistgħu nassiguraw li verament ikollna l- aġenda tas-saħħa u s-sigurta` fuq il-post tax-xogħol fuq quddiem nett ta' l- aġenda tal-pajjiż.", "Ma nistax nifhem kif il-ministru jista' ma jitkellimx b'mod ċar dwar ċerti affarijeit.", "Hawnhekk qed jingħad ċar u tond li minħabba li ma kellniex biżżejjed fondi, ma stajniex inkomplu bil-proċess ta' recruitment iżda kellna nillapazzaw billi jekk jonqos uffiċjal, ningaġġaw ieħor minfloku, għax daqshekk konna nifilħu nagħmlu.", "F'paġna 10 tar-rapport, taħt it-titlu ta' \"Initiatives with school children\", iċ-chairperson qalet hekk:", "\"The authority recognises the need for awareness-building to start at an early stage.\".", "Jien naqbel perfettament ma' dan, għalkemm insostni li xorta m'huwiex biżżejjed.", "Għax-short term irridu nattakkaw mill-ewwel lil ċerti sistemi ta' użu tal-media, eċċ., pero' again, jekk hemm problema finanzjajra, ma tantx jista' jsir wisq.", "Żgur li għal-long term, biex naraw bidla fil- kultura u allura, is-saħħa u s-sigurta` jibdew ikunu a second nature, biex il-Maltin u l-Għawdxin jibdew iħossu l-ħarsien tas-saħħa u s-sigurta` bħala xi ħaġa awtomatika, it-targets tagħna jridu bilfors ikunu t-tfal.", "F'paġna 26 tar-rapport, taħt \"The Future\", fir-raba' paragrafu qiegħed jintqal hekk:", "\"The Occupational Health and Safety Authority will continue its efforts to improve the general levels of occupational health and safety by making full and efficient use of its resources.\".", "In an ideal world, the authority should have adequate resources at its disposal.\".", "Jien ngħid mhux in an ideal world, imma jekk ikun hemm rieda politika.", "Jekk il-gvern ikollu l-prijoritajiet tiegħu f'posthom u kif suppost, l- awtorita` jkollha adequate resources.", "F'dan il-każ, ma naqbilx li l- awtorita` jista' jkollha biżżejjed riżorsi in an ideal world biss.", "Il-paragrafu jkompli hekk:", "\"Since this is not an ideal world and since the authority's aspirational goals are very ambitious, the authority will have to prioritise its sections and to seek and foster partnerships with other interested parties and stakeholders.\".", "Jien ngħid li anke kieku l-awtorita` għandha l-fondi, l-attrezzatura u r- riżorsi kollha neċessarji għad-dispożizzjoni tagħha, ukoll ikollha tagħmel fostering ta' partnerships, għax din hija the way forward tal-lum.", "Jekk fir-rigward ta' l-inizjattivi għat-tfal fl-iskejjel ninkoraġġixxu, per eżempju, lill-boy scouts u lill-girl guides biex jagħtu daqqa t'id, peress li dawn diġa` għandhom sens ta' life skills bħal safety at home eċċ., għandna ċans nippenetraw iktar.", "B'dan il-mod, l-ewwelnett inkunu qegħdin nimxu bħall-kumplament tad-dinja moderna, li tinvolvi lis-soċjeta` ċivili, u t-tieni nett inkunu qegħdin nagħtu għarfien aħjar lill-volontarjat u lill- isforz li qiegħed isir.", "Ovvjament, barra minn hekk inkunu qegħdin ukoll nindirizzaw lill-bżonnijiet li għandna.", "Qiegħda ngħid dan bħala suġġeriment għax inħoss li jekk induru dawra madwarna nsibu li hawn bosta organizzazzjonijiet li jistgħu jgħinu ħafna f'dawn iċ-ċirkostanzi.", "F'ċirkostanzi ideali, kieku l-awtorita` jkollha minn kollox, dawn l- organizzazzjonijiet xorta jkunu jistgħu jgħinu ħalli b'hekk, ir-riżorsi jkunu jistgħu jintużaw għal affarijiet oħrajn.", "Mr Speaker, xtaqt nagħmel riferenza għal paġna 8 ta' dan ir-rapport, fejn taħt it-titlu ta' \"Consolidating the Authority's resources\", it-tielet paragrafu jgħid hekk:", "\"The Authority recognises the need to have technical people who are competent in a generalist way to act as OHS officers, as well as others trained to a high degree of specialisation in specific areas like radiation protection, the implementation of the Seveso directives and the safety of chemical and biological agents.", "All the Authority's officers are now capable of giving sound advice and to act as a point of reference whenever needed.\".", "Allura l-15-il spettur ta' l-awtorita` huma kollha f'qagħda li jagħtu dawn il-pariri?", "Ma nafx kemm hu possibbli li xi ħadd jitħarreġ u jsir speċjalista fi żmien daqshekk qasir!", "Hawnhekk m'aħniex qegħdin nitkellmu dwar affarijiet taċ-ċajt.", "Mr Speaker, il-European week for health and safety tas-sena li għaddiet kienet marbuta proprju mad-dangerous substances u l-konsegwenzi tagħhom.", "Hawnhekk ġibt miegħi waħda mill-istqarrijiet tal-European foundation for the improvement of living and working conditions, li fost affarijiet oħrajn tgħid hekk:", "\"The agency states that dangerous substances can be found in nearly all workplaces, from farms and factories to hairdressers and hospitals.", "These substances contribute significantly to the 350 million days lost through occupational health in the EU each year and to the 7 million people suffering from occupational illnesses.", "Data collected by the agency indicates that some 32 million EU employees are exposed to carcinogenic agents, 22% of workers inhale fumes and vapours for at least a quarter of their working time and 16% of workers have to handle dangerous substances as part of their daily work.", "Cancers, asthma, neuropsychiatric problems are among the illnesses that can be caused by these substances, as well as damage to the nervous and immune systems, effecting vital organs such as the lungs, heart, kidneys and liver.", "Research has shown that 4% of all cancers, for example, are work-related and that 10% of employees contract eczema.", "In addition, studies suggest that one-third of all cases of adult onset asthma are caused by workplace exposures.\".", "Kemm tista' l-awtorita` dwar is-saħħa u s-sigurta` verament tmexxi aġenda ...", "Għalkemm għamilna transposition tad-direttivi kollha ta' l-Unjoni Ewropea għal liġijiet ta' pajjiżna, ma nistgħux nieqfu hemm.", "Żgur li fir- rigward tal-kondizzjonijiet tal-health and safety, lill-Unjoni Ewropea għandna nneħħulha l-kappell għax jekk m'humiex l-aqwa, żgur li huma fost l- aqwa.", "Pero' li sar m'huwiex biżżejjed.", "Per eżempju, ma nafx kemm-il hairdressing salon ġie spezzjonat mill-ispetturi ta' l-awtorita` biex jaraw li dawn id-dangerous substances m'humiex qegħdin jagħmlu ħsara lill- ħaddiema u lill-klijenti!", "Ma nafx kemm-il spettur mar fl-isptarijiet biex jiċċekkja li m'hemmx dangerous substances li jistgħu jagħmlu ħafna ħsara, kif għadni kif ikkwotajt minn dak li qalet l-aġenzija ta' l-Unjoni Ewropea!", "Qiegħda ngħid dan għax ġimgħa ilu, l-Onor.", "Joe Mizzi tkellem dwar x'ġara fil-water services corporation, fejn hemmhekk, l-awtorita` għas-saħħa u s- sigurta` ħadet azzjoni.", "Waqt id-diskussjoni dwar l-estimi tal-water services corporation, l-Onor.", "Mizzi qal hekk:", "\"Waqt laqgħa tal-bord tad-diretturi tal-water services corporation tal- 21 ta' Diċembru, 2003, is-Sur Rizzo, il-kap eżekuttiv ta' din il- kumpannija, informa lill-bord li l-awtorita` għas-saħħa u s-sigurta` kienet ħarġet stop order lill-korporazzjoni, peress li ċ-ċertifikat fuq is-saħħa u s-sigurta` tal-ħaddiema tad-dipartiment tad-drenaġġ kien ilu li skada, u b'hekk l-istess ħaddiema ma kenux koperti għas- saħħa u s-sigurta` tagħhom.", "Waqt laqgħa oħra tal-bord tad-diretturi, is-Sur Anthony Rizzo, il-kap eżekuttiv, informa lill-bord li kien kiteb lid-ditta li kienet ħarġet iċ-ċertifikat oriġinali biex forsi jġedduhulhom temporanjament.", "F'laqgħa oħra tal-bord tad-diretturi li saret fit-23 ta' Jannar ta' din is-sena, l-istess kap eżekuttiv informa li l-pożizzjoni dwar iċ- ċertifikat kienet għadha l-istess.", "Hawn ta' min jgħidilna dwar din il-kwestjoni, għax din hija serja ħafna, speċjalment meta aħna nafu ....\".", "Jien ningħaqad ma' l-Onor.", "Mizzi, fl-appell li għamel ġimgħa ilu biex il- membri tal-gvern jgħidulna jekk is-sitwazzjoni fit-taqsima tad-drenaġġ tal- water services corporation ġietx irranġata.", "Kemm ilha li ġrat it-traġedja ta' meta mietu tliet ħaddiema fi spiera minħabba gassijiet velenużi!?", "Qiegħda ngħid dan għax dakinhar kien hawn reazzjonijiet kbar u suppost li ttieħdu l-passi meħtieġa min-naħa tal-gvern, għax f'dak iż-żmien, it- taqsima tad-drenaġġ kienet dipartiment tal-gvern.", "Kien dan l-aħħar li din it-taqsima waqgħet taħt ir-responsabbilta' tal-WSC.", "Għalhekk huwa mportanti li nkunu nafu.", "Huwa dwar dawn l-affarijiet li jien kont nistenna li l-Ministru Galea jitkellem waqt l-introduzzjoni tiegħu.", "Ġimgħa ilu, il- kollega tiegħi l-Onor.", "Mizzi għamel mistoqsija serja dwar korporazzjoni ffinanzjata mill-fondi pubbliċi, liema korporazzjoni m'hijiex konformi mar- regolamenti.", "Għalhekk aħna rridu nkunu nafu jekk f'dan ir-rigward itteħdux il-passi meħtieġa.", "Mr Speaker, din is-sena l-European week kellha t-tema ta' \"Building in Safety\".", "Mill-istatistika jirriżulta li minn 12-il inċident fatali fuq il- post tax-xogħol, tlieta minnhom seħħew fl-area ta' San Pawl il-Baħar u l- Qawra u t-tlieta li huma kienu inċidenti fil-qasam tal-kostruzzjoni.", "Għalhekk jien nistaqsi jekk l-awtorita` tidħolx f'ħaġa bħal din.", "Nixtieq li l-kelliem tal-gvern li se jagħlaq dan id-dibattitu jgħidilna jekk l- awtorita` għandhiex ir-riżorsi u l-mezzi neċessarji biex tinvestiga xi ħaġa bħal din.", "Jekk kwart ta' l-inċidenti saru fl-istess akwata, ta' l- inqas għandna nindagaw biex nipprevjenu milli jseħħu inċidenti oħrajn simili.", "Dawn huma risposti li jien nippretendi li għandhom jingħataw min- naħa tal-gvern.", "Xtaqt ukoll risposta dwar dak li qiegħed jidher f'paġna 13, taħt \"Traning Initiatives\", fejn qiegħed jingħad hekk:", "\"The Authority launched a workers health and safety representative course in September 2003, which has attracted some 200 participants by the end of September 2004.", "This is felt to be particularly encouraging since the workers health and safety representatives, appointed or chosen by the employees in all workplaces in Malta, will greatly assist the Authority in its endeavours and will go a long way towards reducing in the years to come the persistantly high demands for the Authority's services.\".", "Ilkoll nafu li skond il-liġi, kull post tax-xogħol irid ikollu rappreżentant tal-health and safety, pero' nafu jekk il-postijiet tax- xogħol kollha għandhomx dan ir-rappreżentant?", "Fil-fehma tiegħi, għalkemm il-ministru qal li s-suġġett tal-health and safety qabad l-għeruq, jien ngħid li qabad l-għeruq ma' ċerti kategorij biss.", "Għalhekk nistaqsi jekk kemm ilha mwaqqfa l-awtorita` u kemm ilha fis-seħħ din il-liġi, il- postijiet tax-xogħol kollha ħatrux ir-rappreżentant tagħhom tal-health and safety.", "Din hija xi ħaġa importanti għax f'dan ir-rapport, l-awtorita` stess qiegħda tgħid li dawn ir-rappreżentanti huma importanti.", "Dan huwa minnu, għax jistgħu jkunu l-id it-twila ta' l-awtorita` fuq il-postijiet tax-xogħol.", "Mr Speaker, irrid nagħmel riferenza għal paġna 15, fejn qiegħed jingħad hekk:", "\"The increased demands on the Authority's services have rendered the Authority into a reactive organisation, in so far as ensuring compliance.", "Visits by OHS officers often follow reports of serious incidents or requests for investigation of severe risks to health and safety and have to be seen within the context of the other legal responsibilities that the Authority is expected to fulfill.", "Unfortunately, this also means that the Authority cannot plan any structured workplaces as it campaigns.\".", "Dan il-paragrafu jagħti sodisfazzjon ta' l-argument li ili nagħmel mill- bidu nett, u ċioe' li l-awtorita` ma tistax tiċċaqlaq, ħlief li tirreaġixxi għall-inċidenti.", "Huwa inutli li ngħidu li se ngħaddu għall-fażi li jmiss għax jekk l-awtorita` m'hijiex se jkollha r-riżorsi, fosthom nies imħarrġa, m'aħniex se nagħmlu passi 'l quddiem.", "Jien naħseb li l-awtorita` tista' wkoll tkun pro-attiva billi kif qalet f'dan ir-rapport, verament tfittex li tagħmel partnerships u taqsam l- esperjenza ta' ħaddieħor magħha.", "Hawnhekk ġibt miegħi ir-rapport tal- Eurosafe project, li min-naħa ta' Malta ħadet sehem fih il-general workers union.", "Dan il-proġett kien iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea u kien jitratta dwar ir-repetitive strain injuries fit-textile and garment industry f'Malta.", "L-RSI association ta' l-Ingilterra tiddefinixxi lir-repetitive strain injuries hekk:", "\"It is a group of injuries effecting the muscles, tendons and nerves, primarily of the neck and upper limbs.", "This is an umbrella term and is also known as work-related upper limbs disorder.\".", "F'dan il-parlament jien tkellimt kemm-il darba dwar dan ir-rapport.", "Ma nafx jekk sal-lum, l-awtorita` għandhiex f'idejha dan ir-rapport.", "Fuq il- bażi tal-findings, fejn ir-riċerka saret b'mod professjonali u għalhekk wieħed jista' joqgħod fuqha, ma nafx jekk l-awtorita` bdietx tagħmel xi forma ta' eżerċizzju.", "Per eżempju, ftit ilu għamilt riferenza għal dak li qal il-ministru aktar kmieni, u ċioe' li s-suġġett tal-health and safety qabad l-għeruq.", "F'ċertu sens jien naqbel miegħu, pero' għalkemm huwa veru li qiegħed jaqbad l- għeruq, f'ċerti gruppi ta' ħaddiema għadu ma qabad xejn.", "Sur President, il-proġett li permezz tiegħu l-general workers union għamlet survey għall-2003 dwar it-textile and garment industry f'Malta, juri li f'din l-industrija hemm numru sostanzjali ta' ħaddiema li m'humiex daqshekk aware tal-health and safety tagħhom, anzi kważi m'huma aware xejn.", "Ovvjament mhux qed nirriferi għal kulħadd imma għal grupp sostanzjali minnhom.", "Xtaqt nagħmel ftit kummenti dwar dan ir-rapport anke għaliex ma tantx ingħata pubbliċita`.", "\"The aim of this empirical study was to evaluate the various points in question surrounding the issue of RSA.", "The questionnaire designed to provide data about this issue, was answered by 306 respondents, all sewing machine operators, in 8 different clothing firms operating in Malta.\".", "Din kienet il-bażi tas-survey, li fir-rigward ta' age gender and work experience, irriżulta hekk:", "\"As already been pointed out, the participating workforce from all factories is predominantly female.", "They are relatively young, 61% of them between the age of 16 and 25, whilst only 30% of the employees have more than 10 years of working experience.\".", "Dan huwa importanti għax aktar tard fl-istess survey, wieħed jiskopri li:", "\"The survey confirms high rates of workers claiming to suffer from repetitive strain injuries.", "The rate of young workers between the age of 16 and 25, together with those workers with less than 9 years of experience show that effects seem to be more acute in the first few years.\".", "Fi kliem ieħor 61% tal-ħaddiema f'din l-industrija huma żgħażagħ ta' bejn is-16 u l-25 sena, li fl-ewwel snin tal-ħidma tagħhom f'dan it-tip ta' xogħol, tista' tiżviluppalhom din it-tip ta' kondizzjoni.", "Qiegħed jingħad ukoll hekk:", "\"The data about repetitive movements indicate that workers with less than nine years of work experience tend to be more prone to RSI than workers with longer experience.", "The latter may be due to their long resistance to the system and having survived it and realising that they are destined to remain in this industry, seem to adopt that kind of attitude that makes them reconcile themselves with the hazards of the system, or maybe their resistance may have given them a physical or psychological immunity to the hazards inherent in the system.\".", "Dan huwa r-riżultat ta' survey li sar fuq kategorija partikolari ta' ħaddiema f'pajjiżna.", "Huwa importanti li nagħtu każ ta' x'qiegħed jingħad f'dan is-survey.", "Aħna nħarsu lejn il-kwestjoni tal-health and safety minn ħafna lati; mil-lat ekonomiku, mil-lat ta' dinjita` umana, li wieħed iħares lis-saħħa u s-sigurta` tal-ħaddiema, u mil-lat soċjali, li wieħed ma jeħux riskji biex ma jirrovinax lill-ħajja ta' persuna.", "Għalhekk l-aspetti soċjali u ekonomiċi huma riflessi f'dan is-survey.", "Għaldaqstant jekk l-awtorita` tidħol f'partnerships, kif intqal fir-rapport innifsu, tiffranka ħafna xogħol u bir-riżorsi limitati li għandha tkun tista' tidħol u tibda mill-ewwel, mhux ikollha taħli l-ħin u r-riżorsi tagħha biex tkun proattiva u tagħmel ċerti xogħlijiet.", "Fir-rigward tal-ħaddiema fl-industrija tat-tessuti, f'dan ir-rapport jingħad ukoll li:", "\"It is very sad to note that employees stand to resist changes in work arrangements that could reduce risks to repetitive strain injuries.", "Together with other suitable measures, job rotation and job enrichment may be beneficial alternatives to workers.", "However, very often the workers prefer to bargain their health with money.", "The employees assume that as soon as they change to a new operation or a different one, their production bonus will be lost or reduced.\".", "Definittivament dan huwa l-effett tan-nuqqas ta' awareness.", "Meta ħaddiem jaħseb fil-flus qabel jaħseb f'saħħtu, ikun short-sighted.", "Wieħed jista' jaqla' flus kemm irid, imma jekk saħħtu tfalli jkollu jerġa' jonfoq dawk il- flus.", "Kemm jekk jikseb riżultat kif ukoll jekk le, dawk il-flus se jkun qiegħed jonfoqhom xorta.", "Qiegħda nqajjem dan il-punt biex inkompli nsostni l-argument tar-rapport innifsu, u ċioe' l-bżonn ta' iktar awareness.", "Fir-rigward tal-work station design dan ir-rapport jgħid hekk:", "\"39% of the workers claim that their chairs lack adequate back support and 42% say that their work tables are not large enough.", "More than 20% complain about their sitting posture while working, either due to lack of adjustable chairs or due to the inability to sit square.", "Those who complain that the height of the table is not adjustable score a relatively high percentage of 34%.\".", "Hawnhekk ir-rapport qiegħed jitkellem dwar għoli ta' mwejjed, tipi ta' siġġijiet eċċ., jiġifieri m'huwiex qiegħed jitkellem dwar affarijiet ta' barra minn hawn u dwar xi investimenti kbar.", "Għalhekk naħseb li din l- industrija tista' tagħmel l-arranġamenti neċessarji biex kemm jista' jkun, il-kndizzjoni ta' occupational illness titnaqqas.", "Ir-rapport jgħid ukoll hekk:", "\"Contrary to the view that may prevail among outsiders to the system, the date of this questionnaire reveal that it is the machine operators rather than the management who set the pace of the machine.\".", "- ara daqsxejn x'nuqqas ta' awareness, Mr Speaker –", "\" At least 72% of respondents claim that they set their speed of the machine.\".", "Il-perception qabel ma sar dan is-survey kienet li l-ispeed tal-makni kien jiġi ssettjat mill-management pero' fil-fatt irriżulta li 72% ta' dawk li rrispondew ikunu huma li jissettjaw il-makni biex jgħaġġlu.", "Meta ħaddiem jagħmel moviment repetittiv b'ċerta għaġġla, ovvjament ikun iktar f'riskju li jibda jbati minn din il-kondizzjoni.", "Xi ħaġa oħra fir-rapport li tirrifletti l-awareness hija din:", "\"Some of the workers pertaining to this particular sector....\"", "- u hawnhekk qiegħda nirriferi dejjem għall-industrija tat-tessuti –", "\"....emphasize that the management should take the necessary action to increase the number of daily breaks.", "However, there does not seem to be a consensus among workers about such a proposal.", "Some are weary about such a change since they argue that an increase in the number of rest breaks would mean an alteration of their starting and finishing times.", "It looks as if a number of workers would not relish a change in their work time-table.\".", "L-istudju dwar kemm il-ħaddiema f'din l-industrija jingħataw breaks minn dan il-moviment repetittiv juri li l-maġġoranza tal-ħaddiema jieħdu break wieħed biss f'ġurnata.", "Hemm ukoll numru żgħir ta' ħaddiema li lanqas biss jieħdu break.", "Filwaqt li numru ta' ħaddiema jridu li l-breaks jiżdiedu, numru ieħor ma jixtequx li jsir dan għax inkella jinbidlu l-ħinijiet ta' meta jibdew u jispiċċaw mix-xogħol.", "Dan ukoll jirrifletti nuqqas ta' awareness, għax għalkemm il- break huwa importanti biex il-ħaddiema jieqfu għal ftit minn dan il- moviment repetittiv ħalli ma jkunx hemm riskju li tiżviluppa din il- kundizzjoni, l-istess ħaddiema ma jridux li jiżdiedu l-breaks.", "Din hija kwestjoni ta' short-sightedness, fejn il-prijorita` tal-ħaddiema m'humiex is-saħħa u s-sigurta` tagħhom imma affarijiet oħrajn.", "Mr Speaker, f'dan ir-rapport jintqal ukoll hekk:", "\"Findings show that slightly over one-third of the workers do not voice their complaints to management.\".", "Iva, terz tal-ħaddiema li qalu li s-siġġu li jużaw m'huwiex tajjeb u li l- mejda fejn jaħdmu hija għolja wisq, m'humiex lesti li jressqu dawn l- ilmenti quddiem il-management.", "\"The same findings also reveal that although 66% of the employees report their complaints, only 5% of those complaining confirm that the management follows their complaint and takes adequate measures.\".", "Mela minn żewġ terzi li jressqu l-complaint tagħhom lill-management, 5% biss minn dawn il-complaints jiġu indirizzati mill-istess management.", "Dan ir-rapport jagħmel riferenza wkoll għall-kwestjoni ta' l-environmental issues, fejn mis-survey li sar fl-2003 mill-general workers union jirriżulta li l-ħaddiema enfasizzaw fuq il-ħtieġa ta' iktar indafa fuq il- post tax-xogħol tagħhom u ta' arja iktar nadifa, biex jitnaqqsu l-problemi respiratorji.", "Fir-rigward tal-health and safety risks, ir-rapport jgħid hekk:", "\"Workers' level of awareness about the presence of risks to health and safety at the place of work can be said to be fairly high.", "About 15% of the workers in the sample failed to answer a question specifically asking them to state whether they think there is a risk to health and safety in the work.", "62% of 260 who answered this question believe that there is a health and safety risk at their place of work.", "Indeed, 36% of workers aged between 21 and 25 do not think that they have a risk to their health and safety in their place of work, whereas 32% of the workers, with 1 to 3 years of working experience, are of the same opinion.\"", "Mr Speaker, huwa inkwetanti li 36% tal-ħaddiema, li għandhom eta' żgħażugħa, ma jaħsbux li fl-industrija tat-tessuti hemm riskju għas-saħħa u s-sigurta' tagħhom.", "Anke l-ħaddiema relattivament ġodda għal din l- industrija jaħsbu l-istess.", "Se nerġa' nfakkar x'ikkwotajt aktar kmieni fir-rigward tal-fatt li r-riskju ta' repetitive strain injuries huwa iktar fil-bidu ta' dan it-tip ta' xogħol.", "Il-ħaddiema li l-iktar li jiġu effettwati minn din il-kondizzjoni huma dawk li jkunu ilhom inqas minn disa' snin f'dan ix-xogħol.", "Għalhekk statistika ta' din il-kwalita` hija ferm iktar inkwetanti.", "\"The data from this particular question, testing for awareness in health and safety risks, reveals that a substantial number of young and inexperienced workers are not conscious about the negative elements to their health inherent in their work.\".", "Dan ukoll għandu x'jaqsam mal-kwestjoni ta' l-awareness.", "Mr Speaker, nixtieq inkompli nitkellem dwar dan ir-rapport, pero' qiegħda nara li l-ħin allokat lili dalwaqt jiskadi, u għalhekk ikun aħjar li nagħmel xi riferenzi oħrajn.", "Pero' qabel nieqaf nitkellem dwar ir-rapport irrid nisħaq fuq il-bżonn li l-awtorita` tagħmel użu minn xogħol bħal dan.", "B'hekk, minbarra li tiffranka ftit mir-riżorsi tagħha, tkun tista' tibda tieħu ċerti passi u tippjana xi tip ta' programm għal dawn il-ħaddiema u għall-employers tagħhom, li fl-aħħar mill-aħħar huma responsabbli li jipprovdu a healthy and safe environment lill-ħaddiema tagħhom.", "Fl-introduzzjoni tiegħu l-ministru qal li fir-rapport wieħed jista' jaqra li l-awtorita` għandha statistika dwar il-każijiet pendenti quddiem il- qorti, u biex tkabbar l-effiċjenza u l-effectiveness, se tintroduċi administrative fines.", "Fil-fatt, f'paġna 16 tar-rapport jintqal hekk:", "\"These administrative fines will facilitate the backlog of court cases and also cut down on red tape and bureaucracy.\".", "Jien nixtieq li xi ħadd min-naħa tal-gvern jispjega kif se jaħdmu dawn l- administrative fines, jiġifieri jekk humiex se japplikaw għall-ħaddiema, għal min iħaddem jew għat-tnejn.", "Qiegħda ngħid dan biex wieħed iżomm quddiem għajnejh ċerti sitwazzjonijiet li jeżistu f'ċerti postijiet tax- xogħol.", "Mill-informazzjoni li għandi nista' ngħid li l-awtorita` hija aware li f'ċerti postijiet tax-xogħol qegħdin isiru l-abbużi, li kuntrattur ewlieni f'dan il-pajjiż għandu file oħxon mhux ħażin quddiem l-awtorita`, pero' Alla jbierek, ħadd ma jaf x'inhu jiġri.", "Sur President, ħaddiema li jitħallsu l-minimum wage, jiġifieri Lm53 fil- ġimgħa, jiġu mitluba biex jixtru s-safety gear tagħhom.", "Dan għedtu kemm-il darba u se nibqa' ngħidu sakemm tittieħed azzjoni.", "Ilkoll nafu li biex ħaddiem jixtri safety shoes serju jew safety helmet tajba, għandu bżonn iktar minn nofs it-Lm53.", "Għalhekk jekk se jiġu ntrodotti dawn l- administrative fines irridu naraw li jkollna l-istruttura in place, li tinvestiga sew ta' min hi l-ħtija li fuq il-post tax-xogħol ma jkunx hemm il-health and safety environment li suppost, bis-safety gear, eċċ.", "Peress li ħafna proċeduri ġudizzjarji jieħdu ċertu tul, il-familjari tal- vittmi li jkunu qegħdin jitolbu d-danni, wara dik it-trawma kollha li jkunu għaddew minnha, iridu jgħaddu snin sħaħ ġejjin u sejrin fil-qorti biex jitħallsu tad-danni.", "Għalhekk jien nissuġerixxi li bħalma qegħdin isiru diversi tribunali u affarijiet ta' din il-kwalita`, ikun hemm tribunal għal ċerti sitwazzjonijiet biex il-kawżi ta' dawn in-nies, minflok quddiem il- qorti ġenerali jiġu trattati f'xi tribunal ta' din il-kwalita`.", "Xtaqt nagħmel riferenza għal paġna 16, fejn l-awtorita` qiegħda tiġbed l- attenzjoni fir-rigward ta' ċerti entitajiet, u qiegħda tgħid hekk:", "\"some other entities that have similar legal responsibilities for occupational health and safety but which have not developed their enforcement structures.\"", "Hawnhekk l-awtorita` qiegħda tiġbed l-attenzjoni għall-fatt li f'dan il- pajjiż hawn entitajiet li għadhom m'għamlux l-enforcement structures tagħhom.", "Dan għandu x'jaqsam ma' dak li għedt iktar kmieni dwar jekk nafux jekk rappreżentant tal-health and safety ġiex appuntat f'kull post tax- xogħol.", "Ma' dan il-punt nixtieq inżid billi nistaqsi: Għaliex f'dan ir- rapport m'għandniex speċifikat min huma dawn l-entitajiet?", "Ir-rapport tal- kummissjoni nazzjonali persuni b'diżabilita`, li darba fis-sena jagħti rendikont dwar kif din il-kummissjoni implimentat u nforzat il-liġi li taqa' taħtha, jgħid fid-dettall x'kienu l-complaints dwar diskriminazzjoni u kontra liema entita` jkunu saru.", "Kieku dan ir-rapport sar bl-istess mod, inkunu nistgħu niffokaw ftit aħjar.", "F'paġna 18 tar-rapport taħt \"Trends in Accidents Statistics\" qiegħed jintqal hekk:", "\"Nevertheless the exact incidence of occupational incidence, especially cases of ill health, remain somewhat blurred.", "It is a known fact that a considerable amount of injuries and cases of ill health remain unreported, for various reasons, including a lack of awareness of legal obligations.\".", "Hawnhekk qiegħed jintqal li minkejja li l-istatistika li għandna llum, li l- awtorita` tiġborha minn diversi entitajiet, bosta inċidenti ma jiġux rapportati, għal raġunijiet differenti.", "Mill-esperjenza nista' ngħid li peress li ħafna ħaddiema jħossuhom insecure u jibżgħu li jiġu redundant, ma jirrapportawx l-inċidenti li jiġru fil-post tax-xogħol tagħhom.", "Għalkemm fir-rapport hawn ħafna diskors pożittiv dwar kemm il-każijiet qegħdin jonqsu, meta wieħed jikkompara l-istatistika jsib li din baqgħet fl- istess livell.", "B'wieħed inqas ma jfissirx li kien hemm achievement.", "L- awtorita` m'għandhiex il-mezzi u r-riżorsi neċessarji biex tkun tista' tenforza u timplimenta.", "Għalhekk, kif jammetti l-istess rapport, l- awtorita` ma tistax tkun proattiva għax m'għandhiex biex taħdem.", "Huwa fir- rigward ta' dan it-tip ta' diffikultajiet li xtaqt lill-ministru jitkellem fid-dettall.", "Fl-aħħar parti tar-rapport, taħt it-titlu \"The Future\" jintqal hekk:", "\"Throughout its operations, a number of problems have been identified.", "These mostly concern the synergy that should be in place between those entities with which the Authority shares a responsibility for various aspects of occupational health and safety.", "Whereas the Authority has worked hard at developing its capacity to implement the legislation, other entities, through their own lack of resources, have failed to take on board a number of legal obligations pertaining to their area of activity.\".", "Again, f'dan ir-rigward nixtieq li fir-rapport annwali tagħha, l-awtorita` tispeċifika min huma dawn l-entitajiet, kif tagħmel il-kummissjoni nazzjonali persuni b'diżabilita`.", "Żgur li waħda minn dawn l-entitajiet huwa l-gvern, li huwa l-ikbar employer.", "L-istorja ta' meta l-awtorita` ordnat li jingħalaq il-laboratorju forensiku, smajniha, l-istorja li qajjem l-Onor.", "Joe Mizzi fil-ġimgħa li għaddiet, dwar it-taqsima tad-drenaġġ fi ħdan il-WSC, smajniha, u jekk induru dawra mal-postijiet tax-xogħol tal- gvern, insibu ħafna affarijiet oħra.", "Għalhekk hemm bżonn li nkunu nafu ma' min qiegħed ikollna x'naqsmu u dwar xiex qegħdin nitkellmu, ħalli d- diskussjoni tagħna f'dan il-parlament nagħmluha iktar in perspective.", "Mr Speaker, barra minn hekk xtaqt insemmi l-aħħaw żewġ punti.", "Meta madwar sitt xhur ilu tkellimt f'dan il-parlament dwar ir-rapport ta' l-awtorita` tas-sena li għaddiet, jiġifieri ta' l-2002/2003, kont semmejt il-kwestjoni tal-workplace mobbing, jiġifieri l-harassement li jsir fuq il-postijiet tax- xogħol.", "F'konferenza li saret f'Jannar ta' din is-sena, il-European foundation for the improvement of living and working conditions qalet hekk:", "\"A conference held in January 2004 highlighted the problem of workplace bullying or mobbing in Italy.", "Research has found that some 1.5 million workers suffer mobbing at work and the issue is being regarded with increasing concern.", "There have been a number of proposals for legislation on the issue, plus a number of collective agreements, while trade unions are increasingly active in seeking to prevent such pyschological harassment at work.\".", "Jien nixtieq inkun naf ukoll jekk dan ingħatax konsiderazzjoni.", "M'huwiex biżżejjed li f'dan ir-rapport nikkwotaw l-affarijiet pożittivi li qalet dwarna l-European foundation for the improvement of living and working conditions, imbagħad ma neħdux in konsiderazzjoni dak li qalet l-istess fondazzjoni dwar aspetti oħrajn ta' health and safety.", "Qabel nagħlaq dan l-intervent irrid nagħmel riferenza għal dak li kiteb Louis R. Naudi fil-gazzetta \"L-orizzont\" tal-5 ta' Novembru ta' din is- sena, fejn ta rendikont ta' konferenza li saret dwar is-saħħa u s-sigurta` fil-qasam ta' l-agrikoltura.", "Nixtieq li xi ħadd min-naħa tal-gvern jagħtina risposta dwar jekk l-awtorita` tatx kas ta' dak li ntqal f'din il- konferenza, li saret b'inizjattiva ta' l-Unjoni Ewropea, fir-rigward ta' l- inċidenti f'dan il-qasam u tal-bżonn ta' aktar sforzi u ħidma fir-rigward tas-saħħa u s-sigurta` tal-bdiewa.", "Nagħlaq billi ngħid li fir-rigward tas-saħħa u s-sigurta` tal-ħaddiema Maltin u Għawdxin, ma nistgħux noqogħdu ngħidu li qiegħed isir sforz biex il-finanzi pubbliċi jiġu kkontrollati.", "Mill-health and safety, mis-saħħa u s-sigurta` tal-ħajjiet tan-nies u mid-dinjita' tagħhom irridu nikkontrollaw il-fondi pubbliċi?!", "Għax ma nikkontrollawhomx minn affarijiet li huma ta' ħela u li nistgħu ngħaddu mingħajrhom, affarijiet li jekk nibdew insemmuhom, ma nispiċċaw qatt?!", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joseph Falzon.", "ONOR.", "JOSEPH FALZON: Mr Speaker, huwa tajjeb li jkun hawn ħafna nies li jiddiskutu dwar dan id-dibatittu.", "Wieħed ikun jixtieq li jkun hemm diskussjoni aktar wiesgħa u profonda rigward dan is-suġġett għax hawn qegħdin nitkellmu dwar is-saħħa u l-ħajja tal-bnedmin.", "Ilkoll jiddispjaċina li minn żmien għal żmien nisimgħu b'ċerti diżgrazzji u mwiet, pero' huwa tajjeb li nżommu f'moħħna li l-awtorita`, minkejja li tagħmel ħilitha, sfortunatament jibqa' jkun hemm min ma jagħtix kas.", "Naħseb li din hija l-ikbar problema li teżisti mhux biss f'pajjiżna iżda f'kull pajjiż, fejn minkejja l-isforzi li wieħed jagħmel, minkejja l- edukazzjoni li tingħata f'forma ta' programmi edukattivi u training courses u minkejja l-law enforcement li ssir, dejjem jibqa' jkun hemm nies li ma jagħtux kas u allura, kif jgħidu, meta wieħed jilgħab man-nar jispiċċa biex jinħaraq.", "Jiddispjaċini li qiegħed ngħid dan id-diskors għax wieħed irid jirrikonoxxi l-fatt li l-awtorita` dwar is-saħħa u s-sigurta` fuq il-post tax-xogħol tagħmel ħafna xogħol.", "Minn hawnhekk insellem lill-membri kollha tal-bord u liċ-chairperson.", "Naħseb li dan id-dibatittu jrid iservi wkoll biex iwassal messaġġ ċar lill-ħaddiema kollha.", "Meta ngħidu l-ħaddiema kollha rridu nagħmlu distinzjoni wiesgħa għax issa m'għadniex nitkellmu biss dwar is- saħħa u s-sigurta` fuq il-post tax-xogħol iżda dwar is-saħħa u s-sigurta` kullimkien.", "Huwa tajjeb li wieħed jorbot l-issue tas-saħħa u sigurta` dejjem u kullimkien anke ma' dibattiti dwar l-ambjent.", "Mr Speaker, kif turi l-istatistika, ħafna mid-diżgrazzji fuq il-postijiet tax-xogħol isiru fis-settur tal-kostruzzjoni.", "Fil-professjoni tiegħi, għandi x'naqsam ma' l-attivita` tal-kostruzzjoni u nista' ngħid li aktar ma' l-proġett ta' kostruzzjoni jkun kbir, ovvjament ir-riskju ta' diżgrazzji jkun akbar.", "Pero' rrid nirrikonoxxi l-fatt li saru kambjamenti kbar, anke minn ċerti kuntratturi – u hawnhekk qiegħed nirrestrinġi ruħi għas-settur tal-kostruzzjoni - fis-sens li hemm l-employer huwa iżjed aware ta' dak li tgħid il-liġi f'dan ir-rigward.", "Ovvjament l-employers huma soġġetti għall-penalitajiet li timponi l-liġi u allura iżjed joqogħdu attenti li jieħdu l-miżuri neċessarji u jipprovdu l-ilbies protettiv lill- ħaddiema tagħhom.", "Sur President, ma' dan li qiegħed ngħid torbot ħafna s-serjeta` tal- kuntrattur.", "Qiegħed ngħid dan għax, per eżempju, hawn ħafna nies li jgħidu li huma bennejja meta fil-fatt ma jkunu bennejja xejn.", "Ħafna diżgrazzji, li forsi ma jkunux fatali, jkunu ġejjin minn demolition and excavation contractors għax ħafna ħaddiema f'dan il-qasam jew l-impjegati tagħhom ma jkunux imħarrġa.", "Jien niskanta meta ġieli niltaqa' ma' nies li minkejja li jkunu qegħdin jagħmlu xogħol perikoluż fuq sit ta' kostruzzjoni, ma jkollhomx l-iċken idea ta' kif se jagħmlu dan ix-xogħol.", "Fl-opinjoni tiegħi, għandu jkun hemm a registration of contractors anke f'dan ir-rigward.", "Kif jista' jkun li f'dan il-ġeneru ta' xogħol jaħdmu persuni mingħajr ebda taħriġ jew esperjenza, li jaħsbu li hija xi ħaġa faċli li jwaqqgħu bini, meta fil-fatt dan huwa l-iżjed stadju perikoluż fl- eżekuzzjoni tax-xogħlijiet.", "Huwa għalhekk li b'mod partikolari f'dan il- qasam, irid ikun hemm ħaddiema mħarrġa.", "L-istess jista' jingħad fir-rigward ta' l-excavations, li jinvolvu t- tħaddim ta' inġenji kbar.", "Ġieli niltaqa' ma' persuni li jagħmlu ġurnata sħiħa jħaddmu l-Hymacs mingħajr ma jkunu lebsin il-headphones pero' agħar minn hekk, niltaqa' ma ħaddiema li jagħmlu xogħol ta' eskavazzjoni mingħajr ma jkollhom l-iċken idea teknika ta' kif se jesegwixxu dan ix-xogħol, mingħajr ma jkunu jafu x'hemm fil-bini ta' maġenb dak li jkun qiegħed jaħdem fih, mingħajr ma jkun iggwidat minn ħadd.", "Eventwalment dawn huma n- nies li jġorru magħhom riskju għoli ta' inċidenti fuq il-post tax-xogħol.", "Waqt li jkun qiegħed isir xogħol ta' demolition u excavation, wieħed għandu joqgħod attent għas-siti li jkunu adjacent ma' dawk fejn ikun qiegħed isir il-bini.", "Ġeneralment huwa hemmhekk fejn ikun hemm problemi kbar.", "Fil-fatt fis-sena li għaddiet seħħet diżgrazzja f'San Pawl il-Baħar, proprju minħabba dan.", "L-istess jista' jingħad għall-istadju tal-kostruzzjoni fejn wieħed irid joqgħod attent mhux biss għall-periklu li jista' jkun hemm fis-sit partikolari.", "Quddiemi hawn il-Perit Stefan Bountempo, li żgur li qiegħed jifhem sew dak li qiegħed ngħid.", "F'dan it-tip ta' xogħlijiet, wieħed irid jieħu ħsieb ukoll tas-sigurta` tal- pubbliku in ġenerali.", "Ġeneralment meta wieħed jiġi biex jgħaddi minn quddiem sit ta' kostruzzjoni jsib li ma jkunx jista' juża l-bankina iżda jkollu jgħaddi min-nofs it-triq.", "Dawn huma kollha affarijiet li rridu nieħdu ħsiebhom.", "Huwa tajjeb li ngħid li l-construction management report li jsir, li jingħata wkoll lill-MEPA, teknikament ikun tajjeb, pero' eventwalment ma jiġix esegwit kif suppost.", "Sur President, hemm bżonn li waqt li jkunu qegħdin isiru xogħlijiet ta' kostruzzjoni, ikun hemm enforcement tajjeb mill-health and safety officers, biex dawn ix-xogħlijiet jiġu esegwiti kif suppost.", "Huwa tajjeb ukoll li jkun hemm a joint venture bejn il-MEPA, il-health and safety authority u l- kunsilli lokali, biex fir-rigward tal-pubbliku in ġenerali jkun hemm a common stand, a common goal biex is-sigurta` tal-pubbliku in ġenerali tiġi imħarsa, filwaqt li tiġi mħarsa wkoll is-sigurta` tal-ħaddiema fuq il- postijiet tax-xogħol.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Michael Asciak.", "ONOR.", "MICHAEL ASCIAK: Sur President, quddiemna għandna l-estimi ta' l- awtorita` dwar is-saħħa u s-sigurta` fuq il-post tax-xogħol, mill-1 ta' Ottubru 2003 sat-30 ta' Settembru 2004.", "Wieħed jinnota b'mod pożittiv li matul din is-sena, l-awtorita` kompliet toħroġ legal notices dwar is-saħħa tal-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol.", "Flimkien mal-legal notices l-oħrajn li kienu ħarġu qabel, daħal regolament importanti - li tkellimt dwaru waqt id-diskussjoni tal-voti tal-WSC - li jittratta dwar il-minimum requirements for confined spaces and spaces having explosive atmosphere.", "Nafu li ġieli ġraw diżgrazzji, speċjalment fis-sistema tad-drenaġġ, bħalma ġara fil-passat riċenti, fejn kieku kienu jitħaddmu prattiċi aktar tajbin ma kienx jiġri dak li fil-fatt ġara.", "Issa li ħarġet il-legal notice 41 ta' l-2004 nista' ngħid li l-WSC qiegħda tieħu azzjoni speċjali biex tħaddem lill-ħaddiema tagħha f'dan il-qasam, pero' m'għandhiex tieqaf hemm.", "Legal notice oħra li ħarġet hija dwar il-minimum health and safety requirements for work at construction sites.", "Fl-opinjoni tiegħi din hija legal notice importanti ħafna speċjalment meta wieħed iżomm f'moħħu li l- biċċa l-kbira ta' l-inċidenti li jkollna jseħħu proprju f'dawn il- construction sites.", "F'paġna 19 tar-rapport wieħed isib li l-injuries fuq il-post tax-xogħol naqsu b'madwar 80 mis-sena l-oħra 'l hawn, pero' wieħed jippretendi li l- ammonti jibdew neżlin iktar.", "Wieħed irid iżomm f'moħħu li l-kwestjoni tal- health and safety m'hijiex li wieħed joqgħod jibgħat l-ispetturi fuq il- postijiet tax-xogħol kollha - hemm numru limitat ta' spetturiu numru kbir ħafna ta' postijiet tax-xogħol – imma li tinbidel il-mentalita' ta' kull ħaddiem u ta' kull employer rigward il-health and safety f'pajjiżna.", "Huwa importnati li kulħadd jifhem li jrid jibdel il-mentalita' tiegħu.", "Wieħed mill-iktar affarijiet li l-health and safety authority ittambar fuqu kostantament huwa dak li jissejjaħ ir-risk assessment.", "Qed isir risk assessment minn kull employer u minn kull impjegat qabel ma wieħed jaqbad ix-xogħol tiegħu?", "Jidher li l-idea tar-risk assessment għadha ma qabditx art biżżejjed u hawnhekk nagħmel appell lill-aworita' u lill-gvern sabiex meta joħorġu l-legal notices isir iktar fanfarra fuqhom u jekk hemm bżonn isiru press releases u press conferences mill-awtoritajiet tal-health and safety sabiex jispjegawhom.", "Veru li jsiru l-korsijiet u ma tantx fadal legal notices x'joħorġu għax l-biċċa l-kbira ħarġu, pero' xorta waħda naħseb li jenħtieġ li tibda ssir press conference fuq il-kontenut tal-legal notices.", "Legal notice oħra li ħarġet tittratta l-protezzjoni taż-żgħażagħ fuq il- post tax-xogħol.", "Naħseb li ftit li xejn smajna dwar dan fl-aħbarijiet u għalhekk naħseb li għandu jkun hemm xi forma ta' PR aktar qawwi fejn jidħlu dawn il-legal notices.", "Din is-sena ħarġu ħames legal notices, fosthom waħda li tittratta dwar ir-riskji tal-ħaddiema mill-ħoss.", "Nafu li f'Malta l-ħoss u l-vibration minn dejjem kienu problema u huma problema wkoll fuq il-postijiet tax-xogħol speċjalment meta l-liġi tal-health and safety tgħid b'mod ċar li wieħed iridu jieħu in konsiderazzjoni terzi persuni li jistgħu jkunu effettwati mill-ħsejjes, bħal per eżempju, f'każ ta' ħsejjes li jinstemgħu minn barra fabbrika.", "Il-liġi tgħid ukoll li anke f'xogħol li wieħed ma jaqlax flus minnu irid japplika l-kondizzjonijiet tal-health and safety.", "Jekk inħarsu lejn in-numru ta' inċidenti fatali li kellna din is-sena naraw li dawn naqsu b'wieħed fuq is-sena l-oħra.", "Insibu wkoll li minn 11-il inċident serju, disgħa kienu fil-qasam tal-kostruzzjoni.", "Dan juri b'mod ċar li fil-qasam tal-kostuzzjoni rridu ninsistu iktar sabiex niġbu l- attenzjoni kemm tal-ħaddiema kif ukoll ta' l-employer għall-periklu li jeżisti.", "Żgur li jekk naħdmu aktar f'dan il-qasam, kemm mil-lat ta' enforcement kif ukoll mil-lat ta' PR jirnexxielna nnaqqsu dawn l-inċidenti.", "Xtaqt nagħmel riferenza wkoll għax-xogħol ta' l-invjar.", "Fl-opinjoni tiegħi teżisti lakuna fil-liġi fejn jidħol dan ix-xogħol - kemm dak li jsir ġewwa kif ukoll dak li jsir barra – għax din il-liġi hija maqsuma parti taħt il- Kodiċi tal-Pulizija, parti taħt il-MEPA u parti taħt l-occupational health and safety.", "Żgur li m'huwiex aċċettabbli li min ikun qed jobrox barra jimla triq sħiħa u anke lill-ġirien kollha bit-trab u jibqgħu sejrin għal numru ta' ġranet.", "Hemm bżonn li din it-toqba fil-liġi nsodduha; hemm prekawzjonijiet li jistgħu jieħdu dawn il-ħaddiema lil għandhom jeħduhom.", "L-aħħar punt li xtaqt nagħmel ma jirrigwardjax il-health and safety authority, imma jirrigwardja l-qrati.", "Nafu li l-ħaddiema tal-health and safety jagħmlu ħafna xogħol u jkunu taw ħafna warnings lill-individwi qabel iħarrkuhom, pero' wieħed imbagħad jistenna li meta fl-aħħar mill-aħħar l- awtorita' għas-saħħa fuq il-post tax-xogħol tressaq nies il-qorti, din tieħu konoxxenza tax-xogħol li tkun għamlet l-awtorita' u mhux bniedem li jkun ġie avvżat kemm-il darba verbalment u fl-aħħar jitħarrek, il-qorti tkun lenient ħafna miegħu.", "Fir-rapport insibu li f'każi bħal dawn, l- individwu jeħel jew sentenza sospiża jew multa li in effett tkun fażulla għax li twaħħal multa ta' Lm100 lil kuntrattur kbir qisek qed twaħħal 5c lili.", "Jenħtieġ li l-qorti tikkopera iktar ma' l-awtoritajiet tas-saħħa fuq il-post tax-xogħol sabiex id-deterrent ikun hemm ukoll.", "Meta l-awtorita' tkun tellgħet nies il-qorti fuq kawżi ta' ċerta importanza fejn ikunu weġġgħu n-nies jew setgħu weġġgħu n-nies b'mod serju, huwa importanti li l- maġistratura u min ikun qed jara l-kawżi jagħti sentenzi li huma komparabbli ma' dak li jkun sar.", "Il-liġi tippermetti li jingħataw sentenzi ħafna aktar ebsin minn Lm100 multa, fil-fatt il-multi jistgħu jitilgħu sa Lm5,000 u jistgħu jwasslu wkoll għat-telfien tal-warrant ta' dak li jkun.", "Wieħed jippretendi li s-sistema s'issa ndrat u jenħtieġ li l-qorti tkun iktar iebsa ma' dawn l-individwi.", "Nirringrazzjak, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Karl Chircop.", "ONOR.", "KARL CHIRCOP: Sur President, fil-ftit ħin li baqa' għall- oppożizzjoni se ngħaddi xi kummenti il-qosor fuq ir-rapport li għandna quddiemna.", "Nibda biex ngħid li huwa ta' sodisfazzjon għalija personali u anke għall-kumplament tal-Kamra li għall-ewwel darba quddiemna għandna dan ir-rapport wara l-preparamenti kbar li kien hawn fuq il-liġi tal-health and safety li ġiet mgħoddija madwar sentejn ilu.", "Ngħaddi mill-ewwel biex nikkummenta dwar il-feeling ġenerali li hawn fil-pajjiż.", "Jinħass li għalkemm il-health and safety authority ġiet imwaqqfa sentejn ilu, overall jidher li mhux qed isir biżżejjed f'dan ir-rigward.", "Wieħed japprezza u jifhem il-fatt li din l-awtorita', għalkemm għandha nies li huma kompetenti ħafna għandha diffikultajiet finanzjarji kbar biex tilħaq maċ-challenges li għandha quddiemha li huma enormi, u bil-budget kif kien is-sena l-oħra ta' Lm0.33 miljun żgur li ma setgħet tagħmel xejn.", "Għalkemm jidher li l-budget għal din is-sena se jiġi miżjud għal madwar Lm400,000 - din in-naħa tilqa' dan il-fattur b'ċertu apprezzament - nemmen li xorta se jibqa' ħafna shortfalls, kemm fil-funzjonijiet ta' l-istess awtorita' kif ukoll għaċ-challenges li għandha quddiemha u t-thresholds u deadlines li trid tilħaq.", "Sur President, irrid ngħid li r-rapport kien diċenti u jinftiehem tajjeb ħafna u waħda mill-affarijiet li kkummenta fuqhom huwa l-fatt kif l- awtorita' għas-saħħa u s-sigurta' fuq il-post tax-xogħol trid tilħaq iċ- challenges tagħha vis-à-vis il-problemi in ġenerali li hawn fil-qasam tas- suq tax-xogħol bħalissa.", "Kulħadd jaf li sfortunatament il-qasam ta-xogħol mhux sejjer tajjeb u għaldaqstant nemmen li l-abbużi, speċjalment fuq il- ħaddiema, jiżdiedu jistgħu u mhux jonqsu allavolja għandna din l-istess awtorita' li suppost qiegħda hemmhekk biex tissorvelja dawn l-abbużi.", "Dan minħabba l-problema lil teżisti ta' nuqqas ta' kompetittivita' li iktar ma jmur aktar qiegħda tiżdied fl-industrija tagħna u naturalment se jkun hemm dik it-tentazzjoni mill-istess employers li jibdew jagħmlu ħafna cost cutting exercises u nibża' li jista' jagħti l-kas li xi ftit jew wisq jista' ikollna cost cutting vis-à-vis il-health and safety fuq il-postijiet tax-xogħol.", "Għalhekk xtaqt niġbed l-attenzjoni ta' l-uffiċjali ta' l- awtorita' sabiex jieħdu ħsieb dan il-fattur.", "Waqt li kont għaddej naqra r-rapport innutajt kemm hija importanti - kif kienet aċċennat din in-naħa tal-Kamra - l-awareness fil-kwestjoni tal- health and safety, u ħadt gost ninnota wkoll li hemm miktub li l-awtorita' qed tagħti ħafna importanza għal dan u anke trid tidħol fl-iskejjel sabiex nibdew minn stadju kmieni lit-tfal tagħna nagħtuhom iktar attenzjoni f'dan ir-rigward biex nagħmluhom iktar aware mill-kwestjoni tal-health and safety fuq il-post tax-xogħol.", "Fir-rapport hemm miktub ukoll li saru xi talks ta' informazzjoni u diskussjonijiet pero' nemmen li m'huwiex biżżejjed; irid isir iktar.", "Il-kwestjoni tal-fondi dejjem tiġi first and foremost, pero' tajjeb ngħidu li l-liġi diġa' ilha li għaddiet sentejn u nemmen li l- awtorita' kellha tidħol iktar fl-iskejjel u tagħmel il-preżenza tagħha tinħass aktar.", "Niġi issa għall-kwestjoni ta' l-inizjattivi li ttieħdu fil- media, u hawnhekk terġa' taqa' l-kwestjoni tal-finanzi li huma limitati.", "Il-gvern għandu b'mod jew ieħor jgħin iktar lill-awtorita', anke permezz ta' l-istazzjon ta' l-istat, tirreklama l-attivitajiet ta' l-awtorita' u anke jgħinha żżid din l-awareness fost il-familji tal-ħaddiema Maltin u Għawdxin.", "Ir-rapport jitkellem ukoll dwar il-kwestjoni ta' l-inizjattivi ta' training li ttieħdu permezz ta' l-awtorita' u se nikkwota: \"The authority also meets all requests for training originating form diverse quarters including the constituted bodies, sectoral organisations and individual companies.", "For this purpose the authority has prepared a number of training packages that can be tailored to suit the requirements of the persons receiving this training.\"", "Din hija inizjattiva tajba u wieħed jista' japprezza l-immensita' tax- xogħol li għandha quddiemha l-awtorita' biex tkun tista' tikkejterja għall- constituted bodies kollha, kemm unions, kemm min iħaddem, kif ukoll awtoritajiet oħra li forsi jidħlu f'dan l-interess u organizzazzjonijiet settorali u kumpanniji individiwali.", "Minħabba l-problema ta' nuqqas ta' riżorsi u finanzi, l-awtorita' bilfors ikollha tidentifika dawk li huma high risk areas u jidher ċar li fis-settur tal-kostruzzjoni għad baqa' ħafna xi jsir.", "Nemmen li l-awtorita' tista' tuża ċerti organizzazzjonijiet jew dipartimenti oħrajn li hemm fl-entita' kollha amministrattiva tal-gvern, fost oħrajn tista' taħdem iktar id f'id ma' l-ETC u anke ma' l-ispettorat ta' l-ETC kif ukoll tista' taħdem mad- department of labour inniffsu.", "Fir-rapport hemm miktub ukoll li l-awtorita' qed issib ruħha dejjem aktar iffaċċjata bis-sitwazzjoni fejn l-istess media qed tpoġġiha bħala l-player ewlieni f'dan il-qasam – u jekk ma noqogħdux attenti anke aħna l-politiċi nagħmlu dan - u dan qed ipoġġi iktar pressjoni fuq l-istess awtorita' meta fl-istess ħin mhux qed isir biżżejjed biex ikun hemm aktar awareness campaigns vis-à-vis l-kumplament tal-popolazzjoni.", "Fir-rapport hemm miktub ukoll li:", "\"The increased demands on the authority's services have rendered the authority into a reactive organisation insofar as ensuring compliance.\"", "Din, fl-opinjoni tiegħi, hija ammissjoni ta' disfatta kbira, mhux min-naħa ta' l-awtorita' imma min-naħa tal-gvern.", "Aħna konna aċċennajna f'din il- Kamra li huwa importanti li l-awtorita' tkun proattiva u l-istess rapport qed jitkellem ċar u tond u jgħid li l-awtorita' mhux talli m'hijiex proattiva talli hija reattiva u nerġa' nenfasizza li dan m'huwiex tort ta' l-awtorita' imma huwa minħabba r-restraints li għandha f'dak li għandu x'jaqsam ma' finanzi kif ukoll ma' riżorsi umani.", "Mir-rapport joħroġ ċar ukoll li l-awtorita' li suppost kienet hi li xprunat il-liġi mhux qed ikollha ħin biżżejjed biex tħaddimha.", "Fil-fatt f'paġna 16 hemm miktub hekk:", "\"Within the framework of maximising the efficiency and effectiveness of its resources, the authority has also to identify actions which bring about compliance in the most cost effective manner possible.", "So far the authority has exclusive rights on judicial proceedings to bring about forced compliance.", "This requires a lot of time and effort and therefore it is ample time that the authority starts to impose administrative fines on those persons who persistently contravene the regulations.\"", "Imma għandna miktub fil-liġi li l-awtorita' hija empowered li tagħmel hekk, hemm għalfejn jgħaddu sentejn biex nirrealizzaw li nistgħu nimponu dawn il- miżuri tassattivi fuq min jabbuża?", "Ma naħsibx li kien hemm għalfejn jgħaddu sentejn sħaħ biex naslu għal din il-konklużjoni u probabbilment dan huwa tort tan-nuqqas ta' ħin li għandhom il-ħaddiema li jaħdmu fl-awtorita' li lanqas għandhom iċ-ċans li jiflu l-liġi sewwa ħalli jkunu jistgħu jħaddmuha b'mod iktar effettiv.", "F'dak li għandu x'jaqsam ma' ċerti setturi oħrajn fil-qasam tax-xogħol bħal, per eżempju, makkinarju hemm miktub li din is-sezzjoni tirċievi rapporti u ċertifikati fuq lifts, hoists, cranes, fork lift trucks, boilers eċċ., pero' kien ikun tajjeb li kieku fir-rapport iddaħħlet statistika biex naraw kemm hemm makkinarju li nstab difettuż u kellu jiġi curtailed u rtirat minn fuq il-post tax-xogħol.", "Għal dak li għandu x'jaqsam ma' l-istatistika in ġenerali dwar kif tikkompara Malta mal-kumplament ta' l-istati ta' l-Unjoni Ewropea fil-qasam tal-korrimenti fuq il-post tax-xogħol, irridu ngħidu li għalkemm veru hawn l-idea li f'pajjiżna hawn ċerta traskuraġni, f'ċerti oqsma bħal dak tal- kostruzzjoni, insibu li Malta ma tipparagunax daqstant ħażin.", "Hawnhekk qed nitkellem fuq il-figuri li jidhru f'paġna 39 tal-ktejjeb bl-isem \"The Social Situation in the European Union - 2004 Overview\".", "Hawnhell insibu li f'dak li għandu x'jaqsam ma' serious accidents fuq il-post tax-xogħol Malta tinsab fit-tmien post minn fost 25 pajjiż, jiġifieri għalkemm hemm lok fejn wieħed itejjeb, nemmen li b'daqsxejn aktar attenzjoni min-naħa ta' l-awtorita' u għajnuna iktar diretta mill-gvern mhux f'sens ta' finanzi imma anke f'affarijiet oħra kif diġa' semmejt, nistgħu ntejbu l-performance tagħna.", "F'dak li għandu x'jaqsam ma' inċidenti fatali, dan il-ktejjeb juri li pajjiżna jinsab fit-tielet post, pero' meta naraw nħarsu lejn paġna 19 tar-rapport ta' l-awtorita' naraw li fis-sena li qegħdin fiha l- fatalitajiet fuq il-post tax-xogħol sa Settembru kellna 11.", "Jiġifieri kieku wieħed kellu jestrapola din il-figura sa l-aħħar ta' Diċembru nsibu li din titla' bejn 14 u 15.", "Naturalment jien dejjem qed nitkellem statistikament u j'Alla li ma jkollniex aktar inċidenti fatali, pero' jekk din il-figura se titla' kif semmejt allura juri li din is-sena se nkunu morna ftit lura.", "Sur President, hemm bżonn li nħarrxu l-pieni eżistenti f'dak li għandu x'jaqsam ma' nies li jkunu qegħdin jabbużaw.", "Jidher ċar minn dak li hemm miktub f'paġna 20 li hemm bottleneck f'dak li għandu x'jaqsam ma' prosekuzzjonijiet fil-qrati.", "Hemm miktub li s'issa sub judice hemm 14-il każ li minnhom żewġ persuni nstabu ħatja u ġew mogħtija l-piena kif jixirqilhom imma hemm persuna oħra li ġiet mogħtija piena ta' tliet xhur sentenza sospiża.", "Illum hemm għaxar każi ġodda u b'kollox l-ammont ta' każijiet li jinstabu sub judice huwa ta' 24 u naħseb li l-awtorita' m'għandhiex biżżejjed manpower biex tkun tista' tieħu ħsieb - nafu kemm jinħela ħin fil-qrati - dawn il-każi, toqgħod magħhom dawk is-sigħat kollha fil-qrati u fl-istess ħin tieħu ħsieb ix-xogħol li jkun għaddej u li jaqa' taħt ir-responsabilita' tagħha.", "Sur President, nikkonkludi d-diskors qasir tiegħi billi ngħid li f'paġna 26 tar-rapport hemm ammess iswed fuq l-abjad li", "\"In an ideal world, the authority should have adequate resources at its disposal.", "Since this is not an ideal world and since the authority's aspirational goals are very ambitious, the authority will have to prioritise its actions and to seek and foster partnerships ...\"", "kif għedt ma' l-ETC u mad-department of labour", "– \"... with other interested parties and stakeholders. the ultimate goal would be self regulation by all duty holders.\"", "Mank naslu f'dak l-istat!", "Nerġa' naċċenna li r-riżorsi li qed jiġu mgħoddija lill-awtorita' m'humiex biżżejjed, anke peress li nafu li din l- awtorita' u dan is-suġġett ġie mogħti ħafna attenzjoni sentejn ilu.", "Illum qed jidher bil-fatti li l-importanza li tajna f'din il-Kamra lil din l- awtorita' sentejn, tliet snin ilu mhux qed jiġi tradott f'dak li għandu x'jaqsam ma' riżorsi umani kif ukoll f'dak li għandu x'jaqsam ma' riżorsi finanzjarji.", "Nemmnu li f'dinja fejn il-qasam tax-xogħol diġa' qed jiffaċċja challenges kbar - kif għedna fid-diskussjoni dwar l-estimi ta' l- ETC madwar ħmistax ilu f'din il-Kamra - l-awtorita' għas-saħħa u s-sigurta' fuq il-post tax-xogħol jimmerita li jkollha aħjar.", "Nirringrazzjak, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Skada l-ħin disponibbli għall-oppożizzjoni.", "Iktar rimarki?", "Is-Segretarju Parlamentari Vassallo.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO: Sur President, kemm l-Onor.", "Karl Chircop kif ukoll l-Onor.", "Marie Louise Coleiro irriferew għall-punt fejn fir-rapport ta' din l-awtorita' qed jissemma l-partnership li tenħtieġ tagħmel din l-istess awtorita` ma' entitajiet oħrajn.", "Hawnhekk nista' nirrapporta li jeżisti patt ta' sħubija bejn is-small business and crafts unit fil-commerce division li jaqa' taħt il-ministeru li jien segretarju parlamentari fih kif u din l-awtorita' li tinsab fi ħdan il-ministeru responsabbli mill- edukazzjoni u l-impjiegi.", "Huwa importanti li jkun hemm ħidma koordinata għaliex b'hekk iżjed inkunu nistgħu nwessgħu u nagħmlu l-aħjar użu tar- riżorsi li ħafna drabi waħedhom jistgħu jkunu limitati.", "B'dan il-patt ta' koordinazzjoni li jeżisti bejn din l-awtorita' u d-dipartiment li jagħmel tajjeb biex jikkoordina ħidma anke ta' twassil ta' informazzjoni lis-settur tas-self-employed u negozji żgħar, qegħdin naslu biex inkunu ta' backup office għal din l-awtorita' u l-expertise ta' din l-awtorita' huwa ta' backup office fil-ħidma ta' l-ismall business and crafts unit ta' dan id- direttorat.", "Dak li kien propost li għandu jsir biex ikollna użu aħjar tar- riżorsi li forsi individwalment jidhru limitati, qiegħed fil-fatt isir.", "U hawnhekk irrid nirringrazzja lill-ministru responsabbli mill-edukazzjoni u l-impjiegi għax qed jagħmel xogħol tajjeb, fejn bil-kemm kemm ma nistax ngħid li jien segretarju parlamentari fi ħdanu wkoll f'dan ir-rigward u f'ħafna oqsma oħrajn!", "Xtaqt issa nagħti ħarsa lejn l-istatistika.", "L-istatisitka kif maħruġa mill-NSO fil-25 ta' Ottubru tindika fejn għandna l-inkwiet jew fejn l-inkwiet tagħna m'huwiex daqshekk inkwetanti.", "Meta nħarsu lejn l-inċidenti li ġew rapportati fir-rigward tas-self-employed naraw li filwaqt li fil-perijodu Lulju-Settembru 2003 kien hemm irrapportati 91 każ, fil-perijodu Lulju-Settembru 2004 kien hemm irrapportati 62 każ.", "Jekk inħarsu lejn l-employment status kollu insibu li għal dak li jirrigwarda kemm full time employees kif ukoll part-time employees fil-perijodu Lulju-Settembru 2003 kien hemm rapportati 1,313 każ filwaqt li fil-perijodu bejn Lulju-Settembru 2004 kien hemm irrapportati 1,156 każ.", "Jekk imbagħad inħarsu lejn l-inċidenti rrapportati f'dak li jirrigwarda self-employed without employees insibu li fil-perijodu Lulju- Settembru 2003 kien hemm 56 inċident filwaqt li fl-istess perijodu s-sena ta' wara kien hemm irrapportati 38 każ.", "Għalkemm kif indikajt, kien hemm tnaqqis fir-rati ta' inċidenti, kien hemm żieda fir-rati ta' inċidenti f'dawk in-negozji li jħaddmu minn wieħed sa disa' min-nies għax hemmhekk insibu li fil-perijodu bejn Lulju-Settembru 2003 kien hemm irrapportati 97 inċident filwaqt li fil-perijodu Lulju- Settembru kien hemm irrapporati 120 inċident.", "M'iniex qed ngħid li għax b'mod ġenerali naqsu n-numru ta' inċidenti f'din l-aħħar sena allura ejjew indoqqu t-trombi, imma grazzi għal Alla l- imbierek, għall-attenzjoni tan-nies u għall-ħidma koordinata minn din l- awtorita' nistgħu ngħid li l-inċidenti qegħdin jonqsu.", "Issa dan ma jfissirx li s-sena li ġejja dawn se jkomplu jonqsu imma rridu naraw li dak li sar tajjeb inkomplu ntejbuh u nkunu dejjem attenti għaliex hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq ħajjiet il-ħaddiema, l-employers, in-negozjanti u s- self-employed tagħna.", "Kieku wieħed kellu jħares lejn l-istatistika biex jara fejn qed iseħħu l- akbar numru ta' inċidenti jsib li, per eżempju, fejn jirrigwarda craft and related trades workers fil-perijodu Lulju-Settembru 2003 kien hemm 297 inċident fuq il-post tax-xogħol filwaqt li fl-istess perijodu tas-sena s- sena ta' wara kien hemm 211.", "Fil-plant and machine operators and assemblers insibu li bejn Lulju-Settembru 2003 hemm irrapportati 86 inċidenti filwaqt li fl-istess perijodu tas-sena ta' wara ġew irrapportati 102 inċidenti.", "Kif qed naraw hawnhekk kellna żieda fin-numru ta' inċidenti u allura hemm bżonn li nitfgħu l-attenzjoni tagħna fuq dan is-settur.", "U huwa proprju għalhekk li min-naħa tad-diviżjoni tal-kummerċ speċjalment bil- ħidma ta' l-ismall business and crafts unit flimkien ma' din l-awtorita' qiegħda ssir koordinazzjoni sabiex f'Jannar u Frar li ġej ikun hemm ħidma edukattiva fiz-zona industrijali ta' l-Imrieħel, fl-inħawi ta' Birkirkara, fiz-zona industrijali ta' Ħal Qormi u fiz-zona industrijali tal-Mosta.", "F'dawn it-tliet zoni industrijali mhux biss qegħdin inwasslulhom is- servizzi infrastrutturali ġodda imma qegħdin nagħmlu hand holding magħhom - ma naħsibx li se jkollna xi suċċess immedjat - biex inkomplu nippruvaw ngħallmuhom u nwasslulhom l-aħjar informazzjoni possibbli.", "Se mmorru wkoll fl-iskejjel primarji ta' Birkirkara, ta' Ħal Qormi u tal-Mosta ħalli jekk il-messaġġ li ridna nwasslu lill-missier jew lill-omm li qed jaħdmu fin- negozju f'dawn iz-zoni industrijali ma wasalx, inwasslulhom permezz tat- tfal.", "Barra minn hekk lit-tfal irridu ngħidulhom x'inhu importanti għalihom.", "Mr Speaker, permezz ta' din il-ħidma koordinata qegħdin nagħmlu l-aħjar użu mir-riżorsi li għandna.", "Irrid pero' hawnhekk inwassal messaġġ lis-self- employed u lill-employers.", "Jiddispjaċini ninnota li l-iskema li konna nidejna permezz tad-dipartiment tal-konsumatur - fejn qassamna formoli għat- tobba u għan-nurses kemm fl-emergency unit ta' l-isptar San Luqa kif ukoll f'diversi polyclinics oħra biex min iweġġa' b'użu ta' makkinarju jgħidilna x'kien il-makkinarju li kkawżalu l-inċident u jekk insibu li f'Malta ġie mportat makkinarju difettuż li l-użu tiegħu qed jikkawża inċidenti fuq il- post tax-xogħol inkunu nistgħu niġbruh u permezz ta' messaġġi li nibagħtu jkun jista' jinġabar makkinarju simili minn pajjiżi oħra fl-Unjoni Ewropea - ...", "Veru li tidher far fetched pero' l-istruttura teżisti u l-Malta standards authority qed taħdem flimkien ma' l-awtorita' tal-health and safety għax irridu naraw li fuq kull post tax-xogħol l-użu tal-makkinarju jkun bis-CE mark u naċċertaw irwieħna li l-makkinarju li qed jintuża għandu s-safety standards kollha.", "Jien nawgura li din il-ħidma koordinata tkompli għaddejja għax hija ħidma fejjieda mhux biss b'risq il-postijiet tax-xogħol imma b'risq iċ-ċittadini Maltin u Għawdxin.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Nitlob issa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi sabiex jekk jogħġbu jgħaddi għall-winding up.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Speaker, l-ewwelnett nixtieq nirringrazzja lill- sħabi f'dan il-parlament li għaddew il-kummenti tagħhom dwar l-estimi ta' din l-awtorita' għas-sena finanzjarja li għadha kemm bdiet u tajjeb li nwieġeb għal xi wħud mill-mistoqsijiet u kummenti li sarulna.", "Irridu l-ewwelnett infakkru li din l-awtorita' inħolqot minflok il- kummissjoni li kien hemm qabel - bħalma l-korporazzjoni ta' xogħol u taħriġ kienet inħolqot minflok id-dipartiment tax-xogħol, jiġifieri kellna d- dipartiment tax-xogħol li kien fih kemm is-servizz ta' l-impjiegi kif ukoll it-taqsima li tieħu ħsieb is-sigurta' u s-saħħa tal-ħaddiema fuq il- postijiet tax-xogħol – u waħda mill-kritiki li tagħmel l-oppożizzjoni hija li jinħolqu diversi awtoritajiet minflok dipartimenti tal-gvern b'mod u manjiera li l-ispiża pubblika tiżdied.", "Irrid ngħid hawnhekk li l-Prim Ministru Gonzi diġa' qal fil-pubbliku li hu qed jagħmel analisi tad-diversi aġenziji, fondazzjonijiet u awtoritajiet li nħolqu matul is-snin biex fejn hu l-każ li wieħed jirrazzjonalizza, jirrazzjonalizza.", "Jien naħseb li ż- żewġ naħat tal-Kamra f'ċertu sens qegħdin infittxu manjiera kif il-ħidma pubblika tkun iktar effettiva mill-punto di vista ta' l-ispiża, pero' min- naħa l-oħra rrid ngħid li kemm meta ddiskutejna l-estimi tal-korporazzjoni ta' xogħol u taħriġ kif ukoll illum li qegħdin niddiskutu l-estimi ta' din l-awtorita', il-kritika ta' l-oppożizzjoni kienet li l-gvern mhux qed jagħti flus biżżejjed, li n-nefqa hija limitata u li n-nefqa qed tiġi kontrollata.", "Diġa' indikajt li l-ewwelnett fil-każ ta' din l-awtorita' wieħed irid jgħid li l-ispiża qiegħda tiżdied sostanzjalment.", "L-estimi tas-sena li għadna kif għalaqna kienu jammontaw għal ftit iktar minn Lm300,000, filwaqt li l-estimi li qed nivvotaw illum kważi bdew joqorbu n-Lm0.5 miljun.", "Jiġifieri hemm żieda pjuttost rilevanti - anke bl- appoġġ ta' fondi mill-Unjoni Ewropea - fl-estimi li se tonfoq din l- awtorita'.", "U allura rrid nirrimarka li faċli li f'ċerti ċirkostanzi ngħidu li wieħed għandu jneħħi awtoritajiet jew aġenziji u li dawn qed jonfqu wisq, imbagħad f'ċirkostanzi oħra meta nibdew neżaminaw l-importanza u l- bżonn tas-servizz li jkun qed jingħata minn dawn l-aġenziji, tkun l-ewwel u qabel kollox l-oppożizzjoni li tinsisti mal-gvern li hemm bżonn inżidu n- nefqa f'organizzazzjonijiet ta' dan it-tip.", "M'hemmx dubju li meta jien kont qed ngħid li l-kuxjenza dwar il- kwestjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma' dan is-settur qed jaqbdu l-għeruq ma kontx qed infisser li l-għeruq infirxu proprju f'kull rokna ta' pajjiżna u f'kull saff tas-soċjeta' tagħna.", "Għad fadal xogħol xi jsir u jien ngħid li dan huwa xogħol li ma jispiċċa qatt u l-ħin kollu trid tippriedka, tippromwovi, tipperswadi u tfakkar għax il-bniedem min-natura tiegħu faċli li jillaxka fuq dawn l-affarijiet u iva, naqbel ma' l-Onor.", "Coleiro li għandna bżonn aktar u aktar awareness.", "Fejn ma naqbilx ma' l-Onor.", "Coleiro huwa meta qalet li wieħed jista' b'xi mod fattibbli jżur il-postijiet tax- xogħol kollha.", "Aħna għandna 32,000 post tax-xogħol u spezzjonijiet saru madwar 2,200.", "Issa li wieħed jgħid li għadna 'l bogħod ma naħsibx li jkun qiegħed ikun realistiku u lanqas ikun qiegħed korrett meta jipprova jikkorrelata l-ammont ta' spezzjonijiet man-numru tal-postijiet tax-xogħol.", "Irridu niftakru, Sur President, li l-awtorita' tas-sigurta' u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol m'għandhiex fuq spallejha bil-liġi - u lanqas kieku kellha bil-liġi ma tistax fil-prattika terfgħu - il-piż li tkun hi l-ewwel refuġju, l-ewwel għodda tas-saħħa u s-sigurta' fuq il-post tax-xogħol.", "Il- liġi tagħmilha ċara li l-ewwel għodda għall-ħarsien, għall-kuxjenza, għall- implimentazzjoni u għall-inforzar huwa min iħaddem u warajh il-ħaddiem.", "L- awtorita' qiegħda hemm biex tissorvelja, timbotta, tippubbliċizza imbagħad tenforza.", "Jiġifieri wieħed irid iżomm ftit dan il-kuntest quddiem għajnejh.", "Irridu nifhmu wkoll li filwaqt li llum qed nitkellmu fuq kważi 2,300 spezzjoni, sentejn ilu għamilna biss 564.", "Jiġifieri hawnhekk ukoll hawn ċerta qabża anke f'dawk li huma spezzjonijiet.", "Għoġibtni l-idea ta' l- Onor. Coleiro fejn qalet li wieħed jipprova jinvolvi aktar organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ u tat-tfal bħalma huma l-boy-scouts u l- girl-guides u naħseb li l-awtorita' għandha tkompli taħdem fl-iskejjel kif qed tagħmel, pero' li kieku kellna jkollna relazzjoni speċjali ma' organizzazzjoni bħalma huma l-boy-scouts u l-girl-guides li doġa' għandhom ftit dan l-orjentament lejn first aid u lejn ċerta kultura ta' dixxiplina, naħseb li jagħmel il-ġid.", "Forsi fuq il-kwestjoni tas-sustanzi perikolużi l-Onor.", "Coleiro ma fehmitx biżżejjed x'wieħed qed jipprova jagħmel.", "Hi kienet qed tirriferi għall- ħidma li saret fil-ġimgħa Ewropea dwar is-saħħa u s-sigurta' fuq il- postijiet tax-xogħol meta konna qegħdin nitkellmu b'enfasi fuq kif għandna niħħendiljaw is-sustanzi perikolużi.", "Il-messaġġ mhuwiex biex is-sustanzi perikolużi ma jintużawx - m'huwiex possibbli fil-ħajja tax-xogħol u fil- ħajja ta' ħafna attivitajiet tal-bniedem li wieħed ma jiħħendiljax sustanzi perikolużi, anke fl-istess dar fejn ngħixu ta' kuljum bħala familja, hemm ċerti sustanzi li tiħħendilja l-mara tad-dar b'mod partikolari li huma perikolużi – imma biex inkunu nafu kif niħħendiljawhom b'mod li jkun kompletament safe.", "Anke l-każ li semmiet tal-water services corporation fejn l-awtorita' dwar is-saħħa u s-sigurta' fuq il-postijiet tax-xogħol ħarġet stop order kontra din il-korporazzjoni minħabba li ma ottemporatx ruħha ma' ċerti direttivi - hekk kif kien ġara anke fil-każ tal-laboratorju forensiku - jekk xejn juri li l-awtorita' turi proprju l-impenn biex f'dawn il-postijiet tiġi osservata l-liġi.", "Jiġifieri hawn qed naraw awtorita' li ma taġixxix biss fil-konfront ta' min iħaddem fis-settur privat imma anke kontra l-gvern bħala employer u dan huwa fenomenu li aħna qed nistennew li aktar kemm jgħaddi ż-żmien, anke fis-settur pubbliku, se jiżdied.", "Rigward il-kwestjoni li wieħed jagħmel enfasi fuq xi post partikolari fil- pajjiż fejn ikunu seħħew ċerti traġedji iktar min-normal wieħed irid jgħid li f'sena jista' jkollok numru ta' traġedji li seħħew f'naħa tal-pajjiż filwaqt li f'sena oħra jistgħu jkunu li seħħew naħa oħra.", "Naħseb li mhux bilfors ikun hemm korelazzjoni ma' post partikolari jew ma' arja partikolari fejn ikunu seħħew.", "Naturalment l-awtorita' tagħmel il-parti tagħha skond ċerti prijoritajiet.", "Għall-mistoqsija ta' jekk hux fil-postijiet kollha hemm ir-rappreżentanti tas-saħħa u s-sigurta', ir-risposta hija le, mhux fil-postijiet kollha tax- xogħol ġie magħżul jew ġie appuntat ir-rappreżentant.", "Huwa għalhekk li l- awtorita' qiegħda tkompli bil-ħidma tagħha ta' taħriġ sabiex wieħed ikun jista' jassigura li dawn ir-rappreżentanti jiżdiedu.", "Dwar il-prevenzjoni tar-repetitive stress injury naħseb li wieħed irid ikun b'saqajh fl-art u jammetti li faċli li tgħid kif tista' tippreveni dawn l- injuries, imma x'ħin tiġi fuq il-livell prattiku hemm ħafna diffikultajiet li jiddependu mill-individwu nnifsu u anke minn ħafna affarijiet oħra li jirrikjedu investiment sostanzjali ta' tibdil fis- sistemi ta' produzzjoni u anke ċerti prattiċi ta' xogħol ħżiena li xi kultant ikunu l-istess ħaddiema li jinsistu li jkomplu jwettquhom.", "Xtaqt issa nagħmel kumment qasir u ta' malajr fuq l-administrative fines.", "Il-liġi diġa' tipprovdi li l-awtorita' tista' tibda tapplika l-multi amministrattivi.", "Il-ħsieb huwa li l-ewwelnett wieħed ifassal skema u proċedura biex jara l-impatt ta' l-applikazzjoni tagħhom ħalli meta bil-mod il-mod wieħed jibda jidħol biex il-manjiera ta' l-inforzar tibda ssir anke b'din is-sistema, wieħed ikun fehem li l-iskop huwa l-iktar il-prevenzjoni, li nedukaw lill-employers u lill-impjegati fuq dan is-suġġett, imma mbagħad wieħed anke jbeżbeż b'mod konkret qabel jasal anke għall-qorti.", "L-Onor.", "Coleiro trid tapprezza - u hi taf - li bilfors trid issir distinzjoni bejn każijiet ta' korrimenti u wisq agħar ta' fatalitajiet bejn il-proċess li jsir il-qorti ċivili u l-proċess li jsir fil-qorti kirminali għal finijiet ta' responsabbilta' kriminali.", "F'dan ir-rigward l-awtorita' ma tidħolx fil-kwestjonijiet ċivili għax hi taħdem fl-ordinament tal-liġi pubblika u mhux dik privata u allura ma jkollniex relazzjoni mal-kwestjoni tal-parti ċivili.", "Kumment ieħor li irrid nagħmel huwa dwar l-emendi li din il-Kamra approvat ftit taż-żmien ilu fir-rigward tas-sigurta' soċjali.", "Irrid ngħid li llum stess saru laqgħat bejn in-nies konċernati fil-minusteru responsabbli mill- politika soċjali u l-awtorita' biex inkunu nistgħu nistabilixxu l-proċedura ħalli l-federazzjoni ta' l-industrija, l-assoċjazzjoni ta' min iħaddem u oħrajn involuti jkunu jafu liema proċedura se tintuża għall-iskop ta' dawk l-emendi.", "Nirringrazzjak, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-mistoqsija hija l-mozzjoni kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MR SPEAKER: Din id-division tittieħed minn hawn u 20 minuta oħra.", "Billi ntalbet votazzjoni l-Kamra ġiet sospiża fid-9:00 p.m. u rriżumiet 20 minuta wara.", "MR SPEAKER: Issa se nerġa' nqiegħed il-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi l- mozzjoni kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MR SPEAKER: Nitlob lill-whips sabiex jinformaw lill-Kamra dwar l- arranġamenti li hemm għall-pairing.", "L-Onor.", "Mario Galea.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Mr Speaker, ninforma lill-Kamra li għan-naħa tal-gvern se jiġu paired l-Onor.", "Anthony Abela, l-Onor.", "Francis Agius, l-Onor.", "Michael Frendo, l-Onor.", "Ċensu Galea, l-Onor.", "Lawrence Gonzi, l-Onor.", "Clyde Puli u l-Onor.", "Francis Zammit Dimech.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, ninforma lill-Kamra li għan-naħa tal-gvern se jiġu paired l-Onor.", "Evarist Bartolo, l-Onor.", "Justyne Caruana, l-Onor.", "Joe Debono Grech, l-Onor.", "Anton Refalo, l-Onor.", "Joseph Sammut, l-Onor.", "Adrian Vassallo u l-Onor.", "George Vella.", "VOTAZZJONI NRU.", "62 FAVUR: 27 L-Onor.", "|Agius David |Fenech Antonio | |Arrigo Robert |Galea Franco | |Asciak Michael |Galea Louis | |Azzopardi |Galea Mario | |Frederick | | |Azzopardi Jason |Gatt Austin | |Borg Tonio |Gonzi Michael | |Cassar Joseph |Mifsud Bonnici | | |Antoine | |Cristina Dolores |Mifsud Bonnici | | |Carmelo | |D'Amato Helen |Mugliett Jesmond| |Dalli John |Pullicino George| |de Marco Mario |Pullicino | | |Orlando Jeffrey | |Debono Giovanna |Vassallo Edwin | |Deguara Louis |Zammit Ninu | |Falzon Joseph | |", "KONTRA: 22 L-Onor. | | | |Abela Carmelo |Dalli Helena | |Abela Joseph |Farrugia Angelo | |Agius Chris |Farrugia Michael| |Brincat Joseph |Farrugia Noel | |Brincat Leo |Gulia Gavin | |Buhagiar Charles |Herrera Jose' | |Buontempo Stefan |Mangion Charles | |Cardona Chris |Mizzi Joe | |Chircop Karl |Parnis Silvio | |Coleiro Marie |Sant Alfred | |Louise | | |Cuschieri Joseph |Vella Karmenu | | | |", "Il-mozzjoni għaddiet u l-estimi ġew approvati..", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Nitlob lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern sabiex jekk jogħġbu jressaq l-aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, nipproponi l-aġġornament tal-Kamra għal għada t-Tlieta, 23 ta' Novembru 2004, fid-9.00 a.m. b'din l-aġenda:", "Mozzjonijiet Estimi tad-dħul u nfiq ta' l-Awtorita' tad-Djar għas-sena 2004-2005.", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar it-Trasferiment ta' Artijiet tal- Gvern – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Arkivji Nazzjonali – Kumitat (Kont.); u", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Medjazzjoni – Tielet Qari.", "------------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili (Emenda Nru 2) - Kumitat Permanenti.", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Reġistru Ċentrali – Kumitat Permanenti.", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Sigurta` Soċjali – Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Franco Galea.", "ONOR.", "FRANCO GALEA: Mr Speaker, illum xtaqt nitkellem fuq xi topics differenti pero` qabel xejn nittama li l-problema li hemm bejn l-istudenti paramediċi u l-gvern dwar l-impjiegi tagħhom tissolva kemm jista' jkun malajr biex il-ġustizzja tieħu l-kors tagħha.", "L-ewwelnett nixtieq nitkellem fuq il-kunsill lokali ta' Pembroke u la qed insemmi l-kunsill lokali nixtieq il-fejqan ta' malajr lill-kunsillier li bħalissa qiegħed l-isptar.", "Hawnhekk nixtieq niġbed l-attenzjoni ta' l- awtoritajiet biex jieħdu passi fuq il-periklu li hemm fil-junction ta' ħdejn l-iskola St. Catherine's, li twassal għal fuq it-triq li tagħti għal Baħar iċ-Ċagħaq.", "Nispera li hemmhekk ma jkunx hemm xi inċident għax filwaqt li jkun hemm il-karozzi ħerġin, ikun hemm ukoll karozzi telgħin ukoll full speed ahead.", "Qed nappella wkoll biex Triq il-Mediterran li hija scheduled li ssir in the near future issir kemm jista' jkun malajr għax l-istat tagħha huwa ħażin ħafna u minbarra li qed ikun hemm ħafna ħsarat fil-vetturi, qed ikun hemm ħafna lmenti min-naħa tar-residenti.", "Hemm ukoll il-kwestjoni ta' l-islipway ta' Pembroke li kienet tkissret b'mod naturali jew inkella kienet ġiet maqlugħa apposta meta kien qed isir ix-xogħol tar-reverse osmosis plant, u din ir-residenti baqgħu mingħajrha.", "Irrid nitkellem ukoll fuq l-obbligazzjonijiet tal-kunsill lokali u hawnhekk nixtieq niġbidlu l-attenzjoni biex jissettja l-priorities tiegħu, jekk hemm bżonn jiġri wara l-quotations u ma jitlobx ħafna affarijiet għax il- quotation tkun għolja u x-xogħol ma jsirx.", "Pero` hemm bżonn li jsir malajr id-dawl li jagħti għall-bajja, id-dawl li jwassal għall-bajja l-oħra ħdejn il-klabb tal-futbol tal-Pembroke Athleta, id-dawl ta' ħdejn l-Australia Hall inti u sejjer għall-iskola ta' San Miguel u d-dawl tad-dawra tal- blokkijiet il-ġodda li hemm in-naħa ta' l-ITS.", "Hemm bżonn ukoll li jitnaddfu l-bandli u jsir upgrading u jekk hemm xi bandli perikolużi għandhom jaqilgħuhom immedjatament kif ukoll li kemm jista' jkun malajr issir il-crash barrier fi Triq l-Imħallef William Harding.", "Ċertament hemm bżonn isir general cleaning tal-lokalita` ta' Pembroke għax hemm ilu żmien ma jitnaddaf u l-ħmieġ rikeb sewwa.", "Fil-fatt dwar dan isiru ħafna lmenti mir-residenti.", "Nixtieq issa ngħid xi ħaġa żgħira fuq il-lokalita` ta' San Ġwann.", "Jidher li l-applikazzjoni għall-pelican lights fi Vjal Rihan miexja u nittamaw li ssir kemm jista' jkun malajr qabel ma jkollna xi inċident.", "Irrid ngħid xi ħaġa wkoll fuq il-ġnien ta' Tas-Sliema fejn hemm dawk il- canopies il-kbar.", "Nappella li fuq dawn il-canopies isir xogħol ta' manutenzjoni kemm jista' jkun malajr għax hemmhekk jeżisti periklu kbir.", "Fil-fatt dawn issaddu u qed jinqalgħu u ta' min igħid ukoll li hemmhekk jaħkem ir-riħ.", "Għalhekk qed nissugraw li tinfaqa' xi waħda minnhom u tinżel fuq in-nies.", "Issa nixtieq naqleb ftit is-suġġett u ngħid xi ħaġa fuq il-ġudikatura.", "Hawnhekk nixtieq niġbed l-attenzjoni tal-qorti tagħna li ma nistgħux inkomplu noħorġu nies bil-pledges u bil-probations u waqt li jkunu barra jerġgħu jagħmlu r-reati.", "Din hija redikolaġni faħxija f'wiċċ il-poplu.", "Ma jistax ikun li bniedem jagħmel krimini kbar u noħorġuh bi pledges.", "Din kif nistgħu naċċettawha f'dan il-pajjiż?", "Qed indaħħqu n-nies bina.", "U anke lil tan-naħa l-oħra nistaqsihom minn xiex qegħdin jibżgħu.", "Għalfejn dawn il- pledges ħerġin b'dan il-mod?", "In-nies xebgħu b'din is-sitwazzjoni u jien bħala rappreżentant ta' dawn in-nies xbajt bħalhom.", "Ma jistax ikun li f'dan il-pajjiż nispiċċaw f'sitwazzjoni fejn in-nies iġibu l-ġustizzja b'idejhom la l-qorti ma tagħmilx ix-xogħol kif għandha tagħmlu.", "Ma jistax ikun li biex tinqata' sentenza trid terġa' tmur il-qorti tistenna u x- xogħol ma jkunx lest, imbagħad meta jkun hemm kriminal joħroġ barra bi pledge qisu ma ġara xejn, bil-konsegwenza li dan jerġa' jagħmel reat ieħor.", "Hekk tajjeb!", "Imbagħad nippretendu li l-kriminalita' hawn Malta ma tiżdiedx.", "Lil min tridu ddaħħku?!", "Jien dawn l-affarijiet ma naċċettahomx f'dan il-pajjiż u n-nies qegħdin jixbgħu.", "Nerġa' nirrepeti li hawn Malta se nispiċċaw fi stat fejn in-nies se jibdew jagħmlu ġustizzja b'idejhom u dan aħna ma rriduhx.", "Sur President, issa se naqleb is-suġġett kompletament u se nitkellem ftit fuq il-biotechnology.", "Jien m'inix tabib u jien persuna bħal ħafna nies li hemm hemm barra li nisma' u nipprova nagħmel riċerka bil-mezzi tiegħi pero' hemm ċerti affarijiet li lili jallarmawni.", "Riċentement jien tkellimt fuq l- abort u kienet rapportata tajjeb fil-gazzetti.", "Pero` meta bdejt nara l-biotechnology rrealizzajt li tista' tagħmel abort b'mod iżjed fin.", "Jidher li hawn ħafna modi kif jistgħu jiġu t-tfal b'mod assistit.", "Hemm sistema fejn jittieħdu l-bajd mill-mara, dawn jiġu ssekondati miċ-ċelloli tar-raġel imbagħad jerġgħu jitpoġġew fil-mara biex jikbru.", "Billi wieħed jieħu bajda jew tnejn u jerġa' jdaħħalhom fil-ġisem tal-mara biex ikollha pregnancy regolari ma nsib l-ebda problema għax hemmhekk m'hemmx ħela ta' ħajja.", "Il-problema tiegħi hija jekk ikun hemm iżjed minn żewġ bajdiet li jkunu qegħdin jikbru fit-test tube u jiġu mormija, jew agħar minn hekk, jiġu spekulati għall-użu ta' riċerki eċċ. Jista' jagħti l-każ li dawn jitfgħu erba' jew ħames bajdiet f'ġuf il-mara u at a later stage fil-pregnancy jkollha tagħmel abortion jew f'Malta – jista' jagħti l-każ, ma nistax ngħid jien – jew barra minn Malta.", "Dan ifisser li fi pregnancy waħda mara kapaċi tagħmel bejn wieħed sa erba' abortions f'daqqa jekk ikollha ħames bajdiet.", "Dak hu l-argument tiegħi.", "Jien naħseb li wasal iż-żmien li wara xi 20 sena prattika ta' din it-tip ta' teknoloġija, issir liġi immedjatament fuq dan. llum għamilt mistoqsija parlamentari, li għadha ma dehritx, dwar kemm kien hawn triplets u quadruplets plus f'Malta.", "Jien naħseb li dawn ġew bħala parti minn din it-tip ta' teknoloġija.", "L-argument tiegħi hu li jekk jitwieldu t- tfal qabel iż-żmien jista' jkun hemm komplikazzjonijiet fuq it-trabi, piż fuq is-soċjeta` u l-agħar huwa jekk Allaħares qatt, fl-istess żmien, ikollok ommijiet oħra li jkollhom twins jew aktar għax ma naħsibx li għandna apparat biżżejjed biex nilqgħu għal dawn l-affarijiet.", "Voldieri jien hawn qed nappella lill-gvern u lill-oppożizzjoni biex naħdmu flimkien ħalli dwar dan noħorġu liġi kemm jista' jkun malajr.", "Ejjew ma nkunux iċ- ċentru fl-Ewropa għal dawn l-affarijiet fejn ikun hemm ħela ta' embryos għax aħna li suppost bħala pajjiż l-abort ma nirrikonoxxuhx, għandna nkunu ta' eżempju għall-Ewropa.", "Sur President, ikun tajjeb li ngħid ukoll li kemm f'Malta kif ukoll barra minn Malta jeżistu kosmetiċi u mediċini li jkunu ġejjin minn aborted foetuses.", "Hawnhekk irridu noqogħdu attenti kif nitkellmu għax jien ma nsibx problema dwar dan diment li t-tarbija tkun mietet u jkunu ħadu ċ- ċelloli tagħha biex jagħmlu din it-tip ta' mediċina.", "Minjaf kemm kien hawn ġenituri li kellhom xi korriment li xtaqu li l-foetus tal-baby tagħhom seta' jintuża għall-ġid tal-komunita` u mhux jiġi depożitat xi mkien.", "L-argument tiegħi huwa li f'Malta hawn prodotti ta' mediċini li huma vaccines derived from abortion għax fl-Amerika dawn qed jimmarkawhom.", "F'dan il-każ irridu nieħdu l-istand tagħna għax ma nistgħux ngħidu lil dak li jkun biex ma jeħux mediċina għax wieħed ikun qed jissogra li jkollna konsegwenzi gravi, pero' rridu nkunu kawti u nwasslu messaġġ speċjalment għal dawk in-nies li ma jifhmux xi jkun hemm miktub fil-composition tal- mediċini.", "Għallinqas irid ikun hemm tabella fuq barra tal-kaxxa bil- foetus fuqha.", "Jien għandi r-riżervi tiegħi fuq x'tip ta' mediċini se nuża mil-lum 'il quddiem.", "Irridu noqogħdu attenti wkoll li ma nħajrux - u hemm irridu nwasslu l-leħen tagħna fl-Unjoni Ewropea - il-kwestjoni ta' spekulazzjoni tal-foetuses u ta' stem cells eċċ, għax jidher li hawn Malta qed nipprovaw ningranaw anke f'dak is-suq.", "Għalhekk huwa mportanti li kemm jista' jkun malajr nagħmlu liġijiet dwar dawn l-affarijiet biex ma jkunx hemm min jidħak bina għax wara li noqogħdu ngħajtu - l-ewwel wieħed jien - li aħna kontra l-abort imbagħad nieħdu mediċini li jkunu ġew minn prodott derived from abortion.", "Sur President, dan hu l-argument tiegħi u naħseb li huwa wieħed validu.", "Jista' jagħti l-kas li għandi nformazzjoni ħażina u nżomm dik ir-riżerva li l-literature li għandi tista' tkun hekk, iżda huwa tajjeb li minn tarbija li mietet wieħed jieħu xi ħaġa biex jgħin.", "Min-naħa l-oħra ma tistax toqtol tarbija biex toħloq xi ħaġa u tgħin lil ħaddieħor.", "Irridu nagħmlu din id-differenza u nwasslu leħinna fl-Unjoni Ewropea għax din ma tistax tmur kontra l-prinċipju li hi stess ġiet mibnija fuqu, jiġifieri li tissalvagwarda l-umanita` u li tiġġieled l-atroċitajiet li kien hemm qabel fi żmien in-Nażisti.", "Meta wieħed ikun qed ifittex fl-internet dwar biogenetics dejjem jidħlu s- sites tan-Nażi għax l-ewwel esperimenti saru min-Nażisti fejn kien hemm anke min ipprova jbiddel il-kulur ta' l-għajnejn.", "Per eżempju, illum il- ġurnata f'ċerti pajjiżi jitolbuk genetic testing minħabba raġunijiet ta' insurances eċċ. u l-Unjoni Ewropea ma tistax tmur lura minn kelmtha.", "Hi ġiet maħluqa għas-sempliċi raġuni li ma jkunx hemm differenza bejn ir-razez u hemm trid tagħmel il-ħoss tagħha l-Unjoni Ewropea.", "Għalhekk din ma tistax taqbad u tgħid li se taċċetta l-genetic testing.", "Ovvjament f'każijiet ta' mediċina jew inkella fejn tidħol mediċina wieħed jagħmel ċerti konsiderazzjonijiet pero' li biex wieħed isib job jew biex jinxurja ruħu jrid jagħmel ċerti affarijiet imur kontra l-human rights.", "Għalhekk l- Unjoni Ewropea trid tenfasizza fuq dan il-lat.", "Sur President, il-suġġett tal-genetic engineering huwa vast ħafna u peress li din is-sistema hija relattivament ġdida jista' jkollna opportunisti f'Malta stess.", "Ladarba jidher li għandna nies li huma esperti jew li jifhmu mhux ħażin, anke f'dan il-parlament, għandna nkomplu nissoktaw biex kemm jista' jkun nibdew naqbdu biċċa biċċa fuq l-affarijiet li aħna ċerti fuqhom u nilleġislaw biex inkunu ċerti li ma jkunx hemm speculations ta' embryos u ma nkunux qed nilagħbu mal-human rights.", "Qabel nikkonkludi rrid ngħid li naħseb li issa kulħadd drani li meta nitkellem insemmi affarijiet soċjali fejn naħseb li hemm problema speċjalment fejn tidħol is-saħħa.", "Is-suġġett tal-genetic engineering wieħed għandu jħares lejh b'serjeta` u b'reqqa, imma kemm jista' jkun malajr irridu nieħdu ħsieb li naraw minn fejn ikunu ġejjin il-prodotti li jidħlu hawn Malta.", "Irridu naqblu flimkien ma' l-Unjoni Ewropea biex dawn il-prodotti jiġu identifikati u jkollhom logo fuqhom.", "U fil-każ tat-test tube babies ma rridux ninsew li test tube babies are babies Dawn għandhom ruħ kif għandna aħna u ma nistgħux nissograw li għall-finijiet ta' flus u b'kapriċċ ta' ċerti tobba nifflaxxjaw il-genes fit-toilets.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Michael Asciak.", "ONOR.", "MICHAEL ASCIAK: Mr Speaker, nixtieq nifraħ lill-kelliem ta' qabli għax għalkemm ili f'dan il-parlament għal numru ta' snin, huwa l-ewwel kelliem li tkellem fuq dan is-suġġett.", "L-Onor.", "Franco Galea huwa wieħed mill-membri tas-social affairs committee u qed jisma' l-hearings fuq il- kwestjoni ta' biotechnology.", "Diġa` saret seduta waħda li, fl-opinjoni tal- kumitat, tat ħafna frott.", "Għad fadal erba' seduti oħra u ħafna nies li jaħdmu f'dan is-settur ġew mistiedna biex jidhru quddiem dan il-kumitat tal- parlament.", "Nista' nsemmihom bl-isem għax naħseb li jkun interessanti li l- pubbliku jkun jaf min ġie mistieden biex jidher quddiem dan il-kumitat u jagħti informazzjoni dwar x'qiegħed jiġri.", "Fil-fatt nista' ngħid li l-laqgħa li jmiss se ssir fid-29 tax-xahar, jiġifieri nhar it-Tnejn li ġej fis-6.30 p.m. li fiha se jitkellem il- Professur Emmanuel Agius li huwa professur tal-bioethics kif ukoll tat- teoloġija morali u allura għandu ħafna esperjenza f'dan il-qasam.", "Għalhekk wieħed jispera li l-Professur Agius ikun jista' jagħti rendikont tajjeb ta' dak li jaħseb hu.", "Ġie mistieden ukoll il-Professur Mark Brincat li huwa l-kap tad-dipartiment ta' l-obstetrics and gynaecology ta' l-universita` ta' Malta u ta' l-Isptar San Luqa.", "Jien nittama li jkollna l-fakulta` li nkellmu lil dan l- individwu meta jippreżenta l-opinjoni tiegħu lill-kumitat ta' l-affarijiet soċjali.", "Sur President, dak iż-żmien se jkun hawn il-Professur Göran Hermeren li se jkun Malta bejn it-28 u t-30 ta' Novembru u għalhekk nitlob lill-president tas-social affairs committee biex ikun jista' jindirizzah.", "Dan huwa l- president ta' l-European group of ethics, istituzzjoni li hija abbinata mal- kummissjoni Ewropea li fil-fatt jagħtuha pariri fuq kwestjonijiet ta' bioethics.", "Nispera li dan il-professur Svediż li huwa bniedem eminenti jaċċetta l-istedina tal-kumitat ta' l-affarijiet soċjali.", "Ġew mistiedna wkoll it-Tabib Pierre Mallia, il-Professur Alex Felice u l- Professur Alfred Cuschieri li kollha huma nies li għandhom x'joffru lill- kumitat f'dik li hija informazzjoni.", "Il-kumitat tal-parlament jirrappreżenta lill-poplu Malti u dawn huma kollha nies li qed jaħdmu fl- isfera pubblika.", "Għalhekk huwa mportanti li jaċċettaw din l-istedina.", "Naħseb li jekk wieħed ma jaċċettax din it-tip ta' stedina jkun pjuttost ta' disprezz lejn il-pubbliku Malti u lejn il-parlament.", "Naħseb li kull wieħed minn dawn il-persuni għandu jagħmel l-almu tiegħu biex jirrispetta lill-poplu.", "Huwa interessanti li wieħed jara kif jisvolġu dawn il-hearings tas-social affairs committee.", "Jien ridt nagħmel din l-introduzzjoni biex inkompli ma' dak li qal l-Onor.", "Franco Galea.", "Ovvjament hemm ħafna interess mis-social affairs committee f'dak li qed jingħad u huwa interessanti - f'Malta m'hawn xejn illegali, kollox jista' jsir għaliex ma teżistix liġi dwar dan - li kulħadd ikun jaf x'qiegħed isir fil-pajjiż u fl-oqsma kollha tal-biotechnology.", "Sur President, il-qofol tad-diskors tiegħi rrid nagħmlu fuq il-kwestjoni tas-smoking u n-no smoking fl-establishments.", "L-ewwelnett nixtieq li jsir enforcement iktar qawwi fl-establishments pubbliċi, kemm f'dawk li huma ristoranti, kemm f'dawk li huma bars kif ukoll f'dawk li huma postijiet pubbliċi.", "Issa kien hemm żmien biżżejjed biex kulħadd jifhem il-messaġġ u naħseb li fejn in-nies ikunu arroganti li jiksru l-liġi anke wara li tinġibdilhom l-attenzjoni - jien ġieli ġbidt l-attenzjoni ta' nies f'postijiet pubbliċi għax tkun qed tinkiser il-liġi u assolutament jinjorawk - jekk ma jisimgħux bil-kelma t-tajba hemm bżonn li jintużaw il- mezzi kollha li tagħti l-liġi.", "Huwa tajjeb li kulħadd jifhem li l-kwestjoni tat-tipjip f'postijiet pubbliċi m'hijiex waħda ekonomika.", "Naf li jista' jkollna riperkussjonijiet ekonomiċi pero' hawnhekk qed nitkellmu fuq ġid komuni fejn min ipejjep ikun qiegħed ipoġġi f'periklu l-ħajja u s-saħħa ta' nies oħra li jkun hemm fil- viċinanzi.", "Ħafna min-nies li jpejpu jiġu jaqgħu u jqumu minn dan, pero' bir-rispett kollu m'għandhomx jeħlu l-konsegwenzi dawk li ma jpejpux.", "Jiġifieri jekk hija kwestjoni tad-drittijiet tiegħek li tpejjep u d- drittijiet tiegħi li ma ssirlix ħsara fiżikament, għandu jirbaħ id-dritt tiegħi għaliex jekk bil-liġi li ma jsirx tipjip fil-pubbliku almenu tiġi salvata ħajja ta' bniedem wieħed – fil-verita` nafu li se jiġu salvati ħafna iktar minn ħajja waħda – dan il-pass 'il quddiem ikun sewa ta' ġid.", "Is-sigaretti mhux biss jagħmlu ħsara lil min ipejjep imma wkoll lil terzi persuni.", "Nafu li in the long-term, il-problema ta' l-inhalation tad-duħħan mhux biss tagħmel ħsara fil-pulmun imma twassal anke għal problemi serji fil-qalb.", "Anke fil-każ ta' second-hand smoking id-duħħan idejjaq l-arterji tal-qalb u hemm ċans li wieħed jagħtih attakk f'qalbu.", "Is-sigaretti jdejqu l-arterji tal-kumplament tal-ġisem, inkluż tal-moħħ u hemm ċans kbir kemm ta' puplesiji kif ukoll ta' dik li ngħidulha peripheral vascular disease.", "Dan ifisser li bis-sigaretti l-arterji tas-saqajn jingħalqu u lill-bniedem li jiġi affettwat ikollok taqtagħlu partijiet minn saqajh, jiġifieri din m'hijiex xi marda żgħira.", "Is-sigaretti ma jikkawżawx biss cancer tal- pulmun – u hawnhekk anke għas-second-hand smoking qed ngħid - imma jikkawżaw cancer ta' l-istonku, ta' l-ultru u tas-sider.", "Dawn huma fatti li ġew ipprovati kemm-il darba u ma jistax ikun li kulħadd jibqa' għaddej.", "Kif nistgħu naraw, it-tipjip naqas ħafna pero' għad hemm min ma jagħtix kas.", "If they don't care fuq saħħithom paċenzja, imma ma jistax ikun li dawn jiġu jaqgħu u jqumu minn persuni oħra.", "Nixtieq insemmi wkoll lil dawk li jbatu bl-asthma li f'Malta hawn numru pjuttost għoli li jvarja bejn il-15% u l-20%.", "Dawk li kultant jew kontinwament taqbadhom l-asthma ma jkunux jistgħu jissaportu f'post fejn ikun hemm ħafna duħħan għax jekk joqogħdu aktar minn nofs siegħa jew siegħa f'dawn il-postijiet jaqbadhom attakk ta' l-asthma.", "Jiġifieri aħna se nibqgħu f'sitwazzjoni f'dan il-pajjiż fejn min ipejjep għandu d-dritt kollu li jmur jixrob, jiekol, jieħu gost, imur id-discos u li joqgħod litteralment joqtol in-nies, imbagħad lil min għandu problemi ta' asthma u ta' mard respiratorju ieħor inqisuh bħala second-class citizen għax la jista' jmur jiekol barra, la jista' jidħol f'disco u lanqas jista' jmur jieħu drink.", "Din qed ngħidha biex nissapportja lill-gvern fuq il-pass li ħa, għalkemm għadha qed issir kritika sal-lum f'dan ir-rigward.", "F'April li ġej se tidħol fis-seħħ it-tieni parti tar-regolament fuq din il-kwestjoni tas- sigaretti, għaliex dawn in-nies iridu jirrealizzaw li ħajja waħda salvata hija biżżejjed biex tagħti raġun lil dawn ir-regolamenti.", "U hawnhekk qegħdin insalvaw ħafna iżjed nies.", "Ħadd ma jkun fil-casualty ħlief it- tobba u n-nurses meta jidħlu n-nies qed imutu bl-asthma.", "Għalhekk lil dawn in-nies ħadd ma jarahom pero' jien bħala uffiċjal responsabbli mis-saħħa pubblika u bħala tabib għandi l-obbligu li dan nagħmlu ovvju lil kulħadd u nġibu għall-attenzjoni ta' kulħadd.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada t- Tlieta, 23 ta' Novembru 2004 fid-9.00 a.m. bl-aġenda kif komunikata mill- ministru.", "Fid-9.52 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "RIŻORSI U INFRASTRUTTURA - MOBILE PHONES", "8922.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' il-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta' flus li tħallas bejn Jannar 2003 u Ottubru 2004 fuq kontijiet ta' mobile phones lill-impjegati fis-segretarjat privat tiegħu?", "Min huma l-impjegati li huma intitolati għal mobile phone fl-istess segretarjat?", "Xi grad huma?", "Kemm kienet l-ispiża għal kull mobile phone bejn Jannar 2003 u Ottubru 2004?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: L-użu ta' mobile phones fis-segretarjati privati tal- ministri u tas-segretarji parlamentari hu regolat minn guidelines approvati mill-Kabinett dwar l-ingaġġ ta' impjegati f'dawn is-segretarjati.", "Dawn il- guidelines jipprovdu li l-kap tas-segretarjat, is-segretarju privat, l- assistent segretarju privat u l-communications co-ordinator huma intitolati għall-użu tal-mobile telephone.", "F'ċerti każi jistgħu jkunu intitolati wkoll impjegati fil-grad ta' messaġġier kif ukoll xufier tal-ministru jew tas-segretarju parlamentari.", "L-ammont totali ta' flus li tħallas fuq mobile telephones użati minn membri tas-segretarjat tiegħi bejn Jannar 2003 u Ottubru 2004 kien Lm5,659.23ċ.", "Ma naħsibx li hu l-każ li tingħata wkoll informazzjoni dwar l-ispiża għal kull mobile telephone.", "GĦAWDEX - MOBILE PHONES", "8923.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' il- Ministru tgħid kemm hu l-ammont ta' flus li tħallas fuq kontijiet ta' mobile phones bejn Jannar 2003 u Ottubru 2004 lill-impjegati fis- segretarjat privat tagħha?", "Min huma l-impjegati li huma intitolati għal mobile phone fl-istess segretarjat?", "Xi grad huma?", "Kemm kienet l-ispiża għal kull mobile phone bejn Jannar 2003 u Ottubru 2004?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: L-użu ta' mobile telephones fis-segretarjati privati tal-ministri u tas-segretarji parlamentari hu regolat minn guidelines approvati mill-Kabinett dwar l-ingaġġ ta' impjegati f'dawn is- segetarjati.", "Dawn il-guidelines jipprovdu li l-kap tas-segretarjat, is- segretarju privat, l-assistent segretarju privat u l-communications co- ordinator huma intitolati għall-użu tal-mobile telephone.", "F'ċerti każi jistgħu jkunu intitolati wkoll impjegati fil-grad ta' messaġġier kif ukoll xufiera tal-ministru jew tas-segretarju parlamentari.", "L-ammont totali ta' flus li tħallas fuq mobile telephones użati minn membri tas-segretarjat tiegħi bejn Jannar 2003 u Ottubru 2004 kien ta' Lm2687.49.", "Ma naħsibx li hu l-każ li tingħata wkoll informazzjoni dwar l-ispiża għal kull mobile telephone.", "SAĦĦA - MOBILE PHONES", "8924.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta' flus li tħallas fuq kontijiet ta' mobile phones bejn Jannar 2003 u Ottubru 2004 lill-impjegati fis-segretarjat privat tiegħu?", "Min huma l-impjegati li huma intitolati għal mobile phone fl-istess segretarjat?", "Xi grad huma?", "Kemm kienet l-ispiża għal kull mobile phone bejn Jannar 2003 u Ottubru 2004?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-użu ta' mobile telephones fis-segretarjat privat tal-ministeri u tas-segretarji parlamentari hu regolat minn guidelines approvati mill-Kabinett dwar l-ingaġġ ta' impjegati f'dawn is-segretarjati.", "Dawn il-guidelines jipprovdu li l-kap tas-segretarjat, is-segretarju privat, l-assistent segretarju privat u l-communications co-ordinator huma intitolati għall-użu tal-mobile telephone.", "F'ċerti każi jistgħu jkunu intitolati wkoll impjegati fil-grad ta' messaġġier kif ukoll xufiera tal- ministru jew tas-segretarju parlamentari.", "L-ammont totali ta' flus li tħallas fuq kontijiet ta' mobile phones użati minn membri tas-segretarjat tiegħi bejn Jannar 2003 u Settembru 2004 (il- kontijiet ta' Ottubru 2004 għadhom qegħdin jiġu pproċessati) kien ta' Lm1,561.56.", "Ma naħsibx li hu l-każ li tingħata wkoll informazzjoni dwar l-ispiża għal kull mobile telephone.", "TEKNOLOĠIJA TA' L-INFORMATIKA - MOBILE PHONES", "8925.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika: Jista' il-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta' flus li tħallas fuq kontijiet ta' mobile phones bejn Jannar 2003 u Ottubru 2004 lill-impjegati fis-segretarjat privat tiegħu?", "Min huma l-impjegati li huma intitolati għal mobile phone fl-istess segretarjat?", "Xi grad huma?", "Kemm kienet l-ispiża għal kull mobile phone bejn Jannar 2003 u Ottubru 2004?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-użu ta' mobile telephones fis-segretarjati privati tal-ministri u tas-segretarji parlamentari hu regolat minn guidelines approvati mill-Kabinett dwar l-ingaġġ ta' impjegati f'dawn is-segretarjati.", "Dawn il-guidelines jipprovdu li l-kap tas-segretarjat, is-segretarju privat, l-assistant segretarju privat u l-communications co-ordinator huma intitolati għall-użu tal-mobile telephone.", "F'ċerti kazi jistgħu jkunu intitolati wkoll impjegati fil-grad ta' messaġġier kif ukoll xufiera tal- ministru jew tas-segretarju parlamentari.", "L-ammont totali ta' flus li tħallas fuq mobile telephones użati minn membri tas-segretarjat tiegħi bejn Jannar 2003 u Ottubru 2004 kien LM6,592.96", "Ma naħsibx li hu l-każ li tingħata wkoll informazzjoni dwar l-ispiża għal kull mobile telephone.", "AFFARIJIET RURALI U AMBJENT - MOBILE PHONES", "8926.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta' flus li tħallas fuq kontijiet ta' mobile phones bejn Jannar 2003 u Ottubru 2004 lill- impjegati fis-segretarjat privat tiegħu?", "Min huma l-impjegati li huma intitolati għal mobile phone fl-istess segretarjat?", "Xi grad huma?", "Kemm kienet l-ispiża għal kull mobile phone bejn Jannar 2003 u Ottubru 2004?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: L-użu ta' mobile telephones fis-segretarjati privati tal-ministri u tas-segretarji parlamentari hu regolat minn guidelines approvati mill-Kabinett dwar l-ingaġġ ta' impjegati f'dawn is- segretarjati.", "Dawn il-guidelines jipprovdu li l-kap tas-segretarjat, is- segretarju privat, l-assistent segretarju privat u l-communications co- ordinator huma intitolati għall-użu tal-mobile telephone.", "F'ċerti każi jistgħu jkunu intitolati wkoll impjegati fil-grad ta' messaġġier kif ukoll xufiera tal-ministru jew tas-segretarju parlamentari.", "L-ammont totali ta' flus li tħallas fuq mobile telephones użati minn membri tas-segretarjat tiegħi bejn Jannar 2003 u Ottubru 2004 kien ta' Lm 6,208.78.", "Ma naħsibx li hu l-każ li tingħata wkoll informazzjoni dwar l-ispiża għal kull mobile telephone.", "CCF - UFFIĊJAL", "8982.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jikkonferma li uffiċjal - dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament - jieħu ruxxmata sigħat overtime fix-xahar fil-faċilita' korrettiva ta' Kordin u lanqas biss jitniżżel fid-detail bħala uffiċjal li jkun ħa l-overtime?", "Jista' jispjega għaliex?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li l-uffiċjali li saret riferenza għalih mill-Onor.", "Interpellant huwa l-uffiċjal ewlieni inkarigat mis- sigurta' tal-ħabs.", "Is-sigurta' tirrikjedi attenzjoni 24 siegħa kuljum, għaldaqstant ma tistax tipprevedi l-ħinijiet jew il-bżonn li tkun meħtieġa l-preżenza tiegħu fil-ħabs.", "Minbarra dan ix-xogħol huwa wkoll ġie assenjat bir-responsabbilta' tal- forensic unit il-ġdida.", "Dan ix-xogħol ukoll jirrikjedi attenzjoni kontinwa biex jiġi żgurat li x-xogħol mitlub mill-kuntrattur isir skond il- ftehim u l-bżonnijiet tal-unit.", "CCF - TENDER", "8984.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jagħti rendikont dettaljat tat-tender tal-bibien u serraturi fil-bini l-ġdid tal-faċilita' korrettiva ta' Kordin, inkluż id-data meta nħarġet it-tender, min tefa' l-offerti, lil min ġiet assenjata u kemm kienet tiswa?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li kont tajt għal mistoqsija parlamentari 36654 f'Seduta 812 tal-11 ta' Novembru 2002.", "PULIZIJA - SPTAR MONTE CARMELI - CAMERAS", "8987.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Minstru jikkonferma li f'Ward 10 il- ġdida fl-isptar Monte Carmeli ġew stallati aktar minn 12-il camera CCTV meta fil-ward m'hemmx aktar minn 12-il priġunier?", "Jista' jiġġustifika din in-nefqa?", "Min huma l-uffiċjali tal-faċilita' korrettiva ta' Kordin li huma inkarigat/i mill-aġġudikazzjoni tat-tender fil-faċilita' korrettiva ta' Kordin?", "ONOR.", "TONIO BORG: Fejn tidħol is-sigurta', in-numru ta' CCTV cameras meħtieġa biex ikopru kwalunkwe post mhuwiex regolat minn numru ta' persuni li jkunu ser jidħlu jew joħorġu minnu.", "Ninsab informat illi t-tender li jikkonċerna l-forensic unit inħareġ mid- dipartiment tas-saħħa, għaldaqstant nissuġġerixxi lill-Onor.", "Interpellant biex jirriferi din il-parti tal-mistoqsija lill-ministru konċernat.", "PULIZIJA - INVESTIGAZZJONI", "8989.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jikkonferma li saret investigazzjoni interna fil-konfront ta' l-uffiċjal li ismu qiegħed jintbagħat separatament?", "Jista' jgħid x'kien l-eżitu ta' dawn il- proċeduri?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għal mistoqsija parlamentari 8106.", "PULIZIJA - CID - VETTURI", "9028.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jikkonferma li 11-il spettur tal-pulizija tas-CID qegħdin jinqdew bi tliet vetturi tal-pulizija biss?", "Jista' jgħid għaliex il-korp mhux qiegħed jagħti għad-dispożizzjoni ta' dawn l-ispetturi aktar vetturi biex ikunu jistgħu jaqdu aħjar l- esiġenzi tas-servizz minflok ikollhom joqogħdu jittalbu għal vettura?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li hemm mhux anqas minn 39 vettura għad- dispożizzjoni tat-taqsimiet ta' l-investigazzjoni kriminali tal-pulizija.", "Minn dawn 15 huma assenjati espressament mas-CID, fejn fil-preżent hemm stazzjonati assistent kummissarju, supretendent u 11-il spettur.", "Ta' min jispjega wkoll li matul kull ġurnata jkun hemm xi wħud minn dawn il- fizzjali li jkunu frank jew bil-leave, għaldaqstant il-vettura tagħhom tkun ukoll disponibbli għall-fizzjali l-oħra.", "Ta' min ifakkar ukoll illi l-ispettur tal-pulizija bħala kundizzjoni ta' impjieg m'għandux il-faċilita' ta' vettura miegħu kif għandhom ranks ogħla minnu.", "SAN ĠILJAN - TRIQ SANTU WISTIN - DAWL", "9050.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika: Jista' il-Ministru jara li jinxtegħlu r-red bollards li hemm quddiem ir-restaurant Nero fi Triq Santu Wistin, San Ġiljan, kif ukoll id-dwal li jinsabu fl-istess triq?", "Jista' jara li jitwaħħlu litter bins f'dik l-area peress li hija area turistika?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jien informat li d-dwal li qed issir riferenza għalihom mhumiex responsabbilta' ta' l-Enemalta.", "ENEMALTA - ANZJANI LI NQATGĦALHOM IS-SERVIZZ TAD-DAWL", "9051.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika: Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm anzjani li bejn l-1 ta' Jannar u l-15 ta' Novembru 2004 nqatgħalhom is- servizz tad-dawl?", "Kemm hemm anzjani li ntbagħtitilhom notice li se jinqatgħalhom is-servizz?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jien informat li r-records tal-kontijiet tal- korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma ma jindikawx l-eta' ta' l-account holders.", "Għaldaqstant l-informazzjoni mitluba ma tistax tingħata.", "ANZJANI - SERVIZZ TA' HOMEHELP", "9053.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l- Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm anzjani li qegħdin jistennew is-servizz tal-homehelp?", "Kemm ilhom li applikaw?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li preżentament in- numru ta' applikazzjonijiet li l-bord ta' l-allokazzjoni għad irid jikkunsidra huwa ta' 13.", "Il-bord irċieva l-applikazzjonijiet fix-xahar ta' Novembru wara li sar is-social worker assessment.", "Dawn it-13-il każ applikaw għas-servizz f'Ottubru 2004.", "54 każ ġew approvati mill-bord iżda għadhom qed jistennew li jirċievu s- servizz.", "Dawn applikaw f'Settembru u Ottubru 2004.", "Barra minn hekk, għad hemm 40 każ għall-assessment għand is-social workers.", "Dawn applikaw f'Ottubru u Novembru 2004.", "MALTACOM - SUSSIDJU FUQ IS-SERVIZZ TAT-TELEPHONE", "9054.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika: Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm anzjani jistennew is-sussidju fuq it-telephone u t-telecare għas-sena 2004?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 1130.", "ANZJANI - BENEFIĊĊJU TAĦT SCHEDULE V", "9055.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l- Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm anzjani jistennew it- tiġdid tal-benefiċċju taħt schedule V li l-applikazzjoni relattiva hija għas-sena 2004?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jispeċifika jekk hux qed jirriferi għal benefiċċji fl-ewwel jew fit-tieni parti ta' Skeda V ta' l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali.", "L-ewwel parti tirrigwarda għajnuna finanzjarja dwar mard u t-tieni parti tirrigwarda l-għoti ta' mediċini b'xejn.", "MIŻBLA TAL-MAGĦTAB", "9064.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid meta se tinbeda r- riabilitazzjoni tal-miżbla tal-Magħtab u meta għandha tkun kompluta?", "Jista' jgħid kemm hu maħsub li se jiswa dan ix-xogħol?", "Kemm ġejjin fondi mill -Unjoni Ewropea f'dan is-sens?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Ninsab informat li bl-għeluq tal-miżbla tal- Magħtab hu possibbli li l-ewwel fażi tar-riabilitazzjoni tal-miżbla tibda f'Awissu ta' l-2005.", "Din l-ewwel fażi ta' xogħlijiet se tiġi konkluża fl- aħħar ta' l-2007.", "Dawn ix-xogħlijiet ser jikkonsistu fil-ġbir tal- gassijiet tossiċi li jiġu ġenerati mill-iskart u biex jiġu kontrollati n- nirien.", "Ir-riabilitazzjoni tal-miżbla tal-Magħtab hija parti minn proġett li ġie sottomess u approvat għall-finanzjament mill-fondi strutturali ta' l-Unjoni Ewropea.", "Il-proġett totali jikkonsisti fir-riabilitazzjoni ta' tliet miżbliet, dik tal-Magħtab, tal-Qortin u ta' Wied Fulija, u l-valur totali jammonta għal euros 8.4 miljun.", "L-Ewropa ser tiffinanzja 73% ta' l-ammont filwaqt li l-kumplament ser jiġi ffinanzjat mill-Gvern Malti.", "DIPARTIMENT TAD-DRENAĠĠ - MAINS", "9080.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika: Jista' il-Ministru jgħid kemm hu t-tul ta' mains ġodda ta' drenaġġ li saru matul din is-sena, kull lokalita' separatament?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "BINI TA' TOROQ RESIDENZJALI", "9081.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jagħti lista tat-toroq residenzjali li nbnew matul din is-sena, inkluż it-tul tat-triq u kull lokalita' separatament?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra iktar kmieni fis-seduta.", "LINJI TA' L-AJRU BARRANIN", "9082.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika: Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn linji ta' l-ajru barranin li joperaw lejn u minn Malta?", "Jista' jgħid jekk hemmx linji ta' l-ajru ġodda li talbu permess biex joperaw lejn u minn Malta?", "Jekk fl-affermattiv, liema huma?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.", "SWAR - RESTAWR", "9083.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' il-Ministru jgħid liema huma s-swar li mhux qed isir użu minnhom?", "Jista' jgħid xi proġetti hemm għar-restawr tas-swar?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Fir-rigward ta' pjani ta' proġetti ta' restawr tas- swar, jien informat li d-diviżjoni tax-xogħlijiet għandha ppjanati sensiela ta' proġetti ta' interventi f'diversi bnadi tas-swar tal-Belt u l- Kottonera.", "PROĠETTI ENVIRONMENTAL FRIENDLY", "9084.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx proġetti ta' enerġija alternattiva environmental friendly fil-ħsieb tal-gvern?", "Jista' jgħid fiex jikkonsistu?", "Meta hu maħsub li jibdew?", "Kemm hu maħsub li se jiswew u kemm hemm fondi ġejjien mill-Unjoni Ewropea f'dan ir-rigward?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel din il- mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "PROĠETTI TA' LAND RECLAMATION", "9085.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid jekk il-gvern għandux ħsieb li jwettaq proġetti ta' land reclamation?", "Jekk fl-affermattiv, fejn?", "Meta se jibdew dawn il-proġetti?", "Kemm hu maħsub li se jiswew?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 9057.", "QRATI - APPELLI KRIMINALI SUPERJURI", "9086.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm inqatgħu appelli kriminali superjuri (Qorti Kolleġjata) matul din is-sena - sal-15 ta' Ottubru?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li n-numru ta' appelli kriminali superjuri li ġew konklużi kien ta' 18.", "QORTI TA' L-APPELLI - SENTENZI", "9088.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm inqatgħu sentenzi mill-qorti ta' l-appelli matul din is-sena - sal-15 ta' Ottubru?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni kollha mitluba minnu tinsab fis-sit www.justice.gov.mt taħt court statistics li tinsab f'court services.", "Ovvjament għandu jaċċessa għall- istatistika taċ-ċivil.", "L-istatistika tinkludi kemm ġew deċiżi kawżi - kemm inqatgħu sentenzi - mill-qorti ta' l-appell, kemm dik superjuri kif ukoll dik inferjuri, mill-1 ta' Jannar 2004.", "L-istatistika hija aġġornata sa l-aħħar ta' Ottubru 2004.", "Kopja qed tiġi hawn annessa.", "QORTI TAL-FAMILJA - ĊITAZZJONIJIET", "9089.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew ippreżentati ċitazzjonijiet fil-qorti tal-familja fis-sena 2003 u sal-15 ta' Ottubru 2004?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li n-numru ta' ċitazzjonijiet ippreżentati fil-qorti tal-familja, Malta u Għawdex, hu kif indikat hawn taħt: Sena 2003 - 480 Sena 2004 (sal-15 ta' Ottubru) - 358", "QRATI - KUNTRATTI TA' SEPARAZZJONI", "9091.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew ippubblikati kuntratti ta' separazzjoni konsenswali fis-sena 2003 u bejn l- 1 ta' Jannar u l-15 ta' Ottubru 2004?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li fir-reġistru pubbliku jiġu reġistrati noti ta' insinwazzjoni ta' kuntratti ta' separazzjoni personali konsenswali u dawk li joħorġu biss wara sentenza tal-qorti.", "Fir-reġistru pubbliku ta' Malta fis-sena 2003 ġew reġistrati 484 nota u bejn Jannar u Ottubru tas-sena kurrenti, ġew reġistrati 345 nota.", "Għalkemm ma tinżammx statistika separata għal dawk in-noti li joħorġu biss minn kuntratti ta' separazzjoni personali u dawk li joħorġu biss minn sentenza, wieħed jista' jgħid li l-biċċa l-kbira ta' dawn in-noti huma ta' kuntratti ta' separazzjoni personali konsenswali.", "L-informazzjoni dwar Għawdex għadha qed tinġabar.", "QRATI - KAWŻI KRIMINALI SOMMARJI", "9092.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew deċiżi kawżi kriminali sommarji (ta' ġurisdizzjoni oriġinali, bħal tad-distrett u kolliżjonijiet) u jagħti tagħrif maġistrat, maġistrat matul din is-sena sal- 15 ta' Ottubru?", "ONOR.", "TONIO BORG: L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "QORTI TAL-MAĠISTRATI - SENTENZI", "9093.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew mogħtija sentenzi mill-qorti tal-maġistrati (Malta) bħala qorti ta' ġudikatura kriminali f'kawżi ta' kumpilazzjonijiet mill-1 ta' Jannar sal-15 ta' Ottubru 2004, u jagħti t-tagħrif maġistrat, maġistrat?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li s-sentenzi mogħtija mill-qorti tal- maġistrati (Malta) bħala ġudikatura kriminali f'kawżi ta' kumpilazzjonijiet mill-1 ta' Jannar sal-15 ta' Ottubru 2004 hi hekk:", "|Maġistrat *Apap Bologna|0 | |J | | |Maġistrat Cassar J |36 | |Maġistrat Quintano L |22 | |Maġistrat Demicoli S |65 | |Maġistrat Grixti G |38 | |Maġistrat Hayman M |27 | |Maġistrat Lofaro A |44 | |Maġistrat *Mallia M |0 | |Maġistrat *Meli S |0 | |Maġistrat Micallef |87 | |Trigona A | | |Maġistrat Mizzi A |84 | |Maġistrat *Montebello D|2 | |Maġistrat Padovani |54 | |Grima J | | |Maġistrat **Peralta |8 | |Carol | | |Maġistrat Scerri |108 | |Herrera C | | |Maġistrat Vella A J |23 | |Total |598 |", "* - Maġistrati ma jeħdux kumpilazzjonijiet ** - Maġistrat jinsab imsiefer", "L-informazzjoni mogħtija tkopri sal-31 ta' Ottubru 2004.", "RDC - XOGĦLIJIET", "9107.", "L-ONOR.", "MICHAEL ASCIAK staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Billi jidher li l-ħaddiema ta' l-RDC għamlu xi xogħol overtime għall-kunsill lokali ta' Ħal Balzan, jista' il-Ministru jara għalfejn għadhom ma tħallsux u jekk humiex se jitħallsu?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Jien informat li l-overtime li l-ħaddiema tad- dipartiment tat-tindif pubbliku jagħmlu mal-kunsill lokali jitħallas dejjem fix-xahar ta' wara u li jiġi rikoverat mill-kunsill rispettivament.", "Il- pagament mill-kunsill lokali ta' Ħal Balzan sar fl-1 ta' Novembru, għalhekk il-ħaddiema ser jitħallsu fil-paga dovuta fid-29 ta' Diċembru, 2004.", "TA' GIORNI - TRIQ BERTHA K.11G – ĦSARAT", "9116.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tal-Familja u tas- Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tieħu l-passi meħtieġa biex ħsarat li hemm fil-komun u fi djar fi Block D, Triq Bertha K.llg, Ta' Giorni minħabba inċident kaġun ta' nar, jiġu rranġati b'intervent tat-taqsima tiswija u kostruzzjoni tad-dipartiment tad-djar?", "Tista' tgħid meta se jsir dan ix-xogħol u kemm hu stmat li jdum biex jintemm?", "Tista' tgħid fid-dettal fiex se jkun jikkonsisti l-imsemmi xogħol ta' tiswijiet?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fis-17 ta' Novembru 2004 d-dipartiment tal-bini u tiswija tad-djar beda x-xogħol meħtieġ biex jirranġa l-ħsarat kawżati mill-ħruq fil-blokk indikat.", "Hu ppjanat li l-aktar xogħol urġenti jkun lest sal-Ħadd 21 ta' Novembru 2004.", "Dan ix-xogħol jinkludi: tibjid tal-ħitan tat-tromba tat-taraġ u l-intrajjet tal-blokk; tibjid tal-ħitan tal-flat li l-aktar imtela bil-ġmied għax kellu l-bieb miftuħ fil-ħin ta' l-inċident; tibdil tas-sistema tad-dawl tat-taraġ li nħarqet kompletament.", "Ser isiru wkoll xogħlijiet oħra bħalma huma: tibdil tal-bibien ta' barra ta' numru ta' appartamenti u jinżebgħu l-bibien l-oħra ta' barra; tibdil ta' l-irħam tat-taraġ fejn dan inqasam kawża tal-ħruq; tikħil tal-bitħa interna.", "Dan ix-xogħol mistenni jkun lest sal-Ħadd 28 ta' Novembru 2004.", "KAĊĊATURI MALTIN", "9119.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 8940, li oriġinarjament saret lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern u li issa ġiet riferuta lilu, u cioe' jista' jgħid għaliex kaċċaturi Maltin li jmorru l-Eġittu għall-kaċċa, bil-permessi kollha meħtieġa, mhux se jitħallew idaħħlu Malta tajr li la huwa protett fl-Eġittu u lanqas f'Malta u li qabel kien jitħalla jiddaħħal f'Malta?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Ninsab informat li d-direttorat għall-ħarsien ta' l-ambjent fi ħdan l-awtorita' ta' Malta dwar l-ambjent u l-ippjanar (il- MEPA) għandu l-obbligi u r-responsabbilta' li jara li l-biodiversita' li hija mħarsa bil-liġi, kemm fuq livell internazzjonali kif ukoll fuq livell nazzjonali, tiġi osservata.", "Għalhekk dan ifisser li biodiversita bħal fil- każ li semma l-Onor Membru, li ma tkunx imħarsa kemm min-naħa internazzjonali kif ukoll minn-naħa nazzjonali, ma jkunx hemm problemi biex din tidħol f'Malta.", "Id-direttorat għall-ħarsien ta' l-ambjent mhux l-unika entita' li trid tagħti l-kunsens tagħha għad-dħul f'Malta - u issa għad-dħul fl-Unjoni Ewropea - ta' xi biodiversita.", "Hemm ukoll l-obbligi li jaqgħu taħt dipartimenti u entitajiet oħra, bħal ngħidu aħna d-dipartiment tas-saħħa, id-dipartiment tal-veterinarju - f'dan il-każ - u anke d-dipartiment tad- dwana nnifsu.", "Fil-fatt il-game trophies li mhumiex trattati ma jistgħux jiddaħħlu f'Malta jekk il-pajjiż ta' l-oriġini m'għandux approvazzjoni min-naħa ta' l-Unjoni Ewropea li jesporta l-istess speċi għall-konsum uman, f'dan il-każ tajr.", "WSC - POLISHING PLANT", "9123.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika: B'riferenza għall-polishing plant li nbniet mill-WSC f'Għawdex, jista' il-Ministru jgħid x'inhi l- kapaċita' ta' dan l-impjant?", "Kemm ġew jiswew ix-xogħlijiet kollha?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "IMPJIEGI - REĠISTRAZZJONI GĦAX-XOGĦOL", "9126.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: Jista' il-Ministru jagħti statistika, xahar b'xahar u raħal b'raħal, tan-nies li irreġistraw għax-xogħol minn Jannar 2004 sal- lum?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: In-numru ta' persuni li kienu qed jirreġistraw għax- xogħol fuq l-ewwel u t-tieni parti tar-reġistru, lokal b'lokal f'Malta u Għawdex minn Jannar sa Settembru 2004, tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra iktar kmieni fis-seduta.", "UNIVERSITA'/JUNIOR COLLEGE/MCAST – STUDENTI ĠODDA", "9127.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: Jista' il-Ministru jagħti statistika, raħal b'raħal, ta' l-istudenti ġodda li daħlu l-universita', il-junior college u l-MCAST f'Ottubru 2004?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "SAN PAWL IL-BAĦAR - SKOLA PRIMARJA", "9129.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: Jista' il-Ministru jivverifika rapporti li qed jasluli mill-ġenituri ta' tfal f'waħda mill-klassijiet tar-raba' sena ta' l- iskola l-primarja ta' San Pawl il-Baħar, u jekk jirriżulta li veru jittieħdu passi, dwar tfal li qed iħarbtu l-klassi u t-tagħlim ta' l- għalliema u jitfgħu lura lil sħabhom kollha?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ġejt informat li ma jirriżultax li f'xi klassi tar- raba' sena ta' l-iskola primarja ta' San Pawl il-Baħar hemm xi tfal li qed iħarbtu l-klassi u t-tagħlim ta' l-għalliema u li qed jitfgħu lura lil sħabhom kollha.", "IMĠARR - TRAKKIJIET LI JIEĦDU R-RADAM LEJN IL-BARRIERA TA' L-IMSELLIET", "9130.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Peress li t-trakkijiet li qed jieħdu r-radam lejn il-barriera f'Ta' l-Imselliet fl-Imġarr qed jimlew it-triq li tagħti għall-barriera b'ħafna tafal jiżloq, jistgħu jittieħdu passi biex ir-roti tat-trakkijiet jitnaddfu ħalli jonqos il-periklu ta' inċidenti tat-traffiku fl-inħawi?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Ninsab informat li l-provvedimenti neċessarji ttieħdu u se jkomplu jittieħdu sabiex il-kuntrattur jagħmel dak kollu neċessarju sabiex jiġi evitat dan l-inkonvenjent f'dawk it-toroq.", "SPTARIJIET - TWELID TA' TRABI", "9132.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jagħti dettalji ta' kemm kien hemm twelid f'kull sptar, sew privat kif ukoll pubbliku?", "Kemm minnhom kienu permezz ta' ċesarja, għas-snin 2000/2004?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Minkejja li għal raġunijiet ta' kunfidenzjalita' m'iniex ser nagħmel pubblika din l-informazzjoni, ser ngħaddi din l-istess informazzjoni b'mod kunfidenzjali lill-Onor.", "Interpellant.", "SAĦĦA - TWELID TA' TRABI PERMEZZ TA' ĊESARJA", "9134.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid x'inhi l-policy tad- dipartiment tas-saħħa rigward twelid permezz ta' ċesarja meta r-rata f'Malta hija kważi d-doppju tar-rakkmandazzjoni maħruġa mill-World Health Organisation?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li d-diviżjoni tas- saħħa la għandha u lanqas tista' tagħmel policy dwar twelid permezz ta' ċesarja minħabba li tali deċiżjoni hija waħda purament klinika.", "STABILIMENTI KUMMERĊJALI - LIĊENZJI", "9144.", "L-ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall- Kompetittivita' u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in- numru ta' stabilimenti kummerċjali liċenzjati fil-lokalitajiet tal-Ħamrun, Sta.", "Venera, Marsa, Floriana, Valletta, Pieta'/Gwardamangia, Qormi, Luqa u Kirkop mill-1999 'il hawn, sena b'sena?", "X'kien il-ġeneru tan-negozju liċenzjat?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f'seduta oħra.", "ANZJANI - TILQIM KONTRA L-INFLUWENZA", "9146.", "L-ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l- Anzjani u l-Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid din is-sena kemm kunsilli lokali wieġbu għas-sejħa ta' l-immunisation unit biex isir tilqim kontra l-influwenza lill-anzjani 'l fuq minn 65 sena fil-lokalita' tagħhom?", "Min huma l-kunsilli li taw dan is-servizz u kemm-il tilqima ngħatat f'kull każ?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra iktar kmieni fis-seduta.", "ĊENTRI TAS-SAĦĦA", "9148.", "L-ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l- Anzjani u l-Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid liema huma l- ġranet u l-ħinijiet li matulhom qed jiftħu l-bereġ tal-Ħamrun, Sta.", "Venera, Valletta, Pieta'/Gwardamangia, Marsa, Qormi, Luqa u Kirkop?", "X'servizzi jingħataw f'dawn il-bereġ?", "X'kienet l-attendenza f'dawn il-bereġ sena b'sena mill-1999 'il hawn?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra iktar kmieni fis-seduta.", "PULIZIJA - RAPPORTI DWAR REATI", "9149.", "L-ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'kien in-numru ta' reati kriminali rapportati lill-pulizija, sena b'sena mill- 1999 'il hawn, fil-lokalitajiet tal-Ħamrun, Sta.", "Venera, Valletta, Floriana, Marsa, Pieta'/Gwardamangia, Qormi, Luqa u Kirkop u x'kienu dawn ir-reati?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant hu kif jidher fuq it-tabella li tpoġġiet fuq il-mejda tal- Kamra iktar kmieni fis-seduta.", "SKEJJEL PRIMARJI - KUNSILLI SKOLASTIĊI", "9150.", "L-ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid f'liema skejjel primarji fil-lokalitajiet tal-Ħamrun, Sta.", "Venera, Marsa, Valletta, Floriana, Pieta'/Gwardamangia, Qormi, Luqa u Kirkop hemm kunsilli skolastiċi?", "Meta twaqqfu?", "Kemm-il darba ltaqgħu minn dakinhar 'il hawn?", "X'kienet l-attendenza tar-rappreżentanti ta' l-għalliema u tal-ġenituri rispettivament f'dawn il-laqgħat?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li fil-lokalitajiet indikati hemm kunsill skolastiku li twaqqaf għal sentejn.", "L-elezzjoni għal dawn il-kunsilli saret f'Jannar u jerġa' imisshom f'Jannar 2005.", "HEALTH PROMOTION DEPARTMENT", "9151.", "L-ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l- Anzjani u l-Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid meta twaqqaf il- health promotion department fi ħdan il-ministeru tas-saħħa x'kienu l- objettivi oriġinali tiegħu u jekk dawn intlaħqux?", "X'kien l-istaff complement tiegħu dakinhar?", "Jista' jgħid x'inhuma l-objettivi ta' dan id-dipartiment illum, partikolarment wara s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea?", "Jekk u kif qegħdin jintlaħqu?", "X'inhu l-istaff complement ta' dan id-dipartiment illum?", "Jista' jgħid jekk wasalx iż-żmien li jkun hemm żieda fl-istaff in vista taż- żieda fix-xogħol u s-servizzi li dan id-dipartiment irid ikompli jagħti lill-komunita' anke wara l-ħinijiet normali tax-xogħol?", "Jidhirlu li sadattant għandha tingħata għallinqas allowance lil dawk li baqgħu volontarjament jagħtu servizz lill-komunita' wara l-ħin?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Il-health promotion department twaqqaf fl-1994 fi ħdan id-diviżjoni tas-saħħa bil-għan li jrawwem kuxjenza dwar stil ta' ħajja aktar b'saħħita fil-poplu Malti u Għawdxi billi jipprovdi informazzjoni u servizzi li jgħinu lill-poplu jgħix aħjar.", "Dak iż-żmien kien hemm tliet professional officers (health promotion) u professional officer wieħed (nutrition).", "Bħala support staff kien hemm tnejn minn nies oħra.", "Illum il-ġurnata l-objettivi tad-dipartiment jinkludu, fost oħrajn, li jgħin u jinkoraġġixxu lill-policymakers biex jinbnew policies li jippromwovu s-saħħa; li kontinwament itejjeb is-servizzi li joffri lill- pubbliku biex ikun jista' jgħix aħjar, fosthom kliniċi biex tieqaf tpejjep, kliniċi biex tnaqqas il-piż u counselling services, fosthom fuq is-saħħa sesswali; li jibni sħubija ma' stakeholders, kemm lokali kif ukoll ma' pajjiżi oħra fl-Unjoni Ewropea sabiex ikun jista' jinbena pjan ta' azzjoni fis-saħħa; li jagħmel riċerka dwar is-saħħa tal-Maltin u dwar id-drawwiet tagħhom f'dik li tirrigwardja saħħithom.", "L-istaff fid-dipartiment bħalissa huwa mqassam kif ġej:", "|Direttur | | |Principal health promotion|1 | |officer | | |Principal scientific |1 | |officer (nutrition) | | |Scientific officer |1 | |(nutrition) | | |Health promotion officer |2 | |Principal |1 | |Executive officer |1 | |Computer operator |1 | |Clerk |2 | |Technical designer |2 | |Senior pharmacy technician|1 | |Senior tradesman |1 | |Health assistant |1 | |Driver |1 |", "Ix-xogħol tal-health promotion department dejjem qiegħed jiżdied.", "Illum il- ġurnata ħafna nies huma konxji ta' saħħithom u d-domanda, kemm għall- informazzjoni kif ukoll għas-servizzi, dejjem qed tikber.", "Dan fih innifsu juri kemm id-dipartiment għamel suċċess bil-kampanji tiegħu.", "Il-marketing strategy li adotta d-dipartiment qed iwassal il-messaġġ ta' saħħa lil aktar u aktar nies f'kull sfera tal-ħajja.", "Iżda dan ifisser ukoll li x-xogħol tad- dipartiment kiber sewwa u qed jinħass il-bżonn ta' aktar staff.", "Rigward xogħol li jsir wara l-ħin, titħallas disturbance allowance.", "Ħ'ATTARD - TRIQ IL-MIXTLA", "9152.", "L-ONOR.", "JOSEPH ABELA staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Jista' il-Ministru jgħid meta se jinbeda x-xogħol fuq Triq il-Mixtla f'Ħ'Attard?", "Huwa konxju mill-inkonvenjent li qed ikollhom iħabbtu wiċċhom miegħu ta' kuljum ir-residenti ta' din it-triq minħabba d-diżlivelli u żdingar li hemm f'din it-triq?", "Jista' jgħid kemm saru toroq f'Ħ'Attard matul dawn l-aħħar ħames snin?", "Jista' jagħti lista tat-toroq li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tal-gvern u li għandhom bżonn isiru mill-bidu f'Ħ'Attard?", "Jista' jgħid liema minn dawn it-toroq se jibbenefikaw mill- fondi ta' l-Unjoni Ewropea?", "Jista' jgħid liema huma t-toroq f'Ħ'Attard li se jiġu rranġati mill-gvern fis-sena 2005?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ninsab informat li l-informazjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f'seduta oħra", "ŻEBBUĠ - SQAQ IL-QENĊ - MANUTENZJONI", "9154.", "L-ONOR.", "DAVID AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Ministru jgħid jekk jistax isir patching u xi tiswijiet oħra fi Sqaq il-Qenċ f'Ħaż-Żebbuġ, Malta?", "ONOR.", "TONIO BORG: Bħalma jaf l-Onor.", "Interpellant, il-kunsilli lokali huma korpi statutorji ta' gvern lokali b'personalita' legali distinta għalhekk nissuġġerilu jirriferi l-mistoqsija tiegħu lill-kunsill lokali konċernat.", "DJAR - PEMBROKE", "9158.", "L-ONOR.", "DAVID AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Familja u tas- Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid meta se tissewwa t-triq ta' madwar site E fi Triq Normandy, Pembroke li kienet tkissret mill-kuntrattur li ħadem fuq il-bini tal-maisonettes tal-gvern u li għadu ma rranġahiex?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Probabbilment l-Onor.", "Interpellant qed jirriferi għal Site F u mhux E għax din ta' l-aħħar għad trid tinbena.", "Ninsab informata li t-triq kellha tinqala' bħala parti mix-xogħlijiet u mhux b'xi traskuraġni mill-kuntrattur.", "Informata wkoll li għalkemm l-irranġar tat- triq kellu jsir mill-awtorita' tat-trasport, bħalissa għaddejja korrispondenza bejn id-dipartiment tal-bini u tiswija tad-djar u l-kunsill lokali ta' Pembroke biex ix-xogħol tat-triq isir mill-aktar fis possibbli.", "SAĦĦA - ĦADDIEMA", "9159.", "L-ONOR.", "FRANCO GALEA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l- Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid kemm jaħdmu mal-gvern radiographers, medical laboratory scientists, speech therapists u physiotherapists?", "Kemm jitħallsu overtime għal kull settur u kemm hi l- paga netta fis-sena għal kull livell f'kull qasam?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant qed tinġabar u ser titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "PEMBROKE - TRIQ IL-MEDITERRAN", "9160.", "L-ONOR.", "FRANCO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 6969, jista' il-Ministru jgħid jekk fl-istima ta' Lm97,000 biex isir ix-xogħol meħtieġ fi Triq il- Mediterran f'Pembroke hux inkluż li din it-triq tinqala' mill-qiegħ minħabba l-istat diżastruż li tinsab fih kif ukoll il-bdil tas-servizzi u tqegħid ta' bankini ġodda?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ninsab informat li l-informazjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f'seduta oħra", "PEMBROKE - TRIQ IL-MEDITERRAN", "9161.", "L-ONOR.", "FRANCO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Jista' il-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa triq mhux urbana li tagħti minn tarf Triq il-Mediterran għall-grounds tal-Melita FC f'Pembroke tinkesa bit-tarmac?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ninsab informat illi t-triq imsemmija, skond LA 1/04, ġiet tiswa Lm6,184.43.", "ANNIMALI VELENUŻI", "9162.", "L-ONOR.", "FRANCO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jindika d-data, snin, jew perjodu li fih ġew importati xi speċi ta' annimali velenużi?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Nixtieq niġbed l-attenzjoni ta' l-Onor.", "Membru li mhux kulma jmiss mal-biodiversita', jiġifieri pjanti u annimali, huwa responsabbilta' esklussiva tal-ministeru tiegħi.", "Id-direttorat għall-ħarsien ta' l-ambjent fi ħdan l-awtorita' ta' Malta dwar l-ambjent u l-ippjanar (il-MEPA) fejn tidħol il-biodiversita' huwa responsabbli għall-obbligi li l-pajjiż għandu, kemm min-naħa internazzjonali kif ukoll minn dik nazzjonali, għall-ħarsien – protezzjoni - ta' l-ispeċi per se.", "Dan ifisser li l-direttorat għall-ħarsien ta' l- ambjent jintervjeni biss fejn l-ispeċi nfushom huma mħarsa, jew jistgħu jkunu ta' ħsara għall-ispeċi Maltin, dejjem skond l-obbligi nazzjonali u internazzjonali.", "Dan ifisser li miżuri dwar il-biodiversita' huma wkoll responsabbilta' tad-dipartiment tas-saħħa, jekk il-biodiversita' tkun ta' ħsara pubblika, tad-dwana jekk l-importazzjoni ma ssirx skond ir- regolamenti tad-dwana, tal-kummissarju tal-pulizija jekk il-liġijiet nazzjonali jinkisru u jkun hemm ħtieġa ta' prosekuzzjoni, tad-dipartiment tal-veterinarju jekk il-biodiversita' tkun ta' ħsara għas-saħħa ta' l- annimali, u tad-dipartiment ta' l-agrikoltura jekk il-pjanti jkunu ta' ħsara għas-saħħa tal-pjanti li jinsabu fil-gzejjer Maltin, kemm indiġeni kif ukoll dawk agrikoli.", "Fil-każ imsemmi mill-Onor.", "Membru dan huwa każ li jittratta lid-dipartiment tas-aaħħa, li wkoll għandu sehem fil-kontroll ta' l-importazzjoni tal- biodiversita' minħabba li l-impatt li dawn jistgħu jkollhom jista' ikun ta' ħsara pubblika, u din tkun tirrikjedi miżuri speċjali.", "Għalhekk ġentilment nissuġġerixxi lill-Onor.", "Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija lill- ministru responsabbli għas-saħħa.", "DIABETIĊI", "9163.", "L-ONOR.", "FRANCO GALEA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l- Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 6234 u cioe' jgħid x'inhu n-numru totali ta' diabetiċi f'Malta maqsuma f'type 1 diabetics; type 2 diabetics u klassifikati fi gruppi ta' etajiet: 0-10 snin; 11-20 sena; 21-40 sena; 41-50 sena; 51-60 sena u 61-70 sena?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninsab informat li n-numru ta' diabetiċi f'Malta u Għawdex, imqassam skond il-klinika li jattendu hu kif ġej:", "|St.Luke's diabetes |11382 | |clinic | | |Pazjenti li ilhom ma |2586 | |jattendu | | |ħames snin | | |(St.Luke's) | | |Floriana health |2110 | |centre | | |Mosta health centre |2186 | |Paola health centre |2476 | |Rabat health centre |921 | |Qormi health centre |2071 | |Cospicua health |860 | |centre | | |Gzira health centre |2053 | |Gozo general hospital|1558 | |Total |28203 |", "| |Tot|0-|11-|21-|41-|51-|61-| | |al |10|20 |40 |50 |60 |70 | |Typ|782|25|122|311|208|73 |43 | |e 1| | | | | | | | |Typ|132|0 |5 |238|172|481|649| |e 2|73 | | | |3 |7 |0 |", "Dan in-numru huwa bbażat fuq in-numru ta' pazjenti li jattendu l-kliniċi tal-gvern.", "SAN ĠWANN - PELICAN LIGHTS", "9164.", "L-ONOR.", "FRANCO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Jista' il-Ministru jgħid fiex waslet l-applikazzjoni għat-talba tal- kunsill lokali ta' San Ġwann biex isiru l-pelican lights maġenb l-iskola ta' Vjal Rihan, f'Naxxar Road minħabba l-periklu li hemm għat-tfal u l- ġenituri li jkunu jridu jaqsmu għall-iskola?", "Din hi urġenti.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Jien informat li diġa' saru xi surveys u disinji neċessarji fir-rigward ta' l-applikazzjoni li qed jirriferi għaliha l-Onor.", "Interpellant.", "Dawn ġew finalizzati mid-direttorat għan-network u infrastruttura fi ħdan l-awtorita' dwar it-trasport ta' Malta, u li l- implimentazzjoni qiegħda tiġi prioritizzata flimkien ma' 26 stallazzjoni ta' pelican lights ġodda f'lokalitajiet differenti madwar Malta.", "Ix- xogħlijiet jitwettqu hekk kif l-imsemmija prioritajiet jiġu stabiliti skond l-importanza ta' kull applikazzjoni minħabba raġuni ta' sigurta'.", "DIPARTIMENT GĦALL-MANUTENZJONI U KOSTRUZZJONI - ĦADDIEMA", "9178.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru tal-Familja u tas- Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tara x'inhi r-raġuni li l-ħaddiema fi ħdan id-dipartiment għall-manutenzjoni u kostruzzjoni, u cioe' dawk involuti fil-kostruzzjoni, manutenzjoni eċċ., għad li jaħdmu l-overtime m'humiex jitħallsu tiegħu bħalma ġara fil-każ tal-klandestini ġewwa Ħal Far?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Ninsab informata li l-overtime li rrifera għalih l-Onor.", "Interpellant ser jitħallas lill-impjegati flimkien mal-paga li jmiss.", "GĦAWDEX - KAWŻI QUDDIEM IL-QORTI ĊIVILI/SUPERJURI", "9179.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm daħlu kawżi quddiem il-qorti ċivili u superjuri f'Għawdex f'dawn l-aħħar erba' snin?", "Lil min ġew assenjati, f'liema ammonti u kemm minnhom ġew deċiżi?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat kif ġej: It-tabella ta' hawn taħt turi n-numru ta' kawżi li daħlu quddiem il-qorti tal-maġistrati (Għawdex) ġurisdizzjoni superjuri, sena b'sena matul is-snin 2001, 2002, 2003, u 2004, lil min ġew assenjati u kemm ġew deċiżi matul l- istess snin.", "Din l-istatistika tinkludi biss kawżi (ċitazzjoni) u teskludi atti oħra bħal ngħidu aħna mandati ta' inibizzjoni u rikorsi.", "In oltre l-kolonni \"Deċiżi\" tinkludi biss dawk il-kawżi li ngħatat sentenza dwarhom u għalhekk teskludi dawk li ġew ċeduti u waqgħu deżerti.", "|Magi|2001 |2002I |2003 |2004 – | |stra| | | |sas-17 | |t u | | | |ta' | |Sezz| | | |Novembr| |joni| | | |u | | |Intr.|Deċ. |Intr.|Deċ. |Int | | |Int-P|Int-P|Int-P|Int-Pe|Int-P| | |end |end |end |nd |end | |Dr. P.|0–0 |0–0 |0–0 |0–0 |0–0 | |Coppin| | | | | | |i | | | | | | |Dr. A.|0–3 |0–0 |0–0 |34-24 |158-1| |Micall| | | | |58 | |ef | | | | | | |Trigon| | | | | | |a | | | | | | |Dr. M.|0–3 |0–0 |0–0 |0–0 |0–0 | |Mallia| | | | | | |Dr. G.|716-3|841-2|800-3|76-199|0–104| |Grixti|18 |88 |65 | | | |Dr. C.|0-0 |0-0 |0-0 |461-11|601-2| |Scerri| | | |8 |86 | |Herrer| | | | | | |a | | | | | |", "Qorti Istruttorja (Kumpilazzjoni)", "| |2000|2001 |2002 |2003 |200| | | | | | |4 | | |Int-|Int-P|Int-P|Int-Pe|Int| | |Pend|end |end |nd |-Pe| | | | | | |n | |Dr. P. |18–2|11-21|29–25|6-26 |3–2| |Coppini |8 | | | |0 | |Dr. A. |7–15|10–20|15–26|2–20 |0-1| |Micallef| | | | |9 | |Trigona | | | | | | |Dr. M. |0–15|0–0 |0–0 |0–0 |0–0| |Mallia | | | | | | |Dr. G. |43-8|19-77|20-76|6-73 |0–6| |Grixti |1 | | | |4 | |Dr. C. |0–0 |0-0 |0-0 |34-32 |44-| |Scerri | | | | |51 | |Herrera | | | | | |", "GĦAWDEX - ĠUDIKANTI LI JAĦDMU L-QORTI", "9181.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhi l-allowance għall-petrol li kull ġudikant li jaħdem fil-qorti ta' Għawdex hu intitolat għaliha?", "Kemm kienet l-ispiża tal-petrol għal kull vettura ta' kull ġudikant li tħallas direttament mill-qorti ta' Għawdex matul is-snin 2000, 2001, 2002, 2003 u 2004?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat kif ġej: L-allowance għal dak li hu petrol ta' maġistrat tammonta għal Lm750 fis- sena.", "L-ispiża għall-petrol tal-Magistrat Paul Coppini - l-uniku ġudikant li jitħallas minn hawn - kienet kif ġej:", "|Sena |Lm |Rimarki | | | |Kien għadha tiġi | |2000 |0 |utilizzata | | | |karozza tal-kiri | | | |bix-xufier | |2001 |41.65|Minn Diċembru | |2002 |439.5|- | | |0 | | |2003 |510.4|- | | |0 | | |2004 |523.2|Sat-12 ta' | | |7 |Novembru |", "GĦAWDEX - QORTI", "9182.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid min mill-istaff tal- qorti ta' Għawdex huwa intitolat għal telephone ċellulari u telefonija fissa?", "ONOR.", "TONIO BORG: L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "GĦAWDEX - ĠUDIKANTI TAL-QORTI", "9183.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża matul is-snin 2001, 2002, 2003 u 2004 għal kull ġudikant li jaħdem fil- qorti ta' Għawdex, kemm għar-rigward tat-telephone ċellulari tiegħu kif ukoll għar-rigward tal-ħlas tat-telefonija fissa?", "ONOR.", "TONIO BORG: L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "GĦAWDEX - ĠUDIKANTI MALTIN LI JAĦDMU L-QORTI", "9184.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid fiex tikkonsisti l- allowance għal ġudikant Malti li jaħdem Għawdex?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi l-allowance għal ġudikant Malti li jaħdem Għawdex tikkonsisti fis-segwenti:", "Bed & Breakfast Lm26 Half Board Lm36 Full Board Lm46 Lunch Lm12", "Biljett tal-vapur għall-karozza u biljett tal-vapur għall-passiġġier.", "SERVIZZ PUBBLIKU - PUSTIERA", "9192.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 8365 u għar-risposta relattiva, jista' il-Prim Ministru jgħid għaliex il-pustiera li ġew ingaġġati mas-servizz pubbliku wara l-2003 għandhom il-progression, u jispjega għaliex hemm din id-differenza?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jien informat li l-progression fil-grad sustantiv ta' dawk il-pustiera li rritornaw lura għas-servizz pubbliku, kemm minn Posta Limited, mill-uffiċċju tal-postmaster general u fl-2003 minn Maltapost p.l.c. hija l-istess.", "GĦAWDEX - ĊITTADELLA - ARMERIJA", "9193.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid x'se jsir minflok l-Armerija taċ- Cittadella f'Għawdex u x'se jsir mill-affarijiet li kien hemm esebiti li jmorru lura sa żmien il-Kavallieri?", "In oltre jista' jgħid ta' min kienet id-deċiżjoni, x'konsulti saru u ma' min?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li l-maħżen tas-seklu tmintax fi Triq il-Kwartier ta' San Martin fiċ-Ċittadella ta' Għawdex ser jibda jintuża bħala ċentru amministrattiv għall-operat ta' Heritage Malta f'Għawdex, u ser jinkludi spazju għall-esebizzjonijiet permanenti, taħdidiet u attivitajiet relatati.", "L-affarijiet li kienu jinsabu fl- imsemmi sit ġew trasferiti għall-proċess intensiv ta' konservazzjoni peress li jinsabu fi stat ħażin ta' priservazzjoni.", "Id-deċiżjoni li jittieħed dan il-pass ittieħdet minn Heritage Malta wara li ġew evalwati bir-reqqa diversi punti, fosthom li s-sit ma kienx viabbli bħala attrazzjoni kulturali tant li bl-eċċezzjoni ta' perjodu qasir f'nofs is-snin '80 dan kien jista' jitgawda biss minn wara rixtellu tal-ħadid; l-esebiti rispettivi għandhom bżonn urġenti ta' konservazzjoni minħabba li fil-passat ma ngħatawx l-attenzjoni dovuta; l-uffiċċju amministrattiv preżenti qiegħed jokkupa parti mill-mużew tax-xjenza naturali u dan minbarra l-inkonvenjent ovvju li qed joħloq lill-operat ta' l-imsemmi mużew.", "Dan qed jokkupa parti konsisteni mill-ispazju ta' l-esebizzjoni permanenti, qed tinħass dejjem iżjed il-ħtieġa li l-mużew tax-xjenza naturali jigi mtejjeb, kif fil-fatt beda jsir matul l-aħħar ġimgħat, u l-ispazju vakat bit-trasferiment ta' l- imsemmi uffiċċju ser jintuża għal estenzjoni permanenti.", "L-unika proprjeta' vakanti li għandha Heritage Malta fiċ-Cittadella tenħtieġ interventi strutturali notevoli sabiex tinbidel f'post amministrattiv fil- futur.", "MALTACOM - KAŻ DWAR KONT TAT-TELEFON", "9194.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika: Jista' il-Ministru jara x'inhi r-raġuni li persuna - dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - qed tirċievi kont tat-telefon daqshekk għoli meta suppost li għandha s- sussidju?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi għat-tweġiba li tajt għal mistoqsija parlamentari 1130.", "ADT - MOTORISED SCOOTERS", "9195.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' motorised scooters li hu reġistrat ma' l-ADT?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Jien informat li l-ammont tal-motorised scooters jammonta għal 822.", "BORMLA - POLIKLINIKA", "9196.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l- Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jinvestiga jekk hux minnu li xi tobba/tabib fil-poliklinika ta' Bormla irrifjutaw li jieħdu l-pressjoni ta' xi pazjenti nhar is-16 ta' Novembru?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Minn investigazzjoni interna li saret jirriżulta li f'dak il-jum tabib ra l-pazjenta msemmija kif suppost u fl-opinjoni professjonali tiegħu ma kien hemm ebda indikazzjoni għalfejn kellha tittieħed il-pressjoni dakinhar.", "KAROZZI TAL-LINJA LOW FLOOR", "9197.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Jista' il-Ministru jara li jintbagħtu karozzi tal-linja low floor għal vjaġġi lejn St Lukes?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Jien informat illi l-assoċjazzjoni tat-trasport pubbliku topera l-flotta tal-karozzi tal-linja fuq bażi ta' roster li tinbidel kull ġimgħatejn u li hija bbażata fuq in-numru tal-liċenzja tal- vettura.", "Dan sabiex il-vetturi jkunu jistgħu joperaw fuq ir-rotot differenti skond ir-roster.", "Għaldaqstant dan ifisser illi r-roster li ssir mhijiex ibbażata fuq it-tip ta' xarabank u/jew ir-rotta iżda fuq in-numru tax-xarabank, allura s- sistema ma tippermettix li low floor buses biss jiġu dettaljati għal vjaġġi lejn St. Luke's Hospital.", "QORTI TAL-MAĠISTRATI - ESPERTI", "9198.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ilhom ma jitħallsu l-esperti tal-qorti mqabbda mill-qorti tal-maġistrati u meta se jitħallsu?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li fil-każ tal-qrati Għawdxin l- esperti mqabbda mill-istess qrati qed jitħallsu regolarment.", "Fil-każ tal- qrati Maltin, l-aħħar ħlas lill-esperti ta' l-istess qrati sar f'Awissu 2004.", "Preżentement qegħdin jiġu pproċessati l-kontijiet pendenti sabiex isiru l- ħlasijiet dovuti.", "TOROQ - XOGĦLIJIET", "9199.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jgħid liema huma t-toroq residenzjali li saru matul din is-sena mid-dipartiment tat-toroq, kull lokalita' separatament?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għal mistoqsija parlamentari 9081 li qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra f'din l-istess seduta.", "TOROQ - XOGĦLIJIET", "9201.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jgħid għal kemm tammonta l-ispiża kapitali li għamel id-direttorat tat-toroq matul din is-sena sal-lum?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Jien informat li sal-lum intnefqu Lm6,446,423 li kienu mqassma kif jidhru hawn taħt:", "|Project |Amount | |Roads Capital Vote |Lm4,224.955| |Italian Protocol |Lm1,850,668| |EU Protocol |Lm | |(Pre-Assesion Funds) |370,800 | |Total |Lm6,446,423|", "MALTA DRYDOCKS - VAPUR CORONIA", "9204.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika: Jista' il-Ministru jgħid min qed jagħmel ix-xogħol ta' tneħħija ta' asbestos minn fuq il-vapur Coronia?", "Xi prekawzjoni qed jieħdu dawn il-ħaddiema?", "Jista' jgħid x'inhi r-raġuni li dawn il-ħaddiema qed jibqgħu bil-maskla u jgħaddu minn qalb ħaddiema oħra minn abbord sad-decontamination chamber li qiegħed l-art meta hu fatt magħruf li din il-maskla tkun ikkontaminata minn barra?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "MALTA DRYDOCKS - VAPUR CORONIA", "9206.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika: B'riferenza għax-xogħol li qed isir fit-tarzna fuq il-vapur Coronia, jista' il-Ministru jiggarantixxi li l- arja li qed toħroġ mill-blowers li qed jiġbdu minn fejn hemm il-postijiet ikkontaminati mhijiex ta' ħsara għal saħħet il-ħaddiem?", "X'garanzija hemm li l-arja li toħroġ fl-aħħar minn dawn il-blowers mhijiex ta' periklu, minkejja li tgħaddi minn tliet filters?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "MALTA DRYDOCKS - VAPUR CORONIA", "9208.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika: Jista' il-Ministru jgħid jekk sarux testijiet dwar jekk hemmx traċċi ta' asbestos fuq il-vapur Coronia li hemm fit-tarzna?", "Jekk fl-affermattiv, kemm saru u x'kien ir-riżultat f'kull każ?", "Minkejja kull prekawzjoni li tittieħed, jista' jiggarantixxi s-sigurta' tal-ħaddiema mija fil-mija?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "EU - CONVERGENCE PROGRAMME", "9234.", "L-ONOR.", "ALFRED SANT staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tar- rapport li kellu jintbagħat fil-bidu ta' Novembru 2004 lill-Kummissjoni Ewropea b'tifsira tal-miżuri dettaljati li se jieħu l-gvern ħalli jimplimenta l-programm ta' konverġenza (Convergence programme 2004-2007) ta' Mejju 2004?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Peress li l-budget tal-gvern ser jiġi ppreżentat lil din il-Kamra fl-24 ta' Novembru 2004, il-Kummissjoni Ewropea ġiet informata li l-miżuri li se jieħu l-gvern se jkunu nkorporati fid-diskors tal-budget.", "PBS - IMPJEGAT", "9235.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 8968 u cioe' jgħid jekk persuna - isimha qed jintbagħat separatament - sifritx fuq xogħol tal-PBS kemm ilha konnessa mal-kumpannija bħala konsulent?", "Jekk iva, min ħallas, il-gvern jew il-PBS?", "Jekk fl-affermattiv kemm-il darba siefret, għalfejn siefret, fejn marret, kemm damet, ma' min ivvjaġġat u kemm nefqet f'kull okkażjoni?", "Fid-dawl tat-tweġiba tal-Ministru għall-mistoqsija riċenti tiegħi, dan ifisser li minn Settembru 2004 'il hawn ma siefer ħadd mill-PBS fuq xogħol tal-kumpannija?", "Dwar it-tagħrif mogħti dan l-aħħar dwar safriet minn diriġenti u uffiċjali tal-PBS, jista' jagħti breakdown ta' kemm intnefaq f'biljetti ta' l-ajru, lukandi, allowances, u telephone bills minn Jannar 2000 'il quddiem?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "PERIT RICHARD ENGLAND", "9236.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: B'riferenza għal mistoqsijiet parlamentari 8802 u 8933, jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra dettalji dwar l-obbligi kuntrattwali li għandu l-gvern mal-Perit Richard England dwar il-proġett tat-Teatru Rjal u l-madwar?", "Kemm tħallas s'issa, meta tħallas, ta' xiex tħallas, taħt liema kundizzjonijiet u meta mistennija jsirulu pagamenti oħrajn?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta mogħtija għal mistoqsija parlamentari 8933.", "ŻVILUPP URBAN U TOROQ - TAXXI", "9237.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 8892 u cioe' jgħid liema kienu t-taxxi, tariffi jew miżati li ddaħħlu jew ġew riveduti - kemm jekk għolew kif ukoll jekk raħsu - minnu, mid-dipartimenti jew mill- awtoritajiet, istituzzjonijiet u aġenziji li jaqgħu taħtu minn April 2003 sal-lum?", "Jista' jindika wkoll kemm kienu qabel ma għolew u kemm saru wara li għolew?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra iktar kmieni fis-seduta.", "OPM - TAXXI", "9238.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: B'riferenza għal mistoqsijiet parlamentari 8881 u 9044, jista' il- Prim Ministru jgħid liema kienu t-taxxi, tariffi jew miżati li ddaħħlu jew ġew riveduti - kemm jekk għolew kif ukoll jekk raħsu - minnu, mid- dipartimenti jew mill-awtoritajiet, istituzzjonijiet u aġenziji li jaqgħu taħtu minn April 2003 sal-lum?", "Jista' jindika wkoll kemm kienu qabel ma għolew u kemm saru wara li għolew?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant dwar dipartimenti li jaqgħu taħt l-uffiċċju tal-Prim Ministru u tal-Ministeru tal-Finanzi.", "ENEMALTA/WSC - ĠBIR TA' ARRETRATI", "9239.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika: B'riferenza għal mistoqsijiet parlamentari 8854 u 9039 jista' il-Ministru jikkonferma li l-ġbir ta' l- arretrati tal-korporazzjoni Enemalta/WSC u l-Enemalta call centre se jibda jsir minn uffiċini fil-bini ta' l-MOBC, il-Marsa?", "Jikkonferma li l- uffiċini se jinkrew Lm600 fix-xahar?", "X'inhu l-arranġament bankarju li sar mal-Bank of Valletta dwar il-ħlas tal-kontijiet pendenti?", "Hu minnu li overdue accounts se jiġu charged 1% fix-xahar?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "AFM - KAŻ TA' ARRETRATI", "9241.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jara li persuna - dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - tingħata l-arretrati tal-paga dovuti lilha mill- forzi armati ta' Malta?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "BIRKIRKARA - TRIQ NAXXAR - PELICAN LIGHTS", "9242.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Jista' il-Ministru jara li jissewwew il-pelican lights li hemm fi Triq Naxxar, Birkirkara, viċin il-pompa tal-petrol Falzon?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Wara spezzjoni li saret fil-post imsemmi mill- Onor. Interpellant irriżulta li m'hemmx pelican ligths f'din it-triq.", "Għaldaqstant l-Onor.", "Interpellant hu mitlub li jivverifika l-post eżatt ta' fejn jinsabu l-pelican lights u l-ħsarat li qed jirriferi ghalihom.", "BIRKIRKARA - TRIQ IL-QANPIENA L-KBIRA - ASFALTAR", "9243.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Jista' il-Ministru jara li ssir u tingħata t-tarmac Triq il-Qanpiena l-Kbira f'Tal-Qattus, Birkirkara, liema triq illum tinsab fi stat diżastruż?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ninsab informat li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għalhekk tingħata f'seduta oħra.", "DIPARTIMENT TA' L-ARTIJIET - CARAVAN SITE", "9244.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jispjega r-raġuni għar- refusal tad-dipartiment ta' l-artijiet għall-kiri ta' caravan site numri C27 u C25, u dan wara l-applikazzjonijiet li saru mill-persuni li isimhom qed jintbagħat separatament?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi l-offerti li saru għall-kiri tal- caravan sites C25 u C27 kienu kollha taħt l-istima.", "Għalhekk l-offerti kollha ġew rifjutati.", "DIPARTIMENT TAD-DJAR – SANTA VENERA", "9245.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru tal-Familja u tas- Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid jekk il-fond - dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament - huwiex tad-dipartiment tad-djar?", "Tista' tgħid jekk l-istess fond huwiex wieħed rekwiżizzjonat?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Jien informata li l-fond indikat għadu rekwiżizzjonat.", "Ħ'ATTARD - TRIQ MARIO CORTIS - DAWL", "9246.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika: Jista' il-Ministru jara li tiġi rranġata l-fergħa tad-dawl difettuża li hemm fi Triq Mario Cortis, f'Ħ'Attard quddiem ir-residenza li n-numru tagħha qed jintbagħat separatament?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li risposta tingħata f'xi seduta oħra."]} {"filename": "20040505_126d_par.doc", "date": "2004-05-05", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 126 L-Erbgħa, 5 ta' Mejju, 2004 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 126 L-Erbgħa, 5 ta' Mejju, 2004", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.03 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "126", "L-Erbgħa, 5 ta' Mejju, 2004", "WERREJ", "MINUTI 209", "PETIZZJONI 209", "INFORMAZZJONI TA' MR SPEAKER 209", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 210", "TQEGĦID TA' KARTI 217", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ORDINANZA DWAR IL-KOSTITUZZJONI TA' KARIGA TA'", "AVUKAT ĠENERALI U DIK TA' AVUKAT TAR-REPUBBLIKA (IT-TIENI QARI)", "ATTORNEY GENERAL AND COUNSEL FOR THE REPUBLIC", "(CONSTITUTION OF OFFICE) (AMENDMENT) BILL (SECOND READING) 217", "AĠĠORNAMENT 241", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 246", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta 125 li saret fl-4 ta' Mejju 2004 ġew konfermati.", "INFORMAZZJONI TA'", "MR SPEAKER", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): Ninforma lill-Kamra li s-Sedja rċeviet ittra mingħand Dr. Joe Borg fejn fiha qed jagħti r-riżenja tiegħu minn membru tal-parlament b'effett mil-lum, 5 ta' Mejju 2004.", "Se naqra din l- ittra u nqegħedha wkoll fuq il-mejda tal-Kamra:", "\"Għażiż Mr Speaker,", "Qiegħed, permezz ta' din l-ittra, nirriżenja minn deputat elett biex nirrappreżenta d-Disa' Distrett Elettorali.", "Filwaqt li nirringrazzjak tal-koperazzjoni li dejjem sibt mill-Presidenza tal-Kamra,", "Dejjem Tiegħek, Joe Borg.\".", "Issa ngħaddu għal petizzjoni u nsejjaħ lill-Onor.", "Karl Chircop.", "PETIZZJONI", "ONOR.", "KARL CHIRCOP: Mr Speaker, illum qed inressaq petizzjoni rigward żvilupp li hemm propost li jsir f'Wied Garnaw li jinsab fil-limiti ta' Santa Luċija, Gudja u Ħal Għaxaq, proprju fil-qalba tar-raba' distrett.", "Hawnhekk għandi petizzjoni ffirmata minn 6,055 persuna fejn qegħdin, bl- aktar qawwa, jipprotestaw biex dan l-iżvilupp ma jseħħx.", "Dan l-iżvilupp jikkonsisti f'impjant ta' riċiklaġġ inorganiku li żgur li ma jagħmilx ġid jekk jiġi żviluppat f'wied fejn hemm green area.", "Naturalment jien nesprimi s-sodisfazzjon għall-mod kif ħdimna flimkien mal-kunsilliera u s-sindki sabiex dan l-iżvilupp kemm jista' ikun ma jsirx u anke sabiex nagħmlu l- pressure kollha meħtieġa fuq l-awtoritajiet ħalli verament nipproteġu l- ambjent f'pajjiżna.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Ngħaddu issa għall-mistoqsijiet.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "ŻEJTUN: SKOLA PRIMARJA - XOGĦOL FIL-LIBRERIJA", "4947.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid jekk hux possibbli li, fin- nuqqas ta' ftehim fil-preżent mal-kunsill lokali, id-dipartiment ikun jista' jagħmel xi xogħol fil-librerija li tinsab fl-iskola primarja taż- Żejtun, bħal ngħidu aħna xkaffar aktar adegwat għall-ħtiġijiet ta' din il- librerija?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni.", "Żgħażagħ u l-Impjiegi): Tlabt li din t-talba tiġi mistħarrġa.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Abela, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Mr Speaker, jista' il-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi żviluppi minn meta ftit taż-żmien ilu 'l hawn, jien flimkien miegħu kellna l-okkażjoni li nkunu fl-iskola primarja taż-Żejtun - preżenti kien hemm anke d-direttur ta' l-arkivji nazzjonali u l-libreriji - u rajna l- problemi li hemm fl-hekk imsejħa librerija?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Speaker, il-verita` hi li ma jidhirlix li kien hemm xi żviluppi, pero' rrid ngħid li wara l-okkażjoni li qed isemmi l- Onor. Kollega, jien m'erġajtx tkellimt mas-Sur Philip Borg fuq is-suġġett imma din il-ġimgħa nipprokura li nara x'inhi r-reazzjoni għal din it-talba li saret - jien tlabt li jagħtuni l-feedback tagħhom – ħalli nkunu nistgħu naraw x'azzjoni nistgħu nieħdu.", "INSTITUTE OF HEALTH CARE - HONOURS DEGREE IN NURSING", "4977.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid xi problemi u diffikultajiet inħolqu għall-istudenti li qed jagħmlu honours degree in nursing ma' l-Institute of Health Care u li jinsabu fl-aħħar sena?", "Jista' jgħid x'inhi r-raġuni għall-problemi li nħolqu fejn tidħol id-dissertation fejn ir-regolamenti nbidlu darbtejn?", "Kif se jolqot l-impjieg futur tagħhom jekk l-affarijiet jibqgħu kif inhuma?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li minħabba li kien hemm xi dewmien min-naħa tal-bord ta' l-etika u dewmien ieħor li kien kawża diretta ta' l- introduzzjoni tal-liġi l-ġdida dwar id-data protection, kien hemm xi problemi dwar il-ħruġ ta' l-approvazzjoni għall-istudji li kienu qed jiġu proposti mill-istudenti.", "Dawn il-problemi ġew riżolti u l-istudenti kienu nformati b'dawn l-iżviluppi.", "Ma kien hemm l-ebda tibdil fir-regolamenti kif preskritti.", "Informat ukoll li l-universita' hija responsabbli mil-lat akkademiku.", "Ma jirriżultax li din il-kwestjoni se jkollha xi rifless fuq il-kwestjoni ta' l-impjieg.", "MDINA - XOGĦOL TA' RESTAWR", "4978.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'restawr u xogħlijiet simili fl-Imdina mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti u/jew kunsilli jew awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu sena b'sena mill-1999 sal- lum?", "Jista' jgħid x'kienet in-natura tax-xogħol, fejn sar u kemm intnefqu flus f'kull każ?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura) (f'isem il- Ministru għat-Turiżmu u l-Kultura): It-tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Carmelo Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Mr Speaker, ġaladarba wieġeb il-Ministru li taħtu jaqgħu r-rehabilitation projects, jista' jgħid x'kollaborazzjoni hemm bejn ir-rehabilitation projects u l-ministeru responsabbli mit-turiżmu u l- kultura f'dak li għandu x'jaqsam ma' restawr ta' postijiet storiċi f'pajjiżna?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, jien sinċerament ma nistax nara kif wieħed jista' jgħaqqad waħda ma' l-oħra.", "Li nista' ngħid hu li kulfejn ikun hemm propost xogħol ta' restawr jittieħdu l-opinjonijiet ta' l- istakeholders kollha interessati.", "Jekk fi proġett ikun jidher biċ-ċar li l- ministeru responsabbli mill-kultura u t-turiżmu jista' jagħti l-input tiegħu, ovvjament dan jagħmel proprju hekk.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Carmelo Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Mr Speaker, il-mistoqsija tiegħi kienet dwar dak li għandu x'jaqsam mar-rehabilitation projects b'mod ġenerali.", "Ta' spiss ikun hemm ilmenti, anke fil-pubbliku, li jsir ħafna spezzettar f'dak li għandu x'jaqsam ma' restawr ta' postijiet storiċi, ikunu liema jkunu, jiġifieri mhux biss marbuta ma' l-Imdina jew inkella restawr f'postijiet oħrajn.", "Ftit tas-snin ilu waqqafna l-heritage Malta permezz ta' liġi u allura hemm numru ta' entitajiet li huma marbuta mar-restawr, pero` jaqgħu taħt ministeri differenti.", "Allura jien qed nistaqsi x'kollaborazzjoni ssir għaliex wieħed mill-ilmenti li ħafna drabi jkun hemm huwa li donnu m'hemmx kollaborazzjoni biżżejjed bejniethom.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ma naħsibx li wieħed jista' jaqta' straight line u jiġġeneralizza.", "Per eżempju, qed isir xogħol ta' restawr mill-Cottonera rehabilitation committee fil-kappella Tas-Salvatur fl-area tal-Kottonera, pero` ovvjament hemm involut fih nies li qed jiġu trained u jistudjaw fiċ- ċentru tar-restawr ta' Bighi.", "Jiġifieri fejn nistgħu, nagħmlu sinerġija.", "Jekk l-Onor.", "Membru qed jirriferi għal xi proġett speċifiku nitolbu jagħmilli mistoqsija u nkun nista' nagħtih risposta iktar dettaljata.", "MDINA - XOGĦOL TA' RESTAWR", "4979.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' il-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'restawr u xogħlijiet simili fl-Imdina mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti u/jew kunsilli jew awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu sena b'sena mill-1999 sal-lum?", "Jista' jgħid x'kienet in-natura tax-xogħol, fejn saret u kemm intnefqu flus għal kull wieħed?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant hija kif ġej:", "|Sena |Natura |Nefqa | | |tax-xogħol | | |1999 |Nil |Nil | |2000 |Nil |Nil | |2001 |Restawrazzjon|Lm3,970.00| | |i tal-bibien | | | |prinċipali | | | |ta' barra | | | |tal-Palazz | | | |Vilhena, | | | |Mdina | | |2001 |Restawrazzjon|Lm4,877.50| | |i tal-Vilhena| | | |Bronze | | | |Medallion | | | |fl-entratura | | | |prinċipali | | | |tal-Palazz | | | |Vilhena, | | | |Mdina | | |2001 |Restawrazzjon|Lm4,134.50| | |i ta' ġewwa | | | |tat-Torre | | | |dello | | | |Standardo, | | | |Mdina | | |2001 – |Studju |Lm127,682.| |2003 |ġeoloġiku u |30ċ | | |strutturali -| | | |Palazz | | | |Vilhena u | | | |Swar | | |2002 |Konservazzjon|Lm10,945.0| | |i tal-ġebel |0 | | |tat-Triumphal| | | |Ensemble | | | |fil-faċċata | | | |tal-Palazz | | | |Vilhena | | |2002 |Xogħol ta' |Lm124,050.| | |tisbiħ u |00 | | |titjib | | | |tal-forecourt| | | |tal-Palazz | | | |Vilhena, | | | |Mdina | | |2003 |Rfid ta' |Lm15,808.0| | |strutturi |0 | | |perikolużi | | | |fil-Palazz | | | |Vilhena | | |2003 |Restawr |Lm10,000.0| | |tal-Bieb |0 | | |tal-Griegi |(b'kollabo| | | |razzjoni | | | |ma' l-MTA)|", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Abela, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Jista' il-Ministru jgħid - jekk huwa informat jew jekk għandu l-informazzjoni hawnhekk - jekk kienx hemm diskussjonijiet jew ħidma mill-qrib mal-heritage Malta f'dawn il-każi speċifiċi li għadu kemm semma?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Jien nista' ngħid li bħas-soltu ġew ikkonsultati l- entitajiet u l-istakeholders kollha konċernati, pero` jekk irid ikun speċifiku fuq il-Malta heritage niċċekkja u nġiblu r-risposta.", "KUMMISSJONI NAZZJONALI DWAR IL-UNESCO", "4980.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid x'inhu x-xogħol tal- kummissjoni nazzjonali dwar il-UNESCO?", "Kemm ilha mwaqqfa din il- kummissjoni u x'ħidma wettqet fis-sentejn ta' qabel?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif mitlub se jitpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "AVVIŻ LEGALI DWAR IT-TIPJIP", "4981.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l- Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid jekk l-Avviż Legali dwar it- tipjip ġiex irtirat kollu milli jidħol fis-seħħ fil-bidu ta' April 2004 jew inkella partijiet minnu?", "X'wassal biex sar hekk?", "Ma jaħsibx li dan se jolqot numru kbir ta' persuni li ma jpejpux u li se jkollhom ikomplu jsofru dan minħabba pressjoni li saret mal-gvern?", "Meta hu maħsub li dawn ir- regolamenti se jidħlu fis-seħħ u x'tibdil se jkun hemm fihom?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil- Komunita`): L-avviż legali dwar it-tipjip f'postijiet pubbliċi ma ġiex rtirat.", "Id-data tad-dħul fis-seħħ hija 5 ta' April, 2004.", "Hemm emenda għal dan l-avviż legali li hija intiża unikament sabiex tagħti opportunita` lis- sidien konċernati sabiex jottemporaw ruħhom mal-provedimenti ta' dan l- avviż legali.", "L-emenda hija ntiża wkoll li tistabbilixxi perjodu ċar u limitat sabiex is-sidien jilħqu dak mistenni minnhom.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Carmelo Abela, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Jista' il-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi żviluppi minn meta reġa' inħareġ avviż legali ieħor li jemenda l-avviż legali oriġinali u jekk kienx hemm iktar konsultazzjonijiet jew problemi oħrajn li nħolqu minn dak iż-żmien sal-lum, f'dak li għandu x'jaqsam biex is-sidien jiġu in line ma' l-avviż legali?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninforma lill-kollega tiegħi li twaqqaf kumitat apposta li fih huma nvoluti l-key players kollha.", "Dan il-kumitat qiegħed jiltaqa' darba kull ġimgħa; jekk m'iniex sejjer żball għada hemm it-tielet laqgħa tiegħu.", "Jidhru li l-affarijiet mexjin, iktar u iktar għaliex kulħadd huwa konxju bid-date lines ta' sitt xhur u sena mid-data meta dan l-avviż legali ġie effettiv.", "Jiġifieri għandek is-6 ta' Ottubru għall-bars and restaurants li huma 'l fuq minn 60 metru kwadru u sitt xhur wara dik id- data għall-bars li huma inqas minn 60 metru.", "Din il-ġimgħa stess talbuni xi kjarifikazzjonijiet fuq il-legal notice li kienet ħarġet u jien bgħatthomlom dik il-ġurnata stess – fil-fatt bgħatthom liċ-chairman ta' dan il-kumitat li huwa s-Sur Cassar - u jidhru li l-affarijiet mexjin b'mod sodisfaċenti.", "Tant hu hekk li l-key players kollha huma konxji tar- responsabbiltajiet li din il-legal notice tagħmel fuqhom biex inkomplu nissalvagwardaw is-saħħa tal-Maltin.", "SKOLA MIKIEL ANĠ REFALO - STUDENT LI QED JITLOB GĦAJNUNA SPEĊJALI BIEX JAGĦMEL L-EŻAMIJIET TAL-MATSEC", "5167.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid meta beħsiebu jwieġeb iċ-chairman tal-MATSEC board lill-iskola Mikiel Anġ Refalo ta' Victoria Għawdex dwar it-talba ta' l-aġent kap li ilha li saret mid-29 ta' Marzu 2004 biex l-istudent, li ismu qed jintbagħat separatament, jingħata l-għajnuna speċjali li għandu bżonn biex jagħmel l-eżamijiet tal- MATSEC?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Infurmat li t-talba ta' l-iskola Mikiel Anġ Refalo ta' Victoria, Għawdex waslet fl-uffiċċju tal-Matsec fil-bidu ta' April 2004, iktar minn erba' xhur tard wara d-data ta' l-għeluq għal talbiet simili, li kienet il-25 ta' Novembru 2003.", "Din it-talba biex l-istudent jingħata xi konċessjoni minħabba li l-kitba tiegħu ma tantx tingħaraf xorta waħda tressqet lill-kumitat għall-bżonnijiet speċjali u l-Matsec ingħata tweġiba fl-20 ta' April 2004.", "Din it-tweġiba issa twasslet lill-istudent.", "UE - APPLIKAZZJONIJIET GĦAL FONDI STRUTTURALI", "5168.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid kif se jinħadmu l-applikazzjonijiet għal fondi strutturali ta' l-Unjoni Ewropea?", "Peress li ġewwa l-pajjiżi kollha l-oħra - membri u kandidati - il-prinċipju mħaddan huwa li m'hemm l-ebda restrizzjoni biex korpi governattivi, privati u volontarji japplikaw għal dawn il-fondi, jista' jispjega fid-dettall kif individwi, aġenziji, dipartimenti u l-oqsma kummerċjali u non-governattivi kif ukoll l-imsieħba soċjali se jkunu jistgħu japplikaw?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (Segretarju Parlamentari) (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Jien infurmat li l-ewwel sejħa għall- applikazzjonijiet għall-fondi strutturali ħarġu kollha minbarra xi sub- miżuri taħt miżura 3.3.", "L-applikazzjonijiet kienu miftuħa għall-organizzazzjonijiet pubbliċi, dawk volontarji u oqsma oħra non-governattivi li jinkludu l-imsieħba soċjali.", "Il-proċeduri ta' l-applikazzjonijiet kienu spjegati fid-dettall f'linji ta' gwida li ħarġet il-managing authority għal dawk kollha li kienu eliġibbli li japplikaw.", "Dawn il-linji ta' gwida kif ukoll il-mili ta' l- applikazzjoni nnifisha ġew spjegati f'sessjonijiet ta' informazzjoni (information sessions) li saru kemm għas-settur pubbliku kif ukoll għall- oqsma non-governattivi.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Abela, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Jista' is-Segretarju Parlamentari, jekk jogħġbu, jgħidilna jekk dan japplikax ukoll fir-rigward tal-kunsilli lokali?", "Kunsilli lokali li juru xewqa u interess – u hekk għandhom jagħmlu fl-aħħar mill-aħħar – biex japplikaw għall-fondi strutturali jew fondi oħra li jistgħu jieħdu mill-Unjoni Ewropea se jiġu mgħejjuna fil-mili ta' formoli jew inkella biex l-applikazzjoni tagħhom fl-aħħar mill-aħħar titwassal fejn għandha tasal?", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Mr Speaker, jien naħseb li l-gvern bi prinċipju jinkoraġġixxi lil min jidhirlu li għandu dritt li jieħu flus mill-Unjoni Ewropea bħala għajnuna, sabiex dan japplika għalihom.", "Jien ċert - għalkemm dan mhux ministeru li jaqa' taħt id-dekasteru tal-Prim Ministru - li jekk jirriferu l-każ tagħhom lill-ministeru għall-ġustizzja u l-intern li huwa nkarigat ukoll mill-kunsilli lokali, isibu min jgħinhom fil-mili ta' formoli u f'dak kollu li jkunu jenħtieġu.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Carmelo Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Jien għamilt din il-mistoqsija għaliex l-ewwelnett fuq fondi strutturali wieġeb il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi u t- tieni nett għaliex saru diversi kummenti, anke f'laqgħat pubbliċi, li l- kunsilli lokali huma interessati pero` hemm limitazzjonijiet anke ta' riżorsi umani u bħala know how, speċjalment għalissa li għadna fil-bidu, biex jimlew dawn it-tip ta' formoli u applikazzjonijiet.", "Allura forsi l- uffiċċju tal-prim ministru, jew inkella min hu konċernat jara li minbarra li l-kunsilli lokali jiġu mgħejjuna mill-ministeru tagħhom stess, ikun hemm xi tip ta' għajnuna bejn iż-żewġ ministeri konċernati biex ma jkunx hemm din il-ħela ta' riżorsi meta nafu li għandna 68 kunsill u żgur li kull kunsill individwali mhux se jasal biex jimla u jkun effettiv fl- applikazzjonijiet tagħhom.", "Huwa f'dan is-sens li qiegħed nagħmel il- mistoqsija tiegħi.", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Mr Speaker, fid-dekasteri li jaqgħu taħt il-prim ministru u anke f'dawk li jaqgħu taħt il-ministru għall-affarijiet barranin hemm diversi uffiċjali li huma ntiżi sewwa fuq id-drittijiet u l- applikazzjonijiet li jistgħu jsiru.", "Ovvjament wieħed irid jirriferi għalihom through the right channels u jien naħseb, anzi ninsab ċert, li jsib l-assistenza kollha meħtieġa.", "L-ewwelnett dawn ikunu jistgħu jgħidulhom jekk huma jikkwalifikawx għal din l-għajnuna jew le, imbagħad fejn ikun hemm bżonn isibu l-għajnuna meħtieġa sabiex jimlew il-formoli neċessarji.", "Dan isir ukoll b'mod paralellu through il-ministeru ta' l- agrikoltura u l-ambjent fejn qegħdin ukoll nallokaw nies sabiex jgħinu lill- bdiewa ħalli japplikaw biex ikunu jistgħu jibbenefikaw mill-flus eliġibbli taħt l-Unjoni Ewropea.", "UE - POLITIKA TA' KOEŻJONI", "5169.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jispjega fid- dettall il-politika ta' koeżjoni li se tiggwida l-fondi ta' koeżjoni u strutturali mogħtija lil Malta?", "Saret xi forma ta' konsultazzjoni bħalma sar u qed isir kemm fil-pajjiżi membri u dawk li se jidħlu fl-Unjoni fl- 2004?", "Fil-każ, x'tip ta' konsultazzjoni saret u ma' min?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Il- politika ta' koeżjoni li se tigwida l-fondi strutturali 2004-2006 u l-fond ta' koeżjoni 2004-2006 hija spjegata fid-dettall fir-regolamenti kollha taħt kapitlu 21 ta' l-acquis communitaire u ġiet tradotta fil-konkret fil- programm uniku ta' programmazzjoni (single programming document) ta' Malta 2004-2006.", "Il-proċess ta' konsultazzjoni li sar hu spjegat fl-istess dokument.", "Dan id-dokument jinsab fuq il-website:ppcd.gov.mt.", "Barra minn hekk il-kumitat ta' sorveljanza tal-programm, li qed isegwi mill- qrib l-implementazzjoni tal-programm, hu kompost mis-settur pubbliku kif ukoll minn rappreżentanti tas-settur non-governattiv, inkluż għaqdiet u msieħba soċjali.", "L-abbozz tad-dokument dwar il-politika ta' koeżjoni għal wara s-sena 2007 qed jiġi diskuss bħalissa fl-istrutturi u l-kumitati ta' l-Unjoni Ewropea kollha wara l-pubblikazzjoni ta' l-abbozz mill-kummissjoni Ewropea fit-18 ta' Frar ta' din is-sena.", "PROĊESSAR TA' APPLIKAZZJONIJIET TA' L-INTERREG U EQUAL", "5170.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid min se jkun jipproċessa l-applikazzjonijiet ta' l-INTERREG, LEADER + URBAN II u EQUAL?", "Kif se jiġi garantit il-proċess trasparenti ta' l-applikazzjonijiet?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Malta, bħad-disa' pajjiżi membri ġodda l-oħra, qed tibbenefika minn tnejn minn dawn l-inizjattivi komunitarji, li huma l-Interreg III u EQUAL.", "L-inizjattiva komunitarja Interreg III hija maqsuma fi tlett tipi ta' kooperazzjoni: Kooperazzjoni bejn il-fruntieri, kooperazzjoni transnazzjonali, u kooperazzjoni interreġjonali.", "Fil-każ ta' Malta, il-kooperazzjoni bejn il-fruntieri se issir bejn Malta u l-Italja (Sqallija).", "Taħt il-kooperazzjoni transnazzjonali, Malta qiegħda tipparteċipa f'żewġ Programmi: Medocc u Archimed.", "Taħt il-kooperazzjoni interreġjonali, Malta hija membru taż-żona tan- Nofsinhar.", "Il-programmi msemmija hawn fuq kollha għandhom struttura separata li tikkoordina proċess ta' l-applikazzjonijiet.", "Dawn jikkonsistu f'awtorità ta' ġestjoni, awtorità tal-pagament, u joint technical secretariat għal kull programm, kif ukoll kumitat ta' programmazzjoni u kumitat ta' sorveljanza.", "L-awtoritajiet ta' [estjoni jippubblikaw is-sejħiet għall- applikazzjonijiet fil-websites tagħhom.", "Il-joint technical secretariat tagħmel l-evalwazzjoni preliminarja ta' dawn l-applikazzjonijiet.", "Dawn imbagħad jiġu diskussi u evalwati wieħed wieħed f'kumitat flimkien mal-koordinaturi nazzjonali.", "Bir-rappreżentazzjoni tal-koordinaturi nazzjonali fil-kumitati, il-pajjiżi kollha (inkluż Malta) jissorveljaw u jipparteċipaw fil-ġestjoni tal- programmi.", "Il-proċess trasparenti huwa garantit ukoll billi sejħa għall- applikazzjonijiet hija pubblika.", "Is-sejħa għall-applikazzjonijiet għall-proġetti taħt il-programm EQUAL se tiġi pproċċessata mill-Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali bħala waħda mill-funzjonijiet li ġew iddelegati lilu mill-awtorità ta' ġestjoni fl-implimentazzjoni ta' dan il-programm.", "Il-Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali għandu joħroġ sejħa pubblika għall-applikazzjonijiet.", "Wara li tagħlaq din is-sejħa, l-istess ministeru għandu jevalwa l-proġetti, jinnumerhom skond l-importanza u jgħaddihom lill-awtorità ta' ġestjoni għall-approvazzjoni.", "UE - FONDI STRUTTURALI", "5171.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Jista' il-gvern jagħti dettalji ċari kif se juża l-fondi strutturali u dawk ta' koeżjoni?", "Min jiddeċiedi fejn u kif se jintnefqu l-fondi?", "Għaliex il-gvern ma ħalaqx mekkaniżmu parlamentari kif qed jużaw l-Ungerija, l-Estonia, il-Latvia u Ċipru biex jikkordinaw dawn il-fondi?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Dawn id-dettalji jinsabu fil-programme complement li jinsab fuq il-website: ppcd.gov.mt u li ġie approvat mill-kumitat ta' sorveljanza (li l-gvern ħoloq apposta) fit-23 ta' Jannar 2004 u amendat mill-istess kumitat fil-21 ta' April 2004.", "Dan id-dokument jinkludi wkoll il-kriterji li fuqhom se ssir l-għażla tal-proġetti taħt kull miżura.", "Is-selezzjoni tal-proġetti ssir minn kumitat apposta u l-approvazzjoni finali tal-proġetti issir mill-kabinett tal-ministri.", "Il-proċess ta' koordinament tal-fondi mhux preskritt mir-regolamenti Ewropej, għalkemm irid jiġi approvat mill-kummissjoni Ewropea bħala parti min-negozjati dwar il-programm uniku ta' programmazzjoni (single programming document).", "Kull Stat membru joħloq is-sistema ta' koordinament tiegħu skond il-liġijiet ta' pajjiżu.", "FONDI STRUTTURALI – PJANI TA' NFIQ", "5172.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk huwiex veru li f'Malta huwa l-gvern li ddeċieda fejn u kif se jintnefqu l-fondi strutturali u ta' koeżjoni biex jgħattu d-deficit tal-gvern fi proġetti ta' priorita' nazzjonali?", "Jista' jagħti rendikont ċar fejn se jmorru dawn il- flus u jikkonferma li l-komunita' kummerċjali u dik non-governattiva s'issa tħalliet barra minn din l-area biex il-gvern juża l-flus kollha hu?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Il- fondi strutturali ta' kull pajjiż jintnefqu skond programm strateġiku li jħejji l-gvern u li fuqu jrid jintlaħaq qbil mal-kummissjoni Ewropea.", "L- ewwel abbozz ta' dan il-programm intbagħat lill-kummissjoni f'Mejju 2003 wara li kien ukoll diskuss fi ħdan il-kunsill Malti għall-iżvilupp soċjali u ekonomiku.", "L-istess programm kien ukoll miftuħ għall-kummenti mill- pubbliku permezz ta' website u pubbliċità li saret fil-paviljun tal-gvern fil-fiera nazzjonali ta' Malta f'Lulju tas-sena l-oħra fejn tqassmu kopji tad-dokument u fuljetti ta' informazzjoni.", "Dan id-dokument kif ukoll il-programme complement jinsabu fuq il-website ppcd.gov.mt.", "Fost il-prijoritajiet hemm ukoll diversi miżuri u azzjoni fejn il-komunità non-governattiva (kummerċjali, agrikola, dik tas-sajd u organizzazzjonijiet oħra) se tkun il-benefiċjarja prinċipali.", "Għaldaqstant l-Onor.", "Interpellant hu mistieden jaġġorna ruħu mal-fatti qabel jagħmel dikjarazzjonijiet żbaljati u partiġġjani kif għamel fil- mistoqsija tiegħu.", "BORMLA - KAŻ DWAR INKWILIN TA' POST", "5297.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Stefan Buontempo) staqsa lill- Ministru tal-Familja u tas-Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-ministru tgħid x'wassal lid-dipartiment biex l-inkwilin tal-post f'Bormla, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, jiġi mitlub jikkonsenja ċ-ċwievet lura lid-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (f'isem il-Ministru tal-Familja u tas-Solidarjeta' Soċjali): Ninsab informat li l-persuna ndikata mill-Onor.", "Interpellant intalbet tirritorna ċ-ċwievet tal-post indikat għax m'għandhiex dritt toqgħod f'dan il-post li daħlet fih bl-ebda dritt wara l-mewt ta' l- inkwilina preċedenti.", "PERMESSI TAL-ĦWIENET", "5298.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Stefan Buontempo) staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-ġustizzja u l-Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'sens jagħmel li permessi tal-ħwienet fil-lokalita' ta' Bormla jħallsu daqs liċenzji f'lokalitajiet u toroq aktar kummerċjali bħal The Strand, Gżira, Msida Sea Front, Valley Road, Birkirkara eċċ.?", "Jista' jgħid jekk għandux il-ħsieb li jirriduċi dan il-ħlas?", "ONOR.", "TONIO BORG (Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l- Intern): Ninsab informat li l-liċenzji tan-negozju m'għadhomx jinħarġu mill-pulizija.", "Għaldaqstant, ġentilment nissuġġerixxi lill-Onor.", "Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-ministru kkonċernat.", "ISLA: TRIQ SAN FILIPPU - BINI TA' APPARTAMENTI", "5299.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Stefan Buontempo) staqsa lill- Ministru tal-Familja u tas-Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-ministru tgħid jekk l-appartamenti li għadhom kif inbnew fi Triq San Filippu, l-Isla tqassmux?", "Jekk fl-affermattiv, x'sistema ntużat biex dawn tqassmu?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (f'isem il-Ministru tal-Familja u tas-Solidarjeta' Soċjali): Ninsab informat li l-proġett ta' bini ndikat mill-Onor.", "Interpellant għadu ma tlestiex għal kollox u għalhekk dawn l-appartamenti għadhom ma ġewx mgħoddija lid-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali biex jiġu allokati skond il-lista ta' dan id-dipartiment.", "APPARTAMENTI TAL-GVERN - ĦLAS TA' KONTIJIET TAD-DAWL FIL-PARTI KOMUNI", "5300.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Stefan Buontempo) staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid ta' min hi r-responsabbilta' biex jitħallas il-kont tad-dawl fil-parti komuni ta' appartamenti tal-gvern?", "Jekk huwa ta' l-inkwlini, jista' jgħid x'jiġri jekk wieħed mill-inkwilini jirrifjuta li jħallas?", "ONOR.", "TONIO BORG BORG: Sal-lum il-prassi dejjem kienet li l-ħlas tal- kont tad-dawl fil-parti komuni ta' l-appartamenti proprjeta' tal-gvern li huma amministrati mill-kummissarju ta' l-artijiet isir mid-dipartiment ta' l-artijiet.", "Rigward dawk l-appartamenti li ġew mikrija mill-aworita' tad-djar, l-Onor.", "Membru huwa mitlub jagħmel id-domanda tiegħu lill-ministru kkonċernat.", "MR SPEAKER : Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru Deguara.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tabella li turi l-għadd ta' persuni li għandhom is-servizz tal-home help, maqsuma skond il-lokalita', bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari 5373; u", "Tabella li turi l-għadd ta' ħaddiema fi djar ta' l-anzjani maqsuma skond il-grad, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari 5375.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ORDINANZA DWAR IL-KOSTITUZZJONI TA' KARIGA TA' AVUKAT ĠENERALI U DIK TA' AVUKAT TAR-REPUBBLIKA", "ATTORNEY GENERAL AND COUNSEL FOR THE REPUBLIC (CONSTITUTION OF OFFICE) (AMENDMENT) BILL", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, nipproponi t-Tieni Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Ordinanza dwar il-Kostituzzjoni tal-Kariga ta' Avukat Ġeneral u dik ta' Avukat tar-Repubblika.", "MR SPEAKER: Min jissekonda, jekk jogħġobkom?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Rimarki?", "Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, dan l-abbozz ta' liġi huwa simili ħafna għal ieħor li tressaq madwar 13-il xahar ilu, li permezz tiegħu l-gvern jixtieq jirriforma l-uffiċċju ta' l-avukat ġenerali.", "Dan huwa meħtieġ għal diversi raġunijiet.", "Raġuni minnhom hi li tant żdied ix-xogħol tal-gvern li hu ta' natura legali li ma jistax ikun li nibqgħu bl-istrutturi, bil-gradi u bl-iskali li għandna llum.", "Ix-xogħol żdied għax il-gvern espanda l- attivita' tiegħu kemm lokalment kif ukoll internazzjonalment, mhux biss bis- sħubija tagħna fl-Unjoni Ewropea imma wkoll minħabba l-ħtieġa li Malta tirratifika diversi konvenzjonijiet internazzjonali li kienu jenħtieġu tibdil mhux żgħir fil-liġijiet Maltin.", "F'dawn l-aħħar tlieta, erba' snin l-uffiċċju wettaq l-allinjament tal- leġislazzjoni tagħna ma' dak ta' l-Unjoni Ewropea, imma dan huwa proċess li jrid ikompli.", "Fid-diskors tal-budget kont għedt li l-ħidma li saret minn dan l-uffiċċju matul is-sena li għaddiet hija mpressjonanti għaliex l- uffiċċju ta' l-avukat ġenerali għandu fi ħdanu 14-il avukat u tliet prokuratur legali.", "Dan l-uffiċċju jieħu ħsieb il-kawżi kollha tal-gvern, jagħti l-pariri legali kollha meħtieġa lill-gvern, jipprepara l- leġislazzjoni hekk imsejħa primarja, jiġifieri l-atti tal-parlament u jipprepara l-leġislazzjoni sussidjarja billi jagħmel ir-regolamenti.", "Barra minn hekk, dan jassisti lill-gvern fin-negozjati kummerċjali ma' pajjiżi oħrajn u jirrappreżenta lill-gvern f'diversi konferenzi internazzjonali fil- qasam tal-ġustizzja u l-intern.", "Anke fil-każ ta' dipartimenti li għandhom l- avukati tagħhom, bħalma huma d-dipartiment tal-kunsill lokali jew tal- kompetizzjoni, f'każijiet diffiċli u kumplikati jkollhom jinvolvu lill- uffiċċju ta' l-avukat ġenerali.", "Is-sena li għaddiet l-avukat ġenerali kien involut f'16-il att tal- parlament li għaddew minn din il-Kamra u li ħafna minnhom emendaw iktar minn liġi waħda, jiġfieri b'kollox kien hemm 1,565 paġna ta' leġislazzjoni bil-Malti u bl-Ingliż.", "Apparti l-atti tal-parlament, dan l-uffiċċju ppubblika 19-il abbozz ġdid u 375 avviż legali b'5,000 paġna.", "Hemm ukoll ix-xogħol tal-qorti.", "Per eżempju, is-sena li għaddiet l-uffiċċju ta' l-avukat ġenerali laħħaq madwar 30 kawża kostituzzjonali ġdida, 77 kawża oħra ġdida f'diversi qrati kontra l-gvern jew magħmula mill-gvern u 28 appell ġdid apparti l-appelli kriminali.", "Dan apparti l-kawżi li ilhom pendenti s-snin quddiem il-qorti fejn il-gvern huwa nvolut jew bħala attur jew inkella bħala konvenut.", "Fl- istess ħin il-gvern irċieva kontra tiegħu għaxar mandati ta' l-inibizzjoni u 52 protesta legali.", "Ġew deċiżi 160 kawża favur jew kontra l-gvern li fi 48 minnhom il-gvern kellu jappella minħabba li tilef il-kawża.", "L-uffiċċju ta' l-avukat ġenerali s-sena li għaddiet fil-kamp ċivili ppreżenta 563 ittra uffiċjali, 175 mandat u 2,400 rikors.", "Fil-kamp kriminali mbagħad irrifera lill-qorti kriminali għal 27 ġuri bl-att ta' akkuża li 159 minnhom ġew riferuti lura lill-qorti tal-maġistrati, daħlu 314 kumpilazzjoni ġdida - ħafna drabi dawn huma reati li jġibu magħhom piena ta' aktar minn sitt xhur ħabs - u 500 kawża ngħataw kunsens biex minflok ma jmorru ġuri jiġu deċiżi fil-qorti tal-maġistrati - dawn huma każijiet li jingħataw minn sitt xhur sa massimu ta' għaxar snin ħabs.", "Fuq droga biss l-avukat ġenerali approva u kien involut f'500 każ quddiem il-qorti.", "Kellna wkoll 1,600 proċess verbali li huma l-konklużjonijiet ta' inkjesti li jsiru mill-maġistrati inkwerenti.", "B'hekk naħseb li ż-żewġ naħat jaqblu li għandna bżonn uffiċċju ta' l-avukat ġenerali li jkun flessibbli, li jista' jiġbed l-aħjar nies u li jkun f'pożizzjoni li jagħti servizz tajjeb lill-gvern kemm lokalment u b'mod partikolari internazzjonalment.", "L-ammonti ta' rikjesti qegħdin jiżdiedu mhux biss minħabba s-sħubija tagħna fl-Unjoni Ewropea, imma anke għaliex irratifikajna ċerti konvenzjonijiet fejn huwa sinifikanti li l-gvern Malti jiġi rikjest li jassisti uffiċjali u prosekuturi oħrajn.", "Dan huwa dovut kemm minħabba s-sħubija tagħna fl-Unjoni Ewropea, kif ukoll għall-fatt li iktar ma l-kriminalita' organizzata ssir internazzjonali u iktar ma jinħolqu konvenzjonijiet li jirrikjedu li nikkoperaw ma' awtoritajiet oħrajn iktar se jkollna dawn it-tip ta' rikjesti.", "Fid-diskors dwar il-budget kont għedt li jeżisti abbozz ta' liġi li qatt ma daħal fis-seħħ, li kien hemm oġġezzjonijiet għalih mill-oppożizzjoni.", "Jien kont – b'daqshekk ma naħsibx li se nikxef xi sigriet - kellimt lill-kelliem ewlieni dwar il-ġustizzja għan-naħa ta' l-oppożizzjoni, l-Onor.", "Anglu Farrugia u anke hu fid-diskors tiegħu dwar il-budget kien għamel riferenza għal dawn il-konsultazzjonijiet.", "Allura llum qiegħed nippreżenta l-istess abbozz ta' sena ilu, pero' b'żewġ emendi importanti.", "L-ewwel ħaġa l-gvern ma jistax jagħmel riforma mingħajr ma jwaqqaf aġenzija.", "Il-fatt li titwaqqaf aġenzija jgħinna nkunu flessibbli fil- kondizzjonijiet li noffru biex nattiraw l-aħjar nies għax inkella dawn se jmorru fl-uffiċċji privati ta' avukati, li ħafna drabi huma organizzati daqs l-uffiċċju ta' l-avukat ġenerali.", "Aħna rridu nkunu l-aqwa uffiċċju legali u biex nagħmlu dan irridu nattiraw l-aħjar nies, kemm dawk il-ġodda li qed jilħqu u li qed jiġu offruti kondizzjonijiet aħjar milli qed noffru aħna fl-uffiċċju ta' l-avukat ġenerali, kif ukoll avukati li huma diġa' prattikanti li jew iridu jaħdmu full-time ma' l-uffiċċju ta' l-avukat ġenerali jew inkella nistgħu nagħtuhom assignments partikolari.", "Qed isir dan il-farming-out biex meta fi kwestjonijiet partikolari jkun hemm kawża kostituzzjonali diffiċli, inqabbdu avukat li jispeċjalizza f'dan il-qasam biex bħalma jiddefendi lill-individwu jiddenfendi wkoll lill-gvern.", "Fl- Amerka dan isir anke fil-qasam kriminali u bħala eżempju nista' nsemmi l- famuż każ ta' O.J. Simpson fejn kien hemm avukati privati jiddefendu lil Simpson u avukati privati jiddefendu lill-gvern.", "Dan jista' jsir biss permezz ta' l-aġenziji.", "Nieħu gost – nispera li fhimt sew - li l-oppożizzjoni qed taċċetta l-fatt li għandu jkun hemm din l-aġenzija.", "Qed ngħid hekk għaliex fejn ċeda l- gvern u fejn ċediet xi punti l-oppożizzjoni b'sens ta' interess sabiex il- liġi tkun aċċettabbli għal kulħadd.", "U naħseb li dan huwa eżempju ċar ta' kif maġġoranza u minoranza ħafna drabi nistgħu naqblu fuq ċerti affarijiet.", "Mela l-punt ta' l-aġenzija qiegħed jiġi aċċettat.", "L-oppożizzjoni kienet oġġezzjonat għall-fatt li jkun hemm żewġ aġenziji, jiġifieri li l-kamp kriminali tieħdu aġenzija waħda fejn konna se noħolqu prosekutur ġenerali, u li l-kamp ċivili jingħata lill-avukat ġenerali.", "Wara li rriflettejna dwar din l-oġġezzjoni ta' l-oppożizzjoni dehrilna li ma tagħmlilniex differenza nagħmlux tnejn jew waħda.", "Fil-fatt anke l-Onor.", "Austin Gatt qal li din m'hijiex xi dogma, allura aħna jidhrilna li forsi bħalissa aħjar isir hekk għax it's not worth it li noqogħdu ma naqblux fuq din il-ħaġa, imma għandna nistennew u naraw kif se taħdem.", "Min-naħa ta' l-oppożizzjoni kien hemm ukoll min qal li jaqbel li għandu jkun hemm żewġ aġenziji.", "Issa m'iniex qed ngħid dan b'sens ta' kritika biex ngħid li l-oppożizzjoni hi maqsuma, għaliex dawn huma affarijiet li jkun tajjeb li jingħataw opinjonijiet differenti dwarhom, kemm miż-żewġ naħat tal-Kamra u anke within the same parliamentary group.", "Riċentement fil-gazzetta kien hemm min issuġġerixxa li naqsmuhom fi tnejn, pero' naf li l-kritika prinċipali ta' l-oppożizzjoni kienet li ma jinqasmux fi tnejn u l- gvern huwa lest li jaċċetta li jkun hemm aġenzija waħda, l-aġenzija ta' l- avukat ġenerali.", "Ħalli mbagħad l-avukat ġenerali fil-kamp kriminali jassenja nies differenti minn dawk li jassenja fil-kamp ċivili.", "Il-vantaġġ li jkun hemm waħda, fuq ripensament u anke fuq suġġeriment ta' l- oppożizzjoni, huwa li għallinqas tkun tista' taqleb minn kamp għall-ieħor, mentri jekk tagħmel żewġ aġenziji forsi tkun qed tikkomplika l-affarijiet.", "Ma neskludix li fil-futur nistgħu nissuġġerixxu u naqblu li nagħmlu żewġ aġenziji.", "Huwa tajjeb li kemm jista' jkun ikollna consensus fuq din il- liġi, pero' mhux se nagħmluha l-cavallo di battaglia tagħna.", "Nixtieq nispeċifika xi ħaġa biex ma niġix interpretat ħażin.", "Fid- diskussjonijiet li kellna l-oppożizzjoni oġġezzjonat li jkun hemm kumitat ta' tmexxija li jmexxi din l-aġenzija.", "Irrid ngħid li fl-abbozz ta' liġi oriġinali dan il-kumitat ta' tmexxija kien biss fakultattiv, jiġifieri l- ministru jista' jagħmel kumitat ta' tmexxija imma mhux bilfors.", "In vista ta' l-oġġezzjoni ta' l-oppożizzjoni dehrilna li m'għandniex nibqgħu ninsistu li jkun hemm dan il-kumitat ta' tmexxija, pero' niskuża ruħi ma' l- oppożizzjoni li fl-abbozz ta' liġi kif ġie ppubblikat bi żball dan il- kumitat ta' tmexxija donnu ma jridx jiġi abolit għaliex reġa' tfaċċa, pero' jien se nirtirah fl-istadju ta' kumitat ħalli kif wegħedna l-oġġezzjoni ta' l-oppożizzjoni tiġi milqugħa.", "Mela se jkun hemm aġenzija, pero' mhux tnejn u mingħajr il-kumitat tat-tmexxija.", "Mr Speaker, m'iniex se nagħmel diskors fit-tul għaliex prattikament dan huwa l-istess abbozz ta' liġi li kien ippreżenta l-Ministru Gatt.", "Nemmen li dan huwa eżempju ta' kif nistgħu niftiehmu u huwa awgurju tajjeb għal affarijiet oħrajn li nistgħu naqblu dwarhom.", "Per eżempju, fl-abbozz ta' liġi oriġinali l-Ministru Gatt kien ippropona ċerti affarijiet li jimplikaw emenda fil-kostituzzjoni, pero' dawn huma tip ta' emendi li jirrikjedu l- maġġoranza ta' żewġ terzi.", "Nittama li nkomplu mexjin b'dan il-mod f'dawn id-diskussjonijiet u l-emendi kostituzzjonali li għandhom x'jaqsmu mal- maġistrati u ma' l-avukat ġenerali.", "Waħda minn dawn l-emendi titratta dwar jekk għandniex ngħollu l-eta' ta' l- irtirar tal-maġistrati u ta' l-avukat ġenerali minn 60 sena għal 65 sena.", "Dan qiegħed ngħidu għaliex fil-25 ta' Marzu ta' din is-sena l-kummissjoni ta' l-amministrazzjoni tal-ġustizzja pproponiet li l-eta' ta' rtirar tal- maġistrati titla' minn 60 sena għal 65 sena.", "Din għandha diversi vantaġġi u jista' jkun li għandha xi żvantaġġi wkoll li forsi ma tħallix lil xi ħaddieħor jilħaq minflok dawk li jirtiraw, imma meta tqis li llum mexjin lejn l-eta' ta' l-irtirar ta' 65, il-fatt li n-nies qed jgħixu iktar u ta' 60 sena kulħadd iħossu qisu għadu fl-aħjar ta' saħħtu - j'Alla kulħadd iħossu hekk - teżisti l-kumplikazzjoni li l-fatt li f'daqqa waħda ta' 60 sena tirtira fuq pensjoni limitata jista' jkun li qed jinħolqu ċerti hardships għal dawk il-maġistrati li jirtiraw bilfors ta' 60 sena mentri imħallef jirtira ta' 65 sena.", "Naturalment malli ħarġet il-proposta li l- eta' ta' rtirar għall-maġistrati titla' għal 65 sena, kien hemm min issuġġerixxa li l-eta ta' rtirar għall-imħallfin titla' għal 70 sena.", "Probabbli se nibqgħu sejrin hekk sakemm nilħqu l-mija.", "Forsi dwar il- maġistrati hemm xi tgħid għaliex filwaqt li f'diversi pajjiżi fl-eta ta' 65 sena tieħu kemm il-pensjoni kif ukoll dħul ieħor tiegħek – din teżisti anke fil-liġi tal-pensjoni tagħna - fil-każ tal-maġistrati m'hijiex 65 sena imma hija 60 sena.", "Fil-futur ta' min jiddiskuti - din m'hijiex qiegħda f'dan l-abbozz ta' liġi għaliex jien mhux se nressaqha qabel ma nkun ċert li hemm il-maġġoranza rikjesta għall-approvazzjoni tagħha mill-parlament, għaliex din hija waħda mill-entrenched provisions tal-kostituzzjoni - jekk wasalx iż-żmien li ngħollu l-eta' ta' l-irtirar mhux biss tal-maġistrati, imma ta' karigi oħrajn li huma bħal dik ta' maġistrat.", "Ma ninsewx li l-avukat ġenerali, kuntrarjament għal dak li jaħsbu ħafna nies, għandu l-istatus ta' mħallef għaliex għandu funzjoni fejn huwa konsulent tal-gvern legali u l-gvern huwa l-klijent tiegħu – u l-klijent jista' jgħidlek x'tagħmel u ma tagħmilx - pero' mbagħad għandu funzjoni oħra li hi protetta mill-kostituzzjoni u li fiha ma jindaħallu ħadd.", "Jien lill-avukat ġenerali ma nistax ngħidlu: Għaliex ma pproċedejtx fuq \"dik\" l-inkjesta?", "Jew inkella ngħidlu: Għaliex iddeċidejt li lit-\"tali\" ttellgħu l-qorti u lill-\"ieħor\" ma ttellgħux?", "Għaliex f'dik il-funzjoni fejn jibda, jwaqqaf jew jissospendi proċeduri kriminali l-avukat ġenerali bil-kostituzzjoni jaġixxi skond il-ġudizzju tiegħu personali u ma jindaħallu ħadd.", "Mela allura minħabba dik il-funzjoni l-kostituzzjoni tgħid li anke biex tneħħi l-avukat ġenerali trid issegwi l-istess proċedura bħal meta tneħħi imħallef jew maġistrat.", "Jiġifieri trid tagħmillu speċi ta' proċess kontra tiegħu u tipprova li hu ġab ruħu ħażin f'xi ħaġa importanti, tressqu quddiem dan il-parlament u tneħħih b'maġġoranza ta' żewġ terzi tal-Kamra tad-deputati.", "Din hija l-istess protezzjoni li għandhom il-maġistrati u l- imħallfin, anzi dawn għandhom protezzjoni addizzjonali li biex tneħħihom trid tmur quddiem sħabhom fil-kummissjoni ta' l-amministrazzjoni tal- ġustizzja u jekk il-maġġoranza jidhrilha li m'hemmx każ prima facie, jista' jkollna żewġ terzi u tlieta minn ħamsa f'dan il-parlament għax lil dak l- imħallef ma nkunux nistgħu nneħħuh.", "Ara jekk il-kummissjoni għall- amministrazzjoni tal-ġustizzja tiddeċiedi li mħallef jew maġistrat għandu każ prima facie, dan il-parlament xorta waħda jagħtih it-tieni ċans, u jekk il-voti biex jitneħħa dak l-imħallef ma jkunux jammontaw għal żewġ terzi, allura f'dak il-każ dak l-imħallef jibqa'.", "Mr Speaker, jien se nieqaf hawnhekk għax naħseb li għamilt il-punti li kelli nagħmel.", "Ovvjament ma qgħadtx nerġa` nagħmel riferenza għad- diskussjoni li kienet saret sena ilu, u qiegħed insemmi biss fejn se nħallu l-affarijiet l-istess u fejn se nbiddlu.", "Fejn qabel ma kienx hemm qbil dwar l-aġenzija, illum jidher li hemm qbil illi din tagħtina iktar flessibbilta`, hekk kif hemm qbil ukoll li minflok ma jkun hemm żewġ entitajiet, kif kien qed jipproponi l-gvern, ikun hemm waħda u jitneħħa l- kumitat ta' tmexxija.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Iktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Mr Speaker, kif intqal diġa`, l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna qiegħed jiġi ppreżentat lil dan il-parlament għat-tielet darba għax fil-fatt dan kien diġa` ġie diskuss minn din il-Kamra qabel u wara l-elezzjoni li għaddiet.", "Jidher li fl-aħħar, meta dan l-abbozz ta' liġi tressaq quddiem dan il-parlament it-tielet darba, rebaħ is-sens komun.", "Kif jgħidu, fuq tlieta toqgħod il-borma, u hekk għandhom isiru l- affarijiet; bil-konsultazzjoni.", "Pajjiżna b'dan il-mod għandu jitmexxa u mhux billi gvern jimponi fuq oppożizzjoni jew inkella billi jiġi xi ħadd hawnhekk u jgħid li se jsir dak li jrid hu mingħajr ma jikkonsulta ma' ħadd.", "L-iktar ħaġa li kienet inkwetat lill-oppożizzjoni fiż-żewġ okkażjonijiet l- oħra fejn fihom tressaq dan l-abbozz ta' liġi quddiem il-parlament, għalkemm kien xi ftit differenti minn dak li għandna quddiemna llum, kienet - u dan tajjeb li jiġi reġistrat anke f'dan l-istadju tad-dibattitu - li ma saret l-ebda konsultazzjoni ma' l-oppożizzjoni b'mod prattiku u serju.", "Għalhekk jien napprezza li din id-darba kien hemm il-Viċi Prim Ministru, l- Onor. Tonio Borg, li resaq lejn l-oppożizzjoni biex flimkien naraw kif nistgħu nsibu a common ground fuq dak li ma konniex qegħdin naqblu fuqu.", "Fil-fatt jien nista' niddikjara mal-ewwel li aħna, bħala oppożizzjoni, naqblu ma' l-abbozz ta' liġi kif inhu, jiġifieri l-kritika li se nagħmlu għal dan l-abbozz ta' liġi se tkun waħda oġġettiva u m'aħna se nsibu l-ebda problema biex dan l-abbozz ta' liġi jimxi 'l quddiem.", "Il-ministru rrifera għall-kritika prinċipali li kien hemm għall-abbozzi ta' liġi li tressqu qabel dan, u naħseb li dak il-ħin huwa kien qed jirriferi għall-kritika tiegħi għax għalkemm kien hemm min kiteb f'\"The Times\" u f'gazzetti oħra dwar kif jifhimha, ovvjament il-ħsieb tal-kritika huwa dak li joħroġ mill- grupp parlamentari.", "Fil-fatt dak iż-żmien il-grupp parlamentari kien għamilha ċara li hu ma setax jaċċetta dak l-abbozz ta' liġi kif kien għax kien għad hemm ħafna issues importanti in question, inkluż l-avventura kostituzzjonali - ħalli nsejħilha \"avventura\" għax ormai issa dik għaddiet - li ried jagħmel il-ministru ta' qablu li għadu kif semmieh hu stess, jiġifieri l-Onor.", "Austin Gatt.", "L-affarijiet ma jsirux b'dan il-mod, u meta tiġi biex temenda l-Kostituzzjoni bilfors trid tikkonsulta ma' l- oppożizzjoni, kif għamel b'mod għaqli l-Viċi Prim Ministru.", "Mr Speaker, m'hemmx dubju - u din jien inħossha kemm bħala ċittadin Malti kif ukoll bħala membru parlamentari - li l-uffiċċju ta' l-avukat ġenerali għandu jkun l-aqwa legal office li jkollna f'pajjiżna.", "Jien ninkwieta ħafna meta jgħaddili l-ħsieb ...", "M'iniex qed ngħid li l-każ huwa hekk, anzi persważ li l-każ m'huwiex hekk.", "Dan l-uffiċċju dejjem kien immexxi mill-aqwa brains li għandna fil-pajjiż, u hawnhekk nixtieq nieħu l- okkażjoni biex insellem lil Dr. Anthony Borg Barthet, li ħalla l-uffiċċju ta' l-avukat ġenerali u tela' jagħmel ix-xogħol tiegħu bħala mħallef fis- seconda stanza ġewwa Brussels.", "Lil Dr. Borg Barthet nawguralu li jibqa' jagħmel ix-xogħol tiegħu bil-mod tajjeb li kien jagħmlu hawnhekk.", "Nixtieq ukoll nawgura lill-avukat ġenerali l-ġdid, lil Dr. Silvio Camilleri, li huwa bniedem dedikat ħafna f'dan l-uffiċċju.", "Lil Dr. Camilleri jien ili nafu snin twal, anke meta kont għadni ma dħaltx fil-politika, u nista' ngħid li dejjem kien bniedem rett u dedikat.", "Fil- fatt huwa jaħdem f'dan l-uffiċċju mingħajr ħinijiet.", "Nista' nsemmi nies oħrajn, u se nsemmihom għax inħoss li dan il-parlament għandu jirrikonoxxi x-xogħol li qed isir fl-uffiċċju ta' l-avukat ġenerali minn dawn l-avukati u l-prokuraturi legali.", "Fil-fatt jidhirli li f'dan l-uffiċċju hemm xi 20 avukat u mhux inqas minn tliet prokuraturi legali.", "Qed nara fil-Kamra lill- assistent avukat ġenerali, Dr. Peter Grech, li kulħadd jaf ix-xogħol li għamel matul is-snin, liema xogħol għalkemm ħafna minnu ma jidhirx, xorta waħda qiegħed hemmhekk.", "Irrid ngħid ukoll - u din irrid nirreġistraha - li l-assistenti avukati ġenerali l-oħrajn, li ħadmu u għadhom jaħdmu, għandhom jingħataw il-garanziji meħtieġa li dan il-farming out ma jkunx għad- detriment ta' xi wieħed jew waħda minnhom.", "Aħna, bħala oppożizzjoni, irridu nagħmluha ċara li filwaqt li qed nikkondividu l-prinċipju li l-gvern għandu jkollu l-aħjar uffiċċju legali ta' Malta permezz ta' l-uffiċċju ta' l-avukat ġenerali, fl-istess ħin għandna noqogħdu attenti li ma nitfgħux xi dell ikrah fuq l-avukati u l- prokuraturi legali kollha li jaħdmu hemmhekk u li diġa` taw riżultat tajjeb matul is-snin billi jiġu replaced bil-farming out.", "Per eżempju, nista' nsemmi lil uħud mill-avukati u l-prokuraturi legali li jaħdmu f'dan l- uffiċċju; Dr. Mark Said, Dr. Tonna u Dr. Donatella Frendo Dimech.", "Il- farming out trid tkun xi ħaġa li żżid ma' dawn l-affarijiet.", "Qed nagħmel dan il-punt għaliex dejjem sar xogħol tajjeb minn dawn in-nies u ħadd minnhom ma jista' jiġi akkużat li għamel xogħlu ħażin jew li ma ħadimx fl- interess ta' l-uffiċċju ta' l-avukat ġenerali.", "Fil-fatt dan kien wieħed mill-punti li aħna, bħala grupp parlamentari, iddiskutejna fil-fond waqt li konna qed nitkellmu fuq l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna.", "Kemm l- istaff professjonali kif ukoll l-istaff amministrattiv ta' dan l-uffiċċju għandhom jingħataw din il-garanzija.", "Irridu nirrikonoxxu li dawn il- ħaddiema tant huma dedikati li hemm minnhom min huwa assistent direttur u qed jagħmel xogħol ta' direttur.", "Huwa veru li ħafna mix-xogħol li dawn jagħmlu ma jidhirx, pero` kif għedt diġa`, il-fatt huwa li x-xogħol qiegħed hemmhekk u qiegħed saħansitra jagħti l-frott.", "Ta' min jgħid ukoll li anke mill-istatistika jirriżulta li dan l-istaff ma jagħmilx biss xogħol li għandu x'jaqsam ma' każijiet tal-qorti.", "Per eżempju, dawn jagħmlu wkoll xogħol li għandu x'jaqsam ma' legal drafting, u dan apparti x-xogħol li jagħmlu fil-kumitat għall-konsiderazzjoni ta' abbozzi ta' liġi għax meta nkunu qed niddiskutu xi abbozz ta' liġi f'dan il-kumitat ikun hemm ir- rappreżentanza ta' l-uffiċċju ta' l-avukat ġenerali.", "Fil-fatt ġieli ġie anke l-avukat ġenerali nnifsu biex jgħin f'dan il-kumitat.", "Għalhekk nistgħu ngħidu li fuq dan il-punt ta' prinċipju jaqblu ż-żewġ naħat tal- Kamra.", "Mr Speaker, il-fatt li x-xogħol ta' l-uffiċċju ta' l-avukat ġenerali qiegħed dejjem jikber ilu ġej, u aħna, bħala partit Laburista, dejjem konna konxji ta' dan il-fattur, kemm meta konna fil-gvern kif ukoll meta konna fl- oppożizzjoni.", "Infatti xi tliet snin jew erba' snin ilu l-gvern kien diġa` qed jaħseb biex l-uffiċċju ta' l-avukat ġenerali jmur f'bini ieħor, għax ejjew ngħiduha kif inhi, l-hekk imsejħa \"uffiċċini\" ta' l-uffiċċju ta' l- avukat ġenerali m'huma uffiċini xejn and there is much left to be desired.", "Issa jien m'iniex xi bniedem pittma, imma nagħraf li avukat għandu jkollu working environment aħjar.", "Huwa inutli li l-uffiċċju ta' l-avukat ġenerali jinsab fil-Palazz tal- President għax l-uffiċini li hemm fil-Palazz m'humiex ideali għal avukat.", "Jien niftakar li darba l-Ministru Austin Gatt kien qal li kienu se jiġu rranġati xi uffiċċini f'post ieħor fil-Belt biex l-uffiċċju ta' l-avukat ġenerali jmur hemmhekk.", "Fil-fatt kien hemm anke vot fuq dan il-proġett, u għalhekk jien nistaqsi x'sar minn dan il-proġett għax suppost sal-lum dan diġa` tlesta u llum l-istaff ta' l-uffiċċju ta' l-avukat ġenerali qiegħed jaħdem f'working environment ferm aħjar.", "Fl-opinjoni tiegħi, l-uffiċċju ta' l-avukat ġenerali ma jixraqlux jibqa' jaħdem fl-istess uffiċini li kien jaħdem fihom 50 sena ilu, iktar u iktar meta wieħed iqis kemm illum dan l- uffiċċju għandu commitments internazzjonali biex pajjiżna jaderixxi ma' l- obbligazzjonijiet u l-konvenzjonijiet internazzjonali tal-kunsill ta' l- Ewropa.", "Huwa veru li kif qal il-ministru f'dibattitu ieħor, aħna ilna naderixxu ma' diversi konvenzjonijiet internazzjonali.", "Fil-fatt jien ili mill-1965 membru tal-kunsill ta' l-Ewropa, jiġifieri għalkemm dħalna fl-UE nhar is-Sibt li għadda, minn dejjem kellna commitments internazzjonali, pero` ovvjament illum ix-xogħol konness ma' dawn il-konvenzjonijiet u mal- kunsill ta' l-Ewropa qiegħed dejjem jikber tant li lanqas nistgħu nlaħħqu max-x-xogħol li joħorġu minn dawn il-konvenzjonijiet, li jkunu jridu jiġu ratifikati minn dan il-parlament.", "Ma jistax ikun li l-uffiċini ta' l- uffiċċju ta' l-avukat ġenerali jibqgħu ma jiġux irranġati għax anke meta tiġi biex tilqa' n-nies hemmhekk, ...", "Per eżempju, ma nafx jekk dak l- uffiċċju li se nsemmi għadux hekk, pero` jien niftakar li l-uffiċċju ta' Dr. Peter Grech u Dr. Mark Said kien maqsum b'kuritur żgħir.", "Jekk illum avukat ikun qed jieħu ħsieb ċerti kawżi, dan għandu jkollu kważi librerija għalih.", "Dan l-aħħar fil-professjoni privata tiegħi kelli każ ta' ditta t'avukati li xogħolha hu li tispeċjalizza fuq il-liġi dwar il-kompetizzjoni - fil-fatt is-sid ta' din id-ditta għandha business tal-fwejjaħ ġo Milan - u l-uffiċini għall-avukati ta' din id-ditta fihom daqs il-headquarters li għandna aħna ġewwa l-Ħamrun.", "M'iniex qed ngħid li għandna nagħmlu hekk, imma inti ma tistax taħdem jekk ma jkollokx l-ambjent addattat.", "Per eżempju, avukat irid ikollu r-riċerki, il-kotba u d-dokumenti at hand u jrid ikollu wkoll uffiċċju diċenti fejn fih ikun jista' jilqa' l-mistednin li jiġu minn barra minn Malta.", "Dawn huma esiġenzi importanti ħafna għall- ġurnata tal-lum.", "Wara kollox dan l-aħħar infaqna ħafna flus f'murtali, f'baned u f'diversi affarijiet oħra - fil-fatt jekk wieħed joħroġ hawn barra, mal-ewwel jinduna li ċ-ċelebrazzjonijiet għadhom għaddejjin sal-lum - u għalhekk m'għandniex inġibuha bi kbira biex nonfqu l-flus għal dak li huwa verament neċessarju f'dan il-pajjiż, pero` dan irid isir mill-iktar fis.", "Kif għedt diġa`, kien hemm vot kapitali għal dan il-proġett, pero` jekk wieħed jara x'sar s'issa jsib un bel zero, u dan grazzi għall-gvern Nazzjonalista.", "Dan qiegħed ngħidu bl-ikbar responsabbilta` għaliex kien il- Ministru Austin Gatt stess li tkellem fuq dan il-proġett.", "Mr Speaker, issemma li fuq it-television rajna ġuri fl-Amerka fejn kien hemm nies fid-difiża li ...", "Issa hawnhekk ħalli nkun ċar, u din jien ngħidha b'sinċerita` u b'lealta` kbira lejn il-professjoni tagħna u lejn il- persuni dedikati li hemm fl-uffiċċju ta' l-avukat ġenerali.", "Jien ma nimmaġinax li f'Malta jista' jsir xi tip ta' ġuri fejn l-avukati li hemm fl- uffiċċju ta' l-avukat ġenerali, li nerġa` ngħid għandhom kompetenza u abbilta` kbira, ma jkunux kapaċi li they go and do the job.", "Jien ma nistax nimmaġina lil xi wieħed minnhom jgħid, per eżempju, li dan il-ġuri ma jaħdimx u li t-tali avukat m'huwiex kapaċi jagħmlu għax in-nies li semmejt u li għad irrid insemmi huma nies li kapaċi jagħmlu dan ix-xogħol.", "Il- ministru qal li jista' jkollok xi ġuri ta' barra minn hawn, bħal dak ta' O.J. Simpson, pero` jien ma naħsibx li dak huwa xi każ li jista' jinqala' f'Malta, għalkemm issa, li dħalna fl-UE, jista' jkollok każ fejn avukat mill-uffiċċju ta' l-avukat ġenerali jkollu jiddefendi anke barra minn Malta, fil-prima stanza jew fis-seconda stanza tal-qorti ta' Brussels jew inkella ta' Strasbourg, u dan, minħabba li ma jkunx familjari ħafna ma' xi materja speċjalizzata ma jkunx jista' jagħmel difiża tajba li tagħmel ġid lil Malta u għalhekk ikollu jintalab is-servizz jew l-għajnuna ta' xi avukat ieħor.", "Jien niftakar, per eżempju, meta kellna l-każ tal-medial line bejn Malta u l-Libja.", "Dak iż-żmien Dr. Edgar Mizzi kien ħadem ħafna, pero` kien hemm xi tip ta' konsulenza ma' Brownley u oħrajn.", "Jien qed insemmi dawn l-eżempji biex min qed jismagħna ma jmurx jitlaq bl-idea li f'dan l-uffiċċju hemm bżonn isir il-farming out b'mod immedjat.", "Aħna nifhmu li wieħed jista' jikkonsidra l-farming out, pero` dan m'għandux ikun ir-regola ta' dan l- abbozz ta' liġi.", "Dan l-abbozz ta' liġi se jagħti l-poter li jkun hemm farming out, anke permezz ta' l-aġenzija, pero` l-farming out m'għandux isir b'dan il-mod, u fil-fatt se nitkellem fuq kif għandu jsir dan il- farming out.", "Filwaqt li jien ħadt pjaċir u apprezzajt li paragrafu (a) ta' subklawsola (8) ta' klawsola 5 se jiġi rtirat fi stadju ta' kumitat, issa rridu naraw meta se jsir dan il-farming out.", "Jien nispera li m'hux se jsir bħalma qed isir f'ħafna aġenziji u awtoritajiet hawn Malta fejn dejjem jitqabbdu l- istess avukati u law firms; dawk li għandhom għajnejhom blu.", "Hawn avukati li m'għandhomx għajnejhom daqshekk blu, u jistgħu jagħmlu x- xogħol b'effiċjenza wkoll, jekk mhux aħjar minn dak li qed isir illum.", "Din qed ngħidha minn issa għaliex iktar 'il quddiem, meta jkun qed isir il- farming out, l-oppożizzjoni se tkun qiegħda hemmhekk biex tara għaliex tħalla barra \"A\" u mhux \"B\".", "Jien m'iniex qed ngħid dan għall-avukat ġenerali.", "Jien għandi fiduċja f'Dr. Silvio Camilleri għax narah bniedem li jaf x'għandu jagħmel, imma ovvjament mis-sema 'l isfel kollox hu possibbli.", "Wara kollox nafu x'inhu jsir f'dan il-pajjiż.", "Biżżejjed ngħid li dawk l- avukati li kienu fil-kampanja tar-referendum jew ta' l-elezzjoni ġenerali man-Nazzjonalisti jew inkella li b'xi mod għenu lill-partit Nazzjonalista kollha kellhom xi tip ta' konsulenza, rimunerazzjoni jew affarijiet simili.", "Issa jien m'hu qed nistenna u ma rrid xejn mingħandhom, biex inkunu ċari, imma min bħali huwa avukat Laburist u allura jista' jagħmel ċertu xogħol kważi huwa impossibbli li jitqabbad jagħmel dan ix-xogħol, anke biex jagħti iktar kontribut lil dan in-nazzjon.", "Dan in-nazzjon huwa ta' kulħadd, u allura aħna, bħala oppożizzjoni, nifhmu li n-nies li jiġu magħżula għandhom ikunu nies serji, pero` mhux neċessarjament għandu jkollhom il-kulur tan- naħa l-oħra.", "Punt ieħor li nixtieq nenfasizza jirrigwarda dawk l-avukati li jaħdmu fid- dipartimenti, fl-awtoritajiet u fl-aġenziji, li kollha għandhom salarji kbar.", "(Interruzzjonijiet) Lil dawn fil-maġġoranza tal-każi jirranġawlhom anke għal xi allowance, u bħalma tista' timmaġina inti, l-Onor.", "Mifsud Bonnici u oħrajn bħala avukati, dawk l-avukati li jipprattikaw il- professjoni tagħhom kollha jkunu saqajhom ma' l-art u jafu kif għandhom jagħtu parir jew kif għandhom jiddeċiedu li jippreżentaw kawża fil-konfront ta' dik l-awtorita` li qed jaħdmu magħha.", "Madanakollu dawn l-avukati għandhom jaraw li jieħdu d-deċiżjonijiet li suppost jieħdu, ikunu ma' min ikunu mpjegati, u mhux jara file avukat u jgħid li mhux se jieħu dik id- deċiżjoni hu għax hu tal-fehma li jkun aħjar jekk jara dak il-file l- uffiċċju ta' l-avukat ġenerali.", "Allura se nibqgħu sejrin bis-sistema ta' passing on the buck meta tkun tista' tieħu d-deċiżjoni int?", "Huwa għalhekk li mbagħad jakkumula ħafna xogħol fl-uffiċċju ta' l-avukat ġenerali.", "Issa ngħidu aħna, fid-dipartimenti, fl-awtoritajiet u fl- aġenziji m'hemmx avukati li huma kapaċi jagħmlu d-drafting ta' sempliċi regolament?", "Għax anke jekk avukat jibda mix-xejn, l-esperjenza wkoll tgħinu biex ikun jista' jkabbar il-kapaċitajiet tiegħu f'dak il-mestier.", "Allura dawn għaliex qed jibqgħu jirriferu kollox lill-uffiċċju ta' l-avukat ġenerali?", "Għandu jkun l-uffiċċju ta' l-avukat ġenerali stess li jgħidilhom illi t-tali ħaġa setgħu ddeċidewha huma.", "Wara kollox dawn l-avukati għalhekk qed jitħallsu; biex jiddeċiedu.", "Mela hawn xi avukat li jitħallas minn xi aġenzija, minn xi dipartiment jew minn xi awtorita` biex ma jiddeċidiex?", "Inkella għalfejn ikun qiegħed hemm?", "Allura m'għandux għalfejn ikun hemm, u nistgħu nkabbru l-istaff ta' l-uffiċċju ta' l-avukat ġenerali biex jiddeċiedi kollox hu.", "Din is-sistema ilha tintuża mid- dipartiment ta' l-agrikoltura, mid-dipartiment tax-xogħlijiet pubbliċi u mid-dipartiment ta' l-ambjent.", "Quddiemi għandi lista ta' dawn l-avukati, u m'iniex se nsemmihom b'rispett għax kollha huma avukati tajbin, imma dawn jidraw ...", "U l-Viċi Prim Ministru jifhimni meta ngħid li l-agħar ħaġa li tista' tiġrilu avukat hija li dan jibda l-ħajja professjonali tiegħu billi jibża' jiddeċiedi.", "Jekk dan joqgħod jibża' jiddeċiedi, qatt m'hu se jsir avukat għax you have to take the bull by the horns.", "Meta tara biċċa xogħol, inti trid tidħol għaliha u tagħmel l-almu kollu tiegħek biex tittekiljaha.", "Jekk tkun qed tagħmel xi ħaġa għall-pajjiż ħadd m'hu se jgħidlek \"X'għamilt?!\" ġaladarba inti, bl-onesta` tiegħek, bid-dedikazzjoni tiegħek u bl-istudju li tkun għamilt, tagħmel l-almu kollu tiegħek biex tagħmel dik il-ħaġa.", "Jekk imbagħad jinħass li min ikun iddeċieda ma jkunx ħa d-deċiżjoni t-tajba, imbagħad dejjem hemm l-appell.", "Wara kollox hekk sejra l-ħajja, u ċertament li l-istorja ma tistax tibqa' sejra hekk fejn anke fuq ħmerija; jekk wieħed għandux jitressaq quddiem il-bord tad- dixxiplina jew le, l-avukat jibqa' ma jiħux deċiżjoni.", "Din is-sistema ma tistax tibqa' tintuża, u xi ħadd irid jiġbdilhom l-attenzjoni lil dawn l- avukati.", "Mr Speaker, hemm bżonn ukoll li x-xogħol ta' l-uffiċċju ta' l-avukat ġenerali, li kif għedt diġa` iktar ma jgħaddi ż-żmien iktar qed jikber, jiġi mqassam aħjar.", "Issa hawn m'iniex se nidħol fl-ebda sezzjoni ta' l- uffiċċju ta' l-avukat ġenerali, pero` nista' ngħid li qed ikun hemm it- tgergir minn ċerti nies.", "Issa kemm dan it-tgergir huwa sinċier wieħed għad irid jara għax la jien, la l-Onor.", "Jose` Herrera u lanqas l-avukati l-oħra ta' din il-Kamra ma jistgħu jkunu jafu x'qed jiġri f'dan l-uffiċċju, pero` huwa tajjeb li f'dan id-dibattitu nirreġistraw il-fatt li għandek nies li trid tagħtihom l-attenzjoni.", "Issa hawnhekk jien qed nitkellem għal kulħadd u mhux għal dak u għall-ieħor.", "Bħala avukat, jien kważi kollha nafhom lill- avukati li hemm jaħdmu fl-uffiċċju ta' l-avukat ġenerali, ħlief għal dawk li forsi daħlu reċentement, u dawn kollha huma avukati b'ċerta esperjenza.", "Per eżempju, bħalissa qed jiġini f'moħħi Dr Franco Bondin, li huwa wieħed li llum għandu ċerta esperjenza u li qed jagħti ċertu xogħol f'dan l- uffiċċju.", "Għandna naraw li lil dan l-uffiċċju nkabbruh biex ikun jagħmel ġieh lil pajjiżna.", "Irridu napprezzaw li għal kull kawża li ssir irid ikun hemm ċerta preparazzjoni kontinwa li kull avukat fl-uffiċċju ta' l-avukat ġenerali jkollu jagħmel, inkluż l-avukat ġenerali.", "Mr Speaker, l-oppożizzjoni temmen li x-xogħol fl-uffiċċju ta' l-avukat ġenerali huwa xogħol iebes, imma huwa importanti ħafna għal pajjiżna.", "Kif nafu, in-nies dedikati li għandna f'dan l-uffiċċju jagħmlu sigħat twal jaħdmu, u m'hemmx dubju li dawn għandhom jingħataw rikonoxximent mill-ogħla istituzzjoni ta' pajjiżna.", "Huma jagħmlu xogħol kemm fil-qrati tagħna, kemm barra minn Malta billi jattendu għal xi konferenzi kif ukoll billi jaħdmu fuq kawżi fi Strasbourg.", "Dan ix-xogħol għandu jibqa' jsir mill-uffiċċju ta' l-avukat ġenerali f'isem il-gvern Malti, u dan fl-interess tat-tħaddim ta' l-eżekuttiv ta' dan il- pajjiż repubblikan tagħna.", "Hija ħasra li xi kultant wieħed jista' jieħu idea ħażina ta' l-uffiċċju ta' l-avukat ġenerali, iktar u iktar meta nafu li ċertu xogħol li jsir minn dan l-uffiċċju m'huwiex qed jiġi rikonoxxut għax ma jidhirx, speċjalment dak ix-xogħol li għandu x'jaqsam ma' investigazzjonijiet tal-pulizija.", "Illum nafu li f'ċerti investigazzjonijiet li jkunu qed jagħmlu l-pulizija, bħal per eżempju, f'investigazzjonijiet li jkunu qed isiru fuq ħasil tal-flus, il-pulizija bilfors iridu jaħdmu hand in hand ma' l-uffiċċju ta' l-avukat ġenerali u m'entitajiet oħra li jaqgħu taħt il-Malta financial services authority act, fosthom ma' dik l-awtorita` li twaqqfet permezz ta' dan l-att, biex jiġu identifikati l-kriminali l-kbar.", "Illum huwa inutli li taqbad liż-żgħir u tipproċessah jekk miż-żgħir ma tasalx għall-kbir.", "Per eżempju, illum il-pajjiżi l-kbar, bħall-Amerka u dawk il-pajjiżi li qegħdin fl-Amerka Latina, meta jiġu biex jaħdmu fuq każijiet ta' droga u fuq ħasil tal-flus bħala riżultat tat-traffikar tad-droga jippreferu jistennew is-snin qabel ma jipproċessaw persuna mdaħħla fit-traffikar tad- droga biex forsi jirnexxielhom jaqbdu l-brimba l-kbira għax huwa hemmhekk fejn ikunu jistgħu jgħidu li l-gwerra tkun kompluta.", "Imma biex il-konċett ta' dan il-ħsieb jirnexxi, l-uffiċċju ta' l-avukat ġenerali jrid ikollu l- aqwa nies, u lil dawn in-nies trid tattirahom permezz tal-paga.", "Inti ma jistax ikollok the best brains f'dan l-uffiċċju, kollha b'ċerta esperjenza, u dawn jitħallsu daqskemm jitħallas prinċipal impjegat mal-gvern għax dan ma jreġix, kemm minħabba r-responsabbilta` li dawn ikollhom, kemm minħabba l-investiment li dawn il-persuni jkunu għamlu meta għażlu li jibqgħu jistudjaw kif ukoll minħabba li dawn jistgħu ikunu on call matul l-24 siegħa tal-ġurnata.", "Per eżempju, meta fil-pajjiż jinqalgħu każijiet ta' ċerta portata nazzjonali, bħalma ġieli jinqalgħu, uħud minn dawn l- impjegati jkunu on call.", "Jien niftakar li meta kont għadni membru fil-korp tal-pulizija, mhux l-ewwel darba li kellna nikkuntattjaw lill-avukat ġenerali jew lid-deputat avukat ġenerali fis-sigħat bikrin ta' filgħodu għax inkunu rridu naraw x'deċiżjonijiet se nieħdu fuq ċerti investigazzjonijiet dak il-ħin stess.", "M'hemmx dubju li dan ix-xogħol dejjem sar, kif għandu jkun.", "L-ewwel darba li dan l-abbozz ta' liġi, li nerġa` ngħid kien xi ftit differenti minn dak tal-lum, tressaq quddiem il-parlament kien f'Ottubru, 2002, jiġifieri f'Ottubru ta' qabel l-elezzjoni li għaddiet, imma minkejja r-riformi li l-gvern semma li jrid jagħmel, dan ma wasalx.", "Huwa veru li l- gvern għandu l-maġġoranza, pero` inti ma tistax tasal billi timponi.", "Dan huwa abbozz ta' liġi li jista' jkollu suċċess biss jekk naslu biex nifhmu aħjar lil xulxin dwar kif l-uffiċċju ta' l-avukat ġenerali għandu jaħdem fl- interess ta' pajjiżna.", "Diġa` semmejt ix-xogħol li jagħmel l-uffiċċju ta' l- avukat ġenerali fil-qrati tagħna Maltin u Għawdxin u f'livell internazzjonali.", "Per eżempju, fosthom nistgħu nsemmu x-xogħol li jagħmel b'konnessjoni mal-kunsill ta' l-Ewropa, mal-qorti ta' Strasbourg, mal-qrati tagħna taħt l-EU fi Brussels, mal-konvenzjonijiet u mal-kawżi kostituzzjonali li jistgħu jispiċċaw fi Strasbourg.", "Ta' min jgħid ukoll li meta l-gvern jew rappreżentant tiegħu jmorru biex jagħmlu kuntratti ma' pajjiżi oħra, u jkun hemm klawsoli li jkollhom ċerta portata u ċerti ħsibijiet legali, l-uffiċċju ta' l-avukat ġenerali jkun irid jagħti l- pariri tiegħu, u dak iż-żmien aħna dan kollu konna qegħdin ngħiduh għax l- oppożizzjoni kienet qed tifhem li l-gvern can't farm out meta l-affarijiet ma jkunux qegħdin isiru bil-qbil tagħna.", "Mr Speaker, huwa tajjeb li jsiru r-riformi, imma r-riformi jridu jsiru bi ħsieb.", "Irridu nassiguraw li l-uffiċċju ta' l-avukat ġenerali jitħaddem bl- iktar mod seren, bl-iktar mod ġust, bl-iktar mod serju u bl-iktar mod trasparenti f'dak li għandu x'jaqsam mal-farming out, li huwa l-iskop li għalih qed jiġi ppreżentat dan l-abbozz ta' liġi quddiem il-Kamra.", "Għandna nassiguraw li l-uffiċċju ta' l-avukat ġenerali jkun wieħed indipendenti, u dan m'iniex qed ngħidu jien imma tgħidu l-Kostituzzjoni.", "M'għandniex nippermettu li fost il-poplu Malti u Għawdxi jidħol xi ħsieb li dan l- uffiċċju m'huwiex trasparenti, m'huwiex ċar u li fih m'hemmx dik is- security of tenure li verament tixraq lil pajjiżna.", "Għalhekk kien tajjeb li l-ministru kkonsulta miegħi u ma' l-oppożizzjoni biex naslu fuq dan l- abbozz ta' liġi.", "Irridu nassiguraw li ħadd mill-pubbliku Malti jew inkella mill-avukatura privata ma jkun b'xi mod at the mercy ta' xi ħadd mill- uffiċċju ta' l-avukat ġenerali.", "Għandna naraw ukoll li filwaqt li permezz ta' dan l-abbozz ta' liġi ngħinu lill-gvern ikabbar l-uffiċċju ta' l-avukat ġenerali, fl-istess ħin ma nżarmawx dak li diġa` hemm, u qed ngħid dan għaliex matul dawn l-aħħar snin filwaqt li kellna ħafna li daħlu jaħdmu f'dan l-uffiċċju, fl-istess kellna ħafna wkoll li ħarġu, u din hija xi ħaġa negattiva għax inti ma jistax ikollok nies fl-uffiċċju ta' l-avukat ġenerali li għal xi raġuni jew oħra jkunu mdejqin jaħdmu hemm.", "Aħna rridu naraw li dan l-uffiċċju jimxi 'l quddiem.", "Dwar il-farming out diġa` aċċennajt, pero` filwaqt li naf li se jkun l- avukat ġenerali li jiddeċiedi kif jagħmel il-farming out, fl-istess ħin wieħed irid jindika l-istrateġija u l-mod kif dan se jsir.", "Irridu nassiguraw li min se jibbenefika mill-farming out ikun l-iktar bniedem idoneu li jagħmel dak ix-xogħol filwaqt li jkun hemm raġuni trasparenti li tagħmel sens għaliex wieħed ma jkunx ġie magħżul f'dan il-farming out.", "Dan qed ngħidu b'mod partikolari għax kulħadd jaf x'inhu jiġri taħt gvern Nazzjonalista u x'inhuma jieħdu llum ċerti avukati Nazzjonalisti.", "M'iniex se noqgħod insemmi lil dawn l-avukati b'isimhom għax kulħadd jafhom.Uħud minnhom f'daqqa waħda saru bravi f'kollox; filli sa ftit snin ilu konna narawhom jiġġieldu xi kawża tad-distrett u jagħmlu xi ħaġa żgħira u filli Alla jbierek, tant saru bravi u intelliġenti li kapaċi jidħlu anke f'affarijiet nazzjonali!", "L-oppożizzjoni ma tistax tara dan kollu jsir quddiem il-poplu Malti u Għawdxi u tibqa' ma titkellimx.", "Mr Speaker, kif għedt fil-bidu tad-diskors tiegħi, aħna bħala oppożizzjoni qed naqblu ma' l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna għax nemmnu li l- uffiċċju ta' l-avukat ġenerali għandu jibqa' jikber, imbasta ma mmissux il- Kostituzzjoni u ma noqogħdux inwaqqfu bordijiet ta' tmexxija li jkunu maħtura mill-ministru stess.", "Assolutament ma kenitx idea tajba li jitwaqqaf bord ta' tmexxija maħtur mill-ministru biex dan jiddeċiedi u jagħmel supervision fuq in-nies tiegħu stess.", "Aħna, bħala oppożizzjoni, nistgħu nagħmlu dikjarazzjoni li għandna fiduċja f'Dr Silvio Camilleri, pero` rridu li jkun hemm sistema li tassigura li jkun hemm ċerta armonija u serjeta` fil-mod kif isir il-farming out u anke x'wassal biex isir dan il- farming out.", "Matul din is-sena biss saru 30 kawża kostituzzjonali fil- prim'awla, fil-qorti kriminali superjuri kien hemm mhux inqas minn 28 appell ġdid, u dan apparti l-mijiet t'appelli li kien hemm fil-qorti kriminali inferjuri.", "Biżżejjed ngħid li hawnhekk qed nitkellmu fuq mhux inqas minn 2,400 ittra uffiċjali, mandat jew rikors, u dawn kollha saru bl- abbilta` u bil-kapaċita` ta' l-uffiċċju ta' l-avukat ġenerali.", "Aħna għandna naraw li dan ix-xogħol jibqa' jsir mill-impjegati ta' l-uffiċċju ta' l-avukat ġenerali, u l-farming out jiġi ndirizzat biss f'każijiet partikolari ħafna, kważi kważi f'każijiet eċċezzjonali.", "Jien napprezza l- argument li semma l-Viċi Prim Ministru li two brains will be better than one brain working għax kważi hija xi ħaġa naturali li l-brainstorming f'kawża jagħtik iktar ħsibijiet dwar kif għandek tħares lejn ċerti affarijiet u timmatura l-ħsibijiet tiegħek.", "Pero` issa ejjew ma noqogħdux nagħmlu ħafna allarm esaġerat minħabba l-fatt li pajjiżna sar membru ta' l-UE.", "Huwa veru li pajjiżna daħal fl-UE, imma l- uffiċċju ta' l-avukat ġenerali huwa kapaċi jibqa' għaddej bix-xogħol li għamel sal-lum, u jekk in-neċessita` tkun titlob li l-uffiċċju ta' l-avukat ġenerali jagħti xogħol barra biex ikun jista' jwettaq ċertu xogħol mitlub lilu, wieħed ikun irid jikkonsidra li jsir il-farming out.", "Mr Speaker, ħadt pjaċir meta l-ministru qalilna li huma qegħdin jaqblu ma' l-oppożizzjoni li m'għandux ikun hemm żewġ aġenziji, aġenzija għall- kriminal u aġenzija għaċ-ċivil, pero` jien lanqas ma naqbel li għandna naqsmu l-uffiċċju ta' l-avukat ġenerali fi tnejn.", "Issa aħna fis-sistema tagħna, bil-mod kif inhi mibnija l-liġi dwar il-kariga ta' l-avukat ġenerali u bil-mod kif l-avukat ġenerali huwa protett bil-Kostituzzjoni ta' pajjiżna, ma nistgħux noqogħdu nagħmlu dawn l-avventuri għax nitfixklu f'saqajna stess.", "Aħna ma rridux nitfixklu f'saqajna stess imma rridu nimxu 'l quddiem, u huwa għalhekk li l-oppożizzjoni kienet għamlet kritika iebsa u qawwija; għax riedet li nimxu b'saqajna ma' l-art u dak li ma nkunux nistgħu nagħmlu dak il-ħin nagħmluh maż-żminijiet.", "Per eżempju, meta wieħed jara kif żviluppa l-uffiċċju ta' l-avukat ġenerali qabel l- indipendenza ta' l-1964 u anke wara li saru l-emendi kostituzzjonali ta' l- 1974 meta Malta saret repubblika jsib li kollox sar fiż-żmien tiegħu.", "Jekk wieħed jagħmel riċerka u jħares lejn il-pajjiżi li daħlu fl-UE magħna jsib li hemm affarijiet li dawn il-pajjiżi qegħdin warajna fihom filwaqt li hemm affarijiet oħrajn li qegħdin qabilna fihom, u mhux il-pajjiżi kollha għandhom il-possibbilta` li jagħmlu farming out fl-uffiċċju ta' l-avukat ġenerali.", "Hawnhekk aħna qegħdin nagħmlu xi ħaġa li hija ta' avvanz iktar minn ċerti pajjiżi.", "Ara l-uffiċċju ta' l-avukat ġenerali tal-Litwanja u tal-pajjiżi Baltiċi, bħal-Latvja u l-Estonja, huwa uffiċċju li minn dejjem kien qawwi għax kemm meta kienu għadhom taħt is-sistema komunista kif ukoll wara, dawn dejjem kellhom the best legal offices.", "Anke meta kien għad hemm l-Unjoni Sovjetika, dawn dejjem kienu jaraw li l-uffiċċju legali tal-gvern ikun mill-aqwa u jkollu the best brains, u dawn il-pajjiżi baqgħu jżommu dan il-prinċipju sal-lum.", "Jien kelli l-esperjenza li niltaqa' ma' avukati ta' pajjiż li hu fqir imma li llum qed jipprova jimxi 'l quddiem - hawnhekk qed nirriferi għal Georgia, pajjiż li huwa ex-Sovjetiku - u dawn huma attrezzati mmens f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-uffiċċju ta' l-avukat ġenerali, pero` mbagħad m'humiex lesti li jagħmlu farming out.", "Hija ħasra li l-gvern Malti, kien min kien - hawnhekk qed nirriferi wkoll għall- gvernijiet Laburisti, u dan qed ngħidu b'responsabbilta` - ma beżax biżżejjed għal dan l-uffiċċju.", "L-uffiċċju ta' l-avukat ġenerali għandu jingħata attenzjoni kontinwa, u l-gvern, ikun min ikun, irid jieħu ħsieb jassigura li f'dan l-uffiċċju jkun hemm jaħdmu l-aqwa nies.", "Fl-1977, meta kont għadni uffiċjal fil-pulizija, niftakar li fl-uffiċċju ta' l-avukat ġenerali kien hemm l-avukat Frendo li kien jaf il-liġi fuq ponot subgħajh.", "Dawn huma the best brains.", "Kien ikollok avukati li mhux biss kienu jaħdmu, imma kienu jikkoperaw miegħek anke fl-istil tax-xogħol tiegħek, jgħinuk, jagħtuk ideat, jagħtuk il-fiduċja f'dak li tkun qed tagħmel qua civil servant, pulizija, eċċ.", "Punt li rrid nidħol fih u ċert li sħabi se jidħlu fih ukoll huwa dwar il- farming out li se jsir mill-uffiċċju ta' l-avukat ġenerali.", "Aħna qegħdin naqblu miegħu, ħalli nkunu ċari, imma rridu noqogħdu attenti li dan l- iżvilupp ma jsirx b'mod li jkun hemm xi interference bejn il-maġistratura u l-uffiċċju ta' l-avukat ġenerali.", "Filwaqt li dan id-distakk dejjem inżamm - għalkemm fil-passat immedjat kien hemm inċidenti li tajjeb li wieħed jinsihom malajr għax ma jagħmlux ġid la lill-ġudikatura ta' pajjiżna u lanqas lill-uffiċċju ta' l-avukat ġenerali - imma issa, bil-farming out, irridu naraw li meta l-avukat ġenerali jagħti x-xogħol lil xi ħadd barra mill-uffiċċju tiegħu, irid ikun ċert li mhux se jinħoloq xi inċident mal- maġistratura.", "Wieħed irid joqgħod attent li ma jiġrilniex bħalma ġralhom, per eżempju, l- Italja.", "Fl-Italja mhux l-ewwel darba li l-procuratore della repubblica jibda jinvestiga każ, imbagħad jingħata ordni biex jgħaddi l-file lit-tali avukat biex ikompli jinvestiga hu, u dan l-avukat jaqbad u jagħmel statements pubbliċi, jibdew joħorġu leakages minn dan il-file u ssir straġi.", "Aħna ma nifilħux li jkollna din it-tip ta' straġi fil-pajjiż, Allaħares!", "Irridu naraw li kulma nagħmlu jkun foolproof u li se jagħtina riżultati.", "Għal snin twal kellna korrettezza kbira fl-uffiċċju ta' l- avukat ġenerali, kemm meta pajjiżna kien kolonja, kemm meta sar indipendenti u kemm meta sar repubblika.", "Dejjem kien eżempju ta' kif għandu jsir ix-xogħol min-naħa ta' dan l-uffiċċju.", "Mr Speaker, dan l-abbozz ta' liġi qed jgħid li l-avukat ġenerali jkun il- konsulent legali prinċipali tal-gvern u jkollu r-rappreżentanza ġuridika tal-gvern fl-atti u l-azzjonijiet ġudizzjarji, u jista' jaġixxi anke permezz ta' kuntratturi.", "Dan huwa l-farming out, jista' jagħti kuntratt.", "Iżda hawnhekk wieħed irid joqgħod attent li filwaqt li you hire the best brains, irid ikollok xi forma ta' kontroll biex jekk għandu jagħmel sa din il-linja ma jaqbiżx il-linja u joħloq problemi li jistgħu jkunu ta' livell kostituzzjonali bejn il-gvern u l-istess uffiċċju tar-repubblika.", "Mr Speaker, din il-liġi tgħid li din l-aġenzija għandha tkun korp magħqud li jkollu personalita` legali distinta u li jkun kapaċi jagħmel kuntratti u jimpjega persunal.", "Imma kif se jsir il-finanzjament tagħha?", "Hawnhekk qegħdin ngħidu li l-istess aġenzija għandha tagħmel ftehim dwar it-twettiq tagħha stess mal-gvern li permezz tiegħu jiġi stabbilit il-finanzjament ta' l-aġenzija kif ukoll il-ħidmiet li għandhom jiġu ndirizzati u miksubin minnha.", "Jien nifhem li kull sena l-gvern se jalloka Lm200,000 jew Lm150,000 lill-avukat ġenerali, għax dan ikun diġà pproġetta l-kawżi li se jikkuntrattja u dawk l-avukati jew il-legal firms li jkunu se jidħlu fuq dak ix-xogħol.", "Din hija s-serjeta`.", "Jiġifieri filwaqt li qed naqblu mal-prinċipju tal-farming out, wieħed irid jissalvagwardja ċerti drittijiet.", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq il-bilanċ tal- finanzjament u fuq il-bilanċ tan-nies li jintgħażlu, fis-sens li verament ikunu l-aħjar u li ma jkun hemm ebda ombra ta' xi tip ta' diskriminazzjoni fl-għażla.", "Din hija xi ħaġa li qed iddejjaqna għax narawha ssir kuljum quddiem għajnejna f'ċerti dipartimenti u aġenziji.", "Jien konvint u nispera li dan ma jsirx fil-każ ta' l-uffiċċju ta' l-avukat ġenerali.", "Però min- naħa l-oħra kif se tingħata din il-protezzjoni(", "Skond subartikolu (7) ta' l-artikolu 3, kif propost fi klawsola 5, l-avukat ġenerali għandu jżomm kotba bil-kontijiet u għandu, mhux iktar tard minn sitt ġimgħat wara tmiem kull sena finanzjarja, jippreżenta lill-ministru responsabbli għall-aġenzija l-kontijeit verifikati flimkien ma' rapport fuq il-ħidma ta' l-aġenzija tax-xogħol li jkun ħareġ b'kuntratt.", "F'dan ir- rapport għandu jiġi dikjarat il-mod li bih tkun ħadmet l-aġenzija sabiex twettaq il-funzjonijiet tagħha u l-pjanijiet li jkollha għall-futur.", "Fuq dan il-punt se nsemmi s-sistema li tintuża l-Amerka.", "Semmejna lil O.J. Simpson bħala eżempju iktar biex wieħed jaqsam ċajta fuq dan il-ġuri.", "Imma l-verita` hi li r-rapporti kollha finanzjarji jmorru quddiem il-kungress Amerikan.", "Allura nistaqsi jekk huwiex aħjar li kopja ta' dawn it-tip ta' rapporti tiġi laid fuq il-mejda tal-Kamra - anke jekk ma tiġix diskussa - għas-sodisfazzjon ta' kulħadd u biex forsi wieħed jagħmel domandi fuqhom.", "Jien naħseb li dan ir-rapport għandu jiġi quddiem dan il-parlament li fuq kollox qed jilleġisla din il-liġi li fiha qed jagħti l-poter lill-avukat ġenrali li jagħmel kuntratti biex ikun jista' jkabbar ix-xogħol fl-uffiċċju tiegħu.", "B'hekk wieħed ikun jista' jara l-ħidma li tkun saret u jekk tkun sodisfaċenti we look ahead biex dan l-uffiċċju jkompli jikber għax hija xi ħaġa li nemmnu fiha.", "Jekk ikun hemm xi ħaġa li forsi wieħed jista' jikkritikaha, jista' jagħmel dan b'mod trasparenti.", "Mhux qed ngħid li wieħed jikkritika l-uffiċċju jew l-operat tiegħu.", "Ma rridux naslu f'livell ta' kritika fejn wieħed jattakka l-uffiċċju ta' l-avukat tar-repubblika għax imbagħad ikun qed jattakka lilu nnifsu.", "Dan huwa l-uffiċċju li kull gvern irid ikun kburi bih, imma wieħed jagħmel tip ta' kritika biex l-affarijiet jimxu aħjar.", "Mhux l-ewwel darba li niltaqa' ma' avukati serji - m'għandi l-ebda ombra kontra xi avukat jew ieħor, sempliċement ikun hemm min hu iktar serju minn ħaddieħor - li jaraw xogħol li jkun sar minn ħaddieħor u jgħidulek: Ara x'porkerija ta' xogħol sar meta kien ovvju li ma kellux jagħmel hekk!", "Jiġifieri ċerti avukati jidħlu f'xi kawżi fejn forsi ma kellhomx jidħlu, imbagħad isir finanzjament ħażin.", "Għalhekk naħseb li jkun ideali li fil-parlament ikollna kopja ta' dan ir-rapport.", "Fl-istadju tal-Kumitat irridu naraw kif se nagħmlu d- drafting ta' din l-emenda u nispera li naqblu fuqha.", "F'dan l-abbozz ta' liġi qegħdin ngħidu wkoll li l-prim ministru jista' b'ordni jinkariga lil xi uffiċjal biex jaqdi dmirijietu ma' din l-aġenzija.", "Jekk din l-ordni m'hijiex relatata mal-bord ta' tmexxija, li l-ministru diġa` ħabbar li dik ġiet pubblikata fl-abbozz bi żvista, allura x'uffiċjal hu dan( Jekk l-avukat ġenerali b'din il-liġi huwa l-persuna li għandha l- poter li jagħti kuntratt, il-prim minsitru m'għandux għalfejn jinkarigalu lil xi ħadd.", "Dan huwa l-istess wording li kien hemm fil-liġi qabel ma ġiet dibattuta għal darba darbtejn.", "Din hija t-tielet darba li qed niddibattuha.", "Wieħed irid jara x'inhi tgħid eżatt il-liġi.", "Kif jidħol il- prim ministru(", "Għandna l-avukat ġenerali li huwa l-kap ta' l-uffiċċju ta' l-avukat ġenerali li se jitqies bħala aġenzija tal-gvern u għandna l-ministru responsabbli għall-aġenzija li jkollu jedd jagħti ordnijiet bil-miktub lill- aġenzija dwar il-kwestjoni tal-kuntratti.", "S'hemmhekk qegħdin naqblu b'ċerta kawtela, b'ċerta serjeta` u attenzjoni.", "Imma li ngħidu li anke l- prim ministru jista' b'ordni jinkariga lil xi uffiċjal biex jaqdi dmirijietu ma' din l-aġenzija, wieħed irid jara fuq liema kriterju.", "F'dan l-abbozz għandna anke dettalji dwar l-emoluments u l-allowances ta' dan l- uffiċjal għall-fini tal-liġi.", "Naħseb li dan id-dettall huwa overdone u wieħed irid joqgħod attent li naraw li dan ma jkunx il-każ.", "Dan l-abbozz ta' liġi qed jemenda wkoll l-ordinanza dwar il-kummissjunarji b'setgħa li jagħtu ġurament, Kap. 79.", "Hawnhekk qegħdin ngħidu li l-avukat ġenerali, id-deputat avukat ġenerali u dawk l-uffiċjali l-oħra ta' l-avukat ġenerali skond ma' l-istess avukat ġenerali jista' minn żmien għal żmien jinnomina għandhom setgħa li jagħtu l-ġurament.", "Hawnhekk irridu noqogħdu attenti għax jista' jkun li nkunu qegħdin nirriferu wkoll għal dawk li jingħataw il-kuntratti.", "Għax hemm differenza kbira bejn li tagħti kuntratt biex persuna tassistik u bejn li tagħti l-poter lil dik il-persuna daqslikieku kien diġa` uffiċjal fl-uffiċċju ta' l-avukat ġenerali.", "Wieħed irid jara sewwa dan il-fine line biex ma jkunx hemm xi tip ta' overlapping ta' xogħol.", "Mr Speaker, qegħdin nagħmluha ċara li filwaqt li naqblu ma' din il-liġi, hemm punti saljenti li għandna nidħlu fihom.", "Ladarba qegħdin nitkellmu fuq l-uffiċċju ta' l-avukat ġenerali tajjeb nagħmel riferenza għall-kwestjoni tal-proċessi verbali li ħadt pjaċir li l-ministru semmieha wkoll.", "Jien kelli first hand experience dalgħodu stess meta mort fl-uffiċċju ta' l- avukat ġenerali.", "GĦandhom sistema bil-computer ta' min ifaħħarha ħafna għax wieħed jista' faċilment jidħol jiċċekkja jekk proċess verbal ikunx għalaq jew le.", "Għandek sistema fejn wieħed ikun jaf kemm hemm proċessi verbali magħluqa u mhux magħluqa.", "Irrid ngħid li jrid isir iktar sforz - u qed ngħid iktar sforz mhux biex nattakka lill-maġistrati.", "Aħna nagħmlu l-kritika għax irridu naraw li l- affarijiet jimxu aħjar - biex jingħalqu ċerti proċessi verbali li ilhom ħafna biex jingħalqu u ma jingħalqu qatt!", "Dan huwa nuqqas li qed ibati l- pubbliku Malti minħabba fih.", "U qed ibati l-pubbliku Malti mhux biss biex tingħalaq l-inkjesta per se, imma għax ċerta informazzjoni ma tistax teħodha qabel ma jingħalaq il-proċess verbal.", "Hawnhekk kulħadd qed jifhimni għal liema raġuni qed nitkellem.", "Wieħed ikun irid jagħmel każ kontra persuna fil-ħin preskritt imma ma jkunx jista' jottjeni l-informazzjoni li għandu bżonn jekk l-avukat ġenerali ma jkollux il-proċess magħluq.", "Jekk imur fis-sigrieta tal-maġistrati ma jagħtuhilux, jekk jipprova jeħodha mingħand il-pulizija jgħidulu li ma jistgħux jagħtuh l-informazzjoni għax hemm inkjesta pendenti, imbagħad imur fl-uffiċċju ta' l-avukat ġenerali u jekk il-proċess ikun magħluq jordna kopja ta' l- inkjesta u jagħtuhielu.", "Imma kemm hi ħaġa serja li jkun hemm każijiet ta' qtil li wara numru ta' snin l-inkjesti dwarhom għadhom ma ngħalqux!", "Naturalment aħna ma nistgħux nordnaw lill-maġistrat \"x\" \"y\" jew \"z\" biex jagħlaqha.", "Imma ejja nkunu responsabbli, kull wieħed minna!", "Mr Speaker, meta nagħmel il-kritika ma nkunx qed nagħmilha lejn il-persuna, għalkemm kultant xi ġudikant jeħodha b'mod personali.", "M'għandux għalfejn.", "Il-ġudikant għandu jara li filwaqt li huwa għandu r-responsabbilita` kostituzzjonali li jiddeċiedi, għandu jagħraf ukoll li kull wieħed u waħda minna f'dan il-parlament għandna responsabbiltia` parlamentari biex naraw li s-soċjeta` jkollha sistema ġudizzjarja fejn l-affarijiet jimxu 'l quddiem kemm min-naħa tal-qorti kif ukoll fit-tħaddim ta' l-uffiċċju ta' l- avukat ġenerali.", "L-avukat ġenerali laqa' 1,600 proċess verbal pero` nafu li hemm mijiet li għadhom m'humiex magħluqin, u dawn mhux min-naħa ta' l-avukat ġenerali għax l-iktar li jista' jagħmel huwa li jirrinvija jekk ikun hemm xi ħaġa fil- proċess li dwarha jista' jibgħat biex jinġabru iktar provi.", "Mr Speaker, ladarba qegħdin niddibattu l-uffiċċju ta' l-avukat ġenerali rrid ngħid li qegħdin niffaċċjaw ċerti problemi - u din ngħidha b'responsabbilta` għax l-avukat ġenerali bilfors jidħol fiha - fil-każijiet ta' abbuż jew traffikar ta' droga fejn tidħol il-kwestjoni tax-sharing tad- droga.", "Qed ngħid hekk mhux biex nemendaw il-liġi, imma huwa tajjeb li ngħidu l-verita' quddiem dan il-parlament.", "Is-sitwazzjoni preżenti hi li hawn numru ta' familji li t-tfal tagħhom minħabba l-problema tad-droga għaddew minn tbatija kbira kemm finanzjarjament u kif ukoll moralment.", "Kif nafu dawn il-familji jagħmlu minn kollox biex jgħinu lit-tfal tagħhom joħorġu mill-problema tat-teħid tad-droga.", "U hawn qed nitkellem fuq il- konsum tad-droga u ma rrid nagħti l-ebda ħjiel li b'xi mod irrid niddefendi lil min ibigħ jew jittraffika d-droga, għax dak m'għandu dritt li jkollu protezzjoni minn ħadd f'dan il-parlament, ħalli nkunu ċari.", "Pero' kultant tiltaqa' ma' każi fejn studenti universitarji li llum iggradwaw u għandhom professjoni, ikollhom sieħeb jew sieħba u jaqsmu d- droga magħha bħal meta naqbad il-kikkra tal-kafe u minflok ma nixrobha kollha, nixrob nofsha u ngħaddiha lil sieħbi biex ikompliha.", "Skond il- liġi dawn għandhom jispiċċaw il-ħabs, imma fil-verita' jkun ħaqqhom il- ħabs?", "GĦalhekk qed nistaqsi jekk wasalx iż-żmien biex flimkien, bi ħsieb komuni, nipproteġu lil min verament għandu l-common good u għandu l-ħsieb li jipproteġi lil min irid jimxi f'din il-ħajja.", "Jien għandi kull fiduċja fl-istaff ta' l-attorney general u għalkemm il- liġi hija ħarxa, għandhom jiġbdu l-attenzjoni ta' l-uffiċjali tal-pulizija li wħud minnhom, bir-rispett kollu, ma nafx min għallimhom li f'kull stqarrija jagħmlu d-domanda: Imma din qsamtha ma' xi ħadd?", "Biex imbagħad lil dak li jkun jakkużawh bi traffikar tad-droga, meta ma jkunx il-każ.", "It-traffikant huwa dak li jkollu d-droga u jmur ibigħha jew jittraffikaha sabiex iħaxxen butu.", "Fuq dan qed nitkellmu aħna, allura għaliex m'għandux ikun hemm a common understanding?", "Sur President, se nagħlaq fuq dan il-punt biex inħalli ftit ħin lil sħabi ta' l-oppożizzjoni li jridu jagħmlu l-intervent tagħhom.", "L-attorney general għandu dover soċjali li jara li ma tiġix abbużata l-liġi mill- istess pulizija, għaliex filwaqt li huwa sew li dawn jagħmlu xogħolhom, m'huwiex sew li meta quddiemhom ikollhom bniedem innoċenti, li f'ħafna okkażjonijiet tkun l-ewwel darba li jkun qed jidher quddiem uffiċjal tal- pulizija, meta jgħidilhom li qasam id-droga ma' sieħbu jispiċċa biex jirrovina ħajtu, għax f'każ bħal dan jista' jinsa l-professjoni, l-kariga, x-xogħol, ir-rispett lejn il-persuna u l-familja għax ħlief tkissir u nkwiet ma jkollux.", "U dan għaliex inkunu qed nabbużaw mill-interpretazzjoni stretta tal-liġi.", "Allura filwaqt li wieħed għandu jara x'jista' jagħmel dwar din il-liġi, jien nawgura lill-uffiċċju ta' l-avukat ġenerali sabiex ikompli l-ħidma li dejjem għamel matul is-snin fl-interess tal-ġustizzja u tas-salvagwardja ta' l-ordni pubblika f'pajjiżna, irrispettivament miż-żmenijiet diffiċli li pajjiżna għadda minnhom matul l-istorja u se jibqa' jgħaddi minnhom.", "GĦalhekk huwa tajjeb li jkun hemm qbil - u qed nieħu pjaċir nirreġistraha din – bejn gvern u oppożizzjoni sabiex insaħħu lil dan l-uffiċċju permezz ta' din il-liġi.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Jose' Herrera.", "ONOR.", "JOSE' HERRERA: Mr Speaker, nibda biex ngħid li għalkemm fi kwestjonijiet ta' amministrazzjoni tal-ġustizzja jien magħruf bħala bniedem pjuttost konservattiv – fil-fatt hekk hu - f'affarijiet oħra m'iniex.", "Jien di natura pjuttost bniedem progressiv, pero' meta wieħed jitratta kwestjonijiet ta' amministrazzjoni tal-ġustizzja ma nafx għaliex sirt pjuttost konservattiv, forsi għax jien imdorri f'ambjent legali.", "Il-mod kif titħaddem il-ġustizzja fis-sistema ġudizzjarja f'pajjiżna ma żviluppax b'daqqa ta' pinna f'xi liġi, imma żviluppa matul is-sekli fejn ġie adottat qafas leġislattiv li ilu ġej minn żmien ir-Rumani.", "Li jkollok sistema ta' organu ġudizzjarju li huwa wieħed mit-tlett branki tal-poteri ta' l-istat - din ukoll hija sistema li żviluppat matul is-sekli - għandha d-difetti u l- aspett pożittiv tagħha u Allaħares ma kienx hekk.", "Illum huwa rikonoxxut li biex ikollok pajjiż demokratiku, fejn titħaddem ir-rule of law, irid ikollok bilanċ ta' poteri.", "Dan ifisser li jekk ma jkollokx qafas ġudizzjarju b'saħħtu li tradizzjonalment igawdi ċertu rispett, f'pajjiż ma jistax ikollok demokrazija u libertajiet tal-bniedem.", "Matul is-seklu li għadda rajna pajjiżi li l-ġudikatura tagħhom iddgħajfet u allura d-drittijiet taċ-ċittadini ġew imkasbra, fejn il-gvern assuma għalih wisq poteri jew inrexxielu jdgħajjef b'xi mod il-poteri ta' l-organu ġudizzjarju.", "Fl-aħħar nett dejjem bata ċ-ċittadin komuni, li finalment biex jasserixxi d-drittijiet tiegħu jrid ikollu organu b'saħħtu daqs organi ġudizzjarji oħra, jiġifieri daqs il-parlament u daqs l-eżekuttiv.", "Din il- ħaġa jien imrobbi fiha u f'sistema demokratika hija l-iktar ħaġa li nemmen fiha u din hi s-separazzjoni tal-poteri.", "Jiġifieri d-dritt li ċ-ċittadini jeleġġu r-rappreżentanti tagħhom, is-separazzjoni tal-poteri u li jkollok ġudikatura b'saħħitha ħafna.", "Dawn huma l-iktar elementi bażilari biex inti jkollok demokrazija u liberta` fi stat.", "Meta bniedem ikollu dawn il- konċetti f'moħħu u jiġu proposti xi tibdiliet, wieħed bilfors irid ikun xi ftit rilattanti u konservattiv.", "M'iniex ngħid li m'għandhomx isiru riformi ġudizzjarji, pero' jien di natura pjuttost konservattiv.", "Fil-fatt meta l-kollegi tiegħi tan-naħa l-oħra, l-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici u l-Viċi Prim Ministru l-Onor.", "Tonio Borg joħorġu b'xi ideat innovattivi ż-żejjed li jkunu jmorru kontra n-normi u l-bażi ta' dak li huwa aċċettabbli fis-sistema ġudizzjarja tagħna li twieldet matul is-sekli, jien nipprotesta.", "Għalkemm jien m'iniex shadow minister ta' dan is-suġġett, kif jaf kulħadd f'dan il-parlament il-qafas tal-ġudikatura u tal-ġustizzja jinteressani ħafna u b'xi mod dejjem niddeffes f'dibattitu li jkun jikkonċerna dan l-aspett.", "Fil-fatt jien dejjem nirribella meta l-ministru jipproponi xi leġislazzjoni radikali ż-żejjed li nemmen li b'xi mod tkun se tiskossa dan il-bilanċ ta' separazzjoni ta' poteri li jeżisti fil-pajjiż.", "L-avukat ġenerali m'huwiex imħallef u meta niġu biex niddeskrivu l-kariga tiegħu huwa diffiċli li tgħid x'inhu, pero' ninsab żgur li huwa wieħed mill- iktar uffiċjali importanti li jeżistu f'pajjiżna għax hu msemmi fil- kostituzzjoni, għandu l-istess garanziji li jgawdu l-imħallfin, għandu natura kważi ġudizzjarja u għandu wkoll ħafna aspetti ta' l-imħallfin.", "Fil-fatt fl-Ingilterra l-avukat ġenerali jirriferu għalih bħala c-chief magistrate u fl-Italja r-relazzjoni bejn il-ġudikatura u l-avukat ġenerali kienet aktar viċina qabel ma saret ir-riforma.", "Għaliex?", "Għax meta tgħid maġistrat fl-Italja m'intix tirriferi biss għall-maġistrati li jiġġudikaw il-kawżi, imma tkun qed tinkludi wkoll il-membri tal-pubblico ministero, l- uffiċjali prosekuturi, l-avukat ġenerali u l-avvocato della repubblica.", "Dawn huma kollha maġistrati.", "L-uffiċċju ta' l-avukat ġenerali, għalkemm skond il-kostituzzjoni tagħna m'huwiex parti integrali mill-ġudikatura – jien naqbel ma' dan - għandu ħafna x'jaqsam mal-ġudikatura u mar-retta amministrazzjoni tal-ġustizzja f'dan il-pajjiż, filwaqt li l-avukat ġenerali huwa wieħed mill-ogħla u l-iktar nies importanti.", "Tant hu hekk, li jekk wieħed isegwi l-istorja ta' pajjiżna, speċjalment meta telqu l-kavallieri u ġew l-Ingliżi, naraw li wieħed mill-iktar nies prominenti fil-pajjiż kien l-avukat ġenerali, li fl-antik kien ukoll membru tal-kunsill tal-gvern, qisu ministru.", "Jiġifieri wara s-segretarju ta' l- istat li kien jiġi appuntat mill-gvern Ingliż, wara l-gvernatur u wara l- viċi gvernatur, l-iktar bniedem importanti fil-gvern dejjem kien l-avukat ġenerali li ħafna drabi jekk ikun eżawrixxa x-xogħol tiegħu b'mod kif imiss kien jispiċċa president tal-qorti, dak li nsejħulu prim imħallef.", "Ta' min isemmi li fil-passat kellna nies li kważi titkexkex isemmi isimhom, tant kemm kellhom impatt fl-iżvolġiment ġuridiku u leġislattiv tal-pajjiż, bħalma hu Sir Adrian Dingli għax fl-antik l-avukat ġenerali kien qisu l- prim ministru tal-pajjiż.", "Meta ssemmi lil Sir Adrian Dingli u n-nies li ġew warajh, tista' tgħid li kienu l-iktar nies li kellhom impatt fl- iżvolġiment tal-leġislazzjoni Maltija.", "Qabel l-1921 il-parlamentari ftit li xejn kellhom poter u għalkemm kienu jagħmlu ħafna ħoss, ma kellhomx snien biex jigdmu.", "(Interruzzjonijiet) Għandek żball Onor. Asciak.", "L-ewwel parlament li kellna twaqqaf fl-1840s.", "Dan kien assemblea leġislattiva b'poteri li jagħti konsulti lill-gvern, u mbagħad dan il-parlament ġie sospiż.", "Fl-1880s reġa' kellna assemblea leġislattiva fejn kellna nies bħal Fortunato Mizzi u Savona li hu l-ewwel wieħed li kien pjuttost riformista.", "Jiġifieri kellna politiċi kbar, pero' l-poteri tagħhom qabel l-1921 kienu ftit li xejn u kien l-avukat ġenerali li kellu l-iktar poteri fil-passat.", "Naturalment wara li saru r-riformi l- avukat ġenerali ma baqax meqjus bħala figura politika u saret id- distinzjoni bejn il-gvern elett mill-poplu u s-civil service.", "Pero' sa ftit żmien ilu l-avukat ġenerali, għalkemm mhuwiex fis-civil service, minbarra l-imħallfin u l-gvern kien meqjus bħala l-ogħla bniedem fic-civil service, aktar mill-kap taċ-ċivil.", "L-avukat ġenerali bħala kariga huwa ogħla mill-kap tac-ċivil u għandu salarju daqs l-imħallfin, pero' fil- prattika nafu li huwa meqjus bħala wieħed mill-imħallfin anzjani u wara l- prim imħallef jiġi l-avukat ġenerali.", "Jiġifieri qed nitkellmu fuq kariga li għandha ħafna poteri, fil-fatt l-avukat ġenerali jinfluwenza ħafna t- tmexxija ta' l-istat.", "Naf li dan l-aħħar sar kambjament għax Dr. Anthony Borg Barthet li kien ilu avukat ġenerali għal dawn l-aħħar 15-il sena, ġie elevat biex iservi bħala mħallef quddiem il-qorti tal-ġustizzja għall-komunitajiet Ewropej flimkien ma' l-ewwel avukat mara li qatt saret imħallef, Dr. Ina Cremona.", "Din hija l-ewwel mara f'Malta li saret imħallef u issa se tkun imħallef tal- prim'istanza quddiem il-Qorti Ewropea.", "Għal min forsi ma jafx, il-qorti tal-ġustizzja Ewropea hija waħda mill-iktar organi li għandha poteri fost l- organi Ewropej, għax għandha poteri daqs il-kummissjoni nnifisha u ħafna drabi tista' tagħti rulings li jmorru kontra d-deċiżjonijiet tal- kummissjoni.", "Fil-fatt għandha poter aktar mill-parlament Ewropew u hija ħaġa ta' l-iskantament kif Dr. Ina Cremona li hi l-ewwel imħallef mara u mħallef quddiem l-ogħla qorti fl-Ewropa, la sarilha interview u lanqas kien hawn ħoss fil-ġurnali jew fuq it-television biex jgħidu li kellna l-ewwel imħallef mara.", "Għandhom raġun il-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropa jikkritikawna li n-nisa għadhom lura u li ma tantx huma emanċipati, għax li jkollok persuna li qed tassumi kariga daqstant importanti u lanqas biss tissemma fil-ġurnali għalija hija xi ħaġa ta' l-iskantament u li ma titwemminx.", "Imma dik hija ħaġa oħra għaliex illum mhux qed nitkellmu fuq dawn l-affarijiet.", "L-avukat Borg Barthet li kien attorney general għal 15 jew 16-il sena, kien persuna pjuttost kontroversjali.", "Mhux l-ewwel darba li l-oppożizzjoni kellha okkażjoni tikkritika xi deċiżjonijiet li ħa, pero' mill-banda l-oħra min ikollu kariga għolja bilfors se jsib min jikkritikah, għax inkella jkun ifisser li m'hu qed jagħmel xejn.", "Jiġifieri saret kritika, xi kultant anke kritika ħarxa, minn din in-naħa dwar Dr. Borg Barthet, pero' dan ma jfissirx li matul dawn is-16-il sena ma tax kontribut u ma kellux ċerta lealta' lejn il-gvernijiet tal-ġurnata.", "Jien kelli r-riservi tiegħi fuq ċerti deċiżjonijiet li ħa u kont wieħed minn dawk li kelli okkażjoni nikkritikah, pero' la qed ngħaddu liġi dwar l- avukat ġenerali huwa xieraq li nsellem lil Dr. Borg Barthet li forsi kien l- aktar wieħed li serva f'din il-kariga f'pajjiżna.", "Nixtieq nawguralu suċċess fil-karriera ġdida tiegħu quddiem l-ogħla qorti fl-Ewropa u forsi waħda mill-iktar qrati importanti fid-dinja kollha.", "Jien nawguralu li jkollu impatt u li jagħmel ġieħ u unur lil pajjiżna.", "Nixtieq nawgura wkoll lil Dr. Ina Cremona li hija t-tieni avukat mara, hija l-ewwel avukat mara li qatt ipprattikat quddiem il-qrati u llum laħqet f'din il-kariga.", "GĦalhekk ta' min isellmilha f'dan is-sens.", "Nixtieq insellem ukoll lill-avukat ġenerali l-ġdid, Dr Silvio Camilleri.", "Jien naħseb li kien ħaqqu jsir avukat ġenerali għax huwa l-iktar membru anzjan fl-uffiċċju ta' l-avukat ġenerali u ilu jservi bħala uffiċjal f'dak l-uffiċċju mis-snin 70 - jiġifieri ilu kważi 30 sena - u assuma l-karigi kollha.", "Dr. Camilleri beda bħala avukat tar-repubblika junior council, imbagħad laħaq avukat anzjan, imbagħad laħaq assistent avukat ġenerali, imbagħad laħaq deputy attorney general u llum ġejt informat li laħaq avukat ġenerali.", "Again niskanta kif bniedem li se jassumi kariga daqstant importanti - naħseb li l-ġurnalisti ma jafux x'qed isir f'pajjiżna għax dawn huma affarijiet li ma jitwemmnux - la deher fil-gazzetti u lanqas fuq it-television.", "Meta xi ħadd jilħaq chairman ta' xi bord jew direttur f'xi aġenzija iġibu r-ritratti tiegħu fil-gazzetti, imbagħad bniedem li jilħaq avukat ġenerali li fl-opinjoni tiegħi hija waħda mill-ogħla karigi u mill- iktar karigi importanti fil-pajjiż, lanqas biss jiġi rapportat xejn!", "Din hija xi ħaġa ta' l-iskantament!", "Min-naħa tiegħi, nixtieq nieħu l- opportunita` li nawgura lil Dr. Silvio Camilleri għall-kariga li ngħata.", "Dr. Camilleri huwa magħruf bħala wieħed mill-aqwa prosekuturi li qatt kellu dan il-pajjiż, bħal per eżempju.", "Dr. Victor Borg Costanzi, li kien ukoll avukat ġenerali u mħallef, jew Dr. Maurice Caruana Curran, li fil- ħamsinijiet u s-sittinijiet kien meqjus bħala wieħed mill-aqwa prosekuturi li qatt kellna fil-pajjiż, fejn anke dan, imbagħad laħaq imħallef.", "Dan l- aħħar Dr. Silvio Camilleri qata' xi ftit mill-qorti, pero` jien niftakru bħala avukat tad-difiża, u fil-fatt ġieli kelli l-ikbar battibekki immaġinabbli miegħu għax huwa bniedem tal-punt.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Mifsud Bonnici, bil-permess ta' l-Onor.", "Herrera.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Il-ħabib tiegħi qed jilmenta li l-ħatra ta' l-avukat ġenerali ma ngħatatx importanza mill-press, pero` bħala punt ta' informazzjoni u għall-preċiżjoni rrid ngħid li dan se jieħu l-ħatra tiegħu nhar it-Tnejn li ġej.", "ONOR.", "JOSE` HERRERA: Imma diġa` huwa nominat u diġa` huwa l-avukat ġenerali.", "Nhar it-Tnejn se jingħata l-ħatra formalment.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Madanakollu l-fatt jibqa' li huwa se jieħu l-ħatra tiegħu nhar it-Tnejn li ġej.", "Ħalli nkun pożittiv; id-diskors tal- kollega tiegħi serva biex jiġbed l-attenzjoni tal-press għal din il-ħatra, jiġifieri issa l-press iktar se jkunu ppreparati biex jirrapportaw din il- ħatra nhar it-Tnejn!", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Nitlob lill-Onor.", "Herrera biex, jekk jogħġbu, ikompli bid-diskors tiegħu.", "ONOR.", "JOSE' HERRERA: Fair enough, pero` jien naf li meta bniedem ikun se jissejjaħ imħallef, dan lanqas ikun għadu laħaq li l-gazzetti ma jibdewx jirrapportaw li t-tali se jilħaq imħallef!", "Huwa veru li s- sensazzjonaliżmu mhux dejjem huwa importanti, pero` mhux biss il-ministri, is-segretarji parlamentari u l-membri parlamentari għandhom karigi għolja, u xi kultant wisq nibża' li aħna nagħtu wisq importanza lilna nfusna.", "Fil- pajjiż hawn ħafna nies li għandhom karigi, influwenza u poteri daqsna, jew anke iktar minna, pero` dejjem ikunu overshadowed.", "Naħseb li wasal iż- żmien li nagħrfu li d-dinja ma ddurx madwar il-politiċi biss u li hemm ħafna nies li jagħtu palata kbira lit-tmexxija ta' dan il-pajjiż.", "Qed insemmi lil Dr. Silvio Camilleri għax wara kollox hawn qed nitkellmu fuq abbozz ta' liġi li jikkonċerna lill-avukat ġenerali, u qed insemmih mhux b'dispett, anzi b'tifħir għax huwa avukat tajjeb u ta' l-affari tiegħu.", "Ma kontx se noqgħod nieħu aġġornament biex infaħħar lil Dr. Silvio Camilleri, imma ġaladarba kumbinazzjoni qed niddiskutu abbozz ta' liġi dwar l-uffiċċju ta' l-avukat ġenerali fl-istess żmien li qed jinħatar avukat ġenerali ġdid ħassejt li għandi nsemmih u nawguralu li jkollu karriera illustra li tagħmel ġieħ kemm lilu kif ukoll lill-pajjiż.", "Issa ħalli niġi biex ngħid xi ħaġa fuq l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna.", "L-ewwelnett ta' min jgħid li dan l-abbozz ta' liġi qiegħed ibiddel abbozz ta' liġi ieħor li ressaq l-istess gvern u li aħna ma konna qbilna miegħu assolutament xejn.", "Fil-fatt dan l-abbozz ta' liġi kien se jaqsam il-poteri ta' l-avukat ġenerali f'żewġ biċċiet għax kien se jkun hemm avukat ġenerali u mbagħad kien se jkun hemm ukoll director of prosecutions li jiffunzjona indipendentement mill-avukat ġenerali.", "Ta' min jgħid ukoll li filwaqt li wieħed kien se jkun responsabbli mill-kriminal, l-ieħor kien se jkun responsabbli miċ-ċivil, u fejn wieħed kien se jagħti l-pariri lill-gvern, l- ieħor ma kienx se jagħmel dan.", "Ma konniex nafu lanqas min kien se jkun is- senior minn dawn it-tnejn, u t-tnejn li huma kienu se jkunu fil-kummissjoni għall-amministrazzjoni tal-ġustizzja, li hija xi ħaġa ħażina.", "Għaliex?", "Għax il-kompożizzjoni tal-kummissjoni għall-amministrazzjoni tal-ġustizzja tirrifletti maġġoranza ta' membri ta' ġudikanti, u allura inti ma jista' qatt ikollok l-indħil ta' l-eżekuttiv jew ta' l-istat fi kwestjonijiet ta' sustanza u fid-deċiżjonijiet.", "Issa kif kienet se tkun il-liġi oriġinarjament, kien se jkollok kemm lid-director of public prosecutions kif ukoll lill-avukat ġenerali bil-qiegħda f'din il-kummissjoni, u dan kien se jkun ifisser li l-membri tal-ġudikatura kienu se jiġu f'minoranza.", "Din kienet xi ħaġa li lili personalment u anke lill-membri l-oħra ta' oppożizzjoni nkwetatna ħafna għax finalment kienet tfisser li l-imħallfin u l-maġistrati tagħna kienu se jiġu soġġetti għall-indħil ta' l-istat.", "Din kienet se tkisser il-bilanċ bejn it-tliet poteri ta' l-istat li semmejt qabel meta bdejt ngħid x'nemmen u ma nemminx għax kienet ixxaqleb wisq lejn il-poteri tal-gvern.", "M'hemmx għalfejn ngħid li din kienet xi ħaġa nkwetanti, u kemm jien kif ukoll sħabi d-deputati ta' l-oppożizzjoni konna assolutament kontra tagħha.", "Illum il-gvern qed iressaq abbozz ta' liġi li bih qed ibiddel dak li kien għamel dakinhar.", "Issa hawnhekk jien se nkun onest miegħek, Sur President.", "Jien naf li l- grupp parlamentari Laburista se jivvota favur l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna, u finalment jien ukoll naqbel ma' dan l-abbozz ta' liġi, pero` meta ġejt iffaċċjat b'dan l-abbozz ta' liġi, xorta waħda kelli ċerti riżervi, liema riżervi, almenu wħud minnhom, għadhom hemm sal-lum.", "Għaliex?", "L-ewwelnett hawnhekk qed niddistakkaw l-uffiċċju ta' l-avukat ġenerali u qed nikkreaw aġenzija.", "Issa peress li l-Kostituzzjoni tipproteġi lill-avukat ġenerali, hawn l-avukat ġenerali qed jitqies bħala individwu għalih, pero` mbagħad l-avukat ġenerali se jkollu l-aġenzija biex tgħinu jiffunzjona.", "Ta' min jgħid ukoll li l-karigi l-oħra, bħal dik ta' l- assistent avukat ġenerali u ta' l-avukat anzjan, se jispiċċaw u se tibqa' biss il-kariga ta' l-avukat ġenerali.", "Jien ma nafx kemm se jieħdu gost biha din l-impjegati ta' l-uffiċċju ta' l-avukat ġenerali għax hemm min ilu hemm għal ċertu snin.", "Jien nimmaġina li b'xi mod il-gvern se jakkomodahom fir-ranking ta' din l-aġenzija, pero` xorta waħda ma nistax nimmaġina li, per eżempju, min kien assistent avukat ġenerali se jieħu pjaċir b'dan it- tibdil fil-kariga tiegħu għax il-kariga li kellu kienet iġġib magħha ċertu rikonoxximent u status fil-pajjiż, anke f'dik li hija ġerarkija tal- pożizzjonijiet.", "M'hijiex ċajta li minn assistent avukat ġenerali, li hija kariga ta' ċerta tradizzjoni u prestiġju, tispiċċa uffiċjal f'aġenzija.", "Dan bħal meta tkun kap ta' dipartiment u tispiċċa manager; għalkemm is- salarju jkun l-istess, jekk inti tkun kap ta' dipartiment mod u jekk inti tkun manager mod ieħor, u min jifhem jaf x'qed nipprova ngħid.", "Madanakollu dak li semmejt s'issa huwa biss formalita` u m'huwiex is-sustanza tar- riforma għax is-sustanza tar-riforma hija li qed tiġi mwaqqfa aġenzija li tagħmel parti mill-eżekuttiv u mill-uffiċċju ta' l-avukat ġenerali, jiġifieri se .tiġi mwaqqfa aġenzija fi struttura li tradizzjonalment, matul is-sekli, kienet l-id il-leminija tal-gvern innifsu.", "Jien konxju tal-fatt li llum iż-żminijiet inbidlu, hekk kif jien, minkejja li kif għedt qabel, f'dawn l-affarijiet jien konservattiv, konxju wkoll tal-fatt - u hawn nixtieq ngħid prosit lill-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici u lill-Onor.", "Tonio Borg - li l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna ġie magħmul b'mod aċċettabbli, pero` għalija xorta waħda jistona l-fatt li l-uffiċċju ta' l- avukat ġenerali huwa aġenzija tal-gvern.", "Dan huwa l-ewwel punt.", "It-tieni punt li lili jippreokkupani ftit iktar jekk ma jitħaddimx sewwa, kif qal sieħbi l-Onor.", "Anġlu Farrugia, huwa l-farming out.", "Hawn jien għandi ċerti riżervi.", "Huwa veru li aħna se nivvotaw favur dan l-abbozz ta' liġi, u naqbel li wasal iż-żmien li wieħed jagħmel ċerti riformi, pero` għandi r-riżervi tiegħi.", "L-ewwelnett aħna din għaliex se nagħmluha?", "Għax l-uffiċċju ta' l-avukat ġenerali m'hux qed jiffunzjona tajjeb, u mhux qed jiffunzjona tajjeb mhux għaliex m'għandux avukati ta' l-aqwa grad.", "Bħalissa hawn preżenti fil-Kamra Dr. Peter Grech, li fl-opinjoni tiegħi huwa wieħed mill-aqwa avukati li għandu l-uffiċċju ta' l-avukat ġenerali.", "Bħal Dr. Peter Grech hemm oħrajn, fosthom Dr. Mark Said, li huwa avukat tajjeb ukoll.", "L-avukati li jaħdmu hemm huma kollha ta' l-affari tagħhom, pero' biex inkun onest ma' min qed jismagħni, mas-Sedja u mal-ministru, is-salarji li hemm fl-uffiċċju ta' l-avukat ġenerali ma jattirawx nies.", "B'daqshekk m'iniex qed ngħid xi sigriet, għax avukat fl-aqwa tiegħu li jirnexxilu jibni karriera legali tajba u jkollu firm tiegħu, illum jaqla' ammont sostanzjali ta' flus u meta taċċetta kariga fl-uffiċċju ta' l-avukat ġenerali se taqla' terz ta' dak li tkun qed taqla', apparti li se tiżdiedlek ir- risponsabbilita'.", "Għalhekk ftit issib nies li lesti jagħmlu din il-ħaġa, għalkemm fil-bank tal-ġudikatura huma lesti li jagħmluha, għaliex li tkun imħallef għad għandha aura ta' prestiġju kbir f'pajjiżna u hija meqjusa bħala kariga bil-frilli kollha, bid-driver, bil-poża u bir-rispett li jixraq lil din il-kariga.", "Allura ssib avukati li meta jaslu f'ċertu mument f'ħajjithom meta jkunu għalqu l-55 sena u bħala avukati jkunu għamlu kollox, jaċċettaw din il-kariga għall-prestiġju, biex jagħtu kontribut ġenwin lill-ġurisprudenza u lill-amministrazzjoni tal-ġustizzja.", "Hemm avukati li saru mħallfin late in life bħal Dr. Philip Sciberras, Dr. Joe Galea Debono u Dr. Ray Pace.", "Dawn huma mħallfin li kellhom uffiċċji tajbin b'ħafna klijenti u kienu stmati immens fuq livell professjonali.", "Per eżempju, Dr. Philip Sciberras huwa not bħala l-aqwa ċivilista u ilu ma jkollna wieħed bħalu għal dawn l-aħħar 50 sena.", "Dr. Galea Debono, Dr. Ray Pace u oħrajn kienu avukati b'ċerta fama, pero' aċċettaw li jassumu din il- kariga għax iġġib ċertu prestiġju.", "L-Onor.", "Austin Gatt, il-ministru preċedenti, induna li kien hemm din il-problema u għamel ir-riforma neċessarja biex ħareġ il-ġudikatura mill-iskala ta' salarji li kien hemm fl- uffiċċju taċ-ċivil, allura llum il-pagi u s-salarji tal-maġistrati u l- imħallfin huma ferm aktar attraenti milli huma taċ-ċivil.", "Imħallef jaqla' ferm aktar mis-segretarju parlamentari li hawn quddiemi, naħseb li bil-perks jaqla' kważi d-doppju.", "Meta tkun trid l-aħjar nies trid tagħtihom l-aħjar salarji u peress li dawn il-karigi fil-bank tal- ġudikatura għadhom attraenti se tattira l-aħjar nies.", "Nista' ngħid li fl-uffiċċju ta' l-avukat ġenerali ma ġratx l-istess ħaġa.", "Fis-snin 60 li tkun crown council kienet iġġorr ħafna prestiġju u l- prosekuturi kienu jkunu l-aqwa avukati.", "Tant hu hekk, li l-ex-ministru Carmelo Schembri, li kien ministru ta' l-edukazzjoni taħt gvern Nazzjonalista, kien aċċetta li jsir avukat ġenerali għax tant kienet kariga prestiġjuża li telaq mill-politika biex imur fl-uffiċċju ta' l-avukat ġenerali.", "Pero' maż-żmien id-distakk bejn il-ġudikatura u l-uffiċċju ta' l-avukat ġenerali twessa' ħafna u filwaqt li l-imħallfin u l-maġistrati baqgħu jżommu ċertu prestiġju, l-uffiċjali u l-avukati li jaħdmu fl- uffiċċju ta' l-avukat ġenerali tilfu l-prestiġju tagħhom.", "Ħlief għall- avukat ġenerali nnifsu u d-deputat avukat ġenerali, l-avukati li jaħdmu hemm ġew meqjusa bħala sempliċement impjegati tal-gvern, b'salary scales taċ-ċivil u allura ma baqgħetx aktar attraenti għan-nies li jmorru jaħdmu f'dan l-uffiċċju.", "L-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici u l-ministru jiftakru li xi snin ilu f'dan il-parlament jien kont irrikkmandajt u anke għamilt domandi parlamentari biex nara x'inhuma s-salarji ta' l-avukati li jaħdmu fl-uffiċċju ta' l- avukat ġenerali u tlabt li l-ministru jew il-gvern jikkonsidra li jżid is- salarji u jagħmilhom aktar attraenti biex nibdew nattiraw l-aħjar nies.", "Tinsewx li l-uffiċċju ta' l-avukat ġenerali apparti milli jmexxi l-kawżi ċivili tal-gvern, imexxi l-ġurijiet, jagħmel il-kawżi kriminali kollha għax kull kumpilazzjoni tiġi riferita lill-avukat, jagħti pariri lill-ministeri kollha, jagħti pariri lill-gvern, jgħin fid-drafting tal-leġislazzjoni u jagħmel dak li qal il-kollega tiegħi l-Onor.", "Anġlu Farrugia fuq livell internazzjonali.", "Dawn huma n-nies li fuqhom jiddependi l-istat.", "Ħaġa oħra li naf hi - din ktibt fuqha f'waħda mill-ġurnali tagħna - li tant huma ffastidjati l-avukati fl-uffiċċju ta' l-avukat ġenerali li għall-ewwel darba fl-istorja ta' Malta dawn għandhom union.", "Qatt ma kienet li l- avukati fl-uffiċċju ta' l-avukat ġenerali daħlu f'union għax jekk dawn jiddeċiedu li jmorru on strike ifisser li l-pajjiż jieqaf.", "Mingħajrhom la l-parlament ma jista' jgħaddi liġijiet, la jistgħu jsiru ġurijiet u lanqas jistgħu jsiru kompilazzjonijiet allura l-amministrazzjoni tal-pajjiż tispiċċa kompletament.", "Din hija l-ewwel darba fl-istorja ta' Malta li l- avukati fl-uffiċċju ta' l-avukat ġenerali qegħdin f'union għax dawn huma ddisprati minħabba s-salarju miżeru li għandhom.", "Jien kont irrakkmandajt li kif irranġajna l-ġudikatura u llum qed nattiraw l-aqwa nies, imissna nirranġaw ukoll l-istrutturi ta' finanzjament ta' l- avukati fl-uffiċċju ta' l-avukat ġenerali.", "Ir-risposta kienet - ħaġa ta' l-iskantament - li dawk ir-riformi ma nistgħux nagħmluhom għax marbutin bl- Estacode u minn Joe Grima 'l isfel naqgħu taħt il-burokrazija taċ-ċivil.", "Din hija risposta li tinsulenta lil dan il-parlament u lill-gvern innifsu.", "X'jiġifieri ma nistgħux nirriformawhom?", "Inbiddlu l-Estacode.", "Jekk hemm regoli antikwati u stupidi nbiddluhom.", "Mhux għax qegħdin hemm l- istrutturi ta' l-uffiċċju ta' l-avukat ġenerali ma nistgħux inbiddluhom minn fuq għal isfel mil-lejl għal nhar.", "Jekk l-Estacode hu magħmul b'mod stupidu, għandna niġu quddiem dan il-parlament u nibdluhom għax safejn naf jien il-parlament kien, għadu u jibqa' l-ogħla istituzzjoni f'dan il- pajjiż,.", "Dan il-parlament jista' jagħmel li jrid għall-ġid tal-poplu u tal-pajjiż, sakemm ma jiksirx il-kostituzzjoni.", "Dak li hemm bżonn jinbidel inbiddluh.", "Dak li huwa għanqbut u burokrazija żejda u qed jagħmel ħsara lill-pajjiż inneħħuh.", "Meta konna fil-gvern kellna l-istess difetti tagħkom, imma jekk tipprova ċċaqlaq xi ħaġa jiġi J R Grima l-kap taċ-ċivil bil-burokrazija kollha u ma jħallik tagħmel xejn.", "Jiġifieri l- gvern hu skjav umli tal-burokrazija taċ-ċivil.", "Illum dan huwa inaċċettabbli u jrid jispiċċa.", "Jekk irridu nimxu 'l quddiem dawn il- ħmerijiet irridu jispiċċaw.", "Minħabba r-raġunijiet li semmejt l-uffiċċju ta' l-avukat ġenerali spiċċa mingħajr suldati, allura x'se nagħmlu aħna?", "Se nemendaw u se nikkreaw il- kuntratturi.", "Issa l-uffiċċju ta' l-avukat ġenerali se jimxi bil- kuntratturi.", "Dik hi l-liġi.", "U xi tfisser li tkun bil-kuntratturi?", "Tfisser li peress li l-avukat ġenerali m'għandux assistenti u uffiċjali biżżejjed, jew m'għandux uffiċjali ta' kalibru tajjeb, il-kawżi ċivili u kriminali minflok ma jagħmilhom rappreżentant tal-gvern jew l-avukat tal- gvern bis-salarju, ikun hemm l-avukat ġenerali u jgħid li dawn il-ġurijiet se jibda jagħmilhom l-avukat Jose' Herrera, jew l-avukat Joe Giglio, jew l- avukat Manuel Mallia.", "L-appelli kriminali minflok ma jagħmilhom Dr. Noel Tonna – lil dan inneħħilu l-kappell għax insejt insemmih u għalkemm għadu żgħir qed juri ħila kbira bħala uffiċjal prosekutur.", "Dawn in-nies irridu nibżgħu għalihom.", "Fl-uffiċċju ta' l-avukat ġenerali hemm nies dedikati u tajbin ħafna li huma undervalued; hemm Dr. Donatella Frendo Dimech li tirsisti ħafna u hemm ħafna avukati ta' l-affari tagħhom - jew Dr. Mark Said, jew Dr. Barbara b'dik l-esperjenza kollha li jġorr fuqu, insibu avukat u ngħidu li dan se jagħmel l-appelli kriminali.", "Issa ma nafx kif se jintgħażlu dawn.", "L-Onor.", "Anġlu Farrugia qal ħaġa tajba li jien qatt ma semmejtha hawn.", "Hu qal li n-neputiżmu sfrenat u skandaluż li hemm fil-professjoni legali ma jitwemminx.", "Il-korruzzjoni sfaċċata li hemm fil-mod kif joħorġu t-tenders - għandi nformazzjoni u din is-sena kollox se naqla' - u kif jingħataw ċerti kuntratti lil ditti ta' avukati, wieħed wara l-ieħor u jitħallsu eluf ta' liri fuq rapporti, fuq aspetti legali u fuq ċerti riformi hija ħaġa li ma titwemminx.", "L-Onor.", "Austin Gatt neħħa s-sistema tal-legal aid biex daħħal sistema bażwija - la jkolli ċ-ċans nitkellem fuqha wkoll - u jien għandi l-provi li fuq kuntratt wieħed, avukat wieħed qala' daqskemm qalgħu fl-uffiċċju tal-legal aid kollu f'sena sħiħa.", "Mela kif diġa' qal l-Onor.", "Anġlu Farrugia, jien nispera li jekk se nibdew nagħmlu l-farming out almenu fuq kwestjoni daqstant delikata ma nagħmluhomx kollha Nazzjonalisti, jew nagħżlu biss lill-blue-eyed boys.", "Fil-każ tal- legal aid ftit huma l-avukati li jaħdmu fil-kriminal għax tliet kwarti minnhom ma kenux għamlu kawża kriminali waħda.", "Staqsi lill-maġistrati jekk jidhrux fil-kawżi, għax tliet kwarti minnhom lanqas jidhru għax m'humiex interessati.", "Dawn huma mħallsin bix-xejn għax kulma jieħdu huma Lm500 fis-sena.", "Din hija ħaġa ta' l-imġienen u fil-fatt ħafna minnhom qed jirriżenjaw minn din il-kariga, imbagħad hemm uħud minnhom li m'għandhom esperjenza ta' xejn fil-kamp kriminali.", "Nispera li meta jibdew jintgħażlu dawn in-nies li se jassumu fuqhom dan ix-xogħol daqstant importanti għax se jmexxu l-uffiċċju ta' l-avukat ġenerali b'mod privat, jiġu magħżulin b'mod trasparenti u mhux b'nepotiżmu schiacciante.", "Hawnhekk m'hijiex ċara l-liġi għax suppost li l-avukat ġenerali jagħżel lill-avukati, imma skond il-liġi jista' jagħżilhom il-ministru.", "Ma nafx min se jagħżilhom!", "Jekk jagħżilhom l-avukat ġenerali jien kuntent għax żgur li ma jkunx hemm indħil politiku, almenu Dr. Silvio Camilleri ma naħsibx li se jkollu indħil politiku.", "Jekk taqra l-liġi tgħidlek li l- ministru jista' jagħti ordnijiet bil-miktub lil min jimpjegaw.", "Taparsi jagħżilhom l-avukat ġenerali, imma jista' jagħżilhom il-ministru wkoll.", "Jiġifieri dawn in-nies, li se jmexxu dawn il-kawżi ċivili, kriminali u kostituzzjonali se jintgħażlu mill-gvern.", "Hawn wieħed irid joqgħod attent u għalhekk se nivvotaw favur għax, bir- rispett kollu, intom ma kellkomx il-ħila temendaw il-liġi taċ-ċivil għax bżajtu u allura l-pakkett finanzjarju li qed toffru lil dawn in-nies huwa pakkett bażwi.", "Bilfors kellkom tagħmluha din u aħna naċċettawha għax nafu li l-uffiċċju ta' l-avukat ġenerali qed jegħreq minħabba li m'hemmx avukati biżżejjed.", "Biex jiffunzjona l-uffiċċju ta' l-avukat ġenerali tridu żżidu l-avukati bit-triplu.", "Hemm firms li għandhom aktar avukati milli hemm fl- uffiċċju ta' l-avukati ġenerali, meta nafu li l-uffiċċju ta' l-avukat ġenerali huwa ta' kulħadd, jiġifieri kważi ta' nofs miljun ruħ bil- barranin, bid-ditti u bl-avukati tal-parlament b'kollox.", "Hemm ditti ta' avukati li jimpjegaw aktar nies milli hemm f'dan l-uffiċċju.", "Kważi anke d- ditta tiegħi timpjega aktar nies.", "Allura jekk m'hemmx biżżejjed manpower mhux bilfors li dawn ma jidhrux fil-kawżi?", "M'hemmx x'tagħmel, la intom qed tgħidu li ma tistgħux tbiddlu jkollna naċċettaw li jkun hemm il-farming out, pero' dan irid isir b'mod serju u b'mod trasparenti, mhux bil-mod kif qed jingħataw il-kuntratti.", "U jien nagħmel enfasi li għandu jagħżilhom l- avukat ġenerali u mhux il-ministru jew il-prim ministru.", "GĦax l-avukat ġenerali ladarba tagħmluh ma tistgħux tneħħuh.", "Dik hi s-sabiħa ta' l-avukat ġenerali u ta' mħallef, li l-għada li tagħmlu dan ma tistax tmissu.", "Dik hija l-garanzija ta' din l-ogħla kariga fil- pajjiż li min jagħmlu, l-għada jiġi taħtu.", "Jekk huwa jordna hekk, isir hekk, jista' mhux jiġi l-prim ministru u l-ministru.", "Allura fi kwestjonijiet ta' farming out id-deċiżjoni aħħarija trid tkun f'idejn l- avukat ġenerali, bniedem indipendenti li l-kariga tiegħu hija garantita mill-istess kostituzzjoni.", "Dan huwa mportanti li jsir.", "Dawn huma riformi radikali u għalhekk qarrast daqsxejn wiċċi meta rajt din il-liġi, għaliex tbiddel kollox minn fuq s'isfel u ġġib kollox ta' taħt fuq.", "Wieħed irid ikun daqsxejn prudenti u kawtel fihom dawn l-affarijiet.", "Nirringrazzjak.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "JOSEPH BRINCAT: Qed niġi nformat li minħabba ftehim li kien hemm mal-whips se jkolli nastjeni milli nagħmel il-kummenti tiegħi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Nistieden issa lis-Segretarju Parlamentari Mifsud Bonnici sabiex jagħmel il-winding up.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Grazzi.", "GĦalkemm kellna dibattitu qasir, kien nteressanti għax fih tqajmu diversi punti.", "Jidher ċar li miż- żewġ naħat tal-Kamra qegħdin naqblu fuq ħafna affarijiet.", "Naħseb li hija ħaġa tajba li l-gvern ħa d-deċiżjoni li jerġa' jipproponi dawn l-emendi qabel ma jdaħħal fis-seħħ dak li kien sar is-sena ta' qabel sabiex wieħed jaqbad triq li fiha jkollna qbil.", "Naħseb li wasal iż-żmien li aħna naċċettaw li l-uffiċċju ta' l-avukat ġenerali għandu bżonn riforma.", "Hemm bżonn li ma jibqax jaħdem bl-istess mod u għandu jingħata l-istrumenti biex ikun jista' jaħdem aħjar.", "Kulħadd jaċċetta li f'dan l-uffiċċju hemm volum kbir ta' xogħol u s-salarji li hemm bħalissa m'humiex qegħdin jiġbdu avukati li għadhom kemm iggradwaw.", "Allura hemm bżonn li noffru pakkett finanzjarju aħjar sabiex aktar nies jitħajru jiġu jaħdmu fl-uffiċċju ta' l-avukat ġenerali.", "Dan hu l-punt determinanti.", "Naħseb li l-membri ta' l-oppożizzjoni qegħdin jaqblu magħna li hemm bżonn aġenzija u li għandu jkun hemm il-farming out ta' ċertu xogħol.", "Hu importanti li qegħdin jaqblu magħna li hemm bżonn li wieħed iħares sew fid- dettall sabiex issir ir-riforma neċessarja.", "U dan hu li qegħdin nagħmlu.", "Aħna qegħdin nagħtu l-istrumenti neċessarji sabiex l-uffiċċju ta' l-avukat ġenerali jaġġorna ruħu maż-żmien.", "Diversi kelliema semmew ix-xogħol internazzjonali u kif ukoll dak lokali.", "Ix-xogħol lokali diġa' huwa qawwi, imbagħad hemm ix-xogħol internazzjonali li hu bbażat fuq l-aspett kriminali u l-aspett ċivili.", "Illum minħabba l- fatt li sirna membri ta' l-Unjoni Ewropea hemm bżonn li jkollna numru ta' avukati li jkunu ppreparati fuq din il-linja sabiex ikunu jistgħu jagħtu l- pariri tagħhom.", "Allura huwa essenzjali li l-uffiċċju ta' l-avukat ġenerali jkun mgħammar tajjeb.", "Huwa importanti li ma noqogħdux inħarsu lejn din il-problema minn ottika ta' prestiġju u narawha bħala kwestjoni ta' konservattiviżmu.", "M'għandniex inħarsu lejn l-possibilita' li l-avukat ġenerali jdaħħal nies minn barra, li jqabbad avukati speċjalizzati fuq ċerti linji u li jagħmel pakkett aħjar bħallikieku se jitlef xi ħaġa.", "L- uffiċċju ta' l-avukat ġenerali m'hu se jitlef xejn, għax kulma se jagħmel hu li jaġġorna ruħu maż-żmenijiet biex jimxi 'l quddiem.", "Sfortunatament il-kollega tiegħi l-Onor.", "Jose' Herrera qiegħed jirrifletti ċerta mentalita' li hemm fil-qorti ta' kif inti trid tħares lejn riformi ġudizzjarji.", "Ma jistax ikun in this day and age li nibqgħu marbuta ma' kif kienet il-qorti għal dawn l-aħħar 20 sena.", "Hemm bżonn li l-qorti u s- sistema legali tagħna jinbidlu u jieħdu ċerti deċiżjonijiet f'din id- direzzjoni għax inkella se mmorru lura.", "Irridu naċċettaw li l-uffiċċju ta' l-avukat tar-repubblika huwa importanti mhux biex jagħmel il-kawżi biss, imma għandu influwenza wkoll fuq l- ekonomija tal-pajjiż għax huwa mportanti li l-pariri li jkun hemm bżonn jingħataw, l-ewwelnett jingħataw tajjeb u t-tieni nett jingħataw minn nies li għandhom iktar ħin għad-dispożizzjoni tagħhom biex dawn l-affarijiet ikunu jistgħu jsiru.", "Huwa importanti li kulmin għandu xi forma ta' responsabbiltà fil-kamp ġudizzjarju jwettaqha b'mod effiċjenti u ġust għax bid-deċiżjoni tiegħu jinfluwenza l-attivitajiet ekonomiċi u soċjali tal- pajjiż kollu kemm hu.", "Huwa importanti għalina li l-uffiċċju ta' l-avukat ġenerali jissoda verament.", "Saru ħafna eloġi għal diversi avukati li qegħdin ġo l-uffiċċju ta' l-avukat tar-repubblika.", "Jien m'għandi l-ebda dubju li l-maġġoranza tagħhom huma nies ta' l-affari tagħhom.", "L-avukat Silvio Camilleri li nhar it-Tnejn se jingħata l-ħatra tiegħu bħala l-avukat ġenerali jirrappreżenta wkoll ċerta ġenerazzjoni ta' avukati.", "Jien niftakar meta laħqu hu, Dr. Borg Barthet u l-Prim Imħallef Vince Degaetano li kienu t-tlieta għadhom żgħar, laħqu fl- istess żmien u kienu taw impetus kbir lill-uffiċċju ta' l-avukat ġenerali.", "(Interruzzjonijiet) Jien qiegħed ngħid li kienu tlieta ta' l-istess età prattikament qegħdin fl-uffiċċju ta' l-avukat ġenerali.", "M'għandi l-ebda dubju li Dr. Borg Barthet kien laħaq qabilhom.", "L-importanti hu li meta daħlu dawn it-tlieta taw impetus kbir lill-uffiċċju ta' l-avukat ġenerali.", "Illum, minħabba l-problemi kbar li hawn fil-pajjiż fis-settur tad- delinkwenza, aħna dħalna fi ftehim ma' l-Interpol, mal-Europol u ma' organizzazzjonijiet internazzjonali li huma ta' bżonn kbir fil-kamp kriminali.", "GĦaldaqstant huwa iktar u iktar importanti li wieħed jissoda l- uffiċċju ta' l-avukat ġenerali biex wieħed ikun jista' jikkumbatti mhux biss id-delinkwenza lokali imma anke d-delinkwenza barranija.", "Illum il-volum tax-xogħol żdied b'mod tant qawwi li ma jistax ikun li l- uffiċċju ta' l-avukat ġenerali jibqa' jġorr dan il-piż kollu bil-ftit nies li għandu.", "Allura hemm bżonn li jsir dan ir-recruitment u nagħtu dawn l- għodda ġodda.", "Meta l-gvern iddeċieda li jagħti dawn l-għodda, ma kellux il- ħsieb li qed jipprovaw jgħidu li kellu tan-naħa l-oħra fuq il-kwestjoni tal- farming out.", "Ma nibdewx nallarmaw!", "Se nibdew bis-sistema ta' l-allarmi!", "Qed jgħidu li dawn l-avukati li se jidħlu fl-uffiċċju ta' l-avukat ġenerali se jkunu magħżula.", "Le!", "Dawn se jkunu nies li huma tajbin, nies li lesti jiddedikaw il-ħin u jagħtu l-kontribut sħiħ tagħhom u l-għażla tagħhom qiegħda fl-idejn l-avukat.", "Mhux se nagħżluhom aħna, la jien u lanqas il- Ministru Tonio Borg.", "Se jagħżilhom l-avukat ġenerali għax fl-aħħar tal- ġurnata dawn huma n-nies li jrid jaħdem magħhom hu.", "Apparti minn hekk, dawn in-nies li jridu jirrispondu lejn l-avukat ġenerali jridu jirrispondu wkoll lejn il-poplu Malti.", "Jiġifieri ma noqogħdux nagħtu impressjonijiet żbaljati u 'l bogħod mill-verità.", "Bir-rispett kollu lejn il-ħabib tiegħi, fix-xogħol legali wieħed irid iħalli l-affarijiet isiru tajjeb sabiex wieħed jimxi 'l quddiem.", "Ma jistax ikun li noqogħdu nħarsu lejn il-prestiġju, noqogħdu nħarsu lejn dak li konna qabel, imma għandna nħarsu 'l quddiem u ngħidu li hemm bżonn nieħdu d- deċiżjonijiet neċessarji.", "L-Onor.", "Jose' Herrera għamel ukoll kritika li l-gvern missu ċaqlaq l- istruttura preżenti fiċ-servizz pubbliku.", "Bir-rispett kollu, jekk jagħmel hekk il-gvern ikun qiegħed jiżbalja.", "Hemmhekk għandek ħafna scales, għandek ħafna ċirkostanzi ta' dipartimenti differenti, fejn jekk iċċaqlaq ħaġa trid iċċaqlaq ħafna affarijiet oħrajn.", "Kien ikun żball għall-gvern li kieku għamel din il-ħaġa għax kien joħloq sitwazzjoni fejn ma jista' jaħdem xejn u trid terġa' tibda kollox mill-ġdid.", "Jiġifieri l-gvern ma beżax jagħmel l-affarijiet, ma qagħadx lura milli jagħmel l-affarijiet, imma l-gvern kien għaqli u ħass li għandu bżonn jagħmel l-affarijiet sewwa u b'intelliġenza.", "U hawn intelliġenza fiha din.", "Ejja nieħdu biss is-settur ta' l-ispeċjalizzazzjoni li huwa importanti ħafna.", "Il-Ministru Tonio Borg semma l-każijiet meta jkollok kawża importanti u jkollok bżonn tqabbad avukat speċjalizzat f'ċerta linja.", "X'fiha ħażin?", "Din issir mill-avukati fil-prattika privata, għaliex m'għandux jagħmilha l-gvern ukoll?", "Il-gvern għandu jkollu huwa wkoll l- flessibilità biex ikun jista' jingaġġa nies li jagħmlu ċertu xogħol ta' speċjalizzazzjoni.", "U kif semma tajjeb ħafna l-Onor.", "Anġlu Farrugia kien hemm żmien meta l-avukat Brownley li huwa magħruf internazzjonalment fid- dritt pubbliku internazzjonali li kiteb xi trattati, kien tqabbad biex jagħti pariri u jassisti lill-gvern Malti fil-kwestjonijiet internazzjonali.", "Imma l-gvern Malti ma kellux bżonn iqabbad lil Brownley miegħu għal għomru u żmienu.", "Inkarigah għal dik il-kawża biss, ħallsu u daqshekk.", "U anke f'dan il-kamp qegħdin nagħtu wkoll d-dritt lill-avukat ġenerali biex jekk iħoss il-bżonn, jekk tqum materja partikolari, xi punt speċjalizzat li hawn ftit avukati jaħdmu fuqu hawn Malta, jew hawn ftit avukati jaħdmu f'dan il-kamp fl-Unjoni Ewropea li hemm bżonn li jitqabbdu biex jaħdmu - għaliex le? - iqabbadhom għal dak il-każ partikolari u meta jispiċċa dak ix-xogħol, jistgħu jgħaddu għal affarijiet oħrajn.", "Ħadd m'għandu għalfejn joqgħod jibża', ħadd m'għandu għalfejn joqgħod jinkwieta ruħu li se nieħdu din il-linja.", "L-esperjenza fl-Unjoni Ewropea għallmitna li veru li l-mobilità għandha l-vantaġġ tagħha, però hemm żewġ fatturi kontra l-mobilità, li huma l-kwestjoni tal-lingwa u l-kwestjoni tal- fiduċja.", "U n-nies li diġà għandna jaħdmu fl-uffiċċju ta' l-avukat ġenerali aħna nistmawhom ħafna.", "Il-ħabib tiegħi qalli : Ibżgħu għalihom!", "Li kieku se nagħmlu liġi bħal din!", "Mr Speaker, qed nagħmlu liġi bħal din appuntu biex inkunu nistgħu nżidu l- pakkett finanzjarju mhux biss ta' dawk li qegħdin barra imma anke ta' dawk li qegħdin ġewwa għax aħna jidhrilna li dawk li qegħdin ġewwa ħaqqhom jitħallsu aħjar milli qed jitħallsu.", "Għax fuq kull ħaġa ta' xejn aħna nibagħtu għalihom, mhux biss aħna bħala ministeru tal-ġustizzja u intern imma anke l-ministeri l-oħrajn.", "Addirittura għandna wkoll sitwazzjoni li hija verament stramba, fejn għandek numru ta' avukati mqabbdin minn aġenziji u korporazzjonijiet, li huma mħallsin biex jagħtuhom il-pariri, li jerġgħu jmorru għand l-uffiċċju ta' l-avukat ġenerali biex jerġgħu jitolbu parir lilu fuq dak li huma mqabbdin biex jagħmlu huma.", "Ma ġara xejn, dik hija s-sitwazzjoni li qegħdin fiha!", "Mr Speaker, nirrepeti li aħna nistmawhom tajjeb lin-nies li hemm fl- uffiċċju ta' l-avukat ġenerali.", "Hawnhekk m'aħniex qed nagħmlu xi sistema ta' kif inkeċċu l-avukati, anzi aħna qegħdin nagħtu iktar piż u iktar importanza lill-avukati li għandna hemm ġew.", "Altru li nibżgħu għalihom dawn l-avukati u altru li nistmawhom tajjeb!", "Li kieku mhux hekk, kieku ma konniex nipprovaw indaħħlu din il-liġi kemm jista' jkun malajr sabiex naraw l-uffiċċju ta' l-avukat ġenerali jaħdem kif nixtiequ aħna u kif jixtieq ukoll l-avukat ġenerali.", "Wara kollox, kif intqal tajjeb, l-avukat ġenerali mhuwiex sempliċement direttur, huwa bniedem nominat mill-Kostituzzjoni, huwa bniedem li jrid jieħu deċiżjonijiet importanti fuq diversi affarijiet.", "U tul dawn l-aħħar snin rajnieh jieħu deċiżjonijiet li wieħed jista' jiddibatti u jiddiskuti.", "Fil-parlament l-opinjonijiet ta' l-uffiċċju ta' l-avukat ġenerali ġew ikkritikati u ġew diskussi.", "Dan hu s-sabiħ tad-demokrazija tagħna, dan hu s-sabiħ ta' l-istruttura legali tagħna u hija struttura li qiegħda tirrispetta r-rapport tajjeb bejn il-bniedem legali u l-awtorità.", "Jumejn ilu kont qed naqra l-ħajja ta' Ulpiano li kien wieħed mill-aqwa avukati li kien hemm fi żmien Ruma.", "Ulpiano kien ikkonsidrat li mexxa 'l quddiem l-imperu Ruman bil-pariri tiegħu bħala avukat u li kien determinanti biex għamel sistema legali aħjar, li ta pariri lill-imperatur biex jibdel diversi affarijiet biex mexa 'l quddiem l-imperu Ruman.", "Din it-tradizzjoni baqgħet tiġi rispettata sakemm imbagħad ġiet kristallizzata fl-uffiċċju ta' l-avukat tal-kuruna.", "Nistgħu ndumu nitkellmu tliet sigħat, erba' sigħat fuq l-istorja ta' l-avukat tal-kuruna u nkunu missejna biss tikka żgħira mid-diversi nies li okkupaw dik il- kariga, nies ta' importanza kbira, nies ta' dawl kbir, nies li għenu ħafna lil dan il-pajjiż sabiex jimxi 'l quddiem.", "Din xi ħaġa li m'aħniex se mmissu.", "Nista` nserraħ ras l-avukat Jose' Hererra li aħna m'aħniex qed immissuha.", "Kif jaf il-kollega tiegħi, żdied il-pakkett finanzjarju tal-ġudikatura li hija xi ħaġa tajba.", "Veru li hemm ferm iktar xogħol xi jsir fil-ġudikatura, hemm ferm iktar affarijiet li wieħed irid jindirizza u, jekk Alla jrid, tul din is-sena niddibattuhom ukoll għax m'aħniex kuntenti bin-numru ta' kawżi, li ilhom ħames snin u iktar.", "Sa sena ilu kien hemm 41% tal-każijiet li kienu ilhom ħames snin u iktar pendenti fil-qorti u llum tlajna għal 46%.", "GĦad iridu joħorġu l-figuri fl-istatistika, pero` jien informat li tlajna għal 46%.", "Jiġifieri rridu nattakkaw il-problemi sewwa, u ma noqogħdux ngħidu: \"Għax qabel taf x'konna nagħmlu!\"", "Sur President, jien ilni 20 sena avukat, dieħel u ħiereġ il-qorti u kulħadd jgħidli li għada se jkun aħjar il-qorti, għada kollox se jaħdem aħjar u s- sitwazzjoni tibqa` l-istess.", "Jekk ma neħdux ċerti miżuri drastiċi, ċerti deċiżjonijiet importanti, allura l-pajjiż jibqa' staġnat, jibqa` kollox imwaħħal.", "Hemm bżonn li niċċaqilqu u nimxu 'l quddiem u jeħtieġ li nsibu ċerta kooperazzjoni, għax jekk insibu kooperazzjoni nkunu nistgħu nimxu passi oħrajn.", "Fl-aħħar tal-ġurnata dan huwa ta' ġid mhux għal xi partit jew ieħor, imma huwa ta' ġid għall-poplu.", "Għalhekk l-iktar importanti huwa li nissodaw l- uffiċċju ta' l-avukat ġenerali, li jkollu n-nies li għandu bżonn għax fl- aħħar mill-aħħar dan qiegħed hemm għall-poplu.", "Jekk il-poplu jkollu avukati li jagħtu pariri tajbin lill-gvern u jmexxu tajjeb lill-gvern, allura l-pajjiż jimxi 'l quddiem.", "Aħna qegħdin nimxu f'din il-linja u għalhekk qegħdin nieħdu din id-deċiżjoni, sabiex il-pajjiż tagħna jagħmel pass ieħor 'il quddiem maż-żmenijiet.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Se npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hija li l- abbozz ta' liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Ordinanza dwar il-Kostituzzjoni tal-Kariga ta' Avukat Ġenerali u dik ta' Avukat tar-Repubblika, Ka.p 90\" ikun moqri t-Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-abbozz ta' liġi ġie moqri t-Tieni Darba.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Nipproponi li dan l-abbozz ta' liġi jmur quddiem il-kumitat permanenti għall-konsiderazzjoni ta' abbozzi ta' liġi.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "MICHAEL ASCIAK: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-abbozz ta' liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Kostituzzjoni tal-Kariga ta' Avukat Ġenerali u dik ta' Avukat tar- Repubblika jmur quddiem il-kumitat permanenti għall-konsiderazzjoni ta' abbozzi ta' liġi.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem.con.", "MR SPEAKER: Sar il-ħin.", "Nitlob lill-Onor.", "Ċensu Galea sabiexm jekk jogħġbu jressaq l-Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tnejn, 10 ta' Mejju, 2004 fis-6:00 p.m. b'din l-aġenda:", "Mozzjonijiet", "Estimi ta' Dħul u Infiq tal-Korporazzjoni Enemalta għas-sena 2003-2004.", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Ilsien Malti - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar ir-Rifuġjati - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Professjoni tal-Psikoloġija - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Reġistru Ċentrali – Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi biex Jemenda Liġijiet dwar il-Komunikazzjoni - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet - Tielet Qari; u", "Xi aġenda oħra li tista' tiġi komunikata aktar tard.", "-------------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili (Emenda Nru 2) - Kumitat Permanenti.", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili - Kumitat Permanenti.", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Kostituzzjoni tal-Kariga ta' Avukat Ġenerali u dik ta' Avukat tar-Repubblika - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Charles Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Sur President, l-ewwelnett nirringrazzja lil sħabi li ċedewli ftit ħin minn tagħhom biex nagħmel dan l-intervent.", "Illum, xtaqt niġbed ftit l-attenzjoni dwar ċerti affarijiet li jidhru strambi u li jkunu qed iseħħu bil-barka tal-gvern.", "Fl-aħħar ta' April ta' din is-sena, ġew ippublikati numru ta' tenders fid- dipartiment tal-gvern għax il-gvern kien qed jiddisponi minn proprjeta` pubblika.", "Wieħed minn dawn l-avviżi - avviż 71 - kien jgħid preċiżament hekk u se naqra d-diskors tat-tender għax trid taqraha u tifliha biex titwemmen din il-ħaġa!", "\"Għotja b'ċens temporanju għal perijodu ta' 50 sena, ta' sit fi Triq Louis Wettinger il-Mellieħa, muri bl-aħmar fuq pjanta PD45/2004.", "Dan is-sit irid jintuża esklussivament bħala petrol station liċenzjata u min jieħu l-offerta, irid ikun fil-pussess tal-liċenzji neċċessarji biex jopera din il-petrol station.", "L-offerti għandhom ikunu akkompanjati f'bid bond għall-ammont ta' Lm5,000 skond kif stipulat fil-kundizzjoni ta' l-offerta.\"", "Kien jonqosha dettal wieħed din l-offerta Sur President u cioe` f'isem min ħarġet din it-tender Sur President!", "Hawnhekk hija r-redikolaġni għax il- liġi li tirregola u tobbliga lill-gvern biex joħroġ tenders meta jkun se jiddisponi minn proprjeta` pubblika - biex l-affarijiet isiru b'mod trasparenti, biex il-gvern jiġbor kemm jista` rikavat minn dik il- proprjeta` u biex effettivament, l-offerta tkun miftuħa għal kulħadd sakemm ma jkunx hemm interess pubbliku - qed tintuża biex jintlaħaq l-effett oppost!", "Meta toħroġ biċċa art għall-bejgħ, m'hemm l-ebda interess pubbliku ħlief li nimmassimizzaw id-dħul li jagħmel il-gvern minn dan il-bejgħ.", "Issa tender bħal dan, jiena għandi d-dubbji tiegħi li jekk hijiex legali skond l-istess att, pero` ma nistenniex li jkun il-gvern li meta joħroġ sit, jimponi l- attivita` eżatta li għandha ssir f'dak is-sit bħalma ġara f'dan il-każ.", "Hu veru li l-MEPA, skond il-policies tagħha, tiddeċiedi jekk post għandux ikun residenzjali jew le, imma din ma tiddeċidix x'tip ta' attivita` ssir fihom.", "Jiġifieri din hija xi ħaġa li fl-opinjoni tiegħi hija ultra vires.", "Barra minn hekk, li inti toħroġ din it-tender u tillimitaha għal dawk li għandhom liċenzja ta' pompa tal-petrol meta nafu li l-liċenzji huma ristretti u m'humiex liberalizzati - minkejja li issa aħna membri tal-UE u li l-liberalizzazzjoni hija prinċipju fundamentali – mhux biss tkun qed timmina t-trasparenza u l-fatt li l-gvern suppost jagħmel l-akbar rikavat minn din il-biċċa art pubblika, imma hawnhekk għandna sitwazzjoni fejn din il-biċċa art in kwestjoni tinsab ħdejn skola u li fuq l-istess art kien hemm protesti u petizzjoni sabiex ma tiġix żviluppata f'pompa tal-petrol għar-raġunijiet ta' ambjent.", "Għalhekk, bilfors li fid-dawl ta' dan kollu, ikollna nistaqsu x'qed jiġri hawnhekk u nixtiequ li l-gvern jispjegalna.", "Għal min hija intenzjonata din il-biċċa art tal-poplu Malti, li se tingħata speċifikament lilu?", "Qed ngħid dan għax effettivament, din hija r-realta`.", "Meta inti toħroġ tender daqshekk speċifika, tkun qed tidentifika lil min trid tagħti din l-art.", "Effettivament qed tgħid li X biss jista` jidħol għat-tender minħabba dawn il-limitazzjonijiet u ċertament li minħabba dawn il-limitazzjonijiet, il-gvern mhux se jġib rikavat daqs li kieku ma kienx hemm dawn il-limitazzjonijiet.", "Apparti hekk, ladarba inti qed tgħid li din tista` tintuża għal skop speċifiku wieħed meta l-iskop kummerċjali tant huwa varjat, hemmhekk inti qed tillimta l-possibilita` li l-gvern idaħħal aktar flus.", "Dan kollu juri li minkejja li l-gvern għandu diffikultajiet finanzjarji, dan xorta mhux qed jagħti każ li jdaħħal flus kemm jista' u jimportah biss li jaqdi lil xi ħadd speċifikament.", "Sur President, qed isir sforz biex dawn l-affarijiet isiru taparsi legali billi joħorġu taħt att li l-iskop tiegħu kien l-oppost ta' dan li qed jiġi propost hawnhekk u ċertament jiena ngħid li dan mhux ġustifikat u mhux xieraq li jsir.", "Dan mhux il-mod kif ikollok good governance fil-pajjiż għax tmexxija pubblika trasparenti u accountable hija l-aktar element importanti li jgħin lill-pajjiż jimxi l-quddiem u jekk dan ma jsirx - anzi nipprovaw indawru l-liġi u l-prinċipji stabbiliti legalment biex nillegalizzaw xi ħaġa hekk – dan ma jkunx aċċettabbli.", "Din hija xi ħaġa li teħtieġ spjegazzjoni u nistenna li l-ministru responsabbli mill-lands jagħti spjegazzjoni għaliex din it-tender ħarġet b'dan il-mod għax ċertament dawn l-affarijiet jeħtieġu spjegazzjoni u ġustifikazzjoni.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Michael Farrugia.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Sur President, se nitkellem fuq problema li fil- fatt tolqot ħafna l-area tad-distrett li nirrapreżenta jiena.", "Sfortunatament, it-tfal tad-distrett tiegħi għandhom l-akbar rata ta' asthma f'Malta u GĦawdex u dan minħabba diversi fatturi, fosthom il-miżbla tal-Magħtab.", "Il-gvern b'ħafna pompa qal li mill-ewwel ta' Mejju, il-miżbla tal-Magħtab mhux se tibqa' tintuża pero` l-mistoqsija hi: Din għadha tintuża jew m'għadhiex tintuża sempliċiment għax qed nużaw kliem differenti - sejjaħnielu storage temporanju - biex induru madwar ir-regolamenti u d- direttivi ta' l-Unjoni Ewropea?", "S'issa l-gvern intrabat li juża dan l-istorage temporanju għal sena biss pero` jiena nistaqsi: Huwa vera li dan l-istorage temporanju se jdum sena biss jew se jdum iżjed u qed ngħidu li għal sena biss biex nipprovaw nikkalmaw lil diversi ċittadini tal-lokalitajiet li huma fil-viċinanzi?", "Irrid ngħid li sar xogħol fuq applikazzjoni numru PA4252/03 fejn tħaffret ħofra, sar membrane magħha u beda jintrema l-iskart domestiku ġo fiha mit-3 ta' Mejju.", "Jiena nistaqsi jekk hux vera li l-environment impact assessment għadu mhux komplut u ġie ppreżentat id-draft tiegħu biss.", "Hemm permessi għax-xogħol li sar meta l-environment impact assessment għadu ma tlestiex u jekk le, x'enforcement qed isir min-naħa tal-MEPA?", "Issa rrid ngħid li meta jintalab environment impact assessment, dan ikun ifisser li sa ċertu punt, il-MEPA tkun qed taċċetta l-prinċipju li jsir dak ix-xogħol partikolari imma fil-fatt tkun trid environment impact assessment biex tkun taf jekk dak ix-xogħol hux ħażin għall-ambjent ta' madwar.", "L-ambjent m'huwiex biss il-flora u l-fauna.", "Veru li nafu li hemm siġar tal- ħarrub li qed jiġu meqruda billi jintraddmu b'kollox u qisu xejn m'hu xejn imma jiena rrid nistaqsi l-iżjed dwar l-effett li dan kollu se jkollu fuq ir-residenti ta' l-inħawi.", "Irridu nammettu li dan huwa proġett li joħloq ċertu ammont ta' dannu għas-saħħa tal-bniedem u biex tgħaxxaqa, fejn qed jintrema ż-żibel domestiku issa hu iżjed qrib tar-residenti ta' l-inħawi tal-Magħtab milli kienet l-istess miżbla!", "Spiċċajna eżatt taħt għajnhom ħalli nuża l-espressjoni Maltija.", "Jiena naħseb li din hija sitwazzjoni inaċċettabli u jiena nistaqsi kemm il-Health and Safety fil-fatt daħlu biex jaraw ix-xogħol li qed isir fuq dan il-proġett ħalli jaraw id-dannu li jista` jinħoloq għall-poplu Malti u GĦawdxi u speċjalment għar-residenti ta' dawn l-inħawi.", "Apparti minn hekk, irrid ngħid xi ħaġa oħra.", "Il-ħofor li qed isiru - għax issa jidher li qed titħaffer ħofra oħra - qed ikun hemm il-membrane magħhom.", "Issa x'inhu jiġri?", "Mela fejn qabel kellek ċertu materjal li kien jinżel fil-miżbla imma jibqa` relattivament fil-wiċċ, issa dan il-materjal qed jinżel mal-membrane u jibqa` nieżel sa l-aquifer bil-konsegwenza li se jkun aktar faċli li jkollna kontaminazzjoni tal-baħar fil-viċinanzi tal- Magħtab.", "Jiena nistaqsi xi studju sar biex dan ma jiġrix!", "U jekk sar xi studju, jiena nippretendi li l-ġimgħa d-dieħla, il-gvern jiġi fil-Parlament u jgħidilna: Saru dawn l-istudji u mhux se jkun hemm aktar kontaminazzjoni tal-baħar.", "Jekk dan mhux se jseħħ, allura morna għall-agħar għax ġibna l- miżbla aktar viċin tan-nies u qed nagħmlu aktar dannu lill-ambjent milli konna qed nagħmlu qabel.", "Jiena nistaqsi jekk huwiex vera li dan fil-fatt qiegħed jiġri jew sempliċiment hija xi ħaġa li sar studju fuqha u fil-fatt m'hijiex qegħda tiġri.", "Issa nafu wkoll Sur President, li l-gvern ħareġ applikazzjoni oħra dwar ir-riabilitazzjoni tal-miżbla tal-Magħtab.", "Il- gvern għamel applikazzjoni PA6136/04 biex jagħmel reengineering tal-miżbla tal-Magħtab u se jkun qed juża sistema ta' gassijiet li meta joħorġu – speċjalment il-gass methane – dawn jaqbdu awtomatikament permezz ta' sistema li jkun hemm fiċ-ċmieni li fil-fatt se jkunu qed jiġu mwaħħla hemmhekk.", "Nafu wkoll li se jitwaħħlu madwar xi 500 pajp biex ikunu jistgħu jagħmlu extraction tal-gassijiet biex imbagħad dawn imorru lejn is-sistema ċentrali pero` ħaġa ta' l-iskantament, fuq dan kollu mhux se jsir environment impact assessment!", "Meta wieħed jara x'tip ta' gassijiet se joħorġu meta jiddaħħlu l-pajpijiet, wieħed jinduna li ħafna minnhom huma cancerogenic.", "Issa naf li se jiġu jgħidu li once extracted, dawn il-gassijiet se jitilgħu 'l fuq fl-arja u jiġu diluted u b'hekk l-effett tagħhom se jkun negliġġibli imma l-fatt huwa li residenti fil-viċin - u issa m'iniex qed insemmi biss ir-residenti tal- Magħtab imma qed insemmi n-naħat ta' San Pawl fejn għandek attivita` turistika, in-Naxxar, il-Mosta u l-GĦargħur - se jkunu qed jintlaqtu minn dawn il-gassijiet li huma cancerogenic.", "Hu veru li se jkun hemm sistema biex iqabbdu l-methane imma kif se jiġi kkontrollati, per eżempju, compounds li jiġu magħmulin mill-merkurju u d-diosina li hija effettivament riżultat ta' ħruq kontinwu taħt ċertu temperatura li jkun qiegħed jiġri kontinwament f'dawk in-naħat?", "Kif se jiġu affettwati t-tjur, l-annimali, il-ħxejjex u above all ir-residenti f'dawn l-inħawi.", "X'impact assessment qiegħed isir min-naħa tal-gvern?", "S'issa għadna ma smajna assolutament xejn minkejja li proġetti simili jeħtieġu dan ir-report u anke l-istess regolamenti ta' l-environmental impact assessment jgħidulek – u jekk ikunu jridu, nagħmlulhom referenza għal-liema partijiet tar-regolamenti qed nirreferi - li dawn la darba se jkollhom effett sinifikanti fuq l-ambjent u soċjalment, huwa inaċċetabbli li ma jkollokx environmental impact assessment u almenu għandu jsir wieħed limitat.", "Aħna nafu li hemm żewġ tipi ta' environmental impact assessment reports li jistgħu jsiru, wieħed qiegħed fi schedule 1 u l-ieħor qiegħed fi schedule 2 u almenu għandu jkun hemm environmental planning statement li taqa` taħt schedule 2.", "X'inhu jagħmel id-dipartiment ta' l-ambjent fuq dawn l-affarijiet?", "Naħseb li bi dritt, kemm din in-naħa tal-Kamra kif ukoll il-poplu Malti u Għawdxi, l-aktar ir-residenti fil-lokalitajiet ta' madwar - in-naħa ta' San Pawl, Baħar iċ-Ċagħaq, il-Madliena, il-Magħtab stess, in-Naxxar, il-Għargħur u l- Mosta - għandhom ikunu jafu x'effett se jkun hemm fuq saħħithom.", "Biżżejjed ngħid li t-tfal ta' dawn in-naħat huma, sfortunatament, l-anqas b'saħħithom f'Malta u Għawdex jekk nikkonsidraw l-asthma u problemi respiratorji.", "Aħna ma rridux li s-sitwazzjoni tmur għall-agħar u l-gvern għandu dmir li jserraħ moħħ il-poplu Malti u Għawdxi kollu li l-affarijiet li qed isiru, qed isiru għax sar verament studju fuqhom mhux bħalma fil- fatt qed isir, li bħalissa għaddej rimi ta' skart f'post fejn l- environmental impact assessment għadu lanqas hu lest u fejn lanqas permessi ma hemm.", "Iva, Sur President, bi dmir nesiġu li jkun hemm risposta urġenti min-naħa tal-gvern u li jara li l-affarijiet ma jagħmlux ħsara u dannu lill- bniedem u lil dak li jkun se jiekol.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Evarist Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Sur President, fi Frar li għadda kont ktibt lill- ombudsman ta' l-UE biex inqajjem miegħu lment li universitajiet fl-istati membri ta' l-UE kienu ddeċidew li jiddiskriminaw kontra studenti mill- pajjiżi l-ġodda tal-UE.", "Dak iż-żmien l-uffiċċju ta' l-ombudsman kien qalli li l-ilment aħjar inressqu quddiem il-Kummissjoni Ewropea għaliex in- nuqqas m'hijiex qed tagħmlu xi istituzzjoni ta' l-Unjoni Ewropea iżda qed jagħmluh gvernijiet ta' stati membri u hi l-Kummissjoni li għandha r- responsabilta` li taġixxi f'sitwazzjoni bħal dawn.", "Għal ta' l-apposta ħallejt li jasal Mejju sabiex pajjiżna jkun daħal fl- Unjoni Ewropea u fil-fatt għadhom għaddejjin iċ-ċelebrazzjonijiet, iżda fl- aħħar mill-aħħar, meta jintfew il-murtali, ma jinstemgħux aktar il-baned u żfin u daqq, u jintfgħew id-dwal, imbagħad nibdew naraw ir-realtajiet.", "Fost ir-realtajiet li qed naraw hi din li gvernijiet bħall-gvern Ingliż u bħal gvern Olandiż qegħdin jiddiskriminaw kontra studenti mill-pajjiżi l- ġodda, fosthom Malta għaliex mill-ewwel ta' Mejju - meta dawn l-istudenti saru ċittadini ta' l-Unjoni Ewropea - sa l-aħħar tas-sena akkademika li qegħdin fiha, dawn se jibqgħu jżommulhom ir-rati ta' studenti li ġejjin minn pajjiżi li mhux membri fl-Unjoni Ewropea.", "Dan ħafna drabi jfisser li l- miżati jkunu eluf ta' sterlini ogħla, kemm jekk qed nitkellmu fuq korsijiet undergraduate u iżjed u iżjed jekk qed nitkellmu fuq korsijiet postgraduate.", "Din il-ġimgħa, jiena komplejt nieħu passi fuq din id-diskriminazzjoni u ktibt lill-kummissarju ta' l-Unjoni Ewropea għall-edukazzjoni u l-kultura, Vivienne Redding u tlabtha biex tieħu passi kontra l-gvernijiet ta' pajjiżi membri - u nerġa ngħid fosthom l-Ingilterra u l-Olanda - li qed jiddiskriminaw kontra studenti minn pajjiżi ġodda ta' l-UE.", "Intqal ħafna diskors fil-festini li saru fl-ibliet kapitali differenti - fosthom anke f'Dublin li bħalissa għandha l-presidenza ta' l-Unjoni Ewropea - dwar kif issa dawn se jilqgħu b'dirgħajn miftuħa lill-pajjiżi l-ġodda u jiena ngħid lil hinn miċ-ċerimonji u mill-kliem sabiħ, dawn iridu jilqgħu lill-pajjiżi l-ġodda bil-fatti.", "Kif qed jagħmlu huma f'dan il-każ, qed jagħtu eżempju ħażin għaliex dan l-atteġġament juri li mhux veru li aħna familja waħda fejn kulħadd indaqs għax qed ikomplu jittrattaw lill-istudenti mill-pajjiżi l-ġodda bħala anqas indaqs.", "Din mhux familja waħda fejn il-membri huma ndaqs iżda \"Animal Farm\" ta' George Orwell where some animals are more equal than others.", "Dik hija ħażina u nieħu gost ngħid li m'iniex waħdi ta' din il-fehma -anke kieku kont waħdi, xorta waħda kont nesprimiha – għax din il-ġimgħa, fl-Ingilterra per eżempju, tkellmu tan-national postgraduate committee li tkażaw bil- gvern Ingliż li rrikmanda lill-universitajiet Ingliżi biex ikomplu jiċċarġjaw lill-istudenti tal-pajjiżi l-ġodda bħala non-EU.", "Dawn qalu li dan imur kontra l-ispirtu ta' l-Unjoni Ewropea u hija diskriminazzjoni kontra dawn l-istudenti li mill-għaxar pajjiżi membri ġodda, jekk nieħdu biss l-Ingilterra, hemm madwar 6,600 jistudjaw.", "Jiġifieri din id- diskriminazzjoni mhux qegħda ssir biss kontra l-Maltin imma hija kontra l- istudenti tal-pajjiżi l-ġodda li daħlu u jiena nittama li issa l- kummissarju ta' l-Unjoni Ewropea għall-edukazzjoni u l-kultura, Vivienne Redding tieħu l-passi li tlabtha tieħu.", "L-aħħar minuti ta' l-aġġornament tiegħi nixtieq niddedikahom għal kategorija ta' nies f'pajjiżna li nibqgħu nġibu ruħna qishom ma jeżistux.", "Qiegħed nirriferi għal dawk li ssemma fl-istatistika maħruġa mill-uffiċċju nazzjonali ta' l-istatistika ftit xhur ilu - dak imsejjaħ lifestyle survey 2003 - fejn jingħad li f'pajjiżna għandna 6,960 li huma jew divorzjati, jew għandhom annullament fiż-żwieġ tagħhom jew huma persuni separati.", "Naf li dawn huma minoranza f'pajjiżna pero` dawn m'humiex numri biss imma huma nies tad-demm u l-laħam.", "Uħud minn dawn, jien inkun żorthom fiż-żewġ distretti li nirrapreżenta f'dan il-Parlament u f'dawk id-djar insib koppji li jħobbu lil xulxin, imma m'għandhom l-ebda għażla ħlief li jikkoabitaw - jew biex nużaw il-kelma li nużaw meta nitkellmu - jew ipoġġu.", "Dawn iħobbu lit-tfal tagħhom u jixtiequ kieku li jkollhom iċ-ċans jerġgħu jibdew ħajja ġdida miżżewġa, iżda f'pajjiżna aħna għadna niddiskriminaw kontra dawn in- nies u għadna nħalluhom fil-ġenb.", "Nitkellmu fuq soċjeta` inklussiva u fuq soċjeta` li ma trid tħalli lil ħadd imwarrab u għalhekk, jiena nistenna li għallinqas dan il-Parlament isib forma kif jiddiskuti u jindirizza l- problemi ta' dawn in-nies - bħal per eżempju jista` jkun hemm kumitat ta' l- affarijiet soċjali - għaliex fil-fehma tiegħi nagħmlu żball jekk istituzzjonijiet demokratiċi bħall-Parlament ma jagħtux każ is-sitwazzjoni ta' dawn in-nies għax jiena ma naqbilx li każi bħal dawn, għandhom jitħallew f'idejn ftit nies li b'mod estremista jressqu l-quddiem dan is- suġġett.", "Ninsabu fis-seklu 21 u ngħidu li sirna Ewropej għax dħalna fl- Unjoni Ewropea u għalhekk naħseb li għandna jkollna l-maturita` biżżejjed biex niddiskutu suġġetti bħal dawn b'mod kalm u serju sabiex naraw kif nindirizzaw dawn il-problemi u mhux inħalluhom isiru qisu gwerra reliġjuża fejn in-nies lanqas jirraġunaw.", "Nirrepeti li għandna kważi 7,000 persuna minnhom dawn u t-tfal tagħhom qed jikbru f'sitwazzjoni diffiċli u għalhekk ma nistgħux ma nitrattawx din il-kwestjoni bl-umanita` meħtieġa.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin, il-Kamra hija aġġornata għal nhar it- Tnejn 10 ta' Mejju 2004, fis-6:00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill- Ministru.", "Fid-9:30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "UFFIĊĊJU KONĠUNT - POSTIJIET BIL-KERA", "5301.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid f'liema lokalitajiet jinsabu r-residenzi mikrija mill-uffiċċju konġunt lill- inkwlini?", "Kemm hu d-dħul tal-kera flimkien fis-sena?", "Kemm hi l-ogħla kera?", "Kemm hi l-orħos kera?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi l-uffiċċju konġunt jamministra 1,789 post mikrija bħala residenzi fil-lokalitajiet elenkati hawn taħt:", "|Attard |Lija |Safi | |Baħar |Luqa |San | |iċ-Ċagħaq | |Ġiljan | |Balzan |Marsa |San Pawl | | | |il-Baħar | |Birgu |Mdina |Santa | | | |Venera | |Birkirkara |Mellieħa|Senglea | |Blata |Mosta |Siġġiewi | |l-Bajda, | | | |Ħamrun | | | |Bormla |Mqabba |Sliema | |Dingli |Msida |Tarxien | |Floriana |Nadur, |Valletta | | |Għawdex | | |Għargħur |Naxxar |Żabbar | |Għasri, |Pieta' |Żebbuġ, | |Għawdex | |Malta | |Għaxaq |Qala, |Żejtun | | |Għawdex | | |Gudja |Qormi |Żurrieq | |Ħamrun |Qrendi |Kalkara | |Rabat, Malta|Kirkop |Rabat, | | | |Għawdex |", "Informat ukoll li s-sistema ta' informazzjoni kompjuterizzata li teżisti fl- istess uffiċċju bħalissa tipprovdi n-numru ta' kirjiet residenzjali f'kull lokalita', imma ma tipprovdix l-informazzjoni l-oħra mitluba mill-Onor.", "Interpellant.", "UFFIĊĊJU KONĠUNT - POST FI STAT PERIKOLUŻ", "5356.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'passi ħadu l- awtoritajiet fuq każ ta' anzjana li tgħix f'post ta' l-uffiċċju konġunt, f'periklu kontinwu li l-indirizz tagħha qed jintbagħat separatament?", "Jista' jintervjeni personalment sabiex jitneħħa l-periklu u l-anzjana tista' terġa' tmur tgħix f'darha?", "ONOR.", "TONIO BORG: Is-saqaf tal-fond in kwestjoni nbena mingħajr il- permessi meħtieġa u kontra r-regolamenti sanitarji.", "Għal dawn ir- raġunijiet id-dipartiment responsabbli minn dawn it-tiswijiet, jiġifieri l- housing, construction and maintenance department fil-ministeru tar-riżorsi u infrastruttura, ma jistax jibdel saqaf li jaf li huwa illegali.", "TALBIET GĦAL SERVIZZ TA' INKONTINENZA", "5372.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l- Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm talbiet pendenti għal servizz ta' inkontinenza mill-ewwel tas-sena 2004?", "Minn liema lokalita' huma?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Talbiet pendenti għas-servizz ta' inkontinenza hemm biss dawk li daħlu matul ix-xahar ta' April.", "Dawn huma kif ġej:", "|Lokalita'|Kwantita| | |' | |Attard |1 | |Għaxaq |1 | |Marsa |1 | |Żabbar |1 | |Żurrieq |1 |", "ANZJANI - SERVIZZ TA' HOME HELP", "5373.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l- Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm persuni li għandhom is-servizz tal-home help?", "Minn liema lokalita' huma?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-mejda tal- Kamra aktar kmieni fis-seduta.", "SVPR - MANUTENZJONI TAS-SWALI", "5374.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l- Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid liema huma s-swali fir- residenza San Vinċenz de Paule li talbu li ssirilhom maintenance tas-sala?", "X'kienet ir-risposta?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Il-maintenance fir-residenza ta' San Vincenz de Paule issir fuq bażi regolari.", "Priorita' tingħata lil dawk it-talbiet li jkunu meqjusa urġenti.", "DJAR TA' L-ANZJANI - ĦADDIEMA", "5375.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l- Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm impjegati jaħdmu fid- djar ta' l-anzjani?", "X'inhu l-grad tagħhom?", "Kemm hemm persuni li huma bil- kuntratt?", "X'inhu xogħolhom u kemm jitħallsu?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-mejda tal- Kamra aktar kmieni fis-seduta.", "VAPURI REĠISTRATI TAĦT IL-BANDIERA GRIEGA", "5420.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid x'passi se jieħu l-Gvern Malti wara li ġie mgħarraf li l-Gvern Grieg qed iħejji inċentivi ġodda biex jiġu offruti lis-sidien tal-vapuri li jkunu jridu jirreġistraw il-vapuri tagħhom taħt il-bandiera Griega?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Il-gvern, prinċiparjament permezz tad-direttorat tal- bastimenti merkantili fi ħdan l-awtorita' marittima, dejjem jara kif jista' iżomm ir-reġistru Malti bħala wieħed attraenti għas-sidien tal-bastimenti waqt li jassigura l-livelli meħtieġa mil-liġijiet internazzjonali relattivi.", "JOINT TRADE MISSION", "5421.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u Promozzjoni ta' l-Investiment: Jista' il-Ministru jgħid x'kien l-eżitu tal- joint trade mission ma' l-Iżlanda li l-Malta Enterprise organizzat fil-Kajr fix-xahar ta' Marzu?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Seba' kumpanniji pparteċipaw f'dan l-avveniment, erbgħa minn Malta u tlieta minn Iceland.", "Mill-kummenti li rċevejna mill-parteċipanti nfushom, dan l-avveniment jidher li kien suċċess għax huma kienu kuntenti, kemm bil-kwalita' għolja ta' laqgħat li kienu organizzati kif ukoll mis-servizzi li kienu pprovduti mill-korporazzjoni Maltija għall-impriża u msieħba oħra.", "MALTESE EGYPTIAN EXTRADITION AGREEMENT", "5422.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u Promozzjoni ta' l-Investiment: Meta mistenni li jiġi ffirmat il-Maltese Egyptian Extradition Agreement?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Hemm qbil bejn l-awtoritajiet Maltin u dawk Eġizzjani li l-ftehim ta' estradizzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi jkun iffirmat aktar tard dan ix-xahar.", "KUMITAT KONĠUNT HISPANO-MALTI", "5423.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u Promozzjoni ta' l-Investiment: Jikkonferma l-Ministru li minħabba fil-bdil fl-amministrazzjoni Spanjola, il-laqgħa tal-kumitat konġunt Hispano-Malti ġiet posposta?", "Ġiet iffissata data ġdida għal-laqgħa tal-mixed commission?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ir-risposta hi fl-affermattiv.", "S'issa għadha ma ġietx iffissata data ġdida għal-laqgħa tal-mixed commission.", "KONSULTAZZJONIJIET BEJN MALTA U S-SAUDI ARABIA", "5424.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u Promozzjoni ta' l-Investiment: Jista' il-Ministru jikkonferma li se jsiru konsultazzjonijiet f'Malta bejn Malta u s-Saudi Arabia f'Lulju kif issuġġeriet min-naħa Sawdita nnifisha?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ir-risposta hi fl-affermattiv.", "MALTA ENTEPRISE", "5425.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u Promozzjoni ta' l-Investiment: Il-Malta Enterprise kemm għandha rappreżentanti u konsulenti barra l-pajjiż?", "Min huma u fejn qed joperaw?", "Jista' jiddistingwi bejn min hu rappreżentant u min hu konsulent?", "X'remunerazzjoni għandhom il-konsulenti?", "ONOR JOHN DALLI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra."]} {"filename": "20041209_205d_par.doc", "date": "2004-12-09", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Uffiċjali u Rivedut) L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 205 Il-Ħamis, 9 ta' Diċembru, 2004 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 205 Il-Ħamis, 9 ta' Diċembru, 2004", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.02 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "205", "Il-Ħamis, 9 ta' Diċembru, 2004", "WERREJ", "MINUTI 198", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 198", "TQEGĦID TA' KARTI", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "KUMITAT TA' PROVVISTA", "ESTIMI ĠENERALI 2005", "IS-SEBA' JUM STABBILIT", "MINISTERU GĦAL GĦAWDEX 208", "AĠĠORNAMENT 251", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 251", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 204 li saret fid-9 ta' Diċembru, 2004 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "RUSSJA - TRAĠEDJA FI SKOLA KAWŻA TA' TERRORIŻMU", "7279.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru tal-Familja u tas- Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tixtarr is-suġġeriment, wara t- traġedja li seħħet fl-iskola fir-Russja qrib iċ-Ċeċnija fejn ġew maqtula mijiet ta' tfal u feruti mijiet oħra riżultat ta' terroriżmu, li l-gvern Malti, tramite il-ministeru tal-familja, joffri mqar xi ftit mit-tfal feruti sopravissuti l-possibilita' li jgħaddu ftit ġranet mistrieħ f'Malta u dan bħala ġest ta' solidarjeta' simbolika internazzjonali mpoġġija fil- prattika, u xi ħaġa li pajjiżi oħra jistgħu jiġu mħajra jagħmlu?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA (Ministru tal-Familja u tas-Solidarjeta` Soċjali): Kif naħseb li jaf l-Onor.", "Interpellant, organizzazzjoni volontarja f'Malta li taħdem b'risq tfal Russi, ilha li ħabbret li se ġġib għal btala f'Malta numru ta' tfal li kienu nvoluti fit-traġedja ta' Beslan fir-Russja.", "Mr Speaker, nixtieq inżid ngħid li l-Onor.", "Azzopardi għamel din il- mistoqsija flimkien ma' numru sostanzjali ta' mistoqsijiet oħra bosta ġimgħat ilu u għalhekk forsi tinstema' daqsxejn superseded.", "INSEMINAZZJONI ARTIFIĊJALI", "7280.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-gvern għandux il-ħsieb jew l-intenzjoni li jilleġisla dwar il-metodi ta' inseminazzjoni artifiċjali li qed isiru f'pajjiżna sabiex jiġi assigurat li l-prinċipji etiċi jkunu osservati dejjem u kullimkien?", "ONOR.", "TONIO BORG (Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l- Intern): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-gvern għandu l-ħsieb jilleġisla fuq din il-materja.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Azzopardi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JASON AZZOPARDI: Filwaqt li nirringrazzja lill-Viċi Prim Ministru għar-risposta tiegħu, jista' jitfa' aktar dawl dwar il-ħsieb li għandu l- gvern f'dan ir-rigward u jekk b'mod speċifiku huwiex beħsiebu jaddotta l- konvenzjoni tal-kunsill ta' l-Ewropa, 'l hekk imsejħa Ovideo Convention, dwar dan is-suġġett?", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Iva, hija l-intenzjoni tal-gvern li l-ewwel jiffirma u mbagħad fi stadju ulterjuri jirratifika l-konvenzjoni ta' Ovideo ta' l-1997 fil-kunsill ta' l-Ewropa.", "Din il-konvenzjoni titratta d-dinjita' tal- bniedem qabel ma jitwieled, proprju fl-istadju meta jkun għadu f'ġuf ommu, u d-drittijiet li għandu bħala protezzjoni kontra l-iżviluppi moderni tal- lum li jistgħu jkunu ta' preġudizzju għalih.", "Meta ngħid li l-gvern beħsiebu jilleġisla ma rridx sempliċement infisser li din qiegħda x'imkien fis-sħab.", "Fil-fatt matul is-sajf li għadda iltaqa' grupp ristrett ta' nies flimkien ma' l-Avukat Ġenerali sabiex jibda jfassal l-ewwel abbozz li għadu lanqas biss tressaq quddiem il-Kabinett u li jrid jiġi diskuss flimkien mal-ministeru tas-saħħa.", "Qed ngħid li dan irid jiġi diskuss ukoll mal-ministeru tas-saħħa għax din la hija kwestjoni biss ta' ġustizzja u lanqas hija kwestjoni biss ta' saħħa.", "Jiġifieri hemm l-aspetti mediċi u hemm ukoll aspetti ta' ġustizzja fis-sens ta' drittijiet tal- bniedem.", "L-intenzjoni tal-gvern hi li meta jilleġisla ma jagħmilx bħal xi pajjiżi oħra u jsemmi dan l-att bħala \"human fertilisation act\", fejn qed tenfasizza l-aspett mediku, imma pjuttost tiġi enfasizzata l-protezzjoni ta' l-embriju.", "Il-ħsieb hu li għalkemm it-titolu ma jkunx neċessarjament \"embryo protection act\", ikun on those lines, jiġifieri f'dik id- direzzjoni.", "Hawnhekk m'hijiex involuta biss l-inseminazzjoni artifiċjali imma l-aspetti kollha bijo-etiċi li għandhom x'jaqsmu mal-gravidanza u mar- riċerka fuq individwi qabel ma jitwieldu.", "Bla dubju ta' xejn anke fil-konvenzjoni ta' l-Ovideo, li hija xi ħaġa pożittiva, hemm ċerti riservi li nesprimu aħna bħala gvern u li possibilment għaqdiet oħrajn favur il-ħajja jesprimu xi riservi żgħar.", "Li huwa ħażin li ma jkollniex leġislazzjoni għax ifisser li dan il-kamp m'huwiex qed jiġi regolat ħlief taħt il-kodiċi kriminali għar-rigward l- abbort.", "Imma l-bqija mhux qed jiġi regolat jekk iż-żerriegħa li tiġi nseminata artifiċjalment tkunx ta' persuna li għandha relazzjoni stabbli ma' l-omm.", "Allura llum m'hemm xejn xi jżomm milli ż-żerriegħa tiġi mportata minn barra minn xi ħadd li lanqas nafu min hu.", "Għalissa din m'hemmx xejn illegali fiha.", "Mela n-nuqqas ta' leġislazzjoni qiegħed jippermetti affarijiet li forsi f'pajjiżi oħrajn jew huma regolati jew għad- dirittura huma projbiti.", "L-istess meta nitkellmu dwar il-cloning, li huwa projbit mill-Ovideo Convention u li f'Malta għad m'għandna l-ebda regolamentazzjoni dwarha.", "Kwestjoni oħra li mbagħad trid tiġi deċiża f'dan l-abbozz hi jekk għandux ikun permissibbli li jiġi maħżun ovum fertilizzat.", "Jiġifieri sakemm wieħed qiegħed jippreserva biss iż-żerriegħa, hemmhekk m'hemm xejn ħażin.", "Imma għandu jkun hemm il-possibilita' - kif teżisti f'ċertu pajjiżi oħrajn - li jiġu stored ova li jkunu fertilizzati, li jkollok fihom bidu ta' ħajja fejn hemm il-possibilita' li f'xi stadju jiġu mormija u allura din tmur kontra l- kunċett tal-ħajja kif nifhmuh aħna?", "Allura mbagħad meta niġu għall-abbozz irridu niddiskutu jekk għandhomx jiġu mpjantati biss tliet ova fertilizzati ħalli ma jkunx hemm bajd żejjed fertilizzat u ma jkunx hemm għalfejn jiġi stored.", "Dawn l-affarijiet kollha jridu jiġu diskussi bl-aktar mod matur, jiġu kkonsultati l-persuni li jifhmu f'dan is-suġġett u meta jiġi ppreżentat l- abbozz, inkunu nistgħu niffirmaw il-konvenzjoni ta' Ovideo.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, din il-mistoqsija li se nagħmel m'għandha x'taqsam xejn mas-suġġett li qed jitkellem dwaru l-Viċi Prim Ministru pero' hija ta' ċerta importanza u taqa' taħt ir-responsabilita' tiegħu.", "Qed nirriferi għal biċċa art tal-gvern fejn it-Toqba tal-Birgu li ngħatat lil żviluppatur minn xi ħadd bla ma ġiet b'riżoluzzjoni f'dan il-parlament.", "Jista' il-Viċi Prim Ministru jara li jittieħdu l-passi neċessarji u li l- affarijiet jimxu skond il-liġi?", "Jista' jara wkoll li jitneħħa l-parking li sar b'mod illegali fl-istess area?", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, naturalment hemm ftit tad-differenza biex mill-bajd fertilizzat tal-mara qbiżna għall-parking area fil-Kottonera!", "Jien ma naf xejn dwar dan il-każ partikolari pero' nixtieq ngħid lill-Onor.", "Mizzi li biċċa art mhux bilfors tingħata lil xi ħadd permezz ta' riżoluzzjoni parlamentari, hemm is-sistema ta' tender u hemm is-sistema ta' encroachment pero' din ma naf xejn dwarha u allura ma nistax nirrispondih.", "Kull każ li jkollna quddiemna jiġi nvestigat, jista' jkun li l-Onor.", "Interpellant għandu raġun mija fil-mija u f'dak il-każ jittieħdu l-passi.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, il-proġett tal-Kottonera kien ġie diskuss fil-parlament u approvat fil-parlament.", "Peress li din il-biċċa art ma kienetx tagħmel parti minn dan il-proġett u allura ma kienetx ġiet diskussa, mhux suppost li ngħatat lil dan l-iżviluppatur, lanqas il- parking.", "Jaf il-Viċi Prim Ministru li meta l-MEPA ħarġet il-permess biex isir dan il-parking, ħarġitu fuq premessa ħażina għax dawn ma kellhomx titolu għalih u li allura hemmhekk sar abbuż?", "Jista' il-Viċi Prim Ministru immedjatament jindaga biex jikkonferma dak li qed ngħid jien?", "Għax nerġa' ngħid li din l-art ingħatat bla ebda titolu ta' xejn u mingħajr ma saret riżoluzzjoni f'dan il-parlament.", "Dan ifisser li hemm min abbużivament qed jagħmel użu minn din l-art u allura għandhom jittieħdu passi immedjati biex kollox jitreġġa' lura.", "Jien nistenna li f'dawn il-jumejn il-Viċi Prim Ministru jiddikjara x'inhi l-pożizzjoni, anke jekk isib li dak li għedt jien m'huwiex minnu.", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, hemm żewġ kwestjonijiet.", "L-ewwelnett il- fatt li l-MEPA ħarġet il-permess fuq biċċa art li l-iżviluppatur m'għandux titolu għaliha, m'hemm xejn illegali fiha.", "Kieku wieħed jirrikjedi li jġib prova ta' titolu fuq kull art li hemm applikazzjoni għaliha biex tiġi żviluppata, kieku l-MEPA tispiċċa avukat ta' kulħadd.", "Niftakar li fl-1987, meta l-partit Laburista kien fil-gvern, din kienet tneħħiet u għamlu sew.", "Il-MEPA tidħol biss fil-kwestjoni tar-regoli ta' l-ambjent u tal-planning.", "Fil-fatt meta joħroġ il-permess, dan joħroġ mingħajr preġudizzju għad- drittijiet ta' ħaddieħor, inkluż id-dritt tal-gvern!", "Jekk hemm xi ħadd li tajnih 100,000 metru kwadru u ħa 105,000 metru kwadru, dak jiġi ndagat u wieħed jara x'inhi l-pożizzjoni.", "Imbagħad sta għall- ministeru ta' l-iżvilupp urban, tal-lands department, jekk jirregolarizzawx il-pożizzjoni jew le.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, din il-biċċa art li qed nitkellmu dwarha hija pubblika u allura ladarba għandna kumitat għal tapposta u għandna l- ogħla istituzzjoni tal-pajjiż fejn suppost art simili tingħata permezz ta' riżoluzzjoni, ma nistax nifhem kif din f'daqqa waħda kien hemm xi ħadd li qabad u ta!", "U l-Viċi Prim Ministru issa qed jikkonfermali li jekk isib li l-affarijiet saru b'mod irregolari, se jirranġahom biex isiru regolari.", "Sewwa qed ngħid?", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Jiena m'għedt xejn minn dan.", "Jiena għedt li l- ewwelnett m'għandi l-ebda prova li din l-art ingħatat lill-iżviluppatur minn xi ħadd.", "Jista' jkun li din il-persuna, bi żball jew b'intenzjoni, qabdet u daħlet fiha!", "Jiġifieri aħna qegħdin nitkellmu kompletament fl- ajru hawnhekk u jiena bl-ebda mod ma qed naqbel ma' l-Onor.", "Mizzi li din l- art tahielu xi ħadd.", "Jiena żgur ma tajthilux!", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, f'dan il-parlament saru interventi fejn ġie kkonfermat li xi ħadd minn tal-gvern għadda din il-biċċa art lil xi żviluppatur - u mbagħad ir-raġuni għala għaddiehielu ħadd ma kien jafha, jiena sirt nafha wara li ndagajt - u jien nixtieq, biex ma noqogħdux nitkellmu fil-vojt, li l-Viċi Prim Ministru jindaga jekk l-art li qed nirriferi għaliha, li tinsab fejn issir r-regatta fil-Birgu, ingħatatx b'mod uffiċjali kif suppost jew qabżitx il-proċeduri li tiġi fil-parlament biex tingħata kif suppost.", "F'każ li jinstab li l-affarijiet ma sarux kif kellhom isiru skond il-liġi, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħidli hux se jittieħdu passi biex l- affarijiet jitreġġgħu lura u jekk hemm bżonn, l-ewwel jiġi kkonsultat il- pubbliku u mbagħad tingħata dik l-art, jekk hemm bżonn tingħata?", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Iva, se nindaga Mr Speaker.", "BELT VALLETTA - LIFT LI ĠIE STALLAT FIL-QORTI", "7281.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġie jiswa l-lift li ġie istallat riċentement fil-bini tal-qrati fil-Belt Valletta?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi l-lift li ġie stallat riċentement fil-bini tal-qrati fil-Belt Valletta ġie jiswa Lm31,597.", "OPEN CENTRES", "7282.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru tal-Familja u tas- Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid jekk u fejn ġew identifikati siti ġodda li se jservu ta' open centres fejn jinżammu l-klandestini?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: F'dan l-istadju m'għandi xejn xi nżid mat- tweġiba li jien tajt għall-mistoqsija parlamentari 7143, ħlief li x-xogħol fuq l-iskola tal-Marsa issa beda.", "ITS - STUDENTI", "7283.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjieg: Jista' il-Ministru jgħid kemm-il student qed jattendi l- institute of tourism studies bħalissa?", "ONOR.", "TONIO BORG (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjieg): Informat li bħalissa hemm 677 student li qed jattendu l- institute of tourism studies,.li 494 minnhom huma full-time students u 183 huma part-time students.", "SAĦĦA - APPLIKAZZJONI GĦALL-FONDI MILL-UE", "7293.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid liema kienu dawk l-entitajiet, dipartimenti jew awtorijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li applikaw għal xi forma ta' fondi mill-Unjoni Ewropea mill-1 ta' Jannar, 2004 sal- lum, kemm pre-accession kif ukoll accession funds?", "Għal liema fondi applikaw?", "Kemm-il proġett ġie sottomess?", "X'kien l-eżitu?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunita`): Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Azzopardi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JASON AZZOPARDI: In vista tal-fatt li proprju l-bieraħ l-Ministru rrappreżenta lill-gvern fil-kunsill tal-ministri ta' l-Unjoni Ewropea fejn ġiet diskussa l-working time directive, il-Ministru huwa f'pożizzjoni li jaġġorna lill-Kamra dwar l-aħħar żviluppi f'dawn id-diskussjonijiet u anke dwar il-pożizzjoni tal-gvern Malti f'dan ir-rigward?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Mr Speaker, nirrapporta li kellna laqgħa ta' jumejn.", "Il-laqgħa tat-Tnejn kienet primarjament intiża biex titratta affarijiet pjuttost mediċi.", "Iż-żewġ highlights ta' dik il-laqgħa kienu l- mod ta' kif wieħed jista' jiżgura li l-mediċini li jintużaw għal tfal ta' taħt l-14-il sena, ikunu ta' l-ogħla kwalita' u ta' l-inqas periklu.", "Hemmhekk Malta għamlet is-sottomissjoni tagħha li filwaqt li taqbel ma' din l-inizjattiva, riedet li l-Unjoni Ewropea tiżgura b'mod prattiku l-fatt illi minkejja li s-suq tagħna u ovvjament il-konsum tal-mediċini fit-tfal huwa pjuttost ċkejken - qed nitkellmu dwar 50,000 tifel u tifla taħt l-14- il sena - riedet tkun ċerta li r-regolamenti li ġejjin in vigore, ma jkunux awtomatikament ifissru li jkollok importaturi illi minħabba li l-profitt tagħhom u l-konsum tal-mediċini jkun pjuttost baxx, ma jibqgħux iwasslu dawn il-mediċini fis-suq lokali.", "It-tieni punt kien li għandu jittella' pjan ta' emerġenza bejn il-pajjiżi Ewropej f'każ li tinqala' pandemic ta' l-influwenza kif inhu ssuspettat.", "Għalkemm m'hemm l-ebda indikazzjoni li ġejja din il-pandemic ta' influwenza, jidher ovvju li hemm ċikli ta' bejn l-10 snin u l-15-il sena meta jkun hemm dawn it-tip ta' influwenzi.", "Il-preokkupazzjoni tagħna kienet dwar tip ta' influwenza partikolari li wieħed qed jissuspetta li tista' tiġi fuq l-Ewropa - qed nirriferi għall-Asian flu - u għall-fatt li jekk ikun hemm it-trasmissjoni ta' din l-influwenza bejn għasfur u bniedem, b'mod jew ieħor ma tinfirixx malajr pero' once li tidħol fil-bniedem proprja, it-trasmissjoni bejn persuna u oħra tkun ferm iktar faċli.", "Il-preokkupazzjoni tagħna hi li l-ewwelnett biex tiżviluppa vaċċin kontra din it-tip ta' influwenza trid mill-inqas sena u allura ovvjament din l- influwenza tilħaq tinfirex ma' l-Ewropa.", "Fil-fatt l-aħħar influwenza li kellna kienet swiet il-ħajja ta' madwar 20 miljun ruħ.", "It-tieni, qegħdin nissuspettaw li din it-tip ta' influwenza tvarja malajr u allura sakemm wieħed f'dik is-sena partikolari jkun qed jiżviluppa vaċċin kontra din l- influwenza, ikollok strains oħrajn li jagħmluha impossibbli li aħna jkollna dawn it-tip ta' vaċċini.", "Ġie diskuss jekk kull pajjiż għandux ikollu in stock antiviral medicines.", "Il-problema hi li hemm fabbrika waħda biss li tipproduċihom dawn u d-demand għal din il-fabbrika huwa blocked sa mill- inqas is-sena 2006, jiġifieri minn jagħmel applikazzjoni llum, ma jkollux iċ-ċans li jieħu l-ebda supply qabel l-2006.", "Fit-tieni ġurnata tkellimna proprju fuq il-working time directive u jiena hemmhekk kont qiegħed nirrappreżenta lill-Ministru Louis Galea għax din taqa' taħt il-portfolio tiegħu.", "Ovvjament hemmhekk ukoll hemm diverġenzi sostanzjali.", "Tant hu hekk li kemm il-kompromess li pprova jilħaq il- kunsill kif ukoll il-kompromess li ppruvat tilħaq il-presidenza, it-tnejn ma sabux maġġoranza li tagħtihom support, jew aħjar waħda ma sabitx il- maġġoranza kkwalifikata biex tgħaddi u l-oħra kien hemm reżistenza għaliha.", "Allura ovvjament peress li issa se tinbidel il-presidenza, ġie deċiż li din titħalla għal minn hawn u ftit ġimgħat oħra biex terġa' tittella' taħt il-presidenza tal-Lussemburgu.", "Hawnhekk aħna konna iżjed ixxurtjati milli fil-fatt naħsbu.", "Għaliex?", "Għax il-problema kbira tal-working time directive hi jekk għandhiex titħalla f'idejn l-individwu l-għażla to opt out mir-regolament li qiegħda tippromwovi l-Ewropa, jiġifieri li ma taħdimx iktar minn ċertu ammont ta' sigħat.", "Dan l-ammont ta' sigħat għadna wkoll ma qbilniex fuqu.", "Li hemm tajjeb hu li l-kummissjoni ħarġet b'żewġ definizzjonijiet oħra ta' xogħol u cioe' ta' ħin li wieħed jgħaddi fuq ix-xogħol; dak li huwa ħin attiv u ħin li m'huwiex attiv.", "Kont qed ngħid li Malta hija ffortunata għax minkejja dawn id- definizzjonijiet differenti, il-professjonisti tagħna diġa' jitħallsu tal- ħin kollu li jkunu fuq ix-xogħol, sew jekk ix-xogħol ikun meqjus bħala wieħed attiv, sew jekk ikun xogħol on-call kif ukoll jekk ikun xogħol on- call imma meqjus bħala inactive, jiġifieri wieħed ikun fuq il-post tax- xogħol pero' ma jkunx mistenni li jiġi mgħajjat jekk ma jkunx hemm bżonn partikolari.", "Allura ovvjament aħna żammejna l-pożizzjoni tagħna primarjament għax l- istaff tagħna huwa diġa' covered u tfisser ukoll li kieku kellha tidħol dik li qiegħda titlob l-Ewropa, kien ikollna nirduppjaw l-istaff kollu li għandna fl-isptar.", "Waħda mill-problemi li konna qegħdin niddiskutu ma' pajjiżi oħrajn hi li dawn huma in short supply fl-Ewropa kollha u allura ovvjament m'huwiex għaqli li wieħed jimponi dawn it-tip ta' restrizzjonijiet.", "Kif għedt, il-proposti kienu varji u waħda mir-raġunijiet li aħna nsistejna fuqha kienet li aħna nħallu f'idejn l-individwu l-liberta' jekk iridx jaħdem iżjed mil-limitu li qiegħda timponi l-Ewropa.", "Id-diffikulta' bdiet tinqala' għax jidher ovvju li jekk inti tħalli f'idejn l-individwu, dan id- dritt sagrosant jista' ovvjament jiġi abbużat mill-employer tiegħu.", "Pero' aħna jidhrilna li billi sal-lum għadna ma sibniex kif naqtgħu l-abbuż jew il-possibilita' ta' l-abbuż, m'għandekx tneħħi d-dritt fondamentali lill- persuna.", "Kien hemm min argumenta li din hija health and safety, allura ovvjament m'hijiex f'idejn il-persuna li taħdem kemm trid hi, imma wieħed għandu jagħmel ċerti limitazzjonijiet, pero' kif għedt, dan kien dibattitu sħun, ipparteċipajna f'kull aspett ta' din id-diskussjoni, pero' finalment tħalliet biex terġa' tiġi ndirizzata taħt il-presidenza tal-Lussemburgu wara Jannar li ġej.", "PRODOTTI MAGĦMULA MILL-ĦALIB FRISK", "9367.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent: Jista' il-Ministru jinformani kemm hi d-differenza bejn il-prezz intern u estern ta' l-Unjoni Ewropea tal- prodotti magħmula mill-ħalib frisk bħal cheddar, ġobon, butir, eċċ.?", "Min qed jassorbi din id-differenza fl-għoli tal-prezzijiet ta' dawn il- prodotti?", "Kemm qed tiswa f'ċifra ta' flus globali lil pajjiżna d- differenza in kwestjoni?", "Jikkonferma l-Ministru li kawża ta' din id- differenza ċ-cheddar għola b'50c fil-kilo għall-konsumaturi?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru tar-Riżorsi u l-Infrastruttura) (f'isem il- Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent): L-Onor.", "Interpellant jista' jikseb l-informazzjoni dwar it-tariffa li timponi l-Unjoni Ewropea fuq prodotti ta' pajjiżi terzi peress li dawn ġeneralment jirrappreżentaw id- differenza fi prezzijiet bejn dawk ta' l-Unjoni Ewropea u dawk dinjija.", "Għall-prodotti tal-ħalib importati minn pajjiżi terzi, l-gvern alloka euros 960,000 fis-sena 2004 biex jagħmlu tajjeb għal xi differenza fi prezzijiet bejn dawk ta' l-Unjoni Ewropea u dawk dinjija.", "Fuq il-prezz taċ-cheddar, dan ivarja minħabba żviluppi fis-suq u mhux biss minħabba xi tariffi li timponi l-Unjoni Ewropea.", "QMUĦ U ĊEREALI", "9368.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent: Jista' il-Ministru jinformani kemm hi d-differenza bejn il-prezz intern u estern ta' l-Unjoni Ewropea għall-qmuħ u ċereali?", "Min qed jassorbi jew iħallas din id-differenza fl-għoli tal- prezzijiet ta' dawn il-prodotti?", "Kemm qed tiswa f'ċifra ta' flus globali lil pajjiżna d-differenza in kwestjoni?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l- Ambjent): Fil-każ tax-xgħir u qamħirrum, kif ukoll fil-każ tal-qamħ, il- prezzijiet, kemm dawk internazzjonali kif ukoll dawk fl-Unjoni Ewropea, ivarjaw skond żviluppi fis-suq u ċirkostanzi fil-produzzjoni.", "Is-sussidji fuq ix-xgħir u l-qamħirrum għas-sena 2004 ġew ikkalkulati abbażi taċ- ċirkostanzi prevalenti fl-ewwel nofs tas-sena 2004.", "ZOKKOR - SUSSIDJU", "9369.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni: B'riferenza għas-sussidju taz-zokkor ta' euro MT 422 minn euro MT 770, jikkonferma l-Ministru li l- imprendituri qed jixtru zokkor CIF mill-Unjoni Ewropea għall-prezz ta' euro MT 348 meta fis-swieq internazzjonali kien madwar Euro MT 201?", "Jikkonferma li minkejja s-sussidji ta' euro 422 fuq tunnellata zokkor jew aħjar 42c2 of a euro li l-gvern qed jissussidja l-prezz taz-zokkor, il- konsumaturi qed iħallsu direttament medja ta' 14.7c of a euro meta jixtru kilo zokkor lokalment?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (f'isem il-Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni): Jien informat li tunnellata zokkor white crystal mill-EU illum tiswa madwar 728 euros CIF.", "Tkun tiswa 770 euros jekk tiġi mpurtata f'boroż ta' kilo l-waħda.", "Il-Gvern qed iħallas 422 euros sussidju fuq kull tunellata u għalhekk il-prezz għall l-imprenditur jew konsumatur huwa ta' madwar 306 euros meta tnaqqas is-sussidju.", "Il-prezz fis-swieq internazzjonali dawn l-aħħar ġimgħat kien ta' madwar 264 euros CIF.", "Il- prezz ta' 201 euros huwa mingħajr CIF.", "FROTT/ĦAXIX FRISK - IMPORTAZZJONI MILL-UE", "9370.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jinformani x'inhi l-policy tal-gvern għall-pitkala li jridu jdaħħlu l-frott u l-ħaxix frisk fil-pitkalija tagħhom importat mill-pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropea?", "Jista' jinformani liema huma r-regoli ta' l-Unjoni Ewropea u dawk lokali li jawtorizzaw jew jimblokkaw lill-pitkala milli jwettqu din il- forma ta' negozju?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l- Ambjent): Il-policy tal-gvern hi li ma tippermettix li l-pitkala ibiegħu frott u ħaxix frisk importat mill-pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropea.", "Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għal-liġi sussidjarja 117/04, subartiklu 4, speċifikament għad-definizzjoni ta' \"prodott agrikolu\".", "PRODUCERS ORGANISATION", "9371.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent: Jista' il-Ministru jinformani x'inhi l- policy tal-gvern għall-producers organisation f'każ li dawn ikollhom in- neċessita' li jimportaw u jdaħħlu fil-pitkalija ċentrali frott u ħaxix frisk importat mill-pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropea?", "Jista' jinformani liema huma r-regoli ta' l-Unjoni Ewropea u dawk lokali li jawtorizzaw jew jimblokkaw dan il-forma ta' negozju?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l- Ambjent): Il-policy tal-gvern hi li fil-pitkalija jsir bejgħ ta' prodotti agrikoli lokali biss.", "Peress li l-pitkalija hija entita' pubblika, l-gvern jista' jirregola u jaddatta policy kif jopera l-pitkalija u m'hemm l-ebda regolament tal-Unjoni Ewropea kontra din il-policy.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "KUMITATI PERMANENTI", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Jason Azzopardi.", "ONOR.", "JASON AZZOPARDI (Chairman tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej): Mr Speaker, bil-permess tal-Kamra nirrapporta li:", "5 dokumenti maħruġa mill-Kummissjoni Ewropea (pipeline acquis) ġew scrutinised u cleared mill-working groups fi ħdan l-istess Kumitat;", "3 dokumenti maħruġa mill-istess Kummissjoni Ewropea (pipeline acquis) ġew scrutinised u cleared mill-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali; u", "Dokument li ġie rtirat mill-Kummissjoni Ewropea.", "U se nqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "|22.", "Proposal for a decision | |of the EP and of the Council | |on establishing a | |multi-annual community | |programme on promoting safer | |use of the internet and new | |online technologies (COM | |(2004) 91 final); | |23.", "Amended proposal for a | |decision of the EP and of the| |Council establishing a | |multi-annual community | |programme to make digital | |content in Europe more | |accessible, usable and | |exploitable (econtent plus) | |(COM (2004) 367 final + COM | |(2004) 96 final); | |39.", "Proposal for a directive | |on the approximation of the | |laws of the member states | |relating to the measures to | |be taken against the emission| |of gaseous and particulate | |pollutants from | |compression-ignition engines | |for use in vehicles and the | |emission of gaseous | |pollutants from | |positive-ignition engines | |fuelled with natural gas or | |liquefied petroleum gas for | |use in vehicles (Recast | |version) (COM (2003) 522); | |42.", "Proposal for a directive | |of the EP and of the Council | |on the estbalishment of a | |Community framework for noise| |classification of civil | |subsonic aircraft for the | |purposes of calculating noise| |charges (COM (2001) 74 Final | |and COM (2002) 683 Final); | |43.", "Proposal for a directive | |of the EP and of the Council | |on the approximation of the | |laws of the member states | |relating to electromagnetic | |compatibility (COM (2002) 759| |amended by COM (2004) 446); | |44.", "Memorandum on the open | |skies agreement negotiations | |between the EU and USA, | |together with the relative | |agreement (9820/04) | |54.", "Proposal for Council | |Decision on Guidelines for | |the Employment Policies of | |the Member States (COM (2004)| |239-2); | |55.", "Proposal for a Council | |Regulation amending | |Regulation (EEC) 1365/75 on | |the Creation of a European | |Foundation for the | |Improvement of Living and | |Working Conditions (COM | |(2004) 57); u | |57.", "Proposal for a Directive | |of the European Parliament | |and of the Council on the | |Minimum Health and Safety | |Requirements regarding the | |Exposure of Workers to the | |Risks arising from Physical | |Agents (Optical Radiation) | |(COM (1992) 560 and COM | |(1994) 284). |", "TQEGĦID TA' KARTI", "MR SPEAKER : Il-Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Report and financial statements ta' l-Awtorita` ta' Malta dwar ir-Riżorsi għas-snin finanzjarji li għalqu fit-30 ta'Settembru ta' l-2002, l-2003 u l- 2004.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru tal-Familja u tas-Solidarjeta` Soċjali.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tabella li turi l-kontribuzzjonijiet miġbura bejn l-1 ta' Jannar u t-30 ta' Novembru 2004 mingħand anzjani fi djar residenzjali u istituzzjonijiet residenzjali tal-gvern, fi djar residenzjali tal-privat taħt private/ public partnership u mingħand anzjani li jibbenefikaw mis-servizz ta' home help/care, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 9551.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "KUMITAT TA' PROVVISTA", "ESTIMI ĠENERALI 2005", "IS-SEBA' JUM STABBILIT", "MINISTERU GĦAL GĦAWDEX", "L-ordni għall- Kumitat ġie moqri", "FIL-KUMITAT", "L-Onor.", "Carmelo Abela, President tal-Kumitat, jippresjedi.", "THE CHAIRMAN: Infakkar lill-Kamra li skond il-mozzjoni numru 159 tas-16 ta' Novembru, 2004, il-ħin tad-diskussjoni tal-lum huwa ta' tliet sigħat u għandu jinqasam indaqs bejn kelliema tal-gvern u kelliema ta' l- oppożizzjoni, bl-aħħar nofs għall-kelliema tal-gvern.", "Insejjaħ lill-Ministru Giovanna Debono biex tressaq ir-riżoluzzjonijiet tagħha.", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO (Ministru għal Għawdex): Sur President, nipproponi:", "VOT 37 - MINISTERU GĦAL GĦAWDEX", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 20,522,282 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 37 - Ministeru għal Għawdex, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2005.", "VOT VIII - MINISTERU GĦAL GĦAWDEX", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm5,704,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot VIII – Ministeru għal Għawdex, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2005.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Anton Refalo.", "ONOR.", "ANTON REFALO: Mr Chairman, se nipproponi din l-emenda:", "VOT 37 - MINISTERU GĦAL GĦAWDEX", "Personal Emoluments", "Item 11 - Holders of Political Office", "Ħassar iċ-ċifra \"Lm14,875\" u ssostitwixxi minflok iċ-ċifra \"Lm14,874\".", "Delete the figure \"Lm14,875\" and substitute therefore the figure \"Lm14,874\".", "Mr Chairman, għaddiet sena oħra u bħala l-kelliem ewlieni għar-reġjun ta' Għawdex, inħoss li huwa l-obbligu tiegħi li għan-nom ta' l-oppożizzjoni Laburista nirringrazzja lill-ħaddiema kollha, lill-pensjonanti, lin-nisa tad-dar, lil dawk li jaħdmu fl-NGOs f'Għawdex, lill-membri tal-kleru, lis- soċjetajiet lajċi u lil dawk kollha li matul din is-sena ħadmu għall-ġid tal-poplu Għawdxi.", "Naturalment irrid nirringrazzja wkoll lill-Ministru għal Għawdex, għax-xogħol li qiegħda tagħmel, u għall-persuni li jaħdmu fil- Ministeru għal Għawdex.", "Ma rridx ninsa nirringrazzja lil Mr Speaker u lill-kollega tiegħi, l-Onor.", "Justyne Caruana, għax-xogħol li hi wkoll qiegħda twettaq fl-interess ta' Għawdex u ta' l-Għawdxin.", "J'Alla nimxu flimkien, j'Alla nirrikonoxxu d-diffikultajiet kbar li għandha l-gżira ta' GĦawdex.", "Naħseb li wasal iż-żmien li b'sens ta' riflessjoni, b'sens ta' irġulija, naħdmu flimkien biex nidentifikaw lill-problemi kbar li għandha l-gżira Għawdxija u ftit ftit nippruvaw insolvuhom.", "F'dan l-istadju rrid nagħmel żewġ riflessjonijiet, li fl-opinjoni tiegħi huma importanti.", "Ilna żmien twil ngħidu li hemm bżonn li nirranġaw lis- sistema ta' regional accounts u lill-uffiċċju ta' l-istatistika fil-gżira Għawdxija, u issa naħseb li wasal iż-żmien li nagħmlu dan.", "Irridu nifhmu darba għal dejjem li ma jistax ikun li nkomplu nilagħbu bil-figuri.", "Spiċċa ż-żmien li nitmejlu bil-poplu Għawdxi billi nbagħbsu l-figuri u naraw kif nagħmlu biex naħbu l-verita' ħalli ma jkollniex stampa ċara tal-qagħda ekonomika tal-gżira Għawdxija.", "Insemmi każ klassiku u fl-istess ħin tad-daħk, li ġara f'din il-ġimgħa.", "Fit-2 ta' Diċembru ta' din is-sena, il-Gozo Business Chamber bagħtet e-mail lill-ETC, fejn talbitha informazzjoni dwar in-nies qegħda f'Għawdex fis- sena 2003 u 2004.", "Għalkemm l-ETC f'Għawdex iżżomm kollox mistur u moħbi, il-Gozo Business Chamber - li kulħadd jaf li hija biss pressure group, għax dan il-gvern ma jridx jagħtiha għarfien legali – baqgħet tinsisti biex tingħata din l-informazzjoni.", "Il-Gozo Business Chamber riedet sempliċiment tkun taf in-numru ta' nies qegħda f'Għawdex fis-sena 2003 u 2004, iżda baqgħet mingħajr risposta.", "Is-Sur John Saliba, li jaħdem fi ħdan il-Gozo Business Chamber, ċempel lill- ETC f'Malta, li min-naħa tagħha talbitu Lm5 biex tagħtih l-informazzjoni dwar in-nies qegħda fis-sena 2003 u 2004.", "Meta s-Sur Saliba bagħat e- mail lill-ETC f'Malta fejn qalilha li kien qiegħed jitlob din l- informazzjoni għan-nom tal-Gozo Business Chamber, l-ETC talbitu Lm50.", "Fil-fatt, l-ETC bagħtitlu ittra fejn qaltlu hekk:", "\"Further to your request dated 4th November, 2004, regarding redundancies in Gozo, kindly be informed that the total cost of your inquiry amounts to Lm50.", "Kindly confirm acceptance of quotation by remitting payment, so that processing of the requested data could commence.", "Kindly insert quotation number in all correspondence.", "Cheques are to be made payable to Employment and Training Corporation.", "The Employment and Training Corporation is not VAT registered, being a public corporation which is not involved in commercial activities.", "The amount above represents a charge to cover basic cost incurred.", "Whilst thanking you of your attention,", "Best regards", "Diane Xuereb Finance Department\"", "Mr Chairman, kien dan il-gvern li waqqaf lill-Gozo Business Chamber, u għamel sew, pero' nikkritikah għall-fatt li messu taha għarfien legali.", "Din l-organizzazzjoni talbet sempliċiment biex tkun taf kemm kien hemm nies qegħda f'Għawdex fis-sena 2003 u 2004.", "L-ETC f'Għawdex ma tathiex din l-informazzjoni, imbagħad, l-ETC f'Malta talbet lis-Sur Saliba Lm5, u wara li saret taf li dan talab l-informazzjoni għan-nom tal-Gozo Business Chamber, talbitu Lm50.", "Fl-opinjoni tiegħi, dan m'huwiex il-mod ta' kif għandha tinġabar l-informazzjoni fil-gżira Għawdxija.", "Dan huwa mod qarrieq, fejn jinħeba kollox taħt it-tapit biex il- poplu Għawdxi ma jkollux stampa ċara tal-qagħda mwiegħra li teżisti fil- gżira Għawdxija.", "Nerġa' nisħaq dwar l-importanza li f'Għawdex ikollna sistema ta' regional accounts li taħdem bis-serjeta'.", "Aħna rridu li per eżempju meta napplikaw għall-fondi mill-UE, ma jkollniex problemi.", "Waħda mill-iktar affarijiet bażilari għall-UE hi li jkun hemm regional accounts li jkunu jirrispekkjaw tajjeb il-qagħda tar-reġjun.", "Jekk nibqgħu mexjin b'dan il-mod, li naħbu l- verita' mill-poplu Għawdxi, jekk ma nemmnux f'dawn l-elementi bażilari, u ċioe' li l-Gozo Business Chamber għandha dritt għall-informazzjoni, allura verament f'Għawdex inkunu morna l-baħar.", "Mr Chairman, punt ieħor li rrid nagħmel qabel nibda d-diskors tiegħi dwar il-budget jitratta dwar it-tweġibiet parlamentari.", "Kemm jien kif ukoll l- Onor. Justyne Caruana niddejqu li meta nagħmlu domandi parlamentari, ħafna drabi t-tweġiba tkun li r-risposta tingħata f'seduta oħra jew biex nagħmlu l-mistoqsija lill-ministru konċernat.", "Issa daħal mod ieħor qarrieq ta' kif il-politika tiġi amministrata.", "Meta wieħed jagħmel domanda parlamentari, din tgħaddi għand il-kap tad-dipartiment, li min-naħa tiegħu jgħid l- affarijiet kif inhuma, imbagħad ir-risposta tgħaddi għand il-ministeru għal Għawdex, li jibdilha kompletament biex fir-risposta jkun jidher dak li jrid jgħid dan il-ministeru.", "Dan huwa aġir żleali lejn il-membri tal-Kamra.", "Dawn huma affarijiet li m'għandhom isiru qatt, għax wara kollox aħna wkoll rappreżentanti tal-poplu, li għandu bżonn ikun jaf il-verita'.", "Aħna qegħdin hawn għall-verita'.", "Naħseb li jekk hawn ħaġa li kulħadd jaqbel dwarha huwa l-fatt li l-poplu jeħtieġ li jkun jaf il-verita'.", "Jekk inkomplu niżżuffjettaw bil-poplu Għawdxi, jekk nippruvaw nuruh stampa li ma teżistix, jekk nippruvaw naħbu minnu ċ-ċifri u l-figuri reali, żgur li ma nkunux qegħdin namministraw il-politika għall-gżira Għawdxija kif jixraq.", "Hemm bżonn li min għandu widnejn, jisma', u min għandu għajnejn, jara.", "Meta l-gvern jitmejjel bil-membri ta' l-oppożizzjoni, fl-aħħar mill- aħħar il-ballun jerġa' jiġi fil-bitħa tiegħu.", "Se ngħaddi issa biex nitkellem dwar il-budget.", "Naħseb li kulħadd jaf kemm il-poplu Għawdxi kif ukoll il-poplu Malti ġew imwiegħda rebbiegħa ġdida mill-partit Nazzjonalista.", "Wara li għandna Prim Ministru ''ġdid'', għax kulma ġara kien li bidel is-siġġu u l-karozza...", "Jien ma nafx kemm hu Prim Ministru ġdid għax bħal ta' qablu, huwa responsabbli għad- deċiżjonijiet ħżiena li ttieħdu, mhux biss fir-rigward ta' Malta iżda b'mod speċjali fir-rigward tal-gżira Għawdxija.", "Fi press conference li ta ftit wara l-budget, il-Prim Ministru ġie mistoqsi biex jiddeskrivi dan il-budget.", "Teżisti d-drawwa li kull budget jingħata aġġettiv, iżda l-Prim Ministru qal li jippreferi li lil dan il- budget ma jagħtih l-ebda aġġettiv.", "Jien ngħid li għandu raġun li ma jridx jagħtih aġġettiv, għax jekk xi ħadd jistaqsi lili dwar kif niddeskrivi lil dan il-budget ngħid li dan huwa budget li jgħaffeġ lill-ħajja soċjali minn kull aspett, jgħaffeġ lill-batut, lill-middle class u lil dawk kollha li jridu jkollhom ħajja tajba u trankwilla.", "Illum kulħadd jaf li minflok waslet rebbiegħa ġdida, waslet xitwa qalila.", "F'dan l-istadju jien nitlob lill-poplu Malti u Għawdxi biex jirrifletti ftit dwar sentejn jew tliet snin ilu, meta fil-mass meetings li kien jagħmel, il-partit Nazzjonalista kien iwiegħed ġenna fl-art.", "Ħadd mill- membri tal-partit Nazzjonalista qatt ma qal li ladarba fil-gvern, lill- poplu Malti u Għawdxi kien se jġiegħlu jagħmel daqstant sagrifiċċji, mhux lis-sinjur, iżda lill-middle class u liż-żgħir.", "Ħadd qatt ma qal li ladarba fil-gvern, il-partit Nazzjonalista kien se jgħabbi lill-poplu b'ruxxmata taxxi, li kien se jgħolli d-dawl u l-ilma bi 17%, li kien se jgħolli n-nollijiet tal-Gozo Channel mhux darba, iżda kultant żmien, li kien se jżid il-prezz tal-pitrolju, li kien se jwaqqaf is-servizz tal- helicopter, li kien se jkun hawn ħafna sensji.", "Meta sentejn ilu, wara r-referendum, il-partit Nazzjonalista kien għaddej bil-kampanja elettorali tiegħu, fl-ebda okkażjoni ma qal li kien se jagħmel dawn l-affarijiet kollha.", "Dakinhar kollox kien ward u żahar, kollox kien miexi fuq ir-rubini.", "Ilkoll niftakruhom il-posters ta' raġel b'tifla fuq spallejh, bil-kliem ''finanzi fis-sod''.", "Il-Ministru Giovanna Debono, f'dan il-parlament kienet tgħid li malli nissieħbu fl-Unjoni Ewropea, Għawdex kien se jiġi trattat bħala reġjun, kien se jkun hemm miljuni ta' liri ġejjin fil-gżira Għawdxija, il-problemi kollha kienu se jiġu eliminati.", "Dan kollu ma ntqalx xi għoxrin sena ilu iżda sentejn jew tlieta ilu.", "Meta l-gvern għadda l-liġi elettorali dwar il-membri parlamentari Ewropej, lil Għawdex ma tahx nifs, għadda liġi li bil-mod kif inhi, qatt ma jista' jkun hemm persuna Għawdxija fil-parlament Ewropew.", "Dan il-gvern għamel liġi biex jinqeda bl-Għawdxin ħalli jivvutaw lill-partit Nazzjonalista, pero' Għawdxin qatt m'għandu ċans Għawdxi jiġi elett fil-parlament Ewropew.", "Min hu dak il-Malti li se jivvota lil persuna Għawdxija ?", "Dan il-gvern qiegħed jinqeda bl-Għawdxin, iġiegħlhom jikkontestaw għall-elezzjoni biex ma jiġux eletti, basta l-partit Nazzjonalista jakkwista l-voti minn Għawdex.", "Ilkoll niftakru fil-ftaħir ta' dan il-gvern dwar il-fondi li kienu se jiġu mill-UE.", "Fir-rigward tal-protokoll Taljan, xi ħadd għaref jew bieżel fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex, naqas milli jagħmel is-somom sew, bir- riżultat li f'Malta qegħdin isiru xogħlijiet fit-toroq bil-fondi ta' l- Unjoni Ewropea, u f'Għawdex m'hu qed isir xejn minn dan.", "Dan qiegħed jiġri għax xi ħadd m'għamilx il-homework tiegħu tajjeb.", "Hemm bżonn li nfakkru lill-poplu dwar kemm il-membri tal-gvern kienu jitmejlu bil-kap ta' l-Oppożizzjoni meta kien jitkellem dwar id-deficit strutturali, meta kien jgħid li fil-pajjiż għandna ħofra li hemm bżonn li nikkurawha.", "Jien niftakar lil Dr. Bonello DuPuis, li llum qiegħed igawdi l-premju fl-Ingilterra, jgħid li money no problem.", "M'hu veru xejn li money no problem.", "Fil-mass meetings li kienu jsiru, l-Onor.", "Sant kien isemmi azjenda wara l-oħra li kienu se jkollhom jagħlqu, u fil-fatt hekk ġara, kollha spiċċaw biex għalqu.", "Sa f'din il-ġimgħa stess, f'Għawdex għalqet il-Merit.", "Sentejn ilu, ma konna nisimgħu xejn minn dan.", "Anzi, għall-kuntrarju konna nisimgħu li s-servizz tal-catamaran bejn iż-żewġ gżejjer huwa servizz soċjali.", "Issa, mhux talli spiċċa s-servizz tal-catamaran, talli spiċċa wkoll is-servizz tal-helicopter.", "Jien niftakar fil-plejtu li kien għamel il-partit Nazzjonalista għax il- gvern Laburista kien żied il-prezz tal-pitrolju b'5ċ!", "Issa li qiegħed fil- gvern, il-partit Nazzjonalista żied il-prezz tal-pitrolju bi 300 darba iktar minn dak li konna żidnih aħna.", "Kemm kienu għajtu b'qalbhom safja għax għollejna l-prezz tal-pitrolju b'5ċ!", "Kemm kienu għamlu plejtu dwar il- prezz tad-dawl u l-ilma, biex issa huma żiedu l-prezz ta' dawn is-servizzi bi 17%!", "X'battikata kienu ħadu għax kien żdied in-noll tal-Gozo Channel, biex issa dan in-noll, minn Lm2.50 diġa' żdied għal Lm3, jiġifieri żdied bi 30%, u f'Jannar li ġej se jerġa' jiżdied bi 8.3% oħra!", "Alla jbierek, f'daqqa waħda, wara l-elezzjoni kulħadd beda jsemmi lill- ħofra u lis-sagrifiċċji li rridu nagħmlu.", "Pero' s-sagrifiċċji qegħdin isiru mal-middle class u maż-żgħir.", "Il-Prim Ministru jgħid xi ħaġa li lili togħġobni ħafna, u ċioe' li għalkemm għamel surcharge ta' 17% fuq id-dawl u l-ilma, se jagħmlilna pjaċir għax nofs dan l-ammont se jbatih il-gvern, bħallikieku l-gvern m'huwiex tal-poplu.", "Il-Prim Ministru qiegħed jgħid lill-poplu li se jagħmlilna pjaċir għax nofs l-ispiża żejda se jħallasha l- gvern, bħallikieku l-Prim Ministru se jħallas din l-ispiża minn butu.", "Mhux mill-but tal-poplu Malti u Għawdxi se titħallas din l-ispiża!", "Mr Chairman, qiegħed insemmi dawn l-affarijiet, biex il-poplu jiftakar għalkemm dawn m'humiex affarijiet ta' żmien twil ilu.", "Meta tan-naħa l-oħra kienu jgħajruna biċ-ċikkulata u bit-televisions, għalkemm veru dakinhar ma kienx hawn ċikkulata u televisions, liż-żgħir konna tellajnih 'il fuq u tajnih ir-ruħ.", "Dakinhar, fil-pajjiż ma kienx għad fadal faqar.", "Per eżempju jien, li kont nattendi l-Universita', kont ningħata stipendju ta' Lm90 fix-xahar biex inkun nista' nista' nikkompeti ma' sħabi, li kienu wlied ta' imħallfin u tobba.", "Dakinhar, jekk m'għamilna xejn, liż-żgħir konna tellajnih għall-middle class, l-istess middle class li wara daret kontra l-partit Laburista.", "Jien m'iniex nitkellem għall-platea iżda qiegħed nitkellem minn qalbi, għax verament inħoss il-bżonn li lill-poplu nuruh il-verita'.", "Aħna batejna għax urejnih il-verita', imma llum il-poplu nduna li huwa l-partit Laburista li jgħid il-verita'.", "Dawk l-affarijiet li għedna li se jiġru, fil-fatt ġraw u li qalet in-naħa l-oħra, li money no problem, illum reġa' ġie kollox ma' wiċċha.", "Kif jgħidu, min ixarrbu jieklu l-bakkaljaw.", "Kif diġa' spjegajt, bir-rispett kollu lejh, kulma nara ġdid f'dan il-Prim Ministru hu li waqt li ta' qablu - u hawnhekk qiegħed nirriferi għall-ex- ministru John Dalli - qatt ma kien isemmi lill-Għawdex, l-Onor.", "Gonzi, kull darba li jitkellem qiegħed isemmi lill-Għawdex.", "Ma nafx għaliex irid ikun il-vuċi ta' Għawdex, imma kull darba li jitkellem, il-Prim Ministru jivvinta xi ħaġa dwar Għawdex.", "Daqqa jgħid ħaġa u daqqa jgħid oħra.", "Qabel ġie appuntat Prim Ministru kien jgħid li meta jilħaq prim ministru, lill-Għawdex kien se jagħtih vuċi.", "Darb'oħra ġie f'Għawdex u qalilna biex nistennew għax Għawdex m'huwiex fil-lista tal-prijoritajiet.", "Qalilna li hemm ħafna affarijiet iktar importanti minn Għawdex.", "Qalilna biex nistennew ħalli l-ewwel jiġu rranġati dawn il-prijoritajiet, imbagħad naraw x'inhuma l-problemi ta' Għawdex.", "Issa ġie fil-parlament u qalilna xi ħaġa oħra stupenda, u ċioe' li jixtieq li lill-poplu Għawdxi jagħtih iktar milli jagħti lill-poplu Malti, pero' għandu jdejh marbutin għax skond il-liġi, lil Għawdex ma jistax jagħtih iktar minn 40%.", "Se nikkwota eżatt x'qal il-Prim Ministru fir-risposta tiegħu għall-kritika tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni, biex wara ħadd ma jiġi jgħid li m'huwiex veru li ntqal hekk :", "\"Waħda mill-problemi li għandna, qiegħed inħares lejn id-deputati Għawdxin...\"", "- ħares lejna, qisu se jagħmlilna xi pjaċir ieħor –", "\"...", "Nixtiequ ninċentivaw lil Għawdex, ħafna nixtiequ ninċentivaw lil Għawdex.", "Taf x'inhi l-problema?", "Il-problema hi li għandna sistema ta' inċentivi li tgħidlek il-massimu ta' għajnuna li tista' tagħti Malta jew Għawdex.", "M'hemmx argumenti, hija daqshekk, mingħalija 40% ta' ċertu proġett.", "Xi ġralna?", "Matul is-snin dejjem tajna 40% lil kulħadd u allura jekk illum irrid ninċentiva xi ħaġa iżjed u nagħti xi ħaġa iżjed lil Għawdex, ma nistax għax irrid nagħti kollox lil kulħadd u allura, l-analiżi li trid isir illum hija : ejjew nagħżlu dawk is- setturi fejn naqblu li huma tajbin ħafna għal Għawdex, u dawk nagħtuhom l-inċentivi kollha.", "Pero' lil ħaddieħor, li m'għandux l- inċentivi kollha, nagħtuh parir, nagħtuh parti mill-inċentivi, imma ngħidu, jekk tiġi Malta, se tieħu hekk, pero' jekk tmur Għawdex se tieħu dan.", "Imma rridu nħaddmu rasna...\"", "- u verament iħaddimha rasu –", "\"... dan il-mod u mhux nitmellħu b'xulxin u ngħidu diskors li ma jfisser xejn.\"", "Dan huwa proprju dak li qegħdin nagħmlu.", "Qegħdin nitmellħu b'xulxin, qegħdin litteralment nitmellħu bil-poplu Għawdxi.", "Jien nixtieq li l-Prim Ministru jispjega bis-serjeta' l-biċċa xogħol ta' l-40%, għax ma nistax nifimha.", "Ġimgħatejn ilu, l-Onor.", "Austin Gatt, il-Ministru għall- Industrija, l-Investiment u t-Teknoloġija ta' l-Informatika, meta kien qiegħed jiddiskuti r-riżoluzzjoni ta' l-oppożizzjoni dwar is-sitwazzjoni ekonomika fil-pajjiż, qal hekk:", "\"Naħseb li wasal iż-żmien, u dan bdejnih issa, li nerġgħu nagħmlu target list differenti.", "Jien nemmen li parti minn din it-target list mhux biss trid tkun investiment kapitali jew investiment fil-higher end, pero' jrid ikun tip ta' investiment li jista' jagħmel tajjeb għal dak it-tip ta' ħaddiema li qegħdin jitilfu l-jobs fil-manufacturing industry tradizzjonali.", "Pero' dan ma nistgħux nagħmluh bl-inċentivi jew nibqgħu ffissati li l-fabbriki tal-clothing, il-fabbriki tal-jeans u l-fabbriki li huma lower end manufacturing se nbiddluhom bl-istess tip ta' fabbriki.", "Hawnhekk tidħol l-equation li hija ferm iktar diffiċli li nagħmluha, pero' li pajjiżi oħra diġa' għaddew minnha u għamluha.", "M'aħniex l-uniċi f'din it-tranżizzjoni, pero' nkunu uniċi jekk nasħbu li aħna protetti minn dak li jiġri madwarna fid-dinja.", "Spiċċa ż-żmien li Malta tista' tagħmel li trid.\"", "Għalhekk, meta wieħed jara dawn iż-żewġ dikjarazzjonijiet kontrastanti, inħoss li hemm bżonn li l-Ministru għal Għawdex tispjega dawn iż-żewġ binarji li huma totalment separati minn xulxin.", "Minn naħa, il-Prim Ministru qiegħed jgħid li jrid jagħti l-inċentivi lil Għawdex, pero' ma jistax għax għandu jdejh marbuta bl-40%, u min-naħa l-oħra, il-Ministru Austin Gatt qiegħed jgħid il-kontra, li ma jistax ikun li nagħtu l- inċentivi u li hemm bżonn li nbiddlu s-sistema tagħna u ngħaddu għal sistema u targets ferm differenti mill-manufacturing industry.", "Hawn taħwid ta' ideat, ideat kontrastanti għal xulxin, ideat li ma jagħmlux sens.", "Mr Chairman, lill-Prim Ministru rrid ngħidlu li dan m'hu veru xejn.", "Il- verita' hi li kull partit li kien hawn fil-gvern dejjem illeġisla b'diskriminazzjoni pożittiva favur Għawdex.", "Ħalli nagħti eżempju.", "Fl- industrija, għax konna nafu li hemm l-ispejjeż tat-trasport, il-Ministeru għal Għawdex dejjem ta inċentivi biex iħallas it-trasport bejn il-gżejjer mill-MDC, illum il-Malta Enterprise.", "Tajna inċentivi lill-bdiewa li jmorru f'Malta bix-xogħol fil-pitkalija, fejn konna inħallsulhom l-ispejjeż tat- traġitt.", "Tajna inċentivi u stipendji lill-istudenti u l-ħaddiema Għawdxin li jaħdmu f'Malta.", "Naħseb li illum wasal iż-żmien li mhux nagħtu 40%, kif qal il-Prim Ministru, iżda li nirranġaw il-pakkett ta' inċentivi, li nagħtu inċentivi differenti biex nattiraw lill-barranin ħalli jiftħu fabbriki fil-gżira Għawdxija.", "Ma jistax ikun li nkomplu mexjin bis-sistema li ngħidu li l- qasam industrijali tax-Xewkija spiċċa u ma jista' jsir xejn għax il-pagi fit-Tuneżija u fiċ-Ċina huma irħas minn dawk f'Malta.", "Ma jistax ikun li lil dawn il-fabbriki naqsmuhom f'huts żgħar u ngħadduhom lill-family concerns.", "Ma jistax ikun li nibqgħu ngħidu li f'Għawdex m'hemmx iktar lok għall- industrija.", "Dan huwa l-mod ta' kif għandha tiġi applikata l-politika għall- gżira Għawdxija, fejn il-ħażin jiġi esperimentat f'Għawdex, u t-tajjeb li jsir f'Malta ma jmurx f'Għawdex?", "Jien dejjem semmejt l-eżempju żgħir iżda importanti ta' l-arloġġ tal-kartun.", "Il-Ministru Austin Gatt f'Għawdex ġie jagħmlu dan l-esperiment, ma marx jagħmlu fid-distrett tiegħu!", "Kull Malti li jiġi jonfoq sold f'Għawdex, speċjalment jekk imur iżur l-Arcadia complex, jispiċċa bil-wardens jiġru warajh biex jaraw għandux l-arloġġ tal- kartun mal-windscreen tal-karozza, u jekk ma jkollux, iwaħħlu ċitazzjoni.", "Biex wieħed jipparkja f'Għawdex, irid jixtri arloġġ, li jiswa 25ċ.", "U liema Malti se joqgħod imur jixtri minn Għawdex, meta jaf li se jiltaqa' ma' dan il-hassle?", "F'Malta, ħlief f'xi distrett 'l hemm u 'l hawn, m'hemmx l-obbligu ta' l-arloġġ tal-kartun.", "Allura għandna nkunu aħna f'Għawdex li nibilgħu dawn l-affarijiet?", "Biex is-sitwazzjoni tkompli tagħqad, ġellidna lir-residenti tar-Rabat u tal- Fontana, minħabba l-blue sticker.", "Ma jistax ikun li dawn l-affarijiet jiġu esperimentati fil-gżira Għawdxija, imbagħad jitħallew għaddejjin.", "Fuq il- vapuri t'Għawdex hemm reklami li jgħidu li l-arloġġi tal-kartun, minn hemm jiswew 25ċ.", "X'jiġifieri jsiru dawn l-affarijiet fil-gżira Għawdxija, meta l-gvern jiftaħar li Għawdex huwa reġjun?", "Mr Chairman, bil-paroli jingħadu ħafna affarijiet.", "L-aħħar waħda li qal il- Prim Ministru - fejn ikkonferma li assolutament ma jafx x'inhuma l- problemi ta' Għawdex – hi li min japplika għad-dawl u l-ilma minn Jannar li ġej, irid jippreżenta lill-Enemalta l-irċevuti tal-VAT.", "Allura jekk nofs in-nies Għawdxin jagħmlu x-xogħlijiet kollha huma, x'se jiġri, se jiġu eżentati milli jippreżentaw l-irċevuti tal-VAT?", "U kif se nkunu nafu min għamel ix-xogħol hu u min qabbad lil ħaddieħor?", "Dawn huma affarijiet inkredibbli, li juru li fir-rigward ta' Għawdex, dan il-gvern ma jafx fejn irid jasal, m'għandux viżjoni għal din il-gżira.", "Huwa unitli li niġu hawn u noqogħdu nikkwotaw iċ-ċifri ta' kemm bnejna ħitan tas-sejjieħ eċċ. Dawn li semmejt jien huma affarijiet żgħar, li iżda jfissru ħafna.", "Kif diġa' spjegajt, f'paġna 52 tal-budget speech, il-Prim Ministru rrifera għal Għawdex – u ta' dan ngħidlu prosit, għax kulħadd ħa pjaċir li għamel din ir-riferenza - u qal li jeżistu tliet prijoritajiet li rridu naħdmu fuqhom biex nirranġaw is-sitwazzjoni ta' Għawdex.", "Semma' l-fatt li Għawdex huwa fil-periferija u għalhekk għandu iżolarita' doppja, il-fatt li f'Għawdex hemm fraġilita' soċjali tal-komunita', filwaqt li qal li jrid isaħħaħ lill-ekonomija tal-gżira.", "B'wiċċi minn quddiem, lill-Prim Ministru ngħidlu li ma jafx x'inhu jiġri f'Għawdex.", "Mhux veru li dawn it-tliet affarijiet biss huma prijoritajiet.", "Naħseb li Mr Speaker, l-Onor.", "Anton Tabone, jekk jisma' dan jibda jħabbat rasu mal-ħajt.", "Lill-Prim Ministru ngħidlu li nesa jsemmi żewġ prijoritajiet li huma fundamentali, prijoritajiet li aħna l-Għawdxin dejjem ħdimna għalihom.", "Il-Prim Ministru ma semmiex il-fatt li Għawdex għandu jiġi trattat bħala reġjun, xi ħaġa li għandha tkun prijorita' fuq kull prijorita' oħra.", "Aħna dejjem ħdimna għal dan l-għan, u hemm bżonn li nkomplu naħdmu għalih, għax jekk Għawdex ma jiġix meqjus bħala reġjun, mhux talli ma nakkwistawx mingħand il-Maltin, talli nitilfu dak li għandna, bħalma qiegħed jiġri.", "Prijorita' oħra importantissima hija dik li f'Għawdex ikun hemm sustainable development, mhux żvilupp għal sentejn, tlieta jew ħames snin imma żvilupp li jibqa' sejjer mal-medda tas-snin, biex Għawdex jiżviluppa u biex ċittadin minn Għawdex għallinqas ikun fl-istess livell ta' ċittadin mill- Mellieħa.", "Hemm bżonn li ma ninsewx lill-kunċett ta' reġjonalita'.", "Jeħtieġ li nirrikonoxxu l-fatt li Għawdex għandu problemi speċjali, li huma kemm kwalitattivi kif ukoll kwantitattivi, li għandhom bżonn ta' soluzzjonijiet partikolari.", "Hemm bżonn li nirikonoxxu wkoll il-fatt li huma l-Għawdxin li l-iktar li jafu x'inhuma l-problemi tagħhom, u għalhekk huma l-istess Għawdxin li l- iktar li jistgħu jsolvu dawn il-problemi.", "Kemm jista' jkun, ċittadin minn Għawdex għandu jingħata l-istess opportunitajiet ta' xogħol u ta' studju bħal kull ċittadin ieħor minn Malta.", "Kemm jista' jkun, għandhom jinġiebu lejn Għawdex l-istess servizzi li jeżistu f'Malta.", "Kemm jista' jkun ukoll, l-Għawdxin għandhom jaħdmu f'Għawdex.", "Għandna naraw li f'Għawdex ikun hemm żvilupp sostenibbli li wieħed jiftaħar bih.", "Jekk ma noqogħdux attenti biex lil Għawdex nittrattawh bħala reġjun, allura, kif diġa' spjegajt, nitilfu kull sens ta' tmexxija.", "Meta ngħid li lil Għawdex għandna nittrattawh bħala reġjun, irrid infisser kemm fl-isfera internazzjonali kif ukoll fir-relazzjonijiet tagħna ma' l-Unjoni Ewropea.", "Il-Prim Ministru semma' tliet prijoritajiet, fosthom il-bżonn li Għawdex ma jitħalliex iktar fil-periferija.", "Kif jista' jkun li Għawdex ma jitħalliex fil-periferija meta' għat-tieni darba f'seba' xhur, in-noll tal-Gozo Channel se jerġa' jogħla minn Lm2.50 għal Lm3, u f'Jannar li ġej se jerġa' jogħla b'8.3%?", "Kif jista' jkun li filwaqt li l-Prim Ministru qiegħed jgħid li ma jridx iħalli lil Għawdex fil-periferija, neħħa s-servizz tal- helicopter bejn iż-żewġ gżejjer?", "Issa l-gvern ġab l-iskuża li qiegħed jirranġa ma' kumpannija Spanjola biex iġib helicopter li jgħabbi 13-il persuna.", "F'daqqa waħda, dan il-gvern qiegħed jgħid ukoll li kien hemm applikazzjoni quddiem il-MEPA għall-estenzjoni tal-heliport.", "Il-gvern qiegħed jgħid dawn l-affarijiet biex jagħti l-impressjoni li huwa tant jemmen fis-servizz tal-helicopter bejn il-gżejjer li l-applikazzjoni li hemm quddiem il-MEPA qiegħda tiġi trattata.", "Dan mhux il-mod ta' kif wieħed jaħdem, iktar u iktar meta l-Ministru Giovanna Debono, f'dan il-parlament personalment wegħdet lill-poplu Għawdxi li malli jitla' gvern Nazzjonalista, mill-għada jibda jopera l-katamaran bejn iż-żewġ gżejjer, kemm fil-maltemp kif ukoll fil-bnazzi, għax dan huwa servizz soċjali.", "Kif tista' tissaħħaħ l-ekonomija ta' Għawdex, meta fix-xitwa, l-occupancy rate tal-lukandi tkun 40% inqas minn ta' Malta?", "L-oppożizzjoni ilha żmien twil tgħid li hemm bżonn li f'Għawdex ikun hemm golf course, casino, yacht marina, proġetti li kieku fl-1987 tkomplew, illum il-ġurnata huma lesti u qegħdin jagħtu l-frott.", "Issa, f'daqqa waħda, il-Prim Ministru qiegħed jgħid li hemm bżonn li nsaħħu lill-ekonomija t'Għawdex billi nagħmlu dawn il-proġetti.", "Il-Prim Ministru semma' wkoll il-fraġilita' soċjali li teżisti fil- komunita' Għawdxija.", "Għalkemm dan il-gvern jgħid li jemmen fis-servizzi soċjali, f'Għawdex hemm sitwazzjoni imwiegħra għall-aħħar.", "Huwa tajjeb li l-poplu jkun jaf li fis-sena 2003, f'Għawdex daħlu 119 –il każ soċjali, filwaqt li sa Novembru ta' l-2004 kienu daħlu 80 każ.", "Dan in-nuqqas jirriżulta mill-fatt li l-unika social worker li kienet ġiet ingaġġata fil- health department irriżenjat u ħadd ma ħa postha.", "L-akbar numru ta' każi soċjali f'Għawdex huma dawk ta' diffikultajiet fir- relazzjoni bejn il-miżżewġin.", "Matul is-sena 2004, numru sostanzjali ta' każijiet kienu dwar housing, fejn koppji żgħażagħ, single parents jew separated parents fittxew xi tip ta' għajnuna f'dan ir-rigward.", "Matul is- sena 2004, għall-ewwel darba f'Għawdex kien hemm każijiet ta' persuni jfittxu x-xogħol għax ġew redundant.", "Dawn in-nies, jew għax għalaq il-post tax-xogħol fejn kienu jaħdmu, jew għax ġew mitluba jmorru jaħdmu f'Malta, spiċċaw m'għandhomx biex idawru r- rota.", "F'Għawdex hemm nuqqas kbir ta' servizzi.", "Ma jeżisti l-ebda servizz ta' family therapy, ta' psikologu, ta' domestic violence counselling, ta' shelter għall-irġiel abbużati - fil-fatt, f'Novembru li għadda kien hemm każ fejn persuna tħalliet fit-triq għax sabet ruħha mingħajr dar - ta' shelter għas-subien ta' 'l fuq minn 12-il sena, li jispiċċaw bla dar u ta' crisis intervention.", "Is-servizz tad-detox f'Għawdex huwa limitat ħafna, tant li l-klijenti jiġu mitluba jmorru f'Malta, anke meta jkollhom sintomi qawwija ta' withdrawals u allura jkunu soġġetti li sakemm jaslu f'Malta, jaqgħu u jitkaxkru mal- kurrent.", "Għalkemm numru ta' drug addicts jilmentaw dwar dan, l-ilmenti tagħhom jaqgħu fuq widnejn torox.", "Is-servizz tad-detox f'GĦawdex, li fil- passat kien tant effettiv, issa waqaf għal kollox.", "L-anzjani Għawdxin qegħdin jilmentaw ħafna mis-servizz tal-home help, li qiegħed jitmexxa minn persuni mhux kwalifikati u li għal dawn l-aħħar seba' xhur lanqas biss għandu head.", "Pazjenti anzjani fl-isptar qegħdin jintbagħtu fir-residenza Sant'Anna, dan peress li m'hemmx biżżejjed infermiera.", "Qiegħed ngħid dan kollu biex wieħed joqgħod attent qabel jitkellem u jiftaħar dwar is-servizzi soċjali.", "Wara li l-Prim Ministru elenka l-prijoritajiet li semmejt, qal li issa nduna li f'Għawdex – u dawn huma verament affarijiet tal-biki – hemm bżonn li jinbnew golf course, casino, dive site, u decompression chamber, u jinbdew il-proġetti ta' Chambrai u tal-Ġgantija.", "Dawn m'humiex l-istess xogħlijiet li kien ippjana li jagħmel il-gvern Laburista ta' l-1997?", "Dak li ppjana li jagħmel il-gvern Laburista ta' seba' snin ilu, dan il-gvern qiegħed jippjana li jagħmlu fil-ħames snin li ġejjin.", "Mela fl-1997, dawn il-proġetti ma kenux tajbin, u issa, il-Prim Ministru qiegħed jgħid li jrid jagħmilhom.", "F'Għawdex, lil persuna li tkun trid tagħmel ħoss biss ngħidulha tromba.", "Naħseb li m'hemmx aġġettiv aħjar għad-diskors li qiegħed jgħid il-Prim Ministru fir-rigwrd ta' Għawdex, għax verament huwa tromba li jagħmel ħoss pero' ma jasal imkien.", "Il-partit Laburista ilu żmien twil jgħid li dawn il- proġetti għandhom isiru, u issa hawn tromba li qiegħda ddoqq u li mingħaliha li qiegħda tagħti l-impressjoni li dawn l-affarijiet se tibdihom hi.", "Matul dawn l-aħħar ħames snin, speċjalment f'din l-aħħar sena, ittieħdu ħafna deċiżjonijiet żbaljati, li ħafna drabi kienu jmorru kontra l- prinċipji ta' solidarjeta', ta' sussidjarjeta', ta' wens, deċiżjonijiet li jinjoraw kompletament lill-prinċipju bażilari li Għawdex għandu jiġi trattat bħala reġjun.", "Se nibda nelenka ftit mid-deċiżjoniijet żbaljati li ttieħdu matul din is-sena, b'detriment għall-gżira Għawdxija.", "L-ewwel deċiżjoni ħażina li ttieħdet kien l-għeluq tal-biċċerija, għax xi tromba oħra fil-Ministeru għal Għawdex ma kenitx lesta li tirranġa l- affarijiet fil-biċċerija t'Għawdex qabel pajjiżna jissieħeb fl-Unjoni Ewropea.", "Mhux talli l-biċċerija ingħalqet, talli issa, il-bidwi u r-raħħal qiegħed jiġi mġiegħel jinżel darbtejn jew tlieta fil-ġimgħa biex joqtol f'Malta, bi spejjeż tiegħu, imbagħad irid jerġa' jitla' bil-laħam f'Għawdex.", "Minħabba f'hekk, fil-biċċerija t'Għawdex qiegħed isir qtil illegali.", "Dan ġie rapportat anke f'\"It-Torċa\", u bil-permess tiegħek, Mr Chairman, nerġa' nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra ritratti ta' karkassi ta' annimali li qegħdin jinqatlu fil-biċċerija t'Għawdex.", "Jiena nixtieq tweġiba dwar x'inhu jiġri fil-biċċerija t'Għawdex, fejn għalkemm din hija magħluqa, xorta qegħdin jinqatlu l-annimali fiha.", "Bil- permess tal-Kamra, nixtieq inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tmien ritratti li juru l-istat attwali tal-biċċerija f'Għawdex.", "F'Għawdex se tingħalaq ukoll l-MDP.", "Il-pjanijiet huma li l-makkinarju kollu li din il-kumpannija għandha f'Għawdex, jinġieb f'Malta.", "Mela issa f'Għawdex se nispiċċaw mingħajr makna tal-ħalib.", "Ingħalaq il-heliport u tneħħa s-servizz tal-helicopter, filwaqt li ftit żmien ilu tneħħa wkoll is-servizz tal-catamaran.", "Bl-iskuża ta' l-MCAST f'Għawdex, ingħalqu l-iskola Kelinu Galea u l-iskola tas-snajja' tal-ġebel.", "Ftit ilu għaddiet il-liġi dwar il-heritage Malta, li b'riżultat tagħha, l- armerija f'Għawdex ingħalqet biex inbidlet f'uffiċju bl-aluminju. il-poplu Għawdxi għadu ma jafx x'sar mill-esebiti fl-armerija, bħalma għadu ma jafx x'sar mill-fdalijiet tal-Brockdorff Circle.", "Dawn huma proprjeta' tal-poplu Għawdxi.", "Meta l-partit Laburista kien fil-gvern, niftakar li kien ippjanata li dawn jiġu esebiti fil-livell t'isfel, fejn hemm is-sala l- kbira, iżda sal-lum għadna ma nafux fejn jinsabu dawn l-esebiti.", "Il-kuntratti kollha li kien hemm f'Għawdex, spiċċaw.", "Fejn qabel wieħed kien jagħmel riċerka bi ftit flus, illum irid imur fil-public registry biex jimla formola, iħallas il-flus, jekk iridhom fast track iħallas id-doppju, l-applikazzjoni tmur f'Malta, għax il-kuntratti t'Għawdex marru f'Malta, u wara ftit jirċievi l-informazzjoni.", "Jekk ikun ħallas għall-fast track, jirċeviha wara ġimgħa u jekk le jirċeviha wara tliet ġimgħat.", "Tneħħa s-sussidju tat-trasport tal-Gozo Channel.", "Il-famużi ħaddiema fil- bars tal-Gozo Channel ġew imkeċċija, u llum qiegħed nistenna lill-Ministru Giovanna Debono biex tgħid kif dawn il-ħaddiema daħlu jaħdmu hemm u kif issa spiċċaw barra.", "Anke l-ħaddiema fil-heliport intbagħtu Malta.", "Fl-isptar ġenerali ta' Għawdex hemm nuqqas kbir ta' nurses, bir-riżultat li kif diġa' għedt, ħafna anzjani li suppost qegħdin fis-sala Sant'Anna, issa qegħdin fil-kuriduri tas-sala tan-nisa.", "Il-fabbriki kollha f'Għawdex, ingħalqu.", "Il-lukandi 4-star u 5-star għalqu jew se jagħlqu.", "Ħafna minnhom se jiġu konvertiti fi flats, filwaqt li dawk li se jibqgħu miftuħin, se jagħlqu għax-xhur tax-xitwa.", "In-nassaba ma tħallewx japplikaw għall-permess ta' l-insib.", "It-testijiet tal-vetturi jridu jsiru f'Malta.", "Biex bidwi japplika għas- sussidju mill-Unjoni Ewropea, irid imur Malta.", "Is-self-employed li ilhom żmien twil jiġu mwiegħda li jingħataw il-famużi huts, għadhom ma ngħatawx xejn.", "Iċ-ċentru ta' l-arbitraġġ li se jitwaqqaf f'Għawdex, ħadd għadu ma jaf x'inhu.", "Iċ-ċentru ta' l-universita' f'Għawdex tnaqqsu l-courses, bl-iskuża li m'hemmx flus.", "Kif diġa' spjegajt, bqajna mingħajr golf course u mingħajr yacht marina, filwaqt li ġie abbandunat għal kollox il-bini tal-mollijiet taċ-Ċirkewwa u tal-car park fl-Imġarr.", "Il-fatt li Għawdex sejjer ħażin m'iniex qiegħed ngħidu jien biss imma qiegħed jgħidu l-poplu kollu.", "F'Lulju 2003, il-Gozo Business Chamber qalet hekk:", "\"Is-sitwazzjoni ekonomika f'Għawdex sejra lura.", "F'Għawdex qegħdin jintilfu ħafna impjiegi.", "Mingħajr is-sussidju fuq it-trasport bejn Malta u Għawdex, ftit hemm il-possibilta' li l-industrija f'Għawdex ikollha futur.", "F'Għawdex, minflok jiżdied l-investiment, dak li hemm qiegħed jitlaq.\"", "F'Novembru tas-sena 2003, f'intervista' li ta, l-iSpeaker Anton Tabone qal li kien jassumi li s-servizz tat-trasport bl-ajru m'huwiex se jitwaqqaf.", "Qal ukoll li fl-aħħar snin, f'Għawdex kien hemm nuqqas ta' proġetti nazzjonali u li Għawdex għandu bżonn ta' iktar attenzjoni.", "Fi Frar 2004, f'intervista li ta lil \"The Times\", l-Isqof Nikol Cauchi qal li Għawdex mar lura għal żmien ta' kriżi fil-qasam tax-xogħol.", "Fl-istess xahar, il-Gozo Business Chamber qalet li l-ikbar prijorita' f'Għawdex għandha tkun il-kwestjoni tal-qgħad, li fl-aħħar xhur saret problema dejjem iktar serja.", "Qalet ukoll li meta f'Għawdex, 300 persuna jitilfu x-xogħol, l-impatt ikun daqslikieku tagħlaq it-tarzna f'Malta.", "Il-Gozo Business Chamber qalet ukoll li Għawdex għandu jkun reklamat bħala destinazzjoni turistika separata.", "Il-lukandi f'Għawdex jinsabu għaddejjin minn żmien diffiċli u l-fatt li f'dik li hija pubbliċita', Malta tingħata prijorita' fuq Għawdex, żgur li ma jgħinx.", "F'April 2004, il-Prim Ministru Lawrence Gonzi qal li l-gvern għandu f'moħħu ħafna proġetti għal Għawdex, li permezz tagħhom jinħolqu iżjed postijiet tax-xogħol.", "F'Awissu 2004, il-Gozo Business Chamber qalet li tinsab imħassba dwar is-sitwazzjoni ta' l-impjiegi f'Għawdex.", "F'Settembru 2004, Joe Muscat, is-segretarju ta' l-assoċjazzjoni tat-turiżmu f'Għawdex qal li r-ristoranti f'zoni turistiċi ewlenin, bħax-Xlendi, qegħdin jagħlqu fl-10 p.m. Is-sitwazzjoni ilha ma tkun ħażina daqshekk għal mill-inqas 25 sena.", "Joe Muscat ilmenta wkoll li kien biss issa li l-assoċjazzjoni saret taf bid- dettalji ta' l-iskeda tax-xitwa tal-Gozo Channel, avolja l-operaturi turistiċi jkunu jridu jafu dawn id-dettalji sa minn sena minn qabel.", "Fl- istess ħin, m'huwiex magħruf jekk huwiex se jkun hemm is-servizz tal- helicopter jew le.", "F'Settembru 2004, Dr. Michael Caruana, il-president tal-Kamra tal-Kummerċ qal li Għawdex m'huwiex qiegħed jingħata l-attenzjoni li għandu bżonn biex jegħleb il-problemi ta' nuqqas ta' negozju u ta' nuqqas ta' investiment li qiegħed isib illum.", "Hemm bżonn li kulħadd jibda verament jaħdem biex isosti lil dawk li jridu jinvestu f'Għawdex.", "Dr. Caruana qal ukoll li l- awtoritajiet statali saru qishom monstri, li iktar ixekklu milli jgħinu lil min irid jaħdem.", "Dan m'iniex qiegħed ngħidu jien imma qegħdin jgħiduh persuni importanti, li jafu x'inhu jiġri f'Għawdex.", "F'\"The Sunday Times\" tal-5 ta' Diċembru ta' din is-sena, ġie rapportat hekk:", "\"The Gozitans feel that the government is not delivering.", "Gozo indeed expects the government to make an immediate transition from verbosity to verity.\"", "Fir-rigward tal-qasam turistiku, fit-13 ta' Settembru 2004, l-istess ġurnal kien irrapporta hekk:", "\"Tourists walking away: Tourism figures in Gozo, this summer, went down by 20% to 30%, compared to 2003.", "No trolley service, no night ferries, unfinished terminals at Ċirkewwa and Mġarr, no helicopter service.", "Il-gazzetta \"The Malta Independent\", fl-14 ta' Settembru ta' din is-sena, fir-rigward ta' l-ewwel sitt xhur tas-sena 2004, qalet hekk:", "\"Tourist expenditure in Gozo and Comino falls by 21%.\"", "Din il-gazzetta kompliet tgħid li filwaqt li f'Malta, in-numru ta' night tourists żdied b'9.3%, f'Għawdex dan niżel għal 5.9%.", "\"The Times\" ta' l-Erbgħa, 16 ta' Ġunju, 2004, qalet li fl-ewwel tliet xhur ta' din is-sena kien hemm tnaqqis ta' 9,776 passiġġier, jew 1.5%, li qasmu bejn il-gżejjer bil-Gozo Channel.", "Fil-ħarġa tat-23 ta' Novembru, 2004, ta' l-istess ġurnal stajna naqraw li sa Ġunju 2003, l-occupancy level fil-5-star hotels f'Malta naqas b'70.3%, filwaqt li sa Ġunju 2004, dan it-tnaqqis kien ta' 65.1%.", "Fil-5-star hotels f'Għawdex, sa Ġunju 2003 kien hemm tnaqqis ta' 79.1% u sa Ġunju 2004, dan it-tnaqqis kien ta' 67.3%.", "Jekk wieħed janalizza ftit liċ-ċifri jsib li bejn Jannar u Lulju ta' din is- sena, it-turiżmu f'Għawdex naqas b'Lm600,000, jiġifieri b'20%, minn Lm3.1 miljuni għal Lm2.5 miljuni.", "Matul dawn l-aħħar 19-il xahar, minn kull 100 turist li ġew f'pajjiżna, inqas minn tnejn marru f'Għawdex.", "Minn kull Lm100 li nefqu t-turisti f'Malta, inqas minn Lm2 intefqu f'Għawdex.", "Fir- rigward ta' l-iljieli li t-turisti jqattgħu f'Malta, f'Għawdex iqattgħu inqas minn żewġt iljieli.", "Il-gazzetta \"The Times\" tat-3 ta' Diċembru, 2004, irrapportat li l-Ministru Giovanna Debono qalet li se tagħmel social and economic devolopment plan għal Għawdex.", "Din hija tromba oħra tal-Ministru Debono.", "Issa, fis-sena 2005 se tagħmlu dan il-pjan!", "Allura sal-lum ma kienx hemm pjan biex it- turiżmu f'Għawdex jieħu l-ħajja?", "Issa l-Ministru qiegħda tinduna li Għawdex jinsab miexi mingħajr pjan u allura laqqgħet lill-ħaddiema biex tagħmel pjan ħalli fil-ħames snin li ġejjin, Għawdex jimxi 'l quddiem.", "F'\"The Malta Independent\" ta' l-4 ta' Diċembru, 2004, il-Ministru Ninu Zammit ftaħar li f'Malta tneħħew 16,000 tunellata ta' illegally dumped rubbish.", "Jien nistaqsi lill-Ministru Debono dwar kemm minn dawn is-16,000 tunellata tneħħew minn Għawdex.", "Fil-ħarġa tal-31 ta' Lulju, 2004, ta' l-istess ġurnal, Il-Ministru Ninu Zammit qal li ntefqu Lm1 miljun fuq embellishment.", "Tista' l-Ministru Debono tgħidilna x'ħa Għawdex minn dawn il-Lm1 miljun?", "Fix-Xlendi, mhux talli ma sarx embellisment, talli għal kull fanal li jitqaċċat, minflok isir ieħor timtela l-ħofra bis-siment biex żgur ma jsirx ieħor.", "L-arloġġ li hemm fix-Xlendi spiċċa jaqa' biċċa biċċa fuq in-nies.", "Din hija sistema ta' għajb, ta' stmerrija.", "Mill-protokoll Taljan, Malta ħadet Lm14 –il miljun, filwaqt li mill- istructural funds ta' l-UE, se tieħu Lm54 miljun.", "Għawdex kemm se jieħu minn dawn il-fondi?", "Iċ-ċentru komunali f'Għawdex, li dwaru sar ħafna ftaħir fejn saħansitra l-Prim Ministru kien laqqa' lill-kabinett f'Għawdex, meta se jasal?", "Issa hemm Lm5,000 vvutati għal dan iċ-ċentru, u għalhekk forsi tibda titqiegħed l-ewwel ġebla.", "It-terminal ta' l-Imġarr meta se jitlesta?", "Il-helicopter service meta se jibda jopera?", "Il-yacht marina, il- Casino u l-golf course meta se jsiru?", "Min applika għall-golf course snin twal ilu, fl-1997, fi żmien gvern Laburista, kien ingħata l-go ahead imma sal-lum, dan il-gvern għadu jitmejjel b'dawn in-nies, avolja jgħid li jrid jibni golf course f'Għawdex.", "Kull interess barrani li kien hemm fl-Andar Hotel, fid-Duke of Edinburgh Hotel u fl-Imġarr Hotel biegħ sehmu, biex issa, kull investiment f'dawn il-lukandi huwa Għawdxi, li l-interess tiegħu hu li jibni l-flats.", "Dan hu l-mod ta' kif irridu nattiraw lill-Maltin u lill-barranin lejn Għawdex?", "Kull Malti u kull barrani li kellu investimenti f'GĦawdex, biegħ sehmu u telaq.", "Illum kont qiegħed nitkellem ma' owner ta' lukanda li qalli li biż-żidiet fil-prezz tal-pitrolju, tad-dawl u ta' l-ilma, se jkollu bżonn ta' Lm500 iktar kull xahar biex jopera l-lukanda tiegħu.", "Għalhekk iddeċieda li jagħlaq il-lukanda fix-xhur tax-xitwa u jerġa' jiftaħha fis- sajf.", "Din hija s-sitwazzjoni tal-biki li jinsab fiha Għawdex.", "Huwa għalhekk li jien għedt li dan il-budget għaffeġ lil Għawdex.", "Ma jistax ikun li lukanda f'Għawdex tibqa' tikkompeti, meta żdiedu daqshekk piżijiet.", "Għalkemm niftaħru li qegħdin nagħtu attenzjoni lill-qasam tad-diving, jien ninsab infurmat li hemm bżonn li jkun hemm servizz informattiv.", "Għaliex m'għandux isir dan?", "Għalkemm niftaħru bin-niċeċ li hemm f'Għawdex, m'hemm l-ebda servizz informattiv u sempliċi għat-turisti, ma jeżistux tabelli b'tagħrif dwar dive sites jew mapep ta' taħt il-baħar, bil-pjan ta' emerġenza, bl-isem tas-sit, eċċ.", "Aħna ilna żmien twil ngħidu li jekk verament nemmnu fid-diving, hemm bżonn li jkun hemm parking addattat fejn id-dive sites.", "Min imur fid-Dwejra jara li d-divers ibiddlu fuq iż-żrar oħxon, maħmuġ biż-żjut, qalb id-duħħan tal- karozzi tal-linja u l-generators tal-ħwienet tal-ġelat.", "Ilna żmien twil ngħidu wkoll li fejn hemm id-dive sites m'għandux isir sajd, li f'dawn id- dive sites għandhom jiġu mgħarrqa iktar vapuri u li hemm bżonn li ma jitteħdux deċiżjonijiet li jagħmlu ħsara lill-qasam tad-diving.", "Qiegħed jingħad li n-Nature Trust qiegħda tippjana biex ma tħallix vetturi tad-divers jidħlu fl-inland sea fid-Dwejra.", "Jekk dan isir, tkun ingħatat daqqa' ta' ħarta lid-diving għax ma jistax ikun li diver iġorr apparat tqil bil-mixi, fix-xemx, biex imur fl-inland sea tad-Dwejra.", "Qiegħed jiġi ppjanat ukoll li fid-Dwejra jiġi limitat in-numru ta' divers filwaqt li jsiru restrizzjonijiet biex id-divers ma jidħlux f'ċerti għerien.", "Min hu interessat fid-diving qiegħed jgħid li meta jsir il-waste transfer station f'Imġarr ix-Xini, għandha tingħata attenzjoni speċjali biex ma jkunx hemm leakages ta' materjal tossiku fil-blat, għax inkella dan jispiċċa fil-wied ta' l-Imġarr u eventwalment fil-bajja, li hija waħda mill-iktar popolari.", "Huwa veru li mill-Unjoni Ewropea hemm ippjanat li d- diving f'Għawdex jieħu Euro 1.1 miljun, pero' jien nistaqsi meta se jitlesta l-famuż tender biex inkunu nistgħu nibbenefikaw minn dawn il- fondi?", "Suppost li dawn il-Euro 1.1 miljun sejrin għad-decompression chamber ta' l-isptar, li se jkun ferm iżgħar milli qalet il-Ministru, għal rack ġdid għax-Xatt l-Aħmar, biex isir inventarju, master plan dwar id-dive sites f'Għawdex, kif trid il-MEPA, u għal advertising fid-dive magazines Ewropej.", "Mr Chairman, issa se ngħaddi biex nitkellem ftit dwar is-sitwazzjoni tal- qgħad fil-gżira Għawdxija.", "Jgħid x'jgħid, dan il-gvern għandu record tal- qgħad.", "Jien nikkalkula li llum għandna l-ogħla ċifra ta' dawk li jirreġistraw għax-xogħol, mill-1996.", "Illum għandna bejn 700 u 800 persuna li qegħdin jirreġistraw għax-xogħol u 55% ta' dawk li qegħdin jirreġistraw għax-xogħol f'Għawdex għandhom inqas minn 30 sena.", "F'Malta, 41% tal- persuni bla xogħol għandhom inqas minn 30 sena.", "Bejn Settembru 2003 u Settembru 2004, il-qgħad f'Għawdex fost dawk li għandhom 45 sena jew iktar, żdied b'9%.", "F'Għawdex, 18% tal-persuni kollha bla xogħol għandhom 45 sena jew iktar.", "Ċifri pubblikati fil-business promotion policy, li kien maħruġ mill-istess Ministeru għal Għawdex jgħid li fil-31 ta' Jannar 2002, kien hemm 839 persuna taħdem fil-qasam industrijali tax-Xewkija.", "Fil-preżent, f'dan il- qasam industrijali hemm jaħdmu 228 raġel full-time u 20 part-time, b'kollox 248, filwaqt li hemm jaħdmu 199 mara full-time u 16-il mara part time, b'kollox 215. it-total ta' ħaddiema fil-qasam industrijali tax-Xewkija, f'Novembru 2004 kien ta' 463 persuna, jiġifieri 376 persuna inqas minn Jannar 2002.", "Rigward il-qasam tal-manifattura, il-Ministru Giovanna Debono, fir-risposta tagħha għall-kritika tal-budget tas-sena l-oħra, kienet qalet dawn il- preċiżi kelmiet:", "\"Il-prospetti li xi darba jerġa' jkollna f'Għawdex fabbriki mdaqqsa, huma 'l bogħod ħafna, biex ma ngħidux li ma jeżistux, speċjalment għall-esportazzjoni tal-prodotti tagħhom.", "Qiegħda nirreferi għas- setturi tat-tessuti, taż-żraben, tal-ħwejjeġ u affarijiet oħra.\"", "Jiena ngħid jekk konna nafu li s-setturi tradizzjonali tal-manifattura, fil- lower end, mhux fil-higher end, telqu minn Malta u Għawdex, jekk konna nafu li investituri Maltin, aħseb u ara barranin, qegħdin jitilqu lejn Tuneż fejn il-pagi huma nofs dawk li jitħallsu f'pajjiżna, għaliex ma ħadniex azzjonijiet rimedjali?", "Jekk konna nafu li f'Għawdex ma stajniex inżommu iktar lis-suq tal-manifattura, għaliex qatt ma ħsibna biex nippruvaw nissostitwixxu l-impjiegi li ntilfu f'dak il-qasam b'attivita' oħra?", "Għaliex qatt ma rajna li l-impjiegi li kienu qegħdin jintilfu f'dan is- settur, jiġu channelled għal setturi oħrajn?", "Hemm bżonn li fil-qasam tal-manifattura, nibdlu t-targeting sectors tagħna.", "Irid ikun hemm re-engineering ta' l-istrateġiji u tat-targets.", "Jekk f'Malta kien hemm suċċess bil-qasam tal-hire and manufacturing, għaliex ma ħsibniex biex f'Għawdex isir l-istess?", "Jekk f'Malta, il-Malta Enterprise approvat Lm25 miljun f'investimenti ġodda fuq proġetti ta' aktar minn Lm0.75 miljun, għaliex f'Għawdex ma sar xejn?", "Kif spjegajt, ir-riżultat ta' dan kollu huwa li fil-qasam industrijali tax-Xewkija, kien hemm l-agħar riżultat li gvern qatt jista' jakkwista.", "Fir-rigward tal-qasam edukattiv, huwa mportanti li nkunu konxji mill-fatt li dan huwa msejjes fuq żewġ binarji, u ċioe' it-tmexxija tat-tagħlim in ġenerali jew it-trobbija tajba fl-imġieba fl-iskola u l-ħolqien ta' strutturi u infrastruttura biex ikun jista' jiġi żviluppat l-istess tagħlim sistematiku.", "Jekk f'Għawdex, l-ewwel binarju qiegħed jiġi sostnut, mhux l- istess jista' jingħad għat-tieni wieħed, speċjalment f'din is-sena li waslet biex tispiċċa.", "Jien irrid infakkar lill-poplu li bejn l-1 ta' Novembru 1996 u l-5 ta' Settembru 1998, jiġifieri meta l-partit Laburista kien fil-gvern, il-qasam edukattiv f'Għawdex ingħata spinta qawwija 'l quddiem.", "Ta' min isemmi li f'dan iż-żmien kien ġie inawgurat ċentru ġdid għat-taħriġ fil-computer għall-għalliema fl-iskejjel primarji, li qabel kienu jmorru fis-Swatar biex jirċievu dan it-taħriġ.", "Kien tlesta wkoll ix-xogħol fuq il-Lunzjata centre, għall-użu ta' field work mill-istudenti ta' dan iċ-ċentru.", "Barra minn hekk, fl-iskola primarja tan-Nadur kienu saru xogħlijiet ta' toilets ġodda għal persuni bi bżonnijiet speċjali.", "Fl-istess perjodu kienu ħarġu sejħiet għal offerti għall-kostruzzjoni ta' laboratorju ġdid tax-xjenza fl- iskola Sir Michelangelo Refalo, f'Victoria.", "Illum, dan il-proġett formidabbli sewa 'l fuq minn Lm200,000.", "Mr Chairman, jidher biċ-ċar li fil-qasam edukattiv f'Għawdex, dan il-gvern m'għandu l-ebda viżjoni.", "Hemm nuqqas ta' għalliema, speċjalment fis-settur post-sekondarju.", "Fl-iskola Sir Michelangelo Refalo hemm studenti li sal- ġurnata tal-lum kienu għadhom mingħajr għalliem tal-bioloġija.", "Proprju llum ġiet mimlija din il-vacancy, wara tliet xhur.", "Il-Ministru għal Għawdex damet tliet xhur biex intervjeniet biex dan il-post imtela'.", "B'riżultat ta' dan, hemm ħafna frustrazzjoni fost l-istudenti, li ħafna minnhom kellhom imorru f'Malta għal-lezzjonijiet f'dan is-suġġett.", "Rigward iċ-ċentru ta' l-MCAST f'Għawdex, għalkemm sar ħafna ftaħir, jirriżulta li ħafna mill-istudenti qegħdin jippreferu li japplikaw għal korsijiet fl-MCAST f'Malta, peress li ħafna mill-korsijiet m'humiex provduti f'Għawdex.", "Xi skejjel primarji f'Għawdex għadhom mingħajr assistent kap, filwaqt li hemm nuqqas kbir ta' fondi.", "Hemm bżonn li l- Ministru tgħidilna x'inhi tagħmel il-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada fil-gżira Għawdxija għax sal-lum, għalkemm f'Malta, din nefqet il-miljuni, f'Għawdex għadha m'għamlet xejn.", "Fl-iskola sekondarja tas-subien Ninu Cremona, għalkemm kien inxtara lift u sar il-concrete għalih, ilu tliet snin taħt it-taraġ.", "Il-persuna bi bżonnijiet speċjali li għaliha suppost li sar dan il-lift, dalwaqt titlaq minn din l-iskola u l-lift għadu ma twaħħalx.", "Sur President, xtaqt li kelli iktar ħin għad-dispożizzjoni tiegħi biex nitkellem dwar il-qasam tas-saħħa u dwar il-kunsilli lokali.", "Nagħlaq billi ngħid li hemm bżonn li fil-każ ta' Għawdex, isir ippjanar bis-serjeta'.", "Lil Għawdex, li llum huwa marid, trid issirlu dijanjosi, irridu naraw x'inhuma l-problemi f'din il-gżira.", "Spiċċa ż-żmien li nkomplu nidħku bil- poplu u nitfgħu kollox taħt it-tapit.", "Spiċċa ż-żmien tal-ftaħir.", "Illum mhux il-partit Laburista biss imma kulħadd jirrikonoxxi li f'Għawdex hemm problemi kbar u li l-gvern m'għandux viżjoni, m'għandux sens ta' direzzjoni.", "Kif qal Cremona, dan huwa vapur bla kaptan, bla direzzjoni, miexi għal rasu, fejn ħadd ma jaf huwiex se jaħbat ma' xi skoll jew huwiex se jegħreq.", "Għalhekk hemm bżonn li flimkien naħdmu bis-serjeta` ħalli fl- aħħar, lil Għawdex tagħna nagħtuh sens ta' direzzjoni.", "Qabel nagħlaq nixtieq nitlob il-permess biex inqiegħed xi dokumenti fuq il-mejda tal-Kamra.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "ANTON REFALO: Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' ittra datata 18 ta' Novembru 2004 mibgħuta mill- Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ lill-Gozo Business Chamber dwar \"Quotation No. 133\";", "Diversi ritratti ta' l-inħawi tax-Xlendi, Għawdex; u", "Diversi ritratti meħudin fil-biċċerija ta' Għawdex.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Justyne Caruana.", "ONOR.", "JUSTYNE CARUANA: Sur President, nibda dan id-diskors billi nirringrazzja lill-kollega tiegħi, l-Onor.", "Anton Refalo, għad-diskors imqanqal li għadu kemm għamel.", "Meta kien f'Għawdex, il-Prim Ministru qalilna biex nieħdu ftit paċenzja għax hemm prijoritajiet oħrajn qabel il-bżonnijiet ta' Għawdex.", "Ovvjament, dan ma niżilx tajjeb ma' ħafna Għawdxin u għalhekk, biex il-gvern ibenġel dak li kien qal, ra kif għamel sensiela ta' laqgħat fejn Għawdex beda jiffigura iktar waqt diskussjonijiet, dokumenti eċċ. Pero', bir-rispett kollu, l-interess ta' Għawdex għandu jkun wieħed kontinwu u kostanti, mhux meta u kif jaqbel biss.", "Aħna l-Għawdxin ma nistgħux nitħallew lura għax għandna problemi kbar li għandhom bżonn li jiġu ndirizzati immedjatament.", "Il-kollega tiegħi kien eżawrijenti biżżejjed fejn appuntu elenka dawn id- diversi problemi.", "Lill-Ministru għal Għawdex ftit nisimgħuha tintervjeni f'dan il-parlament, pero', dan l-aħħar kellna ċ-ċans li nisimgħuha darbtejn fuq xulxin, u ċioe' meta tkellmet dwar l-estimi ta' l-ETC u meta tkellmet dwar il-mozzjoni dwar ir-riġenerazzjoni ekonomika, li għamilna aħna bħala partit, fejn Għawdex ġie indikat b'mod partikolari.", "Jien segwejt attentament u wżint sew dak li qalet.", "Fir-rigward tal-qgħad qalet l-istess affarijiet li qalet fil-budget speech f'Diċembru li għadda, bi ftit żidiet 'l hemm u 'l hawn.", "Dan huwa l-mod ta' kif jaħdem dan il- gvern, li jgħid dejjem l-istess affarijiet u sena wara l-oħra, nibqgħu fejn inkunu u kollox jibqa' għaddej qisu qatt ma kien xejn.", "Per eżempju l-Onor.", "Debono reġgħet qalet li l-oppożizzjoni qiegħda tgħaġġibha iżżejjed dwar il- qgħad f'Għawdex u li Għawdex qisu qiegħed f'xifer l-irdum.", "Jekk l- oppożizzjoni qiegħda tgħaġġibha, allura l-Ministru u kull min jaqbel magħha kif jiġġustifikaw il-fatt li l-figuri tan-nies qiegħda qegħdin dejjem jiżdiedu?", "Smajna li l-oppożizzjoni tilgħab bil-figuri, pero', nikkwotaw liema figuri nikkwotaw u ninterpretawhom kif ninterpretawhom, qiegħda dejjem tirriżulta żieda.", "Il-Ministru qalet ukoll li ħafna minn dawk li tilfu l-impjiegi fil- fabbriki, jiġifieri mis-settur tal-manifattura, reġgħu impjegaw ruħhom, pero' mhux fl-istess ġeneru ta' xogħol iżda fil-qasam tas-servizzi, fil- qasam tat-turiżmu, fil-qasam tal-kostruzzjoni, fil-qasam ta' l-istruttura u fil-qasam tal-biedja u s-sajd.", "Ovvjament, hija xi ħaġa far fetched biex minn machine operator, persuna tmur taħdem f'dawn is-setturi.", "Lill- Ministru ngħidilha li jekk tmur on a case to case basis issib li ftit kienu dawk li meta spiċċaw mill-fabbriki, reġgħu impjegaw ruħhom, għax ma setgħux isibu jobs addattati għalihom.", "Biżżejjed infakkru li fir-rigward tas-settur tal-manifattura, il-Ministru qaltilna li l-possibilita' li jkollna fabbriki mdaqqsa hija remota.", "Allura dawn in-nies żgur li ma setgħux jimpjegaw ruħhom f'dan is-settur.", "Il- ministru suppost li taf b'dawn l-affarijiet għax in-nies li qed jieħdu r- relief żdiedu, filwaqt li n-nies li qegħdin jiġu boarded out żdiedu wkoll.", "Lil dawk in-nies li spiċċaw bla xogħol u min jaf minn liema kalvarju għaddejjin, hekk għandu jgħidilhom il-gvern, li l-oppożizzjoni qiegħda tgħaġġibha!", "Min jaf jekk lill-ħaddiema fil-cafeteria tal-Gozo Channel wkoll qalulhomx li aħna qegħdin ngħaġġbuha?", "Min jaf jekk lil dawk li tilfu l-job tagħhom jew li qegħdin taħt il-mannara tas-sensja, huwiex qiegħed jgħidilhom l-istess!?", "L-Onor.", "Refalo qal Ii l-figuri juru biċ-ċar li l-maġġor parti tan-nies qegħda f'Għawdex huma żgħażagħ ta' taħt it-30 sena.", "Hekk se jgħidilhom il- gvern lin-nies li qegħdin jitilfu l-impjieg tagħhom, li aħna qegħdin ngħaġġbuha?", "Hekk se jgħidilhom lil dawk li jaħdmu fil-fran, li qegħdin jikkunsidraw li jnaqqsu l-ħaddiema minħabba ż-żieda fil-prezz tal-pitrolju u minħabba s-surcharge tad-dawl u l-ilma?", "Hekk se jgħidilhom lill-ħaddiema tal-Merit, ta' l-MP clothing u ta' l-MDP?", "Il-gvern jgħid li jrid jgħin lill-investitur biex f'Għawdex jiġi ġġenerat ix-xogħol, iżda l-ġimgħa l-oħra, il-Prim Ministru qalilna li għalkemm jixtieq jagħti lil Għawdex iktar minn 40%, ma jistax għax jekk jagħti lil Għawdex irid jagħti lil Malta.", "Filwaqt li dan il-gvern jgħid li hemm bżonn li Għawdex jingħata l-għajnuna, meta niġu għas-si u n-no jgħid li ma jistax.", "F'dan ir-rigward, kulma jrid isir hija emenda fil-liġi, li tista' ssir kull ħin għax peress li n-naħa tal-gvern għandha l-maġġoranza ta' siġġijiet, tgħaddi żgur.", "Dan il-gvern, fir-rigward tal-ħdud u l-festi biss jagħmilhom l-emendi.", "Fir-rigward tal-kwestjoni ta' l-40%, il-pożizzjoni tiegħu diġa' ċċaraha u din l-emenda m'huwiex se jagħmilha.", "Smajt ukoll li se jiġu riveduti l-huts li hemm fil-crafts village ta' Għawdex.", "Ninsab infurmata li l-gvern, tramite l-Malta Enterprise, qiegħed jitlob lill-kerrejja żieda fil-kera ta' erba' darbiet iktar milli għandhom bħalissa.", "Dawn in-nies, li jridu jaħdmu u jridu jaqilgħu x'jieklu, qegħdin jgħiduli li dan huwa wisq għalihom.", "Jien ngħid lil min trid tgħinu, se tkompli tgħabbih iktar u titolbu jħallas ammont li ma jiflaħx għalih?", "Jien qiegħda nifhem li lil dawn in-nies, il-gvern qiegħed jgħidilhom biex jitilqu bil-pulit.", "B'dan il-mod irid jgħin lis-settur tal-manifattura?", "F'dawn il-huts, dak li jsir hu li n-nies jipproduċu u jbiegħu il-prodotti tagħhom stess.", "Il-gvern qiegħed jirrikonoxxi l-fatt li t-turiżmu huwa importanti ħafna għall-gżira Għawdxija, pero', bir-rispett kollu ngħid li dan is-settur għandu bżonn iqum fuq saqajh, kemm jista' jkun malajr.", "Issa qegħdin jissemmew il-golf course, il-Casino, il-yacht marina, li huma affarijiet tajbin, pero' skond fejn isiru.", "Aħna naqblu ma' dawn l-proġetti, pero' ma nistax ma ngħidx li l-partit Laburista ilu li għamel dawn il-proposti mill- 1996, 1997, 1998, jiġifieri bejn sitt snin u tmien snin ilu.", "Jekk il-gvern kellu dawn il-proposti quddiemu fuq platt tal-fidda, x'ġara?", "Jaqaw, għax qabel kien qiegħed jipproponihom il-partit Laburista, dawn il-proposti kienu ħżiena, u issa, għax qiegħed jipproponihom il-gvern Nazzjonalista, saru tajbin?", "Dawn huma anomaliji li wieħed għandu jagħti kashom.", "Fir-rigward tas-surcharge fuq id-dawl u l-ilma, il-Prim Ministru qalilna li iva, hemm surcharge ta' 17%, pero' fis-settur tat-turiżmu, stabbilimenti eċċ., se jkun hemm capping ta' Lm5,000.", "Iżda kif jista' jitqiegħed kulħadd f'keffa waħda?", "Kif jista' jkun li l-lukandi f'Għawdex, li għandhom bedding capacity u occupancy rate inqas minn ta' Malta, jitqiegħdu fl-istess xkaffa u jiġu kkunsidrati bl-istess mod?", "Dan id-diskors mhux jien qiegħda ngħidu imma qalu Dr. Michael Caruana, il-president tal-Gozo Business Chamber, meta ġie intervistat fuq Radio 101.", "Diversi xhur ilu, kont qajjimt il-fatt li f'Għawdex qegħdin nitilfu ħafna negozju mill-cruise liners, minħabba l-fatt li l-Gozo Channel tiċċarġja lil kulmin jinżel l-art il-full fare tal-vapur, minkejja li ma jkunx qiegħed isir użu mis-servizz.", "Tan-naħa tal-gvern, jew ma kinux jafu jew taparsi ma kinux qegħdin jagħtu kas.", "Meta cruise liner wara l-ieħor ma bdewx jinżlu f'Għawdex iżda bdew joqogħdu jduru bil-boats tagħhom, il-Ministru Debono ġiet fuq l-istazzjon tal-partit Laburista u qaltilna biex ma ninkwetawx għax l-affarijiet ġew irranġati u t-tariffi tneħħew.", "Issa tneħħew, wara li għadda s-sajf!", "Dan huwa eżempju klassiku tal-mod li bih jaħdem dan il-gvern, fejn l-ewwel ma jagħmel xejn, ma jagħtix widen, imbagħad, meta jiġi dahru mal-ħajt u jispiċċa kkritikat minn kullimkien, jagħmel xi ħaġa.", "Huwa għalhekk li aħna f'Għawdex qatt ma nieħdu r-ruħ, għax ir-rimedji jittieħdu meta jkun tard wisq, too little, too late, kif qal il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "L-istess ġara fil-każ tal-helicopter.", "Fl-aħħar t'Ottubru ta' din is-sena spiċċajna mingħajr dan is-servizz.", "Ilna nafu li s-servizz tal-helicopter se jiġi sospiż.", "Biss biss, fl-14 ta' Ottubru tas-sena l-oħra kont staqsejt lill-Ministru Austin Gatt xi pjanijiet għandu l-gvern f'dan ir-rigward, u r- risposta kienet li l-fatt li s-servizz tal-helicopter se jieqaf kienet suppożizzjoni tiegħi.", "Dakinhar lill-Ministru kont tlabtu biex ikun korrett u jispjegalna x'se jiġri, pero', m'għamel xejn.", "L-ewwel qalulna li l- helicopter m'huwiex vijabbli – għax Alla jbierek, f'Għawdex xejn m'hu vijabbli – imbagħad qalulna li l-helicopters li kienu joperaw kienu perikolużi, u issa qegħdin jgħidulna li kienu qegħdin jikkuntrattjaw, imma l-prezzijiet kienu għoljin wisq.", "Issa, proprju fil-ġimgħa li għaddiet, il- Prim Ministru qalilna li kienu se jikkonkludu ftehim, iżda meta l-operatur sema' lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni jitkellem dwar is-sussidji, infurmana li ried sussidju hu ukoll.", "L-Onor.", "Gonzi qal li għandu l-korrispondenza, imma għal xi raġuni, minkejja li tqiegħdu ħafna affarijiet fuq il-Mejda tal- Kamra, din il-korrispondenza għadha ma ġietx imqiegħda.", "B'min iridu jidħku dawn tal-gvern Nazzjonalista?", "Qiegħda ngħid hekk għax kienu jafu li ma kinux se jikkonkludu ftehim, u ngħid għaliex.", "Lill-membri tal-protezzjoni ċivili li suppost ġew f'Għawdex fl-aħħar ta' Novembru biex jaħdmu mal-helicopter il-ġdid, ivvintawlhom xi korsijiet biex ma jiġux fl- aħħar ta' Novembru imma jiġu ħafna wara.", "Dan sar qabel ma l-Kap ta' l- Oppożizzjoni semma' s-sussidju, jiġifieri l-fatt li l-ftehim ma sarx ma kinetx kwestjoni ta' sussidju.", "Fil-11 ta' Novembru, il-Ministru Debono qaltilna li l-gvern kellu kuntatt ma' kumpannija Ingliża, pero' m'għalaqx il-bibien għal min wera interess dan l-aħħar.", "Mela jekk hemm min għandu interess, x'qiegħed jistenna l- gvern biex f'Għawdex ikollna servizz tal-helicopter?", "Dan qalitu wkoll l- MHRA, fl-istqarrija li semma l-Prim Ministru stess.", "X'qiegħed jistenna dan il-gvern, li jerġa' jiġri bħalma ġara meta l-vapur ma ħadimx u nqala' kaos sħiħ!", "Għax ma ngħidux li hemm 17-il operatur turistiku barrani li lil Għawdex eliminah kompletament minn fuq il-brochures, proprju għax m'hemmx is-servizz tal-helicopter!", "Dan huwa dak li rridu ngħidu lill-poplu!", "Issa l-gvern qiegħed jgħid li hemm bżonn li Għawdex jiġi reklamat bħala destinazzjoni separata minn Malta.", "Aħna ilna s-snin ngħidu dan, imma l- gvern issa stenbaħ.", "Il-GTA ma qagħditx tistenna lill-gvern u nediet brochure dwar Għawdex.", "F'dan l-istadju nixtieq nagħmel riferenza għal dak li qal id-deputat Nazzjonalista, l-Onor.", "Franco Galea, li kiteb fil-ġurnal Malta Today dwar il-proposta tal-marketing ta' l-MTA u dwar iż-żieda kif proposta mill-gvern.", "Jien naqbel ma' l-Onor.", "Galea għaliex iva, il- promozzjoni qiegħda ssir l-iktar fuq l-inizjattiva ta' dawk involuti fis- settur.", "Jien immur oltre minn hekk.", "Il-gvern jgħid li jirrikonoxxi lill-GTA.", "Mela għaliex din l-assoċjazzjoni ma tingħatax l-istatus li jixirqilha u tiġi allokata budget biex taħdem hi għat-turiżmu.", "Kif qal il-kollega tiegħi, huma l-GĦawdxin li jafu x'hemm bżonn f'Għawdex.", "GĦandi dubji kbar kemm l- MTA, bil-marketing staff kollu li għandha, hijiex kapaċi tagħmel għal Għawdex dak li għamlet il-GTA.", "Biżżejjed insemmi l-booklets li nħarġu.", "Mr Chairman, biex nattiraw turisti ta' kwalita', Għawdex irid jiġi msebbaħ.", "Hemm bżonn li naħdmu biex ikollna ambjent b'saħħtu u nadif.", "Meta t-turist jasal f'Għawdex, kulma jara quddiemu hija massa tal-concrete, li huwa l- proġett tat-terminal, li suppost ilu lest, pero' ġie ridimensjonat u ħlief planki tal-konkos u biċċiet 'l hawn u 'l hemm m'hemmx.", "Id-data tat- tlestija kemm-il darba ġiet estiża, għax skond dan il-gvern, għal Għawdex kollox jgħaddi!", "It-turisti li jiddeċiedu li jżuru lil Għawdex ikollhom xorti jekk ma jinzertawx jaqsmu l-fliegu ma' l-iskart, bħalma qegħdin nagħmlu aħna.", "Mill-estimi jidher li hemm tnaqqis ta' Lm5,000 fl-embellishment programmes fuq is-sena li għaddiet.", "Anke fir-rigward ta' l-environment protection works, minkejja l-awareness u d-daqq tat-trombi dwar l-importanza ta' l- ambjent, l-ammont għal dawn l-aħħar tliet snin baqa' l-istess.", "Ma nistax ma nsemmix lill-Gozo Channel, li hija l-unika link li għad baqa' bejn iż-żewġ gżejjer.", "Ilna nisimgħu ħafna bir-ristrutturar tal-Gozo Channel, żidiet tat-tariffi kien hemm, se jerġa' jkun hemm, u s'issa diġa ġew issensjati 20 ħaddiem minn ma' din il-kumpannija.", "Barra minn hekk, teżisti tensjoni kbira u rebus sħiħ fost il-ħaddiema, anke minħabba problemi ta' shifts.", "Ma nistax ma nsemmix id-diskriminazzjonijiet kbar li qiegħed ikun hemm fir-rigward ta' l-overtime.", "Barra minn hekk, ħafna ħaddiema qegħdin jiġu mġiegħla jieħdu forced leave.", "Per eżempju lit- terminal attendants Għawdxin li jaħdmu fiċ-Ċirkewwa, qiegħed jitteħdilhom in konsiderazzjoni t-travelling time u allura qegħdin jiġu ppreġudikati biex jikkwalifikaw għall-overtime, filwaqt li qegħdin jiġu mġiegħla jieħdu forced leave qabel suppost jeħduh.", "L-indafa fuq il-vapuri hija fi stat diżastruż.", "Hija għarukaża li f'ċerti ħinijiet, wieħed jitqażżeż jgħaddi minn ċerti postijiet fuq il-vapuri.", "Dan kollu li qiegħda nsemmi għandu impatt negattiv fuq is-servizz tal-Gozo Channel, speċjalment għalina l-Għawdxin li nużawh ta' kuljum.", "Mr Chairman, il-ġimgħa l-oħra smajna li ħarġet press release mill-Ministeru għal Għawdex dwar il-famuż pjan għall-ħames snin li ġejjin.", "Skond l- istqarrija, kienu mistednin l-istakeholders kollha ta' Għawdex imma aħna l- membri ta' l-oppożizzjoni ma konniex preżenti.", "Għalhekk nixtieq li l- Ministru, jekk jogħġobha, tikkunsidrana bħala stakeholders ukoll.", "Lili assiguratni li se tagħtini kopja appena dan il-pjan jiġi pubblikat, u ta' dan nirringrazzjaha minn issa.", "Milli nista' nifhem, dan il-pjan huwa mfassal fuq l-istess binarji tal- proposti kif kontenuti fil-budget tal-gvern.", "Fid-diskors tagħha, il- Ministru forsi tilluminana u tagħtina xi anteprima dwar il-kontenut ta' dan il-pjan.", "Nisperaw li ma jiġrix bħalma ġara fil-każ tar-rapporti l-oħrajn kollha, li lill-poplu swewh ħafna flus, kien hemm ħafna storbju dwarhom, imbagħad ma sar xejn, bħalma ġara fil-każ tal-famuż proġett tal-parkeġġ tar- Rabat u tal-qorti, eċċ.", "Ma jistax jonqos li f'dan l-intervent ma nitkellimx dwar is-settur tas- saħħa f'Għawdex.", "Jien nemmen li fejn tidħol is-saħħa, aħna l-Għawdxin qegħdin niġu trattati ħafna inqas mill-Maltin, għax hemm nuqqas ta' makkinarju u għalhekk, il-pazjenti minn Għawdex jiġu riferuti f'Malta jew anke f'xi sptar privat.", "Naf li saru xi xogħlijiet fil-maternity ward, li hija xi ħaġa tajba ħafna, pero' nixtieq inkun naf x'makkinarju ġie ordnat.", "F'dan ir-rigward, f'Ottubru kont għamilt mistoqsija parlamentari, liema mistoqsija għadha pendenti u għalhekk ma nistax nikkummenta għax il- Ministru ma tatnix l-informazzjoni li tlabt.", "Naf ukoll li m'hemmx biżżejjed flus biex jiżdied l-istaff, biex jiġi pprovdut l-ikel għall- pazjenti, biex jitħallas il-kuntrattur tal-linen u biex isiru xogħlijiet ta' maintenance, speċjalment fil-wing tal-mental health, fejn hemm problemi fis-sistema ta' l-elettriku u leakages fl-ilma, li huma ta' periklu kemm għall-pazjenti kif ukoll għall-ħaddiema.", "Lanqas friskaturi biex il- pazjenti jkunu jistgħu jinħaslu m'hemm.", "Pero', Mr Chairman, l-iktar ħaġa li tkiddni hi meta nara l-vann mimli bil- pazjenti sejjer lejn Malta għal trattamenti fl-isptar Boffa jew f'St. Luke's, minħabba n-nuqqas ta' apparat mediku li hemm f'Għawdex.", "Sfortunatament, ir-rata tal-kanċer f'Għawdex qiegħda dejjem tiżdied.", "Fil- fatt jirriżulta li s'issa hemm 487 persuna reġistrata li qiegħda ssofri minn din il-marda, ċifra li tammonta għal 7.7% tal-popolazzjoni ta' Għawdex.", "Lill-Ministru Deguara staqsejtu jekk it-trattamenti għall-kanċer jistgħux isiru f'Għawdex, pero' qalli li m'huwiex vijabbli.", "Sfortunatament għal Għawdex, xejn m'hu vijabbli.", "F'dan ir-rigward, minn informazzjoni li akkwistajt sibt li hemm tip ta' trattamenti li jsiru permezz ta' injezzjonijiet u allura jistgħu faċilment isiru f'Għawdex.", "Allura għaliex ma jsirux?", "F'mistoqsija parlamentari oħra, il-Ministru Deguara qalli li l- Għawdxin għandhom preċedenza għat-trattamenti fl-isptarijiet f'Malta, peress li jkunu jridu jmorru lura lejn Għawdex, pero' ħafna nies ilmentaw miegħi għax dan m'huwiex qiegħed isir.", "Hemm bżonn li nifhmu t-tbatija, kemm fiżika kif ukoll psikoloġika, li qegħdin jgħaddu minnha dawn in-nies u l-familji tagħhom.", "Kwestjoni oħra li qiegħda tinkwetani hija dik li tittratta dwar is-sussidju li jingħata lill-Għawdxin għall-ġarr ta' merkanzija bejn Malta u Għawdex bil-Gozo Channel.", "Fil-mistoqsija parlamentari numru 8268, staqsejt lill- Ministru jekk dan is-sussidju huwiex se jibqa' jingħata.", "Ir-risposta tagħha kienet fl-affermattiv.", "Jien mort lura għat-trattat li għamel pajjiżna ma' l-Unjoni Ewropea u rajt id-dikjarazzjoni li għamlet Malta dwar ir-reġjun ta' Għawdex, fejn hemm imsemmi perjodu transitorju għat-trasport.", "Dan ifisser li hemm perjodu ta' żmien biex dawn is-sussidji jitneħħew.", "Irriferejt ukoll għall-fuljett Negotiations on Gozo, maħruġ mill-MIC, fejn Dr. Simon Busuttil qal li transport aid for industry in Gozo will continue till 2011.", "Dan ifisser b'mod ċar li sa l-2011, dan is-sussidju jrid jiġi phased out.", "Għalkemm il-Ministru kienet taf b'dan, għax il-pjan tal-ħames snin kienet diġa' għamlitu, lili xorta waħda kkonfermatli fl-affermattiv.", "Allura dan m'huwiex daħk fil-wiċċ!?", "Jew iva jew le!", "Naf li l-Ministru, waqt l-intervent tagħha se toqgħod tgħidilna kemm ġibna flus mill-Unjoni Ewropea u kemm se jsiru affarijiet.", "J'Alla l-ġid!", "Aħna b'hekk nieħdu pjaċir, iżda d-domanda tiegħi hija waħda u sempliċi.", "Jekk għandna dawn il- flus kollha, għaliex f'Għawdex m'hu qiegħed isir assolutament xejn?", "Dan m'iniex qegħda ngħidu jien biss u din m'hijiex kwestjoni ta' Laburisti u Nazzjonalisti jew ta' kbar u żgħar.", "L-Onor.", "Refalo kkwota lill-gazzetti.", "Jien qiegħda nirreferi għal dawn.", "Dawn l-affarijiet m'aħniex qegħdin ngħiduhom aħna biss imma qiegħed jgħidhom kulħadd.", "Kultant niddubita jekk il-Ministru tkunx taf x'inhu jiġri.", "Meta għidt dan f'dibattitu ieħor, l-Onor.", "Louis Galea qalli li dażgur li l-Ministru tkun taf x'inhu jiġri, Allaħares min imiss lil Għawdex tagħha!", "Lill-Onor.", "Debono nistaqsiha fejn kienet meta l-pustiera f'Għawdex ttieħdu jaħdmu f'Malta.", "Nistaqsiha fejn kienet meta 20 ħaddiem tal-Gozo Channel ġew issensjati.", "Nistaqsiha fejn qiegħda għall-ħaddiema ta' l-MDP f'Għawdex, li se tagħlaq u allura se tkeċċi lin-nies?", "Fejn tkun il-Ministru għall-pazjenti li ta' kull filgħodu jmorru lejn Malta?", "Fejn kienet għall-impjegati li tkeċċew mill-fabbriki u għall- ħaddiema tal-heliport, li ttieħdu lejn Malta u issa, l-allowances tagħhom qegħdin jiġu attakkati minn tas-civil protection?.", "Fejn tkun il-Ministru għar-residenti tax-Xewkija, meta jilmentaw dwar l-irwejjaħ ta' l- inċeneratur u dwar l-emissjonijiet perikolużi?", "Għalkemm f'dan ir-rigward saret laqgħa pubblika, la l-Ministru u lanqas xi rappreżentant tagħha m'attendew biex jisimgħu l-ilmenti.", "Fejn tkun l-Onor.", "Debono meta l-ġenituri ta' l-istudenti jilmentaw minħabba n-nuqqas ta' għalliema f'Għawdex?", "Biss biss, matul din il-ġimgħa smajt omm tilmenta fuq stazzjoni tar-radju għax it-tifel tagħha, li qiegħed jitgħallem il-chemistry fis-sixth form, qiegħed jintbagħat jitgħallem dan is-suġġett ma' l-istudenti ta' l-iskola sekondarja.", "Mela dawn in-nies m'humiex parti minn Għawdex ukoll?", "Jien ma nippretendix li l-Ministru toqgħod tieħu l-pariri tiegħi, pero', la taf x'inhuma l-problemi t'Għawdex, nippretendi li tindirizzahom.", "Nixtieq li lilna bħala partit Laburista tibda tikkunsidrana bħala stakeholders ukoll fl-affarijiet t'Għawdex.", "Wara kollox, aħna qegħdin hawn biex niġġieldu għal Għawdex.", "Jekk issir xi ħaġa tajba, aħna nieħdu gost biha pero', jekk ma jsir xejn jew jekk isiru affarijiet ħżiena, id-dover tagħna hu li lill-Ministru niġbdulha l-attenzjoni u niġbdulha r-riedni.", "Meta nagħmlu dan, il-gvern m'għandux għalfejn jikkritikana.", "Aħna ma niġux hawnhekk biex nikkritikaw lill-Ministru fuq bażi personali imma niġu hawn biex nikkritikaw lill-operat tal-gvern.", "Jekk il-gvern jipprova jwaqqagħna għar-redikolu, ikun qiegħed jirredikola wkoll lir-rieda u lill-opinjoni tal- poplu Għawdxi.", "L-ewwel interess tagħna d-deputati Għawdxin għandu jkun l- interess ta' Għawdex u ta' xejn aktar.", "Aħna m'aħniex qegħdin hawnhekk biex niggwadanjaw xi simpatija mingħand il-votanti Għawdxin, kif allegat il- Ministru f'diskors preċedenti.", "Nirringrazzjak.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Grazzi.", "Il-ħin għad-dispożizzjoni ta' l- oppożizzjoni skada.", "Il-ħin kollu li fadal huwa għad-dispożizzjoni tan-naħa tal-gvern.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Frederick Azzopardi.", "ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI: Mr Chairman, f'dan il-ħin li ġie allokat lili nixtieq nesponi mill-aħjar li nista' il-budget li għandna quddiemna għas- sena 2005.", "Meta wieħed jisma' d-diskorsi tal-kollegi membri ta' l-oppożizzjoni, bla ma jrid jinduna li l-partit Laburista qiegħed jinterpreta lil ċerti argumenti b'mod differenti minn kif qiegħed jinterpretahom il-gvern.", "Wieħed jasal biex jgħid li l-evalwazzjoni ta' l-iżvilupp tas-sitwazzjoni ekonomika u soċjali qiegħda ssir b'mod differenti miż-żewġ naħat.", "Pero', minkejja dan, hemm xi punti li dwarhom ilkoll naqblu u li l-gvern kemm-il darba ddiskutihom.", "Iva, parti minn dan id-diskors li smajna llejla jsir ukoll fi ħdan il- gvern.", "Ovvjament, il-gvern ma jistax jibqa' biss fil-livell tad-diskors imma jrid bilfors jieħu azzjoni.", "Hemm differenza bejn li wieħed jitkellem u li wieħed jaġixxi.", "Fit-teorija, ħafna affarijiet jidhru li jkunu faċli mentri meta tasal il-prova, wieħed jiltaqa' ma ċerti realtajiet.", "Huwa faċli li l-oppożizzjoni titkellem dwar ir-realta', pero' lir-realta' trid taraha ukoll meta tiġi biex twettaqha.", "Bl-ebda mod ma rrid nagħti lil wieħed x'jifhem li lilna, il-kritika ddejjaqna, anzi din tixprunana biex fejn l-affarijiet ma jkunux mexjin b'mod daqstant tajjeb jew fejn ikun lok biex l-affarijiet jiġu rranġati, nagħmlu l-almu tagħna kollu biex intejbuhom.", "Mr Chairman, għal dak li għandu x'jaqsam mal-budget għas-sena d-dieħla, nibda bl-aktar miżura li tat lok għad-diskussjoni f'kull ambitu, kemm dak ekonomiku kif ukoll dak soċjali.", "Ovvjament qiegħed nirriferi għas- surcharge fuq il-konsum tad-dawl u l-ilma.", "Għalkemm saħansitra kien hawn ġurnal lokali li għamel plejtu bit-teżi tiegħu li ż-żejt għal Malta qiegħed ikun orħos minn qatt qabel, il-partit Nazzjonalista fittex u għadu miftuħ għal diskussjoni ma' l-imsieħba soċjali kollha, mingħajr ma jagħmel xi eċċezzjoni ta' kulur jew saħħa politika.", "Naħseb li minkejja l- ispekulazzjoni u d-diżgwid li jista' jinżera' f'ċerta media, m'huwiex xi sigriet internazzjonali l-fatt li ż-żejt, għal mument laħaq prezzijiet straordinarji, bħal per eżempju, ta' $55-il barmil.", "Ħalli niftiehmu tajjeb.", "Hemm żewġ affarijiet involuti f'din is- sitwazzjoni.", "L-ewwel waħda hija l-kwestjoni tal-hedging, li ilna ħafna nisimgħu dwarha imma li x'ħin naqtgħulha l-ewforija nsibu li Malta qatt ma ħadet xi vantaġġ minnha.", "It-tieni ħaġa hi li l-miżura hija modifikata biex appuntu tkun ġusta.", "Apparti milli tinkoraġġixxi lil dak li jkun biex joqgħod pass lura minn ċerta ħela li tista' tiġi evitata, fil-każ tal- fabbriki u l-lukandi, hemm limiti sa kemm din it-tariffa tista' togħla.", "Fuq kollox, din is-surcharge se tiġi evalwata kull ftit xhur għax m'huwiex ġust li l-poplu jibqa' jħallas aktar meta l-prezz taż-żejt jerġa' jorħos.", "Jekk ma jsirx hekk, jogħlew ċerti prezzijiet dawramejt, li imbagħad ikun diffiċli biex wieħed jerġa' jraħħashom.", "Mr Chairman, kulħadd jifhem li jkun aħjar kieku kollox ikun ward u żahar, imma fl-aħħar mill-aħħar, kollox għandu prezz u f'dan il-budget, l-effetti ta'ċerti miżuri li ma setgħux jiġu evitati, bħal per eżempju l-Lm10 żieda fuq it-taxxa tal-biljetti ta' l-ajru jew iż-żieda ta' 5c tan-nol tal-linja, huma sa ċertu punt limitati.", "Ta' l-ewwel m'hijiex se titħallas kuljum, għax ma tapplikax għal safar ta' ġurnata waħda biss.", "Fil-fatt naħseb li ħafna nies ma jsifrux ta' kuljum imma jagħmlu ġita darba jew l-iktar darbtejn fis-sena.", "Fit-tieni każ, l-istudenti u l-anzjani ġew eżentati minn din iż-żieda.", "Żidiet oħra li jispikkaw fil-moderazzjoni tagħhom huma l-5c fuq is- sigaretti u t-3% fuq it-telefonati bil-mobiles.", "Eżempju ta' kritika distruttiva huwa fuq l-abbuż li kien isir mill-pitrolju, fejn fl-eqqel xhur tas-sajf kienu jinxtraw miljuni ta' glalen ta' pitrolju.", "Lanqas li konna ngħixu fin-North Pole!", "Meta imbagħad il-gvern neħħa s-sussidju minn fuq il- pitrolju, ħalli ma jibqax jitħallat illegalment mad-diesel, qamu l-irwiefen kollha bil-kontra.", "Fil-fatt, ftit li xejn issemma' l-fatt li l-gvern refa' r-responsabbilta' li jagħti Lm12 lil kull familja bi dħul baxx.", "Jekk wieħed sab xi jmaqdar f'din il-miżura, żgur li ma wiżinx l- implikazzjonijiet aktar serji għal ċertu tul ta' żmien.", "Ilkoll nafu li l-akbar periklu li hawn fil-preżent, f'diversi rkejjen tal- gżejjer tagħna, ġej mit-tniġġiż ta' l-arja, l-aktar minħabba d-dħaħen li joħorġu mill-karozzi.", "Il-priojorita ewlenija tal-gvern hi li jnaqqas it- tniġġiż ta' l-arja, kif fil-fatt diġa' għamel fir-rigward tal-petrol u d- diesel.", "U dan mhux biss għat-tgawdija tal-familji u biex insaħħu l- ospitalita' tagħna bħala poplu li jeħtieġ li jħares l-ambjent, imma fuq kollox biex nipproteġu lil saħħitna u lis-saħħa tal-ġenerazzjonijiet ta' warajna.", "Irridu niftakru li l-ambjent writnih bil-kundizzjoni li rridu ngħadduh aħjar lil ta' warajna.", "Mill-mod kif tkellmu diversi korpi kostitwiti - u jien ninsab konvint li anke l-poplu in ġenerali jaqbel ma' dan – ħarġet il-konvinzjoni ta' kemm dan il-budget huwa tabilħaqq eżerċizzju ta' ħeġġa.", "Dan il-budget fetaħ għajnejn il-poplu mingħajr ma ċarrat ġrieħi.", "Ma nippretendux li l-korpi kostitwiti ma jiġbdux lejn xawwat is-settur partikolari li jirrappreżentaw u li fl-aħħar mill-aħħar, isostnihom, għax jekk ma jistinkawx, jitilfu l- funzjoni tagħhom.", "Żgur li dan ma jkunx ta' ġid għall-istess demokrazija.", "Imma, il-parti l-kbira tal-korpi kostitwiti għarfu bil-galbu d-direzzjoni li qiegħed jagħti dan il-budget, f'kull livell.", "Mill-bqija, tibqa' dejjem ħasra l-fatt li s-sagrifiċċju li jintalab, jagħmel ħoss kbir u donnu li jitfi lil dak li jkun miexi tajjeb.", "F'dan ir- rigward inħoss li għandi nagħmel riferenza għall-ambiti l-iktar bażiċi li jolqtu fil-laħam il-ħaj lill-fibra tas-soċjeta' Maltija u Għawdxija.", "Iż- żieda ta' l-għoli tal-ħajja ngħatat mingħajr ħadd ma ġie mċaħħad mill-valur tat-tisrif tal-flus li faddal s'issa.", "L-ebda devalwazzjoni ma kienet ikkontemplata jew saret.", "Iċ-childrens allowance taħseb biex taġevola lil familji ta' iktar minn erbat itfal, filwaqt li nisa li jerġgħu joħorġu għax-xogħol wara ħames snin weqfin mix-xogħol, se jiġu eżentati mit-taxxa tad-dħul għal sena.", "Miżura oħra xierqa hi li l-ewwel Lm200 fil-ħlas ta' miżati ta' tfal bi bżonnijiet speċjali li jattendu skejjel privati, se jiġu eżentati mit-taxxa tad-dħul tal-ġenituri tagħhom, filwaqt li f'ċerti ċirkostanzi simili, f'każ li jkun hemm bżonn ta' impjieg ta' facilitator, dawn l-istess ġenituri se jiġu eżentati mit-taxxa tad-dħul fuq l-ewwel Lm4,000.", "Biex issir ġustizzja ma' dawn l-istess persuni, se tinħoloq skema bl-iskop ewlieni li tappoġġja lill- persuni b'diżabilita' li jirreġistraw għax-xogħol.", "Irid jingħad ukoll li l-ispiża soċjali b'mod ġenerali se tiżdied bi 3%, biex titla' għas-somma globali ta' Lm340 miljun, li fil-fatt tissarraf f'xejn inqas minn 46% ta' l-ispiża kollha tal-gvern.", "Fir-rigward tat-tnaqqis mil-leave tal-festi pubbliċi li jiġu fl-aħħar tal- ġimgħa, kulma se jitnaqqsu huma erbat ijiem leave li fis-sena 2005 ma nzertawx f'ġurnata tax-xogħol normali.", "Permezz ta' din il-miżura, fl-2006 b'kollox se jonqsu biss jumejn mil-leave kollu, jiġifieri d-differenza hija minima.", "Ovvjament, fuq medda ta' sentejn, tlieta ta' xogħol, din il-miżura tissarraf f'numru sostanzjali ta' sigħat ta' xogħol effettiv.", "Sinċerament ma nħossx li dan is-sagrifiċċju jurta lill-ħaddiema b'mod drastiku.", "Apparti kollox, din il-miżura tagħti direzzjoni, tagħti messaġġ ta' kontabilita', li hija l-muftieħ li jista' jifdina minn kull saram.", "Min-naħa tiegħu, il-gvern qiegħed jintrabat li tiġi effettwata ban għas- sena 2005 fuq xiri ta' karrozzi ġodda għall-użu miċ-ċivil kollu.", "Bħala proġett għall-futur, il-budget jagħmel enfasi fuq ambiti differenti li l- operat tagħhom jaffettwa n-nefqa u s-serħan tal-moħħ fil-futur.", "Ġew ippubblikati rakkmandazzjonijiet f'white paper introdotta mal-budget, li għad trid tiġi diskussa, u li l-iskop tagħha għall-futur hu li tilqa' u tindirizza l-problema tal-welfare gap fir-rigward tal-pensjonijiet.", "F'dimensjoni ta' żmien aktar qrib, għalkemm xorta waħda hemm projections li fuqhom jiddependi l-futur ta' pajjiżna, wieħed ma jistax ma jsemmix iż- żieda netta ta' Lm13 –il miljun għall-edukazzjoni, biex b'hekk, matul is- sena 2005, in-nefqa għall-edukazzjoni titla' għal Lm103 miljuni.", "Ma' dawn irrid insemmi wkoll is-Lm6 miljuni oħra li huma vvutati speċifikament għall- edukazzjoni f'Għawdex.", "Mr Chairman, se jkun hemm tiġdid f'kull livell ta' tagħlim f'pajjiżna.", "Biex dan jiġi kkonsolidat fl-iżvilupp tagħna, il-budget qiegħed jesiġi li kulmin jirreġistra għax-xogħol huwa obbligat li jattendi għal korsijiet ta' taħriġ.", "Naturalment, dawn il-korsijiet huma ntiżi l-aktar għal dawk ta' mezza eta', għax dik hija l-aktar bracket vulnerabbli.", "Aspett ieħor interessanti u ta' min isemmih huwa l-proġett imxandar fil- budget, li jniedi pakkett ta' inċentivi għall-kumpanniji li jwaqqfu u jmexxu servizz ta' ħarsien u kura għal ulied l-impjegati tagħhom.", "Biex titqajjem kuxjenza dwar l-ambjent, apparti sussidji li jinkoraġġixxu l- użu aktar mifrux ta' sistemi uniformi ma' l-ambjent, bħas-solar heating, se titħallas l-eko-kontribuzzjoni fuq basktijiet tal-plastik, likwidi tal- ħasil, saqqijiet u ċertu apparat elettroniku.", "Ovvjament, għad iridu jitniedu skemi biex jgħinu lil tal-ħwienet isibu soluzzjonijiet li ma jkagħbrux lill-ambjent u allura ma jinqabdux mill-istess eko- kontribuzzjoni.", "Fiha nnifisha, din il-kontribuzzjoni tista' titqies bħala deterrent biex l-ambjent ma jinħaqarx.", "Wara li tajt ħarsa ġenerika lejn il-budget għas-sena 2005, naħseb li bħala Għawdxi jixraq li nitkellem dwar kif dan il-budget se jolqot lil Għawdex tagħna.", "Ħafna drabi, fosthom fid-diskorsi tal-lejla stess, il-gvern qiegħed jiġi kkritikat li ttraskura lil Għawdex.", "Altru li lill-Għawdex m'aħniex inħalluh fil-periferija.", "Il-miżuri li qegħdin jiġu mħabbra f'dan il-budget żgur li jagħtu prova ta' kemm il-gvern immexxi mill-partit Nazzjonalista għandu għal qalbu l-progress tal-gżira ta' Għawdex, kif fil- fatt dejjem kellu.", "Nistgħu ngħidu b'wiċċna minn quddiem li l-aqwa proġetti li mmaterjalizzaw f'Għawdex huma kollha frott ta' gvernijiet immexxija mill- partit Nazzjonalista.", "Kulħadd jaf kemm kien qala' kritika l-gvern Nazzjonalista meta ġew ippjanati u mibdija l-proġetti tal-port ta' l-Imġarr u ta' l-isptar ġenerali ta' Għawdex.", "Dakinhar dawn il-proġetti ġew deskritti bħala rovina, bħala iljunfant abjad, biex inkun preċiż.", "Hawn xi Għawdxi li jimmaġina lil Għawdex bla sptar u bla port, bla servizz ta' trasport bil- baħar komdu, effiċjenti u bi skeda reliable?", "Taħt liema gvern immaterjalizzaw l-aqwa lukandi f'Għawdex u l-fabbriki tat-tessuti, li għal ħafna snin kienu għajn ta' dħul kbir għall-Għawdxin?", "Aktar 'l hemm, min ħoloq lill-Ministeru għal Għawdex?", "Min żviluppa lill-fergħa Sant' Anna fl- isptar ġenerali?", "Min qiegħed jibni terminal għal kull temp fiċ-Ċirkewwa u parkeġġ u terminal ieħor fl-Imġarr, b'infrastruttura li lanqas konna noħolmu li nersqu lejn livell ta' xogħol daqstant garantit?", "Min qasam lil Għawdex f'14-il gvern lokali biex tkun tista' tintlaħaq kull rokna tal-gżira?", "Min kellu l-kurraġġ li jagħlaq il-miżbla tax-Xagħra?", "U xi ngħidu għad-back-office work li jsir f'Għawdex stess minn impjegati li qabel kienu jaħdmu f'Malta?", "Xi ngħidu għall-ftuħ ta' ċentru ta' l- Universita' u żewġ fergħat ta' l-MCAST?", "Dan żgur li ma kinux trombi imma realta' li seħħet f'Għawdex.", "Dawn il-proġetti kollha saru minn gvernijiet Nazzjonalisti, fuq medda ta' 40 sena.", "Fit-18-il sena li l-partit Laburista għamel fil-gvern, minn dawn l-aħħar 40 sena, insibu li f'Għawdex m'għamel kważi xejn.", "Tant kienu qatgħu qalbhom minn Għawdex, li kellna ministri li kienu jieħdu mijiet ta' ħaddiema Għawdxin biex jaħdmu fuq proġetti f'Malta għax kienu jirraġunaw li f'Għawdex ma kien fadal xejn xi jsir.", "Niftakru kemm ħadu ħaddiema jaħdmu fuq il-proġetti tad-drenaġġ ta' San Pawl il-baħar, fuq it-triq ta' l- Għadira u fuq il-bini tal-Freeport.", "Mr Chairman, ovvjament, l-iktar miżura għal qalbi f'dan il-budget għas-sena 2005 hija l-introduzzjoni ta' pjan għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali ta' Għawdex.", "Id-dettalji, bl-għajnuna ta' Alla u bil-ħeġġa tagħna lkoll, m'għandhomx ma jitwettqux fi żmien qarib.", "L-inizjattivi mħabbra fil-budget, li b'xi mod huma relatati ma' dan il- pjan, jaħbtu jaqtgħulek in-nifs u tgħid meta se nlestuhom biex naraw lil Għawdex jiġi 'l quddiem, kif qegħdin nipproġettaw f'dan il-budget.", "Dawn l- inizjattivi jinkludu l-bini ta' golf course, iż-żieda ta' irmiġġi għal yachts, casino, il-ħolqien ta' siti artifiċjali għall-għaddasa u decompression chamber għal li jista' jinqala', it-tkomplija tal-proġetti mibdija fiċ-Ċirkewwa u fl-Imġarr, ċentru fejn negozji żgħar jitrawwmu fis- snajja' u fl-IT.", "Ma tistax tonqos skema ta' xogħol u taħriġ u fuq kollox proġett biex il-Ġgantija tiġi restawrata u biex tinħoloq sistema li permezz tagħha, is-sejbiet uniċi tal-Brockdorff circle, li ssemmew fid-diskorsi tal- kelliema ta' l-oppożizzjoni, ikunu aċċessibli għall-pubbliku.", "Apparti kollox, Għawdex tagħna jrid jiġi riġenerat bħala ġahwra għat-turiżmu.", "Dan il-budget qiegħed iniedi proġetti speċifikament għal Għawdex biex jippromwovu servizz lin-negozji ż-żgħar, filwaqt li jipprovdi taħriġ lil min jitħajjar jarma għal rasu.", "Se jsiru korsijiet intensivi fl-industrija tat-turiżmu, flimkien ma' miżuri speċifiċi oħrajn, intiżi għal min qiegħed jirreġistra għax-xogħol.", "Huwa importanti ħafna li wieħed jinnota li minbarra dawn l-inizjattivi, fil- budget hemm ħafna miżuri oħrajn li se jittieħdu b'mod ġenerali u li permezz tagħhom, Għawdex se jibbenefika bil-kbir.", "Jekk dan il-budget qiegħed jipproġetta l-ammont ta' Lm1,850,000 lill-industriji u lill-intrapriżi, taħt il-business promotion act, l-intrapriżi li joperaw minn Għawdex m'humiex se jgawdu wkoll?", "Jekk se jkun hemm inċentivi fiskali biex jiftħu iktar back office industries, dan ma jgħoddx ukoll għal Għawdex?", "Din hija niċċa li fiha, Għawdex diġa' kellu prova u diġa' kellu suċċess.", "Jekk il- budget qiegħed jagħti eżenzjoni mill-penali lil dawk li jħallsu l-ammont dovut tal-VAT u l-interessi, din ma tapplikax ukoll għar-residenti Għawdxin?", "Jekk se jkun hemm żieda ta' Lm2 miljuni fl-ispejjeż rikorrenti ta' l-MCAST, il-Junior College u l-Universita', dan ma jfissirx li ż-żewġ fergħat ta' l-MCAST, il-Junior College f'Għawdex u t-800 student universitarju Għawdxi, se jieħdu s-sehem tagħhom ukoll?", "Inizjattiva oħra hija dik li permezz tagħha, se jingħata bidu għall-proċess tat-tneħħija tal-gassijiet u għar-riabilitazzjoni tal-miżbliet li ġew magħluqa.", "Fost dawn se jkun hemm il-miżbla tal-Qortin, fix-Xagħjra.", "Jekk li se jibnew żewġ impjanti għat-trattament tad-drenaġġ, wieħed minnhom se jkun f'Għawdex.", "Fil-budget tħabbar ukoll li ġew identifikati diversi lokalitajiet fejn in- natura se tiġi protetta.", "Għaxra minn dawn se jkunu f'Għawdex.", "Il- passiġġieri lejn Għawdex żdiedu b'50,000 u l-vetturi żdiedu b'10,000.", "Dan ifisser li sa Ottubru ta' din is-sena, 3,150,000 passiġġier u 800,000 karozza użaw is-servizz tal-Gozo Channel.", "Jekk m'iniex sejjer żball, din iċ-ċifra hija d-doppju tan-nies li jgħaddu mill-ajruport ta' Malta f'sena.", "Allura dan mhux ukoll qiegħed jiġġenera l-flus fl-ekonomija ta' Għawdex?", "Sur President, fid-diskussjoni ta' llum issemmiet is-sitwazzjoni tal-qgħad f'Għawdex.", "Huwa veru li fis-settur ta' l-industrija naqsu l-impjiegi, għax għalqu żewġ fabbriki li kienu jħaddmu numru sostanzjali ta' nies, pero' jrid jingħad li ħafna minn dawn l-impjiegi li ntilfu ġew assorbiti f'setturi oħra.", "Prova ta' dan huwa l-fatt li minkejja li għalqu dawn iż- żewġ fabbriki, in-numru ta' nies li waqfu mix-xogħol ma rriflettiex żieda straordinarja fin-numru ta' nies jirreġistraw għax-xogħol.", "B'daqshekk ma jfissirx li ninsabu kuntenti meta nirriferu għall-kwestjoni tal-qgħad.", "Niftakru li fil-passat riċenti kellna l-inqas rata ta' nies bla xogħol.", "L-oppożizzjoni ilha ħafna tirrepeti li l-qgħad f'Għawdex huwa xi ħaġa fenomenali, li qatt ma kien hawn bħala.", "Il-verita' hi li jekk inħarsu lejn il-figuri minn Jannar sa Ottubru ta' din is-sena nsibu li l-qgħad f'Għawdex kien ta' 580 persuna, filwaqt li fl-istess perjodu, fl-1997, taħt gvern Laburista, in-numru ta' persuni qegħda kien ta' 630 persuna.", "Dan ifisser li filwaqt li l-oppożizzjoni qiegħda tagħmel dan il-plejtu kollu, qisu f'Għawdex hawn qgħad kbir li qatt ma kellna bħalu, il-verita' hi li llum hemm inqas persuni Għawdxin jirreġistraw għax-xogħol milli kien hemm fi żmien gvern Laburista.", "Apparti dan kollu, ix-xewqa tagħna lkoll hi li f'Għawdex, in-numru ta' nies qegħda jonqos.", "Proprju għalhekk, kif spegajt iktar kmieni, qegħdin nagħmlu l-almu tagħna kollu biex inġibu investiment ġdid f'Għawdex.", "Il-kelliema ta' l-oppożizzjoni qalu li t-turiżmu f'Għawdex naqas.", "Nammetti li bħalissa m'huwiex l-isbaħ żmien tat-turiżmu, pero' rridu nammettu li din m'hijiex problema ta' Għawdex biss.", "Gżejjer oħrajn fil-Mediterran għandhom l-istess problema minħabba l-kompetizzjoni kbira minn destinazzjonijiet ġodda.", "Huwa għalhekk li se ninvestu bis-sħiħ biex insiru ktar kompetittivi.", "Il-Ministeru għal Għawdex ħaseb biex diversi proġetti jiġu mplimentati mill- fondi ta' l-Unjoni Ewropea.", "Il-parti kbira ta' dawn il-fondi huma ndirizzati direttament lejn it-turiżmu.", "Peress li ninsabu konxji mill- fatt li fil-qasam tat-turiżmu f'Għawdex ma kellniex persuni mħarrġa biżżejjed, saret applikazzjoni mill-Ministeru għal Għawdex biex ikollna training hotel, bl-iskop li ntejbu dan is-servizz tant essenzjali.", "L-aħħar ċifra li nixtieq nikkwota, bir-raġun, tikkonċerna d-dejn strutturali, li jorbot il-kwadru kollu tas-sitwazzjoni.", "F'din is-sena, id- deficit trażżan b'Lm1 miljun fuq dak li kien proġettat fil-bidu, jiġifieri għalkemm kien maħsub li jilħaq Lm94 miljuni, fir-realta' rriżulta fi Lm93 miljuni.", "Għas-sena d-dieħla hemm il-mira ferm ambizzjuża li dan id-dejn ma jkunx jaqbeż is-Lm76 miljun.", "Fil-fatt hemm proġettat li fi żmien tliet snin, dan id-dejn jinżel għal 1.4% tal-prodott gross domestiku, li huwa marġini tajjeb ħafna meta mqabbel mat-3% li jesiġi t-tratttat ta' Maastricht.", "Mr Chairman, il-poplu tagħna għadu kif isseddaq b'viżjoni li kienet ilha għexieren ta' snin tberren f'moħħ il-mexxejja Nazzjonalisti, viżjoni li twettqet fl-elezzjoni għall-parlament Ewropew, bil-vot unanimu kemm ta' min jissimpatizza mal-partit Nazzjonalista kif ukoll ta' min jissimpatizza mal- partit Laburista, għax fl-aħħar mill-aħħar, jew aħna poplu Malti u Għawdxi wieħed jew inkella nitfarrku f'kull sens.", "Fl-aħħar tas-snin 80, fl-agħar żmien għall-isfida tant diffiċli tar- rikonċiljazzjoni ta' pajjiżna, l-ex-president ta' Malta, Dr. Ugo Mifsud Bonnici, f'rokna solita tiegħu f'gazzetta lokali kien ikkontempla l- monument ta' l-Assedju l-Kbir ta' Sciortino, fejn kien temm l-artikolu tiegħu hekk: \"Il-pajjiż ma jistax jimxi 'l quddiem jekk ma jħossux pajjiż wieħed''.", "Dan huwa l-messaġġ kardinali għal dan l-ewwel budget bħala ċittadini Ewropej.", "Bħala komunita' ta' kważi l-istess razza u reliġjon, m'għadniex insibuha diffiċli biex nidentifikaw ruħna ma' viżjoni komuni.", "Is-sisien ta' l-ekonomija jibqgħu s-settur tat-turiżmu, tal-manifattura u tas-servizzi.", "Huwa veru li ċertu strutturar jista' jkun iebes iżda jagħti frott iktar 'il quddiem, imma jekk ma niddiversifikawx, inbatu.", "Għandna xogħfa mis-settur tal-manifattura tat-tessuti, fejn l-investiment kien mar lejn pajjiżi fl- Asja minħabba s-sempliċi raġuni li x-xogħol hemmhekk kien joħroġ irħas.", "Huwa għalhekk li aħna nisqħu fuq il-patt soċjali, ħalli l-entitajiet kollha konċernati jkunu konxji ta' x'inhuma jixtru u x'inhuma jbiegħu.", "Huwa għalhekk li l-professjonalita' hija importanti.", "Irridu nkunu kapaċi nżidu l-valur tal-materja prima li nimportaw ħalli meta nesportawha, din tħalli qligħ sostanzjali, liema qligħ tkun il-paga tagħna, flimkien ma' l-imgħax xieraq li jippretendi l-investitur li jkun għażel li jissogra flusu u ħwejġu f'din il-gżira ċkejkna tagħna.", "Meta nitkellmu dwar il-professjonalita' u s-solidarjeta', li ssemmew anke llejla, fil-kuntest ċkejken bħalma hu Għawdex, il-komunita' ma taffordjax li naraw biss sa mneħirna.", "Hija ħasra li poplu li ilu minn żmien San Pawl magħruf għall-ospitalita' tiegħu, inaffar lit-turiżmu b'kapriċċ.", "L-indafa, ix-xogħol u l-eżattezza fis-servizzi li nagħtu għandhom ikunu ġusti, għax, jekk le, fil-kwiet uniku li toffri din il-gżira Għawdxija, se jistonaw.", "Irridu ngħożżu dak kollu li hu Malti, iktar u iktar f'Għawdex.", "Hemm bżonn li napprezzaw il-wirt storiku, is-snajja', il-klima u it-trankwillita' tagħna, u filwaqt li nimmodernizzaw, ma nitilfux it-tradizzjonijiet u d- drawwiet tagħna, u ma nħallux l-affarijiet jitilgħulna għal rasna.", "Fid-diskors li għamel, l-Onor.", "Anton Refalo qal li jalla nimxu lkoll flimkien.", "Nammetti li din il-frażi niżlitli għasel.", "L-Onor.", "Justyne Caruana tkellmet fl-istess ambitu, imma b'mod aktar leġġer.", "M'għandi l- ebda dubju li minkejja d-diverġenzi ta' bejnietna, hemm mod u mod ta' kif wieħed jagħmel il-politika tiegħu.", "Apparti dan, nemmen li l-erbgħa li aħna li qegħdin nipparteċipaw f'din id-diskussjoni għandna għan wieħed, u ċioe' il-ġid u l-prosperita' ta' Għawdex.", "Nagħlaq dan l-intervent billi ngħid li għalkemm il-gvern għandu l-obbligu li jfassal il-miri, sta għalina l-membri parlamentari, in-nies, il- komunita', li naħdmu biex nilħquhom bid-dinjita' li tixraq lil pajjiżna.", "Bħala poplu dejjem għarafna ningħaqdu biex naffrontaw l-isfidi biex pajjiżna jibqa' miexi fit-triq tal-progress.", "Bħala poplu, dejjem għarafna li ningħaqdu biex nagħrfu u niżnu l-bżonnijiet tagħna.", "Nittama li issa ningħaqdu u niġbdu ħabel wieħed biex nagħtu spazju u opportunita' lil min irid jinvesti u joħloq il-ġid f'Għawdex tagħna.", "Nirringrazzjak.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Insejjaħ lill-Ministru għal Għawdex, l-Onor.", "Giovanna Debono.", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Sur President, peress li d-diskussjoni tal-lejla f'dan il-parlament hija dwar il-gżira ta' Għawdex, bir-raġun li jien, flimkien mal-kelliema ta' qabli, nitfgħu l-attenzjoni tagħna fuq oqsma differenti.", "Illejla qiegħed jiġi diskuss vot li għandu firxa wiesgħa ħafna, li taħtu nsibu kważi lid-dipartimenti kollha ta' Għawdex.", "Għalkemm aħna Maltin, aħna wkoll Għawdxin li ngħixu f'Għawdex, u għalhekk għandna sfidi partikolari.", "Ikolli ngħid li uħud mill-kummenti li smajna llejla, jitbiegħdu xi ftit mill-verita', minn dak li wara kollox huwa għall-aħjar ġid ta' Għawdex.", "Pero' jiena xorta nirringrazzja lill-kelliema kollha li taw sehemhom illejla.", "Nistqarr li għalkemm fl-intervent tiegħi se nuri fejn l- oppożizzjoni m'hijiex korretta, il-kritika li se nagħmel m'hijiex se tkun indirizzata lejn il-kelliema b'mod personali imma lejn l-argumenti li huma għamlu.", "Fuq kollox, huwa d-dover tiegħi li nwieġeb għal din il-kritika.", "Inkun qiegħda nonqos mir-rispett lejn il-poplu Għawdxi jekk ma nagħtix stampa ċara u sħiħa ta' kif inhuma l-fatti fir-realta'.", "Dan huwa dover li jiena nagħmlu bil-qalb għax ninsab fiduċjuża li l-poplu Għawdxi huwa poplu intelliġenti, li huwa kapaċi li fl-aħħar jiżen x'ikun intqal u jagħmel il-ġudizzju tiegħu.", "Pero' il-poplu jrid jisma' iż-żewġ qniepen.", "Dan hu dak li se nagħmel issa, u ċioe' nuri x'inhuma l-fatti veri, x'qiegħed isir u x'se jsir, anke biex inwieġeb għad-domandi tal- kollegi ta' l-oppożizzjoni.", "Sur President, il-gvern tal-lum ifassal il-ħidma tiegħu għas-snin bejn l- 2005 u l-2010 fuq tliet pilastri ewlenin, tliet pilastri li se jgħinu lis- soċjeta' tagħna biex tevolvi u timxi dejjem aktar 'il quddiem.", "Qiegħda nitkellem dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ għal kulħadd, biex ikollna ekonomija soda, li topera f'ambjent nadif.", "Mad-daqqa t'għajn, dawn it- tliet pilastri huma distinti minn xulxin, pero', meta nifluhom sew naraw li huma bħal tliet faċċati ta' l-istess kolonna, għax it-tlieta li huma għandhom l-iskop li jtejjbu l-kwalita' tal-ħajja tal-poplu kollu.", "Huwa fuq dan l-istess pjan li l-Ministeru għal Għawdex qiegħed iwettaq u se jkompli jwettaq il-ħidma tiegħu.", "Ir-riżultati qatt ma jkunu immedjati, pero' din id-direzzjoni li mexjin biha se twassal għal riżultati tajbin u għall-akbar benefiċċju għal Għawdex.", "Ovvjament, id-diskorsi tal-kollegi membri ta' l-oppożizzjoni ma jirriflettux din il-politika, anzi kontinwament jindikaw li f'Għawdex kollox huwa ħażin u żbaljat, xejn m'hu tajjeb.", "Allura, jekk irridu nkunu kredibbli, lanqas għandna d-diċenza li jekk ma nsemmux kollox, ta' l-inqas insemmu dak li huwa l-iktar ovvju li huwa pożittiv?", "Pero', biex ngħid kollox, ma ssorprendejtx ruħi b'dan l-aġir għax kemm ilni f'dan il- parlament, jiġifieri kważi 18-il sena, qatt ma niftakar budget li fih l- oppożizzjoni kienet ġusta fil-kritika tagħha.", "Saħansitra niftakar li fl- ewwel amministrazzjoni Nazzjonalista ta' wara l-1987, f'budget debate dwar Għawdex, l-oppżizzjoni tant kienet feroċi li s-seduta kellha tiġi sospiża.", "Jiġifieri din l-attitudni hija xi ħaġa komuni u xejn ġdid.", "Mill-istampa sewda li pinġewlna l-kelliema ta' l-oppożizzjoni se ngħaddi biex ngħid il-fatti veri.", "Nistqarr li dak li se ngħid se ngħidu bl-akbar responsabilita' u bl-aktar mod sinċier, fejn l-iswed se ngħidlu iswed u l- abjad se ngħidlu abjad.", "Fid-dinja, mhux kollox huwa ward u żahar, u Għawdex m'huwiex xi eċċezzjoni.", "Żgur li f' Għawdex għandna l-problemi tagħna, żgur li f'Għawdex għandna diffikultajiet li niffaċċjawhom aħna l- Għawdxin biss.", "Iva, f'Għawdex għandna sfidi partikolari, li m'humiex żgħar iżda li qegħdin nindirizzawhom kontinwament, kultant anke f'baħar imqalleb.", "Pero', minkejja li dan huwa piż tqil, aħna qegħdin inġorruh, mhux infarfruh minn fuq spallejna, u qegħdin inġorruh b'kuraġġ u b'determinazzjoni.", "M'aħniex se naqtgħu qalbna, u bir-raġun.", "Lilna l-Għawdxin, dan il-budget jimliena bil-kuraġġ għax qiegħed joffri l-akbar vot qatt ivvotat għal Għawdex.", "Dan huwa budget li bil-fatti u bil-figuri qiegħed jagħti attenzjoni speċjali lil din il-gżira.", "Huwa għalhekk li m'aħniex se naqtgħu qalbna, għax il-gvern tal-lum qiegħed ikompli jirrikonoxxi l-ħtiġijiet speċjali tagħna, u qiegħed jindirizzahom.", "L-oppożizzjoni tat lil wieħed x'jifhem li dan mhux minnu, li l-gvern tal- lum qiegħed jekonomizza fuq Għawdex.", "L-Onor.", "Justyne Caruana qalet li f'Għawdex xejn m'hu vijabbli u tat l-indikazzjoni li dan il-gvern qiegħed jekonomizza kontinwament fuq Għawdex.", "Pero', għall-kuntrarju, kien gvern Laburista li ried jekonomizza fuq Għawdex, u dan bil-provi, kif jixhdu l- figuri li se nsemmi.", "Fis-sentejn li l-partit Laburista għamel fil-gvern, il-vot kapitali tal- Ministeru għal Għawdex kien ħa daqqa kbira, tant li minn Lm2 miljuni fl- 1996, niżel għal Lm1,200,000 fl-1998, jiġifieri naqas bi Lm800,000 jew b'40%.", "Fis-sentejn ta' amministrazzjoni Laburista, anke l-vot għall-ispiża rikorrenti kien tnaqqar.", "Fil-fatt, filwaqt li fl-1996, in-nefqa rikorrenti, minbarra l-pagi, kienet ta' Lm1,580,600, il-flus ivvoti għal Għawdex, fl-1998, mill-gvern Laburista, kienu Lm1,364,000, jiġifieri 14% inqas.", "Hawnhekk qiegħda nirriferi għall-flus ivvotati fl-1998, mhux għall-flus minfuqa, u ngħid għaliex.", "Kif jaf kulħadd, il-gvern Laburista spiċċa f'Ottubru ta' l-1998, meta daħal gvern Nazzjonalista, li mill-ewwel tefa' l- attenzjoni tiegħu fuq il-ħtiġijiet tal-Ministeru għal Għawdex u tal-gżira Għawdxija, tant li f'dawk ix-xahrejn li kien għad baqa' mis-sena 1998, il- gvern Nazzjonalisti żied in-nefqa rikorrenti, minbarra l-pagi, b'Lm540,000 għax irrikonoxxa li dawk kienu ħtiġijiet reali.", "L-attenzjoni tal-gvern Nazzjonalista fuq Għawdex, ma naqset qatt matul dawn is-snin, tant li għas-sena 2005, il-vot kapitali għal Għawdex se jkun ta' Lm5,700, 000, jiġifieri kważi ħames darbiet aktar minn dak li kien ivvota l- gvern Laburista fl-1998.", "Din iċ-ċifra ma tinkludix flejjes oħra vvutati għall-ġid dirett ta' Għawdex.", "Per eżempju qegħdin jiġu vvutati Lm1,350,000 għall-public service obligation tal-Gozo Channel, biex l-Għawdxin ikun assigurati minn noll speċjali.", "Qegħdin jiġu vvutati Lm2,800,000 bħala sovvenzjoni għall-bini tal-vapuri l-ġodda.", "Qegħdin jiġu vvutati wkoll Lm100,000 għall-Ġgantija.", "Jekk ngħoddu dawn il-fondi flimkien insibu li għal Għawdex għandna madwar Lm10 miljuni.", "Issa, Sur President, Għawdex se jibda jgawdi wkoll il-frott tal-ħidma tal- Ministeru għal Għawdex b'riżultat tan-negozjati ta' sħubija fl-Unjoni Ewropea.", "Għas-sena d-dieħla, jiġifieri għall-2005, il-Ministeru għal Għawdex se jieħu Lm2,454,000 mill-Ewropa.", "Dan il-punt iwassalna għal realta' oħra li qegħdin ngħixu għall-ewwel darba f'pajjiżna, dik li issa aħna pajjiż ta' l-Unjoni Ewropea u allura qegħdin ngħixu esperjenza ġdida.", "Għawdex kien kapaċi jisfrutta din l-opportunita' u ggwadanja mhux ftit minn din ir-realta'.", "Ilkoll nafu bis-suċċess li kellu l-Ministeru għal Għawdex fin-negozjati, pero' se niffoka din il-parti tad- diskors tiegħi dwar fejn wasalna b'dak li akkwistajna, anke biex inwieġeb għad-domanda ta' l-oppożizzjoni dwar fejn wasalna fil-proġetti li għandna għal Għawdex, bil-fondi li rnexxielna nakkwistaw direttament għal Għawdex.", "Jien fiduċjuża li d-domanda min-naħa ta' l-oppożizzjoni saret b'mod ġenwin u għalhekk huwa xieraq li nwieġeb bl-aktar mod ġenwin.", "Bejn wieħed u ieħor, dawn il-fondi flimkien jammontaw għal Lm2.5 miljuni.", "Naħseb li dan l-ammont huwa sostanzjali, mhux xejn.", "Qiegħda ngħid dan għax darba minnhom, meta fuq Super One Radio, kienu qegħdin jieħdu sehem f'diskussjoni ż-żewġ kelliema ta' l-oppożizzjoni, saritilhom domanda dwar x'ħa Għawdex mill-Unjoni Ewropea, u r-risposta pronta tat-tnejn flimkien kienet li Għawdex ma ħa xejn.", "Daqshekk kienu sinċieri u onesti!", "Ħalli fil-qosor ninforma lill-Kamra dwar x'għamilna s'issa u dwar fejn irridu naslu b'dawn il-fondi.", "Fil-fatt, madwar ħmistax ilu, jien iddiskutejt dan il-pjan ta' azzjoni mal-core members tal-kumitat reġjonali.", "Huwa veru li viżwalment għadna ma rajniex proġetti lesti, pero' l-volum ta' xogħol li wettaqna fil-preparamenti meħtieġa, fi studji neċessarji li jridu jsiru bilfors u f'applikazzjonijiet għall-permessi mid-diversi awtoritajiet, fosthom il-MEPA – fejn nafu kemm kultant, il-MEPA taf tkun diffiċli - kien xogħol pjuttost inkrepattiv, li ried il-ħin tiegħu u ried allokazzjoni ta' riżorsi umani u finanzjarji.", "Irrid ngħid li qabel, ma kellna l-ebda esperjenza ta' din il-kwalita' ta' ħidma, imma grazzi għall- project managers impjegati tal-gvern u għall-ħaddiema l-oħra f'oqsma differenti, relatati mal-proġetti partikolari, imxejna sew.", "Dan jawgura tajjeb għall-kumplament tax-xogħol li fadal.", "Fid-diskors tal-budget saret riferenza għal uħud mill-proġetti, filwaqt li fid-diskors li għadu kif għamel l-Onor.", "Frederick Azzopardi, semmihom ukoll.", "Irrid infakkar li dawn il-proġetti intagħżlu jew ġew suġġeriti b'riżultat ta' diskussjoni ma' l-istakeholders Għawdxin fit-tfassil ta' l- ispecial needs assessment study.", "Ta' min ifakkar li fost il-proġetti ffinanzjati mill-Unjoni Ewropea hemm numru sostanzjali li huma ppjanati biex isaħħu lis-settur tat-turiżmu f'Għawdex.", "Konxji mill-fatt ta' kemm Għawdex jiddependi mit-turiżmu, ta' kemm l-ekonomija ta' din il-gżira tiddependi minn din l-industrija, insibu numru sabiħ ta' proġetti li żgur se jgħinu lit-turiżmu f'Għawdex, uħud b'mod dirett u oħrajn b'mod indirett.", "Sur President, nisimgħu ħafna dwar x'effetti qawwija għandu s-settur tad- diving fuq it-turiżmu.", "L-Onor.", "Refalo għamel riferenza kemm-il darba għal dan il-fatt, u sewwa għamel, għax dan huwa tourism niche market, li jikkontribwixxi sew għall-ekonomija.", "Kien appuntu għalhekk li b'mod partikolari, anke fuq talba tal-Gozo Tourism Association, se jkollna għall- ewwel darba f'Għawdex decompression chamber, flimkien mal-formazzjoni ta' siti artifiċjali fl-ibħra madwar Għawdex għall-għaddasa.", "Il-proġett tal-decompression chamber u dive site qiegħed jissejjaħ niche' tourism for the island of Gozo, u se jiġbor fih ħames komponenti prinċipali, u ċioe': it-twaqqif tad-decompression chamber; il-ħolqien tas-siti artifiċjali għall-għaddasa;", "ir-reklamar ta' Għawdex bħala diving destination;", "il-kummissjoni u l-pubblikazzjoni ta' master plan għall-iscuba diving u attivitajiet turistiċi relatati ma' dan il-qasam;", "u studji oħrajn marbuta wkoll mad-diving, li l-Onor.", "Refalo xtaq li jarahom isiru.", "Bi pjaċir ngħidlu li aħna mexjin fuq dawn il-ħames komponenti, li huma fid- direzzjoni t-tajba.", "Mr Chairman, jista' jkun hemm min jiddubita dwar il-bżonn ta' dan kollu.", "Iva, illum Għawdex isofri minn nuqqas ta' kura medika f'każ ta' inċidenti waqt id-diving, li jistgħu jkunu fatali, u għalhekk l-istallazzjoni tad- decompression chamber f'Għawdex se tipprovdi destinazzjoni għad-diving aktar f'sigurta' u għaldaqstant se tgħin biex dan in-niche' diving market jiġi reklamat aħjar.", "Barra minn hekk, il-ħoqien ta' l-artificial dive sites f'Għawdex se jgħinu biex id-diving ikun possibbli taħt kull kundizzjoni tat-temp.", "B'hekk wieħed ikun jista' jiġbed aktar divers lejn Għawdex, matul is-sena kollha, mhux fis-sajf biss imma anke fix-xhur tax-xitwa, xi ħaġa li tant inbatu minnha.", "It-turiżmu f'Għawdex huwa staġonali, tajjeb fis-sajf u batut fix- xitwa.", "Għalhekk, permezz ta' l-artificial dive sites se nindirizzaw din il- problema.", "Żgur li kienet deċiżjoni tajba dik li ninvestu f'dan il-qasam tad-diving.", "Irrid ngħid li l-allokazzjoni ta' fondi għal dan il-proġett kollu hi ta' madwar Lm0.5 miljun.", "Fejn wasalna f'dan il-proġett?", "Xahar ilu, preċiżament fit-8 ta' Novembru, ħareġ il-permess mill-MEPA.", "Sadanittant saru l-istudji neċessarji dwar il- fattibilita' ekonomika u finanzjarja, saret riċerka estensiva dwar l- ispecifications, intbagħtet draft tender lill-contracts department u saru diversi xogħlijiet oħrajn relatati.", "Grazzi għall-uffiċjali responsabbli minn dan il-proġett, ix-xogħol jinsab miexi kif ippjanat u huwa maħsub li jitlesta f'Ottubru ta' l-2006.", "Ħassejt li kelli nagħti dawn id-dettalji għax smajna wisq u fil-ġurnali qrajna spiss dwar min ma jridx jifhem il-fatt illi iva, il-Ministeru għal Għawdex se jwettaq dan il-proġett tant meħtieġ.", "Kien hemm min saħansitra żera' d-dubju li se niddubbaw b'xi second class equipment li jeżisti f'Malta jew li dan il-proġett tpoġġa fuq xi xkaffa.", "Altru milli hekk, Sur President.", "Proġett ieħor marbut ukoll mat-turiżmu huwa t-training hotel u l-upgrading ta' l-Istitut għall-Istudji Turistiċi fil-Qala, proġett li se jiswa wkoll madwar Lm0.5 miljun.", "Dan il-proġett jinvolvi t-twaqqigħ tal-bini eżistenti u l-bini mill-ġdid, bi pjanti li jipprovdu estensjoni u immodernizzar ta' faċilitajiet tant meħtieġa llum, pjanti tax-xogħol elettriku u mekkaniku, il-finishing, ix-xiri ta' l-istallazzjoni ta' l-equipment neċessarju, l- għamara u tant affarijiet oħrajn.", "Forsi anke fir-rigward ta' dan il-proġett, hawn min jistaqsi jekk hawnx bżonn ta' dan kollu.", "Ir-risposta ma nagħtihiex jien imma jagħtuha dawk kollha li b'xi mod jew ieħor imissu mat-turiżmu, - il-lukandiera, is-sidien tar-ristoranti u diversi oħrajn - li kontinwament jilmentaw dwar il-fatt li sfortunatament, f'Għawdex isibuha ferm diffiċli biex isibu staff imħarreġ għall-kwalita' u l-livell ta' xogħol meħtieġ.", "Aħna nafu li t-tip ta' servizz li jingħata, jagħmel differenza kbira.", "Dan jgħidu kulħadd.", "Ħaddiema mħarrġa tajjeb fl-industrija tat-turiżmu huma bżonn, illum forsi aktar minn qatt qabel, peress li ninsabu fi żmien ta' kompetittivita' daqstant qawwija.", "Irrid ngħid li għal dan il-proġett saret l-applikazzjoni lill-MEPA.", "Ninsab infurmata li dan il-permess wasal fi stadju avvanżat ħafna.", "Sadanittant, tlestew ukoll l-economic and financial feasibility study u x-xogħol fuq it- tender documents, li jammontaw għal madwar ħames tenders, li jaħsbu għax- xogħol kollu rikjest.", "Niġi issa għall-proġett tal-Mużew ta' l-Arkeoloġija, li se jiswa 100,000 Ewro jew madwar Lm40,000.", "Dan il-proġett huwa wkoll marbut mat-turiżmu għax se jsaħħaħ lit-turiżmu kulturali, niche market ieħor li jattira t- turisti lejn Għawdex matul is-sena kollha.", "F'dan il-proġett huwa maħsub li jiġu provduti state of the art showcases li joffru sigurta' u li huma wkoll climate controlled.", "F'dawn ix-showcases se nkunu nistgħu nesibixxu l- fdalijiet arkeoloġiċi tal-Brockdorff circle, li semma l-Onor.", "Anton Refalo, li sfortunatament ilhom snin twal merfugħha f'kaxxi f'Malta, mingħajr ma jitgawdew.", "Qabel ħabbarna l-proġett tal-Mużew ta' l-Arkeoloġija, ħadd qatt ma kien isemmi lil dawn il-fdalijiet.", "Issa, għax l-oppożizzjoni saret taf li f'dan il-Mużew se jkun hemm esebiti l-fdalijiet tal-Brockdorff circle, qiegħda tipprova tagħti l-impressjoni li l-proġett tal-Mużew ta' l- Arkeoloġija se jsir għax l-oppożizzjoni għamlet riferenza għal dawn il- fdalijiet.", "Fejn kienet l-oppożizzjoni snin ilu, meta dawn l-istess fdalijiet kienu f'Malta, merfugħin fil-kaxxi, mingħajr ma jgawdihom ħadd?", "Irrid ngħid li fir-rigward ta' dan il-proġett, imxejna 'l quddiem fis-sens li kellna laqgħat mal-heritage Malta, filwaqt li tlestew it-tender documents, li fil-preżent qegħdin jiġu vetted mid-dipartiment tal- kuntratti.", "Jidher li x-xogħol jinsab miexi sew.", "Ħsibna wkoll biex bil-fondi ta' l-Unjoni Ewropea nindirizzaw lill-qasam ta' artiġjanat.", "Iddeċidejna li nagħmlu estensjoni taċ-Ċentru Għawdxi għall-Arti u l-Artiġjanat Wistin Camilleri, f'Għajnsielem, filwaqt li nibnu incubation centre u nagħmlu studju għat-twaqqif ta' strutturi għal certification, authentification u marketing tal-crafts lokali.", "Għal dawn it-tliet xogħlijiet ġew allokati ferm iktar minn Lm0.25 miljun.", "Anke fir-rigward ta' dan il-proġett, tlesta l-economic and financial feasibility study, saret applikazzjoni għall-ħruġ tal-permess mill-MEPA, liema applikazzjoni tinsab fi stadju avvanzat, qegħdin jiġu diskussi t- tenders meħtieġ mid-dipartiment tal-kuntratti, filwaqt li saru xogħlijiet oħrajn.", "Tlestew ukoll it-timeframes għall-implimentazzjoni, bħalma sar għal kull proġett.", "F'dan l-istadju nixtieq nagħmel riferenza għall-fatt li dan it-tip ta' proġett żgur li se jgħin lill-ekonomija u lill-attivita' f'Għawdex, permezz ta' tisħiħ fl-opportunitajiet ta' impjiegi marbuta mal-kultura Għawdxija, għax dan se joffri snajja' li kien hemm ħafna nies interessati fihom, u għalhekk issa se jingħataw l-opportunita' li jkomplu jużawhom.", "Kien appuntu għalhekk li minn nofs is-sena d-dieħla, se noffru korsijiet ta' taħrġ u skemi biex wieħed ikun jista' jieħu din l-opportunita'.", "Dawn ukoll se jkunu finanzjati mill-fondi ta' l-Unjoni Ewropea, preċiżament mill- fond soċjali Ewropew.", "Dawn il-korsijiet se jsiru fiċ-Ċentru Wistin Camilleri ta' Għajnsielem.", "Is-somma allokata għal dawn il-crafts courses, għal karrieri sostenibbli f'Għawdex, tammonta għal Lm54 elf lira.", "Fost affarijit oħrajn, dawn il-korsijiet se jinkludu wkoll taħriġ marbut ma' business management and marketing.", "Sal-lum, ix-xogħol fuq dan il-proġett involva l-preparamenti għat-tenders tal-procurement tal-management services u l-implimentazzjoni tal-korsijiet, fejn imbagħad intbagħat kollox lid-department of contracts.", "Ta' min jgħid li l-ispecifications ta' l-equipment huma lesti wkoll.", "Sur President, aħna nemmnu li t-tagħlim u t-taħriġ huma importanti ħafna.", "Għalhekk, minbarra l-crafts courses li għadni kif semmejt, il-Ministeru għal Għawdex, dejjem bl-approvazzjoni tal-Kumitat Reġjonali għal Għawdex, se jniedi skemi u korsijiet oħrajn marbuta ma' l-iżvilupp tar-riżorsi umani.", "Se nsemmi żewġ oqsma oħra li ġew identifikati, proprju għax għandhom rilevanza importanti għall-iżvilupp ekonomiku ta' Għawdex.", "L-istituzzjonijiet li se jipprovdu t-taħriġ huma l-ETC u l-Gozo University Centre.", "Se nispjega fil-qosor ħafna l-proġett dwar l-iskemi u l-korsijiet ta' l-ETC, li għalih se nallokaw 260,000 Ewro, dejjem mill-European Social Fund.", "Dan il-proġett jiġbor fih tliet skemi u 20 kors.", "It-tliet skemi li se jiġu offruti huma skema lill-gradwati, il-graduate scheme, skema lil min għandu negozju żgħir, li qiegħda tissejjaħ support small business scheme u skema lil min hu bla xogħol u jixtieq isir intraprenditur, li qiegħda tissejjaħ fostering entrepreneurship scheme.", "L-iskop tal-graduate scheme huwa li tagħti opportunijiet ta' xogħol lill- gradwati, mas-settur privat, ġo Għawdex stess.", "L-iskop tas-support small business scheme hu li tagħti support lil min hu fin-negozju billi fost affarijiet oħrajn, tagħti għajnuna ħalli jiġi identifikat u mogħti t-taħriġ neċessarju, filwaqt li tagħti għajnuna fit- tfassil ta' business plan.", "Għal din l-iskema huma eleġibbli biss dawk l- operaturi Għawdxin li jimpjegaw mhux inqas minn erba' ħaddiema.", "Din se tibda titħaddem fis-sena d-dieħla u se tkun offruta wkoll fl-2006.", "Il-fostering eintrepreneureship scheme hija maħsuba biex tħajjar u tinkoraġġixxi lil min hu bla xogħol biex isir intraprenditur u jkunu kapaċi jfendi fil-qasam tan-negozju.", "Għadni kemm irriferejt għal tliet skemi li se toffri l-ETC f'Għawdex, bil- fondi li l-Ministeru għal Għawdex akkwista mill-European Social Fund.", "Irrid inżid li minn dan l-istess fond ta' 260,000 Ewro, l-ETC se torganizza wkoll customer service training courses, li wkoll irriferejt anke iktar kmieni.", "Hemm imbagħad istituzzjoni oħra li wkoll se tindirizza dan il-qasam.", "Qiegħda nirriferi għaċ-Ċentru ta' l-Universita' ta' Għawdex, li għalih qiegħed jiġi allokat 93,000 Ewro, biex joffri żewġ attitivitajiet prinċipali.", "L-ewwel attivita' ta' dan il-proġett tikkonsisti fi tmien courses, mifruxa fuq erba' oqsma, li huma l-e-commerce, it-teknoloġija ta' l-informatika, studji agrikoli, business studies u environmental planning and management.", "It-tieni attivita' se tiġbor fiha żewġ studji, bil-għan li jiġi eżaminat x'inhuma l-aħjar courses li hemm bżonn li jsiru f'Għawdex fis-snin li ġejjin, ħalli nwieġbu għad-domanda tal-futur.", "Jiena ħassejt li kelli nagħti tagħrif dwar dawn l-inizjattivi għax il-proġetti kollha li semmejt, li se jitwettqu f'Għawdex, huma kollha ta' benefiċċju għall-iżvilupp ekonomiku.", "B'xi mod jew ieħor, kollha jindirizzaw il-qgħad u allura joffru opportunitajiet ta' xogħol ġdid jew tisħiħ fil-kwalita' tax-xogħol.", "Iva, is-sitwazzjoni ta' l-impjiegi f'Għawdex m'hijiex waħda li ma timmeritax attenzjoni.", "Għalhekk dan hu dak li qegħdin nagħmlu.", "Kontinwament aħna mpenjati biex fi żminijiet fejn kull pajjiż jinsab għaddej minn ċirkostanzi simili, nagħmlu ħilitna kollha biex din is-sitwazzjoni f'Għawdex tkun mill- inqas negattiva.", "Jiena ninkwieta meta tagħlaq xi fabbrika, bħalma ġara dan l-aħħar, imma l- fabbriki li għalqu, m'għalqux tort tal-gvern jew tal-Ministeru, kif kultant l-oppożizzjoni tipprova timplika.", "Jekk kumpannija privata ssib cheap labour f'pajjiż ieħor ferm inqas żviluppat minna, ħadd m'hu se jżommha milli tagħlaq il-bibien u tmur f'dak il-pajjiż, b'pagi kultant anke ta' Lm1 kuljum.", "Huwa għalhekk li issa, il-ħidma tagħna hija indirizzata lejn dawk il- kumpanniji li meta jinvestu f'Għawdex, ma jkunx faċli li jgħalqu, minħabba l-kwalita' ta' xogħol li joffru.", "Huwa għalhekk li issa qegħdin inħarrġu kemm nistgħu liż-żgħażagħ u lill-adulti fil-qasam tas-servizzi.", "Huwa għalhekk li se jsiru dawk il-courses kollha li għadni kif semmejt.", "Huwa veru li mhux il-ħaddiema kollha li tilfu x-xogħol mill-industrija tal- manifattura, sabu xogħol alternattiv f'oqsma oħra, pero' ma nistgħux ngħidu li d-diżastru li qiegħda tirriferi għalih l-oppożizzjoni huwa minnu.", "Bħalma kelli okkażjoni ngħid darb'oħra, illum se nerġa' ngħid l-istess u jekk nitkellem għada, nerġa' nirrepeti l-istess ħaġa, għax aħna konsistenti f'dak li ngħidu.", "Dak li għedna ilbieraħ, aħna ngħiduh illum u nerġgħu ngħiduh għada, mhux inbiddlu skond iċ-ċirkostanzi, kif kultant tgħid li nagħmlu l-oppożizzjoni.", "Se nerġa' ngħid li l-figuri attwali juru li r-rata ta' qgħad li għandna bħalissa f'Għawdex hija inqas minn dik li kellna fl-1997, l-unika sena sħiħa li ġiet amministrata minn gvern Laburista.", "Issa qegħdin nistagħġbu qisu f'Għawdex qatt ma kellna qgħad, imma meta nħarsu lejn il-figuri naraw li r-rata ta' qgħad li għandna bħalissa f'Għawdex hija inqas minn dik ta' l- 1997, taħt gvern Laburista.", "Qiegħda nagħmel paragun bejn il-gvern Nazzjonalista tal-lum u l-gvern Laburista ta' l-1997.", "(Interruzzjonijiet) Jekk inħarsu lejn in-numru ta' persuni qegħda minn Jannar sa Ottubru ta' din is-sena nsibu li l-medja kull xahar hija ta' 583 persuna, filwaqt li fl- istess perjodu fis-sena 1997, fi żmien gvern Laburista, il-medja kull xahar kienet ta' 626 persuna.", "Jien niddejjaq nagħmel il-paraguni, pero' kultant bilfors ikolli nasal għalihom għax tant hawn min hu kapaċi jnessi l-imgħoddi, qisu dan il-qgħad kollu tfaċċa issa, li mingħajr ma rrid ikolli nfakkar li fi żminijiet oħrajn, is-sitwazzjoni ma kinetx aħjar.", "B'daqshekk ma jfissirx li moħħna mistrieħ, anzi, kif diġa' urejt, m'aħniex qegħdin nieqfu mill-impenn tagħna għall-ħolqien ta' l-impjiegi, b'kull mezz possibbli.", "Per eżempju, bħalissa qegħdin naħdmu biex nirrevedu l-iskemi kollha preżenti, ħalli nattiraw l-investiment lejn Għawdex, bil-għan ewlieni li noħolqu x-xogħol.", "Fil-fatt, il-Ministeru għal Għawdex ħejja dokument ta' politika għall-promozzjoni għall-kummerċ, il-business promotion policy for Gozo.", "Dan id-dokument għandu jkun il-bażi ta' l-iskemi l-ġodda li kien hemm bżonn nintroduċu.", "L-istess impenn huwa dikjarat ukoll fil-budget ta' din is-sena, fejn bl-aktar mod ċar u qawwi, il-Prim Ministru esprima l-fatt li l-gvern qiegħed jaħdem fuq strateġiji ġodda għat-tisħiħ ta' l-industrija u l-kummerċ f'Għawdex.", "Sur President, il-kritika li smajna llejla ma kinetx biss dwar il-qgħad u għalhekk ngħaddi biex nitkellem dwar punti oħrajn biex fir-rigward tagħhom nuri wkoll il-fatti veri.", "Huwa faċli li wieħed jikkritika.", "Huwa faċli li wieħed iqum bilwieqfa u jgħid li messu jsir hekk u messu qatt ma sar hekk.", "Biex wieħed jgħid dan, ma jridx għerf, imma huwa min ikun qiegħed iġorr il- piż li jħabbat wiċċu mar-realta'.", "Aħna llum qegħdin inġorru dan il-piż bl- akbar responsabbilta'.", "Id-deċiżjonijiet jittieħdu fid-dawl taċ-ċirkostanzi kollha, fid-dawl ta' dak li jkun verament meħtieġ biex finalment jissarraf f'ġid, anke minkejja li fil-bidu tal-proċess, ngħaddu minn żmenijiet mhux daqshekk komdi.", "Se nsemmi każ tipiku, u ċioe' il-biċċerija.", "Iva, bħalissa l-biċċerija f'Għawdex tinsab magħluqa.", "Żgur li huwa skomdu għar-raħħala u għall- produtturi tal-laħam li darba fil-ġimgħa jkollhom jiġu f'Malta biex issir il-qatla tal-bhejjem tagħhom, pero' l-biċċerija m'għalqitx biex tibqa' magħluqa, iżda biex tiġi immodernizzata, biex isir ir-ristrutturar, u biex dak li huwa meħtieġ li jsir u li ilu snin kbar biex isir, fl-aħħar isir.", "Kien il-Prim Ministru tal-lum li għaddhieli aktar minn Lm0.25 miljun biex stajna nibdew ix-xogħol.", "Huwa veru li kien maħsub li x-xogħol jibda qabel, imma l-fatt huwa li issa beda, u jekk Alla jrid, jitlesta biex il-qatla terġa' tibda ssir f'Għawdex, f'post mibdul, kif l-istess raħħala dejjem xtaqu.", "Mela nsemmu lill-biċċerija u naqilbu l-iskop ġenwin tal-proġett minn wieħed pożittiv għal xi ħaġa negattiva!", "Irrid infakkar li biex jinħoloq l-inqas inkonvenjent possibbli, huwa l-Ministeru li qiegħed iħallas għat-trip tal- vapur li jsir apposta għall-ġarr tal-bhejjem.", "Biex il-biċċerija tgħaddi mill-fażi ta' ristrutturar, bilfors riedet tagħlaq temporanjament, anke minħabba l-fatt li ma kinetx up to EU standard.", "Sur President, nisimgħu wkoll ħafna diskors dwar il-ġarr ta' l-iskart.", "Sal- lejla stess smajna li ġieli saru akkużi li fuq il-vapur kien ikun hemm riħa xejn pjaċevoli.", "Pero', il-verita' hi li l-oppożizzjoni ma kellhiex il- kuraġġ u d-diċenza li tgħid grazzi u prosit lill-gvern għax fl-aħħar, il- miżbla tal-Qortin fix-Xagħra għalqet.", "Ma kellhiex il-kuraġġ tgħid grazzi għax fl-aħħar, dak li l-poplu Għawdxi kollu kien ilu jitlob li jsir, inkluża l-Oppożizzjoni, permezz ta' diversi stqarrijiet, fl-aħħar sar!", "Kemm konna nisimgħu diskors dwar il-miżbla tal-Qortin!", "Kemm smajna dwar il- bżonn li din tagħlaq u li ma ssirx miżbla oħra x'imkien ieħor f'Għawdex!", "It-talba kienet ġusta.", "Saħansitra jien stess imbuttajt kemm flaħt dwar din il-kwestjoni, imma allura issa, għax din il-miżbla għalqet, kif kulħadd xtaq, għaliex minflok tfaħħar id-deċiżjoni li ttieħdet, l-oppożizzjoni qiegħda tfittex xi skuża oħra biex tikkritika din il-miżura daqshekk tajba?", "Huwa veru li għad fadal xi jsir, pero' nafu li l-proċess mill-Wasterserve - u minn hawn insellmilhom għall-ħidma tagħhom - biex il-waste transfer station titlesta, għadu għaddej.", "Irrid inserraħ moħħ l-Onor.", "Anton Refalo billi ngħidlu li l-Wasteserve m'hijiex se tikkontamina lill-baħar madwar Għawdex, kif qal jew kif ipprova jinsinwa.", "Bħalissa, il-ġarr ta' l-iskart mill-gżejjer ta' Għawdex u Kemmuna lejn Malta qiegħed isir permezz ta' scammels kbar u attrezzati, biex b'hekk jitnaqqas in-numru ta' vetturi li jintużaw għall-ġarr ta' l-iskart.", "Daqshekk qegħdin nerfgħu l-piż aħna, u daqshekk ieħor għandha tkun ġusta l- oppożizzjoni meta titkellem!", "L-oppożizzjoni tiftaħ ħalqha biss dwar dak li b'xi mod jista' jaljena lill-poplu mill-ġid li jkun qiegħed isir.", "Per eżempju, proċess li ninsabu għaddejjin fuqu bħalissa, li wkoll huwa ta' benefiċċju kbir għal Għawdex, huwa dak ta' l-impjant għat-trattament tad- drenaġġ, li se jiswa aktar minn Lm3 miljuni u li huwa maħsub li jitlesta għall-aħħar tas-sena 2006.", "Dan huwa proġett ieħor kbir għalina l-Għawdxin.", "Wara li jkun beda jiffunzjona dan l-impjant, ikunu jistgħu jingħaqdu t- tliet postijiet minn fejn illum id-drenaġġ qiegħed imur fil-baħar, u ċioe' l-bajja ta' San Blas fin-Nadur, Wied il-Mielaħ u Ras il-Ħobż.", "B'hekk, il- kosta kollha Għawdxija tkun nadifa u fl-istess waqt tiġi mtejba l-kwalita' tal-baħar, għall-ġid ta' l-ambjent.", "Dan il-proċess jinsab miexi, ħarġu t-tenders u hemm diġa' l-permessi kollha meħtieġa.", "Naħseb li proġett bħal dan, ta' Lm3 miljuni, jimmerita li nsemmuh, mhux għax jiswa Lm3 miljuni imma għax minnu se jgawdi Għawdex kollu, bħalma se tgawdi kull dar f'Għawdex minn proġett ieħor għall-impjant ta' purifikazzjoni ta' l-ilma, li se jiswa Lm1.5 miljuni.", "Għal min ma jafx, f'Awissu li għadda, f'Għawdex ġie inawgurat dan il-proġett ta' water polishing plant, li nerġa' ngħid se jiswa Lm1.5 miljuni.", "Permezz ta' dan l- impjant, 23,000 familja f'Għawdex se jkollhom ilma tal-vit ta' livell ħafna aħjar, partikolarment fit-togħma tiegħu.", "Minn kemm ilu jopera dan l- impjant, il-livell ta' chlorides fl-ilma naqas sew.", "Għalhekk żgur li dan il-proġett għandu impatt dirett fuq il-qasam ambjentali.", "Ta' min jgħid ukoll li dan huwa l-ewwel impjant tat-tip tiegħu fil-gżejjer Maltin, impjant li beda jiffunzjoni f'Għawdex u li huwa xhieda oħra ta' l- impenn ta' dan il-gvern favur kwalita' ta' ħajja aħjar f'Għawdex.", "Pero' donnu li għall-oppożizzjoni, il-fatt li kull familji Għawdxija jkollha ilma tal-vit tajjeb u ta' kwalita', m'huwiex importanti, għax qatt ma semmiet lil dan il-proġett.", "Sur President, illejla rrid nitkellem ukoll dwar qasam ieħor li wkoll huwa ta' importanza għal Għawdex , u ċioe' it-toroq, li anke l-oppożizzjoni għamlet riferenza għalihom.", "Nibda billi ngħid li minkejja ċ-ċokon tal- gżira u minkejja l-fatt li f'dawn l-aħħar snin, inbnew ħafna toroq ġodda, il-verita' hi li f'Għawdex għad hemm ħafna toroq ġodda li jinħtieġu li jsirulhom xi xogħlijiet.", "Nistqarr li l-vot għat-toroq f'Għawdex mill-gvern ċentrali, minn dejjem kien wieħed li żgur ma jservix għal dak kollu li nixtiequ nagħmlu, iktar u iktar meta bil-fondi li snin ilu kienu jsiru erba' jew ħames toroq, illum għandna xorta jekk nagħmlu triq waħda.", "Illum ma naqbdux u niksu triq bit-tarmac fil-wiċċ, u tkun lesta, imma kull triq ġdida li nagħmlu rridu nibnuha mill-ġdid.", "Iridu jsiru testijiet minn esperti, u skond ir-riżultati, nimxu.", "Nagħmlu l-pedamenti, ir-retaining walls u xogħlijiet oħrajn.", "Hekk għandhom isiru l-affarijiet, ħalli l-flus li jintefqu fit-toroq ikunu investiment fit-tul.", "La qiegħda nsemmi lit-toroq huwa xieraq li nirriferi għal żewġ toroq prinċipali li se jsiru f'Għawdex u li 75% minnhom se jiġu ffinanzjati mill- Unjoni Ewropea.", "Dawn it-toroq arterjali huma dik mill-port ta' l-Imġarr lejn il-bidu tax-Xewkija, u forsi anke aktar, u dik mir-Rabat lejn San Lawrenz, id-Dwejra.", "B'kollox, l-ispiża totali ta' dawn iż-żewġ toroq flimkien taqbeż sew is-somma ta' 7 miljun Ewro, bejn fondi strutturali u fondi tal-koeżjoni.", "Huwa tajjeb li ngħid li f'dawn l-aħħar ġimgħat reġa' kien hemm żieda fil-cohesion fund għal Għawdex.", "Ix-xogħol preparatorju għal dawn iż-żewġ toroq miexi sew, pero' rridu nifhmu li ż-żmien ta' xogħol se jiġi maqsum fuq numru ta' xhur, peress li apparti mill-kwalita' tax- xogħol li jrid isir, dawn it-toroq huma wkoll arterjali u għalhekk hemm fin- nofs il-pjan ta' aċċess biex it-traffiku xorta jkollu rotta minn fejn jgħaddi.", "Issemma' wkoll il-protokoll Taljan, u f'dan ir-rigward irrid ngħid li minn dan il-protokoll, Għawdex ukoll se jibbenefika, mhux fuq toroq, pero' fuq qasam ieħor li huwa wkoll ferm importanti għal din il-gżira, u ċioe' il- qasam ta' l-agrikoltura.", "Mill-protokoll Taljan ġew finanzjati żewġ proġetti f'Għawdex, li jolqtu b'mod mill-aktar dirett lill-bdiewa u lir- raħħala Għawdxin.", "Fortunatament, s'issa, bejn bdiewa u raħħala part-time u full-time f'Għawdex, in-numru huwa kbir u għaldaqstant jimmerita wkoll l- attenzjoni.", "Bil-fondi tal-protokoll Taljan sar upgrading totali ta' l-inċineratur tal- biċċerija ħalli jiġu kkontrollati l-emissjonijiet waqt il-ħruġ.", "Kif nafu, kellna inċeneratur li għal snin sħaħ ma kienx jiffunzjona tajjeb.", "Peress li kien hemm il-miżbla tal-Qortin fix-Xagħra miftuħa, f'ħafna każijiet kien jintuża dan il-post minflok l-inċeneratur, pero' illum qiegħed jintuża biss l-inċeneratur.", "Huwa veru li dan l-aħħar, fil-proċess għal din il-bidla, kellhom jintużaw containers għal ta' apposta, li fihom ġew stored karkassi u biċċiet ta' l-annimali maqtula, sakemm beda jiffunzjona l-inċeneratur b'mod totali, u huwa għalhekk li kellna xi diffikultajiet li rrifera għalihom l-Onor.", "Refalo.", "Madankollu, is-sitwazzjoni kważi ġiet għan- normal.", "Illum nikkonfermaw kemm kien importanti l-investiment f'dan l- inċeneratur, għax kieku konna se niġu ffaċċjati b'sitwazzjoni diżastruża.", "Dawn huma d-deċiżjonijiet li nieħdu b'għaqal, fuq bażi ta' priorita'!", "Grazzi għall-protokoll Taljan sar ukoll investiment fuq l-istazzjon tal- grading tal-prodotti agrikoli ta' Għawdex u fuq il-cold storage.", "Il-proġett ta' dawn il-faċilitajiet huwa essenzjali għall-bdiewa Għawdxin għax mhux biss jiffaċilita x-xogħol b'tali mod li l-bdiewa ma jkollhomx għalfejn jieħdu l-prodott tagħhom lejn Malta, imma dan il-grading jgħolli l-livell tal-prodott agrikolu li finalment jissarraf fi qligħ akbar għall-bdiewa.", "Ix-xogħol infrastrutturali għal dan il-proġett diġa' beda u nittamaw li issa ma jdumx ma jibda jiffunzjona.", "Fir-rigward tal-qasam ta' l-agrikoltura rrid ngħid li matul is-sena ġew imnedija skemi ta' għajnuna lill-bdiewa.", "F'Għawdex kien hemm madwar 1,200 bidwi li applikaw għal din l-għajnuna.", "Irrid ngħid ukoll li matul dan iż- żmien, l-applikanti ingħataw pariri u għajnuna oħra f'dan il-proċess pjuttost ġdid.", "Rajna wkoll it-twaqqif ta' żewġ għaqdiet tal-produtturi, fejn bdiewa Għawdxin ingħaqdu biex ikunu jistgħu jorganizzaw aħjar il-produzzjoni agrikola, skond id-domanda tas-suq.", "Matul din is-sena tajna importanza wkoll lill-qasam ta' l-afforestazzjoni, fejn fost l-oħrajn bdejna programm, mifrux fuq numru ta' snin, ta' żbir tas- siġar madwar Għawdex kollu.", "Ridna li mhux biss inkomplu nħawlu siġar ġodda - u hawnhekk irrid ngħid li ħawwilna eluf ta' siġar ġodda - imma ridna wkoll li nieħdu ħsieb dawk li kienu mħawla snin ilu.", "Per eżempju, żbarna s- siġar kollha fi Ġnien Papa Pawlu XXIII fl-Imġarr u dawk fi Ġnien Ulisse fix-Xewkija, li kien ilhom snin twal ma jinżabru.", "Ħadna ħsieb ukoll li jsir xogħol ta' tisbiħ ġewwa l-Ġnien Villa Randon, fejn ġiet restawrata l-funtana prinċipali.", "Ħloqna wkoll link fiżiku bejn il-ġibjun ta' l-ilma li jinsab fit-telgħa tal-belt u Villa Randon, biex b'hekk il-ġnien ikollu provvista kontinwa ta' ilma ta' kwalita', matul is- sena kollha.", "Fir-rigward tal-cold stores tal-gvern fix-Xewkija, rrid ngħid li dawn ġew attrezzati bi friża u b'cold room, biex b'hekk ġew provduti faċilitajiet aħjar ta' ħażna tal-prodotti tal-bdiewa u tas-sajjieda.", "Bħalissa qegħdin naħdmu wkoll fuq l-immaniġġjar ambjentali għall-inħawi tad- Dwejra, flimkien man-Nature Trust u mal-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent.", "Irrid inżid ukoll li għat-tieni sena konsekuttiva, matul is-sajf il-Ministeru għal Għawdex nieda kampanja ta' tindif ta' qiegħ il-baħar.", "Sur President, qasam ieħor importanti fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex huwa d-dipartiment tal-customer services, li fost ħafna xogħlijiet, jara li kull dipartiment jimxi 'l quddiem.", "Per eżempju saru diversi programmi ta' titjib u manutenzjoni fl-iskejjel governattivi.", "Illejla smajna ħafna dwar l-isptar, u wieħed forsi ħa l-impressjoni li ġie xi ftit imwarrab.", "Imma jiena ngħid li kellu bżonn li r-ritmu ta' xogħol fl- isptar ta' Għawdex bħalissa kien hemm minn dejjem!", "Il-verita' hi li f'dawn l-aħħar snin, l-isptar gawda minn rekord ta' xogħlijiet u servizzi ta' kwalita'.", "F'din is-sena biss inxtrat stress ECG machine moderna, inbidel apparat importanti fis-sistema tad-distribuzzjoni tal-misħun, tlesta x- xogħol ta' l-immodernizzar fil-laboratorju, ġie ordnat convection steam oven għall-kċina, inbeda x-xogħol biex titwaqqaf gynaecology unit u biex tiġi refurbished is-sala tal-maternita', saru preparamenti biex toħroġ sejħa għal tenders għal sistema ta' pre-plating system għall-ikel, qiegħed isir refurbishment fis-sala tal-pedjatrija, b'kollaborazzjoni ma' għaqda volontarja, inbidlet il-PADX u ġiet introdotta s-sistema tad-direct dialling u saru bosta xogħlijiet oħra.", "Il-kelliema ta' l-oppożizzjoni irriferew għar-Residenza Sant' Anna u għan- numru kbir ta' pazjenti fis-sala ġenerali tan-nisa.", "Ħalli nkunu ċari.", "In- numru ta' pazjenti li hemm bħalissa f'Sant Anna huwa l-istess numru ta' anzjani li kien hemm qabel sar ir-refurbishment.", "In-numru ta' sodod ġodda li għadhom vojta, li ser jimtlew fil-ġimgħa d-dieħla, għax issa ġew trasferiti numru ta' nurses minn Malta lejn Għawdex, huma addizzjonali għal dak li kien jeżisti qabel, jiġifieri kieku ma kienx għall-proġett ta' Sant'Anna, kieku l-problema li qegħdin niffaċċjaw bħalissa fis-sala ġenerali tan-nisa, bil-pazjenti fil-kuriduri, m'hemmx soluzzjoni għaliha.", "Inżid ngħid ukoll li bil-bini ta' gynaecology ward ġdida se nkomplu nsolvu l-problema tas-sala ġenerali tan-nisa, għax issa, minn din is-sala, minbarra t-tnaqqis tas-social cases, li ser jiġu trasferiti għal Sant'Anna, se jonqsu wkoll il-pazjenti tal-gynaecology, li appena titlesta l- gynaecology ward se jiġu posted hemmhekk.", "Daqshekk nagħtu każ tal-problemi u daqshekk noffru soluzzjonijiet fuq bażi long term!", "Sur President, huwa xieraq ukoll li ninforma li matul din is-sena waqqafna information management unit, li hija responsabbli mill-management ta' information systems u mit-twaqqif ta' policies u standards marbuta ma' l- informatika għall-Ministeru għal Għawdex.", "Sa l-aħħar ta' din is-sena, id- dipartiment tal-corporate services ikun organizza 27 kors, kollha ta' livell u ta' benefiċċju għal servizz aħjar mill-uffiċini tagħna.", "Tkompla wkoll ix-xogħol fuq il-back office work, fejn irrid ngħid li b'kollox niżżilna minn Malta 84 ħaddiem Għawdxi.", "M'hu veru xejn li l-back office work m'għadux fuq l-aġenda tagħna, anzi rrid ngħid li għandna naħdmu biex il-ħaddiema Għawdxin jiġu trasferiti lejn Għawdex.", "Dawk il-ħaddiema li marru f'Malta ma kinux fis-settur pubbliku u għalhekk ma kienx daqshekk faċli u possibli li dan iseħħ, bħalma ġara fil-każ tal- ħaddiema tal-cafeteria tal-Gozo Channel.", "Ma kien il-gost ta' ħadd li dawn waqfu mix-xogħol, pero' jien ma nistax nifhem il-mod ta' kif l-oppożizzjoni tibdel id-diska tagħha skond kif jaqblilha.", "L-ewwel għamlet żmien titkaża b'kemm kien hemm ħaddiema żejda mal-Gozo Channel u issa bilkemm ma tridx tibki - biki tal-kukkudrilli, ngħidlu jien - għax naqsu l-ħaddiema minn fuq il-vapuri.", "Lill-membri ta' l-oppożizzjoni nħeġġiġhom biex jekk iridu jkunu kredibbli, ikunu konsistenti, mhux iqabblu fejn jaqblilhom u jiġu jaqgħu u jqumu minn dak li jkunu qalu lbieraħ.", "Dan jgħodd ukoll għall-kwestjoni taż-żieda fin-nollijiet tal-Gozo Channel.", "Mela nsiet l-oppożizzjoni ż-żieda li kienet introduċiet fi żmienha?", "Ħalli niftehmu, naħseb la l-membri ta' l-oppożizzjoni u lanqas aħna l-membri tal- gvern ma nieħdu gost b'dawn iż-żiediet, pero' jinħolqu ċirkostanzi fejn wieħed ikollu jieħu ċerti deċiżjonijiet.", "Dan iwassalni għall-issue tas- servizz tal-helicopter.", "Ma kienx hemm dubju dwar il-fatt li l-kollegi tan-naħa l-oħra ippruvaw jieħdu vantaġġ minn din il-kwestjoni wkoll.", "Huwa tajjeb li nikkritikaw, u hekk għandu jkun, imma kif qal il-Prim Ministru ġimgħa ilu, il-kritika ma tridx tkun immirata b'mod li tfixkel lill-iżvilupp li jkun għaddej, bħalma ġara x'ħin fetaħ ħalqu l-Kap ta' l-Oppożizzjoni u beda jitkellem b'mod li gerrex lil min kien favur is-servizz ta' l-ajru bejn iż-żewġ gżejjer.", "Pero' din hija tattika tipika tiegħu.", "Kif qal tajjeb il-Ministru Ċensu Galea, aħna qatt ma waqafna naħdmu fir-rigward tal-helicopter service.", "Il- kronoloġija tal-fatti turi l-impenn tagħna biex dan is-servizz jibda mill- aktar fis possibli.", "Sur President, irrid ngħid ukoll li tliet proġetti oħra għal Għawdex, li ssemmew illejla, u ċioe' iċ--ċentru komunali, is-small garages u t- terminals ta' l-Imġarr u taċ-Ċirkewwa, qatt ma ġew imwarrba.", "Fuq kollox irrid ngħid li aħna nimxu fuq pjan.", "Hekk għamilna sal-lum u hekk se nagħmlu anke fis-snin li ġejjin.", "M'huwiex veru li sal-lum ma kellniex pjan.", "Iva, il-Gozo special needs assessment study kien indikazzjoni tal- pjan tagħna dwar kif għandna nimxu.", "Fil-fatt irrid ngħid li bħalissa, il- Ministeru qiegħed ifassal pjan ta' żvilupp ekonomiku u soċjali għas-snin 2005-2010.", "L-Oppożizzjoni, mingħajr ma għadha ratu, diġa' kważi kważi trid tkisser dan il-pjan.", "Dan il-pjan qiegħed jiġi mfassal flimkien ma' l-imsieħba soċjali, tant li ġimgħa ilu erġajna ltqajna biex kważi kkkonkludejna t-tfassil tiegħu, wara preżentazzjoni mill-ġdid ta' dan id-draft u input mill-iktar qawwi ta' l- istakeholders Għawdxin, f'laqgħa pjuttost twila pero' ferm interessanti.", "Minn hawnhekk irrid nirringrazzja lill-imsieħba soċjali.", "Qegħdin infasslu pjan li jagħti l-aħjar valur possibli lir-riżorsi tal-gżira biex ikun jista' jsir l-aħjar użu tagħhom.", "Ilkoll nafu li aħna l-Għawdxin għandna riżorsi kbar.", "Irridu nagħrfu niżviluppaw lil dawn ir-riżorsi kollha li għandna, għall-aħjar ġid tagħna.", "Irridu nagħmlu dak kollu li nistgħu biex intaffu l-problemi kbar li nħabbtu wiċċna magħhom u li jxekklu lill- iżvilupp ta' ġżiritna.", "Il-pjan li qegħdin inħejju huwa mfassal fuq it-tliet prioritajiet strateġiċi, li flimkien għandhom iwassluna biex nilħqu l-għanijiet tagħna.", "Il-Prim Ministru rrifera għal dawn il-prijoritajiet f'paġna 52 tad-diskors tal-budget.", "Irrid ngħid lill-Onor.", "Anton Refalo li t-tliet prioritajiet strateġiċi jinkludu fihom lill-kwestjoni tar-reġjonalita' u ta' l-iżvilupp sostenibbli.", "Ngħid ukoll li l-pjan li qegħdin infasslu jara li b'kunċetti ġodda, b'miżuri konkreti u fejn hu possibli, innovativi, jilħaq dawn it- tliet prioritajiet strateġiċi.", "Qegħdin ngħidu li rridu nnaqqsu kemm nistgħu lill-problema tal-periferalita' u ta' l-insularita' doppja.", "Jekk wieħed ma jaħsibx biżżejjed, għandu mnejn idaħħal f'moħħu li s-soluzzjoni hija biss li jiġi pprovdut servizz effiċjenti ta' trasport, iżda aħna ma rridux nieqfu hemm.", "Irridu nsibu miżuri oħrajn li jnaqqsu dawn il- problemi.", "Per eżempju, irridu naraw x'servizzi u x'faċilitajiet jistgħu jiġu pprovduti f'Għawdex stess biex tonqsilna l-ħtieġa u t-tbatija li jkollna ninżlu f'Malta biex ninqdew.", "Qegħdin ngħidu li rridu nsaħħu lill-ekonomija tal-gżira.", "Il-gvern diġa' għamilha ċara li jrid ikun hemm golf course f'Għawdex, bħalma jrid ikun hemm aktar faċilitajiet ta' irmiġġ għall-yaths u casino, iżda dan kollu għandu jsir f'qafas ta' pjan integrat, fejn l- ekonomija tal-gżira ma tkunx tiddependi żżejjed fuq xi sotto- setturi, li jekk ifallu huma, din tieqaf.", "Diġa' għedt li l-ekonomija Għawdxija għandha tkun ibbażata fuq id- distintivita' tagħha.", "Iva, Għawdex huwa gżira distinta f'aspetti oħrajn.", "L-arkeoloġija tal-gżira, il-kultura, l-istil tal-ħajja tagħna, l-ambjent naturali, kollha jagħmlu lil Għawdex distint, mhux biss minn Malta imma anke minn ċerti gżejjer fl-Ewropa.", "Għalhekk irridu niżviluppaw aktar turiżmu kulturali, storiku, reliġjuż u agro-ambjentali.", "Għalkemm it- turiżmu jibqa' l-akbar settur ekonomiku tal-gżira Għawdxija, ma rridux nittraskuraw opportunitajiet f'oqsma oħrajn bħal, per eżempju, fis-settur tat-teknoloġija ta' l-informatika u l-komunikazzjoni.", "M'huwiex il-każ li nkompli nsemmi lis-setturi li jistgħu jiġġeddu għall-ġejjieni, pero' rridu nirrevedu l-iskemi kollha.", "Irrid ngħid li t-tielet priorita' hija dik li nsaħħu lis-soċjeta' Għawdxija.", "Irridu nibnu fuq koeżjoni soċjali b'saħħitha, li għad għandna f'Għawdex, filwaqt li naraw li din anke ma tiġix mdgħajfa.", "Sur President, ilna żmien twil naħdmu fuq it-tfassil ta' dan il-pjan, pero' ninsabu fiduċjużi li dan huwa pjan importanti ħafna għal Għawdex.", "Dan huwa l-pass loġiku li jmiss, wara d-diversi inizjattivi li ħa l-gvern dwar politika għal Għawdex.", "Għalhekk issa għandna f'idejna tfassil ta' politika reġjonali għal Għawdex, li bl-aktar mod strutturat, tippermetti żvilupp ekonomiku u soċjali ta' l-akbar ġid għall-gżira ta' Għawdex u għall- Għawdxin.", "Nirringrazzjak.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Grazzi.", "Skada l-ħin tad-diskussjoni fil-kumitat ta' provvista.", "Il-mistoqsija hi l-emenda kif imressqa u moqrija mill- Onor. Anton Refalo għal Vot 37.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Din id-division tittieħed minn hawn u ħames minuti oħra skond il-mozzjoni numru 159 tas-16 ta' Novembru, 2004.", "Billi ntalbet votazzjoni l-Kumitat ġie sospiż fid-9.30 pm u rriżuma ħames minuti wara.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Se nerġa' nqiegħed il-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi l-emenda għal Vot 37 imressqa u moqrija mill-Onor.", "Anton Refalo.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Mario Galea.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Għan-naħa tal-gvern se jiġu paired l-Onor.", "Ċensu Galea, l-Onor.", "Lawrence Gonzi u l-Onor.", "Jeffrey Pullicino Orlando.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Grazzi.", "L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Għan-naħa ta' l-oppożizzjoni se jiġu paired l-Onor.", "Joe Debono Grech, l-Onor.", "Alfred Sant u l-Onor.", "George Vella.", "VOTAZZJONI NRU.", "73", "FAVUR: 25", "L-Onor. | | | |Abela Carmelo |Farrugia Angelo | |Abela Joseph |Farrugia Michael| |Agius Chris |Farrugia Noel | |Bartolo Evarist |Galdes Roderick | |Brincat Leo |Gulia Gavin | |Buhagiar Charles |Herrera Jose' | |Buontempo Stefan |Mangion Charles | |Cardona Chris |Mizzi Joe | |Caruana Justyne |Parnis Silvio | |Chircop Karl |Refalo Anton | |Coleiro Marie |Sammut Joseph | |Louise | | |Cuschieri Joseph |Vassallo Adrian | |Dalli Helena | |", "KONTRA: 30", "L-Onor.", "|Abela Anthony |Fenech Antonio | |Agius David |Frendo Michael | |Agius Francis |Galea Franco | |Arrigo Robert |Galea Louis | |Asciak Michael |Galea Mario | |Azzopardi |Gatt Austin | |Frederick | | |Azzopardi Jason |Gonzi Michael | |Borg Tonio |Mifsud Bonnici | | |Antoine | |Cassar Joseph |Mifsud Bonnici | | |Carmelo | |Cristina Dolores |Mugliett Jesmond| |D'Amato Helen |Puli Clyde | |De Marco Mario |Pullicino George| |Debono Giovanna |Vassallo Edwin | |Deguara Louis |Zammit Ninu | |Falzon Joseph |Zammit Dimech | | |Francis |", "L-emenda m'għaddietx.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi:", "VOT 37 – MINISTERU GĦAL GĦAWDEX", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm20,522,282, li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 37 - Ministeru għal Għawdex, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali għan-nefqa għas-sena 2005.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt il-Vot 37 għaddiet.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi:", "VOT VIII – MINISTERU GĦAL GĦAWDEX", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm5,704,000, li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot VIII - Ministeru għal Għawdex, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2005.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt il-Vot VIII għaddiet.", "Fid-9.38 p.m. il-Kamra rriżumiet u l-Viċi President tal-Kumitat irrapporta li r-Riżoluzzjonijiet taħt Voti 37 u VIII tal-Ministeru għal Għawdex ġew approvati mill-Kumitat ta' Provvista.", "MR SPEAKER: Insejjaħ issa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u l-Intern biex, jekk jogħġbu, iressaq l-aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, nipproponi l-aġġornament tal-Kamra għal nhar il-Ġimgħa, 10 ta' Diċembru, 2004, fid-9.00 am, b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Kumitat ta' Provvista - Estimi Ġenerali 2005", "It-Tmien Jum", "Voti tal-Ministeru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita'.", "Għada jkun hemm il-ħin għall-mistoqsijiet parlamentari.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Mela skond il-mozzjoni numru 159 tas-16 ta' Novembru, 2004 il-Kamra hija aġġornata għal għada l-ġimgħa 10 ta' Diċembru, 2004 fid-9.00 a.m. bl-aġenda kif komunikata mill-viċi prim ministru.", "Fid-9.39 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "MARSA – XOGĦOL FIL-WIED", "9372.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid għaliex il-MEPA awtorizzat li x- xogħlijiet fil-Wied tal-Marsa isiru bil-konkos meta s-sistema tal-gabioni fix-xogħol tal-widien ma teqridx il-karatteristika tal-ħitan tas-sejjieħ kif ukoll huma ta' anqas impatt fuq is-sistema idroloġika, ekoloġika, ġeoloġika u ambjentali?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Il-proposta li għaliha qed jagħmel referenza l- Onor. Interpellant kienet tinvolvi xogħlijiet biex itejbu s-sistema ta' immaniġġjar ta' l-għargħar.", "It-teknoloġija u l-materjali proposti huma simili għal dawk li kienu jeżistu qabel.", "M'hemm l-ebda ndikazzjoni li se jiġu affettwati xi ħitan tas-sejjieħ.", "ĦAL TARXIEN - KAŻ DWAR KONT", "9538.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 9470 u cioe' jara li jiġi nvestigat kont ta' familja - dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - li qabel kien ikun Lm80 u issa tela' għal Lm379?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "WSC – KONT TAD-DAWL U L-ILMA", "9539.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 9285 u 9480 u cioe' jara jekk hemmx xi żbalji fuq il-kont tad-dawl u l-ilma li qed jintbagħat separatament?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Fil-kont imsemmi ma jidhirx li hemm żbalji.", "Il- bilanċ tal-kont ġie żero għaliex il-konsumatur hu reġistrat bħala wieħed dipendenti fuq is-servizzi soċjali.", "Dawn ma jħallsux kera ta' l-arloġġi u l-konsum li uża huwa b'xejn għax normalment hu nkluż fil-kiri tal-meters.", "WIED IL-GĦAJN – REĠISTRAZZJONI TA' ARTIJIET", "9540.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid meta għalqet ir- reġistrazzjoni ta' artijiet ta' Wied il-Għajn u fl-inħawi ta' madwar?", "Hemm ħsieb li jerġa' jinfetaħ il-proċess ta' reġistrazzjoni?", "ONOR.", "TONIO BORG: L-Onor.", "Interpellant hu mitlub jinnota li Wied il- Għajn qatt ma kien jaqa' f'registration area skond l-Artikolu 10 ta' l-Att dwar ir-Reġistrazzjoni ta' l-Artijiet (Kap. 296) u għalhekk, minbarra każijiet fejn ried jirreġistra f'ismu l-Gvern ta' Malta, ir-registru ta' l- artijiet ma setax jaċċetta applikazzjonijiet għal reġistrazzjoni ta' proprjeta' li tinsab fl-imsemmi lokal.", "Wieħed irid jippreċiża li l-inħawi ta' Xrobb l-Għaġin fil-limiti ta' Wied il-Għajn kienu ġew dikjarati bħala registration area skond l-imsemmi artikolu mill-1 ta' Marzu 1983 u proprjeta' li taqa' f'dawk l-inħawi għadha tista' tiġi reġistrata sal-ġurnata ta' llum.", "ANZJANI - KONTRIBUZZJONIJIET", "9551.", "L-ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru tal-Familja u tas-Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid kemm inġabru flus mill- bidu ta' din is-sena sat-30 ta' Novembru 2004 mill-kontribuzzjonijiet ta' l- anzjani f'San Vincenz de Paule, fi djar residenzjali tal-gvern, fi djar privati ta' l-anzjani taħt l-iskema tal-public private partnership; f'home help/care service u f'fondi oħra?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: It-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-tabella li poġġejt fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni fis-seduta.", "CARE MALTA LTD", "9552.", "L-ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l- Anzjani u l-Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid x'ammonti ta' flus ħallas id-dipartiment ta' l-anzjani u servizzi fil-komunita' lil Care Malta Ltd u lil Casa Serena mill-1 ta' Jannar sat-30 ta' Novembru 2004?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-ammont ta' flus li ħallas id-dipartiment ta' l- anzjani u kura fil-komunita` f'dawn l-aħħar 11-il xahar huwa kif ġej:", "Care Malta Ltd Lm274,885.02 Casa Serena Lm134,797.00", "SVPR - ANZJANI RESIDENTI", "9553.", "L-ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l- Anzjani u l-Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm anzjani residenti (nisa u rġiel) fit-30 ta' Novembru 2004 f'San Vincenz de Paule, fi djar residenzjali tal-gvern u fi djar privati ta' l-anzjani taħt l-iskema tal-public private partnership?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Fit-30 ta' Novembru 2004 in-numru ta' residenti (nisa u rġiel) f'San Vincenz de Paule, fid-djar residenzjali tal-gvern u fid-djar privati ta' l-anzjani taħt l-iskema tal-public private partnership kien hekk:", "| |Rġi|Nis|Tota| | |el |a |l | |SVPRl |341|680|1021| |Djar tal-gvern|152|473|625 | |Public Private| | 74|98 | |Partership |24 | | |", "RAĦAL ĠDID - WIRE TA' L-ELETTRIKU", "9554.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika: Jista' il-Ministru jara li jitneħħa wire tad-dawl li jinsab ma' residenza privata - dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - peress li jinsab fi stat perikoluż u mhux protett bil-plastic?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Minn investigazzjoni li saret ma jirriżultax illi l- wire imsemmi huwa ta' periklu."]} {"filename": "20040329_114d_par.doc", "date": "2004-03-29", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 114 It-Tnejn, 29 ta' Marzu, 2004 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 114 It-Tnejn, 29 ta' Marzu, 2004", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.01 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "114", "L-Erbgħa, 17 ta' Marzu, 2004", "WERREJ", "MINUTI 618", "INFORMAZZJONI TA' MR SPEAKER 618", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI 618", "TQEGĦID TA' KARTI 626", "PERMESS TAL-KAMRA 627", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JIMPLIMENTA MIŻURI TA' L-ESTIMI (IT-TIELET QARI)", "BUDGET MEASURES IMPLEMENTATION BILL (THIRD READING) 628", "MOZZJONIJIET", "BDIL FIL-KOMPOŻIZZJONI TAL-KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA 629", "BDIL FIL-KOMPOŻIZZJONI TAL-KUMITAT PERMANENTI DWAR IL-PRIVILEĠĠI 629", "BDIL FIL-KOMPOŻIZZJONI TAL-KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET", "BARRANIN U EWROPEJ 630", "BDIL FIL-KOMPOŻIZZJONI TAL-KUMITAT TAL-KONTIJIET DWAR L-UFFIĊĊJU", "NAZZJONALI TAL-VERIFIKA 630", "BDIL FIL-ĦATRA TA' OSSERVATURI FIL-PARLAMENT EWROPEW U ĦATRA TA'", "MEMBRI FIL-PARLAMENT EWROPEW 631", "BDIL FIL-KOMPOŻIZZJONI FID-DELEGAZZJONI PARLAMENTARI MALTIJA", "FL-ASSEMBLEA PARLAMENTARI TAL-KUNSILL TA' L-EWROPA 632", "MOZZJONI TA' RINGRAZZJAMENT LILL-PRESIDENT TA' MALTA 632", "AĠĠORNAMENT 653", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 654", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 113 li saret fit-22 ta' Marzu 2004 ġew konfermati.", "INFORMAZZJONI TA' MR SPEAKER", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): Ninforma lill-Kamra li s-Sedja rċieviet ittra mingħand Dott. Eddie Fenech Adami fejn ta r-riżenja tiegħu minn Membru tal-Parlament b'effett mit-23 ta' Marzu, 2004.", "Se naqra l-ittra tiegħu datata 23 ta' Marzu, 2004.", "Għażiż Mr Speaker,", "Qiegħed permezz ta' din l-ittra nirriżenja minn deputat elett biex nirrappreżenta t-tmien distrett elettorali.", "Filwaqt li nirringrazzjak tal- kooperazzjoni li dejjem sibt mill-Presidenza tal-Kamra,", "Dejjem Tiegħek,", "Eddie Fenech Adami.", "Ninforma wkoll lill-Kamra li s-Sedja rċeviet rapport imħejji mill-Awditur Generali dwar Performance Audit – Acquisition of Property by Government, liema rapport qiegħed jitqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "KALAXLOKK - ĦADDIEM LI SPIĊĊA BIS-SENSJA", "4810.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru għat-Teknoloġija ta' l- Informazzjoni u Investiment: Jista' il-Ministru jgħid għaliex il-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, itterminawlha x-xogħol minn Kalaxlokk?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru għat-Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u Investiment): Skond ir-records ma jirriżultax li kien hemm xi persuna bid- dettalji ndikati li x-xogħol tagħha minn Kalaxlokk ġie terminat f'dawn l- aħħar għaxar snin.", "AIR MALTA - XIRI TA' AJRUPLANI", "4889.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Anġlu Farrugia) staqsa lill- Ministru għat-Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u Investiment: Jista' il- Ministru responsabbli mill-investimenti jgħid min kien iċ-chairman responsabbli mill-Air Malta li għamel l-għażla ta' ammont ta' ajruplani li kienu nferjuri għal dak li kien hemm u għad hemm fuq is-suq u min awtorizza lil dan iċ-chairman biex jixtri dawn l-ajruplani?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta ta' domanda parlamentari 4891.", "AIR MALTA - XIRI TA' AJRUPLANI", "4890.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Anġlu Farrugia) staqsa lill- Ministru għat-Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u Investiment: Jista' il- Ministru jgħid kemm intnefqu flus fuq l-ajruplani msemmija fil-mistoqsija preċedenti u ma' min ikkonsultat il-persuna responsabbli?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta ta' domanda parlamentari 4891.", "AIR MALTA - XIRI TA' AJRUPLANI", "4891.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Anġlu Farrugia) staqsa lill- Ministru għat-Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u Investiment: Jista' il- Ministru jgħid jekk hux se jittieħdu deċiżjonijiet fil-konfront ta' min kien responsabbli fid-deċiżjoni tax-xiri ta' l-ajruplani msemmija fid- domandi preċedenti?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi għad- diskorsi tiegħi f'dan il-parlament kif ukoll għad-dokumenti mpoġġija fuq il- mejda tal-Kamra dwar ir-riżoluzzjonijiet ta' l-Air Malta peress li din il- kwestjoni ġiet trattata b'mod eżawrjenti u l-pożizzjoni tal-gvern kienet ċara.", "MR SPEAKER: L-Onor Mizzi, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jista' il-Ministru jgħid jekk dan id-diskors li ntqal fil-parlament ġiex reproduced?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-Onor.", "Mizzi jmissu jaf li l-Clerk of the House u l- istaff tiegħu tant huma effiċjenti li d-diskors unedited ikun available l- għada stess li ssir is-seduta parlamentari u allura l-aċċess għalih huwa illimitat.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Kien hemm drabi meta tlabt xi ħaġa u ngħatatli l-għada stess u kien hemm drabi meta domt nistenna xi ġimgħatejn, jiġifieri nispera li ġie reproduced.", "AIR MALTA - ĦADDIEMA", "4892.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Anġlu Farrugia) staqsa lill- Ministru għat-Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u Investiment: Jista' il- Ministru jikkonferma dak li hu stess qal fuq l-istazzjon nazzjonali ta' Malta, jiġifieri li issa kulħadd irid jerfa' il-piż u li saħansitra ma jeskludix li jdur fuq il-ħaddiema ta' l-Air Malta?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Kemm il-darba l-Onor.", "Interpellant irid jikkonferma xi diskors li jien għamilt fuq il-PBS, għandu jitlob recording lill-istess PBS.", "AIR MALTA - CHAIRMAN", "4893.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Anġlu Farrugia) staqsa lill- Ministru għat-Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u Investiment: B'riferenza għall-istqarrija li nissel huwa stess fejn saħaq li ma jeskludi xejn fir- rigward tal-kwestjoni ta' l-Air Malta, jaħseb il-Ministru li qiegħed joħloq distinzjoni fil-klassi, b'mod li jiġi aġevolat min huwa allegatament ħati ta' ċerta azzjoni, cioe' min kien jokkupa l-kariga ta' chairman u dawk li taw u approvaw il-parir tiegħu, filwaqt li jdur fuq min huwa l-iżgħar fil- kumpannija biex iġorru l-kundanna ta' ħaddieħor u jsofru danni psikoloġiċi minħabba li ħobżhom ikun mhedded, jekk ikun il-każ?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Le.", "AIR MALTA - ĦADDIEMA", "4894.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Anġlu Farrugia) staqsa lill- Ministru għat-Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u Investiment: Il-Ministru lest li jikkonsidra li l-każ imsemmi fid-domandi preċedenti jiġi skrutinizzat mill-qrati ta' Malta, sabiex issir ġustizzja ma' min allegatament wettaq dak li jista' jissejjaħ \"il-qatla ta' kumpannija li dejjem ikkontribwit lejn pajjiżna\", ħalli b'hekk f'isem il-ġustizzja soċjali jerġa' jiddaħħal is-serħan tar-ras ta' kull ħaddiem ġewwa l-Air Malta u sabiex min huwa allegatament responsabbli jagħti lura lill- kumpannija dak li huwa tal-kumpannija?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Kont nistenna li bħala avukat l-Onor.", "Interpellant ikun jaf sew li ministru ma jinizzjax imma jawtorizza jew japprova proċeduri fil-qrati Maltin.", "MALTACOM - MANUTENZJONI TA' BATTERIJI", "4597.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru għat-Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u Investiment: Jista' il- Ministru jgħid meta sar l-aħħar xogħol serju ta' manutenzjoni fuq it-52 batterija fl-exchanges tal-Maltacom li jiswew b'kollox madwar Lm520,000?", "Jista' jgħid jekk skond il-kumpannija Eriksson li pprovdiet it-tagħmir, il- manutenzjoni fuq l-exchanges tal-Maltacom għandux isir kull sentejn?", "Jista' jgħid jekk dan ix-xogħol ta' manutenzjoni fuq il-batteriji ta' l- exchanges tal-Maltacom jirrikjedix li jsir discharge u recharge lil kull batterija, proċess li jieħu 24 siegħa, li allura jirrikjedi li t-tekniċi jkomplu bix-xogħol tagħhom wara l-ħin tax-xogħol?", "Il-Maltacom taqbel li dan ix-xogħol ta' manutenzjoni fuq il-batteriji ta' l- exchanges huwa bżonnjuż peress li tittawwal il-ħajja tagħhom u fl-istess ħin il-kumpannija tiffranka l-istallazzjoni ta' batteriji ġodda?", "X'kienu r- raġunijiet li wara li nbeda x-xogħol ta' manutenzjoni fuq iż-żewġ batteriji ta' l-exchanges tal-Maltacom, dan waqaf ħesrem?", "Meta hemm il-ħsieb li dan ix-xogħol jitkompla?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għal domanda parlamentari 1130.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jista' il-Ministru jgħid x'kienet tgħid ir-risposta għal domanda parlamentari 1130?", "Nispera li ma kenitx tgħid li l- informazzjoni hija ta' interess kummerċjali!", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Speaker, din id-domanda kienet saritli mill-Onor.", "Mario Galea u allura m'iniex qed niddiskrimina la ma' naħa u lanqas ma' oħra.", "Filwaqt li nifhem li l-Onor.", "Interpellant għamel din id-domanda biex jaqdi dmirijietu bħala membru parlamentari, nitolbu jifhem li l-Maltacom m'hijiex dipartiment tal-gvern iżda kumpannija kkwotata fuq l-istock exchange.", "Konsegwentement din it-tip ta' informazzjoni hija min-natura tagħha privata u m'huwiex kompitu li tiġi mistħarrġa minn dan il-parlament.", "Ovvjament hemm mezzi oħra dwar kif wieħed jista' jassigura li kumpannija bħall-Maltacom tagħti s-servizz tagħha b'effiċjenza.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Peress li l-Ministru qal li l-gvern ma jindaħalx fil- Maltacom, x'kien il-ftehim li l-gvern ħabbar li laħaq mal-Maltacom dwar impatt soċjali?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Speaker, dan kien agreement li sar bejn il- ministeru għall-politika soċjali u l-Maltacom biex klijenti tal-ministeru għall-politika soċjali jkunu jistgħu jagħmlu użu mill-call centre li se jiġi inawgurat għada biex jingħataw informazzjoni dwar xi problemi li jista' jkollhom.", "Sar agreement mal-Maltacom - għax naturalment permezz ta' dan is-servizz hi se ddaħħal il-flus - biex tinvesti lura ftit mill-flus li tkun se ġġib permezz ta' dan l-agreement biex ixxandar parti mis-servizz u biex tagħti wkoll reduced rates f'ċerti affarijiet.", "Din hija proċedura normalissima u m'hjiex kwestjoni li wieħed jagħti informazzjoni dwar kumpannija.", "Dan huwa sempliċement agreement kummerċjali.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Imma peress li bil-mod kif ġie launched qisu kien il- gvern li daħal fuq il-Maltacom biex jagħmel dan il-patt, il-gvern hu konxju li l-Maltacom għandha l-ħsieb li tgħolli t-tariffi u l-kera tat-telephone?", "Ma jaħsibx li jekk jiġri hekk se jħalli impatt negattiv mill-aspett soċjali?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nassigura lill-Onor.", "Interpellant li ħadd ma ndaħal lill-Maltacom kif għandha tikkonkludi dan il-kuntratt, almenu min-naħa tiegħi u jien ċert li lanqas min-naħa tal-ministeru għall-politika soċjali.", "Dan il-kuntratt jagħmel commercial sense għal żewġ raġunijiet; waħda għax għandek added income mill-Maltacom u l-Maltacom hija konxja, bħala kumpannija kbira u bħal kull kumpannija kbira mhux biss tal-gvern imma anke tal-privat, li hemm ċerti responsabbiltajiet soċjali li hi trid taqdi bħala waħda mill-main employers f'dan il-pajjiż, u bħala kumpannija kbira li tagħmel il-profitt hi qed taqdi parti mis-social responsability tagħha f'dan is-sens.", "Rigward it-tariffi, nirriserva li nikkummenta meta toħroġ id-deċiżjoni tar- regolatur.", "Biss nista' ngħid li minn mindu saret l-ewwel proposta tal- Maltacom, kien hemm proposti oħrajn u kien hemm żviluppi.", "Issa meta toħroġ id-deċiżjoni tar-regolatur, naraw xi tkun.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: X'inhi r-raġuni li din ġiet posposta?", "It-tariffi meta se joħorġu?", "Qabel l-elezzjoni tal-kunsill lokali?", "Jew wara?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Id-deċiżjoni tal-posponiment kienet tar-regolatur u mhux tal-Maltacom.", "L-Onor.", "Interpellant jaf li ilhom għaddejjin diskussjonijiet bejn ir-regolatur u l-Maltacom.", "Naħseb l-importanti hu li d-deċiżjoni, li fl-aħħar mill-aħħar trid toħroġ mir-regolatur, hi soġġetta għall-appell.", "Jiġifieri jekk il-Maltacom ma taqbilx, għandha dritt tappella wkoll.", "Nispera li din tkun deċiżjoni li l-poplu Malti jara li hija tajba.", "Issa jekk toħroġx qabel l-elezzjoni ta' Ġunju jew le ma naħsibx li hija problema.", "Il-problema vera għall-elezzjoni ta' Ġunju m'hijiex tal-partit Nazzjonalista imma tal-partit Laburista li ma jistax jikkonvinċi lill- votanti tiegħu joħorġu jivvotaw għax mhux veru li jemmen li issa dawn saru parti mill-Ewropa.", "Mela almenu titfgħux fuqna dak li huwa tagħkom!", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, mela l-Ministru kif jispjega l-fatt li ċ- chief executive tal-Maltapost qal li kellu ndħil mill-gvern biex ma jagħmilx it-tibdil li kellu jagħmel qabel l-elezzjoni li għaddiet?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: X'għandha x'taqsam il-Maltapost!", "Mela hawnhekk qegħdin nilagħbu t-tennis!", "(Interruzzjonijiet) Dażgur li nindaħal fil- Maltapost fejn għandi nindaħal!", "Fil-Maltapost għandna ishma ta' 65% u barra minn hekk, din il-kumpannija m'hijiex ikkwotata fuq l-istock exchange!", "(Interruzzjonijiet) Tajba din!", "L-argument kien li dwar il- Maltacom ma nindaħalx ħlief fuq ċertu livell!", "Dik hi d-differenza!", "U rrid infakkar hawnhekk li d-deċiżjoni li l-Maltacom tiġi kkwotata fuq l-istock exchange ħadha gvern Laburista mhux aħna!", "(Interruzzjonijiet) Intom biddiltu l-logħba u intom ikkwotajtu x-shares barra minn Malta bħala bearer biex ħadd ma jkun jaf min ħadhom mhux aħna!", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, jiena rriferejt għall-Maltapost għar-raġuni li l-Ministru qal li waslet l-elezzjoni u allura din qed teffetwa lilna.", "Fil-fatt jiena wrejtu li din lilhom teffetwa għax huma l-aktar li jingannaw lin-nies qabel elezzjoni; qabel jgħidu ċerti affarijiet imbagħad wara jagħmlu mod ieħor!", "Mr Speaker, mela fil-Maltacom jgħidu li ma jindaħlux għax hija kumpannija privata u qiegħda kkwotata fuq l-istock exchange, u fil-Maltapost ma jindaħlux fid-deċiżjonijiet.", "Allura l-pass politiku li kien hemm fejn ġiegħlu liċ-chief executive ma jimplimentax dak li huma kienu jgħidu li hemm bżonn isir, mhuwiex indħil?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Le, dak m'hu ndħil xejn.", "Il-gvern għandu 65% fil- Maltapost u allura l-pożizzjoni hemmhekk hija totalment differenti mill- Maltacom, fejn għandek kumpannija kwotata fuq l-istock exchange, bir-regoli kollha ta' l-istock exchange u l-limiti safejn tista' tasal fil- confidential information.", "Minn hawn telaq l-argument!", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Allura l-affarijiet ikunux tajbin jew le skond kif jaqbillek politikament.", "(Interruzzjonijiet) Dażgur!", "Għax qabel l- elezzjoni m'intomx se tieħdu ċerti miżuri li intom għedtu li għandkom tieħdu biex il-posta timxi 'l quddiem u tagħti servizz tajjeb, imbagħad wara l-elezzjoni teħduhom.", "Dan x'raġunar hu?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Din hija kollha interpretazzjoni ta' l-Onor.", "Mizzi!", "Għax ir-realta' hi li fil-każ tal-posta, l-agreement kellu jsir mal-unions ...", "L-Onor.", "Mizzi jiftakar kemm kien hemm diffikultajiet dwar liema hi l- union rikonoxxuta!", "Jiftakar li xahar jew xahrejn qabel l-elezzjoni kien hemm anke strikes u marċijiet fit-toroq!", "Jiġifieri l-argument tad-delay ma kienx sempliċement xi jrid jagħmel jew ma jagħmilx il-gvern!", "Imma ħafna mill-argument tad-delay kien min kellu recognition.", "L-Onor.", "Mizzi jiftakar kemm saru ballots fil-Maltapost ftit qabel l-elezzjoni!", "U jiftakar li r-recognition fil-Maltapost ġiet xi sitt ġimgħat qabel l-elezzjoni!", "Jiġifieri ejjew ngħidu l-fatti kif inhuma u mhux nibdew nivvintaw qisu kollox ward u żahar, lesti biex niffirmaw il- collective agreement!", "L-Onor.", "Mizzi jaf, għax shadow tajjeb, li l-agreement fuq kemm se jibqgħu nies u kemm kellhom imorru lura nies, sar wara l-elezzjoni għax in-numru ma kienx determinat!", "L-Onor.", "Mizzi jafhom daqsi dawn l-affarijiet!", "U jaf li kien hemm ħafna argumenti mal-unions fuq id-dettalji ta' kif se jinqasmu u fejn għandu jmur is-sorting u ma jmurx!", "U jaf ukoll li kien baqa' kollox pendenti!", "Dik hi l-verita'.", "Jekk l-Onor.", "Interpellant jippermettili nerġa' ngħidlu li l-poplu ma jmurx jivvota għax tkun ingannajtu imma għax ikun aċċetta li jivvota naħa jew oħra.", "M'huwiex minnu li lin-nies tbellagħlhom ir-ross bil-labra!", "Il-votant jivvota għax jemmen li jkun qed jagħmel xi ħaġa tajba.", "U allura titlaqx bil-premessa żbaljata li għax jien ninganna, jew inti tgħid li jien ninganna, il-poplu jibla' kollox.", "Dan m'huwiex veru.", "Il-poplu hu sovran u għandu dritt jiddeċiedi kif irid hu.", "L-isfortuna għall-partit Laburista hi li għal dawn l-aħħar 20 sena l-poplu dejjem lilna għażel!", "Imma issa paċenzja!", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: L-ewwelnett ma nistax nifhem dak li qed jgħid il- Ministru għax mill-għada stess ta' l-elezzjoni huma qalu lill-poplu biex iserraħ moħħu u llum nafu x'inhi r-realta' u li hemm ħafna nies li qed jispiċċaw bla impjieg!", "Imma apparti dan, jista' il-Ministru jispjegali jekk dawk il-ħaddiema li l-posta kienet effiċjenti ħafna magħhom għax fi ftit sigħat irċevew ittra fejn intqalilhom biex isibu ruħhom lura ...", "Alla jbierek il-posta tagħhom kienet aktar effiċjenti minn tagħna għax għad hemm min ma rċeviex ittri li ntbagħtu xahar ilu!", "Imma dak inhar il-posta kienet effiċjenti għax ġew avżati biex minn Għawdex jiġu lura Malta!", "Ma kienx hemm xi ftehim biex dawn il-ħaddiema Għawdxin jagħmlu xogħol Għawdex?", "Jista' jgħid x'irriżulta?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Safejn naf jien – qed nitkellem bl-amment għax ovvjament mill-Maltacom qbiżna għall-Maltapost, apparti li qabel tkellimna dwar il-PBS u anke dwar l-Air Malta - m'hemm l-ebda agreement li jispeċifika n-numru ta' ħaddiema li għandu jkun hemm Għawdex pero' jekk l- Onor. Mizzi jagħmilli domanda bil-miktub, inkun nista' nagħtih l- informazzjoni.", "MELLIEĦA - TWAĦĦIL TA' KAXXA TAD-DAWL", "4598.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru għat-Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u Investiment: Jista' il- Ministru jgħid x'passi se tieħu l-korporazzjoni Enemalta biex il-kaxxa li għandha titwaħħal fil-kantuniera ta' Triq il-Masrija ma' Triq il-Gargir, fil-Mellieħa, ssir b'mod li ma tkerraħx il-faċċata tal-bini, anke biex tkun kif suppost fi triq fejn is-servizzi għaddejjin kif suppost minn taħt biex ma jkerrħux it-triq iżda issa dak li ġie mirbuħ billi ma twaħħlux l-arbli u l-wires se jintilef bit-twaħħil ta' kaxxi mingħajr il-galbu meħtieġ?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jiena nformat li l-feeder pillars huma bżonnjużi biex is-sistema ta' cables ta' taħt l-art tkun tista' titħaddem b'mod effettiv.", "Dawn huma mwaħħla f'postijiet strateġiċi fis-sistema ta' vultaġġ baxx b'mod li jkollhom l-inqas impatt ambjentali.", "MANIKATA - ĦSARAT FIS-SISTEMA TAD-DRENAĠĠ", "4599.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru għat-Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u Investiment: Jista' il- Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol li kellu jsir biex jissewwew il-ħsarat fuq is-sistema tad-drenaġġ fil-Manikata?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jiena nformat li fil-ġranet li ġejjin se jiġi ppubblikat it-tender biex tinbidel parti ta' madwar 200 metru mill-main tad- drenaġġ li għaddej mill-Manikata kif indikat fit-tweġiba għal domanda parlamentari 4381.", "ĦAL LUQA - ESTENSJONI TA' L-ISKOLA PRIMARJA", "4600.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: B'riferenza għall- mistoqsija parlamentari 4228, jista' il-Ministru jgħid jekk ix-xogħol strutturali fuq l-estensjoni ta' l-iskola primarja ta' Ħal Luqa huwiex lest?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi): Informat li x-xogħol strutturali fuq l-ewwel fażi ta' l-iskola primarja ta' Ħal Luqa huwa lest.", "Wara li t-tfal jiġu trasferiti fl-estensjoni l-ġdida, jkunu jistgħu jibdew ix-xogħlijiet strutturali fuq it-tieni fażi tal- proġett.", "IMPJIEGI - ĦADDIEMA BIS-SENSJA", "4601.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid kemm ingħataw sensji f'Jannar u fi Frar ta' din is-sena u f'Jannar u Frar tas-snin 1999, 2000, 2001, 2002 u 2003?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li n-numru ta' sensji li ngħataw f'Jannar u fi Frar bejn l-1999 u l-2004 kienu hekk:-", "Snin Jannar Frar 1999 248 177 2000 264 186 2001 228 170 2002 444 226 2003 253 168 2004 345 240", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mario Galea, domanda supplimentari.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Mr Speaker, ġejt informat li fl-iskola tal-Karwija se jinbena gymnasium.", "Jista' jinstab mezz – ma nafx jekk din hijiex qed issir diġa' fi skejjel oħra – biex ċerti faċilitajiet li se jkollha din il- gymnasium, jibdew jintużaw ukoll mill-komunita' ta' l-inħawi wara l-ħin ta' l-iskola?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Speaker, l-ewwelnett il-kumpless sportiv li se jinbena maġenb l-iskola l-ġdida fil-limiti tal-Karwija huwa reġjonali u min- natura tiegħu se jkun bħal dak ta' Bormla, bħal dak t'Għawdex u bħal dak li hemm ippjanat li jsir fin-north tal-gżira.", "Dan se jkun miftuħ għall-użu tal-Maltin u l-Għawdxin in ġenerali imma in partikolari għal dawk li jgħixu fis-south ta' Malta.", "Faċilitajiet oħrajn sportivi li jkun hemm fl-iskola jkunu jistgħu jiġu wżati mill-komunitajiet ta' l-inħawi bi ftehim ma' min imexxi l-iskola.", "BIRGU - SKOLA SEKONDARJA LORENZO GAFA'", "4602.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Bħalma ġara fil-każ ta' skejjel oħra li kienu fi kriżi serja ta' tmexxija u ġew salvati fis-snin li għaddew, tista' tinħatar task force biex tara s-sitwazzjoni mwiegħra ħafna ta' l-iskola sekondarja Lorenzo Gafa' u tieħu u twettaq il-passi meħtieġa biex flimkien ma' l-istaff, l-iskola tikseb lura s-serjeta' u l-impenn li kellha meta kienet titmexxa miż-żewġ kapijiet preċedenti?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Id-diviżjoni ta' l-edukazzjoni diġa' qiegħda tagħmel minn kollox biex lill-iskola Lorenzo Gafa' tagħtiha s-sostenn u l-għajnuna li tenħtieġ.", "L-iskola Lorenzo Gafa' diġa' ingħatat għalliem u amministratur iżjed mill-bżonnijiet normali ta' l-iskola tad-daqs tagħha barra li ngħatat numru ta' mid-day break supervisors extra biex l-istudenti jkunu sorveljati sew waqt il-ħin tar-rikreazzjoni tagħhom.", "Qed insegwi l- iżviluppi f'din l-iskola u lest nieħu l-passi li jkun hemm bżonn.", "EDUKAZZJONI - PERSUNI B'DIŻABILITA'", "4641.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid x'inhi l-politika tal-gvern fuq il-persuni b'diżabilita' u l-edukazzjoni?", "Hemm xi dokument li fuqu hemm miktuba din il-politika?", "Jekk iva, jista' jpoġġi dan id-dokument fuq il-mejda tal-Kamra?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif mitlub ma laħaqx wasal u t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Abela, domanda supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Mr Speaker, ninsab daqsxejn imħawwad għat-tweġiba tal-Ministru.", "Jien staqsejt dwar il-politika attwali u cioe' dwar xi ħaġa li suppost qed titħaddem issa.", "Hija ħaġa stramba kif dan it-tagħrif għadu ma wasalx u nixtieq li l-Ministru jispjegali x'inhi r-raġuni.", "Dan ifisser li m'hemmx politika tal-gvern jew tad-diviżjoni dwar il-persuna b'diżabilita' u l-edukazzjoni?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Jekk l-Onor.", "Membru qiegħed jirriferi għall-politika edukattiva individwali, jiġifieri għad-dokument ta' l-IEP, ma nsib l-ebda diffikulta' li npoġġih fuq il-mejda tal-Kamra, għalkemm jidhirli li diġa' tpoġġa.", "Jekk qiegħed jirriferi għall-persuni b'diżabilita' u l-edukazzjoni, il- politika nistgħu niġbruha fil-kliem \"il-politika ta' l-inklussivita'\" u l- inklussivita' qed tiġi applikata permezz ta' l-individual educational programme policy, li kien ġie adottat mill-ministerial committee on inclusive education.", "Bażikament hemmhekk hemm l-iktar proċedura ċara ta' kif wieħed jinkludi lil persuni bi bżonnijiet speċjali.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Fil-fatt din it-tweġiba tal-Ministru hija ħafna aħjar minn kif attwalment ġiet imwieġba d-domanda oriġinali.", "Jien staqsejt b'mod ġenerali dwar kif qed titħaddem bħalissa l-politika tal-gvern vis-a- vis il-persuni b'diżabilita' u l-edukazzjoni u kif se ntejbuha għada pitgħada.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Speaker, il-kollega tiegħi jrid japprezza li l- mistoqsija hija f'termini ġenerali ħafna u tista' tirrispondiha jew fi tliet linji biss jew inkella f'forma ta' teżi sħiħa.", "L-ewwelnett aħna konna bdejna ngħinu lit-tfal b'diżabilita' permezz ta' l- iskejjel speċjali.", "Imbagħad madwar għaxar snin ilu ddeċidejna li nimxu bil- politika ta' l-edukazzjoni inklussiva.", "Din il-politika ġiet ħafna iktar iċċarata fid-dokument tal-politika ta' programm edukattiv individwali għal kull tifel jew tifla bi bżonnijiet speċjali u dan l-aħħar ħassejt il-ħtieġa li nagħmel review ta' din il-politika.", "Għal għal il-għan diġa' ġew ikkonsultati numru sostanzjali ta' għaqdiet jew persuni li huma nvoluti fit-tħaddim tal-politika ta' l-edukazzjoni inklussiva u ħareġ iktar ċar il-bżonn li jkun hemm analisi kritika ta' x'qed jiġri, ta' fejn wasalna, ta' x'jonqos isir, ta' x'inhuma r-riżorsi umani meħtieġa, ta' safejn se naslu, eċċ. Hemm kwestjonijiet pjuttost kontroversjali ta' x'tip ta' servizz irridu nagħtu lil dawn it-tfal.", "Għandna kwestjonijiet dwar dak li hu desiderabbli li jingħata bħala servizz u dwar min se jagħmel dak is-servizz.", "Jekk wieħed jistaqsi f'liema direzzjoni se nimxu ngħid li f'dan l-istadju għandna l- panels li qegħdin jagħmlu evalwazzjoni każ b'każ u jissuġġerixxu x'inhu l-appoġġ speċjali li għandhom bżonn u fejn ma jkunx hemm qbil hemm anke stadju ta' appell.", "Min-naħa l-oħra hemm ukoll dan il-proċess għaddej, qed insibu ftit kumpless anke biex nasal għat-terms of reference tiegħu, biex inkunu nistgħu nagħtu ħarsa mill-ġdid lejn kif qed titħaddem din il- politika inklussiva, x'inhuma l-implikazzjonijiet tagħha u kif l-aħjar għandna nipproċedu fil-futur.", "JUNIOR COLLEGE - KTEJJEB BL-ISEM \"EDUCATION IN MALTA\"", "4642.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li fl-aħħar ġimgħa ta' Frar, 2004 fil-junior college tqassam ktejjeb li jismu \"Education in Malta\" li kien ippubblikat fi żmien il-Ministru Michael Falzon u jasal sa l-1996 biss?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li kien hemm numru żgħir ta' kopji tal- ktejjeb \"Education in Malta\" li minflok ma ntremew, tqiegħdu fir-reception area tal-junior college biex studenti jew membri ta' l-istaff interessati f'riċerka dwar l-edukazzjoni jaqbdu u jieħdu kopja minnu.", "Dan il-ktejjeb ma ġiex imqassam kif ġie allegat fil-mistoqsija.", "MTARFA - ĊENTRU GĦALL-PERSUNI B'DIŻABILITA' - KIRI TA' VANNIJIET", "4661.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: B'riferenza għat-tliet vannijiet mikrija b'Lm40 kuljum li hemm fiċ-ċentru ta' l-adulti tal-persuni b'diżabilita' fl- Imtarfa, ma tħossx il-Ministru li aħjar ikun provdut vann minn dipartiment ieħor ħalli l-flus in kwestjoni jintużaw għal titjib ta' servizzi oħra li dejjem jenħtieġu aktar il-bżonnijiet ta' dawn il-persuni b'diżabilita'?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA (Ministru tal-Familja u tas-Solidarjeta' Soċjali): Ta' min jgħid li l-vannijiet li għamel riferenza għalihom l-Onor.", "Interpellant huma vannijiet speċjali armati bit-tail-lift biex ikunu jistgħu jġorru persuni bis-siġġu tar-roti.", "Ninsab informata li sas-sena l- oħra t-taqsima taċ-ċentri ta' matul il-jum għal persuni b'diżabilita' kellha ħames vannijiet ta' dan it-tip iżda dawn m'humiex biżżejjed biex ilaħħqu man-numru ta' klijenti li jattendu ċ-ċentri msemmija.", "Biex ilaħħaq man-numru ta' klijenti, fil-każ taċ-ċentru ta' l-Imtarfa sas- sena l-oħra kienu qed jinkrew żewġ vannijiet oħra bit-tail-lift.", "Tard is- sena l-oħra wieħed mill-vannijiet tad-dipartiment kien involut f'inċident tat-traffiku bir-riżultat li ma setax jintuża aktar u għalhekk kellu jiġi replaced b'wieħed mikri.", "Ma naf b'ebda dipartiment li għandu dawn it-tip ta' vannijiet u li jista' jagħmilhom għad-dispożizzjoni taċ-ċentri ta' matul il-jum.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, ladarba f'sena qed titħallas is-somma straordinarja ta' Lm13,500 għal tliet vannijiet, jista' il-Ministru jgħid jekk saritx evalwazzjoni biex naraw jekk bl-istess ammont ta' flus nistgħux nixtru ħames vannijiet ġodda?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Mr Speaker, safejn naf jien għadha ma saret l- ebda evalwazzjoni ta' dan it-tip pero' ma narax għaliex is-suġġeriment ta' l-Onor.", "Interpellant m'għandux jiġi milqugħ.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru. 131 ta' l-2004 – Regolamenti ta' l-2004 dwar ġbir ta' informazzjoni supplimentari dwar taxxa fuq il-valur miżjud; u", "Avviż Legali Nru. 134 ta' l-2004 – Regolamenti ta' l-2004 dwar drittijiet għal servizzi mill-ispettorat tas-saħħa.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l- Intern.", "ONOR.", "TONIO BORG (Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru. 132 ta' l-2004 – Dħul fis-seħħ ta' artikolu ta' l- Att ta' l-2003 dwar il-proċeduri fil-qrati u fit-tribunali (Att Nru. XXXI ta' l-2002);", "Avviż Legali Nru. 133 ta' l-2004 – Regolamenti ta' l-2004 dwar in- notifika ta' taħrikiet tat-tribunali lokali;", "Avviż Legali Nru.135 ta' l-2004 – Regolamenti ta' l-2004 li jemendaw ir-regolamenti dwar l-assoċjazzjoni ta' awtoritajiet ta' gvern lokali; u", "K.L.B.L. Nru. 38/3/2004 – Bye-Laws ta' l-2004 dwar reklami fuq għamara tat-toroq (Kunsill lokali Mġarr)", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjieg.", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjieg): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tabella li turi n-nefqa matul Jannar u Frar 2004 fuq kirjiet ta' karozzi, vannijiet u vetturi oħra mill-ministeru għall-familja u solidarjetà soċjali u dipartimenti oħra li jaqgħu taħt ir- responsabbiltà tal-ministru, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 4664; u", "Tagħrif dwar xogħlijiet li saru fl-iskejjel ta' Santa Venera bejn l- 1994 u l-2004, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 4949.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru. 130 ta' l-2004 – Regolamenti ta' l-2004 dwar ir- regoli tas-saħħa għall-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta' ħalib frisk, ħalib trattat bi sħana u prodotti magħmula mill-ħalib.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA (Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tabella li turi n-nefqa matul Jannar u Frar fuq kirjiet ta' karozzi, vannijiet u vetturi oħra mill-ministeru għall-familja u solidarjetà soċjali u dipartimenti oħra li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tal- Ministru, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari 4662.", "PERMESS TAL-KAMRA", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, nitlob il-permess tal-Kamra biex qabel ma ngħaddu għall-mozzjonijiet li jidhru fuq l-aġenda ngħaddu għall-vot fuq l- ewwel item li hemm fl-Ordnijiet tal-Ġurnata, jiġifieri t-Tielet Qari ta' l- abbozz ta' liġi li jimplimenta l-miżuri tal-budget.", "Nitlob il-permess ukoll biex qabel ma ngħaddu għall-mozzjonijiet li jidhru fuq l-aġenda ngħaddu għall-vot fuq il-mozzjonijiet li se nressaq issa li jirrigwardjaw bdil fil-kompożizzjoni min-naħa tal-gvern f'diversi kumitati permanenti, delegazzjoni għall-assemblea parlamentari u għall-parlament Ewropew u dan minkejja li ma ngħatax in-notice previst mir-regolament numru 22 ta' l-istanding orders.", "Imbagħad wara dan ngħaddu għaż-żewġ mozzjonijiet li jidhru fuq l-aġenda, waħda wara l-oħra, liema mozzjonijiet jiġu diskussi u deċiżi f'seduta waħda llum.", "F'każ li tissejjaħ division fuq kwalunkwe kwestjoni li għandna llum, din tittieħed fl-aħħar tas-seduta, jiġifieri fid-9:00 p.m. iżda f'każ li d- dibattitu fuq iż-żewġ mozzjonijiet jintemm qabel il-ħin ta' l-interruzzjoni tax-xogħol, allura ngħaddu għad-division jew divisions malli jispiċċa d- dibattitu bis-soltu 20 minuta previsti fl-artiklu 84 ta' l-ordnijiet permanenti.", "L-20 minuta jittieħdu biss għall-ewwel division li tissejjaħ u d-divisions l-oħrajn ̧ jekk ikun hemm ̧ isegwu mingħajr l-20 minuta.", "F'dan il-każ ukoll il-ħin ta' l-interruzzjoni tax-xogħol ikun meta jintemmu l- votazzjonijiet kollha, jiġifieri ma ngħaddux għal items oħra li jista' jkun hemm fl-aġenda.", "Il-ħin ta' l-aġġornament ma jitteħidx, imbagħad illum il- Kamra taġġorna għal nhar il-Ħadd, 4 ta' April għall-ħatra tal-president ta' Malta fis-sala tal-gran kunsill.", "MR SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "MR SPEAKER: Mela nistgħu nipproċedu b'dan il-mod.", "Ordnijiet tal- Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JIMPLIMENTA MIŻURI TA' L-ESTIMI", "BUDGET MEASURES IMPLEMENTATION BILL", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari Abela.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (Segretarju Parlamentari): Mr Speaker, f'isem il- ministru tal-finanzi nipproponi t-Tielet Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jimplimenta diversi miżuri ta' l-Estimi u biex jipprovdi għal miżuri amministrattivi oħra\".", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi li jimplimenta Miżuri ta' l-Estimi jkun moqri t-Tielet Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MR SPEAKER: Peress li ntalbet division, din tittieħed fil-ħin ta' l- interruzzjoni tax-xogħol, skond il-mozzjoni ta' proċedura numru 48 tad-9 ta' Ġunju 2003.", "Issa nkomplu skond il-ftehim milħuq u ngħaddu issa għad-diversi mozzjonijiet mingħajr avviż li se jressaq il-Viċi Prim Ministru.", "MOZZJONIJIET", "BDIL FIL-KOMPOŻIZZJONI TAL-KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, nipproponi:", "Billi l-Kamra tad-Deputati bir-riżoluzzjoni tagħha tad-9 ta' Ġunju 2003 kienet innominat lill-Onor.", "Lawrence Gonzi, kap tal-Kamra, bħala membru tal-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra u billi l- istess Onor. Lawrence Gonzi inħatar Prim Ministru;", "Il-Kamra għalhekk tirriżolvi għall-iskopijiet tar-riżoluzzjoni nurmu 43 tad-9 ta' Ġunju 2003 illi jien, bħala kap tal-Kamra, inkun maħtur membru fuq il-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-mozzjoni kif imressqa u moqrija mill- Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "BDIL FIL-KOMPOŻIZZJONI TAL-KUMITAT PERMANENTI DWAR IL-PRIVILEĠĠI", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, nipproponi:", "Billi l-Kamra tad-Deputati bir-riżoluzzjoni tagħha tas-17 ta' Ġunju 2003 kienet innominat lill-Onor.", "Lawrence Gonzi, kap tal-Kamra, bħala membru tal-Kumitat Permanenti dwar il-Privileġġi u billi l-istess Onor. Lawrence Gonzi inħatar Prim Ministru;", "Il-Kamra għalhekk tirriżolvi għall-iskopijiet tar-riżoluzzjoni numru 50 tas-17 ta' Ġunju 2003 illi jien, bħala kap tal-Kamra, inkun maħtur membru fuq il-Kumitat Permanenti dwar il-Privileġġi.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "MARIO GALEA: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-mozzjoni kif imressqa u moqrija mill- Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "BDIL FIL-KOMPOŻIZZJONI TAL-KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, nipproponi:", "Billi l-Kamra tad-Deputati bir-riżoluzzjoni tagħha ta' l-20 ta' Ottubru 2003 kienet innominat lill-Onor.", "Michael Frendo bħala president tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej u lill-Onor.", "Joseph Borg u l-Onor.", "Jason Azzopardi, fost oħrajn, bħala membri ta' l-istess kumitat;", "U billi l-Onor.", "Michael Frendo ġie maħtur Segretarju Parlamentari, u l- Onor. Joseph Borg m'għadux jokkupa l-kariga ta' Ministru responsabbli mill-Affarijiet Barranin;", "Il-Kamra għalhekk tirriżolvi għall-iskopijiet tar-riżoluzzjoni numru 70 ta' l-20 ta' Ottubru 2003 illi l-Onor.", "Jason Azzopardi jissostitwixxi lill-Onor.", "Michael Frendo bħala president tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej u illi l-Onor.", "John Dalli u l-Onor.", "Mario de Marco jiġu nominati bħala membri ta' l-istess kumitat flok l-Onor.", "Joseph Borg u l-Onor.", "Jason Azzopardi li b'din ir- riżoluzzjoni minn membru qed jiġi maħtur president ta' l-istess kumitat permanenti.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "MARIO GALEA: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi l-mozzjoni kif imressqa u moqrija mill- Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "BDIL FIL-KOMPOŻIZZJONI TAL-KUMITAT TAL-KONTIJIET DWAR L-UFFIĊĊJU NAZZJONALI TAL-VERIFIKA", "ONOR.", "TONIO BORG: Sur President ̧ nipproponi:", "Billi l-Kamra tad-Deputati bir-riżoluzzjoni tagħha tas-17 ta' Ġunju 2003 kienet innominat lill-Onor.", "John Dalli bħala membru tal-Kumitat tal-Kontijiet dwar l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika u l-istess Onor. Dalli ġie issa maħtur Ministru responsabbli mill-affarijiet barranin;", "Il-Kamra għalhekk tirriżolvi għall-iskopijiet tar-riżoluzzjoni numru 55 tas-17 ta' Ġunju 2003 illi l-Onor.", "Tonio Fenech ̧ Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tal-Finanzi jissostitwixxi lill-Onor.", "John Dalli bħala membru tal-Kumitat tal-Kontijiet dwar l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "ROBERT ARRIGO: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi l-mozzjoni kif imressqa u moqrija mill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "BDIL FIL-ĦATRA TA' OSSERVATURI FIL-PARLAMENT EWROPEW U ĦATRA TA' MEMBRI FIL- PARLAMENT EWROPEW", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, nipproponi:", "Billi kienu ġew maħtura bħala deputati osservaturi fil-parlament Ewropew min-naħa ta' din il-Kamra l-Onor.", "Josef Bonnici, l-Onor.", "Antonio Fenech, l-Onor.", "Michael Frendo, l-Onor.", "George Vella u l-Onor.", "John Attard Montalto;", "U billi b'effett mill-1 ta' Mejju 2004 skond l-artikolu 25, paragrafu 2, tat-Trattat ta' Sħubija fl-Unjoni Ewropea, Malta għandha dritt li tinnomina ħames rappreżentanti fil-parlament Ewropew u dan għall- perijodu mill-1 ta' Mejju 2004 sad-19 ta' Lulju 2004, sakemm jidħlu fil-kariga l-ħames deputati li se jkunu eletti għall-parlament Ewropew fl-elezzjoni tat-12 ta' Ġunju 2004;", "U billi wkoll l-Onor.", "Michael Frendo u l-Onor.", "Antonio Fenech inħatru segretarji parlamentari;", "Din il-Kamra tirriżolvi li:", "(a) b'effett immedjat tissostitwixxi lill-Onor.", "Michael Frendo u Antonio Fenech, bl-Onor.", "Jason Azzopardi u Mario de Marco bħala deputati osservaturi;", "(b) b'effett mill-1 ta' Mejju 2004, u għall-iskopijiet u termini fuq indikat, taħtar lill-Onor.", "Josef Bonnici, l-Onor.", "Jason Azzopardi, l- Onor. Mario de Marco, l-Onor.", "George Vella u l-Onor.", "John Attard Montalto bħala r-rappreżentanti ta' din il-Kamra fil-parlament Ewropew sad-19 ta' Lulju, 2004.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "MARIO GALEA: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-mozzjoni kif imressqa u moqrija mill- Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "BDIL FIL-KOMPOŻIZZJONI FID-DELEGAZZJONI PARLAMENTARI MALTIJA FL-ASSEMBLEA PARLAMENTARI TAL-KUNSILL TA' L-EWROPA", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Sur President ̧ nipproponi:", "Billi l-Kamra tad-Deputati bir-riżoluzzjoni tagħha tad-9 ta' Ġunju 2003 kienet innominat lill-Onor.", "Michael Gonzi, bħala membru sostitut fid-delegazzjoni parlamentari Maltija fl-Assemblea Parlamentari tal- Kunsill ta' l-Ewropa u l-istess Onor. Gonzi talab li ma jibqax jokkupa din il-kariga;", "Il-Kamra għalhekk tirriżolvi għall-iskopijiet tar-riżoluzzjoni numru 46 tad-9 ta' Ġunju 2003 illi l-Onor.", "Helen D'Amato tissostitwixxi lill- Onor. Michael Gonzi bħala membru sostitut fid-delegazzjoni parlamentari Maltija fl-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill ta' l- Ewropa.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi l-mozzjoni kif imressqa u moqrija mill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "MOZZJONI TA' RINGRAZZJAMENT LILL-PRESIDENT TA' MALTA", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nipproponi:", "Illi din il-Kamra tistqarr l-apprezzament tagħha għall-mod siewi u dinjituż li bih il-Professur Guido de Marco qeda d-dmirijiet tiegħu lejn il-poplu Malti fil-kariga ta' President ta' Malta, u filwaqt li tirringrazzjah ta' dan, tixtieqlu għomor twil u ħieni u iktar servizz għal pajjiżna.", "MR SPEAKER: Min jissekonda, jekk jogħġobkom?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Hawn rimarki?", "Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, huwa bi pjaċir li qed inressaq din il- mozzjoni ta' ringrazzjament lill-President de Marco illum, li wasal biex jintemm il-perijodu tiegħu bħala president ta' Malta, anzi nżid ngħid li dan huwa pjaċir doppju għax dan huwa l-ewwel diskors tiegħi fil-parlament bħala Prim Ministru u hija proprju koinċidenza li dan l-ewwel diskors tiegħi qed ikun ta' radd il-ħajr lill-President de Marco.", "B'kumbinazzjoni wkoll, inzertajt kont jien stess li preċiżament bħal-lum ħames snin ilu, fid-29 ta' Marzu, 1999, kont ressaqt mozzjoni li biha pproponejt li l-Kamra taħtar lill-Prof. de Marco bħala president ta' pajjiżna.", "Din hija mozzjoni li permezz tagħha l-Kamra turi l-apprezzament tagħha għall-mod kif il-President qeda d-dmirijiet tiegħu f'din l-ogħla kariga f'pajjiżna u naħseb li jkun xieraq li nimmotiva r-raġunijiet għalfejn qegħdin inressqu din il-mozzjoni ta' apprezzament.", "Din m'hijiex mozzjoni ta' formalita` u ma nixtieqhiex tkun formalita` marbuta ma' mozzjoni ta' ringrazzjament kull darba li naslu biex jingħalaq terminu ta' Presidenza f'pajjiżna.", "Din hija mozzjoni sinċiera ta' apprezzament - naħseb li hawnhekk qed nesprimi l-opinjoni taż-żewġ naħat tal-Kamra - għall-mod ta' kif il-President Guido de Marco qeda d-dmirjiet tiegħu matul il-ħames snin li dam jokkupa din il-kariga.", "Għaliex qed nimmotiva din il-mozzjoni u x'inhuma r-raġunijiet ewlenin?", "Naħseb li kieku kelli nagħmel lista ta' raġunijiet nibda billi ngħid li l- Kamra turi dan l-apprezzament għax żgur li l-President Guido de Marco rnexxielu jagħraf ir-rwol ta' president f'mument storiku u partikolari li għaddejna minnu bħala pajjiż matul il-presidenza tiegħu.", "Ma rridux ninsew li fl-ewwel tliet snin u nofs ta' din il-presidenza f'pajjiżna kien għaddej id-dibattitu qawwi dwar l-issue tas-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea ̧ kellna r-referendum dwar is-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea - esperjenza eċċezzjonali fl-istorja politika ta' pajjiżna - saret elezzjoni ġenerali, u issa mexjin lejn id-data storika ta' l-1 ta' Mejju.", "Għalhekk din kienet presidenza unika.", "Naturalment dan ma jnaqqas xejn mill-merti tar-rwol u l-mod ta' kif qdew il- presidenti preċedenti fiċ-ċirkostanzi partikolari li kellhom, pero` f'dan il-każ partikolari rrid ngħid li l-President Guido de Marco, f'sitwazzjoni li wieħed seta' jaraha bħala sitwazzjoni delikata ̧ irnexxielu jaqdi din il- funzjoni b'mod li jien m'għandix kelma oħra ħlief li ngħid li kien b'mod rettissimu u b'mod li ġabar madwaru r-rispett tal-poplu Malti u Għawdxi kollu proprju fil-mument fejn dan il-poplu kien miexi bil-mod il-mod lejn d- deċiżjoni li kellu jieħu dwar il-ġejjieni ta' pajjiżna.", "Jidhirli li nkun korrett jekk ngħid li l-President Guido de Marco għamel il- massimu possibbli biex il-proċess demokratiku li konna għaddejjin minnu jieħu mhux biss il-kors normali tiegħu imma dak il-proċess demokratiku nnifsu jkun il-parti li ssaħħaħ id-deċiżjoni sovrana tal-poplu Malti.", "Naħseb li hawnhekk nistgħu nirrikonoxxu bl-aktar mod qawwi l-mod dinjituż tiegħu bħala l-President ta' pajjiżna f'dawn il-mumenti meta l-pajjiż kellu bżonn il-figura tiegħu.", "Jidhirli li għandna nesprimu r-rikonoxximent tagħna lejn il-President Guido de Marco għall-mod kif ipproġetta lill-pajjiżna fir-relazzjonijiet internazzjonali li aħna għandna bħala pajjiż mal-pajjiżi kollha tad-dinja; mal-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea, mal-pajjiżi ta' l-Afrika u ma' pajjiżi oħrajn fejn hu mar bħala ambaxxatur ta' pajjiżna.", "Jidhirli li nkunu korrettissimi jekk ngħidu li hu kien ambaxxatur mill-aqwa għall-identita` tagħna, għall-kultura tagħna u għalina bħala poplu Malti.", "Fid-diskorsi li hu dejjem għamel bla dubju ta' xejn għamel ġieħ kbir lil pajjiżna u kkontribwixxa biex dawn ir-relazzjonijiet internazzjonali li għandna ma' pajjiżi oħrajn jitjiebu, jissaħħu u nipproġettaw lilna nfusna bħala pajjiż modern, bħala pajjiż ta' kultura, bħala pajjiż u poplu li għandu x'joffri u għandu l-identita` partikolari tiegħu.", "Naħseb li anke hawn inkun korrett jekk ngħid li dan kollu wera li aħna poplu kburi bl-identita` tiegħu u allura l-President kien ambaxxatur mill-aqwa li seta' jkollna bħala pajjiż għal dawn il-valuri li nirrappreżentaw.", "Jidhirli wkoll li fil-ħidma tiegħu bħala President ta' Malta, fiċ- ċirkostanzi kollha li għadda minnhom matul dawn il-ħames snin li għaddew, hu dejjem wera lealta` assoluta lejn il-pożizzjonijiet politiċi differenti li aħna kellna fl-ispectrum politiku Malti u nasal biex ngħid li fid- diskorsi tiegħu, kull darba kont ninnota li hu kien jagħmel minn kollox biex ifittex l-art komuni li setgħet teżisti bejn dawn il-pożizzjonijiet differenti, nirripeti fl-ispectrum politiku kollu tagħna, imma dejjem fittex li din l-art komuni tkun imqiegħda f'kuntest u f'qafas demokratiku fejn tirrenja r-rieda tal-maġġoranza pero` b'rispett ukoll lejn il- pożizzjoni tal-minoranza.", "Naħseb li f'dan is-sens nistgħu ngħidu ̧ illum fl- għeluq ta' din il-presidenza ta' ħames snin, li l-President Guido de Marco ħadem biex iġib l-għaqda u biex itaffi l-kontroversja ̧ anzi jikkonverti l- kontroversja fi proċess demokratiku ta' tisħiħ ta' l-istess demokrazija.", "Jidhirli wkoll li nkun korrettissmu jekk ngħid li l-President Guido de Marco fil-presidenza tiegħu matul il-ħames snin kien president viċin il- poplu, li tħallat mal-poplu u li sab kull okkażjoni li nqalgħet matul il- presidenza biex ikun viċin il-poplu tagħna fl-attivitajiet differenti tiegħu; fl-attivitajiet soċjali, fl-attivitajiet ekonomiċi, fil-kunsilli lokali u fl-ibliet u l-irħula tagħna.", "Il-preżenza tal-President Guido de Marco bħala President ta' Malta kienet kostanti tul dawn il-ħames snin li għaddew u allura jkun ġust jekk din il-Kamra ̧ anke għal dan, turi l- apprezzament tagħha għax ressaq il-presidenza viċin il-poplu u ressaq il- poplu viċin il-presidenza.", "Naħseb li dan huwa element importanti marbut ma' din il-kariga.", "Naħseb li nkun korrett ukoll jekk ngħid li l-Presidenza ta' l-Eċċellenza Tiegħu Guido de Marco matul dawn l-aħħar ħames snin kellha timbru ieħor partikolari li ħareġ ukoll fil-predeċessuri tiegħu pero` nnotajniha wkoll f'dawn il-ħames snin li għaddew.", "Il-President Guido de Marco ta spazju fl- attivita` tiegħu għas-soċjeta` ċivili tagħna; għall-organizzazzjonijiet, NGOs, unions u korpi kostitwiti.", "Kull organizzazzjoni li b'xi mod jew ieħor ikkontribwixxiet jew qed tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta' pajjiżna, il-President Guido de Marco sab il-ħin għaliha, sab il-ħin biex jismagħha u sab l-ispazju wkoll biex jesponi l-organizzazzjoni għall-opinjoni pubblika.", "Naħseb li kien dan it-timbru partikolari tal-Presidenza ta' l- Eċċellenza Tiegħu, Guido de Marco, fejn ipprova jipproġetta dan il- messaġġ ta' presidenza li ġġib madwarha wkoll s-soċjeta` ċivili f'pajjiżna.", "Għalhekk din il-presidenza rrikonoxxiet ir-rwol importanti tas-soċjeta` ċivili, irrikonoxxiet il-valur tad-djalogu u l-valur tal-kontribut li s- soċjeta` ċivili tista' tagħti u għandha tagħti għall-iżvilupp tal-pajjiż u naħseb li dan kien punt pożittiv li jindika l-maturazzjoni politika li qiegħda tiżviluppa f'pajjiżna aktar kemm jgħaddu s-snin.", "Aktar kemm jgħaddu s-snin aktar qegħdin nirrikonoxxu li s-soċjeta` ċivili għandha rwol u kontribut x'tagħti u naħseb li dan il-messaġġ kompla jsostnih il- President Guido de Marco tul il-presidenza tiegħu bl-ispazju li ta kontinwament b'mod qawwi għar-rwol li din is-soċjeta` ċivili għandha x'tagħti f'pajjiżna.", "Irrid ngħid ukoll li kien President ̧ li bħall-presidenti ta' qablu, żamm ruħu aġġornat ma' dak li kien qed iseħħ min-naħa tal-gvern.", "Kull president għandu l-funzjoni stabbilita bil-Kostituzzjoni li jżomm u jibqa' f'kuntatt mal-gvern permezz tal-Prim Ministru u allura jżomm ruħu aġġornat ma' l- iżviluppi li jkunu qegħdin iseħħu f'pajjiżna.", "Jien stess ̧ fil-kariga li kont nokkupa bħala Ministru għall- politika soċjali ̧ kont ninduna li huwa president aġġornat għax meta tiltaqa' miegħu, anke f'okkażjonijiet soċjali jew f'okkażjonijiet oħrajn, tirrealizza li kien president li jżomm ruħu up- to-date ma' l-iżviluppi u l-inizjattivi li kienu qegħdin iseħħu u mhux biss kien jaġġorna ruħu imma hu stess kien iżur l-inizjattivi partikolari li jkunu qegħdin iseħħu għall-ġid tal-poplu Malti.", "Kien ukoll president - dan il-punt irridu nenfasizzawh għax sar parti integrali mir-rwol tal-president ta' Malta - viċin il-poplu u l-poplu viċin tiegħu.", "Fil-fatt kien jixħet ħarstu fuq dawk li fis-soċjeta` tagħna huma l- iktar nies li qegħdin fil-periklu li jkunu mwarrbin jew f'xi diffikulta`.", "Il-wiċċ soċjali u l-wiċċ uman sar jifforma parti integrali mill- funzjonijiet tal-president waqt il-qadi tal-kariga li jkun qed jokkupa.", "Hawnhekk toħroġ b'mod qawwi r-rabta tal-presidenza mal-ħidma soċjali, inkluż dik tal-community chest fund, fejn il-presidenza, u f'dan il-każ il- president, issa mhux biss għandu r-rwol li jgħin lill-persuni li jkunu fil- periklu li jitwarrbu imma li l-messaġġ tiegħu jkun li jsaħħaħ il-valur tas- solidarjeta` u jġibu bħala parti mis-sinsla li aħna għandna f'pajjiżna, u naħseb li nkun korrettissimu jekk ngħid li dan kien element u timbru qawwi ħafna tal-presidenza ta' l-E.T. de Marco.", "Meta niġbor dan kollu, jien nasal biex ngħid li huwa xieraq li din il-Kamra tesprimi r-rikonoxximent u l-apprezzament tagħha għall-mod kif l-E.T. de Marco eżerċita d-dmirijiet tiegħu tul il-ħames snin tal-presidenza tiegħu, għall-mod siewi u dinjituż li bih huwa okkupa din il-kariga u għall-mod kif kompla jżid l-istatura lejn din l-ogħla kariga ta' pajjiżna, bħalma għamlu l-presidenti ta' qablu.", "Għalhekk illum nasal biex ngħid li seħħ dak li kont ipprevedejt fid-diskors li għamilt ħames snin ilu meta kont għedt li għad jgħaddi ż-żmien u għal darb'oħra nerġgħu nirrikonoxxu li pajjiżna kellu president li kellu background politiku - minħabba li kien ġej mill- kamp politiku - u li qeda l-funzjoni tiegħu.", "Wara ħames snin bħala president, l-E.T. Guido de Marco rnexxielu juri li bniedem li jkun ġej mill-kamp politiku, ġaladarba jiġi maħtur f'din il- kariga għandu l-kapaċita` li jinża mill-partiġġjaniżmu politiku u jfittex l- interess nazzjonali li tali kariga tirrikjedi.", "Fid-diskors li kont għamilt, jien kont għedt li għad jgħaddu l-ħames snin tal-presidenza u naslu biex nirrikonoxxu li għal darb'oħra pajjiżna għamel għażla tajba, li kellu president li qeda l-funzjoni tiegħu u li allura jistħoqqlu l-ikbar ġieħ u apprezzament ta' din il-Kamra.", "Ma nistax ma nagħlaqx il-motivazzjoni tiegħi ta' din il-mozzjoni billi nirringrazzja wkoll lill-familja tal-President de Marco, b'mod partikolari lis-sinjura de Marco, li akkumpanjatu tul din il-presidenza ta' ħames snin u li hi wkoll tat il-kontribut tagħha biex tat statura lil din il- presidenza.", "Hi wkoll kellha sehem qawwi fil-funzjoni tal-presidenza biex tenfasizza l-valur tas-solidarjeta`, u allura anke hi, flimkien mal- President de Marco, jistħoqqilha l-apprezzament ta' din il-Kamra.", "Għaldaqstant jien nirrikkmanda li din il-mozzjoni ta' ringrazzjament u t'apprezzament lill-President de Marco tiġi approvata mill-Kamra kollha b'sinċerita` min-naħa tagħna bħala ringrazzjament minn qalbna għall-mod kif qeda d-dmirijiet tiegħu lejn pajjiżna.", "Grazzi, Mr Speaker.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Iktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "(Onor. Membri: No) La m'hawnx iktar rimarki, nitlob lill-Prim Ministru biex jagħmel il-winding up.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, jien m'għandix iktar rimarki x'ngħaddi ħlief dawk li diġa` għamilt, u qed nassumi li r-rimarki tiegħi għandhom l- appoġġ taż-żewġ naħat tal-Kamra.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-mistoqsija hi l-mozzjoni kif imressqa u moqrija mill-Prim Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "MOZZJONI DWAR IL-ĦATRA TA' PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, nipproponi:", "Billi skond id-dispożizzjoni tas-subartikolu (1) ta' l-artikolu 48 tal- Kostituzzjoni ta' Malta għandu jkun hemm president ta' Malta li jiġi maħtur b'riżoluzzjoni tal-Kamra tad-Deputati;", "U billi skond is-subartikolu (3) ta' l-istess artikolu tal- Kostituzzjoni l-kariga ta' president ta' Malta ssir vakanti fl-4 ta' April, 2004;", "Għalhekk il-Kamra tad-Deputati bis-saħħa u għall-finijiet ta' l- imsemmi artiklu 48 tal-Kostituzzjoni ta' Malta tirrisolvi li taħtar lil Dr Eddie Fenech Adami president ta' Malta.", "MR SPEAKER: Min jissekonda, jekk jogħġobkom?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Rimarki?", "Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, huwa bi pjaċir kbir li qed inressaq din il-mozzjoni għall-approvazzjoni tal-Kamra, mozzjoni li permezz tagħha l- Kamra qed tiġi mistiedna tiddeċiedi li taħtar lil Dr Eddie Fenech Adami bħala president ta' Malta, u nixtieq naqsam l-intervent tiegħi dwar din il- mozzjoni fi tliet partijiet.", "L-ewwel parti nixtieq niffokaha fuq il-kariga nnifisha tal-presidenza f'pajjiżna, fit-tieni parti nixtieq immiss fuq fuq iċ-ċirkostanzi storiċi u speċjali li din il-ħatra jew din il-mozzjoni qed titressaq fihom, filwaqt li fit-tielet parti nixtieq nittratta r-raġunijiet li għalihom il-gvern wasal għar-rakkmandazzjoni li qed issir f'din il-mozzjoni u allura għaliex wasalna għall-konklużjoni li l-aħjar għażla għal pajjiżna tkun li jinħatar Dr. Eddie Fenech Adami għal din il-kariga.", "Ħalli nibda bl-ewwel punt, ċioe` billi nitkellem fuq il-kariga tal- president ta' Malta.", "Huwa xieraq li l-ewwelnett nistieden lill-Kamra biex flimkien nirriflettu ħalli naraw xi tfisser din il-kariga għal pajjiżna.", "Din hija l-ogħla kariga li wieħed jista' jkollu f'pajjiżna, u peress li ħafna nies jaħsbu li din hija kariga li għandha funzjoni pjuttost formali, jiġifieri li m'hemmx poteri eżekuttivi marbutin magħha, ikun tajjeb li dejjem nenfasizzaw u nfakkru lill-Kamra, lilna nfusna u lill-poplu Malti u Għawdxi kollu, li l-kariga għandha funzjoni eżekuttiva limitata ħafna.", "Ta' min jgħid li din il-funzjoni tiskatta b'mod partikolari fil-mumenti fejn ikun hemm sitwazzjonijiet speċjali li jirrikjedu li l-president, bħala wieħed li għandu l-ogħla kariga f'pajjiżna, jintervjeni sabiex jirriżolvi sitwazzjoni partikolari, li tista' tkun sitwazzjoni kostituzzjonali jew sitwazzjonijiet oħra verament eċċezzjonali li jkunu ġraw fis-snin reċenti u li jkunu jistgħu jerġgħu jiġru.", "Għalhekk hemm ċerti sitwazzjonijiet fejn il-president għandu poteri eċċezzjonali li huma importanti u kruċjali għax jistgħu jirriżolvu sitwazzjoni li tkun importanti ħafna fl-iżvilupp demokratiku ta' pajjiżna, u allura filwaqt li l-kariga ta' president għandha ċerti formalitajiet marbutin magħha, hija wkoll kariga li f'sitwazzjonijiet partikolari għandha rwol kruċjali ħafna fil-proċess demokratiku ta' pajjiżna.", "Il-kariga ta' president għandha ħafna simboli marbutin magħha.", "Per eżempju, kif għedt meta kont qed nitkellem fuq il- mozzjoni l-oħra, il-president fih innifsu jippersonifika lill-poplu Malti u Għawdxi kollu kif ukoll lill-istat Malti.", "Kull ċittadin jista' jaspira li jokkupa din il-kariga, għalkemm il- Kostituzzjoni stess timponi ċerti kriterji u ċerti limiti.", "Per eżempju, hemm ċerti karigi li awtomatikament jeskludu lil persuna milli tkun tista' tokkupa din il-kariga, u qed nagħmel dan il-punt għax minn hawn u ftit ieħor se nfiehem ir-rilevanza tiegħu.", "Il-Kostituzzjoni tagħna tipprekludi ċerti individwi li jkunu jokkupaw ċerti karigi milli jkunu kkonsidrati għall-kariga ta' president, u għalkemm kull ċittadin in ġenerali jista' jaspira li jokkupa din il-kariga, żgur li hemm rekwiżiti kruċjali għal din il-kariga, u jien se nipprova nsemmi ftit minnhom.", "L-ewwelnett, kif għedt diġa`, il-kariga ta' president mhux biss tirrappreżenta lill-istat u lill-poplu Malti imma hija kariga li f'ċerti mumenti partikolari tista' tirrikjedi deċiżjonijiet li jkunu kruċjali għad- demokrazija u għall-iżvilupp demokratiku ta' pajjiżna, u allura din il- kariga titlob li l-persuna li tintgħażel biex tokkupaha tkun persuna li għandha esperjenza, li għandha għaqal u li tkun taf kif taġixxi f'qafas demokratiku, jiġifieri mhux kulħadd jista' jokkupa din il-kariga.", "Fit- teorija kulħadd jista' jokkupa din il-kariga, imma fil-prattika l-persuna magħżula jrid ikollha l-għaqal u l-esperjenza li tagħraf l-iżvilupp demokratiku u kostituzzjonali ta' pajjiżna, u fiċ-ċirkostanzi li jinqalgħu jrid ikollha l-għaqal u l-esperjenza li tasal għad-deċiżjonijiet li jkun hemm bżonn jittieħdu fl-interess ta' pajjiżna.", "Fil-fatt ir-rilevanza tal- president toħroġ l-iktar fil-mument ta' importanza u ta' pressjoni fuq l- istituzzjonijiet demokratiċi.", "Il-kariga ta' president hija wkoll kariga li min jokkupaha jrid ikun kapaċi jipproġetta lil pajjiżna bid-dinjita` li jistħoqqlu, u dan irid jipproġetta lil pajjiżna kollu kemm għalina l-Maltin stess, jiġifieri lokalment, u anke esternament fir-relazzjonijiet tagħna li jkollna ma' pajjiżi oħrajn.", "Għalhekk min jokkupa l-kariga ta' president irid ikun bniedem li jista' jipproġetta lil pajjiżna bid-dinjita` li jixraqlu fir-relazzjonijiet internazzjonali li aħna għandna jew jista' jkollna.", "Żgur li din il-kariga tirrikjedi li l-persuna tkun sensittiva għax-xewqat u għall- aspirazzjonijiet tal-poplu tagħna, jiġifieri l-persuna li tintagħżel trid tkun persuna li jkollha l-polz tal-poplu f'idejha, tkun sensittiva, tfittex tara dejjem li l-aspirazzjonijiet tal-poplu tagħna jkunu qegħdin jinħassu u tassimila ruħha ma' l-aspirazzjonijiet tal-poplu tagħna.", "Żgur ukoll li l- persuna magħżula trid tkun onesta, trid tkun integra mill-aspetti kollha u trid tissimbolizza dak kollu li huwa Malti, dak kollu li jifforma parti mill-valuri tradizzjonali tagħna u dak li huwa parti mis-sinsla tagħna bħala Maltin, speċjalment il-valur tas-solidarjeta`.", "Min jiġi magħżul bħala president irid ikun ukoll lest li jservi, irid ikun lest li kważi jwarrab l-interessi personali tiegħu - u meta qed ngħid hekk, qed nirriferi għall-interessi personali tiegħu bħala individwu - u jpoġġi l-interess tal- pajjiż l-ewwel u qabel kollox, u allura jrid ikun wieħed li lest li jservi biex ikun l-ambaxxatur ta' pajjiżna.", "Fl-opinjoni tiegħi, dawn l-aspetti u dawn il-kwalifiki kollha huma kruċjali, u wieħed irid jeħodhom in konsiderazzjoni meta jiġi biex jagħżel il-persuna idonea li tokkupa l-ogħla kariga ta' pajjiżna, li hija l-kariga tal-president ta' Malta.", "Hemm aspetti oħrajn li m'għandix għalfejn noqgħod nidħol fihom, pero` żgur li dawn li semmejt huma kruċjali fl-affarijiet li wieħed irid ipoġġi fil- miżien meta jiġi biex jagħżel persuna minn oħra.", "Biex inkunu prattiċi u saqajna ma' l-art, irrid ngħid li kif ġara fl-imgħoddi meta kellna nagħżlu persuna għal kariga bħal din, trid tikkonsidra numru ta' ismijiet u ta' alternattivi.", "Irrid ngħid ukoll li meta tkun għaddej minn dan l-eżerċizzju ma tkun qiegħed titfa' dell jew tnaqqas il-valur ta' ħadd u kulma tkun qed tagħmel ikun li tipprova ssib l-aħjar minn fost in-nies validi biex jokkupaw din il-kariga partikolari.", "Issa se niġi għat-tieni punt li xtaqt nagħmel cioe` li din l-għażla li qegħdin nagħmlu qegħdin nagħmluha f'mument speċjali fl-iżvilupp kostituzzjonali, politiku, ekonomiku u soċjali ta' pajjiżna u ma nistgħux naħarbu minn dan il-fatt bħala fatt. Fl-1 ta' Mejju li ġej, pajjiżna se jsir membru ta' l-Unjoni Ewropea.", "Din hija realta` li bilfors ikollna ndaħħluha f'dan ix-xenarju li fih qegħdin nagħmlu din l-għażla.", "Illum din hija realta` ġdida rikonoxxuta mill-forzi politiċi kollha f'pajjiżna u żgur li nirrikonoxxu li din ir-realta` se jkollha effett kbir fuq pajjiżna.", "Jekk nagħrfu naħtfu l-opportunitajiet kollha li jiġu għal idejna ̧ dawn l- opportunitajiet inkunu kapaċi nittraduċuhom f'benefiċċji għal pajjiżna u għall-poplu tagħna u allura huwa fatt li meta tiġi biex tagħżel mil-lista ta' ismijiet liema persuna hija l-aħjar li tista' taqdi l-kariga ta' president bilfors ikollna nżommu quddiem għajnejna li l-kariga ta' din il- presidenza se tkun għall-ewwel darba fl-istorja ta' pajjiżna ̧ presidenza fejn Malta se tkun membru fl-Unjoni Ewropea.", "Għalhekk irridu nkunu konvinti li l-persuna li tintagħżel trid tkun persuna li tista' taqdi din il-funzjoni mportanti f'din ir-realta` ġdida ̧ realtà li qatt ma kellna bħalha.", "Mela din hija konsiderazzjoni mportanti fl-eżerċizzju ta' għażla li rridu nagħmlu bejn persuna u oħra.", "Issa niġi għat-tielet punt li xtaqt nagħmel, cioe` r-raġunijiet għaliex din in-naħa qiegħda tipproponi lil Dr. Eddie Fenech Adami bħala l-persuna li hija l-aktar idonea biex tokkupa din il-kariga f'dan il-mument partikolari li għandna.", "L-ewwelnett ċerti affarijiet huma fattwali u ħadd ma jista' jmerihom.", "Dr. Fenech Adami qatta' 35 sena mill-karriera politika tiegħu bħala membru ta' dan il-Parlament u ħadd ma jista' jargumenta fuq l-esperjenza li għandu, aktar u aktar meta hu nnifsu kien awtur ta' żviluppi kostituzzjonali f'pajjiżna, ta' żviluppi politiċi, ekonomiċi u soċjali.", "Fuq dawn l- iżviluppi żgur m'hemmx kontroversja.", "Żgur kulħadd jaqbel li Dr. Fenech Adami huwa persuna b'35 sena esperjenza ta' deputat, esperjenza ta' kap ta' l-oppożizzjoni, esperjenza ta' prim ministru, 35 sena ta' servizz għal pajjiżu, u li tul dan il-perijodu ta' żmien il-pajjiż mexa 'l quddiem.", "Mr Speaker, anzi jien ngħid li l-esperjenza tiegħu hija unika u eċċezzjonali u żgur li hu argument mill-iktar b'saħħtu favur Dr. Fenech Adami, speċjalment jekk inpoġġu fuq il-miżien dak li kont qed insemmi ftit minuti ilu, li jrid ikollna persuna li għandha l-abbilta` li tagħraf tieħu d-deċiżjonijiet li jkun hemm bżonn li jittieħdu jekk u meta r-rwol ta' president f'pajjiżna jiskattalu dawk il-poteri li l-Kostituzzjoni stess timponilu, jiġifieri fil-mumenti li jien insejħilhom \"delikati\".", "Huwa f'dak il-mument li verament ikollok bżonn persuna li għandha l-esperjenza u l-għaqal li tieħu d-deċiżjonijiet importanti għax fuqhom ikun jiddependi l- iżvilupp demokratiku ta' pajjiżna.", "M'hemm ebda dubju lanqas u ħadd ma jista' jargumenta fuq il-fatt li Dr. Fenech Adami huwa personaġġ li għandu rikonoxximent, li hu magħruf mhux biss f'pajjiżna imma anke fuq livell ta' relazzjonijiet internazzjoanli ma' pajjiżi oħra speċjalment ma' l-Unjoni Ewropea.", "Ir-rwol tiegħu f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-Unjoni Ewropea u f'dak li għandu x'jaqsam ma' proċess tat-tkabbir ta' l-Unjoni Ewropea ġie rikonoxxut mhux biss f'pajjiżna imma ġie rikonoxxut mill-Unjoni Ewropea stess.", "U allura fiċ-ċirkostanza li pajjiżna qiegħed fil-bidu ta' l-esperjenza tiegħu bħala membru fl-Unjoni Ewropea, anke fuq dan il-punt Dr. Fenech Adami għandu l-kwalifiki kollha li wieħed jista' jimmaġina, anzi jien ngħid li m'hemm ħadd li għandu din il- kwalifika li għandu hu minn dan l-aspett.", "Huwa żgur - u naħseb anke fuq dan m'għandux ikun hemm kontoversja bejnietna - bniedem ta' integrita` u ta' rettezza, imma iktar minn hekk, huwa bniedem li żgur jirrappreżenta s-sens ta' servizz, is-sens ta' impenn għall-ġid tal- poplu Malti b'lealta` u b'dedikazzjoni kbira lejn il-pajjiż.", "Fi kliem ieħor nargumenta u ninsisti bil-qawwa kollha li Dr. Fenech Adami għandu r- rekwiżiti kollha biex ikun il-persuna li tokkupa din il-kariga.", "Pero` wieħed irid jistaqsi: Dr. Fenech Adami biss jeżisti jew eżista bħala għażla biex jokkupa din il-kariga( Hawnhekk mill-ewwel inwieġeb żewġ punti li saru fil-ġranet li għaddew għar-rigward ta' din l-għażla.", "L-ewwel punt: Stajna sibna lil xi ħaddieħor( Irrid ngħid li għamilna eżerċizzju, li ilu għaddej mill-mument li Dr. Fenech Adami stess indika li se jieħu deċiżjoni biex jirriżenja minn Prim Minsitru u minn deputat ta' din il-Kamra, biex nippruvaw nidentifikaw personaġġi li jistgħu jkunu idonei ħalli jokkupaw din il-kariga.", "Għamilna wkoll eżerċizzju biex nippruvaw nidentifikaw persuni li mhux neċessarjament ġejjin mill-kamp politiku.", "Pero` nirrepeti li meta toħroġ b'lista ta' ismijiet u tpoġġi fuq miżien il-lista ta' nies li ġejjin mhux mill-kamp politiku, ma' Dr. Fenech Adami, fiċ-ċirkostanzi li qegħdin fihom, bil-kwalfika u bl-esperjenza, bil- kontribut li ta Dr. Fenech Adami, il-konklużjoni loġika u inevitabbli li tasal għaliha hija li jekk se tfittex dak li hu l-aħjar fl-aħjar interess ta' pajjiżna f'dan il-mument partikolari allura l-aħjar għażla tkun dik ta' Dr. Fenech Adami.", "Hawnhekk irrid ngħid ukoll żewġ kelmiet dwar il- konsultazzjoni li saret.", "Naturalment il-Kamra tapprezza li l-proċess ta' l-għażla tal-president u allura l-proċess ta' konsultazzjoni b'xi mod jew b'ieħor ġie effettwat ukoll bil-kambjamenti li kienu għaddejjin.", "F'liema sens qed ngħid hekk( Effettivament il-konsltazzjoni li stajt nagħmel jien bħala prim ministru stajt nagħmilha biss minn nhar it-Tlieta tal-ġimgħa li għaddiet għax kien dakinhar li ħadt il-ġurmanet tiegħi bħala prim ministru.", "Pero` kelli kuntatt biex inkunu nafu l-iskadenzi għax kont naf x'kien se jiġri.", "F'liema sens(", "Aħna konna nafu li l-ħatra tiskadi fit-3 ta' April.", "Effettivament fl-4 ta' April irid ikun hemm il-persuna approvata minn dan il-parlament biex tieħu l-ġurament.", "Jekk wieħed jaħdem lura mit-3 ta' April konna nafu li bejn il- ġranet ta' festi, kif ukoll il-festa tal-31 ta' Marzu l-uniċi jumejn li kienu available biex dan il-parlament jiddiskuti l-ħatra ta' president kienu llum 29 ta' Marzu u għada 30 ta' Marzu.", "Deherli li kelli nevita it- 30 ta' Marzu minħabba li għada huwa lejliet il-festa ta' Jum il-Ħelsien, allura l-ġurnata li bilfors kelli nimmira għaliha bħala l-ġurnata li fiha nressaq il-mozzjoni għan-nomina tal-president għall-konsiderazjzoni ta' din il-Kamra kienet id-29 ta' Marzu.", "Jekk wieħed jaħdem lura, bir-regoli tal- parlament il-mozzjoni għan-nomina trid tiġi ppreżentata b'avviż ta' tlett ijiem u allura l-iktar tard possibbli li jien stajt inressaq mozzjoni biex tiġi kkonsidrata llum 29 ta' Marzu kien nhar il-Ħamis li għadda.", "Fil-konsultazzjoni li għamilt ma' l-oppożizzjoni spjegajt li xtaqt li sa l- Erbgħa tal-ġimgħa li għaddiet inkun f'pożizzjoni li nressaq il-mozzjoni lill-Iskrivan tal-Kamra biex titqiegħed għad-diskussjoni llum, 29 ta' Marzu.", "Dan kien ifisser li kulma kelli kienu 24 siegħa mill-mument li nkun ħadt il-ġurament tal-ħatra tiegħi sal-mument li nippreżenta l-mozzjoni biex nagħmel il-konsultazzjoni u nressaq din il-mozzjoni.", "Għaldaqstant iddeċidejt li nagħmel xi ħaġa li deherli li kienet għall-ġid tal-proċess tal-konsultazjzoni bejn iż-żewġ naħat.", "Cioe` spjegajt dawn l- iskadenzi lill-oppożizzjoni u r-risposta min-naħa ta' l-oppożizzjoni - u apprezzajtha - kienet li l-oppożizjzoni kellha laqgħa tal-grupp parlamentari t-Tnejn li għaddew u kellhom jgħadduli tliet ismijiet għall- konsiderazzjoni tan-naħa tal-gvern.", "Fil-fatt hekk sar, nhar it-Tnejn li għaddew kelli telefonata fejn min-naħa tal-kap ta' l-oppożizzjoni issemmew tliet ismijiet.", "Li għamilt kien li ħadt il-ġurament tiegħi bħala prim ministru t-Tlieta, fis-6:00 p.m. twaqqaf il-Cabinet, ħadu l-ġurament il- ministri, u għall-ħabta tat-8:30 p.m. saret l-ewwel laqgħa tal-Cabinet il- ġdid li fiha jien iddiskutejt ma' sħabi l-ministri l-oħrajn is-suġġerimenti li saru min-naħa ta' l-oppożizzjoni kif ukoll il-proposta li wieħed iressaq l-isem ta' Dr. Fenech Adami bħala wieħed mill-ismijiet li għandu jiġi kkunsidrat għall-ħatra ta' president.", "Wara d-diskussjoni fi ħdan il-Cabinet, fid-dawl tat-tliet ismijiet li ssemmew min-naħa ta' l-oppożizzjoni, il-konklużjoni tal-Cabinet kienet li mil-lista ta' erbgħa min-nies l-aħjar għażla fost dik il-lista kienet u kellha tkun Dr. Eddie Fenech Adami.", "Jien ġejt awtorizzat mill-Cabinet li dan il-proċess ta' konsultazzjoni nkomplih l-Erbgħa, il-ġurnata ta' wara, billi nitlob laqgħa mal-kap ta' l-oppożizzjoni biex niddiskuti miegħu ftit iżjed dwar dawk it-tliet ismjiet u nispjega wkoll il-kontenut tad- diskusjsoni fil-Cabinet.", "Minħabba li l-kap ta' l-oppożizzjoni kien imsiefer, l-Onor.", "Mangion ġentilment aċċetta li jiġi hu u ltqajna l-Erbgħa wara nofsinhar u ddiskutejna bejnietna l-ismijiet li ġew proposti.", "Jien tlabt lill-Onor.", "Mangion jispjegali għaliex dawn it-tliet ismijiet u r- raġunijiet warajhom u jien mill-banda l-oħra spjegajtlu għaliex deherli li meta tikkonsidra l-erba' personaġġi - mingħajr ma nnaqqas xejn mill-meriti ta' dawn it-tlieta min-nies - l-aħjar għażla kienet Dr. Eddie Fenech Adami fiċ-ċirkostanzi ta' pajjiżna.", "L-Onor.", "Mangion dak il-ħin qalli li kien se jerġa' jkellimni ħalli jilħaq jikkonsulta peress li l-kap ta' l-oppożizzjoni kien imsiefer.", "Sa dak il- ħin kont qed nispjega - u hekk kont bqajt anke ma' l-oppożizzjoni - li sa l- Erbgħa filgħaxija nressaq il-mozzjoni, informajt lill-Onor.", "Mangion li kont lest li minflok inressaq il-mozzjoni l-Erbgħa filgħaxija nressaqha l-Ħamis filgħodu qabel ma nsiefer għal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew biex b'hekk inkun tajt aktar ċans li nerġgħu nikkomunikaw ma' xulxin u nippruvaw naraw fejn nistgħu naslu b'riżultat ta' din il-konsultazzjoni.", "Waqt il-konsultazzjoni li kelli ma' l-Onor.", "Mangion, semmejna anke persuna oħra li ma kenitx parti minn dawn l-erbgħa min-nies li semmejt.", "Aktar tard f'dik il-ġurnata rċevejt telefonata mingħand l-Onor.", "Mangion fejn qalli li l-grupp parlamentari kien se jiltaqa' l-Ġimgħa u jien għedtlu li ma nistax nistenna sal-Ġimgħa anke għaliex ridt nimxi ma' l-iskadenzi li kont diġa` spjegajt x'kienu.", "Għalhekk irrepetejt li se nħalli sal-Ħamis filgħodu biex nippreżenta l-mozzjoni lill-Iskrivan tal-Kamra u fil-fatt hekk għamilt.", "Irrid ngħid li ridna nżommu l-ismijiet tal-persuni l-oħrajn li ssemmew b'mod kunfidenzjali u fil-fatt l-Erbgħa filgħaxija ħarġet stqarrija mill- oppożizzjoni, li mbagħad ġiet imwieġba bi stqarrija min-naħa tal-gvern ̧ li fiha ngħad li l-ismijiet għandhom jibqgħu kunfidenzjali.", "Jidhirli li hekk kellu jkun u hekk għandu jkun.", "Pero' f'dan il-pajjiż, anke jekk iż-żewġ naħat jiftiehmu li ċerta informazzjoni tibqa' kunfidenzjali donnu li l- kunfidenzjalita` għad irridu nitgħallmu xi tfisser, anke b'rispett lejn il- persuni li jkunu nvoluti.", "Qed insemmi dan il-punt għax hemm diffikulta` kostituzzjonali fil-konfront ta' tnejn min-nies minn dawn l-erbgħa.", "Fil-fatt jekk wieħed iħares lejn il-Kostituzzjoni jsib li seta' kien hemm xi diffikultajiet pero` m'iniex se nidħol f'dak il-mertu għax finalment il- pożizzjoni li wasalna għaliha min-naħa tal-gvern kienet wara eżerċizzju li fih ipprovajna nikkonsultaw, anke f'eżerċizzju intern li għamilna aħna stess, fejn rajna l-għażliet li kellna quddiemna.", "Għalhekk f'eżerċizzju biex nipprivaw naraw insibux personaġġi oħrajn, kemm fil-kamp politiku kif ukoll barra mill-kamp politiku, il-konklużjoni li konsistentement konna qegħdin naslu għaliha kienet li għall-ġid ta' pajjiżna llum, l-aħjar persuna u l-aktar waħda idonea biex tokkupa din il-kariga hija dik ta' Dr. Eddie Fenech Adami.", "Xtaqt inwieġeb punt ieħor li jidhirli li huwa mportanti li nenfasizzah u li niddedika ftit minuti għalih.", "Hawn min jgħid li Dr. Fenech Adami m'huwiex il-bniedem li jgħaqqad lin-nies.", "Smajt din il-kritika anke mill-kap ta' l- oppożizzjoni ̧ kif ġie kkwotat f'diskors li għamel fil-ġranet li għaddew.", "Pero' jien ngħid li aħna diġa` għaddejna esperjenzi ripetuti f'pajjiżna miż- żewġ naħat tal-Kamra fejn kull darba li tintgħażel persuna li tkun ġejja mill-kamp politiku jsir dan l-argument.", "Issa hawnhekk nixtieq nieqaf u nagħmel parentesi.", "Mistoqsija li għandu jkollna f'moħħna l-ħin kollu hija: Hemm xi ħaġa ħażina jekk il-president ta' Malta jintgħażel mill-kamp politiku?", "Kellna xi esperjenza negattiva f'pajjiżna għax dan intgħażel mill-kamp politiku?", "Ir-risposta hija le.", "Dan ma jfissirx li m'għandniex b'xi mod jew ieħor nikkunsidraw nies li ġejjin minn barra l-kamp politiku pero` finalment irridu nifhmu li rridu nagħżlu l-aħjar persuna li jidhrilna li tista' taqdi l-funzjonijiet tagħha bħala president ta' pajjiżna fil- mument partikolari ta' l-iżvilupp politiku li nkunu għaddejjin minnu.", "L-argument li kien qed isir li għax tkun xi ħadd mill-kamp politiku ma tkunx kapaċi tgħaqqad lill-poplu Malti warajk, imeruh il-fatti u t-track record tal-presidenti kollha li kellna f'pajjiżna minn mindu għamilna Malta repubblika.", "Mhux talli hekk, talli kellna każijiet - m'għandix għalfejn noqgħod insemmihom - fejn presidenza bdiet b'kontroversja qalila pero` spiċċat b'applaws.", "U għandna provi ̧ waħda wara l-oħra ̧ li l-politiċi ta' pajjiżna huma kollha, u kienu kollha ̧ kapaċi li ladarba jilbsu l-libsa ta' president ta' Malta, jinżgħu minn fuqhom il-libsa ta' partiġġjaniżmu politiku.", "Dan huwa l-akbar ċertifikat li jista' jkollna għall-politiċi ta' pajjiżna li qdew il-funzjonijiet u d-dmirijiet tagħhom f'din l-ogħla kariga ta' pajjiż.", "Allura għalfejn fl-imgħoddi kulmin kien politiku, ġie msejjaħ għal dan is-servizz lejn pajjiżu - mhux għas-servizz għalih innifsu imma għas-servizz lejn pajjiżu – irnexxielu jaqdi l-funzjoni tiegħu ̧ neża mill- partiġġjaniżmu politiku u għolla lilu nnifsu 'l fuq mid-diviżjoni politika u kien personaġġ li ġab lill-poplu Malti u Għawdxi flimkien u Dr. Eddie Fenech Adami le?", "Jien ngħid li Dr. Eddie Fenech Adami jirnexxielu ̧ bħalma rnexxielhom il- politiċi l-oħrajn kollha ̧ li jġib lill-poplu Malti magħqud warajh u li fih jaraw personaġġ denju li jokkupa din il-kariga bid-dinjita` li jixirqilha, f'dan il-mument partikolari li pajjiżna għaddej minnu.", "Wara kollox ngħid li l-ġid li għamel Dr. Eddie Fenech Adami fl-imgħoddi ̧ fil-karigi differenti li hu għamel ̧ kien ġid għall-Maltin kollha.", "Il-vantaġġi u l- avvanz li ġab lejn is-soċjeta` tagħna gawdew minnu l-Maltin u l-Għawdxin kollha.", "Għaldaqstant m'għandix dubju li anke din id-darba ̧ iż-żmien għad jagħtina parir u naraw għal darb'oħra li pajjiżna reġa' għamel għażla tajba oħra li sservina ta' ġid għall-ġejjieni tagħna.", "Għalhekk nirrikkmanda din il-mozzjoni għall-approvazzjoni tal-Kamra kollha.", "Nirringrazzjak.", "(Onor. Membri: Hear ̧ hear)", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, x'jagħmlu r-rappreżentanti tal-poplu meta jiltaqgħu f'din il-Kamra?", "X'inhu d-dmir tagħhom?", "X'inhi l- motivazzjoni tagħhom?", "U x'inhu x-xogħol tagħhom?", "Aħna qegħdin hawn biex nagħtu vuċi lill-interessi u lill-aspirazzjonijiet ta' dawk iċ-ċittadini li jivvotawlna.", "M'hemmx dubju li s-saffi differenti tas-soċjeta` u tal-poplu tagħna għandhom interessi u aspirazzjonijiet differenti.", "Allura huwa ċar u naturali wkoll li f'din il-Kamra ̧ aħna, bħala rappreżentanti tal-poplu ̧ nagħtu leħen, nagħtu persuna ̧ nagħtu tifsira u nagħtu espressjoni lil dawn id-differenzi ġenwini li jeżistu fost il-poplu tagħna.", "L-ebda poplu m'għandu l-istess interess u aspirazzjoni fih.", "Hemm diversi aspirazzjonijiet, diversi ilħna, diversi xewqat u allura huwa mportanti li aħna d-deputati f'dan il-parlament nagħtu sura lil dawn l-aspirazzjonijiet u interessi differenti.", "U hekk jiġri.", "Fil-fatt niġu kkritikati ta' spiss li f'din il-Kamra nuru opinjoni polarizzata wisq għall-gosti ta' ċerti nies u li nqajmu ġlidiet li jistgħu jkunu paċifikati b'għaqal u b'galbu meta d-dmir tagħna huwa, għax dan huwa pajjiż demokratiku, li nagħtu aspirazzjoni, leħen u espressjoni lil dawn l- interessi kollha differenti fil-pajjiż imbagħad skond ir-rieda demokratika tal-poplu nimxu 'l quddiem.", "Għandek maġġoranza u għandek minoranza u allura huwa naturali li nagħmlu dan bil-mod Mediterranju tagħna fis-sens li jkun hemm ċerti espressjonijiet qawwija.", "Pero' dejjem qegħdin nirriflettu s-saffi differenti ta' aspirazzjonijiet ̧ opinjonijiet u interessi li jeżistu fil-pajjiż.", "Imbagħad jiġu mumenti fix-xogħol tagħna u fil-laqgħat tagħna meta f'daqqa waħda d-dmir u l-focus ta' dak li nagħmlu jinbidel.", "Dawn ikunu mumenti li fihom irridu nagħtu espressjoni kemm jista' jkun lil dak li jgħaqqadna bħala pajjiż u bħala soċjeta`.", "Naħseb li d-dmir ewlieni tagħna huwa li f'dak il-mument preċiż – li ma tantx ikun ta' spiss, imma jinqala' u jinqala' b'ċerta regolarita` - nagħmlu mill-aħjar biex ikun hemm espressjoni ta' għaqda nazzjonali f'dak li nkunu qed nagħmlu.", "Dan huwa d-dmir ta' kull wieħed u waħda minna f'din il-Kamra u naħseb li huwa dmir fuq kollox tal-prim ministru li meta jasal mument bħal dan ̧ jagħmel minn kollox ħalli minkejja d-differenzi ta' l- opinjoni tagħna li nesprimu hawnhekk ̧ iwassal għal espressjoni ta' għaqda nazzjonali.", "M'hemmx dubju li meta naslu għall-ħatra ta' president ta' Malta ̧ dak huwa mument wieħed mill-ewlenin, fejn huwa d-dmir ta' kull wieħed u waħda minna li naraw kif nistgħu nagħtu leħen lill-għaqda nazzjonali f'dan il-pajjiż ̧ minkejja d-differenzi kollha.", "Il-poplu jrid li d-differenzi u l- aspirazzjonijiet ta' bejnietna jitleħħnu b'saħħa.", "Biss f'mumenti fejn hemm bżonn li nagħtu espressjoni lill-għaqda nazzjonali, lill-identita' nazzjonali u lis-sentiment ta' Maltin li aħna, hemmhekk nistennew, nerġa' ngħid ̧ li kull wieħed u waħda minna nersqu u naħdmu b'mod li noħolqu din l- għaqda.", "Pero' huwa d-dover u d-dmir tal-prim ministru tal-ġurnata li jagħmel il-ġest meħtieġ, il-ħidma meħtieġa u d-deċiżjoni meħtieġa ̧ anke b'sagrifiċċju personali ̧ jekk hemm bżonn, ħalli jwassal lil din il-Kamra għal sentiment ta' għaqda nazzjonali.", "Nerġa' ngħid li llum ninsabu quddiem mument bħal dan, mument fejn qegħdin niltaqgħu biex naħtru president ta' Malta li huwa s-simbolu ta' l-Istat ta' Malta u li jirrappreżenta l-Istat tagħna ̧ barra u ġewwa fost iċ-ċittadini.", "Konna nistennew mill-Prim Ministru Lawrence Gonzi ̧ f'din l-ewwel deċiżjoni tiegħu ̧ li jagħmel dak li għandu jagħmel ħalli jippreżenta u jressaq 'il quddiem mozzjoni li ġġib l-għaqda fil-pajjiż, mozzjoni li minkejja d- diverġenzi li se jibqa' jkollna bejnietna – kif dejjem kellna, leġittimi u naturali - tressaqna flimkien u mhux tbegħedna aktar 'il bogħod milli qatt konna.", "Issa inutli noqogħdu ngħidu - b'mod klerikali u b'mod ġiżwitiku, ngħidlu jien – jekk din għandhiex tkun ħatra politika u mhux politika, inutli noqogħdu naraw x'ġara fl-imgħoddi u li nomina politika hija xi ħaġa li saret qabel u tista' terġa' ssir llum.", "X'għandu x'jaqsam l-argument?", "L- essenzjali llum ma kienx dak.", "L-essenzjali llum kien li għallinqas il- gvern, il-prim ministru li ressaq din il-mozzjoni, jagħtina mozzjoni, jagħtina option, jagħtina triq - jidher li ħadd ma ħadem għaliha - li tirrappreżenta u twassalna għall-għaqda tal-pajjiż, għaqda fuq xi ħaġa li m'għandux għalfejn kull darba jkollna kontestazzjoni dwarha.", "Kellu okkażjoni tad-deheb il-prim ministru.", "Din hija l-ewwel mozzjoni ta' mportanza li qed iressaq quddiem dan il-parlament u l-ewwel deċiżjoni mportanti li kellu jieħu hawnhekk.", "Jien wieħed minn dawk li emmintu meta f'xi programm qal li lilu rridu niġġudikawh mhux fuq dak li jgħid imma fuq dak li jagħmel.", "Pero' bir- rispett kollu, l-ewwel deċiżjoni kbira li kellu jieħu l-prim ministru llum - bħala azzjoni issa - ...", "Jien ngħid li rari kien hemm min falla daqshekk malajr f'kelmtu għaliex nitkellmu dwar rikonċiljazzjoni, nitkellmu dwar għaqda u mbagħad meta niġu biex nieħdu pass bħal dan, il-pass ikun wieħed mill-aktar diviżivi li qatt jista' jkollna!", "U ma noqogħdux nagħmlu l- kalkoli qisna qegħdin nagħmlu kalkoli ta' avukati.", "Ir-realtà hi dik.", "Jekk iddur mat-toroq u titkellem man-nies kif għamilt jien - mhux Birkirkara biss imma anke Tas-Sliema, Raħal Ġdid u postijiet fin-north ta' Malta – tħoss li s-sentiment tal-poplu huwa li din hija triq diviżiva.", "Issa hawnhekk mhux qed nitkellmu fuq kulur blu jew kulur aħmar.", "U jien nistaqsi: X'inhu jiġri?", "X'inhi r-raġuni biex titressaq mozzjoni bħal din illum?", "Bir-rispett kollu, meta nkunu qegħdin nitkellmu fuq mument ̧ suppost, ta' għaqda nazzjonali ma nistgħux ninkwadraw kollox fil-loġika, fil-ħsieb, fil-konklużjonijiet u fil-mod ta' kif tara l-affarijiet naħa waħda.", "Mela naħa waħda biss teżisti f'dan il-pajjiż?!", "Mela l-mod kif tevalwa ġrajjiet naħa waħda biss tiddomina kull ħaġa!", "Din hija eġemonija ta' kif inħarsu lejn x'inhu għaddej fil-pajjiż.", "Meta nkunu qegħdin f'mument bħal dan, suppost, fejn qed naħdmu għall-għaqda nazzjonali, l- għaqal kien jiddetta u jindika li wieħed jifhem kif taħsibha naħa u jifhem kif taħsibha n-naħa l-oħra, u meta tressaq il-proposti ma tridx tressaqhom suq u ġerri għax diġà jkollok indikazzjonijiet minn qabel safejn trid tasal u xi trid tagħmel.", "Jien smajt dak li għadu kemm qal il-prim ministru pero' bir-rispett kollu ngħid li dan tkellem mill-perspettiva, mil-loġika, mill-ħsieb, mill-mindset u mill-intenzjoni ta' naħa waħda biss.", "Pero' niddubita kemm hemm unanimità fuq dik in-naħa li qed jitkellem dwarha, biex inkun ċar.", "Dan huwa l-mod kif nersqu lejn deċiżjonijiet ewlenin fil-pajjiż?", "Dan se jkun il-mod kif se nersqu għal deċiżjonijiet ewlenin billi f'mument fejn suppost qegħdin naħdmu għall-għaqda nazzjonali, nitilqu minnufih għal għonq it-triq bi proposta arbitrarja u diviżiva?!", "In-nomina li qed issir intlaqgħet ħażin għaliex il-Maltin u l-Għawdxin mhumiex injoranti.", "Il-prim ministru semmielna l-iskadenzi ta' ġurnata li kellu biex jasal għad-deċiżjoni tiegħu.", "Pero' bir-rispett kollu, min ra minn qabel u kien qed josserva minn qabel iċ-ċaqliq li kien qed isir min- naħa tal-gvern, it-tbandil ta' l-opinjonijiet u l-iskadenzi kif ġew skattati wieħed wara l-ieħor, kien qed jifhem x'inhu għaddej.", "Rajna ħaġa moħġaġa u charade tinħadem għal ġimgħa wara l-oħra u ġurnata wara l-oħra, fejn il-musical chairs istituzzjonali li kien qed isir kien qed jinħass ċar; diskors 'l hemm, spostament 'l hawn, pranzu hemmhekk u pranzu hawnhekk.", "U meta tifli xi jkun qed jintqal u kif ikunu qed jinħmew l- affarijiet, kif kienu qed isiru l-iskadenzi, kien qed jinxtamm - ma ngħidx minn seba' mili bogħod - li kienu qed jippruvaw jimmanipulaw l-opinjoni pubblika biex naslu għal fejn wasalna llejla.", "Jien ngħid: Din hija xi ħaġa xierqa li ssir?", "L-aqwa istituzzjoni tal- pajjiż li suppost tirrappreżenta l-għaqda nazzjonali, kellha għalfejn tiġi trattata b'dan il-mod?", "Kellna manipulazzjoni sħiħa ta' l-opinjoni pubblika biex naslu fejn wasalna.", "U jien ngħid li dan mhuwiex xieraq.", "Dak li qed isir illum u li sar fil-ġimgħat li għaddew huwa ta' theddida li jmermru l- mod kif il-poplu tagħna jista' jħares u jħares lejn il-presidenza llum u fil-futur.", "U ma noqogħdux ngħidu li fl-imgħoddi kien jintqal hekk meta kien jiġi appuntat president pero' ma kellniex problemi.", "X'għandu x'jaqsam dan?", "L-affarijiet kif tmexxew din id-darba huma ħafna aktar agħar milli qatt setgħu jkunu għaliex qishom ġew skattati - u ngħid jien ġew skattati - b'intenzjoni ta' klikka fil-poter li rat kif tagħmel biex iżżomm il-poter tagħha.", "U ċaqalqet l-affarijiet bi ħsieb, b'ċertu chain reaction ̧ pass wara l-ieħor, ħalli l-billiard ball jaqa' fejn għandu jaqa' ̧ likk wara l- ieħor, skond id-daqqa li jmiss ta' l-istikka.", "Jien ngħid li kieku konna qegħdin nitkellmu biss fuq il-leadership tal-partit Nazzjonalista jew inkella fuq min ikun prim ministru fil-gvern Nazzjonalista ma jimpurtaniex, imma meta mbagħad din il-logħba tiġi estiża ħalli tolqot ukoll il- presidenza tar-repubblika, allura mbagħad too much!", "Jien naħseb li dan huwa s-sentiment ta' dwejjaq li qed iħossu ħafna u ħafna Maltin u Għawdxin, li l-istituzzjoni li jemmnu fiha u li jridu jibqgħu jemmnu fiha, f'daqqa waħda ġiet trattata qisha kienet is-siġġu ta' xi re li jgħaddi b'arranġament irjali.", "Din hija xi ħaġa li qed iddejjaq lil ħafna Maltin u Għawdxin.", "Sur President ̧ aħna mill-bidu nett ħadniha bis-serjetà din il-ħaġa.", "U mill- bidu nett għedna li fiċ-ċirkostanzi attwali tal-pajjiż jagħmel sens li nippruvaw inħabblu rasna u nsibu suġġeriment jew proposta għal presidenza li tista' tkun aċċetabbli għal kulħadd.", "Aħna ma qgħadniex nidħlu fl- argument jekk tkunx persuna politika jew le imma għedna li għandna nagħmlu eżerċizzju - u kkonsultajna ħafna u ħafna nies - biex għallinqas lill- gvern inkunu nistgħu nressqulu proposti li jkunu bażi ta' diskussjoni.", "Ċertament aħna ma pprevedejniex li għal din id-diskussjoni kulma se jkun hemm huwa nofs ta' nhar jew imbagħad bil-bona grazzja tal-prim ministru, ikun hemm żewġ nofs ta' nhari.", "Aħna dejjem ħassejna li diskussjoni bħal din timmerita ftit taż-żmien.", "U l-argument li kien hemm fl-iskadenzi ta' meta jispiċċa Dr. Guido de Marco ħalli mbagħad nipproċedu, assolutament ma jikkonvinċiniex għaliex hemm mod kif wara li jispiċċa president tista' taħtar għal ġimgħa, ġimgħatejn, tlieta aġent president li jagħtik in-nifs ħalli tkun tista' tagħmel il-konsultazzjonijiet meħtieġa.", "X'argument hu dan li l-kap ta' l-oppożizzjoni kien imsiefer u li l-prim ministru jrid isiefer l-għada - lanqas li qegħdin boeing boeing ̧ dik il-play ta' camaleonte ta' xi 40 sena ilu - u jekk tkun l-Erbgħa tkun Brussels, jekk tkun il-Ħamis tkun Ruma!", "X'għandha x'taqsam!", "Kieku tabilħaqq ridna nikkonsultaw u naħdmu bis-serjetà hekk kien isir.", "Jiġifieri assolutament m'hu veru xejn li għax kien hemm l-iskandenzi ta' meta jispiċċa l-President Guido de Marco ridna niskattaw kollox sal-lum.", "Jien ngħid li mhux dik kienet l-iskadenza.", "L-iskadenza kienet li kien hemm diġà deal u arranġamenti ta' kif se jintlagħab il-billard u meta l-ballun kellu jaqa' u mxejna.", "Ejjew inkunu ċari fuq dawn l-affarijiet!", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "Sur President, mhuwiex xieraq il-mod ta' kif qed tiġi trattata l- presidenza llejla u l-mod kif qed niġu ppreżentati b'din il-mozzjoni, aktar u aktar għaliex nikkonferma - anke għar-records ta' din il-Kamra - li l- oppożizzjoni Laburista waslet għall-għażla ta' tliet persuni ̧ għalkemm kellna aktar minn tlieta.", "Il-pożizzjoni li ħadt u li nibqa' neħodha u nsostniha hija li m'iniex se ngħid min kienu għaliex ma kkonsultajnihomx u mhuwiex fair li jiġu żvelati l-ismijiet ta' dawn il-persuni - anke per prudenza għalihom u għall-membri tal-familji tagħhom - qabel l-ewwelnett inkunu nafu x'inhi r-reazzjoni tan-naħa tal-gvern.", "Imbagħad jekk naslu fl- okkorrenza li jkun hemm ftehim komuni fuq dawk l-ismijiet jew fuq xi isem ieħor, imbagħad tista' ssir il-proposta lilhom.", "Għalhekk per prudenza nibqa' ngħid li m'iniex se nitkellem dwar min huma dawn il-persuni.", "Pero' nista' ngħid li dawn huma persuni ta' esperjenza, ta' kalibru u ta' personalità, b'awra li jistgħu jġorru l-kariga presidenzjali.", "Kieku ma konniex nipproponuhom.", "U ċertament ma nikkondividix it-tip ta' apprezzament li sar dwarhom min-naħa tal-gvern, kważi dismissive ̧ fis-sens li għandhom l-istilla tagħhom imma ħdejn din ix-xemx l-istilla tagħhom tisfuma fix-xejn.", "Għalhekk jien ngħid li llejla għandna problema.", "Il-problema hija li taħt il-kliem karamelli u l-kliem beatifiku, ir-realtà hi realtà politika partiġġjana, realtà ta' partit fil-gvern - għandu kull dritt ikun fil-gvern għaliex rebaħ l-elezzjoni - li miexi bl-argument li l-maġġoranza hija tiegħu u dak li jrid jieħdu.", "M'hemmx mod ieħor kif tħares lejn l- affarijiet.", "Kellna ċans niddiskutu, kellna ċans li nippruvaw naslu għal xi forma ta' arranġament komuni imma qed iġibu l-iskużi li bilfors irridu niddeċidu bum, bum, bum!", "U Alla jbierek ̧ id-deċiżjoni min-naħa tal-gvern qed taqa' fuq persuna li ġimgħa ilu kienet f'din il-Kamra u għamlitilna diskors li se tispiċċa minn prim ministru u minn deputat.", "Jien irrid nagħmilha ċara li kont naf bix-xniegħat għaddejjin imma jekk xi ħadd qiegħed jilgħab ix-charades u l-ħaġa moħġaġiet allura nitkellem fuq dak li qed jgħidulna.", "Jien hawnhekk lil Dr. Fenech Adami xtaqtlu u awgurajtlu li la jispiċċa mill-ħajja pubblika u politika - ma ċaħadx dak il-ħin – ikollu futur mill-isbaħ.", "Anzi awgurajtlu wkoll li l-effetti tad- deni li għamel jew li seta' jidher li għamel jintemmu minnufih u li l-ġid li għamel jew li seta' jiġi perċepit li għamel jibqa' għal dejjem warajh.", "Imma jien issa qed nifhem li anke dik is-seduta li saret bħal-lum ġimgħa, kienet ħaġa moħġaġa oħra mimlija bil-falsità ta' xi ħadd li issa għandu l- ballun tal-billiard li jmiss u li jrid imur min-naħa tal-mejda għat-tarf l- ieħor tal-mejda.", "Allura bir-rispett kollu ̧ qed jiddispjaċini li tkellimt kif tkellimt.", "Mela jirriżulta li f'dan il-parlament id-deputati taż-żewġ naħat qegħdin niġu trattati qisna pupazzi, fejn ikun hemm ċerti teatrini li jridu jsiru.", "\"Salem għalikom\", imbagħad l-affarijiet jibqgħu mexjin kif iridu ċerti klikek tal-poter.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Din hija xi ħaġa li bilfors timmina s-sentiment ta' għaqda fil-pajjiż f'mument fejn suppost qed naħdmu għall-għaqda nazzjonali.", "Issa, bir-rispett kollu, huwa veru li qabel inħatru nies għall-kariga ta' president mill-kamp politiku, pero' x'differenza bejn li taħtar lil Agatha Barbara jew lil Ugo Mifsud Bonnici – dawn fi żmienhom it-tnejn kienu stalwarts politiċi fil-partit tagħhom – u li taħtar il-leader ta' partit!", "U leader ta' partit mhux se taħtru wara xi għaxar snin minn meta jkun irtira imma ġimgħa wara.", "Possibbli l-membri tan-naħa tal-gvern ma jarawhiex din id-differenza għaliex jekk ma jridux jarawha qed jagħmlu bħal dawk ix-xadini Ġappuniżi li għajnejhom ma jarawx, widnejhom ma jisimgħux u ħalqhom ma jitkellmux ħlief biex jirranġaw bejniethom!", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "Issa Dr. Fenech Adami, bil-kwalitajiet kollha tajbin tiegħu u inqas tajbin - ħalli nuża frażi li jippubblika ħafna hu - kien kap ta' partit u dam kap ta' partit għal 27 sena.", "Kien ukoll kap ta' l-oppożizzjoni u mexxej tal-gvern.", "Issa jien m'għandix l-esperjenza politika li kellu hu - qiegħed fil-11-il sena tal-kariga tiegħi bħala kap ta' l-oppożizzjoni - imma nista' nifhem li trid jew ma tridx, fil-kariga ta' mexxej ta' partit qed tippolarizza l-opinjoni.", "U l-Onor.", "Gonzi se jibda jsostniha wkoll din, mill-esperjenza personali tiegħu.", "M'hemmx x'tagħmel.", "Il-media taż-żewġ naħat - tan-Nazzjonalisti aktar minn tal-Laburisti - tiddemonizza lil- leader u tippolarizza s-sitwazzjonijiet u l-issues dwaru u madwaru.", "Dan huwa tort tiegħu?", "Forsi iva u forsi le.", "Hija ħtija tiegħu?", "Forsi iva u forsi le.", "Imma hekk isiru l-affarijiet.", "Issa immaġina lil Dr. Fenech Adami li għamel 27 sena bħala kap tal-partit Nazzjonalista, li kellu fuqu l-focus kollha - kif kien il-focus ta' kulħadd anke fir-rigward ta' min ikun kap tal-partit Laburista; żewġ partiti għandna f'dan il-pajjiż bir- rispett kollu lejn", "lejn Dr. Harry Vassallo ta' l-Alternattiva biex ma jeħux għalih - u għaddej ġurnata wara l-oħra, ġimgħa wara l-oħra, sena wara l-oħra, il-battibekk, il- polarizzazzjoni, il-mod kif jiġu spustati l-affarijiet fuq min ikun qed imexxi.", "Hekk jiġri f'pajjiżna kif jiġri f'pajjiżi oħra wkoll.", "Mr Speaker, fit-tessut tas-soċjetà tagħna, irridu jew ma rridux, f'ċerti każi ngħixu bħal żewġ tribujiet, min qiegħed fi tribu` wieħed jagħti apprezzament pożittiv lill-kap tiegħu - mhux dejjem imma ġeneralment - u min ikun parti mit-tribu` l-ieħor jagħti apprezzament tajjeb lill-kap tiegħu.", "Imbagħad viċeversa, lill-kap tal-partit l-ieħor wieħed jarah - ma ngħidx bħala d-dimonju għax mhix kelma tajba - bħala dak li jirrappreżenta valuri, sitwazzjonijiet, attitudni politika, stil ta' tmexxija u ideoloġija li ma jaqbilx magħha u li tista' thedded il-futur tiegħu u tal- familja tiegħu.", "Din hija realtà.", "Nistgħu niċħduha din il-ħaġa?", "Tgħodd għan-naħa l-oħra daqskemm tgħodd għal din in-naħa.", "Illejla qed nitkellem b'sens nazzjonali.", "Jiġifieri m'iniex qed ngħid xi ħaġa għalihom li ma tgħoddx għalina wkoll f'dan is-sentiment.", "Il-bieraħ kelli anke l-okkażjoni li ngħid li Dr. Fenech Adami huwa diviżiv, u fl-okkorrenza jien inkun diviżiv daqsu għan-nies tagħhom, daqskemm hu jkun għan-nies tagħna.", "Trid taċċetta r-realtà jekk irridu nimxu 'l quddiem f'dan il-pajjiż.", "Imma possibbli li dawn is-sentimenti ma għarbilhomx u ma fehemhomx Dr. Gonzi!", "Jien ma nemminx li ma għarbilhomx u ma fehemhomx.", "Nemmen li għarbilhom u wiżinhom imma qal: \"Le, il-problemi tal-poter interni fil-partit Nazzjonalista jwassluni biex nieħu din id-deċiżjoni.\"", "U addio dak li kien qal: \"Agħtu kas ta' x'nagħmel u mhux ta' x'ngħid\" għax ngħidu ħaġa u nagħmlu oħra.", "Sur President, ejjew inkunu ċari.", "Issa se nitkellem bl-aktar mod skjett ukoll.", "Dr. Fenech Adami qatt ma qagħad lura milli jmexxi kampanji politiċi mill-iktar qawwija u ħarxa, qatt ma qagħad lura, kemm fis-snin sebgħin, kemm fis-snin tmenin, kemm fis-snin disgħin u anke llum.", "Allura kif nippretendu li minn aġent diviżiv f'daqqa waħda, paq pum, se jsir is- simbolu ta' l-għaqda?", "Bir-rispett kollu, m'aħniex qed nittrattaw l- istituzzjoni tal-president bir-rispett li jixirqilha, u m'aħniex qed nittrattaw lil dan il-parlament bir-rispett li jixraqlu.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "Apparti minn hekk – biex inkun koprejt l-oġġezzjonijiet kollha li jistgħu jinqalgħu - issa se jgħidulna: Qatt ma ssemma li kap ta' partit jiġi mmexxi 'l quddiem biex isir president?", "U jkunu qed jirriferu għall- inizjattivi li ttieħdu f'ċertu livell biex fis-snin tmenin u l-bidu tas- snin disgħin ikun hemm bħala president mexxej anzjan tal-partit Laburista.", "Imma nagħmilha ċara wkoll jien.", "L-ewwelnett dawk kienu diskussjonijiet li kienu għaddejjin bejn iż-żewġ naħat, it-tieni nett ma kenitx xi ħaġa li kienet qed tiġi proposta mill-partit Laburista imma kienet xi ħaġa li qed tiġi diskussa bejn delegazzjonijiet taż-żewġ partiti, it-tielet nett kien hemm imposta diġà fuq il-mod kif kien qed jiġi ppreżentat il-każ li kellu jkun hemm bidla fil-funzjonijiet tal-president, u r-raba' li l-għażla tal- persuna eventwalment issir jew b'vot ta' żewġ terzi mill-Kamra jew inkella b'vot popolari.", "X'differenza minn dak li qed jintqal illum!", "Irrid nagħmilha ċara li jien kont wieħed minn dawk - għax konna għadna ma wasalniex għad-deċiżjoni dak iż-żmien - li ma kontx naqbel ma' dawn il- proposti.", "Ma kontx naqbel li ex-kap ta' partit isir president u ma konniex wasalna biex niddiskutuhom dawn.", "Imma d-diskussjoni li saret - biex inkunu ġenwini mal-verità storika - kienet li anke jekk naslu għal dak il-punt, l- għażla finali għandha ssir b'mod li jkollha ż-żewġ terzi ta' din il-Kamra jew inkella b'vot popolari dirett.", "Hemm differenza bejn dak li qed isir illum u dak li kien qed jiġi diskuss dakinhar.", "Ejjew ngħidu l-verità kif inhi.", "Sur President, Dr. Fenech Adami ma kienx biss kap ta' l-oppożizzjoni imma għal ħafna snin kien ukoll prim ministru ta' dan il-pajjiż.", "U ngħid mill- ġdid li trid tagħlaq għajnejk mija fil-mija biex ma tifhimx li hawn ħafna u ħafna nies li jħossu li kienu kalpestati matul id-dekasteri tiegħu.", "Veru li hemm numru ta' nies fil-kamp tiegħu li japprezzawh u jinċensawh.", "Mela le!", "Imma Allaħares tkun il-prim ministru tal-ġurnata u ma tirrealizzax li fil-kamp l-ieħor hemm cohorts sħaħ ta' nies li jħossu li ġew kalpestati u li jirreaġixxu bil-qawwi.", "Iltqajt magħhom ukoll u kellhom raġun.", "U għedtilhom li għandhom raġun iħossuhom umiljati, offiżi bl-idea li xi ħadd li kkalpesta lilhom u lill-familja tagħhom b'dak il-mod issa se jkun jirrappreżenta l-presidenza tal-pajjiż.", "Veru li hija funzjoni ċerimonjali, imma funzjoni simbolika qawwija għax fiha hemm is-simbolu ta' l-għaqda.", "Nerġa' ngħid li m'hemmx dubju li Dr. Fenech Adami kien magħruf u għadu magħruf għall-ħdura ta' kampanji li mexxa matul il-ħajja politika tiegħu.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Inkunu qegħdin niżbaljaw jekk ma ngħidux din il- ħaġa.", "U ngħidha b'sens oġġettiv tal-kelma għax anke jien, fost oħrajn - m'iniex qed ngħid li hu personali, imma r-responsabbiltà personali hemm tibqa' - ħassejt u sħabi aktar minni, il-mod dispreġġjattiv li bih mexa matul is-snin ma' diversi nies li ma kenux jaqblu miegħu.", "Biżżejjed infakkru li darba nzerta għaddej fil-qorti u dar fuq in-nies ta' madwaru u qalilhom: \"Fejn huma l-Laburisti?\"", "Dak mod kif titkellem meta tkun prim ministru?", "(Onor. Membri: hear, hear) U dan huwa s-sentiment u dawn huma x- xbihat li jibqgħu jżommu u jibqgħu jtekktku u jibqgħu joħolqu l-ħdura fil- pajjiż, Sur President.", "Għalhekk jien ma nistax ma nsemmix kif għal ħafna u ħafna nies - issa tan- naħa l-oħra jistgħu ma jaqblux magħha din il-ħaġa, u jagħmlu żball jekk ma jaqblux għax ir-realtajiet trid tirrikonoxxihom - l-idea ta' xi rikonċiljazzjoni nazzjonali ta' Dr. Fenech Adami hija bużżieqa, m'hi veru xejn.", "Qed ngħid għan-nies li sofrew inġustizzji u baqgħu jsofru inġustizzji u baqgħu jsofru inġustizzji.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Nies li tħallew għal snin sħaħ f'uffiċċji vojta ma jagħmlu xejn, nies li f'daqqa waħda ġew imċaħħda minn kull promotion, minn kull job satisfaction, minn kull ħsieb li jistgħu ikollhom xi forma ta' sodisfazzjon f'ħajjithom.", "U r- raġuni kienet tkun sempliċement il-kultur politiku tagħhom.", "Jien nista' nsemmi mill-esperjenza tiegħi stess il-mod kif ġew trattati nies ta' esperjenza kbira li effettivament qalgħuha fuq rashom għax kienu lesti jaħdmu mal-partit Laburista meta kien fil-gvern.", "Insemmi l-każ ta' Manuel Camilleri.", "M'iniex qed insemmi xi ħadd fl-ajru issa.", "Bi ksur tal- kostituzzjoni ġie mċaħħad mix-xogħol tiegħu u tħalla s-snin imdendel.", "Tant hu hekk li effettivament, meta ġie kkonsidrat il-każ tiegħu, il-qorti kostituzzjonali kkundannat lill-gvern għax kien ittrattah b'mod inuman.", "Sur President, insemmi wkoll il-każ ta' l-ex-segretarju tal-Kabinett tal- gvern tal-Labour bejn l-1996 u l-1998 Joe Zammit li f'daqqa waħda sab ruħu mwarrab, imċekken bla xogħol, bla futur tant li wassluh biex joħroġ 'il barra.", "Hawn qed insemmi tnejn mill-każi l-aktar kbar għax bħalhom hemm mijiet biex ma ngħidx eluf.", "Kif jistgħu min-naħa tal-gvern iressqu nomina bħal din u ma jifhmux din ir-realtà?", "Issa billi l-prim ministru joqgħod joħroġ jinċensa l-kwalitajiet tajba ta' Dr. Fenech Adami u mbagħad mingħalih inessina l-kwalitajiet anqas tajba tiegħu!", "Kif nistgħu naħdmu b'dan il-mod f'mument fejn qed ninnominaw din il-persuna biex tkun president tar-Repubblika u qed ngħidu li rridu l-għaqda nazzjonali?!", "Jien ngħid li dan huwa żball kbir.", "Min-naħa tal-prim ministru kellna eloġju rigward \"il-ġudizzju politiku ta' Dr. Fenech Adami\".", "Issa ħu paċenzja bija, Sur President.", "Ma rridx nidher qisni qed nispara fuq l- ex-prim ministru, imma qed nitkellmu fuq persuna u l-ġudizzju ta' din in- naħa jrid jiġi artikolat ukoll.", "Ma nistgħux aħna nħallu artikolazzjoni min- naħa l-oħra fejn tagħti versjoni beatifika ta' Dr. Fenech Adami u tinjora kompletament is-sentimenti ta' rabja, ta' umiljazzjoni li nomina bħal din arbitrarjament qed toħloq fil-pajjiż.", "Imma l-Prim Ministru tkellem dwar kemm għandna bżonn il-ġudizzju politiku ta' Dr. Fenech Adami f'din il- kariga ta' president.", "Bir-rispett kollu, qatt ma kellna prim ministru qabel li meta ġejna għal każ fejn kull politiku li qiegħed f'kariga statali jaraha ġejja u joqgħod 'il bogħod, minflok hu daħal fih u daħal fih bil- kbir.", "Qed nirriferi għall-każ ta' Zeppi l-Ħafi.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "Kellna prim minstru li meta kellu ħjiel ta' kif jista' jissolva każ diżastruż - każ li nikkundannawh u nagħtu l-appoġġ anke llum lill-vitma - ta' l-attentat ta' qtil tas-segretarju privat tiegħu, qal li se jasal, lagħabha ta' Sherlock Holmes, mar taħt xi pont f'San Ġiljan jagħmel l- investigazzjonijiet ma' din il-persuna kriminali magħrufa u minn hemm imbagħad wasal biex anke jinnegozja u jagħti lil din il-persuna tliet maħfriet presidenzjali.", "Kieku minn hemm ġie solvut il-każ u Sherlock Holmes għallinqas kien ikun ġustifikat, konna ngħidu li għalliqas is-sogru li ħa l-prim ministru ta' dak iż-żmien wasal x'imkien, imma rriżulta li kemm il-ġudizzju politiku kien ħażin u anke l-istrateġija ta' Sherlock Holmes ta' l-ex-prim ministru.", "Għax għal darba wara l-oħra ġuri fil-qorti mexa kontra l-indikazzjonijiet mogħtija mill-persuna li ngħatat tliet maħfriet biex tgħid il-verità.", "Allura la kien hemm korroborazzjoni u lanqas qbil ma' l-evidenza li tat dik il-persuna.", "U Dr. Fenech Adami, minflok ma rtira minn dak il-każ għallinqas u qal li għamel żball u rtira l- maħfriet presidenzjali, baqa' jisħaq u jinsisti li għamel tajjeb!", "Ma nistgħux ngħidu li dan huwa każ li juri ġudizzju politiku suprem, tajjeb, ta' min jafda fuqu għax l-operat tiegħu huwa vvizzjat f'kull stadju.", "Mela prim ministru jidħol biex jagħmel investigazzjonijiet hu direttament u jindaħal fl-indaġni tal-pulizija, jinnegozja ma' kriminali, jiltaqa' magħhom bil-lejl, joffrilhom u jagħtihom tliet maħfriet presidenzjali, u jibqa' jinsisti li għamel tajjeb meta mbagħad il-qorti tgħid mod ieħor?!", "Imbagħad biex tkompli sopra corna bastonate spiċċajna, wara li għal darbtejn il-qorti m'aċċettatx ix-xiehda ta' Żeppi l-Ħafi - li kien ingħata tliet maħfriet presidenzjali - ħriġna b'attakk fuq il-ġurati, u fuq is-sistema tal-ġurati.", "Bir-rispett kollu, dan juri ġudizzju politiku?!", "(Onor. Membri: Hear, hear) U mhux xi ħaġa li ilha ħafna din!", "Sur President, jien nissuspetta - imma rrid nerġa' niċċekkja r-records tal- parlament - li l-aħħar intervent li għamel Dr. Fenech Adami f'dan il- parlament qabel l-istqarrija ta' bħal-lum ġimgħa, kien preċiżament ġimgħatejn ilu, meta jien kont qed nagħmel ċerti mistoqsijiet lill-Onor.", "Tonio Borg.", "Kont qed nistaqsih preċiżament fuq din l-okkorrenza li biha f'daqqa waħda l-ġurati u l-ġurijiet qed jiġu attakkati mill-gvern.", "Kont qed nistaqsih jekk kienx propizju li mill-mument li għat-tieni darba l- qorti ma aċċettatx l-evidenza ta' Żeppi l-Ħafi, f'dak il-mument eżatt il- gvern, prinċipalment il-prim ministru ta' dak iż-żmien, iqajjem il-każ li l- ġurijiet għandhom jitneħħew mill-pajjiż.", "F'dak il-mument intervjena Dr. Fenech Adami.", "Naħseb li dik kienet l-aħħar darba li tkellem fil-parlament qabel għamel l-istqarrija tiegħu.", "U reġa' fetħilha b'mod li jkompli jikkonferma l-veduta tiegħu, is-sehem tiegħu, il-ħeġġa tiegħu li dak li għamel kien tajjeb.", "Jien ma naħsibx li huwa ġudizzju politiku ta' min jafdah li kontra l- evidenzi kollha, kontra l-indikazzjonijiet kollha jibqa' jinsisti li hu infallibbli.", "X'ġudizzju politiku allura qegħdin nafdaw fuqu?", "Sur President, għalhekk jien ngħid li l-akbar vizzju tal-mozzjoni li għandna quddiemna hija li m'hu veru xejn li din il-mozzjoni tista' b'xi mod tippreżentalna personalità li hija adatta, li hija idonea għall-post ta' president tar-repubblika.", "M'huwiex adatt.", "M'huwiex adatt mhux għal raġunijiet personali - m'aħniex qed nitkellmu fuq personalitajiet qua persuni, m'aħniex qed nitkellmu fuq il-kwalitajiet familjari tiegħu, biex inkun qed nimftiehem tajjeb - imma minħabba l-kwalitajiet ta' l-esperjenza politika tiegħu, tal-ġrajja politika tiegħu, ta' dak li jissimbolizza fil- pajjiż u anke fuq il-bażi tal-ġudizzju li tajt.", "Sur President, jien bqajt mistagħġeb ukoll - u t-tieni darba li smajtu mingħandu - bl-argument tal-Prim Ministru Gonzi li għandna bżonn lil Dr. Fenech Adami bħala president għax għandu reputazzjoni internazzjonali kbira, u issa li deħlin fl-Unjoni Ewropea għandna bżonn li jkollna lilu ħalli jkun jista' jgħinna fil-kuntatti u fix-xogħol mal-pajjiżi Ewropej.", "Naħseb li ħaġa li qed timmaterjalizza minn dan l-argument hija li Dr. Gonzi m'għandux fiduċja fil-ministru ta' l-affarijiet barranin il-ġdid, la qed jaħseb b'dan il-mod!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Bilfors li hemm xi ħaġa ta' dan it-tip.", "Issa jafdahx jew le hija affari ta' bejniethom.", "Jien innotajt, per eżempju, li lanqas ħadu lis-segretarju parlamentari għall- affarijiet Ewropej fi Brussell il-ġimgħa li għaddiet jew lanqas ħallewh jidher fir-ritratti.", "Hemm xi ħaġa għaddejja?", "Għax jekk inhu hekk, għidulna.", "Safejn naf jien il-president tar-Repubblika ta' Malta m'għandux funzjonijiet eżekuttivi.", "Issa nafu li dak li għandna bħalissa ...", "Ma nistax nitkellem fuqha dik.", "Ħalli nedittjawha, Sur President.", "Safejn naf jien il-president tar-Repubblika m'għandux funzjoni eżekuttiva.", "Meta jirrappreżenta lill-pajjiż ma jmurx jirrappreżenta lill-pajjiż b'mod eżekuttiv imma b'mod simboliku.", "Meta jiltaqgħu l-kapijiet ta' gvern u ta' l-istat fi ħdan l-Unjoni Ewropea, jiltaqgħu bħala kapijiet tal-gvern u l- kapijiet ta' l-istati jiltaqgħu biss magħhom fil-każi fejn il-kap ta' l- istat għandu funzjoni eżekuttiva, bħalma għandu l-kap ta' l-istat fi Franza.", "Fi Franza l-president għandu funzjoni eżekuttiva u għalhekk il- President Chirac ikun qiegħed għal-laqgħat tas-summits ta' l-Ewropej.", "Mela bir-rispett kollu, x'għandu x'jaqsam il-fatt li għandhom bżonn lil Dr. Fenech Adami biex imexxi l-kuntatti u jippromwovi kuntatti fl-Ewropa?", "Assolutament ma jreġix, anzi jqanqal mistoqsija: Allura l-gvern diġà għandu l-intenzjoni li juża lil Dr. Fenech Adami bħala president għall- funzjonijiet eżekuttivi?", "Għaliex jekk inhu hekk, aħjar inkunu ċari.", "Ma rridx li ndaħħlu feles anke fit-tmexxija ta' l-istituzzjoni, li l-president qua president suppost li huwa ċerimonjali u simbolu, imma l-gvern jibda jużah għal raġunijiet ta' diplomazija eżekuttiva, li assolutament hija xi ħaġa li tmur oltre dak li suppost jagħmel il-president.", "Jew ħaġa jew oħra.", "Il-president qiegħed hemm biex jagħmel il-funzjonijiet simboliċi u ċerimonjali, u jekk qed jagħmel xogħol ieħor ta' natura eżekuttiva trid tinbidel il-kostituzzjoni.", "U trid tinbidel mhux b'riżoluzzjoni bħal din imma trid tinbidel b'diskussjoni serja u bi qbil bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra.", "Sur President, ma naħsibx li hemm dubju kif se nivvotaw.", "Se nivvotaw le u b'division.", "U se nivvotaw le b'division anke b'sentiment ta' dwejjaq li diġà, ftit ġranet biss wara li nħatar il-prim ministru l-ġdid, wara l-kliem sabiħ kollu rnexxielu jasal hawnhekk quddiemna b'kariga u b'nomina daqstant diviżiva, meta ma kienx hemm għalfejn.", "Ma kienx hemm għalfejn għax seta' jieħu ż-żmien tiegħu biex jiddiskuti.", "Kieku għażel membri oħra tal-partit tiegħu forsi konna nkunu anqas imdejqa.", "Per eżempju, inti kont wieħed minn dawk li kienu qed jissemmew biex jiġu nominati, Sur President.", "Naf li konna għamilna ċerti battibekki dwarek, imma dik kienet għal raġuni oħra.", "Kienet għar-raġuni li Dr. Fenech Adami kien wera arroganza totali wara r-rebħa ta' l-1998 u minflok qabel li b'ħames rappreżentanti minn fuq hawnhekk kontu wisq, komparati mal-voti li ġibtu, sopra corna bastonate kien innomina lilek - issa kieku kien nominat xi ħadd ieħor konna nagħmlu l-istess ħaġa - minn barra u allura spiċċajtu b'sitta minn fuq.", "Imma hu x'inhu dak iż-żmien kien eżempju ieħor ta' l- arroganza ta' Dr. Fenech Adami.", "Issemmejt inti, issemma Dr. Michael Refalo ...", "Dawn ukoll allura m'għandhomx awra?", "M'għandhomx awtorità?", "Il- punt tiegħi huwa li m'hu veru xejn li ma kienx hemm għażliet oħra.", "Kien hemm għażliet oħra u kien hemm ħin biex niddiskutuhom.", "Jien naħseb li hemm ħtieġa li waqt li nimmarkaw li se nivvotaw le b'division f'dan il-każ, aħna tal-partit Laburista se nkunu qegħdin nagħmlu distinzjoni enormi, u se nibqgħu nagħmluha, bejn il-ħatra ta' president, il- kariga ta' president u l-persuna li tokkupaha.", "F'dak li ngħidu u nagħmlu se nibqgħu nuru rispett sħiħ lejn il-ħatra ta' president, lejn il-kariga ta' president fil-pajjiż.", "Wara kollox kien gvern Laburista fl-1974 li biddel il-kostituzzjoni biex ikollna r-Repubblika f'pajjiżna u kien taħt gvern Laburista li l-ħatra ta' president, l-uffiċċju ta' president sar viġenti u allura nibqgħu nonoraw u nirrispettaw dan l-uffiċċju.", "Iżda ma nistgħux ma nimmarkawx, u qed nimmarkaw bl-aktar mod formali llejla, li l-ġest minnu nnifsu u l-proposta minnha nnifisha - din il-kelma wżajtha l-bieraħ u se nerġa' nużaha llum - hija vulgarità.", "Ħafna nies jaħsbu li vulgarità tfisser sempliċement li titkellem ikrah u ħażin u tagħmel il-pastażati, imma fundamentalment il-vulgarità tirriżulta minn nuqqas ta' mġiba tajba lejn ħaddieħor u tfisser li m'għandekx rispett lejn ħaddieħor.", "Vulgarità mhix xi ħaġa tal-ħamalli baxxi, biex nużaw dik il- kelma - l-agħar ħamalli li naf jien jitkellmu bl-Ingliż il-ħin kollu hawn Malta.", "Il-vulgarità ta' imġiba toħroġ minn kif tittratta lil ta' madwarek.", "Sur President, jekk tanalizza x'inhu għaddej issib li għandna quddiemna realtà ta' klikka ta' nies li jridu jżommu r-riedni tal-poter f'idejhom.", "Ma nafx jekk l-Onor.", "Gonzi hux parti minnhom jew le - forsi wara kollox qegħdin jiġbdulu l-ispag ukoll – imma nittama li le għax kelli fiduċja fih fuq bażi personali.", "Imma hekk jirriżultalna issa bil-maniġġi li saru biex wasalna fejn wasalna u qed naslu għall-konklużjoni li dawk li jippampalunjaw, fosthom Dr. Fenech Adami, li jinsabu għas-servizz tan- nazzjon, bil-maqlub iridu li n-nazzjon ikun għas-servizz tagħhom.", "Din hija vulgarità, u agħar minn hekk!", "Dan il-pajjiż qiegħed f'pożizzjoni, u ilu f'din il-pożizzjoni jekk mhux dejjem kien, li meta jkollok gvern, ikun min ikun il-gvern, tax-xellug jew tal-lemin, nofs il-pajjiż iħoss li dak huwa l-gvern tiegħu u nofs il-pajjiż l-ieħor iħoss li qisu eżiljat, qisu tturufnat, qisu mhuwiex jgħix f'pajjiżu aktar.", "Meta kont sirt kap ta' l-oppożizzjoni fl-1992 kont għamilt stqarrija li nittama u nixtieq li nersqu lejn sitwazzjoni fejn ma nibqgħux hekk, li nofs il-pajjiż iħoss li l-pajjiż huwa tiegħu meta l-gvern tiegħu jkun fil-gvern, u l-bqija tan-nies iħossuhom eżiljati u tturufnati.", "Meta konna fil-gvern ipprovajna niċċaqalqu biex inbiddlu din il-ħaġa (Onor. Membri: Hear, hear) u batejna konsegwenzi politiċi qawwijin.", "Minn dak iż- żmien 'l hawn, meta konna fl-oppożizzjoni mill-ġdid, speċjalment fl-aħħar snin ta' Dr. Fenech Adami, erġajna ninsabu fil-politika ta' konfrontazzjoni, li \"dak\" tagħna u \"intom\" out.", "Illum bid-deċiżjoni li ħa l-Onor.", "Gonzi u l-Kabinett tiegħu s-sitwazzjoni qiegħda teħżien.", "Qiegħda teħżien għax aktar u aktar nies qed iħossu - u jridu jifhmu s-sentiment tan-nies li jħossuhom offiżi u umiljati bil- proposta tal-lum; jekk ma jaqblux magħhom għallinqas iridu jifhmuhom - li qed jiġi affermat il-prinċipju \"Aħna rbaħna u kollox tagħna.", "Intom tliftu u xejn m'hu tagħkom.\"", "Irriduha din il-ħaġa?", "Il-gvern iridha!", "L-Onor.", "Gonzi jridha, għax kieku ma kienx iressaq din il-mozzjoni llejla.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "Sur President, jien niddeplora bil-qawwa dan li qed isir illejla.", "Niddeplora għax qed nerġgħu nreġġgħu l-arloġġ aktar lura milli kien.", "Hemm għalfejn nibqgħu għaddejjin fit-triq li nofs in-nies kollox huwa tagħhom u xejn ta' l-oħrajn.", "Hemm bżonn nibqgħu sejrin hekk?", "L-Onor.", "Gonzi kellu ċans li fl-ewwel deċiżjoni tiegħu juri li ħaġa bħal din nistgħu nibdluha, nistgħu nċaqalquha.", "Minflok tlaqna għal għonq it-triq kuntrarja u bl-aktar mod qawwi li qed jaffronta lin-nies u qed iħarrax minflok jippaċifika.", "Issa jekk riedu jħarrxu għax qed iħossu li politikament jinsabu dgħajfa u jaqblilhom meta jħarrxu l-affarijiet għax jaħsbu, jikkalkolaw li hemm ċerti Laburisti demmhom spunt u jagħmlu ċerti affarijiet, ngħidilhom minn issa: \"Mhux se jirnexxielkom!\"", "Qed nagħmilha ċara li se nibqgħu nirrispettaw l-uffiċċju tal-president u m'aħniex se naċċettaw lil min jitlaq fit-triq tal-provokazzjoni.", "Imma dan mhux mod kif tmexxi l-politika!", "Dan mhux mod kif taħdem għall-progress fil-pajjiż, aktar u aktar fi żmien ta' kriżi ekonomika kbira fejn in-nies qiegħda tfittex ix-xogħol u ma ssibux, u allura aktar ma jkun hemm għaqda, aktar nistgħu naħdmu għax-xogħol, u fi żmien meta l-gvern stess jgħid li ġejjin l-isfidi ta' meta Malta tidħol fl-Unjoni Ewropea.", "Allura aktar u aktar ngħid jien li kien hemm bżonn ta' għaqda għallinqas fuq dan il-punt, ħalli meta mbagħad ikollna l-membri tagħna fil-Parlament Ewropew ikunu jistgħu jaħdmu ftit flimkien ħalli jiġbdu lejn Malta, Nazzjonalisti u Laburisti flimkien.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Allura titlaq għal għonq it-triq fejn tippolarizza b'dan il-mod!", "Jien l-aħħar appell nista' nagħmel.", "Jekk iridu nistgħu nwaqqfu din id- diskussjoni biex il-gvern jerġa' jaħsibha, jekk irid jerġa' jaħsibha.", "Għad baqagħlu żmien jerġa' jaħsibha u jekk irid nistgħu nerġgħu nitkellmu fuq l- options kollha.", "Għaliex le?", "Allura nibqgħu nitilqu għal għonq it-triq ta' konfront, konfront u nħarsu l-konfront ...", "Minn naħa ngħidu l-kliem sbieħ u mbagħad inħarsu lejn il-fatti li jsemmulna u l-fatti jkunu bil- maqlub tal-kliem.", "Mhux qed isir ġid lil Malta llejla, Sur President.", "Waqt li nagħmel l-appell tiegħi biex inkomplu nisħqu fuq il-ħtieġa li jiċċaqlaq il-gvern, jekk irid juri ruħu raġonevoli, min-naħa tagħna m'għandniex alternattiva ħlief nivvotaw le b'division fuq din il-mozzjoni.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Issa nsejjaħ lill-Prim Ministru biex jagħmel il- winding up.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, dan id-diskors li għadni kemm smajt illejla huwa fl-istess linja ta' diskorsi li kont smajt meta kienet tressqet hawnhekk il-mozzjoni biex jinħatar President ta' Malta Ċensu Tabone, huwa fl-istess linja ta' diskors li kont smajt meta kienet tressqet hawnhekk il-mozzjoni biex jinħatar President ta' Malta Ugo Mifsud Bonnici, u huwa fl-istess linja ta' diskors li kont smajt meta tressqet mozzjoni hawnhekk biex jinħatar Guido de Marco bħala President ta' Malta.", "Donnu Ii l-kap ta' l-oppożizzjoni, għal xi raġuni jew oħra, filwaqt li għamel l-appell biex nittrattaw dan il-qasam minn aspett nazzjonali meta mbagħad ġejna għas-si o no fid-diskors f'dan il-Parlament - fuq dan l-issue partikolari biex ma nidħlux fuq issues oħrajn - sar diskors kompletament bil-kontra ta' dak stess li kien qal, diskors li meta tgħasru tibda ssib li l-punti li huwa qed iressaq, kull wieħed u waħda minn dawn il-punti li hu qed iressaq huma mibnija jew minn xi pożizzjoni partiġġjana tiegħu nnifsu li jippretendi allura li kulħadd irid ibaxxi rasu għaliha, jew inkella minn xi clichés li issa ilna nisimgħuhom u li għalih huma vanġelu u li ħadd ma jmerih fuqhom.", "Jien se nipprova nwieġeb daqsxejn għal uħud mill-punti li semma hu u nipprova nenfasizza għal darba oħra li ż-żewġ naħat iridu ġenwinament jagħmlu sforz biex l-għażla li nagħmlu ma nagħmluhiex sempliċement biex nikkuntentaw lil xi ħadd, biex nikkuntentaw lil xulxin, għax jekk il- politika f'pajjiżna, issa anke għall-kariga ta' President, se nirriduċuha f'eżerċizzju biex nikkuntentaw lil xulxin minflok f'eżerċizzju ġenwin biex insibu dak li hu l-aħjar f'pajjiżna, allura nkunu qegħdin nagħmlu żball kbir, fl-opinjoni tiegħi, u hawn irridu nuru sens ta' kuraġġ, kemm jien u kemm Dr. Sant.", "Kemm jien u kemm Dr. Sant irridu nuruh dan is-sens ta' kuraġġ li jekk aħna naslu għall-konklużjoni li xi ħaġa hi veru fl-aħjar interess tal-pajjiż, għandu jkollna l-kuraġġ li mmorru għaliha.", "Issa ddoqqx tajjeb f'widnejh jew iddoqqx tajjeb f'widnejja huwa effettivament irrilevanti.", "Jien diġa` semmejt li pprovajna nagħmlu eżerċizzju li fih noħorġu lista ta' nies li minnhom ngħidu: Dawn huma idonei għall-kariga ta' President.", "Pero` imbagħad għandna piż fuq spallejna, kemm min-naħa tal-gvern kif ukoll min-naħa ta' l-oppożizzjoni, li fost lista ta' nies idonei ngħażlu l-aħjar għażla possibbli għal pajjiżna pero` biex nagħmlu dan, aħna stess irridu nwarrbu minn għajnejna l-partiġġjaniżmu politiku.", "Hawn trid att ta' kuraġġ ukoll u hawn trid turi wkoll jekk għandekx il-kapaċita` li twarrab il- partiġġjaniżmu politiku u tgħid: Iva, dan l-aħjar interess għal pajjiżna.", "Sur President, hu veru li l-oppożizzjoni tatni tliet ismijiet u mingħajr ma noqgħod nidħol fil-mertu ta' dawn it-tlieta, niġbed l-attenzjoni ta' l- oppożizzjoni li tnejn mit-tliet ismijiet għandhom impediment kostituzzjonali u ma jistgħux isiru presidenti ta' Malta.", "Dawn għandhom impediment kostituzzjonali u mhux qed ngħid li mhux serji jew mhux integri.", "Il-Kostituzzjoni ma tippermettix li huma jkunu nominati għal President ta' Malta.", "Fil-konsultazzjoni li kelli ma' l-Onor.", "Mangion, anke wara li kont diġa` indikajt li l-kabinett kellu l-preferenza ta' Eddie Fenech Adami, xorta waħda indikajt persuna oħra li ma kenitx fost it-tlieta biex nara daqsxejn l-affarijiet.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Bil-permess tal-Prim Ministru, l-Onor.", "Charles Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Issemmiet din il-persuna imma tant issemmiet \"hekk\" li ħadd ma kkunsidraha bis-serjeta`.", "Din ma kenitx għad-diskussjoni.", "Jibqa' l-fatt li l-finalita` tad-deċiżjoni tal-kabinett kienet Eddie Fenech Adami.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Imma dik mhix il-kwestjoni.", "Kultant nitkellmu bejnietna bil-lingwa tagħna u donnu xorta ma niftehmux.", "Jien meta tkellimt ma' l-Onor.", "Mangion, għedtlu biex jispjegali r-raġunijiet wara dawn it- tliet ismijiet.", "Veru?", "Spjegali x'inhuma l-argumenti favur dawn it-tliet ismijiet.", "Imbagħad jien poġġejt l-argumenti favur l-għażla ta' Fenech Adami, mingħajr ma tfajt l-ebda dell fuq it-tliet ismijiet l-oħrajn għaliex ma kelliex għalfejn.", "(Interruzzjonijiet) Le, mhux ma kienx hemm lok, mela aħna x'konna qegħdin nagħmlu, skużi?", "Mhux nitkellmu ma' xulxin?", "Jien semmejt persuna u fil-fatt il-kliem tiegħi kien li stennejtkom li se ssemmu lil din il-persuna.", "Imbagħad qbilna li veru jista' ikun li l-eta` ma kenitx l-aħjar waħda li wieħed kellu f'dan il-każ partikolari għaliex kien relattivament żgħir għall-kariga.", "Kollox sew għax trid persuna li jekk jista' ikun tkun a father figure imma tiġix tgħidli li m'għamiltx eżerċizzju ġenwin biex nipprova nara daqsxejn jekk hemmx alternattiva aħjar, għax kieku tfaċċat alternattiva aħjar, konna nikkunsidrawha, mela le.", "Imma skużi aħna kellna dawk it-tliet ismijiet quddiemna u nerġa' nirripeti li minn dawk it-tlieta, tnejn għandhom impediment kostituzzjonali u ma setgħux jitressqu quddiem din il-Kamra għal kunsiderazzjoni tagħha għal kariga ta' President.", "Issa ħa naqbad ftit punti oħrajn.", "Il-kap ta' l-oppożizzjoni anke hawn reġa' semma manipulazzjoni sħiħa ta' l-opinjoni pubblika u klikka eċċ. U xi klikka hi?", "Qegħdin nagħmlu eżerċizzju biex nippruvaw ngħażlu l-aħjar persuna biex tkun President ta' pajjiżna lejliet li deħlin fl-Unjoni Ewropea u ssemmi l-klikka?", "X'għandha x'taqsam il-klikka?", "X'għandha x'taqsam il-manipulazzjoni?", "X'għandu x'jaqsam dan?", "X'għandu x'jaqsam ma' dan l-eżerċizzju biex aħna nagħmlu l-aħjar għażla għal pajjiżna biex ikollna l-President li jixraq għal pajjiżna, li jixraq għal poplu tagħna u li jixraq li jirrappreżentana barra minn Malta?", "X'manipulazzjoni ta' l- opinjoni pubblika?", "Minn fejn qed nivvintawhom dawn?", "Imbagħad il-Kap ta' l- Oppożizzjoni qalli li l-iskadenzi stajna ma tajniex kashom, konna nagħmlu aġent president u ninqdew bl-aġent president għal ftit ġimgħat biex nibqgħu għaddejjin bid-diskussjoni sakemm insibu soluzzjoni.", "Imma allura, bir- rispett kollu, jiġifieri aħna l-pożizzjoni ta' President f'pajjiżna issa se nirriduċuha għall-eżerċizzju tan-nomina ta' aġent president biex ninqdew mill-aġent president hekk bħala sadd it-toqob meta aħna għandna skadenzi u proċeduri kostituzzjonali u meta aħna għandna proċess li huwa proċess ta' diskussjoni biex nipprovaw naslu għall-persuna u pprovajna naslu għaliha b'konsultazzjoni bejnietna?", "Imma allura ninqdew bil-proċess ta' aġent president biex nipposponu d-deċiżjoni ta' pajjiżna biex naslu għall-għażla ta' President?", "Dan il-mod kif se nagħmlu l-għażliet u kif se nieħdu d- deċiżjonijiet f'pajjiżna?", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni semma li Eddie Fenech Adami huwa simbolu diviżiv u qal li r-rikonċiljazzjoni nazzjonali li kien isemmi hu m'hi xejn ħlief ħrafa.", "Ħrafa?", "Mela aħna f'dan il-pajjiż u f'dan il-parlament m'aħniex irġiel biżżejjed biex nirrikonoxxu li taħt it-tmexxija ta' Eddie Fenech Adami, id-diviżjoni politika f'pajjiżna li għexna għal snin twal spiċċat u li llum qed ngħixu ħajja demokratika li għandna nirrikonoxxuha.", "Mertu ta' ħafna nies, forsi mhux mertu ta' Eddie Fenech Adami biss, imma żgur li Eddie Fenech Adami kien hu l-spear heading ta' din il-bidla kbira ħafna fil- maturita` politika ta' pajjiżna.", "Imma dan għandna nirrikonoxxuh u allura ngħid jien, bl-argument li għamel il-Kap ta' l-Oppożizzjoni li Eddie Fenech Adami huwa diviżiv għax kien kap ta' partit jew għax kellu din il- pożizzjoni qawwija fil-politika; skużi imma dan mhux l-istess argument li smajtu jagħmel meta ressaqna l-mozzjoni għall-ħatra ta' Guido de Marco meta kont użajt il-frażi political cleansing u kont għedt li bin-nomina tal- persuna ta' Guido de Marco konna qed nagħmlu political cleansing?", "Mhux l- istess argument li kont ressaqt meta ressaqna n-nomina f'din il-Kamra ta' Ċensu Tabone u beda dik il-presidenza bil-boycott, imbagħad spiċċajna wara ħames snin bl-approvazzjoni ta' dik il-presidenza u din tant kienet approvata li kien hemm il-kunsiderazzjoni, it-talba kważi, li nestendu l- perijodu ta' żmien tal-presidenza ta' Ċensu Tabone, anke at the cost li nemendaw il-Kostituzzjoni?", "Imma allura kif dawn in-nies kollha li skond il-Kap ta' l-Oppożizzjoni kienu diviżivi, effettivament kienu l-iktar nies li għaqduh il-poplu?", "Kienu l-aktar nies li ġabu l-applaws u kienu l-aktar nies li ġabu l-appoġġ ta' l-oppożizzjoni stess.", "Tant hu hekk li f'każ minnhom, l-oppożizzjoni stess talbet l-estenzjoni tat-terminu tal-President.", "Kif dawn in-nies kollha kienu l-aktar nies kapaċi jġibu lill-poplu tagħna flimkien u Eddie Fenech Adami m'huwiex!", "Imma jien dawn ir-raġunijiet ma nistax nifhimhom daqskemm naħseb li huwa assolutament inaċċettabbli - vulgari, ħalli nuża l- espressjoni tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni stess - li anke f'dan id-dibattitu nerġgħu ndaħħlu fin-nofs l-istorja ta' Żeppi l-Ħafi u l-frażi \"jinnegozja mal-kriminali\".", "Kemm se ndumu sejrin biha din?", "(Interuzzjonijiet).", "Din hi redikolaġni u l-oppożizzjoni qiegħda tirredikola lilha nfisha billi tirrendi diskussjoni għall-kariga importanti bħal din vulgari b'dan il-mod.", "U hawn indawwarha lura fuq il-Kap ta' l-Oppożizjoni jien.", "Jien kont nippretendi li nagħmlu diskussjoni u kont nistenna, iva, ċertu ammont ta' argumentazzjoni bejn iż-żewġ naħat imma ma naċċettax li jsiru dawn it-tip ta' argumenti, daqskemm ma naċċettax l-implikazzjoni li taħt it- tmexxija ta' Eddie Fenech Adami, kien hemm xi gvern ta' xi naħa waħda ta' pajjiżna u mhux gvern ta' naħa oħra tal-pajjiż.", "Le, niċħadha assolutament u nenfasizza bl-aktar mod qawwi dak li għedt fl-introduzzjoni tal-mozzjoni tiegħi Ii taħt Eddie Fenech Adami, gawdew il-Maltin u l-Għawdxin kollha u pajjiżna mexa 'l quddiem.", "Jien nerġa' nirrepeti, Sur President, li fl- aħħar mill-aħħar l-għażla li rridu nagħmlu f'dan il-parlament hija għażla li trid tkun marbuta mal-fatt li jekk il-persuna li aħna qed inressqu għall- kunsiderazzjoni ta' din il-Kamra biex tiġi maħtura President ta' pajjiżna, għandhiex l-elementi kollha neċessarji biex tokkupa din il-kariga bid-dehen li jixraq.", "Jien nirripeti li Eddie Fenech Adami, bl-esperjenza tiegħu, bil- kwalifiki tiegħu, bil-prinċipji tiegħu, bil-valuri tiegħu, bl-esperjenza u anke bl-exposure tiegħu, kemm lokali kif ukoll barra minn Malta, huwa fost l-iktar nies idonei li pajjiżna jista' iressaq għall-kunsiderazzjoni f'din il-kariga.", "Jien jiddispjaċini li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni fid-diskors tiegħu għażel li jirriduċi din id-diskussjoni f'livell ta' partiġġjaniżmu li jien ma kontx qed nippretendih u ma kontx qed nistennih, pero` nirripeti hawnhekk lill- Kap ta' l-Oppożizzjoni dak li għedtlu ħames snin ilu fil-konfront ta' l- għażla tal-President li konna qed nagħżlu dakinhar.", "Nirripetilu l-istess diskors.", "Għad jgħaddu s-snin, għad jasal l-aħħar tat-terminu ta' din il- presidenza u ż-żmien għad jagħtina parir u għad jerġa' juri li din kienet l- aħjar għażla għal pajjiżna u li b'riżultat ta' din l-għażla pajjiżna stess ikun għamel għażla oħra ta' President kif jixraq, ta' President bid-dehen li jmexxi u jirrappreżenta lil pajjiżna, li jirrappreżenta lill-poplu tagħna, li jkun kapaċi li jġib il-poplu Malti u Għawdxi magħqud warajh biex inkunu nistgħu nimxu 'l quddiem kollha flimkien.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Se npoġġi issa l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi l- mozzjoni kif imressqa u moqrija mill-Prim Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No)", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MR SPEAKER: Din id-division tittieħed minn hawn u 20 minuta oħra filwaqt li d-division li ntalbet aktar kmieni tittieħed immedjatament wara.", "Billi fl-8.32 p.m. intalbet votazzjoni il-Kamra kienet sospiża u rriżumiet 20 minuta wara", "MR SPEAKER: Nitlob lill-Onor.", "Membri biex, jekk jogħġobhom, jieħdu posthom.", "Se nerġa' inpoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi l-mozzjoni kif imressqa u moqrija mill-Prim Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No)", "ONOR.", "MEMBRU: Division", "VOTAZZJONI NRU 46", "FAVUR: 33", "L-Onor. |Abela Anthony |Frendo Michael | |Agius David |Galea Censu | |Agius Francis |Galea Louis | |Arrigo Robert |Galea Mario | |Azzopardi |Gatt Austin | |Frederick | | |Azzopardi Jason |Gonzi Lawrence | |Bonnici Josef |Gonzi Michael | |Borg Joe |Mifsud Bonnici | | |Antoine | |Borg Tonio |Mifsud Bonnici | | |Carmelo | |Cristina Dolores |Mugliett Jesmond| |D'Amato Helen |Puli Clyde | |Dalli John |Pullicino George| |de Marco Mario |Pullicino | | |Orlando Jeffrey | |Debono Giovanna |Vassallo Edwin | |Deguara Louis |Zammit Ninu | |Falzon Joseph |Zammit Dimech | | |Francis | |Fenech Antonio | |", "KONTRA: 29", "L-Onor. | | | |Abela Carmelo |Debono Grech Joe| |Abela Joseph |Farrugia Angelo | |Agius Chris |Farrugia Michael| |Attard Montalto |Farrugia Noel | |John | | |Bartolo Evarist |Gulia Gavin | |Brincat Joseph |Herrera Jose' | |Brincat Leo |Mangion Charles | |Buhagiar Charles |Mizzi Joe | |Buontempo Stefan |Parnis Silvio | |Cardona Chris |Refalo Anton | |Caruana Justyne |Sammut Joseph | |Chircop Karl |Sant Alfred | |Coleiro Marie |Vassallo Adrian | |Louise | | |Cuschieri Joseph |Vella Karmenu | |Dalli Helena | |", "Il-mozzjoni għaddiet.", "MR SPEAKER: Se nerġa' inpoġġi issa l-mistoqsija fuq it-Tielet Qari ta' l- Abbozz ta' Liġi imsejjaħ \"Att biex jimplimenta diversi Miżuri ta' l-Estimi u biex jipprovdi għall-Miżuri Amministrattivi oħra\".", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No)", "Il-mozzjoni għaddiet.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "VOTAZZJONI NRU.", "47", "L-Onor.", "|Abela Anthony | | |Agius David |Frendo Michael | |Agius Francis |Galea Censu | |Arrigo Robert |Galea Louis | |Azzopardi |Galea Mario | |Frederick | | |Azzopardi Jason |Gatt Austin | |Bonnici Josef |Gonzi Lawrence | |Borg Joe |Gonzi Michael | |Borg Tonio |Mifsud Bonnici | | |Antoine | |Cristina Dolores |Mifsud Bonnici | | |Carmelo | |D'Amato Helen |Mugliett Jesmond| |Dalli John |Puli Clyde | |de Marco Mario |Pullicino George| |Debono Giovanna |Pullicino | | |Orlando Jeffrey | |Deguara Louis |Vassallo Edwin | |Falzon Joseph |Zammit Ninu | |Fenech Antonio |Zammit Dimech | | |Francis | | | |", "KONTRA: 30", "L-Onor. | | | |Abela Carmelo |Debono Grech Joe| |Abela Joseph |Farrugia Angelo | |Agius Chris |Farrugia Michael| |Attard Montalto |Farrugia Noel | |John | | |Bartolo Evarist |Gulia Gavin | |Brincat Joseph |Herrera Jose' | |Brincat Leo |Mangion Charles | |Buhagiar Charles |Mizzi Joe | |Buontempo Stefan |Parnis Silvio | |Cardona Chris |Refalo Anton | |Caruana Justyne |Sammut Joseph | |Chircop Karl |Sant Alfred | |Coleiro Marie |Vassallo Adrian | |Louise | | |Cuschieri Joseph |Vella Karmenu | |Dalli Helena | |", "Il-mozzjoni għaddiet u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tielet Darba u għadda.", "MR SPEAKER: Insejjaħ lill-Viċi Prim Ministru sabiex, jekk jogħġbu jressaq l-Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "TONIO BORG (Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern): Sur President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar il-Ħadd, 4 ta' April 2004 fil-11:25 a.m. fis-Sala tal-Gran Kunsill, fil-Palazz, Valletta, b'din l-aġenda:", "Ħatra ta' President ta' Malta.", "Skond ftehim milħuq, matul is-seduta ta' l-4 ta' April 2004, ma għandu jsir l-ebda xogħol ieħor ħlief il-ħatra tal-President ta' Malta u l-Kamra immedjatament taġġorna għal nhar it-Tnejn, 19 ta' April 2004, fis-6:00 p.m. b'aġenda li tiġi komunikata aktar tard.", "Fis-seduta ta' nhar il-Ħadd ma jitteħidx l-aġġornament u s-seduta tingħalaq mal-ġurament tal-ħatra.", "L-iSpeaker stess jaġġorna l-Kamra għal nhar it- Tnejn, 19 ta' April, fis-6:00 p.m.", "Il-Minuti tas-seduti tad-29 ta' Marzu u ta' l-4 ta' April għandhom jiġu konfermati fis-seduta tad-19 ta' April.", "Iċ-ċerimonja ta' l-għoti tal-ġurament lill-President ta' Malta tiġi trasmessa dirett fuq il-mezzi tax-xandir.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Sur President, nieħu din l-opportunita` biex kif tradizzjonalment isir, peress li mhux se niltaqgħu f'seduta sħiħa għal skop ta' xi aġenda ħlief il-ħatra ta' President, qabel l-Għid, nawgura l-Għid it- tajjeb lid-deputati kollha u l-familji tagħhom u nawguralhom ġimgħatejn ta' mistrieħ biex igawdu l-familji tagħhom.", "Nawgura l-Għid it-tajjeb lill- membri ta' l-istaff kollha u dawk kollha li jgħinuna fix-xogħol tal- parlament.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, f'isem l-oppożizzjoni nirriċiprokaw u nagħtu wkoll l-awguri tagħna għall-festi ta' l-Għid lill-membri kollha tal- parlament, tal-gvern u ta' l-oppożizzjoni, lill-istaff kollu tal-parlament u lil dawk kollha li fil-kuriduri u madwar il-Palazz ikunu qegħdin jagħtu s- servizz lill-parlamentari u nawgura li jekk ma kellniex Rebbiegħa ġdida, għallinqas ikollna l-Għid it-tajjeb.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Is-Sedja wkoll tingħaqad mas-sentimenti espressi miż- żewġ naħat tal-Kamra billi tagħti wkoll l-Għid it-tajjeb lill-membri tal- parlament, lill-istaff u dawk kollha li għandhom xi forma ta' konnessjoni mal-parlament tagħna.", "Għaldaqstant il-Kamra hija aġġornata għal nhar il- Ħadd 4 ta' April, 2004 fil-11:25 a.m. fis-Sala tal-Gran Kunsill, il-Palazz, il-Belt, bl-aġenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fid-9.03 p.m. il-Kamra aġġornat skond il-ftehim milħuq.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "POLITIKA SOĊJALI - KIRI TA' VETTURI", "4662.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Familja u tas- Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa għall- kiri ta' karozzi, vannijiet u vetturi oħra matul Jannar u Frar ta' din is- sena tal-ministeru u d-dekasteri li jaqgħu taħtha?", "Kemm kienet l-istess nefqa s-sena l-oħra?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Tabella bl-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il- mejda tal-Kamra aktar kmieni fis-seduta.", "GĦAWDEX - KIRI TA' VETTURI", "4663.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' il- Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa għall-kiri ta' karozzi, vannijiet u vetturi oħra matul Jannar u Frar ta' din is-sena tal-ministeru u d- dekasteri li jaqgħu taħtha?", "Kemm kienet l-istess nefqa s-sena l-oħra?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: I-ħlasijiet għall-kiri ta' karozzi, vannijiet u vetturi oħra tal-Ministeru għal Għawdex u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu matul Jannar u Frar 2004 kienu ta' Lm4,595.22 filwaqt li l-istess ħlasijiet għax-xhur ta' Jannar u Frar 2003 kienu ta' Lm5,345.39.", "EDUKAZZJONI - KIRI TA' VETTURI", "4664.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa għall- kiri ta' karozzi, vannijiet u vetturi oħra matul Jannar u Frar ta' din is- sena tal-ministeru u d-dekasteri li jaqgħu taħtu?", "Kemm kienet l-istess nefqa s-sena l-oħra?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif mitlub tpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni fis-seduta.", "SAĦĦA - KIRI TA' VETTURI", "4665.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l- Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa għall- kiri ta' karozzi, vannijiet u vetturi oħra matul Jannar u Frar ta' din is- sena tal-ministeru u d-dekasteri li jaqgħu taħtu?", "Kemm kienet l-istess nefqa s-sena l-oħra?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-informazzjoni mitluba hija kif ġej:", "2004(Jannar u Frar)", "|Diviżjoni tas-saħħa |Lm3,82| | |3 | |Sptar Monte Carmeli | | | |176 | |Medical products | | |regulatory authority |483 |", "Neqfa sħiħa għas-sena 2003", "|Diviżjoni tas-saħħa |Lm24,1| | |00 | |Sptar Monte Carmeli | | | |542 | |Medicines regulatory| | |unit |2,112 |", "FINANZI U AFFARIJIET EKONOMIĊI - KIRI TA' VETTURI", "4666.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa għall-kirjiet ta' karozzi, vannijiet u vetturi oħra matul Jannar u Frar ta' din is-sena tal-ministeru preċedenti tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomiċi u d-dekasteri li kienu jaqgħu taħtu?", "Kemm kienet l-istess nefqa s-sena l-oħra?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Il-kiri ta' karozzi, vannijiet u vetturi oħra fid- dekasteru tiegħi f'Jannar u Frar 2003 kien ta' Lm17,520 u għall-istess perjodu din is-sena kien ta' Lm27,835.", "ĦRUĠ TA' PASSAPORTI ĠODDA", "4702.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u l-Intern: Jista il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm inħarġu passaporti ġodda lil persuni ta' nazzjonalita' Maltija bejn l-1 ta' Novembru 2002 u t-30 ta' Novembru 2003?", "Kemm inħarġu passaporti f'isem minuri fl-istess perjodu?", "Kemm hija l-ispiza, inkluż il-VAT, għal kull passaport?", "Jista jgħid ukoll min jissuplixxi l-passaporti lokalment?", "Fid- dawl tas-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, jista' jgħid jekk il- passaport attwali hux se jiġi emendat jew mibdul?", "Jekk iva, meta se jibda jsir dan?", "ONOR.", "TONIO BORG: Bejn l-1 ta' Novembru 2002 u t-30 ta' Novembru 2003 inħarġu 36,855 passaport mill-uffiċċju tal-passaporti f'Malta u f'Għawdex.", "Minn dawn kien hemm 8,720 li nħarġu f'isem minuri.", "Il-ħlas għall-ħruġ ta' passaport huwa kif indikat hawn taħt:", "Applikant ta' taħt l-10 snin Lm3 Applikant ta' bejn l-10 u l-15-il sena Lm6 Applikant ta' l-fuq minn 16-il sena Lm12 Ma jitħallasx VAT fuq il-ħlas ta' passaporti.", "Il-passaporti ma jiġux stampati lokalment, imma minn ditta barranija li hija speċjalizzata biex tagħmel xogħol ta' passaporti.", "Il-passaporti maħruġa lokalment ġew gradwalment upgraded biex jiġu konformi ma' dawk ta' l-Unjoni Ewropea, speċjalment f'dak li għandu x'jaqsam ma' sigurta' u stampar.", "Li jmiss isir issa huwa li jkun hemm indikazzjoni fuq il-passaporti Maltin, li barra li juru n-nazzjonalita' Maltija juru wkoll li dak li jkun għandu passaport ta' l-Unjoni Ewropea.", "Diġa` qed jittieħdu l-passi neċessarji ħalli dan il-fatt jiġi muri fuq il- passaport.", "ĦAŻ ŻABBAR - TRIQ SANTA TEREŻA", "4703.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 4323, jista' il-Ministru jara li l-awtoritajiet konċernati mill-immaniġjar tat-traffiku jidħlu ftit fil-każ u jaraw kif dan jistax jiġi solvut fl-interess ta' kulħadd minħabba li b'dak li sar inħolqot problema ta' parking?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Id-direttorat għall-immaniġjar tat-traffiku eżamina l-każ u ħa l-passi neċessarji billi nforma lill-kunsill lokali ta' Ħaż-Żabbar sabiex ineħħi t-tabelli li twaħħlu mingħajr l-approvazzjoni ta' l-awtorita'.", "Sadanittant id-direttorat għall-immaniġjar tat-traffiku se jmur fuq il-post biex jgħaddi l-pariri li hemm bżonn.", "WIED IL-GĦAJN - ART FI TRIQ IS-SIKKA", "4704.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista il-Ministru jgħid jekk l-art li fuqha hemm applikazzjoni PA 0744/03 fi Triq is-Sikka, Wied il-Għajn hijiex tal-gvern jew ta' l- uffiċċju konġunt?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jindirizza l- mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "EUROPEAN SUMMER SCHOOL SEMINAR", "4705.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: Jista il-Ministru jgħid kemm applikaw u min applika sabiex jieħu sehem fis-seminar bl-isem European summer school li se jsir bejn it-28 ta' Marzu u l-4 ta' April 2004?", "Min gie magħżul u fuq liema kriterji?", "Min kienu l-membri tal-bord ta' l-għażla?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Kien hemm seba' applikanti għas-seminar tal-European summer school.", "Dawn kienu: Mr Leonard Grech, Dr. Charles Briffa, Mr Anthony Licari, Ms Patricia Micallef, Ms Sharon Richard, Ms Gladys Zammit u Ms Mary Josephine Zammit.", "Informat ukoll li Mr Leonard Grech ġie nominat peress li huwa l-uffiċjal edukattiv fil-qasam ta' l-assessjar u għalhekk is-seminar kien ta' rilevanza u benefiċċju għad-diviżjoni ta' l-edukazzjoni.", "Dr Charles Briffa ġie magħżul għaliex ġab l-aktar numru ta' punteġġ u warajh, fit-tieni post, ġiet Ms Mary Josephine Zammit.", "Il-kriterji li fuqhom intagħżlu dawk li qagħdu għall-interview kienu dawn:", "Relevance of the bursary to the post of applicant (20%) Possible multiplier effect (15%) Relevant experience in the field (20%) General qualifications and relevant qualifications in the field covered by the bursary (15%) Curricular knowledge (10%) Personality (10%) Cultural interest (10%)", "Il-membri tal-bord kienu:", "Is-Sur Frank Gatt, Assistent Direttur tal-Kurrikulu Is-Sur Theodore Salafia, Uffiċjal Edukattiv Is-Sinjorina Caroline Fullana Is-Sur Euchar Camilleri, mill-ministeru ta' l-edukazzjoni.", "AIR MALTA - ĦADDIEMA", "4895.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Teknoloġija ta' l- Informazzjoni u Investiment: B'riferenza għad-domandi preċedenti tiegħi dwar il-kwestjoni ta' l-Air Malta, jikkonsidra l-Ministru li bl-aġir tiegħu jista' jiġi nterpretat li qed jingħata l-kunsens lil kull min jinsab f'pożizzjoni maniġerjali li jwettaq dak li jħoss li għandu jagħmel anke jekk dan ikun ta' dettriment għal pajjiżna, għaliex fl-aħħar stadju l- ħaddiem se jkun qiegħed ipatti għal dan?", "F'dan ir-rigward, jista' jikkonferma dan li qed jintqal, jew jekk ma jaqbilx jistax jirtira dak li qal fil-pubbliku u jipprovdi s-serħan tal- moħħ għall-ħaddiema b'mod immedjat billi jibda l-investigazzjonijiet neċessarji fuq min huwa responsabbli?", "Jista' jara wkoll li dan iseħħ fl- oqsma kollha li fihom setgħu allegatament instellħu r-riżorsi tal-poplu għaliex ittieħdu deċiżjonijiet li kienu bbażati fuq il-kapriċċi tal-ftit?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Le għall-ewwel mistoqsija.", "Għat-tieni mistoqsija nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 4891.", "BASTIMENTI AMERIKANI - ŻJARA F'MALTA", "4896.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u Promozzjoni ta' l-Investiment: Jista' il-Ministru jgħid jekk matul iż-żjara f'Malta ta' USS Bataan u biċċa oħra tal-baħar Amerikana, ġewx mogħtija permess lill-membri ta' l-ekwipaġġ biex ikunu armati fuq l- art?", "Jista' jgħid jekk kienx hemm uħud mill-ekwipaġġ armati fil-Barrakka anke matul il-lejl?", "Jista' jgħid jekk waslulux rapporti dwar dan?", "Jekk saru dawn ir-rapporti, x'passi ttieħdu?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Il-ministeru ta' l-affarijiet barranin qatt ma rċieva talba jew ta permess lill-membri ta' l-ekwipaġġ tal-USS Bataan jew ta' xi biċċa oħra tal-baħar Amerikana biex dawn ikunu armati fuq l-art.", "Jien informat wkoll li ma waslu l-ebda rapporti għand il-forzi tas-sigurta' Maltin li kien hemm membri armati ta' l-ekwipaġġ stazzjonati fil-post indikat.", "RABAT: TRIQ SAMMY ABELA - RESERVED PARKING", "4897.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jgħid min awtorizza li jitneħħa s-servizz tar- reserved parking li jinsab quddiem 2, New York Flat, Triq Sammy Abela, Rabat, meta skond it-traffic management directorate il-permess ġie approvat (Ref No: 197) għall-perijodu ta' sena mit-8 ta' Jannar 2004?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Il-każ ġie evalwat fis-27 ta' Frar 2004 wara investigazzjoni li għamlet l-awtorita' għat-trasport ta' Malta fejn ġie stabbilit li l-persuna li għaliha nħareġ il-permess tista' timxi mingħajr diffikulta'.", "L-awtorita' bħalissa għaddejja bi proċess ta' evalwazzjoni tal-permessi kollha u kull fejn jirriżulta li l-permess mhux bżonnjuż qed jitneħħa.", "SAN ĠILJAN - SQAQ MRABAT", "4935.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk Sqaq Mrabat, San Ġiljan huwiex proprjeta' tal-gvern jew private road?", "Jekk huwa proprjeta' tal-gvern, jista' jara li jittieħdu passi biex katina u bollards li saru biex tingħalaq it-triq minn xi individwi, jitneħħew?", "ONOR.", "TONIO BORG: Skond l-arkivji tat-taqsima proprjeta` tal-gvern, l- isqaq li qed jirriferi għalih l-Onor.", "Interpellant mhux ikkonsidrat bħala proprjeta` tal-gvern.", "CCF - EŻAMI TA' GWARDJANI", "4936.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jagħti tagħrif jekk dawk li kienu għamlu l-eżami ta' gwardjani tal-ħabs f'Diċembru 2002 u għaddew humiex se jingħataw ix-xogħol?", "ONOR.", "TONIO BORG: Wara li l-kummissjoni dwar is-servizz pubbliku tippublika r-riżultat ta` l-eżami msemmi huwa maħsub li jimtlew dawk il- postijiet li preżentement huma vakanti.", "DJAR – APPLIKAZZJONI GĦALL-BINI TA' WASHROOM", "4937.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru tal-Familja u tas- Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid għaliex fir-rigward ta' l- applikazzjoni quddiem il-housing department, id-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, qed iddum xhur biex toħroġ no objection?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: L-awtorita' tad-djar m'għandha l-ebda applikazzjoni pendenti quddiemha għall-bini ta' washroom mill-persuna ndikata.", "STA.", "VENERA: TRIQ DUN FRANS CAMILLERI - ASFALTAR", "4948.", "L-ONOR.", "CLYDE PULI staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Jista' il-Ministru jgħid kienx hemm xi żvilupp għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 2369 u cioe' minħabba l-istat li tinsab fih u l-inkonvenjenza li qed toħloq lir-residenti Triq Dun Frans Camilleri (n/s in Carini Str), Sta.", "Venera, meta hemm il-ħsieb li tingħata t-tarmac?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: M'għandi xejn xi nżid mar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 2369.", "STA.", "VENERA - XOGĦLIJIET FL-ISKEJJEL", "4949.", "L-ONOR.", "CLYDE PULI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 2859, jista' il- Ministru jgħid x'xogħlijiet saru fl-iskejjel ta' Santa Venera mill-1994 'il hawn u kemm swiet kull biċċa xogħol?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif mitlub tpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni fis-seduta.", "STA.", "VENERA: SKOLA SAN FRANĠISK T'ASSISI - CANTEEN", "4950.", "L-ONOR.", "CLYDE PULI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: Jista' il-Ministru jara li fl-iskola sekondarja San Franġisk t'Assisi, f'Sta.", "Venera ikun hemm canteen adegwat għall-istudenti li jitmexxa minn kuntrattur privat u mhux minn membru ta' l-istaff kif normalment isir fi skejjel oħra ta' l-Istat?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "MINA BEJN ĦAL QORMI U STA.", "VENERA", "4951.", "L-ONOR.", "CLYDE PULI staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Jista' il-Ministru jassigura li jsir it-tindif u manutenzjoni regolari fil-mina li hemm bejn Ħal Qormi u Sta.", "Venera billi din hi wżata ħafna, minħabba l-perikli li hemm fil-bypass?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: L-awtorita' dwar it-trasport tispezzjona din is- subway regolarment u meta jkun hemm bżonn tindif tinforma d-diviżjoni tax- xogħlijiet biex isir it-tindif meħtieġ.", "MTA - TRAFFIC MANAGEMENT", "4952.", "L-ONOR.", "CLYDE PULI staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Jista' il-Ministru jgħid jekk l-abbozz ta' regoli li saru mill- awtorità ta' Malta dwar it-trasport dwar traffic management, liema abbozz kien ippreżentat lill-kunsilli lokali f'Lulju li għadda, kienx finalizzat u jekk fl-affermattiv, meta se jkun ippubblikat?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: L-abbozz ta' regoli qed jiġu mplimentati għall- fini ta' traffic management iżda hemm xi sezzjonijiet oħra li fihom qed isir xi tibdil b'konsultazzjoni mal-kunsill lokali, il-kummissjoni nazzjonali persuni b'diżabilita' u l-MEPA.", "SKEJJEL PRIMARJI - KUNSILLI SKOLASTIĊI", "4953.", "L-ONOR.", "CLYDE PULI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid jekk fl-iskejjel primarji ta' Ħal Qormi, Ħal Luqa, Ħal Kirkop u Sta.", "Venera hemmx kunsilli skolastiċi?", "Jekk fl-affermattiv, meta beda jiffunzjona kull kunsill?", "Saret elezzjoni għall- membri?", "Il-president/a kien nominat lill-ministru mill-kunsill lokali tal- lokalità?", "Kemm-il darba ltaqa' kull kunsill minn dak iż-żmien 'il hawn?", "Jista' iqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-minuti ta' dawn il-laqgħat bl-iskop li wieħed ikollu idea ta' l-attivitajiet u s-suġġetti trattati?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "TAS-SLIEMA - SKOLA PRIMARJA ĠUŻE' BONNICI", "4964.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 4843, jista' il-Ministru jassigura li jsiru l-ispezzjonijiet kollha meħtieġa fil- bini kollu ta' l-iskola primarja Ġuże' Bonnici ta' Tas-Sliema biex jiġi assigurat li jitneħħa u ma jkun hemm l-ebda periklu għas-saħħa u s-sigurta' ta' l-istudenti li jattendu fl-imsemmija skola?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ta' kuljum il-Kap taqsima infrastruttura tad- diviżjoni ta' l-edukazzjoni jżur il-kumpless skolastiku ta' Tas-Sliema biex jassigura li ma jkun hemm ebda periklu għas-saħħa u s-sigurta' ta' l- istudenti.", "GĦAWDEX – RIKORSI FIT-TRIBUNAL INDUSTRIJALI", "4965.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern: Peress illi rikorsi fit-Tribunal Industrijali ta' każi f'Għawdex iridu jiġu ppreżentati l-Qorti ta' Malta, jista' il-Viċi Prim Ministru jara li dawn jibdew jiġu ppreżentati fir-reġistru tal-Qorti Għawdex?", "ONOR.", "TONIO BORG: Is-suġġeriment tal-Onor.", "Interpellant se jiġi studjat in vista ta' artikolu 73, sub-artikolu 9, Kapitolu 452 tal-Liġijiet ta' Malta.", "HELIPORT – ĦADDIEMA TAL-MALTA AIR CHARTER", "4966.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għat-Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u Investiment: In vista ta' l-istqarrija li saret mill- Ministru dwar l-Air Malta, jista' jgħid il-Gozo Air Charter, il-Heliport u l-ħaddiema tal-heliport kif se jiġu milquta, jekk se jiġu milquta?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Filwaqt li l-Gozo Heliport m'għandhiex impjegati magħha, il-ħaddiema tal-Malta Aircharter li jammontaw għal 18 ġewwa l- heliport jinqasmu f'żewġ kategoriji -", "1.", "Tlieta mislufa mill-AirMalta (seconded);", "2.", "15 mislufa mill-corporate services department fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex.", "GĦAWDEX - REĠISTRU TAL-QORTI", "4967.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm daħlu kawżi ġodda fir-reġistru tal-Qorti ta' Għawdex u jelenkahom skond il-kompetenza?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat kif ġej:-", "|Kompetenza |Kawżi ġodda | | |(mill-1 ta' | | |Jannar | | |sat-23 ta' | | |Marzu 2004) | |Inferjuri |4 | |Superjuri |28 | |Tribunal għal |29 | |talbiet żgħar | | |Sezzjoni |3 | |Familja | |", "GĦAWDEX - MANUTENZJONI FL-ISKEJJEL", "4968.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għal Għawdex: Tista' il-Ministru telenka x-xogħlijiet ta' manutenzjoni li saru fl-iskejjel ta' Għawdex matul is-snin 2002, 2003 u 2004 u tgħid ukoll kemm swiet kull biċċa xogħol?", "Liema minn dawn ix-xogħlijiet saru mill-ħaddiema tal-gvern u liema saru minn kuntratturi privati?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "GĦAWDEX: QORTI TAL-FAMILJA – LAQGĦAT TAL-MEDJATURI", "4969.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: B'riferenza għall-każi tal-Qorti tal-Familja f'Għawdex li qed jiġu riferuti għall-medjazzjoni, peress illi l-medjaturi qed jitolbu lill-partijiet sabiex imorru għas-seduti Malta, jista' il-Viċi Prim Ministru jara li s-seduti ta' medjazzjoni fil-każi tal-Qorti t'Għawdex isiru f'Għawdex stess?", "ONOR.", "TONIO BORG: Il-laqgħat tal-medjaturi għandhom isiru dejjem Għawdex meta l-proċeduri jibdew hemm.", "Għal dan il-għan hemm spazju provdut fil- bini ta' l-istess qorti.", "QRATI – KAŻI TA' SEPARAZZJONI", "4970.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' il- Ministru tispjega kif medjaturi nominati taħt il-Liġi tal-Familja qegħdin jibagħtu għal persuni Għawdxin li jkunu għamlu talba għas-separazzjoni biex imorru Malta għal medjazzjoni, meta dawn ħafna minnhom huma nisa miżżewġa bi tfal żgħar?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Nitlob lill-Onor.", "Interpellanti tindirizza l- mistoqsija tagħha lill-ministru konċernat.", "MALTAPOST - ĦADDIEMA GĦAWDXIN", "4971.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' il- Ministru tagħti r-raġunijiet għaliex seba' ħaddiema tal-Maltapost mil-lum ġew trasferiti mix-xogħol li kellhom f'Għawdex għal xogħol f'Malta ma' l- istess Maltapost, filwaqt li ħamsa oħra kellhom ix-xogħol tagħhom mibdul mingħajr spjegazzjoni ta' xejn?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jindirizza l- mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "BEJGĦ TA' PROPRJETA' RESIDENZJALI", "4972.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm inkwilini ta' postijiet tal-gvern li xtraw il-post tagħhom fis-snin 1999, 2000, 2001, 2002, 2003 u 2004 sal-lum?", "ONOR.", "TONIO BORG: Il-bejgħ ta' proprjeta` residenzjali mibnija mill- gvern huwa mmexxi mill-awtorita` tad-djar.", "Għalhekk l-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "POSTIJIET RESIDENZJALI TAL-GVERN", "4973.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid il-gvern ta' kemm hu sid ta' postijiet bħala housing soċjali?", "ONOR.", "TONIO BORG: Mill-arkivji tat-taqsima proprjeta` tal-gvern jirriżulta li l-ammont ta' postijiet residenzjali mibnija mill-gvern u li huma mogħtija b'kera huwa ta' ftit aktar minn 7,500.", "Din iċ-ċifra ma tinkludix postijiet residenzjali li qabel kienu tal-Knisja.", "Lista li turi l-ammont ta' dawn il-postijiet ġewwa kull lokalita` f`Malta tpoġġiet fuq il- mejda tal-Kamra aktar kmieni fis-seduta.", "It-taqsima proprjeta` tal-gvern m'għandhiex informazzjoni ta' kemm hemm minn dawn il-postijiet ġewwa Għawdex għalkemm qed tagħmel eżerċizzju sabiex l-informazzjoni dwar proprjeta` tal-gvern f'Għawdex tkun komputerizzata.", "POSTIJIET TAL-GVERN", "4974.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid fejn jinsabu l- postijiet ta' housing soċjali u kemm hu n-numru f'kull lokal?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 4973.", "POSTIJIET RESIDENZJALI PROPRJETA' TAL-GVERN", "4975.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien id- dħul finanzjarju minn kuntratti li għamlu inkwilini ta' postijiet tal- gvern meta xtraw il-post tagħhom fis-snin 1999, 2000, 2001, 2002, 2003 u 2004 sal-lum?", "ONOR.", "TONIO BORG: Il-bejgħ ta' postijiet residenzjali proprjeta` tal- gvern lill-inkwilini ta' l-istess postijiet isir mill-aworita` tad-djar.", "Għalhekk nitlob lill-Onor.", "Interpellant jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "Rigward postijiet residenzjali li ġew f'idejn il-gvern b'riżultat tal- ftehim ta' l-1992 bejn l-istat ta' Malta u l-Vatikan, ninsab informat li d- dħul minn bejgħ u fidi ta' ċens hu kif jidher fit-tabella li poġġejt fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni fis-seduta.", "MOSTA - KAŻ DWAR PENSJONI TA' L-IRTIRAR", "4976.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Familja u tas- Solidarjeta` Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid għaliex għadu ma rrispondix dwar il-każ ta' persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, peress li din ma ngħatatx id-dritt tagħha li tieħu pensjoni ta' l-irtirar u benefiċċju?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi lill- persuna ndikata fl-uffiċċju distrettwali tad-dipartiment tas-sigurta' soċjali.", "MTA – SERVIZZ TA' VISITMALTA", "4995.", "L-ONOR.", "ROBERT ARRIGO staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jinformani kemm ħarġet flus il-Malta tourism authority għall-inizjattiva tax-\"Xarabank visitMalta\"?", "Jista' jinformani wkoll kemm- il vjaġġ sar sat-23 ta' Marzu, kemm tellgħu turisti komplessivament fuqhom u liema nazzjonalita' spikkat?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Waħda mir-responsabiltajiet ta' l-awtorita` Maltija tat-turiżmu huwa li tagħmel Malta aktar attraenti bħala destinazzjoni turistika.", "Is-servizz tal-visitMalta għandu jagħmel Malta aktar attraenti għal vizitaturi b'żewġ modi: li t-turist jista' jilħaq aktar postijiet ta' interess b'mod iktar faċli; u li t-turist għandu għażla iktar wiesgħa ta' mezzi ta' trasport biex iżur postijiet ta' interess.", "Fi ftit kliem, għażla tfisser destinazzjoni turistika iktar attraenti.", "Dan huwa servizz li huwa provdut mill-awtorita' dwar it-trasport pubbliku, jiġifieri s-sidien tal-karozzi tal-linja bis-support ta' l-awtorita tat- trasport u ta' l-awtorita tat-turiżmu.", "Is-support finanzjarju fl-ewwel xhur inqasam b'mod ugwali bejn l-awtorita' Maltija tat-turiżmu u l- awtorita' dwar it-trasport.", "L-awtorita' Maltija tat-turiżmu tat support tekniku f'dak li jirrigwarda marketing, ippjanar tas-servizz, training u quality assurance.", "Bejn brochures u assistenza oħra, il-proġett ġie jiswa lill-awtorita' Maltija tat-turiżmu madwar Lm14,000.", "Fl-ewwel erba' xhur (Novembru 2003 - Frar 2004) użaw is-servizz 4,500 turist.", "Immedjatament kif bdew id-diskussjonijiet fuq dan is-servizz, l-awtorita' Maltija tat-turiżmu għamlitha ċara li ma kellha l-ebda ħsieb li tissussidja dan is-servizz fit-tul.", "L-intenzjoni kienet u għadha li s-servizz ikompli jiġi operat mill-awtorita' dwar it-trasport pubbliku b'mod li jkun finanzjarament vijabbli.", "L-awtorita' dwar it-trasport ħadet l-istess pożizzjoni.", "Għalhekk l-infiq li se tagħmel l-awtorita' Maltija tat-turiżmu fuq dan is-servizz fix-xhur li ġejjin huwa ftit li xejn.", "Dan ifisser li għall-investiment li l-awtorita' Maltija tat-turiżmu għamlet fix-xhur tal-bidu, qed jiġi stabbilit servizz li tul medda ta' snin għandu jagħmel Malta aktar attraenti bħala destinazzjoni turistika.", "Huwa stmat li matul l-2004 dan is-servizz se jintuża minn bejn 35,000 u 40,000 turist.", "TRANSIT VISAS", "4996.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u Promozzjoni ta' l-Investiment: Jista' il-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi żviluppi dwar il-ftehim fil-prinċipju li ntlaħaq mal-Ġermanja biex jgħinu lill-pajjiżna fil-ħruġ ta' transit visas għal dawk il-pajjiżi fejn Malta m'għandhiex preżenza diplomatika?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Il-Ministeri ta' l-Affarijiet Barranin ta' Malta u tal- Ġermanja qegħdin bħalissa f'kuntatt ma' xulxin sabiex naraw kif jista' jiġi attwat il-ftehim li ntlaħaq fil-prinċipju biex il-Ġermanja tgħin lil Malta fil-ħruġ ta' visas, fejn Malta m'għandhiex rappreżentanza diplomatika.", "SĦUBIJA TA' MALTA FIL-EUROPOL", "4997.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u Promozzjoni ta' l-Investiment: Jista' il-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li l-ambaxxata tagħna f'The Hague ġiet mgħarrfa mill-enlargement project team tal-Europol li kien hemm nuqqas ta' progress min-naħa Maltija għas- sħubija tagħna fil-Europol tant li jidher li konna l-uniku acceding country li m'għandux joint liaison officer f'The Hague u li Malta m'hijiex qed tlaħħaq mal-workshops kollha li qed ikun hemm għax qed tibgħat rappreżentant wieħed biss għar-regional Europol meetings?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-ministeru konċernat.", "HISPANO-MALTESE MIXED COMMISSION", "4998.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u Promozzjoni ta' l-Investiment: Jista' il-Ministru jgħid meta kellu jiltaqa' il-Hispano-Maltese Mixed Commission?", "Dan fil-fatt iltaqa?", "U jekk iva, x'iddiskuta?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Il-Hispano-Maltese mixed commission on educational and cultural cooperation għandha tiltaqa' f'Malta fl-14 u l-15 ta' April ta' din is-sena.", "AMBAXXATA MALTIJA F'MOSKA", "4999.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u Promozzjoni ta' l-Investiment: Jista' il-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li dewmien fid-diskussjonijiet dwar iċ-chancery premises f'Moska qegħdin ixekklu l-ambaxxata tagħna f'din il-belt milli tagħmel l-arranġamenti meħtieġa għat-tkabbir tat-taqsima konsulari biex tkun tista' tilqa' it- talbiet kollha ta' visas li għandhom jinħarġu liċ-ċittadini tal- Federazzjoni Russa wara li nsiru membri sħaħ ta' l-Unjoni Ewropea f'Mejju li ġej?", "Kien hemm xi żviluppi pożittivi dan l-aħħar?", "ONOR.", "JOHN DALLI: In-negozjati ma' l-awtoritajiet Russi dwar l- allokazzjoni ta' bini akbar u aktar adegwat għall-Ambaxxata Maltija ġewwa Moska, li kienu nbdew xi snin ilu, għadhom għaddejjin.", "Il-ħruġ ta' visas mill-konsolat ta' l-ambaxxata huwa biss wieħed mis-servizzi li jingħataw mill-ambaxxata.", "Dan is-servizz se jibqa' jingħata, minkejja l-fatt li, b'għaqal ekonomiku, m'humiex se jsiru spejjeż għalissa fl-irranġar ta' l- infrastruttura fil-binja eżistenti ta' l-ambaxxata.", "ŻJARA TA' SHEIKH ABDEL MALIK AL-SHEIKH F'MALTA", "5000.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u Promozzjoni ta' l-Investiment: Jista' il-Ministru jgħid x'kien l-eżitu taż- żjara li għamel Sheikh Abdel Malik Al-Sheikh mill-Għarabja Sawdita fi Frar li għadda?", "X'kien l-għan taż-żjara tiegħu?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Iż-żjara f'Malta li għamel Sheikh Abdel Malik Al- Sheikh mill-Għarabja Sawdita fi Frar li għadda kienet waħda strettament ta' natura privata u għalhekk l-għan mhux magħruf.", "AMBAXXATA MALTIJA FIL-LIBJA - XIRI TA' PROPRJETA'", "5001.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u Promozzjoni ta' l-Investiment: Jista' il-Ministru jgħid fiex waslu l- arranġamenti biex tinxtara proprjeta' ġdida fil-Libja mill-Gvern Malti biex tintuża bħala konsulat/visa section ġdida ta' l-ambaxxata?", "Kemm se tiġi tiswa?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Fil-25 ta' Marzu 2004 ġie ffirmat l-att tal-konvenju fuq ix-xiri ta' proprjeta' fil-Libja biex tintuża bħala konsolat.", "Skond l- att tal-konvenju il-kuntratt tax-xiri jrid jiġi ffirmat sal-25 ta' April 2004.", "Il-prezz tax-xiri hu ta' 600,000 Dinar Libjan li jiġu circa ta' Lm158,000.", "MOSTA: TRIQ JOHN BORG - YELLOW BAY", "5009.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid fuq liema kriterju tneħħiet il-yellow bay li kien hemm quddiem store fi Triq John Borg, fil-Mosta u nżebgħet bajda, fejn issa dan l-istore ma jistax jintuża biex iħott u jdaħħal ix-xogħol min jużah?", "ONOR.", "TONIO BORG: Bħalma jaf l-Onor.", "Interpellant, il-kunsilli lokali huma korpi statutorji ta' gvern lokali b'personalita` legali distinta u għalhekk nissuġġerilu jirriferi l-mistoqsija tiegħu lill-kunsill lokali konċernat."]} {"filename": "20060712_416d_par.doc", "date": "2006-07-12", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Uffiċjali u Rivedut) L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 416 L-Erbgħa, 12 ta' Lulju 2006 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 416", "L-Erbgħa, 12 ta' Lulju 2006", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.02 p.m.", "Talba", "Seduta Nru. 416", "L-Erbgħa, 12 ta' Lulju 2006", "WERREJ", "MINUTI 631", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 631", "TQEGĦID TA' KARTI 637", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-KODIĊI ĊIVILI (IT-TIENI QARI)", "CIVIL CODE (AMENDMENT) BILL (SECOND READING) 637", "AĠĠORNAMENT 656", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 415 li saret fil-11 ta' Lulju 2006, ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "DOUBLE-DECKERS", "19902.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Helena Dalli) staqsa lill- Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: B'riferenza għal dak li ġie rrapportat li qal fil-ġurnal \"The Malta Independent on Sunday\" tas-7 ta' Awissu, 2005, jista' il-Prim Ministru jgħid kienx kellem lill-ADT dwar il- każ tad-double-deckers?", "Jista' jgħid x'weġbuh u x'sar minn dak iż-żmien 'il hawn?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (Segretarju Parlamentari) (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Waqt li nikkonferma li kont ikkomunikajt mal- ministru responsabbli mit-trasport dwar din il-materja, nista' ngħid li minn dak iż-żmien 'il hawn seħħew żviluppi ġodda, fis-sens li l-awtorita` dwar it-trasport ħejjiet id-dokumenti meħtieġa dwar żewġ rotot li fuqhom jista' jingħata servizz bi skeda bl-użu ta' open-top buses.", "Fil-21 ta' Marzu li għadda ħarġet ukoll sejħa għal proposti għal servizz fuq dawn iż-żewġ rotot u dawk kollha interessati kellhom l-opportunita` iressqu l-proposti tagħhom sa l-4 ta' Mejju, 2006.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jista` il-ministru responsabbli mit-trasport jgħid meta se jiġu rikonoxxuti u magħżula wħud mill-proposti li saru?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT (Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq): Sur President, kif għadna kif smajna, is-sejħa għal proposti għalqet u bħalissa qed isir rapport ta' evalwazzjoni u l-ħsieb hu li deċiżjoni tittieħed fil- ġranet li ġejjin.", "ADT TECHNICAL UNIT", "19998.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joe Mizzi) staqsa lill- Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jgħid min hu l- manager tal-unit ta' l-eżaminaturi fl-ADT li ta r-riżenja tiegħu?", "Kemm kien ilu f'din il-kariga u x'salarju u perks oħra kellu?", "Huwa minnu li għas-sena li għaddiet ingħata l-performance bonus?", "Kemm ingħata u x'riżultati akkwista matul is-sena li għaddiet li allura wasslu għall- għoti ta` dan il-bonus?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Il-manager tal-unit ta' l-eżaminaturi huwa Major Mark Samut Tagliaferro li fil-fatt ma rriżenjax imma talab biex il-kuntratt ma jiġġeddidlux.", "Kien ilu f'din il-kariga mill-1 ta' Ġunju, 2005 b'salarju ta' Lm10,682 u Lm960 expense allowance u Lm282 car allowance fis-sena.", "Major Samut Tagliaferro ngħata performance bonus ta' Lm1305.24, jiġifieri 12% minn massimu ta' 15%.", "L-assignment tiegħu kien:-", "* To introduce and implement a database system to increase efficiency and knowledge of driver- testing; * To improve the administrative efficiency of the technical unit; * To secure an improved service for testing activities in Gozo; and * To prepare for the implementation of CPC - certificate of professional competence - for heavy duty vehicles.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jista` il-Ministru jgħidli jekk huwiex informat li l- bypass ta' l-Imtarfa, dik il-parti inti u ħiereġ mir-Rabat, qed tkompli tisfronda?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Le, m'iniex informat.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jista' il-Ministru jibgħat l-esperti tiegħu kemm jista' ikun malajr biex jaraw x'inhi r-raġuni li din it-triq qiegħda ta'", "kull darba tisfronda?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Nieħu nota ta' din l-osservazzjoni u nibgħat lil xi ħadd biex jinvestiga.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jista' il-Ministru jara li r-rapporti li jsiru mill- esperti dwar soluzzjonijiet possibbli għal dawn it-tip ta' problemi li regolarment qed jiżviluppaw f'żoni rurali fejn tkun għadha kif saret it- triq, jiġu analizzati b'mod iktar professjonali?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: L-ewwelnett irrid ngħid li m'iniex konxju li dawn il-problemi qed jirriżultaw regolarment.", "Dwar ir-rapporti, sakemm qed jirriferi għar-rapport fuq l-użu tas-sistema tal-gabbjuni, jekk l-Onor.", "Interpellant jagħmilli mistoqsija speċifika, nista` dejjem nintavola dan id-dokument.", "MOBILE PHONES", "19870.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joe Debono Grech) staqsa lill- Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 18489, jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija għas-snin 2004, 2005 u 2006 sal-lum?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Ninsab informat li n-numru ta' mobile phones li ġew irrapportati nieqsa, misruqa jew ma jissewwewx huwa kif jidher hawn taħt:", "|2004 |1 | |2005 |3 | | |1 | |2006* | |", "*Sal-11 ta' Lulju", "TRIQ PAWLU GRECH, L-IKLIN", "19871.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joe Debono Grech) staqsa lill- Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 18419 u jgħid jekk l-art imsemmija hijiex tal-gvern jew tal-privat?", "ONOR.", "TONIO BORG (Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern): Ninsab informat li l-art li rrifera għaliha l-Onor.", "Interpellant hija proprjeta` tal-gvern, amministrata mill-uffiċċju konġunt.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jista' il-Viċi Prim Ministru jinformani ftit dwar fejn waslu t-talbiet għar-rikonoxximent tat-titlu fuq raba` maħduma mill-bdiewa, liema applikazzjonijiet ħarġu madwar sentejn jew tliet snin ilu ?", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Sur President, l-iskema li qed jirriferi għaliha l- Onor. Interpellant hija dik fejn jekk persuna tipprova li kienet ilha sentejn taħdem ir-raba` - anke jekk teknikament m'għandhiex titlu fuqha għax forsi tkun ħaditha mingħand iz-ziju - tkun tista' tapplika għat-titlu.", "Fil-fatt kellna ħafna applikazzjonijiet li qed jiġu pproċessati u biex min applika jkollu xi ħaġa f'idejh, iddeċidejna li noħorġu titlu prekarju lil kulħadd, naturalment lil kull min hu ċittadin Malti u fejn m'hemmx drittijiet ta' persuni oħra fuq dik l-art.", "Dan għamilnieh biex inħaffu iktar il-proċess u, b'arranġament mal-ministeru ta' l-affarijiet rurali, dawn il-persuni jkunu intitolati għal xi għajnuna li jista' ikun hemm.", "Evidentement dawn ħadu gost b'dan it-titlu, imma naturalment dan m'huwiex it-titlu li fil-fatt applikaw għalih, Sur President.", "Irrid ngħid ukoll li bis-saħħa ta' din l-iskema, qatt ma ħarġu titli daqskemm ħarġu f'dawn l-aħħar snin meta kkomparat mas-snin ta' qabel.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Sur President, kien xi ftit taż-żmien ilu meta l-Viċi Prim Ministru kien qal li minn madwar 10,000 applikazzjoni, kienu laħqu ġew ipproċessati xi 800 applikazzjoni.", "Jista' jgħidilna jekk minn dakinhar 'il hawn ġewx ipproċessati aktar applikazzjonijiet?", "Jista` jgħidilna wkoll jekk il-complement ta' l-istaff żdiedx biex l-applikazzjonijiet li hemm pendenti jitħaffu?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Iva, il-complement żdied, pero` wieħed irid japprezza li ħafna minn dawk li applikaw taw informazzjoni ħażina.", "Fil-fatt kien hemm min qalilna li l-għalqa qed jaħdimha meta dan mhux veru, għax mill-aerial photo tinduna li ma kenitx qed tinħadem.", "Kien hemm ukoll min qalilna li qiegħed jaħdimha waħdu meta fil-fatt qed jaħdimha ma' ħutu u kien kemm ukoll min ried din ir-raba` għall-kaċċa.", "L-idea kienet li wieħed iħaffef il-proċess ta' dawk l-applikazzjonijiet li ma kellhomx komplikazzjoni.", "Imma naturalment biex tara dawn trid tara l- applikazzjonijiet kollha u dawn il-komplikazzjonijiet bilfors ifixxlu l- proċess ta' dawk l-applikazzjonijiet li jkunu tajbin.", "Il-joint office daħħal ukoll numru ta' periti sabiex dan il-proċess - kif ukoll dak ta' fidi ta' ċens - jitħaffef kemm jista` ikun.", "Pero` dan il- proċess xorta waħda jrid jieħu ż-żmien tiegħu għax applikaw ammont kbir ta' nies, Sur President.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħidilna b'kemm żdied l- istaff?", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Jiena għedt li joint office żied in-numru ta' periti li jridu jagħmlu ċertu xogħol, bħalma huma pjanti.", "Pero` x-xogħol huwa laborjuż minnu nnifsu u ma nistgħux naqbdu u noħorġu titlu ta' qbiela bl- addoċċ, għax l-ewwelnett inkunu qed niksru l-liġi u t-tieni nkunu qed nagħtu drittijiet lil min ikun abbuża.", "Imbagħad jinqalgħu wkoll ħafna kwestjonijiet bejn il-bdiewa nfushom, liema kwestjonijiet ma jistax isolvihom il-gvern.", "Jiġifieri qabel ma jiġu solvuti dawn il-kwestjonijiet li hemm bejniethom, ma nistgħux nirrikonoxxuhom.", "Irrid ngħid li ħafna minn dawk li applikaw in solido, għandhom titlu ta' qbiela diġa' u ħadd m'hu se jkeċċihom.", "Il-punt hu li huma jkunu jridu li kulħadd jiġi rikonoxxut fil-biċċa art li qed jaħdem hu.", "Biex dan isir irid ikun hemm il-firem ta' kulħadd.", "Jekk ikun hemm wieħed li ma jiffirmax, il- gvern ma jistax jaqbad u jaqsam il-qbiela ladarba m'hemmx il-firma ta' kulħadd.", "Issa dan la hu tort ta' l-iskema, la tal-parlament u lanqas tal- complement, imma tort tan-nies li ma jiffirmawx.", "Naturalment m'iniex se noqgħod nidħol fil-kwestjoni għaliex ma jkunux iffirmaw għax dik kwestjoni tagħhom, Sur President.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jiġifieri t-8,000 applikazzjoni li hemm pendenti kollha għandhom xi ħaġa ħażina u d-dipartiment huwa korrett f'kollox?", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Jiena m'għedtx hekk, Sur President.", "Li għedt hu li ħafna minn dawn it-8,000 applikant diġa` għandhom titlu, imma jridu jaqsmu t-titlu ta' bejniethom u, jekk ma jiftehmux bejniethom, ma jistax jinqasam dak it-titlu.", "Fejn m'hemmx problemi qegħdin immexxu.", "Naturalment hemm ċerti limitazzjonijiet għax dan huwa proċess li wieħed irid jarah sew.", "Sfortunatament l-ammont ta' persuni li ma tawx informazzjoni korretta kien ikbar minn dak mistenni.", "Fil-fatt sar random test billi l-uffiċjali qabdu area u marru jaraw l-applikazzjonijiet kollha li saru fuq dik l-area, u sabu li minn xi għaxra kien hemm ħamsa difettużi.", "Kien hemm minnhom fejn ir- raba` ma kenetx qed tinħadem.", "Evidentement kulħadd ħaseb li għax applika bilfors se nagħtuh it-titlu ta' l-art.", "Biss kieku kellna nagħmlu hekk, konna nkunu qed nagħmlu inġustizzja ma' dawk li applikaw b'mod tajjeb, apparti li l-Parlament ma jagħtix dritt lid-dipartiment ta' l-artijiet jagħti titlu jekk mhux għal skop agrikolu.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jista` il-Ministru jaġġornana dwar x'progress sar f`dan il-proċess u jgħid kemm applikazzjonijiet qegħdin jiġu pproċessati kull xahar?", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Li nista' ngħid hu li fil-lands hemm nies li qegħdin fuq din l-iskema partikolari biss.", "Issa biex aħna nħaffu dan il-proċess, tajna dan it-titlu temporanju li semmejt qabel ħalli, filwaqt li qabel ma kellhom xejn x'juru, issa għandhom xi ħaġa x'juru u jekk xi ħadd jiġi jkellimhom jgħidulu li l-gvern irrikonoxxihom b'dan it-titlu.", "M'għandix dubju li l-Onor.", "Interpellant jaf b'nies li rċevew dan it-titlu li ħareġ b'żewġ kondizzjonijiet, fis-sens li l- applikanti jrid ikollhom ċittadinanza Maltija u li m'hemmx drittijiet ta' ħaddieħor fuq il-post.", "Issa se jinqalgħu każi fejn ikun hemm tnejn min-nies li japplikaw fuq l- istess biċċa art.", "F'dak il-każ, il-kwestjoni tiġi shelved sakemm tiġi solvuta l-kwestjoni kollu, ħalli ma nħallux lill-oħrajn li m'għandhomx dawn il-problemi jistennew.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Frederick Azzopardi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI: Waqt waħda mid-diskussjonijiet fuq il-budget kienet issemmiet xi concession lir-raħħala u l-bdiewa li jkollhom proprjeta` jew li jkunu se jibnu xi farm fuq raba` li tkun bi qbiela.", "Dawn kien qed ikollhom problemi mal-bank meta jiġu biex jissellfu l-flus għax, peress li r-raba` tkun bi qbiela u mhux b'ċens, il-bank ma jkunx irid jislef flus.", "Niftakar li kien intqal li se ssir skema u kien issemma xi ftehim biex ikun hemm xi forma ta' ċens għal 50 sena.", "Jista` il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk din l-iskema daħlitx fis-seħħ?", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, dan il-Parlament kien approva emenda għall- policy sabiex ir-raħħala jkunu jistgħu jingħataw titlu aħjar.", "Din l-iskema hija amministrata mill-ministeru għall-affarijiet rurali u ambjent.", "Jiġifieri uffiċjali minn dak il-ministeru jew dipartiment jipproċessaw l- applikazzjonijiet u mbagħad jibagħtuhom lid-dipartiment ta' l-artijiet biex isir il-kuntratt finali.", "Imma informazzjoni dwar din l-iskema m'għandix, jiddispjaċini.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Sur President, biex inkompli ma' dak li staqsa l-Onor.", "Azzopardi, peress li l-gvern huwa kommess li joħroġ skemi għar-raħħala produtturi tat-tjur u tal-majjal, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħidilna fejn wasalna f'dan ir-rigward?", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, jien m'għamiltx il-commitment li qed jirriferi għalih l-Onor.", "Interpellant u allura ma nistax inwieġbu.", "PARKING FIL-BELT VALLETTA", "19872.", "L-ONOR.", "JOE DEBONO GRECH staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' il-Ministru jgħid jekk persuna li qiegħda tagħmilha ta' parker fl-area magħrufa bħala l-fossa fil-Belt, Valletta għandhiex permess ta' l-awtorita`?", "Jista' jara li jiġu stallati cameras tas-sigurta` f'din l- area minħabba s-serq li qiegħed isir mill-karozzi li jkunu pparkjati hemmhekk?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-post li qed jagħmel riferenza għalih ma jaqax taħt il-gurisdizzjoni ta' l-awtorita` dwar it-trasport - dan ifisser li hemmhekk m'huwiex ikkonsidrat bħala parking area – u l-parker imsemmi m'huwiex liċenzjat u nqabad mir- rappreżentanti ta' l-istess awtorita`, li min-naħa tagħhom informaw lill- pulizija u dan l-individwu se jitressaq il-qorti fil-jiem li gejjin.", "SERVIZZ TA' KONSULENZA", "20029.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Chris Agius) staqsa lill- Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jagħti lista ta' konsulenti jew kumpanniji ta' konsulenza, lokali u barranin, li l- ministeru, inkluż il-korporazzjonijiet pubbliċi li jaqgħu taħtu, qed jagħmel jew għamel użu minnhom mill-1 ta' Jannar, 2006 sal-lum?", "Fiex jikkonsisti s-servizz li ngħata u x'inhuma l-ħlasijiet?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impiegi) (f'isem il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura): L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.", "AKKUŻI TA' KORRUZZJONI", "20052.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm każi hemm ta' korruzzjoni quddiem il-qorti - jew li se jitressqu l-", "qorti din is-sena - fejn jirrigwarda uffiċjali tal-gvern jew uffiċjali ta' xi ente li fiha għandu x'jaqsam il-gvern?", "Xi grad għandhom u fejn jaħdmu?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li t-tagħrif kif mitlub mill-Onor.", "Interpellant m'huwiex disponibbli taħt forma ta' statistika.", "BARRANIN JAĦDMU ILLEGALMENT", "20053.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid kemm persuni ta' nazzjonalita` barranija nqabdu jaħdmu illegalment din is- sena?", "Kemm minn dawn irriżulta li huma immigranti illegali?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li n-numru ta' persuni barranin li nqabdu jaħdmu illegalment mill-ispetturi tal-korporazzjni għax-xogħol u taħriġ minn Jannar sa Mejju 2006 huwa hekk:", "|Jannar |28 | |Frar |14 | |Marzu |5 | |April |16 | |Mejju |8 |", "Il-korporazzjoni ma jkollhiex tagħrif dwar kemm minn dawn il-ħaddiema huma immigranti illegali.", "MALTIN JAĦDMU ILLEGALMENT", "20054.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid kemm Maltin inqabdu jaħdmu illegalment din is-sena u x'passi ttieħdu kontra tagħhom?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li n-numru ta' Maltin li nqabdu jaħdmu illegalment mill-ispetturi tal-korporazzjoni għax-xogħol u taħriġ minn Jannar sa Mejju, 2006 huwa hekk:", "|Jannar | 373| |Frar | 237| |Marzu | 109| |April | 173| |Mejju | 145|", "Informat ukoll li f'kull każ il-persuni jintalbu jirregolarizzaw ruħhom billi jimlew il-formola ta' l-ingaġġ u jeħlu Lm25 multa amministrattiva.", "Fil-każ ta' dawk il-persuni li jkunu qed jirreġistraw għax-xogħol waqt li jinstabu jaħdmu, id-dipartiment tas-servizzi soċjali jiġi informat sabiex jipproċedi min-naħa tiegħu.", "Fin-nuqqas ta' dan kollu, il-każ jgħaddi għand il-pulizija biex tipproċedi bil-qorti.", "REĠISTRU TAX-XOGĦOL", "20055.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid kemm persuni nqatgħu minn fuq l-ewwel parti tar-reġistru din is-sena u għaliex?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Minn Jannar sa Mejju 2006 inqatgħu 989 persuna minn fuq l-ewwel u t-tieni parti tar-reġistru.", "Minn dawn 177 inqabdu jaħdmu u jirreġistraw, 619 irrifjutaw opportunita` ta' xogħol, filwaqt li 193 persuna rrifjutaw opportunita` ta' taħriġ.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Il-Ministru qiegħed f'pożizzjoni jgħid kemm minnhom huma żgħażagħ?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, biex tingħata din l-informazzjoni trid issir talba apposta biex jingħata breakdown ta' l-age groups.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joseph Abela, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOSEPH ABELA: Jista' il-Ministru jgħidilna jekk jinżammx record ta' dawk li ta' spiss jinqatgħu minn fuq ir-reġistru, jerġgħu jitniżżlu u mbagħad jerġgħu jinqatgħu?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Iva, l-ETC ikollha informazzjoni preċiża dwar dan.", "Jiġifieri jekk il-Kamra tkun trid taf kemm ikun hemm relapsers, l-ETC ikollha din l-informazzjoni.", "L-ETC anke jkollha informazzjoni ta' meta persuna tkun bdiet tirreġistra u tali inforamzzjoni tibqa` fir-records tagħha għal ħafna snin.", "Jiġifieri l-ETC għandha records fuq kull persuna li, per eżempju, tkun għamlet sitt xhur, sena jew sentejn tirreġistra, imbagħad issib xogħol u tagħmel ċertu żmien taħdem, tieqaf mix-xogħol u terġa' tmur tirreġistra.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Kemm Għawdxin hemm minn fost id-989 persuna li nqatgħu mir-reġistru?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Jiddispjaċini imma hawnhekk m'għandix iċ-ċifra għal Għawdex.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "JOSEPH ABELA: Hemm xi policy partikolari jew programm apposta għal dawk il-persuni li jkun ilhom jirreġistraw għal numru ta` snin?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Fil-fatt hemm 470 persuna li ilhom jirreġistraw għal aktar minn ħames snin ma' l-ETC.", "Ħafna drabi dawn ikunu każi ta` aspetti soċjali, każi ta` unemployability, minħabba raġuni ta' saħħa li ma tikkwalifikahomx għall-invalidita`.", "Naħseb li at any point in time, kemm ilu jinżamm ir-reġistru ta' dawk li qed ifittxu x-xogħol, dejjem ikollok din it-tip ta' ċifra ta' nies li jkunu qegħdin fuq ir-reġistru u jkun hemm ċirkostanzi komplessi għaliex ma jkunux jistgħu jidħlu fis-suq tax-xogħol.", "IMMIGRANTI IRREGOLARI", "20056.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm immigranti illegali hawn jgħixu f'open centres?", "Kemm ġew jiswew lill-Istat din is-sena?", "ONOR.", "TONIO BORG (f'isem il-Prim MInistru u Ministru tal-Finanzi): Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant illi bħalissa hawn 1,031 immigrant jgħixu f'open centres amministrati mill-gvern u l-ispiża għal din is-sena laħqet it-Lm320,424.", "PERSUNI JAĦDMU ILLEGALMENT", "20057.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid kemm nies ittellgħu l-qorti għax ħaddmu magħhom persuni illegalment din is- sena?", "Kemm minn dawn diġa` ttellgħu l-qorti drabi oħra u kemm-il darba individwalment?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li matul din is-sena, kien hemm żewġ seduti fil-qorti dwar każijiet tal-korporazzjoni għax-xogħol u taħriġ li fihom tħarrku u ttellgħu 30 persuna.", "Waħda minn dawn it-30 persuna kienet ittellgħet ħames darbiet oħra qabel, oħra ttellgħet tliet darbiet oħra qabel, oħra ttellgħet darbtejn oħra qabel u erba` persuni oħra kienu ttellgħu darb'oħra qabel.", "MR SPEAKER: Hekk eżawrejna d-domandi kollha li jidhru fuq l-order paper.", "Tqegħid ta' Karti?", "Il-Viċi Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "TONIO BORG: Sur President, f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi nqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Exemption order lil HSBC Cares for the Environment Fund, skond Artiklu 12(2) ta' l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income, Kap 123.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Pullicino.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO (Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent): Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "43 volum bis-sottomissjonijiet kollha li saru fil-proċess ta' konsultazzjoni pubblika għall-pjani lokali, flimkien ma' ħames CDs ta' l-istess dokumenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-KODIĊI ĊIVILI", "CIVIL CODE (AMENDMENT) BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari qie moqri Ikompli mill-11 ta' Lulju 2006 Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet", "MR SPEAKER: Rimarki?", "Il-Ministru Louis Galea.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, l-abbozz ta' liġi li jemenda l-kodiċi ċivili li għandha l-Kamra quddiemha bħalissa huwa ħolqa oħra f'sensila ta' emendi importanti li dan il-gvern ressaq għall-kodiċi ċivili ta' pajjiżna.", "Naħseb li apparti l-kodiċi kriminali, il-kodiċi ċivili huwa l-liġi li tolqot liċ-ċittadini kollha tagħna fl-aspetti ta' drittijiet ċivili li jkunu regolati fuq il-livell privat.", "Għalkemm dan l-abbozz ta' liġi m'huwiex wieħed voluminuż, b'danakollu meta wieħed jieħdu fil-kuntest tad- diversi emendi li tressqu minn din l-amministrazzjoni, wieħed isib li l- aspett tal-liġi ċivili tagħna ġie mordernizzat.", "Il-kodiċi ċivili tagħna jaf l-oriġini tiegħu fi storja twila.", "Immorru lura u ħafna drabi ngħidu li l- prinċipji tal-kodiċi ċivili tagħna ġejjin sa mil-liġi Rumana, mill-Code de Rohan u mill-Code Napoleon.", "Jiġifieri, f'ċertu sens, kull amministrazzjoni li kien hawn f'pajjiżna fl-aħħar mijiet ta' snin kellha influwenza fuq x'tip ta' kodiċi ċivili jkollu pajjiżna.", "Meta wieħed jara t-tibdiliet li saru minn din l-amministrazzjoni fil-kodiċi ċivili jsib li fil-fatt dan il-kodiċi ġie modernizzat u kien kapaċi jirrispondi għat-tibdil li l-pajjiżna għadda minnu sew b'riżultat ta' żviluppi politiċi u anke b'riżultat ta' żviluppi oħra ta' natura soċjo- ekonomika.", "M'hemmx dubju li l-fatt li llum aħna membri ta' l-Unjoni Ewropea ħalla impatt fuq il-manjiera ta' kif nordnaw ir-relazzjonijiet ta' livell privat bejn il-familji u ċ-ċittadini, u bejn l-istat u ċ-ċittadini inkwantu li għandek id-drittijiet proprjetarji.", "Allura f'dan is-sens urejna li aħna kapaċi li naġġornaw ruħna u nżommu l-kodiċi ċivili tagħna kodiċi dinamiku sabiex ikun jista' jirrispondi għall-bżonnijiet tal-lum.", "Jiena nqis li t-tibdiliet li dan il-gvern għamel fil-kodiċi ċivili huma tibdiliet moderni u progressivi u ġabu anke l-possibilita` ta' aktar faċilita` liċ- ċittadini sabiex ikunu jistgħu jassiguraw id-drittijiet tagħhom.", "Tajjeb wieħed jgħid li fir-rigward ta' l-emendi li aħna qegħdin inressqu għandna emendi li anke jirrigwardaw aspetti ta' ċerta politika soċjali.", "Waħda minnhom, diġa' saret riferenza għaliha, tirrigwarda d-drittijiet tat- tfal li jkunu twieldu qabel l-1 ta' Diċembru 1993, fejn allura r-raġel ikun jista` jiċħad li jagħraf t-tifel imnissel matul iż-żwieġ għar-raġunijiet kif elenkati fil-liġi, jekk il-kawża għaċ-ċaħda ta' l-għarfien tat-tifel tiġi ppreżentata mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2006.", "Jiġifieri għandna data, f'ċertu sens wieħed jista' jsejħilha fatali, li jekk tinqabeż dak li jkun jista' jkollu l-problemi.", "Mela jekk hemm xi raġel li jrid iressaq xi kawża sabiex jiċħad il-paternita`, dan irid jagħmilha qabel il- 31 ta' Diċembru ta' l-2006.", "Naturalment hawnhekk wieħed qiegħed jitkellem fuq tfal li jkunu twieldu qabel l-1 ta' Diċembru ta' l-1993.", "Sur President, f'din il-liġi qegħdin ukoll immissu aspetti oħra li spjegahom tajjeb ħafna l-viċi prim ministru, u li diġa` kien hawn diversi kummenti fuqhom miż-żewġ naħat tal-Kamra.", "Jiena ċert li din id-diskussjoni fuq dan l-abbozz ta' liġi se tkun tista' tgħin lil din il-Kamra sabiex tkompli ttejjeb dan il-kodiċi.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimkari?", "L-Onor.", "Franco Galea.", "ONOR.", "FRANCO GALEA: Sur President, ħadt gost ħafna nisma` u wara naqra dak li qal l-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici fl-introduzzjoni tiegħu għad- dibattitu dwar it-tibdil fil-kodiċi ċivili li għandna għall-konsiderazzjoni tagħna.", "Apprezzajt ferm il-mod ta' kif spjega l-evoluzzjoni tal-kodiċi ċivili u fil-fatt dan għenni sabiex nikkonferma kemm għandna wirt legali profond f'dan il-pajjiż ċkejken tagħna.", "Innutajt il-mod ta' kif spjega b'reqqa r-raġunijiet li wasslu għat-tibdil li għandna quddiemna.", "M'għandix ħafna x'inżid ma' dak li qal is-segretarju parlamentari, u jiena ċert li hawn bosta membri f'din il-Kamra li huma familjari aktar minni mal- mekkaniżmu tal-liġi, pero` xorta nixtieq nagħmel ftit kummenti dwar l- emendi.", "Sur President, jiena nħoss li l-emenda li tikkonċerna l-ipoteki fuq beni mobbli hija tassew meħtieġa f'dan il-pajjiż billi hawn bosta negozji kbar u inqas kbar li jkunu investew eluf kbar ta' liri f'makkinarju, vetturi speċjalizzati u apparat ieħor li ħafna drabi ma jkunux qed irendu biżżejjed.", "Hawn ħafna sidien ta' negozji li sabu ruħhom f'ċerti diffikultajiet sabiex jiffinanzjaw il-ħidma tagħhom billi ma kellhomx assi immobbli x'jagħtu bħala garanzija.", "Il-messaġġ huwa li l-intrapriżi jistgħu jużaw dawn il-beni mobbli bħala sors ta' finanzjament għal xogħol ġdid u b'hekk ikun hemm multiplier effect fl-ekonomija.", "Fl-applikazzjoni ta' din l- emenda wieħed irid iżomm quddiem għajnejh li l-valur tal-beni immobbli, minħabba n-natura tagħhom, iktar ma jmur iktar jogħla, filwaqt li l-beni mobbli normalment jonqsu fil-valur tagħhom.", "Dan jillimita l-proċess ta' kif jingħata s-self fuq iż-żewġ tipi ta' beni.", "Għalehkk ikun tajjeb li aktar 'il quddiem wieħed jgħarbel bir-reqqa l-implikazzjonijiet fuq dan kollu minħabba l-valur ta' dan l-assi ħalli jiġi żgurat li d-drittijiet tal- partijiet f'transazzjoni ta' self jiġu mħarsa jekk din tkun tirrikjedi ipoteka.", "Sur President, fir-rigward tal-materja kumplessa tal-paternita`, jiena nħoss li hawnhekk hawn bżonn nagħmlu ftit riflessjonijiet.", "L-ewwelnett il- liġi trid tittutela d-dritt tat-tarbija li tkun taf min huma l-ġenituri tagħha.", "Filwaqt li nifhem l-iskop ta' l-emenda ma nixtieqx li naslu fil- punt li din il-Kamra tidher li qiegħda tinkoraġġixxi l-wild barra mis- sagrament taż-żwieġ.", "Jiena ngħid li wasal iż-żmien li nsaħħu l-valur tal- paternita`, tal-familja u taż-żwieġ.", "Hawnhekk jiena nixtieq nistaqsi jekk sabiex missier jirrinunzja l-paternita` tiegħu għandux iressaq il-provi tad- DNA.", "Daqstant ieħor nistaqsi jekk l-omm għandhiex il-jedd li ma tgħidx min hu l-missier tal-wild tagħha, u jekk dan għandux jitqies bħala abbuż, speċjalment f'każijiet fejn ikun hemm possibilitajiet ta' benefiċċji soċjali jew f'każijiet fejn l-omm tkun qiegħda tiġi mhedda mill-missier.", "Meta naraw li s-single mothers qed jiżdiedu b'rata fenomenali sena wara l- oħra, wieħed bilfors ikollu jgħid li hemm xi ħaġa ħażina.", "Għalhekk irridu naħdmu ħalli naqtgħu immedjatament kull tip ta' abbuż u nsalvaw l-familja li tant hija importanti fil-ħajja tagħna.", "Sur President, ngħaddi issa għal punt li fil-fehma tiegħi huwa serjissimu.", "Aktar ma nara u aktar ma nipparteċipa fil-ħidma bla waqfien li ssir f'din il-Kamra sabiex pajjiżna jkollu qafas legali sod u komprensiv, aktar inħoss id-diqa meta nara ċerti sitwazzjonijiet li jseħħu barra minn din il-Kamra.", "Huwa ferm importanti li l-pajjiż ikollu liġijiet sodi, pero` dan kollu ma jiswa għal xejn jekk dawn il-liġijiet ma jiġux applikati b'mod xieraq u ekwu.", "Kemm-il darba kelli okkażjoni f'din il-Kamra sabiex nesprimi d- dispjaċir tiegħi għal mod ta' kif ċerti liġijiet jiġu nfurzati u d- deċiżjonijiet li jittieħdu f'ċerti waqtiet mill-qrati tagħna.", "Inħobb inżomm ħafna ġewwa fija qabel ma ngħid dak li għandi f'moħħi u f'qalbi.", "Inżomm quddiem għajnejja l-ħidma kbira li ssir mill-gvern u mill-forzi tas- sigurta` fil-pajjiż, kif ukoll il-mod impekkabbli ta' kif ġudikanti Maltin jirrappreżentaw lil Malta fil-qrati internazzjonali.", "Fil-fatt illum stess l-Imħallef Carmel Agius beda jippresjedi l-qorti internazzjonali dwar il- krimini tal-gwerra fil-Jugoslavia.", "Min-naħa tiegħi kont qiegħed nistenna l-ħin ta' l-aġġornament sabiex nuri l- għadab u r-rabja tiegħi għall-għotja tal-bail lill-persuna barranija li importat 50,000 pillola ecstasy.", "Ma rridux ninsew li snin ilu Malta kienet qalgħet ċanfira talli kienet żammet tfajla arresstata għal xi xhur minħabba li din kienet daħlet f\"Malta b'xi joints tal-ħaxixa għall-użu personali tagħha.", "Ma rridux ninsew li hawnhekk qed nitkellmu fuq kunsinna kbira ta' droga li kienet intiża sabiex tweġġa` u toqtol lill-uliedna.", "Għaldaqstant f'każijiet bħal dawn il-prattika għandha tirrifletti li Malta ma tippermetti l-ebda forma ta' tolleranza.", "Din mhix l-unika deċiżjoni li tħalli togħma morra f'ħalq min għandu għal qalbu l-ġustizzja u l-bonordni fil-pajjiż.", "Fil-fatt hemm ħafna każijiet ta' persuni involuti fil- pedufilja u każijiet oħra ta' abbużi fuq it-tfal u n-nisa, li ħafna minnhom ilhom is-snin jistennew biex jinstemgħu fil-qorti.", "Għalhekk nixtieq nistaqsi jekk huwiex il-waqt li wieħed iħares lejn il-pieni kkontemplati u jelimina l-possibilita` ta' bail f'każijiet fejn il-forzi tas-sigurta` jħossu li l-individwu in kwestjoni jista' jkun ta' periklu għas-soċjeta', jew inkella jista' jkun li jipprova jaħrab mill-pajjiż.", "F'każijiet fejn il- krimini huwa ta' natura serja jew skabruża rridu niżguraw ukoll li l-każ jiġi mgħaġġel għaliex id-dewmien ma jagħmel ġid lil ħadd.", "Sur President, fi ftit sigħat oħra se jsir riċeviment f'Sant Iermu fejn se ninġabru mal-Korp tal-Puliizja sabiex infakkru l-192 anniversarju mit- twaqqif tal-korp.", "Dan il-korp bħalissa huwa mmexxi mill-Kummissarju John Rizzo, persuna li r-rispett lejha dejjem qiegħed jikber min-naħa tal-poplu Malti minħabba l-ħidma bla waqfien, kuraġġuża u integra tiegħu.", "Deċiżjonijiet tal-qrati bħal dawk li semmejt ftit ilu żgur li ma jgħinux lill-korp tal-pulizija sabiex iżomm il-kuraġġ meħtieġ ħalli jkompli l-ħidma tiegħu, u wisq inqas iħalli rispett lejn is-sistema tal-ġustizzja f'pajjiżna.", "Qiegħed ngħid dan kollu għaliex il-poplu qiegħed jara kif ċerti liġijiet qegħdin jiġu nfurzati b'mod qawwi - hawn qed nirreferi għas- sistema tal-wardens - mentri f'każijiet oħra l-ġustizzja u l-infurzar tal- liġi m'humiex evidenti.", "Jiena kemm-il darba sħaqt fuq il-punt li għandna neliminaw ċerti abbużi għax it-telf tar-rispett lejn l-istituzzjonijiet huwa perikoluż ħafna.", "Nagħlaq dan id-diskors tiegħi billi ngħid li jekk irridu r-rispett tal- poplu, il-liġijiet għandhom jiġu nfurzati, u nfurzati għal kulħadd.", "U jekk irridu rispett għal-liġi, il-qrati jridu jigdmu lil kulmin ħaqqu u jrid ikun hemm il-kunċett ta' zero tollerance.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joe Falzon.", "ONOR.", "JOE FALZON: Sur President, is-Segretarju Parlamentari, l-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici, spjega tajjeb ħafna x'inhu l-għan ta' l-emendi li l- gvern qed iressaq għal dan l-abbozz ta' liġi.", "Permezz ta' dan l-abbozz ta' liġi se nkunu qed nindirizzaw ċerti affarijiet li kienu qed jikkawżaw ċerta tbatija lil ċerti individwi partikolari.", "Issa bis-saħħa ta' dan l-abbozz dawn it-tbatijiet se jittaffew.", "Sur President, dan l-abbozz jitkellem fuq erba' prinċipji differenti li qed jindirizzaw il-kunċett ta' l-unjustified enrichment, il-kunċett ġdid ta' ipoteka u privileġġi speċjali fuq il-mobbli, il-kunċett ta' l-ispejjeż neċessarji għar-romol u l-kunċett tat-twelid ta' ulied barra miż-żwieġ.", "Dawn l-erba` kunċetti kif spjegati fil-liġi u anke fid-diskorsi li smajna f'din il-Kamra huma intiżi biex jħarsu lil bniedem minn affarijiet li jolqtuh fil-laħam il-ħaj.", "Fil-fatt qabel ma ppubblikajna dan l-abbozz ħsibna fuq minn xiex jgħaddi l-bniedem, b'mod partikolari fuq dak li bih qiegħed jintlaqat ħażin.", "Dan qiegħed ngħidu għaliex anke fil-professjoni tiegħi niltaqa` ma' ħafna u ħafna każijiet bħal dawn.", "Sur President, il-kunċett ta' l-ipoteka u l-privileġġ speċjali fuq il- mobbli m'huwiex limitat biss għal ċertu settur partikolari, imma huwa miftuħ għal setturi oħra.", "Għalhekk huwa tajjeb li nispjegaw daqsxejn aktar fid-dettall dan il-kunċett partikolari lil dawk li qegħdin jisimgħuna.", "F'dan l-abbozz qegħdin nindirizzaw sistema li hija waħda ġustifikata għaliex illum bis-saħħa ta' dan l-att jistgħu jiġu ipotekati u privileġġati l-mobbli.", "Kif nafu fuq l-immobbli dejjem setgħet issir ipoteka, pero` issa dan il-kunċett ġie estiż ukoll għall-proprjeta` mobbli.", "Din is-sentenza li għadni kif għedt tfisser ħafna għal dawk in-nies li jridu jagħmlu investiment kbir f'dak li huwa mobbli, bħal ngħidu aħna investiment f'makkinarju jew f'vetturi speċjalizzati.", "Naturalment dan it-tip ta' investiment issa se jibda jiġi rikonoxxut.", "Meta qabel kont tmur il-bank biex tissellef għal dan il-għan kont kważi kważi issib impediment min-naħa tal-bank.", "Għaliex?", "Għax il-bank ma kienx jikkonsidralek l-ipoteka fuq il- mobbli, imma issa bis-saħħa ta' dan l-abbozz li qed niddiskutu llum dik l- ipoteka se tkun tista` ssir.", "Din l-emenda se twassal biex tagħti nifs kbir lil dawk l-investituri li jinvestu f'makkinarju relatat ma' kostruzzjoni.", "Kif nafu llum biex tagħmel investimenti kbar trid ħafna u ħafna flus u allura tajjeb li jkun hemm rikonoxximent ta' dan l-investiment mill-banek sabiex inti tkun tista' tiffinanzja loans u jkollok aktar liquidity f'cash flow.", "Nafu li kemm kemm- il darba dawn il-kuntratturi kienu jsibuha diffiċli ħafna sabiex jiffinanzjaw ċertu investimenti kbar.", "U ta' min jgħid li dawn l- investimenti kbar bdew kulma jmur dejjem jiżdiedu għaliex fejn qabel kont tista' tarma impjant b'ċertu ammont ta' flus, illum l-istess impjanti jiswew ħafna u ħafna aktar.", "Għalhekk hija xi ħaġa tajba li jkun hemm dan ir-rikonoxximent u li allura jista' jkun hemm ċertu forma ta' ipoteka fuq il-mobbli.", "Illum il-ġurnata dan l-investiment qiegħed isir b'ċerta qawwa finanzjarja u għalhekk huwa tajjeb li jibda jkun hemm ipoteki fuq dak li huwa mobbli.", "Wara kollox dak l-investiment qiegħed dejjem hemm u jkun investiment marbut ukoll mal-manifattura jew ma' servizzi f'dak it-tip ta' settur partikolari.", "Għalhekk tajjeb li nibdew nagħtu lok sabiex il-banek ikunu jistgħu jikkunsidraw dawn l-investimenti u jagħtu ipoteka fuqhom.", "Sur President, tajjeb li nsemmu wkoll li jekk, per eżempju, mobbli jinbiegħ u allura jkun hemm it-tibdil ta' l-idejn, dik l-ipoteka tista' tibqa' sservi wkoll.", "Jiġifieri l-ipoteka tiġi trasferita u tkun marbuta ma' dak il-mobbli partikolari.", "Irridu nifhmu li din iġġib magħha vantaġġi kbar għaliex nafu kemm il-kuntratturi u l-investituri kienu jsibu diffikultajiet ta' finanzjament għal ċertu makkinarju, li kif għedt, jinvolvi ħafna u ħafna flus.", "Irrid infakkar ukoll li qabel inti kellek ċerti konsiderazzjonijiet li ma jirrikonoxxux dik li hija proprjeta` mobbli bħala bażi soda fuqhiex wieħed jista' jagħmel ipoteka.", "Ġeneralment li kien jiġri huwa li dak l-investitur kien ikollu saħansitra jagħmel ipoteka ġenerali fuq il-proprjetajiet personali tiegħu.", "Allura llum se tagħti faċilita` aktar wiesgħa f'dak li huwa self mill-banek, ipoteki, bejgħ u affarijiet bħal dawn.", "Se tnaqqas ukoll pressjoni kbira minn fuq l- investituri għaliex mhux se jkollhom aktar bżonn jagħmlu ipoteka fuq l- affarijiet immobbli personali tagħhom.", "Issa dik l-ipoteka tista' ddur fuq il-mobbli tal-kumpannija meta jkun se jsir xi investiment.", "Irrid ngħid ukoll li din se ġġib ukoll vantaġġi kbar fuq meta wieħed jagħmel ipoteka fuq proprjeta` mobbli.", "Dan għaliex jekk inti tkun se tikkonsidraha fuq numru ta' snin, allura tista' iddaħħal il-kunċett tad- depreciation mill-ewwel u b'hekk, jekk qabel il-bank jew individwu seta' jagħmel ipoteka fuq il-100% tal-valur tal-mobbli, din tista' sempliċement issir fuq persentaġġ iżjed ridott ħalli tieħu in konsiderazzjoni l-face value.Illum il-ġurnata mal-loan jew mat-trasferiment, din tiġi kkunsidrata mill-ewwel u allura l-persentaġġ Ii inti tkun tista' tagħmel ipoteka fuq dak il-valur tal-proprjeta` mobbli tkun tista' tiġi aġġustata b'mod liberu ħafna ħalli tieħu in konsiderazzjoni kwalunkwe depreciaton li tista' ssir fuq dik il-proprjeta` mobbli.", "Irrid ngħid ukoll li l-vantaġġi ta' dawn l-emendi rridu narawhom fis-sens wiesa' tagħhom.", "Illum nafu li meta wieħed ikun se jinvesti f'fabbrika jkollu jagħmel financial projections qawwija għall-operat tal-makkinarju u financial projections oħra relatati ma' dak l-investiment li jkun qiegħed isir.", "Għalhekk dawn l-emendi se jagħtuhom vantaġġ ferm u ferm wiesa' għaliex dak il-piż li qabel kienu jħossu sabiex jiffinanzjaw il-proġett kollu tagħhom illum se jittaffa.", "Ħaġ'oħra li wieħed jista' jgħid hi li fejn qabel kellek restrizzjonijiet kbar fuq kif tista' tagħmel l-ipoteki fuq il-proprjetajiet mobbli, illum ftaħna jdejna aktar u għalhekk dawk ir- restrizzjonijiet se jkunu mtaffija.", "Dan huwa pass ieħor fid-direzzjoni t- tajba għaliex qabel kumpannija kienet issibha diffiċli immens sabiex tagħmel l-investimenti tagħha minħabba l-kondizzjonijiet li kien hemm., pero` issa s-sitwazzjoni hija aktar faċli.", "Meta jsiru investimenti minn kumpannija ikun ifisser aktar ħolqien ta' impiegi, għax kultant tiskanta kif inċentiva żgħira tista' twassal għal riżultati tajbin.", "Meta toqgħod tikkunsidra kemm nies kienu jiltaqgħu ma' diffikultajiet meta jiġu biex jagħmlu investiment wieħed mill-ewwel jinduna kemm emenda bħal din hija bżonjuża biex jitħajru aktar nies jagħmlu dawn it-tip ta' investimenti.", "Għaldaqstant huwa importanti ħafna li dan l-abbozz ta' liġi jidħol fis- seħħ mingħajr ħafna dewmien.", "Sur President, emenda oħra li xtaqt nikellem fuqha hija dik dwa rir-romol.", "Kellna sitwazzjonijiet fejn kellek armla li wara l-mewt tar-raġel tagħha din il-mara kienet issib ruħha f'diffikultajiet kbar ħafna peress li kien ikollha l-assi tagħha ffriżati sakemm jiġi likwidat il-wirt.", "Fl-opinjoni tagħna din kienet xi ħaġa inġusta ħafna ma' dawk il-persuni li jkunu romlu.", "Dawn il-persuni qabel kellhom finanzjament temporanju ta' xi Lm60 u llum, bis-saħħa ta' dan l-abbozz ta' liġi, din is-somma tellajniha għal Lm2,500.", "Dawn il-flus huma intiżi sabiex ma jdaħħlux f'martirju inġustifikat lir- romol, fejn wara t-trawma kbira li jkunu għaddew minnha minħabba l-mewt ta' membru mill-familja tagħhom, kienu jispiċċaw jgħaddu minn martirju ieħor ta' finanzjament u ta' problemi relatati mal-likwidazzjoni tal-wirt.", "Saħansitra kien ikollok persuni li għalihom kienet tkun diffiċli immens sabiex ikomplu għaddejjin bil-ħajja ordinarja tagħhom ta' kuljum.", "Kien ikollok sitwazzjonijiet fejn ġenituri li kienu qed irabbu l-ulied, min kien jibqa' ħaj minnhom, kien ikollu spejjeż kbar sabiex ikompli jrabbi l- familja.", "Dan kien jinħass b'mod partikolari meta l-koppja kien ikollha xi żewġt jew tlett itfal.", "Issa b'din l-emenda fejn, kif għedt, qegħdin intellgħu dik is-somma ta' finanzjament temporanju għal Lm2,500 se ntaffu ħafna minn din it-tbatija.", "Barra minn hekk hemm provisio li permezz tiegħu, din is-somma tista' tiżdied ukoll permezz ta' reviżjoni.", "Għalhekk nerġa' ngħid li dan l-abbozz ta' liġi huwa intiż sabiex jgħin lil dawk il-persuni li jkunu għaddew mit-trawma ta' xi mewt fil-familja tagħhom.", "Bis-saħħa ta' dan l-abbozz se nkunu nistgħu niffaċilitawlhom ħajjithom sakemm eventwalment jiġi likwidat dak il-wirt.", "Sur President, punti ieħor importanti ta' dan l-abbozz ta' liġi huwa dak li għandu x'jaqsam maċ-ċertifikati tat-twelid ta' l-ulied.", "Fl-opinjoni tiegħi se titneħħa distinzjoni importanti ħafna minn fuq iċ-ċertifikat tat-twelid ta' tfal li jitwieldu minn omm separata jew minn single mothers, b'hekk iċ- ċertifikati tat-twelid ta' l-ulied li jkunu mwielda barra miż-żwieġ ma jkunux juru li l-omm ma kenitx miżżewġa għax ikun fih biss l-isem ta' l- omm.", "Fl-opinjoni tiegħi ħaġa bħal din tajba għaliex kellna ħafna dettalji li ma kenux neċċessarji.", "Personalment ma nafx x'kien l-iskop li fuq iċ-ċertifikat tat-twelid ikollok distinzjoni li tittimbrak b'dan il-mod.", "Ma nara xejn ħażin u naqbel magħha li jitneħħew dawn id-distinzjonijiet minn fuq iċ- ċertifikat tat-twelid.", "Nerġa' ngħid li ċerti timbri żejda m'għadniex għalfejn noqogħdu nagħtuhom attenzjoni partikolari għaliex dawn ma jservu xejn għal min ikun qiegħed jara dak iċ-ċertifikat, iżda jkunu ta' piż morali fuq dik il-persuna li tagħha jkun iċ-ċertifikat.", "Punt ieħor li joħroġ minn dan l-abbozz ta' liġi jirrigwarda l-unjustified enrichment.", "Hawnhekk ma rridx noqgħod nirrepeti dak li spjega b'mod tajjeb ħafna s-segretarju parlamentari.", "Dan huwa intiż sabiex il-kunċett ta' l- unjustified enrichment jiġi kkunsidrat bil-mod ġust tiegħu.", "Bħalissa quddiemi qiegħed nara lis-segretarju parlamentari, lill-Onor.", "Jason Azzopardi, lill-Onor.", "Joe Brincat u lill-Onor.", "Mario de Marco, li kollha huma avukati u li min jaf kemm kellhom kawżi ta' dan it-tip u ma setgħux japplikaw dan il-kunċett ta' unjustified enrichment, u dan kien joħloq kumplikazzjonjiet kbar għall-qrati tagħna.", "Kif nafu, m'hijiex ħaġa tajba li tgħabbi lill-qrati b'kawżi li m'hemmx bżonnhom u allura tajjeb li dan il- punt nindirizzawh b'mod għaqli.", "Dan irridu nagħmluh l-ewwelnett sabiex issir ġustizzja u fl-istess ħin sabiex neliminaw ħafna xogħol żejjed mill- qrati tagħna.", "Nafu kemm il-qrati tagħna huma mgħobbijin bix-xogħol u nafu wkoll kif dan il-gvern qiegħed jindirizza din il-problema b'mod tanġibbli.", "Għalhekk f'dan is-sens ngħid li dan l-abbozz ta' liġi li qiegħed jemenda l- kodiċi ċivili għandu jiġi milqugħ b'mod tajjeb ħafna.", "Huwa importanti li f'din il-Kamra jkollna diskussjonijiet li jħallu l-frott tagħhom.", "Irrid ngħid li l-parlament għandu ħafna ideat tajbin u allura tajjeb li nibdew inħarsu wkoll lejn il-vantaġġi li joffri abbozz bħal dan, li permezz tiegħu se niffaċilitaw il-ħajja ta' l-individwi u nġibu aktar sens ta' ġustizzja.", "Permezz ta' dan l-abbozz se nġibu aktar sens ta' prattiċita` fil-mod ta' kif ikollna l-interazzjonijiet kummerċjali ta' bejnietna, f'dak li huwa negozju, f'dak li għandu x'jaqsam mad- deskrizzjonijiet tal-perusni u f'dawk li għandhom x'jaqsmu mal-prattiċi tal- likwidazzjoni tal-wirt.", "Dawn l-affarijiet kollha, inkluż l-ipoteki fuq il- mobbli, se jżiedu l-kummerċ, se jġibu attivita` aktar ġusta u wiesgħa u se jġibu ħafna iżjed kuxjenza ta' x'inhu ġustifikat fil-prinċipju.", "Għalhekk tajjeb li prinċipji bħal dawn jiġu attwati ħalli finalment ikollna qafas legali aktar sensibbli u li jipprovdi akktar prattiċita`.", "Nagħlaq id-diskors tiegħi billi nawgura li jkollna diskussjoni f'din il- perspettiva ħalli jirrenja s-sens ta' ġustizzja u s-sens ta' prattiċita' fost il-Maltin.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Silvio Parnis.", "ONOR.", "SILVIO PARNIS: Sur President, is-sabiħ tal-parlament huwa proprju dak li jkollna ċ-ċans li nitkellmu fuq xi ħaġa li tkun qed tikkawża t- tbatija lil xi ħadd.", "U hija xi ħaġa tajba li min ikun għaddej minn xi problema jgħid li sab deputat jgħinu.", "Naħseb li min forsi llum qiegħed jisma' dan id-dibattitu - nixtieq li jkun hemm ħafna jisimgħuna llum - se jgħid li f'din il-Kamra hawn nies tad-demm u l-laħam u nies li jħossu għal dak li jkun għaddej minnu l-poplu.", "Jien m'iniex se nitkellem mil-lat legali ta' din il-liġi għaliex m'iniex avukat, pero' l-kelliem ta' warajja, l-Onor.", "Joe Brincat, se jitkellem fit-tul fuq dan is-suġett u se jidħol ukoll fuq il-lat legali ta' din il-liġi.", "Min-naħa tiegħi se nitkellem fuq il-ħidma tiegħi ta' kuljum, ħidma li hija marbuta mal-qasam soċjali.", "Ilkoll kemm aħna rridu nifhmu li politiku qiegħed hemmhekk sabiex itejjeb il-kundizzjonijiet taċ-ċittadin.", "U min jaħseb li f'dan il-parlament ħadd ma jagħti każ tagħna, inkunu qegħdin nagħmlu żball.", "Hawnhekk se nirrakkonta storja ħelwa li għaddejt minnha llum waqt li kont għaddej bil- ħidma tiegħi.", "Peress li ma sibtx ħin sabiex immur niekol id-dar mort niekol ġo restaurant.", "X'ħin dħalt f'dan ir-restaurant, in-nies li kien hemm kienu se jaqbdu jgħiduli li s-sid ma kienx laburist, imma jiena dort fuqhom u għedtilhom li ma rridx nisma' b'dawn l-affarijiet.", "Wara ftit is-sid ġie u qalli prosit ta' dak li kienu qalu fuqi fuq il-gazzetta \"Malta Independent\".", "Din il-frażi li kienu ġabu fuq il-gazzetta lanqas kont naf biha.", "Pero` meta kellna d-diskussjoni fuq il-mozzjoni kontra l-Ministru Gatt, kien sar ħafna diskors fuq il-mewt ta' Raymond Caruana u Karen Grech, kif ukoll dak li kien iseħħ fil-passat.", "Għalhekk jiena qomt u għedt li ma rridux noqogħdu ninħlew fuq dawn il-ħmerijiet għaliex min qiegħed ibati hemm barra, ma jridx joqgħod jisma' b'dawn it-tejatrini imma jridu jisimgħu kif se ntejbu l-kundizzjonijiet tagħhom.", "Sur President, illum qegħdin niddiskutu dan l-abbozz ta' liġi li qiegħed jidħol fil-fond tal-problemi soċjali li jgħaddu minnhom ċerti persuni.", "Illum għaddejjin minn bosta bidliet familjari.", "Sal-lum stess, qabel ġejt hawnhekk, ilħaqt dort madwar 40 familja u jien u ġej bil-karozza bdejt ngħid kemm għandna bżonn li niddiskutu l-problema taż-żweġijiet u tat- taħlit fil-familji.", "Tħares daqsxejn madwarek u tibda tarahom dawn il- problemi fiż-żweġijiet.", "Per eżempju, naf waħda li żżewġet Indjan u dan qabad u telaq lejn pajjiżu.", "Naf oħra li kienet toqgħod ħdejna li qaltli li mhux se jibqgħu joqogħdu hemm għax isseparat minn mar-raġel.", "Qasmu kulma kellhom, biegħu d-dar u telqu għal riħhom.", "Jiġifieri b'ħarsa madwarek mill- ewwel tinduna li llum għandna numru ta' problemi soċjali.", "Għalhekk f'dan l- abbozz ta' liġi qegħdin nippruvaw ngħinu lil dawk il-persuni li jkunu għaddejjin minn tant problemi soċjali.", "Jiena dejjem inħobb ngħid li sakemm inkun b'saħħti ma nindunax li jiena b'saħħti, pero' meta jibda l-uġigħ u l- mard nibda ninduna li jien marid u nibda ninduna li kelli s-saħħa u tliftha.", "Kif għedt aktar kmieni, jien mhux se nidħol fuq l-għanijiet ta' dan l- abbozz ta' liġi.", "Min-naħa tiegħi aktar se nagħfas fuq dak li għandu x'jaqsam mal-qasam soċjali.", "Kif għedt il-problema taż-żweġijiet f'pajjiżna kibret u dan jistgħu jixduh l-avukati li għandna f'din il-Kamra.", "Ġieli jiġu għandi nies u jgħiduli li se jibdew il-proċess tas-separazzjoni.", "Min- naħa tiegħi nipprova niftħilhom għajnejhom u ngħidilhom sabiex jaraw jistgħux isalvaw il-familja tagħhom.", "Nistaqsihom ukoll jekk iridunix ngħinhom permezz ta' saċerdot jew inkella permezz ta' social worker.", "L- istess ħaġa jgħaddu minnha l-avukati li għandna hawnhekk.", "Min jaf kemm imorru quddiemhom koppji li jkunu jridu jisseparaw.", "U hawnhekk forsi xtaqt nagħmel appell lill-avukati li jiltaqgħu ma' dawn in-nies.", "Meta jkollna każ ta' seperazzjoni, ejjew nipprovaw ngħinu lil dik il-koppja sabiex jippruvaw jirranġaw iż-żwieġ tagħhom.", "Jiena naf b'avukati li jkunu minn ta' l-ewwel li jgħinu f'każijiet bħal dawn, pero' hemm oħrajn li ma jagħtux kas u jaqbdu mexjin mill-ewwel bil-proċeduri tal-kawża.", "Il-problema taż- żweġijiet f'pajjiżna qiegħda tikber minħabba li qed ikollna ħafna Maltin li jiżżewġu barranin.", "Naturalment ma nistgħux nikkontrollaw dan it-taħlit, pero' ejjew nippreparaw ruħna ħalli nkunu lesti għall-problemi li jistgħu jinqalgħu fi żweġijiet bħal dawn.", "Sur President, nhar it-Tnejn mort niftaħ l-uffiċċju tiegħi u sibt mara minn Raħal Ġdid qiegħda tistennini.", "Din il-mara nafha b'mara li kellha familja magħquda iżda qaltli li r-raġel tagħha ddeċieda li jitlaq mid-dar sabiex imur ma' mara oħra.", "Ir-raġel tagħha ħa miegħu kulma kien hemm fid-dar u din il-mara spiċċat saħanistra mingħajr l-għamara li kellha f'darha.", "Naħseb li l-avukati li għandna preżenti f'din il-Kamra min jaf kemm jiltaqgħu ma' kwestjonijiet bħal dawn.", "Issa din il-mara qaltli li l-Ħadd ta' qabel lanqas biss kellhom x'jieklu.", "Jiena nixtieq li meta jkollna problema bħal din fejn tkun għaddejja l-kawża tas-separazzjoni u r-raġel ma jkunx qiegħed jgħaddi flus lill-mara tiegħu, min-naħa tas-sigurta` soċjali għandhom iħaffu l-proċess ħalli dik il-povra mara għallinqas ikollha xi tip ta` introjtu.", "Sur President, minn hawnhekk nixtieq insellem lill-ħaddiema tas-sigurta` soċjali għall-ħidma tagħhom fir-rigward ta' nies bħal dawn.", "Minħabba l- ħidma tiegħi fil-qasam soċjali, fejn niltaqa` ma' ħafna nies li jkollhom ċerti problemi, jiena nagħmel ħafna mistoqsijiet parlamentari.", "Dawn ma nagħmilhomx biex intellef il-ħidma tad-dipartiment, imma nagħmilhom sabiex ngħin lil dak li jkun.", "Dawn il-mistoqsijiet huma effettivi għax tiġbed l- attenzjoni ta-didpartimetn li, per eżempju, hemm xi ħadd li jkun qiegħed ibati minħabba li ma jkunx qiegħed jieħu l-benefiċċju tas-sigurta` soċjali.", "B'dan il-mod wieħed ikun jista' jħaffef il-proċeduri biex tali persuna tieħu dak li hu tagħha u b'hekk ittaffi mit-tbatija li tkun għaddejja minnha.", "Ma ninsewx li f'dawn il-każijiet m'humiex biss in-nisa li jbatu imma ssib anke rġiel.", "Dan għaliex għandek nisa li ma jistmawx lill-irġiel tagħhom u għandek irġiel li ma jistmawx lin-nisa tagħhom.", "Għaldaqstant nieħu pjaċir meta nara li qegħdin insaħħu dawn ir-riformi.", "Sur President, jiena kburi li nagħmel parti mill-partit Laburista, għax kien proprju l-partit Laburista li introduċa l-benefiċċji soċjali f'pajjiżna u neħħa lit-tallaba minn ġot-toroq.", "Din hija xi ħaġa li tagħmel unur lill-partit Laburista.", "Issa llum qegħdin hawnhekk sabiex nippruvaw insaħħu din il-liġi, liema liġi kulħadd jaqbel magħha għax ovvjament hija xi ħaġa li ttejjeb il-kundizzjonijiet ta' dak li jkun.", "Nerġa' ngħid li min ikun għaddej minn problema soċjali jkun jaf verament minn xiex ikun għaddej.", "Għandna lil dawk is-single mothers li jkunu għaddejjin minn tant problemi u minn żmenijiet tant diffiċli.", "Għandna wkoll it-tfal li forsi ma jkunux minn ta' l-istess missier u li allura jkollhom kunjom differenti.", "Ma ninsewx li t-tfal tal-lum m'għadhomx injoranti u meta jmorru l-iskola jsiru jafuhom ċerti affarijiet.", "Per eżempju, ġieli kien hemm aħwa li kellhom kunjomijiet differenti għaliex ikollhom missier differenti.", "Naħseb li rridu nifhmu li kulħadd huwa tad-demm u l-laħam, kulħadd iħoss u kulħadd jista' jgħaddi minn dawn l-affarijiet.", "M'ilux kont tkellimt f'dan il-parlament fuq kif dawn it-tfal jgħaddu minn tant trawmi u tbatijiet.", "Dan mhux kulħadd l-istess, hemm tfal li ġew imrobbija f'ambjent tajjeb ħafna u hemm oħrajn li ma kellhomx din ix-xorti.", "Hemm tfal li sabu familja magħquda u meta marru d-dar dejjem sabu lill- ommhom u lill-missierhom, iżda sfortunatament għandek tfal li meta jmorru d- dar isibu biss lill-ommhom għaliex missierhom ikun telaqhom.", "B'hekk spiċċaw b'raġel ieħor f'darhom li jkunu jridu jsejħulu papa`.", "U kif jistgħu jsejħulu papa jekk sa 12-il sena kienu jgħixu mal-missier proprju tagħhom?!", "Dawn huma wħud mill-problemi li jiltaqgħu magħhom it-tfal.", "Sur President, minn hawnhekk nixtieq insellem lill-ħaddiema kollha li jaħdmu fil-qasam soċjali bħall-Caritas, l-Appoġġ u l-għaqdiet volontarji l- oħra kollha.", "Jiena nappoġġa lil kulmin jaħdem fil-qasam soċjali għaliex jien ukoll naħdem f'dan il-qasam.", "Fejn jidħlu l-problemi soċjali wieħed għandu jħares lejn id-dinjita` ta' l-individwu.", "M'għandniex ninsew li kulħadd għandu d-dritt li jgħix, id-dritt li jiekol u d-dritt għall- opinjoni tiegħu.", "Dawn huma l-valuri li aħna rridu nkomplu nsaħħu f'dan il- parlament.", "Fid-diskors tiegħi semmejt iż-żweġijiet imfarrka, semmejt is- single mothers u semmejt ukoll it-tfal.", "Irrid ukoll insellem lill- għalliema kollha li faħħarthom ukoll fil-liġi li għaddejna ftit tal-ġimgħat ilu dwar l-edukazzjoni.", "L-għalliema huma l-ewwel edukaturi tat-tfal tagħna u fejn it-tfal ma jsibux l-ambjent ta' formazzjoni fid-dar tagħhom minħabba li jkun hemm xi problemi, se jsibuha fl-iskola permezz ta' l-għalliema tagħhom.", "F'din id-diskussjoni ma nistax ma nsemmix lill-anzjani li niltaqa' magħhom ta' kuljum fix-xogħol tiegħi.", "Dawn ukoll ikollhom il-problemi tagħhom u ġieli ltqajt ma' anzjani fejn minkejja li jkunu kibru fl-eta` jkollhom ukoll l-inkwiet ukoll.", "Per eżempju, ir-raġel jirċievi l-pensjoni fuq ismu, u lill-mara ma jagħtihiex biżżejjed flus għall-ħajja ta' kuljum u allura din l-anzjana tibda tbati.", "Barra minn hekk għandna nisa anzjani - ġieli ltqajt magħhom dawn in-nies – li jgħidulek li r-raġel tagħhom sar rgħib għall-flus u moħħu biss biex ifaddal, u allura lill-mara jagħtiha biss dak il-ftit kemm tgħix.", "Allura naħseb li wasal iż-żmien li nibdew naħsbu wkoll fuq dan il-qasam.", "Aħna kellna każijiet ta' anzjani li ppruvajna ngħinuhom sabiex il-pensjoni tagħhom tinqasam u b'hekk jieħu parti r-raġel u parti l- mara.", "Pero' din saret b'ħafna tbatija minħabba li tinvolvi l-avukati u dawn l-affarijiet kollha.", "Wasal iż-żmien li l-mara tibda tieħu dak li bil- liġi huwa tagħha.", "Jiena nemmen li din il-liġi qiegħda timbotta 'l quddiem sabiex nagħtu aktar serħan tal-moħħ lil dawn l-individwi li jgħaddu minn tant problemi soċjali.", "Nerġa` ngħid li min qiegħed jismagħna għandu jibda jifhem li f'din il- Kamra hawn nies tad-demm u l-laħam.", "Għalkemm ikun hemm affarijiet li fuqhom ma naqblux u nibqgħu nirribattu fuqhom, meta niġu għal affarijiet bħal dawn, fejn qed niddiskutu problemi soċjali, għandna lkoll kemm aħna niġbdu ħabel wieħed.", "Fil-kuxjenza tiegħi nemmen li fejn jidħlu problemi soċjali, dan il-parlament irid jiġbed ħabel wieħed.", "Nemmen li hawnhekk, minkejja d-differenzi ta' bejnietna, kollha kemm aħna nemmnu li rridu naħdmu sabiex pajjiżna jimxi 'l quddiem.", "Sur President, aħna min-naħa tagħna qegħdin naħdmu u naħseb li qegħdin nagħtu l-viżjoni tagħna sabiex dak li huwa tajjeb ngħidu li huwa tajjeb, mentri dak li huwa ħażin ngħidu li huwa ħażin.", "Wara kollox meta ġejna f'dan il-parlament konna wegħidna li se nkunu oppożizzjoni kostruttiva.", "Għalhekk aħna qed ngħidu li naqblu ma' dawn l-emendi li l-gvern ressaq għal dan l-abbozz ta' liġi għax se jtejbu s-sitwazzjoni ta' dawk li għandhom xi problema soċjali.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joe Brincat.", "ONOR.", "JOE BRINCAT: Sur President, għalkemm naqbel ma' l-ideat ta' l-Onor.", "Parnis, ikolli ngħid li għandi d-diffikultajiet tiegħi sabiex mill-aspett legali naqbel ma' dan l-abbozz ta' liġi.", "Ir-raġuni hija li f'ċerti partijiet jidher li għandna skopijiet tajbin, pero' qegħdin nippruvaw nilħquhom b'mod żbaljat.", "Sur President, nibda mill-ewwel biex ngħid xi ħaġa fuq it-tieni artiklu fejn jingħad li l-qorti tista' tibgħat il-kwestjoni quddiem l-arbitraġġ f'każ ta' koppja miżżewwġa li tiġi biex taqsam il-proprjeta` tagħha.", "Jien kont nippreferi li kieku l-", "qorti, wara li tkun semgħet lill-assistenti u lill-medjaturi, jew jekk ikunu qablu l-partijiet, tagħti sentenza permezz ta' l-imħallef, fejn l- ewwel tiġi dikjarata s-separazzjoni, imbagħad x'se jsir mid-dar, x'se jsir mit-tfal, x'se tkun il-kwestjoni tal-manteniment u li tieqaf il-komunjoni ta' l-akkwisti.", "Dawn huma affarijiet li ġeneralment wieħed jista' jiddisponi minnhom malajr.", "Il-problema hija meta jiġu biex jaqsmu.", "Naqbel li l-qorti tista' tiddefinixxi x'inhuwa l-istatus personali wara li jkun hemm qbil mill- partijiet jew wara li tkun semgħet il-provi li jkollha.", "Per eżempju, niftakar f'mara mill-Mellieħa li kellha s-separazzjoni tagħha meta kellha xi 56 sena u sa għaxar snin wara din kienet għadha għaddejja bis- separazzjoni tagħha.", "Issa x'jiswa li wara għaxar snin tmur tgħidilha li l- komunjoni ta' l-akkwisti ġie likwidat?", "Barra minn hekk hemm problema l- oħra għax wieħed miż-żewġ partners miżżewġin ikun dejjem aktar makakk mill- ieħor u jkollu aktar kontroll fuq l-assets tal-familja.", "Jiġifieri jekk raġel huwa self-employed jista' jaħbi l-affarijiet mill-mara tiegħu u allura l-mara ssib biss dak li jidher.", "Naturalment dak li jkun ħeba hu ma tistax issibu.", "L-istess ħaġa jiġri meta l-mara tkun makakka u r-raġel jgħaddilha kollox.", "Din se trekken u taħbi l-affarijiet u mbagħad ir-raġel isib biss dak li jidher.", "Il-mara tkun taf b'kollox x'hemm u hu ma jkun jaf xejn.", "Sur President, dawn huma sitwazzjonijiet li nħabbtu wiċċna magħhom kuljum.", "Jiena qiegħed nissuġġerixxi li l-artiklu 57A jagħmel dawk l-affarijiet li l- qorti għandha tiddefinihom f'qasir żmien, bħal per eżempju, is-separazzjoni personali, il-waqfien tal-komunjoni ta' l-akkwisti u x'għandu jsir mit- tfal.", "Hawnhekk jiena nippretendi li wasal iż-żmien li nagħmlu bħalma hemm fl-Italja, u min se jieħu r-responsabilita' tat-tfal ma tkunx biss kwestjoni ta' manteniment.", "Kemm-il darba nisimgħu li koppja miżżewġa biegħu d-dar konjugali tagħhom u ħadu l-flus tal-post.", "Il-mara ġeneralment se jkollh iżżomm it-tfal magħha.", "Din, jekk tiġi biex tikri flat se jkollha ssibu kbir biżżejjed sabiex ikun jista' jakkomoda lilha u lit-tfal tagħha.", "Min-naħa l-oħra r-raġel jkollu bżonn biss fejn idaħħal rasu hu.", "Il-mara li qed tieħu l-manteniment biex issib tikri post bi tliet kmamar tas-sodda se jkollha tħallas iżjed mir-raġel li jista' jikri studio flat.", "Għalhekk parti kbira mill-manteniment li tirċievi l-mara jmur proprju għall-kera tal-post.", "Issa jekk ma jkunx", "hemm proporzjon fuq din il-kwestjoni nkunu qegħdin nonqsu mill-aspett soċjali.", "Billi nemendaw biss fuq kif se nħaffu l-affarijiet u l-workload inkunu qegħdin nieħdu pożizzjoni żbaljata.", "Jekk dak li jsir quddiem il-medjatur ma jsirx verbal li l-imħallef ikun jista' jestrada fuqu, u r-rikors ġuramentat ikollu bażi ħalli l-imħallef jista' jiddeċiedi ħafna drabi nispiċċaw b'ripetizzjoni ta' affarijiet li huma l-istess.", "Jiena nemmen li l- ministru għandu jdaħħalha f'rasu li jekk irid iżomm il-medjazzjoni, għallinqas isir ir-rikors ġuramentat, jinbagħat quddiem il-medjaturi, u mit- talbiet li jkun hemm jara fejn jistgħu jaslu l-partijiet, għax il-partijiet mhux dejjem se jaqblu fuq kollox.", "Jekk jirranġaw l-affarijiet jaqa' kollox, pero' jekk ma jirranġawx iridu jipproċedu l-ewwel quddiem il-medjaturi u mbagħad fuq dik l-informazzjoni li tkun inġabret, għax kapaċi jaqblu fuq erba` minn ħames affarijiet, l-imħallef ikun jista' jagħti d-deċiżjoni.", "Sur President, niġi issa għall-emenda l-ġdida ta' l-artiklu 59 fejn qed ngħidu li l-imħallef, qabel ma jagħti l-awtorita' tiegħu, għandu jwissi lill-partijiet tal-konsegwenzi tas-separazzjoni.", "Dan għandu jagħmel minn kollox sabiex jirrikonċiljahom u jista` jħassar, ivarja u jdaħħal dawk il- kundizzjonijiet li hu jħoss xierqa.", "Mela l-qorti hawnhekk tista' taqbad il- kuntratt tal-partijiet u tgħid li din il-kundizzjoni ma togħġobix.", "Din konna ngħidulha bonarja jew konsenswali.", "Allura din se jagħmilha l- imħallef jew il-partijiet?", "Per eżempju, jekk l-imħallef jgħidlek li lill- mara trid tagħtiha manteniment bilfors u l-mara tgħidlek li hi ma tridx manteniment għaliex ir-raġel qalibielha u għalhekk dabbret rasha hija wkoll, ta' min se tgħaddi?", "Se tgħaddi ta' l-imħallef jew se tgħaddi tal- partijiet?", "Dan huwa assolutament żbaljat.", "It-tieni ħaġa li ridt ngħid hija li m'hu veru xejn li s-separazzjonijiet konsenswali qiegħed jismagħhom l-imħallef allavolja l-liġi tgħid hekk.", "F'din il-Kamra ngħidu mod u mbagħad fir-regolamenti ngħidu mod ieħor.", "Fir- regolamenti huma l-medjaturi jew dawk li huma uffiċjalment appuntati jew inkella dak li l-partijiet jagħżlu, peress li dawn jistgħu jagħżlu huma lil min iridu bħala medjatur.", "Allura għalfejn niktbu li hija l-qorti li tismagħhom meta dan m'huwiex minnu?", "Għallinqas għandna nkunu onesti biżżejjed li ngħidu li m'hijiex il-qorti who admonishes the parties as to the consequences of the separation and endevour to reconcile them.", "Meta ngħidu l-kelma \"qorti\" tfisser l-imħallef, kif kienet minn dejjem.", "Pero' dik mhux qed issir hekk.", "La kienet qed issir u lanqas se ssir għaliex ir- regolamenti jgħidulek li kif jidħol kuntratt ta' separazzjoni, dan għandu jmur quddiem il-medjaturi.", "Allura tajjeb li nkunu nafu x'qegħdin nagħmlu.", "Il-liġi kienet tgħid li l-imħallef għandu d-dritt li jindaħal fejn jidħlu t- tfal, u ma' dik naqbel perfettament.", "Imma mbagħad daħlet il-klawsola li joġġezzjonaw xi imħallfin li ma jindaħlux fil-ħajja privata ta' xulxin.", "Mela min-naħa nagħmlu l-liġi tal-molestation u mbagħad min-naħa l-oħra nagħtu l-poter lill-imħallef ħalli jekk jagħmlu klawsola bħal dik ngħidu le.", "Allura kif jista' jkun li ngħidu lin-nies li qed tagħmlu kuntratt ta' separazzjoni imma l-kundizzjonijiet mhux bil-volonta` tagħkom imma skond jekk iħallikomx l-imħallef bil-kundizzjonijiet l-oħrajn.", "Ejjew ngħidu li tnejn min-nies iridu jagħmlu d-diviżjoni tal-proprjeta' ta' bejniethom.", "Mela jiġi l-imħallef u lir-raġel jgħidlu d-dar iż-żgħira għandu jeħodha hu mentri d-dar il-kbira għandha teħodha l-mara.", "Jekk se nagħtuh dan il-poter għalfejn niġu ngħidu li hemm is-separazzjoni konsenswali?", "Naqbdu ngħidu li l-imħallef qiegħed jiddeċiedi.", "U jekk l-imħallef ma jkunx sema` l-provi, kif jista' jiddeċiedi fuq affarijiet li ma jkunx sema` l-provi dwarhom?!", "Niġi issa għall-artiklu 70.", "Dan sar wara li kien hemm sentenza mill-qorti Ewropea fejn qalet li l-liġijiet tagħna huma żbaljati fuq it-tfal li twieldu fiż-żwieġ imma li m'humiex tal-missier fiż-żwieġ.", "Għalhekk taw ċans sal-31 ta' Diċembru, 2007 sabiex tagħmel il-kawżi.", "Madankollu ma nafx fejn se tasal din il-liġi jekk imbagħad għandek il-liġi l-oħra li ġiet interpretata mill-qorti ta' l-appell fejn tgħid li jekk ir-raġel ikun hawn Malta, ikun inutli li toqgħod tagħmel id-DNA testing għaliex jekk kien possibbli li jkollhom x'jaqsmu flimkien, it-tarbija hija preżunta tiegħu.", "Hawnhekk erġajna morna lura għal dak li kienu jgħidu fl-antik, jiġifieri ta' l-impossibilita` fiżika.", "Per eżempju, jekk bniedem qiegħed il-ħabs u f'dawk it-300 ġurnata li ddum tarbija biex titwieled dan ma jkunx ħareġ miċ- ċella tiegħu, allura t-tarbija ma tistax tkun tiegħu għaliex ma kellux x'jaqsam mal-mara.", "L-istess ħaġa jiġri jekk ir-raġel isiefer u jmur, per eżempju, l-Awstralja jew l-Ingilterra.", "Illum lanqas dik il-prova m'għandna għaliex jekk huwa ċittadin Malti, fuq il-passaport lanqas jittimbrawlu meta ħareġ u meta daħal.", "Għalhekk dan ir-raġel jitqies li kien dejjem Malta u allura t-tarbija titqies tiegħu.", "U dan għaliex ma kienx fl-impossibilita' fiżika li jgħammar magħha.", "Din hija l-interpretazzjoni.", "Illum taparsi neħħejna dawk li huma born in wedlock u conceived and born out of wedlock.", "Qisu li għax biddilna t-titlu mhux se jibqa' l-istess ħaġa.", "Minflok ngħidu l-personalita` tat-tarbija x'inhi mmorru għal dawn l-affarijiet.", "Jien ngħid ċar u tond li l-aktar ħaġa importanti tat-tarbija hija l-genetic identity tagħha.", "U dan jgħodd aktar u aktar f'pajjiż żgħir bħal tagħna, fejn ma jistax ikollok tifel jew tifla li ċ-ċertifikat tat-twelid tagħhom juri gidba.", "Ma jistax ikun li juru li huma t-tfal ta' xi ħadd meta fil- fatt ma jkunux għaliex jista' jiġri li aktar 'il quddiem jiltaqgħu ma' xulxin u jispiċċaw jiżżewġu l-aħwa ma' xulxin.", "Kulħadd iżomm is-sigrieti ħalli ma jikxfux li dik it-tarbija ma ġietx mill-istess familja.", "Ħalli nsemmi storja żgħira li diġa` rrakontajtha darba oħra.", "Kien hemm tifel li mar fuq ommu jirrakontalha bl-inkwiet li kellu minħabba li t-tfajla li kien qed ikellem kienet tiġi oħtu.", "Dan il-kliem kien qalulu missieru peress li kellu x'jaqsam ma' omm it-tfajla ta' ibnu.", "Madankollu l-omm serħitlu rasu u qaltlu biex ikompli jkellem lil dik it-tfajla għaliex dak li suppost kien missieru ma kienx missieru veru.", "Ejjew immorru għal dak li ġie persistentement indikat mill-qorti Ewropea u dan irridu nagħmluh minħabba l-identita` tat-tifel.", "Aħna ngħidu li l- familja hija dik il-familja li jkun ġie mrobbi fiha, pero' jekk dawk m'humiex demmu għalfejn inħalluh jgħix f'gidba?!", "Għallinqas għandna ngħidu l-verita`.", "Meta fiċ-ċertifikati tat-twelid suppost jgħidulek kollox fuq l- identita` tiegħek, għalfejn għandna nħallu gidba?!", "Dak ma jiġi xejn ħlief dokument falz.", "Għalhekk jiena ngħid li ma' dan l-artiklu għandu jiġi emendat l-artiklu 77 u l-artiklu 81 ħalli mmorru għal dik li hija l-verita` ġenetika.", "Missierek huwa dak li jagħtik demmu u mhux min jagħtik iċ- ċertifikat tat-twelid.", "Sur President, issa se ngħid xi ħaġa fuq l-artiklu 1028B ta' l-unjustified enrichment.", "Dan l-artiklu qed jgħid li –", "\"L-actio de in rem verso ma tista tiġi eżerċitata meta min sofra t- telf jista' juża azzjoni oħra sabiex tagħmel tajjeb għad-dannu.\".", "Mela aħna għandna istitut bir-regoli tiegħu u bil-ġurisprudenza b'kollox li ilu ġej minn żmien ir- Rumani, li jgħid jekk jien għamilt ġid lilek u inti lili qlejtni - għax dik hija l-kelma - jien ma nistax infittxek għal dak li int iggwadanjajt minn fuqi.", "Per eżempju, hemm biċċa art li mingħalija qed tippermettili nagħmel ċertu benefikat fiha u se tħallini fiha u wara li nagħmillek il-benefikat kollu tiġi inti u tgħidli li dik l-art hija tiegħek u tgħidli biex noħroġ 'il barra għax m'għandi titolu ta' xejn.", "B'hekk tkun gawdejt minn fuqi u jien ma nista' nagħmillek xejn.", "Allura dan ġust?", "Sur President, xtaqt ngħid xi ħaġa wkoll fuq il-kwestjoni tal-privileġġi u ta' l-ipoteki.", "Għalkemm is-segretarju parlamentari u l-ministru m'humiex qegħdin hawnhekk, qiegħed nieħu gost li quddiemi hawn segretarju parlamentari li huwa nutar.", "X'jiswa li jkollok il-privileġġi u l-ipoteki fuq il-mobbli jekk dawn ma jkunux reġistrati?", "Fejn se ssibhom dawn?", "Jekk ddaħħal il-pignoramento bħalma hemm fil-liġi Taljana...", "(Interruzzjonijiet) Imma xorta waħda jrid ikollok reġistru.", "Fl-artiklu 2032 qed ngħidu:-", "\"Except for those mentioned in article 2012 (1)(b), general privileges and special privileges over moveables are not subject to registration.\".", "Jekk inti, per eżempju, ma jkollokx il-ktieb tal-pignoramento fuq karozza kif nista' inkun naf jekk din hijiex pignorata jew le?", "Jekk inti għandek special privilege fuq karozza u jien insib biss ir-regulation 25 ta' dik il- karrozza, x'poter se jkolli fuqha?", "Allura hawnhekk mhux nitmejlu bin-nies qegħdin?!", "Jekk hemm xi ħaġa fundamentali fuq il-privileġġi u fuq l-ipoteki hija dik li jkunu reġistrati ħalli wieħed ikun jista' jikkonsultahom u jsibhom.", "Jekk oġġett ma jkunx reġistrat kif nista' inkun naf jekk huwiex miżmum jew inkella jekk hemmx xi privileġġ fuqu?", "Sur President, kwestjoni li ħadd ma semma hija dik fejn jidħlu d-drittijiet tal-gvern għall-fees, customs u other dues.", "Dawn kellhom żmien sa sentejn biex jitħallsu u issa, baxx baxx, qiegħda tidħol din ħalli jkun hemm żmien itwal favur il-gvern.", "Min-naħa l-oħra jekk inti għandek tieħu xi ħaġa mingħand il-gvern, il-Bambin biss jaf meta se teħodhom lura.", "L-agħar ħaġa hi Ii l-gvern la tista' tagħmillu sekwestru, la tista' tagħmillu mandat ta' qbid u ma tista' tagħmillu xejn.", "Pero' fuq dawn nistgħu nibqgħu għaddejjin qisu ma ġara xejn.", "Xtaqt nitkellem ukoll fuq il-kwestjoni taċ-ċertifikati tat-twelid wara li smajt lill-Onor.", "Joe Falzon jitkellem fuq dan is-suġġett u jiena naħseb li wasal iż-żmien li mmorru iżjed lejn is-sistema Kanadiża.", "Ħalli ngħid għalfejn.", "Fl-opinjoni tiegħi nkunu qegħdin ngħaddu ż-żmien b'dak li jkun meta ngħidulu li fiċ-ċertifikat tat-twelid tiegħu mhux se jidher li huwa għandu unknown father, pero' se tidher ommu biss.", "Jekk ma jkollokux il-kolonna ta' missieru mhux xorta se jistaqsuh min hu missieru?", "Jiena nemmen li jekk verament irridu nneħħu din id-distinzjoni, kull wieħed minna għandu jkollu ċ-ċertifikat tat-twelid tiegħu li fih ikollu x'kunjom ingħata, x'ismijiet ingħata, fejn twieled, fejn ġie reġistrat it-twelid tiegħu u n-numru progressiv taċ-ċertifikat ta' reġistrazzjoni.", "Issa jekk il-kunjom ikunx ħadu minn ta' missieru jew minn ta' ommu hija xi ħaġa irrilevanti.", "Jekk jien kunjomi Sant inkun nidher li ħadt il-kunjom ta' ommi u allura missier m'għandix.", "Jekk nidher bil-kunjom Brincat inkun qed nuri li ħadt il-kunjom ta' missieri.", "Huwa hawnhekk li naqbel ma' dak li qal l-Onor.", "Parnis.", "Jekk aħna m'aħniex se nirrispettaw u nqisu lil kulħadd bħala persuna indipendentement minn fejn ġej, ikun kollu għalxejn li nagħmlu dawn l- affarijiet.", "Sur President, dan qiegħed ngħidu għaliex meta tara dan it-tip ta' ċertifikat inti trid tippreżentah sabiex turi min inti.", "Illum l-identity card tagħna qisha ċ-ċertifikat tat-twelid.", "Fil-fatt fiha ssib il-post tat- twelid, in-nazzjonalita`, is-sess tiegħek u d- dettalji l-oħra kollha.", "Issa jekk tistaqsi lil xi Kanadiż sabiex jagħtik iċ-ċertifikat tat-twelid tiegħu, dan jagħtik card bħall-identity card tagħna u fiha jkollu kollox.", "U din ikun jista' juriha lil kulħadd.", "Allura ma narahiex ħaġa li nagħmlu ċertifikat u nagħlqu għajn waħda għaliex ngħidu li dan speċjali, twelid minn mara biss u dan lanqas iffisser Ii huwa born out of wedlock.", "Li kieku f'pajjiżna għandna bħalma għandhom f'ġurisdizzjonijiet oħra, fejn tifel jista' jieħu l-kunjom ta' l-omm, allura hemmhekk kollox sew, pero' kif inhi s-sitwazzjoni tagħna xorta waħda se nibqgħu l-istess.", "Hekk kif lil dak li jkun taralu ċ-ċertifikat tiegħu se ssib il-kolonna tar-raġel vojta u l- kunjom tat-tifel ikun jaqbel ma' dak ta' ommu.", "Allura mhux ovvja li jkun twieled barra miż-żwieġ?", "Jekk irridu verament inneħħuha din il-marka rridu naraw li l-forma kollha taċ-ċertifikati - ta' dawk li twieldu fiż-żwieġ u dawk li ma twieldux fiż- żwieġ - jkunu l-istess għaliex jekk ma nagħmlux hekk id-differenza se tiqba' tingħaraf mill-ewwel.", "Nutar qiegħed ngħid tajjeb jew le?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Naqbel miegħek.", "ONOR.", "JOSEPH BRINCAT: Qiegħed taqbel miegħi, allura ejjew inbiddluha.", "Nagħmluha b'tali mod li ċ-ċertifikati kollha jkunu l-istess.", "F'dan iċ- ċertifikat ikollok l-isem, il-kunjom, id-data tat-twelid, id-data tar- reġistrazzjoni u n-numru tar-reġistrazzjoni taċ-ċertifikat.", "U dik il-karta nkun nista' nuriha kullimkien u ħadd ma joqgħod jistaqsini jekk missieri huwiex unknown jew le.", "L-identity card tista' tfisser ukoll iċ-ċertifikat tat-twelid tiegħek.", "Dan isir ukoll f'pajjiż kbir bħalma huwa l-Kanada.", "Qiegħed nagħmel dan is-suġġeriment għaliex billi nbiddlu daqsxejn il- formoli xorta kulħadd se jibqa' jagħrafhom.", "Fi żmien il-kavallieri kienu jagħtu l-kunjom Spiteri.", "Dak il-kunjom Spiteri kien jingħata b'idea li dawk ikunu hospitalieri.", "Jiġifieri jingħata lil dawk in-nies li kienu qabilna hawnhekk, kellhom il-vot tal-kastita` u kellhom it-tfal.", "L-istess bħalma l- Ingliżi vvintaw il-kunjom Brown u kunjomijiet simili u bħalma t-trovatelli jagħtuhom ċertu kunjom, biex għallinqas ikollhom kunjom.", "Sur President, jekk verament irridu nuru rispett lejn l-individwu rridu nagħtu każ tal-persuna li hu u mhux bin min hu.", "M'għandniex noqogħdu nilagħbu b'nofs distinzjonijiet.", "Irridu naqbdu ngħidu dan hu ċ-ċertifikat tat-twelid li trid tippreżenta u mbagħad ma jiġix xi ħadd jgħidli tini min hu missierek.", "Jien kapaċi nippreżentalu ċertifikat li lanqas ikun qed jgħid il-verita'.", "U għalhekk għedt li għandhom jiġu emendati l-artiklu 77 u l- artiklu 81 tal-kodiċi tagħna.", "Wara kollox, li kieku kellna verament nagħmlu statistika tal-pedigree, bħalma jagħmlu fuq ħafna klieb li jinxtraw bil-pedigree, konna nsibu li m'hijiex dik il-pedigree tagħna.", "Nagħlaq id-diskors tiegħi fuq dan il-kumment.", "Darba kien hemm każ ta' waħda mara li għedtilha li r-raġel tagħha baqa' jinsisti li jagħtiha l- manteniment tat-tifla.", "Din il-mara qaltli mela din it-tifla se tieħu l- manteniment ta' missierha u l-manteniment tar-raġel!", "Dan għaliex ħafna drabi l-verita` ikunu jafuha ftit nies biss, pero' kemm huwa importanti li dik li hija verita` tkun il-verita` vera.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO (Segretarju Parlamentari): Sur President, xtaqt nibda d-diskors tiegħi billi nikkwota xi ħaġa minn dak li qalu ż-żewġ kelliema ta' qabli.", "L-Onor.", "Joe Brincat qalilna li l-verita` ftit nies ikunu jafuha u l-Onor.", "Parnis qalilna li l-istil tal-ħajja tagħna qiegħed jinbidel u għalhekk aħna rridu ninbidlu ma' dan l-istil ta' ħajja.", "Fl-opinjoni tiegħi dawn huma kollha realtajiet, pero' kollha qegħdin juru li t-tessuti soċjali tas-soċjeta` tagħna qegħdin jinbidlu b'tali mod li b'emenda 'l hawn u b'emenda 'l hemm xi darba se jkollna nneħħu dak li jissejjaħ żwieġ.", "Jekk se nibqgħu nemendaw kif qegħdin nemendaw ħalli nagħmlu kollox possibbli u għal kull ħaġa li ma tagħmilx parti mill-proċedura, indaħħluha fil-proċedura, allura naħseb - forsi m'għandix dritt li nitkellem hekk - li se naslu f'ċirkostanza fejn xi darba se jkollna niġu f'dan il-parlament ħalli ngħidu li l-kuntratt taż-żwieġ, b'xi mod jew ieħor mhux se jibqa` jorbot.", "Meta tisma` dawn it-tip ta' stejjer tibda taħseb b'dan il-mod.", "Din hija ħasra u l-ewwel punt li rrid nagħmel m'huwiex mill-punto di vista ta' avukat imma mill-punto di vista ta' ċittadin.", "Hija ħasra li din is- soċjeta` llum hija marida b'dan il-mod.", "Filwaqt li bħala leġislaturi u bħala gvern irridu naraw kif se nagħmluha aktar faċli sabiex nimxu ma' l- istil ta' ħajja li jkun qiegħed jinbidel, naħseb li xi darba dawn it-tip ta' emendi jkollhom jieqfu.", "Naħseb li jrid ikun hemm linja safejn hu dak li huwa aċċettabbli min-nies tad-dinja, u safejn imbagħad dawn in-nies ma jibqgħux iżjed irregolati bħala nies imma jispiċċaw kważi bħala bhejjem u ma jibqa' xejn iżjed x'wieħed jgħożż bħala valur.", "Sur President, l-aktar ħaġa li xtaqt nitkellem dwarha hija l-emenda li għandha x'taqsam ma' l-ipoteka.", "Dan il-provvediment jagħmel sens ukoll ma' kif qiegħed jitbiddel l-istil tal-ħajja ta' dawk li qegħdin fin-negozju u ta' dawk li jkunu jridu jissellfu.", "Fejn qabel bniedem kien jista' jagħmel ipoteka biss fuq proprjeta' immobbli llum se jkun jista' jagħmel ipoteka fuq proprjeta' mobbli.", "B'hekk bniedem li jkun irid jissellef u jkollu jagħmel xi ħaġa li tagħmel tajjeb għal dak is-self se jkollu definizzjoni aktar wiesa' ta' x'inhi dik il-proprjeta` li tista' tkun inkluża f'dan l- eżerċizzju u li tkun tista' tagħmel tajjeb bħala ipoteka.", "Dan it-tip ta' provvediment qiegħed jagħmilha possibbli sabiex għamara ta' valur, industrial plant u assi oħra jkunu jistgħu jagħmlu parti minn", "dawn il-valuable assets li jkunu jistgħu jagħmlu tajjeb għas-self li dak li jkun ikollu bżonn.", "Dan ifisser li l-gvern qiegħed jagħti lil dik il- persuna aktar likwidita` u aktar valur għal dak li għandu bħala assi.", "Kellna lil min kien ipoġġi trakk jew inkella xi stock bħala ipoteka mal- bank tiegħu, pero' din ma kenitx in-norma tal-ġurnata.", "Din kienet issir b'riskju tal-bank manager jew tal-persuna li jaċċetta li jsellef.", "Għalhekk dak ir-riskju kien xi ħaġa li jista' jsir jew li ma jistax isir.", "Pero' issa ladarba dawn il-valuables jidħlu bħala parti mir-reġistru pubbliku se tkun aktar faċli għalmin irid jissellef minħabba li l-aċċess għall-finanzi jkun jista' jitjieb.", "Dan il-provvediment se jgħin sabiex il-valur ta' l-ipoteka ikun aktar estiż.", "Fil-fatt illum min m'għandux proprjeta` immobbli imma għandu proprjeta` mobbli jista' jagħmel użu minnhom ukoll għas-self tiegħu.", "Nerġa' ngħid li hawnhekk qegħdin naraw kif nistgħu ntejbu u niffaċilitaw l- aċċess għall-finanzi għal min qiegħed fin-negozju.", "Sur President, qegħdin naraw ukoll li l-ipoteka ma tibqax aktar fuq bini u proprjeta'.", "Għalhekk kif għedt aktar qabel fid-diskors tiegħi, dan se jfisser li issa se jkollna definizzjoni aktar wiesa' ta' x'wieħed jista' jpoġġi bħala ipoteka meta jmur biex jissellef il-flus mill-bank jew mingħand ħaddieħor.", "Ovvjament wieħed se jiġi bżonn l-ipoteka meta jiġi biex jissellef u dan se jkun mitlub li jpoġġi xi proprjeta' milli għandu sabiex tagħmel tajjeb għal dak is-self.", "B'hekk fil-każ li min jissellef ma jasalx biex irodd lura l-flus, min ikun qed isellef iserraħ moħħu li għandu xi ħaġa x'tagħmel tajjeb għal dawk il-flus u ma jitlifx minn dak il-ġid li jkollu.", "Per eżempju, naraw każijiet fejn il-banek jgħidu with collateral jew inkella without collateral.", "Dan l-aħħar anke l-BOV ħareġ tip ta' skema għan-negozji ż-żgħar fejn fuq self baxx ma jitlobx għall-collateral.", "Jekk il-bank jafda lil dik il-persuna allura ma jitlobx li jkun hemm collateral u ovvjament ma jkunx hemm għalfejn tidħol l-ipoteka.", "Naturalment fejn jidħol il-collateral se jkun hemm bżonn ta' l-ipoteka.", "Hawnhekk qegħdin ngħidu wkoll li dawn il-valuable items li jistgħu jitpoġġew bħala ipoteka għandhom ikunu reġistrati.", "B'hekk jitħaffef aktar il-proċess ta' meta xi ħadd jiġi biex jixtri dawn il-valuables, li kif għedna jistgħu jkunu kemm proprjeta' immobbli kif ukoll proprjeta' mobbli.", "U allura x-xerrej ikun konxju", "tal-privileġġi li hemm marbuta ma' dawk il-valuables.", "Fid-dibattitu tal-bieraħ xi ħadd qal li rridu nkunu konxji minħabba l-fatt li ċerti mobbli se jkollhom id-depreciation tagħhom maż-żmien.", "Inti jista' ikollox xi ħaġa li tkun bħal silġa, fejn il-valur tagħha jinħall maż-żmien, u jista' jkollok xi ħaġa, bħalma huwa d-deheb, fejn aktar ma jgħaddi ż- żmien aktar se jogħla l-valur tagħha.", "Allura meta xi ħadd ikun qed jagħmel tajjeb għal dak is-self permezz ta' makkinarji jew xort'oħra tittieħed id- depreciation ta' dak l-oġġett.", "Benefiċċju ieħor li qed joffri dan il- provvediment huwa dak li min ikun irid jagħmel ipoteka għal self ta' flus jista' jpoġġi proprjeta' li tkun eqreb għall-valur tas-self li jkun qiegħed jagħmel, b'mod speċjali jekk is-self huwa ammont żgħir.", "Qabel seta' kellek ċirkostanzi fejn xi ħadd għandu proprjeta' li tiswa ferm aktar minn dak l- ammont li jrid jissellef.", "Pero' illum wieħed jista' ikun aktar qrib ta' dak l-ammont li jrid jissellef u jpoġġi ipoteka ta' bejn wieħed u ieħor l- istess valur tas-self u mhux bħal qabel, fejn ried bilfors ipoġġi xi proprjeta` bħala ipoteka.", "Sur President, fuq nota ġenerali nista' ngħid li dawn it-tip ta' emendi qegħdin inaqqsu mill-burokrazija u qegħdin ikomplu jissimplifikaw ċerti proċeduri li kellna qabel.", "Huwa tajjeb li ninnotaw l-impenn tal-gvern sabiex iressaq dawn it-tip ta' emendi.", "Hawnhekk ikolli nagħti l-prosit tiegħi lill-Ministru Tonio Borg u lis-Segretarju Parlamentari Dr. Carmelo Mifsud Bonnici, li kontinwament jersqu quddiem dan il-parlament - ikolli ngħid li huma effettivi ħafna f'xogħolhom - b'dawn it-tip ta' emendi kemm fil-liġijiet tal-kodiċi kriminali u kif ukoll, bħalma rajna ftit ilu, fil- kodiċi ċivili.", "Ovvjament dawn qed isiru sabiex kemm jista' ikun jitnaqqsu u jiġu simplifikati l-proċeduri.", "Dan huwa metodu li ħafna drabi ma ninnotawhx, pero' dawn huma eżerċizzji ta' simplifikazzjoni u ta' tnaqqis fil-burokrazija.", "Dawn l-affarijiet għandhom jiġu nnutati għaliex ħafna drabi jgħaddu minn taħt għajnejna mingħajr lanqas biss ninnotaw li dan huwa l-metodu ta' kif innaqqsu mill-burokrazija proċedurali f'dawk li huma leġislazzjonijiet.", "Sur President, dawn il-liġijiet għandhom jitqiesu bħala strumenti ta' solidarjeta'.", "Wara li ħarist lejn dawn il-provvedimenti ta' din il-liġi mil-lat legali u rajt xi jfissru, sibt li huma wkoll bħala simplifikazzjoni u li se jissarrfu bħala simplifikazzjoni tal-burokrazija.", "Madankollu nixtieq inħares lejhom anke mil-lat soċjali tagħhom.", "Jiena qiegħed inħares lejhom bħala strumenti ta' solidarjeta' u li magħhom irridu nikkunsidraw ukoll ir-riforma fil-mandati u l-proċedura ġdida ta' medjazzjoni li kien daħħal is-Segretarju Parlamentari Carmelo Mifsud Bonnici.", "Fil-fehma tiegħi dawn huma kollha strumenti ta' solidarjeta' u strumenti li għandhom jgħinu sabiex naraw titjib fil-livell soċjali tagħna u fil-kwalita' tal-ħajja tagħna.", "Jekk inħarsu lura lejn l-aċċess tal-finanzi rridu naraw ukoll kif irid ikollna soċjeta' li tħares lejn l-aċċess tal-finanzi b'responsabilita'.", "Seħibna l-Onor.", "Parnis semma diversi stejjer tal-ħajja li għandhom x'jaqsmu mas-separazzjonijiet.", "Għalhekk ngħid li neħtieġu li jkollna r-responsabilita`.", "Sa ftit tal-jiem ilu konna qegħdin niddiskutu l- liġi ta' l-edukazzjoni u smajna lill-Ministru Galea jisħaq fuq kif l- edukazzjoni trid tkun sħiħa ħalli jkollna persuni maturi u li jifhmu r- responsabilita' ta' l-istat tagħhom.", "Pero' din hija waħda mill-akbar sfidi li għandu quddiemu dan il-pajjiż, l-isfida li jkollna soċjeta' magħmula minn persuni li jifhmu l-valur tar-responsabilita'.", "Bħala pajjiż irridu noqogħdu attenti għall-kunċett ta' over-trading għaliex fl-opinjoni tiegħi ma' l-aċċess għall-finanzi, bla ma trid, taħseb ukoll fil-kunċett ta' l-over-trading.", "Kemm għandna nies li llum qegħdin immorru oltre minn dak li kważi jiflaħ il-pajjiż fil-kapaċita` tiegħu anke għall- attivita' kummerċjali?", "Fil-fatt mhux l-ewwel darba li għedna li waħda mill- akbar problemi li niffaċċjaw fil-qasam kummerċjali hija dik li pajjiżna sar żgħir wisq loġistikament għall-attivita' kummerċjali li fih.", "Dan huwa tajjeb għall-kompetizzjoni, pero' irridu noqgħodu attenti għax jekk m'hijiex tixgħel il-bozza ħamra, żgur li qiegħda tixgħel il-bozza l- oranġjo, li qiegħda bejn il-bozza l-ħadra u l-bozza l-ħamra.", "Aħna qegħdin f'salib it-toroq.", "Fir-responsabilita` tiegħi ta' segretarju parlamentari nara li ħafna drabi fl-attivita` kummerċjali għandna over-trading enormi.", "Allura jkollok talba għal aktar finanzi meta normalment ma jkollokx bżonnhom.", "Għalhekk ma jkollokx negozju sostenibbli minħabba li tkun qiegħed tagħmel over-trading aktar milli tiflaħ.", "Dan l-istess bħal meta tiekol aktar milli tiflaħ, taqbdek uġigħ ta' żaqq.", "Fin-negozju min jipprova jagħmel aktar milli jiflaħ jispiċċa bi problemi ta' finanzi.", "Imbagħad ta' xejn noqogħdu nduru fuq il-gvern u ngħidulu li messu għamel liġijiet aħjar.", "Wieħed irid jara bir-responsabilita` tiegħu kemm jiflaħ u għal liema tip ta' negozju jiflaħ jidħol għalih.", "Sur President, irridu naraw li n-negozju tagħna jikber skond kemm għandna ħila niffinanzjaw il-growth tagħna u ma nagħmlux sforzi żejda.", "Irridu nikkalkolaw l-economic growth ta' l-attivita' kummerċjali tagħna fuq kemm għandna ħila li nwasslu għal dan il-financial growth.", "Jekk nippjanaw aktar milli nifilħu se jkollna l-problemi.", "Hawnhekk jien mhux se noqgħod nitkellem dwar dawk il-provvedimenti tal-familja għaliex diġa' smajna ħafna fuqhom.", "Madankollu naħseb li ħafna drabi l-kliem \"familja\", \"negozju\" u \"finanzi\" ħolqu diversi problemi finanzjarji.", "Jien niltaqa' ma' familji li jkollhom il-business tagħhom u li xi ħadd minnhom jipprova jagħmel aktar milli jiflaħ f'dan in-negozju.", "Wara ma jkunx hemm qbil bejniethom u allura dik il-familja tisfaxxa u tispiċċa f'kawża ta' separazzjoni minħabba li l- finanzi jkunu rrovinaw lil dik il-familja.", "Dan ma jiġrix minħabba l-faqar imma minħabba l-abbundanza u s-suċċess li jkollha dik il-familja.", "Dik l- istess saħħa li jkollhom twassalhom sabiex ma jagħmlux immaniġġjar tajjeb daqs kemm wieħed xtaq li jkun hemm.", "Allura xi kultant ikollok familji li jitkissru minħabba n-negozju tagħhom u għalhekk wieħed irid joqgħod attent kif il-familji tagħna għandhom jikkalkolaw l-impriża tagħhom qabel ma jidħlu għaliha.", "Fid-diskors tiegħi għedt li rridu nħarsu lejn dawn il-provvedimenti kemm mil-lat legali kif ukoll mil-lat soċjali.", "Fil-fatt meta qegħdin nitkellmu fuq din il-problema nafu li jekk inħarsu biss mil-lat legali tagħha ma jagħmilx sens imma rridu nħarsu wkoll lejn il-lat soċjali tagħha wkoll.", "Dan għaliex il-proċeduri legali waħedhom m'humiex se jsolvu l-problemi li tkellimna fuqhom.", "Dawn il-problemi huma bħall-muniti, jiġifieri għandhom żewġt uċuh.", "Din il-problema jista' jkollha l-lat soċjali u jista' ukoll ikollha l-lat legali.", "M'huwiex biżżejjed li aħna nippruvaw insolvu l- problema biss mil-lat legali - bħalma qegħdin nagħmlu hawnhekk - u ma nagħtux każ tal-lat soċjali.", "U hawnhekk jidħlu d-dover u r-responsabilita` politika ta' l-uffiċċju tiegħi billi nippruvaw b'ħilitna kollha nirresponsabbilizzaw lin-negozji ż-żgħar għal dak li għandu x'jaqsam ma' l- attivita' kummerċjali tagħhom.", "Dik it-tip ta' solidarjeta' rridu nieħdu ħsiebha għaliex billi nħarsu biss mil-lat legali m'huwiex biżżejjed.", "Irridu naraw kif inkomplu ntejbu mill-aspett tal-finanzi u rridu naraw x'inhuma jagħmlu l-banek sabiex jagħmlu aktar disponibbli l-aċċess għall- finanzi.", "Madankollu żgur li wieħed għad irid ikompli jitkellem fuq dan is- suġġett, kemm mil-lat legali, kemm mil-lat soċjali u kif ukoll mil-lat finanzjarju tiegħu.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Mario de Marco.", "ONOR.", "MARIO de MARCO: Sur President, nirringrazzjak tal-permess li tajtni sabiex nitkellem fuq dawn l-emendi għall-kodiċi ċivili.", "Kif nafu l-kodiċi ċivili jmur lura għas-seklu 18 meta kien ġie kkompilat, mis-Sur Adriano Dingli, kodiċi li prinċipalment kien ispirat mill-kodiċi Napoleoniku.", "Ovvjament dan kien intiż sabiex jirregola r-relazzjonijiet privati u tal- familja.", "Huwa kodiċi ħaj u li għalhekk, minn żmien għal żmien jirrikjedi li jsiru l-emendi għalih.", "Kull kodiċi ta' liġijiet għandu jkun xi ħaġa ħajja u mhux statika.", "Huwa minnu li xi kultant wieħed jieħu gost li jara ċerti liġijiet li jirnexxielhom jgħaddu mit-test tat-trapass taż-żmien, pero' fl-aħħar mill-aħħar, is-suċċess ma jiġix ikkalkulat biss fuq dan il- fattur.", "Bħala leġislaturi għandna l-obbligu u r-responsabilita' lejn l- elettorat tagħna u għalhekk irridu naraw li l-liġijiet jirriflettu l- bżonnijiet taż-żmenijiet.", "Naħseb li prinċipalment dawn l-emendi li qed jiġu proposti llum huma intiżi sabiex jirriflettu fuq is-sign of the times.", "Dan huwa l-iskop u l-ispirtu wara dawn il-proposti li qegħdin quddiemna llum u f'dan ir-rigward xtaqt ngħid kelmtejn.", "Fl-opinjoni tiegħi hemm sitt proposti prinċipali.", "L-ewwel proposta li nixtieq nagħmel riferenza għaliha hija dik dwar il-kwestjoni tad-denegata paternita'.", "Din hija l-azzjoni li wieħed jista' jagħmel sabiex jipprova li huwa m'huwiex il-misser ta' dik it-tarbija.", "Ovvjament persuna li m'hijiex il-missier ta' dik it-tarbija, għal diversi raġunijiet xi drabi ovvji, għandha kull interess li tiġi dikjarata li m'hijiex il- missier tat-tarbija.", "Il-leġislatur dejjem xtaq li dawn it-tip ta' azzjonijiet isiru kemm jista' jkun malajr u ġeneralment kellna l-idea li t- test isir fi żmien sitt xhur minn meta tkun twieldet it-tarbija, jew sitt xhur minn meta l-persuna in kwestjoni ssir taf b'ċerti affarijiet jew inkella jekk ma tkunx taf li t-tarbija diġa' twieldet.", "Ovvjament dan it-trapass taż-żmien m'huwiex dejjem biżżejjed sabiex wieħed ikun jista' iġib it-talba tiegħu quddiem il-qrati.", "Dan l-aħħar tqajjmet kwestjoni ta' persuna li xtaq jagħmel kawża ħalli jiġi determinat li huwa m'huwiex il-missier ta' ċerta tarbija.", "Pero' dan ir-raġel ġie mċaħħad minn dan id-dritt li jiftaħ il-kawża.", "U kellna sentenza tal-qorti Ewropea tad- drittijiet tal-bniedem li qalet li l-liġi Maltija nnegatlu rimedju għaliex iż-żmien li kellu disponibbli sabiex jagħmel il-kawża ħalli jiġi dikjarat li huwa m'huwiex missier dik it-tarbija kien ristrettiv iż-żejjed.", "Bħala konsegwenza ta' dik id-deċiżjoni tal-qorti Ewropea, li rajniha rapportata fil-gazzetti tagħna xi ftit tax-xhur ilu, hemm din il-proposta li fir-realta' hija emenda limitata maż-żmien.", "Din l-emenda tgħid hekk:", "\"Għar-rigward ta' tifel imwieled qabel l-1 ta' Diċembru 1993, ir-raġel ikun jista' wkoll jiċħad li jagħraf lit-tifel imnissel matul iż-żwieġ għar-raġunijiet elenkati fis-subartiklu (1) kif kienu fis-seħħ wara dik id-data,...\"", "- u l-artiklu 70 in realta' inissel diversi raġunijiet fejn wieħed jista' juri li m'huwiex missier it-tarbija –", "\"...jekk il-kawża għaċ-ċaħda ta' l-għarfien tat-tifel tiġi preżentata mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru, 2006.\".", "Sur President, diġa' ġie indikat lilna mill-ministru konċernat li dan iż- żmien se jiġi estiż b'sena oħra, jiġifieri sa l-2007, ħalli tingħata aktar l-opportunita' lil dawk li jixtiequ jagħmlu dawn it-tip ta' kawżi għat-tfal li twieldu qabel dik id-data.", "Ovvjament wieħed jista' jistaqsi għalfejn għandu jorbot iż-żmien sa meta wieħed jista' jagħmel kawża ħalli jiċħad li huwa missier.", "Il-liġi dejjem tat id-dritt li jorbot iż-żmien għal raġuni sempliċi li hija minħabba l-element ta' ċertezza.", "M'huwiex sew li tarbija li tkun irrikonoxxiet persuna bħala missierha, wara li jgħaddu ċertu snin, l-istess missier jagħmel kawża ħalli juri kif fir-realta' huwa m'huwiex missier dik it-tarbija.", "Mela għandna dan l-element ta' konsegwenza soċjali li l-leġislatur ħa konoxxenza tagħha u għalhekk dejjem rabat biż-żmien.", "Proposta oħra hija l-emenda għall-artiklu 278 tal-kodiċi ċivili flimkien ma' emenda oħra għall-artiklu 279 ta' l-istess kodiċi ċivili.", "Dan jitkellem dwar il-kwestjonijiet ta' l-istatus li jiġi rappurtat fuq iċ- ċertifikat tat-twelid tal-ġenituri tat-tarbija li tkun twieldet.", "Sa ftit tas-snin ilu aħna kellna distinzjoni bejn tfal leġittimi u tfal illeġittimi mentri fir-realta' ħadd m'huwa illeġittimu.", "Naturalment jista' jkollok tfal imwielda fiż-żwieġ u jista' ikoll tfal imwielda barra ż-żwieġ.", "U kienet proprju din il-leġislatura li sena ilu għaddiet emenda sabiex din id- distinzjoni titneħħa darba għal dejjem u nkunu nafu t-tfal mhux bħala leġittimi jew illeġittimi iżda bħala tfal li twieldu ġewwa ż-żwieġ jew barra miż-żwieġ.", "Madankollu għad għandna ċerti affarijiet fiċ-ċertifikat tat-twelid li jistgħu jġibu konsegwenzi mhux mixtieqa.", "Dan għaliex meta tarbija titwieled minn single parent - u sfortunatament illum il-ġurnata kważi wieħed minn kull erba' qed jitwieldu barra miż-żwieġ - fuq iċ- ċertifikat tat-twelid tagħha jkollha miktub li ġiet imwielda minn single parent.", "L-idea wara l-emenda li għandna f'dan l-abbozz ta' liġi hija dik li ma nagħmlux distinzjoni bejn tfal li jitwieldu minn single parents jew minn tfal li jitwieldu minn koppja miżżewġa.", "Issa qed ngħidu li jekk tarbija titwieled minn koppja mhux miżżewġa niddikjaraw biss l-isem u l-kunjom ta' l-omm.", "Jekk ovvjament il-ġenituri ta' dik it-tarbija huma miżżewġin jiġu ddikjarati l-ismijiet tal-ġenituri.", "U dan se jsir ħalli ma noqogħdux nimbarazzaw ċerti żgħażagħ li minħabba xi eżami jew minħabba xi xogħol ikollhom jieħdu ċ-ċertifikat tat-twelid tagħhom, liema ċertifikat ikollu mniżżel fuqu jekk hux imwieled minn single parent jew le.", "Naħseb li hawnhekk qegħdin nagħmlu qabżiet kbar.", "Veru li huma passi bil-mod, pero' fir-realta' huma qabżiet kbar u dan qed nagħmluh dejjem b'rispett lejn iż- żmenijiet tal-lum.", "Sur President, emenda oħra interessanti hija dik li qed tiġi proposta għall- artiklu 1028.", "Hawnhekk qiegħda tiġi introdotta azzjoni legali li ilha konoxxuta għal sekli sħaħ u fil-fatt tmur lura għaż-żmenijiet Rumani.", "Madankollu għal xi raġuni jew oħra Sir Adriano Dingli għoġbu li ma jdaħħalx din id-dispożizzjoni waqt li kien qed jagħmel il-kodiċi ċivili.", "Din kulħadd jafha bħala l-actio de in rem verso.", "L-actio de in rem verso huwa kunċett li ħadd ma jista' jarrekkixxi ruħu indebitament.", "Dan ifisser li jekk jien nagħmel qligħ minn fuq ħaddieħor b'mod inġustifikat li m'iniex intitolat għalih, dik il-persuna li jien inkun arrikkejt ruħi minn fuq darha tista' tagħmel azzjoni kontra tiegħi ħalli jiġi kkumpensat ta' dak l- arrikkiment.", "Fi kliem sempliċi dan huwa l-famuż actio de in rem verso.", "Peress li huwa isem bil-latin narawh xi daqsxejn ikkomplikat, pero' aħna l- avukati kollha hekk nafuh u nħobbu nużaw kliem ikkumplikat apposta ħalli forsi nikkumplikaw il-ħajja u nippruvaw nuru li nafu xi ħaġa aktar minn ħaddieħor.", "Madankollu hija biss azzjoni sempliċi.", "Azzjoni li l-qrati tagħna dejjem irrikonoxxew u qatt ma qalu li l-kodiċi ċivili tagħna kien intiż sabiex jilleġisla kollox u ladarba xi ħaġa m'hijiex ġewwa, allura ma tistax tintuża.", "Aħna għandna diversi ġurisprudenza li dejjem irrikonoxxiet il-prinċipji ta' din l-azzjoni.", "Allavolja aħna ma nsegwux il-kunċett Ingliż fejn għandek il- common law, aħna dejjem għażilna l-kunċett ta' l-iscripts.", "U għalhekk il- leġislatur hawnhekk qed jgħid li dak li m'għamilx Sir Adriano Dingli se nippruvaw nagħmluh aħna.", "Naħseb li b'umilta' kbira l-leġislatur hawnhekk qed jgħid li dan il-prinċipju dejjem ġie rikonoxxut mill-qrati tagħna u għalhekk se ndaħħluh bħala liġi.", "Fil-fatt fl- artiklu 1028A naraw proposta li preċiżament tikkomprendi l-prinċipji rikonoxxuti mill-qrati tagħna b'mod ripetut u li jgħid: -", "\"Min, mingħajr kawża ġusta, jarrikkixxi ruħu għad-danni ta' ħaddieħor għandu fil-limiti ta' l-arrikkiment iħallas lura u jikkumpensa għal kull tnaqqis patrimonjali li setgħet sofriet dik il-persuna.\".", "Proposta oħra interessanti ħafna hija dik li għandha x'taqsam ma' l-ipoteki fuq il-mobbli.", "Kulħadd jaf x'inhuma l-ipoteki u kulħadd jafhom bħala xi ħaġa li qatt ma tista' tolqot ħaġa mobbli imma tista' tolqot biss ħaġa immobbli, bħal per eżempju, dar, proprjeta' jew art.", "L-ipoteki speċjali - għaliex anke l-ipoteki ġenerali llum il-ġurnata jistgħu jiġu konvertiti f'ipoteki speċjali - għandhom skop kummerċjali, kif semma' tajjeb l-Onor.", "Edwin Vasallo qabli.", "Dawn jistgħu jolqtu proprjeta' u ġeneralment huma marbuta ma' dejn.", "Jekk dak id-dejn ma jitħallasx, il-kreditur jista' jagħmel tajjeb għad-dejn tiegħu billi jesegwixxi l-ipoteka tiegħu fuq dik il-proprjeta'.", "B'hekk il-proprjeta' tkun tista' tinbiegħ, u mir-rikavat tagħha jitħallas il-flus li jkun ġie garantit b'dik l-ipoteka speċjali.", "Hemm il-prinċipju famuż droite de suite li jorbot ma' din l-ipoteka.", "Sur President, dan huwa l-prinċipju fejn il-ipoteka tibqa' ssegwi l- proprjeta'.", "Għalhekk jekk il-proprjeta' hija ta' \"Tizju\" li biex taparsi jaħrab mill-kredituri tiegħu ibigħ il-proprjeta' tiegħu lil \"Kajjus\", jekk Tizju ma jħallasx dak id-dejn, Kajjus xorta waħda jista' isib ruħu fi problema għaliex il-kreditur għandu d-dritt li jesegwixxi dak id-dejn fuq dik il-proprjeta', anke jekk din ġiet mibjugħa lil ħaddieħor.", "Għalhekk isiru r-riċerki fl-insinwa għaliex kull ipoteka tiġi reġistrata fl-insinwa.", "Ovvjament min jixtri proprjeta' għandu l-interess li jara li m'hemmx ipoteki li jolqtu dik il-propjreta' li se jixtri.", "Issa hawnhekk qegħdin ngħidu li se nestendu l-kunċett ta' l-ipoteka anke fuq il-mobbli.", "Naturalment mhux kull oġġett jista' jiġi ipotekat.", "Per eżempju, jien ma nistax nagħmel ipoteka fuq din il-biro li għandi f'idi jew inkella nagħmel ipoteka fuq il-mobile phone.", "Hemm ċerti mobbli li huma piu` o meno statiċi u li għandhom valur pjuttost estensiv.", "Naħseb jien li l-ministru, permezz ta' avviż legali, jista' jagħmel lista ta' mobbli li għandhom ċerta valur u li fuqhom nistgħu nestendu l-kunċett ta' l-ipoteka.", "Wieħed jista' jimmaġina kif ċerti impjanti, inġenji u makkinarji jiswew il- miljuni tal-liri llum il-ġurnata.", "Issa ejjew nimmaġinaw lil xi ħadd li se jiġi biex jagħmel fabbrika.", "Il-fabbrika tingħata lilu b'kera, pero' se jkollu joħroġ ħafna flus għall-makkinarju li għandu bżonn sabiex iħaddem il- fabbrika.", "Dan se jmur għand il-bank ħalli jissellef il-flus imma l-unika ħaġa li għandu hija l-fabbrika.", "Għalhekk il-bank se jgħidlu li dik il- fabbrika ma tistax tagħmel tajjeb għas-self tiegħu għaliex is-sid m'għandux titolu fuqha.", "Issa bil-possibilita' li wieħed jista' jagħmel ipoteka fuq il-makkinarju, qegħdin nagħtu vantaġġ lil dawn l-imprendituri li jkollhom bżonn jagħmlu xi self.", "Veru li qabel kellna l-kunċett tar-rahan, pero' dak kien kunċett differenti għaliex il-pussess ta' dawk l-oġġetti għandhom jingħataw lill-kreditur mill-bidunett, mentri fl-ipoteka għandek il-vantaġġ li l-imprenditur jibqa' fil-pussess ta' dak l-oġġett.", "Mela din hija xi ħaġa li ovvjament se torbot ma' ċerti emendi li se nagħmlu fuq l-att dwar ir- reġistru ċentrali ħalli dawn l-ipoteki fuq oġġetti mobbli jiġu wkoll reġistrati.", "Fl-opinjoni tiegħi din hija emenda li verament tirrifletti ż- żmenijiet kummerċjali tal-lum.", "Hemm emenda li naħseb li hija forsi daqsxejn kontroversjali u li fuqha hemm x' wieħed jiddibatti.", "M'għandix dubju li l-ispirtu tagħha huwa intiż sabiex jgħin fl-effiċjenza, pero' wieħed forsi għandu jikkunsidraha daqsxejn f'iktar dettall.", "Din hija l-emenda għall-artiklu 57 tal-kodiċi ċivili tagħna, liema emenda li qed tiġi proposta tgħid hekk:", "\"Minkejja d-dispożizzjonijiet hawn fuq imsemmija, il-Qorti tista' tagħżel li fis-sentenza tagħha tillimita d-deċiżjoni tagħha u minflok ma tiddeċiedi fuq il-likwidazzjoni tal-komunjoni ta' l-akkwisti prevja dikjarazzjoni tax-xoljiment, tirriferi dan sabiex jiġi deċiż quddiem iċ-Ċentru ta' l-Arbitraġġ ta' Malta.\".", "Hawnhekk qed ngħidu li l-qorti se jkollha d-diskrezzjoni, mhux l-obbligu, li f'sentenza ta' separazzjoni tillimita d-deċiżjoni tagħha.", "Is-soltu f'separazzjoni nitolbu l-manteniment, il-kustodja u l-likwidazzjoni tal- komunjoni ta' l-akkwisti.", "F'dan il-każ qed ngħidu li minflok ma l-qorti tiddeċiedi fuq il-likwidazzjoni tal-komunjoni ta' l-akkwisti, tirriferi dan sabiex jiġi deċiż quddiem iċ-ċentru ta' l-arbitraġġ, imma prevja dikjarazzjoni tax-xoljiment.", "Mela l-qorti mil-lum 'il quddiem tista' tgħid li l-komunjoni ta' l-akkwisti se tiġi xolta, u tagħti deċiżjoni fuq il-manteniment u fuq il-kustodja u xxolji l-komunjoni ta' l-akkwisti.", "Għalhekk min se jieħu xiex tirriferih liċ-ċentru ta' l-arbitraġġ.", "L-ispirtu wara din il-proposta huwa li jekk l- affarijiet l-oħra huma plain sailing - u ħafna drabi l-problemi tas- separazzjoni huma aktar finanzjarji u ma' dak li għandu x'jaqsam max- xoljiment tal-komunjoni ta' l-akkwisti - għalfejn għandna noqogħdu nistennew sakemm naslu għal ftehim fuq kollox qabel ma niddeċiedu fuq il- kustodja, fuq il-manteniment u fuq affarijiet bħal dawn?", "Fl-opinjoni tiegħi dan huwa l-ispirtu wara din id-deċiżjoni.", "Il-biża' tiegħi huwa meta naqbdu u noħorġu l-affarijiet mir-responsabilita' tal-qrati u ngħadduhom f'idejn ir-responsabbilta' ta' ħaddieħor.", "Dan għaliex il-kawża tkun ġabet ċertu ritmu quddiem l-imħallef u mbagħad f'daqqa waħda, meta tieħu element importanti u li għandu x'jaqsam mal- komunjoni ta' l-akkwisti, taqbad tispettezzaha u tgħaddiha f'idejn iċ- ċentru ta' l-arbitraġġ.", "Huwa minnu li l-arbitraġġi huma flessibbli u jiffunzjonaw, pero' xi drabi, meta tagħmel hekk, titlef ir-ritmu.", "Ir-ritmu titilfu sakemm jiġi appuntat l-arbitru u sakemm jiġu ffissati s-seduti.", "Dan għaliex sfortunatament l-arbitru m'għandux dik il-forza morali li għandu mħallef.", "L-imħallef jista' jimponi u jista' jiddetta r-ritmu tal- kawża.", "Jekk jara li l-avukati qed ikunu daqsxejn diffiċli fl-appuntament tas-seduti, dan għandu d-dritt li jiffissa hu stess is-seduti.", "Min-naħa l- oħra l-arbitru jipprova jmur aktar għal ċerti elementi ta' consensus bejn il-partijiet, uallura xi drabi l-affarijiet jitwalu mingħajr bżonn.", "Għandek ukoll il-kwestjoni ta' l-ispejjeż.", "Min se jbati l-ispejjeż ta' l- arbitraġġ?", "Barra minn hekk se jsiru provi oħra quddiem l-arbitru jew inkella l-arbitru se jiddeċiedi kollox abbażi tal-provi li jkunu ġew miġjuba quddiem il-qorti?", "Dan m'huwiex indikat fl-emenda li għandna quddiemna.", "U l-fatt li qorti mhux se tkun hi li xxolji l-komunjoni ta' l- akkwisti, dan meta se nkunu nafuh?", "Se nkunu nafuh fl-aħħar meta tingħata s- sentenza jew qabel?", "Kulma nsibu hawnehkk huwa li l-qorti tista' tagħżel fis-sentenza tagħha.", "Se mai dan għandu jingħad qabel, fl-opinjoni tiegħi, ħalli ta' l-anqas il-partijiet ikunu jafu fuqiex għandhom jillimitaw il- provi tagħhom.", "B'hekk ikunu jistgħu jgħidu li l-provi għandhom jillimitawhom fuq il-manteniment u fuq it-tfal, imbagħad, se mai, jekk il- komunjoni ta' l-akkwisti se jmur quddiem l-arbitraġġ, dan jiġi ppruvat hemmhekk, li wara kollox se jxolji l-affarijiet.", "Sur President, ngħid il-verita' għandi daqsxejn tar-riservi fuq kemm hija feasible din l-emenda.", "Filwaqt li nifhem u napprezza l-ispirtu wara din il- proposta, qiegħed nibża' ħafna mill-ispezzettar ta' kawża u mit-tkissir tar- ritmu ta' kawża.", "Forsi soluzzjoni tista' tinsab billi jkun hemm il- possibilita' li l-qorti tal-familja tagħti sentenzi in parte.", "Allura l- qorti, jekk tħoss li huwa aktar faċli sabiex tiddeċiedi l-kwestjoni ta' manteniment, kustodja u xoljiment, tista' l-ewwel tiddeċiedi fuq dawn l- affarijiet, u mbagħad tħalli għal aktar fit-tul il-kwestjoni tax-xoljiment tal-komunjoni ta' l-akkwisti.", "B'hekk inti ma titlifx ir-ritmu u ma tmurx quddiem entita' oħra sabiex jiġu deċiżi l-affarijiet.", "Jiena naħseb li hemm ħafna fuqiex wieħed jiddibatti fuq din l-affari u naħseb li għandna nikkunsidraw daqsxejn aktar din il-proposta.", "Dan għaliex se jkollna l-kwestjoni l-oħra fejn jista' jkun hemm il-possibilita' ta' żewġ appelli.", "Fil-fatt jien nista' nappella mis-sentenza tal-qorti tas- separazzjoni fuq il-mertu deċiż mill-imħallef tal-qorti tal-familja, imbagħad nista' nappella wkoll fuq l-award tax-xoljiment tal-komunjoni ta' l-akkwisti.", "Għalhekk jista' ikollok appelli fuq żewġ binarji differenti.", "Nerġa' ngħid li jien qiegħed nifhem il-proposta u l-ispirtu wara din l- emenda.", "Hemm ukoll xi tgħid favur tagħha, pero' naħseb li kemm jista' jkun irridu nżommu l-affarijiet in house, fi ħdan il-qrati.", "Fl-aħħarnett irrid nawgura lill-proponenti ta' dan l-abbozz ta' liġi għaliex huwa maħdum tajjeb u huwa intiż li jagħmel il-kodiċi ċivili tagħna kodiċi aktar ħajja.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Is-Segretarju parlamentari, jekk jogħġbu, jgħaddi għall-winding-up.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI (Segretarju Parlamentari): Sur President, ħafna drabi d-dinja tgħallimna li l-bnedmin huma maqsumin bejn dawk li għandhom natura progressiva u dawk li għandhom natura konservattiva.", "F'dan l-abbozz ta' liġi qegħdin noħolqu mekkaniżmu ieħor sabiex inkunu progressivi f'diversi direzzjonijiet.", "Qegħdin ukoll inħarsu lejn id- diversi persuni ta' ġenju li kellna f'pajjiżna u li ħarġu b'ideat ġenju.", "Sfortunatament mhux kulmin huwa progressiv se jkollu l-ideat tiegħu li jiġu mħaddna minn dan il-parlament.", "Pero' fortunatament f'pajjiżna għandna skorta ta' persuni li kienu u għadhom progressivi.", "Min kien progressiv, l- ideat tiegħu jibqgħu ideat tajbin u jibqgħu ideat li jistgħu jiġu applikabbli.", "F'dan l-abbozz ta' liġi ħadt pjaċir li daħħalna l-emenda ta' l-actio de in rem verso.", "Bħal-lum 70 sena ilu wieħed mill-persuni progressivi f'pajjiżna, li kien studjuż legali u persuna ta' intelliġenza kbira, il- mibki ex-prim imħallef William Harding kien ta sentenza fis-16 ta' Ġunju, 1936 fejn irrikonoxxa l-eżistenza ta' l-actio de in rem verso.", "U f'dik is- sentenza kien qal hekk:", "\"Forsi in jure condendo, il-leġislatur Malti jista' anke jikkonsidra l- ispeditezza li din l-azzjoni tkun formalment konsakrata b'dispożizzjoni apposta tal-kodiċi, kif sar minn xi wħud mill- kodiċijiet reċenti, bħal per eżempju, il-kodiċi Svizzeru fl-artiklu 70 u l-kodiċi Tedesk fl-artiklu 812.\".", "Dan kien bniedem ġenju u progressiv.", "Fil-fatt fl-1936 kien qiegħed diġa' jissuġġerixxi li nagħmlu din l-emenda.", "F'dan id-dibattitu wkoll reġa' ħareġ il-konflitt ta' bejn min huwa progressiv u min m'huwiex.", "Waħda mill- affarijiet li bqajt skantat biha hija dik kif il-kollega tiegħi, l-Onor.", "Gavin Gulia, ikkristallizza ruħu hawnhekk bħala bniedem konservattiv.", "Il- bieraħ smajtu jitkellem u fid-diskors tiegħu għamel serje ta' dikjarazzjonijiet li juru biss mentalita` konservattiva fil-mod ta' kif iħares lejn l-iżvilupp tal-liġijiet tagħna.", "Jien ma rridx nagħmel xi winding-up fit-tul u għalhekk se nillimita ruħi fuq tliet punti li qajjem l- Onor. Gavin Gulia.", "L-ewwel punt li semma kien il-kwestjoni daqshekk fundamentali li l-qorti Maltija nagħtuha strument effiċjenti sabiex tqassar il-kawżi.", "Kulmin imur il-qorti u huwa avukat u jaf x'qiegħed jiġri fil-qorti tal-familja, jaf li l-kawżi fil-qorti tal-familja jdumu minħabba li l-koppji jdumu sabiex jaqsmu l-beni tagħhom.", "F'din il-kwestjoni m'hemmx fejn iddur u m'hemmx kwestjonijiet.", "Ħafna drabi s-sitwazzjoni tkun kristallizzata fuq il- manteniment, fuq it-tfal, fuq l-aċċess u fuq elf ħaġa oħra, pero' fuq min se jieħu xiex, speċjalment meta jkollok koppji li għandhom ħafna affarijiet nispiċċaw neħlu.", "B'hekk il-kawża tas-separazzjoni tibqa' imdendla għaliex l- imħallef jippreferi li jagħti sentenza waħda sħiħa fuq kollox milli joqgħod jagħti sentenza fuq diversi affarijiet.", "Għalhekk in-nies involuti jibqgħu mwaħħlin il-qorti jistennew il-kawża tagħhom tinqata`.", "Sur President, aħna hawnhekk qegħdin nagħtu għodda sempliċi lill-qorti.", "Nerġa' nirrepeti li qabel ġejna għaliha kienu diġa' saru żewġ emendi f'liġijiet differenti sabiex din tkun tista' issir aktar sempliċi.", "L-ewwel ħaġa saret l-emenda fiċ-ċentru ta' l-arbitraġġ, fejn kien hemm ukoll il- qbil tan-naħa l-oħra, sabiex fiċ-ċentru ta' l-arbitraġġ ikunu jistgħu jidħlu dawn it-tip ta' kwestjonijiet.", "It-tieni ħaġa hija li meta għamilna l-qorti tal-familja konna tajna wkoll il-possibilita' lill-qorti li tibgħat hemmhekk din il-likwidazzjoni.", "Issa li qegħdin nagħmlu hawnhekk huwa dak li b'mod sempliċi l-qorti tiddikjara xolta l-komunjoni ta' l-akkwisti.", "Mela mil-lum 'il quddiem il-qorti aċċettat li l-partijiet huma separati, jiġifieri dak kollu li jagħmlu ma jibqax konfuż.", "Li qed jiġri llum huwa li jekk ir-raġel qiegħed fin-negozju u jkun għadu għaddej bil-kawża tal-komunjoni ta' l-akkwisti, jekk jixtri karozza se jagħmilha fuq isem oħtu jew fuq xi persuna oħra.", "Jekk jiftaħ bank account jagħmlu fuq xi ħaddieħor ħalli l-mara tiegħu ma tindunax bih u teħodlu nofs il-flus.", "Jekk se jiftaħ negozju jiftħu fuq ħaddieħor, insomma dawn il- komplikazzjonijiet żejda u inutli.", "Allura tajjeb li l-qorti jkollha d- diskrezzjoni li tgħid li kulma għandhom il-partijiet huwa Lm2000 bejniethom, mela dawn għandhom jieħdu Lm1000 kull wieħed u l-affari solvejtha malajr u mhux nibqgħu mwaħħlin.", "Imbagħad irridu ngħidu wkoll li biex issir il-likwidazzjoni tal-komunjoni jitqabbdu l-esperti li ovvjament jieħdu ż-żmien tagħhom ukoll.", "Barra minn hekk dawn l-esperti jgħollu l- ispejjeż tal-kawża inutilment.", "Allura kawża li tista' tiġi meħlusa faċilment qegħdin indaħħlu mekkaniżmi li aktar qed inżidu fid-dwejjaq tal- partijiet involuti.", "Hawnhekk aħna qegħdin ngħidu li jekk il-qorti tħoss il-bżonn, din tibgħat il-kawża fiċ-ċentru ta' l-arbitraġġ, u dan iċ-ċentru kulma jagħmel huwa li dak li l-qorti diġa' identifikat bħala li jifforma l-komunjoni ta' l- akkwisti, jgħid kif dan għandu jinqasam.", "Il-verita` hi li l-qorti, bejn differiment u ieħor, tagħmilha aktar ikkomplikata s-separazzjoni.", "Il-qorti ma tiddiferix il-kawża mil-lum għal għada imma tiddiferixxi darba kull xahrejn, darba kull tliet xhur jew darba kull sitt xhur.", "Matul dak iż- żmien il-kwestjoni tibqa' fil-limbu mentri meta tmur quddiem iċ-ċentru ta' l-arbitraġġ għandek xahrejn żmien li fih trid tmexxi l-affarijiet.", "Għalhekk meta jkollok sitwazzjoni kkomplikata ħafna taqbad u tmur quddiem iċ-ċentru ta' l-arbitraġġ.", "Barra minn hekk, xi ħaġa li hawnhekk m'hijiex qiegħda tingħad hija li din se sservi bħala xprun għal dawk l-avukati li jdumu biex jaslu fi ftehim.", "Mentri issa fiċ-ċentru ta' l-arbitraġġ għandek il-vantaġġ li l-avukati iridu jiltaqgħu bilfors u l-affarijiet jimxu.", "Ħaġ'oħra li rrid ngħid hija li l-kollega tiegħi kien żleali meta qal li ċ- ċentru ta' l-arbitraġġ sar primarjament għall-arbitraġġi internazzjonali.", "Il-verita` hi li dan sar kemm għall-internazzjonali u kemm għad-domestiku.", "Meta aħna ġejna biex nagħmlu l-emendi sabiex fl-arbitraġġ nibagħtu l- inċidenti tat-traffiku u dawk tal-kondominju konna għedna li inutli li noqogħdu niġru wara l-arbitraġġi internazzjonali u nonfqu l-flus biex inġibuhom, meta dawn ma ġewx.", "Għalhekk għedna li għandna nikkonċentraw fuq l-arbitraġġi lokali għaliex din hija an alternative dispute resolution.", "Jekk iddur id-dinja kulħadd jagħtik parir li l-alternative dispute resolution hija metodu ta' kif inti tnaqqas il-ġlied bejn in-nies u li ġġibhom aktar malajr sabiex jiddeċiedu l-affarijiet.", "Fid-dinja kollha dawn l-affarijiet jaħdmu, pero' f'Malta qishom ma jridux jaħdmu għaliex ċerti persuni għandhom interessi differenti.", "Sur President, li ma qalx il-kollega tiegħi huwa li l-partit Laburista fil- gvern kien għamel ċentru ta' l-arbitraġġ mimli b'ħafna membri li wħud minnhom addirittura qatt ma dehru bħala membri tal-bord u r-remunerazzjoni tagħhom ma kenitx lira jew tnejn.", "Li nista' ngħid hu li b'dak li kienu jitħallsu żewġ membri taċ-ċentru ta' l-arbitraġġ imwaqqaf mill-partit laburista qed jitħallsu l-membri kollha taċ-ċentru ta' l-arbitraġġ imwaqqaf minn dan il-gvern.", "Għalhekk il-kollega tiegħi kien żleali f'dak li qal.", "Sur President, hawnhekk qed nagħmlu liġi progressiva li se tgħin sabiex is- soċjeta' tagħna tkompli tiżviluppa 'l quddiem.", "Għaldaqstant m'għandniex nibżgħu minn mekkaniżmi ġodda.", "Kieku f'dawn is-70 sena li għaddew, mill- 1936 sal-lum, xi ħadd ħa s-suġġeriment ta' l-ex prim imħallef, il-mejjet William Harding, u ġab dak li qal fis-seħħ kieku dan il-pajjiż ħa benefiċċju ferm akbar minn dak li se jieħu mil-lum 'il quddiem.", "Allura nerġa` ngħid li m'għandniex nibżgħu mill-bidla.", "Veru li għall-ewwel ikun hemm diffikulta` sabiex wieħed jifhem il-mekkaniżmi legali, pero' ladarba wieħed jibda jużahom, jibda jidrahom u jibdew jitħaddmu b'mod li jagħmlu ġid liċ-ċittadini tagħna.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Se npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi li l-abbozz ta' liġi imsejjaħ \"Att biex jemenda l-Kodiċi Ċivili, Kap. 16\" ikun moqri t- tieni darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Sur President, nipproponi li dan l-Abbozz ta' Liġi jiġi riferut quddiem il-Kumitat Permaneti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "DAVID AGIUS: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li dan l-abbozz ta' liġi jiġi riferut quddiem il-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' l-Abbozzi ta' Liġi.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "MR SPEAKER: Sar il-ħin.", "Is-Segretarju Parlamentari, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR CARMELO MIFSUD BONNICI: Sur President, nipproponi l-Aġġornament tal- Kamra għal nhar it-Tnejn, 17 ta' Lulju, 2006, fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:-", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi tal-Liġijiet tal-Pulizija, Kap. 10 - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Adozzjoni ta' l-Euro - Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Intermedjarji fl-Assigurazzjoni - Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Edukazzjoni - Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta - Kumitat; u", "Xi aġenda oħra li tista' tiġi komunikata aktar tard. ----------------------------------- Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Liġijiet dwar il-Protezzjoni tal-Konsumatur - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Ġarr Stradali Internazzjonali ta' Merkanzija - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Reġistru Ċentrali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Kriminali - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Justyne Caruana.", "ONOR.", "JUSTYNE CARUANA: Sur President, proprju nhar il-Ġimgħa li għaddiet f'dan il-parlament ġiet diskussa l-emenda kostituzzjonali dwar Għawdex.", "Jiena nixtieq insostni li kont preżenti mill-bidu sa l-aħħar għal dan id- dibattitu.", "Pero` peress li fil-maltarightnow tas-7 ta' Lulju, 2006 intqal li minkejja li jiena kont preżenti lanqas biss qomt biex nitkellem u nagħti l-veduti tiegħi dwar din l-emenda kostituzzjonali nixtieq niċċara xi affarijiet billi ngħid għaliex ma qomtx nitkellem.", "Il-proċedura fi ħdan il-grupp parlamentari tagħna hija li meta jkun hemm diskussjoni fuq suġġett ta' ċerta portata - u l-emenda kostituzzjonali kellha din il-portata - li tkun se tiġi esawrita f'seduta waħda, jitkellem il-kelliem ewlieni fuq dak is-suġġett u mbagħad warajh ikompli l-mexxej tal-partit jew inkella d-deputat mexxej.", "F'dan il-każ partikolari l-kelliem ewlieni kien l-Onor.", "Anton Refalo u għaldaqstant kien xieraq li jitkellem hu.", "Issa minkejja l-fatt li nhar il-Ġimgħa li għaddiet ma tkellimtx, dan ma jfissirx li jiena ma ħadtx pożizzjoni jew li inkella ma tkellimtx drabi oħra fuq dan is-suġġett.", "Fil-fatt kien hemm diversi drabi fejn jien esprimejt l-opinjoni tiegħi u nixtieq nibda l-intervent tiegħi minn dan l- aspett u nagħmel riferenza għall-fuljett maħruġ mill-uffiċċju informazzjoni tal-partit Nazzjonalista – aktar 'il quddiem inpoġġih fuq il-mejda tal- Kamra - li tqassam fid-djar is-Sibt li għadda fejn fih intqal li jiena ma ridtx nikkommetti ruħi favur li Għawdex ikun distrett wieħed.", "Irrid nirriferi wkoll għall-kummenti li dehru fil-ġurnali u nibda prorpju bl-artikolu intitolat \"Stennija ta' 16-il sena\" li deher fil-website tal- partit Nazzjonalista fit-8 ta' Awissu, 2005 miktub minn Jean Pierre Debono, assistent tad-direttur ta' l-uffiċċju informazzjoni tal-partit Nazzjonalista.", "F'dan l-artikolu jiena ġejt ikkwotata li għedt - u appuntu hekk hu - li se nimxi mal-pożizzjoni uffiċjali tal-partit Laburista.", "Nixtieq nirreferi wkoll għall-kumment li tajt fil-gazzetta \"The Times\" lil Rosanne Zammit proprju fit-28 ta' Lulju 2005, fejn fost il-kummenti li tajt għedt ukoll li jiena beħsiebni nimxi mal-pożizzjoni tal-partit Laburista.", "Dan erġajt irrepetejtu f'kummenti li tajt lill-ġurnal \"The Edge\" u mbagħad lill-ġurnal \"Malta Today\" fl-14 ta' Awissu, 2005, fejn għedt ukoll li l- partit Laburista dejjem qabel li Għawdex ikun reġjun wieħed.", "Allura altru milli jiena ma kkummentajtx dwar il-pożizzjoni tiegħi u tal-partit Laburista fuq din il-kwestjoni.", "Minn hawnhekk proprju joħorġu l- iskorrettezzi u l-iżlealta` tal-media tal-partit Nazzjonalista għax qegħdin jgħidu affarijiet li m'humiex minnhom.", "Sur President, issa xtaqt ngħid xi ħaġa fuq l-intervista li saritli proprju nhar il-Ġimgħa li għaddiet fuq Net News.", "Hawnhekk nixtieq nagħti l-isfond proprju ta' dak li ġara ħalli min qiegħed jismagħna u huwa intelliġenti jifhem eżattament dak li ġara.", "Dakinhar kont ħierġa mill-parlament wara s- seduta u kont qiegħda nitkellem minn fuq il-mobile mar-raġel tiegħi u waqt li kont qed nagħmel din it-telefonata ġejt iffilmjata u rrekordjata, u naħseb li din hija invażjoni tal-privatezza tiegħi u hija wkoll pastażata grassa.", "Din il-ġurnalista ta' Net TV baqgħet tiġri warajja u baqgħet trossni mhux biss verbalment imma anke fiżikament, tant li kieku kienet raġel kont nibqa' sejra l-għassa tal-Belt u I would have pressed charges għall-harassement.", "Pero` f'mument minnhom dort biex nirrispondi għall- mistoqsija li saritli minnha u għedtilha hekk:", "\"Jien, lilkom mhux se nagħtikom kumment għaliex iddawru kollox kif tridu intom u magħkom hopeless.\".", "Pero' din il-ġurnalista baqgħet tinsisti u trossni mal-karozza tiegħi - atteġġjament li jiena ma nittollerah lil ħadd - u għedtilha biex ma tkunx pastaża u maledukata u sabiex timxi ma' l-etika ġurnalistika.", "Dak kien id- diskors, no more, no less.", "Dak li għedt jista' jisimgħu u jarah kulħadd għax dan il-filmat ma nafx kemm-il darba ġie mxandar fuq Net news.", "Sur President, fis-7 ta' Lulju, 2006 fuq il-maltarightnow Amanda Ciappara kitbet proprju dan il-kliem:-", "\"Meta Net News dalgħodu pprova jistaqsi lil Justyne Caruana għaliex ma tkellmitx, ir-risposta tagħha nbidlet f'tgħajjir lill-ġurnalisti ta' Net News\".", "Imbagħad taħt kien hemm caption kbira li kienet tgħid lill-qarrejja sabiex isegwu r-reazzjoni tad-deputata Laburista Għawdxija Justyne Caruana waqt Net News fis-7.45p.m.", "Bħal donnhom kienu qed jagħmlu xi promo ta' xi film jew inkella ta' xi ħaġa skandaluża!", "X'affarijiet dawn!", "Ta' min jgħid ukoll li waqt l-aħbarijiet aggravawha aktar is-sitwazzjoni għaliex qalu li jiena attakkajt lil din il-ġurnalista, u dan id-diskors ġie ripetut anke fil- ħarġa tal-gazzetta \"Il-Mument\" tal-Ħadd li għadda.", "Ara fiex kellna nispiċċaw!", "Sur President, jien minn hawnhekk nixtieq niddikjara li jekk hemm xi ġurnalista li għadha ġdida u trid titla' xi skaluna minn fuqi nista' ngħidilha mill-ewwel li jien mhux se nkun l-istepping stone tagħha.", "Jekk qiegħda tipprova tinqeda bija billi tħammiġni sabiex mingħaliha tidher li għamlet xi scoop jew inkella xi hit, she might as well forget it.", "Jien m'iniex se nkun l-opportunita` tagħha u jekk kien hemm xi attakk fil- konfront ta' xi ħadd, dan kien proprju fil-konfront tal-persuna tiegħi.", "Jekk kien hemm xi ħadd maledukat u pastaż miegħi, naħseb li l-minimu li stajt nagħmel huwa li nirrispondiha u ngħidilha kemm kienet pastaża u maledukata.", "Hawnhekk la qegħdin f'xi ġungla u lanqas aħna annimali u bhejjem.", "Għaldaqstant nippretendi atteġġjament deċenti fil-konfront mhux biss tiegħi imma fil-konfront ta' dawk kollha li jirrappreżentaw lill-poplu tagħna.", "Personalment jien qatt ma kelli problema ma' tal-press, anzi dejjem kelli rispett kbir lejhom u dejjem ikkoperajt magħhom u nammirahom ħafna tal-coverage li jagħtuna lilna l-parlamentari, pero' qatt ma kont nippretendi li din il-ġurnalista se tiġi tiġri warajja qisna ta' striscia la notizia!", "Jiena stħajt min-nies meta bdiet tiġri warajja, stħajjiltni ma nafx xiex!", "Imbagħad, minn fuq, tiġi tgħid li jien attakkajtha!", "Ma tarax, mela jien nattakka lin-nies?!", "Sur President, issa rrid ngħid ukoll għalfejn ma ridtx nagħti l-kummenti tiegħi.", "Fit-28 ta' April irċevejt telefonata mingħand Net News waqt li kont qiegħda nsuq u għalhekk għedtilhom sabiex iċempluli ftit aktar tard.", "Fil- fatt ftit wara, jekk m'iniex sejra żball, ċemplitli l-istess Amanda Ciappara u talbitni xi kummenti dwar id-distretti elettorali.", "Din id- diskursata damet sejra għal madwar għaxar minuti u f'dan il-ħin għedtilha diversi affarijiet, fosthom li aħna bħala partit Laburista naqblu li Għawdex jibqa' distrett wieħed.", "Pero' għedtilha li kien hemm affarijiet oħra li wieħed irid jeħodhom f'kuntest nazzjonali.", "Dak iż-żmien kien hemm negozjati għaddejjin u l-partit Nazzjonalista qabad u ttronka dawn in- negozjati.", "L-għada l-partit Nazzjonalista kien ħareġ b'dan l-abbozz li ddiskutejna proprju l-ġimgħa li għaddiet.", "Fost affarijiet oħra għedtilha wkoll li m'huwiex ġust li kien qed jittieħed vantaġġ politiku minn fuq dahar l-Għawdxin.", "Insomma għedtilha ħafna affarijiet, tant li domna għaxar minuti nitkellmu.", "Imma fl-aħbarijiet kulma ħareġ minn din id-diskursata kienu xi erba' kelmiet.", "Dawn qabdu qatgħu minn hemm u qatgħu minn hawn u l-kummenti li tajthom ġew litteralment bla sens.", "Tant kienu bla sens li fuq l-aħbarijiet ġabu lil Joe Saliba jgħid li kellu jkellimha hu lil Justyne Caruana.", "Issa jien ma nafx x'ried jgħidli pero' iltqajt bosta drabi miegħu f'diversi okkażjonijiet differenti u għadu ma qalli xejn f'wiċċi.", "Forsi qal dan il- kliem għall-media, sabiex jimpressjona lil xi ħadd.", "Lili żgur ma mpressjonanix u forsi dak li ried jgħidli bagħtu ġo dan il-fuljett minflok qalu lili verbalment.", "Sur President, ġimgħa wara fil-5 ta' Mejju, 2006 - qiegħda nagħti d-dati ħalli min irid jivverifika l-affarijiet ikun jista' jivverifikahom - kont qiegħda fil-waiting room sabiex nidħol niddefendi l-appelli tan-national employment authority u ċempilli Keith Demicoli - ġurnalista min-Net News - sabiex nagħtih kumment fuq id-dikjarazzjoni li kienu għamlu s-sindki Għawdxin fuq id-distretti elettorali.", "Jiena spjegajtlu li l-aħħar kumment li kont tajt lil Net News kienu biċċruh u għaldaqstant jekk ried kumment mingħandi seta' jaqbad dak ir-recording u jirriferi għalih.", "Dan baqa' jistaqsini u fl-aħħar għedtlu li jekk għandu l-guts jaqbad u jġib dak li diġa' kont tajthom, u għedtlu li ma kontx se nagħtih kumment ieħor.", "Minn din id-diskursata qalu biss li jien ma ridtx nagħti kumment.", "Allura meta nara hekk kif jistgħu jippretendu li nagħtihom il-kummenti!", "Biex ikompli jgħaxxaqha, Keith Demicoli kkwotani fil-maltarightnow ukoll u qal li jiena assolutament ma ridtx nagħtih kumment.", "Kien għalhekk li rrispondejt kif irrispondejt f'din il-famuża intervista li l-pubbliku ġie tant imqanqal sabiex jaraha fuq Net TV fis-7.45 p.m.", "Sur President, issa li għedt dan kollu, minn hawnhekk se nappella lil ta' Net News u ngħidilhom li kull darba li se jiġu jitolbuni kumment, ikun x'ikun is-suġġett, jiena mhux se nagħtihom kummenti għaliex huma jaqbdu jaqtgħu biċċa minn hawn u biċċa minn hemm u l-kumment jagħmluh bla sens.", "Aħna m'aħniex qegħdin f'din il-Kamra biex nagħtu kummenti bla sens, imma qegħdin hawn biex nagħtu servizz lill-poplu tagħna.", "Għalhekk nerġa' ngħid lil ta' Net News biex ma joqogħdux jaħlu ħin miegħi u jiġru warajja għaliex jien mhux se nagħtihom kummenti.", "Jien ma naħdimx ma' nies hopeless u ma' nies li m'għandhomx sens ta' etika ġurnalistika.", "Lanqas naħdem ma nies psataż u maledukati.", "Dan hu l-messaġġ tiegħi.", "Nispera issa li ma jiġix xi ħadd u jgħid li qiegħda nattakkah għaliex qiegħda ngħid kif inhuma l-fatti.", "Jiena ma nattakkax bil-mod li ddeskrivew huma, imma nattakka kif għandi nattakka, bil-prudenza u bl-edukazzjoni.", "Madankollu dak li għandi ngħid se ngħidu.", "Jiena dejjem hekk kont u hekk se nibqa`.", "M'hu se jiġi l-ebda ġurnalist li jaħseb li se jagħmilli xi sarima ma' ħalqi u jippretendi li ma ngħidlu xejn għaliex għandu l-media tiegħu favurih u allura x'ħin irid jaqbad jitfa' xi ħaġa fuq l-internet.", "Nispera li dawn ta' Net News għandhom sens minimu ta' dekor u jibagħtu xi tip ta' apoloġija fil-konfront tiegħi.", "Għalkemm jien m'hu qiegħda nippretendi xejn mingħandhom naħseb li d-diċenza hekk titlob.", "Sur President, xtaqt ngħid xi ħaġa wkoll dwar l-abbozz kostituzzjonali.", "Aħna bħala prinċipju dejjem għedna li naqblu miegħu, pero' meta wieħed joqgħod jgħawweġ il-fatti, naqra 'l hawn u naqra 'l hemm, ħalli jipprova jidher sabiħ, lili ma jinżilli xejn.", "Li qed ngħidu aħna huwa li naqblu miegħu, pero' għandu jkun hemm garanziji sabiex nevitaw anomaliji fir- riżultat elettorali.", "Fil-passat diġa' kellna xi ħaġa simili, allura x'inhi l-problema li issa jkun hemm dawn is-safeguards ħalli dawn l-anomaliji ma jerġgħux iseħħu?", "Dak hu li qed nipproponu aħna u għaldaqstant il-gvern m'għandux għalfejn joqgħod jipprova jinħeba wara subgħajh u wara ħafna diskorsi.", "Jekk il-gvern verament għandu qalbu taħarqu sabiex Għawdex ikun distrett wieħed għalfejn ma jaċċettax dawn l-emendi li qed nipproponu aħna?!", "Sur President, tan-naħa l-oħra xi kultant iġegħluni nissuspetta ħażin ukoll.", "Għaliex?", "Per eżempju, fl-intervent li għamel il-kap tal-partit Laburista semma l-Maltin li għandhom l-ID card fuq Għawdex u ppropona soluzzjoni għalihom.", "L-Onor.", "Sant qal li lil dawn in-nies għandna nħallulhom il-konċessjonijiet tal-Gozo Channel li għandhom, pero' jibdew jivvotaw Malta ħalli b'hekk nevitaw li jkollna din il-problema taż-żieda fil-popolazzjoni.", "Pero' il-Prim Ministru Gonzi fil-winding- up tiegħu ma semma xejn fuq dawn l-affarijiet u allura nixtieq nirrimarka dwar xi aġenda moħbija li jista' jkun hemm wara dawn l-affarijiet.", "Hawnhekk qiegħda nirriferi għal interessi partikolari, għaliex filwaqt li bħala partit ma tagħmilx differenza jekk Għawdex jibqax mat-tnax-il distrett jew jekk jerġax jiġi mat-tlettax-il distrett għaliex il-voti xorta se jeħodhom, ma nistgħux ngħidu l-istess ħaġa għal dak il-kandidat li jkun ħiereġ fuq dak id-distrett.", "L-aktar li qed jitkellmu fuq din il-kwestjoni m'humiex dawk li se jitilfu xi ftit tal-voti għaliex kulħadd se jitlef xi ftit.", "Fil-fatt jiena wkoll għandi l-familji minn Għajnsielem, se nitlifhom il-voti tagħhom jekk Għawdex ma jibqax distrett wieħed.", "L-aktar li qed jitkellmu huma dawk li se jitilfu l-ħafna, dawk li għandhom it-tron u jridu jissalvagwardjawh.", "Min-naħa tiegħi nixtieq niftaħ għajnejn in-nies ta' Għajnsielem billi ngħidilhom li dawn in-nies qed iħarsu lejhom mhux bħala persuni, mhux bħala nies minn Għajnsielem u minn Għawdex imma bħala walking votes!", "Dawn ma jinteressahomx minn Għajnsielem u min-nies tiegħu imma jinteressahom biss mill-voti li potenzjalment se jitilfu.", "Ftit ilu fid-diskors tiegħi semmejt il-kumment li kont tajt lill-gazzetta \"Malta Today\".", "Lil dawn għedtilhom li għaliha f'Għajnsielem Għawdxin hemm u Għawdxin se jibqgħu u Għajnsielem xorta se jibqa' parti minn Għawdex, u l-fatt li forsi lili ma jistgħux jivvotawli xorta nibqa` noffrilhom l-għajnuna li nkun nista` noffrilhom.", "Naħseb li dan għandu jkun l-atteġġjament ta' kull politiku Għawdxi li verament iħobb lil Għawdex u lill-Għawdxin.", "Dan għandu jkun ta' servizz għalihom indipendentement mill-vot li jistgħu jagħtuh.", "Sur President, jiena nixtieq nagħlaq id-diskors tiegħi billi ngħid li meta konna qegħdin niddiskutu din il-mozzjoni kien hemm kelliem minn tan-naħa l- oħra li qal li min ma jivvotax favur din il-mozzjoni m'huwiex denju li jirrappreżenta lill-poplu Għawdxi.", "Lil dan il-kelliem ngħidlu li m'huwiex denju min lin-nies ta' Għajnsielem qiegħed jikkonsidrahom biss bħala walking votes u se nagħlaq b'dan l-appell.", "Min għandu l-interess ta' Għawdex għal qalbu jara l-affarijiet kif inhuma u jekk irid jaħdem magħna jista' jaħdem magħna għaliex aħna l-proposta tagħna għamilniha.", "Ejjew ma noqogħdux ninħbew wara atteġġjamenti u wara battibekki.", "Jekk irridu naħdmu nafu kif għandna naħdmu sabiex lil Għawdex nagħtuh dak li jixraqlu.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Nifhem li l-Onor.", "Justyne Caruana għandha xi dokument li trid tpoġġih fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR JUSTYNE CARUANA: Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Fuljett maħruġ mill-Uffiċċju Informazzjoni Partit Nazzjonalista intitolat \"Għawdex ... distrett wieħed\".", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sur President, jekk hawn partit li huwa rinomat li jgħid mod u mbagħad fil-prattika jagħmel mod ieħor huwa proprju l-partit Nazzjonalista.", "Fil-fatt f'din il-kwestjoni tad-distrett ta' Għawdex għamel l-istess ħaġa.", "Il-pożizzjoni tal-partit Laburista dwar Għawdex hija magħrufa.", "L-oppożizzjoni taqbel li Għawdex għandu jkun distrett wieħed, pero' ma rridux lil min juża lil Għawdex sabiex jiggwadanja xi ħaġa li ma tkunx demokratika.", "Din hija xi ħaġa li l-partit Nazzjonalista pprova jdawwarha għaliex fir-realta` kulma jrid il-partit Nazzjonalista huwa li taparsi Għawdex ikun distrett wieħed, imma fir-realta` qed iġibu din l- iskuża sabiex idawru d-distretti l-oħra.", "B'hekk dawn ma jiġux proporzjonati b'mod demokratiku sabiex il-voti jirriflettu l-ammont ta' siġġijiet.", "Din hija r-raġuni kollha tal-partit Nazzjonalista u mhux veru għaliex iħobb lil Għawdex.", "Ara aħna konna ċari mill-ewwel minn dak li rridu.", "Aħna naqblu li Għawdex għandu jibqa` distrett wieħed, pero' għamilnieha ċara li m'aħniex se nħallu lil ħaddieħor juża lil Għawdex sabiex jipprova jkisser d-distretti kif magħżula mill-kummissjoni elettorali.", "Il-konfini ġew magħżula mill-kummissjoni elettorali u l-voti jirriflettu l-ammonti ta' siġġijiet.", "Allura aħna mhux se nħallu lil min juża lil Għawdex bħala skuża.", "Issa jekk huma veru jridu li Għawdex ikun distrett wieħed, għandhom l- emenda tal-partit Laburista fl-oppożizzjoni li tassigura li Għawdex ikun distrett wieħed.", "U għalhekk jekk verament iridu jaraw lil Għawdex bħala distrett wieħed għandhom jivvotaw għall-emenda li ressqet l-oppożizzjoni.", "L-emenda ta' l-oppożizzjoni qiegħda tassigura li l-voti jirriflettu l- ammonti ta' siġġijiet kemm f'Għawdex u kemm f'Malta.", "Ma naħsibx li hemm ħaġa aktar demokratika minn dik li tiggarantixxi li Għawdex ikun distrett wieħed u li jkun hemm siġġijiet skond in-numru ta' voti.", "Nerġa` ngħid li jekk verament il-partit Nazzjonalista jemmen li Għawdex għandu jkun distrett wieħed allura għandu jaċċetta l-emenda", "tal-partit Laburista.", "Madankollu jiena naħseb li l-partit Nazzjonalista jrid biss juża lil Għawdex bħalma pprova juża lill-kollega tiegħi l-Onor.", "Justyne Caruana.", "Qalu li l-Onor.", "Caruana hija arroganti.", "Issa jekk hawn persuna li żgur m'hijiex arroganti fost il-membri parlamentari kollha hija l-Onor.", "Caruana.", "Qalu wkoll li xi ħadd għamlilha sarima ma' ħalqha biex ma titkellimx dwar il-kwestjoni tad-distretti elettorali.", "Dan m'hu veru xejn għax meta jkun hemm emenda kostituzzjonali bħal din aħna, bħala grupp parlamentari, niddeċiedu bejnietna min u kemm għandhom jitkellmu nies, u normalment nagħżlu li ma jitkellmux ħafna nies.", "F'każijiet bħal dawn dejjem jitkellem il-Kap ta' l-Oppożizzjoni u l-kelliem ewlieni fuq is-suġġett in kwestjoni.", "Aħna dejjem inżommu ma' din il-linja u għalhekk fuq dan is-suġġett ħassejna li kellu jitkellem il-Kap ta' l-Oppożizzjoni u l-kelliem ewlieni għal Għawdex, l-Onor.", "Anton Refalo.", "Dan għamilnieh biex nagħmlu l-pożizzjoni tagħna ċara u sabiex ma jkunx hemm għalfejn noqogħdu nirrepetu l-istess affarijiet.", "Sur President, il-pożizzjoni li ttieħdet m'hijiex ta' l-Onor.", "Anton Refalo jew ta' l-Onor.", "Alfred Sant, imma ta' l-oppożizzjoni kollha.", "Min-naħa tagħna m'għamilna sarima ma' ħalq ħadd u kulmin ried jitkellem seta jagħmel hekk.", "Madankollu aħna ftehemna flimkien - bħalma nagħmlu ħafna drabi – li fuq dan is-suġġett m'hemmx għalfejn li jitkellmu ħafna membri.", "Naturalment xi ħaġa bħal din issir miż-żewġ naħat.", "Għalhekk dan kollu li qed jgħidu tan- naħa l-oħra m'hu xejn ħlief gideb u jiena, bħala segretarju tal-grupp parlamentari laburista, lest naħlef li dak li ntqal mill-partit Nazzjonalista huwa kollu gideb.", "Qed jgħidu dan biex mingħalihom jippruvaw juru li għandhom lil Għawdex għal qalbhom, mentri fil-fatt kulma għandhom għal qalbhom huwa li jaraw kif jagħmlu biex jerġgħu jitilgħu fil-gvern u jiksbu l-poter, jew jekk għallinqas ma jirbħux il-gvern id-differenza fil- voti bejn partit u ieħor ma tkunx tirrifletti d-differenza li suppost ikun hemm fin-numru tas-siġġijiet li kull partit ikun rebaħ biex mingħalihom ikunu jistgħu jostakolaw lill-partit fil-gvern fit-tmexxija tiegħu.", "Issa ħalli ngħid kemm il-partit Nazzjonalista jdawwar l-affarijiet skond kif jaqbel lilu.", "Waqt li konna qed niddiskutu l-mozzjoni li ressaqna kontra l-Ministru Gatt, wara li qal li għax għandhom maġġoranza ta' ħamsa jistgħu jagħmlu li jridu, l-Onor.", "Jason Azzopardi qal li kieku morna l-qorti konna nitilfuha din il- kawża.", "Imbagħad meta kont qed nitkellem jiena, biex nirrispondih għal dak, għedtlu: Mhux bilfors jitlef il-partit laburisti, jekk fil-qorti hemm marmalja Nazzjonalista!", "Kont qiegħed ngħid xi gidba jew xi ħaġa li ħadd ma jafha meta għedt hekk?!", "Mhux kulħadd jaf li fil-qorti hemm marmalja Nazzjonalista?!", "B'daqshekk kxift xi sigriet?!", "Għax għedt dan, l-Onor.", "Jason Azzopardi qal li din hija theddida għad-demokrazija.", "Din hija theddida għad-demokrazija?!", "It-theddida vera għad-demokrazija qiegħda fl- atteġġjament li miexi bih il-gvern Nazzjonalista, u din it-theddida għad- demokrazija mhux fil-qorti biss, imma fil-parlament u kull fejn iddawwar wiċċek.", "Il-qagħda li l-gvern ġab fiha liċ-ċittadin qiegħda tikkonstrinġih jagħmel ċerti affarijiet li jmorru barra mil-liġi u barra mid-demokrazija.", "Dan il-gvern wassalna fi stat fejn dawn l-affarijiet qed isiru xi ħaġa normali f'dan il-pajjiż.", "Min ma jistax jgħix bil-paga jkollu jmur jisraq jew jagħmel xi ħaġa simili.", "Għandna sitwazzjoni fejn min qiegħed fil-poter jista` jħares lil min jisraq u lil min jagħmel xi abbużi, u qisu m'hu qed jiġri xejn.", "Sur President, għaliex ħadha bi kbira l-Onor.", "Azzopardi meta għedt li l- qorti hija marmalja Nazzjonalista?", "Per eżempju, ma jafx li meta l-ex Prim Ministru Fenech Adami ħatar lil Dr Arrigo mħallef, dan lanqas kellu esperjenza ta' xejn.", "Mhux talli ħatru mħallef talli mbagħad laħħqu wkoll prim imħallef.", "X'kienet ir-raġuni li ħatru prim imħallef meta kulħadd jaf li dan kien negozjant rinomat?", "Inti minn negozjant x'tistenna?!", "Madankollu l-prim ministru ta' dak iż-żmien Fenech Adami ħatru prim imħallef.", "U x'irriżulta?", "Irriżulta li l-qorti, li suppost tagħti eżempju ta' kif għandhom jimxu l-affarijiet, spiċċat tixxaħħam taħt il-gvern Nazzjonalista!", "Ara fejn spiċċajna fil-qrati!", "F'min irid ikollu fiduċja fil-qrati?!", "Kellna wkoll uffiċjali fil-korp tal-pulizija li ġew imxaħħma taħt il-gvern Nazzjonalista.", "Allura meta għandek istituzzjonijiet bħal dawn li qed jitkissru, kif jiġi jiskandalizza ruħu għaliex jiena għedt il-verita`?", "Għaliex ma jarawx x'qed iwassal lis-soċjeta' titkisser b'dan il-mod u jaraw li dawk il-pilastri li suppost jżommu lis-soċjeta' miexja fuq il-linji demokratiċi jkunu b'saħħithom!", "Sur President, kellna wkoll każ fejn meta f'ġuri jingħata verdett li ma qablux miegħu qalu li se jneħħu l-ġurati.", "Mela tajjeb għax għal darba ngħatat sentenza kontrihom, il-ġurati taw il-verdett tagħhom skond kif ħassew fil-kuxjenza tagħhom, in-Nazzjonalisti waslu biex jgħidu li s- sistema tal-ġurati m'hijiex tajba.", "Qegħdin taraw x'demokrazija jimxu biha tal-partit Nazzjonalista?!", "Jiena wkoll għaddejt minn esperjenza qarsa, għax minħabba li nagħmel xogħli f'dan il-parlament kien hemm min heddidni u qalli li se joqtlu lill-familja tiegħi.", "Il-maġistrat Trigona, mingħajr ma kien għadu sema xejn u qal: U iva, mhux biċċa ħġieġa kissrulu!", "Araw xi ħdura politika!", "Suppost li maġistrat jisma` u mbagħad jiddeċiedi fuq dak li jisma`.", "Pero` l-maġistrat Trigona ddediċieda qabel ma sema` l- affarijiet, imma bil-provi li kien hemm żgur li ma setax ma jsibhiex ħatja lil din il-persuna.", "Din il-persuna jsibuha bħala t-tiger għaliex jaħseb li hu jista` jagħmel kulma jrid.", "Il-metodu li uża dan il-maġistrat imur kontra d-demokrazija.", "Fl-opinjoni tiegħi, u mhux tiegħi biss, naħseb li l- maġistrati għandhom jagħtu eżempju fil-ħajja tagħhom għax inkella nitilfu l- fiduċja fil-qrati wkoll.", "Sur President, kien hemm xi wħud min-naħa tal-media nazzjonalista li tkaża u qal li jiena kont arroganti meta għedt dak il-kliem.", "Għalhekk illum qiegħed ngħidilhom min kien arroganti u min kien li kisser is-sisien tal- qrati u min kisser is-sisien tal-ġustizzja.", "Għiduli jekk huwiex minnu li minn wara l-1998, meta l-partit Laburista tilef il-gvern, reġgħet nibtet il- korruzzjoni u l-abbużi.", "Ara fi żmien il-gvern Laburista bejn l-1996 u l- 1998 ħadd ma kien isemmi l-korruzzjoni u ħadd ma kien isemmi l-abbużi.", "Darba minnhom ippruvaw ikissru lil sieħbi Freddie Portelli u wara rriżultalhom li kien frame-up.", "Dik hija l-verita`.", "Sur President, għandna partit fil-gvern li f'rapport sigriet li talab hu stess li jsir qalulu li hu arroganti u maqtugħ mill-poplu.", "Tant huma maqtugħin mill-poplu li t-theddida għad-demokrazija mhux qed jarawha jew inkella ma jridux jarawha.", "Dawn ħsiebhom biss biex jattakkaw lin-naħa ta' l- oppożizzjoni u jaraw kif jagħmlu ħalli l-oppożizzjoni tinftiehem li qed tgħid bil-maqlub ta' dak li hi stess qed tgħid.", "Dan rajnieh b'mod ċar fil- każ tad-distrett elettorali ta' Għawdex.", "L-oppożizzjoni taqbel 100% li Għawdex għandu jibqa` distrett wieħed, pero' m'hu se tħalli lil ħadd iżeblaħ lil Għawdex u jipprova jużah sabiex jasal għal dak li jrid hu.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it- Tnejn, 17 ta' Lulju, 2006, fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mis- Segretarju Parlamentari.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija."]} {"filename": "20071114_589d_par.doc", "date": "2007-11-14", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Uffiċjali u Rivedut) L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 589 L-Erbgħa, 14 ta' Novembru, 2007 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 589", "L-Erbgħa, 14 ta' Novembru, 2007", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.02 p.m.", "Talba", "Seduta Nru. 589", "L-Erbgħa, 14 ta' Novembru, 2007", "WERREJ", "MINUTI 327", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 327", "TQEGĦID TA' KARTI 334", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JIMPLIMENTA MIŻURI TA' L-ESTIMI (It-Tieni Qari)", "BUDGET MEASURES IMPLEMENTATION BILL (Second Reading) 334", "AĠĠORNAMENT 357", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 588 li saret fit-13 ta' Novembru, 2007 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "NEFQA FUQ KONSULENZI", "28283.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS (f'isem l-Onor.", "Joe Debono Grech) staqsa lill- Ministru għal Għawdex: Kemm kienet in-nefqa fuq servizzi ta' konsulenti (servizzi minn individwi kif ukoll minn kumpanniji) fil-ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha matul Jannar, Frar u Marzu 2007?", "Min kienu l-konsulenti u kemm tħallsu kull wieħed separatament?", "X'tip ta' servizz taw u min approva tali spiża f'kull każ separat?", "ONOR.", "TONIO BORG (Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern) (f'isem il-Ministru għal Għawdex): Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għar- risposta li tajt għal mistoqsija parlamentari 26147.", "NEFQA FUQ SERVIZZI TA' L-INTERNET", "28285.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS (f'isem l-Onor.", "Joe Debono Grech) staqsa lill- Ministru għal Għawdex: Kemm kienet in-nefqa fuq is-servizz ta' l-internet provdut fir-residenzi ta' l-uffiċjali tal-ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha minn Jannar 2007 sal-lum separatament, uffiċjal b'uffiċjal u xahar b'xahar?", "Tista' tgħid min hu l-ISP f'kull każ separatament?", "ONOR.", "TONIO BORG (f'isem il-Ministru għal Għawdex): L-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.", "KONTIJIET TA' MOBILE PHONES", "28287.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS (f'isem l-Onor.", "Joe Debono Grech) staqsa lill- Ministru għall-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Kemm tħallsu f'kontijiet ta' mobile phones fil-ministeru u entitajiet li jaqgħtu taħt id-dekasteru tagħha minn Jannar 2007 sal-lum separatament u xahar b'xahar?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA (Ministru għall-Familja u Solidarjeta' Soċjali): Ninsab informata li t-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant hu kif jidher fit-tabelli li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.", "PREPAID TOP UP MOBILE CARDS", "28288.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS (f'isem l-Onor.", "Joe Debono Grech) staqsa lill- Ministru għall-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Kemm kienet in-nefqa fuq prepaid top up mobile cards fil-ministeru u entitajiet li jaqgħtu taħt id- dekasteru tagħha minn Jannar 2007 sal-lum separatament u xahar b'xahar?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: It-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-tabelli li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.", "XIRI TA' MOBILE PHONES", "28289.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS (f'isem l-Onor.", "Joe Debono Grech) staqsa lill- Ministru għall-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru tgħid jekk inxtrawx mobile phones ġodda fil-ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha minn Jannar 2007 sal-lum?", "F'każ li fl-affermattiv, kemm il-mobile phone nxtara, b'liema prezz separatament u għal min kienu?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: It-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.", "KIRI TA' KAROZZI", "28290.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS (f'isem l-Onor.", "Joe Debono Grech) staqsa lill- Ministru għall-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Min huma l-uffiċjali li kellhom karozza mikrija jew leased fil-ministeru u entitajiet li jaqgħtu taħt id-dekasteru tagħha minn Jannar 2007 sal-lum u kemm hi r-rata li biha tinkera jew tiġi leased il-karozza kull ġurnata?", "X'ċilindrata għandha l- karozza f'kull każ separtament?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: It-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant hu kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.", "KAŻI TA' SERQ", "28758.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Kemm-il serqa ġiet irrapportata mill-ministeru, dekasteru u enti li jaqgħu taħtu matul l-ewwel għaxar xhur tas-sena?", "Kemm jammontaw f'ċifra ta' flus globali l-oġġetti misruqa?", "ONOR.", "TONIO BORG (f'isem il-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq): Ma ġie rraportat l-ebda serq f'dawn l-ewwel għaxar xhur ta' din is-sena, la mill- ministeru, dekasteru u enti li jaqgħu taħtu.", "SERQ MINN STABBILIMENTI", "28759.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 28645, jista' l-Viċi Prim Ministru jinformani kemm ġew irrapportati li saru serqiet minn stabbilimenti kummerċjali matul din is-sena f'Malta u Għawdex separatament?", "Kemm kien stmat il-valur misruq?", "Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-aħħar snin, sena b'sena?", "ONOR.", "TONIO BORG: Matul l-ewwel disa' xhur* ta' din is-sena, il-pulizija kellha 201 rapporti ta' serq minn stabbilimenti kummerċjali li seħħew f'Malta u tmienja li seħħew f'Għawdex.", "Fl-istess perijodu l-valur iddikjarat ta' dawn il-każi kien ta' Lm90,093 filwaqt li d-dettalji ta' matul dawn l-aħħar ħames snin kienu kif jidhru hawn taħt:", "| |Malta |Għawde|Valur | | | |x |Totali | | | | |(Lm) | |2002 |640 |15 |276,656| |2003 |638 |9 |296,726| |2004 |408 |8 |339,157| |2005 |417 |12 |281,393| |2006 |365 |17 |332,941| |2007*|201 |8 |90,093 |", "SERQ MINN FABBRIKI", "28760.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 28643, kemm ġew irrapportati li saru serqiet minn fabbriki matul din is-sena f'Malta u Għawdex separatament?", "Kemm kien stmat il-valur misruq?", "Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-aħħar snin, sena b'sena?", "ONOR.", "TONIO BORG: Matul l-ewwel disa' xhur* ta' din is-sena l-pulizija kellha 27 rapport ta' serq minn fabbriki li seħħew f'Malta u erbgħa li seħħew f'Għawdex.", "Fl-istess perijodu l-valur iddikjarat ta' dawn il-każi kien ta' Lm39,525 filwaqt li d-dettalji ta' matul dawn l-aħħar ħames snin kienu kif jidher hawn taħt:", "| |Malta |Għawde|Valur | | | |x |Totali | | | | |(Lm) | |2002 |75 |1 |45,471 | |2003 |84 |1 |33,582 | |2004 |68 |1 |95,199 | |2005 |75 |0 |105,110| |2006 |58 |3 |84,654 | |2007*|27 |4 |39,525 |", "SERQ MINN LUKANDI", "28761.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 28644, kemm ġew irrapportati li saru serqiet minn fabbriki matul din is-sena f'Malta u Għawdex separatament?", "Kemm kien stmat il-valur misruq?", "Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-aħħar snin, sena b'sena?", "ONOR.", "TONIO BORG: Matul l-ewwel disa' xhur* ta' din is-sena l-pulizija kellha 674 rapport ta' serq minn bars u hotels li seħħew f'Malta u tmienja li seħħew f'Għawdex.", "Fl-istess perijodu l-valur iddikjarat ta' dawn il- każi kien ta' Lm44,570 filwaqt li d-dettalji ta' matul dawn l-aħħar ħames snin kien kif jidher hawn taħt:", "| |Malta |Għawde|Valur | | | |x |Totali | | | | |(Lm) | |2002 |1176 |15 |180,494| |2003 |1081 |14 |147,711| |2004 |803 |5 |120,088| |2005 |714 |9 |77,067 | |2006 |569 |10 |64,724 | |2007*|674 |8 |44,570 |", "SERQ MINN KAROZZI", "28762.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 28646, kemm ġew irrapportati li saru serqiet minn karozzi u vetturi matul din is-sena f'Malta u Għawdex separatament?", "Kemm kien stmat il-valur misruq?", "Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall- aħħar snin, sena b'sena?", "ONOR.", "TONIO BORG: Matul l-ewwel disa' xhur* ta' din is-sena l-pulizija kellha 1464 rapport ta' serq minn vetturi li seħħew f'Malta u 42 li seħħew f'Għawdex.", "Fl-istess perijodu l-valur iddikjarat ta' dawn il-każi kien ta' Lm131,385 filwaqt li d-dettalji ta' matul dawn l-aħħar ħames snin kienu kif jidher hawn taħt:", "| |Malta |Għawde|Valur | | | |x |Totali | | | | |(Lm) | |2002 | 3240|74 |356,573| |2003 |3168 |68 |330,282| |2004 |3372 |57 |360,738| |2005 |3441 |60 |316,705| |2006 |2746 |98 |228,168| |2007*|1464 |42 |131,385|", "UNIVERSITA' - VANDALIŻMU", "28780.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: X'passi ħadu l- awtoritajiet ta' l-universita' dwar vandaliżmu li sar ġewwa dik li hija magħrufa bħala l-istudent house proprju fejn kien hemm l-uffiċċju ta' l- istudenti demokristjani Maltin?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi): Skond informazzjoni mingħand il-KSU, li allokat l-uffiċċju msemmi, ma jidhirx li sar xi vandaliżmu.", "FORTI SANT'IERMU", "28781.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru għat-Turiżmu u Kultura: X'se jiġri mill-Forti Sant'Iermu, anke fid- dawl li l-akkademja tal-pulizija se tiċċaqlaq minn hemm?", "Meta se jibda jsir xi xogħol ta' restawr fih u x'użu se jkollu wara li jsir dan ix- xogħol?", "ONOR.", "TONIO BORG (f'isem il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura): Nitlob lill- Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "TEATRU RJAL", "28782.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: X'inhu l-ħsieb tal-gvern dwar is- sit tat-Teatru Rjal?", "Meta se jsir ix-xogħol maħsub, jekk inhu l-każ, u kemm huwa maħsub li jiġi jiswa?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT (Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq): Ir- risposta tingħata f'seduta oħra.", "GĦALLIEMA TAT-TECHNICAL DESIGN", "28788.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Meta se tiġi provduta persuna biex tgħallem it-technical design lill-istudenti tal-form 2 ġewwa l- junior lyceum Santa Tereża, l-Imrieħel?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Fil-preżent m'għadx hemm ebda nuqqas ta' għalliem jew għalliema tat-technical design fil-junior lyceum tal-bniet ta' l-Imrieħel.", "Il-vakanza li kien hemm imtliet fil-25 ta' Ottubru, 2007.", "GŻIRA UNITED FOOTBALL GROUND", "28789.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: X'laqgħat saru mal-Gżira United FC dwar il-ground tal-football li se jkollhom f'isimhom ġewwa Manoel Island?", "Meta saru dawn il-laqgħat u min kien preżenti?", "Sar xi abbozz ta' ftehim dwar l-allokazzjoni tal-ground tal-football?", "Jekk fl-affermattiv, jista' jpoġġi kopja tiegħu fuq il-mejda tal-Kamra?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ma kien hemm l-ebda laqgħa uffiċjali mal-Gżira United Footbal Club dwar il-ground tal-football u ma sar l-ebda abbozz ta' ftehim dwar l-allokazzjoni ta' l-istess football ground.", "GŻIRA UNITED FOOTBALL GROUND", "28792.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Il-Ministru jikkonferma li sar rilaxx ta' l-art mill-MIDI lill-gvern li tinsab ġewwa Manoel Island sabiex jinbena ground tal-football kif ukoll clubhouse li se jkunu għall-użu esklussiv tal-Gżira United FC u n-nursery ta' l-istess club?", "Meta huwa maħsub li jibda x-xogħol fuq dan il-proġett?", "Jikkonferma li flimkien ma' dan il-proġett hemm ukoll il-premises tar-Royal Malta Youth Club?", "Jekk iva, meta se jibda x-xogħol fuq dawn il-premises ħalli mmedjatament wara jkun jista' jibda dak tal-ground tal-football u l-clubhouse?", "Japprezza li fil-preżent il-club tal-football tal-Gżira United ma jistax jagħmel titjib u tiswijiet fil-ground preżenti, fosthom ta' bini kkundannat, u għalhekk il- proġett huwa ta' natura urġenti?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ir-risposta tingħata f'seduta oħra.", "KONJUĠI SEPARATI – TNAQQIS FL-INCOME TAX", "28797.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS (f'isem l-Onor.", "Leo Brincat) staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jikkonsidra li jnaqqas it-taxxa tad-dħul minn fuq dik il-parti tal-paga li konjuġi separati jkunu obbligati li jħallsu f'manteniment għat-tfal tagħhom lill- parti l-oħra anke meta ma jkollhomx kustodja fuq dawn it-tfal sakemm dan kollu jkun qed isir skond digriet tal-qorti?", "ONOR.", "TONIO BORG (f'isem il-Prim Ministru u Minisru tal-Finanzi): Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "MEPA - PETIZZJONI", "28798.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS (f'isem l-Onor.", "Leo Brincat) staqsa lill- Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid x'kien l-eżitu tal-MEPA fid-dawl tal-petizzjoni li saret lilu bħala ministru u lilha minn għadd kbir ta' residenti ta' Triq Pedidalwett, St Andrews sa mis- 16 ta' Marzu, 2006 dwar:", "a) l-oġġezzjoni tagħhom li jkun hemm garages mal-livell ta' Wied Menxu, aktar u aktar meta dan qed iżomm il-wied imsemmi milli jżomm l-istat naturali tiegħu;", "b) l-oġġezzjoni tagħhom li meta żviluppatur bena madwar 25 maisonette fl- inħawi tħalla jagħmel ix-xogħol ta' kostruzzjoni minn ġewwa dan il-wied mingħajr ma naddaf il-qiegħ tal-wied innifsu;", "c) l-oġġezzjoni tagħhom li dan qed isir minn terzi bi skopijiet kummerċjali f'mod li jista' jwassal biex fihom jinżammu vehicles kbar u affarijiet ta' natura kummerċjali,eċċ., u", "d) li t-triq jew passaġġi ġodda proposti minħabba dan l-iżvilupp jistgħu jwasslu għal aktar flooding f'area li spiss tigi milquta mill-għargħar u dan kollu meta a/b/c/d ser isiru f'area barra miż-żona ta' żvilupp (Ref 04021/03,04022/03, 04023/03 – appell 170/06)", "ONOR.", "TONIO BORG (f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent): It-tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "MILI TA' VAKANZI", "28811.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS (f'isem l-Onor.", "Justyne Caruana) staqsa lill- Ministru għall-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Kemm kien hemm sejħiet għall-applikazzjoni biex jimtlew vakanzi fid-dekasteru kollu tal-Ministru f'dawn l-aħħar tliet snin?", "Kemm kien hemm applikanti għal kull post?", "Kemm minnhom kienu nisa u kemm irġiel?", "X'kienet l-eta` tagħhom?", "X'inhu s-sess u l-eta' tal-persuna magħżula?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Rigward l-ewwel, it-tieni u l-aħħar partijiet tal- mistoqsija, id-dettalji li jikkonċernaw id-dekasteru tiegħi huma kif jidhru fit-tabelli li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.", "M'għandix dubju li l- Onor. Interpellant tifhem li l-ġbir tal-kumplament ta' l-informazzjoni teħtieġ ħin u xogħol estensiv u allura nħoss li dawn għandhom ikunu utilizzati b'mod aħjar.", "MILI TA' VAKANZI", "28812.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS (f'isem l-Onor.", "Justyne Caruana) staqsa lill- Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Kemm kien hemm sejħiet għall-applikazzjoni biex jimtlew vakanzi fid- dekasteru kollu tiegħu f'dawn l-aħħar tliet snin?", "Kemm kien hemm applikanti għal kull post?", "Kemm minnhom kienu nisa u kemm minnhom irġiel?", "X'kienet l-eta` tagħhom?", "X'inhu s-sess u l-eta` tal-persuna magħżula?", "ONOR.", "TONIO BORG (f'isem il-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni): Ir-risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "MILI TA' VAKANZI", "28813.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS (f'isem l-Onor.", "Justyne Caruana) staqsa lill- Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Kemm kien hemm sejħiet għall- applikazzjoni biex jimtlew vakanzi fid-dekasteru kollu tiegħu f'dawn l- aħħar tliet snin?", "Kemm kien hemm applikanti għal kull post?", "Kemm minnhom kienu nisa u kemm minnhom irġiel?", "X'kienet l-eta` tagħhom?", "X'inhu s-sess u l-eta` tal-persuna magħżula?", "ONOR.", "TONIO BORG (f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "MILI TA' VAKANZI", "28814.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS (f'isem l-Onor.", "Justyne Caruana) staqsa lill- Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Kemm kien hemm sejħiet għall- applikazzjoni biex jimtlew vakanzi fid-dekasteru kollu tiegħu f'dawn l- aħħar tliet snin?", "Kemm kien hemm applikanti għal kull post?", "Kemm minnhom kienu nisa u kemm minnhom irġiel?", "X'kienet l-eta` tagħhom?", "X'inhu s-sess u l-eta` tal-persuna magħżula?", "ONOR.", "TONIO BORG (f'isem il-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura): F'dawn l-aħħar tliet snin fil-ministeru għar-riżorsi u infrastruttura kien hemm 70-il sejħa għall-applikazzjoni biex jimtlew vakanzi fid-dekasteru kollu tiegħu.", "L-informazzjoni ta' kemm kien hemm applikanti għal kull post, kemm minnhom kienu nisa u rġiel, x'kienet l-eta' tagħhom u s-sess u l- eta' tal-persuna magħżula qiegħda titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "MILI TA' VAKANZI", "28815.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS (f'isem l-Onor.", "Justyne Caruana) staqsa lill- Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Kemm kien hemm sejħiet għall-applikazzjoni biex jimtlew vakanzi fid-dekasteru kollu tiegħu f'dawn l-aħħar tliet snin?", "Kemm kien hemm applikanti għal kull post?", "Kemm minnhom kienu nisa u kemm minnhom irġiel?", "X'kienet l-eta` tagħhom?", "X'inhu s-sess u l-eta` tal-persuna magħżula?", "ONOR.", "TONIO BORG: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant dwar in- numru ta' sejħiet għall-applikazzjoni maħruġa mid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi, in-numru ta' applikanti għal kull sejħa u s-sess u l-eta' tal-persuna magħżula, hi kif tidher fit-tabelli li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.", "Ma nistax nifhem x'utilita' jista' jkollha l- kumplament ta' l-informazzjoni dettaljata mitluba mill-Onor.", "Membru.", "Għalhekk, kif ukoll għaliex il-ħin estensiv li jkun meħtieġ sabiex tinġabar din l-informazzjoni jista' jintuża aħjar, ma nħossx il-ħtieġa li tingħata l- kumplament ta' l-informazzjoni li qed tintalab.", "MILI TA' VAKANZI", "28816.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS (f'isem l-Onor.", "Justyne Caruana) staqsa lill- Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Kemm kien hemm sejħiet għall-applikazzjoni biex jimtlew vakanzi fid-dekasteru kollu tiegħu f'dawn l-aħħar tliet snin?", "Kemm kien hemm applikanti għal kull post?", "Kemm minnhom kienu nisa u kemm minnhom irġiel?", "X'kienet l-eta` tagħhom?", "X'inhu s-sess u l-eta` tal-persuna magħżula?", "ONOR.", "TONIO BORG (f'isem il-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil- Komunita'): L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant hija ferm voluminuża u għadha qed tinġabar.", "Ir-risposta se titpoġġa fuq il-mejda tal- Kamra f'xi seduta oħra.", "ĦRUĠ TA' VISAS", "28834.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru għat-Turiżmu u Kultura: B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 28696, x'passi se jittieħdu biex ma nitilfux turisti minn pajjiżi bħar- Russja, l-Ukranja u s-Serbja peress li aġenti ta' l-ivvjaġġar qed jilmentaw li se jonqsu drastikament turisti minn dawk il-pajjiżi għax, per eżempju, qed jgħidulhom li mill-ambaxxata ta' Moska se joħorġu 25 visas kuljum biss u l-Ukrajna qed isibu xi diffikultajiet mill-Ambaxxata Awstrijaka?", "ONOR.", "TONIO BORG (f'isem il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura): Nirriferi lill-Onor. interpellant għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 28822 li ngħatat mill-Ministru ta' l-Affarjiet Barranin.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Agius, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "CHRIS AGIUS: Sur President, xtaqt nagħmel mistoqsija li saret lili ftit tal-ġranet ilu.", "X'tista' tagħmel tfajla mill-Ukrajna li qed toħroġ ma' raġel Malti biex tinħarġilha l-visa?", "Għal kemm perijodu tista' toħroġ din il-visa u wara kemm żmien tista' terġa' tapplika sabiex tingħata visa oħra meta tmur lura lejn pajjiżha?", "MR SPEAKER: Id-domanda m'hijiex relatata imma jekk il-ministru jrid jirrispondi, għandu l-fakulta' jagħmel dan.", "ONOR.", "TONIO BORG: Sur President, in parti d-domanda hija relatata minħabba li titkellem dwar visas ukoll u allura nistgħu nweġbuha.", "Jekk wieħed jipprova li għandha xi rabta ma' dik il-persuna, ġeneralment tingħata visa.", "Iż-żmien biex tingħata l-visa jiddependi minn fejn tkun ġejja dik il- persuna u anke jekk kienx hemm xi problemi fil-passat.", "Ġieli ngħataw estensjonijiet ukoll imma dan l-aħħar il-pulizija qed tikkontrolla iktar fuq estensjonijiet.", "X'aktarx li l-persuna li tkun trid tagħmel estensjoni tal-visa jgħidulha biex terġa' tmur lura f'pajjiżha, terġa' tapplika u jerġa' jingħatalha l-permess.", "Hawnhekk m'aħniex qegħdin nitkellmu dwar żwieġ imma sempliċement dwar ħbiberija.", "Ġeneralment il-pulizija jkunu raġonevoli f'dawn l-affarijiet u dawn il-visas jingħataw.", "Li ma tippermettix il-pulizija hu li xi ħadd jibqa' hawnhekk, ġieli anke sena, mingħajr ma jinformahom u mbagħad dan jippretendi li jirregolarizza l- pożizzjoni tiegħu.", "F'dak il-każ ma jfissirx li għax ma marx iġedded il- visa u baqa' hawn, m'hijiex se terġa' tingħatalu, imma jrid jerġa' jmur lura f'pajjiżu u jerġa' japplika.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Agius.", "ONOR.", "CHRIS AGIUS: Jien qed nirriferi għal persuna li ġejja mill-Ukrajna, jiġifieri minn post li jinsab 'il bogħod ħafna u li biex tiġi hawn ikollha teħel ħafna spejjeż.", "Safejn naf jien din tingħata visa għal 30 ġurnata.", "Ladarba din il-persuna tkun ingħatatilha l-visa xhur qabel u kienet qagħdet hawn b'mod regolari, ma tistax titlob għal extension fuq il-visa tagħha meta tkun hawn u tingħatalha?", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Dan huwa possibbli.", "Ma jfissirx li bilfors jekk se tagħmilha kull darba, dejjem se jgħidulek \"iva\".", "Li ma jippermettux il- pulizija, u għandhom biċċa raġun, hi li ċerti persuni jħallu l-visa tiskadi u mbagħad xhur wara li tiskadi, jippretendu li jingħataw estensjoni.", "Dik ġeneralment il-pulizija ma jagħtuhiex.", "Affarijiet oħrajn huma raġjonevoli.", "Jien rajt kemm-il darba estensjonijiet ta' visas imma tkun saret applikazzjoni għall-estensjoni qabel ma tiskadi l-ewwel waħda.", "DAR MALTA FI BRUSSELL", "28836.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: B'riferenza għal mistoqsijiet parlamentari 24645, 28123, 28412, 28586 u 28717 jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm organizzazzjonijiet kummerċjali li jinsabu lesti jikru partijiet minn Dar Malta u jgħid liema huma dawn l-organizzazzjonijiet kummerċjali?", "ONOR.", "TONIO BORG (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Ir- risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "FUND FOR GOOD CAUSES", "28839.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: B'riferenza għal mistoqsijiet parlamentari 27278, 27799, 27930, 28058, 28255, 28584 u 28716, jista' l- Viċi Prim Ministru jgħid liema għaqdiet u proġetti ġew iffinanzjati mill- Fund for Good Causes li ġej mill-lotteriji matul din is-sena?", "Liema għaqdiet oħra ġew mgħarrfa li se jingħataw fondi u x'inhuma l-proġetti ffinanzjati?", "Fuq liema kriterji ġew magħżula l-għaqdiet u l-proġetti?", "X'inhuma r-raġunijiet li din il-mistoqsija ilha li saret ġimgħat sħaħ u għadha ma ġietx imwieġba?", "ONOR.", "TONIO BORG (f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Ir- risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "ENEMALTA DĦUL MIS-SURCHARGE", "28841.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS (f'isem l-Onor.", "Leo Brincat) staqsa lill- Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 28740, kemm daħħlet flus l- Enemalta, xahar b'xahar, mis-surcharge fuq il-konsum tad-dawl u l-ilma bejn Marzu 2007 u Settembru 2007?", "Jista' jaqsam id-dħul mis-surcharge bejn dak mill-konsum domestiku u dak mill-konsum kummerċjali jew industrijali?", "ONOR.", "TONIO BORG (f'isem il-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni): Ir-risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "GZIRA – FAWRAN TA' DRENAĠĠ", "28842.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS (f'isem l-Onor.", "Leo Brincat) staqsa lill- Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 28724, għalkemm il-WSC għarrfet lir-residenti li x-xogħol meħtieġ kien sar, għadni kif ġejt informat li l- waste water li kien hemm f'Luqa Briffa Street, Gżira quddiem Marands Court, wara l-Gżira Pumping Station għadu jinġema'.", "Peress li din il-manhole għadha xorta waħda tiġi rrapportata li jkollha overflowing ta' spiss u ġieli ċediet bil-maltemp, jista' l-ministru jara li dan l-inkonvenjent jiġi rimedjat?", "ONOR.", "TONIO BORG (f'isem il-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni): Il-korporazzjoni għas-servizzi ta' l- ilma kienet għamlet tindif estensiv fil-mejn tad-drenaġġ minn Luqa Briffa Street u Triq G. Tua sal-pumping station tal-Gżira biex ikun assigurat li ma jkunx hemm debris fil-katusi.", "Kif kien spjegat fit-tweġiba għal PQ26729, il-possibilita' ta' fawran mill-manhole f'każi meta tagħmel ħafna xita f'ħin qasir ma tistax tkun eliminata għal kollox.", "Madanakollu l- korporazzjoni se terġa' tagħmel spezzjoni oħra biex tara hemmx bżonn ta' aktar tindif.", "MFSA – CONSUMERS' COMPLAINTS UNIT", "28843.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS (f'isem l-Onor.", "Leo Brincat) staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Minkejja li t-taqsima tal-consumers' complaints unit ta' l-MFSA hija mifhuma li tagħmel xogħol tajjeb, jista' l- Prim Ministru jara li jkun hemm aktar viġilanza fuq kif ċerti banek kummerċjali li jużaw hard cell tactics meta jbiegħu wealth management products, speċjalment fejn jidħlu overseas funds, peress li ta' spiss niltaqa' ma' nies li ma jkunux konxji ta' riskji u opportunitajiet ta' dak li jkunu deħlin għalih bi flushom stess?", "Dan minħabba l-kummissjonijiet għolja li huma mifhuma li jaqilgħu wħud minn dawn l-uffiċjali fuq bejgħ ta' prodotti simili.", "Dan għandu japplika għas-settur tas-servizi finanzjarji kollu kemm hu, mhux biss għal dak bankarju, possibilment billi jkun hemm customer awareness akbar dwar l-implikazzjonijiet tat-teħid ta' dawn id- deċiżjonijiet ta' investiment.", "ONOR.", "TONIO BORG (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): It- tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "OPM - REKLAMAR", "28844.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS (f'isem l-Onor.", "Leo Brincat) staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Liema kumpanniji ħadmu reklamar u kampanji ta' informazzjoni għall-mezzi tax-xandir awdjo-viżivi u stampati għan-nom tal-ministeru jew segretarjat parlamentari tiegħu u għan-nom ta' dipartimenti, awtoritajiet, istituzzjonijiet u aġenziji li jaqgħu taħtu matul is-snin 2003, 2004, 2005, 2006 u bejn Jannar u Settembru 2007?", "Kemm kien il-ħlas involut għal kull biċċa xogħol?", "ONOR.", "TONIO BORG (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): It- tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "EU AID – TQASSIM TA' ROSS", "28877.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Min hu intitolat għall-EU aid li permezz tagħha jingħata ross, għaġin u ikel ieħor?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Il-persuni intitolati għall-għajnuna indikata mill- Onor. Interpellant huma dawk intitolati għall-għajnuniet, benefiċċji u pensjonijiet mhux kontributorji mħallsa taħt l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali.", "MR SPEAKER: Billi l-mistoqsijiet li dehru fuq l-aġenda ġew eżawriti nistgħu ngħaddu mill-ewwel għal Tqegħid ta' Karti u nsejjaħ lill-Viċi Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "TONIO BORG: Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Rapporti dwar l-Effiċjenza tal-Kunsilli Lokali għall-perijodi bejn April – Lulju 2006, Awissu – Novembru 2006, u Diċembru 2006 – Marzu 2007;", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JIMPLIMENTA MIŻURI TA' L-ESTIMI", "BUDGET MEASURES IMPLEMENTATION BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mit-13 ta' Novembru 2007.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "MR SPEAKER: Rimarki?", "L-Onor.", "Chris Agius.", "ONOR.", "CHRIS AGIUS: Sur President, saret konswetudni ta' din il-Kamra li hekk kif ikun approvat il-budget, ikollna diskussjoni dwar l- implimentazzjoni tal-miżuri li jkunu tħabbru.", "Naħseb li dan huwa ċans għal kull deputat li jerġa' jwassal il-ħsebijiet u l-opinjonijiet tiegħu dwar dak li jkun intqal fil-budget li jkun għadu kif ġie approvat ftit tal- ġranet qabel.", "Il-membri tan-naħa tal-gvern qalulna li dan kien budget li jsarraf f'aspirazzjonijiet tal-poplu biex il-familja tkun tista' tħares 'il quddiem fis-sod.", "Iżda għal ħafna nies dan kien budget li qed jagħti ftit lura lill-poplu minn dak li għal sena wara l-oħra kien ħa minn fuq l-istess poplu.", "Mhux talli lill-poplu tah ftit lura, imma addirittura tahulu tard wisq ukoll.", "L-ewwelnett qed ngħid hekk għax il-gvern ilu s-snin jgħid li l- finanzi kienu fis-sod u allura bir-raġun kollu, il-poplu kien ilu jistenna li jingħata xi ħaġa lura.", "It-tieni, għax dak li qed jingħata lura lill- poplu qiegħed jingħata lejliet elezzjoni biex mingħalihom jerġgħu jisirqulu l-vot.", "Sur President, dan huwa budget li ma jindirizzax il-karba tad-dwejjaq ta' ħafna familji fid-dawl tat-taxxi li qegħdin dejjem jiżdiedu u miżuri li dejjem jogħlew.", "Issa naħseb li bħas-soltu jqum xi ħadd min-naħa l-oħra u jgħid li aħna dejjem nokorbu u li aħna dejjem inxandru d-dlam.", "Iżda min m'huwiex maqtugħ mill-poplu, min jisma' u jiltaqa' man-nies ta' kuljum bħalna, bilfors li jkollu jitkellem b'dan il-mod.", "Huwa d-dover tagħna li nwasslu l-ilmenti u d-dwejjaq taċ-ċittadini.", "Allura meta nwasslu l- messaġġi li nirċievu mingħand il-poplu, aħna nkunu qegħdin nirrepetu x'qiegħed jintqal lilna u noffru soluzzjonijiet għad-dwejjaq u għall- weġgħat tal-poplu.", "Tajjeb li ngħid li anke meta tiltaqa' ma' familji li jkunu ftit aktar komdi, li bil-ħila tagħhom ikun irnexxielhom isibu mpjieg tajjeb u li jrendilhom, dawn ukoll jilmentaw li l-affarijiet m'humiex sejrin kif tant jixtiequ huma.", "Naturalment jitkellem b'dan il-mod min m'huwiex b'għajnejh magħluqa u jara dak li jrid jara.", "Aħna li ta' kuljum niltaqgħu man-nies, qed nisimgħu realtajiet għal kollox differenti.", "Min-naħa tiegħi ma tiġix ġurnata li ma niltaqax ma' numru kbir ta' nies u nisma' dak li jkunu jridu jgħidu.", "Fejn hu possibbli ngħinhom u fejn hu possibbli nurihom id-direzzjoni u naħseb li hawn ħafna bħali.", "Żgur li jien m'iniex l-uniku wieħed li niltaqa' ma' diversi nies, l-aktar issa li qegħdin noqorbu lejn kampanja elettorali.", "Possibbli dawn in-nies li jiltaqgħu magħhom tan-naħa l-oħra - anke dawk li jmorru jħabbtulhom - kollha jgħidulhom li mexjin tajjeb u li qed jibqgħalhom il-flus fil-bwiet tagħhom!", "Possibbli ma jgħidulhomx li m'humiex qed jaffettwawhom il-piżijiet tat-taxxi u tas-surcharge!", "Jien mhux qed insib dawn it-tip ta' nies.", "Jien qed niltaqa' ma' familji mkissra taħt il-piżijiet tat-taxxi, familji li ma jifilħux iħallsu l-kontijiet tad- dawl u l-ilma, familji li l-paga tagħhom ma twassalx sa paga oħra u familji li reġgħu lura għaż-żmenijiet li jiġru wara t-tfal tagħhom biex jaraw li ma jaħlux dawl.", "Din hija sitwazzjoni mhux tant feliċi għal ħafna.", "Kif għedt, nittama li ma jkunx hawn min jgħid li aħna ta' din in-naħa nħobbu nsemmu d-dwejjaq u naqtgħu qalb in-nies.", "Altru minn dan.", "Nittama li ma jkunx hawn min jgħid li n-nies li jiltaqgħu magħhom huma jew dawk li joqogħdu fin-naħat fejn imorru jħabbtulhom il-bibien, ma jiltaqgħux ma' dawn ir-realtajiet.", "Huwa mpossibbli li l-affarijiet li qed insemmi jgħixuhom biss in-nies tan-naħat fejn ngħix jien.", "Dan żgur li m'huwiex il-każ għax familji bi dħul baxx jeżistu madwar Malta u Għawdex kollu.", "Sur President, miżura ewlenija ta' dan il-gvern f'dan l-aħħar budget kienet iċ-ċaqliqa fil-bands ta' l-income tax.", "Allura issa se jkollna min jiffranka l-flus għax se jħallas inqas income tax.", "Se jkollna familji li se jiġu affettwati b'ammonti differenti, min jiffranka mod u min jiffranka mod ieħor.", "Iżda dawk li għandhom paga żgħira u ma jinqabdux b'taxxa, x'ħadu minn din il-miżura?", "Hemm ħafna minnhom dawn.", "Għandna ħafna minimum wage earners f'pajjiżna u li għalihom din il-bidla ma tfisser xejn.", "Hemm imbagħad ukoll numru, li qiegħed dejjem jiżdied, ta' part-timers.", "Anke dawn fil-maġġoranza tagħhom ma jħallsux taxxa.", "U allura anke għalihom dawn il-bidliet fil-bands ta' l-income tax setgħu ma saru xejn.", "Imbagħad xi ngħidu għall-pensjonanti tagħna!", "Lil dawn qed jgħidulhom li se jingħataw iż-żieda sħiħa, pero' kemm għandna minnhom li se jiġu affetwati b'dawn il- bidliet fl-income tax?", "Naħseb li aħjar infakkru x'ġara fejn tidħol it- taxxa u miżuri oħra li bihom gvernijiet Nazzjonalista għabbew lill-poplu Malti matul dawn l-aħħar għaxar snin.", "Jien m'iniex se mmur lura 20 sena - avolja l-partit Nazzjonalista ilu kważi 20 sena fil-gvern, tħalli barra t- 22 xahar ta' gvern Laburista - imma se mmur lura għall-1998, meta kien reġa' tela' l-partit Nazzjonalista fil-gvern.", "Dakinhar ġabru mingħand il- poplu s-somma ta' Lm114-il miljun f'income tax.", "Illum, kważi għaxar snin wara, l-ammont ta' income tax miġbur tela' għal Lm246.7 miljun.", "Mela llum, il-gvern qiegħed jiġbor aktar mid-doppju ta' dak li kien jiġbor kważi għaxar snin ilu.", "X'ma jħosshiex l-għafsa l-poplu!", "Nixtieq insemmi wkoll il-bolla tas-sigurta' soċjali, li snin ilu kienu jsejħulha l-\"bolla balla\".", "Naħseb li kollha għandna eta' biżżejjed sabiex niftakruha din il- frażi, pero' dak kien żmien ieħor.", "Dak kien żmien meta kulma kien jagħmel gvern Laburista kien jiġi attakkat bl-aħrax.", "Illum il-bolla m'għadhiex balla imma ma nafx x'tista' ssejħilha.", "Tajjeb li nfakkar li xi erba' budgets ilu dawn iddeċidew li għal sentejn fuq xulxin jgħollu l-bolla tas- sigurta' soċjali.", "Dakinhar konna nħallsu one twelfth tal-paga imma biż- żidiet il-bolla telgħet għal one tenth tal-paga.", "Għaxar snin ilu l-gvern kien jiġbor Lm130.3 miljun mill-bolla tas-sigurta' soċjali u din ukoll kompliet tiżdied u kompliet tnaqqar mid-dħul tal-ħaddiema tagħna.", "Tant hu hekk li matul din is-sena li qegħdin fiha l-gvern ġabar Lm207.7 miljun bħala bolla tas-sigurta' soċjali.", "Dan ifisser żieda ta' 59% fuq perijodu ta' għaxar snin.", "Barra din hemm piżijiet oħra li qed iġorr il-poplu u li komplew jiżdiedu sena wara l-oħra.", "Jien se nsemmi biss it-taxxa fuq il-konsum, il-value added tax.", "Tajjeb li ngħid li minn meta reġgħet daħlet din it-taxxa, il- VAT żdiedet għal 18% u nfirxet fuq kważi l-prodotti u s-servizzi kollha.", "Dħul minn din it-taxxa l-gvern fl-1998 kellu Lm 70.8 miljun.", "Din is-sena din it-taxxa splodiet għal Lm178 miljun, li tfisser żieda ta' 150% fuq perijodu ta' disa' snin.", "Dawn huma piżijiet li jġorrhom kulħadd mingħajr distinzjoni ta' kemm taqla' u kemm tiflaħ.", "Xi ngħidu mbagħad għas- surcharge?", "Din kissrithom lill-familji.", "Possibbli tan-naħa l-oħra lanqas ilment fuq is-surcharge m'huma qed jisimgħu?", "Qiegħed jerġa' jkollna familji – u jiena niltaqa' ħafna magħhom u ċert li anke tan-naħa l-oħra jiltaqgħu magħhom – li minflok tubu qed jixegħlu bozza baxxa.", "Insibu anzjani li joqogħdu f'rokna bix-xema tixgħel u familji li jiġbru t-tfal f'kamra waħda sabiex tinxtegħel kamra waħda biss!", "Din hija sitwazzjoni li qed titfa' lill-familji tagħna lura fis-snin.", "Gvern Laburista ġdid se jnaqqas is-surcharge fuq il-kontijiet tad-dawl u l-ilma bin-nofs.", "B'din il-miżura l-familji tagħna jifdallhom ħafna iktar flus f'idejhom u b'hekk ikollhom aktar x'jonfqu.", "Dan se jgħin sabiex jiżdied il- konsum intern u allura jikber ukoll in-negozju f'pajjiżna.", "Ma' dawn il- piżijiet wieħed jista' jżid il-prezzijiet dejjem jogħlew ta' l-aktar prodotti essenzjali.", "Hawn ta' min jistaqsi lill-mara tad-dar - li ta' kuljum toħroġ tixtri l-bżonnijiet għall-familja tagħha - ħalli jara l- bidliet li hemm fil-prezzijiet.", "Issa qalulna li sar ftehim fuq numru ta' prodotti sabiex dawn ma jiċċaqilqux fil-prezz sa l-aħħar ta' Marzu.", "Naħseb li kulmin għandu rasu fuq għonqu jagħmel numru ta' mistoqsijiet.", "Jiena ngħid għaliex sa Marzu?", "X'se jiġri wara Marzu?", "X'għandha x'taqsam l-ewro mal-prezzijiet?", "Intom qed tgħidu l-prezzijiet sa Marzu għax is-segretarju parlamentari qed jgħid li f'Jannar se tidħol l-ewro.", "Naħseb din m'hijiex aħbar għaliex kulħadd jaf li l-ewro dieħla f'Jannar, pero' l-gvern qed jgħid li l- prezzijiet se jżommuhom stabbli sa Marzu.", "X'se jiġri wara Marzu?", "Se jkollna splużjoni tal-prezzijiet?", "Is-segretarju parlamentari se jagħtina garanzija li l-prezzijiet se jibqgħu l-istess bħalma kienu f'Jannar?", "(Interuzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Ippermettili Onor. Agius.", "Jekk jogħġobkom inżommu l-ordni.", "L- Onor. Agius huwa in possession u jista' ikompli bid-diskors tiegħu.", "ONOR.", "CHRIS AGIUS: Sur President, tan-naħa l-oħra qed jgħidu li l-garanzija jista' jagħtiha l-Onor.", "Alfred Sant.", "Naħseb min qed jismagħni jaf li l- garanzija huma jistgħu jagħtuha, u jridu jagħtuha huma.", "Jekk dan il-gvern ikun għadu hemm sa Marzu, il-garanzija hu jrid jagħtiha u mhux l-Onor.", "Alfred Sant.", "Naħseb li din il-miżura l-gvern għamilha għax qed jikkalkula li sa Marzu jagħmel l-elezzjoni.", "(Interruzzjonijiet) Dik deċiżjoni tal- prim ministru.", "(Interruzzjonijiet) Naħseb għandek konnessjonijiet biżżejjed biex tkun taf, pero' jiena ngħid: X'se jiġri wara Marzu?", "Jew se jagħmlu l- elezzjoni mbagħad jiġri x'jiġri.", "Jiena għalhekk ngħid li gvern Laburista jippretendi li dan il-ftehim jibqa' għaddej għallinqas xahrejn wara Marzu u dan sabiex jilħaq jibda jaħdem sewwa l-makkinarju regolatorju sabiex ikollna aktar ċertezza ħalli mhux ikun hemm abbuż fiċ-ċaqliq 'il fuq tal- prezzijiet.", "Irridu naraw li jkollna aġenzija b'saħħitha li ta' kull sitt xhur tippreżenta rapport dwar iċ-ċaqliq li seta' kien hemm fil-prezzijiet, l-aktar dawk il-prodotti li huma l-aktar essenzjali, bħal per eżempju, mediċini, affarijiet ta' l-ikel u ta' l-edukazzjoni.", "Fejn iż-żidiet tal- prezzijiet ma jiġux ġustifikati għandha tittieħed azzjoni sabiex tiġi rimedjata s-sitwazzjoni.", "Miżura oħra fil-budget li jiftaħru ħafna fuqha hija taċ-children's allowance.", "Dawn qishom ivvintaw xi benefiċċju ġdid.", "Hawn tajjeb li nfakkru li kien gvern Laburista li fl-1974 introduċa għall-ewwel darba f'pajjiżna ċ- children's allowance.", "U dan il-benefiċċju kien għat-tfal kollha bla ebda distinzjoni ta' bin min int. Dak iż-żmien ma kenitx bil-means tested.", "Li ġara kien li għall-ewwel tliet snin din kienet għall-ewwel tliet itfal.", "Dakinhar qalu li ta' wara t-tielet m'huwiex ikkalkolat.", "Imbagħad fl-1977 gvern Laburista iddeċieda li din għandha tingħata lit-tfal kollha u allura, jekk familja kellha sitt itfal, kienet tingħata children's allowance tat- tfal kollha.", "Iżda mbagħad kienu gvernijiet Nazzjonalista li llimitaw l- għotja taċ-children's allowance.", "U llum qed jiġu jgħajjtu b'din il-miżura!", "Ftit ħafna, tard wisq!", "Issa hawnhekk tajjeb ngħid li meta kellna gvern Laburista fl-1997, kien hemm 49,882 familja li kienu jibbenefikaw miċ- children's allowance.", "Is-sena l-oħra n-numru kien niżel għal 33,686.", "Fl- 1997 in-nefqa tal-gvern f'children's allowance kienet ta' Lm20.4 miljun u s- sena l-oħra l-ħlasijiet kienu jammontaw għal Lm13.3 miljun.", "Issa li qed jgħidulna li t-tfal kollha se jieħdu ċ-children's allowance, is-somma li se joħroġ il-gvern se tkun tammonta għal Lm17.9 miljun.", "Dan huwa inqas milli kien joħroġ f'children's allowance għaxar snin ilu.", "La qed insemmi l-miżuri nixtieq infakkar xi ħaġa li jitkellmu miegħi dwarha ħafna anzjani li niltaqa' magħhom ta' kuljum fil-Kottonera.", "Il-Kottonera huwa post fejn naħseb hemm l-akbar ammont ta' ex servicemen tal-gvern Ingliż.", "Ħafna minnhom li servew lill-gvern Ingliż spiċċaw tilfu parti mill- pensjoni ta' Malta.", "Dan in-nuqqas iħossuh u għalhekk jitkellmu miegħi fuq din il-problema.", "Kont ħafna iżgħar meta l-partit Nazzjonalista, li dak iż- żmien kien fl-oppożizzjoni, kien iwiegħed li jekk jitilgħu fil-gvern, dawn il-pensjonanti tas-servizzi kienu se jagħtuhom il-pensjoni sħiħa.", "Dak iż- żmien ittri fuq il-gazzetta \"The Times\" ma kienux jonqsu, pero' wara 20 sena fil-gvern din ma tawhiex.", "Illum għadek xi kultant taqra xi ittra fil- gazzetta \"The Times\" fejn jistaqsu lill-partit Nazzjonalista dwar din il- wegħda li kienu għamlu lil dawn l-ex servicemen.", "Kien gvern Laburista mmexxi minn Dr. Alfred Sant li fit-22 xahar ta' tmexxija beda biex jagħti ftit lura minn din il-pensjoni, pero' li ġara kien li kellna bidla fil- gvern u malli telgħu huma din reġgħet waqfet.", "Anke hawn gvern Laburista ġdid jerġa' jibda biex titwettaq il-pensjoni tas-servizzi Ingliżi sabiex dawn jerġgħu jibdew jieħdu ż-żewġ terzi wkoll.", "Aħna rridu naraw li l- ekonomija ta' pajjiżna tkompli tikber.", "Sur President, qalulna wkoll li għandna l-akbar ammont ta' nies jaħdmu mill- Indipendenza 'l hawn, pero' tajjeb ngħidu li ma' dan l-ammont ta' impjiegi maħluqa nsibu ammont kbir ta' ħaddiema li l-uniku mpjieg tagħhom huwa dak part-time.", "Żgur li fil-maġġoranza tagħhom dawn mhux fl-għażla tagħhom li jkollhom impjieg part-time.", "Żgur li kieku setgħu jagħżlu, kienu jagħżlu impjieg full-time, impjieg li jagħtihom aktar serħan il-moħħ u mpjieg li jiggarantilhom aktar dħul.", "Żgur li ħafna part-timers m'humiex kuntenti bil- kondizzjonijiet tax-xogħol tagħhom.", "Dawn jiġu offruti mpjieg fuq bażi part- time, jitħaddmu sigħat ħafna aktar minn dak permess bħala part-time u jidhru li qegħdin jaħdmu ma' kumpannija differenti fil-ħinijiet ta' xogħol li jkunu qed jagħmlu.", "Dawn dejjem jitħallsu bil-flat rates u la jeżistu Ħdud, la jeżistu festi u lanqas jeżisti overtime.", "Possibbli li lanqas ilmenti fuq dawn l-abbużi m'aħna nisimgħu?", "Mhux hekk biss, imma wħud mill-part-timers waslu f'sitwazzjoni fejn sabiex ma jkunux jistgħu jieħdu xi benefiċċji li jingħataw pro rata, qed jintalbu jaqilbu bħala self-employed.", "B'hekk żgur li l-employer tagħhom ma jkunx responsabbli għal ebda benefiċċju li jistgħu jkunu ntitolati għalih.", "Niftaħru bit-tkabbir ekonomiku li għandna f'pajjiżna u niftaħru biż-żieda fl-impjiegi, pero' jiena ċert li l-ħaddiema part-time li qed jaħdmu b'dawn il-kondizzjonijiet, m'humiex kuntenti.", "Fl-2002 dawk li l-uniku mpjieg tagħhom kien xogħol part-time kienu jammontaw għal 17,147.", "Sena wara telgħu għal 18,167 u baqgħu jitilgħu sena wara l-oħra sakemm sa Ġunju li għadda dawk li kellhom impjieg part-time as their primary employment kienu jammontaw għal 26,169, żieda ta' aktar minn 50% fuq perijodu ta' ħames snin.", "Aħna rridu nipprovdu xogħol ta' veru u xogħol li jirrendi, pero' issa ħalli ngħid xi ħaġa dwar il-qasam tal-manifattura.", "Sur President, il-qasam tal-manifattura huwa qasam li matul dawn l-aħħar snin ra bidliet kbar kemm f'pajjiżna kif ukoll f'partijiet oħra tad-dinja.", "Għal ħafna snin pajjiżna kellu bażi importanti fis-settur tal-manifattura, l-aktar dak tat-tessuti, pero' dawn illum spiċċaw kważi kollha minn pajjiżna.", "Kienet ħaġa ovvja li llum jew għada dawn kienu se jixxiftjaw lejn fejn hemm pagi ħafna iktar baxxi minn dawk li għall-grazzja ta' Alla għandna f'pajjiżna.", "Fortunatament iIlum ma bqajniex nieħdu lejna xogħol li jiddependi minn pagi baxxi u dak iż-żmien spiċċa minn fostna.", "F'pajjiżna żdiedu dawk il-kumpanniji li għandhom valur miżjud għoli, pero' tajjeb ngħid li dawn ma ġewx f'pajjiżna llum jew xi ħames snin ilu.", "Dawn għandna ammont konsiderevoli minnhom li ilhom joperaw f'pajjiżna għexieren ta' snin fosthom it-Toly, l-ST, id-De la Rue, il-Baxter, l-Actavis, id-Dowty u ħafna oħrajn.", "Dawn ukoll għandhom xogħol b'valur miżjud għoli u mhux biss eżistew f'pajjiżna imma kabbru l-operat tagħhom u żiedu l-impjiegi.", "Tant hu hekk li llum saru b'saħħithom aktar minn qabel.", "Fis-sajf tas-sena l-oħra l-konferenza ġenerali tal-partit tagħna approvat pjan għall-industrija.", "F'dan il-pjan insibu numru ta' proposti u ideat sabiex l-industrija tal-manifattura tkompli tikber.", "Dawn kienu proposti li ntlaqgħu tajjeb u sabu l-appoġġ ta' nies fis-settur.", "Waħda mill-proposti tgħid li gvern Laburista ġdid se jwaqqaf taskforce preseduta mill-prim ministru u magħmula minn imprendituri ta' suċċess li ilhom stabiliti f'pajjiżna sabiex magħhom naraw x'hemm bżonn li jsir ħalli jkunu jistgħu jkabbru l-ħidma u l-operat tagħhom.", "Il-mira tagħna hawnhekk tkun dik li fuq perijodu ta' tlieta jew erba' snin, l-impjiegi fil-manifattura eżistenti f'pajjiżna jiżdiedu b'2,000.", "Dawn qaluh għal darba, darbtejn nies importanti f'dan il-qasam, fosthom Andy Gatesy tat-Toly u Helga Ellul tal- Playmobil.", "Sur President, meta għamilna dawn il-proposti tan-naħa l-oħra qalulna li ma fihom xejn u kkritikaw il-fatt li konna se noħolqu ideat ġodda kif ninvolvu lil min għandu esperjenza ta' xi jfisser proġett li rnexxa.", "Minkejja dak li qalu llum spiċċaw li dawn l-ideat li konna varajna ħaduhomlna wkoll.", "Dan għamluh wara snin fejn ħallew il-manifattura titħabat u tiġġieled waħedha bla ebda għajnuna mill-gvern u fejn l-ilmenti ta' l-industrijalisti kienu li l-gvern mhux qed jagħti kashom.", "Illum, grazzi għal dawn il- miżuri, l-istorja qiegħda tinbidel ftit ftit.", "Dan qed ngħidu għax waqt żjara li għamel il-ministru għall-industrija, ftit tal-ġranet ilu fil- fabbrika tat-Toly Products, sirna nafu li matul dawn l-aħħar xhur, iċ- chairman u ċ-chief executive officer tal-Malta Enterprise ltaqgħu ma' the top twenty foreign investors li għandna f'pajjiżna sabiex magħhom jiddiskutu l-operat tagħhom.", "Fl-istess żmien, nies mill-istess Malta Enterprise ltaqgħu personalment ma' 36 investitur ewlieni f'pajjiżna sabiex jitkellmu magħhom ukoll.", "Imbagħad il-ministru qalilna li dan huwa importanti għaliex dawn jafu eżatt x'hemm bżonn isir sabiex jibqgħu mexjin fit-triq it-tajba.", "Mela sa ftit ilu kienu kkritikawna għaliex konna għedna li aħna rridu naħdmu magħhom u mbagħad illum, dak li konna għedna aħna għoġobhom u they took it on board.", "Aħna tant nemmnu fis-suċċess ta' dawn in-nies li hekk kif inkunu fil-gvern, inwaqqfu taskforce oħra, din id-darba magħmula minn industrijalisti oħrajn magħrufa ħalli flimkien ninkoraġġixxu investiment ġdid, kemm fil-qasam tal- manifattura kif ukoll f'servizzi relatati mal-manifattura u mat- teknoloġija.", "Aħna nemmnu li l-esperjenza pożittiva ta' dawn in-nies f'pajjiżna tista' tgħin sabiex inħajru investituri ġodda għal pajjiżna.", "Il- mira tagħna hawnhekk tkun dik li fuq perijodu ta' erba' jew ħames snin, noħolqu ma' l-4,000 impjieg ġdid.", "Aħna qed ngħidu li nemmnu bis-sħiħ fil- manifattura u li rridu nagħtuha kull appoġġ possibbli.", "Dan qed ngħiduh issa mill-oppożizzjoni għaliex aħna ma rridux nagħmlu bħalma għamel dan il- gvern, fejn għal għaxar snin sħaħ nesa lil dawn in-nies u issa, għax lejliet l-elezzjoni qiegħed jagħmel dawn id-dikjarazzjonijiet ta' appoġġ u sostenn.", "Sur President, miżura li beħsiebu jieħu gvern ġdid Laburista hija dik li l- ħlasijiet fuq l-overtime ma jkunux soġġetti għall-income tax.", "Fuq din il- miżura jiena kelli l-okkażjoni nitkellem ma' xi industrijalisti u kollha kellhom kliem ta' tifħir fuqha.", "Qaluli li ħafna drabi jkollhom jisforzaw lill-ħaddiema biex joqogħdu għall-overtime għax dawn jgħidulhom li l- overtime għalxejn jagħmluh peress li dak li jaqilgħu jeħodulhom il-gvern.", "Dawn qaluli li b'din il-miżura żgur se jsibu aktar ħaddiema lesti biex jaħdmu overtime meta jiġu mitluba u dan għaliex kull ewro li jaqilgħu se jibqagħlhom fil-but.", "Fuq din ta' l-overtime m'għandniex noqogħdu nġibu l- iskużi fuq l-abbużi.", "L-abbuż jista' jsir f'kull ħaġa, f'kull mod u f'kull ħin.", "Illum missna niftaħru li għandna l-għodda kollha neċessarja sabiex naraw li din issir bl-aktar mod trasparenti.", "Jien persuna li ma niflaħx nara l-abbuż, idejjaqni l-abbuż u nemmen li min hu b'saħħtu għandu jaħdem sabiex jaqla' l-għajxien tiegħu, pero' mill-banda l-oħra min hu bla xogħol u min huwa żvantaġġat, għandna ngħinuh bis-serjeta'.", "U hawnhekk nixtieq nenfasizza fuq il-kelma \"bis-serjeta'\".", "Bħalissa għaddej eżerċizzju fuq min qed jieħu r-relief.", "Nerġa' ngħid u nerġa' intenni li naqbel perfettament li għandna nkunu viġilanti.", "Il- benefiċċji qegħdin hemm għal min veru għandu bżonnhom imma jiena ngħid li m'huwiex fair li nagħmlu witch-hunt sabiex inqaċċtu n-nies minn fuq il- lista.", "Nerġa' ntenni dak li għedt ħalli ħadd ma jinterpretani ħażin.", "Jiena ma naqbilx ma' l-abbuż u għandna nagħmlu gwerra kontinwa kontra min qiegħed jieħu xi benefiċċju li m'huwiex intitolat għalih, pero' mhux sew li jkollok persuni li tkun taf - u li tista' taħlef għalihom - li qed jgħixu bil- ħniena tal-benefiċċju u lil dawn noqogħdu nibagħtu għalihom kuljum, daqqa għall-kopja ta' l-irċevuta tal-kera, daqqa għal kopja tal-kont tad-dawl u għal mitt ħaġa oħra.", "Per eżempju, persuna fuq ir-relief u tgħix f'post bil- kera fix-xahar kif tista' taffordja li tħallas sabiex jinqaleb l-arloġġ tad- dawl fuqha?", "Lili qaluli li hemm spiża ta' xi Lm200 li jridu jitħallsu f'daqqa sabiex kont tad-dawl jinqaleb.", "U meta ma jkollhomx il-kont tad-dawl fuqhom qed jibagħtu għalihom u kultant iwaqqfulhom ukoll iċ-ċekk tas- sussidju fuq is-surcharge.", "B'dan il-mod qed jagħmlulhom ħajjithom infern.", "L-abbuż huwa ħażin u tajjeb li naraw li dan ma jsirx iżda ejjew inkunu raġjonevoli u nimxu ma' kulħadd xorta.", "Sur President, ftit tal-ġranet ilu attendejt għal seminar organizzat mill-federazzjoni ta' l-industrija.", "Kienu sagħtejn u nofs interessanti fejn fuq il-panel kien hemm il-Prim Ministru Lawrence Gonzi, Dr. Alfred Sant, Dr. Harry Vassallo u Dr. Josie Muscat.", "Magħhom kien hemm il-ġurnalista Vanessa McDonald li bdiet tagħmel mistoqsijiet lill-kelliema fuq l-industrija u fuq suġġetti relatati magħha.", "Kien hemm udjenza sabiħa magħmula min-nies ġejjin mill-industrija u li wara huma wkoll kellhom iċ- ċans jagħmlu mistoqsijiet u jgħaddu kummenti lill-kelliema.", "L-aktar li kien hemm ilmenti kienu fuq it-tariffi tal-portijiet u fuq is-servizz tat- trasport offrut mill-industrija, pero' jiena se nsemmi ftit kummenti oħra li smajt għaliex naħseb li jkun tajjeb li dawn jitwasslu f'din il-Kamra.", "L-ewwel kumment li sar kien mis-Sur Joe Magro tal-Magro Brothers, fejn dan qal li llum qiegħda ssir xi ħaġa frekwenti li l-vapuri jibqgħu għaddejjin minn Malta u jaqbżuha.", "Għalhekk qegħdin isibuha diffiċli li jkollhom servizz kontinwu lejn l-Ingilterra.", "Il-prim ministru qal li ma jafx biha u li kien se jiċċekkja fuqha.", "Saru kummenti wkoll fuq il-famużi port charges li kellhom jinżlu b'mod raġonevoli.", "Fost dawk li wasslu l-ilment tagħhom kien hemm is-Sur Gouder tal-Hompesch Steel li qal li l-ispejjeż tat-tariffi baqgħu għoljin wisq.", "Il-prim ministru qallu li hu ma kienx ta' din l- impressjoni għaliex kien mingħalih li niżlu.", "Għalhekk qallu li kien se jara li dak li kien qed jintqal lilu waqt din il-laqgħa kienx minnu.", "Il- kummenti li smajt jien minn taħt l-ilsien tawni x'nifhem li dan ir-roħs fil- prezzijiet tal-port charges kienet biss ħolma.", "Xtaqt insemmi xi ħaġa fuq l-industrija tal-films.", "Dan huwa qasam li fih pajjiżna kellu ħafna suċċessi iżda dawn is-suċċessi ma kenux kontinwi.", "Filli jkollok xahar, xahrejn, tlieta jew erba' xhur ta' xogħol u wara jridu jgħaddu x-xhur sabiex terġa' tara xi ftit xogħol fuq xi riklam jew dokumentarju.", "Naħseb li b'aktar għaqal, b'aktar ħidma bis-serjeta' u b'aktar inċentivi jista' jkollna aktar ġranet ta' xogħol fis-sena fuq film productions.", "Waqqafna l-Malta film commission sabiex nindukraw dan is- settur pero' jiena nemmen li jista' isir aktar.", "Bħalissa wasal sabiex jibda xogħol fuq film kbir f'pajjiżna.", "Fil-fatt diġa' bdew ġejjin nies barranin ġewwa pajjiżna.", "Dan se jkun film li se joħloq ħafna mpjiegi u t- tama tiegħi, minkejja li wasalna lejliet l-elezzjoni, hija dik li jkun hemm ġustizzja fuq il-mod ta' kif jiġu mpjegati ċerti nies.", "Nittama li ma jiġux impjegati biss nies ta' tendenzi partikolari.", "Wegħda eterna – biex insejħilha hekk, għax naħseb hekk saret din – li reġgħet issemmiet f'dan il-budget hija l-bini mill-ġdid tal-Crafts Village f'Ta' Qali.", "Din ilha tiġi mwiegħda għexieren ta' snin u naħseb li ħafna minna lanqas konna hawn meta saret l-ewwel wegħda minn Dr. George Bonello du Puis.", "Għal snin sħaħ ma sar xejn.", "Fit-22 xahar li konna fil-gvern aħna konna tlaqna bis-serjeta' dwar din l-issue, konna ħejjejna pjanti u dokumenti u konna qed nistennew l-approvazzjoni mill-planning authority sabiex jibdew ix-xogħlijiet.", "Imma meta reġa' tela' gvern Nazzjonalista fl- 1998, reġa' beda jwebbel lill-inkwilini li x-xogħol dalwaqt jibda.", "Xahar wara xahar u sena wara sena, tissemma' data ta' meta se jibdew ix- xogħlijiet imma l-ebda target date li ssemmiet ma nżammet.", "Sur President, jiena ltqajt ma' l-inkwilini f'Ta' Qali għal diversi drabi u kollha semmewli l-konsultazzjoni finta li kien hemm magħhom u dwar kif marru għandhom bi proġett lest u qalulhom take it or leave it.", "Dawn ma kellhomx għażla.", "Illum, lejliet l-elezzjoni, fid-diskors tal-budget reġgħet isemmiet il-Crafts Village ta' Ta' Qali.", "Ftit tal-ġranet ilu jiena rajt li ħarġet l-ewwel tender minn tnejn sabiex jitlaq il-proċess ta' bini ta' villaġġ modern u anke hawn, erbgħa xhur ilu – eżattament fit-12 ta' Lulju li għadda – l-Onor.", "Mugliett u l-Onor.", "Vassallo kienu ħabbru li t- tenders għax-xogħlijiet kellhom joħorġu f'Awissu.", "Illum nafu li t-tender – dan l-ewwel wieħed minn tnejn – jagħlaq fit-8 ta' Jannar.", "Imbagħad qalulna li għandna l-proċess tal-ġudikazzjoni, u qalulna wara li jibdew ix- xogħlijiet ta' twaqqigħ, aktar tard matul is-sena d-dieħla, se jibda l- bini.", "Anke hawnhekk, bħala gvern Laburista ġdid se nitilqu mill-ewwel b'konsultazzjoni wiesgħa u trasparenti ma' l-inkwilini ħalli mbagħad inkunu nistgħu nitilqu bis-serjeta' fuq dan il-proġett li ilu jistenna s-snin.", "Sur President, taħt dan il-gvern drajna bi proġetti li jistennew, bi proġetti li jissemew u jibqgħu fuq l-ixkaffa u oħrajn li jekk jibdew, idumu ħafna iktar minn dak li jkun miftiehem sabiex jitlestew.", "Naħseb li każ klassiku kien il-famuż sptar Mater Dei li beda snin ilu u li l-ispiża tiegħu kienet mod u mbagħad illum splodiet u naħseb li ħadd ma jazzarda jsemmi ċ-ċifra eżatta.", "Imbagħad għandna l-famuż bridge ta' Manwel Dimech.", "Naħseb li kulmin jiffrekwenta Paceville fil-weekend jara x'konfużjoni qed ikun hemm f'dawn in-naħat.", "Tibża' tersaq lejn dawk l-inħawi.", "Issa dan mhux għal xahar imma naħseb li għal snin sħaħ.", "Naħseb ilna aktar minn sena għaddejjin b'dan il-proġett u ma nafux meta se jkun lest.", "Isemmu xahar, imbagħad isemmu xahar ieħor imma x-xogħol għadu fuq lane waħda.", "Imbagħad hemm il-portijiet ta' l-Imġarr u taċ-Ċirkewwa u anke hawnhekk kellna spiża li qabżet ħafna s-somma oriġinali.", "Naħseb li lanqas biss niftakru kemm kemm ilu għaddej il-proġett.", "U żgur li dawn huma affarijiet tal-mistħija!", "Dan biex ma nsemmux l-ammont ta' toroq arterjali li damu ħafna aktar mid- data mwiegħda sabiex jitlestew u b'overruns esaġerati.", "Issa ħarrġulna b'salt proġetti dwar il-Port il-Kbir.", "Qalulna li se jkollna riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir.", "Issa hawn irrid ngħid li dan wasal wara li semgħu li aħna tal-partit Laburista konna għaddejjin b'laqgħat ta' konsultazzjoni ma' NGOs, għaqdiet u kunsilli lokali fid-dawra tal-Port il-Kbir dwar x'se nagħmlu mill-Port il-Kbir u l-madwar.", "Kif tista' temmen il-wegħdi li saru fuq il-Port il-Kbir meta għandna wegħda li ilha ssir għexieren ta' snin fl- istess Port il-Kbir u din għadha ma twettqitx!", "Għall-grazzja t'Alla jiena ngħix fin-naħa tal-Port il-Kbir, fin-naħat tal- Kottonera u se nibda bil-famuż proġett tal-Kottonera u l-lukanda li suppost inbniet hemmhekk.", "Twaqqa' il-bini li kien iġġarraf – s'hawnhekk tajjeb u ngħidilhom prosit – pero' għaddew aktar minn tmien snin minn meta telaq dan il-proġett kontroversjali u s'issa lanqas ġebla waħda għadha ma tpoġġiet f'din il-lukanda l-ġdida.", "U dan meta nafu li fin-naħat t'isfel ta' Malta lanqas biss hemm lukanda waħda.", "Imbagħad hemm il-famuż bini tal-Maċina li wkoll jifforma parti mill-proġett tal-Kottonera.", "Hemmhekk hemm ħerba u hija xi ħaġa tal-mistħija kif ippermettejna li ġawhra storika bħal din, titħalla tispiċċa f'dan l-istat!", "Il-car park ilu jissemma' għal għaxar snin u huwa marbut ma' l-istess proġett.", "Sur President, jiena ngħix hemmhekk u nqatta' ħafna ħin f'dawk in-naħat u għalhekk nieħu gost nara li jkun hemm affarijiet ġodda li qed isiru f'dawn in-naħat.", "Għalkemm in-negozji jidhru li sejrin mhux ħażin, dawn qegħdin jilmentaw fuq in-nuqqas ta' parkeġġ.", "Illum anke li tidħol Sant'Anġlu bil- karozza sar ristrett u dan minkejja li kienu ġew imwiegħda car park taħt il- ground ta' l-iskola primarja ta' Bormla sabiex imbagħad jingħaqad max-xatt tal-Birgu.", "Dan il-ground kienet inqatgħet biċċa minnu u kien sar xi studju fuq kif se jħaffru, pero' minn dan kollu ma sar xejn u sal-lum għadna kif konna.", "Issa ta' min jgħid li fil-Kottonera llum kompliet tisplodi l- problema ta' parking u allura kif irridu li jkompli joktor in-negozju f'dawn in-naħat meta min jiġi hawn jaqta' qalbu sabiex jipparkja?", "Iddum is- sigħat sabiex issib fejn tipparkja u mbagħad tispiċċa titlaq lura.", "Nixtieq insemmi wkoll il-famuż proġett ta' Baċir Nru. 1 li ilu jissemma' għal ħafna snin.", "Jiena ngħix eżatt faċċata tal-baċir u bħal kull Bormliż u bħal kulmin jgħix fil-Kottonera, jiena għandi l-ħolma li l-Baċir Nru. 1 jinbidel fl-attrazzjoni li ilna mwegħdin biha għal ħafna snin.", "Jiena niftakar anzjani jistaqsuni jekk humiex se jilħqu ż-żmien li jispiċċa l- baċir!", "Ħafna minnhom sfortunatament ma laħquhx dan il-mument.", "Lanqas aħna għadna ma lħaqnieh, aħseb u ara!", "Iżda hawn tajjeb li nfakkru ftit kif ħadmu dawn in-nies dwar il-Baċir Nru. 1.", "Dawn għamlu żmien iwaħħlu fit- tarzna li ma reditx tagħtihom lura dan il-baċir u imbagħad, fis-sajf ta' l- 1996, meta konna fl-istess perijodu li ninsabu fih illum, jiġifieri lejliet l-elezzjoni, imlew id-djar tal-Kottonera b'fuljett mimli kuluri dwar il- bidla li kienet se sseħħ fid-daħla tal-baċir u tal-madwar.", "In- Nazzjonalisti reġgħu telgħu fl-1998 u reġgħu telgħu fl-2003, pero' l-baċir għadu l-ġerħa li kien fiċ-ċentru ta' Bormla.", "Illum qed jerġgħu jgħidu li qed jistennew l-approvazzjoni tal-MEPA u dan għaliex wara li l-MEPA kienet approvat il-proġett oriġinali, l-investituri għoġobhom jagħmlu xi bidliet sinifikanti għall-aħħar u fejn qed naraw żieda kbira ta' binjiet residenzjali.", "Għal darb'oħra jiena ngħid li hawnhekk għandna spekulazzjoni kbira ta' art li għal ħafna snin lanqas ħadd ried jersaq lejha.", "Xtaqt ngħid xi ħaġa wkoll dwar SmartCity, proġett li qed jgħidulna li fuq perijodu ta' tmien snin se joħloq 5,600 impjieg.", "J'Alla jiġri hekk!", "Aħna nieħdu pjaċir nisimgħu dan u j'Alla nibdew naraw l-ewwel żviluppi bis- serjeta' f'dawn in-naħat.", "Bħala gvern Laburista ġdid nwiegħdu kull appoġġ u nkoraġġiment sabiex ix-xogħol fuq dan il-proġett jimxi 'il quddiem u jseħħ hekk kif ipprogrammat.", "Fl-istess waqt irridu naraw li tingħata spinta akbar sabiex aktar żgħażagħ ikunu ppreparati fl-oqsma ta' l-informatika u f'oqsma oħra relatati magħha.", "Dan sabiex meta jibdew jinħolqu l-impjiegi fi SmarCity ikollna biżżejjed ħaddiema Maltin imħarrġa.", "Sur President, nixtieq ngħid xi ħaġa wkoll dwar it-tarzna ta' Bormla.", "Hawnhekk insibu ħaddiema bieżla, pero' fl-istess ħin imbeżża' għaliex ma jafux x'hemm lest għalihom.", "Minkejja li jagħmlu x-xogħol kollu mitlub minnhom, xogħol li jiġi mfaħħar mis-sidien tal-vapuri, dawn il-ħaddiema ma jafux x'jista' jiġri mill-impjieg tagħhom.", "Jiena ngħaddi minn hemmhekk kuljum u għall-grazzja ta' Alla, it-tarzna bħalissa tinsab mimlija bil-vapuri għax-xogħol.", "Il- gvern pero' diġa' kien għamel eżerċizzju sabiex naqqas numru kbir ta' ħaddiema mit-tarzna.", "Uħud minnhom ingħataw skemi ta' rtirar kmieni filwaqt li oħrajn intbagħtu ma' entitajiet governattivi jew kunsilli lokali sabiex jagħmlu xogħol totalment differenti minn dak li kienu jagħmlu fit-tarzna.", "Issa dawn kienu nies tas-sengħa.", "Minkejja dan kollu, illum qed nisimgħu li għad għandna ħafna problemi fit-tarzna.", "Bħala gvern Laburista ġdid aħna se nassiguraw ħidma sabiex il-bidliet li hemm bżonn isiru fit-tarzna, isiru bl-appoġġ tal-gvern.", "Dan b'għan wieħed u ċar; li t-tarzna timxi 'l quddiem u terġa ssir waħda mill-aqwa tarznari fil-Mediterran.", "Il-ħaddiema jridu x-xogħol, pero' jridu wkoll lil min jagħmlilhom il-kuraġġ u mhux lil min il-ħin kollu jiġri warajhom bis-sejf ippuntat ma' għonqhom.", "Aħna nemmnu li dan il-budget kien eżerċizzju ta' l- aħħar minn gvern li qed jara li t-terminu tiegħu wasal fl-aħħar.", "Dan huwa gvern li ilu 20 sena fil-poter u huwa jinsab nixef mill-ideat dwar kif għandu jmexxi 'l quddiem lil pajjiżna.", "Aħna bħala gvern Laburista ġdid għandna pjani lesti f'kull settur tal-ħajja sabiex hekk kif ningħataw it- tmexxija tal-pajjiż, nitilqu bla ebda telf ta' ħin sabiex inġibu dan il- pajjiż fuq saqajh.", "B'dan il-mod il-familji tagħna jkunu jistgħu jgħixu aħjar, l-industrija tagħna tiġi trattata aħjar u taħdem id f'id mal-gvern sabiex tkompli tissaħħaħ.", "Barra minn hekk ikollna tmexxija ta' gvern li tkun serja u trasparenti, fejn neqirdu l-ħela u l-ispejjeż żejda li jkollu jagħmel tajjeb għalihom il-poplu.", "B'hekk biss jista' jkollna d-differenza għall-aħjar.", "Nirringrazzjak.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Carmelo Abela): Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI (Segretarju Parlamentari): Sur President, huwa pjaċir tiegħi li nitkellem fuq il-miżuri tal-budget għax huma miżuri verament importanti u determinanti għall-ħajja tagħna ġo dan il-pajjiż.", "Jindikaw ukoll bidla fil-mod ta' kif wieħed iħares lejn kif għandu jagħmel il-budget, pero' xtaqt nibda billi nagħmel żewġ osservazzjonijiet.", "L-ewwel ħaġa l-budget m'huwiex manifest elettorali.", "Il-budget m'huwiex wegħdi fl-arja, imma jinkludi affarijiet konkreti, affarijiet li se jimmaterjalizzaw ruħhom u se jsiru fir-realta'.", "Hawnhekk mhux biss kellna d-diskors tal-budget u l-approvazzjoni ta' kull ministeru imma issa qegħdin niddibattu l-artikoli varji fil-liġijiet differenti sabiex dak li jingħad u li ġie approvat fil-budget, jiġu fis-seħħ b'mod definittiv.", "Dan ifisser li l-affarijiet kollha li l-gvern elenka, - mhux li se jwiegħed li se jagħmel - attwalment jibdew jaħdmu.", "Rigward l-elezzjonijiet ġenerali, dawk jitolbu li wieħed jagħmel manifest elettorali, pero' dan li qed nagħmlu llum huwa konklużjoni ta' dak li ġie mwiegħed fl-2003.", "Meta kien hemm elezzjoni u f'dik l-elezzjoni din in-naħa tal-Kamra ġiet eletta mill-poplu.", "U dak li qed jitwettaq illum huwa parti minn dak il-manifest elettorali ta' l-2003.", "It-tieni punt li xtaqt nagħmel, li naħseb huwa punt importanti, huwa li hawn ġew irridu wkoll inbiddlu ftit il-mentalita' ta' kif inħarsu lejn il- budget u lejn il-miżuri tal-budget.", "Qiegħed ngħid hekk għaliex ċerti drabi ninnota li l-kelliema, sija dawk li jieħdu sehem f'dan id-dibattitu u anke dawk li tkellmu fil-budget in ġenerali, ma jassigurawx biżżejjed ix-xenarju l-ġdid, ir-realta' ġdida ta' l-Unjoni Ewropea.", "Ir-realta' ġdida ta' l- Unjoni Ewropea tfisser li anke l-qafas sħiħ tal-budget kellu ġo fih regoli ġodda li qabel ma kenux applikabbli.", "Per eżempju, hemm il-fatt li l-budget tagħna qiegħed jerġa' jiġi skrutinat mhux biss hawn Malta, imma qiegħed jerġa' jiġi skrutinat barra minn pajjiżna, min-nies li huma esperti fis- suġġett.", "Din hija dimensjoni kompletament ġdida li qabel ma kellniex.", "Issa hawnhekk kelli l-opportunita' għall-ewwel darba f'ħajti li nisma' in-naħa l-oħra tal- Kamra tagħmel speċi ta' manifest elettorali ta' dak li se twettaq wara l- elezzjoni li ġejja minflok ma tat risposta għad-diskors tal-budget.", "Ħafna drabi tan-naħa l-oħra ma jirrealizzawx – u forsi lanqas il-poplu ma jirrealizza - li dan id-diskors sfortunament ma jieħux biżżejjed in konsiderazzjoni x-xenarju l-ġdid li mmaterjalizza ruħu wara sħubija fl- Unjoni Ewropea.", "Dan iwassalni sabiex ngħid li rridu nagħmlu din il-bidla fil-mentalita' mhux biss tagħna l-parlamentari.", "U aħna l-parlamentari m'għandniex nagħtu impressjonijiet żbaljati lill-poplu li jaħseb li aħna għandna xi stat fejn il-gvern jista' jagħmel li jrid u fejn saħansitra jista' jġib l-ilma jiżfen.", "Illum, fortunatament għall-poplu, qegħdin imseħħbin fl-Unjoni Ewropea, fejn il-gvernijiet huma aktar marbuta u allura jridu aktar joqogħdu attenti fil-miżuri ekonomiċi jew fil-proposti ekonomiċi li huma jressqu.", "Din il-ħaġa tkabbar is-serjeta' fl-affarijiet.", "(Interruzzjonijiet) Onor. Joe Cuschieri naf li m'intix qiegħed taqbel miegħi, u m'iniex nippretendi li taqbel miegħi, pero' dan il-punt għadu ma wasalx biżżejjed u hemm bżonn li nagħmluh.", "It-tielet punt importanti li wieħed irid jikkonsidra huwa li dan huwa budget li rnexxielu jżomm żewġ binarji importanti.", "L-ewwel ħaġa li bl-ebda mod ma jxekkel l-impetus, l-isforzi u d-direzzjoni importanti li saru lejn ekonomija aktar b'saħħitha u libera.", "Qiegħed ngħid libera fis-sens li l- ekonomija m'hijiex liġi tal-ġungla imma hija ekonomija fejn l-istat ma jillimitahiex anzi jibnilha wkoll il-qafas tal-liġi.", "Qabel kellna setturi li ma stajniex noperaw fihom għax kien hemm bżonn li jkollna l-liġi u l- gvern għamel dawn il-liġijiet li jidhru bl-aktar mod lampanti fis-settur finanzjarju.", "Issa dan il-budget fl-ebda mument m'hu qed ixekkel dan kollu, u indipendentement mill-miżuri pożittivi kollha li kellu fih, jiena ngħid li dik hija diġa' miżura pożittiva.", "Hija miżura importanti li l-gvern mhux qed jieħu miżuri li permezz tagħhom joqtol il-mekkaniżmu tas-suq.", "U filwaqt li kien qed jagħmel hekk, fl-istess ħin il-gvern għamel bilanċ u ħa ħsieb li jagħmel diversi miżuri ta' ġustizzja soċjali.", "Mela l-miri ekonomiċi tal-pajjiż huma kollha mmirati sabiex tikber l- ekonomija, pero' fl-ebda mument m'aħna qegħdin inġibu l-bniedem għas- servizz ta' l-ekonomija.", "Qegħdin inżommu l-ekonomija għas-servizz tal- bniedem.", "U proprju minħabba f'hekk li meta wieħed jaqbad diversi miżuri tal- budget li aħna għamilna jsib li hemm kwantita' kbira ta' miżuri li huma marbuta ma' kriterji profondi ta' ġustizzja soċjali.", "Politikament f'dan il- budget hemm erba' żwiemel tal-battalja li jissemmew il-ħin kollu, fosthom iċ-children's allowance, il-kwestjoni tat-tax bands u diversi affarijiet oħra li huma importanti.", "Imma hemm diversi miżuri oħrajn li umilment xtaqt nagħmel aċċenn għalihom għaliex dawn huma marbuta mal-kriterji li għandna hawnhekk fil-liġi.", "Hawnhekk insibu elenku verament interessanti.", "Per eżempju, b'seħħ mill-1 ta' Jannar li ġej il-gvern se jaġġusta biż-żieda ta' l-għoli tal-ħajja l-massimu tad-dħul sabiex persuna tikkwalifika għall- allowance supplimentari.", "B'dan il-mod ħadd m'hu se jitlef din l-allowance minħabba ż-żieda ta' l- għoli tal-ħajja.", "Naħseb li din hija miżura li tolqot faxex li qegħdin 'l isfel fis-soċjeta' tagħna u li huma faxex li sfortunatament, bl- aġġustamenti li aħna nagħmlu, inżiduhom fuq parti u qisna neħduhilhom minn parti oħra.", "Issa din hija miżura li qiegħda tindirizza verament lil dawk li jeħtieġu din l-allowance supplimentari.", "Għandna wkoll l-għoti ta' benefiċċju lil dawk li jgħinu fit-trobbija ta' ulied ħaddieħor, dak li ngħidulu l-fostering allowance.", "Din se tiżdied minn Lm5 għal Lm17 fil- ġimgħa.", "Naħseb li din hija wkoll miżura importanti.", "Jiena xi jumejn ilu ltqajt ma' familja li qiegħda tagħmel opra ta' karita importanti permezz tal-fostering għaliex inzertat li l-familja ta' din it-tarbija qegħdin f'ċirkostanzi diffiċli u fil-mument sabu bħala forċina din il-familja.", "Naħseb li hija miżura mill-aktar tajba li qiegħda tirrifletti wkoll ċaqliq fiż-żmien.", "U għaldaqstant minn Lm5 fil-ġimgħa qegħdin nitilgħu għal Lm17 fil-ġimgħa.", "Miżura oħra tajba hi li l-għotja għat-tfal orfni se tiżdied minn Lm4.74 għal Lm20 fil-ġimgħa.", "Naħseb li din hija wkoll miżura importanti ħafna.", "Aħna dejjem niġu mgħallma li bħala politiċi, l-ewwel li trid tipproteġi huma dawk li huma ltiema, dawk li huma romol u dawk li huma fl-inqas faxxa tas-soċjeta'.", "Huwa għalhekk li naħseb li din hija miżura importanti ta' ġustizzja soċjali li sfortunatament ma tantx iddiskutejniha.", "Jiena nħoss li hawnhekk għandna nqiegħdu din il-miżura fil-kriterju tad-diskussjoni.", "Punt ieħor li ftit ingħata mportanza u li hemm bżonn niddiskutuh hawnhekk ukoll hija li se tiddaħħal ħelsien mit-taxxa sa massimu ta' Lm429 fis-sena għar-rigward ta' tfal li jattendu l-kindergartens privati.", "Il-gvern se jagħti lura madwar Lm170,000 lill-ġenituri li jibagħtu lill-uliedhom f'kindergartens privati.", "Din hija wkoll miżura importanti u li tirrifletti s-soċjeta' tagħna għaliex illum għandek aktar nisa li qegħdin joħorġu għax- xogħol u li għandhom bżonn forom ta' sapport, forom ta' għajnuna, forom ta' forċini li permezz tagħhom ikunu jistgħu jsibu s-sitwazzjoni tagħhom ferm aktar faċli sabiex jintegraw fis-soċjeta' u jżommu lilhom infushom ekonomikament għaddejjin.", "Punt ieħor huwa dak li b'effett immedjat ir-romol se jiġu eżentati milli jħallsu t-taxxa tal-boll, causa mortis, fuq il-parti tal-wirt marbuta mad- dar residenzjali tagħhom sakemm din ma tinbiegħx qabel il-mewt ta' min jibqa' ħaj minnhom.", "Din hija wkoll miżura ta' ġustizzja soċjali u hija miżura importanti.", "Hawnhekk xtaqt umilment infakkar li anke din is-sena għamilna miżura importanti ta' ġustizzja soċjali meta emendajna l-kodiċi ċivili sabiex fejn ikun hemm każijiet ta' koppji li jkollhom kontijiet bankarji flimkien, u wieħed minnhom jew waħda minnhom sfortunatament tiġi nieqsa, għal dak il-perijodu ta' żmien li ssoltu wieħed irid jistenna sakemm toħroġ il-pensjoni tiegħu, lil min jibqa' ħaj tajnih il-possibilita' li jista' jiġbed mill-bank sa Lm2,500 minn dak il-kont bankarju.", "Din hija bidla kbira fuq dak li kien hemm qabel għaliex qabel inti stajt tiġbed flus għall-ikel ta' xahrejn jew inkella għal ħwejjeġ marbutin mal-vistu.", "Qabel ma kenux jagħmlu xahar jew xahrejn vistu imma kienu jagħmlu snin twal.", "Għalhekk kien hemm dan l-artikolu apposta sabiex jieħu ħsieb din il-biċċa tax-xogħol.", "Illum neħħejna x-xahrejn, neħħejna r-rabta ta' l-ikel biss, neħħejna l-kwestjoni tal-vistu u ħallejna l-ammont ta' Lm2,500 li jista' jittieħed għal kulħadd.", "Miżuri oħra importanti ħafna u li naħseb jixirqu wkoll attenzjoni hawnhekk saru fir-rigward ta' persuni b'diżabilita' u l-familji tagħhom.", "Hawnhekk għamilna numru ta' miżuri li verament jixraq li wieħed jerġa' ifakkarhom u jirrepetihom.", "Aħna qegħdin ngħidu li persuni b'diżabilita' severa, li jkunu ċertifikati mill-kummissjoni nazzjonali persuni b'diżabilita' li għandhom bżonn ta' assistent personali, se jiġu megħjuna b'diversi modi.", "L- ewwelnett se jiġu eżentati mill-ħlas ta' permessi maħruġa mill- korporazzjoni għax-xogħol u taħriġ għall-impjieg ta' assistenti personali barranin u t-tieni nett se jiġu eżentati mill-ħlas tal-bolla dovuta għall- impjieg ta' l-assistent personali tagħhom.", "Naħseb li din ukoll hija miżura importanti u li m'għandix dubju li l-prim ministru – li kien wieħed mill- aktar nies li mexxa 'l quddiem dan is-settur - żgur kellu f'rasu li f'xi mument jew ieħor, se jirnexxielu jġib fis-seħħ din il-miżura.", "Issa din il- miżura qegħdin indaħħluha f'dan il-budget.", "Din hija xi ħaġa li hija vera ta' bżonn għan-nies li huma nvoluti fl-affarijiet ta' kuljum, pero' irrid infakkar li minbarra dawn għamilna miżuri oħrajn sabiex jassistu lil dawn in-nies.", "Sur President, f'dan il-parlament per eżempju, għaddejna l-liġi fuq it- trusts li tista' tgħin f'sitwazzjonijiet fejn ikollok persuni li għandhom żvantaġġ minħabba xi diżabilita'.", "Dawn il-persuni jista' jkollhom trust li tkun saret mill-familjari tagħhom u b'hekk jibqa' dejjem ikollhom ċertu ntrojtu ta' flus.", "L-istess għal dak li għandu x'jaqsam mal-possibilita' li wieħed jagħmel ċerti persuni ġuridiċi.", "Din ukoll hija liġi li għamilna f'dan il-parlament u jekk il-Bambin irid dalwaqt inġibuha fis-seħħ.", "Miżura oħra importanti għall-persuni b'diżabilita' hija dik li l-allowance ta' tfal b'diżabilita' se jitla' minn massimu ta' Lm5 fil-ġimgħa għal rata waħda ta' Lm7 fil-ġimgħa, żieda ta' aktar minn Lm100 fis-sena.", "Barra minn hekk din mhux se tibqa' soġġetta għall-eżami tal-mezzi.", "Rigward l-eżami tal-mezzi rrid ngħid li jien personalment, ħafna drabi sibt ċirkostanzi fejn kien ta' umiljazzjoni kbira għal dawn in-nies.", "Dan l-eżami kien magħmul b'intenzjoni tajba, magħmul bl-intenzjoni li jġib ġustizzja, pero' minflok kien qiegħed jagħmel ġustizzja, aktar beda jeffettwa lil dak li jkun b'mod ħażin.", "Xi ħaġa oħra li qegħdin nagħmlu hija dik li l-gvern se jipprovdi riżorsi meħtieġa lill-Aġenzija Sapport sabiex kmieni s-sena d-dieħla tinfetaħ u tibda topera d-dar għall-persuni b'diżabilita' fil-komunita' tal-Kottonera.", "Naħseb li dan huwa pass 'il quddiem.", "Jiena smajt lill-ħabib tiegħi l- Onor. Chris Agius jitkellem fuq il-Kottonera u ħadt pjaċir nisimgħu, pero' ndunajt li forsi kellu bżonn aktar ħin sabiex jitkellem peress li fid- diskors tiegħu semma biss l-aspetti negattivi.", "Pero' dik forsi nidħol għaliha aktar tard.", "Punt ieħor importanti huwa dak li l-vot tal- kummissjoni nazzjonali persuni b'diżabilita' se jiżdied b'Lm20,000 sabiex ikunu jistgħu jinqdew aktar nies mis-servizz ta' għajnuniet speċjali.", "Jiena kelli l-opportunita' li mmur il-kummissjoni nazzjonali persuni b'diżabilita' sabiex nitkellem maċ-chairman u man-nies involuti.", "U hemmhekk rajt kemm dawn huma nies li għandhom qalbhom hemmhekk, li huma organizzati, li jagħmlu x-xogħol b'dedikazzjoni kbira u b'sagrifiċċju kbir.", "Jiena ċert li din is-somma ta' Lm20,000 li qiegħda tiġi allokata għal servizzi ta' għajnuniet speċjali, żgur li se tissarraf b'mod tajjeb.", "Punt ieħor interessanti huwa dak li fil-preparamenti għall-budget, il- kummissjoni stess u diversi ġenituri u ħaddiema f'dan il-qasam taw ħafna kontribut sabiex dawn il-miżuri li jien għadni kif elenkajt setgħu jiġu fis- seħħ.", "Naħseb li dawn il-miżuri kollha fihom infushom juru kemm il-gvern huwa ntenzjonat sabiex jieħu ħsieb jipproteġi lil min huwa l-iktar dgħajjef fis-soċjeta' u fl-istess ħin li jitkabbar is-settur ta' l-ekonomija tal- pajjiż.", "Issa minbarra dawk li semmejt hemm diversi miżuri oħra li għaddew u li se jissemmew minn diversi persuni oħra f'din il-Kamra.", "U dawn il- miżuri huma ntenzjonati sabiex iżidu l-ġid nazzjonali.", "Hawnhekk wieħed irid jikkonsidra li dan il-gvern, fis-sena li ġejja, se jżid in-nefqa fl- oqsma tas-saħħa u dawk soċjali b'aktar minn Lm26 miljun fuq din is-sena għal kważi Lm400 miljun.", "Jekk narawhom f'ewro qed nitkellmu fuq €932 miljun.", "U dan huwa kollu riżultat tal-ħidma għaqlija li l-gvern qiegħed jagħmel.", "Issa ħidma għaqlija x'inhi?", "Sur President, ħidma għaqlija tfisser żewġ affarijiet.", "L-ewwelnett tfisser distribuzzjoni tal-ġid komuni ma' dawk li l-aktar għandhom bżonn.", "Hawnhek nista' nagħmel elenku żgħir u nsemmi l-miżuri li ħadna favur it-tfal li huma orfni, ir-romol, il-persuni b'diżabilita' u l-pensjonanti.", "Dawn huma nies li verament qegħdin fil-faxex li l-aktar għandhom bżonn ta' assistenza.", "Huma dawn il-faxex tas-soċjeta' li għandhom bżonn verament l- għajnuna ta' l-istat.", "U dan huwa l-mod għaqli u intelliġenti ta' kif wieħed imexxi stat modern Ewropew u stat li għandu l-benefiċċji u l-vantaġġ li qiegħed imsieħeb fl-Unjoni Ewropea.", "Il-bieraħ smajt lill-Onor.", "Carmelo Abela jgħid li dan il-budget sar b'dan il-mod minħabba li qorbot l-elezzjoni.", "Il-verita' hi li jekk wieħed iħares lura, jara li bqajna telgħin pass wara pass sakemm wasalna għal dan il- budget.", "Aħna ma għamilniex erba' snin fejn kull budget kien ħażin u issa fl-aħħar wieħed, telgħet ix-xemx u bdejna naraw ir-raġġi tal-kristall.", "Hawnhekk wieħed irid iżomm il-perspettiva li kemm fil-budget tas-sena l- oħra kif ukoll f'dak ta' qablu, aħna mxejna b'miżuri verament diretti sabiex l-ewwelnett naqtgħu d-debitu nazzjonali.", "Hawnhekk wieħed irid jgħid li din hija an achievement li naħseb l-ebda gvern, fl-ebda żmien ma rnexxielu jagħmel.", "Jiena kelli l-opportunita' li naqra l-programmi elettorali tal-partit Nazzjonalista tat-tletinijiet, u waħda mill-wegħdiet elettorali fih kienet li gvern Nazzjonalista jirriduċi d-deficit li kien għamel il-gvern ta' qabel, jiġifieri tal-constituted parties u l-Labour party.", "Dan juri li f'dan il-pajjiż, l-idea li l-gvern jirriduċi d-deficit hija mira li ilha għaddejja għal dawn l-aħħar 80 jew 90 sena.", "Issa dan il-gvern, immexxi mill-Prim Ministru Lawrence Gonzi, irnexxielu jnaqqas id-deficit.", "Irnexxilu jagħmel dan minħabba diversi affarijiet li elenkajt fil-bidu tad-diskors tiegħi, fosthom ukoll l-aktar importanti li mill-Unjoni Ewropea issa qegħdin indaħħlu ċerta ammont ta' flus li qegħdin nonfqu b'mod intelliġenti fuq affarjiet li lilna jagħmlulna l-ġid.", "Dak jippermettilna - nittama li kkonvinċejt lill-kollega tan-naħa l-oħra l- Onor. Carmelo Abela fuq din il-ħaġa – wkoll sabiex aħna nimxu biċċa biċċa fir-riduzzjoni tad-deficit, pero' fl-istess ħin inħallu l-kurrent għaddej sabiex l-ekonomija timxi 'l quddiem.", "Hawn ta' min ngħid li dan ma sarx a skapitu tal-poplu jew a skapitu tal-bżonnijiet ta' kuljum tan-nies.", "U f'dan il-budget irnexxielna nerġgħu nagħmlu pass ieħor 'il quddiem.", "Sur President, hawn nixtieq infakkar li anke f'budgets oħrajn għamilna miżuri soċjali u għamilna passi 'l quddiem.", "Per eżempju, din is-sena ma kenitx l-ewwel darba li aħna għamilna riduzzjoni fit-tax bands.", "Din il- ħaġa kienet saret ukoll is-sena ta' qabel filwaqt li fis-sena ta' qabilha erġajna għamilna affarijiet oħra.", "Nixtieq li nkunu ċari fuq dan.", "Barra minn hekk huwa importanti li wieħed jirrealizza wkoll l-istat tajjeb u b'saħħtu finanzjarju, soċjali, ekonomiku u kulturali tal-pajjiż li fuqu wieħed jista' jibni l-pedamenti għal affarijiet oħra.", "Jien ukoll nixtieq inqajjem punt ieħor għar-rigward ta' dak li kien qiegħed jitkellem fuqu l- ħabib tiegħi.", "Fortunatament il-Kottonera sabet lill-partit Nazzjonalista sabiex imexxiha 'l quddiem.", "U grazzi għall-partit Nazzjonalista l- Kottonera mxiet sew 'il quddiem.", "Jien niftakar lill-Kottonera fi żmenijiet oħra.", "Fortunatament jien, bħall-ħabib tiegħi, tifel ta' hemmhekk ukoll u naf x'inhuma l-affarijiet.", "Kienet id-determinazzjoni ta' din in-naħa tal-Kamra li waqqgħet il-ħajt tal-Baċir Nru. 1.", "Nista' nassigurakom li kien hemm ukoll xi diffikultajiet min-naħa ta' ċerti setturi sabiex għamilna dak li għamilna.", "Kellna nwaqqgħu l-ħajt, intellgħu dik il-grada li hemm illum, kellhom jitneħħew iż-żewġ krejnijiet li kien hemm in-naħa l-oħra u ma ħallejniex aktar vapuri jidħlu hemmhekk.", "Sibna wkoll id-diffikultajiet sabiex dan il-post jiġi rilaxxat definittivament f'idejn il-gvern ħalli l- gvern ikun jista' jagħmel użu minnu.", "Naħseb li n-number one dock tant huwa importanti li ma nixtieqx li jkun hemm ħafna ġiri fix-xejn u nispiċċaw nagħmlu proġett li ma jkunx studjat biżżejjed.", "Qed ngħid hekk għaliex fil- Birgu diġa' tqabbad in-nar u dan qabad tajjeb.", "Sur President, il-ħabib tiegħi rajtu kien diplomatiku ħafna meta qal li jieħu pjaċir li qed jiżdied il-kummerċ fil-Birgu.", "Il-kummerċ fix-xatt tal- Birgu qed jiżdied proprju minħabba l-miżuri tajbin li ħadna minn din in- naħa fejn ħadna ħsieb li jsir restawr tal-post b'mod intelliġenti.", "Dan qabel kien post li ma kontx tiġbru għaliex kien abbandunat.", "Jiena niftakar il-ħaddiema tad-dwana hemm ġew u meta kont qed nistudja fl-universita' kont sibt impjieg ma' kumpannija privata u kont immur inqassam il-formoli tad- dwana.", "Niftakar dawk il-palazzi antiki kienu kollha ġew trasformati f'uffiċini make-do għan-nies tad-dwana u għal diversi affarijiet oħra li ma kienx jixraq.", "Sur President, l-utilizzar ta' dak il-bini huwa tajjeb, pero' l-utilizzar irid ikun b'mod intelliġenti.", "U wieħed irid jagħti kredtu lill- partit Nazzjonalista talli għamel użu tajjeb minn hemmhekk.", "Illum tinżel hemmhekk u ssib pjaċir ta' mixja.", "Jien ninżel spiss nimxi hemmhekk mill-Birgu sal-Kalkara u lura u niltaqa' wkoll ma' diversi persuni ta' kull idea u ta' kull twemmin politiku li jieħdu pjaċir għaliex hemm ambjent sabiħ.", "Hemmhekk qed jittrakkaw ukoll ħafna opri tal-baħar verament sbieħ u hemm nies li kull darba li ninżel hemm jgħiduli bil-preċiż liema dgħajsa ġiet, liema dgħajsa ħarġet u kemm hi d-daqs tagħha.", "Dan għaliex hemmhekk hemm l-interess li wieħed ikompli jkabbar l-affarijiet.", "Per eżempju, fil-Birgu stess qam ħafna s-settur kummerċjali, fosthom dak tal- wine bars u l-postijiet fejn tista' tiekol.", "Jien nisfida lil xi ħadd imur is-Sibt filgħaxija f'wieħed minnhom u jgħidilhom li jrid jidħol.", "Jekk ma jkollokx post riservat ma tinqediex u dan kollu huwa ta' ġid għall- Kottonera.", "Jiena niftakar fi żmenijiet oħra meta fil-pjazza tal-Birgu kien hemm diżastru.", "Illum għamilna restawr ta' diversi affarijiet.", "Hemm elenku twil ta' restawr li sar u dan jinkludi diversi knejjes u monumenti fil- Kottonera.", "Hemmhekk tant kien mitluq qabel li ovvjament kellu jsir ħafna u ħafna xogħol.", "Anke l-Isla.", "Illum l-Isla għandha wkoll ix-xatt tagħha mimli b'ristoranti tajbin ta' l-ikel li jġibu ħafna nies lejn dawk in- naħat.", "Fl-Isla stess hemm ukoll wine bars fejn tista' tmur.", "Ovvjament fadal ferm aktar xi jsir.", "Il-ħabib tiegħi semma diversi affarijiet li veru hemm bżonn li jsiru.", "Min-naħa tiegħi naqbel li għandhom bżonn isiru, pero' importanti li jkomplu jsiru tajjeb u mhux isiru sabiex ngħidu li saru.", "Jekk dawn isiru sempliċement sabiex ikunu saru, inkunu qegħdin immorru pass lura.", "Sakemm m'hemm xejn wieħed jifhem, pero' meta inti tagħmel it-tajjeb, trid tkompli tibni fuq dak li għamilt bit-tajjeb.", "Ma tistax tmur lura u tagħmel affarijiet li m'humiex tajbin.", "Sur President, naħseb li aħna kollha kemm aħna naqblu dwar ix-xogħol tajjeb li sar fuq il-mina tal-provvista, fuq il-mina ta' Santa Liena, fuq il- knisja ta' San Pawl u fuq diversi postijiet u diversi knejjes li ġew restawrati.", "Barra dawn għad hemm x'jiġi restawrat.", "Għad fadal ħafna arkivji x'jiġu restawrati fosthom il-Palazz ta' l-Inkwiżitur.", "Tmur meta tmur f'dan il-palazz issib li x-xogħol għadu għaddej allavolja huwa post kbir.", "Dawn huma kollha sforzi tajbin minn Heritage Malta sabiex il-post jieħu lura dak kollu li kellu qabel.", "Wieħed ma jridx jinsa wkoll il-mużew marittimu li hemmhekk huwa post kalamita li jġib in-nies u l-konferenzi.", "Hemmhekk ukoll għandek minjiera ta' affarijiet għall-espożizzjoni u li qabel ma kenux qegħdin hemmhekk.", "Sur President, dan qiegħed ngħidu sabiex wieħed ma jieħux l-impressjoni li l-partit Nazzjonalista, kemm ilu fil-gvern, ittraskura l-Kottonera.", "Jekk wieħed jipprova jagħti din l-impressjoni ma jkunx qiegħed jara l-affarjiet bis-serjeta'.", "Il-partit Nazzjonalista għamel ħafna xogħol.", "Jiena ltqajt ma' wieħed anzjan li qalli li wara l-gwerra telgħu bil-mentalita' li l- antik trid tkissru, tfarrku u twaqqgħu.", "Hekk kienet l-idea wara t-tieni gwerra mondjali, li għandek tneħħi dak kollu li huwa antik sabiex tiftaħ it- toroq.", "Dan qalli li llum qegħdin jerġgħu jifhmu, mertu tal-partit Nazzjonalista, – issa dan mhux mal-partit tagħna - x'inhu l-antik fil- Birgu.", "Jiena nipprova nagħmel ftit house visits - pero' żgur li ma nlaħħaqx ma' l-ammont ta' house visits li jagħmlu tan-naħa l-oħra – u rajt djar fejn in-nies reġgħu qaxxru l-ħitan u neħħew biċċiet taż-żebgħa sabiex reġgħu ħarġu lura l-fattizzi tal-post kif kien qabel.", "Dan qed isir anke fil-kantini.", "Jiena ċert li anke tan-naħa l-oħra jaraw l-istess affarijiet.", "U dan kollu qiegħed isir min-nies għaliex hemm ir-riskoperta ta' dak li huwa ta' valur f'dak li huwa antik.", "Meta nsemmu l-Kottonera ma rridux ninsew il-Kalkara u x-Xgħajra li wkoll huma parti ntegrali mill-proġett.", "X'għamilna aktar fil-Kottonera?", "Per eżempju, nista' insemmi l-proġett ta' SmartCity, pero' tan-naħa l-oħra jitkellmu fuq il-Kottonera qisu m'għamilniex id-djar ta' l-anzjani u l-isports complex.", "Jitkellmu fuq il-Kottonera qisu m'aħniex qegħdin nibnu skola ġdida ta' Ġużeppi Despott u li m'għamilniex id-dar \"Aċċess\".", "Jiena kelli stedina minn Radio 101 u niftakar li kont għamilt elenku sħiħ ta' affarijiet sabiex nagħti prova li fil-Kottonera ntefqu kwantitajiet kbar ta' flus.", "Tant il- post kien abbandunat li sabiex terġa' ġġibu lura għall-isplendur tiegħu, trid tonfoq ħafna flus.", "Per eżempju, għandek il-mina ta' l-Isla li llum hija restawrata, sabiħa u possibbli li għada pitgħada, tkun aċċessibbli għall-proġett sabiħ hemmhekk.", "Fuqha ntefqu kwantitajiet kbar ta' flus li jekk niftakar tajjeb jammontaw għal bejn Lm120,000 u Lm180,000.", "Dawn kollha marru sabiex reġgħu qalgħu ċ-ċangaturi u l-ġebel li kien hemm u sabiex tissewwa l-ħsara li kienet saret matul is-sekli.", "Saret ukoll il- ħsara fi żmien il-gwerra u ħsara oħra li ġiet ikkawżata mill-għeruq tas- siġar li daħlu fil-bini stess.", "Dawn huma affarijiet li sabiex tagħmilhom trid ħafna xogħol.", "Naturalment dan ix-xogħol irid isir bil-mod il-mod u biċċa biċċa.", "Jiena ngħid li n-nies tal-Kottonera huma nies li dejjem jixtiequ aktar, pero' japprezzaw dak li għandhom u japprezzaw ukoll il-fatt li l-gvern għandu direzzjoni verament tajba għal dak li jrid jagħmel u għal dak li jrid isir.", "Wieħed min-nies li l-aktar ġabli tbissima kien meta waqqajna n- number 1 dock.", "Issa hawnhekk, f'ġieħ il-verita', irrid infakkar li l-ħbieb tiegħi tan-naħa l-oħra kienu għamlu applikazzjoni sabiex jaqa' il-ħajt tal- baċir numru 1, pero' kienu għamlu applikazzjoni mal-MEPA sabiex jaqgħu żewġ filati biss.", "Dawn iż-żewġ filati bdew jitwaqqgħu preċiżament fil-ġimgħa ta' qabel l-elezzjoni.", "Jiena niftakar nara nies bil-jackhammer ġimgħa qabel l-elezzjoni jipprovaw iwaqqgħu dawk iż-żewġ filati.", "U l-ewwel ħaġa li għamilt meta ġejt elett fl-1998 kienet dik li nġib kopja ta' dak il- permess.", "Dan il-permess kien jipprovdi sabiex jitnaqqsu żewġ filati mill- ħajt, mentri llum dan waqa' kollu.", "Il-kumment ta' dan il-ħabib tiegħi kien li hu għamel ħajtu kollha b'ħajt sħiħ quddiemu, u issa għandu problema għaliex tant dieħla xemx li kellu bżonn jagħmel is-sun-tan lotion.", "Sur President, il-miżuri ta' gvern serju ma jistgħux isiru f'daqqa.", "U meta nies fil-politika jgħidu li se jagħmlu l-affarijiet fi żmien erbat ijiem jew fi żmien ġimgħa, ikunu qegħdin jitilfu l-kredibilita' u s-sustanza tagħna kollha.", "Dan għaliex ilkoll kemm aħna nafu li sabiex tagħmel ċerti miżuri, trid tgħaddi minn ċerti fażijiet, trid tgħaddi minn ċerti sistemi ta' regoli u ta' prattika li ovvjament jirrikjedu ammont ta' ħin.", "Dan huwa redikolu speċjalment illum fejn il-kredibilita' tal-politiku qiegħda l-ħin kollu tiġi attakkata.", "Waħda mill-affarijiet li l-aktar iweġġgħuni hija dik meta niltaqa' ma' nies li jgħiduli li ma jafux jekk jemmnux lilna jew lil tan-naħa l-oħra peress li aħna kollha politiċi.", "Hemm ukoll ċertu kummenti minn ċerti nies fil-professjonijiet li jgħidulek dik politiku qalilek u allrua ma fihiex sustanza, ma fihiex verita'.", "Naħseb li ż-żewġ naħat tal- Kamra għandna nagħtu s-sehem tagħna b'mod determinanti sabiex inneħħu din il-perception.", "Wara kollox il-politika hija professjoni wkoll u aħna neżerċitawha bħala professjoni.", "Sur President, min f'din il-Kamra m'għamilx sagrifiċċji kbar mal-familja tiegħu jew m'għamilx sagrifiċċji kbar għall-karriera tiegħu u abbanduna elf ħaġa?", "Ċerti drabi n-nies jgħidu li aħna mġienen li nibdew il-ġurnata filgħodu u nispiċċawha tard filgħaxija għaliex immorru nħabbtu l-bibien u niġu l-parlament niddiskutu.", "Din hija ħajja ta' sagrifiċċju kbir u li aħna stess inwaqqgħu għaċ-ċajt meta ma nkunux serji billi ngħidu li se nwettqu l- affarijiet fi żmien qasir meta nafu li dan nistgħu nwettquh biss wara ċertu tul ta' żmien u f'ċertu binarju.", "U jekk kemm-il darba għedna li se nwettqu xi ħaġa, pero' ma wettaqnihiex, irridu nagħtu spjegazzjoni għalfejn ma wettaqnihiex.", "Hemm diversi affarijiet li jiena xtaqt li wettaqt, pero' ma rnexxilix inwettaqhom u nista' niffaċċja lill-poplu u ngħidlu li ma rnexxilix nagħmel dik il-biċċa tax-xogħol minħabba li ġara hekk.", "Dan huwa l-vantaġġ kbir li aħna għandna f'pajjiż demokratiku li għandu jkun matur u li għandu jimxi aktar 'il quddiem.", "Dan il-budget – qiegħed nieħu pjaċir li nista' nagħti sehem f'dan id-diskors – huwa proprju wieħed li jorbot lilu nnifsu ma' ħafna rbit ta' ċertezza.", "Naħseb li kulmin joqgħod iqis lill-prim ministru, jinduna li huwa bniedem, li jekk ma jkunx ċert fuq xi ħaġa, ma jgħidhiex.", "Jinduna wkoll li huwa bniedem li jekk jista' jkun ma jgħidx kliem żejjed.", "Jiena ma rridx nagħmel xi idolatrija jew xi kult tal-personalita' għaliex dawn huma affarijiet li ma nemminx fihom, pero' ejjew ilkoll kemm aħna, fuq iż-żewġ naħat tal- Kamra, nimxu ftit aktar 'il quddiem b'dan il-mod!", "Hemm barra hemm ġlieda għal politika t-tajba u hemm ġlieda għal kredibilita' tagħna.", "Jekk ma nagħmlux hekk se niġu f'pożizzjoni fejn in-nies it-tajbin jitilqu minn hawnhekk u aħna ma rridux ngħaddu minnha xi ħaġa bħal din.", "Għandna bżonn inkomplu nasserixxu lilna nfusna u dan irridu nagħmluh billi d-diskorsi li nagħmlu hawnhekk ikunu ntenzjonati sabiex ikunu long run.", "Sur President, dak li aħna għamilna hawnhekk huwa għall-ġid tal-poplu kollu u kulħadd se jibbenefika minn dawn il-miżuri.", "Forsi issa rridu aktar noqogħdu attenti għal setturi oħra tas-soċjeta' li ma ġewx indirizzati f'dan il-budget sabiex nindirizzawhom 'il quddiem.", "U minflok inqajjmu l- partit ta' l-għajra, irridu mmexxu aktar il-partit ta' l-altruwiżmu u l- partit ta' dawk in-nies li jridu l-ġid lill-pajjiż tagħhom.", "Jiena nagħlaq billi nirringrazzjak ta' din l-opportunita' u nixtieq nawgura li jkun hemm dibattitu aktar b'saħħtu u san fuq dawn il-miżuri tal-budget għaliex hemm bżonn li aħna l-politiċi nuru li aħna nies ta' sens u ta' sustanza.", "Nirringrazzjak.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joseph Cuschieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Sur President, ħadt pjaċir nisma' lill-kollega tiegħi l-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici, speċjalment f'battuta li għadu kif kważi spiċċa biha meta qal li f'dan il-budget kulħadd se jiggwadanja.", "Jiena ngħid li f'dan il-budget, l-aktar li se jiggwadanja se jkun il-partit Nazzjonalista għaliex huwa purament l-uniku budget li sar li fih taw ftit mill-ħafna li kienu ħadu.", "Dan il-budget sar b'intenzjoni speċifika li jidħku bil-poplu u li jingannaw bil-poplu qabel l-elezzjoni ġenerali u jerġgħu jaħtfu l-poter.", "Sur President, irrid ngħid li jiena bqajt sorpriż bid-diskors li għamel is- segretarju parlamentari dwar il-Kottonera.", "Jiena m'iniex mill-Kottonera imma l-Kottonera niffrekwentaha u naħseb li l-kejl tal-progress fil- Kottonera ma jistax jitkejjel sempliċiment bil-wine bars li beda jiftaħar bihom li nfetħu hemmhekk.", "Naħseb li sabiex tkejjel il-progress fil- Kottonera trid tmur ħafna oltre minn hekk.", "Naħseb li sabiex tkejjel il- progress fil-Kottonera trid tkun wettaqt il-proġetti li gvern Laburista kien imbarka fuqhom bejn l-1996 u l-1998 u li sal-lum il-ġurnata għadhom ma twettqux.", "Il-verita' hi li l-gvern raqad kompletament fuq dawn l- affarijiet.", "Il-verita' hi li għandna gvern li bil-paroli jgħid ħafna u bil- fatti assolutament ma jagħmel xejn.", "Sur President, jiena m'għandix l-eta' li għandu s-segretarju parlamentari, imma żgur li l-istorja politika u soċjali ta' pajjiżna segwejtha u qrajtha.", "Kulħadd jaf x'sab fil-Kottonera gvern Laburista fl-1971 wara disa' snin ta' gvern Nazzjonalista bejn l-1962 u l-1971.", "Kulħadd jaf kif kienu jgħixu qabel in-nies ta' dawn l-inħawi u kulħadd jaf x'għamel gvern Laburista sabiex lil dawn in-nies tahom għixien ta' ħajja kif jixraq.", "Kulħadd jara l- housing estates li nbnew fil-Kottonera, il-miżuri soċjali li refgħu lill- ħaddiem, lill-familja, lill-anzjani u lit-tfal kollha.", "Is-segretarju parlamentari semma' l-orfni mill-Kottonera li kienu jgħixu fl-istituti.", "Bil-miżuri li ħa gvern Laburista ta' wara l-1971, bil-bini ta' housing estates u l-introduzzjoni ta' servizzi soċjali bażiċi dawn kollha ħarġu mill-istituti ppakkjati li kellna f'pajjiżna.", "U fuq dan żgur li mhux se jiġi xi ħadd u jagħtini lezzjoni għaliex dan għaddejt minnu jiena personali.", "Fl-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna qegħdin inkunu mitluba mill-gvern sabiex napprovaw u jidħlu fis-seħħ il-miżuri finanzjarji li ħabbar fid- diskors tal-budget.", "Din hija rutina li ssir ta' kull sena.", "Issa bħalma jaf kulħadd, dan il-budget huwa ferm differenti mill-budgets li tressqu f'dan il-parlament fis-snin preċedenti matul din il-leġislatura.", "Fl- opinjoni tiegħi u fl-opinjoni ta' ħafna, inkluż dawk ta' fehmiet nazzjonalisti, f'dawk li huma budgets, il-poplu tilef il-partita bl-iscore ta' erbgħa b'wieħed.", "X'irrid infisser b'dan li qed ngħid?", "Dan il-gvern faċilment jista' jiġi ġudikat fuq li għamel b'sempliċi paragun ma' logħba futbol fejn fuq naħa kellek team jismu l-poplu u fuq in-naħa l-oħra kellek team ieħor li jismu partit Nazzjonalista fil-gvern.", "L-iskor ta' erbgħa b'wieħed jirrifletti l-ħames budgets tal-gvern Nazzjonalista u l-fatti juru li minn dawn il-budgets, il-poplu ggwadanja biss minn wieħed minnhom.", "Dan il-gvern ressaq dan il-budget għall-konvenjenza politika tiegħu peress li issa ninsabu lejliet elezzjoni.", "Din hija l-aktar ħaġa li qiegħda tinkwieta lill-partit Nazzjonalista u qiegħda tinkwetah għaliex jaf li l- poplu ma tistax tkompli tidħak bih.", "Jaf li l-poplu għadda minn diversi esperjenzi fejn lejliet l-elezzjoni l-gvern Nazzjonalista ngannah, pero' din id-darba l-istorja m'hijiex se tirrepeti ruħha.", "Sur President, dan huwa gvern li jinsab fi stat ta' disprament.", "Wara ħafna kliem fil-passat li se jintroduċi miżuri soċjali, sabiex jipprova jiġbor ġieħu mal-poplu, fl- aħħar rajna budget li juri li fl-aħħar 20 sena, il-gvern tefa' lill-poplu f'rokna.", "Fl-aħħar ftakar li lill-poplu qegħdin jagħfsuh u li lill-poplu naqqsulu l-livell ta' l-għixien tiegħu.", "Fl-aħħar introduċew dawn il-miżuri li bihom iridu jixtru mandat ieħor għal ħames snin.", "Il-miżuri li tħabbru fil-budget, li bħalma għedna huma ftit ħafna u tard wisq, qegħdin jipprovaw jixtru mandat ta' ħames snin oħra fil-poter u din hija l-istorja kollha.", "Il-gvern għamel dawn il-miżuri mhux għaliex huwa gvern li għandu kuxjenza soċjali, mhux għaliex huwa gvern li għalih l-interess tal-poplu jiġi l- ewwel u qabel kollox imma għaliex irid jerġa' jaħtaf il-poter f'idejh għal ħames snin oħra.", "Dan huwa gvern li jaf li tilef il-fiduċja tal-poplu u allura qiegħed jerġa' jipprova jinganna bil-familji Maltin f'dawn l-aħħar mumenti tal-poter tiegħu sabiex jerġa' jaħtaf il-poter f'idejh.", "Dan huwa gvern li mingħalih se jnessi lill-poplu li qabel l-aħħar elezzjoni kien wiegħdu finanzi fis-sod, rebbiegħa ġdida u li bis-suq Ewropew Malta se tfur bil-ġid.", "Illum kulħadd jaqbel, inkluż partitarji Nazzjonalisti stess, li dak li ntqal lill-poplu fl-aħħar elezzjoni mill-partit Nazzjonalista, kien ingann u qerq.", "Illum kulħadd jaqbel li dak li kien ġie mwiegħed qabel l- aħħar elezzjoni ma seħħx.", "Mhux talli ma sarx imma talli sar bil-kontra.", "Dan huwa gvern li malli ħataf il-poter f'idejh, wara l-elezzjoni li għaddiet, qaleb kollox ta' taħt fuq u impona fuq il-poplu miżuri iebsa minflok offra dak li kien wiegħed, jiġifieri ġid, finanzi fis-sod u rebbiegħa ġdida.", "Dan huwa gvern li wara l-aħħar elezzjoni lill-poplu beda jgħidlu li jrid jagħmel is-sagrifiċċji - u għamilhom is-sagrifiċċji – minkejja l-ġid li kien wiegħed.", "Dan huwa gvern li tassew għadda lill- familji Maltin u Għawdxin minn sagrifiċċju ta' erba' snin sħaħ.", "Matul din il-leġislatura l-familji, il-pensjonanti u l-middle class kellhom jgħaddu minn sagrifiċċji kbar u ara ma jiġix xi ħadd min-naħa tal-gvern u jgħid li dan m'huwiex minnu.", "Dan il-fatt irrikonoxxewh huma stess f'diversi diskorsi tal-budget meta bdew jgħidu lill-poplu li jrid jagħmel is- sagrifiċċji.", "F'daqqa waħda nbidlet id-diska u addio l-ġid, il-finanzi fis- sod u r-rebbiegħa ġdida.", "Sur President, issa erġajna wasalna għal elezzjoni oħra u l-partit Nazzjonalista mingħalih li se jerġa' jqarraq u jinganna bil-poplu Malti u Għawdxi.", "Dan huwa gvern li għamel erba' snin jisloħ lill-poplu u issa se jagħti lura parti minn dak li selaħ.", "Jiena ngħid li l-poplu m'huwiex daqshekk stupidu.", "Illum il-poplu rrealizza li lil dan il-partit ma tistax tafdah f'dak li jgħid u f'dak li jwiegħed.", "Illum il-poplu rrealizza li lil dan il-partit ma tistax tafdah għaliex jgħidlek mod u mbagħad jagħmel mod ieħor.", "Illum il-poplu rrealizza wkoll li lil dan il-partit ma tistax tieħdu bis-serjeta' għaliex huwa gvern inkompetenti, bla ħeġġa u mingħajr viżjoni.", "Illum il-poplu rrealizza wkoll li dan il-partit fil-gvern huwa qadim mill-ideat u għajjien.", "L-ideat tiegħu m'għadhomx jgħoddu għall-futur ta' pajjiżna.", "Għalfejn qiegħed ngħid hekk?", "Jekk inħares lejn kif marru diversi setturi matul din il-leġislatura wieħed jikkonferma dak li qiegħed ngħid jien, pero' se nagħti ħarsa lejn żewġ setturi partikolari li nsegwi mill-qrib, is-settur turistiku u l-linja nazzjonali ta' l-ajru tagħna l-Air Malta.", "Matul dawn l-aħħar erba' snin rajna taxxi fuq taxxi jiġu ntrodotti fuq is-settur turistiku.", "Dawn mhux neċessarjament jitħabbru fil-budget, imma jiġu ntrodotti mal-medda tal- ġimgħat u x-xhur ta' wara.", "Dawn huma miżuri insensati u fosthom hemm l- għoli tal-VAT.", "Dik waħedha biżżejjed hi Onor. Carmelo Mifsud Bonnici.", "(Interruzzjonijiet) Jien ma nterrompejt lil ħadd u nippretendi li ta' l- anqas iħalluni nagħmel id-diskors tiegħi.", "MR SPEAKER: Kompli Onor. Cuschieri.", "ONOR.", "JOE CUSCHIERI: Dawn il-miżuri insensati taw daqqa ta' ħarta kerha lill-kompetittivita' ta' dan is-settur.", "Issa dan il-kliem mhux aħna qegħdin ngħiduh imma jgħiduh l-operaturi u min jirrappreżentahom.", "Mela aħna ma niltaqgħux ma' dawn in-nies?", "Mela hawn xi ħadd jaħseb li aħna maqfulin f'Kamra u ma nisimgħu xejn?", "Aħna niltaqgħu ma' dawn in-nies u dak li qegħdin iħossu dawn in-nies, nafuh u niġu nesprimuh hawnhekk.", "Minħabba dawn il-miżuri li għadni kif semmejt rajna diversi lukandi u operaturi oħra fis- settur li bdew jaqtgħu qalbhom u ma jqisux aktar lil dan is-settur bħala wieħed vijabbli.", "Dawn għalqu l-bibien tagħhom u ddiversifikaw l- investiment tagħhom f'settur ieħor għaliex is-settur turistiku ma baqgħux iħarsu lejh bħala vijabbli.", "Rajna lukandi jagħlqu, iżarmaw u jkeċċu l- ħaddiema.", "Matul din l-aħħar sena biss għalqu żewġ lukandi kbar.", "Sa l- aħħar tas-sena mistennija jagħlqu tliet lukandi oħra ta' 3,000 sodda fiż- żona ta' San Pawl il-Baħar.", "Dan biex ma nsemmix il-lista twila ta' lukandi li għalqu matul din l-aħħar leġislatura u li kieku kelli nagħmel hekk, nispiċċa nuża l-ħin kollu tiegħi fuq hekk.", "Dan qiegħed ngħidu għaliex matul din il-leġislatura għalqu madwar 30 lukanda.", "Sur President, irrid ngħid ukoll li tliet snin ilu, fis-settur turistiku assistejna għal wegħda oħra tal-gvern Nazzjonalista.", "Fil-fatt dan qalilna li t-turiżmu f'pajjiżna kellu jiżdied b'50,000 turist kull sena, jiġifieri b'50,000 fl-2005, b'50,000 oħra fl-2006 u b'50,000 oħra matul din is-sena li qegħdin fiha.", "Iċ-ċifra globali ta' turisti li jżuruna matul dawn it-tliet snin kellha tiżdied b'150,000 fuq l-ammont ta' turisti li ġew iżuruna fis-sena 2004.", "Fl-2005 il-gvern mar żmerċ bi kważi 30,000 turist.", "Fl-2006 mar żmerċ b'aktar min-nofs u allura, minflok morna 'l quddiem, morna lura.", "Biex ngħid kollox, din is-sena mistennija li jkun hemm żieda sostanzjali, pero' xorta waħda jibqa' il-fatt li l-gvern mar żmerċ fil-mira tiegħu għal dawn it-tliet snin li għaddew.", "Apparti minn dan, fejn jirrigwarda dan is-settur, f'dawn it-tliet snin assistejna wkoll għal diversi wegħdiet f'diskorsi tal-budget li finalment baqgħu ma mmaterjalizzawx.", "Min-naħa tiegħi se nsemmi xi wħud minnhom biex il-poplu ma jinsiex u biex infakkru fihom lin-nies li jaħdmu fis-settur u dawk li jinvestu fis-settur.", "Mela l-unika wegħda konkreta fil-budget tas- sena 2005 kienet il-famuża wegħda li għadni kif semmejt ta' 50,000 turist kull sena għal tliet snin.", "Wegħda oħra kienet dik li fi ftit ġimgħat il- prim ministru u l-gvern Nazzjonalista kienu se jieħdu d-deċiżjoni dwar il- golf courses f'Malta u Għawdex.", "Dan qaluh fis-sena 2005.", "X'sar?", "Falliment u kollox tar mar-riħ.", "Imbagħad bdejna ngħidu li dan kollu falla sabiex nipproteġu l-ambjent.", "Issa fid-diskors tiegħu l-prim ministru qal li ħadd m'hu se jwaqqfu fuq din.", "Fid-diskors tal-budget 2006 reġa' kellna l-wegħda tal-bini tal-golf courses f'Malta u Għawdex.", "X'ġara?", "Reġa' ma sar xejn.", "F'dak id-diskors tal- budget ta' l-2006 wegħduna wkoll li se jiżviluppaw il-bajjiet, pero' ħlief dik ta' Buġibba ma saritx għaliex dik is-sena ta' San Ġorġ kienet diġa' lesta.", "Wegħduna wkoll li l-cruise liners se jibdew jorbtu fix-Xlendi f'Għawdex.", "Din erġajna smajniha riċentement.", "Jien ma nafx għaliex qatt ma kont ix-Xlendi u rajt xi cruise liner dieħel hemmhekk.", "Dan fis-sena 2006 u l-istess dawn il-wegħdi kienu finta.", "Fil-budget tas-sena l-oħra reġgħu wegħduna l-bajjiet u l-golf courses, pero' dawn ta' l-aħħar intesew u ma baqgħux jissemmew aktar.", "U sal-lum la saru l-bajjiet u lanqas saru l-golf courses.", "Imbagħad kien hemm ukoll numru ta' wegħdiet oħra ta' proġetti li b'xi mod jolqtu lil dan is-settur, imma dawn ukoll sparixxew u qatt ma ġew irrealizzati.", "Inkella ilhom jitnikkru fihom is-snin.", "Dawn il-proġetti se nsemmi ftit minnhom.", "Sur President, il-crafts village ta' Ta' Qali erġajna smajna fuqu u saħansitra kellna s-segretarju parlamentari jgħid li jekk ma jinħarġux il- permessi, hu kien se jirriżenja.", "Jista' xi ħadd jispjega x'inhu jiġri?", "Aħna bħala partit Laburista taf kemm-il press conference u żjarat għamilna hemmhekk matul dawn l-aħħar snin!", "Il-karozza tiegħi tafha bl-amment it- triq għal hemmhekk!", "Dwar il-proġett tal-White Rocks ta' Baħar iċ-Ċagħaq ukoll kellna ħafna wegħdiet.", "Niftakar lill-ex-ministru Refalo fil- leġislatura li għaddiet, li tgħidx kemm kien jiftaħar dwar dan il-proġett, pero' llum, jekk tmur hemmhekk taħseb li dan il-post għadu kif ġie attakkat mill-S16s.", "Rigward il-bini mill-ġdid tal-Bieb il-Belt din ili nismagħha mill-1990.", "Issa jekk dan isir tkun qiegħda tissewwa l-pastażata li kien għamel gvern Nazzjonalista stess.", "Imbagħad fil-Belt ukoll hemm il-proġett tat-Teatru Rjal.", "Dan ilna nitkellmu fuqu għal 60 sena sħaħ imma kien matul dawn l- aħħar 15 il-sena li sar diskors b'mod aktar konkret fuqu.", "Kemm wegħduna li se jinbena dan it-teatru.", "Mela l-ewwel issib dak il-bieb xejn pjaċevoli u mbagħad jilqgħek it-teatru mkisser u mwaqqa' li l-gvern Nazzjonalista tgħidx kemm ilu jwegħdna li se jibni mill-ġdid.", "Imbagħad għandna proġett ieħor li gvern Nazzjonalista tgħidx kemm ilu jwegħdna li se jinbena mill- ġdid.", "U hawnhekk qiegħed nirreferi għall-iżvilupp tal-Baċir Nru. 1 f'Bormla.", "Dwar dan waqqa' biss il-ħajt.", "Tajjeb, prosit, xi ħaġa tajba, pero' x'sar iktar?", "Xejn.", "Ilna nisimgħu minn qabel l-1996 dwar dan il-proġett u kien hawn ministri tal-gvern Nazzjonalista ta' dak iż-żmien li tgħidx kemm ħarġu leaflets ta' kif kellu jiġi l-Baċir Nru. 1.", "Madankollu sal-lum hemmhekk għadu diżastru, imma għas-Segretarju Parlamentari l-aqwa li fetħu l-wine bars fil-Birgu!", "Dak l-aqwa għalih.", "Taf kemm ħolqu mpjiegi dawn il-wine bars!", "Jien m'għandi xejn kontra dawn il-ħwienet għaliex ġieli mmur fihom jien ukoll, pero' naħseb li dak m'huwiex l-investiment li n-nies tal-Kottonera qegħdin jistennew.", "L-iżvilupp ta' Forti Sant Iermu l-istess, sena wara l-oħra jwegħduna li dan l-iżvilupp se jsir.", "Imbagħad rigward l-iżvilupp tal-bus terminus f'bieb il-Belt, niftakar lill-Ministru Ċensu Galea jitkellem fuqu.", "Dan is-settur għadu jaqa' taħtu, pero' minn dan il-proġett għadu ma' sar xejn.", "Il-bini ta' lukanda fix-Xatt tal-Birgu li tkellem fuqha l-kollega tiegħi l-Onor.", "Chris Agius.", "Ilna tmien snin għaddejjin biha.", "Twaqqa' l- bini dilapidat li kien hemm u baqa' ma sar xejn.", "L-iżvilupp tal-Maċina fl- Isla u t-tined f'Ħaġar qim u l-iMnajdra ilna snin nisimgħu dwarhom.", "Sur President, barra dawn imbagħad għandna wkoll il-proġett tal- Connections, il-lift tal-Belt, il-yacht marina tax-Xemxija, is-servizz ta' trasport bil-baħar bejn l-ibliet tal-Kottonera u ħafna aktar!", "Il-mollijiet ta' l-Imġarr u ċ-Ċirkewwa ilna sejrin bihom tgħidx kemm u tafu kemm ġew jiswew aktar milli kien ippjanat?", "Dan biex ma nsemmix il-famużi toroq li ġew jiswew id-doppju u t-tripplu u li suppost tlestew f'ċertu perijodu imma ġieli ħadu d-doppju u t-tripplu anke bħala tul ta' żmien sabiex jitlestew.", "Bħalissa għandna l-iktar proġett famuż, dak tal-bridge Manuel Dimech li hemm f'Regional Road u li jagħti għal Paceville.", "Imma bħal dan il-proġett kien hemm ħafna.", "Nistgħu ngħidu l-istess ħaġa għar-riabilitazzjoni tat- toroq u l-bankini fil-Belt Valletta.", "U jekk kien hawn żewġ proġetti li saru hemmhekk, dawn saru bejn l-1996 u l-1998 fi Triq ir-Repubblika u fi Triq Żakkarija ta' quddiem il-Kon-Katidral.", "It-tieni u t-tielet fażi ta' Triq ir-Repubblika lanqas kienu kapaċi jkompluha dawn għaliex l-ewwel fażi tagħha kien is-servizzi u l-pavimentar filwaqt li fażijiet l-oħra kienu l-furnishings, l-istreet lighting eċċ. X'sar minn dan kollu?", "Ma sar xejn!", "Mill-1998 ma sar xejn!", "Tal-mistħija.", "Issa hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq it-triq prinċipali tal-Belt kapitali u mhux fuq xi side street.", "Sfortunatament dan kollu - u mhux se nkompli nsemmi dawn il-proġetti għaliex inkella ma nieqaf qatt – li dan il-gvern ma tistax tieħdu bis-serjeta' f'dak li jwiegħed.", "Dan il-gvern ma tistax temmnu għax tilef il-kredibilita' tiegħu.", "Is-Segretarju Parlamentari tkellem fuq il-kredibilita'.", "Jiena naħseb li mhux il-parlament tilef il- kredibilita' imma l-partit Nazzjonalista.", "Dan il-gvern ma tistax tieħdu bis-serjeta'.", "Anke fis-settur turistiku m'hemmx viżjoni u dan tafu n-naħa tal-gvern u jafu kulmin huwa fis-settur.", "Dan kollu huwa effett ta' gvern għajjien u li qdiem.", "Fid-diskors tal-budget ta' din is-sena l-partit Nazzjonalista reġa' ġie b'ħafna wegħdi anke fejn jidħol is-settur turistiku.", "M'huwiex worth it li noqgħod insemmihom għax kif sar kull sena, dawn huma wegħdi li nkitbu fuq il-karta u finalment ħafna minnhom ma jiġux materjalizzati, imma ta' min jinnota li fid-diskors tal-budget ta' din is-sena, fuq dan is-settur kien hemm enfasi akbar mis-sena ta' qabel.", "Jien m'għandi l-ebda dubju li dan ma sarx b'kumbinazzjoni imma sar bħala parti minn eżerċizzju propagandistiku li l-partit Nazzjonalista qiegħed iwettaq permezz tal-budget, lejliet elezzjoni ġenerali, sabiex jerġa' jirbaħ u jaħtaf mandat ġdid mingħand il- poplu.", "M'għandi l-ebda dubju wkoll li kulmin huwa ta' l-affari tiegħu mhux se jieħu bis-serjeta' dak li l-gvern ġie jippompja f'dan il-budget.", "Kif għedt qabel dan il-gvern ma tistax temmnu, ma tistax tieħdu bis-serjeta' u l-eżempji li tajt juru kif dan huwa minnu.", "Dan il-gvern m'għandux viżjoni konkreta għas-settur turistiku għax huwa gvern li għajja u qdiem.", "Ma rridx ninsa nsemmi wkoll il-famuż kumitat interministerjali, immexxi mill-Prim Ministru Lawrence Gonzi stess.", "Il-funzjoni tiegħu kienet li suppost kellu jikkordina proġetti fejn jidħol is-settur turistiku.", "Meta titkellem ma' min hu fis-settur tinduna li kulħadd jaf li dan il-kumitat interministerjali huwa falliment kbir.", "Tant hu hekk li lanqas biss semmejnih f'xi diskors tal-budget.", "Hawnhekk ma jiġi ħadd biex jagħti risposta ta' x'wettaq dan il-kumitat fallimentari interministerjali fuq is- settur tant importanti għall-ekonomija ta' pajjiżna, settur li joffri 'l fuq minn 40,000 impjieg dirett u kważi terz ta' l-ekonomija ta' pajjiżna.", "Fil-qasam tal-cruise liners it-titjib ta' din is-sena reġa' wassal għal livelli ta' passiġġieri li ġew fis-sena 2003.", "Għallinqas hawnhekk kien hemm progress.", "Fejn ikun hemm progress trid tirrikonoxxih, madankollu kulma sar kien ir-rekupru tal-falliment ta' matul is-snin għaliex erġajna morna lura għal livelli li konna fis-sena 2003.", "Agħar minn hekk, minkejja ż- żieda fin-numru ta' turisti li żaruna matul din is-sena, id-dħul mit- turiżmu din is-sena se jkun bħalma kien fis-sena 2004 meta n-numru ta' turisti li żaruna kien ferm inqas.", "Dan ifisser li t-turisti li qed jiġu fostna qed jonfqu inqas.", "Biex ngħidu kollox, dan ġara għax it-turist sar jibbaża ż-żjara tiegħu fuq inqas ġranet.", "Għalhekk trid tara kif tattira aktar turisti lejn pajjiżna sabiex tpatti għall-iljieli li qegħdin jintilfu.", "Pajjiżna u kulmin huwa fis-settur żgur iħares lejn dan kollu bi tħassib kbir għax dan ma jissodisfax dak li dan is-settur tassew jixraqlu.", "Dan ġara kollu f'pajjiżna meta l-opportunitajiet tax-xogħol fis-settur turistiku tal-kompetituri tagħna żdied bi tliet darbiet għal ħames darbiet aktar meta mqabbel mar-rata tagħna.", "Din m'hijiex xi ħaġa ta' pjaċir li ngħiduha imma hija xi ħaġa li tinkwetana.", "Ma jistax ikun li nħallu dan kollu jiġri f'pajjiżna u qisu m'hu qiegħed jiġri xejn.", "Sur President, din hija sitwazzjoni serja għax qegħdin nitkellmu fuq settur li jirrappreżenta kważi terz ta' l-ekonomija ta' pajjiżna u huwa wieħed mill-pilastri ekonomiċi ta' pajjiżna.", "Sfortunatament dan huwa parti mir-rendikont ta' dan il-gvern tul din il-leġislatura fejn jidħol is-settur turistiku.", "Dan huwa rendikont li huwa finali.", "Illum min hu fis-settur xejn ma jinteressah il-kliem sbieħ, il-kitba sabiħa u l-fanfarunati imma jinteressawh ir- riżultati konkreti.", "Dan huwa riżultat li sfortunatament huwa msawwar minn inkompetenza u minn ineffiċjenza.", "Dan mhux aħna qegħdin ngħiduh imma jafu kulħadd.", "Dan huwa riżultat ta' staġnar fid-deċiżjonijiet fejn jidħol is-settur turistiku.", "Dan ir-riżultat wassal għal telf ta' aktar minn 600 impjieg fis- settur turistiku matul din il-leġislatura.", "Fil-lukandi u r-ristoranti biss f'dan is-settur intilfu 307 impjieg tul din il-leġislatura.", "Ara ma jaħsibx il-gvern Nazzjonalista li bil-kliem sabiħ, b'eżerċizzji propagandistiċi u bi sforzi aħħarija ta' qabel lejliet l-elezzjoni, se jipprova jnessi dan il- falliment tiegħu f'dan is-settur lil kulmin tassew jinteressah!", "Huwa appuntu għalhekk li l-budget li ressaq dan il-gvern, fl-opinjoni tiegħi, kien wieħed irrelevanti.", "Budget wara l-ieħor jirriżulta li lil dan il-gvern ma tistax temmnu u ma tistax tieħdu bis-serjeta'.", "U huwa għalhekk li qed ngħid li dan huwa budget irrelevanti.", "Huwa budget irrelevanti għax dan il- gvern m'għandux viżjoni konkreta għas-settur turistiku, u huwa budget irrelevanti għax dan kien budget minn partit fil-gvern li jinsab dahru mal- ħajt u li fl-aħħar ta' ħajtu, iridna ninsew kulma ġara fl-aħħar erba' snin u minflok niftakru biss fl-isforzi mqanżħa ta' dawn l-aħħar xhur sabiex jipprova jiġbor ġieħu.", "Dan huwa budget irrelevanti għax dak li l-gvern ippreżenta huwa purament biex jgħammex l-għajnejn u fi sforz iddisprat ta' qabel l-elezzjoni ġenerali.", "Jiena ninsab konvint li l-ħaddiema, l-operaturi u l- istakeholders fis-settur turistiku bħalna jaraw li dan il-budget huwa wieħed irrelevanti.", "Bħalna mhux se jimpressjonaw ruħhom bil-wegħdi fiergħa li ma jwasslu mkien u li finalment ma jimmaterjalizzawx bħalma l-fatti jitkellmu fuq is-snin li għaddew.", "Imma min-naħa l-oħra l-operaturi, l- istakeholders u l-ħaddiema f'dan is-settur jinteressahom il-viżjoni ċara u konkreta għal dan is-settur, jinteressahom li dan is-settur ikollu pjan strateġiku u serju u jinteressahom li jkun hemm riżultati konkreti.", "Huwa appuntu għalhekk li dak li qed joffri l-partit Laburista fil-pjan tiegħu qiegħed jittieħed bis-serjeta' u ntlaqa' b'sodisfazzjon minn kulmin huwa fis-settur.", "Aħna nittieħdu bis-serjeta' għax l-istorja turi li l-partit Laburista għandu track record ta' suċċess fis-settur turistiku.", "Aħna m'għandniex track record tal-paroli u tal-wegħdi, imma għandna track record ta' riżultati konkreti u ninsabu diterminati li nerġgħu nwettqu u nimmaterjalizzaw fi ftit taż-żmien ieħor meta nerġgħu nkunu fil-gvern.", "Ladarba qiegħed nitkellem fuq it-track records tal-gvernijiet Laburisti f'dan is-settur, ikun tajjeb li nerġa' nsemmi fil-qosor uħud mill-wegħdi konkreti li l-partit Laburista ħejja fid-dokument politiku tiegħu \"pjan ta' tiġdid tat-turiżmu f'Malta u Għawdex\".", "L-ewwelnett biex twettaq pjan irid ikollok rieda politika.", "Gvern Laburista ġdid ta' ftit żmien ieħor jassigura suċċess f'dan is-settur bi pjan nazzjonali serju, li jiġi msawwar bi sħab mas-settur privat.", "Qed ngħidu li gvern Laburista ġdid ta' ftit żmien ieħor jimmira li jtella' numru ta' turisti li jżuruna għal 1,600,000 fi żmien tlieta jew erba' snin.", "Gvern Laburista ġdid fi ftit żmien ieħor jimmira li d-dħul mit-turiżmu jilħaq iċ-ċifra ta' Lm620 miljun fis-sena.", "U biex isiru dawn l-affarijiet irid ikollok rieda u strateġija li llum ma jeżistux fis- settur turistiku.", "Gvern Laburista ġdid ta' ftit żmien ieħor jagħti l-inċentivi meħtieġa sabiex il-lukandi 3-star, li ħafna minnhom għalqu, jerġgħu jieħdu r-ruħ u jsiru vijabbli fl-operat tagħhom.", "Gvern Laburista ġdid ta' ftit żmien ieħor fi żmien sitt xhur jagħmel analisi ma' min huwa nvolut fis-settur sabiex jittaffew it-taxxi żejda li ntroduċa gvern Nazzjonalista u b'hekk is- settur jiġi aktar kompetittiv.", "Gvern Laburista ġdid ta' ftit żmien ieħor jimbarka fuq żewġ proġetti ta' golf courses f'Malta u f'Għawdex u dan b'rispett sħiħ għall-ambjent.", "Gvern Laburista ġdid ta' ftit żmien ieħor jagħti spinta lill-bini ta' aktar yacht marinas.", "Gvern Laburista ġdid ta' ftit żmien ieħor jintensifika l-ħidma tiegħu sabiex jiżdiedu l-passiġġieri li jiġu Malta permezz tal-kumpanniji ta' l-ajru low cost.", "Gvern Laburista ġdid ta' ftit żmien ieħor jassigura li bi pjan serju l-Air Malta ssir pilastru ewlieni f'dan is-settur wara li din ipprovat titkisser b'deċiżjonijiet suspettużi u politiċi ħżiena.", "Gvern Laburista ġdid ta' ftit żmien ieħor jimbarka fuq proġetti reġjonali għal Għawdex, in-naħa t'isfel ta' Malta, iż-żona tal-Port il-Kbir u l- inħawi ta' San Pawl il-Baħar, il-Qawra u Buġibba.", "Dan kollu jinsab fid- dokument tagħna.", "Sur President, gvern Laburista ġdid ta' ftit żmien ieħor irid jassigura li jitkattar l-investiment f'dan is-settur u li permezz ta' hekk, jinħolqu aktar impjiegi għall-ħaddiema tagħna.", "Gvern Laburista ġdid ta' ftit żmien ieħor, bl-involviment tas-settur privat u tar-rappreżentanti tagħhom, se jġedded l-awtorita' Maltija tat-turiżmu sabiex din tkun verament effettiva u konkreta f'dak li twettaq u fir-riżultati li finalment tikseb.", "Gvern Laburista ġdid ta' ftit żmien ieħor jimmira lejn swieq ġodda li sal-lum għadna ma ffiltrajniex fihom.", "Gvern Laburista ġdid ta' ftit żmien ieħor ipoġġi bħala prijorita' r-riżorsi umani f'dan is-settur u joffri taħriġ lil kulmin jaħdem f'dan is-settur.", "Irridu nassiguraw li l- kwalita' tas-servizz tkun ta' livell aktar għolja u tajbin.", "Gvern Laburista ġdid ta' ftit żmien ieħor se jagħmel dan kollu fl-ambitu ta' viżjoni strateġika ċara u konkreta, imfassla u mwettqa fi sħab ma' dawk kollha fis-settur u l-għaqdiet li jirrappreżentawhom.", "Gvern Laburista ġdid ta' ftit żmien ieħor jagħmel dan kollu fl-ambitu wkoll li nippromwovu l- gżejjer Maltin - Malta, Għawdex u Kemmuna - bħala gżejjer li joffru esperjenza unika, f'diversivita' ta' dak li kapaċi joffru l-Maltin kemm fuq livell lokali kif ukoll fuq livell nazzjonali.", "Se nagħmlu dan kollu fl- ambitu tal-kultura sinjura li pajjiżna joffri, fl-ambjent naturali uniku li għandna, fl-arkitettura u fl-istorja eċċellenti li għandu pajjiżna.", "Il- partit Laburista jinsab lest għal din l-isfida li se nidħlu għaliha b'entużjażmu, rieda u viżjoni, sfida li trid twassalna lejn suċċess f'dan is-settur sabiex minn dan is-suċċess finalment igawdi kulħadd.", "Bħalma għedt fid-diskors li għamilt waqt li konna qegħdin niddiskutu l-estimi għall-ministeru tat-turiżmu u l-kultura, iż-żmien tal-paroli u l-wegħdi issa spiċċa anke għal dan is-settur.", "Il-gvern Nazzjonalista kellu ċ-ċans kollu sabiex jipprova lilu nnifsu f'dan is-settur.", "Nerġa' intenni li the proof of the pudding is in the eating u l- pudina li dan il-gvern Nazzjonalista temagħna fejn jidħol dan is-settur, sfortunatament kienet qarsa u morra.", "Nerġa' infakkar li taħt dan il-gvern is-settur għadda minn taqtigħ il-qalb sena wara l-oħra u dan mhux aħna ngħiduh imma jgħiduh dawk li qegħdin fis-settur.", "Dan iż-żmien issa wkoll wasal lejn it-tmiem tiegħu.", "Sur President, il-partit Laburista qiegħed joffri politika b'ideat friski u ideat li huma 'l bogħod mill-fantasija u l- ingann.", "Il-partit Laburista qiegħed joffri politika li tagħti lil dan is- settur bidu ġdid u bidu li tant huwa meħtieġ minn dan is-settur.", "Il- ħaddiema, l-operaturi u l-istakeholders kollha f'dan is-settur qegħdin jistennew b'entużjażmu l-bidla li tant hija meħtieġa, bidla li għalihom ukoll se tissarraf f'bidu ġdid, bidla li se tiftaħ orizzonti ġodda, bidla li se toħloq opportunitajiet li finalment jissarfu f'ġid, bidla li fiċ- ċirkostanzi politiċi ta' pajjiżna, kapaċi joffriha biss il-partit Laburista.", "L-istess ħaġa nistgħu ngħidu fuq il-kumpannija nazzjonali ta' l-ajru, l-Air Malta.", "Ma jistax jonqos milli nfakkar fis-sagrifiċċji, theddid u nuqqas ta' kondizzjonijiet tax-xogħol li l-ħaddiema ta' l-Air Malta għaddew minnhom matul dawn l-aħħar erba' snin.", "Nerġa' nfakkar li l-kumpannija ta' l-Air Malta għadha sal-lum tħallas il-prezz qares ta' deċiżjoni żbaljata u suspettuża tax-xiri tal-famużi aircrafts RJ70.", "Qed insemmi dan l-iskandlu mhux b'kumbinazzjoni imma qed insemmih għax ma' din il-froġa jdur dak kollu li ġara fil-kumpannija Air Malta matul dawn l-aħħar erba' snin.", "Madankollu hemm min jixtieq inessi jew jikkanċella dan kollu minn moħħ il-ħaddiema ta' l-Air Malta issa li ninsabu lejliet l-elezzjoni.", "Aħna bħala oppożizzjoni u bħala gvern alternattiv, għandna d-dmir li nfakkru minn xiex kellha tgħaddi din il-kumpannija minħabba dawn id-deċiżjonijiet żbaljati ta' l- amministrazzjoni Nazzjonalista.", "Hekk se nerġa' nagħmel illum.", "L-Air Malta sofriet sena wara l-oħra minn telf finanzjarju ta' miljuni kbar ta' liri fl-operat tagħha minħabba dawn id-deċiżjonijiet żbaljati.", "Il-ħaddiema ta' l-Air Malta u l-unions li jirrappreżentawhom kienu kostretti bilfors u taħt theddid sabiex jaċċettaw li jitnaqqsulhom il-kondizzjonijiet tax-xogħol inkella l-impjieg tagħhom ma kienx se jkun assigurat.", "Dan il-gvern demokratiku kristjan Nazzjonalista tant għandu għal qalbu l-ħaddiema ta' l-Air Malta li ġiegħlhom bilfors jaċċettaw dak li ġie mponut fuqhom!", "Rajna wkoll tul dawn l-aħħar erba' snin is-servizz ta' l-ajruplani fuq l-Air Malta jmur lura b'mod li jista' jarah b'għajnejh u jmissu b'idejh kulħadd.", "Matul dawn l-aħħar erba' snin rajna lukandi ta' l-Air Malta jinbigħu.", "Anke operazzjonijiet li kienet twettaq l- Air Malta inbiegħu lill-privat, pero l-aktar ħaġa inkwetanti li dan il- gvern wassal lill-Air Malta fiha.", "U din kienet il-brain drain sħiħ ta' ħaddiema professjonali u ta' l-aqwa kwalita' minn din il-kumpannija.", "Dawn kienu kostretti jitilqu mill-Air Malta u dan huwa r-riżultat tad-deċiżjoni li jitnaqqsu l-kondizzjonijiet ta' l-istess ħaddiema.", "Qegħdin naraw il-piloti li jmissna nkunu kburin bihom jitilqu mill-kumpannija nazzjonali tagħna u jmorru ma' kumpanniji ta' l-ajru oħra.", "Nerġa' ntenni li dan kollu qed isir wara investiment sħiħ li dan il-pajjiż għamel f'dawn il-ħaddiema.", "Nerġa' nfakkar li s-sena l-oħra tlifna madwar 30 pilota u matul din is-sena komplejna nassistu għal aktar riżenji u sfortunatament se nkomplu nitilfu aktar.", "L-Air Malta jixirqilha aħjar.", "Dan il-gvern biegħ kollox.", "S'issa l-Air Malta ma missitx din ix- xorti imma jekk ma noqogħdux attenti, din ukoll se jkollha tgħaddi mill- madmad tal-partit Nazzjonalista.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Michael Farrugia.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Sur President, jekk hemm xi ħaġa li ta' min isemmi f'dan id-dibattitu huwa x'kien intqal erba' snin u nofs ilu min-naħa ta' l- esponenti tal-partit Nazzjonalista li kienu fil-gvern.", "U dawn qalu li l- finanzi huma fis-sod.", "Il-poplu ddeċieda dakinhar u ta l-fiduċja tiegħu lill-partit Nazzjonalista, għaddiet l-elezzjoni, u mill-finanzi fis-sod, f'daqqa waħda l-poplu Malti u Għawdxi sab ruħu mimli b'xita ta' taxxi u deċiżjonijiet li xi ftit jew wisq bdew jagħfsulu l-but tiegħu.", "Kellna sitwazzjoni fejn meta wieħed beda jipprova joħroġ fil-pubbliku, fil-ħwienet u fuq il-postijiet tax-xogħol, jibda jisma lil kulħadd jgħid li l-paga m'hijiex tlaħħaq u li l-ħajja qiegħda togħla.", "Mhux ta' b'xejn li fid- diversi surveys li jsiru min-naħa tal-partit Nazzjonalista, min-naħa tal- partit Laburista, min-naħa ta' partiti oħra, min-naħa ta' diversi ġurnali u minn diversi riċerkaturi oħra jirriżulta li l-għoli tal-ħajja dejjem tkun 'il fuq fl-aġenda.", "Issa hawn ma nistgħux nibqgħu ngħidu li dan kollu ġej minn barra pajjiżna.", "Hemm diversi fatturi li huma nterni u jirriżultaw minn deċiżjonijiet li ħa l-istess gvern.", "Jirriżultaw ukoll minħabba li ċerti distributuri mingħalihom se jagħmlu sold ta' malajr.", "B'dan il-mod tispiċċa li jkun hemm inqas u inqas persuni li jkunu jifilħu jagħmlu x-xiri tagħhom bil- konsegwenza li l-kummerċ jonqos u r-rota ekonomika ma ddurx biżżejjed.", "Bħalissa qegħdin f'kampanja elettorali li jidher li se tkun waħda twila.", "U jidher li qegħdin f'kampanja elettorali għax dan l-aħħar kellna budget ta' Father Christmas u budget ta' l-elezzjoni.", "Kellna budget li pprova jsewwi d-diversi piżijiet li ntroduċew gvernijiet Nazzjonalisti matul dawn l-aħħar snin, pero' kien ukoll budget li ma jidhirx li kellu l-effett mixtieq.", "Dan qed ngħidu għax elezzjoni f'Diċembru kienet qiegħda tissemma' b'mod kontinwu u b'mod persistenti minn diversi direzzjonijiet, anke min-naħa tal- Pieta', pero' jidher li issa din l-idea wkoll taret mar-riħ.", "U taret mar- riħ għax kien hemm min xtaq li jipprova jagħti sulfarina biex idaħħal ambjent ta' elezzjoni ġenerali biex jipprova jqajjem erba' min-nies, pero' din l-istrateġija ma rnexxietx.", "Din is-sitwazzjoni ġrat ukoll is-sena li għaddiet meta kif tħabbar il-budget, il-gap bejn iż-żewġ partiti naqset għal ġimgħa jew tnejn imma f'daqqa waħda reġgħet infetħet.", "Jidher li dan l- effett reġa' seħħ matul din is-sena wkoll, pero' issa ejjew naraw ċerti miżuri li ttieħdu f'dan il-budget.", "Sur President, l-ewwelnett irridu naraw ix-xita ta' taxxi diretti u indiretti li dan il-gvern impona matul dawn l-aħħar snin u nqabbluhom ma' dak li ġie propost f'dan il-budget.", "Jiena mhux se nuża l-frażi \"ftit ħafna tard wisq\" imma jekk inqabblu ma' kemm il-poplu Malti ħallas matul dawn l- aħħar erba' snin, insibu li din hija the tip of the iceberg.", "Lill-poplu f'dan il-budget tawh the tip of the iceberg ta' dak kollu li ħadulu.", "Issa għal min ma jafx, l-iceberg tibqa' sejra taħt il-livell tal-baħar u kulħadd li hija ferm ikbar mill-ponta tagħha.", "Huwa veru li l-gvern ta ponta ta' dak li ħa, imma kif tgħaddi l-elezzjoni jiena persważ li jekk jitla' fil- gvern, se jerġa' jagħmel bħalma għamlu gvernijiet Nazzjonalisti ta' qabel, li qabel l-elezzjoni dejjem iwiegħdu l-ġenna fl-art u hekk kif jirnexxielhom jisirqu l-vot tal-poplu Malti u Għawdxi, naraw xita ta' taxxi.", "Ir-reklami fil-qasam finanzjarju jgħidulek li l-passat mhux bilfors huwa l- mera tal-futur.", "Sfortunatament din ma tgħoddx għall-partit Nazzjonalista.", "Il-passat huwa l-mera tal-futur għax kull darba li tgħaddi l-elezzjoni, kull darba gvernijiet Nazzjonalisti jimponu xita ta' taxxi u tagħsir ta' bwiet il-poplu Malti u Għawdxi.", "Issa din il-mossa ndrat, u naħseb li l- poplu Malti u Għawdxi din id-darba se jdur fuq il-partit Nazzjonalista u se jgħidlu: Xbajt tidħak bina?", "Riċentement waqt li kont qed nagħmel il-visti fid-djar iltqajt ma' persuna li kont naf is-sentimenti politiċi tagħha.", "Din il-persuna qaltli: Għallinqas din id-darba ħadna xi ħaġa u mhux jagħsarna biss.", "Meta staqsejtha x'ħadet din qaltli li għallinqas din id- darba se tieħu ċ-children's allowance.", "Jiena staqsejtha kemm għandha t- tifla tagħha u hi weġbitni li għandha disa' snin.", "Għidtilha: Imma tirrealizza li int kellek id-dritt għaċ-children's allowance u kien gvern Nazzjonalista li neħħielek dak id-dritt fil-budget ta' l-1996.", "Din ma rrealizzatx li gvern Nazzjonalista ħalliha disa' snin mingħajr children's allowance u issa spiċċat qed tifraħ b'dak li qed jagħtiha.", "Tul id-diskors tal-budget konna smajna lill-prim ministru jgħid li meta kienu neħħew iċ-children's allowance, il-partit Nazzjonalista kien għamel ukoll tibdil fl-income tax.", "Hu qal li huwa kellu żewġt itfal u xorta kien mar tajjeb.", "Meta l-prim ministru kien fuq is-Sedja minflokok, Sur President, jiena kont il-kelliemi tal-partit Laburista dwar is-social welfare.", "Fost l-affarijiet li kelli x'naqsam magħhom kienu l-benefiċċji soċjali u għadni niftakar li fuq din il-ħaġa, jiena kont għamilt x'aktarx l- itwal diskors li qatt għamilt kemm ili membru fil-parlament.", "Jiena nistiednu jmur ifittex id-diskorsi li konna għamilna fil-parlament dak iż- żmien dwar il-budget, dwar l-estimi u dwar l-abbozz ta' liġi sabiex l- affarijiet li kien hemm fil-budget jiġu attwati, ħalli jara kif jiena kont elenkajt il-mod inġust li bih saret it-taħlita ta' tnaqqis ta' taxxi u t- tibdil fiċ-children's allowance.", "Jien għandi ħamest itfal u mort nara kif se nintlaqat u kemm se mmur tajjeb.", "Koppja li bejniethom jaqilgħu Lm10,000, bit-tnaqqis li kien hemm fl-income tax kienu se jiggwadanjaw Lm820 mentri jekk għandhom ħamest itfal, dawn kienu se jitilfu Lm930 f'children's allowance.", "Mela dawn mhux talli ma ggwadanjawx talli kienu se jmorru minn taħt b'aktar minn Lm100.", "Kienu se joħorġu mill-but tagħhom aktar minn Lm100.", "Sur President, għidli x'ġustizzja soċjali hi din li koppja mingħajr tfal u li taqla' Lm10,000 tiggwadanja Lm800 filwaqt li koppja b'ħamest itfal, trid toħroġ minn ġol-but tagħha aktar minn Lm100!", "U jiena nistieden lil sieħbi l-Onor.", "Tonio sabiex qabel jiġi għall-winding up imur ifittex it-tabelli li jiena kont poġġejt fuq il-mejda tal-Kamra ħalli jara jekk jien għandix raġun u jekk jaqbilx ma' dik it-tip ta' inġustizzja.", "Li nista' nassigurah huwa li fl-aħħar mill-aħħar illum wieħed ma jistax jgħid: Xi pjaċir tana ċ- children's allowance għax dik kienet xi ħaġa li kien ħadielu snin ilu.", "Lil dawn in-nies nerġa' nfakkarhom li kien gvern Nazzjonalista li neħħilhom iċ- children's allowance.", "Sur President, is-sabiħa hi li fejn qabel koppja li kien ikollhom erbat itfal kienu jaqilgħu madwar Lm700 u koppja b'ħamest itfal kienu jaqilgħu 'il fuq minn Lm900 f'children's allowance, bid-dħul taċ-children's allowance li għandna llum, koppja b'erbat itfal se jkunu qed jaqilgħu kemm kemm aktar minn Lm400 filwaqt li koppja b'ħamest itfal se jkunu qed jaqilgħu aktar minn Lm500.", "Mela hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq in-nofs ta' kemm koppja b'erbat itfal jew b'ħamest itfal kienu jieħdu fl-1995.", "Allura anke hawnhekk wieħed jista' jgħid li għalkemm se jerġgħu jibdew jingħataw iċ-children's allowance, il-familji bit-tfal m'humiex se jerġgħu jingħataw dak li kienu jingħataw fl-1995, imma se jingħataw in-nofs tiegħu.", "Issa ħalli ngħaddi għal punti oħrajn li naħseb huma importanti li niddiskutuhom f'dan il-parlament.", "Bħalissa għaddejja l-migrazzjoni lejn l-isptar Mater Dei.", "Imma jekk wieħed jieħu l-migrazzjoni waħedha u jieħu l-isptar f'Tal-Qroqq waħdu, naħseb li nkunu qegħdin nagħmlu żball kbir.", "Il-qasam tas-saħħa huwa servizz ta' katina kontinwa magħqudin flimkien bejn is-servizzi li jingħataw fil- komunita', bejn is-servizzi sekondarji kif ukoll bejn is-servizzi terzjarji fejn ikun hemm aktar speċjalizzazzjonijiet.", "Qasam ma jistax jimxi b'mod indipendenti mill-ieħor bħalma ma nistgħux nimxu b'mod indipendenti minn oqsma oħra li għandhom x'jaqsmu mal-qasam tas-saħħa pubblika, speċjalment fejn hemm interessi ċari ta' salvagwardja għas-saħħa pubblika.", "Minn din il- katina lanqas nistgħu naqtgħu l-edukazzjoni tal-poplu Malti u Għawdxi li hija xi ħaġa importantissima.", "Il-poplu Malti u Għawdxi jrid ikun edukat u mgħallem kif għandu jgħix, kif għandu jiekol u għandu jitgħallem kemm huwa posibbli li ma jimradx.", "F'din il-katina huwa importanti li jkollna r- riżorsi umani neċessarji.", "Sur President, issa rigward ir-riżorsi umani hemm żewġ binarji li rridu nħarsu lejhom.", "L-ewwelnett hemm il-binarju li jkunu mħallsin tajjeb b'mod speċjali meta wieħed jikonsidra x-xogħol delikat li jagħmlu.", "Dan huwa xogħol li ħafna drabi d-deċiżjonijiet li jieħdu jagħmlu differenza bejn ħajja jew mewt.", "Dawn jieħdu deċiżjonijiet fejn persuna jistgħu jgħollulha l-kwalita' tal-ħajja tagħha.", "Imbagħad hemm ukoll il-binarju tal-waiting lists għall-operazzjonijiet.", "Aħna għandna fost l-aqwa mħuħ lokalment u internazzjonalment fil-qasam tal-mediċina, għandna l-aqwa mħuħ fil-livelli l-oħra professjonali u paramediċi u għalhekk huwa inaċċettabbli li lil dawn intellfulhom l-inizjattiva li jista' jkollhom.", "Anke li bid- deċiżjonijiet li jittieħdu nkunu qegħdin nillimitawlhom l-azzjoni li jkunu jridu jagħmlu.", "Għamilna żmien fejn konna qegħdin fil-farsa li per eżempju, wieħed ikun irid jibdel l-irkoppa u ma jkollhomx il-qisien kollha ta' l-individwi li jridu jagħmlu l-intervent tagħhom fuqu.", "Nerġa' nirrepeti dak li għedt fil-budget ta' din is-sena u tas-sena li għaddiet, li hija tal-mistħija li fit-teatri ma ssibx pins, vitijiet, jew inkella plates tal-qisien kollha f'każ li xi ħadd ikollu ksur.", "U minkejja li qegħdin f'din is-sitwazzjoni redikola, il-gvern jiftaħar li aħna l-ħames l-aqwa fid-dinja skond l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa.", "Tajjeb li jingħad ukoll li f'dan il-kejl din l-għaqda kienet żbaljata.", "Dan kien kejl ħażin u mhux se tkompli tużah għax ta riżultati ambigwi, strambi, straordinarji u mhux aċċettabbli.", "Neħħewh bħala kejl imma l-gvern, għall-konvenjenza, ikompli jużah.", "Hemm kejl ieħor li forsi qed idejqu, kejl li, per eżempju, Malta tiġi l-20 pajjiż fost il-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea bħala servizzi li tagħti lill-poplu Malti u Għawdxi.", "Mela fejn irridu niftaħru bl-Unjoni Ewropea imma meta jqabbluna mal-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea l-oħra, wiċċhom jiħmar u jħammru wiċċna wkoll u wiċċ il-poplu Malti u Għawdxi.", "Fl- istatistika li qed toħroġ fl-Unjoni Ewropea aħna qegħdin naqgħu lura f'diversi oqsma u jidher ukoll li anke f'dawn l-oqsma qed naqgħu lura.", "Sur President, jekk wieħed irid jitkellem fuq futur, il-partit Laburista qed jagħmilha ċara li se jnaqqas din il-waiting list.", "Ħafna drabi jistaqsuna kif se nnaqqsu l-waiting list bi 15%.", "Hemm diversi modi kif tnaqqasha.", "Issa hawnhekk jiena forsi mhux se nirrispondi bħalma kien jirrispondi Dr. Fenech Adami f'dan il-parlament li la jkunu hemmhekk imbagħad juruna kif.", "Aħna qegħdin nintrabtu mal-poplu Malti u Għawdxi.", "(Interruzzjonijiet) L-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici ftit taż-żmien ilu kien qal li meta nkunu qed nissettjaw it-targets...", "L-Onor.", "Antoine Mifsud Bonnici jitkellem b'mod daqsxejn personali fuq l-individwi.", "MR SPEAKER: Ippermettili, Onor. Farrugia, l-Onor.", "Antoine Mifsud Bonnici on a point of order.", "ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI: Sur President, l-Onor.", "Farrugia għadu kif għamel riferenza li jiena nitkellem b'mod personali fuq l-individwi.", "Dan m'huwiex veru.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Jiena kont qed nirreferi għad-diskors tiegħek fl- aġġornament tal-bieraħ.", "ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI: Hemmhekk ma kont personali xejn.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Tkellimt b'mod aħdar.", "ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI: Tkellimt b'mod pubbliku u mhux b'mod personali.", "Naħseb li aktar tkellem hu b'mod personali meta nsulenta lill- professuri tagħna.", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom, inżommu l-ordni.", "L-Onor.", "Farrugia jkompli bl- intervent tiegħu.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Sur President, mhux talli tkellem b'mod aħdar imma talli issa għadu kif qal gidba bħal m'għamel tul l-aġġornament sħiħ il- bieraħ.", "F'kull diskors li dejjem għamilt f'dan il-parlament, f'kull diskors li għamilt barra minn dan il-bini u f'kull kitba li ktibt, jiena dejjem faħħart lill-professjoni medika kollha.", "Jiena kont onorat li l-professjoni medika kienu jaħdmu taħti, kont nieħu azzjoni bħalma kien jieħu kull employer u kont ngħidilhom ċar u tond li m'għandix il-pjaċir bihom jaħdmu miegħi.", "Din għamiltha ċara fil-parlament kemm-il darba.", "Jista' xi ħadd jgħid f'dan il-parlament li jiena xi darba għedt kontra l-professjoni medika?", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom, inżommu l-ordni.", "L-Onor.", "Farrugia jkompli bl- intervent tiegħu.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Taf li mhux hekk kienet is-sistema!", "L-ispin maħmuġ ta' kif jaħdem il-partit Nazzjonalista ġiegħel lill-poplu jifhimha hekk imma r-realta' hija mod ieħor, u dan jixhduh id-diskorsi kollha li għamilt f'dan il-parlament, id-diskorsi li għamilt barra mill-parlament u kull konferenza li kont involut fiha.", "Taf x'naf ingħid?", "Li jekk kien hawn persuna li kellu l-ardir, dan kien min fil-mument ta' dakinhar tal-funeral ta' missieri, attakkani f'dan il-parlament meta ma stajtx nattendi hawnhekk.", "U qiegħed nirreferi għall-aħwa Mifsud Bonnici!", "Dak hu l-livell ta' persuna li mhux aċċettabbli li jkun membru parlamentari!", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom, inżommu l-kalma.", "Onor. Farrugia kompli bl- intervent tiegħek.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Jiena nfakkru fil-ġurnata tal-funeral ta' missieri.", "Sagħtejn qabel il-funeral kien hawnhekk qiegħed jattakkani.", "Jien qed nitkellem fuq il-livell ta' membru parlamentari li huwa l-Onor.", "Antoine Mifsud Bonnici.", "Skużani li nitkellem b'dan il-mod.", "F'dan il-parlament qatt ma tkellimt fuq ħadd b'dan il-mod, pero' dik kienet xi ħaġa inaċċettabbli.", "(Interruzzjonijiet) Naċċettaha mingħand kważi kulħadd imma ma naċċettahiex mingħandu fuq dak li għamel dakinhar.", "Qatt ma nista' ninsa l-mod ta' kif weġġagħni personalment fl-aktar żmien delikat ta' ħajti, pero' issa ħalli nkompli fuq is-suġġett li qegħdin niddiksutu llum.", "Waħda mill-affarijiet li naħseb wieħed irid iħares fil-qasam tas-saħħa huwa li ma nistgħux, bħalma għedt aktar kmieni, narmu l-kura fil-komunita'.", "Il- kura fil-komunita' hija pass importanti li rridu naħdmu bis-serjeta' għalih u dan irid ikun komplimentari għas-servizzi li nagħtu fl-isptarijiet.", "Huwa inutli li jkollna l-isptarijiet jiffunzjonaw tajjeb pero' l-kura fil- komunita' ma nagħtuhiex billi nnaqqsulha l-vot sena wara sena.", "Is-servizzi li jingħataw fil-privat huma servizzi relattivament tajbin u meta kkomparat internazzjonalment, naraw li m'huwiex għali.", "Madankollu dan m'huwiex biżżejjed.", "Irridu nkunu mpenjati li nagħtu servizzi aktar wiesa' għaliex is- servizzi li jingħataw fil-komunita' jwasslu sabiex in-nefqa rikorrenti tal- gvern tkun tista' tonqos.", "Pazjent li jkun qed jokkupa sodda fi sptar, f'post ta' riabilitazzjoni jew f'faċilita' oħra fejn ikollok numru ta' persuni li jkunu qed jieħdu ħsiebek round the clock, jiġi jqum ammont kbir ta' flus.", "Dan apparti li l-pazjent tkun qed taqtgħu 'l bogħod mill-familja tiegħu.", "Irridu nibdew naħsbu kif niftħu aktar b'mod ħolistiku, b'mod aktar wiesa' servizzi ta' riabilitazzjoni u servizzi li wieħed jista' jagħtihom fid- djar.", "Ma rridux nibqgħu nagħtu biss servizz fuq livell ta' infermiera fid- djar u fuq livell ta' tobba fid-djar, imma rridu nwessgħu dan is-servizz għal aktar professjonijiet ħalli b'hekk kemm jista' ikun il-pazjent jibqa' fl-ambjent ta' daru, imdawwar mill-familjari tiegħu.", "B'dan il-mod anke n- nefqa rikorrenti tal-gvern tonqos u b'dawk il-flus li wieħed jiffranka, ikun jista' jwessa' aktar is-servizzi u jkun jista' jagħti servizzi aħjar.", "Sur President, jiddispjaċini ngħid li kultant naslu fi stadju fejn anke fejn jidħlu ċerti mediċini, speċjalment dawk li jkunu innovattivi, qegħdin idumu ma jidħlu ġewwa pajjiżna.", "Issa hemm suġġett imsejjaħ medical economics, li f'termini sempliċi ħafna, dan huwa l-mod ta' kif inti tevalwa n-nefqa li tagħmel u twassal sabiex in the long term tiffranka n-nefqa tiegħek.", "Ejjew ngħidu li per eżempju, se ddaħħal pillola innovattiva li tiswa' tant aktar mill-mediċini li konna nagħtu tradizzjonalment.", "Jekk din il-pillola tista' twassal sabiex anqas nies ikollhom bżonn jersqu lejn l-isptar, jew jekk din il-pillola tittardjalhom il-komplikazzjonijiet fil-kondizzjoni tagħhom, allura din il-pillola, allavolja tkun tqum aktar, in the long run se tkun worth it għaliex se tiffrankalek il-flus.", "F'ċerti każi oħrajn ikollok mediċina li twasslek sabiex minflok tgħix erba' jew ħames snin aktar, inti tgħix tmienja jew disa' snin aktar.", "Hawnhekk wieħed ikun qiegħed jitkellem fuq binarji kompletament differenti.", "Jiena naħseb li ġewwa pajjiżna hemm bżonn li ndaħħlu din il-kultura li jekk nevalwaw is- servizzi ġodda li nkunu qegħdin indaħħlu f'pajjiżna, naraw jekk dawn humiex qegħdin inwasslu għal ħajja aħjar għall-pazjent jew inkella jekk in-nefqa rikorrenti tal-gvern hijiex qiegħda titnaqqas jew le.", "Naħseb jekk nagħmlu dawn it-tip ta' evalwazzjonijiet inkunu qegħdin nagħmlu pass 'il quddiem.", "Ftit ilu l-gvern ħabbar lista ta' mediċini li l-produtturi farmaċewtiċi baxxew il-prezz tagħhom, pero' sadanittant għadhom jogħlew il-prezzijiet ta' mediċini oħra.", "Naqsu minn hawnhekk, imma żdiedu oħrajn.", "Hemm bżonn li nieħdu dan il-qasam aktar bis-serjeta', speċjalment meta l-poplu Malti u Għawdxi bħala medja jaqla' 60% biss tal-medja ta' dak li jaqilgħu l- ħaddiema fl-Unjoni Ewropea.", "Minkejja dan kollu, il-prezzijiet tal-mediċini hawn Malta huma 6% ogħla mill-medja ta' l-Unjoni Ewropea u għalhekk hemm bżonn li b'mod aktar mgħaġġel isiru l-benchmarks neċessarji u jkun hemm ir- regolatur.", "Issa lir-regolatur irridu nagħtuh is-snien mhux biss sabiex jevalwa l- prezzijiet tal-mediċini imma anke sabiex ikun jista' jieħu l-azzjonijiet neċessarji.", "Kull sitt xhur ir-regolatur għandu jressaq ir-rapport tiegħu fuq il-mejda tal-Kamra għall-iskrutinju ta' kulħadd u b'hekk wieħed ikun jista' jevalwa x-xogħol li għamel fl-interess tal-konsumatur u jkun jaf ukoll min qiegħed jisraq lil min.", "B'dan il-mod il-gvern ikollu gwida sabiex xi ħaġa li ma kellux intenzjoni li jagħmilha, imma li fil-fatt tkun ġrat, ikun jista' jieħu l-passi lura sabiex ireġġagħha lura.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin u għalhekk insejjaħ lill-Onor.", "Tonio Fenech sabiex, jekk jogħġbu, jipproponi l-Aġġornament tal-Kamra.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni kienet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "TONIO FENECH (Segretarju Parlamentari): Sur President, nipproponi l- aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tnejn, 19 ta' Novembru 2007 fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Mozzjonijiet", "Riżoluzzjoni li temenda l-Iskeda annessa ma' l-Att dwar it-Transferiment ta' Artijiet tal-Gvern (Kap. 268).", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li Jimplimenta Miżuri ta' l-Estimi - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li Jemenda Diversi Liġijiet li jirrigwardaw Materji Kriminali - Tieni Qari;", "u xi aġenda oħra li tista' tiġi komunikata aktar tard. ----------------------------- Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Istituzzjonijiet Finanzjarji - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Ligi dwar ir-Reġistru Ċentrali – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Amministrazzjoni Pubblika - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Awtorita' Maltija dwar l- iStandards u Diversi Liġijiet - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet dwar il-Komunikazzjoni - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Awtorita' tad-Djar - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Robert Arrigo.", "ONOR.", "ROBERT ARRIGO: Sur President, f'dan il-ftit ħin li għandi xtaqt naqsam xi ftit ta' l-esperjenzi li kelli mill-house visits li għamilt fid- disa' distrett li għalih jiena nikkontesta.", "Naħseb li jkun inutli li mmorru niltaqgħu man-nies fil-house visits li nagħmlu jekk imbagħad lil dawn ma nagħtuhomx vuċi.", "Jiena, bħall-Onor.", "Farrugia li dam jitkellem għal- ftit ħin mhux ħażin, ikolli nistqarr li ma mmurx biss għand dawk li huma ta' fehma Nazzjonalista, imma mmur anke għand dawk li vvotaw lill-partit Laburista u li issa qegħdin jaħsbuha.", "Forsi l-Onor.", "Farrugia bħalissa huwa aktar orjentat lejn dak li qiegħed jiġri l-isptar, u hawnhekk irrid ngħid li minn dak li ntqal dan l-aħħar...", "(Interruzzjonijiet) Jiena qed nitkellem biss minn dak li rajt fil-programm Bondiplus dwar it-tobba.", "U naħseb li n-nies li jridu jkunu responsabbli, jarawhom dawn l-affarijiet.", "(Interruzzjonijiet) Jaraw ukoll lil min jista' jkollhom bħala ministru alternattiv.", "(Interruzzjonijiet) Imma naħseb li ċerti intervisti ma jidhrux fuq l-istazzjon tas-Super One.", "Issa l-Isptar Mater Dei qiegħed jilqa' n-nies fih, pero' forsi kien hemm il- problema li l-partit Laburista pprova jagħmel minn kollox sabiex ibiegħed lin-nies minn dan l-isptar.", "Illum il-pjan għall-migrazzjoni miexi sew u almenu s'issa jidher li miexi mingħajr intoppi u dan għaliex jidher li hemm ippjanar sod u nies responsabbli ħafna.", "Għaldaqstant wieħed irid jgħid grazzi u prosit lil dawn in-nies ta' dawn l-affarijiet li qed isiru.", "Sur President, din ma kenitx xi ħaġa faċli, speċjalment meta tikkonsidra li hemm xi 40,000 file li allaħares tintilef xi karta minnhom.", "Issa illum nistgħu naħsdu dak il-frott u naħseb li jien, għan-nom tar-residenti li jgħixu fid-disa' u l-għaxar distrett, nista' nesprimi l-gratitudni tiegħi għal dan il-fatt.", "Wara kollox is-saħħa m'għandhiex tkun ballun f'saqajn xi ħadd miż-żewġ naħat tal-Kamra u dan qed ngħidu speċjalment fid-dawl tal- kummenti li saru dan l-aħħar.", "Fil-fatt kienu ħafna dawk li talbuni nagħmel stmerrija għan-nom tagħhom għal dak li ssemma min-naħa tal-partit Laburista.", "Irrid ngħid li tan-naħa l-oħra jagħtu ħafna aġġettivi lill-gvern Nazzjonalista, fosthom li ilu hemmhekk għal 20 sena u li huwa gvern għajjien.", "Issa xi kultant biċċa mit-tajn li titfa' jispiċċa jeħel.", "Minħabba f'hekk, hemm nies li ġieli jħarsu lejn ix-xellug bħala l- alternattiva għall-partit Nazzjonalista u jaraw jekk jistgħux jafdaw lill- partit Laburista.", "Meta jħarsu lejn ix-xellug dawn in-nies għandhom jaraw l- affarijiet li jkunu ntqalu.", "U naħseb li l-apiċe ta' dak kollu li ntqal kien proprju d-diskors ta' Dr. Alfred Sant fil-mass meeting ta' Birżebbuġia, fejn hemmhekk wera x'tip ta' prim ministru se jkun.", "Jiena naħseb li wara li n-nies ikunu xtarru sew bejn ix-xellug u l-lemin, malajr jindunaw lejn liema naħa għandhom imorru.", "Dan qiegħed ngħidu għax tan-naħa l-oħra qed isibu diffikulta' sabiex jikkonvinċu lin-nies.", "Dawn lanqas huma kredibbli man-nies u ma jistgħux ikunu kredibbli jekk ikomplu għaddejjin b'dawn l-affarijiet.", "Per eżempju, bħalissa qed jipprovaw jgħattu ċerti affarijiet imma fl-aħħar mill-aħħar dak li se tieħu jekk tivvota għal gvern alternattiv.", "Dan narawh anke fil-kunsilli lokali, li f'dawn l-aħħar snin ir-residenti għoġobhom ibiddlu l-maġġoranza tal-partit Nazzjonalista, fosthom dawk tal-Gżira, ta' San Ġwann u ta' l-iMsida.", "Il-kunsilli li huma mmexxijin mill-Malta Labour Party għal xi raġuni jew oħra ma jiffunzjonawx b'mod tajjeb.", "Sur President, huwa faċli li tkun fl-oppożizzjoni.", "Hija free of charge li toqgħod tikkritika u twiegħed u timla ras in-nies sabiex ma joħorġux jivvotaw jew jivvotaw għall-partit tiegħek.", "Imma mbagħad hija xi ħaġa differenti meta ssib ruħek sindku ta' post u allura tkun trid tibda trodd lura lir-residenti dak li twiegħed.", "Qed ngħid hekk għax jien involut f'battibekk mas-sindku ta' San Ġwann.", "Fil-fatt dort nofs San Ġwann u r- residenti l-ħin kollu jilmentaw dwar il-ħmieġ u l-iżdingar li hemm f'San Ġwann, speċjalment meta jkun hemm l-iskips.", "Sal-bieraħ stess ċempluli n- nies dwar il-ħmieġ li għandhom quddiem id-dar tagħhom.", "Sur President, irrid ngħid li n-nies fil-Kappara qegħdin jiddejqu bl- istudenti fl-iskola ħdejhom, speċjalment fl-iskejjel li jipprovdu servizz għall-istudenti barranin li jiġu fis-sajf.", "Hemm skejjel minn dawn fil- Kappara, f'Pembroke, f'tas-Sliema u fi Qui-si-Sana.", "Għalhekk f'dawn il- postijiet jinġabru ħafna studenti sabiex jitgħallmu l-Ingliż.", "Hemmhekk hemm anke problemi ta' coaches li jġibuhom li jitħallew jaħdmu hemmhekk u n- nies għandhom id-dritt li jkunu fil-paċi ġewwa djarhom.", "Jiena naħseb li meta niġu biex nirregolaw settur importanti, bħalma huwa dak ta' l- istudenti barranin li jiġu jitgħallmu l-Ingliż hawn Malta, irridu nagħtu kas lin-nies għaliex dawn, wara kollox, huma parti importanti minn pajjiżna.", "Wara kollox dawn ukoll iħallsu t-taxxi u għandhom id-dritt għas- serħan il-moħħ.", "Rigward il-kwestjoni tal-Kappara l-ġimgħa d-dieħla se jsir meeting ma' dik l-iskola partikolari.", "Jiena nappella sabiex ir-residenti ta' hemmhekk ikunu mistiedna għal dan il- meeting għaliex wara kollox huwa importanti li huma jsemmgħu leħinhom u mhux ikunu trattati bħallikieku ma kenux jgħixu f'dawk it-toroq.", "L-istess ħaġa għandi ma' Sprachcafe f'Pembroke.", "Ir-residenti qegħdin jibżgħu li l- MEPA permit li għandhom sabiex isiru uffiċini se jispiċċa sabiex jakkomoda lill-istudenti u allura jkun hemm iżjed storbju.", "Proposta li ħarġet minn waħda mill-visti li għamilt – u forsi l-kunsill lokali jista' jipproponi – hija li meta jkun hemm hamlet fi ħdan kunsill, - tipo tal-Kappara u anke tas-Swieqi fejn hemm żewġ hamlets jew tlieta - siġġu minn dak il-kunsill ikun elett minn dak il-hamlet.", "Dan sabiex dawn in-nies li jgħixu fil- hamlets ma jħossuhomx barra mill-post tagħhom.", "Forsi din hija proposta li tista' tirfina ftit ruħha.", "Wara kollox kunsill lokali għandu jilħaq lir- residenti tal-lokal sħiħ u allura wieħed irid forsi jaħseb ukoll għal dawn l-affarijiet.", "Rajt ħafna wkoll - u hawnhekk nixtieq nirringrazzja lill-Ministru Ninu Zammit - joint ventures li jinsabu għaddejjin f'Tas-Sliema fuq il-bankini.", "Dan huwa xogħol bżonnjuż ħafna anke minħabba li bil-kostruzzjoni li tinsab għaddejja b'mod kontinwu, il-bankini ssirilhom il-ħsara.", "Huwa importanti li dan ix-xogħol ta' joint ventures li hemm għaddej mill-kunsill lokali ta' Tas-Sliema u mill-ministeru tar-riżorsi u infrastruttura jitkompla.", "Nixtieq ngħid ukoll prosit liċ-chairman tal-water services, il-perit Michael Falzon għax-xogħlijiet li qed isiru f'dawn l-inħawi tad-disa' u l- għaxar distrett.", "Għalkemm jista' ikun hemm xi nkonvenjent waqt li jkunu għaddejjin ix-xogħlijiet, naħseb li n-nies qegħdin japprezzaw il-fatt li permezz ta' dan ix-xogħol se titjib il-kwalita' ta' l-ilma tal-vit.", "Xtaqt nagħmel punt ukoll fuq id-disa' u l-għaxar distrett għax ħafna nies jaħsbu li m'għandniex problemi ta' housing.", "Nafu li l-ġimgħa li għaddiet il-Kamra approvat ukoll l-estimi tal-housing authority.", "Wieħed jieħu gost jara l-iskemi li ħarġet u li kontinwament qiegħda toħroġ din l-awtorita' u li ħafna nies mid-disa' u l-għaxar distrett qed jibbenefikaw minnhom.", "Tieħu gost tara l-proġetti tal-housing li qed isiru u hemm nies li huma vera kuntenti b'dak li qed isir.", "Wieħed għandu jgħid prosit lin-nies li qed joħorġu dawn l-iskemi.", "Waħda mill-iskemi li nixtieq nagħmel aċċenn għaliha hija l-iskema tas-sussidju fuq il-kera.", "Nafu li l-kera tista' tiġi sussidjata, imma naħseb li l-maġġoranza tan-nies li niltaqgħu magħhom, – kif almenu niltaqa' magħhom jien – jgħidulna li hija sistema ftit abbużata għaliex hemm ħafna li mhux qed jingħataw irċevuta.", "L-abbuż qed isir għax min qed jikri, mhux qed jiddikjara u allura min joqgħod fil-post mikri, ħafna drabi qed jiġi mhedded li jekk tintalab l-irċevuta, dan jista' jsib ruħu barra.", "Issa aħna nafu li min qed jikri ma jistax jaffordja li jintefa' barra għaliex ma jkollux fejn imur.", "Ħafna drabi jkun hemm problemi fid-dar stess fejn ikun hemm it-tfal.", "Sur President, naħseb li huwa faċli li nivverifikaw dawn l-affarijiet.", "Nafu l-postijiet li qed jinkrew u naħseb kulħadd għandu l-obbligu u d-dritt li dik l-irċevuta toħroġ.", "Li tikri mingħajr irċevuta hija inġustizzja morali u anke fiskali.", "Naħseb li dan il-ġid li aħna qegħdin kontinwament noħolqu ma jistax jasal s'isfel nett minħabba dan l- abbuż.", "Nafu wkoll li fl-antik kienu jinkrew djar kbar b'ammont żgħir u kien hemm l-obbligu li dan jibqa'.", "U naħseb li f'dan il-każ ikun għaqli jekk nistudjaw pass żgħir imma pass importanti.", "Ladarba kelli l-pjaċir li nikri dar, forsi bi ftit flus lit-tali persuna, ladarba dik il-persuna tmut, dan l-obbligu ma jispiċċax?", "U jien m'għandix id-dritt li nieħu lura d-dar tiegħi?", "Forsi għandi t-tfal u dawk it-tfal nixtieq nakkomodahom f'dik id-dar.", "Jew inkella jekk il-persuna li jiena krejtilha marret f'home u għalhekk m'għandhiex bżonn id-dar li kienet qiegħda tikri mingħandi, jiena ma nistax nieħu lura l-pussess fuq dik id-dar?", "Aħna naqblu li rridu noqogħdu attenti li ma nisfrattawx l-għajxien ta' ħaddieħor imma jekk l-obbligu spiċċa, jiena ma nistax nieħu lura dik il- proprjeta' li għandi?", "Dan qed ngħidu għax nafu wkoll li hemm proprjetajiet mikrijin bi ftit flus u min jgħix fihom, jekk m'huwiex miljunarju huwa sinjurun.", "Jiena ngħid li forsi jista' jkun hemm xi means test sabiex dawn l-affarijiet jitranġaw.", "Jekk ma jitranġawx, jista' jkollna diskussjoni miftuħa fuqhom għax naħseb li jkun unfair li dawn il-postijiet jibqgħu vojta.", "Wara kollox dawn jistgħu jtaffu l-problema tal-housing soċjali li għandna u żgur li nistgħu nutilizzaw dawn id-djar ħafna aħjar.", "Każ ieħor li ltqajt miegħu huwa ta' nies li għal xi raġuni jew oħra ħarġu minn appartamenti f'housing estates, marru jgħixu x'imkien ieħor u qegħdin jikru l-appartament fl-istess housing estate lil ħaddieħor li m'huwiex ta' nazzjonalita' Maltija.", "Din hija xi ħaġa li qed iddejjaq lin-nies għax dawn il-barranin forsi jkunu mdorrijiin jgħixu b'ħafna nies f'appartament wieħed, u jidħlu u joħorġu minn dan l-appartament f'kull ħin.", "X'aktarx dawn ikunu qed jaħdmu - jekk hux bil-ktieb tax-xogħol jew le ma nafx - matul il-lejl, b'shifts differenti u jagħmlu ħafna storbju fosthom permezz ta' daqq ta' mużika li m'hijiex ta' kultura Maltija.", "Jiena ma nafx jekk dan jistax isir, pero' jekk hemm din il-loophole, tkun xi ħaġa tajba li niddiskutuha għax wara kollox gvern Nazzjonalista qed jagħmel dawn l-iskemi kollha u huwa ħażin li wieħed jabbuża minnhom.", "Naħseb li hemm bżonn li niddiskutu dawn l- affarijiet sabiex inkunu nistgħu nġeddu dan il-ġid lil ħafna aktar persuni.", "Sur President, fil-ħin li fadal ma nistax nidħol fuq l-iskemi kollha tal- housing imma naf li saru proġetti oħra li kienu ta' siwi għax il-housing estates li għandna huma sbieħ u anke l-appartamenti huma sbieħ.", "Il-ħajja ta' madwar dawn il-housing estates ukoll hija importanti u jiena nieħu gost li saru ħafna affarijiet madwar il-housing estates, fosthom fil-ġonna.", "Hawn forsi nista' nissuġġerixxi li jkun hemm xi ħadd li jieħu ħsieb dawn il- postijiet u jkun responsabbli minnhom on a roster basis.", "Qiegħed ngħid hekk għax xi kultant tara housing estates mimlija ħaxix u jkunu wkoll xi ftit żdingati.", "Forsi għal dan il-għan jista' jkun hemm xi association ta' l-inkwilini u dan qed ngħidu biex ma jirrepetux ruħhom affarijiet bħalma ġara f'San Ġiljan u f'Ta' Ġiorni meta xi ħadd ħalla xi affarijiet fin-nofs li spiċċaw ħadu n-nar u kien hemm madwar 15 jew 16-il appartament li ġew effettwati.", "Sur President, rigward housing smajna b'ħafna inizjattivi fosthom dik ta' l- equity sharing u dik għal min jixtri d-dar għall-ewwel darba.", "Hawnhekk il- partit Nazzjonalista reġa' ħa l-premju għal dawk in-nies li qed jixtru l- ewwel post. Hemm ukoll l-għajnuna rigward lifts.", "Illum stess mort f'post ta' wieħed anzjan b'diżabilita' li jgħix fir-raba' sular u li għandu bżonn lift.", "Dan qalli li ilu ma joħroġ tliet snin u grazzi għall-għajnuna tal- gvern Nazzjonalista, dawn in-nies jistgħu jiġu mgħejjuna sabiex jgħixu ħajja aħjar.", "Hemm ukoll l-iskemi tas-support project for young people u tal-care and repair li qed jaħdmu.", "Rigward dawn l-iskemi kelli l-okkażjoni sabiex niffitta lill-impjegati tal-housing authority u minn hawnhekk nixtieq nirringrazzjahom għax il-feedback li jkolli lura min-nies li għandhom bżonn l-għajnuna tagħna hija xi ħaġa fantastika.", "Lil dawn il- ħaddiema ma nistax ngħidilhom ħlief grazzi.", "Minn din il-Kamra nixtieq inħeġġeġ lil dawn in-nies forsi jaraw it-tliet suġġerimenti li għamilt aktar kmieni f'dak li għandu x'jaqsam ma' djar b'kera baxxa.", "Naħseb dawn it-tliet affarijiet żgħar wieħed jista' jarahom.", "Issa l-partit Laburista joqgħod jgħid li dan kien budget ta' qabel l- elezzjoni.", "L-elezzjoni se ssir is-sena d-dieħla u l-Maltin se jerġgħu jagħtu l-fiduċja tagħhom lill-partit Nazzjonalista sabiex iwettaq dawn is- suġġerimenti li jiena ressaqt illum.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it-Tnejn, 19 ta' Novembru 2007, fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mis-Segretarju Parlamentari.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija."]} {"filename": "20040211_102d_par.doc", "date": "2004-02-11", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 102 L-Erbgħa, 11 ta' Frar, 2004 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 102 L-Erbgħa, 11 ta' Frar, 2004", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.03 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "102", "L-Erbgħa, 11 ta' Frar, 2004", "WERREJ", "MINUTI 66", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI 66", "TQEGĦID TA' KARTI 75", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IR-REĠISTRU ĊENTRALI (IT-TIENI QARI)", "CENTRAL REGISTRY BILL (SECOND READING) 75", "AĠĠORNAMENT 99", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 104", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta 101 li saret fid-9 ta' Frar, 2004 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "GĦALLIEMA JIRTIRAW BIL-PENSJONI", "4025.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Kemm huwa stmat li se jispiċċaw għalliema mill-iskejjel primarji u sekondarji matul din is-sena minħabba li se jkunu laħqu l-eta' pensjonabbli?", "Kemm minnhom huma nisa?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru għat-Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u Investiment) (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni): Informat li l-għadd ta' għalliema li se jirtiraw ta' 61 sena matul din is-sena hu ta' 23, għaxra minnhom nisa.", "L-għadd ta' għalliema li matul din is-sena se jagħlqu 60 sena hu ta' 77, tlieta u erbgħin minnhom nisa.", "S'issa hemm konferma li din is-sena se jirtiraw 11-il għalliem ta' 60 sena, tnejn minnhom irġiel u disa' nisa.", "EDUKAZZJONI – UFFIĊJALI JIRTIRAW BIL-PENSJONI", "4026.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm uffiċjali tad- diviżjoni ta' l-edukazzjoni fil-grad ta' direttur u assistent direttur li se jispiċċaw din is-sena għax ikunu laħqu l-eta' pensjonabbli?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni): Informat li fis-sena 2004 hemm żewġ assistenti diretturi u direttur li se jirtiraw għax ikunu laħqu l-eta' pensjonabbli.", "Hemm ukoll żewġ assistenti diretturi oħra li matul din is-sena se jagħlqu 60 sena, iżda s'issa għadu ma ġiex ikkonfermat jekk humiex se jirtiraw din is-sena.", "MARSA - KUMPLESS SPORTIV", "4027.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill-Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid f'liema fażi waslu l- pjani biex isir it-tibdil meħtieġ fil-kumpless sportiv tal-Marsa?", "Jista jgħid x'se jsir matul din is-sena finanzjarja?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (f'isem il-Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura): Informat li l-kunsill Malti għall-isport qiegħed iħejji pjan fit-tul għal dan il- kumpless.", "Madankollu xorta waħda qed jitkompla x-xogħol fuq il-bini ta' car park, dressing rooms, faċilitjiet amministrattivi u substation li jikkonsisti fi frame structure li fuqha 'l quddiem ikun jista' isir il- bini ta' sports hall u jsiru x-xogħlijiet kollha li jibqa' ta' servizzi elettriċi u mekkaniċi kif ukoll ta' finitura.", "TFAL L-EMIGRANTI FI SKEJJEL TAL-GVERN", "4028.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm tfal ta' emigranti li rritornaw Malta u li daħlu fi skejjel sekondarji tal-gvern f'dawn l-aħħar ħames snin?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni): Se npoġġi fuq il-mejda tal-Kamra t-tagħrif mitlub.", "ŻEJTUN: TRIQ TAL-BARRANI - TRAFFIC LIGHTS", "4029.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jgħid jekk id- dipartiment tal-kuntratti ħariġx sejħa sabiex isiru traffic lights fi Triq tal-Barrani, hekk kif toħroġ miż-Żejtun?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (f'isem il-Ministru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomiċi): Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li fis-27 ta' Jannar, 2004 id- dipartiment tal-kuntratti ħareġ sejħa għal offerti CT 13/04 għall-provvista u tqegħid ta' traffic lights fit-Triq tal-Barrani, Żejtun.", "L-offerta tagħlaq fid-9 ta' Marzu, 2004.", "EDUKAZZJONI - FTUĦ TA' SIXTH FORMS", "4063.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi talbiet pendenti għall-ftuħ ta' sixth forms?", "Jista' jgħid meta saret kull applikazzjoni u minn min?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni): Informat li m'hemm l-ebda talba pendenti għall-ftuħ ta' sixth forms fis-sezzjoni tan- non-state schools.", "IMPORTAZZJONI TA' PRODOTTI TA' L-IKEL", "4120.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jinformani bl-aħħar żviluppi dwar domanda parlamentari 3480 li kont għamiltlu fid-9 ta' Diċembru, 2003?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent): Ninsab informat li l-pożizzjoni għadha ma nbidlitx, fis-sens li l- Kummissjoni Ewropea għadha ma ħarġitx regolamenti dwar kif se jiġu allokati l-kwoti lil operaturi ta' pajjiżi membri ġodda kif ukoll dwar ir-rati preferenzjali marbuta ma' dawn il-kwoti.", "MĠARR - ĦARSIEN TAL-WIRT STORIKU", "4130.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura: B'riferenza għad-domanda parlamentari 4033, jista' il-Ministru jgħid xi pjani hemm dwar il-ħarsien tal-wirt storiku fl-Imġarr u l-limiti tiegħu matul is-sena 2004?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (f'isem il-Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li d-doveri tas-sovrintendenza tal-patrimonju kulturali jkopru bosta miżuri ta' protezzjoni tal-patrimonju kulturali.", "Din is-sena, is-sovrintendenza diġa` ħadet azzjoni kontra żvilupp illegali li kien qed isir fl-inħawi Tar-Ragħad, fejn jinsab katakombi Kristjan u jinsabu fdalijiet arkaeoloġiċi oħra.", "Din l-azzjoni qed tkun ikkordinata mall-MEPA u l-pulizija.", "F'dawn il-ġranet ittieħdet azzjoni mill-MEPA li ħarġet stop-works order (ECF 00039/04) kontra dan l-iżvilupp illegali.", "Min-naħa l-oħra, it-taqsima ta' l-arkeoloġija ta' Heritage Malta qiegħda tfassal proposta għall-proġett ta' konservazzjoni u preżentazzjoni aħjar tal-Banji Rumani f'Għajn Tuffieħa.", "Id-dettalji ta' din il-proposta se jkunu magħrufa sa tmiem is-sena preżenti.", "Matul is-sena 2004, Heritage Malta qiegħda wkoll tkompli bix-xogħol ta' manutenzjoni ta' rutina u kontroll ta' ħaxix ħażin, li huwa dejjem meħtieġ f'siti bħat-tempji Ta' Ħaġrat u Skorba.", "Riċentement inħass il-bżonn li fl-inħawi Ta' Ħaġrat, l-ilmijiet li jinġabru mit-toroq waqt l-għargħar jiġu kkontrollati aħjar sabiex ma ssirx ħsara fit- tempju.", "Dan ix-xogħol se jkun jeħtieġ il-kollaborazzjoni bejn enti differenti u għandu jitwettaq sa tmiem din is-sena.", "Riċentement ukoll inbdew taħditiet bejn il-kunsill lokali ta' din il- lokalita', Heritage Malta u s-sovrintendenza tal-patrimonju kulturali sabiex jinstabu mezzi biex il-wirt kulturali għani li hemm f'din il- lokalita' ikun jista` jitgawda aħjar.", "KOPERATIVI TAL-ĦADDIEMA TAL-GVERN", "4137.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Michael Farrugia) staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhu jagħmel u joffri l-ministeru sabiex iħajjar aktar ħaddiema tal-gvern jissieħbu f'koperativi?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Permezz ta' l-uffiċjali tiegħu, minn żmien għal żmien il-bord tal-koperativi jipparteċipa f'laqgħat edukattivi fejn tingħata informazzjoni lill-ħaddiema tal-gvern dwar it-twaqqif ta' koperativi.", "Barra minn hekk meta jkun hemm ħaddiema li jiddeċiedu li jifformaw koperativa, il-bord joffri u jagħti l-appoġġ kollu li jkun hemm bżonn.", "KOPERATIVI", "4138.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Michael Farrugia) staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hawn koperativi mwaqqfa fil-gżejjer Maltin?", "Kemm hemm minnhom li qegħdin jaħdmu tassew bi qligħ?", "X'kien it-turnover tal- koperativi għas-snin 2001, 2002 u 2003 rispettivament?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Ninsab informat li hemm 59 koperativa reġistrati mal-bord tal- koperativi li fil-maġġoranza assoluta tagħhom joperaw bi qligħ.", "Ninsab informat ukoll li t-turnover ta' dawn il-koperativi kien ta' Lm26,541,130 fl-2001 u Lm25,937,017 fl-2002.", "L-informazzjoni dwar is-sena 2003 għadha qed tinġabar.", "DJAR TA' L-ANZJANI - RESIDENTI", "4139.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Michael Farrugia) staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm persuni residenti fid-djar ta' l-anzjani tal-gvern li jinsabu fiż-Żejtun, Bormla, Mosta, Msida, Gżira u Floriana rispettivament?", "Kemm minn dawn ir-residenti huma rġiel u kemm huma nisa?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra tabella li turi l- informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant.", "OLD AGE PENSION", "4140.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Michael Farrugia) staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien hemm persuni jirċievu l-old age pension fix-xhur ta' Ottubru, Novembru u Diċembru 2003?", "X'kienet l-ispiża totali għas- sena 2003?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra tabella li turi l- informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant.", "Ninsab informat li l-ispiża totali fuq pensjoni ta' l-eta' għas-sena 2003 kienet tammonta għal Lm5.89 miljun.", "GĦAJNUNA SOĊJALI", "4141.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Michael Farrugia) staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien hemm persuni jirċievu l-għajnuna soċjali fix-xhur ta' Ottubru, Novembru u Diċembru 2003?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra tabella li turi l- informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant.", "UNEMPLOYMENT BENEFIT", "4142.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Michael Farrugia) staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien hemm persuni jirċievu l-unemployment benefit u l- ispecial unemployment benefit fix-xhur ta' Ottubru, Novembru u Diċembru 2003?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Qed inpoġġi fuq il-medja tal-Kamra tabella li turi l- informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant.", "KALKARA – ILMA JOSKULA F'RESIDENZA PRIVATA", "4155.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru għat-Teknoloġija ta' l- Informazzjoni u Investiment: Jista' il-Ministru jgħid fejn waslu l- investigazzjonijiet li qed tagħmel il-korporazzjoni għas-servizzi ta' l- ilma fir-rigward ta' l-inkonvenjent li dejjem qed jiżdied fil-fond li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Waqt li nirriferi l-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 3072, nista` ninformah li l-aħħar investigazzjonijiet li saru jindikaw li l-ilma li dwaru sar l-ilment mhux ġej mis-sistema tad-distribuzzjoni tal-korporazzjoni għas-servizzi ta' l- ilma iżda x'aktarx minn bir ta' terzi viċin il-fond imsemmi.", "BIRGU - DRENAĠĠ F'RESIDENZA PRIVATA", "4156.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' il- Ministru jgħid fejn waslet u kif tista' tiġi solvuta problema ta' familja li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, fejn id-drenaġġ ilu għal dawn l-aħħar tliet snin dieħel fil-kamra tas-sodda?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (f'isem il-Ministru tas-Saħħa): Ikun iktar opportun jekk l-Onor.", "Interpellant jirriferi tali mistoqsija lill-ministru konċernat, kif rakkomandat fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 2762.", "BIRGU - DRENAĠĠ F'RESIDENZA PRIVATA", "4157.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru għat-Teknoloġija ta' l- Informazzjoni u Investiment: Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi żviluppi dwar problema ta' familja li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament minħabba d-dħul ta' drenaġġ fil-kamra tas-sodda, problema li ilha għaddejja għal dawn l-aħħar tliet snin?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għat-tweġibiet li ngħataw għall-mistoqsijiet parlamentari 2090 u 3073.", "ZABBAR - AKKOMODAZZJONI SOĊJALI", "4158.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid meta l-housing inspector tad-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali se jagħmel spezzjoni fil-fond li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Il-fond in kwestjoni m'huwiex taħt ir-responsabbilita' tad- dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali.", "BIRGU: TAL-ĦAWLI – ISTALLAR TA' LIFT", "4159.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid meta se jiġi stallat lift fi blokk tal-gvern li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament u li hu okkupat minn persuna b'diżabilita' kif ukoll minn diversi anzjani?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Ninsab informat li l-awtorita' tad-djar ma għandha ebda applikazzjoni għall-istallar ta' lift fl-entratura indikata mill-Onor.", "Interpellant.", "Veru li saret applikazzjoni għall-istallar ta' lift fl- istess blokk, imma dan jirrigwarda entratura differenti minn dik ta' fejn tgħix il-persuna indikata.", "BIRKIRKARA - SKOLA PRIMARJA SIR ANTHONY MAMO", "4160.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid x'passi se jieħu d-dipartiment biex isir l- upgrading neċessarju fl-iskola primarja Sir Anthony Mamo ta' Birkirkara?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni): Hu ppjanat li sal-bidu tas-sena skolastika li jmiss se jkun istallat lift f'dawn l- iskejjel.", "Xogħlijiet oħra għandhom isiru skond dak li jiġi deċiż fil- masterplan għal dawn l-iskejjel.", "EŻAMIJIET TAS-SEC", "4163.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid x'passi konkreti se jittieħdu biex fl-eżamijiet tas-sec ma jibqax ikollna biss ir-rata baxxa ta' 2% tas-subien u 9% tal-bniet tal-popolazzjoni ta' form 5 ta' l-area secondaries li jgħaddu mill-Ingliż?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni): Informat li ċ- ċifri perċentwali ta' studenti tal-form 5 mill-area secondaries li kisbu ċertifikati tas-sec bi gradi 1 sa 7 bejn Mejju u Settembru 2003 fl-Ingliż, fil-matematika u fil-Malti huma dawn:", "|Ingliż |14.4% mis-subien u 31.5% | | |mill-bniet | |Matemat|20.0% mis-subien u 22.3% | |ika |mill-bniet | |Malti |15.0% mis-subien u 28.9% | | |mill-bniet |", "Sabiex dawn iċ-ċifri jitjiebu fil-futur, qed ikunu studjati x'passi iridu jittieħdu biex iktar studenti minn dawn l-iskejjel jitħajru jersqu għall- eżamijiet u biex jitfasslu eżamijiet li jkunu iktar adatti għalihom.", "EŻAMIJIET TAS-SEC", "4164.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid x'passi konkreti se jittieħdu biex jibdew jgħaddu iżjed studenti mill-eżamijiet tas-sec tal- matematika, peress li r-rata ta' dawk li jgħaddu fl-area secondaries tlaħħaq 6% madwar biss għas-subien u 9% għall-bniet mill-popolazzjoni ta' form 5?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni): Nirriferi lill- Onor. Membru għat-tweġiba ta' domanda parlamentari 4163.", "EŻAMIJIET TAS-SEC", "4165.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid x'passi konkreti se jittieħdu biex fl-eżamijiet sec tal-Malti jgħaddu iżjed studenti mill-area secondaries, peress li bħalissa qed jgħaddu biss 4% mis-subien u 14% mill- bniet mill-popolazzjoni ta' form 5?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo): Nirriferi lill-Onor Membru għat-tweġiba ta' domanda parlamentari 4163.", "ĊITTADINANZA MALTIJA", "4166.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' talbiet pendenti għall-approvazzjoni ta' ċittadinanza Maltija?", "X'nazzjonalita' għandhom dawn il-persuni?", "Kemm minnhom huma nisa u kemm minnhom huma rġiel?", "X'etajiet għandhom?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (f'isem il-Ministru tal-Ġustizzja u Intern): Waqt li ma tinżammx statistika dwar l-eta', ninsab informat li l-bqija ta' l- informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant hija kif tidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.", "ĊITTADINANZA MALTIJA", "4167.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Ministru jgħid kemm persuni ta' nazzjonalita` barranija matul is-snin 1999, 2000, 2001, 2002 u 2003 ingħataw ċittadinanza Maltija?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (f'isem il-Ministru tal-Ġustizzja u Intern): Ninsab informat li n-numru ta` persuni barranin li akkwistaw ċittadinanza Maltija fis-snin mitluba mill-Onor.", "Interpellant huwa kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.", "Inżid ngħid li dawk il-persuni li akkwistaw ċittadinanza Maltija wara l-10 ta` Frar 2000 jistgħu jibqgħu jżommu ċ-ċittadinanza tagħhom flimkien ma` dik Maltija jekk il-liġi ta` pajjiżhom tippermetti dan.", "KAŻI TA' KORRUZZJONI", "4168.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill-Prim Ministru: Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm każi ta' korruzzjoni tressqu matul l-2003 quddiem l-awtorita' kompetenti?", "Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għas-snin 1999, 2000, 2001 u 2002 separatament?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (f'isem il-Prim Ministru): In-numru ta' każi li tressqu quddiem il-kummissjoni kontra l-korruzzjoni bejn is-snin 1999 sa 2003 huwa kif ġej: 1999 - 18 2000 - 13 2001 - 12 2002 - 15 2003 - 3", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Mizzi, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Imma meta ngħidu li dawn tressqu quddiem l-awtorita' kompetenti, ifisser li tressqu quddiem il-kummissjoni ta' kontra l- korruzzjoni jew hemm xi awtorita' oħra?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Naħseb li l-Prim Ministru fehemha b'dan il-mod, fis- sens li l-Onor.", "Interpellant kien qed jirriferi għall-kummissjoni kontra l- korruzzjoni.", "Pero' naħseb li jkun aħjar jekk l-Onor.", "Mizzi jiċċara dan il- punt ma' l-Onor.", "Farrugia.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jista' il-Ministru jirrepeti n-numru ta' każi ta' korruzzjoni li qed jingħad li tressqu matul l-2003?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Skond l-istatistika kien hemm tliet persuni li tressqu quddiem il-kummissjoni kontra l-korruzzjoni fl-2003.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Imma possibbli li fl-2003 tressqu tliet persuni biss quddiem il-kummissjoni?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Sakemm m'hawnx xi misprint dik hija l-informazzjoni li għandi quddiemi.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jista' il-Ministru jgħid jekk itteħditx inizjattiva min- naħa tal-kummissjoni biex tinvestiga hi stess peress li kien hemm ħafna aktar akkużi ta' korruzzjoni?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Li nista' ngħid lill-Onor.", "Interpellant hu li fid- domanda tiegħu, l-Onor.", "Farrugia qed jistaqsi kemm tressqu każi ta' korruzzjoni.", "Issa r-risposta hija fit-termini ta' din id-domanda.", "Skond id-draft reply li għandi quddiemi, dak hu l-ammont ta' persuni li tressqu quddiem il-kummissjoni.", "KUMMISSJONI DWAR IS-SERVIZZ PUBBLIKU", "4169.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill-Prim Ministru: Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm każi tressqu quddiem il-public service commission?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (f'isem il-Prim Ministru): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li każi ta' dixxiplina ġew delegati lill-kapijiet tad- dipartimenti u għalhekk dawn m'għadhomx jgħaddu mill-uffiċċju tiegħi.", "Dwar id-dipartimenti li jaqgħu taħt l-uffiċċju tiegħi, ninsab informat li bħalissa hemm żewġ każi pendenti quddiem il-kummissjoni dwar is-servizz pubbliku.", "Fir-rigward tal-ministeri l-oħra, nistieden lill-Onor.", "Interpellant biex jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-ministri rispettivi.", "SERVIZZ PUBBLIKU - ĦADDIEMA", "4170.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill-Prim Ministru: Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm ħaddiema spiċċaw bl-eta' ta' 60 u 61 sena minn maċ-ċivil matul l-2003?", "Kemm kien hemm ħaddiema fiċ- ċivil li ġew boarded out, tkeċċew mis-servizz, emigraw, telqu, eċċ.?", "Jista' jagħti lill-Kamra t-tagħrif għal dawn l-aħħar ħames snin?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (f'isem il-Prim Ministru): L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant tinsab fit-tabella li qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.", "Il-management and personnel office ma jżommx informazzjoni separata ta' impjegati li jkunu spiċċaw mis-servizz biex jemigraw u għaldaqstant dawn huma nklużi man-numru ta' dawk li rriżenjaw.", "GOZO CHANNEL – TARIFFI SSUSSIDJATI", "4223.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Justyne Caruana) staqsa lill- Ministru għal Għawdex: Tista' il-Ministru tgħid għal liema raġuni għadu ma tħallasx is-sussidju tal-biljetti tal-Gozo Channel lill-Għawdxin li jaħdmu Malta?", "Tista' tgħid meta se jitħallas?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (f'isem il-Ministru għal Għawdex): Ninsab informat li s-sussidju tal-biljetti tal-Gozo Channel lill-Għawdxin li jaħdmu Malta ser ikunu tħallsu kollha sa l-aħħar ta' din il-ġimgħa.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, domanda supplimentari.", "ONOR.", "ALFRED SANT (Kap ta' l-Oppożizzjoni): Mr Speaker, dan l-aħħar għaddejjin rumours qawwija li l-Gozo Channel se terġa' żżid it-tariffi fuq il-passiġġieri.", "Jista' il-Ministru jikkonfermalna li m'hemmx dan il-ħsieb, aktar u aktar meta l-partit fil-gvern kemm-il darba saħaq fil-passat li ħaġa bħal din m'għandhiex issir?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Speaker, waqt li nfakkar lill-Kap ta' l- Oppożizzjoni li attwalment it-tariffi tal-Gozo Channel huma irħas milli kienu fis-sentejn meta l-Partit Laburista mmexxi minn Dr. Sant kien fil- gvern, fost affarijiet oħrajn bħalissa qed isir studju dwar it-tariffi u ma nistax neskludi b'mod assolut li m'hijiex se ssir reviżjoni tat-tariffi ssussidjati, naturalment fil-kuntest ta' l-ammont ta' madwar Lm2.3 miljun li bihom il-gvern qiegħed jissussidja lill-Gozo Channel.", "Ladarba jittieħdu dawn id-deċiżjonijiet inkunu nistgħu nagħtu l- informazzjoni meħtieġa.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Meta l-Ministru qed jgħid li se jkun hemm reviżjoni, inkun korrett jekk nassumi li din se tkun reviżjoni 'l fuq u mhux 'l isfel?", "Barra minn hekk, is-sussidju ta' Lm2.3 miljun għal Lm3 miljun huwa korrispondenti ma' l-operating loss tal-Gozo Channel jew huwa wkoll korrispondenti mal-fatt li l-Gozo Channel m'hijiex qed tħallas l- ammortizzazzjoni fuq il-vapuri għax qed jeħodha xi ħaddieħor?", "Jiġifieri jista' jgħidilna x'jirrappreżenta eżattament dan is-sussidju?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Speaker, dan is-sussidju ma jirrappreżentax l- operating loss.", "L-operating loss huwa ta' madwar Lm800,000 jew Lm900,000.", "Is-sussidju huwa ikbar minn hekk u fih hemm ikkalkulata l-ammortizzazzjoni, anzi biex inkun iktar teknikament korrett iċ-charter fee tal-vapuri.", "Pero' din m'hijiex kkalkulata fuq kemm attwalment intnefqu biex jinbnew il- vapuri.", "Nafu li kienet ittieħdet id-deċiżjoni mill-gvern preċedenti mmexxi minn dan il-partit biex ix-xogħol isir mill-Malta Shipbuilding u ma jsirx barra minn Malta.", "U kif nafu lkoll, il-vapuri ġew iqumu ħafna iktar milli kieku kellhom isiru barra minn Malta u l-kont finali kien ta' Lm44 miljun.", "L-ammont ta' charter fee huwa kkalkolat fuq li kieku l-vapuri nbnew barra, jiġifieri fuq Lm19.5 miljun, għax ma jidhrilniex li l-Gozo Channel għandha ddaħħal fil-kotba tagħha charter fee ogħla milli hu ġġustifikat.", "Jiġifieri l-ammont ta' charter fee huwa kkalkolat fuq 25 sena bil-prezz tat-tliet vapuri, ta' Lm19.5 miljun, jiġifieri the lowest possible, kemm kien fil-fatt il-quote li kienu rċevew dak iż-żmien minn xi shipyard Norveġiża.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Mr Speaker, mir-risposta tal-Ministru qed nassumi li r-reviżjoni tat-tariffi tkun 'il fuq u mhux 'l isfel għax ma rrispondinix dwarha.", "Barra minn hekk, qed nifhem tajjeb li s-sussidju jinkorpora min-naħa t- Lm800,000 għal Lm1 miljun operating loss u l-bqija hija ċ-charter fee li għandha kalkolu fiha mbagħad - fuq shadow pricing li semma' il-Ministru - referibbli għall-ammortizzazzjoni tal-vapuri?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Le, mhux preċiż hekk.", "L-ewwelnett is-sussidju m'huwiex kkalkolat bl-operating loss.", "Is-sussidju huwa d-differenza bejn l-istandard fare u l-Gozo pricing u d-differenza wkoll bejn l-istandard fare u s-senior citizen fare.", "Dak huwa l-ammont ta' sussidju.", "Għax dak huwa l-ammont li l-gvern irid joħroġ biex jikkompensa l-Gozo Channel għad- deċiżjoni politika li jissussidja.", "Allura dan ma jsirx fuq l-operating loss.", "Ma jsirx fuq l-operating loss ukoll għax m'huwiex ġust li tagħmel hekk peress li l-operating loss huwa riflessjoni ta' ħafna affarijiet oħra li jaffetwaw negattivament jew pożittivament il-bilanċi u l-operating profit jew loss tal-Gozo Channel.", "U ċ-charter fee tal-vapuri ma tidħolx lanqas bħala parti mis-sussidju imma tidħol fil-kotba tal-kumpannija.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Bir-rispett kollu, xorta waħda m'iniex qed nifhem kif qed jiġi kkalkulat is-sussidju li l-Ministru qed jgħidilna li huwa ta' Lm2.3 miljun.", "Jekk is-sussidju hu sussidju, mil-lat ta' finanzi tal-gvern ifisser miljuni ta' liri li l-gvern qed ikollu joħroġ biex il-Gozo Channel tibqa' solvent.", "Imma ma nistgħux noqogħdu nagħmlu shadow pricing fuqha din għax allura dan m'hu sussidju xejn.", "Iċ-ċifra attwali li l-gvern qed joħroġ out of pocket biex iżomm lill-Gozo Channel għaddejja is the question u dik li qed nistaqsi jien.", "Għax nistgħu ngħidu Lm2.3 miljun, anzi ejjew ngħidu Lm5 miljun jekk trid għax nistgħu nagħmlu amortization cost differenti.", "Anke ċ-charter fee ikollha element ta' profitt.", "Jew m'għandhiex element ta' profitt jew ta' mark-up?", "Għax jekk ikollha element ta' mark-up fuq il- prezz ...", "Kollox sew, qed jieħu l-prezz ta' vapur fuq l-irħas tender li kellu, jagħmlilha l-amortization, jagħmillha fees oħra, jagħmillha mark-up u x-shadow pricing imbagħad jidher Lm2.3 miljun.", "Imma ma nistgħux naħdmu b'dan il-mod jekk se nkunu trasparenti fil-problema li għandha l-Gozo Channel.", "We have to discuss x'inhuwa l-cash out of pocket li l-gvern ċentrali qed ikollu joħroġ lill-Gozo Channel biex iżommha għaddejja.", "U minn hemm nitilqu mbagħad biex nitkellmu fuq tariffi, Sur President.", "Bil-kritika kollha li kienet saret lill-gvern Laburista ta' bejn l-1996 u l- 1998, minn hemm konna tlaqna u stajna ngħabbu kemm irridu mbagħad iċ- charter fees, l-affarijiet u s-sussidji biex nagħtu Lm5 miljun jew Lm6 miljun.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-ewwelnett nassigura bl-iktar mod assolut li m'hemm l-ebda mark-up fee fuq il-prezz tal-vapuri.", "Huwa ta' Lm19.5 miljun, kemm kien l-iżgħar quote li hemm, ammortizzat fuq 25 sena.", "Mela ċ-charter fee hija Lm19.5 miljun divided by 25, amortization cost fuq Gozo Ferries, li hija kumpannija separata u jidhru bħala charter fee fl-accounts tal- Gozo Channel.", "Trasparenti iktar minn hekk ma nistax inkun, Sur President.", "It-tieni, il-fees illum għadhom irħas milli saru bejn l-1996 u l-1998.", "Dak huwa stat ta' fatt. Fl-accounts tal-Gozo Channel m'hemm l-ebda charge-up costs mil-lat tal-gvern li m'humiex directly incurred mill-Gozo Channel.", "M'hemmx mark-up cost assolutament.", "Għax l-unika ħaġa li hemm sal-lum, jekk eventwalment ikun irid jidħol il-cost tat-terminals u l-cost tal- quays ...", "Pero` dawn m'humiex hemmhekk illum, jiġifieri qed nitkellmu fuq xi ħaġa li se tiġi aktar 'il quddiem.", "Il-bqija huma kollha costs direttament borne by Gozo Channel.", "Imma issa ħalli niġi għall-punt l-ieħor dwar il-cash out of pocket jew inkella s-sussidju, Sur President.", "Għax kieku għandi kumpannija kummerċjali, din tiċċarġja standard fee lil kulħadd u mhux tagħmel eċċezzjoni la għar-residenti Għawdxin u lanqas għas- senior citizens.", "Kieku għandi kumpannija kummerċjali, il-probabbilta' hi li ma tħaddimx vapuri wara l-10.00 p.m. għax ma jaqblilhiex għax żgur li kull vapur li jaħdem wara d-9.00 p.m. iħalli t-telf u mhux il-qligħ.", "L- ammont ta' sussidju b'dak il-mod irid jinħadem, fuq id-differenzi.", "Issa jekk tiffinanzjahomx mill-operating profit jew mill-cash flow tal-Gozo Channel, jew tissussidjahomx mill-cash flow tal-gvern hi materja totalment differenti.", "Pero' ir-rata ta' sussidji kif tistabiliha hija bejn a normal commercial operating company taking commercial decisions to provide a service kontra l-eċċezzjonijiet li għal raġunijiet politiċi inti tagħmel mod ieħor.", "U hekk ukoll kien jikkalkulahom għal raġunijiet ta' sussidju, il-gvern Laburista meta l-Onor.", "Sant kien prim ministru.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: L-ewwelnett peress li l-operating loss ta' kumpannija, bħal f'dan il-każ, translates into problemi u deċiżjonijiet li jittieħdu dwar sussidju u mhux sussidju.", "U dik hija l-benchmark tagħha l- biċċa xogħol.", "Din m'hijiex kumpannijia kummerċjali imma hija kumpannija monopolistika li qed tassigura link bejn gżira u oħra.", "Mela l-punt tiegħi huwa dan, Sur President.", "Jista' jekk jogħġbu l-Ministru jagħtina breakdown, item by item, tas- sussidju li qed jgħid li hu ta' Lm2.3 miljun ħalli naraw eżattament kif dan qed jinħadem u kemm minnu huwa cash out of pocket tal-gvern?", "Għax ma tistax tibbaża l-eżerċizzju kollu fuq sussidju li parti minnu huwa notional.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: M'għandi l-ebda problema ta' xejn li nġib iċ-ċifri kollha hawnhekk.", "Hekk jew hekk dawn huma ppubblikati u tista' ssibhom fuq l-internet.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Mr Speaker, f'isem il-Prim Ministru nqiegħed fuq il-mejda tal- Kamra:", "Tagħrif dwar spejjeż li għamlu l-forzi armati matul l-2002 u l-2003 fuq iċ-ċentri ta' l-immigrazzjoni f'Ħal Safi u Lyster barracks, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari 4331.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Kopja tal-council framework decision (2002/584/JHA) tat-13 ta' Ġunju 2002 maħruġa mill-kunsill ta' l-Unjoni Ewropea, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari 4327.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IR-REĠISTRU ĊENTRALI", "CENTRAL REGISTRY BILL", "MR SPEAKER: Il-Ministru Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, għandi messaġġ mingħand il-President tar- Repubblika.", "MR SPEAKER: Se naqra l-messaġġ tal-President.", "GUIDO de MARCO PRESIDENT", "Il-President wara li kien informat dwar is-suġġett ta' l-abbozz ta' liġi biex \"iħassar u jerġa' jdaħħal fis-seħħ l-Att dwar ir-Reġistru Pubbliku u l-Att dwar ir-Reġistrazzjoni ta' l-Artijiet, u biex jistabbilixxi sistema ta' reġistrazzjoni ċentrali waħda għar-reġistrazzjoni tal- ħwejjeġ kollha rigward il-persuna jew il-proprjeta` immobbli li jeħtieġu reġistrazzjoni biex ikollhom effett fir-rigward ta' terzi\", jirrakkomandah għall-konsiderazzjoni tal-Kamra tad-Deputati.", "28 ta' Ottubru 2003", "Il-Ministru Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, nipproponi t-Tieni Qari ta' l-abbozz ta' liġi msejjaħ \"Att biex iħassar u jerġa' jdaħħal fis-seħħ l-Att dwar ir- Reġistru Pubbliku u l-Att dwar ir-Reġistrazzjoni ta' l-Artijiet, u biex jistabbilixxi sistema ta' reġistrazzjoni ċentrali waħda għar-reġistrazzjoni tal-ħwejjeġ kollha rigward il-persuna jew il-proprjeta` immobbli li jenħtieġu reġistrazzjoni biex ikollhom effett fir-rigward ta' terzi\".", "MR SPEAKER: Min jissekonda, jekk jogħġobkom?", "ONOR.", "MARIO GALEA: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Rimarki?", "Il-Ministru Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, illum f'pajjiżna għandna żewġ reġistri pubbliċi li għandhom x'jaqsmu mal-proprjeta`; għandna lir-reġistru pubbliku, dak li huwa magħruf bħala \"l-insinwa\", u għandna wkoll ir- reġistru ta' l-artijiet.", "Ta' min jgħid li dawn iż-żewġ reġistri pubbliċi huma mwaqqfin b'żewġ liġijiet separati għax għandhom funzjoni differenti, pero` l-iskop prinċipali ta' l-abbozz li għandna quddiemna huwa li jispiċċa r-reġistru pubbliku, jispiċċa wkoll ir-reġistru ta' l-artijiet u jinħoloq reġistru ċentrali wieħed.", "Ir-reġistru pubbliku jmur lura għal iktar minn 100 sena għaliex qabel id-19- il seklu, għalkemm il-kuntratti kienu diġa` jsiru, ma kienx hemm l-obbligu li dawn jiġu reġistrati mal-gvern u kien biss fid-19-il seklu li twieled dan l-obbligu, bir-riżultat li l-kuntratti kollha li għandhom x'jaqsmu ma' l-artijiet bdew jiġu reġistrati u insinwati.", "Fil-fatt huwa għalhekk li r- reġistru pubbliku li għandna fi Triq il-Merkanti huwa magħruf bħala l- insinwa.", "Mill-banda l-oħra fir-reġistru ta' l-artijiet jiġu reġistrati l-artijiet u l-proprjetajiet kollha, u kull post li jinxtara u li jinbiegħ u kull meta wieħed jissellef mingħand xi ħadd u dan jagħmillu ipoteka ġenerali speċjali fuq il-post, dan kollu jiġi reġistrat fl-insinwa.", "Fil-fatt fl-insinwa l- iktar li hemm reġistrati huma trasferimenti jew drittijiet fuq proprjeta` u testmenti, għax hawn ta' min jgħid li anke t-testmenti jkunu jridu jiġu reġistrati.", "Madanakollu kulma jiġi reġistrat fl-insinwa, kemm jekk inhu każ ta' bejgħ kif ukoll jekk inhu każ ta' xiri, ma jiġix reġistrat b'riferenza għall-proprjeta` li tkun ġiet mixtrija jew mibjugħa imma b'riferenza għall-persuni li jiffirmaw il-kuntratt.", "Ħalli nagħti eżempju.", "Jekk, per eżempju, kien hemm għaxra min-nies, kollha b'kunjomijiet differenti, li xtraw il-post Nru.1, Main Street, Birkirkara, fl-indiċi ta' l-insinwa ma jiġix reġistrat dak il-post biex b'hekk meta wieħed jiġi biex jagħmel xi riċerka, ikun jaf x'kuntratti saru fuq dik il-proprjeta` imma jiġu reġistrati dawk l-għaxra min-nies b'kunjomijiet differenti li jkunu xtraw dak il-post.", "Mela jien nista' nkun naf jekk, per eżempju, Manuel Borg għamilx xi kuntratt u xi xtara jew x'biegħ, imma r-riċerka trid issir abbażi tal-persuna u mhux tal-proprjeta` nnifisha, u dan huwa difett kbir.", "Biżżejjed ngħid li bħala konsegwenza ta' dan, sal-lum għad m'għandniex sistema kompjuterizzata jew sistema ta' filing li biha wieħed ikun jista' jmur fuq l-indirizz \"Nru 1, Main Street, Birkirkara\" u jkun jaf l-istorja kollha ta' dak il-post.", "Għalhekk wieħed jista' jimmaġina x'difetti għandha din is-sistema.", "Meta jien kont għadni neżerċita l-professjoni ta' avukat kienu jiġu diversi nies fl-uffiċċju tiegħi u jistaqsuni ta' min hi t-tali proprjeta`, u minħabba d-difetti ta' din is-sistema jien kien ikolli ngħidilhom li jridu jsemmuli lil xi ħadd li jaħsbu li huwa proprjetarju ta' dak il-post biex jien inkun nista' niċċekkjalhom jekk dak huwiex il-proprjetarju ta' dak il- post jew le.", "Hawnhekk ta' min isemmi wkoll li peress li r-reġistrazzjoni ssir abbażi ta' l-ismijiet u tal-kunjomijiet u mhux abbażi tal-proprjetajiet, iqumu ħafna kumplikazzjonijiet meta xi ħadd ikollu kunjom komuni, bħal m'huwa tiegħi, iktar u iktar jekk imbagħad isem missieru jkun komuni wkoll.", "Biex il-kobba tkompli titħabbel, għal żmien twil lanqas kien jiġi reġistrat in-numru tal- karta ta' l-identita` għax il-karti ta' l-identita` ġew introdotti f'Malta fl-1975, u lanqas meta dawn ġew introdotti ma saritx liġi li tgħid li meta jsir kuntratt, fl-insinwa bilfors irid jitniżżel in-numru tal-karta ta' l- identita` tal-partijiet involuti.", "Sal-lum stess għad għandna sitwazzjoni - u din issa aħna se nemendawha bil-liġi - fejn ir-reġistru pubbliku għadu lanqas beda jirreġistra lin-nies abbażi ta' l-identity card number tagħhom, u dan minkejja li għandna dan il-mezz sempliċi u konvenjenti għaliex permezz ta' l-identity cards ħadd ma jista' jkollu l-istess numru u b'hekk b'dan in-numru wieħed jista' jiġi individwat.", "Sfortunatament minkejja li l- identity cards daħlu f'Malta 28 sena ilu, sal-lum ħadd għadu m'għamel liġi li tesiġi li meta jiġi biex ikun reġistrat kuntratt, jitniżżel l-identity card number tal-partijiet involuti.", "Fil-fatt fl-insinwa ma jiġix reġistrat il-kuntratt kollu imma jiġu reġistrati biss il-main details, bħal per eżempju, l-ismijiet tal-partijiet, tal-parentela tagħhom, il-post tat- twelid tagħhom u l-lokal li jkunu jirresjedu fih, u dan meta llum, permezz ta' database sempliċi, tista' tniżżel fuq il-computer l-identity card number u jinħarġulek dawn id-dettalji kollha.", "Għalhekk nistgħu ngħidu li r- riċerka li ssir mhux biss hija kkumplikata għaliex ir-reġistrazzjoni ta' l- insinwa hija bbażata fuq il-persuni u mhux fuq il-proprjeta` imma hija kkumplikata wkoll għaliex fiha dawn il-ħafna tipi ta' difetti.", "Ħalli nsemmi difett ieħor li nsibu fis-sistema eżistenti ta' reġistrar.", "L-ewwelnett ta' min jgħid li l-iktar li jiġu nsinwati fir-reġistru pubbliku huma t-trasferimenti tal-proprjeta` u l-ħolqien tad-drittijiet fuq il- proprjeta`, pero` jeżistu wkoll registrations oħrajn.", "Per eżempju, jekk xi ħadd jagħmel kawża biex jiġbor Lm10,000, jirbaħha u mbagħad imur ibigħ il- proprjeta` tad-debitur tiegħu, malli jagħmel ir-rikors għas-subbasta - u għal min ma jafx, \"subbasta\" tfisser irkant bil-qorti għall-bejgħ ta' dik il-proprjeta` maqbuda mingħand id-debitur ħalli tagħmel tajjeb għall- kreditu tal-kreditur - dik it-talba tiġi reġistrata fir-reġistru pubbliku.", "Il-liġi ma tispeċifikax x'dettalji għandek tagħti lid-debitur, u allura jekk darba kien hemm wieħed bl-isem ta' \"Anton Borg\" li għamlulu subbasta kontra tiegħu, ġie reġistrat bħala \"Anton Borg\" u mhux bħala \"Anton Borg\", iben so and so.", "B'hekk illum kull meta wieħed ikun qed jagħmel riċerka u jsemmi lil Anton Borg, Ninu Borg, Anthony Borg jew Tonio Borg, dejjem toħroġ din is-subbasta li saret kontra dan Anton Borg, allavolja dan \"Anton Borg\" ma jkollu x'jaqsam xejn ma' dik is-subbasta.", "Kieku r-reġistrazzjoni saret dejjem abbażi ta' l-indirizz, dawn id-difetti ma kenux ikunu jeżistu sakemm wieħed ma kienx jieħu żball fl-indirizz.", "Madanakollu dak l-iżball biss tista' tieħu għax mill-bqija kieku ma setgħux isiru żbalji oħrajn.", "Fl-1981 dan il-parlament għadda l-abbozz ta' liġi dwar ir-reġistru ta' l- artijiet biex jibda dak li fiċ-ċrieki legali huwa magħruf bħala l- \"cadastre\", jiġifieri biex ir-reġistrazzjonijiet jibdew isiru abbażi tal- proprjeta`.", "Pero` minkejja li mill-1981 sal-lum għaddew 22 sena, baqgħu jeżistu - u sa ċertu punt bilfors hekk kellu jsir għal ċertu żmien - iż- żewġ reġistri, jiġifieri r-reġistru li huwa bbażat fuq il-persuni u r- reġistru li huwa bbażat fuq l-artijiet, li huwa wieħed difettuż.", "Għaliex qed ngħid li r-reġistru li huwa bbażat fuq l-artijiet huwa difettuż?", "Għax minkejja li kien hemm sforzi ġenwini minn gvernijiet differenti, ir- reġistru ta' l-artijiet qatt ma laħaq l-iskop li twaqqaf għalih, u dan għal diversi raġunijiet.", "Waħda mir-raġunijiet kienet li ma kienx hemm investiment f'dan ir-reġistru, għax per eżempju, inti kif tista' toħloq reġistru ta' l-artijiet fl-1981 u ma tużax xi forma komputerizzata ta' reġistrazzjoni?", "Ir-reġistrazzjoni kienet issir manwalment, bi pjanti u b'ħafna kotba kbar.", "Fil-fatt dan l-aħħar saret exhibition tal-mod kif kien jopera l-land registry fl-1981 li llum wieħed jista' jqisha bħala xi ħaġa storika.", "Biżżejjed ngħid li meta dak iż-żmien wieħed kien imur ifittex xi pjanta fil-land registry, kien ikun hemm kollox bil-miktub, anke dwar min huma s-sidien ta' dik il-proprjeta`, pero` llum din is-sistema saret waħda komputerizzata.", "Il-gvern kien kawt ħafna f'dik li hija reġistrazzjoni ta' artijiet u ma riedx li tibda tiġi rreġistrata Malta kollha fil-land registry għax meta inti tirreġistra proprjeta` fil-land registry, it-titolu tiegħek ma jkun jista' jattakkah ħadd.", "Fil-fatt kien hemm anke abbużi f'dan il-qasam għax insterqu artijiet ta' nies minħabba li saru reġistrazzjonijiet bl-addoċċ li ma ġewx ikkontestati minn partijiet oħrajn, għalkemm imbagħad fl-1995 saru l-emendi neċessarji.", "Imma apparti minn hekk, ta' min jagħmilha ċara li mhux Malta kollha kienet registration area imma dawk l-areas li jiddikjara l-gvern biss.", "Per eżempju, peress li l-belt Valletta m'hijiex a registration area, jekk inti kont tkun se tixtri xi proprjeta` ġewwa l-belt Valletta ma kienx ikollok għalfejn tirreġistraha fir-reġistru ta' l- artijiet imma kien ikun biżżejjed li tirreġistraha fir-reġistru pubbliku, pero` jekk, per eżempju, tixtri jew tiret post fis-Swieqi, minħabba li s- Swieqi huwa a registration area, inti ridt tirreġistraha kemm fil-land registry kif ukoll fil-public registry, jiġifieri f'dan il-każ kien ikun hemm duplication, u dan huwa t-tielet d-difett tas-sistema.", "Ta' min jgħid ukoll li filwaqt li fil-land registry l-artijiet jiġu reġistrati skond l- indirizz tal-proprjeta`, fil-public registry l-artijiet jiġu reġistrati skond is-sidien tal-proprjeta`.", "Imma dan m'hux kollox għax l-affarijiet huma iktar komplikati minn hekk.", "Mr Speaker, wara 22 sena li twaqqfet il-land registry, 16% biss tat- territorju nazzjonali kien miftuħ għar-registration.", "B'hekk jekk il- proprjeta` tiegħek kienet taqa' taħt ir-registration area, kull darba li ċċaqlaq xi ħaġa fir-rigward ta' dik il-proprjeta`, inti kont tkun trid tirreġistra dik iċ-ċaqliqa kemm fil-public registry kif ukoll fil-land registry, pero` mill-bqija, jekk il-proprjeta` tiegħek ma kenitx taqa' taħt registration area, inti kont obbligat li tirreġistraha biss fil-public registry abbażi ta' l-ismijiet tal-persuni, bid-difetti kollha li semmejt qabel.", "Issa hawn ta' min jgħid ukoll li llum sar ħafna progress fir-reġistru ta' l- artijiet.", "Biżżejjed ngħid li llum ir-registration system hija waħda moderna u komputerizzata, u l-gvern ħa ħsieb jestendi r-registration areas.", "Per eżempju, illum dik il-proprjeta` kollha tal-joint office li tkun se tinbiegħ tiġi reġistrata fil-land registry u l-proġetti kollha l-kbar tal- gvern, bħall-proġett ta' Manoel island u dak tal-Kottonera, kollha ġew iddikjarati bħala registration areas biex kemm jista' jkun ir- reġistrazzjonijiet jibqgħu jiżdiedu sakemm naslu f'sitwazzjoni fejn il-land registry jkollha l-istorja kollha ta' kull proprjeta` li teżisti f'Malta u Għawdex.", "Naħseb li m'hemmx għalfejn ngħid, Mr Speaker, li dan jirrikjedi xogħol enormi.", "Issa hawn irrid ngħid - għaliex l-ewwel insejt nagħmel dan il-punt - li meta għedt li 16% tat-territorju nazzjonali huma registration areas, b'daqshekk ma ridtx infisser li 16% tat-territorju nazzjonali ġie registered kollu għax anke hawn, ir-registrations saru biss meta sar xi ċaqliq fil-proprjeta`.", "Fil-fatt jekk tagħsar kemm-il dar u kemm-il appartament ġie trasferit u reġistrat minn dan is-16% tat-territorju nazzjonali ssib li l-famuż grand total huwa biss ta' madwar 5% jew 6% tat- territorju nazzjonali kollu, u wara 22 sena, ma jidhirlix li din ir-rata ta' progress hija qawwija biżżejjed.", "Huwa veru li kien hemm xi raġunijiet ġustifikati għaliex ma ġiex aċċellerat dan il-proċess, pero` hemm raġunijiet oħrajn li m'humiex daqstant ġustifikati wkoll u issa se nagħtu l- mezz legali biex mhux biss inkunu nistgħu ngħinu dan il-proċess imma nkunu nistgħu naċċellerawh ukoll.", "L-ewwel li se nagħmlu huwa li nwaqqfu dak il-famuż one-stop-shop li permezz tiegħu wieħed ma jkollux għalfejn imur l-ewwel fir-reġistru ta' l-artijiet imbagħad fir-reġistru pubbliku imma jkun jista' jmur f'reġistru wieħed u jinqeda minn kollox.", "Ta' min jgħid ukoll li dan il-famuż reġistru ċentrali se jkun kompost minn tliet kolonni; mill-kolonna ta' l-indiċi tar- reġistrazzjoni abbażi ta' l-indirizz, mill-kolonna ta' l-indiċi tar- reġistrazzjoni abbażi tal-persuni u mill-kolonna ta' l-indiċi tar- reġistrazzjoni ta' twelid, ta' żwieġ u ta' mewt.", "B'hekk permezz ta' dan ir- reġistru ċentrali mhux biss se jkunu jistgħu jinħarġu ċertifikati dwar it- titolu ta' proprjeta` abbażi ta' l-indirizz imma wkoll - għalkemm maż-żmien dan iċ-ċertifikat mhux se jkun hemm bżonnu iktar - ċertifikati dwar il- persuni fejn issa wieħed mhux biss se jkun jaf min hu s-sid ta' \"Nru. 1, Main Street, Birkirkara\" imma wkoll xi trasferimenti għamel u x'wiret matul ħajtu.", "U hawnhekk tkun leġittima d-domanda: Kif se jsir dan?", "Din il-liġi se tkun importanti, imma l-liġi biss m'hijiex biżżejjed.", "Anke l-computers huma importanti, imma l-computers m'humiex biżżejjed għax irid ikollok ukoll nies li jifhmu f'dawn l-affarijiet, anke għaliex se jkun hemm ċerti konsegwenzi serji konnessi mar-reġistrazzjoni nnifisha.", "Il-Kamra tista' tistaqsini - u jkollha raġun - kif se ssir din ir-registration u jekk hijiex se ssir, per eżempju, abbażi tat-territorju.", "Per eżempju, nistgħu nibdew b'Ħal-Lija u kull proprjeta` f'Ħal-Lija tkun trid tibda tiġi reġistrata.", "Nistgħu wkoll naqbdu u ngħidu li mil-lum jew minn għada Malta kollha se ssir registration area.", "Nibda biex ngħid, Mr Speaker, li l-gvern se jkun kawt f'dan ir-rigward.", "Naturalment m'hux se jkun kawt li jħalli 23 sena oħra jgħaddu, imma se jkun kawt fis-sens li dawn huma affarijiet tekniċi u kkumplikati li jistgħu jħallu konsegwenzi serji fuq in-nies u allura malli ngħaddu dan l-abbozz ta' liġi, għandna mill-inqas sena biex nibdew il-proċess sħiħ ħalli l-ewwel kulħadd ikun jaf x'inhuma d-drittijiet tiegħu.", "Qiegħed ngħid dan b'mod partikolari għax fil-liġi hemm artiklu li diġa` jeżisti imma li issa se jkun iktar b'saħħtu li jgħid li jekk jgħaddu għaxar snin u xi ħadd jirreġistra xi proprjeta`, huwa se jkollu kważi - għax imbagħad hemm ċerti eċċezzjonijiet ukoll - titolu assolut fuqha.", "Għalhekk għalkemm hawn aħna se ngħaddu dan l-abbozz ta' liġi, qabel ma tiġi in vigore se jkun hemm proċess sħiħ ta' edukazzjoni u ta' istruzzjoni u m'aħniex se ndaħħluha in vigore kollha f'salt għaliex inkella noħolqu kaos totali.", "Żgur li min qed jismagħni qed jistaqsi: Kif se jiġu reġistrati l- proprjetajiet li għandna f'pajjiżna?", "Aħna fassalna dan l-abbozz ta' liġi b'mod li nkunu nistgħu napplikaw liema kriterju rridu biex nirreġistraw il- proprjeta` ta' Malta u Għawdex, u aħna, bħala dipartiment, qegħdin naħsbu li jekk ngħidu aħna, ngħidu li kulmin joqgħod Ħal-Lija u għandu xi proprjeta` jrid imur jirreġistraha, bħalma sar meta kien sar iċ-ċensiment ta' żmien Tiberju, inkunu qed noħolqu kaos u għaġġla żejda.", "Għalhekk aħna ħsibna li kull darba li jkun hemm trasferiment inter vivos - jiġifieri kull meta jkun hemm trasferiment li jirrikjedi li l-partijiet imorru għand nutar - bħal fil-każ ta' xiri jew bejgħ ta' proprjeta`, kull meta wieħed jieħu loan mingħand il-bank, ta jew irċieva proprjeta` b'ċens, silef jew issellef, jew inkella jkun hemm xi att ta' causa mortis, fejn qabel meta inti kont tirċievi proprjeta` immobiljari b'wirt kont tista' tagħmel id-denunzja, illum minflok dik id-denunzja inti bil-liġi trid tmur bilfors għand nutar biex tagħmel att pubbliku, li jidhirli għandu terminu ta' xi sitt xhur mill-mewt tat-testatur jew ta' min ikun ħallielek il-wirt, ħalli mbagħad dak il-kuntratt ikun reġistrat f'ismek.", "Għalhekk meta inti stess jew ħaddieħor jagħmel ir-riċerki fuqek, joħorġu l-kuntratti li inti għamilt matul ħajtek kif ukoll dak li inti writt ukoll mingħand ħaddieħor.", "Għalkemm bil-liġi m'aħniex marbutin li nagħmlu hekk, il-pjan tagħna huwa li minflok ma noħolqu x-xokkijiet u ngħidu li issa l-proprjeta` kollha ta' Malta, ta' Għawdex u ta' Kemmuna trid tiġi reġistrata kollha f'salt, nibdew nirreġistraw il-kuntratti li jsiru minn ċerta data 'l quddiem b'mod obbligatorju.", "Għalhekk jekk inti, wara li jidħol fis-seħħ dan l-abbozz ta' liġi, tixtri l-post \"Nru. 1, Main Street, Birkirkara\", dan il-post jiġi reġistrat, bir-riżultat li jekk jgħaddu għaxar snin u matul dawk l-għaxar snin ħadd ma jikkontesta d-dritt tiegħek fuq dik il-proprjeta` u l-kuntratt li inti tkun irreġistrajt, allura inti jkollok iċ-ċertifikat ta' titolu garantit erga omnes fuq dik il-proprjeta`, jiġifieri kontra kulħadd.", "Naturalment dan se jġib miegħu iktar ċertezza fit-titolu tal-proprjeta`, u allura dan huwa ta' vantaġġ għas-suq tal-proprjeta` nnifsu.", "Ħalli nagħti eżempju fuq dan li qed ngħid.", "Min jaf kemm-il darba jiġu għandi nies - anke llum, li jien ministru – u jistaqsuni jekk ikunx għaqli li wieħed jixtri proprjeta` li ma jkunx hemm titolu dwarha imma jkun hemm biss it-titolu tal-preskrizzjoni, jekk dan tista' ssejjaħlu bħala titolu għaliex aħna fl-universita` dejjem konna niġu mgħallmin li huwa veru li l-preskrizzjoni hija titolu, imma hija titolu xi ftit zopp għaliex m'huwiex sempliċement ibbażat fuq l-inattivita` ta' ħaddieħor - bħal meta inti dħalt f'għalqa, ilek hemm 30 sena u sirt animo domini, jiġifieri sirt qisek inti s-sid - imma huwa bbażat fuq ħafna affarijiet oħra.", "Dan għaliex wieħed jista' jistaqsi ċerti mistoqsijiet, bħal per eżempju: Huwa veru li għaddew 30 sena?", "Huwa veru li lil dan fi 30 sena ħadd ma kellmu?", "Dan faċilment jista' jiġi kkontestat, u inti m'għandekx prova li fil-fatt ġie kkontestat.", "Għalhekk meta inti tiġi biex tagħti parir - fil-każ tiegħi, jien nagħti parir b'xejn lill-kostitwenti tiegħi għaliex bħala ministru ma nistax nagħti pariri bi ħlas - dejjem trid tgħidilhom biex joqogħdu attenti meta jiġu biex jixtru proprjeta` bi preskrizzjoni, u dan hu parir għaqli li kull avukat u kull persuna tgħaddi lil ħaddieħor.", "Għalhekk maż-żmien se nippruvaw nagħlqu dawn l-inċertezzi billi min illum għandu proprjeta` li jidhirlu li hija tiegħu b'titolu ta' preskrizzjoni, maż-żmien se jkun jista' jirreġistra dik il-proprjeta` u wara għaxar snin ikollu t-titolu favurih, jiġifieri ħadd ma jkun jista' jikkontestah u allura hu jkun jista' jbigħ dik il-proprjeta` u ħaddieħor ikun jista' jixtriha mingħajr l-ebda problemi.", "Mr Speaker, biex insaħħu ċ-ċertezza tat-titolu, qegħdin ngħidu wkoll li meta tintbagħat xi ittra uffiċjali jew xi ċitazzjoni dwar proprjeta` li skond din il-liġi għandha tiġi reġistrata, dak ir-writ of summons għandu jiġi reġistrat ukoll.", "Għaliex?", "Biex jekk wieħed ikun se jixtri dik il- proprjeta` ikunu jistgħu jinkixfu xi problemi li jista' jkun hemm dwar din il-proprjeta`.", "Huwa veru li meta wieħed jixtri xi proprjeta` jsiru r- riċerki, pero` r-riċerki ma jikxfux il-problemi kollha li proprjeta` jista' jkollha.", "Ħalli nagħti eżempju.", "Sal-lum meta wieħed jixtri proprjeta`, mir-riċerki li jsiru jkun jaf jekk min ikun qed ibigħlu dik il-proprjeta` jkollux xi dejn mal-bank fuqha jew le għax inkella jekk wieħed jixtri dik il-proprjeta` meta tkun għadha bid- dejn mal-bank, ikollu jħallas id-dejn ta' ħaddieħor fuq dik il-proprjeta`.", "Mir-riċerki li jsiru wieħed ikun jista' jsir jaf ukoll jekk il-proprjeta` li jkun qed ibigħlu Emanuel Borg tkunx tiegħu verament jew huwiex qiegħed jgħid hu li hi tiegħu u fil-verita` m'hi tiegħu xejn, pero` mbagħad wieħed ma jkunx jaf, per eżempju, jekk hemmx xi kawża l-qorti fuq dik il- proprjeta` jew inkella jekk saritx xi ittra uffiċjali minħabba li xi ħadd ikun qed jippretendi xi drittijiet fuq dik il-proprjeta`, anke jekk imbagħad huwa ma jkunx kompla dik il-kawża, u ħafna drabi mir-riċerki lanqas jista' jkun jaf jekk il-proprjeta` li jkun se jixtri tkunx mibnija skond il-permessi ta' l-awtoritajiet.", "Issa hawn ta' min jgħid li fiż-żmien li jien diġa` kont ministru responsabbli minn dan il-qasam, ġiet introdotta sistema amministrattiva - liema sistema m'hijiex waħda legali - li biha wieħed ikun jista' jiċċekkja permezz tal-computer jekk ikunx hemm xi enforcement notice fuq il- proprjeta` li wieħed ikun se jixtri, u din hija xi ħaġa pożittiva wkoll għax b'hekk qegħdin insaħħu l-protezzjoni tax-xerrej.", "Issa fid-dinja m'hawn xejn perfett, u forsi anke bil-liġi b'kollox xorta waħda jkun hemm xi problema li ma toħroġx mir-riċerki li jsiru, imma almenu dawn il- problemi se nnaqqsuhom għax issa qabel ma wieħed jixtri proprjeta` se jkun jaf kollox fuq dik il-proprjeta`; ta' min hi, kif għaddiet minn ġenerazzjoni għall-oħra, min wiritha, jekk hemmx xi problema dwarha u jekk qattx kien hemm xi ħadd li ttanta jagħmel xi ħaġa fuq dik il-proprjeta` permezz tal-qorti.", "B'hekk se jkun ħafna iktar faċli għal min ikun se jixtri dik il-proprjeta` li jiddeċiedi jekk jixtrihiex jew le.", "Mr Speaker, għalkemm l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna m'huwiex qiegħed jorbotna li nużaw xi metodu partikolari, l-idea hi li kull att inter vivos jew causa mortis isir reġistrabbli fir-reġistru pubbliku b'mod obbligatorju.", "Dan xi jfisser?", "Dan ifisser li matematikament, fit-teorija, il-proprjeta` kollha ta' pajjiżna se tiġi reġistrata fi żmien qasir, u se nispjega għaliex.", "Illum kull kuntratt inter vivos jew causa mortis qed jiġi reġistrat u kważi kulmin qed jixtri xi proprjeta` qed jieħu loan, anzi llum ir-rati ta' l-interessi tant huma baxxi li huma ħmir dawk li joħorġu l- flus cash biex jixtru xi proprjeta` meta hawn tant vantaġġi biex tieħu self fuq il-proprjeta`, imbasta jkunu jifilħu għal dak is-self.", "Għalhekk naħseb li llum kulmin għandu xi proprjeta`, huwa għandu xi forma ta' dejn fuq dik il-proprjeta`, u sewwa jagħmel għax sakemm qed jinvesti fil-proprjeta` tiegħu u mhux qed imur jilagħbhom, dan huwa fattur pożittiv għaliex meta inti tissellef mingħand il-bank, ikollok garanzija kontra l-inflazzjoni u filwaqt li tkun qed tgawdi dik il-proprjeta`, fl-istess ħin din tkun qed tiżdied fil-valur tagħha.", "Issa naturalment dawk id-djar li jinxtraw permezz ta' xi loan mal-bank kollha jiġu reġistrati.", "Anke l-proprjeta` li tingħata b'wirt kollha tiġi reġistrata, bħalma jiġi reġistrat in-negozju kollu li jsir fil-bini mill-estate agents.", "Illum qed tiġi reġistrata wkoll dik il-proprjeta` li n-nies jixtru bl-iskop li jirresjedu fiha, dik il- proprjeta` li xi ħadd jagħti b'ċens kif ukoll dik il-proprjeta` li jkollha xi użufrutt fuqha, jiġifieri man mano t-toqob kollha qed jibdew jingħalqu.", "Huwa veru li jista' jkun hemm xi ħadd li jgħix għal 75 sena u f'ħajtu la jkun ħa loan, la jkun ta loan lil xi ħadd, la jkun xtara proprjeta` u lanqas ikun ta jew irċieva xi proprjeta` b'ċens bir-riżultat li l- proprjeta` li jkun jirresjedi fiha ma tkunx tidher fil-land registry.", "Pero` ħaġa waħda hija ċerta; li kulmin twieled s'issa dejjem miet, u jekk meta tmut dik il-persuna tħalli xi proprjeta` immobiljari bilfors ikun irid isir l-att pubbliku ta' causa mortis.", "Għalhekk dik il-proprjeta` tiġi reġistrata wkoll għalkemm b'ċertu dewmien.", "Kif jaf kulħadd, il-lifespan tar-raġel hija xi ftit inqas minn dik tal-mara u hija ta' xi 75 jew 76 sena.", "Li kieku rridu nsibu x-xagħra fl-għaġina nistgħu ngħidu li din is-sistema għandha toqba għaliex iridu jgħaddu 76 sena biex Malta tiġi reġistrata kollha, u jista' jkun li jkun hemm min jgħix anke sa 100 sena, jiġifieri dik it-toqba tista' tibqa' hemm għal 100 sena, pero` ġeneralment fil-ħajja ma jiġrix hekk, u jien konvint li din is- sistema hija tajba għaliex ma tixxokkjax is-sistema attwali, anzi tħalli lin-nies jaddottawha man mano.", "Dan apparti l-fatt li kif għedt fil-bidu, se jgħaddi mill-inqas perijodu ta' sena qabel ma jinġabu fis-seħħ dawn il- provvedimenti ħalli kulħadd ikun avżat dwar l-effetti li tista' ġġib magħha din ir-reġistrazzjoni, u naħseb li fi żmien relattivament qasir se jkollna persentaġġ ferm ikbar minn 5% ta' territorju li jkun reġistrat.", "Mr Speaker, dan l-abbozz ta' liġi fih provvedimenti li bihom se nippruvaw insolvu ċerti kwestjonijiet li jqumu dwar jekk proprjeta` hijiex tal-gvern jew le.", "Jien xi kultant nitbissem meta jkun hemm xi kawża l-qorti u xi ħadd jgħid li għandna nġibu prova li dik it-triq jew dak il-foreshore huwa tal-gvern.", "Jekk triq jew foreshore m'hu ta' ħadd, mhux bilfors li huwa tal- gvern?!", "Ta' min tridu jkun?!", "Ġieli jkun hemm ukoll min jitlob li nġibu t- titolu ta' triq jew foreshore, imma aħna x'titolu rridu nġibu?", "It-titolu tal-kreazzjoni tad-dinja?!", "Huwa fatt li la l-gvern huwa d-depożitarju tal- poter pubbliku, dik it-triq jew dak il-foreshore huwa tiegħu, pero` biex din nagħmluha iktar ċara, fi klawsola 68, li hija klawsola interessanti, qegħdin ngħidu li:", "\"Minkejja d-disposizzjonijiet ta' dan l-att u mingħajr preġudizzju għal kull jedd u obbligu skond l-artikolu 20 tal-Kodiċi tal-Liġijiet tal-Pulizija, kull triq jew sqaq, inkluż dawk li jaqdu żewġ toroq eżistenti, imma mhux dawk li jwasslu għal żvilupp intern, ...\"", "- għax hawn ċerti toroq li jifformaw parti minn private estate -", "\"... li diġa` jkunu jeżistu meta jidħol fis-seħħ dan l-Att, jew toroq li, wara d-dħul fis-seħħ ta' dan l-Att, huma okkupati mill-Gvern jew minn xi korp ġuridiku, aġenzija ċentrali li taġixxi għalih, kemm jekk livellati, asfaltati jew le, għandhom, għal kull buon fini, jitqiesu li huma toroq pubbliċi, u għandhom jitqiesu illi huma proprjeta` tal- Gvern:\".", "Pero` hawnhekk qed ngħidu wkoll li kull persuna li jidhrilha li xi triq m'hijiex proprjeta` tal-gvern, din għandha tliet snin żmien biex tikkontesta li dik it-triq hija tal-gvern.", "L-istess nistgħu ngħidu għall- foreshore għax hawnhekk qed nagħmluha ċara li l-ixtajta kollha, sa 15-il metru mix-xatt eżistenti, għandha titqies bħala proprjeta` tal-gvern ta' Malta, iżda bħal fil-każ tat-toroq, jekk xi ħadd iġib prova li dik l-art kienet ġiet mibjugħa lilu jew huwa kien ingħata xi dritt fuqha, huwa se jkun jista' jikkontesta dik ir-reġistrazzjoni fi żmien tliet snin.", "Hawnhekk qed ngħidu wkoll li l-kummissarju ta' l-artijiet se jkollu dritt jirreġistra fir-reġistru ċentrali t-toroq u l-isqaqien kollha li huma pubbliċi - jiġifieri hawnhekk m'aħniex qed ninkludu dawk interni - kif ukoll ix-xtajtiet kollha mingħajr il-bżonn li jkollu titolu.", "M'hemmx dubju li malli jibdew isiru r-registrations ta' l-artijiet u tal- proprjetajiet, jibdew jinħolqu l-konflitti għax se jkun hemm diversi każijiet fejn tnejn min-nies jirreġistraw f'isimhom l-istess art.", "Nibda biex ngħid li anke sal-lum kienet teżisti din il-problema, jiġifieri din m'hijiex xi ħaġa ġdida, pero` issa se nbiddlu l-mod ta' kif insolvu dawn il- kwestjonijiet.", "Jien persważ li hekk kif jgħaddu għaxar snin, se jkun ċar ħafna iktar minn qatt qabel dwar min għandu t-titolu tal-proprjeta` in kwestjoni, u għalhekk huwa importanti li d-deċiżjonijiet jittieħdu bl-iktar mod serju u trasparenti.", "Hawnhekk qed ngħidu li kuntrarjament għal dak li jiġri llum, issa mhux se jibqa' jkun ir-reġistratur li jiddeċiedi min għandu titolu fuq xi art partikolari meta jkun hemm kwestjoni bejn tnejn min-nies imma se jkun hemm central registry tribunals - u se jinħoloq iktar minn tribunal wieħed għax qed jiġi antiċipat li se jqumu diversi kwestjonijiet ta' dan it-tip - li se jkunu ppresjeduti minn avukati li jkollhom mill-inqas seba' snin esperjenza - hawnhekk qed jintużaw l-istess kriterji li tirrikjedi l-ħatra ta' maġistrat - biex dawn l-ewwel ilaqqgħu ż- żewġ persuni li jkunu qed jippretendu dritt fuq l-istess proprjeta` ħalli jaraw jekk jistgħux isibu xi forma ta' soluzzjoni - għalkemm l-esperjenza tiegħi tindikali li ħafna drabi fuq proprjeta` jkun diffiċli li wieħed isib soluzzjonijiet, pero` ma tistax tgħid, speċjalment meta jkun hemm biss xi misunderstandings bejn naħa jew oħra - imagħad it-tribunali jagħtu l- opinjoni tagħhom.", "Kif se ngħid iktar tard, l-opinjoni tat-tribunal se tkun tikkostitwixxi f'titolu eżekuttiv, bħal meta wieħed imur il-qorti u jirbaħ il-kawża, u r- reġistratur se jemenda jew ibiddel ir-reġistrazzjoni li tkun saret abbażi ta' dik l-opinjoni maħruġa mit-tribunal.", "Ir-reġistratur se jkun jista' wkoll ineħħi, iżid u jiddeċiedi dwar il-kawzjoni, pero` ħalli nispjega x'inhi kawzjoni għal min ma jafx.", "Ħafna drabi meta xi ħadd jirreġistra proprjeta` u jkun hemm xi ħaddieħor li joġġezzjona, sal-lum kienet issir il-kawzjoni li tiffriża dik il- proprjeta`, pero` issa bil-liġi l-ġdida l-proprjeta` m'hijiex se tibqa' tiġi ffriżata imma kulħadd se jerfa' r-responsabbilta` tiegħu, dejjem skond id-deċiżjoni li jkun ħa t-tribunal.", "Forsi f'dan l-istadju wieħed qed jistaqsi jekk jistax isir appell għad- deċiżjoni li jkunu ħadu dawn it-tribunali, u r-risposta hija li iva, dan jista' jsir quddiem il-prim'awla tal-qorti ċivili.", "Issa hawn ta' min jispjega li aħna ddeċidejna li l-appelli li jkun hemm għad-deċiżjonijiet li jkunu ttieħdu mis-central registry tribunals imorru quddiem il-prim'awla tal-qorti ċivili u mhux quddiem il-qorti ta' l-appell minħabba li l-kawżi kollha li jmorru quddiem il-qorti ta' l-appell jiġu deċiżi minn tlieta min- nies biss.", "Għallinqas aħna jidhrilna li jkun aħjar jekk nisparpaljaw l- appelli li se jkun hemm għad-deċiżjonijiet li jieħdu dawn it-tribunali fost id-diversi mħallfin li jippresjedu l-prim'awla tal-qorti ċivili, pero` aħna miftuħin għal kwalunkwe opinjoni oħra li tista' tiġi espressa kemm fl- istadju tat-Tieni Qari kif ukoll fl-istadju ta' kumitat.", "Aħna ridna noqogħdu attenti li ma jsirux abbużi minn din is-sistema u għalhekk hawn daħħalna provvediment apposta li jgħid li min jappella quddiem il-prim'awla tal-qorti ċivili b'mod vessatorju, jista' jeħel sa multa li ma teċċedix l- Lm1,000.", "Fil-fatt anke jekk xi ħadd jappella jew jopponi bla raġuni jista' jeħel din il-multa.", "Ta' min jgħid ukoll li peress li f'dan il-każ il- prim'awla tal-qorti ċivili se tiffunzjona bħala qorti ta' l-appell, mhux se jkun jista' jiġi prodott l-ebda dokument li seta' ġie prodott quddiem it- tribunal, u l-unika darba li dan se jkun jista' jsir hija meta l-prim'awla tal-qorti tkun sodisfatta li dak id-dokument instab, inkixef jew ġie ppreżentat lill-parti li għandha l-pussess tiegħu wara li jkun ta l- opinjoni tiegħu t-tribunal, meta l-parti in kwestjoni ma kenitx taf b'dak id-dokument jew meta l-parti in kwestjoni could not reasonably have been aware of such document.", "Ara jekk dak id-dokument kien wieħed pubbliku u allura l-parti in kwestjoni kellha aċċess għalih, din imissha għamlet ir- riċerki tagħha u ppreżentatu quddiem it-tribunal, jiġifieri bħala regola f'dak il-każ m'għandux ikun hemm din ix-xiehda quddiem il-prim'awla tal- qorti ċivili.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Gulia, bil-peress tal-ministru.", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Jien nixtieq nistaqsi lill-ministru jekk it-tribunal huwiex se jkollu ġurisdizzjoni esklussiva fuq dawn l-affarijiet.", "Fi kliem ieħor, jekk diġa` jkun hemm litigazzjoni bejn żewġ persuni fil-qorti, din il-kawża se tibqa' għaddejja quddiem il-qorti jew issa se jeħodha f'idejh dan it-tribunal?", "MR SPEAKER: Il-ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Min irid imur il-qorti, jista' jmur il-qorti, pero` għal skopijiet ta' reġistrazzjoni, bl-effetti kollha tagħha, mhux se jibqa' jagħmel sens li wieħed imur il-qorti u jkun iktar jaqbillu jmur quddiem it- tribunal.", "Għaliex?", "Għax jekk tirbaħ il-kawża, it-tribunal se joħroġlok titolu, u wara għaxar snin dak it-titolu se jkun assolutament ċert.", "Quddiemna aħna għandna l-kwestjoni tar-registrations, u r-registrations ma jistgħux isiru b'lura imma bilfors iridu jsiru mil-lum 'il quddiem.", "Il- kwestjonijiet li jistgħu jqumu f'dan il-kontest huma biss futuri.", "M'hemmx dubju li l-fatt li inti jkollok kawża pendenti iservi bħala arma importanti biex ir-reġistrazzjoni tintrebaħ favurik u mhux favur ħaddieħor.", "Mr Speaker, ġaladarba qegħdin fuq dan l-argument, se nispjega x'se jkun ifisser iċ-ċertifikat li jagħtik it-tribunal li jkollok titolu assolut fuq il-proprjeta` in kwestjoni.", "L-ewwelnett ejjew ma mmorrux naħsbu li llum qed nagħmlu xi ħaġa li hija kompletament ġdida, u għalhekk se nispjega d- differenzi bejn il-liġi kif inhi llum u bejn kif se nagħmluha.", "Illum diġa` jeżisti provvediment li jgħidlek li wara għaxar snin it-titolu jkun assolut, liema provvediment ġie introdott fl-1995 wara li saru ċerti abbużi billi kien hemm nies li marru jirreġistraw proprjeta` meta kien hemm dubji kbar jekk it-titolu fuq dik il-proprjeta` kienx tagħhom bil-konsegwenza li kemm il-gvern kif ukoll xi nies oħra ġew iffrodati.", "Għalhekk li se nagħmlu issa huwa dan li se ngħid.", "Illum teżisti lista ta' affarijiet li huma eċċezzjoni għat-titolu assolut, jiġifieri dawn l-affarijiet jirbħu fuq iċ- ċertifikat ta' titolu assolut anke jekk jgħaddu għaxar snin.", "Ħalli nagħti eżempju.", "Per eżempju, kirja tirbaħ fuq ċertifikat assolut tal-proprjeta`, u għalhekk jekk jien nirreġistra proprjeta` bħala li hi vojta meta fil-fatt hemm kirja għaddejja, dak iċ-ċertifikat għar-rigward tal-proprjeta` jirbaħ imma għar- rigward li dik il-proprjeta` hija soġġetta għall-kirja ma jirbaħx u għalhekk dik il-proprjeta` tibqa` soġġetta għall-kirja.", "Pero` din il- lista, li llum insibuha f'artiklu 43 tal-liġi eżistenti, hija twila ħafna u għalhekk aħna sejrin inqassru dik il-lista u nżommu tliet affarijiet biss; il-kirjiet, id-drittijiet tal-gvern għall-użu u għat-tfittxija ta' minerali fuq il-proprjeta` u s-servitujiet li jidhru, għax hawnhekk qed isir bħal fil-każ tal-Kredu, hemm affarijiet li jidhru u hemm oħrajn li ma jidhrux!", "Per eżempju, hemm ċerti servitujiet li jidhru, bħalma hi tieqa, imma mbagħad hemm servitujiet oħra li ma jidhrux, bħad-dritt għall-passaġġ - issa hawnhekk fejn niżbalja, nixtieq li jikkoreġini s-segretarju parlamentari - jew l-altius non tellendi, biex inkun eżatt - għax għadu kif ikkoreġieni l-lecturer tar-Roman law fl-universita` ta' Malta - fejn ma jkunux jistgħu jibnu quddiemek għax jgħattulek il-veduta.", "Mela hawnhekk aħna qed nippruvaw inqassru l-lista twila li kellna fl-att prinċipali.", "Għalhekk iċ-ċertifikat taċ-ċertezza tat-titolu se jkun iktar b'saħħtu.", "Ħalli nagħti eżempju.", "Sal-lum fil-lista li jagħti artiklu 43 tal-liġi hemm inkluż is-servitujiet kollha, jiġifieri s-servitujiet kollha jirbħu fuq it- titolu tar-reġistrazzjoni, pero` issa se nagħmluha li se jirbħu fuq it- titolu tar-reġistrazzjoni s-servitujiet apparenti biss.", "Anke f'dak li għandu x'jaqsam ma' piżijiet li se jkun hemm ta' xi Lm1 'l hemm u Lm1 'l hawn, filwaqt li qabel dawn kienu eżentati, issa mhux se jkunu iktar eżentati.", "Ara l-kirjiet, sal-lum dawk kienu eżentati u se jibqgħu eżentati.", "Għal dawk li huma privileġġi u ipoteki speċjali fuq proprjeta` li huma reġistrati fl-insinwa u li ġew reġistrati qabel ma' l-art kienet fl- area tar-registration, dawk lanqas, man mano ma jirbħux fuq it-titolu assolut tal-propreta`.", "Naturalment issa wieħed irid joqgħod attent ukoll li meta jiġu biex jirreġistraw l-art li fuqha huwa għandu xi drittijiet, iridu jiġu reġistrati dawk id-drittijiet ukoll.", "Issa ta' min jagħmilha ċara, Mr Speaker, li hawnhekk m'aħniex qed ngħidu li malli tirreġistra l-proprjeta` erga omnes, din issir tiegħek b'mod assolut imma qed ngħidu li jekk matul il-perijodu ta' għaxar snin ħadd ma jikkontesta dak id-dritt, allura inti jkollok ċertifikat assolut f'ismek u dan ikun kontra kulħadd, jiġifieri mhux kontra xi ħadd partikolari biss.", "(Interruzzjonijiet) Fil-fatt il-lok ta' l-abbuż hawn qiegħed; li jista' jirreġistra anke min jagħmel dan in mala fede, imma ħalli nkompli b'dak li kont qed ngħid.", "Illum aħna qed innaqqsu l-lista ta' eċċezzjonijiet li kien hemm fil-liġi prinċipali u l-famużi overriding interests qegħdin innaqqsuhom għal tliet eċċezzjonijiet biss; għas-servitujiet apparenti, għall-kirjiet u għar- rights of the government to and over minerals established or protected by law, u dawn l-interessi se jibdew japplikaw anke kontra l-gvern.", "Dan qiegħed ngħidu għax illum il-land department għandu l-privileġġ li ma jistax jippreskrivi kontra l-gvern, u din hija xi ħaġa konvenjenti ħafna għall-gvern.", "Issa biex niftehmu, sa ċertu punt kien tajjeb li s-sistema kienet imfassla b'dan il-mod għaliex il-gvern huwa l-ikbar proprjetarju f'Malta f'dak li għandu x'jaqsam ma' artijiet, iktar u iktar issa li l-art tal-joint office waqgħet ukoll taħt idejh, u huwa impossibbli that the government keeps track fuq kollox.", "Pero` issa qegħdin ngħidu li bis- sistemi komputerizzati li għandna llum u bis-sistemi li se jiġu komputerizzati iktar 'il quddiem, wara perijodu ta' għaxar snin, wieħed se jkun jista' jirreġistra titolu assolut fuq dik il-proprjeta` anke fil- konfront tal-gvern stess.", "(Interruzzjonijiet) Inti trid tirreġistra d- dritt reali, jiġifieri jekk jien inkun se nirreġistra proprjeta` ma nistax ngħid li din il-proprjeta` hija vojta meta fil-verita` din il-proprjeta` tkun qed tintuża u jkunu qed jirresjedu n-nies fiha, pero` nerġa nirripeti li l-iskop li għalih aħna qed inbiddlu s-sistema, aktar milli biex in-nies jirreġistraw abbażi ġeografika, huwa li n-nies jibdew jirreġistraw it- trasferimenti inter vivos u causa mortis.", "Jien m'iniex se nidħol f'iktar dettalji, Mr Speaker, għax dak huwa kompitu tal-kumitat, pero` nixtieq insemmi żewġ affarijiet li llum m'għandniex u li se ninkluduhom.", "Per eżempju, illum se jkun possibbli li wieħed jirreġistra drittijiet ta' encroachment.", "Issa l-encroachment m'huwiex xi dritt reali, pero` se jkun possibbli li xi ħadd jirreġistra dritt ta' encroachment fuq proprjeta` tal-gvern b'mod volontarju, partikolarment dawk is-sidien tal- ħwienet li joħorġu l-imwejjed u s-siġġijiet barra, biex b'hekk dak li jkun ikun jaf li wieħed għandu dak l-encroachment.", "It-tieni ħaġa li issa se tkun possibbli li ssir b'din is-sistema tar- registration hija li wieħed jirreġistra r-revoki tal-prokuri, għalkemm din m'hijiex se tkun obbligatorja.", "Dan japplika wkoll għall-konvenji, jiġifieri jekk xi ħadd jagħmel konvenju, issa se jkun jista' jirreġistrah biex min ikun se jixtri dik il-proprjeta`, ikun jaf li diġa` hemm konvenju fuq dik il-proprjeta`.", "Issa l-kollegi tiegħi l-avukati jgħallmuni li l- fatt li hemm konvenju fuq il-post m'huwiex raġuni ġustifikata biżżejjed biex ix-xerrej jiġi impedut li jbigħu lil ħaddieħor.", "Huwa veru li jekk jagħmel hekk, huwa jista' jkun passabbli għad-danni, pero` fil-liġi hemm provvediment speċifiku li ma jwaqqafx ix-xerrej li jbigħ il-proprjeta` lil ħaddieħor waqt li dan ikun għadu taħt konvenju, ħlief fil-każ fejn jirrikorru l-elementi ta' l-actio Pauliana, jiġifieri jekk min ikun se jixtri minfloki jkun jaf li l-bejjiegħ huwa marbut miegħi, u allura hemm il- mala fede tax-xerrej u tal-bejjiegħ, jien nista' nattakka dak il-kuntratt bħala li dan sar biex jiffrodawni mid-drittijiet tiegħi ta' kreditu, għax kreditu ma jfissirx biss flus imma jfisser ukoll li ġaladarba wieħed għamel konvenju miegħi, huwa għandu ċerti obbligi fil-konfront tiegħi.", "Naturalment issa, li wieħed jista' jirreġistra l-konvenju, jista' jinġab l- argument li min kien se jixtri seta' jkun jaf li hemm konvenju fuq il-post u allura kien miftiehem mal-bejjiegħ biex inaqqaslek u jiffrodak f'dawk li huma drittijiet tiegħek.", "Mr Speaker, fl-aħħar tad-diskors tiegħi nixtieq nirringrazzja lil kulmin għen sabiex isir dan l-abbozz ta' liġi tekniku u twil, bil- komplikazzjonijiet kollha tiegħu.", "Nerġa' ngħid li aħna disposti naċċettaw kwalunkwe emenda li tiġi suġġerita.", "Wara kollox hawnhekk m'hawnx dogmi politiċi jew ta' xi natura oħra.", "L-importanti huwa li nagħmlu l-affarijiet b'ċerta serjeta`.", "Jekk ikun hemm bżonn, indumu fuq dan l-abbozz ta' liġi, imbasta jkollna liġi tajba għax din il-liġi mhux se jkollha riperkussjonijiet żgħar.", "Il-land registration diġa` teżisti, imma issa se nħaffu l-proċess fl-interess nazzjonali.", "Jekk ma jkunx hemm kampanja intensiva ta' edukazzjoni tajba u jekk ma nagħmlux ċerti salvagwardji, jistgħu jiġu milquta ħażin nies li forsi minħabba l-apatija tagħhom, ma jirreġistrawx il-proprjeta`.", "Dan m'għandux iseħħ u allura s-sistema m'aħniex se ndaħħluha mal-ewwel imma se nħalluha taħdem bil-kwiet u b'mod seren.", "Fl-aħħarnett nixtieq li apparti milli nirringrazzja lis-segretarju permanenti fil-ministeru ta' l-intern, Dr. Godwin Grima - li beda jaħdem fuq dan l-abbozz ta' liġi sa minn qabel ma sar segretarju permanenti - u lill-avukat ġenerali, insemmi b'isimhom erbgħa minn nies li kienu fil- kummissjoni u li ħejjew l-ewwel draft ta' dan l-abbozz ta' liġi.", "Dawn huma n-nutar Joseph Sciriha, in-nutar Pierre Attard u żewġ avukati li llum saru imħallfin; Dr. Tonio Mallia u Dr. Joseph Azzopardi, u fl-aħħarnett nirrikkmanda li dan l-abbozz ta' liġi jiġi approvat mit-Tieni Qari tiegħu.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Iktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Mr Speaker, l-ewwelnett nixtieq nirringrazzja lill- ministru għall-introduzzjoni li għamel għal dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna, li huwa abbozz ta' liġi interessanti ħafna u li hemm ħafna x'wieħed jikkummenta dwaru.", "Dan l-abbozz ta' liġi huwa riżultat ta' ħidma ta' diversi amministrazzjonijiet u huwa kontinwazzjoni ta' xogħol li għamlu diversi ministri, inkluż il-ministru preżenti.", "M'hemmx dubju li f'dan il-pajjiż kien hemm bżonn li jitwaqqaf reġistru ċentrali biex ikun hemm iktar effiċjenza, mhux biss fir-reġistrazzjoni ta' titoli u drittijiet fuq artijiet imma anke fil-mod kif isiru r-riċerki.", "Fil-fatt dan l-abbozz ta' liġi diġa` ddiskutejtu flimkien ma' sħabi tal-grupp parlamentari Laburista fejn hemmhekk rajna fejn wieħed jista' jagħmel xi points of reference bħala kritika oġġettiva.", "Per eżempju, iktar 'il quddiem jien se nistaqsi dwar xi problemi wieħed jista' jiffaċċja f'dawk li huma reġistrazzjonijiet minħabba raġunijiet fiskali.", "Pero` jien nista' ngħid mal-ewwel li aħna, bħala oppożizzjoni, se nivvotaw favur dan l-abbozz ta' liġi, u jkun tajjeb li min qiegħed jismagħna llejla jkun jaf li l-maġġoranza l-kbira tal-liġijiet li jiġu quddiem dan il-parlament tant ikunu ta' ġid għall-poplu Malti u Għawdxi li jkun hemm qbil dwarhom miż-żewġ naħat tal-Kamra.", "Hawnhekk qegħdin ngħidu li se namalgamaw ir-reġistru pubbliku u r-reġistru ta' l-artijiet flimkien u se nagħmluh reġistru ċentrali wieħed.", "Ta' min jgħid li persuna, hekk kif titwieled tiġi rreġistrata, u hekk ukoll jiġri meta tmut.", "Terġa' kull ħaġa li tagħmel persuna matul ħajjitha jiġi rreġistrat.", "Per eżempju, jekk din tixtri biċċa art, trid tirreġistraha, jekk tipoteka art, trid tirreġistraha u jekk ikun hemm xi ċens fuq dik l- art, dan għandu jiġi rreġistrat ukoll.", "Anke s-civil status irid jiġi rreġistrat, u għalhekk, jekk ngħidu aħna, persuna tiżżewweġ, dak il- kuntratt taż-żwieġ ukoll irid jiġi ereġistrat.", "Sfortunatament il-ħajja mhux dejjem tidħaklek, anzi ġeneralment iktar ma tidħaklekx milli tidħaklek, u anke meta koppja miżżewġa tissepara jew iż-żwieġ tagħha jiġi annullat, f'dak il-każ is-separazzjoni jew l-annullament ukoll ikun irid jiġi rreġistrat, bħalma jkunu jridu jiġu rreġistrati wkoll l-addozzjonijiet u t-testmenti.", "Issa ħalli niġi biex nagħmel xi domandi.", "Mr Speaker, jien persważ li bħalissa qed isegwu dan id-dibattitu ħafna nutara għax dan huwa suġġett li jinteressahom.", "Fil-fatt dawn ilhom iħossu l-bżonn li r-reġistrazzjonijiet kollha li jsiru f'pajjiżna jiġu rreġistrati, u din m'hijiex xi ħaġa li għandha x'taqsam ma' l-Unjoni Ewropea.", "Illum aħna qed nagħmlu dan għall-ġid ta' pajjiżna għax nemmnu li jkun ħafna iktar faċli għal min jiġi jagħmel xi riċerka f'pajjiżna li kollox ikun iċċentralizzat.", "Per eżempju, jien niftakar li meta kont qed nagħmel riċerka fuq il-flus foloz - għax f'dan il-pajjiż il-flus foloz minn dejjem kienu jsiru - biex sibt x'kien jiġri fi żmien il-kavallieri għal dak li għandu x'jaqsam ma' flus foloz, kelli nġib l-informazzjoni minn Londra, u jien ħassejt li kienet xi ħaġa ta' sfortuna li riċerka bħal din, li tant tinteressa lill-poplu Malti u Għawdxi, ma sibthiex f'Malta stess imma kelli nsibha barra minn Malta.", "Anke dak iż-żmien kien jinħass il-bżonn li nkunu iktar organizzati f'dik li hi informazzjoni, aħseb u ara llum li għandna l- attrezzaturi kollha, grazzi għat-teknoloġija moderna tal-lum.", "Fil-fatt dan l-abbozz ta' liġi jitkellem ukoll dwar dik id-data li tista' tiddaħħal b'mod elettroniku u joffri l-possibbilta` li persuna tagħmel ir- reġistrazzjoni tagħha b'mod elettroniku.", "Issa nixtieq nagħmel xi domandi f'isem ħafna nutara, li kif għedt diġa`, bħalissa qed isegwuna għax kienu jafu li l-oppożizzjoni se titkellem ukoll fuq dan l-abbozz ta' liġi, u ċertament bħalma ċerti nutara għandhom fiduċja fil-gvern, hemm nutara oħra li għandhom fiduċja fl-oppożizzjoni.", "L-ewwel domandi huma dawn, u se nagħmilhom bl-iktar mod ċar: Ladarba issa se jkollna reġistru ċentrali wieħed, l-ispejjeż tar-reġistrazzjoni se jkunu inqas?", "Se jibqgħu l-istess?", "Jew se jiżdiedu?", "Għaliex qed nagħmel dawn il- mistoqsijiet?", "Issa ili li għamilt l-eżami għal nutar, pero` jidhirli li n- Naxxar jaqa' taħt il-land registration area, għalhekk sal-lum meta tixtri biċċa art in-Naxxar, inti tkun trid tirreġistra dik l-art kemm fil-land registry kif ukoll fil-public registry u b'hekk ikollok iktar spejjeż milli kieku xtrajt biċċa art x'imkien li ma jaqax taħt il-land registration area.", "Issa jien qed nistaqsi: Ġaladarba se jkollna ċentru wieħed fejn inti tista' tirreġistra, l-ispejjeż se jonqsu jew f'dan il-każ il-persuna in kwestjoni xorta se jkollha tħallas tariffa doppja?", "Bħalissa qed nara lil Dr. Godwin Grima, li fil-fatt snin ilu ħadem ħafna biex l-art ta' Malta u Għawdex kollha tibda tiġi rreġistrata.", "L-intenzjoni kienet li wieħed imur il-land registry jew f'dan ir-reġistru ċentrali li se jitwaqqaf, imiss fuq il-pjanta dik il-biċċa art li jkun jixtieq informazzjoni dwarha u f'ħakka t'għajn toħroġ l-informazzjoni dwar min għandu t-titolu fuq dik il- proprjeta`, irrispettivament minn jekk dan ikollux titolu sħiħ jew titolu ta' pussess biss.", "Pero` sfortunatament jew fortunatament, għid li trid, dan ma ġarax u sal-lum mhux l-art ta' Malta u Għawdex kollha hija a land registered area.", "Issa dan apparti li hemm ħafna teoriji u argumentazzjonijiet dwar jekk ikunx aħjar li din l-informazzjoni ssibha taħt il-land registration biss, taħt il-public registration biss jew inkella ssibha kemm taħt il-land registration kif ukoll taħt il-public registration.", "Nixtieq issa nagħmel mistoqsija li għandha x'taqsam mar- riċerki.", "Issa jekk kemm-il darba l-land registry u l-public registry jingħaqdu flimkien u jien ningħata l-informazzjoni mis-section tal-land registry, din tkun biżżejjed jew xorta waħda jkunu jridu jiġu ordnati riċerki mingħand l- Eureka?", "Qed insemmi lill-Eureka għax il-gvern għamel kuntratt ta' għaxar snin ma' din il-kumpannija.", "S'issa dawn l-għaxar snin għadhom m'għaddewx, imma issa meta dawn l-għaxar snin jgħaddu, jaqblilna nerġgħu nġeddu l- kuntratt tagħna ma' din il-kumpannija jew le?", "There's much to be desired.", "(Interruzzjonijiet) Onor. Borg, jien m'iniex qed ngħid dan b'diżrispett, imma jkun tajjeb jekk wieħed jirreġistra li ġieli kien hemm każi fejn wara li ssir ir-riċerka jirriżulta li persuna m'għamlitx testment, għalhekk joħroġ iċ-ċertifikat li din il-persuna m'għamlitx testment u mbagħad b'kumbinazzjoni jfettillek tagħmel a double check - u din id-darba r- riċerka tagħmilha int minflok ma tagħmilhielek l-Eureka - u ssib li dan għamel testment u għalhekk inti tkun tajt parir zopp, u Allaħares tkun ħadt xi azzjoni fuq ir-riżultat ta' dik ir-riċerka għax filwaqt li suppost din il-proprjeta` tkun misset lil Ċikku, fil-fatt tkun marret għand xi ħaddieħor!", "Jien naqbel li l-land registry u l-public registry jiġu amalgamati flimkien, imma r-riċerki li se jibdew isiru mis-section tal-land registry se jibdew jaqblu mar-riċerki li se jibdew isiru mis-section tal-public registry?", "Fi kliem ieħor, meta l-land registry u l-public registry jiġu amalgamati flimkien, jekk tieħu r-riċerka li, ngħidu aħna, tkun għamlet is- section tal-land registry ikun biżżejjed, jew biex tkun ċert li dik ir- riċerka hija tajba tkun trid tagħmel double check billi titlob ir-riċerka lis-section tal-public registry wkoll?", "Jien ma jien qed inwaħħal f'ħadd, pero` n-nutara ilhom jiġu mwiegħda li għad jasal żmien meta ma jkollhomx għalfejn joqogħdu jagħmlu dawn id-double checks.", "Irrid ngħid ukoll li għalkemm fit-teorija suppost li wara li kuntratt ikun għalaq l-għaxar snin, ikun hemm xi forma ta' titolu, fil-prattika din m'hijiex qed tkun ir-regola għax hemm ħafna każijiet fejn minkejja li jkunu għaddew l-għaxar snin, ma jkunx inħareġ xi forma ta' titolu.", "Wara li jgħaddu l-għaxar snin, xi forma ta' titolu għandu jkun hemm, imqar titolu ta' pussess, għalkemm titolu ta' pussess m'huwiex b'saħħtu daqs titolu sħiħ.", "Jekk kemm-il darba issa bil-liġi li se nagħmlu, wara li kuntratt jagħlaq għaxar snin jinħareġ xi forma ta' titolu, diġa` jkun biżżejjed, irrispettivament minn jekk dan ikunx titolu assolut jew le.", "Jien ċert li d-domanda li se jagħmlu n-nutara hija din: Issa, li l-land registry u l-public registry se jiġu amalgamati flimkien u se jiġu reġistru ċentrali wieħed, wara li kuntratt jagħlaq għaxar snin se jinħareġ xi forma ta' titolu jew le?", "Għax jekk le, huwa inutli li noqogħdu nwaqqfu ħafna entitajiet.", "Fl-aħħar mill-aħħar jekk is-sistema ta' reġistrazzjoni tkun waħda effiċjenti, dak li jkun iktar jinċentiva ruħu, iktar u iktar illum meta nafu - u hawn se noħloq daqsxejn ta' battuta - xi skoss ta l-gvern Nazzjonalista f'dan il-budget f'dak li għandu x'jaqsam ma' proprjeta`.", "Qed ngħid dan għaliex f'pajjiż żgħir bħal tagħna, iktar ma jkun hemm ċirkolazzjoni f'dik li hija proprjeta`, iktar il-pajjiż jissaħħaħ għax ikun hemm il-kummerċ.", "Ma ninsewx li huwa kkalkolat li l-proprjeta` li għandhom iċ-ċittadini Maltin u Għawdxin tammonta għal ħafna iktar ġid milli għandhom il-banek.", "L-HSBC għandha Lm1.5 biljun, il-Bank of Valletta għandha xi ftit iktar minn Lm1 biljun, u l-banek iż-żgħar, bħall-APS bank u l-Lombard bank ma nafx kemm għandhom flus, pero` dawn il-flus kollha flimkien xorta m'humiex biżżejjed biex jixtru l-proprjeta` kollha li għandhom iċ-ċittadini Maltin f'Malta u Għawdex.", "Għalhekk minbarra li s-sistema ta' reġistrazzjoni għandha tkun waħda effiċjenti, din għandha tkun faċli biex iktar ikun easy għal dak li jkun li jixtri u jbigħ il-proprjeta` u allura l- kummerċ jibqa' għaddej.", "Mr Speaker, suppost bil-land registry kellna nimxu iktar 'il quddiem f'dawk li huma riċerki, pero` fil-fatt imxejna?", "Issa hawnhekk irrid ngħid li jien nara lil-land registry effiċjenti ħafna għax dan joħroġlok ċertifikat bil- pjanta bil-kulur u jgħidlek ir-registration number kif ukoll min għandu t- titolu fuq dik il-proprjeta`.", "Fil-fatt dan iċ-ċertifikat jista' jitqies bħala bearer jew kambjala li meta jiġi ppreżentat irid jiġi onorat.", "Daqshekk huwa b'saħħtu ċ-ċertifikat li jinħareġ mil-land registry, pero` kif jaf kull nutar - u jien, bħala avukat, ġieli ltqajt ma' dawn il- każijiet ukoll - il-banek tant m'humiex kuntenti - u qatt ma kienu kuntenti - bir-riċerka tal-land registry li meta koppja tmur għandhom biex tieħu loan ħalli tkun tista' tixtri xi proprjeta`, dawn jitolbu wkoll li ssir riċerka mill-public registry.", "Jekk nieħdu lill-HSBC – u nħossni komdu nikkritika lill-HSBC apertement għax b'differenza għall-Bank of Valletta, dan huwa bank internazzjonali li f'pajjiżi oħra japplika proċeduri differenti minn dawk li japplika hawn Malta - ...", "Per eżempju, minkejja li llum Hong Kong sar jifforma parti miċ-Ċina, il-kummerċ f'dan il-pajjiż baqa' b'saħħtu, u fil-fatt l-HSBC f'dan il-pajjiż huwa b'saħħtu ħafna.", "Ara meta l-HSBC ta' Hong Kong tiġi biex tagħti xi loan fuq proprjeta`, iċ- ċertifikat li jinħareġ fuq it-titolu jonora dik il-loan, imma l-HSBC ta' hawn Malta m'huwiex kuntent biċ-ċertifikat li jinħareġ fuq it-titolu mil- land registry u jkun irid ukoll li ssir riċerka mill-public registry.", "Bir- rispett kollu, din hija prattika żejda sakemm l-HSBC m'għandux suspett li dak iċ-ċertifikat li jiġi maħruġ mil-land registry huwa falz.", "Jekk dak iċ- ċertifikat huwa falz, l-HSBC għandu raġun jiċċekkja imma imbagħad irid jgħid fuq liema kriterju huwa falz.", "(Interruzzjonijiet) Ergo omnis, kif qed jgħid l-Onor.", "Borg.", "Dan l-aħħar l-imħallef Valenzia kellu sentenza fuq dan il-punt.", "Mr Speaker, qed nagħmel dan il-punt għax jien niddejjaq meta jiġu koppji żgħażagħ għandi, li diġa` jkollhom jgħaddu minn ħafna tbatijiet u minn ħafna hassle biex jixtru xi proprjeta` imbagħad ikollok tgħidilhom li l- bank talab ir-riċerki mill-public registry wkoll.", "Issa kif jaf kulħadd, illum ir-riċerki m'għadhomx jiswew xi Lm30 għax jekk, per eżempju, tixtri xi proprjeta` minn kumpannija li qiegħda fil-qasam tal-proprjeta`, biex tagħmel riċerka fuqha malajr tiġik mal-Lm200 jew mal-Lm250.", "Qed nagħmel din l-osservazzjoni legali għax issa, li se nwaqqfu dan ir-reġistru ċentrali, nixtieq inkun naf where do we go and how far do we go fuq researches.", "Għandna naraw li nirrispettaw dak li huwa legalment korrett mingħajr ma jiġi ħadd jgħidilna li dak m'huwiex biżżejjed, u din irridu nagħmluha ċara għax dawn il-każijiet spiss jiġru.", "Ara l-Bank of Valletta m'huwiex daqshekk demanding.", "Issa hawnhekk jien ma rrid nagħmel reklam lill-ebda bank.", "Wara kollox m'għandi shareholding ma' l-ebda wieħed minnhom, u jien qiegħed ngħid biss x'inhu jiġri f'dan il-pajjiż.", "Fil-fatt nixtieq nibgħat messaġġ minn dan il-parlament li aħna nafu x'inhu jsir u rridu naraw li ma jsirux iktar dawn ...", "Kont se ngħid \"abbużi\", pero` dawn m'humiex abbużi imma huma kriterji żejda li minħabba fihom ikollu jsir xogħol doppju.", "Kriterju ieħor li ta' min jagħti kas tiegħu huwa li filwaqt li riċerka li ssir fuq xi art ma tkunx daqshekk expensive, riċerka li ssir fuq individwu tkun very expensive.", "Fil-fatt meta mmur il-land registry biex, per eżempju, issir riċerka fuq garaxx in-Naxxar, l-ispejjeż għal din ir-riċerka jkunu minimi, mhux bħal meta mmur il-public registry u nordna riċerka fuq individwu.", "Qed nagħmel din l-osservanza għax nixtieq li meta naslu fi stadju ta' kumitat, nagħmlu xi emendi f'dan is-sens biex nirranġaw din is- sistema ħalli jkollna reġistru ċentrali effiċjenti li kulmin jirrikorri għandu jinqeda tajjeb.", "Biex nerġa' niġi għal dak li kont qed ngħid, irrid nirrimarka li n-nutara kienu ilhom jiġu mwiegħda li se jsir xi ħaġa biex il-banek jaċċettaw ir- riċerka li ssir u mhux jitolbu li ssir xi riċerka oħra, pero` kif għedt diġa`, għal ċerti banek ir-riċerka li toħroġ mil-land registry m'hijiex biżżejjed u allura jkollu jsir ħafna xogħol doppju.", "Issa hawn irrid nagħmilha ċara li aħna, bħala rappreżentanti tal-poplu Malti u Għawdxi, għandna d-dover li nirrispettaw lill-Maltin u lill-Għawdxin billi l- liġijiet li nagħmlu hawnhekk jiġu rispettati u ma jkun hemm ħadd li jżid proċeduri li l-liġi ma tesiġihomx.", "Dawn il-banking procedures lanqas biss jagħmlu sens, imma l-iktar li tweġġagħni lili hija li min joħlom ħaġa bħal din ma jkunx Malti imma jkun Ingliż - u lanqas ikun ta' razza pura għax l- Ingliżi li qed ikollna fl-HSBC lanqas ikunu ta' razza pura! - u dan jimponi fuq il-Maltin sistema li l-liġi Maltija ma tesiġihiex.", "Ejjew inkunu ċari; this is not fair, u aħna bħala poplu Malti għandu jkollna l-pride li lil kulmin jaħdem hawn u m'huwiex Malti ...", "U issa li Malta se ssir membru sħiħ ta' l-Unjoni Ewropea, se jkollna iktar barranin jaħdmu hawn Malta, imma ma jimpurtax.", "Madanakollu l-Malti għandu jiġi dejjem fuq quddiem nett, u dan jista' jsir biss jekk inkunu sodi f'dak li ngħaddu minn dan il- parlament.", "Dan il-parlament huwa sovran, u m'huwiex biżżejjed li nagħmlu timbru fuq kull liġi li tgħaddi minn dan il-parlament biex din il-liġi tkun sovrana imma biex tkun sovrana verament, trid tiġi rispettata minn kwalunkwe persuna.", "Jekk barrani għoġbu jiġi jaħdem hawn Malta well and good, jiġi min irid, imma mbagħad huwa jrid jirrispetta l-proċeduri li joħorġu mil-liġi Maltija.", "Ma nafx jekk il-ministru semmiex il-kwestjoni tal-konvenji għax ma lħaqtx id-diskors tiegħu mill-bidu, pero` jien irrid ngħid li bħalissa hawn daqsxejn tat-taqlib minħabba li l-gvern daħħal it-taxxa ta' 1% fuq il- konvenji.", "Issa ħalli nagħmilha ċara mal-ewwel; min jabbuża żgur li mhux se jsib protezzjoni min-naħa ta' l-oppożizzjoni, speċjalment min-naħa tiegħi, jiġifieri aħna żgur li m'aħniex se niddefenduh, imma jien nistaqsi: Hemm bżonn li fl-istadju ta' konvenju tiġi ppreżentata l-pjanta tal-post u nagħmlu policy li tgħid li jekk waqt il-konvenju ma tiġix ippreżentata l- pjanta, il-konvenju jkun null?", "Fil-fatt il-legal notice no. 7 ta' din is- sena tgħid ċar u tond li jekk ma tipproduċix il-pjanta u l-1% deposit within 21 days, il-konvenju jiġi null.", "Allura wara li l-bejjiegħ u x- xerrej ikunu ftehmu fuq il-kondizzjonijiet, fuq il-prezz u fuq kollox imbagħad jinsew jippreżentaw il-pjanta, huwa sew li l-konvenju li jkunu għamlu jiġi null?", "(Interruzzjonijiet) Jien ma nafx min għandu raġun, Onor. Borg.", "Taf x'naf biss?", "Li filwaqt li jekk ma tippreżentax il-pjanta tal-post waqt il-konvenju jiġi null, il-konvenju jsir anke jekk ma jkunux ġew ippreżentati l-identity cards!", "Allura jew se nkunu tassattivi f'kollox jew ma nkunu tassattivi f'xejn!", "Huwa ħażin li waqt l-att tal-konvenju ma jiġux ippreżentati l-identity cards għax bilfors trid l-identity card biex tassigura ruħek mill-identifikazzjoni tal-persuna.", "Jien naf b'każijiet - u lill-ministru nista' naċċertah li jien korrett f'dak li qed ngħid - fejn anke kuntratti għaddew mingħajr ma ġew ippreżentati l-identity cards!", "Hemm kwestjonijiet oħra li forsi sal-lum wieħed għadu ma rahomx jew ma kkonsidrahomx.", "Per eżempju, ejjew ngħidu li jien għamilt konvenju u żammejt id-dritt li nbigħ fuq dak il-konvenju.", "Issa, li l-Ministru Dalli daħħal il-proċedura li hekk kif isir konvenju, dan irid jiġi rreġistrat mal- ewwel bil-pjanta u bil-1% taxxa, ħadd ma jaf x'se jiġri f'dan il-każ.", "Staqsu lin-nutara kollha u jgħidulek li d-dipartiment għadu ma jafx kif jittekilja din iċ-ċirkostanza, u hawnhekk m'aħniex qed nitkellmu xi ġimgħa wara l-budget imma wasalna f'nofs Frar.", "In-nutara li kellmuni qaluli li jkun hemm between 20% and 50% tal-konvenji li jsiru b'dan il-mod.", "(Interruzzjonijiet) Ħalli nispjega ruħi iktar biex il-ministru jifhem x'qed ngħid.", "Ejjew ngħidu li \"A\" jagħmel il-konvenju biex jixtri l-proprjeta` ta' \"B\" bid-dritt li jistitwixxi ruħu għal terzi.", "F'dan il-każ min irid iħallas il- capital gain tax?", "Għax bħalissa hemm taħwida nobis f'dan ir-rigward.", "Issa anke hawnhekk, jien m'iniex qed nitkellem f'isem min qed jipprova jabbuża għax min jabbuża għandu jieħu r-riskju hu u jbatih hu imma qed nitkellem f'isem min hu ġenwin u jrid jimxi skond il-liġi.", "Qabel, jekk jien kont nagħmel konvenju ta' garaxx mingħand l-Onor.", "Tonio Borg u kont inżomm id- dritt li ma nersaqx jien għall-kuntratt imma ndaħħal lil terzi, il-konvenju kien jibqa' għand in-nutar, kont insib il-bejgħ, jien kont naqla' xi ħaġa u fil-kuntratt kien jidher dak li xtara l-proprjeta` mingħandi.", "Huwa veru li din is-sistema kienet ħażina, pero` issa donnu ħadd ma jaf x'se jiġri.", "Allura f'dan il-każ il-capital gains tax se tiġi ċċarġjata darbtejn?", "U l- 1% fuq liema somma se tinħadem?", "U se tinżamm darba biss jew darbtejn?", "(Interruzzjonijiet) Il-ministru qed jgħidli li l-capital gains tax se titħallas darba biss bejn min finalment jixtri u min finalment ibigħ, b'dak tan-nofs jeħel il-1% taxxa biss fuq il-konvenju, pero` huwa tajjeb li din niċċarawha għax jidher li min-naħa tad-dipartiment din m'hijiex ċara u għandu bżonn direzzjoni.", "Naf li forsi bħalissa l-Ministru Dalli ma tantx għandu ċans jidħol f'dawn l-affarijiet għax huwa mħabbat, pero` napprezza jekk jista' jagħmel xi ħaġa f'dan ir-rigward għax in-nutara qed jiltaqgħu ħafna ma' din id-diffikulta` u din hija xi ħaġa li qed iddejjaqhom ħafna.", "Issa hawn nixtieq nagħmel parentesi żgħira u ngħid li mhux sew li l- ministru jaqbad u joħroġ avviż legali - u hawnhekk qed nirriferi b'mod partikolari għal avviż legali numru 7 ta' din is-sena - li bih jibdel il- proċedura sħiħa tas-sistema għax imbagħad meta dan jibda jiġi attwat, jibdew jinħolqu ħafna problemi.", "Ikun ħafna aħjar li qabel ma tkun se tinbidel xi proċedura, min ikun involut f'din il-bidla jiltaqa' man-nutara jew mal-kulleġġ tan-nutara u jitkellmu flimkien.", "U mela hekk; inqalbet sistema sħiħa permezz ta' avviż legali li nħareġ ftit tal-ġimgħat ilu mill- ministru u kulħadd jistaqsi, kulħadd jieħu l-iżbalji u kulħadd jgħaffeġ!", "Dan biex ma nsemmix ukoll li ħafna min-nutara jkunu mwerwrin għax ikunu qed jiġru warajhom il-klijenti u jirċievu anke theddid mingħandhom, pero` lill- klijenti ma tagħtihomx tort għax hawnhekk m'aħniex qegħdin nitkellmu fuq Lm1 imma fuq eluf ta' liri.", "Illum il-proprjeta` hawn Malta tiswa eluf kbar ta' liri, u għalhekk għedt li din hija xi ħaġa li missha ġiet diskussa qabel ma ġiet attwata.", "Mr Speaker, jekk wieħed iħares lejn l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna jsib li d-definizzjoni ta' \"immovable\" or \"immovables\" hija definita skond artiklu 308 u 310 tal-Kodiċi Ċivili, jiġifieri hawn qegħdin nitkellmu dwar dak kollu li huwa marbut mal-proprjeta`, fosthom mas-servitu` u maċ-ċnus, pero` hawnhekk ikun tajjeb jekk ngħid li hemm titoli oħrajn li mhux dejjem kienu notati min-naħa tal-liġi u li llum qed ikollhom ċerta saħħa.", "Per eżempju, qabel kien popolari ħafna ċ-ċens temporanju, pero` llum iċ-ċens temporanju ma tantx għadu jintuża.", "Fil-fatt iċ-ċens temporanju kien popolari l-iktar madwar 200 sena ilu, u baqgħu b'saħħithom sa l-aħħar tas- snin sittin.", "Fl-antik kien hawn ukoll it-titolu ta' l-antikresi, li f'Għawdex u fi Spanja kien popolari iktar minn anywhere else in the world, u għalhekk fl-1980 u l-1981 saru emendi fil-Kodiċi Ċivili biex dan it- titolu nġibuh in line mat-titolu modern li jaċċetta l-Kodiċi Ċivili.", "Jien qed nagħmel dan il-punt biex jekk jista' jkun fid-definizzjoni ta' \"immovables\" ninkludu possibbiltajiet ta' titoli oħra.", "Per eżempju, illum għalkemm wieħed jingħata t-titolu ta' l-airspace, wisq nibża' li fis-snin li ġejjin, madwar għaxar snin jew 20 sena oħra, wieħed irid jistudja possibbiltajiet ta' forom oħra ta' titoli fuq l-immovables.", "Id- definizzjoni ta' \"immovables\" fi klawsola 2 hija ristretta ħafna għax tgħid hekk:", "\"\"immovable\" or \"immovables\" means and includes all things, rights and actions which are immovable by their nature or by reason of the object to which they refer, in accordance with articles 308 and 310 of the Civil Code;\",", "jiġifieri hawnhekk din id-definizzjoni rristrinġejnieha għall-artikli tas- Civil Code.", "Issa nixtieq ngħid xi ħaġa dwar il-priority notice.", "Fil-fatt f'dan l- abbozz ta' liġi hemm diversi notices, fosthom notice li se tidħol bil- miktub skond dan l-abbozz ta' liġi u dik li qed tiġi msejħa bħala l- priority notice, li se tidħol fir-reġistru skond klawsoli 27, 64 u 87 fejn minħabba due advice, inti tagħmel dan in-notice biex turi li għandek interess.", "Imma jien nistaqsi: Dan il-priority notice li qegħdin nitkellmu fuqu qed narawh l-ewwel darba fir-reġistru?", "Għax safejn naf jien f'dak li għandu x'jaqsam ma' registration jew se tirreġistra jew le; m'hemmx triq fin-nofs.", "Allura x'inhu dak li huwa prior?", "U inti tkun qed tirreġistra prior għal xi raġuni partikolari jew tkun trid tagħti xi forma ta' advice sempliċement minħabba proċedura, forsi minħabba xi raġuni li għandha x'taqsam ma' l-elettronika?", "Għax jekk nieħdu, per eżempju, subklawsola (5) ta' klawsola 27 insibu dan il-kliem:", "\"When a registrable act arises from a notarial deed, or, subject to what is stated in subarticle (2) of article 43 and in article 44 of this Act, from any document annexed or enrolled to a notarial deed, the relative note shall be filed by the Notary publishing the deed within fifteen days from the publication of the deed, ...\".", "Jiġifieri hawnhekk dan l-abbozz ta' liġi qed jgħid li meta tirreġistra kuntratt u dan ikollu xi dokumenti oħra li jkunu parti minn dak id- dokument, għandek perijodu ieħor ta' 15-il ġurnata biex tirreġistra dawn id- dokumenti wkoll?", "Għax din m'hijiex ċara.", "Jien qed nagħmel dawn il- mistoqsijiet b'mod kritiku għax imbagħad għandek ukoll il-kliem:", "\"... provided that the Minister may make rules empowering the notary ...\".", "Jien m'iniex qed ngħid li f'dawn il-każijiet wieħed għandu jġib din l-issue kull darba quddiem il-parlament, pero` nixtieq li meta jkunu se jiddaħħlu xi regolamentazzjonijiet ġodda, xi avviżi legali li jieħdu ċerta proċedura jew xi sistemi ġodda, ikun hemm diskussjonijiet f'dan ir-rigward.", "Dan ikun ħafna iktar għaqli, anke għax b'hekk il-gvern jevita li ssirlu l-kritika - mhux biss min-naħa tagħna, bħala membri ta' l-oppożizzjoni, imma wkoll min- naħa tan-nutara - li għandu jkun ferm iktar responsabbli.", "Fil-fatt in- nutara jħossu li meta ġew diskussi ċerti affarijiet magħhom, sar kollox bil- maqlub.", "Issa din qed ngħidha għax qaluhieli, imma naħseb li għandhom raġun, għax anke fl-aħħar budget, meta l-gvern daħħal sistema ta' reġistrar ta' konvenji u ta' bolol, għalkemm kienu saru laqgħat magħhom, sar kollox bil-maqlub, jiġifieri spiċċa ma sar xejn minn dak li kienu ftehmu fuqu meta marru l-Imġarr hotel jieklu.", "Issa jien m'iniex se noqgħod inwaħħal kollox fl-Onor.", "Dalli għax waqt dik l-ikla kien hemm min seta' sema' dak li kellhom xi jgħidu n-nutara u għalhekk seta' jagħti palata lill-Onor.", "Dalli, imma dan ma sarx bil-konsegwenza li meta n-nutara saru jafu b'dak li kien se jiġri, dawn mhux kienu surprised imma kienu literally shocked.", "Jien m'iniex qed ngħid li m'hux tajjeb li l-ministru joħroġ ċerti regolamenti minn żmien għall-ieħor, pero` qabel xejn huwa għandu jikkonsulta b'mod serju ma' dawk li jkunu se jintlaqtu minn dawn ir-regolamenti, anke biex ikun jaf jekk dak li se jbiddel huwiex se jħalli iktar frott milli se jagħmel ħsara.", "Issa nixtieq ngħaddi r-rimarki tiegħi fuq il-mod ta' kif qed jiġu appuntati l-uffiċjali fir-reġistru pubbliku u fir-reġistru ta' l-artijiet.", "F'Lulju tas-sena l-oħra, ftit wara l-elezzjoni, inħarġu diversi sejħiet mill- ministeru tal-ġustizzja u l-intern għal postijiet ta' uffiċjali, kemm fil- land registry kif ukoll fil-public registry, pero` jien se nagħmel riferenza partikolari għas-sejħiet li saru biex jiġu ngaġġati nies bħala property registration officers A and B u bħala managers.", "Bil-permess tal- Kamra, se nqiegħed ukoll kopja taċ-ċirkolari maħruġa mill-management and personnel office fit-2 t'Ottubru, 2003 dwar l-ingaġġ ta' managers għar- reġistrazzjoni ta' proprjeta` fil-land registry u fil-public registry, flimkien mar-riżultat li ġabu l-persuni li ġew appuntati.", "MR SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja taċ-ċirkolari maħruġa mill-MPO fit-2 t'Ottubru, 2003 dwar l- ingaġġ ta' managers għar-reġistrazzjoni ta' proprjeta` fid-diviżjoni tar-reġistru pubbliku u ta' l-artijiet, flimkien mar-riżultat li ġabu l-persuni li ġew appuntati.", "Għalissa kulma se ngħid dwar dan l-ingaġġ huwa li jidher li l-affarijiet ma sarux sew.", "Issa jien m'iniex qed inwaħħal fil-ministru għal dak li ġara, anzi nemmen li huwa m'għandu x'jaqsam xejn, pero` at this stage l- informazzjoni li għandi m'iniex se nagħmilha pubblika imma lest li nagħtiha biss lill-ombudsman.", "Jien ħassejt li m'hux sew li ġaladarba għaddewli dawn id-dokumenti li għandi f'idejja, jien bħala membru parlamentari ma ngħidx lil dan il-parlament b'dawn l-irregolaritajiet.", "Mr Speaker, jien nitolbok biex tgħaddi dan il-każ lill-ombudsman ħalli mbagħad huwa jkun jista' jinvestiga l-każ.", "(Interruzzjonijiet) Se nirrispondik, ministru.", "Inti taf li jien dejjem nirrispondi.", "L-allegazzjoni tiegħi hija li kien jidher ċar li l-kriterji li ntgħażlu ddaħħlu biex tintgħażel persuna partikolari.", "Mr Speaker, jien iddeċidejt li nsemmi dan il-każ partikolari għax inħoss li għandna naraw minn issa, li qegħdin fi klawsola 2, li jkun hemm sistema li ma tħalli l-ebda xamma ta' kif se jiġu appuntati l-uffiċjali taħt klawsola 19.", "Jenħtieġ li l-kriterji jkunu oġġettivi u ma jkunux li jien irid ikolli għajnejja blu u xagħri isfar, iswed jew abjad.", "Il-kriterji għandhom jirrispettaw lid-dipartiment u mhux lill-persuna.", "Forsi wieħed jista' jgħidli: Għaliex qed titkellem fuq dan il-każ issa?", "Jien qed nitkellem fuq dan il-każ issa għax jidhirli li issa kien il-mument propizju li wieħed iqajjem dan il-każ.", "MR SPEAKER: Il-ministru, bil-permess ta' l-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "TONIO BORG: Kulħadd ħa pożizzjoni, ħlief xi wieħed jew tnejn, jiġifieri dawn il-famużi ...", "Kulħadd ħa xi forma ta' pożizzjoni minn dawk li ssemmew.", "Din l-informazzjoni qed ngħaddiha issa għax ġejt informat ...", "(Interruzzjonijiet) Pero` l-kwestjoni dwar il-kriterji rikjesti kienet diġa` ġiet solvuta mal-unions.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Nitlob lill-Onor.", "Farrugia biex ikompli bl- intervent tiegħu.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Jien naċċerta lill-ministru li dak kollu li jitlobni l-ombudsman, jien se nagħtihulu, kif naċċertah ukoll li jien m'iniex qed nipponta subgħajja lejh, anzi fl-ispjegazzjoni li tajt qgħadt attent li ma nagħtix l-impressjoni li l-ministru għandu x'jaqsam ma' din il- kwestjoni għax jien naf li huwa m'hux se jħalli li jsiru ċerti affarijiet.", "Pero` jekk forsi kien hemm min qabbeż lil xi ħadd billi meta ġie biex jagħmel id-drafting tal-call for applications deherlu li għandu jara jekk min mar għall-interview għandux għajnejh ħodor jew blu, dak imbagħad jara l- ombudsman min ikun għamel dan.", "Għalissa jien s'hawn se nasal.", "Kif għedt diġa`, jien m'hu se nsemmi lil ħadd.", "Jien qegħedt dawk id-dokumenti kollha fuq il-mejda tal-Kamra u issa jekk l-ombudsman jgħid li kollox sar b'mod korrett tant aħjar, pero` probabbli l-ombudsman se jaħseb dak li qed naħseb jien.", "Madanakollu issa dak jarah l-ombudsman; u wara kollox huwa għalhekk hu awtorizzat minn dan il-parlament.", "(Interruzzjonijiet) Il-persuni li kienu vittmi f'din il-kwestjoni ma marrux għand l-ombudsman huma għax ħassewhom intimidati minn xi ħadd - (Interruzzjonijiet) Imma mhux inti staqsejtni?!", "Allura darb'oħra tistaqsinix! - u allura dehrilhom li jkun aħjar jekk javviċinaw persuna li għandhom il-fiduċja fiha biex imexxihom hu, li f'dan il-każ huwa jien.", "Issa ħalli nkompli nagħmel il-kritika tiegħi fuq l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna għax jien ma naħsibx li għandi naħli iktar ħin fuq din il-kwestjoni, pero` qabel xejn nixtieq nitlob lill-iSpeaker biex jgħaddi dawn ir-rimarki li qed nagħmel jien lill- ombudsman biex l-investigazzjoni dwar din il-materja tkun qed tintalab mill- parlament stess.", "MR SPEAKER: Allura f'dan l-istadju jien se nitlob lill-iskrivan tal- Kamra biex jara li dan id-diskors li qed tagħmel inti jiġi typed.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Nirringrazzjak, Mr Speaker, talli qed tagħtini din il-protezzjoni.", "L-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna qed jemenda l-Land Registration Act, qed jemenda l-Public Registry Act u qed jemenda wkoll il-famuż Notarial Profession and Notarial Archives Act, li konna nistudjaw aħna n-nutara qabel ma ggradwajna.", "Għalhekk jien nistaqsi: Il-kumitat se jibqa' dak li hemm illum jew se jiġi kompost kumitat ieħor, li jkun a supervisory committee, bl-istess poteri li għandu l-kumitat eżistenti taħt in-Notarial Profession and Notarial Archives Act?", "Issa se ngħid xi ħaġa dwar il-kwestjoni tan-notifikazzjoni b'att pubbliku, jiġifieri dwar il-judicial act, eżattament fejn tidħol terza persuna.", "Kulħadd jaf li biex terza persuna tkun notifikata quddiem il-qorti, hija trid tkun notifikata b'judicial act, li jista' jkun jikkonsisti f'ittra uffiċjali, fi protest uffiċjali, f'ċitazzjoni jew f'xi forma ta' mandat.", "Issa taħt id-definizzjoni ta' \"terz\" jew \"terzi\" qed ngħidu li t-terza persuna hija dik il-persuna li għalkemm m'hijiex parti għall-att reġistrabbli jew li ma ġietx notifikata b'att reġistrabbli permezz ta' judicial act ...", "Jiġifieri għall-fini tat-third party, aħna qed indaħħlu l- konċett li anke jekk dan ma jkunx notifikat b'judicial act, il-liġi xorta se tagħti ...", "Jien naħseb li f'dan il-kontest wieħed għandu jikkonsidra dak li għandhom pajjiżi żgħar oħra, bħal Ġibilta`.", "Forsi wieħed jista' jgħidli li peress li Ġibilta` huwa pajjiż żgħir ħafna - fil-fatt dan għandu biss popolazzjoni ta' madwar 40,000 - dak jista' jikkontrolla iktar, pero` fir-reġistru pubbliku tagħhom dawn għandhom reġistru apposta għal known third parties fejn dawn it-terzi persuni jmorru huma stess għand ir- reġistru pubbliku u jgħidulu li għalkemm huma ma ġewx notifikati, huma interessati f'dak li s'issa għadu ma ġiex konkluż.", "Għaliex qed ngħid dan?", "Għax jista' jkollok każijiet fejn it-terza persuna jkollha ċerti drittijiet.", "Il-ministru qed jagħmel tajjeb li qed jagħti protezzjoni lil dawn in-nies, imma jien naħseb li tkun idea tajba jekk ikun hemm forma ta' reġistru għal terzi persuni biex wieħed ikun jaf b'dawn il-persuni.", "Issa kif dan jista' jsir, wieħed għandu jarah fl-istadju ta' kumitat.", "Naturalment jekk terza persuna tiġi notifikata m'hemmx problema, pero` jekk lil din il-persuna ma jaf biha ħadd, hija ma tistax tagħmel it-talba u anke jekk din il-persuna tkun tixtieq tagħmel notifikazzjoni, hija m'għandhiex il-proċedura miftuħa għaliha.", "Bħalma jaf kulħadd, f'Għawdex hemm ukoll fergħat tal-public registry u tal- land registry, u hawn nixtieq nagħmel osservazzjoni żgħira.", "Subklawsola (1) ta' klawsola 5 tgħid li:", "\"The Central Registry Office shall be situated in the island of Malta.\".", "Imbagħad subklawsola (4) ta' l-istess klawsola tgħid ukoll li:", "\"Unless otherwise prescribed, a note, may be filed either in the Central Registry Office or in the Gozo branch, or in any other branch of the Office set up in terms of subarticle (3) hereof, as the Minister may, from time to time prescribe.\".", "Issa taħt klawsola 6 hemm elenku tal-funzjonijiet tas-central registry office, imma mbagħad taħt subklawsola (1) ta' klawsola 7 hemm miktub - forsi d-drafting m'huwiex korrett, jew jien m'iniex qed nifhmu biżżejjed - li:", "\"There shall be received and registered at the Gozo branch of the Central Registry Office, those notes which, in terms of subarticle 4 of article 5 are filed at the Gozo branch:\",", "u hawnhekk m'huwiex qed jagħmel riferenza għas-central registry office li skond subklawsola (1) ta' klawsola 5 stess, se jkun sitwat f'Malta.", "Jiġifieri jekk jien Għawdxi, ma nistax nagħmel dik it-talba lis-central registration branch ta' Għawdex u bilfors irrid nagħmel din it-talba lis- central registry office ta' Malta?", "Kif qiegħda, din m'hijiex ċara.", "Qed nagħmel din l-osservazzjoni b'mod partikolari għax naħseb li nkun korrett jekk ngħid li dak li japplika għal Malta għandu japplika wkoll għal Għawdex.", "Almenu s'issa dejjem hekk sar, jiġifieri sal-lum jien dejjem stajt nordna riċerka mill-public registry ta' Malta u f'Għawdex isir dak ix- xogħol li jien inkun qed nitlob minn Malta.", "B'daqshekk ma jkunx qed isir duplikazzjoni ta' xogħol għax jekk ninqeda minn Għawdex stess, ma jkollix għalfejn immur is-central registry office ta' Malta.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru Borg, bil-permess ta' l-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "TONIO BORG: Uffiċċji tal-land registry u tal-public registry se jkun hemm kemm f'Malta kif ukoll f'Għawdex, pero` dak ta' Malta se jkun is- central registry office.", "Is-sistema se taħdem b'mod li malli inti tirreġistra kemm f'Malta kif ukoll f'Għawdex, se jkun hemm sistema waħda, jiġifieri l-aċċess se jkun kemm minn Malta kif ukoll minn Għawdex, kemm għal noti li jkunu ġew reġistrati f'Malta kif ukoll għal noti li jkunu ġew reġistrati f'Għawdex, pero` s-central registry office ta' Malta se jkollu l- ownership tas-sistema.", "Se jkun hemm sistema komputerizzata ċentrali waħda li biha kemm jekk tirreġistra f'Għawdex u kemm jekk tirreġistra f'Malta, id- data se tidħol f'sistema waħda għax aħna rridu namalgamaw biex ma jibqax ikollna d-duplikazzjoni li għandna llum.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Fil-fatt jien dak li xtaqt nisma'; li dak li japplika taħt ir-reġistru ċentrali ta' Malta se jkun japplika taħt il- branch ta' Għawdex.", "Issa ħalli niġi biex ngħid xi ħaġa dwar klawsola 9.", "Naturalment wieħed se jkun jista' jitlob kopji minn estratti ta' xi dokumenti waqt li jkun qed jagħmel xi riċerka, pero` skond klawsola 9, jekk kemm-il darba r- reġistratur ġenerali jidhirlu li jekk ikun se jagħti kopji minn estratti ta' xi dokumenti, he may harm the interest of any person, huwa se jkun jista' jirrifjuta li jagħmel dan.", "Issa jekk jien ikolli bżonn kopji minn estratti ta' xi dokumenti għall-finijiet ta' riċerka, dawn m'iniex se nagħmilhom pubbliċi.", "Per eżempju, jekk biex tagħmel ċerta riċerka jkollok bżonn xi kopji minn xi dokumenti, inti m'intix se tagħmel advert jew tikteb xi artiklu biex tgħid x'sibt f'dawk id-dokumenti.", "Issa hawnhekk li rrid nistaqsi jien huwa dan: X'se tkun il-kwalifika tal-harm f'dan il-każ?", "Għax ladarba paragrafu (a) ta' subklawsola (6) ta' klawsola 9 jgħid li fejn ir-reġistratur ġenerali huwa ta' l-opinjoni li l-ħruġ ta' kopji u estratti jistgħu jweġġgħu l-interessi ta' xi persuna, huwa se jkun jista' jirrifjuta li jista' jsir dan il-ħruġ, who is going to determine x'inhu \"harm\"?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru Borg, bil-permess ta' l-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "TONIO BORG: Aħna ma rridux li jkollna xi liġi li tant tagħti diskrezzjoni wiesgħa li jkun jista' jsir abbuż minn dik id-diskrezzjoni, jiġifieri jekk nistgħu nillimitaw din id-diskrezzjoni, għandna nillimitawha.", "Hawnhekk l-intenzjoni kienet li tiġi protetta l-privacy, jiġifieri mhux biex, per eżempju, jekk tkun se ssir riċerka fuq ministru, ikun hemm xi ħadd li jkun jista' jwaqqaf milli ssir dik ir-riċerka.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Hawnhekk qed naqblu.", "ONOR.", "TONIO BORG: Aħna bl-ebda mod ma kellna l-intenzjoni li nagħmlu xi ħaġa ta' dan it-tip, u tajna dan il-poter lir-reġistratur ġenerali l-iktar għal dawk li jew jagħmlu xi tibdil fl-informazzjoni dwar it-twelid tagħhom jew inkella għal dawk li jkunu ġew addottati.", "Naturalment irridu nsemmu wkoll li diġa` ġew solvuti ħafna mill-problemi li kienu jiltaqgħu magħhom dawk li jiġu addottati għax illum l-extract qed jiġi mpoġġi b'tali mod li ma tarax id-differenza bejn min ikun addottat u bejn ħaddieħor, pero` għad hemm min jitlob ċerti affarijiet sempliċement sabiex jagħmel ħsara lil ħaddieħor.", "Għalhekk jien lest li nillimita d-diskrezzjoni li tajna lir- reġistratur ġenerali f'każijiet ta' privacy, u mbagħad dejjem hemm id-dritt li tikkontestaha fil-qorti din ukoll, pero` jien bl-ebda mod ma rrid li jkollna xi provvediment li jagħti lok li r-reġistru pubbliku ma jibqax pubbliku.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Onor. Farrugia, tista' tkompli bid-diskors tiegħek.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Nirringrazzja lill-ministru ta' l-ispjegazzjoni li tani.", "Huwa importanti li anke fl-istadju tat-Tieni Qari, wieħed jieħu idea x'aħna ngħidu u jipprova jara kif l-abbozz ta' liġi jkun jista' jiġi emendat biex finalment ikollna liġi tajba.", "L-istess nistgħu ngħidu għal subklawsola (2) ta' klawsola 13, li tgħid hekk:", "\"Il-Ministru jista' permezz ta' avviż fil-Gazzetta jistabbilixxi illi informazzjoni fir-Reġistru Ċentrali li, skond dan l-Att jew kwalunkwe att ieħor, hija soġġetta għar-regoli ta' privatezza jew kunfidenzjalita`, jew tikkostitwixxi data personali sensittiva skond kwalunkwe att li jittratta dwar il-protezzjoni tad-data, ma għandhiex tkun aċċessibbli jew għandha tkun biss soġġetta għal aċċess privileġġat kif ikun preskritt:\",", "għax jien naħseb li jrid ikun hemm xi forma ta' kriterju biex din id- diskrezzjoni li qed jingħata l-ministru ma tiġix abbużata.", "Għalkemm ġeneralment meta l-head of department jew il-ministru jingħata vested rights u discretion, dawn il-vested rights u din id-discretion ikunu applikati tajjeb, il-liġi trid taħseb ukoll għal meta dawn jiġu applikati ħażin.", "Jien għamilt dawn l-osservazzjonijiet għax nemmen li l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna diġa` huwa pożittiv, pero` permezz tas-suġġerimenti tagħna l-liġi nkunu nistgħu nagħmluha iktar b'saħħitha ħalli meta tiġi in vigore, kulmin jagħmel użu mir-reġistru ċentrali l-ġdid li se jitwaqqaf, isib lil dan ir-reġistru ta' għajnuna għalih.", "Meta naslu fl-istadju ta' kumitat, dan se jkun il-ħin perfett fejn inkunu nistgħu nirranġaw xi affarijiet biex pajjiżna jkollu reġistru ċentrali li jixraqlu.", "Grazzi, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Iktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L- Onor. Herrera.", "ONOR.", "JOSE` HERRERA: Sur President, il-kollega tiegħi l-Onor.", "Anġlu Farrugia qal li l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna huwa pożittiv, u hekk hu għax dan huwa abbozz ta' liġi li ta' min ifaħħru.", "Fil-fatt sfortunatament dan l-aħħar jien, bħall-Onor.", "Anġlu Farrugia, ma qbiltx ma' xi abbozzi ta' liġi li pproponew il-ministru tal-ġustizzja u l-intern u s- segretarju parlamentari tiegħu u ħriġt bil-kanuni kontra tagħhom, pero` dan ma jfissirx li b'xi mod qed nattakka lill-ministru jew lis-segretarju parlamentari personalment.", "Meta jkun hemm xi ħaġa ħażina, jien ngħid li hija ħażina, u meta jkun hemm xi ħaġa tajba, jien ngħid li hija tajba, u l- abbozz ta' liġi li għandna quddiemna huwa tajjeb għax kien hemm bżonn li r- reġistrazzjonijiet fil-pajjiż jiġu definiti aħjar u jkunu ċċentralizzati.", "Sur President, fl-opinjoni tiegħi dan l-abbozz ta' liġi huwa marbut intrinsikament ma' xi tfisser il-kariga ta' nutar.", "Ħafna nies ma jifhmux għaliex il-kariga ta' nutar hija meħtieġa, u fil-fatt mhux il-pajjiżi kollha għandhom nutar.", "Per eżempju, fl-Ingilterra ma jeżistix nutar pubbliku imma solicitor, u filwaqt li hemm atti li huma reġistrati, hemm oħrajn li m'humiex.", "Ara f'pajjiżi oħra, bħall-Italja, in-nutar huwa l- uffiċjal pubbliku par excellence, jiġifieri l-maġġoranza ta' l-uffiċjali pubbliċi li hemm fl-Italja huma nutara.", "Fil-fatt fl-Italja kull nutar għandu area partikolari u kull att li jeħtieġ li jiġi reġistrat jew jiġi pubblikat irid imur bilfors quddiem dak in-nutar.", "F'dak il-pajjiż ix- xogħol ta' nutar pubbliku huwa rikonoxxut ħafna.", "Infatti l-kariga ta' nutar fl-Italja hija għolja ħafna, saħansitra iktar minn dik ta' avukat, u hija rikonoxxuta bħala waħda mill-aqwa professjonijiet li jeżistu.", "Ironikament f'Malta, qabel ma ġew l-Ingliżi u anke qabel żmien il- kavallieri, in-nutar kien l-iktar professjonista rispettat fil-pajjiż, u se ngħid għaliex ħalli fl-istess ħin nuri x'importanza għandu l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna.", "Fil-fatt fl-antik lin-nutar kienu jsejħulu bħala \"il-manifku\" għax dan kien l-iktar uffiċjal pubbliku li jirrappreżenta lill-istat.", "Ix-xogħol ta' nutar huwa xogħol ta' importanza kbira.", "Għaliex?", "Għax ċerti affarijiet li jsiru fil-pajjiż iridu jiġu reġistrati u ppubblikati għax jekk dan ma jsirx, ikollok it-taħwid, ikollok il-konfużjoni u jkollok il-kaos fil- pajjiż.", "L-ordinament tal-pajjiż jiddependi ħafna minn ċerti atti, u ċerti affarijiet li jsiru jridu jkunu rikonoxxuti, ippreservati u reġistrati mill- istat.", "Jekk pajjiż m'hux kapaċi jikkonserva l-atti importanti ta' l-istat, huwa ma jistax jitqies bħala pajjiż serju.", "Pajjiż serju jrid ikun kapaċi jikkonserva ċerti affarijiet.", "Anke l-istudji jsiru billi l-istudjużi jeżaminaw l-arkivji antiki tal-gvern li għandna reġistrati sa mis-seklu 13 u 14.", "B'hekk l-istudjużi jkollhom idea dwar kif kienet il-ħajja Maltija, kif kien jaġixxi l-poplu u x'kienet l-attivita` ekonomika f'dawk iż-żminijiet.", "Kieku ma jeżistux l-atti notarili, lanqas ikollna storja.", "Sfortunatament f'Malta mmorru lura 700 sena biss f'dawk li huma arkivji notarili.", "Pajjiżi oħra jmorru ħafna iktar lura minn hekk, pero` l-istorja Maltija hija ppriżervata fl-arkivji tan- nutara.", "Naturalment iż-żminijiet u ċ-ċirkostanzi jinbidlu, u matul iż- żmien daħlet it-teknoloġija, l-attivita` ekonomika żdiedet, il-liġijiet tal- pajjiż saru iktar komplikati, ġew ikkreati iktar drittijiet liċ-ċittadini, id-drittijiet li diġa` kellhom iċ-ċittadini saru iktar komplikati u allura wasal iż-żmien li l-affarijiet jiġu ordnati aħjar.", "Illum il-gvern qed jaħseb - u f'din huwa għandu l-appoġġ ta' l-oppożizzjoni Laburista - biex jiċċentralizza lir-reġistru pubbliku.", "Sal-lum ma kienx hemm reġistru ċentrali wieħed, imma kien hemm il-land registry, fejn kienu jiġu reġistrati l-artijiet, kien hemm l-insinwa, fejn kienu jiġu reġistrati l- kuntratti, iż-żwiġijiet, l-atti tat-twelid, tal-mewt u kien hemm ħafna reġistri differenti oħra, kollha joperaw b'mod indipendenti minn xulxin.", "Illum wieħed irid jammetti li bit-teknoloġija tista' tiċċentralizza.", "Fl- antik forsi ma stajtx imma illum tista', u allura l-gvern deherlu, kif deherlu kulħadd, li kien wasal iż-żmien li l-atti importanti li jsiru fil- pajjiż jiġu ċċentralizzati.", "Għalhekk l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna huwa mmirat f'dan is-sens.", "L-ewwel problema li nara hija din li se ngħid, pero` naħseb li din il- problema qed tiġi ndirizzata b'mod indirett permezz ta' dan l-abbozz ta' liġi.", "Fl-antik meta kienu jsiru l-kuntratti, dawn kienu jiġu reġistrati f'isem min ikun qed jagħmel l-att ta' trasferiment.", "Jiġifieri jekk kont tagħmel riċerka fuq il-bejjiegħ, kont tkun taf l-art li tkun ġejja mill- bejjiegħ u jekk kont tagħmel riċerka fuq min qed jixtri, kien jirriżultalek ta' min hi l-art li wieħed ikun se jixtri.", "Għalhekk ir-reġistrazzjonijiet li kienu jsiru dari, kienu jsiru fuq min jagħmel il-business, pero` naturalment dan m'huwiex l-aħjar metodu li għandu jintuża f'ċirkostanzi bħal dawn.", "Quddiemi għandi żewġ kollegi li t-tnejn huma avukati, wieħed huwa ministru u l-ieħor huwa segretarju parlamentari, u dawn jafu x'qed ngħid.", "M'hux biżżejjed li l-art tiġi reġistrata fuq persuna għax b'dan il- metodu jkun hemm proprjeta` li ma tkunx taf ta' min hi.", "Ejjew ngħidu li trid takkwista proprjeta`, ikollok l-irjiħat tagħha u ma tkunx taf ta' min hi dik l-art.", "Jekk tkun qed tipprova tivverifika ta' min hi l-art, billi jkollok l-irjiħat tagħha xorta waħda ma ssirx taf ta' min hi u biex tkun taf ta' min hi almenu trid tkun taf lil xi persuna li tgħid li hi tagħha.", "Issa ħafna drabi l-proprjeta` tiġi trasferita b'abbuż għax ikun hemm min jgħid li kien ilu jokkupaha għal iktar minn 30 sena, jgħid li hi tiegħu, ibigħha u mbagħad hemm jibda t-taħwid.", "Fil-fatt fil-qorti hemm kontestazzjonijiet kbar fuq proprjetajiet u hemm ħafna taħwid.", "Għalhekk ftit snin ilu kien ġie deċiż li għall-ġid ta' l-attivita` ekonomika tal-pajjiż u biex fil-pajjiż ikun hemm iktar stabbilta` u ċertezza, mhux biss għandhom jiġu reġistrati l-ismijiet ta' dawk li jkunu xtraw jew biegħu l-proprjeta` imma għandhom jiġu reġistrati wkoll l- irjiħat, id-deskrizzjoni ta' l-art, il-pjanta u l-art innifisha.", "Minħabba din ir-raġuni, minn żmien għal żmien il-gvern beda jidentifika area u jgħid li dik iż-żona taqa' taħt il-land registration fejn imbagħad kull biċċa art li tinbiegħ taħt dik il-land registration area mhux biss ikunu jridu jiġu reġistrati l-ismijiet ta' min xtara u min ikun biegħ dik l-art imma tiġi wkoll reġistrata u deskritta dik il-biċċa art biex jekk inkun irrid nixtri biċċa art, inġib il-pjanta u minn dik il-pjanta nkun naf min huma s-sidien, jew almenu nkun naf min kienu s-sidien u nkun nista' nagħmel il-verifiki u r-riċerka tiegħi.", "Mingħajr il-land registration jien nista' nixtri biċċa art u wara tliet snin jew erbgħa jistgħu jagħmluli kawża ...", "Fil-fatt isiru ħafna kawżi ta' dan it-tip.", "Kumbinazzjoni qabel ma l-Onor.", "Tonio Borg sar ministru, kelli kawża miegħu fil-qorti ta' l-appell dwar proprjeta` li ġiet trasferita bi preskrizzjoni għax hu, bħala avukat, kien qed jinsisti li dik il-proprjeta` kienet tal- klijent tiegħu, u qamet konfużjoni sħiħa.", "Ħafna kawżi jsiru għax jekk ma jkunx magħruf ta' min hi l-proprjeta`, in-nutar jiġi eżentat milli jagħmel ir-riċerki minħabba li ma jkunx jista' jsib irkaptu u allura jsir il- kuntratt mingħajr il-provenjenza ta' minn fejn tkun ġejja l-art, u dan huwa ħażin.", "Malta m'huwiex xi pajjiż kbir.", "Li kieku kellna nagħmlu l-land registration tar-Russja, taċ-Ċina jew ta' l-Amerka, kien ikun diffiċli, pero` l-fatt li Malta hija pajjiż żgħir huwa ta' vantaġġ għalina għax minkejja li dejjem issib xi problema 'l hemm u 'l hawn, m'huwiex daqstant diffiċli biex niddefinixxu u nirreġistraw il-proprjeta` kollha.", "Jien naħseb li l-ministru qed jingħata l-poteri li joħroġ ċerti bye-laws u regolamenti biex jiddeċiedi liema atti jridu jiġu reġistrati u insinwati u liema le sakemm għada pitgħada l-proprjeta` ta' Malta u Għawdex kollha tkun reġistrata.", "Jekk il-ministru jirnexxielu jagħmel dan, jien ngħidlu prosit.", "MR SPEAKER: Il-Ministru Borg, bil-permess ta' l-Onor.", "Herrera.", "ONOR.", "TONIO BORG: Fil-bidu l-abbozz ta' liġi ġie drafted b'mod li jkunu jistgħu jintużaw diversi kriterji, pero` l-kriterji li għandu f'moħħu d- dipartiment s'issa huwa li nirreġistraw skond il-kuntratt, jiġifieri se ngħidu li minn issa 'l quddiem il-kuntratti kollha inter vivos u d- dikjarazzjonijiet kollha causa mortis se jiġu reġistrati għax xi darba f'ħajtu bniedem żgur li se jmur għand nutar, u malli dan jagħmel hekk, id- dar tiegħu se tidħol fix-xibka tar-registration.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Nitlob lill-Onor.", "Herrera biex ikompli bl-intervent tiegħu.", "ONOR.", "JOSE` HERRERA: Din hija ħaġa tajba.", "Fil-fatt hemm problemi oħra li jinqalgħu f'dak li għandu x'jaqsam mal-wirt.", "Per eżempju, ħafna drabi jiġu klijenti għandek u jgħidulek li jkunu wirtu biċċa art, u mbagħad meta taqra t-testment biex tara l-provenjenza, issib li filwaqt li jkun hemm miktub li l-mejjet ikun ħalla l-ġid tiegħu kollu lil uliedu, il-ġid tiegħu ma jkunx xtrah imma jkun wirtu.", "Għalhekk ikollok tagħmel riċerka oħra, u ġieli jkun hemm każi fejn anke hawnhekk, il-ġid ikun intiret u għalhekk tibqa' ma tkunx taf meta sar il-kuntratt.", "Kif qal il-ministru qabel, huwa veru li hu impossibbli li f'daqqa waħda jqum il-ministru, iqum il-gvern jew iqum hu min hu u jgħid li minn għada l-proprjeta` kollha trid tiġi reġistrata.", "B'xi mod jew ieħor din tista' ssir, imma ekonomikament ma tistax issir, u għalhekk l-aħjar ħaġa hija li ngħidu, per eżempju, li mil- lum 'il quddiem kull att ta' akkwist li jsir irid jibda jiġi reġistrat għax b'hekk bil-mod il-mod over the years se jkollok il-pożizzjoni ċċarata.", "Jien naqbel ukoll li nobbligaw lil min jiret biex jirreġistra l-proprjeta` li jkun wiret għax b'hekk ikun hemm iktar serjeta` u iktar tkun taf fejn qiegħed.", "Fil-fatt din il-kwestjoni hija waħda mir-raġunijiet ewlenin għaliex aħna riedna niċċentralizzaw l-affarijiet.", "Mr Speaker, fil-ftit ħin li għad fadal għad-dispożizzjoni tiegħi m'għandix ċans nitkellem fuq il-klawsoli kollha ta' dan l-abbozz ta' liġi, pero` rrid ngħid li bl-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna, l-atti - issa hawn ta' min jispjega li l-kelma \"att\" hija l-kelma legali għal kuntratt - li jridu jiġu reġistrati żdiedu, u din hija ħaġa tajba wkoll għax iktar ma jgħaddi ż- żmien, il-ħajja iktar qed issir kumplikata.", "(Interruzzjonijiet) Il- Ministru qed jagħmel sew li qed jiġbidli l-attenzjoni għal dan, u fil-fatt jien għandi żewġ kawżi ta' dan it-tip.", "Meta wieħed imur jagħmel kuntratt, biex in-nutar jivverifika jekk jistax isir il-bejgħ, huwa jagħmel riċerka.", "Issa sal-lum li jista' jiskopri n-nutar fir-riċerka huwa jekk hemmx dejn fuq dik il-proprjeta` u jekk min ikun qed ibigħ ikunx l-owner.", "Per eżempju, sal-lum in-nutar ma jistax ikun jaf jekk kienx hemm requisition order fuq dik il-proprjeta`, u allura inti kont tkun tista' tixtri post, tkun mingħalik li huwa tiegħek u mbagħad meta tixtrih jirriżultalek li fuq dak il-post hemm requisition order tal-gvern u allura jkollok problemi kbar.", "Hemm ukoll kwestjonijiet oħra, bħal dik li għandha x'taqsam mal-permessi biex isir magħruf jekk art tkunx ġiet mibnija skond il-liġi, li għalkemm sal-lum għadha ma ġietx solvuta, b'xi mod jew ieħor se tiġi solvuta wkoll.", "Per eżempju, jekk il-MEPA toħroġ enforcement notice minħabba li dak li jkun ma jkunx bena skond il-liġi u allura din l-awtorita` tkun se twaqqa' dik il- proprjeta`, in-nutar se jgħidlek li għandek problema għax fuq dik il- proprjeta` hemm enforcement notice, imma kif għedna qabel, ...", "Qed tiġini f'moħħi wkoll xi ħaġa oħra; il-kirja.", "Ġieli meta jsiru l-kuntratti, jinqalgħu ċerti problemi minħabba li inti, wara li tixtri l-proprjeta`, issib li għandek bniedem li għandu l-qbiela f'idejh.", "Tista' wkoll tixtri post u mbagħad issib li xi ħadd għandu claim ta' kera fuqu.", "Fil-liġi nagħmlu distinzjoni bjen dawk li huma drittijiet reali u bejn dawk li huma drittijiet personali.", "Qabel it-tradizzjoni kienet li d-drittijiet reali, bħal ownership, ċens jew dejn, kienu jkunu jridu jiġu reġistrati bilfors permezz ta' nutar, pero` matul iż-żmien kien hemm min ingidem għax jista' jkollok drittijiet personali li llum allavolja m'għandhomx dik li fil-liġi nsejħulha bħala \"droit de suite\", jiġifieri allavolja llum ma jsegwux il-proprjeta`, jintirtu, u allura la jintirtu xorta kien hemm il-problemi, fosthom dik tal-kirja.", "Per eżempju, ejjew nieħdu proprjeta` li tkun qed tinbiegħ bis-subbasta l-qorti.", "Ikun hemm każi fejn dak li jkun, wara li jara r-riċerki u jagħmel il- bidding tiegħu, joħroġ ħafna flus biex jixtri dik il-proprjeta` u mbagħad wara li jkun xtraha jirriżultalu li dik il-proprjeta` tkun mikrija.", "Naturalment ma jindunax qabel għax mir-riċerki ma joħroġx li proprjeta` tkun mikrija.", "Ovvjament li kieku dan kien jaf li hemm xi ħadd b'kirja f'din il-proprjeta`, huwa kien joffri inqas flus jew inkella kien jaħsibha darbtejn qabel ma jixtriha.", "Għalhekk bla ebda dubju, huwa importanti li d- drittijiet personali jibdew jiġu reġistrati.", "L-istess nista' ngħid għall- prokura.", "Jien qrajtu l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna u donni fhimt li l-prokura trid tiġi reġistrata.", "Qabel, jekk jien kont inkun irrid inwaqqaf il-prokura ġenerali li nkun tajt lil persuna partikolari kien ikolli nagħmel ittra uffiċjali biex ninnotifika lin-nutara kollha ta' pajjiżna.", "Fil-fatt niftakar li darba jien kont għamilt ittra uffiċjali f'dan is-sens u nnotifikajt lil xi 140 jew 150 nutar.", "Issa biex issib l- indirizzi kollha ta' dawn in-nutara huwa diffiċli, u dan apparti li it is very expensive li tinnotifikahom kollha.", "Għalhekk naħseb li hija idea tajba - u din hija xi ħaġa li ilna ngħiduha - li l-prokura tiġi insinwata wkoll għax jekk din se tiġi revokata se jirriżulta mal-ewwel li din ġiet revokata u jekk il-prokura ma tkunx għadha valida m'hijiex se tirriżultalek fir-riċerki, jiġifieri min ikun se jaġixxi għan-nom ta' xi ħadd, se jirriżulta li dan qed jaġixxi għan-nom ta' xi ħadd, u din hija xi ħaġa tajba ħafna għax fil-kuntratti jsiru diversi abbużi li jkollhom x'jaqsmu mal-prokura li sal-lum aħna ma stajniex nikkontrollawhom.", "Hemm affarijiet oħra li se jiġu reġistrati, u fil-fatt se jkun hemm anke l- ħatra ta' kuraturi u ta' tuturi.", "Il-gvern Laburista wkoll kien beda jaħseb biex jibdew jiġu rreġistrati dawn l-affarijiet, fosthom il-mandat ta' inibizzjoni.", "Qabel kien jinħareġ mandat ta' inibizzjoni wara li kont titlob lill-imħallef biex jipprojbixxi l-bejgħ jew it-trasferiment tal- proprjeta` u dan il-mandat ma kienx jiġi insinwat bil-konsegwenza li mbagħad kien imur xi ħaddieħor u jbigħ il-proprjeta` hu.", "F'dan il-każ, min ikun xtara l-proprjeta` jkun għamel dan in buona fede għax il-mandat ta' inibizzjoni jeffettwa biss lill-kreditur u lid-debitur, u għalhekk inti ma tkunx tista' twaqqgħalu l-kuntratt.", "Minħabba din ir-raġuni, huwa importanti li l-mandat ta' inibizzjoni jiġi reġistrat.", "Li ma nafx huwa jekk hijiex se tibda tiġi reġistrata wkoll is-subbasta in primo ricorso.", "(Interruzzjonijiet) Mela jekk jogħġbok spjegahieli ftit għax naħseb li din hija importanti.", "MR SPEAKER: Il-Ministru Borg, bil-permess ta' l-Onor.", "Herrera.", "ONOR.", "TONIO BORG: Il-primo ricorso joħroġ mill-code of organization and civil procedure, u f'din il-liġi hemm l-obbligu li l-primo ricorso jiġi reġistrat.", "Issa ovvjament jista' jkun hemm liġijiet oħrajn li jimponu dan l-obbligu, u allura f'dan l-abbozz ta' liġi għamilnieha li jekk is-COCP tgħidlek li trid tirreġistra l-primo ricorso, dan irid jiġi reġistrat u b'hekk tkun taf li fuq dik il-proprjeta` hemm a judicial sale of auction.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Nitlob lill-Onor.", "Herrera biex ikompli bl-intervent tiegħu.", "ONOR.", "JOSE` HERRERA: Pero` hemm problemi oħra f'dak li għandu x'jaqsam ma' judicial sale għax il-liġi li tirrigwarda l-judicial sale hija l-iktar liġi li m'hijiex ċara u li tikkrea problemi.", "Jien qed nagħmel dan il-punt għax din hija kwestjoni li l-kredituri qed jiffaċċjawha kontinwament.", "Ħafna drabi meta inti tirbaħ kawża ta' ċertu ammont ta' flus u tiġi biex tesegwixxi l-kawża tiegħek, inti tesegwixxieha fuq proprjeta` immobbli.", "Issa meta inti tesegwixxi l-mandat tiegħek fuq proprjeta` immobbli, li tagħmel huwa li tirbaħ il-kawża, imbagħad tagħmel il-primo ricorso u titlob lill-qorti tordna l-bejgħ u tiffissa d-data għall-bejgħ tal-proprjeta`.", "Qabel ma ġiet emendata l-Kodiċi Ċivili, kienu jsiru l-abbużi għax kif jiġri hekk, wieħed kien imur ifittex jirreġistra ammont ta' dejn fuq dik il- proprjeta` biex meta dik il-proprjeta` tiġi biex tinbiegħ bis-subbasta, ħadd ma joffri flus minħabba li dik il-proprjeta` tkun mgħobbija bid-dejn.", "Kif qiegħda l-emenda - u nixtieq li din jiċċarahieli l-ministru - jekk jien, bħala debitur, nagħmel primo ricorso u nitlob lill-qorti tordna l- bejgħ tal-proprjeta` immobbli, jien ma nistax inbiegħha għax hemm il-primo ricorso, pero` kien hemm każi fejn il-proprjeta` ma nbiegħetx u kien hemm min irreġistra dejn fuq dik il-proprjeta`.", "Issa naturalment dak huwa ħażin, pero` n-nies jużaw din it-tattika minħabba dak li kont qed ngħid; għax jekk ikunu se jbigħuli d-dar, l-art jew il-fabbrika, jien jaqbilli nikkrea d-dejn fuqha biex meta din il-proprjeta` tiġi biex tinbiegħ bis- subbasta, dak li jkun ma jixtrix il-proprjeta`.", "Jistgħu wkoll isiru kuntratti ta' kirja.", "Għalhekk jien naħseb li l-liġi għandha tiġi inforzata f'dan is-sens; li una volta jsir il-primo ricorso u l-primo ricorso jiġi reġistrat, ma jkunu jistgħu jiġu reġistrati no real and personal rights.", "(Interruzzjonijiet) Imma jien qed nitkellem mill-esperjenza tiegħi.", "Mill- esperjenza tiegħi, jien ta' l-opinjoni li f'dak iż-żmien li jkunu qed isiru l-proċeduri tas-subbasta u tkun se tinbiegħ il-proprjeta` la għandu jkun hemm id-dritt li l-proprjeta` tiġi burdened bid-drittijiet personali, bħalma hi kirja ngħidu aħna, ovvjament la għandu jkun hemm id-dritt li l- proprjeta` tinbiegħ u lanqas għandu jkun hemm id-dritt li jiżdiedu d-djun fuq dik il-proprjeta` għax inkella tkun irbaħt kawża, tkun qed tipprova tesegwixxi l-kawża tiegħek billi tbigħ il-proprjeta` u mbagħad id-debitur tiegħek jimmanuvra biex jissalvagwardja d-drittijiet tiegħu u jirreġistra kirja, dejn jew ipoteka bil-konsegwenza li inti tispiċċa f'sitwazzjoni fejn minkejja li tkun irbaħt il-kawża, ma tkunx tista' tesegwixxi l-kawża tiegħek.", "MR SPEAKER: Onor. Herrera, niġbidlek l-attenzjoni li sar il-ħin.", "Se tibqa' in possession?", "ONOR.", "JOSE` HERRERA: Iva.", "Fid-9:00 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "MR SPEAKER: Nitlob lill-Ministru Borg sabiex, jekk jogħġbu, iressaq l- Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, nipproponi l-aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tlieta, 17 ta' Frar, 2004 fis-6:00 p.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Reġistru Ċentrali - Tieni Qari (Kont);", "Abbozz ta' Liġi li Jimplimenta Miżuri ta' l-Estimi – Kumitat (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Ilsien Malti - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar ir-Rifuġjati – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att dwar l-Amministrazzjoni Finanzjarja u l- Verifika – Tielet Qari; u", "Xi aġenda oħra li tista' tiġi komunikata aktar tard. ------------------------------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili (Emenda Nru 2) - Kumitat Permanenti.", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Mr Speaker, fil-ħin li għandi għad-dispożizzjoni tiegħi nixtieq nitkellem fuq tliet affarijiet partikolari, u se nibda billi nagħmel appell f'isem dawk l-istudenti Maltin u Għawdxin li qed jagħmlu undergraduate course f'xi waħda mill-universitajiet ġewwa l-Ingilterra għax dawn l-universitajiet qed jirrifjutaw li wara l-1 ta' Mejju, fejn jibqa' madwar 55 jum mis-sena akkademika, jiċċarġjawhom bir-rata li jħallsu EU students.", "Minn Settembru sa l-aħħar t'April dawn l-istudenti ħallsu bir- rata ta' non-EU students, jiġifieri bir-rata l-għolja, iżda issa dawn l- universitajiet qed jinsistu li mill-bidu ta' Mejju sa l-aħħar ta' Ġunju l- istudenti Maltin u Għawdxin jibqgħu jiġu stmati bħala non-EU students.", "Din jien qed inħossha bħala xi ħaġa nġusta, u fil-fatt diġa` ktibt ittra dwar din l-inġustizzja lill-universitajiet Ingliżi, lill-kummissarju għoli Ingliż u lill-ombudsman ta' l-Unjoni Ewropea għax inħoss li mill-1 ta' Mejju l-istudenti tagħna għandhom jitqiesu bħala EU students u allura għandha tapplika fil-konfront tagħhom ir-rata li jħallsu l-EU students.", "Qed insibha ironika li l-universitajiet Ingliżi ma jridux jirrikonoxxu li mill-1 ta' Mejju 'l quddiem l-istudenti Maltin u Għawdxin għandhom iħallsu bir-rata ta' EU students għax proprju mill-1 ta' Mejju li ġej, Euro2.4 miljun mid-Euro29 miljun li aħna l-Maltin u l-Għawdxin, bħala taxpayers, se nkunu qed ngħaddu lill-Unjoni Ewropea se jmorru proprju għand il-gvern Ingliż bħala parti mir-rebate li Margaret Thatcher kien irnexxielha tieħu lura lejn l-Ingilterra minħabba li qalet li l-Ingilterra qed tħallas wisq fondi lill-Unjoni Ewropea.", "Għalhekk qed insibha inġusta li f'dak li għandu x'jaqsam ma' piżijiet, se nitqiesu bħala full members sa mill-ewwel ġurnata li se nsiru membri ta' l-Unjoni Ewropea, imbagħad mill-1 ta' Mejju sa l- aħħar ta' Ġunju l-universitajiet Ingliżi se jibqgħu jqisu lill-istudenti tagħna bħala non-EU students.", "Forsi wieħed jista' jgħidli: Kemm se tagħmlu għaġeb fuq 55 ġurnata?!", "Jekk hawn min iħoss li l-istudenti Maltin u Għawdxin m'għandhomx jagħmlu għaġeb fuq 55 ġurnata, allura nistgħu wkoll naqilbu l-argument u ngħidu li huma l-universitajiet Ingliżi li m'għandhomx jagħmlu għaġeb fuq dawn il-55 ġurnata għax il-familji Maltin u Għawdxin diġa` qed jagħmlu sagrifiċċji kbar biex jibagħtu lil uliedhom jistudjaw barra minn Malta.", "Biżżejjed ngħidu li t-tuition fee ta' undergraduate course fl-Ingilterra faċilment tiġik madwar Stg7,200.", "Għalhekk kull ħaġa li familja Maltija tista' tiffranka meta tibgħat lil uliedha jistudjaw barra tgħin, u r-rata ta' EU student jew ta' home student żgur li hija iktar baxxa - għalkemm żgur li ma tkunx b'xejn, ħalli nagħmluha ċara - minn dik li jħallsu non-EU students.", "L-universitajiet Ingliżi qed isostnu li l-istudenti tagħna għandhom jibqgħu jitqiesu bħala non-EU students sa l-aħħar tas-sena akkademika.", "Fl-ittra li ktibt lill-kummissarju għoli Ingliż, jien għamiltlu appell biex jidħol fil- każ u jaħdem favur li l-istudenti tagħna jiġu eżonerati milli jħallsu rata għolja, u bħalma għedt diġa`, ktibt ukoll lill-ombudsman ta' l-Unjoni Ewropea għax jidhirli li m'huwiex ġust li fejn jidħlu piżijiet, nitqiesu bħala membri sħaħ ta' l-Unjoni Ewropea mill-ewwel ġurnata imbagħad fejn jidħlu benefiċċji nitqiesu tas-second class.", "Jien nittama li anke l-gvern Malti jagħmel il-pressjoni tiegħu mal-gvern Ingliż biex nitqiesu bħala membri sħaħ ta' l-Unjoni Ewropea f'kollox u mhux f'dak li għandu x'jaqsam ma' piżijiet iva u f'dak li għandu x'jaqsam ma' benefiċċji le.", "Mr Speaker, it-tieni tema li nixtieq nitkellem dwarha tikkonċerna applikazzjoni li saret biex fil-Marfa, li qiegħda sitwata int u sejjer iċ- Ċirkewwa fuq in-naħa tax-xellug, eżattament min-naħa tat-torri l-aħmar 'il ġewwa, isir wind farm.", "Jien naqbel li fejn huwa possibbli f'pajjiżna għandna niżviluppaw alternattiva għall-enerġija li nużaw.", "Bħalma jaf kulħadd, aħna l-Maltin u l-Għawdxin għadna wisq tradizzjonali u għadna nagħmlu użu eċċessiv ta' diesel u petrol.", "Mhux ta' b'xejn li anke skond studju li għadu kemm ħareġ dan l-aħħar, it-tfal u l-adoloxxenti tagħna jinsabu fit-tielet post f'dak li għandu x'jaqsam ma' asthma u ma' mard ieħor relatat man-nifs!", "Fil-fatt fl-ewwel post hemm l-Ingilterra, fit- tieni post hemm l-Irlanda u fit-tielet post hemm Malta.", "Għalhekk kull ħaġa li tista' sservi biex ikollna enerġija nadifa hija tajba għal ħafna raġunijiet, fosthom għas-saħħa u għall-ambjent, jiġifieri jien assolutament m'għandi xejn kontra li fejn nistgħu, niżviluppaw sorsi ġodda u nodfa ta' enerġija.", "Jien ninsab ippreokkupat għax se jsir wind farm hemmhekk minħabba li meta nsemmu l-wind farms - u jien naf x'qed ngħid għax kelli okkażjoni nara wind farms barra minn Malta - inkunu qisna qed nitkellmu fuq imtieħen tar-riħ, bid-differenza li f'dan il-każ ikunu bi tliet paletti minflok dawk tradizzjonali Maltin, kif nafuhom aħna, u allura dan ifisser li l-Marfa ridge, dik l-area li qiegħda qabel ma tasal fiċ-Ċirkewwa, se tkun mimlija b'dawn l-ispeċi ta' mtieħen li jiġġeneraw l-enerġija.", "Għadni ma rajtx id- dettalji tekniċi ta' din il-proposta, imma minn dak li naf għandi dubji serji dwar kemm dak il-post huwa kbir biżżejjed biex jiġġenera enerġija sostanzjali għax biex tiġġenera ċertu ammont ta' enerġija trid spazju kbir.", "Il-Marfa ridge huwa post sabiħ ħafna għax għadu xagħri, u fil-ħin liberu tagħhom ħafna familji Maltin u Għawdxin iħobbu jmorru hemmhekk biex jieħdu ftit arja friska - għax lil dan il-pajjiż qridnieh b'ħafna bini u karozzi - u joqogħdu jieklu u jqattgħu ftit ħin hemmhekk flimkien.", "Jekk il-Marfa ridge se jsir wind farm, dan se jmur kontra l-proposti tal- pjan lokali għax il-pjan lokali għan-naħa ta' fuq ta' Malta jissuġġerixxi li l-Marfa ridge jiġi żviluppat bħala post għall-ħin liberu fejn in-nies ikunu jistgħu jqattgħu ftit sigħat minn ħajjithom fil-kampanja u fl-arja friska, u ma naħsibx li jekk se jsir wind farm il-familji Maltin u Għawdxin se jkunu jistgħu jibqgħu jqattgħu l-ħin liberu tagħhom hemmhekk.", "Għalhekk jien sinċerament ninsab ippreokkupat b'din it-tip ta' applikazzjoni u nittama li jiġu evalwati ċ-ċirkostanzi kollha tal-każ qabel ma jingħata permess biex isir wind farm fil-Marfa ridge.", "L-aħħar punt li nixtieq nitkellem dwaru jirrigwarda l-Imġarr.", "Jekk f'Malta hawn post li minkejja ċ-ċokon tiegħu, huwa mogħni b'ħafna wirt storiku - fil-fatt sal-lum għadna lanqas skoprejna l-wirt storiku kollu li għandu dan il-post - dan huwa proprju l-Imġarr ta' Malta, pero` sfortunatament minkejja dan kollu, huwa wieħed mill-iktar postijiet li tħalla fi stat ta' abbandun mil-lokalitajiet ta' Malta u Għawdex kollu.", "Issa f'dawn l-aħħar ġimgħat ġibduli l-attenzjoni li fl-area magħrufa bħala \"Tar-Ragħad\" fil- limiti ta' l-Imġarr, fejn hemm katakombi Kristjani u fdalijiet arkeoloġiċi oħra, beda jsir xogħol ta' tħammil u diġa` qed isiru pjani dwar kif l-art se tiġi mqassma biex fiha jinbnew garaxxijiet u appartamenti.", "Permezz ta' mistoqsijiet parlamentari, jien staqsejt jekk l-awtoritajiet kinux jafu b'dan it-tħammil li beda fil-limiti \"Tar-Ragħad\", speċjalment issa li għaddejna liġi minn dan il-parlament biex inħarsu l-wirt storiku tagħna aħjar u allura għandna iktar strutturi biex inħarsu u nieħdu ħsieb il-wirt storiku tagħna.", "Fil-fatt ħadt gost li għallinqas dawn l-awtoritajiet taw kas ta' l-appell li jien kont għamilt permezz tal-mistoqsijiet parlamentari, u llum stess kelli risposta mill-Ministru Jesmond Mugliett fejn dan qalli hekk:", "\"Din is-sena s-sovrintendenza diġa` ħadet azzjoni kontra żvilupp illegali li kien qiegħed isir fl-inħawi \"Tar-Ragħad\" fejn jinsab katakombi Kristjan u fdalijiet arkeoloġiċi oħra.", "Din l-azzjoni qed tkun ikkoordinata mal-MEPA u mal-pulizija.", "F'dawn il-ġranet diġa` ttieħdet azzjoni mill-MEPA li ħarġet stop works order kontra dan l- iżvilupp illegali.\".", "Jien nittama li kemm is-sovrintendenza, kemm il-MEPA kif ukoll il-pulizija jibqgħu għassa għal dak li qed jiġri fil-limiti \"Tar-Ragħad\" ġewwa l-Imġarr biex il-katakombi Kristjani u l-fdalijiet arkeoloġiċi li hemm f'dawk l- inħawi ma jinqerdux għaliex in-nies li huma responsabbli għal dan l- iżvilupp li kien qed isir huma pjuttost b'saħħithom, u mhux sew li l- fdalijiet arkeoloġiċi li hemm f'dak il-post jinqerdu biex isir iktar bini.", "Qed nieħu gost li hemm stop works order - ECF 00039/04 - kontra dan l- iżvilupp illegali, u għandu jsir minn kollox biex dan l-iżvilupp illegali ma jitkompliex, ħalli biex nuża espressjoni bil-Malti, l-inħawi \"Tar- Ragħad\" ma nagħmluhomx ragħad u l-fdalijiet arkeoloġiċi li għandna hemmhekk jibqgħu ppriżervati tajjeb.", "Mr Speaker, ġaladarba qed insemmi lill-MEPA u lill-pulizija, nixtieq nikkonkludi d-diskors tiegħi billi nagħmel appell.", "Per eżempju, jien naf b'każ fejn żviluppatur irid iwaqqa' bini biex itella' blokk bini ieħor minfloku f'Tigne` Street ġewwa Tas-Sliema, u dan diġa` beda jwaqqa' l-bini minkejja li l-permess għadu ma ħariġx bil-konsegwenza li xi ġebel spiċċaw fil-btieħi ta' djar ta' anzjani li jgħixu f'Pace Street, li qiegħda dahar ma' dahar ma' Tigne` Street.", "Meta dawn l-anzjani pprotestaw ma' dan l- iżviluppatur, huwa qalilhom li meta jinħariġlu l-permess biex ikun jista' jwaqqa`, se javżahom biex sakemm isir it-twaqqigħ imorru joqogħdu x-xatt ta' Tas-Sliema ħalli ma jkunux fil-periklu.", "Fil-fatt dawn l-anzjani jafu li kien hemm każijiet ta' nies li mietu waqt li kien qed isir xogħol ta' twaqqigħ ta' bini ħdejhom u spiċċaw midfuna taħt djar li kienu qed jitwaqqgħu.", "Mr Speaker, m'huwiex sew li l-anzjani jiġu stmati b'dan il-mod u li għax l- iżviluppaturi għandhom is-saħħa tal-flus, jaħsbu li jistgħu jħarbtu l-ħajja ta' dawn l-anzjani.", "Immaġinaw lill-iżviluppatur imur iħabbat lil dawn l- anzjani fis-7:00 a.m., li l-maġġoranza l-kbira tagħhom ikunu morda, ħafna minnhom b'xi kondizzjoni tal-qalb, u jgħidilhom biex jaqbdu l-affarijiet tagħhom u jmorru joqogħdu bil-qiegħda fuq bank ix-xatt sakemm isir it- twaqqigħ, imbagħad wara li jsir it-twaqqigħ isejħilhom biex jidħlu lura fi djarhom.", "Dan m'huwiex mod ta' kif għandhom jiġu stmati l-anzjani tagħna, u nappella kemm lill-pulizija kif ukoll lill-MEPA biex jagħtu sehemhom.", "Nappella lill-MEPA wkoll biex meta toħroġ xi permess għal twaqqigħ ta' bini, jittieħed in konsiderazzjoni wkoll l-aspett tas-saħħa u tas-sigurta` ta' persuni terzi, fosthom il-ġirien, li jistgħu jintlaqtu ħażin minn dawn ix-xogħlijiet li jkunu qed isiru.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Iktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, f'Malta d-densita` tal-popolazzjoni tagħna hija għolja ħafna, u dan narawh anke meta nipparagunaw lil pajjiżna ma' pajjiżi li huma msieħba fl-Unjoni Ewropea jew li se jissieħbu fl-Unjoni Ewropea fl-1 ta' Mejju li ġej.", "Għalhekk iktar u iktar tikber l-importanza li nipproteġu l-art agrikola u rurali ta' pajjiżna, li tinħadem mhux biss biex tiggarantixxi xogħol imma anke biex tiggarantixxi provvista ta' ikel frisk.", "Ta' min jgħid ukoll li l-art rurali tagħna, li tagħmel parti mill- patrimonju tal-pajsaġġ Malti, tilqa' fi ħdanha l-biodiversita` u l-elementi kollha li tirrikjedi n-natura agrikola.", "Hawnhekk qiegħed nirriferi għal dak li tkellem fuqu sieħbi l-Onor.", "Evarist Bartolo iktar kmieni; dwar il-possibbilta` li jsir wind farm fil-Mellieħa.", "Il-Mellieħa mhux biss hija magħrufa għas-sbuħija tagħha u għan-nies bieżla tagħha imma hija magħrufa wkoll għall-fatt li tipproduċi l-aqwa għasel, u allura trawwem u tippermetti li f'dawk iż-żoni jgħix u jikber in-naħal.", "Fl- opinjoni tiegħi, qed nagħmlu ħażin li meta jkunu se jsiru inizjattivi ta' din ix-xorta, qed nippruvaw niffokaw biss fuq żoni bħal dawn u m'aħniex qed inħarsu lejn alternattivi oħrajn.", "Wasal iż-żmien li nitgħallmu li ċ- ċirkostanzi ta' Malta m'humiex bħal dawk ta' pajjiżi oħra u li inizjattivi ta' din ix-xorta għandhom ikunu innovattivi f'kull sens, anke jekk jittieħed in konsiderazzjoni li inizjattivi bħal dawn isiru fuq il-baħar.", "Jekk hemm bżonn, il-gvern jista' anke jivvota l-fondi meħtieġa ħalli jsiru dawn ir-riċerki u ssir din l-analisi, imbasta nżommu quddiem għajnejna l- ħin kollu l-fatt li pajjiżna huwa żgħir u li l-ftit art li baqa' għandna nħalluha għas-servizz u għall-ġid komuni tal-poplu tagħna.", "Issa nixtieq nagħmel riferenza għal dak li ntqal u nkiteb fuq il-mezzi tal- media min-naħa ta' l-oppożizzjoni Laburista dwar il-kwestjoni tas- salvagwardji tal-biedja lokali.", "Mr Speaker, kif kien wiegħed, il-gvern innegozja pakkett ma' l-Unjoni Ewropea dwar is-salvagwardji f'dak li għandu x'jaqsam mal-biedja lokali, u fil-fatt dan huwa msemmi f'artikli 37 u 38 tat-trattat.", "Issa aħna nafu li se jkollna nitgħabbew ukoll b'salvagwardji li jipproteġu prodotti li aħna ma nipproduċux lokalment.", "Ovvjament dan m'huwiex it-tort tagħna u huwa tort tan-negozjati li għamel il-gvern, pero` sfortunatament il-poplu ħa d- deċiżjoni li ħa u allura aħna għandna nirrispettawha.", "Madanakollu filwaqt li issa, permezz ta' dan it-trattat, aħna rridu nipproteġu prodotti li f'pajjiżna qatt ma pproduċejniehom, mhux biss minħabba problema ta' art imma anke minħabba l-klima tagħna, min-naħa l-oħra mill-1 ta' Mejju li ġej irridu nkunu responsabbli biżżejjed li nsegwu u noperaw is-salvagwardji tal- biedja lokali tagħna ħalli ma jkunx hemm xi disfatta, u hawnhekk jidħol is- sens komun.", "Għaliex?", "Għax filwaqt li l-Unjoni Ewropea tagħmel tajjeb li minn sena għall-oħra tipproteġi l-prodotti li jidhrilha li jistgħu jippenetraw u jkissru s-suq tagħha - u aħna qed nirrispettaw dik id- deċiżjoni, anke fuq prodotti li ilna nimportaw minn dejjem, avolja m'għandniex għalfejn, għax hekk saru n-negozjati - aħna se noqogħdu nistennew li jkollna sitwazzjoni diffiċli u li jkollna kriżi, kif qal il- kummissarju l-ġdid għal Malta, bil-konsegwenza li l-bdiewa, ir-raħħala u l- agro-industrijalisti tagħna jfallu minħabba penetrazzjoni fis-suq qabel ma niġbru xi prodotti mis-suq u ma nibqgħux inbigħu ċerti prodotti?!", "Mr Speaker, l-oppożizzjoni ġabret dan il-karnival kollu fi ftit kliem u qalet: Ejjew ma nkomplux indaħħku lin-nies bina u niddeċiedu li ġaladarba fil-prinċipju l-Unjoni Ewropea tipproteġi prodotti fl-interess tagħha, aħna għandna jkollna klawsoli biex nipproduċu l-biedja tagħna u allura għandna niddikjaraw li l-klawsoli tas-salvagwardji jibdew joperaw mill-1 ta' Mejju li ġej.", "Nerġa' ngħid li dan kollu huwa marbut maċ-ċokon t'artna kif ukoll mas-sens komun.", "F'Malta u Għawdex għandna 100,000 tomna raba' li 20,000 tomna minnhom huma raba' saqwi, jiġifieri huma l-iktar raba' li tista' tipproduċi minnhom.", "Issa jkun interessanti jekk wieħed jgħid li l-15-il pajjiż li hemm bħalissa fl-Unjoni Ewropea - u nerġa' nenfasizza li jien qed insemmi 15-il pajjiż u mhux 24 biex imbagħad tal-gazzetti ma jagħtux l- impressjoni li jien ma kontx konsistenti fl-argumenti tiegħi - bejniethom għandhom 1.5 biljun tmien ta' raba', li 600 miljun minnhom huma raba' saqwi.", "Allura ġaladarba l-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea għandhom 600 miljun tomna raba' saqwi u aħna għandna biss 20,000 tomna raba' saqwi, mhux bilfors jagħmel sens li quddiem din it-theddida kbira għax-xogħol u għall- għajxien tal-familji tagħna nibdew insostnu u noperaw is-salvagwardji tagħna mill-1 ta' Mejju li ġej?", "Permezz ta' dan l-appoġġ li nkunu qed nagħtu lis-settur tal-biedja, inkunu nistgħu nkattru l-investiment f'dan is- settur u ngħinuh ikompli jiżviluppa.", "Bħalissa dan hu li għandna bżonn għax f'pajjiżna teżisti theddida għall- għajxien ta' ħafna familji.", "Matul is-seduti preċedenti rajna li eluf ta' familji Maltin u Għawdxin jinsabu f'sitwazzjoni li ma jifilħux iħallsu l- kontijiet tad-dawl u l-ilma tant li qed ikollhom iħallsu dawn il-kontijiet bin-nifs permezz t'arranġamenti speċjali mal-korporazzjonijiet konċernati.", "Il-korporazzjonijiet konċernati kellhom saħansitra jaqtgħu l-provvista tad- dawl u ta' l-ilma ta' eluf oħra ta' familji biex jagħmlu pressjoni fuq dawn il-familji u b'hekk jiġbru parti minn flushom.", "Dawn huma kollha fatturi li jagħtu indikazzjoni tal-faqar modern u tat-theddida li qed jiffaċċjaw ħafna familji Maltin u Għawdxin għall-għajxien tagħhom.", "Insibu imbagħad sitwazzjonijiet oħra li jindikaw il-faqar soċjali li għandna llum u t-theddida għall-għajxien tal-familji tagħna.", "Dan l-aħħar ipparteċipajt u tkellimt waqt laqgħa li kienet tirrigwarda proprju dan is- suġġett, u f'din il-laqgħa jien esperjenzajt u tgħallimt iktar fuq il- problemi li qed ikollhom jiffaċċjaw ċerti familji Maltin u Għawdxin, fosthom is-single parent families.", "Per eżempju, sirt naf b'familja, li tikkonsisti minn omm u żewġ ulied ta' għaxra u ħames snin, li għandha Lm160 fix-xahar bħala relief.", "Issa ta' min jgħid li minn din iċ-ċifra l-omm trid tħallas Lm65 fix-xahar bħala kera għall-appartament privat li jgħixu fih, trid tħallas medja ta' Lm275 fis-sena f'kontijiet tad-dawl u l-ilma, li allura jiġu medja ta' Lm23 fix-xahar, ...", "Ħalli naqtgħu barra l-ispejjeż tal-mediċini u ta' l-edukazzjoni, bħax-xiri ta' uniformijiet u privatijiet għax dawn l-ispejjeż tagħmel tajjeb għalihom iċ-children's allowance, imma jekk mal-Lm65 u t-Lm23 li semmejt nikkalkolaw ukoll Lm20 spejjeż fix-xahar f'manutenzjoni, f'purchasing ta' affarijiet tad-dar, f'liċenzji tat- television, f'kontijiet tat-telephone u forsi anke f'xi loan għal xi għamara jew għal xi domestic appliances li jkunu qed jinxtraw bin-nifs, awtomatikament dawn l-ispejjeż jitilgħu għal Lm108 fix-xahar.", "Għalhekk jekk innaqqsu Lm108 mill-Lm160 li din il-familja tirċievi fix-xahar, insibu li din l-omm u dawn iż-żewġt itfal iridu jgħixu b'Lm1.75 kuljum.", "Biex ħadd ma jaħseb li qed nesaġera f'dan l-eżempju li qed nagħti, bil-permess tal- Kamra nixtieq inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pagament li rċeviet din il-familja f'Jannar ta' din is-sena.", "MR SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' kontijiet li qed tħallas familja.", "Jien nixtieq li kieku forsi jkun hemm xi ħadd min-naħa tal-gvern li jieħu interess u jinvestiga dawn iċ-ċirkostanzi diffiċli ta' faqar li qed ikollha tesperjenza din il-familja u ħafna oħrajn bħalha llum.", "Billi nagħtu 50ċ żieda lil dawn il-familji - u meta qed insemmi din iċ-ċifra ta' Lm160, jien qed ninkorpora fiha wkoll din iż-żieda - żgur li mhux se ntaffulhom il- problemi li għandhom, u dawn iċ-ċirkostanzi jkomplu jindikaw it-theddida, li qiegħda dejjem tikber, għall-għajxien ta' ħafna familji Maltin u Għawdxin.", "Mr Speaker, skond iċ-ċifri tal-korporazzjoni ta' xogħol u taħriġ, hija għandha reġistrati magħha iktar minn 8,000 ruħ li qed ifittxu x-xogħol u mill-aħħar rapporti tal-labour survey insibu li hemm 'il fuq minn 13,000 persuna li qed ifittxu x-xogħol.", "Nafu wkoll bit-tbatijiet li nħolqu minħabba n-nuqqas ta' servizzi li qed ikun hemm fiċ-ċentri tas-saħħa.", "Dan il-gvern ma jistax ikompli jwarrab dawn iċ-ċirkostanzi diffiċli li jeżistu f'pajjiżna, liema ċirkostanzi m'humiex qed jagħtu l-garanziji li kien wiegħed dan il-gvern, jiġifieri l-garanziji ta' kwalita` ta' ħajja u ta' livell ta' għajxien aħjar, imma qed ineżżgħu l-kwalita` ta' ħajja li dan il- poplu esperjenza kemm bi gvernijiet Laburisti kif ukoll bi gvernijiet Nazzjonalisti.", "Jenħtieġ li l-gvern jindirizza l-ħtiġijiet li għandu pajjiżna malajr kemm jista' jkun sabiex dan il-pajjiż ikun jista' jiggarantixxi x-xogħol u jħares id-dinjita` tas-soċjeta` tagħna.", "Dan huwa kliem li mhux biss qed nisimgħuh mill-mexxej Laburista imma qed nisimgħuh imfisser anke minn missier il-Knisja tagħna.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it- Tlieta, 17 ta' Frar, 2004 fis-6:00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill- Ministru.", "Fid-9:30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "GĦAWDEX - UFFIĊJALI TEKNIĊI", "4224.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għal Għawdex: Tista' il-Ministru tgħid kemm hemm uffiċjali tekniċi fid-dipartiment ta' l- agrikoltura f'Għawdex li jifhmu fiż-żbir tas-siġar, fiż-żriegħ tax-xtieli ornamentali, fil-kura ta' l-annimali u fix-xogħol tat-taqsima ta' l- ispettorat kemm ta' l-irziezet kif ukoll tar-raba?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Jien informata li fil-fergħa ta' l-agrikoltura tad- dipartiment għall-proġetti u żvilupp tal-ministeru għal Għawdex hemm principal agricultural officer, veterinary officer, senior veterinary officer, żewġ agricultural officers, senior agricultural foreman, agricultural foreman, tliet assistant foremen, 56 gardeners u 21 farmers li jifhmu f'wieħed jew f'aktar mill-oqsma msemmija.", "SPTAR SAN LUQA – MIGRATION PLAN", "4227.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' il- Ministru jgħid kemm saru laqgħat minn wara l-elezzjoni mal-MAM u ma' l-MUMN dwar it-trasferiment minn San Luqa għall-isptar il-ġdid?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Qed isiru laqgħat biex jiġi ffinalizzat il-ftehim settorali kollettiv.", "Ladarba jiġi ffinalizzat dan il-ftehim, jibdew it- taħditiet dwar it-trasferiment lejn l-isptar Mater Dei.", "ĦAL LUQA – ESTENSJONI TA' L-ISKOLA PRIMARJA", "4228.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid f'liema stadju wasal ix-xogħol li kien għaddej fl- iskola primarja ta' Ħal Luqa?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li x-xogħol fuq l-ewwel fażi ta' estensjoni ta' l-iskola primarja ta' Ħal Luqa jinsab fi stadju avvanzat.", "Bħalissa għaddejjin l-aħħar xogħlijiet ta' finitura fuq l-estensjoni l-ġdida.", "Huwa ppjanat li l-estensjoni l-ġdida tkun tista' tibda tintuża sal-bidu tas- sena skolastika li jmiss.", "AWTORITA' TAD-DJAR - NUTARA", "4240.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk l-awtorita' tad- djar għandhiex nutara mpjegati magħha u min huma?", "X'inhi r-raġuni li diversi persuni li kkwalifikaw biex jakkwistaw proprjeta' immobbli mingħand l-awtorita' qed jiġu mistoqsija jekk iridux jużaw is-servizzi tan-nutara?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab informat li l-awtorita' tad-djar għandha żewġ nutara mpjegati magħha b'kuntratt għal tliet snin, Dr Angele Rapa u Dr Tania Farrugia, - liema ingaġġ sar wara sejħa pubblika.", "ĠURI TA' MEINRAD CALLEJA", "4241.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm uffiċjali tal-pulizija fuq xogħol fil-qorti waqt il-ġuri ta' Meinrad Calleja?", "X'kien jinvolvi x-xogħol tagħhom?", "X'kienet l-ispiża relattiva?", "ONOR.", "TONIO BORG: Mhix il-prassi li tingħata informazzjoni dwar miżuri ta` sigurta` li jittieħdu mill-awtoritajiet meta u fejn ikun meħtieġ.", "SIĠĠIEWI: WIED ĦESRI - PROPRJETA' TAL-GVERN", "4246.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il- fond proprjeta' tal-gvern li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, huwiex allokat legalment jew inkella ġiex żgassat?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jien informat li l-fond indikat ilu okkupat mill- kerrej legali mill-1997.", "PARKING TA' VETTURI BIL-MUTUR", "4247.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Ministru jgħid jekk vetturi kbar bħal char-a-bancs u trakkijiet oħra tax-xogħol jistgħux jipparkjaw?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi l-ipparkjar ta` vetturi bil-mutur huwa permess kif maħsub fir-regolamenti dwar il-vetturi bil-mutur u r- regolamenti dwar tractors bil-mutur.", "Iżda għal aktar tagħrif dettaljat, nitlob lill-Onor.", "Interpellant jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "ĦAL QORMI - TINDIF TAL-WIDIEN", "4248.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' il-Ministru jgħid meta se jitnaddfu Wied is-Sewda u Wied il-Kbir, f'Ħal Qormi?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ix-xogħol ta' tindif f'Wied is-Sewda u Wied il-Kbir se jibda fil-ġranet li ġejjin.", "GĦAMMIERI - COMPUTERS", "4249.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid x'sar minnhom il-computers li kien hemm ġewwa l-Għammieri?", "Jista' jgħid jekk itteħdux Ħad-Dingli?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Ninsab informat li l-computers li kien hemm fl- GĦammieri għadhom l-GĦammieri u ma ttieħdu l-ebda computers Ħad-Dingli.", "TRASPORT U KOMUNIKAZZJONI - MOBILE PHONES", "4276.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm mobile phones fid- dekasteru tiegħu?", "Minn min qed jintużaw u xi tħallas f'kontijiet matul is- sena 2003?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "FINANZI U AFFARIJIET EKONOMIĊI - MOBILE PHONES", "4277.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm mobile phones fid- dekasteru tiegħu?", "Minn min qed jintużaw u xi tħallas f'kontijiet matul is- sena 2003?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mat-tagħrif diġa' mogħti fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 4077, inżid ngħid li fl-enti tad-dekasteru tiegħi hemm 40 mobile phones.", "Dawn jintużaw minn uffiċjali għoljin u minn xi uffiċjali oħrajn skond il-bżonn.", "L-ispiża totali għas-sena 2003 kienet ta' Lm14,532.", "POLITIKA SOĊJALI - MOBILE PHONES", "4278.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm mobile phones fid-dekasteru tiegħu?", "Minn min qed jintużaw u xi tħallas f'kontijiet matul is-sena 2003?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-informazzjoni mitluba qegħda tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "GĦAWDEX - MOBILE PHONES", "4279.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' il- Ministru tgħid kemm hemm mobile phones fid-dekasteru tagħha?", "Minn min qed jintużaw u xi tħallas f'kontijiet matul is-sena 2003?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: L-informazzjoni mitluba hija skond it-tabella kif murija hawn taħt:", "|Mobil|Min qed jużahom |Ħlas | |e | | | |phone| | | |s | | | | |Ministru għal |Lm400.6| |1 |Għawdex |4 | | |Kap tas-Segretarjat| | |1 | |319.86 | | |Seg.", "Privat | | |1 |tal-Ministru |516.12 | | |Ass.", "Segretarju | | |1 |Privat |162.52 | | |Kordinatriċi | | |1 |tal-Komunikazzjoni.|237.12 | | |Segretarju | | |1 |Permanenti |Xejn | | |Dir.", "Servizzi | | |1 |Korporattivi |128.78 | | |Dir.", "Office of | | |1 |Review |202.20 | | |Segretarjat | | |1 |Permanenti |45.00 | | |Dir.", "Proġetti u | | |1 |Żvilupp |244.70 | | |Dir.", "Customer | | |1 |Services |197.51 | |Total| |2,454.4| |11 | |5 |", "ĠUSTIZZJA U INTERN - MOBILE PHONES", "4280.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm mobile phones fid-dekasteru tiegħu?", "Minn min qed jintużaw u xi tħallas f'kontijiet matul is-sena 2003?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li n-numru ta` mobile phones fil- ministeru tal-ġustizzja u intern u fis-segretarjat parlamentari jammonta għal 11.", "Dawn jintużaw mill-ministru, mis-segretarju parlamentari, mill- heads of secretariat, mis-segretarji privati, communications co-ordinators u policy co-ordinators.", "L-ispiża f'kontijiet matul l-2003 kienet tammonta għal Lm2,697.61.", "GĦal dak li jirrigwarda d-dipartimenti u enti oħra li jaqgħu taħt dan id- dekasteru, nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 4076 u nżid ngħid illi n-numru ta` mobile phones li dwarhom ingħatat l-informazzjoni fit-tweġiba msemmija hu ta` 100.", "TURIŻMU - MOBILE PHONES", "4281.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' il- Ministru jgħid kemm hemm mobile phones fid-dekasteru tiegħu?", "Minn min qed jintużaw u xi tħallas f'kontijiet matul is-sena 2003?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-informazzjoni mitluba hi kif tidher hawn taħt:", "Ministeru u Dipartiment", "Permanent secretary, director tourism and corporate services, director EU affairs, programme implementation, head of secretariat staff, private secretary, project co-ordinatior, assistant private secretary, communications co-ordinator, policy co-ordinator, office co-ordinator, secretariat officers, drivers/securities, advisor, officer in charge administration, director general (ITS), deputy director (ITS), registrar.", "L-ammont totali li tħallas f'kontijiet matul is-sena 2003 kien Lm6,105.97.", "Awtorita' Maltija tat-Turiżmu:", "MTA chairman, chief executive officer, directors, consultant, senior managers, drivers, chairman enforcement, chairman product planning, chairman marketing, marketing staff.", "L-ammont totali li tħallas f'kontijet ta' dawn il-mobile phones matul is- sena 2003 kien Lm10,480.09.", "KERREJJA F'POSTIJIET TAL-GVERN", "4308.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhi l-politika tal- gvern fir-rigward ta' dawk l-anzjani li huma kerrejja ta' fond tal-gvern iżda jinsabu residenti f'home għall-anzjani?", "Għaliex f'ċerti każi qed ikun hemm stop-payment tal-kera?", "X'jiġri f'każ ta' anzjan li jqatta' il-perjodu matul il-ġurnata fir-residenza tiegħu u l-gvern jiddeċiedi li jagħmel stop- payment tal-kera?", "Kif jiġi deċiż li jsir hekk?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ma kienx hemm każi ta' kerrejja ta' postijiet tal- gvern li sarilhom stop-payment tal-kera għax ikunu residenti f'dar għall- anzjani.", "AFFARIJIET BARRANIN - WEBSITE", "4309.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra min hi l-kumpannija li qed tieħu ħsieb il-website tal-ministeru?", "Min huma d-diretturi ta' din il- kumpannija?", "X'qed titħallas għas-servizzi li qed tagħti?", "Hemm xi flus pendenti u dovuti lil din il-kumpannija?", "Ma' din il-kumpannija hemm impjegati ulied xi uffiċjal għoli fil-ministeru?", "ONOR.", "JOE BORG: L-informatics atelier ta' 24, Vjal l-Indipendenza, il- Mosta hija l-kumpannija li qed tieħu ħsieb il-website għall-ministeru u dan skond letter of understanding li ġġib id-data tat-13 ta' Mejju, 2002.", "Id-diretturi ta' din il-kumpanija huma s-Sur Christopher Borg u s-Sur Dalibor Milenkovic li minn naħa tiegħu kien ilu jipprovdi s-servizzi tiegħu f'dan ir-rigward lill-ministeru mill-1995.", "L-impjegati ta' din il- kumpannija huma l-istess diretturi.", "Il-ministeru jħallas rata ta' Lm5.75 fis-siegħa (15% VAT inkluża) għas- servizz ta' din il-kumpannija.", "L-unika kont li hemm pendenti huwa dak li jkopri Novembru u Diċembru 2003 ta' Lm920.00 li wasal il-ministeru fit-28 ta' Jannar, 2004.", "Nikkonferma li s-Sur Christopher Borg huwa qarib ta' uffiċjal li jaħdem fil- ministeru.", "AMBAXXATI MALTIN – POSTINGS", "4310.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' il-Ministru jikkonferma li kien hemm uffiċjal posted f'Parigi li kien se jintbagħat Brussels bħala uffiċjal tekniku fuq affarijiet veterinarji u għal xi raġuni jew oħra l-posting tiegħu tħassar u l-istess uffiċjal ingħata posting f'Tuneż mingħajr biss ma nħarġet posting order?", "ONOR.", "JOE BORG: Il-ħruġ ta' posting order biex tkopri l-postings ta' uffiċjali fl-ambaxxati Maltin barra minn Malta hija proċedura amministrattiva li mhux neċessarjament issir bil-quddiem, jiġifieri qabel ma l-uffiċjali konċernati jibdew jieħdu posthom fl-ambaxxati fejn ikunu ntbagħtu.", "Il-posting order relattiva għall-uffiċjal imsemmi ħarġet il-Ġimgħa 6 ta' Frar 2004.", "NORTH SOUTH ECONOMIC FORUM", "4311.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jikkonferma l-Ministru li qed isiru sforzi biex in-north-south economic forum li se jsir f'Vilnius f'Marzu ta' din is-sena jsir f'Malta f'Settembru tas-sena d-dieħla?", "ONOR.", "JOE BORG: Jien informat li m'huma jsiru l-ebda sforzi mill-ministeru sabiex in-north-south economic forum isir f'Malta.", "AMBAXXATA MALTIJA F'BUDAPEST", "4312.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' il-Ministru jikkonferma li l-Gvern Ungeriż għadu kif informa lill- Gvern Malti li m'hemmx ċans li jirreċiproka l-ftuħ ta' ambaxxata f'Budapest mill-inqas qabel is-sena d-dieħla?", "ONOR.", "JOE BORG: Il-Gvern Ungeriż, filwaqt li esprima s-sodisfazzjon tiegħu għad-deċiżjoni ta' Malta li tiftaħ ambaxxata Maltija ġewwa Budapest, sostna li dan il-ġest jiġi rreċiprokat min-naħa Ungeriża ma' l-ewwel opportunita' possibbli.", "FTEHIM TA' ESTRADIZZJONI MA' L-EĠITTU", "4313.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' il-Ministru jgħid meta mistennija jsiru taħditiet ma' l-awtoritajiet Eġizzjani dwar ftehim ta' estradizzjoni?", "ONOR.", "JOE BORG: Malta u l-Eġittu mistennija jkomplu bit-taħditiet dwar il- proposta ta' ftehim ta' estradizzjoni aktar tard dan ix-xahar.", "AMBAXXATI MALTIN - VISA SECTION", "4314.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' il-Ministru jgħid kienx hemm xi ambaxxati Maltin barra l-pajjiż fejn spiss irriżulta li nationals barranin li applikaw il-visa section ta' l- ambaxxata, ippreżentaw għadd ta' employment documents mbagħbsa?", "Fejn irriżulta dan?", "Huwa minnu li ġieli kien hemm każi fejn individwi barranin applikaw għall-visa biex jidħlu Malta f'ċerta ambaxxata fejn ippreżentaw inviti minn kumpanniji Maltin biex iżuru pajjiżna għal taħditiet kummerċjali fejn wara li sar l-istħarriġ neċessarju rriżulta li ma kien jeżisti ebda rbit kummerċjali bejn iż-żewġ naħat?", "ONOR.", "JOE BORG: L-informazzjoni mitluba qegħda tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "ĦAŻ-ŻABBAR - TRIQ SANTA TEREŻA", "4323.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid jekk l-awtorita' għall-immaniġjar tat-traffiku ġietx ikkonsultata biex Triq Santa Tereża, f'Ħaż-Żabbar issir no-parking, bil-konsegwenza li residenti m'għandhomx fejn jipparkjaw?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Minn riċerka li saret fir-records tad-direttorat għall- immaniġjar tat-traffiku jirriżulta li d-direttorat kien approva l-għeluq ta' Triq Santa Tereża, f'Ħaż Żabbar għall-ħinijiet ta' l-iskola biss bejn is-7:30 a.m. u t-8:30 a.m. u bejn is-14:00 p.m. u 15:00 p.m., bħalma sar f'ħafna lokalitajiet għar-rigward tas-sigurta' tat-tfal ta' l-iskola.", "Għar-rigward tan-no-parking li qed jagħmel riferenza għaliha l-Onor.", "Interpellant, id-direttorat għall-immaniġjar tat-traffiku ma ta l-ebda approvazzjoni.", "MALTA DRYDOCKS - ĦADDIEMA BIS-SENSJA", "4324.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru għat-Teknoloġija ta' l- Informazzjoni u Investiment: Jista' il-Ministru jinnega xnigħat persistenti li hawn li fi ftit xhur oħra, il-gvern beħsiebu jittermina l-impjieg ta' numru sostanzjali ta' ħaddiema mit-tarzna?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninnega.", "POSTIJIET REKWIŻIZZJONATI", "4325.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm baqa' djar/appartamenti taħt il-kontroll tad-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali?", "Jista' jgħid kemm ħarġet fondi għall-kiri jew għall-bejgħ l- awtorita' tad-djar fis-snin 2000, 2001, 2002 u 2003?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Id-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali għandu 9,600 post li huma rekwiżizzjonati u madwar 9,000 oħra li huma proprjeta' tal-gvern.", "Ninsab informat ukoll li bejn is-sena 2000 u s-sena 2003 l-awtorita' tad- djar ħarġet għall-bejgħ 369 maisonette, għaxart idjar, 633 appartament u erba` cluster houses f'diversi lokalitajiet permezz ta' sitt avviżi separati.", "Matul l-istess perijodu, l-awtorita' għaddiet 177 post lid-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali biex jiġu allokati b'titolu ta' kera mill- istess dipartiment.", "INVESTIGAZZJONI TA' INĠUSTIZZJA", "4326.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Ministru jispjega għal liema raġuni għadu ma sarx ħlas abbażi ta' sentenza tat-tribunal għall-investigazzjoni ta' inġustizzja li dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, għalkemm din ilha deċiża minn Settembru 2003?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jindirizza mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "EUROPEAN ARREST WARRANT", "4327.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Ministru poġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja uffiċjali tat-test tal-European arrest warrant?", "Jidhirlu li għandu jaġġunġi ċerti riservi fuq l-istess?", "ONOR.", "TONIO BORG: Kopja tal-council framework decision tat-13 ta` Ġunju, 2002 (2002/584/JHA) tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni fis- seduta.", "Ir-riservi huma dawk previsti fid-deċiżjoni nnifisha.", "VALLETTA: TRIQ IL-MEDITERRAN – KONSUM TA' DAWL U ILMA", "4328.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru għat-Teknoloġija ta' l- Informazzjoni u Investiment: Jista' il-Ministru jgħid għaliex meta ssir korrispondenza legali mal-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma rari tingħata risposta, bħal fil-każ ta' persuna li dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-ittra datata 21 ta' Jannar, 2004 dwar ammonti dovuti għas-servizz u l-konsum ta' ilma u elettriku fil-fond li għalih saret riferenza, waslet għand il-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma l- għada u tweġiba ntbagħtet fid-29 ta' Jannar 2004.", "ENEMALTA - WIRES MIKXUFIN", "4329.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru għat-Teknoloġija ta' l- Informazzjoni u Investiment: Jista' il-Ministru jgħid f'liema stadju wasal il-proċess biex jinbidlu wires mikxufin?", "Meta beda dan l-eżerċizzju?", "Ta' min hi r-responsabbilta' li jsir dan ix-xogħol?", "F'liema lokalitajiet jinsabu dawn il-wires mikxufin?", "Taħt liema regolamenti qed isir dan it- tibdil ta' wires?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: F'Malta u GĦawdex hemm numru sostanzjali ta' wires mikxufin li bħala prinċipju m'hemm xejn ħażin fihom.", "Napprezza jekk l-Onor.", "Interpellant jindika għal liema wires qed jirriferi.", "ĊENTRI TA' L-IMMIGRAZZJONI", "4330.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża totali tal-pulizija sabiex jiġu mħarsa ċ-ċentri ta' l-immigrazzjoni f'Ta' Kandja u Ħal Far kif ukoll tal-General Head Quarters fid-depot tal-pulizija fil-Floriana għas-snin 2002 u 2003?", "Jista' jgħid kemm kienet l-ispiża ta' l-ikel, phonecards u ħwejjeġ li ngħataw lid-detenuti f'dawn is-snin?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 2556.", "ĊENTRI TA' L-IMMIGRAZZJONI", "4331.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża totali ta' l-armata sabiex jiġu mħarsa ċ-ċentri ta' l-immigrazzjoni f'Ħal Safi u Lyster Barracks għas-snin 2002 u 2003?", "Jista' jgħid kemm kienet l-ispiża ta' l-ikel, phonecards u ħwejjeġ li ngħataw lid-detenuti f'dawn is-snin?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jien informat li l-ispejjeż li għamlu l-forzi armati għas-snin 2002 u 2003 kienu kif jidher fit-tabella li poġġejt fuq il- mejda tal-Kamra aktar kmieni fis-seduta.", "GĦALLIS - ENGINEERED LANDFILL", "4332.", "L-ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' il-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess ta' applikazzjoni għall-iżvilupp ta' landfill fl-Għallis?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Il-proċess ta' studju dwar l-impatt ambjentali għadu għaddej.", "Kemm l-applikazzjoni kif ukoll id-disinji u dettalji tekniċi tal- kostruzzjoni ta' l-engineered landfills, inkluż dik għall-iskart perikoluż, ġew sottomessi lill-MEPA biex tiġi approvata t-teknoloġija li għandha tiġi adottata.", "GĦAWDEX - WASTE TRANSFER STATION", "4333.", "L-ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' il-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess ta' applikazzjoni għall-iżvilupp ta' waste transfer station f'Għawdex, in vista tal-fatt li hemm rabta ma' l-Unjoni Ewropea li l-miżbla tal-Qortin trid tagħlaq fl-1 ta' Mejju, 2004?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Il-proċess ta' studju dwar l-impatt ambjentali wassal biex intgħażel is-sit preferut.", "GĦalkemm ġiet sottomessa l-applikazzjoni għal dan l-iżvilupp, il-MEPA għad trid tikkonferma dan is-sit u jitkompla l- istudju dwar l-impatt ambjentali fuqu."]} {"filename": "19940722_304d_par.doc", "date": "1994-07-22", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Uffiċjali u Rivedut) IS-SEBA' PARLAMENT Seduta Nru. 304 Il-Ġimgħa, 22 ta' Lulju, 1994 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati Malta Prezz Lm1 IS-SEBA' PARLAMENT Seduta Nru. 304", "Il-Ġimgħa, 22 ta' Lulju, 1994", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-9.06 a.m.", "Talba", "Seduta Nru. 304", "Il-Ġimgħa, 22 ta' Lulju, 1994", "WERREJ", "MINUTI 141", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 141", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR TAXXA FUQ IL-VALUR MIŻJUD", "VALUE ADDED TAX (BILL)", "It-Tieni Qari 147", "AĠĠORNAMENT 170", "MISTOQSIJIET IMWIEĠBA BIL-MIKTUB 175", "MINUTI", "MR SPEAKER (Onor. Lawrence Gonzi): Ninforma lill-Kamra li f'paġna 5 tal- Minuti, item nru 11 - Abbozz ta' Liġi dwar Soċjetajiet Kummerċjali (Dispożizzjonijiet Speċjali) - fl-aħħar sentenza ta' dak il-paragrafu jridu jidħlu l-kliem \"nem. con.\" wara l-kelma \"għaddiet\".", "Jistgħu issa jiġu konfermati l-Minuti?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 303 li saret fl-20 ta' Lulju, 1994, ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "MANAGEMENT SYSTEMS UNIT- STUDENTI UNDERGRADUATES", "20085.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Prim Ministru: Kemm ingaġġat studenti l-MSU fl-Undergraduate Traineeship Scheme?", "Kemm f'kull qasam?", "Fejn se tħaddimhom?", "Kemm se jitħallsu?", "B'liema metodu ġew ingaġġati l-istudenti?", "X'inhi r-raġuni li kien hemm studenti li ġew rifjutati bla ma biss sarilhom interview meta kellhom l-istess livell akkademiku ta' oħrajn li ntgħażlu u sarilhom interview?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Prim Ministru): L-MSU ingaġġat 12-il student fl-'Undergraduate Traineeship Scheme', sebgħa fit-teknoloġija tal- informatika u ħamsa fil-konsulenza.", "Ir-rispons għal din l-iskema kien qawwi ħafna.", "Fil-fatt intbgħatu 'l fuq minn 80 applikazzjoni.", "Kien impossibbli li jiġu ntervistati l-istudenti kollha.", "Għadd ta' studenti ntgħażlu jattendu għal 'interview' fuq bażi ta':", "- kemm kien rilevanti l-kors ta' studju għall-bżonnijiet tal-kumpannija,", "- il-marki li nkisbu fil-kors ta' studju,", "- proġetti u 'assignments' li l-istudenti ntalbu jibgħatu,", "- esperjenza ta' xogħol rilevanti,", "- il-pjanijiet għall-karriera li l-istudenti ndikaw fl-ittra ta' l- applikazzjoni.", "Is-salarju li jingħata lill-istudenti huwa parti mill-kuntratt bejn l- istudenti u l-kumpannija u għaldaqstant huwa nformazzjoni ta' natura konfidenzjali.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Bartolo, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Issa li l-Prim Ministru spjega l-kriterji li ntużaw għall-għażla, ma jidhirlux li kienet tkun idea tajba li jiġu spjegati lill-istudenti li japplikaw għax bħas-soltu jkun hemm is-suspett li ntużaw kriterji oħra biex intagħżlu?", "MR SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jien ma nafx li hemm dawn is-suspetti.", "Anzi safejn naf jien l-affarijiet imxew bl-aktar mod normali u ma nafx lanqas li kien hemm xi lmenti.", "Irridu nifhmu li hawnhekk saret talba għal min hu nteressat.", "Hawnhekk spjegajt il-kriterji x'inhuma, pero' jekk kenux jafu x'inhuma l-kriterji preċiż ....", "Kull min jagħmel talba bħal din l- ewwelnett għandu jifhem li l-employer għandu l-kriterji tiegħu kif jagħżel, naturalment abbażi tal-kwalifiki li jkollhom.", "Hawnhekk qegħdin ngħidu li applikaw 80.", "L-ewwel xogħol li sar kien li raw x'inhuma l-kwalifiki kollha ta' kull min applika u lil dawk li dehrilhom li huma l-aħjar saru l- interviews u mbagħad skond min jgħaddi jiddeċiedu.", "Jiġifieri jien m'għandi ebda indikazzjoni li hemm xi suspetti jew dubji li l-affarijiet ma sarux sewwa.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mario Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Jista' l-Prim Ministru jgħid kif din l-iskema ta' l- undergraduates taħdem f'oqsma oħra tal-Gvern?", "Issa li l-MSU ilha topera għal numru ta' snin, jaħseb li din laħqet l-iskop tagħha?", "X'inhi tagħmel biex iżżid l-effiċjenza fl-operat tal-Gvern?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jien naħseb li llum l-MSU hija aċċettata bħala parti mill-organizzazzjoni tal-Gvern.", "Naħseb li huwa importanti li nissottolinea dan il-ħsieb għaliex l-MSU mhijiex xi ħaġa apparti mill- Gvern; hija part and parcel minnu.", "Id-deċiżjoni li l-MSU tkun organizzatha f'forma ta' kumpannija u mhux dipartiment ieħor ittieħdet fid- dawl taċ-ċirkostanzi dakinhar - u anke tal-lum - għax dehrilna li l-aktar mod li din l-organizzazzjoni tista' taħdem b'mod effiċjenti fi ħdan il- Gvern kien li jkollha din l-istruttura ta' kumpannija li tagħtiha ħafna iktar flessibilita'.", "Irrid ngħid ukoll li l-idea ta' l-MSU kienet parti mir-rakkommandazzjonijiet li kien hemm fil-Kummissjoni dwar ir-Riforma tas- Servizz Ċivili.", "Naħseb li llum hija aċċettata minn kulħadd u għandha rilevanza kbira għall-bidliet li qegħdin nippruvaw nagħmlu fis-sistema burokratika tal-Gvern.", "Fiż-żmenijiet tal-lum, l-MSU mhux biss għandha l- programm tagħha ta' xogħlijiet - partikolarment fl-informatika fejn qed isir xogħol kbir u ta' utilita' enormi għal pajjiżna - imma kontinwament qed tiġi mitluba tagħti pariri minn diversi dipartimenti.", "Irrid ngħid illi r-relazzjonijiet bejn l-MSU u d-dipartimenti llum hija tajba ħafna, hemm ħafna koperazzjoni u nerġa' ngħid li l-impressjoni li kien hawn li xi ħadd iħares lejn l-MSU bħala xi ħaġa maqtugħa għaliha nnifisha hija ħażina għax m'huwiex hekk.", "Qegħdin ninkoraġġixxu wkoll li jkun hemm inter-activity bejn impjegati tal-Gvern li jmorru jaħdmu ma' l- MSU u nittama dejjem li jiġu lura mal-gvern għax ħafna minnhom ikunu on secondment u jispiċċaw flok jiġu lura mal-gvern imorru x'imkien ieħor, pero' dak huwa parti mill-iżvilupp li għaddej minnu l-pajjiż illum.", "Iktar ma jkollna nies ippreparati iktar qiegħda tikber il-mobilita' kemm fi ħdan il-gvern stess, kemm bejn il-gvern u d-diversi opportunitajiet fis-settur privat.", "Jiena nħoss li hija ħaġa fiha nnifisha pożittiva.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Il-Prim Ministru qal li ma kienx jaf li kien hemm x' ilmenti.", "Jiena għamilt din il-mistoqsija wara li avviċinawni xi ġenituri u studenti.", "Jien ridt inqajjem biss il-punt illi peress li l- istudenti li ma ntagħżlux jew li lanqas bagħtu għalihom għall-interview ma rċevew l-ebda kommunikazzjoni mill-MSU, bdew jispekulaw x'seta' ġara u kif intagħżlu u għalhekk saret il-mistoqsija.", "MR SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jekk ma rċevew l-ebda kommunikazzjoni m'hux tajjeb għax naħseb xi forma ta' kommunikazzjoni għandha tingħata u allura nista' nindaga dwar dan, pero' nerġa' ngħid li lili ma jirriżultalix li kien hemm xi ilmenti li xi ħadd pprotesta u qal li l-affarijiet ma sarux sew.", "Naturalment min kellu jew għandu xi diffikulta' għandu l-liberta' illi javviċina lil min hu responsabbli fl-MSU.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Galea.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Jista' l-Prim Ministru jgħid x'għajnuna jew x'koordinament hemm bejn l-MSU u l-kunsilli lokali?", "MR SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: L-ewwelnett l-MSU kellha parti importanti ħafna permezz tal-konsulenti tagħha fil-formulazzjoni tal-liġi u tal- kwantita' kbira ta' regolamenti u ta' proċeduri li għandhom jiġu segwiti mill-kunsilli lokali.", "Peress li dan huwa esperiment ġdid għal pajjiżna, kellna noqogħdu attenti ħafna li ma nibdewx bi proċeduri li jistgħu jkunu żbaljati, fis-sens li - kif titlob il-liġi - irid ikun hemm trasparenza assoluta fl-amministrazzjoni tal-kunsilli lokali.", "Nerġa' ngħid li l-MSU, permezz tal-konsulenti tagħha permezz tal-konsulenti tagħha, tat għajnuna kbira fil-formulazzjoni kemm tal-liġi, kemm tar-regolamenti kif ukoll tal- proċeduri.", "Illum jekk wieħed imur jara, jsib li l-kunsilli lokali għandhom manuals pjuttost voluminużi li jittrattaw kull aspett ta' l- amministrazzjoni tagħhom.", "Illum nafu li hemm direttur responsabbli s-Sur Maurice Caruana, li qiegħed jagħti sehem kbir ħafna fl-iżvilupp tal- kunsilli lokali.", "Naħseb li l-MSU, bl-esperjenza u bil-kuntatti li kellha ta' kif eżaminat pajjiżi oħra kif jaħdmu, tat għajnuna kbira anke, per eżempju, fil-formulazzjoni tal-kuntratti li saru bejn il-Gvern u diversi dipartimenti għall-amminsitrazzjoni li issa għaddiet f'idejn il-kunsilli lokali għal din is-sena.", "L-istess se jiġri għas-sena d-dieħla; qed isiru preparattivi importanti ħafna u dettaljati biex kemm jista' jkun il-proċess tad-devoluzzjoni ta' poter lill-kunsilli lokali jsir mingħajr ebda intoppi.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Ma jidhirlux il-Prim Ministru li jekk ir- remunerazzjoni lill-undergraduates m'hijiex abbażi ta' l-individwi imma hija uniformi għall-undergraduates kollha li ġew ingaġġati, allura m'għandu jkun hemm ebda raġuni għaliex ir-remunerazzjoni m'għandhiex tiġi magħrufa?", "Il-fatt li din hija kumpannija, in vista tad-diskors li għadu kif għamel il-Prim Ministru dwar ir-relazzjoni bejn l-MSU u l-Gvern, jidhirli li dan huwa fattur li għandu jkun magħruf għal kulħadd u m'hemm ebda raġuni għaliex ir-remunerazzjoni għandha tibqa' konfidenzjali.", "MR SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jiena spjegajt li l-MSU twaqqfet bħala limited liability company eżattament biex ikollha miżura ta' flessibilita', naturalment dejjem soġġetta għall-iskrutinju min-naħa tal-Gvern f'dak kollu li tagħmel u waħda mill-aspetti tal-flessibilita' hija eżattament li m'hijiex marbuta bi struttura preċiża ta' salarji li hija tista' toffri.", "Filwaqt li l-Gvern ma tantx għandu flessibilita' meta jiġi biex jimpjega in- nies għaliex irid joqgħod għall-collective agreements - li naturalment hija ħaġa tajba - u jrid joqgħod għar-regolamenti ta' l-iskali li huma fissi, fl-MSU instab - naħseb b'mod pożittiv - li ċerta flessibilita' hija tajba.", "U allura naħseb li mmorru bil-prinċipju li dan huwa kuntratt ta' xogħol li hemm bejn min jiġi impjegat u l-kumpannija u dan għandu jiġi rispettat.", "Ma naħsibx li hija xi ħaġa straordinarja, anzi nerġa' ngħid li mhux biss l-accounts imma l-proċeduri kollha ta' l-MSU huma skrutinati min- naħa tal-Gvern.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Nixtieq li l-Prim Ministru jirrealiżża li d-domanda supplimentari ma kenitx dwar jekk għandux ikun hemm flessibilita' fil-ħlas li tagħmel l-MSU, imma dwar żewġ punti.", "Nixtieq inkun naf jekk il- kumpens li jiġi mgħoti lill-undergraduates huwiex uniformi għalihom jew huwiex kumpens relatat għall-inidividwu, jiġifieri li jkun negozjat separatament għall-individwu.", "Issa jekk ma jkunx relatat għall-individwu - s'intendi jekk huwa relatat nifhem il-konfidenzjalita' forsi anke l-MSU ma tkunx trid turi lill-impjegati l-oħra x'inhu jitħallas impjegat ieħor fosthom - u hu uniformi, allura x'inhi x'raġuni?", "Jiġifieri l- flessibilita' m'hijiex raġuni li ma jkunx magħruf x'inhu l-kumpens.", "MR SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jien m'inix f'pożizzjoni li ngħid jekk huwiex uniformi għal kuħadd.", "Għalhekk jekk l-Onor.", "Interpellant jagħmilli mistoqsija preċiża dwar dan, jien inkun nista' ngħatih l-informazzjoni.", "Pero' huwa fatt ukoll li f'dan is-sens hemm il-flessibilita' għax jista' jkollok studenti li n-numru tagħhom available huwa żgħir, allura d-demand għalihom hija kbira.", "Jiġifieri jkun hemm kompetizzjoni fis-suq għal studenti b'ċerti kwalifiki - pero' m'inix qed ngħid li huwa hekk.", "Nerġa' ngħid li m'inix f'pożizzjoni li nirrispondi din id-domanda jekk ma tkunx bil-miktub biex b'hekk inkun nista' nitlob l-informazzjoni preċiża.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Jien napprezza li ma jistax ikollok l- informazzjoni available miegħek, imma nixtieq inkun naf biss jekk hemmx raġuni għaliex l-ammont ta' kumpens imħallas mill-MSU ma jistax jiġi żvelat pubblikament.", "Jiġifieri m'inix ngħid li dan għandu jagħtih, imma bħala prinċipju jien jidhirli li l-ammont ta' kumpens imħallas mill-MSU m'għandux jibqa' sigriet - wara kollox il-Kamra qed tħallsu.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Mr Speaker, diġa' spjegajt kif taħdem l-MSU u jista' jkollha raġunijiet, anke kummerċjali, fis-sens ta' konfidenzjalita' li ma jkunx fl-interess tagħha li tagħti pubbliċita' l-kuntratti li tagħmel.", "Illum qegħdin f'ambjent ta' kompetizzjoni kbira.", "Hawn domanda kbira għal ċerti kategoriji ta' ħaddiema, speċjalment fl-informatika - jiġifieri llum hawn domanda enormi għal min għandu ċerti kwalifiki u esperjenza.", "Allura bilfors wieħed irid joqgħod attent biex ma jitlifx l- opportunita' li wieħed jista' jkollu.", "Nerġa' ngħid li jekk irid id- dettalji, jekk jogħġbu jagħmel id-domanda bil-miktub u nkun nista' nirrispondih sew.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Ma jirrealizzax il-Prim Ministru li l- kwestjoni ta' poaching m'għandhiex tkun ostakolu?", "Meta l-affarijiet ma jkunux pubbliċi, l-individwu jkun jista' jinnegozja l-pożizzjoni tiegħu.", "Per eżempju, jekk jien imħallas Lm10,000 u dan m'huwiex magħrufa pubblikament, allura min jiġi biex jingaġġa s-servizzi tiegħi, jekk ngħidlu li għandi Lm12,00 u dan ikun iridni naħdem miegħu, jagħtini Lm13,000.", "Mentri jekk il-ħlasijiet ikunu magħrufa dawn l-affarijiet ma jiġrux.", "Mela l-kwestjoni ta' poaching m'għandha x'taqsam xejn għax il- poaching xorta jsir jekk id-domanda għal ċertu nies tkun akbar mill- provvista.", "Bħala prinċipju, r-remunerazzjoni ta' l-impjegati kollha fil- korpi li huma tal-Gvern - bħalma hija l-MSU - għandha tkun magħrufa pubblikament għax inkella jista' jingħata lok għall-abbuż.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jiddispjaċini imma jiena ma naqbilx ma' dak li qed jgħid l-Onor.", "Interpellant.", "SKOLA PRIMARJA TA' ĦAD-DINGLI - DAWL", "20086.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jistgħu jittieħdu passi biex fl-istallazzjoni tad-dwal fuq il-palk fis-sala ta' l-iskola primarja ta' Ħad-Dingli jsiru t-tibdiliet meħtieġa biex ma tibqax ta' periklu serju għal min juża s-sala?", "Tista' din is-sala titqiegħed fuq sistema ta' 3-phase għaliha waħedha biex hekk tiġi aġevolata s-sistema tad-distribuzzjoni fl-iskola għax bħalissa hija overloaded bi ħsarat kontinwi f'ħafna fuses u distribution boxes?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON (Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani): Hu ppjanat li tinbidel is-sistema ta' dawl permezz ta' footlights fuq il-palk fis-sala ta' l-iskola primarja ta' Ħad-Dingli, kif diġa' sar fi skejjel oħra tal-Gvern.", "Mhux possibbli li fi skola żgħira tingħata provvista separata ta' l- elettriku għas-sala.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Jiena nformat li wara li saret din id-domanda marru ħaddiema jaqtgħu l-provvista tad-dawl minn din is-sala minħabba xi perikolu li seta' kien hemm.", "Meta naraw il-mistoqsija li jmiss fuq l- aġenda, mistoqsija numru 20087, naraw li Ħad Dingli mhuwiex imniżżel bħala wieħed mill-postijiet fejn se jsiru xogħlijiet fix-xhur li ġejjin.", "Jista' l-Ministru jgħid għandux xi idea meta se jerġa' jkun hemm is-sistema tad- dawl fis-sala ta' Ħad Dingli?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jidher li l-Onor.", "Bartolo huwa aktar informat minni fuq l-iskola ta' Ħad Dingli għax jien ma nafx li marru xi ħaddiema u qatgħu d-dawl!", "(Interruzzjonijiet) Jien m'inix immerik.", "Kif qal tajjeb l- Onor. Bartolo l-pjan biex isiru l-footlights mhuwiex inkluż mal-lista ta' xogħlijiet li qed isiru matul dan is-sajf.", "Waħda mir-raġunijiet hi li kien hemm aktar xogħol ta' ċerta' priorita' u raġuni oħra hi li mhux bilfors dan ix-xogħol fis-sala jsir matul is-sajf iżda jista' jsir aktar tard matul is- sena.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Peress kif qal l-Onor.", "Interpellant kull skola jkollha numru ta' talbiet, il-Ministru jista' jikkonferma li għandu ħsieb li jġiegħel kull skola tagħmel business plan biex ikun hemm ko-ordinament u ppjanar aħjar tax-xogħlijiet li jridu jsiru f'kull skola differenti?", "ONOR MICHAEL FALZON: Il-ħsieb jeżisti pero' wieħed irid igħid ukoll li din hija xi ħaġa long term.", "Il-Gvern irid jara kif jista' jagħti miżura ta' awtonomija lil kull skola li tkun tinkludi wkoll awtonomija fl- amministrazzjoni sabiex kull skola jkollha l-business plan tagħha.", "Pero' dan il-pjan mhuwiex xi ħaġa li se jsir fi żmien immedjat.", "Wieħed irid jifhem li għad irid isir studju ta' kif l-aħjar tingħata din l-awtonomija.", "ONOR.", "TONIO BORG: Fil-waqt li wieħed japprezza li diversi xogħlijiet qed isiru - partikolarment fil-Liċeo tal-Hamrun fejn saru xi improvements - nixtieq nistaqsi lill-Ministru jekk jeżistix xi unit speċjali li jieħu ħsieb il-manutenzjoni u xogħlijiet fl-iskejjel tal-Gvern, jew fi ħdan il- Ministeru tiegħu jew inkella fi ħdan il-Ministeru għall-Ambjent?", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Michael Falzon.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jeżisti unit responsabbli mill-maintenance.", "Fil- fatt hemm żewġ units, li eventwalment dawn iridu jiġu maqgħudin fil- Ministeru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani.", "Hemm il-unit tal-maintenance li jieħu ħsieb il-manutenzjoni ta' l-iskejjel u unit ieħor li jgħidulha s- CMU - Construction and Maintenance Unit - li oriġinarjament kienet remnant ta' l-iSkema ta' l-Awżiljarji - biex ngħidulha hekk - li tieħu ħsieb xogħlijiet ta' manutenzjoni li għandhom x'jaqsmu mal-Ministeru.", "Fil-fatt dawn iż-żewġ units se jkunu attivi ħafna fix-xogħlijiet li se jsiru fis- sajf.", "Parti sostanzjali minn dawn ix-xogħlijiet se jsiru proprju minn dawn il-ħaddiema.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Ma jidhirlux l-Ministru ta' l-Edukazzjoni li l-manutenzjoni u t-tiswijiet fl-iskejjel jistgħu jsiru l-iktar fil- vakanzi tas-sajf?", "Li jkollok unit li timpenjah fuq dan ix-xogħol is-sena kollha hija kontro sens.", "Allura ma jidhirlux il-Ministru li jkun aħjar li l-Gvern jikkonċentra n-nies li għandu available fuq dan ix-xogħol - qed nirreferi għall-ħaddiema mhux tad-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni biss imma anke għal dawk tad-Dipartiment tax-Xogħol - ta' tiswijiet u maintenance ta' l-iskejjel fis-sajf, u x-xogħlijiet l-oħra jħalluhom għal xhur oħra u mhux għat-tliet xhur tas-sajf?", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Michael Falzon.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: L-ewwel ħaġa, kif diġa' kelli l-okkażjoni ngħid, hemm xogħlijiet li jistgħu jsiru matul is-sena.", "Veru li hemm ċerti xogħlijiet li l-għaqal jitlob li jsiru matul il-vakanzi tas-sajf, pero' hemm ħafna xogħlijiet oħra li jistgħu jsiru matul is-sena.", "L-ideali huwa forsi anke oltre dak li qal l-Onor.", "Interpellant.", "Pero' s-suġġeriment supplimentari ta' l-Onor.", "Interpellant ovvjament joħloq ċerti problemi għaliex ikollok nies li fis-sajf jaħdmu mal-Ministeru ta' l-Edukazzjoni u fix-xitwa jaħdmu mal-Ministeru għall-Ambjent fuq proġetti oħra li m'għandhomx x'jaqsmu ma' l-Edukazzjoni.", "Dawn it-tip ta' arranġamenti żgur joħolqu problemi ta' natura burokratika.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mario Galea.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Il-Ministru diġa' esprima ruħu li jixtieq pubblikament jagħti iktar say lill-kapijiet ta' l-iskola bħala parti mill-proċess ta' diċentralizzazzjoni li hemm bżonn isir fil-qasam ta' l-edukazzjoni.", "Jista' l-Ministru jgħid x'reazzjoni kellu mill-kapijiet ta' l-iskola wara li għamel l-proposta?", "MR SPEAKER: Il-Ministri Michael Falzon.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: L-ewwel ħaġa l-awtonomija li qed nitkellem fuqha ma tfissirx biss iktar say għall-kapijiet ta' l-iskola.", "Naturalment meta wieħed jitkellem fuq xi tip ta' organizzazzjoni li tamministra l-iskola fuq livell lokali, jista' jkun hemm diversi reazzjonijiet min-naħa tal-kapijiet ta' l-iskola.", "Ikun hemm kapijiet ta' l-iskola li jilqgħu suġġeriment bħal dan u jarawh pożittiv, u jkun hemm oħrajn li jarawh b'mod negattiv għaliex jgħidu li issa se jkun hemm min jindaħlilhom fix-xogħol tagħhom.", "Din hija kwestjoni ta' kultura u ta' djalogu.", "Jiġifieri l-idea tiegħi hi li l-ewwel nipproponu ċerti proposti, niddjalogaw mal-kapijiet ta' l-iskola u ma' l- għalliema u permezz ta' dawn il-konsultazzjonijiet wieħed isib l-aħjar sistema li biha jkun jista' jiġi attwat dan il-ħsieb.", "SKEJJEL - XOGĦLIJIET", "20087.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jgħid fix-xhur li ġejjin x'xogħlijiet se jsiru fl-iskejjel tal-Gvern: kindergarten, primarji u sekondarji fil- lokalitajiet tal-Mellieħa, San Pawl il-Baħar, Mġarr, Mtarfa, Rabat; u Ħad Dingli skond it-talbiet li huma għamlu wara ċirkolarijiet: 39/93 u 169/94 biex jissottomettu l-bżonnijiet tagħhom ta' tiswija u manutenzjoni?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Ix-xogħol li mistenni jsir fl-iskejjel fil- lokalitajiet li semma' l-Onor.", "Interpellant huwa dan:", "Mellieħa - skola primarja: xogħol bil-kuntrattur li jkopri zebgħa ta' bibien u xogħol ta' bibien ta' l-injam ġodda; xogħol bin-nies tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni li jkopri: tiswija ta' bibien eżistenti, tiswija ta' xogħol tal-ħadid, tiswija ta' pilastri tal-konkos, żebgħa ta' l-iskola kollha u manutenzjoni fis-sistema ta' l-ilma.", "Mġarr - skola primarja: xogħol bin-nies tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni li jkopri manutenzjoni lill-bibien tal-klassijiet u manutenzjoni fis- sistema ta' l-ilma u tad-drenaġġ", "Mtarfa - Skola Hilda Tabone: xogħol bin-nies tad-Diviżjoni ta' l- Edukazzjoni li jkopri bdil tal-bieb ta' barra ta' wara ta' l-iskola, bdil tal-kanen ta' l-ilma fix-showers u manutenzjoni tax-xorok u l-bjut.", "Mtarfa - Skola Sir Temi Zammit: xogħol ta' manutenzjoni ġenerali li diġa' qed isir bħalissa.", "Rabat - Skola Kan.", "P. Pullicino: xogħol bil-kuntrattur li jkopri bdil ta' toilets u bdil ta' twieqi ta' l-injam bi twieqi ta' l-aluminju; xogħol min- nies tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni li jkopri manutenzjoni fis-sistema ta' l-ilma u ta' l-elettriku, stallazzjoni ta' erba' incinerators, bdil ta' bibien ta' l-injam u twieqi u xogħol ta' tibjid u żebgħa fl-iskola kollha.", "Rabat - Skola Primarja 'A': xogħol min-nies tad-Diviżjoni ta' l- Edukazzjoni li jkopri bdil ta' żewġ bibien u żewġ twieqi, manutenzjoni fis- sistema tad-dawl u l-ilma, manutenzjoni fuq il-membrane tal-bejt u żebgħa fl-iskola kollha", "Rabat - Skola Primarja 'B': xogħol mill-kuntrattur li jkopri bdil ta' toilets; xogħol min-nies tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni li jkopri tiswija tal-madum tal-ħajt u żebgħa fl-iskola kollha", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Edwin Grech.", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Jista' l-Ministru jgħid min ħa l-kuntratt u jekk dan ingħatax b'tender?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Ma kienx hemm kuntratt wieħed imma kien hemm diversi kuntratti.", "Uħud minnhom ingħataw u oħrajn għadhom fil-proċess li jiġu awarded.", "Hawnhekk m'għandix id-dettalji pero' appożitament - forsi konna niffrankaw l-inkwiet - flok għamilna kuntratt wieħed li jkopri x- xogħlijiet kollha għamilna numru ta' kuntratti differenti biex ix-xogħol jitqassam aktar.", "Ikun hemm każijiet fejn wieħed jieħu aktar min kuntratt wieħed għaliex jikkwalifika għal aktar, pero' b'dan il-mod żgur li x -xogħol tqassam aktar.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Tonio Borg, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "TONIO BORG: Smajna ħafna dwar id-diċentralizzazzjoni f'dan il- qasam sabiex l-iskejjel ikollhom aktar identita' u anke ċertu sens of pride għax id-diċentralizzazzjoni dan iġġibu wkoll.", "Li nixtieq ngħid huwa li dan ix-xogħol ta' manutenzjoni jista' jkun parti minn dan il-pjan ta' diċentralizzazzjoni u kull skola jkollha l-budget tagħha li tieħu ħsieb hi l-manutenzjoni u tagħti l-offerti hi naturalment b'ċertu regoli kif isir anke fil-kunsilli lokali.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Fil-fatt bil-liġi suppost li kull skola għandu jkollha kunsill skolastiku.", "Il-fondi li jamministra l-kunsill skolastiku mhumiex kbar ħafna.", "Dawn għandhom introjtu ta' fondi anke meta jintużaw il- faċilitajiet ta' l-iskejjel, bħal meta jinkrew is-swali.", "Dawn il-flus jeħodhom il-kunsill skolastiku pero' fl-istadju li qegħdin illum, hemm bżonn ta' ċerta manutenzjoni li f'ċerti każi hija manutenzjoni straordinajra u ma kienx ikun għaqli li nibnu l-istruttura tal-kunsilli skolastiċi u ngħabbuhom mill-ewwel b'sitwazzjoni fejn f'ċertu każijiet hemm bżonn xogħlijiet kbar ta' manutenzjoni.", "Allura wieħed irid jagħmel iż-żewġ affarijiet f'daqqa.", "GĦalissa ħadna l-inkarigu li nagħmlu l-manutenzjoni biex meta għada pitgħada jkun hemm kunsilli skolastiċi aktar effikaċi, ma ngħabbuhomx mill-ewwel b'piżijiet kbar.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet issa għadda.", "Tqegħid ta' Karti?", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet? f Ordnijiet tal-Gurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR TAXXA FUQ IL-VALUR MIŻJUD", "VALUE ADDED TAX (BILL)", "L-ordni għat Tieni Qari ġie moqri", "Ikompli mill-20 ta' Lulju, 1994", "Il-mistoqsija reġgħet tqegħdet", "MR SPEAKER: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Michael Asciak.", "ONOR.", "MICHAEL ASCIAK: Mr Speaker, qabel ma nibda, nixtieq nagħmel nota ta' fatt storiku f'ismi u f'isem sħabi.", "Nixtieq nifraħ lill-Prim Ministru tal-Lussemburgu li mill-1 ta' Jannar laħaq President tal-Kummissjoni Ewropea.", "Tajjeb li wieħed jinnota li Jacques Santer jiġi minn pajjiż li kemm fid-daqs kif ukoll fil-popolazzjoni huwa simili għal Malta u allura jawgura tajjeb għal pajjiż żgħir bħal Malta meta nkunu membri fil-Komunita' Ewropea.", "Mr Speaker, qed nitkellem fuq il-liġi tal-VAT u l-ewwel ħaġa li tolqtok meta tkun fit-triq hija l-konfużjoni kbira li teżisiti f'moħħ il- popolazzjoni in ġenerali.", "Il-Gvern qed jagħmel l-almu tiegħu biex ineħħi din il-konfużjoni, iżda sfortunatament ma nistgħux ngħidu l-istess għal media u għall-press ta' l-Oppożizzjoni - media li kemm jista' jkun tidħol f'dettalji li wieħed f'dan l-istadju mhux għaqli li jidħol fihom u media li tagħmel li tista' biex tfixkel l-imħuħ tan-nies li jaqraw il-gazzetti u jisimgħu t-television u r-radju tagħhom.", "Naħseb li din it-tip ta' media m'hijiex sinċiera u m'hijiex qed taqdi d-doveri tagħha li twassal il- verita' għand il-poplu, imma qed tuża skopijiet ulterjuri politiċi biex tfixkel u tħawwad l-imħuħ.", "X'inhi l-verita' fuq il-VAT?", "L-ewwelnett, irrid ngħid li l-VAT se tidħol minflok taxxi oħra u mhux ma' taxxi oħra u se tidħol bażikament minflok id-dazju.", "Id-dazju fuq l- affarijiet li jiġu mportati f'Malta mill-Komunita' Ewropea se jitneħħa u se jiġi standardised għal oġġetti li jidħlu minn pajjiżi oħra.", "Hija taxxa fuq il-valur miżjud, taxxa li se tiġi mpoġġijha fuq il-qliegħ u l-profitti f'kull stadju ta' transazzjoni ta' prodott.", "Il-Gvern ħaseb ukoll biex ikun hemm ħafna zero ratings jew tax with exemptions fuq prodotti li jużaw l-aktar il-lower income groups u fuq servizzi essenzjali bħal mediċini u s- servizz mediku.", "Hemm raġunijiet ekonomiċi għalfejn il-Gvern iddeċieda li jdaħħal din il-forma ta' taxxa ġdida.", "Ħafna mir-raġunijiet insibuhom fir- Rapport li ppreżenta l-Gvern Dwar l-Effett Soċjali tal-VAT.", "Wieħed isemmihom fuq, fuq.", "Din hija taxxa li tkun aktar effiċjenti biex tinġabar, hija taxxa li tintaxxa l-valur miżjud u m'hijiex taxxa li tintaxxa biss fil-punt ta' l- importazzjoni, jiġifieri l-profitti jibqgħu jiġu ntaxxati sakemm jasal l- oġġett għand il-konsumatur.", "Hija taxxa li hija wżata fi 80 pajjiż, kemm kbar kif ukoll żgħar - għadni kemm semmejt il-Lussemburgu.", "Din it-taxxa qiegħda mħaddma b'mod li qed tagħti l-frott tagħha.", "Mr Speaker, din hija wkoll forma ta' taxxa moderna li, kif għidt, qed tidħol f'ħafna pajjiżi u li l-Gvern tal-ġurnata għażel li jdaħħal anke f'dan il-pajjiż.", "Hija taxxa li ma tippenalizzax l-investiment u x-xiri tal-produzzjoni.", "Huwa importanti li fl-ekonomija tagħna nagħtu inċentivi ta' dan it-tip lil min jixtieq li jinvesti.", "Pero' l-iktar punt li rrid nisħaq fuqu llejla huwa dwar l-income tax.", "Mr Speaker, nafu li l-income tax hija forma ta' solidarjeta' - dan ma jista' jiċħdu ħadd - għalhekk huwa importanti li iktar nisħqu u nfehemu lill-poplu li huwa d-dover tiegħu li jħallasha.", "Il-poplu Malti huwa poplu ġeneruż u qalbu tajba u meta jiġu ċertu okkażjonijiet bħall-Għid u bħall- Milied ikun minn ta' quddiem biex juri atti ta' solidarjeta' ma' nies anqas ixxurtjati minnu.", "Dan nistgħu ngħiduh anke għal meta jkun hemm problemi barra minn Malta bħal fil-każ tal-Bosnia u tal-pajjiżi Afrikani li qed ibatu mill-karestija.", "Pero' l-konċett li t-taxxa hija forma li biha inti mill-pożizzjoni tiegħek qed tgħin lill-nies anqas vantaġġjati li jgħixu f'pajjiżek stess għadu ma qabadx l-għeruq.", "Ħafna għadhom iħarsu lejn it- taxxa bħala x'se jeħodlok il-Gvern u allura għall-poplu huwa importanti li jaħbiha.", "GĦalhekk huwa importanti li bil-mod il-mod nibdlu l-mentalita' ta' kif in-nies in ġenerali tħares lejn il-kwestjoni tat-taxxa u ta' l- income tax.", "L-Onor.", "Portelli xi jumejn ilu daħħal il-kwestjoni tal-Knisja u qal li f'ċertu pajjiżi din oġġezzjonat li tidħol il-VAT.", "Fir-realta' l-Knisja ma tidħolx fil-kwestjoni għandux ikun hemm VAT jew income tax imma fil- kwestjoni ta' x'tip ta' VAT jew income tax għandu jkun hemm, u essenzjalment li t-axxa tkun taxxa ġusta.", "Finalment l-iskop tat-taxxa huwa dan, li jkun hemm ġustizzja soċjali, u allura jekk tkun taxxa ġusta m'għandux ikun hemm oġġezzjoni mill-ebda parti.", "Kif diġa' intqal, il-Gvern ħa l-inkarigu li jagħmel studju fuq il-VAT.", "Jien mhux se noqgħod nidħol fid-dettalji ta' dan l-istudju imma jekk wieħed jaqrah jinduna li ħafna mill-affarijiet li jinxtraw mingħand tal-grocer u ħafna affarijiet oħra se jorħsu essenzjalment.", "Dawn huma affarijiet li l- maġġoranza tan-nies li għandhom take home pay ta' bejn ¥50 u ¥70, huma l- aktar li jonfqu fuqhom.", "Allura dan il-Gvern m'għandux minn xiex jistħi li jdaħħal din il-forma ta' taxxa.", "Nafu, Mr Speaker, li fil-passat f'Malta u anke f'pajjiżi oħra, kien hawn storja ta' evażjoni tat-taxxa, storja ta' l-ekonomija s-sewda l-aktar minn dawk li huma self-employed jew oħrajn permezz ta' mezzi oħra li jsibu biex jaħbu l-income tagħhom.", "Huwa hawnhekk fejn tidħol il-VAT.", "Issa kif torbot il-VAT ma' l-income tax?", "GĦaliex bis-sistema tal-VAT se jkollna sistema fejn il-Gvern se jkun aktar konxju mid-dħul ta' ċerti oqsma u għalhekk jista' jitnaqqas l-abbuż serjament.", "B'hekk il-Gvern ikun jista' jikkrea aktar sitwazzjoni ġusta fil-pajjiż u ċ-ċittadini nbidlulhom il-mentalita' li wieħed irid jaħrab it-taxxa, mentalita' li tikkrea ċertu ekonomija sewda.", "It-taxxa tal-VAT fiha nnifisha tgħin biex tikkrea din is- sitwazzjoni.", "Il-Partit Soċjalista stqarr li jekk jitla' fil-Gvern ineħħi l- VAT - żewġ suppożizzjonijiet li għad irridu narawhom jitħaddmu.", "Imma l- mistoqsija tiegħi hija din.", "Jekk fil-futur il-Partit Laburista jitla' fil- Gvern u jneħħi l-VAT, liema sistema ta' tassazzjoni se jdaħħal minn flokha?", "Se jerġa' jdaħħal is-sistema tad-dazju fuq l-oġġetti?", "Se jgħolli r-rata ta' l-income tax jew se jerġa' jdaħħal dawn iż-żewġ sistemi flimkien?", "Minn dan l-istudju rajna li s-sistema tad-dazju tippenalizza l-aktar lill- familja tal-lower income group.", "Allura jekk terġa' tiddaħħal is-sistema tad-dazju jerġgħu jiġu ppenalizzati l-aktar dik il-kategorija ta' nies bi qliegħ baxx - huma jsejħulha l-kategorija tal-ħaddiema.", "Pero' jien ngħid li kulħadd huwa ħaddiem.", "Jekk jgħollu r-rata ta' l-income tax, x'tip ta' rata se naraw?", "L-aħħar darba l-Onor.", "George Vella semma' l-Laffer Curve, u anke jiena qrajt fuqha din il-curve.", "Interessanti huwa l-fatt li kien dan il-Gvern li niżżel il-persentaġġ massimu ta' l-income tax rate minn 65% għal 35%.", "Din il-Laffer Curve xjentifikament turi li hemm rata massima li wieħed għandu jiċċarġja bħala income tax għax jekk tiċċarġja rata ogħla, bażikament l-income tax ma tinġabarx.", "Mela la din il-Laffer Curve kienet teżisti wkoll fiż-żmien meta l-Oppożizzjoni kienet fil-gvern, x'żamm il- Gvern Laburista ta' dak iż-żmien milli jniżżel ir-rata tat-taxxa minn 65%?", "Jekk jitilgħu fil-gvern u jerġgħu jdaħħlu d-dazju u jgħollu r-rata ta' l- income tax, għal kemm beħsiebhom jgħolluha din ir-rata?", "Dawn huma kollha punti, Mr Speaker li wieħed tajjeb jaħseb fuqhom.", "Kont qiegħed insegwi d-diskors ta' l-Onor.", "Lino Spiteri fejn qal li essenzjalment l-Oppożizzjoni hija kontra l-VAT għax hija taxxa rigressiva, jiġifieri hija taxxa li rrispettivament mill-income ta' dak li jkun, kulħadd iħallas l-istess.", "Vera li hija taxxa rigressiva, iżda aħna m'aħniex nitkellmu f'ambitu fejn fil-pajjiż il-VAT hija l-unika taxxa.", "Kieku kienet l-unika taxxa fil-pajjiż kienet tkun taxxa rigressiva u kienet tkun ħażina imma fil-pajjiż għandna taxxi oħrajn.", "Semmejt diġa' l-income tax li hija taxxa progressiva u peress li għandha effett fuq id-dħul ta' l- income tax u dak li jiġi ddikjarat min-nefqa ta' l-income tax, għandha aspett qawwi pożittiv.", "Din is-sistema wkoll se tieħu post id-dazju tad- dwana.", "Jiena informat li anke dan id-dazju huwa taxxa rigressiva, iktar rigressiva mit-taxxa tal-VAT għax kif għidt, bis-sistema tal-VAT, ċerti prodotti essenzjali - il-basic commodities - se jorħsu u jekk jerġa' jidħol id-dazju, dawn il-prodotti jerġgħu jogħlew.", "Allura d-dazju huwa taxxa iktar rigressiva mit-taxxa tal-VAT.", "Il-Gvern għamel studju u hija l-intenzjoni tiegħu illi din it-taxxa tkun revenue neutral, jiġifieri l-sikop li se jdaħħalha m'huwiex la li jitlef il- flus u lanqas li jagħmilhom imma sempliċement irid idaħħal forma ta' taxxa oħra u jħalli l-qliegħ tiegħu l-istess.", "Pero' Mr Speaker, diġa' għandna l- wegħda tal-Gvern li bil-mezzi soċjali tiegħu kollha lest illi jekk togħla l- ħajja jagħmel kumpens għal dan il-fatt.", "Jiġifieri l-intenzjoni tal-Gvern hija li l-VAT ma jkollha l-ebda effett fuq l-għoli tal-ħajja, imma jekk ikollha, il-Gvern diġa' wiegħed illi se jsir kumpens għal dan l-għoli.", "Hemm l-Incomes Policy Agreement u hemm organizzazzjonijiet u strutturi oħra - anke d-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali - li l-Gvern jista' juża biex l- għoli tal-ħajja jiġi offset kemm jista' jkun.", "Mr Speaker, huwa hawnhekk li nitlob u nistaqsi x'inhi r-razzjonalita' u r- raġuni li l-General Workers' Union qiegħda tieħu l-pożizzjoni li qiegħda tieħu f'dan il-konfront.", "Il-General Workers' Union ma aċċettatx li tpoġġi fuq il-Kunsill għall-Iżvilupp Ekonomiku biex tiddiskuti l-VAT għar- raġunijiet tagħha u llum qiegħda tieħu dawn l-azzjonijiet, qiegħda toħroġ kontra s-sistema tal-VAT u qed tgħid li se tagħmel azzjonijiet industrijali biex tipprotesta kontriha.", "Ngħid jien, fuq liema premessa xjentifika qiegħda tibbaża din ir-reżistenza?", "Jiena smajt li kien hemm studju li tħejja mill-General Workers' Union, liema studju qatt ma ra d-dawl tal- ġurnata u aħna nixtiequ li naraw dan l-istudju ħalli nkunu nafu wkoll x'metodoloġija u x'sens użaw biex waslu għal din il-konklużjoni.", "Kif diġa' għidt, Mr Speaker, dawn jirrifjutaw li jipparteċipaw fl- istrutturi li ħoloq il-Gvern minħabba d-dħul tal-VAT.", "Issa qegħdin naraw li ħarġu dawn l-azzjoniiet li se jibdew iseħħu minn għada.", "Jiena ma nistax fiċ-ċirkostanzi, ma nippontax subgħajja lejn il-General Workers' Union u ngħidilhom li huma rresponsabbli, għaliex mingħajr ma wżaw mezzi xjentifiċi u mingħajr ma pparteċipaw fid-djalogu mal-Gvern, qegħdin jieħdu din il-pożizzjoni, pożizzjoni illi bl-azzjoni tagħhom taf ittellef ix- xogħol, l-ikel u l-ħobż tal-ħaddiema u li taf titfa' l-ekomija lura.", "Dak huwa l-lat irresponsabbli li għandna nikkundannaw.", "Sfortunatament, Mr Speaker, il-General Workers' Union fil-passat kienet alleata statutorjament mal-Partit Soċjalista.", "Illum uffiċjalment dan l-irbit inħall.", "Imma meta naraw dawn it-tip ta' azzjonijiet jiġini suspett qawwi, li għalkemm il-kelb tal-but m'għadux marbut biċ-ċinga xorta għadu kelb tal-but.", "Għalhekk nasal biex ngħid li l-iskop tal-General Workers' Union għadu politiku.", "L-iskop tagħha m'huwiex li vera taqbeż għad-drittijiet tal-ħaddiema, imma li tagħmel kapital politiku minn sitwazzjoni li m'għandhiex tidħol fiha mil-lat politiku, imma biss mil-lat soċjali.", "Il-General Workers' Union ma tgħallmuhiex il-lezzjoni tal- Phoenicia.", "U jekk il-poplu Malti ma joqgħodx attent din is-sitwazzjoni se terġa' tiġi għal li kienet, billi jsiru azzjonijiet prematuri li jafu jikkawżaw ċerti telfien ta' xogħol u titfalna l-ekonomija lura.", "Jiena nħobb inqabbel din l-azzjoni li qegħda tieħu l-General Workers' Union ma sitwazzjoni ta' tabib li mar jara pazjent.", "Il-General Workers' Union u t-tabib qed jgħidu li dan il-pazjent jinsab f'saħħtu u għadu ma maradtx, imma se nagħtuh din il-mediċina biex jekk fil-futur jimrad forsi jkun jista' jfieq.", "Il-General Workers' Union b'liema mod prematur qed tagħmel dawn il-protesti qabel ma tkun taf kemm se togħla jew titbaxxa l- ħajja bil-VAT?", "Jien nista' ngħid li dawn huma azzjonijiet vojta u ma nistax ma nikkundannahomx bl-ikbar qawwa.", "Fil-passat kien hemm drabi oħra meta l-General Workers' Union kienet alleata mal-Partit Soċjalista, illi b'miżuri ta' awtorita' u amministrattivi għolliet il-ħajja.", "Dak iż-żmien mistgħaġbin kemm għollew is-swar, tant hu hekk li s-swar tal-Belt u ta' l- Isla lanqas ħallewhom ġebla fuq ġebla!", "Hawn insemmi tnejn minnhom.", "Per eżempju, meta daħlet is-sistema decimali - sistema tajba li daħlet fi żmien Gvern Soċjalista - ħadd ma qal li kienet sistema ħażina.", "Imma rridu niftakru li meta qlibna mis-sistema ta' l-isterlina għas-sistema deċimali, kien hemm għoli tal-ħajja esaġerat li la l-General Workers' Union u lanqas il-Labour Party ma tkellmu fuqu.", "Fil-fatt overnight il-ħajja għoliet b'250%.", "Jien niftakar li dak iż-żmien b'sold kont nixtri nofs tużżana ħelu, imma f'daqqa waħda l-ħelu li kont nixtri b'sold, ridt inħallas 1ċ għalih, u 1ċ kien isarraf żewġ soldi u nofs.", "Imma l-General Workers' Union m'għamlet ebda protesta u lanqas biss fetħet ħalqha, bħalma ma fetaħx ħalqu l-Labour Party li dak iż-żmien kien fil-gvern.", "Nista' nsemmi każ ieħor.", "Jiena niftakar li qabel l-elezzjoni ta' l-1981 jew ta' l-1987 kont qed nara dibattitu politiku fuq it-television, fejn staqsew lill-Onor.", "De Marco jekk f'każ li jitla' Gvern Nazzjonalista hux beħsiebu jdaħħlu is-sistema tal-VAT.", "U r-risposta ta' l-Onor.", "De Marco għadni niftakarha ċara daqs il- kristall.", "Qalilhom li huma qed isemmu l-VAT, mentri fi żmien il-Gvern Laburista diġa' kien hemm is-sistema tal-MAT - Mintoff Added Tax.", "Għax dak iż-żmien dawn kienu għamlu fond, il-Price Stabilisation Fund, li permezz tiegħu kienu qed jintaxxaw ċerti affarijiet ta' użu biex imbagħad jorħsu affarijiet oħra.", "Imma l-agħar ħaġa hija li l-Price Stabilisation Fund - li llum informat li wasal biex jispiċċa - essenzjalment għamel profitt.", "Jiġifieri dan il-Fond li kien struttura pubblika biex iżżomm l-għoli tal- ħajja baxx, spiċċa biex għamel profitt.", "Dan iġibni għal punt ieħor.", "L-Oppożizzjoni tikkritika l-fatt li din it-taxxa se tidħol malajr wisq, u tgħid li kien ikun aħjar kieku għallinqas tidħol fi żmien sentejn, tliet snin jew anke għaxar snin.", "Imma, Mr Speaker, tidħol meta tidħol din it- taxxa, it-tibdiliet iridu jsiru, jiġifieri xi darba din it-tranżizzjoni mis- sistema tad-dwana għas-sistema tal-VAT irridu nagħmluha.", "Fl-opinjoni tiegħi, iktar ma ssir - dejjem b'mod ġust - fil-mument meta għandha ssir, iktar ikun aħjar.", "U jekk għandha ssir fl-1 ta' Jannar, allura aħjar issir.", "Billi toqgħod tipprokrastina u tipposponi, ma ssolvi ebda problema u ma tagħmel xejn, ħlief toħloq instabilita' ġenerali fil-pajjiż.", "Jien se nerġa' niġi għall-aħħar żewġ punti.", "Il-Gvern irid joqgħod attent minn din il-kampanja ta' miżinformazzjoni kbira li teżisti fil-pajjiż speċjalment fuq l-edukazzjoni tal-konsumatur dwar il-kwestjoni ta' l- irċevuti.", "Aħna l-Maltin għandna t-tendenza li meta mmorru nieklu barra l- irċevuta tal-levy li nkunu ħallasna ma nkunux irriduha u għalhekk iżommha tal-ħanut.", "Għalhekk jekk il-konsumatur iħallas xi forma ta' levy jew VAT irid jassigura ruħu li dawn imorru għand il-Gvern biex tintuża għal skopijiet soċjali.", "Barra minn hekk rridu ndaħħlu f'moħħ in-nies illi meta tidħol il-VAT dawn għandhom jitolbu l-irċevuti.", "Din hija ħaġa importanti ħafna.", "It-tieni nett il-Gvern għandu joqgħod attent ħafna li ma jkunx hemm min jabbuża u jieħu margin of profit aktar milli ħaqqu minħabba t-tibdil fil- prezzijiet li se jirriżulta minħabba s-sistema tal-VAT.", "Jien nixtieq nawgura li s-sistema li qed iħejji l-Gvern eventwalment tkun ta' benefiċċju akbar għall-poplu Malti u Għawdxi kollu.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Carmelo Vella.", "ONOR.", "CARMELO VELLA: Mr Speaker, l-ewwelnett nixtieq nifraħ lill- kollega tagħna l-Onor.", "Asciak għall-Maiden Speech tiegħu.", "L-Onor.", "Asciak semma l-konfużjoni li hawn tirrenja fil-pajjiż fir-rigward tal-VAT u jien nispera li dan mhux qed jitfa' t-tort tal-konfużjoni kollha fuq l- Oppożizzjoni.", "Tliet kwarti mill-konfużjoni li hawn ġejja minn nuqqas ta' informazzjoni ta' dan il-Gvern.", "Barra minn hekk, meta aħna nitolbu l- kjarifiki donnu l-Gvern jiskarta l-mistoqsijiet li nagħmlulu.", "L-ewwel ħaġa li tiġik f'moħħok meta tibda titkellem fuq il-VAT hija x'inhi r-raġuni li se ndaħħlu l-VAT.", "Minn hawnhekk diġa' nibdew bil-konfużjonijiet.", "Naturalment hawn diversi pajjiżi li daħħlu l-VAT għal raġunijiet diversi u li jħaddmuha b'metodi diversi.", "Per eżempju, Franza daħħlet il-VAT ħafna qabel ma daħlet fl-Unjoni Ewropea għax kellha r-raġunijiet tagħha bbażati fuq raġunijiet ekonomiċi.", "Ir-raġunijiet ta' pajjiżi bħall-Greċja huma differenti minn dawk ta' Franza għax din kellha ddaħħalha minħabba l- fatt li kienet se ssir membru ta' l-Unjoni Ewropea.", "Imbagħad għandek pajjiżi oħrajn bħall-Palestina fejn kważi kważi l-VAT ġiet imponuta fuqhom .", "Il-Gvern kull darba jgħidilna li anke l-Palestina qed iddaħħal il-VAT.", "Li ma jgħidx il-Gvern huwa li l-VAT fil-Palestina ġiet imponuta fuqhom kontra x-xewqa ta' l-istess poplu minħabba d-differenzi li jista' jkun hemm ma' l-Istat Lhudi fuq dazji u l-affarijiet oħra.", "Issa ħalli nħallu ftit ir-raġunijiet tal-pajjiżi fil-ġenb u naraw x'kienet ir-raġuni tagħna.", "F'paragrafu 18 (v) tal-Programm Elettorali ta' l-1981 - \"Reviżjoni ta' Taxxi Oħra\" - insibu hekk::", "\"F'dan id-dawl issir reviżjoni ġenerali tat-taxxi l-oħra kemm biex jiġi mħajjar aktar investiment f'ħidma produttiva jew b'xi mod ieħor ta' ġid għall-pajjiż, kif ukoll biex titwitta t-triq għall-bidliet li jkunu meħtieġa għal sħubija fil-Komunita' Ekonomika ta' l-Ewropa.\".", "Mela fl-1981 il-Partit Nazzjonalista diġa' kien beda jgħid li jrid idaħħal il-VAT biex b'hekk ikun jista' jwitti t-triq għad-dħul fl-Unjoni Ewropea.", "Aktar reċenti minn hekk, insibu l-ittra li bagħat l-Onor.", "Guido De Marco lil Sir Leon Brittan fejn joħroġ biċ-ċar li l-introduzzjoni tal-VAT f'Malta hija waħda mill-miżuri li qablu fuqha Malta u l-Unjoni Ewropea u li din trid issir bilfors biex Malta tibda tiġi konsidrata għad-dħul fl-Unjoni Ewropea.", "Jien se nikkwota x'kiteb l-Onor.", "De Marco lil Sir Leon Brittan.", "\"Following Malta's application for membership of the European Community and the opinion of the Commission on that application, the General Affairs Council adopted the said opinion on the 4th October, 1993 and invited the Commission \"to open an indepth dialogue forthwith with the Maltese Government so as to define by common agreement the content of a timetable for the priority reforms to be implemented\"\".", "- imbagħad aktar tard jelenka x'inhuma dawn il-priority reforms -", "\"During the technical discussions between our experts the common conviction was expressed that the realisation of the set of reforms contemplated in the annex would constitute an important step towards the approximation of the structures of the Maltese economy to those of the European Union\".", "Fost dawn ir-riformi insibu li \"A White Paper on the introduction of VAT\" has been issued and will become law by June 1994\" .", "Imbagħad iktar tard jelenka l-modi kif se titħaddem din il-VAT.", "Mela anke hawnhekk qed ngħidu, speċifikament li l-introduzzjoni tal-VAT mhux ħierġa minn neċessita' ekonomika tagħna, imma ħierġa primarjament mill-fatt li biex aħna nkunu nistgħu nikkwalifikaw għall-membership fl-Unjoni Ewropea, u jekk xi darba rridu nidħlu din ikollna nagħmluha bilfors.", "Aktar minn hekk, se nikkwota mill-avis li bagħtet il-Komunita' Ewropea stess lill-Gvern Malti fejn qed tgħid:", "\"The introduction of a VAT system is not only required by Community regulations.", "It is also a necessary condition for the lowering of customs tariff.", "The recently created VAT Office constitutes a first step towards the essential reform.", "But there remain two further obstacles to its implementation, mainly the large number of often craft oriented small businesses which are difficult to monitor for tax purposes and the need to create an efficient administrative framework.\"", "Mela hawnhekk il-Komunita' qed tgħid ukoll li mhux biss b'\"kondizzjoni\" imma \"it's a must\" li tidħol il-VAT.", "Kull darba li nistaqsu lill-Gvern jekk humiex qed iddaħħlu l-VAT per neċessita' ekonomika jew għaliex qed iġġiegħlna l-Unjoni Ewropea, jaqbżu fuqna u jgħidulna: \"Le, le, le, din m'għandha x'taqsam xejn.", "Aħna l-VAT xorta waħda se ndaħħluha\".", "GĦalhekk jien nerġa' nistaqsi lil sħabi li tkellmu qabli min verament qed iġib din il-konfużjoni jekk hux aħna jew il-Gvern Nazzjonalista.", "Ara mbagħad meta bagħtu l-fuljett lin-nies biex jispjegawlhom ir-raġunijiet għaliex se tidħol il-VAT - jekk m'iniex sejjer żball b'kumbinazzjoni hemm 10 raġunijiet - Alla jbierek, fl-ebda waħda minnhom ma tissemma l-Unjoni Ewropea.", "Mela minn dak li kkwotajt jien joħroġ biċ-ċar li din kważi, kważi ġiet imposta fuqna imma meta l-Gvern jispjega lill-poplu qed jgħid li din dieħla għax issa hawn l-għażla, għax issa hawn full employment, eċċ. u ma jgħidx li din se tkun - jew diġa' hi - waħda mill-kondizzjonijiet biex Malta tikkwalifika għall-membership fil-Komunita' Ewropea.", "La qed nitkellem fuq dan il-fuljett ta' min jgħid li dan huwa mezz kif il- Partit Nazzjonalista qed jagħmel propaganda għall-policies tiegħu minn flus il-poplu.", "Il-Partit Nazzjonalista jrid ikun iktar fair billi meta joħroġ fuljett bħal dan, imħallas mill-poplu kollu - Nazzjonalist u Laburist li qed jikkontribwixxi għal dan il-fuljett bit-taxxa - għallinqas messu jindenja ruħu biex lin-nies jgħidilhom iż-żewġ verżjonijiet li hemm fir-rigward tal-VAT u mhux jinqegħda bi flus il-poplu biex jagħmel propaganda għall-parti tiegħu biss.", "Niġi issa għal dak li qed jgħidu n- naħa tal-Gvern.", "Qegħdin jgħidu li anke indipendentement mill-Unjoni Ewropea, il-VAT xorta se jdaħħluha.", "Imma dan huwa mod għaqli meta tkun se tinnegozja l- membership tiegħek ma' l-Unoni Ewropea?", "Safejn naf jiena meta tkun qed tinnegozja, inti tkun lest li tagħti xi ħaġa u titlob li jagħtuk xi ħaġa oħra.", "Aħna x'qed nagħmlu?", "Aħna tant mingħalina li aħna bil-għaqal illi lill-Unjoni Ewropea qed ngħidulha li anke jekk ma nidħlux, xorta se nagħmlu dan is-sagrifiċċju.", "Mela dan huwa mod kif tinnegozja!?", "Mela lanqas bl-iżbalji ta' ħaddieħor m'għandna l-ħila nitgħallmu!?", "Ħafna għaġġla u ma nħarsux lejn dak li ġralhom pajjiżi oħra illi nnegozjaw bl- għaġla mal-Komunita', bħalma ġralha l-Greċja, per eżempju, illi għaġġlet fl-affarijiet tagħha ...", "Meta qed ngħid għaġġlet jiġifieri flok għamlet bħal ħaddieħor u ħadet transition period ta' għaxra jew ħmistax il-sena biex iddaħħal il-VAT, ħadet ħamsa.", "Din illum qed tirrealizza li żbaljat, aħseb u ara kemm se niżbaljaw aħna meta se ndaħħlu kollox fi ftit xhur, qabel ma għadna dħalna fl-Unjoni Ewropea u m'aħniex qed nagħmlu bħal ħaddieħor.", "Hemm pajjiżi li damu s-snin full membrs ta' l-Unjoni Ewropea u dejjem itawwlu biex jintroduċu l-VAT u mbagħad meta ntroduċewha, introduċewha b'rata baxxa, mhux bħalna qbadna u tfajniha mall-ewwel b'rata ta' 15%.", "Qed insemmi pajjiżi illi għalihom din ma kenitx taxxa ġdida bħalma hu l-każ ta' Malta.", "Qed insemmi pajjiżi li qabel ma daħlu l-VAT kellhom taxxi simili bħalma huma s-sales tax u l-purchase tax.", "Imma fuq dawn nitkellmu iktar tard.", "X'inhu dak li qed jirriżulta?", "Huwa veru li fl-Unjoni Ewropea għandek ċerti benefiċċji u ċerti sagrifiċċji, imma tant qed ngħaġġlu illi qed nispiċċaw nadottaw u nilgħaqu s-sagrifiċċji kollha u fuq benefiċċji għadna l-bogħod ħafna - mhux biex neħduhom imma biex nibdew niddiskutuhom.", "Mela b'dawn l-imberkin taħditiet li qed ikollna - jien insejħilhom taħditiet u mhux negozjati għax ħareġ ċar u l-Unjoni Ewropea tgħid kemm-il darba li n-negozjati ma' Malta għadhom ma bdewx imma għadhom saru biss taħditiet - qed nispiċċaw biex qed nitwikkew b'dawn is-sagrifiċċji kollha meta lanqas biss għadna bdejna n-negozjati.", "Haġa oħra li jsemmulna tan-naħa l-oħra hija l-mandat tal-poplu.", "Ħadd m'hu qed jixhdu dan.", "Ara ma taħsbux li aħna qed immorru inxewxu lill-poplu u qed ngħidulu biex iqum minn hemm għax dan il-Gvern m'għandux mandat.", "Anke aħna rrepetejniha imma hemm differenza bejn mandat u ieħor.", "Ara kieku l-Partit Nazzjonalista qal illi l-Gvern illum għandu mandat biex jagħti Lm5 lill-mara tad-dar, nifhimha, għax xeba' jgħajjat biha u jitfagħha fuq quddiem u fuq posters!", "Ara kieku Gvern Nazzjonalista jgħid li għandu mandat illi - kif qed jgħidli sieħbi - kull familja se jkollha t- tabib taghha, nifhimha, għax daħlet fl-20 punt, għax daħlet fil-posters u għax kienet tissemma f'kull meeting.", "Imma meta qed jgħidlek li għandu mandat biex idaħħal il-VAT dan ifisser li trid toqgħod taqra l-Programm Elettorali, tara fejn se tfittixha u mbagħad issibha f'dik li ngħidulha l- ismall print, li tintuża biex tinkiteb xi ħaġa li xi ħadd ikun irid ibellagħlek u minflok tidher fil-print normali, idaħħluha f'xi rokna fejn bilkemm tkun tidher.", "Mela jekk irridu nkunu sinċieri għandna nagħmlu distinzjoni bejn mandat u ieħor.", "Imma ħalli għall-argument ngħidu li għandhom il-mandat.", "Meta titkellem man-nies - aħna tkellimna ma' ħafna nies li se jiġu affettwati mill-VAT - u tgħidilhom li issa għalxejn iġiegħluk tiġġieled għar-referendum kontra l-VAT jew għal xi ħaġa oħra għax il-Gvern għandu l- mandat, ħadd minn dawn in-nies ma jgħidlek li hu għalhekk ivvota lill- Partit Nazzjonalista biex jagħtih il-mandat ħalli jdaħħal il-VAT.", "In-nies mhux hekk jirraġunaw.", "Min jgħidlek li ma kienx jaf b'din il-proposta, min jgħidlek illi ġie ngannat mill-Partit Nazzjonalista, min ifakkrek f'ħafna wegħdiet li għamel il-Partit Nazzjonalista u ma wettaqhomx u jgħidlek li allura billi ma jgħaddix il-liġi tal-VAT u tibqa' biss wegħda, ma jkun ġara xejn għax tibqa' mal-wegħdiet l-oħra li ma ġewx imwettqa.", "Imbagħad issib min jgħidlek li jekk verament il-Gvern irid ikun jaf jekk għandux mandat jew le biex idaħħal il-VAT, imissu jħalli din l-issue għal elezzjoni oħra.", "Illum għandna l-poplu, għandna l-konsumatur, għandna r-retailers, għandna n-negozjanti, għandna l-professjonisti u għandna n-nies li qed jagħtu s- servizzi li kollha huma iktar informati fuq il-VAT u allura jkunu f'pożizzjoni aħjar li jaraw jekk għandhomx jagħtu mandat jew le lill-Partit Nazzjonalista.", "Imissha titħalla għall-wara l-elezzjoni li jmiss u b'hekk inkunu ċerti li min verament qed jivvota għal dak il-partit jew l-ieħor, ikun veru qed jivvota biex jagħtih dan il-mandat.", "Issa jien mhux qed ngħid li l-Gvern qed joħloq konfużjoni sħiħa fuq ir- raġunijiet biss għalfejn dieħla l-VAT imma qed joħloq konfużjoni sħiħa anke meta jiġi biex jispjega x'inhi l-VAT.", "Il-Gvern kull darba jgħidilna li bil- mod li nitkellmu aħna ta' l-Oppożizzjoni qisha se taqa' d-dinja mill-1 ta' Jannar 'l hemm.", "Aħna nafu li mhux se taqa' d-dinja.", "Aħna m'aħniex qed nagħtu din l-impressjoni ma' min nitkellmu, mhux qed ngħidu \"Min jaf x'inhu ġej fl-1 ta' Jannar!\".", "Anzi aħna qed ngħidu lin-nies biex joqogħdu attenti sabiex ma jikkalkolawx il-VAT fuq dak li se jiġri eżattament wara l- 1 ta' Jannnar għax dan il-Gvern kapaċi biżżejjed li l-VAT għall-ewwel xhur anke jpinġiha sabiħa Jiġifieri altru milli aħna qed inħabbru xi doomsday mill-1 ta' Jannar, imma lanqas irridu nagħmluha ħafifa daqstant kif qed ipinġiha l-Gvern Nazzjonalista meta jiġi jgħidilna li dan huwa sempliċement eżerċizzju ħafif fejn se jitneħħa d-dazju u se tidħol il-VAT.", "Qed jgħid li din mhijiex xi taxxa ġdida imma se jkun hemm kambjament ta' taxxa meta dan m'hu minnu xejn.", "Qed jgħid, per eżempju, li b'dan li se jsir lill-konsumatur se tiġih tajba għax ħafna mill-affarijiet se jorħsu.", "Il-Gvern qed jgħid li din tant hi tajba - jien ma nistax nifhem kif - li kważi kważi il-konsumatur se jaqbillu, se jaqbillu n-negozjant, se jaqbillu l-industrijalist, se jaqbillu s-settur turistiku u se jaqbillu kulħadd.", "Imbagħad qiegħed jgħid li hu ma tantx jaqbillu għaliex din tant qed issir revenue neutral li m'hu se jdaħħal xejn aktar!", "U jġib lin-nies f'pożizzjoni li kważi kważi trid tgħidlu grazzi talli daħħalha u talli se tmur daqshekk tajjeb biha u jekk ma tgħidlux ukoll li kellha bżonn tidħol illum qabel għada!", "S'hawn waslet il-konfużjoni li qed jippreżenta l-Gvern Nazzjonalista.", "U din il-konfużjoni mhijiex kif qal sieħbi l-Onor.", "Michael Asciak fost in-nies biss għax b'dan l-atteġġjament għandna konfuzjoni anke hawn ġew.", "B'dan l-atteġġjament ikkonfondejna anke lill-istess nies ta' l- Unjoni Ewropea.", "Dawn filwaqt li qed jgħidu li jista' jkun hemm ħafna diffikultajiet bl- introduzzjoni tal-VAT f'Malta, qegħdin jgħidu li ma jistgħux jfhmu kif il- poplu Malti qed jeħodha daqshekk lightly.", "U jien se nikkwota mill-avis ukoll.", "\"What I have obtained is very little detailed information on indirect taxation. \".", "Jiġifieri hawn qed jiddiskutu ma' rappreżentanti ta' l-Unjoni Ewropea u fl- istess ħin lanqas kellhom informazzjoni x'jagħtuhom, aħseb u ara kemm kellhom informazzjoni biex jagħtu lilna, lin-nies, lill-korpi kostitwiti, lin-negozjanti, lill-konsumatur u lil kull min se jintlaqgħat minnha!", "L- avis ikompli jgħid hekk:", "\"The general attitude of the Maltese seems to be ...\"", "- hawn qed jitkellem b'mod li qisu qed jirridikolana -", "\"... that the introduction of a VAT system, would benefit everybody, the traders, the consumer and the Maltese Exchequer.\".", "Mela l-konfużjoni mhux fuqna biss qiegħda - lilna ma tagħtinix tort għax forsi moħħna ma jlaħħaqx daqs tal-Gvern - imma qed tikkonfondi wkoll lill- istess Unjoni Ewropea għax qed jgħidu li ma jistgħux jifhmu kif l-idea ġenerali f'Malta hija li, skond il-Gvern Nazzjonalista, bl-introduzzjoni tal-VAT m'hu se jbati ħadd imma se jgawdi kulħadd.", "Imma issa ħalli naraw il-verita' x'inhi u nħarsu b'daqsxejn lenti iktar ċara lejn is-sempliċi eżerċizzju ħafif fejn se nneħħu d-dazju u fejn se ndaħħlu l-VAT.", "Jien nista' naqsam il-konsum kollu, inkluż dak tas-servizzi, f'erba' kategoriji.", "L-ewwel kategorija hija ta' prodotti li deħlin mill-Unjoni Ewropea, it- tieni kategorija ta' dawk il-prodotti li deħlin minn barra l-Unjoni Ewropea, it-tielet kategorija hija tal-prodotti li qed jiġu manufactured lokalment u l-aħħar kategorija hija ta' dawk is-servizzi li jiġu provduti f'Malta.", "Ħalli naraw x'se jiġri f'kull każ minn dawn il-kategoriji li semmejt.", "Veru li se jkun hemm tnaqqis ta' dazju u minflok se tidħol il-VAT ta' 15% fuq dawk il-prodotti li se jiġu mill-Unjoni Ewropea.", "Mela hemm prodotti li se jkunu ogħla minn 15%, allura dawn se jitbaxxew; hemm prodotti li għandhom dazju inqas minn 15%, allura dawn se jiġu ogħla u hemm oħrajn li bl-introduzzjoni tal-VAT m'hijiex se tagħmillhom differenza, bħall-ikel u l- mediċina - jiġifieri llum l-ikel u l-mediċina li deħlin minn barra se jibqgħu għaddejjin kważi kif kienu qabel.", "Pero' hawnhekk irrid nagħmel punt li dan ma jfissirx għax l-ammont ta' VAT huwa inqas mill-ammont ta' dazju, allura dak il-prodott se jorħos - tan-naħa tal-Gvern hekk mingħalihom.", "Iktar tard nispjega eżerċizzju li għamilna li jekk ir-rata tal-VAT tkun inqas minn dik tad-dazju, il-prezz finali għall-konsumatur xorta waħda jista' jogħlilek.", "Normalment hawn Malta jiġri li kif jogħla prodott, allura tara l-prezz jitla' mill-ewwel imma kif jorħos il-prezz tiegħu minn barra , jekk ma jogħlix, pero' żgur se jibqa' fejn ikun.", "Jiġifieri r-roħs qatt ma jgħaddi lill-konsumatur.", "It-tieni kategorija hija ta' dawk l-affarijiet li huma importati minn barra l-Unjoni Ewropea.", "Allura li se jiġri huwa li se jitneħħa d-dazju minn fuqhom imbagħad tintefa' l-VAT ta' 15% u d-differenza se tinħadem b'mod u manjiera biex tkun tista' tmur fil-Common External Tariff - is-CET.", "Issa dak li qed jagħmlu l-Unjoni Ewropea biex jipproteġu l-prodotti tagħhom, se nibdew nagħmluh aħna f'ċerti każi - hawnhekk nistħi ngħid li dan qed nagħmluh mhux biex nipproteġu l-affarijiet tagħna imma biex nipproteġu l-affarijiet tagħhom, il-jobs u l-employments tagħhom.", "Dan jiġri wkoll bħal meta għandi karozza dieħla mill-Ewropa u oħra dieħla mill- Ġappun, u nitfgħu dazju ikbar fuq tal-Ġappun mhux għax għandna x'industrija hawn Malta tal-karozzi li allura se tbati l-industrija Maltija tal-karozzi u mhux għax għandna xi jobs hawn Malta li se nitilfuhom imma biex nipproteġu lill-industrija fl-Unjoni Ewropea, fis-sens li jkunu jistgħu jżommu il-jobs fl-Unjoni Ewropea.", "Fuq dan nitkellmu iktar 'il quddiem.", "Mela għal din il-kategorija m'hu se jkun hemm ebda roħs kontemplat għal dawk il-prodotti li deħlin minn barra l-Unjoni Ewropea.", "Issa ħalli niġu għall-aħħar żewġ kategoriji.", "Hawnhekk il-Gvern huwa żbaljat u żbaljat bil-kbir meta jgħid li din m'hijiex taxxa ġdida.", "Iva, jien ngħid li għal dawn iż-żewġ kategoriji li se nsemmi l-VAT hija taxxa ġdida.", "Illum il-ġurnata min jikkonsma prodott lokali m'għandu l-ebda dazju fuqu imma mill-1 ta' Jannar 'il quddiem dan il-prodott lokali se jkollu VAT ta' 15%.", "Allura meta se jitfa' 15% fuq il-prodott lokali, x'dazju se jneħħi fuqu?", "Dan l-argument japplika anke għall-qasam tas-servizzi.", "Illum il-ġurnata s-servizzi ma fihom ebda dazju għax ma tħallas ebda dazju biex tagħmel funeral jew tieġ u lanqas tħallas dazju meta tuża s- servizzi ta' bajjad, plumber jew electrician.", "Allura l-fatt li mill-1 ta' Jannar tas-sena d-dieħla dawn is-servizzi se jkollhom 15% VAT fuqhom, ma jfissirx li se tintroduċi taxxa ġdida?", "Allura għalfejn noqogħdu ngħidu li din m'hijiex taxxa ġdida, imma sempliċement sostituzzjoni tad-dazju bit- taxxa tal-VAT?", "S'issa kulma qegħdin nagħmlu huwa li nipprovaw nispjegaw x'se jiġri għax ħadd għadu ma qagħad jidħol fid-dattalji kollha, minkejja li l-Gvern ħareġ rapport dwar l-impatt li dan il-proċess se jkollu fuq il- ħajja tagħna.", "Per eżempju, il-VAT x'effett se jkollha fuq is-set-up soċjali preżenti taċ-ċittadin?", "X'effett reali se jkollha fuq il- kummerċjant, sew il-kummerċjant il-kbir u sew iż-żgħir?", "X'effett se jkollha fuq il-konsumatur?", "Inutli li lill-konsumatur noqogħdu ngħidulu li l-ħajja m'hix se togħla.", "Ilna ħafna nwegħduh li l-ħajja mhux se togħla u ħadna ħafna miżuri biex ma togħliex, anzi bilkemm m'għidnielux li l-ħajja se torħos!", "Meta sar l- iżvalutar tal-lira, liċ-ċittadin wegħduh li l-ħajja mhux se togħla, imma għadda ż-żmien u l-fatti taw raġun lilna.", "Meta l-kummerċ ġie liberalizzat u daħlet l-għażla, xebgħu jwiegħdu lill-poplu li l-affarijiet se jorħsu, imma għadda ż-żmien u l-fatti tawna raġun.", "Sieħbi qal li jiftakar li meta daħlet is-sistema deċimali, il-ħelu li qabel kien jixtri b'sold kellu jħallas one cent għalih.", "Jien ngħidlu: Qed tiftakar tant 'il bogħod, ma tiftakarx x'ġara l-bieraħ u l-bieraħt lura; ma tiftakarx kemm kont tixtriha l- birra dak iż-żmien u kemm qed tiġik illum?!", "Ma tiftakarx li sa ftit taż- żmien ilu kont tħallas 10c għal ġelat, mentri llum trid 45c jew 50c biex tixtrih?", "Ħadd għadu m'għamel studju profond fuq x'se jkun l-effett tal-VAT fuq l-industrijalist, fuq dak li jesporta u fuq dak li qed jipproduċi għal- lokal.", "Ħadd m'għamel studju fuq x'tip ta' effett se jkollha l-VAT fuq l- investiment f'pajjiżna.", "Ħadd m'għamel studju profond fuq kif se jintlaqat is-settur turistiku minn din it-taxxa.", "Meta nitkellmu fuq is-settur turistiku, ngħidu biss li r-room tax kienet mod u issa ġejja mod ieħor, u li parti minn din il-levy mhux se tgħaddi fuq it-turist imma fuq il-hotelier.", "Bħallikieku jekk Malti li għandu hotel se jonqoslu l-profitt, mhux se tweġġa' l-ekonomija Maltija!", "Bħal dak li qallu, jekk jiġi turist l-unika ħaġa li jmiss magħha hija r-room tax, qisu la joħroġ barra, la jmur iċ-ċinema, la jmur jiekol, la jixtri souvenir u xejn.", "Ejjew ngħidu li t-turist mhux se jintlaqat biss bir-room tax għax jekk se tgħola l-ħajja se tgħola anke għalih.", "Jekk turist kien jiġi hawn Malta u jikkalkola li għandu Lm100 għal hotel u Lm200 biex jonfoq, veru li l-Lm100 tibqa' l-istess, pero' l-Lm200 m'humiex se jservuh għax il-ħajja se tgħola minħabba l-VAT.", "Ħadd ma ta spjega eżatt kif se tinġabar, kif se tiġi amministrata, x'effett se jkollha fuq l-għoli tal-ħajja, assolutament xejn.", "Meta nistaqsu dawn l-affarijiet lill-Gvern jgħidilna, kif għadu kemm qal il- kelliemi ta' qabli min-naħa tal-Gvern, li aħna qed nidħlu fid-dettalji kmieni wisq.", "Meta jgħidlek \"kmieni wisq\" tkun qed tistenna li din il-liġi se tiġi mplimentata xi tliet snin oħra u mhux qegħdin xi erba' jew ħames xhur biss 'il bogħod mill-1 ta' Jannar.", "Kull darba li nistaqsu xi ħaġa jgħidulna li qed nidħlu fid-dettalji kmieni wisq!", "Il-Gvern jaf kemm mhux kmieni, anzi qed jibża li lanqas se jkun laħaq kellem lill-35,000 VAT collector u lanqas se jilħaq jispjegalhom.", "Jagħmel kemm jagħmel tax inspectors biex ifhiemu lit-tax collectors kollha, bħal tal-ħwienet, lil min qed jagħti servizz, lill-professjonisti, eċċ. m'huwiex se jlaħħaq sa l- 1 ta' Jannar 1995.", "GĦadu kmieni meta għad fadal sitt xhur biss!", "Ħaddieħor ħa s-snin biex iwettaq dawn l-affarijiet!", "GĦalhekk ejjew nipprovaw nibdew nifhmu r-reazzjoni ta' min se jintlaqat bil-VAT.", "Jien m'iniex qed ngħid li dan li se ngħid issa qed ngħidu jien jew qed tgħidu l- Oppożizzjoni biex nidhru li dejjem ngħidu \"le\" għal kulma jgħid il-Gvern.", "Aħna qed ngħidu \"le\" għall-VAT?", "GĦaliex ma jmorrux jitkellmu man-nies kif qed nagħmlu aħna u jkunu jafu jekk iriduhiex jew le?", "Għaliex ma jmorrux jitkellmu ma' tal-ħwienet kif qed nagħmlu aħna u jieħdu l-kummenti mingħandhom?", "La qed insemmi lil tal-ħwienet ħalli nibda biex ngħid kif il-VAT se tolqot lin-negozjant.", "Jien nispera li l-Gvern jirrealizza li biex tħaddem sistema ta' VAT tajba f'pajjiż u b'mod effiċjenti bilfors li jrid ikollok l- appoġġ sħiħ tas-settur ekonomiku kollu, l-iktar dak tas-settur kummerċjali.", "Aħna pprovajna li l-kummenti neħduhom l-iktar minn dan is- settur u tistħi tgħid li sa lejlet l-implimentazzjoni tal-VAT l-appoġġ sħiħ li suppost ikollu l-Gvern biex ikun jista' jħaddem is-sistema tal-VAT b'mod trankwill, sew u effiċjenti għadu ma wasalx min-naħa tas-settur ekonomiku, minkejja dak li jgħidu l-korpi kostitwiti.", "Dak li jgħid korp kostitwit huwa ħaġa, pero' dak li qed iħossu u li qed jibżgħu minnu l-membri ta' dak il-korp ...", "Meta titkellem trid titkellem sew mal-korp kostitwit kif ukoll mal-membri tiegħu biex int tkun tista' tieħu l-istampa kollha.", "Minn din in- naħa dak li qed nagħmlu.", "GĦaddejjin b'laqgħat fuq żewġ livelli, għax m'aħniex kuntenti li niltaqgħu mal-FOI biss imma rridu niltaqgħu mal-membri tagħha wkoll.", "M'aħniex kuntenti li niltqagħu mal-GRTU biss imma qed niltaqgħu ma' ħafna mill-membri tagħha, ma' ħafna retailers u ma' ħafna businessmen żgħar li forsi lanqas biss huma membri f'dawn il-korpi kostitwiti.", "Meta wieħed jifli x'inhuma l-kummenti li jkollna mingħand min se jintlaqat bil-VAT, mill-ewwel jifhem għaliex dan l-appoġġ għadu m'huwiex forthcoming daqskemm jixtieq il-Gvern.", "Per eżempju, ħafna minn dawk li hemm fis-settur kummerċjali jgħidu openly li qed iħossu li l-VAT mhux talli m'hi se ssolvi xejn mill-ħafna problemi li għandhom talli se tkun ħolqa oħra fil-katina tal-problemi biex ma jgħidux li 99% din se tkun l-ikbar problema li se jkollhom.", "Meta qed nitkellmu fuq ma' min qed niddiskutu rrid ngħid li m'aħniex qed niddiskutu ma' tnejn jew tlieta imma qed nagħmlu laqgħat kontinwi, qed nindirizzaw diversi setturi, qed immoru f'diversi lokalitajiet, qed nistiednu lil kulħadd - m'hemmx Laburisti jew Nazzjonalisti - u r-rispons li qed nieħdu ġej miż-żewġ naħat.", "Nies li jgħidulek li m'humiex minn dawk li vvotawlek la fl-elezzjoni li għaddiet, la f'ta' qabel u lanqas f'ta' qabel għax qatt ma vvotaw lil-Labour, pero' llum iridu lil xi ħadd biex jiftħu qalbhom miegħu.", "Kulħadd jiġi u jitkellem bil-miftuh u m'hemmx għalfejn nagħmlu laqgħat bil-moħbi għax kulħadd jiddiskuti u jressaq l- oġġezzjonijiet u l-ilmenti tiegħu.", "M'humiex ftit in-nies li se jkunu effetwati direttament mill-VAT.", "Qabel it-tax collector prinċipali fil- pajjiż kien il-Gvern, issa b'din is-sistema mhux tax collector wieħed se jkun hawn iżda numru kbir minnhom.", "Is-sidien tal- ħwienet, professjonisti u kull min se jkun VAT registered se jispiċċa kollettur tal-VAT għal Gvern.", "Hawnhekk ta' min jgħid li hemm differenza kbira bejn kif se titħaddem is- sistema tal-VAT f'Malta u bejn dak li qed isir fil-ħafna pajjiżi minn dawk it-80 pajjiż li ta' sikwiet isemmi l-Gvern.", "X'inhi din id-differenza kbira?", "Jekk nieħdu l-Ingilterra naraw li hemm kummerċ enormi u l-outlets minn fejn joħroġ dan il-kummerċ huwa numru kbir ukoll, liema outlets ivarjaw minn kbar għal żgħar.", "Per eżempju, Harrods li jinsab f'Londra huwa retail outlet, u anke ħanut żgħir f'villaġġ fl-Ingilterra huwa retail outlet, iżda hemm differenza kbira bejn it-turnover li għandu wieħed għal dak ta' l-ieħor.", "X'inhi d-differenza bejn Malta u l-Ingilterra?", "Fl- Ingilterra l-maġġor parti tal-kummerċ ħiereġ minn dawn l-outlets il-kbar nett, u tant hu hekk li l-VAT office fl-Ingilterra lanqas biss iġiegħel lill-outlets iż-żgħar jirreġistraw biex jiġbru l-VAT.", "Dan isir għax fil- fatt ftit ikun qed jitlef minn dawn l-outlets.", "Fl-Ingilterra hemm sistema li jekk outlet m'għandhiex turnover ta' ċertu ammont, m'hemmx għalfejn tirreġistra għall-iskop tal-VAT.", "Hawn Malta s-sitwazzjoni hija differenti.", "F'Malta il-parti l-kbira tal-kummerċ mhijiex ħierġa minn outlets kbar imma ħierġa minn outlets żgħar ħafna - il-ħwienet tat-tip li nafu aħna u li nsibu f' kull villaġġ tagħna.", "Aħna nifhmu lill-Gvern meta jgħid li ma jistax jagħti threshold, imma r-raġuni mhijiex li jibża' mill-abbużi jew dikjarazzjonijiet foloz, iżda r-raġuni hi li Malta ma tistax taqta' l- outlets iż-żgħar għax il-maġġor parti tal-kummerċ tagħna ħiereġ proprju minn dawn il-35,000 li se jkunu registered għall-iskop ta' ġbir tal-VAT.", "Aħna m'aħniex ngħidu ċajta.", "Jiena fittixt biex nara x'inhu l-persentaġġ ta' l-outlets tagħna mal- popolazzjoni u sibt li aħna nikkomparaw ma' pajjiżi oħrajn.", "Ħaġa ta' l- iskantament se nispiċċaw li Malta se tkun il-pajjiż - bħala persentaġġ - li għandha l-akbar numru ta' imprendituri reġistrati mal-VAT.", "Jien nixtieq nagħti ftit eżempji.", "Per eżempju, fl-Italja fejn għandek popolazzjoni ta' 57 miljun ruħ għandek 4.5 miljun VAT registered, li jagħtik persentaġġ ta' kważi 8%.", "Id-Danimarka li għandha popolazzjoni ta' 5 miljun ruħ għandha 385,000 VAT registered u dan ifisser 7.6%.", "Il-Belġju fejn għandek popolazzjoni ta' 10 miljun għandek VAT registered ta' 560,000 li jagħtik persentaġġ ta' 5.7%.", "Fi Franza fejn għandek popolazzjoni ta' 55 miljun għandek 3 miljun VAT registered li jagħtik persentaġġ ta' 5.5%.", "Fl- Awstrija fejn għandek popolazzjoni ta' 7.5 miljun għandek 400,000 VAT registered, ratio ta' 5.3%.", "Fl-Iżvezja il-persentaġġ huwa ta' 4.8%, fl- Olanda 3.2%, fl-Irlanda 3%, fil-Ġermanja 3% u fl-Ingilterra fejn għandek popolazzjoni ta' 56.6 miljun għandek 1.5 miljun VAT registered, ratio ta' 2.7%.", "Imbagħad f'Malta fejn għandna popolazzjoni ta' 350,000 il-persentaġġ huwa ta' 10%.", "Jien qed ngħid dan għax il-persentaġġ jidher għoli u n-numru ta' tax collectors fl-Ingilterra u f'pajjiżi oħrajn huwa żgħir komparat ma' Malta.", "F'Malta 10% tal-popolazzjoni se jispiċċaw mhux iħallsu l-VAT - għax din se jħallasha kulħadd - imma se jispiċċaw kolletturi għan-naħa tal- Gvern.", "Issa wieħed jista' jistaqsi min huma dawn il-35,000.", "Hawn mhux qed nitkellmu fuq outlets it-tip ta' Harrods fl-Ingilterra imma qed nitkellmu fuq ħwienet żgħar tat-te', tal-grocer, tal-ħaxix, l-ironmonger, is-self-employed iż-żgħir, il-professjonisti u n-nies tas-snajja' li jagħtu s-servizz.", "MR SPEAKER: Onor. Vella, skadielek il-ħin u għandek bżonn extension.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nipproponi li l-Onor.", "Vella jkompli jitkellem.", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Hawn talba biex l-Onor.", "Karmenu Vella jkompli jitkellem.", "Il- Kamra taqbel?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ONOR.", "CARMELO VELLA: Nirringrazzja lill-proponent, lis-sekondant u lill- Kamra kollha.", "Mela aktar kemm għandna VAT collectors, aktar kemm nafu li din hija xi ħaġa ġdida għal Malta, - u nerġa' ngħid li l-VAT collectors f'pajjiżi oħrajn ma tantx kienu jsibuha daqshekk diffiċli għax qabel ma kellhom il-VAT kellhom sistemi oħrajn li jixbħu ħafna lill-VAT bħal purchase tax u sales tax, imma għalina se tkun xi ħaġa totalment ġdida - aktar kemm nafu li għandna numru kbir bħala persentaġġ u aktar kemm nafu li dieħla bil-għaġġla, minflok qed nagħtu aktar ċans u ngħallmu lin-nies aktar qed inħallu lil kulħadd fid-dlam u aktar qed inbellgħuha milli nintroduċuha.", "Aktar qabel semmejt li saru ħafna laqgħat f'diversi lokalitajiet ma' nies b'interessi differenti.", "Hawnhekk wieħed mingħalih se jmur jitkellem magħhom u jfiehmhom x'diffikultajiet jistgħu jinqalgħulhom, imma mbagħad meta tibda tisma' lilhom jitkellmu - dawn ikunu nies li jkunu aktar prattiċi minni u min-naħa tal-Gvern - tibda tinduna b'aktar problemi milli konna qed naħsbu.", "Wieħed jista' jgħid li l-mentalita' tan-negozjant Malti nafuha, nafu kemm jgħaġġibha, kemm joħloq problemi u kemm jaf jilgħabha tal-miskin.", "Dan huwa veru imma wieħed ikun kapaċi jagħżel bejn ilment ġenwin u ilment li wieħed jagħmel biex jidher bħala miskin jew biex jipprova jinfluwenzak fil-ġlieda kontra din l-imbierka taxxa.", "Jien nerġa' ngħid li ħadd ma kien motivat politikament minn dawn in-nies li bdejna niltaqgħu magħhom.", "Aħna ma ridniex niltaqgħu f'każini biex ħadd ma jġib skuża u ma jiġix għax ma jkunx jaqbel mal-partit tiegħek.", "Din ħallejniha open għal kull min irid jagħti kontribut u għal min irid jippreżenta s- sentimenti ta' dak li jħoss jew ta' dak li jibża' minnu dak li jkun.", "L- ilmenti kienu bosta, pero' naħseb li l-aktar ilmenti li kien hemm kienu fuq in-nuqqas ta' informazzjoni u l-ħafna inċertezza li hawn.", "Naturalment dawn ma tkellmux biss ma' problemi relatati ma' VAT għax la jkunu hemmhekk jitkellmu fuq kollox.", "Jien ngħid li ma nagħmlu xejn ħażin jekk insemmu xi diffikultajiet li qed jiltaqa' magħhom is-settur kummerċjali biex forsi dawn l-ilmenti - kif jien persważ - ma jaqgħux fuq widnejn torox.", "Għallinqas aħna nkunu qed inressqu l-ilmenti li smajna imbagħad sta għall- Gvern jekk iridx jagħti widen tagħhom jew jekk iridx jieħu azzjoni fuqhom.", "L-ewwelnett dawn isemmu ħafna l-problema ta' l-istocks.", "Kull meta aħna nqajjmu l-problema ta' l-istocks kulħadd jgħidilna li dik il-problema - ġiet anke mqajma ma' korpi kostitwiti u ġiet mifiehma magħhom - ġiet solvuta.", "Imma dan l-imbierek ftehim għandna noħorġuh fil-beraħ u lin-nies għandna ngħidulhom kif se tinħadem din tar-reimbursement li se jkun hemm fuq id-dazju li tħallas fuq stocks.", "Fuq l-istocks kemm se mmorru lura; sena, sentejn, tlieta?", "Il-prodotti kollha se jkollhom l-istess żmien?", "Lil stock ta' bazaar, stock ta' waħda li tbigħ il-ħwejjeġ u stock ta' wieħed li jbigħ l-automobile parts se nagħtuhom kollha l-istess żmien?", "Hemm min jgħidlek issa naraw.", "Imma issa meta?", "Nerġa' ngħid li madwar ħames xhur oħra tiddaħħal il-VAT u għadna ma ħdimniex dawn id-dettalji li huma bżonnjużi.", "Hemm min jgħidlek li peress li ma jkollux negozju kbir ħafna ma jżommux kotba.", "Wieħed jista' jimmaġina x'bookeeping u x'accounts iżommu tal-grocer li ħafna minnhom idaħħlu u joħorġu kollox minn kexxun!", "Per eżempju, wieħed li jkun jaf li t-Tnejn fil-għodu jkun ħalla Lm50 fil-kexxun imbagħad jekk ġie distributur tal-ħalib, fetaħ il-kexxun u ħallsu u jekk ġie xi wieħed u ħa bid-dejn kitiblu fuq iċ-chit u tefagħha taħt il-miżien, imbagħad fl-aħħar tal-ġimgħa jsib Lm150, dan isib li matul dik il-ġimgħa jkun mar tajjeb għax ikun qala' Lm100.", "Dan la se joqgħod jikkalkola jekk telax jew niżilx l-istock u lanqas se joqgħod jikkalkola jekk minn crate tal-ħalib infaqgħulux żewġt ifliexken u allura probabbli jkun tilef il- profitt li kellu minn fuq dik il-crate tal-ħalib.", "Allura aħna nippretendu li l-accounts u l-bookeeping li jżomm negozjant b'turnover ta' eluf kbar ta' liri għandu jżommhom ukoll tal-ħanut jew il-hawker tas-suq?", "Meta jistaqsuna x'se jagħmlu b'dawn l-istocks jien sinċerament ngħid li ma nkunx naf nirrispondihom.", "Qamet ukoll il-problema tal-ħwienet iż-żgħar u lil ħadd ma tlum għax kulħadd iħokk fejn jieklu.", "Wieħed jista' jistaqsik x'se jagħmel fuq il- self-consumption?", "Jien din nifhmiha għax kelli nannti bil-ħanut tal-laħam u kelli ommi bil-ħanut tal-grocer u x-xogħol tagħhom ma kienx biss li jbigħu lin-nies.", "Per eżempju, nannti kienet tibda tqassam il-laħam lil tal- familja u tibda biz-ziju, biz-zija, b'ommi u tibqa' sejra hekk.", "(Interruzzjonijiet) Self consumption mhux fuq ikel biss.", "Kull min għandu ħanut naħseb li se jkollu jħallasha wkoll anke jekk ma jkollux self consumption.", "Jiġifieri dan xtraha mingħand l-aġent, imma jekk mhux se jħallasha se jeħilha hu.", "Hemm min jgħidilna biex nagħtuh idea ta' x'tip ta' kotba, accounts, bookeeping u stocktaking irid jieħu u kemm se jiswihom.", "Kull ħanut għandu l-istorja tiegħu, imbagħad skond lil min issib - taf issib accountant tar-ruħ li jgħidlek tagħtih xi ħaġa u jaqdik, inkella tista' tinzerta wieħed li japprofitta ruħu minnek.", "Hawn min jiġi jistaqsik x'se jagħmel jekk ikollu l-klijent li jieħu l-merċa u mbagħad iħallsu bix-xahar.", "Jekk dan ikun għadu ma ħallsux u normalment sid il- ħanut ikun iniżżlu fuq il-kotba tad-dejn ma jkunx tah irċevuta, jekk jaqbdu l-inspector ħiereġ mingħajrha se jeħel tal-ħanut u jekk jagħtihielu wara jista' jaqlagħlu l-inkwiet għax jgħidlu li jkun diġa' ħallsu.", "Dawn huma problemi żgħar imma qed isibuhom jew qed jibżgħu li se jsibuhom fil- prattika s-sidien tal-ħwienet iż-żgħar.", "Semmejt ukoll xi damages li jista' jkollhom fil-merkanzija.", "X'se tkun il-burokrazija biex jiġbru l-VAT li jkunu ħarġu fuqhom?", "U ħafna minnhom tant ikunu mħawdin rigward dan li jibdew jagħmlu pressjoni fuqna.", "Din għamlu referendum fuqha u ġiegħlu lil tal-ħwienet biex ma jaċċettawx il-cash registers, nixtieqkom tkunu hemmhekk ħalli tisimgħu intom stess.", "Aħna qed nidhru koroh magħhom għax meta jgħidulna dawn l-affarijiet ngħidulhom li t-tali ħaġa m'għandhiex issir u bilkemm ma jgħidux li aħna reqdin.", "Aħna qed nimxu magħhom ġenwinament, dak li nafuh ngħadduhulhom, fejn ma nafux ngħidu li ma nafux u fejn m'għandhomx raġun ngħidulhom li dik il-ħaġa ma tistax issir.", "Ġieli jistaqsuna għaliex il-cash register nużawh għal tal-ħwienet biss.", "Jekk jien għandi ħanut u jkolli turnover ta' bejn Lm3,000 u Lm4,000 fis- sena mela jien se nkun bil-cash register bil-memorja fih biex il-Gvern ikun jaf dak kollu li għamilt, imbagħad ikun hemm perit b'turnover ta' bejn Lm10,000 u Lm20,000 fis-sena u għad m'għandux sistema ta' cash register, anke fil-każ ta' electrician jew plumber.", "Qed naħsbu f'risposti biex inkunu f'pożizzjoni li nirrispondu tajjeb dawn il-mistoqsijiet ?", "Hawn min jgħidlek li diġa' kellu problema bid-dazju, allura bil-VAT se jkollu l- istess problema?", "Jekk tgħidlu biex jispjega ruħu jgħidlek li hu wieħed li jbigħ il-qomos, fuq qmis suppost għandu levy ta' madwar Lm2, allura dan kif jista' jikkompeti ma' min qed ibigħ il-qomos fis-suq jew fil-ħwienet b'Lm1.50 meta suppost fuq kull qmis hemm xi Lm1.50 jew Lm2 levy?", "Jgħidulek għallinqas jekk din il-problema se tmur, issa se jkollhom jibdew jiffaċċjaw xi annimal ieħor li minflok ma jibda jbigħ prodotti li ma jħallasx dazju fuqhom jibda jbigħ prodotti li ma tħallasx VAT fuqhom?", "U jkollok toqgħod tisma u tinnota, għax sakemm ma tkunx taf kif se jitħaddem il-mekkaniżmu tal-VAT ma tistax tirrispondi.", "Qed ngħid dan għax anke huma qed iħossuh.", "Veru li l-cash register tahulhom b'xejn il-Gvern, imma din qisha l-istorja tal-ġolġol.", "Jekk ikollok qattus torbotlu ġolġol m'għonqu.", "GĦaliex?", "Biex jidher iktar sabiħ jew biex meta jiċċaqlaq tkun taf fejn mar u jekk ikun daħal taħt xi siġġu tisimgħu u tkun taf fejn qiegħed?", "Dan hu li jistaqsuna fuq il-cash register bil-memorja li se jagħtihom il-Gvern.", "Qed jistaqsuna jekk dan hux qed jagħtihulhom biex jgħinhom fil-business jew inkella għal xi skopijiet oħrajn.", "U fl-aħħar mill-aħħar veru li l- Gvern tahom il-cash registers b'xejn imma ngħaqdu fejn ngħaqdu dawn min se jħallashom, mhux tal-ħwienet stess bit-taxxi li jħallsu u aħna t-taxpayers?", "Jiġifieri huwa inutli li noqogħdu ngħidu li għamilna xi ħaġa kbira għax se ndaħħlu l-VAT u biex ma jbatix il-poplu u tal-ħwienet se nagħtuhom dawn b'xejn.", "Veru se jagħtihulhom b'xejn imma minn x'imkien dan irid jitħallas u għada pitgħada anke aħna se jkollna nħallsuh.", "Imbagħad jikkritikaw ħafna it-tip ta' l-hekk imsejħa kompetizzjoni li hawn fis-suq bħalissa.", "Jingħad ħafna kliem fuq is-suq ħieles, kif se jgħin l-għażla, kif se tikber il-kompetizzjoni, x'opportunita' se jkun hawn fis- settur kummerċjali, imbagħad tmur titkellem mas-settur kummerċjali u ħafna minnhom jgħidulek li l-kompetizzjoni m'hijiex il-kompetizzjoni tal-kotba u tat-teorija imma t-tip ta' kompetizzjoni li għandna f'Malta.", "Din il- kompetizzjoni Maltija ħafna mis-settur kummerċjali iktar qed iħares lejha bħala problema milli bħala opportunita' u se nispjega għaliex.", "Meta wieħed jaqbad il-katina tal-kummerċ minn fuq u jinżel għal isfel, fl-istrat ta' fuq isib l-aġent u l-importatur, fl-istrat tan-nofs isib il-wholesaler u fl- istrat t'isfel isib ir-retailer, tal-ħanut.", "Allura x'qed jiġri?", "Issib li l-kompetizzjoni fl-istrat ta' fuq ma teżistix, m'hemmx negozjant, importatur jew aġent li qiegħed jimpika u jikkompeti biex iraħħas il- prezzijiet ma' xi ħadd li hu bħalu, hemm fuq ma teżistix il-kompetizzjoni.", "Mela minn hemmhekk il-prezzijiet dejjem jogħlew, meta mbagħad il-prodott jinżel għand ir-retailer li huma numru ħafna ikbar mill-aġenti, allura mbagħad nistennew li l-kompetizzjoni ssir bejn l-istess retailers u din qed jilmetaw ħafna fuqha.", "Mela fl-istrat ta' fuq kważi tista' tgħid li kull importatur f'Malta għandu a dominating position, għax f'Malta jekk inti għandek bejn 12% u 15% tas-suq tista' tgħid li għandek a dominating position.", "Meta għandek a dominating product, tista' tiftiehem u tagħmel cartel ma' sħabek, tista' tingħata xi monopolju - dan l-aħħar ingħataw ħafna.", "Mela hemmhekk il-kompetizzjoni tista' tinsiha, ma teżistix, kemm bil-provi u anke bil-fatti.", "Tal-ħwienet jgħidulek li l-affarijiet jogħlew mhux minn ġimgħa għal ġimgħa jew minn xahar għal xahar imma minn konsenja għal oħra.", "Jekk inti tagħmel żewġ konsenji f'xahar il-prezz tal-prodott se jogħlielek darbtejn; jekk dawn tagħmilhom f'ġimgħa se jogħla darbtejn għax il-prezzijiet qegħdin jitilgħu minn konsenja għal oħra.", "Imbagħad ir- retailer irid joqgħod jikkompeti ma' sieħbu billi jbaxxi mill-profitti tiegħu u fl-aħħar mill-aħħar ir-riżultat qed ikun li dak it-tnaqqis żgħir mill-prezz li jsir minħabba l-kompetizzjoni bejn ir-retailers m'huwiex jasal għand il-konsumatur.", "GĦaliex?", "GĦax l-għoli tal-prezzijiet li qed jitfa' l-aġent dejjem se jibqa' ikbar mir-roħs fil-prezzijiet li qed jagħmlu r-retailers u ħafna qed jgergru fuq hekk, biex ma ngħidx li jgergru wkoll bl-unfair competition li hemm.", "Per eżempju, l-wholesaler igerger li l-aġenti mhux qed jgħaddu x-xogħol tagħhom lir-retailer through the wholesaler, imma qed jikkompetu miegħu u jgħaddu l-affarijiet direttament lir-retailers.", "Imbagħad jiġi r-retailer igerger u jgħidlek li mar il-wholesaler u tah tazza biex ibigħha Lm1 mill- ħanut, imbagħad hu qed ibigħha 75c lil min jixtriha direttament minn għandu.", "Tgħidli dawn l-affarijiet mhux roħs fil-prezzijiet qed iġibu?", "U jien ngħid, imma aħna ma ridniex dan ir-roħs fil-prezzijiet li ġej minn unfair competition.", "Safejn naf jien, aħna konna qed nimmiraw għal roħs fil- prezzijiet li ġej through fair competition.", "Meta għandek aġent li qed ibigħ lill-konsumatur dirett bi prezz inqas minn tar-retailer, dak ma tgħidlux fair competition.", "Hemmhekk għandek unfair competition u l-aġent qed jimmina lill-istess retailer li jrid ibigħlu.", "Nieħdu l-eżempju ta' l- ikel - se nieħdu għax naf li m'għandux x'jaqsam mal-VAT.", "F'Malta ssib eluf ta' outlets fejn jinbigħ l-ikel, bħal groceries, restaurants u affarijiet bħal dawn.", "Mela hemmhekk il-competition b'xi mod jew ieħor tistenniha ftit, imma mbagħad l-importaturi kollha li qed iġibu l-ikel f'Malta tgħoddhom fuq subgħajk, forsi għandek erbgħa kollox.", "Qed inġib dan l-eżempju biex nifhmu x'qed ngħid, li tliet aġenti ma jagħmlux kompetizzjoni imma 5,000, 6,000 jew 7,000 retail outlet, iridu jew ma jridux il-kompetizzjoni se jagħmluha.", "Il-ħażin hu li l-kompetizzjoni m'hijiex qegħda minn fuq s'isfel.", "Issa dan biex ma nitkellimx fuq il-ħafna monopolji li għadhom qegħdin isiru.", "Kontra l-monopolju aħna qed ngħidu ħafna kliem sabiħ, qed insemmu ħafna teoriji mill-kotba u ħafna white papers, u qed nagħmlu ħafna wegħdiet imbagħad ikun dan il-Gvern stess li fi żmienna jagħti monopolju lil Cable Television u lit-Telecell.", "Dawn huma l- monopolji li nafu bihom s'issa għaliex minn taħt hemm nies li għandhom il- monopolju ta' l-attvita kummerċjali għaliex meta tħares lejn din l-attvita' dejjem issib l-istess nies \"Ċikku, Toni u Peppi\".", "Meta tmur tfittex fis- settur tal-kostruzzjoni issib lill-istess tlieta min-nies - \"Ċikku, Peppi u Toni\" - jekk tfittex u tara l-proġetti li qegħdin jinħolqu fil-pajjiżi terġa' ssib lill-istess nies u jekk tara min qed jissupplixxi b'tenders lill-Gvern terġa' ssib lill-istess nies.", "Illum inħolqot klassi ġdida ta' nies, klikka ta' nies li qed jiddominaw ix-xena kummerċjali kollha għaliex it-trinek qed jagħmluhom huma, l-artijiet qed jeħduhom huma u x-xogħlijiet pubbliċi qed jagħmluhom huma wkoll bħallikieku donnu huma biss jeżistu, huma biss jifhmu f'hotels, fi sptarijiet, f'airports u f'carparks.", "Iddur fejn iddur dejjem għandek issib lill-istess nies u din aħna mhux qed nagħtu kasha biżżejjed hawn ġew imma l-imprenditur żgħir barra qed iħossha.", "Qed iħossha iktar u iktar meta dejjem f'widnejh jisma' l-istess ismijiet itambru għaliex proġett wara ieħor qed jingħataw lill-istess nies.", "Forsi għad jasal iż-żmien li naraw kif qed jittrabba dan il-monopolju li mhux qed jagħti ċans lil dak l-imprenditur iż-żgħir li jrid jikber.", "Mr Speaker hawn ħafna tgergir dwar it-tip ta' kontrolli li qed jagħmel il- Gvern.", "Meta qrajt l-aħħar Rapport ta' l-Awditur sibt li l-Qorti ittellgħu għal xejn - issa ngħid għaliex qed ngħid \"għal xejn\" - 21,300 każ fuq kontrolli ta' ħwienet żgħar.", "Bħala risposta għal dan id-diskors forsi l- Gvern igħidilna: Intom tridu jew ma tridux kontrolli?", "Tridu lil kulħadd jagħmel li jrid jew tridu li veru nipprovaw nikkontrollaw ħalli l- konsumatur jieħu li ħaqqu u n-negozjant ma jbatix u jieħu li ħaqqu wkoll?", "Mr Speaker jiena qed ngħid li din hija biss daħka fil-wiċċ għaliex imbagħad issib li minn dawn il-21,300 każ li ttellgħu il-Qorti, in-numru li nstabu ħatja ta' xi ħaġa kien ta' 138 biss.", "Jiġifieri aħna għandna task force sħiħa iddur ma' kullimkien fuq kontroll, itellawlek il-Qorti 'l fuq minn 21,000 kaz biex jinstabu ħatja inqas minn 140 persuna!", "Dawk li jeħilsuha mbagħad, igergrulek u jgħidulek li ħelsuha għax lill-Maġistrat juruh l- invoice li jkun tah l-aġent jew l-importatur u l-Qorti tinduna li mhux hu kien qed jgħolli l-prezzijiet.", "Naturalment dawn imbagħad ikunu jridu jafu - la l-Qorti sabet li t-tort m'huwiex tagħhom - għalfejn il-Pulizija ma tkomplix l-investigazzjoni tagħha u ttella' l-Qorti lil dak li jkun begħelhom ix-xogħol.", "Għalfejn il-Qorti qiegħed biss għal dawk il-ħwienet tal-merċa ż-żgħar?", "L-Awditur tana rapport kemm ittellgħu nies li għandhom ħanut tal-merċa l-Qorti.", "Jista' l-Gvern jgħidilna jekk qattx ittella' importatur jew negozjant il-Qorti?", "Jien m'iniex qed ngħid hekk biex nitfa' xi dell ikrah fuq dawn in-nies, għax jiena persważ li ħafna minn dawn qegħdin hemm biex jaqilgħu l-għajxien ta' kuljum bħalma qegħdin oħrajn bħalhom u ħafna minnhom li qed jagħtu servizz siewi, għaqli u kkontrollat tajjeb lill-konsumatur u liċ-ċittadin.", "Imma m'għandniex il-ħila lil dawk il-ħżiena we single them out mill-oħrajn u ngħidu li m'għandniex għalfejn nagħmlu kontrolli fuqhom għax nafu li mexjin bis-sewwa?", "Imma jekk naf li miexi bis-sewwa, għaliex l-azzjonijiet għandhom jieqfu dejjem ma' tal- grocer biss?", "Ħafna minnhom jibżgħu u jiddejqu li ta' spiss qegħdin jidhru koroh huma mal-konsumaturi.", "Jidhru koroh għal dawn ir-raġunijiet li qed insemmi jien, li huma ibiegħu oġġett bi prezz, imbagħad isibu illi l- wholesaler, id-distributur u l-aġent qegħdin jitfgħuh fis-suq bi prezz li jagħtuh lilhom.", "Qed isibu li ħafna prodotti qed jiġu dumped fis-suq tagħna meta m'għandek l-ebda kontroll lanqas fuq standards, allura n-nies tħares biss lejn il-prezz u ma tindunax il-livell ta' kwalita' li tkun qed tieħu u għandek prodotti li qed jinbiegħu - kif diġa' għidna - għax jew jiskartaw levies jew jiskartaw dazji, eċċ. Rigward iċ-ċaqlieq tal-prezzijiet l- istess.", "Tgħidli jiddejqu jidhru koroh.", "Iva jiddejqu jidhru koroh għax huma tip ta' nies, dawn ir-retailers iż-żgħar illi minn konsenja għal oħra dejjem jgħollu l-prezzijiet aħseb u ara issa x'se jiġri bil-VAT, imma l- profitti tagħhom dejjem neżlin.", "Allura min qed jidher li hu ħalliel mal- konsumatur?", "Din qed ngħiduha mill-provi u mill-prattika għax huwa inutli li tgħid li jekk jogħla oġġett minn barra se jogħla l-prezz tiegħu hawn Malta u jekk jorħos minn barra, se jorħos il-prezz tiegħu hawn Malta.", "Din ma ħadmitx f'Malta.", "Nafu li f' Malta l-konsumatur dejjem ħa fuq dahru u refa' fuq spallejh l-għoli tal-prezzijiet.", "Meta minn barra kien hemm roħs tal-prezzijiet, dak qatt m'għadda għand il-konsumatur.", "Dak dejjem inqabad fil-katina tal-kummerċ u jgħaddi bħala profitt iktar lil min qiegħed f'dik il-kategorija.", "Nerġa' ngħid li m'inix qed nalludi għal kulħadd, anzi d- diżgrazzja hi - kif igergru magħna - illi mal-ħażin qed jeħel it-tajjeb.", "Jekk għandek l-għexieren ta' dawk li qed jagħmlu u li qed jabbużaw minn dawn l-affarijiet, għandek l-eluf li qegħdin jeħlu magħhom.", "MR SPEAKER: Ippermettili, Onorevoli.", "Reġa' skadielek il-ħin u għandek bżonn il-leave of house.Hemm permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Karmenu Vella jista' jkompli.", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Nirrangrazzja lill-Kamra, ta' l-estenzjoni tal-ħin.", "Nista nsemmi l-laqgħat mal-korpi kostitwiti.", "L-istess, il-problemi li beda jsemmi kull korp kostitwit li ltqajna miegħu kważi kważi huma komuni.", "L-ewwel waħda hija illi dawn l-għaqdiet damu għal żmenijiet twal mingħajr ebda informazzjoni fuq il-VAT li setgħu jaħdmu fuqha; it-tieni, meta resqu s-suġġerimenti tagħhom lill-Gvern fuq l-istess VAT, dawn is-suġġerimenti baqgħu imdendlin u ħafna minnhom lanqas biss ingħata każ tagħhom; u t- tielet - din hija serja - ħafna mill-għaqdiet kostitwiti qegħdin jammettu illi jgħidu x'jgħidu fil-press releases tagħhom, qed isibu oppożizzjoni qawwija minn ġewwa, jiġifieri mill-membri tagħhom stess.", "Mela allura tasal biex tikkonkludi illi l-veduti tal-membri nhux dejjem qed jiġu mressqa mill- korp kostitwit.", "Jista' per eżempju jkollok membri fl-FOI, speċjalment dawk li qed jipproduċu għal lokal, illi l-veduti tagħhom fuq il-VAT m'humiex daqshekk pożittivi imma fl-istess waqt ikollok l-FOI li toħroġ tappoġġa l- introduzzjoni tal-VAT.", "Jiena nifhimha meta jgħidulna: Minkejja dak li qed ngħidu fl-open, minkejja dak li qed ngħidu fuq il-mezzi tax-xandir u minkejja dak li qed ngħidu fl-istqarrijiet, aħna nammettu li qed ikollna oppożizzjoni qawwija internament.", "Imbagħad issib membri li meta jmorru jressqu l-ilmenti tagħhom ma' l-għaqda, jiġu lura jgħidulna li minflok qagħdet tisma' l-ilmenti tagħhom qagħdet tbellagħlhom l-obbligi u l- pożizzjoni tal-Gvern.", "Jiġifieri dawn il-membri, wara li jagħmlu l-ilmenti tagħhom qed joħorġu b'moħħhom mimli li l-għaqda ma tatx kas ta' l-ilment tagħhom.", "Każ klassiku ieħor kien li kważi kull għaqda tal-bidu riedet li jkun hemm żmien tranżitorju ikbar, fis-sens li jitwal iż-żmien minn meta tibda titwettaq il-VAT.", "Kien hemm anke min qabel mal-prinċipju tal-VAT imma xorta xtaq transition period itwal, jiġifieri li d-data minn meta tibda tiġi mplimentata l-VAT tiġi posposta.", "Imma l-Gvern ma setax jaċċeta dan għax kellu r-raġunijiet tiegħu u għalkemm ma jgħidx x'inhuma r- raġunijiet tiegħu, pero' kulħadd jaf li l-ikbar raġuni hija l-commitment li diġa' ta dan il-Gvern lill-Unjoni Ewropea.", "Ħaġa oħra li nixtieq nitkellem fuqha hija l-ġbir tat-taxxi li ħafna korpi kostitwiti qed jilmentaw fuqha.", "Jien ngħid li tajjeb tkun effiċjenti ħafna fil-ġbir ta' taxxi imma mbagħad daqshekk ieħor għandek tkun effiċjenti meta tiġi biex tonfoq.", "L-Onor.", "Dalli fl-ispeech tiegħu stess semma' li min- nefqa totali ta' Lm450 miljun, għandek Lm124 miljun li sejrin fuq pagi tas- settur pubbliku, Lm173 miljun sejrin fuq programmi tas-servizzi soċjali u pensjonijiet, Lm130 miljun fuq administrative expenses u Lm21 miljun għall- ispejjeż ta' entitajiet governattivi.", "F'kull diskussjoni li qed ikollna mal-korpi kostitwiti, kollha jgħidulek li inutli noqogħdu niġbru iktar taxxa jekk mhux se nikkontrollaw sew l-infiq tal-Gvern.", "Naturalment l- ewwel ma jitkellmu fuqu rigward infiq huwa s-settur pubbliku u mbagħad jsemmu wkoll kemm hemm trasparenza fl-ispiża fl-għoti ta' kuntratti fuq in- nefqa ta' xogħlijiet pubbliċi.", "Kien hemm ħafna argumenti li għandna nikkontrollaw l-infiq aħjar u għandna ngħaddu b'taxxi iktar baxxi.", "Hemm ħaġa oħra li ma nistgħux nifhmu u din hija kif se taħdem il-VAT fuq is-suq ħieles u l-kontrolli.", "Jien ma nistax nifhem ukoll meta tan-naħa tal-Gvern jgħidu li la issa għandna s-suq ħieles kważi bilfors irridu ndaħħlu l-VAT, u jgħidu li din it- taxxa se tidħol biex inkomplu bil-proċess tal-liberalizzazzjoni tal- kummerċ.", "Dawn assolutament m'għandhomx x'jaqsmu xejn ma' xulxin.", "Hawn pajjiżi li għalkemm għandhom il-VAT, pero' m'għandhomx suq ħieles u dawn kważi lanqas jemmnu fil-liberalizzazzjoni tal-kummerċ.", "Hemm ukoll pajjiżi b'suq ħieles u kummerċ librealizzat imma għoġobhom li ma jdaħħlux il-VAT, bħalma għamlet tant żmien l-Awstralja u anke l-Amerika.", "Mela għalfejn hawn Malta noqogħdu norbtu s-suq ħieles mal-VAT meta dawn m'għandhom ebda relazzjoni ma' xulxin?", "Hemm xi ħaġa oħra li ma nistgħux nifhmu u mhux aħna biss imma wkoll il- korpi kostitwiti.", "Din hija li bl-introduzzjoni tal-VAT se jkollhom isiru ċerti kontrolli biex jiġi żgurat li r-roħs fil-prezzijiet jilħaq lill- konsumatur.", "Imma jien ngħid għaliex le?", "Aħna nemmnu li m'għandekx tikkontrolla l-kwantita' pero' nemmnu li ċerti kontrolli, speċjalment fejn għandek nuqqas ta' kompetizzjoni, m'humiex ħżiena li tagħmilhom, sakemm il- konsumatur ikun qiegħed jieħu dak li ħaqqu u n-negozjant ma jkun qed jitlef xejn minn dak li suppost li huwa tiegħu.", "Imma hawn toħroġ il-mistoqsija ta' kif tista' temmen f'suq ħieles u ma temminx fl-indħil u fil-kontrolli, imbagħad tiġi tgħid li kif tidħol il-VAT se tibda tagħmel dawn il- kontrolli.", "Issa jekk se torbot il-VAT mas-suq ħieles, allura trid torbotha b'mod u manjiera fejn tgħid li la se tidħol il-VAT allura s-suq ħieles se jonqos peress li mbagħad se jkun hemm iktar kontrolli u makkinarju ta' indħil.", "Li għandhom komuni n-negozjant u l-konsumatur huwa li t-tnejn li huma, huma kontra l-introduzzjoni tal-VAT.", "Wieħed irid jifhem ir-raġunijiet għalfejn jitkellmu kontra tagħha u dawn huma totalment differenti minn xulxin.", "Jekk nieħdu r-raġuni għaliex il-konsumatur huwa kontra l-prinċipju tal-VAT, issib li dan qed jibża' - u rightly so - li se jitwikka bl-għoli ta' prezzijiet kollha hu.", "Mill-banda l-oħra lin- negozjant jista' jkun qed idejqu l-fatt li bit-taxxa tal-VAT se jkollu indħil indirett, forsi se jkollu jinkixef aktar mad-Dipartiment tat-Taxxi Interni u forsi mill-fatt li jista' jkun hemm xi ħadd li jġiegħlu jnaqqas il-marġini tal-profitti tiegħu.", "Hawnhekk il-Gvern se jkollu Hobson's choice.", "Irid jagħżel jekk hux se jikkontrolla fl-interess tal-konsumatur jew ma jikkontrolla xejn, imbagħad in-negozjant jibda jaħrab mhux biss minn fuq il-prezzijiet iżda wkoll fuq il-marġini ta' profitti u l-pagamenti ta' l-income tax.", "Il-Gvern irid jagħżel, iżda sal-lum għadu ma qalilniex il-pożizzjoni eżatta li se jieħu.", "F'dawn l-aħħar snin il-Gvern ta biss lip service lill-kontrolli u qal li qed jagħmel mill-aħjar biex iżomm l-għoli tal-ħajja l-isfel kemm jista' jkun, mentri l-fatti juru mod ieħor u ħafna drabi l-għoli tal-ħajja qegħda tkun bil-barka tal-Gvern stess.", "Wieħed jinnota wkoll li issa lejliet l- introduzzjoni tal-VAT kulħadd qed iżid il-prezzijiet tal-prodotti bl- addoċċ.", "Dan qed isir biex meta tidħol it-taxxa tal-VAT u l-kontrolli li qed isemmi l-Gvern, ħadd ma jintlaqat bihom, qisu l-Gvern qed igħidilhom li min irid jgħolli għandu ċans biss sa Diċembru għax mill-1 ta' Jannar tas- sena d-dieħla se jibda jkun hemm il-kontrolli.", "Eżempju ċar ta' dan huwa l- każ tal-birra.", "Ma nistax nifhem kif il-Gvern l-ewwel jitkellem fuq price order fuq il-birra imbagħad għal darba, tnejn u tlieta l-birra togħla u Alla jbierek qisu m'hu qed jiġri xejn.", "Jien nifhem li jekk il-pagi u l- prezzijiet tal-materjal kollu li jintuża biex wieħed jipproduċi l-birra jiżdiedu, il-prezz finali tal-birra jrid jogħla, imma li taqbad iżżid il- prezz għas-sempliċi raġuni biex tkabbar il-profit margin u l-Gvern iħallik u ma jgħidlek xejn, bilfors wieħed għandu aktar għalfejn jibża' u jistaqsi jekk fil-kummerċ aħniex se nibqgħu għaddejjin b'din il-politika liberali u b'dan il-libertinaġġ għami.", "Fattur ieħor li nixtieq nitkellem dwaru u li ħadd għadu ma tkellem fuqu, inkluż il-korpi kostitwiti, huwa jekk il-Gvern tahomx xi ħjiel fuq l- administration and compliance costs, u jekk il-Gvern qalilhomx b'kemm se tiżdied in-nefqa biex wieħed ikun jista' jagħmilha ta' kollettur għat- taxxa tal-VAT.", "Irridu nammettu li l-VAT - għan-negozjant, ir-retailer, il- businessman u kull min joffri servizz - mhijiex biss sempliċiment kif qal il-Gvern eżerċizzju ħafif biex wieħed jaqleb mid-dazju għal VAT.", "Ir- retailer, il-businessman u dawn in-nies kollha li semmejt għandhom bidla sħiħa x'jagħmlu.", "Iridu jagħmlu bidla fl-accounting system u dan jinvolvi wkoll tibdil ta' l-istationery, cash register, staff training, accounting periods u bosta affarijiet oħra.", "Naturalment biex din il-bidla ssir, l- ispiża mhijiex biss dik ta' hardware u stationery, iżda wkoll il-ħin li wieħed irid jaħli sabiex iwettaq din il-bidla.", "Mela l-ħin mhuwiex flus ukoll!", "Minkejja l-ħafna diskorsi li saru favur u kontra l-VAT, nixtieq nistaqsi jekk hemmx xi ħadd li għamel studju biex jinstab kemm se jkunu l- ispejjeż żejda għas-setturi industrijali, turistiku, kummerċjali u għal kull min hu involut biex jiġbor din it-taxxa.", "Milli jidher ħadd ma ħa in konsiderazzjoni dawn il-compliance costs u ħadd ma jaf kemm se jqumu eżatt.", "Kulħadd jaf li l-ispejjeż se jiżdiedu xi ftit iżda l-quantum ma sarx.", "Tajjeb li hawn wieħed iħares lejn xi ġralhom pajjiżi oħra.", "Per eżempju fl-Ingilterra naraw li minn studju li sar fl-1985 nstab li l- compliance costs fuq il-VAT huma d-doppju tal-compliance costs fuq dik tal- PAYE.", "Mela hawnhekk għandek spiża oħra żejda.", "Aħna m'għandniex ngħidulu l- businessman kemm se tkun din l-ispiża?", "Minn dan l-istudju li sar fl- Ingilterra, nstab ukoll li għal kull negozju din l-ispiża żejda qamet bejn 5% u 30% tal-VAT miġbura.", "Mela jekk, per eżempju, negozjant f'Malta se jiġbor Lm10,000 fis-sena bħala VAT, dan qed jistenna - u l-band hija wiesgħa ħafna għax din mhijiex minn 5% sa 7%, iżda minn 5% sa 30% - li biex jiġbor din it-taxxa jista' jeħel minn 5% sa 30% fuq Lm10,000.", "Li titħassar hu l-fatt li aktar ma tkun kbira it-turnover, il-persentaġġ tal-compliance costs se jkun aktar żgħir u l-persentaġġ il-kbir se jiekluh dawk il-ħwienet iż-żgħar li għandhom turnover żgħira, jiġifieri l-persentaġġ ta' l-ispejjeż huwa ħafna ikbar għan-negozji ż-żgħar milli qiegħed għan-negozji l-kbar.", "Il-costs għoljin fuq it-turnover żgħar se jolqot l-iktar lil min ma jiflaħx, se jolqot il-maġġorparti ta' dawk il-35,000 VAT tax collectors.", "U naturalment iż-żgħir se jsibha aktar diffiċli mill-kbir għaliex jekk għandek negozju kbir b'turnover kbir naturalment dan illum diġa' qed iżomm accounting records, diġa' qiegħed joħroġ sales u purchases invoices u diġa' qed jagħmel stock control, imma l-ħwienet iż-żgħar lanqas jafu x'inhuma dawn - normalment lanqas għandhom bżonn jagħmluhom - aħseb u ara kemm qed jagħmluhom!", "Imma issa dawn se jkollhom jibdew jagħmluhom.", "Mela fil-każ ta' ħanut kbir u fil-każ ta' business kbir kulma jridu jagħmlu huwa ftit adjustments fil-kotba u fl-accounting systems tagħhom biex ikunu jistgħu jaqilbu għall-VAT, mentri fil-każ ta' ħwienet żgħar dawn mhux adjustments iridu jagħmlu, imma fejn qabel ma kienu jagħmlu xejn issa jridu jibdew dawn l-affarijiet kollha mill-bidu.", "Naturalment ma rridux ninsew li dak li qegħdin ngħidu għall-ħwienet qed ngħiduh ukoll għan-nies li jagħtu servizz bħall-bajjada, kaħħala, plumbers u electricians u qed ngħiduh ukoll għal dawk li jaħdmu l-artiġġjanat li sfortunatament hawn Malta se ninkluduhom ukoll meta f'pajjiżi oħra dawn huma eżenti milli jirreġistraw għall-VAT.", "Il-produtturi tal-lokal kif iħarsu lejn il-VAT?", "Dawn qed jgħidu straight and plain li din se tkun sistema ta' għajnuna lill-prodott barrani.", "Għaliex?", "Għaliex meta aħna qed innaqsu d-dazju mill- prodotti li ġejjin minn barra, speċjalment dawk li ġejjin mill-Unjoni Ewropea, u nagħmlu l-VAT fuq prodotti li qed jinħadmu Malta, se jkollok l- anomalija li lill-prodott Malti li llum qed jikkompeti ma' prodott li ġej mill-Ewropa, mill-1 ta' Jannar tas-sena d-dieħla se jiżdiedlu 15% VAT.", "Jien ma nemminx li l-prodott minn barra se jorħos, anzi pjuttost naħseb li se jogħla, imma miegħu se jogħla bi 15% l-prodott Malti u addio l-wegħda li kien għamel fl-20 punt il-Gvern Nazzjonalista li \"jerġgħu jibdew ileqqu u kull prodott Malti jerġa' jilbes l-ilwien Maltin\"!", "Mhux biss il-prodott lokali, mill-1 ta' Jannar 'il quddiem, se nitfgħulu din it-taxxa l-ġdida, talli ilna ngħadduh biż-żmien għal dawn is-snin sħaħ minn meta dan il-Gvern għoġbu jintroduċi s-sistema tal-levies.", "Għalfejn?", "Għax dak inhar li daħlu l-levies, dan il-Gvern kien wiegħed li l-levies fuq il-prodotti barranin se jidħlu - kontra ħafna proposti l-aktar min-naħa ta' negozjanti u importaturi - biex imbagħd wara li dik il-levy tinġabar l- ammonti ta' flus li jinġabru jgħaddu lill-industrijalist ħalli tkun għajnuna lill-industrijalist biex dan jiżviluppa aktar, ikun jista' jinvesti u jkun jista' jesporta aktar.", "Din oħra minn dawk il-wegħdiet li ġiet u baqgħet għaddejja mar-riħ qisu qatt ma kien xejn.", "Mela mhux biżżejjed dħakna bil-poplu talli l-Gvern ġabar il-levies - għaliex kieku ma ġabarhomx tgħid ma ġabarhomx - u l-flus ma wżahomx fejn kien wiegħed li se jużahom iżda użahom bnadi oħra.", "Issa, minn fuq, il-prodott lokali minflok dik l-għajnuna se jbellgħalu l-15% VAT. u malajr tinduna għalfejn qed ngħid li l-prodott barrani se jiġi ivvantaġġjat fuq il-prodott lokali.", "Imma l- kerha qegħda fil-fatt li l-Ministru fid-diskors tiegħu għall-introduzzjoni tal-Liġi tal-VAT qal li l-poplu Malti m'għandux jibqa' jerfa' l-piż ta' protezzjoni, il-konsumatur Malti m'għandux jibqa' jħallas aktar sabiex nipproteġu prodott li qiegħed isir hawn Malta u jien nifhem għalfejn, għaliex inti tkun trid veru li tgħin lill-prodott lokali imma fl-istess ħin biex tgħin lill-prodott lokali inti m'għandekx issallab lill-konsumatur għaliex il-konsumatur huwa Malti wkoll u naqbel mal-fatt li biex ngħinu l- prodott lokali m'għandniex insallbu lill-konsumatur.", "Imma kemm hija iktar kerha issa li se nsallbu lill-konsumatur xorta!", "U lill-konsumatur se nsallbuh, kif diġa' għidt, mhux biex jgħin lill-prodott lokali imma biex ngħinu lill-prodotti tal-Komunita' ta' l-Unjoni Ewropea.", "Hawnhekk se nerġa' nagħti l-eżempju tal-karozzi.", "Kieku hawn Malta aħna qegħdin nipproduċu l-karozzi, nifhimha għaliex il- Gvern jagħmel xi forma ta' dazju lill-karozzi li jidħlu mill-Ġappun sabiex jipproteġi l-prodott lokali.", "Imma meta hemm ħafna prodotti illi hawn Malta lanqas biss qed nipproduċuhom, għalfejn xorta se nsalbu lill-konsumatur Malti biex jissapportja l-prodott ta' ħaddieħor?", "Hawnhekk tidħol ukoll distortion kbira fil-consumer choice.", "Fit-teorija aħna ngħidu lli għandna l-għażla.", "Dan hu veru, imma mbagħad b'dawn il-miżuri li qed nieħdu, dik l- għażla qed tiġi distorted ħafna.", "Jekk lili tagħtini karozzi li tiswa Lm7,000 u tkun ġejja mill-Ġermanja u l-istess karozza li bejn wieħed u ieħor qiegħda f'dak l-ilma, ta' Lm7,000 u tkun ġejja mill-Ġappun - il- Ġappun daqshekk ibiegħhielek - mela jiena ngħid li għandi l-għażla.", "U l- għażla hija fair għax b'dak il-prezz nista' nagħżel bejn il-karozza Ġermaniża jew il-karozza Ġappuniża.", "Imma peress li minħabba l-ftehim ma' l- Ewropa se jkolli ngħolli l-prezz tal-karozza Ġappuniża, mela l-għażla qed innaqqasha fil-każ tal-konsumatur lokali għax qed ngħidlu li l-karozza Ġermaniża se tibqa' Lm7,000 imma l-karozza Ġappuniża se nbiegħhielu Lm10,000.", "Veru li l-għażla qiegħda hemm imma l-għażla hija daqsxejn distorted għax kieku ma kellix dan il-ftehim kont inkun nista' nixtrihom Lm7,000 kull waħda, mentri issa peress li naf li din se tqumli iktar, mingħajr ma rrid se nixtri l-karozza Ġermaniża.", "Mela dik hija it-tip ta' consumer choice distortion li qed ikun hawn.", "Imbagħad għandek il-problema l-oħra ta' shifting ta' nfiq minn fuq prodotti għal fuq servizzi.", "X'qegħdin ngħidu?", "Qabel kien hawn id-dazju fuq prodotti importati.", "Biex inneħħu dak id-dazju se nintroduċu l-VATanke fuq is-servizzi illi jingħataw hawn Malta.", "Ħalli nieħdu eżempju ta' familja li kienet tonfoq Lm2,000 fi prodotti u Lm2,000 f'servizzi biex forsi tbajjad darba fis-sena jew biex tibdel il-madum jew biex tgħaddi d- dawl.", "Is-sitwazzjoni se tinbidel għax issa se tħallas 15% VAT fuq is- servizzi wkoll.", "Mela fejn qabel kienet tonfoq Lm2,000 f'servizzi, issa se jkollha tħallas Lm2,300.", "Imma jekk l-introjtu tagħha baqa l-istess - Lm4,000 - dan ifisser illi l-infieq żejjed li tkun qed tonfoq fuq servizzi, f'dan il-każ dawk it-Lm300 li se jkollha toħroġ fuq il-VAT, se jkollha tnaqqashom minn fuq ix-xiri ta' prodotti.", "Mela issa mill-1 ta' Jannar 'l hemm, ma nibqax ngħid li se nalloka Lm2,000 għall-prodotti u Lm2,000 għas- servizzi, imma se jkolli nalloka Lm2,300 għas-servizzi biex nibqa' nagħmel l-istess xogħol u għall-konsum ta' prodotti minflok se nalloka Lm2,000 se jkolli nniżlu Lm1,700.", "Anke l-komunita' kummerċjali qed titħasseb illi peress li se jogħla l-prezz tas-servizzi il-konsumatur inqas se jibqagħlu flus x'jonfoq fuq il-prodotti.", "Din hija ħaġa ċara għax iktar ma tonfoq flus fuq servizzi, inqas se jibqagħlek flus x'tonfoq fuq prodotti.", "Mr Speaker, fl-aħħar mill-aħħar wieħed jinnota illi qed isiru laqgħat bl- għaġla bejn il-Gvern u korpi kostitwiti, bejn il-Gvern u n-negozjanti u ma' kulħadd, barra ma' min se jintlaqat l-iktar, jiġifieri mal-konsumatur.", "Dawn il-laqgħat qed isiru wara li diġa' kien deċiż kollox u għalhekk l- istituzzjonijiet ma jridux ikomplu bit-taħditiet mal-Gvern għax jekk jiena se nitkellem mal-Gvern, il-Gvern kien missu ġie fuqi qabel ma ddeċieda kollox mhux iddeċieda kollox u mbagħad ġie jistaqsini x'naħseb.", "Dak li naħseb jiena mhux se jaffetwa d-deċiżjoni tal-Gvern jekk inhu diġa' ħadha.", "Jekk il-Gvern diġa' iddeċieda li se jdaħħal il-VAT huwa inutli issa li nkompli nressaq l-ilmenti, il-proposti, il-ħsebijiet u s-suġġerimenti tiegħi għax dawn se jkunu kollha għal xejn.", "Mela issa d-djalogu bejn il- Gvern u dawn il-korpi kostitwiti ħa xejra oħra.", "Ix-xejra li ħa m'hijiex iktar: Għatini s-suġġerimenti tiegħek ħalli li hemm bżonn nibdel, nibdlu, imma ħa xejra ta' a damage limitation exercise.", "Nafu li d-deċiżjoni tal- VAT saret, nafu li ttieħdet, minn issa 'l hemm nitkellmu iktar flimkien biex kemm jista' jkun mit-telf nirkupraw li nistgħu u biex kemm jista' jkun il-ħsara li għandha ssir jew issir iktar bil-mod u allura nippjanaw biex forsi għall-ewwel sena jew sentejn sakemm noqorbu għall-elezzjoni, l- effetti tagħha ma jinħassux ħafna u mbagħad wara l-elezzjoni nimxu full speed ahead biex li għandu jsir isir u l-effetti tagħha jibdew jinħassu minn dak inhar, dan hu l-eżercizzju kollu li qed isir f'dawn l-imsejħin laqgħat ta' djalogu.", "Minn din in-naħa u minn dik in-naħa kulħadd jgħid u ħadd ma jaqbel fuq it-taxxa tal-VAT, min jgħid kemm hi rigressiva u min jgħid kemm l-oħra hija progressiva u ma tistax tqabbilha ma' l-income tax għax m'hijiex qed tieħu post l-income tax.", "Min qed iħallat il-VAT ma' l- income tax?", "Il-VAT hija rigressiva fiha nnifisha mhux biss meta tqabbilha ma' l- income tax.", "Iktar ma tkun żgħir, il-VAT iktar se ttellagħlek il- persentaġġ li tkun qed tħallas fuqu.", "Kienet tkun ġusta kieku kienet il- kuntrarju.", "Ħalli nagħti eżempju.", "Jekk jiena naqla' Lm10,000 u ieħor li hu ħaddiem, jaqla' Lm3,000, il-Gvern jgħidli: M'hijiex ovvja li jekk inti se taqla' Lm10,000 se tonfoq aktar minn dak li qed jaqla' Lm3,000?", "Allura inti mhux se tħallas VAT aktar minn dak li jaqla' Lm3,000?", "Dan huwa kollu minnu.", "Imma dan ma jbiddilx il-fatt li l-VAT xorta tibqa' rigressiva għax il-persentaġġ li qed inħallas fuq il-VAT jien minn fuq it-total income tiegħi xorta jibqa' baxx ħafna ħdejn ta' l-ieħor.", "Ħalli nagħti eżempju.", "Jekk għandek ħaddiem li qed jaqla' Lm3,000 u għall-argument ngħidu li dan qed jonfoqhom kollha, jiġifieri nefaq kulma qala' u għall-grazzja ta' l- argument ngħidu illi t-Lm3,000 qegħdin kolllha jintfnefqu fuq prodotti taxxabbli bil-VAT, mela fl-aħħar tas-sena dan se jkun ħallas Lm450 VAT.", "Dan bħala persentaġġ tat-Lm3,000 li qala' jiġu 15%.", "Mela dak iż-żgħir li nefaq kulma għandu, fl-aħħar mill-aħħar ġie jkun ħallas 15% tat-total income tiegħu fuq il-VAT.", "Jiena, li nkun qlajt Lm10,000, veru mhux se nonfoq Lm3,000 imma ejja ngħidu li se nonfoq in-nofs li qlajt, se nonfoq iktkar minnu għax se nonfoq Lm5,000, mela fuq il-Lm5,000 li se nonfoq jien, se neħel VAT iktar minnu wkoll għax se neħel Lm750.", "Mela huwa weħel Lm450 u jien se neħel Lm750.", "U n-naħa tal-Gvern tieqaf hawn u tgħidli: Qed tara kif il-VAT m'hijiex rigressiva?", "Qed tara kif dak weħel Lm450 VAT u inti weħilt Lm750.", "Ngħidlu li dan huwa veru jekk tara l-infieq tagħna in absolute terms, imma jekk tara l-Lm450 tiegħu x'persentaġġ huwa ta' l- income u jekk tara s-Lm750 tiegħi x'persentaġġ huwa ta' l-income tiegħi ssib illi hu jkun ħallas 15% f'sena u jien inkun ħallast 7.5% biss u xorta infaqt iktar minnu!", "Hawn min qed jgħid li l-VAT hija ġusta u tajba għax għandha a broader base, qed tinfirex fuq prodotti u fuq servizzi iktar.", "Jekk għall-argument naċċettaw dan bħala punt pożittiv, imma meta qed issemmi \"broader base\" ma tridx tħares lejha fi prodotti biss.", "Trid tgħid ukoll illi l-VAT għandha a broader base anke ta' taxpayers.", "Għaliex qed ngħid hekk?", "Inti ma tridx tgħid li daħħalt a broader base għax qabel prodotti lokali ma kenux jiġu ntaxxati, value added lokali ma kienx jiġi ntaxxat u servizzi ma kenux jiġu ntaxxati għax jekk tgħid hekk tkun qed tħares lejn il-broader base ta' prodotti biss.", "Imma jekk imbagħad tħares lejn min kien iħallas taxxa qabel u lejn min se jibda' jħallas il-VAT issa, issib illi ma' din il-broader base fuq it-taxpayers issa mhux fuq il-prodotti, se tibda' tinkludi romol - għax dawn iridu jixtru u ma' kull xirja qed iħallsu l-VAT - se tibda tinkludi pensjonanti, se tibda' tinkludi familji bil-minimum wage u se tibda' tinkludi studenti.", "Mela ejja ngħidu u nammettu li meta nitkellmu fuq broader base ngħidu li għandek a broader base mhux ta' prodotti biss imma anke ta' nies li jridu jħallsu l-VAT, nies illi qabel konna ngħidu li ma rridux nintaxxawhom għax ma jifilħux għal iktar taxxi imma b'din is- sistema se jinqabdu.", "Ngħidu wkoll li l-VAT m'hijiex fair għaliex se jkun hemm ħafna każijiet fejn se jitnaqqas id-dazju minn fuq prodotti ta' lussu u se jiddaħħal mill- ġdid bħala VAT fuq servizzi ta' bżonn.", "Meta inti qed tnaqqas revenue minn fuq prodotti ta' lussu u qed iżżid ir-revenue minn fuq servizzi tal-bżonn, allura din tgħid li hi iktar ġusta jew taqbel ma' dak li qed ngħidu aħna?", "Meta tħossha l-iktar il-VAT?", "Tħossha l-iktar meta għandek iktar spiża x'tagħmel.", "Jekk nieħu koppja li hi stabbilita, għandha d-dar tagħha, mimlija b'kollox, ilha miżżewġa ma nafx kemm, it-tfal rabbithom, mela din ma tistennhiex xi daqqa kbira bil-VAT.", "Mela din tirraġuna li baqgħalha l- aħħar żmien ta' ħajjitha u se toqgħod tgħaddihom bil-kwiet u m'għandix spejjeż kbar x'tagħmel.", "Imma meta tħares lejn koppji żgħar illi jkunu għadhom se jibdew id-dinja u l-ispiża tagħhom tkun ħafna kbira għax apparti li tkun trid tibni d-dar tagħha - ma nafux kif jekk il-bini tad-djar hux se jiġi eżentat mill-VAT jew le - trid timliha, it-tieġ trid tagħmlu, tfal se jkollha, it-trobbija għadha se tibda u t-tfal trid tibgħathom l-iskola, mela fuq il-koppji ż-żgħar dawn minn sena għal sena dejjem qed jistennew spejjeż kbar u iktar ma jkollok minn dawn l-ispejjeż x'toħroġ, iktar se tagħtik daqqa ta' ħarta l-VAT u mhux bil-kontra.", "Mr Speaker, ħalli niġu għall-problema ta' l-evażjoni.", "It-taxpayer compliance hija differenti f'ħafna pajjiżi.", "Hemm pajjiżi li għandhom is- serjeta' f'dawn affarijiet - bħalissa qed tiġi quddiem għajnejja l-Ġermanja u postijiet fejn it-taxpayer huwa rett u malli jirċievi l-formola jibgħatha (Interruzzjonijiet) Imma hemm differenza per eżempju bejn il-Ġermanja u l- Italja u bejn l-Ingilterra u l-Greċja.", "Li m'hemmx il-perfezzjoni naqbel ma' l-Onor.", "Bonnici għax din m'inti se ssibha mkien, imma li kellek tkejjel it-tax compliance mat-tax system ta' l-individwu issib li f'ċerti pajjiżi qiegħda ogħla iktar minn ċerti pajjiżi oħrajn.", "Per eżempju, bħalma għandek pajjiżi fejn qiegħda għolja u t-taxpayer joqgħod attent li he doesn't go out of his way biex jevadi, għandek pajjiżi oħrajn bħalma huma l- Greċja, u l-Italja fejn il-compliance qiegħda baxxa ħafna u fejn l-evażjoni jivvintawha.", "Taf x'jonqos?", "Li kull meta toħroġ liġi, ma' l-instructions tagħha joħorġu set instructions oħra kif se tgħaddi minn warajha f'pajjiżi bħall-Greċja u l-Italja.", "Kontra qalbi se ngħid li Malta, ħalli ma ngħidx li qiegħda fil-kategorija ta' l-Italja u l-Greċja imma lanqas nemmen li qiegħda fil-kategorija ta' fuq nett.", "Jekk għandna ftit esperjenza, kellna l-esperjenza mit-10% levy li suppost ġbarna minn fuq ir-restaurants.", "Naħseb li l-esperjenza hawnhekk urietna biċ-ċar li m'hux faċli li tgħid li daħħalt tant u se tiġbor 90% tagħha għax il-perfezzjoni m'hux se ssibha żgur f'dawn l-affarijiet, kif qal l-Onor.", "Bonnici, imma jekk tiġbor 85% jew 90% tgħid mort mhux ħażin.", "Jiena naħseb illi jekk għall-kollezzjoni tal-VAT se nimxu fuq l-istess sistema kif jimxu biha tar-restaurants li jiġbru 10% levy, se jkollha daqsxejn ta' evażjoni mhux ħażin għax meta wieħed qed jipprova jevadi l-levy biex ikun evada dik il-parti tal-levy huwa mod imma meta issa jaf li mal-VAT hija marbuta l- income tax, allura dak li jkun jaf li jekk se jevadi l-VAT, indirettament qed jevadi parti mill-income tax ukoll.", "GĦalhekk wieħed irid joqgħod iktar attent.", "Mr Speaker, issa nixtieq ngħid xi ħaġa dwar l-effett li l-VAT jista' jkollha fuq l-għoli tal-ħajja.", "Kif diġa' għidt il-konsumatur kulma gawda huwa l-għoli fil-prezzijiet.", "Mhux l-istudji li jgħoddu; saru studji qabel ma lliberajna s-suq u għidna li l-prodotti se jorħsu u spiċċaw biex għolew; saru studji meta għidna li bid-devaluation m'għandhomx jgħolew il- prezzijiet u għolew xorta waħda.", "Kif jimxu l-affarijiet f'Malta ma jistax ikun li tgħid li bil-VAT il-ħajja mhux se tkompli togħla, ma jistax ikun li mhux se jkun hemm iktar tbatija għall-familji u iktar diżgwid għall- industrija.", "Ma jistax ikun li tgħid li jekk se jkun hemm l-għoli tal-ħajja se jkun hemm domanda għal iktar pagi, se titnaqqas il-kompetittivita' u tippretendi li meta tinżel fil-kompetittivita' se ġġib iktar investiment minn barra.", "Fuq din il-ħaġa lanqas il-Gvern ma huwa ċert għax l-ewwel beda jgħid li din se tkun revenue neutral, imbagħad li se tkun cost neutral biex imbagħd spiċċa biex jgħidilna li jekk se jkun hemm għoli fil-ħajja, il-Gvern lest biex jagħmel tajjeb għalih.", "Ejjew nitkellmu ftit bis-serjeta' u npoġġu ras ma' ras u ngħidu li jekk se nagħmlu \"hekk\" se jiġri \"hekk\" u għallinqas wieħed ikun jista' jipprevedi u mhux għadna lanqas għamilna l-istudji tagħna u diġa' tfajniha li din se tkun revenue neutral u m'hi se tgħolli xejn.", "Jekk hemm 80 pajjiż, tlett kwarti minnhom kollha l-istess qalu, biex ma ngħidx li kien hemm min qal li r-revenue tal-Gvern ...", "Meta l-Ingilterra ħarġet l-VAT din anzi qalet li mhux se jkun revenue neutral imma li r-revenue tagħha se jonqos.", "Imbagħad tmur tfittex mill-fatti u ssib kollox il-kuntrarju.", "Jgħidulna li f'ħafna minn dawk il-pajjiżi l-ħajja ma għolietx u li r- revenue għall-Gvern ma żdiedtx.", "L-ewwelnett jien lanqas nemmen li għandna noqogħdu fuq eżempji ta' pajjiżi oħra, kollox sew trid tħares lejhom u tara x'ġara, imma mhux taddattahom bħala l-evanġelu tiegħek.", "Diġa' għidt li erba' biss minn dawk it-80 pajjiż ma kellhomx sistema viċin tal-VAT, ma kellhomx sales jew purchase tax.", "Hemm Colombia, Dominican Republic, Japan u Panama li ma kellhom l-ebda sistema ta' sales tax qabel, l-oħrajn kollha kellhom.", "Mela meta l-oħrajn introduċew il-VAT l-għoli tal-ħajja li kellu jsir sar meta daħħlu s-sales tax, l-għoli tal-ħajja li kellu jsir sar meta daħħlu l-purchase tax u mhux meta qalbu mis-sales tax għal VAT.", "Imbagħad, Alla jbierek, x'inhuma l-istudji li jikkwotaw tan-naħa tal-Gvern?", "Jikkwotaw l-ewwel sena ta' meta ntroduċiet il-VAT l-Ingilterra, l-ewwel sena ta' wara li ntroduċiet il-VAT l-Irlanda.", "Issa dan mhux biex nidħku bin-nies?!", "Aħna hawn Malta x'qed nagħmlu?", "Aħna se nintroduċu l-VAT fl- 1995 u qed noqogħdu arċi attenti biex il-ħajja taparsi ma tgħoliex.", "Allura mhux l-istess ikunu għamlu pajjiżi oħrajn?", "Kull min daħħal il-VAT ma jkunx qed jagħmel his utmost biex ma tidhirx kera fl-ewwel jew fit-tieni sena?", "Pero' jien xorta waħda ġbart x'increases kien hemm.", "Per eżempju, il-Belġju daħħlu l-VAT fl-1971 u r-rata ta' meta daħlet ma kenitx 15% imma 7% - kellhom price controls u kellhom a firm policy on price rises, pero' xorta waħda rriżulta li kien hemm 5% increase.", "Id-Danimarka li daħlet il- VAT fl-1967 b'rata ta' 10%, il-consumer price index tagħha tela' b'8% u l- Gvern għolla l-wage regulation index bi 3% biss.", "Il-Ġermanja li daħħlitha fl-1968, il-consumer price index tagħha tela' b'.5%, imma din kellha diġa' 4% wholesale u retail tax.", "Pero' din il-.5% kienet average, imbagħad kien hemm hotels li telgħu b'4%; id-dawl tela' b'6.3%; il-public transport tela' b'5.2%; l-entertainment bħaċ-ċinema, eċċ. tela' b'6.4%.", "L-Irlanda li daħħlitha fl-1972 u li diġa' kellha wholesale u retail sales tax kemm biddlet għal VAT, il-consumer price index tela' b'1.5% - din ma żidiedtx ir- rati imma kemm qalbet is-sistema biss.", "Fi New Zealand fl-1986 l-increase kienet ta' 6.5%.", "Fl-Ingilterra fl-1973 li rrimpjazzat il-purchase tax li kien hemm qabel u li kienu qalu li mhux talli mhux se tkun revenue neutral talli se jnaqqsu, ikkalkolaw li l-oġġetti - dawn ma kellhomx a single rate fuq kollox - qisu li telgħu b'1% fuq kull 10% VAT.", "Dawn li tajt huma kollha eżempji ta' min wieħed iħares lejhom u xorta telgħu u diġa' kellhom sistemi ta' taxxi qabel, aħseb u ara kemm se jitilgħu hawn Malta!", "Imbagħad nafu x'jista' jiġri.", "Meta lill-Onor.", "Dalli staqsewh jekk jistax jagħti committment fuq jekk tistax togħla din ir-rata jew jekk hux se jiġu introdotti prodotti oħra fis- sistema tal-VAT dan ma setax jagħtih dan il-committment.", "Jien mhux qed ngħid li għamel ħażin għax ma tax committment anzi għamel tajjeb speċjalment meta aħna nistgħu niġu indirizzati lejn fejn se nersqu.", "Jekk aħna, per eżempju, se nibqgħu mexjin fuq il-harmonisation scheme li għandhom fl-Unjoni Ewropea mhux talli ma nagħmlux il-committment talli rridu ngħidu lin-nies li bil-harmonisation scheme ta' l-Unjoni Ewropea 99% ta' l-ikel 'il quddiem se jibda jiġi ntaxxat.", "Mr Speaker, irrid ngħid ukoll li l-Gvern qed jagħti l-impressjoni li għax se jnaqqas ir-rata tal-VAT minn fuq oġġett, dak l-oġġett se jorħos.", "U jien mill-ftit tables li ħdimt sibt illi d-differenza bejn 15% dazju fuq oġġett ma' 15% VAT tagħti riżultati tajbin ħafna għall-Gvern.", "Dan ifisser li jekk għandek oġġett ta' Lm100 li qabel kien jidħol b'15% dazju u llum dak l- istess oġġett ta' Lm100 se jidħol b'15% VAT, meta tibda taħdem stage stage issib li fl-ewwel każ il-Gvern ikun daħħal Lm15 biss fuq il-Lm100 u fil- każ tal-VAT - meta taħdimha u żżomm l-istess persentaġġ ta' profitti għall- wholesaler, għall-importatur u għar-retailer - il-Gvern se jkun daħħal Lm25.92, kważi Lm26.", "Dak id-dħul li se jdaħħal il-Gvern min se jbatih?", "Jekk in-negozjant se jżomm l-istess persentaġġ se jonqsu l-profitti tan- negozjant u jekk in-negozjant se jżomm l-istess profitti in absolute terms mela d-differenza se tmur fuq il-konsumatur.", "MR SPEAKER: Onor. Vella, skada l-ħin.", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Dalwaqt se nagħlaq id-diskors tiegħi.", "Illum prodott li jkun ġej minn barra l-Unjoni Ewropea jitħallas 60% dazju fuqu.", "Issa jekk dak id-dazju tal-lum minn 60% se jsir 15% VAT u 45% CET - jiġifieri l-common external tariff - insibu li qabel il-Gvern kien jiġbor Lm60 fuq Lm100 u llum fuq l-istess prodott bis-sistema tal-VAT u CET minn Lm60 ir-revenue tal-Gvern se jitla' għal Lm77.", "Meta taħdem il-profit margins tan-negozjant, l-istess prodott li qabel kien jinbiegħ lill- konsumatur Lm276 issa se jibda jinbiegħ Lm294, naturalment jekk in- negozjanti se jibqgħu jżommu in absolute terms l-istess profitti.", "Allura għalfejn lill-poplu tagħna, lin-negozjant u lis-settur kummerċjali ma nuruhomx il-verita' kollha?", "Fl-aħħar mill-aħħar mhux diġa' għidna li biex titmexxa sistema ta' VAT effiċjenti l-Gvern l-ewwel appoġġ bilfors iridu mingħand is-settur kummerċjali!?", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Aġġornament.", "Fn'12.00 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO: Sur President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar il-Ġimgħa, 22 ta' Lulju, 1994 fis-6.00 p.m. b'din l-agenda:", "Abbozz ta' Liġi dwar Taxxa fuq il-Valur Miżjud - it-Tieni Qari (Kont);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar ir-Reġistrazzjoni ta' Artijiet - it-Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili - t-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar it-Tribunal għal Talbiet Żgħar - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar iż-Żwieġ - it-Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Edukazzjoni - Kumitat (Kont);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili (Emenda Nru 2) - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi tal-Liġijiet tal-Pulizija - t-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Servizzi ta' Impieg u Taħriġ - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Korporazzjoni għall-Iżvilupp ta' Malta - t-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar l-GĦajnuna lill-Industriji - t-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Uffiċċju tal-Posta - t-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Massa Frumentarja - t- Tieni Qari; u", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Ordinanza dwar il-Privileġġi u s-Setgħat tal-Kamra tad-Deputati - t-Tieni Qari.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Manuel Borda.", "ONOR.", "MANUEL BORDA: Mr Speaker, darba kien hemm awtur li ddeskriva l- progress li rnexxilu jagħmel il-bniedem matul iż-żmenijiet b'dan il-mod.", "Dan qal li sa qabel ir-rivoluzzjoni industrijali kien hemm bżonn 50 faċċata kitba, bejn ir-rivoluzzjoni u l-Ewwel Gwerra Dinjija kien hemm bżonn ta' 100 paġna u bejn l-Ewwel Gwerra Dinjija u llum kien hemm ħtieġa ta' 250 paġna.", "Dan biex jagħti indikazzjoni tal-progress fenomenali li rnexxilu jagħmel il-bniedem.", "Il-progress huwa fl-oqsma kollha ta' l-attivita' umana.", "Jekk inħarsu lejn it-telekommun-ikazzjoni naraw li sar progress fenominali u anke fir-rigward ta' trasport li qabel kien bid-dgħajsa, fuq il-baħar bl- irjieħat, sar progress kbir.", "Semmi liema qasam trid, teknoloġija, xjenza jew mediċina, u tara li l-bniedem għamel progress kbir.", "Pero', minkejja dan il-progress kollu li l-bniedem irnexxilu jagħmel, wieħed josserva li f'dawn iż-żmenijiet, il-kortesija naqset immens għax daħal aktar egoiżmu u ssib ukoll li hemm spirtu ta' intolleranza għall-ħsebijiet, xewqat u għall- għanjiet ta' ħaddieħor.", "Għaliex qed jiġri hekk, Mr Speaker?", "Ħafna drabi jiġri hekk għaliex bniedem li jkun nieqes mill-kumditajiet, ikun qed ibati u jkun iktar konċentrat biex jaqla' l-għajxien tiegħu.", "Hawn nista' nagħmel differenza bħalma għamel dak il-kittieb li kiteb fuq ir- revoluzzjoni industrijali u ta' żmien ta' qabel, meta l-bniedem kien iktar mehdi fuq l-għajxien tal-familja, fejn il-familja kienet iktar magħquda, il- ġenituri kienu iktar jikkoperaw ma' xulxin, fejn kienu jagħmlu ħilithom kollha biex ikunu ta' eżempju għall-uliedhom u fejn anke l-ulied kienu jgħinu lill-xulxin u juru rispett kbir lejn il-ġenituri tagħhom.", "Għalkemm dawn il-familji kienu jgħixu fit-tbatija - għalhekk kien hemm il- bżonn li l-familji jkunu iktar magħquda biex jaċċertaw l-għajxin tal- familja - u f'dawk iż-żmenijiet lanqas kien hemm dawk l-influwenzi jew dik l-individwalita', pero' xorta kienu jaħdmu b'mod kollettiv fejn wieħed kien jgħin lill-ieħor.", "Allura f'dawk iż-żmenijiet iktar kellhom rispett u kortesija lejn ħaddieħor u lejn xulxin għaliex kien hemm l-għaqda, l- eżempju u l-influwenzi t-tajba fuq il-familji.", "Biż-żmien u bil-progress ma tistax tibqa' iżolat imma bilfors ikollok titħallt ma' nies oħra fejn allura jkun hemm influwenzi oħra.", "Bil-progress li sar il-familja llum hija bbombarjata b'dawn il-ħafna influwenzi li għandna madwarna.", "Il-progress huwa tajjeb imma jiddipendi kif tkun qed tużah u kif ukoll qed tħallih jinfluwenzak.", "Tajjeb li jkollok il-liberta' imma ħafna drabi din iġġib magħha nuqqas ta' tolleranza u tonqos ħafna id-dinjita' tal-bniedem u b'hekk tasal għal nuqqas ta' rispett u għal iktar individwalita u egoiżmu u għalhekk inqas kortesija lejn xulxin.", "Mr Speaker, proprju minħabba dawn ir-raġunijiet il-gvernijiet ta' kull pajjiż fejn id-demokrazija tirrenja jħossu iktar il-ħtieġa li jintroduċu liġijiet li jikkontrollaw u jimmodifikaw l-andament tal-ħajja, li d- drittijiet taċ-ċittadini jkunu mħarsa u li jekk wieħed jabbuża mil-liġijiet tal-pajjiż ikun hemm normi li għandhom jiġu applikati.", "GĦalhekk naraw il- Pulizija, il-qrati u l-makkinarju ta' l-istat, biex jirregolaw l- azzjonijiet tal-bniedem u jaraw li almenu jkun hemm linja ta' kif wieħed jista' jopera, minkejja li tkun żdiedet l-individwalita' u allura jkun daħal ħafna l-egoiżmu jkun hemm nuqqas ta' rispett u kortesija lejn ħaddieħor.", "GĦalhekk il-gvernijiet idaħħlu l-liġijiet tal-pajjiż sabiex jaraw li kulħadd jimxi fuqhom, pero' xorta waħda jkun hemm min jabbuża u mbagħad s'intendi jrid jitħaddem dan il-makkinarju.", "Wieħed irid jiddiskuti t-tip ta' liġijiet li jridu jsiru u n-normi li huma aċċettati miċ-ċittadin, għaliex wara kollox fejn hemm id-demokrazija n-nies se jkollhom għażla bejn il-partiti u allura jkollhom valuri ta' x'jixtiequ jgħażlu.", "Il-ħajja hija dinamika u dak li kien applikabbli l-bieraħ mhux neċessarjament ikun applikabbli llum, għalhekk isiru ħafna emendi tal-liġijiet għax il-liġi tipprova tinnormalizza s-sitwazzjoni tal-mument u tara l-andament tal-ħajja kif tkun, biex kemm jista' jkun il-liġijiet preventivi jikkontrollaw l- abbużi li wieħed jista' jagħmel.", "Trid tara sa fejn tista' tittollera ċerti affarijiet.", "Il-liġijiet qegħdin hemm biex jinnormalizzaw il-ħajja u għal min jabbuża minnhom hemm rimedji kemm fil-qrati u anke permezz tal-pulizija sabiex jaraw li ħadd ma jabbuża mill-ġentilezza ta' ħaddieħor.", "Mr Speaker, hawnhekk qegħdin fil-Parlament u minbarra l-liġijiet li ngħaddu fuq relazzjonijiet bejn il-bnedmin, għandna liġijiet oħra li jikkontrollaw u jimmodifikaw l-andament tal-ħajja ekonomika, soċjali, edukattiva u kull attivita' umana li jagħmel il-bniedem sabiex joħolqu pattern ta' kif il-leġislatur u aħna fil-Parlament naraw li ċ-ċittadini Maltin għandhom jgħixu u jimxu fir-relazzjoni ma' xulxin.", "Bl-istess mod, anke aħna f'dan il-Parlament, għalkemm nagħmlu l-liġijiet għall-pajjiż għandna ċerti regoli li rridu nosservaw.", "Diżgrazzjatament ikolli ngħid li r-regoli li għandna huma daqsxejn antiki, l-aħħar li ġew riveduti kien fl- 1976, pero' jekk ir-regolamenti li għandna aħna ma jaqduniex fil-bżonnijiet tagħna nistgħu nduru fuq Erskine May.", "Jien nemmen li issa wasal iż-żmien li naġġornaw dawn ir-regolamenti u naraw x'inhuma l-bżonnijiet tal-lum, għaliex aħna qegħdin f'pożizzjoni li ninfluwenzaw lill-pubbliku Malti bl- eżempju u bl-aġir tagħna skond il-mod kif noperaw.", "U dan nistgħu nagħmluh jew permezz ta' l-uffiċċju ta' Mr Speaker, li jieħu l-inkarigu biex dawn jiġu updated jew inkella permezz ta' kumitat tal-Kamra stess fejn nagħmlu updating tar-regolamenti tagħna.", "Dawn issa ilhom kważi 18-il sena u nemmen li wasal iż-żmien li jsir dan l-updating.", "Qed ngħid hekk għaliex dan l- aħħar kellna ħafna kwestjonijiet f'dan il-Parlament u nħasset il-ħtieġa li stazzjon tat-televiżjoni jiġi hawnhekk biex jara l-membri deħlin fil- Parlament għaliex issejjaħ quorum.", "Mr Speaker, anke fuq il-quorum hemm dik li tissejjaħ kortesija.", "Ir- regolamenti jgħidu li jekk m'hemmx quorum allura għandu jissejjaħ l- iSpeaker u hemm dik il-proċedura tas-soltu fejn jekk ma jinġabarx in-numru stabbilit il-Kamra tiġi aġġornata.", "Veru li jekk jissejjaħ quorum għal seduta regolari għandna nkunu kollha hawnhekk, imma kulħadd irid japprezza ukoll li l-ministri u s-Segretarji Parlamentri għandhom ix-xogħol tagħhom.", "Qed niltaqgħu fil-għodu u fil-għaxija u ċertu xogħol bilfors irid isir.", "Jekk ikun hemm liġi li qegħda f'Kumitat u inti ma tistax tieħu sehem fiha, jew tkun diġa' tkellimt u allura l-preżenza tiegħek ma tinħassx ħafna, matul dak l-istess ħin tista' tagħmel xogħol ieħor nazzjonali u għall-ġid ta' Malta.", "B'daqshekk ma jidhirlix li tkun qed tonqos bħalma ingħatat l- impressjoni li qed nagħmlu.", "Mr Speaker, jidhirli li bħala sinjal ta' kortesija, irrispettivament minn dak li jgħidu r-regolamenti, għandna nġibu ruħna b'tali mod li nirrispettaw l-opinjonijiet ta' xulxin.", "Per eżempju, jien naraha daqsxejn stramba li wieħed isejjaħ quorum fil-question time.", "L-Oppożizzjoni għandha interess li tistaqsi d-domandi, li għandha l-okkażjoni ideali li tgħarbel il-ħidma governattiva u lill-ministri u hekk tiċċekkja kemm għandhom kmand fuq id- dipartiment.", "Barra minn hekk, hawnhekk ikun hawn il-ministri u s- segretarji parlamentari biex jirrispondu l-mistoqsijiet li jsirulhom u min jagħmel il-mistoqsija lanqas biss ikollu d-diċenza li jkun preżenti ħalli jagħmel id-domanda personalment li jkun għamel bil-kitba.", "Għalhekk nispiċċaw f'sitwazzjoni fejn min-naħa ta' l-Oppożizzjoni jkun hemm Membru wieħed biss li jistaqsi u jipprova jagħmel il-mistoqsijiet supplimentari.", "Dan mhux biss huwa nuqqas ta' kortesija imma huwa wkoll nuqqas ta' diċenza kbira għax wieħed l-ewwel juri interess li jistaqsi domanda imbagħad ma jkollux interess għall-mod kif il-Ministru jirrispondih meta jista' wkoll jelabora fuq dik id-domanda partikolari.", "L-istess ħaġa nista' ngħid għal matul is-seduta.", "Per eżempju, waqt il- Kumitat ta' diversi abbozzi ta' liġijiet dwar il-finanzi ħafna drabi l- Kumitat kien jispiċċa bi tlieta min-nies - l-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici min-naħa ta' l-Oppożizzjoni u l-Ministru tal-Finanzi u s-Segretarju Parlamentari dwar il-finanzi għan-naħa tal-Gvern.", "Jien nixtieq li nagħmlu updating tar-regolamenti biex nieħdu into consideration is-select committees.", "Milli nista' nifhem aħna nosservaw ir-regoli li għandna pero' mhux l-ispirtu tar-regolamenti.", "Jien naħseb li qed nonqsu wkoll min-naħa tal-kortesija u tar-rispett lejn xulxin.", "Jien nemmen li la l-poplu Malti u lanqas aħna - u aħna aktar u aktar għax aħna qegħdin f'pożizzjoni li nistgħu ninfluwenzaw lill-poplu Malti - m'għandna bżonn tal-liġijiet jew tar-regolamenti biex nuru kortesija u rispett lejn xulxin.", "Aħna qegħdin hawnhekk biex nagħtu eżempju tajjeb ta' x'inhu rispett lejn xulxin.", "Allaħares f'dan il-Parlament, fi ħdan il- familja u fid-dinja kulħadd jaqbel ma' xulxin għax inkella l-ħajja tkun monotona, jiġifieri kultant huwa tajjeb li ma naqblux.", "Id-diversita' ta' l- opinjonijiet hija sabiħa u dak li hu interessanti hawnhekk.", "Billi aħna ma naqblux ma jfissirx li aħna għedewwa, li aħna se niġġieldu anzi ma naqblux għax inkunu qed infittxu ideat aħjar biex nagħtu riżultat aktar pożittiv.", "Għalhekk huwa importanti li nuru ċerta kortesija u rispett lejn l-opinjoni ta' ħaddieħor.", "Jien nemmen li m'hemmx għalfejn ikollna liġijiet u regolamenti biex nuru din il-kortesija lejn xulxin, biex nuru rispett lejn l-ideat ta' xulxin.", "Meta ma naqblux ma' l-ideat ta' ħaddieħor, allura nopponu b'mod kostruttiv.", "Dak huwa r-rispett u din hija l-kortesija, Mr Speaker, u b'dawn l-affarijiet nistgħu nwessgħu l-kumplament ta' l- attivita' fil-ħajja Maltija.", "Jekk inħarsu lejn is-sewqan insibu li m'hemmx kortesija.", "Ħafna drabi char-a-bancs meta jiġu biex jieqfu fuq l-istage, jieqfu f'nofs tat-triq u jżommu queue sħiħ ta' karozzi warajhom u naturalment dawn jiddejqu jistennew iktar u iktar jekk tkun qed tistenna fix-xemx.", "Dan jiġri għax ma jkunx daħal fl-istage fejn suppost - kultant ikollhom raġun ukoll ghax ikun hemm xi karozza pparkjata ma' l-istess stage u allura ma jkunux jistgħu jidħlu - u jħalli spazju għal ħaddieħor biex jgħaddi.", "Dan huwa kollu nuqqas ta' rispett għad-drittijiet ta' ħaddieħor.", "Dawn huma affarijiet li żgur m'għandniex ngħaddu minnhom.", "Għandna bżonn noħolqu kultura ta' kortesija u ta' rispett lejn xulxin u għandna bżonn negħlbu l-egoiżmu u l- influwenzi moderni li qed joħolqu din l-individwalita'.", "Hemm bżonn li noħolqu din il-kultura għall-ġid tal-ħajja Maltija.", "Ġieli jiġri wkoll li jkun hemm min ikun irid jaqsam fuq iż-zebra crossing u ssib li l-ebda karozza ma tieqaf.", "Fil-fatt ħafna sewwieqa jibqgħu għaddejjin la ma jkunx hemm it-traffic lights, pero' xorta jibqa' l-fatt li għandu jkun hemm il- kortesija u s-sewwieqa jieqfu għal dawk li jkunu jridu jaqsmu t-triq fuq iż-żebra crossing.", "Hawn ħafna jaħsbu li għat-traffic lights biss jiefqu għax dak biss qed jirregola lis-sewwieqa.", "Kultant ikun hemm tfal li jipprovaw jaqsmu fuq iż-żebra crossing u dawn ikunu qed jissugraw li jaqgħilhom daqqa ta' karozza.", "Mr Speaker, importanti li din il-kultura ta' kortesija u rispett lejn xulxin indaħħluha u nwettquha fil-ħajja kollha Maltija.", "Fis-sajf kulħadd iħalli t-twieqi miftuħa għax is-sħana li tagħmel Malta hija tremenda - anke f'dan il-Parlament għax minkejja li hawn kullimkien miftuħ xorta waħda għandna bżonn fannijiet, air-conditioning għas-sħana li hawn.", "Imma b'daqshekk m'għandniex inkunu ntolleranti.", "Importanti allura li anke fil- kumplament tal-poplu Malti, dan ir-rispett lejn ħaddieħor għandna nuruh fis- sajf ukoll meta kulħadd ikun bit-twieqi miftuħin u mhux issib min jixgħel ir-radio full on. Fis-sajf naraw li ħafna anzjani jieħdu gost bil-qegħda ħdejn il-bieb ta' barra jew fuq l-għatba tal-bieb għaż-żiffa, pero' bis- sewqan frenat għaddej fit-toroq, jew b'dawk it-tfal li ssib kultant jilagħabu l-football, ma jħalluhomx bi' kwiethom.", "Jiġifieri dawn huma affarijiet li aħna nistgħu ntejbu biex il-bniedem individwali li jkun qed igawdi u jsegwi l-interessi tiegħu ma nweġġgħuħx u naqqsulu d-drittijiet tiegħu.", "Għalkemm din hija importanti, xorta' għadna ma lħaqnihiex.", "Importanti anke fid-dipartiment tal-gvern fejn tiltaqa' ma' ħafna stejjer, bħal per eżempju, tmur għal xi ħaġa u jħalluk tistenna għal xejn b'xejn, u mbagħad meta l-impjegat ifettilu jiġi jaqdik jgħidlek li l- uffiċjal li trid qiegħed fejn il-ministru u jitolbok tistenna ftit ieħor u jerġgħu iħalluk tistenna hemmhekk nofs ta' nhar bla ma lanqas tilħaq tkellmu.", "Inkella jsibulek skuża oħra li l-uffiċjal qiegħed ħdejn il- prinċipal jew għandu xi laqgħa.", "Dawn huma affarijiet li m'għandhomx isiru.", "Qed nonqsu serjament mir-rispett lejn xulxin.", "Dalgħodu stess kelli każ fejn wieħed beda jċempel u wara li għaddewh minn telephone għall-ieħor, qalulu li l-persuna li jrid ġie transferred x'imkien ieħor biex imbagħad wara rriżulta li ma kien veru xejn.", "Mr Speaker, importanti li naraw kif nistgħu negħlbu l-arroganza tan-nies li qed jiġu nfluwenzat minn media moderna, kotba, televiżjoni, films, cinema fejn kultant l-arroganza, l-vjolenza u l-impożizzjoni jiġu glorifikati.", "Aħna bħala pajjiż żgħir, għandna interess li noħolqu kultura ta' kortesija u rispett.", "Biex ngħixu ħajja fil-paċi għandna ngħarfu nirrispettaw id-drittijiet u l-opinjonijiet ta' ħaddieħor.", "B'hekk mhux biss nistgħu nagħmlu ħafna ġid imma nevitaw wkoll ħafna ħela taż-żmien.", "Jekk bniedem jonqosni mid-drittijiet nipprova napplika l-liġijiet, u għalhekk hemm l-avukati li nimmaġina li jieħdu ġost li jkollhom ix-xogħol ta' dawn il-problemi.", "Bħala pajjiż u bħala ċittadini kemm qed naħlu ħin biex infittxu d-drittijiet tagħna?", "Mentri kieku aħna għandna kultura ta' kortesija u ta' rispett lejn xulxin kieku aħna negħlbu ħafna problemi u niffrankaw il-ħin moħli f'litigazzjoni.", "Biex noħolqu din il-kultura ta' kortesija u rispett lejn xulxin għandna naraw li l-familja hi maqgħuda.", "Illum hawn ħafna nfluwenzi, kif għidt fil- bidu, fuq il-familja.", "Hemm każijiet koroh - kont se ngħid ħafna drabi, imma mhux il-każ - għalkemm għadna ma lħaqniex il-livell ta' barra u Allaħares nilħquh.", "Imma għal hemm mexjin.", "GĦalkemm aħna iżola żgħira xorta nikkommunikaw ma' pajjiżi oħra għaliex aħna għandna l-mezzi kollha biex inkunu nafu x'qed isir f'postijiet oħra.", "Qed isiru bombardamenti fuq il-familja; per eżempju, il-ġenituri li suppost li huma l-benniena ta' l- edukazzjoni ta' wliedhom, mhux qed jgħallmuhom kif suppost.", "M'hijiex qed tinħoloq dik il-kultura ta' kortesija, l-idea tar-rispett, anzi ħafna drabi jkunu l-ġenituri stess li jħeġġu lil uliedhom biex jaraw li dejjem tgħaddi tagħhom, li jibqgħu jinsistu fuq il-punt tagħhom u ma jċedux.", "Dan mhux il- mod kif l-ġenituri jgħallmu l-edukazzjoni.", "Hu meħtieġ li nagħmlu evalwazzjoni ta' ħajja moderna.", "Naraw kif dawn l- influwenzi li qed jiġu permezz tat-television, tal-films u tal-kotba, ma nħalluhomx jippenetraw il-ġilda tagħna.", "Importanti anke li fl-iskejjel tagħna jkollna għalliema mhux biss li jgħallmu liż-żgħażagħ tagħna jaqraw u jiktbu u jgħallmuhom suġġetti sabiex ikunu jistgħu jgħaddu mill-eżamijiet, imma huwa importanti aktar li liż-żgħażagħ jgħallmuhom kif ikollhom valuri sodi u sħaħ sabiex ikunu kapaċi jgħixu ma' nies oħra.", "Il-ħajja għalhekk hija sabiħa.", "Il-ħajja hija sabiħa għaliex bniedem huwa f'pożizzjoni li jagħraf jgħix ma għajru.", "U biex wieħed jagħraf jgħix ma' għajru jrid bilfors jirrispetta l-ideat u d-drittijiet tiegħu u mhux neċessarjament għaliex hemm il-liġijiet.", "Jien nemmen li bniedem nobbli fil-qalb, il- bniedem li għandu valuri sodi u sħaħ, ma joqgħodx jistenna li ssir liġi biex jimxi fuqha imma jopera minn qalbu għaliex qalbu tkun imrawwma biex jirrispetta l-opinjoni ta' kulħadd.", "B'dan il-mod, Mr Speaker, aħna nagħrfu nimxu 'l quddiem Rigward it- teachers inkompli ngħid li qabel dawn kienu jieħdu t-taħriġ tagħhom mit- Training College fejn hemmhekk kull għalliem u għalliema kienu jissawru għall-mod mhux biss kif jedukaw akkademikament liż-żgħażagħ li jkollhom quddiemhom imma kienu jissawru wkoll għall-mod kif jikkreaw ċittadini futuri għall-pajjiż.", "Sfortunatment dawn il-kulleġġi tat-taħriġ ta' l- għalliema spiċċaw u llum l-għalliema kollha qed joħorġu mill-Universita'.", "Veru li qed jitgħallmu ħafna pedagoġija u psikoloġija biex jikkontrollaw u jkunu kapaċi jmexxu lit-tfal afdati f'idejhom, imma x'differenza hemm li tmur ftit sigħat kuljum għal li tagħmel sentejn sħaħ f'kulleġġ fejn il-ħin kollu tkun qed tispeċjalizza għall-mod kif trawwem u tgħallem!", "Aħna rridu li jkollna għalliema li jkunu kapaċi jgħallmu lill-uliedna mill-aspett akkademiku imma rridu aktar u napprezzaw aktar lil dawk l-għalliema li jkunu kapaċi jrawmu lill-uliedna b'ċerti sentimenti sbiħ u nobbli li kapaċi jirrispettaw, juru kortesija u jkunu ta' għajnuna sabiex ikunu verament ċittadini tajbin li jagħmlu unur lil pajjiżna.", "Nirringrazzjak, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal-lejla l-Ġimgħa 22 ta' Lulju, 1994 fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fn'12.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET IMWIEĠBA BIL-MIKTUB", "DINGLI - DWAL PUBBLIĊI FIL-PLAYGROUND", "20088.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jistgħu jitpoġġew dwal pubbliċi fil-playground ta' Ħad Dingli għax bħalissa huwa fid-dlam u minbarra li minħabba f'hekk ma jistax jitgawdu sewwa, id- dlam qiegħed jagħti lok għall-abbużi?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Għaddejt it-talba ta' l-Onor.", "Interpellant lill-Korporazzjoni Enemalta.", "DINGLI - DAWL FIL-QASAM TAD-DJAR", "20089.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jistgħu jiddawwlu l-inħawi tal-Qasam tad-Djar f'Ħad Dingli li hemm wara Triq Għar Mirdum għax minħabba d-dlam ir-residenti qed jintlaqtu ħażin, anke b'każi ta' serq mid-djar tagħhom?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Għaddejt it-talba ta' l-Onor.", "Interpellant lill-Korporazzjoni Enemalta.", "DINGLI - DAWL FI TRIQ IL-KBIRA", "20090.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jara li tiġi rranġata l-bozza maqtugħa li hemm maż-zebra crossing fi Triq il-Kbira, f'Ħad Dingli quddiem Sqaq il-Museum, post li minnu jaqsmu ħafna tfal?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ittieħdet azzjoni biex titranġa l-bozza li kien hemm maqtugħa mal-pedestrian crossing fi Triq il-Kbira Dingli quddiem Sqaq il-Mużew.", "SPTARIJIET/ĊENTRI TAS-SAĦĦA - WHEELCHAIRS", "20498.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' wheelchairs li għandhom għad-dispożizzjoni tagħhom l-isptarijiet u ċentri tas-Saħħa?", "Kemm minn dawn qed jintużaw għas-servizz taċ-ċittadin fid-djar privati fuq bażi regolari?", "Kemm hemm talbiet pendenti miċ-ċittadin pazjenti li għandhom bżonn l-użu ta' dawn il-wheelchairs?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li n-numru ta' 'wheelchairs' fi Sptarijiet u Ċentri tas-Saħħa fil-21 ta' Lulju 1994 kien kif ġej:", "Sptar San Luqa 122 Sptar t'Għawdex 33 Sptar Boffa 15 Sptar Monte Carmeli 33 Ċentri tas-Saħħa 7", "In-numru ta' 'wheelchairs' li huma mislufa liċ-ċittadini privati kienu kif ġej:", "Malta 651 Ghawdex 126", "In-numru ta' talbiet pendenti kienu:", "Malta 50 Ghawdex Xejn", "ĦSARAT FIR-RABA KAWŻA TA' ŻBROFF TA' DRENAĠĠ", "20499.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu f'numru l-bdiewa li rrapportaw lid-Dipartiment ta' l-Agrikoltura ħsarat fuq l-uċuħ tagħhom kawża ta' żbroff ta' drenaġġ?", "Mil-liema lokalitajiet ta' Malta u Għawdex waslu dawn ir-rapporti?", "Billi wħud mill-bdiewa llum qed jipprovaw jintroduċi sistema ta' Bijodiversita' sabiex inaqqsu d-dannu ekoloġiku li jistgħu jikkawżaw is- sustanzi u mediċini artifiċjali, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra, x'livell ta' ħsara jikkawża d-drenaġġ għal din is-sistema?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Din is-sena kien hemm 17 l-ilment minn bdiewa li rrapurtaw lid-Dipartiment ta' l-Agrikoltura, hsarat fuq l-ucuh taghhom kawza ta' zbroff ta' dranagg.", "Il-bdiewa kollha kienu mill-inhawi ta':", "Hajb il-Wied - Zejtun; Qammiegh - Mellieha; Salina/Kennedy Grove Area; Manikata; Tal-Hofra - Burmarrad; Il-Wilga - Mgarr; Ghajnsielem - Ghawdex.", "Ma narax rilevanza bejn il-Biodiversita', l-Integrated Pest Management u l-izbroff tad-dranagg.", "RABAT - ĊIMITERJU SANTA MARGERITA", "20500.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 19709, Seduta Nru. 287, jista' l-Ministru jara li ċ-Ċimiterju tar-Rabat jinfetaħ kuljum immedjatament għaliex din hija x-xewqa tal-poplu Rabti kollu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Is-sistema ta' amministrazzjoni taċ-Ċimiterji kollha tal-Gvern f'Malta u Għawdex qed tiġi riveduta.", "Is-suġġeriment ta' l-Onor.", "Interpellant ikun jista' jiġi kkonsidrat f'dan il-kuntest.", "RABAT - PROVVITA TA' L-ILMA F'GĦAR BARKA", "20501.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jirrispondi il-mistoqsija parlamentari numru 20097?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "SETTUR TAL-BIEDJA U SAJD", "20502.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd: B'referenza għar-rapport ta' l-istudent Leonard Mizzi dwar il- falliment li se jkollu settur tal-Biedja u Sajd permezz ta' l-isħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l- kontro proposti uffiċjali u tekniċi għal dan ir-rapport?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Ir-rapport ta' Leonard Mizzi mhux xi rapport ufficjali jew xi posizzjoni ta' xi settur tal-produtturi izda huaw tezi teoretika ta 'x'jahseb l-awtur jekk il-CAP tigi applikata f'Malta.", "Ir- rapport huwa analasi statika u mhux dinamika.", "Il-CAP tal-Unjoni Ewropea hija politika dinamika li qed tinbidel u tigi riformata kontinwament.", "Ghalhekk ma jista' jkun hemm ebda kontro proposti ufficjali.", "RABAT: ĊIMITERJU SANTA MARGHERITA - KADAVRI NIEQSA", "20503.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 19710 dwar kadavri nieqsa miċ-Ċimiterju tar-Rabat \"Santa Margerita\"?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li r-rapporti msemmija fil- Mistoqsija oriġinali, ġew mistħarġa u rriżultaw li huma infondati.", "SPTAR SAN VINCENZ DE PAULE - KAŻ TA' GANNI CASSAR", "20544.", "L-ONOR.", "VINCENT MORAN staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li Ganni Cassar pazjent ta' 92 sena fil-Ward 7/8 f'St. Vincent de Paule nhar l-Erbgħa 13 ta' Lulju, 1994 ġie riferut fl-isptar San Luqa, fejn jinstab illum fl-MS1 u nstab li qiegħed ibati minn żewġ kustilji miksura u \"subcutaneous emphystema\".", "Jista' l-Ministru jgħid jekk bil-kondizzjoni ta' dan il-pazjent kienx informat is-superintendent mediku ta' St Vincent de Paule?", "Jidhirlu l- Ministru li f'każ bħal dan fejn il-pazjent instab li l-kustilji miksura taqbulu l-pulmun u sofra feriti gravi u serji ħafna tant li l-familjari tal- pazjent sabuh b'sidru u wiċċu minfuħ u sfigurat u jokrob bl-uġigħ, u s- superintendent kellu jkun informat mill-istaff tas-sala?", "Jidhirlu l-Ministru li għandu jagħmel inkjesta mill-aktar fis fuq dan il- każ u jpoġġi r-rapport tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Qiegħed isir stħarriġ dwar il-każ imsemmi mill- Onor. Membru u tweġiba tingħata aktar 'il quddiem.", "QORMI - PERMESSI GĦALL-BINI F'WIED IĊ-ĊAWSLI", "20545.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 19887, jista' l-Ministru jispjega kif inħareġ il-permess għal bini f'Wied tant sabiħ bħal taċ- Ċawsli?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Jien infurmat li il-permess kien inħareġ peress li jinsab eżatt maġemb bini eżistenti (adjacent dwelling).", "Il-bini propost hu ta' basement u żewġ maisonettes fuqu.", "AWTORITA' DWAR IT-TRASPORT PUBBLIKU - ATTIVITA' B'RISQ IL-COMMUNITY CHEST FUND", "20546.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: Skond ma' ntqal f'sezzjoni ta' l-iStampa lokali, x'inhi r-raġuni li l-Awtorita' tat-Trasport Pubbliku laqgħet protesta ta' operatur lokali biex attivita' li kellha ssir b'risq il- Community Chest Fund ġiet miżmuma mill-istess Awtorita'?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: L-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku ma żammitx milli ssir l-attivita' b'risq il-Community Chest Fund.", "Il-liġi ma tippermettiex li jsiru vjaġġi bil-baħar minn vapuri ta' reġistrazzjoni barranija fl-ibħra interni Maltin.", "KALKARA - TINDIF TA' ĠNIEN", "20547.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jagħti struzzjonijiet sabiex il-ġnien żgħir li hemm inti u dieħel il-Kalkara bejn iż-żewġ mini jitnaddaf kif ukoll jitwaħħlu xi bozoz fl- istess area bejn Triq ix-Xatt u l-mina l-antika?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Dwar id-dawl bejn Triq ix-Xatt u l-Mina l- Antika tal-Kalkara għaddejt it-talba lill-Korporazzjoni Enemalta.", "Dwar it-tindif tal-ġnien billi dan hu responsabbilta' tad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel din il-Mistoqsija lill- Ministru konċernat.", "TELEMALTA - APPLIKAZZJONIJIET AT/278/93 U AT/3211/94", "20548.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazz- joni u Teknologija: Jista' l-Ministru jgħid meta l-applikazzjoni AT/278/93 f'Santa Lucia u AT/3211/94 f'Ħaż Żabbar se jkunu moqdija?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Jiena nfurmat li l-applikazzjoni bir-referenza numru AT/278/93 kienet ipproċessata fil-5 ta' Lulju 1994.", "Is-servizz mistenni jingħata fi żmien qasir.", "Is-servizz tat-telefon lil applikant bin-numru ta' l-applikazzjoni AT/3211/94 mistenni li jingħata sa l-aħħar ta' Ottubru, 1994.", "DELIMARA - TURBINI WIEQFA FIL-POWER STATION", "20549.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Il- Ministru hu f'pożizzjoni li jagħmel stqarrija dwar it-turbini li hemm wieqfa fil-Power Station ta' Delimara?", "X'inhi r-raġuni li fitters li normali jagħmlu xogħol fuq it-turbini qed jiġu mwarrba li jagħmlu x-xogħol u x-xogħol qed isir min inġiniera lokali u barranin?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li għalkemm ix-xogħol qed isir taħt superviżjoni ta' esperti mill-manifattur tat-turbini, dan ix- xogħol qed isir minn engineer u fitters ta' l-Enemalta.", "Fitter wieħed barrani li kien hawn fuq xogħol ieħor qed jgħin ukoll.", "Trainees ukoll huma assenjati fuq dan il-proġett.", "ELEMALTA - APPLIKAZZJONI AT/8434/92", "20550.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: Jista' l-Ministru jara li Mario Duca (AT/8434/92) jingħata s-servizz tat-telephone?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Jiena nfurmat li l-applikazzjoni bir-referenza AT/8434/92 kienet ipproċessata fil-5 ta' Lulju 1994.", "Is-servizz mistenni li jingħata fi żmien qasir.", "TA' L-IBRAĠĠ - QLUGH TA' TOROQ", "20551.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: X'inhi r-raġuni li anqas minn xaħrejn wara li triqat f'Ta' l-Ibraġġ, ħdejn il- Halland Hotel kif ukoll f'Victoria Gardens inqalgħu għal ġimgħat sħaħ sakemm għaddew kanen ġodda ta' l-ilma dawn it-triqat reġgħu inqalgħu biex jerġgħu jitqiegħdu xi kanen ġodda?", "Jaf il-Ministru li kemm ilhom li nqalgħu dawn it-triqat mhuwiex isir ġbir regolari ta' skart ġewwa Victoria Gardens?", "Ma jistgħux jiġu pprovduti skips bħala rimedju?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Rigward l-ewwel parti tal-Mistoqsija tlabt li din il-materja tkun investigata.", "Dwar it-tieni parti, is-Segretarjat għall-Ambjent ma wasallu ebda ilment mir-residenti ta' l-akkwati dwar nuqqas ta' ġbir ta' skart.", "B'danakollu qed isir kull sforz biex fejn minħabba inaċessibilita' t-triq għall-R.C.V.s jirriżulta l-inkonvenjent, dan jiġi minimizzat kemm jista' jkun.", "Għar-rigward ta' l-użu ta' l-iskips nixtieq nagħmel referenza għat- tweġiba mogħtija għal Mistoqsija Numru 20093.", "GŻIRA - ĦSARAT FL-APPARAT ELETTRIKU DOMESTIKU", "20552.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jagħti tweġiba speċifika dwar l-ilment ta' diversi residenti fil- Gżira in konnessjoni ma' ħsarat li ġarrbu fl-apparat elettriku domestiku xi żmien ilu - dan kif imfisser fil-mistoqsijiet parlamentari numri 19747 u 20393?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "PULIZIJA - TQEGĦID TA' BOMBI", "20553.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Fiex waslu l-investigazzjonijiet tal-pulizija dwar it-tqegħid ta' bombi li kien hemm dan l-aħħar ma' l-għassa u mal-kiosk tal-pulizija fil-Belt?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-Pulizija għadha għaddejja bl-istħarriġ tagħha dwar dawn il-każi.", "UNJONI EWROPEA - SĦUBIJA", "20554.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jagħti dettalji dwar il-pjan ta' azzjoni għad-dħul ta' Malta fl- Unjoni Ewropea li dwaru ġew żvelati dettalji fil-ġurnal Nazzjonalista \"In- Nazzjon Tagħna\" tas-Sibt 16 ta' Lulju, 1994?", "Il-Ministeri ingħataw xi time frame biex fih ilestu ħidmiethom?", "Il-Gvern kemm qed jimmira li jħarreġ civil servants f'istituzzjonijiet Ewropej sa l-1987?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Il-Pjan ta' azzjoni għad-dħul ta' Malta fl- Unjoni Ewropea li għamel referenza għalih l-Onorevoli Interpellant jikkonsisti f'eżerċizzju sabiex il-Ministeri kollha jeżaminaw, permezz ta' gruppi mwaqqfa apposta, l-\"acquis communautaire\" u l-aspetti kollha li għandhom relevanza fil-kontest tal-adesjoni ta' pajjiż f'Unjoni Ewropea, u sabiex jaraw il-pożizzjoni preżenti f'Malta kif tipparaguna ruħha ma' dik ta' l-Unjoni.", "B'hekk jaslu biex jistabbilixxu d-differenzi kollha eżistenti u jiddeterminaw dak li hu meħtieġ, inkluż il-perijodu neċessarju, sabiex Malta tkun tista' tiġi konformi kull fejn ikun il-każ.", "Dan l- eżerċizzju huwa mportanti ħafna fil-kontest tat-tħejjija għan-negozjati għas-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea u tal-pożizzjoni tal-Gvern għal waqt l-istess negozjati.", "Il-Ministeri kollha jridu jlestu dan l-eżercizzju fix-xhur li ġejjin.", "Nifhem li r-referenza fit-tielet parti tad-domanda tal-Onorevoli Interpellant hija għall \"1997\" u mhux il-\"1987\".", "Il-Gvern fi ħsiebu jibgħat numru ta' civil servants għal taħriġ f'istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari fil-Kummissjoni Ewropea, kull sena.", "In-numru eżatt li jintbagħat kull sena jiddependi minn kemm il-Gvern jingħata allokazzjonijiet fis-setturi li huwa jkun irid jibgħat nies fihom u wkoll minn kemm jintagħżlu civil servants kull sena minn fost dawk li japplikaw biex imorru għal dan it-taħriġ.", "Għadhom kemm intagħżlu għaxar civil servants sabiex imorru għal perijodu ta' taħriġ fil-Kummissjoni Ewropea u huwa mistenni li wħud minn dawn jibdew imorru anke matul din is-sena.", "BRUSSELS - AMBAXXATA MALTIJA", "20555.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin: Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti lista tal- personnel li bħalissa qegħdin iservu fl-Ambaxxata Maltija fi Brussels?", "X'kariga għandha kull persuna u kemm ilha sservi f'din l-Ambaxxata?", "Waqt is-Summit ta' Corfu min kienu l-uffiċjali tal-Gvern Malti li segwew is-Summit minn Corfu nnifsu?", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO: Fid-data li ghamilli l-mistoqsija l-Onorevoli Interpellant, dawn in-nies kienu qed jaghtu servizz fl-Ambaxxata maltija gewwa Brussels:", "Ambaxxatur - Dr. John Vassallo (mit-18 Jannar 1993)", "Kunsillier - Dr. Ivan Fsadni (mill-1 ta` Lulju 1994) (Counsellor)", "L-Ewwel Segretarju - Sur Charles Inguanez (mit-3 ta` Jannar 1990) (First Secretary)", "Tielet Segretarju - Sur Simon Pullicino (mill-1 ta`Lulju 1994) (Third Secretary)", "F`Settembru 1994, se tintbaghat ukoll is-Sinjorina Therese Cutajar li hija l-ewwel Segretarja (First Secretary)", "L-Ambaxxata thaddem ukoll sitt persuni ohra biex jaghmlu xoghol ancillari bhal ricerka, xoghol segretarjali, xoghol ta` messaggier u tindif.", "Is-`Summit` ta` l-Unjoni Ewropea f`Corfu kien segwit fuq il-post mill- Ambaxxatur u mill-Ewwel Segretarju, s-Sur Charles Inguanez.", "WIED IL-GĦAJN - ASFALTAR TA' TRIQ L-ISKAL", "20556.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazz-joni u Teknologija: B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari oħra tiegħi fejn ġejt aċċertat li l-parti ta' Triq l-Iskal, Wied il-Għajn li għadha ma ġietx asfaltata kienet se ssir, jista' l- Ministru ġentilment jgħid meta huma maħsub li din il-parti żgħira tat-triq issir ladarba ħafna mix-xogħol fuq toroq fil-viċinanzi issa tlesta?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Bħalma spjegajt fit-tweġiba għall-mistoqsija numru 19840 u għall-mistoqsija numru 20505, fi Triq l-Iskal, M'Scala għad hemm parti minnha li mhux asfaltata.", "Il-ħsieb tad-Dipartiment tat-Toroq huwa li din il-parti tiġi livellata biex wara t-tarmac jingħata fit-triq kollha sħiħa.", "Bħalma wkoll għidt f'risposti oħra d-Dipartiment tat-Toroq qed isibha diffiċli biex isib kuntratturi oħra li jistgħu jagħmlu dan ix-xogħol tat- toroq.", "Tajjeb li jingħad li mill-1 ta' Jannar sal-lum f'Wied il-Għjan ngħata t- tarmac f'dawn is-sittax-il triq:Triq il-Btieti, Triq il-Magħluq, triq Apap Bologna, Triq in-Nadur, triq il-Gemmugħa, Triq Pesci, Triq il-Gross, triq il-Ħabberxa, triq il-Ħortan, Triq Salvu Buhagiar, Triq il-Qrempuċ, Triq il- Friefet, Triq P/O Triq il-Gross, N/S in triq il-Gross, Triq tas-Swejda u triq il-Buttuniera.", "MALTA U TUNEZIJA - TĦAFFIR GĦAŻ-ŻEJT", "20557.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin: Dwar il-kwestjoni bejn Malta u t-Tuneżija fuq it- tħaffir għaż-żejt mit-Tuneżija f'baħar li Malta tikkonsidra li għandha sehem minnu, kien hemm xi żblokk fil-kwestjoni li qamet?", "Saru xi kuntatti bejn iż-żewġ naħat min mindu inti għamilt l-istqarrija fil-Parlament dwar il-kwestjoni?", "X'inhi l-qagħda llum?", "Malta rrapportat il-każ lill-Ġnus Maqgħuda biex iżomm lil din l- organizzazzjoni informata fil-każ li t-Tuneżija terġa' tittanta tħaffir u ma taċċettax li tmur fil-Qorti Internazzjonali ta' The Hague?", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO: F`dan l-istadju ma ghandi xejn xi nzid fuq dan is- suggett mad-dikjarazzjoni li ghamilt fil-kamra fl-20 ta` Gunju.", "MALTA U TUNEŻIJA - TĦAFFIR TAŻ-ŻEJT", "20558.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin: Il-kwestjoni li nibtet bejn Malta u t-Tuneżija dwar it-tħaffir taż- żejt, kif affettwat ir-relazzjonijiet bilaterali?", "Per eżempju fiex waslet it-talba ta' Malta mal-Gvern Tuneżin biex jiġu mħallsa lura dawk in-nies ta' dixxendenza Maltija li tteħditilhom il-proprjeta' u l-ġid kollu tagħhom mill-Gvern ta' Burgiba wara li t-Tuneżija ħadet l-Indipendenza minn Franza?", "Kemm hemm Maltin jew nies ta' dixxendenza Maltija affettwati minn din it- talba?", "Kemm hu l-ammont involut?", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO: Hija haga naturali illi l-problema li ghandna mat- Tunezija hija mportanti bizzejjed li tiehu prijorita fuq aspetti ohra li ahna normalment nittrattaw mat-Tunezija.", "Il-problema dwar il-proprjeta fit-Tunezija ta` cittadini Maltin dejjem kienet u ghadha wahda fejn il-flus li jistghu jingabru wara l-bejh ta` dawn l-assi mhux permess li jigu trasferiti barra mit-Tunezija.", "Mhux facli li wiehed jasal ghas-somma globali li jirraprezentaw dawn l-assi imma nista nghid illi hemm 7 kazi rregistrati mal-Ministru ta` l-Affarijiet Barranin.", "BENGĦAJSA - PROVVISTA TA' ELETTRIKU FI TRIQ IL-KUNĊIZZJONI", "20559.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet l-ordni li tajt int biex l-provvista ta' l- elettriku fi Triq Kunċizzjoni, f'Bengħajsa tiġi rinforzata permezz ta' estensjoni ġdida miċ-Ċentru tad-Distribuzzjoni tal-Free Port?", "Dan jirrikjedi ħafna xogħol?", "Jekk iva, se jsir mill-ħaddiema ta' Enemalta, jew se toħroġ offerta għal kuntratturi?", "Jekk iva, meta se toħroġ din l- offerta?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "WIED IX-XOQQA - AĊĊESS GĦALL-BAJJA", "20560.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 18284, jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-element ta' periklu li jeżisti biex il-bajja popolari ta' Wied ix-Xoqqa terġa' tinfetaħ għall-pubbliku?", "Ma jistax isir aċċess minn naħa oħra bogħod mit-tankijiet tal-gass u tiġi nforzata ordni ta' \"no smoking\" biex il-poplu taż-Żurrieq u Birżebbuġia jibqa' jgawdi din il-bajja saħiħa?", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: L-element ta' periklu huwa l-istess bħal ma jeżisti kull fejn hemm Terminal taż-żejt.", "Is-suġġeriment li għamel l-Onor.", "Membru ma jseħħx fil-prattika.", "SPTARIJIET - SKRIVANI KAŻWALI", "20561.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: B'referenza għall-mistoqisja parlamentari numru 20320, jista' l-Ministru jgħid meta kien sar dan l-eżami?", "Kemm kienu qagħdu għalih?", "Kemm kienu għaddew?", "Ir-riżultat se jibqa' validu ladarba għadda ħafna żmien u dawk li għaddew ma daħlux?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 14719 dwar dan is-suġġett.", "DIPARTIMENT TAS-SIGURTA' SOĊJALI - BENEFIĊĊJI SOĊJALI", "20568.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru għas-Sigurta' Soċjali: Jista' l-Ministru jara li l-pensjoni u benefiċċji oħra li huwa ntitolat għalihom Mr John Farrugia I.D. 583218 (M) qegħdin jingħataw, u kemm hu l- ammont?", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Il-persuna li għaliha qed jirreferi l-Onor Interpellant qed tircievi Pensjoni taż-Żewg Terżi bir-rata ta' Lm36.20c5 fil-gimgħa.", "Barra dan qed tieħu Bonus ta' Lm116 fis-sena kif wkoll Bonus Addizzjonali ta' Lm1.34 fil-ġimgħa.", "SPTARIJIET - ĦLAS TA' ARRETRATI LILL-INFERMIERA", "20581.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jagħti lista ta' l-ismijiet ta' dawk l- infermiera li mhux qed jibbenefikaw minn ħlas ta' arretrati, jiġifieri mill- 1991 sal-lum, u dawn għal xi raġuni jew oħra d-dipartiment għadu ma ħallashomx skond il-ftehim ma' l-Unions?", "X'qed iżomm id-dipartiment milli jagħmel dan?", "Jekk hemm xi ntopp, jista' l-Ministru jsemmi r-raġunijiet għaliex?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nifhem li l-Onor.", "Membru qed jalludi għal dawk l- infermiera li kienu fuq 'leave' bla ħlas fit-tul - bħal fuq 'maternity leave' segwit bi 'special leave' fit-tul jew fuq studju - peress li l- infermiera l-oħra kollha (minbarra dawk 'casual' u 'part-time' li m'humiex intitolati għal ebda arretrati skond il-Ftehim imsemmi) kif ukoll dawk li kienu irriżenjaw u rtiraw diġa' tħallsu l-arretrati dovuti lilhom.", "Għaldaqstant nixtieq ninforma lill-Onor.", "Membru li l-passi neċessarji qed jittieħdu mit-Teżor biex l-arretrati ta' dawk l-infermiera li għadhom fuq 'leave' speċjali fit-tul jitħallsu mill-aktar fis possibli.", "SPTAR SAN LUQA - DIPARTIMENT TA' L-OUT-PATIENTS", "20582.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Nixtieq inressaq għall-attenzjoni tal-Ministru li l-lifts tad- Dipartiment ta' l-Out-patients kienu reġgħu fil-fażi dormanti tagħhom u għalhekk kienu jinsabu weqfien għal ġranet sħaħ.", "Jista' l-Ministru jgħid x'kienet il-ħsara u għaliex kien hemm dewmien fit-tul meta din il-ħsara setgħet ġiet irrimedjata aktar malajr u mingħajr skomdita' bejn il-marid u l-istaff?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Fl-Isptar San Luqa hemm żewġ 'lifts' installati fid- Dipartiment ta' l-'Out-Patients' wieħed 'FIAM' u l-ieħor tal-'J.D Lifts Ltd'.", "'FIAM' - Dan il-'lift' huwa ddisinjat sew u normalment jaħdem tajjeb, imma minħabba l-mod kif jiġi użat u l-ammont kbir ta' xogħol li jieħu, jieqaf għax tmurlu xi ħaġa mekkanika jew elettrika.", "Normalment dawn il- ħsarat jiġu msewwija kemm jista' jkun malajr minn ta' l-'Ex LAC' ('lifts and airconditioning section' tad-Dipartiment tax-Xogħol) u li issa saru l- 'Manufacturing and Service Unit' tad-Dipartiment tax-Xogħol.", "Minħabba li dan il-'lift' ilu nstallat 15-il sena ċerti ħsarat jieħdu xi ftit ġranet biex jiġu msewwija għaliex l-'ispare parts' u s-sistema tal-kontroll tagħhom saru 'outdated' u mhux faċli biex issib tqabbel.", "Dawn il-ħsarat huma l-aktar relatati mal-mekkaniżmu tal-bibien u ħsarat elettriċi.", "F'każ partikolari, madwar xi xahar ilu, kien ilu jissewwa ħamest ijiem minħabba ħsara kumplessa fis-sistema tal-'wires' minħabba li kien hemm 'short circuit' u minħabba f'hekk kien hemm bżonn numru sostanzjali ta' sigħat biex titranġa l-istallazzjoni.", "Minħabba f'hekk tiswija f'ħin anqas ma kienetx possibli.", "'J.D Lifts Ltd' - Dan il-'lift' ilu nstallat madwar 12-il sena.", "Fl- opinjoni tiegħi d-disinn oriġinali ma kienx magħmul bi kwalita' minħabba li l-mutur mill-ewwel beda juri sinjali ta' mutur batut.", "Mhix soluzzjoni li jinbidel il-mutur minħabba l-fatt li l-mutur qiegħed fuq l-istess 'shaft' tal-'gear box' u minħabba makkinarju ieħor.", "Minħabba f'hekk il-ħin ta' servizz ta' dan il-'lift' huwa limitat u ma jistax jkun li l-'lift' jagħti servizz sodisfaċenti.", "Diġa ttieħdu passi ma' l-aġent lokali biex tiġi solvuta din il-problema.", "Ovvjament irid jiġi deċiż liema hi l-aħjar soluzzjoni jew isir dak li diġa ntqal jew, jekk il-prezz huwa għoli ħafna jittieħdu passi biex jinbidel il-'lift' li f'dak il-każ id-deċiżjoni taqa' f'idejn l-'Hospital Refurbishment Committee'.", "Il-'lift' bħalissa mhux qed jintuża.", "SPTAR SAN LUQA - ĊIRKOLARI (NRU.43/94)", "20583.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jispjega għaliex fl-14 ta' Ġunju inħarġet Ċirkolari fl-Isptar San Luqa (Nru. 43/94) iffirmata mis-supretendent li kienet tgħid li l-infermiera u l-paramediċi m'għandhomx jużaw il-lift tad- Dipartiment ta' l-Out-patients meta dan ikun jaħdem u li minflok għandhom jużaw it-taraġ?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li t-tweġiba għal din il-Mistoqsija hija sempliċi fil-ħin ta' l-'Out-Patients' il-priorita' għall-użu tal-'lifts' hi tal-pazjenti.", "SPTAR SAN LUQA - XIRI TA' SODOD", "20584.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jikkonferma li riċentement inxtraw 100 sodda għall-Isptar San Luqa?", "Kien ħareġ tender għal dawn is-sodod, jew inxtraw b'direct order?", "Mil-liema kumpannija inxtraw u kemm qamu l-waħda?", "Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-irmuntar ta' dawn is-sodod kellu jsir mill- ħaddiema ta'l-isptar u mhux mis-supplier?", "Jista' l-Ministru jgħid fejn qed jiġu wżati dawn is-sodod ġodda?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li dan l-aħħar inxtraw 100 sodda għall-Isptar San Luqa wara li ħarġet sejħa għall-offerti.", "L-offerta li ġiet aċċettata kienet dik tad-ditta Michele Peresso Ltd. għas-somma globali ta' Stg.", "86,257.03.", "L-immuntar tas-sodod ma kienx jifforma parti mill-kuntratt.", "Ninsab informat ukoll li dawn is-sodod qed jiġu wżati fis-Swali M3, M4 u M8.", "DIPARTIMENT TA' L-EMERĠENZA - \"AIR CONDITIONING UNITS\"", "20585.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jindaga għaliex l-\"Air Conditioning Units\" li ġew stallati fid-Dipartiment ta'l-Emerġenza l-ġdid mhux qed jiffunzjonaw kif suppost?", "Meta l-units kollha jiġu mixgħula, ħafna drabi jmur id-dawl.", "Dan qed jikkaġuna li jkollu jintuża unit wieħed biss li mhux suffiċjenti għal kobor ta' dan il-post.", "Dan qed jkun ta' nkonvenjent kbir kemm għall- istaff u għall-pazjenti.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li n-numru ta' 'air-conditioning units' fid-Dipartiment ta' l-Emerġenza huwa 6 fil-parti l-ġdida.", "Minn dawn 'unit' wieħed ġarrab xi ħsarat minuri fid-19 ta' Lulju 1994 u sadanitant qed jittieħdu l-passi meħtieġa biex jiġi msewwi.", "Qabel din id-data, il-ħamsa l-oħra flimkien ma dan il-'unit' kienu qed jiffunzjonaw kif suppost u ma ġiex irrapurtat ebda qtugħ fis-sistema ta' l- Eletriku bl-ebda inkonvenjent għall-'istaff' u għall-pazjenti.", "SPTAR SAN LUQA - SENIOR HOUSE OFFICERS U REGISTRAR", "20586.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jagħti lista tat-tobba li jaħdmu bħala Senior House Officers u Registrar fid-diversi dipartimenti ta' l-Isptar San Luqa?", "Kemm hemm postijiet vakanti f'dawn il-livelli ta' postijiet?", "Xi kwalita' ta' kuntratt jiġi mogħtija lil dawn it-tobba, kuntratt indefinit jew għal numru ta' snin?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "MIA - ĊIRKOLARI DWAR XOGĦOL BARRANI", "20587.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazz-joni u Teknologija: Wara ċ-ċirkolari dwar xogħol barrani li l-Human Resources Executive ta' l-MIA ħareġ lill-impjegati kollha nhar id-9 ta' Ġunju, 1994, jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm impjegati nklużi membri tal-Management li wieġbu għaliha biex jiksbu permess?", "Dak il-manager li għandu ħanut tiegħu ngħata l-permess meħtieġ?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Jiena nfurmat li ċ-ċirkolari, maħruga mill-HRD Executive tal-Malta International Airport Ltd fid-9 ta' Ġunju 1994, kienet waħda sabiex tfakkar lill-impjegati f'ċirkolarijiet oħra fuq l-istess suġġett (datati 3 ta' Frar 1994, 5 ta' Marzu 1993 u 18 ta' Diċembru 1992) jiġifieri li l-impjegati tal-Malta International Airport Ltd għandhom jitolbu permess mill-Kumpanija sabiex jagħmlu xogħol ta' \"part-time\", u dan skond il-provvedimenti tal-Ftehim Industrijali.", "Mid-data ta' l-ewwel ċirkolari, jiġifieri dik tat-18 ta' Diċembru 1992, kien hemm 26 impjegat li talbu permess sabiex jagħmlu xogħol \"part-time\".", "Jiena nfurmat li l-managers tal-Malta International Airport Ltd huma kollha mpjegati fuq kuntratt li jirregola l-irbit tagħhom mal-kumpanija u l- Malta International Airport Ltd mhix infurmata li hemm xi manager li għandu jew għandha xi ħanut.", "BALZAN - METER TA' L-ILMA F'15, ALLEY 2, ST.", "MARY STREET", "20589.", "L-ONOR.CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jinvestiga r-raġuni għaliex il-persuna li għandha meter ta' l-ilma f'15, Alley 2, St. Mary Street, Balzan intbagħtilha kont ta' Lm35.80c għall-użu ta' l-ilma f'perjodu ta' tliet xhur meta f'dan il-garage ftit użat hemm vit wieħed biss ta' l-ilma?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "SIGURTA' SOĊJALI - KAŻ TA' PAUL BUTTIGIEG J 114712", "20590.", "L-ONOR CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas-Sigurta' Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex Paul Buttigieg (Nru. tas- Sigurta' Soċjali J 114712) filwaqt li tħalla jirreġistra għax-xogħol mhux qiegħed jingħata ħlas ta' \"relief\"?", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Ir-risposta tingħata f'xi seduta ohra.", "QAWRA - PERMESSI TAL-BINI", "20591.", "L-ONOR CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-kiosk Blue Seas li qiegħed impoġġi taħt is-Sunny Coast Complex, Qawra hux kopert bil-permessi meħtieġa?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-istabbiliment imsemmi ma għandux permessi maħruġa mill-Pulizija.", "Fil-fatt il-Pulizija ħadet passi bil-Qorti kontra sid il-'Kiosk'.", "QAWRA - BLUE SEAS KIOSK", "20592.", "L-ONOR CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-kiosk Blue Seas li qiegħed impoġġi taħt is- Sunny Coast Complex, Qawra hux kopert bil-permessi meħtieġa ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Jien infurmat li l-kiosk imsemmi mill- Onor. Membru s'issa mhux kopert bil-permess ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "Hemm permess tad-Dipartiment ta' l-Artijiet biex jokkupa biċċa art fis- sit imsemmi biex iqiegħed mobile kiosk, u ilu jħallas għal dan id-dritt għal dawn l-aħħar snin.", "Hemm ukoll applikazzjoni pendenti ma' l-Awtorita'.", "BUĠIBBA - ĦRUĠ TA' DRENAĠĠ FIL-BAĦAR", "20593.", "L-ONOR CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jikkonferma li qiegħed ikun hemm overflow ta' drenaġġ fil- baħar minn quddiem il-lukanda Dolmen, Bugibba sa quddiem il-lukanda Qawra Palace?", "Jekk fl-affermattiv, x'qiegħed isir sabiex dan l-overflow jiġi kkontrollat?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Peress li Buġibba u l-Qawra huma postijiet turistiċi u hemm ħafna restaurants u lukandi, dawn iż-żewġ postijiet ikun fihom ħafna nies f'dan iż-żmien tas-sajf.", "Għalhekk id- dranaġġ jiżdied ħafna.", "Barra minnhekk jinġemgħu ħafna xaħmijiet fil-mains li jikkawżaw stoppages.", "Biex dan ma jseħħx jintbagħtu nies kuljum biex inaddfu din il-medda ta' main u għalhekk jiġu skansati ħafna overflows.", "GĦAWDEX - PAX FLOUR MILLS", "20594.", "L-ONOR CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-bini magħruf bħala Pax Flour Mills f'Republic Street, Victoria, Għawdex għandux jitqies bħala bini protett minħabba n-natura ta' dan il-bini?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Jien infurmat li l-bini msemmi ġie mwaqqa' wara li nħareġ il-permess Numru 2704/91/2424/90, liema permess inħareġ fl-24 ta' Lulju 1991, biex isir ċentru kummerċjali flok il-Pax Flour Mill.", "Dan il-permess ġie mġedded fis-27 ta' Awissu 1993 bin-numru PA2704/91/963/93.", "Għalkemm il-biċċa l-kbira tal-bini twaqqa' għadu jeżisti ġibjun b'diversi ħnejjiet li aktarx huwa uniku għal pajjiżna u dan ser jiġi protett mis- sidien u mhux ser jitwaqqa'.", "UNIVERSITA' - NUQQAS TA' L-ILMA FL-ISPORTS HALL U FIL-PIXXINA", "20596.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jagħti risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 20465?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Billi l-provvista ta' l-ilma ġejja mill-mains ta' l-Universita', dan l-aħħar kien hemm xi problemi u kellhom jingħalqu l- mains biex saru t-tiswijiet meħtieġa.", "Il-provvista issa reġgħet għan- normal.", "QORMI - MANUTENZJONI TA' BEJT", "20597.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għas-Sigurta' Soċjali: Jista' l-Ministru jordna li ssir manutenzjoni fil-kontrabejt ta' Flat 16 Block 3, Triq id-Deheb Fin, Qormi, u fit-tromba ta' l-istess block?", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "DIPARTIMENT TAS-SAĦĦA - \"KUL GĦAL QALBEK\"", "20598.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jagħti risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 20464?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Irrid ngħid lill-Onor.", "Membru li ma jeżisti l-ebda kuntratt bejn id-Diviżjoni tas-Saħħa u ditti kummerċjali.", "L-istampar ta' 'leaflets' mid-Diviżjoni, kif diġa' għidt fit-tweġiba għall-Mistoqsija numru 20267, isir parti a spejjeż tad-Diviżjoni u parti permezz ta' 'sponsorship' minn kumpaniji jew assoċjazzjonijiet privati.", "Din hija prattika li ilha tiġi addottata minn mindu nfetaħ il-'Health Promotion Unit' u hija wkoll prattika użata minn 'Health Promotion Units' f'pajjiżi oħra.", "'Sponsorship' jinkiseb permezz ta' talbiet li jsiru direttament lil diversi kumpanniji.", "L-'isponsorship' qatt ma jkun jikkonsisti f'għoti ta' flus dirett iżda dejjem fi ħlas ta' spejjeż involuti fl-istampar ta' diversi pubblikazzjonijiet.", "Ikun hemm xi każijiet fejn kumpanniji joffru 'sponsorship' minn jeddhom għal xi proġett tad-Diviżjoni.", "Tajjeb li wieħed isemmi li l-'isponsorship' jiġi aċċettat biss jekk il-kumpannija konċernata taċċetta il-kondizzjonijiet li tpoġġilha d-Diviżjoni.", "Fil-każ tal-'poster' 'Kul Għal Qalbek' ġew stampati 15,000 kopja.", "M'hiniex f'pożizzjoni li ngħid kemm qamu dawn il-'posters' għax l-ispejjeż kollha ġew imħallsa direttament mill-'isponsor'.", "Ma kien hemm l-ebda ħlas magħmul mill-kumpannija ħlief dak li kien jikkonċerna l-armar ta' l-'istand'.", "FORZI ARMATI - KAŻ TAS-SUR JOE DARMANIN", "20599.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Prim Ministru: B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 20439, jaf il-Prim Ministru li wara li l-istess individwu rċeva avviż ta' ħlas ta' pensjoni, dan jirċieva talba biex jħallas lura madwar 80% mill-istess pensjoni approvata.", "Jista' l-Prim Ministru jintervjeni biex il-każ ta' din il-persuna u oħrajn bħalu tiġi deċiża mill-armata?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab infurmat li l-każ tal-persuna konċernata ġie deċiż, u li kemm l-individwu msemmi kif ukoll oħrajn b'każi simili gew mitluba biex jirraportaw fir-Kwartieri Generali ta' l-Armata biex jingħataw spjegazzjoni dettaljata dwar iċ-ċirkostanzi kollha ta' kull każ individwalment."]} {"filename": "20070227_500d_par.doc", "date": "2007-02-27", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Uffiċjali u Rivedut) L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 500 It-Tlieta, 27 ta' Frar, 2007 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 500", "It-Tlieta, 27 ta' Frar, 2007", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.02 p.m.", "Talba", "Seduta Nru. 500", "It-Tlieta, 27 ta' Frar, 2007", "WERREJ", "MINUTI 867", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 867", "TQEGĦID TA' KARTI 873", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ESTIMI TA' DĦUL U NFIQ TAL-KORPORAZZJONI GĦAS-SERVIZZI TA' L-ILMA GĦAS-SENA 2006-2007 874", "AĠĠORNAMENT 896", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 900", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 499 li saret fis-26 ta' Frar, 2007 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "NEFQA FUQ KIRI TA' PJANTI U XTIELI", "23337.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO PRECA (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsiet lill-Ministru għal Għawdex: Kemm kienet in-nefqa globali għall- kiri ta' xtieli jew pjanti tal-ministeru, dipartimenti, dekasteri u l-enti kollha li jaqgħu taħtu matul l-2006?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (Segretarju Parlamentari) (f'isem il-Ministru għal Għawdex): Matul l-2006 ma kienx hemm infiq għall-kiri ta' xtieli jew pjanti mill-ministeru u dipartimenti li jaqgħu taħtu.", "NEFQA FUQ KIRI TA' GĦAMARA U PITTURA", "23338.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO PRECA (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsiet lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l- Informazzjoni: Kemm kienet in-nefqa globali għall-kiri ta' għamara u pittura tal-ministeru, dipartimenti, dekasteri u enti kollha li jaqgħu taħtu fl-2006?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "NEFQA FUQ IKLIET U HOSPITALITY", "23339.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO PRECA (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l- Informazzjoni: Kemm kienet in-nefqa globali ta' l-ikliet u hospitality tal- ministeru, dipartimenti, dekasteri u enti kollha li jaqgħu taħtu fl-2006?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Coleiro Preca, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO PRECA: X'inhi r-raġuni li l-informazzjoni li tlabt f'dawn iż-żewġ domandi għadha ma nġabritx?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-Onor.", "Interpellant trid tapprezza li taħt il- ministeru tiegħi hemm madwar 35 enti differenti u r-risposta tingħata meta l-informazzjoni tinġabar kollha f'daqqa.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Coleiro Preca.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO PRECA: Peress li qegħdin nitkellmu fuq sena li għalqet xahrejn ilu u din l-informazzjoni għadha ma ġietx miġbura, jista' l- Ministru jgħid b'liema mod isiru l-accounts dwar l-infiq?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mid-dehra l-Onor.", "Interpellant m'għandhiex wisq konjizzjoni dwar kif isiru l-accounts.", "L-ewwelnett nassiguraha li fl-ebda set of accounts qatt ma rajt linja li tieħu ħsieb l-infiq ta' l-għamara u l- pitturi fil-ministeru jew x'imkien ieħor u allura biex issib l-irċevuti relattivi, trid tidħol f'subset ta' accounts oħra differenti għax m'hemm l- ebda item li tiġi kategorizzata.", "It-tieni, l-argument m'huwiex ta' kif jinżammu jew kif jingħalqu l-accounts imma li trid tiċċekkja kull invoice individwali għax id-domanda m'hijiex qed titlob l-ammont ta' infiq fuq entertainment, per eżempju, imma qed titlob l-ammont ta' infiq fuq ikliet u hospitality li huwa differenti għal l-iskop ta' l-accounts.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Coleiro Preca.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: L-accounts la huwa l-qasam tiegħi u lanqas tal-Ministru u naħseb li t-tweġiba tirrifletti kemm hu m'għandux konjizzjoni ta' accounts.", "Imma xorta waħda nemmen li meta jsir accounting bis-serjeta', id-dettalji hemm ikunu.", "NEFQA FUQ KIRI TA' GĦAMARA U PITTURA", "23340.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO PRECA (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Kemm kienet in-nefqa globali għall-kiri ta' għamara u pittura tal-ministeru, dipartimenti, dekasteri u l-enti kollha li jaqgħu taħtha fl-2006?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru għal Għawdex): Matul is-sena 2006 ma kienx hemm infiq għall-kiri ta' għamara u pittura mill-ministeru u d- dipartimenti li jaqgħu taħtu.", "NEFQA FUQ XIRI TA' STATIONERY", "23341.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO PRECA (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l- Informazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali għall- stationaries tal-ministeru, dipartimenti, dekasteri u enti kollha li jaqgħu taħtu matul l-2006?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Debono Grech, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Allura sal-lum ħadd ma jaf fiex qed jintefqu l- flus!", "Jiena kont ministru u naf li għall-entertainment u affarijiet bħal dawn ikun hemm ivvotata somma speċifikata.", "Min jieħu ħsieb l-accounts suppost jafhom dawn l-affarijiet, anke s-segretarju privat u s-segretarju amminstrattiv.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-ewwelnett il-mistoqsija kienet dwar stationery u mhux dwar entertainment.", "Li kieku staqsa dwar entertainment fil-ministeru kont naqbel perfettament ma' l-Onor.", "Interpellant.", "MR SPEAKER: On a point of order, l-Onor.", "Debono Grech.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Hekk kienet id-domanda ta' qabel din!", "MR SPEAKER: Din m'hijiex point of order.", "Il-Ministru jista' jkompli.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Bir-rispett kollu, Onor. Debono Grech, dawn id-domandi kollha qed jitolbu l-informazzjoni dwar il-ministeru, id-dipartimenti, id- dekasteru u enti kollha li jaqgħu taħtu.", "Li kieku ntalbet l-informazzjoni tal-ministeru biss kienet tkun aktar faċli biex wieħed jagħtiha, imma mbilli ntalbet l-informazzjoni ta' kull enti u dekasteru li jaqa' taħti, qed nitkellmu fuq almenu 35 enti differenti.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Coleiro Preca, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO PRECA: L-isfortuna hi li m'aħniex qed ngħidu l- affarijiet kif inhuma.", "Allura x'inhi r-raġuni li t-tweġibiet tal-ministeru għal Għawdex qegħdin hemm meta prattikament qegħdin nitkellmu fuq l-istess stil ta' mistoqsijiet.", "Kif teżisti din id-differenza fl-accounts ta' ministeri differenti taħt l-istess gvern?", "Ma nifhimhiex din, Sur President.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jekk l-Onor.", "Interpellant ma tifhimhiex mhux tort tiegħi.", "M'humiex żewġ ministeri differenti, għax taħti għandi kumpanniji li ma jżommux is-set of accounts kif iżommhom il-gvern u għandi awtoritajiet indipendenti li jżommu s-set of accounts differenti.", "L-Onor.", "Coleiro Preca tista' tfittex fis-set of accounts tal-WSC li qegħdin ippreżentati fuq il- mejda tal-Kamra u tara ssibx heading wieħed fejn hemm l-għamara u l- pittura!", "MR SPEAKER: On a point of order, l-Onor.", "Coleiro Preca.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO PRECA: Ma nimmislidjawx lill-Kamra għax jien m'għedtlux li huma identiċi, jien qed nitkellem fuq similarita'.", "Jekk hu għandu mega ministry u l-Ministru Giovanna Debona ġiet fdata b'biċċa żgħira, ngħidu hekk.", "Pero' bir-rispett kollu, xorta jibqa' l-fatt li għaddew xahrejn mill-bidu tas-sena u bqajna bla risposti.", "Safejn naf jien ma tridx tkun accountant biex tkun taf ċerti affarijiet.", "Allaħares ma jkollniex bażi ta' affarijiet mill-iktar komuni!", "MR SPEAKER: Dan m'huwiex point order Onorevoli.", "NEFQA FUQ IKLIET/HOSPITALITY", "23342.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO PRECA (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid kemm kienet in- nefqa globali għall-ikliet u hospitality tal-ministeru, dipartimenti, dekasteri u l-enti kollha li jaqgħu taħtha matul l-2006?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru għal Għawdex): L-informazzjoni mitlub mill-Onor.", "Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "TARZNA – ORDNIJIET MILL-ISTATI UNITI", "23659.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO PRECA (f'isem l-Onor.", "Leo Brincat) staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l- Informazzjoni: Jista' jgħid it-tarzna ta' Malta kemm ħadet ordnijiet mill- Istati Uniti u mill-flotot navali tagħha fis-snin 2005 u 2006?", "Hemm prospetti ta' ordnijiet minn dan il-pajjiz fil-ġejjieni qarib?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Fis-snin 2005 u 2006 kien hemm 15-il vapur minn kumpanniji Amerikani li daħlu fit-tarzna ta' Malta.", "Fl-istess żmien ma daħal l-ebda vapur mill-flotot navali ta' l-Istati Uniti.", "Fix-xahar ta' Marzu 2007 hemm vapur tal-passiġġieri minn kumpannija Amerikana li se jidħol it-tarzna għal xi xogħlijiet.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Coleiro Preca, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO PRECA: X'tip ta' marketing qed isir biex jinġieb iktar xogħol għat-tarzna u x'hemm previst għax-xhur li ġejjin?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: M'għandi xejn fil-file f'dan ir-rigward pero' mill- informazzjoni li għandi, il-marketing isir b'mod regolari f'diversi fieri speċjalizzati, pero' iktar minn hekk ma' klijenti regolari tat-tarzna u ma' klijenti magħrufa.", "Is-suċċess tal-marketing huwa evidenti mit-turnover ta' xogħol li kellna b'mod qawwi fl-2006 u attwalment qbiżna l-budget b'mod sostanzjali.", "Sfortunatament, minħabba l-produzzjoni baxxa, minkejja li begħna ħafna iktar u ħdimna ħafna iktar, ir-riżultati aħħarin kienu diżappuntanti għall-aħħar.", "Din is-sena l-prospetti huma tajbin ħafna, it-tarzna għandha bookings li jeħduha numru ta' xhur 'il quddiem, fil-fatt bħalissa qed inbiegħu mhux għax-xahar li ġej biss imma għal ħafna iktar 'il quddiem, pero' irrid nagħmilha ċara wkoll li mhijiex kwestjoni biss ta' marketing - anzi l- marketing sejjer tajjeb ħafna - pero' l-crux ta' kollox se jkun li jekk ma tiżdiedx il-produttivita', f'dan l-istadju se jkun diffiċli li nilħqu t- targets finanzjarji li ġew prefissi għat-tarzna.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Coleiro Preca.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO PRECA: Jista' l-Ministru jispjega l-affarijiet aktar b'mod ċar?", "Jekk qal li l-marketing qed jirnexxi, kif imbagħad qal li qed ikun hemm il-biża' li minħabba l-produttivita', l-affarijiet m'humiex sejrin tajjeb?", "Mela l-produttivita' m'hijiex parti mill-marketing?", "Meta tagħmel marketing ta' prodott jew servizz ta' xi tip, inti turi l- affarijiet li għandek u dak li jkun se jagħżel, jagħżel ukoll għall- produttivita' li se tagħtih.", "Jiġifieri din hija xi ħaġa konflinġenti.", "Għaldaqstant nitolbu jagħmel ftit iktar demarcation bejn kemm qed jirnexxi l-marketing u bejn dak li huwa piż finanzjarju li l-gvern qed iħoss li għandu bit-tarzna, ħalli nkunu ċari man-nies.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Naħseb li ma kienx hawn ministru li qatt kien iktar ċar fuq it-tarzna.", "(Interruzzjonijiet) Jien qiegħed on record ngħid li l- gvern jemmen li t-tarzna tista' tkun profitable, għedtha għal sentejn sħaħ u fraħt ma' kulħadd li lħaqna t-targets, pero' meta ma nilħqux it-targets ngħidha wkoll u ma nippruvax noqgħod naħbi l-affarijiet.", "Għax ma naħsibx li huwa ġust, mal-ħaddiema prinċiparjament, li nippruvaw inbellgħulhom ir-ross bil-labra li jekk ma nilħqux it-targets, nistgħu nagħtu aktar sussidji milli hemm - għax ma nistgħux - jew inkella li l-gvern se jieħu lura l- ħaddiema tat-tarzna, li m'huwiex il-każ.", "U li jkun hemm min joqgħod jittama lill-ħaddiema b'affarijiet li mhux se jiġru, huwa ħażin!", "Jien lill-ħaddiema tat-tarzna fraħtilhom meta għal sentejn sħaħ, fl-2004 u fl-2005, mhux biss ilħaqna l-bottomline, il-profitability tat-tarzna jew l- ammont ta' loss, biex inkunu preċiżi, imma eċċedejniha bi ftit.", "Pero' meta s-sena l-oħra - probabbilment il-kontijiet dan se juruh - se nkunu morna żmerċ bi kważi Lm2 miljun, irrid ngħidilhom ukoll għax dwar il-futur tagħhom qed nitkellmu, mhux dwar il-futur tiegħi jew ta' l-Onor.", "Interpellant.", "U naħseb li tkun onest magħhom huwa importanti.", "Daqskemm ma ħawditx bejn il-produttivita' u l-marketing.", "Il-produttivita' u l-marketing huma żewġ affarijiet differenti.", "Jekk l-Onor.", "Coleiro Preca tgħidli li l-marketing jiddependi milli jien inżomm il-completion dates ħaġa, pero' l-completion dates m'humiex il-produttivita'.", "Il-completion dates nistgħu nżommuhom waqt li ma nkunux produttivi biżżejjed biex noħorġu l-ammont ta' profitti li nkunu qed nistennew minn kuntratt partikolari.", "U hemm differenza sostanzjali bejn li nonora kuntratt u mmur nagħmel marketing li jien mhux qed neċċedi d-delivery dates u l-profitt li nagħmel.", "Hemm differenza sostanzjali bejn li nagħmel profitt ta' 10% jew 15% kif inkun proġettajt u nispiċċa nagħmel 1% għax il-produttivita' tkun nieqsa!", "Dawn huma affarijiet li jagħmlu differenza sostanzjali fil-bottomline tal- kumpannija u meta aħna qed nitkellmu fuq produttivita', qed nitkellmu fuq il-kapaċita' li biċċa xogħol, minflok taħli siegħa biex tagħmilha, tagħmilha f'nofs siegħa.", "Dik hija l-produttivita'.", "U dak jagħmillek it- tibdila sostanzjali biex inti tagħmel il-profittibilita'.", "Għax jekk il- profittibilita' tiegħek ma tkunx għolja biżżejjed biex tlaħħaq it-targets li inti tkun tajt lill-klijent u ma teħilx il-penalitajiet, fost il-miżuri li tista' tieħu - għax ovvjament hemm diversi miżuri li tista' tieħu - trid iġġib ħaddiema minn barra mit-tarzna biex iżżid in-numru u allura għal dik il-biċċa job ittella' l-ammont ta' xogħol.", "Li kieku l-produttivita' tagħna hija aħjar, dan m'għandniex bżonn nagħmluh.", "Il-produttivita' tfisser ukoll li taqta' l-overtime.", "Sfortunatament il- mentalita' għadha li l-overtime huwa parti mill-paga.", "Pero' jekk aħna nżidu l-overtime u għal kull biċċa xogħol nidħlu fl-overtime u nikkontrattjaw ix- xogħol minn barra, allura l-produttivita' tonqos u l-bottom line jonqos.", "Nerġa' ngħid li l-isfortuna hija waħda, mhux l-argument tal-produttivita', lanqas l-argumenti kollha differenti.", "Hemm bżonn li kulħadd jifhem li wara l-2008, m'hemmx iktar sussidji għat-tarzna.", "Wara din id-data t-tarzna jew se tkun profitable jew inkella l-konsegwenzi se jkunu ċarissimi.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Coleiro Preca.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO PRECA: Jista' il-Ministru jgħid x'tip ta' kejl qed jintuża biex naraw kemm qed issir produttivita' fit-tarzna u jekk din hijiex adegwata jew le?", "Għax din m'hijiex fabbrika fejn għandek production line u tagħmel xi time-and-motion study biex tissettja l-productivity.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Il-kejl l-iktar sempliċi u li ħadd ma jista' jiġġieled miegħu huwa wieħed.", "Meta fl-2005 begħna bi Lm15 miljun xogħol, tlifna Lm7 miljun, meta fl-2006 begħna b'Lm24 miljun xogħol, tlifna iktar.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Coleiro Preca.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO PRECA: Sur President, ma naħsibx li n-nies tat- tarzna jieħdu gost jisimgħu dawn l-affarijiet.", "Kulħadd jaf li dawn in-nies huma kapaċċissimi, għandhom snajja' mill-aqwa u meta jaħdmu, jaħdmu bis- serjeta'.", "Jiġifieri xi ħaġa ġara'.", "X'tip ta' indaġini qed issir jew saret mill-ministeru jew mill-management tat-tarzna biex tiġi stabbilita r-root problem ta' din il-ħaġa?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Naqbel li ħafna mill-ħaddiema tat-tarzna, mhux kollha, huma fost l-aħjar ħaddiema li jeżistu f'dan il-pajjiż u naqbel li ħafna minnhom jagħtu l-ġurnata ta' kuljum, pero' huwa evidenti li ħafna minnhom ukoll ma jagħtux il-ġurnata ta' kuljum.", "(Interruzzjonijiet) Nassigura lill- Onor. Interpellant li saru diversi studji mill-management u mhux mill- management biss iżda dawn inqasmu mal-GWU.", "Fil-fatt kull xahar it-top management tat-tarzna jagħmel meeting mal-GWU, mal-managers u ma' numru ta' ħaddiema, biex jispjegawlhom fejn huma d-diffikultajiet.", "Kull darba ppreżentawlhom numru ta' studji ta' fejn huma l-problemi.", "Dawn l-affarijiet jaqsmuhom magħhom.", "L-agħar ħaġa li nistgħu nagħmlu f'din il-Kamra u barra minn din il-Kamra hi li nippruvaw naħarbu mill-problema billi nwaħħlu f'dak u fl-ieħor.", "Ir- realta' hija waħda.", "Kulħadd għandu parti mir-responsabbilta', tibda mill- manager li jkun fix-shop floor, tkompli bil-foreman u bis-supervisor u bl- iktar ħaddiem li jġorr biss u ma jagħmel xejn.", "Għax fl-aħħar mill-aħħar il- bottomline huma jridu jilħquh!", "Issa jien naf li waħda mir-root problems li hemm - milli jgħiduli għax ovvjament ma nkunx hemmhekk - hi li għandek grupp mhux ħażin ta' ħaddiema li m'aċċettawx ir-riforma, per eżempju.", "Intrinsikament, dawn huwa fatti għax anke fid-diskussjonijiet li kelli mal- General Workers' Union - għax wara l-firma tal-collective agreement għamilna xi sena oħra niddiskutu ċerti dettalji oħra biex nerġgħu nirranġawh u konna ranġajnih - iddiskutejna l-problema tal-foremen u s- supervisors li jippretendu li jerġgħu jmorru lura għas-sistema ta' l- overtime u ma jkunux parti mill-management.", "Problema oħra hi d-diffikulta' kbira li jsib min qiegħed fil-middle management u jrid jikkontrolla u jiddixxiplina lin-nies ta' taħtu.", "M'hemmx dawn id-distinzjonijiet li normalment issib f'ħafna azjendi bejn management u ħaddiem.", "Issa dawn m'humiex il-problemi kollha u lanqas jiena kompetenti biex ngħid x'inhuma l-problemi kollha li hemm fit-tarzna, pero' l-problema intrinsika hija waħda u din li kulħadd qisu jrid jevita.", "Kulħadd qisu jrid jevita l- problema li fl-aħħar mill-aħħar il-bottom line jgħodd.", "Ma nistgħux nibqgħu nduru u nilludu ruħna li ma jeżistix bottom line fit-tarzna u li kulħadd se jibqa' jippompja l-flus.", "Jien diġa' għedtha ċar u tond.", "Dan il-pajjiż ippompja Lm400 miljun lit-tarzna.", "Naħseb li kull wieħed u waħda minna f'dan il-pajjiż ta sehmu biex lit-tarzna iwassalha fejn wassalniha llum.", "Niftakru li minbarra l-Lm400 miljun, il-gvern ħa miegħu mas-700 ħaddiem sentejn ilu mit-tarzna.", "U dawn qegħdin jitħallsu minn flusi u minn flusek, Onor. Coleiro Preca.", "Jiġifieri kulħadd ta sehmu.", "U m'aħniex qed nippretendu li jsiru affarijiet ta' barra minn hawn meta qed ngħidu li għandna lkoll niġbdu l-ħabel, li għadna qed nippumpjaw il-miljuni fit- tarzna u rridu nħarsu l-bottom line.", "Mhux qed nitilfu iktar flus milli suppost u qisu ma ġara xejn!", "Din l-attitudni li l-flus fit-tarzna qishom m'għandhomx qiegħ, iddejjaqni.", "Qisu jiġri x'jiġri fit-tarzna, ejja nkomplu nippumpjaw għax b'hekk insolvu l-problema.", "Ir-realta' hi wkoll li aħna rridu nikkompetu f'suq li hu cuthroat illum.", "Fis-suq tradizzjonali tat-tarzna, li huwa x-ship repair, il-Kroazja u t- Turkija jkissruna għax la għandhom unions - u dan lanqas hu tajjeb - la għandhom health and safety, m'għandhom xejn minn dawn l-affarijiet u l- prezzijiet li jiċċarġjaw huma n-nofs li niċċarġjaw aħna.", "Għalhekk kien is- suċċess tat-tarzna li jipprova u rnexxielu jbiddel il-marketing tiegħu!", "Għalhekk illum qed nibnu dawk il-barges li qed nibnu!", "Għalhekk illum nagħmlu l-isteel work li qed isir!", "Għalhekk illum nagħmlu l-conversions li sa ftit snin ilu ma kenux isiru!", "Pero' fl-aħħar mill-aħħar, jekk Barċellona qed tbiddel - din hija waħda mill-iktar kompetituri kbar tagħna - u jekk iż- żmien inbidel, aħna bilfors irridu nbiddlu.", "Illum it-tarzna ta' Malta hija waħda mill-ikbar tarznari li għadhom jeżistu.", "M'għadx baqa' fid-dinja tarznari b'1,500 ruħ.", "Jiġifieri ma noqogħdux nilludu ruħna li għandna xi problema faċli biex issolvi!", "Aħna qed niġġieldu kontra t-trends kummerċjali u ekonomiċi kollha li jeżistu madwar id-dinja.", "It-tarznari llum, mhux biss fil-Mediterran, jaħdmu b'corps żgħir ta' 300 jew 400 ħaddiem li jkunu mpjegati fl-iktar skills importanti u mbagħad il-bqija jaħdmu bil-contracted labour.", "Dan jew ikun il-contracted labour ta' min iġib il-vapur jew ikun contracted labour tat-tarzna stess, jiddependi mill-iskill li trid.", "Fil-fatt għaliex ħafna drabi t-tarzna qed tiggwadanja iżjed fis-super yachts?", "Għax fis-super yachts jintużaw ħafna l- kuntratturi speċjalizzati.", "Imma x'qed nipprova ngħid?", "Qed nipprova ngħid li s-soluzzjoni tat-tarzna m'hijiex billi ndaħħlu rasna fir-ramel u ngħidu: Titlef kemm titlef flus it-tarzna, jekk ma tilħaqx it-targets tagħha, ma ġara xejn jew ma ninkwetawx.", "Jien ninkwieta bil-kbir, Sur President!", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Coleiro Preca.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO PRECA: L-ewwelnet jien nixtieq nisma' lill- Ministru - mhux hawn ġew biss imma anke barra għax dejjem nisimgħu l-istess kantaliena li t-tarzna ngħatat Lm400 miljun sussidju - jgħid x'tat it- tarzna lill-pajjiż matul is-snin.", "Għax it-tarzna ġabet foreign exchange lejn il-pajjiż u ħolqot anke impjiegi anċillari għall-pajjiż.", "Jiġifieri nixtieq inkun naf, anke f'termini ta' flejjes, x'ġabet lejn il-pajjiż ħalli l-poplu ma jmurx jaħseb li l-ikbar att filantropiku li għamel il-pajjiż kien mal-ħaddiema tat-tarzna!", "U anke biex inkunu ġusti.", "U din fuq l- istess linja li qal il-Ministru, li ma noqogħdux nidentifikaw min għandu t- tort.", "U nitolbu jgħidilna wkoll x'se jiġri wara l-2008 jekk ċerti targets ma jintlaħqux.", "Nixtiequ jispjega aħjar ukoll il-fatt li t-tarzna llum għandha din il- cuthroat competition - din hija inġusta wkoll għax il-fatt li l-ħaddiema tal-Kroazja u tat-Turkija għandhom ħafna inqas kondizzjonijiet ta' xogħol, allura jaħtfu x-xogħol - u għaliex gvern Nazzjonalista, li ilu kważi 20 sena fil-gvern, qagħad b'idu fuq żaqqu għal għadd kbir ta' snin fuq l- istrutturar tat-tarzna u f'daqqa waħda stenbaħ.", "Naturalment stenbaħ għax għandu l-giljottina ta' l-2008, minħabba l-ftehim li sar fil-kwestjoni tad- dħul tagħna fl-Unjoni Ewropea.", "Nixtiequ jgħidli wkoll għaliex ir-rapport Appledore, li kien ikkummissjonat fi żmien gvern Laburista, tħalla fuq l-ixkaffa għal numru ta' snin wara l-1998 u mbagħad gvern Nazzjonalista stenbaħ dwaru.", "U nsaqsi lill-Ministru wkoll għaliex gvern Nazzjonalista ma kompliex fuq ir-riforma li beda l-Onor.", "Alfred Sant meta kien fil-gvern bejn l-1996 u l-1998, imbagħad ħalla numru ta' snin u stenbah għal darb'oħra.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jien l-ewwel wieħed li naqbel ma' l-Onor.", "Coleiro Preca li t-tarzna kkontribwiet ħafna għal dan il-pajjiż.", "(Interruzzjonijiet) Kienet xejn xejn il-benniena ta' fejn bdew ħafna snajja'.", "Pero' il-problema tat-tarzna m'hijiex dik.", "Ġabet foreign exchange ukoll, pero' ejja nirrikonoxxu li kien l-uniku post f'dan il- pajjiż fejn investejna Lm400 miljun.", "Imkien m'għamilna Lm400 miljun biex inġibu l-iskills li għandna!", "Kieku naqblu Lm400 miljun u ngħidu li rridu nibdlu din l-industrija, anke tad-deheb nagħmluha.", "Jiġifieri ma narawx ħaġa u ma narawx l-oħra iżda naraw ukoll x'għamel dan il-pajjiż għall- ħaddiema tat-tarzna.", "It-tieni, jiena nkompli fuq il-linja ta' l-Onor.", "Alfred Sant, mela le!", "L- Onor. Coleiro Preca qaltilna li l-Onor.", "Alfred Sant beda r-riforma tat- tarzna.", "L-ewwel ħaġa li għamel l-Onor.", "Alfred Sant kienet li tajjar lill- ħaddiema mit-tmexxija.", "F'nhar San Pawl dħalna hawnhekk biex nivvotaw il- ħaddiema barra mill-kunsill tat-tmexxija!", "Jien naqbel miegħu!", "Sewwa għamel!", "Għax il-ħaddiema m'għandhomx imexxu.", "(Interruzzjonijiet) Pero' hu mhux hekk wegħedhom!", "Mhux hekk qalilhom qabel l-elezzjoni!", "U issa l-istess qed jagħmel, qed jgħid li se jagħtihom is-sussidju wara l-2008 meta jaf li ma jistax.", "Trid nimplimentalek l-Appledore report, Onorevoli?", "Bil-qalb kollha!", "Taf x'inhi l-konklużjoni ta' l-Appledore report?", "Li jekk ma nkunux kummerċjalment vijabbli, it-tarzna tagħlaq!", "Inti qed tirrakkmandali li nimplimentah, mela nimplimentah!", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-Mistoqsijiet għadda.", "Tqegħid ta' karti.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "TONIO BORG (Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern): Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Lista li turi l-lokalita' ta' knejjes u istituzzjonijiet reliġjużi li fihom ġew rapportati każi ta' serq matul l-2006, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 23975;", "f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi, inqiegħed fuq il-mejda tal- Kamra:-", "Avviż Legali Nru: 36 ta' l-2007 – Indiċi ta' l-Inflazzjoni għas-Sena 2006.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Insejjaħ lill-Ministru Austin Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Rapport Annwali għas-sena 2006 u financial statements għas-sena 2005 tal-Korporazzjoni Enemalta.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Sur President, f'isem il-Ministru għall- Kompetittivita' u Komunikazzjoni, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru: 30 ta' l-2007 – Two or Three Wheel Motor Vehicles (EC-Type Approval) (Amendment) Regulations, 2007;", "f'isem il-Ministru għal Għawdex inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar ħaddiema fid-dipartimenti tal-gvern f'Għawdex, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 24044; u", "f'isem il-Ministru ta' l-Affarijiet Rurali u l-Ambjent inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru: 31 ta' l-2007 – Regolamenti ta' l-2007 li jemendaw ir-Regolamenti ta' l-2004 dwar l-Eko-Kontribuzzjoni; Avviż Legali Nru: 32 ta' l-2007 – Plant Protection Products (Amendment) Regulations, 2007;", "Avviż Legali Nru: 33 ta' l-2007 – Control of Ralstonia solanacearum (Smith) Yabuuchi et al (Amendments) Regulations, 2007;", "Avviż Legali Nru: 34 ta' l-2007 – Regolamenti ta' l-2007 li jemendaw ir-Regolamenti dwar Rati ta' Taxxa dwar Bini; u", "Avviż Legali Nru: 35 ta' l-2007 – Ordni ta' l-2007 dwar ir-Revizjoni Parzjali ta' Struttura.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ESTIMI TA' DĦUL U NFIQ", "TAL-KORPORAZZJONI", "GĦAS-SERVIZZI TA' L-ILMA", "GĦAS-SENA 2006-2007", "(Tkompli mis-26 ta' Frar 2007)", "MR SPEAKER: Rimarki?", "L-Onor.", "Marie Louise Coleiro Preca.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO PRECA: Sur President, illum xtaqt niffoka d- diskussjoni tiegħi fuq id-dimensjoni soċjali ta' din il-korporazzjoni.", "Hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq servizz mill-aktar essenzjali u servizz li ħadd ma jista' jgħaddi mingħajru.", "Sal-lum dan is-servizz għadu f'idejn il- gvern u j'Alla jibqa' hekk għaliex dan huwa servizz li kulħadd irid ikollu aċċess għalih.", "M'hemmx dubju li l-kwestjoni tal-korporazzjoni għas- servizzi ta' l-ilma għandha dimensjoni soċjali qawwija.", "Min-naħa tiegħi se nagħmel riferenza għal dak li qiegħed jiġri f'pajjiżna bħalissa u nittama li llum ma jqumx xi ħadd min-naħa tal-gvern u jgħid li dan m'għandux x'jaqsam.", "Irrid ngħid li l-mistoqsijiet parlamentari li għamilt fuq il-kwestjoni tas- surcharge fuq id-dawl u l-ilma ġew imwieġba kollha mill-Ministru Austin Gatt, li huwa responsabbli minn din il-korporazzjoni.", "Avolja għamilt mistoqsijiet preċiżi lill-Ministru Dolores Cristina u lill-Prim Ministru, dawn irreferewni għat-tweġiba li kellu jagħti l-Ministru Gatt.", "Għalhekk illum inħoss li għandi nwassal il-vuċi ta' ħafna Maltin li qegħdin ibatu proprju minn din it-tip ta' miżura.", "Issa jien se nagħmilha ċara - biex ma noqogħdux nagħmlu ħafna retorika partiġġjana u paroli fil-vojt - li x- xewqa tiegħi hija li d-diskussjoni tkun waħda sana u li tirrifletti l- attwalita' tal-ħajja tan-nies.", "Ovvjament ħadd m'hu qiegħed jgħid li l-kwestjoni taż-żejt m'hijiex reali u li ż-żejt m'għoliex minn barra u li allura l-gvern bilfors kellu jagħmel xi ħaġa dwarha.", "Dik hija xi ħaġa li kulħadd jafha.", "Anke l-aktar persuna li ma tafx x'inhu għaddej f'pajjiżna u fid-dinja taf li l-prezzijiet taż-żejt għolew minn barra u allura bilfors kellu jkun hemm xi tip ta' approach min- naħa tal-gvern fuq din il-kwestjoni.", "Min-naħa l-oħra jibqa' il-fatt li l- gvern ma jistax iħares biss lejn il-bilanċ tal-kontijiet imma għandu wkoll ir-responsabilita' soċjali.", "Il-gvern irid ikollu ruħ soċjali u llum, jiena se nitkellem proprju fuq dan l-aspett.", "Sur President, l-istorja tas-surcharge fuq id-dawl u l-ilma għaffġet u weġġgħet lil ħafna nies.", "Il-gvern jaf b'dan kollu u kien għalhekk li fil- budget għas-sena 2006 kien ħabbar il-miżura fejn eżenta 13,000 familja minn dan il-piż.", "Min-naħa tagħna konna tlabna lill-gvern sabiex jgħidilna x'kienu l-kriterji li mexa fuqhom sabiex eżenta lil dawn it-13,000 familja mill-ħlas tas-surcharge.", "Għednilu wkoll li dawn il-kriterji għandhom ikunu magħrufa ma' kulħadd ħalli ħadd ma jkollu l-problema li ma jafx li huwa eliġibbli għaliha.", "Fil-fatt din hija xi ħaġa li qiegħda tiġri.", "Għad għandna nies li ilhom mill-ewwel ġurnata ta' meta l-gvern iddeċieda li jeżentahom mill-ħlas tas-surcharge li ma jafux li huma eliġibbli għal din l- eżenzjoni!", "Jiena spiss niltaqa' ma' nies u familji li suppost huma eliġibbli għall- eżenzjoni tas-surcharge fuq il-konsum tad-dawl u l-ilma iżda li ma jafux li jridu jmorru fl-area offices tad-dipartiment tas-social security ħalli japplikaw għaliha.", "Din hija xi ħaġa li fil-fehma tiegħi tmur kontra kull animu ġenwin ta' din l-eżenzjoni.", "Il-gvern kellu jmur upfront u jgħid lil kulmin huwa eliġibbli b'dan il-fatt.", "Kellu jkun hemm koordinament sħiħ bejn id-dipartiment tas-sigurta' soċjali u l-water services corporation ħalli jinħadmu l-kontijiet u jinqatgħu mill-ewwel id-dues fuq is-surcharge.", "Imma llum x'qiegħed jiġri?", "Minkejja li hemm nies li mill-ewwel ġurnata kienu eliġibbli għall-eżenzjoni mis-surcharge fuq id-dawl u l-ilma, sal-lum għadhom ma jafux li huma eżenti u lanqas jafu li jridu jmorru s-social security offices ħalli japplikaw għal din l-eżenzjoni.", "Sur President, lil dawn in-nies li niltaqa' magħhom ngħidilhom sabiex imorru japplikaw imma xorta waħda, is-surcharge li jkunu ħallsu qabel ma tiġix refunded lura lilhom minkejja li hemm diversi familji li bilkemm qegħdin jieklu sakemm jixbgħu minħabba li jridu jħallsu l-kontijiet.", "F'pajjiżna għandna bosta persuni li jinsabu magħkusin, fosthom anzjani u familji li għadhom qegħdin irabbu t-tfal u li għandhom pagi mill-aktar baxxi.", "Dawn in-nies m'humiex qegħdin jingħataw lura s-surcharge li jkunu ħallsu fuq il-kontijiet ta' qabel.", "Dan huwa l-ewwel punt tiegħi.", "Il-gvern għandu jara li kulmin huwa eliġibbli, isir mill-ewwel eliġibbli u mhux joqgħod jistenna li n-nies imorru japplikaw fl-uffiċċju distrettwali tagħhom.", "Il-gvern kellu jaqta' mill-ewwel lil dawk li għandhom ikunu eżenti mill-ħlas tas-surcharge.", "Issa mill-budget ta' l-2006 għall-budget ta' l-2007 il-gvern suppost li żied 4,000 familja.", "Fil-budget speech li għamel il-prim ministru mhux biss qalilna li se neżentaw 17,000 familja imma qalilna li dawn il-familji huma dawk li jgħixu bil-benefiċċji soċjali.", "Minn dakinhar tal-budget speech - f'Ottubru li għadda - sal-lum jiena bqajt nirripeti l-istess mistoqsijiet iżda qatt ma ngħatajt risposta għalihom.", "Jien għedt li hemm nies li huma eliġibbli għall-eżenzjoni mis-surcharge imma ma jiddependux fuq il- benefiċċji soċjali.", "Per eżempju għandek anzjani li jgħixu bil-pensjoni minima nazzjonali.", "Kif nafu dik m'hijiex benefiċċju soċjali imma hija pensjoni li kkontribwixxiet għaliha dik il-koppja.", "Peress li din il-pensjoni hija l-minima u allura din il-koppja anzjana jaqgħu fil-benchmark finanzjarju stabilit anke mis-Social Security Act għal finijiet tal-karta r-roża, dawn ukoll huma eliġibbli sabiex jieħdu l- eżenzjoni.", "Jiena staqsejt jekk dawn l-anzjani humiex se jibqgħu eliġibbli jew inkella, issa li ġew ikkwalifikati u identifikati dawk is-17,000 familja bħala benefiċċjarji tas-social benefit, kienx se jfisser li dawn se jinqatgħu 'l barra.", "Madankollu l-gvern jibqa' ma jagħti l-ebda risposti.", "Issa hawnhekk jiena qiegħda nerġa' nistaqsi din il-mistoqsija u nippretendi li l-Ministru Gatt, bħala l-ministru responsabbli mill-korporazzjoni jkun jista' jweġibni.", "Dan għaliex meta għamilt il-mistoqsija parlamentari 22680 lill-Ministru Cristina Dolores fuq kemm-il gvern nefaq sabiex jeżenta lit- 13,000 familja mis-surcharge fuq id-dawl u l-ilma matul is-sena 2006, din qaltli sabiex nirreferi l-mistoqsija tiegħi lill-ministru konċernat.", "Din il-mistoqsija staqsejtha wkoll lill-prim ministru li wkoll qalli li t- tweġiba għandha tingħata mill-Ministru Austin Gatt.", "Issa jiena qiegħda nippretendi li dawn id-dettalji l-Ministru Gatt jafhom u ma jistax jixxuttja l-ballun f'sieq ħaddieħor!", "Nippretendi li fid-dibatittu tal-lum ikun hemm xi ħadd li jkollu l-kirjanza li jitkellem u mhux qisna qegħdin naħbu s-sigrieti ta' Fatima fuq din il-famuża eżenzjoni tas-surcharge!", "Sur President, min-naħa tiegħi wkoll jiena ilni niġbed l-attenzjoni tal-gvern sa minn Ottubru tas-sena 2005 fuq din l-eżenzjoni għal dawk il-persuni b'diżabilita'.", "Bħal-lum ħmistax il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' ressqet ir-rapport annwali tagħha lill-gvern.", "F'dan ir- rapport kien hemm numru ta' rakkmandazzjonijiet lill-gvern sabiex il- persuni b'diżabilta', minħabba d-diffikultajiet finanzjarji tagħhom, jiġu eżentati wkoll mill-ħlas tas-surcharge.", "Sur President, minn hawnhekk jiena nixtieq insellem lil din il-kummissjoni u ngħidilhom prosit talli kellhom il-kuraġġ li jitkellmu u juru biċ-ċar dwar kif il-gvern injorahom.", "Kif jista' ikun li jkollok kummissjoni nazzjonali li qiegħda tiffoka fuq dan il-qasam u tagħtik rakkmandazzjonijiet bħal dawk u inti tinjoraha kompletament?", "Hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq persuni mill-aktar vulnerabbli fis-soċjeta' tagħna.", "Dawn in-nies għandhom limitazzjoni sħiħa ta' flus u meta l-gvern qiegħed iwaddab fuqhom il-piż tas-surcharge, aktar qiegħed jgħaffiġhom.", "F'pajjiżna għandna bosta familji li għandhom xi tifel jew tifla b'diżabilita' li sfortunatament, minħabba n-natura tad-diżabilita', wieħed mill-ġenituri biss jista' jaħdem filwaqt li l-parti l-oħra jkollha toqgħod id-dar sabiex tagħmilha ta' carer għal dik il-persuna.", "Għalhekk id-dħul ta' dik il- familja diġa' huwa limitat.", "Issa hemm ħafna familji minn dawn li qegħdin itajru l-belli liri f'terapija u f'faċilitajiet oħra li m'humiex ipprovduti mill-gvern sabiex jagħmlu d- differenza fil-ħajja tat-tifel jew it-tifla tagħhom b'diżabilita'.", "Allura dawn in-nies m'għandhomx ikunu taħt din il-kappa tal-ġustizzja soċjali?", "Imma Alla jbierek, minkejja li l-kummissjoni ressqet ir-rakkmandazzjonijiet tagħha, il-gvern ma tax kashom u wisq probabli, dawn ir-rakkmandazzjonijiet waddabhom fiż-żibel!", "Fil-fatt il-kummissjoni qalet ċar u tond li l-gvern ma tahiex importanza.", "Ħalli niġi għal punt ieħor.", "Meta ħmistax ilu l- Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' ressqet lill-media r-rapport annwali tagħha għas-sena 2006, jiena qajjimt diversi punti u l-Ministru Cristina, bi tweġiba għalihom, qalet li hemm il-humanitarian committee.", "Għalhekk jiena għamilt mistoqsija parlamentari dwar dan il-kumitat għaliex kienet l-ewwel darba li konna smajna bih.", "Staqsejtha x'kien dan il-kumitat u xi kriterji għandu.", "Dan il-humanitarian committee huwa magħmul minn żewġ tobba, minn segretarja u mill-assistent direttur is-Sur Alfred Portelli.", "Kien hemm ukoll uffiċjal mill-ministeru ta' l-Onor.", "Cristina imma dan m'għadux jifforma parti minn dan il-kumitat.", "Il-kriterji li jintużaw fuq min huwa eżenti mill-ħlas tas- surcharge huwa marbut mal-marda jew mal-kondizzjoni ċċertifikata – jiġifieri mhux kull marda għandha dan il-potenzjal skond dan il- humanitarian committee - u li l-familja ma tkunx teċċedi it-Lm13,270 fis- sena.", "Hawnhekk qegħdin inħallu barra kompletament lil dawk il-pensjonanti li għandhom pensjoni minima imma li għad għandhom jgħixu magħhom xi wild li qiegħed jaħdem.", "Naħseb li kulħadd ikollu l-kuntatt man-nies tat-triq u għalhekk nistaqsi jiena liema ġuvni jew xebba li llum jaħdmu imma li għadhom jgħixu mal-ġenituri tagħhom, jistgħu jdaħħlu jdejhom fil-but sabiex jgħinu lill-ġenituri tagħhom?", "Jiena l-ħin kollu niltaqa' ma' xebbiet u ġuvintur li huma mimlijin piżijiet finanzjarji.", "Jekk ikunu għarajjes għandhom rashom maqsuma bil-ħsebijiet ta' kif se jħallsu d-dejn fuq id-dar u jekk qegħdin jaħsbu fuq il-futur tagħhom, ma jafux jekk għandhomx jimxu 'l quddiem jew le b'ħajjithom.", "Hemm oħrajn li għandhom piżijiet ta' ħlas ta' karrozzi għaliex illum kulħadd għandu bżonn tat-trasport tiegħu.", "Kif nafu sal-lum għadna ma nistgħux niftaħru li għandna xi trasport pubbliku ta' kwalita' u għalhekk ma tistax tgħaddi mingħajr il-karozza privata tiegħek.", "U għalhekk għad irrid insib dak il-ġuvni jew xebba li qegħdin jgħinu lill-ġenituri tagħhom b'mod finanzjarju.", "Jiena ma nistax nifhem kif il-gvern qiegħed jgħid lil dawn il-pensjonanti li għandhom xi wild jgħix magħhom, li huma komdi avolja għandhom il-pensjoni minima.", "Din hija ħrafa oħra min-naħa tal-gvern u kulma qiegħed jagħmel huwa li jwaddab maskra quddiem wiċċu sabiex jiffranka l-flus.", "Il-moda ta' dan il-gvern sabiex jiffranka l-flus minn fuq ix-xiri taż-żejt hija billi jgħaffeġ lin-nies.", "Min għandu kollox iddikjarat, malajr jista' jaħtaflu flusu l-gvern, aħseb u ara meta ċ-cheque qiegħed jibgħatulu hu, kemm jista' jaqbadlu aktar!", "Sur President, min-naħa tiegħi m'hijiex l-ewwel darba li għamilt l-appelli quddiem l-arbitru tad-dipartiment tas-sigurta' soċjali fuq kif ċerti anzjani, minħabba 87ċ fil-ġimgħa qegħdin jaqbżu l-benchmark finanzjarju u allura la jiġu eżentati mill-ħlas tas-surcharge, la jieħdu l-għajnuna tal- mard u lanqas huma eliġibbli għall-karta r-roża.", "U għal ftit ċenteżmi dawn in-nies qegħdin jiġu meqjusa komdi tant li jistgħu jitgħabbew b'dan il-piż.", "Dan biex ma nsemmux dawk il-familji li għadhom qegħdin irabbu t-tfal u għandhom paga waħda minima.", "Hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq Lm58 fil-ġimgħa.", "Dawn il-familji, b'wild wieħed jew anke tnejn, iridu jgħixu, jikkuraw, jedukaw u jagħmlu dak kollu possibbli għal uliedhom bi Lm58 fil-ġimgħa.", "Imma għal gvern dawn il-familji jifilħu jġorru l-piż tas-surcharge.", "Issa meta aħna nitkellmu b'dan il-mod fuq is-surcharge, iqumu tan-naħa l- oħra u jgħidulna li din it-taxxa titħallas skond il-konsum tad-dawl u l- ilma.", "Mela allura din il-familja, li qiegħda tgħix bil-paga minima u li għandhom wild wieħed jew anke tnejn, iridu jaraw x'se jagħmlu sabiex jikkonsmaw anqas.", "Issa kif nafu kulħadd jikkonsma skond kemm hija kbira l- familja tiegħu.", "Jekk tkun tgħix waħdek se taħli mod għaliex jekk tkun ġo kamra waħda se tixgħel bozza waħda pero' jekk tkunu tnejn min-nies fid-dar, se jkun hemm mumenti fejn se tkunu f'żewġt ikmamar differenti u allura t- tnejn se tużaw l-elettriku.", "U ovvjament jekk tkun erba' f'familja, il- konsum se jkun ferm akbar.", "Għalhekk il-kwestjoni tal-konsum ta' l- elettriku u l-ilma m'hijiex marbuta biss ma' ħela kapriċċuża imma rridu nkunu realistiċi.", "Jekk verament qalbna tħabbat għal dik li hija ġustizzja soċjali, allura rridu nammettu li l-konsum jiddependi minn kemm hemm persuni f'dik il-familja.", "Fil-fatt din hija xi ħaġa li l-water services corporation tirraġunaha wkoll b'dan il-mod.", "Tant hu hekk li fuq il-kontijiet tagħna nsibu kemm hemm persuni f'dik id-dar ħalli jkun jista' jingħata s-sussidju fuq il-konsum inizjali.", "Mela l-gvern qiegħed jagħraf din il-biċċa tax-xogħol imma mbagħad, għall-finijiet tal-piżijiet tas-surcharge mhux qiegħed jikkalkulaha.", "Anzi qiegħed jgħid li s-surcharge trid titħallas fuq il- konsum li tkun qiegħda tagħmel dik id-dar.", "Dan l-aħħar kelli każ partikolari ta' armla – u minn hawnhekk irrid insellem ukoll lil dan il- grupp ta' ċittadini Maltin li jinsabu mgħaffġin b'din il-miżura, jiġifieri l-familji tar-romol - li qiegħda trabbi ħamest itfal li kellha tispiċċa tħallas is-surcharge minħabba li wieħed mis-subien tagħha kellu joħroġ jaħdem qabel iż-żmien!", "It-tifel tagħha kien l-iskola imma kellu joħroġ jaħdem għaliex ommu ma setgħetx tlaħħaq b'Lm180 pensjoni fix-xahar għal sitt persuni.", "Meta qegħdin ngħidu Lm180, qegħdin nitkellmu fuq paga li hija inqas mill-minimum wage.", "Issa minħabba li t-tifel tagħha ħareġ jaħdem, spiċċat tħallas is-surcharge.", "Meta mbagħad marret tfittex l- għajnuna qalulha li hi kienet qiegħda taħli ħafna ilma u dawl!", "Bħallikieku familja ta' sitt persuni se taħli daqs xi ħadd li qiegħed jgħix waħdu!", "Jekk tkun tnejn min-nies se taħli tant u forsi makna tal-ħasil tqabbadha darba iva u darba le.", "Min-naħa l-oħra jekk tkun sitta, kollha jridu jinħaslu u dan ifisser sitt xugamani kuljum minbarra l-ħwejjeġ.", "U nistgħu nibqgħu sejrin hekk.", "Jiġifieri l-ammonti trid tinterpretahom skond kemm hemm nies fil-familja.", "Min qiegħed jirraġuna li s-surcharge trid titħallas fuq il-konsum u l-konsum ifisser kemm qiegħed taħli dawl u ilma, qiegħed jirraġuna ħażin.", "Inti trid tħares lejn il-piż li qiegħda ġġorr dik il- familja partikolari.", "L-istess ħaġa tgħodd għal dawk li għandhom il-part-time job bħala l-primary job tagħhom.", "Il-fatt li dawn in-nies qegħdin jaħdmu, anke jekk qegħdin idaħħlu Lm10 biss fil-ġimgħa, ifisser li m'humiex eleġibbli għall-eżenzjoni tas-surcharge.", "Allura x'inhuma l-kriterji li bihom ġie mwaqqaf dan il- humanitarian committee?", "Kif qiegħda nifhem jien, dan il-kumitat twaqqaf fid-dipartiment tas-sigurta' soċjali bħala paraventu u sabiex nuru li taparsi qegħdin nagħmlu xi ħaġa.", "Dan għaliex hemm ħafna każijiet umanitarji li l-gvern lanqas biss qiegħed jikkonsidrahom imma qiegħed jiġi jaqa' u jqum minnhom.", "Il-gvern qiegħed iġib l-iskuża tal-konsum u tal-ħela mingħajr ma jidħol fil-każ ta' dik il-familja partikolari u liema sitwazzjoni tkun għaddejja minnha.", "Għandna wkoll każijiet ta' ġenituri anzjani, uħud minnhom romol ukoll, li magħhom qegħdin jilqgħu lura xi tifla bil-familja tagħha.", "Jiena naf b'numru ta' ġenituri li laqgħu għandhom xi tifel jew tifla separati.", "Fil-fatt it-tfal tagħhom minflok marru ntefgħu fuq il-lista tas- social housing u allura jgħabbu lill-gvern sabiex isibilhom post alternattiv wara li ż-żwieġ tagħhom tkisser u d-dar matrimonjali tagħhom ma baqgħetx f'idejhom, sabu lill-ġenituri tagħhom li reġgħu laqgħuhom lura fid- dar tagħhom.", "Jiena naf b'anzjani li għandhom il-pensjoni tar-romol u spiċċaw iħallsu s-surcharge mhux biss għall-konsum tagħhom imma anke għall- konsum ta' dik il-familja tat-tifel jew tat-tifla tagħhom u għan-neputijiet ukoll.", "Li kieku dawn baqgħu ġo dar għal rashom ma kenux iħallsu s- surcharge għaliex jgħixu bl-għajnuna soċjali.", "Imma dik l-omm jew dak il- missier, li laqgħu lil xi ħadd minn uliedhom u n-neputijiet f'darhom, spiċċaw jiġu penalizzati minħabba li jridu jħallsu s-surcharge tagħhom u tal-familja li ġabru magħhom.", "Sur President, allura dawn m'humiex każijiet umanitarji?", "Hawnhekk jien m'iniex qiegħda nitkellem fuq persuni li għalkemm tgħaffġu, xorta waħda jinsabu għaddejjin.", "Hawnhekk jien qiegħda nitkellem fuq persuni vulnerabbli, tant li meta timbuttahom ftit, se jaqgħu lura u ma jergħux iqumu minnha.", "Allura dawn m'humiex każijiet umanitarji?", "Jiena nappella lill-gvern sabiex din il-kwestjoni jeħodha bis-serjeta'.", "Mela sabiex ma nkabbrux id-djun ta' dan il-pajjiż u sabiex noqgħodu niftaħru li d-deficit jinsab taħt kontroll, il-gvern qiegħed jgħaffeġ lil dawn in-nies!", "Ara mbagħad ma jimportax li bejn l-2004 u l-2005 dan il-gvern jonfoq Lm7 miljun f'konsulenti.", "Jekk wieħed jgħarbel daqxejn min kienu dawn il-konsulenti jsib li kienu ħbieb tal-ħbieb!", "Dan il-gvern għandu Lm7 miljun x'jonfoq fuq dawn il-ftit konsulenti imma mbagħad, fuq mistoqsija parlamentari li għamilt lill-Ministru Austin Gatt, qalli li għat-13,000 familja li ġiet eżentata s-sena li għaddiet, il-gvern kellu biss is-somma ta' Lm660,000!", "Mela l-ftit konsulenti li tgħoddhom fuq erba' pali ta' jdejn, il-gvern kellu Lm7 miljun u għal 13,000 familja kellu biss Lm660,000.", "Dan biex ma nsemmux il-bosta familji oħra li lanqas biss qegħdin jiġu kkonsidrati.", "Għalhekk l-appell tiegħi huwa sabiex dan il- gvern jieħu bis-serjeta' l-kwestjoni tas-surcharge u jara li dan il-piż kbir fuq dawn il-gruppi ta' nies vulnerabbli, li mhux biss qegħdin jitgħaffġu imma li saħansitra waqgħu lura bil-kbir, jittaffilhom xi ftit.", "Hija ħasra li għandna gvern li l-prijoritajiet tiegħu huma dawk li jkollna l-karta bilanċjali under control imma mbagħad iħalli n-nies ibatu fis- silenzju tad-djar tagħhom.", "Il-livell ta' l-għejxien ta' dawn it-tip ta' familji mess il-qiegħ u l-kwalita' tal-ħajja tagħhom marret lura bil-kbir.", "Sur President, jiena qiegħda nagħmel l-appell tiegħi għaliex naħseb li qatt m'huwa tard sabiex tirranġa l-affarijiet.", "Fil-ħajja dejjem kont pożittiva u minkejja l-iswedija li jkun hemm fil-ħajja, dejjem għedt u nibqa' ngħid li qatt m'huwa tard sabiex tibda tirranka.", "Għalhekk lill-gvern ngħidlu li qatt m'huwa tard sabiex jipprova jerġa' jdawwar ir-rota ħalli dawn il- familji jerġgħu jibdew jieħdu r-ruħ bil-mod il-mod għaliex il-piżijiet li tgħaffġu bihom matul dawn l-aħħar xhur minħabba s-surcharge, qegħdin ikiddu lilhom u lil uliedhom.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Evarist Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Sur President, meta l-bieraħ bdiet id-diskussjoni fuq l-estimi tal-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma, jiena kont qiegħed insegwi d-dibattitu minn fuq ir-radju għaliex kont qiegħed indur xi djar fl- inħawi tal-Gżira.", "U fost l-ilmenti li smajt min-nies tal-lokal kien hemm dawk dwar il-kwalita' ta' l-ilma.", "Naturalment naqbel li jekk wieħed jiltaqa' ma' familji u dawn isemmulek il-problema tal-kwalita' ta' l-ilma, ma jfissirx li din il-problema hija waħda nazzjonali u li qiegħda tolqot lill-pajjiż kollu, madankollu, sakemm jibqgħalna familji, f'inħawi differenti ta' Malta u Għawdex, li jilmentaw mill-kwalita' ta' l-ilma, naħseb li rridu nagħtu kashom ukoll.", "Min-naħa tiegħi ma nafx x'inhi r- raġuni li f'dawn l-inħawi għad għandhom minn dawn il-problemi.", "Fost l- inħawi li għandhom problema bil-kwalita' ta' l-ilma nsibu Triq Luqa Briffa fin-naħa t'isfel tal-Gżira u toroq oħra fil-qrib.", "Dawn ir-residenti qaluli li għamlu żmien twil jiġihom l-ilma bis-sadid u li kien ta' kwalita' ħażina ħafna.", "Issa jidher li l-kulur ta' l-ilma tjieb u m'għadux kannella, pero' xorta waħda għad għandhom problema bil-kwalita' tiegħu.", "Nerġa' ngħid li jien ma nafx x'inhi r-raġuni għal dan il-fatt u għalkemm staqsejt lil dawn il-familji x'kienet ir-raġuni, ma kontx qiegħed nistenna xi spjegazzjoni teknika min-naħa tagħhom.", "Naf ukoll li saru xi xogħlijiet sabiex titjibilhom il-kwalita' ta' l-ilma imma milli jidher, għad fadal aktar xi jsir sabiex din il-problema tiġi solvuta.", "S'intendi wieħed jiltaqa' ma' dawn il-problemi meta jħabbat wiċċu magħhom direttament.", "Dan għaliex hawn ħafna nies li jbatu minn dawn it-tip ta' problemi u jekk ma jitkellmux dwarhom, jekk ma jiktbux dwarhom u jekk ma jċemplux dwarhom, ħadd ma jkun jaf bil-problemi tagħhom.", "Għalhekk minn hawnhekk nixtieq nitlob lill-korporazzjoni sabiex fejn għad baqa' familji u residenti oħra li qegħdin jilmentaw mill-kwalita' ta' l-ilma, naraw x'nistgħu nagħmlu ħalli ngħinuhom.", "Fuq l-aspett tal-produzzjoni ta' l-ilma nixtieq nagħmel punt li min jaf kemm-il darba sar mhux biss f'dan il-parlament imma f'ħafna postijiet oħra.", "Madankollu, sena wara sena, nibqgħu ma neħdux il-passi meħtieġa sabiex nagħmlu xi ħaġa dwaru.", "Aħna nafu li l-problema ta' l-ilma f'pajjiżna ilha teżisti għal snin twal u tissemma anke fl-aktar deskrizzjonijiet bikrija tal-ħajja f'dawn il-gżejjer, li jmorru lura sekli sħaħ.", "Din il-problema hija xi ħaġa li pajjiżna dejjem affaċċja, li qegħdin niffaċċjaw u li se nkomplu niffaċċjaw.", "Barra minn hekk, jekk dak it-tbassir li sar fuq il- global warming iseħħ, dawk ta' warajna se jkollhom problema akbar minn tagħna għaliex pajjiżna se jsir aktar niexef milli diġa' hu.", "Dan juri li jibqa' jagħmel sens li rridu nagħmlu l-isforzi kollha sabiex il-ftit xita li tagħmel fuq dawn il-gżejjer niġbruha ħafna aħjar milli qegħdin niġbruha bħalissa.", "Sur President, naf li hawnhekk m'jiena qed ngħid xejn ġdid, pero' sfortunatament, l-importanti m'huwiex jekk tgħidx affarijiet ġodda jew le, imma jekk dak li tkun qiegħed tgħid jagħmilx sens.", "F'dan ir-rigward m'iniex qiegħed nitfa' ir-responsabilita' fuq il-korporazzjoni għas- servizzi ta' l-ilma imma qiegħed nitkellem bħala gvern ċentrali.", "Żgur li bħala gvern għandna r-responsabilita' li nieħdu ħsieb ħafna u ħafna aħjar l- ilqugħ ta' l-ilma ħalli dik il-ftit xita li tagħmel fuq dawn il-gżejjer ma tispiċċax fil-baħar kif kien qiegħed jiġri qabel, kif qiegħed jiġri bħalissa u kif milli jidher se jkompli jiġri jekk ma neħdux ħsieb.", "Irridu naraw x'se nagħmlu għaliex dan it-telf ta' l-ilma se jkompli jżidilna l- problemi f'dak li għandu x'jaqsam mal-produzzjoni ta' l-ilma.", "Sfortunatament nafu li la m'għandniex biżżejjed ilma tax-xita u lanqas għandna biżżejjed ilma xi ntellgħu minn ġol blat u allura jkollna nħallsu l- miljuni tal-liri sabiex nipproduċu l-ilma mill-impjanti tar-reverse osmosis.", "Meta qegħdin ngħidu li rridu nieħdu ħsieb aktar tal-ftit ilma li jaqa' fil-gżejjer tagħna, qegħdin ngħidu wkoll li rridu nieħdu ħsieb il- ftit ilma li għad fadal taħt il-blat.", "Hawnhekk irrid nagħmel l-appell tiegħi sabiex dik it-triq ġdida li qiegħda tiġi ppjanata u li kienet diġa' qajjmet kontroversja sħiħa darb'oħra, terġa' tiġi mwarrba u ma ssirx.", "Snin ilu kien hemm il-ħsieb li ssir mina li taqsam mill-Pwales u mbagħad, wara li ħadna pożizzjoni anke bħala partit Laburista, li din kienet se tagħmel ħsara lill-ilma tal-pjan u lill-ilma ta' taħt il-blat ta' dawk l-inħawi, reġgħet tfaċċat theddida ġdida għal dik l-area.", "Fil-fatt sabiex innaqqsu l-konġestjoni tat-traffiku mit-telgħa tax-Xemxija kien hemm il-ħsieb li ssir by-pass min-naħa tal-Manikata.", "Ta' l-anqas hemmhekk ġiet mobilizzata u l-idea twarrbet inparti mir-residenti tal-post u anke mill-opinjoni pubblika u ta' ċerti għaqdiet non-governattivi ambjentali.", "Twarrbet biss għal dik l-area għaliex jidher li l-ħsieb tal- gvern huwa dak li jċaqlaq il-problema għal naħa oħra, dejjem fl-istess inħawi, din id-darba fl-inħawi tal-Limbordin.", "F'dawk l-inħawi hemm il-pjan li tgħaddi triq ġdida mir-raba' saqwi li tiġi taħt l-għolja magħrufa bħala x-Xagħra ta' l-Għansar.", "Din it-triq se tinqata' b'mina ta' 500 metru u mbagħad tgħaqqad ma' bridge li jrid jinbena apposta ħalli tgħaqqad ix- Xagħra ta' l-Għansar mat-telgħa ta' Selmun.", "Sur President, jiena naħseb li din m'hijiex idea tajba għaliex jekk tinqata' mina taħt ix-Xagħra ta' l-Għansar se titħarbat ukoll in-nixxiegħa ta' l-ilma tal-bdiewa ta' dawk l-inħawi u li l-għejxien tagħhom jiddependi minn dawk l-għelieqi.", "Jien ma nistax nifhem kif f'nofs Dicembru li għadda, min-naħa tal-ministeru ta' l-ambjent toħroġ dikjarazzjoni fil-gazzetta tal- gvern sabiex tiskeda dawk l-inħawi - mhux biss is-Simar fejn hemm ir- riserva ta' l-għasafar imma anke x-Xagħra ta' l-Għansar - minħabba l- importanza ekoloġika tagħha u issa ministeru ieħor qiegħed jippjana li minn taħt ix-Xagħra ta' l-Għansar jgħaddi mina ta' nofs kilometru.", "Minn din il- Kamra jiena staqsejt kemm il-darba u għamilt ħafna pressjoni sabiex ma nħarbtux l-ilma ta' dawk l-inħawi.", "Barra minn hekk lanqas huwa sew li neqirdu aktar raba' saqwi.", "Pero' kull darba qiegħed niġi mwieġeb li l- ewwel iridu jsiru l-istudji ta' impatti ambjentali qabel ma jiġi deċiż jekk din it-triq, flimkien mal-mina u l-bridge għandhomx isiru jew le.", "Jiena nistaqsi jekk għandniex għalfejn inkomplu nonfqu l-flus fuq studji ta' impatti ambjentali meta huwa ovvju li hemmhekk l-ambjent se jintlaqat ħażin.", "Dan bħalma kien ovvju li l-ambjent se jintlaqat ħażin bil-bini ta' korsa tal-golf fix-Xagħra l-Ħamra.", "L-istudji ambjentali kif ukoll ekonomiċi għar-riabilita' ta' dik il-korsa tal-golf juru li sabiex din tkun vijabbli, hemm bżonn li tkun korsa tal-golf residenzjali qawwija ħafna u allura tħarbat kompletament dawk l-inħawi.", "Għalhekk jidher li l-gvern abbanduna dik l-idea minkejja li għadu ma ddikjarax dan uffiċjalment.", "Sur President, kif salvajna x-Xagħra l-Ħamra u l-Manikata, jiena nissuġġerixxi li nsalvaw ukoll ix-Xagħra ta' l-Għansar ħalli dawk l-inħawi ma jintlaqtux negattivament.", "Ma rridux inkomplu neqirdu l-ftit kampanja li għandna u n-nixxiegħat ta' l-ilma minn fejn il-bdiewa jsaqqu l-prodotti tagħhom.", "Issa mill-inħawi rurali, mill-inħawi tal-kampanja u mill-inħawi tal-bdiewa, nixtieq ngħaddi għall-inħawi ta' fejn noqgħod jien, li żgur m'humiex sbieħ daqs dawk l-inħawi li semmejt aktar qabel.", "Se ngħaddi għall- inħwawi ta' Tas-Sliema, tal-Gżira, ta' San Ġiljan u tas-Swieqi.", "Il- mistoqsija li nixtieq nagħmel hawnhekk m'hijiex mistoqsija li qiegħed nagħmel jien biss u għandha x'taqsam mal-bini kollu li tiela' f'dawn l- inħawi.", "Qiegħed nirriferi għall-bini ta' Manoel Island, ta' Tigne', ta' Fort Cambridge, ta' Pender Place u għal postijiet bħas-Swieqi fejn twaqqa' ħafna bini semi-detached u vilel oħra sabiex minflokhom jinbnew blokki ta' appartamenti.", "Ċertament li dawn jeħtieġu ħafna servizzi ta' l-ilma u tad- drenaġġ.", "Is-sistema li għandna bħalissa sabiex twassal l-ilma f'dawn l-inħawi kif ukoll is-sistema tad-drenaġġ tiflaħ għal dan il-bini kollu ġdid li tiela?", "Jiena nixtieq li fl-indikazzjonijiet li jkun qiegħed jagħti l-ministru fl- aħħar tad-diskussjoni iwieġeb din il-mistoqsija li qiegħda titqanqal minn ħafna nies li jsegwu dak li jkun għaddej f'pajjiżna.", "Fost affarijiet oħra dawn in-nies jinsabu nkwetati li s-servizzi ta' l-ilma u tad-drenaġġ m'humiex se jlaħħqu mal-bżonnijiet tal-bini l-ġdid u ta' l-eluf ġodda ta' nies li se jibdew jokkupaw dawn il-ħafna postijiet fl-inħawi li semmejt u f'inħawi oħra ta' Malta u Għawdex.", "Punt ieħor li xtaqt nitkellem dwaru huwa l-effett ekonomiku li qiegħda tħalli s-surcharge fuq is-settur turistiku.", "Ilkoll kemm aħna nafu li hekk malli daħlet is-surcharge, l-operaturi turistiċi Maltin u Għawdxin ħadu daqqa qawwija l-isfel.", "Ħassew din id-daqqa l-isfel mhux biss il-lukandiera u r-restorantiera, li dawn ta' l-aħħar intlaqtu aktar ħażin minħabba li ma kellhomx l-arranġamenti tal-capping bħalma għandhom il-lukandiera, imma anke operaturi oħra li b'xi mod jew ieħor jipprovdu xi servizz lit-turisti.", "Din iż-żieda qawwija fl-ispejjeż ta' l-enerġija laqtet ħafna lill- vijabilita' ekonomika u finanzjarja ta' impriżi turistiċi sħaħ.", "F'idejja għandi r-rapport tad-Deloitte & Touche fejn għas-sena 2005 – ħalli niġbdu sena sħiħa – juruna d-daqqa kbira li ħadu l-lukandiera.", "Sfortunatament f'pajjiżna nistudjaw biss x'jiġri lil-lukandiera.", "Naturalment din hija xi ħaġa tajba u dawn is-surveys hemm bżonn li jibqgħu jsiru matul is-sena kollha, pero' kif nafu hemm setturi turistiċi oħra li huma importanti ħafna u li m'aħniex nistudjaw l-impatti tagħhom għaliex m'humiex isiru surveys regolari fuqhom kif isiru fil-lukandi.", "Ejjew nanalizzaw daqxejn il-kategoriji differenti ta' lukandi u naraw x'fissret għalihom l-ispiża ta' l-enerġija biż-żieda tas-surcharge.", "Bħala baseline se nieħu s-sena 2003.", "Hawnhekk naraw li s-surcharge għal lukanda five star fissret żieda ta' 11% f'costs għal kull kamra.", "Dan kien l-aktar cost qawwi li kellhom jiffaċċjaw il-lukandiera sabiex imexxu l-impriżi tagħhom.", "Issa kif nafu l-lukandi five star għandhom l-għajnuna tal-capping imma xorta waħda kellhom żieda qawwija ta' 11%.", "Fil-każ tal-lukandi four star kellhom daqqa aktar qawwija għaliex kienet ta' 20%.", "L-akbar daqqa mbagħad ħaduha l-lukandi three star li ma jgawdux mis-sistema tal-capping bl-istess mod li jgawdu minnha l-lukandi five star u ftit inqas minnhom il-lukandi four star.", "Fil-fatt il-lukandi three star raw żieda fl-ispejjeż ta' l-enerġija għal kull kamra ta' 53%!", "Nistgħu nimmaġinaw dan x'effett ħalla fuq it-tmexxija tal-lukandi tagħna u għalhekk żgur li din hija waħda mir-raġunijiet għalfejn il-vijabilita' finanzjarja u ekonomika tal-lukandi three star ġiet mhedda serjament fl-aħħar tliet snin.", "Filwaqt li l-lukandi three star li għadhom joperaw illum qegħdin igawdu minn sistema aktar ekwa f'dak li għandu x'jaqsam mal-capping, xorta waħda laħqu ħadu d-daqqa fis-snin li għaddew, speċjalment meta tqis il- kompetittivita' ma' destinazzjonijiet oħra fil-Mediterran u meta tqis x'rati kienu qegħdin iġibu u għadhom iġibu mingħand l-operaturi ta' l- ivvjaġġar.", "Kif nafu l-operaturi ta' l-ivvjaġġar jaraw kif jagħfsu lil-lukandi sabiex iżommu l-istess rati.", "Anzi kemm jista' ikun dawn jipprovaw jagħfsu aktar u jekk tal-lukandi jżidu r-rata, iżiduha bi ftit ċenteżmi, li żgur m'hijiex biżżejjed sabiex tagħmel tajjeb għal din iż-żieda qawwija fl-ispejjeż tagħhom.", "Din hija waħda mill-morsi li kienet maqbuda u li għadha maqbuda fiha l-industrija turistika tagħna.", "Mela min-naħa għandek l-ispejjeż jogħlew u min-naħa l-oħra għandek id-dħul li jew baqa' l-istess jew inkella, jekk żdied, żgur li ma żdiedx biżżejjed sabiex jagħmel tajjeb għall-ispejjeż li nħolqulhom.", "Fejn imbagħad id-dħul naqas, għandek l-aktar setturi li qegħdin ibatu u li waqgħu lura.", "Sur President, nafu li hemm diversi lukandi li għalqu l-bibien tagħhom minħabba din il-problema u hemm oħrajn li qegħdin jaħsbu li jagħlqu l-bibien tagħhom minħabba l-istess raġuni.", "Sa l-aħħar ta' din is-sena huwa stmat li se nitilfu ma' l-1,400 sodda oħra n-naħa ta' Buġibba meta mistennija jagħlqu żewġ lukandi kbar sabiex jinbidlu fi djar għall-anzjani.", "Nerġa' ngħid li hemm setturi sħaħ ta' l-ekonomija turistika tagħna li ħadu daqqa kbira l-isfel minħabba s- surcharge u r-riżultati diġa' qegħdin jidhru.", "Fost dawk li ntlaqtu ħażin, kif diġa' għedt, hemm ir-ristoranti li ma jgawdu mill-ebda forma ta' għajnuna.", "Meta mbagħad staqsejt lill-ministru dwar jekk jaħsibx li dan is- settur għandux ikollu xi forma ta' capping, huwa weġibni li ma jaħsibx hekk.", "Tidher li l-idea ġenerali tal-gvern dwar is-settur tar-ristoranti hija dik li ħafna minnhom huma ħallelin għaliex ma jiddikjarawx il-VAT u d- dħul veru tagħhom u għalhekk fir-rigward tar-ristoranti, il-gvern la jrid iċedi fuq il-kwestjoni tas-surcharge u lanqas fuq il-kwestjoni tal-VAT.", "Hemm pajjiżi oħra li daħlu magħna fl-Unjoni Ewropea, fosthom is-Slovakkja, ir-Repubblika Ċeka u l-Ungerija, li rnexxielhom jinnegozjaw rati ta' 7% u anke anqas ma' l-Unjoni Ewropea ħalli b'hekk ma jkollhomx rati qawwija ta' VAT, l-aktar għal dak li għandu x'jaqsam mar-ristoranti.", "Il-gvern Nazzjonalista m'għamilx hekk, la fin-negozjati u lanqas wara n-negozjati ma' l-Unjoni Ewropea.", "U dik hija waħda mir-raġunijiet għalfejn il- prezzijiet fir-ristoranti tagħna huma għoljin.", "Jien assolutament ma neskludix il-fatt li hemm l-abbużi minn xi restorantiera.", "Hemm min jiċċarġja għoli ħafna meta m'għandux jiċċarġja daqshekk pero' nerġa' ngħid li l-mod ta' kif żdiedu l-ispejjeż u l-mod ta' kif inhuma r-running costs fir-ristoranti tagħna jispjega għalfejn għandna din il-problema.", "Jiena naħseb li wieħed mill-modi ta' kif nistgħu ngħinu lis-settur turistiku tagħna sabiex jiffaċċja dawn il-problemi huwa proprju billi nnaqqsulhom ir-running costs tagħhom.", "Issa biex innaqqsulhom ir-running costs tagħhom hemm ukoll dawn il-government induced costs, fosthom it-taxxa tal-VAT u s-surcharge fuq id-dawl u l-ilma.", "Nerġa' ngħid li filwaqt li kienet xi ħaġa tajba li nħadmet sistema biex tgħin lil-lukandi jiffaċċjaw iż-żieda qawwija ta' l-ispejjeż amministrattivi tagħhom, hemm impriżi turistiċi oħra li wkoll intlaqtu ħażin b'din il-miżura.", "Madankollu dawn m'humiex jingħataw xi forma ta' għajnuna u qiegħed ikollhom problemi serji.", "Jekk wieħed janalizza kemm l-istatistika li toħroġ minn studji settorjali tas-settur turistiku, kif ukoll dik tal-gvern stess fuq il-gross operating profit tas-settur turistiku kollu jsib li hemmhekk kien hemm waqa' qawwija filwaqt li l-ispejjeż żdiedu ħafna.", "Ċertament wieħed ma jistenniex li f'sistema fejn irridu nimportaw iż-żejt minn barra sabiex inħaddmu l-impjanti li jipproduċu l-ilma tagħna ma jiġix rifless b'xi mod jew ieħor iċ-ċaqliq li jkun qiegħed iseħħ fis-swieq internazzjonali.", "Nittamaw li fix-xhur li ġejjin ma ssirx xi ġennata dwar l- Iran għaliex inkella jkun diffiċli ferm sabiex nimmaġinaw kemm il-prezz taż- żejt se jkun.", "Filwaqt li rridu naħsbu għar-realtajiet internazzjonali fiċ- ċaqliq tal-prezzijiet taż-żejt u anke għall-effett tagħhom, kemm fuq il- produzzjoni tad-dawl kif ukoll fuq il-produzzjoni ta' l-ilma, irridu naraw ukoll li nieħdu passi serji sabiex nieħdu ħsieb ħafna aħjar tal-ftit ilma naturali li għandna.", "B'hekk inkunu nistgħu nnaqqsu mid-dipendenza tagħna fuq il-produzzjoni ta' l-ilma.", "Tajjeb ukoll li fit-tmexxija tal- korporazzjoni tad-dawl u l-ilma nieħdu l-passi meħtieġa sabiex kemm jista' ikun ma nżidux il-problemi ta' vijabilita' u ta' spejjeż għal dawk li jgħixu f'pajjiżna u għal dawk li jridu joperaw f'pajjiżna.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Robert Arrigo.", "ONOR.", "ROBERT ARRIGO: Sur President, hija xi ħaġa sabiħa li llum l- oppożizzjoni qiegħda titkellem fuq din il-korporazzjoni għaliex irrid infakkar li fiż-żmien il-partit Laburista fil-gvern konna nitkellmu l-aktar fuq in-nuqqas ta' ilma li kien ikollna fi djarna.", "Qabel kien ikollna xi tankijiet ta' l-ilma fuq il-bejt u ntellgħu l-ilma b'xi pompa.", "Fid- distretti tiegħi l-ilma kien jiġi biss matul il-lejl jew f'ċerti ħinijiet oħra.", "Mill-banda l-oħra, illum il-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma kważi tistaqsi hi lill-kunsilli lokali meta tista' tagħmel xi xogħlijiet fuq il-mains tagħha, u dan tagħmlu sabiex tassigura li d-djar tagħna dejjem ikollhom l-ilma fil-vit tagħhom.", "Malli tkun se ssir xi triq ġdida jew inkella tkun se tingħata wiċċ ġdid, il-water services corporation tkun involuta mill-bidu sabiex tara kif jistgħu jinbiddlu l-mains u l-house connections fejn ikun hemm bżonn ħalli b'hekk issir biċċa xogħol waħda kif suppost.", "L-annual report tal-water services corporation huwa magħmul fuq CD u forsi tkun xi ħaġa tajba li dan is-CD ma jkunx biss għall-użu ntern imma jkun aċċessibbli għal min huwa interessat f'din l-informazzjoni.", "Qiegħed ngħid hekk għaliex fuq dan is-CD hemm ħafna informazzjoni siewja.", "Sur President, forsi l-uniku lment li nista' nagħmel fuq ix-xogħlijiet li jsiru bejn il-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma u l-kunsilli lokali hu dwar meta jkunu qegħdin iwaħħlu t-tappieri f'xi triq ġdida.", "In-nies tal- korporazzjoni għandhom jagħmlu mill-ewwel il-lastiku mad-dawra tat- tappiera.", "Dan qiegħed ngħidu għaliex meta ma jagħmlux dan il-lastiku, dawn it-tappieri meta jintrifsu minn xi karozza jagħmlu ħafna storbju u r- residenti li joqogħdu f'dik it-triq jibdew jilmentaw għaliex ma jkunux jistgħu jorqdu.", "Min-naħa l-oħra rrid ngħid ukoll li kull darba li tlabthom sabiex jagħmlu dan il-lastiku madwar it-tappieri, fil-fatt jagħmluh u ta' dan nixtieq nirringrazzjahom.", "Sur President, irrid infaħħar ukoll lill-control room tal-water services.", "Dan għaliex malli wieħed iċempel minħabba li jkun hemm xi leakages ta' ilma, dawn fil-fatt jaġixxu mill-ewwel.", "Fuq l-annual report qrajt li kien hemm madwar 3,500 request ġdida għall-water services minn djar jew appartamenti.", "Dawn ifissru 3,500 account ġdid.", "L-iżjed ħaġa mpressjonanti kienet dik li kważi 3,300 minn dawn ir-requests saru f'sena waħda.", "Dan juri l-effiċjenza tal-korporazzjoni sabiex tagħti dawn is-servizzi li minn spjegazzjonijiet li ngħatajt jinvolvu ħafna nies.", "Allura hawnhekk li ta' spiss nikkritikaw ħafna affarijiet, għandna wkoll insemmu din l-effiċjenza u nirringrazzjaw lil dawn in-nies għas-servizzi li jagħtuna.", "Fis-snin riċenti dawn is-servizzi kienu jingħataw f'20 ġurnata mentri llum qegħdin jingħataw f'għaxart ijiem.", "Id-differenza bejn qabel u llum hija li llum ma tridx tmur tkellem lil xi ħadd speċjali jew lil xi ras kbira imma s-servizz illum jingħata minnufih.", "Fl-annual report rajt li kien hemm madwar 2,500 request għal tibdil ta' servizzi.", "Dan juri li kien hemm madwar 500 request inqas mill-2005.", "Kien hemm ukoll 1,000 request għal tneħħija ta' meters.", "Dawn forsi jidhru li huma ċifri żgħar imma x-xogħol tal-water services corporation huma ħafna u forsi mhux dejjem napprezzaw ix-xogħol li jkun qiegħed isir.", "Illum smajna wkoll ċerti diskorsi fuq il-kwalita' ta' l- ilma.", "Issa jien ninsab informat li kważi Malta kollha llum għandha ilma aċċettabbli u li jilħaq l-istandards Ewropej.", "Sur President, min-naħa tiegħi staqsejt ftit fuq kemm kien hemm water cuts matul is-sena li għaddiet fiż-żewġ distretti tiegħi, li huma d-disa' u l- għaxar distretti.", "Hemmhekk kien hemm madwar 17-il notifiable water cuts li kienu avżati fuq ir-radju jew fuq il-gazzetti.", "Hawnhekk nistgħu naraw li qegħdin nobdu l-ġranet tan-notifiable water cuts u qegħdin naraw id- differenza bejn illum u dak li kien jiġri fl-imgħoddi.", "Qabel kien ikollna 17-il ġurnata li fihom kien ikollna l-ilma f'dawn id-distretti u llum kellna biss 17-il darba water cuts f'żewġ distretti daqshekk kbar.", "Informat ukoll li Malta ġiet identifikata bħala awtorita' b'leakage control.", "Dan huwa pass żgħir imma juri l-effiċjenza tal-water services corporation.", "Fil-fatt nies minn barra ġejjin sabiex jaraw dawn il-leakage control systems.", "Rajt ukoll li kien hemm mal-170,000 ruħ li għamlu kuntatt b'xi mod jew ieħor mal-korporazzjoni.", "Dan is-servizz huwa miftuħ 24 siegħa kuljum u allura nistgħu ngħidu li kien hemm kważi 500 kuntatt kuljum, li huwa numru kbir ħafna.", "Ħafna minn dawn il-kuntatti talbu spjegazzjoni fuq il-kontijiet tagħhom.", "Fil-fatt dawn kienu jlaħħqu mat-43,000 li lmentaw minħabba li l-estimates of bills kienu għoljin aktar milli suppost.", "Kif nafu matul is-sena joħorġu żewġ actual billings u erba' estimates of bills.", "Madankollu jiena ġejt assigurat li dawn il-kontijiet jinħadmu fuq l- average tal-history tal-konsum ta' dik id-dar u allura mhux suppost li huma għoljin aktar min-normal.", "Sur President, wieħed jista' jinnota li qegħdin jintbagħtu wkoll emails, ittri u anke telefonati mill-klijenti sabiex jirringrazzjaw lil water services corporation.", "Naħseb li din hija xi ħaġa vera għaliex anke mill- esperjenza diretta li kelli personalment, ma nistax ma nirringrazzjax lil dawn in-nies għas-servizzi li jagħtu.", "Mill-informazzjoni li ksibt stajt nara li l-klijenti ġew moqdija b'ammont kbir ta' xogħol u għalhekk wieħed għandu għalfejn jirringrazzja lil din il-korporazzjoni.", "Ħafna drabi nieħdu l-istampa li ladarba din il-korporazzjoni taqa' taħt il-gvern, allura n- nies tagħha ma jaħdmux biżżejjed.", "Din l-impressjoni bija żbaljata għal kollox u nappella lin-nies sabiex niftaħru b'rixna għaliex veru għandna għalfejn niftaħru.", "Ċifra oħra turina li minn dawn il-170,000 kuntatt li saru mal-korporazzjoni, kien hemm kważi 100,000 minnhom li saru mill- freephone.", "Kien hemm ukoll ma' l-4,500 kuntatt min-naħa tal-kunsilli lokali.", "Għalhekk dan il-ftehim li hemm bejn il-water services corporation u l-kunsilli lokali qiegħed jaħdem.", "Il-customer care ta' din il- korporazzjoni tħaddem għaxra min-nies li jridu jirrispondu għall- mistoqsijiet li jsirulhom u jiċċaraw xi dubji li jista' ikollhom il- klijenti.", "Sur president, qabel nagħlaq id-diskors tiegħi xtaqt ngħid xi ħaġa fuq is- surcharge.", "Ma nistax nifhem kif xi kelliema ta' l-oppożizzjoni qegħdin jgħidu li s-surcharge għandha tkun 17%.", "Forsi xi ħadd minnhom ikun jista' jispjega dan il-punt aħjar.", "Irrid ngħid ukoll li f'din id-diskussjoni lanqas smajt il-kelma \"hedging\".", "Naħseb li dik il-kelma ma tantx se tilagħab favur l-oppożizzjoni għaliex jekk wieħed jagħmel il-hedging illum, ikun qiegħed jitlef il-flus u mhux jiggwadanja.", "Imma l-ministru forsi jkun jista' jkellimna aħjar fuq dan is-suġġett.", "Sur President, in-nies li jħallsu t-taxxa, illum qegħdin iħallsu Lm4 miljuni anqas għall-korporazzjoni tas-servizzi ta' l-ilma.", "Mela l-gvern qiegħed iħallas anqas lil din il-korporazzjoni filwaqt li qiegħda turi aktar effiċjenza.", "Naħseb li dawn l-affarijiet għandna narawhom ukoll.", "Fuq l-overflows tad-drainage nistgħu naraw li se jinxtara xi apparat ġdid sabiex iservi għall-affarijiet li jintefgħu fid-drenaġġ.", "Dawn huma l-fatti u meta staqsejt fuq xi xogħlijiet fis-sistema tad-drenaġġ, speċjalment fl- inħawi ta' San Ġwann, ġejt informat li dawn ix-xogħlijiet saru.", "Allura ma nistax ma nirringrazzjax lill-ministru ta' dan ix-xogħol.", "Nistgħu naraw ukoll li mis-sena 2008 mhux se jkun hemm aktar raw drainage li jintefa' fil-baħar, speċjalment f'dawk il-postijiet l-aktar iffrekwentati mill-għawwiema.", "Fil-fatt diġa' bdew ix-xogħlijiet fuq tliet postijiet għall-water treatment li jinsabu waħda f'Għawdex u tnejn l-oħra f'Malta.", "Nofs il-flus għal dawn il-proġetti ġejjin mill-Unjoni Ewropea u għalhekk nistgħu ngħidu li għal darb'oħra, l-Unjoni Ewropea qiegħda tħalli l-frott tagħha.", "Ċifra oħra turina li hemm mat-800 dar li l-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma tbattlilhom id-drenaġġ tagħhom.", "Barra minn hekk teżisti website ġdida għall-ħlas on line tal-kontijiet.", "Dalwaqt se jkun hemm ukoll child care centre f'din il-korporazzjoni u hemm madwar Lm34,000 imħallsa mill-welfare fund għal 84 membru ta' l-istaff.", "Dawn l-affarijiet laqtuni.", "Forsi hawnhekk ma tantx insemmuhom, pero' l-aspett uman huwa xi ħaġa importanti għall-korporazzjoni tas-servizzi ta' l-ilma.", "Sur President, fl-aħħarnett nixtieq ngħid xi ħaġa fuq is-saħħa u s-sigurta' fuq il-post tax-xogħol.", "F'din il-korporazzjoni kien hemm 25 każ ta' korriment li damu mat-tliet ijiem jew aktar barra mix-xogħol.", "Fil-fatt kien hemm 690 ġurnata ta' xogħol mitlufa minħabba korrimenti.", "Imma tajjeb ngħidu li fost dawn il-każijiet kien hemm tlieta li bejniethom ħadu 500 ġurnata.", "Hemm xi nies oħra li għadhom għaddejjin bl-injury leave.", "F'Ottubru sar kors fuq il-health and safety work lil madwar 1,500 ħaddiem.", "Kif nafu m'hijiex xi ħaġa faċli li tikkontrolla 1,500 impjegat imma meta tara biss 25 każ ta' korriment, tibda tinduna li s-saħħa u s-sigurta' fuq il-post tax-xogħol verament qiegħda taħdem.", "Kif nafu llum l-ilma jiswa' l-flus f'pajjiżna.", "M'aħniex iffortunati bħal pajjiżi oħra li jistgħu jġibu l-ilma minn sorsi oħra u għalhekk bilfors ikollna nagħmlu użu mir-reverse osmosis.", "L-aħħar ċifri li ħarġu jurina li aħna nużaw mal-100 miljun unit ta' l-elettriku sabiex nipproduċu mas-17-il miljun cubic meters ta' ilma.", "Dawn l-affarijiet dehrli li għandi nsemmihom għaliex huma importanti, pero' fl-aħħar mill-aħħar, naħseb li b'inqas flus, b'aktar effiċjenza u b'dawn iċ-ċifri li rajna, ma nistgħux ma nirringrazzjawx lill-ħaddiema kollha tal-Water Services Corporation għax- xogħol utili tagħhom.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Silvio Parnis.", "ONOR.", "SILVIO PARNIS: Sur President, illum qegħdin niddiskutu l- korporazzjoni tas-servizzi ta' l-ilma.", "Tan-naħa l-oħra tismagħhom jikkritikaw dak li forsi għamel il-partit Laburista fil-gvern, pero' jien m'iniex sejjer nikkritika dak li qiegħed isir illum, għax se nħalli dik il- biċċa tax-xogħol f'idejn il-poplu Malti.", "Se nħalli f'idejn il-poplu sabiex hekk kif jirċievi l-kontijiet tad-dawl u l-ilma jgħidilna jekk ħax pjaċir bihom u jgħidilna jekk il-kontijiet tal-lum humiex irħas milli kienu fl- 1996.", "Jien se nitkellem fuq il-kontijiet tad-dawl u l-ilma li jirċievu l- familjari tiegħi u li nirċievi jiena stess.", "U nista' ngħid li l-kontijiet tal-lum huma ferm aktar għaljin milli konna nirċievuhom fl-1996 sa l-1998.", "Jiena ngħid li l-arma tal-vot hija l-aqwa arma li poplu għandu sabiex jiġġudika lil min qiegħed imexxih.", "Fl-1996 il-partit Laburista ħa r-rebħa tiegħu u mbagħad, fl- 1998 tilef l-elezzjoni.", "Fi ftit xhur oħra l-poplu se jerġa' ikollu elezzjoni oħra li fiha jrid jagħti l-vot tiegħu li juri jekk dan il-gvern huwiex sejjer tajjeb jew ħażin.", "Ilkoll kemm aħna hawn ġew niltaqgħu man-nies, u aktar ma jgħaddi ż-żmien, aktar qegħdin nindunaw bl- importanza li nifhmu lin-nies.", "Il-ħajja tagħna titlob li niltaqgħu man-nies u li mmorru nħabbtu l-bibien tagħhom sabiex nisimgħu l-ilmenti tagħhom.", "U minn dak li jgħidulna n-nies, nistgħu nindunaw bil-weġgħat li qegħdin iħossu.", "Naħseb li nkunu korretti jekk ngħidu li wasal il-mument sabiex nibdew naħsbu aktar f'dawk in-nies li qegħdin iħossuhom imwarrba, li qegħdin iħossu l-piżijiet ta' l-għoli tal-ħajja u li qegħdin iħossu l-għoli fil- kontijiet tad-dawl u l-ilma.", "Dawn huma kollha piżijiet li qegħdin jifnu lill-famijli tagħna.", "Ftit qabel tkellem il-ħabib tiegħi l-Onor.", "Evarist Bartolo, li fl-opinjoni tiegħi kien korrett f'dak li qal fuq il-qasam tat- turiżmu.", "Min-naħa tiegħi se nitkellem fuq il-qasam ta' l-anzjani għaliex huwa l-qasam li minnu jiena responsabbli.", "L-anzjani tagħna qegħdin iħossu l-piż ta' l-għoli fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma, l-aktar bis-surcharge li qiegħed ikun hemm fil-kontijiet tagħhom.", "Sur President, hemm bosta persuni li jiġu jilmentaw magħna minħabba li jkunu qatgħulhom id-dawl u l-ilma.", "Issa jkolli nistqarr li mhux l-ewwel darba li l-korporazzjoni tas-servizzi ta' l-ilma laqgħuna b'id ta' l- irġulija u fehmuna pero' kellna każijiet fejn in-nies spiċċaw bla dawl u ilma minħabba li kellhom problemi sabiex iħallsu l-kontijiet tagħhom.", "Naturalment m'iniex qiegħed ngħid li m'għandniex inħallsu l-kontijiet b'mod kapriċċjuż għaliex dan mhux sew.", "F'dan ir-rigward naħseb li wasal il- mument li nibdew nibnu d-dixxiplina għaliex meta jiġini l-kont tad-dawl u l- ilma, jiena nħallsu bħal ħaddieħor.", "Min-naħa l-oħra rridu nibdew naħsbu għal dawk il-familji li verament ma jifilħux iħallsu l-kontijiet tagħhom.", "Jiena kelli każ ta' familja li m'iniex se noqgħod insemmiha b'isimha għaliex la m'huwiex prudenti pero' dan il-każ kien ta' omm li kienet tibgħat lil bintha għall-prostituzzjoni sabiex iddabbar lira.", "Din il-familja kellha problemi soċjali.", "Issa din it- tfalja, li llum għandha t-tfal tagħha, qaltli li ommha ma kenitx tħallas il- kontijiet tad-dawl u l-ilma u spiċċat mingħajr dawn is-servizzi tant utli fil-ħajja tagħna ta' kuljum.", "Meta kont qiegħed indur dawn id-djar kien fis- sajf li għadda u din il-familja spiċċat tqatta' is-sajf mingħajr dawl u ilma.", "Ovvjament la kellha fridge u lanqas fan.", "Li kieku m'għenuhiex l- għaqdiet li jgħinu lin-nies fil-bżonn, illum għadha mingħajr is-servizz tad- dawl u l-ilma.", "Jiena ngħid li meta nkunu aħna fil-gvern, irridu nibdew naraw kull każ għalih.", "Sur President, kemm hawn familji li huma bil-benefiċċji soċjali?", "Min illum jinsab għaddej bil-benefiċċji soċjali jew bir-relief għandu biss Lm130 fix- xahar.", "Anke dawk li għażlu li jibqgħu d-dar sabiex iduru bil-ġenituri tagħhom għandhom dan l-ammont fix-xahar.", "Imbagħad jiġuhom il-kontijiet għoljin tad-dawl u l-ilma u ma jkunux jifilħu għall-piżijiet tagħhom.", "Bħala partit Laburista rridu naħdmu sabiex meta nkunu fil-gvern, ma nagħmlux l-istess żbalji li qegħdin jagħmlu tan-naħa l-oħra.", "Jien qiegħed fil-partit Laburista għaliex il-partit Nazzjonalista għandu prinċipji li jiena ma nemminx fihom.", "Bħalissa qiegħed nara liċ-chairman tal- korporazzjoni tas-servizzi ta' l-ilma u naħseb li huwa wieħed minn dawk li jiena nibagħtlu ħafna ittri.", "Għalhekk minn hawnhekk irrid nirringrazzjah għaliex kien hemm mumenti li rranġajna fuq xi problemi li kellhom in-nies.", "Jiena qiegħed f'dan il-parlament sabiex naqdi lin-nies, l-aktar lil dawk li huma batuti.", "U forsi n-nies jappellaw lejja għaliex jemmnu fiha jew forsi minħabba l-programm li nagħmel kemm fuq ir-radju kif ukoll fuq it- televiżjoni.", "Dawn in-nies huma l-aktar batuti fis-soċjeta' tagħna u nemmen li kull wieħed u waħda minna f'din il-Kamra għandu jgħin lil dawk li qegħdin ibatu.", "Għandna perċentaġġ ta' persuni li għadhom qegħdin ibatu u aħna rridu ntellgħuhom tarġa.", "Nerġa' ngħid li kull każ irridu neħduh separatament.", "Nistgħu ngħidu li fuq il-kontijiet tad-dawl u l-ilma hemm il- problemi.", "Kemm hawn fabbriki li għandhom jagħtu eluf ta' liri f'kontijiet tad-dawl u l-ilma?", "L-istess ħaġa nistgħu ngħidu għal-lukandi u ristoranti imma min hu l-aktar b'saħħtu jibqa' għaddej!", "Min-naħa tiegħi ma rridx inkun parti minn gvern li jgħaddas rasu u jibqa' għaddej bl-istess affarijiet.", "Sur President, ix-xewqa tiegħi hija li ma jibqax ikollna l-klassijiet fis- soċjeta' tagħna pero' aktar ma ndur fid-djar tan-nies, aktar qiegħed ninduna li fil-pajjiż qegħdin nerġgħu noħolqu l-klassi bejn min huwa sinjur u min huwa kapaċi jimxi 'l quddiem u bejn min huwa fqir u dgħajjef.", "Din is- sena ma kellniex xi xitwa qalila, pero' x-xitwa l-oħra kienet qalila u dħalt f'bosta djar ta' familji bi dħul baxx.", "Dawn il-familji ma kellhomx heaters mixgħulin għaliex kienu jibżgħu mill-kontijiet għoljin.", "Dawn il- familji li qegħdin ibatu setgħu kienu l-akbar nazzjonalisti għaliex xorta waħda għandna niddefenduhom.", "Madankollu jiena nzertajt ġej minn distrett fejn hemm maġġoranza kbira laburista.", "Sal-lum stess għadni kif inżilt f'area fejn iltqajt ma' numru ta' familji li jaqilgħuha u jikluha u sabiex jgħixu jkollhom jagħmlu sagrifiċċji kbar.", "Sur President, jiena qatt ma ninsa x'qalli raġel li kont qiegħed nitkellem miegħu.", "Fil-fatt dan qalli li huwa twieled fil-ħajja biex ibati.", "Qalli li t-tfulija tiegħu għexha fit-tbatija, iżżewweġ u kompla jgħix fit-tbatija u kellu t-tfal u baqa' jgħix fit-tbatija.", "Jekk aħna f'dan il-parlament m'aħniex se noħolqu front wieħed, li jaħseb f'dawk l-aktar li huma fil- bżonn u l-aktar li qegħdin ibatu, allura jkun ħaqqna l-kundanna tan-nies li hemm barra!", "Jien m'iniex qiegħed nitkellem f'isem dawk li kapaċi jdawwru lira u qegħdin jgħixu ħajja komda, imma qiegħed nitkellem f'isem dawk il- familji li jiġu għandna sabiex jilmentaw fuq il-problemi soċjali li jiltaqgħu magħhom, b'mod speċjali dawk li jiġu għandna minħabba l-kontijiet tad-dawl u l-ilma.", "Jiena nixtieq onestament li minn f'dan il-parlament nimmaturaw u l-ftit żmien li għandna hawn ġew – għaliex m'aħniex eterni f'din il-Kamra - nifhmu li min ivvotalna, għamel hekk għaliex emmen fina.", "Ivvotawlna għaliex ħasbu li stajna ntejbu l-kondizzjonijiet tagħhom u għalhekk jiena nħoss il- kuxjenza tiegħi tniggiżni meta niltaqa' ma' nies li jkellmuni fuq il- problemi tagħhom.", "Ikolli nistqarr li f'dawn l-aħħar xhur in-nies qiegħda tersaq aktar lejn il-partit Laburista għaliex qiegħda tħoss ir-rimors tat- tbatija.", "Jien ħaġa waħda ngħid: Min qiegħed fil-korporazzjonijiet u min għaddej ħajja komda ma jistax jitkellem fuq dak li qegħdin iħossu n-nies li għandhom il-problemi.", "Dawn in-nies ma jistgħux jitkellmu.", "Sur President, jista' jitkellem biss min għandu tlieta jew erbat itfal.", "Jista' jitkellem min jiġuh il-kontijiet tad-dawl u l-ilma u jrid jara kif se jagħmel sabiex iħallashom.", "Jista' jitkellem min ma jistax jgħix ħajja bħal ħaddieħor, min ma jistax jiddeverti u ma jistax joħroġ mal-familja tiegħu bħalma jagħmel ħaddieħor.", "Jien ma niddejjaq xejn li min hu b'saħħtu, min għaddej tajjeb u min qiegħed jidħaq għaliex komdu, ma jagħtix każ ta' dak li qiegħed ngħid hawnhekk.", "L-importanti li l-messaġġ tiegħi jasal u dak li jkun jifhem li aħna qegħdin nipprovaw verament niddefendu d- drittijiet ta' ħaddieħor.", "Min jinsab fil-ġid ma jistax jifhem xi jkun qiegħed iħoss il-batut.", "Għalhekk qiegħed ngħid li wasal il-mument sabiex minn dan il-parlament ningħaqdu fi front wieħed u nibdew nemmnu f'min hu żgħir u f'min huwa batut.", "Irridu nifhmu li hemm nies li qegħdin ibatu, li ma jistgħux ilaħħqu ma' l-għoli tal-ħajja u li ma jistgħux ilaħħqu mal- kontijiet tad-dawl u l-ilma.", "Ilkoll flimkien irridu nipprovaw intejbu l- ħajja ta' dawn in-nies.", "B'hekk meta kull wieħed minna jispiċċa minn dan il-parlament jew inkella jwarrab, jgħid li huwa pprova jagħmel xi ħaġa sabiex itejjeb il- kondizzjonijiet ta' dawn in-nies li fis-soċjeta' tagħna qegħdin iħossu li qatt ma jistgħu jitilgħu dik it-tarġa u li jħossuhom imwarrba.", "Xi kultant nieħu pjaċir għaliex il-ħin tiegħi hawn ġew nipprova nużah sabiex inwassal messaġġ pożittiv.", "Il-partit Laburista wiegħed li malli jkun fil-gvern jirranġa s-surcharge.", "Dan il-kliem mhux qiegħed ngħidu jien imma qalu l- mexxej tagħna u jien nemmen li nistgħu naslu sabiex nagħmlu xi ħaġa.", "Fl- aħħar mill-aħħar irridu naħdmu sabiex min iffanga nagħlqulu ħalqu u min bata nuruh it-tama.", "Lil min bata rridu nuruh li hemm triq li fiha nistgħu ngħolluh 'il fuq u ntellgħuh dik it-tarġa li kien qiegħed jistenna li jitla'.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Michael Asciak.", "ONOR.", "MICHAEL ASCIAK: Sur President, jien ili f'dan il-parlament għal għaxar snin u kull darba li nitkellmu fuq is-servizzi ta' l-ilma u d-dawl, nieħdu kważi l-ħin kollu sabiex noqgħodu nitkellmu fuq il-kontijiet.", "Ili mill-1994 nisma' kontijiet tad-dawl u l-ilma telgħin u kontijiet tad-dawl u l-ilma nieżlin.", "Imbagħad fl-1996 tela' gvern Laburista u minflok ma naqqas il-kontijiet tad-dawl u l-ilma, aktar għollewhom.", "Jiena kont wieħed minn ta' l-ewwel li rċevejt il-kont minħabba li kunjomi jibda bl-ittra \"A\" u nista' nassigura lil kulħadd li hekk kif irċevejt il-kont, mhux xokk ħadt imma electrocution!", "Dan għaliex il-kontijiet tad-dawl u l-ilma taħt il- partit Laburista fil-gvern, taħt l-istess nies li hawn quddiemna llum, ma żdedux daqskemm huma llum imma żdiedu b'mod esaġerat.", "Tant hu hekk li ħadd ma seta' jiflaħ iħallas dawk il-kontijiet, lanqas min kien tat-tajjeb.", "Illum għandna sitwazzjoni fejn it-tibdil fit-temp u l-global warming hija xi ħaġa fattwali.", "Barra minn hekk ir-riżorsi ta' l-enerġija jinsabu dejjem neżlin u ż-żejt li fadal qiegħed dejjem jogħla fil-prezz tiegħu.", "Madankollu l-gvern xorta waħda baqa' jissussidja b'mod qawwi – b'madwar 60% tal-prezz - l-prezz ġdid taż-żejt u ħa l-miżuri meħtieġa sabiex dawk il- familji li jgħixu bis-social security jingħataw l-għajnuna minħabba t- tħabbir tas-surcharge.", "Il-fatti huma li ż-żejt żdied fil-prezz b'ammont sostanzjali u li s-sistema tas-surcharge hija waħda ġusta.", "Nafu li llum il- prezz taż-żejt roħos xi ftit u għalhekk il-gvern raħħas ukoll is-surcharge.", "Issa l-partit Laburista qiegħed jgħid li hekk kif ikun fil-gvern se jneħħi s-surcharge.", "Kif nafu l-flus iridu jiġu minn x'imkien u għalhekk il-partit Laburista għandu jgħidilna minn fejn se jġib il-flus għax-xiri taż-żejt.", "Kif niftakru kien qalilna li se jneħħi l-VAT imma mbagħad daħħal is-CET minflokha.", "Kien qalilna li se jneħħi l-income tax u mbagħad daħħal il-poll tax, it-taxxa fuq it-toilet, it-taxxa fuq il-bieb u ma nafx kemm-il taxxa oħra.", "Il-partit Laburista kien qalilna li mhux se jmiss l-istipendji ta' l- istudenti u mbagħad messhom xorta waħda.", "Kien qalilna li mhux se jmiss il- kunsill tat-Tarzna u mbagħad messu wkoll.", "Allura jekk illum qiegħed jgħid li se jneħħi s-surcharge tad-dawl u l-ilma, għandu jgħidilna wkoll x'se jdaħħal minfloku sabiex iżomm il-bilanċ tal-budget.", "Sur President, naħseb li llum il-poplu Malti ddejjaq jisma' l-istess affarijiet.", "Il-partit Laburista dejjem jgħid l-istess ħaġa u aħna dejjem nirrisponduhom.", "Min-naħa tiegħi nibda nieħu bis-serjeta' dak li jgħid il- partit Laburista meta dak li jgħid joħorġu iswed fuq abjad.", "Nerġa' ngħid li għandu jgħidilna x'se jdaħħal minflok din il-famuża surcharge li qed jgħid li se jneħħi.", "Jekk ma jagħmilx hekk, allura jkolli nassumi li l- pożizzjoni tal-partit Laburista se tkun bħal meta qalilna li se jneħħi l- VAT u minflokha daħħal is-CET.", "Illum qiegħed jgħidilna li se jneħħi s- surcharge u minflokha jdaħħal is-\"chargesur\" jew xi ħaġa oħra, kemm ibiddlilha daqxejn isimha.", "Anzi l-probabbilita' tkun li l-kontijiet aktar jogħlew milli jinżlu!", "Fid-diskussjoni tal-lum nixtieq ngħid xi ħaġa fuq ix-xogħol li qiegħda tagħmel il-korporazzjoni tas-servizzi ta' l-ilma għal dak li huwa t- trattament tad-drenaġġ.", "Din il-biċċa tax-xogħol taqa' taħt din il- korporazzjoni u għalhekk, il-water services corporation ma tiħux ħsieb biss tar-riżorsi ta' l-ilma għax-xorb imma tieħu ħsieb ukoll it-trattament tad- drenaġġ.", "F'Malta diġa' għandna mpjant li jittratta l-waste water u dan l- impjant huwa dak ta' San Antnin.", "Madankollu dan l-impjant m'huwiex biżżejjed sabiex jaqdi lil Malta u Għawdex kollu u għalhekk għad fadal ħafna areas f'dawn il-gżejjer fejn id-drenaġġ jiġi mitfuħ fil-baħar ikun mhux trattat u jista' ikun trattat b'mod superfiċjali.", "Sur President, nafu li dawn l-areas li fihom qiegħed jintefa' id-drenaġġ qegħdin inaqqsu mir-riżorsa turistika li joffri pajjiżna.", "F'Malta għandna l-area Taċ-Ċumnija, f'Anchor Bay li għadu qiegħed jintefa' id-drenaġġ fiha.", "Dak il-post nafu sew għaliex fl-antik, qabel mal-partit Laburista beda jitfa' id-drenaġġ fil-baħar ta' l-inħawi, jiena kont immur nistad hemmhekk.", "Illum ovvjament ma nistax immur nistad għaliex minħabba d-drenaġġ il-ħut ma tistax tieklu.", "Kif għedt f'Malta għandna Anchor Bay u mbagħad fin-naħa tan-nofsinhar ta' Malta għandna wkoll ix-Xgħajra, li hija viċin ħafna tal- Port il-Kbir li fihom qiegħed jintefa' d-drenaġġ.", "Fil-fatt meta tkun ġurnata sabiħa, mill-Barrakka ta' Fuq tista' tara s-sewage outflow lejn in- naħa tal-Kalkara.", "Dan qiegħed iħalli trail kannella li ovvjament jagħmel lil dawk l-inħawi m'humiex tajbin għall-għawm.", "F'Għawdex ukoll għandek bajjiet sbieħ bħalma huma dawk ta' San Blas, taħt in-Nadur u Wied il-Mielaħ li jiġi ma' l-Għarb.", "Dawn il-bajjiet huma naturali u huma sbieħ immens, pero' ma nistgħux niżviluppawhom minħabba d- drenaġġ li qiegħed jiġi mitfugħ hemmhekk.", "Issa l-gvern flimkien ma' l- Unjoni Ewropea, qiegħed jaħdem sabiex is-sewage treatment plants kemm f'Malta kif ukoll f'Għawdex ħalli neħilsu lil dawn il-bajjiet mid-drenaġġ li jintefa' fihom.", "Issa li kieku l-partit Laburista kien fil-gvern, illum konna se nibqgħu bl-istess problema.", "Kif għedt fil-bidu se jsiru tliet sewage treatment plants ġodda.", "Waħda se tkun f'Ras il-Ħobż ġewwa Għawdex u li se tiġi tiswa mat-Lm3.3 miljuni.", "Se ssir oħra n-naħa ta' isfel ta' Malta, fil-post magħruf bħala Ta' Barkat u l-aħħar waħda se tkun għan-naħa ta' fuq ta' Malta, fiċ-Ċumnija, jiġifieri n-naħa ta' Anchor Bay.", "Sur President, għall-ewwel żewġ proġetti l-Unjoni Ewropea se toħroġ 51% tan- nefqa tagħhom, filwaqt li għal proġett tan-naħa ta' fuq ta' Malta se jiġi ffinanzjat mill-ħames protokoll Taljan.", "Barra dawn il-proġetti ta' impjanti tat-tisfija tad-drenaġġ se jsiru wkoll proġetti kbar oħra sabiex il-mains li jitrażmettu d-drenaġġ mhux biss jiġu upgraded imma se tinbena wkoll sistema ġdida li se tipprevjeni milli jkun hemm overflow f'ċerti postijiet, partikolarment f'dawk il-postijiet fejn hemm il-baħar.", "Per eżempju, se jsir proġett fil-Marsa sabiex jiġi upgraded is-sewage pumping station ta' dawk l-inħawi.", "Għal dan il-proġett l-Unjoni Ewropea se toħroġ 73% tiegħu filwaqt li l-gvern Malti se joħroġ 27%.", "Se tiġi upgraded is-sistema tan-naħa tal-Baħrija għaliex hemmhekk dejjem kien hemm sistema tad-drenaġġ li ma tantx kienet tajba.", "Kif nafu hemmhekk hemm ħafna agrikoltura u tajjeb li jkollna sistema tad-drenaġġ suret in- nies ħalli b'hekk nevitaw ukoll it-tniġġis mid-drenaġġ tal-prodotti agrikoli.", "Dan il-proġett kollu se jiġi jiswa lill-gvern Malti u lill- korporazzjoni tas-servizzi ta' l-ilma mal-€5 miljun li hija somma fenominali.", "Imma kif għedt, 73% minnhom se toħroġhom l-Unjoni Ewropea filwaqt li l-gvern Malti se joħroġ 27%.", "Issa li kieku għandna l-partit Laburista fil-gvern, kien ikollu joħroġhom kollha hu jew inkella, il- probabbilita' kienet tkun li ma jsir xejn!", "Sur President, jien ma rridx inkompli ntawwal id-diskors tiegħi.", "Ngħid biss li l-gvern u l-water services corporation qegħdin jieħdu din il-biċċa tax-xogħol bis-serjeta'.", "Il-partit Nazzjonalista mhux paroli għandu imma fatti.", "Ara l-oppożizzjoni, aktar iva milli le, paroli biss u meta jiġu għall-fatti ma ssibilhom xejn.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimkari?", "L-Onor.", "Roderick Galdes.", "ONOR.", "RODERICK GALDES: Sur President, x'ħin tisma' lill-Onor.", "Michael Asciak jitkellem tibda taħseb li kien il-partit Nazzjonalista li salva lil dan il-pajjiż mill-problema ta' l-ilma u li l-partit Laburista dejjem għamel l-iskandli.", "Għalhekk tajjeb ngħidu li kien il-partit Laburista li ġab l-ewwel sistema ta' reverse osmosis f'pajjiżna.", "Dan kien fl-1982 meta l- ebda pajjiż ma kien għadu jopera b'sistema effiċjenti bħal din.", "Illum il- ġurnata nafu li din kienet is-salvazzjoni ta' pajjiżna għaliex li kieku m'għandniex ir-reverse osmosis, il-Bambin biss jaf x'kien se jsir minna.", "Apparti minn hekk, l-Onor.", "Asciak qal gaffe oħra meta qal li kien il-partit Laburista li tefa' d-drenaġġ ġol-baħar.", "Allura fejn ridtu li jintefa' id- drenaġġ tal-pajjiż?", "Ejjew ma ndaħħqux in-nies bina!", "Is-sitwazzjoni tagħna mhux minn dejjem kienet tirrikjedi li nitfgħu kollox fil-baħar jekk m'għandniex il-faċilitajiet meħtieġa?", "Jiena nibqa' ngħid li sakemm jibqa' fil-gvern il-partit Nazzjonalista, dawn l-impjanti żgur li mhux se jkunu lesti għaliex nafu li l-gvern Nazzjonalista se jitlef l-elezzjoni ġenerali li jmiss u allura se nkunu aħna li se nkomplu għaddejjin bil-proġetti li kellna maħsubin qabel l-1996.", "Il-partit Nazzjonalista ta garanzija li sakemm idum fil-gvern dawn il-proġetti mhux se jwettaqhom.", "Jiena xtaqt nitkellem fuq kwestjoni aktar importanti għaliex illum qegħdin nitkellmu fuq korporazzjoni li strateġikament pajjiżna jiddependi minna f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-ilma.", "L-ilma huwa riżorsa importanti ħafna f'pajjiżna u li ċertament huwa ta' problema minħabba l-pożizzjoni ġeografika li jinstab fiha u minħabba l-limitazzjonijiet ta' riżorsi naturali li għandna.", "Ċertament ir-riżultati jitkellmu waħedhom.", "Is- sitwazzjoni li għandna llum f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-ambjent m'hijiex xi waħda feliċi.", "Nafu li l-popolazzjoni dejjem qiegħda tikber u l- urbanizzazzjoni dejjem żdiedet matul dawn l-aħħar snin.", "Per eżempju, rajna wkoll ir-riżultati li ħarġu fl-istate of the environment report tas-sena li għaddiet u dawn ir-riżultati jitkellmu b'mod ċar.", "Sur President, jien se nikkwota minn dokument uffiċjali tal-gvern, fejn fihom qiegħed jingħad li tliet kwarti tal-boreholes li għandha l-water services corporation fallew it-testijiet li saru mill-Unjoni Ewropea.", "Dawn fallew fil-livell ta' nitrati li hemm fl-ilma.", "Dan huwa ċertifikat ta' falliment għall-gvern Nazzjonalista stess għaliex din hija dokumentazzjoni pubblika min-naħa tal-gvern stess u li qiegħda turi biċ-ċar il-problema li għandna fil-livell tan-nitrati fl-ilma, speċjalment l-ilma naturali.", "Jibqa' l-fatt li anke l-informazzjoni m'hijiex qiegħda tingħata lill- pubbliku.", "Safejn naf jien pajjiżna kien ukoll firmatarju ta' l-Aarhus Convention u għalhekk huwa fid-dover tagħna li nagħtu l-informazzjoni dwar is-sitwazzjoni ambjentali ta' pajjiżna lill-pubbliku.", "Dan għaliex aħna fid- dover li nkunu nafu dwar il-kwalita' ta' l-ilma li qegħdin nixorbu.", "Kif nafu aktar ma jkollok livell ta' nitrati, aktar għandek iċ-ċans li n- nitrati jkomplu jiżdiedu għaliex l-ilma se jibqa' jinżillek fil-water table u dan iħalli speċi ta' ripple effect fuq l-ilma li jkun diġa' hemm u għalhekk il-problema tan-nitrati tkompli tiżdied.", "Jien qiegħed nieħu spunt minn din id-diskussjoni għaliex din hija waħda minn dawk il-ftit problemi li għandna fil-qasam ta' l-ilma.", "Problema oħra li xtaqt insemmiha għaliex qiegħda tifni lil ħafna familji hija dik tas-surcharge tad-dawl u l-ilma.", "Seħibna l-Onor.", "Michael Asciak staqsiena x'se jagħmel il-partit Laburista ladarba jneħħi s-surcharge.", "Tajjeb ngħidu li l-partit Laburista mhux qed jgħid li se jneħħi s-surcharge imma se nnaqqsuha għaliex kif inhi llum żgur li m'hijiex qiegħda tirrifletti l-problema reali li qegħdin iħabbtu wiċċhom magħha ħafna familji bħalissa bil-kontijiet tad-dawl u l-ilma li qegħdin jirċievu.", "Meta wieħed jara s-suq internazzjonali taż-żejt u l-ammont ta' surcharge li l- familji Maltin qegħdin iħallsu bħalissa jsib li hemm diskrepanzi qawwija.", "Dan juri biċ-ċar kemm il-gvern qiegħed jintaxxa lill-poplu u qiegħed iqis din it-taxxa bħala mezz ieħor ta' introjtu finanzjarju aktar milli biex jindirizza l-problema ta' l-għoli fil-prezz taż-żejt.", "Sur President, waħda mill-problemi li qegħdin iħabbtu wiċċhom magħha l- familji hija l-problema tas-surcharge fuq id-dawl u l-ilma.", "Din qiegħda taffettwa wkoll lil ħafna negozji u nies fil-qasam kummerċjali.", "Tant hu hekk li qiegħed ikollhom piżijiet kbar minħabba l-kontijiet eżorbitanti li qegħdin jirċievu u li m'humiex jagħmluhom kompetittivi.", "Jekk il-gvern mhux se jaqbad u jnaqqas is-surcharge - bħalma ddeċidiet li tagħmel l- oppożizzjoni – ħalli din tkun tirrifletti s-sitwazzjoni reali marbuta mal- prezzijiet taż-żejt, allura se jkun qiegħed jabdika mir-responsabilita' tiegħu f'dak li għandu x'jaqsam mal-problema tad-dawl u l-ilma.", "Fid-diskors tiegħi xtaqt insemmi problema oħra li se tolqot lill-pajjiżna fil-futur.", "Milli jidher il-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma għad m'għandhiex il-ħsieb li tindirizza l-problema tat-tibdil fil-klima.", "Huwa fatt evidenti li din is-sena kellna sena oħra niexfa f'dak li għandu x'jaqsam max-xita.", "Dawn is-sitwazzjonijiet se jpoġġu aktar pressjoni fuq l- ilma tal-pjan u kif nafu, is-sitwazzjoni hemmhekk diġa' hija nsostenibbli għall-aħħar.", "Issa x'se jiġri fil-futur għadna ma nafux.", "Jekk m'aħniex se noqogħdu attenti u nagħmlu l-forecasts tajbin għall-futur, se nsibu din il- problema ma' wiċċna.", "Imbagħad se jkollna nbatu l-konsegwenzi tagħha fil- futur.", "Per eżempju meta saret kampanja edukattiva fuq il-konservazzjoni ta' l-ilma, il-water services corporation ġiet fi stadju fejn anke poġġiet fuq l-ixkaffa proposti għar-reverse osmosis plants ġodda fil-pajjiż.", "Issa nittamaw li qegħdin isiru l-forecasts meħtieġa ħalli naraw kif se tiġi bbilanċjata d-demand u s-supply ta' l-ilma sabiex tirrifletti s-sitwazzjoni reali ta' pajjiżna fi żmien ħames snin jew għaxar snin oħra.", "Dan għaliex dak li jista' jgħaddi minnu pajjiżna jaf iħalli effetti devastanti fi żmien 20 sena oħra!", "Għaldaqstant il-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma għandu jkollha pjanijiet ċari quddiemha fuq kif se tindirizza l-problema.", "Meta nafu li t-turiżmu jista' jikber, meta nafu li jista' jkollok żvilupp akbar fil-pajjiż u meta nafu li jista' jkollok impatt akbar f'dak li għandu x'jaqsam mal-popolazzjoni, huwa aktar fid-dover tal-korporazzjoni li tibda tindirizza din il-problema.", "Ejjew ma nagħmlux bħalma għamlet l-Enemalta.", "Sur President, fl-1992 kien sar seminar interessanti ħafna fejn anke l- professuri mill-universita' kienu qalu lill-Enemalta bil-problema kbira li kien se jkollna f'dak li għandu x'jaqsam mal-prezz taż-żejt.", "U dakinhar kienu qalulhom sabiex jibdew jaħsbu għall-enerġija alternattiva.", "Dak iż- żmien kellna lill-partit Nazzjonalista fil-gvern imma sal-lum għadu ma sar xejn f'dan ir-rigward.", "B'hekk illum il-ġurnata qegħdin f'din is- sitwazzjoni.", "Ejjew nibdew naħsbu minn issa għall-futur għaliex jekk ma nippjanawx minn issa, il-problema aktar se tkompli tikber milli tonqos.", "Huwa minnu li llum qegħdin ngħixu fil-kumdita'.", "Fil-fatt għandna r-reverse osmosis plants u għandna l-baħar li minnu nistgħu ntellgħu kemm irridu ilma.", "Għandna wkoll il-water table imma din nafu bil-problema li għandna fiha.", "Mill-istatistika li għandi quddiemi qiegħed nara li bejn l-1980 u l-2000 tellajna madwar 19-il miljun metru kubu ta' ilma meta suppost li l-ammont sostenibbli huwa ta' 14-il miljun metru kubu.", "Mela sas-sena 2000 konna diġa' bdejna neċċedu l-medja ta' l-ilma li suppost intellgħu, aħseb u ara x'qegħdin nagħmlu llum u x'se nagħmlu minn hawn u 20 sena oħra!", "Għalhekk nerġa' ngħid li llum għandna sitwazzjoni verament inkwetanti f'dak li għandu x'jaqsam l-ilma.", "Barra minn hekk qiegħed ikollna wkoll intrużjoni qawwija ta' ilma baħar fil-water table.", "Għandna livelli ta' salinita' inaċċettabbli.", "Żgur li pajjiżna ma jistax jaħli din ir-riżorsa naturali imma rridu nużawha bil-għaqal.", "U jeħtieġ li tkun il-water services corporation li tindirizza l-problema reali li għandu pajjiżna.", "Sur President, illum xtaqt naqbad ma' dawn il-punti għaliex aħna għandna d- dover li lil dawk ta' warajna nħallulhom sitwazzjoni aħjar milli writna aħna.", "Ċertament li din m'hijiex xi ħaġa faċli, pero' jekk naħdmu u nippjanaw bil-għaqal nistgħu nindirizzaw ħafna mill-problemi li qed iħabbat wiċċu magħhom pajjiżna bħalissa u anke fil-futur.", "Matul din id- diskussjoni, li damet jumejn, smajt ukoll fuq l-investiment li sar fil- qasam infrastrutturali.", "Huwa tajjeb li kemm jista' jkun tikkappja l- leakages għaliex b'hekk tkun qiegħed tnaqqas mill-ħela ta' l-ilma, imma mbagħad, min-naħa l-oħra nafu bin-nuqqas ta' kordinazzjoni li għad hemm f'dak li għandu x'jaqsam max-xogħol infrastrutturali.", "Jien niftakar li meta kont fil-kunsill lokali konna nħabbtu wiċċna ma' problemi ta' kordinazzjoni bejn ix-xogħol li tkun qiegħda tagħmel il-korporazzjoni għas- servizzi ta' l-ilma u x-xogħol li jkun qiegħed jagħmel il-kunsill lokali u f'dan il-każ, ix-xogħol infrastrutturali tal-gvern ċentrali.", "Veru li s- servizzi ta' l-ilma għaddejjin minn taħt l-art u jekk ikollok il-ħsarat trid issewwihom, pero' mill-banda l-oħra, ma nistgħux nibqgħu fis- sitwazzjoni fejn triq ġdida tinqasam wara xahar minħabba li jkun hemm nuqqas ta' kordinazzjoni.", "Xi ħaġa bħal din ovvjament tkompli żżid l- ispejjeż.", "Qabel nagħlaq xtaqt nisħaq fuq punt importanti ieħor.", "Huwa importanti li jkollna l-informazzjoni meħtieġa ħalli nkunu nistgħu ngħadduha lill-poplu Malti.", "Il-bieraħ l-Onor.", "Joe Mizzi tkellem biċ-ċar dwar il-problemi li hemm f'dan il-qasam u huwa fid-dover tagħna li nagħtu l- informazzjoni dovuta lill-poplu Malti, l-aktar meta nafu li s-sitwazzjoni ambjentali f'pajjiżna ma tantx hija xi waħda li tista' tħares lejha b'mod pożittiv.", "Għalhekk bix-xieraq li bħala pajjiż nibdew nindirizzaw il- problemi tagħna.", "Aktar minn hekk inħoss li l-problema tas-surcharge qiegħda tkun dejjem ta' piż fuq il-familji Maltin u Għawdxin u jekk il- gvern mhux se jikkommetti ruħu sabiex jirranġaha, il-problemi soċjali se jibqgħu jiżdiedu, l-aktar fuq dawk il-familji li għandhom dħul baxx u li suppost ġew eżentati mill-piżijiet tas-surcharge.", "Sur President, sal-lum 'il ġurnata dawn il-familji għadhom ma ġewx eżentati mis-surcharge minħabba li għandhom xi tfajjel li għadu kif ħareġ mill- iskola u qabad jaħdem.", "Dan il-ġuvni jista' jkollu xi loan tal-karozza jew xi loan oħra xi jħallas.", "Madankollu dawn il-familji m'humiex qegħdin jiġu eżentati mill-ħlas tas-surcharge minħabba id-dħul tat-tifel jew tat-tifla tagħhom li jkunu għadhom jgħixu magħhom.", "Lil dawn iż-żgħażagħ il-gvern mhux qiegħed jagħtihom nifs għal sena, sentejn jew forsi tliet snin, sakemm ma jkollhom il-finanzi meħtieġa sabiex ikunu jistgħu jibdew ħajjithom.", "Sfortunatament il-ġenituri tagħhom qegħdin iħabbtu wiċċhom mal-problema tas- surcharge għaliex m'humiex qegħdin jiġu eżentati skond il-policies li għamel il-gvern f'dak li għandu x'jaqsam mat-taxxa tas-surcharge.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Insejjaħ lill- Ministru Austin Gatt sabiex jagħmel il-winding-up.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Sur President, fil-ħin li għandi għad-dispożizzjoni tiegħi se nipprova nirrispondi l-mistoqsijiet kollha li saruli.", "Kif deher mill-introduzzjoni tiegħi, ma kellix l-intenzjoni li nitkellem fuq is- surcharge għaliex il-ġimgħa d-dieħla se jkollna d-dibattitu dwar l-Enemalta u naħseb li kien ikun ħafna iktar approprijat li ħallejna dan is-suġġett għal dak id-dibattitu milli għal-lum.", "Madankollu, ladarba tqajjem dan il- punt, huwa fid-dover tiegħi li nirrispondi.", "Nixtieq nagħmilha ċara li m'huwa gost ta' l-ebda gvern li jkun kostrett li jagħmel xi ħaġa bħas-surcharge.", "Naħseb li din hija xi ħaġa ammessa minn kulħadd u rrid infakkar ukoll li anke n-naħa l-oħra, f'dibattitu preċedenti, kienet qalet li taqbel li jkun hemm is-surcharge.", "La ż-żejt għola kif għola f'daqqa fis-swieq internazzjonali u la aħna nimportaw iż- żejt sabiex noħolqu l-enerġija, l-oppożizzjoni qablet li l-gvern kellu jagħmel is-surcharge.", "F'kelma waħda naqblu fuq il-prinċipju imma ma naqblux fuq id-dettalji.", "Li qiegħed nitlob hawnhekk huwa li dawk li huma fatti ngħidu li huma fatti u mhux nipprovaw nivvintawhom għaliex il-fatti ma tistax tivvintahom.", "Il-bieraħ smajt stqarrija min-naħa ta' l-oppożizzjoni fejn qalu li l-gvern imissu jġib is-surcharge lura għal 17%, kif kienet fil-bidu, għaliex illum il-prezz taż-żejt jinsab fl-istess prezzijiet ta' meta daħlet is-surcharge.", "Kelliem ieħor minn ta' l-oppożizzjoni qalilna li s-surcharge messha tkun in-nofs ta' dik li hi għaliex il-prezz taż-żejt illum huwa n-nofs ta' meta kienet l-aktar għoli.", "Issa dawn huma fatti li ħadd ma jista' jiġġieled magħhom.", "Min-naħa tiegħi se npoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-prezzijiet taż-żejt xahar b'xahar.", "Se ngħid ukoll x'inhu l-prezz taż-żejt għaliex kulħadd jitkellem fuq il-prezz taż-żejt u ħadd ma jaf jiddefinixxi x'inhu.", "Il-prezz taż-żejt li l-Enemalta dejjem tixtri bih jissejjaħ is-CIF Med.", "Meta aħna daħħalna s-surcharge bi 17%, il-prezz taż-żejt kien ta' US$203 it- tunnellata.", "Illum il-prezz taż-żejt huwa ta' US$267 it-tunnellata u allura, min il-bieraħ qal li l-prezz taż-żejt illum huwa bħal dak ta' meta daħħalna s-surcharge ma jafx il-fatti tiegħu.", "Kien hemm kelliem ieħor li qalilna li għandna nnaqqsu s-surcharge bin-nofs għaliex il-prezz taż-żejt huwa n-nofs ta' dak li kien meta kien l-aktar għoli.", "Issa l-prezz taż-żejt kien l-aktar għoli fi Frar ta' l-2006 meta l-prezz tiegħu kien ta' US$349 mentri kif għedt, illum huwa ta' US$267.", "Dik hi d-differenza u żgur li mhux in-nofs.", "Dakinhar is-surcharge kienet ta' 67% mentri llum hija ta' 45%.", "Sur President, dawn huma fatti u jien m'iniex qiegħed nipprova nargumentahom u lanqas qiegħed nipprova ngħid x'messu sar u x'messu ma sarx.", "Jien qiegħed ngħid biss li dawn huma l-fatti u aktar 'il quddiem se npoġġihom fuq il-mejda tal-Kamra.", "Naturalment dawn id-dokumenti huma faċilment assertibbli u kulma jridu jagħmlu tan-naħa l-oħra huwa li jindenjaw ruħhom jidħlu ġol-website u jsibu kollox.", "Ta' l-anqas meta nsemmu l-fatti ma nipprovawx inħawwdu l-imħuħ apposta.", "Il-partit Laburista ppropona li jnaqqas bin-nofs is-surcharge u meta jkun fil-gvern, minn 67% qalilna li se jagħmilha 33%.", "Issa għax qal hekk qiegħed jipprova jagħmel l- argument li anke aħna nisgtħu nagħmlu hekk!", "Dan m'huwiex minnu u lanqas huma l-fatti.", "Almenu ejjew nitkellmu fuq il- fatti.", "Il-partit Laburista jista' jgħidilna sabiex inżidu s-sussidju jekk irid jgħid hekk.", "Sabiex jilħaq it-33% surcharge, il-partit Laburista seta' ma jagħmilx bħalna u t-12% jissussidjahom billi joħroġ Lm12-il miljun oħra mill-kaxxa ta' Malta.", "Dak huwa argument validissimu u li tista' tagħmlu.", "Naturalment nistgħu ma naqblux fuqu, pero' ma rridux niġu hawnhekk u ngħidu li l-prezz taż-żejt huwa n-nofs ta' dak li kien fil-bidu.", "Dan m'huwiex minnu.", "Nerġa' ngħid li l-unika ħaġa li rrid huwa li l-fatti ma nivvintawhomx aħna.", "Fl-argumenti tagħna ngħidu li rridu imma l-fatti ma nivvintawhomx.", "Min-naħa ta' l-oppożizzjoni saru ħafna argumenti dwar familji li qegħdin ibatu minħabba s-surcharge.", "Issa stess għadu kemm sar argument ieħor fejn intqal kif jista' ikun li l-ġenituri waħedhom jikkwalifikaw għall-eżenzjoni mis-surcharge imma minħabba li għandhom xi tfal magħhom li qegħdin jaħdmu, allura jiġu jaqbżu l-minimum u ma jikkwalifikawx ruħhom.", "Issa fuq liema kriterji ġiet deċiża l-eżenzjoni mis-surcharge?", "Aħna għandna diġa' 17,000 ruħ li ġew eżentati u sar kriterju ta' \"X'' income.", "Ovvjament tista' targumenta u tgħid li dak l-income m'huwiex biżżejjed.", "Tista' tgħidli li l- income ta' Lm2,000 jew Lm3,000 m'huwiex biżżejjed imma trid ittellgħu għal Lm6,000.", "Tista' tgħidli li kull household li taqla' inqas minn Lm6,000 għandha tiġi eżentata.", "Tista' tagħmilli dak l-argument, imma ma tistax tiġi tgħidli li dawn għandhom income ta' Lm2,000 imma għaliex għandhom tifel jaħdem, qegħdin jaqbżu t-threshold.", "L-argument ma jridx isir bil- persuna imma jrid isir fuq linja.", "L-Onor.", "Coleiro Preca qaltilna li hemm familja li taqbeż it-threshold b'87ċ fil-ġimgħa.", "Issa tagħmilha fejn tagħmilha t-threshold, tista' tkun ta' Lm2,000 u tista' tkun ta' Lm5,000, dejjem se ssib familji li jaqbżuha b'Lm1, b'Lm2 jew bi Lm3.", "Ovvjament aħna rridu niddeċiedu threshold u jekk niddeċiedu threshold, m'għandhiex tiġi l-oppożizzjoni tgħidilna li taf familja li għandha l-problemi u li allura t-threshold imissna nagħmluha Lm5,010 jew Lm5,020 minflok Lm5,000.", "Dan għaliex malli nagħmluha Lm5,020 se nsibu lil xi ħadd li jiġi jgħidilna li jmissna nagħmluha Lm5,021!", "Issa nispera li l-oppożizzjoni mhux qiegħda tawspika sistema fejn inti tmur tkellem lil xi ħadd f'widnejh u tgħidlu lit-tali tafu u allura nqabbżuh.", "Is-sistema tagħna hija ċarissima.", "Ovvjament tista' tgħidli li jmissna ngħollu t-threshold, pero' jekk ngħollu t-threshold irridu naraw minn fejn se nsibu l-flus.", "L-Onor.", "Evarist Bartolo qalilna għalfejn il-gvern ma jissussidjax ukoll ir- ristoranti.", "Aħna nistgħu nissussidjaw ukoll lir-ristoranti imma sabiex nissussidjawhom irridu nieħdu l-flus mingħand ħaddieħor għaliex il-flus ma jiġux mis-sema, u meta nħallsu ż-żejt, irridu nħallsuh b'dollaru fuq dollaru.", "Għalxejn nagħmlu l-argument fejn kulħadd jagħder lil kulħadd għaliex finalment, il-gvern huwa dak li jrid jieħu d-deċiżjonijiet.", "Jien naqbel ma' l-Onor.", "Coleiro Preca meta semmiet diversi każijiet soċjali, pero' hi taf x'inhi s-sistema tagħna.", "Aħna għandna 17,000-il familja li huma eżenti mis-surcharge, imbagħad billi s-sistemi awtomatiċi qatt ma ħadmu, għandna l-humanitarian committee, li huwa amministrat mill-ministeru tal-politika soċjali u li xogħlu huwa li jikkonsidra każijiet individwali li ma jaqgħux b'mod awtomatiku.", "F'dan il-kumitat jiġi eżerċitat il- ġudizzju soġġettiv u nista' ngħid li hija l-aktar pożizzjoni diffiċli li tista' tkun fiha.", "Sur President, lill-Onor.", "Coleiro Preca nistaqsiha jekk il-każijiet li semmiet hawn ġew ressqithomx quddiem dan il-kumitat.", "L-istess ħaġa nistaqsiha lill-Onor.", "Galdes.", "Dak li semma' hawn ġew ressqu quddiem il- kumitat?", "Issa jien mhux qed ngħid li l-kumitat se jagħtik raġun imma ħadd ma jista' jgħid li bħala sistema m'hijiex l-aħjar metodu ta' kif tista' tmexxi.", "U jekk ma ressaqtux dawn il-każijiet quddiem il-kumitat, tiġux tgħidu li l-gvern qiegħed imexxi ħażin!", "Bħala gvern u pajjiż irreaġixxejna għal stat ta' fatt internazzjonali, li huwa l-għoli fil-prezzijiet taż- żejt.", "Jekk iż-żewġ naħat tal-Kamra jridu jkunu onesti, għandna ngħidu li t- tariffi ta' l-elettriku u ta' l-ilma kienu heavily subsidised inizjalment.", "Aħna ilna nissussidjaw l-ilma u d-dawl għal snin twal.", "Irreaġixxejna għal din iż-żieda fil-prezz taż-żejt billi ntroduċejna s-surcharge li lkoll naqblu fuqha.", "Eżentajna wkoll minn dik is-surcharge l-aktar nies batuti f'dan il-pajjiż billi għamilna benchmark li ħadd ma jbagħbas fih għaliex huwa ħabib ta' Austin Gatt jew ħabib tal-prim ministru.", "Hemm benchmark li jeffettwa lil kulħadd u hemm 17,000 ruħ li huma eżenti mis-surcharge.", "Issa għaliex nafu li dak ukoll m'huwiex perfett, ħloqna l- humanitarian committee sabiex isiru t-talbiet quddiemu, u dawk il-każijiet li verament ħaqqhom, il-kumitat jiddeċiedi li jeżentahom mis-surcharge.", "Madankollu ma rridux ninsew li għal kull persuna, business, industrija u hotel li tiġi eżentata mis-surcharge, hemm ħaddieħor li jrid iħallas għaliha.", "Dan għaliex il-flus ma jiġux mill-arja u jekk aħna nħallsu Lm60, Lm70 jew Lm80 miljun fis-sena sabiex nixtru ż-żejt, dawk il-flus mill-bwiet tagħna jkollhom joħorġu.", "Min ma jiflaħx iħallas qiegħed ikollu jħallas għalih ħaddieħor li jiflaħ aktar minnu.", "Dan qed ngħidu biex il-Maltin u l- Għawdxin li qegħdin iħallsu m'għandhomx jaħsbu li jekk aħna se neżentaw lil xi ħadd, il-flus tagħhom se jiġu mis-sema.", "Huwa aħna li rridu nipproduċuhom u nagħmlu tajjeb għalihom.", "Sur President, huwa faċli tgħid li tissussidja.", "Kieku l-aħjar ħaġa hi li s- surcharge ma daħlitx u refa' kollox il-gvern.", "Faċli li tgħidha pero' li tgħidha l-oppożizzjoni hija xi ħaġa kbira għaliex meta huma kienu fil- gvern, iż-żejt kien US$12 kull barmil mentri llum qiegħed US$57 kull barmil!", "Issa meta kien US$12 kull barmil għamlu kontijiet li kienu agħar mill-kontijiet tal-lum bis-surcharge magħhom.", "Għalhekk li l-oppożizzjoni tiġi tgħid xi ħaġa bħal din veru ma nistax nifimha.", "L-istess ħaġa ma nistax nifhem kif jiġu jgħidu li jekk ikunu fil-gvern - almenu qalha l-kap ta' l-oppożizzjoni – se jnaqqsu s-surcharge bin-nofs u minn 67% jagħmluha 33%.", "Madankollu m'humiex jgħidulna minn fejn se jġibu dawn il-flus sabiex jissussidjaw iż-żieda fil-prezz taż-żejt.", "Sur President, sabiex jinżlu minn 67% għal 33% iridu bejn wieħed u ieħor Lm15-il miljun bil-prezzijiet li kienu qabel.", "Minn fejn ġejjin dawn il-Lm15- il miljun, s'issa għadna ma smajna xejn.", "Kif nafu l-kap ta' l-oppożizzjoni jgħid ħafna affarijiet, bħalma kien għamel qabel l-elezzjoni ta' l-1996, meta ma qal lil ħadd li se jgħolli l-kontijiet tad-dawl u l-ilma, pero' imbagħad għollihom.", "Kien qalilna wkoll li se jneħħi l-VAT iżda minflokha daħħal is-CET allura nippreferi li nħalli l-ġudizzju tiegħi għal ħafna 'l quddiem u mbagħad naraw x'jirriżulta.", "Fl-opinjoni tiegħi l-partit Laburista mhux se jkun f'pożizzjoni li jżomm din il-wegħda għaliex ma naħsibx li se jiġi elett fl-elezzjoni li jmiss, imma jekk jitilgħu fil-gvern, iż-żmien jagħtina parir.", "Kif għedt fil-bidu, ikollna aktar ċans nitkellmu fuq is- surcharge waqt id-diskussjoni fuq il-korporazzjoni dwar l-Enemalta.", "(Interruzzjonijiet).", "Nixtieq nirrispondi wkoll fuq xi punti oħra li saru mill-kelliema ta' l- oppożizzjoni.", "Ikolli nistqarr li l-Onor.", "Mizzi għaġġibni ftit meta qal li l-gvern qiegħed jagħmel politika ta' ħabi fl-accounts li ppreżenta għaliex l-accounts ma jiżvelaw assolutament xejn.", "Issa l-Onor.", "Mizzi jaf x'fihom għaliex rahom u jaf li l-accounts li ġew ippreżentati huma accounts dettaljati mmens.", "B'kollox fihom 14-il paġna u l-Onor.", "Mizzi naħseb li jaqbel miegħi li dawn huma lines of accounts dettaljati u li huma komparabbli sena wara sena.", "Dawn l-accounts jagħtu stampa ċara ta' tliet snin sħaħ.", "Illum ħadt il-briga li nġib miegħi l-estimi li kienu ppreżentaw il-partit Laburista fil-gvern kemm fi Frar ta' 1997 u kemm f'Ottubru ta' l- istess sena.", "Onor. Mizzi, taf kemm kien fihom paġni l-estimi li ħriġtu intom meta kontu fil-gvern?", "Tliet paġni!", "Kien fihom tliet paġni u mingħajr l-ebda rapport!", "Issa jekk l-Onor.", "Mizzi qiegħed jaħseb li l-parlament kien moqdi dak iż- żmien bi tliet paġni fiż-żewġ rapporti li ġew ippreżentati, sinċerament naħseb li qegħdin nisgwidaw bil-kbir lis-semmiegħa tagħna!", "Accounts aktar dettaljati nistgħu nipproduċuhom ukoll imma mbagħad mhux ħadd minn din il- Kamra ma jindenja ruħu li jiftaħhom u jara x'fihom.", "Jew almenu jekk fetaħhom xi ħadd, ma saru l-ebda kummenti fuq l-accounts.", "Ħadd ma qal ċifra waħda mill-accounts u għalhekk jiena dejjem ngħid li dawn l-affarijiet għandhom jiġu diskussi fil-Public Accounts Committee.", "Jiena membru ta' dan il-kumitat u almenu fil-Public Accounts Committee nieħdu l-briga li nidħlu fid-dettal ta' l-accounts.", "Għalhekk dawn it-tip ta' diskussjonijiet għandhom isiru fil-Public Accounts Committee u mhux f'din il-Kamra.", "Jiena ngħid li kienet tajba r-rotta ġdida li kien ħa dan il-gvern imma xorta bqajna niddibattu dawn iż-żewġ korporazzjonijiet f'din il-Kamra.", "Jiena sinċerament nitħassar l-awdituri u l-accountants tal- korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma u ta' l-Enemalta li joqgħodu jieħdu din il-biċċa xogħol biex imbagħad ħadd ma jindenja ruħu li jiftaħhom!", "Xi ħadd innota li s-sussidju tal-gvern naqas b'Lm4.4 miljuni?", "Xi ħadd innota li l-water services corporation naqqset it-telf tagħha b'Lm2 miljuni?", "Xi ħadd innota li l-production costs ta' l-ilma naqas b'Lm1.2 miljun?", "Ara dawn l-affarijiet ħadd ma jimportah minnhom.", "Sur President, hawnhekk niġu nitkellmu fuq l-accounts u fuq l-estimi imma ħadd ma jirriferi għalihom.", "Imbagħad niġu akkużati li qegħdin nagħmlu politika ta' ħabi meta għandna a detailed set of accounts quddiem kulħadd, b'rapport li qiegħed jissustanzja n-noti kollha li hemm fl-accounts.", "Dan meta fi żmien il-gvern Laburista l-estimi kienu jikkonsistu biss fi tliet paġni li se npoġġihom ukoll fuq il-mejda tal-Kamra.", "Saru wkoll diversi kummenti minn xi kelliema oħra fuq il-kwalita' ta' l-ilma.", "Naturalment jien m'iniex xi espert fuq is-suġġett u għalhekk noqgħod fuq dak li jgħiduli l-esperti.", "Min-naħa tiegħi lanqas nitkellem bl-assolutiżmi u lanqas ngħid li dak li ngħid jien huwa dejjem il-verita'.", "Naħseb li f'din id-dinja l-verita' hija soġġetta għall-interpretazzjoni, pero' li narrogaw lilna nfusna bl-assolutiżmu - xi ħaġa li huwa biss ta' Alla - hija kbira wisq f'dan il-parlament!", "Li niġu hawnhekk u ngħidu li meta nitkellem jien, ngħid biss il-verita' u għal kull ekwivoku nikkwotaw x'għamilna f'libell, naħseb li verament qegħdin nilħqu l-apice fuq min għandu raġun fuq il-kwalita' ta' l-ilma.", "Bħalissa hemm libell għaddej bejn iċ-chairman preżenti tal-water services, il-Perit Michael Falzon u l-Onor.", "Mizzi fuq dibatittu tal-kwalita' ta' l- ilma u xi testijiet li kienu saru minn kumpannija Taljana meta konna deħlin fl-Unjoni Ewropea.", "Dan il-libell għadu għaddej u saret riferenza għalih mill-Onor.", "Mizzi meta tkellem fuq il-kwalita' ta' l-ilma.", "Issa jien min jirbaħ il-libell sinċerament ma tagħmilli l-ebda differenza fl-istima personali li għandi kemm lejn l-Onor.", "Mizzi u aktar u aktar l-istima li għandi lejn il-Perit Falzon, li huwa ħabib antik tiegħi.", "Il-kwestjoni fuq il-kwalita' ta' l-ilma seħħet fis-sena 2003/2004 u ma tikkonċerna lil ħadd ħlief lilhom it-tnejn.", "Min-naħa tiegħi ma nistax nifhem kif ma jaqbdux u jirranġaw dan il-libell u jeħilsu minnu.", "Ma nafx x'gost qegħdin jieħdu telgħin u neżlin il-qorti jaħlu l-ħin.", "Sur President, intqal ħafna fuq il-kwalita' ta' l-ilma, pero' jiena ngħid li rridu nipprovaw nagħmlu l-affarijiet mingħajr ħafna passjoni politika.", "Nafu li l-water table u l-kwalita' ta' l-ilma tagħha ġiet affetwata ħafna minn dak li kien jiġri fl-antik.", "Din hija l-verita'.", "Fi żmien il-gvern Laburista ta' qabel is-snin tmenin konna nippumpjaw l-ilma direttament mill- boreholes u ma konniex nużaw ħafna r-reverse osmosis.", "Il-maġġoranza ta' l- ilma kien ground water għaliex dik kienet il-politika ta' dak iż-żmien.", "Kien għalhekk li kellna l-kriżijiet ta' l-ilma dak iż-żmien.", "Din hija xi ħaġa li qiegħed ngħidha indipendentement mill-politika.", "Ir-reverse osmosis ma kenux ilaħħqu biżżejjed mad-domanda li kien hawn u għalhekk konna nagħmlu ħafna extraction mill-ground water.", "B'effett tal-ground water extraction qawwija li kien hemm dak iż-żmien, żdiedet is-salinita' u għalhekk żidna l-kapaċitajiet tar-reverse osmosis.", "Tajjeb ngħidu li r-reverse osmosis kienu jeżistu imma ma kenux jipproduċu ilma biżżejjed sabiex jitħallat u allura żdiedet is-salinita' u n-nitrati.", "Din hija l-verita' u mgħandniex noqogħdu niċħduha.", "Is-safeguarding tal- water table m'hijiex responsabilita' tal-water services corporation imma tal-Malta resources authority.", "Jien minn hawnhekk nerġa' nagħmel l-appell tiegħi - li nagħmlu kull sena - għaliex hemm bżonn li l-Malta resources authority tkun aktar attiva sabiex taqbad lil min qiegħed jagħmel boreholes illegali.", "Ovvjament nifhem li din hija xi ħaġa diffiċli mmens għaliex illum borehole tista' tagħmilha fonda kemm trid minn ġol-garage.", "Kulma trid huwa li ddaħħal l-apparat fil-garage, tagħlaq il-garage u tagħmel ħofra.", "Għalhekk m'hijiex xi ħaġa faċli li taqbad il-boreholes illegali, pero' r-realta' hi li l-illegal extraction ta' l-ilma qiegħed jaffettwa lill-water table tagħna.", "Verita' oħra - u nistgħaġeb kif l-Onor.", "Galdes ma jafx biha - hija dik li l-kapaċita' tar-reverse osmosis li għandna llum tant hija kbira li mhux biss l-ilma se jservina għal 20 sena oħra, imma jekk irridu nistgħu nagħlqu l-ground extraction tagħna.", "Mill-ground extraction nieħdu 55% ta' l-ilma tagħna.", "L-Onor.", "Galdes qalilna li huwa kien qiegħed jispera li l- water services corporation tippjana sabiex minn hawn u 20 sena oħra jkollha l-kapaċita' li tipproduċi l-ilma li jkollna bżonn.", "U jien qiegħed ngħidlu li llum nistgħu nagħlqu l-ground extraction tagħna mill-water table u nieħdu l-ilma kollu mir-reverse osmosis.", "Dik hija l-kapaċita' li għandna llum.", "Mela aħna qegħdin naraw for the foreseable future.", "Ovvjament dan iqum il-flus għaliex ir-reverse osmosis jaħdem bl-elettriku, pero' l-Onor.", "Galdes staqsini fuq il-kapaċita' u għalhekk irrispondejtu.", "L-istess argument fuq in-nitrati.", "Possibbli li għandi noqgħod ngħallem lill-Onor.", "Galdes li kull darba li nsibu borehole li jkollha nitrati żejda nagħlquha?!", "Naħseb li din hija xi ħaġa li huwa jaf biha għaliex aħna għandna l-inspectors fuqna.", "Fil-fatt mhux il-water services corporation tiddeċiedi li tagħlaq borehole imma l-MRA u l-MEPA.", "L-Onor.", "Galdes jaf ukoll li l-ilma li jitla' bin-nitrati ma jingħatax fid-djar.", "Jaf ukoll li l-ilma li jitla' mill-water table jitħallat ma' l-ilma pur tar-reverse osmosis fir-reservoirs tagħna.", "Naħseb li hawnhekk m'hu qiegħed ngħid xejn ġdid.", "Barra minn hekk it-test tal-kwalita' ta' l-ilma ma tagħmlux f'qiegħ il-bir jew fir-reservoir imma tagħmlu malli tiftaħ il-vit.", "Fuq dan l- argument jista' jgħid li jrid l-Onor.", "Mizzi.", "Anzi jiena nisfidah sabiex iġib lil min irid u jagħmel it-testijiet kollha.", "Darba waħda kont għedtlu li jekk irid jista' imur jiċċekkja l-kontijiet tad-dawl u jiena kont lest li nħallaslu awditur.", "Issa llum qiegħed ngħidlu li jekk irid, jiena lest li nħallaslu lil min irid sabiex jittestja l-kwalita' ta' l-ilma.", "Jekk irid l-Onor.", "Mizzi jista' jinnomina lil xi ħadd tal-fiduċja tiegħu, ħalli jiġi jittestja l-kwalita' ta' l-ilma li jasal għand il-konsumaturi tagħna.", "Jien nista' ngħid li aħna qegħdin in line mal-livelli ta' l-Unjoni Ewropea.", "Sur President, din l-offerta għamiltha lill-Onor.", "Mizzi fuq il-kontijiet tad-dawl imma ma aċċettax.", "Għalhekk illum qiegħed nagħmillu l-istess offerta fuq il-kwalita' ta' l-ilma ħalli b'hekk inserraħlu moħħu li l-ilma li qiegħed jasal għand in-nies, huwa ilma ta' kwalita' u ta' livell li huwa ssettjat mill-Unjoni Ewropea.", "Ovvjament kif qal tant tajjeb l-Onor.", "Bartolo, inti se jkollok il-problemi wkoll u huwa impossibli li tkun mija fil-mija kuljum u kullimkien.", "Fir-rigward tal-Gżira, li semmiha l-Onor.", "Bartolo, l-esperti qegħdin jgħiduli li dik il-parti tat-triq hija mqabbda ma' Ta' Qali minflok ma' Pembroke allura dik il-parti għad fiha xi kanen antiki li għad iridu jinbidlu.", "Għalhekk din il-problema m'hijiex tant fl- ilma imma hija biss f'ċerti kanen li għadhom antiki u li allura jridu jinbidlu.", "Meta jkollna dawn il-problemi, il-water services corporation tħeġġeġ lin-nies sabiex jagħmlu r-rapporti għaliex kif qal sew l-Onor.", "Bartolo, huwa impossibbli li jkollok ilma ta' kwalita' għolja kullimkien.", "U aktar ma jkun hemm koperazzjoni bejn il-konsumatur u l-water services corporation, aktar inkunu nistgħu niżguraw li l-missjoni tal-korporazzjoni sabiex toffri ilma ta' kwalita' tajba fid-djar tagħna, tintlaħaq.", "Xi ħaġa oħra li żgur ma stennejtx li jkun hawn f'dan id-dibattitu huwa li jiġu jgħidu li l-korporazzjoni qiegħda hemmhekk sabiex ittellef ix-xogħol lill-ħaddiema!", "Intqal ukoll li l-ħaddiema għandhom jibżgħu mill-gvern u l- Onor. Mizzi qalilna li l-impjiegi tal-ħaddiema jinsabu mhedda.", "Kompla jgħid lill-ħaddiema sabiex ma jafdawx lill-gvern u jekk jaraw il-policy paper li ħareġ il-partit Laburista, il-ħaddiema jkunu jistgħu jaraw kif l- oppożizzjoni se ddaħħalhom fit-tmexxija tal-korporazzjoni.", "Min-naħa tiegħi tlabt lill-oppożizzjoni sabiex iġibuli l-policy paper tagħhom imma sal-lum għadhom ma ġabuli xejn.", "L-unika riferenza li sibt fil-policy paper tirrigwardja l-pjan ta' politika ambjentali għal Malta u Għawdex, fejn hemm is-sezzjoni fuq l-enerġija u s-sezzjoni fuq l-ilma, pero' imkien ma jissemma' dan is-suġġett.", "L-istramberija li nsibu f'din il-policy paper hija li ma fiha xejn ġdid li mhux qiegħed isir bħalissa!", "Sur President, qiegħed jingħad hawnhekk li rridu nipproteġu l-aquifers mill- over extraction, imma din hija xi ħaġa li diġa' qiegħda ssir.", "Qiegħed jgħidilna li jrid ikun żgurat li jsir moniteraġġ regolari ta' l-ilma ta' l- acquifer, imma dan diġa' qiegħed isir.", "Ikompli jgħid li l-gvern se jimplimenta - jekk xi darba jkunu fil-gvern – l-miżuri neċessarji sabiex jissaffa d-drenaġġ domestiku kollu prodott fil-pajjiż.", "U aħna qegħdin nibnu tliet impjanti għat-tisfija tad-drenaġġ.", "Lill-Onor.", "Galdes xtaqt ngħidlu li sa Awissu jew Settembru ta' din is-sena mhux se jkunu fil-gvern u allura naħseb li se jkun preżenti għall-inawgurazzjoni ta' l-impjant ta' Għawdex kif ukoll għal dak li se jsir fit-tramuntana ta' Malta.", "Kulma għandha l-oppożizzjoni huwa biss żewġ paġni u l-proposti dwar l-ilma jokkupaw biss paġna u nofs.", "Onor. Mizzi jien mhux qiegħed nara kif se ddaħħlu l-ħaddiema fit-tmexxija tal-korporazzjoni.", "Niddubita ħafna kemm se tagħmluha din wara li fl-1997 qlajtu barra lill-ħaddiema mit-tmexxija tal- Malta Drydocks!", "F'kelma waħda ma naħsibx li erġajtu biddiltu dik il- policy, li nerġa' ngħid li jien naqbel magħha perfettament, pero' ma tistax twiegħed lill-ħaddiema dak li fil-policy paper tagħkom m'hemmx.", "F'din il-Kamra sar ukoll id-diskors bħallikeku għandna management li huwa ffissat sabiex jiddiskrimina lill-ħaddiema u bħallikieku aħna rridu naqtgħu ras il-ħaddiema.", "Safejn naf jien f'dan il-parlament qbilna fuq x'inhi s- sistema.", "Jekk xi ħadd għandu lment fuq transfer, fuq diskriminazzjoni, fuq promotion li ma ngħatatx jew fuq li qiegħed jiġi vittimizzat, allura għandu jmur għand l-ombudsman.", "Fuq din qbilna ż-żewġ naħat tal-Kamra.", "Fuq dawn l- affarijiet l-ombudsman lili jikteb u safejn naf jien, subject to correction, qatt ma kitibli fuq li kien hemm xi ħaddiem tal-water services li għamel complaint miegħu u ngħata raġun.", "Nerġa' ngħid li nista' nkun żbaljat imma jekk kitibli, forsi kitibli darba jew tnejn f'erba' snin.", "Allura jekk il-ħaddiema m'għamlux rikors, kif se jiġi l-Onor.", "Mizzi u jakkuża lill-management fuq diskriminazzjoni?!", "Fid-diskussjoni tiegħu l- Onor. Mizzi semma każ partikolari.", "Jien jiddispjaċini li hawnhekk jissemmew każijiet partikolari għaliex nippreferi nevitahom, pero' se npoġġi fuq il-mejda tal-Kamra d-deċiżjoni li ttieħdet minn bord ta' l- appell, b'rappreżentant tal-General Workers Union fiha u li dan qabel magħha u ffirmaha.", "Jiġifieri meta jkollok il-union b'maġġoranza li hija rrappreżentata fuq il-bord ta' l-appell u dan jaqbel ukoll mad-deċiżjoni li ttieħdet, se ngħidu wkoll li dan żbalja?", "Mela kulħadd żbaljat minbarra l- Onor. Mizzi!", "Kif għedt din se npoġġiha fuq il-mejda tal-Kamra ħalli dak li qiegħed ngħid ikun backed bil-provi.", "Sur President, xtaqt nagħlaq id-diskussjoni tiegħi b'osservazzjoni waħda.", "Jien naħseb li meta jkollna korporazzjoni bħalma hija dik tal-water services, qatt ma jista' jkollok kollox miexi fuq ir-rubini.", "Madankollu jiena ngħid li hija korporazzjoni li qiegħda timxi tajjeb ħafna, hija korporazzjoni li fil-qasam ta' l-ilma għandha ċerta speċjalizzazzjoni, għandha nies li huma tajbin ħafna, qiegħda tgħin lis-settur privat b'mod qawwi ħafna u qiegħda tipproduċi riżultati finanzjarji eċċellenti kif rajna waqt dan id-dibattitu.", "Din hija korporazzjoni li għandha ħaddiema kompetenti.", "Nerġa' ngħid - ħalli niċċara kwalunkwe ekwivoku li pprova jqajjem l-Onor.", "Mizzi – li l-gvern m'għandu l-ebda intenzjoni li jipprivatizza l-korporazzjoni jew li l-gvern m'għandu l-ebda intenzjoni li jkeċċi lil xi ħaddiem minn din il-korporazzjoni.", "Il-gvern irid biss l- effiċjenza u din qiegħda tintlaħaq.", "Għalhekk m'hemm l-ebda raġuni għalfejn l-Onor.", "Mizzi jew xi ħadd ieħor min-naħa ta' l-oppożizzjoni li jipprova juża politika li tbeżża lin-nies.", "Essenzjalment kulħadd jaqbel fuq x'għandha tkun il-politika ta' din il- korporazzjoni.", "L-għanijiet tagħha kulħadd jaqbel fuqhom u dawn huma li tkun korporazzjoni effiċjenti, li tnaqqas mis-sussidju li jagħtiha l-gvern, li tagħti kwalita' ta' ħajja ta' xogħol tajjeb lill-ħaddiema tagħha, li tagħti kwalita' tajba ta' ilma lill-konsumaturi, li dejjem tiżviluppa t- teknika li tuża fil-produzzjoni ta' l-ilma u li żżomm il-cost of production ta' l-ilma baxx kemm jista' jkun.", "Issa ladarba naqblu fuq l-għanijiet, jiena nitlob lil kull wieħed u waħda minna sabiex kemm jista' jkun, ikollna dibattitu li jipprova jibni fuq din is-saħħa u jipproġetta lil din il- korporazzjoni fil-futur b'mod sensibbli u b'mod sensat.", "Kif għedt diġa', jekk naqra l-proposti tal-partit Laburista dwar l-ilma ma nistax ma naqbilx magħhom għaliex dawn diġa' qegħdin jiġu pprattikati kollha llum.", "Jekk taqra l-proposti tagħhom issib li bażikament qegħdin jgħidu li se jagħmlu dak ix- xogħol aħjar minna.", "Mela issa se nikkompetu fuq min jagħmel l-aħjar.", "J'Alla nikkompetu fuq min huwa l-aħjar.", "Naħseb li hawnhekk qegħdin naqblu fuq livell ta' politika u fuq livell ta' policy għaliex qegħdin ngħidu l- istess żewġ affarijiet.", "Per eżempju, fil-proposti ta' l-oppożizzjoni nsibu statement ċarissimu fuq kemm huma effettivi l-water services corporation.", "Fil-fatt dan qiegħed jgħid hekk:", "\"Jidher li l-produzzjoni ta' l-ilma tax-xorb tajjeb għal pajjiżna hija waħda adegwata u ġeneralment tlaħħaq mad-domanda.", "Jibqa' l-fatt pero', li ammont konsiderevoli ta' ilma qiegħed jinħela minħabba ħsarat jew difetti fis-sistema tad-distribuzzjoni.", "Sforzi sabiex dan it-telf jonqos kemm jista' jkun għandhom jingħataw priorita' f'dan il- qasam.\".", "Sur President, dan huwa wieħed mill-għanijiet tal-partit Laburista.", "Imma huwa wkoll l-għan tagħna!", "Mhux għalhekk għedt li l-ħela ta' l-ilma minn 6.5 ħames snin ilu niżżilnih għal 2.5 u issa se jinżel għal 1.6 matul din is-sena!", "Mela dak il-għan se nkunu lħaqnih.", "Il-proposta fuq l-aquifer ninsabu mexjin fuqha u allura se nkunu lħaqna dak il-għan ukoll.", "Allura meta għandna politika li fuqha qegħdin naqblu ż-żewġ naħat, hemm għalfejn nagħmlu dan it-tip ta' dibattitu?", "Nerġa' ngħid li mhux kulħadd qiegħed jagħmel dawn id-dibattiti imma hemm min qiegħed jippersonalizza l- affarijiet meta m'għandux għalfejn jagħmel hekk.", "Aħna għandna korporazzjoni li lil pajjiżna ffrankatlu fuq medda ta' tliet snin is-somma ta' Lm4,400,000 f'sussidju.", "Allura ma ħaqqniex ngħidulhom prosit lil dawn in-nies?", "La keċċew lil ħadd, la għollew it-tariffi, m'għamlu diskriminazzjoni ma' ħadd, irriorganizzaw ruħhom u naqqsu 350 ħaddiem minħabba li rtiraw biż-żmien.", "Imma minflok ngħidulhom prosit, miċ- chairman sa l-inqas driver li hemm fil-korporazzjoni, naraw kif nagħmlu u noħolqu l-inkwiet!", "Liċ-chairman nagħmlulu libell, lill-management ngħidulu li qiegħed jiddiskirimina ma' kulħadd fil-promotions u lill-ħaddiema ngħidulhom sabiex joqogħdu attenti għaliex il-gvern irid jaqtagħlhom rashom!", "Kif nafu din m'hijiex ir-realta'.", "Sur President, meta dan il-pajjiż ikollu suċċess, ejjew ngħidu li għandu suċċess.", "U meta jkollu d-difetti ngħidu li għandu d-difetti.", "Issa jien m'għandi l-ebda dubju li din il-korporazzjoni għandha d-difetti, pero' hija wkoll korporazzjoni li ġabet lill-pajjiżna 'l quddiem.", "Li tiffranka Lm4.4miljun lil dan il-pajjiż f'medda ta' tliet snin hija xi ħaġa kbira.", "Li tnaqqas l-operational loss tiegħek b'Lm2 miljuni hija xi ħaġa kbira.", "Li tnaqqas il-leakages minn 6.5 għal 2.5 u din is-sena se nkomplu nniżżluh għal-livell rikonoxxut internazzjonalment ta' 1.6 hija wkoll xi ħaġa kbira.", "Li tipproduċi l-ilma mir-reverse osmosis plants bi prezz li huwa l-orħos fl- Unjoni Ewropea hija xi ħaġa kbira.", "Li jkollok l-ilma li joħroġ mill-vit jilħaq it-testijiet kollha ta' l-Unjoni Ewropea hija xi ħaġa kbira.", "Għalhekk jien nerġa' nistieden lill-Onor.", "Mizzi u lill-oppożizzjoni kollha sabiex jekk iridu, jinnominaw l-esperti tagħhom sabiex jiġu jittesstjaw l- ilma u nħallsuhom aħna.", "Fl-aħħar mill-aħħar aħna rridu niżguraw li jkollna ilma ta' kwalita' u din m'hijiex kwestjoni ta' xi prinċipju politiku fundamentali li jissepara liż-żewġ naħat.", "Kif għedt lill-Onor.", "Bartolo, fil-Gżira għad hemm difetti fuq ċerti pajpijiet li huma unlined u li issa jridu jinbiddlu għaliex jipproduċu aktar sadid.", "Jien li nawspika u naħseb li jista' jagħmel id-differenza hija li meta jkollna s-suċċess f'dan il-pajjiż, mhux naraw kif nagħmlu sabiex naqtgħu s-saqajn ta' min ġej min-naħa l-oħra.", "Naħseb li huwa importanti li dan il-pajjiż jibni fuq is-suċċessi li jkollu, speċjalment dawk is-suċċessi li ma jisseparawx liż-żewġ naħat tal-Kamra.", "Jekk hemm ħaġa li llum kienet evidenti f'dan id-dibattitu kienet dik li ma kienx hemm diverġenzi ta' prinċipju, ħlief fuq is-surcharge, li jiena aktar nitfagħha ma' l-elettriku.", "Fuq kollox anke fuq is-surcharge naqblu fuq il-prinċipju tagħha imma fuq il-parti ta' l-ilma, din il-Kamra ma tantx varjat.", "Allura jekk ikkompetejna, ikkompetejna fuq dak li kien effiċjenti u fuq dak li kien inqas effiċjenti.", "Għaldaqstant ma nafx għalfejn nibqgħu nimpikaw ma' tnejn jew tlieta minn nies.", "Sur President, sinċerament jien irrid nifraħ lil kull persuna li b'xi mod jew ieħor kellha x'taqsam ma' din il-korporazzjoni fis-snin li għaddew.", "Kien biss bil-kapaċita' li jaħdmu flimkien li rnexxielhom iġibu r-riżultati li rajna f'dawn il-jumejn.", "Min-naħa tiegħi nawgura li dan l-ispirtu jibqa' jiddomina l-ħidma tal-korporazzjoni fis-snin li ġejjin.", "Nawgura li t- tmexxija finanzjarja tajba ħafna li bdiet fis-snin li għaddew tkompli wkoll fis-snin li ġejjin, ħalli b'hekk inkomplu nnaqqsu s-sussidju li jagħti l- gvern u nimmodernizzaw il-korporazzjoni li hija wkoll maqbuda f'dan l- avvanz kbir tat-teknoloġija.", "Kif diġa' spjegajt għadna kemm għalaqna ċ- ċiklu ta' modernizzazzjoni tar-reverse osmosis plants tagħna u issa se nidħlu f'ċiklu ġdid tat-tisfija tad-drenaġġ.", "Fil-fatt se jkollna tliet impjanti totalment ġodda li se jippreżentaw sfidi ġodda ta' management, sfidi ġodda ta' ħidma u sfidi ġodda ta' kif se nsostnu finanzjarjament il- bżonn li nsaffu d-drenaġġ qabel ma jintefa' l-baħar.", "Jiena ninsab fiduċuż li bil-kompetenzi li hemm fil-water services corporation, bil-buona volonta' u bir-rieda tajba li teżisti fil-ħaddiema li għandna fiha, bl- esperjenza li kisbu l-management u l-inġiniera fil-livelli kollha, se jkollna riżultati eċċellenti.", "L-esperjenzi u r-riżultati tajbin li nkisbu fis-snin l-imgħoddija se jerġgħu jinkisbu fis-snin li ġejjin.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Nifhem li l-Onor.", "Gatt għandu xi dokumenti li jrid ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.", "Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Sur President, inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra;", "Tabella li turi r-rata ta' surcharge u CIF Med 1% fuel oil USD/MT bejn Jannar 2005 u Frar 2007;", "Kopja ta' l-estimi ta' dħul u nfiq tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma għas-sena 1996-1997;", "Kopja ta' l-estimi ta' dħul u nfiq tal-Korporazzjoni Telemalta għas- sena 1997-1998;", "Kopja ta' pjan ta' politika ambjentali għal Malta u Għawdex maħruġ mill-Partit Laburista f'Jannar 2006; u", "Tagħrif dwar il-każ ta' dixxiplina ta' Kristian Debattista, impjegat fil-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi l-mozzjoni kif imressqa u moqrija mill- Ministru fis-seduta tal-bieraħ.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MR SPEAKER: Id-division tittieħed minn hawn u 20 minuta oħra.", "Billi. intalbet votazzjoni, il-Kamra kienet sospiża fid-9.00 p.m u rriżumiet 20 minuta wara.", "MR SPEAKER: Se nerġa' npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi l-mozzjoni kif imressqa u moqrija mill-Ministru fis-seduta tal-bieraħ.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mario Galea.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Sur President, min-naħa tal-gvern se jkunu paired l- Onor. Jason Azzopardi, l-Onor.", "Antonio Fenech, l-Onor.", "Michael Frendo, l- Onor. Lawrence Gonzi, l-Onor.", "Jesmond Mugliett u l-Onor Francis Zammit Dimech.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sur President, min-naħa ta' l-oppożizzjoni se jkunu paired l-Onor.", "Marie Louise Coleiro Preca, l-Onor.", "Noel Farrugia, l-Onor.", "Charles Mangion, l-Onor.", "Anton Refalo, l-Onor.", "Alfred Sant u l-Onor.", "George Vella.", "VOTAZZJONI NRU.", "186", "FAVUR : 26", "L-Onor.", "|Abela Anthony |Galea Censu | |Agius David |Galea Franco | |Agius Francis |Galea Louis | |Arrigo Robert |Galea Mario | |Asciak Michael |Gatt Austin | |Azzopardi |Gonzi Michael | |Frederick | | |Borg Tonio |Mifsud Bonnici | | |Antoine | |Cassar Joseph |Mifsud Bonnici | | |Carmelo | |Cristina |Puli Clyde | |Dolores | | |D'Amato Helen |Pullicino George| |Debono Giovanna|Pullicino | | |Orlando Jeffrey | |Deguara Louis |Vassallo Edwin | |Falzon Joseph |Zammit Ninu |", "KONTRA : 21", "L-Onor.", "|Abela Carmelo |Farrugia Angelo | |Abela Joseph |Farrugia Michael| |Agius Chris |Galdes Roderick | |Bartolo Evarist|Gulia Gavin | |Brincat Leo |Herrera Jose' | |Buhagiar |Mizzi Joe | |Charles | | |Buontempo |Parnis Silvio | |Stefan | | |Caruana Justyne|Sammut Joseph | |Chircop Karl |Vassallo Adrian | |Dalli Helena |Vella Karmenu | |Debono Grech | | |Joe | |", "Il-mozzjoni għaddiet.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Viċi Prim Ministru, jekk jogħġbu, iressaq l- aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "TONIO BORG: Sur President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar l-Erbgħa, 28 ta' Frar, 2007 fis-6:00 p.m. b'din l-Aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att tal-Bank Ċentrali ta' Malta - Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li Jimplimenta Miżuri ta' l-Estimi - Kumitat (Kont);", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Organizzazzjonijiet Volontarji - Tieni Qari (Kont);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta (Emenda Nru 2) - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Ġustizzja Amministrattiva - Tielet Qari; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi tal-Liġijiet tal-Pulizija - Tielet Qari.", "--------------------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili (Emenda Nru 2) - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Reġistru Ċentrali - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili (Emenda Nru 2) - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki.", "L-Onor.", "Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Sur President, f'dan l-intervent nixtieq ngħaddi diversi kummenti u l-ewwel wieħed hu dwar headline news tas-Super One li kienet tgħid li jiena rrifjutajt li nkun irrekordjat.", "Issa kull ġurnalist li hawn f'Malta jaf li jiena ma niddejjaq xejn inwieġeb id-domandi u l- kummenti li jkunu qed isiru bl-iktar mod apert, forsi kultant ftit apert iż- żejjed, imma mbagħad m'huwiex aċċettabbli li ġurnalist iċempilli fuq il- mobile, jagħmilli intervista, jirrekordja mingħajr ma jitlob il-permess, jaqbad il-biċċiet li jfettillu hu u jagħti interpretazzjoni żbaljata ta' dak li nkun għedt jiena.", "Sur President, min jippretendi li jkun stmat ta' ġurnalist serju, għandu jkollu d-diċenza li meta jirrapporta, jittrażmetti dak kollu li fil-fatt wieħed ikun qal.", "Naf li din m'hijiex xi ħaġa li inti, Sur President, tista' tagħmel xi ħaġa fuqha, pero' naf ukoll li f'dan il- pajjiż hawn min suppost jara li l-ġurnalist Malti jkun serju f'dak li fil- fatt jagħmel.", "Lil dan l-istess ġurnalist għedtlu li m'għandi l-ebda diffikulta' li nwieġeb għad-domandi.", "Dawn fil-fatt bagħthomli bil-miktub xi jumejn ilu u nista' nassigura lil dan il-ġurnalist u lil kulħadd li d- domandi li għandi quddiemi se nweġibhom fil-mument li jkolli l- informazzjoni kollha neċessarja.", "Ngħaddi issa biex nitkellem fuq numru ta' affarijiet oħrajn li jiġru f'dan il-pajjiż minn żmien għal ieħor, biċċa minnhom lil hinn mill-influenza diretta ta' din il-Kamra.", "Isiru ħafna kummenti dwar affarijiet li jinfluwenzaw il-ħajja ta' kull wieħed u waħda u ħafna drabi dawn ikunu jinvolvu l-lokal u x'ikun qed jiġri ġo fih iżjed milli l-pajjiż kollu kemm hu.", "Bħal f'kull lokalita' oħra f'dan iż-żmien tas-sena, jumejn ilu kien hemm il-laqgħa ġenerali annwali tal-kunsill lokali ta' San Pawl il-Baħar.", "Sfortunatament għalija, nhar il-Ħadd li għadda kont qed naqdi doveri ta' xogħol politiku ieħor fil-gżira Għawdxija u allura ma stajtx inkun preżenti għal din il-laqgħa pero' għandi f'idejja kopja tar-rapport li tqassam lil dawk li kienu preżenti u naf b'xi punti li ssemmew min-nies li kienu preżenti għal din l-istess laqgħa.", "F'dan ir-rigward, Sur President, jiena nemmen li l-punti li ssemmew minn persuni li joqogħdu f'lokalita' partikolari għandhom ikomplu jitwasslu f'dan il-parlament ukoll minkejja li jkunu jirrigwardaw iżjed il-kunsill lokali.", "Hu importanti li kemm jista' jkun il-pubbliku li jkun ressaq ċerti kummenti, ikollu s-sodisfazzjon li jkun jaf li attwalment il-kummenti tagħhom ma jkunux biss twasslu permezz ta' formalita' normali ta' korrispondenza imma anke permezz ta' dan il-parlament.", "Ħafna drabi niltaqa' ma' nies li jgħiduli biex nagħmel domanda parlamentari u sfortunatament, meta nipprova nispjega li aħna bħala inistri jew segretarji parlamentari ma nistgħux nagħmluhom dawn, in-nies kważi kważi ma jemmnukx għax ma jiddistingwux ir-rwoli differenti li aħna l-65 membru għandna hawnhekk.", "F'din il-laqgħa ġenerali tal-kunsill lokali ta' San Pawl il-Baħar, tqajmet il-kwestjoni - ilha tissemma din - minn numru ta' residenti fl-inħawi tax- Xemxija dwar numru ta' zebra crossings li huma meħtieġa bejn il-bajja tax- Xemxija u l-knisja tal-Kapuċċini.", "Aħna nafu li dik il-biċċa triq hi arterja prinċipali u kuljum minnha jgħaddu eluf kbar ta' vetturi.", "Fil-fatt, dawk it- tliet kwarti ta' miljun vettura li taqsam bejn Malta u Għawdex kull sena kollha jridu jgħaddu mix-Xemxija jew inkella minn San Pawl il-Baħar u allura r-residenti qed jitolbu li jkun hemm xi tlieta jew erba' zebra crossings b'xi forma ta' dwal.", "Dan il-kunsill lokali talab u kiteb lill- Awtorita' tat-Trasport dwar dan is-suġġett u nispera li fi żmien mhux 'il bogħod l-istess awtorita' tkun tista' twettaq it-talba ta' dawn ir- residenti proprju biex jitneħħew xi perikli li jeżistu.", "Ħaġa oħra li ssemmiet - m'iniex ċert jekk issemmietx fil-laqgħa ġenerali jew le – hi dwar il-linji tat-traffiku li għandna fit-toroq ta' pajjiżna.", "Nafu li dawn jitilqu wara ċertu żmien u t-talba ta' xi kunsilliera tal- kunsill lokali, kemm ta' San Pawl il-Baħar kif ukoll dak tal-Mellieħa, hija li dawn is-sinjali tat-traffiku - is-central lines b'mod partikolari – jsiru kemm jista' jkun malajr.", "Hawnhekk nirrepeti l-appell li għamilt l- aħħar darba biex iċ-central lines bejn il-knisja tal-Kapuċċini u l-ewwel kisra kif taqbeż il-bridge tal-Mistra ma jkunx continous white line imma jkun dotted line sabiex wieħed ikun jista' jagħmel l-overtaking.", "Naturalment dan għandu jsir fil-parti ristretta fejn dan huwa ġeografikament possibbli.", "Sur President, kif wieħed jistenna, il-kunsill lokali għamel enfasi fir- rapport tiegħu dwar ix-xogħol li qed jagħmel bis-saħħa tal-fondi kemm tal- kunsill u kemm dawk provduti mit-tassazzjoni li aħna lkoll inħallsu għaliha f'dan il-pajjiż.", "Il-kunsill lokali f'dan ir-rapport għandu wkoll ġabra ta' suġġerimenti u talbiet pendenti li jixtieq li jseħħu.", "Fost l-oħrajn - biex nibda mill-ministeru li nirrappreżenta - hemm żewġ talbiet għal żieda ta' żewġ bajjiet oħra li jkunu meqjusa bħala swimmers zone.", "Fil-fatt l- Awtorita' Marittima minn żmien għal ieħor tara li żżid in-numru ta' bajjjiet li jkunu riżervati bħala swimmers zones.", "F'pajjiżna llum għandna numru sostanzjali ta' bajjiet li huma meqjusa bħala żoni li fihom jista' jsir biss il-għawm u ma jidħlux opri tal-baħar biex dawk li jkunu jgħumu f'dawn il-bajjiet ikollhom il-protezzjoni meħtieġa.", "Dawn iż-żewġ bajjiet huma l-area ta' taħt il-pjazza ta' Buġibba u area oħra ħdejn Ta' Fra Ben.", "Din il-proposta diġa' kienet tressqet lili u lill-kunsill lokali mill- organizzaturi ta' attivita' ta' l-għaddasa li ssir fl-inħawi ta' Fra Ben.", "Sur President, jekk wieħed iqis li l-popolazzjoni ta' l-area ta' San Pawl il-Baħar, il-Qawra u Buġibba tiżdied b'erba' darbiet fix-xhur tas-sajf, ċertament nara l-bżonn li dawn jiġu riservati għall-għawm biss.", "Jiena naħseb li wasal iż-żmien li dan iseħħ u żgur li nirrikmanda l-Awtorita' Maritima li dawn iż-żewġ talbiet jiġu aċċettati.", "Having said that, niddikjara li hemm diffikulta' biex dan isir fl-area ta' taħt il-pjazza ta' Buġibba, għaliex proprju hemmhekk nafu li jkun hemm attivita' kummerċjali li tkun għaddejja f'dak li huwa traġitt ta' passiġġieri lejn Kemmuna.", "Għalhekk wieħed irid jipprova jsib il-kompromessi neċessarji għalkemm naf li dan m'huwiex faċli.", "Jiena naf li ħafna drabi jkollna l-konflitt f'din l- area minħabba f'hekk u mhux darba u tnejn li dawn il-konflitti eskalaw lil hinn mil-limiti permissibbli.", "Li hu ċert hu li għandu jkun hemm protezzjoni aħjar għall-għawwiema, Sur President u dan ifakkarni li meta jasal Marzu/April jibdew id-diffikultajiet biex wieħed jiddeċiedi fuq fejn se jgħalaq u fejn se jillimita sabiex l-għawwiema ikollhom fejn jgħumu.", "Dan jiġri għax il-kosta tagħna hi żgħira u ma tistax tikber filwaqt li qed naraw żieda pjuttost sostanzjali ta' ħteġijiet marbutin ma' l-użu tal-kosta tagħna mill-opri tal-baħar.", "Kif kelli l-okkażjoni ngħid aktar minn darba f'dan il-parlament u anke barra, illum l-Awtorita' Marittima għandna 'il fuq minn 14,000 opra tal-baħar irreġistrati magħha u dak ifisser 14,000 talba għall-użu b'mod jew ieħor tal-kosta u tal-baħar ta' madwarna.", "Dan iwassal għal dak il-konflitt li semmejt qabel għax dawn jaħsbu li għandu jkollhom ċerti drittijiet minħabba ċerti ħteġijiet.", "Naturalment dawn għandhom l-importanza tagħhom ukoll u għalhekk aħna nagħmlu l-almu tagħna biex nevitaw konflitti barra minn lokhom u biex insibu l-aħjar kompromess.", "Punt li laqatni fir-rapport tal-kunsill lokali kien li fit-12-il xahar li għaddew, il-kunsill rċieva bejn wieħed u ieħor 4,200 talba, ilment jew suġġeriment, pero' l-parti l-kbira minnhom kienu ilmenti dwar ħteġijiet differenti li għandhom ir-residenti.", "Tajjeb li wieħed jenfasizza li San Pawl il-Baħar - u meta ngħid hekk qed ninkludi x-Xemxija, il-Qawra, Buġibba, Burmarrad, il-Wardija u dawk in-naħat li jaqgħu taħt il-kunsill lokali ta' San Pawl il-Baħar – għadda minn trasformazzjoni qawwija matul iż- żmien li għadda.", "Jekk wieħed ikun nieżel jew minn Naxxar jew inkella mill- Mosta u jara l-firxa ta' bini li hemm, jinduna li inbidlu b'mod drastiku dawn l-inħawi.", "Ladarba qed insemmi l-inħawi tal-Qawra - li kultant insejħulhom Tas-Salina anke jekk is-Salina proprjament hija n-naħa l-oħra, fejn hemm lukandi prinċipali - irrid nagħmel riferenza għall-ittra li dehret reċentament fit- \"The Times\" u li kienet dwar intervent li kont għamilt hawnhekk.", "L-ittra inkitbet minn persuna magħrufa u mhux se niddejjaq insemmiha, Is-Sur Hugh Arnett, li huwa wieħed minn nies li kelli l-okkażjoni li naħdem miegħu b'mod tant pożittiv u tajjeb matul iż-żmien li għadda, b'mod partikolari meta kont responsabbli mill-qasam tat-trasport.", "Dan ilu jgħix fl-inħawi tal- Qawra, in-naħa tas-Salina għal dawn l-aħħar 35 sena u kiteb ittra dwar is- salini li għandna bejn il-Qawra u s-Salina.", "Dan għamel riferenza għal xi artikli jew inkella xi interventi li kont għamilt jien żmien ilu - ma nafx jekk hux fil-parlament jew inkella x'imkien ieħor - dwar il-ħtieġa li jinbnew il-ħitan li kienu tkissru bil-maltempata ta' Settembru ta' sentejn ilu.", "Ladarba ssemmiet b'dan il-mod fil-ġurnali, jiena nerġa' nagħmel appell lill-organizzazzjonijiet li opponew dan.", "Fil-fatt, il-gvern - permezz tal-Ministeru għar-Riżorsi u Infrastruttura - beda xogħol marbut mat-tindif ta' dak il-kanal tal-sukkursu ta' madwar is-Salina pero' kien hemm xi problemi u x-xogħol ma tkompliex.", "Minħabba f'hekk ix-xogħol ma tlestiex kollu kemm hu u għad m'hemmx ċirkolazzjoni ta' l-ilma kif kien hemm sa l-1997.", "Kulmin bħas-Sur Arnett għandu esperjenza ta' l-inħawi qabel l-1997, jaf li hemmhekk kien hemm ċirkolazzjoni ta' l-ilma baħar mad- dawra kollha tas-Salini u dan kien jgħin biex ma jkunx hemm intejjen.", "Issa ftit tal-ġimgħat oħra jibda jinxef l-ilma u bħas-snin ta' qabel nerġgħu nibdew inxommu l-intejjen.", "Dan minkejja li m'hemm ebda pjanta speċjali li għandna nipproteġu bħalma jsostnu l-NGOs li qed joġġezzjonaw.", "Sur President, il-fatt li s-sukkursu tal-Salina kien magħluq swiet ta' dannu enormi lill-istess salini meta ġiet il-maltempata ta' Settembru ta' sentejn ilu għax kieku dak l-ilma kellu minn fejn jgħaddi, ma kenux jitkissru dawk is-salini.", "Jiena nappella lil min qed joġġezzjona biex ma jkomplix joġġezzjona, anzi jkunu huma bħala NGOs li jitolbu lill-gvern biex ix-xogħol isir.", "Aktar ma jgħaddi ż-żmien, aktar qed nagħmlu ħsara lill-wirt kulturali u arkitettoniku ta' dawk l-inħawi u importanti li dawn l- organizzazzjonijiet li qed joġġezzjonaw jifhmuh dan.", "Nispera li ma jgħaddux xi tlieta jew erba' snin oħra u dawn l-organizzazzjonijiet jibdew jgħidu li l-ħamrija u l-imbarazz li daħal fis-salina huwa wkoll xi pjanta indiġina li tgħix fil-melħ ta' dawk l-inħawi, għaliex is-salini qabel kienu jkunu mimlijin bl-ilma li jsir melħ u żgur li ma kien fihom l-ebda pjanta.", "L- istess ilma baħar ma jħallix li jikbru dawn il-pjanti u importanti li dawn l-organizzazzjonijiet ma jkunux fundamentalisti.", "Dawn għandhom jifhmu l-użu li dan il-post partikolari kellu u anke nassiguraw li dak li kien arkitettonikament u storikament importanti, nirrestawrawh kemm jista' jkun malajr għax issa l-ħitan huma dgħajfa minħabba l-ħsara li saret min-natura.", "Kieku 1% tal-ħsara li qed insemmi saret minn xi bniedem, il-gazzetti kienu jkunu ġustament kollha mimlijin bir-ritratti imma l-ħsara saret b'maltempata li ħadd minna ma kellu kontroll fuqu.", "Sur President, ejjew ningħaqdu biex dawn il-lokalitajiet ikomplu jiġu mħarsa.", "Dan l-aħħar qrajt li matul iż-żmien li ġej, il-masġar ta' madwar Kennedy Grove mistenni li jibda jinfetah bil-mod il-mod għall-pubbliku.", "Nemmen li d-deċiżjoni tal- ministeru responsabbli mill-affarijiet rurali u ambjent, li jipproteġu s- siġar li tħawwlu f'dawk l-inħawi għal numru ta' xhur, kienet tajba għax dawn is-siġar ġew protetti sakemm rabbew xi ftit l-għeruq għax nafu sew li f'dawn il-każi, jkollna xi Maltin li jmorru jew ikissru jew jaqilgħu dawn is-siġar.", "Nittama li once li dan il-masġar jinfetaħ, ma jkollniex nies li jkissru, jeqirdu u jaqilgħu dawk is-siġar u pjanti.", "Fil-laqgħa ġenerali tal-kunsill lokali li semmejt fil-bidu tad-diskors tiegħi, ingħad li se jibda x-xogħol fuq żewġ affarijiet importanti, waħda fl-opinjoni tiegħi aktar mill-oħra.", "Hawnhekk qed nitkellem dwar il-bini ta' parkeġġ li ilna nitkellmu dwaru numru ta' snin.", "Jidher li matul ix-xhur li għaddew kien hemm ċertu żblokk bejn il-kunsill lokali u l-ministeru responsabbli proprju biex tinstab is-soluzzjoni ħalli dan ix-xogħol ikun jista' jsir, għax nafu li waħda mill-problemi kbar li għandhom f'dawn l- inħawi huwa n-nuqqas ta' parkeġġ.", "Kieku għedt dan ftit tas-snin ilu, ħadd ma kien jemminni imma issa nafu li din hija realta'.", "Matul is-sena li għaddiet sar xogħol biex jiġu pprovduti madwar 400 parking space fl-inħawi ta' Fra Ben, pero' sfortunatament nafu li dawn m'huma xejn ħdejn il- ħteġijiet ta' parkeġġ li hemm.", "Naf ukoll li hemm il-possibbilta' li fiċ- ċentru ta' San Pawl il-Baħar, quddiem l-għassa l-antika, jitwaqqa' xi bini u jinbena ċentru li minnu l-kunsill lokali jkun jista' jopera mhux sempliċement bħala uffiċċju, imma jkun jista' jagħti wkoll numru ta' servizzi u jorganizza numru ta' attivitajiet li huma meħtieġa, bħal ċentri għall-anzjani u servizzi oħrajn li fil-fatt iridu jsiru min dawk l-inħawi.", "Jiena nemmen li proġett bħal dan għandu jsir b'kollaborazzjoni ta' dawk li huma b'xi mod jew ieħor interessati fl-iżvilupp ta' San Pawl il-Baħar, proprju biex jiġi assigurat li ma jkun hemm xejn li jnaqqas u jtellef minn dak li huwa marbut ma' dawn l-inħawi.", "Sur President, punt mhux marbut mal-laqgħa ġenerali tal-kunsill pero' marbut ma' dawn l-inħawi hu dwar dak li ġara proprju ftit tal-ġranet ilu fil-ġimgħa tal-karnival.", "Xi erba' jew ħames ġimgħat ilu, iltqajt ma' l- assoċjazzjoni tas-sidien tal-ħwienet u tar-ristoranti ta' Buġibba, il-Qawra u San Pawl il-Baħar u f'dik il-laqgħa kont għamilt dan is-suġġeriment.", "Għedtilhom: Intom li minn żmien għal ieħor tikkritikaw lill-gvern u lill- kunsill li ma jagħmlu xejn, mhux aħjar tipprovaw taraw li tagħmlu xi ħaġa għan-nies tal-lokalita' sabiex tiġġeneraw ftit attivita'?", "Issa mid-dehra l- ħaġa fehmuha u fl-ewwel ġurnata tal-karnival, din l-assoċjazzjoni flimkien mal-kunsill lokali u bl-għajnuna tal-Malta Tourism Authority, organizzat għall-ewwel darba marċ.", "Veru li kienet xi ħaġa żgħira pero' dan hu bidu li għandu jservi sabiex matul iż-żmien li ġej, din l-istess organizzazzjoni flimkien mal-kunsill lokali, l-MTA u dawk kollha li għandhom il-volonta' li jagħmlu xi ħaġa, jorganizzaw xi ħaġa li tiġġenera l-attivita' għal-lokal.", "Jiena naf li wara s-suċċess li kellha din l-ewwel attivita' li ġiet organizzata, hemm il-ħsieb li fil-ġimgħat li ġejjin jiġu organizzati attivitajiet oħrajn marbutin ma' l-attivitajiet kummerċjali fil-perijodu ta' l-Għid u naf li nbdew ukoll diskussjonijiet biex ikun hemm il- possibbilta' ta' festival ta' l-inbid fl-inħawi.", "Sur President, dan qed ngħidu għaliex nemmen li kulmin għandu idea, għandu jressaqha lil dawk li kapaċi jagħmluha realta'.", "Hemm diversi għodda li wieħed jista' juża biex dawn is-suġġerimenti jwassalhom, hemm il-kunsill lokali, hemm l-għaqdiet tan-negozjanti u hemm organizzazzjonijiet oħrajn li għandhom interess fl-inħawi ta' San Pawl il-Baħar.", "Jiena l-appell tiegħi hu li ningħaqdu flimkien u nagħtu s-sehem tagħna biex bħalna dan is-sehem wassal għas-suċċess ta' l- ewwel attivita', iwassal għal suċċessi oħra fiż- żmien li ġej, suċċessi li minnhom fl-aħħar mill-aħħar igawdu dawk li jorganizzawhom, pero' tgawdi wkoll il-komunita' kollha kemm hi ta' l-inħawi ta' Buġibba, San Pawl il-Baħar u l-Qawra.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada l- Erbgħa 28 ta' Frar, 2007 fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif ikkomunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "DUAL PRICING", "23797.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jikkonferma jekk hux se jinħareġ tender pubbliku biex jinxtara l-apparat tad-dual pricing li jidher li huwa ppjanat li jingħata lil dawk in-negozji li daħlu fis-sistema FAIR marbuta mad-dħul tal-euro f'pajjiżna?", "Dan japplika wkoll għal calculators li se jingħataw lil households Maltin u Għawdxin f'dan ir-rigward?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "INĊINERATUR TAL-BIĊĊERIJA", "23817.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' l-Ministru jgħarraf lill-Kamra liema proċedura ntużat biex jinxtara l-inċineratur tal-biċċerija?", "Kienet saret sejħa għal offerti?", "Meta sar dan u x'kien irriżulta minnha?", "Kemm kienet in-nefqa totali fuq dan il-proġett, kif ukoll in-nefqa biex dan l-inċineratur jibda jilqa' skart ieħor minbarra l-biċċerija?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: L-inċineratur tal-Marsa kien inxtara wara li lejn tmiem l-2003 kienet ħarġet sejħa għal offerti taħt il-proċeduri tal-Ħames Protokoll Taljan.", "Id-ditta Taljana Gruppo Barbieri & Tarozzi S.p.a. rebħet dan il-kuntratt u l-letter of acceptance ħarġet f'Lulju 2004.", "Il-proġett ta' l-inċineratur tal-biċċerija sewa Euros 10,444,450, liema spiża ġiet iffinanzjata mill-protokoll stess.", "In-nefqa biex dan l-inċineratur jieħu skart ieħor għadha qegħda tiġi negozjata.", "CARERS - ALLOWANCE", "23901.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 23443 u jgħid jekk ħaddiema carers fi djar ta' l-anzjani tas-sorijiet humiex intitolati għal night duty disturbance allowance skond il-liġi?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Il-kondizzjonijiet tax-xogħol ta' impjegati fis- settur privat, inkluż il-kategorija ta' mpjegati ndikati fil-mistoqsija, ma jaqgħux taħt ir-responsabbilta' tad-dekasteru tiegħi.", "STALLAZZJONI TA' LIFT", "23935.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' tiġi rikonsidrata mill-ġdid it-talba rifjutata għall- istallazzjoni ta' lift f'housing estate li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, minħabba li hemm residenti jbatu bil-qtugħ tan-nifs u anke mix-xjatika?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Ġimgħa qabel id-data ta' din il-mistoqsija, il- bord tad-diżabilita' fi ħdan l-awtorita' tad-djar irreveda d-deċiżjoni oriġinali u approva l-istallar tal-lift fil-blokk indikat.", "L-applikanti mistennija jiġu nformati b'dan bil-miktub.", "STALLAZZJONI TA' LIFT", "23936.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Jista' jiġi kkonsidrat l-istallazzjoni ta' lift fl-indirizz li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, minħabba raġunijiet mediċi varji on file inkluż ċertifikati ta' speċjalisti?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: L-applikazzjoni għal istallar ta' lift fil-blokk indikat waslet għand l-awtorita' tad-djar ix-xahar l-ieħor.", "Din l-applikazzjoni se tiġi kkonsidrata mill-bord tad-diżabilita' imwaqqaf fi ħdan l-awtorita' aktar tard ix-xahar id-dieħel.", "PULIZIJA – RAPPORTI TA' SERQ", "23975.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew rappurtati serqiet minn knejjes u istituti reliġjużi matul is-sena 2006?", "Jista' jgħid fejn saru l-każi u jekk ittellgħex xi ħadd il-qorti dwar l-istess każi?", "ONOR.", "TONIO BORG: Matul is-sena 2006 il-pulizija kellha 18-il rapport ta' serq minn knejjes u sebgħa minn istituzzjonijiet reliġjużi kif jidher mit- tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.", "F'każ minnhom, persuna li kienet irrappurtat portmoni misruq, informat lill-pulizija aktar tard li l- portmoni ma kienx misruq imma kienet nesietu warajha d-dar, filwaqt li dwar żewġ każi oħra ttieħdu proċeduri kriminali quddiem il-qorti.", "PULIZIJA – KORSIJIET FL-UNIVERSITA'", "23976.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ilu ma jkun hemm pulizija li jingħataw ċans jieħdu kors full time l-Universita'?", "X'inhi l- possibbilta' li fil-futur qarib jerġa' ikun hemm dawn l-okkażjonijiet?", "ONOR.", "TONIO BORG: L-aħħar sponsorship għall-korsijiet full time fl- Universita' lill-membri tal-korp tal-pulizija kien sar fis-sena 2000, fejn kienu ġew sponsorjati seba' membri tal-korp wara li kienet saret sejħa għall-applikazzjonijiet.", "Għalissa għad m'hemmx ħsieb li ssir sejħa għall- applikazzjonijiet għall-korsijiet full time sponsorship fl-Universita'.", "PULIZIJA - PERSUNI RAPPURTATI NIEQSA", "23977.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti l-ismijiet ta' persuni rappurtati nieqsa u li ma nstabux dawn l-aħħar għaxar snin, sena b'sena?", "ONOR.", "TONIO BORG: Mill-1997 'il hawn hemm 32 persuna li kienu ġew irrappurtati nieqsa u s'issa għadhom ma ġewx rintraċċati.", "Ma nħossx li huwa prudenti li jingħataw l-ismijiet ta' dawn il-persuni.", "PULIZIJA - KAŻI TA' HIT AND RUN", "23978.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien hemm każi ta' hit and run matul is-sena 2006, xahar b'xahar?", "ONOR.", "TONIO BORG: Bejn Jannar u Diċembru tas-sena 2006 ġew irrappurtati lill-pulizija 11-il każ fejn persuni ntlaqtu minn vettura li baqgħet sejra kif jidher hawn taħt:", "|Jannar |1 | |Frar |1 | |Marzu |1 | |April |0 | |Mejju |1 | |Ġunju |0 | |Lulju |0 | |Awissu |3 | |Settembru |0 | |Ottubru |2 | |Novembru |0 | |Diċembru |2 |", "KORS MILL-ETC", "23979.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Peress li ftit taż-żmien ilu sar kors mill- korporazzjoni tax-xogħol u taħriġ bis-suġġett increasing female participation through child care services at the place of work, jista' l- Ministru jgħid x'inhi l-possibbilta' li dawk li pparteċipaw ikollhom impjieg relatat?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-Onor.", "Membru japprezza li l-opportunitajiet ta' impieg f'dan is-settur jiddependu minn numru ta' ommijiet li lesti jikkontribwixxu biex iħallu l-uliedhom f'childcare facilities.", "Il-gvern se jagħmel il-parti tiegħu biex jagħti l-kontribut tiegħu.", "BORMLA - ĦAMIEM", "23980.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' l-Ministru jara jistax isir xi ħaġa sabiex ikun ikkontrollat l-ammont dejjem jiżdied ta' ħamiem fl-area tal-knisja ta' Sta.", "Tereża Bormla?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jirriferi l- mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "BUĠIBBA - ISLET PROMENADE", "23995.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Għaliex l-awtorita' Maltija tat-turiżmu approvat li jsir żvilupp fuq il-blat ta' Islet Promenade f'Buġibba?", "Meta tat l-approvazzjoni tagħha għall-qerda ta' din il-parti tal-kosta ta' Buġibba li għaliha ntalab permess mill-MEPA skond PA 2207/03, PA 116/07?", "Min ta l-approvazzjoni tiegħu?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Naħseb illi l-Onor.", "Interpellant qed jirriferi għall-proposta ta' kids park f'Islet Promenade.", "Mhix responsabbilta' ta' l-awtorita' tat-turiżmu li tilqa' u tapprova proposti ta' żvilupp ta' din ix-xorta u li m'humiex ta' natura turistika.", "Fl-ambitu ta' dan l-iżvilupp, l-awtorita' Maltija tat-turiżmu approvat biss li jkun hemm bar (li jinkludi faċilitajiet bżonnjużi bħal toilets u kamra għall- first aid) biex iservu l-ħtiġijiet tan-nies u tat-tfal li jiffrekwentaw dan il-post.", "TURISTI LI ŻARU PAJJIŻNA", "23996.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet li għalihom f'Jannar 2007 ġew 4,000 passiġġier inqas minn Jannar 2006?", "Mistenni li dan it- tnaqqis jaffettwa t-tbassir li din is-sena jiġu 37,600 (10%) passiġġieri iżjed mis-sena 2006?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Għalkemm il-mistoqsija m'hijiex ċara, nassumi li l-Onor.", "Interpellant qiegħed jirriferi għall-cruise passengers li ma jingħaddux man-numru ta' turisti.", "Ir-raġunijiet għat-tnaqqis f'Jannar diġa' ingħataw mill-VISET.", "Rigward it- tbassir għal bqija tas-sena, wieħed irid jiftakar li l-istaġun proprju jestendi minn Marzu sa Ottubru.", "L-indikazzjonoijiet li għandna mis-suq huma li l-2007 għandha terġa' tkun sena ta' tkabbir f'dan is-settur.", "BUĠIBBA – TRIQ SANT'ANTNIN", "23997.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 23851 u jgħid: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 23510 jista' jgħid x'passi ħadet l-awtorita' dwar it-trasport pubbliku biex tagħlaq Triq Sant'Antnin f'Buġibba?", "X'jiġri fil-każ li r-residenti jkollhom bżonn ambulanza jew fire engine għal xi emerġenza f'din it-triq?", "Kif se tkun aċċessibbli din it-triq f'każ ta' emerġenza?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Wara investigazzjoni neċessarja li għamlet l- awtorita' dwar it-trasport, instab li ma ngħata l-ebda permess biex din it- triq tingħalaq.", "L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jirriferi l-mistoqsija tiegħu lill-ministru responsabbli mill-kunsilli lokali.", "MANOEL ISLAND – FOOTBALL GROUND", "24007.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Bħala Ministru responsabbli mill-isport, jista' jingħad x'passi ttieħdu dwar l-inċident li seħħ ftit ġimgħat ilu meta ċittadin Russu weġġa' gravi wara li waqgħet lasta tal-football fuqu f'Manoel Island?", "Min hu responsabbli mill-istess ground?", "Hemm uffiċjali li jżuru grounds biex jaraw li l-lasti kollha tal-football huma skond ir- regolamenti u fejn hemm minnhom li jiċċaqalqu jkunu mwaħħlin ma' l-art?", "Dan il-ground għandu aċċess għall-pubbliku mingħajr ebda sigurta'?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Hija responsabbilita' ta' l-għaqdiet sportivi biex jiżguraw illi kwalunkwe attrezzatura ma tkunx ta' periklu għal persuni li jużaw il-post.", "Informat ukoll li l-ground imsemmi jintuża minn Gżira Utd FC u n-nursery tagħhom.", "Il-ground kien jinżamm magħluq biex jiġi wżat mill-klabb biss, iżda sofra diversi attakki ta' vandalizmu fil-fence u b'hekk jinsab miftuħ.", "PULIZIJA – INVESTIGAZZJONI DWAR MATERJAL PIROTEKNIKU", "24008.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'ġara mill-każ li kien qed jiġi investigat mill-pulizija meta s-sajf li għadda ċittadin Malti kien daħħal splussiv mill-Bulgarija?", "Fiex waslu l-investigazzjonijiet tal-pulizija?", "Saru kuntatti ma' l-awtoritajiet Bulgari?", "Tressaq xi ħadd il-qorti?", "ONOR.", "TONIO BORG: L-investigazzjoni dwar il-każ fejn persuna kienet instabet li kellha xi materjal pirotekniku fil-valiġġa mal-wasla tagħha fuq titjira mill-Bulgarija, mistenni li tkun konkluża dalwaqt.", "POSTIJIET TA' DIVERTIMENT - TFAL TAĦT L-ETA'", "24009.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid f'Diċembru 2006 u f'Jannar sa l-20 ta' Frar kemm inqabdu tfal taħt l-eta' f'postijiet ta' divertiment?", "Liema kienu l-bars, discos, etc. u f'liema lokalitajiet?", "X'passi ttieħdu?", "Kien hemm sidien li kienu riċedivi?", "Jista' jgħid ukoll jekk hux qed issir distinzjoni fejn ikun hemm non-alcoholic bars?", "ONOR.", "TONIO BORG: Bejn l-1 ta' Diċembru 2006 u l-20 ta' Frar 2007, il- pulizija bdiet proċeduri quddiem il-qorti kontra disgħa persuni responsabbli minn postijiet ta' divertiment, wieħed minnhom reċediv, wara li kienu nstabu għaxar persuni taħt is-16-il sena f'postijiet ta' divertiment ġewwa Ħal Luqa, Wied il-Għajn, San Ġiljan, u r-Rabat, Għawdex.", "Ir-regolamenti biex jinżamm il-Bon Ordni f'lokalitajiet ta' divertiment ma jagħmlux distinzjoni bejn postijiet ta' divertiment fejn jinbiegħ l-alkoħol jew le.", "REGOLAMENTI TAD-DIVERTIMENT", "24010.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol tal-kumitat imwaqqaf apposta biex jistudja r-regolamenti tad-divertiment?", "Meta mistenni li jiġi ppubblikat dan ir-rapport?", "ONOR.", "TONIO BORG: Il-kumitat avvanza ħafna fix-xogħol tiegħu u ltaqa' diversi drabi.", "Malli jkolli r-rapport, inpoġġih fuq il-mejda tal-Kamra.", "SKEJJEL - BINI U MANUTENZJONI", "24011.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-pjan li qed timxi fuqu l-fondazzjoni għall-iskejjel t'għada fejn jidħlu xogħlijiet ta' bini, manutenzjoni jew ta' xort'oħra fl-iskejjel ta' Malta u Għawdex?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mhux il-każ li f'dan l-istadju jitpoġġa d-dokument mitlub fuq il-mejda tal-Kamra.", "QASAM TA' L-EDUKAZZJONI", "24012.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra r- rapporti jew case studies li ġew preżentati lil persuni minn pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropea marbut mas-sistema tal-kulleġġi u dak li qed jiġi propost mill-gvern fil-qasam ta' l-edukazzjoni?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ir-rapporti li għandhom x'jaqsmu mas-suġġett imsemmi fil-mistoqsija huma diġa' pubbliċi u poġġuti fuq il-mejda tal-Kamra.", "MMA - RECORDS DEPARTMENT", "24023.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid għaliex ir-records department fl- awtorita' marittima ta' Malta jieħu nies minn fejn irid mingħajr call for application?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jispeċifika x'qed ifisser meta qed jgħid li \"ir-records department fl-awtorita' marittima ta' Malta jieħu nies minn fejn irid mingħajr call for application\".", "NATIONAL RESEARCH AND INNOVATION PROGRAMME", "24024.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma d-ditti jew koordinaturi li applikaw u ġew magħżula għal national research and innovation programme ta' l-2006, amministrat mill-kunsill Malti għax-xjenza u t-teknoloġija f'Bighi u x'kienu l-kriterji wżati biex issir l-għażla u min kien fuq il-bord ta' l- għażla?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "MCST", "24025.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jikkonferma illi Aqua Biotech Innova rappreżentanta fuq l-advisory board ta' l-istess kunsill Malti għax-xjenza u t-teknoloġija mill-persuna li isimha qed jintbagħat separatament, u Sustech consulting rappreżentata fuq l-advisory board minn inġinier li ismu qed jintbagħat separatament, kellhom il-proġetti tagħhom magħżula?", "Jista' jinvestiga l-konflitt ta' interess ta' dawn l-applikanti għall- fondi, meta dawn huma wkoll fuq l-advisory board tal-kunsill u jinvestiga għalfejn iċ-chief executive officer tal-kunsill ippermetta dan il-konflitt ta' interess meta dan kien jaf bih?", "Għalfejn f'laqgħa ta' informazzjoni lill-applikanti ċ-chief executive officer ma kienx jaf jirrispondi għal mistoqsijiet bażiċi dwar kif għandha timtela' l-applikazzjoni, b'hekk ħalla dubju li seta' fixkel is-suċċess ta' xi wħud mill-applikazzjonijiet?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "MCST", "24026.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jagħti lista bl-ismijiet ta' persuni jew ditti magħżula mill-kunsill Malti għax-xjenza u t-teknoloġija, kemm se jingħataw fondi għar-riċerka għal kull applikazzjoni li ntagħżlet u x'kien is-suġġett tar-riċerka?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "ST.", "LUKE'S - ECHOCARDIOGRAMS", "24027.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Fil-cardiac laboratory ta' St. Luke's kemm isiru echocardiograms kuljum?", "Kemm ikunu (kuljum) it-tobba li jagħmlu dawn l- echocardiograms?", "Kemm hu n-numru ta' out-patients li qed jistennew biex isirilhom echocardiogram?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Fil-cardiac laboratory ta' St. Luke's isiru numru ta' echocardiograms kif jidher fit-tabella ta' hawn taħt.", "|Ġurnata|Pazjen|Konsule| | |ti |nti | |It-Tnej|18 |1 | |n | | | |It-Tlie|25 |2 | |ta | | | |L-Erbgħ|15 |1 | |a | | | |Il-Ħami|15 | | |s |tfal | | |5 |2 | | |adulti | | | |Il-Ġimg|25 |2 | |ħa | | | |Is-Sibt|10 | | | |tfal | | |4 |2 | | |adulti | | |", "In-numru ta' out patients li qed jistennew isirilhom echocardiogram mhux urġenti huwa ta' 8,511.", "Dan it-test qiegħed isir bħala investigazzjoni ta' rutina u bħala ckeck up.", "SERVIZZ TA' HOME HELP", "24028.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru massimu ta' sigħat fil-ġimgħa li ċ-ċentru ħidma soċjali jrid li jaħdmu dawk li jagħmlu home help?", "Jekk jinħass il-bżonn, jista' dan iċ-ċentru jara li xi helpers jaħdmu s-Sibtijiet ukoll?", "Il-helpers jibdew ix-xogħol fit-8.00 a.m. Sa liema ħin iċ-ċentru jrid li jaħdmu dawn il-helpers?", "Kemm hu l-ħlas tagħhom kull siegħa?", "Kemm għandhom ġranet ta' leave u sick leave bi ħlas fis- sena?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: In-numru massimu ta' sigħat li jaħdmu l-part time social assistants fil-ġimgħa huwa ta' bejn 30 u 35 siegħa.", "F'każ ta' bżonn, il-part time social assistants jaħdmu wkoll is-Sibtijiet.", "Is- servizz tal-home help jingħata bejn is-7.00 ta' filgħodu u s-2.30 p.m.", "Il-ħlas li jirċievu l-part time social assistants huwa ta' Lm1.88.6 is- siegħa.", "Leave u sick leave bi ħlas jingħata pro-rata skond in-numru ta' sigħat li jaħdmu l-part time social assistants.", "SPIŻERIJA TAL-GVERN - NUQQAS TA' MEDIĊINI", "24041.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għal Għawdex: Peress li qed isiru lamenteli mill-pubbliku dwar nuqqas ta' Ventolin u Aspirina fl- ispiżerija tal-gvern, tista' l-Ministru tindirizza dan in-nuqqas?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: L-aspirina u l-ventolin nebuliser solution ilhom għal xi żmien out of stock mill-stores ta' St. Luke's.", "Għaldaqstant l-ispiżerija ta' l-isptar ġenerali t'Għawdex qed tagħti tip ta' aspirina li s-soltu jeħodha biss minn għandu permess speċjali.", "Il- ventolin nebuliser solution joħroġ biss għat-tfal li għandhom permess speċjali, iżda fil-mument qed jingħata lill-pazjenti tas-swali biss.", "Minkejja dan, m'hemmx nuqqas ta' ventolin inhaler fl-isptar u dan qed jingħata kif inhi l-prassi eżistenti.", "GĦAWDEX – MĠARR TERMINAL", "24042.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid x'involviment għandha fid-diskussjonijiet dwar il-parkeġġ fit-terminal ta' l-Imġarr, Għawdex?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: It-terminal ta' l-Imġarr, Għawdex inkluż il-parkeġġ ta' ġo fih, jaqa' taħt ir-responsabbilta' ta' l-awtorita' marittima ta' Malta.", "GĦAWDEX - UFFIĊINI TAL-PULIZIJA", "24043.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Peress li mill-uffiċini tal-pulizija fir-Rabat, Għawdex tneħħew xi pulizija u li in konsegwenza ta' dan inħoloq inkonvenjent lill-pubbliku għax qed idum iktar ma jinqeda, jista' l-Viċi Prim Ministru jindirizza din il-problema?", "ONOR.", "TONIO BORG: Fil-preżent fl-uffiċċju tal-pulizija ġewwa r-Rabat Għawdex hemm jaħdmu tmien membri tal-korp flimkien ma' tlett impjegati tas- servizz ċivili.", "Dan in-numru huwa kkonsidrat suffiċjenti sabiex ilaħħaq max-xogħol li jsir f'dan l-istess uffiċċju.", "ĦADDIEMA F'DIPARTIMENTI TAL-GVERN", "24044.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid f'kull dipartiment tal-gvern f'Għawdex kemm hemm ħaddiema rġiel u kemm hemm nisa, kif ukoll tindika kemm hemm impjegati nisa bir- reduced hours u flexi-time?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: L-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.", "VAPUR MV GAUDOS - RAMPA", "24045.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Peress li r-rampa tal-vapur MV Gaudos ta' spiss tkun bil-ħsara u dan ikun kaġun ta' dewmien u nkonvenjent għall-pubbliku, jista' l-Ministru jara li din il-problema tiġi riżolta?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "STALLAZZJONI TA' LIFT", "24046.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Wara li inkwilini li joqogħdu fl-indirizz li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, għaddew lill-Ministru rapport li l-lift jista' isir fix-shaft tal-blokk tagħhom, tista' l-Ministru tgħid meta se jiġi deċiż li jsir il-lift tant meħtieġ minħabba t-taraġ li hemm?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Ir-rapport li għamel riferenza għalih l-Onor.", "Interpellant ma kienx jikkonsisti għajr fi stima ta' lift, eskluż il-bini tax-shaft u xogħol strutturali ieħor, u pjanta, mhux skond l-iskala, magħmula minn kuntrattur privat tal-lifts li turi shaft ta' lift imqiegħed f'bitħa nterna, preżumibbilment tal-blokk indikat mill-Onor.", "Interpellant.", "L-awtorita' tad-djar kienet ilha li kkonsidrat il-possibbilta' li jiġi stallat lift f'dan il-blokk iżda rriżulta li t-tromba ċentrali tat-taraġ, li hi kompletament imdawra bl-appartamenti, m'għandhiex spazju biżżejjed biex takkomoda lift.", "Ninsab informata wkoll li l-proposta reċenti ta' l-inkwilini ma toffrix soluzzjoni kif jista' jiġi stallat lift f'bitħa nterna li minnha għaddejjin is-servizzi kollha ta' l-ilma u d-drenaġġ u li fiha wkoll it-twieqi tal- kmamar tal-banju eżistenti ta' l-appartamenti.", "Minħabba dawn il-problemi tekniċi mhux possibbli li jiġi stallat lift li jaqdi l-inkwilini kollha tal-blokk indikat.", "PULIZIJA GĦASSA MA' IMMIGRANTI IRREGOLARI", "24047.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-pulizija li jiġu posted ma' l-immigranti rregolari jingħatawx xi tip ta' allowance?", "ONOR.", "TONIO BORG: Dawk il-membri tal-korp tal-pulizija li jkunu assenjati biex jagħmlu xogħol fuq bażi permanenti fiċ-ċentri ta' akkomodazzjoni għall- immigranti rregolari jingħataw l-ispecial duty allowance ta' Lm45 fix- xahar.", "WIED IL-GĦAJN – PROVVISTA TA' ILMA", "24057.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru jara x'inhi r-raġuni li kien hemm qtugħ ta' ilma għal aktar minn okkażjoni waħda mingħajr ebda avviż fi Triq il-Qaliet, Wied il-Għajn?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mill-ewwel tas-sena kien hemm tliet okkażjonijiet fejn il-provvista ta' l-ilma fi Triq il-Qaliet Wied il-Għajn kellha tingħalaq.", "L-ewwel darba kienet fil-5 ta' Frar, minħabba xogħol ta' manutenzjoni fuq il-main prinċipali li jitma' l-Wied il-Għajn kollu.", "Dan il-qtugħ dam għal madwar 15-il siegħa u saret stqarrija għall-Istampa dwaru.", "It-tieni u t-tielet draba, li ġraw fit-12 u fil-21 ta' Frar, ukoll kellhom isiru minħabba xogħol ta' manutenzjoni tas-sistema tad-distribuzzjoni, iżda dawn id-drabi ġew effettwati biss ftit toroq (inkluż Triq il-Qaliet).", "Il- qtugħ dam ftit aktar minn siegħa u sitt sighat rispettivament u ma sarux stqarrijiet minħabba li d-dewmien ma kienx kbir u li kienu affettwati biss ftit toroq.", "WIED IL-GĦAJN - STREET LIGHTING", "24058.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru, permezz ta' l-Enemalta, jgħid min hu responsabbli għad-dawl li hemm mal-baħar fi Triq is-Salini, Wied il-Għajn għax dawn qegħdin f'sitwazzjoni ta' abbandun bi brazzi mkissra u bozoz ma jixgħelux u ilhom hekk għal żmien twil?", "Min hu responsabbli ta' dan l-istreet lighting li hemm max-xatt, il-kunsill lokali jew l-Enemalta?", "Possibbli xi ħadd jiddeċiedi min hu responsabbli għax hu inaċċettabli li din it-triq titħalla fid-dlam għal xhur sħaħ mhux biss għar-residenti u n- nies li jużawha imma anke għat-turisti li ta' spiss iżuru dan il-post?", "Jistgħu jittieħdu passi biex dan l-ilment ma jaqax fuq widnejn torox u xi ħadd jieħu ħsieb jagħmel it-tiswijiet li hemm bżonn għax diversi lmenti oħra fuq l-istess triq sfortunatament ma swew għal xejn?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Il-kunsill lokali huwa responsabbli għad-dawl li hemm max-xatt fi Triq is-Salini, Wied il-Għajn.", "L-Enemalta hija responsabbli li tbiddel il-bozoz maqtugħin biss, filwaqt li l-kunsill lokali huwa responsabbli fit-tiswija u l-manutenzjoni ta' l-arbli.", "Sal-ġimgħa li għaddiet 85% tal-lampi kienu tajbin u l-arbli l-oħrajn iridu jissewwew jew jinbidlu għal kollox.", "TOROQ", "24059.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jgħid f'liema lokalitajiet qed isiru s-70 triq li ħarġu t-tenders għalihom fl-aħħar ġimgħa ta' Diċembru, 2006?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: It-toroq li qiegħed jirreferi ghalihom l-Onor.", "Interpellant ġew allokati permezz ta' period contract u mhux tender għal kull triq individwali.", "Ix-xogħlijiet qegħdin isiru Ħ'Attard, Ħal-Lija, Ħal Għaxaq, Gudja, Ħal-Luqa, Wied il-Għajn, Mosta, Mtarfa, Naxxar, Ħal Qormi, Ħal Safi, Ħal Kirkop, Sta.", "Luċija, Sta.", "Venera, Siġġiewi, Swieqi, Ħaż- Żabbar, Ħaż-Żebbuġ, Żurrieq, Ħamrun, Raħal Ġdid, u Ħal Tarxien."]} {"filename": "20050419_256d_par.doc", "date": "2005-04-19", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Uffiċjali u Rivedut) L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 256 It-Tlieta, 19 ta' April, 2005 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 256 It-Tlieta, 19 ta' April, 2005", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6:02 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "256", "It-Tlieta, 19 ta' April, 2005", "WERREJ", "MINUTI 701", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 701", "TQEGĦID TA' KARTI 707", "MOZZJONIJIET", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IL-BANK ĊENTRALI", "TA' MALTA (L-EWWEL QARI) 708", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR ARKIVJI NAZZJONALI (KUMITAT)", "NATIONAL ARCHIVES BILL (COMMITTEE STAGE) 709", "AĠĠORNAMENT 733", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 740", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 255 li saret fit-18 ta' April, 2005 ġew konfermati.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): Inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tweġiba għal mistoqsija parlamentari li saret mill-Onor Joe Mizzi dwar dħul u servizzi li jien intitolat għalihom bħala President tal-Kamra; u", "Tweġiba għal mistoqsija parlamentari li saret mill-Onor Leo Brincat dwar investigazzjoni fuq l-operat tal-Voice of the Mediterranean.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "OPM - KIRI TA' KAROZZI", "11077.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 10566 u jgħid kemm karozzi nkrew mill-OPM u l-entitajiet li jaqgħu taħtu matul is- sena 2004?", "X'kienet l-ispiża totali għal dawn il-kirjiet, inkluż dik tal- fuel?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (Segretarju Parlamentari) (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba diġa' ngħatat bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 10566.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, f'interpellanza separata jiena tlabt lill- prim ministru biex jagħtini informazzjoni dwar ħlasijiet lil kull ministru u segretarju parlamentari, dwar x'karozzi huma intitolati għalihom, dwar l- ispiża annwali fuq l-istess karozzi u anke tlabtu jagħtini l-ismijiet tax- xufiera.", "L-istess tip ta' domanda - biss din id-darba għal dak li għandu x'jaqsam mal-kap ta' l-oppożizzjoni - saret lis-Sedja u mir-risposta li ta l- Ispeaker ħareġ l-isem tax-xufier ta' Dr Sant - hekk għandu jkun għax naturalment m'hemmx ħabi f'dawn l-affarijiet – u allura l-gvern bl-istess kriterju m'għandux joqgħod lura milli jagħti l-ismijiet tax-xufiera ta' kull ministru u segretarju parlamentari.", "X'inhi r-raġuni vera li l- ismijiet ta' dawn ix-xufiera m'humiex jingħataw meta wara kollox dawn qegħdin jitħallsu mill-erarju pubbliku?", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Mr Speaker, għalkemm l-informazzjoni li qed jitlob l-Onor.", "Mizzi mhix quddiemi, ta' min jgħid li x-xufiera tal-ministri huma ben noti.", "Dawn huma nies li niltaqgħu magħhom kuljum u allura ma naħsibx li huwa l-każ li noqogħdu ngħidu li għandna x'naħbu, kif qed jallega l- kollega tagħna.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Imma allura ladarba s-Segretarju Parlamentari qed jgħid li m'hemm l-ebda ħabi, x'inhi r-raġuni li l-ismijiet ma ngħatawx?", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Diġa' għedtlu li l-informazzjoni mhix quddiemi u allura ma nistax nagħtih tweġiba, Sur President.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jien nibqa' insostni li bħalma ngħatat l-informazzjoni dwar il-kap ta' l-oppożizzjoni, anke f'ċertu dettall - naturalment hekk għandu jkun - hekk ukoll għandha tingħata l-istess informazzjoni dwar il- ministri u s-segretarji parlamentari.", "Aktar u aktar meta s-Segretarju Parlamentari hawn preżenti qed jgħid li ma teżisti l-ebda problema u allura nitolbu jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra, anke f'xi seduta oħra, il-lista tad- drivers tal-ministri u s-segretarji parlamentari.", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Issa nindaga dwar din it-talba ta' l-Onor.", "Interpellant ħalli nara nkunx nista' ngħaddilu l-informazzjoni li jrid, Sur President.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: F'ġieħ it-trasparenza, nerġa' ntenni li s-Sedja diġa' tat l-isem tad-driver tal-kap ta' l-oppożizzjoni u b'daqshekk ma ġara xejn ħażin, anzi hekk għandu jkun.", "Jiena nistaqsi lill-Ministru u lis-Segretarji Parlamentari hawn preżenti jekk humiex lesti li flimkien mal-ministri u s- segretarji parlamentari l-oħra, jagħtu l-ismijiet tad-drivers tagħhom.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi): Jiena personalment ma nsib lanqas l-iċken diffikulta' li nagħti l-ismijiet tax-xufiera – u naħseb anke sħabi - għax dawn kollha ħaddiema mħallsa mill- erarju pubbliku.", "Barra minn hekk, kif qal il-kollega tiegħi, dawn huma nies li regolarment ikunu hawn fil-bini tal-parlament, anke ġieli jkunu qegħdin jieħdu xi ħaġa fil-bar flimkien ma' membri oħra tal-gvern u ta' l- oppożizzjoni.", "Imma issa ejja ngħidu wkoll, Sur President, li peress li din il-mistoqsija saret lill-prim ministru, il-korrettezza titlob li l-Onor.", "Abela l-ewwel jinforma lill-prim ministru dwar l-insistenza min-naħa ta' l-Onor.", "Membru fuq dan il-punt biex hu jieħu konjizzjoni tagħha.", "Għaliex qed ngħid hekk?", "Għax filwaqt li meta l-President tal-Kamra saritlu mistoqsija u hu ta tweġiba bid-dettalji meħtieġa - għalkemm ma nafx biżżejjed id-dettalji tal- mistoqsija u l-isfond tat-tweġiba – il-prim ministru, li żgur m'huwiex bniedem li joqgħod iżomm l-informazzjoni u nafu kemm huwa apert, ikun irid jikkonsidraha din.", "(Interruzzjonijiet)", "Hemm ħafna affarijiet li huma ffinanzjati mill-erarju pubbliku, pero' ta' min jgħid ukoll li f'dan il-parlament għaddejna liġi dwar il-protezzjoni tad-data u minħabba fiha ġieli ma tkunx tista' tiżvela ċerta informazzjoni ta' natura personali.", "Tant hu hekk li meta jsiru mistoqsijiet dwar xi individwi, l-ismijiet tagħhom ikunu jidhru separatament mill-mistoqsija.", "(Interruzzjonijiet) Jiena ma rrid nippreġudika xejn, imma qed nipprova nfiehem lill-ħabib tiegħi illi ma narahiex barra minn lokha li l-Onor.", "Anthony Abela jinforma lill-prim ministru li saru dawn il-mistoqsijiet supplimentari b'ċerta insistenza u anke jgħidlu x'inhuma l-argumenti, li jista' jkun li huma validi wkoll, biex imbagħad hu jsegwi b'risposta normali.", "Jien personalment nista' kważi ngħidlek li jekk niġi mistoqsi min huma d- drivers tiegħi se nirrispondik.", "Ma ngħidlekx hekk għax ma rridx nippreġudika dan il-punt, li fuq kollox jista' jagħti l-każ li hi konsiderazzjoni li trid tinżamm quddiem minn min irid li jingħata din l- informazzjoni.", "Issa min dan li qed ngħidlek jien jista' ukoll ma jkun xejn u l-prim ministru, bla ebda diffikulta' ta' xejn, ikun jista' jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-lista ta' dawn il-persuni.", "SISTEMA TA' ENERĠIJA SOLARI", "11078.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 10565 u jgħid kemm dipartimenti tal-gvern matul dawn l-aħħar ħames snin qalbu għal sistema ta' enerġija solari?", "Liema huma dawn id-dipartimenti u kemm ġiet tiswa din il-bidla?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 10565.", "LUKANDI", "11171.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid kemm lukandi matul l-2003, l-2004 u l-2005 ġew jew qed jiġu konvertiti f'appartamenti?", "Liema huma dawn il-lukandi u kemm kienu jħaddmu nies qabel?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (f'isem il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura): Nirriferi lill-Onor Interpellant għar-risposti li tajt għall-mistoqsijiet parlamentari 8240 u 10394.", "L-IMDINA U R-RABAT - TURISTI", "11173.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid kemm turisti jżuru l-Imdina u r-Rabat?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (f'isem il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura): Minn studji maħruġa mill-awtorità tat-turiżmu huwa stmat li madwar 764,070 turist żaru l-Imdina u r-Rabat fl-2004, liema informazzjoni ma teżistix għas-snin ta' qabel.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Ġaladarba jirriżulta li prattikament 80% tat- turisti li jiġu f'pajjiżna jżuru r-Rabat u l-Imdina, ma jaħsibx il-Ministru li minnufih għandu jara li jsir xi ħaġa ħalli titneħħa l-porkerija minn mal-faċċata ta' Howard Gardens u r-Roman Villa?", "Infakkru li hemmhekk kellu jsir l-iskavar iżda dan qatt ma sar, bil-konsegwenza li qed issir ħsara kbira, speċjalment meta tagħmel ix-xita.", "Jekk ma nagħmlux xi ħaġa kemm jista' ikun malajr, inkunu qed nuru kemm aħna inkonsistenti għax l-iżdingar li hemm f'dawk l-inħawi jispikka fuq kull ħaġa oħra, Sur President.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Assolutament ma naqbilx mal-kollega tiegħi li l- fdalijiet ta' fejn ir-Roman Villa, liema fdalijiet beda jsir l-iskavar tagħhom, qed issirilhom il-ħsara.", "Għax allura bl-istess argument qed issir ħafna ħsara lil fdalijiet oħrajn!", "Infatti x'aktarx li aktar issir ħsara jekk dawn jiġu skavati kompletament milli jekk f'dan l-istadju dawn jinkixfu - u dan minħabba l-manjiera ta' kif isir l-iskavar, minħabba l- ippjanar ta' min se jagħmlu u x'finanzjament irid isir - għalkemm irrid nistqarr ukoll li m'iniex espert f'din il-materja, Sur President.", "Meta kont responsabbli mill-patrimonju kulturali kemm-il darba ġejt informat li meta fdalijiet ta' dan it-tip ikunu għall-apert u jkunu fi stadju ta' skavar, ma ssirilhomx ħsara minħabba raġunijiet ta' maltemp.", "Issa hemmhekk għandek sit li kien beda jiġi skavat u diġa' hemm indikazzjonijiet li issa, wara r-restawr li sar ta' Villa Rumana, wieħed jista' japprezza iktar x'inhi t-tifsira tiegħu u nifhem ukoll li l-pjan ta' skavar ekoloġiku jirrikjedi nies li huma kapaċi jagħmlu dan ix-xogħol.", "Fil- fatt nista' ngħid li għandna bosta Maltin li kapaċi jagħmluh.", "Naqbel ma' l-Onor.", "Membru li t-toroq li bihom huma mdawrin ir-Roman Villa u Howard Gardens għandhom jinżammu fi stat ta' ndafa u stat mill-aktar preżentabbli u se niġbed l-attenzjoni tad-dipartimenti konċernati biex mill- aktar fis jassiguraw li jekk hemm xi nuqqasijiet, dawn jirranġawhom.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, jaħseb il-Ministru li huwa l-każ li l- gvern iwaqqaf kumitat bejn il-kunsill lokali tar-Rabat, dak ta' l-Imdina, il-kumitat li jħares il-patrimonju ta' l-Imdina u l-ministeru tat-turiżmu u kultura, bl-idea li ntejbu l-qagħda li teżisti f'dawn l-istess inħawi?", "Jista' il-Ministru jieħu nota ta' dan li qed ngħid jien u jara x'jista' isir internament, bil-għan li ma nħallux dik il-porkerija, aktar u aktar meta nafu li dan il-post qiegħed fil-għoli u jintlaqat mhux ħażin mir-riħ?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Jiddispjaċini imma ma naqbilx ma' l-Onor.", "Membru meta jiddeskrivi dan is-sit arkeoloġiku bħala porkerija għax allura Ruma, Kartaġni u ħafna postijiet oħra huma mimlijin porkeriji.", "Irridu napprezzaw is-sitwazzjoni eżatta x'inhi, Sur President.", "L-ewwelnett dan jagħmel parti mill-Villa Rumana li għadha kif ġiet restawrata u li fiha l-gvern investa flejjes kbar biex tiġi restawrata.", "Kull min riċentement żar din il-villa jaf li telgħet fl-istandard ta' patrimonju għall-istess livell ta' l-Ipoġew għall-mod ta' kif ġiet restawrata, ta' kif qed ikunu ppreżentati l-fdalijiet ta' l-istatwi, ta' l- ispjega storika li qed issir u ta' kif sar l-iskavar tad-diversi fdalijiet li nstabu fuq is-sit li fuqu mbagħad inbniet Villa Rumana.", "U l-parti li hija mikxufa hija dik il-parti li qiegħda fi stat ta' skavar.", "Veru li ma jsirx skavar kontinwu kif ma jsirx skavar kontinwu fit-tempju ta' Juno f'Marsaxlokk u f'diversi postijiet oħrajn, għax l-iskavar arkeoloġiku huwa xogħol tekniku ta' professjoni mill-iktar soffistikat u jieħu ċertu żmien.", "Kultant tista' ddum anke aktar minn ġurnata biex tiskava ftit ċentimetri kwadri u mbagħad tkun trid toqgħod tieħu t-trab kollu l-laboratorju, teżaminah, tipprova tagħmel il-carbon dating tiegħu u dan kollu.", "Mela żgur li dan ma jistax jissejjaħ porkerija u żgur li dan m'huwiex qed jagħmel ħsara, Sur President.", "Kull turist li jiġi u jarah jaf li dak huwa parti mill-Villa Rumana u bir- rispett kollu, jekk xi ħadd irid ikun jaf x'ifissru dawk il-fdalijiet għandu jħallas xi ħaġa, jidħol fil-Villa Rumana, jara l-preżentazzjoni tal- perijodu Ruman f'Malta xi jfisser u jkun qiegħed mhux biss jinforma ruħu, imma jkun qiegħed ukoll jgħin lil Patrimonju Malta, l-aġenzija li ġiet imwaqqfa biex tieħu ħsieb dawn l-affarijiet.", "Biss se ninforma liċ-chief executive ta' Heritage Malta u se ninforma wkoll lill-ministru konċernat biex forsi s-suġġeriment ta' l-Onor.", "Interpellant, li jkun hemm kordinament anke mal-kunsill lokali tar-Rabat, jiġi mwettaq.", "Ngħid għalija ma tantx jiena favur li noqgħod inwaqqaf kumitati u kieku kien għalija, kont ngħid mill-ewwel li ma naqbilx għax din hija kwestjoni ta' aġenziji u ta' uffiċjali li diġa' għandhom l-inkarigu li jżommu dawk l- inħawi nodfa u jassiguraw li l-preżentazzjoni tal-patrimonju kulturali tagħna tkun waħda xierqa.", "Fil-fatt meta wieħed jersaq lejn Villa Rumana jsib li hemm ċerta informazzjoni dwarha u dwar il-fdalijiet li hemm fiha.", "Issa jekk huwiex il-każ li wieħed jagħmel tabella b'iktar informazzjoni dettaljata biex min ma jridx jidħol ġewwa u jaraha minn barra ikun informat aħjar, nista' nissuġġerixxi dan lill-aġenzija Patrimonju Malta għax wara kollox hi responsabbli għal dan il-wirt kulturali tagħna.", "Din l-aġenzija taf x'inhi l-aħjar strateġija li nistgħu nippreżentaw u m'għandix dubju li kwalunkwe proposta li ssirilha, tikkonsidraha.", "Imbagħad jekk din l-aġenzija temmen li dan ikun ta' ġid, żgur mhix se toqgħod lura milli timxi fuq dan is-suġġeriment, Sur President.", "SKAVAR ARKEOLOĠIKU", "11176.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid liema huma s-siti li fihom qed isir skavar għal fdalijiet arkeoloġiċi?", "Min huma l-persuni responsabbli minn dan ix-xogħol u kemm minnhom huma ta' nazzjonalita' barranija?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (f'isem il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura): Ninsab informat li għas-sena 2005, is-sovrintendenza għall-patrimonju kulturali ħarġet żewġ permessi għal skavar arkeoloġiku u cioe':", "i) f'Tas-Silġ, lid-dipartiment ta' l-arkeoloġija ta' l-Universita` ta' Malta, taħt id-direzzjoni ta' Prof. Anthony Bonanno ; u ii) f'Tas-Silġ u San Pawl Milqi, lill-missione archeologica Italiana, taħt id-direzzjoni ta' Prof. Maria Rossignani ta' l-Universita` La Cattolica ta' Milan.", "AKKOMODAZZJONI SOĊJALI - TALBIET PENDENTI", "11178.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid kemm talbiet tressqu għall- ewwel darba matul l-2004 quddiem id-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali?", "Kemm minnhom ġew rimedjati u kemm minnhom għadhom pendenti?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA (Ministru tal-Familja u Solidarjeta` Soċjali): Jien informata li d-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali rċieva 440-il applikazzjoni matul l-2004, applikazzjonijiet dawn li tressqu għall-ewwel darba.", "Minn dawn ġew konklużi 67 u għad fadal 358-il applikazzjoni pendenti.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Tista' il-Ministru tgħid jekk hemmx timeframe meta se jiġu akkomodati t-talbiet li għad hemm pendenti?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: L-ewwelnett nixtieq niġbed l-attenzjoni ta' l- Onor. Farrugia li mhux neċessarjament dawk kollha li applikaw, attwalment ikollhom ħtieġa għal akkomodazzjoni soċjali.", "Infakkru wkoll li dawk li ġew konklużi fis-sena 2004 kienu ħafna aktar minn 67 u jinkludu persuni li l- applikazzjoni tagħhom tkun daħlet fis-snin ta' qabel ukoll.", "Hemm ukoll numru sostanzjali ta' persuni li jkunu talbu biex jagħmlu exchange.", "Dawn ikunu nies li jew ikunu joqogħdu fit-tieni u t-tielet sular jew ikunu joqogħdu f'dar kbira u m'għandhomx bżonn daqshekk kobor u allura jkunu jridu jibdlu.", "Jiġifieri l-każi li jidħlu jkunu varji u d-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali jaqdi lil dawk li jkunu ta' priorita', Sur President.", "Żgur li timeframe ma nistax nagħti għax, per eżempju, meta persuna titlob li tagħmel exchange, il-prassi hi li dik il-persuna ssib dar oħra hi stess, għalkemm id-dipartiment jipprova jgħin billi jagħmel ċertu matching - qabel kien ikun hemm min iġib avviż fil-gazzetta li joqgħod ir-Rabat u jgħid li jixtieq ibiddel ma' xi post f'Ħal Tarxien, ngħidu aħna – u allura għandna nagħrfu li dawn l-applikazzjonijiet m'humiex kollha każi ta' priorita'.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jiġifieri l-Ministru qed jgħid li fost it-358-il applikazzjoni m'hemmx każi ta' periklu strutturali?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Mr Speaker, din m'hijiex l-ewwel darba li l- Onor. Farrugia qed jittanta jpoġġili l-kliem f'ħalqi.", "Jiena żgur m'għedtlux li m'hemmx każi ta' periklu strutturali, lanqas per idea.", "Assolutament ma neskludix li hemm min għandu periklu pero', bħalma għedtlu drabi oħra, anke l-periklu għandu l-gradi tiegħu.", "Fejn insibu li hemm periklu imminenti, id-dipartiment dejjem jipprova jakkomoda lil dak li jkun.", "Pero' nixtieq ngħid xi ħaġa oħra wkoll, Sur President.", "Kellna każi fejn minkejja ċ-ċertifikati ta' periti li jgħidulek li jeżisti ċertu periklu, id-dipartiment offra akkomodazzjoni alternattiva lill- inkwilini u dawn addirittura rrifjutaw li jiċċaqilqu.", "Dan ifisser sfortunatament li jkun hemm min ikollu ċerta idea fissa f'moħħu u x'aktarx li jkun irid jibqa' joqgħod f'dak il-post.", "Din wieħed jista' jifhimha, pero' żgur li qatt ma jien se ngħid li m'hemmx applikazzjonijiet ta' persuni li jinsabu f'post li huwa ta' periklu.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Tista' l-Ministru tgħid kemm jieħu żmien id- dipartiment biex janalizza t-talbiet fejn ġie rrapportat li hemm periklu ?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: L-inspections qegħdin isiru fl-iqsar żmien possibbli, anke fi ftit ġimgħat.", "Ġieli jkun hemm każi fejn l-inspection tkun saret immedjatament, pero' nerġa' nirrepeti li timeframe ta' meta se jinqdew dawn il-każi ma nistax nagħti għax l-ewwelnett irid ikun hemm akkomodazzjoni alternattiva available li l-inkwilin irid ikun lest li jmur joqgħod fiha.", "Nixtieq ngħid li meta jkun hemm persuna weħidha jew koppja anzjana, il- policy hi li d-dar għandu jkollha one bedroom - jiġifieri skond kemm hu n- numru ta' persuni f'dik il-familja jingħataw kmamar tas-sodda – u allura qegħdin nirrestrinġu l-availability tal-postijiet f'dan is-sens ukoll, Sur President.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Kemm imorru lura l-applikazzjonijiet li hemm pendenti u għal liema raġuni baqgħu pendenti?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Mr Speaker, dan l-aħħar ġie każ f'idejja li jmur lura għall-1988 u naħseb li kemm ili nsegwi dan il-qasam, dan kien l-iktar każ qadim.", "Meta staqsejt dwaru sibt li l-applikant tul iż-żmien kien ġie offrut tliet postijiet ta' akkomodazzjoni alternattiva, pero' assolutament ma riedx joħroġ mil-lokalita` fejn kien jgħix.", "Sibt ukoll li jkun hemm min jitlef l-interess għal ċertu żmien u mbagħad wara ħafna jerġa' \"jiftakar\" li kellu applikazzjoni.", "Dan l-aħħar ukoll iltqajt ma' sinjura li qaltli li kienet ilha li applikat u li l- applikazzjoni tagħha ma setgħet tinstab imkien.", "Kien hemm żmien ukoll meta d-dipartiment kien beda jivverifika jekk ċerti applikanti kenux għadhom interessati u fil-verita' kien hemm numru sostanzjali ta' applikanti li ma weġbux u allura f'dak il-każ, l- applikazzjoni tagħhom ma baqgħetx ikkonsidrata attiva.", "RAĦAL ĠDID - ĦAMRIJA FUQ BIĊĊA ART", "11309.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jara għaliex fil-biċċa art li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, kellha terġa' titpoġġa l-ħamrija?", "Jista' jgħid eżatt x'inhu jiġri?", "ONOR.", "FRANCIS AGIUS (Segretarju Parlamentari) (f'isem il-Ministru għall- Affarijiet Rurali u Ambjent): Din il-mistoqsija għandha tiġi indirizzata lill-ministru responsabbli mid-dipartiment tal-mużewijiet.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Parnis, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "SILVIO PARNIS: X'jiġri f'każ li tkun saret irregolarita'?", "X'jiġri f'każ li l-MEPA lil dak li jkun tgħidlu biex jirregolarizza l-pożizzjoni tiegħu u dan jinjora din l-ordni?", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "FRANCIS AGIUS: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li din iż-żona hija skedata skond l-Att dwar l-Ippjanar ta' l-Iżvilupp u ġaladarba l- iżviluppatur għamel xogħol f'din iż-żona, kellhom jittieħdu passi kriminali kontra tiegħu skond Artiklu 56 ta' l-istess Att.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru Louis Galea.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Lista ta' tenders pubblikati mill-Fondazzjoni Skejjel ta' Għada matul l-2005, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 11583;", "f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi, inqiegħed fuq il-mejda tal- Kamra:", "Lista ta' l-ikel li ngħata lill-immigranti irregolari għall-breakfast, l-ikla ta' nofsinhar u ta' filgħaxija, matul il-ġimgħa bejn il-11 u l- 15 ta' April 2005, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 11764; u", "f'isem il-Viċi Prim Ministru u l-Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Lista ta' l-ikel li ngħata lill-ħabsin għall-breakfast, l-ikla ta' nofsinhar u ta' filgħaxija, matul il-ġimgħa bejn il-11 u s-17 ta' April 2005, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 11768.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Francis Agius.", "ONOR.", "FRANCIS AGIUS: F'isem il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l- Ambjent, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar għajnuniet taħt forma ta' kontribuzzjoni mogħtija mill- Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 11939; u", "f'isem il-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunita`, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar l-ikel li ngħata lill-pazjenti fl-Isptar San Luqa, għall- breakfast, l-ikla ta' nofsinhar u ta' filgħaxija, matul il-ġimgħa bejn il-11 u t-18 ta' April 2005, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 11765.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Louis Galea.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Speaker, wara li din in-naħa tkellmet mal-whip ta' l-oppożizzjoni, xtaqt nitlob għas-sospensjoni tar-regolamenti biex inkunu nistgħu nippreżentaw mozzjoni mingħajr avviż.", "MR SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "MOZZJONIJIET", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IL-BANK ĊENTRALI TA' MALTA", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Speaker, f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi, nipproponi l-Ewwel Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Bank Ċentrali ta' Malta.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Att dwar il-Bank Ċentrali ta' Malta, Kap. 204 u biex jagħmel emendi konsegwenzjali għal dan\" ikun moqri l-Ewwel Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Il-mozzjoni għaddiet u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri l-Ewwel Darba.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR ARKIVJI NAZZJONALI", "NATIONAL ARCHIVES BILL", "L-ordni għall-Kumitat ġie moqri.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor Carmelo Abela, President tal-Kumitat, jippresjedi.", "(Ikompli mit-18 ta' April 2005)", "Klawsola 24 – In-nefqa skond l-estimi approvati.", "Clause 24 - Expenditure according to the approved estimates.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru Louis Galea.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Chairman, jekk wieħed jeżamina din il-klawsola jsib li qegħdin nilleġiżlaw proċedura ta' kif għandha ssir l-approvazzjoni ta' l-estimi għall-Arkivji Nazzjonali bl-istess manjiera kif inhu maħsub għall-entitajiet pubbliċi kollha li twaqqfu permezz ta' liġi.", "Minn din il-klawsola joħroġ ċar li l-Arkivji Nazzjonali ma tista' tagħmel l- ebda nefqa qabel ma din tkun ġiet approvata mill-Kamra tad-deputati.", "Pero` hemm fażi transitorja fejn jista' jagħti l-każ li jkun hemm spiża fil-bidu tat-twaqqif ta' organizzazzjoni bħal din, sakemm jibdew jiġu ppreparati l- estimi, u din tidħol imbagħad fir-rimja tal-preparazzjoni ta' l-estimi ta' kull sena.", "Għalhekk, paragrafu (a) ta' subklawsola 24(2) jgħid li sa l- iskadenza ta' sitt xhur mill-bidu ta' xi sena finanzjarja, jew sakemm issir l-approvazzjoni ta' l-estimi għal dik is-sena mill-Kamra, l-Arkivji Nazzjonali tista' tagħmel xi nefqa, basta mhux f'ammont li b'kollox ikun iżjed minn nofs l-ammont approvat għas-sena finanzjarja li tiġi minnufih qabel.", "Paragrafu (b) jgħid li \"in-nefqa approvata għar-rigward ta' xi kap jew sotto-kap ta' l-estimi tista', bl-approvazzjoni tal-Ministru, tiġġarrab dwar xi kap jew sotto-kap ieħor ta' l-estimi.\"", "Jiġifieri anke f'dan il-każ huwa possibbli li jkun hemm virement tal-voti approvati mill-Kamra.", "Paragrafu (c) jgħid li dwar l-ewwel sena finanzjarja, l-Arkivji Nazzjonali tista' tagħmel jew iġġarrab in-nefqa sakemm l-approvazzjoni ta' l-estimi għal dik is-sena mill-Kamra f'dak l-ammont li b'kollox ma jkunx iżjed minn kemm il-Ministru responsabbli għall-finanzi jista' jippermetti.", "Paragrafu (d) ta' l-istess klawsola jgħid li:", "\"jekk dwar xi sena finanzjarja jinsab li l-ammont approvat mill-Kamra ma jkunx suffiċjenti, jew jekk tqum in-neċessita` li ssir nefqa għal xi għan li ma jkunx hemm provdut dwarha fl-estimi, l-Arkivji Nazzjonali tista' tadotta estimi supplimentari.\"", "Nafu li biex isir dan ikun jeħtieġ l-approvazzjoni tal-Kamra, u sakemm tingħata dik l-approvazzjoni, l-Arkivji Nazzjonali tista' tagħmel in-nefqa relattiva bl-approvazzjoni tal-ministru f'konsultazzjoni mal-ministru għall- finanzi.", "Hawn għandna l-iter normali ta' l-estimi.", "Fi klawsoli preċedenti diġa` rajna li dawn iridu jiġu preparati kmieni biżżejjed biex wieħed ikun jista' jiflihom fil-livell ta' gvern ħalli mbagħad jgħaddu mill-Kamra tad- Deputati.", "Huwa taħt ċirkostanzi speċifiċi li għal xi perijodu partikolari b'mod transitorju tista' ssir xi nefqa bl-approvazzjoni tal-ministru tal- finanzi, li dejjem imbagħad trid tersaq għall-approvazzjoni tal-Kamra.", "U kif jiġri anke fil-budget nazzjonali tal-gvern, hemm il-possibbilta` li jsiru anke estimi supplimentari.", "THE CHAIRMAN: Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Roderick Galdes.", "ONOR.", "RODERICK GALDES: Fir-rigward ta' l-estimi supplimentari, se jkun hemm xi limitu ta' nefqa li l-ministru jista' japprova li ma tkunx approvata mill-Kamra tar-rappreżentanti?", "Qed nirriferi għall-estimi supplimentari, mhux għal dawk li jiġu approvati fil-budget ta' kull sena.", "Hija daqsxejn miftuħa u tista' tagħti lok għal nefqa sostanzjali li tlaħħaq għal mijiet ta' eluf ta' liri.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Chairman, din hija r-regola li ilna napplikaw f'budgets, naħseb anke minn żmien il-gvern kolonjali.", "Jiġifieri l-gvern jagħmel estimi - u għalhekk jissejħu estimi – u fil-kopja li joħroġ kull sena jkun hemm tliet kolonni taħt kull ministeru.", "Per eżempju, jekk naraw l-estimi għas-sena 2005 insibu kolonna ta' dawk li huma actual, li normalment ikunu ta' sentejn ilu, il-kolonna tas-sena li għaddiet li għadhom dawk li ġew approved mill-Kamra, u l-kolonna ta' din is-sena jkunu estimi, għax wieħed qed jagħmel kalkolu, isimhom magħhom.", "Jekk wieħed jara l-estimi supplimentari li kellna fl-aħħar snin isib li jekk inqabbluhom ma' numru ta' snin ta' qabel, l-avarija dejjem qed tonqos.", "Dan ifisser li l-estimi qed isiru dejjem iktar qrib xi tkun in-nefqa reali fuq id-diversi voti li jkun hemm fil-ministeru.", "Ma nafx ngħidlek jekk hemmx xi limitu għax qatt ma dħalt fiha.", "Il-ministru tal-finanzi jkun jafha din.", "Ma naħsibx li hemm limitu għax gvern ma tafx x'jista' jinqalagħlu.", "Ħalli nġib eżempju.", "Dawk il-pajjiżi li kellhom it-tsunami - m'aħniex il- pajjiż tat-tsunami għall-grazzja t'Alla - kellhom estimi mod, u meta ġie t- tsunami riedu jonfqu mhux daqs il-budget ta' dik is-sena, imma lanqas kellhom biżżejjed li kieku m'għenuhomx il-pajjiżi l-oħrajn.", "Qed nieħu każ estrem, imma niddubita kemm hemm xi limitu partikolari, għax l-ebda pajjiż ma jaf x'jista' jinqala' f'sena partikolari u liema ċirkostanzi jista' jiffaċċja.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 24.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 24 għaddiet nem. con. u ġiet ordanta biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 25 - Kontijiet u verifika.", "Clause 25 – Accounts and audit.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Din il-klawsola se tmiss ħafna mill-punti li ddiskutejna fis-seduta tal-bieraħ fejn kellna kummenti interessanti miż- żewġ naħat tal-Kamra.", "Imma nixtieq nikkonsulta lill-bank ta' l-esperti qabel inkomplu niddiskutu din il-klawsola.", "Forsi l-oppożizzjoni tikkonċedili ftit minuti biex inkun nista' nikkonsulta, għax hawn xi dettall li rridu narawh ftit.", "THE CHAIRMAN: Il-Kamra hija sospiża għal ftit minuti.", "Fis-6.45 p.m. il-Kumitat ġie sospiż u rriżuma 13-il minuta wara.", "THE CHAIRMAN: Il-kumitat jista' ikompli.", "Il-Ministru Galea.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Kif għedt aktar kmieni din il-klawsola, diġa` għamilna riferenza għaliha fis-seduti preċedenti għaliex hija l-klawsola li tistabbilixxi l-obbligu tal-verifika u tal-kontabilita`.", "Din ma tħalli l- ebda lok għal dubju dwar ir-responsabbilta` ta' din l-organizzazzjoni, kif għandhom l-entitajiet pubbliċi l-oħrajn imwaqqfin b'liġijiet oħra, u tassigura kontabilita` sħiħa fejn jidħol l-operat tagħha u anke dwar kif jinżammu l-kontijiet u r-rendikonti finanzjarji li jkunu meħtieġa mill- awtoritajiet kompetenti.", "L-ewwelnett l-Arkivista Nazzjonali - hawnhekk ir- responsabbilta` qiegħda tintefa' proprju fuqu għax huwa l-kap eżekuttiv ta' din l-organizzazzjoni - għandu jara li jinżammu kotba ta' kontijiet u reġistrazzjonijiet oħra kif imiss dwar l-operazzjonijiet ta' l-Arkivji Nazzjonali, u għandu jara li titħejja dikjarazzjoni ta' kontijiet dwar kull sena finanzjarja.", "M'iniex ċert li l-kelma \"operazzjonijiet\" kif inhi fit-test Malti hija l- aħjar traduzzjoni ta' l-Ingliż.", "Bl-Ingliż qiegħda \"other records in respect of the operations of the national archives\".", "Jidhirli li wieħed ma jittraduċix il-kelma \"operations\" bil-kelma \"operazzjonijiet\" imma jittraduċiha bil-kelma \"operat\".", "Forsi tiggwidani s-Sedja jekk nistgħux nagħmlu emenda verbali biex flok il-kelma \"operazzjonijiet\" ngħidu l-kelma \"operat\".", "THE CHAIRMAN: Nistgħu nagħmlu emenda verbali jekk l-oppożizzjoni ma ssibx oġġezzjoni.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Grazzi.", "Kif kont qed ngħid, hawnhekk qed nitkellmu dwar iż-żamma ta' kotba ta' kontijiet u reġistrazzjonijiet.", "Anke hawnhekk, jien ma naħsibx li għandna ngħidu \"reġistrazzjonijiet\", imma \"reġistrazzjoni\".", "Jiddispjaċini li qed noqgħod nagħmel dawn it-tip ta' korrezzjonijiet, imma l-istadju tal-kumitat iservi proprju għalhekk ukoll.", "It-test Ingliż jgħid hekk:", "\"The National Archivist shall cause to be kept proper books of account and other records in respect of the operations of the national archives and shall cause to be prepared a statement of accounts in respect of each financial year.\"", "Wieħed jista' jħalli l-kelma \"reġistrazzjonijiet\" għall-kliem \"and other records\".", "Jien kont se ngħid \"u reġistri oħra\" imma forsi \"other records\" mhix qed tirriferi għal xi reġistri, imma qed tirriferi għad-dħul fir- reġistri ta' dawn id-diversi records li jsiru.", "Għalhekk se nipproponi din l-emenda verbali:", "Fit-test Malti ta' subklawsola (1) ta' klawsola 25 minflok il-kliem \"l- operazzjonijiet ta' l-Arkivji Nazzjonali\" għandhom jidħlu l-kliem \"l- operat ta' l-Arkivji Nazzjonali\".", "In the Maltese text of subclause (1) of clause 25 for the words \"l- operazzjonijiet ta' l-Arkivji Nazzjonali\" there shall be substituted the words \"l-operat ta' l-Arkivji Nazzjonali\".", "Sur President, subklawsola (2) ta' klawsola 25 tgħid:", "\"Il-kontijiet ta' l-Arkivji Nazzjonali għandhom ikunu verifikati minn awditur jew awdituri li jinħatru minnha u li jkunu approvati mill- Ministru:", "Iżda l-Ministru responsabbli għall-finanzi jista' jeħtieġ li l-kotba u reġistrazzjonijiet oħra ta' l-Arkivji Nazzjonali jiġu verifikati jew eżaminati mill-Awditur Ġenerali li għal dan l-għan ikollu poter li jagħmel dik il-verifika fiżika u kull verifika oħra, u jista' jkun jeħtieġ dik l-informazzjoni, hekk kif l-Awditur Ġenerali jista' jqis li tkun meħtieġa.\"", "Dan huwa paragrafu li fil-fehma tiegħi għandu jserraħ ras din il-Kamra li sa dan l-istadju ta' l-operat ta' din l-organizzazzjoni hemm il- kontabilita` meħtieġa għaliex, kif dejjem isir fi kwalunkwe organizzazzjoni, l-organizzazzjoni nnifisha hi responsabbli li jkollha verifika tal-kontijiet tagħha.", "Irridu nifhmu - u hawn ħaddieħor żgur li jgħallimni - li x-xogħol ta' l-awditur m'huwiex dak li hu jżomm il- kontijiet, għax il-kontijiet jinżammu mill-uffiċjali ta' l-Arkivji Nazzjonali.", "Ix-xogħol ta' l-awditur huwa li jivverifika.", "Nafu x'jiġri anke f'sempliċi organizzazzjoni volontarja, każin ta' banda jew għaqda ta' sport.", "Fil-laqgħa ġenerali ta' dik l-organizzazzjoni normalment jinħatru l- awdituri, mhux biex iżommu huma l-kontijiet, imma biex ikunu jistgħu jagħmlu verifika tal-mod kif qed ikunu miżmuma dawn il-kontijiet.", "Il-liġi tmur oltre minn daqshekk, għaliex imbagħad tissottometti din il- verifika ta' l-awdituri ta' l-organizzazzjoni anke għall-verifika u eżami ta' l-awditur ġenerali.", "Illum l-awditur ġenerali tal-gvern mhux biss għandu l-funzjoni li jassigura lill-gvern li l-affarijiet qed isiru kif suppost, imma wkoll li jagħti wkoll rendikont lil din il-Kamra, għax fil- fatt l-uffiċċju nazzjonali ta' l-awditur jirrapporta lil din il-Kamra.", "U ħadd ma jista' jżommu milli jeżamina dak kollu li jidhirlu li hu meħtieġ, għax il-liġi qed tagħtih il-poter - u hekk qed nagħmlu f'din il-liġi - li jagħmel anke verifika fiżika u kull verifika oħra li jidhirlu li tista' tkun meħtieġa, u li jitlob kwalunkwe informazzjoni biex ikun jista' jaqdi d- dmirjiet tiegħu ta' awditur ġenerali.", "Hawnhekk għandna salvagward ieħor, għax l-ewwelnett l-arkivista nazzjonali għandu r-responsabbilta` li jżomm il-kotba u jassigura li jsiru d- dikjarazzjonijiet tal-kontijiet dwar kull sena finanzjarja li jridu jiġu verifikati mill-awdituri li jinħatru mill-organizzazzjoni.", "Imbagħad ikun hemm eżami ieħor, verifika oħra ta' dawn il-kontijiet mill-awditur ġenerali.", "Dan mhux biżżejjed, imma qed norbtu wkoll li wara tmiem kull sena finanzjarja, fl-istess ħin li kopja ta' l-estimi tintbagħat lill-gvern għall-evalwazzjoni tiegħu, l-arkivista nazzjonali għandu jara li kopja tad- dikjarazzjoni ta' kontijiet verifikata kif imiss - jiġifieri tkun għaddiet mill-approvazzjoni ta' l-awdituri ta' l-organizzazzjoni innifisha - tintbagħat sew lill-ministru responsabli u lill-ministru tal-finanzi, flimkien ma' rapporti oħrajn li jkunu għamlu l-awdituri nfushom dwar il- kontijiet ta' l-Arkivji Nazzjonali.", "Imbagħad, il-ministru għandu jara li kopja ta' kull dikjarazzjoni, il-verifika li jkun għamel l-awditur, kif ukoll kwalunkwe rapport li jista' jsir jitqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra, sew għall-eżami tal-membri tal-Kamra kif ukoll, jekk tinħass il-ħtieġa, tal- kumitat parlamentari dwar il-kontijiet pubbliċi.", "Din hija klawsola li, bħal fil-każ ta' entitajiet pubbliċi oħrajn, għandha toffri l-garanziji meħtieġa biex l-affarijiet isiru bi proċedura tajba u b'kontabilita` sħiħa.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Roderick Galdes.", "ONOR.", "RODERICK GALDES: Naħseb din hija klawsola importanti, għaliex qed tagħti lok li l-awditur ġenerali jkun jista' jeżerċita l-poteri tiegħu sabiex jistħarreġ l-operat finanzjarju ta' l-Arkivista Nazzjonali.", "Peress li din l-entita` pubblika se titmexxa b'mod ġdid, xtaqt nistaqsi lill- ministru jekk hemmx xi forma ta' valur għall-assi li għandu l-Arkivista Nazzjonali.", "Fil-każ tal-kunsilli lokali, normalment kull sena, l-awditur jara l-infiq li jkun sar minn kull kunsill u jikkwantifika l-assi li jkollu kull kunsill u anke x'kellu sa mit-twaqqif tiegħu.", "Nimmaġina li l- Arkivista Nazzjonali fi ħdanu għandu informazzjoni li tiswa l-flus.", "Ma nafx jekk xi darba sarx xi eżerċizzju fejn jiġi kalkolat il-valur ta' l- assi li għandha jew li se tingħata din l-organizzazzjoni min-naħa tal- gvern.", "Jien inħoss li minn żmien għal żmien l-awditur għandu żgur jagħmel riċerka tal-valur ġdid li jidħol kull sena f'dik li hija informazzjoni u records ġodda li jkollu l-arkivista nazzjonali.", "Naħseb li dan huwa importanti biex il-poplu Malti għallinqas ikollu informazzjoni adegwata dwar il-valur li hemm fl-Arkivji Nazzjonali.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Dan huwa punt interessanti u għandu l-importanza tiegħu.", "M'iniex ċert li jkun hemm din it-tip ta' stima f'ħafna mill- entitajiet pubbliċi.", "Ħalli nieħdu din l-organizzazzjoni li qed niddiskutu, l-Arkivji Nazzjonali.", "L-ewwelnett għandek il-post li topera minnu, Santu Spirtu f'Malta u hemm post ieħor li qed joperaw minnu f'Għawdex u għandhom xi postijiet oħrajn fejn jaħżnu d-dokumenti li ma jkunux għadhom sabu l- ispazju għalihom, jew li jkunu għadhom qed jistennew iż-żmien qabel jiġi deċiż iżommuhomx jew jiddistruġġuhomx.", "Meta qed nitkellmu fuq din il- proprjeta` immobbli - ħaġa li niddiskutu meta niġu għal klawsola 29 dwar it- trasferiment ta' ċerta proprjeta` lill-Arkivji Nazzjonali – ħafna drabi qed nitkellmu fuq proprjeta` pubblika.", "Ġieli entita` pubblika tixtri jew tikri proprjeta` mingħand il-privat, u f'dawk iċ-ċirkostanzi normalment għandek valur tas-suq jew valur lokatizju, li tista' tikkapitalizzah b'xi mod, allura tista' tgħid li hawn dan il-valur kapitali.", "Fil-każ tal-proprejta` immobbli ta' din l-organizzazzjoni sal-lum naturalment m'għandha xejn għax l-Arkivji Nazzjonali la għad għandha titolu ta' kera, wisq inqas għandha titolu ta' proprjeta`, għalkemm mhux eskluż li 'l quddiem ikollha titolu ta' proprjeta`.", "Jekk jiġri hekk huwa d- dipartiment ta' l-artijiet li normlament jiġi mitlub li jagħmel l-istima ta' din il-proprjeta` biex wieħed ikun jista' jgħid li l-Arkivji Nazzjonali għandha tant kapital fi proprjeta` immobbli.", "Din l-organizzazzjoni jkollha wkoll għodda għall-operat tagħha li tista' tiġi stmata, li tinkludi computers, photocopiers u sistemi ta' telekomunikazzjoni.", "Eventwalment ikollha sistemi kontra n-nar u affarijiet oħra ta' sigurta` li kollha huma ħwejjeġ li jiddeprezzaw ruħhom minn sena għall-oħra.", "Safejn naf jien ma jsirx dan l-eżercizzju eżattament, għalkemm is-sistema tal-gvern trid tersaq biex kull dipartiment, kull ministeru, kull organizzazzjoni jibda jkollha x'inhuma l-assi tagħha fil-balance sheet tagħha.", "S'issa m'hemmx din il-prattika.", "Jekk nieħu l-ministeru tiegħi, ta' l-edukazzjoni, x'inhu l-valur kapitali ta' l-iskejjel u l- istituzzjonijiet edukattivi?", "Miljun u miljuni kbar ta' liri.", "S'issa għad m'hemmx din il-prattika li nżommu record tal-valur ta' l-assi ta' kull dipartiment.", "Naħseb li dan il-punt li qed iqanqal l-Onor.", "Galdes huwa fuq l-aġenda tas-sistemi li qegħdin jiġu żviluppati għal dak li jissejjaħ zero budgeting, pero` m'huwiex parti mis-sistema ta' kif jinżammu l-kontijiet pubbliċi.", "Għaldaqstant naħseb li dan il-punt irid jittieħed in konsiderazzjoni fis-sistemi ta' kif jinżammu u kif jiġu stmati l-affarijiet pubbliċi.", "M'hemmx dubju li entijiet pubbliċi ta' natura kummerċjali, it-tip ta' l-Air Malta, għandha bl-eżatt x'jiswew l-affarijiet li għandha għal raġunijiet diversi.", "Kumpannija kummerċjali jkollha informazzjoni dettaljata dwar l- assi tagħha anke minħabba l-arranġamenti finanzjarji li għandha ma' istituzzjonijiet finanzjarji, barra l-appoġġ tal-gvern.", "Fil-każ ta' l-Arkivji Nazzjonali huwa ftit iktar diffiċli li wieħed jagħmel stima ta' dak li verament hu prezzabbli, jiġifieri ta' l-arkivji nnifishom.", "Jekk wieħed jieħu l-arkivji li għandna fil-biblijoteka nazzjonali ta' l- Ordni ta' San Gwann, x'jiswew dawn?", "Dawn ħadd ma jgħidlek li se jagħtihom valur.", "Per eżempju, pittura ta' Caravaggio tista' tpoġġiha fuq is-suq u tara x'valur tirrealizza, u f'ċertu sens anke dan it-tip ta' patrimonju storiku imprezzabbli, bħal dan li qed insemmi, jista' jiġbed valur speċifiku.", "Imma mill-punto di vista tagħna naħsbu - u hekk hu - li dawn huma ħwejjeġ li ma tistax tagħtihom valur f'termini ta' flus.", "Ma naħsibx li għandna nipprovaw nagħtuhom valur, għax ma tistax tgħid li għandhom prezz.", "Allura ma tistax tgħid li l-Arkivji Nazzjonali għandha b'tant miljuni ta' liri f'valur ta' dokumenti storiċi u ta' arkivji li jmorru lura għal ċertu numru ta' snin dwar l-amministrazzjoni pubblika tal-pajjiż.", "Pero` l-punt ta' l-Onor.", "Galdes huwa validu.", "Jiġifieri jekk irridu li eventwalment kull organizzazzjoni tkun tista' tmexxi l-operat tagħha u tidħol responsabbli għall-affarijiet li huma fdati lilha, huwa importanti li dik l-organizzazzjoni tkun taf x'jiswew l-affarijiet, għallinqas dawk li jistgħu jiġu stmati u mogħtija valur monetarju, li qed jiġu fdati lilha.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Roderick Galdes.", "ONOR.", "RODERICK GALDES: Il-Ministru fehem il-punt tiegħi sew, u veru huwa diffiċli ħafna li tikkwantifika l-informazzjoni kollha li se jkollha din l- organizzazzjoni.", "Pero` wieħed jippretendi li ta' kull sena, jekk inġabu għaxar dokumenti ġodda li għandhom importanza storika, għallinqas jista' jsir eżerċizzju biex jingħataw l-ewwel valur.", "Allura sena b'sena jista' jkollna overview ta' x'qed jidħol bħala ammont ta' valur finanzjarju fir- rigward ta' riċerka u informazzjoni.", "Jista' jagħti l-każ li tinġieb xi informazzjoni relatata ma' pajjiżna minn xi organizzazzjonijiet differenti.", "Naf li Sqallija għandhom informazzjoni relatata ma' dak li kien qed iseħħ f'pajjiżna qabel ma ġew il-Kavallieri.", "Jekk għall-argument 'il quddiem ikun hemm xi forma ta' qbil minn xi ministru jew l-arkivista nazzjonali stess li tinġieb ċerta informazzjoni minn hemm għal hawn Malta, xi ħaġa bħal din għandha tingħata valur biex dejjem ikollna għad-dispożizzjoni tagħna l-ammont in kwantu ta' finanzi.", "B'hekk, jekk tintilef jew tiġi meqruda b'xi mod informazzjoni partikolari, ikollna l-valur ta' kemm qed tintilef in kwantu ta' finanzi.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Jien naħseb li għandha tittieħed nota ta' l- apprezzament li qed jagħmel l-Onor.", "Galdes fuq dan is-suġġett.", "Hawn in- nies li qed isegwu mill-bankijiet ta' l-esperti li jistgħu jgħaddu dan il- messaġġ lill-awtoritajiet fl-arkivji nazzjonali.", "Nerġa' ngħid li hija materja li tolqot mhux biss lill-Arkivji Nazzjonali, imma lil diversi entitajiet pubbliċi.", "Is-suġġett huwa ta' interess ġenerali għall-mod kif inhuma stmati u kif għandhom ikunu reġistrati l-assi, speċjalment dawk kapitali, imma anke dawk li huma ta' natura li jiddeprezzaw ruħhom maż- żmien, u f'dan il-każ il-valur tal-kotba li jkunu qed jinżammu minn żmien għal żmien.", "Nieħdu nota ta' dan il-punt biex wieħed jara jekk f'organizzazzjoni ġdida bħal din ikunx jista' anke informalment jibda jaħseb biex ikollu din it-tip ta' informazzjoni.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l- emenda verbali kif imressqa mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda verbali għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 25 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 25, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 26 - Depożitu ta' kull dħul u ħlas mill-Arkivji Nazzjonali.", "Clause 26 – Deposit of revenues and payment by National Archives.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Din hija klawsola oħra li l-ħsieb tagħha huwa li dejjem jiġi salvagwardat kemm jista' jkun u assigurat dak li nsejħulu l- erarju pubbliku, jiġifieri flejjes pubbliċi.", "Dan isir billi l-arkivista nazzjonali jieħu ħsieb li kwalunkwe flus li jkollha l-arkivji nazzjonali, tista' tirċevihom mill-gvern, tista' tirċevihom mill-privat, jistgħu jkunu flus li tkun qed iddaħħal fil-kors tal-qadi tal-funzjonijiet tagħha, jitqiegħdu fil-bank u mhux jinżammu fil-post jew fl-iskrivanija ta' min imexxi din l-organizzazzjoni.", "Il-liġi tidħol f'dan iċ-ċertu dettall biex kemm jista' jkun l-affarijiet ikunu ċari, u tgħidilna li dawn għandhom jitqiegħdu fil-banek minn jum għall-ieħor, skond kemm ikun prattiku, ħlief għal dak l-ammont li l-organizzazzjoni tista' teħtieġ li żżomm, biex tħallas minnu nefqiet żgħar u ta' minnufih, dak li bl-Ingliż ngħidulu l- petty cash.", "Subklawsola (2) tgħid li l-ħlasijiet kollha li jsiru mill-fondi ta' l- Arkivji Nazzjonali, ħlief għal nefqiet żgħar, li jistgħu jitħallsu bi flus kontanti, ta' mhux iżjed minn dak l-ammont li jista' jkun stabbilit mill- Arkivista Nazzjonali bl-approvazzjoni tal-ministru, għandhom isiru minn dak l-uffiċjal jew uffiċjali ta' l-Arkivji Nazzjonali li jistgħu jiġu maħtura għal dan l-iskop.", "Per eżempju, jien il-ministru, imma jien m'iniex awtorizzat li niffirma cheque jew li nħallas flus, hemm uffiċjali apposta fil-ministeru, fid-dipartimenti li huma nkarigati bi proċedura apposta, u huma jkunu l-uffiċjali nkarigati għal skopjiet ta' ħlasijiet li jsiru skond il-bżonnijiet u skond l-approvazzjonijiet li jkunu ġew miksuba.", "Il-liġi tidħol f'iktar dettall u tgħid li ċekkjiet u irtirar ta' flus minn xi kont tal-bank ta' l-Arkivji Nazzjonali għandhom ikunu ffirmati minn dak l-uffiċjal li jiġi maħtur jew imsemmi mill-Arkivista Nazzjonali.", "Jista' jkun l-arkivista nazzjonali nnifsu jew inkella jista' jiġi nkarigat xi uffiċjal ieħor.", "U dan l-uffiċjal ma jistax lanqas joħroġ ċekk b'firma waħda, irid iġib il-kontrofirma ta' xi ħaddieħor li jkun awtorizzat mill- Arkivji Nazzjonali, kif jista' jkun awtorizzat mill-Arkivista Nazzjonali għal dan l-iskop.", "Subklawsola (4) tgħid ukoll li hija r-responsabbilta` ta' l-Arkivista Nazzjonali li jipprovdi dwar il-mod li bih u min huma l-uffiċjali li għandhom jawtorizzaw u japprovaw il-ħlasijiet.", "Għandu jipprovdi wkoll f'isem min għandu jinżamm kont fil-bank, fejn għandhom jitħallsu l-flejjes u t-trasferimenti ta' fondi minn kont għall-ieħor.", "Dawn huma dettalji ta' kuljum għal min imexxi l-kontijiet tal-kumpannija tiegħu fil-banek.", "Naturalment dan l-artikolu nsibuh fil-liġijiet kollha li jwaqqfu entitajiet pubbliċi.", "Ħafna drabi anke fl-istatuti ta' organizzazzjonijiet oħrajn volontarji ikun hemm min ikun jista' jiffirma l-kontijiet u ċ-ċekkjiet, min jista' jiddepożita u min jista' jirtira.", "Il-liġi qiegħda tidħol fid- dettall f'dan ir-rigward biex il-proċedura tkun stabbilita u ċara.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 26.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 26 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 27 – Kuntratti ta' provvista u ta' xogħlijiet.", "Clause 27 – Contracts of supply and of works.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Dan huwa provvediment pjuttost standard għall- entitajiet pubbliċi kollha.", "Din il-klawsola qed tirregola kif din l- organizzazzjoni, l-Arkivji Nazzjonali, tista' tordna li jitwettqu xogħlijiet jew inkella li tixtri affarijiet jew li takkwista servizzi u x'inhuma l-kriterji.", "Hawnhekk qed ngħidu li l-Arkivji Nazzjonali, ħlief bl-approvazzjoni tal- ministru mogħtija wara konsultazzjoni mal-ministru responsabbli għall- finanzi - għax finalment l-approvazzjoni trid tiġi mill-ministeru tal- finanzi - m'għandhiex tagħti jew tagħmel xi kuntratt għall-provvista ta' oġġetti jew materjal jew għall-eżekuzzjoni ta' xogħol jew għall-għoti ta' servizzi lil jew għall-benefiċċju ta' l-Arkivji Nazzjonali, li l-Arkivista Nazzjonali jistma li tkun tinvolvi nefqa ta' iżjed minn Lm3,000 jew kull ammont ieħor skond ma l-ministru responsabbli għall-finanzi jista' jawtorizza, ħlief wara li tagħti avviż dwar l-intenzjoni li jkollha li tagħmel dak il-kuntratt ikun ġie ppubblikat u jkunu nħarġu sejħiet għal offerti kompetittivi.", "Jiġifieri hawnhekk qegħdin ngħidu li l-arkivji nazzjonali tista' tinkariga xogħlijiet jew tixtri oġġetti jekk dawn ma jkunux jiswew iktar minn Lm3,000.", "Per eżempju, jekk tkun trid tixtri photocopier li tiswa Lm2,000, dan tista' tagħmlu b'mod regolari mill-organizzazzjoni nnifisha.", "Pero jekk din tkun taqbeż l-ammont ta' Lm3,000, allura jrid ikun hemm avviż pubblikat u anke sejħiet għall-offerti kompetittivi.", "Qed jiġi stabbilit il-minimu ta' Lm3,000.", "Jekk l-ammont ikun iktar wieħed irid jaqa' fuq ir-regolamenti għall-akkwist ta' xogħlijiet u servizzi, procurement regulations tal-gvern.", "Jiġifieri ssir sejħa kompetittiva għal tenders fuq livell dipartimentali jekk il-valur ikun taħt l-Lm20,000, u jekk it-tenders jaqbżu l-Lm20,000 iridu jsiru taħt l-awtorizzazzjoni u s-supervizjoni tad-dipartiment u l- kumitat tal-kuntratti.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Roderick Galdes.", "ONOR.", "RODERICK GALDES: F'każ li l-arkivista nazzjonali jiddeċiedi li jixtri xi informazzjoni mingħand il-privat, jew dokumenti storiċi sabiex jibdew jinżammu mill-arkivista nazzjonali u dawn ikunu jiswew eluf ta' liri, din il-klawsola tirrigwarda wkoll din it-tip ta' provvista ta' informazzjoni jew inkella xogħol ieħor li qed isir minn din l- organizzazzjoni?", "Xtaqt nistaqsi jekk hemmx provvedimenti ċari għal dan it- tip ta' operat min-naħa ta' l-organizzazzjoni.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Jien naħseb li m'hawn l-ebda liġi li tista' tipprevedi ċ-ċirkostanzi kollha.", "Jekk wieħed jeżamina l-liġijiet kollha jsib li dejjem jipprovdu għal x'jiġri, u x'awtorizzazzjonijiet iridu jinkisbu jekk ikun hemm ir-raġunijiet validi għalihom.", "F'din il-klawsola partikolari diġa` għandna li jekk il-valur ta' l-oġġett jew tas-servizz li tkun teħtieġ l-organizzazzjoni ikun sa Lm3,000 ikun jista' jiddeċiedi l- arkivista nazzjonali.", "Ma tkunx responsabbilta` tal-ministru konċernat, imma ta' l-Arkivista Nazzjonali.", "Iktar minn dan l-ammont normalment wieħed irid imur bil-proċedura ta' tender.", "L-Onor.", "Galdes qed jistaqsi x'jiġri meta l-arkivji nazzjonali tkun trid takkwista dokumenti ta' valur storku li jkun hemm fis-suq biex iżżommhom għall-konservazzjoni fl-interess pubbliku.", "Il-liġi diġa` taħseb għal dan.", "Il-Museum of Fine Arts regolarment jirċievu l-katalogu ta' Sotheby's u dawn il-postijiet famużi ta' rkant, u regolarment jitfaċċaw pitturi ta' artisti Maltin u xogħlijiet ta' skulturi Maltin magħrufin u ta' prestiġju, li jkunu għall-irkant f'dawn il-galleriji f'Londra, fi New York, f'postijiet fl- Ewropa.", "U huwa dover tas-sovrintendent li aħna nkunu nafu bihom.", "L-ex-high commissioner li kellna f\"Londra, in-nutar George Bonello Du Puis kien jinteressa ruħu jara x'qed jiġi reklamat, u meta kien jiltaqa' ma' xogħlijiet jew dokumenti storiċi jew skultura li kienet tkun ta' valur, kien jinforma lis-sovrintendent f'Malta li fit-tali ġurnata se jsir irkant li fih hemm pittura ta' Ġanni Vella li l-bidding price tagħha huwa tant.", "U dan il-prezz normalment ikun tali li jew trid tagħmel departmental tender jew trid tmur fid-dipartiment tal-kuntratti.", "Huwa ċar li dan ma tistax tagħmlu b'din il-manjiera.", "F'dan il-każ li jiġri huwa li s-sovrintendent jinforma lill-ministeru tal- finanzi b'din l-opportunita` u jistaqsi jekk il-gvern jaqbilx li nħallsu Lm25,000, per eżempju, biex niksbu din il-biċċa xogħol ta' arti għall- patrimonju Malti.", "Jekk il-gvern jaqbel - u kien hemm diversi okkażjonijiet fejn inxtraw pitturi, fided, għamajjar, li mbagħad jinġabru mill-mużewijiet - huwa ċar li din mhix xi spiża li tista' ssir b'xi sistema kompetitiva, bilfors trid ssir b'ordni diretta.", "F'dak il-każ tinkiseb l-awtorizzazzjoni tal-ministru tal-finanzi, kif qed ngħidu f'din il-klawsola.", "Pero`, anke r- regolamenti tal-procurement jippermettu li ssir direct order f'ċirkostanzi fejn ma tkunx kwestjoni ta' kif jaħdem is-suq.", "Għax inti tmur għat-tender biex tipprova ġġib l-aħjar prezz, imma l-prinċipji tas-suq ma jaħdmux f'din il-kwestjoni, u hemm diversi ħwejjeġ fejn il-prinċipji tas-suq ma jaħdmux.", "U l-procurement regulations stess jipprevedu li f'dawn iċ-ċirkostanzi inti tista' timxi jekk ikollok l-approvazzjoni tal-ministru tal-finanzi.", "Il- procurement regulations jelenkaw dawn iċ-ċirkostanzi fejn kulma trid huwa l- permess tal-ministru tal-finanzi.", "Il-ministru tal-finanzi ġieli jaġixxi fuq il-ġudizzju tiegħu.", "Ġieli l-affarijiet ikunu ta' entita` komplikata aktar, u għaldaqstant jressaq il-materja għall-konsiderazzjoni tal-Kabinett u allura d-deċiżjoni tittieħed iktar kollettivament.", "ONOR.", "RODERICK GALDES: Qed nipprova nara wkoll ċirkostanzi speċjali li jistgħu jseħħu fl-operat ta' din l-organizzazzjoni.", "Aħna nafu li dan huwa qasam li fih, għall-grazzja t'Alla, għandna numru ta' persuni li jagħtu sehemhom b'mod volontarju wkoll b'risq l-arkivji nazzjonali.", "Jidhirli li hemm ukoll għaqda għall-ħbieb ta' l-arkivji nazzjonali li diġa` għamlu xi xogħol volontarju b'risq dawn il-postijiet partikolari.", "F'każ li jkun hemm nies li lesti jagħmlu xogħol manwali bla ħlas, iżda jkun jeħtieġ li jinxtara l-materjal min-naħa ta' l- organizzazzjoni nnifisha li jkun ilaħħaq għal eluf ta' liri, naħseb li s- somma ta' Lm3,000 hija daqsxejn riġida.", "Naħseb li hemm lok li nbiddluha minħabba li tista' tinqala' din iċ-ċirkostanza li semmejt.", "F'każ li jkollok min lest li jagħmillek xogħol b'mod volontarju jeħtieġ li jkun hemm somma sostanzjali li tkopri l-ispejjeż għall-materjal.", "Forsi jkun se jiġi upgraded xi post partikolari jew inkella jiġi deċiż minn din l- għaqda flimkien ma' l-arkivista nazzjonali li jkun hemm strutturar differenti jew modernizzar f'parti mill-bini ta' l-arkivji nazzjonali.", "Qed inqisu dawn iċ-ċirkostanzi li jistgħu jinqalgħu?", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Jien naħseb li jekk il-valur tal-materjal meħtieġ għal dak ix-xogħol jaqbeż l-ammont ta' Lm3,000 li qed jiġi stabbilit hawnhekk, ikun ġustifikat li toħroġ tenders u offerti kompetittivi.", "Ejja ngħidu, għall-argument, li din l-organizzazzjoni trid tonfoq Lm5,000 biex tixtri l-ġebel, ladarba l-ammont jaqbeż it-Lm3,000 dawk trid tixtrihom permezz ta' offerti kompetittivi.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 27.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 27 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 28 – Rapport annwali.", "Clause 28 - Annual report.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Chairman, klawsola 28 hija klawsola standard ukoll li tobbliga lill-Arkivista Nazzjonali li, mhux iktar tard minn sitt ġimgħat wara tmiem kull sena finanzjarja, jagħmel u jgħaddi lill-gvern rapport li jittratta b'mod ġenerali dwar l-attivitajiet ta' l-Arkivji Nazzjonali.", "Dan ir-rapport jingħata lill-ministru, lill-ministru responsabbli mill-finanzji u jkun fih l-informazzjoni dwar il-policies li jkunu qed jiġu segwiti, bħal kull rapport annwali ta' kull organizzazzjoni oħra.", "Imbagħad il-ministru responsabbli jrid ipoġġi dan ir-rapport fuq il-mejda tal-Kamra għall- iskrutinju tal-membri.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Roderick Galdes.", "ONOR.", "RODERICK GALDES: Naħseb li jkun interessanti li kull organizzazzjoni jkollha rapport bħal dan.", "Ma nafx jekk fid-debates li saru s'issa fuq din il-liġi issemmiex dan il-punt li se nqajjem.", "Jidhirli li fir-rigward ta' Heritage Malta kull sena, jew kull tant żmien, isir rapport dwar il-heritage li għandna f'pajjiżna.", "Hemm il-ħsieb li jibda jsir rapport ieħor simili fir-rigward tad-dokumenti u l-materjal li għandu fi ħdanu l-Arkivista Nazzjonali?", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Fil-fatt, anke fuq proposta ta' l-Onor.", "Evarist Bartolo, aktar kmieni konna ressaqna emenda li permezz tagħha kull sentejn se jkun organizzat forum nazzjonali li fih l-arkivji nazzjonali trid tagħti rendikont b'mod pubbliku.", "Jiġifieri, mhux biss ikun hemm rapport annwali dwar the state of the national archives li jitqiegħed fuq il-mejda tal- Kamra, imma kull sentejn ikun hemm ukoll forum nazzjonali li fih l- arkivista nazzjonali jressaq rapport.", "F'dan il-forum jiġu mistiedna l- iktar nies kompetenti mid-dipartimenti tal-gvern u mill-kunsilli lokali li għamilna lista sħiħa tagħhom b'dik l-emenda li diġa` għaddejna.", "Filwaqt li rapport annwali, kif jixhed ismu, huwa rapport dwar il-ħidma ta' kull sena, fir-rapport li jitressaq waqt il-forum nazzjonali ta' kull sentejn wieħed mhux biss jagħmel analizi tas-sitwazzjoni u tal-ħidma li tkun qed tagħmel l-arkivji nazzjonali, imma jkun jista' jsir dibattitu pubbliku biex kulħadd ikun iktar konxju ta' x'inhuma l-esiġenzi, x'qed jistenna l-poplu, x'inhi l-kritika u x'inhuma s-suġġerimenti.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 28.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 28 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 29 – Trasferiment ta' attiv lill-Arkivji Nazzjonali.", "Clause 29 - Transfer of assets to the National Archives.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, issa wasalna għal Taqsima V li tittratta dwar trasferiment ta' ċerta proprjeta` lill-Arkivji Nazzjonali.", "Naturalment klawsola 29 għandha ċerta importanza sostanzjali anke għall- arkivji nazzjonali.", "L-ewwelnett niġbed l-attenzjoni li t-titolu ta' din it- taqsima huwa \"Transfer ta' ċerta proprjeta` lill-Arkivji Nazzjonali\" filwaqt li n-nota marġinali tgħid \"Trasferiment ta' attiv lill-Arkivji Nazzjonali\".", "Għalhekk se nipproponi din l-emenda verbali:", "\"Fit-test Malti tat-titlu tat-Taqsima V minflok il-kliem \"Transfer ta' ċertu proprjeta` lill-Arkivji Nazzjonali\" għandhom jidħlu l-kliem \"Trasferiment ta' ċertu proprjeta` lill-Arkivji Nazzjonali\".", "In the Maltese text of the heading to Part V for the words \"Transfer ta' ċertu proprjeta` lill-Arkivji Nazzjonali\" there shall be substituted the words \"Trasferiment ta' ċertu proprjeta` lill-Arkivji Nazzjonali\".\".", "Fi klawsola 29 qegħdin nagħmlu trasferiment ta' attiv lill-Arkivji Nazzjonali.", "L-Onor.", "Galdes ġustament diġa` qal li din hija organizzazzjoni li se jkollha l-attiv tagħha, li se jkollha l-kapital u l-ħwejjeġ tagħha.", "Naturalment din se tiret l-affarijiet.", "Kieku ma nagħmlux din il-klawsola b'liema dritt tibqa' topera minn Santu Spiritu, b'liema dritt tieħu l- affarijiet mobbli li diġa` jeżistu li attwalment it-titolu tagħhom huwa vestit fid-dipartiment tal-libreriji u l-arkivji li għandu l-personalita` tiegħu?", "U għalhekk huwa meħtieġ li jkollna din it-tip ta' klawsola.", "Fil- fatt subklawsola 29(1) tgħid li:", "\"Il-proprjeta` u l-intrapriżi proprjeta` tal-gvern u minnu wżati minnufih qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta' din it-Taqsima ta' dan l- Att għat-tħaddim tal-funzjonijiet li b'dan l-Att qegħdin jiġu trasferiti lil jew vestiti fl-arkivji nazzjonali, għandhom, fid-data hawn qabel imsemmija, bis-saħħa ta' dan l-Att mingħajr ebda assikurazzjoni oħra, jkunu trasferiti lil u jiġu vestiti fl-Arkivji Nazzjonali taħt l-istess titolu li bih kienu miżmuma mill-Gvern minnufih qabel dik id-data.", "Id-disposizzjonijiet ta' dan is- subartikolu ma għandhomx japplikaw għal proprjeta` immobbli.\"", "Hawnhekk m'aħniex qed nitkellmu fuq proprjeta` immobbli, qed nitkellmu biss fuq proprjeta` mobbli bħal għamara, tagħmir, l-arkivji nnifishom, dawn it- tip ta' affarijiet.", "Il-liġi tvesti dan kollu b'mod ġenerali fil-gvern, jiġifieri llum din hija proprjeta` tal-gvern għax id-dipartimenti m'għandhomx personalita` tagħhom.", "Il-personalita` tad-dipartimenti hija vestita fil-gvern.", "Il-gvern jiddelegaha lill-kapijiet tad-dipartimenti, imma normalment b'mod legali hija vestita fil-gvern.", "Infatti ħafna drabi, anke meta jsiru ċitazzjonijiet kontra ħwejjeġ li jiġru fid-dipartiment ta' l-edukazzjoni, ġieli jiġi mħarrek il-prim ministru biex jiġi assigurat li l-kawża jkollha r-radiċi tagħha.", "Sal-lum dawn huma proprjeta` li hija vestita fil-gvern.", "Il-liġi tgħid \"u l- intrapriżi proprjeta` tal-gvern\".", "Qed ngħidu hekk għax din il-klawsola hija dik li ngħidulha template, għaliex proprjament fid-dipartiment tal- libreriji u ta' l-arkivji m'hemmx intrapriżi, m'hemmx undertakings.", "F'dan id-dipartiment m'hemmx xi taqsima li tagħmel xi kummerċ.", "Jekk wieħed jieħu d-dipartiment tal-kultura, meta għamilna l-Att dwar il-kunsill tal-kultura u l-arti daħlet din it-tip ta' klawsola wkoll għax jemmhekk hemm intrapriżi tal-gvern, fosthom it-Teatru Manoel u Dar il-Mediterran għall-Konferenzi.", "Dawn huma intrapriżi tal-gvern li kontinwament jidħlu f'relazzjonijiet kummerċjali.", "B'danakollu xorta, għax huwa tip ta' artikolu li huwa template, wieħed ma joqgħodx jaqta' minn hawn u minn hemm, imma jdaħħlu kollu kemm hu, kif ngħidu bl-Ingliż, for all intents and purposes.", "Din hija proprjeta` li s'issa hija wżata għall-istess funzjonijiet li b'dan l-Att qed ngħaddu lill-Arkivji Nazzjonali.", "Jiġifieri jista' jkun hemm ħwejjeġ li qed jaqdu funzjonijiet differenti minn dawk li normalment jaqdu għall-arkivji nazzjonali.", "F'dan il-każ, jekk jeżistu dawn l-affarijiet, ma jgħaddux, imma jridu jibqgħu jservu l-funzjonijiet li kienu qed jaqdu.", "Meta jidħol fis-seħħ dan l-Att, jew inkella din il-klawsola partikolari, dawn se jkunu vestiti fl-organizzazzjoni l-ġdida.", "Jiġifieri m'hemm bżonn isiru la kuntratti, la ħaġa u lanqas oħra, sempliċement isir l-inventarju, jiġi maqbul bejn l-arkivista nazzjonali u d-direttur tad-dipartiment tal- libreriji, u fid-data tas-seħħ dak li jkun maqbul jiġi ffirmat, u awtomatikament il-proprjeta` tagħhom tgħaddi f'idejn l-Arkivji Nazzjonali.", "Subklawsola (2) ta' klawsola 29, li tittratta l-issue tal-proprjeta` immobbli, tgħid:", "\"L-użu u l-amministrazzjoni ta' l-attiv immobbli minn żmien għal żmien....\"", "Ħalli nieqaf hawn.", "Jekk immorru għal subklawsola (1) insibu li dan jibda bil-kliem \"Il-proprjeta`\" filwaqt li subklawsola (2) mhix qed titkellem fuq proprjeta`, imma qed titkellem biss fuq l-użu u l-amministrazzjoni.", "Hemm differenza legali sostanzjali bejn li tgħaddi l-proprjeta` u li tippermetti l-użu u l-amministrazzjoni.", "Subklawsola 29(2) tgħid:", "\"L-użu u l-amministrazzjoni ta' l-attiv immobbli minn żmien għal żmien speċifikati f'ordni magħmula mill-ministru responsabbli għall-artijiet f'konsultazzjoni mal-Ministru ...", "- responsabbli għal din l-organizzazzjoni –", "\"... u ppubblikata fil-Gazzetta (hawn iżjed 'il quddiem imsejjaħ \"l- attiv immobbli\") li jkun attiv immobbli li, minnufih qabel id-dħul fis- seħħ ta' din it-Taqsima ta' dan l-Att, kien proprjeta` tal-gvern u minnu wżati għat-tħaddim tal-funzjonijiet li b'dan l-Att qegħdin jiġu trasferiti lil jew vestiti fl-Arkivji Nazzjonali, għandhom, b'seħħ minn dik il-ġurnata li tista' tkun speċifikata f'xi ordni bħal dik u bis-saħħa ta' dan l-Att u mingħajr ebda assikurazzjoni oħra, jkunu vestiti fl-Arkivji Nazzjonali.\"", "Il-politika tal-gvern m'hijiex li jgħaddi b'titolu ta' proprjeta` lil dawn l-entitajiet pubbliċi, imma jgħaddilhom l-użu u l-amministrazzjoni.", "Imbagħad hemm is-subklawsoli l-oħrajn li jidħlu f'iktar dettall u jgħidu li għandhom jgħaddu wkoll sistemi ta' arja kondizzjonata jew sistemi ta' sigurta`.", "Naturalment, dejjem ikun hemm l-agreement mal-gvern biex minn dak il-mument li jgħaddu l-affarijiet għand l-Arkivji Nazzjonali, din l- organizzazzjoni tkun tista' tgħid liema huma l-affarijiet tagħha.", "Issa x'valur għandhom hija kwestjoni oħra, imma dawn għallinqas ikollhom inventarju tagħhom.", "THE CHAIRMAN: Hawn rimarki?", "L-Onor.", "Galdes.", "ONOR.", "RODERICK GALDES: Naf li ħafna mill-proprjeta` immobbli li qed tintuża għall-arkivji nazzjonali bħalissa hija pjuttost antika.", "Naf li postijiet bħal Santu Spirtu jridu manutenzjoni qawwija.", "Il-manutenzjoni kienet issir mill-finanzi tal-gvern u jekk kien isir xi xogħol, ma nafx kienx jiġi maqsum minn dipartimenti konċernati.", "It-trasferiment se jinkludi li l-manutenzjoni per se issa tibda ssir mill-budget li se jkollu l-arkivista nazzjonali?", "Fil-jiem li għaddew żort Santu Spirtu fir-Rabat, u rajt li wħud mill-kmamar jirrikjedu spejjeż kbar biex tagħmlilhom il- manutenzjoni minħabba l-umdita` li hemm f'ċerti postijiet.", "X'se jiġri minn postijiet bħal Santu Spirtu li żgur jirrikjedi budget sostanzjali ta' manutenzjoni għalih waħdu?", "Il-ministru qed jikkonsidra l- ħtieġa li jkun hemm kordinazzjoni permezz ta' ħaddiema tal-public works jew inkella li jieħu miżuri oħra biex jgħin lill-Arkivji Nazzjonali fil- manutenzjoni tal-proprjeta` tagħha.?", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Jien m'għandix dubju li dan jista' jsir għaliex il- gvern, permezz tal-ħaddiema tiegħu, ġieli jagħmel restawr ta' bini storiku li m'għandux titolu ta' proprjeta` tiegħu.", "Bħalma sar fil-każ tal-kapella ta' Bir Miftuħ u kappelli oħrajn li għandhom ċerta importanza, il-gvern jidħol għar-responsabbilta` ta' ċertu restawr permezz tal-ħaddiema tal- public works mit-taqsima tar-restawr, fejn hemm nies kapaċi immens.", "Anke f'dan il-każ, bi ftehim, jista' jkun hemm ħaddiema tal-gvern li jidħlu għal dak ix-xogħol.", "Naturalment, kif għedna f'okkażjonijiet oħra waqt din id-diskussjoni, hemm limitu safejn nistgħu nibqgħu nużaw Santu Spirtu.", "Se jiġi żmien meta l- gvern bilfors ikun irid jikkonsidra li jkun hemm is-sede ta' l-arkivji nazzjonali li tkun addattata għal dan l-iskop.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Galdes.", "ONOR.", "RODERICK GALDES: Mr Chairman, għalkemm se jkun hemm dan it- trasferiment ta' proprjeta` lill-Arkivji Nazzjonali, nafu li jekk il-budget tagħha se jkun ta' madwar Lm600,000, żgur li mhux se jkopri l-manutenzjoni meħtieġa għal postijiet bħal dawn.", "Ta' min isemmi l-problemi li jistgħu jinqalgħu f'postijiet antiki bħalma huwa Santu Spirtu, li jista' jkun jeħtieġ vot kapitali apposta sabiex ikun hemm manutenzjoni qawwija f'dan il- post.", "Xtaqt nistaqsi wkoll jekk hemmx xi artijiet partikolari li l-gvern qed jikkonsidra li jgħaddihom minn issa lill-arkivji nazzjonali għall-bini ta' maħżen ġdid jew inkella strutturi oħrajn, li fil-ġejjieni jistgħu jservu għall-operat ta' l-arkivista nazzjonali.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Chairman, m'hemmx dubju li l-budget li qed jiġi dedikat għal dan il-qasam bħalissa mhux se jkun adegwat biex isiru xi improvements kif inhu meħtieġ, u l-Arkivji Nazzjonali dejjem se tibqa' tiddependi mill-qafas ġenerali tal-finanzi tal-gvern.", "Rigward xi artijiet li l-gvern qed jikkonsidra li jgħaddihom lill-Arkivji Nazzjonali, għalkemm lili semmewli xi ideat ta' fejn jaħsbu li jistgħu jsiru dawn l-arkivji nazzjonali, tant hija idea li għadha embrijonika, li mhux vale la pena li tissemma f'dan l-istadju.", "L-ewwelnett, għad m'hemmx lanqas l-idea li din titla' fil-prioritajiet ta' xi proġetti pubbliċi, u meta jasal dan il-mument trid tmur quddiem il-Planning Authority.", "Jiġifieri naħseb għadu prematur li wieħed jesprimi veduta fuq fejn jista' jsir il-bini għal dawn l-arkivji.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Roderick Galdes.", "ONOR.", "RODERICK GALDES: Din il-proprjeta` se tgħaddi f'idejn l- amministrazzjoni ta' l-Arkivji Nazzjonali, pero` ma rridux nagħtu l- impressjoni li mil-lum 'il quddiem kollox f'idejha, u l-gvern mhux se jibqa' jinteressah mill-manutenzjoni per se.", "L-importanti huwa li organizzazzjonijiet bħall-Arkiviji Nazzjonali jingħataw l-għajnuna kollha meħtieġa għax nafu li deħlin għal biċċa għadma iebsa f'dan ir-rigward.", "Dawn żgur m'għandhomx budget adegwat biex ikunu jistgħu jħarsu l- manutenzjoni tal-postijiet pjuttost antiki li għandhom.", "Għaldaqstant wieħed ma jridx jaħseb li issa, għax hemm din il-klawsola tal- liġi, il-gvern jiġi jaqa' u jqum mill-operat ta' l-arkivji nazzjonali u jgħidilhom li issa ma jinteressahx jekk jaqbżu l-budget, dik hija problema tagħhom.", "Anzi, irridu nassiguraw li jkun hemm għajnuna u l-kordinazzjoni meħtieġa ħalli dawn il-postijiet jinżammu fi stat tajjeb.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Jien ukoll nemmen li hemm bżonn iktar appoġġ, pero` ma nilludix ruħi – il-bieraħ konna qegħdin hawn nitkellmu fuq l-imqassijiet tal-haggling tal-budget – li f'dan l-istadju se jkun hemm xi allokazzjoni ta' xi fondi partikolari biex ikun hemm xi titjib fl-ambjent fejn għandna l- arkivji nazzjonali.", "Jien nemmen li din il-liġi se tgħin ħafna biex l- affarijiet jaqbdu ritmu differenti milli kellna sal-lum, pero` hemm iż- żmien meta jrid jasal.", "Jien dejjem ngħid li j'Alla dan ikun l-iqsar żmien possibbli biex l-arkivji nazzjonali jkollhom il-faċilitajiet li huma addattati għall-arkivji nazzjonali.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l- emenda verbali kif imressqa mill-ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda verbali għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 29 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 29, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 30 – Kif jiftiehmu l-liġijiet, eċċ.", "Clause 30 – Construction of laws, etc.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Din hija klawsola li nsibuha f'ħafna mil-liġijiet il- ġodda li jwaqqfu dawn it-tip ta' organizzazzjonijiet.", "Bażikament qegħdin ngħidu li din l-organizzazzjoni li qed titwieled permezz ta' din il-liġi, l- arkivji nazzjonali se tiret dawk il-ħwejjeġ li għandhom x'jaqsmu ma' l- arkivji nazzjonali li kienu ġew stabbiliti b'sentenzi ta' qorti qabel ma nħolqot din l-organizzazzjoni.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 30.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 30 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' liġi.", "Klawsola 31 - Tneħħija mhux awtorizzata jew qerda jew ħsara ta' rekords pubbliċi.", "Clause 31 - Unauthorised removal or destruction or damage of public records.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Kif diġa` għedna, dan hu qasam fejn qed inwaqqfu organizzazzjoni ġdida bl-iskop li taqdi funzjonijiet fil-qasam ta' l- arkivji nazzjonali li wieħed irid jappoġġjah anke b'mekkaniżmu ta' inforzar ta' din il-liġi.", "U fejn jidħol l-inforzar, bilfors trid tiddefinixxi x'jikkostitwixxi reat u, jekk quddiem il-qrati tagħna jirriżulta li hemm reat, x'inhuma l-pieni kontemplati.", "Min jinstab ħati ta' reat kontra dan l-Att jista' jeħel multa ta' mhux inqas minn Lm200 u mhux iżjed minn Lm50,000, jista' jeħel priġunerija għal mhux iżjed minn sitt snin, jew inkella multa u priġunerija flimkien.", "L-ewwelnett, wieħed ikun ħati ta' reat kontra dan l-Att jekk jiġi pprovat li xi ħadd ineħħi xi rekord pubbliku mill-pussess legali u fiżiku u l- kustodja ta' l-Arkivista Nazzjonali jew jgħin lil xi persuna oħra tagħmel dan, jew xjentement jew bi traskuraġni, nuqqas ta' ħila jew nuqqas ta' osservanza tar-regolamenti jikkaġuna xi ħsara jew jeqred, iħassar, jew jibdel xi rekord.", "Mela hawnhekk għandna l-ewwel tip ta' ksur ta' liġi li għalih hemm penali ta' multa jew piena karċerarja, jekk fil-fehma tal-qorti l-każ ikun jistħoqqlu.", "Reat ieħor jista' jkun jekk xi ħadd jirċievi jew iżomm xi rekord pubbliku meta jkun jaf li dan ikun ġie mneħħi f'Malta kontra l-liġi jew li ġie illegalment esportat minn xi pajjiż ieħor.", "Hemm nisġa ta' arranġamenti ma' ħafna pajjiżi biex kull pajjiż jipproteġi l-patrimonju kulturali tiegħu.", "U allura jekk jinstab għand xi ħadd hawn Malta xi rekord pubbliku tal-valur li suppost qiegħed fl-arkivji nazzjonali ta' pajjiż ieħor, u ma jiġix spjegat kif dan ġie hawn Malta u sab ruħu fil-pussess ta' xi persuna, allura jekk jiġi pprovat dan jista' jkun ukoll reat taħt din il-liġi.", "Aħna nafu li bħala pajjiż ġieli jkollna talbiet minn gvernijiet oħra biex nagħmlu investigazzjoni bil-pulizija tagħna għax ikunu nsterqu opri ta' arti jew ikunu naqsu dokumenti importantissimi, u li wieħed ikollu suspett li jkunu qegħdin hawn Malta, jekk ukoll ma jkunx hemm xi suspett iktar preċiż ta' fejn jinstabu l-affarijiet.", "Min jinqabad li qiegħed jirċievi, li jżomm għandu rekord pubbliku meta jaf li la seta' jitneħħa minn Malta kontra l-liġi jew lanqas seta' jidħol f'Malta minn xi pajjiż ieħor illegalment, dak huwa reat taħt din il-liġi.", "It-tielet definizzjoni li għandna ta' reat huwa jekk xi ħadd ifixkel, jostakola, jimmolesta jew jindaħal lil xi uffiċjal jew impjegat ta' l- Arkivji Nazzjonali jew xi uffiċjal tal-pulizija fil-qadi tad-dmirijiet kif inhu provdut taħt dan l-Att, jew inkella jonqos milli jobdi xi ordni leġittima li tingħata minn xi uffiċjal, jew impjegat jew uffiċjal tal- pulizija, jew xjentement jagħti lil dawk l-uffiċjali informazzjoni falza jew jirrifjuta milli jagħti l-informazzjoni meħtieġa.", "Dan ukoll huwa ksur tal-liġi punibbli kif qed tgħid din l-istess liġi.", "Reat ieħor huwa meta xi ħadd jagħmel xi dikjarazzjoni għal xi waħda mill- iskopijiet ta' dan l-Att li tkun falza, qarrieqa jew mhux korretta f'xi dettall materjali.", "Fil-proviso ta' din il-klawsola qed nistabbilixxu li l- inqas multa li wieħed jista' jeħel m'għandhiex tkun inqas minn kemm jiġi jiswa xi xogħol li jista' jkun meħtieġ bħala rimedju għall-effetti ta' dan ir-reat.", "Per eżempju, xi ħadd ikun ipprova jisraq dokument u waqt li jkun qed jisirqu, jew waqt li jkun għandu jqattgħu, u jkun jeħtieġ restawr.", "Allura l-multa ma tistax tkun inqas minn kemm l-Arkivji Nazzjonali tkun nefqet biex irrestawrat dak id-dokument.", "L-ispiża għal dawn l-affarijiet tista' tiġi rkuprata b'kawżi ċivili mill- Arkivista Nazzjonali kemm kontra l-ħati jew il-werrieta tiegħu.", "Il-qorti qed tingħata d-dritt li barra l-piena tista' tordna lil min jinsab ħati biex ineħħi dak li jikkaġuna r-reat u biex ireġġa' lura għal li kien dak li jkun sar mingħajr awtorizzazzjoni, li jsewwi l-ħsara u jagħmel l-affarijiet l-oħrajn kollha fiż-żmien li tistabbilixxi l-qorti, u għal kull ġurnata li tgħaddi, jekk jibqa' ma jobdix, ikun hemm il-pieni li huma stabbiliti.", "Fl-aħħarnett, subklawsola (4) tgħid li l-Arkivista Nazzjonali naturalment għandu dritt li jiġbor lura kwalunkwe record li jkun ittieħed.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "JOSEPH BRINCAT: Mr Chairman, nitlob lill-ministru jagħmel rethinking fuq kif inhi drafted din il-klawsola.", "Meta nisimgħu jitkellem hekk, nifhem mod, imma meta naqra l-liġi u nanalizzaha nsib baħar jaqsam.", "Waħda mill-affarijiet strambi li nara f'subklawsola (1) li tibda bil-kliem \"Any person who\", id-delitt \"intenzjonali\" u dak li ngħidulu \"involontarju\" huma mqiegħda fuq l-istess livell.", "Din m'hijiex ħaġa tajba.", "Biex nagħti eżempju, qtil volontarju u qtil involontarju, hawnhekk qed nagħmluhom ugwali.", "Din ma tagħmilx sens legali, għaliex fejn ikollok id-dolus, il- piena għandha tkun ikbar.", "Il-kwestjoni tal-ħsara li ssir lill-arkivji u affarijiet prezzjużi tfakkarni f'filmat ta' Rowan Atkinson li daħal f'librerija, qatta' volum sħiħ u biddlu ma' ta' l-ieħor.", "Meta l-ieħor kien ħiereġ bih waqa' minn idejh u n-nies ħasbu li hu għamel ħsara lil dak il-volum prezzjuż.", "Ma jistax ikun li reati volontarji u involontarji jkollhom l-istess piena.", "Ma jistax ikun lanqas li l-piena għal reat involontarju ta' meta tqatta' dokument tkun iktar mill-piena għal qtil involontarju ta' persuna, għax inkella l-gradazzjoni tal-valuri tispiċċa bla sens.", "Per eżempju, jekk jien intajjar bi traskuraġni lill-arkivista li f'idu jkollu ktieb tan-national archives li jispiċċa f'għadira bit-tajn, u noqtol lill-arkivist, neħel sa massimu ta' erba' snin talli qtiltu, u neħel sitt snin talli għamilt ħsara lill-ktieb.", "Din ma tagħmilx sens għax il-pieni jridu jirriflettu ċertu sens komun tal-gradazzjoni.", "X'inhu l-iktar importanti?", "Il-ħajja tal-bniedem jew il-ktieb?", "Mhux qed ngħid li l-ktieb mhux importanti, imma ma jistax ikun li kull ministeru - biex juri kemm għamel impatt – jagħmel liġi b'piena li tkun eżaġerata meta taraha fil- kwadru tal-pieni l-oħrajn.", "Kif inhi drafted din il-klawsola għandek l-ereżija li r-reati volontarji u involontarji qegħdin fuq l-istess livell.", "Pero` hemm ukoll il-kwestjoni ta' l-ammont tal-piena.", "Forsi tgħidli li l-latitudni qiegħda f'idejn il- qorti.", "Jiddispjaċini, imma l-parlament suppost qed jilleġiżla biex jagħti gwida lill-qrati kif għandhom japplikaw il-pieni.", "Għalhekk nagħmlu l- minimu u l-massimu.", "Jien nissuġġerixxi li l-ministru jaqsam subklawsola (1) f'żewġ paragrafi; wieħed dwar ir-reat volontarju li hu serjissimu – meta wieħed bil-vendikazzjoni jmur jagħmel ħsara f'xi dokument ta' l- arkivji nazzjonali - u l-ieħor dwar ir-reat involontarju.", "Mr Chairman, kieku jien naħdem mal-gvern, il-wastepaper basket naqbdu u narmih mit-tieqa!", "Għaliex?", "Għax il-frażi \"the legal and physical possession and custody of the National Archivist\" jista' jkollha interpretazzjoni perikoluża ħafna.", "Per eżempju, hawnhekk l-imwejjed dejjem ikunu mimlijin bil-karti.", "Allura, jekk jiġi xi ħadd u jieħu xi ftit minnhom - fosthom jista' jkun hemm notamenti tiegħi li nkun għamilt fuq il-leġiżlazzjoni jew emenda li nkun qed nipprepara, li ma tkunx l-emenda li ġiet ippreżentata, imma li tkun maħsuba li tiġi ppreżentata - peress li l- liġi tgħid \"any person who removes any record from the legal and physical possession of the National Archivist, f'liema pożizzjoni se tiġi?", "Għax hawnhekk m'aħniex qed nirriferu biss għal dak li għandu taħt idejh l- arkivista, imma anke għad-dokumenti li jista' jkun hemm f'kull dipartiment, għax kulħadd se jkollu l-arkivista tiegħu, u l-karti suppost imorru għand l- arkivista, allovolja hemm ir-regoli kif se jitqassmu u kif se jkunu jafu liema huma d-dokumenti li suppost jiġu ppreservati jew le.", "Nerġa nsaqsi, f'liema pożizzjoni se tiġi, meta għandek \"whether in the legal or physical possession\"?", "Għax fejn huwa l-grad li karta f'dipartiment tal-gvern għandha titqatta' jew ma titqattax?", "Ejja nieħdu l-każ ta' sentenza ta' imħallef, speċjalment ta' l-antik.", "Kien hemm żewġ imħallfin li nzertaw għadhom ħajjin it-tnejn, Sir Anthony Mamo u J.J. Cremona, li peress li kont naħdem magħhom, kont nagħraf il-handwriting tagħhom.", "Ta' J.J. Cremona kont nagħrafha iżjed, għax kien jibda jikteb minn mal-margin, imbagħad iniżżilha qisu lenbut, għax il-margin tiegħu kien ikun slanting.", "Ta' Sir Anthony Mamo kienet kompletament differenti.", "Darba kont qed nirranġa d-dar, u mort narmi xi affarijiet fil-miżbla ta' Ħal-luqa u rajt partita drafts ta' sentenzi qabel ma ġew typed.", "Allura dak l- imħallef li jkun qatta' dak id-draft jiġi li qed jikser il-liġi għax dak kien bażi ta' dokument ieħor?", "Dak id-dokument li huwa iktar orġinali mill- ieħor għandu jibqa' ad infinitum?", "Irridu noqogħdu attenti, għax meta niġu biex napplikaw il-liġijiet inkunu rridu nilħqu skop leġittimu, imma meta nilleġiżlaw nispiċċaw immorru barra minn dak li xtaqna u nsibu lil xi ħadd li jgħid: Hemm din il-liġi, mela se nagħmilhielek!", "Waħda mil-liġijiet li ċertament jien naqbel magħha hija l-protezzjoni tas- siġar u s-siġar li għandhom ikunu protetti, imma hemm regolament, maħruġ u applikat mill-MEPA, li jekk ikollok siġra tar-rand u tiżborha jew tieħu xi weraq biex tagħmel stuffat tal-fenek, tkun qed tagħmel reat u tista' teħel multi kbar.", "Jekk wieħed ikollu siġra tal-ħarrub li qed taqbiżlu għand ta' maġenbu, jew għandha zokk li miet u jneħħih, jeħel multa għax ikun qed jaqta' partijiet mis-siġra.", "Dan qed insemmih għax dawk kollha li jmorru jixtru - issa rrid nixtri basket tal-25c ukoll u nżommu fil-karozza - bħali jaraw il-pakketti bil-weraq tar-rand fil-ħwienet.", "Allura se jkun ipprojbit ir-rand?", "Jew jekk ir-rand ikun ġej minn barra kollox sew, imma jekk ikun weraq tar-rand minn Malta jkun kontra r-regolament tal-MEPA?", "Ma tistax tiżbor siġra, lanqas jekk tkun se tagħmlilha l-ġid, għax il-kelma \"pruning\" ittraduċewha \"tiżborha\" u ma żidux il-kliem \"b'mod li se tagħmel ħsara lis-siġra\".", "Jiġifieri anke jekk taqta' ftit weraq, inti tinstab ħati li qed tagħmlilha l-ħsara, jew inkella forsi jibgħatlek - naħseb jien - spettur tal-MEPA u jgħidlek kemm għandek tiżborha.", "Mr Chairman, nitlob lill-Ministru jagħti kasi - u nitlob lill-kollegi tiegħi ma jinterrompuhx - għax ma naqbilx li nħallu l-liġi kif inhi.", "Id- diskussjoni li għamilna l-bieraħ kienet kwestjoni oħra.", "Waqt li għandu approval fuq ħafna affarijiet, il-Ministru ma jistax iħalli liġi b'penali ta' din in-natura.", "THE CHAIRMAN: Nieħu l-okkażjoni biex infakkar lill-membri li ma jistgħux jagħtu daharhom lejn is-Sedja lanqas.", "ONOR.", "JOSEPH BRINCAT: Se nkompli fuq ir-regolamenti taż-żbir tas-siġar.", "L-ewwel darba li smajt każ fuq dan is-suġġett kien ta' avukat li jismu Beppe Fenech Adami.", "Dan kien qed jargumenta kif jista' jkun li din il-liġi ma tippermettix lil xi ħadd li jiżbor is-siġra.", "Imma l-klijent tiegħu xorta weħel multa, għax il-liġi tgħid il-kelma \"tiżbor\".", "Dan huwa żbaljat.", "Mr Chairman, irrid niġbed l-attenzjoni wkoll għal paragrafu (d) ta' subklawsola 31(1) li jgħid:", "\"makes a declaration for any of the purposes of this Act which is false, misleading or incorrect in any material respect.\"", "Hawnhekk ngħid li jien kelli r-responsabbilta` - mhux se ngħid l-unur - li daħħalt il-falso ideologico fil-Kodiċi Kriminali tagħna.", "Il-falso ideologico ifisser li jkollok dokument li bħala forma hija awtentika, imma fih tgħid gidba.", "Mhux falsifikazzjoni fis-sens li għandek passaport li fih biddilt isem u pprintjajt isem ieħor, imma tagħmel applikazzjoni għal passaport bir-ritratt u b'kollox, imma d-dettalji li timla jkunu gidba.", "Dan ir-reat huwa kopert bl-artikolu 187 tal-Kodiċi Kriminali li jġib piena sa sentejn ħabs.", "Hija eżaġerata li tpoġġi fuq l-istess bażi r-reat ta' min jagħmel dikjarazzjoni falza għal xi skop ta' dan l-Att u tagħmillu piena sa sitt snin ħabs għax ma tħallix lanqas proporzjon bejn l-istess artikoli.", "Jien nippretendi li l-piena ta' min jagħmel ħsara volontarja tkun ta' gravita` enormi, u l-piena ta' min jagħmel ħsara bi traskuraġni tkun gravi inqas.", "U hawnhekk lanqas għandna l-kelma \"maliciously\", jiġifieri lanqas nidħlu fil-kwestjoni ta' l-intent tar-reat.", "Allura, jekk wieħed jieħu żball fil-formola, jista' jeħel sa sitt snin ħabs.", "Naf li l-ministru m'għandux dan l-iskop.", "Imma, kif kont qed ngħid, min qatt basar f'Malta li jekk tħawwel siġra tar-rand fil-ġnien tiegħek ħalli jekk ikollok bżonn werqa randa ssibha, għal skop ornamentali jew għal ħaġ'oħra, imbagħad jekk taqta' werqa waħda minnha tkun għamilt reat li teħel pieni enormi għalih!", "Nerġa' mmur għal paragrafu (c) li jgħid li kull min ifixkel, jostakola, jimmolesta lil xi uffiċjal jew impjegat ta' l-Arkivji Nazzjonali ikun qed jikkommetti reat u jista' jeħel sa sitt snin ħabs.", "Imma jekk ikun hemm wieħed li jirreżisti l-arrest, jibda jiġġieled u jagħti lill-uffiċjal tal- pulizija jeħel tliet snin ħabs, skond artikolu 95 tal-Kodiċi Kriminali.", "Qed immorru għal gradwatorja ta' pieni li sfortunatament lili tħawwadni.", "Jien nifhimha li min jagħmel il-ħsara jrid iħallas għaliha.", "Chi rompe paga.", "Fil-Kodiċi Kriminali teżisti l-liability, li meta ssir ħsara fi proprjeta` tal-gvern il-qorti tista' tikkundanna lill-persuna ħatja li tħallas dawk id-danni, fair enough.", "U bl-istess mod tista' tgħid li wieħed ineħħi l-kawżi tar-reat.", "Allura x'fiha ħażin din il-klawsola?", "Il-mod kif inhi drafted huwa ħażin.", "L-ewwelnett irid ikun hemm qsim bejn dak li huwa d-delitt volontarju li għandu jġib ċerta piena gravi - jekk tgħidli sitt snin, naqbel - u l-involontarju li għandu jġib piena inqas gravi.", "Il-frażi \"legal possession\" f'paragrafu (a) irridu niddefinixxuha għax tista' tkun \"constructive possession\".", "Jekk dan id-dokument jibqa' hawn imur għand l-arkivista, u allura wieħed jista' jsib ruħu fl-istess sitwazzjoni bħal dak li qata' werqa tar-rand.", "Jien nemmen li fil-każ tar-reati l-oħrajn, jew m'għandhom jissemmew xejn, għax hemm il-Kodiċi Kriminali li diġa` jipprovdi għalihom, jew inkella immorru għal dak li hemm bżonn isir.", "Jekk il-ministru jixtieq jagħmilha iktar faċli, jista' jieħu l-Kodiċi Kriminali fejn għandek ir-reati tad- dannu volontarju u tad-dannu involontarju.", "Allura, meta jkun reat li għandu x'jaqsam ma' l-arkivji nazzjonali, il-pieni jistgħu jiżdiedu by two degrees.", "Għandek l-iskala kif inhuma maħdumin il-pieni, u awtomatikament iżżomm il-bilanċ.", "Tgħid li r-reat huwa gravi, imma żżomm il-bilanċ.", "Id- definizzjonijiet diġa` ssibhom fil-liġi ordinarja.", "L-istess ħaġa fuq il-paragrafu (d) dwar id-dikjarazzjoni falza.", "Ejja ngħidu li jien imlejt formola fejn iddikjarajt li jien studjuż qed nagħmel riċerka fuq dak is-suġġett u nkun qed nagħmel riċerka fuq suġġett ieħor.", "Dik tiġi dikjarazzjoni falza għax il-liġi tgħid \"in any material respect\".", "Ikun ħati jekk jagħmilha biex jieħu benefiċċju għalih jew għal ħaddieħor, imma mhux meta sempliċement ikun żball involontarju.", "Kif inhi qiegħda fil- liġi, wieħed ilaqqatha f'kull każ.", "Għalhekk nitlob lill-Ministru li jagħmel redrafting ta' din il-parti.", "Qed nagħmillu suġġeriment kif jista' jagħmilha sempliċi.", "Jekk jixtieq iżomm dik il-multa bħala massimu tal-piena għal dak l-iskop, jagħmel hekk, imma mbagħad fl-iscale għandhom jidħlu affarijiet oħrajn.", "Għax hawnhekk qed ngħidu li jekk toqtol wieħed teħel għomrok, jekk tagħtih daqqa ta' ponn u taqsamlu x-xedaq teħel għomrok, jekk inti u għaddej tagħti daqqa ta' spalla lil xi ħadd mingħajr ma tkun taf, għax tkun goff, u waqqajtu u ma ġralu xejn teħel għomrok, u jekk tagħjbu teħel għomrok ukoll!", "Jekk il-kollega tiegħi jgħidli li l-qorti għandha tiddeċiedi fuq il-piena li tingħata, ngħidlu li aħna l-leġiżlaturi għandna nagħtu l-guidance lill- qrati.", "Aħna għandna nistabbilixxu l-parametri tal-pieni, għax inkella nispiċċaw li tant ikun hemm varjeta` bejn il-pieni li jagħti ġudikant u ieħor li n-nies jibdew jistaqsu kif għall-istess ħaġa wieħed jeħel piena daqstant differenti.", "Dan qed jiġri fil-pieni għar-reati konnessi mad-droga u qed jiġri f'oqsma oħrajn.", "In-nies qed jistaqsu kif jista' jkun li quddiem ġudikant wieħed jeħel sena u quddiem ieħor jeħel tmienja?!", "In-nies qed jitfixklu.", "Allura huwa obbligu tagħna l-leġiżlaturi li nagħmlu l-parametri tal-pieni li rridu.", "Jien m'iniex qed ngħid li min volontarjament jiddistruġġi dokument m'għandux ikun penalizzat b'mod adegwat.", "Wieħed mill-ewwel kodiċijiet kriminali li kelli nistudja kien il-kodiċi Svizzeru.", "F'dan il-kodiċi kienu jikkonsidraw bħala reat gravi ħafna saħansitra t-tkissir tar-road signs!", "U bir-raġun għaliex meta tkisser road sign tista' ġġib periklu għan-nies.", "M'iniex qed nikkritika l-piena, imma l- piena hija għall-aktar reat gravi.", "Allura wieħed - ħalli nieħu l-eżempju tar-road sign - li jkun ħassu ħażin u ħabat mar-road sign għandu jeħel l- istess piena daqs l-ieħor li kissirhom jew għattihom bil-posters u bir- ritratti tal-kandidati jew inkella b'xi billboard fl-elezzjonijiet?", "Hemm differenza.", "Il-piena għandha tkun skond il-gravita` tar-reat.", "Naħseb li kieku dak li jixtieq jilħaq il-Ministru ikun drafted in another way, jagħmel iktar sens.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Roderick Galdes.", "ONOR.", "RODERICK GALDES: F'din il-parti tal-liġi nerġa' nisħaq fuq il-punt li hemm bżonn li jkollna valutazzjoni tad-dokumenti li għandu għad- dispożizzjoni tiegħu l-arkivista nazzjonali.", "Jagħmel sens li wieħed jeqridlek dokument li fir-realta` jkun jiswa Lm30,000, m'għandek l-ebda sistema ta' kif tgħin lill-qorti li tagħti valur lil dan l-oġġett, u jeħel multa ta' Lm200?", "Naħseb li din il-parti tal-liġi tista' tagħti lok għal dan.", "Jeħtieġ li nsibu sistema kif nagħtu valur għallinqas lil dik l- informazzjoni li se tidħol minn issa 'l quddiem, ħalli ngħinu lill-qorti f'każi fejn jista' jkollna telf ta' dokument storiku importanti għan- nazzjon Malti.", "Xtaqt wkoll nistaqsi dwar punt li ma nafx jekk il-ministru jistax iweġibni fuqu.", "F'każ li jkollok persuni li ġabu għandhom informazzjoni jew dokumenti storiċi qabel it-twaqqif ta' din il-liġi, jiġifieri 30, 40 sena ilu dawn ħadu jew akkwistaw illegalment informazzjoni jew dokumenti li kienu tan-nazzjon Malti minn xi dipartimenti, inkluża il-bibloteka jew id- dipartiment tal-libreriji, u llum-il ġurnata qiegħda għandhom, jekk dawn jinstab li kellhom din l-informazzjoni għad-dispożizzjoni tagħhom, huma meqjusa li jkunu għamlu dan ir-reat partikolari?", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-ewwelnett jagħmel sens l-argument li għamel l-Onor.", "Brincat li għandu jkun hemm differenza fil-pieni għar-reat volontarju u għar-reat involontarju.", "Pero` hawnhekk m'aħniex qegħdin nagħmlu xi kodiċi kriminali preċiżament b'dawn id-dettalji.", "Jien ngħid li d-distinzjoni fil- gravita` fiċ-ċirkostanzi ta' kull każ iridu jagħmluha l-qrati li qegħdin jingħataw latitudni wiesgħa immens.", "U jien għandi fiduċja li s-sistema ġudizzarja għandha kapaċita` tagħmel distinzjoni bejn każi ta' negliġenza, każi li jsiru xjentement, oħrajn li jsiru volontarjament u oħrajn involontarjament.", "Fit-Taqsima VI ta' din il-liġi qed ngħidu li l-piena tista' tvarja minn Lm200 għal Lm50,000.", "Allura qed ngħidu li jekk ikun hemm xi reat involontarju għandna qrati li jwaħħlu Lm50,000?", "Il-kollega tiegħi beda jiċċita l-massimu kull darba, sitt snin ħabs", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Joe Brincat.", "ONOR.", "JOSEPH BRINCAT: Jien għandi l-fiduċja kollha fil-ġudikanti, pero` nemmen f'ħaġa - l-ewwel nota ta' osservazzjonijiet li għamilt f'ħajti ma' Dr. Ugo Mifsud Bonnici - the frame of mind of the judge.", "Għaliex kull imħallef ikollu l-filosofija tiegħu personali, u għalhekk meta inti tħallilu latitudni enormi, se tfixkel lilu stess.", "Għalhekk qed ngħidlek tagħmel il-parameters bħalma għandna f'liġijiet oħrajn.", "M'iniex se ngħid li waqgħet żokorti l-qorti, imma xagħri żgur il-qorti waqa', u rajt sentenzi żbilanċjati bejn ġudikant u ieħor fuq l-istess reat!", "Ħalli nagħti eżempju ta' każi li għandhom x'jaqsmu mad-droga.", "Meta jsibu lil xi ħadd ħati ta' possession sempliċi l-ewwel darba jipprovaw jittrattawh, imma ġieli kien hemm qorti li waddbet lil xi ħadd tliet xhur ħabs ma' l-ewwel darba li miss id-droga.", "Tgħidli li kienet legali, għax tajna l-latitudni lill-ġudikant, imma mbagħad dik il-piena tant taraha tistona ma' oħrajn.", "Fl-Amerika għandhom ċerti gradwatorji fil-liġijiet, u għandhom is-sentencing policy li ssir ġenerali għall-qrati kollha.", "Pero` m'għandniex nagħmlu leġiżlazzjoni fejn il-multa tkun minn minimu ta' Lm200 sa massimu ta' Lm50,000!", "Hemm min kull lira jaraha dinja u hemm min Lm50,000 m'huma xejn għalih.", "Kieku jista' jagħmilha Lm100,000 jagħmilha Lm100,000, jew inkella jkun irid jagħmilha Lm100,000 ħalli l-ġurnali jġibuh front page!", "L-ispettakolarita` tal-ġustizzja!", "Ma nafx jekk jeżistux dawn, imma kultant jiġini d-dubju.", "L-ispettakolarita` tal-ġustizzja!", "Ministru, m'iniex qed ngħid hekk biex nagħmillek l-ostakoli iżda biex din il-liġi tiġi aħjar.", "U qed ngħidlek biex torbot dawn il-pieni ma' dawk tal- Kodiċi Kriminali, għar-raġuni li hemm, ir-reat tad-dannu volontarju huwa ċar, ir-reat tad-dannu involontarju huwa ċar, ir-reat tad-dikjarazzjoni falza hija ċara, u r-reat ta' l-attakk u r-resistenza u t-tfixkil fil-qadi tad-dmirijiet ta' xi uffiċjal huwa ċar.", "Allura għandek tieħu l-gradwatorja tal-pieni li issa ilha għal xi 160 sena u torbot magħha.", "Tista' żżid il- piena skond il-gravita` tar-reat, tħalli l-proviso li qed tagħmel, li huwa tajjeb, li wieħed irid jagħmel tajjeb għall-ħsara li jkun għamel, u tkun ilħaqt l- iskop tiegħek xorta waħda.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-Onor.", "Brincat għandu vantaġġ kbir fuqi għax huwa espert in materja u jgħallimni.", "M'għandix dubju li dan li qed jgħid qed jgħidu biex jirfina l-klawsola partikolari li għandna quddiemna.", "Pero` jrid japprezza wkoll il-pożizzjoni tiegħi, ta' ministru ta' gvern li jkollu abbozz li jkun għadda minn eżami ta' l-esperti ta' l-uffiċċju ta' l-avukat ġenerali, u jien insib diffikulta` biex naqbad u nbiddel dawn il-klawsoli.", "Jien ma naqbilx li għandek tikkategorizza din il-klawsola bil-manjiera kif qal l-Onor.", "Brincat u tagħmel ċerti definizzjonijiet.", "Għax hawnhekk qed nitkellmu fuq l-arkivji nazzjonali u mhux fuq reati ta' qtil, serq u affarijiet bħal dawn.", "Kemm ilhom jeżistu l-arkivji nazzjonali kellna każijiet fejn ġew distrutti jew insterqu xi dokumenti imma, nerġa' ngħid, wieħed jista' jħalli d-diskrezzjoni f'idejn il-qrati biex jeżaminaw kull każ abbażi anke tal-pariri esperti li jkollhom.", "L-Onor.", "Galdes reġa' staqsa jekk nistgħux nagħtu xi valur lid-dokumenti f'dawn l-arkivji.", "Jien jidhirli li ma tistax tistabbilixxi valur fil-liġi jew tagħti xi kriterju, għaliex kull ħaġa tiddependi mill-ġudizzju partikolari li jsir.", "Jien ngħid li l-persuni li, se mai, tista' titlobhom opinjoni ta' stima ta' dokument, anke f'termini materjali, huma l-arkivista nazzjonali u n-nies tiegħu.", "Jekk tiġi f'dawn il-kwestjonijiet il-qorti, kif normalment isir, tqabbad l-esperti biex ikollha idea tal-valur materjali ta' dokument partikolari.", "Dan qed ngħidu biex inwieġeb il-punt ta' l-Onor.", "Galdes.", "Issa rigward il-punt li qajjem l-Onor.", "Brincat fuq il-kliem \"pussess legali u fiżiku\", dan huwa fis-sens li jista' jkollok wirja li qed jorganizza l- bank ċentrali li minnha jinsteraq dokument li l-bank ikun issellfu mingħand l-Arkivji Nazzjonali.", "Il-pussess legali huwa ta' l-Arkivista Nazzjonali, il-pussess fiżiku huwa tal-bank ċentrali.", "Jiġifieri ma naħsibx li wieħed għandu għalfejn joqgħod jaqla' kontroversji fuq dik.", "L-Onor.", "Brincat tkellem fuq il-paragrafu (d) u jien lestejt emenda biex inħassruh għax naqbel ma' l-argumentazzjoni legali li għamel dwaru.", "Għalhekk, Mr Chairman, se nipproponi din l-emenda għal klawsola 31:", "\"H\" Klawsola 31 għandha tiġi emendata kif ġej:", "(a) f'paragrafu (c) ta' subklawsola (1) il-kliem \"taħt dan l-Att; jew\" għandhom jitħassru; u", "(b) paragrafu (d) ta' subklawsola (1) għandu jitħassar.", "\"H\" Clause 31 shall be amended as follows:", "(a) in paragraph (c) of subclause (1) the words \"under this Act; or\" shall be deleted; and", "(b) paragraph (d) of subarticle (1) shall be deleted.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "JOSEPH BRINCAT: Kif inhi miktuba l-liġi l-fatt li wieħed iġorr records minn post għall-ieħor from the physical possession - għax waħda biss tkun biżżejjed - and custody of the national archivist, ikun qiegħed jagħmel ir-reat għax lanqas għandna l-kliem \"unlawfully removes\", imma \"removes\" waħedha.", "L-ewwelnett, inti trid tagħmel li l-att huwa illegali biex ikun reat.", "Hawnhekk għandna \"Any person who removes\" biss.", "Trid iżżid \"unlawfully\" għallinqas.", "L-iskop tiegħek qed nifhmu, Ministru, imma l-problema qiegħda meta tiġi biex tinterpretaha quddiem il-qrati.", "Per eżempju, fil-liġi għandna \"causes damage to or destroys, mutilates, alters any public record\".", "Jista' jkun hemm ħaġa oħra li it doesn't mutilate, it doesn't alter and it doesn't destroy, imma toħloqlok il- problema.", "Jiġifieri żżid ċertu kliem u mbagħad la speċifikajt tiskappa min- naħa l-oħra għax la ma semmejtux, allura eskludejtu.", "Jien se nagħmel proposta lill-Ministru ħalli ma jaħsibx li qed ngħid dan kollu biex nagħmel l-ostakoli.", "Naf li bill bħal dan ġeneralment ikun miktub minn dawk l-avukati tar-repubblika li jkunu aktar fuq iċ-ċivil milli fuq il-kriminal, allura jien lest li niltaqa' magħhom u ngħid l-argumenti tiegħi.", "Jekk huwa possibbli nipposponu klawsola 31u ngħaddu għal klawsola 32, u ġimgħa oħra nerġgħu niġu għaliha.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: M'għandix diffikulta` li nipposponu d-diskussjoni fuq din il-klawsola.", "Nitkellem ukoll ma' l-uffiċċju ta' l-avukat ġenerali biex ikunu jistgħu jiddiskutuha, meta l-Onor.", "Brincat ikun dispost.", "Allura dik l-emenda li ressaqt inkunu nistgħu niktbuha aħjar u nerġgħu niddiskutuha.", "Fuq il-punt li qed jagħmel l-Onor.", "Brincat, jien nemmen li r-raġuni ma tridx forza u naħseb li, kif qal hu, f'paragrafu (a) ta' subklawsola 31(1) irid jiżdied il-kliem \"mingħajr awtorizzazzjoni ta' l-arkivista nazzjonali\".", "Jiġifieri nirrikonoxxi li tajjeb li wieħed jieħu l-ħin biex jerġa' jara din il-klawsola ma' l-esperti legali ta' l-uffiċċju ta' l- avukat ġenerali.", "Għalhekk nipproponi li nipposponu d-diskussjoni fuq din il-klawsola u meta nerġgħu niġu għaliha nitlob il-permess tal-Kamra biex nissostitwixxi l-emenda li ressaqt illum b'emenda miktuba u mirquma ftit aħjar.", "THE CHAIRMAN: Hawn qbil li klawsola 31 u l-emenda mressqa mill-Ministru jiġu posposti?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-Kumitat qabel li din il-klawsola u l-emenda għaliha jiġu posposti.", "Klawsola 32 – Drittijiet ta' l-awtur.", "Clause 32 – Copyright.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: F'din il-klawsola m'hawnx xejn partikolari.", "Hija ħaġa minn ewl id-dinja li meta l-arkivista nazzjonali jkun qiegħed jagħti aċċess pubbliku għad-dokumenti, jekk ikun hemm xi drittijiet ta' l-awtur, ma jkunx qed jiksirhom u lanqas ikun qed jittrasferixxi dawn id-drittijiet, u ħadd ma jista', mingħajr il-permess ta' l-arkivista nazzjonali, jippubblika, jirriproduċi facsimile ta' dokumenti li jkunu qegħdin fl- arkivji nazzjonali.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 32.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 32 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 33 – Setgħa ta' għemil ta' regolamenti.", "Clause 33 – Power to make regulations.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Chairman, għal din il-klawsola se nipproponi din l- emenda:", "\"I\" F'paragrafu (h) ta' klawsola 33, minnufih wara l-kliem \"ta' rekords pubbliċi\" għandhom jidħlu l-kliem \"u l-perijodi ta' żmien li fihom l-istess rekords jibqgħu magħluqin għall-ispezzjon pubbliku\".", "\"I\" In paragraph (h) of clause 33, for the words \"of public records\" there shall be inserted the words \"and the periods within which such records shall remain closed to public inspection\".", "Din l-emenda qed inressaqha in vista ta' klawsola ġdida li eventwalment se nipproponi - wara diskussjoni li diġa` għamilna u li kien ħa sehem fiha anke l-Onor.", "Brincat - dwar x'jiġri minn dawk ir-records pubbliċi li taħt liġijiet oħrajn l-aċċess pubbliku għalihom jista' jkun ċirkoskritt, imma meta jiġu fl-Arkivji Nazzjonali tqum il-kwestjoni ta' meta se jinfetaħ l- aċċess pubbliku għalihom.", "Allura iktar 'il quddiem se nipproponi l-formola li dak li jkun depożitat fl-Arkivji Nazzjonali jkun regolat bil-liġi ta' l- Arkivji Nazzjonali u mhux b'xi liġi oħra, imma l-kwestjoni ta' l-aċċess għall-pubbliku għandha tkun suġġett ta' regolamenti li jispeċifikaw fid- dettall biex kull każ partikolari jkun jista' jitressaq.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l- emenda kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"I\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 33 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed", "Klawsola 33, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 34 – Disposizzjonijiet transitorji dwar rekords fl-Arkivji Nazzjonali.", "Clause 34 – Transitional provisions for records in the National Archives", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Din il-klawsola tgħid li malli jidħol fis-seħħ dan l- Att ir-records li jkunu fil-kustodja tal-Kuratur ta' l-Arkivji Nazzjonali jiġu trasferiti għall-kustodja ta' l-Arkivista Nazzjonali u jsir l- amministratur ta' l-arkivji eżistenti.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 34.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 34 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 35 - Tħassir u emendi.", "Clause 35 – Repeals and amendments.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Naturalment meta din il-liġi tidħol fis-seħħ, il-liġi li hemm illum dwar l-arkivji nazzjonali u regolamenti oħra magħmulin taħtha jitħassru.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 35.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 35 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "KLAWSOLA ĠDIDA 36", "NEW CLAUSE 36", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Chairman, nitlob il-permess sabiex inressaq Klawsola Ġdida 36 għall-Ewwel Qari.", "L-Iskrivan tal-Kamra qara n-nota marġinali u l-klawsola tqieset li nqrat l- Ewwel Darba, skond l-Ordni Permanenti Nru 101.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Chairman, nipproponi t-Tieni Qari ta' Klawsola Ġdida 36:", "\"J\" Minnufih wara l-klawsola 35 għandha tiżdied din il-klawsola ġdida 36 li ġejja:", "\"Emenda għall-Att dwar il-Professjoni Notarili u Arkivji Notarili (Kap. 55).", "36.", "F'subartikolu (3) ta' artikolu 22 ta' l-Att dwar il-Professjoni Notarili u l-Arkivji Notarili (Kap. 55) il-kliem \"ikunu li jirċievu dawk l-atti biss li fihom ikun parti l-Gvern jew xi enti morali mwaqqaf b'liġi\", għandhom jiġu sostitwiti bil-kliem \"ikunu li jirċievu dawk l-atti biss li fihom ikunu parti l-Gvern jew xi enti morali mwaqqaf b'liġi jew, skond kif jista' jiġi awtorizzat mill- Ministru f'kull każ, xi soċjeta' jew korp ieħor li fih il-Gvern ta' Malta jew xi korp ieħor kif intqal qabel, ikollhom sehem biżżejjed biex jikkontrollaw jew fuqu jkollhom kontroll effettiv,\".", "\"J\" Immediately after clause 35 there shall be inserted the following new clause 36:", "\"Amendment of the Notarial Profession and Notarial Archives Act (Cap.55).", "36.", "In subarticle (3) of article 22 of the Notarial Profession and Notarial Archives Act (Cap 55) for the words \"in receiving those deeds only to which the Government or any corporate body established by law is a party\" there shall be substituted the words \"in receiving those deeds only to which the Government, any corporate body established by law, or, as may be authorized by the Minister in each case, any partnership or any other body in which the Government of Malta or any such body as aforesaid have a controlling interest or over which they have effective control, is a party\".", "Sal-lum kull meta l-Arkivji Nazzjonali riedu jagħmlu kuntratt u jixtru proprjeta`, il-kuntratt ma setax jippubblikah in-nutar tal-gvern, u kultant nidħlu fi spejjeż kbar.", "Dan huwa l-iskop ta' din l-emenda.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi li Klawsola Ġdida 36 tiġi moqrija t-Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u Klawsola Ġdida 36 ġiet moqrija t-Tieni Darba.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nipproponi li Klawsola Ġdida 36 tkun tifforma parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "THE CHAIRMAN: Hawn rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi li Klawsola Ġdida 36 tifforma parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola Ġdida 36 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill- Abbozz ta' Liġi.", "KONSIDERAZZJONI MILL-ĠDID TA' ŻEWĠ KLAWSOLI", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Chairman, nipproponi l-konsiderazzjoni mill-ġdid ta' klawsoli 10 u 16 fil-Kumitat.", "THE CHAIRMAN: Min jissekonda?", "ONOR.", "JOSEPH BRINCAT: Nissekonda.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi l-konsiderazzjoni mill-ġdid ta' klawsoli 10 u 16 fil-Kumitat.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "Klawsola 10 – Aċċess għal rekords.", "Clause 10 - Access to records.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Chairman, nipproponi din l-emenda:", "\"K\" Klawsola 10 kif emendata għandha tiġi emendata mill-ġdid kif ġej:", "(a) subklawsola (1) għandha tiġi enumerata mill-ġdid bħala subklawsola (2) u minnufih qabel subklawsola (2) kif enumerata mill-ġdid għandha tidħol din is-subklawsola (1) ġdida li ġejja:-", "\"(1) Minkejja d-disposizzjonijiet ta' kull liġi oħra, l-aċċess għal rekords depożitati fl-Arkivji Nazzjonali għandu jkun regolat taħt id- disposizzjonijiet ta' dan l-Att.\"; u", "(b) f'subklawsola (2) kif enumerata mill-ġdid, minflok il-kliem \"Bla ħsara għal kull liġi li tipprojbixxi jew tillimita l-iżvelar ta' informazzjoni f'xi rekord pubbliku, ir-rekords pubbliċi fl-Arkivji Nazzjonali,\" għandhom jidħlu l-kliem \"Ir-rekords pubbliċi fl-Arkivji Nazzjonali,\".", "\"K\" Clause 10 as amended shall be further amended as follows:-", "(a) subclause (1) shall be renumbered as subclause (2) and immediately before subclause (2) as renumbered there shall be inserted the following new subclause (1):-", "\"(1) Notwithstanding the provisions of any other law, when a record is deposited at the National Archives public access to such records shall only be regulated by the provisions of this Act.\"; and", "(b) in subclause (2) as renumbered, for the words \"Subject to any law prohibiting or limiting the disclosure of information in any public record, public records in the National Archives,\" there shall be substituted the words \"Public records in the National Archives,\".", "Mr Chairman, diġa` qed nissalvagwardjaw bl-emenda li ressaqt għar- regolamenti.", "Jiġifieri hawn irrid nagħmel enfasi li dan kollu japplika jekk id-dokument jiġi depożitat.", "Jekk ir-record pubbliku jibqa' fid- dipartiment fejn hu qiegħed, u huwa regolat b'xi liġi, tibqa' tapplika dik il-liġi.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija l- emenda kif imressqa u moqrija mill-ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"K\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 10, kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 10, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 16 – Responsabbilta` ta' Uffiċjali Dipartimentali inkarigati mir- Rekords.", "Clause 16 - Responsibility of Departmental Records Officers.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Chairman, se nressaq emenda fuq il-parir tal- kummissarju tal-protezzjoni tad-data.", "Din tgħid hekk:", "\"L\" Fil-proviso li hemm f'paragrafu (b) ta' subklawsola (2) ta' klawsola 16, minflok il-kliem \"mill-Arkivista Nazzjonali;\" għandhom jidħlu l-kliem \"mill-Arkivista Nazzjonali, u fil-każ ta' rekords li jkun fihom data personali, ukoll wara konsultazzjoni mal-Kummissarju għall-Protezzjoni tad-Data;\".", "\"L\" In the proviso to paragraph (b) of subclause (2) of clause 16, for the words \"by the National Archivist;\" there shall be substituted the words \"by the National Archivist, and in the case of records containing personal data, also after consultation with the Commissioner for Data Protection;\".", "Jiġifieri, meta jiġu dokumenti li jkun fihom data personali fl-arkivji nazzjonali, barra s-salvagwardji li diġa` hemm fil-liġi, irid jiġi kkonsultat il-kummissarju għall-protezzjoni tad-data.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l- emenda kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"L\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 16 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 16, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra rriżumiet u l-President tal-Kumitat talab il-permess sabiex il- Kumitat jerġa' jiltaqa'.", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Il-Ministru.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar l-Erbgħa, 20 ta' April 2005 fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Mozzjonijiet", "Mozzjoni mressqa mill-Onor Noel Farrugia dwar is-sitwazzjoni ta' l- industrija lokali tat-trobbija tat-tjur u l-bhejjem u l-bejgħ tal-laħam.", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Sħubija ta' Malta fil-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp - Tieni Qari.", "Abbozz ta' Liġi dwar Arkivji Nazzjonali – Kumitat (Kont.); u", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kummissjoni Ċinematografika ta' Malta - Tieni Qari.", "-----------------------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Kriminali - Kumitat Permanenti.", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Reġistru Ċentrali - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Franco Galea.", "ONOR.", "FRANCO GALEA: Illum xtaqt niċċentra d-diskors tiegħi fuq it-tema tal-ħajja, il-valur tal-ħajja u kif mill-ħajja qed nagħmlu valur kummerċjali.", "Il-ħajja fiha valur monetarju?", "Fl-opinjoni tiegħi żgur li le, pero' issa għandna preċedent li jgħid mod ieħor.", "Ironiku ħafna li l- Papa Ġwanni Pawlu II ħalla din id-dinja biss ftit jiem wara li fl-Amerika lil Terry Schiavo tterminawlha ħajjitha, Sur President.", "Jien nikkundanna bil-qawwa kollha din l-azzjoni barbara u disumana.", "Dan hu l-pajjiż li jrid ikun eżempju lejn id-dinja?", "Dan hu l-pajjiż li jgħid li hu l-aktar sinjur fid-dinja?", "Dan hu l-pajjiż li jippretendi li jindaħal f'kulma jsir?", "Terry ma kenitx qed tmut u ma talbitx biex tinqatel b'dan il- mod.", "Lil Terry qatluha.", "Dan huwa każ maħmuġ fejn l-interessi tal-flus tpoġġew qabel il-ħajja ta' persuna innoċenti li ma setgħetx tiddefendi ruħha.", "Fejn sejrin nieqfu?", "Allura issa kulmin jiddependi minn magna huwa suġġett għal mewta bħal ta' Terry Schiavo?", "Il-preċedent li nħoloq f'dan il-każ huwa tassew perikoluż u għandu jkun ta' twissija għalina sabiex noqogħdu attenti ferm qabel ma nibdew nilagħbu bil-ħajja.", "Ix-xjenza għadha mhix eżatta u hemm disputi qawwija ħafna dwar x'inhu tassew il-punt li fih wieħed jista' jkun ċert li persuna tkun mejta jew mingħajr tama.", "Il-każ ta' Terry fetaħ limiti ġodda għal dik li aħna nsejħu solidarjeta'.", "Kemm trid tkun kiefra s-soċjeta' biex tħalli persuna tmut bil-ġuħ u bil- għatx sempliċement għaliex tali operazzjoni fejn persuna tinżamm tgħix fuq magna tiswa l-flus!", "Nittama li f'Malta qatt ma naslu sa dan il-punt għax jien inkun minn ta' quddiem biex niġġieled kontra l-qtil premeditat u inuman.", "Imma pajjiżna qed jiffaċċja dilemma oħra fejn jidħol il-valur tal- ħajja u għar-raba' darba se nqajjem is-suġġett ta' l-immigrazzjoni u nittama li din id-darba dan id-diskors ma jiġix injorat, Sur President.", "Matul dawn l-aħħar xhur bosta familji ħeġġewni biex inkompli nisħaq fuq dan is-suġġett u hekk beħsiebni nagħmel.", "Fl-10 ta' Jannar li għadda jien sħaqt li the alarm was on dwar il-materja ta' l-immigrazzjoni illegali u nafu eżattamenet x'ġara f'Ħal Safi jumejn biss wara.", "Nafu kemm tħammeġ isem pajjiżna f'fora barranin u kemm kien hemm min għamel flus mir-ritratti li ħa dakinhar ta' dan l-inċident meta biegħhom lill-media internazzjonali.", "Nafu li din il-propaganda anti-Maltija li saret barra minn xtutna kellha intenzjonijiet djaboliċi bil-għan li Malta twaqqaf is-sistema ta' detenzjoni u tħalli lill-barranin jidħlu f'pajjiżna mingħajr xkiel.", "U dan kollu sabiex igawdu pajjiżi oħra jew xi NGOs partikolari!", "Kif nafu, dakinhar kumbinazzjoni kellhom iżuru lil pajjiżna uffiċjali ta' l- UNHCR li kienu pronti biex jattakkaw lil pajjiżna.", "Nafu wkoll bil-kampanja moqżieża li saret kontra l-forzi tas-sigurta' ta' Malta u dan minkejja l- inkjesti indipendenti maħtura b'ħafna prontezza mill-prim ministru.", "Nafu kemm kien hemm inċidenti fejn materjal mhux permess ġie mgħoddi lill- emigranti illegali fiċ-ċentru ta' detenzjoni mill-istess nies li jakkużaw lil ħuthom Maltin b'razzismu.", "Nafu wkoll li persuni eminenti u qaddisa li jgħaddu s-sigħat fuq kull xorta ta' programmi televiżivi, jammettu li jżuru ċ-ċentri ta' detenzjoni nofs siegħa biss fil-ġimgħa, imbagħad jippretendu li huma t-tarka ta' dawn l-imsejkna.", "Nafu wkoll li saret konferenza nazzjonali li fiha sar ħafna diskors fil- vojt u kif nies bħar-rappreżentanti tal-kunsilli lokali u tal-poplu in ġenerali ma ġewx mistiedna sabiex iwasslu l-concern tagħhom għal din is- sitwazzjoni.", "Dan kollu nafuh, iżda fil-verita' x'sar ħlief li tpoġġiet pressjoni iebsa u inġusta fuq l-awtoritajiet u fuq il-poplu Malti?", "U fuq kollox, x'sar tanġibbli sabiex din il-problema tittaffa u dawn l-imsejkna jingħataw id-dinjita' li ħaqqhom?", "Kif ġara lil dawk li tkellmu fuq dan is-suġġett, jien ġejt ittimbrat u mhedded mill-istess nies li suppost qegħdin hemm sabiex jippriedkaw il- valur tal-ħajja, pero' l-verita' hi li hawn min jinteressah li jkollna immigrazzjoni llegali f'Malta.", "Li naf hu li l-borma mħawra mhux ħażin u ħadd ma jrid li tinkixef, pero' jien l-ewwel wieħed xbajt b'din l- ipokrezija li hawn u nħossni fid-dmir li nieqaf quddiem dawn l-abbużi f'isem il-ġurament li ħadt sena ilu f'din il-Kamra.", "Il-poplu ħaqqu vuċi għal dak li jinkwetah u għal dak li jissuspetta, u naf li hawn membri miż- żewġ naħat tal-Kamra li jaqblu miegħi fuq dan il-punt, Sur President.", "Għal darb'oħra pajjiżna ġie mtebba' b'att mill-aktar skabruż u inuman tal- qtil ta' persuni ta' nazzjonalita' Ċiniża fl-ibħra barra Pozzallo.", "Sfortunatament kollox jindika li dawn telqu minn Malta imma agħar minn hekk huwa l-fatt li dan ma kienx l-ewwel każ ta' immigranti illegali li ġew maħruba minn Malta sabiex isibu ħajja ġdida fl-Italja li spiċċaw ħażin.", "Jien dan l-aġir nikkundannah bl-aktar mod qawwi u nittama li l-forzi tas- sigurta' jaqbdu lill-kriminali li kkommettew dan ir-reat ħalli jingħataw piena eżemplari mill-qrati.", "Jien ngħid li m'hawnx ħniena għal min jilgħab b'ħajjet in-nies.", "Jien niddubita kemm sentenza ta' sentejn u nofs ħabs għal traffikar ta' persuni hija piena xierqa, għax għalija sentenza bħal din tgħaddi messaġġ ħażin ħafna.", "Nixtieq inkun naf kif daħlu Malta dawn in-nies ta' nazzjonalita' Ċiniza, Sur President.", "Min ipprovda l-visa?", "Taħt liema pretest?", "Jekk dawn kienu studenti, fejn kienu alloġġati?", "L-iskejjel in kwestjoni rrapportaw lill- pulizija jekk dawn il-persuni kenux qed ifallu milli jattendu l-kors ta' l- Ingliż?", "Wasal il-waqt li l-gvern jirrevedi s-sistema tiegħu sabiex dawn jiġu reġistrati bil-visa kemm malli jaslu u kemm mat-tluq mill-pajjiż?", "Jien hawn irrid niġbed l-attenzjoni ta' l-awtoritajiet, speċjalment tal- kummissarju tal-pulizija, li jien għandi informazzjoni li hawn psewdo- ġurnalisti - dawn kulħadd jaf bihom - li allegatament qed isibu ċittadini ta' nazzjonalita' Ċiniza li qegħdin Malta b'mod regolari u qed jistaqsuhom bosta ħwejjeg personali li jiena nħoss li jistgħu jkunu ta' xkiel għall- istħarrig tal-pulizija.", "Ngħid għalija, dan huwa każ ieħor fejn f'Malta għandna nies bravi ħafna li jaħsbu li jistgħu jaħdmu 'I fuq mil-ligi u jimmanipulaw I-opinjoni pubblika.", "Il-media għandha responsabbilta' lejn il-poplu daqskemm aħna hawn ġew għandna dmir lejh u mbilli jinjoraw id-diskorsi leġittimi tar- rappreżentanti tal-poplu - għax dan ma jdoqqx ma' l-aġenda tagħhom - ma jfissirx li jien se nieqaf milli naħdem sabiex il-verita' tasal għand il- poplu, akkost li nqassam id-diskorsi tiegħi bieb, bieb.", "Il-verita' llum hi li ma nafux kemm hawn nies barranin li qegħdin jaħdmu f'Malta llegalment, Sur President.", "Li nafu hu li hawn madwar 2,600 barrani li jaħdmu Malta bil-permess u madwar 1,500 barrani ieħor li jinsabu fiċ-ċentri ta' detenzjoni li jew għandhom refugee status jew humanitarian status.", "Jigifieri dawn waħedhom jaqbżu l-4,000 ruħ.", "Kemm hawn barranin jaħdmu mingħajr permess ma nafux, minkejja li mhux l-ewwel darba smajna bl-involviment f'inċidenti fatali ta' studenti li mhux suppost jaħdmu Malta, speċjalment fl-industrija tal- kostruzzjoni.", "Allura x'tip ta' nfurzar qed isir - liġijiet għandna ħafna kieku! - u x'jibqa' fina meta kulfejn immorru f'postijiet ta' divertiment, inkluż Paceville u l-Belt Valletta, ħlief barranin ta' kull ġens ma narawx jaħdmu fil-ħwienet u fil-lukandi?", "In-nies jafu sew min huma I-barranin li jgħixu Malta legalment għax wara kollox, iI-lista tal-barranin bil-permess tax-xogħol hi ppubblikata fil- Gazzetta tal-Gvern u wieħed jista' jsibha fl-internet fuq is-sit tad-DOI.", "Jien għalhekk inħoss", "li għandha tittieħed azzjoni immedjata mill-gvern għax ma nistgħux inkomplu nagħlqu għajnejna.", "Jekk anke Malti wieħed jibqa' mingħajr xogħol għax hemm xi ħadd li m'għandux il-jedd li jaħdem hawn, għandna naċċertaw ruħna li jittieħdu passi qawwija kontra I-illegalita' f'kull forma u f'kull ħin.", "Dan hu I-ġurament tagħna I-parlamentari u għaldaqstant qed nipproponi li I- ligijiet dwar l-immigrazzjoni, l-impjiegi u r-regolamenti relatati ma' kuntratti u liċenzji għandhom jinbidlu, fejn għal kull każ ta' impjieg illegali I-employer għandu jkun suġġett għal piena minima ta' sitt xhur ħabs u multa ta' mhux anqas minn Lm25,000.", "Nipproponi wkoll li postijiet liċenzjati mill-awtoritajiet jistgħu jiġu magħluqa u titteħdilhom iI-liċenzja f'każ li dan ifisser telf ta' xogħol għall-Maltin fejn kull impjegat Malti jkollu jedd għal kumpens ta' ħames snin paga mis-sidien ta' l-istabilimenti jew intrapriza.", "Kull kuntrattur imqabbad fuq xogħol tal-gvern, awtoritajiet pubbliċi jew kunsilli lokali għandu jimpjega biss ħaddiema Maltin jew mill-Unjoni Ewropea skond il-liġi.", "II-MEPA għandha tiżgura li twaqqaf kull tip ta' xogħol li jkun qed isir minn persuni mhux impjegati skond ir-regolamenti u għaldaqstant il-ħaddiem għandu jġorr fuqu I-ID card sabiex dan ikun jista' jiġi identifikat mill- ETC.", "Dan jgħodd bl-istess mod għall-MTA.", "lrrid nistasqsi jien jekk xi NGO jew il-gvern għamlux assessment ta' l- impatt fuq is-soċjeta' Maltija tal-pensjonijiet, kura medika, edukazzjoni, xogħol jew benefiċċji oħra li se jiswewlna dawn I-immigranti.", "U dan meta moralment - u naħseb li anke legalment - dawn huma obbligi ta' l-ex- colonisers tagħhom, parti mir-raġuni ngħid jien ta' l-istat ħażin li llum jinsabu fih dawn in-nies. lssa naraw kemm se jkun hawn immigranti li malli jaslu jistaqsu għal kuntrattur partikolari, l-istess kuntrattur li ssemma' kemm-il darba, anke fi prime time u ħadd ma ħa passi!", "U b'dan m'iniex nattakka lill-gvern imma qed nattakka l-ipokrezija tagħna I-Maltin li ninfaqgħu nibku meta naraw xi dokumentarju fuq I-Afrika, imbagħad inħallu I- isfruttament u l-inġustizzji jsiru f'darna.", "F'dan il-parlament fit-2 ta' Frar jien semmejt kif personalita' prominenti qalet li l-kuntratturi qalulha li I-barranin li qed iħaddmu illegalment jagħmlu xogħol li I-Maltin ma jridux jagħmlu.", "Dazgur!", "Speċjalment jekk iħallsuhom bil-karawett, jew inkella meta jasal iż-żmien li jħallsuhom huma stess jirraportawhom lill-pulizija sabiex jiddeportawhom!", "S'issa kważi ħadd mill-NGOs għadu ma ħareġ jikkundanna dan l-aġir ta' sfruttament bħall-każ li semmejt jien ta' kif ħaddiem barrani tilef il-flus li kienu lilu dovuti u tilef anke siequ.", "Nafu nistħu!", "Dan hu I-valur tal-ħajja li għandha Malta ħanina!", "Il-messaġġ huwa ċar.", "Aħna ma rridux li jsir sfruttament ta' barranin f'Malta u dan il-messagg jgħodd ukoll għal ċerti attivitajiet fejn exotic dancers, strippers jew saħansitra prostituti qed jitħallew taħt għajnejn kullħadd.", "Malta hi pajjiż nisrani li ma jridx ħmieg u ma jrid lil ħadd jgħix 'il fuq mil-liġi u naħseb li f'dan l-istadju ma nagħmilx ħażin jekk ngħaddi kumment dwar il-qagħda ta' l-NGOs f'Malta fid-dawl tal-white paper li qed titħejja fuq dan is-suġġett, Sur President.", "Jien xettiku dwar il-motivazzjoni tas-sezzjoni ta' l-NGOs mhux għall- estremiżmu li xi kultant juru, pero' jista' jkun li hemm xi interessi ulterjuri.", "Is-settur ta' l-NGOs hu delikat għax fih jiċċirkolaw miljuni ta' liri li I-poplu Malti jafda sabiex jintużaw għal opri ta' sedqa jew karita'.", "Il-verita' hi li hemm NGOs li jaħdmu b'mod volontarju u hemm oħrajn li huma professjonali.", "X'jiġri, per eżempju, jekk f'Malta ma jkunx hawn aktar immigranti illegali u r-refugjati jitilqu minn Malta?", "Hemm bżonn li I-NGOs jippubblikaw audited accounts dettaljati, bl-awdituri jigu appuntati mill-gvern, fejn jingħata kont dettaljat ta' dak li jkun sar bil- flus mogħtija lilhom u dan għandu jappika għal kull entita' li għandha tirrispondi lejn il-poplu.", "M'huwiex sew li huwa dejjem il-gvern tal-gurnata li jitpoġġa taħt il-piż tal-kontabilita'.", "Ħalli nieħu eżempju ċkejken ta' kif jiġru ċerti affarijiet, Sur President.", "Kif nafu, fil-ġimgħat li għaddew Malta rċeviet għotja ta' ross u għaġin mill-Unjoni Ewopea, ikel li tqassam mill-gvern lil min jinsab fil-bżonn.", "Jien ninsab informat sew li kien hawn minn kellu I-ardir li jissuġġerixxi li din it-tip ta' għajnuna għandha tibda' tingħata għal ċerti kawżi taħt din il-forma ħalli b'hekk ma jkunux qed jitqassmu flus kontanti.", "Jien minn hawn nissuġġerixxi li darb'oħra r-ross jagħtuh lill-UNHCR biex jitimgħu lil dawk in-nies li ma temgħux!", "Minn hawn naraw, Sur President, li mhux biss it-traffikanti ta' l-immigranti u dawk li jħaddmu nies illegalment li jagħmlu profitt mid-disperazzjoni ta' dawn l-imsejkna. lrrid inżid u qed nagħmilha ċara li m'iniex qed nirreferi għall-NGOs Maltin, pero' tafu li fl- Afrika hemm swieq kbar bi ħwejjeġ second-hand li I-pajjizi Ewropej jibagħtu għall-karita'?", "Dawn l-affarijiet rajthom b'għajnejja stess ftit ġimgħat ilu fejn minflok ma jagħtuhom b'xejn kif nagħtuhom aħna, jitolbu l-flus tagħhom.", "Jien nemmen bis-sħiħ li għandna naħdmu f'kuntest internazzjonali sabiex il- problema ta' l-immigrazzjoni tingħeleb.", "M'huwiex sew li jitpoġġa piż żejjed fuq pajjiżna meta aħna għandna riżorsi limitati u meta d-densita' tal- popolazzjoni għal kull kilometru kwadru hija ta' aktar minn tliet darbiet ogħla minn dik ta' pajjiżi membri oħra ta' l-Unjoni Ewropea.", "Kif sħaqt fit- 18 ta' Jannar, Malta qatt ma kienet kolonizzatur u hawnhekk se nerġa' ntenni I-proposta tiegħi fejn stedint kemm lill-parlament Malti, I-MEPs Maltin, il-UNHCR, il-JRS, I-NGOs I-oħra, il-Knisja u kif ukoll il-Vatikan, il-Ġnus Magħquda u organizzazzjonijiet umanitarji sabiex jgħinu ħalli din titressaq u kont għidt hekk:", "\"The solution to the immigration issue is that ex-colonisers have to take their historical responsibilities towards their former colonies both as individual states and wihtin the context of the European Union... \"", "Minkejja li hawn Malta kien hawn min ħares lejn in-naħa l-oħra u njora din il-proposta, bi pjaċir ngħid li mhux hekk ġara meta qajjimt din l-istess proposta fil-kuntest ta' laqgħa tal-Commonwealth Parliamentary Association li saret tliet ġimgħat ilu f'Westminster, Londra.", "Fil-fatt sibt appoġġ pero' għalissa m'iniex se nidħol fid-dettall.", "Din l-istorja wrietni min verament hu onest għax mhux biżżejjed li tidher fuq il-mezzi tal- komunikazzjoni u takkużana bħala poplu u bħala gvern li aħna insensittivi jew razzisti.", "Huwa tajjeb li ngħidu kif f'pajjiz bħall-Belġju qed isir dibattitu qawwi dwar il-ħneżrijiet li twettqu mill-forzi kolonjali Belgjani fil-Congo.", "Dan qed jiġi diskuss b'mod ta' kif il-Belgju sfrutta lil dan il-poplu, bl- effetti li dan kollu għad għandu llum.", "FI-lngilterra nnifisha, l- immigrazzjoni saret materja ta' importanza kbira għall-elezzjonijiet tad-9 ta' Mejju u fil-fatt hemm MP prominenti li qed jissuġġerixxi li I-pajjiż għandu jerfa' responsabbilta' akbar lejn il-problemi ta' l-ex-kolonji tiegħu.", "Dan ifisser li dak li għidt jien qabel jiffittja ma dak li qed isir.", "Fiċ-Ċina qed isiru protesti kontra attroċitajiet li kienu saru fil- konfront taċ-Ċiniżi min-naħa tal-Ġappun.", "Voldieri n-nies qed imorru lura għal din l-istorja u qegħdin jaħdmu biex jerġgħu jfittxu x'inhuma ċerti problemi li għad għandhom pendenti, Sur President.", "Hawn irrid infakkar fil-laqgħa tal-Kapijiet ta' l-Istati tal-Commonwealth li se ssir fl-aħħar ta' din is-sena f'Malta u nistieden lill-gvern sabiex ipoġġi fuq I-aġenda ta' din il-konferenza, iI-problema ta' l-istabilita' politika u r-riġenerazzjoni ekonomika fiż-żoni minn fejn qed jitilqu I- immigranti.", "Il-verita' hi li din il-proposta għandha I-qawwa tal-preċedent u hawn se nerġa' nistaqsi: L-UNHCR qed tieħu passi fuq ir-rapport li għamlu I-Ġnus Magħquda li I-Ewropa għandha bżonn iżjed immigranti - hawn qed nirreferi għall-istess cutting li kellhom I-immigranti f'Ħal Safi – meta saħansitra I-Parlament Ewropew ikkundanna I-aġir ta' l-ltalja għar- ripatrijazzjoni ta' l-immigranti lejn il-Libja?", "Allura għaliex proposta bħal tiegħi ma gietx ikkonsidrata minn dawn I-għaqdiet?", "lrridu jew ma rridux ngħinu fl-iżvilupp ta' I-Afrika ħalli tkun tista' timxi fuq saqajha?", "Jista' jkun il-każ li hawn min jippreferi li jkollna preżenza qawwija ta' immigranti fl-Ewropa, ħalli dawn ipattu għall- pensjonijiet ta' l-ageing population?", "Għandna għalfejn ninkwetaw li qed tinħema xi ħaġa perikoluża?", "Jien per eżempju ma nistax nifhem għaliex iI- eurobarometer qed jgħid li se jkollna popolazzjoni f'Malta ta' kwazi 500,000 sa l-2050 meta l-uffiċjali ta' l-NSO f'Malta qed jgħidu li l- popolazzjoni se tinżel għal madwar 325,000.", "Jista' jkun li fl-istima ta' l- eurobarometer hemm inkluż il-fattur ta' l-immigrazzjoni?", "Nispera li dan ma jfissirx li sa l-2050 f'Malta se jkollna 35% mill-popolazzjoni magħmula minn nies mhux ta' nisel Malti jew nisrani.", "Dawn l-affarijiet irridu narawhom sew għax hemm pajjiżna fin-nofs.", "Sfortunatament ikolli nistqarr li għandi dubji serji kemm fl-Ewropa hemm interess li l-immigrazzjoni illegali tigi mrażżna.", "Huwa evidenti li I-istati Ewropej qed jagħmlu stima ta' żieda fil- popolazzjoni permezz ta' l-immigrazzjoni matul is-snin li ġejjin sabiex din iż-żieda tkun tippermetti I-manteniment tal-livell produttiv u s- sosteniment ta' strutturi tas-saħħa u pensjonijiet.", "U dan kollu x'effett se jħalli fuq I-identita' nazzjonali u Ewropea?", "Ma taħsbux li bilfors iridu jikbru l-problemi eżistenti u jinħolqu oħrajn ġodda ta' natura razzjali jekk iċ-ċittadini jħossu li pajjiżhom qed jiġi nvażat?", "Il-verita' hi li jekk I-Ewropa qiegħda tilgħab bin-numri, żgur mhix tqis li wara kull numru hemm ħajja ta' bniedem.", "Din mhix I-Ewropa li rrid nara jien u nittama li r-rappreżentanti tagħna fi Brussell u fi Strasbourg jieħdu nota ta' dak li qed ngħid u jaħdmu mhux biss fl-interess nazzjonali iżda wkoll fl- interess ta' dawn I-immigranti.", "Fil-kuntest ta' l-Ewropa u I-immigrazzjoni hemm ħafna x'wieħed jista' jkompli jgħid, Sur President.", "Per eżempju, il-council directive on asylum seekers tqanqal ħafna mistoqsijiet għalina u ngħid għaliex.", "L-iżjed punt importanti ta' din id- direttiva hu li fiha I-istati membri qed jintrabtu li jieħdu ċerti passi, iżda mkien ma jissemma kif għandhom jittieħdu u x'għajnuna se tingħatalhom sabiex dan iseħħ.", "Fil-fatt m'hemmx provvediment għal dawk I-istati li għandhom sitwazzjoni partikolari bħal dik ta' Malta, jiġifieri li jinsabu fil-fruntiera ta' l-Unjoni u li għandhom popolazzjonji żgħira ferm.", "Din id- direttiva tikkontempla li persuni li jiġu mogħtija l-istatus ta' refuġjati għandhom jingħataw aċċess għas-suq intern tax-xogħol, meta fI-istess waqt Malta ngħatat deroga fejn jidħlu ħaddiema mill-pajjizi membri ta' l-Unjoni.", "Ngħid għalija toħroġ waħedha li jekk kien hemm deroga fil-każ ta' nies mill-Unjoni Ewropea stess, fil-każ ta' I-asylum seekers għandhom japplikaw l-istess tip ta' provvedimenti.", "Jien ngħid b'vuċi qawwija li aħna I-Maltin għandna niddeċiedu xi rridu, Sur President.", "Fit-2 ta' Frar jien urejt ix-xewqa li I-konferenza nazzjonali ma kellhiex tintuza bħala mezz ta' character assassination, iżda bil-pożizzjoni intransiġenti min-naħa ta' ċerti NGOs dan hu preċiżament li ġara - jien nista' ngħid li sabuni ħafna nies validi li jixtiequ jgħinu iżda qed iżommu lura għax inkella jiġu ttimbrati, kif ġejt ittimbrat jien permezz ta' e- mail li ġiet iċċirkolata – għalkemm irridu namettu li mill-konferenza ħarġu punti validi.", "Jien nemmen li l-gvern għandu jkompli jagħmel ħiltu biex ikompli jtejjeb il-kondizzjonijiet taċ-ċentri.", "Sur President, ippermettili ngħidlek li ma stajtx nifhem ċerti kummenti li ntqalu minn xi membri ta' l-NGOs li I-konferenza ġiet hijacked mill- politici meta kulħadd jaf li l-politiku qiegħed hemm biex jirrapreżenta lill-poplu.", "Ngħid għalija jien anke xtaqt il-preżenza tal-kunsilli lokali, ħalli verament ikun hemm aktar rappreżentanza tal-poplu mill-bliet u l- irħula.", "Għax fl-aħħar mill-aħħar xogħol il-konferenza kellu jkun li jingħata aktar widen għal dak li jħoss il-poplu.", "Jiddispjaċini ngħid li dan il-qtugħ mir-realta' ħareġ b'mod tant evidenti waqt il-konferenza. u se nikkwota mingħajr ma nikkummenta:", "\"Il-futur ta' dan il-pajjiż huwa li aħna nkomplu kif dejjem konna, aħna lkoll immigranti.\"", "Nista' niċċita kwotazzjoni oħra li ħarġet minn din il-konferenza:", "\"Aħna kellna invażjoni ħafna ikbar minn din meta Malta kienet taħt ir- Re ta' Spanja.", "Nimmaġina li mal-ftit għexieren ta' eluf ta' Maltin kien hawn mijiet ta' Spanjoli.", "Anke mal-Franċizi u l-Kavallieri ġew nies ta' kull ġens.", "Dawn kollha huma n-nanniet tagħna u fil-futur żgur li se jkollna oħrajn.", "Jien ngħid li din it-taħlita kbira kienet għalI- ġid tagħna.", "Id-diversita' tagħna hija I-aqwa ġid li għandna u dan ser ikompli.\"", "Il-kummenti nħallihom f'idejn il-poplu, Sur President.", "Indumu kemm indumu niddiskutu I-issue ta' l-immigrazzjoni, irridu ta' bilfors nammettu li I-integrazzjoni ta' dawn in-nies f'pajjiżna hija problema serja għaliex, fl-opinjoni tiegħi, I-aċċettar ta' persuna minn oħra ma jistax jiġi sfurzat.", "Il-Maltin huma nkwetati għax ma jafux min huma dawn in-nies li qed iħallu pajjiżhom biex jiġu hawn.", "Mhux kulħadd jinsab konvint mill-ġenwinita' ta' min jarmi d-dokumenti jew iħallas I-eluf tad- dollari biex jaqsam mill-Afrika jew mill-Asja meta kulħadd jaf x'faqar hemm f'dawn il-pajjizi.", "Nerġa' ngħid li I-integrazzjoni m'għandhiex tiġi sfurzata, Sur President.", "Jien ġejt avviċinat minn bosta ġenituri ħosbiena bil-metodi li qed jintużaw f'ċerti skejjel.", "M'huwiex sew li jkun hawn min iwerwer lit-tfal tagħna li se jinqaflu f'gaġeġ jew innibtulhom sens ta' ħtija f'dak li għamel ir-raġel abjad lir-raġel iswed.", "M'huwiex sew li nitkellmu fuq integrazzjoni bħala xi eżerċizzju one-way.", "Mhux sew li ma sarx impact assessment meta tħejjew policies dwar l-integrazzjoni, meta nafu li I-kulturi li ġejjin minnhom dawn in-nies huma totalment differenti minn tagħna.", "Min huma dawn li jippretendu li nimponu bidla kulturali meta fil-pajjiżi minn fejn ġejjin dawn in-nies jeżistu drawwiet totalment differenti minn tagħna, bil- problemi li jġibu magħhom, bħal ngħidu aħna, il-poligamija, iċ- ċirkonċiżjoni femminili, differenzi fejn tidħol I-eta' maġġuri – nafu li f'ċerti pajjiżi jirreklutaw suldati ta' taħt l-għaxar snin - u ħafna ħwejjeġ oħra. lrridu nifhmu sew għalxiex inkunu qed nirreferu meta nużaw il- kelma \"integrazzjoni\".", "Sur President, dan li qed ngħid hu biss stat ta' fatt u bl-ebda mod ma qed nagħti ġudizzju.", "Aħna għandna I-valuri u d-dinjita' tagħna u kulmin jigi Malta għandu jitgħallem li dieħel f'dar ħaddieħor, bir-regolamenti u I- kultura tagħna.", "F'isem it-tolleranza ma nistgħux inkomplu nbiegħu lil pajjizna jew ir-reliġjon tagħna.", "Li naf fiċ-ċert hu li bosta pajjiżi mhux 'il bogħod minna xejn m'huma kumplimentużi fejn tidħol I-integrazzjoni ta' l-insara jew barranin in ġenerali.", "U dan il-punt iwassalni għal sitwazzjoni li għaliha għandna nagħtu attenzjoni kbira, Sur President.", "Il-poplu tal-Marsa jinsab inkwetat biċ-ċentru li qed jitħejja fil-lokalita' tiegħu.", "Jien naħseb li dan il-proġett ma sarx fir-rispett tar-realtajiet tal-lokalitajiet tal-Marsa u l-Ħamrun.", "Għandi ħafna xi ngħid, pero' huwa importanti li nżommu quddiem għajnejna li fuq dan il-punt hemm allarm ieħor u s-sitwazzjoni tista' tfur f'kull mument.", "Hemm ħafna nies anke ħbieb tiegħi li sabuni u staqsewni jekk nafx li bil-pożizzjoni li qed nieħu, qed inqanqal ħwejjeg li aħjar inħallihom kwieti għax inkella I-ħajja politika tiegħi tista' ma tkunx twila wisq. lnħoss li hawn għandi nwieġeb ħalli niċċara s-sitwazzjoni darba għal dejjem, Sur President.", "Jien ħadt ġurament ta' qadi lejn ir-Repubblika ta' Malta u I-poplu Malti quddiem Alla u mhux se niċħad dan il-ġurament.", "Jien għandi l-kuxjenza tiegħi.", "Il-kliem huwa faċli u rħis.", "Nista' ninħabb, nippoża jew nippontifika waqt programmi televiżivi, iżda jien ma dħaltx fil-politika għalhekk.", "Dħalt fil-politika għax ħassejt li bħala cittadin kelli ngħin sabiex intejjeb dawk il-ħwejjeg li jmissu mal-familja tiegħi u ma' bosta familji oħrajn.", "Il-poplu Malti qed juri li jrid bidla fina I-politici.", "Inutli li nkomplu naħbu rasna u ninqatgħu mir-realta', sempliċement għax ir- realta' mhux dejjem tkun sabiħa.", "Hemm problemi u sitwazzjonijiet iebsa fil- pajjiz li akkumulaw tul I-aħħar erbgħin sena.", "M'humiex issues partiġġjani dawn, iżda ta' natura nazzjonali u għalhekk inħoss li I-Parlament hu I- iprem istituzzjoni li għandha tkun ta' eżempju.", "Sur President, hemm bżonn ta' azzjoni immedjata.", "Hemm bżonn li niftħu I- Parlament għall-poplu.", "Hemm bżonn li anke I-media tagħti aktar widen għall- polz tal-poplu u ta' dak li jingħad hawn ġew.", "Hemm bżonn li nikxfu I- illegalita' u I-abbuż ta' kull forma ta' korruzzjoni li tista' teżisti mingħajr ma nħarsu lejn wiċċ ħadd.", "Naturalment irridu nagħmlu dan fir- rispett tal-liġi, tal-ħniena u tal-kuxjenza nazzjonali.", "MR SPEAKER: Onor. Galea, ħu ħsieb li tibda tagħlaq għax sar il-ħin.", "ONOR.", "FRANCO GALEA: lrridu lkoll nerġgħu nibnu I-fiduċja fl- istituzzjonijiet tal-pajjiż u rridu lkoll inħossuna kburin minnhom.", "Dan għandna nagħmluh illum għax għandna I-opportunita'.", "Aħna qegħdin hawn illum u I-poplu lejna qed iħares u se jiġġudikana mhux biss bil-voti iżda, fuq kollox, bir-rispett lejn il-liġi, il-valuri u I-istituzzjonijiet.", "Il- messaġġ tagħna għandu jkun ċar u rrevokabbli, li m'hawn ħadd 'il fuq mil- ligi - l-edba grupp, l-ebda ħabib, l-ebda qarib, l-edba ħadd.", "U dan il- messaġġ irid jilħaq lil kulħadd u kulħadd irid jgħin sabiex kwalunkwe aġir abbużiv li sar matul dawn is-snin jinkixef.", "Hawn, Sur President, nistieden liż-żewg naħat tal-Kamra sabiex flimkien niffurmaw grupp għal dan il-għan.", "U għal dawk li jinjorawni jew jittimbrawni, minn hawnhekk ngħidilhom bla mistħija ta' xejn li jien kburi li jien Nazzjonalist, Nisrani u fuq kollox Malti.", "Dan huwa I-veru valur tal-ħajja.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada l-Erbgħa, 20 ta' April 2005 fis-6.00pm. bl-aġenda kif komunikata mill-Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "RAĦAL ĠDID – POST TAL-GVERN", "11369.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-post li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, huwiex tal-privat jew tal- gvern?", "ONOR.", "TONIO BORG: Il-post indikat huwa tal-gvern.", "UŻU TA' L-ENERĠIJA", "11372.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 11198 u jgħid jekk sarx xi forma ta' studju dwar kif inhu mqassam l-użu ta' l-enerġija elettrika fil-qasam domestiku?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ma jirriżultax li l-Enemalta qatt għamlet studju ta' din in-natura.", "UŻU TA' L-ENERĠIJA", "11373.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 11195 u jgħid x'inhuma t-targets tal- gvern dwar l-użu u l-produzzjoni ta' l-enerġija?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi l-mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "ĠENERAZZJONI TA' L-ELETTRIKU", "11374.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 11196 u jgħid x'inhu l-potenzjal tal- produzzjoni ta' l-enerġija elettrika fiż-żewġ power stations?", "X'inhu l- ħsieb tal-gvern u xi projections għandu dwar kemm dan il-potenzjal huwa biżżejjed għal pajjiżna?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Il-potenzjal nominali ta' l-impjanti tal-ġenerazzjoni eżistenti fil-power stations huwa ta' 571 MW iżda fis-sajf dan jonqos minħabba t-temperatura.", "Barra minn dan, ikun hemm tnaqqis minħabba manutenzjoni u ħsarat għall-għarrieda u normalment il-medja tal-kapaċita' tal-ġenerazzjoni disponnibli tkun madwar 450MW.", "S'issa l-akbar domanda li ġiet reġistrata kienet ta' 402MW pero' huwa antiċipat li b'riżultat ta' proġetti ta' żvilupp, id-domanda se tkompli tizdied minn sena għall-oħra u għalhekk biex ikunu jistgħu jibdew jinbidlu xi mpjanti qodma, qed issir ħidma biex tiżdied il-kapaċita' tal- ġenerazzjoni.", "Għal dan il-għan qed issir applikazzjoni mal-MRA u mal-MEPA biex jinħarġu l- permessi meħtieġa sabiex issir estensjoni tal-power station ta' Delimara għal bejn wieħed u ieħor 50MW, li jiddependi fuq id-daqs tal-makni li jintgħazlu fis-sejħa għal offerta li trid toħroġ.", "MARSA POWER STATION", "11375.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 11194 u jgħid jekk l-amministrazzjoni preżenti għandhiex il-ħsieb li l-power station tal-Marsa tingħalaq?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: S'issa m'hemmx ħsieb li l-power station tingħalaq.", "Il-ħsieb huwa li meta jkun il-waqt, l-impjanti l-qodma tal-ġenerazzjoni tal- Marsa bil-mod il-mod jinbidlu ma' impjanti iktar effiċjenti li jagħmlu inqas tinġis, allavolja diġa' sar ħafna f'dan ir-rigward meta beda jintuża żejt b'1% sulphur u reġgħu tħaddmu l-precipitators.", "PIXXINA NAZZJONALI", "11581.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid kemm ġie jiswa x-xogħol li sar fil-pixxina nazzjonali?", "Kemm ingħataw direct orders u lil min?", "X'xogħol għamlu u kemm ġie jiswa?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ix-xogħlijiet li saru fl-ewwel fażi ġewwa l-pixxina kollha ngħataw wara sejħa għal offerti bi spiża ta' Lm77,000.", "Apparti minn din l-ispiża, kien hemm tliet direct orders minħabba xogħljiet addizzjonali li l-periti ma setgħux jantiċipaw qabel.", "Id-direct orders li ngħataw lil xi wħud mill-kuntratturi involuti fix- xogħlijiet huma: Camray – xogħol ta' tibdil f'pipework ta' l-ilma - Lm350; Marsalite - xogħol fuq soffit addizzjonali - Lm510; SS Bathroom - parti mix-xogħol tal-kuntrattur Camray fuq madum ta' l-art taċ-changing room tal- pubbliku biex jgħin ħalli x-xogħol jitlesta fiż-żmien, xogħol li sar bil- kunsens tal-kuntrattur involut fuq dan ix-xogħol u bl-istess rati ta' ħlas tat-tender.", "ADT - PERSONALISED NUMBER PLATES", "11582.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew jiswew in-number plates personalizzati għall-ħaddiema li jaħdmu ma' l-awtorita' tat-trasport?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Dawn in-number plates kienu introdotti f'April tas-sena 2004 mill-awtorita' tat-trasport.", "L-intenzjoni kienet li dawn jinbiegħu b'sistema ta' irkant u l-prezz tagħhom jibda minn Lm500.", "Fl- istess ħin, l-istaff ta' l-awtorita' tat-trasport kellhom l-opportunita' jużaw temporanjament number plate personalizzata b'xejn għall-perijodu ta' sitt xhur biss bħala parti mill-pubbliċita' għall-istess fini.", "Wara li kien għadda l-perijodu msemmi, l-istaff ġew mitluba jirritornaw il-pjanċa mislufa lilhom għall-kampanja publiċitarja.", "L-awtorita' tat-trasport avżat lill-impjegati li jekk xtaqu jżommu dawn il- plates, setgħu jixtruhom bi prezz ta' 50% discount u bin-nifs fuq sitt xhur.", "FONDAZZJONI GĦALL-ISKEJJEL T'GĦADA – ĦRUĠ TA' TENDERS", "11583.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid kemm ħarġet tenders il- fondazzjoni għall-iskejjel t'għada matul din is-sena?", "X'inhu x-xogħol li għalih inħarġu dawn it-tenders u kemm hu l-valur stmat jew dak attwali?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Lista ta' tenders li ġew ippubblikati fl-2005 mill- fondazzjoni għall-iskejjel t'għada sal-lum qed titpoġġa fuq il-mejda tal- Kamra, iżda fl-istess ħin ġejt mogħti l-parir li m'għandhiex tkun il- prattika li jiġi żvelat il-valur stmat fi stadju meta l-proċess tat-tender ikun għadu qed jiġi pproċessat u għaldaqstant tagħrif dwar il-valur jingħata fi stadju ulterjuri.", "SPTAR MATER DEI", "11584.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid kemm ingħataw direct orders f'dawn l-aħħar tliet snin fl-isptar Mater Dei?", "Lil min ingħataw u kemm ġiet tiswa kull direct order?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ix-xiri kollu konness mal-bini ta' l-isptar Mater Dei huwa kkontrollat bil-proċeduri stipulati fil-kuntratt design and build - iffirmat bejn Skanska Malta joint venture u l-fondazzjoni għas-servizzi mediċi fi Frar tas-sena 2000 - u sar mill-kuntrattur.", "EDUKAZZJONI, ŻGĦAŻAGĦ U IMPJIEGI - KAROZZA UFFIĊJALI", "11585.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid jekk il-karozza li tintuża minnu hijiex mikrija jew proprjeta' tal-gvern?", "Fl-eventwalita' li din ġiet mikrija, jista' jgħid kemm qed tinkera kuljum?", "Kemm ilha tinkera, mingħand min u għalkemm żmien?", "F'każ li din hija proprjeta' tal-gvern, jista' jgħid kemm inxtrat u meta?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-karozza uffiċjali li tintuża minni hi mikrija fuq bażi long-lease mingħand Percius Services Ltd għall-prezz ta' Lm350 fix- xahar, kuntratt li beda fl-1 ta' April, 2004 u jagħlaq fil-31 ta' Marzu, 2009.", "Il-kuntrattur hu responsabbli għall-ħlasijiet tal-liċenzja u taxxi kollha konnessi ma' din il-vettura, inkluż ħsarat, maintenance u ħasil kif ukoll l- obbligu li jipprovdi karozza oħra ta' l-istess marka meta l-vettura oriġinali ma tkunx tista' tintuża.", "BIRKIRKARA - SKOLA VINCENZO BORG BRARED", "11586.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid jekk ix-xogħol ġewwa l-iskola Vincenzo Borg Brared hux wieqaf jew le?", "Jista' jgħid min hu l-kuntrattur li suppost qed jagħmel dan ix-xogħol?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: F'Settembru li għadda tlesta x-xogħol fis-sular t'isfel tat-technology workshops fl-iskola Vincenzo Borg Brared.", "Hu ppjanat li jinbena sular ieħor fuq il-bini eżistenti u fil-preżent qed jitlestew it- tenders għal dan il-proġett.", "DAR IL-MEDITERRAN", "11684.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 9763, jista' il-Ministru jgħid jekk il-pjan biex jitnaqqas kull inkonvenjent lir- residenti minħabba l-attivitajiet li jsiru, ġiex implimentat kollu?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Saru partijiet sostanzjali minn dan il-pjan, fosthom tibdil ta' bieb f'wieħed soundproof.", "Ġie ordnat bieb ieħor li mistenni jitwaħħal fix-xhur li ġejjin.", "Sal-31 ta' Mejju 2005 se tkun inbidlet is-sistema ta' l-arja kondizzjonata filwaqt li sa l-aħħar tas-sena kurrenti se jkunu nbidlu numru ta' aperturi li jagħtu għal fuq Triq Pozzi, f'aperturi soundproof u double glazed.", "VAT – ATTIVITA' EDUKATTIVA", "11685.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid x'kien id-dħul tal-VAT minn attivitajiet edukattivi mill-2000 sa l-2005?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-attivitajiet edukattivi li jaqgħu fit-tifsira ta' partita 12 ta' taqsima 2 ta' skeda 5 huma eżenti bla kreditu u għaldaqstant ma tinġabarx VAT fuq din it-tip ta' attivita'.", "DJAR – FIRST-TIME BUYERS", "11686.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid x'politika għandha l- awtorita' tad-djar għal first-time buyers?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: L-awtorita' tad-djar għandha dawn is-servizzi u skemi indirizzati għal first-time buyers: *Appartamenti għall-bejgħ bi prezz ssussidjat maħruġa mill-awtorita' taħt diversi avviżi; u sussidju fuq ir-rata ta' imgħax fuq self mogħti mill- banek (skema Y); *Għotja biex tgħin lis-sidien għall-bini, tiswija jew tkomplija ta' l-ewwel residenza (VAT refund); u *Għotja sa massimu ta' Lm3,500 fuq xogħlijiet ta' tiswija u titjib fir- residenza privata okkupata mis-sid (skema Z).", "INĊIDENTI TAT-TRAFFIKU", "11687.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew irrapportati inċidenti tat-traffiku li fihom weġġgħu tfal fis-snin 2000, 2001, 2002, 2003, 2004 u 2005?", "ONOR.", "TONIO BORG: In-numru ta' persuni taħt is-16-il sena li weġġgħu f'inċidenti tat-traffiku rrapportati lill-pulizija f'dawn l-aħħar sitt snin, hu kif muri hawn taħt:", "| |200|200|200|200|200|200| | |0 |1 |2 |3 |4 |5* | |Inc. | | | | 1| | | |fatali|1 |1 |0 | |0 |1 | |Inc. | | 26| | 14| 22| | |gravi |21 | |26 | | |5 | |Inc. | | 86|111| 70| 71| | |ħfief |89 | | | | |19 |", "*sal-31.03.05", "UNIVERSITA' - KORSIJIET ONLINE", "11688.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid jekk l-universita' għandhiex il-ħsieb li fil-futur toffri korsijiet akkademiċi online?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-universita' toffri kors wieħed online li jwassal għal post-graduate diploma in diplomacy.", "Qed tkun studjata l-possibbilta' li jkunu offruti xi korsijiet oħra bl-istess mod.", "Ta' min isemmi wkoll li riċentement partijiet minn kors li jwassal għal diploma fl-IT ġew trasmessi b' video conference mode fil-Gozo centre.", "PROTEZZJONI ĊIVILI - TALBIET GĦAL ASSISTENZA", "11689.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm-il darba ntalbet l-għajnuna tad-dipartiment tal-protezzjoni ċivili?", "ONOR.", "TONIO BORG: Id-dipartiment tal-protezzjoni ċivili kellu total ta' 872 sejħa għal assistenza bejn Jannar u Marzu ta' l-2005 li minnhom 68 kienu hoax.", "AFM - MIDALJA TAS-SERVIZZ", "11718.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk hux se tingħata midalja lil dawk is-suldati bi 18-il sena servizz?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 11559.", "REVIŻJONI TAL-PENSJONI", "11719.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid kemm waqgħu lura l-aġġustamenti fil- pensjoni ta' l-ex-ħaddiema ta' kumpanniji privati fejn jinvolvi ftehim kollettiv?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: L-iffinalizzar ta' collective agreements ġodda li jistgħu jkopru perijodi b'lura u li jkunu jirrikjedu reviżjoni fil- pensjoni ta' ex ħaddiema ta' l-azjenda konċernata, kif ukoll ix-xogħol fuq tali reviżjonijiet mid-dipartiment tas-sigurta' soċjali, huwa proċess kontinwu u għaldaqstant m'għandi xejn xi nżid mat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 11482.", "BIRGU: REGATTA CLUB - ASFALTAR", "11720.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Jista' il-Ministru jara li jingħata wiċċ xieraq lit-triq ħdejn il- club tar-regatta tal-Birgu?", "X'inhi l-possibbilta' li ssir slip sabiex minnha jitniżżlu d-dgħajjes tat-tiġrija?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "GĦAJN DWIELI - TISWIJA TA' TUMBATA", "11721.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Jista' il-Ministru jara li jsir xi ħaġa sabiex tissewwa t-tumbata ħdejn il-lights, qabel il-mina ta' Għajn Dwieli?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "IMMIGRANTI ILLEGALI", "11722.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm daħlu immigranti illegali f'dawn l-aħħar ħames snin?", "ONOR.", "TONIO BORG: Filwaqt li nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat- tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 10251, ninsab informat illi s'issa waslu 19-il immigrant illegali fl-ewwel xhur ta' din is-sena.", "BAĊIR NRU 1", "11723.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 11168 u 11420 u jagħti d-dati ta' meta saru public consultation meetings?", "Jista' jgħid fuq liema mezzi tax-xandir ingħata tagħrif li kellha ssir laqgħa għall-pubbliku?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jindirizza l- mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "ĦADDIEMA MAL-GOZO CHANNEL", "11735.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid jekk ġewx ingaġġati xi nies mal-Gozo Channel wara l-1 ta' Jannar 2005?", "X'inhu l- post u s-salarju tagħhom?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "QORTI TA' GĦAWDEX", "11736.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għal Għawdex: Tista' il-Ministru tgħid meta l-qorti ta' Ghawdex se jiġi armat b'apparat għal video conferencing kif ukoll bi screens/monitors u video recorders biex ikunu jistgħu jintwerew filmati miġjubin mill-partijiet bħala prova?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Diġa' qed jittieħdu l-passi meħtieġa biex fil- qorti ta' Għawdex ikun hemm faċilitajiet ta' monitors, video recorder u video camera.", "GĦAWDEX - AĠENZIJA SAPPORT", "11737.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għal Għawdex: Tista' il-Ministru tgħid jekk l-aġenzija Sapport toperax f'Għawdex?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Iva, l-agenzija Sapport topera fGħawdex ukoll.", "GFCM SECRETARIAT", "11740.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid x'inhu l-eżitu tat-talba ta' Malta biex tkun iċ-ċentru tal-GFCM bħala segretarjat ta' din l-organizzazzjoni internazzjonali reġjonali tas-sajd?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Waqt laqgħa plenarja li saret f'Ruma fi Frar ta' 2005 bejn il-membri kollha tal-General Fisheries Commission for the Mediterranean, ntgħażlet Ruma bħala s-sede tas-segretarjat permanenti tal- GFCM mit-tliet applikanti li kienu jinkludu Malta u Malaga.", "Din l-għażla saret b'votazzjoni sigrieta.", "IN TRANSIT MINN ZURICH", "11741.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin: Il-Gvern Malti kif beħsiebu jirrisolvi l-problema li qed jiffaċċjaw il- President tar-Repubblika u l-ministri tal-kabinett meta jiġu biex jgħaddu minn Zurich - billi Malta m'għandhiex rappreżentanza diplomatika f'Zurich - bl-awtoritajiet Svizzeri jinsistu li career diplomats biss huma permessi li jidħlu fit-transit area ta' l-airport?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Il-Gvern Malti diġa' ħa passi u rrisolva din il- kwestjoni wara li l-Ambaxxata ta' Malta f'Ginevra qajmet il-każ ma' l- awtoritajiet Svizzeri, li min-naħa tagħhom qalu illi se jingħata permess speċjali lill-konslu onorarju għad-dħul fl-ajruport kull meta jkun hemm bżonn.", "SĦUBIJA TA' L-ALBANIJA FL-UNJONI EWROPEA", "11742.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin: Jista' il-Ministru jgħid jekk Malta tappoġġax il-long-term political objective ta' l-Albanija li tissieħeb fl-Unjoni Ewropea?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Is-sħubija ta' l-Albanija fl-Unjoni Ewropea ġiet stabilita bħala objettiv fil-Kunsill Ewropew ta' Feira.", "Malta taqbel ma' din id-deċiżjoni u m'għandu jkun hemm l-ebda ostaklu għas-sħubija eventwali, ladarba l-pajjiż ikun wettaq ir-riformi politiċi u ekonomiċi mitluba minn kull pajjiż applikant.", "MALTA U IZRAEL - FTEHIM TA' KOPERAZZJONI", "11743.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin: Jista' il-Ministru jgħid hux se jiġi ffirmat xi ftehim waqt iż-żjara tiegħu f'Iżrael?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Matul iż-żjara uffiċjali li se nagħmel f'Iżrael bejn is-17 u d-19 ta' April, 2005 se jiġi ffirmat ftehim ta' koperazzjoni bejn Malta u Iżrael fl-oqsma tas-saħħa u s-servizzi mediċi.", "GĦAQDIET SPORTIVI", "11750.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra lista ta' l-għaqdiet sportivi kollha?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Peress li l-provvedimenti ta' reġistrazzjoni ta' l- għaqdiet sportivi mal-kunsill għall-isport għadhom ma daħlux fis-seħħ, ma jirriżultalix li hemm xi lista uffiċjali ta' dawn l-għaqdiet.", "SINGLE-PARENT FAMILIES", "11763.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid kemm hawn tfal jgħixu f'single-parent families?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "IKEL TAL- KLANDESTINI", "11764.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jelenka l-menu li ngħata lill-klandestini din il-ġimgħa?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Il-menu li ngħata lill-immigranti irregolari matul il-ġimgħa bejn il-11 u l-15 ta' April, 2005 kien ivarja skond it-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.", "SPTAR SAN LUQA – IKEL TAL-PAZJENTI", "11765.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jelenka l-menu li ngħata lill-morda ġewwa l-isptar San Luqa din il-ġimgħa?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-mejda tal-Kamra.", "AFM - IKEL TAS-SULDATI", "11766.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jelenka l-menu tal-breakfast, ta' l-ikla ta' nofsinhar u ta' filgħaxija li ngħata lis-suldati u fizzjali li kienu xogħol din il-ġimgħa?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ma naħsibx li għandi noqgħod ngħid x'kien il-menu ta' l-ikel għal xi ġimgħa partikolari.", "Jekk l-Onor.", "Interpellant għandu xi lment dwar l-ikel nitolbu jgħaddihuli.", "CCF - ĦADDIEM SOSPIŻ MINN XOGĦLU", "11767.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid għaliex persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, ġiet sospiża minn xogħolha mingħajr spjegazzjoni ta' xejn?", "ONOR.", "TONIO BORG: Il-persuna li qed jirriferi għaliha l-Onor.", "Interpellant qatt ma ġiet sospiża iżda ġiet mitluba tieħu l-leave.", "Din il- persuna ilha on forced leave mill-4 ta' Ġunju, 2004 u ġiet informata bil- miktub dwar l-azzjoni li se tittieħed kontriha.", "CCF - IKEL TAL-ĦABSIN", "11768.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jelenka l-menu li ngħataw lill-priġunieri din il-ġimgħa?", "ONOR.", "TONIO BORG: Għall-ġimgħa bejn il-11 u s-17 ta' April, 2005 fil- ħabs ġie provdut l-ikel li jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.", "ĊITTADINANZA MALTIJA", "11771.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid fiex waslet applikazzjoni għal ċittadinanza Maltija by naturalisation - ref: CEA/NAT325/2004?", "ONOR.", "TONIO BORG: Il-proċess ta' l-applikazzjoni wasal fl-aħħar stadju u malli tittieħed deċiżjoni l-applikant jiġi informat minnufih.", "XOGĦOL FIL-BYPASS TA' L-IMTARFA", "11804.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid jekk ix-xogħol li qiegħed isir mill-awtorita' dwar it-trasport fil-bypass ta' l-Imtarfa hux kopert bil- permessi ta' iżvilupp?", "Jaf li fost ix-xogħol li sar inqalgħu l-bushes tar- rosemary mis-centre strip biex din tingħata wiċċ solidu?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: L-informazzjoni mitluba tingħata f'seduta oħra.", "MARSA – TWESSIGĦ TA' KANAL", "11806.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid jekk ix-xogħlijiet li qegħdin isiru mid-diviżjoni tax-xogħlijiet fit-twessigħ ta' kanal li jagħti għall- Menqa fil-Marsa, hux kopert bil-permessi meħtieġa?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: L-informazzjoni mitluba tingħata f'seduta oħra.", "RIŻORSI U INFRASTRUTTURA – GĦOTJIET U GĦAJNUNA OĦRA LIL NGOs", "11935.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: B'żieda mat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 10290, jista' il-Ministru jgħid jekk id-dipartimenti u l-entitajiet fid-dekasteru tiegħu jagħtux xi għajnuna lil għaqdiet volontarji u organizzazzjonijiet mhux governattivi fi kwalunkwe forma, bħalma huma għotjiet ta' flus, materjal, użu ta' proprjeta', self ta' ħaddiema, benefiċċji minn skemi, eżenzjonijiet, eċċ.?", "Lil liema għaqdiet u organizzazzjonijiet ?", "Kienet din għotja ta' darba biss jew tingħata perjodikament?", "Kemm hu stmat li tiswa l- għajnuna?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: It-total ta' flus mogħtija lill-NGOs mill-ministeru ta' l-ambjent bejn l-2000 u l-2004 u wara mill-ministeru għar-riżorsi u l- infrastruttura, kien ta' Lm12,953.25 kif ġej :", "|Sena 2000 |Lm | |Moviment Għall-Ambjent | | | |400 | |Fondazzjoni Belt Vittorja | | | |150 | |The Vegetarian Society | | | |250 | |Sena 2001 | | |Għaqda Nisa Ġiljaniżi | | | |300 | |Kunsill Studendi | | |Universitarji |500 | |Dance Unlimited Sudios | | | |100 | |Image 2000 Ltd |1,121| |Council Science & Technology| | | |500 | |Environmental Fair | | | |500 | |Sena 2002 | | |'The Memory of Water', | | |Manoel Theatre Production |500 | |National Students Travel | | |Foundation |500 | |Eden Co-operative |2,475| |Society of Arch. & Civil | | |Eng.", "Student |500 | |Sena 2003 | | |European Desalination | | |Society |582 | |Eden Co-operative |2,475| |Sena 2004 | | |Union Ħaddiema Magħqudin |1,000| |Soċjeta Filarmonika Sliema | | | |350 | |National Students Travel | | |Foundation |500 | |Society of Arch. & Civil | | |Eng.", "Students |250 |", "Dawn kienu għotjiet ta' darba, minbarra fil-każ ta' l-Eden Co-operative (sitt darbiet) u s-Society of A&CE Students (darbtjen).", "GĦAWDEX – GĦOTIJIET U GĦAJNUNA OĦRA LIL NGOs", "11936.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għal Għawdex: B'żieda mat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 10290, tista' il-Ministru tgħid jekk id-dipartimenti u l-entitajiet fid-dekasteru tagħha jagħtux xi għajnuna lil għaqdiet volontarji u organizzazzjonijiet mhux governattivi fi kwalunkwe forma, bħalma huma għotjiet ta' flus, materjal, użu ta' proprjeta', self ta' ħaddiema, benefiċċji minn skemi, eżenzjonijiet, eċċ.?", "Lil liema għaqdiet u organizzazzjonijiet?", "Kienet din għotja ta' darba biss jew tingħata perjodikament?", "Kemm hu stmat li tiswa l-għajnuna?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: L-informazzjoni għadha qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "SAĦĦA, ANZJANI U KURA FIL-KOMUNITA' – GĦOTIJIET U GĦAJNUNA OĦRA LIL NGOs", "11937.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': B'żieda mat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 10290, jista' il-Ministru jgħid jekk id-dipartimenti u l-entitajiet fid-dekasteru tiegħu jagħtux xi għajnuna lil għaqdiet volontarji u organizzazzjonijiet mhux governattivi fi kwalunkwe forma, bħalma huma għotjiet ta' flus, materjal, użu ta' proprjeta', self ta' ħaddiema, benefiċċji minn skemi, eżenzjonijiet, eċċ.?", "Lil liema għaqdiet u organizzazzjonijiet?", "Kienet din għotja ta' darba biss jew tingħata perjodikament?", "Kemm hu stmat li tiswa l-għajnuna?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "INVESTIMENT, INDUSTRIJA U TEKNOLOĠIJA TA' L-INFORMAZZJONI – GĦOTJIET U GĦAJNUNA OĦRA LIL NGOs", "11938.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: B'żieda mat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 10290, jista' il-Ministru jgħid jekk id- dipartimenti u l-entitajiet fid-dekasteru tiegħu jagħtux xi għajnuna lil għaqdiet volontarji u organizzazzjonijiet mhux governattivi fi kwalunkwe forma, bħalma huma għotjiet ta' flus, materjal, użu ta' proprjeta', self ta' ħaddiema, benefiċċji minn skemi, eżenzjonijiet, eċċ.?", "Lil liema għaqdiet u organizzazzjonijiet?", "Kienet din għotja ta' darba biss jew tingħata perjodikament?", "Kemm hu stmat li tiswa l-għajnuna?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-informazzjoni għadha qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "AFFARIJIET RURALI U AMBJENT – GĦOTJIET U GĦAJNUNA OĦRA LIL NGOs", "11939.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: B'żieda mat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 10290, jista' il-Ministru jgħid jekk id-dipartimenti u l-entitajiet fid-dekasteru tiegħu jagħtux xi għajnuna lil għaqdiet volontarji u organizzazzjonijiet mhux governattivi fi kwalunkwe forma, bħalma huma għotjiet ta' flus, materjal, użu ta' proprjeta', self ta' ħaddiema, benefiċċji minn skemi, eżenzjonijiet, eċċ.?", "Lil liema għaqdiet u organizzazzjonijiet?", "Kienet din għotja ta' darba biss jew tingħata perjodikament?", "Kemm hu stmat li tiswa l- għajnuna?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il- mejda tal-Kamra.", "ŻVILUPP URBAN U TOROQ – GĦOTJIET U GĦAJNUNA OĦRA LIL NGOs", "11940.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: B'żieda mat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 10290, jista' il- Ministru jgħid jekk id-dipartimenti u l-entitajiet fid-dekasteru tiegħu jagħtux xi għajnuna lil għaqdiet volontarji u organizzazzjonijiet mhux governattivi fi kwalunkwe forma, bħalma huma għotjiet ta' flus, materjal, użu ta' proprjeta', self ta' ħaddiema, benefiċċji minn skemi, eżenzjonijiet, eċċ.?", "Lil liema għaqdiet u organizzazzjonijiet?", "Kienet din għotja ta' darba biss jew tingħata perjodikament?", "Kemm hu stmat li tiswa l- għajnuna?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ninsab informat illi fl-aħħar sitt xhur tas- sena, l-awtorita' dwar it-trasport nefqet Lm293 f'donazzjonijiet ta' darba u cioe':", "|Orphans Day| Lm283 |rigali lil | | | |tfal orfni | |Ursoline | |flus | |Sisters |10 | |", "AWTORITA' MALTIJA GĦAS-SERVIZZI FINANZJARJI", "11951.", "L-ONOR.", "FRANCO GALEA staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk qattx sar stħarriġ mir- reġistratur tal-kumpanniji jew l-ispettorat għas-servizzi finanzjarji fi ħdan l-awtorita' Maltija għas-servizzi finanzjarji jew mill-bord ta' l- accountancy dwar xi irregolaritajiet relatati ma' każi fejn uffiċjali (chairpersons, diretturi jew kapijiet esekuttivi) ta' kumpanniji jkollhom attivita' kummerċjali bi sħab direttament jew indirettament ma' l-istess awdituri ta' l-istess kumpanniji tagħhom?", "Kien hemm każi relatati ma' banek kummerċjali u x'passi ttieħdu?", "X'inhuma r-riperkussjonijiet ta' każi simili, b'mod speċjali fid-dawl tal-liġi tal-kumpanniji u tal-liġi dwar il- professjoni ta' l-accountancy?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li ma jirriżultax li qatt saru rapporti f'dan is-sens, la lill-MFSA u lanqas lill- accountancy board.", "Li kieku l-MFSA u/jew ir-reġistratur tal-kumpanniji rċevew xi rapporti kienu jinvestigaw jekk il-fatti jammontawx għal xi ksur tal-liġijiet relevanti u jaġixxu skond il-liġi.", "Għar-rigward ta' l-awdituri, l-accountancy board ħareġ kodiċi ta' etika ġdid fejn l-awditur għandu jżomm l-indipendenza tiegħu fuq xogħlu f'każi bħal dawn billi ma jkunx parti mill-audit team.", "TRASPARENZA FIL-QASAM KUMMERĊJALI", "11952.", "L-ONOR.", "FRANCO GALEA staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk il-gvern għandux ħsieb li jilleġisla sabiex ikun hemm aktar trasparenza fil-qasam kummerċjali - kif sar fl-Istati Uniti u pajjiżi oħra - billi jillimita b'mod effettiv u deċiżiv l-attivita' tal-kumpanniji ta' awdituri f'oqsma bħal konsulenza, reġistrazzjoni ta' kumpanniji, IT jew żamma ta' kotba għall-klijenti tagħhom?", "Qed isir impact assessment mill-gvern, mill-bank ċentrali, mill- awtorita' Maltija għas-servizzi finanzjarji, mill-accountancy board jew minn entitajiet oħra, ta' l-impatt li qed ikollhom interessi simili li xi kultant jistgħu jkunu konfliġġenti?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li bħalissa għaddejja proposta ta' direttiva mill-Unjoni Ewropea eżattament dwar dan is- suġġett u għaddejjin diversi forom ta' konsultazzjoni u proposti dwar aspetti diversi f'din il-materja.", "Bħala membru ta' l-Unjoni Ewropea, Malta qiegħda tieħu sehem attiv f'dawn id-diskussjonijiet tekniċi u finalment pajjiżna jkun obbligat jadotta l- miżuri komuni li jkunu miftehma mill-Unjoni Ewropea.", "Dan l-eżerċizzju ma jinkludix impact assessment.", "Min-naħa ta' l-accountancy board sar studju fuq l-attivita' imsemmija fil- mistoqsija u nħareġ kodiċi ta' etika ġdid skond standard internazzjonali fejn jirregola din it-tip ta' attivita'.", "QORMI : TRIQ L-IMDINA – TINDIF TA' CULVERTS", "11955.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 11576 u jgħid meta hemm il-ħsieb li jitnaddfu l-culverts li hemm fi Triq l-Imdina, Ħal Qormi - faċċata tal-pompa tal-petrol - minħabba l-intejjen li ħerġin?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ninsab informat li dawn il-culverts huma ppjanati li jitnaddfu fil-perijodu li ġej mid-dipartiment ta' l-indafa pubblika, hekk kif regolarment isir fil-perjodu ta' wara x-xitwa.", "QORMI : TRIQ IL-WIED - BINI TA' FOOTBRIDGE", "11956.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 11548 u jgħid x'qed iżomm lill-ADT milli tibda x-xogħol ippjanat fi Triq il-Wied, Ħal Qormi, li jinkludi l-bini mill-ġdid tal-footbridge li twaqqa' fl- għargħar ta' l-2003, it-twaqqigħ tal-bridge eżistenti, il-bini ta' pelican crossing road hump u l-bini ta' culvert ta' madwar 1km?", "Jista' jgħid għaliex għal dan ix-xogħol kollu li kien approvat mill-ministeru ta' qablu, sal-lum għada ħarġet tender waħda uffiċjali?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: It-tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "QORMI : TRIQ L-IMDINA – PARKING SIGNS", "11957.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 11572 u jgħid jekk fi Triq l-Imdina, Ħal Qormi hemmx ħsieb li l-ADT tiżbogħ mill- ġdid is-sinjali tal-parkeġġ minħabba li dawk li kien hemm marru maż-żmien?", "Jista' jara jekk dan il-parkeġġ jistax isir forma ta' kaxxi, kif sar f'postijiet oħra u mhux sempliċement sinjal wieħed tul it-triq?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Il-każ ġie rrapportat lill-kumpannija responsabbli mir-road markings u għandi għax nifhem li dawn is-sinjali ta' parkeġġ se jsiru malajr kemm jista' ikun.", "Il-proposta biex il-parkeġġ isir forma ta' kaxxi, se tiġi kkonsidrata u evalwata.", "TOROQ MHUX ASFALTATI", "11958.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 11228 u 11398 u jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra lista ta' toroq mhux asfaltati li saru f'kull lokalita' matul dawn l-aħħar tliet snin?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "DELIMARA POWER STATION", "11959.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 11677 u jgħid kemm ġiet tiswa biex tinbena u tibda topera l-power station f'Delimara?", "Ittieħed xi forma ta' self mill-gvern sabiex dan il-proġett seta' jitwettaq?", "Minn liema bank jew istituzzjoni?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Risposta tingħata f'xi seduta oħra."]} {"filename": "20061128_471d_par.doc", "date": "2006-11-28", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Uffiċjali u Rivedut) L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 471 It-Tlieta, 28 ta' Novembru, 2006 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 471", "It-Tlieta, 28 ta' Novembru, 2006", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.02 p.m.", "Talba", "Seduta Nru. 471", "It-Tlieta, 28 ta' Novembru, 2006", "WERREJ", "MINUTI 349", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI 349", "TQEGĦID TA' KARTI 354", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-ĠUSTIZZJA AMMINISTRATTIVA (It-Tieni Qari)", "ADMINISTRATIVE JUSTICE BILL (Second Reading) 356", "AĠĠORNAMENT 375", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 380", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 470 li saret fit-27 ta' Novembru, 2006, ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "MONTE DI PIETA' - VETTURI", "18404.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joseph Sammut) staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Kemm hemm karozzi ingaġġati mal-capital transfer duty/Monte di Pieta'?", "Min juża dawn il-karozzi?", "Kemm hemm użati mill-istaff għal qadi ta' dmirijiet u x'tip huma?", "Kemm-il mil jagħmlu kuljum?", "Kemm hu l-konsum tal-petrol?", "Kemm weħlet ċitazzjonijiet kull vettura u x'tip kienu?", "Min ħallashom?", "Kien hemm każi fejn dawn il-vetturi ntużaw għal skop personali?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (Segretarju Parlamentari) (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li mad-dipartiment capital transfer duty hemm ingaġġata karozza waħda li n-numru ta' reġistrazzjoni tagħha huwa GVN 461.", "Din hija wżata mid-driver tad- dipartiment għall-qadi ta' dmirijiet ta' l-uffiċjali tad-dipartiment u bosta drabi twassal ukoll lid-direttur minħabba l-problema ta' parkeġġ.", "Ix- xogħol jikkonsisti fi traġetti ta' kuljum għall-posta, traġetti oħra fid- depot tal-pulizija, fil-kwartieri tar-revenue security corps spiss ukoll, tintuża biex jitqassmu kontijiet mill-istess membri tar-revenue security corps, il-ġbir taċ-ċekkijiet kull xahar mill-kumpanniji ta' l- assikurazzjoni, xogħol konness mal-MITTS, traġetti bejn id-dipartiment u d- diviżjoni tat-taxxi interni fil-Furjana, ġarr ta' materjal in konnessjoni mar-ristrutturazzjoni tad-dipartiment u xogħol ieħor li jinqala' kuljum in konnessjoni mad-dipartiment tal-gvern.", "Hemm varjazzjoni kbira fin-numru ta' kilometri kuljum.", "Il-kont tal-petrol hu kif kif se jingħad:", "Vettura Sena Konsum Lm GVN 461 2003 621 GVN 461 2004 459 GVN 461 2005 657", "Mill-1 ta' Jannar, 2003 il-vettura bin-numru GVN 461 kellha ħames kontravvenzjonijiet; tnejn minħabba li ma kienx qed jintuża s-safety belt, waħda minħabba parkeġġ ħażin, waħda minħabba overspeeding u oħra għax ma kellhiex il-liċenzja mwaħħla mal-windscreen.", "Id-dipartiment ħallas dawn il- kontravvenzjonijiet pero' l-impjegat irrifonda lura l-ħlas lid-dipartiment.", "Il-vettura ma tintużax għal skopijiet personali.", "Minbarra l-karozza indikata hawn fuq, id-direttur tad-dipartiment għandu a fully expensed car skond il-performance agreement.", "PROĠETT TA' BIEB IL-BELT", "22146.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: X'inhi r-raġuni li l-proġett ta' Bieb il-Belt ma nbediex matul din is-sena?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Il- proġett ta' Bieb il-Belt se jinbeda meta tittieħed id-deċiżjoni finali dwaru u jkunu nħarġu l-permessi kollha mitluba mil-liġi.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Meta se jkunu lesti dawn il-proċeduri?", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Sur President, qabel ma jinbeda proġett bħal dan, li jinkludi Bieb il-Belt u s-sit fejn hemm it-teatru imwaqqa', iridu jiġu kkonsidrati u studjati bosta affarijiet.", "L-importanti hu li lkoll flimkien, inkluż il-poplu u l-membri taż-żewġ naħat, naqblu dwar d- deċiżjoni finali li tittieħed u li din tkun ta' ġid għall-pajjiż kollu b'mod ġenerali.", "Madanakollu ma nistax nagħti terminu ta' żmien meta hu maħsub li jkunu lesti dawn il-proċeduri.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Dan ifisser li se jkun hemm xi referendum dwar id- disinji?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Sur President, naħseb li din id-domanda hija naqra miġbuda.", "L-aħħar referendum li kien sar biex naraw nidħlux fl-Unjoni Ewropea jew le, kien intrebaħ mill-gvern.", "Kieku kellna nagħmlu referendum dwar dan il-proġett ukoll, kien ikollna nagħmlu referendum anke qabel ma erġajna għamilna t-triq ta' l-Imtarfa, li kienet ġiet mibnija fuq it- terrapien.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Is-Segretarju Parlamentari qal li jrid ikun hemm qbil bejn il-poplu dwar dan il-proġett.", "Dan ifisser li l-poplu se jkollu d- dritt jesprimi l-opinjoni tiegħu b'xi mod, forsi mhux permezz ta' referendum imma permezz ta' deċiżjonijiet li jittieħdu fil-kunsilli lokali ta' Malta u Għawdex?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Peress li l-Onor.", "Interpellant huwa intiż ħafna f'dak li qed jiġri fil-pajjiż, huwa interessanti li jkun jaf li meta l-gvern irnexxielu jġib 'l fuq minn €800 miljun sabiex jintużaw għall-bżonnijiet ta' dan il-pajjiż, talab lill-poplu biex jagħtih is-suġġerimenti u f'dan il- proġett se nagħmlu l-istess.", "Meta l-istudji jkunu lesti, se nieħdu l-ideat tal-poplu biex imbagħad naraw x'se jkun il-general consensus.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Allura l-poplu, li l-gvern tant għandu rispett lejh, se jkollu joqgħod jistenna xi għaxar snin oħra?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Aħna mmorru għand il-poplu sa sena u nofs oħra u nikkonsultaw miegħu fuq ħafna affarijiet, pero' mid-dehra dakinhar id- deċiżjoni tal-poplu ma tkunx dwar dan il-proġett imma dwar l-andament tal- pajjiż in ġenerali.", "Imbagħad jekk naslu għal dan, ikollna l-fondi meħtieġa u jkollna l-istudji lesti fi żmien erba' snin u nagħmluh fi żmien erba' snin.", "Jekk hemm bżonn indumu għaxar snin, indumu għaxar snin, l-importanti hu li dak li jsir, isir sewwa.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jiġifieri minkejja li l-proġett ta' Bieb il-Belt huwa ta' ċerta importanza, il-gvern għadu għaddej bl-istudji tiegħu u ma jafx jekk dawn humiex se jieħdu sena, sena u nofs jew aktar?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Hekk hu.", "BELT VALLETTA - TEATRU RJAL", "22147.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: X'ġara mill-pjan u l-proġett tal-gvern għall-bini tat-Teatru Rjali tal-Belt Valletta?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-gvern għadu qed jikkonsidra numru ta' direzzjonijiet dwar is-sit tat-Teatru Rjal.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Nerġa' nistaqsi jekk hemmx xi time frame speċifiku dwar dan il-pjan.", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Fil-futur mhux 'il bogħod, Sur President.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jista' jagħti l-każ li sa l-elezzjoni li ġejja dan il-pjan ikun ġie finalizzat?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: M'għandix aktar x'inżid.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jista' jgħidli jekk l-applikazzjonijiet humiex qegħdin għand il-MEPA biex hi tagħmel l-analisi tagħhom?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Xejn minn dan s'issa.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jiġifieri għandi nifhem li lanqas għadhom saru sottomissjonijiet jew applikazzjonijiet lill-MEPA, hux hekk?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Hekk hu.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Saru xi spejjeż fl-ippjanar ta' dan il-proġett?", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: L-Onor.", "Membru jaf li saru diversi studji kemm fi żmienna kif ukoll fi żmien meta huma kienu fil-gvern u naturalment dawn l- istudji kollha jkollhom spiża relatata.", "Naħseb li jkun tajjeb jekk l-Onor.", "Membru jagħmel din id-domanda lill-ministru konċernat.", "BANEK - HOME LOANS", "22200.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Stefan Buontempo) staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 21995 u jgħid kemm hu stmat li l-banek f'pajjiżna silfu ammont ta' flus bħala home loans lil dawk li applikaw fis-sena 2006?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta li tajt għal mistoqsija parlamentari 21995.", "INKWILINI TA' POSTIJIET TAL-GVERN", "22201.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Stefan Buontempo) staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern: Issa li l-inkwilini ta' postijiet tal-gvern huma milquta bil-liġi possession and use, ifisser li kollha jistgħu jinbiegħu jekk l-inkwilini jixtiequ jixtru?", "Kemm saru applikazzjonijiet biex l-inkwilini ta' postijiet tal-gvern ikunu jistgħu jixtru l-fond fejn joqogħdu minn meta l-ministeru tal-ġustizzja u intern bagħat ittra lill-inkwilini ta' postijiet tal-gvern li huma miltuqa bil-possession and use u kemm saru applikazzjonijiet biex jixtru l- fond tagħhom?", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI (Segretarju Parlamentari) (f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li in segwitu għall-emenda li għaddiet permezz ta' l-Att I ta' din is-sena, sar issa possibbli li proprjeta' in possession and use tingħata għall-bejgħ wara l-proċeduri indikati fl-Att.", "Billi ħafna minn dawn il-proprjetajiet ġejjin mir-rikostruzzjoni ta' bini ta' wara t-tieni gwerra mondjali hemm ħafna xogħol preparatorju li jrid isir.", "In vista tad-diversi domandi parlamentari li saru, inbeda l-proċess fuq diversi proprjetajiet fil-Belt u fil-Kottonera.", "Ma kienx possibbli li dawn il-proċeduri jibdew f'kull proprjeta' f'dawn il-gżejjer f'daqqa.", "L- applikazzjonijiet isiru direttament lill-awtorita' tad-djar.", "INKWILINI TA' POSTIJIET TAL-GVERN", "22202.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Stefan Buontempo) staqsa lill- Ministru għall-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Issa li l-inkwilini ta' postijiet tal-gvern huma milquta bil-liġi possession and use, ifisser li kollha jistgħu jinbiegħu jekk l-inkwilini jixtiequ jixtru?", "Minn meta l- Ministeru għall-Familja u Solidarjeta' Soċjali bagħat ittra lill-inkwilini ta' postijiet tal-gvern li huma miltuqa bil-possession and use, kemm saru applikazzjonijiet biex jixtru l-fond tagħhom?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru għall-Familja u Solidarjeta' Soċjali): Dwar l-ewwel parti tal-mistoqsija, nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li jien tajt għal mistoqsija parlamentari 22196 f'seduta 470.", "Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija ninforma lill-Onor.", "Interpellant li ma jirriżultalix li l-ministeru tiegħi bagħat ittri lill-persuni konċernati.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Peress li l-ministeru bagħat ittri lil xi residenti fl- Isla, jista' s-Segretarju Parlamentari jgħid x'kien il-kontenut ta' dawn l- ittri?", "X'inhi r-raġuni li dawn l-inkwilini kienu ilhom bosta snin jitħabtu biex jipprovaw jixtru l-post fejn joqogħdu u kull darba jgħidulhom biex jistennew?", "X'se jkun ir-riżultat issa?", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Il-kontenut ta' l-ittra kien wieħed purament informattiv u dawn qed jinħadmu mid-dipartiment tal-lands.", "Issa dawk il- persuni li għandhom l-intenzjoni li jixtru l-proprjeta' fejn joqogħdu, iridu jibagħtu ittra lill-awtorita' tad-djar.", "ONOR.", "JOE MIZZI: X'inhi r-raġuni li dawn il-persuni issa qed jingħataw iċ- ċans li jixtru l-proprjeta' fejn joqogħdu wara li ilhom għal bosta snin juru din ix-xewqa tagħhom?", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: L-ewwelnett, għalkemm qed nieħdu l- impressjoni li hemm ħafna nies li kienu għamlu t-talba biex jixtru l- proprjeta' fejn joqogħdu, meta tiġi biex tara min hu verament interessat, issib li għandek problema.", "Għalhekk ridna nkunu nafu min verament huwa interessat biex ninformawh li issa jista' jixtri.", "Ħalli nispjega aħjar.", "Din is-sena fi stadju ta' kumitat saret emenda fil-liġi li ftit nies jafu biha.", "Allura ridna ninformaw lin-nies interessati li issa huwa possibbli li wara li d-dipartiment jagħmel ċertu xogħol, ikunu jistgħu jixtru l- proprjeta'.", "Dan huwa xogħol li jirrikjedi ħafna ħin u nispjega għaliex.", "Hemm ħafna proprjetajiet fl-Isla, f'Bormla, fil-Birgu u fil-Belt, li waqgħu fit-tieni gwerra mondjali u meta waqgħu sfortunatament ma kienx hemm il-pjanta tal- post. Allura, għalkemm hemm immarkati l-bibien, m'hemmx il-konfigurazzjoni interna.", "Fil-leġislatura l-oħra kienet saret emenda fil-liġi fejn il- kummissarju ta' l-artijiet kellu l-permess li dawn jifdihom billi jagħmel kapitalizzazzjoni.", "Meta din ġiet biex titħaddem, instab li kien diffiċli ħafna għax ma setgħetx tiġi identifikata bil-preċiż il-konfigurazzjoni ta' l-arja x'inhi u x'mhix.", "Allura biex inti tkun tista' tagħmel din, trid taqbad żona sħiħa u tagħmel ix-xogħol fuq iż-żona kollha kemm hi.", "Allura biddilna t-triq kompletament minn kif kienet oriġinarjament sabiex issa jkun permess lil dawn in-nies - li ħafna minnhom veru ilhom jixtiequ jixtru l-proprjeta', pero' hemm oħrajn li għadhom ma jafux biha - li jagħmlu t- talba tagħhom ma' l-awtorita' tad-djar sabiex jixtru l-proprjeta'.", "Sur President, kemm ili f'dan il-Parlament kemm-il darba pprovajt insostni din tal-possession and use u ma kontx waħdi.", "Dan għamlu wkoll l-Onor.", "Mizzi kif ukoll l-Onor.", "Stefan Buontempo permezz ta' diversi domandi parlamentari.", "Issa wasalna fil-pożizzjoni fejn kellna liġi li tidher li tista' tagħti sbokk mentri meta tiġi fil-prattika ma tistax titħaddem.", "Allura biddilna kollox sabiex issa tkun tista' titħaddem.", "Dik l-ittra li ntbagħtet kienet proprju ittra ta' informazzjoni.", "ONOR.", "JOE MIZZI: F'liema lokalita' ntbagħtu l-ittri u minn min?", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: L-ittri ntbagħtu fejn qed isir ix-xogħol, jiġifieri l-Isla, Bormla u l-Birgu u kif diġa' għidt, intbagħtu minni.", "ONOR.", "JOE MIZZI: X'inhi r-raġuni li nbtagħtu minnek u mhux mid-dipartiment?", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Ħassejt li għandi ninforma lin-nies biex jekk għandhom l-interess li jixtru l-proprjeta', ikunu ppreparati.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Allura ma ħassejtx li għandek tinforma wkoll lin-nies u turi l-verita' dwar il-każ li qam fil-qorti fejn kien involut \"Imnieħru\" u dwar il-kumpannija ta' l-istess persuna li bagħtet nies jaħdmu fl-uffiċċju tiegħek?", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: M'għandi l-ebda diffikulta' li nagħmel hekk, Sur President.", "Fil-fatt kelli l-opportunita' li l-bieraħ nagħmel dan quddiem il-cameras ta' One Television u fortunatament dan l-istazzjon xandar l-intervista tiegħi fuq il-mezzi tax-xandir tagħhom u anke fl- aħbarijiet fejn ġie spjegat kollox mill-bidu sat-tmiem.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Kif tispjega l-fatt li ntqal li ma kien hemm l-ebda kuntratt ieħor ħlief dak tal-qorti u mbagħad irriżulta li kien hemm kuntratt fil-ministeru tiegħek ukoll?", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Skond il-mistoqsijiet parlamentari li saru rriżulta li kien hemm żewġ kuntratti.", "Dawn it-tnejn weġibna għalihom u għidna li t-tnejn ġew miżmuma.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Imma meta saret l-ewwel mistoqsija, iż-żewġ kuntratti ġew żvelati jew wieħed biss?", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: L-ewwel domanda kienet tirrigwarda l- kuntratt tat-tindif fil-qorti u t-tieni kienet tirrigwarda l-kuntratti komplessivament tal-ministeru kollu.", "Fil-fatt l-informazzjoni ngħatat dwar iż-żewġ kuntratti u ma kienx hemm ħabi fir-risposti.", "Dawn ġew terminati minnufih kif ġie a konjizzjoni tagħna li hemm konnessjonijiet mal-persuna li qiegħda tissemma.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Min kien jaf li din il-kumpannija tefgħet it-tender?", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Jiena ma kont naf assolutament xejn.", "Bħala segretarju parlamentari m'għandix nidħol fil-proċedura tat-tenders u lanqas m'għandi nkun naf min huma l-persuni li jaħslu l-qorti u postijiet oħrajn.", "Jiġifieri fl-ebda stadju ta' proċedura ma kont naf.", "Kien hemm bord aġġudikattiv intern ġol-qorti u d-dokumentazzjoni tiegħu ġiet ippreżentata fil-Parlament il-bieraħ fejn intqalet l-istorja kollha mill-bidu sat-tmiem, inklużi min kienu l-offerenti, min kienu l-impjegati, inkluż li kienu għamlu mill-fedina penali tagħhom dawk iż-żewġ impjegati li kienu jaħdmu u jnaddfu ġol-qorti u allura hemmhekk għandek kollox.", "Hemm ukoll l- informazzjoni li l-ewwel offerent, li kien l-aħjar wieħed, baqa' ma ġabx dak li jissejjaħ il-bid bond, li kien marbut bid-dokument ta' l-offerta biex jagħmel.", "It-tieni kumpannija ġabet il-bid bond - peress li l-ewwel waħda ġiet awtomatikament skwalifikata għax ma resqitx dan il-bid bond - u ġiet assenjata dan il-kuntratt.", "Fil-fatt jidher li din il-kumpannija ppreżentat garanzija bankarja ta' bank kummerċjali Malti biex issostni l-bid bond li kienet qiegħda tagħmel.", "ONOR.", "JOE MIZZI: It-tindif fl-uffiċju tas-Segretarju Parlamentari ingħata permezz ta' direct order jew le?", "Kemm dam dan it-tindif?", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Il-kumpannija bdiet tnaddaf mill-5 ta' Jannar u baqgħet sejra sas-16 ta' Ottubru.", "L-ordni kienet diretta fis-sens li n-nies fis-segretarjat tiegħi qalu li huma riedu jimpjegaw ħassiela partikolari, din kienet taħdem ma' din il-kumpannija Special Cleaners u b'hekk sar l-ingaġġ ta' din il-kumpannija.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jista' s-Segretarju Parlamentari jispjega kif ftit ilu qal li hu ma jindaħalx fil-mod ta' kif jintagħżlu t-tenders u issa f'daqqa waħda qed jgħid li kien hemm direct order?", "Jista' jispjega wkoll min hu responsabbli għal dawn l-affarijiet fil-ministeru tiegħu?", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: L-ewwelnett hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq żewġ kuntratti separati u differenti.", "Għandna l-kuntratt tal-qorti u l- kuntratt ta' tindif fis-segretarjat tiegħi, li huma indipendenti minn xulxin.", "Dak tal-qorti sar b'mod naturali ta' tendering u l-ieħor sar b'mod prattiku kif isir fi kwalunkwe dipartiment tal-gvern peress li ma jaqbiżx is-somma ta' Lm2,500 u l-kap tas-segretarjat tiegħi kien responsabbli għall- ingaġġ ta' dawn in-nies.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Minn kif spjega s-Segretarju Parlamentari jidher li hemm tliet affarijiet u mhux tnejn, żewġ kuntratti li ngħataw permezz ta' tenders u kuntratt ieħor li ngħata permezz ta' direct allocation.", "X'inhi r- raġuni li fil-mistoqsijiet issemmew tnejn u mhux tlieta?", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Sur President, jiena pprovajt inkun ċar kemm jista' jkun għax huwa importanti li wieħed ma jeħux impressjoni żbaljata kif qed jieħu l-ħabib tiegħi.", "Jien bl-ebda mod ma jiena qed inbiddel l- affarijiet, anzi l-istazzjon li fuqu ddikjarajt iktar affarijiet kien dak tal-partit Laburista.", "Fil-fatt ikkalkulajt li l-bieraħ għamluli ntervista ta' madwar sagħtejn fejn staqsewni fuq kwalunkwe ħaġa u jien kollha weġibthom.", "Minbarra hekk għamilt ukoll konferenza politika f'post pubbliku illi fih spjegajt dawn l-affarijiet kollha mill-bidu sat-tmiem.", "Forsi l- ħabib tiegħi qed jagħtini l-konfort li hu ma jsegwix Super One u allura ma jafx id-dettalji kollha li hemm involuti.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jiena nsegwi l-verita' u nsegwi kollox.", "(Interruzzjonijiet) Għalhekk qed ngħidlek li hawn ġejja l-verita' għax tas- Super One għadu m'huwiex qed jgħid kollox.", "Għad għandek fiduċja fil- persuna li kienet responsabbli?", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Iva, għad għandi fiduċja f'din il-persuna u ngħidlek għaliex.", "Nerġa' nirrepeti li meta nqalgħu dawn l-affarijiet kollha ma kontx naf li kien hemm din il-kumpannija Special Cleaners Limited.", "Jien bl-ebda mod ma dħalt fiha u nirrepeti wkoll li lis-Sur Mario Camilleri ma nafux, qatt ma ddefendejtu, qatt ma kont l-avukat tiegħu, qatt ma ċempilli, qatt ma ltaqa' miegħi u ma nafux minn Adam, allavolja xi ħadd ipprova jimplikani f'affarijiet oħrajn.", "Sur President, inti x'taħseb meta xi ħadd iġiblek kumpannija debitament reġistrata u li fuqha anke jkun hemm garanzija bankarja maħruġa minn bank Malti?", "X'għandu jkun il-ġudizzju ta' bniedem normali?", "Mhux li din il- kumpannija ma fiha xejn ħażin!", "U abbażi ta' dan il-ġudizzju, jiena żammejt il-fiduċja fis-segretarjat tiegħi wkoll.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Kien hemm evidenza li \"Imnieħru\" kiteb lil din il- kumpannija biex tagħmel tajjeb għalih u tħallaslu l-multa.", "Allura dawn l- affarijiet ma rajtuhomx?", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Din hija ħaġa oħra, Sur President.", "Jien ma nkunx naf bir-rikorsi kollha li jidħlu l-qorti u lanqas in-nies tal-qorti ma jkunu jafu bihom.", "Kuljum jidħlu mijiet ta' rikorsi fil-qorti.", "Allaħares noqgħod nitlob lid-diretturi tal-qorti biex joqogħdu jaraw u jiflu kull rikors li jidħol!", "Għaldaqstant kien impossibbli - dan jista' jgħidu wkoll l-Onor.", "Gulia - li xi ħadd ikun jaf b'dak ir-rikors li qed isemmi l-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "L-aqwa li ħareġ ir-rikors u nieħu pjaċir li ħareġ pero' jiena m'għandix aċċess għalih.", "Min jista' jkollu kopja ta' dak ir-rikors huwa l-imputat - f'dan il-każ is-Sur Mario Camilleri - jew il- prosekuzzjoni jew id-difiża.", "Kulmin hu avukat jaf li dawk it-tliet persuni biss jista' jkollhom aċċess għal dawn ir-rikorsi u li għalija kien impossibbli li jkolli aċċess għalihom.", "Jiġifieri hija żlealta' kbira li wieħed jipprova jgħid li jiena jew xi ħadd fil-qorti seta' jkun jaf bihom.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru Louis Galea.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjieg): Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali 285 ta' l-2006 – Avviż ta' bidu fis-seħħ tar-regolametni ta' l-2005 dwar il-Kunsill Malti għall-Kwalifiki;", "Tagħrif dwar kotba li nxtraw għal-libreriji reġjonali minn fondi allokati mill-gvern għall-perjodu bejn l-2000 u 2006, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari 22283;", "u f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar l-għadd ta' persuni part-time fis-Servizz Pubbliku, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari 22385.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni): Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali 286 ta' l-2006 – Child-Resistant and Novelty Lighters Regulations, 2006.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Austin Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni): Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali 283 ta' l-2006 – Regolamenti ta' l-2006 li jemendaw ir- Regolamenti fuq il-Provvista ta' l-Elettriku (Emenda Nru. 7); u", "Tabella li turi l-għadd ta' fabbriki li jinsabu magħluqa f'kull industrial estate, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari 22281;", "Tagħrif dwar biljetti mibjugħa mill-Gozo Channel bejn Marzu 2005 u Ottubru 2006, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari 22322; u", "Kopja tar-riżultat ta' l-interviews li saru b'konnessjoni mal-mili ta' postijiet ta' Team Leader – Waste Water Operations, Malta and Gozo mal- Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari 22327.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Pullicino.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO (Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent): Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Rapport Annwali u financial statements ta' l-Awtorita' ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għas-sena finanzjarja li għalqet fit-30 ta' Settembru 2006 u estimi tad-dħul u nfiq ta' l-istess Awtorita' għas- sena 2006-2007.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor Anthony Abela.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Sur President, f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' rapport tar-riżultat ta' l-investigazzjoni tal-Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni dwar il-każ numru 349/9/04 (Rapport Numru 158) dwar l-allegazzjoni ta' irregolarita' fil-formulazzjoni ta' job description minn Heritage Malta;", "f'isem il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura, inqiegħed fuq il-mejda tal- Kamra:", "Avviż Legali 282 ta' l-2006 – Regolamenti ta' l-2006 dwar Inġunzjonijiet għall-Ħarsien ta' l-Interessi tal-Konsumaturi (Pakkett ta' l-Ivvjaġġar u Protezzjoni ta' Xerrejja f'Kuntratti ta' Time Sharing fi Proprjetà Immobbli);", "f'isem il-Ministru għal Għawdex, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar l-infiq li sar mill-Ministeru għal Għawdex, kapitali u rikorrenti, matul l-2006, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari 22319;", "u f'isem il-Ministru għall-Familja u Solidarjeta' Soċjali, inqiegħed fuq il- mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali 284 ta' l-2006 – Ordni ta' l-2006 dwar l-Awtorità tad- Djar (Trasferiment ta' Proprjetà) (Nru. 6)", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-ĠUSTIZZJA AMMINISTRATTIVA", "ADMINISTRATIVE JUSTICE BILL", "L-Ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mis-27 ta' Novembru 2006.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "MR SPEAKER: Hawn rimarki?", "L-Onor.", "Gavin Gulia.", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Sur President, din hija liġi li overall l-Oppożizzjoni taqbel magħha pero' għandna ċerti riservi rigward ċerti klawsoli u anke dwar il-metodoloġija ta' kif din għandha titwettaq.", "Huwa veru li hawnhekk qed nitkellmu fuq l-amministrazzjoni tal-ġustizzja pero' tajjeb li f'abbozzi bħal dawn ma nitkellmux biss fuq il-liġi speċifika imma anke dwar l-amministrazzjoni ġenerali tal-qrati u fil-fatt jiena għandi ħafna xi ngħid dwar il-mod kif ġew amministrati ċerti kawżi, b'mod partikolari kawża partikolari li għandi f'moħħi.", "Sur President, biex nieħu spunt mill-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna, nikkwota klawsola 7, li hija l-klawsola saljenti ta' dan l-abbozz, li tgħid:", "\"It-Tribunal ta' Reviżjoni Amministrattiva għandu jkun kompetenti li jirrevedi atti amministrattivi ta' l-amministrazzjoni pubblika fuq punti ta' liġi u ta' fatt.\".", "S'hemmhekk kollox sew, Sur President, imma se nkompli nikkwota:", "\"It-tribunal ikun ukoll kompetenti li jiddeċiedi tilwimiet li jiġu riferiti lilu kemm-il darba ma jkunx hemm xi qorti jew tribunal amministrattiv ieħor li jkun diġa' qiegħed jieħu konjizzjoni ta' dik it-tilwima.\".", "Issa kif ġiet impustata din id-dispożizzjoni f'dan l-abbozz ta' liġi jagħmel sens loġiku għaliex, il-Kodiċi ta' Organizazzjoni u Proċedura Ċivili, taħt Kapitlu 12 tal-liġijiet ta' Malta, diġa' jipprovdi sabiex iċ- ċittadin ikun jista' jissindaka atti amministrattivi tal-gvern fejn dawn jirriżultaw li jkunu ultravires jew għaliex ma jkunux jirrispekkjaw in- normi tal-ġustizzja.", "Iċ-ċittadin illum għandu mod kif jattakka atti amministrattivi tal-gvern u jista' anke jieħu rimedju għalkemm dan mhux kostituzzjonali għax hi l-Kostituzzjoni ta' Malta li mbagħad tipprovdi rimedji għal dak li għandu x'jaqsam mal-ksur tad-drittijiet fundamentali tal-bniedem li, tajjeb li wieħed jgħid, huma atti amministrattivi.", "Dawn ikunu atti tal-gvern jew atti fejn il-gvern għandu interess ġuridiku li mbagħad iċ-ċittadin ikollu d-dritt li jinvoka d-dispożizzjonijiet tal- Kostituzzjoni sabiex jieħu rimedju fejn iħoss li d-dritt fundamentali tiegħu jkun ġie miksur.", "Pero' apparti dak li jingħad fil-Kostituzzjoni dwar id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tal-bniedem, hemm ukoll atti amministrattivi li m'għandhom assolutament xejn x'jaqsmu mad-drittijiet u l- libertajiet fundamentali tal-bniedem.", "Dawn huma miktuba fil-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili, Kapitlu 12 tal-Liġijiet ta' Malta u fejn xi direttur ta' xi awtorita' jew xi direttur ta' xi dipartiment tal- gvern jieħu falza stikka, il-vittma ta' dik id-deċiżjoni amministrattiva jkollha d-dritt li tinvoka d-dispożizzjonijiet ta' Kapitlu 12 sabiex tattakka l-għemil amministrattiv tal-gvern.", "Jiena niġbed l-attenzjoni tas-Segretarju Parlamentari li veru li hija ħaġa sabiħa li jinħolqu t-tribunali għar-reviżjoni amministrattiva, pero' tkun xi ħaġa isbaħ kieku jkun hemm qorti ta' reviżjoni amministrattiva, aktar milli tribunal għax din kienet toqrob aktar lejn dak li xtaq il-mibki zijuwi, l-Imħallef Wallace Gulia, li kien jgħallem id-dritt amministrattiv fl-Universita' ta' Malta u li kien dejjem jawspika t-twaqqif ta' qorti amministrattiva.", "Forsi resqin f'dik id-direzzjoni pero' sfortunatament jidher li l-gvern aktar se jimxi fuq tribunal ta' reviżjoni amministrattiva milli fuq qorti u dan jaqbel mal-politika tal-gvern Nazzjonalista li kemm jista' jkun possibbli, ma jagħtix kompetenzi ġodda lill-qrati imma joħloq hotchpotch ta' tribunali li fil-fatt għandhom ġurisdizzjoni kważi ġudizzjarja.", "B'dan il-mod, il-gvern qiegħed joħloq qrati paralleli għall- qrati tal-ġustizzja fil-Belt.", "Fl-aħħar mill-aħħar, meta tagħsar imbagħad tinduna li dawn m'hemm xejn differenti bejniethom ħlief li flok ngħidu \"qorti\", ngħidu \"tribunal\" għax il-bqija l-istess xogħol jagħmlu.", "Sur President, jien naħseb li kien ikun ħafna aktar importanti u ekonomiku li kieku l-gvern qabad u ddeċieda li jagħmel qorti ta' reviżjoni amministrattiva anke għaliex il-qrati, kif fil-fatt tammetti l-klawsola 7 ta' dan l-abbozz ta' liġi, diġa' qegħdin f'ċerti ċirkostanzi partikolari jiġġestixxu kompetenza amministrattiva, bħal dak li tagħtihom il-qrati, li jissindikaw l-atti amministrattivi ta' dipartimenti tal-gvern.", "Allura se jkollna tribunal ta' reviżjoni amministrattiva u se jkollna l-qrati ordinarji li xorta waħda se jkunu qegħdin jiddispensaw ġustizzja amministrattiva f'ċerti ċirkostanzi partikolari msemmijin speċifikament taħt Kapitlu 12 tal-Liġijiet ta' Malta.", "Jien naħseb li kien ikun ferm aktar loġiku li kollox jibqa' taħt il-ġurisdizzjoni tal-qrati ordinarji proprju għaliex kienet emenda tal-gvern Nazzjonalista stess ftit tas-snin ilu li tat il-poter lill-qrati sabiex f'ċerti ċirkostanzi partikolari dawn jirrevedu atti amministrattivi tal-gvern.", "Sur President, meta aħna nkunu qed nitkellmu dwar il-qrati u l-funzjoni tagħhom, tajjeb li nitkellmu wkoll dwar l-amministrazzjoni ġenerali tal- qrati li jġibni proprju għas-suġġett prinċipali li nixtieq nittratta illum u li joħroġ minn ċerti fatti li ħarġu matul dawn l-aħħar ġranet, proprju f'dak li għandu x'jaqsam mal-ġurisdizzjoni kriminali.", "Jiena ninsab litteralment skandalizzat b'għemil il-gvern u b'għemil il-pulizija u se ngħid għalfejn.", "Kulħadd jaf li m'ilux tressaq il-qorti impjegat tal-partit Laburista fuq akkużi li jmorru lura għal xhur ilu fuq kwerela ta' parti leża, ta' complainant li din ma ridietx tmiss il-każ fuq kommunikazzjonijiet telefoniċi.", "Minkejja li dan il-każ kien ilu u suppost li ndifen għaliex anke l-complainant stess qalet li ma tridx tmexxi l-każ, b'xi mod il-pulizija vvintaw proċedura kriminali fil-konfront ta' dan l- impjegat tal-partit Laburista - kulħadd jaf għal min qed ngħid għax dan il- każ issemma fuq il-mezzi tax-xandir - u mexxew il-każ xorta waħda pero' f'każ ieħor, m'għamlux l-istess u se nsemmi dan il-każ ukoll, Sur President.", "Kulħadd jaf li missier dan l-impjegat tal-partit Laburista, li jiġi wkoll missier id- deputat Laburista Joe Cuschieri, ġie mtajjar minn karozza misjuqa minn persuna impjegata fl-awtorita' dwar it-trasport – ma nafx għadux impjegat jew le f'din l-awtorita - fid-29 ta' April ta' din is-sena waqt li kien qed jaqsam it-triq fuq pedestrian crossing.", "Allegatament din il-persuna kienet taħt l-influwenza tax-xorb alkoħoliku u hawn qed nirreferi għas-Sur Nicolai Magrin li hu involut ukoll f'każ ta' tixħim.", "Jiġifieri kellhom jitressqu proċeduri kriminali fil-konfront tiegħu talli allegatament saq vettura b'mod traskurat, saq taħt l-influwenza tax-xorb alkoħoliku, naqas li jipproduċi l-polza tas-sigurta' fi żmien stipulat skond il-liġi u, kif għidt, involontarjament ikkaġuna ferita ta' natura ħafifa fuq il-persuna ta' Giuseppe Cuschieri - li jiġi missier l-Onor.", "Joseph Cuschieri u l-persuna l-oħra li semmejt – pero' ċ-charges damu ma ħarġu.", "Irrid ngħid li dan il-każ ġie żvelat fuq il-medja Laburista mill-ġurnali \"KullĦadd\" u anke \"It-Torċa\" pero' wkoll b'mod importanti mill-ġurnal \"Malta Today\" u għalhekk kulħadd kien qed jistenna li l-pulizija tiddeċiedi li tmexxi kontra s-Sur Nicolai Magrin.", "Issa għaddew ix-xhur u wieħed jibda jistaqs jekk hux se jmexxu kontra din il-persuna.", "Tant għaddew xhur li kważi kważi tinsa li ġara dan il-każ mentri jekk ikun hemm xi ħadd li jkun offenda lill-Prim Ministru jew lil xi ħaddieħor, dan jittella' l-qorti kemm jista' jkun malajr.", "Pero' biex itellgħu lill-persuna li allegatament hi responsabbli li kkaġunat ferita' ta' natura ħafifa fuq dan l-anzjan, damu jkarkru x-xhur u fil-fatt safejn nafu aħna, sal-bieraħ dan il-każ kien għadu ma tressaqx il-qorti.", "Mela ġustament, wara li nqala' l-każ ta' l-impjegat tal-partit Laburista li tressaq il-qorti, ġurnal indipendenti, il-\"Malta Today\", ħarġet storja fejn qalet li lanqas biss għadhom ħarġu charges kontra dan il-bniedem li tajjar lil dan l-anzjan.", "Issa jiena bħala l-kelliem ewlieni ta' l-Oppożizzjoni dwar il-pulizija, bdejt ngħid: Dawn x'affarijiet huma?", "Kważi insejna b'dan il-każ!", "Għalhekk il-bieraħ stess, 27 ta' Novembru, jiena ħriġt stqarrija – u aktar tard nitlob il-permess tal-Kamra biex inpoġġiha fuq il-mejda tal- Kamra – fejn ġustament tlabt spjegazzjoni għaliex il-pulizija eżekuttiva ta' Malta għadha ma resqitx quddiem il-qrati lis-Sur Nicolai Magrin meta jirriżulta li minn investigazzjonijiet li għamlet l-istess pulizija, hemm raġunijiet biżżejjed biex dan jitressaq u jiġi mixli li allegatament saq vettura taħt l-influenza tax-xorb alkoħoliku u kkaġuna ferita ta' natura ħafifa fuq dan l-anzjan.", "Sur President, jien tlabt sabiex jagħtuni sodisfazzjon, mhux lili biss, imma lill-Maltin u lill-Għawdxin kollha għaliex ħadd ma kien jaf li, kif se nispjega, is-Sur Nicolai Magrin fil-fatt ressquh il-qorti.", "Iċ-charges ħarġu għal ħabta ta' Lulju u dan tressaq il-qorti fl-24 ta' Ottubru 2006 mingħajr ħadd ma jaf xejn.", "Issa jien kif sirt naf, Sur President?", "Ma sirtx naf għaliex il-Kummissarju tal-Pulizija ħareġ stqarrija dwar dan 20 minuta qabel ma bdejna din is-sessjoni tal-Parlament!", "Se nispjega kif sirt naf, għalhekk ġejt nitkellem illum, Sur President.", "Dalgħodu għaddieli minn widnejja li fil-fatt is-Sur Magrin tressaq il-qorti f'kawża tal-collisions u dan issorprendieni, għalhekk għamilt ftit riċerka u skoprejt li ħlief il-pulizija, is-Sur Nicolai Magrin u l-gvern li hu responsabbli li jistitwixxi l-proċeduri kriminali, ħadd ma kien jaf – omerta' Sur President! – li s-Sur Magrin tressaq il-qorti fl-24 ta' Ottubru ta' l-2006 u ġie mixli – aktar tard nitlob il-permess tal-Kamra biex inpoġġi dan id-dokument fuq il-mejda tal-Kamra – li:", "\"Fid-29 ta' April tas-sena 2006, għall-ħabta tat-8.15 a.m ...\"", "- żball -", "\"..fit-Triq it-Torri, Sliema saq vettura numru ..\"", "- whatever –", "\"1.", "B'manjiera traskurata.\"", "- diġa' bdejna ħażin -", "\"2.", "U waqt li kien qed isuq l-imsemmija vettura riesaq lejn pedestrian crossing naqas li jnaqqas l-ispeed u jieqaf waqt li kienet qed tiġi użata mill-pubbliku;", "3.", "Saq jew ipprova jsuq jew kellu kontroll tal-vettura fit-triq jew f'post pubbliku meta ma kienx f'kondizzjoni li jsuq minħabba xorb jew drogi;", "4.", "U aktar talli saq jew ipprova jsuq jew kellu kontroll tal-vettura fi triq jew f'post pubbliku wara li kkonsma tant alkoħol li l- proporzjon tiegħu fin-nifs, fid-demm jew fl-urina kien iżjed mil- limitu preskritt;\"", "- qiegħed naqrah għax dan dominju pubbliku –", "\"5.", "Kif ukoll naqas li jipproduċi l-polza ta' sigurta` tal-vettura fi żmien skond il-liġi;", "6.", "U aktar, naqas li jipproduċi lill-pulizija liċenzja tas-sewqan skond il-liġi;", "7.", "Kif ukoll b'nuqqas ta' ħsieb, bi traskuraġni jew b'nuqqas ta' ħila fl-arti jew professjoni jew b'nuqqas ta' tħaris tar-regolmenti tat- traffiku, involontarjament ikkaġuna offiżi ta' natura ħafifa fuq il- persuna ta' Giuseppe Cuschieri, skond kif iċċertifika ...", "- it-tabib li kien hemm -", "\"Il-Qorti mitluba sabiex dan jiġi skwalifikat mil-liċenzji kollha tiegħu tas-sewqan.\".", "Issa, Sur President, jiena komplejt bir-riċerka tiegħi dwar dan il-każ u skoprejt li dan ġie liberat.", "X'jiġifieri ġie liberat?", "Possibbli dan il-każ sar bla ma ġie mgħarraf l-anzjan li kien involut fih, is-Sur Giuseppe Cuschieri?", "Għaliex ma tressaqx il-qorti ħalli jagħti l-verżjoni tiegħu?", "Jiena ċempilt biex nivverifika u qaluli li għadhom sal-ġurnata tal-lum jistennew li l-pulizija jibagħtu għalihom biex jixhdu fil-qorti.", "Issa niskopri li dan ġie liberat għax il-pulizija ħadu żball u flok indikaw il- ħin ta' l-inċident bħala 8.15 p.m, indikawh bħala 8.15 a.m!", "Sar żball wara żball!", "Anke l-appell, anke l-Avukat Ġenerali ...", "(Interruzzjonijiet) Onor. Ministru, jekk trid tkellem wara!", "Dażgur, issa se jtellgħuh għax ħriġna stqarrija!", "(Interruzzjonijiet) Nitlob lill-ministru biex ma jinterrompinix għax għandi 40 minuta u rrid neħodhom kollha u l- ministru se jkollu ċ-ċans kollu biex iwieġeb.", "Nafu li l-Kummissarju tal- Pulizijaħareġ stqarrija 20 minuta ilu, Sur President!", "Imisskom tistħu!", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru, on a point of order.", "ONOR.", "TONIO BORG (Viċi Prim Ministru, Ministru tal-Ġustizzja u Intern): Sur President, qed isir misleading tal-Kamra, m'hemmx għalfejn neċitaw ruħna.", "Il-Kummissarju tal-Pulizija ħareġ stqarrija ...", "(Interruzzjonijiet) Mela aħna nkunu nafu min se jitkellem?", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom, inżommu l-kalma.", "ONOR.", "TONIO BORG: Sur President, il-Kummissarju tal-Pulizija ħareġ stqarrija biex jispjega x'ġara u m'hemmx għalfejn ngħid li kemm fl-ewwel każ, kif ukoll fit-tieni każ, jiena ma nindaħal f'xejn u lanqas biss kont naf bl-andament ta' dawn il-proċeduri.", "(Interruzzjonijiet) Inti akkużajt lill-gvern!", "(Interruzzjonijiet) Hu importanti li ngħidlu l-affarijiet kif inhuma, imma fuq l-ewwel każ, tas-Sur Cuschieri, mhux veru li l-complainant irtirat il-complaint qabel ma bdew il-proċeduri.", "It-tieni nett ġaladarba huma ex officio, anke jekk tirtira l-complaint, il-każ jitkompla pero' l- fatt li jiġi rtirat il-complaint jitqies fiċ-ċirkostanzi tal-piena, jekk dak li jkun jinstab ħati.", "Jiena mhux se nagħmel bħalu u noqgħod niddiskuti każi li għadhom pendenti, din l-Onor.", "Gulia suppost jafha għax hu avukat pero` għażel li ma jgħidhiex hawnhekk.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Gulia jista' jkompli bl-intervent tiegħu.", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Sur President, issa ngħid x'ma qalx il-Kummissarju tal- Pulizija fuq l-appell għax jiena kelli każ simili u appella.", "Sur President, inkompli l-intervent tiegħi wara li ġejt imfixkel.", "Kif kont qed ngħid, dan ġie liberat għax ħadu żball fil-ħin u żball ta' 12-il siegħa mhux żball ħafif.", "Apparti minn hekk, il-vittma ma ttellgħetx il-qorti u ġiet esebita l- inġunzjoni tas-Sur Giuseppe Cuschieri għax ma setgħux isibuh.", "Issa din kienet il-parti civili, jiġifieri dan kien li ġie mweġġa' u jiena hawnhekk għandi l-inġunzjoni – u aktar tard se npoġġiha fuq il-mejda tal- Kamra bil-permess tal-Kamra – tas-Sur Giuseppe Cuschieri.", "Apparentement dawn ipprovaw jinnotifikawh fis-6 ta' Ottubru u darbtejn fl-10 ta' Ottubru.", "Dawn ipprovaw jinnotifikawh anke fil-headquarters tal-partit Laburista bħallikieku dan l-anzjan jaħdem hemm!", "Li jaf ukoll il-ministru u jafu l- avukati kollha li hawn hawnhekk, inkluż l-Onor.", "Jason Azzopardi li qiegħed hawn, li meta ġiet prodotta l-inġunzjoni tas-Sur Giuseppe Cuschieri u l- qorti ntweriet li kien hemm diversi tentattivi sabiex dan jiġi notifikat bil-kawża, il-kawża kellha tiġi diferita u din kellu jitlobha l-gvern għax hu responsabbli mill-istituzzjoni tal-proċeduri kriminali.", "Jekk għandi żball, iqum il-Ministru issa u jgħidli li għandi żball!", "ONOR.", "TONIO BORG: Għandek żball!", "ONOR.", "GAVIN GULIA: M'hu veru xejn!", "Inti l-gvern!", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom.", "Onor. Gavin Gulia indirizza lis-Sedja.", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Il-gvern huwa responsabbli għall-pulizija u għalhekk il- gvern by operation of the law huwa responsabbli, Sur President.", "Din bħal tal-kuntratti ta' l-Imnieħru, fejn il-gvern ma jieħu responsabbilita' ta' xejn.", "Din hi by operation of the law, u mhux qed nivvintaha jien.", "Qed jipprova jfixkilni ħalli ma nkomplix, Sur President!", "MR SPEAKER: Inżommu l-kalma.", "Ikompli l-Onor.", "Gavin Gulia.", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Nafuha t-tattika tiegħek!", "(Interruzzjonijiet).", "Sur President, il-gvern huwa responsabbli - miktuba fil-liġi din - għall- istituzzjoni tal-proċedura kriminali.", "Issa jekk il-ministru qed jgħid li din m'hijiex imniżżla fil-liġi, iqum u jgħid hekk imma mhux se jqum għax hu avukat ta' l-affari tiegħu.", "X'ġara?", "Din il-kawża suppost ġiet diferita imma kollox baqa' għaddej qisu ma ġara xejn, Sur President.", "Hawnhekk għandi l-prime note tal-kawża, xehed bil-ġurament il-pulizja, xehed bil-ġurament pulizija ieħor, xehed bil-ġurament is-Sur Nicolai Magrin u l-persuna li weġġgħet ma tatx ix-xhieda tagħha meta l-kawża suppost kellha tiġi diferita sabiex isibuh u jressquh il-qorti.", "Jekk għandi żball dwar dan, iqum il- ministru u jgħid li għandi żball u li ma jmisshiex ġiet diferita.", "Fil-fatt ma qamx.", "(Interruzzjonijiet) Ħallik mill-maġistrat!", "L-atti ngħataw lill- Avukat Ġenerali u m'appellawx fuq raġunijiet tekniċi.", "Hekk qalu fl- istqarrija li ħarġet 20 minuta qabel ma ltaqa' l-Parlament.", "X'iridu jgħidu biha?", "Hemmhekk kellu każ biex jappella u dan għaliex f'każ privat li kelli jien – ma nsemmix il-każ għax għad m'għandhiex permess tal- klijent tiegħi għax kieku nsemmih ma jmurx xi ħadd jgħid li mhux veru - persuna tajret persuna oħra u l-qorti ċaħdet lill-pulizija d-dritt li ttella' lill-pulizija bħala xhud - ma kienx xhud okulari imma kien biss xhud ta' rapport – minkejja li l-ispettur tal-pulizja wera lill-qorti li hu pprova jinnotifika u kellu riferta ħażina u f'dan il-każ l-Avukat Ġenerali appella!", "Morna quddiem il-qorti ta' l-appell u rebħuha u l-każ reġa' ġie rimess biex jerġa' jinstema' quddiem il-maġistrat li ma ħalliehx.", "Allura jiena nistaqsi: Kif fil-każ li semmejt jien l-Avukat Ġenerali appella u fil- fatt kellu raġun jappella għax il-qorti ta' l-appell laqgħet it-talba tiegħu u f'dan il-każ l-ieħor l-Avukat Ġenerali m'appellax?", "Kif il- Kummissarju tal-Pulizija fl-istqarrija tiegħu, li saret 20 minuta qabel ma ltaqa' dan il-Parlament, qalilna li minħabba raġunijiet tekniċi, dan m'appellax.", "Dawn x'kummiedji huma?!", "Issa l-każ waqaf fl-24 ta' Ottubru u għalhekk għadda aktar minn xahar.", "Dan ma jaqax taħt każ ta' ne bis in idem – għal min qed jismagħna u ma jifhimx, dan ifisser li l-istess persuna ma tistax tiġi akkużata bl-istess reat darbtejn – għax hemm differenza ta' 12- il siegħa bejn il-ħin indikat fl-akkuża u l-ħin meta verament ġara l- inċident u għalhekk hemm lok li jerġa' jitressaq il-każ u hemm proprju sentenzi tal-qorti f'dan is-sens.", "(Interuzzjonijiet) Dażgur li naqblu!", "Imissna qbilna mill-ewwel u mhux għadda aktar minn xahar!", "Meta ħarġu l- istqarrija biex jgħidu li se jagħmlu hekk?", "Wara li l-Ħadd li għadda deher rapport fil-\"Malta Today\" u wara li jiena ħriġt stqarrija l-għada li ħadd ma weġibha.", "Jiena ma noħroġx l-istqarrijiet biex iweġibni l-Kummissarju tal- Pulizija imma biex iweġibni l-gvern, Sur President.", "Il-Kummissarju tal- Pulizija jista' joħroġ stqarrijiet kemm irid imma l-gvern irid iwieġeb ukoll.", "(Interruzzjonijiet) Dan ma kienx missier ta' xi impjegat tal-partit Nazzjonalista!", "Kieku l-vittma kien xi ħadd qrib tagħkom kieku ħoll xagħrek u ġib iż-żejt!", "(Interruzzjonijiet) Iva, kumplott!", "Sur President, il-bieraħ stess għamilt mistoqsija parlamentari fejn tlabt lill-ministru biex jgħidli għaliex għadhom ma bdewx proċeduri kriminali fil- konfront ta' din il-persuna u biex jgħidilna meta se jibdew u jekk mhux se jibdew jgħidli għaliex.", "Naħseb li din il-mistoqsija rċeviha l-ministru jew forsi ma jafx biha wkoll bħall-kuntratt ta' l-Imnieħru?", "Kumbinazzjoni 20 minuta qabel ma ltaqa' dan il-Parlament illejla - għandi l-ħin eżatt għax bagħtuhieli, 28 ta' Novembru 2006 17.40 p.m. u aktar tard se npoġġiha fuq il-mejda tal-Kamra wkoll - il-Kummissarju tal-Pulizija qalilna hekk:", "\"B'riferenza għall-istqarrija maħruġa mill-Onor.", "Gavin Gulia dwar il- każ tas-Sur Nicolai Magrin, għandu jingħad ...\"", "- ħa naqrawha ħalli ma noqogħdux nistennew il-gazzetti għada jew in-NET Television illejla -", "\"... illi fil-każ imsemmi, il-Pulizija pproċediet quddiem il-qorti kontra s-Sur Magrin u ċ-ċitazzjoni ħarġet fl-4 ta' Lulju 2006 bil-każ ikun appuntat għas-smigħ nhar l-24 ta' Ottubru 2006.", "Ġara pero` li waqt is-smigħ tal-kawża, tqajmet l-eċċezzjoni illi filwaqt li l- inċident kien seħħ fit-8.15 p.m., fuq iċ-ċitazzjoni il-ħin kien indikat fit-8.15 a.m. Kif ġie ssolevat dan il-punt, l-uffiċjal prosekutur kien talab il-qorti għall-korrezzjoni tal-ħin ...\"", "- fuq il-prime note ma tidhirx imma ejja nassumu li hu hekk - \"...pero` stante li l-każ kien fl-istadju tal-provi tad-difiża, din it-talba ma ġietx milqugħa.\" .", "Kieku l-kawża ġiet diferita u konna nisimgħu lis-Sur Cuschieri, kieku kien ikollna ċans li nirranġawha fl-istadju tal-provi tad-difiża u l-Ministru Tonio Borg bħala avukat dawn l-affarijiet jafhom!", "Issa lill-maġistrat se jattakkaw għax għamlilhom proċess ġudizzjarju.", "Fl-istqarrija jkompli jingħad:", "\"Minħabba f'hekk, is-Sur Magrin ġie liberat.", "Għandu jingħad ukoll li l- vittma, cioe` s-Sur Cuschieri, ma kienx ġie notifikat għal din is- seduta, stante illi meta l-Pulizija kienet marret tqassam it-taħrika fir-residenza tiegħu, f'erba' okkażjonijiet, ma kien hemm ebda risposta.\".", "Pero' l-Kummissarju tal-Pulizija ma qalx li ma talbux li l-kawża tiġi diferita minkejja li l-ispettur esebixxa r-riferta li kien qed jipprova jinnotifika.", "Din hija ħaġa normali elimentari u jafha kemm il-Ministru u kif ukoll is-Segretarju Parlamentari.", "L-istqarrija li ħarġet 20 minuta qabel ma iltaqa' dan il-Parlament, tkompli tgħid hekk:", "\"Wara s-seduta ta' l-24 ta' Ottubru 2006, il-Pulizija rreġistrat nota ta' appell minn din is-sentenza pero` fuq punti tekniċi, ma kienx hemm lok ta' appell.\".", "M'hu veru xejn li ma kienx hemm lok ta' appell, Sur President!", "L-Avukat Ġenerali f'każ tiegħi appella u rebaħha u dan preċedenti għal dan il-każ!", "\"Mill-indaġini li saret, sar magħruf li għalkemm fil-kopja ta' l- akkuża li ntbagħtet mis-surġent li investiga l-inċident fl-uffiċċju prinċipali taċ-ċitazzjonijiet fil-kwartieri ġenerali tal-Pulizija, minn fejn ikunu proċessati ċ-ċitazzjonijiet, il-ħin kien indikat korrett - ċioe` fit-8.15 p.m. meta ċ-ċitazzjoni ġiet miktuba - il- kuntistabbli mara li traskriviet l-akkuża, bi żvista, il-ħin tniżżel bħala 8.15 a.m. Minkejja dan il-Pulizija ...\"", "- din kemm hi sabiħa –", "\"... se tkompli bil-proċeduri quddiem il-qorti kontra s-Sur Magrin billi terġa' tiġi servuta ċitazzjoni oħra bil-ħin korrett.\".", "U l-Ministru qed iċapċpilhom!", "Dan imissu qalli li minkejja dan, il-Pulizija kompliet bil-proċeduri u diġa` ħarġet quddiem il-qorti kontra s-Sur Magrin billi diġa` ġiet servuta ċitazzjoni!", "Għad iridu joħorġuha din u se joħorġuha aktar minn xahar wara għas-sempliċi raġuni li ħriġna l- istqarrijiet aħna u l-każ ġie żvelat fil-media, għax kieku ma sarx hekk, ma kien jiġri assolutament xejn u konna nibqgħu mingħajr appell, Sur President!", "Din hija xi ħaġa tal-mistħija!", "Ara fil-każ ta' l-impjegat tal- partit Laburista, il-Pulizija m'għamlux żbalji.", "Ġabuha mill-qiegħ u għamluha fil-veru sens tal-kelma perfetta pero` fil-każ tas-Sur Magrin, rajna ħafna żbalji, wieħed wara l-ieħor u issa għax aħna ħriġna u żvelajna l-każ, f'daqqa waħda qegħdin jgħidulna li se tiġi servuta ċitazzjoni oħra bil-ħin korrett u dan wara xahar!", "X'jibqa' x'tgħid hawnhekk, Sur President?", "Tibqa' miblugħ b'dawn l-affarijiet pero` naturalment għall-gvern ma ġara xejn.", "Qalulna li se jerġgħu joħorġu ċ-ċitazzjoni mill-ġdid u li lis- Sur Cuschieri se jipprovaw jinnotifikawh.", "X'se jagħmlu jekk jerġgħu ma jsibuhx?", "Se jibqgħu għaddejjin jew jiddeferu l-kawża sakemm isibuh?", "Se jerġa' jsir l-istess żball?", "Sur President, qabel nagħlaq se nitlob il-permess tal-Kamra biex inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra d-dokumenti li semmejt fl-intervent tiegħi.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Hawn il-permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' ordni għan-Notifika ta' Taħrika lil Giuseppe Cuschieri u kopja ta' taħrika ta' xhud lill-istess persuna u kopja tal-verbal tal- qorti b'riferenza għall-kawża \"Il-Pulizija vs Nicolai Magrin\" (Każ Nru 18);", "Kopja ta' sentenza tal-Qorti tal-Maġistrati bħala Qorti ta' Ġudikatura Kriminali, il-Pulizija (S M Louise Grech) vs Nicolai Magrin, datata 24 ta' Ottubru 2006; u", "Kopja ta' stqarrija għall-istampa maħruġa mill-Kwartieri tal-Pulizija b'riferenza għall-istqarrija maħruġa mill-Onor.", "Gavin Gulia dwar il- każ tas-Sur N. Magrin datata 28 ta' Novembru 2006.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Justyne Caruana.", "ONOR.", "JUSTYNE CARUANA: Sur President, quddiemna għandna Abbozz ta' Liġi li huwa importanti ħafna għax qed jitkellem dwar il-ġustizzja amministrattiva ta' pajjiżna.", "Fil-fatt fl-għanijiet ta' l-abbozz stess insibu li dan:", "\"L-Att huwa intiż sabiex jiġu introdotti proċeduri uniformi għat- tribunali amministrattivi u sabiex jiġi introdott il-kunċett tat- tribunal tar-reviżjoni amministrattiva bil-funzjonijiet rispettivi tiegħu.\".", "Sur President, minkejja li s-sistema legali tal-kamp amministrattiv tmur lura għal diversi snin - anke 200 sena kif qalilna s-Segretarju Parlamentari l-bieraħ - jiena nazzarda ngħid li f'dan il-kamp m'aħniex daqshekk stabbli.", "Qed ngħid dan għaliex sfortunatament, fil-kors tal-liġi, dan is-suġġett tant importanti jiġi tackled b'mod superfiċjali ħafna, u l- isfortuna hija li fil-kamp legali, dawk li jipprattikaw din il-linja u li verament jafu x'inhuma jagħmlu, huma verament ftit.", "Din hija ħasra kbira għaliex ilkoll kemm aħna niltaqgħu ma' diversi problemi amministrattivi fejn kemm-il darba jittieħdu deċiżjonijiet fil-konfront taċ-ċittadini li nħossu li ma jkunux ekwi u ġusti u jkollna ċertu diffikulta' sabiex niddefenduhom minħabba nuqqas ta' għarfien tas-suġġett kif ukoll minħabba diversi strutturi li għandek sparpaljati 'l hemm u 'l hawn.", "Il-konċett ta' entita' ta' ġurisdizzjoni ta' reviżjoni ta' dawn l-atti huwa pass utli ħafna u nittama li nagħrfu nħaddmuh tajjeb biex ovvjament nilħqu l-għanijiet ta' dan l-abbozz.", "Biex inkun preċiża, se nirriferi għal dak li qal l-Onor.", "Farrugia l-bieraħ u li għadu kemm semma l-Onor.", "Gulia qabli u ngħid li, fl-opinjoni tagħna, kieku minflok tribunal, din l-entita' tkun qorti, l-għanijiet ta' din il-liġi jiġu milħuqa b'mod aktar adegwat.", "Sur President, l-intervent tiegħi llum se jkun iffokat fuq l-analiżi li għamilt ta' dan l-Att u se nitlob lin-naħa l-oħra biex jispjegaw xi punti u diffikultajiet li jien iltqajt magħhom waqt li kont qed naqra dan l-abbozz.", "L-ewwel u qabel kollox nixtieq nagħmel riferenza għal ċerti kliem li wieħed jiltaqa' magħhom fl-abbozz bħal \"imparzjalita'\", \"indipendenza\", \"il- prinċipji tal-ġustizzja naturali\" u anke jingħad li il-President u l- assistenti ma jkunu taħt ebda direzzjoni jew kontroll ta' ħadd.", "Sur President, dawn huma prinċipji fundamentali li pajjiż demokratiku bħal tagħna għandu jkollu f'kull organu ġudizzjarju jew kważi ġudizzjarju; jiġifieri kull organu ġudizzjarju jew kważi ġudizzjarju għandu jkun indipendenti, imparzjali u jimxi fuq il-prinċipji tal-ġustizzja naturali.", "Allaħares ma jkunx hekk!", "F'liġijiet oħrajn, dan l-elenku ta' prinċipji mhux normali li nsibuhom, pero' ma jfissirx li mhumiex applikabbli għat-tribunali, entitajiet u korpi ġudizzjarji jew kważi ġudizzjarji oħrajn.", "F'sistema bħal tagħna fejn nippriedkaw li dawn il-prinċipji legali huma sagrosanti, il-fatt li f'liġijiet oħra ma jissemmewx, ċertament ma jfissirx li m'għandhomx jiġu osservati.", "Issa jekk il-gvern qed jippretendi li jiggarantixxi u jissalvagwarda dawn il-prinċipji sempliċement billi jsemmuhom f'dan l- abbozz, allura l-gvern għandu jagħti kont ta' dan.", "Li qed jinkwetani hu li jekk se nsemmu dawn il-prinċipji f'din il-liġi, allura naħseb li għandna ninkluduhom f'liġijiet oħrajn u dan għaliex jekk ma nagħmlux hekk, jistgħu jinħolqu xi problemi ta' interpretazzjoni bejn din il-liġi u liġijiet oħrajn; problemi li ċertament ħadd ma jixtieq li jirrikorru.", "Subklawsola (3) ta' klawsola 7 tjidher li qed tinkorpora fiha l-judicial review kif aħna mdorrijin biha u f'subklawsola (4) ta' l-istess klawsola qed jingħad li qabel ma wieħed jirrikorri għar-rimedju quddiem dan it- tribunal il-ġdid, iridu jiġu eżawriti r-rimedji l-oħra kollha.", "Din normalment insibuha fil-kontest ta' proċeduri quddiem il-qorti Ewropea jew qrati internazzjonali oħra u naħseb li f'dan il-kontest, din ta' l- exhaustion tal-local remedies tagħmel sens pero' kif qiegħda f'dan il- kontest ta' tribunal lokali, naħseb li għandha tiġi ċċarata għax għallinqas kif fhimtha jien, aktar se tkun qed toħloq inkonvenjent lil dak li jkun u aktar qed tagħlaq il-bibien liċ-ċittadin li jkun qed ifittex li jieħu r- rimedju.", "Sur President, dwar il-ħatra tal-President tat-Tribunal tar-Reviżjoni, din tkellem b'mod eżawrenti fuqha l-Onor.", "Farrugia u mhux se noqgħod nidħol fuqha pero' xtaqt nirrimarka dwar subklawsola (2) ta' klawsola 8 fejn qed jingħad li jista' jinħatar aktar minn president wieħed u fi klawsola 9 fejn qed jingħad li jista' jkun hemm sezzjonijiet fit-tribunal stess skond il- kategorija tal-każi.", "Jiġifieri qed jiġi kkontemplat li tribunal jiġi maqsum f'sezzjonijiet diversi?", "Normalment fil-qrati tagħna tali assenjazzjonijiet - jekk imħallef jew maġistrat huwiex se jippresjedu tip ta' qorti jew oħra - isiru mill-Prim Imħallef.", "Hawnhekk jidher li din l- assenjazzjoni se ssir mill-President ta' Malta fuq il-parir tal-Prim Ministru.", "Fil-fatt, jekk wieħed joqgħod jara jara ftit l-abbozz, jidher li kollox se jsir b'mod li l-Prim Ministru se jkollu ħafna pariri x'jagħti u dan meta at the end of the day, il-proċeduri in kwestjoni huma kontra l- gvern stess.", "Jiena naħseb li meta qegħdin insemmu l-prinċipju tal-ġustizzja naturali, f'dan il-kontest huma applikabbli ħafna.", "Bir-rispett kollu lejn kulħadd, naħseb li jistgħu jinqalgħu xi problemi għax jista' jagħti lok fejn il-President ta' dan it-tribunal jiġi assenjat skond kif jidhirlu l- Prim Ministru fuq każi kontra l-gvern u allura l-imparzjalita' u l- indipendenza jakkwistaw dimensjoni oħra u b'hekk jista' faċilment javvera ruħu dak li tkellem u widdibna dwaru l-Prim Imħallef fil-bidu tas-sena forensika, liema diskors semmieh proprju l-bieraħ l-Onor.", "Farrugia.", "Qed jingħad ukoll li l-President, again fuq parir tal-Prim Ministru, jista' jittrasferixxi president ta' tribunal minn sezzjoni għall-oħra u naħseb li din is-subklawsola qed tikkontempla sitwazzjoni fejn qisna qed nilagħbu bil- boċċi fejn skond il-konvenjenza tal-mument u skond kif jixtieq il-Prim Ministru, dan jista' jittrasferixxi president ta' tribunal minn sezzjoni għall-oħra.", "Sur President, naħseb li dan jista' jagħti lok għal manuvri diskrezzjonali u jekk wieħed jibda jissuspetta ħażin f'dan l-istadju minħabba dawn it-tip ta' provvedimenti, ħadd ma jagħtih tort.", "L-istess qed jingħad għall-assistenti tal-president tat-tribunal.", "Per eżempju, fi klawsola 10 li tipprovdi għal dawn l-assistenti tal-president, ma nsibu xejn li b'mod oġġettiv jista' jikkwalifika min jista' joqgħod bħala assistent.", "Kulma jingħad huwa li dawn jagħżilhom il-Prim Ministru skond id- diskrezzjoni tiegħu u li għandhom ikollhom esperjenza preċedenti u kwalifiki speċjali f'xi qasam partikolari ta' ħila.", "Fl-opinjoni tiegħi, dawn huma kriterji soġġettivi wisq u jistgħu jagħtu lok għal diskrezzjoni żejda li ma naħsibx li hija f'lokha, aktar u aktar meta wieħed iqis l- involviment tal-proċeduri fid-diversi għażliet li qed niltaqgħu magħhom f'dan l-abbozz.", "Sur President, lanqas huwa ċar x'se jkun ir-rwol tagħhom dawn l-assistenti.", "Per eżempju, għalkemm skond dan l-abbozz qed jingħad li l-president tat-tribunal għandu jkun assistit minn żewġ assistenti, jiġifieri skond id-diċitura tal-liġi din l-assistenza hija mandatorja, meta mbagħad niġu għall-konsultazzjoni tagħhom mill-president, din tidher li tiddependi fuq il-president innifsu, jiġifieri jekk jikkonsultax magħhom jew le, qegħda fid-diskrezzjoni tal-president tat-tribunal.", "Apparti dan, qed jingħad ukoll li kemm-il darba ssir il-konsultazzjoni, il- president tat-tribunal mhux marbut li joqgħod fuq il-parir ta' l-assistent tiegħu.", "Din bejn wieħed u ieħor hija l-pożizzjoni tal-periti tekniċi u legali li nużaw fil-qrati tagħna bid-differenza li l-periti tekniċi u legali fil-qrati tagħna ma joqogħdux fit-tribunal.", "Minħabba dan kollu, jiena naħseb li hemm bżonn jiġi ċċarat r-rwol ta' dawn l-assistenti.", "Hawnhekk qed jingħad ukoll li jista' jsir l-elenku ta' dawn in-nies u jiena ngħid li dan l-elenku għandu jsir biex għallinqas dak li jkun ikun jaf minn qabel x'tip ta' nies qed jirreferi għalihom il-Prim Ministru.", "Wieħed dejjem jispera li l-lista ma tkunx xi waħda ridotta ħalli f'każ ta' rikuża jkollna fuq min induru.", "Sur President, nerġa' nirriferi għal klawsola 8 fejn qed nitkellmu dwar il- ħatra ta' president li jokkupa jew kien jokkupa kariga ta' mħallef jew maġistrat.", "Issa f'każ ta' mħallef jew maġistrat li fil-preżent qed jaħdem fil-qrati tagħna u jintgħażel bħala president ta' dan it-tribunal, dan ix- xogħol se jkun over and above dak li diġa' għandu?", "Jew dan se jinqala' minn fejn qiegħed biex jagħmel dan ix-xogħol il-ġdid?", "Fi klawsola 16 jissemmew id-drittijiet li għad iridu jiġu stabbiliti u hawnhekk nispera li fejn jidħlu il-flejjes li l-poplu jrid iħallas, il-ministru jżomm f'moħħu li l- kriterju l-aktar importanti huwa dak tal-mezzi finanzjarji ta' dak li jkun.", "Hu importanti, Sur President, li kulħadd ikollu aċċess għas-sistema ġudizzjarja, indipendentement mill-mezzi li jkollu.", "Veru li qed jinżamm id- dritt għall-benefiċċju ta' l-għajnuna legali, pero' għandek faxxa ta' nies li għalkemm ma jikkwalifikawx għall-għajnuna legali, xorta mhumiex f'sitwazzjoni finanzjarja daqshekk tajba li jaffordjaw iħallsu spejjeż ġudizzjarji li ma jkunux raġjonevoli.", "Għalhekk nappella lill-gvern sabiex ma jkunx hu li jċaħħad lil dawn in-nies mill-aċċess għall-ġustizzja.", "Sur President, fl-istess klawsola qed jingħad ukoll li għad trid tiġi stabbilita l-proċedura ta' l-appelli mid-deċiżjonijiet tat-tribunal, kif ukoll għad irid jiġu stabbiliti l-formoli li għandhom jintużaw.", "L-isfortuna hija li ħafna drabi meta jkollna liġi ġdida u tibda titħaddem, jirriżultaw problemi prattiċi li jaqilgħu ċertu intoppi lil dak li jkun.", "Dan ovvjament ikun jindika li ma jkunx sar xogħol preparatorju bil-għaqal biżżejjed u allura nappella li qabel ma jidħol fis-seħħ dan l-abbozz, dawn l-affarijiet li għad irid jiġu in place, jiġu in place kemm jista' jkun malajr ħalli nkunu lħaqna drajnihom u meta niġu biex inħaddmuhom, inkunu diġa' familjari magħhom.", "Xi ħaġa oħra li naħseb li għandha tiġi ċċarata għaliex onestament ma fhimthiex, Sur President, hija s-subklawsola (1) ta' klawsola 7 u ta' klawsola 24.", "Issa fl-ewwel wieħed qed jingħad li:", "\"It-tribunal ikun ukoll kompetenti li jiddeċiedi tilwimiet li jiġu riferuti lilu kemm-il darba ma jkunx hemm qorti jew tribunal amministrattiv ieħor li jkun diġa' qed jieħu konjizzjoni ta' dik it- tilwima.\".", "Filwaqt li f'subklawsola (1) ta' klawsola 24 jingħad li :", "\"Mad-dħul fis-seħħ tat-Taqsimiet III u IV ta' dan l-Att, il-proċeduri kollha pendenti quddiem dawk il-persuni, korpi jew tribunali amministrattivi li kienu kompetenti qabel id-dħul fis-seħħ ta' l- artikolu 25, għandhom jiġu assenjati lit-Tribunal ta' Reviżjoni Amministrattiva.\".", "Sur President, hawnhekk għandek żewġ klawsoli li, dejjem kif qed narahom jien, qishom qed jikkontradixxu lilhom infushom għaliex f'waħda qed jingħad li jekk ikun hemm diġa' proċeduri għaddejjin, dawk jibqgħu hemmhekk u fl- oħra qed jingħad li minkejja li jkunu pendenti, dawn xorta waħda jiġu assenjati lit-tribunal amministrattiv.", "Naħseb li hemm bżonn li din is- sitwazzjoni tiġi ċċarata.", "Punt ieħor li xtaqt insemmi jirrigwarda subklawsola (1) ta' klawsola 11.", "Din il-klawsola tipprovdi li t-tribunal li qed nitkellmu dwaru għandu jżomm seduti kemm f'Malta kif ukoll f'Għawdex u dan f'intervalli regolari li l- president ikun jidhirlu meħtieġa biex iħaffef ix-xogħol.", "Ċertament li jiena nieħu gost kull meta jissemma Għawdex anke għaliex f'Għawdex għandna nuqqas kbir għall-aċċess ta' ġustizzja u ħafna tribunali u entitajiet oħra li normalment issib f'Malta, f'Għawdex m'għandniex u allura persuna Għawdxija li trid tiġġieled għad-drittijiet tagħha, trid toqgħod tinżel Malta bl- inkonvenjent kollu li dan iġib miegħu.", "Fl-abbozz mhux ċar jekk hux qed jinħoloq tribunal ġo Għawdex jew jekk it-tribunal normalment sedenti Malta hux se jagħmel xi seduti f'Għawdex pero' naħseb hemm bżonn li jsir ċertu xogħol preparatorju.", "Qed ngħid dan għaliex, per eżempju, fil-każ ta' meta daħlu l-arbitraġġi mandatorji, on the day li daħal fis-seħħ dak l-Att, kienu ġew rappreżentanti taċ-ċentru ta' l-arbitraġġ biex naraw kif se naħdmu.", "Hawnhekk nixtieq nirringrazzjahom ta' kemm ħadu paċenzja bina u ta' kemm ikkoperaw magħna biex jiffaċċilitawlna l-ħajja, pero' jiena kont nippretendi li dan ix-xogħol isir qabel ħalli meta tidħol fis-seħħ il-liġi, inkunu diġa' familjari mal-proċedura li rridu naħdmu biha.", "Qed ngħid dan biex ma jerġax jiġri l-istess meta tidħol fis-seħħ din il-liġi.", "Ovvjament jekk se jsir tribunal f'Għawdex tant l-aħjar pero' nispera li l-Ministru jew is-Segretarju Parlamentari jkun f'pożizzjoni li jiċċaraha din.", "Sur President, la qed nitkellem fuq Għawdex u fuq il-ġustizzja, nixtieq ngħid kelma dwar il-qrati t'Għawdex.", "Minkejja li f'dawn il-qrati għandna ambjent li għandu ċertu karatteristiċi, aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar qed jirriżulta li qed isir inkonvenjenti għar-raġuni li mhuwiex aċċessibbli għal persuni anzjani u persuni bi bżonnijiet speċjali.", "Apparti minn hekk, għandna problemi ta' nuqqas ta' staff u minkejja li minn mistoqsija parlamentari għal oħra, ir-risposta dejjem tkun li l-istaff se jiżdied, l- istaff mhux qed jiżdied u l-load li għandhom dawn il-ħaddiema fil-qrati t'Għawdex qed dejjem tikber.", "Dawn in-nies they go out of their way biex jgħinnuna u huma ġentili ħafna u litteralment jagħmlulna l-ilma jiżfen pero' mhuwiex fair li l-gvern ikompli jwebbes rasu li ma jridx iżid l- istaff minħabba raġunijiet diversi li jiena ma nistax nifhimhom.", "Naħseb li it is about time li l-istaff jiżdied, Sur President.", "Apparti minn hekk, qed inħossu l-bżonn ukoll li tiżdied s-sigurta' fil- qorti t'Għawdex għax filwaqt li meta tipprova tidħol fil-qorti ta' Malta, qisek dieħla fid-departures section ta' l-airport, fil-qorti t'Għawdex jidħol kulħadd u jekk xi ħadd irid jidħol b'xi ħaġa fil-basket, jista' jagħmel dan faċilment u mhux l-ewwel darba li nqala' xi inċident bejn xi partijiet tal-kawża u kellhom jintervjenu l-pulizija.", "Ovvjament inċidenti bħal dawn jindikaw li hemm bżonn ta' aktar sigurta' fil-premises tal-qrati Għawdxin.", "Nixtieq ukoll niġbed l-attenzjoni dwar in-nuqqas ta' spazju li għandna.", "Fil-qrati Maltin, jekk l-avukati iridu jagħmlu seduta ma' l- assistent ġudizzjarju jew mal-periti legali, dawn għandhom l-cubicles u jistgħu jagħmlu s-seduti fil-privatezza kollha pero' f'Għawdex, dan irid isir f'kamra żgħira li xi żmien ilu kienet tintuża bħala store u qed nispiċċaw f'sitwazzjoni fejn ġieli f'kamra waħda fuq l-istess mejda jkollna żewġ seduti għaddejjin u dan żgur mhuwiex ambjent adegwat fejn wieħed ikun jista' jagħmel xogħlu sew.", "Sur President, nagħlaq l-intervent tiegħi billi nirritorna lura għall- abbozz li qed niddiskutu llum.", "Jien sinċerament nispera li dan l-abbozz ikun ta' ġid għall-poplu tagħna u li l-ispirtu warajh ikun ġenwinament favur il-ġid tal-poplu u mhux xi manuvra artikolata u ntiża sabiex il-gvern b'xi mod jew ieħor jikkontrolla jew jiddetermina l-mod ta' kif iċ-ċittadin jipprova jieħu r-rimedju spettanti lilu skond il-liġi.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joe Brincat.", "ONOR.", "JOSEPH BRINCAT: Sur President, il-kollega tiegħi l-Onor.", "Caruana, waqt li kienet qed titkellem fuq dan l-abbozz ta' liġi, semmiet lil Għawdex u aktar 'il quddiem nixtieq ngħaddi kumment żgħir fuq Għawdex pero' l- ewwelnett nixtieq ngħid li ħadt gost li l-Onor.", "Caruana kkonċentrat fuq dan l-abbozz u tat kontribut serju ħafna billi eżaminatu u qajmet diversi kwestjonijiet.", "Nittama li issa l- Ministru u s-Segretarju Parlamentari jagħtu widen għal dak li qalet għaliex ħadd ma jista' jgħid li dan kien diskors għall-gallarija, anzi kien diskors sensat ħafna.", "Il-kwestjoni ta' l-administrative review tribunal tfakkarni f'parti storika f'pajjiżna, preċiżament fis-sena 1980, meta kienet inqalgħet il-kwestjoni fuq il-poter li għandhom il-qrati fuq l-amministrazzjoni.", "Jien niftakar u ngħidu bħala fatt li fuq l-iskorta ta' dak li kien jgħallem il-Professur Wallace Gulia fl-Universita', jiena kont entużjast li jkollna t-tribunal amministrattiv ġewwa pajjiżna.", "Waħda mill-aħjar sistemi li naf bihom dwar kif jiġi maħtur it-tribunal - kont nemmen hekk dak iż-żmien u għadni nemmen hekk sal-lum – hija s-sistema Franċiża.", "F'dawk iż-żmenijiet, allavolja kont Ministru tal-Ġustizzja bl-ideat tiegħi, kien hemm diversi kurrenti ta' ħsebijiet u fosthom kien hemm il-kurrent li kważi the administration can do no wrong - illum prattikament l-istess għadna, ħalli ma noqogħdux naħsbu li ta' dak iż-żmien kienu ħżiena u tal-lum huwa verġni - u sussegwentement kienet saret emenda fuq il-kwestjoni ta' l-ultra vires.", "B'din l-emenda, l-imħallfin fil-qrati ordinarji setgħu jagħmlu review skond id-definizzjoni li kienu taw il-House of Lords ta' xi tfisser ultra vires.", "Wara dak iż-żmien, saret l-emenda 469A tal-Kodiċi ta' Proċedura u dwar dan kienu indaqqu ħafna trumbetti, Sur President, għax kien ingħad li din tat liċ-ċittadin id-dritt ta' review fuq l-administrative discretion u l- administrative decisions billi tat lill-qrati il-poter li jeżaminaw dawn id- deċiżjonijiet.", "Fil-fatt din kienet tagħti minn naħa u tieħu lura min-naħa l- oħra.", "Dik l-emenda ninterpretaha bħala klawsola ta' ġurisdizzjoni imma ma toħloqx is-sistema ta' administrative review.", "Jekk wieħed iħares lejn din l- emenda fil-Kodiċi ta' Proċedura, isib li għandek il-poter tal-qorti li tiġġudika, hemm xi elementi ta' rimedji imma fil-fatt hemm ukoll limitazzjoni tal-ġurisdizzjoni f'ċerti każijiet.", "Din tgħidlek li għandha ġurisdizzjoni li tiddeċiedi u li tista' tagħti r-rimedju f'ċerti każijiet imma m'hemm l-ebda sistema in place.", "Strettament din l-emenda tagħti l- poter li jkun hemm il-judicial review imma ma tgħidx li għandha tintuża s- sistema ta' judicial review.", "Sur President, jiena jiddispjaċini li l-Professur Wallace Gulia miet għax kieku kien jista' jixhed li dak iż-żmien kont inkarigajtu biex jipprova jagħmel il-Kodiċi amministrattiv.", "Ovvjament ma nistax nikkritika l-idea wara dan it-tribunal ta' reviżjoni amministrattiva pero' se nkompli fuq dak li qalet l-Onor.", "Justyne Caruana.", "U se nibda billi nikkritika mill- ewwel it-tieni parti tal-liġi fejn daħħalna l-konċett ta' administrative tribunal għax jien kont nippreferi li dak li hemm fid-definition, fejn jissemmew il-principles of good administrative behaviour, ikunu fit-tieni parti ta' l-abbozz.", "Dan qed ngħidu għaliex jekk wieħed iħares lejn ix- schedule, isib li, per eżempju, ir-Rent Regulation Board huwa qorti u għandu l-istess poteri bħalma għandha l-qorti ordinarja, bis-seduti tiegħu u anke bid-dritt ta' l-appell.", "Minkejja li jissejjaħ bord, dan hu strettament tribunal.", "Allura fejn se jidħol ir-right of review quddiem dan it-tribunal?", "Hawnhekk għandna clash, Sur President.", "Fi klawsola 3 jingħad li:", "\"In their relations with the public, administrative tribunals shall respect and apply the principles of good administrative behaviour laid down in this Part of this Act.\".", "Pero' jiena ngħid li din il-klawsola għandha tkun hekk:", "\"In their relations with the public, the administration shall respect and apply the principles of good administrative behaviour laid down in this Part of this Act.\".", "Jiena qed ngħid dan għaliex meta niġu għall-parti fejn tittieħed deċiżjoni, irid ikun hemm ir-raġuni li hija sewwa u ilni nemmen f'din il-ħaġa minn meta kont ministru.", "Kull file li kont napprova, ma kontx nikteb fuqu l- kelma agreed imma kont nagħti r-raġuni għaliex kont qed niddeċiedi hekk.", "Niftakar li meta l-Ministru Joseph Cassar daħal warajja u ra l-files, qalli li minħabba r-raġunijiet li jiena ktibt fuq dawn il-files, hu kważi qabel mad-deċiżjonijiet tiegħi kollha barra xi waħda jew tnejn.", "Jiena nemmen li għandha tingħata r-raġuni tad-deċiżjonijiet li jittieħdu.", "Mhux għax wieħed għandu poter jordna imma għandu jordna minħabba t-tali raġuni.", "Jien qiegħed ngħid li huwa żbaljat li tapplika dawn il-prinċipji ta' nemo judex in causa sua u audi et alteram partem għall-bord tal-kera jew għall- bord tal-qbejjel u affarijiet oħra bħal dawn.", "Dawn għandhom ikunu the principles of good administration, speċjalment fejn hemm id-diskrezzjoni.", "Wieħed irid jara għaliex wieħed qed jeżerċita d-diskrezzjoni u taħt liema poter qed jeżerċitaha u dawn għandhom ikunu parti mid-deċiżjoni amministrattiva li tkun qed tittieħed.", "Dan qed ngħidu għaliex hekk tagħmel sens ir-review..", "Riċentement kont qed nara xi sentenzi tal-Qorti Ewropea fejn ikkritikat t-tribunali ta' ċerti pajjiżi għax ma kenux jagħtu r-raġunijiet tad-deċiżjonijiet tagħhom.", "Fil-fatt kien hemm kwestjoni fuq il- liberta' proviżorja u l-pajjiż involut beda jgħid li dawk involuti għandhom dritt għal judicial review pero' l-Qorti Ewropea staqsiethom fuqhiex iriduhom jagħmlu judicial review jekk il-qorti lokali ma tatx ir-raġunijiet argumentati għaliex iddeċidiet kif iddeċidiet.", "Dan qed ngħidu għax l-idea ta' review hija li wieħed jeżamina dak li jkun ġara, jara jekk il-liġi u l- fatti ġewx applikati sew u jekk id-deċiżjoni li ttieħdet hijiex ġusta jew le.", "Allura l-ewwel parti, li għandha tkun the principles of good adminisrative behaviour, għandha tkun messaġġ għall-amministrazzjoni kollha, hi fejn hi, speċjalment fejn hemm kwestjonijiet ta' diskrezzjoni.", "Ħalli nieħdu l- eżempju ta' l-ismall claims tribunal.", "Dan huwa prattikament qorti, kif tista' tgħidlu mur audi et alteram partem u nemo iudex in causa propria jekk ikollok tribunal imparzjali u indipendenti?", "Jekk għandi nsemmi l- minimum principles of good behaviour, f'din il-parti għandha tkun u lanqas jagħmel sens li ngħidu \"administrative tribunals\" biss għax jista' jkun individwu li jieħu d-deċiżjoni u hawn nirreferi għal-liġi antika tal- housing act.", "Is-segretarju tad-djar fil-housing act kellu diskrezzjoni enormi u dak ma kienx tribunal.", "Allura dan ma jkollux ir-rules of administrative behaviour?", "Ma jkollux nemo iudex in causa propria u audi et alteram partem?", "Sur President, dawnil-prinċipji jridu jkunu applikabbli għal kull min din il-liġi tagħtih xi diskrezzjoni li se jieħu deċiżjoni daparti ta' l-amministrazzjoni.", "Hawnhekk mhux qiegħed nirreferi għal deċiżjonijiet taċ-ċajt bħal, per eżempju, kif wieħed joqgħod fil-kju pero' meta tittieħed deċiżjoni relevanti trid tingħata r-raġuni għaliex ittieħdet.", "Ngħaddi issa biex nitkellem fuq kwestjoni oħra.", "F'subklawsola (b) ta' klawsola 4 qed jingħad xi ħaġa li lili ma ddoqqli xejn.", "Hawnhekk insibu li l-ministru jista':", "\"make such amendments, alterations, deletions, repeals, corrections, changes or other modifications to any primary or subsidiary law for the purpose of bringing such primary law or subsidiary law in conformity with the provisions of this Part of this Act and may from time to time update the list of administrative tribunals listed in the First Schedule.\".", "Sur President, bir-rispett kollu, imma din l-idea li niddelegaw lill- ministru il-poter li jkun jista' jemenda liġi li tkun għaddiet mill- Parlament mhijiex korretta.", "Artiklu 77 tal-Kostituzzjoni tagħna jqiegħed il- poter leġislattiv f'din il-Kamra.", "Jekk ikun hemm subsidiary legislation biex tatwa liġi li tkun għaddiet minn din il-Kamra, nifhimha imma ċertament mhux li jingħata l-poter li għada pitgħada ministru jista' jaqbad u jiddeċiedi li jaqta' xi tribunal mil-lista biex ħadd ma jindaħal x'jiġri fih għax kif qrajt, hawnhekk qed jingħad:", "\"and may, from time to time, update the list of tribunals.\".", "Meta tgħid \"update\", mhux neċessarjament qed iżżid imma tista' tnaqqas ukoll, Sur President!", "Ħalli nagħti eżempju ftit tad-daħk: Jekk jiena ngħid li rrid nagħmel updating taċ-ċintorin, nista' nnaqqas jew inżid it- toqob skond kemm tkun kbira żaqqi, allura l-kelma \"update\" ma teskludix li fil-fatt il-lista titnaqqas fil-futur u allura jiena ngħid li din il-parti trid tiġi remodelled kompletament.", "Ngħaddi issa biex nitkellem fuq l-administrative review tribunal.", "Waħda mill-affarijiet importanti li jrid jiddeċiedi l-ministru - li f'din il-liġi mhux qiegħed naraha miktuba – hija jekk hux se nħallu artiklu 469A (Interruzzjonijiet) Dik irridu nagħmluha ċara.", "(Interruzzjonijiet) Bir- rispett kollu lejk, dak li hu ċar fid-diskors tiegħek ma jfisser assolutament xejn.", "Meta hawnhekk kien hawn Dr Giuseppe Maria Camilleri – Alla jaħfirlu – u kien qed jitkellem minn din in-naħa, kien qalilna li minkejja li fil-Parlament, il-Ministru Joe Cassar kien qallu li l- interpretazzjoni tal-liġi saret kif kien qed jippretendi Dr Giuseppe Maria Camilleri, meta dan mar fid-dipartimenti, qalulu li l-ministru jista' jgħid li jrid għax jekk il-liġi tgħid mod ieħor huma kienu se jimxu mal- liġi.", "Dawn kienu marru għand l-Attorney General, dan interpretaha hekk u dawn fuq hekk imxew u mhux kif qal il-Ministru Joe Cassar.", "Nixtieq li għad hawn membri tal-familja ta' Dr Giuseppe Maria Camilleri biex jgħidu jekk dan hux veru jew le u x'battikati kien ħa.", "Dan qed ngħidu biex infiehem li dak li jgħid il-ministru hawnhekk jista' jservi ta' guideline biss u ma jorbotx.", "Fil-fatt kien hemm sentenzi anke riċenti fil-qorti fejn minkejja l-wording ċar li ntuża, il-qorti iddeċidiet mod ieħor.", "Aħseb u ara x'jiġri jekk xi ħaġa ma tiktibhiex fil-liġi għax tkun għidtha fil-Parlament!", "Allura l-parir tiegħi hu li din nagħmluha ċara u jekk issa se jkun l-administrative review tribunal, taħt artiklu 469 irridu nagħmlu jurisdictional clause li hemm il-qorti ta' l-appell biex tismagħhom.", "Dan jagħti l-poter biex il-qorti ta' l-appell tisma' dak l- appell.", "Jew inkella din nistgħu nneħħuha għal kollox għax, per eżempju, din fiha li l-qrati jistgħu jirrevedu skond il-Kostituzzjoni.", "Issa jekk il- Kostituzzjoni stess f'artikli 46 u 112 tgħidlek li tista' tieħu każ kontra l-gvern quddiem l-qorti kostituzzjonali, hemm bżonn li artiklu 469A jgħid li l-qrati għandhom jeżaminaw l-att skond il-Kostituzzjoni?", "Għalfejn ngħiduha dik?", "Dik trid ittir, Sur President.", "Xtaqt ukoll niġbed l-attenzjoni tal-ministru għal subklawsola (2) ta' klawsola 7 li tgħid:", "\"The administrative review tribunal shall have no jurisdiction to review administrative acts of the public administration which allegedly contravene Chapter IV of the Constitution of Malta and the European Convention or such other human rights and fundamental freedoms...\".", "Sur President, bir-rispett kollu, filwaqt li wieħed jifhimha li fuq materji ta' human rights trid tmur quddiem il-qorti, pero' li fil-każijiet l-oħrajn qed jgħid li l-ewwel trid tmur quddiem it-tribunal amministrattiv, imur kontra l-Kostituzzjoni u se nispjega għalfejn.", "Meta jkollok liġi li allegatament tmur kontra l-Kostituzzjoni, allura trid tmur quddiem il-qrati u tappella lill-qorti kostituzzjonali pero' kif qiegħda din il-liġi, l- ewwel trid tmur quddiem it-tribunal ta' reviżjoni amministrattiva u mbagħad minn hemm tmur il-qorti ta' l-appell.", "Allura lill-ministru qed ngħidlu minn issa li dan il-paragrafu huwa kontra l-Kostituzzjoni.", "Sur President, ngħaddi għal xi ħaġa oħra.", "F'dan l-abbozz ta' liġi, b'differenza minn artiklu 469A, m'hemmx terminu ta' preskrizzjoni biex tressaq il-claim tiegħek waqt li għandu l-istess poteri fuq l-ultra vires eċċ. Jiena nifhem li dak it-terminu jrid jinbidel għax sitt xhur huma ftit wisq u nemmen li jekk tkun kwestjoni partikolari ta' review of an administrative act, għandu jkollu terminu ta' sena pero' mbagħad t-tribunal għandu jkun jista' jaħdem fuq każijiet anke sa ħames snin qabel meta d- deċiżjoni tkun se taffettwa prinċipju ta' general applicability u hawn se nagħti eżempju biex nispjega aħjar.", "Jekk jiena nkun qiegħed nikkontesta deċiżjoni ta' review f'każ ta' housing – liġi li m'għadhiex teżisti suppost – li taffettwa lili, hemmhekk għandu jkolli ċans ta' sena biex nippreżenta l-fatti imma jekk jiena se nippreżenta xi punt li mhux se jolqot il-każ tiegħi biss – ngħidu aħna l-kwestjoni li s-Segretarju tad-Djar qed jirrekwiżizzjona djar li huma dekontrollati u dan huwa kontra l-liġi – imma se jistabbilixxi punt ġenerali, allura hemmhekk il-perjodu li fih it- tribunal ikollu poter jisimgħu irid jitwal għax hawnhekk irridu l-kontroll fuq l-amministrazzjoni.", "Ma rridux nagħmlu bħalma ġara f'artiklu 469A fejn lil dak li jkun ngħidulu: L-ewwel trid teżawrixxi r-rimedji kollha u jkun hemm kemm Alla ħalaq rimedji u tispiċċa ma tasal qatt.", "Allura din irridu nkunu definiti fuqha, Sur President.", "F'dan l-abbozz m'hawn terminu filwaqt li f'artiklu 469A hemm terminu ta' sitt xhur minn mindu kien jaf jew seta' kien jaf u allura dik iġġib logħba oħra.", "Dik trid tagħlaqha u tgħid li jekk ikun a principle of public importance, allura t-terminu għandu jkun ta' ħames snin.", "Jiena mmur oltre' u ngħid li naraha stramba li tgħid li wieħed li kien maġistrat jew imħallef tagħtih il- ġurament għax qed jassumi funzjoni ġdida u mbagħad tgħidlu li l-aktar li jista' jdum huwa erba' snin.", "Ma ninsewx li dawn in-nies ġeneralment ikollhom inqas esperjenza ta' kif taħdem l-amministrazzjoni, b'konsegwenza li dan jista' jibda każ u ma jispiċċahx għax ikun spiċċalu t-terminu.", "Allura f'dak il-każ ma nkunux qed nilħqu l-iskop.", "It-tieni nett, jien ma nippretendix li ġudikant li qiegħed in office u li ħalef skond il- Kostituzzjoni li jaqdi dmiru, tagħtih il-ġurament għax se jkun fit- tribunal.", "Dik hija żbaljata u hawnhekk qed nitkellem fuq kwestjoni ta' drafting, pero' aktar fundamentali minn hekk hija l-kwestjoni ta' konċett ta' review.", "X'irridu nagħmlu hawnhekk?", "Sempliċi dikjaratorja?", "Għallinqas f'artiklu 469A, kien hemm ir-rimedju ta' kompensazzjoni li kien limitat ħafna imma f'dan l-abbozz ta' liġi m'hawnx.", "Waqt li għandna li t-tribunal jagħti d- deċiżjoni tiegħu, it is only a question of review.", "Forsi l-aktar każ famuż u relevanti għal dan hu dak ta' l-ewwel elezzjoni ta' Bush meta Al Gore ħa lill-istat ta' Florida quddiem il-qrati u spiċċa quddiem il-qorti suprema Amerikana.", "Meta din ġiet għall-kwestjoni tar-review, kienet sempliċement biex tara l-formalita' u ma kenitx qed tagħti rimedju.", "Allura jekk verament irridu nagħmlu tribunal li jkollu ċerta saħħa, ma rridux nħalluh jagħmel dikjarazzjonijiet biss imma jrid jagħti r-rimedju.", "Il-Qorti Ewropea, fil-każ Shannon Vs UK li kien fuq każ ta' refuġjati, kienet iddeċidiet li l-judicial review of administrative decisions ma jagħtix rimedju imma jeżamina biss jekk il-ministru applikax il-liġi kif suppost and that's all. Din ma tistax timponi l-kriterji tagħha minflok dawk ta' l- amministrazzjoni u jekk ma nagħmlux tribunal bis-saħħa li jagħti r- rimedju, allura se jkollna qisu ombudsman ieħor bla poteri ta' qorti.", "Sur President, it-tribunal amministrattiv irid ikollu s-saħħa li jigdem filwaqt li r-rimedji f'din il-parti tal-liġi huma assolutament nieqsa, m'hemmx rimedji ħlief li jiddikjaraha nulla u bla effett.", "Jien nippretendi li jekk se nagħmlu t-tribunal amministrattiv, l-amministrazzjoni trid tkun mġiegħla tattwa r-rimedju u se ngħid għaliex għax kultant nisma' ċerti affarijiet u nifferoċja.", "Jien niftakar meta l-Qorti Kostituzzjonali kienet iddikjarat - ħalli ma ngħidx bid-dnubiet ta' ħaddieħor – li meta għandek post taħt ċerti kondizzjonijiet, id-direttur tar-reġistru pubbliku kien obbligat li jirreġistra d-dekontroll u d-dekontroll japplika u allura jiena kont bgħatt għad-direttur tar-reġistru pubbliku ta' dak iż-żmien, li kien qaddis, u kont għidtlu: Il-Qorti Kostituzzjonali tkellmet u inti obbligat li tobdiha għax qed jiġu n-nies u jgħiduli li mhux qed tirreġistra.", "U niftakar li dan dar fuqi u qalli: Veru qalet hekk il-Qorti Kostituzzjonali u veru hekk għidtli inti, darba, darbtejn, pero' meta morna ħadna parir mingħand l-Avukat Ġenerali, dan qalilna li m'hemm xejn li jobbligani nirreġistra d-dekontroll.", "Naħlef li qalli dan id-diskors, taħsbux li qed niċċajta!", "Anzi l-instruction li tah l-Avukat Ġenerali kienet biex ma jirreġistrax!", "Sur President, hemm sentenzi kostituzzjonali fejn, per eżempju, il-gvern ġie kkundannat iħallas danni morali - mhux xi kbar ħafna imma dawk huma – u hemmhekk jiena kont nippretendi li għandu jkun il-gvern stess li jgħid li ladarba hemm dik is-sentenza, se jaqbad u jħallas imma ma ġarax hekk u lill-gvern lanqas tista' tagħmillu mandat.", "Hemm żewġ sentenzi kostituzzjonali li kont involut fihom jien - waħda minnhom fit-23 ta' Novembru 2004 u l-oħra fl-14 ta' Frar 2006 – fejn il-Qorti Kostituzzjonali kkundannat lill-gvern Malti biex iħallas ammont għad-danni u dan ħallashomx, Sur President.", "Issa jiena nippretendi li l-ewwel wieħed li għandu josserva d-deċiżjonijiet tal-qrati għandu jkun il-gvern.", "Issa hawnhekk se jkollna tribunal li jiddikjara l-affarijiet mingħajr ma jigdem u liġi mingħajr il-gidma m'hi liġi xejn.", "La lill-gvern ma tistax tagħmillu mandat u lanqas tista' ġġiegħlu jesegwixxi s-sentenza, allura se niġu fl-istess pożizzjoni tat-tribunal ta' l-inġustizzji fejn dan jagħmel sentenzi twal u huwa optional jekk dawn jiġux esegwiti.", "Huwa importanti li ċ-ċittadin jingħata rimedju!", "Għalhekk fil-bidu għidt li m'għandniex nagħmluh b'mod li appell jiġi reviewed imma li jkollna administrative tribunal li jkollu l-poter li jiddeċiedi.", "Ħalli nerġa' mmur għall-każijiet tal-housing u nieħu eżempju fejn is-segretarju tad-djar ikun abbuża mill- poter tiegħu jew għal xi raġuni jieħu deċiżjoni li legalment ma tgħoddx.", "Hawnhekk jekk issir sempliċi review, jgħidulu li t-tali deċiżjoni hija nulla, dak iħassarha u xahar wara jerġa' jieħu l-istess deċiżjoni u nerġgħu nibdew mill-ġdid.", "Allura jekk mhux se jkun hemm tribunal bis-saħħa li jagħti rimedju effettiv, se nibqgħu fejn qegħdin għax inutli li jkollna dikjarazzjonijiet biss.", "Sur President, hawnhekk għandna l-istess liġi kkopjata minn artiklu 469A, cioe' li t-tribunal m'għandux il-poter li jidħol fil-liġijiet li japplikaw għall-amministrazzjoni.", "Riċentement kien hemm żewġ sentenzi tal-qorti ta' l-appell fejn qalet li l-poter tal-qorti li tagħmel review jinkludi wkoll il-public administration u tellfithom għax qalet li kellhom sitt xhur żmien biex jagħmluhom.", "Din ikkwotat il-liġi Franċiża - is-sentenzi kienu ta' waħda Tanti kontra l-permanent secretary u l-oħra ta' Nicholas Borg kontra l-permanent secretary ukoll – u qalet li dik taqa' taħt dik il-liġi u peress li nqabeż it-terminu ta' żmien ma kienx hemm lok ...", "Jekk wieħed imur quddiem l-Ombudsman, dak ikun żmien mitluf għax jgħidlu li jmissu mar quddiem it-tribunal għar-review?", "Ħaġa importanti dwar l-uffiċċju ta' l-Ombudsman u t-tribunal amministrattiv hi li naraw kif ix-xogħol li jsir min-naħa, ikun utilizzat min-naħa l-oħra.", "Jekk l-Ombudsman jagħti r- rakkommandazzjoni tiegħu, dawk l-atti li jkun għamel iridu jkunu aċċessibbli u preliminari għal quddiem it-tribunal, ħalli t-tribunal - indipendenti u b'poteri - ikun jista' jeżaminahom u ma jkunx hemm ripetizzjoni; mhux wieħed jispiċċa jagħmel xi ħames xhur quddiem l- Ombudsman imbagħad irid jagħmel sitt xhur oħra quddiem it-tribunal għax kollox irid jerġa' jibda mir-radd tas-salib.", "Sur President, ngħaddi issa biex nitkellem fuq il-kwestjoni tal-fees u hawnhekk ngħid li bħala Għawdxija, bħala avukat u bħala mara, l-Onor.", "Justyne Caruana misset fil-laħam il-ħaj meta qalet li l-ġustizzja trid tkun aċċessibbli u inutli ngħidu li għandna s-sistema tal-legal aid.", "Waħda mis- sistemi li taħdem - u nissuġġerixxi Ii teżaminaw din is-sistema anke f'oqsma oħra - hija dik tat-tribunal industrijali.", "Dan m'għandux xi staff enormi imma l-mekkanizmu ta' kif jaħdem huwa tasjjeb ħafna.", "Dawn jibagħtulek ix-xhieda bl-e-mail, jagħtuk id-differiment, iċemplu l-klijenti u javżawhom li tħassret seduta u l-appuntament verament jinżammu.", "Issa dan kollu żgur li ma jinvolvix spejjeż esaġerati, Sur President.", "Ċertament huwa tajjeb u huwa parti mid-demokrazija li jkollok watchdog fuq l-amministrazzjoni – u meta ngħid l-amministrazzjoni, mhux qiegħed ngħid għal xi ministru imma jista' jkun xi kap ta' dipartiment jew xi ħadd iżjed 'l isfel – pero' l-proċedura ma tistax tkun li biex xi ħadd jeħodha kontra l-amministrazzjoni, mar-radd tas-salib irid iħallas Lm306 dritt għar- reġistru, mingħajr ma ninkludu l-fee li jieħu l-avukat.", "Allura jiena nittama li dawn il-fees ikunu aċċessibbli għal kulħadd speċjalment f'dan il- każ, fejn il-parti l-kbira tal-proċess se jsir bil-miktub u l-proċess ma jkunx b'dik is-solennita' kollha.", "Waqt li għandha tiġi stabbilita proċedura, din trid tkun kemm jista' jkun sempliċi.", "Qiegħed ngħid dan għaliex huwa importanti li bħalma hemm fil-bord tal-kera - u hawn qed nitkellem kontra l-interess tiegħi bħala avukat - wieħed ikun jista' japplika u jiddefendi l-każ tiegħu stess.", "Jiena jidhirli li jekk nabbinaw l-esperjenza ta' kif tapplika għand l-Ombudsman u l-mod ta' kif tapplika għat-tribunal industrijali u nagħmlu xi ħaġa simili għal dan it-tribunal, il-parti proċedurali nistgħu nsolvuha.", "Nagħlaq billi ngħid lis-Segretarju Parlamentari – u dan qed ngħidlu bis- serjeta' kollha – li jekk l-advisors tal-gvern jikkonvinċu lill-gvern biex jibqa' għaddej mingħajr ma jagħti kas ta' dan li qed ngħidu wara li ħlejna griżmejna nitkellmu, allura se jkollna clash.", "U dak huwa żbaljat, Sur President, għax anke jiena kelli clash ma' l-advisors tal-gvern meta ma ridux jirreġistraw id-dekontrolli u dawn huma fatti li naħlifhom.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Jose' Herrera.", "ONOR.", "JOSE' HERRERA: Sur President, nibda biex ngħid li din hija liġi ta' importanza monumentali fil-pajjiż u fil-fatt ikolli ngħid li hija waħda mill-aktar biċċiet ta' leġislazzjoni importanti li dan il-gvern għadda matul dawn l-aħħar snin.", "Dan qed ngħidu mhux għaliex naqbel f'kollox ma' dan l-abbozz ta' liġi – fil-fatt għandi ħafna riservi u se nqajmihom - pero' naqbel mas-sustanza u ma' l-iskop tal-liġi.", "Hija ħasra, Sur President, kif il-gazzetti lokali ma tawx kas tad-dibattitu fuq din il-liġi li se tagħmel riforma daqstant importanti fil-pajjiż.", "Is-soltu il-gazzetti, speċjalment gazzetti bħal \"The Times\", jagħtu importanza kbira lid- dibattiti li jkollna f'din il-Kamra anke jekk ikunu fuq liġijiet minuri pero' f'dan il-każ jidher li ma ġarax hekk.", "Probabbli din il-liġi ħarbet lill-gazzetti u lill-media u jien qiegħed fil-fatt inħajjar u ninkoraġġixi lill-media biex jekk segwew dan id-dibattitu, jirrapportawh b'aktar entużjażmu għax kif għidt, din il-liġi hi importanti ħafna.", "Fil-fatt din hija liġi li kienet fi ħsieb il-Ministru Tonio Borg u s- Segretarju Parlamentari Carmelo Mifsud Bonnici u ilhom li pproponew li tgħaddi liġi simili.", "Din kienet imsemmija wkoll f'white paper ta' riformi fil-ġustizzja u ħafna nies ikkummentaw dwarha, fosthom jien li ktibt diversi artikli u għamilt diversi interventi kemm f'dan il-Parlament u kif ukoll fuq stazzjonijiet ta' televiżjoni dwar x'naħseb li għandha tkun l- aħjar liġi f'dan is-sens.", "Sur President, dan juri li din hija liġi li ilha ġejja, ħolqot great expectations fil-pajjiż u allura, kif diġa' għidt, huwa importanti li nagħtuha l-importanza li jixirqilha.Għalkemm jien naqbel perfettament mal-pożizzjoni li qed tieħu l-Oppożizzjoni Laburista, fis-sens li se nivvotaw favur, ikolli ngħid li f'aspett kardinali u fundamentali ta' din il-liġi, jien bħala Jose' Herrera ma naqbel assolutament xejn u għalija din il-liġi, kif inhija proposta mis-Segretarju Parlamentari Carmelo Mifsud Bonnici, hija diżappunt totali.", "Għalkemm inħossni kostrett nivvota għaliha, għaliex hija aħjar miċ-ċirkostanzi kif inhuma llum, pero' fl- opinjoni tiegħi hija liġi difettuża u li tmur 'il hinn minn dak li jien kont nispera u naspira għalih bħala avukat.", "L-ewwelnett nispjega ftit il-background.", "F'Malta qatt ma kellna qorti amminstrattiva filwaqt li din teżisti f'pajjiżi oħra bħall-Italja, Spanja u l-Ġermanja.", "Fl-antik kien hemm tribunali amministrattivi pero' llum it- tribunali amminstrattivi fl-Italja, fi Franza u f'pajjiżi oħra spiċċaw għax ġew assorbiti fl-organu ġudizzjarju u saru sezzjoni differenti tal-qrati ta' dawn il-pajjiżi.", "Kif għidt, f'Malta ma kellniex din it-tip ta' qorti pero' dan ma jfissirx li f'Malta m'għandniex dritt amministrattiv.", "Fil- fatt, dan għandna għax pajjiżna dejjem segwa l-mudell Ingliż u allura l- qrati ordinarji tagħna dejjem irriżervaw a favur tagħhom id-dritt li jirrevedu d-deċiżjonijiet amministrattivi u eżekuttivi li jittieħdu fil- pajjiż.", "Matul is-snin il-qrati tagħna evolvew in linea mal-preċedenti Ingliżi b'ċertu ġurisprudenza f'dan ir-rigward.", "Fost affarijiet oħra, per eżempju, il-qrati tagħna dejjem irriservaw id-dritt li jirrevedu deċiżjonijiet amministrattivi, jekk dawk id-deċiżjonijiet ma jkunux raġjonevoli u dan dejjem in linea mal-ħsieb tad-dritt Ingliż.", "Aħna kellna numru ta' sentenzi importanti matul is-snin fejn il-qrati tagħna affermaw id-dritt tagħhom ta' watchdog taċ-ċittadin kontra l-awtorita' sfrenata tal-gvern tal-ġurnata.", "Sfortunatament kien hemm żmien kemm fis-sittinijiet u kif ukoll fis-snin sebgħin u tmenin fejn il-qrati tagħna wrew dgħjufija kbira meta ġew biex jiddeċiedu ċerti sentenzi kontra l-gvern ta' dak iż-żmien pero' anke f'dawk iż-żmenijiet l-aktar diffiċli, il-qrati tagħna xorta waħda rnexxielhom, f'każijiet indispensabbli, jaffermaw l-obbligu morali, legali u ġuridiku li jiddefendu liċ-ċittadini kontra deċiżjonijiet mhux raġjonevoli ta' l- eżekuttiv.", "Aħna bnejna s-sistema tad-dritt amministrattiv tagħna fuq ġurisprudenza tal-qrati tagħna u fuq il-prinċipji Ingliżi.", "L-isfortuna hi li filwaqt li fl-Ingilterra, minħabba l-kuraġġ u d-determinazzjoni ta' ċerti mħallfin, fosthom Lord Denning innifsu, Lord Master of the Rolls, irnexxielhom jevolvu sistema ta' reviżjoni amministrattiva par excellence, f'Malta ma ġarax hekk.", "Illum, minkejja li fl-Ingilterra m'għandhomx qrati amministrattivi, dawn għandhom waħda mill-aħjar sistemi ta' protezzjoni tad- drittijiet ta' l-individwu.", "F'Malta din ma nsibuhiex u t-tort hu ta' ċerti mħallfin li matul is-snin ma wrewx il-kuraġġ u d-determinazzjonijiet li jaqbżu għaċ-ċittadini tagħna u din hi waħda mir-raġunijiet għaliex ir- rispett lejn l-organi ġudizzjarji ġie żvalutat għaliex matul il-milja tas- snin il-qrati tagħna kienu lesti wisq li jakkomodaw lill-gvern tal-ġurnata.", "Illum hu l-mument li jien bħala membru parlamentari nikkritika lil dawn il- membri tal-ġudikatura tagħna li fi żmenijiet diffiċli ma wrewx kuraġġ.", "Fl- istess nifs pero' infaħħar b'qalbi kollha lil dawk l-imħallfin li matul iż- żmien, anke forsi fi żmenijiet diffiċli, urew il-kuraġġ li jaqbżu għaċ- ċittadin allavolja kien hemm gvernijiet li kienu overbearing iż-żejjed.", "Dak hu l-ewwel punt tiegħi, Sur President.", "Issa nħass il-bżonn li f'pajjiżna jkollna qorti amministrattiva u jiena ilni nikteb dwar dan, Sur President.", "Il-ħsieb tal-grupp parlamentari tiegħi huwa dak li wasal iż-żmien li f'pajjiżna jkollna qorti amministrattiva għaliex għalkemm, kif għidt qabel, il-qrati ordinarji tagħna għandhom dan il-poter residwali, fil-prattika fuq kwestjonijiet de minimis, ma teħux sodisfazzjon mill-qrati għaliex m'hemmx liġi amministrattiva.", "L-imħallfin, għal xi raġuni jew oħra, iħarsu lejn il-konċett ta' reviżjoni ta' deċiżjoni amministrattiva b'lenti ħoxna wisq u allura kien hemm bżonn li jsir xi ħaġa.", "Sur President, huwa ħażin li f'pajjiżna, pajjiż żgħir ta' 400,000 ruħ, hawn daqstant tribunali.", "Naħseb li aħna l-iżjed pajjiż li għandna tribunali per capita għax għandna mijiet ta' tribunali fuq kollox, tribunali dipartimentali, arbitraġġ sfurzat, bordijiet, entitajiet, awtoritajiet; lanqas issib tarfhom!", "Anke bħala avukat, lanqas tkun taf li jeżistu ċerti tribunali jew ċertu bordijiet.", "Sur President, għandna ċerti bordijiet - kelli lista nsejt inġibha miegħi - li lanqas biss huma komposti u ilhom defunct is-snin.", "Tibgħat il-claim tiegħek u ma tisma' xejn!", "Aħna spezzettajna l-amministrazzjoni tal-ġustizzja f'biċċiet żgħar f'dawn is- snin u din hija disgrace għal pajjiż żgħir bħal Malta u m'għandux ikollna dawn it-tribunali kollha.", "Jiena nikkritika lil dan il-gvern li baqa' jispezzattizza; daħħal l-arbitraġġ sforzat, qed inżommu s-seduti fil- kurridur tal-qorti u fl-uffiċini privati ta' l-avukati u lanqas naf kif qed jiġu magħżula ċerti arbitri.", "Għandna taħwid sħiħ!", "Oriġinarjament iċ-ċivil kien għall-imħallfin u l-maġistrat kien ingħata kompetenza ċivili biex ikun fuq it-tribunal għal talbiet żgħar.", "Fl- Ingilterra, maġistrat jippresjedi fuq talbiet żgħar imma aħna addirittura ħloqna the third magistrate li lanqas biss hu kontemplat fil-Kostituzzjoni xejn u qegħdin dejjem inżidulu l-kompetenza.", "Għal xi raġuni jew oħra, it- tendenza hi li nidhru sbieħ jekk niżmantellaw il-qrati ordinarji li huma preskritti mill-Kostituzzjoni tagħna u minflokhom noħolqu awtoritajiet oħra li jagħmlu l-funzjoni tal-qrati ordinarji tagħna b'konsegwenza li l-qorti dejjem qed tiddgħajjef.", "Dan imur kontra l-ispirtu tal-Kostituzzjoni tagħna.", "Li tiżmantella wieħed mit-tliet pilastri ta' l-istat u tagħti l- poter tiegħu lil awtoritajiet oħra huwa ħażin għax imur kontra l- Kostituzzjoni tagħna.", "F'pajjiżi oħra, it-tendenza hi differenti u fejn kellek tribunali oħra, dawn ġew assorbiti fl-organu ġudizzjarju.", "Fil-qorti Taljana għandek xi 28 ġurisdizzjoni differenti – fosthom l- amministrattiv, l-agrikolu, il-pubbliku, il-privat u l-marittimu - mal- qrati ordinarja.", "Il-ġurisdizzjoni ta' l-Italja kollha hija f'idejn l-organu ġudizzjarju.", "Imma f'Malta għal kull ħaġa ġdida, nagħmlu qorti ġdida u spiċċajna b'xi 130 jew 140 tribunal.", "Lanqas tista' taħdem iżjed il-qorti, tmur filgħodu issibu vojt għax trid toqgħod iddur 'il hemm u 'l hawn għaliex daqqa jkollok appuntament iċ-Ċentru ta' l-Arbitraġġ, darba oħra jkollok appuntament fl-uffiċċju ta' l-avukat privat f'Tas-Sliema, darba oħra jkollok seduta quddiem il-kunsill lokali taż-Żurrieq!", "Naħseb li avukat Malti jrid jivvjaġġa aktar minn wieħed Amerikan biex jaqdi l-klijenti tiegħu għax fl-ibliet Amerikani qorti waħda hemm u tieħu l-kawżi kollha hemmhekk.", "Sur President, jien ikolli l-kawżi barra minn Malta.", "Per eżempju, f'Catania kollha għandek qorti waħda għal nofs miljun ruħ u f'Malta lanqas taqbad tarf ta' kemm għandna qrati u tribunali!", "M'għandux għalfejn jieħu għalih l- Onor. Carmelo Mifsud Bonnici għax il-President tal-Qorti - il-Prim Imħallef li jiġi fuq is-Segretarju Parlamentari - għamel stqarrija fid-diskors tiegħu fil-bidu tas-sena forensika u qal li hemm bżonn li din il-biċċa xogħol tieqaf.", "Il-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja - maħluqa minn dan l-istess gvern u li ma tantx tidher li għadha tgawdi fiduċja mill-gvern għax lanqas għadu jieħu pariri mingħandha biex jinnomina l-imħallfin – ukoll qaltlu li miexi ħażin f'din il-biċċa xogħol.", "Jekk imur jara x'qed jingħad fil-Kamra ta' l-Avukati, isib li qed jingħad l-istess diskors.", "Huwa ħażin li tiżmantella l-qorti, Sur President, u din se tkun il-wirt ta' din l-ammistrazzjoni.", "Issa aħna niftakru li fis-snin sebgħin u tmenin, il- partit Nazzjonalista fl-Oppożizzjoni kien dejjem jitkellem favur l- importanza li jkollok organu ġudizzjarju b'saħħtu u issa ironikament se jibqa' magħruf bħala dak il-gvern li dgħajjef u kisser is-sisien ta' l- organu ġudizzjarju f'pajjiżna.", "Wara li issa mtlejna bit-tribunali u bordijiet, beda jinħass il-bżonn li jsir xi ħaġa u la qed isir xi ħaġa biex is-sitwazzjoni titranġa xi ftit, jien nivvota favur.", "L-Onor.", "Anġlu Farrugia, li huwa l-kelliem tagħna fuq dan is-suġġett, qal fuqxiex ma jaqbilx u kif aħna se nivvotaw kontra fl-istadju ta' Kumitat u qal ukoll li jekk nitilgħu aħna, ċerti aspetti minn dan l-abbozz se nbiddluhom.", "Sur President, nibda biex ngħid li dan mhuwiex qorti; hawnhekk qed inneħħu t-tribunali biex noħolqu tribunal ieħor.", "Mhux qed inneħħu t-tribunali biex id-dritt amministrattiv norbtuh fil-qrati.", "Mela l-ewwel lakuna li għandu dan l-abbozz hu l-fatt li artiklu 469 tal-Kapitlu 12 tal-liġijiet tagħna, jgħid li l-qrati ordinarji għandhom dritt ta' reviżjoni ta' l-attijiet amministrattivi.", "Hawnhekk għandek sections fejn tista' tirrevedi u din il- liġi saret biex tipprova trażżan lill-imħallfin tagħna u mhux biex tagħtihom aktar poteri.", "Fil-fatt wara ċerti sentenzi fejn il-qrati tagħna bdew juru ftit muscle, f'daqqa waħda għaddejna liġi biex nillimitaw ċerti poteri ta' l-imħallfin tagħna.", "Pero' apparti dan kollu, il-qrati ordinarji tagħna se jibqgħu l-qrati bil-poter li jirrevedu d-deċiżjonijiet amministrattivi.", "Allura jiena ngħid mill-ewwel li la inti mhux qed tamalgama dawn iż-żewġ kompetenzi flimkien, se toħloq l-akbar babilonja li qatt kien hemm għaliex għandek il-qrati ordinarji li se jżommu l-poteri tagħhom li jirrevedu deċiżjonijiet amministrattivi u fl-istess ħin se toħloq tribunal b'isem fancy u stupidu li se jkollu l-poter – poter estiż sa fejn irid il-ministru – li jirregola l-kwestjonijiet amministrattivi.", "Mela hawnhekk se jkollna żewġ entitajiet ġuridiċi paralleli konfliġġenti bejn xulxin!", "Apparti dan, se toħloq tribunal presedut minn imħallef jew maġistrat li jew ikun għadu jokkupa l-kariga jew ikun irtirat u minħabba l-biża' sfrenata li ma jmorrux jagħtu ftit aktar saħħa lill-qorti – u l-ossessjoni tagħhom li jiżmantellaw u jumiljaw lill-qrati - dan l-imħallef jiġi appuntat għal erba' snin u ma jissejjaħx imħallef imma president.", "Naturalment dan lanqas jaqa' taħt il-Prim Imħallef fl-assenjazzjonijiet tax-xogħol u jibqa' taħt il-forza ta' l-eżekuttiv tal-gvern.", "Allura dan l-imħallef taparsi qiegħed hemm biex jiskrutinja l-amministrazzjoni u biex suppost ikun l-ultimate watchdog taċ-ċittadin kontra l-poteri eċċessivi tal-gvern.", "Dan taparsi se jassorbi ġo fih il-ġuridizzjoni tat-tribunali kollha, Sur President.", "Għaliex dan m'għandux ikun imħallef imma president appuntat għal erba' snin u b'hekk ma jgawdix mill-privileġġi u mill-poteri li għandhom il-membri tal- ġudikatura?", "Il-Kostituzzjoni għal dan l-imħallef partikolari ma tgħoddx għax se jkun sempliċement chairman.", "Mela qegħdin ngħidu li għandna wisq tribunali u qed nagħmlu tribunal ieħor!", "Qed nagħmlu shifting minn tribunal \"A\" għal tribunal \"B\" u din hija agħar għaliex il-gvern se jkollu dritt, anke by legal notice, li joħloq id- diviżjonijiet f'dan l-istess tribunal.", "Mela se jkollok tribunal b'diviżjonijiet u b'chairmen differenti, kollha ex-imħallfin jew imħallfin appuntati mill-ministru għal erba' snin mingħajr il-poteri tal- Kostituzzjoni.", "Dan huwa taħwid sfrenat!", "Bir-rispett kollu, din il-liġi hija amateurish u hija diżappunt kbir għalija personalment; qed tneħħi t-tribunali u qed terġa' tagħmel tribunali oħrajn.", "Dan x'ġenn hu?", "Lanqas qed toħloq tribunal wieħed imma qed toħloq tribunal bi dritt li jkollu sezzjonijiet differenti, pratikament qed toħloq organu ġudizzjarju ieħor għall-kamp amministrattiv li pero' ma jgawdix mis- safeguards tal-Kostituzzjoni.", "Sur President, dan mhuwiex aċċettabbli għall- Oppożizzjoni Laburista u jekk nitilgħu aħna nbiddluha.", "Kieku nkun jiena ministru għall-ġustizzja żgur li nbiddilha għaliex ma tagħmilx sens.", "L-aktar qasam ta' l-amministrazzjoni tal-ġustizzja li jirrikjedi safeguards huwa proprju l-kamp amministrattiv għaliex f'dan il-kamp tradizzjonalment rajna imħallfin jibżgħu u jċedu għax ikunu qed jigdmu fil- laħam il-ħaj lill-gvern u lill-aġenziji tiegħu.", "Meta mħallef jiddeċiedi bejn żewġ partijiet privati ma jkunx hemm problemi għax jibqa' għaddej qisu bulldozer, imma meta ċ-ċittadin jiġi biex jagħmel kawża kontra l-istat li għandu l-possibbilta' li jaġevola lil min għandu jaġevola, hemmhekk l- imħallef irid ikollu l-kuraġġ u l-indipendenza assoluta li jiddeċiedi.", "Il- qrati mhumiex arbitri, Sur President.", "Issa f'dan il-qasam tant delikat qed nagħmlu dan ix-shifting mill-qrati ordinarji għat-tribunal u dan huwa ħażin, anke għaliex kif għidt qabel, il-poteri tal-qrati ordinarji fuq l- amministrazzjoni se jibqgħu hemm b'konsegwenza li se jkollna a parallel jurisdiction.", "Il-Prim Imħallef, Vince de Gaetano - li fl-opinjoni tiegħi għandu difetti kif għandu kulħadd u meta kelli l-okkażjoni nikkritikah, ikkritikajtu wkoll - kien wieħed mill-aqwa ħatriet li għamel dan il-gvern għaliex huwa bniedem li jinspira fiduċja.", "Dan huwa bniedem li dak li għandu jgħid, jgħidu, kemm jekk se jdejjaq ċerti nies u kemm jekk se jdejjaq nies oħra.", "Dan jassumi l-awtorita' u r-responsabbilta' tiegħu u skond l-opinjoni tiegħi, hu Prim Imħallef f'waqtu.", "Rigward dan l-abbozz, huwa qal li jaqbel mal-konċett li jkollna qorti amministrattiva għax ma jagħmilx sens li f'pajjiż żgħir trid toqgħod tiġri l'hawn u l'hemm biex tieħu r-rimedju tiegħek.", "Huwa jaqbel ukoll li hemm bżonn insaħħu d-dritt amministrattiv f'pajjiżna għax dan id-dritt mhux salvagwardat.", "Billi għandna ombudsman!", "Darba ħa għalih s-Sur Sammut, l-ex-ombudsman, għax f'dan il-Parlament azzardajt ngħid li għalija l-ombudsman hu ombudsmouth għaliex il-poteri li għandu mhux ta' ljun imma ta' ġurdien minħabba li dan jista' biss jirrakkomanda u m'għandux poteri eżekuttivi.", "Allura fejn għandek rimedju amministrattiv f'Malta, Sur President?", "Trid tmur f'dawn il-bordijiet tat-third division fejn min hu appuntat ħafna drabi jkun appuntat hemmhekk għaliex ikun jew lagħaqi, bid-dovut rispett tal-gvern preżenti, jew ikollu konnessjonijiet viċini mal-gvern preżenti u jkollu xi retainers 'il hawn u 'l hemm.", "Allura rarament tieħu sodisfazzjon quddiem dawn it-tribunali u bordijiet tat-third division, speċjalment jekk min ikun hemmhekk ikun impjegat mal-gvern jew ma' xi aġenzija tiegħu u jkun jiddependi fuq ir-retainers tal-gvern.", "Ma teħux ġustizzja u jidħku bik, Sur President!", "Il-qrati biss jistgħu jagħtuk sodisfazzjoni imma meta dawn bdew iqumu fuq saqajhom u jagħtu d-drittijiet liċ-ċittadin, b'artiklu 469 tal- Kapitlu 12 għamilnilhom sarima ma' ħalqhom!", "Prosit!", "Dan il-Parlament veru għandu tradizzjoni \"tajba\" li jagħti d-drittijiet liċ-ċittadini li jaqbżu għad-drittijiet tagħhom għax meta l-qrati bdew iqumu biex jagħtu dawn id- drittijiet, għamilnilhom sarima ma' ħalqhom!", "Allura f'Malta ċ-ċittadini m'għandhomx fejn jirrikorru biex l-ilment tagħhom jiġi indirizzat.", "Meta n-Nazzjonalisti telgħu fil-gvern fl-1987, dawn għamlu taparsi tribunal - u jiena għalhekk kontra t-tribunali u kontra li jkollna tribunal ieħor hawn għax m'għandniex bżonn iżjed tribunali f'Malta u issa se ngħid x'inhi l-viżjoni tal-partit tagħna fuq din il-kwestjoni u ngħid ċar u tond li jiena parteċipi f'dik id-deċiżjoni – li kien magħruf bħala l-kummissjoni għall-investigazzjoni ta' l- inġustizzji li kienet tiffunzjona b'mod misterjuż u li kellha ħafna membri assoċjati u b'obbligi kbar mal-gvern ta' Fenech Adami.", "Dan kien l-ewwel tribunal amministrattiv ta' gvern Nazzjonalista u din il-kummissjoni kellha imħallef bħala chairman.", "Dan il-bord ma stajtx tappella minnu, jagħmel ir- regoli hu u jirrakkomanda li dak jieħu tant u l-ieħor jieħu tant ieħor.", "Dan kien bord skandaluż li kien hemmhekk biss għan-nies b'simpatiji Nazzjonalisti li jallegaw li sofrew xi diskriminazzjoni taħt il-gvern Laburista bejn l-1971 u l-1987 sakemm tela' Fenech Adami.", "Din kienet ir- riforma amministrattiva kbira ta' Fenech Adami fl-1987, Sur President!", "Dan il-bord ma kellu poteri ta' xejn u kien biss Fenech Adami li jiddeċiedi min jieħu u min le.", "Imbagħad xi ftit snin ilu ippanikkjaw għaliex min ma nqediex u ma ħax is-somma li rrakkommandawlu, beda jgerger u jgħid li mhux se jivvota lin-Nazzjonalisti u allura ġew fil-Parlament u għaddew liġi ta' malajr.", "Din lanqas kienet fuq it-tribunal li għamel il-Labour wara – u ngħid aktar fuq dan aktar 'il qudidem – imma kienet tkopri biss lil dawk in- nies li ħadu kumpens minn dan il-bord li ħoloq Fenech Adami għaż-żmien tal- Labour.", "Dawn kollha tħallsu ħlief xi tnejn jew tlieta li baqgħu indannati sal-lum, fosthom il-Profs.", "Jaccarini li nqabeż vilment - wara li wegħduh li se jerġgħu jdaħħluh l-Universita' – għaliex kien hemm interessi ta' nies aktar b'saħħithom minnu, fosthom ħu r-rettur ta' dak iż-żmien, Seraccino Inglott.", "Il-Prof.", "Jaccarini baqa' barra minkejja li t-tribunal kien irrakkommanda li dan jidħol lura għaliex kienet saret inġustizzja miegħu.", "Imma għax riedu jdaħħlu u jlaħħqu lil ħu Seraccino Inglott li kien konness tajjeb ħafna ma' Fenech Adami u anke mal-familja Mifsud Bonniċi u b'konsegwenza ta' din l-inġustizzja, dan inqabeż u spiċċa bi breakdown u lanqas joħroġ m'hu qiegħed.", "Issa l-Prof.", "Jaccarini ma kienx xi Laburist imma xorta niddefendih għax b'dan il-mod kienet issir il-ġustizzja amministrattiva taħt Fenech Adami.", "Jekk inti tkun Nazzjonalist jew tal- qalba għandek il-bord imbierek mill-ministru, bil-lagħaqin kollha, bir- rispett kollu lejhom, tal-ministri u ta' Fenech Adami u jieħdu li jridu, imma jekk ma tkunx tal-klikka, titkisser.", "Wara dan kollu, fl-elezzjoni ta' l-1996 tlajna aħna u għamilna bord ieħor, tit for tat.", "Aħna għamilna bord aħjar minn tagħhom, tribunal għall- investigazzjoni ta' l-inġustizzji, u minkejja li ċertament kien aħjar, kien ħażin ukoll.", "Dak kien presedut mill-Imħallef Farrugia Sacco li wera kuraġġ– u aktar 'il quddiem ngħid xi ġralu dan għax wera kuraġġ – u beda jisma' l- kawżi in open court.", "Jiena naf għax kelli mijiet ta' kawżi quddiemu.", "L- Imħallef Farrugia Sacco kien jinsisti li dik qorti għalih u fil-fatt konna nilbsu t-toga u nużaw il-proċedura ċivili qisna qed nittrattaw kawża normali.", "Ċertament kien aħjar mill-bord l-ieħor li bir-rispett kollu kien bord tal-mistħija.", "F'dan it-tribunal għamilna ħafna kawżi u rbaħna ħafna minnhom li bħalissa qegħdin il-qorti għax dan it-tribunal, bħall-ieħor, kellu biss il-poter li jirrakkomanda għaliex nibżgħu nagħtu liċ-ċittadini sentenzi esekuttivi.", "Dan it-tribunal beda jagħti s-sentenzi u l-gvern Nazzjonalista beda jaqa' għaċ-ċajt għaliex tilef mijiet ta' kawżi.", "F'dan it-tribunal, il-gvern kellu l-avukat tiegħu u l-parti l-oħra kellha l-avukat tagħha - mhux bħall-bord l-ieħor - u l-kawżi kienu open court.", "X'ġara mbagħad?", "Ħa nurikom kemm għandu saħħa tribunal, Sur President!", "Minkejja li n-Nazzjonalisti jagħmluha tal-qaddisin u jgħidu li ma jagħmlux musical chairs, malli reġgħu telgħu lill-Imħallef Farrugia Sacco neħħewh minn fuq dan it-tribunal u tefgħuh x'imkien ieħor.", "Jekk dan mhux musical chairs, mela x'inhu, Sur President?", "Basta jgħidulna li ma jindaħlux fl-amministrazzjoni tal-ġustizzja u li jemmnu fl-indipendenza tal-qorti!", "Din hija l-akbar gidba li qatt kien hawn f'Malta!", "Minħabba li dan it-tribunal ma kienx taħt il-Prim Imħallef u s- sentenzi li ta l-Imħallef Farrugia Sacco m'għoġbuhomx, l-ewwel ħaġa li għamlu l-Ministru Tonio Borg u s-Segretarju Parlament Carmelo Mifsud Bonnici kienet li jtajruh minn fuq dan it-tribunal!", "Basta kienu jgħajru lil Mintoff fuq il-kwestjoni ta' Caruana Curran.", "Hawnhekk għandna każ ta' musical chairs fl-aktar materja taħraq u sensittiva li kien hemm dak il- mument għaliex intwera indħil dirett ta' l-eżekuttiv fl-operat ta' l- amministrazzjoni tal-ġustizzja.", "Dan it-tribunal, għax beda jgħid what is black is black and what is white is white u beda jirrakkomanda rimedji lin- nies li m'għandhomx simpatija mal-gvern, dejjaq lin-Nazzjonalisti u tajruh.", "Dik hi s-saħħa tat-tribunali taħt gvern Nazzjonalista, Sur President!", "Jiena lis-Segretarju Parlamentari darba għidtlu li jekk irid verament jagħti rigal tajjeb lil pajjiżu u jibqa' jissemma fit-tajjeb anke jekk għamel mitt żball, dan għandu jkollu l-kuraġġ li jsaħħaħ l-organu ġudizzjarju u fis-sustanza u fil-verita' jagħti liċ-ċittadini d-dritt tar- rimedju f'każi ta' abbużi u malamministrazzjoni.", "Jekk jagħmel hekk, kulħadd jibqa' jfaħħru imma jekk idaħħalha b'mod imbażwra kif qed jagħmel issa, aħna sejrin inbiddluha għax aħna ma nibżgħux inbiddluhom dawn l-affarijiet, Sur President.", "Anzi suppost dawn jaqblilhom jagħmluha kif qed ngħidulhom aħna għax sena oħra se jkunu fl-Oppożizzjoni, jiġifieri jaqblilhom li jsaħħu l-organu ġudizzjarju.", "Kulħadd jiftakar kemm kienu jemmnu fil- ġudikatura fi żmienhom u dejjem għaddejjin bil-kawżi kontra Mintoff, Karmenu Mifsud Bonnici, Vincent Moran, Danny Cremona u oħrajn imma llum lanqas jistgħu jagħmluha għax kissru s-saħħa tal-qrati.", "(Interruzzjonijiet) Jekk żarmajtu l-qrati, xi tridhom jiddeċiedu?", "Sur President, biex nuru kemm verament ridna nsaħħu l-organu ġudizzjarju, fi żmienna ridna nintroduċu sistema li kienet tmur kontra l-interessi tagħna - għaliex konna fil-gvern - imma dik hija d-demokrazija u dak li juri l-ġenwita' u l-awdaċita' tal-partit Laburista fil-gvern!", "Aħna ridna ndaħħlu maġistrat inkwerenti b'poteri speċjali biex ikun jista' jinvestiga l-amministrazzjoni u l-eżekuttiv mingħajr ħadd ma jgħidlu bħalma jiġri fl- Italja.", "Dak li ridna nagħmlu aħna meta konna fil-gvern u ma bżajniex indaħħluha din ir-riforma.", "Imma gvern Nazzjonalista x'ried jagħmel għaliex kien hemm żewġ inkjesti fejn il-maġistrati waqqgħu għaċ-ċajt lill-gvern u wrew kemm kien hemm abbużi u ħmieġ fl-amminstrazzjoni?", "Dan kien anti- demokratiku biżżejjed li addirittura ppropona f'dan il-Parlament - u mn'Alla kienet l-Oppożizzjoni Laburista li waqfet dan - li jitneħħa l- poter investigattiv tal-maġistratura fuq complaints tal-private part.", "Dawn riedu jissuġġettaw u jumiljaw lill-maġistrat billi jġegħluh imur fil-queue u jistenna li jingħata permess jiftaħ investigazzjoni qisu student li jrid jitlob il-permess tat-teacher biex jagħmel xi ħaġa!", "Dik hija d-demokrazija u l-onesta' tal-gvern Nazzjonalista!", "Din hija ipokresija politika li qatt ma rajt bħalha u aħna ma nistgħux nafdawhom lil dawn!", "Għalhekk ma naqblux ma' l-abbozz ta' liġi kif inhu, għax l- esperjenza wrietna kemm l-affarijiet ma jimxux sew meta l-poteri ġudizzjarji jkunu taħt il-pendlu ta' l-eżekuttiv.", "Jiġifieri dawn iridu jaqbdu mħallef li se jirtira jew irtirat, idgħajfuh billi jagħmluh chairman u jħalluh b'pensjoni baxxa u mbagħad jippretendu li dan jiddeċiedi kawżi kontra l-gvern?", "Dan huwa mezz tajjeb kif tintroduċi tribunal amministrattiv u kif issaħħaħ id-dritt amministrattiv?", "Jien ngħidilkom biex tħarsu 'l quddiem.", "Illum qegħdin fil-gvern u tmien xhur jew sitt snin oħra m'intomx se tkunu intom fil-gvern għax iċ-ċirkostanzi jinbidlu.", "Jien hawnhekk qed nitkellem kontra tagħna wkoll, Sur President!", "Dawn għandhom jaħsbu fis- sostenituri tagħhom ukoll, li għada pitgħada jkunu jridu jmorru quddiem l- awtoritajiet ġudizzjarji biex jiddefendu d-drittijiet tagħhom u biex ikollhom min jissindika l-abbużi li saru fil-konfront tagħhom.", "Jiena lilll- Prim Imħallef de Gaetano għalhekk qed infaħħru u meta kelli nikkritikah, ikkritikajtu.", "Ħadd ma jista' jgħidli li nilgħaq lill-Prim Imħallef għax ikkritikajtu kemm f'dan il-Parlament u kif ukoll fuq il-media.", "Sur President, il-Prim Imħallef De Gaetano kellu l-kuraġġ jgħidha din; he went against the grain u kontra l-intenzjoni ta' dan il-gvern Nazzjonalista.", "Dan xamma ġejja għax jaf kif jimxu l-affarijiet taħt dan il- gvern, tinħoloq xi awtorita` b'xi ftit poter 'il hawn u 'l hemm imma ma jsir xejn li jwassal biex jiżdiedu l-poteri tal-qrati tagħna.", "X'irrakkomanda l-Prim Imħallef ta' Malta, li jiġi wara l-President u l-Prim Ministru?", "Irrakkomanda li ssir qorti amministrattiva, Sur President!", "Dawn jiddilettaw tant bid-diviżjonijiet, għax ma joħolqux diviżjoni oħra fi ħdan l-organu ġudizzjarju għall-ġustizzja amministrattiva?", "Minn xiex qed jibżgħu?", "Li ma jkunux jistgħu juru xi karrotta lil xi ħadd jew li ma jkunux jistgħu jagħmlu xi vendikazzjoni fuq xi ħadd?", "Dawn xorta l-imħallfin u l- maġistrati qed jużaw u xorta l-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili se jużaw.", "Is- Segretarju Parlamentari ftaħar li se juża l-qorti għax issa donnu rrealizza li ma jistax ikun li f'pajjiż ta' 300 kilometru kwadru jkollok qrati u tribunali f'kull belt u raħal.", "Allura minn xiex qed jibżgħu dawn, Sur President?", "Qed jibżgħu li jitilfu r-riedni u l-influwenza li għandhom!", "Dik hija r-raġuni għaliex ma jridux li din tkun taħt l-organu ġudizzjarju, Sur President.", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari Carmelo Mifsud Bonnici, bil-permess ta' l-Onor.", "Jose' Herrera,", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Sur President, jekk qed ngħidu li dawn it- tribunali se jkunu preseduti minn imħallef jew maġistrat jew ex imħallef jew ex maġistrat, kif jista' jkun li jiena nintervjeni?", "MR SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Herrera jista' jkompli bl-intervent tiegħu.", "ONOR.", "JOSE` HERRERA: Bir-rispett kollu, dawn huma ħmerijiet!", "Billi jkun ex xi ħaġa ma jfisser xejn, Sur President.", "Jekk jiena nkun ex-ministru, jiena mhux ministru u m'għandix poteri ta' ministru u allura ex-imħallef ma jkollux garanziji kostituzzjonali u ta' indipendenza u allura qed tidħak bin-nies meta ssemmi din ta' l-ex-xi ħaġa għax jekk ikunu irtirati, inkunu f'pożizzjoni agħar!", "Dan lnqas biss se jagħtina garanzija li se jnaqqas in- numru ta' tribunali għax kif jingħad fil-liġi stess, jistgħu jsiru diversi diviżjonijiet b'diversi presidenti.", "Allura jekk hawn qed inneħħu 40 tribunal, x'garanzija hemm li mhux se jitwieldu 40 tribunal ieħor?", "Anke l- ħsieb ta' ċentralizzazzjoni ta' dawn it-tribunali qed ikun kontradett minn dak li qed jingħad fil-liġi meta jingħad li qed jiġi riservat d-dritt li jinħolqu d-diviżjonijiet fi ħdan dan it-tribunal.", "Meta qed toħloq id- diviżjonijiet, inti qed tispezzetta l-affarijiet b'ħafna chairmen u ħafna tribunali.", "Dan huwa miktub hawn u jiena l-Malti naf naqrah.", "(Interruzzjonijiet) Jekk ma tridx tfisser hekk, irranġaha din!", "Aħna nafu kemm hu sottili s-Segretarju Parlamentari u fhimna l-ħsieb tiegħu wara dan l-abbozz ta' liġi.", "Kulħadd qallu biex ma jagħmilx li qed jagħmel, fosthom il-kummissjoni għall-amministrazzjoni tal-ġustizzja, il-Prim Imħallef u l- Kamra ta' l-Avukati imma nies b'rashom iebsa daqs tas-Segretarju Parlamentari Carmelo Mifsud Bonnici qatt ma rajt, Sur President!", "Kellu raġun l-Onor.", "Joe Brincat meta qal li dan għandu vizzju jħallina ninħanqu ta' xejn u fuq din kulħadd inħanaq għaliex minn widna tidħollu u mill-oħra toħroġlu lis-Segretarju Parlamentari.", "Dan lanqas jagħti kas ta' x'qed jgħidu nies bħall-kummissjoni għall-amministrazzjoni tal-ġustizzja, il-Kamra ta' l-Avukati u l-Prim Imħallef.", "Lanqas qed jagħti kas ta' l- avukati li huma back benchers fuq in-naħa tal-gvern minkejja li għandu erba' deputati back benchers li jagħmlu unur lill-partit Nazzjonalista u li għandhom id-diċenza u l-kuraġġ li meta dan jagħmel il-ħmerijiet, jgħidulu fl-ambiti tad-dixxiplina parlamentari.", "Sur President, jiena nasal biex infaħħar u napprezza l-kontribut ta' wħud mill-back benchers tal- partit Nazzjonalista għax għandhom il-guts li jsejħu iswed dak li huwa iswed u abjad dak li huwa abjad u ċertament huma iżjed rispettati milli jaħseb is-Segretarju Parlamentari Carmelo Mifsud Bonnici.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Is-Segretarju Parlamentari, jekk jogħġbu, iressaq l-aġġornament tal-Kamra.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Sur President, nipproponi l-Aġġornament tal- Kamra għal għada l-Erbgħa, 29 ta' Novembru 206, fis-6.00 p.m. b'din l- aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Ġustizzja Amministrattiva - Tieni Qari (Kont);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi tal-Liġijiet tal-Pulizija - Tieni Qari (Kont);", "Abbozz ta' Liġi li Jimplimenta Miżuri ta' l-Estimi - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta (Emenda Nru 2) - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili (Emenda Nru 2) - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Organizzazzjonijiet Volontarji - Tieni Qari;", "Diskussjoni miftuħa dwar rapport maħruġ mis-Segretarjat għan-Negożji Żgħar u s-Self Employed - Kontinwazzjoni;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali (Emenda Nru 2) - Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att tal-Bank Ċentrali ta' Malta - Tieni Qari; u", "Abbozz ta' Liġi li jirregola l-Infurzar ta' Drittijiet ta' Proprjeta' Intellettwali - Tielet Qari.", "---------------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili (Emenda Nru 2) - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Reġistru Ċentrali - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Franco Galea.", "ONOR.", "FRANCO GALEA: Sur President fil-ftit minuti li għandi għad- dispożizzjoni tiegħi, nixtieq nibda billi nfaħħar lill-Korp tal-Pulizija ta' l-arresti li għamlu fejn qabdu diversi prostituti u strippers u fuq il- qabdiet ta' droga.", "Illum nixtieq niġbed l-attenzjoni ta' din il-Kamra fuq sentenza nru.", "1,230 li ngħatat lil żewġ Ċiniżi fil-21 ta' Novembru tas-sena 2006.", "Sur President, jiena ma ġejtx biex nikkritika lill-qorti – b'kumbinazzjoni llum tkellimna fuq il-qorti - imma ġejt biex infaħħar il- qrati tax-xogħol li għamlu u nerġa' nfaħħar ukoll ix-xogħol siewi li qed tagħmel il-pulizija u hawnhekk importanti li nifhmu li dawn għandhom limitazzjonijiet fejn jidħlu riżorsi.", "Qabel ma nidħol fl-intervent proprju tiegħi, nixtieq nitkellem ftit fuq l-immigrazzjoni f'Malta.", "Din qiegħda maqsuma fuq żewġ binarji, waħda dik ta' l-immigranti irregolari li jiġu bla dokumenti; dawn jinqasmu fi tliet kategoriji, ir-refuġjati li jibqgħu hawnhekk bis-sostenn tal-liġijiet tagħna, l-economic migrants li jintbagħtu lura u dawk li jibqgħu hawn Malta on humanitarian basis.", "It-tieni binarju jikkonsisti fl-overstayers, dawk li jiġu Malta b'visa, tiskadilhom u jibqgħu hawn.", "Issa dwar l-ewwel binarju nafu kemm il-gvern Malti qed jaħdem fuqu u jsemma' leħnu barra minn Malta sabiex ningħataw l-għajnuna għax ma nistgħux nibqgħu naffaċċjaw din il-problema waħedna.", "Aħna nafu kemm-il Prim Ministru Gonzi, il-Viċi Prim Ministru Tonio Borg, il-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin Michael Frendo u l-MEPs tagħna u anke kelliema mill-Oppożizzjoni jitkellmu dwar din il-problema serja li tikkonċerna element uman u li ġġib magħha l-problemi kollha li bniedem jista' jġorr miegħu.", "Pero' l-problema ta' l-overstayers nistgħu nsolvu parti kbira minnha.", "Aħna nafu li dawn jiġu b'visa biex jistudjaw jew għal affarijiet oħra u meta din tiskadilhom, suppost jitilqu 'l hemm.", "Issa ħafna minn dawn in-nies ikollhom diffikultajiet serji fejn ikunu ħarbu minn pajjiżhom u jkunu iddisprati biex jitilqu lejn pajjiżi oħra u sfortunament mal-perimetru tagħhom issib organizzazzjonijiet sangisugi li jbigħu mezzi kif dawn jaħarbu.", "Forsi l- pubbliku jiftakar il-każ ta' dawk iċ-Ċiniżi li weħlu sentejn ħabs flimkien ma' xi Maltin.", "Dawn isibu wkoll nies li jipprovaw jisfruttawhom billi jagħtuhom jobs perikolużi u jħallsuhom bi ftit flus u hemm ukoll min jbigħilhom passaporti jew dokumenti foloz.", "Sur President, fuq dawn l- affarijiet iridu nkunu ebsin bħala pajjiż u rridu naħdmu b'serjeta' u b'determinazzjoni sabiex ma nħallux dawn l-organizzazzjonijiet jgħollu rashom, anzi għandna naqtgħulhom rashom kemm jista' jkun malajr.", "Fil-bidu tad-diskors tiegħi semmejt sentenza tal-qrati tagħna tal-21 ta' Novembru u se nikkwota dak li rrapportat \"The Times\" tat-22 ta' Novembru dwarha:", "\"Human Trafficking Charge.", "Five Chinese nationals yesterday appeared in court under arrest, accused of human trafficking, falsification of passports and making false declarations to immigration officers on the 19 November.\".", "Jingħad li tnejn minnhom:", "\"were given one-year jail term suspended for three years on pleading guilty.\"", "Imbagħad fil-gazzetta \"The Malta Independent\" ta' l-Erbgħa 22 ta' Novembru ġie rraportat hekk:", "\"Five Maltese nationals were charged yesterday with involvement in the human trafficking of human beings, assisting people to leave Malta illegally by the use of false passports.", "They also admitted receiving passports and falsifying them.", "They were jailed for one year suspended for three years.\".", "Imbagħad jingħad ukoll li l-maġistrat ordna d-deportazzjoni immedjata ta' min kien involut pero' jiena ma kontx sodisfatt b'din l-informazzjoni u dħalt fis-site tal-qorti biex nara ftit din is-sentenza nru.1,230/2006 fid- dettall.", "Issa jiena m'iniex se noqgħod naqra d-dettalji kollha li hawn fuq dawn it-tliet paġni tas-sentenza imma se naqra siltiet minn din is-sentenza informali li jikkonċernaw dawn iż-żewġ Ċiniżi li semmejt qabel:", "\"...talli fid-19 ta' Novembru 2006, u fil-jiem ta' qabel f'Malta, meta kellhom f'idejhom passaport maħruġ mill-awtorita' kompetenti, ittrasferew dan il-passaport lil persuni oħrajn jew rċevew passaport li ġie trasferit lilhom minn persuni oħra;", "Talli matul l-istess żmien, lok u ċirkostanzi, f'Malta, għamlu użu jew ittentaw jagħmlu użu minn passaporti maħruġa lil persuni oħra;", "Talli matul l-istess żmien, lok u ċirkostanzi, f'Malta, iffalsifikaw, biddlu jew għamlu xi tibdil f'passaproti jew li wżaw passaporti li kienu jafu li huma fasifikati, imbiddlin jew li sar tibdil fihom;", "Talli matul l-istess żmien, lok u ċirkostanzi, f'Malta, bħala persuni li niżlu jew telqu minn Malta, għamlu jew ġiegħlu li jingħata xi prospett falz ...\".", "- nimmaġina l-passaport -", "\"...dikjarazzjoni falza jew tagħrif ta' fatti foloz lill-Uffiċjal Prinċipali ta' l-Immigrazzjoni.\".", "Jingħad ukoll:", "\"Għalhekk fuq ammissjoni ta' l-istess imputati, il-qorti tiddikjara li qed isibhom ħatja ta' l-akkużi kollha kif dedotti kontra tagħhom fuq ammissjoni tagħhom stess u tiddeċiedi li tikkundannahom għal sena priġunerija sospiza għal tliet snin kull wieħed bl-applikazzjoni ta' l- artiklu 28H tal-Kapitlu 9 tal-Liġijiet ta' Malta.", "Il-Qorti spjegat l-import ta' din is-sentenza lill-imputati u x'jiġri jekk jonqsu li josservawha u l-imputati min-naħa tagħhom, tramite l- interpretu maħtur mill-Qorti, iddikjaraw li fehmu ben tajjeb. \".", "Issa, Sur President, skond kif għallimni avukat ħabib tiegħi li jiena għandi rispett kbir lejh, biex nifhem x'ikun għaddej fil-qorti jew biex nifhem sentenza li tingħata, irrid inkun preżenti u nifhem il-każ kollu.", "Issa jiena ma kontx preżenti iżda jidher ċar li dawn in-nies kellhom dokumenti foloz f'pajjiżna u dawn intużaw għall-attivitajiet illegali.", "Issa dawn ġew deportati b'xi mod amminstrattiv min-naħa tal-pulizija u allura b'sentenza bħal din dawn x'se jeħlu?", "Aħna anke jekk nipparkjaw karozza f'post ħażin neħlu xi ħaġa imma dawn ma weħlu xejn Sur President u dan jista' jħajjar lil ħaddieħor jagħmel l-istess b'konsegwenza li jagħmlilna ħafna ħsara fejn jidħol l-element ta' immigrazzjoni irregolari.", "Din hija sitwazzjoni li lili qed tinkwetani ħafna, Sur President.", "To be fair, ma rridx niġġudika minn barra x'ġara fil-qorti pero' dawn is-sentenzi sospiżi, speċjalment fejn jidħlu dawn il-barranin li jiksru l-liġi ta' Malta, ma narahomx jagħmlu sens għax once li jiġu deportati, dawn ma jiffaċċjawx l- istess affarijiet li Malti jiffaċċja kieku jagħmilhom hu.", "Sur President, nixtieq niġbed l-attenzjoni wkoll fuq dawn l-istudenti li jiġu minn pajjiżi li għandhom bżonn visa u naċċertaw ruħna li dawn ikollhom flus biżżejjed biex isostnu lilhom infushom.", "X'ħin jaslu Malta, id-dettalji tagħhom għandhom jiddaħħlu fuq computer bl-expiry date tal-visa u jekk f'dik id-data dawn ikunu għadhom hawn, aħna nkunu nafu fejn se nsibuhom u nagħmlu li għandna nagħmlu.", "Bħala membru parlamentari jiena sefirt f'postijiet differenti bħall-Italja u Franza, u meta raw il-passaport diplomatiku, riedu jkunu jafu x'qed nagħmel ġo pajjiżhom.", "Jien u deputat ieħor mill-Oppożizzjoni morna f'pajjiż partikolari u fil-parlament tagħhom stess staqsewni jekk jien hux ġej minn ċertu pajjiż u meta għidtilhom le, ġie fuqi immigration officer u wrejtu d-dokumenti u anke spjegajtlu x'qed nagħmel fil-parlament tagħhom.", "Issa aħna konna hemm fuq stedina, Sur President.", "Nagħlaq billi ngħid li rridu nkunu ebsin u għaqlin fejn jidħlu dawn l- affarijiet, speċjalment meta tingħata sentenza sospiża lin-nies li se jiġu deportati.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Jason Azzopardi.", "ONOR.", "JASON AZZOPARDI: Sur President, jien xtaqt nieħu dan l-Aġġornament biex nitkellem fuq avviż legali 266 li ġie ppubblikat fil-gazzetta tal- gvern fit-3 ta' Novembru ta' din is-sena u li jirrigwarda l-att dwar it- taxxa fuq l-income tax.", "Dan l-avviż legali jġib fis-seħħ proposta li għamilt jiena f'dan il-Parlament fit-28 ta' Settembru 2004 u għalhekk jien irrid nesprimi s-sodisfazzjon tiegħi għal dan u ngħid li huwa ta' pjaċir kbir għalija li nifforma parti minn gvern li jisma' lil kulħadd u jekk ikun hemm suġġeriment jew idea tajba, din titwettaq.", "Niftakar li jiena kont ħadt aġġornament fit-28 ta' Settembru 2004, ftit tal- ġranet wara li rritornajt minn Pariġi fuq żjara organizzata mill-ministeru ta' l-affarijiet barranin Franċiż bl-għajnuna u bl-assistenza ta' l- Ambaxxata Franċiża f'Malta.", "Hemmhekk jiena kelli diversi laqgħat, fosthom mal-Conseil D'Etat, mal-Procureur Generale de la Republique – li jiġu bħall- ombudsman tagħna – u mad-direttur tal-Louvre.", "Dan ta' l-aħħar kien urini liġi Franċiża li hija avantgarde ħafna u li tinċentiva d-donazzjonijiet ta' individwi u kumpanniji lill-awtoritajiet tal-heritage bħall-Louvre billi dawn l-individwi u kumpanniji jibbenefikaw minn tax rebates.", "Fit-28 ta' Settembru 2004, jiena tkellimt sabiex f'pajjiżna jkun hawn policy of acquisitions u nikkwota minn dak id-diskors:", "\"Għad m'għandniex policy ta' acquisition f'dan il-pajjiż fil-qasam kulturali.", "We need it and we need it badly.", "Ejja nħarsu lejn dan il- mod ġdid kif inwessgħu fuq kollox il-wirt kulturali għaliex anke kif intqal lili ġewwa Franza, l-arti tal-lum hija l-wirt ta' għada.", "Aktar ma nwessgħu t-teżori artistiċi u kulturali li għandna llum, aktar se jkun għani, aktar se jkun kbir il-wirt kulturali għada pitgħada.\".", "Jien kont tkellimt dwar il-liġi Franċiża li tgħid li meta persuna jew kumpannija privata tixtri oġġett ta' wirt artistiku u tagħtih lill-istat b'donazzjoni, 90% tal-prezz li hija tkun tħallset biex xtrat dak l-oġġett jinħafer mill-income li individwu jew kumpannija tkun dovuta tħallas l- income tax fuqu.", "Jiena niftakar ukoll li f'dak l-aġġornament għidt li dakinhar stess kont tkellimt ma' Dr. Mario Tabone, il-President tal-Heritage Malta, informajtu b'din il-liġi Franċiża u li għandna nagħmlu xi ħaġa simili għaliex hija xi ħaġa pożittiva.", "Dan kien qalli li kienet idea tajba u jkun tajjeb li naraw kif tista' tiġi implimentata.", "Niftakar ukoll li fid-diskors tal-budget tas- sena l-oħra, il-Prim Ministru kien qal li waħda mill-affarijiet li l-gvern irid jagħmel hija proprju li jdaħħal dan l-inċentiv, ovvjament permezz ta' emendi fil-liġi, sabiex in-nies u l-kumpanniji jkunu inċentivati jagħtu donazzjonijiet lill-mużewijiet, lill-Heritage Malta u lill-Patrimonju Malti.", "Allura Sur President, b'sodisfazzjon kbir irrid nagħmel riferenza għal dan l-avviż legali li ġie ppubblikat fil-gazzetta tal-gvern fit-3 ta' Novembru li għadda u li jgħid hekk f'regola numru 3:", "\"Meta f'xi sena ta' stima ssir donazzjoni ta' mhux inqas minn Lm1,000 fi flus likwidi jew bħala kull attiv ieħor, lil xi ħadd minn dawn li ġejjin, dik id-donazzjoni tista' tintalab bħala tnaqqis mill-income għas-sena ta' stima li fiha tkun saret.\".", "L-entitajiet in kwestjoni huma s-Sovrintendent tal-Partimonju Kulturali jew Heritage Malta jew Fondazzjoni Patrimonju Malti jew għaqdiet mhux governattivi ta' patrimonju kulturali, l-NGOs.", "Sur President, din hija emenda importanti ħafna għaliex għall-ewwel darba f'pajjiżna, il-gvern qiegħed, b'mod ta' emenda fil-liġi, jgħid ċar u tond li min jagħmel donazzjoni ta' mhux inqas minn Lm1,000 – tista' tkun kemm b'cash u kemm jekk jingħata xi asset bħal pittura jew skultura eċċ - ikun jista' jitlob li dak l-ammont jitnaqqas mill-income li fuqu tinħadem l- income tax tiegħu għal dik is-sena.", "L-importanti hu li ċerti rekwiżiti fuq dawn l-assets jiġu sodisfatti.", "X'rekwiżiti huma dawn, Sur President?", "L- ewwelnett irid ikun hemm ċertifikat relevanti iffirmat minn waħda mill- għaqdiet imsemmija hawn fuq u dan iċ-ċertifikat irid ikun mehmuż u mibgħut flimkien mal-prospett tat-taxxa għas-sena relevanti.", "It-tieni rekwiżit hu li d-donazzjoni għandha ssir għal skop ta' riċerka, konservazzjoni, edukazzjoni jew esebizzjoni tal-patrimonju kulturali, liema skop irid ikun indikat fl-imsemmi ċertifikat.", "Sur President, dan l-avviż legali jipprovdi wkoll għal tnaqqis għal xogħol ta' restawr u hawn nikkwota r-regola 4 li tgħid hekk:", "\"Meta f'xi sena ta' stima, issir donazzjoni ta' mhux inqas minn Lm5,000 fi flus likwidi, lil xi waħda mill-entitajiet li ġejjin ..\".", "- dawn l-entitajiet li semmejt aktar qabel –", "\"...bl-iskop li jsir xogħol ta' restawr u dak ix-xogħol ta' restawr ikun approvat u jiġi esegwit minn jew f'isem xi waħda mill-imsemmija entitajiet, dik id-donazzjoni tista' tintalab ukoll bħala tnaqqis mill- income għas-sena ta' stima li fiha tkun saret.\".", "Ovvjament irid ikun ħareġ ċertifikat relevanti li jiġi mehmuż u mibgħut mal- prospett tat-taxxa għas-sena relevanti.", "Mela hawnhekk għandna żewġ ideat prattiċi u konkreti li bihom il-gvern - f'dan il-każ il-ministeru tal- finanzi - se jkun qiegħed b'mod prattiku jinċentiva żewġ forom prinċipali ta' għotjiet; dak li kont tkellimt fuqu sentejn ilu, a policy of acquisition.", "Kif għidt, din l-idea kienet ġiet minn laqgħa li jiena kelli mad-direttur tal-Louvre fl-uffiċċju privat tiegħu.", "Kien hu li semmieli din il-liġi u kien hu li għaddieli kopja tal-liġi Franċiża li jiena poġġejt fuq il-mejda tal-Kamra.", "Kif diġa' għidt, il-Prim Ministru fid-diskors tal- budget tas-sena l-oħra kien għamel endorsement tas-suġġeriment umli tiegħi u qal li din hija xi ħaġa pożittiva li l-gvern għandu ħsieb jagħmilha meta ż-żmien ikun f'waqtu u issa din saret liġi.", "Sur President, din hi xi ħaġa pożittiva ħafna u issa importanti li jkun hawn l-awareness dwar dan.", "Huwa importanti li n-nies hemm barra, speċjalment il-kumpanniji, jkunu konxji ta' dan l-inċentiv għaliex f'termini prattiċi dawn jistgħu jiffrankaw it-taxxa u fl-istess ħin ikunu qegħdin jgħinu l-patrimonju Malti.", "It's a win win situation, Sur President.", "Għandna bżonn aktar minn dawn it-tip ta' emendi u minn dawn it-tip ta' suġġerimenti sabiex ikollna lateral thinking fil-qasam tal-wirt kulturali ta' pajjiżna.", "F'dan il-qasam isir ħafna xogħol u hawnhekk irrid insellem lil Dr. Mario Tabone u lill-Heritage Malta u anke lill-ministru responsabbli minn dan il-qasam, li tant għandu għal qalbu l-patrimonju nazzjonali, il-Ministru Zammit Dimech.", "F'dawn l-aħħar ftit snin nistgħu ngħidu li bħala awareness, il-qasam tal-patrimonju nazzjonali ngħata dik l- ispinta 'l quddiem li kellu bżonn.", "Ovvjament ix-xogħol li sar tkompla fuq ix-xogħol li sar qabel u fl-aħħar snin nistgħu li kellna diversi amministrazzjonijiet li min b'mod u min b'ieħor ta l-kontribut tiegħu biex pajjiżna japprezza aktar il-wirt kulturali.", "Pero' rridu nammettu, Sur President, li minn mindu għandna l-Heritage Malta, il-qasam tal-wirt kulturali f'pajjiżna għamel dak li bl-Ingliż isejħulu a quantum leap ahead.", "Allura għandu jkollna aktar lateral thinking u parallel thinking fil-qasam tal-ħarsien tal-patrimonju kulturali għaliex kif għidt, din hija a win win situation.", "Huwa importanti li l- media u l-Heritage Malta jagħmlu kampanja ta' informazzjoni sabiex ikun hawn kuxjenza u l-patrimonju Malti jibda jibbenefika b'mod konkret minn għotjiet ta' flus jew affarijiet oħra bħal pitturi u skulturi li jkunu fil- pussess ta' xi ċittadin jew kumpannija.", "Ikun tajjeb li dawn jgħaddu dawn l- opri ta' l-arti lill-entitajiet imsemmija aktar qabel sabiex dawn jiġi esposti u l-pubbliku in ġenerali jkun jista' jgawdihom.", "Wara kollox, dan il- pajjiż huwa żgħir wisq biex xi ħaġa ma tkunx aċċessibbli għal kulħadd.", "Nerġa' ngħid li b'din il-liġi, kull min jagħti donazzjoni ta' mhux anqas minn Lm1,000 fi flus jew f'assets oħra - sakemm m'huwiex immovable property tgħid il-liġi - lill-entitajiet li semmejt aktar qabel, dan ikollu dritt jitlob li dawn il-flus jitnaqqsu mill-income li fuqu tiġi kkalkolata t- taxxa għal dik is-sena.", "Hawnhekk bħala parenteżi ngħid li fost dawn l- entitajiet hawn anke xi NGOs li jagħmlu ħafna xogħol tajjeb ħafna u jagħmluh b'mod volontarju u mill-qalb.", "Apparti dan, min jagħmel donazzjoni ta' mhux anqas minn Lm5,000 lil xi waħda minn dawk l-entitajiet li semmejt biex isir xogħol ta' restawr, ikun ukoll intitolat għall-istess inċentiv.", "Immaġinaw x'inċentiv dan jagħti lill-kumpanniji u ħwienet fiċ-ċentru tal- lokal.", "Per eżempju, nista' nsemmi d-distrett li jiena nirrappreżenta fejn hemm tant kappelli li huma ta' wirt arkitettoniku kbir.", "Għandna, per eżempju, il-knisja ta' Sant'Ubaldeska f'Raħal Ġdid li kemm-il darba tkellimt u tħambaqt fuqha f'dan il-Parlament sabiex isir xogħol ta' restawr fiha u grazzi għall-interventi u d-diversi mistoqsijiet parlamentari li għamilt, il-Ministru Ninu Zammit ħa interess personali fiha, ġie jaraha, ra l-istat minsi – biex ngħid hekk - li kienet fiha din il-kappella li hija ġawhra unika ta' arkitettura taż-żmien il-Gran Mastru de Paule u finalment beda x-xogħol ta' restawr li se jiswa l-mijiet ta' eluf ta' liri u li se jieħu numru ta' snin biex jitlesta.", "Issa finalment nistgħu ninċentivaw anke lill-banek li għandhom il-branches fil-lokal ta' Raħal Ġdid biex jgħinu f'dan ir-restawr.", "Nistgħu ninċentivaw lill-ħwienet, lill-kumpanniji u lill-fabbriki biex jgħinu fir-restawr li jista' jkun hemm bżonn f'kull lokalita' għax tista' tgħid li f'kull lokalita hemm xi ħaġa ta' wirt kulturali u storiku.", "Aħna għandna dawn ir- rikezzi kollha, Sur President, u issa nistgħu ninċentivaw b'mod konkret dawk li jistgħu jgħinu fir-restawr tagħhom għax qed noffrulhom mhux biss is- sodisfazzjon li jiffinanzjaw restawr biex tgawdi l-komunita' in ġenerali u ssir aktar sinjura kulturalment imma li dawk il-flus – li jkunu aktar minn Lm 5,000 - jitnaqqsu għall-fini tat-taxxa ta' l-income biex dak li jkun igawdi anke finanzjarjament.", "Allura sinċerament irrid nerġa' ngħid li huwa ta' sodisfazzjon u ta' pjaċir kbir għalija li sentejn ilu bl-akbar umilta', ġbidt għall-attenzjoni ta' din il-Kamra din il-liġi Franċiża li jiena sirt naf biha grazzi għal- laqgħa li kelli mad-direttur tal-Louvre, il-gvern ta l-endorsement tiegħu fuqha u issa din saret liġi.", "Jiena naħseb li dan juri kemm dan il-gvern huwa mmexxi minn mexxej li jisma'.", "Jgħidu x'jgħidu tan-naħa l-oħra, dan huwa gvern li jisma' u jekk ikun hemm xi idea tajba, din tiġi implimentata tkun minn fejn tkun ġejja.", "Dan huwa l-mod kif dan il-pajjiż ikompli miexi 'l quddiem, b'konsultazzjoni ma' kulħadd sabiex kulħadd iħossu parti minn grupp ta' nies li qegħdin jaħdmu biex dan il-pajjiż inġibuh 'il quddiem.", "Sur President, nagħlaq billi ngħid li din il-liġi turi wkoll l-utilita' ta' l-aġġornamenti li nieħdu aħna fil-parlament.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada l-Erbgħa, 29 ta' Novembru 2006 fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mis-Segretarju Parlamentari.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "INKWILINI TA' POSTIJIET TAL-GVERN", "22203.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid għaliex il- ministeru ħass li għandu jibgħat ittra lil mijiet ta' familji li jgħixu f'postijiet tal-gvern fil-Kottonera li huma milquta bil-liġi possession and use, u iddiskrimina kontra lokalijiet oħra, bħall-Belt Valletta u l- Floriana, u ma bagħtilhomx ittra biex jixtru l-fond tagħhom?", "ONOR.", "TONIO BORG: Intbagħtu ittri ta' informazzjoni lil xi 40 inkwilin fl- Isla u l-Birgu, peress li t-taqsima proprjeta' tal-gvern tinsab fi stadju avanzat li tixtri l-fond tagħhom.", "APPLIKAZZJONI QUDDIEM L-AWTORITA' TAD-DJAR", "22205.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru tgħid fejn waslet it-talba u meta se jintbagħat in-numru tal-file, ta' persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?", "Jista' jitpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra ċ- ċertifikat ta' l-ispezzjoni li għamel il-perit tal-gvern fil-fond li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: L-applikazzjoni li għaliha qed issir riferenza li saret fis-6 ta' Novembru, 2006 qed tiġi pproċessata u n-numru tal-file se jiġi kkomunikat bil-miktub lill-persuna konċernata.", "Ninsab informata wkoll li ma' l-applikazzjoni ma jirriżultax li kien hemm xi ċertifikat mill-perit tal-gvern.", "INIZJATTIVA CARE AND REPAIR", "22207.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, tibbenefika mill-inizjattiva care and repair minħabba li s- soqfa tal-fond indikat huma perikolużi u hi meħtieġa attenzjoni immedjata?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Minkejja l-periklu u l-immedjatezza msemmija, ma jirriżultax mir-records ta' l-awtorita' tad-djar li l-persuna indikata qatt għamlet xi talba biex tibbenefika mill-inizjattiva care and repair.", "B'danakollu fil-futur qarib l-awtorita' se tispezzjona l-fond indikat biex tivverifika jekk il-persuna tistax tibbenefika minn din l-inizjattiva.", "OPERAZZJONIJIET TAL-KATARETTI", "22243.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' l-Ministru jgħid kemm hi l-waiting list għall- operazzjonijiet tal-kataretti?", "Meta ġiet updated l-aħħar?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Skond is-surgical operations register ta' St. Luke's, bejn l-1 ta' Jannar u l-31 ta' Ottubru, 2006 saru 890 operazzjoni tal- kataretti.", "Skond it-teatru ta' l-isptar Karin Grech, kien hemm 188 pazjent fuq il- lista li meta ġew mgħajjta fil-perijodu bejn l-1 ta' Jannar u l-31 ta' Ottubru 2006 irrifjutaw li ssirilhom l-operazzjoni tal-kataretti.", "Dawn xorta waħda jibqgħu jidhru fuq il-lista sakemm issirilhom l-operazzjoni.", "Preżentement fuq din il-lista, li tiġi aġġornata kuljum, jidhru 4,110 pazjent.", "Il-gvern qed jesplora metodi alternattivi biex jiżdied in-numru ta' l- operazzjonijiet.", "OPERAZZJONIJIET TAL-KATARETTI", "22244.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' l-Ministru jgħid kemm operazzjonijiet tal- kataretti saru din is-sena sal-lum?", "Għal kemm nies bagħtu biex issirilhom l-operazzjoni u ma marrux?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jirriferi għall- mistoqsija parlamentari 22243.", "ANGIOGRAPHY", "22245.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' l-Ministru jgħid kemm hi l-waiting list għal investigazzjoni angiography?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: F'kull każ li jeħtieġ anġjografija tal-qalb, jiġi assessjat u mpoġġi fuq waħda minn erba' listi:", "a) immediate; b) next day; c) to be done while patient is in hospital; u d) chronic and stable", "Għaldaqstant iż-żmien ta' stennija jiddependi minn kull każ individwali.", "In-numru ta' pazjenti li qed jistennew biex issirilhom anġjografija tal- qalb taħt kategorija (d) huwa ta' 1,915.", "PENSJONI", "22246.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jara għaliex pensjonant li kien jaħdem bħala suldat u li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, wara li għamel 36 sena fl-armata kulma qiegħed jieħu huwa ta' l-aħħar 19-il sena?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-individwu li għalih qed issir riferenza, volontarjament kien għażel li jittermina s-servizz tiegħu ma' l-armata wara 16-il sena minn mindu kien ġie ngaġġat għall-ewwel darba.", "Wara perijodu ta' 'il fuq minn ħames xhur barra mis-servizz, dan l-individwu reġa' applika biex jidħol fis-servizz u t-talba tiegħu kienet ġiet milqugħa.", "Ir-regolamenti rigward l-għoti tal-pensjoni tas-servizz jagħmluha ċara li biex wieħed jikkwalifika għall-pensjoni sħiħa jrid ikollu 25 sena servizz mingħajr ma l-perijodu jkun maqtugħ.", "Fir-rigward ta' dan l-individwu, din il-kundizzjoni ma ġietx rispettata għaliex kien hu stess li għażel li jittermina s-servizz tiegħu qabel ma kellu 25 sena servizz.", "Għalhekk meta reġa' spiċċa mis-servizz għat-tieni darba, kellu biss 19-il sena servizz u l-pensjoni ngħatat fuq dan l-aħħar tul ta' servizz biss.", "OPERAZZJONI TAL-CHOLECYSTECTOMY", "22247.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' l-Ministru jgħid kemm hi l-waiting list għall- operazzjoni tal-cholecystectomy?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Il-waiting list għall-operazzjoni tal-cholecystectomy hi ta' 293.", "Każi urġenti jiġu operati minnufih.", "OPERAZZJONI TAL-HERNIA", "22248.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' l-Ministru jgħid kemm hi l-waiting list għall- operazzjoni tal-hernia?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Il-waitng list għall-operazzjoni tal-hernia hi ta' 354.", "Każi urġenti jiġu operati minnufih.", "SPTAR MATER DEI - HARDWARE", "22261.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 21936, ninforma lill- Prim Ministru li qed nirriferi għall-kuntratt li oriġinarjament ibbiddjaw għalih l-Isoft.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jirriferi għat- tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 22064.", "SKEJJEL GOVERNATTIVI - HARDWARE TA' L-IT", "22265.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 22130 u jgħid kif se tinħadem is-sistema tal- leasing tal-hardware ta' l-IT għall-iskejjel governattivi skond il-budget 2007?", "Il-MITTS se jkunu u/jew diġa' huma involuti fil-proċess?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: MITTS limited għadha qed tevalwa l-aspetti kollha ta' dan il-proċess, għaldaqstant il-mudell li se jintuża għadu ma ġiex deċiż.", "BENEFIĊĊJI SOĊJALI", "22278.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru tispjega x'inhi r-raġuni għaliex overpayment fuq ċerti benefiċċji soċjali ġieli jdum xhur, jekk mhux snin, biex jindunaw bih?", "X'inhi r-rata - l-iktar baxxa u l-iktar għolja - li biha titħallas lura lid-dipartiment?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: L-aktar żewġ raġunijiet komuni li jwasslu għal ħlas żejjed ta' benefiċċji soċjali huma li:", "Għalkemm il-benefiċjarji huma informati li għandhom dmir li jinformaw mill-ewwel lid-dipartiment bit-tibdil fiċ-ċirkostanzi li jkollhom impatt dirett fuq id-dritt jew ir-rata ta' benefiċċju dovut, dawn jonqsu li jagħmluh dan jew jagħmlu hekk ħafna żmien wara li jseħħ it- tibdil; u", "Ir-rata tal-benefiċċju dovut tiġi kkalkulata ħażin.", "Konxju mill-problemi li jinħolqu fejn jirriżulta ħlas żejjed ta' benefiċċju, id-dipartiment kontinwament jirrivedi s-sistemi tiegħu biex kemm jista' ikun ikollu informazzjoni sħiħa u fil-ħin dwar tibdil fiċ- ċirkostanzi ta' benefiċjarji kif ukoll li jgħinu biex jitnaqqsu l-iżbalji fil-kalkolu tar-rata tal-benefiċċju dovut.", "Skond artikolu 102 ta' l-att dwar is-sigurta' soċjali (kap 318), fejn isir ħlas żejjed mhux riżultat ta' xi nuqqas min-naħa tal-benefiċjarju, id- dipartiment tas-sigurta' soċjali jista' jiġbor biss sa sentejn b'lura mid- data ta' meta jinduna bil-ħlas żejjed.", "Barra minn hekk, f'dan il-każ ir- rata ta' rifużjoni li tista' tintalab ma tistax tkun ogħla minn 5% tar-rata korretta tal-benefiċċju soċjali dovut.", "Fejn il-ħlas żejjed ikun tort ta' xi nuqqas mill-benefiċjarju, id-dipartiment għandu l-obbligu li jiġbor l- ammont kollu li jkun tħallas żejjed u r-rata tar-rifużjoni, jekk u meta jkun hemm dritt għal xi benefiċċju, ma tridx tkun anqas minn 10% tar-rata korretta tal-benefiċċju dovut.", "STIPENDJI", "22279.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru jgħid kemm studenti qed jibbenefikaw mill-istipendju?", "Fejn jattendu?", "X'inhuma l-ammonti differenti li jingħataw studenti ġejjin minn kategoriji ta' studji differenti?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "ŻONA INDUSTRIJALI TA' RICASOLI", "22280.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm fabbriki kien hemm fiż-żona industrijali ta' Ricasoli?", "Kemm minnhom diġa' ngħataw post alternattiv u kemm għadhom qed jistennew jew addirittura ma ngħatawx?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: It-18-il fabbrika li għadhom joperaw fiż-żona industrijali ta' Ricasoli kollha ġew mogħtija post alternattiv.", "FABBRIKI", "22281.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn fabbriki magħluqa, fejn qegħdin u x'inhi r-raġuni li għaliha huma magħluqa?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal- Kamra.", "REĠISTRU TAL-QGĦAD", "22282.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru jgħid kemm persuni ġew struck off mir-reġistru tal-qgħad matul din is-sena?", "X'kienu r-raġunijiet?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Minn Jannar sa Settembru, 2006 inqatgħu 966 persuna minn fuq l-ewwel u t-tieni parti tar-reġistru, li 138 minnhom inqabdu jaħdmu waqt li kienu qed jirreġistraw, 599 irrifjutaw opportunita' ta' xogħol u 229 irrifjutaw opportunita' ta' taħriġ.", "XIRI TA' KOTBA", "22283.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru jgħid kemm kotba nxtraw mis-sena 2000 'il hawn mir-regional branches, maqsuma skond il-lokalita'?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif mitlub qed jitpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "XIRI TA' COMPUTERS", "22309.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 22182 dwar computers mixtrija min-national euro changeover committee, jista' l-Prim Ministru jgħid mingħand min inkisbu l-quotations qabel ma waqgħet l-għażla fuq FGL information rigward computers u laptops mixtrija fi Frar 2006?", "X'kienu r-restrizzjonijiet ta' l-għażla u d-disponibbilta' li l-Prim Ministru rrifera għalihom fit-tweġiba tiegħu?", "Rigward dawk mixtrija f'Ġunju 2006, jista' l-Prim Ministru jipprovdi l-e- procurement RFQ?", "X'kienu l-ispecifications mitluba?", "Kemm kien hemm kumpanniji oħra li ttenderjaw?", "X'kienu l-prezzijiet ikkwotati?", "Fuq liema kriterju saret l-għażla finali?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "SKOLA PRIMARJA TA' SAN ĠILJAN", "22310.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 22156 u jgħid meta se jitneħħew iz-zkuk tas-siġar ta' l-akaċja li s-sena l- oħra tqaċċtu mill-inħawi ta' madwar l-iskola primarja ta' San Ġiljan, peress li qed ikerrhu l-post u jagħtu dehra ta' telqa u żdingar?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Iz-zkuk se jitwarrbu mill-aktar fis possibbli.", "INFIQ KAPITALI", "22319.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l- Ministru tgħid kemm hi n-nefqa taħt kull item of expenditure għal din is- sena s'issa, sew kapitali kif ukoll rikorrenti, tal-ministeru tagħha?", "Kemm hu l-ammont kommess għan-nefqa taħt kull item u li s'issa għadu ma tħallasx?", "Saru xi trasferimenti ta' fondi minn item għal ieħor?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "Nikkonferma li matul din is-sena saru xi trasferimenti ta' fondi minn item għal ieħor.", "TRASFERIMENT TA' INDIRIZZI", "22320.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm persuni ttrasferew ir-residenza u l-karta ta' l-identita' tagħhom minn Malta għal Għawdex mill-1 ta' Mejju 2005, xahar b'xahar?", "ONOR.", "TONIO BORG: L-istatistika dwar trasferiment ta' indirizzi ma tinżammx xahar xahar, iżda f'perijodi ta' sitt xhur.", "Għaldaqstant mit- tagħrif disponibbli jidher li minn April sa Settembru, 2005 kien hemm 191 persuna li ttrasferew ir-reġistrazzjoni tar-residenza tagħhom minn Malta għal Għawdex ma' l-uffiċċju elettorali li jamministra l-proċess ta' ħruġ u tibdil tal-karta ta' l-identita' u ppubblikat fir-reġistru elettorali, minn Ottubru, 2005 sa Marzu, 2006 kien hemm 89 persuna, filwaqt li minn April sa Ottubru 2006 kien hemm 237 persuna.", "PRODOTT GROSS DOMESTIKU", "22321.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien il-prodott gross domestiku ta' Għawdex mill-2003 'il hawn fi prezzijiet tas-suq u prezzijiet kostanti?", "Kemm kien ras għal ras fl-istess snin u fl-istess prezzijiet?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-uffiċċju nazzjonali ta' l-istatistika se jippubblika l-prodott gross domestiku għal Għawdex fi prezzijiet tas-suq għall-perijodu 1999 sa l-2005 lejn l-aħħar ta' Diċembru, 2006.", "Dan mhux se jinkludi l-prodott gross domestiku fi prezzijiet kostanti.", "GOZO CHANNEL", "22322.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm biljetti nbigħu mill-Gozo Channel għal servizz bil-baħar bejn Għawdex u Malta, xahar xahar minn Marzu 2005 'il hawn lil:", "passiġġieri residenti Għawdex bla vettura;", "passiġġieri residenti Għawdex bil-vettura;", "passiġġieri residenti Malta bla vettura għas-snin meta t-tariffa kienet differenti mit-tariffa tal-passiġġieri barranin;", "passiġġieri residenti Malta bil-vettura għas-snin meta t-tariffa kienet differenti mit-tariffa tal-passiġġieri barranin;", "passiġġieri barranin bla vettura għas-snin meta t-tariffa kienet differenti mit-tariffa tal-passiġġieri residenti Malta;", "passiġġieri barranin bil-vettura għas-snin meta t-tariffa kienet differenti mit-tariffa tal-passiġġieri residenti Malta; u", "passiġġieri residenti Malta u passiġġieri barranin għas-snin li t- tariffa kienet l-istess?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.", "SERVIZZ TAL-HELICOPTER", "22324.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l- Ministru tgħid kenitx qed titħallas VAT fuq is-servizz tal-helicopter?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Sal-lum il-kumpannija Helisureste ħallset il-VAT kollha dovuta.", "PUMPING STATIONS TAD-DRENAĠĠ", "22325.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid f'dawn l-aħħar tliet snin kemm-il darba ġew imnaddfa s-sentini tal-pumping stations tad-drenaġġ ta' Malta u Għawdex mill-materjal solidu li jinġabar fihom biex ikunu jistgħu jaħdmu bil-potenzjal massimu tagħhom, minflok jibqa' jiġri kif qed jiġri bi żbruffar ta' drenaġġ bħal f'inħawi tal-Gżira u Tas-Sliema?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "WSC - INTERVIST", "22327.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk matul din is-sena sarux intervisti ta' l-impjegati tad-dipartiment tad- drenaġġ mal-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma biex ikun hemm titjib fil-gradi u biex isiru t-team leaders?", "Xi kriterji tħaddmu biex il- ħaddiema jingħataw il-marki?", "Jista' ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra lista sħiħa ta' l-impjegati u l-marki li ġabu fl-intervisti u fuq liema bażi ngħataw dawn il-marki?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Il-kriterji li ntużaw biex jingħataw il-marki fl- intervisti ta' min applika għal team leader fis-sezzjoni wastewater tal- korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma kienu, suitability, experience u qualifications.", "Il-bażi li fuqha ngħataw il-marki kienu 30% suitability, 40% experience u 30% qualifications.", "Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra lista sħiħa tal-ħaddiema li applikaw u l- marki li ngħataw, kif ippublikata fuq in-notice board tal-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma.", "WSC – MULTI-SKILLING", "22328.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid matul din is-sena kemm-il darba gie organizzat taħriġ ta' multi-skilling fil- korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma għall-ħaddiema tat-taqsima tad- drenaġġ?", "Kemm ħadu sehem f'dan it-taħriġ?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Il-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma tagħti taħriġ lill-ħaddiema kollha tat-taqsima tal-wastewater (drenaġġ) dwar is-saħħa u s- sigurta' fuq il-post tax-xogħol u dwar customer care.", "Jingħata taħriġ ieħor ta' diversi tipi permezz ta' korsijiet li jkunu miftuħa għal kulmin ikun interessat li japplika.", "S'ssa għadu mhux qed isir taħriġ speċifiku ta' multi-skilling għal ħaddiema fis-sezzjoni tal-wastewater.", "FUNERAL TA' EX MEMBRU TA' L-ARMATA", "22329.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-forzi armati ta' Malta humiex se jgħinu fl-ispejjeż għall-funeral ta' persuna minn Pembroke li miet dan l- aħħar u li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, kif soltu jsir meta jmut xi membru ta' l-armata?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "SLEEPING POLICEMEN F'SAN ĠWANN", "22332.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Minħabba l-volum qawwi tat-traffiku, inkluż trakkijiet, li jkunu ġejjin mill-industrial estate ta' San Ġwann, tista' issir sleeping policemen fi Triq San Ġiljan, San Ġwann, biswit id-djar 109 u Nirvana?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Minn spezzjoni li saret fuq il-post indikat minn uffiċjali ta' l-awtorità dwar it-trasport waqt il-ħin tad-dħul u l-ħruġ ta' l-iskola rriżulta li l-problemi relatati mal-volum tat-traffiku u t- trakkijiet fi Triq San Ġiljan huma kkawżati minn parkeġġ illegali ta' karozzi li jikkreaw ostaklu lit-traffiku.", "Għaldaqstant l-awtorità se tikkuntattja l-enti kompetenti sabiex f'din iż- żona jsir l-infurzar tal-motor vehicle regulations kif meħtieġ.", "ZEBRA CROSSING F'SAN ĠWANN", "22335.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Tista' issir zebra crossing fi Triq San Ġiljan, San Ġwann fejn tibda Triq Birkirkara quddiem l-istabiliment BSL lifestyles qabel ma tikser għal Triq it-Trunċiera t-Twila?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Minn spezzjoni li saret fuq il-post indikat minn uffiċjali ta' l-awtorità dwar it-trasport irriżulta kif jidher hawn taħt:", "Il-wisa' tat-triq quddiem BSL lifestyles hija ta' 12.6 metru (refuge island tkun meħtieġa fejn it-triq tkun usa minn 11-il metru).", "L-ammont ta' vetturi li għaddew minn Triq Birkirkara bejn is-7.30 a.m. u t-8.30 a.m. kien ta' 952 vetturi.", "Għaldaqstant is-sit indikat se jkun analizzat fid-dawl ta' din it-talba u fil-kontest tal-madwar.", "KOPERATTIVA TA' MIN IRABBI L-MAJJAL", "22339.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 22152 u jgħid x'ġara mill-wegħda ta' l-art/bini/fond li kellu jingħata mill-gvern lill-koperattiva ta' min irabbi l-majjal?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Kienu saru diskussjonijiet mal-koperattiva ta' min irabbi l-majjal dwar razzett ġdid biex toperah din l-istess koperattiva fuq inizjattiva tagħha.", "Ġew eżaminati diversi possibbiltajiet, iżda l- inizjattiva dejjem kienet tal-koperattiva ta' min irabbi l-majjal.", "Tant hu hekk, li kienet hi stess li applikat għal outline development application.", "GĦALQA TA' KOLA, RABAT", "22340.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 22145 u jinvestiga l-possibbilta' li tissolva l-problema ta' l-għalqa ta' Kola fir- Rabat minħabba li qed tħalli impatt negattiv fuq saħħet ir-residenti u t- turisti minħabba t-trabijiet li qed tikkawża?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Qed issir kordinazzjoni bejn in-network infrastructure directorate u s-sovrintendenza tal-patrimonju kulturali rigward ix-xogħlijiet li jistgħu jsiru fl-għalqa in kwestjoni.", "INDUSTRIJA TAL-MANIFATTURA F'GĦAWDEX", "22341.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien il-bejgħ medju fil-ġimgħa għal kull ħaddiem fid-diversi setturi ta' l-industrija tal-manifattura f'Għawdex u f'Malta separatament mill-2004?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Id-data mitluba ma teżistix separatament għal Malta u għal Għawdex.", "TEATRU RJAL", "22344.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 22147 u jgħid x'ġara mill-pjan u l-proġett tal-gvern għall-bini tat-Teatru Rjal fil- Belt Valletta?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-Onor.", "Interpellant hu mitlub jirriferi għat- tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 22147.", "PREZZ TA' L-GĦENEB", "22345.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 22139 u jinformana bl-investigazzjoni li saret mill-ministeru dwar il-qagħda fl- industrija ta' għasir ta' l-għeneb għall-inbid lokali?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Il-prezz ta' l-għeneb jiġi ffissat kummerċjalment bejn l-għassar u l-bidwi individwali, għalhekk m'iniex f'pożizzjoni li nagħti ċ-ċifri mitluba.", "PENSJONI", "22360.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Jista' jiġi vverifikat jekk persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, hux jieħu l-pensjoni u l-benefiċċji soċjali li hu intitolat għalihom?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Il-persuna indikata ġiet informata bil-miktub mid- dipartiment tas-sigurta' soċjali dwar il-każ tagħha.", "PENSJONI TAD-DIŻABILITA'", "22361.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru tindika jekk persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament u li kellha amputation taż-żewġ saqajn, hijiex intitolata għal xi disability pension apparti l-pensjoni statutorja tagħha?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Il-persuna indikata ġiet informata bil-miktub mid- dipartiment tas-sigurta' soċjali dwar il-każ tagħha.", "SURCHARGE FUQ ID-DAWL U L-ILMA", "22375.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 21413, 21607 u 21744 u jgħid kemm kien id-dħul ta' l-Enemalta mis-surcharge tad-dawl u l-ilma matul din is-sena?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jirriferi għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 22078.", "KAŻI TA' SERQ", "22384.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew rapportati każi ta' serq jew vandaliżmu fil-grounds ta' l-universita'?", "X'insteraq u xi ħsara saret?", "ONOR.", "TONIO BORG: Bejn Jannar u Ottubru, 2006 ġew irrapportati lill- pulizija 41 każ ta' ħsarat fil-viċinanzi ta' l-universita'.", "ĦADDIEMA TAS-SERVIZZ PUBBLIKU", "22385.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm persuni jaħdmu bħala part-timers mal-gvern?", "X'tip ta' xogħol jagħmlu?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Fil-preżent hawn 380 persuna jaħdmu fuq bażi part- time fis-servizz pubbliku li 317 minnhom qegħdin fi grad part-time, filwaqt li t-63 l-oħra qegħdin fuq kuntratt part-time.", "Dettalji tax-xogħol li jagħmlu jinsabu fil-lista li qed titpoġġa fuq il- mejda tal-Kamra.", "REATI F'PACEVILLE", "22386.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm reati saru u/jew ġew rapportati f'Paceville u fil-madwar din is-sena?", "X'tip ta' reati huma?", "ONOR.", "TONIO BORG: Bejn Jannar u Ottubru, 2006 il-pulizija kellha 467 rapport ta' reati li jidhru li seħħew ġo Paceville.", "Dawn kienu jinkludu attentati ta' offiżi, offiżi fuq il-persuna, ħsara volontarja, offiżi relatati ma' droga, falsifikazzjoni, offiżi relatati ma' immigrazzjoni, offiżi sesswali, serq u ksur tal-buon ordni.", "TQASSIM TA' SIRINGI", "22387.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' l-Ministru jgħid kemm siringi tqassmu lil persuni li jabbużaw mid-droga minn kull health centre din is-sena?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: It-total ta' siringi li tqassmu lil persuni li jabbużaw mid-droga minn kull health centre bejn Jannar u Ottubru, 2006 hu kif jidher hawn taħt:", "|Lokalita' |Ammont | |Floriana |32,369 | |Ħal Qormi |11,056 | |Gżira |36,510 | |Raħal Ġdid |55,300 | |Bormla |21,400 | |Mosta |17,951 | |Rabat | 5,171 |", "SERQ TA' MOBILE PHONES", "22388.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm mobile phones insterqu din is-sena?", "Kemm minnhom ġew solvuti?", "ONOR.", "TONIO BORG: Bejn Jannar u Ottubru ta' din is-sena ġew irrapportati lill-pulizija li nsterqu 1,719 mobile phones.", "L-informazzjoni dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija mhijiex disponibbli taħt forma ta' statistika komputerizzata.", "TJUR", "22389.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm tjur miżmuma mid- dipartiment ta' l-ambjent wara li nġabru minħabba l-biża' tal-bird flu?", "Issa li għadda kollox, meta se jerġgħu jintelqu?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: In-numru ta' tjur li qed jinżammu ġewwa Fort Delimara huwa ta' 313.", "RAPPORTI TA' SERQ", "22412.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm serqiet ġew imwettqa matul Settembru 2006?", "Jista' jikklassifika s-serq?", "Kemm ġew solvuti matul l-istess xahar?", "ONOR.", "TONIO BORG: Il-każi ta' serq rapportati lill-pulizija matul Settembru, 2006 kien kif jidher hawn taħt.", "Matul l-istess xahar il-pulizija solviet 32 każ ta' serq li 13 minnhom diġa' nbdew proċeduri kriminali quddiem il-qorti.", "|Hold up |3 | |Pick pocketing |30 | |Snatch & grab |25 | |Serq minn dgħajjes |11 | |Serq ta' dgħajjes |9 | |Serq ta' karozzi |51 | |Serq minn karozzi |259 | |Serq minn residenzi|63 | |Serq minn |40 | |bars/lukandi | | |Serq minn xtajtiet |48 | |Serq minn fabbriki |6 | |Serq minn ħwienet |32 | |Serq ieħor |266 |", "RAPPORTI TA' REATI", "22413.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm reati ġew imwettqa matul Settembru 2006?", "Jista' jikklassifika r-reati?", "Kemm ġew solvuti matul l-istess xahar?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ir-reati rapportati lill-pulizija matul Settembru, 2006 kienu kif jidher hawn taħt.", "Matul l-istess xahar kien hemm 38 persuna misjuba ħatja ta' reati kriminali.", "|Abandonment of child |1 | |Against morals/honour – |1 | |family | | |Arson |5 | |Attempted offences |100 | |Body harm |83 | |Computer misuse |3 | |Damage |245 | |Drugs |11 | |Forgery |9 | |Fraud |10 | |Illegal immigration |13 | |Perjury/false swearing |1 | |Sexual offences |8 | |Theft |843 | |Threats and private |4 | |violence | | |Violation of places of |1 | |confinement | | |Violence against public |10 | |officers | |", "RAPPORTI TA' SERQ", "22415.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm serqiet ġew imwettqa matul Ottubru 2006?", "Jista' jikklassifika s-serq?", "Kemm ġew solvuti matul l-istess xahar?", "ONOR.", "TONIO BORG: Il-każi ta' serq rapportati lill-pulizija matul Ottubru, 2006 kienu kif jidher hawn taħt.", "Matul l-istess xahar il-pulizija solviet 51 każ ta' serq li f'35 minnhom diġa' nbdew proċeduri kriminali quddiem il-qorti.", "|Hold up |9 | |Pick pocketing |29 | |Snatch & grab |7 | |Serq minn dgħajjes |7 | |Serq ta' dgħajjes |1 | |Serq ta' karozzi |66 | |Serq minn karozzi |261 | |Serq minn residenzi|64 | |Serq minn |21 | |barijiet/lukandi | | |Serq minn xtajtiet |12 | |Serq minn fabbriki |3 | |Serq minn ħwienet |26 | |Serq ieħor |277 |", "RAPPORTI TA' REATI", "22417.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm reati ġew imwettqa matul Ottubru 2006?", "Jista' jikklassifika r-reati?", "Kemm ġew solvuti reati matul l-istess xahar?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ir-reati rapportati lill-pulizija matul Ottubru 2006 kienu kif jidher hawn taħt.", "Matul l-istess xahar kien hemm 47 persuna misjuba ħatja ta' reati kriminali.", "|Against morals/honour - |2 | |family | | |Arson |7 | |Attempted offences |118| |Body harm |88 | |Computer misuse |3 | |Crimes against religious |1 | |sentiment | | |Damage |247| |Drugs |9 | |Forgery |8 | |Fraud |9 | |Illegal immigration |18 | |Prostitution |8 | |Sexual offences |7 | |Theft |783| |Threats and private |3 | |violence | | |Violence against public |16 | |officers | |", "GĦOTI TA' MIDALJI LILL-MEMBRI TA' L-ARMATA", "22419.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jikkonferma jew jiċħad li l-armata talbet lura mingħand is-suldati l-medalja long service li għadha kemm ingħatatilhom xi xahrejn ilu?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jirriferi għat- tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 22353.", "CASINO DI VENEZIA", "22427.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Ma jarahiex stramba l-Prim Ministru li wara li reġgħet ingħatat il- liċenzja lill-casino di Venezia, b'kumbinazzjoni ċ-CEO il-ġdid tal-casino maħtur kien chief inspector ta' l-awtorita' tal-lotteriji u logħob?", "Tenendo kont anke l-fatt li f'Malta hawn biss tliet casinos, ma jidhirlux li l-fatt li CEO ta' wieħed minnhom kien ex-chief inspector ta' l-awtorita' jindika vantaġġ fuq l-operaturi l-oħra?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "ONLINE BETTING", "22428.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-awtorita' tal-lotteriji u logħob ħaditx il-prekawzjonijiet neċessarji stante li ex-admisses is- soċjeta' BellMed qed tokkupa dominant position fis-suq Malti dwar online betting, meta dan mhux konformi la mad-direttivi ta' l-Unjoni Ewropea u lanqas mal-liġi tagħna tal-kompetizzjoni?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "AWTORITA' TAL-LOTTERIJI U LOGĦOB", "22429.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jaf il-Prim Ministru li l-ex-legal advisor jew uffiċjal ta' l- awtorita' tal-lotteriji u logħob li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, preċedentement kien jokkupa il-kariga ta' segretarju ta' l- għaqda tal-proprjetarji tal-kaxxi tal-logħob?", "Huwa ġustifikat f'dan is- sens is-suspett li waħda mir-raġunijiet għaliex ma ġietx implimentata immedjatament it-taxxa l-ġdida kien minħabba dan l-istat ta' fatt?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "GAMBLING MACHINES", "22430.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hawn gambling machines (VLT)?", "Kemm hu stmat il-valur tagħhom?", "Dawn huma liċenzjati mill-awtorita' tal- lotteriji u logħob?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "CASINO DI VENEZIA", "22431.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jgħid min kien l-avukat, jew ditta ta' avukati, li ħa ħsieb l-interessi tal-casino di Venezia meta din kellha l- liċenzja tagħha sospiża?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "AWTORITA' TAL-LOTTERIJI U LOGĦOB", "22432.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex l-awtorita' konċernata mhux qiegħda tirregola l-payouts fil-makni tal-logħob biex tipproteġi l-ġokaturi u l-konsumaturi, speċjalment il-minorenni?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "RESERVED PARKING", "22447.", "L-ONOR.", "ROBERT ARRIGO staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jispjega f'liema kriterju l-uffiċċju ta' l- ombudsman daħal fi kwestjoni ta' għoti ta' reserved parking lil persuna li ma ssuqx u ma tilħaqx il-kriterji li hemm illum?", "Hawn qed nirriferi għal każ partikolari magħruf f'Tas-Sliema u li tlabt lill-istess uffiċċju ta' l- ombudsman biex jinvestiga.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jindika liema huwa l-każ li għalih qiegħed jirriferi."]} {"filename": "20051118_328d_par.doc", "date": "2005-11-18", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Uffiċjali u Rivedut) L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 328 Il-Ġimgħa, 18 ta' Novembru, 2005 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 328 Il-Ġimgħa, 18 ta' Novembru, 2005", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-9.00 a.m.", "Talba", "Seduta Nru. 328", "Il-Ġimgħa, 18 ta' Novembru, 2005", "WERREJ", "MINUTI 277", "MISTOQSIJIET 277", "TQEGĦID TA' KARTI 277", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "KUMITAT TA' PROVVISTA", "ESTIMI ĠENERALI 2006 - IT-TLETTAX-IL JUM STABILIT", "UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU U MINISTERU TAL-FINANZI 278", "AĠĠORNAMENT 318", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 319", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 327 li saret fis-17 ta' Novembru, 2005, ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Carmelo Abela): Skond il-mozzjoni ta' proċedura tal-31 ta' Ottubru, 2005 il-ħin tal-Mistoqsijiet mhux se jittieħed u l-interpellanzi kollha li jidhru fuq l-aġenda qed jingħataw tweġiba bil-miktub.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' Karti u nsejjaħ lis-Segretarju Parlamentari.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "TONIO FENECH (Segretarju Parlamentari): Sur President, f'isem il- Ministru għat-Turiżmu u Kultura nqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar l-ispiża fuq l-implimentazzjoni ta' master plan għas- settur turistiku, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 15621.", "f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar il-prezz medju tad-dulliegħ u l-bettieħ għal Jannar u Settembru tas-snin bejn l-2000 u l-2005, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 15666;", "Tagħrif dwar il-prezz medju tal-frawli għal Jannar u Settembru tas- snin bejn l-2000 u l-2005, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 15667; u", "f'isem il-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tabella li turi l-għadd ta' vetturi bil-mutur, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari 15690.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Ngħaddu issa għall-Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "KUMITAT TA' PROVVISTA", "ESTIMI ĠENERALI 2006", "IT-TLETTAX-IL JUM STABILIT", "UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU U MINISTERU TAL-FINANZI", "L-ordni għall-Kumitat ġie moqri", "FIL-KUMITAT", "L-Onor.", "Carmelo Abela, President tal-Kumitat, jippresjedi.", "THE CHAIRMAN: Ninforma lill-kumitat li skond il-mozzjoni tal-31 ta' Ottubru, 2005 il-ħin tad-diskussjoni llum huwa maqsum fuq żewġ seduti, bil- ħin jinqasam indaqs bejn kelliema tal-gvern u kelliema ta' l-oppożizzjoni u bl-aħħar nofs għall-gvern.", "Jekk jogħġbu, is-Segretarju Parlamentari jressaq ir-riżoluzzjonijiet tiegħu.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Sur President, f'isem il-prim ministru u ministru tal-finanzi nipproponi:", "VOT 1 - UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm726,124 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 1 – Uffiċċju tal-President, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2006.", "VOT 2 - KAMRA TAD-DEPUTATI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 1,186,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 2 – Kamra tad-Deputati, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2006.", "VOT 5 - UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 7,451,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 5 – Uffiċċju tal-Prim Ministru, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2006.", "VOT 6 - KUMMISSJONI DWAR IS-SERVIZZ PUBBLIKU", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm131,888 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 6 – Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas- sena 2006.", "VOT 7 - FORZI ARMATI TA' MALTA", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm13,320,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 7 – Forzi Armati ta' Malta, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2006.", "VOT 8 - INFORMAZZJONI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm607,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 8 – Informazzjoni, kif dettaljata fl- Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2006.", "VOT 9 - STAMPERIJA TAL-GVERN", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm594,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 9 – Stamperija tal-Gvern, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2006.", "VOT 10 - UFFIĊĊJU ELETTORALI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm959,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 10 – Uffiċċju Elettorali, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2006.", "VOT I - UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm1,912,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot I – Uffiċċju tal-Prim Ministru, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2006.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Anthony Abela, Segretarju Parlamentari, jista' iressaq ir-riżoluzzjonijiet tiegħu.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (Segretarju Parlamentari): Sur President, nipproponi:", "VOT 19 - MINISTERU TAL-FINANZI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm28,366,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 19 – Ministeru tal-Finanzi, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2006.", "VOT 20 - TEŻOR", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm5,701,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 20 - Teżor, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2006.", "VOT 21 - PENSJONIJIET", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm659,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 21 - Pensjonijiet, kif dettaljata fl- Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2006.", "VOT 22 - PUBLIC DEBT SERVICING", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm100,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 22 – Public Debt Servicing, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2006.", "VOT 23 - TAXXI INTERNI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm5,907,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 23 – Taxxi Interni, kif dettaljata fl- Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2006.", "VOT 24 - DWANA", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm5,545,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 24 – Dwana, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2006.", "VOT 25 - V.A.T.", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm2,762,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 25 – V.A.T., kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2006.", "VOT 26 - KUNTRATTI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm493,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 26 – Kuntratti, kif dettaljata fl- Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2006.", "VOT 27 - POLITIKA EKONOMIKA", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm461,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 27 – Politika Ekonomika, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2006.", "VOT III - MINISTERU TAL-FINANZI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm51,542,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot III – Ministeru tal-Finanzi, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2006.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Charles Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Sur President, kif inhi l-konswetudni se nipproponi din l-emenda:", "VOT 5 - UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU", "Personal Emoluments", "Item 11 - Holders of Political Office", "Ħassar iċ-ċifra \"Lm31,504\" u ssostitwixxi minflok iċ-ċifra \"Lm31,503\".", "Delete the figure \"Lm31,504\" and substitute therefor the figure \"Lm31,503\".", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Noel Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Sur President, nipproponi din l-emenda:", "VOT 19 - MINISTERU TAL-FINANZI", "Personal Emoluments", "Item 11 - Holders of Political Office", "Ħassar iċ-ċifra \"Lm14,382\" u ssostitwixxi minflok iċ-ċifra \"Lm14,381\".", "Delete the figure \"Lm14,382\" and substitute therefor the figure \"Lm14,381\".", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "L-Onor.", "Charles Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Sur President, naħseb li m'għandix għalfejn ngħid li segwejt u se nkompli nsegwi bir-reqqa dak kollu li jingħad min-naħa tal- gvern għax nemmen li xogħolna hu li nanalizzaw u nevalwaw il-kriterji li qed jiffissa l-gvern stess.", "Ngħid għalija fuqhom irridu niġġudikawh.", "Issa f'kull vot li kellna stajna nisimgħu kelliema diversi tan-naħa l-oħra jfakkruna li suppost qegħdin ngħixu aħjar, li taparsi qegħdin nikkontrollaw id-deficit u anke jgħidulna li l-ekonomija qed tikber.", "Għaldaqstant tajjeb li nittrattaw dawn il-kriterji ssetjati mill-gvern stess ħalli naraw jekk il-gvern hux jilħaq l-għanijiet tiegħu jew inkella, bħal ħafna affarijiet oħra fl-esperjenza politika ta' dawn l-aħħar snin, huwiex biss jinqeda bi slogans politiċi rħas u b'riżultati li suppost jagħmlu ġid lill-pajjiż imma li fir-realta' ma fihom sustanza ta' xejn.", "Ikun tajjeb li ninnotaw li kważi l-ministri kollha rriferew għar-rapporti li l-gvern ippubblika mal-medda taż-żmien.", "Naturalment ilkoll kemm aħna nafu li rapporti u konsulenzi saru ħafna u fuqhom intnefqu l-miljuni tal- liri.", "Biżżejjed nikkwota dak li qal l-Onor.", "Ċensu Galea f'dawn l-aħħar jiem meta qal li:", "\"Tajjeb li wieħed jgħid li dan id-dokument huwa wieħed minn oħrajn li ġew ippubblikati aktar kmieni matul is-sena, li allura jagħtu ħarsa lejn l-attivita` ekonomika u politika f'dan il-pajjiż mhux għal perijodu wieħed jew għal sena waħda, imma jagħtu ħarsa fuq numru ta' snin.\".", "Din hija xi ħaġa li qed tiġi ripetuta f'kull ministeru u nistgħu ngħidu li għandna ruxxmata rapporti, fosthom dak il-wieħed li saret l-aktar enfasi fuqu sabiex il-gvern iqajjem ftit il-feel-good factor fost in-nies, bit- titlu \"Sabiex Inti Tgħix Aħjar\".", "Allura tkun ħaġa tajba jekk nistaqsu lill- poplu in ġenerali jekk huwiex qiegħed jgħix aħjar.", "Jien ngħid li għandna nagħmlu din id-domanda lin-nies fis-setturi kollha.", "Bit-tmexxija ta' gvern Nazzjonalista mis-sena 2003 sal-lum, inti qiegħed tgħix aħjar?", "Jien nistaqsi lil dawk it-850 impjegat tad-Denim u lil dawk il-100 l-oħra tal-Lloyds, apparti l-ħaddiema l-oħra li tilfu l-impjieg tagħhom minn postijiet oħra, ħalli naraw jekk humiex qegħdin jgħixu aħjar.", "Nistgħu nistaqsu lil dawk il-familji li huma milquta minn dan it-telfien ta' impjiegi, lil dawk il-koppji żgħażagħ li f'daqqa waħda ma jistgħux ikomplu jonoraw il-commitments li daħlu għalihom, fosthom li jħallsu lura lill- bank il-flus li ssellfu sabiex jibnu saqaf fuq rashom, lil dawk il-familji li għandhom tfal żgħar u li għandhom ħafna spejjeż ta' l-iskola xi jħallsu, lil dawk in-nies l-oħra kollha li f'daqqa waħda spiċċaw ma jafux minn fejn se jġibu l-għajxien tagħhom u kif se jlaħħqu ma' l-impenji tagħhom u nista' nibqa' sejjer.", "Il-futur tagħhom dawn jidher aktar sabiħ?", "Forsi għandhom tama aktar qawwija għall-futur?", "Il-livell u l-kwalita` tal-ħajja tagħhom qiegħda titjieb?", "Lil dawn imissna mmorru nistaqsu jekk humiex qegħdin jgħixu aħjar!", "Xi ngħidu mbagħad għal ħafna pensjonanti li għandna f'pajjiżna!", "Jien għandi lil ommi u lil missieri pensjonanti, kif għandhom il- maġġoranza tal-membri hawnhekk.", "Dawn in-nies qegħdin jaraw il-pensjoni tagħhom titnaqqar minħabba l-inflazzjoni li aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar tirranka, speċjalment f'dawk l-oqsma li għandhom l-aktar impatt fuq l- anzjani, bħalma huma s-saħħa, l-ikel u s-servizzi personali li l-aktar jiġu bżonn.", "Barra minn hekk, min huwa intitolat għall-pilloli b'xejn mill- isptar, meta jkollu bżonn xi mediċina mhux qiegħed jinqeda għaliex din m'hijiex tkun available.", "Allura nistgħu nistaqsu wkoll lil dawn in-nies jekk humiex qegħdin jgħixu aħjar.", "Ovvjament ir-risposta nħalluha għalmin qiegħed jismagħna, Sur President.", "Għandna wkoll lil dawk il-persuni li qegħdin jistennew sabiex issirilhom xi operazzjoni.", "Nafu bil-queues ta' l-operazzjonijiet li dejjem jitwalu u dan mhux minħabba li l-poplu qiegħed jimrad aktar, iżda tort ta' l- ineffiċjenza min-naħa tas-servizz tas-saħħa.", "Barra minn hekk qegħdin naraw li l-apparat fl-isptarijiet mhux qiegħed jiffunzjona tajjeb minħabba li l- allokazzjoni tar-riżorsi finanzjarji qed issir b'mod żbaljat.", "Imbagħad min- naħa l-oħra nonfqu kemm irridu fuq il-leasing tal-karozzi, xi ħaġa li mhix qed ngħidha jien iżda qed jgħidha l-awditur ġenerali.", "Ukoll nonfqu ħafna fuq konsulenzi u kuntratti, Sur President.", "Issa hawnhekk m'iniex nimplika li m'għandniex nieħdu parir, pero` jien dejjem ngħid li dik il-konsulenza jew dak ir-rapport irid jagħtina riżultat u jrid jagħtina programm ta' implimentazzjoni u mhux nagħmlu programmi li nistgħu nniżżluhom minn fuq l-internet u kemm naqbdu nagħmlu copy and paste u ejja ħa mmorru.", "Dawk m'humiex rapporti.", "Allura minħabba l-allokazzjoni ħażina tar-riżorsi, dak li huwa l-aktar bżonjuż, bħal fil-każ tas-servizz tas-saħħa, ma jsirx jew inkella jieħu ż-żmien sabiex isir, bil-konsegwenza li l-lista ta' l-operazzjonijiet qiegħda dejjem titwal.", "Allura lil dawn in- nies ukoll għandna nistaqsuhom: Inti qed tgħix aħjar?", "U nippretendi risposta għal din il-mistoqsija u mhux kemm naqbdu u ngħidu li n-nies qegħdin iħossuhom aħjar, Sur President.", "Din l-istess ħaġa bħal meta tmur tara pazjent l-isptar li jkun fuq il- morfina minħabba l-uġigħ li jkollu u ma tkunx taf x'se taqbad tgħidlu u tispiċċa tgħidlu li ma tkunx qed tarah ħażin, meta deep down taf li mhux se jirnexxielu jgħix sa l-għada filgħodu.", "Dan huwa l-atteġġament li qegħdin naraw quddiemna u żgur li dan m'huwiex xi atteġġament li se jġib lil pajjiżna 'l quddiem.", "Jekk aħna ma nagħrfux il-problemi li għandna quddiemna u kif se nirreaġixxu minn issa għalihom m'aħniex se nkampaw, Sur President.", "Imbagħad insibu lil dawk li qegħdin fil-faxxa tan-nofs u lil dawk li għandhom paga relattivament baxxa li qed ikollhom jaffaċċaw rata ta' inflazzjoni dejjem togħla, pero` l-paga tagħhom mhix qiegħda tikber biżżejjed biex tlaħħaq mar-rata ta' inflazzjoni.", "Barra minn hekk l- ispejjeż tagħhom qegħdin dejjem jiżdiedu, l-aktar issa bis-surcharge fuq id- dawl u l-ilma.", "Naħseb li kollha kemm aħna niltaqgħu ma' dawn il-familji u lil dak il-politiku li ma jiltaqax mal-familji nistħajlu jgħix f'kastell ta' l-avorju, 'il bogħod mir-realta'.", "Allura meta tiltaqa' ma' dawn il- familji jew meta tmur għandhom u tistaqsihom jekk humiex qed jgħixu aħjar, x'taħsbu li tkun ir-risposta tagħhom?", "Naħseb li r-risposta kollha kemm aħna nafuha.", "U l-istess ħaġa meta tmur tistaqsi lis-self-employed u lill- businessmen, ngħidu aħna fil-każ ta' dawk li nvestew fil-qasam turistiku.", "Is-settur privat għandu aktar minn Lm500 miljun dejn mal-banek u dawn in- nies qed iħallsu mgħaxijiet ta' 7% u anke 8%.", "Barra minn hekk, meta ma jlaħħqux mal-pagamenti qegħdin jeħlu penalties li mhumiex żgħar.", "Dawn huma r-realtajiet li qegħdin naraw illum.", "Imbagħad tiltaqa' magħhom u jgħidulek li l-banek qegħdin jiġru warajhom sabiex itellgħulhom il- proprjeta` għas-subbasta għaliex ma jkunux ħallsu.", "Allura quddiem din ir- realta` kif jista' ikun li dawn qegħdin jgħixu aħjar?", "U għalhekk meta aħna nippruvaw inqanqlu feel-good factor billi nippreżentaw rapporti sbieħ ma nkunu qegħdin nagħmlu xejn fir-realta` għax ir-rapporti waħedhom ma jġibu l- ebda kambjament fil-ħajja tal-bniedem.", "Hija l-ħidma, il-pjanifikazzjoni, dik li tkun taf fejn trid tasal, li tkun taf x'qed tagħmel u li tagħmel dawk il-programmi li tkun fassalt u timplimentahom sew u mhux toqgħod tħawwad u tbiddel il-ħin kollu ...", "Dak hu li jagħmel kambjament fil-ħajja tal-bniedem, Sur President.", "Per eżempju, kellna l-eko-kontribuzzjoni u nafu li f'sitt xhur inbidel erba' darbiet il-mod ta' kif tinġabar din it-taxxa.", "Dan l-aġir bilfors iħawwad lil min irid iħaddem din it-taxxa u lil dak li jkun ma tistax tagħtih tort jekk fl-aħħar jispiċċa biex ma jħaddimhiex is-sistema.", "Dawn huma r-realtajiet tal-lum u għalhekk naħseb li l-ewwel kriterju li ffissa għalih il-gvern għandna nħalluh f'idejn il-poplu sabiex jagħti r-risposta tiegħu.", "Madankollu jien naħseb li r-risposta għandha tkun waħda ċara: Sur Gvern, aħna m'aħniex qed ngħixu aħjar għaliex ir-realta` hija ħafna differenti minn dak li inti qiegħed tipprova tpinġielna.", "Bit-tpinġija tista' tgħix f'dinja ta' viżjoni, dinja ta' ħolm u dinja ta' idealiżmu, pero` d-dinja li qegħdin jgħixu fiha l-familji Maltin illum hija dinja ta' realta`, dinja ta' problemi, dinja li tirrikjedi lil min jagħti direzzjoni u joffri tama għall-futur.", "Imma issa ħalli niġi għal żewġ kriterji oħra li l-gvern iffissa għalih u li rridu nanalizzawhom sew, Sur President.", "F'dawn l-aħħar snin, il-partit Nazzjonalista fil-gvern ħareġ bil-premessa li jrid jikkontrolla d-deficit u allura nistgħu liberament ngħidu li mill- 2003 'l hawn, il-gvern qiegħed jiġġustifika dak li kien ilu jgħid il-partit Laburista.", "Aħna konna ilna ngħidu li l-qagħda finanzjarja hija waħda mwiegħra.", "Qabel l-2003, il-partit Nazzjonalista kien għadu jġibilna dak is- slogan fejn kien jidher raġel, ferħan u daħkan, b'tifel fuq spallejh, bil- missier jgħid lil ibnu: \"Ibni, serraħ moħħok għaliex il-finanzi tal-pajjiż huma fis-sod u l-futur tiegħek huwa assigurat.\".", "Dak is-slogan kien jagħti wkoll lil wieħed x'jifhem li dak li tgħid l-oppożizzjoni, fis-sens li rridu nkunu kawti fl-infiq tagħna u li hemm bżonn li nkabbru l-attivita' ekonomika sabiex inkabbru d-dħul tagħna u b'hekk naqdu l-obbligi tal-gvern, m'għandniex nagħtu widen tiegħu.", "Dan hu l-messaġġ li ħareġ minn dak is- slogan.", "Pero` llum il-messaġġ inbidel radikalment u nieħu gost li nbidel għaliex il-gvern ma setax jibqa' jgħix f'dinja tal-ħolm, għalkemm xorta waħda baqa' ma jammettix dnubietu.", "Ir-realta` hija l-problema kbira ta' dejn li dejjem jikber, Sur President.", "Fil-fatt id-dejn qiegħed jikber b'medja ta' Lm100 miljun fis-sena, iżda l- gvern jibqa' jipposponi d-dejn għal data oħra.", "Allaħares jagħmlu hekk fis- settur privat għaliex kieku ilhom li ħadulhom id-dar bis-subbasta!", "Issa l- gvern iffissa target u qal li d-deficit irid inaqqsu u saħansitra jniżżlu taħt it-3%, pero` hawnhekk ukoll iqumu l-mistoqsijiet għaliex għandna żewġ fatturi li rridu nsemmuhom.", "Għandna ekonomija li staġnat u anke rridu nammettu li s-settur tat-turiżmu għadu ma jistax jieħu r-ruħ.", "Ħafna ċaqliq u noqogħdu ngħidu li dan il-qasam żdied b'1%, biex imbagħad insibu li fil- fatt naqas u mhux żdied.", "Anke fil-manifattura qegħdin naraw li l- esportazzjoni qiegħda tonqos bil-mod il-mod, anke kellna okkażjonijiet fejn ħadet daqqa sewwa 'l isfel.", "F'rapport riċenti ta' l-FOI insibu li mis-sena 2000 sas-sena 2003, is- settur tas-servizzi, is-settur tal-produzzjoni u s-settur ta' l- esportazzjoni kien wieħed negattiv.", "Din hija r-realta` li nsibu llum.", "Illum qegħdin naraw li l-gvern issettja target li sas-sena 2007, id-deficit irid iniżżlu taħt it-3% u għalhekk beda bi proċess mingħajr ma kkalkola l- ebda konsegwenza.", "Qabad intaxxa lil kulħadd u firex it-taxxi mingħajr ma għamel analisi ta' kemm se tkun it-tax burden fuq l-ekonomija tagħna.", "F'temp ta' erba' snin, il-piż tat-taxxa bħala perċentwali tal-ġid nazzjonali żdied minn xi 29% għal kważi 38% u jidher ukoll li għas-sena d- dieħla se jkompli jiżdied u dan bla dubju ta' xejn b'impatt negattiv fuq l- attivita` ekonomika, anke jekk il-prim ministru jiġi jgħidilna li d-deficit kif ukoll il-ġbir tat-taxxi qiegħed taħt kontroll.", "Anke qalilna l-prim minitru li l-attivita` ekonomika qiegħda tikber u dan meta jekk wieħed iħares lejn il-qasam tal-manifattura, isib li din marret lura.", "Il-qligħ ta' min jopera f'dan is-settur naqas, l-esportazzjoni naqset, il-manufacturing sales naqsu u l-impjiegi f'dan is-settur naqsu.", "Issa ma rridux ninsew li l-manifattura hija 20% tal-GDP.", "Jekk inħarsu lejn it-turiżmu u r-related services – dan terġa' għandu ammont aktar għoli - naraw li l-qligħ mit-turiżmu mar lura.", "Tidħol fir-retailing, li huwa t- tielet l-akbar component u ssib l-istess tendenza negattiva.", "Dan jidher ċar anke miċ-ċifri li għandna ppubblikati.", "Imbagħad xi ħaġa li hija interessanti huma l-banek.", "Mela għandna ekonomija li mhix tiżviluppa biżżejjed mentri l-banek qed ikollhom qligħ fenomenali.", "Imbagħad tisma lil min jgħidlek li l-banek mhux qed ikabbru l-qligħ tagħhom minħabba li qed jagħtu l-kreditu Iill-qasam ta' l-industrija u l-qasam tat-turiżmu.", "Ejjew ma noqogħdux nidħku bina nfusna, Sur President.", "Issa d-deficit li l-gvern qiegħed jgħid li qed jikkontrolla ma nafx kemm huwa sostenibbli.", "Aħna ma rridux nilħqu t-targets tagħna sa l-2007, imbagħad tiġi l-elezzjoni ta' l-2007 u nħallu kollox għal wara.", "M'għandniex nerġgħu niġu f'din il-Kamra u ngħidu li l-problema reġgħet faqqset.", "Dik ma tkunx direzzjoni imma nkunu qegħdin sempliċement nidħku bina nfusna.", "Hekk qiegħed jagħmel il-gvern.", "Din is-sena l-gvern qal li n- nefqa għas-sena 2006 se jżidha biss b'1.7%.", "J'Alla jkun hekk ħalli għall- ewwel darba n-nefqa tkun bejn wieħed u ieħor simili għat-tkabbir ekonomiku, pero` tajjeb li nfakkru li n-nefqa tal-gvern dejjem kienet bejn 5% u 6% aktar mit-tkabbir ekonomiku matul l-aħħar erba' snin.", "Imma issa ħalli niġu għaċ-ċifri ppreżentati dwar id-deficit u s-sostenibilita` tiegħu, Sur President.", "Id-deficit jidher li se jkun ta' Lm76 miljun fl-aħħar ta' din is-sena, bejn wieħed u ieħor dak li ffissa sena ilu l-gvern, pero` mbagħad fl-aħħar tas- sena jista' ikollna xi ħaġa simili bħalma ġara matul is-sena li għaddiet.", "Per eżempju, fil-31 ta' Diċembru tas-sena l-oħra, sabiex nilħqu t-target tad-deficit, il-bank ċentrali għal xi raġuni jew oħra xtara l-proprjeta` tiegħu b'Lm4 miljun.", "Jekk dan ifisser li l-bank ċentrali xtara dik il- proprjeta' ħalli jintlaħaq it-target tad-deficit, allura din is-sena nistgħu nistennew xi ħaġa simili?", "Dan qiegħed ngħidu sabiex lill-gvern nuruh li lilna mhux se jgħaddina biż-żufjett.", "Dan m'huwiex il-mezz li bih tibbilanċja l-kotba tiegħek.", "Dan huwa biss xogħol tad-dilettanti u mhux ta' min irid ikun serju.", "Madankollu ħalli nkompli nitkellem fuq il-punt li kont qiegħed insemmi, Sur President.", "Id-dħul mit-taxxi fuq is-sena 2004 se jkun ta' kważi Lm37 miljun aktar, jiġifieri 5.3% aktar.", "Min-naħa l-oħra, l-ekonomija tagħna kibret bi 3.7% mentri f'termini reali kibret b'1.7% u allura hawnhekk ma nsibu l-ebda relazzjoni bejn it-tkabbir ekonomiku u d-dħul tal-gvern.", "Issa minfejn din iż-żieda kollha matul is-sena li ninsabu fiha?", "Il-gvern qalilna li mill- income tax daħħal iktar minħabba li n-nies qalgħu aktar, pero` jista' jgħidilna kemm mit-Lm13-il miljun li daħħal iktar kienu f'arretrati?", "Il- problema tagħna hija li ma naħdmux bis-sistema ta' l-accrual accounting iżda għadna nużaw il-cash accounting.", "Ovvjament għadna nużaw dan il-metodu għaliex konvenjenti għalina u mhux għax huwa serju.", "Jista' ikun il-każ, bħalma diġa` għedt, li t-taxxa fuq l-income kienet dovuta minn żewġ sorsi partikolari, is-settur tal-banek u s-settur tal-kostruzzjoni.", "U hawnhekk nixtieq niftaħ parentesi żgħira, Sur President.", "Nafu li s-settur tal-banek qiegħed jagħmel qligħ fenomenali u nagħmel appell lir-regolatur sabiex jara kif qegħdin isiru l-bank charges, kif iżiduhom u kif jimplimentawhom fuq kull servizz li jagħtu.", "Dan sabiex naraw li kollox isir b'mod ġustifikat fis-soċjeta` tagħna.", "Minn x'imkien dan il-qligħ qiegħed jiġi u għalhekk tajjeb li jkollna spjegazzjoni ċara ta' kif minn ekonomija li m'hijiex qiegħda tiżviluppa, qiegħed ikollna dan il-qligħ kollu mis-settur tal-banek.", "Min-naħa tiegħi ma rridx noqgħod nidħol fil-mertu tal-qligħ tal-banek - good luck to them after all - pero` nittama li dawn il-flus mhux qiegħed iħallashom il-konsumatur permezz ta' bank charges li dejjem jiżdiedu.", "Kif għedt, hemm is-settur tal- kostruzzjoni li wkoll mexa' 'l quddiem u kkwontribwixxa sostanzjalment għat- tkabbir ta' l-ekonomija.", "Nifhem li jistgħu jkunu dawn iż-żewġ oqsma li għenu l-aktar fid-dħul tal-gvern, pero` l-kumplament tas-setturi l-oħra li jiffurmaw il-maġġoranza assoluta tat-tkabbir ekonomiku, ma tawx kontribut akbar fl-income tax għaliex ma kellhomx qligħ akbar.", "Dan huwa rifless ukoll mill-istatistika, Sur President.", "Hawnhekk qegħdin naraw li ż-żieda fid-dħul min-national insurance kienet ta' madwar Lm1 miljun.", "Bażikament dan kien dovut għall-10% żieda li ħadu l- ħaddiema minħabba l-għoli tal-ħajja.", "Fil-fatt fl-estimi li għandna quddiemna nsibu li għandna reviżjoni 'l isfel tad-dħul min-national insurance ta' madwar Lm8 miljun fuq dak li kien approvat fl-1 ta' Jannar.", "Mela hawnhekk qegħdin naraw li d-dħul mit-taxxa ma ġiex minħabba li l- ħaddiema għamlu qligħ akbar.", "Mhux talli hekk, talli ż-żieda fis-settur privat f'termini reali kienet ħafna inqas mir-rata ta' inflazzjoni.", "Il- fatt huwa li n-national insurance ma żdeditx u allura d-dħul mit-taxxa żejda wisq probabbli huwa dovut għall-arretrati jew inkella għal ċerti setturi li għamlu qligħ aktar milli kien mistenni.", "Sur President, it-tieni fattur huwa ż-żieda mill-VAT.", "Dan għaliex il-gvern qalilna li mill-VAT se jdaħħal Lm27 miljun aktar.", "Mela dan ifisser li qed ikun hemm konsum aktar.", "Pero` imbagħad fl-istess nifs għedna li Lm15 miljun mid-dħul tal-VAT huwa dovut għall-fatt li s-sena l-oħra, minħabba r- regoli ta' l-Unjoni Ewropea, il-VAT ma baqgħetx tinġabar aktar at the point of entry imma at the point of consumption.", "B'hekk fis-sena 2005 kellek differiment tad-dħul tal-VAT ta' madwar Lm15 miljun.", "Fil-fatt dan joħroġ ċar mill-estimi li għandna quddiemna.", "Issa jekk tieħu dawn il-Lm15 miljun li suppost inġabru fl-2004 u tgħoddhom mas-somma reali li nġabret dik is- sena, naraw li din is-sena ġbarna inqas VAT.", "Fl-estimi nsibu li l-actual revenue, jiġifieri dak li verament inġabar sa l-aħħar ta' Diċembru ta' l- 2004, kien ilaħħaq is-somma ta' Lm141 miljun u jekk magħhom dawn ngħoddu l- Lm15 miljun li suppost inġabru fl-2006, insibu li s-somma suppost kellha tkun ta' Lm156 miljun sa l-aħħar ta' Diċembru ta' l-2004.", "Min-naħa l-oħra, il-gvern qiegħed jikkalkola li għal din is-sena jdaħħal is- somma ta' Lm168 miljun mis-sistema tal-VAT.", "Jekk minn din is-somma nnaqqsu l-Lm15-il miljun li suppost kellhom jiġu akkreditati fis-sena 2004, is- somma tkun ta' Lm153 miljun.", "Mela fir-realta` d-dħul mill-VAT se jkun ta' Lm3 miljun inqas matul is-sena 2005.", "Dan skond iċ-ċifri tal-gvern.", "Għalhekk dan qiegħed jerġa' jgiddeb lill-gvern fuq dak li qiegħed isostni, li d-dħul aktar mill-income tax u ż-żieda fil-VAT huma riżultat ta' tkabbir fl-ekonomija.", "Il-gvern jgħid li d-dħul tiegħu m'huwiex sostnut mill-piż tat-taxxi imma huwa sostnut mit-tkabbir ekonomiku, iżda r-realta' hija li dejjem naqilbu ċ-ċifri u ndawruhom ftit lil hawn u lil hinn ħalli fl-aħħar naslu.", "Pero` x'ħin tanalizzahom dawn issib li ċ-ċifri huma l-oppost ta' dak li sostna kemm-il darba l-prim ministru fuq kemm l-affarijiet jinsabu mexjin 'il quddiem.", "Issa jien ma rridx inkun l-uccello del malaugurio, imma bħala kelliem ewlieni ta' l-oppożizzjoni nesiġi li jkollna l-fatti kollha quddiemna u nitkellmu ċar.", "Min-naħa tagħna nieħdu gost meta naraw li anke nies minn barra jsostnu l-istess affarijiet li qegħdin ngħidu f'din il-Kamra.", "Fil- fehma tiegħi m'huwiex sew li nippruvaw inbellgħu ċerti affarijiet lill- poplu ħalli nġegħluh jgħix fil-fantasija u mhux fir-realta`.", "Jekk nieħdu ċerti aspetti oħra tad-dħul tal-gvern matul is-sena 2005 naraw li kellna firxa tal-VAT fuq ħafna oġġetti li qabel kienu eżenti u b'hekk l-impatt tagħhom qed jinħass din is-sena.", "Kellna l-fees of office li minn Lm7 miljun telgħu għal Lm31 miljun.", "Issa dawn hawn min qed jgħidilhom tariffi u mhux taxxi pero` fl-aħħar mill-aħħar, tħallas tariffa u tħallas taxxa, il- bottom line tal-balance sheet se timmarkali xorta u jekk inħallasx tariffa jew inħallasx taxxa fl-aħħar tas-sena fil-but żgur li se jibqagħli inqas.", "Din iż-żieda kienet xprunata wkoll mid-dħul ta' l-eco-tax, dħul ta' madwar Lm7 miljun għal matul din is-sena.", "Issa biex inkun preċiż, il-gvern baqa' jsejjaħ l-eco-tax bħala l-eco-contribution, pero' din hija taxxa li trid titħallas, taxxa miżjuda matul is-sena 2005.", "Imbagħad kien hemm id-dħul ta' l-amnestija mill-VAT, dħul li jammonta għal Lm3 miljun oħra.", "Il-gvern ta l-amnestija fuq il-penali, fejn l-ewwel kienet sa l-aħħar ta' Ġunju u mbagħad estendiha sa Settembru.", "Kellna wkoll żewġ fatturi oħra li nixtieq nirrimarka xi ftit fuqhom għaliex ma tantx issemmew mill-gvern, eżempju ċar ta' accounting abbużiv.", "L-ewwel waħda hija l-premium li qed idaħħal il- gvern fuq l-istocks.", "Meta l-gvern ikollu xi stock li jagħlaq, qed jerġa' joħroġ stock ġdid sabiex ikompli jdawwar id-dejn u b'hekk jibqa' għaddej bih, jiġifieri jħallas id-dejn billi jerġa' jiddejjen.", "Issa biex iħajjar lin-nies joffri mgħax ftit aktar għoli u minn dak l-istock idaħħal xi Lm9 miljun.", "U għalkemm id-Lm9 miljun qegħdin jidħlu fil-kontijiet tal-gvern bħala revenue normali, fil-verita` dak il-premium għandu jinqasam fuq l-imgħaxijiet żejda li jrid iħallas il-gvern matul it-terminu ta' dak l-istock.", "Hekk għandhom isiru l-affarijiet u mhux ngħidu li dawn il-flus daħlu issa u mbagħad l- imgħaxijiet iħallsuhom ta' warajna.", "Din hija l-mentalita` ta' dan il- gvern, li l-imgħaxijiet iħallsuhom ta' warajna, l-eku tan-Nutar George Bonello du Puis li kien qal li d-djun iħallsuhom uliedna.", "Fil-fatt din il- prattika għadha għaddejja, Sur President.", "L-istess il-miljuni li qegħdin jitteħdu mis-sinking funds li ħadd ma jsemmi.", "Kellna liġi li kienet ġiet abrogata minn gvern Nazzjonalista, fejn meta l-gvern jieħu loan irid jaħseb għal sinking fund ħalli dik il- loan titħallas.", "Hekk għandhom isiru l-affarijiet.", "Tant hu hekk li fil- privat, meta l-banek jagħtu xi finanzjament lil xi ente privata, joħroġilha xi bond issue jew inkella xi struttura oħra finanzjarja sabiex tirrifinanzja l-finanzi tagħha.", "Fil-kuntratt il-bank jagħmlilha compulsory li trid tagħmel reserve fund sabiex tkun tista' tħallas dik il-loan.", "Imma x'qiegħed jagħmel il-gvern?", "Il-gvern qiegħed jerġa' jiddejjen sabiex iħallas il-loan l-antika u l-flus li jkun hemm fis-sinking fund jeħodhom huwa stess.", "Dawn ma jeħodhomx biex iħallas id-dejn, imma jeħodhom biex joqgħod jillappazza u b'dawk id-Lm9 miljun jsodd xi toqba oħra.", "Din hija l- mentalita` li jinsab miexi biha dan il-gvern li għandna.", "Issa t-tnaqqis ta' Lm20 miljun li l-gvern qiegħed jipprevedi għas-sena d- dieħla jidher li diġa` sab minn fejn ipatti għalih, naturalment mill-bejgħ ta' Pender Place u mill-bejgħ ta' proprjeta' f'Ta' Qali lill-ambaxxata Amerikana.", "Għalhekk matul is-sena 2005 il-gvern żied id-dħul mit-taxxi b'5.3%.", "Dan għaliex kellna l-eco-tax, kellna d-differiment tal-VAT mis- sena 2004 għall-2005, kellna l-eżerċizzju tal-premium fuq il-bonds u t- teħid ta' fondi mis-sinking funds, kellna d-dħul mill-iskema ta' l- amnestija fuq il-penali tal-VAT u kellna l-investment repatriation scheme, li kienet xi ħaġa ta' darba.", "U b'dawn l-affarijiet kollha għas-sena 2006, ħadd ma jrid jemmen kif il-gvern se jdaħħal revenue mit-taxxi ta' Lm46 miljun aktar.", "Dan it-tkabbir huwa ta' kważi 6.3% meta t-tkabbir ekonomiku huwa previstf'termini reali ta' 1.1% - iċken minn din is-sena - mentri f'termini nominali nikkalkolaw li se jkun ta' 3.6%.", "Allura kif jista' ikun li d-dħul mit-taxxi se jiżdied b'dan ir-ritmu?", "X'ħin tqabbel waħda ma' l-oħra ssib li dan ma jreġix.", "Qisu għandek żiemel fuq naħa u ħmar fuq in-naħa l-oħra u trid iġġib il-ħmar jiġri daqs iż-żiemel, xi ħaġa impossibli u żgur li ż-zewġ annimali se jispiċċaw jitfixklu f'saqajn xulxin!", "Madankollu l-gvern jibqa' isostni li dan il-budget huwa wieħed bla taxxi.", "Min-naħa tagħna qegħdin ngħidulu li sabiex huwa jilħaq l-għan tiegħu, qiegħed iżid it-taxxi u t-tariffi diretti u indiretti.", "Mela hawnhekk għandna l-ewwel mistoqsija importanti li wieħed irid jagħmel.", "Issa għalkemm il-gvern jiftaħar li d-deficit qiegħed taħt kontroll, dan se jkun ikkontrollat għal perjodu żgħir ta' sena sentejn sabiex nilħqu l- kriterji ta' Maastricht u nintegraw ruħna fl-euro zone.", "Pero' imbagħad xorta jibqa' il-kwestjoni tad-dejn li kulma jmur qiegħed dejjem jiżdied.", "Dan diġa' qiegħed 70% u jidher li l-gvern ma tantx għandu kontroll fuqu.", "Pero' jekk irridu ngħidu li għandna l-interess ta'pajjiżna, irridu naraw li l-għanijiet politiċi jkunu xprunati l-ewwel u qabel kollox mill-interess nazzjonali.", "Nafu li l-interess nazzjonali jirrikjedi li jkollna konverġenza ekonomika reali u mhux meta tikkomparana mal-pajjiżi l-oħra ta' l-Unjoni Ewropea, issib li qegħdin fost l-agħar.", "M'għandix ħin biex noqgħod nidħol fid-dettall, imma meta tqabbel lil Malta ma' Ċipru naraw li aħna qegħdin ferm aktar lura minn Ċipru.", "Dan biex ma nsemmix pajjiżi oħra mill-membri ġodda li jinsabu mexjin tant 'il quddiem u għalhekk pajjiżna għandu bżonn li jikkompara ruħu magħhom.", "Mela l-ewwel punt tiegħi huwa li d-deficit m'huwiex sostenibbli u kulma qegħdin nagħmlu hu li nillappazzaw minn sena għall-oħra.", "Id-deficit kellu jiġi sostnut ukoll bil-collective agreement li l-gvern għamel mas-settur pubbliku, pero' meta wieħed jiflih isib li għas-sena 2006 u 2007 iż-żidiet huma kontenuti ħafna maż-żieda ta' l-għoli tal-ħajja.", "Dan sabiex nikkontrollaw in-nefqa, pero' mbagħad insibu li għas-snin 2008, 2009 u 2010, iż-żidiet jirdoppjaw għaliex imbagħad il-problema taqa' fuq min isaltan wara l-elezzjoni li jmiss.", "U dan żgur li m'huwiex il-mod kif pajjiżna għandna mmexxuh 'il quddiem.", "Ir-realta' hija li l-prattika tal- gvern hi waħda mill-aktar inkonsistenti u bl-ebda mod m'hija maħsuba għal perjodu twil.", "Żgur li m'aħniex nindirizzaw il-problema tad-deficit b'mod konkret ħalli nagħtu r-riżultat mixtieq fit-tul.", "Qiegħed ngħid dan kollu mhux għaliex aħna nemmnu li l-gvern m'għandux jikkontrolla n-nefqa tiegħu, anzi din hija xi ħaġa li aħna l-aktar li ilna nsostnuha.", "Lanqas nista' ma nsemmix ir-rata ta' inflazzjoni meta għandha rabta sħiħa mal-mod ta' kif qiegħed jgħix il-poplu tagħna.", "Nafu li d-dħul tal-ħaddiema huwa inqas mir- rata ta' inflazzjoni u allura l-ħaddiema qed isofru għaliex l-għoli tal- ħajja kulħadd qiegħed iħossu.", "Issa x'ħin naraw l-istatistika nsibu li kien hemm żieda ta' ftit aktar minn 2% fil-pagi tal-ħaddiema.", "Pero' x'ħin tibda tara settur settur issib li fil-każ tas-settur privat, li għandu l-akbar parti tal-labour force, iż- żieda kienet waħda minima.", "Fil-fatt fil-manifattura, fejn kellna wkoll telf ta' impjiegi, iż-żieda fid-dħul kienet ta' xi 0.9%.", "Fil-każ tat- turiżmu, id-dħul medju naqas bi ftit bejn is-sena 2004 u 2005.", "Mela fir- realta', il-purchasing power ta' ħafna familji ma baqax l-istess imma naqas.", "Ovvjament il-purchasing power naqas għaliex ir-rata ta' inflazzjoni telgħet b'mod sostanzjali matul is-sena, primarjament minħabba l- introduzzjoni tas-surcharge ta' 17%.", "Hawnhekk wieħed ma jistax ma jsemmix u ma jikkundannax lill-gvern talli m'għamel l-ebda kalkoli fuq l-impatt li se tħalli ż-żieda tas-surcharge ta' 55% u li se tibqa' togħla kull xahar sakemm tilħaq 84% fuq il-prezzijiet tal-fuel.", "Mhux hekk biss imma ta' kull xahar se jkollna l-aġġustamenti fil- prezz tal-petrol u nistgħu nimmaġinaw x'daqqa 'l fuq se tieħu l-inflazzjoni minħabba s-surcharge tad-dawl u l-ilma.", "U ma nistgħux nitkellmu fuq il- problema tad-dawl u l-ilma mingħajr ma nsemmu l-mod ta' kif il-gvern ittakkilja l-problema.", "F'din il-problema, il-gvern mexa bl-aktar mod inkompetenti u ma rnexxilux jantiċipa l-kriżi li kienet riesqa lejh.", "Dan kien jafu meta ż-żejt tela' għal $40 il-barmil f'Jannar li għadda.", "Naħseb li dakinhar il-gvern kien jaf li t-tendenza kienet li l-prezz taż-żejt kien se jkompli jogħla.", "Ara dawk il-kumpanniji barranin li għamlu l-hedging iffrankaw il-miljuni ta' liri matul is-sena, pero' il-gvern baqa' indifferenti u m'għamel xejn.", "Mhux hekk biss, imma fil-ħafna rapporti li ppreżentalna l-gvern insibu bosta taħwid fiċ-ċifri li semma huwa stess u se nagħti ftit eżempji konkreti ħalli nuri l-konfużjoni li biha nħadmu l-kalkoli ta' kemm se tiġi tiswielna ż-żieda fl-għoli tax-xiri taż-żejt u tal-fuel għas-sena d-dieħla.", "Anke nuri kemm hija nġusta l-istima ta' 55% li titla' għal 84% li se jkollu jħallas il-konsumatur.", "Hawnhekk se nitkellem biss fuq żewġ ċifri għaliex jekk insemmihom kollha nibdew nintilfu fil-komplikazzjonijiet.", "Pero' se npoġġi fuq il-mejda tal-Kamra rapport maħruġ mill-partit Laburista, fejn bl-aktar mod tekniku qed nikkwotaw mir-rapport tal- ministru stess sabiex nuru l-inkonsistenzi ta' dan il-gvern.", "Meta l-gvern iffissa rata ta' surcharge ta' 55% li titla' għal 84% kien qiegħed jistma li l-ispiża totali se tkun ta' Lm84.7 miljun, waqt li fl- aħħar rapport qalilna li l-ispiża totali se tkun ta' Lm80 miljun.", "Qalilna wkoll li l-ammont li jrid jiġbor minn fuq il-poplu sabiex ilaħħaq ma' l- ispiża kellu jkun ta' Lm50 miljun plus Lm8 miljun oħra bħala telf, jiġifieri Lm59 miljun b'kollox.", "Iżda meta ppreżentalna r-rapport, il-gvern qalilna li se jiġbor Lm31 miljun u l-poplu se jġorr fuqu Lm33 miljun, li allura jiġu Lm64 miljun.", "Allura kif tiġi tgħidli li għandek bżonn Lm50 miljun sabiex tagħmel tajjeb għaż-żieda tas-sena d-dieħla u fl-istess nifs qed tgħid li se tiġbor Lm64 miljun minn fuq daharna?", "Din aħna rridu spjegazzjoni tagħha, aktar u aktar meta ċ-ċifri huma mibnija fuq kriterji li ffissa l-gvern stess dwar kif jaħseb hu li se tkun din iż-żieda.", "Il-gvern ikkalkola li ż-żieda se tissarraf fi spiża ta' madwar 40% aktar, iżda fl-istess waqt il-gvern qed jara kif jagħmel biex idaħħal 48% jew 50% aktar.", "Issa meta l-poplu huwa diġa' magħfus bl-ispejjeż li qed ikollu jagħmel tajjeb għalihom, kif se tkompli tagħfsu bl-aktar mod kattiv u krudili?", "Nistgħu nimmaġinaw meta tidħol ix-xitwa x'se jagħmlu l-anzjani tagħna sabiex isaħħnu djarhom.", "Kienu jsibuha diffiċli qabel din iż-żieda, aħseb u ara issa kemm kif se jħossuhom b'dak li ħabbar il-gvern.", "F'dan ir- rigward għandi din il-karta li rrid inpoġġiha fuq il-mejda tal-Kamra ħalli biha nkompli nsostni dak li l-partit Laburista qed jgħid.", "Min-naħa tagħna, aħna stedinna lill-korpi kostitwiti kollha sabiex jagħmlu l-analisi tagħhom u jaslu għall-konklużjonijiet tagħhom għaliex din l-affari fiha implikazzjonijiet soċjali kif ukoll implikazzjonijiet ekonomiċi.", "Il-gvern qalilna li qed ikollna tkabbir ekonomiku, imma fejn qiegħed dan it- tkabbir ekonomiku?", "Ngħid għalija meta nisma' dawn l-affarijiet jaqbadni d- daħk.", "Sena ilu l-prim ministru kien iddeskriva l-inizjattiva tal-venture capital bħala \"ta' importanza kbira\" u fil-budget speech għas-sena 2005 kien qal hekk:", "\"Irridu nerġgħu nagħmlu sforz sabiex inkabbru l-aċċess għar-risk capital għal min ikollu ideat tajbin.", "L-ekonomija tagħna m'hijiex se tikber jekk sabiex tibda proġett, trid bilfors tfittex il-kapital minn self mill-bank li jkun garantit bi proprjeta'.", "Kompetituri tagħna qegħdin jikbru minħabba li investituri privati huma disposti jafdaw l- investiment tagħhom f'ideat kummerċjali ġodda.\".", "Mela l-gvern l-ewwel jitħaddet f'dan is-sens u anke jgħid li se joħloq venture capital ta' Lm0.9 miljun – din nista' inpoġġiha fuq il-mejda tal- Kamra ħalli nuri li qiegħed nikkwota l-preċiżi kelmiet tal-prim ministru - pero' imbagħad niġu fis-sena 2006 u nsibu li dan il-venture capital intnesa.", "Semmejna l-20% tal-films u anke semmejna ideat riċiklati oħra, imma fuq il-venture capital xejn.", "Meta aħna staqsejna lill-Malta Enterprise ħalli naraw fejn konna wasalna fuq din tal-venture capital, ma qalulna xejn ħlief ħafna tlaqliq.", "Alla jbierek waħda mill-akbar inizjattivi li suppost kellha tagħti mbuttatura lill-manifattura nsejna nsemmuha!", "Issa dan kollu li qiegħed ngħid ġie kkonfermat il-bieraħ f'business breakfast li għalih kien mistieden kulħadd, Sur President.", "F'din il-laqgħa kien hemm persuna li ilha fil-qasam ta' l-industrija għal dawn l-aħħar 30 sena - qiegħed nirriferi għal Joe Grioli – li qalilna li l- budget ma fih l-ebda idea sabiex tiċċaqlaq l-ekonomija 'l quddiem.", "Irrid ngħid ukoll li minkejja li l-FOI kienet ħarġet il-budget document u għamlet ukoll sensiela ta' proposti sabiex il-manifattura timxi 'l quddiem, il- gvern ma nkorpora xejn minn dak li qaltlu l-FOI.", "Proposta li qiegħda ssostni l-FOI hija għal pjan strateġiku għall-manifattura.", "M'għandux ikollna lil min jgħid li l-fabbriki tat-tessuti qed jagħlqu u mbagħad l-FOI toħroġ tgħid li f'każ ta' short run fil-qasam tat-tessuti, tajjeb li jkollok niċċa li tista' tidħol fiha.", "Nafu x'aħna ngħidu jew le?", "Bħala partit Laburista, aħna qegħdin ngħidu li nemmnu fil-manifattura għaliex din tlaħħaq l-20% tal-GDP.", "Dan is-settur ħadem ħafna sabiex wasal fejn wasal u ma nistgħux nitilquh għal rasu issa.", "Jekk il-gvern irid jabbandunah se jsib resistenza qawwija min-naħa tagħna.", "Irridu nikkonservawh u jeħtieġ li jkun hemm pjan serju dwar il-mod ta' kif se nikkonservawh.", "B'sodisfazzjon ngħid li ħafna mill-ideat tal-FOI naqblu magħhom.", "Fil-fatt dawn jinstabu nkorporati f'dokument li konna ħriġna u approvajna f'Lulju li għadda.", "Hawnhekk qiegħed nirriferi għal paġna 12 ta' l-istess dokument fejn nitkellmu ċar u tond fuq l-inizjattivi li jridu jittieħdu.", "Il-partit Laburista qiegħed fl-oppożizzjoni u m'għandux poter esekuttiv, pero' għandna r-rwol tagħna sabiex noffru alternattiva u hekk se nagħmlu.", "U 'l quddiem se nkunu qegħdin inkomplu bix-xogħol tagħna sabiex noffru l-alternattivi tagħna u nwettquhom.", "Imma issa ħalli niġi għall- qasam tat-turiżmu, settur li jinsab staġnat.", "Mela l-ewwel ngħidu li t-turiżmu se jikber b'50,000 turist fis-sena u mbagħad jiġu biss 13,000 aktar.", "Mhux hekk biss, imma dawk iż-żejda li ġew ħallew inqas flus għaliex per capita tlifna Lm10.", "Min-naħa l-oħra, l- ispejjeż għal-lukandiera qegħdin dejjem jogħlew u allura qed jitilfu mid- dħul tagħhom.", "Għalhekk nerġa' ngħid li fit-turiżmu kellna falliment għax ma kellna xejn konkret.", "Jekk tara l-budget ta' sena ilu fuq it-turiżmu konna għedna li rridu ntejbu l-prodott Malti billi naħsbu għal korsa tal- golf, imbagħad taqra d-diskors tal-budget 2006 u nerġgħu ngħidu l-istess kliem.", "Issa din id-darba qed ngħidu li se nonfqu Lm500,000 ħalli nagħmlu l- branding.", "Kulħadd jitkellem fuq il-branding u ħadd ma jaf xi jfisser.", "Jekk tistaqsihom xi jfisser il-branding kulħadd jipprova jagħti xi idea, pero' m'hemmx strateġija jew pjan serju.", "Għalhekk anke fit-turiżmu rridu pjan serju u hawnhekk b'sodisfazzjon ngħid li għada l-partit Laburista se jniedi d-dokument tiegħu.", "F'dan id-dokument insibu pjan ta' fejn irridu nwasslu t-turiżmu fil-futur immedjat.", "Dan irridu npoġġuh għad-diskussjoni u aħna lesti li naċċettaw kull idea.", "Il-partit tagħna qiegħed hemm sabiex joħloq l-ideat u joffri alternattiva.", "Ovvjament se jkun hemm min jaqbel magħna u se jkun hemm min ma jaqbilx magħna, pero' dak mhux importanti.", "L-aqwa li jkollna xi ħaġa konkreta x'noffru u mhux jiġi l-prim ministru bl-istess budget tas-sena l- oħra.", "Min qiegħed ilestih il-budget?", "Dan kulma qed jagħmel huwa li jikkwota mill-budget tas-sena l-oħra, bid-differenza li din is-sena semmejna wkoll il-branding.", "Pero' milli jidher anke fuq il-korsa tal-golf għad hemm xi dubji dwar jekk għandniex nagħmluha jew le.", "Sur President, l-aħħar punt li xtaqt insemmi huwa dwar il-privatizzazzjoni.", "Kien hemm oqsma oħra, bħat-tarznari, li xtaqt ngħid xi ħaġa fuqhom, pero' l-privatizzazzjoni hija importanti ħafna għaliex minnha l-gvern se jdaħħal Lm136 miljun.", "Importanti li jkollna stampa ċara dwar dak li se jipprivatizza l-gvern u l-metodu ta' kif se jipprivatizzah.", "Dan qiegħed ngħidu għaliex il-privatisation unit, li suppost tieħu ħsieb l- ipprivatizzar, se tingħata l-istess allokazzjoni ta' fondi li ngħatawlha sena ilu, fejn id-dħul mill-privatizzazzjoni kien ta' Lm18-il miljun.", "Allura min se jagħmilha din il-privatizzazzjoni?", "X'se nipprivatizzaw?", "Jew inkella diġa' hija maħsuba din?", "Tissemma' b'mod partikolari l-Air Malta għaliex nafu li l-proprjeta' tagħha se tinbiegħ.", "Dan kulħadd jafu, pero' kif se tinbiegħ?", "Hemm xi cabal għaddej sabiex tkun lesta?", "Kulħadd jgħid li din diġa' lesta, pero' x'ifisser lesta?", "Mela dawn l-affarijiet mhux fil-pubbliku jridu jsiru?", "Għaldaqstant jien nippretendi li ningħataw spjegazzjoni fuq dak li se jinbiegħ, kif se jinbiegħ, il-valutazzjoni strateġika tiegħu, l-effett li se jħalli dan kollu fuq il-ħaddiema, kif se jolqot lil pajjżna dan il-bejgħ u x'se jiġri mill-flus tal-bejgħ ħalli mhux nispiċċaw nitfgħuhom fl- ordinary revenue.", "Dawn huma l-aktar affarijiet importanti.", "Fl-aħħar nett xtaqt nistaqsi lill-gvern preżenti fuq jekk wara 18-il sena ta' gvern Nazzjonalista għandux il-ħsieb li jħalli xi ħaġa lil pajjiżna.", "Dan il-gvern se jħalli xi proġett jew kumpannija mingħajr ma jipprivatizzaha ħalli jħallas id-dejn li għandu?", "Dejjem insemmu lill-gvern Laburista tas-sebgħinijiet li tant kien ħażin, pero' nafu x'ħallielu lill- poplu Malti.", "Dak il-gvern Laburista kien ħoloq il-Mid-Med Bank, il-Bank of Valletta, is-Sea Malta, l-Air Malta u l-Freeport, mentri gvernijiet Nazzjonalisti biegħu l-Mid-Med, se jinnegozjaw il-Bank of Valletta, se jbigħu is-Sea Malta u se jneħħu parti mill-Air Malta.", "Dawn l-affarijiet kollha kienu jagħmlu parti mill-patrimonju ta' gvern.", "L-Onor.", "Tony Abela jifhem mhux ħażin fil-wirt u għalhekk nixtieq nitolbu sabiex lill-poplu jħallilu xi ħaġa tal-wirt u mhux ibiegħlu kollox!", "Pero' tafu x'se jħallulu lill-poplu tagħna?", "Se jħallulu Lm1,400 miljun fi djun u pajjiż imkisser.", "Grazzi.", "THE CHAIRMAN: Nifhem li l-Onor.", "Mangion għandu xi dokumenti li jrid ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.", "Hawn il-permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Sur President, inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra:", "Rapport dwar is-surcharge fuq il-kontijiet tad-dawl u l-ilma datat 13 ta' Novembru 2005; u", "Estratt mid-diskors tal-budget għas-sena 2005.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Helena Dalli.", "ONOR.", "HELENA DALLI: Sur President, naħseb li huma ħafna dawk li jassoċjaw ruħhom mad-diskors li għadna kemm smajna għaliex fil-fehma tiegħi, l-Onor.", "Mangion esprima dak li qed iħossu l-maġġor parti tal-poplu.", "Imma jien dalgħodu xtaqt nibda d-diskors tiegħi billi nagħmel xi rimarki fuq id-diskors tal-prim ministru għar-rigward tas-settur pubbliku.", "Fil- budget speech hemm tliet paġni sħaħ dedikati għas-settur pubbliku u peress li l-prim ministru jħobb jgħidilna li għandna niġġudikawh fuq dak li jagħmel u mhux fuq dak li jgħid, se nqabbel dak li qal fid-diskors tal- budget ma' dak li qiegħed jagħmel.", "Fost l-affarijiet li semma, Dr Gonzi qal li l-mira ewlenija tal-gvern tiegħu hija dik li jara s-settur pubbliku jiċkien fid-daqs.", "Din ukoll kienet waħda mill-miri ta' l-aħħar gvern Laburista, pero' aħna għamilniha b'differenza.", "Bħala gvern Laburista għedniha u bdejna nwettquha, mentri gvern Nazzjonalista nafu l-mod ta' kif qiegħed iwettaqha.", "Biżżejjed insemmi dawk l-enti li m'humiex parti miċ-ċivil imma jitħallsu mit-taxxi tagħna u jagħmlu parti mis-settur pubbliku.", "Per eżempju, lkoll nafu li t- tarzna hija parti mir-responsabbilta' tal-gvern għalkemm m'għadhiex direttament taqa' taħt il-prim ministru.", "Pero' naħseb li l-prim ministru jaf minn x'hiex għaddiet it-tarzna għaliex hu kien chairman tat-task force matul is-sena l-oħra.", "Imma allura lis-settur pubbliku jarah jiċkien billi jinjora l-ħiliet ta' ħafna nies f'ċerti oqsma, bil-poplu Malti xorta waħda jibqa' jħallas?", "Mhux talli hekk, talli issa l-poplu qed ikollu jħallas aktar għaliex ix-xogħol ta' dawn in-nies qed jagħmlu kuntrattur privat.", "Mhux fit-tarzna biss għax anke fil-PBS għandek ħafna nies ta' esperjenza u ħila, pero' dawn ġew imwarrba u mitfugħin f'dipartimenti oħra tal-gvern.", "Jiġifieri mhux il-każ li l-gvern naqqas in-nies minn mas-servizz pubbliku imma sempliċement ċaqlaq l-impjegati minn post għall-ieħor.", "Dawn in-nies tas-sengħa ġew mitfugħa f'xi dipartiment mingħajr ma wieħed jittanta juża l- potenzjal u l-esperjenza tagħhom.", "Nies b'ħiliet kbar fl-oqsma tagħhom twarrbu u tpoġġew f'dipartimenti tal-gvern, sabiex imbagħad ix-xogħol li kienu jagħmlu huma qegħdin inħallsu tiegħu bl-imgħax għaliex qed jagħmlu kuntrattur privat.", "Mhux billi toqgħod tgħid li se tnaqqas ħaddiema minn hawn u tneħħi ħaddiema minn hemm, fl-aħħar mill-aħħar trid tara x'inhu jiffranka l-poplu Malti.", "Fejn hi l-effiċjenza?", "Inti mhux kemm taqbad u tgħid li se tneħħi lil ċerti ħaddiema għaliex trid tiffranka meta mbagħad ma tkun qed tiffranka xejn, anzi tkun qiegħed tħallas aktar għaliex qed ikollok tħallas lill-kuntrattur.", "Per eżempju, smajna lill-ministru jgħidilna li din is-sena tlifna inqas flus fil-PBS.", "Fil-fehma tiegħi din kellha tkun xi ħaġa ovvja.", "Kienet tkun aħbar li kieku qalilna li tilef daqs is-sena l-oħra jew inkella li tilef aktar mis-sena l-oħra.", "Il-ministru ġie f'din il-Kamra jifraħ u jċapċap għaliex fil-PBS tlifna anqas flus mis-sena l-oħra.", "Jekk inti tfajt tliet kwarti mill-pagi tal-PBS fuq enti governattivi, mhux bilfors li l-PBS titlef inqas flus?", "Imma mill-banda l-oħra, x'inhu jiffranka l-poplu Malti?", "Ovvjament il-poplu Malti mhu qed jiffranka xejn għaliex issa minflok qed imorru għand il-PBS, il-flus qed imorru x'imkien ieħor.", "Il-poplu Malti kien verament jiffranka kieku l-gvern għamel ristrutturar bis-serjeta' u mhux billi jnaqqas il-piż tal-pagi minn ente u jitfagħhom fuq ente oħra.", "Il-ħin kollu nisimgħu fuq ristrutturar, pero' xi jfisser ristrutturar għal dan il-gvern?", "Ristrutturar għalih ifisser li jneħħi n-nies min-naħa u jpoġġihom naħa oħra, Sur President.", "L-istess ħaġa nsibu fir-rigward tat-tarzna, fejn qed jgħidulna li hemmhekk ukoll naqas it-telf.", "Għax jekk neħħejt id-dejn minn fuq it-tarzna u tfajtu fuq il-gvern u allura m'għadekx tħallas l-istess imgħaxijiet, bilfors jonqos it-telf.", "Meta inti neħħejt 900 ħaddiem mit-tarzna, bilfors jonqos it-telf.", "Imma t-tnaqqis fit-telf ġej minn ristrutturar serju u effiċjenti, jew inkella qed inneħħu l-ispejjeż minn post u nwaddbuhom fuq x'imkien ieħor?", "F'dan ir-rigward nista' anke insemmi t-traġedja li għaddejjin minnha ħafna ħaddiema llum, fosthom ħaddiema tad-Denim u tal-Lloyds u l- bieraħ kelli l-opportunita' li niltaqa' ma' ħafna minnhom.", "U minn hawnhekk nixtieq nerġa' nuri s-solidarjeta' tiegħi magħhom u nitlob lill-gvern sabiex juri ftit tad-diċenza meta jiġi wiċċ imb'wiċċ ma' issues sensittivi bħal dawn.", "Nixtieq nerġa' insemmi lill-ħaddiema tat-tarzna għaliex il-ġimgħa l-oħra smajna lill-Onor.", "Austin Gatt, f'intervista li għamlitlu l-gazzetta \"the Malta Independent\", jgħid li jrid jerġa' jaqqas l-ħaddiema tat-tarzna.", "Nista' ngħid li matul din il-ġimgħa, il-ħaddiema kollha tat-tarzna bdew iċemplulna sabiex jitolbu l-għajnuna.", "Ovvjament dawn għandhom raġun għaliex jinsabu mbeżżgħa li se jitilfu xogħolhom.", "F'din il-kwestjoni, il- prim ministru m'huwiex inqas ħati għaliex niftakruh x'kien qal sena ilu f'intervista li kien ta lill-gazzetta \"The Times\".", "Il-prim ministru qalilhom li jekk il-ħaddiema ma jaċċettawx li l-affarijiet isiru kif jixtieq hu, allura kien lest li jagħlaq it-tarzna u jkeċċi lil kulħadd 'il barra.", "Tifhimha l-biża' li jinsabu għaddejjin minnha l-ħaddiema tat-tarzna meta jisimgħu lill-ministru tagħhom jitħaddet b'dak il-mod.", "Pero' mbagħad, il-ħaddiema tat-tarzna jitħallew fil-għama meta qegħdin jaraw ħaddiema barranin jeħdulhom posthom.", "Dawn il-barranin lanqas biss jibdew ħdejn il-ħaddiema tagħna, pero' dan il- gvern hekk jagħmlu r-ristrutturar.", "Ir-ristrutturar tagħmlu billi żżomm il- krema.", "Inti għandek l-aħħar ġenerazzjoni ta' nies tas-snajja', dawk li għandhom 35 jew 40 sena u li għandhom skills kbar.", "Għalhekk lil dawn in- nies tas-sena trid titfgħalhom iż-żgħażagħ apprendisti magħhom u mhux iġġib nies minn barra sabiex jagħmlu dan ix-xogħol.", "Lanqas biss jafu jħarsu lejh ix-xogħol dawn il-ħaddiema barranin!", "Jiena kuljum nitkellem mal-ħaddiema tat-tarzna u dawn kollha jgħidulek li biċċa xogħol trid tagħtiha lin-nies tat-tarzna għaliex huma għandhom l-iskills u l-kapaċitajiet f'dan il-qasam.", "Mela tajjeb, is-snajja' tan-nies tagħna narmuhom u ma nittrenjawx liż- żgħażagħ sabiex jitgħallmu dawn l-iskills, imbagħad immorru nġibu l- ħaddiema minn barra!", "Issa anke ħarġu tender għall-accommodation ta' dawn il-ħaddiema barranin, tant beħsiebhom iġibu minnhom.", "Dan huwa l-mod ta' kif irridu nagħmlu r- ristrutturar?", "Il-potenzjal u r-riżorsi umani li għandna kemm fit-tarzna u kemm fil-PBS narmuhom 'il barra mit-tieqa, imbagħad inħallsu sabiex inġibu l-barranin ħalli jagħmlu dak ix-xogħol tal-Maltin.", "Mhux hekk għandhom isiru l-affarijiet.", "Hawnhekk qegħdin naraw il-ħneżrijiet li qiegħed iwettaq dan il-gvern u dan għax meta jiġi biex jieħu deċiżjoni, ma jitkellimx mal-ħaddiema.", "Il-ħaddiema qed jiġu jkellmuna u jispjegawlna l- biċċa tax-xogħol, iġibu ċ-ċertifikati li għandhom u juruna l-ħiliet tagħhom fl-oqsma tax-xogħol.", "Tal-PBS lanqas għandhom għalfejn joqogħdu juruna ċ-ċertifikati għaliex ix- xogħol tagħhom kulħadd għandu jew kellu ċ-ċans jarah.", "Nafu b'nies kapaċi li kienu jieħdu ħsieb programmi ta' current affairs, mentri llum il- ġurnata lanqas programm wieħed ta' current affairs li huwa in-house m'għandna għax kollha qed jingħataw lill-kuntrattur.", "Dak huwa s-servizz pubbliku li qegħdin nieħdu permezz tal-PBS.", "Pero' il-prim ministru jiġi jgħidilna fid-diskors tiegħu li jeħtieġ li naraw l-effiċjenza u li din se tkun mira ewlenija tal-gvern.", "Issa jiena qed ngħidlu fejn għandu jagħmilhom l-eżerċizzji u semmejtlu xi eżempji.", "Nista' nagħtih ukoll l-eżempju tal-qorti fejn assistant director mid- diviżjoni ta' l-edukazzjoni nħatar direttur ġenerali tal-qorti mingħajr ebda esperjenza ta' kif taħdem il-qorti.", "Issa lkoll kemm aħna nafu bl- issues komplikati u sensittivi li hemm fil-qorti, pero' uffiċjali li għandhom snin twal ta' esperjenza fil-qorti u li kellhom pożizzjonijiet anke ta' direttur, jinqabżu sabiex ilaħħqu persuni oħra.", "Fil-fatt jiena naf wieħed mill-uffiċjali li qiegħed fil-proċess li jiġi boarded out għaliex ma felaħx għal dan it-trattament aktar.", "Jiġifieri l-ħaddiema qed jiġu ttrattati b'dan il-mod mhux biss fit-tarzna u fil-PBS, imbagħad niftgħu kollox fuq il-PSC.", "Il-PSC saret qisha r-refugium peccatorum u mhux sew li kollox jintefa' fuqha għaliex mhux dejjem jagħtuha l- informazzjoni fuq l-uffiċjali kollha li jkunu applikaw għal pożizzjoni partikolari.", "Veru li hija l-PSC li tidħol fl-istampa meta jkun hemm shortlisting, imma ħafna drabi din tkun preparata mis-selection board.", "Dan is-selection board hu inkarigat mill-pożizzjonijiet maniġerjali u allura inti trid tagħmel monitoring ta' dak il-bord għax ladarba l-PSC tingħata shortlist, trid taħdem fuqha.", "Sur President, f'dawn it-tliet paġni tal-budget speech iddedikati għas- settur pubbliku, il-prim ministru jgħidilna li jrid jara t-trasparenza u l- kontabilita'.", "Issa jiena semmejt eżempju wieħed ħalli nuri li mhux kemm naqbdu u niġu nitkellmu fl-ajru, pero' li kelli aktar ħin kont nagħti l- eżempji kollha li ġew quddiemi.", "Semmejt il-każ tal-qrati u hawnhekk kull darba li nagħmel mistoqsija parlamentari, kemm lill-prim ministru u kemm lill-ministru konċernat, it-tnejn jgħiduli li t-tali persuna tkun għaddiet mill-PSC.", "Fil-fehma tiegħi għandna naraw li l-affarijiet ikunu ċari u mhux nużaw il-PSC bħala smokescreen.", "It-trasparenza trid tkun fil-proċess kollu u mhux fl-aħħar parti.", "Il-gvern ikun mar għand il-PSC bil-premessa li hemm dawn in-nies minn fejn taparsi tagħżel, imbagħad lill-oħrajn, bir-riżorsi kollha tagħhom, jaqbad u jarmihom.", "Dan nistgħu narawh bl-aktar mod ċar fil- każ tal-qorti għaliex hawnhekk insibu nies li m'għandhomx esperjenza fil- qasam tal-qrati.", "Naħseb li l-Onor.", "Mangion għandu esperjenza tal-qrati u allura jifhem eżattament dak li qed ngħid.", "Imma nerġa' niġi lura għal dak li bdejt bih, bil-prim ministru jgħidilna li jrid inaqqas u jċekken is-servizz pubbliku, pero' issa qegħdin naraw li qiegħed ikollna ċivil li huwa top-heavy minħabba li hemm ħafna senior positions.", "Jiġifieri żdiedu d-directorships u b'hekk ġejna b'ħafna ġenerali u bi ftit suldati.", "Allura dan huwa l-mod li bih irridu nċekknu ċ- ċivil, billi nnaqqsu minn taħt u nżidu minn fuq?", "Jekk inti tara s- sitwazzjoni li fiha qiegħed iċ-ċivil issibu fl-estremita'.", "Dan biex ma noqgħodx insemmi lil dawk li fil-livelli għoljin, jekk ma jidħlux mill- bieb jidħlu mit-tieqa.", "Fil-fatt naraw konsulenzi minn hawn u konsulenzi minn hemm, awtoritajiet li għandhom kondizzjonijiet differenti milli għandhom dipartimenti tal-gvern u tista' tibqa' sejra.", "Sadanittant bqajna ma rajna l-ebda effiċjenza min-naħa tal-gvern u fil-fatt anke l-prim ministru kkonfermah dan.", "Issa qed jgħidilna li jrid jagħmel il-better regulation unit, Sur President.", "Il-prim ministru qed jikkonferma dak li ilna ntambru fuqu s-snin għaliex mhux billi tonfoq il-flus fuq dawn l-awtoritajiet u fuq dawn il-quangos kollha li nħolqu.", "Illum insibu nies li għandhom l-istess kwalifiki jew kwalifiki aktar minn ħaddieħor li baqgħu jaħdmu fid-dipartimenti, mentri ħaddieħor, għaliex qiegħed fi quango, għandu kondizzjonijiet ta' xogħol ħafna aħjar, b'rimunerazzjoni ħafna ogħla.", "Bħallikieku mhux xorta mill-but tal-poplu ħerġin dawn il-ħlas kollha sabiex jitħallsu dawn in-nies!", "Dan argument li dħalna fih kemm-il darba għaliex jekk inti trid issaħħaħ id- dipartimenti żgur li għandek minn fejn tagħżel.", "Għandna nies tajbin fid- dipartimenti tal-gvern, iżda qed ikunu disinċentivati għaliex qed jaraw nies bħalhom, jekk mhux inqas minnhom, b'kondizzjoniijet ta' xogħol ħafna aħjar milli għandhom huma.", "Allura dik żgur li mhix motivazzjoni sabiex tmur għax-xogħol u tgħid ħalli nagħmel ix-xogħol tiegħi u nkun effiċjenti.", "Sur President, issa nixtieq nerġa' indur ftit fuq ix-xandir pubbliku għaliex kif għedt, dan jaqa' taħt id-dekasteru li jiena nagħmel shadowing tiegħu u bla tlaqliq ngħid li nikkundanna l-mod li bih il-Ministru Gatt jinsab miexi f'din il-kwestjoni.", "Fil-fatt fl-aħħar konferenza stampa li kellna rajna kemm il-ministru doesn't have a leg to stand on. Il-ministru qalilna li l-partit tagħna qed jikkritika lill-PBS għaliex aħna għandna konflitt ta' interess u rridu nivvantaġġaw lis-super one.", "Ara daqsxejn jekk tistax taqa' f'livell aktar baxx minn hekk meta qegħdin nitkellmu fuq ente governattiva, li kulħadd jaf bit-tkissir li hemm fiha u jiġi l- ministru u jagħmel statement bħal dak!", "X'jippretendi dan?", "Jiġifieri l- ministru qed jgħidilna li l-partit Laburista ma jistax jikkritika l-operat tal-PBS minħabba li għandu l-istazzjon tiegħu?", "Kemm jiflaħ idaħħak lin-nies bih dan il-ministru u kemm jiflaħ jaqa' fil-baxx!", "Li kieku ma nagħmlux il- kritika tagħna nkunu qegħdin nonqsu mid-doveri tagħna, l-aktar meta għandek dak il-kaos kollu għaddej fix-xandir pubbliku.", "X'jippretendi l-ministru li aħna nagħlqu ħalqna?", "Għalhekk qed jgħidilna li għandna konflitt ta' interess, għax iridna nagħlqu ħalqna?", "Huwa ta' għajb għal pajjiżna li jiġi l-ministru jgħidilna li huwa interessat biss mir-ratings u li r-ratings jidhru tajbin.", "Allura mix- xandir pubbliku jinteressah biss il-lat kummerċjali?", "Lanqas l-aktar pajjiżi kapitalisti tad-dinja għax dawk ukoll għandhom il-public broadcasting tagħhom.", "Anke l-pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropea għandhom linji ċari ta' kif għandu jitmexxa x-xandir pubbliku, imma aħna differenti minn kulħadd.", "F'din in-naqra ta' biċċa blata fil-Mediterran rridu nkunu differenti u speċjali!", "Mela l-Amerikani u l-pajjiżi kollha ta' l-Unjoni Ewropea ħżiena għaliex jiddefenixxu r-rwol tax-xandir pubbliku tagħhom, mentri aħna tajbin għax m'għandna xejn!", "Il-gvern lanqas biss għandu policy ċara fuq il-PBS, Sur President.", "Qabel ma kien hemm l-Onor.", "Austin Gatt kien hemm l-Onor.", "Louis Galea inkarigat mill-PBS u lil dan ta' l-aħħar niftakruh jgħid li allaħares il- PBS kellu jitmexxa fuq linji kummerċjali.", "Pero' inbidel il-ministru u l- inkarigat il-ġdid jiġi jgħidilna li l-interess ewlieni tiegħu huwa l-lat kummerċjali u r-ratings.", "Allura tistgħu tgħidulna kif fl-istess gvern tinbidel kompletament il-policy in a matter of two to three years?", "Il- gvern huwa fid-dover li jagħti definizzjoni ċara tar-rwol tax-xandir pubbliku u mhux nibqgħu għaddejjin b'din il-kummiedja nazzjonali, għax li tinbidel il-policy minħabba li jinbidel ministru jien naraha bħala kummiedja.", "Issa hekk sirna f'dan il-pajjiż?", "Kien imissu jagħmel dikjarazzjoni u jgħidilna li l-policy tiegħu hija differenti minn dik ta' l- Onor. Louis Galea, allavolja t-tnejn qegħdin fl-istess gvern.", "L-Onor.", "Gatt semma l-konflitt ta' interess u għamel paprata, xi ħaġa li huwa magħruf għalihom il-ministru.", "Pero' issa se nsemmi l-akbar waħda li għamel, Sur President.", "Ladarba l-ministru qiegħed isemmi l-konflitt ta' interess u l- istazzjonijiet politiċi, jagħmel tajjeb li jgħidilna xi ftit aktar dwar kif il-biċċa l-kbira tal-kumpanniji li qegħdin jingħataw ix-xogħol mill-PBS, magħmula minn persuni li kienu jew li għadhom attivisti fil-partit Nazzjonalista u li jaħdmu fuq l-istazzjonijiet tat-television u tar-radju tal-partit Nazzjonalista.", "Dan imissu jgħidilna l-ministru.", "Jgħidilna jekk hemmx konflitt ta' interess meta 90% tal-farming-out fil-PBS qiegħed isir lil dawk il-kumpanniji li b'xi mod għandhom x'jaqsmu mal-partit Nazzjonalista?", "Jien nistenna lill-ministru jilluminana ftit fuq il- konflitt ta' interess fil-PBS, speċjalment fil-każ ta' direttur fil-PBS li jinsisti sabiex jintgħażlu programmi ta' qrabathom u ta' ex-ħaddiema ta' Net Television.", "Dan meta hemm min xogħlu huwa li jirregola l-kwalita' tal- programmi fuq il-bord editorjali li ma qabilx ma' dik l-għażla.", "Tant ma qabilx ma' dik l-għażla li rriżenja, imma għax id-direttur ta' fuqu għandu parentela ma' xi ħadd li jagħmel dan il-programm, deher il-programm u jidher għadu.", "Nerġa' ngħid li min qiegħed fuq il-bord editorjali biex suppost jaqdi lill-poplu Malti ħalli tiġi mħarsa l-kwalita' ta' programmi li jkollna, dak kellu jirriżenja.", "Mela jgħidilna il-ministru fejn qiegħed il-konflitt ta' interess bejn il-kwalita' u bejn ir-ratings li qed jgħid huwa, bejn dak li qed jgħidu l-bord editorjali li ma riedux li dan il- programm isir.", "Barra minn hekk, il-ministru ħa għalih għaliex għednielu li ċerti programmi li qed jintwerew m'huma xejn ħlief imbarazz.", "Ara hawnhekk għaliex għednielu li ċerti programmi mbarazz, f'daqqa waħda sirna qegħdin \"f'kumpannija tajba\"!", "Aħna qegħdin f'kumpannija ta' min il-ministru stess għażel u poġġa fuq il-bord editorjali sabiex jiddeċiedi fuq il-kwalita' ta' programmi li jixxandru.", "U din l-istess persuna ma taqbilx ma' dik il-kwalita' ta' programmi għaliex anke fil-fehma tagħha huma mbarazz.", "Pero' kif diġa' għedt, il-programm xorta waħda baqa' għaddej.", "U nsemmi xi ħaġa oħra li hija ta' interess nazzjonali, fejn jidħol ukoll il-konflitt ta' interess li semma l-ministru, rapportaġġ li ngħata lil kumpannija privata ta' qarib tal- ministru.", "Qed nirriferi għall-eżerċizzju ta' simulazzjoni li sar f'Burmarrad fuq l-avian flu, Sur President.", "Temmnu li f'ħaġa ta' interess nazzjonali, fejn kulħadd imbeżża' fuq din il- kwestjoni, tal-PBS ma ngħatawx id-dritt li jiffilmjaw dan il-proċess u b'hekk inserrħu moħħ in-nies li l-gvern qiegħed jieħu ħsieb din il-problema ta' l-avian flu?", "In-nies li ngħataw din l-esklussivita' huma l-istess nies li mexxew kors għall-ġurnalisti ta' NET television u radio u tal-gazzetti u tal-pubblikazzjonijiet tal-partit Nazzjonalista dwar kif għandhom ikunu attakkati Dr. Alfred Sant u l-partit Laburista.", "Minnu li ħadd m'huwa newtrali għaliex hekk kif titwieled mill-ewwel se jaffettwawk iċ- ċirkostanzi u allura jkollok il-bias tiegħek, pero' hawnhekk naħseb li qegħdin nesaġerawha xi ftit iżżejjed.", "Allura dan kollu m'huwiex konflitt ta' interess?", "Li tagħti lil din il-kumpannija l-esklussivita' li jiffilmjaw xi ħaġa li l-poplu Malti lanqas seta' jara fl-aħbarijiet ta' dakinhar imma kellu jistenna ġimgħa sabiex jaraha fuq programm mogħti lill- kuntrattur, m'huwiex konflitt ta' interess?", "Dik serjeta', dak restructuring li qegħdin nagħmlu fil-PBS!", "Eżempju ieħor hu meta l-ministru qal pubblikament li huwa ma jiddejjaqx jisfida d-deċiżjoni ta' l-ombudsman meta dan ikkonkluda li kellu jkun Charles Flores li kellu jinħatar bħala manager tal-kamra ta' l-aħbarijiet.", "Wara kollox din id-deċiżjoni mhux l-ombudsman kien wasal għaliha imma kien wasal għaliha l-interviewing board, bord indipendenti li għażel lil Charles Flores bħala l-head of news.", "Madankollu għaddew sena u nofs minn meta bdiet din is-saga u xorta waħda għadna bla head of news.", "Għalhekk meta Charles Flores ma sarx head of news mar għand l-ombudsman u dan tah raġun.", "Għall-ministru basta għandna ombudsman u mbagħad ma nirrispettawh xejn, Sur President.", "Jiena mhux qed ngħid li għandna nagħmlu dak kollu li jgħid l-ombudsman, pero' ta' l-anqas tirridekolahx fil-pubbliku u tmurx tgħid li ma jinteressakx mill-opinjoni tiegħu għaliex xorta se tagħmel dak li trid.", "Tgħid xejn, bħal dak li qallu ma nafux li inti li trid tagħmel!", "Pero' timsaħx saqajk fin-nies u mbagħad noqogħdu niftaħru u ngħidu li għandna ombudsman.", "Nuru daqsxejn rispett lejn in-nies għaliex l-ombudsman inħatar bl-approvazzjoni taż-żewġ naħat tal-Kamra.", "Noqogħdu nparlaw u ngħidu ħafna affarijiet sbieħ u mbagħad inkunu aħna stess li nkissru l-istituzzjonijiet tagħna.", "X'jiġifieri ministru tal-gvern jagħti intervista u jgħid li ma jimpurtahx minn dak li jgħid l-ombudsman!", "Jekk ma taqbilx mad-deċiżjoni tiegħu, agħlaq ħalqek u tgħid xejn.", "Issa l-ministru jaf li qed jagħmel ħażin għax din il-persuna ġiet magħżula minn bord indipendenti, bħalma reġa' ġara fit-tieni proċess li sar.", "Għax kien hemm it-tieni proċess, imma mbagħad daħal il-prim ministru u lill- ministru qallu li l-proċess tiegħu kien ivvizzjat.", "Din hija t-trasparenza li qegħdin nimxu biha f'dan il-pajjiż!", "Għalhekk ma jagħmilx ħażin il- ministru li kieku kellu jgħidilna ftit fejn hu l-konflitt ta' interess.", "Fl- ewwel każ kellna proċess li dam għaddej sena u nofs u sal-lum ix-xandir ta' l-istat għadu mingħajr manager news.", "L-ewwel proċess kien meta ntgħażel Charles Flores, mentri t-tieni proċess kien meta ntgħażlu xi nies u ma' waħda mill-persuni magħżula kienu anke qegħdin jiftiehmu fuq il-paga li kellha tieħu.", "Pero' f'daqqa waħda reġa' waqaf kollox.", "Għalhekk nistaqsi fejn qiegħda t-trasparenza li tant jitkellem fuqha l-prim ministru.", "Hawnhekk għandna ineffiċjenza galore għaliex imissna nistħu li ddum sena u nofs ma taħtar manager news.", "Possibbli li biex nieħdu deċiżjoni fuq manager news indumu sena u nofs?", "Naħseb li ineffiċjenza akbar minn din m'hemmx fejn naslu aktar, Sur President.", "Il-ministru qalilna li fis-sapjenza tagħna għednielu li ċertu xogħol li jidher fuq il-PBS huwa mbarazz.", "Pero' nerġa' ngħid li dan m'għedniehx aħna biss imma qalu wkoll l-istess bniedem li l-ministru ħatar sabiex jieħu deċiżjoni dwar xi kwalita' ta' programmi għandhom jixxandru.", "Dan l- individwu qal hu stess li ċerti programmi huma junk u li ma jaqbilx li għandhom jixxandru.", "Jiġifieri l-ministru donnu qiegħed juża lilna sabiex jgħid dak li jrid jgħid lin-nies li jappunta huwa stess!", "(Interruzzjonijiet) Jiena qiegħda nuża l-PBS sabiex nagħti l-eżempji pero', tidħol fejn tidħol, dawn l-affarijiet se ssibhom kullimkien.", "Fil- fatt qatt ma kien hawn riżenji ta' chairmen fl-istorja politka ta' pajjiżna daqskemm kien hawn dan l-aħħar taħt l-Onor.", "Austin Gatt.", "Sur President, diġa' tkellimt fuq ir-ristrutturar fiċ-ċivil li qed isemmi l- prim ministru.", "Hawnhekk qegħdin naraw li l-complement level fil-livelli għoljin qed ikompli jiżdied.", "Issa nafu li huma t-top posts li l-aktar li jiswew lill-poplu Malti għaliex, kif nafu, ma' dawn il-posts għandek ċerti allowances u perkaċċi oħra li jrid iħallashom il-poplu Malti.", "Hemm ukoll il-konsulenti li dejjem jiżdiedu u allura mhux billi ngħidu li qed innaqqsu n-nies minn maċ-ċivil.", "Qegħdin nagħmlu ekonomija mas-saffi ta' isfel, biex imbagħad il-flus inberbquhom b'dan il-mod mas-saffi ta' fuq.", "L-istess ħaġa nistgħu ngħidu għall-awtoritajiet, fejn għandek nies b'kondizzjonijiet ta' xogħol differenti u aħjar minn dawk tan-nies taċ-ċivil pero' m'humiex qed ikunu effiċjenti.", "Il-bieraħ stess smajna lil Joe Grioli – dan bniedem li għamel il-flus taħt gvernijiet Nazzjonalisti – jgħid li kieku l-Vodafone kellha tiġi llum f'Malta lanqas tiġi għaliex bit-tbażwir, l-ineffiċjenza u l-burokrazija li hawn taħsibha darbtejn.", "Fil-fatt fis-snin li għaddew rajna diversi nies li ppruvaw jiġu jinvestu hawnhekk iżda telqu lura.", "Mela hawnhekk qed inżidu l-awtoritajiet, qed inżidu d-directorships, qed inżidu dawn in-nies, imma fuq kollox l-effiċjenza b'kemm qed tiżdied?", "Qegħdin nieħdu riżultati?", "Ma tistax ma tħarisx lejn il-privat.", "Għax jiena ngħid li forsi aħna tant inkunu mehdijin biċ-ċivil u x-xogħol tiegħu li jrid jiġi xi ħadd minn barra biex jgħidilna: Imma intom x'intom tagħmlu hemmhekk?", "Jiena semmejt l-eżempju tas-Sur Grioli għaliex tan-naħa l-oħra malajr jgħidu li semmejt xi ħadd b'simpatiji Laburisti u allura semmejt bniedem li għamel il-flus taħt gvernijiet Nazzjonalisti u li xorta waħda iħoss li għandu jikkritika l-mod ta' kif qed jiddeterjoraw l-affarijiet.", "Is-Sur Grioli qal il-bieraħ stess li huwa ma jistax jifhem fejn se jasal dan il- pajjiż.", "Qalilna wkoll li l-investimenti nistgħu ninsewhom u tana l-eżempju tal-Vodafone.", "Allura rridu nagħtu kas ta' dak li jingħad fuq ċerti affarijiet.", "Issa ħadd ma jista' jgħid li s-Sur Grioli huwa politically biased favur il-partit Laburista.", "Fl-opinjoni tiegħi kien qed jitkellem mill-esperjenza tiegħu ta' businessman u jekk irridu niġbdu l-investiment, naħseb li rridu nagħtu kas ta' dak li qed jgħidulna nies bħas-Sur Grioli.", "Issa ma rridux noqogħdu nippruvaw insibu r-raġuni għalfejn qal hekk u forsi ngħidu li għandu xi motivi ulterjuri.", "Naħseb li kulħadd jista' imur ikellem lil xi ħadd tal-Vodafone u jara l-opinjoni tas-Sur Grioli x'inhi.", "Pero' jiena naħseb li meta tkellem b'dak il-mod, is-Sur Grioli kien jaf li jista' jkun hemm min imur jiċċekkja fuq dak li qal u għalhekk dak li qal naħseb li qalu b'responsabbilta'.", "Dan huwa eżempju ċar ta' kif l- effiċjenza ma żdeditx minkejja dak kollu li ilna ngħidu u fil-fatt għalhekk il-prim ministru qed jgħid Ii jrid jagħmel il-better regulation unit.", "Aħna ilna ħafna ngħidu li dawn il-quangos m'humiex qegħdin iżidu l- effiċjenza fil-pajjiż.", "Il-prim ministru qed jgħid li qiegħed jagħmel ħafna affarijiet, fosthom ir-restructuring ta' l-atti notarili.", "X'restructuring huwa dan meta xorta waħda għadu qed iħallas il-gvern?", "Issa minflok qed jagħmluh in-nies tal-gvern, dan ix-xogħol qed tagħmlu kumpannija privata.", "L-istess ħaġa nistgħu ngħidu fuq il-posta, neħħejniha minn dipartiment tal- gvern u tajniha lil kumpannija privata u issa qegħdin naraw ir-riżultati li ħadna mill-posta.", "Qalilna l-prim ministru li meta xi ħadd jispiċċa minn maċ-ċivil, mhux se jiddaħħal ieħor minfloku - kif għedt aktar qabel, din kienet xi ħaġa li bdejna nipprattikawha aħna meta konna fil-gvern - pero' issa jidher li hemm ħafna nies li minflok qed jidħlu mill-bieb, qegħdin jidħlu mit-tieqa u tajt eżempji ta' ċerti konsulenti u l-mod li bih qegħdin jitħallsu.", "Il-prim ministru qalilna wkoll li se jibda eżerċizzju ta' skrutinju ħalli jkollna l-effiċjenza u nħolqu dawn il-ħafna enti bl-iskop li jkollna l- effiċjenza.", "Qalilna li d-dipartimenti tal-gvern m'humiex effiċjenti u għalhekk se jinħolqu dawn l-enti, b'nies professjonali ħalli nsiru effiċjenti.", "Madankollu diġa' semmejt x'riżultati kellna.", "Issa l-partit Laburista ilu s-snin jikkritika lill-gvern li minkejja dan l-infiq bl- addoċċ, m'aħniex qed naraw ir-riżultati.", "Milli jidher il-prim ministru qiegħed jagħtina raġun fl-aħħar u għal dan il-għan se jwaqqaf taqsima ġdida.", "Nittamaw li din tibda taħdem malajr kemm jista' ikun u mhux tibqa' biss fuq il-karti.", "Nisperaw li ma jasalx budget ieħor u nerġgħu nisimgħu li se ssir għaliex ħafna mill-affarijiet li ssemmew f'dan il-budget kienu diġa' ssemmew fil-budget l-ieħor.", "Dawn suppost li diġa' saru imma baqgħu biss fuq il-karta.", "Il-prim ministru semma l-kelma \"kontabilita'\" u qalilna li settur pubbliku effiċjenti jirrikjedi livell għoli ta' kontabilita'.", "Nisperaw li din il-kontabilita` ma tibqax kelma li ngħiduha għall- konvenjenza.", "Il-kontabilita` trid tibda minn fuq, Sur President.", "Kif jista' ikollok il-kontabilita` meta ministru tal-gvern stess ma jagħtix kontabilita' ta' għemilu?", "X'eżempju qed jagħtihom lil ta' taħtu?", "X'eżempju qed jagħtuhom lid-directors general, lid-directors, lill- impjegati u lin-nies kollha li hemm fiċ-ċivil meta ministru ma jagħtix kkontabilita` ta' l-aġir tiegħu?", "Hemm bżonn li nitkellmu b'eżempji konkreti għaliex kulħadd jaf jiġi f'din il-Kamra u jgħid li l-ministri m'humiex accountable.", "Pero' għandna nagħtu eżempju bħal dak li għadni kemm semmejt dwar il-ħatra ta' kap għall-kamra ta' l-aħbarijiet ta' l-istazzjon pubbliku.", "Għax apparti l-ineffiċjenza li kien hemm f'dan il-proċess, xorta waħda għadna sal-lum mingħajr manager news.", "Barra minn hekk dan il-proċess jinsab imgeżwer f'ħafna misteri, tant li l- proċess kellu jieqaf mingħajr ma tawna l-ebda raġuni.", "Il-prim ministru qal lill-Onor.", "Gatt li l-proċess kien ivvizzjat.", "Meta mbagħad għamilna xi mistoqsijiet parlamentari dwar il-mottiv tal-waqfien tal-proċess ma ngħatajna l-ebda tweġiba.", "Allura din hija l-accountability ta' l-Onor.", "Austin Gatt?", "Imbagħad jiġi l-prim ministru jgħidilna li settur pubbliku effiċjenti jirrikjedi livell għoli ta' kontabilita`!", "Charity begins at home u għalhekk il-kontabilita` trid tibda mill-ministru.", "Kif jippretendu li l-ħaddiema jkunu accountable meta lanqas il-ministri m'huma accountable?", "Ħalli jweġibna l-prim ministru u jgħidilna x'inhi r-raġuni li l-proċess kien ivvizzjat.", "Għalfejn meta staqsejna lill-ministru x'kienet ir-raġuni li saru żewġ proċessi – ġew injorati t-tnejn li huma u għadna sal-lum mingħajr manager news - ma tana l-ebda risposta?", "Jiena qiegħda nsemmi dawn l-eżempji għaliex irrid nsemmi xi ħaġa konkreta, ħalli ma jkollix għalfejn noqgħod nagħti eżempji oħra u b'hekk ikolli naħli l-ħin sabiex noqgħod ngħid l-istorja tagħhom.", "Dawn l-eżempji diġa' użajthom f'kuntest ieħor fil-bidu tad-diskors tiegħi pero`, tħares fejn tħares, minn kull lat issib nuqqas ta' accountability, imbagħad niġu ngħidu lill-permanent secretaries, lid-directors general, lid- directors u lill-impjegati kollha sabiex ikunu accountable.", "Dażgur li jrid ikollna l-accountability, pero' jekk inti tara 'l ommok u 'l missierek fis- sakra, il-probabbilta' hija li inti wkoll tispiċċa sakranazz!", "Inti ma tistax tgħid lit-tfal sabiex alkoħol ma jixorbux u droga ma jeħdux meta jaraw lilek stess tixrob u tieħu d-droga.", "Għal min jixtieq ikun jaf aktar kif taħdem l-accountability hawn Malta, biżżejjed jagħti daqqa ta' għajn lejn il-mistoqsijiet parlamentari li nagħmlu lill-ministru għall- investiment, industrija u teknoloġija ta' l-informazzjoni, l-Onor.", "Austin Gatt.", "Dan l-ewwel jagħmel xi ħames darbiet jgħidlek li r-risposta se tingħata f'seduta oħra u tweġiba ma jagħtik qatt.", "Per eżempju, jiena tlabtu sabiex ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra r-riżultati ta' l-interviews taż-żewġ proċessi li saru.", "X'fiha b'daqshekk!", "Mela mhux b'sejħa pubblika saret din?", "Allura l-pubbliku m'għandux dritt li jkun jaf x'ġara?", "Pero' il-ministru qalli li ma jistax jagħtini dak li tlabtu għaliex din l-informazzjoni ta' natura konfidenzjali.", "X'jiġifieri ta' natura konfidenzjali!", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq ix-xandir pubbliku u qegħdin nitkellmu fuq call for applications li saret pubblika.", "Meta jsiru l-eżamijiet pubbliċi, ir-riżultati jkunu fuq il-bord u kulħadd ikun jista' jmur jarahom.", "Imbagħad niġu nitkellmu fuq it-trasparenza u l- accountability fl-operat tal-ħaddiema taċ-ċivil meta l-ministru jaħdem b'dan il-mod, x'affarijiet dawn!", "Jiena verament ma nistax nifhem.", "F'daqqa waħda mbagħad insemmu persuna oħra li ġiet ir-raba' fl-interview u l-ministru jgħidilna li jrid lil dik il-persuna.", "Għalfejn dan it-tidwir u t-tbażwir kollu?", "X'jiġifieri jiġi l-ministru jgħid pubblikament li ma jinteressahx mid-deċiżjoni ta' l-ombudsman għaliex lil Charles Flores ma jridux?", "Din hi l-accountability u t-trasparenza li biha jrid imexxi dan il- gvern?", "U issa l-prim ministru jiġi jgħidilna li jrid l-accountability u t- trasparenza!", "F'dawn it-tliet paġni li l-prim ministru tkellem dwar is-settur pubbliku qalilna li bħalissa għaddej bix-xogħol preparatorju għad-dħul tas-sistema ta' l-accrual accounting fis-servizz pubbliku.", "Jiena ma nafx, pero` meta l- prim ministru jgħid dan il-kliem ikun qed jurina li lanqas il-miri tagħhom stess m'huma kapaċi jilħqu, basta mbagħad imur jgħid lill-impjegati tal- gvern li se jkun hemm il-konsegwenzi għal min ma jilħaqx il-miri tiegħu!", "Qed insemmi dan kollu għaliex niftakar li fil-manifest elettorali tal- partit Nazzjonalista ta' l-1998, din il-wegħda ta' l-accrual accounting kienet diġa' qed tissemma.", "Forsi tgħiduli li ladarba baqgħet fil-programm elettorali allura jista' jagħmilha meta jrid hu, pero` din issemmiet ukoll fil-budget speech ta' xi erba' snin ilu.", "Jiġifieri erba' snin ilu qalulna li din is-sistema ta' l- accrual accounting kienet se tidħol fis-seħħ ma ddumx.", "Mela l-gvern ma jilħaqx il-miri tiegħu stess u mbagħad, fl-istess diskors, jiġi jgħid lin- nies tas-settur pubbliku li se jkun hemm konsegwenzi għal min ma jilħaqx il- miri tiegħu.", "Allura l-gvern x'konsegwenzi għandu jaffaċċa meta jidħaq bin- nies b'dan il-mod?", "Għaddew ħames snin minn dak li wiegħed u mbagħad jiġi jgħidilna li l-gvern jinstab għaddej b'xogħol preparatorju!", "Madankollu jagħmel tajjeb il-gvern jekk idaħħal din is-sistema għaliex nafu x'kontijiet sibna meta tlajna fil-gvern fl-1996.", "Konna sibna kontijiet moħbijin fil-kxaxen ħalli mbagħad jgħidu li l-ħofra ħrafa.", "Meta aħna semmejna l-ħofra ma konniex qed nirriferu għal kif kienu jidhru l-accounts fil-budget.", "Pero' meta Lino Spiteri kien beda jiftaħ il- kxaxen beda jsib il-kontijiet ta' miljuni ta' liri fuq mediċini, per eżempju, li kienu nħbew mill-gvern Nazzjonalista ta' qabilna.", "Imbagħad wasalna għall-elezzjoni għaliex l-Onor.", "John Dalli qalilhom li ma jistax ikun li nibqgħu sejrin b'dan il-mod.", "Is-soluzzjoni tagħhom kienet li mmorru għall-elezzjoni għaliex il-fondi tal-pajjiż kienu marru l-baħar.", "Meta mbagħad Dr. Alfred Sant kien beda jgħid li għandna ħofra fil-pajjiż, kien qiegħed jirriferi għal dawn l-affarijiet u bħala partit Laburista bdejna nitkellmu mill-1996 dwar il-bżonn li jkollna s-sistema ta' l-accrual accounting.", "Issa l-prim ministru qalilna li qiegħed jagħmel ix-xogħol preparatorju.", "Semma wkoll il-liġi dwar is-servizz pubbliku.", "Din ukoll kienet liġi oħra li ilha tiġi mwiegħda għal ħafna snin.", "Kien sar l-ewwel qari tagħha ħames snin ilu, imbagħad ħarġet il-white paper u jien kont ħsibt li diġa' saru d- diskussjonijiet fuq il-white paper.", "Pero` issa l-prim ministru fid- diskors li għamel qalilna li se jibda d-diskussjonijiet fuq il-white paper tal-liġi tas-settur pubbliku.", "Dan meta suppost li d-diskussjonijiet ilhom li saru żmien twil ilu.", "Mela lanqas il-miri tiegħu stess m'huwa kapaċi jilħaq dan il-gvern!", "Ma semma xejn ukoll fuq xi ħaġa li hija importanti ħafna għall-ħaddiema taċ-ċivil, il-whistle-blower act.", "Sur President, din hija liġi li għandna bżonnha ħafna fiċ-ċivil u jekk hemm ministru li verament jemmen fl-accountability, din hija liġi li hemm bżonn li jaħdem fuqha!", "B'hekk min jitkellem fuq l-affarijiet li ma jkunux qed isiru sew fiċ-ċivil ikun protett bil-liġi u mhux jispiċċa vvittimizzat talli tkellem.", "Fil-fatt nafu b'każi fejn min tkellem fuq dawn l-affarijiet spiċċa mkeċċi mix-xogħol.", "Il-ħaddiema taċ-ċivil, mill-ogħla wieħed sa l- iżgħar wieħed, għandu jkollhom il-protezzjoni permezz tal-whistle blower act.", "B'dan il-mod, kull fejn l-affarijiet isiru ħażin ikunu jistgħu jitkellmu mingħajr il-biża' li jispiċċaw vittma huma stess.", "Nirringrazzjak.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Silvio Parnis.", "ONOR.", "SILVIO PARNIS: Sur President, f'dan il-ftit ħin li għandi għad- dispożizzjoni tiegħi nixtieq inwassal dak li bħalissa qiegħed għaddej minnu l-poplu Malti, b'mod speċjali dak li qed iħossu ż-żgħażagħ u l-anzjani tagħna.", "Xi kultant nibda nistaqsi lili nnifsi jekk tan-naħa l-oħra humiex qed jgħixu fl-istess pajjiż li qegħdin ngħixu fih aħna.", "L-esponenti tal- partit Nazzjonalista moħħhom biex jgħidu li l-poplu qiegħed jgħix ħajja differenti mill-ħajja li verament jinsab għaddej minnha l-poplu Malti.", "Fil- fatt smajna lill-prim ministru jgħidilna li fil-pajjiż hawn xogħol kemm trid u li kollox miexi tajjeb.", "Jiena naħseb li nkun qiegħed nonqos lejn sħabi u lejn il-ħaddiema jekk ma ngħid xejn f'dan ir-rigward, Sur President.", "F'dawn l-aħħar ġimgħat smajna b'dawk il-ħaddiema li qegħdin jitilfu l- impjieg u minn hawnhekk nixtieq insellem lil dawk il-ħaddiema kollha tad- Denim.", "Dan mhux qed nagħmlu biex aħna tal-Partit Laburista nieħdu xi vantaġġ politiku għax minn sitwazzjoni bħal din m'għandniex nagħmlu kapital politiku.", "Ħafna minn dawn il-ħaddiema ġejjin mis-south ta' Malta u nafu li b'kollox kien hemm 800 ħaddiem li tilfu l-impjieg tiegħhom f'dawn l-aħħar ġimgħat.", "Din xi ħaġa li għandha tinkwieta mhux biss lill-gvern imma lil kulmin għandu sens ta' ġustizzja għaliex hija sitwazzjoni kerha ħafna.", "Dawn il-ħaddiema qegħdin jiġu jfittxu lilna d-deputati u nagħmlu tajjeb li niftħulhom il-bieb u nkellmuhom u nuru s-solidarjeta' tagħna magħhom.", "Ħafna minnhom għandhom problemi soċjali kbar, oħrajn ħadu loan fuq id-dar u loan fuq il-karozza.", "Kelli każi fejn ġew ikellmuni familji sħaħ, mhux biss il-missier u l-omm imma anke t-tfal, kollha jaħdmu fl-istess fabbrika.", "Imbagħad jiġi l-prim ministru u jgħidilna li xogħol hawn kemm trid!", "Meta jkollna sitwazzjonijiet bħal dawn, jiena nħobb nistaqsi din il-mistoqsija: Li kieku kont jien fl-istess sitwazzjoni, x'kont nixtieq li jsir?", "Li kieku kien il-partit Laburista fil-gvern li ffaċċa din il-problema, x'konna se nagħmlu sabiex ngħinu lil dawn in-nies?", "(Interruzzjonijiet)", "Intom kontu tgħidu tant li se ssolvu kollox u bqajtu ma solvejtu xejn!", "Meta l-kap tal-partit Laburista kien iwissi dwar dan kienu jinfexxu jidħku tal-partit Nazzjonalista, pero` illum ngħidilkom li l-poplu għad jibda jidħak bikom.", "Intom qegħdin komdi u għalhekk tħallu lil dawn in-nies fis- sitwazzjoni li qegħdin, qisu m'hu qed jiġri xejn.", "Anzi jien kont qiegħed nistenna li l-partit Nazzjonalista jmur jiltaqa' ma' dawk il-ħaddiema li tilfu l-post tax-xogħol u jagħtihom dik l-ittra li kienu bagħtulhom bħala garanzija ta' xogħolhom.", "Morru ltaqgħu magħhom u agħtuhom dik l-ittra!", "Jien kont qiegħed nippretendi li min-naħa tagħkom, bħala gvern, kontu lesti li ssolvu l-problemi kollha.", "Għalhekk nerġa' ngħid li rrid insellem lil dawk il-ħaddiema tad-Denim, kif ukoll lill-ħaddiema l-oħra li qegħdin jitilfu l-post tax-xogħol tagħhom.", "Tan-naħa l-oħra jgħidulna li lesti jilagħbu l-imħatri li s-settur tat- textiles ma jdumx ma jispiċċa minn Malta.", "Huwa fatt li qegħdin ngħixu fi żmien dawn il-problemi kollha u għada pitgħada bilfors se jkollna aktar problemi.", "Għaldaqstant ejjew bis-serjeta' niffaċċaw il-problemi li għandna għaliex daqskemm qed ibatu dawn iż-żgħażagħ mhu qed ibati ħadd.", "Jiena naħseb li kieku konna aħna fil-gvern u kellna din il-problema ma' wiċċna, kont ninkwieta ħafna u kont nara li jsir xi ħaġa.", "Dawn in-nies ġejjin l- aktar minn familji ta' ħaddiema, liema familji jaqilgħuha u jiekluha u għalhekk minn hawn inħoss li għandi nuri solidarjeta' sħiħa ma' dawn in- nies.", "U anke jekk forsi hija diffiċli li bħal dan iż-żmien isibu x-xogħol, xorta waħda l-bieb tagħna jibqa' miftuħ għalihom.", "Ta' l-anqas nagħtuhom is- support morali tagħna, xi ħaġa li tagħmlilna unur bħala bnedmin.", "Imma ħalli issa ngħid xi ħaġa wkoll fuq il-qasam ta' l-anzjani, Sur President.", "Fil-fatt nhar it-Tlieta tkellimna dwar dan u smajna lin-naħa tal-gvern jgħidu li f'dan il-qasam sejjer kollox tajjeb ukoll.", "Imbagħad qagħdu jiddieħku bija għaliex għedt li l-livell tal-ħajja ta' l-anzjani qiegħed dejjem jonqos.", "Jekk in-Nazzjonalisti jidhrilhom li l-livell tal-ħajja ta' l-anzjani sejjer tajjeb affari tagħhom, pero' għandi ta' kuljum jiġu anzjani jkellmuni u jgħiduli bil-problemi li qed iħabbtu wiċċhom magħhom.", "U dan l-aħħar semmejt kif min-naħa tad-dipartiment tat-taxxi interni, ċerti anzjani qegħdin jirċievu avviż fejn jgħidulhom li għandhom jagħtu l-mijiet ta' liri għas-snin l-imgħoddija.", "Nafu li l-preskrizzjoni waqgħet u għalhekk se jkollhom iħallsu.", "Issa jekk forsi naħsbu li dan m'huwiex tnaqqis tal-livell tal-ħajja ta' l-anzjani, allura ma nafx x'tista' tgħidlu.", "Pero` dan il-gvern ma jħossx li hemm dan in-nuqqas u jsostni li kulħadd qiegħed jgħix aħjar, inkluż il-ħaddiema tad-Denim u l-anzjani.", "Lil dawn ukoll qalulhom li qegħdin jgħixu aħjar, Sur President.", "Issa kif jista' ikun li l-anzjani qed ikollhom kwalita' ta' ħajja tajba meta fis-sala ġdida ta' Padre Piju ġewwa San Vinċenz, ma' l-ewwel xita jegħreq kullimkien?", "Din hija l-kwalita' tal-ħajja li qed noffru lill- anzjani ta' San Vincenz meta issa qed ikollna nduru kullimkien minħabba li mit-twieqi daħal kwantita' ta' ilma wara l-ewwel xita li għamlet?", "Hija ħajja aħjar għall-anzjani tagħna meta l-lifts ġewwa San Vinċenz aktar ma jaħdmux milli jaħdmu?", "Hija ħajja tajba għall-anzjani tagħna li jkollok numru ta' mediċini out of stock meta dawn ikollhom bżonnhom il-ħin kollu?", "Per eżempju, sal-lum għad hemm l-alcohol gel li jiġi mitlub mill-infection control unit li ilu out of stock għal ġimgħat sħaħ.", "Mill-esperjenza li kull wieħed u waħda minna jgħaddu minnha, aħna għandna nitgħallmu aktar u bħala partit Laburista li llum qegħdin fl-oppożizzjoni u għada se nkunu fil- gvern, irridu nitgħallmu mill-iżbalji li għamel ħaddieħor.", "Jien naħseb li l-esperjenza tagħna fl-oppożizzjoni għallmitna nisimgħu lin- nies.", "Dan ma jfissirx li dak kollu li jgħidulna n-nies huwa kollu verita' għaliex nafu li jkun hemm xi wħud li ma jkunux daqstant ġenwini f'dak li jkunu qegħdin jgħidu.", "Pero` meta nisimgħu lil dawn in-nies ikellmuna rridu naraw jekk din hijiex il-verita' u r-realta' u kif nistgħu nilqgħu għal dawk il-problemi.", "U dan li rridu nippruvaw nagħmlu aħna.", "Aħna rridu nippruvaw nitgħallmu mill-iżbalji ta' ħaddieħor u l-kritika tagħna għandha tkun waħda kostruttiva.", "Il-partit Laburista jemmen li verament irridu nagħtu ħajja aħjar lill-anzjani tagħna u nista' ngħid li l-kuntatt ma' dan il-qasam tal-poplu nagħmluh b'mod regolari.", "Naħseb li għandna niltaqgħu ma' l-anzjani mhux biss fil-każini tagħna, imma anke f'postijiet fejn forsi l-anzjani preżenti ma jkunux jaqblu mal-kulur politiku tagħna.", "B'hekk nisimgħu wkoll minn għandhom x'inhuma l-problemi tagħhom, x'qiegħed idejjaqhom u x'nistgħu nirranġaw ħalli meta aħna nkunu fil-gvern, nidħlu mill-ewwel għax-xogħol tagħna.", "Kif inkunu fil-gvern aħna, hemm bżonn li nidħlu mill-ewwel għal dan ix-xogħol ħalli nirranġaw il- problemi li qiegħed ikollna bħalissa.", "Ngħid dan kollu għaliex inħoss li f'dan il-mument għandi nkompli nsostni dak kollu li tkellimna fuqu.", "Meta aħna nkunu qegħdin niddiskutu fil-Kamra ma tantx ikollna ħin niddibattu fuq is-suġġett tagħna.", "Għalhekk użajt dan il-ħin sabiex ngħid xi ħaġa fuq dan is-suġġett u qiegħed insemmih għaliex nemmen li hemm bżonn li naħdmu aktar fuqu.", "Issa jekk fost dawk li semmejt fid-diskors tiegħi hemm min qed jgħix aħjar, allura s-slogan tal-partit Nazzjonalista qiegħed għalihom.", "Pero' jekk inti m'intix tgħix aħjar, in-Nazzjonalisti qegħdin jidħku bik meta joħorġu bi slogan bħal dan.", "Il-ħin tiegħi skada iżda qabel nagħlaq nixtieq li mill-ġdid nuri s- solidarjeta' tiegħi ma' dawk il-ħaddiema li tilfu x-xogħol tagħhom, b'mod speċjali dawk il-ħaddiema tad-Denim u ħaddiema oħra.", "Fl-aħħar u mhux l- inqas, nixtieq nuri s-solidarjeta' tiegħi ma' l-anzjani tagħna li wkoll għaddejjin minn mumenti xejn feliċi.", "Nirringrazzjak, Sur President.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Noel Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Sur President, f'dan il-ħin limitat li għandi se nqajjem żewġ punti ħalli nkompli nisħaq fuq il-kritika li qegħdin nagħmlu għall-mod kif inhuma sejrin l-affarijiet.", "Hawn nistgħu naraw l- inkompetenza ta' din l-amministrazzjoni li qed twassal għall-falliment fl- istrateġija tal-gvern f'dik Ii hija ħidma finanzjarja.", "Per eżempju, il-gvern għadu ma ħallasx is-sussidji lill-bdiewa fuq il- prodotti li kabbru fl-ewwel sitt xhur tas-sena.", "Ir-raġuni ta' dan hija li l-pay agency li suppost ħadmet u ġiet organizzata minn qabel ma pajjiżna sar membru ta' l-Unjoni Ewropea, m'hijiex qiegħda tkun accountable lejn dawk li huma d-dmirijiet tagħha.", "Issa ta' min jinnota li matul dawn l-20 xahar, irriżenjaw iż-żewġ uffiċjali tagħha u l-complement ta' 20 ħaddiem naqas bin-nofs.", "Ovvjament dan kollu qed ikun ta' detriment għall-bdiewa u qiegħed ikompli jgħin biex il-bdiewa jkollhom dħul inqas.", "Issa dawn il- fondi l-bdiewa jriduhom mhux biss biex isostnu l-produzzjoni, imma anke sabiex jieħdu ħsieb il-bżonnijiet tal-familji tagħhom.", "Imma ħa nsemmi punt ieħor biex inkompli nirriafferma l-inkompetenza u l-falliment ta' dan il- gvern.", "Dan il-gvern waqa' għar-redikolu meta ma kienx kapaċi jressaq, permezz ta' l-awtoritajiet fi ħdan il-ministeru għall-iżvilupp rurali, l-iskema għall- export refund.", "F'din l-iskema pajjiżna ried ikun accountable biżżejjed sabiex inkunu in line ma' l-allinjament li l-gvern qal li laħaq qabel is- sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea.", "Għalhekk ried ikun fil-pront sabiex jippreżenta din l-iskema kemm bejn il-perijodu ta' Mejju u Diċembru tas- sena l-oħra, kif ukoll għall-perijodu ta' bejn Jannar u Diċembru ta' din is- sena.", "Pero` dan baqa' ma sarx u allura tkun xi ħaġa tajba jekk fil-winding up jispjegawlna x'sar bejn id-dipartiment tal-finanzi u d-dipartiment responsabbli mill-iskema ta' l-export refund.", "Nixtieq inkun naf x'inhuma l-multi li pajjiżna se jkun suġġett għalihom minħabba dan in-nuqqas ta' kompetenza.", "Xtaqt inkun naf ukoll x'inhuma l- obbligi li pajjiżna jrid jerfa' mill-flus li jiġbor mit-taxxi sabiex iħallas dawn il-flus li suppost ġew mill-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari fuq l-esportazzjoni ta' prodotti magħmula mill-kompożizzjoni ta' zokkor u butir, bħalma huma gallettini u crackers.", "Hemm ħafna affarijiet oħra li naturalment pajjiżna bilfors irid jagħmel l-almu tiegħu kollu sabiex ikompli jsostni l-element kompetittiv quddiem l-isfidi tas-swieq internazzjonali.", "Dan kollu qiegħed ngħidu sabiex il-poplu jkun jaf f'liema stat wasal dan il-gvern.", "Minkejja dak kollu li jingħad, dan il-gvern għadu m'huwiex konformi ma' dawn l-istrutturi li pajjiżna qiegħed jiddependi minnhom sabiex iġib il-fondi.", "Qiegħed ngħid dan kollu anke sabiex il-ministru tal-finanzi jieħu konjizzjoni ta' dan u jekk huwa ma jafx x'qiegħed jiġri fid-dipartiment tiegħu stess, janalizza bir-reqqa fuq kif il-ministeri l-oħra qegħdin jaġixxu f'dan ir-rigward.", "M'għandniex inkunu psatas u meta rridu niġbru t- taxxa mingħand it-taxpayer, saħansitra nibagħtuh il-ħabs jekk ma jkunx pront iħallas u, imbagħad, fejn jidħol l-obbligu tal-gvern li jħallas mill-ewwel liċ-ċittadin, il-pagament idum biex joħroġ.", "Anke fir-rigward li jikkomunika ma' l-Unjoni Ewropea l-iskedi u l-formoli meħtieġa sabiex pajjiżna ma jitlifx dak il-finanzjament li huwa intitolat għalih, qiegħed ikaxkar saqajh il-gvern.", "Sur President, qiegħed jintqal ukoll li l-ħajja fil-pajjiż qiegħda togħla b'tali mod li qed thedded serjament il-mezzi finanzjarji, kemm tal-familji sabiex jgħixu ħajja aħjar u kemm għall-intrapriżi privati li jridu jlaħħqu mal-commitments tagħhom.", "Qiegħed nirriferi għall-għoli fil-prezzijiet tal- produzzjoni u l-commitments tad-djun li fis-snin li għaddew għamlu sabiex jippruvaw jaġġornaw ruħhom ma' l-allinjament tar-regoli ta' l-Unjoni Ewropea li ġew imposti fuqhom, bil-għan li nilqgħu l-isfida ta' l-ex-storja tal-500 miljun suq.", "Madankollu dan ma sarx u ta' kull xahar qed naraw telf ta' opportunitajiet fl-esportazzjoni.", "Qegħdin nitilfu l-istrutturi li qegħdin hemmhekk sabiex jissapportjaw il- kompetittivita' ta' l-esportazzjoni, punt li hemm bżonn jiġi analizzat bis- serjeta' fl-interess tal-ġid nazzjonali ħalli dan il-pajjiż ma jkomplix dieħel ġo ħajt.", "Hemm bżonn li ma nibqgħux sejrin b'din il-politika inkompetenti, inkonsistenti u falluta li biha qiegħed imexxi l-gvern ta' l- Onor. Lawrence Gonzi.", "Nirringrazzjak.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Skada l-ħin disponibbli għan-naħa ta' l- oppożizzjoni u l-ħin kollu li fadal issa huwa għan-naħa tal-gvern.", "Aktar rimarki?", "Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Sur President, illum qegħdin nitkellmu fuq il- budget ta' l-2006 u anke stajt niġbed l-attenzjoni li pajjiżna ilu biss mill-1 ta' Mejju tas-sena l-oħra fl-Unjoni Ewropea.", "Pero' mid-diskors ta' l-Onor.", "Farrugia qiegħed nieħu l-impressjoni li l-partit Laburista għadu għaddej bil-kampanja tiegħu għar-referendum kontra l-Unjoni Ewropea!", "Dan għaliex fi ftit minuti smajna baraxx ta' kummenti negattivi fil-konfront tal-fatt li pajjiżna għażel s-sħubija fl-Unjoni Ewropea!", "Imma issa ejjew inħarsu ftit lejn kif inhuma l-affarijiet illum.", "Jiena u l- Onor. Tonio Fenech qegħdin naqdu dmirijiet ta' segretarji parlamentari mal- prim ministru.", "Jiena qiegħed fuq affarijiet li jikkonċernaw l-armata u ma' affarijiet li għandhom x'jaqsmu ma' ċerti finanzjament ma' barra, mentri l- Onor. Tonio Fenech qiegħed aktar fuq il-finanzjament lokali.", "Ovvjament se jkun hemm xi ftit ta' l-overlapping, pero' safejn hu possibbli se nipprova nżomm l-affarijiet li jikkonċernaw s-setturi differenti.", "Nixtieq nibda billi nsellem lill-1,605 persuni li jaħdmu fl-armata, kif ukoll lil dawk li se jibdew mil-lum.", "It-tislija tiegħi rrid nibdiha mill- kmandat u nibqa' nieżel sa l-iżgħar wieħed, anke lil dawk li għadhom kemm applikaw għar-recruitment il-ġdid ta' l-armata għax bħalissa għaddej ix- xogħol ta' recruitment ġdid fir-rigward ta' officer cadets.", "Bħalissa dawk magħżula qegħdin jiġu eżaminati sabiex nagħżlu nies li huma diġa' kwalifikati f'ċerti setturi.", "Dawn il-kadetti jistgħu wkoll jispeċjalizzaw f'xogħol li għandu x'jaqsam mal-forzi armati ħalli jkollna nies kompetenti f'dan is-servizz li jingħata lil pajjiżna.", "Irrid ngħid ukoll li issa li għalqu l-applikazzjonijiet għas-suldati ġodda fl-armata se jkollna perijodu fejn isir eżami mediku u fitness test fuq dawk li ġew magħżula, kif ukoll eżami ħafif ħalli naraw jekk dawn in-nies għandhomx edukazzjoni bażika biex niżguraw li jkollna nies b'saħħithom u kompetenti fl-armata.", "Dawn in-nies għandna bżonnhom sabiex l-armata, minkejja ċ-ċokon tagħna, tibqa' żżomm ruħha aġġornata u tibqa' f'livell għoli ta' kompetenza.", "B'hekk l-armata tkun kapaċi tilqa' għall-isfidi ġodda li minn żmien għal żmien qiegħed ikollha.", "Erba' jew ħames snin ilu l-armata ma kenitx tipparteċipa fis-search and rescue għaliex kien għadu ma kienx hemm il- fenomenu ta' l-immigranti irregolari li qed joqorbu lejn xtutna bl-eluf.", "Erba' snin ilu l-armata ma kellhiex bżonn tħares bis-sħiħ lejn ċerta sigurta' li għandna bżonn fil-pajjiż, bħas-search and rescue fuq il-baħar għal traffikar ta' affarijiet illegali li jiġu trasportati minn barra ż- żona ta' l-Unjoni Ewropea għaż-żona ta' l-Unjoni Ewropea minn l-ibħra Maltin.", "Sur President, apparti dan kollu, wieħed jista' jsemmi xi xogħol ieħor li jagħmlu n-nies ta' l-armata.", "Per eżempju, hemm nies fl-armata li jissejħu l-inland revenue security corps li jgħinu fil-ġbir tat-taxxi, u xogħolhom huwa proprju li jiġbru l-flus li jkunu għadhom pendenti.", "Membri ta' l- armata jieħdu ħsieb is-sigurta' ta' madwar 45 fergħa ta' banek ġewwa Malta, kif ukoll jagħtu l-protezzjoni tagħhom fl-area ta' l-ajruport.", "Is- suldati jieħdu ħsieb l-għassa ma' Kastilja, mal-Palazz tal-President fil- Belt u mar-residenza ufficjali tal-President f'San Anton.", "Membri ta' l-armata jagħtu l-għajnuna tagħhom – xi kultant iżjed mill-korp tal-protezzjoni ċivili - meta tinqala' xi problema ta' għargħar.", "Dawn ma joħolqux tfixkil dwar jekk iridux imorru jew le, pero' jaqbdu u jmorru bil- mezzi li għandhom disponibbli.", "Sfortunatament ikolli ngħid li l-apparat tagħhom għandu żmien twil fuqu, u fil-futur qarib hemm bżonn li nkomplu nbiddlu ma' dak li diġa' biddilna.", "Is-suldati tagħna jridu jkunu attrezzati sew sabiex jilqgħu għal kull sfida.", "In-nies ta' l-armata nsibuhom ukoll kull meta jkollna problema li ħaddieħor ma jridx jieħu ħsiebha.", "Is-suldati huma dawk in-nies li we fall back on f'mument ta' kriżi, f'temp ta' żmien meta sfortunatament ma nsibux nies li jagħmlu ċertu xogħol!", "Sur President, inti jista' ikollok l-NGOs u servizzi oħra, pero' ma tistax torbot fuqhom għall-permanenza għaliex m'għandhomx l-obbligu kuntrattwali li jibqgħu jagħmlu dak l-oġġett.", "Min-naħa l-oħra, is-suldati li llum hemm għassa f'Ħal Far jew f'Ħal Safi, għaddejjin day in day out, twelve hours on twelve hours off, għidlu li trid it-tip ta' shift.", "Dan is-suldat irid ikun hemm sabiex jagħti s-servizz tiegħu, bil-biża' tiegħu li jista' jieħu xi marda bħalma jista' jeħodha ħaddieħor, bil-biża' tiegħu li jista' jweġġa' bħalma jweġġa' ħaddieħor u bil-biża' tiegħu li jista' jinqalagħlu xi inċident.", "Għalhekk irrid nerġa' nirringrazzja lil dawn in-nies għas- servizz siewi li qegħdin jagħtuna.", "Irrid ngħid li min-naħa tal-gvern, qegħdin nieħdu dawk il-passi sabiex fejn hu possibbli u fil-limitazzjonijiet tagħna ntejbu s-sitwazzjoni ta' l- armata, kemm f'dak li għandu x'jaqsam man-nies fl-armata, kif ukoll f'dak li għandu x'jaqsam mal-loġistika u ma' affarijiet oħra li jinqdew biha l- armata.", "Għalhekk se nħares ftit lejn ċerti affarijiet li ġraw riċentement u oħrajn li qed nabbozzaw għaż-żmien futur.", "L-aktar ħaġa riċenti li kellna hija li din il-ġimgħa l-armata ħadet il-konsinja ta' għaxar landrovers DDI 3's ġodda li ġew importati mill-Ingilterra.", "Sur President, irrid ngħid li bil-għaqal ta' l-armata, marru jaħdmu mad- dipartiment tad-difiża Ingliża u b'hekk marru direttament il-fabbrika.", "Għalhekk peress li l-aġent Malti għandu ċerti drittijiet tiegħu, b'dan il- mod qegħdin niffrankaw 'l fuq minn Lm4,000 fuq kull vettura li nġabet.", "Issa l-kap ta' l-oppożizzjoni forsi jgħidilna li xtrajna 56 karozza.", "Pero' ma naħsibx li għandna nħallu lill-armata bil-landrovers li għandhom illum, l-aktar minħabba li ħafna minnhom m'għadhomx tajbin għat-triq.", "Ftit tax- xhur ilu, mort flimkien mal-kmandant fl-10.00 ta' bil-lejl sabiex naraw żewġ suldati li weġġgħu.", "Din ma kenitx kawża ta' traskuraġni min-naħa tas- suldati imma weġġgħu għaliex parti mill-qiegħ ta' l-istruttura tal-vettura, li kien ilhom jirranġaw fiha għal bosta żmien, ċediet f'daqqa waħda fit- triq u dawn spiċċaw it-tnejn l-isptar!", "Għalhekk qegħdin nieħdu ħsieb li din is-sena, jekk il-Bambin irid, ikollna għaxar landrovers ġodda li se jitħallsu matul din is-sena u s-sena d- dieħla.", "Nispera li min jitkellem warajja jkollu biżżejjed finanzi għas- sena d-dieħla ħalli nkunu nistgħu nkomplu nżidu ma' dawn il-landrovers.", "Dawn il-landrovers li nxtraw se jintużaw għal-laqgħa tal-kapijiet tal- Commonwealth (CHOGM) għaliex kif tafu l-armata għandha l-importanza tagħha wkoll fil-laqgħa taċ-CHOGM.", "Wara l-laqgħa, dawn il-landrovers se jintużaw fil-first regiment.", "Nafu li l-armata hija maqsuma fi tliet reġimenti, fejn kulħadd għandu x-xogħol tiegħu.", "Ħaġa oħra li l-armata żiedet matul l-aħħar sena u nofs - kemm ili jien in charge mill-armata - kienet il-patrol boat li l-parti l-kbira tagħha ġiet co-financed mill-Istati Uniti.", "Naturalment il-kumplament ħallasnieh aħna.", "Din hija waħda miż-żewġ patrol boats li għandha l-armata u li qiegħda tagħmel xogħol ġenwin.", "Fil-fatt sal-bieraħ stess filgħaxija kienet qed issegwi dgħajsa li baqgħet tielgħa 'l fuq minn pajjiżna.", "Irrid ngħid li minkejja li l-armata segwiet din id-dgħajsa, dawn assolutament ma riedu l- ebda għajnuna u rrifjutaw kwalunkwe għajnuna għaliex kellhom id-dritt tal- passaġġ innoċenti mill-baħar, u baqgħu telgħin on their own steam mingħajr ma riedu l-ebda tip ta' għajnuna.", "Dalgħodu dehru xi rapporti li l-armata ma pprovatx tgħin lil dawn in-nies, pero' m'hemm xejn veru minnhom!", "Il- verita' hija li dawn riedu jibqgħu sejrin kif kellhom id-dritt li jagħmlu on their own steam sabiex imorru lejn postijiet oħra.", "Sur President, il-ġimgħa l-oħra ħadna wkoll il-konsinja ta' vedetta li ġiet sponsorjata mill-ħames protokoll Taljan.", "U anke hawnhekk, li kieku llum ma dħalniex membri fl-Unjoni Ewropea, żgur li ma konniex inkunu ntitolati għaliha!", "Din il-vedetta għall-armata se tgħin ħafna fix-xogħol marittimu ta' l-armata u hija patrol boat li tiswa 'l fuq minn Euro18-il miljun!", "Nista' nassigura lil kulħadd li din id-dgħajsa hija mgħammra bl-aħħar teknoloġija, tant li bis-saħħa ta' kif l-armata abbozzat li jsiru ċerti strutturi fiha, ġew inklużi l-post fejn jinżel il-helicopter fuqha u ċerti bżonnijiet oħra.", "Dawn se jagħtuna iżjed saħħa sabiex inkunu nistgħu nwettqu aktar xogħol u nippruvaw inrażżnu l-vjaġġi klandestini.", "Hawnhekk irrid ngħid ukoll li l-istess cantieri li ħadmu din id-dgħajsa, qalulna li se jieħdu l-ideja tal-Maltin sabiex jibdew jużawha fuq il-vedetti l-oħra li qegħdin jibnu għall-gwardja marittima Taljana!", "Jiġifieri dawn se jibdew jużaw l-ideat li tawhom il-Maltin.", "Għalhekk nixtieq inrodd ħajr lil dawk it-tekniċi u inġiniera Maltin li ħarġu b'din l-ideja għaliex issa se tibda tiġi wżata wkoll mill-barranin.", "Sur President, matul l-aħħar sena u nofs, minħabba ż-żieda fl-ammont ta' immigranti irregolari li daħlu f'pajjiżna, inħasset il-ħtieġa li jinbnew postijiet oħra fejn inżommu b'mod uman lil dawn l-immigranti illegali li jiġu f'pajjiżna sa dak iż-żmien li jsir il-proċess tagħhom u jingħataw l- istatus ta' refuġjati, jew l-istatus ta' protezzjoni umanitarja jew inkella sakemm jintbagħtu lura jekk ma jikkwalifikawx għall-ebda status.", "F'dan il- kuntest xtaqt niftaħ parentesi żgħira sabiex ngħid grazzi tax-xogħol ġenwin li sar matul dan il-weekend bejn l-istess forzi armati u l-pulizija.", "Qiegħed nirriferi għall-195 immigrant illegali li waslu fostna l-ġimgħa l- oħra, fejn fis-6.30 ta' filgħodu telaq l-ewwel ajruplan lejn l-Eġittu u ħa lura 72 minnhom.", "Ajruplan ieħor se jitlaq għada u matul il-ġimgħa d-dieħla se jkunu marru lura 185 persuna minn dawn il-195 li waslu hawn Malta għaliex dawn kienu ġejjin min-North Africa u ma kenux jikkwalifikaw għall- istatus ta' refuġjati.", "Allura hawnhekk tidħol iżjed l-importanza ta' l- emenda li se tgħaddi minn hawn u ftit ieħor f'dan il-parlament għal-liġi dwar l-immigrazzjoni illegali ħalli ma jkollniex min jiġi hawn Malta u jaħseb li b'mod frivolu jista' joqgħod japplika sabiex jiġi aċċettat hawnhekk bħala immigrant illegali.", "Sur President, grazzi għall-armata talli segwiet lil dawn in-nies u li ħadet l-inkarigu b'sogru fuq ħajjet dawk in-nies li kienu fuq il-patrol boat.", "Fil-fatt dawn is-suldati għamlu disa' sigħat jirmonkaw lil din id- dgħajsa ġo pajjiżna u peress li l-baħar kien forza 6 ma kienx daqshekk faċli li jaħdmu.", "Li kieku kien il-baħar kalm, dan it-traġitt kien jieħu tlieta jew erba' sigħat, pero' il-baħar ma kienx komdu li wieħed jista' jaħdem fih.", "Għalhekk in-nies li kienu nkarigati mill-patrol boat, bil- galbu kollu ħadmu għal tul ta' disa' sigħat, mill-11.00 ta' bil-lejl sat- 8.30 ta' filgħodu sabiex idaħħlu lil dawn l-immigranti f'Malta.", "Hawnhekk irrid inrodd ħajr lit-team tajjeb li hemm mal-pulizija ta' l- immigrazzjoni.", "Fi żmien qasir, dawn il-pulizija stabbilew min kienu dawn in-nies u dan għamluh bl-għajnuna ta' l-ambaxxatur Eġizzjan.", "U rrid ngħid li f'dan ix-xahar u nofs li l-ambaxxata Eġizzjana ilha fostna, qed insibu għajnuna ġenwina min-naħa ta' l-ambaxxatur f'dan ir-rigward.", "Allura rridu nwasslu messaġġ lill-poplu tagħna, li safejn hu possibbli aħna qegħdin nittrattaw din il-problema bl-aħjar mod li nistgħu.", "Għaldaqstant nixtieq nerġa' nirrepeti li minn 5,500 immigrant li daħlu Malta matul dawn l-aħħar tliet snin, minbarra t-3,723 li diġa' kienu ripatrijati, se nerġgħu nirripatrijaw 3,900 matul din il-ġimgħa.", "Dan għaliex l-immigranti jew tilfu l-każ tagħhom jew inkella minħabba li ma kenux jikkwalifikaw għall- ebda status.", "Sur President, issa nixtieq ngħid xi ħaġa fuq il-parti ta' l-armata li se taħdem fil-konferenza taċ-CHOGM.", "Fortunatament jew sfortunatment, l-armata għandha t-tendenza li taħdem ħafna mingħajr ma toqgħod ddoqq trombi.", "L- armata se tieħu ħsieb ċertu xogħol ta' sigurta' fl-akkwati ta' fejn se ssir il-laqgħa taċ-CHOGM, b'mod speċjali għall-kapijiet tal-gvernijiet.", "L- armata se tieħu ħsieb ukoll ċertu patrolling li se jsir fuq il-baħar, se tkun on alert f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-explosives section u se jkollha nies lesti għal kull eventwalita' li tista' tinqala'.", "Ovvjament aħna nisperaw li din l-eventwalita' ma tinqalax u nixtieq ngħid li anke l-pulizija qegħdin jagħmlu xogħol siewi u ġenwin f'dan ir-rigward.", "Dan l-aħħar, bħala kabinett, irċevejna l-informazzjoni kollha dwar il-ħafna xogħol li t-team kollu li għandu x'jaqsam maċ-CHOGM għamel fuq is-sigurta'.", "Nista' nassigura lill-poplu in ġenerali li x-xogħol li sar juri team ta' nies professjonali li ħadmu b'għaqal u li ma qagħdux jelaboraw u jġibu fil- gazzetti s-sigurta' li se ssir matul il-laqgħa.", "Huwa minnu li ċerti nies fl-inħawi ta' Għajn Tuffieħa u f'ċerti toroq tal-madwar se jkollhom jagħmlu sagrifiċċju għal dawn it-tliet ijiem minħabba sigurta', pero' nassigurakom li qed isir xogħol ġenwin.", "Dan ix-xogħol qiegħed isir sabiex il-vetrina li se tkun fiha Malta fil- ġimgħa d-dieħla tkun vetrina li l-effetti tagħha ma jkunux biss ta' festa li se jkollna matul dik il-ġimgħa, anke permezz ta' programmi li se jiġu trasmessi apposta, imma jkollhom l-effett aħħari li fil-kuntest tas-suġġett li qiegħda tintuża, jiġifieri l-forums, kollha jsiru b'suċċess.", "Nafu li se jkun hemm networking for development flimkien mal-business forum, il-youth forum, il-laqgħa tal-ministri ta' l-affarijiet esteri u l-people's forum.", "L-effetti ta' din il-laqgħa se jolqtu 53 pajjiż li b'kollox ilaħħqu 'l fuq minn biljun persuna!", "Sur President, dawn se jkomplu jagħtu image ta' Malta li huwa rifless mhux mill-budget biss ta' din is-sena, imma huwa rifless fil-budgets tas-snin ta' qabel li pproġettaw b'ħafna għaqal sabiex dan iseħħ.", "Illum wasalna għal dan il-għan għaliex ma kellniex budget ta' tbażwir u ma kienx budget li għaddejna biż-żmien 'il-barranin billi nbażwru 'l hemm u nbażwru 'l hawn!", "Dak ix-xogħol inħalluh għal min ħareġ jitkellem f'budget meta kellu nies mill-istess partit li qamu jgħidulu li kien wasal f'xifer il-preċipizju!", "Dawn qalulu sabiex joqgħod attent għaliex jekk se jerġa' jdaħħal il-gear fir-reverse se jinqaleb!", "U effettivament, tmien xhur wara ġara dak li ġara!", "Xtaqt insemmi wkoll ix-xogħol ta' l-armata fil-konfront ta' l-immigrazzjoni rregolari.", "Hawnhekk naraw li dan il-budget qiegħed iħares ukoll sabiex nittrattaw lil dawn in-nies b'mod uman.", "F'dan ir-rigward irrid ngħid li x- xogħol ta' l-ivvettjar tad-dokumenti jagħmluh il-ministeru ta' l-intern, ix- xogħol ta' politika soċjali qiegħed f'idejn il-ministeru ta' l-Onor.", "Dolores Cristina, ix-xogħol tas-saħħa qiegħed f'idejn il-ministeru ta' l- Onor. Louis Deguara, mentri x-xogħol ta' l-edukazzjoni tat-tfal qiegħed f'idejn il-ministru Louis Galea u l-ministeru tiegħu.", "Ix-xogħol ta' infrastruttura qegħdin f'idejn il-ministru Ninu Zammit.", "Bħala xogħol ta' infrastruttura, li ma jaqax taħt dan il-ministeru, kellna nibnu ċentru minħabba s-sitwazzjoni ta' emerġenza li kellna dan l-aħħar, u hemm ċentru ieħor li dalwaqt se jinbena.", "Sa dalgħodu stess, jiena, il-ministru Tonio Borg u l-ministru ta' l-infrastruttura, flimkien mar-rappreżentanti tal- forzi armati, żorna t-tlestija tal-maħżen Nru. 2.", "Oriġinarjament dan kellu jintuża għall-bżonnijiet ta' l-armata, pero' minħabba l-eżiġenzi li ġew fuqna, kellu jinbidel fi closed detention centre sabiex jakkomoda 212-il immigrant illegali.", "Barra minn hekk, Sur President, żorna wkoll il-barracks il-ġodda li qed jinbnew u li jospitaw 250 persuna oħra.", "Dan huwa l-multi-purpose barracks, u nista' nassigura lil kulħadd li l-mod ta' kif qiegħed jinbena, grazzi għall-ideat li kellu l-ministru Ninu Zammit, dan jista' jintuża mhux biss għall-immigrazzjoni llegali, imma peress li qiegħed maqtugħ ftit għalih fl- istess compound ta' l-armata, jista' jintuża f'każ ta' kalamita' jew f'każ ta' outbreak ta' mard jew xi ħaġa simili.", "B'hekk dan il-post ikun jista' jservi bħala first reception area ħalli dak l-outbreak ta' mard li jista' jinqala' jkun ikkontrollat, u fl-istess ħin ikun maqtugħ għalih min-nies in ġenerali f'każ ta' xi pandemija.", "Fir-rigward tax-xogħol ta' l-għassa mad-detenuti, irrid ngħid li ħlief għal 200 li hemm taħt il-pulizija, jiġifieri l-120 li hemm fid-depot u 80 li hemm f'Ta' Kandja, jerfgħuh kollu s-suldati ta' l-armata.", "Dan ix-xogħol jerfgħuh b'ħafna għaqal u b'ċerta attenzjoni li ġieli minn ħniena tiżviluppa wkoll għal waħda ta' ħbiberija ma' dawn il-persuni.", "Ovvjament wieħed jifhem id-dwejjaq li jkollhom id-detenuti, pero' huma jridu jifhmu wkoll ix-xogħol diffiċli li għandhom is-suldati tagħna.", "Minkejja t- training u l-lectures li jkunu għaddew minnu, x'ħin tiġi għall-prattika, issib iżjed diffikultajiet milli wieħed jista' jobsor.", "Allura grazzi għall- preparamenti li tajna lis-suldati fl-armata u anke għal nies oħra li ġew mill-korp tal-pulizija, il-gvern din is-sena ħoloq kap taċ-ċentri tad- detenzjonijiet u ġew assenjati 120 persuna sabiex mill-armata jagħtu servizz speċifiku għal żmien twil.", "Ma' dawn wieħed irid iżomm ukoll dawk in-nies li jintużaw għat-trasport, in-nies li jaħdmu mas-search and rescue u n-nies li jaħdmu fl-areas oħra u li jagħtu servizz f'dan ir-rigward.", "Qed jinħass bżonn kbir li aħna nkomplu naġġornaw rwieħna.", "Fil-fatt it- talbiet li għamilna kemm jiena, kemm il-kmandant ta' l-armata u kemm nies oħra lill-ministeru tal-finanzi kienu kbar ħafna.", "Tant hu hekk li meta morna niddiskutu l-budget, l-Onor.", "Tonio Fenech beda jitfa' t-talbiet tagħna fi tliet kolonni.", "L-ewwel kolonna hija dik tal-probabilita', it- tieni kolonna hija għal dawk li forsi jistgħu jsiru u t-tielet kolonna għal dawk li huma improbablitajiet.", "Madankollu s'issa qalilna li m'hemm xejn impossibbli.", "Xi ħaġa interessanti hija li ż-żewġ partijiet ridna nirrealizzaw dawn l-affarijiet għaliex ħassejna l-ħtieġa tagħhom.", "Dan huwa s-sabiħ tal-gvern tagħna, li minkejja li kien hemm affarijiet li kienu mprobabbli li jsiru, it-tnejn aċċettajna l-ħtieġa li naħdmu fuqhom u li nħarsu 'l quddiem sabiex naraw x'inhu l-aħjar għall-forzi armati.", "Aħna rajna x'jippermetti l-but tal-Maltin sabiex stajna noħorġu budget li wieħed jista' jgħid li huwa mingħajr ebda tip ta' taxxa.", "Ovvjament dan minkejja t- tbażwir 'l hawn u 'l hemm li semma l-kap ta' l-oppożizzjoni!", "Sur President, issa se ndur fuq is-suġġett tad-deficit.", "Għalkemm dan huwa suġġett li aktar jista' jelabora fuqu l-Onor.", "Fenech, nixtieq insemmi xi ħaġa li bħala nutar, naħseb li aktar nista' nindirizzaha.", "U hawnhekk qiegħed nirriferi għat-taxxa fuq il-bejgħ tal-proprjeta'.", "Il-partit Laburista pprova jdawwar u jgħid li minflok ristrutturazzjoni, din hija xi taxxa ġdida.", "Għalhekk irrid nassigura lil kulħadd li din m'hijiex taxxa ġdida imma hija biss ristutturar ta' sistema li kien hemm qabel, fejn in parti se tagħti faċilita' sabiex proprjetajiet antiki, speċjalment fiċ- ċentri ta' l-irħula, ikunu jistgħu jitpoġġew fis-suq u jinbiegħu.", "Issa min se jbiegħ jista' jkun iżjed raġjonevoli fil-prezzijiet li jitlob għaliex l- ammont ta' taxxa li se jħallas, se tkun it-taxxa finali u allura mhux se jsib xi dipartiment jew xi struttura sitt snin wara li toqgħod tikkontestalu l-mod ta' kif ikkalkula t-taxxa!", "Għalhekk dan ir-ristrutturar se jserraħ moħħ dawn in-nies.", "It-tieni ħaġa hija li din qiegħda tħares lejn is-settur b'mod reali, b'mod prattiku u b'tali mod li ma tajniex gambetti.", "Minkejja li fil-bidu kien hemm ċerti diffikultajiet, kemm il-prim ministru, l-Onor.", "Tonio Fenech u jiena smajna dak li kellhom xi jgħidu n-nies.", "F'ġimgħa u nofs wasalna għal soluzzjonijiet fejn il-liġi ħallejniha kif inhi, pero' aċċettajna li nisimgħu lil dawk in-nies li minħabba nuqqas ta' ċerti rfinaturi li kien hemm f'dak l-istadju, kienu se jbatu b'xi mod jew ieħor.", "Ħalli issa naraw daqsxejn x'għamlet din l-emenda u se nibda minn waħda li se ttellef flus biss lill-gvern, pero' għandha effett soċjali kbir.", "Aħna għidna li kull koppja li tħassar l-għerusija tagħha minħabba xi raġuni jew oħra, se jkollhom il-faċilita' li meta l-proprjeta' tiġi trasferita minn wieħed għall-ieħor, mhux se jkollhom għalfejn japplikaw iżjed għall- eżenzjonijiet.", "L-għarus jew l-għarusa mhux se jkollhom għalfejn joqogħdu joħorġu karti u rċevuti ta' bejniethom, sakemm id-dar tkun se tinżamm minn xi ħadd minnhom.", "Għalhekk issa se jkollhom il-faċilita' li jagħmlu l- kuntratt, jitħallas il-boll u jirristrutturaw xi self li jista' jkollhom mal-bank, pero' f'dan il-każ, mhux se jkun hemm il-ġbir ta' capital gains.", "Sur President, hawnhekk aħna ħarisna wkoll mill-aspett umanitarju għaliex f'ħafna mill-każijiet, il-persuna li kienet qed tbiegħ, kienet ukoll dik il- persuna li psikoloġikament tweġġa' l-iżjed minħabba li tkun weġġgħet emottivament minħabba l-qtugħ fir-relazzjoni tagħha u issa anke mit-telf tal-proprjeta'.", "Alllura kien hemm ċirkostanzi fejn dawn in-nies kienu qegħdin jaħlu flushom.", "Għalhekk issa qegħdin ngħidu li għal dawk it-tnejn li ħassru u se jbiegħu d-dar tagħhom lil ħaddieħor għandhom iħallsu t- taxxa.", "Peress li ġeneralment dawn ma jkunux ilhom ħames snin li xtraw id- dar tagħhom, ikunu jistgħu jagħżlu liema reġim ta' taxxa jixtiequ jħallsu.", "Pero' dawk il-koppji li jagħżlu li d-dar iżommha xi ħadd minnhom, qegħdin ngħidulhom li mhux se jkun hemm il-ħlas tal-capital gains tax.", "Xtaqt indur għal din l-emenda li għamilna u nixtieq niċċaraha darba għal dejjem ħalli ma jibqgħux isiru ċerti implikazzjonijiet li jipprovaw ibeżżgħu lin-nies u jwerwruhom bħalma ġara sentejn ilu fuq it-taxxa li kienet ġiet ri-introdotta!", "Nafu li sa l-1996 kienet teżisti t-taxxa fuq il- bejgħ tal-wirt u mbagħad reġgħet ġiet ri-introdotta wara ċertu perijodu, fejn in-nies riedu jħallsu 35% fuq il-bejgħ tad-dar.", "Issa aħna qed ngħidu lin-nies dan li ġej.", "Persuna li tiret proprjeta' qabel Novembru ta' l- 1992, se tibqa' fl-istat li kienet qabel dan il-budget u allura se tħallas 7% fuq il-prezz.", "Ovvjament wieħed jirrealizza li l-prezz li kien fl-1992 lanqas tista' tikkomparah mal-prezzijiet tal-lum.", "Issa min wiret proprjeta' wara Novembru ta' l-1992, l-istruttura li se titħaddem hija dik fejn l-ammont li huwa ddikjarat fil-kuntratt oriġinali, jiġifieri meta ddikjaraw it-trasferiment mill-mejjet għall-eredi, mhux se jkun hemm ħlas fuq l-ogħla ammont.", "Fuq id-differenza se jitħallas 12% fuq il-prezz li huwa irħas mill-final withholding tax li tinżamm għal min ipoġġi l-flus il-bank u jħallihom reqdin hemmhekk.", "Mela hawnhekk qed ngħidu li t-taxxa naqset fil-konfront ta' kemm kienet is-sena l-oħra.", "Jiġifieri f'dan il-budget ma kellniex aktar taxxa imma naqqasniha!", "Fir-rigward tar-residenzi ma biddilna xejn u kull illużjoni li ċerti nies se jeħlu xi taxxa fuq proprjeta' li matul l-aħħar erba' snin qabel il-bejgħ tagħha kienet ir-residenza tagħhom għall-aħħar tliel-indirizzt snin huma kollha paroli żejda!", "Dan m'hu xejn ħlief mod ieħor ta' kif nisgwidaw lin- nies u mod ieħor ta' kif nipprovaw inbeżżgħuhom!", "F'dan ir-rigward ma nbidel xejn u kulma nistgħu nagħmlu huwa li nivverifikaw jekk dik il- proprjeta' kenitx verament ir-residenza tagħhom.", "U dan qed nagħmluh sabiex ma jkunx hemm min jaħseb li jista' jgħaddi lill-gvern minn għajn il-labra!", "Sur President, naħseb li d-dipartiment ta' l-inland revenue għandhom il- mezzi ta' kif jiċċekkjaw bix-xogħol ġenwin tagħhom jekk dik il-koppja hijiex qiegħda tgħix f'dik id-dar partikolari.", "U dan jistgħu jagħmluh anke jekk ma jkunx hemm in-numru tal-karta ta' l-indentita' fuq dik ir- residenza.", "Nafu li sfortunatament ikollna sitwazzjonijiet fejn l-għarajjes imorru jgħixu f'dik id-dar, pero' għall-formalita', ir-residenza uffiċjali tagħhom – u allura l-indirizz tal-vot tagħhom fir-reġistru elettorali - iħalluha fuq id-dar tal-ġenituri.", "Pero' wieħed ikun jista' jħares ukoll lejn il-kontijiet tad-dawl u l-ilma, lejn il-kontijiet tal-cable television, satellite dish u tat-telephone.", "Għaldaqstant hemm diversi mezzi ta' kif il-gvern jassigura ruħu li dik ir-residenza hija l-veru residenza ta' dak li jkun.", "Għandna mbagħad il-proprjeta' li tkun ġejja minn donazzjoni.", "Hawnhekk ukoll morna pass aħjar għaliex għamilna riduzzjoni fuq dak li kien hemm diġa'.", "Din għamilniha għaliex dawk il-persuni li jingħataw donazzjoni li ma tkunx ilha għandhom iżjed minn ħames snin, il-cost tal-proprjeta' għalihom huwa zero.", "Għalhekk għandhom il-faċilita' li jbiegħu l-proprjeta' u jħallsu 12% fuq il-prezz.", "Li kien jiġri qabel huwa li d-dipartiment irid joqgħod isib il-kuntratt, jara kemm swiet lid-donatur li ta r-rigal lil dik il-persuna li issa qiegħda tbiegħ dik id-dar, joqogħdu jaħdmulha t-taxxa fuq dik il-fażi u fuq dak il-perijodu u mbagħad min ibigħ, jara kemm se jħallas taxxa.", "Ovvjament minħabba l-kumplikazzjonijiet tan-numri, naħa jew oħra kienet se tmur ħażin b'din il-kalkulazzjoni.", "Ħalli nispjega daqsxejn aħjar.", "Sur President, jekk jiena għandi proprjeta' li xtrajtha fl-1965 u tajtha b'donazzjoni lit-tifel tiegħi fl-2003, il-gap tant hija kbira li taħdem kif taħdem, it-tifel tiegħi kien se jħallas iżjed taxxa.", "Issa qed ngħidulu sabiex iħallas final tax ta' 12% u jkollok il-ktieb magħluq.", "Fir-rigward ta' dawk li ngħataw donazzjoni aktar minn ħames snin ilu, ovvjament il- proprjeta' tagħhom ma tikkwalifikax bħala residenza.", "Li kieku tikkwalifika bħala residenza ma tħallas xejn ħlief it-12% fuq id-differenza ta' bejn il- valur tal-prezz tad-donazzjoni u l-valur attwali tal-bejgħ.", "Mela anke hawnhekk qegħdin naraw riduzzjoni u mhux żieda, bħalma qalilna l-Onor.", "Sant Ii tant bażwarna!", "(Interruzzjonijiet)", "Għandna wkoll il-kwestjoni ta' proprjeta' oħra.", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq il-proprjeta' li tinbiegħ b'subbasta, jiġifieri fejn il-bejgħ ikun qiegħed jintuża sabiex jitħallas il-kreditur u mhux isir b'kapriċċ ħalli niffrankaw it-taxxa.", "Issa l-kredituri ma jistgħux ikunu kumpanniji jew l-istess holders ta' l-ishma li jkunu qed jagħmlu s-subbasta.", "F'dan il-każ aħna qed ngħidu li mhux se jkun hemm capital gains tax.", "Fir-rigward ta' proprjeta' oħra, aħna napprezzaw li dawk in-nies li daħlu għall-iżvilupp ta' designated areas, daħlu għal impenn ta' miljuni kbar ta' liri, qed iħaddmu ħafna nies u qegħdin jissograw b'mod sostanzjali.", "Lil dawn id-developers li qegħdin jiżviluppaw xi designated area - f'Malta u Għawdex bħalissa għandna ħamsa jew sitta – m'aħniex qegħdin nillimitawlhom perijodu ta' żmien, pero' meta jbiegħu għandhom jagħżlu huma liema tax regime se jużaw.", "Jiġifieri jistgħu jagħżlu li jħallsu 7% tal- kont fuq il-kuntratt, imbagħad fis-sena ta' wara, meta jinħadmu l-kontijiet mill-accountants tagħhom, jaraw baqagħlhomx aktar xi jħallsu.", "Jekk iridu jistgħu jagħżlu wkoll li jħallsu 12% fuq il-prezz tal-proprjeta' li tkun inbiegħet u din tkun il-final tax li jħallsu.", "Sur President, lil min jixtri plot, iwaqqagħha u jerġa' jiżviluppaha, qed nagħtuh perjodu ta' ħames snin, fejn jekk ibigħ dik il-proprjeta' li nxtrat - issa jekk hijiex bħala proprjeta' mhux żviluppata, jiġifieri art li baqgħet verġni jew inkella proprjeta' li inti xtrajtha u m'għamiltilhiex xogħlijiet fiha jew għamiltilha ftit xogħlijiet - ikollu d-dritt li jagħżel liema tax regime se juża.", "Jista' jagħżel is-sistema ta' qabel l-1 ta' Novembru jew is-sistema l-ġdida ta' 12%.", "Jekk imbagħad wieħed ibigħ il- proprjeta' wara ħames snin, allura se jkun marbut li juża s-sistema l- ġdida.", "Ħadna ħsieb ukoll lil dawk in-nies li diġa' għandhom konvenju u għalhekk m'humiex se jiġu milquta b'mod negattiv.", "Dan għaliex fid-diskors inizjali tal-prim ministru konna għedna li se nagħtuhom żmien xahrejn sabiex jagħmlu l-kuntratt tagħhom.", "Pero' imbagħad indunajna li l-perjodu stajna ntawluh ħalli nagħtu ċans lil kulħadd, u tawwalnieh sa l-aħħar ta' Marzu sabiex wieħed ikollu zmien biżzejjed biex jagħmel il-kuntratt tiegħu.", "Issa jekk wieħed ikollu problema ta' xi finanzi jew ta' xi ħaġa oħra, dejjem jista' jagħmel il-kuntratt u jħalli l-bilanċ tal-prezz, jagħmel l- assigurazzjonijiet li wieħed jista' jżomm skond il-liġi, privileġġi speċjali jew ipoteka speċjali limitata anke għall-proprjeta' ħalli jassigura ruħu li min jixtri ma jagħmilx negozju b'dik id-dar qabel ma jħallas il-bilanċ tal-prezz li jkollu jagħti.", "Ovvjament jekk wieħed ma jasalx, jista' jagħmel klawsoli għall-ħlas ta' imgħaxijiet.", "F'dan ir-rigward ħarisna lejn il-verita' tal-fatti, ħarisna lejn il- bżonnijiet li kienu meħtieġa u ħadna ħsieb li nagħtu ċans sabiex il-kummerċ tajjeb li hemm illum fil-proprjeta' jibqa' miexi 'l quddiem.", "Ridna niftħu orizzonti ġodda sabiex il-proprjeta' ma tibqax tispara 'l fuq u li forsi ħafna min-nies li jgħixu fl-irħula - bħalma ngħix jiena - se jkollhom iċ- ċans li dik il-proprjeta' li ilha wieqfa minħabba l-biża' ta' taxxi eċċessivi terġa' tibda tiċċaqlaq.", "Jien nista' ngħid li jekk wieħed jitla' Triq il-Kbira fir-Rabat, minn fejn il-kunsill lokali u jibqa' tiela' għal ħdejn Alfie's Bar, li fiha biss tul din il-Kamra, għandu jsib 13-il dar magħluqa!", "Ovvjament dan kien qed jiġri minħabba l-biża' ta' taxxi li kien hawn qabel u allura konna fi stadju fejn il-prezzijiet fis-suq ma kenux realistiċi.", "Issa jekk dawn in-nies jaħdmu s-somom tagħhom, jistgħu jbaxxu l-prezz tagħhom – jistgħu jaslu, m'niex ngħid li se jbaxxuh – u jibqgħalhom l-istess somma li kien se jibqgħalhom f'idejhom qabel.", "B'hekk din il- proprjeta' tista' tiġi ri-integrata u rranġata.", "Sur President, ħalli nkompli nitkellem fuq affarijiet pożittivi.", "Jien ma rridx noqgħod inħares lejn it-tbażwir, u fejn nieħdu biċċa minn hemm u biċċa minn hawn, kif qalilna Dr. Sant, pero' se nħares lejn il-budget in ġenerali.", "Skond l-oppożizzjoni dan il-budget ma ta l-ebda inizjattiva lill- poplu tagħna u allura żamm lill-poplu bħall-makku!", "Din hija xi ħaġa li ma rridux ninsewha għaliex l-oppożizzjoni qabblet lin-nies mal-makku!", "Dik kienet il-kelma li ntużat u din il-kelma se tibqa' tiġri warajhom għomorhom kollu!", "Il-makku tieklu bix-xewk b'kollox għaliex tant huwa żgħir li lanqas ix-xewk tiegħu ma tikkunsidralu!", "Issa l-Onor.", "Dalli qiegħda titkellem wara l-attakk sfrenat li għamlet kontra l-Onor.", "Austin Gatt!", "Mid-dehra hawn min tiġih is-siegħa xi kultant!", "(Interruzzjonijiet)", "Dan il-budget jieħu 91 inizjattiva b'risq l-ekonomija u t-tkattir tal-ġid f'pajjiżna.", "Għalhekk nixtieq inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja ta' paġna 4 mill-gazzetta \"in-nazzjon\" ta' l-1 ta' Novembru 2005 fejn hemm elenkat l-91 miżura li dan il-budget qiegħed jieħu, 91 inizjattiva jew miżura li se jkomplu jagħtuna ċ-ċans sabiex b'ħilitna naslu għall-miri li dħalna għalihom.", "Dan se nagħmluh mhux fil-kontest ta' l-Unjoni Ewropea, imma fil-kontest li aħna nkunu feasible f'dak li nagħmlu għall-futur.", "Huwa minnu li ħadna ħafna miżuri minħabba l-Unjoni Ewropea, pero' forsi l-aħjar miżura li ħadna minħabba l-Unjoni Ewropea kienet il-bżonn li nagħmlu r- revisiting f'ħafna setturi, portijiet, dipartimenti u soċjetajiet!", "Issa forsi minħabba l-pass li ħadna f'dak il-kontest, wessajna l-parametri tagħna u ħarisna lejn dawn id-diversi miżuri li se nsemmi.", "Huwa veru li bi ftehim mal-partners soċjali, qabel ma kien hemm iż-żieda fil-prezzijiet tad- dawl u l-ilma, konna ftehimna f'Lulju li għadda sabiex ikun hemm żieda ta' Lm1.75 fil-ġimgħa.", "Din iż-żieda tajniha minħabba ż-żieda fl-inflazzjoni fuq il-kontijiet tad-dawl u l-ilma.", "Barra minn hekk tajna żieda oħra ta' 50c.", "Din iż-żieda se tkun b'effett immedjat u mhux bħalma jiġri s-soltu, fejn iż-żieda tingħata wara ċertu żmien.", "Sur President, fil-budget tħabbret żieda ta' Lm1.9 miljuni f'increments u għall-cost of living adjustment (COLA) lill-ħaddiema tal-gvern.", "Barra minn hekk, irridu nsemmu wkoll li fil-kuntest tal-politika tal-gvern għadu kif ġie iffirmat ftehim kollettiv ġdid għall-ħaddiema tal-gvern.", "Dan wasalna għalih bis-saħħa tas-segretarju parlamentari, bis-saħħa tal-principal permanent secretary, tal-permanent secretary fl-uffiċċju tal-prim ministru, tal-permanent secretary fil-ministeru tal-finanzi u diversi setturi oħra.", "Dan il-ftehim ikopri perijodu ta' sitt snin u, allura altru milli ħadna ħsieb iċ-ċivil!", "F'dan il-kontest irrid ngħid ukoll li qiegħed isir re- visiting ta' l-istruttura ta' l-armata.", "B'hekk, jekk ikun possibbli, f'qasir żmien inkunu nistgħu nagħtu struttura ġdida u ta' benefiċċju għas- suldati tagħna.", "F'dan il-budget hemm ukoll żieda ta' Lm8.2 fil-vot tas-servizzi soċjali.", "Ara din ma nsemmuhiex għaliex m'hijiex tbażwira!", "Hemm allokazzjoni ta' Lm2 miljuni li se nonfquhom għall-prevenzjoni ta' l-avian flu jekk allaħares qatt din tidħol f'pajjiżna.", "Pero' waqt id-diskussjoni fuq il-ministeru tas- saħħa ma semmejna xejn fuq dawn l-affarijiet!", "Anzi ssemmew xi affarijiet li lili bdew jinkwetawni!", "Per eżempju, li jingħataw l-injections f'xi każin tal-partit Laburista!", "Jien ma nafx min tahom dawn l-injections, pero' żgur li min tahom ma kenitx xi ħaġa sabiħa!", "Barra minn hekk hemm żieda ta' Lm4 miljuni f'nefqa kapitali, żieda ta' Lm2.8 miljuni fin-nefqa għas-saħħa u żieda ta' Lm0.6miljun fil-vot enormi ta' l-edukazzjoni.", "Ser tidħol sistema ta' final witholding tax fuq il- proprjeta' li diġa' tkellimt fuqha u ser nipprovaw insibu sieħeb strateġiku għall-Bank of Valletta ħalli dan ikompi jissaħħaħ u jibqa' jservi bħala bank ewlieni bħall-HSBC.", "Se tkompli wkoll il-privatizzazzjoni ta' l-MIA u se tibda dik tat-Tug Malta.", "Hawnhekk tajjeb ngħidu li kien hawn min ħakk rasu għaliex il-prezz li ntalab ta' l-MIA kien l-ogħla wieħed li kien ġie ssuġġerit.", "Din id-darba ma nafx kif ma kienx hemm xi union ta' dawk li kellhom minor shareholding bħalma pprovaw jagħmlu tal-Mid-Med, li qalulna li l-prezz kien wieħed ħażin?!", "Pero' imbagħad irriżulta li mhux talli nbiegħ bi prezz tajjeb, imma talli meta ġew għall-auctioning ta' ċerti shares, dawn inbiegħu bil-Lm1.62, jiġifieri 22c 'il fuq mill-Lm1.40 li inti tħallas għal share ta' 25c!", "Bħalissa tinstema' xi ftit ikkomplikata, pero' titkellem ma' xi stockbroker, f'temp ta' siegħa u nofs jispjegalek il- mekkaniżmi tagħha.", "Il-verita' hija li n-nies għandhom fiduċja fl- istruttura li qiegħed jippreżenta l-gvern, u din hija l-verita`.", "Sur President, qegħdin ukoll nitkellmu fuq il-privatizzazzjoni tal-yacht marina.", "Dan qed nagħmluh għaliex nemmnu li jekk dan is-settur importanti għal pajjiżna ikun immexxi minn struttura privata, filwaqt li l-gvern ovvjament iżomm ir-regolamentazzjoni tiegħu, ikun hemm aktar suċċess.", "Allura din hija xi ħaġa tat-tbażwir?", "Fil-fehma tiegħi din hija xi ħaġa tajba.", "Imbagħad qed insemmu wkoll il- liberalizzazzjoni tax-xiri u d- distribuzzjoni ta' prodotti ta' l-enerġija.", "Nafu li mis-sena d-dieħla se jkun hemm ċans li dawn jiġu privatizzati u jimxu aktar 'il quddiem.", "Se nkomplu naħdmu fuq il-public private partnership tal-port ta' Delimara.", "Ma rridux ninsew li sa ftit żmien ilu xi ħadd ingħata konċessjoni li juża' dan il-port bħala razzett għat-trobbija tal-ħnieżer!", "Pero' dakinhar l- Onor. membru li qalilna li aħna nagħmlu tbażwira 'l hawn u tbażwira 'l hemm kien il-president tal-partit Laburista!", "U dak iż-żmien ħassew li hekk kellhom jagħmlu fl-interess tal-pajjiż!", "Sur President, aħna se nkomplu l-proġett tal-Baċir Nru. 1, se jinħarġu development briefs għal siti bħall-ex computer centre ta' Ħad-Dingli, ta' l- area magħrufa bħala l-31 ta' Marzu f'Birżebbuġa, se ssir riġenerazzjoni tas- sit tal-lukanda Holiday Inn f'Tigne, better regulation units sabiex ikun hemm iżjed struttura ċara u li tkun taf fejn qiegħed imur l-infiq pubbliku u se jkompli x-xogħol ta' l-accrual accounting li dieħel fis-servizz pubbliku.", "Se jsir skrutinju tal-prattiċi fix-xogħol ta' l-Enemalta u ta' l- isptar ta' San Luqa, se jingħataw inċentivi għall-fabbriki u se nkomplu x- xogħol fuq l-isptar Mater Dei.", "Fuq dan l-isptar ħallasna Lm10 miljun iżjed għal din is-sena u b'hekk ix-xogħol ikun jista' jitkompla.", "Dan insew isemmuh il-partit Laburista?!", "Jekk inti qiegħed tħallas minn qabel għaliex bil-għaqal tiegħek tkun ġemmajt dawk il-flus, se toqgħod tgħid li din tbażwira?!", "Sur President, għandna wkoll elenku sħiħ ta' affarijiet oħra li saru.", "Fis- setturi tal-kummerċ, tal-bini u ta' min jaħdem bi trakkijiet kbar se nnaqqsu t-taxxa fuq ir-reġistrazzjoni tat-trakkijiet.", "Nispera li meta nkunu qed nagħmlu l-emendi għal din il-liġi, ma jiġix il-kap ta' l- oppożizzjoni li joqgħod iħares lejn in-numri tax-chassis tal-karozzi u joqgħod jopponi!", "Aħna qed nipproponu li għat-trakkijiet u vetturi kummerċjali ta' 'l fuq minn 5 tunnellati t-taxxa ta' reġistrazzjoni se tonqos minn 36% għal 24%.", "Ma rridux ninsew li dan huwa l-istess persuna li qalilna li qed inbażwru!", "Huwa l-istess persuna li fir-referendum u diversi drabi oħra qalilna li 49% huwa akbar minn 51% jew li 46% huwa akbar minn 54%!", "Jiġifieri issa ma neħodhiex bi kbira li x'ħin niġu għal din il-liġi, jiġi jgħidilna li 24% huwa akbar minn 36%!", "Pero' kif jgħidu l-Inglizi, dawk huma pleasures still to come!", "Hemm ukoll affarijiet oħra.", "Se nivvotaw Lm2.3 miljuni lill-Malta Heritage.", "Dan qed nagħmluh għaliex nemmnu li rridu nsostnu u nkabbru t-turiżmu f'Mata.", "Issa din l-exhibition permanenti ta' kultura u ta' storja li jisimha Malta ma fihiex biss il-Hypogeum, ir-Roman Villa, l-Auberge de Castille jew il-Katidral ta' San Ġwann u l-Katidral ta' l-Imdina.", "Din il- permanent exhibition li jisimha Malta għandha diversi kmamar li għandhom bżonn ta' aktar attenzjoni u jekk inti ma tagħmilx l-upgrading tagħhom, wara kultant żmien it-tendenza hija li dawn jibdew jintelqu.", "Għaldaqstant qegħdin nivvotaw Lm2.3 miljuni sabiex inkomplu nirristrutturaw fejn hemm bżonn.", "Ovvjament dawn il-flus m'humiex biżżejjed, pero' l-but tagħna daqshekk jiflaħ.", "Inkella jekk irridu nivvotaw aktar flus, ikollna ndaħħlu aktar taxxi u dik hija xi ħaġa li m'għamilnihiex f'dan il-budget.", "Sur President, aħna identifikajna żoni turistiċi li għandhom bżonn ċertu xogħol u għal il-għan se nivvotaw Lm150,000.", "F'Għawdex qegħdin nipprovaw noħolqu sistema fejn il-cruiseliners li jiġu Malta jkunu jistgħu jidħlu l- port ta' l-Imġarr u mbagħad in-nies ikunu jisgħtu jinżlu l-art permezz ta' dgħajjes.", "B'dan il-mod Għawdex ikun jista' jibbenefika wkoll mill-flus li jonfqu dawn it-turisti.", "Fir-rigward ta' skemi oħra, qegħdin indaħħlu skemi ta' taħriġ fuq iċ-childcare u gwidi għall-karrieri.", "Lm1 miljun oħra gew allokati lill-ETC għat-taħriġ ta' persuni li għandhom iżjed minn 40 sena.", "Dan biex ma nsemmix l-iskemi li għandna bħalissa, fejn bis-saħħa tagħhom, 'il fuq minn 400 persuna qegħdin jaħdmu fi skemi ta' apprendistat mill-ETC ma' diversi kumpanniji.", "Fil-fatt l-ewwel żewġ skemi li saru se jispiċċaw f'Diċembru u fi Frar tas-sena d-dieħla.", "It-tielet waħda mbagħad tispiċċa fl-aħħar tas-sena d-dieħla peress li se tibda f'Jannar li ġej.", "Pero' b'dawn l-iskemi, hemm diġa' nofs dawn il-ħaddiema li ngħataw l-għajnuna u t- taħriġ minn dawn il-kumpanniji, u se jinżammu jaħdmu magħhom.", "Ovvjament dan qed jagħmluh għaliex irrealizzaw li bit-taħriġ li qed jieħdu u bl- għajnuna finanzjarja li qed tagħtihom l-ETC, huma jistgħu jsostnu lil dawn il-ħaddiema u jagħtuhom impjieg permanenti fil-kumpanniji tagħhom.", "Sur President, fiċ-ċentri tal-komunita` qegħdin inżidu t-tagħlim tat- teknoloġija.", "Ma rridux ninsew li żmien ilu kien hawn min qal li sabiex iġġib kompjuter f'Malta, ridt tagħti garanzija li ma tkeċċix bniedem mix- xogħol!", "Immaġinaw lil dan il-parlament jaħdem mingħajr kompjuters illum!", "Immaġinaw dan il-pajjiż bla mobile phones jew bit-televisions black and white!", "Immaġinaw sistema ta' komunikazzjoni fejn inti titkellem u jisimgħek kulħadd, dik li jgħidulha l-iStrowger system, jiġifieri ċċempel lil xi ħadd u jisimgħek ir-raħal kollu!", "Dawn kollha huma elementi li kienu jikkostitwixxu politika tal-bieraħ, imma saħansitra kien hemm min anke ried isostnihom fid-dinja tal-lum!", "Per eżempju, ħadd ma semma it-Lm52.6 miljuni li se noħorġu bħala investiment fl-iskejjel primarji u sekondarji.", "Ħadd ma semma li l-għajnuna li se nagħtu lill-istudenti se tkun akbar minn dik li tajna drabi oħra.", "Ħadd ma semma kif l-istudenti ta' Għawdex żidnielhom dik in-naqra extra li konna nagħtuhom b'risq l-ispejjeż li jkollhom jagħmlu!", "Lil dawn l- istudenti żidnielhom l-istipendju tagħhom b'Lm35.", "Jiġifieri jekk jaħdmu bil- għaqal u appartament minflok jikruh għal rashom, jikruh bejn erba' jew ħames studenti, l-istipendju jkun jista' jservihom tajjeb sabiex ikomplu bl- istudji tagħhom.", "Mela dan kollu jkompli juri kemm il-gvern - bil-politika bil-għaqal u mhux bit-tbażwir - qiegħed jimxi lejn lifelong learning sabiex meta jinqalgħu ċirkostanzi bħal tad-Denim, l-impjegati tagħna jkunu preparati sabiex jidħlu f'setturi oħra tax-xogħol.", "Issa hawnhekk nixtieq nirringrazzja lil sieħbi l-Onor.", "Tonio Fenech tax-xogħol siewi li għamel meta mar jitkellem mal-banek minħabba l-impjegati tad-Denim.", "Dan ma kellux għalfejn imur jitkellem magħhom, pero' minħabba li huwa għandu familja wkoll, irrealizza l-problemi ta' dawn il-ħaddiema u mar ikellem lill-banek sabiex dawk il- ħaddiema li għandhom xi self, jiġu sostnuti.", "Il-problema li nħolqot hija li qed jiġu n-nies l-oħra li jirreġistraw u qegħdin igergru magħna għaliex aħna qed ngħinu lill-ħaddiema tad-Denim u mhux qed ngħinu lilhom ukoll!", "Pero' dan li ġara fil-fabbrika tad-Denim tista' tagħtina tagħlima wkoll, u se ngħid x'inhi.", "Sfortunatament sabiex nissodisfaw l-Unjoni Ewropea jew sabiex nibbenefikaw mill-flus li toffri l-Unjoni Ewropea, aħna noqgħodu nbażwru naqra minn hawn u naqra minn hemm, kif qalulna tan-naħa l-oħra.", "Pero' darba kien hemm grupp ta' nies li ltaqgħu f'Lisbona u qalu li sabiex l-Ewropa ssostni ruħha ekonomikament, l-Ewropa jrid ikollha ekonomija intelliġenti u trid tkun kompetittiva.", "Issa kif nistgħu nkunu kompetittivi meta n-nies tagħna, li xi darba ddobbaw xogħol bil-paga minima jew bi ftit inqas u tgħallmu jdawru r-rukkell jew tgħallmu jagħmlu dik il-biċċa micro chip, ħasbu li dak huwa biżżejjed fil-ħajja!", "Sur President, it-tagħlim qatt m'huwa biżżejjed fil-ħajja.", "Inti trid tkun kapaċi li jekk jiġrilek xi ħaġa ħażina, tagħraf tiddiversifika u ssib xogħol ieħor.", "Jiena naf b'xi tlieta jew erba' min-nies li kienu jaħdmu fid- Denim u jiddispjaċini ħafna għalihom.", "Naħseb li mhu pjaċir ta' ħadd li dawn il-ħaddiema tilfu l-impjieg tagħhom.", "Fuq din il-ħaġa nista' nassigura kemm lin-nies ta' l-oppożizzjoni li qed jipprovaw jitilgħu fuq dan il-karru u kemm lil Tony Zarb, li qiegħed jipprova joħloq ferment fil-pajjiż billi jagħmel dimostrazzjoni nazzjonali!", "Naħseb li din id-dimostrazzjoni aktar se tkun waħda internazzjonali, pero' kulħadd irid iġorr il-piż tad- deċiżjonijiet li jieħu u ta' l-aġir tiegħu!", "Madankollu nista' nassigura lil kulħadd li kollha kemm aħna ddispjaċuti għal dak li ġara.", "Personalment ma naf bl-ebda familja Nazzjonalista jew Laburista, mill-iżgħar waħda sa l-akbar waħda, li qed tgħid li ħadet pjaċir b'dak li ġara!", "Pero' din tagħtina lezzjoni ħalli dak il-ktejjeb li ħareġ l- Onor. Louis Galea, fejn qalilna li għandna bżonn lifelong learning, nibdew insegwuh.", "Li kieku segwejna dak li hemm fil-ktieb, ħafna minn dawk in-nies li tilfu x-xogħol kien diġa' jkun hemm minnhom li jkunu ppreparati sabiex jidħlu f'suq ta' xogħol li m'hemmx għalfejn ikun neċessarjament l-istess wieħed li kienu jaħdmu fih, iżda jista' jkun f'xogħol ieħor li bħalissa għandna bżonn.", "Sur President, jien naħseb li hemm ħafna able bodied men fil-kumpannija tad-Denim.", "(Interruzzjonijiet) Jien ma nara xejn ħażin li jekk xi ħadd mil-lokal tiegħi jiġi jgħidli li tilef ix-xogħol tiegħu f'dak is-settur, nistaqsih jekk huwiex kapaċi jagħmel xogħol ta' handymen, ta' tibjid jew xi ħaġa oħra u jsib xogħol ieħor f'dak is-settur.", "Naf li hawn bżonn tan-nies f'dan il-qasam u naf li minkejja li ħafna nies qegħdin igergru għaliex ix- xogħol qiegħed jittieħed mill-barranin, min jimpjega jippreferi jħaddem il- Maltin milli l-barranin.", "(Interruzzjonijiet) Ix-xogħol jeżisti f'pajjiżna u min qed jgħid li m'hawnx xogħol huwa żbaljat!", "Nerġa' ngħid li dak li ġara f'tad-Denim hija sfortuna.", "Pero' rridu nieħdu lezzjoni minnha u fil- fatt aħna sejrin għall-politika fejn lin-nies irridu ngħallmuhom aktar minn oġġett wieħed x'jagħmlu.", "Dan għaliex anke s-swieq li qed immorru għalihom issa u li qed jagħtuna l-kummerċ fil-preżent, jista' jiġi żmien fejn dawn ma jibqgħux jaħdmu bihom aktar fl-Ewropa u għalhekk ikollna nerġgħu nsibu swieq ġodda sabiex nibqgħu nsostnu l-ekonomija tal-pajjiż.", "Sur President, nixtieq nagħlaq l-intervent tiegħi b'kelma waħda u nagħlqu bil-messaġġ li l-prim ministru tagħna jemmen fih.", "Il-prim ministru jemmen fil-pajjiż li jismu Malta u jemmen fil-ħila tal-poplu Malti kollu.", "Naħseb li d-differenza li toħroġ bejn il-gvern u l-oppożizzjoni qiegħda kollha hawnhekk għaliex il-prim ministru jaħseb f'Malta, jemmen f'Malta u fil-ħila tal-Maltin.", "Għalhekk il-poplu Malti jarawh bħala bniedem kapaċi mentri l- kap ta' l-oppożizzjoni huwa dak il-bniedem li għajjar lill-poplu Malti makku!", "Nirringrazzjak.", "THE DEPUTY CHAIRMAN (Onor. Mario de Marco): Nifhem li s-Segretarju Parlamentari għandu xi dokumenti xi jqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra.", "Hawn permess?", "(Onor. Membri: Aye) Il-permess ingħata.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Artiklu li deher fil-ħarġa ta' \"in-nazzjon\" ta' l-1 ta' Novembru 2005 intitolat \"Miżuri u inizjattivi\" b'riferenza għad-diskors tal-budget għas-sena 2006.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Tonio Fenech Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Sur President, nixtieq nirringrazzjak tal-ħin li qiegħed tagħtini u nixtieq nirringrazzja wkoll lil dawk kollha li pparteċipaw f'dan id-dibattitu.", "L-Onor.", "Charles Mangion beda d-diskors tiegħu billi staqsiena jekk il-poplu Malti huwiex tassew qiegħed jgħix aħjar.", "Ovvjament din il-mistoqsija hija waħda suġġettiva ħafna!", "Din tiddependi ma' fejn qiegħed tqabbel, ma' liema sena qiegħed tqabbel u jiddependi wkoll maċ-ċirkostanzi li kull individwu jkun qiegħed jgħaddi minnu.", "Pero' bla dubju ta' xejn, hawn ħafna nies f'dan il-pajjiż li jistgħu jgħidu li qed jgħixu aħjar.", "U dan grazzi wkoll għall-politika li qiegħed iħaddan dan il-gvern.", "Sur President, m'għandix dubju li l-eluf ta' studenti li qegħdin fl-MCAST u li qed joħorġu mill-MCAST, qegħdin jgħixu ħajja aħjar minn qabel.", "Ma rridux ninsew li meta kellna l-politeknik f'pajjiżna, kien proprju l-partit Laburista fil-gvern li għalqu u waqqaf din it-tip ta' opportunita' għall- istudenti Maltin u Għawdxin!", "Pero' dawn l-istudenti, illum qed jgħixu aħjar għaliex għandhom ħiliet ħafna aktar milli kellhom qabel.", "(Interruzzjonijiet) Jien ma nterrompejt lil ħadd u għalhekk napprezza jekk issa ma jinterrompux lili!", "Jien m'għandix dubju li llum dawn in-nies qed iħossuhom aħjar għaliex għandhom aktar ħiliet sabiex jaffrontaw id-dinja tax-xogħol.", "Xi ngħidu mbagħad għall-istudenti li ħarġu u li għadhom joħorġu mill-Universita'.", "Hawnhekk ukoll nixtieq infakkar ftit l-istorja tal-partit Laburista f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-Universita'.", "M'iniex se mmur lura għall-1987 meta kienu forsi joħorġu - jekk kienu joħorġu - 400 ruħ kull sena mill- Universita'!", "Lanqas se noqgħod insemmi l-wegħdiet ta' stipendji sħaħ sabiex imbagħad għamlu bidliet kbar fis-sentejn li għamlu fil-gvern!", "Sur President, se nsemmi dawk l-istudenti li llum ħerġin mill-Universita' bl-għarfien li għandhom opportunitajiet kbar quddiemhom.", "Pero' nafu li kien hawn min qalilna li fost dawn l-istudenti qiegħed ikollna l-problema tal-brain drain.", "Għalfejn għandna din il-problema?", "Għandna problema għaliex ħarriġna lill-poplu Malti u għamilnieh kapaċi jaħtaf l- opportunitajiet li jiġu quddiemu, anke lil hemm minn xtutna?!", "Ovvjament dan juri li għandna sezzjoni kbira ta' nies li flimkien mal-familji tagħhom qegħdin jgħixu aħjar.", "Irrid insemmi wkoll is-servizz tas-saħħa għaliex anke hawnhekk sar ħafna tgergir matul l-aħħar jiem.", "Nista' ngħid li żgur qed jgħixu aħjar dawk li għamlu użu mill-1,300,000 viżta li saret matul din is- sena fl-isptarijiet tagħna.", "Din iċ-ċifra turina li kien hemm min mar aktar minn darba sabiex jagħmel viżita fl-isptarijiet.", "Jiġifieri f'dan il-qasam żgur li qed nagħtu servizz ta' għajnuna ħalli l-poplu Malti jgħix aħjar.", "Sur President, barra minn hekk, lill-poplu qed nagħtuh infrastruttura aħjar, qed nagħtuh toroq ġodda li fil-prattika jtejbu wkoll il-kwalita' tal- ħajja.", "Jekk inti ma tridx nofs siegħa sabiex tasal minn post għall-ieħor imma trid biss għaxar minuti minħabba l-kumdita' li qed joffru dawn it- toroq ġodda, allura din ukoll qiegħda ttejjeb il-kwalita' tal-ħajja.", "Qegħdin nagħmlu wkoll investiment fit-toroq privati, fejn f'dan il-budget qegħdin inżidu l-vot minn Lm5 miljuni għal Lm7 miljuni sabiex isiru aktar toroq privati.", "U dan qed nagħmluh għaliex irridu ntejbu l-kwalita' tal- ħajja tal-poplu Malti u Għawdxi.", "Xi ngħidu mbagħad għall-5,000 post tax-xogħol fis-settur privat li nħolqu f'dawn l-aħħar ħames snin?", "Żgur u mhux forsi li dawn in-nies illum qegħdin jgħixu aħjar minn qabel.", "Smajna wkoll lil min jgħidilna li m'għandniex nużaw din l-issue b'mod politiku, pero' kien hu stess li mbagħad użaha b'mod politiku!", "Mela allura qegħdin jippruvaw jużaw is-sitwazzjoni tad- Denim sabiex jitfgħu xi tip ta' ħtija fuq il-gvern!", "Mid-dehra ma jafux li l-gvern, b'mod konkret, assista lil din il-kumpannija u kumpanniji oħra tat- tessuti sabiex il-prodotti importati minnhom ma jħallsux dazju fuqhom.", "Sur President, aħna għamilna ftehim ma' l-Unjoni Ewropea sabiex lil dawn il- kumpanniji ma niċċarġjawhomx tad-dazju fuq il-prodotti importati minnhom.", "B'hekk il-materja prima li biha jridu jaħdmu tibqa' irħisa u jkunu jistgħu jkomplu jikkompetu ma' ħaddieħor.", "Matul dawn l-aħħar snin assistejna bl- aħjar mod li stajna lil dawn il-kumpanniji sabiex huma jibqgħu fuq saqajhom.", "Pero' huma stess jammettu li kieku pajjiżna baqa' ma daħalx fl- Unjoni Ewropea, xorta waħda kien ikollhom jagħlqu l-bibien tagħhom hawn Malta!", "Għalhekk hija ħasra li hawn min xorta jibqa' juża din il-kwestjoni b'mod politiku.", "Madankollu jiena fiduċjuż li anke dawn in-nies, fil-futur se jgħixu aħjar għaliex se jsibu opportunitajiet ġodda ta' xogħol.", "Min-naħa tiegħu, il- gvern se jgħinhom sabiex isibu dawn l-opportunitajiet u m'aħniex qegħdin ngħadduhom biż-żmien għaliex se nibgħatuhom l-ETC sabiex jitħarrġu!", "Bħalikieku din hija xi ħaġa tad-daħk jew inkella qisu mhux importanti t- taħriġ!", "Allura ma nagħtuhom xejn u nħalluhom bil-ħiliet outdated tagħhom ħalli żgur ma jsibux postijiet tax-xogħol!", "Mela aħna ser nħarrġu dawn in- nies biex jiksbu ħiliet ġodda u li għandhom bżonn sabiex jerġgħu jintegraw ruħhom kemm jista' jkun malajr fid-dinja tax-xogħol!", "Sur President, m'iniex se ngħid li qed ngħixu aħjar għaliex għandna l- mobile phones.", "Ma naħsibx li bihom tgħix aħjar għaliex ħlief idoqqu ma jagħmlux u hawn min jgħidlek li tista' tirriskja l-kankru fil-moħħ jekk tużah iż-żejjed!", "Pero' l-internet, il-cable u s-satelite television tista' tgħid li kulħadd għandu.", "Qiegħed ikollna wkoll ambjent aħjar għaliex qegħdin ninvestu fih.", "Qiegħed ikollna proġetti diversi ta' tisbiħ sabiex ikollna livell ta' għajxien aħjar.", "Qed nagħtu lill-poplu Malti servizz sabiex jaqsam bejn Malta u Għawdex b'aktar kumdita' permezz tal-vapuri ġodda u s-servizzi kollha infrastrutturali li qiegħed jagħti dan il-gvern.", "Insibu wkoll l-għażla ta' aktar prodotti fis-suq Malti llum u li kompliet tiżdied permezz tas-sħubija fl-Unjoni Ewropea.", "Is-safar tal-Maltin, minkejja kollox, baqa' jiżdied kif baqa' jiżdied ukoll it-tfaddil tal-poplu Malti u Għawdxi.", "Allura f'din ir-realta' nistgħu ngħidu li iva, hawn ħafna nies li qed jgħixu aħjar.", "Dan ma jfissirx li kulħadd għandu l-istess ċirkostanzi jew inkella li m'għandniex sfidi li rridu nindirizzaw.", "Pero' kellna budget li qiegħed iħares lejn l-isfidi li għandna quddiemna.", "Allura bla dubju ta' xejn, pajjiżna miexi 'l quddiem.", "Sur President, issa nixtieq indur ftit fuq l-argumenti li għamel l-Onor.", "Charles Mangion dwar il-kontroll tad-deficit u dwar kemm dan huwa sostenibbli.", "L-ewwelnett irrid nirrepeti dak li qal il-Prim Ministru.", "Donnu l-oppożizzjoni għadha ma tridx tifhem x'inhuma ċ-ċifri uffiċjali tal- gvern u forsi hawnhekk nifhimha li ma tridx taċċettahom, pero' ma nistax nifhem kif qiegħda tiskredita u tiddubita ċ-ċifri uffiċjali li ħarġet l- Unjoni Ewropea wkoll!", "Sal-bieraħ stess baqgħu jiskreditaw l-autumn forecast tal-pajjiżi kollha li ħarġet l-Unjoni Ewropea!", "Dan għaliex f'dan il-forecast l-Unjoni Ewropea titkellem b'mod ċar dwar il-kontroll tad- deficit tal-gvern u qiegħda tgħid li l-gvern qiegħed iġib ir-riżultati fil- kontroll tan-nefqa tiegħu kif ukoll fit-tisħiħ tad-dħul.", "Hawnhekk nitkellmu ħafna wkoll fuq jekk il-ġbir ta' taxxi huwiex relatat mat-tkabbir ta' l-ekonomija.", "Pero' hemm porzjon minnu li ġej għaliex qegħdin ninforzaw aħjar il-liġijiet.", "Aħna nafu li hemm element ta' taxxi li għadu m'huwiex qiegħed jinqabad fix-xibka tal-ġbir.", "Madankollu meta wieħed iħares lejn kollox, jinduna li pajjiżna qiegħed jikkontrolla n-nefqa tiegħu.", "L-isbaħ ċertifikat li nistgħu nieħdu dwar il-kontroll tad-deficit u kemm dan huwa sostenibbli nistgħu neħduh mill-istess storja ta' pajjiżna!", "Sur President, jien nixtieq infakkar ftit l-elenku tad-deficits li kellna fi żmien gvern Laburista, pero' ma rridx nibda minn hemm.", "Ejjew inħarsu ftit lejn in-nefqa rikorrenti u niflu daqsxejn iċ-ċifri.", "Is-sena li għaddiet kellna surplus rikorrenti - meta tneħħi n-nefqa kapitali - ta' kważi Lm11-il miljun.", "Din is-sena tela' għal Lm69 miljun u fis-sena 2006 se jitla' għal Lm93 miljun.", "Dan ifisser li f'dak li huwa dħul qed inkunu mhux biss kapaċi inkopru n-nefqa rikorrenti tagħna f'salarji, f'servizzi soċjali, f'investiment fl-edukazzjoni u f'dak kollu li nagħtu bħala servizzi lil pajjiż, imma qed ikollna parti minnu li qed tmur għall- investiment.", "Allura l-investiment li qed isir fil-pajjiż mhux qed isir kollu b'self imma parti minnu biss.", "Madankollu dan ma kienx hekk fi żmien il-gvern Laburista ta' bejn l-1996 u l-1998.", "Nafu li fl-ewwel sena għamlu deficit fir- rikorrent ta' Lm25 miljun!", "Imbagħad id-deficit telagħlhom għal Lm128 miljun meta żżid magħhom in-nefqa kapitali!", "Fis-sena 1998 id-deficit fir- rikurrent kien ta' Lm53 miljun mentri d-deficit finali tela' għal Lm150 miljun!", "Allura altru milli l-isforzi tal-gvern humiex sostenibbli.", "Fil- fatt anke jekk inneħħu l-fondi Ii jiġu mill-protokoll Taljan u mill-Unjoni Ewropea, xorta waħda nibqgħu nagħmlu surplus fuq in-nefqa rikorrenti tal- gvern.", "Sur President, jekk inħarsu ftit lejn id-dejn nazzjonali u lejn kif dan akkumula, ninnotaw li sa l-1996 pajjiżna kellu dejn nazzjonali ta' Lm514-il miljun.", "Dan sar f'terminu ta' 'l fuq minn għaxar snin.", "Meta laħaq il- gvern Laburista fl-1996, f'dawk is-sentejn biss żied d-dejn nazzjonali b'Lm280 miljun!", "Dan ifisser 55% aktar f'termini gross ta' għaxar snin deficit li kienu saru preċedentement u allura tella' d-deficit għal aktar minn Lm800 miljun!", "Dan kollu sar fis-sentejn li damu fil-gvern!", "Imbagħad jiġu jgħajru lilna!", "Dan kollu jfisser li kieku ħallejna lill-partit Laburista fil-gvern u min-naħa tiegħu baqa' għaddej b'dak ir-rittmu, minflok ma kien ikollna Lm1.400 miljun bħala dejn pubbliku, kien ikollna Lm1,774 miljuni!", "Jiġifieri altru milli qed jirnexxielna nikkontrollaw id- deficit u npoġġu l-finanzjament tal-gvern fuq livell sostenibbli.", "Sur President, issa ħalli nagħtu daqqa t'għajn lejn l-istatistika fuq dak li qed jiġri xahar b'xahar.", "Ovvjament l-Onor.", "Charles Mangion iħares lejn l-istatistika ta' l-NSO meta jaqbillu biss!", "Pero' jekk iħarsu lejha sew, jaraw li għall-ewwel darba fi snin twal, qiegħed jibda jkollna, xahar b'xahar, aktar dħul milli ħruġ.", "F'Awissu kellna Lm8 miljuni aktar, f'Settembru kellna Lm5 miljuni aktar u f'Ottubru kellna Lm4 miljuni aktar.", "Mela hawnhekk naraw li aħna mhux bil-one-offs qegħdin nindirizzaw is- sostenibilita' tal-qagħda finanzjarja tal-gvern imma qegħdin verament naħdmu sabiex inkabbru l-ekonomija ta' pajjiżna.", "Fil-fatt qegħdin insostnu d-dħul tal-gvern bi ġbir aħjar ta' taxxi u qegħdin nikkontrollaw b'mod konkret in-nefqa tal-gvern.", "Jiġifieri jekk hawn xi ħadd li ma jistax jgħid li poġġa l-finanzi tal-gvern fis-sod huwa proprju l-partit Laburista għaliex fis-sentejn li għamel fil-gvern, għarraq lil pajjiżna billi kważi rdoppja d-dejn tiegħu!", "(Interruzzjonijiet)", "Il-kritika ta' l-oppożizzjoni tkompli ssir u qalulna li pprovajna nsolvu l- problemi tad-deficit bil-one-offs.", "Hawnhekk l-Onor.", "Mangion reġa' semmielna l-istess kantaliena li kien għamel fl-2004 għaliex tajjeb li ngħidu li mhux aħna biss nirrepetu!", "Xi kultant anke l-oppożizzjoni tirrepeti u fil-fatt l-Onor.", "Mangion reġa' fakkarna ftit fuq il-bank ċentrali!", "Għalhekk irrid nerġa' nfakkru li d-deċiżjoni li tinbiegħ il- proprjeta' tal-bank ma tteħditx f'Diċembru imma kienet saret fuq talba tal- bank ċentrali li qalilna biha f'nofs is-sena.", "Huma xtaqu li jkollhom aktar awtonomija mill-gvern u ma jibqgħux jiddependu aktar fuqu u għalhekk il- gvern kien aċċetta.", "Pero' din ma kenitx se tagħmel xi differenza sostanzjali mid-dejn li ħalla gvern Laburista għaliex huma ħallew Lm150 miljun mentri aħna konna qed nitkellmu fuq Lm70 miljun!", "L-Onor. membru tkellem ukoll dwar it-taxxi fuq id-dħul u qalilna kemm ma jemminx iċ-ċifri tagħna meta għedna li se ndaħħlu Lm13-il miljun aktar.", "Qalilna wkoll li aħna qed nikkalkolaw ħażin l-estimu tat-tkabbir tagħna.", "Issa jekk wieħed iħares tassew lejn iċ-ċifri tal-gvern u jqabbel it-tkabbir li kellna din is-sena mat-tkabbir li qed nistennew li jkollna s-sena d- dieħla, aħna qed ngħidu li fl-estimi li qed nipproġettaw mhu se jkun hemm l- ebda differenza sostanzjali.", "Allura jidher biċ-ċar li ċ-ċifri tagħna huma prudenti u konservattivi, anzi kien hemm min qalilna li qegħdin inkunu wisq konservattivi!", "Għalhekk naħseb li huma tassew attainable.", "Erġajna wkoll bdejna nisimgħu bil-VAT.", "Wara li l-aħħar darba tkellimna fuq il-kwestjoni tal-Lm15 miljun, issa qed jgħidli li dik is-somma m'hijiex ta' din is-sena imma hija postponiment ta' l-2004 u għaldaqstant ma kelliex tidħol fis-sena 2005.", "(Interruzzjonijiet) Issa rrid ngħid li jekk nerġgħu npoġġuha mas-sena li għaddiet, xorta waħda d-dħul kważi jibqa' l-istess.", "Pero' lanqas nistgħu nitfgħu s-somma kollha għas-sena li għaddiet għaliex fir-realta` il-ġbir tal-VAT huwa dovut at the point of sale u mhux at the point of purchase, jiġifieri meta jien inbigħ u mhux meta nixtri.", "Meta jien qiegħed nixtri qed inħallas il-VAT fuq l-ammont li xtrajt, mentri meta qiegħed inbiegħ inkun qed inħallas il-VAT fuq il-valur tal-bejgħ, allura l- valur se jkun ogħla.", "Mela żgur il-Lm15-il miljun iridu jinqasmu bejn is- sena 2004 u s-sena 2005 jekk irridu nkunu preċiżi!", "(Interruzzjonijiet) Barra minn hekk, hawnhekk qed nitkellmu fuq l-estimi tas-sena li ġejja għaliex għal din is-sena nafu kif se nagħlqu.", "Nista' ngħid bi kburija li lħaqna l-miri kollha li għamilna hawnhekk u għas-sena d-dieħla, dawn iċ- ċifri huma attainable.", "L-ewwelnett il-figura ta' Lm15-il miljun mhux se terġa' tinbidel għaliex m'aħniex se nerġgħu nbiddlu l-liġi ta' kif nagħmlu l-accounting tal-VAT.", "Dik kienet ħaġa ta' darba għaliex ma naħsibx li se noqogħdu deħlin u ħerġin mill-Unjoni Ewropea sabiex inċaqilqu l-Lm15-il miljun!", "Allura meta nħarsu lejn it-tkabbir mistenni għall-VAT matul din is- sena naraw li qegħdin f'livelli attainable fir-rigward tad-dħul tal-gvern u li huwa wkoll stmat b'mod raġonevoli għall-aħħar.", "Sur President, smajna wkoll dwar il-kontribuzzjoni tas-sigurta' soċjali.", "L- Onor. membru qalilna li l-gvern żelaq hawnhekk għaliex l-ewwel ikkalkola li se jdaħħal Lm199 miljun mentri se jdaħħal Lm191 miljun.", "Kompla jgħid li l- ekonomija mhux qed tikber biżżejjed għaliex l-NI hija marbuta ma' l- impiegi.", "Allura jekk l-impiegi ma żdidux, lanqas żdiedet l-NI u b'hekk l- ekonomija m'hijiex sejra tajjeb.", "L-ewwelnett iż-żieda fl-impjiegi neħduha mill-istatistika uffiċjali u t-tieni nett id-dħul mill-NI żdied u mhux naqas!", "Madankollu ma żdiedx b'kemm ipprevedejna u se nispjega għalfejn.", "Fis-sena 2004 kellna Lm189 miljun bħala dħul mill-NI u għal din is-sena se jkollna Lm191 miljun.", "Mela żgur li se jkollna żieda fuq is-sena li għaddiet.", "Jien diġa' spjegajt x'ġara.", "Il-fenomenu li qed jiġri huwa li l-gvern qiegħed jikkontrolla ż-żieda fl-impiegi fis-settur pubbliku u allura s- settur pubbliku ċkien fuq is-sena li għaddiet.", "Issa dawn in-nies marru mas- settur privat.", "Allura filwaqt li l-gvern idaħħal l-NI immedjatament għaliex it-transazzjoni jagħmilha t-Teżor, fil-privat ikun hemm aktar dewmien.", "L-ewwelnett iridu jidħlu r-returns tagħhom u xi kultant ikun hemm ukoll min jaqa' b'lura.", "Ara hawnhekk aħna wkoll għandna arretrati ta' dħul li fil-konsolidat m'humiex qed jidhru.", "Issa jekk irridu nagħmlu l-accruals għalihom, id-deficit se jidher f'pożizzjoni aħjar.", "Pero' aħna ridna nkunu prudenti u konservattivi sabiex ma nagħmlux overestimating tad-dħul tagħna u forsi jkun hemm min jiġi jgħidilna li dawk il-flus għadhom ma daħlux.", "Mela konna prudenti u qed indaħħlu biss dak id-dħul li tassew jirriżulta li jidħol fit-Teżor.", "Dan qed nagħmluh sabiex inkunu konsistenti mas-snin preċedenti.", "Sur President, l-Onor.", "Charles Mangion jitkellem ukoll fuq l-istocks tal- gvern.", "Din hija xi ħaġa li ilu jsemmiha, pero' matul dawn l-aħħar jiem, qiegħed jgħid li l-gvern qed isolvi d-deficit bil-one-offs!", "Allura l-gvern qed joħroġ il-bonds tiegħu at a premium, qiegħed jitlob aktar ħlas fuq il- Lm100, liema ħlas huwa ta' Lm2 fuq il-Lm100 u dik mhux suppost neħodha bħala revenue għal dik is-sena.", "Li jrid isir huwa li l-flus jinqasmu fuq in-numru ta' snin li fihom hemm il-bonds.", "Fir-rigward tal-piż fuq il- ġenerazzjonjiet futuri ma nistax nifhimha għaliex hawnhekk qed nitkellmu fuq dħul u mhux fuq ħruġ!", "Li kieku ħriġnihom at a discount kont ngħidlek li dan huwa piż, pero' hawnhekk l-Onor.", "Charles Mangion qiegħed jiżbalja.", "L-ewwelnett l-ESA 95 rules iħallu l-għażla u m'humiex tassattivi.", "Dawn ir- regoli jgħidulek li jekk dan id-dħul m'huwiex wieħed sinifikanti fid-dħul tal-gvern, allura m'hemmx għalfejn toqgħod tagħmel dan il-proċess ikkomplikat.", "Fuq kollox dan m'huwiex xi proċess sempliċi bħalma forsi xi ħadd mar ifesfes f'widnejn l-Onor.", "Mangion u mar jgħidlu li din trid taqsamha equally over ten years!", "Li trid tagħmel huwa li taħdem in-net present value fuq l-għaxar snin kollha ta' kull stock imbagħad iddaħħalha.", "Ir-realta' hija li inti trid tieħu ħafna iktar fil-bidu u ħafna inqas fl- aħħar, jiġifieri xorta waħda se jkollok kumpens pożittiv fl-ewwel snin.", "It- tieni nett irridu naraw jekk aħniex qegħdin ngħodduhom b'mod konsistenti.", "Is-sena li għaddiet kellna dan id-dħul li kien jammonta għal Lm4 miljuni, pero' ħadd ma ġie jgħidilna li rridu nagħmlu l-accruals tagħhom.", "L-Unjoni Ewropea għamlet l-investigazzjonijiet tagħha u l-Eurostat għamlu l-verifiki tagħhom li ġew aċċettati.", "Mela dan juri li m'aħniex qed nivvintaw xi trattament ġdid kif qisu qiegħed jipprova jimplika l-Onor.", "Charles Mangion!", "Imbagħad kompla jgħidilna li dan il-premium qed inġibuh billi nagħtu aktar rati għoljin ħalli nattiraw aktar lin-nies!", "Inti tgħolli l-interessi ħalli n-nies iħallsu aktar għalihom u minflok taqsmu, inti tkun qiegħed tieħdu.", "Pero' hawnhekk sar bil-maqlub.", "Ir-rati ta' interessi li ħriġna f'dawn l-istocks għal din is- sena huma l-aktar baxxi f'dawn l-aħħar snin.", "Fil-fatt huma aktar baxxi mis- sena li għaddiet, mis-sena ta' qabel u anke mis-sena ta' qabilha.", "Allura ħadd ma jiftakar li l-istocks tal-gvern konna noħorġuhom bis-6% jew bis-7% mentri issa qegħdin noħorġuhom bil-5%?", "Għaldaqstant l-argumenti li għamel l-Onor.", "Charles Mangion f'dan ir-rigward, juru nuqqas ta' konsistenza kbira!", "Sur President, l-Onor.", "Mangion tkellem wkoll fuq is-sinking funds.", "L-Onor.", "Mangion ipprova jispjegalna ftit x'inhu dan is-sinking fund, li huwa l-mod ta' kif inti tkun għaqli u tipprepara lilek innifsek sabiex ikollok il-flus meħtieġa ħalli tħallas id-dejn li jkun qed jakkumula.", "B'hekk titfa' l-flus fis-sinking fund.", "L-ewwelnett irrid ngħid li d-deċiżjoni li s-sinking fund ma jibqax jinżamm ħadha l-gvern wara parir bil-miktub li rrċieva mingħand l- IMF.", "Din kienet qaltlu li ma jagħmilx sens, bħala gvern, li jżid id- deficit sempliċement biex jitfa' l-flus fis-sinking fund u allura jpinġi storja ta' x'inhu t-telf tiegħu, meta fir-realta' ma jkun qed jagħmel xejn ħlief li jibbilanċja il-financing!", "Dak trid tisseparah u għalhekk isiru l- privatisation proceeds.", "Id-dħul mill-privatizzazzjoni m'huwiex aktar aċċettabbli llum li ndaħħluh bħala dħul ordinarju, pero' għandu jmorru fil- financing għaliex jitqies bħala investiment li inti tkun issellift għalih.", "Għalhekk inti trid titfgħu hemmhekk u mhux noqogħdu ngħidu li s-sinking fund neħħejnieh meta dan ilna li neħħejnieh għal numru ta' snin!", "Ħalli issa nerġa' ndur ftit fuq kemm huwa possibbli li aħna niġbru tassew Lm46 miljun aktar fi dħul tal-gvern.", "L-Onor.", "Mangion qalilna li tkabbir ekonomiku mhux qed ikun hemm u qalilna wkoll li t-tkabbir qiegħed isir biss f'żewġ setturi.", "Jiena ġibt miegħi ċ-ċifri uffiċjali ta' l-aħħar quarter li għalaqna bih din is-sena ma' kif imqabbel ma' l-istess quarter tas-sena li għaddiet.", "Hawnhekk naraw li t-tkabbir ekonomiku fl-agrikoltura żdied b'4.7%, is-sajd żdied b'7% u l-quarrying żdied b'14%.", "Ovvjament kellna tnaqqis sostanzjali fit-tkabbir minħabba l-impatt kbir tal-prezz taż-żejt.", "Dan kien ta' 82% fuq il-gass u fuq id-dawl u l-ilma, għalhekk it-tkabbir ekonomiku ta' pajjiżna ħa daqqa kbira.", "U li kieku ma kienx hemm dan l- għoli fil-prezz taż-żejt, kien ikollna tkabbir ekonomiku ħafna aħjar.", "Sur President, il-kostruzzjoni kibret b'6%, il-lukandi u r-ristoranti b'1%, it-trasport u l-komunikazzjoni bi 2.6%, is-servizzi finanzjarji u intermediation b'21%, ir-real estate b'5.2% u l-health sector bi 3.6%.", "Mela hawnhekk qegħdin naraw li t-tkabbir ekonomiku qiegħed iseħħ fis- setturi kollha u mhux f'żewġ setturi biss!", "Għaldaqstant aħna fiduċjuzi fl- ekonomija tagħna u nista' ngħid li konna xi ftit konservattivi wkoll fl- istima tagħna għat-tkabbir ekonomiku.", "Kien hawn min ikkritikana u qalilna li kien imissna kellna miri ħafna aktar ambizzjużi.", "U fil-fatt skantaw għaliex aħna konna qed nistennew 1.1% bħala tkabbir ekonomiku.", "Mela din hija xi ħaġa li niddeċiduha waħedna?", "Mela din ma rridux neħduha fl-isfond tar-realtajiet li hemm madwarna?", "Aħna nistgħu ninjoraw l-impatt tal-prezz taż-żejt fuq pajjiżna, bħallieku mhux se nintlaqtu minn dan il-fenomenu?", "L-Onor.", "Charles Mangion jerġa' jsemmi l-piż tat-taxxi u jipprova jagħtina l- impressjoni li f'dak li huwa piż tat-taxxi qisu għandna xi piż esaġerat meta kkomparat mal-pajjiżi l-oħra ta' l-Unjoni Ewropea.", "Għalhekk nixtieq nerġa' nikkwota ċ-ċifri uffiċjali li l-Onor.", "Charles Mangion ma tantx jinteressah minnhom!", "Dawn huma ċ-ċifri li joħroġu mill-Eurostat u mhux xi ċifri li joħroġhom il-gvern Malti.", "Issa dawn iċ-ċifri jqabblu l-piż tat- taxxi ta' kull pajjiż fl-Unjoni Ewropea ma' dak li huwa l-kejk fl- ekonomija.", "Issa kulħadd jibda jgħidilna li l-pagi tagħna m'humiex daqs ta' ħaddieħor, imma allura l-pagi m'humiex ukoll fil-kejk ta' l-ekonomija?", "L- ewwelnett jekk inħarsu lejn il-piż tat-taxxi fl-Unjoni Ewropea - u hawnhekk il-comparision sar sas-sena 2003 – insibu li għandek 40% tal-GDP bħala piż tat-taxxi, mentri fil-Euro Zone hija ta' 41%.", "Bħala rata ta' taxxi l- Belġju għandu 46%, id-Danimarka 48%, l-Italja 43% u l-Lussemburgu 42%.", "Jiġifieri ħafna pajjiżi għandhom rata għolja mhux ħażin f'dak li huwa piż ta' taxxi.", "Issa jekk inħarsu lejn pajjiżna, insibu li l-piż tat-taxxi huwa wieħed mill-inqas fl-Unjoni Ewropea kollha u dan jammonta għal 33.6%!", "Nerġa' infakkar li dawn huma ċ-ċifri uffiċjali li ħarġu mill-Unjoni Ewropea.", "Sur President, għalhekk mingħajr ebda dubju, dak li qed jgħid l-Onor.", "Charles Mangion m'huwiex minnu.", "Min-naħa l-oħra xi ħaġa li l-Onor.", "Mangion ma tantx tkellem dwarha hija fuq in-nefqa tal-gvern.", "Issa forsi għaliex din is-sena ma tantx kellu fuq x'hiex jikkritikana minħabba li l-gvern qiegħed jilħaq il-miri tiegħu fil-kontroll tan-nefqa tal-gvern!", "Għalhekk nirringrazzjah minn qalbi lill-Onor.", "Mangion li qiegħed jikkonferma dan kollu.", "Naħseb li dan huwa pass importanti sabiex aħna tassew jirnexxielna nilħqu l-miri tal-budget.", "Issa aħna ma rridux inżidu l-piż tat-taxxi mhux għaliex ma nixtiqux nonfqu aktar, pero' jekk irridu nagħtu l-ispazju meħtieġ ħalli l-ekonomija tagħna tkompli tikber, il-gvern irid jara li ma jkomplix jgħabbi l-ekonomija għas-sempliċi raġuni li hu jkun jista' jkompli jinvesti!", "Kif spjega tajjeb il-prim ministru fid-diskors tiegħu, dan se jkollu impatt negattiv fuq it-tkabbir ekonomiku ta' pajjiżna.", "Sur President, imma jekk inħarsu lejn in-nefqa tal-gvern mill-ewwel nindunaw bil-kontrolli serji li qed isiru.", "U hawnhekk irrid nirringrazzja b'mod partikolari tliet entitajiet li qegħdin jaħdmu bis-sħiħ sabiex nilħqu dawn il-miri.", "Għandna l-financial management monitoring unit li waqqafniha s-sena li għaddiet sabiex taħdem fuq l-entitajiet pubbliċi tal-gvern u b'hekk nassiguraw li nilħqu t-targets u s-savings li nkunu pproġettajna għalihom.", "Għandna l-budget office li jaħdem bis-sħiħ sabiex jikkontrolla n- nefqa tas-settur taċ-ċivil, kif ukoll ir-recruitment and redeployment advisory group li twaqqaf fi ħdan l-uffiċċju tal-prim ministru.", "F'dan l- advisory group insibu bħala chairman il-principal permanent secretary bil- parteċipazzjoni mill-uffiċċju tal-prim ministru u l-ministeru tal-finanzi.", "Dan qed nagħmluh sabiex nassiguraw ruħna li nużaw aħjar il-ħaddiema tal- gvern, kemm dawk taċ-ċivil u kemm dawk tas-settur pubbliku ħalli kemm jista' ikun ma nimpjegawx nies ġodda mingħajr bżonn.", "Sur President, li se nagħmlu aħna huwa li nċaqilqu n-nies minn post għall- ieħor skond l-esiġenzi tas-servizz u fil-fatt diġa' bdejna nġibu riżultati sodisfaċenti.", "Bi pjaċir ngħid li sa Settembru ta' l-2005 l-impjiegi fis- settur pubbliku naqsu b'912.", "Dan seħħ għaliex kien hemm impjegati li telqu mis-settur pubbliku u b'hekk minflok iddeċidejna li ndaħħlu l-ġodda, sar ir- replacement billi ċaqlaqna n-nies minn post għall-ieħor.", "B'hekk il-gvern naqqas fi spiża tas-salarji s-somma ta' 'l fuq minn Lm4 miljuni għal din is- sena!", "Fl-2004 in-nefqa fis-salarji kienet ta' Lm201 miljun.", "Għal din is- sena n-nefqa proġettata kienet ta' Lm208 miljun u din niżżilniha għal Lm203 miljun.", "Għas-sena 2006 il-previżjoni hija li bil-collective agreement b'kollox - li se jagħti żidiet ta' 'l fuq minn Lm2 miljuni – in-nefqa fis- salarji se tkun ta' Lm205 miljuni.", "Għandna mbagħad l-entitajiet pubbliċi.", "Fl-2004 in-nefqa ta' l-entitajiet pubbliċi kienet ta' Lm79 miljun, mentri għal din is-sena se nniżżluha għal Lm73 miljun.", "Fir-rigward ta' infiq ieħor, iż-żidiet saru biss fil- programmes and initiatives għaliex sostanzjalment dawn huma l-pensjonijiet.", "Issa dawn jissejjħu permanently appropriated u lanqas hemm bżonn l- approvazzjoni tal-parlament għalihom għaliex in-nefqa tagħhom issir b'mod awtomatiku.", "Irridu nifhmu li n-nefqa kapitali żdiedet għaliex qiegħed ikollna aktar fondi mill-Unjoni Ewropea u mill-protokoll Taljan.", "Għalhekk qegħdin ninvestu aktar għall-ġid tal-poplu Malti u Għawdxi.", "L-oppożizzjoni akkużatna wkoll li qed naqbżu l-ispiża rikorrenti, pero' aħna żvelajna kif huma stess kienu jonfqu ħafna aktar minna tmien snin ilu!", "Naħseb li l-prim ministru diġa' eleneka biżżejjed dettalji dwar dan fid-diskors tiegħu.", "Madankollu nixtieq ngħid li filwaqt li fl-2004 din in-nefqa kienet ta' Lm37 miljuniktar, għall-2006 hija stmata li tkun ta' Lm33 miljun iktar.", "Jiġifieri l-gvern qiegħed jagħmel il-ħiliet kollha tiegħu sabiex jassigura li n-nefqa tal-gvern tkun fuq livelli adekwati.", "Saret ukoll il-kritika mill-Onor.", "Charles Mangion dwar il-ftehim kollettiv.", "Qalilna li l-gvern solva l-problema tiegħu f'dan ir-rigward billi tefagħha fuq dawk li ġejjin fil-futur.", "L-ewwelnett irrid nirringrazzja lill-unions kollha għar-responsabilita' kbira li wrew f'dawn id-diskussjonijiet.", "Bħala persuna li ili involut ħafna fil-laqgħat li jkollna fuq livell ta' MCESD u laqgħat oħra simili, irrid nissottolineja li d-diskussjonijiet tal-patt soċjali forsi ma laħqux l-għan tagħhom sabiex jagħtuna patt soċjali, pero' laħqu l-għan prinċipali tagħhom sabiex jagħtuna klima ta' diskussjoni sana għal meta kellna niġu għall-issues settorjali u li mbagħad ridna nindirizzaw.", "Issa ħalliha li xi kultant jibqa' xi wħud li jkomplu għaddejjin bit-teatrin, imma naħseb li kulħadd għandu d-dritt li jilgħab għall-kostitwenza tiegħu!", "Sur President, irrid ngħid grazzi lill-unions talli f'dan il-ftehim kollettiv urew maturita`.", "Jiena naħseb li hija xi ħaġa unika mhux biss f'Malta imma anke fl-Ewropa li sar ftehim kollettiv għas-sitt snin li ġejjin.", "Ovvjament dan se jiggarantixxi serħan il-moħħ lill-ħaddiema fuq dan il-perijodu, pero' se jservi ta' ġid anke għall-ekonomija tal-pajjiż.", "Nafu li l-inċertezza ta' ftehim kollettiv tħalli ripple effect fuq is- setturi produttivi għaliex xi ftit jew wisq, il-pagi fis-setturi produttivi ta' pajjiżna jimxu mal-pagi tas-settur pubbliku peress li jkunu jridu jikkompetu miegħu ħalli jieħdu ċerta nies ta' kwalita'.", "Allura s-settur privat jibda jipprova jgħolli l-pagi sabiex jattira lin-nies lejh.", "Bi kburija ngħid li l-ftehim kollettiv ma sarx fuq l-ewwel sentejn imma sar b'mod realistiku fuq sitt snin sħaħ!", "Aħna ftehimna li jkun fuq sitt snin sabiex dak li ilna nipprovaw nilħqu f'numru ta' ftehim kollettivi, jiġifieri li l-konċertina nġibuha fil-livell li kienet, nilħquha fis-sitt snin li ġejjin.", "Pero' jekk wieħed iħares lejn iż-żidiet li qed jingħataw jinduna li m'hemmx xi żidiet eżorbitanti.", "U l-fatt li l-gvern se jibqa' miexi bil-programm tiegħu li jċekken is-settur pubbliku żgur se jagħmilha possibbli li l-pagi fis-settur pubbliku jkunu manageable.", "Issa aħna għamilna collective agreement għalina, pero' jekk għall-argument, l-Onor.", "Charles Mangion jieħu postu fil-gvern, jekk jirnexxilu jżomm il-politika li qed iħaddan illum dan il-gvern, ikun jista' jara kif il-pagi fis-settur pubbliku jkunu manageable anke f'dawn is-sitt snin li ġejjin.", "Rigward is-surcharge m'iniex se naħli ħafna mill-ħin tiegħi sabiex nitkellem fuqha għaliex diġa' tkellimna b'mod estensiv.", "Għaldaqstant m'iniex se noqgħod nerġa' nirrepeti l-istess argumenti li għedna fuq id- dokument dilettantesk li għamlu l-partit Laburista!", "Dan id-dokument jista' jarah min irid u jekk xi ħadd jarah, jinduna kemm fih flaws kbar!", "Lanqas mhu se noqgħod nitkellem fuq il-hedging għaliex nafu li l-hedging fi żmien il-gvern Laburista kien ifisser li l-prezz taż-żejt fis-suq kien ta' $12-il barmil meta huma bil-hedging kienu qed jixtruh bit-$23 il-barmil!", "Fil-fatt kienu għollew il-kontijiet tad-dawl u l-ilma aktar milli huma llum bil-55% surcharge!", "Sur President, m'iniex se noqgħod naħli l-ħin nirrepeti għaliex l- oppożizzjoni xorta waħda tibqa' ma tifhimx.", "Għalhekk se ndur għal affarijiet oħra li suppost tkellem bi kritika aktar sostanzjali l-Onor.", "Charles Mangion.", "Fil-fatt qalilna li f'dik li hija pjan għall-industrija, ninsabu bla direzzjoni.", "Ħeġġiġna wkoll sabiex nisimgħu mill-FOI, għalkemm isemmi biss oġġett wieħed milli qalet l-FOI!", "L-affarijiet l-oħra kollha li semmiet imbagħad jagħmel kwalifika kbira u jgħid biss li fuqhom għandhom ir- riservi tagħhom!", "Mela l-ewwel jgħidilna li l-FOI għandha ideat tajbin, imbagħad jaqbad ma' waħda biss minn dawk l-ideat u jgħidilna li ma' l- oħrajn ma jaqbilx jew inkella għandu riservi kbar fuqhom!", "(Interruzzjonijiet)", "Kien hemm ħafna affarijiet li ma kienx preċiż fuqhom l-Onor.", "Mangion.", "Kien hemm punt wieħed li laqtu u dan kien li jkollna pjan industrijali.", "Il- gvern m'għandu l-ebda oġġezzjoni li jiddiskutih dan.", "Fil-fatt se niddiskutu mal-FOI sabiex ikollna pjan industirjali, pero' naħseb li qabel ma jkollna pjan industrijali għandu jkollna pjan sħiħ għall-pajjiż.", "Fil- fehma tiegħi naħseb li bdejna mexjin f'dak il-proċess ta' konsultazzjoni.", "Bdejna bil-pre-budget document u bid-dokument li huwa marbut ma' l- istrateġija ta' Lisbona.", "Bdejna wkoll il-programm ta' riforma nazzjonali li għandu ħafna elementi minn dawk li teħtieġ għal pjan industrijali, u bdejna naħdmu fuq il-pjan ta' kif se nonfqu l-fondi ta' l-Unjoni Ewropea.", "Pero' se jasal il-mument ukoll li nagħmlu pjan industirjali għal pajjiżna u dan se nagħmluh b'diskussjoni mal-federazzjoni.", "Laqatni l-punt fejn qalli sabiex immur fuq paġna 12 tad-dokument tagħhom ħalli nara l-pjan tal-partit Laburista fuq il-qawmien ekonomiku u soċjali għal Malta u Għawdex.", "L-ewwelnett dan ma nafx jekk huwiex il-pjan tagħhom għaliex ftit żmien wara li ġie approvat, il-kap ta' l-oppozzjoni qalilna li dan ma jorbot xejn!", "Jiġfieri jista' jkun li l-affarijiet se jinbidlu sakemm naslu għall-elezzjoni li jmiss.", "Issa f'din il-paġna nsibu elelenku sħiħ ta' dawk l-inizjattivi li jridu jagħmlu sabiex isaħħ l-industrija ta' pajjiżna.", "Madankollu m'huma jsemmu xejn ġdid.", "F'dan id-dokument insibu 13- il punt u l-ewwel wieħed jitkellem fuq il-ħaddiema mħarrġa.", "Mela fuq l- ewwel punt, aħna diġa' qegħdin inħarrġu lill-ħaddiema.", "Fil-fatt din is- sena erġajna vvotajna Lm1 miljun aktar sabiex inkomplu nħarrġu lill- ħaddiema.", "Punt ieħor huwa dwar l-inċentivi sabiex jiġu mħarrġa mpjegati fuq linji ta' produzzjoni.", "Dan it-taħriġ aħna qegħdin nagħmluh.", "Isemmu wkoll l-aċċess għal finanzjament akbar u l-venture capital.", "Hawnhekk l-Onor.", "Mangion ikkritikana għaliex semmejnieh fil-budget li għadda u ma erġajniex semmejnieh f'dan il-budget.", "Issa ma semmejniehx mhux għaliex neħħejnih imma r-realta' hi li hemm regolamenti li huma xi ftit komplessi u li trid toqgħod attent li ma tiksirx ċerti regoli ta' l-Unjoni Ewropea fil-mod ta' kif tagħmilhom.", "Madankollu qed isiru u fil-mument propizju dawn se jiġu ppubblikati, u l-vot qiegħed taħt il-vot tal-Malta Enterprise.", "Isemmu l-inċentivi għar-riċerka u l-innovazzjoni u jikkritikawna li dan il-budget huwa kopja tal-budget li għadda.", "Pero' naħseb li dan id-dokument huwa kopja tal-budget li għadda, għaliex jidher li l-ideat ġabuhom minn hemm!", "Punt ieħor huwa ta' fabbriki moderni mogħtija b'kera, bħallikieku m'aħniex qegħdin nagħtu fabbriki moderni b'kera!", "Semma it-tnaqqis fil-burokrazija, qisu għadu ma ndunax li anke aħna qegħdin niġġieldu l-burokrazija u qed inwaqqfu l-better regulation unit proprju għal dan il-għan.", "Isemmi wkoll liġijiet stretti ta' copyright, aktar effiċjenza fil-qrati u aktar kontabilita'.", "Illum l-Onor.", "Mangion qalli prosit talli qed inġibu dik il-kontabilita′ u għat-tmexxija bil-galbu tal-finanzi pubbliċi.", "Qalilna wkoll li jrid ikollna pajjiż li joffri kwalita′ tajba ta' ambjent u ħajja aħjar għall-investitur barrani u l-familja tiegħu.", "Issa jekk kienx dan il-gvern li l-iktar investa fl-ambjent, ma nafx min kien!", "Nafu li kulma għamlu l-partit Laburista fir-rigward ta' l-ambjent kien biss dawra bil-helicopter fuq il-Magħtab!", "Isemmu wkoll relazzjonijiet industrijali aktar stabbli.", "Imbagħad nagħmlu collective agreement ta' sitt snin u jiġu jikkritikawna u jgħidulna li dan m'aħniex qed nagħmluh fl-interess ta' l- istabbilita' industrijali!", "Qalilna li rridu nagħtu bil-quddiem iż-żieda stmata fuq l-għoli tal-ħajja u naħseb li din hija xi ħaġa li fiċ-ċirkoli tagħhom ikun hemm min jieħu gost jismagħhom!", "L-Onor.", "Charles Mangion qalilna wkoll li qed innaqqsu l-kompetittivita' ta' pajjiżna.", "Naħseb li jekk hawn gvern li huwa konsistenti fil-mod ta' kif qed imexxi, huwa bla dubju ta' xejn dan il-gvern.", "Għal dan il-għan jiena elenkajt fid-dettal u rrispondejt għal ħafna kwestjonijiet li qajjem l-istess Onor. Charles Mangion.", "Sur President, il-ministeru tal-finanzi għandu ħafna iktar kompetenzi u għalhekk xtaqt nitkellem ftit dwarhom ukoll.", "Xtaqt ngħid grazzi b'mod partikolari lill-VAT department għall-ħidma li qed jagħmlu.", "Nirringrazzja wkoll lit-tax compliance unit (TCU), l-income tax department tramite l- audit and investigations u anke lid-dwana tal-ħidma li qed jagħmlu sabiex inkomplu niżguraw id-dħul tal-gvern mill- ġbir ta' taxxi.", "Naħseb li l-isbaħ ċertifikat ma nagħtihx jien għaliex xi kultant jiġu l-ġurnalisti għandi u joqogħdu jistaqsuni għalfejn qegħdin niġbru aktar.", "Xi kultant anke l- constituted bodies joħorġu jgħidu li l-gvern qiegħed jagħfas ħafna.", "U kien hemm anke l-Onor.", "Evarist Bartolo li qalilna li t-TCU qisu t-tax inquisition unit!", "Allura naħseb li dan waħdu huwa ċertifikat tajjeb li l- gvern qiegħed jagħmel xogħlu fir-rigward tal-ġbir dovut lilu.", "Xtaqt nitkellem ftit fuq numru ta' setturi oħra u nibda bl-Euro.", "Kif ħabbar il-prim ministru fil-budget, il-gvern qiegħed ipoġġi b'mod ċar id- data ta' l-1 ta' Jannar 2008 bħala d-data li kulħadd għandu jħares lejha sabiex inkunu nistgħu ndaħħlu l-munita Euro.", "Issa diġa' qiegħed nirċievi stediniet għal xi konferenza fuq dan is-suġġett għaliex hawn min għandu d- dubji dwar l-għaqal ta' din id-data.", "Pero' għalkemm huwa tajjeb li niddiskutu, ejjew ma nagħmlux l-istess żbalji li saru f'ċerti setturi bid- dħul ta' pajjiżna fl-Unjoni Ewropea.", "Ma rridux nibqgħu nittamaw li xi ħaġa mhux se tiġri sabiex imbagħad meta ndaħħluha noqogħdu nistaqsu jekk aħniex se nagħlqu xi negozji għaliex ma laħqux irranġaw is-sistemi tagħhom!", "Qisna ma konniex nafu li se nidħlu fl-Unjoni Ewropea!", "Sur President, nixtieq nenfasizza li din id-data ħabbarniha b'responsabbilita' lejn is-setturi kollha ta' pajjiżna.", "Aħna qed nagħtu direzzjoni ċara sabiex kulħadd jilħaq jipprepara ruħu u jagħmel il-bidliet kollha meħtieġa.", "B'hekk ikollna l-inqas impatt negattiv fuq pajjiżna u din it-tranżizzjoni tkun waħda li twassal għall-aħjar ta' pajjiżna.", "Huwa ta' ħsara jekk ikun hawn min jibda jilgħab b'din id-data u jagħti l-impressjoni li nistgħu nġebbdu fiha.", "Il-miri tagħna ta' konverġenza qed jintlaħqu u dan m'aħniex qed ngħiduh aħna imma qiegħda tgħidu l-istess Unjoni Ewropea.", "Għalhekk m'hemm l-ebda raġuni għalfejn għandna noqogħdu ndumu f'dan il- proċess.", "L-ewwelnett illum diġa' ninsabu marbutin 100% mal-munita ta' l- Euro u allura diġa' qegħdin nimxu magħha fuq livell internazzjonali.", "Forsi din il-kap ta' l-oppożizzjoni ma jistax jifimha u għalhekk naħseb li għandu bżonn ta' refresher course ta' kif jiċċaqalqu l-muniti!", "L-Onor.", "Sant qalilna li l-gvern ivvaluta l-Lira għaliex iċċaqilqu l-muniti fuq il-livell internazzjonali!", "Pero' naħseb li huwa jaf biżżejjed kif issir l- isvalutazzjoni tal-munita u li saħansitra trid toħroġha b'dikjarazzjoni fuq il-gazzetta tal-gvern.", "Madankollu dawn huma l-ineżattezzi li tħobb tuża l- oppożizzjoni fl-argumenti tagħha!", "Sur President, hemm numru ta' benefiċċji li nistgħu nakkwistaw hekk kif nissieħbu fil-munita ta' l-Euro.", "Għalhekk ladarba llum diġa' aħna marbutin magħha, ejjew nidħlu ħalli nieħdu dawn il-benefiċċji kemm jista' jkun malajr.", "L-ewwel benefiċċju huwa dak ta' l-istabbilita' ta' munita li hija munita internazzjonali.", "Hemm ukoll il-benefiċċju li nneħħu l-ispejjeż li llum hemm fuq il-konverżjoni tal-munita Maltija għall-Euro.", "Dan meta nafu li l-Euro hija l-munita li l-aktar tintuża għall-esportazzjoni ta' pajjiżna.", "Hemm il-vantaġġ li min irid jinvesti jista' jġib rati ta' interessi ħafna aħjar mill-interessi li qed inġibu llum.", "Allura l-ispejjeż għall-industrija ta' pajjiżna li trid tikkompeti fuq livell internazzjonali se jonqsu wkoll.", "Għal dan il-għan, fis-16 ta' Ġunju tas-sena li għaddiet il-gvern ħoloq in- national Euro changeover committee li qed jaħdem ma' l-imsieħba kollha ta' dan il-pajjiż.", "Naturalment jekk hemm xi settur li qed iħossu eskluż, għandu jikteb lil dan il-kumitat sabiex jiġi rrappreżentat ukoll.", "Pero' aħna ħloqna diversi working groups f'dan il-kumitat li qegħdin iħarsu lejn l-aspetti kollha ta' din il-konverżjoni.", "B'hekk nassiguraw li l-bidla għall-Euro ssir bl-aħjar mod possibbli.", "Tajjeb ngħid li dan il-kumitat jirrispondi għal steering committee li fih qiegħed inpoġġi jien personalment, flimkien mal-gvernatur tal-Bank Ċentrali u l-principal permanent secretary.", "Hawnhekk nirrapporta b'mod regolari lill-Kabinett dwar il-progress li jkun qiegħed isir f'dan il-kumitat.", "Fil-ġranet li ġejjin se jkollna seminar apposta u se noħorġu bil-master plan għall-Euro changeover li se tidħol fid-dettal ta' l-aspetti kollha tal-bidla.", "Hawnhekk nitkellmu fuq l-aspetti tekniċi li għandhom isiru u mhux fuq l- aspetti ekonomiċi.", "Sur President, il-gvern diġa' ħa d-deċiżjoni ta' kif se naddottaw il-munita Euro.", "Fil-fatt ġejna mitluba mill-kummissjoni sabiex nagħżlu minn tliet modi ta' kif se nadottaw l-Euro.", "Għalhekk il-gvern, sabiex joqgħod attent mill-impatt li jista' jkun hemm fuq min jipprova juża l-bidla ta' l-Euro sabiex jilgħab bil-prezzijiet għamel l-aħjar għażla possibbli.", "Allura, sabiex ma jkollniex il-big bang approach mill-għada li tidħol il-munita Euro, se nagħmlu perijodu ta' transizzjoni fejn il-munita Maltija se tibqa' fiċ-ċirkolazzjoni sakemm issir it-transizzjoni finali.", "Għalhekk se jkollna l-għażla li nużaw iż-żewġ muniti sakemm naslu għall-pass finali.", "Barra minn hekk, qabel dan il-pass se tidħol is-sistema tad-dual pricing.", "Din hija xi ħaġa li se tkun obbligatorja ladarba tiġi stabbilita r-rata finali.", "B'hekk, minn hemm 'il quddiem kulħadd ikun jista' jipprepara ruħu.", "Tajjeb ngħid ukoll li għall-bidu tas-sena d-dieħla, il-gvern beħsiebu jgħaddi fil-parlament il-Euro Implementation Act, li l-għan prinċipali tagħha huwa sabiex inkunu nistgħu nilleġiżlaw fejn ikun hemm il-ħtieġa.", "U fost l-ewwel legal notices li beħsiebna noħorġu taħt din il-liġi se tkun proprju s-sistema tad-dual pricing.", "Dan se nagħmluh għaliex nafu li diġa' hemm numru ta' setturi li qegħdin jikkwotaw il-prezz ta' l-Euro mal-prezz tal-Lira Maltija.", "Issa hawnhekk irrid niġbed ftit l-attenzjoni għaliex bosta min-nies qegħdin jikkwotawha ħażin.", "Dawn qegħdin ikabbruh u għalhekk irridu noqogħdu attenti li ma nibqgħux mexjin hekk.", "U għal dan il-għan se nilleġiżlaw sabiex noħolqu aktar kontroll f'dan is-sens.", "B'rabta ma' l-Unjoni Ewropea, irrid ngħid ukoll li bħalissa l-ministeru tal- finanzi flimkien ma' l-uffiċċju tal-prim ministru jinsabu mpenjati f'dak li huwa l-proċess ta' kif pajjiżna se jonfoq il-fondi ta' l-Unjoni Ewropea mis- sena 2007 sas-sena 2013.", "Kulħadd jaf li l-pakkett finali għadna ma nafuhx.", "Konna tassew viċin taħt il-presidenza tal-Lussemburgu u għamilna numru ta' rebħiet kbar li għadhom qegħdin jiġu sostnuti mill-presidenza Ingliża.", "Fost dawn insibu li pajjiżna -kuntrarju għal Ċipru li jħobbu jqabbluna miegħu - se jkun taħt objective one għal dawk li huma fondi!", "Dan ifisser li aħna se nibbenefikaw b'mod sostanzjali f'dawk li huma fondi.", "Mhux hekk biss, imma anke l-pakkett li s'issa kien propost għalina, nista' ngħid li huwa pakkett tajjeb ħafna għal pajjiżna.", "Sur President, hemm affarijiet oħra li rridu nagħmlu, fosthom dak li nħejju lil pajjiżna sabiex ikun ippreparat sa 1 ta' Jannar, 2007 kif se nonfqu dawn il-fondi fi proġetti siewja għall-poplu Malti u Għawdxi kollu.", "Fil- fatt lill-poplu diġa′ qegħdin nagħtuh mill-fondi ta' l-Unjoni Ewropea u aħna m'aħniex qegħdin naħsbu biss għall-elezzjoni li ġejja, imma qegħdin naħsbu wkoll għal ta' warajha!", "Dan għaliex il-partit Nazzjonalista se jibqa' fil-gvern u jien m'għandix dubju li fl-aħħar mill-aħħar, il-poplu se jara li aħna qed nagħtuh kwalita' ta' ħajja aħjar.", "Fuq kollox jekk xi ħadd jistħoqqlu li jonfoq dawn il-fondi f'isem il-poplu Malti u Għawdxi mhu ħadd ħlief il-gvern preżenti!", "Wara kollox konna proprju aħna li daħħalna lil pajjiżna fl-Unjoni Ewropea, mentri l-partit Laburista għamel u-turn kbira sabiex ma jibqax jidher ikrah.", "(Interruzzjonijiet)", "Sur President, lili jħobbu jtellfuni għaliex nagħtihom ftit ġewwa!", "Pero' ma jimportax għaliex jien xorta se nkompli b'dak li rrid ngħid.", "Fi Frar li għadda waqqafna kumitat sabiex jibda jaħdem fuq dan ix-xogħol u bdejna b'erba' working groups oħra.", "Dawn iridu jħarsu il-mod ta' kif se nonfqu dawn il-flejjes sabiex inkomplu nkabbru l-ekonomija u l-kompetittivita' ta' pajjiżna.", "Irridu ninvestu aktar f'dik li hija aċċessibiltia' u allura se jsir aktar investiment f'toroq ġodda u proġetti oħra simili.", "Se nkomplu ntejbu l-ambjent ta' pajjżina u se nkomplu nħarrġu lill-ħaddiem permezz ta' l-edukazzjoni u t-taħriġ.", "Ma' dawn is-suġġetti hemm ukoll temi orizzontali, jiġifieri rridu nħarsu lejn kif se jkollna aktar investiment fir-riċerka u l-iżvilupp.", "Irridu naraw kif se ngħinu lill-intrapriżi Maltin sabiex dawn ikunu attrezzati aħjar u rridu naraw kif se nkomplu ninvestu fil-gżira Għawdxija.", "Dan sabiex noħolqu fih aktar opportunitajiet ta' xogħol u nżidu l-impjiegi u l- inklużjoni soċjali.", "Qed isiru laqgħat mas-setturi kollha, u fil-fatt saru ħames laqgħat pubbliċi u mat-80 laqgħa ma' diversi organizzazzjonijiet pubbliċi u mis-settur privat sabiex il-prijoritajiet joħorġu wara li tkun saret diskussjoni wiesgħa, bħal dik li qed issir ma' l-imsieħba soċjali kollha.", "Sur President, tajjeb ngħid li l-għan tagħna sa l-aħħar ta' Jannar m'huwiex biss li jkollna dan il-pjan imħejji, imma rridu nibdew ukoll it-tfassil tal- proġetti nfushom li pajjiżna jrid jibda jimplimenta.", "Fil-fatt diġa' qed isir ħafna xogħol fuqhom f'dan is-sens u hawnhekk irrid insemmi t-toroq u proġetti oħra li żgur se jagħmlu differenza kbira fil-kwalita' tal-ħajja tal-poplu Malti u Għawdxi kollu.", "Kif nafu l-ministeru tal-finanzi qed jaħdem fuq l-inizjattiva marbuta mal-public private partnership fejn matul din is-sena għamilna ħafna progress.", "Bħalissa mhux biss għandna l-unit li qiegħda taħdem iżda qegħdin inħarrġu lin-nies tagħha wkoll.", "Fil-fatt ħarriġna żewġ project leaders billi bgħatnihom l-Ingilterra sabiex jitħarrġu mal-partnerships UK dwar il-proċess innifsu.", "Madankollu ma waqafniex fuq it-taħriġ biss, imma irranġajna l-istrutturi tagħna wkoll.", "Tajjeb ngħid li matul din is-sena biddilna r-regolamenti u għamilnihom konformi ma' dawk ta' l-Unjoni Ewropea.", "Daħħalna wkoll il- kunċett tal-competitive dialogue sabiex inkunu nistgħu nimplimentaw dan il- proċess għaliex il-problema kbira li kien hemm fil-passat kienet minħabba li ma kienx hemm qafas regolatorju.", "U allura kull darba l-gvern kien irid jivvinta l-proċess sabiex ikun jista' jagħmel dan!", "Għalhekk ħriġna dokument li qassamnih mad-dipartimenti u ma' l-entitajiet kollha tal-gvern fejn urejnihom il-mod ta' kif iridu jippreżentaw proġett li jkun fil-forma ta' public private parntership.", "Għednielhom x'iridu jagħmlu u lejn xhiex iridu jħarsu sabiex inħarrġu lis-settur pubbliku għal din ir-realta'.", "Aħna ma ridniex li din ir-realta' tkun xi ħaġa mbuttata mill-gvern fuq livell politiku imma ridna li l-ideat jitwieldu min-nies li qed iwettqu l- proġetti.", "Aħna rridu li huma jkunu għaqlin biżżejjed li jagħrfu jgħidu li tali proġett m'hemmx għalfejn jidħol għalih il-gvern imma jistgħu jagħmluh huma bil-parteċipazzjoni tas-settur privat.", "Sur President, qegħdin fi stadju avvanzat fid-dar ta' l-anzjani tal- Mellieħa u fil-kuntratt ta' l-għoti tas-servizz ta' l-ikel għall-pazjenti fl-isptar Mater Dei.", "Hemm numru ta' proġetti oħra li bħalissa qegħdin naħdmu fuqhom ukoll.", "Fost l-oħrajn insibu l-crafts village f'Ta' Qali u l- impjant tat-tisfija ta' l-ilma u tad-drenaġġ.", "Hemm proġetti marbuta mal- bini ta' l-iskejjel u f'dan il-budget ħabbarna wkoll ix-xewqa tagħna li forti Delimara nużawha ħafna aktar aħjar sabiex ngħollu l-livell tal- prodott turistiku f'pajjiżna.", "Hemm numru ta' proġetti oħra li qegħdin naħdmu fuqhom sabiex inżidu l-opportunitajiet fis-settur privat u b'hekk inwessgħu l-ekonomija ta' pajjiżna.", "Naħseb li settur ieħor li qiegħed jikkontribwixxi bil-kbir għat-tkabbir ekonomiku ta' pajjiżna huwa bla dubju ta' xejn is-settur tas-servizzi finanzjarji.", "Jiena kelli l-okkażjoni li nitkellem mill-viċin ma' l- operaturi li jaħdmu f'dan is-settur u meta tkellimt magħhom, dawn jgħidulek li: We never had it better!", "Dan huwa d-diskors li huma jużaw fil-perjodu li minnu għaddej bħalissa pajjiżna.", "Kif nafu dan huwa settur li diġa' qiegħed jikkontribwixxi ħafna lil pajjiżna.", "Għandna vantaġġi kompetittivi f'dan is-settur, fosthom l-istess kapaċita' tal-ħaddiema tagħna.", "Ovvjament dan grazzi wkoll għall-politika tal-gvern tagħna li nvesta fl-istrutturi ta' l-Universita' sabiex illum għandna aktar nies adatti għal dan is- settur.", "Insibu wkoll il-kultura tagħna fejn dejjem irridu nagħtu servizz ta' kwalita'.", "Għandna investiment li qiegħed isir kemm mill-gvern u kemm mill-privat kif ukoll tibdil fil-qafas leġiżlattiv li hemm bżonn isir.", "Araw kemm jikkritawna fuq konsulenzi!", "Pero' jiena niftaħar b'dak li qiegħda tonfoq l-MFSA fuq konsulenzi għal dan is-settur!", "U allaħares ma kienx hekk għaliex kieku żgur ma nibqgħux fil-forefront ta' dan is-settur u nattiraw dan l-investiment kollu lejn pajjiżna.", "Għandna wkoll numru ta' kapaċitajiet lingwistiċi u għandna l-istabbilita′.", "Sur President, hawnhekk nixtieq nirringrazzja lill-oppożizzjoni li f'dan is- settur dejjem kienet forthcoming u ħadmet magħna.", "Jiena nixtieq li naħdmu flimkien f'ħafna aktar setturi sabiex żgur nsostnu qafas ta' stabbilita' u mhux inċertezza li tista' tnaffar malajr lil min ikun irid jersaq lejn pajjiżna.", "Nafu wkoll li dan is-settur jirrikonoxxi l-fatt li għandna qafas ta' tassazzjoni mill-aktar effiċjenti għal dawk il-kumpanniji li jaħdmu f'dan is-settur.", "Il-fatt li pajjiżna issa ssieħeb ma' l-Unjoni Ewropea u l- fatt li għandna 43 double taxation agreement ma' numru ta' pajjiżi oħra ippoġġina tassew fuq quddiem sabiex dan is-settur ikompli jikber u jimraħ.", "Iċ-ċifri tat-tkabbir f'dan is-settur huma sostanzjali meta wieħed iħares lejn dak li għandna llum.", "Illum għandna 19-il istituzzjoni ta' kreditu, 14- il istituzzjoni finanzjarja, 'il fuq minn 20 insurance principals u 'l fuq minn 27 aġenti ta' l-insurance.", "Qiegħed iqum interess kbir fil-captive insurance companies, fejn diġa' għandna tlieta sostanzjali f'pajjiżna.", "Għandna 'l fuq minn 24 insurance brokers, 'il fuq minn 39 registered insurance brokers, 107 collective investment schemes, 87 investment services providers, 50 trustees and fiduciaries u 38 licence nominees.", "Għalhekk nistgħu ngħidu li dan is-settur qiegħed jikber sostanzjalment f'pajjiżna.", "Fil-fatt il-prim ministru semma s-somma astronomika ta' dak li huwa n-net asset value tal-collective investment schemes f'pajjiżna.", "Hawnhekk insibu li sa Settembru ta' din is-sena kellna 'l fuq minn Lm571 biljun!", "Dan jurina li qed jiġu fostna ċerti collective insurance companies li huma kbar mhux ħażin f'dan is-settur.", "Dawk li huma gross premiums barra minn pajjiżna għandna 'l fuq minn Lm50 miljun fuq tal-general business mentri għandna 'l fuq minn Lm57 miljun f'dak li huwa tal-life business.", "Bla dubju ta' xejn qiegħed isir ħafna tkabbir f'dan is-settur, u bla dubju ta' xejn dan il-gvern bil-politika tiegħu anke fuq livell Ewropew se jibqa' kommess li jara li dan is-settur jibqa' jgawdi mill-vantaġġi li għandu llum ħalli niqbgħu dejjem fuq quddiem f'dan is-settur.", "Sur President, għall-bidu tas-sena d-dieħla se jkollna l-abbozz ta' liġi dwar is-securitization.", "Dan se jservi ta' għodda oħra importanti għal dan is-settur u li bih se noffru aktar prodotti fuq livell internazzjonali.", "Hemm numru ta' abbozzi ta' liġi oħra, fosthom dak dwar l-intermedjarju ta' l-assigurazzjoni.", "Se jsiru l-emendi għal numru ta' liġijiet oħra, anke b'rabta mad-direttivi ta' l-Unjoni Ewropea kif ukoll code of corporate government ġdid li qiegħed jinħadem b'konsultazzjoni mill-Malta financial services authority.", "Nerġa' ngħid li bla dubju ta' xejn dan huwa settur importanti u huwa settur li qiegħed jikkontribwixxi għat-tkabbir ta' l- ekonomija ta' pajjiżna.", "Irrid insemmi l-lotteries and gaming authority li taqa' ukoll taħt dan il- ministeru.", "Anke hawnhekk qegħdin naraw progress kbir.", "U tajjeb ngħidu li matul din is-sena qbiżna l-mira tagħna ta' 100 remote gaming operator f'pajjiżna.", "Tajjeb ngħidu li llum għandna 8% tas-suq dinji tar-remote gaining operators.", "Għaldaqstant dan juri li l-ġurisdizzjoni tagħna hija waħda attrajenti ħafna u li qed tħalli kontribut ukoll lil dan is-settur.", "Fil-fatt qiegħda tħalli 'l fuq minn Lm2 miljuni f'taxxi, kif ukoll 'il fuq minn 300 post tax- xogħol.", "Dan minbarra s-servizzi kollha tal-bandwidth, web hosting u servizzi oħra li qed iħallu fondi sostanzjali anke fis-settur privat.", "Hawnhekk m'aħniex qed insemmu wkoll dawk l-operazzjonijiet kollha li diġa' qed isiru f'pajjiżna u li kif nafu, qed jinvolvu 'l fuq minn 700 individwu f'dan is-settur partikolari.", "Sur President, nixtieq ngħid xi ħaġa wkoll fuq il-borża ta' Malta.", "Jekk inħarsu lejn iċ-ċifri ta' l-2005 naraw żieda ta' 30% f'valur irreġistrat meta mqabbel mas-sena 2004.", "Hemm ukoll żieda ta' 25% fil-valur tan-negozju meta mqabbel mas-sena 2004.", "Allura dan kollu juri li l-attivita' fil-borża ta' Malta qiegħda tkompli tiżdid.", "Fil-fatt naraw li n-negozju fis-suq ta' l-ishma żdied bi 23%, filwaqt li s-suq ta' l-istocks tal-gvern qiegħed dejjem jiżdied, fejn għal din is-sena żdied għal 43%.", "Anke l-qligħ li qiegħda tagħmel il-borża ta' Malta huwa wieħed sodisfaċenti ħafna u jien nawgura li nkomplu nsibu skopijiet akbar ta' fejn din l-istituzzjoni tkompli timraħ.", "Hemm numru ta' fatturi oħra li xtaqt insemmi, fosthom l-uffiċċju ta' l- istatistika li jagħmel ħidma kbira f'dan il-pajjiż.", "Nixtieq infakkar fl- impenn kbir li bħalissa għaddej minnu dan l-uffiċċju fil-proċess taċ- ċensiment.", "Nafu li dan irid isir għall-aħħar ta' Novembru ta' din is-sena u huwa proċess estensiv.", "Fil-fatt se jipparteċipaw fih 'il fuq minn 1,200 numeratur li jridu jduru madwar Malta u Għawdex kollu sabiex jiġbru din l- informazzjoni importanti.", "L-appell tiegħi lill-poplu Malti u Għawdxi kollu huwa sabiex jipparteċipa bi ħġaru fl-għoti ta' din l-informazzjoni tant meħtieġa.", "Dan m'huwiex xi proċess politiku, pero' huwa proċess li fuqu naqblu kemm bħala gvern u kemm bħala oppożizzjoni.", "Dan iċ-ċensiment huwa importanti għal pajjiżna għaliex jekk tassew irridu li jkollna stampa ċara tal-qagħda tal-pajjiż u tal-familji Maltin, irid ikollna l-informazzjoni kollha.", "Jekk irid ikollna pjan ekonomiku li tassew ikun msejjes fuq ir-realtajiet li fihom qed jgħix pajjiżna, hemm bżonn li jkollna din l-informazzjoni kollha.", "Għalhekk irrid nirringrazzja lil dan l- uffiċċju għax-xogħol kollu li qed jagħmel u għall-inizjattivi kollha li qed jieħu.", "Prattikament dan l-uffiċċju qiegħed joħroġ news release b'xi riċerka differenti kważi ta' kuljum!", "U naħseb li llum kulħadd qiegħed juri l-istima lejn il-kredenzjali ta' dan l-uffiċċju u s-serjeta' ta' l- istatistika li toħroġ minn ħdanu.", "Sur President, kif nafu, il-kostruzzjoni tal-proġett Mater Dei taqa' wkoll taħt ir-responsabbilita' ta' dan il-ministeru.", "B'sodisfazzjon ngħid li wara l-ftehim li ntlaħaq mal-kumpanija Skanska qed naraw progress sostanzjali fix-xogħol li jrid isir fl-isptar.", "Bħala gvern ninsabu ottimisti li l-mira li poġġejna kuntrattwalment ma' Skanska, jiġifieri li niftħu l-isptar Mater Dei għall-1 ta' Lulju, 2007 se tintlaħaq.", "Għalhekk l- appell tiegħi lil kulmin huwa nvolut huwa sabiex inkomplu naħdmu b'mod serju ħalli tassew dan l-isptar jinfetaħ.", "U jinfetaħ mhux biss fuq livell ta' kostruzzjoni imma anke li l-apparat jidħol f'postu.", "Fil-fatt diġa' għandna xi apparat li daħal fis-swali ta' l-isptar, pero' għad jonqos oħrajn x'jiġu stallati.", "F'dan l-isptar għandna 'l fuq minn 4,000 kamra li diġa' ġew installati bl- apparat mediku u bl-għamara meħtieġa.", "Issa ħerġin ukoll it-tenders għall- istorage u l-logistics u anke beda l-proċess ta' l-IT.", "Dan kollu qiegħed isir sabiex inkomplu nagħtu kwalita' ta' ħajja aħjar lill-poplu Malti u Għawdxi u għaliex dan jibqa' l-impenn tal-gvern preżenti lejn il-poplu tagħna.", "Dan jibqa' l-hallmark ta' dan il-gvern, li tassew inkomplu ntejbu l-kwalita' ta' pajjiżna sabiex meta l-poplu Malti u Għawdxi jiġi biex ikejjel, ikollu tassew fuq x'hiex jibbaża l-fatti.", "Fl-aħħarnett irrid nagħlaq id-diskors tiegħi billi nirringrazzja lill- entitajiet kollha li jaqgħu taħt il-ministeru tal-finanzi.", "Kien għad fadal uħud minnhom li ma kellix ċans insemmihom, fosthom id-dipartiment tat-Teżor u d-Dwana.", "Pero' xtaqt insemmi ċ-ċertifikat sabiħ li ħadet id-Dwana mingħand l-Unjoni Ewropea fl-operation fake fejn pajjiżna ġie l-ewwel ma' l- Italja f'din l-operazzjoni għaliex ċedejna container lill-Italja!", "Li kieku ftaħnieh aħna konna niġu l-ewwel ukoll!", "U għalhekk dan kollu juri l-ħidma kollha li qed issir fil-ministeru tal-finanzi.", "Sur President, finalment irrid nirringrazzja wkoll lil dawk kollha li ħadmu fil-ministeru tal-finanzi matul dan il-perjodu, nirringrazzja lid- dipartiment tat-Teżor, lill-budget office, kif ukoll lill-pre-budget team li ħadmu bis-sħiħ sabiex nagħtu lil pajjiżna dan il-budget.", "Għaldaqstant nawgura li s-sena d-dieħla kulħadd jgħid li rrendejna l-ħajja tal-poplu Malti u Għawdxi aħjar.", "Nirringrazzjak.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Id-diskussjoni titkompla llejla.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Insejjaħ issa lis-Segretarju Parlamentari sabiex jekk jogħġbu jressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "TONIO FENECH: Sur President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal-lejla l-Ġimgħa, 18 ta' Novembru 2005, fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "1.", "Kumitat ta' Provvista - Estimi Ġenerali 2006", "IT-TLETTAX-IL JUM STABBILIT", "Uffiċċju tal-Prim Ministru u Ministeru tal-Finanzi - Kontinwazzjoni", "2.", "Approprjazzjoni għas-sena 2006 - L-istadji kollha", "3.", "Estimi Supplimentari 2005 - L-istadji kollha.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Mela skond il-mozzjoni tal-31 ta' Ottubru, 2005 il- Kamra hija aġġornata għal-lejla l-Ġimgħa, 18 ta' Novembru 2005 fis-6.00 p.m., bl-aġenda li għadha kif ġiet komunikata mis-Segretarju Parlamentari.", "Fis-1.06 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "KAROZZI U MUTURI", "13959.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jgħid kemm inbiegħu u/jew ġew importati karozzi u muturi s-sena l-oħra u din is-sena u ta' liema tip?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ninsab informat li l-ammont ta' karozzi u muturi li nbiegħu u/jew ġew importati matul l-2004 hu hekk: 383 mutur, 9,102 karozzi privati u 2,156 karozza kummerċjali.", "Sat-30 ta' Settembru ta' l-2005 l-informazzjoni hi kif ġejja: 353 mutur, 7,751 karozza privata u 1,510 karozza kummercjali.", "SETTUR INDUSTRIJALI GĦAWDXI", "14867.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm- il kumpannija jew negozju ieħor li joperaw fis-settur industrijali f'Għawdex ngħataw għajnuna biex jieħdu sehem f'fieri internazzjonali barra minn Malta mill-1999 'il hawn?", "Min huma?", "X'għajnuna ngħataw?", "F'liema fieri ħadu sehem?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninsab informat li t-trade promotion unit tal-Malta Enterprise torganizza numru ta' attivitajiet ta' trade promotion li taħt ċerti kondizzjonijiet, parti mill-ispejjeż jistgħu jkunu ssussidjati sa 50%.", "Fl-2004 kumpannija waħda minn Għawdex ibbenefikat f'żewġ attivitajiet filwaqt li fl-2005 l-istess kumpannija bbenfikat f'attivita' waħda.", "FUEL ADDITIVES", "14910.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid jekk l-Enemalta żeditx adittivi mal-fuel tal-karozzi li jiġu importati?", "Jista' jgħid xi standards qed jintużaw?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Waqt li l-informazzjoni mitluba hi ta' natura kummerċjali u tista' anke titfa' lill-Enemalta fi żvantaġġ ma' xi enti li mis-sena d-dieħla jitħajru jidħlu f'dan is-suq, nista' nassigura lill-Onor.", "Interpellant li l-Enemalta timxi ma' prattiċi internazzjonali fejn jidħlu fuels.", "QASAM INDUSTRIJALI F'ĦAL FARRUĠ", "14917.", "L-ONOR.", "CLYDE PULI staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jikkonsidra li jsir sinjal indikattiv ta' merħba fid-daħla tal-qasam industrijali ta' Ħal Farruġ?", "Ma jaħsibx li dan ikun konformi ma' dak li sar f'daħliet ta' oqsma industrijali oħra u jkompli jsebbah u jagħti dehra isbaħ ta' pajjiżna, speċjalment issa li sar ix-xogħol ta' bini tat-triq mill-ġdid?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Is-suġġeriment ta' l-Onor.", "Membru huwa validu u se tittieħed azzjoni biex dan is-sinjal isir.", "ĦADDIEMA TA' L-ENEMALTA", "15078.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm nies ġew ingaġġati ma' l-Enemalta mill-2003 sa l-2005?", "F'liema kategorija ġew ingaġġati?", "Kemm irtiraw jew ġew boarded out fuq l-istess medda ta' żmien?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Għall-ewwel parti tad-domanda, nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 14948.", "Rigward it-tieni parti tad-domanda, jien informat li matul l-istess perijodu kien hemm 120 li rtiraw mix-xogħol bl-eta' u 12 li ġew medically boarded out.", "IRWEJJAĦ FIL-BIRGU", "15162.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jara li jitneħħa l-inkonvenjent li qed jiġi kkawżat minn irwejjaħ ta' drenaġġ ġejjin mill-baħar, quddiem il-monument tal-Ħelsien fil-Birgu?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninsab informat li l-korporazzjoni se tinvestiga dan l-ilment u lesta tieħu azzjoni biex tissewwa l-ħsara, dejjem jekk jirriżulta li hemm xi ħsara fil-main tad-drenaġġ ta' l-inħawi.", "PJAZZA PAOLINO VASSALLO F'BORMLA", "15164.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jara li jiġu rranġati numru ta' bozoz li ilhom ma jixegħlu fi Pjazza Paolino Vassallo, f'Bormla?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninsab informat li l-bozoz imsemmija jaqgħu taħt ir- responsabbilta' tal-kunsill lokali.", "INDUSTRIJA TAL-MANIFATTURA F'GĦAWDEX", "15342.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm kien il-bejgħ medju għal kull ħaddiem fid-diversi setturi ta' l-industrija tal-manifattura f'Għawdex mill-1998 'il hawn, fi prezzijiet tas-suq u fi prezzijiet kostanti ta' l-1998 u ta' l-2000?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-informazzjoni mitluba ma tinġabarx mill-ministeru tiegħi, għalkemm nista' ngħid li parti mill-informazzjoni tinġabar mill- uffiċċju nazzjonali ta' l-istatistika.", "NOLL TAL-GOZO CHANNEL", "15367.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid jekk koppja Maltija li tgħix Malta u li għandha pensjoni ta' l-invalidita' Awstraljana, tikkwalifikax għall-iskont normali tan-noll tal-Gozo Channel?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninsab informat li n-noll issussidjat tal-Gozo Channel japplika biss għal dawk l-individwi li skond il-karta ta' l- identita' għandhom ir-residenza tagħhom ġewwa Għawdex.", "Jeżisti noll ridott ieħor li japplika għal dawk li għandhom il-kartanzjan, pero' il-pensjoni ta' invalidita' Awstraljana per se ma tagħti l-ebda dritt li persuna tikkwalifika għal xi roħs fin-nollijiet.", "F'każ ta' persuni b'diżabilita', dawn ma jħallsux pero' jekk jitilgħu bil- vettura jridu jħallsu għaliha, sakemm ikollhom karta ta' diżabilita' oriġinali u valida - kopja mhijiex aċċettata - maħruġa mill-kummissjoni nazzjonali persuni b'diżabilita'.", "METER READING", "15368.", "L-ONOR.", "DAVID AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid x'arranġamenti jistgħu jsiru biex min għandu post ta' villeġġatura jkollu l- arloġġ tad-dawl u l-ilma moqri mill-uffiċjal inkarigat u mhux jibqa' jintbagħat kont ta' stima?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninsab informat li kull konsumatur li għandu post ta' villeġġatura fil-lokalitajiet imsemmijin hawn taħt jirċievi avviż bid-data u l-ħin li jkun sejjer il-meter reader.", "Barra minn dan, jekk għal xi raġuni l-konsumatur ma jkunx fuq il-post, jista' iċempel il-qari ta' l- arloġġ fi żmien ħamest ijiem mid-data ta' l-appuntament.", "San Pawl il-Baħar, Buġibba, Qawra, Għadira, Armier u limiti ta' l-Armier, Xgħajra, Birżebbuġa, Wied il-Għajn, San Pawl tat-Tarġa, Madliena, Baħar iċ- Ċagħaq u l-irziezet kollha fil-każ ta' Malta u Marsalforn, Xlendi u Ta' Ċenċ villas fil-każ ta' Għawdex.", "Il-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma bħalissa qed tistudja l- possibbilta' li jiġu koperti wkoll postijiet oħra li normalment ma jintużawx, bħal garages jew djar vojta.", "INCOME TAX RETURNS", "14060.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm persuni ddikjaraw dħul ta' iktar minn Lm30,000 fl-2002, 2003, 2004 u 2005?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: It-tagħrif mitlub huwa kif ġej:", "| |TAXPAYER |SPOUSE | |2002 |603 |16 | |2003 |694 |28 | |2004 |172 | 5 |", "Noti:", "L-ispouse hija ttrattata bħala persuna differenti mit-taxpayer;", "Għad m'hemmx iċ-ċifri kompluti għas-sena 2004; M'hemmx ċifri għas-sena 2005.", "INCOME TAX RETURNS", "14061.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm persuni ddikjaraw dħul ta' iktar minn Lm40,000 fl-2002, 2003, 2004 u 2005?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: It-tagħrif mitlub huwa kif ġej:", "| |TAXPAYER |SPOUSE | |2002 |304 | 8 | |2003 |360 |17 | |2004 | 68 | 3 |", "Noti:", "L-ispouse hija ttrattata bħala persuna differenti mit-taxpayer;", "Għad m'hemmx iċ-ċifri kompluti għas-sena 2004; M'hemmx ċifri għas-sena 2005.", "INCOME TAX RETURNS", "14062.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm persuni ddikjaraw dħul ta' iktar minn Lm50,000 fl-2002, 2003, 2004 u 2005?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: It-tagħrif mitlub huwa kif ġej:", "| |TAXPAYE|SPOUSE| | |R | | |2002 |182 | 4 | |2003 |215 |12 | |2004 | 37 | 2 |", "Noti:", "L-ispouse hija ttrattata bħala persuna differenti mit-taxpayer;", "Għad m'hemmx iċ-ċifri kompluti għas-sena 2004;", "M'hemmx ċifri għas-sena 2005.", "INCOME TAX RETURNS", "14063.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm persuni iddikjaraw dħul ta' iktar minn Lm100,000 fl-2002, 2003, 2004 u 2005?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: It-tagħrif mitlub huwa kif ġej:", "| |TAXPAYER |SPOUSE| |2002 |40 |0 | |2003 |40 |1 | |2004 | 9 |0 |", "Noti", "L-ispouse hija ttrattata bħala persuna differenti mit-taxpayer;", "Għad m'hemmx iċ-ċifri kompluti għas-sena 2004; M'hemmx ċifri għas-sena 2005.", "AIP PERMITS", "14064.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid din is-sena kemm kien hemm talbiet minn barranin għax-xiri ta' proprjeta' f'Malta?", "Kemm minnhom huma ċittadini ta' l-Unjoni Ewropea?", "Kemm minnhom ġew rifjutati?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li sa l-20 ta' Settembru, 2005 in-numru ta' applikazzjonijiet għall-akkwist ta' proprjeta' immobbli f'Malta minn persuni mhux residenti f'Malta kien ta' 286, li 238 minnhom jirrigwardaw ċittadini ta' l-Unjoni Ewropea.", "Applikazzjoni waħda kienet rifjutata u għaxar applikazzjonijiet kienu rtirati.", "ETC COURSES", "14065.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' parteċipanti għall-courses ta' taħrig li l-ETC qed torganizza u toffri fil- preżent?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li matul l-ewwel 11-il xahar tas-sena finanzjarja 2004/2005, in-numru ta' parteċipanti fi programmi/skemi ta' taħrig organizzati mill-korporazzjoni laħaq is-7,502.", "TOURISM MASTER PLAN", "15621.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid fiex intnefqu l-Lm75,999 fl-2004 u l- Lm55,000 fl-2005 fuq implementation ta' master plan għat-turiżmu?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-informazzjoni mitluba qed titqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra.", "UTILITIES", "15624.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid kif jista' ikun li għas-sena d-dieħla, il- ministeru se jonfoq Lm35,000 fuq utilities meta fl-2004 in-nefqa kienet ta' Lm40,348 u meta tqis li għas-sena d-dieħla ser ikun hemm surcharge ta' 55% fuq id-dawl u l-ilma?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-allokazzjoni għas-sena 2004 kategorija utilities kienet ta' Lm29,000.", "In-nefqa ta' Lm40,348 fis-sena 2004 kienet dovuta għall-ħlas ta' darba li kien jinkorpora ħlasijiet ta' dawl u ilma li jappartjenu lill-White Rocks holiday complex li issa m'għadux jopera.", "BRANDING", "15628.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid fiex se jintnefqu l-Lm0.5 miljun fl-2006 fuq branding?", "Liema spejjeż se tkun qed tkopri din in-nefqa?", "X'parti hi minn nefqa totali tal-branding is-somma ivvotata għas-sena 2006?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Il-gvern jinsab impenjat illi l-branding ikun suċċess u għaldaqstant għas-sena 2006 ivvota Lm0.5 miljun lejn dan l- eżerċizzju.", "Il-fondi huma ppjanati li se jiġu utilizzati kif ġej:", "*Eżerċizzju ta' riċerka relatat mal-proċess ta' branding - Lm50,000;", "*Preparazzjoni u implimentazzjoni ta' strateġija ta' komunikazzjoni tal- brand barra minn Malta - Lm40,000; u", "*Proċess ta' internal branding immirat biex jinkoraġġixxi l-adozzjoni tal- valuri tal-brand fost l-industrija lokali tat-turiżmu u fost il-poplu Malti - Lm 50,000", "Mhux il-każ li f'dan l-istadju wieħed jgħid kemm ser ikunu l-bżonnijiet biex jitwettaq dan l-eżerċizzju fis-sentejn ta' wara.", "Il-gvern jiddeċiedi dwar in-nefqa minn sena għal sena, pero' żgur li l-proċess tal-branding ser ikompli jingħata l-importanza illi tixraqlu.", "BEJGĦ TA' PROPRJETA'", "15629.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid x'inhu l-valur tal-proprjeta' li nbiegħet lill-barranin matul dawn l-aħħar ħames snin?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-informazzjoni qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "PERSUNI MIŻMUMA MILLI JIDĦLU MALTA", "15640.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm twaqqfu persuni milli jidħlu Malta bil-baħar?", "X'nazzjonalita' huma?", "Għal liema raġuni twaqqfu?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi bejn Jannar u Ottubru ta' din is- sena, kien hemm 32 persuna ta' nazzjonalita' barranija li ma tħallewx jidħlu Malta wara li waslu bil-baħar.", "Ir-raġunijiet prinċipali huma li:", "*Ma kellhomx id-dokumenti kollha neċessarji; *Kellhom dokumenti falsifikati; *Ma kellhomx mezzi biżżejjed biex imantnu lilhom infushom f'Malta; *Ġie stabilit li ma ġewx Malta għal skop ġenwin ta' turiżmu; *Ma kellhomx biljett għar-ritorn; *Kienu soġġetti ta' xi struzzjonijiet biex ma jitħallewx jidħlu Malta minħabba xi każ preċedenti jew għal xi raġuni oħra.", "Dawn kienu ġejjin mill-Albania, Bulgaria, Ghana, Rumania u Tunisia.", "PROVVISTA TA' L-ILMA", "15641.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid għaliex diversi partijiet ta' l-universita` qed ikunu ta' sikwit mingħajr ilma - bħalma huma l-MUS, il- canteen u l-arkitettura - kif ġara per eżempju fl-ewwel jiem ta' Novembru?", "Jaf il-Ministru li minħabba dan il-qtugħ, anke t-toilets użati mill- istudenti qed jibqgħu maħmuġin għal jiem sħaħ?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 15642.", "MANUTENZJONI FL-UNIVERSITA'", "15642.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid minn kemm-il persuna hi magħmula t-taqsima tal-plumbing u l-elettriku ta' l-universita`?", "Jista' jgħid mill-1 ta' Jannar s'issa kemm-il darba kien hemm nuqqas ta' ilma f'xi taqsima ta' l-universita`?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li fid-dipartiment tal-manutenzjoni hemm żewġ electricians, electrician mate, helper fuq xogħol ta' plumbing u plumber student ta' l-ESTS.", "Dawn iridu jlaħħqu ma' l-universita', il- junior college, l-istitut ta' l-enerġija f'Marsaxlokk u l-universita' il- qadima fil-Belt Valletta.", "Informat ukoll li mill-ewwel ta' Jannar s'issa kien hemm xi ħames każi ta' pressjoni baxxa ta' l-ilma li ma damitx iktar minn jumejn.", "Din ġrat minħabba ħsarat fuq il-mains minn kuntratturi jew waqt il-manutenzjoni fuq ir-reverse osmosis.", "VISTI TAT-TOBBA", "15643.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid jekk jeżistux tariffi dwar kemm tabib għandu jitħallas għal vista privata?", "Jista' jgħid jekk tabib, anke għal vista ta' rutina li ma ddumx aktar minn ħames minuti, meta jitlob Lm6 u Lm7 jiksirx xi regola, peress li għandi rapporti li fin-naħa ta' fuq ta' Malta hemm tobba li qed jagħmlu hekk?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li ma jeżistu l- ebda tariffi riċenti dwar kemm tabib għandu jitħallas għal vista privata f'dar ta' pazjent.", "Jekk l-Onor.", "Interpellant għandu xi każ speċifiku fejn iħoss li t-tabib ma mexiex b'mod etiku, nitolbu jirrapporta l-każ lill- kunsill mediku.", "TQASSIM TA' SIRINGI", "15644.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid kemm tqassmu siringi miċ- ċentri tas-saħħa fl-ewwel għaxar xhur tas-sena?", "Jista' jagħti l- informazzjoni għal kull ċentru separatament u xahar b'xahar?", "Dawn kollha jingħataw lil dawk li jabbużaw mid-droga?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: In-numru ta' siringi li tqassmu miċ-ċentri tas- saħħa bejn Jannar u Ottubru 2005 lil dawk li jabbużaw mid-droga hu kif ġej:", "|2005|Flo|Qor|Gżi|Pao|Cos|Mos|Rab| | |r. |m |ra |la |p. |ta |at | |Jan |393|105|458|500|260|194|836| | |9 |0 |4 |0 |0 |5 | | |Frar|302| |438|360|200|188|652| | |2 |918|9 |0 |0 |1 | | |Mar |414|100|461|450|140|165|762| | |9 |6 |0 |0 |0 |8 | | |Apr |348| |513|340|170|148|658| | |3 |785|2 |0 |0 |9 | | |Mej |385|140|484|430|190|229|630| | |1 |0 |4 |0 |0 |9 | | |Ġun |476|114|479|490|180|187|740| | |5 |0 |6 |0 |0 |1 | | |Lul |566| |458|460|210|179|315| | |1 |968|3 |0 |0 |6 | | |Aww |470| |368|550|200|164|607| | |1 |517|3 |0 |0 |7 | | |Sett|457| |342|490|140| |691| |. |6 |917|5 |0 |0 |967| | |Ott |417|134|423|545|180|209|690| | |6 |3 |5 |0 |0 |3 | |", "Dawn iċ-ċifri huma limitati biss għal min jitlob siringi mir-reception desks taċ-ċentri tas-saħħa.", "Għal raġunijiet ovvji, m'hemm ebda mezz li bih wieħed ikun ċert illi kulmin jagħmel it-talba fil-fatt jabbuża mid-droga.", "VAT FUQ MATERJAL EDUKATTIV", "15645.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm daħħal mill-VAT il-gvern matul din is-sena fuq tagħmir edukattiv u affarijiet edukattivi oħra, bħal kotba, pitazzi etc.?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-informazzjoni għadha qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "MDINA ROAD ŻEBBUĠ", "15659.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jgħid jekk is-service road f'Mdina Road, Ħaż- Żebbuġ – qed nirriferi għall-parti bejn il-junction De Rohan u ċ-ċentru - hijiex one-way u, jekk fl-affermattiv, f'liema direzzjoni?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ninsab informat li s-service road li hemm fi Mdina Road bejn il-junction ta' De Rohan biswit l-iskola ta' St. Dorothy's, hija one-way 'il fuq fid-direzzjoni lejn ir-Rabat.", "Bħalissa qed jitwaħħlu arrow signs biex tiġi indikata d-direzzjoni 'l fuq għall-vetturi li jkunu ġejjin mis-side roads ta' Ħaż-Żebbuġ għal ġo l- istess service road imsemmija mill-Onor.", "Interpellant.", "PREZZ TAD-DULLIEGĦ U L-BETTIEĦ", "15666.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jinformana kemm kien il-prezz medju tad- dulliegħ u l-bettieħ imdaħħal fil-pitkalija fl-ewwel disa' xhur tas-sena?", "Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perijodu għal dawn l- aħħar ħames snin?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "PREZZ TAL-FRAWLI", "15667.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jinformana kemm kien il-prezz medju tal- frawli u frott ieħor imdaħħal il-pitkalija fl-ewwel disa' xhur tas-sena?", "Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perijodu għal dawn l- aħħar ħames snin?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: L-informazzjoni mitluba dwar il-frawli qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "Dwar frott ieħor, nitlob lill-Onor.", "Interpellant jispeċifika x'tip ta' frott ieħor qed jirriferi għalih.", "TOURIST ARRIVALS", "15670.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Peress li jekk wieħed jara l-istatistika ta' kemm kellna turisti f'Settembru 2005 isib differenza bejn dak li qed jgħid l-uffiċċju nazzjonali ta' l-istatistika u dak li qed jgħid l-ajruport internazzjonali ta' Malta, jista' il-Prim Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet u kif l- uffiċċju nazzjonali ta' l-istatistika jispjega dan?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-informazzjoni għadha qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "V-PLATE", "15674.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 15543 u jgħid x'kien id-dħul għas-sena 2005 għall-ADT minn liċenzji ta' vetturi li jidħlu l-Belt?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ninsab informat li mill-1 ta' Jannar sa l-aħħar ta' Ottubru 2005 id-dħul ta' l-awtorita' dwar it-trasport minn liċenzji ta' vetturi li jidħlu l-Belt kien ta' Lm574,535.", "In-numru ta' vetturi hu ta' 47,706.", "AWTORITA' TAT-TURIŻMU", "15675.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid min inħatar biex jikkordina s-segments differenti tas-suq turistiku fl-awtorita' tat-turiżmu u għal kemm żmien?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-informazzjoni mitluba hija kif ġej:", "Joe Galea Tour operating and leisure Michael Piscopo Sport Carlo Micallef Other and growth markets Dominic Micallef History and culture", "L-awtorità ħarġet sejħa għal applikazzjonijiet biex jimtlew il-postijiet ta' segment heads għall-English language learning, meetings, incentives, conferences and exhibitions (MICE) u għal Gozo.", "Is-sejħa għalqet fis-16 ta' Novembru 2005.", "M'hemmx terminu ta' żmien marbut ma' dawn il-karigi.", "WIRT STORIKU", "15676.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Minn mindu għaddiet il-liġi dwar il-ħarsien tal-wirt storiku u kulturali, jista' il-Ministru jgħid kemm-il darba ntużat l-għodda ta' inċentiv fiskali biex jinġieb 'il quddiem il-wirt storiku tagħna?", "F'liema każi ntużat din l-għodda?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-informazzjoni mitluba tingħata f'xi seduta oħra.", "AMNESTIJA LIL ĦABSIN", "15686.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm-il amnestija ngħatat f'dawn l-aħħar 30 sena?", "Kemm ħabsin gawdew u x'inhu r- reat li għalih kienu l-ħabs?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġibiet ta' mistoqsijiet parlamentari 5738 u 11774.", "HOMEHELP SERVICE", "15687.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn talbiet pendenti għall-homehelp?", "Kemm hawn persuni li għandhom is-servizz tal-homehelp, meals-on-wheels, telecare, u/jew għamlu użu mill-handyman service?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li hemm 186 talba pendenti għall-homehelp u 2,364 household li qed jibbenifikaw minn dan is- servizz.", "Hawn madwar 300 li jużaw b'mod regolari s-servizz tal-meals-on- wheels u jużawh b'mod regolari; 9,031 persuna għamlu użu mis-servizz tat- telecare; li 1,098 għamlu użu mis-servizz tal-handyman.", "ĊIMITERJU TA' BURMARRAD", "15688.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid jekk l-oqbra li hemm fiċ- ċimiterju ta' Burmarrad humiex se jitqassmu?", "Kemm hemm lesti?", "Kemm hi t- talba?", "Meta se jitqassmu u kemm se jinqdew minn dawk li hemm fuq il- waiting list?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-oqbra li huma lesti ser jitqassmu.", "In-numru ta' applikanti għall-oqbra f'dan iċ-ċimiterju hu ta' 490.", "Bħalissa hemm 160 qabar lest li minnhom hemm il-ħsieb li jitqassmu 130.", "Qed isiru riċerki min-nutar tal-gvern sabiex fi żmien qasir, min hu intitolat għal dawn l-oqbra jiġi informat.", "VEHICLE REGISTRATION TEST", "15689.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jgħid kemm vetturi weħlu mill-VRT din is-sena u għal liema raġuni?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ninsab informat li t-total ta' vetturi illi weħlu mit-test tal-VRT mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Ottubru, 2005 hu ta' 14,090.", "Ir-raġunijiet għala weħlu kien minħabba d-dawl, steering suspension, brakes, tyres, exhaust, emission, ħsejjes u l-body inġenerali.", "VETTURI BIL-MUTUR", "15690.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn vetturi bil-mutur u x'tip?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il- mejda tal-Kamra.", "VETTURI SKRAPPJATI", "15691.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jgħid kemm vetturi ġew scrapped f'dawn l-aħħar ħames snin?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ninsab informat li mis-sena 2000 sa Ottubru ta' din is-sena, in-numru ta' vetturi li ġew skrappjati hu hekk:", "2005 13,243 2004 5,529 2003 2,798 2002 2,261 2001 2,805", "PROBLEMA TA' DRENAĠĠ F'STA.", "LUCIA", "15722.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 15565 u jara kif tista' tiġi rranġata problema tad-drenaġġ li għandha koppja anzjana - dettalji qed jintbagħtu separatament - li toqgħod fi flat isfel u li ta' kull ġimgħa qed ikollha problemi bid-drenaġġ, tant li qed ikollha tqabbad ħaddiem privat biex jirrimedja s-sitwazzjoni?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Risposta tingħata f'xi seduta oħra."]} {"filename": "20030923_032d_par.doc", "date": "2003-09-23", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 32 It-Tlieta, 23 ta' Settembru, 2003 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 32 It-Tlieta, 23 ta' Settembru, 2003", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.03 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "32", "It-Tlieta, 23 ta' Settembru, 2003", "WERREJ", "MINUTI 504", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI 504", "TQEGĦID TA' KARTI 510", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IS-SIGURTA` SOĊJALI (TIENI QARI)", "SOCIAL SECURITY (AMENDMENT) BILL (SECOND READING) 511", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-PROFESSJONI TAX-XOGĦOL SOĊJALI (TIENI QARI)", "SOCIAL WORK PROFESSION BILL (SECOND READING) 527", "AĠĠORNAMENT 536", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 540", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 31 li saret fit-23 ta' Settembru, 2003 ġew konfermati.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): Ninforma lill-Kamra li matul is-summer recess irċevejt rapport mingħand l-ombudsman dwar każ imressaq mill-Onor.", "Joseph Abela, rapport datat 18 ta' Awissu 2003.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "GĦAJN TUFFIEĦA - ILMENTI", "1008.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' il-Ministru jinformani bl-istħarriġ li kellu jagħmel wara ċerti lmenti li tqajmu dwar il-bajja ta' Għajn Tuffieħa?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (Ministru għat-Turiżmu): Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 902.", "ROBERT SAMMUT COMPLEX - XOGHLIJIET", "1131.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid x'xogħol sar f'Robert Sammut complex matul din l-aħħar sena?", "Jista' jagħtina ħjiel tan-nefqa li saret?", "Jista' jgħid ukoll x'użu għandu dan iċ-ċentru?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni): Informat li matul din l- l-aħħar sena fil-kumpless Robert Sammut sar xogħol ta' restawr, ta' tiġdid u ta' tisbiħ.", "Il-faċċata ġiet restawrata b'teknika li tikkonserva l-bini mir-restoration unit tal-ministeru għar-riżorsi u infrastruttura filwaqt li s-sular t'isfel ġie mibdul u billi saru x'modifikazzjonijiet, ġiet istallata sistema ġdida elettrika u oħra awdjo-viżiva, public address system; inbidlet l-art u nbidlu l-aperturi u l-għamara; twaħħlu air-conditioners u soffitti; saret istallazzjoni ta' lift biex il-bini kollu jkun aċċessibbli minn persuni b'diżabilita'; twaħħlu faċilitajiet sanitarji ġodda u l-kumpless ġie kkonnettjat direttament mad-drenaġġ.", "Fis-sular ta' fuq sar xogħol ta' restawr u tiġdid fis-sala billi tqaxxret miż-żebgħa antika filwaqt li nżebgħu biss il-gwarniċi u z-zokklatura b'kuluri adatti.", "Sar ukoll titjib fis-sistema elettrika u titjib f'faċilitajiet sanitarji ġodda.", "Iċċaqlaq il-Wellis organ sabiex is-sala tkun konformi mar-regolamenti tal-fire exit u twaħħlu twieqi ta' l-istained glass, fost xogħlijiet oħra.", "GĦad hemm tender li qed tiġi evalwata mill- kumitat ta' l-għażla tad-dipartiment tal-kuntratti, li tinkorpora stallazzjoni ta' palk u raised flooring b'sistema integra ta' air- conditioning u ventilazzjoni, alarm, kif ukoll pannelli akustiċi għal smigħ aħjar.", "Tender oħra li għadha qed tiġi evalwata hi dik tas-siġġijiet filwaqt li tender għas-servizzi awdjo-viżivi ġiet evalwata u l-kuntratt ingħata.", "Iċ- ċentru se jintuża għal programmi ta' ħidma dwar il-litteriżmu, konferenzi, seminars, korsijiet ta' taħriġ u attivitajiet kulturali u edukattivi.", "Barra minn hekk, saret ukoll applikazzjoni sabiex jinbena substation ta' l- elettriku biswit il-ġnien pubbliku ħalli titjieb il-power supply.", "Rendikont tan-nefqa s'issa hi hawn annessa u qed titpoġġa fuq il-mejda tal- Kamra.", "EDUKAZZJONI - COMPLEMENTARY TEACHERS", "1138.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn compeimentary teachers u x'inhu x-xogħol tagħhom?", "Jista' jgħid ukoll jekk hux se joħorġu sejħiet sabiex in-numru ta' dawn il-complementary teachers jiżdied?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li hawn 74 complementary teachers, għaxra minnhom f'GĦawdex.", "Ix-xogħol ta' dawn l-għalliema hu li jgħin lil dawk it- tfal li jiġu identifikati mill-għalliema li għandhom problemi fil-literacy u fin-numeracy.", "L-għalliema tal-complementary jiktbu profil ta' l- istudenti u jifformaw programm ibbażat fuq literacy, oracy and numeracy.", "Dawn l-għalliema jew ikunu bbażati full-time fl-iskola jew jaħdmu ma' żewġ skejjel differenti.", "Jagħtu servizz lit-tfal mill-ewwel sena sar-raba' sena u xi drabi wkoll lil dawk fil-ħames u s-sitt sena.", "M'hemmx il-ħsieb li joħorġu sejħiet sabiex in-numru ta' complementary teachers jiżdied.", "ANTI-DOPING TESTS", "1166.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill-Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid x'għajnuna qed tingħata lil għaqdiet sportivi sabiex jikkumbattu t-teħid tad-droga fl-isport?", "Liema sport qed jiġi mgħejjun u kif?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (f'isem il-Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-ministeru għaż-żgħażagħ u kultura qed jalloka fondi biex jgħin lil assoċjazzjonijiet li jkunu jridu jagħmlu testijiet ta' anti-doping barra 'l-pajjiż.", "Matul is-sena li għaddiet saru talbiet għal għajnuna finanzjarja mill- amateur bodybuilders association, mill-football association u mill- kummissjoni regatta.", "L-għajnuna finanzjarja mill-ministeru lil dawn l-għaqdiet matul l-2002 kienet ta' Lm4,900.", "OMBUDSMAN TA' L-UNIVERSITA'", "1168.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' Il-Ministru jgħid min hu l-ombudsman ta' l- universita`?", "Meta ġie appuntat?", "Jista' jgħid kemm ilmenti kellu minn meta ġie maħtur?", "X'kienu l-ilmenti prinċipali?", "Kemm ingħataw raġun?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-ombudsman ta' l-universita' huwa Prof. V. G. Griffiths li ġie appuntat fis-16 ta' Awissu, 1998.", "Mir-rapporti li Prof. Griffiths bagħat lil-ombudsman parlamentari jirriżulta li sal-31 ta' Diċembru, 1999 saru 74 ilmenti minn studenti u 16 minn staff ta' l-universita'.", "Fl-2000 kien hemm 18-il ilment minn studenti u għaxra minn staff.", "Fl-2001 kien hemm 19-il ilment minn studenti u tmienja mill-istaff u fl-2002 kien hemm 16-il ilment minn studenti u 11 minn staff.", "L-ilmenti prinċipali ta' studenti jirrigwardaw eżamijiet, tests u kwestjonijiet dwar ammissjoni fil-korsijiet mixtieqa.", "Ilmenti prinċipali ta' membri ta' staff, kemm dawk akkademiċi u kemm le, jirrigwardaw kwestjonijiet konnessi ma' l-impieg u promotions.", "L-ombudsman ta' l-universita' jista biss jagħmel rakkomandazzjonijiet lill- awtoritajiet ta' l-universita'.", "Dwar l-eżitu tax-xogħol ta' l-ombudsman ta' l-universita' nirriferi l-Onor.", "Membru għar-rapporti tiegħu li se jitqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra.", "OMBUDSMAN TA' L-UNIVERSITA'", "1169.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar rapporti ta' kemm ilu l-ombudsman preżenti ta' l-universita`?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra it-tagħrif mitlub.", "STUDENTI B'DISLESSJA", "1170.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 832 dwar studenti b'dislessja?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li sar studju fost it-tfal li għadhom kemm daħlu l-iskola f'numru ta' skejjel biex jiġi determinat kemm minnhom ibatu bid-dislessja.", "Dan l-istudju għadu għaddej u għadu kmieni biex joħorġu r- riżultati, għalkemm l-indikazzjonijiet preliminari jindikaw li r-riżultati f'Malta aktarx se jkunu jixbħu dawk f'pajjiżi oħra.", "Studju tal-British dyslexia association jindika li 4% ta' l-istudenti għandhom problemi serji u sa 10% għandhom problemi inqas gravi u fil-każ tagħna d-diviżjoni toffri għajnuna kemm lit-tfal bi programm apposta kif ukoll lill-ġenituri biex tgħinhom jifmhu din il-kundizzjoni.", "TA' QALI CRAFTS VILLAGE - PUBLIC CONVENIENCE", "1310.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 424 u jgħid għaliex minkejja li nbniet latrina ġdida f'Ta' Qali, din għadha magħluqa għad-detriment tat-turisti li jkollhom jużaw latrina mibnija mis-servizzi Ingliżi fi żmien it-tieni gwerra?", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru tal-Ġustizzja u Intern): Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi din il-mistoqsija lill-ministru konċernat.", "MDP - IMPORTAZZJONI TA' ĦALIB XKUMAT", "1311.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (F'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari 83 u 569 u għall-ħidma li saret \"bl-akbar metikolosita'\", jista' il-Ministru jinformani kemm mill-521 tunnellata se jkunu allokati għall-MDP, kemm għall-industrija ta' l-ikel u kemm għall-importaturi?", "Jista' jinformani wkoll kemm attwalment jiġi importat trab tal-ħalib xkumat mill-MDP, mill-industrija ta' l-ikel u f'kompożizzjoni ta' prodotti mportati lesti?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO (Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent): Ninforma lill-Onor Interpellant li mgħandix xi nżid mar-risposti li tajt għall-mistoqsijiet parlamentari 83 u 569.", "MDP - FABBRIKA ĠDIDA TAL-ĦALIB", "1312.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jaġġornani dwar il- proġett ta' fabbrika ġdida tal-ħalib?", "Din se tkun lesta qabel Mejju 2004 jew wara u fil-każ, meta hu maħsub li din tkun inbniet?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Ninsab informat li wara li saru konsulenzi kemm ma' esperti Ewropej kif ukoll ma' esperti privati, ġie deciż li għas-snin li ġejjin tiġi upgraded il-fabbrika preżenti.", "Ix-xogħol diġa' beda u huwa pprogrammat li jitlesta s-sena d-dieħla.", "LUKANDA VERDALA - ĦADDIEMA", "1313.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomiċi: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 577 u mistoqsijiet oħra li jien għamilt dwar pagamenti dovuti lill-ex ħaddiema ta' dik li kienet il-lukanda Verdala, jista ' il-Ministru jaġġornani dwar din is-sitwazzjoni?", "Jista' il-Ministru jgħid jekk hux qed jiġi rrispettat il-ftehim li kien hemm bejn il-GWU u ministru preċedenti li kien assigura lill-GWU li appena din tibgħat it-talba għall-pagamenti in kwestjoni, dawn il-ħaddiema kienu se jiġu mħallsa?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (f'isem il-Ministru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomici): L-Onor.", "Interpellant mhux qed jispeċifika għal liema perjodu qed jirriferi.", "Jekk qed jirriferi għaż-żmien ta' qabel li l-MDC xtrat il-bini tal-lukanda Verdala permezz ta' subbasta, il-pożizzjoni hija eżattament kif deskritta fit-tweġiba għad-domanda parlamentari 577.", "Jekk qed jirriferi għaż-żmien ta' wara li l-MDC xtrat il-bini tal-lukanda, ma jirriżultax li hemm xi arretrati ta' pagi li għadhom dovuta minn dak iż-żmien.", "MEDIGRAIN - IMPORTAZZJONI TA' QMUĦ", "1314.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill-Ministru għat-Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u Investiment: Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 576 u jgħid jekk f'Mejju tas-sena d- dieħla, il-Medigrain hux se tkun eżenti mit-TARIC fuq l-importazzjoni ta' qmuħ u ċereali minn non-EU countries?", "Kemm fil-fatt huma t-tariffi u d- dazji li l-UE timponi fuq l-istati membri fuq materja prima mportata ta' din ix-xorta mportata minn non EU?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (f'isem il-Ministru għat-Teknoloġija ta' l- Informazzjoni u lnvestiment): Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel il- mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "BORMLA - KARTA R-ROŻA", "1423.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' il- Ministru jgħid għaliex l-applikazzjoni tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, ma ġietx aċċettata biex tibda tagħmel użu mill- karta r-roża?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa): Nitlob l-Onor Interpellant jagħmel id-domanda lill-ministru konċernat.", "BORMLA - CARE & REPAIR", "1424.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid għaliex il-unit tal-care & repair fi ħdan l-awtorita' tad-djar qed jieħu żmien twil biex jagħmel spezzjoni ta' post li fih tabita persuna anzjana li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Minsitru għall-Politika Soċjali): Ninsab informat li l-ispezzjoni li rrifera għaliha l-Onor.", "Interpellant fil-fatt saret f'Awissu.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Buontempo, domanda supplimentari.", "ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO: Jista' il-Viċi Prim Ministru jispjegalna f'liema każi wieħed jista' jirrikorri għall-care and repair unit?", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Is-sena l-oħra l-awtorita' tad-djar waqqfet unit għal dawk il-familji bi dħul baxx li jiġu bżonn jagħmlu ċerti tiswijiet fid- dar fejn jabitaw, anke jekk ma jkunux sidien.", "Dawn jistgħu jissottomettu talba u jekk din tkun taqa' f'ċerti parametri, il-unit jawtorizza li jsir ix-xogħol neċessarju.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Buontempo.", "ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO: Jaf il-Viċi Prim Ministru li kien hemm bosta persuni li ressqu t-talba tagħhom lil dan il-unit u damu bosta ġimgħat u anke xhur jistennew sakemm isirilhom ix-xogħol neċessarju fid-dar?", "Jaf li numru kbir ta' nies li jkollhom bżonn jagħmlu xi tiswijiet fid-dar huma anzjani u diffiċli biex ifendu għal rashom?", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, l-informazzjoni li għandi hija bil- kontra fis-sens li din hija waħda mill-aktar skemi li qed ikollha suċċess u li qed ikun hemm domanda sostanzjali għaliha.", "Ddin il-ħidma qed tiġi apprezzata immensament minn deputati taż-żewġ naħat tal-Kamra.", "Huma stess qed iressqu każi quddiemha u mhux l-ewwel darba li kkummentaw dwarha b'mod mill-aktar pożittiv.", "Naturalment ma neliminax il-possibbilta' li jista' ikun hemm xi każi li jkun fihom xi element ta' dewmien għal raġunijiet differenti.", "L-iskema tirrikjedi li wieħed ikollu ċerta informazzjoni biex jiġi stabilit jekk l-applikant jikkwalifikax jew le.", "Kultant jiġri li dik l-informazzjoni ddum ma tasal.", "Din tista' tkun waħda mir-raġunijiet għala kultant ikun hemm ċertu dewmien sakemm isir ix-xogħol neċessarju.", "Naħseb li jkun ta' interess għall-Kamra kollha li tkun taf kemm applikaw persuni għal din l-iskema kif ukoll kemm ikun hemm dewmien mill-mument li ssir l-applikazzjoni sal-mument li jitlesta x-xogħol.", "Niftakar inizjattiva li kienet ittieħdet mill-awtorita' madwar tliet snin ilu fejn is-sistema kienet differenti.", "L-applikanti kienu jqabbdu lill-kuntrattur huma stess biex jagħmlilhom ix-xogħol li jkun awtorizzat li jsir mill-awtorita' u mbagħad wara li dan ix-xogħol jiġi spezzjonat, kienu jinħarġu l-flus.", "L- esperjenza wrietna li f'ċerti każi, il-kuntrattur kien qed jitlobhom deposit qabel ma jibda x-xogħol biex ikun jista' jixtri l-materjal neċessarju u ħafna familji lanqas kien ikollhom flus biex jagħmlu dan.", "Issa s-sistema m'għadhiex hekk u ħriġna lista ta' kuntratturi li bi ftehim ma' l-awtorita', lesti jagħmlu x-xogħol mingħajr ma jitolbu deposit mingħand l-individwu u wara li x-xogħol jitlesta u jiġi ċċertifikat mill- awtorita', din tħallas lilhom direttament.", "Naturalment wieħed hekk għandu jimxi, jara l-esperjenza li jkun għadda minnha u jipprova jsolvi l-problemi li jinqalgħu.", "Naturalment trid tara wkoll li bl-iskema li tkun qed tipprovdi tkun qed tagħlaq it-twieqi għal xi abbużi.", "Ma nixtieqx niġġeneralizza iżda ssib min għal xi raġuni jew oħra ma jkunx irid jimxi ma' l-istruzzjonijiet ta' l- iskema u allura jinqalgħu l-problemi.", "Kien hemm każi fejn l-awtorita' awtorizzat li jsir xogħol ta' madum f'xi post partikolari u meta marret tispezzjona, sabet li l-kont ma ħariġx biex seta' jitqiegħed il-madum biss iżda biex sar ukoll xogħol ieħor, bħal balavostri tat-taraġ, għal liema xogħol la kien hemm l-awtorizzazzjoni ta' l-awtorita' u lanqas kien hemm talba f'dan is-sens min-naħa tal-benefiċċjarju.", "Għalhekk qed napprofitta ruħi minn din is-sitwazzjoni biex nappella lill-pubbliku jsegwi l-parametri ta' din l-iskema.", "Il-customer care ta' l-awtorita' tad-djar huwa effiċjenti ħafna u jagħti spjegazzjoni lill-individwi dwar ix-xogħol li jkun jista' jsir.", "Jekk wieħed isegwi l-proċedura kif għandha tkun jevita ħafna nkwiet għax dawn huma skemi li jiġu eżaminati kontinwament.", "L-Onor.", "Dolores Cristina, bħala segretarju parlamentari fil-ministeru, tieħu ħsieb dan il-qasam u tidħol fid-dettall tiegħu.", "Barra minn hekk isiru laqgħat u diskussjonijiet internament fil-ministeru u anke ma' l-awtorita' biex naraw kif nistgħu ntejbu – naturalment fil-limiti tar-riżorsi li għandha l-awtorita' - u nindirizzaw il-bidla kbira radikali li saret fl-awtorita'.", "Sa ftit ta' snin ilu din kienet awtorita' li tibni l-flats u tbiegħhom.", "Jiena kburi mill- fatt li matul dawn l-erba' snin l-awtorita' libset libsa aktar soċjali, żviluppat ħafna iżjed dawn l-iskemi u provdiet soluzzjonijiet li huma ndirizzati ħafna aktar minn qatt qabel lejn dak is-settur tal-poplu li ma jkunx jiflaħ għal ċerti spejjeż.", "Waħda mill-inizjattivi importanti li ħadet l-awtorita' madwar tliet snin ilu hi li flok ma stenniet lill-individwi japplikaw huma, qabbdet lill- periti tagħha biex imorru jaraw il-postijiet fl-areas tal-Belt, il-Floriana u l-Kottonera.", "Dan kien eżerċizzju li kellu element ta' suċċess u naħseb li lkoll kemm aħna tgħallimna minnu.", "Kien hemm familji li bis-saħħa ta' skemi apposta kif ukoll bil-permess tal-planning authority, bnejnilhom kamra oħra biex intejbulhom l-ambjent fejn joqogħdu.", "Sibna familji li kkoperaw magħna u oħrajn li baqgħu jinsistu biex ix-xogħol ma jsirx għax kienu jippreferu jieħdu post alternattiv mingħand il-housing department u allura, minflok instabet soluzzjoni li tkun qed toffri ambjent ħafna aħjar lil dik il-familja partikolari, dik il-familja stess irrifjutat li l- awtorita' tagħmlilha x-xogħol biex ittejbilha l-ambjent għax taħseb li b'hekk tkun qed tinqabeż mil-queue ta' persuni li jkunu qed jistennew biex jieħdu post b'kera mid-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali.", "Dan huwa proċess li minn banda jttejjeb imma fl-istess ħin jitlob ħafna informazzjoni mill-pubbliku.", "Forsi din hija waħda mill-aktar affarijiet li għandna nenfasizzaw matul ix-xhur li ġejjin, li jkollna informazzjoni miftuħa kemm jista' ikun biex il-pubbliku jkun jaf xi skemi jeżistu.", "Waħda mill-affarijiet li tissorprendini hi li meta ftaħna ċ-ċentru ta' aċċess fil- Kottonera, li huwa uniku f'Malta li jipprovdi firxa ta' servizzi minn post wieħed, ir-rapporti li kelli kull meta ltqajt ma' min hu responsabbli hu li ħafna nies lanqas biss ikunu jafu li huma ntitolati għal ċertu tip ta' benefiċċji jew skemi li jkunu jistgħu jgħinuhom fil-bżonnijiet partikolari tagħhom.", "Għalhekk għandna dejjem inżidu l-proċess ta' informazzjoni ħalli bl-investiment li l-pajjiż qiegħed jagħmel permezz ta' l-awtorita' tad- djar, naċċertaw rwieħna li dan qed imur proprju lejn dawk il-familji li nixtiequ nkomplu ntejbuluhom il-kwalita' tal-ħajja.", "MR SPEAKER; L-Onor.", "Helen D'Amato, domanda supplimentari.", "ONOR.", "HELEN D'AMATO: Nistgħu nkunu nafu kemm saru talbiet ta' għajnuna lill-housing authority jew lid-dipartiment tal-construction and maintenance minn individwi li ġarrbu xi ħsarat wara l-maltemp tal-ġimgħa l-oħra?", "X'inizjattivi ttieħdu mill-housing authority biex jgħinu lil dawk in-nies li sabu ruħhom f'diffikulta'?", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA (Segretarju Parlamentari): In-numru ta' lmenti li daħlu kien kbir mhux ħażin.", "Wieħed jistenna li wara dik ix-xita kollha jkollok problemi, imbagħad ovvjament wieħed idur għand min jaħseb li se jsolvilu dawn il-problemi.", "F'dawn il-ġranet il-housing authority kellha unit speċjali fejn kulmin kellu xi problema rriferejnih għandha.", "Din għamlet l-spezzjonijiet neċessarji biex tara xi ħsara saret u x'jista' jsir f'kull każ.", "Nixtieq ngħid ukoll li kien hemm min who tried his luck, Sur President.", "Per eżempju, nies li joqogħdu f'dar privata jew li għandhom income pjuttost għoli, stennew li l-għajnuna tiġi min-naħa ta' l-istat.", "Sfortunatament dan mhux dejjem hu possibbli pero' l-awtorita' b'mod sħiħ ta' priorita' qiegħda tħares lejn l-ilmenti kollha li daħlulha, qed tagħmel spezzjonijiet fuq bażi regolari, qed tara x'hemm bżonn isir u fejn tista' tagħmel it- tiswija neċessarja.", "Naturalment ikollok xi problema 'l hemm u 'l hawn.", "Per eżempju kien hemm familja li ma setgħetx tibqa' toqgħod f'darha minħabba li kellha qtugħ fil-provvista tad-dawl - l-Onor.", "Buontempo jaf b'dan il-każ – u aħna qegħdin nagħmlu mill-aħjar li nistgħu biex lil din il- familja nsibulha post fejn toqgħod sakemm issir it-tiswija neċessarja.", "Pero' nerġa' nirrepeti li kellna sistema li ffunzjonat.", "Naturalment l- ilmenti dejjem deħlin u kellna wkoll ilmenti li mhux suppost daħlu għandna imma xorta waħda smajnihom u tajna l-għajnuna li stajna bir-riżorsi li għandna.", "Jien minn hawnhekk nixtieq ngħid prosit lill-awtorita' għax fi stat ta' kriżi u ta' emerġenza, il-unit ħarset lejn il-problemi kollha li daħlu b'mod verament mill-aħjar.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Buontempo.", "ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO: Mr Speaker, l-awtorita' tad-djar għandha direttorju b'lista tal-kuntratturi biex dawk li jkollhom bżonn is-servizz ta' bennejja, electricians, plumbers, eċċ., ikunu jistgħu jinqdew aktar malajr?", "Għax għandi impressjoni li dan id-direttorju kien joħroġ għal xi żmien iżda sussegwentement l-affarijiet inbidlu.", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Safejn naf jien l-awtorita' tgħin lin-nies, tgħidilhom min huma l-kuntratturi u tieħu ħsiebhom hi stess.", "Jekk l-Onor.", "Buontempo qed jgħid li s-sistema li biha l-awtorita' tagħmel ir- rakkmandazzjonijiet ta' ċerti kuntratturi issa twaqqfet, x'aktarx li m'aħniex qed nitkellmu dwar l-istess ħaġa.", "(Interruzzjonijiet) Imma jekk tippermettili, xtaqt inkompli fuq xi ħaġa li staqsietni l-Onor.", "D'Amato u ma kellix l-opportunita' li nsemmiha.", "Mr Speaker, kont nippretendi li mill-media jkollna aktar serjeta', speċjalment wara ċerta kitba fil-gazzetti dwar ilmenti li kellna minħabba l-għarar li għaddejna minnhom.", "F'waħda mill-gazzetti bil-Malti ntqal li kien hemm anzjana li waqgħalha s-saqaf tad-dar u li din kienet ilha tistenna biex l-awtorita' tad-djar tagħmlilha t-tiswijiet neċessarji.", "Intqal ukoll li din il-persuna kellha applikazzjoni li kienet ilha pendenti għal ħafna snin mad-dipartiment.", "Fil-fatt imbagħad sibna li din il-mara ma kellha l-ebda applikazzjoni pendenti la ma' l-awtorita' tad-djar u lanqas mad-dipartiment, imma dawn kienu biss affarijiet li qed jintqalu mill- ġirien.", "Jien nixtieq li fuq il-media ma jidhrux ċerti rapporti li jkunu allarmanti u li lanqas jagħmlu ġustizzja lil min qiegħed jagħmel ix-xogħol fid-dipartiment kif ukoll fl-awtorita'.", "L-aħħar ħaġa li xtaqt ngħid – peress li ma kellix din l-opportunita' – hija dwar dak li kien qed jitkellem dwaru l-Viċi Prim Ministru, u cioe' il-care and repair unit.", "Lill-Onor.", "Buontempo ngħidlu li din il-unit qiegħda proprju għal nies bħalu u bħali, bħall-kappillani, social workers, eċċ..", "L-awtorita' nefqet spiża sostanzjali fuq ir-reklamar tas-sistema tal-care and repair proprju biex tmur hi fid-djar tan-nies li għandhom bżonn.", "Jiġifieri jekk inti jkollok persuna ta' 80 sena jew ta' xi eta' avvanzata li taf li għandha bżonn, tista' tmexxi l-każ tagħha inti.", "Dik hi l-idea.", "Dan jista' isir minn diversi persuni.", "Anke lill-istudenti ta' l- universita' ppruvajna ngħidulhom jieħdu l-inizjattiva li jġibu n-nies għandna.", "Dawn huma affarijiet li kienu reklamati u li suppost aħna lkoll nafuhom pero' nammetti li xi kultant jaqbżulna.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "L-Aġent Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tabella li turi l-għadd ta' benefiċċjarji taċ-children's allowance bejn l-1986 u l-2002, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari 1505.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru ta' l-Edukazzjoni.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 251 ta' l-2003 - Avviż ta' bidu fis-seħħ tar- Regolamenti ta' l-2002 dwar l-Edukazzjoni tat-Tfal ta' ħaddiema Migratorji.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IS-SIGURTA` SOĊJALI", "SOCIAL SECURITY (AMENDMENT) BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mit-22 ta' Settembru, 2003.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Helena Dalli.", "ONOR.", "HELENA DALLI: Mr Speaker, b'dan l-abbozz ta' liġi qed nemendaw l- Att dwar is-Sigurtà Soċjali ħalli nirrimedjaw fejn kien hemm diskriminazzjoni kontra l-irġiel.", "Però jien nixtieq nistaqsi x'se jiġri wara li din tiġi rranġata.", "Se jiġri bħal fil-każ tan-nisa?", "Jiġifieri jekk ir-raġel jagħżel li ma jħallasx il-bolla se jiġi kkreditat jew inkella se jkun hemm gap fid-dritt tiegħu għall-pensjoni bħalma hi s-sitwazzjoni eżistenti fil-każ tan-nisa?", "Dan huwa punt li l-ministru jkun jista' jiċċara meta jagħmel il-winding up.", "Ridt ngħid ukoll li bil-mod kif ġie worded dan l-abbozz - bħalissa għandi t- test Ingliż quddiemi - qed nibdlu xi ħaġa u xorta se nħalluha zoppa.", "Hawn min jgħidlek: \"What's in a word!\", imma d-diċitura li tintuża fil-liġi hija importanti għax turi fuq liema livell inkunu qegħdin naħsbu.", "M'għandniex noqogħdu ngħidu li hemm l-Interpretation Act li tgħid li kull fejn hemm \"his\" tfisser \"her\" ukoll.", "Ladarba qed nemendaw liġi għandna nemendawha sew.", "Per eżempju, fil-proviso ta' subarticle 3(2) jingħad: \"... any married person who is not legally separated or who has not been abandoned by his spouse, ... shall not be deemed to be a self-employed person.\"", "Nistgħu nagħmluha fil-plural \"their spouses\" jew nistgħu ngħidu \"his or her spouse\" ħalli anke l-mod kif niktbu l-liġi jkun gender sensitive.", "Fid-diskorsi tal-bieraħ kien hemm min tkellem fis-sens li for a change qegħdin nagħmlu xi ħaġa biex innaqqsu diskriminazzjoni kontra l-irġiel permezz ta' din il-liġi.", "Jien niskanta li kien hemm min donnu ried jgħid: Qed tara, anke ma' l-irġiel hemm diskriminazzjoni f'ċerti aspetti tal- liġijiet tagħna!", "Veru, xi kultant insibu xi fula f'qargħa fejn ikun hemm xi ħaġa bħal din, u qegħdin nirranġawha.", "Però ħdejn l-anomaliji u ħdejn il- kontradizzjonijiet li għad hemm fis-Social Security Act fejn tidħol diskriminazzjoni kontra n-nisa, din hija xi ħaġa negliġibbli.", "Jien naqbel u naħseb li lkoll naqblu li qed issir din l-emenda.", "Aħna ma naqblu ma' l- ebda forma ta' diskriminazzjoni, la kontra n-nisa, la kontra l-irġiel, u kontra ħadd!", "Però meta wieħed iqis x'għad hemm x'nagħmlu biex nirranġaw id- diskriminazzjonijiet li hemm fil-liġi, fosthom fl-Att dwar is-Sigurtà Soċjali, ngħid li għadna lanqas biss bdejna.", "Jiġifieri inutli noqogħdu ndoqqu t-trombi għax sibna biċċa diskriminazzjoni żgħira kontra l-irġiel.", "Ngħid \"żgħira\" għax nafu li hija minoranza żgħira ta' rġiel li qegħdin id- dar u inġustament qed ikollhom iħallsu l-bolla, qishom self-employed, allavolja ma jaħdmux.", "Min-naħa l-oħra anke kieku kien hawn raġel wieħed biss f'Malta li qiegħed f'din is-sitwazzjoni xorta nħoss li għandna nbiddlu l-liġi.", "Imma bl-istess argument, kemm għandna bżonn niflu l-liġijiet aħjar biex naraw kemm hemm tbatija u diskriminazzjoni kontra ħafna nisa romol, separati, li jaħdmu jew li huma self-employed.", "Jien se nitkellem fuq ftit minn dawn fil-ftit ħin li għandi.", "U se nitkellem proprju fuq hekk ħalli min qed jaħseb li għax wasalna biex nirranġaw din il-problema li kienet qed tagħmel diskriminazzjoni ma' l-irġiel qisna lestejna dak li kellna nagħmlu fejn hemm diskriminazzjoni kontra n-nisa u issa għandna l-lussu li niddiskutu din id-diskriminazzjoni, sejjer żball.", "U jekk hawn nisa milquta li qed jisimgħuni qegħdin jgħidu li veru għad hemm ħafna u ħafna xi jsir, speċjalment fl-Att dwar is-Sigurtà Soċjali, sabiex nirrimedjaw.", "Per eżempju, nisa li joħorġu fuq il-parental leave ma jistgħux iħallsu bolla waqt li qegħdin fuq parental leave.", "Jekk ma jkunux qegħdin jaħdmu dawn ma jkunux jistgħu jħallsu l-bolla, allura se jkollhom dik il-gap meta jiġu għall-pensjoni.", "Ġeneralment dawn in-nisa jieqfu biex irabbu t-tfal, imbagħad meta jerġgħu jiġu biex jidħlu fis-suq tax-xogħol ma jingħatawx iċ- ċans li jħallsu l-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali ta' dak iż-żmien li ma kenux jaħdmu.", "Jiġu nisa jgħiduli li huma lesti biex iħallsu l-bolla ta' dak iż-żmien li ma kenux jaħdmu.", "Dawn kienu qegħdin jaħdmu, waqfu sakemm kibru ftit it- tfal u issa, li marru lura fis-suq tax-xogħol biex ikomplu jikkontribwixxu għall-ġid tal-pajjiż, qegħdin jiġu diskriminati b'dan il-mod.", "Hawn min jgħidlek li lanqas hi worth it għax hawn min jaqta' għal żmien twil mix- xogħol biex ikbarrar it-tfal sa 10 snin ħalli jkunu jafu jieħdu ħsieb tagħhom infushom.", "Allura ara x'gap se jkollhom dawn meta jiġu għall- pensjoni.", "U aħna mhux qed nagħtuhom l-opportunità li jkomplu jħallsu l- kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali ħalli ma jkollhomx dik il-gap.", "Issa se nsemmi n-nisa li huma self-employed li jagħmlu hekk speċifikament biex jagħżlu huma s-sigħat li jaħdmu.", "Ikunu jridu jaħdmu, ikunu kapaċi jaħdmu, għandhom x'joffru lill-pajjiż u lis-soċjeta`, pero` minħabba responsabbiltajiet familjari ma jkunux jistgħu jmorru jaħdmu ġo fabbrika jew ġo uffiċċju b'ħinijiet twal.", "Dawn ikunu kapaċi jimpjegaw lilhom infushom u jkunu jistgħu jirregolaw il-ħinijiet huma.", "Jiġu żminijiet f'ħajjithom meta jkunu jistgħu jaħdmu biss siegħa jew sagħtejn kuljum, għax is-cycle tal-familja mhux dejjem l-istess.", "Ikun hemm żmien meta m'għandekx tfal, żmien meta għandek il-babies fejn l-inqas li tkun tista' tagħmel xogħol produttiv, imbagħad ikollok cycle oħra fejn qegħdin jikbru.", "Jiġifieri jkun hemm fluctuation fl-availability tiegħek biex taħdem.", "Issa meta jiġu fil-perijodu fejn l-inqas li jistgħu jagħmlu sigħat ta' xogħol, dawn jispiċċaw iħallsu bolla iktar milli jkunu qegħdin jaqilgħu.", "(Interruzzjonijiet) L-Onor.", "Mifsud Bonnici qed jgħidli: Iva, naħseb ġieli kellek każijiet fejn jitkellmu miegħek fuq din il-problema.", "Dan iservi ta' diżinċentiv għax jekk mara għaddejja minn perijodu ta' żmien fejn tista' taħdem għal ftit ħin minħabba dawn ir-responsabbiltajiet li qed insemmu, ma jagħmilx sens li tibqa' tħallas l-istess daqs meta kienet qed taħdem seba' sigħat, tmien sigħat, ħames sigħat kuljum.", "Allura dawn ma jaqblilhomx jibqgħu self-employed.", "Naħseb li hawnhekk għandna nirrikonoxxu lil dawk in-nies li jiddeċiedu li jimpjegaw lilhom infushom għax dawn la qed jiġu għand id-deputati biex isibulhom ix-xogħol, la qed jipprovaw jidħlu mal-gvern, la qed jipprovaw isibu employer biex jimpjegahom imma huma enterprising biex joħolqu x- xogħol huma għalihom infushom, jekk ma jkollhomx ukoll xi żewġ impjegati magħhom.", "Għalhekk ngħid li dan m'huwiex il-mod kif il-pajjiż jinċentivahom, anzi bil-maqlub; qegħdin ikunu diżinċentivati.", "Sur President, kif għedt qabel, hemm ħafna oqsma fejn insibu affarijiet li ma jagħmlux sens fl-Att dwar is-Sigurta` Soċjali.", "Hemm liġijiet li jolqtu lir-romol u lis-separati, liġijiet fejn jidħol il-qasam tax-xogħol.", "Għadna kemm għaddejna minn dan il-parlament il-liġi dwar ir-relazzjonijiet industrijali, il-liġi fuq il-fastidju sesswali, pero` dejjem jibqa' x'isir.", "Huwa importanti li l-każijiet li jkollna nkomplu nġibuhom għall-attenzjoni tal-leġislaturi tal-pajjiż ħalli kemm jista' jkun innaqqsu t-tbatija li ħafna nisa - iżjed minn irġiel għax dawn li qed insemmi llum huma affarijiet li jolqtu lin-nisa - qegħdin jgħaddu minnha fil-ħajja tagħhom fid-dinja tax-xogħol, anke jekk ikun xogħol li qed joħolquh huma stess.", "Hemm bżonn li jsiru wkoll bidliet amministrattivi għaliex mhux biżżejjed li tbiddel il-liġijiet.", "Il-liġijiet huma importanti ħafna għax inti qed tagħti l-linja, id-direzzjoni u qed tirregola, pero` mbagħad għandek l- istrutturi li jridu jgħinuk, li jridu jaġevolaw lil dak li jkun.", "Per eżempju, jien nistaqsi x'sar mir-rapport li kienet lestiet il-professoressa Leighton fejn tgħid ċar u tond - suppost li dalwaqt se titressaq il-liġi dwar is-servizz pubbliku u nittama li nkunu nistgħu nitkellmu iktar fit-tul dwar dan - xi problema għandna fl-istruttura tas-servizz pubbliku għax għandna nuqqas kbir ta' nisa fil-livelli għoljin fejn jittieħdu d- deċiżjonijiet.", "Kif nallaċċja dan in-nuqqas ta' nisa fis-servizz pubbliku mal-liġi li għandna llum?", "Għaliex iktar ma jkun hemm nisa fil-livelli fejn jittieħdu d- deċiżjonijiet fis-servizz pubbliku, iktar se jieħdu deċiżjonijiet bil- perspettiva tagħhom.", "GĦaldaqstant ikun hemm il-perspettiva tan-nisa u l- perspettiva ta' l-irġiel f'dak il-livell ta' decision making u allura l- effett ta' dawk id-deċiżjonijiet li se jaqgħu kemm fuq nisa u kemm fuq irġiel se jkun b'dawn iż-żewġ perspettivi u mhux kollox ġej min-naħa waħda.", "Barra minn hekk meta jkun hemm iktar nisa fl-istrutturi ta' fuq tas- servizz pubbliku, dawn se joffru iktar meta niġu biex nilleġislaw għax meta l-ministru jkun qed jaħdem fuq liġi, l-esperti tiegħu se jkunu n-nies tas- servizz pubbliku.", "GĦaldaqstant meta l-ministru jkun qed ifassal l-emendi għas-Social Security Act u jibgħat għall-experts tiegħu ħalli jara fejn irid ibiddel jew x'irid jagħmel ġdid, jekk dawn se jkunu kollha rġiel għax at that level huma kollha rġiel, il-perspettiva ta' l-irġiel se jisma'.", "Jekk ma jkunx hemm nisa fil-livelli għoljin tas-servizz pubbliku, fil-livelli ta' l-esperti, fil-livelli ta' permanent secretaries, fil-livelli ta' director general - mil-livell ta' directors jibdew in-nisa, jiġifieri director general u permanent secretaries m'għandniex nisa - meta l-ministru tas-social security jibgħat għall-esperti tiegħu fis-servizz pubbliku biex jaħdem fuq din il-liġi, irġiel biss għandu li qed jagħtuh il-pariri.", "Allura mhux ta' b'xejn illum qed nagħmlu din l-emenda żgħira li tirrigwarda diskriminazzjoni kontra l-irġiel.", "Nerġa` ngħid li anke li kieku kienet qed issir għal raġel wieħed biss, li qiegħed id-dar ma jaħdimx u qed ikollu jħallas il-bolla, ngħidlek li tajjeb li qegħdin nagħmluha għax qed issir inġustizzja miegħu.", "Pero` dawn l-irġiel indunaw b'din u mbagħad m'aħniex nirrimedjaw il-ħafna diffikultajiet oħra li għad hemm, li semmejt u li għad irrid insemmi fil-liġi dwar is-sigurta` soċjali li jolqtu lin-nisa, lill- pensjonanti, lir-romol, lis-separati, u lil dawk in-nisa li ħadu l-parental leave u ma setgħux iħallsu l-bolla f'dak il-perijodu u 'l quddiem se jkollhom gap għall-fini tal-pensjoni.", "Dawn l-affarijiet m'aħniex qegħdin nemendawhom.", "M'hemmx għalfejn nagħmlu l-proposti eżatti kif pinġiethom il-professoressa Leighton, għalkemm ħafna minnhom jagħmlu sens, huma sempliċi u tajjeb li nimplimentawhom.", "Pero` jekk irridu nagħtu l-input tal-gvern Malti nistgħu nqabbdu nies biex jerġgħu jaraw dan ir-rapport u nagħmluh iktar kif irridu aħna.", "Pero` għallinqas nagħmlu xi ħaġa.", "Meta konna fil-gvern fl-1998 konna tajna dan l-inkarigu lill-professoressa Layton u ppreżentat rapport miktub tajjeb ħafna.", "Dan mhux xi rapport kompless u għandu proposti tajbin ħafna.", "Qed ngħid x'ikun ir-riżultat ta' meta jkun hemm iktar nisa fil-livelli ta' decision making u fil-livelli ta' experts għax ġieli jkun hemm nies li huma kapaċi, jafu l-affarijiet, jafu l- liġi inside out imma minħabba li ma jkunux fil-livell li inti tista' tikkonsultahom, ma tkunx tista' tuża dak il-potenzjal li għandek.", "Waħda mir-rimarki li tagħmel - u nerġa` ngħid li ma kienx hemm għalfejn tagħmilha għax hija xi ħaġa li nafuha, pero` hi tinnotaha wkoll mill- intervisti li għamlet mal-ħafna mpjegati nisa li għandna fis-servizz pubbliku - hija li hemm potenzjal li qegħdin nagħtuh bis-sieq.", "It is underutilized.", "Jiġifieri jien nappella li dan ir-rapport jiġi wżat.", "Jien ma nafx jekk għoġbux dak ir-rapport lill-gvern għax lanqas kummenti ma smajt.", "Jien erġajt qrajtu ħalli nara għaliex sabu dawn id-diffikultajiet kollha, imma la tisma' si u lanqas no. Inħarġu l-flus biex sar dan ir- rapport u fl-opinjoni tiegħi huwa rapport serju ħafna.", "Pero` jekk il- Ministru ma jaqbilx miegħu għandu jgħid li ma jaqbilx miegħu u se jarmih fid-dustbin, pero` jgħid xi proġett għandu biex naħdmu bis-serjeta` ħalli jkollna iktar nisa fil-livelli ta' decision making.", "Iżda lanqas fit-twaqqif tal-bordijiet, per eżempju, fejn il-gvern jista' jagħmilha b'mod ħafna inqas ikkomplikat milli jista' fl-istrutturi tas- servizz pubbliku, m'aħna naraw rappreżentanza tan-nisa.", "Meta jagħmel bord il-gvern jagħżel nies li taħseb li huma kompetenti f'dak il-qasam, imma jekk inħarsu lejn il-persentaġġ ta' nisa li hemm fuq il-bordijiet, insibu li dan reġa` niżel.", "Jiġifieri mhux veru li qiegħed isir l-isforz, għax wieħed jista' jara l-affarijiet b'għajnejh.", "Jien jiddispjaċini u nistħi li f'din il-Kamra jkolli nerġa` nsemmi, għal miljun darba, il-liġi fuq in-nisa msawta, per eżempju.", "Ma nistax nifhem għaliex meta hemm daqs dik tbatija, meta inti għandek id-daħka fil-wiċċ - biex ma ngħidx \"il-bikja\" għax min ikun fis-sitwazzjoni jibki u mhux jidħak - li min hu msawwat ikollu jitlaq hu mid-dar.", "Waħda mill-punti importanti li fiha din il-liġi hija li min isawwat ikollu jitlaq hu mill-post fejn hemm il-mara u t-tfal, jew għal perijodu sakemm jirriforma ruħu, jew għall- perijodu sakemm jingħata l-kura li għandu bżonn, għax min isawwat għandu bżonn il-kura hu wkoll naturalment.", "Ġeneralment il-mara li m'għandhiex flus ikollha titlaq tiġġerra barra t-triq; jekk issib shelter issib u jekk ma ssibx ma ssibx, tara hi!", "Kien hemm każijiet fejn raqdu fil-karozzi bit- tfal!", "Xbajt ngħidha hawnhekk u din il-liġi tibqa' ma tersaqx.", "Jien naħseb li l-Ministru jaqbel ma' din il-liġi.", "Nerġa` ngħid li fis-sena 2000 qalilna li sa Ġunju ta' dik is-sena, qabel ma mmorru għar-recess, kien se jkollna l-liġi fil-parlament.", "Fis-sena 2001 l- istess reġa` qalilna, u erġajna ma rajnihiex.", "Issa għaddiet is-sena 2002 u s-sena 2003 ukoll.", "Jiġifieri għaddejna dawn il-liġijiet kollha u mbagħad iċemplulek in-nisa li għaddejjin minn din it-trawma, minn dawn il-problemi li jkollhom jitilqu huma mid-dar għax m'għandhomx biżżejjed protezzjoni legali.", "Staqsi lill-pulizija ħalli jgħidulek.", "Dawn jgħidulek li jdejhom marbutin, ma jistgħu jagħmlu xejn.", "Staqsi lis-social workers.", "Dawn jibku għal-liġi u jgħidulna: Ġibulna dak il-barring order!", "Dan ifisser li m'aħniex niltaqgħu ma' dawn in-nies.", "Għax anke fl-aħħar seminar li kien hemm - mingħalija n-national council of women - bdew jgħidu: Imissna nistħu!", "X'qed jistenna l-gvern?", "Kien hemm ħafna u ħafna kritika għall- gvern fuq din il-liġi min-naħa tan-national council of women u kien hemm anke social workers.", "Jien xbajt niltaqa' mas-social workers.", "Niftakar li meta kien inqaleb il-gvern u għamlu seminar fuq il-white paper li ħriġna aħna, l-iktar li kienu voċiferi - niftakar li konna f'xi sala l-universita` fejn kien hemm minn kollox; maġistrati, avukati, tobba, pulizija - kienu s- social workers.", "Jinżlu għarkobbtejhom kien jonqoshom!", "Iva ejjew niftiehmu u għadduha din il-liġi!", "Dan is-seminar li qed insemmi jien kien sar xi tmien xhur wara li tela' l- gvern Nazzjonalista fl-1998 għax permezz ta' domandi parlamentari kont nistaqsi ripetutament lill-ministru x'se jagħmel b'dik il-white paper.", "Fl- aħħar naħseb li xebbajtu u għamel seminar għall-ħabta ta' Mejju ta' wara l- elezzjoni ta' l-1998, u bqajna b'dak is-seminar.", "Jiġifieri dan is-seminar sar fl-1999 fejn kull min kien interessat kien hemmhekk u enfasizza l-bżonn kbir li hemm għal din il-liġi quddiem il-ministru.", "Il-pulizija jgħidulna li jdejhom marbutin, is-social workers jgħidulna li m'hemmx barring order u allura ma jistgħux iżommu lir-raġel li jkun isawwat lill-mara milli jidħol id-dar.", "U n-nisa jispiċċaw jitilqu huma bit-tfal b'ta' fuqhom senduqhom.", "Imbagħad l-għada filgħodu jridu jaraw kif se jlibbsuhom, kif se jitimgħuhom, kif se jsibu saqaf fuq rashom.", "Dik hija s- sitwazzjoni.", "Imbagħad dawn in-nisa jistaqsu: Imma l-klassi politika qiegħda hemmhekk biex tilleġisla, biex tagħtina l-protezzjoni legali li tant għandna bżonn, allura x'inhi tagħmel fuq din il-liġi?", "Għandkom il- poter li tagħmluha din, għaliex dan it-tkaxkir tas-saqajn kollu?", "Għalhekk jien għedt li ma m'għandniex nieħdu l-impressjoni li għax illum qegħdin nagħmlu xi ħaġa għall-irġiel ifisser li lestejna dak kollu li għandna x'nagħmlu fejn jidħlu d-drittijiet tan-nisa.", "Far from it!", "L-istess id-daħka l-oħra taċ-child minding, għax issa se nibda ngħid daħk għaliex kemm iddum tara u tisma' affarijiet!", "Kemm ilna ngħidu li hemm bżonn nirregolaw dan is-settur!", "Kemm ilna ngħidu li hemm problemi!", "Meta tiġri xi traġedja mbagħad nirregolawh!", "L-isbaħ waħda tal-budget li għadda!", "Il-Ministru Gonzi waqqaf task force u x'kienet il-konklużjoni?", "Hemm bżonn joħroġ ir-regolamenti taċ-child minding, xi ħaġa li ħdimna fuqha aħna bħala gvern u xbajna ngħiduha.", "Anke r-rapport qal dak li konna qegħdin ngħidu aħna.", "Jekk il-Ministru ma jogħġbuhx ir-regolamenti li hemm abbozzati, jmissu jagħmel regolamenti ġodda, imma għallinqas jagħmilhom u mhux jgħid: Le, ħalli nikkummissjona rapport ieħor!", "Niftakar li Godfrey Baldacchino kien qalli: Imma issa għamilnielu rapport, tajnihulu, x'qed jistenna biex joħroġ dawn ir-regolamenti?", "Hemm tant diffikultajiet!", "Pero` l-isbaħ waħda, u biex idaħħakna ftit fl-aħħar fil-budget dan il-gvern qal: Se nagħtu s-sussidju lil dawk il-ġenituri, eliġibbli through a means test, li jibagħtu lit-tfal tagħhom f'nursery basta tkun nursery liċenzjata.", "Qal dan meta jaf li m'hawn l-ebda nursery liċenzjata f'Malta għax biex ikunu liċenzjati dawn trid toħroġ ir-regolamenti biex imbagħad tkun tista' tagħtihom il-liċenzja.", "Dan kien fil-budget ta' Novembru li għadda u din suppost bdiet taħdem f'Jannar.", "Jien iċempluli n-nies biex jistaqsuni x'għandhom jagħmlu biex japplikaw għas-sussidju talli jibagħtu lit-tfal fin-nursery.", "Ma jistgħux japplikaw għax in-nursery fejn jibagħtuhom m'humiex liċenzjati għax il-gvern għadu ma ħariġx il-liċenzji.", "Nidħku bin-nies!", "Wasalna f'Settembru issa!", "Mela wegħednihom dan is-sussidju f'Novembru meta nafu li dawn ma jistgħux jeħduh.", "Bdiet sena skolastika oħra u għadna nidħku bin-nies.", "Lanqas biss qalilhom li ma jistax joħroġ is-sussidju għalissa għax ir-regolamenti ma lestihomx u allura għadu ma jistax joħroġ il-liċenzji!", "Le, qisu qatt ma ġara xejn!", "Din il-wegħda qiegħda fil-budget speech tal-Ministru Dalli.", "Beda jgħid li lil dawn se nagħtuhom dan is-sussidju meta jaf li ma jistax.", "Il-Ministru jmissu l-ewwel ħareġ ir-regolamenti, għamel il-liġi jew ħareġ l- avviż legali - għax anke b'avviż legali jista' jagħmilha din.", "Jagħmel li jrid!", "Jekk irid jagħmel liġi, jekk irid jagħmel avviż legali, imma għallinqas joħroġ dawn ir-regolamenti ħalli jkunu jistgħu jinħarġu liċenzji għal dawn in-nurseries.", "Ejja ninsew li din hija xi ħaġa li ilu jgħidha l- Malta Labour party!", "Imma l-gvern stess ikkummissjona rapport dwar dan.", "Niftakar li kont fil-press conference meta ppreżentaw dan ir-rapport tal- kooperativi, u fosthom kien hemm Godfrey Baldacchino u nies mill-ministeru tal-Ministru Gonzi.", "Kien hemm ukoll nies mid-dipartiment tan-nisa fis- soċjeta` li kienu qegħdin fuq dan il-bord.", "L-iktar ħaġa li spikkat u li għafsu fuqha fil-press conference kienet li joħorġu dawn ir-regolamenti.", "Issa dan ir-rapport ilu li tlesta xi sentejn jew tlieta u għadna nidħku bin-nies u ngħidulhom li se nagħtu s-sussidju lil min jibgħat lit-tfal f'nursery liċenzjata, meta jafu li m'hawnx nursery waħda li hija liċenzjata.", "Għaddiet sena mill-wegħda bil-miktub fil-budget!", "Din m'hijiex xi wegħda tal-programm elettorali għax dawk issa drajna li ma jfissru xejn.", "Imma allura anke fil-budget speech, li tidħol hawnhekk u se tibqa' on record, anke f'din nidħku bin-nies?!", "Għidulhom!", "Meta jċempluli jien ngħidilhom: Daħak bikom għax inti ma tistax tieħu s-sussidju!", "Ħalli nkompli fuq is-Social Security Act għax minn hemmhekk bdejna, imma ħaġa twassal għall-oħra.", "Jeħtieġ li meta tkun qed tirranġa liġi jkollok kull kwalita` ta' nies, mhux nies b'mindset wieħed, ħalli jkunu kkonsidrati l-interessi ta' kull settur.", "Per eżempju, ikollna ħafna talbiet biex fejn ikun hemm l-inkwiet il-pensjoni tkun maqsuma bejn il-miżżewġin, mingħajr ma jkollhom għalfejn imorru fi qrati u għand avukati u jagħmlu ħafna spejjeż.", "Aħna għandna statistika fuq separazzjonijiet li turi li għandek inċidenza għolja ta' separazzjonijiet fl-ewwel snin taż-żwieġ, imbagħad it evens out, u din ir-rata tas-separazzjonijiet imbagħad terġa` togħla fuq is-60 sena.", "Hemm studji fuq l-anzjani li juru li dan huwa dovut - din hija xi ħaġa li meta wieħed jaħseb fuqha jista' jifhimha wkoll - għall-fatt li għandek is- sitwazzjoni fejn il-mara għexet il-parti l-kbira ta' ħajjitha miżżewġa d- dar weħidha għax ir-raġel ikun għax-xogħol - il-biċċa l-kbira mill-anzjani tal-lum kienu hekk; ġewwa d-dar, irabbu lit-tfal u r-raġel barra għax- xogħol- issa t-tfal kibru, iżżewġu u telqu u din il-koppja waslet għall-61 sena.", "F'daqqa waħda dawn isibu lilhom infushom id-dar flimkien minn filgħodu sa filgħaxija għax ir-raġel ħareġ bil-pensjoni.", "Jiġifieri l-mara kienet imdorrija bil-modi tagħha kif tgħix ħajjitha, meta telqulha t-tfal mid-dar għax iżżewġu għamlet xi ħamsa, għaxra jew 15-il sena fejn hija reġgħet organizzat ħajjitha, u mbagħad f'daqqa waħda, kif jagħlaq il-61 sena tara lil dan ir-raġel minn filgħodu sa filgħaxija fid-dar.", "Dawn huma studji soċjoloġiċi li ħarġu meta evalwaw għalfejn hemm din l- inċidenza għolja ta' separazzjonijiet fuq il-61 sena.", "Din hija xi ħaġa serja ħafna għax immaġina, f'daqqa waħda ta' 61 sena r-raġel u l-mara jsibu li huma total strangers, li qed isibuha diffiċli li jgħixu minn filgħodu sa filgħaxija flimkien u jibda t-tgergir u jibda l-ġlied.", "Meta tqabbel dawn is- separazzjonijiet mas-separazzjonijiet tul is-snin kollha, issib li hemm numru relattivament kbir fuq il-61 sena li jikkompara tajjeb mas-snin tal- bidu taż-żwiġijiet, meta jisseparaw kmieni.", "Għandek dawn is- sitwazzjonijiet.", "Xi drabi ma jaslux biex jisseparaw kompletament bil-qorti u jiddeċiedu li jibqgħu jgħixu fl-istess dar imma b'mod separat.", "Pero` jkun hemm id- diffikulta` tal-pensjoni.", "Imbagħad biex l-affarijiet ikomplu jiggravaw, probabbli r-raġel jibda ma jagħtix il-flus lill-mara biex jinkiha.", "Dawn huma realtajiet li jiġru kuljum li aħna niltaqgħu magħhom spiss.", "GĦalhekk kemm-il darba tlabna sabiex fejn ikun hemm talba minn wieħed mill-partners, il-pensjoni toħroġ maqsuma, parti tmur għall-mara u parti tmur għar-raġel.", "Naħseb li din hija xi ħaġa li għandna nħarsu lejha bis-serjeta`, speċjalment meta għandna din l-informazzjoni dwar l-inċidenza ta' separazzjonijiet ta' dik l-eta`.", "Hemm ħafna iżjed x'nistgħu nagħmlu biex ngħinu sitwazzjonijiet serji bħal dawn, fejn tnejn min-nies li waslu fi żmien fejn jistgħu jgawdu ftit iktar il-ħajja għax għandhom inqas responsabbiltajiet - veru li jibda l-mard ukoll, pero` għandek iktar ħin u għandek inqas irbit - jispiċċaw biex minflok jimxu 'l quddiem jinżlu fl-infern qabel iż-żmien.", "Dan l-aħħar ġew ikellmuni xi nies li għandhom x'jaqsmu ma' nies b'diżabbilta` li ilmentaw li hemm każi speċifiċi fejn l-informazzjoni ma tinġabarx separata abbażi ta' sess.", "Wieħed ma jistax jagħmel nies bi bżonnijiet speċjali f'keffa waħda.", "Il-bżonnijiet speċjali ta' kull persuna huma differenti, pero` iżjed u iżjed hemm differenza bejn il-bżonnijiet tan-nisa u l-bżonnijiet ta' l- irġiel.", "Mr Speaker, hemm bżonn isir iktar taħriġ - Ilna ngħiduha din u to a certain extent issir - fuq l-għażla tas-suġġetti fl-oqsma tekniċi, fis- sekondarja u fl-universita`.", "Għalkemm qegħdin nimxu 'l quddiem, pero` hemm bżonn li nagħmlu iktar riċerka biex naraw għalfejn mhux qegħdin nimxu iżjed meta t-teknoloġija saret daqstant importanti.", "Ridt nitkellem ukoll rigward il-ġenituri weħidhom.", "Irrid nieħu din l- opportunita` biex infaħħar l-inizjattiva li ħadet Dar Ġużeppa Debono ta' Għawdex żewġ weekends ilu li għamlu seminar fuq l-ommijiet tfajliet, fejn ħareġ ċar kemm għandna bżonn naħdmu f'dan il-qasam, anke bħala prevenzjoni.", "Meta konna fil-gvern niftakar li konna ltqajna ma' ministru Irlandiża ta' l-edukazzjoni u kienet tatna programmi li huma jagħmlu fil-livell primarju, mhux fil-livell sekondarju.", "Jiġifieri diġa` qegħdin late għax fil-livell primarju għandek tfal bniet u subien ta' għaxra u 11-il sena.", "Illum nafu li wħud minnhom diġa` qed ikunu attivi sesswalment, jiġifieri rridu nieħdu ħsieb li mhux biss nagħtu sex education imma ngħallmuhom dwar responsible parenthood.", "MR SPEAKER: Ikkonkludi, jekk jogħġbok, Onor. Dalli.", "ONOR.", "HELENA DALLI: Hemm s-sezzjoni ta' l-edukazzjoni ta' l-ischoolgirl mothers li tagħmel ħafna xogħol biex għallinqas dawn it-tfajliet jibqgħu l- iskola u ma jagħlqux il-bibien għall-kumplament ta' ħajjithom meta għadhom l-iskola.", "Pero` jekk l-istrutturi tas-soċjeta` m'humiex se jgħinuhom meta mbagħad jiġu biex jidħlu fid-dinja tax-xogħol, jekk il-fatt li dawn għandhom it-tarbija se jitfagħhom lura, allura dak l-isforz li sar fil- livell ta' meta kienu għadhom l-iskola se jispiċċa għax xorta se jibqgħu diskriminati dawn.", "Nirringrazzjak, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "Is-Segretarju Parlamentari Dolores Cristina.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA (Segretarju Parlamentari): Mr Speaker, quddiemna għandna emendi li lkoll naqblu li huma pożittivi.", "Nixtieq nagħmilha ċara - għax kultant naħseb li ma tantx qegħdin niftiehmu anke fuq id-dettalji - li b'dawn l-emendi l-mara miżżewġa li għadha tgħix mar-raġel tagħha ma tkunx prekluża milli tħallas kontribuzzjoni tan-national insurance waqt li setturi oħra tal-poplu huma obbligati li jħallsuha.", "Dik hija l-bażi ta' l- emenda tagħna.", "Meta din l-emenda qiegħda tgħid li mara li tkun miżżewġa u tgħix mar-raġel tagħha hija prekluża, konna qegħdin ngħidu wkoll li għandek ir-raġel miżżewweġ, il-mara miżżewġa pero` separata mir-raġel tagħha, il- mara single, ir-raġel single, dawn kollha ttrattati b'mod differenti, pero` l-mara miżżewġa li tgħix mar-raġel tagħha kienet qiegħda f'compartment għaliha.", "Issa qegħdin ngħidu li se jkollna lil kulħadd fuq l-istess livell; neħħejna l-preklużjoni minn naħa waħda u neħħejna l-obbligi min- naħa l-oħra.", "Fid-dawl ta' dan li qed nisma' matul dan id-dibattitu, nixtieq ngħid ukoll li proprju fil-bidu ta' dan id-dibattitu l-Ministru Gonzi għamilha ċara li din qed nikkonsidrawha bħala miżura temporanja.", "GĦadni kif smajt lill- Onor. Dalli, u bir-raġun kollu, issemmi l-anomaliji li jeżistu, allura fil- futur irridu nħarsu lejn riforma sħiħa ta' pensjonijiet u ta' welfare u f'dak ix-xenarju ndaħħlu l-emendi kollha li naraw meħtieġa.", "Hawnhekk nixtieq niżgura lil kulħadd li m'aħniex bħala gvern ninjoraw it-tibdiliet li għandna bżonn f'dan il-pajjiż.", "Anzi hawnhekk nixtieq nirriferi għar-rapport, li kienet ikkummissjonat ukoll il-Kummissjoni għall-Avvanz tal-Mara, li ħareġ wara studju li sar ta' l-Att tas-Sigurtà Soċjali ta' l-1987 u l-liġijiet sussidjarji.", "Dan ir- rapport identifika il-partijiet tal-liġi li nistgħu nsejħulhom gender biased jew li huma gender sensitive u identifika sitwazzjonijiet li huma gender sensitive li għadhom lanqas huma kkontemplati fil-liġijiet li għandna bħalissa.", "Dan ir-rapport jara l-background tal-liġijiet tas-Sigurtà Soċjali li kellna hawn Malta u jgħidu li jeżistu anomaliji legali li meta tkun qed tbati minnhom ipoġġuk f'sitwazzjoni diffiċli u mwiergħa.", "Ħafna mil-leġislazzjoni tas-Sigurtà Soċjali fi żmenijiet oħra kellha l-għeruq tagħha fuq il- premessa li għall-parti l-kbira ta' ħajjitha the average Maltese woman kienet se tkun dejjem finanzjarjament dipendenti fuq id-dħul tar-raġel tagħha, jew fuq il-pensjoni tiegħu jew inkella kienu r-responsabbiltà finanzjarja tal-missierijiet.", "Illum qed naraw li l-ħajja tbiddlet u għandna numru kbir ta' nisa li huma ekonomikament indipendenti.", "Infatti dan ir-rapport jgħid ukoll li l- indipendenza ekonomika tgħin biex jitneħħew sitwazzjonijiet koroh li jsibu ruħu fihom in-nisa f'ċerti ċirkostanzi ta' ħajjithom.", "Dan ir-rapport jagħti iktar importanza lil din l-emenda li qegħdin naraw illum għax jgħid li hawnhekk għandna anomalija u trid titneħħa.", "Iżda ħaġa li ngħid għalija skantatni u forsi tiskanta lil ħafna nies hija li fil-konklużjoni ta' dan ir-rapport jingħad li l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali hawn Malta ma tantx għandu bżonn aġġustament f'dawk li huma prinċipji biex titneħħa d-diskriminazzjoni abbażi tal-gender.", "Anzi jgħid li b'sorpriża kultant jidhru li l-affarijiet aktar jiffavorixxu lin-nisa u kontra l-irġiel.", "U r-rapport jagħmel bosta rakkmandazzjonijiet li huma bbażati fuq din il-premessa.", "Għalkemm, biex inkun ġusta, hawnhekk ir- rapport jgħid li fejn tidħol id-diskriminazzjoni pożittiva favur in-nisa, per eżempju, fil-maternità nżommuhom u ħadd m'għandu qatt jaħseb li jneħħihom għaliex inkunu qegħdin immissu l-kontribut tal-mara kemm fis- soċjetà fil-livell ekonomiku u kemm fis-soċjetà tagħna bħala omm.", "Jien ħadt gost nisma' lill-Onor.", "Karl Chircop li meta kien qiegħed jitkellem hawnhekk qal li fir-reviżjoni sħiħa li dan il-pajjiż qiegħed iħares lejha għandu jkollna l-għajnuna ta' kulħadd.", "Infatti huwa qal li għal dan il-għan, biex aħna jkollna sistema aktar moderna, biex naraw il- ħteġijiet tagħna fid-dipartiment tas-sigurtà soċjali u nwieġbu għar- realtajiet tal-lum, huwa joffri l-għajnuna min-naħa ta' l-oppożizzjoni biex il-liġi li se naraw tkun verament waħda mirquma mill-ġdid, inwellduha mill- ġdid għax għandna bżonn il-kooperazzjoni ta' kulħadd.", "Jien ngħid li iva, jekk ma jkollniex il-kooperazzjoni ta' kulħadd kemm tal-partiti nvoluti, kemm tal-korpi kostitwiti, kemm tal-unions tagħna, kemm tas-soċjetà kollha in ġenerali, allura nibża' li ma naslux fejn jien u l-gvern tiegħi nixtieq li naslu.", "Ħaġa waħda kkonfondietni hawnhekk.", "Smajt lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni jgħid li minn mindu s-sedja li għandha x'taqsam ma' l-emanċipazzjoni u l-Iżvilupp tal-mara hawn Malta ma baqgħetx f'Kastilja bdiet tisfuma.", "Hawnhekk ma nixtieqx noqgħod nidħol f'lista twila ta' l-affarijiet li ġraw fejn tidħol il-mara hawn Malta jew fejn jidħlu l-gender issues.", "Insemmi biss li nħolqu l-istrutturi bħall-kummissjoni għall-avvanz tal-mara u d-dipartiment ta' l- istatus tan-nisa, fil-bidu tas-snin disgħin saru liġijiet fejn il-mara miżżewġa ħadet status ugwali daqs ir-raġel, il-liġi ta' l-ugwaljanza, il- liġijiet ta' l-impjiegi fejn daħlu l-miżura kollha li aħna nsejħulhom family friendly biex naraw li n-nisa li jridu jagħtu kontribut fis- soċjeta`, li jridu jkomplu jistudjaw, li jridu jkomplu jaħdmu, li jridu jkomplu jiżviluppaw il-potenzjal tagħhom, ikunu jistgħu.", "Jien ta' spiss ikolli laqgħat man-nies mill-istaff ta' l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u nitkellmu fuq x'qed isir illum, u minn naħa waħda għandek grupp ta' nisa li jixtiequ ħinijiet iktar flessibbli u min-naħa l-oħra għandek bżonn li jkollok struttura biex tieħu ħsieb it-tfal, biex tieħu ħsieb il- commitments li hemm id-dar.", "U l-flessibbilta` qiegħda tidħol ukoll, jiġifieri ħafna affarijiet tbiddlu.", "Mr Speaker, niftakar li 15-il sena ilu, meta konna nsemmu ħafna affarijiet li għandna f'dan il-pajjiż illum, uffiċjal għoli tal-GWU kien jgħidli: Mela qegħdin noħolmu( Kif jista' jkun li dan il-pajjiż iġorr dawn il- miżuri li qed tgħidu intom( Mela aħna hawnhekk għandna pajjiż li huwa charity campaign( Illum qegħdin hemm u neħduhom for granted, anzi ngergru li m'għandniex iktar.", "U lanqas inkunu ġusti jekk ngħidu li ma tbiddlux l- affarijiet anke fejn jidħol is-settur privat.", "U ma nistgħux ngħidu li l- irġiel m'humiex sensittivi biżżejjed.", "Jiena ngħid li hemm irġiel li huma sensittivi bħal dejjem, u hemm irġiel li ma jridux jaraw x'għandu jsir f'dan il-pajjiż.", "Illum, per eżempju, kelli laqgħa mal-membri tal-Malta employers association, erba' rġiel li huma fid-decision making level.", "Iddiskutejna bosta affarijiet, fosthom il-pensjonijiet fil-futur, is-servizzi soċjali, is-sigurta` soċjali u s-sexual harassment li semmiet l-Onor.", "Dalli.", "Infatti qaluli li minn hawn u ftit ieħor se joħorġu l-guidelines anke għall- kumpanniji.", "Iddiskutejna bosta affarijiet inklużi impjiegi għall-persuni b'diżabilita` - li b'dispjaċir dejjem ngħid li għadna ma rajniex għajnuna biżżejjed mis-settur privat - u wiegħdu li se jaraw x'jagħmlu biex ikunu ħafna iktar sensittivi għal dawn l-issues.", "Semmejna l-impjieg ta' persuni li kellhom problema bid-droga, l-impjieg ta' persuni li kienu fil-faċilita` korrettiva ta' Kordin u issa jridu jerġgħu jinserixxu ruħhom fis-soċjeta`.", "Tkellimna fuq bosta affarijiet oħra fosthom fuq il-ħtieġa li ċ-ċifra tan- nisa li għandna jaħdmu - li f'Malta għadha waħda relattivament baxxa, almenu dik li tidher uffiċjali - u ssib li kollha qegħdin iħarsu lejn il- flessibbilta` u l-job sharing.", "Jiġifieri li n-nisa - ovvjament ikun hemm l- irġiel ukoll pero` l-ikbar talba tiġi min-nisa - jkollhom ħinijet, breaks, fejn jistgħu jiġbru lit-tfal mill-iskola.", "Qed jitkellmu fuq iċ-childcare facilities li jixtiequ jagħmlu f'żona industrijali bħal ta' Ħal Far.", "Dawn affarijiet li ftit ta' snin ilu ftit li xejn kellek employers li kienu jitkellmu dwarhom u llum qegħdin hemm u j'Alla jkomplu jitkellmu fuqhom.", "Minn hawn u ftit żmien ieħor naraw it-twaqqif tal-kummissjoni għall- ugwaljanza u jien ngħid li se naraw ħafna xogħol siewi ħiereġ minn din il- kummissjoni.", "M'għandix dubju li se tkun kummissjoni bi grinta li bil- guidelines li għandha se tagħmel mill-aħjar biex tkompli tmexxi l-gender equality f'dan il-pajjiż 'il quddiem.", "L-Onor.", "Dalli semmiet in-nuqqas ta' nisa fuq il-bordijiet u l- kummissjonijiet u jien ma nistax ma naqbilx magħha.", "Hija xi ħaġa li ilni ngħidha.", "Nixtieq nara ħafna iktar nisa fuq bordijiet u kummissjonijiet u l- impenn tiegħi personali se jkun li nipperswadi lil min jaħtar il-bordijiet li dejjem nimbuttaw li jkollna ħafna iktar nisa fuq dawn il-bordijiet.", "Nista' ngħid b'wiċċi minn quddiem li l-minsitru Gonzi tani kull support.", "Kull meta nitkellem fuq il-ħtieġa li nimbuttaw in-nisa t-tweġiba dejjem kienet ta' full support.", "Meta l-l-Kap ta' l-Oppożizzjoni qal li l-gender issues qegħdin jisfumaw naħseb li verament ma kienx qed ikun ġust għax, nerġa' nirrepeti, meta nħarsu lejn dak kollu li sar f'dawn l-aħħar snin fejn jidħlu n-nisa, mingħajr ħafna daqq ta' trombi, naraw li verament imxejna 'l quddiem.", "Per eżempju, iċ-chairpersons ta' l-awtorità tal-housing u ta' l-awtorità ta' l- occupational health and safety huma nisa.", "Jien qed naħdem mill-qrib maċ- chairperson ta' l-awtorita` tad-djar u nista' ngħid li hija sensittiva għall-aħħar.", "U hawnhekk nerġa' naqbel ma' dak li qalet l-Onor.", "Dalli li meta jkollok mix, ikollok spread ta' ideat allura verament ikollok il- ħtiġijiet ta' kulħadd imwieġba.", "Iċ-chairperson ta' l-awtorita` tad-djar għamlet inċentivi u ħadet inizjattivi ġodda li verament jindirizzaw il-bżonnijiet tas-single mothers tagħna, ta' nisa li qegħdin f'sitwazzjonijiet imwiegħra.", "Ħadd ma jista' jinnega li meta jkollok kemm irġiel u kemm nisa f'postijiet fejn jittieħdu deċiżjonijiet allura jkollok perspettiva wiesgħa ħafna.", "Nirriferi għal ħaġa oħra li semma l-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "Qal li huwa favur il-kwoti u se nsemmiha fil-qosor hawnhekk għax mhux il-ħin li nidħol fl-issue.", "Dan l-aħħar kont f'konferenza barra minn Malta fejn reġgħet qamet il-kwestjoni tal-kwoti u bħal dejjem kien hemm kontroversja sħiħa.", "Naħseb li kieku wieħed kellu jieħu vot isib li kienu ndaqs kemm dawk favur u kemm dawk kontra.", "Min jgħid li mingħajr kwoti n-nisa m'humiex se jimxu 'l quddiem, min jgħid li trid toqgħod attent għax darba tneħħi l-kwoti, bħalma ġara fl-Italja u f'ċerti pajjiżi oħrajn, terġa' taqa' lura.", "Nistgħu nitkellmu fuq il-kwoti f'bosta postijiet differenti.", "Per eżempju, din il-konferenza bdiet tħares lejn l-elezzjonijiet li se jkun hemm is-sena d-dieħla għall-Parlament Ewropew u allura l-presidenza Taljana qiegħda tgħid lill-partiti politiċi kollha biex jassiguraw ruħhom li almenu 30% tal-kandidati li jkollhom ikunu nisa.", "Jiġifieri jkun hemm nisa li jersqu lejn dawn l-elezzjonijiet.", "Nerġa' nirrepeti li l-issue tal-kwoti hija waħda sensittiva ħafna u rridu noqogħdu attenti.", "Darba waħda kont nemmen fil-kwoti anke elettivi, però biddilt l-idea tul dawn l-aħħar 15-il sena kemm ilni nsegwi l-kwestjoni.", "Li nkwetani ftit fl- artiklu li kellu fil-gazzetta l-Kap ta' l-Oppożizzjoni l-ġimgħa li għaddiet u fl-artiklu ta' Pamela Hansen li deher il-Ħadd li għadda, kien meta tkellmu fuq kwoti fejn jidħlu elezzjonijiet.", "Irridu noqogħdu attenti għax aħna għandna sistema elettorali li m'hijiex bħal ta' pajjiżi oħra.", "Per eżempju, x'għamel Tony Blair meta ried iżid in-numru ta' nisa parlamentari fuq naħa tal-Partit Labuirsta ġewwa l-Ingilterra( Dan assigura ruħu li fejn kellek is-selection process kienu jiġu magħżula n-nisa kandidati fis- safe seats fejn tradizzjonalment dejjem kien jirbaħ il-Partit Laburista.", "U b'hekk aċċerta ruħu li kellu żieda ta' nisa parlamentari fil-Parlament Ingliż.", "Jekk wieħed iħares lejn l-artiklu ta' Pamela Hansen ta' nhar il-Ħadd isib li meta qed titkellem fuq il-kwota skond il-liġi f'ċerti pajjiżi bħal Franza, South America, Africa, Argentina, Namibia, u jien nista' nsemmilha oħrajn bħall-Israel u l-Italja - qed titikellem dejjem fuq sistema ta' listi.", "Per eżempju, l-Israel żmien ilu kellu sistema fejn kull seba' isem ried ikun dak ta' mara.", "Fl-Italja hemm sistema fejn 30% fil-listi jridu jkunu nisa.", "Dik hija sistema kompletament differenti minn tagħna.", "Jekk qegħdin nitkellmu fuq reserved seats noqogħdu ftit attenti għax reserved seats ifisser li niġu hawn u minn 65 siġġu parlamentari ngħidu għandna 20, 22 li se nirriżervawhom għan-nisa li jew jagħżluhom il-partiti tagħhom jew inkella n-nisa", "joħorġu għall-elezzjoni fuq lista separata.", "Jiġifieri hemm modi differenti, pero` wieħed irid joqgħod attent skond l-atmosfera tal-pajjiż u skond is-sistema elettorali tal-pajjiż u naċċertaw ruħna li dak li jiġi suġġerit ikun dejjem skond il-Kostituzzjoni, għalkemm naf li jkun hemm min jgħid li allura nbiddlu l-Kostituzzjoni.", "Għandek ukoll dik li jgħidulha l-party quota u jien naf li kemm il-partit Laburista, il-partit Nazzjonalista u anke l-Alternattiva Demokratika f'forom u f'livelli differenti għandhom ċerti kwota.", "Pero` m'hawn xejn li jżomm lill-partit Labuirsta, per eżempju, milli jgħid li fl-elezzjonijiet tas-sena d-dieħla għall-kunsilli lokali aħna se naċċertaw ruħna li 30% tal- kandidati tagħna jkunu nisa u jerġa' jagħmel l-istess.", "Irrid ngħid ħaġa waħda u dejjem nirrepetiha.", "Hawn Malta li jinkwetani huwa mhux biss in-nuqqas ta' nisa f'din il-Kamra imma n-nuqqas ta' nisa li joħorġu għall-elezzjoni.", "F'artiklu internazzjonali li qrajt dan l-aħħar xi ħadd qal li l-poliitka m'għadhiex appealing to women.", "Per eżempju, għandek backlash qawwija f'pajjiżi ta' l-eastern u central European countries fejn għal żmien twil, taħt ir-regime li kelhom, il-mara kienet kompletament emanċipata għal raġunijiet ekonomiċi u issa qed naraw li n-nisa kważi kważi qegħdin jonqsu mix-xenarju pubbliku.", "Pero` m'hemm xejn li jżomm lill-partiti politiċi tagħna internament milli jgħidu li jridu jippromwovu lin-nisa bill jieħdu din il-miżura.", "Hija deċiżjoni ta' kull partit politiku.", "Pero` aħna naraw il-partiti tagħna, kollha kemm huma hawnhekk, attwalment wooing the women biex joħorġu għall- elezzjonijiet.", "Naf x'qed żomm lin-nisa lura.", "Waħda minnhom hija t- tradizzjoni, l-oħra hija l-biża' u l-kultura tagħna.", "Aħna pajjiż Mediterran u allura l-kultura tagħna baqgħet pjuttost maskilista.", "Iżda qabel ma nerġgħu naqbdu l-argument tal-kwoti noqogħdu ftit attenti u nkunu nafu eżattament x'qegħdin ngħidu.", "Meta nħarsu lejn in-nisa fl-amministrazzjoni - u l-Onor.", "Dalli għadha kif semmiet in-nuqqas ta' nisa li għandna fl-upper echelons - insibu lif'dan il- pajjiż għadna nħossu r-riperkussjonijiet ta' meta kellna dik li jgħidulha l- marriage bar.", "Sa 32 sena ilu hawn Malta n-nisa li kienu jiżżewġu u jaħdmu maċ-Ċivil kien ikollhom jirriżenjaw, allura ma kellniex dak in-natural progression ta' numru kbir ta' nisa li qegħdin jersqu 'l fuq.", "Dawn huma affarijiet li qegħdin nindirizzaw bil-gender mainstreaming programme li għandna u nassigura lill-Onor.", "Dalli li r-rapport ta' Patricia Leighton - naqbel magħha li huwa rapport tajjeb ħafna - ma ġiex injorat.", "Issa se nitkellem fuq il-vjolenza domestika, suġġett għal qalbi ħafna li semmietu wkoll l-Onor.", "Dalli.", "Qabel is-sajf kont semmejt li f'Awissu kelli niltaqa' ma' l-Attorney General.", "Infatti l-laqgħa saret u jien assigurata li d-draft tal-liġi waslet fl-aħħar tagħha.", "Meta kont tkellimt wara din il- laqgħa ta' Awissu għedt li nispera li ftit ġimgħat wara jkolli d-draft f'idejja u nerġa' nirrepeti li għadna on track u din id-draft dalwaqt se tkun għandi.", "Nixtieq nagħlaq billi ngħid li dawn l-emendi li qegħdin naraw illum qegħdin jeliminaw id-diskriminazzjoni fuq bażi ta' sess li għandu x'jaqsam ma' din il-parti tal-liġi dwar is-sigurta` soċjali.", "Pero` huwa essenzjali li fir- riforma wiesgħa li se nagħmlu nagħtu l-attenzjoni kollha tagħna biex inħarsu lejn inċentivi, lejn benefiċċji li mhux biss jagħtu kas is- sostenibilita` ta' l-affarijiet ...", "Issemmew il-pensjonijiet u jien nixtieq nara li n-nisa wkoll ikollhom dritt għall-pensjoni.", "Jien dejjem emmint li jekk il-liġi ta' l-1992 tgħid li għandi family income allura l- pensjoni għandha titqies bħala family income u kulħadd għandu jkollu dritt għaliha mhux kif intqal.", "Veru li għandna nisa ta' eta` fuq is-60 sena li qed ikollhom problemi kbar ħafna ħafna biex ikollhom ftit income f'idejhom.", "Allura nerġa' nirrepeti li mhux biss inħarsu lejn inċentivi, lejn benefiċċji li jagħtu kas is-sostenibilita` ta' dak li nagħmlu, imma jħarsu wkoll lejn l-interessi tal-familja tagħna, kemm bħala unit kif ukoll bħala l-membri individwali tagħha.", "Ma nistgħux ma nkomplux nirrepetu u nemmnu b'konvinzjoni sħiħa li l-familja tibqa' dejjem is-sinsla, il-pedament ta' dan il-pajjiż u kulma nagħmlu rridu naraw li jkun indirizzat biex waqt li l- individwi jkollhom id-drittijiet tagħhom, il-familja bħala unit għandha d- drittijiet tagħha wkoll u aħna rridu nwieġbu għalihom fiċ-ċirkostanzi preżenti tal-lum.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Marie Louise coleiro.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Mr Speaker, fil-fatt ma kellix l-intenzjoni li nagħmel intervent fuq din il-liġi, pero` xtaqt nagħmel ċertu enfasi fuq xi punti li semmiet l-Onor.", "Dolores Cristina għax inħoss li ċerti aspetti li kienet qed tititkellem dwarhom forsi ma ħarsitx lejhom b'mod ħolisitku.", "L-ewwelnett inħoss li liġi bħal din tat opportunita` lil dan il-parlament li għallinqas niftħu dibattitu ftit iktar wiesa' fuq il-qagħda tad- drittijiet tan-nisa f'pajjiżna.", "Ma nistgħux inħarsu lejha bħala emenda rqiqa u dejqa għal xi ħaġa li ilha hemm.", "Kif qalet ukoll l-Onor.", "Dalli, il- liġi dwar is-social security għandha ħafna anomaliji li jaqtgħu kontra n- nisa.", "M'iniex qed ngħid li m'hemmx anomaliji li jaqtgħu kontra l-irġiel ukoll, u importanti li din nagħmluha fil-parentesi ħalli ma ninftehmux li qisna f'daqqa waħda qegħdin naqbżu għal xi parti biss minn din is-soċjeta`, irridu naqbżu għas-soċjeta` kollha.", "GĦalhekk huwa importanti li d- drittijiet tan-nisa jkunu daqs ta' l-irġiel u fl-istess waqt, fejn hemm anomaliji kontra l-irġiel, naraw li dawn jitneħħew ukoll.", "L-Onor.", "Cristina tkellmet fit-tul fuq il-kwestjoni tal-kwoti.", "Ħafna żmien ilu jien ukoll kont naħseb li jekk trid tasal bħala mara.", "Qed ngħid ħafna żmien ilu għax jien bdejt fil-politika meta kont tifla żgħira ta' 16-il sena, kważi 30 sena ilu.", "Dak iż-żmien, peress li ma kontx għadni missejt b'idejja s-soċjeta` Maltija x'toffri kont naħseb li we can make it on our own.", "U forsi anke għax dak iż-żmien ma kontx omm u allura ma kontx naf xi tfisser ir-responsabbilta` tal-familja.", "Pero` iktar ma għaddew esperjenzi u fażijiet f'ħajti iktar bdejt nirrealizza li jekk in-nisa mhux se jkollhom - ma rridx ngħid imbottatura għax mhix il-kelma - aċċess veru u effettiv għal-livelli kollha tat-tmexxija pubblika mhux se naslu biex naraw biżżejjed nisa fl-istrutturi kollha fejn is-soċejta` għandha bżonn irġiel u nisa flimkien.", "Għalhekk forsi kkonvinċejt ruħi mbagħad fuq il-kwestjoni tal-kwoti għax jien ukoll, bħall-Onor.", "Cristina u bħal kull wieħed u waħda minna hawn ġew, niltaqa' ma ' nisa li huma validi ħafna, għandhom ħafna x'joffru lill-pajjiżna, imma b'xi mod jibqgħu lura.", "Jien inħoss li mhux biss it-tradizzjoni, il-kultura u s-sens ta' biża' qed ixekkel lin-nisa Maltin u Għawdxin milli jiġu 'l quddiem anke fil-livell politiku.", "Dawn jistgħu jkunu parti mir-raġuni, imma hemm aspetti oħra li wieħed irid jikkonsidrahom bis-serjeta` jekk irridu nitkellmu sewwa fuq kemm in-nisa qed jersqu 'l quddiem on their own steam biex jipparteċipaw.", "Jien bħall-Onor.", "Cristina jdejjaqni ħafna l-fatt li l-Parlament Malti m'għandux din ir-rappreżentanza sħiħa tas-soċjeta` tagħna għax in-numru ta' nisa li hawn verament huwa żgħir hawnhekk.", "Dan idejjaqni immens, imma jdejjaqni wkoll il-fatt li ma jkunx hemm lista ikbar ta' nisa kandidati għall-elezzjonijiet ġenerali.", "Pero` dan ma nattribwixxihx biss għat- tradizzjoni, għall-kultura jew minħabba biża', hemm fatturi li huma day-to- day, il-ħobż ta' kuljum.", "Per eżempju, ħafna nisa m'humiex finanzjarjament indipendenti u allura għandhom diffikulta` finanzjarja biex jersqu 'l quddiem.", "Nisa oħra bil-familja għandhom diffikulta` minħabba t-trobbija ta' l-ulied.", "X'se jiġri waqt il-ħin li jkunu qegħdin jagħmlu l-canvassing waqt kampanja elettorali u mbagħad fl-eventwalita` li jitilgħu fil-parlament.", "Dan il- parlament huwa xempju ta' kemm f'dan il-pajjiż għadna m'għarafniex il- konċett ta' family friendly situations għax fin-normalita` tiegħu jiltaqa' fis-6.00 p.m. u sakemm tasal id-dar jilħqu l-10:00 p.m. u dejjem issib lil uliedek reqdin.", "U jekk m'għandekx ma' min tħallihom trid iġġib hired help id-dar ħalli tkun tista' sserraħ rasek li t-tfal reqdin.", "Dawn huma fatturi li rridu ngħiduhom.", "Anke fil-qasam tax-xogħol qegħdin naraw diskrepanzi kbar meta llum l-universita` qed tinvesti tant fit-tfajliet u fiż-żgħażagħ bniet Maltin u Għawdxin.", "Illum in-numru ta' nisa li qed jattendu l- università qed jaqbeż dak ta' l-irġiel.", "Ftit ilu kien sar tracer study x'qed jiġri mill-graduates u nstab li wara ċerti snin in-nisa gradwati jibdew jisparixxu ftit ftit għax jidħlu f'dik l- eta` li jrabbu l-familja u peress li aħna m'għandniex biżżejjed strutturi, policies u anke programmi għall-kura ta' l-ulied waqt il-ħin li l-mara tkun barra mid-dar, din ikollha tieqaf mix-xogħol.", "Illum il-familja m'għadhiex fis-sitwazzjoni bħalma kienet 15, 20 sena ilu fejn għandek in-nanniet li tista' sserraħ rasek fuqhom u ħallejt it-tfal magħhom.", "Illum il-forma tal- familja tagħna qed tinbidel skond l-esiġenzi li qed joħolqu l-bidliet ekonomiċi u soċjali tagħna.", "GĦaldaqstant aħna ma nistgħux nitkellmu biss fuq aspett ta' kultura u ta' tradizzjoni u ta' biża', imma hemm affarijiet day-to-day li verament qed ixekklu lin-nisa milli jidħlu f'dawk l-istrutturi fejn għandna ħafna bżonn li jkun hemm il-parteċipazzjoni tan-nisa.", "Fil-qasam tax-xogħol għandna l- bżonn il-parteċipazzjoni tan-nisa minħabba l-qagħda finanzjarja u ekonomika ta' pajjiżna, u fil-qasam politiku, fil-qasam tat-tmexxija pubblika jeħtieġ li l-perspettiva tan-nisa tkun hemm flimkien ma' ta' l-irġiel ħalli nassiguraw li dak li jkun qed jiġi mfassal, dak li jkun qed jiġi mwettaq ikun definittivament qed jindirizza l-bżonnijiet tas-soċjeta` tagħna għax is-soċejta` tagħna hija magħmula min-nisa u mill-irġiel.", "Niġi għal punt ieħor li ma ssemmiex hawnhekk imma se nieħu l-opportunita` biex insemmih.", "Irridu noqogħdu attenti li mhux niġu hawnhekk b'leġislazzjonijiet fejn nagħtu impressjoni li se jiġru ħafna affarijiet imbagħad b'dak li jkun qed jiġri fil-prattika nkunu qed ngħaddu messaġġi kompletament bil-maqlub.", "Il-bieraħ ġejt avviċinata minn nisa separati b'digrieti tal-qorti li sfortunatament ġew deserted kompletament mill-ex- irġiel tagħhom jew il-manteniment ma tħallas qatt.", "Dawn in-nisa ġew mitluba mid-dipartiment tas-sigurta` soċjali biex ifittxu lill-ex-irġiel tagħhom għall-manteniment tagħhom u ta' wliedhom wara ħafna snin.", "Jiġifieri dawn jgħixu bl-għajnuna soċjali u jien fhimt li din se tkun xi miżura oħra tad-dipartiment biex jaqta' ċerti spejjeż.", "Ħalli nagħmilha ċara li jien naqbel li min għandu jerfa' ċerti responsabilitajiet u jwettaq l-obbligi tiegħu lejn il-familja u lejn il- pajjiż għandna naraw kif nistgħu nġegħluh jerfa' r-responsabbilta` u l- obbligi, pero` rridu nifhmu wkoll li ma nistgħux nerġgħu nwaddbu piż ieħor fuq dawn in-nisa, għax hekk qed jiġri.", "Erġajna waddabna l-ballun f'sieq dawn in-nisa li jkunu diġa` għaddew minn martirju kbir fil-proċeduri tal- qrati biex isseparaw, imbagħad għaddew minn trawmiet oħra fejn ir-raġel li kellhom litteralment ikun abbanduna anke lil uliedu għax lanqas il- manteniment ma jkun qed jagħti.", "Se nerġgħu ngħadduhom minn martirju meta dawn ikunu diġa` limitati immens finanzjarjament.", "Nistaqsi xi kwalita` ta' raġunar hemm fuq din it-tip ta' miżura.", "Kieku tgħid id-dipartiament tas-sigurta` soċjali ħoloq xi tip ta' unit, kif hemm l-Ingilterra - fil-fatt l-Ingilterra hemm unit u anke hemm NGOs - li għandhom dik is-saħħa legali li jgħinu lil dawn in-nisa jsolvu d- diffikultajiet tagħhom biex jiġi assigurat li l-ex-raġel tagħhom jagħtihom il-manteniment li suppost qed jagħtihom, imma l-gvern m'offra xejn.", "Bagħat biss avviż fejn werwer lil dawn in-nisa u qalilhom biex ifittxu lir-raġel tagħhom għall-manteniment, u dan wara snin kbar.", "Hemm każ partikolari fejn is-sentenza tal-qorti lanqas l-aċċess għall-ulied ma ħallietlu lil dan ir-raġel għax huwa drogat u kien qed jiskonta sentenza fil-faċilita` korrettiva ta' Kordin.", "Saħansitra kien marbut bis-sentenza li jagħti flus lura lil-ex-mara tiegħu u lanqas dawn ma taha.", "Issa għaddew ħafna snin u sal-lum ma tafx fejn qiegħed.", "Din il-mara rċeviet din it-tip ta' notice u ġiet għandi kkonfonduta tistaqsini x'se tagħmel.", "Ma tafx fejn se tmur tfittxu, la taf fejn joqgħod u lanqas taf jekk ħariġx mill- faċilita` korrettiva ta' Kordin, apparti l-fatt li m'għandhiex flus biex terġa' tagħmel rikors il-qorti, tqabbad avukat eċċ.", "Forsi xi ħadd min-naħa tal-gvern jgħid li wieħed jista' jagħmel użu mil- legal aid.", "Imma f'din il-Kamra xbajt ngħid li l-legal aid hija xi ħaġa ta' l-impossibbli jekk trid li l-affarijiet jiġru fit-temp li suppost jiġru.", "Jien dejjem nistenna bit-tama għal dawn in-nies li għandhom bżonn il-legal aid biex il-ġustizzja sseħħ magħhom, imma sal-lum li l-ebda tip ta' riforma għadu ma ressaq il-gvern f'din il-Kamra.", "Jien kemm-il darba ssuġġerejt li l-legal aid jieħu l-forma fejn il-persuna tqabbad l-avukat ta' l-għażla tagħha u mbagħad dak l-avukat jitħallas skond it-tariffa stabbilita mill- qorti u jkun taħt il-forma ta' legal aid.", "Din is-sistema hija aħjar minn dik li hemm illum, fejn hemm ġranet partikolari meta tmur ġewwa l-qorti, li meta tibda lanqas taf, aħseb u ara meta tispiċċa.", "M'iniex qed nindirrizza ruħi lejn xi ħadd partikolari, qed nindirizza ruħi lejn is-sistema li hija antikwata u ineffettiva.", "Din hija sistema li suppost qed tagħti ġustizzja u meta tkun ineffettiva mhux talli ma tkunx qed tagħti ġustizzja talli tkun qed toħloq inġustizzja!", "Ma rridx intawwal għax, kif għedt, ma kellix il-ħsieb li nitkellem fuq din il-liġi.", "Qgħadt nisma' b'interess kbir liż-żewġ naħat tal-Kamra jintervjenu u ħadt gost li d-diskussjoni ġiet imwessgħa iktar milli fuq din l-emenda żgħira li qed issir għas-Social Security Act.", "Jien nawgura lill- gvern li jiġi 'l quddiem b'iktar emendi fejn naċċertaw li għallinqas ikollna l-qafas legali li jassigura li jkollna gender equality ta' veru f'dan il-pajjiż.", "Jiġifieri m'iniex qed ngħid għad-drittijiet tan-nisa biss imma jkollna n-nisa u l-irġiel fuq l-istess bażi.", "Nawgura lill-gvern li jfittex iwettaq dawk il-miżuri li jmorru lil hinn mill-qafas legali, jiġifieri l-miżuri aministrattivi li bihom dak il-qafas legali jkun jista' jwettaq fil-prattika l-ugwaljanza effettiva.", "Grazzi.", "Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "L-Aġent Prim Ministru, jekk jogħġbu, jagħmel il- winding up.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, l-ewwelnett nirringrazzja lill- kelliema kollha li ħadu sehem f'dan id-dibattitu.", "Kif spjegajt fl- introduzzjoni tiegħi din il-liġi effettivament tindirizza aspett wieħed partikolari li joħloq problemi ta' diskriminazzjoni fil-liġi dwar is- sigurta` soċjali.", "L-Onor.", "Dolores Cristina għamlet tajjeb li fl-intervent tagħha rrepetiet l-ispjegazzjoni għaliex qiegħda tiġi introdotta din l- emenda, li tajt jien fil-bidu tas-seduta.", "Għax kien hawn min fehem li din", "qiegħda ssir biex titneħħa xi diskriminazzjoni li hemm kontra l-irġiel.", "Effettivament mhijiex hekk.", "Fil-liġi kif inhi mara miżżewġa li tgħix mar- raġel tagħha hija mqiegħda f'pożizzjoni differenti mill-bqija tas-soċjetà Maltija.", "Tista' tkun ġuvni, tista' tkun xebba, tista' tkun miżżewġa separata, tista' tkun self-employed ġuvni.", "U din l-emenda fiċ-ċokon tagħha taż-żewġ artikli qiegħda tindirizza din l-issue.", "Però spjegajt ukoll, u rrepetietha l-Onor.", "Cristina, li l-gvern jikkonsidra din bħala miżura temporanja għax għaddej bi proċess li se jwassal għal proposti għar-riforma fil-qasam tal-welfare f'pajjiżna f'dak li għandu x'jaqsam ma' pensjonijiet u saħħa.", "Allura l-eżerċizzju sħiħ se jkun jinkludi aspetti oħrajn, differenti u din il-miżura mbagħad bilfors tiġi assorbita f'dawn il-bidliet kollha li għad irridu nressqu quddiem il-poplu Malti għad-diskussjoni u mbagħad eventwalment quddiem dan il-parlament.", "Mr Speaker, kien inevitabbli - u jien ma ddejjaqtx - li dan id-dibattitu naturalment joħroġ ftit at a tangent u jolqot aspetti li għandhom x'jaqsmu ma' l-ugwaljanza tal-mara fis-soċjetà Maltija.", "Huwa tajjeb li l-parlament jiddiskuti dawn l-issues għas-sempliċi raġuni li l-fatti jitkellmu waħedhom.", "F'pajjiżna l-mara għadha mhijiex imdaħħla kompletament fil- ħolqien tal-ġid tal-pajjiż, fil-ħolqien tas-soċjetà tal-pajjiż.", "F'pajjiżna għad għandna kultura li għadha mhijiex biżżejjed miftuħa għar-rwol li l- mara għandha u għandu jkollha fl-iżvilupp tas-soċjetà tagħna.", "Forsi huwa frott ta' kultura li ġejja tul in-numru ta' snin, huwa frott ta' ċerti valuri li biż-żmenijiet imbagħad jibdew jinbidlu, forsi huwa riżultat ta' standard ta' edukazzjoni li tinbidel mal-medda taż-żmien.", "Huma x'inhuma r- raġunijiet il-fatti huma dawk.", "U dawn il-fatti għandhom l-implikazzjoni mhux biss soċjali - li għalija hija l-iktar dimensjoni li jien niffoka fuqha - imma bħalma dejjem ngħidu kollha kemm aħna, id-dimensjoni soċjali għandha id f'id magħha d-dimensjoni ekonomika u viċi-versa, jiġifieri d-dimensjoni ekonomika timxi id f'id mad- dimensjoni soċjali.", "U l-verità sagrosanta hija li l-fatt li l-mara Maltija għadha mhijiex parteċipi bis-sħiħ fil-ħolqien ta' l-iżvilupp tas-soċjetà, ifisser li hemm implikazzjonijiet ekonomiċi.", "U l-istatistika turina biċ- ċar li r-rata tal-parteċipazzjoni tal-mara Maltija fid-dinja tax-xogħol f'pajjiżna hija baxxa immens meta mqabbla ma' dik ta' pajjiżi oħrajn u dak il-fatt qed ibaxxi r-rata ta' parteċipazzjoni overall tal-poplu Malti fil- ħolqien tax-xogħol.", "Allura d-data ekonomika qiegħda hemm, ir-realtajiet soċjali qiegħdin hemmhekk u aħna għandna d-dmir li nirrispondu għalihom bħala gvern u bħala parlament għaliex id-dmir tagħna huwa li noħolqu liġijiet u strutturi li jirrispondi għall-bżonnijiet ta' pajjiżna, però dejjem imdawlin bil-valuri li jiggwidawna.", "U l-valuri li jiggwidawna - qed nitkellem għan-naħa tal- gvern u għan-naħa tal-partit li jien nirrappreżenta - huma mibnija fuq il- valur qawwi, b'saħħtu tal-familja.", "Aħna rridu li jkollna familji b'saħħithom u nemmnu li nistgħu nsaħħu l- familji tagħna filwaqt li nieħdu inizjattivi li jsaħħu l-infrastruttura li għandna f'pajjiżna biex il-ħidma ekonomika timxi 'l quddiem u niftħu l-bieb għall-parteċipazzjoni tal-mara, biex hija tkun tista' tiżviluppa l-karriera tagħha għas-sodisfazzjon tagħha u anke għall-ġid tal-pajjiż.", "Aħna ma qgħadniex b'idejna fuq żaqqna tul dawn is-snin kollha, partikolarment f'dawn l-aħħar tlieta jew erba' snin, għaliex għaddejna lista ta' liġijiet li semmiethom diġà l-Onor.", "Cristina, m'hemmx għalfejn intawwal jien.", "Jien nibqa' nenfasizza fuq il-liġi tax-xogħol għax donnu mhux kulħadd assorba biżżejjed li l-intenzjoni tal-miżuri li daħħalna fil- liġi tax-xogħol kienet biex kemm jista' jkun niftħu iżjed il-bieb għall- mara Maltija ħalli tipparteċipa fid-dinja tax-xogħol f'pajjiżna.", "Daħħalna l-miżuri kollha li huma favur il-familja, bħall-parental leave, il- protezzjoni lill-part-timers, il-protezzjoni għal min hu bir-reduced hours, u l-klawsoli ġodda fil-liġi tax-xogħol, fosthom li ma tistax issir diskriminazzjoni fuq il-post tax-xogħol.", "Dawn ma kenux jeżistu dawn fil- liġijiet tax-xogħol tagħna, imma daħħalnihom sena ilu meta għaddejna l-liġi ġdida tax-xogħol f'dan il-parlament li kellha l-kunsens u l-approvazzjoni mhux biss ta' din il-Kamra, imma kellha l-kunsens u l-approvazzjoni tal- pajjiż kollu kemm hu għax kienet frott ta' konsultazzjoni pubblika li naħseb kienet unika.", "Jekk ma kenitx unika, imma ftit saru bħalha, għax domna niddiskutu mal-partijiet soċjali fuq medda ta' sentejn żgur u mbagħad ippubblikajna white paper, wara l-white paper smajna l-kummenti u s- suġġerimenti kollha u eventwalment daħħalnihom.", "Ħalli ma ntawwalx fuq dan il-punt.", "Imma dik il-liġi kienet breakthrough qawwija.", "Allura għall-kumment tal-kap ta' l-oppożizzjoni - li ġie jagħmel intervent ta' kwarta hawnhekk u telaq 'il barra - fejn qal li bażikament m'għamilna xejn, jien ngħidlu: \"Jaħasra anke fuq din!", "Ma ndunajtx bil-bidliet il-kbar li għamilna f'pajjiżna!\"", "Jiġifieri dan il-gvern kien għaddej minn inizjattiva għal inizjattiva għal inizjattiva u l-kap ta' l-oppożizzjoni kien moħħu f'xi ħaġa oħra u ma ndunax bil-bidliet kbar li konna qegħdin nintroduċu.", "Jiġi jgħidilna fuq l- ugwaljanza!", "Mela ma kienx dan il-gvern fil-leġislatura l-oħra li ntroduċa liġi għall-ugwaljanza bejn is-sessi, li permezz ta' dik il-liġi issa se jkollna kummissarju li huwa responsabbli biex jara li f'pajjiżna ma tkunx tista' ssir diskriminazzjoni, u mhux hekk biss, imma jkun jew tkun proattiv jew proattiva biex f'pajjiżna nimxu 'l quddiem f'dan il-qasam!", "Hawnhekk għamilna bidla kbira li kienet tinkludi affarijiet oħrajn, fosthom inizjattivi li għandhom x'jaqsmu mal-fastidju sesswali fuq il-post tax- xogħol u anke mhux fuq il-post tax-xogħol, u tant inizjattivi oħrajn.", "Imma din kienet liġi partikolari li ndirizzat il-kwestjoni ta' l-ugwaljanza f'pajjiżna.", "U jien ngħid li dak huwa pass ieħor importanti, milestone oħra importanti f'triq li għad fadlilna x'nimxu fiha għax il-ħsieb tiegħi - li għad irridu nagħġnuh iżjed - huwa li naraw li dik il-kummissjoni għall- ugwaljanza li issa se titwaqqaf bil-liġi, eventwalment tiżviluppa fil- kummissjoni nazzjonali li taċċerta li f'pajjiżna ma jkun hawn ebda forma ta' diskriminazzjoni.", "U allura qbadna t-triq.", "GĦalhekk ma nistax nifhem kif niġi hawn fil-parlament u kull darba nisma' kollox abjad u kollox iswed, kif kien id-diskors tal-kap ta' l-oppożizzjoni sfortunatment, b'differenza mill-interventi l-oħrajn.", "Fl-intervent ta' kwarta li għamel, ħlief diskors negattiv ma smajtx.", "Din hija prova oħra ċara li l-kap ta' l-oppożizzjoni kien qed jgħix fis-sħab, għadu jgħix fis- sħab u milli jidher se jibqa' jgħix fis-sħab għax ma ndunax bil-volum tax- xogħol li għamilna, bil-bidliet kbar li għamilna f'dan il-pajjiż, liema bidliet qed iġibu ġid kbir soċjali u anke ekonomiku għal pajjiżna.", "Ma rridx intawwal wisq fuq dan il-punt.", "Tkellmet l-Onor.", "Cristina li rrispondiet il-punti ewlenin ta' kelliema oħrajn.", "Irrid nagħmel żewġ kummenti fuq xi interventi li saru l-bieraħ, barra dak tal-kap ta' l- oppożizzjoni.", "Jien naqbel ma' l-Onor.", "Karl Chircop li f'mument minnhom qal li jeħtieġ li l-liġi dwar is-sigurtà soċjali nagħmluha iktar sempliċi ħalli tkun tista' tinftiehem aħjar.", "Dan kien wieħed mill-eżerċizzji li konna qed nittamaw li nagħmlu.", "Però l-Kamra tifhem li ladarba dik il-liġi trid tgħaddi minn bidliet li jistgħu jkunu sostanzjali, ma jagħmilx sens li nabqdu dik il-liġi u nagħmluha b'mod iktar sempliċi meta nafu li għad irridu ndaħħlu bidliet oħrajn ġodda.", "Il-proċess ta' bidliet li pajjiżna jrid bilfors jintroduċi biex jiggarantixxi s-sostenibilità tax-xibka soċjali, ta' benefiċċji li għandna f'pajjiżna, se jfisser emendi radikali fil-liġi dwar is-sigurtà soċjali.", "Jien nittama li dak l-eżerċizzju allura jgħinna biex nolqtu żewġt għasafar b'ġebla waħda, jiġifieri li jkollna liġi li tkun tista' tinftiehem u mhux ikollna liġi li biex tifhimha mhux biss trid tkun avukat u professur, imma trid tkun avukat u professur u probabbilment il-kap tad-dipartiment li tkun ilek taħdem fuq dik il-liġi biex ikollok it-trufijiet kollha tagħha li jwassluk għall-konklużjoni li tkun trid fuq każijiet partikolari.", "Allura biex nirrispondi għall-punt li għamel l-Onor.", "Chircop ngħid li naqbel li l-liġi għandha tiġi simplifikata, però dan proċess li jista' jsir biss wara li nkunu għaddejna minn bidliet li għandna bżonn ngħaddu f'pajjiżna.", "L-Onor.", "Chircop semma punt ieħor dwar l-unemployment benefit.", "Qal li għandna każijiet ta' nies li wara perijodu ta' żmien li jirċievu l- unemployment benefit jaqgħu fuq ir-relief u peress li jkunu qegħdin jgħixu ma' xi ħadd minn tal-familja allura ma jikkwalifikawx għal dak ir-relief.", "Dan huwa veru.", "Is-sistema tagħna hija li l-benefiċċju għall-qgħad jitħallas għal perijodu ta' sitt xhur.", "Hawnhekk irridu nifhmu li dawn il-benefiċċji jitħallsu għax kull min jaħdem iħallas in-national insurance.", "Infakkar lil kulħadd li din hija insurance.", "Aħna nħallsu l-bolla biex ninxurjaw ruħna għal ċerti benefiċċji.", "Fost il- benefiċċji li aħna qed ninxurjaw ruħna għalihom hemm il-benefiċċju tad- diżimpjieg li jkopri perijodu ta' sitt xhur.", "Wara sitt xhur dak il- benefiċċju jispiċċa, jiġifieri tibqa' tirreġistra, però jekk m'għandekx dħul trid tikkwalifika għal benefiċċju ieħor differenti li huwa l- benefiċċju ta' l-assistenza soċjali, li hemm kriterji differenti biex tibbenefika minnu.", "Aħna naqblu li fejn hu possibbli ntejbu, dejjem fil-limiti tar-riżorsi tal- pajjiż, però noqogħdu attenti li ma noħolqux, b'intenzjoni tajba, inċentivi biex in-nies jibqgħu d-dar ma jagħmlu xejn għax sejrin tajjeb bil-hand-outs tal-gvern, minflok li ninċentivaw lin-nies biex imorru jaħdmu ħalli jaqilgħu l-għajxien tagħhom għall-aħjar ġid tagħhom u għall-aħjar ġid ta' pajjiżna.", "Il-kapaċità tagħna bħala deputati f'parlament - bħala gvern imma anke bħala deputati fil-parlament - irridu nuruha fil-kapaċità li nsibu dik il-formola maġika li ssib il-bilanċ bejn l-għajnuna li rridu nagħtu bħala benefiċċju soċjali jew għajnuna għax xi ħadd ikun għaddej minn diffikultà, per eżempju qed jirreġistra, u marbut ma' dak - in-naħa l-oħra tal-munita għax il-munita għandha żewġ uċuh - il-fatt li rridu nirrikonoxxu li jrid ikun hemm inċentiva biex tmur taħdem u mhux ikun hemm inċentiva biex ma tmurx taħdem.", "GĦalhekk f'pajjiżna għandna ċerti regoli u bnejna dan il-qafas soċjali - li rrid ngħid li ħadem tajjeb tul is-snin - li mhux talli ħadem tajjeb talli l- isfida l-kbira li għandna llum hija kemm aħna kapaċi niggarantixxu li tibqa' taħdem tajjeb għas-snin li ġejjin.", "Kemm aħna kapaċi li l- ġenerazzjonijiet futuri li għandu dan il-pajjiż nagħtuhom wirt il- benefiċċji soċjali u s-sistema soċjali li għandna f'pajjiżna, kemm aħna kapaċi allura nieħdu d-deċiżjonijiet illum - diffiċli kemm ikunu diffiċli - biex nagħtu garanzija li x-xibka soċjali f'pajjiżna tibqa' dik ix-xibka li bħala valuri aħna nemmnu fiha.", "Hawnhekk il-kapaċità li aħna rridu nuru.", "Jien fhimt il-punt ta' l-Onor.", "Chircop fuq dan il-benefiċċju ta' diżimpjieg.", "Fil-fatt jien wasluli xi ittri f'dan is-sens imma mhijiex sempliċi daqshekk għax hemm konsiderazzjonijiet importanti ħafna li rridu nżomu quddiem għajnejna.", "Mr Speaker, m'għandix għalfejn inkompli iżjed minn hekk għax jidhirli li semmejna l-punti importanti kollha.", "Din hija miżura li tindirizza aspett wieħed partikolari tal-liġi dwar is-sigurtà soċjali, hija miżura li ġġib lil kulħadd on a level playing field biex ma jkunx hemm distinzjoni bejn gruppi ta' persuni u gruppi ta' persuni oħrajn.", "Però din il-miżura wieħed għadha pitgħada jrid jaraha fil-kontest ta' bidliet ħafna iżjed radikali, ħafna iżjed importanti, ħafna iżjed wesgħin li għad irridu nintroduċu għal- liġi dwar is-sigurtà soċjali.", "Jien nistieden lill-Kamra biex tivvota favur dan l-abbozz ta' liġi ħalli nkunu solvejna dan il-punt, imbagħad inkunu nistgħu nimxu 'l quddiem minn hawn.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Se npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi li l- Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali, Kap. 318\" ikun moqri t-Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tieni Darba.", "MR SPEAKER: L-Aġent Prim Ministru", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, nipproponi li dan l-abbozz ta' liġi jiġi trattat fil-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li dan l-abbozz ta' liġi jiġi trattat fil- kumitat permanenti għall-konsiderazzjoni ta' l-abbozzi ta' liġi.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-PROFESSJONI TAX-XOGĦOL SOĊJALI", "SOCIAL WORK PROFESSION BILL", "MR SPEAKER: L-Aġent Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, nipproponi t-Tieni Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jipprovdi għar-regolamentazzjoni tal-professjoni tax-xogħol soċjali u biex jipprovdi għal ħwejjeġ konnessi magħha jew li huma anċillari għaliha\".", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "DAVID AGIUS: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Hemm rimarki?", "L-Aġent Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, dan huwa mument ieħor ta' sodisfazzjon fil-karriera politika tiegħi.", "Hemm mumenti ta' sodisfazzjon fil-karriera politika tiegħi li meta nħares lura lejhom nibqa' niftakarhom bħala mumenti li jien flimkien ma' oħrajn naturalment inkunu għamilna xi ħaġa li ġenwinament ħdimna fuqha intensament, emminna fiha li tkun miżura, inizjattiva, tkun xi ħaġa li tbiddel is-soċjetà tagħna għall-ġid għall- quddiem.", "Irrid ngħid li huwa privileġġ u unur ukoll għalija li fl-aħħar, wara ħafna u ħafna snin, wasalna fl-istadju llum fejn il-pajjiż, permezz ta' dan il- parlament, se jagħti r-rikonoxximent ta' status professjonali lil grupp ta' ħaddiema li jaħdmu fil-qasam soċjali.", "Xogħolhom, min-natura tiegħu stess, fil-biċċa l-kbira tal-każijiet iressaqhom viċin is-settur tal-poplu tagħna li jkun għaddej minn problemi; dak is-settur tal-poplu li jien dejjem inħobb niddeskrivih bħala li jkollu bżonn spalla fuq min iserraħ.", "Peress li dan huwa mument importanti u din il-liġi tfisser ħafna - għalija tfisser ħafna u naħseb li tfisser ħafna għall-membri taż-żewġ naħat tal- Kamra, bħalma tfisser ħafna għal min jaħdem fil-qasam tax-xogħol soċjali f'pajjiżna - naħseb li nkun qiegħed inkun ġust mar-realtà li qegħdin nittrattaw f'dan il-parlament illejla jekk din il-liġi ma naqbadx u nintroduċiha billi nispjega biss l-implikazzjonijiet forsi ġenerali, mhux fid-dettall, ta' l-artikoli tal-liġi, imma nispjega għall-benefiċċju ta' kulħadd, anke for the record, il-proċess u l-isfond storiku – meta ngħid storiku jiġifieri ta' dawn l-aħħar snin riċenti – li wassalna f'dan il- mument li qegħdin fih, il-mument fejn se nagħtu dan ir-rikoxximent ta' status ta' professjoni lil min jaħdem bħala social worker.", "Nixtieq nibda billi l-ewwelnett ngħid li f'pajjiżna - naħseb li dan huwa l- punt tat-tluq - minkejja kemm nikkritikaw, kemm kultant infittxu x-xagħra fl-għaġina u naraw ċerti difetti f'xulxin, dejjem niftaħru, u bir-raġun, li l-poplu Malti għandu qalb kbira, jagħti kas, jimpurtah min-nies.", "U m'hemmx dubju dwar dan.", "L-istorja kostanti ta' pajjiżna ta' mijiet ta' snin uriet li dan il-poplu huwa tassew poplu b'qalb ġeneruża u li fil-maġġoranza kbira tal-familji Maltin huwa magħmul min-nies li għandhom sens ta' solidarjietà li hija b'saħħitha ħafna.", "Issa ma noqogħdux nimlew rasna għax hemm x'tikkritika fis-sens ta' kemm dan il-valur illum huwa reali u soċjalment ta' sustanza.", "Jien wisq nibża' li kultant aħna mingħalina li għax tiġi l-Istrina fl-aħħar tas-sena u niġbru ma nafx kemm-il elf lira, miljun lira, allura ngħidu kemm għandna qalbna kbira.", "Dak huwa sinjal tajjeb, jiġifieri m'iniex qed nikkritika dak.", "Però Allaħares nikkuntenta b'dak għax dak huwa parti żgħira minn stampa, minn pittura fejn qed tpinġi l-valur tas-solidarjetà.", "Allaħares il-valur tas-solidarjetà tagħtih il-valur ta' flus għax ma jibqax valur ta' solidarjetà.", "Imma l-valur tas-solidarjetà huwa l-fatt li l-bniedem mill- istonku tiegħu jħoss li hemm xi ħadd li għandu bżonn l-għajnuna.", "U kważi anke jekk inti stess ma tkunx tiflaħ, anke jekk inti stess tkun marida, anke jekk inti stess għandek bżonn, tħoss il-bżonn li inti tgħin lil ħaddieħor.", "Dak hu l-valur tas-solidarjetà.", "Jien ngħid li l-poplu tagħna in ġenerali għandu dan il-valur.", "Issa biex nerfa' r-responsabbiltà tiegħi bħala ministru tal-gvern u bħala deputat f'dan il-parlament ukoll, ngħid li d-dmir tagħna lkoll f'din l-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż huwa li dan il-valur inseddquh, insaħħuh u nkomplu nkabbruh fl-għaġna ta' dak li jagħmel l-identità tal-poplu Malti.", "Din qiegħda fid-DNA tagħna, però noqogħdu attenti għax il-pressjoni taż- żmenijiet tal-lum, l-istil ta' ħajja f'soċjetajiet oħrajn, it-tibdil ta' prijoritajiet f'soċjetajiet oħrajn li llum aħna esposti ħafna iżjed minn qatt qabel għalihom permezz ta' mezzi ta' komunikazzjoni ħafna iżjed moderni milli qatt kellna s'issa - aħna bħall-popli l-oħrajn kollha fid- dinja naturalment - ipoġġu pressjoni kbira fuq dak li tradizzjonalment aħna konna ngħożżu u għadna qed ngħożżuh bħala wieħed mit-teżori l-kbar ta' dak li jagħmel l-identità Maltija.", "Dan il-valur kbir tas-solidarjetà.", "Minn dan il-punt irridu nitilqu biex finalment, kif issa se nispjega fid- diskors tiegħi naslu għal din il-liġi li wkoll tiffittja ma' din id-DNA li tinkludi l-valur tas-solidarjetà f'pajjiżna.", "Dan il-valur tas-solidarjetà kiber u ġie sostnut ħafna bil-preżenza tal-volontarjat f'pajjiżna u naturalment bil-parteċipazzjoni qawwija tar-rwol tal-knisja kattolika Maltija tul medda twila ta' snin.", "Kienet il-knisja li żviluppat il-konċett ta' karità għal solidarjetà u rajnieh ifeġġ f'Malta f'inizjattivi li kienu avant-garde għal ċerti żmenijiet.", "Il-qasam li jien l-iktar ħdimt fuqu tul is-snin li għaddew kien il-qasam tal-persuni b'diżabilità u ma nistax ma nsemmix x'fisser it-twaqqif tad-Dar tal-Provvidenza fis-snin ħamsin u sittin, il-fatt li kien hawn min qed jieħu ħsieb il-persuni b'diżabilità.", "Il-proċess li beda dak iż-żmien jew kompla, biex ma ngħidx beda, jibni fuq l-imgħoddi fejn il-knisja, l-azzjoni kattolika, il-volontarjat, il-lajċi flimkien ingħaqdu flimkien biex jittrattaw dak il-qasam.", "Qed insemmi dan il-qasam bħala eżempju għax kien hemm oqsma oħrajn li kienu r-riżultat ta' inizjattivi ta' organizzazzjonijiet, ta' persuni li mbagħad ingħataw iktar saħħa għax gvernijiet differenti bdew jikkontribwixxu finanzjarjament biex dan il-valur ikun jista' jitkattar permezz ta' benefiċċji soċjali li bdew jidħlu bil-mod il-mod.", "Il-benefiċċji soċjali li bdew jidħlu kienu mibnija wkoll fuq il-konċett tas- solidarjetà fejn min jiflaħ, min jista' jħallas it-taxxi biex il-gvern tal- pajjiż jamministrahom b'mod li, fost proġetti oħrajn li huma importanti biex il-pajjiż jiżviluppa ekonomikament, jużahom ukoll b'mod li jitħaddem il-valur tas-solidarjetà.", "Allura beda jingħata l-appoġġ li jkun hemm bżonn lil dik is-sezzjoni tal-poplu tagħna li tkun batuta u jkollha bżonn ta' ħaddieħor ħalli jkollna soċjetà li ma tkunx maqsuma bejn klassijiet, fejn m'għandekx il-fqir u s-sinjur, fejn kemm jista' jkun kulħadd jimxi 'l quddiem.", "Bil-mod il-mod il-knisja, il-volontarjat u gvernijiet differenti bdew jiżviluppaw bil-mod il-mod ċerti tip ta' inizjattivi li iktar ma għadda ż- żmien bdew iġibuna konxji li l-problemi soċjali li jkollok fil-pajjiż ma ssolvihomx billi inti tibgħat cheque id-dar.", "Dak huwa importanti wkoll għax fid-dinja m'hawn xejn abjad u iswed imma hawn il-griż, hawn l- isfumaturi.", "Il-benefiċċju soċjali li jikkonsisti f'cheque li nibagħtulek id-dar huwa importanti, pero` bil-milja taż-żmien, bil-bdil soċjali li beda jseħħ, bil-valuri li bdew jinbidlu bdejna nindunaw - u s-soċjeta` tagħna bdiet tinduna - li biċ-cheque biss ma nkunu solvejna ebda problema.", "Jekk xejn inkunu biss taffejna l-problema u mhux solvejnieh.", "Bil-mod il-mod f'pajjiżna bdiet tiżviluppa l-idea li għandu jkun hawn nies li jiddedikaw mill-ħin tagħhom il-kapaċita` tagħhom, l-expertise tagħhom, l- esperjenza tagħhom biex jgħinu lil ħaddieħor fid-diffikultajiet differenti li jista' jkun hemm.", "Dan kien moviment li fi ħdan il-knisja u fi ħdan l- organizzazzjonijiet marbutin mal-knisja qabad ritmu qawwi.", "Insemmi, per eżempju, l-istorja li tmur lura għal meta twaqqaf il-Moviment ta' Kana u kif żviluppa, mhux għax-xogħol li kien jagħmel il-Moviment ta' Kana, imma għall-fatt li dan il-moviment beda jifhem minn kmieni ħafna li jrid iħarreġ lin-nies biex huma jkunu counsellors għal min ikun miżżewweġ u daħal fi problemi, biex huma jkunu mħarrġa ħalli jkunu jistgħu jagħtu parir f'każ ta' kriżi x'għandek tagħmel, fejn għandek tmur, min jista` jiftaħlek ftit għajnejk, ma' min tista' tiftaħ qalbek.", "Dan kien żvilupp li beda jdaħħal f'pajjiżna l-ewwel konċett ta' nies li fil- ħin liberu tagħhom jiddedikaw il-kapaċita` tagħhom għall-qasam soċjali.", "Dak iż-żmien konna ngħidu u nużaw il-kelma counsellors.", "Effettivament skoprejt - għax lanqas jien ma kont irrealizzajtha allavolja avukat - li l- liġi tagħna f'żewġ postijiet partikolari tagħmel riferenza proprju għall- counsellors u marriage counsellors.", "Huwa interessanti li wieħed iħares lejn in-nisġa ta' avvenimenti li żviluppaw għal xi ħaġa oħra li hija aktar irfinuta, aktar iffokata, għal xi ħaġa oħra li finalment qisha bħal fjura li f'daqqa waħda tiffjorixxi.", "GĦaddejna numru ta' snin mexjin f'din it-triq sakemm - jekk m'iniex sejjer żball kien fil-bidu tad-disgħinijiet bejn wieħed u ieħor - bdejna nħossu l- impatt ta' żviluppi li kienu qed iseħħu f'pajjiżi oħrajn, speċjalment dawk viċin tagħna fl-Ewropa, pajjiżi fil-Meditteran imma anke fin-naħa ta' l- Ewropa ta' fuq.", "Bil-mod il-mod f'dawk il-pajjiżi beda jiżviluppa l-konċett ta' ħaddiem soċjali.", "Issa rridu nidraw il-frażi \"ħaddiem soċjali\" ħalli tibda ddoqilna f'widnejna għax sal-lum il-frażi li dejjem użajna hija \"social worker\" bl- Ingliż u drajna l-frażi social worker.", "Waħda mill-affarijiet li għamilna żmien niddiskutu fil-ministeru kienet jekk għandniex nibqgħu nżommu l-kelma social worker anke fit-text Malti tal-liġi u nagħmluha within inverted commas, jew inkella għandniex insibu t-traduzzjoni Maltija.", "U ħassejna li għandna nsibu traduzzjoni Maltija għaliha u wara ħafna diskussjoni anke fuq dan id-dettall użajna l-frażi \"ħaddiem soċjali\".", "Allura rridu nibdew nużaw din il-frażi biex tibda ddoqqilna f'widnejna allavolja għall-ewwel forsi tista' ddarras ħarira.", "Mr Speaker, safejn naf jien, kien għall-ħabta ta' l-aħħar tat-tmeninijiet u l-bidu tad-disgħinijiet li f'pajjiżna rrikonoxxejna r-rwol ta' social worker u bdejna ninvestu fl-universita` ta' Malta biex għall-ewwel darba jinħoloq il-kors li fih persuna tkun tista' tidħol għal taħriġ akkademiku biex jippreparaha ħalli tikkwalifika mill-universita` b'diploma ta' social worker.", "Bil-mod il-mod dawn il-korsijiet fetħu u bdew jattendu għalihom numru ta' nies.", "Niftakar li fil-bidu nett kienu nies li diġà kienu qed jaħdmu f'dan il-qasam partikolari; min kien involut f'xi organizzazzjoni volontarja u min kien involut f'xi inizjattiva partikolari.", "Però bil-mod il-mod ix-xogħol beda jħajjar liż-żgħażagħ li jkunu spiċċaw mill-istudji sekondarji tagħhom u post-sekondarji u jkunu fil-mument li jagħżlu karriera.", "GĦall-ewwel darba kellna indikazzjonijiet li għandna żgħażagħ f'pajjiżna li, allavolja ta' eta` ta'17, 18, 19-il sena, bdew jifhmu li għandhom vokazzjoni li jispeċjalizzaw fil-qasam soċjali.", "U b'sodisfazzjon ninnotaw li beda jiżdied in-numru ta' żgħażagħ li jagħżlu dan il-qasam bħala karriera għalihom - jiena ngħid bħala vokazzjoni għalihom - u bdew jidħlu f'dan il-kors fl-universita` u jiggradwaw bid-diploma mill- universita`.", "Dan kien proċess importanti li kompla jiżviluppa u jikber.", "Kien hemm problemi f'mument minnhom għax il-verita` hi li fil-bidu kien il-gvern biss - forsi llum mhux daqshekk għax illum forsi twessgħet ħarira, għalkemm mhux daqskemm wieħed jixtieq - li kien qed joffri post tax-xogħol effettivament li bih tista' taqla' l-paga tiegħek għal social worker kwalifikat.", "Niftakar fl-ewwel tas-snin disgħin kien qed ikollna numru minn dawn il- gradwati li peress li sakemm joħorġu l-call for applications - minħabba l- burokrazija tal-gvern - kienu jilħqu jgħaddu x-xhur, ħafna minnhom kienu qed jaqtgħu qalbhom milli jibdew jaħdmu f'dik il-professjoni.", "U kien hemm żmien fejn konna ninkwetaw li naraw social workers gradwati mill- universita` b'diploma li għax ma jsibux xogħol ta' social work imorru jaħdmu ma` xi bank jew imorru teachers.", "Allura konna qed nitilfu ftit minn dak l-investiment li konna qed nagħmlu f'pajjiżna.", "Kien f'dan iż-żmien, jiġifieri fl-1994 li l-ministru għall-politika soċjali, li kien il-ministru Louis Galea, ħareġ b'inizjattiva ġdida f'pajjiżna li tant għamlet ġid u li bnejna fuqha u komplejna niżviluppawha.", "Twieldet f'pajjiżna dak li konna nsejħula l-SWDP, social welfare development programme.", "Inħoloq dan il-konċett ta' aġenzija li kienet iktar flessibbli fil-mod ta' kif tista' timpjega magħha.", "Din bdiet timpjega numru ta' social workers magħha biex imbagħad tkompli tħarriġhom biex jispeċjalizzaw fl-oqsma partikolari li jkun hemm bżonn fis-settur soċjali tagħna.", "Din l-aġenzija kompliet tiżviluppa u tikber sakemm finalment wasalna għall- 2001 meta din l-aġenzija tajnieha libsa ġdida u bdiet tissejjaħ l-\"Appoġġ\".", "Irdoppjajnielha r-riżorsi li kien ikollha prattikament u l-aġenzija setgħet timpjega social workers magħha erba` darbiet iżjed milli qatt kellha qabel u setgħet tifrex il-ħidma tagħha fl-oqsma kollha li wieħed jista` jimmaġina ta' bżonn f'pajjiżna.", "Naħseb li m'għandix għalfejn nidħol fid-dettalji tal- ġid kbir li jsir minn dik l-aġenzija - mhux l-iskop ta' dan id-dibattitu - pero` hija ħolqa oħra fil-katina li għenet biex is-social workers bil-mod il-mod, mill-punt tat-tluq tagħhom jiżviluppaw sakemm isibu struttura governattiva f'forma ta' aġenzija governattiva li fiha jaħdmu, li tagħtihom l-infrastruttura li hemm bżonn biex huma jkunu jistgħu jkunu ħafna iktar effettivi fil-ħidma tagħhom bħala social workers.", "Waqt li kien qed jiżviluppa dan kollu nżommu dejjem quddiem għajnejna x'kien il-background.", "Is-socjeta` Maltija kienet miexja wkoll maż- żmenijiet, kienet qiegħda tinbidel u aħna bdejna niffaċċjaw problemi soċjali li qabel ma konniex ngħaddu minnhom.", "Jekk konna ngħaddu minnhom ma kenux kbar daqshekk, jew jekk konna ngħaddu minnhom kienu moħbijin, pero` issa ħarġu fil-beraħ, u jekk qabel kienu kkonsidrati bħala xi ħaġa skandaluża mbagħad saret xi ħaġa aċċettabbli.", "Is-soċjeta` bdiet tinbidel bil-mod il-mod u l-bidliet li d-dinja moderna ġġib magħha jfissru li trid iġġib ukoll it-tweġibiet, ir-reazzjoni, anzi mhux reazzjoni imma kważi trid tkun pro-attiv u trid tgħaġġel qabel ma tiżviluppa l-bidla fil-qasam soċjali.", "Din kienet ir-retroxena f'pajjiżna li hi stess kienet qed toħloq kontinwament il-konvinzjoni min-naħa tal-gvern bħala politika soċjali - pero` anke hawn m'għandniex xi monopolju għax jien konvint li anke min-naħa tad-deputati, min-naħa ta' min jinteressah il-qasam soċjali f'pajjiżna - li ma' dawn l-iżviluppi kien neċċessarju li aħna niżviluppaw l-għodda li hemm bżonn biex nirrispondu.", "Jien diġà semmejt waħda minnhom.", "Semmejt l-SWDP kif żviluppat fl-aġenzija Appoġġ, pero` żgur waħda mill- aktar affarijiet li sadanittant bdiet toħroġ dejjem iżjed ċara kienet kemm hi vokazzjoni importanti, kemm hi delikata, kemm hemm bżonn ta' taħriġ speċjalizzat għal min qed jaħdem f'dan il-qasam soċjali, għas-social workers.", "Ix-xjenza stess, il-mediċina stess, l-istudji soċjoloġiċi stess kienu qed juruna li din il-professjoni trid tkun dejjem iżjed irfinuta, għax meta tiġi koppja bi kriżi jkun importanti ħafna l-parir li tagħti dakinhar jew il-mod ta' kif inti tittratta mara li tkun għadha kemm ġiet imsawta mir-raġel tagħha, jew il-mod kif inti tittratta tifla li tkun ġiet abbużata b'xi mod jew ieħor.", "Jekk tittrattah ħażin kapaċi tkun għamilt ħsara li tkun irreparabbli fil-ħajja ta' dak l-individwu.", "GĦalhekk bdejna nirrikonoxxu dejjem minn iżjed minn qatt qabel, id- delikatezza, is-sensittivita` u sensibilita` kbira li hija partikolari għal din il-professjoni.", "U dan ir-rikonoxximent tant kien qawwi li, jekk niftakar tajjeb, erba` snin jew ħames snin ilu ttieħdet id-deċiżjoni saħansitra li ngħollu l-benchmark ta' kif u min jiggradwa għal social worker.", "Minflok baqgħet, kif kienet sa dak iż-żmien, b'diploma ttieħdet id- deċiżjoni li biex tiggradwa bħala social worker inti jrid ikollok degree.", "GĦollejna l-benchmark biex ngħollu l-kwalita` ta' taħriġ akkademiku li hemm bżonn biex min jaħdem f'dan il-qasam jilħaq, mar-radd tas-salib, qabel ma jibda jittratta l-każijiet li jiġu għal idejh fix-xogħol normali tiegħu.", "Naturalment waqt li rrealizzajna dan kollu rrealizzajna wkoll li kien wasal iż-żmien li nagħtu l-istatus li hemm bżonn lil din il-professjoni u tliet snin ilu, bejn wieħed u ieħor, jien bdejt diskussjonijiet ma' l- assoċjazzjoni tas-social workers.", "Bdejna niddiskutu l-qafas leġislattiv li jkun rikkmandat li jkollna f'pajjiżna biex dan ix-xogħol, din il-vokazzjoni mhux biss tkun rikonoxxuta bħala professjoni - għax dik hija l-aktar parti faċli - imma l-professjoni nnifisha timmira lejn l-ogħla standards u l- ogħla kwalita`.", "Il-professjoni tkun hi stess il-gwardjan ta' l-istandards tagħha stess u li tiggarantixxi hi stess li s-servizz li jingħata minn social worker ikun sa l-ogħla livell possibbli mhux biss għas-sodisfazzjon ta' min jaħdem bħala ħaddiem soċjali, imma għas-sodisfazzjon bi dritt li għandu l-klijent tal-ħaddiem soċjali.", "Bdejna l-ewwel passi biex tiġi fformolata din il-liġi li jien ridt inkun ċert li fl-aħħar, meta nasal fil-mument li wasalt fih illejla f'dan il- parlament, ikollha l-backing ta' l-assoċjazzjoni tas-social workers f'pajjiżna.", "Forsi din kienet waħda mir-raġunijiet li domna, iżjed milli oriġinarjament kelli f'rasi.", "Ħafna drabi ssir kritika għaliex indumu biex nagħmlu liġi.", "Ikun hemm raġunijiet, Sur President, u jkunu raġunijiet serjissimmi għax ikun hemm aspetti li trid tistudjahom sew, għax l-għaġġla frieħ għomja tagħmel.", "Kultant aħjar tittardja u taqla' l-kritika, ma ġara xejn!", "Basta fil-kuxjenza tkun għamilt l-isforz li fl-aħħar tagħti prodott kemm jista' jkun tajjeb.", "U lanqas wara li tagħti dak il-prodott ma trid timla rasek li għandek il-perfezzjoni għax fid-dinja kollox jista' jkun aħjar milli fil-fatt hu.", "Din il-liġi hija l-prodott ta' tliet snin ta' konsultazzjoni, hija liġi li għandha l-approvazzjoni ta' l-assoċjazzjoni tas-social workers f'pajjiżna.", "Hija liġi li s-social workers iridu f'pajjiżna, hija liġi li l-gvern irid f'pajjiżna, hija liġi li min għandu bżonn is-servizz tal-ħaddiema soċjali f'pajjiżna iridha.", "Pero` hija liġi li bħal kollox tista' titjieb u minn issa ngħid li jien miftuħ għas-suġġerimenti li jistgħu jsiruli mill-kollegi f'dan il-parlament.", "Pero` żommu quddiem għajnejkom - ħalli nagħmilha mill- ewwel ċara - li din hi liġi frott ta' diskussjoni u qbil min-naħa tal- ħaddiema soċjali nfushom.", "Jiġifieri għalkemm inkun miftuħ għall-kummenti u kritika, se ntendi mill-ewwel li ngħid li l-ewwel mira għandha tkun - u naħseb li naqblu magħha kollha kemm aħna - li tkun liġi li l-ħaddiema soċjali nfushom ikunu kuntenti biha għax iridu jaħdmu biha.", "U din se tkun l-għodda li biha jkunu jistgħu jiżviluppaw lilhom infushom u jimxu 'l quddiem.", "Ma rridx intawwal wisq fuq dan il-punt ta' l-introduzzjoni tiegħi, imma ħassejt li huwa neċċessarju li nagħti dan il-background li jwassalna mbagħad għal-liġi li għandha quddiemna, ħalli ma nittrattawhiex bħala liġi oħra, li issa għandna l-artikolu 1, 2, 3 u 4, jiġifieri hemm background importanti.", "Din il-liġi hija ħolqa f'katina ta' miżuri li kollha jorbtu ma' xulxin, kollha.", "Meta għamilna l-liġi dwar il-kummissarju għat-tfal kellna f'rasna din il- liġi.", "Meta nvestejna u għamilna kemm flaħna biex fil-qasam tas-servizzi li l-gvern jagħti permezz ta' l-aġenzija Appoġġ, li taħdem ma' organizzazzjonijiet oħrajn, kellna f'rasna din il-liġi; meta tejjibna l- għajnuna finanzjarja li nagħtu lill-istituzzjonijiet tal-knisja fejn nibagħtu tfal taħt care order biex insalvawhom mill-kriżi, kellna f'rasna din il-liġi.", "Fl-eżerċizzji li qegħdin nagħmlu bħalissa li għandhom x'jaqsmu mal-vjolenza domestika, ma' kif tirregola child daycare centres, ma' kif titmexxa dar ta' l-anzjani, ma' kif tirregola djar residenzjali għal tfal li jkunu huma nfushom vittmi ta' abbuż, dan kollu jifforma parti sħiħa u l-liġi hija parti importanti minn dan kollu.", "Il-ġiżirana għandha l- ħoloq tagħha, pero` mbagħad proprju l-aħħar ħolqa hija l-ħolqa li tgħaqqad kollox.", "Ma rridx nesaġera - forsi qed nesaġera ftit - imma nħoss li għandi ngħidha.", "Wieħed jista' jiddeskrivi din il-liġi bħala dik l-aħħar ħolqa tal- kullana li biha tgħaqqad il-ġiżirana għax qed tinvesti fil-professjoni li hija kruċjali għal dan is-settur kollu kemm hu.", "Issa se nagħti daqqa ta' għajn malajr lil-liġi.", "Anke hawn m'iniex se nidħol fid-dettall għax fl-istadju tal-kumitat inkunu nistgħu nidħlu fid- dettalji ta' kull klawsola.", "Pero` mingħajr ma ntawwal wisq se mmiss l- iktar punti importanti li ta' dan l-abbozz ta' liġi.", "Waħda mill-klawsoli importanti hija proprju klawsola 3 li tgħid li biex wieħed jaħdem bħala ħaddiem soċjali f'pajjiżna irid ikollu l-warrant.", "Qed nintroduċu sistema fejn wieħed ma jistax jgħid li hu ħaddiem soċjali u jkun kontra l-liġi li jgħid li hu social worker jekk ma jkollux warrant li jippermettilu li jipprattika bħala social worker.", "Dan diġà huwa pass kbir 'il quddiem għax l-individwi li jkunu għaddejjin minn kriżi, minn trawma jridu jkunu garantiti li qed imorru għand xi ħadd li huwa kwalifikat u li għandu l-kapaċita`, it-taħriġ, il-kwalifiki biex ikun jista' jiffunzjona f'dik il-professjoni partikolari.", "L-introduzzjoni tas-sistema ta' warrants hija pass kbir 'il quddiem li qed isir mhux għall- ġid tal-ħaddiem soċjali primarjament, imma għall-ġid tal-klijenti tal- ħaddiema soċjali.", "Klawsola 4 hija daqstant ieħor importanti.", "Hawnhekk qiegħed jitwaqqaf il- bord dwar il-professjoni tax-xogħol soċjali, bord ta' importanza kbira li se jkollu piż kbir fuq spallejh li jistabbilixxi l-istandards, l-etika, il- kwalita` tas-servizz, li jirregola l-mod ta' kif il-professjoni qiegħda tiġi ppratikata minn min għandu l-warrant biex jaħdem bħala ħaddiem soċjali.", "Din il-klawsola titkellem ukoll dwar il-kompożizzjoni tal-bord u l-funzjonijiet huma stabbiliti fi klawsola 5 li m'iniex se nidħol fid- dettall tagħhom.", "Klawsoli 6, 7 u 8 jitkellmu fuq l-applikazzjonijiet għal warrant, min għandu dritt iżomm il-warrant, kif tista' tintilef dik il-warrant u kif tista' tiġi sospiża dik il-warrant.", "Fi kliem ieħor il-parti regolatorja tal-professjoni tas-social work.", "Irrid ngħid minn issa, fit-twelid ta' din il-liġi, li huwa importanti li dan il-bord jaqdi l-funzjoni tiegħu biex jiggarantixxi li s-servizz ikun ta' l-ogħla kwalita` possibbli għall-ġid tal-professjoni nnifisha.", "Allura m'għandhiex tkunx funzjoni bħall-vażuni li għandna fuq l-ixkafef biex iżejnu, imma trid tkun funzjoni effettiva ta' gwardjan għall-ġid tal-professjoni nnifisha.", "Il-klawsoli ta' wara jitkellmu fuq dixxiplina, fuq dritt ta' appell f'każ li jkun hemm xi ħadd li jħoss li ma ġiex ittrattat tajjeb b'xi deċiżjoni li tkun ittieħdet.", "F'din il-liġi qed nagħmlu ftit breakthrough - ma nafx jekk saritx f'liġijiet oħrajn - għax hawnhekk qed nirrikonoxxu l-possibbilita` li f'pajjiżna jkollna assoċjazzjoni ta' social workers.", "Jiġifieri ħaddiema soċjali jistgħu jingħaqdu ma' xulxin u bħala grupp ta' professjonisti flimkien, f'assoċjazzjoni ta' bejniethom, f'ħidma ta' bejniethom ikunu jistgħu jipprovdu servizz speċjalizzat.", "Il-liġi qed tittratta dan ħalli ma niġux fil-problema li nkunu stabbilixxejna l-kriterji għal min jaħdem bħala ħaddiem soċjali waħdu, pero` jkollna vojt dwar x'jiġri meta jkollok grupp ta' ħaddiema flimkien, qegħdin flimkien responsabbli għas-servizz li qed jagħtu u l-liġi f'artiklu 13 tintroduċih dan.", "Interessanti li klawsola 12 qed tistabbilixxi li assoċjazzjonijiet ta' ħaddiema soċjali jistgħu jirreġistraw, jekk jikkwalifikaw skond il-liġi, fir-reġistru li se jinżamm mill-bord ta' min ikun warranted bħala social worker, pero` anke ta' l-assoċjazzjonijiet ta' ħaddiema soċjali li jkunu reġistrati biex il-bord stess ikun jista' ikun jaf ma' min għandu jikkommunika u jikkonsulta f'każ ta' żviluppi li jista' ikun hemm.", "Dan huwa importanti għax il-liġi tistabbilixxi l-kwalifiki minimi li hemm bżonn biex inti tkun tista' tieħu l-warrant għal ħaddiem soċjali, pero` rridu naħsbu għal dak iż-żmien li għad jasal ukoll 'il quddiem meta nkomplu ngħollu l-benchmarks, meta nkunu iktar ambizzjużi, meta rridu standards iktar għolja.", "Naturalment bir-rakkmandazzjonijiet li jsiru mill-bord stess, imma jista' jasal dak iż-żmien li l-bord stess jagħmel rakkmandazzjoni biex jerġa' jgħolli l-istandards li jkollna f'pajjiżna fil- kwalifiki għal min jipprattika din il-professjoni.", "Il-liġi tippermetti allura li dan isir u allura huwa importanti li jkun hemm il-mekkaniżmu ta' konsultazzjoni mill-bord ma' l-assoċjazzjonijiet li jirrappreżentaw is-social workers f'pajjiżna.", "Il-klawsoli l-oħrajn jitkellmu fuq reati, multi amministrattivi, il-poter biex isiru r-regolamenti, imma forsi l-aħħar punt li huwa importanti li nenfasizzaw fil-liġi huwa l-provvedimenti transitorji li qegħdin fi klawsola 19.", "Din il-klawsola hija importanti li ssir għax, kif spjegajt fl- introduzzjoni tiegħi, għalkemm m'għadux jiġi organizzat kors ta' diploma għal ħaddiem soċjali fl-universita` - illum jeżisti biss kors ta' degree għal ħaddiem soċjali fl-universita` - naturalment għandna numru sostanzjali ta' ħaddiema soċjali li ggradwaw b'diploma fis-snin li għaddew, li għandhom esperjenza kbira, li huma fost l-aħjar ħaddiema li għandna, allura ma rridux noħolqu xi ħaġa li b'xi mod jew ieħor toħloq distinzjoni bejn dan il- grupp ta' ħaddiema kwalifikati bl-esperjenza u l-ħaddiema l-oħrajn li jkunu qed jiggradwaw bid-degree.", "Din hija klawsola li prattikament iġġib lil kulħadd - bil-kriterji stabbiliti fil-liġi - fuq livell ta' ugwaljanza li jkunu jistgħu allura jipprattikaw il-professjoni, dejjem skond kif spjegat fil-liġi.", "Mr Speaker, jien naħseb li bħala introduzzjoni għamilt il-punti ewlenin li xtaqt nagħmel.", "Minn issa niddikjara li nikkonsidra din il-liġi bħala liġi importanti fil-katina ta' liġijiet soċjali li dan il-parlament għadda tul is-snin kollha tiegħu.", "Ngħid ukoll li jien napprezza ħafna l-kummenti li sejrin isiru miż-żewġ naħat tal-Kamra dwar din il-liġi u nittama li ma ndumux ma ngħadduha biex titwettaq kemm jista' jkun malajr u nkunu pproduċejna liġi oħra minn dan il-parlament li nkunu kburin biha ż-żewġ naħat tal-Kamra.", "Nirringrazzjak, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Marie Louise Coleiro.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Grazzi, Mr Speaker.", "M'hemmx dubju li din hija liġi pożittiva li s-social workers infushom f'pajjiżna ilhom jistennew ħalli l-ħidma tagħhom ikollha l-għarfien li fil-fatt jixirqilha u tieħu l- istatus anke professjonali.", "Din hija liġi simili għal liġijiet oħra li diġa` għandna rigward ċerti professjonijiet oħrajn, bħal accountants u professjonijiet oħra.", "Nemmen li s-soċjeta` Maltija kollha kemm hi ilha tistenna din il-liġi u għandha bżonnha.", "Għaldaqstant m'hemmx dubju li nista' ngħid minn issa li min-naħa ta' l- oppożizzjoni naqblu ma' liġi bħal din, imma naturalment irridu nagħmlu xogħolna wkoll billi nressqu 'l quddiem dawk l-affarijiet li naħsbu li jistgħu jkunu aħjar fiha.", "Din hija l-ħajja ta' parlament demokratiku fejn in-naħat kollha tal-Kamra – fil-każ tagħna ż-żewġ naħat tal-Kamra – maħdmu flimkien biex dak li jkollna quddiemna niżviluppawh dejjem fl-aħjar interess tal-poplu Malti u Għawdxi kollu.", "Mr Speaker, forsi waħda mill-ftit affarijiet li ma qbiltx dwarha mal-Viċi Prim Ministru hija fejn qal li din il-liġi hija l-aħħar ħolqa tal-kullana.", "F'dan il-qasam tant importanti u li tant huwa volatile, li dejjem ikollu t- taqlib, ma nistgħux ngħidu li wasalna u għalaqna ċ-ċirku.", "Il-ħajja dejjem urietni li dejjem irid ikollok l-ispazju biex fejn ikun hemm il-ħtieġa ttejjeb u tintroduċi qafas leġislattiv, policies amministrattivi, regolamenti eċċ., ħalli dejjem tkun avangardista f'dak kollu li tkun qed tagħmel biex inti tkun tista' tilqa' għal dak li jkun ġej.", "Il-bżonn kbir għal liġi bħal din, mhux biss min-naħa tas-social workers infushom imma jien nemmen li min-naħa tas-soċjeta` Maltija kollha kemm hi, huwa proprju minħabba l-fatt li l-ħajja dejjem tinbidel, il-ħajja dejjem hija suġġetta għal bidliet li jmorru lil hinn mill-ħajja ta' l-individwu, imma bidliet ekonomiċi, soċjali li jkunu qed iseħħu f'pajjiż.", "Kultant lanqas biss huma suġġett għall-istess pajjiż imma jistgħu jkunu influwenzati wkoll minn dak kollu li jkun qed jiġri barra pajjiżna, imma naturalment li jilħqu mbagħad ix-xtut tagħna.", "Għaldaqstant aħna rridu naġġustaw ruħna għalihom.", "Naqbel perfettament ma' dak li qal il-Viċi Prim Ministru fir-rigward ta' kif il-knisja lagħbet parti importanti f'pajjiżna f'dan il-qasam.", "Fil- fehma tiegħi il-knisja kienet il-pijuniera biex tat bidu għat-twettiq tal- valur tas-solidarjeta` fil-prattika għax mhux biżżejjed li tipprofessa li inti temmen fil-valur tas-solidarjeta` imma li trid twettaq.", "Naqbel ukoll mal-Viċi Prim Ministru fejn qal li l-valur tas-solidarjeta` qatt ma tista' tagħtih valur ta' flus għax imur lil hinn minn termini materjali u finanzjari.", "Il-valur tas-solidarjeta` huwa priceless meta l-bniedem qed jagħti minn dak li għandu u speċjalment meta jkun qed jagħti mill-ħin tiegħu għax ikun qed jagħti parti minn ħajtu.", "M'hemmx dubju li kienet il-knisja, kemm permezz tal-qassisin, patrijiet, sorijiet kif ukoll lajċi flimkien ma' lajċi oħra li marru on board il- volontarjat organizzat mill-knisja fiż-żmenijiet u fejn iddedikaw ruħhom, iddedikaw ħafna mill-ħin tagħhom għall-bżonnijiet ta' ħaddieħor.", "Din nistgħu ngħidulha l-ewwel forma ta' dak li huwa social work f'Malta imma, kif għedt anke iktar qabel fl-intervent tiegħi, il-bidliet ekonomiċi u soċjali li seħħew f'pajjiżna bħalma seħħew f'pajjiżi oħra bilfors ġabu wkoll bidliet fil-mod ta' kif aħna nwettqu dan ix-xogħol.", "GĦalhekk kien importanti ħafna - u huwa importanti ħafna - li aħna nibdew niffokaw fuq dan it-tip ta' xogħol b'mod speċjalizzat, b'mod imħarreġ ħalli niżvillupaw il-potenzjal f'dawk in-nies li jixtiequ li fil-prattika jwettqu l-valur tas-solidarjeta` ma' ħaddieħor.", "U jien ngħid li se jibqa' dejjem iktar importanti li nibqgħu in focus ta' bidliet oħra u ta' speċjalizzazzjonijiet oħra li se jkollna bżonn, li rridu mmexxu paripassu mal-bidliet ekonomiċi u soċjali li m'hemmx dubju li se jibqgħu jitwettqu sakemm tibqa' il-ħajja tal-bniedem.", "Fost il-bidliet qawwija li seħħew matul is-snin u li ħolqu esiġenzi ġodda soċjali, u li allura wrew ukoll il-bżonn li s-social work ikun iżjed speċjalizzat biex ikun jista' jindirizza aħjar il-bżonnijiet, nistgħu nsemmu l-istil tal-ħajja tal-familja, l-aspettattivi li llum għandna lejn il-ħajja, il-forom differenti ta' familja, u ħafna u ħafna bidliet oħra.", "Imma dawn nemmen li kienu bażi fundamentali għall-bżonn - mhux se ngħidlu ġdid għaliex mhuwiex daqskekk ġdid - relattivament ġdid biex is-social work jieħu forma iktar organizzata u aktar speċjalizzata.", "Mr Speaker, jien xtaqt li anke nagħtu definizzjoni – mhux se mmur lil hinn mill-qafas legali li għandna quddiemna imma forsi tifsira lajka - tax- xogħol tas-social worker.", "Mill-kuntatt li jkolli man-nies inħoss li filwaqt li s-social work qabad ħafna l-art, anke bis-saħħa ta' inizjattivi u programmi li għandna, hemm min għadu ma jifhimx eżattament x'se jiġri meta tgħidlu biex jagħmel kuntatt ma' xi social worker ħalli jkollu l- għajnuna biex isolvi l-problema li jippreżentalek.", "Forsi anke għaliex it- terminoloġija għadha ma ndratx daqshekk minn kulħadd.", "Qabel konna nagħmlu riferenza għall-counsellors, allura forsi l-kelma counsellor hija iktar popolari ma' kulħadd.", "Allura meta tiltaqa' ma' dawn in-nies importanti li tispjegalhom x'inhi l-funzjoni ta' social worker, anke għaliex hemm xi wħud li jaħsbu li s-social worker hija l-persuna li se tagħmel kollox.", "Is-social worker hija dik il-persuna li tagħmel evalwazzjoni tal-problema u mbagħad, skond in-natura tal-problema, tirriferi lil dak li jkun lill-professjonist rilevanti, per eżempju l- psikologu.", "Jiġifieri r-rwol tas-social worker qisu ċ-ċavetta ta' l- identifikazzjoni tal-problema u mbagħad l-identifikazzjoni għal ċerta soluzzjoni.", "GĦaliex meta inti tiġi riferut għand professjonist li jista' jittekilja dik il-kwalita` ta' problema allura inti tkun bdejt it-triq biex issolvi l-problema tiegħek.", "Mr Speaker, dan id-dibattitu m'għandux jiffoka biss fuq il-klawsoli ta' l- abbozz ta' liġi, imma għandna nieħdu l-opportunita` biex nagħmlu evalwazzjoni tal-bżonnijiet tas-social work f'Malta minn aspetti differenti tas-soċjeta` tagħna.", "F'dan il-parlament ma jiġux ta' spiss l- opportunitajiet fejn inkunu nistgħu nitkellmu u niffokaw partikolarment fuq problemi li wħud minnhom sfortunatament għadhom qed jikbru, minkejja li l- aġenzija Appoġġ ilha mwaqqfa kważi għaxar snin.", "U hemm problemi ġodda li għadna m'aħniex qed nittekiljawhom.", "Jien nemmen li hemm bżonn ta' programmi ġodda biex nindirizzaw ċerti tip ta' problemi.", "Allura naħseb li din hija opportunita` importanti biex iż- żewġ naħat tal-Kamra niddiskutu dan il-qasam b'mod oġġettiv u kostruttiv.", "Għax hawnhekk m'aħniex qed nitkellmu fuq qasam li għandu jkollu xi laqta politika partiġjana, imma fuq qasam li jolqot ħajjet in-nies.", "Il-problemi ma jagħżlux lin-nies skond l-allegiance politika tagħhom, imma jolqtu kemm lil-Laburisti u kemm lin-Nazzjonalisti.", "Għaldaqstant fuq din it- tip ta' liġi huwa importanti immens li nkunu kostruttivi ħalli noħorġu mhux biss l-aħjar leġislazzjoni għal dan il-qasam partikolari, imma sservi wkoll ta' stimolu biex il-players kollha li qed jaħdmu f'dan il-qasam jkomplu jiżviluppaw ħidmiethom fl-aħjar interess tas-soċjeta` Maltija u Għawdxija.", "Mr Speaker, saret ħaġa regolari ħafna li aħna l-politiċi nitkellmu fuq problemi soċjali, imma mhux biżżejjed li nitkellmu.", "Mhux biżżejjed li ngħidu li vvotajna iktar flus, per eżempju, biex inkabbru istituzzjonijiet li diġa` għandna li jagħtu dan is-servizz.", "Dan huwa importanti wkoll għax il-fondi huma importanti ferm biex tkun tista' tħarreġ u żżid il-programmi, imma rridu nanalizzaw il-ħin kollu jekk dak li nkunu qed nagħmlu hux qed iħalli l-aħjar effett.", "GĦalhekk xtaqt li fl-intervent tiegħi nagħmel speċi ta' assessment ta' ċerti sitwazzjonijiet biex noħloq iżjed kuxjenza għal ċerti bżonnijiet bit- tama li ninstiga inizjattivi ġodda ħalli nindirizzaw iktar il-problemi li għandha s-soċjeta` tagħna.", "Permezz tas-social work aħna nistgħu nilqgħu għal ċerti effetti li ma jkunux biss effetti li jolqtu individwi li jkunu qed jesperjenzaw il-problema, imma jħallu wkoll effetti fuq il-familji u fuq is-soċjeta` b'mod partikolari.", "Mr Speaker, dan l-aħħar waqt li kont fuq l-internet laqatni website ta' Tenneson centre for children fi ħdan il-Colorado Christian home fl-Amerika, ċentru kontra l-abbużi fuq it-tfal.", "Dan il-website jiftaħ b'messaġġ ta' ċertu Bob Cooper, li huwa l-executive director ta' dan iċ-ċentru, fejn jagħmel riferenza għall-użanzi ta' tribu Afrikan, il-Massai.", "Il-Massai li huwa tribu ta' ġellieda qalbiena fl-Afrika għandhom l-użanza li malli jiltaqgħu ma' xulxin jistaqsu lil xulxin kif inhuma t-tfal.", "Jekk ir- risposta tkun li huma tajbin, allura dik tirrifletti kemm il-welfare tat- tfal tagħhom qiegħed 'il fuq fuq l-aġenda.", "U din laqtitni għax dan it- tribu, li tant huwa magħruf kemm huma gwerriera fl-Afrika, imbagħad għandhom din is-sensittivita` kollha lejn it-tfal tat-tribu` tagħhom.", "GĦalhekk jien xtaqt nagħmel l-istess ħaġa.", "Kif diġà għedt, nixtieq nagħmel assessment tas-sitwazzjoni f'pajjiżna.", "MR SPEAKER: Onorevoli, sar il-ħin.", "Nifhem li se tibqa' in possession?", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Iva, nibqa' in possession.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni kienet interrotta u baqgħet aġġornata.", "MR SPEAKER: Sar il-ħin.", "Nitlob lill-Viċi Prim Ministru sabiex, jekk jogħġbu jressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nipproponi l-aġġornament tal-Kamra għal għada l- Erbgħa, 24 ta' Settembru, 2003 fid-9:00 a.m. b'din l-aġenda:", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Taxxa fuq il-Valur Miżjud - Kumitat (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Professjoni tax-Xogħol Soċjali - Tieni Qari (Kont);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Professjoni ta' l-Accountancy - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew - Tieni Qari; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili - Tieni Qari (Kont.).", "------------------------------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali - Kumitat Permanenti.", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Professjonijiet tas-Saħħa – Kumitat Permanenti.", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Saħħa Pubblika - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Hemm rimarki?", "L-Onor.", "Chris Cardona.", "ONOR.", "CHRIS CARDONA: Sur President, din il-ġimgħa d-dipartiment tal- kunsilli lokali ppreżenta r-rapport dwar l-effiċjenza tal-kunsilli lokali pero' naħseb li dan ir-rapport ma ngħatax l-attenzjoni li jistħoqqlu.", "Dan ir-rapport jitkellem dwar spezzjonijiet li jkunu saru mid-dipartiment tal- kunsilli lokali fuq l-effiċjenza ta' l-istess kunsilli lokali u jirrifletti x-xogħol tajjeb li qed jagħmel id-dipartiment.", "Għalhekk permezz ta' dan ir-rapport wieħed jista' jagħmel evalwazzjoni tax-xogħol li jkun qed jagħmel il-kunsill partikolari f'ċerti setturi u anke analiżi komparattiva bejn diversi kunsilli lokali.", "Minn hawnhekk joħroġ biċ-ċar liema kunsilli saru effiċjenti u liema kunsilli naqqsu mill-effiċjenza tagħhom.", "Illum il- kunsilli lokali huma korpi awtonomi u dan hu rifless anke fil-fatt li, per eżempju, meta wieħed jagħmel mistoqsija fil-parlament fuq ċerti kunsilli lokali jew xi kompetenza tagħhom, din il-mistoqsija mill-ewwel tiġi riferuta lil dak il-kunsill lokali.", "Għalhekk ladarba għandna dan il-livell ta' awtonomija u devoluzzjoni tal-poteri huwa tajjeb li jkun hemm dawn it- tip ta' rapporti dwar l-effiċjenza tal-kunsilli lokali.", "L-oppożizzjoni ̧ bħala gvern alternattiv, minbarra li tikkritika fejn taħseb li l-gvern ikun qed jonqos, għandha wkoll obbligu akbar li tgħaddi s- suġġerimenti tagħha dwar kif l-affarijiet jistgħu jsiru aħjar u dan hu li se nagħmel jien illum rigward dan ir-rapport li semmejt.", "Għalhekk ikun aħjar kieku dawn ir-rapporti jibdew ikunu iżjed miftuħa u mifruxa fuq aspetti oħra.", "Per eżempju, illum il-ġurnata dawn ir-rapporti qed ikunu limitati għal ċerti aspetti biss, bħal per eżempju, qtugħ ta' ħaxix fit- toroq, il-kondizzjoni tat-toroq u tal-bankini, il-knis fit-toroq, l-indafa ta' ġonna pubbliċi, l-indafa ta' latrini pubbliċi u affarijiet oħrajn li drajna naqraw fuqhom f'dawn is-snin.", "Bil-poteri ġodda li għandhom il-kunsilli lokali, is-setturi taħt idejhom żdiedu u allura naħseb li għandu jkun hemm aspetti oħrajn li jkunu evalwati f'dawn ir-rapporti, bħal ̧ per eżempju ̧ il-proċess tat-tendering li jagħmlu dawn l-istess kunsilli lokali.", "Naf li għal dawn il-proċessi hemm il- Public Accounts Committee u l-uffiċċju ta' l-awditur.", "Hemm ukoll strutturi fi ħdan il-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern li jagħmlu moniteraġġ ta' dan ix-xogħol pero`, fl-opinjoni tiegħi, biex ir-rapport dwar l-effiċjenza tal- kunsilli lokali jkun iżjed komplut dan għandu jagħti indikazzjoni ċara ta' l-effiċjenza tal-kunsilli lokali f'dan l-aspett ukoll.", "Sur President ̧ naħseb li wasal iż-żmien li d-dipartiment tal-kunsilli lokali jagħmel spezzjonijiet biex jara kif qed isir it-tendering process u biex jara kif qed isiru l-laqgħat tal-kunsilli lokali.", "Dan għandu jsir ħalli l-kunsill lokali mhux biss joqgħod fuq ponot subgħajh biex ikun ċert li dak li jagħmel, jagħmlu tajjeb imma anke biex il-proċess demokratiku fil- kunsill lokali jieħu tifsira aktar konkreta u kompluta.", "Suġġeriment ieħor li nista' ngħaddi hu li d-dipartiment tal-kunsilli lokali fl-ispezzjonijiet li jagħmel jara wkoll l-ilmenti li jkunu qed isiru ma' l- istess kunsilli.", "Qed ngħid dan għaliex l-ilmenti li jsiru mal-kunsill lokali jitfgħu dawl tajjeb ħafna fuq fejn ikun hemm il-problema fil- lokalita` partikolari u anke fuq fejn dawk il-problemi ma jkunux qegħdin jiġu solvuti jew inkella fejn l-aspettativa taċ-ċittadin ma tkunx qed tiġi milħuqa.", "Sur President, dawn ir-rapporti li qed nitkellem fuqhom huma meħtieġa pero` hemm bżonn li ma nikkuntentawx b'dawn ir-rapporti imma nistaqsu lilna nfusna kif nistgħu ntejbu l-affarijiet fil-kunsilli lokali.", "Aħna ma nistgħux inħarsu lejn il-kunsilli lokali mil-lat ta' kemm se nagħtuhom poteri ġodda u kemm se ngħabbuhom b' responsabbiltajiet ġodda biss imma hemm bżonn li naraw kif nistgħu niżviluppaw l-infrastruttura li tirregola l- kunsill lokali.", "Fil-fatt dan huwa wieħed mill-punti li xtaqt inqajjem illum f'dan l-aġġornament.", "Ir-rapport dwar l-effiċjenza tal-kunsilli lokali għandu jkollu dimensjoni aktar wiesgħa u għandna nibdew inħarsu lejn il-kunsilli lokali minn punto di vista aktar wiesgħa għaliex b'dan il-mod inkunu nistgħu naħdmu aħjar", "Sur President, punt ieħor li nixtieq insemmi li huwa konness ukoll mal- kunsill lokali huwa dwar l-assoċjazzjoni tal-kunsilli lokali.", "Jien naf li llum il-ġurnata din l-assoċjazzjoni u l-istaff tagħha qed tagħmel xogħol tajjeb ħafna pero` jkun tajjeb li – u din semmejtha ġimgħatejn ilu meta kien hemm il-laqgħa tas-sindki f'Għawdex – niffokaw fuq il-punt li llum il- ġurnata din l-assoċjazzjoni qiegħda tbati minn deficit demokratiku.", "Qed ngħid dan għaliex fil-gżejjer Maltin għandna 68 kunsill lokali li jirrappreżentaw numru ta' ċittadini skond id-daqs tal-lokalita`.", "Fil-fatt l-inqas ammont ta' kunsilliera f'kunsill lokali huwa ta' ħamsa u l-akbar ammont ta' kunsilliera huwa ta' 13.", "Dan ifisser li matematikament mhux kull kunsillier li għandna fil-pajjiż jirrappreżenta l-istess numru ta' ċittadini għaliex hemm lokalitajiet li huma akbar jew iżgħar mill-bracket ta' kunsillieri li jkollhom u għalhekk għandna ammont ta' kunsilliera li jkunu jirrappreżentaw jew aktar jew anqas ċittadini minn kunsilliera oħrajn.", "Din is-sitwazzjoni ġġib deficit demokratiku fl-elezzjoni ta' l- eżekuttiv ta' l-assoċjazzjoni tal-kunsilli lokali u huwa proprju dan id- deficit li qed tindirizza l-oppożizzjoni Laburista.", "Aħna nifhmu li l- assoċjazzjoni tal-kunsilli lokali għandha rwol sħiħ fl-iżvilupp ta' tmexxija tal-kunsilli lokali u għalhekk kull partit jew għaqda għandu jkollu l-opportunita` li r-rappreżentanza tiegħu tirrifletti r-rieda tal- votanti fl-elezzjonijiet lokali, xi ħaġa li llum mhux qed isseħħ.", "Issa jekk xi ħadd jaqleb l-argument u jgħid li l-basic unit fl- assoċjazzjoni mhumiex il-kunsilliera imma huwa l-kunsill, jien ma naqbilx.", "Dan l-argument ma jagħmilx sens għaliex id-devoluzzjoni ta' poter għandha sseħħ kulimkien; mhux biss mill-gvern għall-kunsill imma anke internament fil-kunsill.", "Il-unit bażiku fl-elezzjonijiet tal-kunsill lokali huwa ċ- ċittadin u allura l-aktar unit ta' rappreżentanza viċin hu l-kunsillier.", "Mela aħna għandna naraw il-kunsillieri u mhux biss il-kunsill.", "Il-partit Laburista jemmen li huwa fl-interess ta' l-assoċjazzjoni tal-kunsilli lokali li tinstab soluzzjoni li tkun effettiva u ġusta bil-għan li l- eżekuttiv ta' l-assoċjazzjoni tal-kunsilli lokali jkun verament jirrappreżenta r-rieda elettorali fil-livell tal-kunsill lokali.", "Dan huwa appell li l-oppożizzjoni ilha tagħmlu lill-gvern.", "Aħna ma rridux li jkun hemm riżultat pervers u ma rridux li l-partit Laburista jkollu jispiċċa jieħu ċerti miżuri jekk il-gvern ma jagħmilx dak li qed nistennew.", "Jien mhux qed ngħid hekk biex nhedded lill-gvern imma qed ngħid hekk biex ikun hemm soluzzjoni effettiva, ekwa u raġonevoli li twassal biex id-demokrazija fil-livell lokali tkompli tikber u tiffjorixxi.", "Sur President ̧ nixtieq nitkellem ukoll dwar il-kodiċi ta' etika tal- kunsilli.", "Jidhirli li xi snin ilu kien hemm abbozz li kien sar mid- dipartiment tal-kunsill lokali b'konsultazzjoni ma' għaqdiet oħrajn pero` sfortunatament waqaf kollox hemm.", "Għalkemm rajna li llum il-ġurnata, il- kunsilli lokali ħadu rwoli aktar importanti fl-amministrazzjoni tal-pajjiż, għad m'għandniex mudell ta' kif kunsillier għandu jġib ruħu.", "Din hija xi ħaġa mportanti ħafna għal żewġ raġunijiet.", "Hija mportanti għaliex permezz tagħha inti tista' tissalvagwardja l-imġiba tal-kunsilliera fil-kunsill u għax il-kunsillier innifsu jkun f'pożizzjoni li jkun jista' jirregola l- imġieba tiegħu stess.", "Kif jista' kunsillier jiggwida lilu nnifsu jekk m'hemmx parametri biex jimxi fuqhom?", "Għalhekk huwa mportanti li malajr kemm jista' jkun il-kodiċi ta' etika li ġie drafted snin ilu jiġi emendat u aġġornat sabiex jirrifletti r-responsabbiltajiet li hemm bħalissa fil- kunsilli lokali.", "Dan għandu jsir bi ħsieb ħalli d-devoluzzjoni tal- kunsill lokali tkompli tevolvi u tiżviluppa.", "Irridu naraw ukoll f'liema direzzjoni sejrin biex il-kodiċi ta' etika jkun strument li jkun jista' jitħaddem b'mod prattiku.", "Hemm bżonn li jkun hemm tip ta' parametru li jiggwida lill-kunsillier fl-imġieba tiegħu.", "Dan mhux qed ngħidu għaliex l-oppożizzjoni m'għandhiex fiduċja fil-kunsilliera anzi bil-maqlub.", "Aħna qegħdin ngħidu li jekk il-kunsillier ma jkollux dan il- kodiċi ta' etika se jkun diffiċli għalih li jaħdem aħjar fix-xogħol li għandu jagħmel fil-kunsill lokali.", "Il-kodiċi ta' etika għandu jkun qiegħed hemmhekk mhux biex ixekkel lill-kunsilliera fix-xogħol tagħhom imma bħala għodda sabiex il-kunsillier ikun jista' jaħdem aħjar fl-interess taċ- ċittadin.", "Suġġett ieħor li nixtieq nitkellem dwaru u li xi nies jaħsbu – jien ma naqbilx magħhom - li huwa suġġettiv sensittiv għall-oppożizzjoni Laburista huwa l-UE.", "Illum nafu li l-kwestjoni ta' l-UE għaddiet u huwa fatt magħruf li Malta se ssir membru sħiħ ta' din l-unjoni fi ftit xhur oħra.", "Għalxejn noqgħodu nidħlu f'dibattiti ta' min kellu raġun u min se jkollu raġun fil- futur għax issa dawn l-argumenti huma irrelevanti.", "Irridu nqumu fuq saqajna u nindirizzaw l-isfidi li għandna għax bħal kull settur ieħor, il-kwestjoni ta' l-UE se jkollha l-impatt tagħha fuq il-kunsill lokali wkoll.", "Jien mhux qed ngħid li mingħajr l-UE il-kunsilli lokali jistgħu jżarmaw.", "Xejn minn dan, anzi, jekk kien hawn esperiment li sar qabel u rnexxa huwa proprju dak tal-kunsill lokali.", "Illum il-ġurnata qegħdin niċċelebraw l- għaxar snin mit-twaqqif tal-kunsill lokali u llum dawn saru parti intrinsika mill-ħajja u mis-soċjeta` amministrattiva f'pajjiżna.", "Għalhekk irridu naraw x'se jiġri f'dan is-settur mil-lum 'il quddiem.", "Kif qed jgħid il-partit Laburista fid-dokument li qed jiġi diskuss bħalissa u li tħejja minn working group imwaqqaf mill-eżekuttiv nazzjonali u mill- grupp parlamentari, l-oppożizzjoni beħsiebha tara kif tista' timmassimizza dak li hu tajjeb u timminimizza dak li jista' jagħmlilna l-ħsara fil- kontest ta' l-UE.", "Fil-kunsilli lokali, se naħdmu bl-istess perspettiva.", "Irridu naraw mhux biss x'ġara u ma ġarax, mhux biss kif il-pajjiż wasal biex jieħu ċerti deċiżjonijiet u mhux oħrajn, mhux biss ir-realtajiet li kien hemm ħames snin jew għaxar snin ilu imma rridu naraw ir-riformi meħtieġa li rridu nagħmlu biex sehemna fl-UE jkun aħjar f'dan is-settur tal- kunsilli lokali.", "Punt li rridu nindirizzaw immedjatament - dan huwa appell ieħor li jien nixtieq nagħmel lill-gvern - hu li naraw kif nistgħu nibbenefikaw u nimmassimizzaw il-potenzjal li hemm fl-UE f'dan is-settur.", "Bħala eżempju nistgħu nsemmu l-ġemellaġġi.", "Jien infakkar lill-Kamra li llum il-ġurnata, il-Kummissjoni Ewropea qiegħda tiffinanzja madwar 1,400 ġemellaġġ – hawnhekk qed nitkellmu fuq madwar euro 12 miljun - bejn bliet fl-UE.", "Ċertament aħna mhux qegħdin nipprovaw nippromwovu t-turiżmu politiku fejn il-kunsilliera jkunu jistgħu joqogħdu jsiefru minn fuq dahar in-nies.", "Aħna qed nippromwovu sistema li taġixxi ta' pont sabiex iċ-ċittadini jaqsmu l- ideat, jesploraw soluzzjonijiet għal problemi komuni, jiskopru l-wirt kulturali ta' xulxin, jaraw kif jistgħu jtejbu l-markets turistiċi ta' xulxin u jaraw kif jistgħu anke jagħmlu xi tip ta' ġemellaġġ ekonomiku u industrijali.", "Aħna rridu nimmassimizzaw dak kollu li hu ta' benefiċċju mill-EU.", "Dan ngħiduh b'wiċċna bil-quddiem u b'lealta` lejn dak li ddeċieda l-poplu fl-elezzjoni ġenerali.", "Il-ġemellaġġi bejn l-ibliet huwa għodda importanti anke fuq livell politiku għax tgħin l-integrazzjoni ta' l-Ewropa fuq livell ta' poplu.", "L- integrazzjoni Ewropea ma tistax u ma setgħet qatt timxi 'l quddiem jekk ma kenitx għax-xewqa ta' l-individwi li jiddedikaw ħinhom biex jistabbilixxu ġemellaġġi ma' popli u organizzazzjonijiet fi bliet oħra madwar l-Ewropa.", "Dawn huma l-affarijiet li rridu naħdmu fuqhom.", "Il-gvern għandu jieħu wkoll l-inizjattiva biex jgħin għaliex il-ġemelleġġ hu esperiment ġdid.", "Nafu li minbarra l-ġemellaġġi hemm fondi oħrajn – m'hemmx mijiet ta' miljuni - li forsi xi darba nkunu nistgħu nużaw pero` hemm bżonn li l-gvern jagħti l- informazzjoni meħtieġa lill-kunsilli u jurihom kif jistgħu japplikaw għal dawn il-fondi għall-proġetti lokali.", "Dan l-aħħar smajna li l-gvern jista' japplika għall-għajnuna mill-UE minħabba l-ħsara li saret mill-maltempa li kellna l-ġimgħa li għaddiet.", "Hawnhekk il-gvern għandu responsabbilta` doppja għax kien hu li ppromwova sħubija sħiħa fl-UE akkost ta' kollox.", "Il-gvern għandu r-responsabbilta` li jgħin lill-kunsill lokali billi jagħtihom strutturi li fihom il-kunsilli jiġu ggwidati dwar kif jistgħu japplikaw għall-fondi strutturali u fondi oħrajn ta' l-UE.", "L-oppożizzjoni Laburista tirrikonoxxi l-fatt li qabel l- elezzjoni kellha politika differenti pero` llum li fattwalment hemm deċiżjoni elettorali, aħna se noqgħodu għad-deċiżjoni tal-poplu u se naraw li nimmassimizzaw dak li hu tajjeb u nimminimizzaw dak li hu ta' ħsara għall-ħaddiema Maltin u Għawdxin.", "Punt ieħor li nixtieq insemmi huwa dwar il-kwestjoni tal-local enforcement system.", "Aħna għandna politika ċarissima u qed ngħidu li m'għandu jkun hemm ebda żieda ta' tariffi jew taxxi lokali fuq iċ-ċittadin.", "Min-naħa l-oħra huwa fatt ukoll li l-local enforcement system mhijiex qed taħdem kif suppost taħdem u hemm multi li mhux qegħdin jinġabru minħabba li fil-liġi hemm ċerti loopholes.", "Aħna qegħdin ngħidu li ladarba se jkun hemm depenalizzazzjoni - jiġifieri ċerti reati u kontravvenzjonijiet ma jibqgħux jinstemgħu quddiem il-qorti tal-maġistrati imma jmorru quddiem it-tribunal – trid tinstab soluzzjoni għaliex għalxejn ikollok raħal jew belt li trid tiġbor Lm100,000 multi jekk fir-realta` jirnexxielha tiġbor Lm 20,000 biss.", "Għalhekk trid tinstab soluzzjoni biex ma jkunx hemm loopholes fil-liġi.", "Peress li jien avukat dawn il-loopholes naf bihom pero` anke the man in the street jaf li hemm loopholes u dawn il-loopholes bilfors irridu jiġu kawtelati jew magħluqa għax nispiċċaw bil-liġi tal-ġungla fejn kulħadd jagħmel li jrid.", "L-aħħar punt li nixtieq nagħmel huwa dwar l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali għax ikun tajjeb li niftakru li bl-eċċezzjoni tas-sindku li jieħu onorarja ̧ il-kunsilliera hawn Malta huma voluntiera.", "Jien naħseb li l- gvern għandu jkun aktar ħanin u jgħid minn issa li l-elezzjonijiet tal- kunsilli lokali se jsiru f'Ġunju.", "Il-gvern jaf li l-elezzjonijiet tal- kunsilli lokali se jsiru f'Ġunju u allura mhuwiex fair li nħallu lin-nies li jixtiequ jipparteċipaw fil-kunsilli lokali, mdendlin u ma jafux jekk jikkontestawx jew le minħabba li sal-lum, għad m'hemmx deċiżjoni definitiva jew għallinqas espressa pubblikament fuq meta se ssir l-elezzjoni tal- kunsilli lokali.", "Wara kollox, dawn huma voluntiera.", "Għalhekk nappella lill-Ministru tal-Ġustizzja u Intern li jekk hemm data deċiża ta' meta se jsiru l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali, dan iħabbarha jew għallinqas jagħti indikazzjoni ċara ta' meta se jsiru dawn l-elezzjonijiet.", "Nirringrazzjak.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada l- Erbgħa, 24 ta' Settembru, 2003, fid-9:00 a.m. bl-aġenda kif komunikata mill- Viċi Prim Ministru.", "Fid-9:30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "MALTA DRYDOCKS - EX-ĦADDIEM", "1425.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru għat-Teknoloġija ta' l- Informazzjoni u Investiment: Jista' il-Ministru jgħid jekk ċerta persuna - id-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament - hijiex intitolata għal xi benefiċċji mit-Tarzna ta' Malta minħabba li r-raġel tagħha ħadem għal snin kbar hemmhekk?", "Jekk fl-affermattiv, xi trid tagħmel din il-pesuna biex tibda tirċievi dawn il-benefiċċji?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 201 dwar l-istess suġġett.", "ISLA - NUQQAS TA' FAĊILITAJIET SANITARJI", "1426.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' il- Ministru jgħid x'qed iżomm lill-awtoritajiet sanitarji milli jibagħtu lill- applikant - dettalji qed jintbagħtu separatament - f'dipartiemnt ieħor tal- gvern fejn ilu li għamel talba biex jitlaq mill-bidu ta' din is-sena?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-applikant huwa wieħed mill-impjegati li ntbagħtu jaħdmu minn dipartiment ieħor għal mad-diviżjoni tas-saħħa fuq xogħol ta' tindif.", "Billi hemm nuqqas ta' ħaddiema f'dan is-settur, id-diviżjoni tas- saħħa m'hijiex f'qagħda li tibgħat lura lill-impjegat konċernat.", "RABAT - TALBA GĦAL AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA", "1427.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid għaliex qed issir diskriminazzjoni mal-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, fl-għoti ta' akkomodazzjoni alternattiva?", "X'passi qed jittieħdu biex din id-diskriminazzjoni ma tkomplix isseħħ?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-allegazzjoni ta' diskriminazzjoni hi waħda serja u l-Onor.", "Membru jrid jerfa' ir-responsabbilita' ta' dak li qiegħed jgħid billi jissostanzjaha jew jirtirha mmedjatament.", "AKKOMODAZZJONI SOĊJALI - KAŻ H14668", "1429.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid fejn wasal il- każ H14668 fi ħdan id-dipartiment ta' l-akkomodazzjoni soċjali?", "X'rimedji qed joffri d-dipartiment lil dawn l-applikanti li għandhom problema kbira familjari, iżjed u iżjed meta l-applikant joħroġ mill-faċilita' korrettiva ta' Kordin?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jien nformat illi l-każ qed jiġi kkonsidrat flimkien ma' oħrajn simili li għandu quddiemu d-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali.", "RAPID DEPLOYMENT FORCE", "1484.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' il-Prim Ministru jgħid x'kien l-eżitu tad-diskussjonijiet li saru bejn l-AFM u l- Missjoni Militari Taljana lejn tmiem Lulju dwar is-sehem ta' Platoon Malti mal-Kontinġent Taljan fir-Rapid Deployment Force ta' l-Unjoni Ewropea?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Filwaqt li nikkonferma li f'Lulju li għadda saru taħdidiet dwar is-suġġett, dawn għadhom għaddejjin u qegħdin isiru mal- ministeru tad-difiża Taljan.", "LIBYA – PAGAMENTI DOVUTI", "1485.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' il-Ministru jgħid x'inhuma l-ammonti outstanding li għad għandhom id- diversi entitajiet Maltin x'jiġbru min-naħa Libjana?", "Jista' jagħti d- dettalji sħaħ tal-perjodu ta' dawn il-pendenzi?", "ONOR.", "JOE BORG: Minħabba li l-entitajiet Maltin li qed jirreferi għalihom l-Onor.", "Interpellant huma fil-maġġor parti entitajiet kummerċjali, ma nħossx li hu xieraq li nagħti figuri speċifiċi li huma ta' natura kummerċjali u, għaldaqstant, konfidenzjali.", "Madanakollu, il-figura globali li għandhom jieħdu dawn l-entitajiet min- naħa Libjana taqbeż is-Lm7.5 miljun.", "M'għandi l-ebda diffikulta' li ngħaddi konfidenzjalment l-informazzjoni mitluba lill-Onor.", "Interpellant.", "IMMIGRAZZJONI ILLEGALI", "1486.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' il-Ministru jgħid x'kienu d-dettalji tal-briefing li Malta ngħatat bħala acceding country ta' l-Unjoni Ewropea min-naħa Taljana dwar il- koperazzjoni eżistenti bejn l-Italja u l-Libja dwar l-immigrazzjoni illegali?", "ONOR.", "JOE BORG: L-Italja kellha diskussjonijiet ta' natura bilaterali mal- Libja iżda ma ngħatawx dettalji ta' dawn id-diskussjonijeit lill-Istati membri l-oħra.", "Dawn id-diskussjonijiet wasslu sabiex l-Italja titlob lill- Unjoni Ewropea biex tibgħat għat-tieni darba delegazzjoni fil-Libja għal aktar diskussjonijiet.", "It-terms of reference ta' din id-delegazzjoni ġew diskussi mill-Istati membri u l-acceding countries f'Lulju li għadda.", "Malta qegħda tipparteċipa, safejn possibbli, fl-inizjattivi ta' l-Unjoni Ewropea fir-rigward ta' l-immigrazzjoni illegali.", "UE - KOPERAZZJONI KONSULARI", "1487.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' il-Ministru jgħid jekk sarx xi ftehim ta' koperazzjoni konsulari bilaterali ma' xi pajjiż membru ta' l-Unjoni Ewropea sabiex jippermetti lil dan il-consular corps jagħti s-servizz tiegħu lil dawk li ġejjin minn pajjiżi fejn m'għandniex ambaxxati jew career consul u li jkunu qed ifittxu li jiksbu visa għal Malta?", "Jekk iva, meta sar u ma' min?", "ONOR.", "JOE BORG: Bħalissa għaddejjin diskussjonijiet bil-ħsieb li jintlaħaq ftehim ma' pajjiż membru fl-Unjoni Ewropea dwar kooperazzjoni konsulari fuq bażi bilaterali.", "Permezz ta' dan il-ftehim, l-ambaxxati u ċerti konsolati ta' dan il-pajjiż jkunu jistgħu joħorġu visa għal Malta taħt kondizzjonijiet li jkunu qablu bejniethom iż-żewġ pajjiżi.", "Mhux eskluż li ftehim bħal dan li għadu qed jiġi diskuss jintlaħaq fil-ġejjieni ma' pajjiżi oħrajn membri ta' l-Unjoni Ewropea.", "Peress li n-negozjati għadhom għaddejjin, ma jkunx prudenti li tingħata aktar informazzjoni għalissa.", "FTEHIM BILATERALI BEJN MALTA U L-LIBJA", "1488.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' il-Ministru jikkonferma li kien hemm kumitat inter-ministerjali sabiex jagħmel review tal-ftehim bilaterali bejn Malta u l-Libja ħalli jiġi żgurat li dawn il-ftehim huma konformi ma' l-esiġenzi ta' l-Unjoni Ewropea?", "Minn min kien kompost?", "ONOR.", "JOE BORG: Nikkonferma li ġie mwaqqaf kumitat inter-ministerjali sabiex jagħmel review tal-ftehim bilaterali bejn Malta u l-Libja ħalli jiġi żgurat li dawn jikkonformaw ma' l-acquis communautaire.", "Il-kumitat jikkonsisti minn: Dr Anthony Borg Barthet, Avukat Ġenerali tar- Repubblika, Kap tal-Kumitat; Dr Godwin Grima, Segretarju Permanenti fil- Ministeru tal-Ġustizzja u Affarijiet Interni; Dr Josette Zerafa, Direttriċi (legali) fid-Direttorat ta' l-Unjoni Ewropea; Mr Patrick V Cassar, Assistent Direttur fid-Direttorat tar-Relazzjonijiet Bilaterali u Mr Peter Paul Mallia, Desk Officer fid-Direttorat tar- Relazzjonijiet Bilaterali.", "UNESCO – EXECUTIVE BOARD", "1489.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin: Jista' il-Ministru jgħid lil min qed tappoġġja Malta għal siġġu fuq l- Executive board tal-UNESCO fl-elezzjonijiet ta' Ottubru 2003?", "ONOR.", "JOE BORG: L-elezzjonijiet għall-executive board tal-UNESCO jsiru b'vot sigriet u għaldaqstant mhux għaqli li wieħed jistqarr pubblikament lil min Malta se tapoġġja fl-elezzjonijiet li se jsiru lejn l-aħħar ta' Ottubru 2003.", "Ċerti pożizzjonijiet li se tieħu Malta f'dawn l-elezzjonijiet għadhom qed jiġu negozjati ma' pajjiżi oħrajn.", "Madankollu, jiena lest li ngħaddi l- informazzjoni dwar il-ftehim li ntlaħqu s'issa b'mod konfidenzjali lill- Onor. Interpellant.", "MALTA DRYDOCKS", "1504.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għat-Teknoloġija ta' l- Informazzjoni u Investiment: Jista' il-Ministru jgħid kemm għamlet telf il- Malta Drydocks fis-sena 2002?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: It-telf fis-sena 2002, skond accounts mhux awditjati, kien ta' Lm15.2 miljun.", "CHILDREN ALLOWANCE", "1505.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien hemm familji li bbenefikaw miċ-children's allowance fis-snin 1986, 1987, 1990, 2000 u 2002 separatament?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tabella li turi l-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "ASFALTAR TA' TOROQ", "1506.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq fit-tieni distrett Elettorali li se jkunu asfaltati sa l-aħħar tas-sena 2003?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat illi l-awtorita' dwar it-trasport għadha kif ħarġet żewġ sejħiet għal offerti għall-asfaltar ta' Triq il-Misk kif ukoll għall-asfaltar ta' Triq is-Summien kantuniera ma' Triq Merħba fil- Fgura.", "Dan sar wara li fix-xhur li għaddew ħarġu sejħiet għal offerti għall- asfaltar ta' Triq Karmelo Ritchie u Triq Karmelo Penza fix-Xgħajra kif ukoll tlesta xogħol li kien għaddej fi Triq Matty Grima, Triq ix-Xatt u Triq il-Mitħna f'Bormla, Triq Rinella u Misraħ l-Arċisqof Gonzi fil-Kalkara u Triq Hompesch fil-Fgura.", "Id-direttorat tat-toroq qiegħed f'kuntatt mal-kunsilli lokali biex ikun implimentat xogħol ta' titjieb fit-toroq kollha fil-pajjiż u l-prioritajiet jiġu aġġornati minn żmien għal żmien skond l-esiġenzi li jkunu qed jirriżultaw.", "MALTA ENTERPRISE - BORD TAD-DIRETTURI", "1507.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jgħid min huma l-membri fuq il-bord tad- diretturi tal-Malta Enterprise?", "Jista' jgħid jekk għandhomx xi honoraria u benefiċċji oħra u jekk fl-affermattiv, x'inhuma?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Il-membri fuq il-bord tad-diretturi tal-Malta Enterprise huma: Mr Joseph Zammit Tabona, Chairman; Mr George Borg, Deputy Chairman; Prof Joe Bannister; Mr Anton Borg; Mr Vincent Farrugia; Mr Reginald Fava; Mr John Magro; Mr David Newman; Ms Yvonne Pulis; u Mr Paul Zahra", "GĦalissa m'hi qed titħallas ebda honoraria lil dawn il-membri.", "FONDAZZJONI ĊENTRU GĦALL-KREATTIVITA' - BORD TAD-DIRETTURI", "1508.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid min huma l-membri fuq il-bord tad-diretturi taċ- ċentru għall-kreattivita'?", "Jista' jgħid jekk għandhomx xi honoraria u benefiċċji oħra u jekk fl-affermattiv, x'inhuma?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Il-membri tal-bord tal-Fondazzjoni ċentru għall- kreattivita' huma kif ġej :Is-Sur Michael Fenech , Chairperson; Id-Dott.", "Petra Bianchi, Membru; Is-Sn.", "Ann Monsarrat, Membru; Id-Dott.", "Joseph Chetcuti, Membru; Is-Sn.", "Isabelle Gatt, Membru; Is-Sur Trevor Zahra, Membru; Is-Sur Carmel Bonello, Membru; u Is-Sur Charles Xuereb, Segretarju tal-Bord", "Dawn m'għandhom l-ebda honoraria jew benefiċċji.", "SVPR - APPLIKAZZJONIJIET GĦAL STAFF NURSE", "1520.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid meta se jinħarġu l- applikazzjonijiet għal staff nurse fir-residenza San Vinċenz de Paule?", "Jaf li sabiex nurses jieħdu leave anke ta' natura importanti bħal honeymoon, mard fil-familja, safar, eċċ jridu jsibu replacement b'nurses oħra inkella l-istess leave jiġi rrifjutat?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Peress li l-informazzjoni qiegħda tinġabar, risposta tingħata f'xi seduta oħra."]} {"filename": "20060307_362d_par.doc", "date": "2006-03-07", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Uffiċjali u Rivedut) L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 362 It-Tlieta, 7 ta' Marzu 2006 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 362", "It-Tlieta, 7 ta' Marzu 2006", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.02 p.m.", "Talba", "Seduta Nru. 362", "It-Tlieta, 7 ta' Marzu 2006", "WERREJ", "MINUTI 859", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 859", "TQEGĦID TA' KARTI 864", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA 864", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR ID-DEMM UMAN U T-TRAPJANTI (IT-TIENI QARI) 864", "HUMAN BLOOD AND TRANSPLANTS BILL (SECOND READING) 864", "AĠĠORNAMENT 882", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 886", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 361 li saret fis-6 ta' Marzu, 2006 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "ĦADDIEMA TAT-TARZNARI", "14271.", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI (f'isem l-Onor.", "Jason Azzopardi) staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l- Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' ħaddiema fiż- żewġ tarznari?", "Kemm minnhom huma taħt il-35 sena?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni): In-numru ta' ħaddiema fil-Malta Shipyards hu ta' 1,750 li 407 minnhom għandhom 35 sena jew inqas.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Leo Brincat, domanda supplimentari.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Kemm verita' hemm dwar l-għajdut li fil-ġejjieni jista' ikun hemm downsizing jew redeployment tan-nies?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Fil-fatt kien hemm aktar minn għajdut wieħed u proprju f'dawn il-ġranet, il-management tat-tarzna ltaqa' mar- rappreżentanti tal-union biex fost affarijiet oħra jiċħad totalment dawn l- għajdut.", "Ngħad li se nnaqqsu xi 500 ruħ mit-tarzna, li m'huwiex veru.", "Ngħad li xi nies mit-tarzna se jiġu ttrasferiti għal ma' l-IPSL, li m'huwiex veru.", "Ngħad li l-gvern għandu l-intenzjoni li joħroġ xi early retirement scheme jew voluntary redundancy scheme, li m'huwiex veru.", "Ngħad li se ssir repair and maintenance company u li se nittrasferixxu xi nies biex jagħmlu dan ix-xogħol fit-tarzna.", "Dan m'huwiex veru lanqas għax naturalment ir-repairs and maintenance fit-tarzna jsiru mill-ħaddiema tat- tarzna stess.", "SKEJJEL TAL-KNISJA", "14272.", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI (f'isem l-Onor.", "Jason Azzopardi) staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid kemm flus għadda l-gvern lill-iskejjel tal-knisja din is-sena?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi): L- Onor. Membru huwa mitlub jirriferi għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 17112.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Azzopardi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI: Supply kindergarten assistant li tidħol f'xi skola tal-knisja u mbagħad tiġi dikjarata redundant, tkun tista' tiġi mpjegata fi skola tal-gvern?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, diġa' saritli mistoqsija simili u weġibt li meta supply kindergarten assistant tingaġġa ruħha ma' l-iskejjel tal-knisja, tkun qed tingaġġa ruħha ma' employer privat u allura ma tkunx tista' tiġi ttrasferita għal xi skola tal-gvern.", "BASTIMENTI JTAJRU BANDIERA MALTIJA", "14273.", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI (f'isem l-Onor.", "Jason Azzopardi) staqsa lill-Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' bastimenti li ġew reġistrati taħt il-bandiera Maltija u x'inhu t-tunnellaġġ?", "Kemm hu t-tunnellaġġ reġistrat bħala total?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (f'isem il-Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni): Jien informat li n-numru ta' bastimenti li ġew reġistrati matul is-sena 2005 taħt il-bandiera Maltija hu ta' 675, b'tunellaġġ gross ta' 4,203,472.", "Sal-31 ta' Diċembru, 2005 kien hemm total ta' 4,104 bastimenti reġistrati taħt il-bandiera Maltija, b'tunnellaġġ gross ta' 24,186,698.", "REĠISTRU TAX-XOGĦOL", "14274.", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI (f'isem l-Onor.", "Jason Azzopardi) staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' dawk mir-raba' distrett elettorali li qed jirreġistraw taħt l-ewwel parti ma' l-ETC?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Skond il-korporazzjoni tax-xogħol u taħriġ, kien hemm 610 jirreġistraw taħt l-ewwel parti tar-reġistru f'Jannar 2006 mir-raba' distrett elettorali.", "Kien hemm ukoll 2,534 mill-istess distrett elettorali li bdew jaħdmu fl-2005.", "KSUR TAL-LIĠI TAL-VAT", "14275.", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI (f'isem l-Onor.", "Jason Azzopardi) staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm persuni hemm li ma ħallsux il-multa mposta fuqhom bil-liġi tal-VAT, bil-multa tiġi kkonvertita f'ħabs?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern): Ninsab informat li matul l-aħħar ħames snin, id-dipartiment tas- servizzi korrettivi rċieva 85 referral ticket mill-qorti dwar multi tal-VAT mibdula f'ħabs.", "Jista' ikun il-każ li persuna jkollha aktar minn referral ticket wieħed.", "JOB EXPERIENCE SCHEME", "14276.", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI (f'isem l-Onor.", "Jason Azzopardi) staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jindika l-ammont ta' żgħażagħ li ħadu sehem fil-job experience scheme?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Peress li tagħrif aġġornat għadu ma wasallix, tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Azzopardi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI: Hemm xi skema ta' l-ETC għal persuni b'diżabilita'?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Iva, il-korporazzjoni għax-xogħol u taħriġ għandha servizzi personalizzati għal dawk il-persuni li jista' ikollhom bżonnijiet speċjali u li qegħdin ifittxu x-xogħol.", "Hemm taqsima u reġistru apposta bl- iskop li dawn il-persuni jingħataw kull għajnuna possibbli.", "Għal dan il-għan hemm ukoll skemi ta' taħriġ u inċentivi lil employers biex kemm jista' ikun niffaċilitaw l-ingaġġ ta' dawn il-persuni.", "TJUR TAS-SIMNA", "17174.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet li minkejja s- sussidji li ngħataw lill-produtturi tat-tjur tas-simna, il-produzzjoni naqset daqstant matul l-2005?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent): Il-produzzjoni tiddependi fost l-oħrajn mill-konsum u għalhekk jekk ikun hawn il-biża', bħalma kien hawn, il-konsum jonqos.", "Minbarra hekk, l- importazzjoni ta' prodotti minn barra kibret u għalhekk il-produttur bilfors inaqqas il-produzzjoni.", "GĦENEB GĦALL-GĦASIR", "17176.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għal Għawdex: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 16860, tista' il-Ministru tagħti r-raġunijiet għala ma nżammetx statistika qabel?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (f'isem il-Ministru għal Għawdex): Qabel l-2004 ma kenitx tinżamm statistika minħabba li ma kienx obbligatorju għall-bdiewa li jagħmlu dikjarazzjoni tal-produzzjoni ta' l-għeneb għall-għasir.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: X'ġara mir-riċerka li għamel il-gvern sabiex seta' jagħmel in-negozjati mal-Kummissjoni Ewropea fis-settur tal-biedja?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Veru li xogħli huwa part-time f'dan is-settur, imma mhux dejjem inkun naf su due piedi l-informazzjoni kif qed jiddomandaha l- Onor. Interpellant!", "Għalhekk, anke minħabba d-delikatezza tas-suġġett, ma nazzardax nagħti risposta qabel ma ninforma ruħi sewwa u nkun ċert li t- tweġiba li nagħti hija dik korretta, Sur President.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Allura forsi jista' jirrispondini s-Segretarju Parlamentari hawn preżenti?", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "FRANCIS AGIUS (Segretarju Parlamentari): Kif jaf tajjeb l-Onor.", "Farrugia, minkejja dak kollu li kien u għadu jingħad min-naħa l-oħra, bir- riformi li hemm għaddejjin nistgħu ngħidu li qatt ma ħadna spinta daqshekk 'il quddiem fejn jidħol it-tkabbir tad-dwieli.", "Minkejja ċ-ċirkostanzi li għaddejna minnhom u minkejja l-grid kontinwu li konna nisimgħu minn sħabna ta' l-oppożizzjoni li kollox se jfalli, kollox se jispiċċa u li m'hemmx futur, innegozjajna diversi miżuri biex inkunu f'qagħda li ngħinu lil dan is-settur, Sur President.", "L-oġġettiv prinċipali hu li l-bdiewa jibqa' ikollhom l-għajxien tagħhom garantit u l-art tibqa' tinħadem.", "Jiena ċert li meta nikkomparaw il-biedja ta' pajjiżna ma' dik ta' pajjiżi oħra, fejn ukoll għaddejjin minn ristrutturar qawwi ħafna f'dan il-qasam ...", "Ma ninsewx li dan il-qasam hu s-cinderella ta' kull gvern, mhux ta' din in-naħa jew tan-naħa l-oħra.", "L- istatistika turi li mhux talli għamilna qabża 'l quddiem, talli għamilna bidla enormi u kellna investiment qawwi.", "Illum kull biċċa art hija fuq il- computer u nafu x'nistgħu nkabbru u ma nistgħux.", "Permezz tas-sussidji li ngħataw, in parti mill-gvern u in parti mill-Unjoni Ewropea, wieħed jinnota li sar avvanz b'mod partikolari fil-qasam ta' l- għeneb għall-għasir.", "Nistgħu liberament ngħidu li l-prodott Malti tant huwa mfittex li saħansitra wħud mill-proċessuri ma jistgħux ilaħħqu mad- domanda li għandhom, Sur President.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Kif jispjega dan li qed jgħid is-Segretarju Parlamentari meta preċedentement huwa on record li stqarr li l-konsumatur Malti ifittex prodott ta' barra?", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "FRANCIS AGIUS: Jien qed inkun ċar ħafna u qed nitkellem speċifikament dwar inbid Malti ta' kwalita'.", "Fil-fatt il-poċessuri jgħidulek li għandhom domanda ħafna akbar milli jistgħu jlaħħqu magħha.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Filwaqt li nirrispetta l-pożizzjoni tas-Segretarju Parlamentari, jista' jgħidli x'ġara mis-sussidju ta' Lm35-il tomna li kellhom jingħataw lil dawk li jkabbru d-dwieli?", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "FRANCIS AGIUS: Mr Speaker, jekk l-Onor.", "Farrugia qed jirriferi għal xi individwi partikolari, nitolbu jagħtini d-dettalji ħalli nkun nista' nagħtih l-informazzjoni preċiża.", "Huwa minnu li jaf ikun hemm ċertu dewmien ta' natura amminstrattiva sakemm jingħataw dawn il-flus, imma dan minħabba s-serjeta' li hemm fis-sistema u anke b'riżultat ta' l-awditjar li jsir b'mod regolari min-naħa tal-Kummissjoni Ewropea.", "Ċertament il-ħlasijiet li ġew maqbula se jiġu rispettati.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Allura jista' ikun il-każ li l-policy m'għadhiex fuq kemm jipproduċi l-bidwi imma fuq kemm dwieli jkabbar?", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "FRANCIS AGIUS: Mr Speaker, il-policy ma nbidletx.", "Jien qed nirriferi għall-mod amministrattiv ta' kif jinħadmu dawn is-sussidji.", "(Interruzzjonijiet) Ovvju li jista' ikun hemm każi fejn ikun hemm il- ħtieġa li jsiru ċerti verifiki u dan bilfors itawwal iż-żmien biex jinħarġu s-sussidji.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Ifissirx dan li hemm min diġa' ħa s-sussidju għad- dwieli?", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "FRANCIS AGIUS: Safejn naf jien dan il-proċess għadu għaddej.", "Pero' jekk l-Onor.", "Interpellant jaf b'xi nies li għadhom ma tħallsux, nitolbu jgħaddili l-informazzjoni ħalli nkun nista' nivverifika l- affarijiet sewwa.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Frederick Azzopardi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI: Jista' is-Segretarju Parlamentari jgħid xi prekawzjonijiet qegħdin jittieħdu minħabba l-avian flu, issa li din il- marda waslet viċin tagħna?", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "FRANCIS AGIUS: Kif jaf kulħadd, in-numru ta' pajjiżi bil-marda ta' l-avian flu fost it-tjur selvaġġ jiżdied kull ġimgħa qiegħed.", "Biss mill-analisi, mit-testijiet u mill-monitoraġġ li qed isir, nista' nassigura lill-poplu Malti li lanqas fit-tjur selvaġġ li qed ipassi ma ġiet irrapportata din il-marda f'pajjiżna.", "Qegħdin jittieħdu diversi miżuri, fosthom it-tisħiħ tal-monitoraġġ proprju fost it-tajr selvaġġ li jiġi rrapportat mejjet u anke ħadna diversi prekawzjonijiet fuq il-farms tagħna stess.", "Għandna programm ta' kontinġenza li qegħdin naħdmu fuqu flimkien ma' l-Unjoni Ewropea u qegħdin naħdmu b'mod kordinat ma' oqsma oħrajn, partikolarment fil-qasam tas-saħħa.", "Ħadna diversi miżuri oħrajn, fosthom it-traceability tal-prodott u l-aktar ħaġa importanti hi li dejjem naraw kif insaħħu l-prevenzjoni.", "Qed isir wkoll ispezzjonar tal-vetturi li jiġu minn Sqallija permezz tal- catamaran, peress li ġew irrapportati xi każi anke fi Sqallija u qegħdin insaħħu s-servizz veterinarju fejn qegħdin ukoll fil-proċess li ningaġġaw numru ta' veterinarji mhux biss għal dan l-iskop, imma anke biex jissaħħaħ b'mod ġenerali dan is-settur li, kif għedt, qed jara titjib sostanzjali f'dak li huwa livell ta' monitoraġġ u ta' iġene fuq il-farms tagħna, Sur President.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Peress li jiena m'iniex nitkellem dwar ftit bdiewa li ma tħallsux imma dwar il-bdiewa kollha li baqgħu ma ħadux is-sussidju ta' Lm35-il tomna u dan għar-raġuni li l-aġenzija tal-pagamenti m'hijiex tiffunzjona kif suppost, jista' is-Segretarju Parlamentari jgħidli meta se jitħallsu dawn in-nies?", "Jista' jgħid ukoll meta se jingħataw is-sussidji għall-2005 il-produtturi ta' l-inbid, li wieħed minnhom saħansitra għandu problemi ta' cashflow u mhuwiex f'pożizzjoni li jħallas għall-għeneb li xtara mingħand il-bdiewa f'Awissu li għadda?", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "FRANCIS AGIUS: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jagħmel mistoqsija bil-miktub ħalli nkun nista' nagħtih tweġiba.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Azzopardi.", "ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI: Peress li jidher li ċerti raħħala qegħdin jifaċċaw sensiela ta' diffikultajiet meta jiġu biex jitħajru jagħmlu upgrading tal-farm, jista' is-Segretarju Parlamentari jgħid jekk tingħatax xi għajnuna mid-dipartiment ta' l-agrikoltura biex dawn l-applikazzjonijiet tal-bdiewa u r-raħħala jiġu pproċessati b'mod aktar spedit?", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "FRANCIS AGIUS: Fil-fatt għaddejjin taħditiet ħalli dawn l- applikazzjonijiet ikunu jistgħu jiġu fast tracked kemm jista' ikun.", "Qed inżommu laqgħat mal-koperattivi, b'mod partikolari mal-koperattiva tal- produtturi tal-ħalib kif ukoll ma' koperattivi oħrajn li jistgħu jkunu interessati u qegħdin inżommu informati lill-presidenti u lill-kumitati konċernati.", "B'mod regolari qegħdin nagħmlu laqgħat mar-raħħala stess ħalli ninformawhom bil-proċeduri li għandhom jadottaw ħalli kemm jista' ikun inħaffu l-ipproċessar ta' dawn l-applikazzjonijiet.", "Wieħed irid japprezza li kultant ikun hemm ċertu dewmien minħabba xi problemi dwar min ikun sid l-art u allura l-ipproċessar ta' l- applikazzjonijiet jeħodlok aktar żmien milli tkun qed tistenna, Sur President.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Teżisti xi target date għall-approvazzjoni ta' dawn il- permessi?", "Is-Segretarju Parlamentari huwa informat bil-problemi li qed jiffaċċaw ċerti raħħala għall-fatt li l-biċċa l-kbira tagħhom għadhom ma jistgħux jiffirmaw il-kuntratt mal-koperattiva tal-ħalib dwar ċerti regoli li hi qed timponi, liema regoli huma marbuta mal-policy tal-gvern u mal- politika komuni agrarja ta' l-Unjoni Ewropea?", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "FRANCIS AGIUS: Nassigura lill-Onor.", "Interpellant li naf b'dawn id- diffikultajiet u, kif diġa' għedt, qed ikollna laqgħat b'mod regolari.", "Għandna madwar 100 farm, pero' nafu eżattament liema huma dawk il-farms li qegħdin jaffaċċaw din il-problema b'mod partikolari.", "Dawn jammontaw għal madwar 40 farm u ħafna minnhom jinsabu f'built-up areas.", "Dawn għandhom terminu ta' żmien sakemm jistgħu jibqgħu joperaw u aħna qegħdin fi ftehim magħhom kif nistgħu ngħinuhom, ħalli almenu jagħmlu dak li hu minimament meħtieġ minnhom.", "Nerġa' ngħid li dan kollu m'huwiex qiegħed isir għall-wiċċ l-Unjoni Ewropea imma f'ġieħ l-iġene, f'ġieħ li jkun hemm standards stabiliti li minkejja kollox huma favur l-istess raħħal, favur l-istess merħla, favur l-istess prodott u favur l-istess konsumatur.", "Iva, nafu b'dawn il-problemi u qegħdin nittekiljawhom bl-iktar mod dirett, Sur President.", "VALUR TAL-LIRA MALTIJA", "17179.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħidilna għaliex meta l-baskett tal- muniti kien ivarja bejn 60% għal 70% fl-euro, 20% għal 22% fl-isterlina u 8% għal 10% fid-dollaru, il-valur tal-lira Maltija kien jissarraf f'medja ta' bejn euro 238 u 242 għal kull Lm100, iżda llum li l-baskett tal-muniti huwa 100% fl-euro, il-valur għal kull Lm100 ivarja bejn euro 222 u 228 u dan meta suppost li ssaħħet il-munita?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Ngħarraf lill-Onor Interpellant li l-ispjegazzjoni tinsab fil-fatt li l- valur tal-lira Maltija kien u għadu sal-lum jiġi influwenzat miċ-ċaqliq fis- swieq internazzjonali tal-kambju.", "Dan peress li l-lira Maltija minn dejjem kienet marbuta ma' baskett ta' muniti li, b'differenża minn dik Maltija, jiġu nnegozajti fis-swieq internazzjonali.", "Sa l-aħħar ta' April 2005 il-valur tal-lira Maltija kontra l-euro kien jiġi determinat miċ-ċaqliq fis-swieq ta' l-istess euro (70%), tad-dollaru Amerikan (10%) u tal-lira Ingliza (20%).", "Mill-bidu ta' Mejju 2005, il-lira Maltija tinsab marbuta 100% ma' l-euro u għalhekk il-valur tagħha jibqa' l- istess kontra l-euro iżda jiċċaqlaq kontra l-muniti internazzjonali l-oħra, skond kif jiċċaqlaq il-valur ta' l-euro.", "Illum li l-lira Maltija ġġib inqas euro milli kienet iġġib bejn l-2002 u l- 2004, huwa dovut għall-fatt li filwaqt li sa l-2004 l-euro kien qed jiddgħajjef kontra l-lira Maltija, minn Jannar 2005 sad-dħul tal-lira Maltija fl-ERM II f'Mejju, l-euro reġa' beda jissaħħaħ.", "Nixtieq nippreċiża li illum Lm100 iġibu €233 skond ir-rata ta' parita' ċentrali li daħlet fis-seħħ fit-2 ta' Mejju, 2005 li kienet ir-rata ta' l- egħluq fis-suq fit-30 ta' April.", "Ir-rati ta €222 sa €228 li qed jikkwota l- Onor. Interpellant jistgħu jkunu rati li jikkwotaw tal-ħwienet u li jinkudu spejjeż bankarji u oħrajn.", "Ta' min ifakkar iżda li rati bħal dawn huma biss indikattivi għax il-munita legali ta' pajjiżna hija l-lira Maltija u ħadd ma jista' jiġi mitlub iħallas għal xi prodott jew servizz bl-euro jew b'xi munita barranija oħra.", "KONSUM TA' FUELS", "17182.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm kien il-konsum globali taż-żjut matul l-2005?", "Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għal dawn l-aħħar ħames snin?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jirriferi għat- tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 17168.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-Mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti u nsejjaħ lill-Ministru Louis Galea.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "LOUIS GALEA: F'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi nqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar vakanzi f'diversi karigi fl-AFM, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari 17372;", "Tagħrif dwar vakanzi f'diversi karigi fl-AFM, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari 17373;", "Tagħrif dwar konsulenti mqabbda minn dipartimenti u enti oħra taħt id- dekasteru tal-prim ministru u ministru tal-finanzi, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari 17571; u", "f'isem il-Ministru għal Għawdex inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tabella li turi l-għadd ta' studenti u ħaddiema Għawdxin li ngħataw sussidju għat-trasport bejn Malta u Għawdex, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari 17280.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Austin Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar safar minn uffiċjali f'dipartimenti, kumpanniji u enti oħra taħt ir-responsabbilta' tiegħi, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 17191.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal- Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR ID-DEMM UMAN U T-TRAPJANTI", "HUMAN BLOOD AND TRANSPLANTS BILL", "MR SPEAKER: Il-Ministru Deguara.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita'): Nipproponi t-Tieni Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att dwar id-Demm Uman u t-Trapjanti\".", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA (Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali): Nissekonda.", "MR SPEAKER: Rimarki?", "Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Mr Speaker, jekk wieħed jifli fid-dettall l- għanijiet u r-raġunijiet ta' dan l-abbozz ta' liġi, naħseb li jkun aktar faċli li wieħed jifhem il-bżonn li nressquh.", "Dan il-bżonn mhux qed inħossuh aħna biss bħala pajjiż imma anke pajjiżi oħrajn li jimmiraw għall-kwalita' u għall-eċċellenza.", "Aħna nqisu lill-Ingilterra bħala dak il-pajjiż li miegħu nkejlu s-servizzi li noffru.", "Minkejja li dan il-pajjiż joffri servizzi ta' kwalita' għolja, din it-tip ta' liġi li tiggarantixxi dawn l- istandards f'dan il-pajjiż għaddiet fis-sena 2005.", "Barra minn hekk, l-għan ta' dan l-abbozz hu li jittrasponi tliet direttivi ta' l-Unjoni Ewropea li huma d-Direttiva 2002/98KE, 2004/33KE u 2004/23 KE u biex jassigura ċerti standards f'dawk l-attivitajiet li għandhom x'jaqsmu mat-teħid u l-eżami tad-demm uman - ikun x'ikun l-iskop intiż tagħhom - u mal-preparazzjoni, il-ħżin u d-distribuzzjoni tiegħu meta dan ikun intiż għat-trasfużjoni.", "Dawn l-attivitajiet iridu jsiru biss minn postijiet ta' depożitu tad-demm f'Malta li jkunu ġew awtorizzati u li jkollhom liċenzja mill-awtorita' dwar il-liċenzji proprju għal dak l-iskop.", "Mr Speaker, aktar minn hekk, l-abbozz jistabbilixxi l-livell ta' kwalita' u ta' sigurezza għat-tessuti u ċelloli umani intiżi għall-applikazzjonijiet umani sabiex jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni għas-saħħa tal- bniedem.", "Meta wieħed jidħol fid-dettall ta' dan l-abbozz, isib li huwa maqsum proprju f'żewġ partijiet, l-ewwel parti tenfasizza l-istandards tal- kwalita' tat-trasfużjoni tad-demm u t-tieni parti ta' dan l-abbozz titkellem fuq l-istess livelli li jridu jiġu milħuqa f'dak li għandu jaqsam ma' tessuti.", "L-ewwel ħaġa li xtaqt ngħid hi li d-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea kien il-katalist li xpruna sensiela ta' abbozzi ta' liġi ġewwa din il-Kamra bil-għan li jtejbu l-kwalita' tas-servizzi li jieħdu ċ-ċittadini tagħna.", "Ladarba Malta saret parti mill-Unjoni Ewropea, iċ-ċittadini Maltin għandhom il-liberta' li jmorru minn pajjiż għall-ieħor bl-inqas restrizzjonijiet possibbli.", "Dan ifisser li l-għan ta' l-Unjoni Ewropea primarjament huwa li tiżgura li jmorru fejn imorru, iċ-ċittadini ta' l- Unjoni Ewropea jsibu l-istess kwalita' għolja ta' servizz.", "Mr Speaker, kif għidt, id-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea xpruna sensiela ta' abbozzi u f'moħħi qed jiġini l-Medicines Act li kien għadda unanimament minn din il-Kamra xi tlett snin ilu.", "Fil-fatt dan kien wieħed mill-abbozzi fejn iż-żewġ naħat tal-Kamra tkellmu fuqu b'mod mill-aktar kostruttiv.", "Iż- żewġ naħat kienu qed jaqblu li l-għan ta' dak l-abbozz kien ukoll biex itejjeb il-kwalita' tal-prodotti mediċinali li jinsabu f'pajjiżna.", "Att ieħor li għaddejna sentejn ilu kien il-Health Care Professions Act li kien immirat biex jiżgura mhux biss l-awtonomija tal-kunsilli li jipproteġu u jħaddmu s-sistema medika u paramedika imma riedu wkoll jiżguraw li jkun hemm livell għoli ta' kwalita' fis-servizz tagħhom.", "Minn din il-Kamra għaddejna wkoll b'mod unanimu t-twaqqif tal-food safety commission u qbilna li wasal iż-żmien li kellu jkollna sistema ta' traceability tal-prodotti ġewwa pajjiżna mhux biss biex nidhru sbieħ mat-turisti kif konna naħsbu qabel imma anke għax kien hemm għarfien fost il-Maltin li wasal iż-żmien li l-Maltin jiġu ttrattati u jiġu ppreżentati bi prodotti ta' livell li wieħed isibf'pajjiżi oħra ewropej.", "Jiena semmejt tliet diretti ta' l-Unjoni Ewropea u nixtieq ngħid xi ħaġa dwar l-għan ta' dawn id-direttivi.", "L-ewwel direttiva li semmejt kienet it- 2002/98KE li kienet tistabbillixi standards ta' kwalita' u ta' sigurezza waqt il-kollezzjoni, it-testjar, l-ipproċessar, il-ħażna u d-distribuzzjoni tad-demm uman u komponenti ta' dan id-demm.", "It-tieni direttiva, il- 2004/33KE, kienet direttiva li timplimenta direttiva oħra tas-sena 2002 tal- Parlament Ewropew u tal-Kunsill u din id-direttiva tirrigwarda bżonnijiet tekniċi dwar il-partijiet tad-demm u prodotti tad-demm.", "L-aħħar direttiva li semmejt kienet tistabbilixxi standards ta' kwalita' u ta' safety fid- donazzjoni, fil-prokurament, fit-testjar, fl-ipproċessar, fil- preservazzjoni, fil-ħażna u fid-distribuzzjoni ta' tessuti u ċelloli umani.", "Ovvjament dawn kollha kellhom l-għan aħħari li jżidu l-kwalita' tal- prodotti, kemm dawk li wieħed isib ġewwa pajjiżna u anke dawk li wieħed isib f'pajjiżi oħra ta' l-Unjoni Ewropea.", "Barra minn hekk, dan l-abbozz irid jiżgura li anke f'dawk il-każi meta aħna nimportaw prodotti li għandhom x'jaqsmu ma' tessuti u ċelloli kif ukoll prodotti li għandhom x'jaqsmu ma' l-għoti tad-demm jew l-għoti ta' partijiet tad-demm, irridu nistabbilixxu l-istess garanzija biex ġejjin minn fejn ġejjin, igawdu l-fiduċja ta' dawk li jkunu se jużawhom.", "Biex naslu għal dak li għadni kemm għidt, irid ikollna kriterji ċari u unanimi kemm fil-laboratorji, kemm fil-blood banks u kif ukoll f'dawk l- istabbilimenti fejn mhux biss jiġi prokurat id-demm imma jiġi pproċessat u ppreparat biex finalment jingħata lill-bniedem.", "Għan ieħor ta' din il-liġi huwa li nistabbilixxu katina mhux biss ta' kredibilita' imma ta' responsabbilizzazzjoni dwar dan il-proċess kollu billi nwaqqfu awtorita' li tkun tista' tilliċenzja dawn l-istabbilimenti.", "Fl-aħħarnett dan l-abbozz qiegħed jidentifika wkoll persuna li tkun responsabbli ta' dan il-proċess kollu.", "Iżjed ma wieħed isemmi dawn l-affarijiet, iżjed wieħed jinduna kemm dan l-abbozz ta' liġi jixbah abbozzi ta' liġijiet oħrajn li għaddejna fosthom il-Medicines Act li wkoll kienu mmirati biex jilħqu livelli ta' kwalita' u jiżguraw livelli ta' prodotti għoljin lill-konsumaturi tagħna.", "Dan l-abbozz jagħti poteri lill-ministru li jkun jista' jagħmel regolamenti biex jara li dawk l-istandards jintlaħqu u tiġi stabbilita sistema li tiżgura li dawk l-istandards jibqgħu jinżammu l-ħin kollu.", "Allura ovvjament f'dik il-parti li tagħti dan il-poter lill-ministru, hemm stipulat li l-ministru jrid jistabbilixxi dawk l-istandards li huma mitluba mill-istabbilimenti tad-demm jew stabbilimenti li jipproċessaw it- tessuti, li jistabbilixxi standards għolja għall-banek tad-demm kemm dawk tal-privat kif ukoll ta' l-isptarijiet u li jrid jiżgura wkoll l- emoviġilanza.", "Din il-liġi tagħti poter lill-ministru li jkun jista' jippreskrivi ħlasijiet għall-ħruġ ta' dawn il-liċenzji kif ukoll kull ħaġa oħra li għandha x'taqsam ma' dan l-Att.", "Jekk imbagħad immorru lejn l-abbozz proprju u nħarsu kif inhuwa maqsum, insibu li fl-ewwel parti, imsejħa t-taqsima preliminari, hemm imniżżel sensiela ta' definizzjonijiet li jagħmlu riferenza speċifika għad- direttivi li għadni kif semmejt u tifsiriet ta' ċertu nomenklaturi li ovvjament ġew definiti skond id-definizzjoni mogħtija universalment minn dawn id-direttivi.", "Irrid ngħid ukoll li jekk wieħed iħares lejn dawn id- definizzjonijiet, jibdew joħorġu ċerti dubji għaliex, per eżempju, qed issir distinzjoni bejn stabbiliment tad-demm u bank tad-demm ġewwa sptar.", "Naħseb li din se tqum waqt id-diskussjoni u għalhekk irrid inserraħ moħħ il-kollegi tiegħi li dawn id-definizzjonijiet ma ġewx imtellgħin lokalment imma huma transpożizzjoni diretta ta' dak li hemm imniżżel fit-tliet direttivi li semmejt qabel.", "It-tieni taqsima tirriferi speċifikatament għall-poteri u l- identifikazzjoni ta' l-awtorita' dwar il-liċenzji, fejn hawnhekk l-abbozz qiegħed jipproponi li jkun is-superintendent tas-saħħa pubblika li jkun l- awtorita' dwar il-liċenzji għall-finijiet ta' dan l-Att.", "Jekk nidħlu iżjed fid-dettall, insibu li l-awtorita' trid tivverifika li l-postijiet tad- depożitu jkunu konformi mal-ħteġijiet stabbiliti taħt dan l-Att u r- regolamenti magħmulin taħtu; trid tindika wkoll lill-post ta' depożitu liema attivitajiet jistgħu jsiru ġewwa fih u tistabbilixxi l- kondizzjonijiiet li japplikaw għall-postijiet ta' depożitu u nibqgħu sejrin b'sensiela ta' affarijiet li se jkunu responsabbilta' diretta ta' l- awtorita' li trid iġġedded, temenda, tibdel, tissospendi jew tirrevoka liċenzji skond dan l-Att.", "L-awtorita' se tkun inkarigata li tagħmel l- ispezzjonijiet ta' postijiet ta' depożitu u regolarment torganizza miżuri ta' kontroll f'dawk il-postijiet ta' depożitu li fl-ebda każ ma jkunu inqas minn darba kull sentejn.", "Huwa proċess li jiggarantixxi li mhux biss għandna l-obbligu li nistabbilixxu l-istandards fil-bidu imma l-awtorita' se jkollha wkoll l-onus li tibqa' tara li dawk l-istandards, permezz ta' numru ta' spezzjonijiet li jsiru fuq bażi regolari u mhux inqas minn darba kull sentejn, jibqgħu jinżammu wkoll.", "L-awtorita' trid tagħmel ukoll spezzjonijiet addizzjonali f'postijiet ta' depożitu skond ma tqis li jkun meħtieġ bil-għan li tiġi żgurata konformita' mal-ħteġijiet ta' dan l-Att u regolamenti magħmulin taħtu.", "Barra minn hekk, għandha r-responsabbilta' li tispezzjona banek tad-demm kemm fl- isptarijiet kif ukoll fil-privat sabiex tiżgura li dawk il-banek u l- persuni responsabbli għat-tmexxija ta' dawn il-banek ikunu konformi mal- ħteġijiet ta' dan l-Att u mar-regolamenti.", "L-awtorita' trid torganizza wkoll, f'każ ta' xi okkorrenza gravi avversa jew ta' xi reazzjoni jew suspett ta' dan, spezzjonijiet u miżuri oħra ta' kontroll.", "Trid tistabbilixxi linji direttivi li jirrigwardaw il-kondizzjonijiet ta' l- ispezzjonijiet u tal-miżuri ta' kontroll u t-taħriġ u l-kwalifika ta' l- uffiċjal involut sabiex jintlaħaq livell ta' kompetenza u twettiq konsistenti.", "L-awtorita' trid tistabbilixxi u żżomm reġistru li jkun aċċessibbli għall- pubbliku dwar postijiet ta' depożitu ta' tessuti u ċelloli li jkunu jispeċifikaw l-attivitajiet li tkun inħarġitilhom liċenzja dwarhom.", "Apparti dan kollu, l-awtorita' trid tagħmel dak kollu li tista' u li hemm bżonn bil- għan li tiġi żgurata konformita' mad-dispożizzjonijiet kollha ta' dan l-Att jew regolamenti magħmula taħtu.", "Dan huma fi ftit kliem il-funzjonijiet tas- superintendent tas-saħħa pubblika li kif qed ngħidu f'dan l-abbozz, se jkun maħtur fl-awtorita' dwar il-liċenzjar.", "It-tielet taqsima titkellem speċifikatament fuq postijiet ta' depożitu tad-demm u banek tad-demm fi sptar.", "Waħda mill-affarijiet li diġa' rriferejt għaliha hija d-distinzjoni bejn postijiet ta' depożitu tad-demm u banek tad-demm ġewwa sptar għaliex ma' l-ewwel daqqa t'għajn, wieħed jista' jaħseb li dawn huma l-istess ħaġa u allura ma kienx hemm għalfejn wieħed jirrepetihom darbtejn.", "Pero' meta wieħed jibda jidħol fid-definizzjoni tagħhom, jibda jara li hemm varjazzjonijiet bejniethom li jagħmlu dawn id-definizzjonijiet importanti.", "Din it-taqsima titkellem fuq x'suppost wieħed ikollu f'dawn id-depożiti, x'liċenzja trid toħroġ, min se jkun il-persuna responsabbli li tara li l- affarijiet isiru, min se jkun responsabbli ta' l-accountability tal-proċess kollu minn meta jittieħed id-demm sa meta jingħata lill-konsumatur u sensiela ta' affarijiet oħra li għandhom jiżguraw li l-prodott li jasal għand il-klijent ikun ta' l-ogħla kwalita'.", "Ovvjament din it-taqsima titkellem ukoll dwar ir-revoka jew sospensjoni ta' liċenzja f'dawk il-każijiet li ma josservawx din il-liġi.", "Fil-fatt fi klawsola 5 hemm imniżżel ċar u tond li kull sospensjoni għandha tkun għal dak il-perjodu li l-awtorita' dwar il-liċenzji tqis li jkun meħtieġ meta tqis xi jkunu r-raġunijiet ta' sospensjoni.", "Ir-raba' taqsima tirrepeti dak kollu li għidna fuq il-bank tad-demm, fuq il-garanzija ta' standards li wieħed għandu jżomm u x'sistemi tista' timplimenta l-awtorita` biex tara li dawk l-istandards jinżammu pero` tirriferi speċifikatament għal dak li għandu x'jaqsam mat-tessuti u ċ-ċelloli.", "Mr Speaker, qegħdin nitkellmu fuq abbozz li jrid jiżgura kwalita` ta' prodott tad-demm li jieħdu l-klijenti tagħna.", "Ħafna drabi bħalma jiġri f'ħafna affarijiet oħra, tibda tapprezza l-għan ta' dan l-abbozz meta jkollok bżonn - j'Alla ma jiġi bżonn ħadd pero` l-verita` m'hijex dik - li tingħata d-demm.", "Meta tiġi fil-bżonn li tingħata d-demm, ovvjament tibda tifhem x'hemm wara sempliċement għoti ta' demm u għaliex hija responsabbilta` ta' din il-Kamra li b'dan l-Att tiżgura l-ikbar u l-ogħla livelli li wieħed għandu jiggarantixxi lill-klijenti tagħna.", "Wara kollox il- fatt li wieħed ikollu bżonn id-demm m'hijiex xi ħaġa riċenti fl-istorja tal- bniedem u ilu mijiet ta' snin jagħmel dan anke jekk fil-qedem ma setax jagħmel wisq bih.", "Waħda mill-affarijiet li l-aktar ġabet a konoxxenza tal- bniedem il-bżonn tad-demm kienet il-gwerra li l-istorja tal-bniedem hi mimlija bihom.", "Naħseb li kulħadd konxju li l-istorja tal-bniedem hija mifnija bi gwerra wara l-oħra, b'invażjoni għal divesi raġunijiet, min biex jikseb iżjed artijiet, min biex jikseb iktar rikezzi u min biex wieħed ikollu poteri fuq bnedmin oħrajn.", "Nistgħu ngħidu li sensiela ta' affarijiet dejjem kienu jispiċċaw jiġu deċiżi bi gwerra, anke f'dak li għandu x'jaqsam ma' reliġjonijiet għaliex illum nitkażaw b'dak li qiegħed isir fl-isem tar- reliġjonijiet pero` jekk immorru lura fiż-żmien, nindunaw li dak li qegħdin naraw madwarna llum kien jeżisti wkoll fil-passat.", "Naħseb waħda mill-osservazzjonijiet li kienu jsiru waqt dawn il-gwerrer kienet li l-persuna li kienet titlef ħafna demm fuq il-battlefield kienet kważi dejjem tispiċċa tmut u l-persuna li forsi kienet tkun imbiċċra daqs il-persuna l-oħra pero` titlef inqas demm, kienet b'xi mod jew ieħor tibqa' ħajja.", "Għalhekk in-nies bdew jirrealizzaw li ovvjament id-demm kien xi ħaġa importanti li żżomm bniedem ħaj.", "Fil-fatt kull bniedem li mar għall- gwerra, kien b'saħħtu u l-ebda wieħed minnhom ma kien qed jitlef id-demm qabel ma mar pero' jekk tara l-istess persuna wara l-gwerra tara d- differenza u ġeneralment tinduna li dak li wassal għall-mewt kienu l- emoraġiji li kienu jseħħu wara li jiġu feruti.", "Pero` ħalli niġi għall-punt b'iktar dettall.", "Aħna forsi naħsbu li t-trasfużjoni tad-demm hija xi ħaġa pjuttost riċenti u hija xi ħaġa ta' science fiction mentri fil-fatt l-ewwel record li għandna ta' trasfużjoni tad-demm kien sar - believe it or not - fl-1492.", "Dan jagħtina x'naħsbu wkoll li minkejja li dik is-sena kienet l-ewwel sena li ġiet irrekordjata bħala l-ewwel trasfużjoni tad-demm, is-suspett huwa li b'xi mod jew ieħor dawn l- esperimenti kienu jsiru minn qabel.", "Ovvjament dak iż-żmien l-għoti tad- demm kien jingħata mingħajr ma kienu jafu x'inhuma l-blood groups u l- komplikazzjonijiet li nafu bihom illum.", "Xi ħaġa interessanti hija li l- ewwel persuna li ngħatat trasfużjoni ta' demm kien proprju l-Papa Innoċent VII.", "Fl-opinjoni tiegħi, biex xi ħaġa simili ġiet ipprovata fuq papa kien hemm żewġ possibilitajiet: Jew il-papa kien in estremis jew inkella l- esperimenti kienu ilhom isiru u kienu diġa' qegħdin jaslu għal ċertu ammont ta' fejqan.", "Allura dan kien diġa' ġie pprovat bħala l-aħħar mezz ta' kura li setgħu joffru lill-Papa Innoċent VII.", "Is-sabiħa kienet li minkejja t-trasfużjoni tad-demm ittieħed minn tliet persuni differenti, il-papa xorta waħda miet.", "Issa ma nafux jekk mietx kawża tat-trasfużjoni - li probabbilment hekk ġara - jew inkella tant kien batut li t-trasfużjoni m'għamlitlu differenza ta' xejn.", "Wara dik is-sena damu sa l-1628 sakemm ħarġu bl-ewwel teorija fuq iċ-ċirkolazzjoni tad-demm.", "Din it-teorija nħarġet mill-kirurgu Ingliż William Harvey, fejn qal li d- demm jiġi ppumpjat mill-qalb, jgħaddi minn ġo fiha għall-estremitajiet kollha tal-ġisem permezz ta' l-arterji u jerġa' jmur lura lejn il-qalb tramite l-pulmun, fejn ovvjament jiġi ossiġenat u jerġa' jibda jiċċirkola.", "Dan l-istudju kien sar fuq annimali ħajjin u l-għarfien ta' l-iskoperta ta' Harvey ġiet applikata fuq il-bniedem meta bdew isiru għall-ewwel darba l- awtopsji dokumentati.", "Mr Speaker, minn wara dik it-teorija għaddew kważi 25 sena sakemm Richard Lower beda jagħmel it-trasfużjonijiet tad-demm bejn kelb u ieħor.", "Dan ifisser li x-xjenzjati ta' dak iż-żmien bdew jaraw il-potenzjal li kien qed joffri dan il-proċess, aktar u aktar meta Richard Lower, fl-1665 beda jitrasfuża d-demm minn kelb għal kelb, bil-maġġoranza tagħhom jibqgħu ħajjin.", "Sentejn wara dawn l-esperimenti, l-istess Lower beda jagħti trasfużjonijiet bejn annimali u persuni.", "L-annimali li kienu jintużaw sabiex jitteħdilhom id-demm għat-trasfużjoni fuq in-nies kienu nagħaġ jew frieħ.", "Madankollu hawn bdiet toħroġ xi ħaġa ġdida għaliex dawn it-tip ta' trasfużjonijiet bdew ikunu akkompanjati minn mortalita' tant għolja li l- proċess ġie banned.", "Għaldaqstant għal 150 sena sħaħ ma saru l-ebda esperimenti fuq it-trasfużjonijiet tad-demm.", "U naħseb li kienu 150 sena moħlija għaliex meta wieħed jara l-proċess u l-progress kbir li beda jsir minn meta x-xjenzjati kisbu aktar għarfien fuq il-valur u s-sigurezza ta' l-għoti tad-demm, bdew juru biċ-ċar li kienet triq li għandna nimxu fuqha.", "Fil-fatt kien ċertu tabib Amerikan bl-isem ta' Sing Physic li fl-1795 beda għall-ewwel darba jagħmel esperimenti ta' trasfużjoni tad-demm bejn persuna u oħra.", "Din it-trasfużjoni kienet suċċess.", "Il-każ kien ta' omm li kienet għadha kemm welldet u tilfet ħafna demm wara emoraġija.", "Physic ta d-demm lill-omm billi ġibed id-demm permezz ta' siringa mir-raġel tagħha u l-mara rkuprat.", "Naħseb li meta nidħlu fid-dettall ta' l-istorja nsibu li aktar kienet xi ħaġa ta' ċans milli xi ħaġa ta' valur.", "Pero' fissret li r- riċerka fuq it-trasfużjoni tad-demm reġgħet ingħatat spinta ġdida sabiex isiru skoperti aktar malajr.", "Fil-fatt 70 sena wara dawn l-esperimenti kontinwi wasslu sabiex ċertu Karl Landsteiner jiskopri għall-ewwel darba li kien hemm tliet gruppi ta' demm.", "Dawn ġew identifikati għall-ewwel darba u għalhekk bdejna nitkellmu fuq grupp 'A', grupp 'B' u grupp 'O'.", "Kienet ir-riċerka ta' dan il-professur u ta' l-istudenti tiegħu li sentejn wara skoprew grupp ieħor barra dawk it-tlieta li kien tkellem fuqhom Landsteiner.", "Dan kien il-grupp AB u r-riċerka li saret bejn l-1900 u l- 1902 wasslet sabiex ir-riċerkatur Landsteiner jirbaħ il-premju Nobel għax- xjenza fl-1930.", "Mr Speaker, 12-il sena wara, riċerkatur ieħor, ċertu Roger Lee beda jitkellem għall-ewwel darba fuq il-kliem \"universal donor\" u \"universal recipient\".", "Universal donor tfisser li hemm grupp ta' demm li huwa differenti mill-gruppi A, B u AB li jista' jagħti d-demm tiegħu lil kulħadd għaliex huwa demm li jaqbel mal-gruppi l-oħra.", "Mhux hekk biss, imma kienet l-ewwel darba li dan ir-riċerkatur induna li kien hemm tip ta' demm minn dawk deskritti, il-grupp AB, li seta' jirċievi d-demm mingħand kull persuna oħra.", "Fil-fatt dan fisser li b'mod xjentifiku t-trasfużjoni tad- demm kienet qed tieħu dimensjoni ġdida, dimensjoni organizzata u bbekkjata mir-riċerka.", "Għall-ewwel darba din id-dimensjoni bdiet toffri ċertu sens ta' sigurta' lil dawk li kienu qegħdin jirċievu t-trasfużjonijiet tad-demm.", "Il-perjodu li qed nitkellmu fuqu kien fiż-żmien l-ewwel gwerra dinjija.", "F'dan il-perjodu kien hemm komplikazzjoni oħra.", "Fil-fatt dak iż-żmien kienu għadhom ma sabux għaliex meta jittieħed id-demm mingħand xi ħadd, dan id-demm kien jagħqad u allura ma", "kienx qiegħed jippermetti li jiġi merfugħ.", "Kien biss fl-1914 li għall-ewwel darba bdiet tintuża sustanza abbażi ta' ċitrat li ma kenitx qed tippermetti li d-demm jagħqad hekk kif dan kien jiġi meħud mingħand xi ħadd.", "Illum nafu li d-demm fil-bniedem għandu sistema li filwaqt li jkun qiegħed jiċċirkola fil-bniedem jibqa' maħlul, pero' f'każ li jkun hemm emoraġija, jiskatta mekkaniżmu - li l-potenzjal tiegħu diġa' qiegħed fid-demm - li ma jippermettix li l-persuna titlef kwantitajiet kbar ta' demm u tispiċċa b'emoraġija.", "Fil-fatt l-iskoperta taċ-ċitrat fissret li għall-ewwel darba d- demm seta' jibda jinħażen sabiex jintuża għal meta jkun hemm il-bżonn.", "Din ir-riċerka wasslet sabiex fl-1932 jinfetħu l-ewwel banek tad-demm bħalma nafuhom illum ġewwa l-Amerika.", "Minn dak iż-żmien l-iskoperti f'dan il-qasam bdew jippreċipitaw.", "Seba' snin wara, fl-1939, Philip Levin skopra li minbarra l-erba' gruppi ta' demm, kien hemm fattur ieħor li seta' jfixkel it-trasfużjoni tad-demm.", "Fil-fatt skopra li hemm differenza fid- dmija bejn rhesus positive u rhesus negative.", "Kif għidt aktar kmieni, hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq iż-żmenijiet ta' viċin il-gwerra, li ġeneralment jixprunaw riċerki kbar anke fil-kamp mediku.", "Dawn ir-riċerki wasslu sabiex fl-1950 jiġu prodotti fl-Amerika għall-ewwel darba l-boroż tal-plastik għall-ħażna tad-demm.", "Dawn il-boroż neħħew l-iskomdu u l- iżvantaġġi li kienu assoċjati mal-flixken tal-ħġieġ li setgħu jinkisru u li kienu goffi sabiex jinżammu u allura kien ikun hemm ċerta limitazzjoni fuq il-ħażna tagħhom.", "Fl-1970 id-demm beda jiġi kollezzjonat u bdew isiru sejħiet għall- volontiera ħalli jagħtu d-demm u b'hekk ikun hemm storage tajjeb.", "Allura fil-qosor nistgħu ngħidu li l-ewwel instabu l-gruppi ta' demm, imbagħad skoprew kif id-demm ma jagħqadx u fl-aħħar kif tista' tippreserva d-demm għal perjodu ta' żmien.", "It-twaqqif tal-blood banks wasslu għal ċerta organizzazzjoni fl-għoti tad-demm kollu.", "Hawnhekk għall-ewwel darba ħareġ il-konċett ġdid dwar ir-responsabilita' ta' l-awtoritajiet tas-saħħa konċernati sabiex jiġi żgurat mhux biss is-safety u l-kwalita' tal-prodott fl-interess ta' min se jirċievi d-demm, imma li jiġi żgurat ukoll li anke min qed jagħti d-demm ikollu garanzija ta' ċerta kwalita' u safeguards.", "Hawnhekk wieħed ma jistax ma jagħmilx riferenza għall-fatt li l-aħjar ħaġa f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-għoti tad-demm huwa li kull pajjiż - bħalma nagħmlu ġewwa pajjiżna - ikun auto-", "sufficient fil-provvista tad-demm.", "F'pajjiżna għaddejna minn perjodu li minnu tgħallimna mill-iżbalji tagħna stess meta ġibna d-demm minn barra.", "Ovvjament it-tort ma kien ta' ħadd għaliex dak iż-żmien ma kenux jafu b'ċertu mard, pero' spiċċajna sabiex numru ta' pazjenti Maltin, li ħadu demm minn nies barranin, ħadu infezzjonijiet serji minn dan id-demm li ngħatalhom.", "Fl-1971 id-demm beda jiġi għall-ewwel darba ttestjat għal Hepatitis B. Ftit wara l-każ li qiegħed nirriferi għalih, fejn sfortunatament affettwa numru ta' pazjenti Maltin, ġejna a konoxxenza tal-HIV.", "Għalhekk id-demm kollu mogħti beda jiġi ttestjat għall-HIV.", "Issa hawnhekk wieħed japprezza kemm qegħdin nitkellmu fuq dati viċin l-eżistenza tagħna.", "Jiġifieri minkejja li għidt li l-ewwel trasfużjoni kienet saret madwar 500 sena ilu, l-isplużjoni fir- riċerka seħħet mit-tieni gwerra 'l hawn.", "Allura fl-1987, kull flixkun ta' demm li beda jingħata, beda jiġi ttestjat għall-Hepatitis B, għall-virus tal-HIV u anke kontra l-Hepatitis C.", "Mr Speaker, issa wasalna għall-preżent, fejn minkejja li avvanzajna 'l quddiem u minkejja li nistgħu niggarantixxu li d-demm li jingħata f'pajjiżna jkun ta' l-ogħla kwalita', xorta baqa' intopp wieħed.", "Minkejja r-riċerki kbar li saru, l-ebda organizzazzjoni ma kienet kapaċi tipproduċi d-demm artifiċjalment.", "Dan ifisser li sabiex isiru ċerti operazzjonijiet, xorta waħda rridu nibqgħu nibbażaw ruħna mija fil-mija fuq il-kapaċita' tagħna li ngħallmu u nħajru lin-nies sabiex jagħtu d-demm.", "Dan ġegħilna nkabbru l-kampanji ta' għarfien dwar il-bżonn tad-demm mhux biss f'Malta imma anke fil-gżira Għawdxija.", "U naħseb li kulmin jiftaħ ir-radju jew it- televiżjoni jisma' jew jara avviżi ripetuti għal talbiet tad-demm.", "Aktar tard se ngħid għaliex isiru dawn it-tip ta' appelli.", "Fil-fatt fl-1995 waqqafna bank tad-demm f'Għawdex ħalli l-isptar Għawdxi ma jibqax aktar jiddependi fuq l-isptar ta' Malta għall-għoti tad-demm.", "Għamilna passi oħra 'l quddiem, fejn, per eżempju, sentejn ilu ġibna makna li setgħet tintuża waqt l-operazzjonijiet.", "Din il-makna tieħu d-demm mill- pazjent, tnaddfu, tiddiżinfettah u terġa' tagħtih lura lill-pazjent.", "Dan jissejjaħ l-autologous donation fejn il-pazjent ikun qiegħed jirċievi d- demm tiegħu stess li jkun qed jitlef waqt l-operazzjoni.", "Ladarba għandna l- kapaċita` li naħżnu d-demm bdejna nagħmlu xi ħaġa oħra.", "Kulmin kellu jagħmel operazzjoni bdejna nħajruh jagħti d-demm minn xahar qabel l-operazzjoni tiegħu.", "Dak id-demm jiġi miżmum għalih stess.", "Ovvjament dan id-demm jiġi ttestjat xorta waħda imma jiġi miżmum għall-użu tal-persuna li tkun se tagħmel l-operazzjoni.", "B'hekk tingħata trasfużjoni ta' demm li jkun tagħha stess.", "Naħseb li kulħadd huwa konxju mill-fatt li meta jsiru appelli għad-demm b'mod urġenti huwa minħabba li jkollna nuqqas ta' xi demm partikolari.", "Ma ninsewx li ġieli jkollok każijiet fejn għal xi raġuni jew oħra, pazjent ikollu jingħata madwar 30 pinta demm sabiex ikunu jista' jiġi salvat.", "Nixtieq ngħid ukoll li kull sistema ta' saħħa trid tiżgura li jkollha proviżjoni ta' demm għaliex jekk ma jkollokx biżżejjed demm, ċerti operazzjonijiet ma jkunux jistgħu jsiru.", "Ovvjament hawnhekk qed nitkellmu fuq operazzjonijiet li jirrikjedu ċertu telf ta' demm li jkun irid jiġi ssupplixxit mill-ħażna ta' demm.", "Din il-problema m'hijiex waħda lokali biss, tant hu hekk li numru ta' pajjiżi – fosthom il-Greċja – ma jagħmlux ċerti operazzjonijiet maġġuri - sakemm ma jkunux urġenti - fis-sajf għaliex huma konxji li fis-sajf ikollhom inqas donaturi tad-demm u allura l-ħażna tad-demm tonqos.", "Issa ħalli naraw x'qiegħed jiġri fix-xena lokali għaliex minkejja l-appelli kontinwi li jsiru fuq l-għoti tad-demm, qegħdin naraw li n-numru ta' donaturi qegħdin jonqsu, għalkemm il-volum tad-demm li qed jiġi trasfuż qiegħed jiżdied u li kieku ma jiżdiedx ma nkunux nistgħu nkomplu bl-operazzjonijiet li nagħmlu llum.", "Mr Speaker, naħseb li f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-għarfien ta' l-għoti tad-demm, il-bank tad-demm lokali kien ħa inizjattiva tajba ħafna.", "Fil- fatt minbarra l-kampanji li kien jagħmel, beda jmur speċifikatament fl- iskejjel, fil-kulleġġi u beda jagħmel ukoll seminars għall-istudenti ta' l- universita'.", "B'hekk bdejna nqajmu sens ta' responsabilizzazzjoni fost iż- żagħżagħ li għandhom 'il fuq minn 18-il sena għaliex huma l-akbar potenzjal ta' minn fejn tista' takkwista d-demm.", "Madanakollu, kif għidt, minkejja dawn il-kampanji kollha, beda jidher biċ-ċar li hemm lok fejn nistgħu nagħmlu aktar.", "Fil-fatt ippermettuli nikkwota ftit miċ-ċifri għas-snin 2003, 2004 u 2005.", "Waħda mill-affarijiet li jolqtuk hija li minkejja li għad għandna proviżjoni adegwata ta' demm, in-numru ta' donaturi qiegħed dejjem jonqos.", "Hawnhekk se nagħti xi fitt miċ-ċifri", "miġbura mill-bank nazzjonali tad-demm.", "Fis-sena 2003 kellek 'l fuq minn 9,600 persuna li resqu sabiex jagħtu d- demm, fis-sena 2004 kien hemm 8,300 persuna, mentri fis-sena 2005 dawn naqsu għal kważi 7,800 persuna.", "F'dak li għandu x'jaqsam mal-bank tad-demm ta' Għawdex, fis-sena 2003 marru 1,750 ruħ jagħtu d-demm, fis-sena 2004 telgħu għal aktar minn 1,800 ruħ mentri għas-sena 2005 reġgħu niżlu għal 1,600 donatur.", "Mill-mobile unit inġabar kważi terz tad-demm kollu li niġbru.", "Fil-fatt għas-sena 2003, filwaqt li kellna 9,600 ruħ li attendew huma stess fil-bank tad-demm, il-mobile unit irnexxielu jiġbor 'il fuq minn 3,500 donatur.", "Fis-sena 2004 irnexxielu jiġbor 3,600 donatur mentri fis- sena 2005 irnexxielu jiġbor 3,400 donatur.", "Ovvjament dan ifisser li l-mobile unit għadu jagħti valur kbir fil- kontribuzzjoni tad-donazzjonijiet.", "F'pajjiżna għandna sors ieħor ta' demm li huwa l-bank imħaddem mill-Kavallieri ta' Malta.", "Fil-fatt dawn kważi ġabru one-eighth tad-demm kollu li ġbarna.", "Fis-sena 2003 kellhom 1,370 donatur, fis-sena 2004 kellhom 1,317, mentri fis-sena 2005 kellhom 1,235 donatur.", "It-total ta' donaturi għas-sena 2003 kien ilaħħaq għal aktar minn 16,000, għas-sena 2004 kellna 'il fuq minn 15,000 mentri għas-sena 2005 kellna 'il fuq minn 14,000.", "Issa dan ma jfissirx li marru daqshekk persuni sabiex jagħtu d-demm għaliex fir-realta' in-numru kien ferm akbar.", "U hawnhekk insibu li fis-sena 2003 ġbarna demm mingħand 16,313 donatur mentri marru aktar minn 19,241 persuna għall-għoti ta' demm.", "Fis-sena 2004 ġbarna demm mingħand aktar minn 15,000 persuna mentri marru 'il fuq minn 17,600 persuna.", "Fis-sena 2005 ġbarna d-demm mingħand 14,000 donatur mentri marru kważi 16,500 persuna.", "Dan ifisser żewġ affarijiet.", "Minkejja li r-rata ta' donaturi qiegħda tiżdied, in-numru ta' persuni li potenzjalment nieħdu d- demm mingħandhom dejjem qiegħed jonqos kemm għaliex dejjem qegħdin nagħmlu screening aħjar u kif ukoll minħabba fatturi oħra.", "Per eżempju, fejn qabel xi ħadd li kien imur jagħti d-demm volontarjament, kien jingħata ġurnata off mix-xogħol u allura dak kien inċentiv fih innifsu, din is- sistema ġiet abolita.", "U wieħed jifhem aktar l-utilita' tal-mobile blood bank li minflok joqgħod jistenna lin-nies sabiex imorru jagħtu d-demm, ikun hu li jmur għand in-nies.", "Statistika li toħroġ minn dawn iċ-ċifri li għadni kemm semmejt turi biċ-ċar li għandek żewġt irġiel donaturi għal kull mara donatur.", "Madanakollu l-aktar ċifri li qed juru nuqqas fid-donaturi huma proprju l-irġiel iżda r-raġunijiet għal dan in-nuqqas għadna ma nafuhomx.", "Fi ftit kliem dawn id-donaturi kienu kollha bejn it-18-il sena u s-60 sena.", "Ovvjament dawk li għandhom 'il fuq minn 65 m'humiex konsiljabbli li jagħtu d-demm.", "Rekwiżiti oħra huma li jkollok minn ta' l-anqas 50 kilo bħala piż, in-nisa m'għandhomx jagħtu demm aktar minn darba kull erba' xhur mentri l- irġiel jistgħu jagħtu darba kull tliet xhur.", "Waħda mir-rekwiżiti essenzjali hija li kull persuna li tmur fil-bank tad-demm sabiex tagħti d- demm trid tkun b'saħħitha u ma tkunx għadha kemm mardet b'xi influenza jew mard ieħor.", "Barra minn hekk, ma tridx tkun persuna enemika, ma tridx tkun tbati minn pressjoni għolja jew inkella jkollha d-deni.", "Minkejja dawn l-affarijiet kollha li nistaqsu lin-nies permezz ta' kwestjonarju, xorta nesiġu li jsiru numru ta' testijiet fuq id-demm li jkun ingħata mid- donatur għaliex jista' jkun li ma' l-ewwel daqqa t'għajn dik il-persuna tkun tidher idonea sabiex tagħti d-demm u mbagħad meta jsiru t-testijiet wieħed isib li l-persuna tkun qed tbati minn xi ħaġa jew oħra li tagħmilha impossibbli li tagħti d-demm.", "Ħafna nies jirraġunaw b'tali mod li ma jmorrux jagħtu d-demm għaliex jibżgħu li hekk kif isiru t-testijiet tad-demm u jsibu xi ħaġa, ma jkunux jixtiequ li ħaddieħor isir jaf b'dak li qed isofru.", "Hawnhekk irrid inserraħ moħħ kulħadd li kulmin jagħti donazzjoni ta' demm il-particulars tiegħu jiġu filed b'tali mod li l-informazzjoni tibqa' biss fid-domain tad- diviżjoni u ma tingħata lil ħadd aktar.", "Kif għidt aktar kmieni, isiru numru ta' testijiet fuq id-demm.", "Fil-fatt isiru madwar 11-il test fuq kull pinta demm li nagħtu, fosthom testijiet kontra l-AIDS, kontra l-hepatitis, kontra s-syphilis u kontra l-hepatitis B and C. Dawn it-testijiet kollha jwasslu għal serħan il-moħħ ta' min ikun qiegħed jirċievi d-demm.", "Issa sabiex nerġa' ndur fuq l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna, irrid ngħid li dan qiegħed isir proprju sabiex jiżgura li jkun hemm awtorita' sabiex tara li mill-mument li donatur jagħti d-demm sal-mument fejn il-pazjent jirċievi d-demm, ikun hemm katina sħiħa ta' accountability u katina ta' testijiet li jiżguraw li l-prodott finali huwa wieħed ta' l-ogħla kwalita'.", "Għal dak li jirrigwarda x-xena lokali nixtieq nagħmel riferenza għall- appelli li jsiru fuq il-mezzi tax-xandir għal ċertu tip ta' demm li jkun aktar urġenti minn demm ieħor.", "Jekk wieħed iħares lejn kif inhu maqsum il- persentaġġ ta' groups ta' demm li għandna fil-popolazzjoni tagħna jsib dawn iċ-ċifri li se nsemmi.", "Għandek madwar 44% tal-Maltin li huma group A positive, 38% li huma O positive, 8% li huma B positive, 3% li huma AB positive, 4% li huma A negative u 3% li huma O negative.", "Għandek il-B negative u l-AB negative li huma l-aktar żewġ gruppi rari.", "Fil-fatt huwa kkalkolat li inqas minn 1% tal-popolazzjoni Maltija għandhom dan it-tip ta' demm.", "Qed insemmi dan kollu sabiex wieħed ikun jista' jifhem aħjar għalfejn nagħmlu l-appelli tagħna sabiex niġbru ċertu tip ta' demm u mhux id-dmija kollha.", "Mr Speaker, għadni kemm għidt li 38% tal-popolazzjoni Maltija huma O positive.", "Dan il-group jista' jagħti d-demm lill-gruppi kollha l-oħra filwaqt li l-group A positive jista' jagħti d-demm biss lil dawk il-gruppi li huma A u lill-gruppi AB.", "Il-group B positive jista' jagħti d-demm biss lil dawk li huma B u lil dawk li huma AB.", "Il-group AB jista' jagħti biss lil dak li huma AB.", "Issa meta wieħed jara li dawk fil-group AB jistgħu jieħdu d-demm mingħand il-group AB biss u li l-persentaġġ tagħhom fil- popolazzjoni Maltija hija biss ta' 3%, wieħed malajr jifhem għalfejn kultant isiru dawn l-appelli urġenti għal dak it-tip ta' demm.", "Min-naħa l- oħra dawk li huma ta' group O jistgħu jirċievu d-demm mingħand kulħadd mentri dawk li huma ta' group B jistgħu jirċievu biss mingħand il-gruppi O u B. Dawk li huma ta' group A jistgħu jirċievu biss mingħand dawk li huma minn group O u A, filwaqt li l-group AB jista' jirċievi mingħand kulħadd.", "Hawnhekk nixtieq ngħid li aħna se nibqgħu nesiġu sabiex it-testijiet li jsiru jkunu aktar ikkontrollati milli qed isir illum.", "Għalkemm ħafna nies ma japprezzawx dawn it-testijiet, irrid ngħid li jieħdu ħafna żmien, jirrikjedu x-xogħol ta' persuni u jqumu wkoll ħafna flus.", "Hawnhekk irrid nagħmel premessa fuq artiklu li deher fil-gazzetti ftit tal-jiem ilu fejn l- artikolista kważi kkritika s-sistema tas-saħħa f'Malta għaliex skond hu Malta hija fost waħda mill-pajjiżi li nonfqu l-inqas f'dak li għandu x'jaqsam mal-mard tal-qalb.", "Jien se nagħti eżempju żgħir fuq it-testijiet għad-demm li jsiru f'pajjiżna u se nsemmi kemm dawn it-testijiet jiswew lill-poplu Malti u kemm jiġu jiswew f'pajjiżi oħra.", "B'dan l-eżempju li se nagħti wieħed jibda jifhem aktar kif f'pajjiżna kapaċi nagħmlu daqs ħaddieħor bi spiża ferm anqas.", "F'pajjiżna t-testijiet fuq ir-red blood cells, jiġifieri għoti ta' demm li jkun iffiltrat, jiġi jiswa Lm43.", "Dan juri għalfejn bdejna bis-sistema fejn lill-isptarijiet privati li nissupplixxulhom id-demm, nitolbuhom il-ħlas.", "Il-ħlas li nitolbu mhuwiex għad-demm, kif qed jgħidu xi wħud, imma sabiex inkopru l-ispejjeż ta' dan is-servizz.", "Fl-Irlanda l-istess test iqum Lm104, fil-Ġermanja Lm75, fir-Repubblika Ċeka Lm80 u fl-Ungerija jqum Lm60.", "Forsi l-akbar diskrepanza nsibuha f'dak li għandu x'jaqsam mal-platelets, jiġifieri dik iċ-ċellola tad-demm li hija parti integra sabiex tgħaqqad id- demm.", "F'Malta sabiex tagħmel unit ta' platelets minn donatur wieħed tiġi tiswina Lm93.", "Fl-Irlanda tiswa Lm345, fil-Ġermanja Lm550 plus il-VAT, fir- Repubblika Ċeka Lm300 u fl-Ungerija Lm540.", "Jekk imbagħad immorru għall- platelets li huma pooled, insibu li dawn jiġu jiswew lil pajjiżna Lm45.", "Fl- Irlanda jiġu jiswew Lm345, fil-Ġermanja Lm390 bil-VAT u fir-Repubblika Ċeka Lm185.", "Jekk tmur għal plasma test insibu li f'Malta jiġi jiswina Lm20.", "Fl- Irlanda l-istess test iqum Lm136, fil-Ġermanja Lm110 bil-VAT, fir- Repubblika Ċeka Lm27 u fl-Ungerija Lm44.", "Mr Speaker, qiegħed ngħid dan kollu għaliex ħafna drabi min jirċievi d-demm ma tantx japprezza x-xogħol, id-dedikazzjoni, l-impenn u l-back-up services li jkunu mogħtija minn min iħaddem il-bank tad-demm.", "Għalkemm ix-xjenza għamlet passi ta' ġgant, il-bank tad-demm irid jaħdem fuq bażi regolari.", "Madanakollu llum għandna tekniċi biżżejjed sabiex jagħtu ċerta garanzija fl- użu tad-demm.", "Per eżempju, il-globuli l-ħomor ġewwa d-demm għandhom shelf- life ta' 42 ġurnata, il-platelets għandhom shelf-life ta' madwar ħamest ijiem u l-fresh frozen plasma għandha shelf-life ta' madwar sena.", "Il- cheiroprecipitate għandu shelf-life ta' sena mentri l-frozen plasma għandha shelf-life ta' madwar erba' snin.", "Dan huwa kollu possibbli għaliex sar investiment qawwi fil-blood bank.", "Fil-fatt beħsiebna nimmodernizzaw kompletament il-blood bank tagħna sabiex jilħaq l-istandards mitluba mill-Unjoni Ewropea u sabiex inkomplu niggarantixxu li dak li konna kapaċi nagħtu sal-lum, inkomplu nagħtuh anke fil-futur.", "Ovvjament dan il-bank sar possibbli grazzi għal numru ta' nies li jħaddmuh b'dedikazzjoni li m'hawnx bħalha u li qegħdin", "jagħtu servizz lil min verament għandu bżonn.", "U minn hawnhekk irrid insellem lid-direttur Dr. Alex Aquilina u lill-istaff kollu tiegħu li għalkemm m'huwiex xi wieħed kbir ħafna, pero' min-numru ta' donaturi li għadni kemm semmejt u mir-riżultati li ksibna, juri biċ-ċar kemm huwa staff dedikat u li jagħti l-kontribut tiegħu sabiex is-servizz tad-demm jibqa' għaddej.", "Dan is-servizz jiddependi primarjament fuq nursing officer wieħed, seba' full-time SRNs u wieħed part-time, żewġ full-time SENs u tnejn li jaħdmu fuq sigħat ridotti.", "Fil-unit hemm ukoll erba' full-time nursing aids, żewġ clerks u żewġ ward clerks oħra.", "Dan huwa dak li għandu x'jaqsam mal-blood bank li hemm fl-Isptar San Luqa.", "Imbagħad għandek il-mobile unit, li kienet il-ħolma tad-direttur preċedenti tal-blood bank, Dr. Schembri Wismayer.", "Il-mobile unit taħdem bejn tlieta u erba' darbiet fil-ġimgħa, li ġeneralment jitqassmu f'jumejn matul il-ġimgħa u jumejn oħra fil-weekends.", "Irrid ngħid li kull meta nagħmlu l-kampanji għall-ġbir tad-demm, grazzi wkoll għall-koperazzjoni tal-kunsilli lokali, dejjem kellna rispons tajjeb.", "Ġeneralment il-mobile unit imur fl-industrial estates bejn it- 8.30 a.m. u s-1.30 p.m. Fil-fatt matul is-sena 2005 il-blood bank ħareġ 184 darba u kull darba li ħareġ ġabar medja ta' 18-il unit.", "Jekk wieħed jara l-vot li nonfqu sabiex jinġabru dawn it-18-il unit isib li qed nitkellmu fuq ċifra sostanzjali.", "Mr Speaker, illimitajt ħafna mid-diskussjoni tiegħi għal dak li għandu x'jaqsam mad-demm u naħseb li dan is-suġġett se jkun parti essenzjali mid- dibattitu tagħna.", "Madanakollu ma rridux ninsew li dak li għidna għad-demm, japplika wkoll għal dak li għandu x'jaqsam mal-banek tat-tessuti.", "Issa forsi f'pajjiżna dawn il-banek m'humiex daqshekk a konoxxenza tal-pubbliku daqskemm huwa l-għoti tad-demm, pero' hija xi ħaġa li qiegħda tikber u li se tibqa' tikber.", "Illum nafu li dan huwa l-mezz ta' kif wieħed jista' jikkura ċertu tip ta' mard li sal-lum konna nqisuh mard inkurabbli.", "Għalhekk l-appell tiegħi huwa sabiex mhux biss ikollna donaturi tad-demm imma li jkollna wkoll aktar nies li jivvolontarjaw ruħhom għad-donazzjoni ta' l-organi.", "Ħaġa pożittiva hija li minn popolazzjoni ta' inqas minn 400,000 ruħ għandna 'l fuq minn 55,000 persuni li huma reġistrati bħala donaturi ta' l-organi.", "Ħafna minn dawn id-donaturi għadhom ta' eta' żgħira u dan huwa sinjal pożittiv li juri li l-kampanji li nagħmlu qegħdin iqajmu l-għarfien altruwistiku ta' dak li jkun.", "Sal-lum għadna limitati għal dak li għandu x'jaqsam mat-trapjanti ta' l- organi.", "Ovvjament sabiex wieħed ikun donatur u li minnu nkunu nistgħu nieħdu numru ta' organi, trid tkun persuna li kienet b'saħħitha u li tkun mietet taħt ċerti ċirkostanzi kontrollati.", "Ġeneralment din il-persuna tkun mietet fl-ITU u fejn wara l-mewt tagħha xorta waħda tinżamm fuq il-makni sabiex niżguraw li l-organi li ġew donati jkunu fl-aħjar kondizzjoni possibbli.", "Kif diġa' għidt, f'pajjiżna għadna limitati f'dan il-qasam, fis- sens li sal-lum l-aktar trapjanti li nagħmlu huma tal-corneas.", "Il-corneas għandhom vantaġġ akbar minn organi oħra għaliex għandek numru ta' sigħat itwal sakemm tista' tieħu l-organu u tittrapjantah.", "Dan iwassal sabiex ma jkunx hemm il-ħtieġa li l-persuna tkun mietet ġewwa l-ITU sabiex isir użu mill-corneas.", "Madanakollu f'pajjiżna jsiru wkoll donazzjonijiet ta' organi oħrajn, fosthom il-qalb u l-kliewi.", "Hawnhekk irrid insellem ukoll lit-team li kienu l-pijunieri sabiex dawn it-teknoloġiji ġodda setgħu jidħlu f'pajjiżna.", "S'issa għadna ma nagħmlux trapjanti tal-fwied, tal-pulmun u tal-frixa pero' wieħed irid jevalwa bir-reqqa jekk huwiex vijabbli li nkomplu fit-triq li xi darba nkunu kapaċi nagħmluhom minħabba li l- catchment area tagħna u n-numru ta' donaturi potenzjali huwa wieħed żgħir.", "Tant hu hekk li wieħed serjament jiddubita jekk huwiex vijabbli li nespandu dawn it-tip ta' servizzi meta s-supply hija daqshekk limitata.", "Naħseb li ħadt ħafna iżjed ħin milli kont qiegħed naħseb fuq dan id-dibattitu.", "Fil- fatt kont ippjanajt li nieħu madwar tliet kwarti imma qiegħed ninnota li diġa' qbiżt is-siegħa.", "M'għandix dubju li ż-żewġ naħat tal-Kamra se jagħrfu l-utilita' ta' dan l-abbozz ta' liġi u allura m'għandix dubju li se jgħaddi b'mod unanimu.", "Fl-opinjoni tiegħi, iż-żewġ naħat tal-Kamra għandhom għal qalbhom t-titjib fis-servizzi tas-saħħa u li dan it-titjib jibqa' jiġġedded għall-ġejjieni.", "Għaldaqstant nawgura li d-diskussjoni li se tqum fuq dan l-abbozz ta' liġi tkun waħda kostruttiva, pożittiva u li tkompli tkattar il-fiduċja tal-poplu Malti fis-servizzi li noffru.", "Mr Speaker, minkejja li qegħdin ngħaddu dan l-abbozz ta' liġi, m'aħna qegħdin nagħmlu kważi xejn ġdid.", "B'dan l-abbozz ta' liġi mhux se jkollna kwalita' ta' prodott aħjar għaliex dik il-kwalita' diġa' qegħdin inwassluha u niggarantuha.", "Kulma qegħdin nagħmlu hawnhekk hija biss forma strutturata ta' kif dan is-servizz jista' jiġi kkontrollat b'mod li mhux biss nikkonformaw ruħna mad-direttivi ta' l-Unjoni Ewropea imma li anke nkomplu nkattru l-fiduċja tan-nies li jfittxu dan is-servizz.", "U fl-aħħar inkomplu nkattru l-fiduċja ta' dawk in-nies li b'mod volontarju joffru ruħhom bħala donaturi għall-ġid ta' dawk inqas fortunati minnhom.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Michael Farrugia.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Mr Speaker, quddiemna għandna abbozz ta' liġi pjuttost tekniku li fih insibu numru ta' regoli dwar it-teħid u l-eżami tad-demm uman, fuq il-komponenti tad-demm u li jassigura u jistabbilixxi livelli ta' kwalita' u sikurezza għat-tessuti u ċ-ċelloli umani intiżi għal trapjanti fuq il-bniedem.", "L-Oppożizzjoni m'għandha l-ebda oġġezzjoni fuq dan l-abbozz ta' liġi, li kif għidt huwa pjuttost tekniku pero' tajjeb li wieħed jgħid li forsi fl-istadju tal-Kumitat se jkun hemm diversi punti li nkunu nistgħu niddiskutuhom aktar fid-dettall ħalli jsiru dawk l-emendi neċessarji sabiex kemm ikun possibbli, intejbu dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna.", "Apparti minn hekk, nixtieq ngħid li ħafna drabi fejn jidħlu abbozzi ta' liġi għas-settur tas-saħħa biex ikun hemm regolamentazzjoni tas-servizzi li jkunu qed jingħataw u anke fuq il-mod ta' kif jingħataw, inkunu qed nagħmluh sabiex nirriaffermaw il-mod ta' kif ikunu qegħdin isiru l- affarijiet - bħalma għadu kif qal tajjeb il-ministru - jew inkella sabiex inkunu nistgħu ntejbu s-servizzi li nagħtu.", "Għalhekk dawn l-abbozzi ta' liġi dejjem jiġu milqugħa b'ferħ u ħafna drabi ma jkunx hemm għalfejn li wieħed joqgħod jiddibatti ħafna fuq il-liġi li tkun qiegħda tiġi mressqa quddiemna.", "Li ma nkunux irridu huwa li filwaqt li fid-dibattiti nkunu qegħdin nitkellmu bl-aktar mod sinċier ħalli l-affarijiet jirnexxu, ma jinħolqux ċerti intoppi li jostakolaw dak li rridu nagħmlu.", "Forsi aktar 'il quddiem inkun nista' nirriferi għal xi liġijiet li nkunu għaddejna minn dan il-Parlament u li sa ċertu punt laħqu l-iskop tagħhom.", "Min-naħa l-oħra rrid insemmi wkoll id-diversi skossi fil-proċess ta' kif kienu qegħdin isiru l-affarijiet, bir-riżultat li r-regolamenti joħorġu wara li jkun għadda l-abbozz ta' liġi f'dan il-Parlament.", "Tajjeb li wieħed jgħid li m'għandux għalfejn ikollna direttivi minn imkien sabiex noffru servizzi tajbin.", "Nista' nsemmi li d-dipartiment relatat mal- komponenti tad-demm kif ukoll id-dipartiment relatat mas-settur tat- trapjanti mxew b'ċerta effiċjenza.", "Fl-opinjoni tiegħi, kienu skruplużi ħafna fil-mod ta' kif dejjem imxew u naħseb li bażikament kulma qegħdin nagħmlu f'dan l-abbozz ta' liġi huwa li nirriaffermaw dak li fil-fatt ilu jsir għal tul ta' żmien.", "F'partijiet minn dan l-abbozz ta' liġi qiegħed jingħad b'mod ċar li mhux qiegħed jirriferi għall-isptarijiet eżistenti imma qiegħed jirriferi għal setturi u postijiet oħrajn 'il barra mill- isptarijiet.", "Issa se nibda nitkellem daqsxejn fuq il-kwestjoni ta' l-għoti tad-demm.", "L-għoti tad-demm jiddependi fuq l-istocks li jkollu l-bank tad-demm.", "Ovvjament l-operazzjonijiet jiddependu mill-ħażna ta' demm li jkollna u din il-ħażna tiddetermina jekk ċerti operazzjonijiet isirux jew le.", "Agħar minn hekk, nafu wkoll li mhux l-ewwel darba li jkun hemm xi inċident – kemm tat-traffiku u kemm inċidenti oħra - gravi li jwassal għal talba ta' numru sostanzjali ta' fliexken tad-demm sabiex tiġi salvata ħajja ta' bniedem.", "Nafu wkoll li mhux l-ewwel darba li kellna każijiet fejn kważi l-istock kollu ta' demm jiġi wżat matul lejla waħda, speċjalment jekk ikun hemm inċidenti gravi li fihom persuni jkunu tilfu ammont sostanzjali ta' demm.", "Mr Speaker, xtaqt nirriferi wkoll għal xi punti oħra dwar l-għoti tad-demm li aċċenna anke għalihom il-ministru.", "Sfortunatament matul l-aħħar snin rajna xi tibdil fil-mentalita' ta' l-għoti tad-demm.", "Nafu li meta donatur tad-demm kien imur jagħti d-demm waqt il-ħin tax-xogħol, ġeneralment wara kien jintbagħat id-dar.", "Sfortunatament dawn id-drawwiet qegħdin jinqatgħu u mhux l-ewwel darba li min iħaddem, għalkemm iħalli lil dak li jkun sabiex imur jagħti d-demm, jippretendi li l-ħaddiem tiegħu jerġa' jmur lura fuq il-post tax-xogħol wara l-għoti tad-demm.", "Issa dan nistgħu ngħidu li kien speċi ta' \"inċentiv\" sabiex in-nies jersqu aktar lejn l-għoti tad-demm.", "Għaldaqstant naħseb li tkun xi ħaġa utli li min-naħa tad-dipartiment tas-saħħa jsiru ċerti riċerki ħalli naraw x'kien ir-riżultat li numru ta' individwi ma baqgħux jagħtu d-demm tagħhom.", "Fl-opinjoni tiegħi, naħseb li hemm diversi punti li jekk nagħrfu nidentifikawhom, inkunu nistgħu noffru soluzzjonijiet denji għalihom.", "U jekk ma noffrux soluzzjonijiet, inkunu nistgħu nressqu suġġerimenti u proposti ħalli aktar 'il quddiem inkunu nistgħu naraw kif ċerti intoppi li xi individwi qegħdin jiffaċċjaw illum, intaffuhom, insolvuhom jew addirittura ntejbuhom.", "Nafu li hemm ċerta eta' marbuta ma' l-għoti tad-demm.", "Għalhekk għal raġunijiet ovvji rridu minn issa nibdew naraw xi proposti se nkunu qegħdin inressqu ħalli nħajru aktar lin-nies sabiex jagħtu d-demm.", "Dan irridu nagħmluh aktar u aktar illum meta nafu li għandna popolazzjoni li qiegħda ssir aktar anzjana u allura l-persentaġġ ta' persuni li ma jistgħux jagħtu d-demm se jkun ħafna u ħafna aktar minn dak li għandna llum.", "Sussegwentement in-numru ta' persuni li se jkunu disponibbli għall-għoti tad-demm se jkun qiegħed jonqos bħala perċentwal tal-popolazzjoni.", "U bla dubju ta' xejn huwa importanti li jkollna liġijiet u abbozzi ta' liġijiet li jassiguraw il-kwalita' tad-demm.", "Pero' min-naħa l-oħra rridu nibdew naħsbu minn issa 'l fejn nixtiequ attwalment immorru.", "Mr Speaker, nistgħu ngħidu l-istess ħaġa rigward it-trapjanti.", "Quddiemna għandna abbozz ta' liġi li bażikament qiegħed jassigura l-kwalita' u l-mod ta' kif jittieħdu, jiġu storjati u wżati l-organi għat-trapjanti.", "Hawnhekk żgur li wieħed irid jirringrazzja lid-donaturi u lill-qraba tagħhom talli jaċċettaw li jkun hemm id-donazzjoni ta' l-organi għaliex bil-ġest tagħhom ikunu qegħdin isalvaw diversi ħajjiet umani.", "L-isfortuna hija li għadna ma wasalniex fejn wieħed jixtieq jasal għaliex in-numru ta' nies li qegħdin fuq il-kidney machines u oħrajn li qegħdin taħt kura oħra tal-kliewi u li qed jistennew trapjanti tal-kliewi, aktar qegħdin jiżdiedu minflok jonqsu.", "Dan ifisser li s-supply hija waħda baxxa ħafna meta mqabbla mad-domanda li qiegħed ikollna.", "Ilkoll kemm aħna konxji li l-maġġor parti tal-persuni li ħadu xi organi ta' persuni oħra, illum il-ġurnata - apparti dawk li kellhom l-isfortuna ta' rejection ta' l-organu li ġew mogħtija – qegħdin jgħixu ħajja verament tajba.", "Ovvjament ta' dan irridu nirringrazzjaw lit-team kollu li jipparteċipa fl-operazzjonijiet tat-trapjanti u għal dawk l- individwi li jkun taw l-organi tagħhom għall-benefiċċju ta' ħaddieħor.", "Pero' bħalma għidt fil-bidu tad-diskors tiegħi, dan l-abbozz ta' liġi huwa wieħed tekniku ħafna u għaldaqstant bħala Oppożizzjoni m'għandna l-ebda oġġezzjoni fuqu.", "Madanakollu għadna ħafna 'l bogħod minn ċerti setturi u allura hemm bżonn li jkollna diskussjoni fuqhom.", "Per eżempju, jien kont nistenna li f'din il-Kamra jew inkella fil-kumitat ta' l-affarijiet soċjali nagħmlu diskussjoni serja fuq il-problemi tat-trapjanti ta' l-organi.", "Fil- fatt waħda mill-problemi li ħafna drabi tqum u li s'issa m'hemm l-ebda liġi fuqha hija fuq ir-rieda tad-donatur.", "Ħalli nagħti eżempju.", "Jien kont iffirmajt dikjarazzjoni li rrid inkun donatur ta' l-organi jekk kemm il- darba meta mmut inkun f'pożizzjoni li l-organi jkunu jistgħu jittieħdu.", "Il- problema tqum meta jien niġi dikjarat bħala brain dead, jiġifieri moħħi jkun miet, imma nkun għadni fuq il-makni.", "Issa wara li jiġu żewġ timijiet mediċi ħalli jiddikjaraw li jiena legalment mejjet, tqum l-akbar mistoqsija.", "F'dan il-każ jista' jkun hemm oġġezzjoni li tmur kontra x-xewqa tiegħi għaliex minħabba li jien inkun mejjet, ħafna drabi se jmorru fuq il-qraba tiegħi sabiex jistaqsuhom jekk japprovawx id- donazzjoni ta' l-organi.", "It-tobba juruhom bix-xewqa tiegħi li nagħti l- organi imma mbagħad se jistaqsu lilhom jekk japprovawx jew le.", "Naħseb li dan huwa punt legalistiku u għandna bżonn li nittekiljawh u nressqu liġijiet apposta li jirrispettaw ix-xewqa ta' l-individwu.", "Is-sistema tal- lum hija tali li għalkemm jien inkun urejt ix-xewqa li rrid nagħti l-organi tiegħi wara mewti u niġi mniżżel fil-lista tad-donaturi fid-dipartiment tas- saħħa, jista' jagħti l-każ li l-qraba tiegħi ma jaqblux mad-deċiżjoni li nkun għamilt meta kont għadni ħaj.", "Għalhekk jistgħu jiddeċiedu mod ieħor u jmorru kontra x-xewqa tiegħi.", "U żgur li din m'hijiex xi ħaġa tajba għaliex kif jista' xi ħadd jindaħalli fuq jekk irridx inkun donatur ta' l-organi tiegħi stess wara li mmut.", "Għalhekk, Mr Speaker, nerġa' ngħid li dan l-abbozz ta' liġi huwa abbozz tekniku imma huwa importanti li na nħallux xi trufijiet minn fejn xi ħadd jista' jabbuża mis-sistema.", "Għalkemm dan huwa abbozz ta' liġi tajjeb pero' għad hemm trufijiet kbar u serji li m'aħniex nittekiljawhom.", "Allura nixtieq nagħti suġġeriment lin-naħa tal-gvern sabiex jekk ikun hemm il- ħtieġa, iż-żewġ naħat tal-Kamra niltaqgħu f'din il-Kamra jew anke fil- kumitat ta' l-affarijiet soċjali ħalli niddiskutu bis-serjeta' din il- problema.", "Pero' ma nixtieqx li wara li niddiskutuha tispiċċa fuq l- ixkaffa u tintesa.", "Fil-fatt kellna liġijiet oħra li konna tkellimna fuqhom snin ilu u s'issa għadu ma sar xejn fuqhom.", "Fost dawn il-liġijiet li ntesew hemm il-liġi li għandha x'taqsam mas-saħħa mentali.", "Din kienet ġiet diskussa għal perjodu ta' żmien fil-kumitat ta' l-affarijiet soċjali imma mbagħad l-abbozz ta' liġi li kien beda jiġi magħġun u maħdum intesa u s'issa għadna ma smajna xejn fuqu.", "Għaldaqstant nittama li kemm l-abbozz ta' liġi fuq is-saħħa mentali kif ukoll l-abbozz ta' liġi fuq ix-xewqa tad- donatur ta' l-organi nressquhom malajr kemm jista' ikun.", "Mr Speaker, insibu wkoll pajjiżi oħra li jmorru fl-estrem l-ieħor għaliex jgħidu li kulħadd huwa donatur sakemm ma jkunx hemm xi oġġezzjoni minn x'imkien ieħor.", "U għalhekk hemm bżonn li wieħed iħares lejn id-diversi liġijiet eżistenti f'pajjiżi oħra ħalli naraw x'nistgħu nagħmlu għas- sitwazzjoni ta' pajjiżna.", "B'hekk naraw kif insolvu l-problema tad-domanda għall-organi li hija akbar mis-supply tagħna.", "Forsi fis-snin li ġejjin ikomplu jsiru aktar żviluppi fuq ir-riċerka li għaddejja ta' l-istem cells u forsi jinħolqu sistemi fejn mingħajr il-bżonn li jinqatlu l-embryos, ikun possibbli li b'xi mod jew ieħor, inkunu kapaċi niżviluppaw organi minn ċelloli ta' l-individwi.", "B'hekk inkunu nistgħu naraw, bil-mod il-mod, żviluppi ta' organi għat-trapjanti mingħajr il-bżonn li jkollna d-donaturi bħalma hija s-sitwazzjoni llum.", "Hawnhekk irrid ngħid li l-iżviluppi li saru fl-aħħar 60 sena fil-qasam tal-mediċina kienu żviluppi enormi u li qegħdin jagħtu futur isbaħ lis-settur tal-mediċina mondjali.", "Għaldaqstant nittama li f'Malta ma naqgħux lura f'dan is-settur u fl-istess ħin nirrispettaw l-etika u l-moralita' li hemm warajha.", "Mr Speaker, illum tkellimna fuq dan l-abbozz ta' liġi u tkellimna wkoll fuq kif għad hemm ħafna affarijiet relatati ma' dawn iż-żewġ suġġetti, b'mod speċjali mas-settur tat-trapjanti, li rridu nkomplu niżviluppawhom.", "Ftit ilu tkellimt ukoll dwar abbozzi ta' liġi oħrajn.", "Min-naħa tiegħu l- ministru aċċenna għal diversi liġijiet oħra li għaddew minn dan il- Parlament jew li saru d-diskussjonijiet fuqhom.", "Fost id-diskussjonijiet li kellna dak iż-żmien, kien hemm ċerti talbiet li l-esperti li kienu qed jakkumpanjaw lill-ministru, baqgħu lura milli jagħtu ċerti dettalji fuqhom.", "Biss meta ġew biex jiġu implimentati, urew li fil-prattika ħolqu diversi problemi.", "Issa kemm jien u kif ukoll il-ministru naqblu li għandu jkun hemm reġistrazzjoni tal-mediċini.", "Fil-fatt konna tkellimna fid-dettall kemm fil- Parlament u kif ukoll fil-kumitat parlamentari sabiex naraw kif nistgħu ntejbu dawn l-abbozzi ta' liġijiet.", "Irrid ngħid li meta ġejna għall-prattika, iddaħħlu t-tariffi fuq ir- reġistrazzjoni tal-mediċini.", "Mhux hekk biss, imma wara li kull oġġett tkun irreġistrajtu, trid kull darba terġa' titlob permess, liema permess kien jitlob għal aktar tariffi.", "Issa wħud mit-tariffi ma kenux żgħar meta toqgħod tqis id-daqs tal-popolazzjoni tagħna.", "Nerġa' ngħid li l-konċett ta' l-abbozzi kienu tajbin u ż-żewġ naħat tal-Kamra qablu fuqhom pero' x'ħin ġejna għall-prattika u daħħalna t-tariffi, ħloqna diversi problemi.", "Issa hawnhekk m'iniex se noqgħod insemmi għaliex qabel kellna 8,000 pillola fis-suq privat u llum għandna madwar 2,000 inqas.", "Dak m'huwiex l-argument tiegħi.", "L-argument tiegħi huwa li kellek numru ta' mediċini ta' kwalita' tajba li issa m'għadhomx aktar fis-suq.", "Minħabba dan daħlu mediċini oħra li nsejħulhom il-generics.", "Ħafna minnhom huma tajbin pero' mhux kollha u għalkemm meta tħares lejn id-dossiers issib li huma ta' ċertu livell, the proof of the pudding is in the eating għaliex ħafna drabi min ibiddel xi mediċina jinduna li għalkemm ikun fiha l-istess kimika ta' dik li kien jieħu qabel, ir-riżultati ma jkunux eżattament l-istess.", "U din hija xi ħaġa li nsibuha f'diversi setturi, anke f'tipi ta' inhalers tara d- differenza.", "Fil-fatt mhux l-ewwel darba li jkollok lil xi ħadd li jkun ibati bl-asthma u meta juża prodott ta' ditta jaħdem fuqu mill-ewwel u mbagħad jekk juża l-istess kimika imma ta' prodott minn kumpannija oħra, ma jkollux l-istess riżultat.", "Din hija xi ħaġa li nsibuha fil-prattika ta' kuljum u ħafna drabi qegħdin insibu li l-mediċini li qed jidħlu mhux dejjem ikunu ta' ċertu livell.", "Huwa minnu li dawn il-mediċini jgħaddu mill- għarbiel tar-reġistrazzjoni imma fl-aħħar mill-aħħar, ċerti prodotti li kien ikollna qabel u li issa m'għadhomx jiġu reġistrati, kienu aħjar minn dawk li għandna llum fis-suq.", "Mr Speaker, qiegħed insemmi dan il-punt għaliex ħafna drabi meta jkollna abbozzi ta' liġijiet tekniċi ngħadduhom litteralment malajr.", "Madanakollu nittama li meta jkun hemm ċerti mistoqsijiet ningħataw spjegazzjoni aħjar fl-istadju tal-Kumitat, l-aktar fejn jidħlu ħlasijiet u tariffi li se jkunu qed jintalbu, kif ukoll affarijiet oħra simili li dan l-abbozz qiegħed jitkellem fuqhom.", "Waħda mill-problemi li qed nipprova nwassal illum hija li anke fuq abbozzi ta' liġijiet li ddiskutejna fil-passat u li teknikament kienu tajbin, ħolqu diversi problemi meta ġew fil-prattika.", "Allura naħseb li wasal iż-żmien sabiex il-gvern jerġa' jikkonsidra bis- serjeta' li filwaqt li jżomm il-konċett ta' reġistrazzjoni u jipprova jbiegħed minn pajjiżna dawk il-prodotti li m'humiex ta' kwalita' tajba, fl- istess ħin jaċċerta ruħu dwar x'inhi l-problema vera li numru ta' mediċini m'humiex qed jiġu reġistrati.", "Il-gvern għandu jara wkoll jekk hemmx il- ħsieb li anke dawk li għandna llum jitneħħew mis-suq.", "Naħseb li bħalma jersqu għandi diversi persuni sabiex ikellmuni fuq il- problemi li jiltaqgħu magħhom ta' kuljum bir-reġistrazzjoni ta' mediċini, qegħdin jersqu wkoll għand il-ministru.", "Qed jiltaqgħu ma' problemi kull darba li jkunu jridu jdaħħlu xi ħaġa żejda jew inkella meta jkunu jbiddlu l- lokalita' ta' minn fejn jiġu manifatturati l-mediċini jew minħabba li jkun hemm xi kondizzjoni oħra ta' dik il-mediċina li tkun trid tiddaħħal fl- insert li jkun hemm mal-mediċini.", "Hemm ħafna problemi li qed jiffaċċjaw dawk li jġibu l-mediċini u meta wieħed iħares lejn it-tariffi jsib li dawn m'humiex biss ta' għexieren ta' liri imma wħud minnhom, saħansitra jitilgħu għal mijiet ta' liri.", "Nerġa' ngħid li meta wieħed jikkonsidra l- popolazzjoni żgħira ta' Malta, ħafna mill-kumpanniji qed jistaqsu lilhom infushom kemm hija worth it li jkomplu jbigħu l-mediċina tagħhom hawnhekk.", "Mr Speaker, ħalli issa nitkellem daqsxejn b'mod ġenerali fuq is-settur tas- saħħa.", "Sa ftit taż-żmien ilu kont wieħed minn dawk li ma nagħtix kas tas- surveys li jkunu qegħdin isiru.", "L-isfortuna hija li hemm min jagħti kashom u jagħtihom ukoll ċerta importanza.", "Min-naħa tiegħi ma nagħtihomx din l- importanza u fil-fatt, naħseb li jien wieħed minn dawk li meta jkun hemm xi survey, qatt ma nirriferi għalih.", "Madanakollu llum se jkolli nagħmel bil- kontra ta' dak li s-soltu nagħmel u se jkolli nagħmel ċerta riferenza.", "Ovvjament dan se nagħmlu għaliex ħaddieħor għamel ċerti riferenzi.", "Għal nofs Frar kien sar survey dwar is-settur tas-saħħa ġewwa Malta.", "L- istess survey kien sar ukoll daqs sentejn u nofs ilu.", "Issa l-ministru tas- saħħa kien semma dan is-survey li tressaq fi Frar li għadda u tah ċertu importanza.", "Ngħid il-verita' ma tantx tajtu importanza għall-ewwel imma mbagħad għidt li aħjar nara daqsxejn x'kienet it-trend ta' dan is-survey u anke ta' oħrajn li kienu saru qabel.", "Filwaqt li ċerti oqsma ġew imfaħħra u oħrajn ġew immaqdra, kien hemm xi ħaġa li nkwetanti mhux ftit għaliex kienet tirrifletti dak li aħna konna ilna ngħidu għal żmien twil.", "Bħala Oppożizzjoni konna ilna ngħidu li qed ikun hemm investimenti f'ċerti setturi mentri f'oħrajn ma kienx qiegħed ikun hemm.", "Jekk wieħed jieħu s-survey li kien sar fl-1 ta' Settembu, 2003 mill- gazzetta \"The Sunday Times\" isib eżattament dawn il-kummenti:", "\"81.3% of those interviewed said that they were happy with the service provided by the health service, 17% said they were generally not satisfied while 1.7% did not give an opinion.\".", "Issa min kien għamel dan is-survey ikkumenta b'dan il-mod:", "\"Conclusions on survey on health services in Malta: What emerges clearly from the findings of \"The Sunday Times\" survey on health services in Malta is that they are clearly providing a service that is quite positively upraised since 81.3% of respondents registered their general satisfaction with the Maltese system.", "However, this should not be interpreted that satisfaction is universal because of the remaining 17% unequivocally stated that they are unhappy with what they are getting from the public system of healthcare while 1% preferred not to express their views about the matter.", "This dissatisfaction level of almost 20% of all Maltese aged over 18 is not minimal and the providers of the various public services would do well to meet expectations of their paymasters, the Maltese taxpayer.\"", "Min kien qiegħed imexxi dan is-survey qal li veru li hemm 81% tal- popolazzjoni li huma sodisfatti bil-kura medika imma kompla jgħid li hemm kważi 20% oħra li mhumiex sodisfatti bis-servizz li kien qiegħed jingħata.", "Ikompli jgħid li meta jkollok 'l fuq minn 20% tal-popolazzjoni li m'hijiex sodisfatta, allura għandek problema għaliex dan ifisser li min qiegħed imexxi l-isptarijiet m'huwiex jilħaq l-aspettazzjonijiet ta' min qed iħallas it-taxxi.", "Issa ħalli naraw ir-riżultat tas-survey li sar fit-12 ta' Frar, 2006.", "Nerġa' ntenni li jiena ma nemminx fis-surveys pero' llum kelli nsemmihom minħabba li l-ministru rrifera għalihom.", "Fis-survey preċedenti rajna kif hemm madwar 20% tal-popolazzjoni li ma kenux sodisfatti bis-servizz u allura l-gvern suppost ra kif se jsolvi l- problema.", "Fis-survey li sar fi Frar insibu hekk:", "\"Well over half - 56.7% - of those interviewed in the latest opinion survey carried out by \"The Sunday Times\" are generally satisfied with the health service in Malta but almost two-thirds - 63.7% - indicated that improvement is necessary in the appointment system in hospitals.\".", "X'qegħdin ngħidu hawnhekk?", "F'dan is-survey qegħdin ngħidu li fi żmien sentejn u nofs il-livell ta' sodisfazzjon fis-servizz tas-saħħa niżel minn 81.3% għal 56.7%.", "Dan ifisser li għandek madwar 43% tal-persuni li ġew intervistati jew huma mxebbgħin bis-servizz jew ma redux jikkummentaw.", "Jekk nieħdu dak li ntqal sentejn u nofs ilu, li jekk ikollok livell ta' aktar minn 20% tal-persuni li mhumiex sodisfatti l-gvern tibda tixgħellu l- bozza l-oranġjo u allura għandu jagħmel xi ħaġa sabiex itejjeb is- sitwazzjoni, illum għandna l-bozza l-ħamra li qiegħda tixgħel.", "Dan juri li fis-sentejn u nofs li għaddew il-poplu Malti u Għawdxi rrikonoxxa aktar dak li konna ilna ngħidu kemm f'din il-Kamra u kif ukoll barra minn din il- Kamra.", "Mr Speaker, nerġa' nirrepeti li jiena niddejjaq nagħmel riferenzi għas- surveys għaliex ma nemminx fihom.", "Madanakollu jekk xi ħadd se jsemmihom għandu għallinqas jagħmel il-paraguni kollha li joħorġu minn dawn is- surveys.", "Nerġa' ngħid li quddiemna għandna abbozz ta' liġi li ż-żewġ naħat tal-Kamra qegħdin naqblu fuqu.", "Xi ħaġa inkwetanti hija li l-affarijiet bżonnjużi u li huma relatati ma' dawn iż-żewġ punti li semmejt, għadu ma sar xejn fuqhom.", "Safejn naf jien ma jidher li hemm xejn fil-pipeline sabiex jitressqu xi liġijiet f'din il-Kamra biex intejbu s-servizz li qegħdin nagħtu.", "Huwa tajjeb li l-oġġett tagħmlu tajjeb, li tippreparah tajjeb u li tutilizzah kif suppost, pero' dak huwa biss parti mis-servizz għaliex biex ikollok servizz komplut irridu nagħmlu wkoll dak li konna qegħdin nitkellmu fuqu qabel.", "Apparti dan kollu, għanda setturi oħra li għandna bżonn nittekkiljawhom u hemm bżonn li naqbdu l-barri minn qrunu.", "Il-problema f'dan is-settur hija li kollox intelaq għal riħu u fil-fatt il- perception ta' kulħadd hija li m'hemmx kontroll fuq il-mod kif mexjin l- affarijiet.", "Matul dawn l-aħħar snin kull darba li nsemmu problemi relatati mas-settur tas-saħħa, jibda jingħad li l-isptar il-ġdid f'Tal-Qroqq se jsolvi l- problemi kollha.", "Ma nafx kemm għadu ġdid dan l-isptar għaliex naħseb li s- swar tal-Belt inbnew f'perjodu iqsar milli nbena dan l-isptar meta dak iż- żmien ma kellhomx l-apparat li għandna llum!", "Huwa minnu li l-isptar f'Tal- Qroqq se jsolvi l-problemi kollha?", "Diġa' qegħdin naraw suġġerimenti li wħud minnhom kollna ilna li tkellimna fuqhom pero' kien hemm min qal li \"better late than never\".", "Jien aktar ngħid li dawn huma affarijiet li suppost ilna li ħsibna għalihom.", "Reċentement issemma li s-servizzi li jingħataw fl-Isptar Boffa se jiċċaqilqu għall-Isptar Zammit Clapp.", "Kien intqal ukoll li Zammit Clapp se jitlaq minn fejn hu - bis-servizzi tal- fiżjoterapija, occupational therapy u s-setturi l-oħra – sabiex imur fil- bini ġdid li jrid jinbena ġewwa San Vinċenz De Paule.", "Mr Speaker, jiena ngħid li dan it-tidwir kollu jinvolvi spejjeż żejda.", "Issa jekk il-flus ġejjin mingħand Ċikku, mingħand Peppi jew mingħand Ġanni huwa irrelevanti għaliex dawn il-flus jistgħu jintużaw għal bżonnijiet u servizzi oħra għall-ġid tal-poplu Malti u Għawdxi kollu.", "Madanakollu jekk trid iċċaqlaq l-affarijiet trid iżżomm ċerti problemi loġistiċi f'moħħok.", "Hawn min jgħid li Malta m'hijiex kbira u għaldaqstant m'għandniex problemi sabiex naslu minn post għall-ieħor.", "Pero' xorta waħda jibqa' l-fatt li għandna naraw ukoll li l-katina ta' servizzi li jingħataw ikunu f'postijiet ċentrali.", "Issa naf li l-gvern għandu problema dwar x'se jagħmel bl-Isptar Zammit Clapp għaliex dan qiegħed b'kuntratt mas-sidien u jekk kemm il- darba ma jintużax bħala sptar, se jerġa' jaqa' f'idejn is-sidien tiegħu.", "Allura l-gvern għandu problema dwar x'se jkun qiegħed jagħmel sabiex jutilizza dak il-post.", "Hemm ħafna ħsebijiet ta' kif dak il-post jista' jintuża mingħajr il-bżonn li jkun hemm infiq esaġerat.", "Fl-opinjoni tiegħi, l-Isptar Boffa huwa sptar li diġa' jagħti servizzi essenzjali għall-kura tal-kanċer u allura biex jittieħed l-apparat kollu f'Zammit Clapp trid issir spiża relattivament kbira.", "Apparti minn hekk, ma tagħmilx sens li ċentru ta' riabilitazzjoni titfgħu f'post li m'huwiex ċentrali bħalma huwa San Vincenz de Paule.", "Fil- fatt viċin l-Isptar Zammit Clapp diġa' hemm żewġ binjiet li wieħed jista' jkompli jiżviluppahom ħalli s-servizzi jkun jista' jagħtihom minn hemmhekk.", "Alternattiva oħra hija li Zammit Clapp jibqa' jintuża bħala sptar.", "Issa hawnhekk m'iniex se noqgħod nidħol fil-konċett jekk dan l-isptar għandux jintuża kif inhu llum jew inkella jintuża għal xi ħaġa oħra.", "L-Isptar San Luqa m'huwiex 'il bogħod ħafna mill-Isptar Mater Dei.", "Hemm ukoll postijiet ta' riabilitazzjoni li għandhom bżonn ta' refurbishment.", "Naf li parti mill- isptar kien ġie refurbished u naf li għad baqa' fejn jiġi refurbished.", "Għalhekk ir-refurbishing li għandu jsir illum, irid ikun magħmul b'mod permanenti, bil-ħsieb li ċ-ċentru ta' riabilitazzjoni jkun fl-Isptar San Luqa.", "Jekk hemm xi fondi li nistgħu nġibu sabiex nagħmlu r-refurbishment ta' dak li diġa' għandna, naħseb li aktar għandna nutilizzawhom f'servizzi soċjali oħra li minnhom ikun jista' jgawdi l-poplu Malti u Għawdxi kollu.", "Fl-opinjoni tiegħi, l-Isptar San Luqa għandu jintuża mhux biss għar- riabilitazzjoni imma għal ħafna servizzi oħra assoċjati miegħu.", "Fil-fatt dawn semmejthom kemm il-darba u dan l-aħħar semmejthom f'intervista li kelli mal-ġurnal \"Il-Ġens\" u se nerġa' nsemmihom illum.", "Għandna ċentru ta' riabilitazzjoni li jista' jintbagħat hemmhekk; parti minnu jista' jintuża għal dawk il-persuni b'diżabilita' li ma jkollhomx familjari li jieħdu ħsiebhom u ma jkunux jistgħu jgħixu fil-komunita' u għalhekk iservi ta' post alternattiv fejn jistgħu jmorru.", "Parti minnu jista' jintuża għal skopijiet oħra li jipprovdu anke income għall-gvern Malti billi nutilizzaw teatri u servizzi anċillari oħrajn ġewwa l-Isptar San Luqa sabiex nagħtu servizzi lill-pajjiżi oħrajn, b'mod speċjali pajjiżi ta' l-Afrika ta' Fuq.", "Parti minnu jista' jintuża wkoll sabiex jiġu ttrattati ċerti social cases.", "Mr Speaker, ma rridux ninsew ukoll il-problema ta' l-anzjanita' għaliex għandna anzjani li m'humiex isibu postijiet fejn imorru.", "Illum it-trend ta' pajjiżna nbidlet u kemm il-mara kif ukoll ir-raġel qegħdin ikollhom joħorġu jaħdmu sabiex ilaħħqu mal-ħajja.", "Konsegwenza ta' dan qegħdin ibatu l-ġenituri tagħhom, speċjalment dawk li għalihom m'huwiex possibbli li jgħixu ħajja indipendenti jew li jutilizzaw is-servizzi li joffri l-gvern fid-djar ta' l-anzjani.", "Li qed nipprova ngħid huwa li l-flus li jistgħu jiġu utilizzati m'hemmx għalfejn nonfquhom kollha f'bini ġdid li sal-lum lanqas biss nafu kemm se jiġi jiswiena.", "Barra minn hekk, minħabba li m'huwiex post ċentrali, kif se nutilizzaw u nwasslu t-trasport hemmhekk?", "U jekk se jkun hemm bżonn ċentru ta' riabilitazzjoni, se nħaddmu konsulenti li kienu diġa' responsabbli ta' dak il-pazjent jew inkella se nħaddmu konsulenti relatati mar-riabilitazzjoni?", "Hemm ħafna affarijiet li rridu naħsbu fuqhom u li rridu niddiskutuhom.", "Il- gvern huwa mistenni li jitkellem fuq dawn l-affarijiet illum u mhux inħallu kollox in arja.", "Ma jagħmilx sens li għadna qegħdin niddiskutu fuq binja li rridu nibnu ġewwa San Vinċenz meta f'sena u tliet xhur oħra rridu nibdew naħsbu għat-trasferiment tal-pazjenti mill-Isptar San Luqa għall-Isptar Mater Dei.", "Dawn huma l-problemi li għandna fis-settur tas-saħħa.", "L- isfortuna hija li filwaqt li Ruma qiegħda tinħaraq, aħna qegħdin nitkellmu fuq bini 'l hemm u 'l hawn.", "Fis-settur tas-saħħa għandna diversi problemi u dan nistgħu narawh mill-ammont ta' appuntamenti li qed ikun hemm fl- isptar li minflok qegħdin jieħdu inqas żmien, qegħdin aktar jitwalu.", "Minkejja li żdiedu t-tobba fid-dipartiment ta' l-emerġenza ta' l-isptar, mhux l-ewwel darba li jkollna rapporti ta' individwi li kellhom jistennew tmien sigħat sħaħ sabiex jinqdew mid-dipartiment ta' l-emerġenza.", "Barra minn hekk, mhux l-ewwel darba li meta xi ħadd imur jiġbor il-mediċini essenzjali mill-isptar, jgħidulu li huma out of stock.", "Għandna sitwazzjonijiet fejn sabiex jarak konsulent l-ewwel darba, trid tagħmel minn erba' xhur sa tmien xhur tistenna u jekk xi tabib ikollu xi dubju li l- pazjent jista' jkollu xi ħaġa gravi, irid jara kif se jsaqqaf wiċċu sabiex xi ħadd forsi jara l-pazjent qabel l-appuntament.", "Allura żgur li dawn m'humiex sitwazzjonijiet ideali u jien ma niskantax li numru sostanzjali ta' persuni tkellmu dwar il-problema ta' l-appuntamenti għaliex f'dak is- settur għandna problemi kbar ħafna.", "Mr Speaker, nerġa' ngħid li huwa importanti li jitressqu abbozzi ta' liġijiet bħal dawn quddiemna, pero' hemm problemi kbar li għandna bżonn nittekkiljawhom illum qabel għada għaliex diġa' qegħdin tard.", "Irrid nagħmilha ċara li ma nistgħux naffordjaw li l-problemi eżistenti li għandna fis-servizzi tas-saħħa jkunu magħna fl-1 ta' Lulju 2007 għaliex inkella se jkollna l-problemi bl-Isptar Mater Dei.", "Darba kien hemm xi ħadd li kiteb fil-gazzetta ta' \"The Times\" u qal li jiena kont għidt li l-biża' tiegħi huwa li se jkollna xi white elephant.", "Jiena wisq nibża' li se jkollna sptar b'bini sabiħ u ġdid pero' dik se tkun biss il-qoxra għaliex bħalma nafu jista' jkollok il-qoxra li tkun tidher sabiħa u mbagħad issib li l- ġewwieni tagħha huwa kollu msewwes.", "Sfortunatament għad hemm ħafna problemi fis-settur tas-saħħa li qed joħolqu s-susa u jekk mhux se nittekkiljaw dawn il-problemi se nkunu qegħdin immorru fi sptar li minn barra jidher sabiħ imma minn ġewwa jkun mifni bil-problemi għaliex ma nkunu solvejna xejn.", "Anzi se nkunu qed noħolqu aktar problemi, speċjalment meta wieħed jirrikonoxxi li l-isptar f\"Tal-Qroqq se jkun iżgħar mill-Isptar San Luqa, l-Isptar Karin Grech u l-partijiet kollha anċillari ma' dak l-isptar.", "Mr Speaker, ma kenitx l-intenzjoni tiegħi li nieħu daqshekk fit-tul pero' ridt ngħid li ladarba nkunu ddiskutejna dan l-abbozz ta' liġi se jgħaddi ma' l-oħrajn.", "Madanakollu huwa importanti li meta nkunu qegħdin ngħaddu r- regolamenti, wieħed iżomm f'moħħu l-bżonnijiet kollha neċessarji relatati kemm mad-donazzjoni ta' l-organi kif ukoll ma' l-għoti tad-demm.", "Nerġa' nirripeti li hemm il-bżonn urġenti li dan l-abbozz ta' liġi ma npoġġuhx fuq l-ixkaffa u ninsewh bħalma għamilna bil-liġijiet tas-saħħa mentali.", "Hemm bżonn li jitressaq quddiem dan il-Parlament ħalli min ikun wera x-xewqa li jkun donatur ma jkunx hemm min imur kontra x-xewqa tiegħu wara mewtu.", "Issa minn hawnhekk irrid infaħħar lil dawk il-qraba ta' persuni li allavolja l-qarib tagħhom qatt ma kien wera x-xewqa li jkun donatur, xorta waħda jaċċettaw li l-organi tiegħu jiġu mogħtija lil ħaddieħor u għalkemm jiġu ffaċċjati fl-aktar mument diffiċli għalihom, jaċċettaw bil-qalb kollha d-donazzjoni ta' l-organi tal-qarib jew qariba tagħhom li tkun ġiet iddikjarata mejta ħalli jingħataw lil xi ħadd fil-bżonn u b'hekk ħaddieħor ikun jista' jgħix ħajja aħjar.", "Fl-opinjoni tiegħi, dan huwa l-akbar ġest uman u kristjan li wieħed jista' jagħmel mal-proxxmu tiegħu.", "Meta tkun għaddej minn mument daqshekk ta' dulur minħabba li jkollok lil xi ħadd għażiż li qiegħed fl-aħħar nifsijiet ta' ħajtu u taċċetta li tagħti l- organi tiegħu, tkun qed tagħmel ġest verament sabiħ u nobbli.", "Sadanittant filwaqt li qegħdin niddiskutu dawn l-affarijiet kollha, huwa importanti li l-gvern jerġa' jirrevedi ċerti tariffi li ddaħħlu u li semmejt aktar qabel fid-diskors tiegħi.", "Dawn il-liġijiet kienu teknikament tajbin imma meta ġew biex jitpoġġew fil-prattika u magħhom iddaħħlu dawn it- tariffi, ħloqna diversi problemi ġewwa pajjiżna.", "Fil-fatt dawn il-problemi għollew il-prezzijiet tal-mediċini, qed inaqqsu mill-kompetittivita' u anke mill-kwalita' tagħhom.", "Fl-aħħar mill-aħħar irridu nittekkiljaw ukoll il-problemi li għandhom x'jaqsmu mat-tmexxija tas-settur tas-saħħa.", "Is- settur tas-saħħa m'huwiex miexi fil-linja t-tajba u hemm bżonn ta' riforma mill-qiegħ, l-aktar fejn għandu x'jaqsam mad-dewmien tal-pazjenti u mas- servizz li qed jingħata.", "Il-kura hija tajba imma s-servizzi in ġenerali u l-mod ta' kif qed jitmexxew huma ħżiena.", "Għalhekk ma nistgħux naffordjaw li sena u erba' xhur oħra jkollna dawn il-problemi li għadhom ma' saqajna.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joseph Cassar.", "ONOR.", "JOSEPH CASSAR: Mr Speaker, dan il-Parlament qiegħed iħares lejn abbozz ta' liġi importanti li għandu x'jaqsam mat-tessuti umani.", "Forsi llum m'aħniex se mmissu dan is-suġġett fil-fond imma fil-futur żgur li se jkollna niddiskutuh.", "Ħafna mir-riċerka li għaddejja bħalissa fid-dinja qiegħda tindika li għada pitgħada din il-liġi se tiġi in vigore u għalhekk se jkollna naġġornawha ta' spiss.", "Nixtieq infakkar ukoll li r-razzjonal wara din il-liġi huwa sabiex indaħħlu tliet direttivi ta' l-Unjoni Ewropea fil-liġi Maltija.", "Dawn it-tliet direttivi jħarsu lejn ħaġa waħda, cioe' li jsaħħu l-kwalita' tas-servizz mediku li għandu x'jaqsam mat-tessuti umani u d-demm.", "Dawn id-direttivi huma direttiva 2002/98/EC, direttiva 2004/33/EC u direttiva 2004/23/EC.", "Aktar tard se nitkellem fuq x'inhuma eżattament dawn id-direttivi u nagħti spjegazzjoni tagħhom.", "Dan l-abbozz ta' liġi qiegħed iħares lejn żewġ affarijiet essenzjali, l-ewwel ħaġa li tirrelata ma' attivita' li tħares lejn il-kollezzjoni u l-ittestjar tad-demm uman u tal- komponenti li joħorġu minnu u mbagħad iħares lejn il-preparazzjoni ta' kif jiġi storjat u mqassam meta jiġi trasfuż jew għal użu ieħor ġo stabbilimenti apposta.", "Dan l-abbozz ta' liġi se jħares lejn stabbilimenti apposta li se jiġu designated minn awtorita' li se tkun qiegħda tissorveljahom.", "It-tieni ħaġa hija li l-istess awtorita' se tpoġġi ċerti standards ta' kwalita', liema standards se jserrħulna moħħna fuq kif it- tessuti u ċ-ċelloli umani jistgħu jiġu applikati aktar 'il quddiem u dwar kif jistgħu jiġu storjati għall-użu tagħhom aktar 'il quddiem meta jkollna bżonnhom għar- riċerka.", "Kif diġa' għidt, il-background ta' dan l-abbozz ta' liġi huwa li nħarsu lejn dawk it-tliet direttivi ta' l-Unjoni Ewropea.", "Fl-aħħar mill-aħħar dawn id-direttivi qegħdin jitolbu lill-istati membri ta' l-Unjoni Ewropea li minħabba l-freedom of movement, fejn iċ-ċittadini ta' l-Unjoni Ewropea jistgħu jmorru minn pajjiż għal ieħor b'mod liberu, irid ikun hemm ċerti standards fil-pajjiżi membri li jiżguraw li jekk jien immur f'pajjiż ieħor ta' l-Unjoni Ewropea, se nsib l-istess ħaġa li nsib f'pajjiżi u dan l- aktar meta niġu fuq xi ħaġa daqshekk essenzjali bħalma hija t-trasfużjoni tad-demm.", "Bħalma qal il-ministru, aħna rridu nżommu f'moħħna li hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq xi ħaġa modernissima.", "Fil-fatt qegħdin nitkellmu fuq xi ħaġa li qabel l-1987, ċerti viruses li jinstabu fid-demm lanqas biss konna nafu bihom u lanqas konna nafu kif nistgħu nsibuhom u ma nsibuhomx.", "Allura li jkun hemm standards identiċi fil- pajjiżi kollha ta' l-Unjoni Ewropea hija xi ħaġa li għandha sserrħilna moħħna.", "Mr Speaker, hawnhekk xtaqt nagħmel punt ieħor u ngħid li dan kollu qiegħed isir grazzi għall-gvern Nazzjonalista li daħħalna fl-Unjoni Ewropea.", "B'hekk qegħdin indaħħlu wkoll dawn id-direttivi li qegħdin jiżgurawlna kwalita' ta' ħajja aħjar.", "Fl-aħħar mill-aħħar dan huwa wieħed mill-vantaġġi kbar tas-sħubija fl-Unjoni Ewropea.", "Issa ħalli nkompli mas-suġġett tiegħi.", "Meta nitkellmu fuq it-tessuti umani nafu li din hija xi ħaġa li kulma jmur aktar qiegħda tespandi u żgur li ħadd ma jista' jgħid x'se jkunu l-opportunitajiet li se jkollna sa 20 sena oħra.", "Madanakollu nafu li wisq probabbli sa 20 sena oħra l-human genome se jkun immappjat u b'hekk se nkunu nafu sa l-inqas biċċa mid-DNA tal-bniedem.", "Għalhekk ir-riċerka fuq it-tessuti umani se tkun importanti ħafna għaliex jista' jagħti l-każ li sa 20 sena oħra se naslu f'punt fejn ċertu mard, li sal-lum għadu inkurabbli, inkunu sibna l-kura għalih u peress li nafu li l- kura ta' dan it-tip ta' mard tista' titlaq mit-tessut uman, huwa importanti li jkollna standards ta' kwalita' fuq kif għandna nieħdu ħsieb u nistorjaw it-tessuti umani, li għada pitgħada jistgħu jsalvaw il-ħajja tal-bniedem.", "L-impatt ta' dan l-abbozz ta' liġi huwa li permezz tiegħu l-poplu Malti se jkun jaf li teżisti awtorita' li se tagħti liċenzja lil dawk l- istabbilimenti privati jew governattivi li se jkunu qed jieħdu ħsieb kemm is-sistema tad-demm kif ukoll is-sistema tat-tessuti.", "Peress li l- affarijiet qed javvanzaw ma' l-Ewropa kollha, huwa importanti li aħna nkunu up to standard ukoll mar-requirements li hemm fl-Ewropa.", "Dan l-abbozz ta' liġi se jagħti s-saħħa lill-ministru tas-saħħa sabiex ikun jista' jagħmel regolamenti wara li ssir il-konsultazzjoni meħtieġa mal-licensing authority ħalli dawn jaċċertaw li d-demm u t-tessuti li se jiġu storjati f'dawn l- istabbilimenti jkollhom prattika u standards adegwati xi jsegwu.", "Dan l-abbozz ta' liġi se jagħti s-saħħa lill-ministru sabiex ikun ċert u sodisfatt li l-hospital blood banks qegħdin jimxu skond requirements essenzjali.", "Issa kif qalu kemm il-ministru kif ukoll l-Onor.", "Michael Farrugia, din hija liġi teknika pero' fiha xi ħaġa importanti li wieħed irid jisħaq fuqha.", "U hawn qed nirriferi għall-haemo-vigilance, li tfisser li jkun hemm sorveljanza organizzata ta' proċeduri li jirrelataw ma' problemi li jistgħu jinħolqu minn reazzjonijiet li jista' jkollhom dawk li jirċievu l-organi jew li jirċievu d-demm.", "Għalhekk l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna se jagħti l-poter sabiex il-haemo-vigilance issir kif suppost.", "Hawnhekk xtaqt inħares ukoll lejn it-tliet direttivi li semmejt fl-introduzzjoni tiegħi.", "Mr Speaker, l-ewwel direttiva li hija t-2002/98/EC ħarġet fil-Parlament Ewropew u fil-Kunsill ta' l-Ewropa fis-27 ta' Jannar, 2003.", "Ir-raġuni tagħha kienet sabiex temenda d-direttiva 2001/83/EC u sabiex tpoġġi standards ta' kwalita' u ta' safety fuq kif jiġi kollezzjonat, ittestjat, ipproċessat u storjat id-demm uman u l-komponenti li joħorġu minnu.", "U minn hemm telaq kollox.", "Issa din id-direttiva saret minħabba li l-Unjoni Ewropea bdiet tħoss li kien hemm ċerti gaps bejn pajjiż u ieħor għal dak li għandu x'jaqsam mal-blood transfusion chain.", "Meta nitkellmu fuq xi ħaġa daqshekk essenzjali bħalma huwa d-demm uman, tistgħu timmaġinaw kif ma jistax ikollok gaps fis-sistema għaliex jekk tħalli dawn il-gaps tkun qiegħed tipperikola s-saħħa tal-bniedem.", "Allura l-Unjoni Ewropea ħasset li l-membri kollha tagħha għandhom jiġu in line ħalli ma jkunx hemm dawn il- gaps.", "Hawnhekk nixtieq infakkar li bħala pajjiż m'aħniex qegħdin tard f'din il-liġi għaliex proprju l-Ingilterra għaddiet din il-liġi fl-aħħar tas-sena 2005.", "Jiġifieri pajjiżna qiegħed verament in line mal-pajjiżi l- oħra ta' l-Unjoni Ewropea.", "Skond id-direttiva li qed nitkellem fuqha, x'se jkunu l-obbligi tal- pajjiżi?", "L-ewwelnett li jkun hemm proviżjoni li tassigura li kull unit ta' demm kien miġbur u ttestjat b'sistemi li huma kollha l-istess fl-Unjoni Ewropea.", "Jiġifieri qegħdin ngħidu li ma jistax ikun sistemi differenti minn xulxin u din hija importanti ħalli wieħed ikun jista' jikkompara like with like.", "Fir-rigward tal-proviżjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma' l- istabbilimenti ta' fejn jinġabar id-demm, din id-direttiva tgħid li jrid ikun hemm komunikazzjoni ma' l-awtorita' kompetenti - li fil-liġi Maltija se nsejħulha licensing authority - li se tiġbor l-informazzjoni neċessarja ħalli tkun tista' toħroġ il-liċenzja.", "Id-direttiva ta' l-Unjoni Ewropea tgħid ukoll li dawn l-istabbilimenti jridu jimplimentaw ir-requirements meħtieġa u jagħtu l-aqwa kwalita' f'dan is-servizz.", "Fl-istabbilimenti jrid ikun hemm ukoll kwalita' serja ta' documentation u record keeping.", "Fil-fatt id-direttiva ta' l-Unjoni Ewropea tħares lejn documentation on operational procedures, guidelines, training and reference manuals.", "Skond id-direttiva jrid ikun hemm rekords ta' informazzjoni u fil- fatt qiegħda tidħol fid-dettall ta' kemm trid tidħol fil-fond, x'mard trid iddaħħal u fuq kemm iridu jgħaddu ġranet jew snin.", "Allura nistgħu ngħidu li din hija xi ħaġa verament magħmula b'ħafna studju u b'ħafna konsultazzjonijiet.", "Jekk m'iniex sejjer żball meta ħarġet il-liġi Ingliża kien hemm 'il fuq minn 500 konsultazzjoni fuqha u għalhekk nistgħu ngħidu li dawn l-affarijiet ġew studjati fil-fond ħafna.", "Ħaġa oħra li diġa' aċċennajt għaliha hija l-famuża haemo-vigilance.", "Waħda mill-affarijiet li d-direttiva ta' l-Unjoni Ewropea qiegħda tħares hija dik li jkun hemm traceability.", "Dan ifisser li meta jkollok pinta demm, tkun taf kollox fuqha, jiġifieri jrid ikollok l-informazzjoni kollha, minn meta d-donatur mar jagħti d-demm sal-mument li ġiet trasfuża u viċi versa.", "U għalhekk fil-bidu tad-diskors tiegħi għidt li din il-liġi se tagħtina ħafna serħan il-moħħ.", "Jista' jkollok ukoll il-free movement fejn demm jew komponenti tiegħu jiġu importati minn pajjiżi terzi, jiġifieri minn pajjiżi li m'humiex fl-Unjoni Ewropea.", "Għalhekk id-direttiva ta' l-Unjoni Ewropea qiegħda tgħid li din il-liġi trid isservi ta' gate keeper u taċċerta li meta prodott jidħol f'pajjiż membru tagħha jkollu l-istess gate keeping għaliex inkella jkollna l-problemi.", "Kif spjegajt din il-biċċa xogħol ta' haemo-vigilance hija importanti ħafna.", "Mr Speaker, id-direttiva ta' l-Unjoni Ewropea tħares ukoll lejn ċerti requirements li għandu jkun hemm fuq il-kwalita' u s-safety tal-prodotti tad-demm.", "Sabiex dan ikun possibbli jrid ikun hemm ġbir ta' informazzjoni li trid tingħata lid-donaturi prospettivi.", "Qabel ma jagħtu d-demm id- donaturi jrid ikollhom l-informazzjoni kollha ħalli jkunu jafu b'mod ċar dak li se jagħmlu u għalfejn qed jagħtu d-demm u x'se jiġri u ma jiġrix.", "Sabiex ikun hemm kwalita' fis-servizz huwa importanti li tingħata wkoll l- informazzjoni meħtieġa mid-donaturi stess.", "Min-naħa tagħhom dawn għandhom jagħtu informazzjoni fuq is-saħħa tagħhom u jgħidu jekk għandhomx xi problemi mediċi fil-preżent jew inkella kellhomx xi ħaġa fil-passat.", "Dawn huma kollha affarijiet importanti sabiex jiġi assigurat serħan il-moħħ.", "Għal min irid jarahom dawn l-affarijiet qegħdin kollha mniżżlin fl-annex tad-direttiva.", "Sabiex tkompli tissaħħaħ il-kwalita' u s-safety fl-għoti tad-demm insibu wkoll l-eligibility criteria tad-donaturi, jiġifieri min jista' jagħti u min ma jistax jagħti d-demm.", "Barra minn hekk, hemm ukoll l-exclusion criteria, jiġifieri dawk il-kriterji fejn wieħed ma jistax jagħti d-demm.", "Fost l-oħrajn insibu l-eta', mard fil-passat u li meta jsir it-test tad- demm ma jridx ikollok ċerti numri li m'humiex kif suppost.", "Dawn l- affarijiet kollha se jassiguraw kwalita' aktar għolja fl-għoti tad-demm.", "Id- direttiva ta' l-Unjoni Ewropea qiegħda titlob ukoll li d-donatur jiġi eżaminat, li d-donazzjoni tad-demm tkun waħda volontarja u li ma jkunx hemm ħlas għad-donazzjoni.", "Imbagħad tkompli tgħid fuq kif għandhom isiru t- testijiet tad-donaturi u x'mard għandu jiġi ċċekkjat.", "Issa ovvjament din hija xi ħaġa li trid tiġi updated time and time again għaliex aktar ma jgħaddi ż-żmien, aktar nindunaw b'ċertu mard li qabel ma konniex nafu bih.", "Għaldaqstant huwa importanti ħafna li wieħed jibqa' dejjem jemenda din il- liġi.", "Mr Speaker, qabel l-1987 id-demm ma kienx jiġi ttestjat għall-virus ta' l- HIV u mbagħad f'daqqa, kif ġie skopert, kellna ndaħħlu din is-sistema ġdida.", "Issa min jaf fil-futur x'viruses oħra rridu niskopru u li llum ma nafux bihom.", "Għalhekk fl-aħħar mill-aħħar l-autologous transfusion - it- transfużjoni tad-demm tiegħek stess - hija l-aktar ħaġa tajba għaliex inti tkun qiegħed tieħu mid-demm tiegħek stess u mhux ta' l-oħrajn.", "Madanakollu sakemm naslu għal dan l-istadju jridu jgħaddu bosta snin oħra.", "Issa se nħares ftit lejn id-direttiva 2004/23/EC li tittratta t-tessuti umani.", "Din id-direttiva ta' l-Unjoni Ewropea telenka 34 raġuni għalfejn ħarġet u għalfejn fil-31 ta' Marzu ta' l-2004 l-Unjoni Ewropea tat rakkommandazzjoni lill-istati membri sabiex iħarsu lejn din id-direttiva ħalli huma jiġu up to standard.", "Ir-raġuni prinċipali għalfejn kellha toħroġ din id-direttiva kienet minħabba li t-tessuti umani kienu qegħdin ġo kamp li kulma jmur kien qiegħed jespandi.", "Allura bilfors kellha tinħoloq din id-direttiva u toħroġ bħala liġi.", "Ovvjament dawn l-34 raġuni wieħed jista' jarahom bil-kwiet fuq the official journal of the European Union u nista' ngħid li huma raġunijiet interessanti ħafna.", "Fil-fatt hekk kif bdejt naqrahom bdejt ninduna li għalkemm l-Unjoni Ewropea hija daqshekk kbira u komplikata fiha nnifisha, meta tiġi għal direttivi bħal dawn, il-pajjiżi kollha membri jidħlu fiha u tara t-tolleranza bejn liġi ta' pajjiż u ieħor għaliex fl- aħħar mill-aħħar l-aktar ħaġa essenzjali hija li f'oqsma importanti bħal dawn ikun hemm l-istandards u s-safety.", "Mr Speaker, irrid nagħlaq id-diskors tiegħi billi ngħid li għalkemm dan l- abbozz ta' liġi huwa wieħed tekniku, minnu joħorġu żewġ affarijiet essenzjali.", "L-ewwel waħda hija li dan huwa gvern li daħħalna fl-Unjoni Ewropea u minħabba f'hekk, illum qegħdin niddiskutu abbozz ta' liġi li se jserraħ moħħ il-poplu Malti anke f'affarijiet li sal-lum ħadnihom for granted.", "Il-gvern Malti qiegħed jassigura li jkollna l-aqwa kwalita' u safety li jista' jkollna meta qed nitkellmu fuq it-trasfużjoni tad-demm, fuq kif jiġi storjat, fuq kif jiġi pproċessat u fuq kif jidħol fina.", "It- tieni ħaġa hija li bħala gvern qegħdin nassiguraw li anke meta niġu għal affarijiet bħal riċerka fuq it-tessuti umani, li għada pitgħada kif għidt, tista' ssalva ħafna nies, m'aħniex nibżgħu milli nagħmlu dan il-pass li qed titlobna nagħmlu l-Unjoni Ewropea.", "U minħabba f'hekk qegħdin inressqu f'din il-Kamra xi ħaġa li forsi ftit jifhmu l-importanza tagħha.", "Madanakollu għada pitgħada, bħala membru ta' din il-Kamra, inkun nista' ngħid li kont kuntent li stajt nitkellem fuq abbozz ta' liġi daqshekk importanti.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Insejjaħ lill-Ministru biex, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar l-Erbgħa, 8 ta' Marzu, 2006 fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:-", "Abbozz ta' Liġi dwar id-Demm Uman u t-Trapjanti - Tieni Qari (Kont);", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Intermedjarji fl-Assigurazzjoni - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili - Tieni Qari; u", "Abbozz ta' Liġi biex jimplimenta Miżuri ta' l-Estimi - Tielet Qari.", "-----------------------------------", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Reġistru Ċentrali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Securitisation – Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li Jirratifika l-Konvenzjoni ta' Ruma fuq l- Obbligazzjonijiet Kuntrattwali - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Jason Azzopardi.", "ONOR.", "JASON AZZOPARDI: Mr Speaker, fil-ftit ħin li għandi għad- dispożizzjoni tiegħi se nitkellem għan-nom tar-residenti ta' Santa Luċija.", "Fil-fatt se nippreżenta 210 firma kontra proposta ta' outside development zone.", "Qabel ma niġi għal dan il-punt nixtieq nieħu spunt mill-istate of the environment report li għadu kemm ġie mniedi mill-ministeru ta' l-ambjent.", "Dan huwa rapport tajjeb ħafna li jkopri s-sitwazzjoni ambjentali fil-pajjiż matul l-2005, li fih issib kapitlu dedikat għall-klima, l-art, il-ħamrija, l-ilmijiet, l-arja u affarijiet ambjentali oħra.", "Jiena naħseb li kull Malti għandu jaqra t-12-il kapitlu li fih dan ir-rapport għaliex kif jgħid il-Ministru Pullicino fl-introduzzjoni tiegħu, dan ir-rapport dettaljat huwa eżempju ta' l-impenn tal-gvern għal aktar trasparenza u għal aktar aċċess għall-informazzjoni rigward din il-materja daqstant sensittiva.", "Mr Speaker, darba kien hemm rebbieħ tal-premju nobel għal-litteratura, Gunter Grass, li kien qal li \"The future is already in place\".", "Naħseb li dan l-istate of the environment report huwa mezz kif inkunu nistgħu nħarsu lejn il-futur, pero' fl-istess ħin ikollna ritratt tal-preżent.", "Se nikkwota żewġ ċifri biss minn dan ir-rapport voluminuż u dettaljat biex wieħed jifhem il-pressjoni li qed ikollna biex tittiekel aktar art agrikola.", "Ta' min jinnota li bejn l-1971 u l-1986 kull sena kienu jintilfu 200 tomna art agrikola, filwaqt li bejn l-1986 u l-2001 dan l-ammont niżel għal 80 tomna art agrikola li tintilef kull sena għall-iżvilupp.", "Ċifra oħra importanti li turi l-pressjoni li qed ikollna fl-iżvilupp tal-pajjiż hija li bejn l-1990 u l-2004, ġie żviluppat bejn wieħed u ieħor 5% tal-coastal buffer area ta' kilometru, għax madwar il-pajjiż hemm buffer area ta' kilometru.", "Dawn iż- żewġ ċifri li nsibu f'dan ir-rapport juru kemm irridu noqogħdu attenti, u jagħmlu sew il-ministeru ta' l-ambjent u l-MEPA li qed jagħmlu ħidma ma taqta' xejn sabiex jissalvagwardaw l-ambjent.", "Hawn irrid ngħid li għalkemm il-MEPA, bid-difetti kollha tagħha, hija awtorita' li tiżgura trasparenza assoluta fil-proċess ta' l-iżvilupp u l-ippjanar, fl-istess ħin qed inkunu ffaċċjati b'avvenimenti u b'applikazzjonijiet għal żvilupp li jistonaw.", "Mr Speaker, jiena ġejt mitlub li għan-nom tar-residenti ta' Santa Luċija – dan hu lokal fir-raba' distrett li għandi l-unur u l-privileġġ li nirrappreżenta f'dan il-Parlament - inġib għall-attenzjoni ta' din il-Kamra applikazzjoni għal żvilupp ta' art għall-bini ta' 12-il maisonette u garaxxijiet taħthom bħala outside development zone, kollha f'art agrikola.", "Huwa tajjeb li ngħid li l-art kollha kemm hi qiegħda barra l-limiti ta' l- iżvilupp u għalhekk jien flimkien mar-residenti ta' Santa Luċija nħossu li m'għandu jsir l-ebda bini ieħor fuqha.", "Il-biċċa l-kbira ta' l-art hija art agrikola b'għelieqi għammiela u tkun verament ħasra li nkomplu nitilfu raba' tajba minħabba raġunijiet purament kummerċjali.", "Irrid nenfasizza li din l-art flimkien ma' l-art ta' ħdejha hija l-aħħar medda ta' art mhux mibnija li tifred l-irħula ta' Santa Luċija minn Ħal Luqa.", "Għalhekk jekk isir bini fuq din l-art, dan se jibda jgħaqqad iż-żewġt irħula flimkien u tintilef l-identita' kemm tal- lokalita' ta' Ħal Luqa kif ukoll dik ta' Santa Luċija.", "Jekk din l-art titħalla tinbena, il-konsegwenza hija li ma jkunx hemm raġuni għalfejn l- għelieqi ta' ħdejha ma jinbnewx ukoll għaliex dawn isiru għelieqi dellija.", "Ladarba ma jkollhomx id-dawl tax-xemx fuqhom ikun jista' jsir l-argument li dawn l-għelieqi ma jrendux u allura nispiċċaw biex niżviluppawhom ukoll.", "Mr Speaker, din l-art li qed insemmi tagħti nifs safi lil mijiet ta' studenti li jmorru l-Junior Lyceum Margaret Mortimer ta' Santa Luċija u lir- residenti ta' din il-lokalita'.", "Huwa importanti li wieħed jinnota wkoll li l-cables tal-high tension li jinsabu għaddejjin qrib din l-art agrikola se jkunu ta' periklu għas-saħħa tar-residenti li eventwalment imorru joqogħdu f'dawn il-maisonettes.", "Għal dawn ir-raġunijiet kollha, jiena ġejt mitlub li nippreżenta fuq il-mejda tal-Kamra petizzjoni ffirmata minn 210 persuna.", "Dawn il-persuni qegħdin jitolbu u jittamaw li l-awtoritajiet kompetenti jiċħdu din l-applikazzjoni u kull applikazzjoni simili li tista' ssir.", "Mr Speaker, dan qed nagħmlu bħala r-rappreżentant tal-poplu ta' Santa Luċija għax naħseb li huwa importanti li jkun hemm aktar minn dawn ir-residenti li qegħdin juru din is-sensibilita' u dan is-civic mindedness.", "Dawn ir- residenti ġabru dawn il-firem fi spazju ta' jumejn jew tlieta u talbuni sabiex nippreżentahom, ħaġa li jien se nagħmel bl-umilta' kollha u bi pjaċir kbir.", "Jiena nittama serjament li din l-art agrikola, li fiha nnifisha hija art tajba li tagħti identita' lil-lokalita' ta' Santa Luċija u tipprovdi arja safja lir-residenti u lit-tfal tal-Junior Lyceum, ma tintilifx.", "Għalhekk nagħmel dan l-aċċenn u nagħlaq kif bdejt.", "Skond the state of the environment report il-futur jinsab fil-preżent u jekk ma nħarsux l- ambjent issa, ħadd m'hu se jħarisulna fil-futur.", "Grazzi.", "Nitlob il- permess tal-Kamra sabiex inqiegħed din il-petizzjoni fuq il-mejda tal- Kamra.", "MR SPEAKER: Hawn permess biex dan id-dokument jitqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "JASON AZZOPARDI: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' ittra li residenti minn Sta Lucija bagħtu lill-MEPA dwar żvilupp ta' art agrikola.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joe Cassar.", "ONOR.", "JOSEPH CASSAR: Mr Speaker, nhar is-Sibt se jsiru l-elezzjonjiet tal-kunsilli lokali għal terz tal-popolazzjoni ta' Malta u llum bħala Rabti nixtieq nitkellem fuq xi ħaġa li nkwetatni mhux ħażin.", "Dan l-aħħar fuq l- aħbarijiet smajt xi ħaġa li ma tantx daqqitli u se ngħid il-fatti kif inhuma.", "Din l-istorja bdiet meta dan l-aħħar, membri tal-partit Laburista kienu qed iżuru l-impjant ta' riċiklaġġ f'Wied il-Għajn.", "F'dak il-ħin saret press conference fejn id-deputat Laburista George Vella nstema' jgħid li bħall- impjant ta' Sant'Antnin jistgħu jsiru impjanti oħra f'postijiet differenti.", "Huwa qal li n-naħa ta' fuq tar-Rabat hemm area enormi fejn jistgħu jagħmlu impjant bl-istess sistema.", "Dan id-diskors ħadtu minn fuq clip li ntwera fuq wieħed mill-istazzjonijiet televiżivi u bħalma smajtu jien, semgħuh ħafna nies oħra wkoll.", "Mr Speaker, din hija ħaġa li lili tinkwetani ħafna mhux biss għax jien mir- Rabat u nħoss li dan huwa wieħed mill-isbaħ postijiet li għandna f'Malta - u forsi hanwhekk se nkun xi ftit suġġettiv - imma għax meta smajtu jsemmi n-naħa ta' fuq tar-Rabat bdejt nimmaġina fejn jista' jkun dan il-post.", "Issa jien mhux se ngħid li ninkwieta għax l-istazzjon Super One l-bieraħ ipprova jirredikola lill-Onor.", "Gonzi billi kważi ġabu jitkellem kontra San Pawl imma li jinkwetani huwa l-fatt li f'nifs wieħed il-Kap ta' l-Oppożizzjoni semma ħafna pjanijiet u talab lill-gvern ċentrali s-somma ta' Lm400,000 u qalilna li jekk nagħtuhomlu jgħidilna fejn jaħseb li għandhom isiru l- impjanti imbagħad wara ftit instema' l-Onor.", "George Vella jgħid dak id- diskors.", "Fl-istess ġranet, il-gazzetta \"The Times\" tas-6 ta' Marzu, 2006 f'artiklu miktub minn Herman Grech li kien intitolat \"No MLP plans for Rabat recycling plant\", ippubblikat dawn il-preċiżi kelmiet:", "\"Claims that a future Labour government would be proposing a regional waste recycling plant in Rabat were nothing more than blatant lies, Opposition leader Alfred Sant said yesterday\".", "Hawnhekk nibda nistaqsi x'inhu jiġri, għax ma jistax ikun li bniedem jisma' xi ħaġa u f'daqqa waħda jkun hemm xi ħadd li jgħid li m'huwiex veru li ntqalet.", "Kieku ntqal li din il-kelma ħarbitlu jew li mhux veru kienu ddiskutewha imma kienet biss idea, nifhimha.", "Li xi ħadd jgħid xi ħaġa oħra tifhimha wkoll, imma huwa diffiċli li wieħed jgħid li din il-kelma ma ntqalitx meta ħaddieħor huwa ċert li semagħha.", "Ma nistax nifhem x'inhu jiġri f'dan il-pajjiż.", "Kieku l-partit Laburista qal li din kienet biss idea ta' l-Onor.", "George Vella li qalha dak il-ħin, forsi kien joħroġ minnha imma l-Onor.", "Sant qal li dak li qal il-partit Nazzjonalista kienu \"blatant lies\".", "Mr Speaker, dan it-tip ta' diskors lili jħawwadni u nibda nistaqsi: X'inhi l-verita'?", "Jekk din hija gidba sfaċċata, il-Kap ta' l-Oppożizzjoni lilna r- Rabtin għandu jserrħilna moħħna li jekk għada pitgħada jkun hemm gvern Laburista fl-ebda area fir-Rabat u l-limiti tiegħu m'hu se jkun hemm impjant ta' riċiklaġġ, żgħir kemm hu żgħir.", "Sinċerament ngħid li dwar dan kollu nqala' ftit fervur u allura huwa importanti li l-poplu Rabti jkun jista' jserraħ moħħu.", "Qed ngħid dan mhux bħala politiku, imma għax sinċerament inħoss li din hija xi ħaġa li l-poplu Rabti għandu jkun jafha.", "Dan l-aħħar ir-Rabat instema' ħafna fl-aħbarijiet u l-bieraħ, it-Tnejn 6 ta' Marzu, f'seduta 361 l-Onor.", "Charles Buhagiar għamel din il-mistoqsija parlamentari 17540 lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura:", "\"Jista' l-Ministru jgħid x'passi qegħdin jittieħdu dwar l-allegat dħul ta' ilma u qatran fil-passaġġ li jagħti għall-grotta ta' San Pawl fir- Rabat?\"", "Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura, l-Onor.", "Francis Zammit Dimech, irrisponda hekk:", "\"Ninsab informat li fl-14 ta' Frar 2006, is-sovrintendenza tal-patrimonju kulturali spezzjonat is-sit tal-grotta ta' San Pawl, Rabat, wara li sar rapport dwar ħsara f'dan il-post.", "Waqt din l-ispezzjoni ġie nnotat li saret ħsara f'xi katusi li jgħaddu minn fuq passaġġ taħt l-art li jgħaqqad il-grotta ta' San Pawl mal-mużew ta' Wignacourt.", "B'konsegwenza ta' din il-ħsara, kull meta tagħmel xita qawwija", "qiegħed jidħol ilma u tajn f'dan il-passaġġ.", "Jidher li din il-ħsara ġiet ikkawżata minn xogħol reċenti ta' surfacing bl-asfalt tat-triq li tgħaddi minn fuq l-istess passaġġ.", "Skond informazzjoni li għandha s-sovrintendenza, ir-responsabilta` għat- tiswija ta' din il-ħsara hija tal-kunsill lokali tar-Rabat, bl-istess sovrintendenza tal-patrimonju kulturali qiegħda żżomm kuntatt kemm mal- kuratur tal-grotta ta' San Pawl u mal-kunsill lokali tar-Rabat sabiex tassigura li t-tiswija fuq dan is-sit issir minnufih.\"", "Jien naħseb li din ir-risposta l-poplu Rabti jrid jeħodha b'serjeta' kbira.", "Irrid infakkar li l-elezzjonijiet ta' nhar is-Sibt se jsiru fuq konċett lokali u għar-Rabtin il-grotta ta' San Pawl hija xi ħaġa li ma tistax ma tkunx lokali.", "Dan huwa post li huwa għal qalbhom ħafna.", "Barra minn hekk, din il-grotta hija wkoll parti mill-patrimonju nazzjonali.", "Kif għidt dan l- aħħar f'wieħed mill-artikli tiegħi fil-gazzetta \"The Times\" huwa inutli li noqogħdu nintilfu fuq jekk din is-sustanza inorganika kenitx asfalt, tajn jew ħamrija meta l-problema prinċipali hija li fil-passaġġ li jagħti mill- mużew ta' Wignacourt għall-grotta ta' San Pawl daħal l-ilma.", "Jiena ngħid li statement bħal dan tas-sovrintendenza tal-patrimonju kulturali, li naħseb jafu x'inhuma jgħidu, għandu jinkwieta lir-Rabtin kollha u jġegħilhom jistaqsu domanda serja fuq il-kunsill lokali li kellna, li sfortunatament kien immexxi minn maġġoranza Laburista.", "U fir-Rabat ma sarx hekk biss, imma saru ħafna iktar affarijiet serji.", "Mr Speaker, il-bieraħ stess il-Ministru Jesmond Mugliett irrisponda mistoqsija ta' l-Onor.", "Jeffrey Pullicino Orlando dwar jekk il-poplu Rabti jafx li ħafna mit-toroq fil-Baħrija saru b'fondi li ta l-gvern ċentrali.", "Din il-mistoqsija saret għax kien hawn min ipprova jagħti l-impressjoni li l-flus ġew mis-sema.", "Forsi l-poplu tal-Baħrija ma jafx li l-Lm75,000 li ngħataw biex isiru t-toroq, ingħataw mill-gvern Nazzjonalista u ma ġewx mis- sema.", "Forsi l-poplu Rabti li joqgħod fi Triq Ġorġ Borg Olivier ma jafx li f'waħda mill-mistoqsijiet parlamentari l-Ministru Mugliett wieġeb ċar u tond li l-problema tat-traffic management li hemm f'din it-triq trid tissolva mill-kunsill lokali flimkien mal-gvern ċentrali.", "Nixtieq nagħlaq id-diskors tiegħi billi nfakkar li l-poplu Rabti għandu jesiġi li l-partit Laburista jserrħilna rasna darba għal dejjem li qatt m'hu se jkollna impjant ta' riċiklaġġ fir-Rabat jew fil-limiti tiegħu.", "Nesiġu wkoll li qabel ma jsiru l-elezzjonijiet tal-kunsill lokali ningħataw risposta serja dwar x'se jiġri fuq il-maħbuba grotta ta' San Pawl.", "Hawnhekk nitlob lir-Rabtin kollha biex meta nhar is-Sibt imorru jivvotaw, jaħsbu fuq il-fatt li l-kunsill lokali għandu r-responsabbiltajiet tiegħu u ma jista' qatt jagħti l-impressjoni li l-affarijiet ma sarux għax il-gvern ma tax biżżejjed fondi, jew inkella jipprova jagħti l-impressjoni li kieku l-gvern ta iktar għajnuna kienu jsiru iktar affarijiet.", "Ir-realta' hi li kull kunsill lokali għandu l-amministrazzjoni tiegħu u għandu l-obbligi tiegħu u meta mmorru nivvotaw nhar is-Sibt irridu nivvotaw b'dan f'moħħna.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada l-Erbgħa, 8 ta' Marzu 2006, fis-6.00 p.m. bl-agenda kif komunikata mill-ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "SAFAR UFFIĊJALI", "17190.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 16888 u jgħid kemm kienet l-ispiża globali tal-ministeru, dipartimenti u kumpanniji taħt ir-responsabbilta' tiegħu f'safar matul l-2005?", "Xi tħallas s'issa?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-ispiża fuq safar matul is-sena 2005 kienet ta' Lm510,428 liema spiża tinkludi is-somma ta' Lm408,540 fuq pazjenti mibgħuta għal kura barra minn Malta.", "Din is-somma tinkludi wkoll nefqa kif ġej li tħallset kollha:", "|Diviżjoni |Lm | |tas-Saħħa |78,706 | |Sptar Monte | | |Carmeli |1,873 | |Dipartiment ta'| | |l-Anzjani |761 | |CEO, MDH | | | |11,517 | |Medicines | | |Authority |8,359 | |Sptar Zammit | | |Clapp |671 |", "SAFAR UFFIĊJALI", "17191.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 16886 u jgħid kemm kienet l-ispiża tal- ministeru, dipartimenti u kumpanniji taħt ir-responsabbilita' tiegħu f'safar matul l-2005?", "Xi tħallas s'issa?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.", "TRASPORT BEJN MALTA U GĦAWDEX", "17280.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għal Għawdex: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 14217, tista' il-Ministru tagħti n-numru ta' studenti kemm għas-sena 2004 kif ukoll għas-sena 2005?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Il-medja ta' dawk li bbenefikaw mis-sussidju għat- trasport bejn Malta u Għawdex hi kif muri fit-tabella li", "qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.", "GĦALLIEMA", "17281.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li qed ikun hemm dewmien esaġerat sabiex l-għalliema jingħataw l-allowances għad- diplomi u post-graduate degrees li jkunu kisbu?", "Lil min trid issir it- talba?", "Min hu responsabbli għall-ħruġ ta' dawn l-allowances?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li mhux kull talba li ssir tkun ġustifikata billi l-kwalifika li fuq il-bażi tagħha tkun qed issir it-talba tista' ma tkunx rikonoxxuta jew tal-livell meħtieġ, jew ma tkunx tissodisfa il- kondizzjonijiet stipulati fil-public service management code.", "Anke jekk talbiet bħal dawn jistgħu f'xi każi jieħdu xi ftit fit-tul minħabba li jkun jenħtieġ issir verifika tal-kwalifika barra minn Malta, ma jirriżultax li dan il-ministeru għandu xi talba li ilha pendenti għal aktar minn sena, għalkemm każ magħluq jista' dejjem jerġa' jinfetaħ jekk l- applikant ma jaċċettax id-deċiżjoni meħuda.", "XOGĦOL TA' TINDIF", "17368.", "L-ONOR.", "JOSEPH DEBONO GRECH staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jgħid xi tħallas għal xogħol ta' tindif fl-uffiċċju tiegħu u l-kumplament tad-dekasteru matul is-snin 2004 u 2005?", "Jista' jgħid min kienu l-kuntratturi u kemm ħadu?", "Min approva n-nefqa?", "Inħarġet xi forma ta' tender?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Risposta tingħata f'seduta oħra.", "TIĠDID TAL-KUNTRATT", "17369.", "L-ONOR.", "JOSEPH DEBONO GRECH staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi segretarju permanenti, diretturi ġenerali, diretturi u assistenti diretturi fid- dekasteru tiegħu li ma ġġeddidilhomx il-kuntratt matul is-snin 2004 u 2005?", "Jista' jgħid min huma u għaliex ma ġġeddidilhomx il-kuntratt?", "Fejn qegħdin jaħdmu", "llum?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Min-naħa tal-ministeru/dipartiment għall- iżvilupp urban u t-toroq m'hemm l-ebda segretarju permanenti, direttur ġenerali jew assistent direttur li ma ġġeddidlux il-kuntratt matul l-2004 u l-2005.", "Min-naħa ta' l-awtorita' dwar it-trasport kien hemm persuna li ma ġġeddidilhiex il-kuntratt, il-Perit Anthony Zammit li fil-preżent qed jaħdem mal-works division, bid-deċiżjoni tittieħdet mill-bord.", "MOBILE PHONES", "17370.", "L-ONOR.", "JOSEPH DEBONO GRECH staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' mobile phones użati mill-membri ta' l-istaff tiegħu u kemm huwa s-ceiling?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: In-numru ta' mobile phones użati mill-membri ta' l-istaff tas-segretarjat tal-ministeru għall-iżvilupp urban u t-toroq huwa ħamsa, b'erbgħa minn dawn skond il-kondizzjonijiet tal-kuntratt, kif jidher mill-guidelines għall-ingaġġar ta' staff fis-segretarjati privati.", "Il- mobile phone l-ieħor jagħmlu użu minnu ż-żewġ xufiera tiegħi u skond il- proċedura, l-awtorizzazzjoni f'każi bħal dawn tingħata minni.", "M'hemm l- ebda ceiling għal dawn il-mobile phones.", "GĦASSA MA' L-IMMIGRANTI", "17371.", "L-ONOR.", "JOSEPH DEBONO GRECH staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 15984 u jgħid jekk hux minnu li hemm ammont ta' suldati mal-klandestini li għandhom il-virus tat-TB mute?", "Jista' jgħid kemm hemm li għandhom dan il- virus u ngħatatx it-tilqima kontra din il-marda qabel ma dawn is-suldati ġew f'riskju minħabba xogħolhom?", "Jista' jgħid x'kura qegħdin jingħataw u x'kumpens se jieħdu?", "F'każ li ma ngħatatx it-tilqima jew ingħatat tard, jista' jgħid x'inhi r-raġuni u jħossx li dan huwa każ serju ta' irresponsabbilta'?", "Jista' jgħid jekk hijiex tingħata din it-tilqima llum lil dawk is-suldati kollha li qegħdin jaħdmu mal-klandestini qabel ma jiġu f'riskju?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-AFM ilha għaddejja fuq programm ta' screening u vaccination għal numru ta' snin.", "Mis-suldati kollha li ġew eżaminati għall- marda tat-TB instab li numru zgħir minnhom huma strongly positive, jiġifieri li b'xi mod għandhom il-mikrobu tat-TB mute.", "Dawn kollha ġew investigati permezz ta' X-ray tas-sider iżda ħadd minnhom ma wera li għandu xi marda infettiva, fis-sens li seta' jgħaddiha lill-ħaddieħor.", "F'dawk il- każi fejn kien medikament indikat dawn ġew offruti trattament preventiv.", "Fost aktar minn 680 suldat li ġew screened, 32 irriżultaw pożittivi u għaldaqstant ġew ittrattati bil-mod imsemmi.", "Tajjeb li wieħed ifakkar li għal dawn l-aħħar 40 sena, tfal Maltin ta' bejn it-12 u t-13 il-sena qed jiġu screened fl-iskejjel u dawk li jirriżultaw negattivi għat-TB, jingħataw il-vaċċin neċessarju illi normalment jipprovdi immunita' għat-tul il-ħajja kollha.", "Għaldaqstant jekk wieħed kellu jserraħ fuq dan l-iscreening ta' l-iskejjel, ħafna mill-membri li hemm tal-forzi armati diġa' għandhom immunita' mit-TB.", "Minkejja dan, xorta waħda qed isir screening fl-armata biex jiġi assigurat li kull min jiġi f'kuntratt mal- mikrobu ta' din il-marda, ikun protett.", "Is-suldati li hemm jaħdmu ma' l-immigranti irregolari kollha ġew riferuti għall-iscreening neċessarju.", "Minbarra dan, kulmin b'xi mod jew ieħor ikun se jiġi detailed fuq xogħol li jkun jirrikjedi kuntatt ma' dawn in-nies, qed isirlu l-screening ukoll u jingħata l-vaċċin meħtieġ jekk jinstab li hu negattiv għat-TB..", "VAKANZI FL-AFM", "17372.", "L-ONOR.", "JOSEPH DEBONO GRECH staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 15988 u jgħid kemm vacancies kien hemm fl-armata matul l-2004 u l-2005 għall-karigi ta' gunner, lance bombardier, bombardier, sergeant, staff sergeant, BSM, RSM, second lieutenant, lieutenant, captain, major, lieutenant colonel, colonel u brigadier?", "Jista' jgħid f'liema sezzjoni kienu l-vakanzi matul l-2004 u l-2005 mir-rank ta' lieutenant 'il fuq?", "Jista' jgħid kemm imtlew minn dawn il-karigi minn uffiċjali li kienu diġa' fis-servizz?", "Jista' jgħid kemm imtlew minn dawn il-karigi minn nies minn barra s-servizz?", "Jista' jgħid kemm karigi ġodda nħolqu matul l-", "2004 u l-2005 minn captain 'il fuq u minn min imtlew?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.", "AFM", "17373.", "L-ONOR.", "JOSEPH DEBONO GRECH staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 15989 u jgħid kemm vacancies kien hemm fl-armata matul l-2002 u l-2003 għall-karigi ta' gunner, lance bombardier, bombardier, sergeant, staff sergeant, BSM, RSM, second lieutenant, lieutenant, captain, major, lieutenant colonel, colonel u brigadier?", "Jista' jgħid f'liema sezzjoni kienu l-vakanzi matul l-2002 u l-2003 ta' lieutenant 'il fuq?", "Jista' jgħid kemm imtlew minn dawn il-karigi minn uffiċjali li kienu diġa' fis-servizz?", "Jista' jgħid kemm imtlew minn dawn il-karigi minn nies minn barra s- servizz?", "Jista' jgħid kemm karigi ġodda nħolqu matul l-2002 u l-2003 minn captain 'il fuq u minn min imtlew?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.", "TA' QALI", "17395.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jikkonferma l-Ministru li l-kumpannija li trid twaqqaf tinda ġganteska f'Ta' Qali applikat u ngħatat il-permessi kollha meħtieġa?", "Jaf li meta titwaqqaf din it-tinda se tkun qed ixxekkel it-tgawdija tal-wesgħat ta' Ta' Qali?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Bħalissa għaddejja konsultazzjoni pubblika dwar il-pjan ta' azzjoni ta' Ta' Qali u deċiżjoni finali tittieħed wara li jintemm dan il-proċess.", "Il-pjan li ħareġ għall-konsultazzjoni pubblika jindika li attività temporanja bħal dik tieħu parti", "minn spazju li llum huwa ddedikat għal parkeġġ pubbliku u bl-ebda mod m'għandu jixxekkel l-ispazju użat mill-pubbliku għal rikreazzjoni informali.", "TA' QALI", "17396.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Minbarra l-park nazzjonali u l-area fejn it-teatru miftuħ, jista' il-Ministru jgħid xi pjani hemm biex jissebbħu l-wesgħat ta' Ta' Qali?", "Hemm il-ħsieb li jinbnew toilets u faċilitajiet oħra biex it-tfal jinġabru f'ambjent aktar nadif u sigur?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: L-estensjoni tal-park ta' Ta' Qali se tkompli din is-sena bl-embellishment tal-parti ta' quddiem l-entratura.", "Hemm pjani anke għar-riabilitazzjoni tar-runway u iktar tħawwil ta' siġar u arbuxelli fil-parti informali ta' Ta' Qali.", "SHORT COURSES MANAGER", "17397.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet għall-post ta' manager short courses fl-universita'?", "Meta se jsiru l-interviews għal dan il-post?", "Kemm saru short courses minn din it-taqsima fl-2005?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-Malta University Services Ltd. irċeviet 19-il applikazzjoni għall-post ta' short courses manager (designate).", "Id-data ta' l-interviews għad trid tiġi stabilita.", "L-MUS organizzat 63 short course fl-2005.", "TAĦT L-INFLUWENZA TAX-XORB", "17398.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid jekk daħlux fis-seħħ il- provvedimenti kif irrapportat fil-media li l-kabinett iddeċieda li dawk taħt is-16-il sena taħt l-influwenza tax-xorb, jiġu mmultati?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jirriferi l- mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "TOUR OPERATORS", "17448.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari 16512 u 17247, jista' il-Ministru jgħid jekk jirriżultalux li xi tour operators barranin din ix- xitwa ddeċidew li għal xi żmien jieqfu jġibu turisti lejn pajjiżna?", "Min huma dawn l-operators?", "Ittieħdu xi passi rimedjali dwar dan?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: F'dawn l-aħħar snin saret prassi illi tour operators, speċjalment dawk mir-Renju Unit, jissospendu l-programm tagħhom għal xi perijodu ta' żmien fix-xitwa.", "Din hija ħaġa normali li ssir u tiġi ppjanata bil-quddiem, ħafna qabel il-bidu ta' l-istaġun, meta l-operatur ikun qiegħed ifassal il-programmi tiegħu.", "Mit-tweġibiet mogħtija lilna mill-operaturi ewlenin fir-Renju Unit jirriżulta illi l-perijodi fejn il-programmi tagħhom twaqqfu għax-xitwa ta' din is-sena, huma bejn wieħed u ieħor l-istess bħal tas-sena l-oħra u ma kienx hemm xi tibdil sostanzjali.", "Madanakollu u minkejja li s-sitwazzjoni ma tinħteġx li jittieħdu passi rimedjali għal ta' l-apposta, l-MTA xorta waħda qed tissokta bil-programm ta' joint marketing activities, bil-għan illi servizzi ta' tour operators barranin lejn Malta jissaħħu.", "Il-programm ta' tour operator support jikkonsisti fost l-oħrajn, f'kampanji ta' marketing u ta' pubbliċità għal Malta li jittellgħu bi sħab bejn l- operaturi u l-awtorità.", "Barra minn hekk, mil-lat ta' promozzjoni u marketing qed isir kull sforz sabiex tissaħħaħ il-pubbliċita' għal Malta, speċjalment f'dawk li huma swieq ewlenin.", "Fil-perijodu tax-xitwa ta' din is-sena, per eżempju, l-ispiża għall-pubbliċita' u l-promozzjoni fir-Renju Unit kienet 'il fuq minn ħames darbiet aktar mill-ispiża għall-istess perijodu tas-sena l-oħra.", "Għal dawk li huma ismijiet ta' kumpanniji speċifiċi, minħabba n-natura kummerċjalment sensittiva ta' l-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant, ma nħossx li tali informazzjoni għandha tingħata, aktar u aktar meta qed tintalab informazzjoni kummerċjali dwar l-istaġun kurrenti.", "SERVIZZ TAL-HELICOPTER", "17449.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 17244, jista' il-Ministru jgħid jum b'jum minn meta bdiet topera, meta ma onoratx l- obbligi tagħha l-kumpannija del Sureste skond il-kuntratt li ffirmat mal- gvern?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: M'għandi xejn xi nżid mat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 17244.", "KUNTRATT TA' XOGĦOL", "17450.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari 17099 u 17243, jista' il-Prim Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-ftehim u l-kuntratt ta' xogħol li persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, għandha mal-ministeru ta' l-edukazzjoni?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Il-persuna li għaliha tirriferi l-mistoqsija parlamentari ġiet detailed biex taħdem fil-ministeru ta' l-edukazzjoni u qed isiru l-arranġamenti neċessarji biex din il-persuna tingħata kuntratt.", "XOGĦOL FIL-MAGĦTAB", "17451.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 17189, jista' il-Ministru jgħid liema xogħol b'kuntratt qed isir fis-sit tal-Magħtab u jagħti lista sħiħa tal-kuntratti u l-ħlasijiet li ħadu l-kunratturi fl- 2005?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Risposta tingħata f'seduta oħra.", "CARE AND REPAIR", "17500.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tara li jittieħdu l-passi neċessarji biex jiġi rranġat saqaf ta' tromba ta' taraġ li jinsab fi stat perikoluż u li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Għaddejt it-talba lid-dipartiment tal-bini u tiswija ta' djar biex jispezzjonaw u jivverifikaw dwarha.", "POST TAL-GVERN", "17501.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid fejn waslet talba ta' inkwilin ta' post tal-gvern li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, biex jibdel ma' post ieħor tal-gvern?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: L-applikazzjoni qed tiġi kkonsidrata flimkien ma' oħrajn simili.", "STATWA TA' SAN LAWRENZ", "17502.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' il-Ministru jgħid fiex jikkonsisti x-xogħol li qed isir fuq l-istatwa ta' San Lawrenz fil-Birgu?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Minn studji li qegħdin isiru fuq l-istatwa u l- pedestal, hemm indikazzjoni li qiegħda ssir ħsara minħabba ċaqliq fl- istruttura nnifisha tal-pedestal.", "Għaldaqstant l-istatwa u l-pedestal qegħdin jiġu mnaddfa minn passati ta' żebgħa biex terġa' tinkixef l- iskultura fina ta' din il-kompożizzjoni sabiex isir monitoraġġ taċ-ċaqliq, bl-istatwa tissewwa bl-inqas intervent possibbli ħalli tiġi mħarsa l- integrita' oriġinali ta' din l-istruttura.", "Dan ix-xogħol inbeda f'April 2005 u għalkemm ġie sospiż diversi drabi minħabba ċirkostanzi mhux normali, hu mistenni li jitlesta fi żmien xahrejn.", "CARE AND REPAIR", "17503.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tara li d-dipartiment tal-bini u tiswija ta' djar jagħmel ispezzjoni ta' fond li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, minħabba li s-soqfa mhumiex f'kondizzjoni tajba?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Għaddejt it-talba lid-dipartiment tal-bini u tiswija ta' djar biex jispezzjonaw u jivverifikaw dwarha.", "AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA", "17504.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid għala persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament u li post fejn toqgħod m'għandhiex, qed tiġi mċaħħda mid-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali milli tiftaħ file?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Ma jirriżultax li l-persuna indikata qatt għamlet jew għandha xi applikazzjoni pendenti mad-dipartiment għall- akkomodazzjoni soċjali.", "AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA", "17505.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid għaliex id-dipartiment għall- akkomodazzjoni soċjali qatt ma approva akkomodazzjoni alternattiva lil single parent b'żewġt itfal, bid-dettalji dwarha jintbagħtu separatament?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: L-applikazzjoni qed tiġi kkonsidrata flimkien m'oħrajn simili.", "ĊENSIMENT NAZZJONALI", "17530.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 17183, jista' il-Prim Ministru jgħid jekk l-uffiċċju nazzjonali ta' l-istatistika hux qed jipprova jidentifika madwar 27,000 persuna b'tagħrif meħtieġ għaċ-ċensiment nazzjonali?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: It-tweġiba għal din il-mistoqsija hi fin-negattiv.", "L-NSO mhux qiegħed jipprova jidentifika 27,000 persuna, imma qiegħed juża diversi reġistri amministrattivi biex jassigura li jkun inqabad kulħadd fiċ- ċensiment.", "Għaldaqstant intbagħtu madwar 26,000 kwestjonarju sabiex ikun aċċertat li kulħadd jinqabad fiċ-ċensiment.", "GĦARGĦAR FIL-GŻIRA", "17531.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 17251, jista' il- Ministru jgħid x'passi se jittieħdu biex il-wied li jinżel ma jibqax joħloq għargħar u problemi oħra f'ċerti nħawi tal-Gżira?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Risposta tingħata f'seduta oħra.", "DFIN", "17568.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għal Għawdex: Tista' il-Ministru tgħid f'Għawdex jekk hemmx xi persuna responsabbli li tara li d- dfin fiċ-ċimiterji jsir skond il-liġi?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: L-awtorita' tas-saħħa hija responsabbli li d-dfin fiċ-ċimiterji jsir skond il-liġi u r-regolamenti eżistenti.", "F'Għawdex din ir-responsabbilta' taqa' taħt is-sezzjoni ta' l-ispettorat tas-saħħa fid- dipartiment tal-customer services tal-ministeru għal Għawdex.", "Il-pulizija hija responsabbli għall-ħruġ tal-permessi ta' dfin.", "Rigward ċimiterji li jaqgħu taħt il-kompetenza ta' l-awtoritajiet ekkleżjastiċi, l-inkarigu jaqa' fuq l-amministrazzjoni tal-parroċċa fejn ikun lokat iċ-ċimiterju.", "Madankollu dawn xorta waħda huma tenuti li josservaw il-liġi u r-regolamenti u dan mingħajr ebda preġudizzju għal kull azzjoni li tista' tittieħed mill-awtorita tas-saħħa fin-nuqqas ta' ħarsien ta' dawn il-liġijiet u regolamenti.", "KONSULENTI TAL-GVERN", "17571.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 16376, 16677 u 17246 u jagħti lista ta' konsulenti jew kumpanniji ta' konsulenti, lokali u barranin, li l-ministeru tiegħu, inkluż l-enti kollha li jaqgħu taħtu, għamel użu minnhom matul is-sena 2005?", "Fiex jikkonsistu s-servizzi li ngħataw u x'kienu l-ħlasijiet?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra tabella 'A' għar-rigward ta' l-uffiċċju tal-prim ministru, waqt li tabella 'B' turi l- istess informazzjoni fil-każ tal-ministeru tal-finanzi.", "GĦASSA TA' L-IMSIDA", "17572.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid meta se jissewwew il- ħsarat strutturali fl-għassa tal-pulizija ta' l-Imsida?", "ONOR.", "TONIO BORG: Il-korp tal-pulizija għaddej b'eżerċizzju sħiħ ta' manutenzjoni f'diversi għases.", "Uħud mix-xogħlijiet li saru s'issa kienu kbar, sa anke kien hemm fejn kważi nbnew mill-ġdid.", "L-għassa ta' l-Imsida hija waħda mill-għases li hemm l-intenzjoni li tiġi rranġata, xogħol li jrid isir mill-membri tal-korp u jsir b'ċertu ritmu.", "Bħalissa l-korp tal-pulizija għadu kemm lesta l-għassa f'Tal-Pieta' u għaddej b'xogħol fuq bini ta' lift ġewwa l-kwartieri ġenerali, kif ukoll bini ta' uffiċċju kbir li għandu jiġbor fih l-interpol, il-europol, is- sirene office u l-iskwadra ta' kontra t-terroriżmu.", "Qed isir ukoll xogħol ta' tindif ta' materjal fil-parti ta' l-ospizio, wara d-depot, kif ukoll fil-garage tal-pulizija fejn se jiġu allokati t- taqsimiet tat-traffiku u l-ALE.", "KORSIJIET FL-IT", "17583.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 17199 u jgħid jekk il-gvern, stante li l-MITTS hi ente governattiva, għandux xi ħsieb li jagħti xi tip ta' għajnuna lil dawk il-ġenituri li uliedhom jattendu korsijiet fis-Swatar training centre, liema korsijiet iwasslu għal diploma, advanced diploma jew B.Sc u dan għaliex min jidħol għall-B.Sc jkollu jħallas medja ta' Lm4,000?", "Jista' il-gvern, bi ftehim mal-ministeru tal-finanzi, jikkonsidra li l-ħlas li jagħtu jinqata'", "mit-taxable income ta' dik is-sena jew li l-istudenti jingħataw l-ismart card bħal sħabhom ta' l-universita' jew xi tip ta' stipendju żgħir biex wieħed jagħmel tajjeb għall-ispejjeż ta' l-ivjaġġar?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ir-regolamenti dwar l-għoti ta' manteniment lill- istudenti ma jkoprux iċ-ċentru msemmi, għalkemm il-proposta ta' l-Onor.", "Membru għandha tiġi kkonsidrata fir-review li jmiss kif diġa' tħabbar.", "TRIQ SIDRA FIS-SWIEQI", "17585.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Jikkonferma l-Ministru li hemm talba quddiem l-ADT biex Triq Sidra fis-Swieqi ssir one-way?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: F'laqgħa li saret mal-kunsill lokali tas-Swieqi fid-9 ta' Novembru, 2005 tali one-way ġiet approvata u għalhekk tista' tiġi implimentata mill-istess kunsill.", "CARE WORKERS", "17591.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid x'se jiġri mill-care workers li jaħdmu fiċ-ċentru soċjali ta' Sta.", "Venera?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Jekk l-Onor.", "Interpellant qed jirriferi għall- care workers impjegati mal-gvern li jaħdmu fl-adult training centre ta' Sta Venera, ninsab informata li qed isiru diskussjonijiet biex bħal fil-każ ta' impjegati oħra tal-gvern f'dawn iċ-ċentri, dawn jiġu deployed mal- fondazzjoni għal servizzi ta' ħarsien soċjali b'dawn il-kondizzjonijiet:", "*Id-dritt li jżommu l-grad sostantiv tagħhom qabel id-deployment;", "*Iżommu d-drittijiet u l-privileggi applikabbli għall-uffiċċju pubbliku tagħhom u dawk tal-classification agreement rispettiv;", "*Fil-każ ta' impjegati pensjonabbli, is-servizz mal-fondazzjoni jkun jgħodd għal skop ta' pensjoni; u", "*Ikollhom kondizzjonijiet mhux anqas favorevoli minn dawk tal-fondazzjoni.", "MANUTENZJONI TA' POST TAL-GVERN", "17592.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 12902 dwar manutenzjoni ta' post tal-gvern, jimporta niġbed l-attenzjoni tal-Ministru li s'issa x-xogħlijiet programmati għadhom ma sarux?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Ix-xogħol meħtieġ fil-każ indikat mill-Onor.", "Interpellant jikkonsisti f'tikħil ta' fili mal-faċċata u nista' nikkonferma li min-naħa tiegħi, dan ix-xogħol jagħmel parti mill-programm ta' xogħlijiet li għandu d-dipartiment tal-bini u tiswija ta' djar.", "Naturalment fil-programm estensiv ta' xogħlijiet u fid-dawl tar-riżorsi disponibbli li għandu, id-dipartiment bilfors irid jagħti priorita' lil xogħlijiet aktar urġenti, partikolarment fejn ikun hemm periklu.", "TRIQ PIETRU SALIBA F'ĦAL-LUQA", "17602.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jgħid meta se ssir Triq Pietru Saliba, f'Ħal-Luqa?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Risposta tingħata f'seduta oħra."]} {"filename": "20051102_312d_par.doc", "date": "2005-11-02", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Uffiċjali u Rivedut) L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 312 L-Erbgħa, 2 ta' Novembru, 2005 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 312 L-Erbgħa, 2 ta' Novembru, 2005", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.02 p.m.", "Talba", "Seduta Nru. 312", "L-Erbgħa, 2 ta' Novembru, 2005", "WERREJ", "MINUTI 518", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 518", "TQEGĦID TA' KARTI 524", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ESTIMI TAD-DĦUL U NFIQ TAL-KORPORAZZJONI GĦAX-XOGĦOL U T-TAĦRIĠ", "GĦAS-SENA 2005-2006 525", "AĠĠORNAMENT 545", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 549", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 311 li saret fl-1 ta' Novembru, 2005 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "QUALITY SERVICE CHARTER", "13854.", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI (f'isem l-Onor.", "Jason Azzopardi) staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm-il quality service charter tnieda s'issa?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi) (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li s'issa ġew imnedija uffiċjalment 56 quality service charters, bil-lista kompluta titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "Tlieta minn dawn iċ-charters ġew miżmuma.", "TIĠDID TA' APPOINTMENTS", "14665.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Charles Mangion) staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm ingħataw jew ġew imġedda appointments ta' permanent secretary, direttur ġenerali, direttur u assistent direttur minn Jannar sa Settembru 2005?", "Lil min ingħataw jew fil-każ ta' min ġew imġedda l-appointments?", "Jista' jgħid jekk hemmx impjegati minn dawk imsemmija hawn fuq li l-kuntratt tagħhom ma ġiex imġedded?", "Min huma u x'inhi r-raġuni li l-kuntratt tagħhom ma ġiex imġedded?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra skeda li turi kemm ingħataw, iġġeddew jew ma ġġeddewx ħatriet ta' segretarju permanenti ewlieni, segretarju permanenti, direttur ġenerali, direttur u assistant direttur għall-perijodu msemmi.", "Dawn il-ħatriet kollha kienu jew għadhom fuq performance agreement li jiskadi awtomatikament wara tliet snin, jew wara ħames snin fil-każ ta' assistenti diretturi.", "Fil-każ ta' segretarji permanenti, il-ħatriet isiru ai termini ta' Artiklu 92 (3) tal-Kostituzzjoni.", "Fil-każ tal- pożizzjonijiet l-oħra, il-ħatriet isiru fuq bażi ta' kompetizzjoni ġdida, bl-aktar kandidat adatt jintgħażel għall-post.", "Ma nħossx li tkun etika li jingħataw dettalji personali ta' kapijiet jew assistenti kapijiet li l-kuntratt tagħhom ma ġġeddedx, anke għax ir- raġunijiet jistgħu jkunu varji - per eżempju, l-individwu ma jkunx laħaq il- livell minnu mistenni jew il-persuna ma tibqax idonea in vista ta' ristrutturar, jew jista' ikun ukoll li ċ-ċirkostanzi mġiegħla mir-riforma jiddeterminaw li jkun hemm tibdiliet fl-istruttura – u f'dan ir-rigward qiegħed ukoll inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra ċirkolari OPM 41/2005 li titfa' dawl fuq il-proċess li għaddej bħalissa.", "TAXXI INTERNI", "15042.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joseph M. Sammut) staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid taħt liema poter jew liġi, id-dipartiment tat-taxxi interni qed jesiġi li ċerta persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, tħallas arretrati ta' taxxa allegatament dovuta għal perijodu li jmur lura oltre 30 sena u għalhekk preskritt?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li d-dispożizzjoni rilevanti tinsab f'artiklu 54 ta' Att II ta' l-2004, li jemenda Artiklu 47 ta' l-Att dwar l- Amministrazzjoni tat-Taxxa.", "Il-liġi minn dejjem tat lill-kummissarju tmien snin biex jiġbor it-taxxa minn meta l-assessment ikun sar finali u konklussiv.", "B'din l-emenda, f'dawk il-każi fejn il-preskrizzjoni setgħet daħlet sa l-aħħar tas-sena 2003, il-kummissarju ngħata sa l-aħħar tas-sena 2005 biex jirrimedja billi jieħu l-azzjoni legali neċessarja.", "UŻU TA' L-INDICATORS", "13882.", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI (f'isem l-Onor.", "Jason Azzopardi) staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm nies tressqu l-qorti talli ma xegħlux l-indicator?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern): Ninsab informat li matul is-sena 2004 ingħataw 1,024 ċitazzjoni mit-taqsima tat-traffiku tal-pulizija dwar nuqqas ta' użu ta' l-indicators, filwaqt li matul din is-sena ngħataw 476.", "XOGĦLIJIET FIL-MARSA", "13883.", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI (f'isem l-Onor.", "Jason Azzopardi) staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' il-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol fil-Marsa wara s-sejba ta' fdalijiet ta' port Ruman?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura): Jien informat illi wara li saru l-investigazzjonijiet arkeoloġiċi mis- sovrintendenza tal-patrimonju kulturali, id-dipartiment tax-xogħlijiet ħejja pjanti ġodda għall-proġett sabiex dan ikun jista' isir mingħajr ma jkollu impatt negattiv fuq il-wirt arkeoloġiku tal-post u x-xogħol fuq il- proġett reġa' nbeda skond il-pjanti ġodda, taħt is-superviżjoni ta' esperti fil-qasam ta' l-arkeoloġija.", "Ix-xogħol komplessiv huwa ta' 280 metru tul ta' twessigħ, inkluż fergħa ġdida bi 12-il metru wisa', bi żvog addizzjonali f'Xatt il-Mollijiet.", "Minn dan ix-xogħol diġa' nbeda x-xogħol fuq medda ta' 110 metri u saret ukoll trinka ta' madwar 60 metru, fejn għadu qed isir recording arkeoloġiku bl- iskop li jintlaħaq ftehim fuq ix-xogħol tal-kumplament tal-kanal, jiġifieri fuq 170 metru ieħor.", "XOGĦLIJIET FIL-MARSA", "13884.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' il-Ministru jgħid fiex jikkonsisti l-arranġament milħuq sabiex jiġu preservati fdalijiet importanti ta' port Ruman fil- Marsa?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Jien informat li s-sovrintendenza tal-patrimonju kulturali u d-diviżjoni tax-xogħlijiet għamlu arranġamenti sabiex il- koperattiva arkeoloġika tingħata xogħol biex jitpinġew sezzjonijiet li jirrappreżentaw l-iskavi fejn jinstabu fdalijiet arkeoloġiċi.", "Saru wkoll arranġamenti sabiex il-fond ta' dan il-kanal il-ġdid, ma jinżilx 'l isfel iktar mill-wiċċ ta' dak fejn jinsabu l-fdalijiet arkeoloġiċi u hekk l-istruttura ta' l-istess kanal tkun tista' tiżżarma biex ma tipprekludix li jitkomplu studji fil-futur fuq dan is-sit.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Azzopardi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JASON AZZOPARDI: Ġaladarba jkunu tlestew l-iskavi, possibbli li parti mill-port Ruman tkun koperta b'xi tip ta' ħġieġa ħoxna biex wieħed ikun jista' jara l-fdalijiet?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Sur President, ħalli nispjega x'inhu jsir.", "Fil- Marsa, fejn kien jiżvoga d-drenaġġ, hemm watercourse wiesa' madwar tmien metri.", "Dan il-kanal ġie mwessa' għal 12-il metru min-naħa li tagħti għal Triq Aldo Moro, bil-għan li nevitaw il-bottlenecks aktar ma nersqu lejn ix- xatt.", "Imbagħad meta taqbeż Triq Aldo Moro u tmur fuq in-naħa l-oħra, issib il-kanal l-antik b'wisa' ta' tmien metri.", "Issa fejn hemm dak il-kanal eżistenti ta' tmien metri ma tistax twessa' fuq ix-xellug għar-raġuni li hemmhekk ħerġin il-cables tal-power station tal- Marsa.", "L-alternattiva hi li l-kanal ikollu jitwessa' fuq in-naħa l-oħra, fejn l-iskola ta' San Ġużepp, li llum qiegħda tilqa' fiha l-immigranti irregolari.", "Fuq dik in-naħa qed issir cross-section ta' madwar 20 metru kwadru biex nagħmlu watercourse ġdida.", "Din ma tistax tiġi eżatt ma' l-oħra u tibqa' sejra sal-baħar għax fejn hemm dak il-kanal ta' tmien metri wisa' li jibqa' sejjer lejn il-baħar, proprju max-xatt tal-Marsa, hemm binja li hija skedata - din il-binja fl-antik kienet tintuża għat-tramm - u allura kellna nduru magħha bħal furketta, niskapulawha u nerġgħu niġu fil-menqa tal-Marsa.", "Allura hemmhekk se toħroġ watercourse bi cross-section ta' iżjed minn 20 metru kwadru u peress li din il-watercourse għandha din il-kamra antika quddiemha, trid tiftaħ forma ta' furketta b'żewġ ponot u toħroġ għal ġol- menqa tal-Marsa.", "Is-suġġeriment ta' l-Onor.", "Azzopardi ma jistax jintlaqa' għax hemmhekk instab ħajt taħt il-livell ta' l-ilma baħar u allura ovvjament il-livell tal-wiċċ trid tiskapulah u tgħaddi by gravity, ħalli l- ilma jkollu dak il-flow naturali u jmur għal ġol-baħar.", "Għal dan il-għan sar survey biex naraw il-livell tal-ħajt safejn jasal u dan sar b'arranġament bejn il-patrimonju kulturali u l-works department ħalli l-pjanti jiġu modifikati b'tali mod li dawn il-ħitan ma jintmessewx.", "Jiġifieri kellna nwessgħu iżjed u kellna nirranġaw dak li ngħidulu l-invert level b'tali mod li dan il-ħajt ma nagħmlux impatt negattiv fuqu.", "Allura m'huwiex il-każ li nagħmlu xi tip ta' ħġieġa kif qed jissuġġerixxi l-Onor.", "Azzopardi.", "Naturalment f'postijiet li jkunu dry tista' timxi b'dan il-mod li qed jgħid il-ħabib tiegħi, imma mhux meta għandek flow ta' ilma kontinwu.", "Hawnhekk ta' min ifakkar li għalkemm f'pajjiżna m'għandniex high tide, xorta waħda dan it-tide dejjem ikun ta' madwar żewġ piedi u allura jitlagħlek mhux ħażin.", "Għal dan il-għan kulma qed nagħmlu hu li ngħaddu preċiż ma' dawn il-ħitan, mingħajr ma mmissuhom, bil-qiegħ tal-kanal jinħadem b'mod li l-partijiet li se jintużaw ikunu jistgħu jinqalgħu.", "Dan qed isir biex jekk għada pitgħada jkunu jridu jsiru iżjed studji fuq dan is- sit arkeoloġiku, ikunu jistgħu jinqalgħu l-partijiet tal-qiegħ ta' dan l- istess kanal, Sur President.", "TRIBUNAL GĦAL TALBIET ŻGĦAR", "13887.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm daħlu kawżi ġodda fit-tribunal għal talbiet żgħar?", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI (Segretarju Parlamentari) (f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern): Ninsab informat illi t- tagħrif mitlub dwar kawżi ġodda quddiem it-tribunal għal talbiet żgħar sal- 31 ta' Awissu, 2005 hu kif ġej:", "|Sena | 2004 | 2005| |Malta |2,399 |1,699| |Għawdex| 109| | | | |87 |", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Azzopardi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JASON AZZOPARDI: Sur President, f'dawk il-kawżi fejn is-sorte tkun taħt il-Lm250, min jirbaħ il-kawża ma jkunx jista' jirrikava l-ispejjeż mingħand il-parti li tkun tilfet il-kawża.", "Is-Segretarju Parlamentari jaqbel miegħi li din hija anomalija u anke fiha element ta' inġustizzja?", "Ngħid sew jekk ngħid li hemm il-ħsieb li tiġi rettifikata?", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Sur President, dan il-punt tqajjem diversi drabi mill-Onor.", "Interpellant u forsi ta' min wieħed jistudjah.", "Hawnhekk qed ngħidu jekk hux il-każ li f'kawżi li ma jkunux jaqbżu l-Lm250 u li jkunu dehru quddiem it-tribunal għal talbiet żgħar, fis-sentenza tiegħu ċ-chairman għandux ukoll jgħid min għandu jħallas l-ispejjeż involuti.", "Ovvjament dan il-punt illum għandu iktar u iktar validita' meta wieħed jikkonsidra illi bil-proċedura l-ġdida li għamilna ta' l-ittra uffiċjali esekuttiva għal dawk il-każi fejn id-debiti huma taħt il-Lm5,000, allura hemmhekk diġa' għandek il-possibbilta' li tiġbor flusek.", "Allura dan jissoda iktar l-argument ta' l-Onor.", "Interpellant, Sur President.", "Nassigurah li qed nagħtu attenzjoni partikolari għaliha din u qegħdin nistudjaw ukoll rimedji kompletament differenti bħal, per eżempju, dak li jista' joffri ċ-ċentru ta' medjazzjoni jew dak li jista' joffri ċ-ċentru ta' arbitraġġ.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Azzopardi.", "ONOR.", "JASON AZZOPARDI: Is-Segretarju Parlamentari jaqbel miegħi li ċ- ċifra mogħtija għal kawżi li daħlu ġodda quddiem it-tribunal għal talbiet żgħar, turi li r-riforma li għamel il-gvern is-sena l-oħra fil-kompetenzi qed tagħti l-frott?", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Dawn iċ-ċifri li tajt ma jagħtux l-istampa sħiħa għax filwaqt li meta tiġi biex tipparaguna l-volum ta' kawżi li daħlu sal-31 ta' Awissu ta' din is-sena ma' dak li daħal is-sena l-oħra fl-istess perijodu ssib li kellna żieda ta' 8%, s'issa għad m'għandniex indikazzjoni kif l-ittra uffiċjali esekuttiva affettwat id-dħul tal-kawżi fit-tribunal għal talbiet żgħar, Sur President.", "Li nista' ngħid hu li sa l-1 ta' Novembru kienu ġew reġistrati 850 ittra uffiċjali esekuttiva u dawn naqqsu drastikament il-kawżi li jsiru fit- tribunal għal talbiet żgħar.", "Jiġifieri filwaqt li fit-tribunal għal talbiet żgħar kienu jsiru bejn wieħed u ieħor minn 160 sa 200 kawża fix- xahar, dawn issa naqsu għal bejn 60 u 80 kawża kull xahar.", "Pero' meta inti tgħaqqad il-kawżi ta' tliet xhur u tara l-ittri uffiċjali li saru, issib li n-numru ta' persuni li ġew il-qorti jitolbu rimedju żdied u mhux naqas.", "Għax għandek 850 persuna li wżaw din l-ittra uffiċjali u barra minn hekk għandek madwar 240 persuna oħra li għamlu użu mit-tribunal għal talbiet żgħar.", "Ovvjament, kif anke ddikjarajt meta konna qed niddiskutu l-abbozz in kwestjoni, din is-sena żgur se naraw tnaqqis bħala ċifra ta' kawżi għar- rigward tat-tribunal għal talbiet żgħar mill-1 ta' Settembru 'l isfel, pero' imbagħad is-sena li ġejja terġa' tistabilixxi ruħha s-sitwazzjoni.", "Dan qegħdin ngħiduh għax mit-850 ittra uffiċjali li saru s'issa daħlu biss 40 nota ta' oġġezzjoni - jiġifieri minn 850 hemm 40 ruħ biss li qed joġġezzjonaw għat-talba li saritilhom – u rridu naraw is-sena li ġejja kemm minn dawn l-ittri uffiċjali mbagħad jimmaterjalizzaw ruħhom f'kawża.", "Jidher pero' li b'mod ġenerali hija pożittiva ħafna u fil-każ ta' l- operaturi legali u n-nies involuti fil-kummerċ, speċjalment dawk involuti fi small and medium enterprises, ir-risposta hija pożittiva ħafna.", "Nispera li fil-bidu tas-sena li ġejja nagħmlu wkoll numru ta' laqgħat ma' dawk imsieħba fil-kamra tal-kummerċ u l-GRTU, sabiex nagħtu iktar informazzjoni u hekk persuni fin-negozju li jkollhom jieħdu ammonti żgħar, jifhmu aħjar kemm illum għandhom rimedji verament avvanzati, fis-sens li flok wieħed jottjeni sentenza mill-qorti f'disa' xhur, b'dawn it-tip ta' kawżi jkun qed jottjeni sentenza fi żmien xahrejn jew tlieta.", "PRIM'AWLA TAL-QORTI ĊIVILI", "13888.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kawżi ġodda daħlu fil-Prim'Awla tal-Qorti Ċivili?", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI (f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern): Ninsab informat illi s-sena l-oħra ġew introdotti 1,122 kawża ġdida fil-Prim'Awla tal-Qorti Ċivili (Malta), filwaqt illi mill- 1 ta' Jannar sal-31 ta' Awissu, 2005 daħlu 879 kawża ġdida fl-istess qorti.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Azzopardi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JASON AZZOPARDI: Is-Segretarju Parlamentari jaqbel li kuntrarjament għal dak li sa ftit tax-xhur ilu kienu jgħidu xi wħud, anke f'din il-Kamra, it-tariffi li l-gvern introduċa aktar kmieni din is-sena ma rriżultawx f'inqas kawżi ppreżentati fil-qorti?", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Iva, dan nikkonfermah.", "Fil-fatt din l- istatistika turi li qabel ma saru l-modifiki fejn fuq numru ta' kategoriji soċjali ta' kawżi tnaqqset it-tariffa, kellek diġa' żieda ta' 20%.", "Issa ma' din wieħed irid iżid illi mill-1 ta' Awissu ta' din is-sena, il-kawżi kollha marbuta mal-proprjeta' qed isiru fil-Prim'Awla tal-Qorti Ċivili.", "Għalhekk nikkalkulaw li bejn 100 sa 200 kawża li kienu jsiru kull sena fuq proprjeta' quddiem il-Qorti tal-Maġistrati, issa se jsiru fil-Prim'Awla tal- Qorti Ċivili.", "Barra minn hekk, ta' min jgħid ukoll li llum t-tariffa f'kawżi għal tibdiliet fiċ-ċertifikati tat-twelid, tal-mewt jew taż-żwieġ, hija ridotta ħafna.", "Fejn qabel wieħed ried iħallas Lm75 skond dik it-tariffa li kienet ukoll ridotta fuq affarijiet oħra, illum din naqqasniha għal Lm10.", "Allura żgur li sa l-aħħar tas-sena nipprevedu li se jkun hemm żieda ta' kawżi f'din id-direzzjoni.", "QORTI TAL-MAĠISTRATI", "13889.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kawżi ġodda daħlu fil-Qorti tal-Maġistrati (Malta)?", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI (f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern): Ninsab informat li fis-sena 2004 fil-Qorti tal- Maġistrati (Malta) daħlu 710 kawża ġdida filwaqt li fis-sena 2005 daħlu 476 kawża ġdida.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Azzopardi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JASON AZZOPARDI: Jista' is-Segretarju Parlamentari jgħid x'inhu l- ħsieb tal-gvern fejn jidħlu kawżi ta' spoll li jagħtu lok għal kawżi ċivili u kriminali u jekk dawn għandhomx ikunu amalgamati jew le?", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Kif hemm fil-white paper \"Lejn Ġustizzja Aħjar u Eħfef\", il-gvern qed jipproponi li jibdel is-sistema ta' kif isiru l-kawżi ta' spoll.", "Bil-proposta tal-gvern, il-kawżi ta' spoll isiru kollha quddiem il-Qorti Kriminali, b'din il-qorti tiddeċiedi l-punti ċivili u l- punti kriminali.", "Dan sabiex persuna li tkun ħadet il-liġi b'idejha, tinġieb għall-ġustizzja malajr u ma jkollhiex il-pjaċir tad-dewmien ta' ċerti tipi ta' toroq li wieħed isib fil-qorti.", "Dan ifisser li fejn qabel kawża ta' spoll kienet tieħu numru ta' snin – spoll jiġifieri li wieħed jaqbad u jieħu fil-pussess tiegħu fiżiku xi ħaġa li qiegħda f'idejn ħaddieħor - issa din se tmur mill-ewwel quddiem il-Qorti Kriminali.", "Dwar dan irċevejna numru ta' suġġerimenti mingħand diversi persuni u dawn qegħdin nanalizzawhom.", "Nisperaw li lejn l-aħħar ta' din is- sena u l-bidu tas-sena li ġejja, inkunu ppreparajna abbozz ta' liġi li jipproponi rimedju ġdid li permezz tiegħu nimxu pass ieħor 'il quddiem.", "Li qegħdin ngħidu wkoll - u nispera li nattwawh - hu li nagħmlu qorti b'sezzjoni speċjali għar-rigward ta' proprjeta' u anke għar-rigward ta' kwestjonijiet li jqumu mill-wirt.", "B'hekk ikollna qorti speċjalizzata bħalma għandna bil-qorti tal-familja u allura flok dawn it-tip ta' kawżi jmorru quddiem il-Prim'Awla tal-Qorti Ċivili, nikkonċentrawhom quddiem imħallef wieħed jew tnejn, jiddependi minn kemm ikun hemm kawżi ta' dan it- tip.", "Dan qed nagħmluh għax huwa fatt magħruf li ħafna drabi l-iktar kawżi li jdumu l-qorti huma dawk marbutin mal-proprjeta', għalkemm ovvjament mhijiex regola li tgħodd għal kull każ.", "ĊENTRU TA' TAĦRIĠ TAS-SWATAR", "14983.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid jekk studenti li jattendu ċ-ċentru ta' taħriġ tas-Swatar humiex intitolati għall-istipendju?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-liġi ma tipprovdix stipendju għal studenti li jattendu ċ-ċentru ta' taħriġ tas-Swatar.", "TURISTI F'GĦAWDEX", "15073.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid kemm turisti qagħdu f'akkomodazzjoni ġewwa Għawdex bejn Jannar u Settembru 2003, bejn Jannar u Settembru 2004 u bejn Jannar u Settembru 2005?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (f'isem il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura): Ninsab informat li n-numru ta' turisti li akkomodaw ruħhom f'Għawdex bejn Jannar u Settembru 2004, dejjem skond l-istatistika ppubblikata mill-NSO, kien ta' 36,560 waqt li ċ-ċifra għall-istess perjodu fl-2005 telgħet għal 47,620.", "Din it-tip ta' statistika bdiet tinġabar mill-NSO minn Mejju 2004 u għaldaqstant ma jistgħux jingħataw ċifri għall-perijodu ta' bejn Jannar u Settembru 2003.", "BINI FIX-XAGĦRA", "15074.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid xi studji ta' impatt ambjentali saru qabel inħarġu l-permessi biex ikunu jistgħu jinbnew vilel ħdejn Ulysses Lodge li jħarsu għal fuq ir-Ramla l-Ħamra?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent): Ninsab informat li fir-rigward ta' l-applikazzjoni 5138/02 - redevelopment of an existing fully licensed commercial complex at Triq Għajn Qamar, Xagħra Għawdex - saru dawn l-istudji kif jidher hawn taħt:", "- Ġeoloġija, ġeomorfoloġija, ilma tal-pjan u idroloġija;", "- Analisi ta' l-istabilità ta' l-art;", "- Studju ġeotekniku tal-foundations; - Arkeoloġija u wirt kulturali; u", "- Ekoloġija.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Bartolo, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Jiġifieri l-Ministru qed jikkonferma li dak il- post sabiħ li jħares għal fuq ir-Ramla l-Ħamra u li kien diġa' beda jitħassar meta ngħata permess għal żewġ binjiet, issa se jservi għal proġett enormi ta' xi 21 villa?", "Possibbli wasalna f'dan l-istat ta' ġenn li nħassru din il-parti sabiħa t'Għawdex?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Fl-interpellanza li tidher fuq l-order paper, l-Onor.", "Membru qed jistaqsi xi studji ta' impatt ambjentali saru qabel ma nħarġu l- permessi biex ikunu jistgħu jinbnew vilel li jħarsu għal fuq ir-Ramla l- Ħamra.", "Issa hawnhekk qed jingħata rendikont ta' l-istudji li saru, Sur President.", "Naturalment m'hemm xejn xi jżommni milli napplika biex nibni area sħiħa fuq Dingli Cliffs, basta nissottometti l-pjanti lill-MEPA u l-awtorita' min- naħa tagħha dawn tanalizzahom u tagħmel l-istudji li għandha bżonn tagħmel.", "Issa r-risposta għall-interpellanza li saret u li jien għadni kemm qrajt tagħti lista ta' studji li saru.", "L-istess, jista' jiġi bniedem u jgħid li l-pjazza ta' l-Imdina hija tiegħu u dan ifettillu imur jitfa' applikazzjoni biex itella' skyscraper f'nofs il-pjazza.", "Ovvjament is-submissions isiru, pero' imbagħad sta għall- MEPA kif se tirreaġixxi.", "F'dan il-każ ġara l-istess u fir-risposta qed jingħad x'inhuma l-istudji li ġew ikkummissjonati.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-Mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti u nsejjaħ lill-Ministru Louis Galea.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tabella li turi l-għadd ta' persuni jirreġistraw għax-xogħol, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 15179.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Ninu Zammit.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Sur President, f'isem il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura nqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tabella li turi n-nefqa li saret mill-Kunsill Malti għall-Kultura u l- Arti fuq is-summer arts festival 2005, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 15098;", "f'isem il-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l- Informazzjoni nqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar l-għadd ta' ħaddiema barranin fit-tarzna bejn Jannar u Ottubru 2005, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 15177; u", "Kopja ta' dokument maħruġ mill-ministeru għall-investiment, industrija u teknoloġija ta' l-informazzjoni intitolat \"Guidelines on Corporate Environmental Policy\", bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 15203; u", "f'isem il-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Rapport Annwali u financial statements ta' l-Awtorita` dwar it- Trasport ta' Malta għas-sena li għalqet fit-30 ta' Settembru 2005;", "Estimi tad-dħul u nfiq ta' l-Awtorita` dwar it-Trasport ta' Malta għas- sena 2005-2006; u", "Kopja ta' l-iskeda bil-ħinijiet tat-tluq tar-rotta bejn Wied il-Għajn, Ħaż-Żabbar u l-Universita` f'Tal-Qroqq, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 15101.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Dolores Cristina.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA (Ministru tal-Familja u Solidarjeta` Soċjali): Sur President, f'isem il-Ministru għal Għawdex inqiegħed fuq il-mejda tal- Kamra:", "Tagħrif dwar għajnuna finanzjarja li ngħatat mill-gvern għal attivitajiet u skambji taż-żgħażagħ bejn l-1999 u l-2005, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 15188.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ESTIMI TAD-DĦUL U NFIQ", "TAL-KORPORAZZJONI", "GĦAX-XOGĦOL U T-TAĦRIĠ", "GĦAS-SENA 2005 - 2006", "(Ikompli mill-1 ta' Novembru 2005)", "MR SPEAKER: Aktar rimarki?", "Il-Ministru Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għall-Kompetittivita` u Komunikazzjoni): Sur President, jien se nipprova ngħaddi ftit kummenti dwar l-estimi tal- Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ u filwaqt li se nitkellem dwar xi wħud mill-punti msemmija f'dan l-istess rapport annwali tal-korporazzjoni, se nipprova npoġġi wkoll l-istess rapport f'perspettiva ftit aktar wiesgħa.", "Se nitkellem ukoll dwar id-diversi targets li kienu mqiegħda għad- diskussjoni aktar kmieni matul din il-ġimgħa meta sar id-diskors tal-budget għas-sena d-dieħla.", "Ilkoll kemm aħna nafu li x-xogħol u t-taħriġ huma l-qofol tal-politika tal- gvern preżenti, huma l-fulcrum li fuqu jrid jaħdem u qiegħed jaħdem il- gvern preżenti sabiex jiggarantixxi li aktar ma jgħaddi ż-żmien, aktar ikun hemm persuni f'pajjiżna li jkunu qegħdin jikkontribwixxu għall-ġid ekonomiku ta' pajjiżna.", "Għalhekk irridu naraw li dawk kollha li jaħdmu jkollhom aktar taħriġ u preparazzjoni għal dik li hija d-dinja tax-xogħol.", "B'hekk kull wieħed minna jkun qiegħed f'qagħda aħjar li x-xogħol li jagħmel, iwettqu aħjar u jkollu wkoll livell ta' xogħol aktar avvanzat.", "Fl- istess ħin ma rridux nitilfu d-direzzjoni sabiex ikun hemm ukoll varjeta` ta' impjiegi, dejjem skond il-kapaċitajiet individwali ta' kull wieħed u waħda minna.", "Sur President, il-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ qiegħda tipprova tindirizza mhux biss il-ħteġijiet ekonomiċi tal-pajjiż iżda qiegħda wkoll tindirizza l-ħteġijiet individwali ta' diversi persuni.", "Nafu li l- kapaċitajiet individwali huma differenti minn wieħed għall-ieħor u allura rridu nassiguraw li mhux biss inħarsu lejn il-ħteġijiet ta' dawk li forsi huma aktar ippreparati minn oħrajn, imma rridu nipprovaw nindirizzaw il- ħteġijiet ta' kulħadd.", "Fl-opinjoni tiegħi, l-ETC qiegħda tipprova tagħmel dan l-impenn u naħseb li b'ċertu suċċess qiegħed jirnexxielha tindirizza wkoll id-diffikultajiet u l- isfidi differenti li jinħolqu mill-kapaċitajiet individwali ta' kull wieħed u waħda minna.", "Fil-fatt matul il-ħidma tagħha tas-sena li għaddiet kienet qiegħda tipprova kontinwament tindirizza din is-sitwazzjoni u dan nistgħu narawh mir-rapport annwali tagħha.", "Naturalment ma nistgħux naħarbu mill- funzjoni ta' din il-korporazzjoni mingħajr ma nħarsu wkoll lejn perspettivi aktar wiesgħa ta' pajjiżna.", "Sur President, nafu li l-gvern poġġa diversi affarijiet fiċ-ċentru tal- ħidma tiegħu pero` l-impjiegi, l-edukazzjoni u l-ambjent huma l-fulcrum prinċipali li fuqhom qed jaħdem.", "Għalhekk il-Korporazzjoni għax-Xogħol u t- Taħriġ attwalment għandha funzjoni aktar importanti minn qatt qabel sabiex tkompli tippreparana għad-dinja tax-xogħol.", "Għandha l-funzjoni li tkompli tibni fuq dawk il-pedamenti li jkunu diġa` nbdew fil-qasam edukattiv.", "Pero` fuq il-qasam ta' l-edukazzjoni diġa` tkellem il-ministru konċernat u wisq probabbli jerġa' jagħmel aċċenn għalih fil-konklużjoni tiegħu.", "Irridu naraw li l-ETC tkun f'qagħda li tara li l-possibbilitajiet ta' impjieg għal dawk il-persuni li qed ifittxu x-xogħol għall-ewwel darba, jiġifieri dawk minn 16-il sena 'l fuq, kif ukoll dawk il-persuni li qegħdin ifittxu x-xogħol wara li komplew l-istudji tagħhom, ikomplu jikbru.", "Naturalment l-istess korporazzjoni għandha wkoll id-dover li mhux sempliċement tara li l-bniedem ikun ippreparat għall-impjieg fl-ewwel ġurnata tiegħu, pero` jekk kemm-il darba jkun hemm sitwazzjonijiet fejn għal xi raġuni jew oħra dak li jkun jitlef l-impjieg tiegħu, l-ETC għandu jkollha – kif fil-fatt diġa` għandha - diversi inizjattivi sabiex tagħti taħriġ neċessarju ta' retraining.", "B'dan il-mod min jitlef l-impjieg jipprepara ruħu għal impjiegi ġodda.", "Naturalment ma nistgħux nitkellmu dwar l-estimi tal-Korporazzjoni għax- Xogħol u t-Taħriġ mingħajr ma npoġġu wkoll l-estimi tagħha f'diversi realtajiet li bħalissa għandna f'pajjiżna.", "Ladarba qegħdin nitkellmu dwar l-estimi ta' l-ETC rrid ngħid li ġew imħabbra diversi inizjattivi mill-prim ministru fid-diskors tiegħu tal-budget.", "Dawn l-inizjattivi se jkomplu jibnu fuq punti oħra li kienu diġa` msemmija fix-xhur li għaddew u li konna qegħdin naħdmu fuqhom bħala gvern.", "Xi ħaġa li qed niftakar bħalissa hija li l-ETC trid tkun f'qagħda li taħdem u tipprepara lilha nnifisha skond il- ħteġijiet li kienu qed jiġu mfassla fin-national reform programme.", "Sur President, nafu li Malta bħala wieħed mill-pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropea, matul il-ġimgħat li għaddew kienet qiegħda tipprepara programm ta' inizjattivi li fuqhom riedet taħdem bejn din is-sena u s-sena 2008.", "Illum fil-fatt kien hemm il-launching uffiċjali fil-ministeru għall- kompetittivita` u l-komunikazzjoni ta' l-aħħar verżjoni tan-national reform programme għal pajjiżna.", "In-national reform programme huwa dokument li qiegħed jibbaża fuq ħames punti prinċipali, jiġifieri s-sostenibilita` tal- finanzi pubbliċi, il-kompetittivita`, l-impjiegi, l-edukazzjoni u t-taħriġ kif ukoll l-ambjent.", "Pero` jien nixtieq nenfasizza wkoll fuq numru ta' punti li joħorġu mill-istess dokument, punti li aktar minn ħaġa oħra huma marbutin ma' l-employment u ma' l-edukazzjoni u t-taħriġ.", "M'għandix dubju li pajjiż ma jistax javvanza 'l quddiem biżżejjed jekk kemm- il darba ma jkunx hemm preparazzjoni adegwata għall-impjiegi f'dak li huwa edukazzjoni u taħriġ.", "Allura kif kien diġa` propost fid-draft li kien ippubblikat aktar kmieni, il-gvern qiegħed jagħmel enfasi partikolari fuq it-taħriġ fil-preparazzjoni għad-dinja tax-xogħol u għall-edukazzjoni f'diversi livelli oħra.", "Dan l-istess dokument qiegħed jara li l-punti marbuta ma' l-edukazzjoni u mat-taħriġ ikunu qegħdin jingħataw riferenza prinċipali u jkunu l-qofol tal-ħidma tal-gvern għal dawn it-tliet snin li ġejjin.", "Hawnhekk ikun tajjeb li wieħed ifakkar li n-national reform programme, il- pre-budget document kif ukoll dokument ieħor, li għad irid jiġi ppubblikat u li jitkellem dwar il-mod ta' kif Malta qiegħda tonfoq il-fondi li jiġu mill-Unjoni Ewropea, huma tliet dokumenti li wieħed irid iħares lejhom flimkien.", "Fil-fatt dawn jagħtu indikazzjoni ta' l-impenn tal-gvern ħalli jiġi assigurat li l-ewwelnett, l-akbar numru ta' persuni possibbli jkunu qegħdin jaħdmu u li dawn ikunu qegħdin jaħdmu f'xogħol produttiv u li jirrendi kemm għalihom kif ukoll għall-ekonomija tal-pajjiż.", "Sur President, naħseb li kulħadd sema' bil-kelma tant popolari tal- kompetittivita`, mhux biss f'pajjiżna imma wkoll fl-Unjoni Ewropea.", "Għalhekk irid ikollna aktar kuxjenza dwar il-kompetittivita` f'dak kollu li nagħmlu u rridu niggarantixxu li jkun hemm il-preparazzjoni neċessarja għaliha.", "Għal dan il-għan ma nistgħux naqilgħu lill-Korporazzjoni għax- Xogħol u t-Taħriġ mill-kumplament tal-ħidma tal-gvern anzi rridu niggarantixxu li l-ħidma li tagħmel ikollha għeruq sodi fil-kumplament tal- politika tal-gvern tal-ġurnata u permezz ta' dan kollu rridu niggarantixxu li jkun hemm parteċipazzjoni qawwija.", "Għaldaqstant in-national reform programme qiegħed jikkonċentra b'mod qawwi fuq l-analisi li għamlet l-ETC u fuq realtajiet Ii għamel ukoll riferenza għalihom l-Onor.", "Louis Galea meta kien qiegħed jagħmel l-introduzzjoni tiegħu l-bieraħ filgħaxija.", "Il-bieraħ smajna lill-Onor.", "Galea jgħidilna li f'pajjiżna għandna 54% tal-popolazzjoni li qiegħda tipparteċipa fid-dinja tax-xogħol u allura hemm bżonn li din ir-rata nkomplu ngħolluha.", "Irridu nkomplu niggarantixxu li aktar u aktar persuni jitħajru joħorġu jaħdmu, isibu impjieg u jrendu xi ħaġa għall-ekonomija ta' pajjiżna.", "F'dan ir-rigward diġa` kienet iċċarata l-pożizzjoni tagħna.", "Għalkemm globalment, on average, għandna 54% tal-poplu Malti li qiegħed jagħti s- sehem tiegħu għad-dinja tax-xogħol, u li dan huwa fost l-aktar persentaġġ baxx fost il-membri ta' l-Unjoni Ewropea, wieħed irid jgħid ukoll li mbagħad, in-numru ta' irġiel li jaħdmu f'pajjiżna jlaħħaq għal madwar 74%.", "Għalhekk min-naħa għandna l-average ta' impjiegi li qiegħed fost l-aħħar nett tal-klassifika mentri l-persentaġġ ta' irġiel li jaħdmu f'pajjiżna huwa fost l-ogħla li hemm fil-pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropea.", "Allura bir-raġun kollu aħna qegħdin nipprovaw inħejju diversi inizjattivi fil- budget u fl-estimi tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ sabiex inkomplu nipprovaw inħajru numru akbar ta' nisa li jagħtu s-sehem dirett tagħhom lejn il-ħidma ekonomika ta' pajjiżna.", "Issa hawnhekk ħadd m'għandu jimmiżinterpreta dan li qed ngħid b'tali mod li aħna qisu qed ngħidu li n-nisa f'pajjiżna m'għandhomx ammont qawwi ta' xogħol, anzi bil-kontra.", "Aħna nafu li n-nisa, f'diversi kategoriji tal- ħajja, jagħmlu xogħol importanti ħafna.", "Madankollu hemm bżonn li l-ammont ta' nisa li jaħdmu fil-ħajja ekonomika jiżdied aktar minn dak li hu llum.", "Għalhekk id-diversi inizjattivi li ssemmew, fosthom iċ-childcare centres u inizjattivi oħra, għandhom jiggarantixxu li l-mara terġa' tirritorna fid- dinja tax-xogħol mingħajr ma jkollha ħafna xkiel.", "Sur President, fin-national reform programme li semmejt aktar qabel insibu 54 inizjattiva b'kollox, li aktar min-nofshom huma indirizzati lejn il- qasam ta' l-impjiegi, l-edukazzjoni u t-taħriġ.", "Dan qed nagħmluh proprju għaliex irridu niggarantixxu li nilħqu dawk it-targets li nkunu ssettjajna għalina nfusna.", "Ma rridux ninsew li s-suċċess f'dak li nkunu wettaqna se jkun qiegħed jiġi mkejjel ukoll mill-Unjoni Ewropea.", "Fil-fatt hemm il- ħtieġa li fil-bidu ta' kull sena, ikun hemm analisi ta' dawk it-targets li pajjiżna jkun issettja.", "Per eżempju, aktar minn darba kien hemm indikazzjoni, minn diversi għaqdiet f'pajjiżna, – fosthom dawn hemm il- constitutional bodies u anke l-oppożizzjoni - dwar x'inhu s-sehem ta' pajjiżna f'dik li hija riċerka u innovazzjoni.", "Filwaqt li l-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ sal-lum għadha ma ndirizzatx biżżejjed il-punti tar- riċerka u l-innovazzjoni, nafu li għandha rwol importanti x'taqdi f'dak li huwa inkoraġġiment u tisħiħ min-naħa tas-settur privat.", "Nafu li l-Unjoni Ewropea qiegħda tgħid li hemm il-ħtieġa li fl-Ewropa nilħqu livelli ta' 3% bħala parteċipazzjoni ta' investiment f'dik li hija riċerka u innovazzjoni.", "Issa meta qed ngħidu 3% m'aħniex qed ngħidu li din il-parteċipazzjoni għandha tiġi kollha min-naħa tal-gvern iżda bejn wieħed u ieħor qegħdin ngħidu li 1% għandha tiġi mill-gvern u t-2% l-oħra mis-settur privat.", "F'dan ir-rigward l-ETC, permezz tad-diversi kuntatti li għandha mal- kumpanniji privati li jaħdmu f'pajjiżna, qiegħda tinvesti mhux ħażin.", "Għalhekk hemm bżonn li noħorġu b'mod aktar ċar l-ammont ta' investimenti li qegħdin isiru f'riċerka u innovazzjoni proprju sabiex nipprovaw niggarantixxu li dak li qed nagħmlu, ikun xi ħaġa pubblika.", "Hawnhekk m'iniex qed nitkellem biss fuq dak li qed jiġri min-naħa tal-gvern imma wkoll fuq dak li qed isir mis-settur privat.", "Hemm bżonn li dan ikun magħruf pubblikament ħalli nipprovaw niggarantixxu li fejn hemm il- benefiċċji li nistgħu ngawdu minnhom, inkunu f'pożizzjoni li neħduhom.", "Fi kliem ieħor, in-national reform programme huwa l-istess bħall-famuż aġenda ta' Lisbona għall-Unjoni Ewropea, pero` dan qiegħed fuq livell nazzjonali.", "In-national reform programme għandu diversi inizjattivi li jridu jkomplu jwasslu sabiex il-parteċipazzjoni ta' l-akbar numru ta' persuni li għandhom kapaċitajiet diversi, fil-fatt ikunu qed jagħtu s-sehem tagħhom għall- ekonomija ta' pajjiżna.", "Sur President, meta għamilt il-launching ta' l-ewwel dokument għall- konsultazzjoni kien hemm ġurnalist li għamilli żewġ mistoqsijiet.", "Dan staqsieni: X'inhuma t-targets tagħkom għall-impjiegi f'pajjiżna?", "Se tnaqqsuhom, tgħolluhom jew inkella b'xi mod jew ieħor se timmodifikawhom?", "Dakinhar ir-risposta tiegħi kienet li t-targets tagħna bħala gvern se jibqgħu dawk illi kull persuna li hija kapaċi taħdem u kapaċi tagħti s- sehem tagħha fl-ekonomija ta' pajjiżna, tkun qiegħda taħdem.", "Naturalment aħna bir-raġun niftaħru li qegħdin minn żmien għall-ieħor innaqqsu n-numru ta' persuni li jirreġistraw u qed inżidu n-numru ta' persuni li jagħtu s-sehem tagħhom fil-ħajja ekonomika ta' pajjiżna.", "Fil- fatt dan joħroġ mir-rapport ta' l-istess Korporazzjoni għax-Xogħol u t- Taħriġ, pero` ladarba jibqa' jkun hemm persuni li m'humiex qegħdin jaħdmu, it-targets tagħna se jibqgħu dawk li nżidu l-parteċipazzjoni fid-dinja tax- xogħol.", "Mhux hekk biss imma hawnhekk, għal darba oħra qegħdin ngħidu li għas-sena d-dieħla u għas-snin ta' wara rridu niggarantixxu li jkollna 500 persuna f'pajjiżna li jkunu ppreparati għal dawk imsejħa ICTs, jiġifieri sistemi ta' informazzjoni.", "Meta dawn il-500 persuna jkunu ppreparati għal dan il-kwalita` ta' xogħol ikunu qed jippreparaw lilhom infushom għal xogħol li huwa mħallas aħjar u li jrendi aktar.", "Naturalment minn żmien għall-ieħor għandna wkoll ir-rabta ta' l-edukazzjoni u t-taħriġ edukattiv sa l-eta` ta' 16-il sena u aktar ħalli nippreparaw lil dawk l-istudenti għad-dinja tax-xogħol.", "Irrid ngħid li f'dawn l-aħħar ġranet ħarġet il-15-il ħarġa tal-magazine \"MCAST Link\" mill-MCAST – il-post fejn eluf ta' żgħażagħ f'pajjiżna qegħdin imorru sabiex jitgħallmu bi preparazzjoni għall-ħajja tax-xogħol - li fih insibu numru ta' inizjattivi.", "Fost l-oħrajn hemm l-inizjattiva ta' organizzazzjoni ta' ftehim li ġie milħuq bejn l-MCAST u s-segretarjat parlamentari għan-negozji ż-żgħar u s-self-employed.", "Dan il-ftehim jitkellem dwar il-ħtieġa ta' taħriġ f'dak li huwa l-entrepreneurship li jrid iwassal sabiex numru ta' persuni jkunu ppreparati li jagħtu s-sehem tagħhom fil-ħajja ekonomika ta' pajjiżna.", "Aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar qegħdin nintebħu li iżjed ma tkun ippreparat, iżjed tista' tagħti sehem qawwi fil-ħidma ekonomika ta' pajjiżna.", "U hawnhekk għal darb'oħra qegħdin naraw ir-rabta kontinwa ta' diversi inizjattivi meħuda minn diversi livelli tal-gvern ċentrali.", "Jekk m'hu qed jiġri xejn f'dak li huwa taħriġ, edukazzjoni u ħidma ekonomika żgur li qed ikun hemm aktar sinerġija bejn id- diversi entitajiet li b'xi mod jew ieħor huma responsabbli mit-taħriġ fil- livell taż-żgħar, fil-livell aktar għoli u mbagħad fil-preparazzjoni għall- ħajja tax-xogħol.", "Huwa żgur li llum qiegħed ikun hemm aktar parteċipazzjoni u sinerġiji bejn diversi organizzazzjonijiet.", "Allura qiegħed ikun hemm preparazzjoni aħjar għad-dinja tax-xogħol li lkoll nafu li ma nistgħux ngħaddu mingħajrha.", "Sur President, filwaqt li nirrikonoxxu x-xogħol qawwi li għamlet l-ETC matul iż-żmien, bħala gvern naħseb li rridu nibdew nindirizzaw ukoll ir- realta` li din ma tibqax tkun aktar popolarment meqjusa bħala dak l- uffiċċju li fih in-nies imorru jirreġistraw għax-xogħol.", "Sar ħafna xogħol f'dik li hija preparazzjoni għad-dinja tax-xogħol pero` sfortunatament għad fadal persuni li jqisu l-ETC biss bħala dak l-uffiċċju li fih imorru darbtejn fil-ġimgħa sabiex jirreġistraw għax-xogħol.", "Fil-fatt lilna l- membri ta' din il-Kamra jiġu jkellmuna n-nies fuq l-ETC mhux sabiex jistaqsuna dwar x'tip ta' taħriġ jistgħu jieħdu bi preparazzjoni għad-dinja tax-xogħol imma jiġu jitkellmu magħna meta xi ħadd minnhom, għal xi raġuni jew oħra, ikun inqata' minn fuq ir-reġistru.", "Ħafna drabi ssib li dak li jkun inqata' minn fuq ir-reġistru jkollu raġuni valida għalfejn ikun inqata'.", "Persuna ġieli tinqata' minn fuq ir-reġistru jew għaliex tkun inqabdet taħdem bla permess jew inkella minħabba li ma jkollha l-ebda interess li ssegwi korsijiet li tkun qiegħda tipprovdi l-ETC.", "Pero` aktar minn ħaġa oħra, naħseb li wasal iż-żmien li l-Korporazzjoni għax-Xogħol u t- Taħriġ issir iżjed magħrufa fost dawk li verament iridu jaħdmu u jridu jagħtu s-sehem tagħhom fl-ekonomija ta' pajjiżna.", "Għalhekk il-korporazzjoni għandha sservi ta' platform li twassal għall- impjieg u mhux li taqtagħlek ismek minn fuq ir-reġistru jew inkella biex inti tmur għandha sabiex tirreġistra għax-xogħol u daqshekk.", "L-ETC għandha twassal lil kulmin mhux qed jaħdem għal preparazzjoni aħjar għad-dinja tax- xogħol.", "Naturalment l-istess korporazzjoni għandha wkoll ir-rwol li tiggarantixxi li kulmin qiegħed jaħdem, ikun magħruf ma' kulħadd li qed jaħdem u mhux sempliċement ikun imniżżel fuq il-kotba ta' min qiegħed jimpjegah.", "Irridu nassiguraw li min ikun qed jaħdem ikun qiegħed jagħti s- sehem finanzjarju tiegħu għat-taxxa.", "Naturalment għandna realta` ġdida li fiha l-ETC trid tkompli taħdem anke issa li dħalna membri fl-Unjoni Ewropea.", "Hawnhekk qiegħed nirriferi għall-fatt li l-Korporazzjoni għax- Xogħol u t-Taħriġ trid tkompli tiggarantixxi li dawk il-persuni barranin li jiġu jaħdmu f'pajjiżna, ikunu huma wkoll qed jagħmlu dan b'mod magħruf.", "Sur President, hemm bżonn li dawn il-ħaddiema barranin jaħdmu f'pajjiżna b'mod legali, kemm jekk dawn ikunu ġejjin minn pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea kif ukoll jekk dawn ikunu ġejjin minn pajjiżi li m'humiex membri ta' l- Unjoni Ewropea.", "L-ETC għandha tiggarantixxi li dawn il-ħaddiema barranin ikunu magħrufa u b'hekk anke huma jħallsu l-bolla u kontribuzzjonijiet oħra.", "Kif nafu kien hemm numru ta' persuni barranin li kienu qed jaħdmu f'pajjiżna illegalment.", "Għal dan il-għan tajna ċertu żmien ta' konċessjoni, fejn min kien qed iħaddem lil dawn il-persuni - b'mod partikolari dawk fl-industrija tal-bini - kellu l-possibilita` li jirreġistrahom u jagħti rendikont ta' dawk il-persuni li jkun qed iħaddem miegħu.", "Naturalment dan kien pass importanti għaliex aħna rridu nassiguraw li kulmin qiegħed jaħdem ikun magħruf.", "Ħafna drabi nipprovaw naraw ukoll x'jista' jkun is-sehem ta' din il- korporazzjoni lil hinn mill-impjiegi u t-taħriġ.", "U hawnhekk tajjeb li wieħed jibda jħares ukoll lejn ċerti oqsma ta' kif aħna mdorrijin naħdmu f'pajjiżna.", "Riċentement kelli okkażjoni li niltaqa' ma' diversi studenti li qegħdin fl-universita` u dawn wassluli kumment li se nressqu hawnhekk.", "Dawn qaluli li huma numru ta' studenti li jixtiequ jaħdmu part-time pero` meta pprovaw isibu mod kif jaħdmu, anke għal ġurnata jew tnejn fil-ġimgħa, kellhom iħallsu l-bolla minima.", "Dan ifisser li riedu jħallsu Lm5.60c huma u Lm5.60c oħra min iħaddimhom.", "Għalhekk dawn l-istudenti staqsewni dwar jekk wasalx iż-żmien li min qeigħed jaħdem għal ġurnata jew tnejn fil-ġimgħa fuq bażi ta' part-time, għandux jibda jħallas perċentwali tad-dħul li jkun qiegħed idaħħal minflok ma' jħallas Lm11.20c b'kollox.", "Issa din il-mistoqsija li saret lili se nagħmilha lill-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ u wieħed jistenna li jkun hemm xi tip ta' risposta f'dan ir-rigward.", "Naħseb li għandna nsibu xi soluzzjoni għal din il-problema, l-aktar meta nqisu li hemm madwar 10,000 student fl-universita` u hemm eluf ta' studenti oħra li qegħdin jistudjaw f'livelli oħra.", "Sur President, huwa veru li dawn l-istudenti għandhom l- istipendju u allura tista' tgħid li qed ikollhom xi forma ta' dħul mis- sistema edukattiva pero` hemm uħud minn dawn l-istudenti li l-korsijiet tagħhom jippermettulhom li jaħdmu fuq bażi part-time.", "Fil-fehma tiegħi naħseb li jkun aħjar jekk dawn il-persuni li qed jaħdmu ġurnata jew tnejn fil-ġimgħa, joħorġu aktar fl-apert u jikkontribwixxu huma wkoll fil- ħlasijiet tat-taxxi u kontribuzzjonijiet oħra.", "Qabel ma nagħlaq id-diskors tiegħi nixtieq nitkellem ftit dwar kif il- Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ tista' tinfilza lilha nnifisha f'dawk li huma d-diversi prijoritajiet għall-ħajja ekonomika attiva li rridu nitkellmu dwarha aktar 'il quddiem.", "Din il-ħajja ekonomika trid tkompli twassal għal aktar persuni li jkunu qegħdin jaħdmu u allura filwaqt li għal darba oħra nerġa' nirrikonoxxi s-sehem ta' l-ETC fil-ħidma li tat fil- passat, issa rridu wkoll niggarantixxu u nkunu ċerti li dak li fassalna flimkien – hawnhekk qed nirriferi għall-ħidma ta' preparazzjoni għall- programm nazzjonali dwar ir-riforma - jiġi msaħħaħ.", "B'dan il-mod it- targets li bnejna flimkien isiru parti integrali mill-ħajja tagħna ta' kuljum.", "Tajjeb li wieħed jgħid li llum, aktar minn qatt qabel, qed ikun hawn ukoll aktar kuxjenza dwar id-diversi ishma li jistgħu jingħataw minn entitajiet diversi ta' impjiegi.", "M'għandix dubju li aktar ma jgħaddi ż- żmien aktar qed ikun hawn organizzazzjonijiet lokali, Ewropej u anke dinjin li qegħdin jirrealizzaw li huma wkoll għandhom sehem x'jagħtu għall- kompetittivita` f'pajjiżna.", "Nemmen li fiż-żmien li ġej, b'mod partikolari anke fuq livell ta' politika Ewropea, l-ETC se jkollha funzjoni aktar kbira milli kellha qabel fil-preparazzjoni tal-pubbliku Malti għad-dinja tax- xogħol.", "Sur President, l-ETC kellha sehem qawwi fit-tfassil tan-national reform programme u m'għandix dubju li se jkollha wkoll sehem qawwi f'dik li hija l- preparazzjoni ta' direttivi oħra li se jolqtu l-impjiegi f'Malta.", "Naħseb li b'mod partikolari, l-istess korporazzjoni se jkollha sehem qawwi f'dak li għandu x'jaqsam mas-services directive.", "Nafu li bħalissa qegħdin ngħixu fir-realta` ta' Malta bħala membru ta' l-Unjoni Ewropea u allura ma nistgħux nibqgħu nħarsu lejn ix-xogħol u t-taħriġ mil-lat lokali, pero` rridu nħarsu wkoll lejn id-direttivi li din toħroġ minn żmien għal żmien.", "Bħala membri ta' l-Unjoni Ewropea ma rridux inħallu li dawn id-direttivi jitfasslu qabel ma nibdew nosservawhom imma rridu nkunu ppreparati għalihom minn kmieni ħafna.", "Għalhekk irridu niggarantixxu li l-ETC u korporazzjonijiet oħra jieħdu sehem qawwi f'dik li hija l-preparazzjoni ta' dawn id-direttivi.", "Aktar ma nkunu kmieni sabiex nippreparaw ruħna fid- dinja tax-xogħol aktar inkunu f'qagħda li niggarantixxu l-aħjar livell ta' impjieg fid-diversi servizzi li jkollna.", "Fl-istess ħin irridu nkomplu nagħtu s-sehem tagħna minn kmieni għat-tfassil ta' din il-politika ta' impjiegi.", "Filwaqt li għal darba oħra - naħseb f'isem iż-żewġ naħat tal-Kamra – nixtieq nerġa' nirringrazzja lil dawk kollha li ħadmu f'dan is-settur matul is-snin li għaddew, ikolli ngħid li qiegħed joqrob iż-żmien fejn flimkien irridu nkomplu nfasslu l-ħidma tagħna b'mod aktar wiesa' minn dak li għamilna sal-lum, sabiex nirrealizzaw li r- realtajiet ġodda li għandu bħalissa quddiemu pajjiżna, ma jservux ta' diżinċentiv imma jservu ta' għodda qawwija.", "B'hekk pajjiżna jkun jista' jibqa' miexi 'l quddiem u jkompli jieħu l-akbar benefiċċji mir-realtajiet li ma nistgħux naħarbu minnhom u li rridu jew ma rridux, ikollna niffaċċjaw.", "U l-aħjar mod ta' kif inti tiffaċċja dawn ir-realtajiet huwa billi tipprepara lilek innifsek minn qabel.", "Għalhekk irridu naraw li l- Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ, il-ministeru ta' l-edukazzjoni, il- membri kollha ta' din il-Kamra, is-setturi soċjali, it-trade unions u min iħaddem jaħdmu flimkien sabiex nieħdu l-opportunitajiet kollha li tipprovdielna l-ETC u niggarantixxu li din il-korporazzjoni mhux biss tkun ippreparata għar-realtajiet tal-lum imma aktar importanti minn hekk, tkun ippreparata wkoll għar-realtajiet ta' għada.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Evarist Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Sur President, jien inqis li dibattitu dwar ix- xogħol u t-taħriġ f'pajjiżna għandu jkun wieħed mid-dibattiti l-aktar importanti f'dan il-parlament għaliex wara kollox minnu jiddependi l- ġejjieni ta' eluf ta' Maltin u Għawdxin kif ukoll ta' pajjiżna b'mod ġenerali.", "Madankollu ma nafx kemm qegħdin nagħtuh l-importanza li jixraqlu f'din il-Kamra anke għaliex naħseb li l-isfidi kbar li għandna quddiemna f'dawn iż-żmenijiet u fiż-żmenijiet li ġejjin, qed iġegħluna nħarsu mhux biss lejn il-ħolqien ta' impjiegi u t-taħriġ fuq kontest nazzjonali jew Ewropew imma f'kontest globali.", "Dan m'huwiex sempliċement logħob bil-kliem imma rridu noqogħdu attenti li ma nagħmlux l-iżball li s-sħubija ta' l- Unjoni Ewropea sservina biss sabiex inkunu kompjaċenti li nadegwaw ruħna biss ma' l-obbligi burokratiċi li tagħmlilna l-Unjoni.", "Kultant żmien irridu nissottomettu pjan u ngħidu dak li nkunu qed nagħmlu f'qasam partikolari.", "B'hekk ma naħsbux li ladarba qegħdin b'xi mod jew ieħor nadegwaw ruħna ma' l-obbligi u l-iskadenzi ta' l-Unjoni Ewropea, allura qegħdin nagħmlu d-dmir tagħna.", "Fil-fehma tiegħi Allaħares naqgħu f'dik it- tip ta' attitudni burokratika li l-Unjoni Ewropea nnifisha tammetti li għandha.", "Ma ninsewx li meta nħarsu lejn il-ħolqien ta' impjiegi u anke l- kwalita` ta' taħriġ fid-dinja tal-lum, l-Unjoni Ewropea żgur li m'hijiex eżemplari u lanqas hija xi mudell li wieħed irid iħares lejha.", "Sur President, hawnhekk m'iniex qiegħed nagħmel xi EU bashing out of nostalgia jew xi ħaġa oħra simili, imma l-Unjoni Ewropea stess - meta tanalizza dak li qalet fis-sena 2000 f'Lisbona u mid-diversi rapporti u awto-analisi li għamlet minn dak iż-żmien 'il hawn - taf li meta tqabbel lilha nnifisha ma' dak li qed jiġri f'inħawi oħra tad-dinja, bħall-Istati Uniti, l-Asja, l-Awstralja u l-Ġappun, hija qiegħda taqa' lura f'dan il- qasam.", "Għalhekk għandha tibdiliet kbar x'tagħmel jekk kemm-il darba trid li tilħaq il-miri tagħha - li ħafna drabi għadhom retoriċi biss –li sas- sena 2010 tkun l-aktar ekonomija li hija bbażata fuq l-għerf u t- teknoloġija ġdida, jiġifieri l-hekk imsejħa knowledge based economy.", "Madankollu naħseb li mhux biss m'hijiex se tilħaq dawn il-miri imma naħseb li s'issa ftit għamlet sabiex tilħaqhom għaliex il-mod burokratiku ta' kif taħdem l-Unjoni Ewropea qiegħed jimmilita kontra l-ħolqien tax-xogħol u kontra titjib fil-kwalita` tat-taħriġ.", "Issa l-Unjoni Ewropea ma nistgħux inpoġġuha bħala blokk monolitiku għaliex fl-Unjoni Ewropea nsibu stati membri li għandhom sistemi tajbin ħafna ta' taħriġ pero` ejjew noqogħdu attenti li ma nsirux kompjaċenti u sempliċement naqgħu fir-ritmu burokratiku tagħha.", "Żgur li b'daqshekk m'għandniex naħsbu li qed nagħmlu dmirna fil-ħolqien ta' l-impjiegi jew fit-taħriġ.", "Sur President, il-kejl veru ta' kemm qiegħed jirnexxielna noħolqu impjiegi u kemm qegħdin inħarrġu lin-nies tagħna għall-ekonomija l-ġdida mhu se jagħtihomlna l-ebda dokument ta' l-Unjoni Ewropea.", "Pero` din inġibuha mir- realta`, inġibuha minn kemm jirnexxielna noħolqu xogħol f'Malta u Għawdex u minn kemm jirnexxielna nħarrġu lin-nies tagħna sabiex ikollhom il-ħiliet meħtieġa ħalli jkunu jistgħu jagħmlu x-xogħol li qed jinħoloq fid-dinja tal- lum.", "Nafu li fid-dinja tal-lum qegħdin ngħixu fi żmien ta' taqlib kbir u fi żmien li l-kompetizzjoni hija fuq livell Ewropew.", "Madankollu ma rridux inħarsu biss fuq livell Ewropew u ningħalqu f'mentalita` insulari u magħluqa.", "Irridu li jkollna mentalita` miftuħa u globali għaliex anke jekk l-Unjoni Ewropea nnifisha trid li timxi 'l quddiem, trid tirbaħ il-battalja tal-kompetittivita` u tal-kompetizzjoni fid-dinja.", "U dan ma tagħmlux billi burokratikament toqgħod tikteb ir-rapporti u kultant żmien toqgħod tagħmel il-laqgħat imma trid tagħmlu bil-ħolqien tax-xogħol u b'titjib fil-kwalita` tat-taħriġ u ta' l-edukazzjoni.", "Nistqarr li waħda mill-affarijiet li nsibha diżappuntanti meta niġu sabiex nanalizzaw ir-rapporti u l-kontijiet tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ hija l-kwalita` ta' rapport li jkollna nanalizzaw.", "Jien inħoss li dan ir-rapport sar wisq ritwalistiku u saret biss deskrizzjoni ta' l-attivita` li tagħmel il-korporazzjoni minn sena għal sena.", "Jien nifhem li parti mir-rapport għandu jkun rendikont ta' l-attivita` li tagħmel il-korporazzjoni pero` jekk irridu li jkollna rapport fuq il- Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ li jservi ta' stimolu għal diskussjoni tajba, m'għandux ikollna sempliċement rendikont burokratiku tal-ħidma tal- korporazzjoni.", "Għalhekk hemm bżonn li jkollna rapport ta' kwalita` differenti.", "Ir-rapport irid ikollu evalwazzjoni ta' dak li qegħdin nagħmlu u mhux sempliċement ngħidu jekk issottomettejniex ir-rapporti fid-data li kellna nissottomettuh lill-Unjoni Ewropea.", "Allura rridu nistaqsu lilna nfusna dawn il-mistoqsijiet li ġejjin: Bħalissa kif inhu l-ħolqien ta' l- impjiegi f'pajjiżna?", "Minn fejn ġej il-ħolqien ta' l-impjiegi?", "Għandna ħolqien ta' impjiegi?", "X'inhi n-natura tal-problema tal-qgħad li għandna f'pajjiżna?", "Jien sinċerament inħoss li hemm bżonn li jkollna analisi u rapport differenti minn dak li għandna bħalissa għad-diskussjoni fil- parlament.", "Nerġa' ngħid li dan ir-rapport m'huwiex qiegħed jgħinna ħalli naslu għal diskussjoni fonda u serja fuq dan is-suġġett għaliex kulma għandna quddiemna huma biss ftit ċifri u ftit kummenti.", "Per eżempju, f'paġna 6 ta' dan ir-rapport hemm dak li għamlet jew li qed tagħmel il- korporazzjoni u nsibu din il-frażi:", "\"Address the specific employment and training needs of Gozo.\"", "Issa meta f'rapport bħal dan naqra li fost l-impenji l-oħra li daħlet għalihom il-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ matul is-sena li għaddiet, hemm dik li tindirizza l-bżonnijiet speċifiċi tax-xogħol u tat-taħriġ f'Għawdex, ninduna kemm m'aħniex qed nitkellmu bis-serjeta`.", "Qed ngħid dan għax kulħadd jaf bil-kriżi serja li hemm fil-gżira Għawdxija.", "Biżżejjed insemmi l-waqgħa massiva ta' l-impjiegi li kien hemm fil-qasam industrijali tax-Xewkija fl-aħħar tliet snin.", "Hemmhekk insibu li kien hemm waqgħa ta' 70% fl-impjiegi.", "Fil-fatt intilfu mijiet ta' impjiegi.", "Per eżempju, it- turiżmu f'Għawdex għaddej minn żmien diffiċli u l-impjiegi li qiegħed jiġġenera dan il-qasam huma prekarji ħafna.", "Jien sirt naf b'informazzjoni u għalkemm ma kellix ċans nivverifikaha, tkellimt ma' lukandiera Għawdxin u kollha tawni l-istess risposta.", "Fil-fatt minn tabella li tlabt u li tpoġġiet il-bieraħ fuq il-mejda tal- Kamra qiegħed jirriżulta li l-ammont ta' Maltin u turisti li jmorru lejn Għawdex naqas u żdied l-ammont ta' Għawdxin li jiġu Malta.", "U dawn x'jiġu jagħmlu hawn?", "Dawn m'humiex day trippers li jiġu biex jaraw is-siti storiċi tal-gżira imma jiġu hawn biex jaħdmu.", "Żdied l-ammont ta' Għawdxin li qed ikollhom jivvjaġġaw lejn Malta biex isibu jaħdmu għax m'għandhomx opportunitajiet ta' xogħol f'Għawdex stess.", "Fil-fatt igħiduli li 80% tal- ħaddiema tal-lukandi tan-naħa ta' fuq ta' Malta, in-naħa ta' Buġibba, l- Qawra, San Pawl il-Baħar u l-Mellieħa, aktarx li huma Għawdxin.", "Allura huwa biżżejjed li jkollna vers f'dan ir-rapport li l-Korporazzjoni għax- Xogħol u t-Taħriġ indirizzat il-bżonnijiet speċifiċi tat-taħriġ u ta' l- impjiegi f'Għawdex?", "X'kienu dawn?", "B'liema mod indirizzathom u fejn wasalna?", "Jien ma nippretendix li l-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ toħloq ix- xogħol hi għax meta aħna nitkellmu fuq il-ħolqien tax-xogħol u t-taħriġ irridu nagħmluha ċara li fil-pajjiż irid ikollok kondizzjonijiet importanti li jiġġeneraw l-investiment u li jħeġġu lill-imprendituri jinvestu.", "Allura llejla mhux se nġib għad-diskussjoni x'inhuma l-fatturi ta' natura ekonomika, politika, finanzjarja u kulturali li għandna bżonn biex ikollna ambjent ekonomiku li jħeġġeġ it-tkabbir ekonomiku.", "Jien naħseb li m'għandniex dak l-ambjent ekonomiku.", "Imma dak m'iniex se nwaħħlu fuq il- Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ.", "Ma jagħmilx sens li nagħmel hekk.", "F'pajjiżna għaddejjin minn żmenijiet diffiċli u m'aħniex qed noħolqu l- impjiegi u nżidu l-attivita` fl-ekonomija tagħna għax l-ekonomija m'hijiex tikber.", "Anke fil-budget li għadu kemm tressaq il-gvern diġa` qed jantiċipa li s-sena d-dieħla t-tkabbir ekonomiku se jkun ta' 1.1% biss.", "Meta mbagħad noqogħdu nitkellmu fuq kemm naqas l-għadd ta' nies li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol, ejja ma nagħmlux l-iżball - issa jien se nagħmilha ċara li jien favur it-tneħħija ta' l-abbużi kollha li jsiru f'dan il-qasam, allura tajjeb li jitneħħew l-abbużi - li għax statistikament jinqatgħu n-nies minn fuq ir-reġistru tal-qgħad inkantaw vittorja li qed noħolqu l-impjiegi u qed inkabbru l-ekonomija.", "Nerġa' ngħid li jien favur il-ħarsien tal-liġi u favur l-osservanza tar- regoli u m'għandux ikun hemm abbużi f'dan il-qasam għax b'hekk inkunu qed nabbużaw anke bit-taxxi taċ-ċittadini.", "U nafu x'sagrifiċċju qed jagħmlu ċ- ċittadini biex iħallsu t-taxxi u m'għandux ikun hemm abbużi minnhom biex imorru għall-benefiċċju ta' min mhux suppost igawdi minnhom.", "Ħalli jkun hemm benefiċċji għal min għandu bżonn imma mhux li jabbuża minnhom.", "Imma ejja ma nħalltux ħaġa ma' oħra.", "Jekk irridu li jkollna dibattitu serju f'din il-Kamra dwar l-istat ta' l-impjiegi u x'inhu l-istat tat-taħriġ f'pajjiżna għandu jkollna rapport kwalitattivament differenti minn dak li ġie ppreżentat lilna li jservi ta' spunt ta' riflessjoni serja fuq fejn jinsab pajjiżna globalment u mhux pajjiżna waħdu, mhux pajjiżna fl-Unjoni Ewropea.", "Dak mhux biżżejjed.", "Meta nqabblu lilna nfusna mal-200 pajjiż ieħor li jeżisti fid-dinja, x'inhu l-livell tal-ħolqien tal-ġid, x'inhu l- livell tal-ħolqien ta' l-impjiegi, x'inhu l-livell tat-taħriġ li qed nagħmlu biex pajjiżna jkun jista' jkollu n-nies imħarrġa biżżejjed ħalli ngħinu fil-ħolqien tal-ġid u fil-ħolqien tax-xogħol?", "Jien se nagħmel riflessjoni oħra li minn hawn joħorġu biss bħala numri, u kumment każwali li naħseb jitlob analisi ħafna aktar minn sempliċement numri jew kumment każwali.", "Jien se mmur fuq paġna 8 tar-rapport li tirrigwarda l-preferenzi okkupazzjonali ta' dawk li huma bla xogħol.", "F'din it-tabella tolqotni ħafna l-qabża enormi li kellna minn Settembru tas-sena 2004 għal Settembru 2005 ta' dawk li qed japplikaw għax-xogħol u huma fil- kategorija \"Technical and Professional\".", "F'Settembru tas-sena 2004 kellna 465 u f'Settembru ta' din is-sena dawn telgħu għal 870 jiġifieri kważi rdoppjaw.", "Għalhekk ikun tajjeb li nanalizzaw x'qed jiġri hemmhekk għax dan qed ibiddel anke l-istruttura tan-nies bla xogħol f'pajjiżna.", "Mad-daqqa ta' għajn biss lejn dawn il-figuri wieħed jinnota li f'Settembru ta' din is- sena 62% ta' dawk li huma bla xogħol qed ifittxu xogħol manwali, 38% qed iffitxu xogħol klerikali, xogħol fil-grad ta' sorveljanza, supervisory, u technical and professional, imbagħad hemm xogħol ieħor mixxellanju, imma dejjem taħt non-manual.", "Hemmhekk hemm qabża drammatika mis-sena ta' qabel għax fis-sena ta' qabel il-parti non-manual kienet ta' 26%.", "Jiġifieri minn Settembru tas-sena 2004 għas-sena 2005 kien hemm qabża ta' 12% għax il- persentaġġ ta' dawk li qed ifittxu xogħol fil-livell non-manual minn 26% tela' għal 38%.", "Hawnhekk m'għandniex biżżejjed elementi biex nanalizzaw x'qed jiġri imma jien naħseb li għandna bżonn nanalizzaw sew x'qed jiġri.", "Wieħed mill-punti importanti li rridu nanalizzaw fl-ekonomija u fis-soċjeta` tagħna huwa l- livell ta' taħriġ li għandna ta' dawk li huma fl-impjieg u l-livell ta' ħiliet li għandna ta' dawk li qed ifittxu l-impjieg.", "Ċertament illum il- kompetittivita`, ir-rebħ ta' l-investiment, il-ħolqien tal-ġid u l-ħolqien tax-xogħol jiddependi fuq il-livell ta' ħiliet li pajjiż għandu fil-poplu tiegħu.", "Jien inħoss li wieħed mill-modi kif inkejlu f'liema stat ninsabu aħna - u naħseb li xogħol bħal dan għandha tidħol għalih in parti anke l- Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ, mhux waħedha imma ma' korpi oħra u ma' istituzzjonijiet oħra - huwa billi nkejlu l-livell ta' skills li għandna fil-pajjiż meta mqabbla ma' dak ta' pajjiżi oħra.", "Għaliex illum, aktar minn qatt qabel, lanqas għadu jagħmel sens li nużaw it-timbri tradizzjonali dwar l-ekonomija, jiġifieri jekk din hijiex manifattura jew inkella jekk hijiex servizzi, għax fit-tnejn jista' jkollok low skilled jobs.", "Jista' jkollok low skilled jobs fil-manifattura u jista' jkollok low skilled jobs fis-servizzi.", "Jiġifieri min juża t-tikketta jew it-timbru ekonomiku li mill-manifattura se mmorru għas-servizzi u b'hekk jeħodha awtomatikament li mexjin minn ċertu livell ta' l-ekonomija għal livell ogħla ta' l-ekonomija, dak ikun qed jagħmel żball.", "Dan għaliex jekk nerġgħu mmorru lura għall-kategorija tal-manifattura u għall-kategorija tas- servizzi, fit-tnejn jeżistu low skilled jobs u fit-tnejn jeżistu high skilled jobs.", "Pajjiżi bħall-Ġermanja, l-Istati Uniti u l-Ġappun għad baqgħalhom sehem importanti tal-manifattura li jikkontribwixxi ħafna għall-ġid nazzjonali tagħhom, imma t-tip ta' impjiegi li hemm fil-manifattura huma high skilled.", "Għalhekk issa ma nistgħux nibqgħu ngħidu li l-manifattura m'għandhiex futur f'pajjiżna u allura mill-manifattura se mmorru għas-servizzi.", "Dak għalija huwa diskors li ma jagħmilx sens.", "Fl-istadju ta' żvilupp li ninsabu fih illum irridu mmorru għal attivita` ekonomika, tkun xi tkun, li hija high skilled.", "Bħalma ġara lil pajjiżi oħra, kumpanniji li marru f'pajjiż minħabba li l-ispiża tal-produzzjoni hija baxxa, dawk ifittxu dejjem pajjiżi bi spejjeż iżjed baxxi biex imorru fihom.", "Dik il-battalja aħna ma nistgħux nirbħuha u m'għandniex nibku li ma jkollniex ekonomija bbażata fuq il-pagi baxxi.", "Aħna rridu ekonomija bbażata fuq il-ħiliet għoljin.", "F'pajjiżna għandna ħiliet għoljin biżżejjed biex noħolqu investiment ġdid u attivita` ekonomika ġdida?", "Nerġa' ngħid li l-iskills waħedhom ma jġibulekx l-investiment jekk ma jkollokx ambjent ekonomiku li jġib it-tkattir tal-ġid u t-tkabbir ekonomiku.", "Dak huwa fattur li qatt m'għandna ninsew.", "Imma huwa żgur li wieħed mill-fatturi determinanti għall-ħolqien tal-ġid u għall-ekonomija l-ġdida huwa l-livell ta' ħiliet li għandek fil-pajjiż.", "U ara kemm nitkellmu fuq id-deficit strutturali u fuq id-dejn nazzjonali, jien sinċerament inħoss li l-ikbar deficit li għandna u li l-aktar li għandu jinkwetana - sakemm ma nsolvu lilu m'aħna se nsolvu l-ebda deficit finanzjarju u l-ebda deficit strutturali - huwa l-iskills deficit li għandna fil-pajjiż.", "Jekk aħna rridu nagħmlu diskussjoni serja fuq dan il-qasam irridu nanalizzaw dawn l-affarijiet, irridu nkunu nafu x'inhuma l-iskills level li għandna fil-pajjiż għax meta jien nara tabella ta' l-eluf li qed ifittxu impjieg u x'tip ta' impjiegi jfittxu, u din tkun biss manual and non- manual, jien naħseb li dik mhix biżżejjed.", "Jien naħseb li dik hija superfiċjali wisq.", "L-analisi li għandna bżonn hija biex inkunu nafu fejn ninsabu u x'irridu nagħmlu biex inkunu f'sitwazzjoni li jkollna l-ħiliet meħtieġa għall-ekonomija u għall-attivita` ekonomika l-ġdida li għandna bżonn.", "Irridu nkunu nafu l-livell ta' ħiliet kemm ta' dawk li qed ifittxu x-xogħol u anke ta' dawk li huma fix-xogħol għax nafu li dawk jistgħu jitilfuh minn mument għall-ieħor.", "Allura daqskemm għandna bżonn edukazzjoni tajba u taħriġ għal min għadu lanqas daħal fid-dinja tax- xogħol, jew dawk li huma bla xogħol u qed ifittxu l-ewwel xogħol tagħhom, daqstant ieħor għandna bżonn taħriġ għal dawk li tilfu x-xogħol tagħhom jew se jitilfu x-xogħol tagħhom.", "It-tip ta' xogħol li kienu jagħmlu mhux se jersaq iżjed lejn pajjiżna u allura għandhom bżonn ħiliet ġodda biex dawn in-nies ikunu jistgħu jidħlu f'impjiegi ġodda.", "Jekk m'aħniex se nagħmlu din it-tip ta' analisi – din m'għandniex nagħmluha biex sempliċement nagħmluha jew biex noqogħdu nħarsu lejha imma għandha tkun ankrata fid- dinja reali ta' kif se jsir it-tkabbir ekonomiku - se jkollna problemi serjissimi f'dan il-pajjiż għax il-vijabilita` ta' pajjiżna tiddependi minn kemm jirnexxielna jkollna livell u kwalita` ta' edukazzjoni u livell u kwalita` ta' taħriġ li jagħtu lin-nies tagħna l-ħiliet li għandhom bżonn.", "Jien ma nemminx fl-illużjoni li sempliċement ikollna biżżejjed nies aktar edukati u nies aktar imħarrġa.", "Dak mhux biżżejjed.", "Il-mistoqsija tkun: Aktar edukati fiex, aktar imħarrġa fiex u b'liema mod?", "Il-fatt li jkollok livell ogħla ta' edukazzjoni minnu nnifsu jagħtik aktar ċans issib impjieg jew darba aktar kellek ċans issib impjieg, imma anke l-figuri li għandna fit-tabella ta' paġna 8 fir-rapport ta' l-ETC juruna li mhux biżżejjed li inti jkollok livell għoli ta' edukazzjoni - li jista' jkun post-sekondarju jew terzjarju - biex awtomatikament issib ix-xogħol.", "M'intix se ssib ix- xogħol awtomatikament għax sempliċement għandek degree fl-universita` jew għax temmejt kors f'istituzzjoni post-sekondarja fil-kulleġġ ta' l-arti, xjenza u teknoloġija.", "Għaldaqstant, fil-fehma tiegħi, huwa importanti li niddiskutu kemm qed nonfqu flus fl-edukazzjoni u fit-taħriġ.", "Ftit ilu kellna diskussjoni fejn intqal li pajjiżna qiegħed lura għax ma jonfoqx biżżejjed fir-riċerka u fl-iżvilupp.", "Jien sinċerament mhux kemm nonfqu fir- riċerka u fl-iżvilupp jinkwetani, imma aktar jinkwetani li m'aħniex nagħmlu biżżejjed fit-taħriġ biex niżviluppaw il-ħiliet li għandna bżonn, kemm ta' dawk li qed ifittxu x-xogħol u kemm ta' dawk li huma fix-xogħol u qegħdin fil-periklu li jitilfuh.", "U qegħdin fil-periklu li jitilfuh għax ninsabu f'dinja li qed tinbidel ħafna, f'dinja fejn l-unika ħaġa li aħna ċerti dwarha hija l-inċertezza ekonomika u l-inċertezza ta' l-iżvilupp.", "U ladarba qegħdin f'baħar miftuħ irridu nkunu baħħara aktar tajbin b'ħiliet aktar flessibbli, b'ħiliet li nistgħu nużawhom fix-xogħlijiet differenti li jistgħu jinħolqu.", "Għalhekk ngħid li għandna bżonn tip ta' analisi li ma tkunx marbuta sempliċement ma' impjieg statiku imma analisi tal-livelli ta' ħiliet li għandna u l-livelli ta' ħiliet li għandna bżonn.", "Nerġa' ngħid li l- kategorija ta' manifattura u ta' servizzi minnha nnifisha ma tgħidilna xejn.", "Li jgħidilna llum hu x'livell ta' ħiliet għandek u x'livell ta' ħiliet għandek bżonn kemm fil-qasam tal-manifattura, kemm fil-qasam tas- servizzi kif ukoll fil-qasam ekonomiku kollu.", "Kollox huwa marbut mal- ħolqien tal-ġid u mal-livell ta' taħriġ li għandek bżonn.", "Nerġa' ngħid, nagħmlu żball jekk nagħlqu d-dibattitu dwar it-taħriġ, dwar il-ħolqien ta' impjiegi fil-qafas burokratiku ta' l-Unjoni Ewropea.", "Importanti li l- Unjoni Ewropea nnifisha - u min isegwi kif jitkellmu ċerti mexxejja ta' l- Unjoni Ewropea, fosthom id-diskors tajjeb ħafna li għamel il-Prim Ministru Ingliż Tony Blair meta dan l-aħħar indirizza lill-parlament Ewropew, jaf x'qed ngħid - tara x'qed iżommha lura milli tkabbar l-ekonomija tagħha, milli toħloq il-ġid, milli toħloq l-impjiegi u kif qed taqa' lura fil- livell ta' ħiliet biex toħloq din l-ekonomija l-ġdida u x'għandha allura tagħmel biex tiżviluppa fin-nies tagħha l-ħiliet li għandha bżonn biex isibu jaħdmu.", "Aħna qed nistennew li se jonqsu l-impjiegi għal ħiliet baxxi u se jiżdiedu dawk għal ħiliet għoljin.", "Għalhekk huwa importanti li jkollna din it-tip ta' analisi serja, kemm għal Għawdex kif ukoll għal Malta dwar x'tip ta' ħiliet, x'tip ta' taħriġ u x'tip ta' edukazzjoni għandna bżonn għall-ekonomija tal-lum u ta' għada fuq livell ta' globalizzazzjoni.", "U min jaf l-istorja jaf li l-globalizzazzjoni m'hijiex fenomenu ġdid għax hawn min jitkellem fuq il-globalizzazzjoni qisha xi ħaġa li bdiet il-bieraħ u li hija xi ħaġa li qed tiġri għall-ewwel darba.", "L-istorja tad-dinja turina li l-globalizzazzjoni bdiet mindu l- ewwel komunitajiet tal-bnedmin bdew jiċċaqilqu min-naħa għall-oħra tad- dinja meta bdew jivvjaġġaw fuq il-wiċċ tal-pjaneta.", "F'perijodi differenti ħadet forom differenti minħabba l-livell tat-teknoloġija li tkun teżisti, it-tip ta' trasport li jkun jeżisti, it-tip ta' ħidma ekonomika li tkun qed issir, imma l-fenomenu ta' liema nies f'inħawi differenti tad-dinja jikkummerċjaw ma' xulxin - għax wara kollox dik hi l-globalizzazzjoni - huwa żvilupp storiku li ilu jseħħ eluf ta' snin, mhux mijiet ta' snin.", "Għalhekk fil-fehma tiegħi ma jagħmilx sens li wieħed joqgħod ipinġi l- globalizzazzjoni bħala xi babaw li għandna nibżgħu minnha u li rridu nipproteġu ruħna minnha.", "L-ewwelnett f'pajjiżna aħna qatt ma konna maqtugħin għalina u dejjem kellna bżonn nikkummerċjaw ma' pajjiżi oħra.", "Qatt ma ħloqna biżżejjed ġid hawnhekk li kien jagħmilna awto-suffiċjenti, li kien biżżejjed biex ngħixu bih imma dejjem kellna bżonn inġibu ikel minn pajjiżi oħra, dejjem kellna bżonn inġibu affarijiet biex naħdmu bihom.", "Jiġifieri anke min-naħa tagħna ilu eluf ta' snin għaddej il-kummerċ ma' pajjiżi oħra.", "Għalhekk żgur li aħna m'għandniex għalfejn ikollna xi qoxra protettiva li tbeżżagħna minn dan l-iżvilupp.", "Iżda, kif kont qed ngħid qabel, ċertament għandna bżonn negħlbu l-iskills deficit li għandna fil-pajjiż meta mqabbel ma' pajjiżi oħra.", "U kif inkejluh dan l-iskills deficit?", "L-ekonomija l-ġdida x'tip ta' skills għandha bżonn?", "Aħna għandna dawk it-tip ta' skills?", "Jekk m'għandniex, hemmhekk huwa l-iskills deficit.", "U għalhekk huwa importanti ħafna li jkollna pjan strateġiku ta' l-iżvilupp tar-riżorsi umani li jorbot flimkien x'jiġri fl-istituzzjonijiet formali edukattivi tagħna, x'jiġri wkoll fl- istrutturi formali tat-taħriġ tagħna imma dejjem marbutin mal-bżonnijiet reali biex niżviluppaw il-ħiliet li għandna bżonn biex ikollna l-impjiegi fl-ekonomija moderna taż-żmenijiet tal-lum.", "Jekk ma nagħmlux hekk naqgħu lura u jkollna problema serja li jekk jinħoloq impjieg hawn u ma jkollniex il-ħiliet li jkun hemm bżonn, dak l-impjieg nitilfuh.", "Issa saret qisha moda li ngħidu li l-futur ta' pajjiżna jiddependi fuq il-farmaċewtika.", "Tajjeb u j'Alla dawk li għandna jibqgħu hawn u jiżviluppaw prodotti ġodda biex iżommu n-nies li għandna jaħdmu fihom u j'Alla jiġu oħrajn.", "Imma waħda mill-aktar affarijiet li tinkwetani hi meta investituri barranin li ġew hawn Malta biex jiftħu fabbriki tal-farmaċewtika jgħiduli li ma jsibux nies bil-ħiliet meħtieġa biex jaħdmu fil-farmaċewtika.", "Issa qed ngħidu li l-fabbriki tat-tessuti, tal-ħwejjeġ u taż-żraben qed jiċċaqilqu u ħafna minnhom iċċaqilqu diġa` lejn pajjiżi oħra fejn l- ispejjeż tal-produzzjoni huma aktar baxxi minn tagħna, u l-livell ta' ħiliet li għandhom bżonn isibuhom f'dawn l-istess pajjiżi għax inti trid torbot iż-żewġ affarijiet flimkien.", "Għandek l-ispejjeż tal-produzzjoni u l- livell ta' ħiliet tan-nies li jkollok biex jagħmlu x-xogħol.", "Issa jekk fil- każ tagħna għandna kumpanniji tal-farmaċewtika li qed jiġu f'pajjiżna għax jaraw li l-ispejjeż tal-produzzjoni huma orħos minn Spanja u mill-Istati Uniti, imma mbagħad m'għandniex il-livell ta' taħriġ u l-ivell ta' ħiliet li għandna bżonn fin-nies tagħna biex jaħdmu f'dawn il-kumpanniji tal- farmaċewtika, imbagħad għandna problema serja.", "Per eżempju, jien informat li l-kumpanniji li qed jiġu hawn qed ikollhom iħarrġu lin-nies tagħhom biex ikunu jistgħu jaħdmu.", "U l-mistoqsija tiegħi hi: X'qed nagħmlu biex ikollna l-livell ta' ħiliet li għandna bżonn, per eżempju, fil-qasam tal- farmaċewtika?", "X'bidliet saru fl-istruttura formali ta' l-edukazzjoni li tħejji lill-adoloxxenti u liż-żgħażagħ tagħna biex ikollhom dawn il-ħiliet?", "Issa jien dejjem għamiltha ċara - u anke llejla nixtieq nagħmlu dan il-punt – li hemm differenza bejn l-edukazzjoni u t-taħriġ.", "L-edukazzjoni għandha miri aktar wesgħin minn taħriġ vokazzjonali għad-dinja tax-xogħol.", "L- edukazzjoni għandha fuqha dmirjiet li tiżviluppa attitudnijiet, imġiba u ħiliet li m'humiex biss li se tuża fil-post tax-xogħol, imma se tużahom bħala ċittadin f'soċjeta` demokratika.", "Allura għandha bżonn tiżviluppalek ċerti aspetti tal-personalita` u tal-ħiliet tiegħek u tagħtik iċ-ċans li tesplora l-mużika u l-arti.", "Jiġifieri jien qed nagħmilha ċara li ma naqbel bl-ebda mod li s-sistema edukattiva b'xi mod jew ieħor tiġi mgħaffġa taħt il-bżonnijiet immedjati ta' l-ekonomija u ta' l-imprendituri.", "Imma b'daqshekk ma naqbilx li ħafna mis-sistema edukattiva tagħna għadha tas- seklu 19.", "Nistgħu niżbgħu l-iskejjel, nistgħu ndaħħlu kurrikulu ġdid u sillabu ġdid, nistgħu nagħmlu strutturi differenti ta' kif l-iskejjel jaħdmu ma' xulxin, imma jekk m'aħniex qegħdin minn issa nippreparaw biex il- formazzjoni edukattiva tagħti kas ukoll il-ħiliet u l-oqsma ta' għerf li għandna bżonn għad-dinja tal-lum u għad-dinja ta' għada, allura s-sistema edukattiva tagħna m'hijiex sistema edukattiva għas-seklu 21.", "Is-sistema tagħna għadha mgħaddsa fis-seklu 19 fejn tipprepara lill-istudenti b'mod dejjaq, b'ħafna f'suġġetti separati minn xulxin meta nafu li d-dinja tal- lum titlob il-flessibilita`, titlob li inti tkun kapaċi taħdem f'team, kapaċi tiddjaloga u titkellem ma' setturi differenti ta' l-għerf li huwa differenti ħafna minn kif għadha organizzata s-sistema edukattiva tagħna.", "Sur President, nerġa' ngħid, li mingħajr ma tintilef il-vokazzjoni umanistika ta' l-edukazzjoni, l-edukazzjoni trid tagħmel il-kontijiet ma' kemm qegħdin nersqu u x'konfront qed ikun hemm fil-kindergarten, fil- primarji, fis-sekondarji, fil-post-sekondarji, fit-terzjarji għax jien ngħid li għandu jkun hemm equal interaction bejn id-dinja ta' l-edukazzjoni u d-dinja ta' barra l-iskola, ta' barra l-istrutturi formali għax inkella se jkollna problemi serji.", "Inutli tgħid: Ħallihom jedukaw ruħhom, jgħaddu mill-primarja, mis-sekondarja u mbagħad naraw x'taħriġ ikollhom bżonn biex jidħlu fid-dinja tax-xogħol.", "Dejjem se jibqa' jkun hemm taħriġ speċifiku għal impjieg speċifiku u s-sistema edukattiva m'għandhiex id-dmir li tagħmel dak, imma żgur għandna bżonn niżviluppaw fin-nies tagħna l-ħiliet u l-attitudni li għandhom bżonn għas-seklu 21.", "Jien l-ewwel kont qed nagħti l-eżempju tal-farmaċewtika pero` nħoss li għadna lura f'dak il-qasam u għadna lura bis-serjeta`.", "U għadna lura anke fil-livell terzjarju u fil-livell universitarju għax ilu jkollna l- baċellerat fil-farmaċija snin twal.", "Allura tinkwieta meta tisma' lil min jiġi jiftaħ kumpanniji tal-farmaċewtika hawn Malta li jgħidilna li l- gradwati li joħorġu mill-universita` m'għandhomx il-ħiliet li għandna bżonn.", "Għalhekk importanti ħafna li fl-istruttura edukattiva formali nagħtu kas dawn l-affarijiet għax jien inħoss li fis-sistema edukattiva tagħna - u dan ngħidu bħala kumment ġenerali u allura kumment ġenerali mhux dejjem jaqbad il-komplessita` kollha tas-sitwazzjoni - mill-kindergarten sa l- universita`, l-ikbar nuqqas li għandna huwa dak li għandu x'jaqsam max- xjenza u t-teknoloġija.", "Fil-fehma tiegħi, il-kultura xjentifika teknoloġika li għandna bżonn għas-seklu 21, għadha nieqsa f'kull livell.", "Ejja ma nagħmlux l-iżball li naħsbu li wasalna għax għandna l-computers fl- iskejjel.", "Dak huwa żball kbir għax il-computer, wara kollox, kulma hu huwa teknoloġija oħra.", "Jekk it-teknoloġija ġdida qed tużaha f'kontest qadim, dik it-teknoloġija l-ġdida tiġi assorbita fil-kontest qadim u mhux tbiddel lill-kontest qadim li qiegħed fiha.", "Biżżejjed wieħed jara l-istħarriġ li sar mill-uffiċċju nazzjonali ta' l-istatistika - ma naħsibx li dan għadna analizzajnieh biżżejjed u jien sibtu interessanti - dwar l-użu ta' l- internet mill-istudenti li ġie ppubblikat din is-sena.", "Hawnhekk hawn ħafna materjal li għandu jkun ta' riflessjoni mhux biss għall-edukaturi, imma anke għall-imprendituri u għal min huwa importanti fuq il-ħolqien tax- xogħol.", "Waħda mill-affarijiet li fil-fehma tiegħi - forsi jkun hawn min jitkaża li ngħidha din, imma jien ngħidha bl-ikbar responsabbilta` - titfa' lura lill- edukazzjoni f'pajjiżna hija li jien inħossha serja wisq l-edukazzjoni biex inħalluha biss f'idejn l-edukaturi.", "Nirrepeti, l-edukazzjoni hija serja wisq biex inħalluha biss f'idejn l-edukaturi għax jekk aħna qed ngħidu li l- edukazzjoni trid tippreparak għall-ħajja, trid tippreparak għax-xogħol, trid tippreparak bħala ċittadin, kif tista' tħalliha tkun magħġuna biss mill-bieb ta' l-iskola 'l ġewwa?", "Waħda mill-akbar problemi li għandna - u hemm pajjiżi oħra li għandhom problemi simili, jiġifieri m'iniex qed ngħid li aħna uniċi f'ħaġa bħal din - fis-sistema formali edukattiva tagħna hi li m'hijiex miftuħa għad-dinja kbira li hija biss parti minnha.", "L-edukazzjoni u l-iskejjel huma biss parti mir-realta` kumplessa u ħafna drabi l-iskejjel tagħna qishom kunventi, qishom monasteri, kważi kultant ngħid tal-klawsura, li aktar kemm ikunu maqtugħin mid-dinja reali, kważi bilkemm ma ngħidux li huma aħjar.", "Mentri edukazzjoni fis-seklu 21 titlob relazzjoni dinamika, relazzjoni ħajja ma' x'qed jiġri 'l barra mill-istrutturi edukattivi.", "Jekk mhux se nagħmlu hekk l-edukazzjoni ssir irrilevanti.", "Jien kont qed nagħmel riferenza għar-rapport li sar fuq l-użu ta' l- internet mill-istudenti li jikkonferma li l-użu ta' l-internet u l-użu tal- computer huwa biss parti mid-dinja ta' l-istudent u jekk huwa żvantaġġjat fil-literacy tradizzjonali, jiġifieri fil-kitba u l-qari tal-Malti u ta' l- Ingliż, se nsibu li għandu problema wkoll fil-literary teknoloġiku.", "Fir- riflessjoni li ssir fis-summary li hemm quddiem, dwar x'jagħmlu t-tfal bl- użu tal-computer naqraw li l-istudenti li jgħixu f'Għawdex u fin-naħa ta' isfel ta' Malta wara l-port, in-naħa tal-Kottonera, jużaw il-computer inqas mir-reġjuni l-oħra ta' Malta.", "Dawk ir-reġjuni jikkorrispondu eżattament mal-problemi tal-literacy tradizzjonali li għandna.", "Jiġiferi jekk wieħed jara ż-żewġ surveys li saru fuq il-problemi ta' l-illitteriżmu f'pajjiżna jsib li l-iktar li qed jaqgħu lura huma subien f'Għawdex u subien madwar il- Port il-Kbir f'Malta.", "Naraw li fil-computers għandna l-istess konklużjoni.", "Dak ifisser li diġa` qegħdin inħallu tfal jaqgħu lura fil-ħiliet li għandhom bżonn biex ikunu impjegabbli.", "Għax waħda mill-ikbar problemi li għandna llum m'hijiex meta jkollok nies bla xogħol – għalkemm din hija problema serja għal min hu bla xogħol – imma meta jkollok nies impjegabbli li ma jkollhomx il-ħiliet meħtieġa biex isibu xogħol.", "Għalhekk żgur li rridu nagħmlu sforz kbir biex l-istruttura formali edukattiva tagħna - b'dan m'iniex ngħid li l- edukazzjoni għandha tirrendi ruħha sempliċement taħriġ vokazzjonali; il- mument ta' taħriġ vokazzjonali jeżisti imma m'huwiex id-dmir ta' l- edukazzjoni - tħejji lit-tfal, liż-żgħażagħ u lill-adulti biex ikollhom il- kultura xjentifika u teknoloġika li għandhom bżonn għas-seklu 21.", "Fil- konklużjoni tar-rapport dwar l-użu ta' l-internet insibu wkoll li l- istudenti li jattendu l-iskejjel privati jużaw il-computer u l-internet iżjed minn studenti li jattendu l-iskejjel tal-gvern u l-iskejjel tal- knisja.", "Jirriżulta wkoll li fost dawk li l-iktar li jaqgħu lura nsibu l- istudenti tas-secondary schools tal-gvern.", "Hawnhekk qed nitkellmu dwar il- general secondary schools mhux fuq il-junior lyceums.", "F'dan l-istudju huwa interessanti wkoll li naraw l-użu li jsir mill-internet.", "Per eżempju, ħafna drabi s-subien jużaw l-internet għal skop ta' divertiment u l-bniet jużawh l-iktar għal skop edukattiv.", "Jien ngħid li din m'hijiex kumbinazzjoni u hija xi ħaġa li, fil-fehma tiegħi, m'aħniex qegħdin nindirizzaw bis-serjeta` fis-sistema edukattiva tagħna.", "Din se jkollha implikazzjonijiet serji 'l quddiem fuq id-dinja tax-xogħol.", "Nerġa' nagħmilha ċara li din il-problema teżisti anke f'pajjiżi oħra, imma jien inħoss li m'aħniex nindirizzaw biżżejjed il-fatt li f'pajjiżna l-bniet qed jirnexxu fl-edukazzjoni iżjed mis-subien.", "Hemm ħafna raġunijiet għaliex jiġri dan, imma nħoss li għadna m'analizzajnihomx biżżejjed.", "Iktar minn hekk inħoss li għadna m'aħniex nindirizzaw din il-problema biżżejjed.", "Subien li qegħdin jaqgħu lura fl-edukazzjoni se jkunu żgħażagħ li x'ħin iħallu s-sistema edukattiva formali ta' 16-il sena, jew forsi jkomplu sena oħra jew sentjen oħra, ma jkollhomx il-ħiliet bażiċi meħtieġa biex jidħlu fid-dinja tax-xogħol.", "U jista' jkollok 100,000 korporazzjoni għax-xogħol u t-taħriġ għax meta tipprova tirkupra lin-nies hija ħafna iktar diffiċli milli tiżviluppalhom il-ħiliet tagħhom.", "Illum hemm patafjun ta' riċerka li turi li huwa ħafna iktar diffiċli meta tipprova tirkupra persuni li baqgħu illitterati minn meta kienu tfal.", "Allura huwa iktar għaqli li tagħmel strateġija preventiva biex it-tfal ma jsirux illitterati milli taħseb li se tirkuprahom billi meta jkunu adulti illitterati tagħtihom il-ħiliet meħtieġa.", "Ħafna drabi sfortunatament - u din wieħed jgħidha b'dispjaċir - ir-riċerka turi li proġetti bħal dawk ifallu.", "Għalhekk huwa importanti ħafna li fl-edukazzjoni formali tagħna, mill-kindergarten 'il fuq, nistaqsu lilna nfusna jekk aħniex niżviluppaw fost it-tfal, fost iż-żgħażagħ u fost l-adulti tagħna l-kultura, l-attitudnijiet u l-ħiliet li hemm bżonn għas- seklu 21.", "Ħalli nsemmi wieħed mill-oqsma fejn inħoss li qed naqgħu lura.", "Aħna konna niftaħru, bir-raġun, li Malta meta mqabbla ma' pajjiżi oħra ta' l-Unjoni Ewropea f'dak li għandu x'jaqsam ma' edukazzjoni lingwistika konna iktar avvanzati minn pajjiżi oħra għax ħafna drabi konna nitgħallmu erba' lingwi.", "Konna nitgħallmu tliet lingwi żgur, il-Malti u l-Ingliż, imbagħad ġieli kien ikollok xi lingwa jew tnejn oħra.", "Issa f'pajjiżi oħra qed idaħħlu t-tagħlim ta' ilsna oħra anke fil- kindergarten.", "Ma jgħallmuhomx b'mod formali u b'mod pedantiku, imma diġa` qed jorjentawhom għal lingwi differenti.", "Jekk aħna m'aħniex se nagħmlu hekk se naqgħu lura għax waħda mill-ħiliet li hemm bżonn żgur fid-dinja tas- seklu 21 se tkun il-ħila li tuża iżjed minn lingwa waħda.", "Meta nitkellmu fuq litteriżmu m'huwiex biżżejjed li nieħdu l-kejl tal-Ġnus Magħquda, jiġifieri l-ħila li tikteb sentenza bl-ilsien nazzjonali tiegħek.", "Fil-każ tagħna trid mill-inqas tkun taf tikteb dik is-sentenza bil-Malti u bl- Ingliż u biex niżviluppw il-kummerċ tagħna mal-bqija tad-dinja hemm bżonn inkunu żviluppati bis-serjeta` fil-ħiliet.", "Għalhekk, nerġa' ngħid, li rridu nagħmlu dawk il-bidliet meħtieġa fis- sistema edukattiva tagħna biex ma nħalluhiex sistema tas-seklu 20 u ndaħħluha fis-seklu 21.", "Il-ħiliet li għandna bżonn għad-dinja tal-lum jitolbu li tkun flessibbli, li tkun kapaċi tuża oqsma differenti ta' l- għerf.", "Imma ħafna mill-edukazzjoni formali tagħna għadha tħarreġ lin-nies b'mod dejjaq għal jobs li huma low skilled jew tradizzjonali jew li qed jispiċċaw.", "Is-sistema tagħna m'hijiex tipprepara għall-flessibilita` u għall-ħila li tħallat areas differenti ta' knowledge.", "Huwa importanti ħafna li ndaħħlu s-sistema formali edukattiva tagħna fis-seklu 21, li nżidulha fil-livelli kollha tagħha kuntatt mas-soċjeta` u mad-dinja ekonomika.", "Jien wieħed minn dawk li nemmen - naf li hemm min ma jaqbilx miegħi fuq ħaġa bħal din, imma naħseb li f'din għandi raġun - li fil- kunsilli skolastiċi tagħna m'għandniex inħallu edukaturi u ġenituri biss, imma fil-fehma tiegħi għandna ndaħħlu protagonisti soċjali u ekonomiċi oħra biex mill-primarja jkollhom diġa` l-idea li teżisti dinja ikbar hemm barra, li trid tipprepara għaliha.", "Meta noqogħdu ngħidu li ġie ffirmat ftehim mas-segretarjat parlamentari għall-iżvilup imprenditorjali, ejja ma nagħmlux l-iżball li naħsbu li l- ħiliet u l-attitudni imprenditorjali tiżviluppaha b'sempliċi kors meta tikber jekk inti, minn meta kont żgħir, ġejt standardized fl-edukazzjoni.", "Ara biss taqbeż il-line, ara biss toħroġ 'il barra minn dak li ngħidulek!", "Imbagħad f'daqqa waħda ta' 19-il sena, 20 sena se tippretendi li se tiffjorixxi f'xi spirtu imprenditorjali!", "L-ispirtu imprenditorjali trid tibda tiżviluppah minn eta` żgħira u dak m'huwiex suġġett apparti.", "Dak ikun fin-nisġa u fil-ħajja ta' l-iskola u l-istess meta niġu għat-taħriġ.", "Għalhekk huwa importanti ħafna li jkollna skill audit bis-serjeta` kemm ta' dawk li qed ifittxu x-xogħol u kemm ta' dawk li jkunu tilfu l-impjieg minħabba ristrutturar jew għeluq ta' fabbrika jew kumpannija sabiex ikunu jistgħu jsibu impjieg ieħor.", "Jekk ma nagħmlux hekk mhux se nimxu 'l quddiem.", "Inħoss li aħna tlifna opportunita` kbira meta ġejna għar- ristrutturar tat-tarzna.", "F'pajjiżi oħra - jekk wieħed jara, per eżempju, l- Iskandinavi u anke pajjiżi eqreb lejna – meta ġew biex jirristrutturaw postijiet bħat-tarzni, ma qabdux lill-ħaddiema tat-tarzna, qalu għandna bżonn tant u l-oħrajn nibagħtuhom 'l hawn u 'l hemm.", "F'dawn il-jiem smajna l-ftaħir ta' kemm ġie ffrankat sussidju.", "L-ewwelnett ta' min igħid li l-pagi għadhom qed joħorġu mit-taxxi li nħallsu imma li naħsbu li r-restructuring tfisser biss tnaqqis tal-ħaddiema, dak ifisser li ma fhimna xejn għax restructuring tfisser li organizzazzjoni se taħdem b'inqas nies imma dawk in-nies li telqu mill-impjiegi u marru f'impjiegi oħra, trid tagħtihom it-taħriġ li hemm bżonn biex ikunu jistgħu jidħlu f'impjiegi oħra u fil-fehma tiegħi l-opportunita' ntilfet kemm biex issir skill transfer mill-ħaddiema tat-tarzna għal ħaddiema oħra fost dawn iċ- ċifri li naraw hawnhekk ta' nies bla xogħol li m'għandhomx il-ħiliet meħtieġa u kemm ta' nies li trid tagħtihom ħiliet ġodda biex ikunu jistgħu jagħmlu xogħol ġdid.", "L-istess meta niġu għal postijiet oħra bħall-Air Malta.", "Jekk kumpanniji kbar ikunu se jagħmlu r-restructuring u jnaqqsu n- nies trid tara li r- restructuring isir fuq l-ekonomija kollha kemm hi.", "Kif se nemigraw minn stadju ta' l-ekonomija b'ċerti ħiliet għal stadju ieħor ta' ekonomija li titlob il-ħiliet ġodda?", "Dan it-tip ta' training u retraining kif qegħdin infassluh?", "Kif qegħdin niżguraw li qed noħolqu l- ħiliet li għandna bżonn għat-tip ta' ekonomija li pajjiżna jrid jiżviluppa f'dawn iż-żmenijiet u fiż-żmien li ġej?", "Jekk mhux se jkollna dan it-tip ta' żvilupp tal-ħiliet għan-nies tagħna, se jkollna problemi serji biex inkunu nistgħu nagħmlu l-attivitajiet li għandna bżonn.", "Nerġa' ngħid, kemm fil-qasam tal-manifattura u kemm fil-qasam tas-servizzi, se jkollna bżonn li niżviluppaw ħiliet aktar avvanzati li aktar huma meħtieġa għall-attivita` ekonomika tal-lum, ta' kif kemm fil-prodotti li naħdmu f'pajjiżna u kemm fis-servizzi li noffru f'pajjiżna bil-ħiliet tan- nies tagħna, inkunu nistgħu noħolqu dak il-value added li lill-imprenditur tkun ipperswadietu jiġi jinvesti f'pajjiżna.", "M'hemmx għalfejn nirrepetu l- cliché li kulmin jiġi jinvesti hawn jiġi jinvesti hawn għax jara li jaqbilu.", "Mhux ovvja?", "F'dinja fejn il-fruntieri ħafna minnhom waqgħu u dawk li ma waqgħux qed ikomplu jaqgħu u fejn il-kapital jiċċaqlaq b'ħeffa kbira min-naħa għall- oħra tad-dinja, l-investiment illum imur fejn se jsib livell ta' spiża tajba, kompetittiva u livell ta' ħiliet meħtieġa.", "Jekk f'pajjiżna mhux se noffru dawn il-ħiliet meħtieġa u mhux se nagħtu l-value added lil min irid jipproduċi u joffri servizzi hawnhekk, mhux se jkollna l-investiment li għandna bżonn u biex ikollna l-iżvilupp ta' dawn il-ħiliet, għandna bżonn li nneħħu d-defiċjenzi kollha li għad għandna fis-sistema edukattiva tagħna, fis-sistemi ta' taħriġ tagħna u fis-sistemi ta' retraining.", "Kif diġa` għedt – u dan imkien fid-dinja - it-tweġiba mhix li tipprova tirreżisti l-bidla jew li tipprova tirreżisti dawn ix-xejriet ta' globalizzazzjoni fl-ekonomija u fid-dinja.", "Is-soluzzjoni hija li tipprovdi lill-ħaddiema bl-opportunitajiet sabiex ikunu kapaċi jadattaw ruħhom u kapaċi jinbidlu mal-bidliet li qegħdin iseħħu, li tgħinhom jiċċaqilqu ma' l- ekonomija minn ċerti tipi ta' ħiliet għal livelli oħra ta' ħiliet.", "Nerġa' ngħid li għalhekk huwa importanti li jkollna pjan strateġiku ta' l- iżvilupp tar-riżorsi umani f'pajjiżna li jorbot flimkien kemm dak li jseħħ fis-sistema edukattiva formali tagħna u kemm dak li jseħħ fis-sistemi ta' taħriġ u fis-sistemi ta' retraining tagħna.", "Dan għandu jkun pjan strateġiku maħdum flimkien bejn il-gvern, min iħaddem, il-unions u anke elementi tas- soċjeta` ċivili li qegħdin f'dawn l-oqsma.", "M'hemmx għalfejn ngħid, ma rridux nagħmlu pjan biex taparsi nkunu għamilna pjan għax minjaf kemm-il darba għamilna hekk.", "Huwa żgur li għandna bżonn li jkollna direzzjoni ċara fejn irridu nimxu, nistaqsu lilna nfusna mil-liema tip ta' ħidma ekonomika se jgħix pajjiżna, x'tip ta' ħiliet għandna bżonn għal dik il-ħidma ekonomika u kif se naħdmu biex niżguraw li l-Maltin u l-Għawdxin ikollhom dawk il-ħiliet meħtieġa għax inkella se jkollna problemi serjissimi.", "Għalhekk huwa importanti li ninvestu fit-taħriġ u fl-iżvilupp tar-riżorsi umani, li dejjem ngħidu li hu l-unika riżors li għandna.", "Ħafna drabi aktar lesti li ninvestu fil-ġebel, fil-murtali u fiċ-ċerimonji milli ninvestu fl- akbar riżorsa li għandna.", "Għalhekk, nerġa' ngħid, li għandna bżonn li bis-serjeta` naraw li nitgħallmu minn dawk il-pajjiżi li rnexxielhom jaqilbu l-ekonomiji tagħhom minn ċertu tip ta' żvilupp għal ċertu tip ta' żvilupp ieħor u naraw it- tibdiliet li għamlu, l-iżviluppi li għamlu fin-nies tagħhom biex ikunu jistgħu jagħmlu din it-tibdila għax jekk ma nagħmlux din it-tibdila se jiġri dak li, fil-fehma tiegħi, diġa` beda jiġri.", "M'għandix statistika biex inkejlu dan imma nħoss - u noqgħod fuq dik li tissejjaħ anecdotal evidence - li l-brain drain f'pajjiżna beda.", "Jien wieħed minn dawk li personalment kelli opportunitajiet u esperjenzi sbieħ naħdem barra minn Malta u nirrikkmanda liż-żgħażagħ li jagħmluha għax tgħinhom ħafna biex jiżviluppaw il-personalita` tagħhom u jibdew jitgħallmu li m'aħniex iċ-ċentru tad-dinja u li d-dinja hija daqsxejn ikbar minn Malta imma li jinkwetani mhux li jkollna żgħażagħ li jridu esperjenzi ta' xogħol f'pajjiżi oħra.", "Li jinkwetani hu li żgħażagħ li jixtiequ jaħdmu f'pajjiżna m'humiex isibu x- xogħol u allura qed ikollhom ifittxu postijiet oħra.", "Aħna, bħal ħafna gżejjer oħra, għandna storja twila ta' emigrazzjoni.", "Mijiet ta' eluf ta' Maltin u Għawdxin għadhom jgħixu barra l-pajjiż għax f'pajjiżna f'dawk iż- żmenijiet li huma riedu jaħdmu, ma rnexxilniex noħolqu biżżejjed ġid u biżżejjed impjiegi biex jaħdmu hawnhekk.", "Inħoss li dik qed terġa' tiġri u li għandna żewġ tipi ta' brain drain.", "Għandna dawk li tradizzjonalment, bħall-emigranti ta' qabilhom, qed ikollhom imorru jaħdmu barra għax m'humiex qed isibu impjiegi hawn imma qed tiġri wkoll fost nies kapaċi li għandhom impjieg hawnhekk imma minħabba li qegħdin noħolqu ambjent ostili għal bidla, għal nies b'inizjattiva, għal nies li jixtiequ jagħmlu l-affarijiet b'mod differenti milli għamluhom ta' qabilhom, dawn iż-żgħażagħ qed ifittxu ambjent ta' pajjiżi oħra fejn iħossu li aktar jistgħu jkunu stmati u fejn jistgħu jużaw aħjar it-talenti tagħhom.", "Dik tinkwetani għax mhux biss għandna bżonn li f'pajjiżna noħolqu l-impjiegi li hemm bżonn għal min irid jaħdem hawn imma huwa ħażin ukoll li f'pajjiżna ma noħolqux l-ambjent tajjeb bil-konsegwenza li nies ta' ħila, ta' talent u nies kreattivi u ta' spirtu ġdid iħossu li għandna ambjent medjokri u riġidu li qed jobżoqhom 'il barra u b'hekk imorru jfittxu pajjiżi oħra.", "Dak huwa ħażin għax pajjiżna għandu bżonn it-tiġdid, it- talenti u l-ħiliet ta' min irid ibiddel l-affarijiet u ta' min irid jagħmel l-affarijiet b'mod differenti għax qed ngħixu fi żmenijiet ta' tibdil u ta' taqlib kbir u għalhekk għandna bżonn dawn in-nies.", "Sur President, saru ħafna studji li janalizzaw liema huma dawk is- soċjetajiet u dawk l-ekonomiji li kapaċi joħolqu l-ġid u l-impjiegi u karatteristika fosthom hija li dawn ħafna drabi jkunu soċjetajiet miftuħa b'sistemi miftuħa fejn tavvanza fuq il-mertu tiegħek u mhux għax għandek il- konnessjonijiet jew għax int bażużlu ta' xi ħadd.", "Dawn huma sistemi li jippermettulek tagħmel żball.", "L-aktar ekonomiji li jirnexxu huma l- ekonomiji fejn għandek sens u spirtu ta' sogru.", "Kif wieħed jista' joħloq il- ġdid jekk ma jistax jiżbalja?", "Araw daqsxejn kemm javvanzaw soċjetajiet u ekonomiji bħal dawk Amerikani għax m'humiex risk averse.", "Sfortunatament il-kultura dominanti Ewropea u anke l-kultura ekonomika dominanti Ewropea hija risk averse, hija kontra li jkollok is-sogru li tagħmel xi ħaġa ġdida u dik hija waħda mir-raġunijiet għaliex kemm f'pajjiżna u kemm fl-Ewropa, il-venture capital ma tantx huwa avvanzat għax waħda mil-aktar affarijiet li timpressjonak f'sistemi, per eżempju, bħall- Awstralja, bħall-Istati Uniti u bħal Kanada hija s-sinerġija li teżisti bejn kulleġġi teknoloġiċi bħall-MCAST, l-universitajiet, il-venture capital u d-dinja ekonomika.", "Uħud mill-istudenti jkunu għadhom lanqas iggradwaw jew spiċċaw mill-kulleġġ u l-prodott ikun diġa` qed liema prodott diġa` qegħdin jaħsbu dwar kif se joħorġuh fis-suq.", "Dawn l-istudenti m'humiex qegħdin jaħsbu biss fuq kif se jagħmlu teżi li togħġob lit-tutor tagħhom jew lill-fakulta` li qegħdin fiha.", "Min-naħa l-oħra, ħafna mit-taħriġ u mill-formazzjoni edukattiva tagħna hija formali wisq.", "F'pajjiżna għandek ċertu ritwal x'issegwi jew ċerti linji li trid timxi 'l ġewwa minnhom u jekk jirnexxilek timxi magħhom, allura tirnexxi.", "Nafu li l- ħajja ekonomika m'hijiex hekk.", "Sabiex tirnexxi fil-ħajja ekonomika ma tridx toqgħod issegwi r-ritwali jew tagħmel xi ħaġa bilfors b'ċertu stil.", "Fil-ħajja ekonomika trid tissogra, trid tkun immaġinattiv u innovattiv.", "Nerġa' ngħid li ma jistax ikollok sistema edukattiva formali fejn mill-eta` ta' 3 snin sa 24 sena jkollok tagħlim riġidu qisek xi membru tal-life brigade!", "Fiż-żmien li jkunu fl-iskola ntellgħuhom bil-mentalita` fejn jgħidu kollox iva, ibaxxu rashom u jkunu uniformi mar-regoli, mentri fid- dinja ekonomika tal-lum trid tkun bil-maqlub.", "Fid-dinja ekonomika tal-lum trid spirtu kombattiv, spirtu esplorattiv, spirtu immaġinattiv, spirtu miftuħ u spirtu imprenditorjali.", "Dik hija l-attitudni u l-kultura li għandu jkollna u jekk din l-imġiba ma tiżviluppahiex minn eta` żgħira, allura ma tistax tippretendi li ta' 24 sena se tiffjorixxi u tisplodi.", "Għalhekk huwa importanti li noħolqu l-ambjent ekonomiku, edukattiv u tar- riżorsi umani f'pajjiżna sabiex niżviluppw il-ħiliet li se jkollna bżonn għall-ekonomija l-ġdida u għall-iżvilupp ekonomiku tal-lum u anke ta' għada.", "Dak biss jista' jagħti lil dan il-pajjiż futur aħjar u vijabilita`.", "Dak biss jista' jagħti lit-tfal u liż-żgħażagħ tagħna futur fejn jistgħu jgħixu f'dawn il-gżejjer għaliex kemm jekk iridu jaħdmu f'pajjiżna u kemm jekk iridu jaħdmu f'pajjiżi oħra, jekk kemm-il darba mhux se jkollna nies bil-ħiliet meħtieġa, se jkollna l-ikbar traġedja li qatt rajna.", "Dan għaliex ikollna nies li ma jkunux impjegabbli u għalhekk, fil-fehma tiegħi, - u nagħlaq fuq dan il-punt - inħoss li wasal iż-żmien li t-tip ta' rapport li jsir mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ għandu jkun wieħed b'aktar sugu ħalli nkunu nistgħu nagħmlu riflessjoni serja f'dan il- parlament.", "Irridu naħsbu sabiex dak li rridu nagħmlu jkun kwalitittivament differenti minn dak li qed jiġi mressaq f'dan ir-rapport.", "Hemm bżonn li dan ir-rapport janalizza x'ħiliet għandna fil-livelli tan-nies li qed ifittxu x-xogħol minħabba li dak preżenti tilfuh u tan-nies li għandhom bżonn taħriġ mill-ġdid għaliex l-impjiegi li kienu jagħmlu jew li ġew ippreparati għalihom m'għadhomx jeżistu aktar.", "Jekk mhux se nagħmlu dan se jkollna problema kbira mhux biss ta' qgħad iżda anke ta' nies li m'humiex impjegabbli.", "Sur President, il-kejl veru tas-suċċess ekonomiku narawh biss minn kemm jirnexxielna noħolqu ġid u impjiegi u minn kemm jirnexxielna nżidu nisa u rġiel, ta' etajiet differenti, jaħdmu fl-ekonomija tagħna.", "Ovvjament dan għaliex il-futur u s-sostenibilita` ta' pajjiżna tiddependi minn kemm jirnexxielna jkollna impjiegi.", "Pero` sabiex ikollna l-impjiegi, jiddependi minn kemm jirnexxielna nagħtu lin-nies tagħna l-ħiliet li għandhom bżonn fid-dinja tal-lum.", "Ilkoll kemm aħna nafu li l-ħarsien ta' l-ambjent, is- servizzi soċjali, in-nefqa li rridu nagħmlu għas-servizzi pubbliċi ta' l- edukazzjoni u tas-saħħa, l-amministrazzjoni pubblika u l-flus li għandna bżonn sabiex intejbu l-kwalita` tal-ħajja tagħna jiġu biss mill-ħolqien tal- ġid u mill-ħolqien tax-xogħol.", "Nafu wkoll li s-suċċess ekonomiku jiddependi mis-suċċess edukattiv.", "Is-suċċess edukattiv u s-suċċess ekonomiku jiddependu wkoll mis-suċċess ta' kemm aħna niżviluppaw fin-nies tagħna dawk il-ħiliet li għandhom bżonn għad-dinja tal-lum u għad-dinja ta' għada.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru, jekk jogħġbu, jgħaddi għall-winding up.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, l-ewwelnett irrid nirringrazzja lil sħabi membri parlamentari li pparteċipaw għal din id-diskussjoni.", "Kien hemm diversi punti li tqanqlu mill-kelliema kollha li, fil-fehma tiegħi, il- Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ tagħmel tajjeb li tirrifletti fuqhom u tara safejn tista' timplimentahom.", "Naħseb li jkun tajjeb jekk din tara safejn tista' tilqa' s-suġġerimenti u l-kritika li sarulha u dan għandha tagħmlu bl-iskop li ttejjeb il-ħidma tagħha, li hija għodda importanti għas- suq tax-xogħol tagħna.", "Għalhekk anke jien nixtieq ngħaddi ftit kummenti fuq xi affarijiet li ntqalu hawnhekk.", "Nixtieq nibda fuq il-punt ta' kif iż-żewġ naħat tal-Kamra nħarsu lejn is- sitwazzjoni ekonomika u lejn is-sitwazzjoni tax-xogħol u tal-qgħad f'pajjiżna.", "Per eżempju, xtaqt insemmi xi ħaġa li ġieli ngħiduha ż-żewġ naħat tal-Kamra; daqqa ngħiduha minn perspettiva mod minn din in-naħa tal- Kamra u daqqa tgħidha minn perspettiva oħra n-naħa l-oħra tal-Kamra.", "Ġieli jkollna okkażjonijiet fejn min ikun qed jismagħna jibda jitħawwad, jibqa' mħasseb u jibda jistaqsi lilu nnifsu jekk f'din il-Kamra aħniex qegħdin nitkellmu fuq l-istess pajjiż.", "Sa ċertu punt wieħed jista' jifhmu dan l- argument għaliex min-naħa tagħha l-oppożizzjoni titkellem u turi l-lenti n- negattiva u l-lenti l-aktar sewda, imbagħad tisma' lin-naħa tal-gvern, li jitkellem b'ton ħafna inqas negattiv minn dak li bih tkun tkellmet l- oppożizzjoni.", "U ġieli jkollna l-media tal-partit Nazzjonalista li min-naħa tagħha, tkabbar ċerti fatturi forsi xi ftit aktar mill-proporzjon tar- realta` sabiex jispikkaw aktar il-punti pożittivi.", "Naħseb li wieħed irid jidra japprezza li kemm jekk aħna nkabbru l-affarijiet pożittivi lil hinn mir-realta` vera kif ukoll jekk inpinġu l-affarijiet b'tali mod li kollox ikun ta' qtigħ il-qalb u iswed, ma nkunu qed nagħmlu l-ebda ġid għal pajjiżna.", "Jekk irridu verament il-ġid għall-ħaddiema Maltin u Għawdxin, irid ikollna l-onesta` li naraw dak li hu tassew reali.", "Ikun żball kbir jekk ikun hemm xaqq ta' dawl u aħna nipprovaw ngħattuh.", "Jekk irridu l-ġid lill-poplu tagħna, m'għandniex nuru biss ir-realta` tad-diffikultajiet, ta' l-isfidi u ta' l-affarijiet li ma jkunux qed iġibu r-riżultati mixtieqa.", "Pero` hemm bżonn li nuru anke dawk l-affarijiet li sejrin tajjeb.", "Hemm bżonn nuru anke dawk l-affarijiet fejn il-poplu, bil-ħila tiegħu, ikun qiegħed jirnexxielu jikseb għaliex sabiex ikompli fit-triq tiegħu u jkompli jiffaċċja d-diffikultajiet, il-poplu jrid ukoll lil min ikabbarlu u jqanqallu l-fiduċja fih innifsu.", "Il-poplu jrid ukoll lil min jagħmillu l- kuraġġ.", "Għal dan il-għan, meta wieħed iħares lejn is-sitwazzjoni preżenti, ma jistax jiffoka biss fuq dawk il-partjiet negattivi.", "Sur President, min huwa dak il-membru f'din il-Kamra li ma jixtieqx li f'pajjiżna ma jkollniex iżjed qgħad?", "Min f'din il-Kamra ma jixtieqx li l- fabbriki jibqgħu joperaw u ma jagħlqux?", "Min f'din il-Kamra ma jixtieqx li n-nisa li jridu jaħdmu jsibu xogħol kif iridu huma?", "Mhux kulħadd jixtieq li nimxu lejn din ir-realta`?", "Pero' kulħadd irid iżomm saqajh ma' l-art u hemm bżonn li wieħed iħares lejn iċ-ċirkostanzi vera ta' pajjiżna.", "U meta jien inħares lejn iċ-ċirkostanzi tal-lum insib li s-sitwazzjoni ekonomika u dik tas-suq tax-xogħol qiegħda turi ċerta bażi ta' realta`.", "Per eżempju, qiegħed nara li l-ekonomija tagħna qed jirnexxielha tiġġieled kontra l- mewġ, il-ħalel u t-tibdil kbir li jinstab għaddej fid-dinja kollha.", "Allura jekk hemm postijiet tax-xogħol li qed jintilfu fis-settur privat u fis- settur pubbliku minħabba r-ristrutturar, dak l-istess ristrutturar qiegħed joħloq postijiet ta' xogħol ġodda u postijiet ta' xogħol li huma produttivi.", "Waħda mill-affarjiet li rrid nenfasizza hija l-mod ta' kif wieħed irid jindirizza dak li jkun qiegħed jgħid.", "Per eżempju, jekk wieħed jara t-titlu li hemm fil-ġurnal \"The Times\" illum meta kienet qed tirrapporta dwar dak li għedt jien, issib li ma rrapportatnix bħallikieku tkellimt b'xi ton trijonfalistiku jew inkella li jien m'iniex qiegħed nara r-realta` vera.", "U t-titlu tar-rapport parlamentari tad-diskors tiegħi x'kien?", "It-titlu kien \"Workers' participation rate unacceptably low, minister\".", "Din hija xiehda li jien ma ħadtx dik il-linja fejn qisu m'għandniex problemi jew inkella qisu kollox miexi ħarir.", "Nerġa' ngħid li l-gvern li qed imexxi l-Prim Ministru Lawrence Gonzi huwa gvern realistiku ħafna, huwa gvern b'saqajh ma' l-art, pero` huwa gvern li qiegħed jikseb ir-riżultati.", "Naturalment m'huwiex qiegħed jikseb ir-riżultati kollha li l-pajjiż kollu għandu bżonn, pero` r- riżultati qegħdin niksbuhom u dan huwa magħruf mill-fatti, mir-realta` li naraw ta' kuljum u anke mill-istatistika li għandna quddiemna.", "Sur President, wieħed mill-punti prinċipali li għamel l-Onor.", "Karl Chircop kien fuq il-kwestjoni ta' safejn wieħed għandu jibbaża ruħu fuq l- istatisitka li toħroġ il-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ.", "Dan huwa dibattitu li diġa` konna għaddejna minnu għaliex jitkellem dwar l-għodda differenti li nużaw bl-iskop li jkollna stampa u analisi, kemm jista' jkun oġġettiva, dwar kemm huwa l-ammont ta' persuni li qegħdin jaħdmu bi qligħ u kemm huwa l-ammont ta' persuni li huma lesti li jidħlu fid-dinja ekonomika tagħna.", "L-ewwel waħda hija l-gainfully occupied population mentri l-oħra hija l-labour supply.", "Imbagħad hemm l-ammont ta' dawk in-nies li huma bla xogħol.", "L-oppożizzjoni Laburisa tieħu bħala l-kejl tagħha l-labour force survey, jiġifieri dak is-survey li huwa organizzat mill-uffiċċju nazzjonali ta' l-istatisitka fuq metodoloġija li hija wżata fl-Ewropa kollha.", "Dan is- survey huwa wieħed mill-għodda li anke l-gvern preżenti juża.", "Tajjeb ngħidu wkoll li l-labour force survey daħal f'pajjiżna għaliex aħna dħalna fl-Unjoni Ewropea.", "Kif nafu l-Unjoni Ewropea għandha s-sistema tagħha ta' kif iżżomm l-istatistika u għalhekk, kulmin jidħol membru ta' l-Unjoni Ewropea, irid jikkonforma ruħu ma' dik is-sistema ta' statistika.", "B'dan il- mod wieħed ikun jista' jqabbel u janalizza like with like mal-pajjiżi kollha msieħba fl-Unjoni Ewropea.", "Tajjeb ngħid li l-gvern jagħmel użu mil-labour force survey u li dan is- survey isir mill-uffiċċju nazzjonali ta' l-istatistika.", "Aħna niġbdu l- konklużjonijiet li għandna niġbdu minn dan is-survey pero` dan ma jfissirx li l-għodda l-oħra ta' l-istatistika, bħal dik li tinħadem mill- Korporazzjoni għax-Xogħol u r-Taħriġ m'hijiex għodda wkoll li aħna għandna nużaw.", "Il-kelliem ta' l-oppożizzjoni jrid jifhem u jrid idaħħalha f'rasu li l-economic survey m'huwiex xi dokument partiġġjan iżda huwa dokument mibni fuq l-istatisitka u fuq fatti oġġettivi dwar il-performance ta' l- ekonomija ta' pajjiżna.", "Issa meta l-economic survey jiġi biex jitkellem fuq is-suq tax-xogħol, jibni l-argumenti tiegħu minn fuq l-informazzjoni li tiġbor il-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ.", "Dan isir għaliex il-labour force survey ma jagħtikx l-informazzjoni dettaljata u klassifikata settur b'settur u sa l-inqas bniedem li qiegħed jaħdem bħalma tagħtina l- Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ.", "Per eżempju, jekk wieħed jiftaħ il- labour force survey isib klassifika ta' kumpanniji bl-informazzjoni kollha u b'hekk wieħed ikun jista' jasal għall-konklużjonijiet ta' liema huma dawk is-setturi tal-manifattura u tas-servizzi li jkunu qegħdin jagħtu rendiment u liema huma dawk li m'humiex jagħtu rendiment.", "Sur President, jekk wieħed iħares lejn paġna 63 ta' l-economic survey isib lista sħiħa ta' impjiegi fis-settur tal-manifattura.", "Din imbagħad tinqasam f'setturi individwali u b'hekk inkunu nistgħu naraw kemm għandek nies li jaħdmu fil-qasam tal-produzzjoni ta' l-ikel, tax-xorb u tat-tabakk, dawk li jaħdmu fil-qasam tat-tessili, tal-ġild, ta' l-injam, tal-karta, prodotti tal-kimika, tal-lastiku u ħafna oħrajn.", "Din l-informazzjoni dwar kemm hemm persuni jaħdmu, kemm żdiedu u dwar kemm hemm fis-settur privat u s-settur pubbliku ma jagħtihielekx il-labour force survey ta' l-uffiċċju nazzjonali ta' l-istatistika.", "Din l-informazzjoni kollha tinġabar mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ.", "Il-kollega tiegħi l-Onor.", "Evarist Bartolo semma l-importanza li jkollna rapporti analitiċi u li jkollna analisi serja.", "Issa l-\"Economic Survey\" huwa dokument ta' din it-tip ta' analisi.", "Allura jekk għandna dan id- dokument li sabiex jagħti stampa reali, irid imur fuq l-informazzjoni li tinġabar mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ, naħseb li għandna nużaw dik l-informazzjoni proprju għal dan l-iskop.", "Pero` jekk issa se nużaw u se nagħfsu fuq l-istatistika li toħroġ mil-labour force survey, irridu ngħidu wkoll li fuq din l-istatistika hemm imniżżel li għandna 3,300 ruħ jaħdmu aktar milli qed tgħid l-ETC jiġifieri what is good for the goose is good for the gander.", "Sur President, ma nistgħux nenfasizzaw fuq il-punt li l-labour force survey qiegħda turi ammont ta' nies li qed ifittxu x-xogħol li huwa aktar minn dak li qed tgħid l-ETC u mbagħad ma nenfasizzawx li l-istess statisitka tal- labour force survey turi 3,300 ruħ jaħdmu aktar milli qiegħda turi l-ETC.", "Allura l-appell tiegħi huwa sabiex l-oppożizzjoni ma toqgħodx kull darba tagħmel l-argument li l-istatistika tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u t- Taħriġ hija misleading.", "Il-heading ta' l-artiklu li ħareġ fil-ġurnal ta' \"The Times\" jgħid li \"Opposition views ETC figures as misleading\".", "Ovvjament dan il-ġurnal qiegħed jirrapporta dak li qalet l-oppożizzjoni.", "Madankollu dan mhux minnu.", "Sur President, hija misleading u qiegħda timmiżinforma l-oppożizzjoni u mhux l-ETC.", "Qed nitkellmu fuq żewġ għodod li bihom inkejlu s-sitwazzjoni ekonomika fil-qasam tax-xogħol u nagħmlu l-analisi, li huma differenti minn xulxin.", "U tant huma differenti li jidher anke mill-labour force survey li bagħat l-uffiċċju nazzjonali ta' l-istatistika proprju llum.", "X'inhi d- differenza?", "L-ETC f'Malta għandha dak li ngħidulu l-headcount, jiġifieri tgħodd lin-nies li huma qiegħda wieħed wieħed u waħda waħda.", "Dan jista' jsir f'Malta biss u fl-ebda pajjiż ieħor; la fil-Ġermanja, la fi Franza, la fl-Ingilterra u lanqas fl-Italja.", "Barra minn Malta jadottaw il-labour force survey u jridu jagħmlu a random sample.", "Aħna għandna l-vantaġġ li tant aħna ċkejknin, tant nafu lil xulxin li nistgħu nkunu nafu min hu tassew bla xogħol, min tassew qed ifittex ix-xogħol, min tassew irid jaħdem u min tassew irid jagħti kontribut fl-ekonomija.", "Il-labour force survey jgħidilna li dawn jinkludu l-persuni kollha minn 15- il sena 'l fuq.", "Jien diġa` spjegajt li dawk in-numri li jitkellem fuqhom il-labour force survey jinkludu l-eluf ta' nies illi bil-liġi jridu jibqgħu l-iskola.", "Dawk li għandhom 15-il sena, li għandna minn ta' l-inqas 4,000, bilfors iridu jkunu l-iskola u lanqas jistgħu jkunu impjegati.", "Imma skond il-labour force survey, jekk jien għandi żewġt itfal li għandhom din l-eta` u m'humiex jaħdmu, se jitniżżlu bħala nies qiegħda, mentri fil-fatt dawn ikunu għadhom imorru l-iskola.", "Barra minn hekk aħna qegħdin nimbottaw biex ħafna iktar nies ikomplu jistudjaw.", "Irrid ngħid ukoll illi dan l-istess labour force survey jagħmel allowance ta' ċertu żball marġinali.", "Għalhekk jien nixtieq li l-oppożizzjoni ma tibqax tpinġi l-istatistika ta' l-ETC bħala waħda li m'hijiex korretta.", "L-ETC hija aġenzija integra, imwaqqfa b'liġi u m'għandha l-ebda interess li tnaqqas jew iżżid il-problema tal- qgħad.", "Din qiegħda hemmhekk il-ħin kollu ddedikata biex tgħin lil min qed ifittex ix-xogħol u ma rridux nibqgħu nagħtu l-impressjoni li l-figuri li tagħti m'humiex korretti.", "Tant hu hekk li jekk wieħed jeżamina l-figuri ta' l-ETC minn mindu twaqqfet, jikklassifikahom u jara l-unemployment figures by age group, l-unemployment figures by duration of registration u l-unemployment figures by gender, jinduna li hemm ċertu pattern.", "Ma tistax tieħu l-figuri ta' din is-sena biss jew tqabbel il-figuri ta' Settembru mal- figuri ta' issa.", "Qalulna li dawk li qed jirreġistraw għax-xogħol u huma żgħażagħ, li jien neħodhom bejn l-20 u d-29 sena u nieħu wkoll il-grupp ta' bejn it-30 u d-39 sena, għamlu qabża kbira.", "Meta inti teħodhom fuq firxa ta' ħames snin, bejn is-sena 2000 u s-sena 2005, issib li bejn wieħed u ieħor dan l-age group baqa' fuq l-istess livell.", "Mhux ovvja li l-aktar li se jkollok age group kbir huwa proprju f'dawn it-tip ta' livelli!", "Jekk wieħed jieħu l- livelli skond is-sess isib il-fenomenu li fl-aħħar ħames snin hemm iktar nisa li bdew jirreġistraw għax-xogħol.", "Dan qed jiġri għax aħna qed nimbottawhom biex jagħmlu hekk ukoll.", "Qed ngħid dan kollu biex nuri li l- impressjoni li qed tipprova tagħti l-oppożizzjoni Laburista hu li tnaqqas l- effett pożittiv li l-gvern qed jirnexxielu jakkwista bil-politika ekonomika tiegħu fil-qasam ta' l-impjiegi.", "Nerġa' ngħid li meta tqis kif il-gvern qed jissikka, li miegħu m'hu qed jimpjega lil ħadd u qiegħed inaqqas, meta tara r-ristrutturazzjoni li qed issir fis-settur privat, fejn qed jagħlqu ċerti fabbriki u jinfetħu oħrajn, meta tara r-ristrutturar tas-settur pubbliku, suppost mhux ikollok 7% skond il-labour force survey u 4.5% skond il-figuri ta' l-ETC ta' nies qiegħda imma suppost ikollok l-iktar pajjiż li għandu qgħad fl-Ewropa.", "Pero` s-sitwazzjoni m'hijiex hekk, Sur President.", "Jekk issa nieħu l-kejl li trid tieħu l-oppożizzjoni tal-labour force survey u l-figuri li tawni l-euro indicators ta' l-Eurostat insibu li r-rata tal- qgħad ta' Malta hija inqas minn ta' Spanja, inqas minn tal-Ġermanja, inqas minn ta' Franza u inqas minn tal-Greċja.", "Issa dawn huma l-pajjiżi l- antiki u dejjem jgħidulna biex inqabblu lilna nfusna mal-pajjiżi li bħalna daħlu fl-Unjoni Ewropea.", "Fil-fatt insibu li r-rata tal-qgħad hija inqas minn tas-Slovakkja, inqas minn tal-Latvja u inqas minn taċ-Ċekoslovakkja.", "Hawnhekk qed nagħmlu kejl b'kejl u mhux il-kejl ta' l-ETC mal-kejl tal- labour force survey.", "Jekk nieħdu l-istess kejl tal-labour force survey applikat kullimkien bl-istess kriterji ssib li r-rata tagħna hija ta' 6.4% filwaqt li tal-Polonja hija ta' 17.5%, tas-Slovakkja, li daħlet magħna, hija ta' 15%, tal-Greċja hija ta' 9.9%, ta' Franza hija ta' 9.6%, ta' Spanja hija ta' 9.4% u tal-Latvja hija ta' 8.8%.", "L-average tal-25 pajjiż fl-Unjoni Ewropea huwa ta' 8.7% filwaqt li tagħna huwa ta' 6.4%.", "L-average ta' l-euro zone huwa ta' 8.6% u tagħna huwa ta' 6.4%.", "Dan hu li l- oppożizzjoni trid tgħid, Sur President.", "Jien m'iniex qed nistenna li l-oppożizzjoni ma tgħidx illi għandna fabbrika li qiegħda fil-periklu kbir li tissensja 850 ruħ jew li għandna fabbrika li qiegħda fil-periklu li tissensja 100 ruħ.", "Dawn bejniethom jagħtuk rundown li naħseb li l-aħħar li rajna bħalu kien fi żmien ir-rundown tas-servizzi Ingliżi, għax hawnhekk qed nitkellmu fuq kważi 1,000 ruħ f'daqqa!", "Jien m'iniex qed nistenna li l-oppożizzjoni ma tgħidx dan.", "Mhux qed nistenna li l-oppożizzjoni ma tgħidx illi b'6.4% għadna 'l fuq milli ngħidu illi għandna l-full employment.", "Of course not!", "Imma naħseb li l-fatt li aħna qegħdin f'dan il-league, bid-diffikultajiet b'kollox, b'ekonomija daqs tikka li qed tiġi buffeted minn dan il-mewġ kollu u qed jirnexxielna b'dan il-mod, għandu jkun rikonoxxut, Sur President.", "Hemm imbagħad l-issue tal-work permit.", "L-ewwelnett ma nixtieqx li jintefgħu allegazzjonijiet in arja biex qisna nagħtu l-impressjoni li jista' jkun hemm xi tbagħbis.", "Jekk hemm min għandu ħjiel li hemm xi ħadd li fil-ħruġ ta' permessi lill-barranin m'huwiex qed jimxi b'mod regolari u bl-integrita` meħtieġa, jista' jmur dritt għand l-ETC u jgħidilhom x'inhuma l-fatti u mhux jiġi jgħid lili.", "Pero` jekk hemm iktar ħruġ ta' employment licences ma jistax ikun li hija responsabbli għalihom l-ETC għax l-ETC ħadet over din il-function ix-xahar li għadda.", "Jiġifieri sa l-1 ta' Settembru kien id-dipartiment li kien joħroġ dawn il-permessi, Sur President.", "Veru li hemm żieda ta' ħruġ ta' employment licences pero` mhux mill-ETC, nerġa' ngħid, għax din għadha tibda u nkunu nistgħu nitkellmu fuq l-ETC bħal dan iż-żmien sena.", "Imma l-verita` hi li min-naħa waħda għandek l- impatt ta' l-Unjoni Ewropea u min-naħa l-oħra għandek ukoll l-impatt tas- suq tax-xogħol.", "Fil-bulk tagħhom dawn l-employment licences, speċjalment tat-third country nationals, ta' dawk li m'humiex fl-Unjoni Ewropea, huma fl-industrija tal-kostruzzjoni.", "Jien naf li l-ETC pprovat diversi metodi biex tara min minn dawk il-pesuni li qegħdin jirreġistraw magħha jista' jkollhom l-attitudni u l-ħiliet li jaħdmu fl-industrija tal-kostruzzjoni ħalli titfagħhom jaħdmu hemm.", "Sur President, jien ċert li b'idejha fuq il-kuxjenza l-oppożizzjoni fil- fond ta' qalbha tammetti li llum fis-suq tax-xogħol qed tiġri shift.", "Il- Maltin m'humiex lesti li jagħmlu kull tip ta' xogħol akkost ta' kollox.", "Nafu illi hawn il-kultura, hawn il-mentalita`, hawn ukoll il- possibbiltajiet ekonomiċi u soċjali illi wieħed jista' jkun iktar choosy dwar x'xogħol jista' jaspira li jagħmel milli seta' jagħmel qabel.", "Irrid ngħid li mkien fir-rapport ma jintqal illi n-numru ta' nies li ilhom ifittxu x-xogħol aktar minn sena, naqas bi 37%.", "Ir-rapport jgħid biss, eżattament f'paġna 7, li n-numru ta' nies li ilhom ifittxu x-xogħol għal aktar minn sena kien jirrappreżenta 37% tal-qgħad totali.", "Sur President, nerġa' ninnega li l-ETC taqta' lin-nies minn fuq ir-reġistru biex sempliċement in-numru ta' nies qiegħda jonqos.", "Dan m'hu veru xejn.", "U nerġa' ngħid li mhux biss 15% ta' dawk li ġew maqtugħin mir-reġistru appellaw, imma 75% minn dawk li appellaw tilfu l-appell quddiem l-awtorita` nazzjonali tax-xogħol.", "Irrid ngħid ukoll li hemm fatturi illi huma importanti li wieħed iżommhom quddiem għajnejh.", "L-Onor.", "Bartolo xtaq li jkollna rapport iktar analitiku u iktar kwalitattiv.", "L-ewwelnett irrid ngħid illi l-ETC toħroġ diversi rapporti.", "Kellna rapporti dwar in-nisa u x-xogħol, dwar nies b'diżabilita`, dwar żgħażagħ u dwar single parents.", "L-ETC toħroġ diversi dokumenti analitiċi.", "Darbtejn fis-sena toħroġ l-employment barometer illi parti mill-iskop tiegħu hu proprju li jkun hemm forecasting ta' l-iskills li huma meħtieġa.", "Isiru wkoll diversi rapporti biex jevalwaw dak li jkun qiegħed isir.", "Naturalment skond il-liġi r-rapport annwali ta' l-ETC irid jitkellem dwar il-ħidma li għamlet din il-korporazzjoni.", "L-ETC jkollha sehem determinanti f'rapporti ta' kwalita`, f'rapporti analitiċi u oġġettivi, bħalma huma l- pjan ta' azzjoni nazzjonali dwar l-impjiegi, il-pjan ta' azzjoni nazzjonali dwar l-inklużjoni, id-dokument ta' qabel il-budget u d-dokument li ppubblika llum sieħbi l-Ministru Ċensu Galea dwar il-programm ta' riforma nazzjonali.", "Anke Għawdex qiegħed jingħata attenzjoni mill-ikbar mill-gvern immexxi mill- Prim Ministru Lawrence Gonzi.", "Aħna ddefinixxejna l-istatus ta' din il- gżira b'mod li tingħata r-rikonoxximent tal-karatteristiċi speċjali, tal- bżonnijiet speċjali tal-poplu tagħha u b'investiment li kien dan il-gvern biss li ressaq lejn il-gżira Għawdxija, li naturalment hija parti wkoll mill-pajjiż tagħna u l-poplu jinsab għaddej mill-isfidi internazzjonali li hawn fil-qasam ta' l-ekonomija.", "Dażgur li n-numru ta' dawk il-persuni li jirreġistraw għax-xogħol se nibdew naraw fih nies illi l-livell edukattiv tagħhom se jibda jogħla.", "Hekk se jkompli jiġri, Sur President.", "Aktar ma jgħaddi ż-żmien, iktar se jkollna nies illi jew jitilfu l-post tax-xogħol tagħhom, jew qed ifittxu x-xogħol, u l-livell edukattiv tagħhom se jogħla.", "Allaħares le!", "Jekk immorru biss għaxar snin lura u naraw kemm mill-grupp ta' żgħażagħ li għalqu s-16-il sena applikaw biex jagħmlu s-Sec \"O\" level, insibu li fl- 1994 kien hemm 50.5% ta' dak il-cohort li applika.", "Fl-2005, dik il-figura telgħet għal 81.3% li qed jitolbu li jagħmlu l-\"O\" level.", "Ladarba qed naslu f'dawn il-livelli u kulħadd jaf li l-gvern qed jimbotta bi kbir, nifhmu li s-suq tax-xogħol qed jinbidel.", "Is-suq tax-xogħol se jkollu fih nies illi l-bażi edukattiva tagħhom qed titjieb.", "Naturalment jonqosna u għadna ma wasalniex fejn irridu naslu.", "F'Malta dan irridu nassigurawh bħala kondizzjoni essenzjali għall-iżvilupp u l-kwalita` tal-ħajja tagħna.", "Aħna ma naffordjawx li jkollna persuna waħda li m'għandhiex il-bażi edukattiva tagħha.", "Aħna qegħdin naħdmu biex niżviluppaw il-ħiliet tan-nies tagħna.", "Fil-fatt qatt ma kellna fil-pajjiż firxa daqshekk wiesgħa ta' korsijiet, ta' programmi, ta' edukazzjoni u ta' taħriġ daqskemm għandna llum.", "Din il-bażi qiegħda titwessa' u qegħdin jittieħdu ħafna inizjattivi.", "Jien naqbel li m'għandniex inpoġġu t-tamiet kollha tagħna f'xi qasam wieħed partikolari bħalma hu l-qasam tal-farmaċewtika, imma jekk bħalissa qed jirnexxielna nidħlu f'din in-niċċa, allura bħalma fis-sittinijiet dħalna għan-niċċa tat-tessuti, issa għandna nidħlu fin-niċċa tal- farmaċewtika jekk din hija available.", "Din għandna nisfruttawha bl-aktar mod tajjeb possibbli.", "Il-gvern qiegħed jaħdem biex dawn il-ħiliet intejbuhom.", "Huwa veru li billi jkollok il-computers fil-klassijiet m'intix se tasal, imma aħna nafu li mhux computers biss għandna fil-klassijiet.", "Lit-tfal tagħna qed ngħallmuhom x'jiġifieri din it-teknoloġija l-ġdida.", "Qed ngħallmuhom kemm hawn bżonn li aħna nifhmu.", "Għalhekk aħna qegħdin nagħmlu analisi tas- sistema edukattiva minn isfel sa fuq nett, inkluż kif se ntejbu s-servizzi tagħna dwar il-gwida u l-pariri għall-għażla tal-karrieri.", "Għalhekk bit- tibdil li għamilna ta' l-istipendji qed nagħtu inċentivi partikolari għall- oqsma tax-xjenza, ta' l-inġinerija u tat-teknoloġija.", "Minn din is-sena bdejna wkoll b'sillabu tax-xjenza fil-livelli tal-primarja, biex inkunu nistgħu naslu ħalli fl-universita`, fl-MCAST u f'postijiet ta' taħriġ u edukazzjoni vokazzjonali, inkunu nistgħu naħsbu għal dan is-suġġett.", "Il-qasam tax-xogħol irridu ninċentivawh u ntejbuh.", "Id-diskors tal-budget jagħti idea ċara, jagħti seba' miri ta' kif aħna rridu nassiguraw illi ntejbu l-qasam ta' l-ekonomija tagħna u fih hemm sensiela twila ta' inizjattivi.", "Irridu nkomplu nniżżlu d-deficit, irridu nkomplu nnaqqsu d- dejn nazzjonali, irridu nkomplu l-proċess tal-privatizzazzjoni, irridu nkabbru l-investiment fit-teknoloġija ta' l-informatika, irridu nkomplu nirristrutturaw is-settur pubbliku, irridu nnaqqsu kemm nifilħu mill- burokrazija anke b'taqsima bħalma hija l-better regulation unit.", "Irridu naraw ukoll kif se nżidu l-inċentivi b'miljuni ta' tax credits għal min jaħdem fit-teknoloġija, fir-riċerka, fil-back office u fis-servizzi ta' l-e- business.", "Sur President, jien ngħid li dawn u ħafna oħrajn li ma lħaqtx insemmi huma vot ta' fiduċja f'dawk kollha f'Malta u f'Għawdex li għandhom il-ħila li jridu jużawha fis-settur ħalli nikkreaw il-ġid.", "U lil dawn għandna nagħmlulhom kuraġġ u għandna ngħidu li lkoll flimkien nistgħu nsostnu u nkabbru l-ekonomija tagħna biex tagħtina aktar impjiegi ta' kwalita`.", "Nirringrazzjak.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Se npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi li l- Kamra tapprova l-Estimi tad-Dħul u Infiq tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u t- Taħriġ għas-sena 2005/2006 imressqa mill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi fis-seduta tal-bieraħ.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MR SPEAKER: Din id-division tittieħed minn hawn u 20 minuta oħra.", "Billi ntalbet votazzjoni s-seduta ġiet sospiża fid-9.00 p.m. u rriżumiet 20 minuta wara.", "MR SPEAKER: Se nerġa' npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi li l-Kamra tapprova l-Estimi tad-Dħul u Nfiq tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ għas-sena 2005/ 2006 imressqa mill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi fis-seduta tal-bieraħ.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Frederick Azzopardi.", "ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI: Sur President, għan-naħa tal-gvern se jiġu paired l-Onor.", "Tonio Fenech u l-Onor.", "Mario Galea.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sur President, għan-naħa ta' l-oppożizzjoni se jiġu paired l-Onor.", "Charles Mangion u l-Onor.", "Alfred Sant.", "VOTAZZJONI NRU.", "99 FAVUR: 31", "L-Onor. | | | |Abela Anthony |Galea Censu | |Agius David |Galea Franco | |Agius Francis |Galea Louis | |Arrigo Robert |Gatt Austin | |Asciak Michael |Gonzi Lawrence | |Azzopardi |Gonzi Michael | |Frederick | | |Azzopardi Jason |Mifsud Bonnici | | |Antoine | |Borg Tonio |Mifsud Bonnici | | |Carmelo | |Cassar Joseph |Mugliett Jesmond| |Cristina Dolores |Puli Clyde | |D'Amato Helen |Pullicino George| |de Marco Mario |Pullicino | | |Orlando Jeffrey | |Debono Giovanna |Vassallo Edwin | |Deguara Louis |Zammit Ninu | |Falzon Joseph |Zammit Dimech | | |Francis | |Frendo Michael | |", "KONTRA: 23", "L-Onor.", "|Abela Carmelo |Dalli Helena | |Abela Joseph |Farrugia Angelo | |Agius Chris |Farrugia Michael| |Bartolo Evarist |Farrugia Noel | |Brincat Leo |Galdes Roderick | |Buhagiar Charles |Gulia Gavin | |Buontempo Stefan |Herrera Jose' | |Cardona Chris |Mizzi Joe | |Caruana Justyne |Refalo Anton | |Chircop Karl |Sammut Joseph | |Coleiro Marie |Vassallo Adrian | |Louise | | |Cuschieri Joseph | |", "Il-mozzjoni għaddiet u l-estimi ġew approvati.", "KUMITATI PERMANENTI", "MR SPEAKER: L-Onor.", "David Agius.", "ONOR DAVID AGIUS: Nitlob il-permess tal-Kamra biex nirrapporta progress fuq xogħol tal-kumitat li jien nippresjedi.", "MR SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata", "ONOR.", "DAVID AGIUS (President tal-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi): Sur President, nirrapporta li l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar ir-Rifuġjati għadda mill-kumitat b'emendi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Viċi Prim Ministru, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament.", ".", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "TONIO BORG (Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern): Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tnejn, 7 ta' Novembru 2005, fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Mozzjoni biex il-Kamra tmur f'Kumitat ta' Provvista għall-Konsiderazzjoni ta' l-Estimi Ġenerali ta' Spiża għas-sena 2006 - l-ewwel jum imħolli kollu għall-Oppożizzjoni.", "Skond il-ftehim milħuq bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra, id-diskors tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni se jiġi trasmess dirett fuq it-televiżjoni mill-PBS.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Michael Asciak.", "ONOR.", "MICHAEL ASCIAK: Sur President, nixtieq nittratta d-diskors tal- lejla fuq suġġett li diġa` konna bdejna niddiskutuh fil-Kumitat Permanenti għall-Affarijiet Soċjali fejn għamilna sitt xhur nisimgħu xiehda ta' filosofi, moralisti, tobba, pazjenti u l-istakeholders kollha involuti fil- proċess ta' l-in vitro fertilisation.", "Dan il-proċess ilu jsir f'Malta mill- inqas 15-il sena, filwaqt li l-proċess ta' assistant fertilisation jew kif isibuha wkoll, artificial insemination, ilha ssir f'Malta mill-inqas 25 sena.", "Sfortunatament dan il-proċess żviluppa ġo vacuum legali b'tali mod li jistgħu jsiru affarijiet li pajjiżna, bit-tradizzjonijiet legali u morali tiegħu, m'għandux jaċċettahom b'għajnejh magħluqin.", "Jien m'iniex se noqgħod ngħid jekk dan sarx jew le għax kulmin irid jara għandu għajnejh f'wiċċu pero` ladarba l-Italja, il-Ġermanja, l-Ingilterra, Spanja u Franza ddeċidew li jridu jiffirmaw u jirregolaw xi ħaġa bħal din, ma nistax nifhem kif f'Malta kultant inħossuna aħjar minn ħaddieħor u nħallu l-affarijiet għaddejjin b'mod daqshekk laxk.", "Jekk f'pajjiżna ssir liġi dwar l-IVF, irridu nirrealizzaw li l-liġi ma ssirx qabel ma jibda jsir l-IVF.", "Il-liġi li tirregola l-IVF f'pajjiżna se tidħol meta din il-fertilizzazzjoni diġa` qiegħda ssir.", "Jiġifieri din m'hijiex kwestjoni li noqogħdu ngħidu jekk l- IVF huwiex morali jew immorali intrinsikament, għax dan m'huwiex il-punt li għandna quddiemna llum.", "Il-problema li għandna quddiemna hi li l-IVF qiegħed isir, immorali jew le, u allura jeħtieġ li nirregolawh.", "Huwa aktar diffiċli li tilleġisla u tirregola l-IVF meta dan diġa` qiegħed isir, milli kieku għadu ma bediex.", "Fl-opinjoni tiegħi wieħed ma jistax idaħħal rasu taħt ir-ramel u jippretendi li din il-problema ma teżistix.", "U mhux se jkun faċli li ssir liġi dwar l-IVF f'ċirkostanzi fejn dan diġa` qiegħed isir, għaliex minbarra d-drittijiet ta' l-embriju wieħed irid iħares ukoll id-drittijiet ta' l- omm.", "Hawn irrid ngħid li fil-proċess biex wieħed jieħu l-bajd mill-mara huwa skabruż immens.", "Kellna xiehda fil-parlament dwar kemm huwa diffiċli biex issir din il-proċedura li jsejħulha hyperstimulation għax jekk ma jkollokx apparat tajjeb, il-proċedura li tintuża biex tipproduċi l-bajd mill-għanqud tal-bajd tal-mara u tiġbidhom 'il barra bi strumenti speċjali tista' tkun perikoluża ħafna.", "Jiġifieri minbarra li din hija proċedura li matulha l-omm tweġġa', twassal għal dik li tissejjaħ hyperstimulation syndrome li tista' twassal għall-mewt ta' l-omm.", "Hawn insibu ċerti konsiderazzjonijiet li t-tabib irid jieħu.", "Aħna m'aħniex qed ngħidu jekk wieħed għandux jagħmel l-IVF jew le pero` ladarba l- proċedura teżisti u jkollok pazjenta li flimkien mar-raġel tagħha jiddeċiedu li jridu jagħmluha, dik hija d-deċiżjoni tagħhom.", "Pero` hawnhekk it-tabib irid iżomm quddiem għajnejh il-ħajja ta' l-omm ukoll.", "Jien m'iniex nargumenta favur jew kontra l-IVF, għalkemm personalment ma nara l-ebda raġuni proporzjonali għaliex bejn raġel u mara miżżewġin din m'għandhiex issir.", "Qed ngħid dan għax naf li dawn il-koppji jgħaddu minn diffikultajiet kbar tant li ħafna drabi jaslu biex jisseparaw.", "Jien il- problema ta' l-infertilita` ma nsejħilhiex marda imma hija kondizzjoni.", "Dik li tikkawża l-infertilita` hija l-marda pero` l-kondizzjoni ta' l- infertilita` hija problema kbira fil-koppji u meta ma tissolviex jinqalgħu problemi serji li ħafna drabi jwasslu għas-separazzjoni tal-koppja.", "Naf li skond it-tagħlim tal-Knisja Kattolika, id-Donum Vitae tgħid li l-in vitro fertilisation huwa intrinsikament immorali, pero` nafu wkoll li San Tumas d'Aquino kien jgħid li mhux dak kollu li hu immorali għandu jiġi illegali għax jekk nagħmlu hekk nispiċċaw bid-dittatorjat u bl-anarkija.", "Dan ma jgħidux biss San Tumas d'Aquino, imma nsibuh ukoll fid-Donum Vitae III li tgħid li mhux dak kollu li huwa immorali għandu jkun illegali.", "Id- Donum Vitae III tikkwota lil San Tumas li jgħid dan il-kliem u dan jgħidu anke l-Papa Benedettu XVI f'wieħed mill-aħħar kotba li ħareġ flimkien ma' Marcello Pera, bl-isem \"Senza Radici\".", "Għal min jinteressah ngħid li l- istess ktieb ħareġ ukoll bl-Ingliż bl-isem \"Without Roots\" li jittratta dwar Europe, relativism, Christianity and Islam.", "Jekk wieħed jidħol fl- internet u jmur fuq l-Amazon ikun jista' jsibu.", "Qabel ma' disa' xhur ilu Joseph Ratzinger, dak iż-żmien kardinal, laħaq Papa, f'paġna 121 qal b'mod ċar li għalkemm il-Knisja tikkonsidra l-IVF bħala intrinsikament immorali, ma jfissirx li l-Istat għandu jagħmel ċerti interventi ta' l-IVF dejjem illegali.", "Fil-fatt hu kiteb hekk:", "\"Vorrei pero` almeno accennare al fatto che la Donum vitae, pur rifiutando sulla base di un'etica che argomenta antropologicamente, la fecondazione omologa come anche quella eterologa, non esige dal legislatore il divieto della fecondazione omologa extracorporea ma vorrebbe comunque vedere esclusa la fecondazione eterologa anche per legge, in quanto altrimenti si rinuncerebbe al valore, ancora protetto per legge, del matrimonio;\".", "Hawnhekk dan qed igħid illi l-leġislatur m'huwiex obbligat li jagħmel l-IVF illegali bejn raġel u mara miżżewġin pero` leġislatur kattoliku m'għandux iħalli li jsir l-IVF bejn raġel u mara mhux miżżewġin għaliex dak huwa assalt fuq l-istituzzjoni sekulari taż-żwieġ.", "Mela l-ogħla awtorita` tal- Knisja minn dejjem tkellmet hekk għax id-Donum Vitae III tgħid l-istess bħalma qal San Tumas d'Aquino.", "Jiġifieri wieħed irid iħares lejn l-IVF fl- ambitu tal-problemi kritiċi li jinqalgħu fil-ħajja miżżewġa bejn koppja li ma jistax ikollha tfal.", "Jien nista' ngħid li kelli minn dawn il-pazjenti u kull tabib ikollu għax dawn m'humiex problemi żgħar.", "Nafu li ħafna drabi dawn jew jispiċċaw imorru ma' xi ħaddieħor jew inkella ż-żwieġ jispiċċa.", "Ovvjament mhux dejjem jiġri hekk imma dawn huma problemi li jeżistu.", "L-Arċisqof ta' Malta, Monsinjur Ġużeppi Mercieca, fil-21 ta' Settembru ta' din is-sena fil-priedka li għamel waqt il-quddiesa tal-festa ta' l- Indipendenza rrifera għall-kwestjoni ta' l-IVF.", "Jien l-ewwelnett nispera li l-kurja talbet kopja tad-dokumenti li ħriġna mill-parlament u rrid infakkar li dawn id-dokumenti qegħdin għad-diskussjoni.", "Dawn m'humiex id- dokumenti finali, imma saru biex iqabbdu ċertu dibattitu u diskussjoni fil- pajjiż.", "Għalkemm dawn id-dokumenti jagħtu indikazzjonijiet ma jaslux għal konklużjoni u fejn hemm l-istatements dejjem hemm il-question marks warajhom.", "Jien għadni kemm tkellimt dwar jekk il-kwestjoni ta' l-IVF hijiex moralment illeċita jew le u naħseb li things stand out on their own jiġifieri jekk il-Papa qed jindika b'mod ċar li f'każ ta' koppja miżżewġa l- leġislatur m'għandux jagħmel din il-ħaġa waħda illegali, naħseb li dik titkellem għaliha nnifisha.", "Problema oħra li nqalgħet u li l-Eċċellenza tiegħu l-Arċisqof irrifera għaliha wkoll kienet proprju d-definizzjoni ta' meta tibda l-ħajja.", "Id- dokument li ħareġ il-Kumitat Permanenti għall-Affarijiet Soċjali jgħid li l- ħajja għandha tibda waqt il-proċess ta' fertilizzazzjoni u mhux aktar tard mis-singamia, jiġifieri meta l-wirt ġenetiku ta' l-omm u tal-missier jiġu flimkien biex jipproduċu ġenetika totalment ġdida li mbagħad tibqa' kostanti fil-kumplament tal-ħajja tal-human being li jkun inħoloq.", "Fil- gazzetti qed jinkitbu ħafna affarijiet dwar il-kumitat tal-bijoetika li m'għandux x'jaqsam ma' dan il-parlament.", "Dan ġie mwaqqaf mill-gvern biex jagħtih ċerti pariri, huwa multi-dixxiplinarju - jiġifieri fih nies mid- dixxiplini kollha inkluż dawk tal-mediċina, pedjatri, ġinekoloġi, patologi, avukati, psikologi, moral philosophers, teologi u anke mill-qasam tan- nursing, jiġifieri huwa pjuttost wiesa' - u minn diskussjonijiet li saru, il-konklużjoni kienet unanima.", "Issa biex kumitat bħal dan li hu magħmul minn madwar 15-il ruħ jiġi għal konklużjoni unanima fuq kwestjoni bħal din, hija xi ħaġa pjuttost rari.", "Pero` fil-fatt kien hemm unanimita` dwar meta jibda l-human being - ma rridx ngħid human person għaliex dan huwa trattat legali u filosofiku - għax kollha qbilna li dan jibda mhux aktar tard mis- singamia.", "Xjentifikament il-kumitat m'għandux dubju, u lanqas jien m'għandi l-ebda dubju, għax meta wieħed jistudja l-affarijiet jikkonkludi li l-pożizzjoni għandha tkun is-singamia.", "Il-mument li tibda l-ħajja huwa meta l-wirt tar- raġel u tal-mara jiltaqgħu biex jinħoloq wirt genetiku ġdid.", "Pero`l- Arċisqof ta' Malta ma qabilx ma' din il-pożizzjoni għal diversi raġunijiet u qed igħid li l-ikbar raġuni hi li hemm żewġ pożizzjonijiet.", "Fil-fatt hemm xjentisti oħrajn li qed jgħidu li l-ħajja għandha tibda mill- penetrazzjoni jiġifieri meta l-isperma tidħol ġol-bajda.", "L-Arċisqof qed jirraġuna – l-ewwelnett irrid ngħid li bħala Arċisqof ta' Malta għandu dritt jinterpreta t-tagħlim kif iħoss li għandu jinterpretah hu – li ladarba ma nafux eżatt, wieħed għandu jieħu l-pożizzjoni ta' penetrazzjoni.", "Issa din insib ċerti problemi biha.", "L-ewwelnett il-knisja universali – nerġa' ngħid li l-Arċisqof għandu dritt jinterpreta t-tagħlim tal-knisja universali kif iħoss hu – ma tgħidx li ma nafux id-differenza bejn penetrazzjoni u singamia li t-tnejn huma fil-proċess ta' fertilizzazzjoni.", "Dan m'huwiex xi proċess gradwatorju u jissejjaħ konċepiment li normalment idum għaddeja bejn 18 u 24 siegħa.", "Il-knisja universali ma tgħallimx li għandna ngħidu \"penetrazzjoni\" u fil-fatt tħalliha open u tuża kliem bħal konċepiment jew fertilizzazzjoni.", "L-ebda liġi fid-dinja ma tirriferi għall-penetrazzjoni.", "Fil-fatt il-liġi Taljana li għadha kemm għaddiet ukoll tirriferi għall-konċepiment.", "Għalhekk fid- dawl tad-dubju li jeżisti ma naħsibx li għandna nkunu aħna li nagħtu definizzjoni ħażina.", "Jien m'għandix dubju personali pero` billi d- diskussjoni għadha għaddejja naħseb li jkun żball legali li ngħidu \"penetrazzjoni\".", "L-Arċisqof uża l-argument tal-bush li jkun hemm il-kaċċaturi warajh u wieħed irid joqgħod attent lejn min jispara, pero` dak l-argument huwa kwalifikat ukoll.", "Teologi bħal John Mahoney u Karl Rahner li huma ġiżwiti u ħafna teologi moderni u professuri tal-filosofija morali jgħidulek li dak l-argument jista' jiġi kwalifikat.", "Per eżempju, jekk int, qabel tispara tkun ħafna aktar minn ċert milli m'intix li mhux raġel ikun hemm imma tiġieġa jew papra, u inti u t-tfal tiegħek tkunu qed tmutu bil-ġuħ, moralment tkun ġustifikat.", "Anke filosfi mis-seklu 17 jirriferu għall-mod morali kif tista' tiġi solvuta din il-problema, imma jien m'iniex se nidħol fiha għaliex la għandi l-ħin u lanqas hija l-intenzjoni tiegħi.", "Pero` l- pożizzjoni tiegħi hija illi la hemm dan id-diskors bejn singamia u penetrazzjoni, naħseb li l-aħjar kunsens u kompromess huwa billi fil-liġi ngħidu li l-human being jeżisti mill-proċess ta' fertilizzazzjoni.", "Ma jkunx għaqli li ngħidu penetrazzjoni u nerġa' nirrepeti li ħadd, inkluż il-knisja universali, ma jgħid li hemm penetrazzjoni.", "Aħna ngħidu fertilizzazzjoni għaliex waqt il-proċess jistgħu jinqalgħu ċerti problemi li ħafna drabi jpoġġu lit-", "tabib f'pożizzjoni prekarja.", "Jien kważi tlift pazjenti u naf tobba f'dan il-parlament li tilfu pazjenti f'dan il-proċess, jiġifieri l- hyperstimulation syndrome m'hijiex xi ħaġa rari.", "L-omm tgħaddi minn martirju u periklu kbir għal saħħitha biex toħorġilha l-bajd, tiffertilizzahom u timpjantahom - fl-opinjoni tiegħi l-liġi għandha tillimita l-ammont għal mhux iktar minn tnejn jew tlieta – u allura f'każ li dawn ma jaqbdux, għax iċ-ċans li jaqbdu ma' l-ultru huwa ta' 25%, se terġa' tgħaddi lill-omm mill-istess proċedura?", "Jien ngħid ukoll li l- pożizzjoni ta' singamia twassal għal dan.", "Jien ma nemminx li għandhom jiġu ffriżati l-embryos istadju pronucleo jista' jitħalla jsir l-iffriżar ħalli jekk ma jeħdux l-ewwel sett inkunu nistgħu nimpjantaw it-tieni sett?", "Illum din il-problema qed tissolva għax issa dieħla t-teknika ta' l-iffriżar tal-bajd.", "Jiġifieri sa ċertu punt għalkemm din it-teknika għadha fil-bidu, din il-problema se tissolva.", "Imbagħad hemm problema oħra ta' dak li jgħidulu s-second polar biopsy.", "Jien ngħallem l-anatomija u qallibt kull ktieb li sibt.", "Saħanistra bgħatt anke għal kotba mill-Istati Uniti, ġibt kotba li jintużaw minn embrijologi eminenti, partikolarment wieħed ta' O'Rahilly u Muller li huwa d-dekan ta' l-embrijoloġija mondjali, u sibt li ħadd ma jgħid li jeżisti embriju fil- penetrazzjoni.", "Kulħadd jgħid - ħlief xi wieħed li ma tistax tieħdu bħala kittieb – li jeżisti embriju fis-singamia u hemm min jgħid li anke wara s- singamia.", "L-awtur O'Rahilly huwa d-dekan ta' l-embrijoloġija mondjali u ħadd ma jgħid li jeżisti embriju mill-penetrazzjoni.", "Allura f'każ li jista' jsir dak li jgħidulu s-second polar body testing, fejn wieħed jista' jinduna b'ċertu mard serju bħall-Huntington's chorea u muscular dystrophy f'dak l- istadju, se nagħlqu l-bieb għalih meta nafu li jista' jsir dak li jgħidulu nuclear transfer - dan m'għandux x'jaqsam mal-cloning, biex ma nħawdux - bejn il-bajda li tkun ħażina u bajda oħra?", "Għaliex se naqbdu u ngħidu arbitrarjament li dan ma jistax isir?", "Dan jien narah daqsxejn irresponsabbli u hawn irridu noqogħdu ftit attenti.", "Il-pożizzjoni tiegħi se tibqa' dik ta' singamia, pero` nirreżisti b'qawwa kbira li l-pożizzjoni tkun penetrazzjoni.", "Il-parir mediku tiegħi huwa li ħadd m'għandu jkun prużuntuż biżżejjed li jieħu din il-pożizzjoni.", "Hawn Malta m'aħniex se nsolvu din il-problema għad-dinja - j'Alla nsolvuha imma għandi d-dubji tiegħi - imma żgur li m'għandniex insolvuha f'liġi ta' l-Istat.", "Sur President, jien naħseb li għandna sempliċement ngħidu li an embryo exists from fertilisation biex naqtgħu l-idea ta' 15-il ġurnata u ta' gradwalita`.", "Jien ma nemminx li hemm gradwalita` imma nemmen li hemm istantanjeta` u hemm ħafna pożizzjonijiet li jwasslu ...", "Per eżempju, jekk tuża t-teorija ta' Aristotele, dik li jgħidulha form and matter, tkun għadha ma ġietx stabbilita l-penetrazzjoni għax mhux dejjem ikollok essere uman fl-aħħar tal-proċess.", "Anke fil-konċett ta' żvilupp ontoloġiku kontinwu, jekk m'għandekx genoma kostanti kif jista' jkollok dan l- iżvilupp?", "M'hemmx sens fiha din tal-penetrazzjoni u allura hemm xi ħaġa ħażina.", "Rigward il-fatt jekk l-IVF għandux jitħalla bejn koppji miżżewġin jew le se jkun hawn opinjonijiet differenti fil-parlament u fil-pajjiż.", "Issib min igħidlek li jekk isir sess biex tipproduċi t-tfal barra miż-żwieġ m'huwiex reat legali – dan huwa veru - u allura għandna nħallu l-IVF isir bejn koppji li qegħdin jgħixu flimkien.", "Hemm min jirraġuna li l-Istat u l- politiku għandu l-obbligu li jikkonserva l-istruttura taż-żwieġ sekulari.", "Issa forsi politiku jista' jħoss li jekk jagħti l-kunsens tiegħu biex isir l-IVF barra ż-żwieġ jista' jkun qiegħed jimmina l-konċett taż-żwieġ u tal- familja - l-istat sekulari wkoll irid jirrispettah u fil-fatt din hija l- pożizzjoni ta' Joseph Ratzinger - jiġifieri din il-kwestjoni trid tiġi diskussa.", "Jekk jien bħala politiku nieħu l-pożizzjoni li nħalli l-IVF isir barra ż-żwieġ, il-pożizzjoni tiegħi tkun konsistenti?", "Per eżempju, jien kontra li jidħol id-divorzju f'pajjiżna għar-raġuni ewlenija li għandna noħolqu ambjent sod fejn it-tfal jitrabbew ġo familja magħmula minn raġel u mara.", "Għalhekk din hija kwestjoni li trid tiġi determinata.", "Kwestjoni oħra li sfortunatament ħafna nies qabduha minn sieqha - anke Fr Anton Gouder għax qrajtha fil-gazzetta \"Leħen is-Sewwa\" - hija l-kwestjoni ta' x'se tagħmel bl-embrijoni jekk waqt il-proċess l-omm tmut.", "Dawn se tħallihom imutu jew se tipprova ssalva l-ħajja li tkun ġiet ikkreata billi tagħtihom għall-addozzjoni?", "L-addozzjoni fiha nnifisha hija a rescue u għandha titħalla ssir.", "Mela tħallihom imutu?", "Jien ngħid li dawn għandhom jiġu ffriżati temporanjament sakemm l-omm tirkupra jew sakemm isibu donatur jekk Allaħares qatt l-omm tmut.", "Dawn huma affarijiet li jiġru pero` f'każi bħal dawn m'għandniex inħalluhom imutu imma għandna nsibu donatur għalihom, inkella se nispiċċaw bi freezer mimli embryos.", "Sur President, din id-diskussjoni ilha għaddejja sena fil-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali.", "Fil-fatt tkellimna fil-kumitat, tkellimna barra, tkellimna fuq it-television u d-diskussjoni għadha għaddejja fil-gazzetta, pero` Alla jbierek ma nistax nifhem kif min-naħa tal-partit Laburista għadna ma smajna xejn.", "X'inhi r-raġuni?", "Il-partit Laburista m'huwiex interessat f'din il-ħaġa?", "Għandu xi aġenda oħra?", "Forsi jrid li tidħol l-IVF by donor?", "Jekk għandu xi pożizzjoni oħra jgħidha u niddiskutu s-sitwazzjoni, Pero` l-fatt li dan huwa silenzjuż, għalija juri li jew m'huwiex interessat jew inkella għandu xi aġenda moħbija.", "Allura nitlob lin-naħa l-oħra ta' din il-Kamra biex tagħmel il- pożizzjoni tagħha ċara.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it-Tnejn, 7 ta' Novembru, 2005 fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "AIR MALTA WORKS COUNCIL", "15075.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 14823 u jgħid kemm-il darba ltaqa' il- works council ta' l-Air Malta minn mindu twaqqaf?", "X'xogħol għamel biex jgħin lill-Air Malta tiffaċċja l-isfidi li għandha quddiemha?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jien informat li l-works council ta' l-Air Malta minn mindu twaqqaf s'issa ltaqa' ħames darbiet.", "Is-central representative council li hu l-kumitat li jirrapprezenta l-kategoriji differenti tal- ħaddiema jiltaqa' aktar spiss, jiġifieri darbtejn fix-xahar.", "Dan il-kunsill, li hu l-ewwel wieħed li ġie stabilit f'Malta, ġie mwaqqaf biex jissaħħu r-relazzjonijiet bejn il-ħaddiema u l-management u biex ikun hemm trasparenza sħiħa u livell għoli ta' work practices.", "Għaldaqstant f'dawn il-laqgħat jiġu diskussi diversi suġġetti biex il-ħaddiema jiġu informati u kkonsultati fuq numru ta' deċiżjonijiet li għandhom bżonn jittieħdu, speċjalment dawk li jkunu se jġibu bdil sostanzjali fuq il- futur tal-kumpannija.", "Min-naħa l-oħra, ir-rappreżentanti tad-diversi kategoriji tal-ħaddiema jkunu jistgħu huma wkoll jagħtu xi ideat u suġġerimenti lill-management li jiġu evalwati u diskussi.", "Minn mindu twaqqaf il-works council, il-ħaddiema qegħdin ikunu informati aktar fuq is-sitwazzjoni tal-kumpannija, kemm dik finanzjarja kif ukoll dik operattiva u anke kummerċjali.", "B'hekk wieħed għandu jifhem li l-ħaddiema kollha jistgħu japprezzaw aktar is-sitwazzjoni tal-kumpannija u flimkien mal-management jaħdmu għal futur aħjar.", "SUMMER ARTS FESTIVAL 2005", "15098.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid kif ġew magħżula dawk li ħadu sehem fis-summer arts festival 2005 imtella' mill-kunsill għall-kultura u l-arti?", "Jista' jgħid kif intgħażlu x-xogħlijiet u xi ħlasijiet saru?", "Min tella' dawn ix- xogħlijiet?", "ONOR FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li l-attivitajiet li ġew imtella' mill-kunsill għall-kultura u l-arti f'Lulju u Awissu 2005 ġew magħżula wara negozjar bejn id-diretturi ta' l-attivitajiet u l-bord ta' tmexxija ta' Festival Malta 2005.", "Il-kriterji li ġew applikati huma l-valur kulturali, il-gwadann għall- kultura, l-arti u t-teatru u d-distinzjoni ta' l-event proposta mill-events l-oħra li kienu qed jiġu kkonsidrati.", "Fl-għażla ta' l-events ittieħdet ukoll in konsiderazzjoni n-nefqa meħtieġa sabiex tittella' l-attività flimkien mad-dħul previst mill-istess attività.", "Fil-każ ta' Dramafest 2005, il-gruppi li ħadu sehem intgħażlu wara li applikaw.", "Oriġinarjament kien ippjanat li jiġu magħżula għaxra minn fost il-gruppi kollha li japplikaw, iżda ġie deċiż li jiġu aċċettati kollha peress li applikaw biss 11-il grupp u kollha pproponew drama ta' livell aċċettabbli.", "Tabella li turi n-nefqa li saret min-naħa ta' l-MCCA għal kull attività qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "BUS SHELTER F'ĦAŻ-ŻABBAR", "15099.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li bus shelter fi Triq l- Għakrux ġewwa Ħaż-Żabbar tneħħa b'detriment għar-residenti u għal dawk li jagħmlu użu minnu u b'inkonvenjent ċar, speċjalment fil-ġranet tal-maltemp?", "Jikkonferma li dan tneħħa sabiex ikun akkomodat xi ħadd?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ninsab informat li l-awtorita' dwar it-trasport ma neħħiet l-ebda bus shelter jew bus stop minn Triq l-Għakrux, Ħaż-Żabbar.", "KINDERGARTEN F'WIED IL-GĦAJN", "15100.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid jekk instabitx xi biċċa art fejn tista' tinbena kindergarten ġdida ġewwa Wied il-Għajn?", "Kemm ġiet tqum?", "Meta se jibda x-xogħol fuqha u kemm huwa maħsub li se tkun qed tilqa' studenti?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li d-diviżjoni ta' l-edukazzjoni talbet lill- kummissarju ta' l-artijiet biex jallokalha biċċa art fejn tista' tinbena kindergarten fl-istess arja ta' l-iskola primarja ta' Wied il-Għajn.", "F'dan l-istadju dettalji oħra huma prematuri.", "TRASPORT DIRETT GĦALL-UNIVERSITA'", "15101.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li mhux qed ikun provdut trasport dirett għall-universita` u għall-MCAST minn Wied il-Għajn?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ninsab informat li studenti li joqogħdu Wied il- Għajn jistgħu jaqbdu waħda mir-rotot 17, 19 u 20 u jieqfu fil-venda ta' Ħaż- Żabbar u minn hemm jaqbdu r-rotta 300, rotta diretta lejn l-universita u l- junior college u jħallsu biss in-noll ta' rotta diretta, jiġifieri 30c, għalkemm jagħmlu interchange fil-venda ta' Ħaż-Żabbar.", "In-numru ta' studenti li qed jaqbdu r-rotta 300 minn Wied il-Għajn għadu baxx – xi ġranet ilu kien osservat li sitt studenti biss minn Wied il- Għajn użaw din ir-rotta f'ġurnata waħda – għalkemm l-awtorita' qiegħda tagħmel survey sabiex tara fuq liema rotot jew destinazzjonijiet hu ġustifikat li żżid il-frekwenza.", "Qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja ta' l-iskeda bil-ħinijiet tat- tluq tar-rotta 300, kif ukoll il-ħinijiet tar-rotot li jitilqù minn Wied il- Għajn sabiex wieħed ikun jistà jagħmel interchange.", "Rigward is-servizz lejn l-MCAST ta' Kordin, studenti minn Wied il-Għajn jistgħu jużaw ir-rotot normali, jiġifieri rotta 17, 19 u 20.", "SKEJJEL PRIMARJI F'ĦAŻ-ŻABBAR", "15102.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid kemm huwa minnu li mhux se jibqa' jingħata iżjed ħalib fl-iskejjel primarji ta' Ħaż-Żabbar?", "Jista' jgħid x'inhi r-raġuni?", "Hemm xi skejjel oħra li se jagħmlu l-istess?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li fl-iskola primarja 'A' ta' Ħaż-Żabbar kienet ittieħdet deċiżjoni mill-kunsill skolastiku li l-flus li kienu jintnefqu għax-xiri tal-ħalib għat-tfal ta' l-iskola, kellhom jibdew jintnefqu biex jinxtraw kotba għal-librerija ġdida għat-tfal mill- kindergarten sa year 3.", "Iżda minħabba l-oppożizzjoni ta' xi ġenituri, il- ħalib se jerġa' jibda jitqassam mill-ewwel ta' Novembru 2005.", "F'dawn l-aħħar snin kien hemm skejjel, fosthom dawk primarji tal-Qrendi u ta' l-Imqabba, fejn deċiżjoni simili ntlaqgħet tajjeb mill-ġenituri u l- flus intnefqu fuq riżorsi aktar bżonjużi għall-iskola.", "FOREIGN LABOUR FIT-TARZNA", "15143.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 14899 u jgħid jekk it-tarzna ħassritx proċess ta' għażla għal servizz ta' akkomodazzjoni għall-ħaddiema barranin u reġgħet bdiet il-proċedura mill-ġdid?", "Għal liema raġuni?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "FOREIGN LABOUR FIT-TARZNA", "15144.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 14900, jista' il-Prim Ministru jgħid għaliex impjegat fl-uffiċċju tiegħu li ismu qed jintbagħat separatament, ċempel lit-tarzna biex jinforma ruħu dwar il-każ imsemmi?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Filwaqt li nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għar- risposta tiegħi bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 14900, inżid ngħid li huwa d-dover ta' kull membru tas-segretarjat privat li jżomm ruħu aġġornat ma' dak li jkun qed jiġri fid-dipartimenti u l-enti pubbliċi.", "FOREIGN LABOUR FIT-TARZNA", "15147.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 14897 u jgħid kemm-il darba t-tarzna matul din is-sena għamlet sejħa għal offerti għall-akkomodazzjoni ta' ħaddiema barranin?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninsab informat li t-tarzna matul din is-sena ħarġet sejħa waħda għal offerti biex ikunu akkomodati ħaddiema barranin li minn żmien għal żmien jaħdmu fit-tarzna.", "FOREIGN LABOUR FIT-TARZNA", "15177.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid matul l-2005 kemm ħaddiema barranin kien hemm fit-tarzna?", "Għal liema tip ta' xogħol ġew ingaġġati?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal- Kamra.", "REĠISTRAZZJONI GĦAX-XOGĦOL", "15179.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid kemm kienu qed jirreġistraw għax-xogħol minn Marzu sal-lum, xahar b'xahar u lokal b'lokal?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-informazzjoni mitluba dwar persuni jirreġistraw għax-xogħol fuq l-ewwel u t-tieni parti tar-reġistru f'Malta u Għawdex minn Marzu 2005 sa Settembru 2005 qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "GĦAJNUNA FINANZJARJA LIL ŻGĦAŻAGĦ GĦAWDXIN", "15188.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' il- Ministru tgħid liema attivitajiet/skambji ta' żgħażagħ Għawdxin ingħataw għajnuna finanzjarja mill-gvern mill-1999 'il hawn?", "X'kienet l-għajnuna għal kull attivita'/skambju?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "SKEMI TA' TAĦRIĠ F'GĦAWDEX", "15189.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' il- Ministru tgħid mill-1998 'il hawn kemm Għawdxin ibbenefikaw mit-technician apprenticeship scheme, mill-extended skills training scheme u mill-ispecial education programme?", "X'kienet in-nefqa tal-gvern fuq kull waħda minn dawn l-iskemi f'Għawdex?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel il- mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "BINI TA' TOROQ F'GĦAWDEX", "15190.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' il- Ministru tgħid kemm flus ġew ivvotati u x'intnefaq attwalment fuq bini ta' toroq ġodda u bini mill-ġdid ta' toroq f'Għawdex mill-1999 sa l-aħħar ta' Settembru 2005?", "Kemm kilometri ta' toroq ġodda u ta' bini mill-ġdid ta' toroq saru?", "Fejn saru?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "ORKESTRA NAZZJONALI", "15191.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' il- Ministru tgħid x'attivitajiet wettqet l-orkestra nazzjonali f'Għawdex mill- 1999 'il hawn?", "Kemm kienet l-ispiża kull sena għal dawn l-attivitajiet?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel il- mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "GOZO CHANNEL", "15192.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' il- Ministru tgħid meta ġie ffirmat il-kuntratt bejn il-gvern u l-Gozo Channel dwar l-obbligazzjoni ta' servizz pubbliku li trid tagħti lil Għawdex din il- kumpannija?", "X'ammont qed titħallas il-Gozo Channel bis-saħħa ta' dan il- kuntratt?", "X'servizzi hi obbligata tagħti?", "Kemm-il sena jkopri dan il- kuntratt?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel il- mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "GŻIRA GĦAWDXIJA", "15196.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Peress li jirriżulta bl-aktar mod ċar li mill-2000 sa l-2003, l-aħħar sena li tagħha għadu nħadem il-prodott gross domestiku, il-livell ta' żvilupp f'Għawdex ipparagunat ma' dak ta' Malta kif ukoll ma' dak tal-medja ta' l-Unjoni Ewropea, kompla jonqos flok żdied, u peress ukoll li fid-dikjarazzjoni dwar il-gżira reġjun ta' Għawdex annessa mat-trattat ta' sħubija ta' Malta ma' l-Unjoni Ewropea, il-Gvern Malti ddikjara li:", "\"Qabel l-għeluq ta' kull perijodu tal-budget tal-komunita' fejn ikun meħtieġ ridefinizzjoni tal-politika reġjonali tal-komunita, Malta tisħaq li l-Kummissjoni Ewropea tirrapporta lill-Kunsill Ewropew fuq is-sitwazzjoni ekonomika u soċjali ta' Għawdex, b'mod partikolari fuq id-dislivelli fl-iżvilupp soċjali u ekonomiku bejn Għawdex u Malta bil- Kummissjoni tkun mitluba tipproponi miżuri xierqa, kif meħtieġ, fil- qafas tal-politika reġjonali tal-komunita' jew policies oħra rilevanti tal-komunita', biex tiżgura li jkomplu jonqsu d-differenzi fil-livell ta' żvilupp bejn Għawdex u Malta kif ukoll biex tiżgura li Għawdex ikompli jintegra ruħu fis-suq intern fuq kondizzjonijiet ġusti.\",", "Tista' il-Ministru tgħid x'passi ħa l-ministeru u x'passi ħa l-gvern biex iħares u jonora din id-dikjarazzjoni u biex jiżgura li jsir dak kollu li l- istess dikjarazzjoni tikkontempla?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Għalkemm il-kwotazzjoni mid-dikjarazzjoni dwar Għawdex li hemm fil-mistoqsija parlamentari hija kollha minnha, niġbed l- attenzjoni ta' l-Onor.", "Interpellant għall-paragrafu sussegwenti ta' l- istess dikjarazzjoni fejn jingħad li dan jiġri jekk Malta bħala pajjiż sħiħ ma tibqax eliġibbli għal ċerti miżuri tal-politika reġjonali.", "Fil-fatt Malta għadha eliġibbli għall-miżuri kollha ta' din il-politika bħala pajjiż.", "PRIVATIZZAZZJONI TAL-MALTACOM", "15199.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 15063 u jispjega l-pjani tal-gvern għall-privatizzazzjoni totali tal-Maltacom?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Il-gvern se jbiegħ l-ishma kollha lill-investitur strateġiku.", "TRIQ L-IMDINA F'ĦAŻ-ŻEBBUĠ", "15201.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 14687, jista' il-Ministru jgħid jekk qabel ma reġgħu nbnew l-istrutturi fi Triq l- Imdina, f'Ħaż-Żebbuġ ġiex verifikat mal-MEPA jekk il-bini oriġinali kienx kopert bil-permess ta' l-iżvilupp jew kienx wieħed illegali?", "Qabel ma sar il-bini l-ġdid, saru applikazzjonijiet għall-permess għall-istess bini tal- MEPA?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li waqt ix- xogħlijiet li saru fi Mdina Road kien sar twessigħ tat-triq, liema twessigħ affettwa numru ta' kmamar żgħar li kien hemm iħarsu għal fuq l-istess triq.", "Minħabba illi l-proprjetarji ta' l-istess strutturi kienu ser jintlaqtu ħażin mit-twessigħ in kwestjoni, l-awtorita' dwar it-trasport affettwat kostruzzjoni replika tal-partijiet tal-kmamar zgħar li kienu se jitwaqqgħu biex tali strutturi żgħar li kienu diġa' eżistenti fit-triq, ikunu jistgħu jintużaw mill-proprjetarji sakemm issir it-tieni fażi tat-triq.", "Kien hemm każi fejn l-awtorita' għamlet applikazzjoni għall-permess tat- twaqqigħ u l-bini ta' uħud mill-kmamar li nbnew fi Mdina Road.", "F'xi każi partikolari, l-awtorita' dwar it-trasport għamlet laqgħat mal-MEPA u s- sidien u l-periti tagħhom sabiex tkun stabilita l-pożizzjoni tal-MEPA dwar ċaqliq u użu tal-proprjeta' affetwata.", "MTARFA BYPASS", "15202.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 15062 u jgħid f'liema stadju wasal ix-xogħol fuq Mtarfa bypass?", "Kemm ġie jiswa x- xogħol li sar s'issa?", "Meta hu maħsub li se jitlesta dan ix-xogħol li ilu jkarkar sitt snin?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-ewwel parti tal-bypass ta' l-Imtarfa tlestiet aktar qabel matul din is-sena bl- asfaltar sal-pont.", "It-tieni parti bdiet dan is-sajf u r-retaining wall qed jinbena bħalma sar fl-ewwel fażi.", "Ix-xogħol kollu ġie jiswa madwar Lm772,000 u s'issa tħallsu minnhom Lm643,000 minn din is-somma.", "Triq li tgħaqqad il-bypass ta' l-Imtarfa, ħdejn iċ-ċimiterju tal-militar ta' l-Imtarfa, qiegħda tinbena mill-ġdid bħala parti mit-toroq iffinanzati mill-protokol Taljan.", "Ix-xogħol mistenni jitlesta fil-ġimgħat li ġejjin.", "Fil-ġimgħat li ġejjin ukoll għandu jkun stabilit kif ser titkompla l-aħħar parti li fadal sabiex ix-xogħlijiet fuq din il-bypass jitlestew kollha.", "UŻU TA' L-ENERĠIJA", "15203.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 14966 u jgħid x'inhi tagħmel l- Enemalta sabiex taċċerta ruħha li l-konsumatur juża l-enerġija b'mod aktar għaqli?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Il-fehma tiegħi hi li hi responsabbilta' ta' kull konsumatur li jevita l-ħela ta' l-enerġija.", "Xejn m'hu b'xejn u m'għandux ikun biss għax jogħla l-elettriku li wieħed għandu joqgħod attent kif jużah.", "L-istess jgħodd għall-ilma, il-karta u kull riżorsa oħra.", "Il- funzjoni ta' l-Enemalta hi li tforni l-enerġija, għalkemm minn żmien għal żmien l-Enemalta toħroġ pubblikazzjonijiet u tipprovdi informazzjoni permezz tal-website tagħha dwar kif il-konsumaturi jistgħu jaħlu anqas.", "Il-ministeru qabbad lill-Enemalta biex tassisti lill-enti fid-dekasteru tiegħi fl-implimentazzjoni ta' programm ta' tnaqqis fl-użu ta' l-enerġija u l-adozzjoni ta' mezzi alternattivi ta' enerġija - kopja tal-linji gwida dwar ir-responsabbilta' ambjentali tal-ministeru u l-enti fih, li jistgħu jinkisbu mill-website tal-ministeru tiegħi, qed titpoġġa fuq il-mejda tal- Kamra – u naħseb li dan ikun eżempju siewi għal kull organizzazzjoni, kbira jew żgħira, kemm fis-settur pubbliku kif ukoll fis-settur privat.", "Rigward kampanji dwar l-użu għaqli ta' riżorsi li huma fil-kompetenza diretta ta' l-awtorita' Maltija dwar ir-riżorsi, nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex jagħmel id-domanda tiegħu lill-ministru konċernat.", "PRODUZZJONI TAT-TJUR", "15207.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jinformana x'inhi l-produzzjoni tat-tjur mill- impjanti tal-proċessuri li għadhom ma ġewx konformi mar-regoli imposti u rakkmandati mid-dipartiment tas-servizzi veterinarji lokali?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Ninsab informat li l-qatla ta' broilers minn Jannar sa l-aħħar ta' Awissu kienet ta' 294,161 kg filwaqt li l-produzzjoni mill-cutting plant tat-tjur kienet ta' 1500 kg fil-ġimgħa.", "FIRE EXIT STAIRS", "15223.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tikkonsidra li għall-estimi tal- budget 2006, ikun hemm flus ivvotati sabiex isiru fire exit stairs f'appartamenti u blokki tal-housing estate ta' Għajn Qajjed u Għeriexem fir-Rabat?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Filwaqt li ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l- blokki indikati mhumiex proprjeta' ta' l-awtorita' tad-djar iżda huma amministrati mid-dipartiment ta' l-artijiet, ninformah ukoll li m'hemm ebda ħsieb li jsiru fire exit stairs fi proġetti ta' oqsma ta' bini tal-gvern.", "FIRE EXIT STAIRS", "15224.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tikkonsidra li għall-estimi tal- budget 2006, ikun hemm flus ivvotati sabiex isiru fire exit stairs f'appartamenti u blokki tal-housing estate ta' l-Imġarr?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 15223.", "FIRE EXIT STAIRS", "15225.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tikkonsidra li għall-estimi tal- budget 2006 ikun hemm flus ivvotati sabiex isiru fire exit stairs f'appartamenti u blokki tal-housing estate ta' Ħaż-Żebbuġ?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 15223.", "FIRE EXIT STAIRS", "15226.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tikkonsidra li għall-estimi tal- budget 2006, ikun hemm flus ivvotati sabiex isiru fire exit stairs f'appartamenti u blokki tal-housing estate tal-Mellieħa?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 15223.", "FIRE EXIT STAIRS", "15227.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tikkonsidra li għall-estimi tal- budget 2006, ikun hemm flus ivvotati sabiex isiru fire exit stairs f'appartamenti u blokki tal-housing estate ta' San Pawl il-Baħar?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 15223.", "CLUB PRIVEES", "15255.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Billi fuq l-internet wieħed isib informazzjoni fejn jeżistu club privees, jew aħjar briedel, fejn wieħed jista' isib prostituti Russi ġo bars u anke striptease f'Paceville jew Buġibba, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'passi ħadet il-pulizija dwar dan?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi l-pulizija qed tinvestiga l- informazzjoni mgħoddija mill-Onor.", "Interpellant.", "NEWS DIVISION TAL-PBS", "15256.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' ħaddiema li ma baqgħux jaħdmu fin-news division tal-PBS minn meta saret ir-ristrutturazzjoni?", "Min huma n-nies konċernati u x-xogħol kienu jagħmlu?", "Kemm bdew jaħdmu nies ġodda fl-istess news division minn meta seħħet ir-ir-ristrutturazzjoni?", "Min huma?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jien informat li l-għadd ta' nies li ma baqgħux jaħdmu fin-news division tal-PBS minn meta saret ir-ristrutturazzjoni huwa ta' 15.", "Il-karigi li kienu jokkupaw huma: executive policy & planning, manager news, manager com. education & archives, assistant manager news & current affairs, assistant manager local productions, news executve, żewġ senior reporters, żewġ reporters, clerk III, tliet senior cameramen u cameraman.", "L-impjegati ġodda li qed jaħdmu fin-news division huma sitt journalist editors u ma nħossx li hu opportun li jingħataw l-ismijiet ta' l-impjegati.", "ARRETRATI TA' L-INCOME TAX", "15257.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm huma l-arretrati ta' l-income tax dovuti lill-gvern minn dipartimenti u enti pubbliċi?", "Għal liema snin?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "SINGLE MOTHERS", "15258.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid x'benefiċċji huma intitolati għalihom single mothers mid-dipartiment tas-sigurta' soċjali jew mill- housing?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Single mothers jistgħu jibbenefikaw mill-iskemi u l-inizjattivi kollha ta' l-awtorita' tad-djar.", "Single mothers jikkwalifikaw għad-diversi benefiċċji, allowances u pensjonijiet provduti taħt l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali, dejjem suġġett li jissodisfaw il-kondizzjonijiet rispettivi applikabbli għall-għoti ta' dawn il-benefiċċji, allowances u pensjonijiet.", "Il-benefiċċju taħt l-imsemmi Att maħsub speċifikament għal single parents, kemm fil-każ ta' raġel kif ukoll fil-każ ta' mara, jikkonsisti f'għajnuna soċjali għal ġenitur wieħed.", "SINGLE MOTHERS", "15259.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid kemm hawn single mothers with children of unknown father bir-relief?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Ninsab informata li n-numru ta' single mothers li preżentement qed jirċievu l-għajnuna soċjali hu 1,755.", "Apparentement ma tinżammx statistika dwar single mothers bi tfal li missierhom ma jkunx magħruf.", "NI CONTRIBUTIONS", "15260.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħarraf lill-Kamra għadx hemm każi ta' arretrati ta' kontribuzzjonijiet għas-servizzi soċjali miġbura mill-ħaddiema u mhux mgħoddija lill-gvern?", "Kemm hu t-total dovut lill- gvern u kemm arretrati jridu jinġabru għal kull sena?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 7661."]} {"filename": "20030930_037d_par.doc", "date": "2003-09-30", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 37 L-Erbgħa, 30 ta' Settembru, 2003 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 37 L-Erbgħa, 30 ta' Settembru, 2003", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-6.02 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "37", "L-Erbgħa, 30 ta' Settembru, 2003", "WERREJ", "MINUTI 708", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI 708", "TQEGĦID TA' KARTI 716", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR ELEZZJONIJIET GĦALL-PARLAMENT EWROPEW (IT-TIENI QARI)", "EUROPEAN PARLIAMENT ELECTIONS BILL (SECOND READING) 716", "AĠĠORNAMENT 743", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 744", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 36 li saret fit-30 ta' Settembru, 2003 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "DISKOTEKI - SPEZZJONIJIET SANITARJI", "1295.", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' il-Ministru jgħid jekk uffiċjali tad-dipartiment tas- saħħa jagħmlux żjajjar regolari f'discos u postijiet ta' divertiment biex ikun żgurat li l- viti ta' l-ilma jkunu miftuħa għall-kumdita` tal- klijenti?", "Kemm saru spezzjonijiet mill-1 ta' Jannar sal-15 ta' Lulju?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa): Tali spezzjonijiet dwar viti ta' l-ilma ma jaqgħux taħt ir-responsabbilta' tal-ministeru tiegħi u għaldaqstant lill-Onor Interpellant nissuġġerilu jirriferi l-mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "KORP TAL-PULIZIJA – MEMBRI SOSPIŻI", "1296.", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Ministru jgħid x'inhu t-total ta' membri fil-korp tal-pulizija?", "Jista' jgħid kemm hemm pulizija sospiżi?", "Fuq liema akkużi?", "X'rank huma?", "Meta ġie sospiż kull wieħed?", "Liema huma dawk li diġa` dehru quddiem il-qorti u qed jistennew li jidhru quddiem il-PSC?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (f'isem il-Ministru tal-Ġustizzja u Intern): Ninsab informat illi fil-preżent hemm 1,862 membru fil-korp tal-pulizija.", "Rigward il-kumplament tal-mistoqsija, it-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant huwa kif jidher fuq it-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.", "Inġibditli l-attenzjoni illi tagħrif dwar in-numru ta` kuntistabbli li jien tajt bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 372, bi żvista kien ingħata bħala 1,872 meta fil-fatt ried ikun 1,462.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Mizzi, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx min għandu aktar minn akkuża waħda?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Quddiemi m'għandix din l-informazzjoni imma peress li issa hawn preżenti il-ministru inkarigat, ikun aħjar jekk din id-domanda ssir lilu.", "MR SPEAKER: Nitlob lill-Onor.", "Mizzi jagħmel il-mistoqsija tiegħu mill- ġdid.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jekk kuntistabbli jkun għamel aktar minn offiża waħda, din tingħadd ma' l-oħrajn jew separatament?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru tal-Ġustizzja u Intern): Mr Speaker, l- istatistika li tajt hija ta' każi li kollha spiċċaw il-qorti.", "Każ ta' dixxiplina jieqaf sakemm ikollna sentenza tal-qorti u mbagħad skond ir- regolamenti tal-PSC, kemm jekk kuntistabbli jinstab ħati kif ukoll jekk jiġi lliberat, il-każ imur quddiem il-PSC.", "Ir-raġuni għal dan hi li jista' ikun li l-individwu ma jkunx ħati ta' akkuża kriminali pero' ikun ħati ta' akkuża dixxiplinarja, fis-sens li ma jkunx kiser il-liġi imma jkun kiser id-dixxiplina.", "Safejn naf jien dawn huma kollha każi separati u m'hemmx każi fejn l-istess persuna għamlet żewġ offiżi.", "WIED IL-GĦAJN - TINDIF U ĠBIR TA' SKART", "1298.", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela): staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' il-Ministru jgħid ta' min hi r- responsabbilta` li jsir it-tindif u l-ġbir ta' l-iskart fil-post magħruf bħala l-Munxar, f'Wied il-Għajn faċċata l-bajja tar-Ramla?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura): Ninforma lill- Onor. Interpellant li r-responsabbilta' li jsir it-tindif u l-ġbir ta' l- iskart fiż-żona msemmija hija tal-kunsill lokali ta' Wied il-GĦajn.", "SKEJJEL - BASELINE ASSESSMENT TAT- TFAL", "1302.", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid x'sar f'dawn l-aħħar sentejn u x'inhu jsir fil-preżent fir-rigward ta' dak li hemm fil-kurrikulu nazzjonali dwar il-baseline assessment għal tfal li qegħdin f'year three?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni) (f'isem il- Ministru ta' l-Edukazzjoni): Informat li d-diviżjoni ta' l-edukazzjoni qiegħda tagħmel xogħol preparatorju għall-introduzzjoni tal-baseline assessment.", "Dan jinvolvi xogħol fuq tifsil ta' sillabu li se jinkludi learning objectives speċifiċi kif ukoll attainment targets ċari.", "Id-diviżjoni qed taħdem ukoll fuq tifsil ta' level descriptors li jkunu jindikaw f'liema livell ikunu waslu l-istudenti.", "EDUKAZZJONI - FTEHIM KOLLETTIV GĦALL-INSTRUCTORS", "1303.", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela): staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid meta se titwettaq b'mod sħiħ klawsola 2.5.3. tal-ftehim kollettiv għall-instructors datat 3 ta' Ottubru, 1996?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni): Informat li minn mindu ġiet fis-seħħ il-klawsola 2.5.3 tal-ftehim imsemmi laħqu żewġ heads of trade school, u kif tipprovdi l-istess klawsola, iż-żewġ assistant heads of trade school l-aktar anzjani tpoġġew fuq skala 6 fuq bażi personali.", "FES QUALITY ASSURANCE", "1304.", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid x'inhu jsir fil-preżent sabiex ikun assigurat li l-kwalita' fis-sistema edukattiva tagħna qed tintlaħaq?", "Hemm xi pjani li din tiġi mtejba?", "X'qed jiġi propost?", "Xi rwol għandha l-FES fil-kunċett ta' quality assurance?", "ONOR.", "TONIO BORG (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni): Informat li fil- preżent hemm miżuri li jitħaddmu u li jitwasslu għal tisħiħ fil-kwalita' tas-sistema edukattiva f'żewġ oqsma.", "L-ewwel qasam huwa dak tal-management ta' l-iskejjel.", "Il-kapijiet ta' l-iskola kull sena jiltaqgħu ma' l-assistent direttur tar- reġjun tagħhom biex jiddiskutu fuq il-ħidma tagħhom matul is-sena li tkun għaddiet u jippjanaw il-ħidma għas-sena ta' wara, il-performance management programme.", "Minn naħa tagħhom dan l-eżerċizzju jiġi mwettaq fl-iskola ma' l- assistenti kapijiet u mill-għalliema.", "S'issa dan l-eżerċizzju qed isir biss fl-iskejjel primarji fejn jidħlu l-għalliema.", "Mis-sena d-dieħla diġa' tlestew it-tħejjijiet meħtieġa biex l-eżerċizzju jsir ukoll fl-iskejjel sekondarji.", "Il-qasam l-ieħor huwa dak tat-tagħlim fil-klassijiet.", "Wieħed mill- għanijiet ewlenin tad-dipartiment tal-kurrikulu huwa li jassigura li l- provvedimenti tal-kurrikulu nazzjonali jiġu mplimentati.", "Fost dawn il- prinċipji nsibu li l-ewwel prinċipju ta' dan il-kurrikulu huwa fil-fatt li jipprovdi edukazzjoni ta' kwalita' lil kull student.", "Il-kwalita' fis-sistema edukattiva tiġi assigurata billi l-uffiċjali edukattivi jagħmlu żjarat fl-iskejjel fuq sistema regolari.", "F'każi fejn ikun hemm ilmenti minn ġenituri jew kapijiet ta' skejjel, l-uffiċjali edukattivi jagħmlu sforzi kbar biex jassiguraw li l-istudenti jieħdu l- entitlement li ħaqqhom u dan isir bi żjarat aktar spissi.", "Teżisti wkoll is-sistema ta' probation fejn l-għalliema, biex ikomplu jaħdmu wara l-ewwel sena ta' xogħol tagħhom, irid jinħarġilhom ċertifikat li jissejjaħ confirmation of appointment report, kemm mill-kapijiet ta' l- iskola kif ukoll mill-uffiċjali edukattivi.", "Dawn ta' l-aħħar jagħmlu analisi tal-kwalita' ta' tagħlim li jsir.", "Il-kwalita' tintlaħaq ukoll billi d-dipartiment tal-kurrikulu joħroġ karti ta' l-eżami annwali tal-livelli meħtieġa.", "Dan isir kemm fil-livell primarju kif ukoll sekondarju.", "Il-fatt li l-istudenti ikollhom joqogħdu għall-eżami jservi mhux biss biex l-istudenti jaħdmu biex imorru tajjeb, iżda jirrifletti wkoll l-impenn ta' l-għalliema.", "Fil-kuntest tal-year 6 u tal-form V, din it-tip ta' tensjoni tkun tinħass b'mod ċar.", "Id-dipartiment tal-kurrikulu joħroġ statistika tar-riżultati annwali ta' l- istudenti fil-livelli kemm primarju kif ukoll sekondarju.", "Din tingħata lill-uffiċjali edukattivi konċernati biex isegwu l-progress ta' l- istudenti.", "Il-kapijiet ta' l-iskejjel jingħatalhom ir-riżultat average ta' l-istudenti kollha kif ukoll l-average ta' l-istudenti li jattendu l-iskola tagħhom.", "B'dan il-mod ikunu jistgħu iqabblu fejn qegħdin l-istudenti tagħhom.", "Id-dipartiment tal-kurrikulu jaħdem biex jassigura l-kwalita' ukoll billi jipprovdi tagħlim in-service lill-għalliema.", "Fil-fatt f'Ġunju li għadda kważi 2000 għalliem ipparteċipaw fil-korsijiet ta' l-inset li d-dipartiment tal-kurrikulu organizza.", "Id-dipartiment tal-kurrikulu qed jaħdem ukoll fuq sistema ta' level descriptors li eventwalment ikun jista' jgħin biex jiġi stabbilit f'liema livell qegħdin u fejn għandhom jaslu.", "Is-sistema ta' quality assurance msemmija huma kkonsidrati bħala bidu u tinħass il-ħtieġa li jiddaħħlu strutturi u mekkaniżmi ġodda sabiex il- kwalita' tkun tista' tiġi verifikata u assigurata f'kull livell ta' l- edukazzjoni f'pajjiżna.", "Il-ministeru ta' l-edukazzjoni, filwaqt li m'għandu l-ebda prekunċett dwar rwoli fl-istrutturi li għad iridu jinbnew, qed jinvestiga u janalizza s- sitwazzjoni lokali u esperjenzi f'pajjiżi oħra biex ikun f'qagħda li jmexxi diskussjoni informata ma' dawk involuti.", "Il-FES għandha l-irwol ta' katalista ieħor fil-formolazzjoni tal-politika u l-istrateġija permezz ta' esperjenzi ta' proġetti pilota u ta' esperjenzi ta' tagħlim ta' forom ġodda.", "ĦAL TARXIEN : TRIQ MARJANU GERADA - ASFALTAR", "1571.", "L-ONOR.", "DAVID AGIUS (f'isem l-Onor.", "Jason Azzopardi) staqsa lill- Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid meta se tiġi asfaltata dik il-parti ta' Triq Marjanu Gerada li tiżbokka fi Triq Dun Karm Sant, f'Ħal Tarxien?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat illi t-triq imsemmija ġiet inkluża fil- programm ta' kostruzzjoni ta' toroq li qed isiru mid-direttorat u x-xogħol isir aktar 'il quddiem, dejjem skond il-prijoritajiet li jkollu quddiemu d- direttorat.", "ĦAL TARXIEN : TRIQ DUN ĠUŻEPP CALLEJA - ASFALTAR", "1572.", "L-ONOR.", "CLYDE PULI (f'isem l-Onor.", "Jason Azzopardi) staqsa lill- Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid meta se tiġi asfaltata Triq Dun Ġużepp Calleja, f'Ħal Tarxien?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat illi t-triq imsemmija ġiet inkluża fil- programm ta' kostruzzjoni ta' toroq li qed isiru mid-direttorat u x-xogħol isir aktar 'l quddiem, dejjem skond il-prijoritajiet li jkollu quddiemu d- direttorat.", "ĦAL TARXIEN - TRIQ KELINU CACHIA - ASFALTAR", "1573.", "L-ONOR.", "DAVID AGUIS (f'isem l-Onor.", "Jason Azzopardi) staqsa lill- Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid meta se tiġi asfaltata Triq Kelinu Cachia, f'Ħal Tarxien?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat illi t-triq imsemmija ġiet inkluża fil- programm ta' kostruzzjoni ta' toroq li se jsiru mid-direttorat u x-xogħol isir aktar 'il quddiem, dejjem skond il-prijoritajiet li jkollu quddiemu d- direttorat.", "ĦAL TARXIEN : TRIQ IL-KURUNELL MAS - ASFALTAR", "1574.", "L-ONOR.", "CLYDE PULI (f'isem l-Onor.", "Jason Azzopardi) staqsa lill- Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid meta se tiġi asfaltata dik il-parti ta' Triq il-Kurunell Mas, f'Ħal Tarxien li sal- lum għadha m'hijiex asfaltata?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li d-direttorat tat-toroq bagħat perit biex jispezzjona t-triq imsemmija u nstab li t-triq jonqosha ħafna żvilupp xi jsir u għalhekk l-asfalt f'din it-triq isir aktar 'l quddiem meta l- iżvilupp jitlesta.", "ĦAL TARXIEN : TRIQ LEONARDU ABELA - ASFALTAR", "1575.", "L-ONOR.", "DAVID AGIUS (f'isem l-Onor.", "Jason Azzopardi) staqsa lill- Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid fiex waslu l-pjani sabiex Triq Leonardu Abela, f'Ħal Tarxien tiġi asfaltata?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: M'ghandi xejn xi nżid mar-risposta mogħtija għall- mistoqsija parlamentari 142.", "OMBUDSMAN GĦALL-ANZJANI", "1576.", "L-ONOR.", "CLYDE PULI (f'isem l-Onor.", "Jason Azzopardi) staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jikkonsidra t-twaqqif ta' ombudsman għall-anzjani sabiex jiġu kkontrollati aħjar każi ta' abbuż mill-anzjani, speċjalment fejn si tratta ta' ġid u proprjeta' li jistgħu jiġu mberbqa mill-familjari ta' anzjani dgħajfa?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Is-suġġeriment ta' l-Onor.", "Interpellant se jiġi kkonsidrat fid- dawl ta' l-istrutturi u l-provvedimenti legali diġa' eżistenti.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Stefan Bountempo, domanda supplimentari.", "ONOR.", "STEFAN BOUNTEMPO: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hemmx il- ħsieb li jitwaqqaf ombudsman fil-qasam tal-housing?", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Il-mistoqsija oriġinali kienet dwar ombudsman għall-anzjani u fil-mistoqsija supplimentari tiegħu, l-Onor.", "Buontempo qed jagħmilli suġġeriment li nwaqqfu ombudsman għall-housing!", "Naħseb li hawn irridu noqogħdu ftit attenti, meta diġa' għandna istituzzjoni ta' l- ombudsman regolata b'liġi.", "(Interruzzjonijiet) Kieku jien noqgħod ftit attent qabel ma nimxu bi proliferazzjoni tal-kunċett ta' l-ombudsman.", "Għall-mument ngħid li għandna l-istrutturi sabiex naraw li l-affarijiet isiru sew, sabiex ikun hemm trasparenza u sabiex ikun hemm l- accountability.", "Pero` mingħajr ma ngħid deffinittivament \"iva\" jew deffinittivament \"le\", l-opinjoni tiegħi f'dan l-istadju hi li għandna neżaminaw din il-proposta u nirriflettu ftit fuqha għax jista` ikun li l- proliferazzjoni ta' din it-tip ta' istituzzjoni fl-oqsma differenti m'hijiex l-aħjar triq.", "F'dan is-sens ikun tajjeb li naraw xi strutturi għandhom pajjiżi oħra, xi proċeduri jużaw u x'esperjenzi għandhom biex forsi dak li jkun adattat għal pajjiżna, nikkonsidrawh u nipproponuh.", "MEDITERRANEAN ACTION PLAN", "1621.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Leo Brincat) staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Xi tweġiba kellha Malta mid-diversi pajjiżi li ġew avviċinati bħala parti mill-eżerċizzju ta' lobbying sabiex jinkiseb appoġġ għall-kandidatura Maltija għall-post ta' kordinatur tal- Mediterranean action plan secretariat?", "ONOR.", "JOE BORG (Ministru għall-Affarijiet Barranin): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant illi wara li saret sejħa pubblika mill-UNEP f'Nairobi għall- post ta' kordinatur tas-segretarjat tal-MAP f'Ateni - il-Mediterranean action plan - l-għażla għal din il-kariga se ssir mid-direttur esekuttiv ta' l-UNEP.", "Il-kuntatti li saru ma' diversi pajjiżi membri tal-MAP kienu bil-ħsieb li jinġieb għall-attenzjoni tagħhom il-fatt li fost l-applikanti hemm ukoll applikant Malti.", "MTA - OVERSEAS TRAVEL", "1628.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Leo Brincat) staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 1524 u jgħid kemm intnefqu flus fuq overseas travel mill-MTA s-sena li għaddiet u din is-sena?", "Kemm intnefqu flus fuq konsulenti fl-istess medda ta' żmien?", "Kemm hemm ħaddiema ta' l-MTA li huma koperti b'personal insurance scheme privata a spejjeż ta' l-MTA innifisha?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem il-Ministru għat-Turiżmu): L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "BANDIERA MALTIJA: VAPURI REĠISTRATI - INĊIDENTI", "1643.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Jose' Herrera): staqsa lill- Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm inċidenti li jikkonċernaw vapuri rreġistrati taħt il-bandiera Maltija fl-2001, fl-2002 u fl-2003 u jagħti dettalji tagħhom?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li minn Ottubru 2002 'il hawn ġew irrapportati 93 inċident li jikkonċernaw vapuri rreġistrati taħt il- bandiera Maltija, b'dawk il-każi li ġraw matul l-2001 u l-2002 ippubblikati fir-rapporti annwali ta' l-awtorita' marittima u anke tqiegħdu fuq il-mejda tal-Kamra.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jista` il-Ministru jgħid jekk uħud minn dawn l- inċidenti seħħewx minħabba li l-bastiment ma kienx seaworthy?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, lill-Onor.", "Interpellant ngħidlu li m'għandux ikun hemm każi ta' inċidenti li jseħħu minħabba li l-vapur ma jkunx seaworthy u r-raġuni hija sempliċi għaliex l-awtorita` marittima tagħmel kontinwament dak kollu li hu possibbli biex il-vapuri li huma reġistrati taħt il-bandiera Maltija jkunu seaworthy fil-veru sens tal- kelma.", "Tant l-awtorita' tinsisti li l-vapuri li jkollha reġistrati magħha jkunu ta' l-ogħla kwalita', li s-sena li għaddiet ir-rata ta' detenzjonijiet reġgħet naqset b'1% ieħor fuq dak li kienet is-sena ta' qabel u ma hemm indikazzjoni ta' xejn li seta' kien hemm xi każ partikolari li seħħ minħabba nuqqas ta' seaworthiness.", "Naturalment hawnhekk m'għandix ir-rapport ta' kull vapur partikolari pero', anke mill-esperjenza taż-żmien li għadda, nassumi li m'hemmx riżultat ta' nuqqas ta' seaworthiness fl-inċidenti li ġraw.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jiġifieri l-Ministru qed jinsa li kien hemm bastimenti li ġarrbu inċidenti u kienu huma l-kaġun ta' diżastri kbar, proprju minħabba l-fatt li dawn ma kenux seaworthy u fil-fatt hemm pajjiżi li qed ifittxuhom għad-danni li kkawżaw?", "Għax għalkemm vapur suppost ikun seaworthy meta jiġi rreġistrat, qed jirriżulta mod ieħor.", "Il-Ministru jirriżultalu li inċidenti bħal dawn – nassumi li la joħorġu r- risposti mill-inkjesta jkun jafhom – seħħew minħabba li l-membri tal-crew ma kenux trained biżżejjed jew ma kellhomx il-kwalifiki meħtieġa biex ikunu jistgħu jieħdu impjieg ta' baħħara?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, hawnhekk l-Onor.", "Interpellant m'huwiex qed jagħmel riferenza għat-93 inċident li semmejna imma għal inċidenti oħra li seħħew numru ta' snin ilu.", "Irrid nenfasizza illi mkien ma jirriżulta li ġara xi inċident minħabba li l-vapur ma kienx seaworthy.", "Hemm inkjesti sħaħ li saru mill-awtoritajiet lokali kif ukoll mill-awtoritajiet barranin u mkien ma jirriżulta li l-inċident seħħ minħabba nuqqas ta' seaworthiness tal-vapur partikolari.", "Rigward it-tieni parti tad-domanda, nagħmel enfasi li biex persuna tiġi mpjegata bħala membru ta' crew fuq vapur li jkun reġistrat Malta, irid ikun hemm il-garanzija li dik il-persuna għandha ċertifikazzjoni rikonoxxuta mhux biss lokalment imma anke internazzjonalment.", "Allura ma jistax jirriżulta li xi baħri jew xi uffiċjal partikolari ma jkollux l-esperjenza neċessarja biex ikun impjegat fuq vapur bħal dan.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Allura nassumi li l-baħrin li hemm fuq it-tugboats li huma reġistrati Malta ukoll huma kollha kwalifikati hux hekk!", "Il-Ministru jassumi din ir-responsabbilta`?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Sur President, naħseb li hawnhekk morna daqsxejn 'il bogħod.", "L-informazzjoni li għandi jien tolqot vapuri li huma reġistrati taħt il-bandiera Maltija u li jbaħħru internazzjonalment.", "Huwa għal dawn it-tip ta' vapuri li l-awtorita` marittima għandha l-obbligu li tara li jkun hemm ċertifikazzjoni internazzjonali.", "Issa jekk l-Onor.", "Mizzi jrid xi informazzjoni partikolari dwar personnel li jaħdmu fuq tugboats li joperaw fl-ibħra Maltin, jista' jagħmel domanda bil- miktub u ma naħsibx li l-ministru konċernat ma jagħtihx l-informazzjoni neċessarja.", "OPM – RAPPORTI DWAR MALTA FL-UE", "1644.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Jose' Herrera) staqsa lill-Prim Ministru: Jista' il-Prim Ministru jgħid matul l-2000, l-2001 u l-2002 u l- 2003 kemm ġew ikkuntrattati rapporti u studji fuq aspetti legali, aspetti ekonomiċi, fiskali u oħrajn dwar id-dħul ta' Malta fl-UE?", "Min huma n-nies li ġew maħtura sabiex iħejju tali rapporti u studji?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Prim Ministru): L-informazzjoni mitluba mill- Onor. Interpellant dwar is-sena 2000 ingħatat fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari 23461 ta' Frar 2001.", "Wara s-sena 2000, ġie kkummissjonat rapport ieħor mill-MITTS Ltd dwar \"The application to MITTS Ltd of the EU Public Procurement Rules\", rapport ippreparat f'Jannar 2001 minn White and Case, ditta bbażata fi Brussels li tipprovdi xogħol ta' konsulenza legali.", "POLITIKA SOĊJALI – RAPPORTI DWAR MALTA FL-UE", "1645.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Jose' Herrera) staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid matul l-2000, l-2001 u l-2002 u l-2003 kemm ġew ikkuntrattati rapporti u studji fuq aspetti legali, aspetti ekonomiċi, fiskali u oħrajn dwar id-dħul ta' Malta fl-UE?", "Min huma n-nies li ġew maħtura sabiex iħejju tali rapporti u studji?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ma ġie kkuntrattat ebda rapport relatat ma' l- Unjoni Ewropea minn dan il-ministeru sussegwentement għal dak li għamilt riferenza għalih fit-tweġiba li jien tajt għall-mistoqsija parlamentari 23462 fil-leġislatura preċedenti.", "F'dik it-tweġiba kont tajt informazzjoni tar-rapporti li kienu saru u minn dakinhar sal-lum ma kienx hemm rapporti oħra.", "EDUKAZZJONI – RAPPORTI DWAR MALTA FL-UE", "1646.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Jose' Herrera) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid matul l-2000, l-2001 u l-2002 u l-2003 kemm ġew ikkuntrattati rapporti u studji fuq aspetti legali, aspetti ekonomiċi u fiskali u oħrajn dwar id-dħul ta' Malta fl-UE?", "Min huma n-nies li ġew maħtura sabiex iħejju tali rapporti u studji?", "ONOR.", "TONIO BORĠ (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni): Ma jirriżultalix li kien hemm xi rapporti kkummissjonati.", "FINANZI U AFFARIJIET EKONOMIĊI – RAPPORTI DWAR MALTA FL-UE", "1647.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Jose' Herrera) staqsa lill- Ministru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jgħid matul l-2000, l-2001, l-2002 u l-2003 kemm ġew ikkuntrattati rapporti u studji fuq aspetti legali, aspetti ekonomiċi, fiskali u oħrajn dwar id-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea?", "Jista' jgħid min huma n-nies li ġew maħtura sabiex iħejju tali rapporti u studji u jagħti dettalji dwar dawn in-nies?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem il-Ministru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomiċi): Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni qiegħda tinġabar u tingħata f'seduta oħra.", "TURIŻMU – RAPPORTI DWAR MALTA FL-UE", "1648.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Jose' Herrera) staqsa lill- Ministru għat-Turiżmu: Jista' il-Ministru jgħid matul l-2000, l-2001 u l- 2002 u l-2003 kemm ġew ikkuntrattati rapporti u studji fuq aspetti legali, aspetti ekonomiċi, fiskali u oħrajn dwar id-dħul ta' Malta fl-UE?", "Min huma n-nies li ġew maħtura sabiex iħejju tali rapporti u studji?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem il-Ministru għat-Turiżmu): Ninsab informat li fuq inizjattiva tal-ministeru għat-turiżmu, matul is-sena 2001 tħejja rapport mill-consortium ECODES - \"Assessment of the adoption of the acquis communautaire on the tourism sector in Malta\" - li sewa Euro 13,000 u li kien maqsum f'żewġ studji.", "Għandi l-pjaċir ngħid li n-nefqa tħallset kollha mill-Kummissjoni Ewropea.", "Wieħed mill-istudji kien dwar il-guiding u tħejja minn Eduardo d'Amico u Richard Skinner, filwaqt li l-ieħor kien dwar l-impatt fuq in-negozji ż- żgħar, b'mod partikolari dwar il-lukandi u l-aġenziji ta' l-ivvjaġġar u tħejja minn Antonio Scipioni, Cerylle Boccaccia, John Downes u Anton Micallef.", "MALTA SHIPBUILDING - TELF FINANZJARJU", "1659.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Leo Brincat) staqsa lill-Ministru għat-Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u Investiment: Jista' il-Ministru jgħid x'kien it-telf li sar fis-sena 2002 tal-Malta Shipbuilding?", "Jista' jagħti d-draft accounts taż-żewġ tarznari?", "Dawn l-accounts ġew mgħoddija lill-UE kif stipulat?", "Dawn kif jipparagunaw mal-projections li għamel il- management?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem il-Ministru għat-Teknoloġija ta' l- Informazzjoni u Investiment): It-telf tal-Malta Shipbuilding fis-sena 2002 kien ta' Lm10,874,994.", "Id-draft audited accounts tal-Malta Shipbuilding huma lesti pero' għadhom ma ġewx approvati formalment mid-diretturi tal-kumpannija.", "L-accounts tal- Malta Drydocks għall-2002 għandhom qed jiġu awditjati.", "Dawn l-accounts għadhom ma ġewx mgħoddija lil-UE.", "Filwaqt li t-telf proġettat fil-business plan għaż-żewġ tarznari għas-sena 2002 kien ta' Lm19.5 miljun, it-telf attwali kien ta' Lm26.2 miljun.", "LAQGĦA MA' GEORGE BUSH", "1660.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Leo Brincat) staqsa lill-Prim Ministru: Jista' il-Prim Ministru jgħid fiex waslu l-isforzi tal-gvern biex issir laqgħa bejnu u George Bush?", "Fiex waslu l-isforzi tal-gvern tiegħu biex jinġieb Malta Gerhard Schroeder?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ma nifhimx xi jrid ifisser l-Onor.", "Interpellant bl-espressjoni \"sforzi tal-gvern\" u nissuġġerrilu joqgħod fuq sorsi ta' informazzjoni aktar attendibbli.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jista` il-Prim Ministru jgħid jekk sarux dawn it- talbiet min-naħa tal-Gvern Malti, forsi permezz ta' l-uffiċċju tal-prim ministru jew tal-ministeru għall-affarijiet barranin?", "MR SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Kuntatti jsiru dejjem ma' diversi kapijiet ta' gvern, partikolarment meta wieħed imur għal laqgħat ta' natura internazzjonali, pero` ma naħsibx li dawn jikkwalifikaw għall-kliem 'sforzi tal-gvern'.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jiġifieri ma kienx hemm talbiet formali - mhux waqt laqgħat qed ngħid - biex xi president jiġi hawn Malta?", "MR SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Naturalment stedina lil xi president issir mill-President ta' Malta u nafu li hemm diversi viżiti statali pprogrammati, waħda minnhom hija tal-President ta' l-Estonia li se jkun Malta għada.", "FORZI ARMATI – FUEL GĦALL-KLANDESTINI", "1676.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Gavin Gulia) staqsa lill-Prim Ministru: Billi l-ministru tal-ġustizzja u intern stqarr pubblikament li d- deċiżjoni li jingħata l-petrol lil dgħajsa mimlija klandestini ttieħdet on the spot minn membri tal-forzi armati ta' Malta, jista' il-Prim Ministru jgħid jekk id-deċiżjoni ttieħditx on the spot mill-fizzjali li kienu abbord l-opra tal-baħar tal-forzi armati jew jekk kienux qegħdin jaġixxu fuq ordni superjuri ta' uffiċjal għoli tal-forzi armati?", "Jekk iva, min hu dan l- uffiċjal?", "Jekk id-deċiżjoni ngħatat mill-forzi armati ta' Malta, ma jaħsibx il-Prim Ministru li għall-ġejjieni għandu jkun ikkonsultat qabel ma tittieħed deċiżjoni amministrattiva li jista' ikollha konsegwenzi ta' natura politika ma' pajjiżi ġirien tagħna?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Il-forzi armati aġixxew skond interpretazzjoni ta' policy directives stabiliti żmien ilu wara konsultazzjoni meħtieġa.", "Jidher li f'dan il-każ qamet diverġenza dwar interpretazzjoni legali wara li l-forzi armati kienu ħadu d-deċizjoni tagħhom b'mod trasparenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru Ċensu Galea.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: F'isem il-Ministru tal-Finanzi u l-Affarijiet Ekonomiċi nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru. 254 ta' l-2003 – Recreational craft regulations, 2003;", "Avviż Legali Nru. 255 ta' l-2003 – Regolamenti ta' l-2003 dwar kwantita` netta ta' oġġetti ta' l-ikel ippakkjati minn qabel;", "Avviż Legali Nru. 256 ta' l-2003 – Avviż ta' l-2003 dwar eżenzjoni mit- taxxa fuq l-income (xogħol filantropiku);", "Avviż Legali Nru. 257 ta' l-2003 – Regolamenti ta' l-2003 dwar il- protezzjoni tal-flora, fawna u abitati naturali.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR ELEZZJONIJIET GĦALL-PARLAMENT EWROPEW", "EUROPEAN PARLIAMENT ELECTIONS BILL", "MR SPEAKER: Il-Ministru tal-Ġustizzja u Intern.", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru tal-Ġustizzja u Intern): Mr Speaker, għandi Messaġġ mingħand il-President ta' Malta.", "MR SPEAKER:", "GUIDO DE MARCO PRESIDENT", "Il-President wara li kien informat dwar is-suġġett ta' l-Abbozz ta' Liġi \"biex jipprovdi dwar iż-żamma ta' elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew\", jirrakomandah għall-konsiderazzjoni tal-Kamra tad-Deputati.", "12 ta'Ġunju 2003.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, nipproponi t-Tieni Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jipprovdi dwar iż-żamma ta' elezzjonijiet għall- Parlament Ewropew\".", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "CARMELO MIFSUD BONNICI (Segretarju Parlamentari): Nissekonda.", "MR SPEAKER: Hemm rimarki?", "Il-Ministru Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, din hija liġi importanti għax tirregola l- elezzjonijiet għall-uniku fergħa fi ħdan il-Parlament Ewropew li hija eletta direttament mill-poplu.", "Qed ngħid dan għaliex il-fergħat l-oħrajn ta' l-Unjoni Ewropea huma indirettament nominati jew eletti jew minn gvernijiet jew permezz ta' xi proċeduri oħrajn.", "Però l-Parlament Ewropew, li għandu ċerti poteri importanti u iktar ma jgħaddi ż-żmien donnhom dejjem qed jiżdiedu, huwa elett direttament miċ-ċittadini u residenti li jkun hemm fl-Unjoni Ewropea.", "Sur President, mhux dejjem kien hekk.", "Fil-fatt qabel l-1979 il-Parlament Ewropew kien jiġi elett permezz ta' nomina ta' deputati mill-parlamenti nazzjonali, kif fil-fatt qed nagħmlu aħna bħalissa bil-ħames membri osservaturi li għandna fil-Parlament Ewropew.", "Kien biss fl-1979 li l- Unjoni Ewropea ddeċidiet li ġaladarba żdiedu wkoll il-poteri ta' kontoll tal-Parlemant Ewropew fuq il-kummissjoni Ewropea, fuq il-budget ta' l- Unjoni Ewropea, kif ukoll fil-co-decision, jiġifieri li hi tiddeċiedi mal- kummissjoni, mal-kunsill fit-tfassil tal-liġijiet ta' l- Unjoni Ewropea, allura kien xieraq li l-Parlament Ewropew ma jibqax iktar nominat, imma elett direttament mill-poplu.", "Fil-fatt mill-1979 'il hawn bdiet issir elezzjoni kull ħames snin diretta mill-15-il Stat Membru - issa se jkunu 25 - ta' l-Unjoni Ewropea.", "L-ewwel waħda kienet fl-1979, imbagħad l-oħrajn saru fl-1984, fl-1989, fl-1994, fl- 1999.", "Allura s-sena d-dieħla, peress li t-terminu huwa ta' ħames snin, se ssir is-sitt elezzjoni għall-Parlament Ewropew.", "Naturalment iktar ma għadda ż-żmien l-Istati membri ta' l-Unjoni Ewropea iktar pprovaw jarmonizzaw u jirregolaw kif isiru dawn l-elezzjonijiet.", "Hemm differenza bejn Stat u ieħor, imma kemm jista` jkun jaraw li jkun hemm ċerti fatturi li jkunu komuni.", "Iż-żewġ direttivi jew leġislazzjonijiet l-iktar importanti li jirregolaw dawn l-elezzjonijiet huwa l-Att ta' l-20 ta' Settembru ta' l-1976 li hemm riferenza għalih fl-abbozz - kull fejn hemm il-kelma \"Att\" qed nirriferu għall-Att ta' l-20 ta' Settembru ta' l-1976 - imbagħad hemm id-direttiva tal-kunsill tal-ministri, id-direttiva 109 ta' l-1993 fejn hemm ukoll tentattiv sabiex kemm jista` jkun kulħadd jadotta sistema simili ta' kif jiġu eletti d-deputati.", "Fil-fatt riċentement anke l-Ingilterra biddlet is-sistema elettorali tagħha għall-elezzjoni tad-deputati fil-Parlament Ewropew u għall-ewwel darba qalbet għas-sistema proporzjonali, mhux għall- Parlament ta' Westminster imma għall-Parlament Ewropew.", "Dawn l-elezzjonijiet isiru kull ħames snin.", "M'hemmx xoljiment tal-Parlament qabel iż-żmien, dejjem isiru kull ħames snin f'perijodu ta' erbat ijiem u kull pajjiż jiddeċiedi f'liema data jagħmilha.", "Pero` jridu jagħmluhom f'dawk l-erbat ijiem minħabba rispett lejn tradizzjonijiet elettorali li għandhom pajjiżi differenti.", "Per eżempju, fl-Ingilterra l-kabinett jiltaqa` nhar ta' Ħamis u l-elezzjonijiet isiru nhar ta' Ħamis.", "Hija tradizzjoni.", "Jidhrilhom li l-Ħamis hija l-aħjar ġurnata sabiex jiltaqa` l- kabinett jew inkella sabiex isiru l-elezzjonijiet.", "F'Malta l-kabinett jiltaqa' t-Tnejn ħalli jkollna l-ġimgħa quddiemna u l-elezzjonijiet isiru nhar ta' Sibt.", "Fl-Amerika l-elezzjonijiet isiru fl-ewwel Tlieta wara l- ewwel Tnejn ta' Novembru.", "Dawn ikunu tradizzjonijiet li jkunu ilhom ġejjin żmien twil u allura l-Unjoni Ewropea riedet tirrispetta din it-tradizzjoni.", "GĦaldaqstant hemm range ta' erbat ijiem f'Ġunju tas-sena 2004 li fihom iridu jsiru dawn l-elezzjonijiet.", "U fil-fatt, kif se ngħid iktar tard, sabiex ma jkunx hemm min jinfluwenza r-riżultat minn pajjiż għall-ieħor, għalkemm f'dawk l-erbat ijiem jista` jkollok elezzjonijiet qed isiru f'pajjiżi differenti f'erbat ijiem differenti, xorta waħda jista` jsir l- għadd tal-voti pero` r-riżultat ma jistax jitħabbar qabel ma tingħalaq l- aħħar votazzjoni fil-pajjiż li jkun se jagħmilhom l-aħħar.", "Meta ġejna biex infasslu din il-liġi kellna nieħdu ċerti deċiżjonijiet u se nsemmi l-iktar tlieta importanti.", "L-ewwel waħda li hija l-iktar waħda ovvja - pero` rridu niddiskutuha wkoll f'dan il-Parlament – kienet x'sistema` elettorali mill-ħafna li jeżistu sejrin nużaw għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew.", "U qed ngħid dan għax mhux bilfors tadotta s-sistema elettorali għall-elezzjoni tal-parlament nazzjonali.", "Aħna dehrilna li s- sistema proporzjonali permezz tas-single transferable vote li ġiet introdotta f'Malta l-ewwel darba għall-elezzjonijiet tas-self-government f'Ottubru ta' l-1921 hija sistema li ndrat.", "Tista` tikkritikaha peress li biex tgħodd il-voti trid tieħu ċertu żmien.", "Fil-fatt iċ-ċajta kurrenti f'kull elezzjoni tkun: Imn'Alla ċ-Ċina m'għandhomx l-istess sistema elettorali tagħna għax li kieku jdumu seba` snin biex joħroġ ir-riżultat elettorali.", "Imma għall-votant hija sistema sempliċi, hija sistema fejn tista' tagħti preferenza,", "pero` tista tivvota lil kulħadd, u allura konvenjenti wkoll għax tista' tgħid li vvotajt lil kulħadd u jekk trid tagħti preferenza lil kulħadd.", "Barra minnhekk hija sistema li produċiet riżultati li b'mod ġenerali kienu jirriflettu r-rieda tal-poplu.", "Qed ngħid b'mod ġenerali għax, kif nafu, kellna nagħmlu xi emendi fil-Kostituzzjoni sabiex verament ir-rieda tal- maġġoranza tiġi riflessa fir-riżultat elettorali.", "Din hija sistema li pproduċiet gvernijiet stabbli b'eċċezzjoni tal-gvern ta' bejn l-1950 u l-1955.", "U waqt li tirrispetta x-xewqat, ir-rieda u d- drittijiet tal-minoranza fl-istess ħin tipproduċi gvernijiet stabbli u tagħti maġġoranza relattivament komda lil min għandu maġġoranza, anke għaliex għandha sistema ta' threshold inerenti fuq bażi distrettwali.", "Kif nafu fis-sistema tagħna trid iġġib parti waħda minn sitta tal-voti mitfugħa fuq bażi ta' distrett sabiex tkun tista' teleġġi deputat.", "Però fl- istess ħin m'hemmx threshold nazzjonali li żżommok milli ttella' deputat sempliċement għax m'għandekx 5% tal-voti mixħuta b'mod nazzjonali.", "L-uniku każ li niftakar ta' xi ħadd indipendenti li tela` b'din is-sistema kien tan- nutar Cauchi, li fl-1950 kien ġab wieħed minn sitta tal-voti mitfugħa u ġie elett minn GĦawdex.", "Pero` ma ġabx il-5% fuq bażi nazzjonali kif għandhom ċerti pajjiżi, fejn bilfors trid iġġib 5% sabiex tiġi elett.", "Kif se naraw lanqas dan m'hu se jikkomplika l-affarijiet għaliex se jkollna distrett wieħed għal Malta u GĦawdex.", "U allura dehrilna li għandna nżommu s-sistema tas-single transferable vote li dejjem użajna mill-1921, kemm fl- elezzjonijiet ġenerali kif ukoll fl-elezzjonijiet tal-kunsill lokali, li aħna drajna u nafuha inside out.", "It-tieni kwestjoni li kellna niddeċiedu kienet jekk għall-ħames deputati li se nivvotaw għalihom fit-tieni Sibt ta' Ġunju ta' l-2004 għandniex naqsmu Malta f'ħames distretti b'mod li kull distrett jibgħat deputat wieħed, jew inkella għandniex aħna niddikjaraw Malta u GĦawdex u Kemmuna bħala distrett wieħed, jiġifieri l-Maltin u l-GĦawdxin kollha jivvotaw fuq lista waħda.", "Hemm xi tgħid kemm favur u kemm kontra ż-żewġ pożizzjonijiet li għadni kif semmejt.", "Tista' targumenta li biex nassiguraw li dawn il-ħames deputati jkunu ġejjin minn partijiet differenti ta' Malta, l-aħjar sistema hija li, għal dan l- iskop biss, taqsam Malta f'ħames distretti.", "X'inhuma l-perikoli jekk taqsam lil Malta f'ħames distretti?", "L-ewwelnett, peress li anke fl- elezzjonijiet ġenerali fejn bilfors irridu naqsmu Malta fi tlettax-il distrett, in-numru ta' votanti f'kull distrett irid ikun plus or minus 5% tan-national average, jista' jkun hemm differenza ta' kważi 10% bejn distrett u ieħor.", "Dan ifisser li iktar ma taqsam f'distretti iktar hemm il- possibilita` li jkollok riżultat pervers, jiġifieri l-partit li ma jkollux il-maġġoranza tal-voti jieħu l-maġġoranza tad-deputati.", "Issa filwaqt li fl-elezzjoni ġenerali ta' Malta huwa possibbli li toħloq mekkaniżmi ta' aġġustament - kif għamilna fl-emendi ta' l-1987 u ta' l- 1996 biex nassiguraw li min iġib il-maġġoranza assoluta jew f'ċerti każi maġġoranza relattiva tal-voti, ikollu l-maġġoranza assoluta tas-siġġijiet - fl-elezzjonijiet ta' l-Ewropa ma tistax minn ħames siġġijiet iżżid tnejn oħra ħalli tagħmel l-aġġustament meħtieġ.", "Din kienet l-ewwel raġuni għaliex il-gvern iddeċieda li f'dan l-abbozz jipproponi li Malta u GĦawdex ikunu distrett wieħed.", "It-tieni raġuni hija li waqt li huwa importanti li fl-elezzjoni ġenerali pajjiżna jkun maqsum f'distretti għaliex huwa xieraq li jsir hekk ħalli jkollna rappreżentanza ġeografika minn kullimkien, jiġifieri GĦawdex ikollu ħames deputati li jkunu eletti esklussivament mill-votanti GĦawdxin, hawnhekk qed nitkellmu fuq ħames deputati li se jmorru f'parlament li huwa parlament b'deputati minn pajjiżi differenti u li huwa Pan-Ewropew, li jkopri kontinent.", "U allura mhijiex daqstant importanti jekk ir- rappreżentanti Maltin ikunux mis-south jew min-north, jew inkella jkunu minn GĦawdex, u dawn il-ħafna distinzjonjiet artifiċjali li xi kultant nagħmlu f'pajjiżna, imma l-importanti huwa li jkunu Maltin jew GĦawdxin.", "Dan hu t-tieni argument li mmilita favur li nadottaw is-sistema li Malta u GĦawdex ikunu distrett wieħed li jeleġġu ħames deputati.", "B'dan il-mod ikollna inqas komplikazzjonijiet, inqas possibilita` li jkollna xi riżultat pervers, u inqas possibilita` li jkollna kwestjonjiet li dejjem jistgħu jinqalgħu meta tagħmel distretti.", "Aħna nafu l-argumenti li jsiru anke minn partiti li mhumiex rappreżentati f'dan il-Parlament li minħabba kif inhuma d-distretti huma dejjem żvantaġġjati għax iridu jġibu 16.6% tal-voti fid- distrett.", "Issa kulmin, kbir jew żgħir, iġib 16.6% tal-voti f'Malta u GĦawdex ikun jista` jeleġġi deputat fil-Parlament Ewropew.", "It-tielet kwestjoni li kellna niddeċiedu kienet jekk ikunx possibli li xi ħadd li joħroġ għall-Parlament Ewropew ikunx ukoll deputat tal-parlament nazzjonali.", "Issa din solvihielna l-kunsill ta' l-Unjoni Ewropea għax illum hemm deċiżjoni li dan mhux possibbli.", "Imma fl-elezzjonijiet imgħoddija kien possibbli li deputat ta' parlament nazzjonali jkun ukoll deputat fil-Parlament Ewropew.", "Każ li jiġini f'moħħi huwa Ciriaco De Mita li huwa deputat kemm fil-Parlament Taljan kif ukoll fil-Parlament Ewropew.", "Aħna qed ngħidu li dan mhux possibbli li jsir, jiġifieri ma jistax ikollok iż-żewġ karigi.", "Pero` m'hemm xejn x'iżomm ebda wieħed mill-65 deputat li hawn f'dan il-Parlament li jikkontesta l-elezzjoni għall-Parlament Ewropew.", "M'hemmx għalfejn jirriżenja biex jikkontesta għall-Parlament Ewropew.", "Pero` ġaladarba membru tal-Parlament jiġi elett bħala deputat tal-Parlament Ewropew irid jagħżel.", "Ma jistax jokkupa siġġu hawnhekk u siġġu fi Brussell, irid jiddeċiedi.", "U jekk ma jiddeċidix fi żmien ħamest ijiem allura jiġi meqjus li ċeda s-siġġu fil-Parlament Ewropew.", "Qegħdin ngħidu dan għax b'liġi ordinarja ma nistgħux nemendaw il-kostituzzjoni li tirregola b'mod preċiż kif xi ħadd jitlef postu fil-parlament nazzjonali.", "Allura ma stajniex nagħmlu liġi fejn ngħidu li f'każ li wieħed ma jagħżilx jitlef postu f'Malta għax biex nagħmlu hekk ikollna nemendaw il-Kostituzzjoni u jkun jeħtieġ li jivvotaw favur żewġ terzi tal-Kamra.", "GĦalhekk qed ngħidu li wieħed jitlef postu fil-Parlament Ewropew, u jsiru l-casual elections.", "Il-casual elections isiru kif isiru s-soltu għall-parlament nazzjonali.", "Dawk kienu t-tliet deċiżjonjiet b'mod ġenerali li kellna nieħdu meta ġejna biex infasslu dan l-abbozz.", "Din se tkun elezzjoni differenti għax għall- ewwel darba se jkun possibbli li jivvotaw ċittadini barranin ħafna iktar mis-soltu.", "Nafu li għall-elezzjoni ġenerali ma tistax tivvota jekk ma tkunx ċittadin Malti.", "Imbagħad konna għamilna eċċezzjoni waħda għar- rigward l-elezzjonijiet għall-kunsilli lokali, li jistgħu jivvotaw ċittadini tar-Renju Unit peress li r-Renju Unit jippermetti li ċittadini Maltin jivvotaw fil-kunsilli lokali ta' l-Ingilterra.", "Allura fi skeda tal- liġi tal-kunsill lokali konna daħħalna l-possibbilta` li ċittadini tar- Renju Unit ikunu jistgħu jivvotaw ukoll fil-kunsilli lokali.", "Fil-fatt mhux biss ivvotaw imma addirittura hemm kunsillier li huwa ċittadin tar-Renju Unit.", "In vista wkoll tad-direttiva li semmejt qabel, se jkunu jistgħu jivvotaw persuni li jidhru f'żewġ reġistri.", "Se nagħmlu żewġ reġistri; hemm ir- reġistru elettorali normali, dak li joħroġ darbtejn fis-sena li huwa l-bażi għall-elezzjonijiet ġenerali, u miegħu se jkun hemm reġistru tal-persuni li, għalkemm mhumiex Maltin, ikunu jistgħu jivvotaw fl-elezzjoni tal- Parlament Ewropew, imma jridu jkunu ċittadini ta' xi wieħed mill-25 pajjiż ta' l-Unjoni Ewropea.", "Klawsoli 11 sa 14 jitkellmu fuq il-European Union electoral register.", "Jekk int tkun fir-reġistru elettorali normali jew inkella fil-European Union electoral register tkun tista' tivvota.", "Min jista' jidħol f'dan il- European Union electoral register?", "Biex tkun reġistrat - u ġaladarba tkun reġistrat tkun tista` toħroġ bħala kandidat f'dan ir-reġistru elettorali ta' l-Unjoni Ewropea - u ma tkunx Malti, trid tkun ċittadin ta' xi wieħed mill-25 pajjiż ta' l-Unjoni Ewropea, trid tkun residenti f'Malta u ma jridx ikollok xi skwalifika skond il-liġi tagħna jew skond il-liġi tan- nazzjonalita` tiegħek li ma tħallikx tivvota.", "Ħa nagħti eżempju, Sur President.", "Il-Kostituzzjoni tagħna tagħmilha ċara li xi ħadd li huwa kkundannat għal sena ħabs jew inkella għandu sena ħabs sospiżi ma jkunx jista' jivvota.", "Fil-fatt il-priġunieri li joħorġu jivvotaw fl-elezzjoni jkunu ġew ikkundannati għal sentenza ta' inqas minn sena ħabs.", "Mela kemm jekk wieħed ikun ikkundannat f'Malta u kemm jekk ikun ikkundannat f'pajjiżu, jiġi skwalifikat milli jivvota fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew.", "Imma jekk ikun residenti f'Malta u jkollu l-kwalifiki oħrajn li japplikaw għal ċittadini Maltin, jiġifieri jkollu 18-il sena, li jkun ilu residenti, mhux f'Malta biss imma fi kwalunkwe pajjiż ta' l- Unjoni Ewropea, għal sitt xhur u li ma jkollux l-iskwalifiki li semmejt, f'dak il- każ mhux biss ikun jista' jivvota għall-elezzjonijiet li se jsiru f'Ġunju li ġej, imma addirittura jkun jista` joħroġ bħala kandidat.", "Jiġifieri ċittadin tar-Renju Unit, per eżempju, li qed jgħix f'Malta u ilux jgħix f'Malta jew inkella f'pajjiż ieħor ta' l-Unjoni Ewropea għal iktar minn sitt xhur, ikun jista' joħroġ għall-elezzjoni, u jekk il-Maltin iridu li wieħed mill-ħames deputati tagħhom ikun deputat li huwa ċittadin Ingliż, jeleġġuh.", "Dik hija d-demokrazija, jiddeċiedu huma lil min jeleġġu bħala rappreżentant tagħhom fil-Parlament Ewropew.", "Iżda biex ma jkunx hemm konfużjoni u abbuż, wieħed ma jistax jidher kemm fir-reġistru elettorali ta' Malta kif ukoll fir-reġistru elettorali ta' l- Unjoni Ewropea, jew inkella qiegħed jidher bħala votant kemm f'Malta kif ukoll fi kwalunkwe wieħed mill-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea.", "Allura qed nagħmluha ċara li meta xi ħadd japplika - u peress li din hija xi ħaġa ġdida allura rridu noqogħdu attenti li ma jkunx hemm abbużi, għax aħna mdorrijin li jkollna l-Maltin biss fil-lista elettorali - sabiex minkejja li mhuwiex Malti jkun jista' jivvota f'Malta għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew irid jiddikjara li se jeżerċita l-vot tiegħu f'Malta u f'Malta biss, li hu ma ġiex imċaħħad mid-dritt tal-vot tiegħu barra minn Malta, irid jispeċifika meta ġie joqgħod f'Malta u jrid iġib prova li huwa ċittadin ta' xi pajjiż membru ta' l-Unjoni Ewropea.", "Dan qed isir sabiex il- kummissjoni elettorali tkun tista' tivverifika jekk għandux il-kwalifiki biex ikun reġistrat bħala votant f'Malta.", "Irrid ngħid li aħna żammejna l-istess proċedura li teżisti llum għall- elezzjoni ġenerali, jiġifieri li l-proċess kollu mill-bidu sa l-aħħar ta' l- elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew se jkun regolat mill-kummissjoni elettorali li hija mwaqqfa bl-artikolu 60 tal-Kostituzzjoni ta' Malta.", "Din il-liġi qiegħda twettaq id-direttiva 109 ta' l-1993 li riedet telimina kwalunkwe diskriminazzjoni li seta' kien hemm kontra votanti li mhumiex ċittadini ta' dak il-pajjiż fejn huma residenti.", "Qabel ħarġet id-direttiva li għaddiet fis-6 ta' Diċembru 1993 kien possibbli li pajjiżi jiddiskriminaw kontra votanti residenti fil-pajjiżi tagħhom li ma jkunux ċittadini ta' dak il-pajjiż.", "Dan mhux se jkun possibbli iktar.", "Filwaqt li malli l-Maltin jagħlqu t-18-il sena, wara li jkunu rreġistraw għall-identity card awtomatikament jidhru fir-reġistru elettorali - dawn l- aħħar 20 sena ġara hekk, għax niftakar li meta għalaqt it-18-il sena, fl- 1975, kelli napplika biex nidher fir-reġistru elettorali - u se jkollhom id- dritt awtomatiku, mingħajr ma jagħmlu xejn huma, li jivvotaw fl- elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew, fil-każ taċ-ċittadini ta' l-Unjoni Ewropea, li jridu jeżerċitaw id-dritt tagħhom li jivvotaw f'Malta, iridu japplikaw biex jiġu reġistrati fir-reġistru ta' l-Unjoni Ewropea.", "Naħseb li dan jelimina kemm jista' jkun l-abbuż.", "Fid-direttiva għandna wkoll l- obbligu li b'mod amministrattiv nippubbliċizzaw kemm jista' jkun id- drittijiet ta' barranin li qegħdin f'Malta li ġejjin minn pajjiżi ta' l- Unjoni Ewropea li jistgħu, għax residenti f'Malta, jeżerċitaw dan id-dritt li jivvotaw f'Malta fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew.", "Sur President, kif għedt qabel, l-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew se jsiru f'25 pajjiż differenti, pero` mhux se jsiru kollha fl-istess ġurnata imma f'perjodu ta' erbat ijiem differenti fit-tieni ġimgħa ta' Ġunju.", "Sabiex ma jkunx hemm il-possibbilta` li riżultat elettorali ta' pajjiż jinfluwenza r-riżultat elettorali f'pajjiż ieħor se jkun hemm moratorium fil-ħruġ tar-riżultati sal-ġurnata li tagħlaq il-votazzjoni fl-iktar pajjiż li se jagħmel elezzjoni tard.", "Ejja nassumu li l-erbat ijiem jgħoddu mill-Ħamis sal-Ħadd fit-tieni ġimgħa ta' Ġunju.", "Mela l-elezzjoni ta' Malta se ssir fit-tieni Sibt ta' Ġunju - jew fi kwalunkwe data oħra li jista' jiddeċiedi l-Prim Ministru, imma jekk ma jiddeċidix mod ieħor hija t-tieni Sibt ta' Ġunju, għax hija data fissa mħabbra minn issa stess fil-liġi - u ejja nassumu li l-Italja jivvotaw il- Ħadd, skond it-tradizzjoni tagħhom, u l-Ingliżi se jivvotaw il-Ħamis.", "Mela l-Ingliżi ma jistgħux jippubblikaw ir-riżultat tagħhom qabel il-Ħadd filgħaxija meta tagħlaq l-aħħar kaxxa tal-voti fl-Italja ħalli żgur ma jkunx hemm influwenza minn pajjiż għall-ieħor.", "Hekk ukoll aħna l-Maltin għalkemm nivvotaw is-Sibt, jistgħu jibdew jingħaddu l-voti qabel ma tagħlaq il-votazzjoni f'pajjiż ieħor, il-Ħadd, pero` ma jistax jiġi ppubblikat ir- riżultat, partikolarment ta' l-ewwel count, qabel ma jkunu ngħalqu l-kaxxi fl-Ewropa kollha.", "Fil-liġi nsibu li ma jistgħux jibdew jingħaddu, imma minħabba li kien hemm żvilupp fil-leġiżlazzjoni Ewropea f'dan ir-rigward, se nressqu emenda - safejn naf jien ġiet ikkomunikati diġà lill- oppożizzjoni - fis-sens li l-għadd tal-voti jista' jsir, pero` r-riżultat ma jistax jiġi ppubblikat qabel ma tingħalaq l-aħħar kaxxa tal-vot f'dak il- pajjiż li se jagħmel l-elezzjoni tiegħu għall-Parlament Ewropew l-iktar tard f'dawk l-erbat ijiem.", "Kif tgħid klawsola 17 ħadd ma jista' joħroġ bħala kandidat f'iktar minn distrett wieħed.", "F'Malta huwa possibbli li toħroġ fuq żewġ distretti, imma fl-elezzjoni tal-Parlament Ewropew mhux se jkun possibbli għax Malta u Għawdex se jkunu distrett wieħed.", "Fil-fatt għamilt studju u sibt li f'Malta biss teżisti din is-sistema li wieħed joħroġ fuq żewġ distretti.", "Fl-Irlanda fejn għandhom is-sistema eżattament bħal tagħna, la għall-elezzjoni tal-parlament Irlandiż u lanqas għall-elezzjoni tal- Parlament Ewropew ma hu possibbli li toħroġ fuq iktar minn distrett wieħed.", "Iktar u iktar mhux possibbli f'Malta għax se jkun distrett wieħed.", "Mr Speaker, lanqas huwa possibbli li inti tkun kandidat f'Malta u kandidat fi Sqallija.", "Ma jistax jiġi xi ħadd Taljan joħroġ bħala kandidat hawn Malta u joħroġ bħala kandidat fl-Italja, u lanqas ma tista' tkun votant f'reġistru elettorali ta' żewġ pajjiżi differenti.", "Min jipprova jabbuża b'dan il-mod ikun qed jagħmel reat kastigat b'piena ta' ħabs għal sitt xhur u multa ta' Lm10,000.", "Se jkun possibbli li l-kummissjoni elettorali tikkommunika mal- kummissjonijiet jew uffiċjali li jmexxu elezzjonijiet f'pajjiżi oħrajn sabiex tkun tista' tivverifika li ma jsirx dan l-abbuż.", "Dan l-exchange of information huwa regolat bil-klawsola 15 fejn għandna wkoll il-prinċipju li l-kummissjoni elettorali għandha tinnotifika lill-kummissjoni elettorali ta' pajjiżi oħrajn bi kwalunkwe dikjarazzjoni li jista` jagħmel votant barrani sabiex tiċċekkja jekk hux veru dak li qiegħed jiddikjara.", "Sur President, qegħdin nagħmlu wkoll emenda sabiex meta d-data ta' l- elezzjonijiet tal-kunsilli lokali tidħol fl-orbita ta' erba` xhur minn dati meta jkunu se jsiru l-elezzjoni tal-Parlament Ewropew, jew l-elezzjonijiet ġenerali jew, kif kellna din is-sena, referendum, il-ministru responsabbli għall-kunsilli lokali jista`- jiġifieri mhuwiex obbligu - jew iġib 'il quddiem jew jipposponi l-elezzjoni għall-kunsilli lokali.", "Pero` dan ma jistax jagħmlu oltre l-perijodu ta' erba` xhur.", "Jiġifieri la jista' jipposponiha għal iktar minn erba` xhur u lanqas jista' jressaqha ħafna iktar 'il quddiem minn erba` xhur.", "Jista' jkun possibbli, kif ġara fir-referendum ta' din is-sena, li l- elezzjonijiet għall-kunsilli lokali jsiru flimkien mar-referendum.", "Din is- sena ġara li kien hemm id-data ta' l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali li hija ffissata bil-liġi dwar il-kunsilli lokali bħala t-tieni Sibt ta' Marzu - li ma tistax tiċċaqlaq qabel ma nemendaw dik il-liġi - u allura huwa r- referendum li sar fid-data ta' l-elezzjonijiet tal-kunsill lokali.", "Mentri b'dawn l-emendi se jkun possibbli Ii tiċċaqlaq id-data ta' l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali u tmur jew ma' l-elezzjonijiet ġenerali, jew mar- referendum jew ma' l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew.", "Mhux neċċessarjament isiru fl-istess ġurnata imma fl-ambitu ta' erba` xhur.", "Dan mhuwex obbligu, imma huwa diskrezzjoni.", "Nafu li meta ġara hekk fl-aħħar referendum il-kaxxa ta' Malta fil-fatt iffrankat ċerti spejjeż għax l-elezzjonijiet ma jsirux b'xejn għax ikun involuti l-pulizija, l-assistenti kummissarji u ħafna nies oħra.", "GĦallinqas jekk jiġu abbinati - għax nerġa' ngħid mhux obbligu li jiġri hekk - niffrankaw xi ħaġa mill-kaxxa ta' Malta.", "Apparti mill-aspett finanzjarju, anke biex ma ndejqux lin-nies għax ikollhom joħorġu jivvotaw erba' darbiet f'sena, għax jista' jkollok l-elezzjoni ġenerali, l-elezzjoni tal-Parlament Ewropew, l-elezzjoni għall-kunsilli lokali, u fit-teorija anke referendum.", "Allura qegħdin nagħmlu din l-emenda fil-liġi li tagħti dan id-dritt.", "Qegħdin ngħidu wkoll li peress li l-ħin tal-votazzjoni ta' l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali huma mis-7.00 a.m. sas-7.00 p.m., filwaqt li l- elezzjonijiet ġenerali jew inkella l-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew jibdew mis-7.00 a.m. sa l-10.00 p.m., jekk jaħbtu fl-istess ġurnata, allura anke l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali jsiru mis-7.00 a.m. sa l-10.00 p.m. ħalli ma jkollniex kaxxa tingħalaq tliet sigħat qabel ma tingħalaq il- kaxxa l-oħra.", "Qiegħed ngħid dan għax fit-8 ta' Marzu li għadda, meta sar ir-referendum flimkien ma' l-elezzjoni tal-kunsill lokali, dan kien possibbli mhux minħabba xi provvediment espress tal-liġi, imma minħabba deċiżjoni għaqlija tal-kummissjoni elettorali.", "U aħna dehrilna li din id- deċiżjoni għaqlija tal-kummissjoni elettorali għandha tiġi riflessa fil- liġi nnifisha.", "Sur President, ejja nagħmluha ċara li se jkunu jistgħu jivvotaw għall-ewwel darba f'pajjiżna l-Maltin li għandhom il-kwalifiki li jivvotaw f'Malta u allura jidhru fir-reġistru elettorali, jiġifieri min għandu 18-il sena, ċittadin ta' Malta u jkun residenti f'Malta f'sitt xhur fl-aħħar 18-il xahar qabel ma jkun ħareġ ir-reġistru elettorali.", "Fil-każ ta' barranin irid ikollhom iċ-ċittadinanza ta' xi wieħed mill-25 pajjjiż ta' l-Unjoni Ewropea u jridu jkunu residenti fl-Istat membru fejn se jivvotaw.", "Jiġifieri ma jistax jivvota xi ħadd li mhuwiex residenti f'Malta, irid imur jivvota f'pajjiżu, imma f'Malta trid tkun residenti hawn.", "Pero` biex taħdem is-sitt xhur fl-aħħar 18-il xahar biex tara jekk huwiex intitolat għall-vot, ma teżaminax is-sitt xhur f'Malta biss, imma sitt xhur residenza fi kwalunkwe pajjiż ta' l-Unjoni Ewropea.", "Mela jekk wieħed Ingliż qatta` l-aħħar ħames xhur fl-Awstralja u jiġi xahar f'Malta jew xahar ġewwa l-Ingilterra, dak ma jistax jivvota.", "Imma jekk huwa għamel tliet xhur fl-Ingilterra u għamel tliet xhur f'Malta, u huwa reġistrat bħala residenti f'Malta u għandu l-identity card f'Malta biex jipprova r-residenza tiegħu, allura mhux biss ikun jista' jivvota imma anke joħroġ bħala kandidat f'Malta u jivvota f'Malta għall-elezzjonijiet tal- Parlament Ewropew.", "Sur President, xtaqt ngħid xi ħaġa oħra dwar punt li diġà semmejt.", "Jien għamilt eżami ta' x'jiġri fil-15-il pajjiż attwali ta' l-Unjoni Ewropea u vverifikajt li kważi kollha jadottaw sistema proporzjonali ta' votazzjoni.", "Jiġifieri ħadd m'għandu l-first past the post system li hija t-tradizzjoni Ingliża għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew.", "Fil-fatt anke l- Ingilterra għaddiet liġi u biddlet is-sistema għar-rigward l-elezzjoni tal- Parlament Ewropew.", "GĦas-sistema ta' Westminster ħalliet is-sistema tal- first past the post, il-winner takes all, jiġifieri min iġib l-iktar voti jieħu dak is-siġġu u l-oppożizzjoni ma tieħu xejn, imma fil-każ tal- Parlament Ewropew, biex jalllineaw ruħhom mas-sistema Ewropea, introduċew sistema proporzjonali.", "Hemm differenza wkoll bejn is-sistemi proporzjonali differenti, imma kollha għandhom sistema proporzjonali.", "It-tieni ħaġa li vverifikajt kienet liema huma dawk il-pajjiżi li għamlu l- pajjiż tagħhom distrett wieħed u liema huma dawk il-pajjiżi li xorta waħda għamlu distretti elettorali biex jeleġġu d-deputati tagħhom.", "Fil-fatt irriżultali li mill-15-il pajjiż ta' l-Unjoni Ewropea huma biss il-Belġju, l-Irlanda, l-Italja u r-Renju Unit li ħallew sistema ta' distretti.", "Ħalli nieħu l-każ ta' l-Irlanda għax l-Irlanda huwa l-uniku pajjiż fl- Unjoni Ewropea li għandu eżattament is-sistema li għandna aħna.", "Jekk naraw x'għamlu l-Irlanda, insibu li żammew ukoll is-sistema tas-single transferable vote għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew, pero` flok qasmu d- distretti fl-istess numru li jagħmlu s-soltu, qasmu l-Irlanda f'erba` distretti, wieħed itella` tlieta, u t-tlieta l-oħra jtellgħu erbgħa kull wieħed, jiġifieri jkollhom 15-il membru.", "Mela anke hawnhekk id-distretti huma inqas minn dawk li jkollhom fl-elezzjoni ġenerali.", "Fil-pajjiżi l-oħra membri ta' l-Unjoni Ewropea l-pajjiż jitqies - b'mod ġenerali qed ngħid - bħala distrett wieħed u l-kwota tkun waħda nazzjonali.", "Huma biss dawn l- erba` pajjiżi li semmejt qabel li adottaw din is-sistema.", "Sur President, jien ma rridx nidħol f'ħafna iktar dettalji, imma ridt sempliċement ngħid x'deċiżjonijiet ħa l-gvern.", "Hemm xi emendi oħra li diġà għaddejna lill-oppożizzjoni.", "Waħda minnhom, kif diġà semmejt, hija dwar meta jista' jiġi ppubblikat ir-riżultat ta' l-elezzjoni.", "Aħna qed ngħidu li r-riżultat ta' l-ewwel count - li f'Malta huwa importanti - ma jistax jiġi mħabbar qabel ma jispiċċaw il-votazzjonijiet fil-25 pajjiż kollha ta' l-Unjoni Ewropea.", "Hemm xi emendi oħrajn tekniċi.", "Waħda minnhom - li għaddejnieha wkoll lill-oppożizzjoni - hija fuq kwestjoni ta' wording, imma tinqara ħafna aħjar.", "Jekk naraw kif inhuma elenkati l-iskwalifiki bil- Malti insibu li huma fid-double negative u d-double negative dejjem iħawdek.", "Qed nirriferi għal klawsola 11 li tgħid:", "\"Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet ta' l-artikolu 12, persuna tkun kwalifikata sabiex tkun reġistrata fir-Reġistru Elettorali ta' l- Unjoni Ewropea jekk, u ma għandhiex tkun hekk kwalifikata kemm il- darba -", "\"(a) ma tkunx ċittadin ta' l-Unjoni Ewropea li isimha ma jkunx jidher fir-Reġistru Elettorali;", "(b) ma tkunx meħtieġa jkollha, u hekk ikollha, karta ta' l- identita`skond l-Att dwar il-Karti ta' l-Identita`; u", "(ċ) ma jkollhiex ir-rekwiżiti elenkati fil-paragrafi (b) u (ċ) ta` l-artikolu 57 tal-Kostituzzjoni:\"", "Issa għamilnieha fil-positive u qed ngħidu mill-ewwel x'inhuma ir-rekwiżiti li wieħed għandu jkollu biex ikun reġistrat bħala elettur biex min jieħu interess f'dawn l-affarijiet ikun jista` jifhimha aħjar meta jaqraha.", "Sur President, nawgura li jkollna diskussjoni interessanti kemm fis-Second Reading kif ukoll fl-istadju tal-Kumitat li, peress li hawn il-messaġġ tal- President, irid isir mill-Kamra kollha.", "Jekk ikun hemm xi punti li bihom nistgħu nipperfezzjonaw din il-liġi, aħna disposti li nagħmluhom.", "Imma naħseb d-deċiżjonijiet importanti ħadniehom, huma tajbin u nemmnu li jista' jkollna elezzjoni li żgurissimu tkun iktar ħielsa minn kontroversji dwar distretti għax mhux se jkun hemm distretti.", "Jiġifieri Malta u GĦawdex u Kemmuna se jkunu distrett wieħed.", "Din kienet deċiżjoni li domna naħsbu fuqha, imma apparti li hija deċiżjoni tal-maġġoranza ta' Stati Membri, naħseb li l-komplikazzjonijiet li jistgħu jinqalgħu jekk Malta u GĦawdex taqsamhom f'distretti mingħajr il-possibbilta` ta` aġġustament f'każ ta' riżultat pervers, jimmilitaw favur li Malta u GĦawdex ikunu distrett wieħed.", "Grazzi ħafna.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Evarist Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Il-Ministru Tonio Borg ta interpretazzjoni teknika ta' din il-liġi u ma naħsibx li għandi għalfejn nerġa' nirrepeti l- interpretazzjonijiet, ħafna minnhom tekniċi u mhux kontroversjali, li ta hu.", "Allura jien iktar se ngħaddi ġudizzju politiku fuq dawn l- elezzjonijiet, kemm fuq livell Ewropew kif ukoll fuq livell Malti.", "M'hemmx dubju li l-akbar sfida li jkollha kull elezzjoni għall-Parlament Ewropew - u dan tindikah anke l-istorja minn meta bdew isiru l- elezzjonijiet diretti għall-Parlament Ewropew - tkun il-parteċipazzjoni tal- votanti, kemm iċ-ċittadini joħorġu jivvotaw.", "Jekk wieħed janalizza ftit ir- rata ta' kemm iċ-ċittadini ħadu sehem f'dawn l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew isib li bħala medja fl-Istati Membri l-għadd ta' dawk li jieħdu sehem f'dawn l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew ġeneralment qiegħed jonqos, ħlief f'ċerti Stati Membri, u fuq livell in ġenerali r-rata ta' parteċipazzjoni fil-fatt bdiet nieżla.", "Wieħed irid jara x'se jiġri f'Ġunju 2004 fejn hemm min qed ibassar li jista` jkun li jitla` minħabba li jista` jkun li l-parteċipazzjoni tal-pajjiżi membri ġodda tkun ogħla minn ta' dawk tal-pajjiżi li huma membri bħalissa, u allura tgħolli r-rata b'mod in ġenerali.", "Nerġa ngħid jekk wieħed jara x'ġara fil-ħames elezzjonijiet diretti li ġraw s'issa jsib li r-rata tal-parteċipazzjoni nieżla.", "Fl-ewwel elezzjoni li saret fl-1979 ir-rata ġenerali kienet ta' 63%; fl-1984 niżlet għall-61% ta' dawk li kellhom id-dritt li jivvotaw għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew; fl-1989 reġgħet niżlet bi kważi 3% u niżlet għall-58% u fl-1994 reġgħet niżlet għal kważi 57%.", "Imbagħad l-iktar waħda baxxa kienet ta' l- 1999 fejn inqas min-nofs taċ-ċittadini ta' l-Unjoni Ewropea ħarġu jivvotaw fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew.", "Fil-fatt kien hemm ftit iktar minn 49% li ħadu sehem f'dawn l-aħħar l-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew.", "Dan ġab tħassib serju fl-istituzzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea u fost affarijiet oħra bdew jitkellmu fuq il-passi li hemm bżonn jittieħdu biex iċ- ċittadini ta' l-Unjoni Ewropea jieħdu sehem iżjed f'dawn l-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew.", "Beda jissemma wkoll li l-proġett ta' l-Unjoni Ewropea għandu perikolu kbir li jkun - huma jużaw il-kelma Ingliża \"disconnected\" - maqtugħ mill-kuntatt ħaj maċ-ċittadini ta' l-Unjoni Ewropea.", "Qed jaraw li l-istituzzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea huma 'l bogħod minnhom u jsibuha diffiċli jieħdu sehem fihom, fis-sens li jgħidu li dawn huma istituzzjonijiet 'il bogħod, ftit għandhom kontroll fuq x'qed jiġri f'dawk l-istituzzjonijiet 'il bogħod u allura ma joħorġux jivvotaw.", "Jekk wieħed jara kif tvarja r-rata tal-parteċipazzjoni minn pajjiż għall- ieħor - s'issa dejjem qed nitkellmu fuq dawk il-15 li huma membri - isib li l-pajjiż fejn l-inqas li jieħdu sehem fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew huma l-Ingliżi li fl-1999 kienu 24% biss li ħarġu jivvotaw.", "Pajjiż ieħor fejn ir-rata ta' parteċipazzjoni kienet baxxa wkoll kien l-Olanda.", "Hemmhekk ħarġu jivvotaw 29.9% biss, kważi l-istess bħall-Finlandja li fl- 1994 ivvotaw 60% u fl-aħħar elezzjonijiet ivvotaw in-nofs, 30% biss.", "Dan huwa interessanti u forsi jista' jindika xi ħaġa dwar kif se tkun ir- rata ta' parteċipazzjoni ta' l-elezzjonijiet f'pajjiżna fejn għandna t- tradizzjoni li, speċjalment għall-elezzjoni tal-Parlament Malti, ir-rata tkun ta' aktar minn 90%.", "Ir-rata ta' parteċipazzjoni fl-elezzjonijiet tal- kunsilli lokali hija wkoll meqjusa ogħla mill-medja ta' ħafna pajjiżi oħra.", "Allura se jkun interessanti naraw x'se tkun l-esperjenza Maltija fl-ewwel elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew.", "Fost il-pajjiżi fejn l-iktar hija għolja r-rata ta' parteċipazzjoni f'dawn l-elezzjonijiet hemm il-Belġju - forsi għax hemmhekk iħossu l-istituzzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea qrib u qrib ġmielhom għax qegħdin fosthom - u l-Lussemburgu fejn ir-rata dejjem kienet ta' aktar minn 85%.", "Issa naraw x'se jiġri s-sena d-dieħla meta fostna jsiru l-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew.", "Il-fatt li ż-żewġ partiti l-kbar se jieħdu sehem f'dawn l-elezzjonijiet - għax anke l-Partit Laburista diġà ddeċieda li se jkollu kandidati għall- elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew - għandu jgħin biex ir-rata ta' parteċipazzjoni f'dawn l-elezzjonijiet tkun ukoll qawwija, probabbli tkun ogħla minn ta' ħafna mill-pajjiżi diġà membri.", "Pero` m'għandniex neħduha for granted li se jkun hawn parteċipazzjoni qawwija fl-elezzjonijiet għall- Parlament Ewropew.", "Naħseb li jkun tajjeb li kemm il-partiti li se jressqu l-kandidati tagħhom kif ukoll il-kandidati nfushom jagħmluha ċara li l-membri fil-Parlament Ewropew qegħdin hemm bl-għeruq tagħhom xorta fir-realta` lokali u se jkunu hemm biex jaħdmu għall-interessi u għall-ġid ta' Malta u GĦawdex.", "Nerġa' ngħid ħafna ċittadini jsibuha diffiċli li jorbtu l-esperjenza tal-ħajja tagħhom ta' kuljum ma' l-istituzzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea.", "GĦalhekk isir diskors li l-Unjoni Ewropea għandha u trid tiffaċċja dak li jissejjaħ id-deficit demokratiku, li ċ-ċittadini ma jħossux li għandhom sehem ħaj u sħiħ f'dak li jiġri fl-istituzzjonijiet li jiddeċiedu affarijiet li jolqtulhom ħajjithom.", "Waħda mill-akbar problemi li għadha tiffaċċja l-Unjoni Ewropea, anke fil- pajjiżi diġà membri, hija li għadhom jaraw l-Unjoni Ewropea bħala ħaġa ta' politika barranija, mentri fil-fatt hija politika lokali, hija politika domestika għaliex ħafna, ħafna u ħafna mid-deċiżjonijiet, mid- diskussjonijiet li jsiru fil-Parlament Ewropew, fil-kunsill tal-ministri u fl-istituzzjonijiet l-oħra fejn jittieħdu d-deċiżjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea għandhom x'jaqsmu ma' politika domestika, ma' politika li għandha x'taqsam ma' l-ekonomija u li għandha x'taqsam mas-soċjeta` taċ-ċittadini fil-ħajja tagħhom ta' kuljum.", "GĦalhekk huwa importanti li anke ċ-ċittadini Maltin jieħdu sehem qawwi fl- elezzjoniijiet tal-Parlament Ewropew għax dan issa se jkun it-tielet saff fejn iridu jsemmgħu leħinhom, fejn iridu jaħtru r-rappreżentanti tagħhom biex iservuhom.", "GĦandna l-kunsilli lokali fil-livell lokali, il-Parlament Malti fil-livell nazzjonali u l-Parlament Ewropew fil-livell Ewropew.", "Din hija xi ħaġa li importanti li jifhmuha ċ-ċittadini, u hija r-responsabilta` tal-partiti u tal-politiċi li jispjegaw din.", "Mr Speaker, qed isir sforz anke mill-istituzzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea nfushom biex jiġi megħlub dan id-deficit demokratiku, u wieħed mill-modi kif dan qiegħed isir huwa billi jkun hemm rabta iżjed bejn l- istituzzjonijiet fil-livelli differenti.", "Il-mexxejja ta' l-Unjoni Ewropea jħossu li b'dan il-mod tista' tiżdied is-saħħa tal-Parlament Ewropew u jkun hemm iżjed kooperazzjoni bejn il-Parlament Ewropew u l-parlamenti nazzjonali tal-Membri Stati.", "Anke fl-ewwel sentenzi ta' l-abbozz tal- kostituzzjoni ġdida jingħad li l-istituzzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea jridu jagħmlu sforzi ikbar biex jersqu lejn iċ-ċittadini fil-ħajja tagħhom ta' kuljum.", "Aħna li se nkunu l-iċken pajjiż bħala membru ta' l-Unjoni Ewropea se tkun ikbar il-problema għalina għax se jkollna l-inqas numru ta' membri parlamentari fil-Parlament Ewropew, kif inhuma l-affarijiet issa u kif se jibqgħu żgur għallinqas sa l-elezzjoni mhux biss li jmiss ta' Ġunju tas- sena 2004, imma anke dik ta' Ġunju tas-sena 2009.", "Malta u Għawdex se jkollhom ħames membri parlamentari Ewropej jirrappreżentawhom.", "Mr Speaker, għandu jsir kull sforz biex dak li qed jiġi ssuġġerit fil- kostituzzjoni l-ġdida ta' l-Unjoni Ewropea ma jseħħx għax jekk nagħmlu hekk mill-ħamsa li għandna nitilfu wieħed u ninżlu għal erbgħa.", "GĦandna nagħmlu kull sforz aħna u pajjiżi oħra fejn insibu allejati - mhux bilfors insibu ħafna allejati għax bħala pajjiż żgħir f'dan il-każ se nkunu bl-aktar problemi - biex il-ħamsa li għandna mhux talli ma jsirux erbgħa iżda jsiru sitta, daqskemm għandhom tal-Lussemburgu bħalissa.", "Jien naħseb li f'ħaġa bħal din huwa fl-interess tal-Lussemburgu wkoll li jaħdem biex għallinqas mis-sitta li għandu ma jitlifx tnejn.", "Ikun hemm min iġib l-argument - u jien stess ġieli għamilt l-argument - li huma ftit wisq dawn il-membri parlamentari tagħna biex iwasslu l-leħen tagħna.", "Dan m'għandux iservi bħala argument għaliex ċ-ċittadini ma jeħdux sehem f'dawn l-elezzjonijiet u jaħtru l-membri parlamentari Maltin biex jirrappreżentawna fil-Parlament Ewropew.", "M'għandux iservi biex ma nipparteċipawx f'dawn l-elezzjonijiet għax huwa importanti ħafna, proprju minħabba ċ-ċokon tagħna, proprju minħabba n-numru ta' membri li se jkollna, li nkunu attivi iżjed minn pajjiżi oħra f'dan il-qasam.", "GĦaldaqstant se jkun importanti ħafna li l-membri tagħna fil-Parlament Ewropew jinħatru b'mandat qawwi mill-poplu tagħna u li jkunu membri li jafu xi problemi kbar se jkollhom biex ilaħħqu max-xogħol u li jagħrfu jaħdmu fl- aħjar interess ta' pajjiżna.", "Se tkun problema biss biss biex ilaħħqu mal- kumitati differenti tal-Parlament Ewropew.", "Bħalissa hemm 17 u dawn mistennija li jkomplu jiżdiedu, allura se jkollhom bżonn jagħżlu xi jkun fl- akbar interess, fl-akbar ġid komuni ta' pajjiżna biex jieħdu sehem fihom.", "Jekk pajjiżna mhux se jkun qed jieħu sehem mill-aktar attiv kmieni kemm jista' jkun fid-diversi istituzzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea, kemm fil- Parlament Ewropew, kemm fil-kumitati li jipproċessaw id-deċiżjonijiet u x- xogħol għall-kunsill tal-ministri u fl-istituzzjonijiet l-oħra ta' l-Unjoni Ewropea, biex nieħdu sehem fil-mod kif ikunu qed jintgħaġnu d- deċiżjonijiet, ikun hemm ċans kbir li l-affarijiet ma jintgħaġnux fl- interess tagħna.", "Għalhekk se jkun importanti li f'kull istituzzjoni nfittxu l-aħjar ġid għalina, naħdmu ma' dawk il-pajjiżi l-oħra li forsi jista' jkollhom interess bħal tagħna fuq kull kwestjoni partikolari u kmieni kemm jista' jkun nieħdu sehem fil-mod kif ikunu qed jintgħaġnu d-deċiżjonijiet.", "Iktar kemm inħallu għall-aħħar, iktar kemm inħallu l-affarijiet jinħmew u jsiru inqas ikun hemm ċans li l-affarijiet isiru billi jagħtu konsiderazzjoni xierqa tal-bżonnijiet tagħna, tal-ġid tagħna u tar-realta` tagħna.", "Għalhekk aħna nittamaw li wieħed mill-impenji, li se jieħu l-gvern fil- konferenza bejn il-gvernijiet ta' l-Istati Membri li se tibda dalwaqt f'Ruma, se jkun biex mhux talli ma jonqosx in-numru ta' membri parlamentari Ewropej Maltin, talli jiżdiedu minn ħamsa għal sitta.", "Naħseb li xi ħaġa pjuttost pożittiva fl-abbozz tal-kostituzzjoni l-ġdida l- Unjoni Ewropea hija l-fatt li se jissaħħaħ is-sehem tal-Parlament Ewropew.", "Kif spjega l-Ministru Borg, din hija l-unika istituzzjoni fejn hemm rappreżentanza diretta taċ-ċittadini.", "Allura hemm bżonn li jissaħħaħ is- sehem tal-Parlament Ewropew.", "Imma hemm bżonn ukoll li jissaħħaħ ħafna ħafna s-sehem tal-parlamenti nazzjonali fil-proċess leġislattiv u deċiżjonali ta' l-Unjoni Ewropea.", "Il-kostituzzjoni l-ġdida ta' l-Unjoni Ewropea tibni fuq it-trattati ta' qabel ta' l-Unjoni Ewropea u qed iżżid ftit jew wisq is-sehem tal- parlamenti nazzjonali.", "Naħseb li dan huwa importanti u fil-każ ta' pajjiżna huwa importanti iżjed minn pajjiżi oħra.", "Diġa` spjegajt li l-fatt li aħna se nkunu bl-inqas numru ta' membri parlamentari fil-Parlament Ewropew iġibilna diffikultajiet li rridu nagħrfu negħlbu jekk ma rridux li jolqtuna ħażin.", "Iktar ma ndaħħlu l-Parlament Malti fil-proċess leġislattiv u deċiżjonali ta' l-istituzzjonijiet Ewropej iktar intaffu dak in-nuqqas.", "GĦalhekk għandu jkun hemm sforz komuni, serju u ta' veru biex is-sehem ta' dan il- Parlament fix-xogħol deċiżjonali ta' l-Unjoni Ewropea jkun b'saħħtu u qawwi.", "B'hekk ma nispiċċawx qisna għandna ħames membri parlamentari Ewropej biss maħtura mill-poplu tagħna biex jiddefendu u jmexxu 'l quddiem l-iżvilupp u l-ġid ta' dan il-pajjiż.", "Iżda anke aħna, il-membri parlamentari fil-Parlament Malti, nkunu nistgħu nikkontribwixxu bis-sehem sħiħ li nkunu qed nagħtu fl-istrutturi parlamentari tagħna li jkunu gganċjati ma' l-istituzzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea.", "Nafu li waħda mill-proposti hi li fl-istess ġurnata li l-Kummissjoni Ewropea tibgħat proposta lill-gvernijiet ta' l-istati membri, lill- Parlament Ewropew, tibgħat ukoll lil-parlamenti nazzjonali.", "Allura għandna nieħdu dik l-opportunita` bis-serjeta` biex kemm jista' jkun indaħħlu lill- Parlament kollu b'mod sħiħ fix-xogħol deċiżjonali u leġislattiv ta' l- Unjoni Ewropea.", "Hekk pajjiżna, fil-fehma tiegħi, ikun qed jikkumpensa u jtaffi daqsxejn il-fatt li aħna se nkunu pajjiż bl-inqas membri parlamentari fil-Parlament Ewropew.", "Għalhekk nittama li jittieħdu deċiżjonijiet serji dwar kif din il-Kamra se tipproċessa x-xogħol li se jkun ġej mill-Unjoni Ewropea.", "Dan se jkun volum qawwi għax nafu li kull parlament nazzjonali jirċievi bejn 1,000 u 2,000 proposta ta' direttiva u ta' xogħol leġislattiv mill- Unjoni Ewropea.", "Sintendi mhux kollha jkunu ta' importanza li trid tiddiskutihom fit-tul, imma żgur li se jkun hemm xogħol kbir għal dan il- Parlament biex id-direttivi, il-liġijiet, ir-regoli li jkunu għadhom qed jiġu proposti mill-Unjoni Ewropea nipprovaw nagħtu sehemna biex fl-aħħar mill-aħħar jitfasslu b'mod li jagħtu kas il-bżonnijiet u r-realta` tagħna.", "Għalhekk huwa importanti ħafna li s-sehem ta' dan il-Parlament ikun b'saħħtu u mhux biex taparsi nagħmlu xi ħaġa, għax imbagħad bix-xogħol li jista' jsir mill-membri parlamentari Ewropej Maltin fil-Parlament Ewropew u x-xogħol li jista' jsir mill-membri parlamentari Maltin u Għawdxin f'dan il- Parlament inkunu qegħdin naħdmu għall-ġid ta' pajjiżna.", "Punt ieħor - diġa` sar mill-Ministru Borg - li jikkontempla dan l-abbozz ta' liġi huwa dwar meta jsiru l-elezzjonijiet u jaħbtu ma' skadenzi elettorali oħra, elezzjonijiet oħra li jkunu se jsiru f'pajiżna.", "Naħseb li ma tkunx idea ħażina, anzi tkun proposta tagħmel sens li l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali u tal-Parlament Ewropew jsiru fl-istess data s-sena d- dieħla.", "Jekk l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew se jsiru t-tieni Sibt ta' Ġunju naħseb li anke l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali għandhom isiru f'dak il-jum minħabba l-istat finanzjarju li jinsab fih il-pajjiż.", "Issa qed nitkellmu daqsxejn – ngħid \"daqsxejn\" biex inkun kristjan u ġeneruż - differenti minn kif konna nitkellmu qabel ir-referendum u qabel l-elezzjoni fejn tant smajna li l-finanzi huma fis-sod u li kollox sejjer 'il quddiem.", "Issa nafu li s-sitwazzjoni hija differenti ħafna minn kif kienet pinġuta qabel ir-referendum u qabel l-elezzjoni.", "Mr Speaker, naħseb li jkun att ta' responsabbilta` min-naħa tal-gvern li biex ma nżidux l-ispejjeż li jridu jġorru ċ-ċittadini jew f'taxxi jew f'dejn - allura taxxi mħallsa għada - nagħmlu l-elezzjoni tal-Parlament Ewroepw u tal-kunsilli lokali fl-istess ġurnata.", "Għax inkella ma tagħtix tort liċ-ċittadini li jgħidu li dawn il-politiċi għandhom flus biex jagħmlu l-elezzjonijiet u mbagħad għall-pensjonijiet, għas-saħħa u għal affarijiet oħra m'għandhomx.", "Allura nttama li l-gvern b'att ta' responsabbilta` jibgħat dan il-messaġġ biex fil-fatt nipprovaw intaffu l-ispejjeż ta' l- elezzjonijiet.", "Punt ieħor li nixtieq insemmi u li għamel riferenza għalih ukoll il- Ministru Borg huwa fuq min se jkun intitolat jivvota f'dawn l- elezzjonijiet.", "S'issa l-unika esperjenza li kellna, li ċittadini ta' pajjiżi oħra jistgħu jivvotaw f'elezzjonijiet miżmuma lokalment kienet fl- elezzjonijiet tal-kunsilli lokali fil-każ ta' ċittadini Ingliżi biss.", "Issa fl-elezzjoniijiet tal-Parlament Ewropew se jkunu jistgħu jieħdu sehem ċittadini ta` l-Unjoni Ewropea li jkunu joqogħdu hawn.", "Jekk wieħed jagħti daqqa t'għajn lejn kemm iċ-ċittadini ta' pajjiżi oħra jieħdu sehem f'dawn l-elezzjonijiet meta jkunu joqogħdu f'pajjiż ieħor isib li hemm rata baxxa ħafna.", "Inqas minn 6% taċ-ċittadini li jkunu residenti f'pajjiż ieħor, li jkun ukoll Stat Membru, jieħdu sehem fl-elezzjoni tal- Parlament Ewropew.", "Skond l-aħħar statisitka ppubblikata mill-kummissjoni ta' l-Unjoni Ewropea - li hija inkwetata fuq kemm huma ftit iċ-ċittadini ta' pajjiżi oħra li jieħdu sehem fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew - 5.8% biss jieħdu sehem.", "Ta` min jgħid li fost l-inqas li jieħdu sehem huma f'pajjiżi bħall-Greċja, ftit inqas minn 2%, u l-Ingilterra fejn jivvotaw ftit inqas minn 2% taċ-ċittadini ta' pajjiżi oħra.", "Aħna għad irridu naraw x'se jiġri hawn Malta.", "L-Unjoni Ewropea fasslet direttivi sabiex taqta' ċerti abbużi li setgħu saru qabel.", "Ngħidu \"setgħu saru\" għax bir-rati daqshekk baxxi ta' parteċipazzjoni ta' ċittadini minn pajjiżi oħra żgur li ma kienx hemm lok għall-abbużi, u ta' min jgħid ukoll li s'issa ftit kienu ċ-ċittadini ta' pajjiżi oħra li ġew eletti fil-Parlament Ewropew minn pajjiż ieħor.", "Skond l-aħħar statisitka li għandi - li hija għall-parlament l-ieħor u mhux għal dan li hemm bħalissa - kien wieħed biss li ġie elett biex iservi liċ- ċittadini ta' pajjiż differenti minn dak ta' l-oriġini tiegħu.", "Meta qed nitkellmu fuq il-bżonn ta' proċess elettorali demokratiku, nadif u korrett anke fil-każ ta' l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew, naħseb li m'għandniex nitilfu l-punt li rridu niżguraw li jkollna proċess elettorali nadif mhux biss biex niżguraw li ma jkunx hawn ċittadini li jivvotaw darbtejn jew f'Malta jew f'pajiż ieħor ta' l-Unjoni Ewropea għal dawn l- elezzjonijiet tal-Parlament Ewroepw, iżda biex jivvotaw dawk li tassew huma intitolati biex jivvotaw, skond il-kriterji kostituzzjonali u legali tagħna wkoll.", "Għalkemm nafu li f'dawn l-elezzjonijiet żgur mhux se jkun hemm l-akkuża ta' gerrymandering għax se jkollna distrett wieħed, xorta għad baqa' żewġ issues kbar li għad iridu jiġu riżolti fuq il-proċess elettorali lokali.", "L- issue ta' kif isiru l-konfini elettorali u l-issue ta' min hu tassew intitolat li jivvota peress li issa sar iktar faċli li jivvota min ma jikkwalifikax biex jivvota bil-kriterji kollha tal-Kostituzzjoni f'pajjiżna.", "GĦadhom ma tteħdux passi serji biex dak l-abbuż jinqata' u naħseb ikun importanti anke għall-ħajja demokratika ta' pajjiżna li dawn il- problemi niffaċċjawhom bis-serjeta`.", "Kif diġa` għedt mill-bidu l-Partit Laburista se jieħu sehem f'dawn l- elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew għax aħna wkoll irridu nagħtu sehemna permezz tal-kandidati tagħna, permezz tal-membri parlamentari tagħna fl- istituzjzonijiet ta' l-Unjoni Ewropea.", "F'dan il-parlament diġa` kellna l- okkażjoni ngħidu li aħna qed naċċettaw li pajiżna mill-1 ta' Mejju tas-sena 2004 se jaħdem fil-qafas ta' sħubija fl-Unjoni Ewropea.", "Ilna minn Jannar tas-sena 2001 li ddikjarajna li r-relazzjonijiet futuri bejn Malta u l-Unjoni Ewropea għandhom jiġu deċiżi permezz ta' l-elezzjoni ġenerali.", "Din l-elezzjoni ġenerali saret u l-elettorat Malti kellu żewġ għażliet ċari quddiemu: L-għażla ta' sħubija mressqa mill-Partit Nazzjonalista u l-għażla ta' partnership imressqa mill-Partit Laburista.", "L- għażla tal-Partit Nazzjonalista kienet tgħid li pajjiżna jaqbillu jsir membru ta' l-Unjoni Ewropea u b'hekk jieħu l-obbligi kollha ta' membru ta' l-Unjoni Ewropea.", "Min-naħa tal-Partit Laburista l-proposta mressqa kienet li f'dawk l-oqsma fejn huwa ta' ġid kemm għal Malta u kemm għall-Unjoni Ewropea li naħdmu bl-istess regoli, li naħdmu fl-istess qafas, nagħmlu dan, iżda f'dawk l-oqsma li l-Partit Laburista jħoss li huwa ta' ġid għal pajjiżna li jmexxi b'linja differenti, allura kellu jitħalla fil-liberta` li jmexxi b'linja differenti.", "Meta wieħed jitkellem fuq din l-għażla ma' uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea u jiddefenixxi li d-differenza kbira bejn iż-żewġ partiti kienet li l-Partit Laburista ried li dak li nnegozja l-Partit Nazzjonalista fil-gvern għal perijodu ta' tranżizzjoni ta' tliet snin, ta' ħames snin, ta' seba' snin jew ta' għaxar snin riedu għal dejjem, riedu permanentement, bi tbissima fuq wiċċhom dawn jgħidulek - ovvjament issa li għaddiet is-saħna tal- kampanja tar-referendum u ta' l-elezzjoni - li dak mhux membership.", "Jien infakkarhom li huwa proprju għal din ir-raġuni li aħna konna nressqu proposta differenti għax ridna li f'ċerti oqsma nintrabtu bl-istess regoli imma f'oqsma oħra nibqgħu mmexxu bir-regoli tagħna minħabba r-realta` tagħna.", "Huwa possibbli li jkollok relazzjonijiet differenti ma' l-Unjoni Ewropea, kif innegozjaw fi ftehim bilaterali f'oqsma differenti ma' l- Isvizzera u bħall-konċett li qed jgħidu issa, il-proġett ta' l-Ewropa iktar wiesgħa.", "Kif għedna, tajna din l-għażla u l-poplu għażel li pajjiżna jissieħeb fl- Unjoni Ewropea.", "Aħna għedna li konna se nirrispettaw dik l-għażla bħala partit demokratiku u qed nirrispettaw dik l-għażla u qed naċċettawha bis- serjeta` anke biex pajjiżna ma jiżdidulux il-problemi kbar li għandu.", "Mal- problemi kbar ta' dejn, mal-problemi kbar tal-qgħad, mal-problemi kbar ta' nuqqas ta' investiment pajjiżna żgur li m'għandux bżonn ukoll inċertezza għas-snin li ġejjin.", "Issir ħafna ħsara lil pajjiżna jekk il-kwestjoni ta' l-Unjoni Ewropea tibqa' miftuħa u jkun diffiċli ħafna għall-investituri lokali u barranin li jeħduna bis-serjeta` jekk se nkomplu ntawlu l- kwestjoni ta' x'relazzjonijiet għandu jkollu pajjiżna ma' l-Unjoni Ewropea.", "Għax wara s-snin li pajjiżna ħa biex jipprepara għas-sħubija, wara s-snin li se jkun ilu membru qabel l-elezzjoni li ġejja, jekk wieħed jerġa' jiftaħ l-istorja kollha ikun qed jitfa' lil dan il-pajjiż fi problemi kbar meta diġa` għandu problemi kbar ħafna x'jiffaċċja.", "Fil-fatt waħda mir-raġunijiet ewlenin għalfejn il-Partit Laburista ħareġ bil-proposta ta' partnership kienet proprju li l-pajjiż kellu diġa` problemi serji x'jiffaċċja dwar kif se jirranġa l-finanzi tiegħu, kif se jiġbed l-investiment, kif se jsolvi problemi kbar li ħalla jikbru sena wara sena, u allura l-politika ta' partnership kienet se tagħti l-possibbilta` ta' gradwalita` li l-pajjiż jieħu ż-żmien li jkollu bżonn.", "Fil-fatt qatt m'għalaqna l-bibien, imma għedna li nħallu l-bibien miftuħa biex dawn ir- relazzjonijiet jibqgħu jiżviluppaw skond l-iżviluppi li jseħħu f'pajjiżna u l-iżviluppi li jseħħu fl-Unjoni Ewropea.", "Fl-ispirtu ta' dan ma jagħmilx sens li dan il-pajjiż jerġa' jintefa' f'xi baħar ta' inkwiet u ta' taħwid li terġa' tiftaħ il-kwestjoni ta' l-Unjoni Ewropea.", "Żgur li dan ma jkunx ta' ġid għal pajjiżna, u għalhekk għamiltha ċara mill-bidu li se nkunu qed nagħtu sehemna biex, fil-qafas ta' Malta bħala membru ta' l-Unjoni Ewropea, naħdmu għall-aħjar ġid ta' Malta u Għawdex.", "Nagħlaq l-intervent tiegħi billi ngħid li jekk irridu li l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew jirnexxu jrid isir sforz kbir mill-partiti politiċi u mill-politiċi biex din l-istituzzjoni tidher li hija rilevanti għaċ- ċittadini tagħna, u li hija xi ħaġa ta' ġid għalihom li jkunu rappreżentati f'dawk l-istituzzjonijiet.", "Se jkun importanti ħafna li jsir dan ix-xogħol ta' perżważjoni demokratika fost iċ-ċittadini tagħna.", "Nerġa' ngħid li mod kif ngħinu biex dan isir hu li lill-Parlament Malti nagħtuh sehem sħiħ, ħaj u qawwi fix-xogħol leġislattiv u fix-xogħol deċiżjonali li hemm bżonn isir minn pajjiżna għall-Unjoni Ewropea.", "B'dan il-mod inkunu qed norbtu l- Parlament Malti, il-Parlament Ewropew u istituzzjonijiet oħra li bħalissa jinħassu 'l bogħod ħafna miċ-ċittadini.", "Nerġa' ngħid li s-sehem taċ- ċittadini fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew juri dan.", "Kif diġa` għedt, mexxejja serji, politiċi serji fl-Unjoni Ewropea kemm-il darba ħassew li din hija problema kbira u li jridu jagħmlu sforz kbir biex fl-Unjoni Ewropea l-istituzzjonijiet jsiru iktar demokratiċi, iżjed miftuħin għaċ-ċittadini u ċ-ċittadini jħossuhom iżjed qrib.", "Wieħed mill- modi kif dan jista' jsir huwa billi jintrabtu iżjed flimkien dawk l- istituzzjonijiet li bħalissa ċ-ċittadini diġa` jieħdu sehem fihom; il- kunsilli lokali fuq livell tal-lokalita` tagħhom, il-Parlament Malti fuq il- livell nazzjonali u l-Parlament Ewropew fuq il-livell Ewropew.", "Jekk dawn ma jingranawx u ma jaħdmux flimkien ikun hemm problema li ċ-ċittadini jibqgħu jħossu li dawn l-istituzzjonijiet huma 'l bogħod.", "F'ċerti pajjiżi din il-problema wasslet mhux biss biex ir-rata fl- elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew tkun baxxa, imma anke baxxiet ir-rata ta' parteċipazzjoni fl-elezzjonijiet ta' l-istituzzjonijiet tagħhom għax min-naħa waħda jħossu li pajjiżhom ikun għadda oqsma sħaħ u proċess sħiħ deċiżjonali mit-territorju nazzjonali għall-istituzzjonijiet Ewropej, u mod kif tikkumpensa għal dak it-trasferiment ta' poter deċiżjonali jkun li l- istituzzjonjiet lokali tħallilhom sehem sħiħ u qawwi f'dak ix-xogħol deċiżjonali li jrid isir.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Carmelo Abela): Grazzi.", "Iktar rimarki?", "Il- Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Sur President, jekk wieħed iħares lejn il- Kamra u jara l-parteċipazzjoni tad-deputati ma jeħux l-impressjoni reali tat-tifsira ta' x'qegħdin nagħmlu llum f'dan il-Parlament.", "Fil-fatt naħseb li nistgħu ngħidu li bir-riżultat tad-deċiżjoni tal-poplu Malti, tar- referendum u ta' l-elezzjoni ġenerali, li Malta ssir membru sħiħ ta' l- Unjoni Ewropea, il-poplu Malti ddeċieda billi ħa pass li żgur 'il quddiem se jissejjaħ pass storiku għal pajjiżna.", "Issa b'din il-liġi qegħdin nagħmlu pass storiku ieħor biex il-poplu Malti jkun jista' jipparteċipa b'mod demokratiku f'din li hija l-Unjoni Ewropea li għaddejja wkoll, bla dubju ta' xejn minn mument storiku.", "Dan huwa mument storiku għax it- tkabbir se jkun minn 15-il membru għal 25 membru li prattikament nistgħu ngħidu li l-Unjoni Ewropea llum tirrappreżenta t-totalita` ta' l-Ewropa demokratika, xi ħaġa li kien hemm ħafna li ħolmu li xi darba l-pajjiżi ta' l-Ewropa jingħaqdu bejniethom.", "U dan effettivament se jiġri fl-1 ta' Mejju tas-sena d-dieħla.", "Irridu nifhmu s-sinifikat ta' din l-Ewropa.", "Jien għadni ġej mill-assemblea ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti u hemmhek saret riferenza, kif għamilt riferenza jien ukoll fl-intervent tiegħi, għall-fatt li l-Unjoni Ewropea hija organizzazzjoni reġjonali, jiġifieri organizzazzjoni tal-pajjiżi ta' l- Unjoni Ewropea li issa ilha teżisti.", "Bla dubju ta' xejn kienet suċċess kbir bħala organizzazzjoni reġjonali, b'mod partikolari għal dak li jirrigwardja l-iżvilupp tal-pajjiżi membri, imma bil-mod ukoll kif din l- organizzazzjoni reġjonali li hija l-Unjoni Ewropea tkun vuċi politika importanti fil-konsultazzjonijiet internazzjonali li jsiru f'kull żmien.", "Naħseb li rridu nagħtu l-messaġġ lill-poplu tagħna li aħna llum qegħdin nilleġislaw biex issa jkollna vuċi diretta, rappreżentattiva mhux biss tal- gvern li jkollna fil-pajjiż, imma rappreżentattiva direttament tal-poplu Malti fil-Parlament Ewropew.", "Naħseb li dan għandu jiġi apprezzat bħala avveniment mhux biss uniku, kif inhu żgur, imma avveniment ta' importanza kbira għal pajjiżna.", "Niftakar żmenijiet oħra meta l-politika tal-partit ta' l-oppożizzjoni kienet li Malta tidħol f'għaqda ma' pajjiż wieħed, ma' l-Ingilterra - li kienet tissejjaħ integration - u kważi l-lixka ta' dak iż-żmien kienet li kieku saret dik l-unjoni ma' l-Ingilterra Malta kien se jkollha l-membri tagħha fil-House of Commons Ingliża.", "L-istorja politika nafuha, mhux se nikkummenta fuqha, pero` tajjeb li issa nirrealizzaw li Malta se jkollha deputati tagħha fil-Parlament ta' l-Ewropa, Ewropa ta' 25 pajjiż li żgur se tikber iktar billi jiżdiedu iktar membri.", "Il-gvern ikkonsulta lill- oppożizzjoni dwar il-kontenut ta' din il-liġi u ħadt pjaċir nisma' ż-żewġ diskorsi li saru s'issa għax prattikament qed nifhem li min-naħa ta' l- oppożizzjoni hemm qbil totali fuq il-kontenut ta' din il-liġi dwar l- elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew.", "Sur President, kif diġà ntqal, huwa veru li, skond kif inhu l-ftehim s'issa, in-numru li Malta se jkollha huwa ħames deputati u ssemma wkoll li tajjeb li għandna nibqgħu nagħmlu ħilitna biex ikollna sitt deputati u ċertament m'għandux jonqos in-numru ta' ħamsa.", "Qed nieħu pjaċir ħafna nara li llum l-oppożizzjoni qed tagħti palata f'dak li huwa żgur ta' interess nazzjonali.", "Infakar li meta fis-summit ta' Nizza kien hemm id-diskussjoni fuq it-tkabbir ta' l-Unjoni Ewropea hemmhekk ukoll kienet saret il-proposta li n-numru ta' deputati għal Malta għandu jkun ta' erbgħa.", "Jien kont intervjenejt direttament mal-President Chirac bil-lejl, waqt is-seduta twila li kienu għamlu Nizza, u kont għedt li Malta m'għandux ikollna erbgħa imma għandu jkollna sitt deputati bħala minimu, u finalment kienu tawna ħamsa.", "Dan qed ngħidu għax huwa tajjeb li wieħed jara li ż-żewġ naħat tal-Kamra jridu jiġbdu ħabel wieħed f'dak li hu ta' interess nazzjonali.", "Jien żgur li jekk nagħmlu hekk f'kull qasam minn issa 'l quddiem inkunu nistgħu nieħdu l-aħjar vantaġġi għal pajjiżna mis-sħubija.", "Sur President, forsi hawn min jaħseb li l-Parlament Ewropew m'għandux dik l- importanza kif għandhom il-parlamenti nazzjonali.", "Irridu nifhmu li l- Parlament Ewropew m'huwiex fotokopja tal-parlamenti nazzjonali għax l- Unjoni Ewropea m'hijiex stat, m'hijiex super state.", "Ma rriduhiex tkun super state u allura l-poteri u l-funzjoni tal-parlament m'humiex identiċi għal dawk ta' parlament nazzjonali.", "Però għandna l-esperjenza ta' ftit xhur meta qegħdin nibagħtu ħames deputati tagħna bħala osservaturi fil- laqgħat tal-Parlament Ewropew u b'mod partikolari fil-kumitati tal- Parlament Ewropew u naħseb li d-deputati tagħna diġa` apprezzaw li għalkemm in-numru tagħna huwa limitat, ma jfissirx li ma jistax ikollna influwenza fejn jittieħdu d-deċiżjonijiet.", "Il-Parlament Ewropew jaħdem l-iktar permezz ta' kumitati.", "Hemm jiġu msawra d-deċiżjonijiet li jieħu l-Parlament Ewropew u f'dawk il-kumitati, li numru tagħhom huwa relattivament żgħir, id-deputati tagħna għandhom funzjoni importanti kif diġa` tixhed il-parteċipazzjoni tad-deputati tagħna bħala osservaturi.", "Naħseb li ħadd ma jrid ikun polemiku hawnhekk u mhux se nkun polemiku lanqas jien, imma saret riferenza għal diskorsi differenti qabel ir- referendum u qabel l-elezzjoni u d-diskorsi ta' issa.", "Kif għedt riċentement, hemm bżonn li dan il-mument ta' importanza straordinarja għal pajjiżna jkun mument li jġib bidla wkoll fil-mod kif nagħmlu l-politika.", "Jien issuġġerejt li minn issa rridu nħarsu 'l quddiem, inutli noqogħdu nħarsu lura u naraw l-iżballji li għamlet naħa jew l-oħra u nallokaw l- iżballji.", "Naturalemnt irridu nitgħallmu mill-iżballji li jkunu saru imma importanti li issa nħarsu 'l quddiem.", "Naħseb li huwa mument feliċi għal pajjiżna li ż-żewġ partiti ewlenin politiċi qegħdin ngħidu li rridu naħdmu flimkien biex niksbu l-aħjar frott mis-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea.", "L-Unjoni Ewropea għaddejja minn żmien ta' formazzjoni u proprju fuq il- Mejda tal-Kamra hemm dan il-ktieb li għandi f'idejja bħalissa, li huwa d- draft treaty establishing a constitution for Europe.", "Il-kliem \"constitution for Europe\" juri kemm hu importanti dan il-mument fl-istorja tal-pajjiżi ta' l-Ewropa.", "Jekk immorru ftit xhur ilu, sakemm bdiet tiltaqa' l-konvenzjoni fuq il-futur ta' l-Ewropa, jekk kont issemmi kostituzzjoni għall-Ewropa kienu jikkorreġuk fuqha.", "Kienu jgħidu mhux kostituzzjoni għax kostituzzjoni tfisser li se jkun hemm stat Ewropew.", "Illum qegħdin formalment bil-ktieb f'idejna wara li kellna dibattiti twal u ta' interess fil-konvenzjoni li pproduċiet draft ta' kostituzzjoni għall- Ewropa.", "Nerġa' ngħid mhux biex noħolqu super state ta' l-Ewropa imma biex noħolqu din l-unjoni li tkun tabilħaqq tirrendi mhux biss, kif għamlet s'issa, b'mod partikolari fil-qasam ta' l-ekonomija, fil-qasam fejn nistgħu ngħixu aħjar, fil-qasam li żżomm il-paċi, imma bil-mod ġdid li se taħdem bih l-Unjoni Ewropea trid takkwista iktar qawwa politika.", "Wara nofsinhar smajt id-diskors li għamel Tony Blair fil-konferenza ġenerali tal-Labour Party.", "GĦamel diskors qawwi fuq il-pożizzjonijiet li ħa hu bħala Prim Ministru.", "Pero` laqtitni frażi partikolari meta qal li jkun ġenn - il-kelma li uża kienet madness - jekk l-Ingilterra telimina minn issa l-possibbilta` li ddaħħal il-Euro.", "Dan qed ngħidu għax dan huwa l-perijodu feliċi li għaddejja minnu l-Ewropa fejn bi sforzi komuni tal- membri kollha tagħha qiegħda tinbena Ewropa ġdida, forza politika ġdida li tkun forza aqwa milli qatt kienet s'issa, l-ewwelnett għaż-żamma tal-paċi u t-tieni nett biex tara li l-popli tagħha jibqgħu jimxu 'l quddiem.", "Kif għedt, nieħu pjaċir nara li fuq il-liġi stess m'hawnx diverġenzi.", "Naturalment kien hemm options li kellhom jiġu kkonsidrati fosthom, kif diġa` semma l-Ministru Tonio Borg, jekk Malta kollha tkunx distrett wieħed jew le.", "Naħseb li huwa għaqli - u nifhem li l-oppożizzjoni qiegħda taqbel ma' dan - li Malta tkun distrett wieħed li teleġġi l-ħames deputati tagħna fl-Unjoni Ewropea.", "Sur President, m'iniex se ntawwal, imma nerġa' ngħid li importanti ħafna li l-poplu tagħna jifhem li dak li qed nagħmlu llum aħna r-rappreżentanti tiegħu għandu jkollu sinifikat qawwi għal pajjiżna.", "Pajjiżna se jkun parti minn din l-Unjoni Ewropea u se jkollu l-vuċi fil-Parlament Ewropew.", "B'hekk Malta se tkabbar l-eżerċizzju tas-sovranita` tagħha.", "Forsi ma jkunx għal kollox korrett jekk wieħed jgħid tkabbar is-sovranita`.", "Is-sovranita` hija fuq pajjiżna pero` b'dik is-sovranita` tagħna u bil-preżenza tagħna fil- Parlament Ewropew aħna qegħdin nifirxu l-eżerċizju ta' din is-sovranita` ta' pajjiżna.", "Għaldaqstant dan għalija u għall-poplu Malti huwa mument storiku.", "Sur President, l-Onor.", "Bartolo tkellem fuq il-parteċipazzjoni ta' l- elettorat fl-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew.", "Sfortunatament fil- pajjiżi li diġa` huma membri rajna li l-parteċipazzjoni bdiet pjuttost għolja fil-pajjiżi kollha u mbagħad naqset f'elezzjoni wara l-oħra.", "Hawn Malta mdorrijin noħorġu nivvotaw bi ħġarna f'kull opportunita` li jkollna u naħseb li l-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew li se jkollna għall-ewwel darba f'Ġunju tas-sena d-dieħla għandhom juru l-kredenzjali demokratiċi ta' pajjiżna u r-rieda soda tal-poplu tagħna li jipparteċipa.", "Allura nistenna li l-parteċipazzjoni fl-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew s-sena d- dieħla f'Malta juru l-istess assidwita` demokratika ta' pajjiżna u jkollna turnout kbir ta' dawk li jmorru jivvotaw.", "Sur President, jien ngħid li f'Mejju tas-sena d-dieħla, meta jkollna l- elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew, se tkun landmark oħra għal pajjiżna u nawgura li d-deputati li nibagħtu hemmhekk, magħżula direttament mill- poplu, jagħmlu ġieħ lil-pajjiżna u jaħdmu kollha kemm huma għall-ġid nazzjonali ta' pajjiżna.", "Grazzi, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Charles Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Sur President, l-att li għandna quddiemna huwa iktar intiż biex jirregola kif se jinżammu l-elezzjonijiet biex jiġu eletti membri parlamentari li jirrappreżentaw lil Malta fil-Parlament Ewropew.", "Għalkemm naħseb li l-euphoria li kien hawn dwar l-Unjoni Ewropea għaddiet wara l-elezzjoni u naħseb issa huwa ż-żmien li meta nitkellmu iktar b'saqajna ma' l-art.", "Dan qed ngħidu minħabba l-fatt li l-Prim Minsitru tkellem ħafna dwar il-vuċi tagħna fil-Parlament Ewropew u fl-Unjoni Ewropea.", "Huwa importanti li jkollna l-vuċi tagħna hemmhekk, imma rridu nifhmu li aħna pajjiż żgħir, li n-numru ta' membri tagħna - jekk ma jitnaqqasx fil- kostituzzjoni għall-Ewropa - s'issa huwa ħamsa u bl-insistenza ta' din in- naħa waqt il-parteċipazzjoni tar-rappreżentanti tagħna fil-laqgħat preċedenti dwar il-Kostituzzjoni Ewropea, jidher li hemm ukoll l-appoġġ biex ikunu sitta.", "Aħna nsistejna li jkunu sitta appuntu għax bl-iktar mod realistiku nifhmu li f'din l-istruttura kbira pajjiżna jeħtieġ li jkollu l- vuċi tiegħu qawwija u li tinstema', mhux sempliċement biex ngħidu li qegħdin hemmhekk u qegħdin ninstemgħu u għandna rappreżentanza, imma biex niddefendu l-ewwel u qabel kollox l-interessi ta' pajjiżna.", "Min isegwi l-aħbarijiet u jara dak li ngħidulu l-horse-trading li jsir - u l-Bambin biss jaf x'ikun qed isir minn wara l-kwinti - jifhem mill-ewwel li kull pajjiż iħares lejn l-interessi tiegħu, u sewwa jagħmel.", "Din hija ħaġa li rridu nżommu quddiem għajnejna.", "GĦaldaqstant hawnhekk ningħaqad ma' l- Onor. Evarist Bartolo li għamel appell biex ikun hemm parteċipazzjoni qawwija mhux sempliċement biex ikollna rappreżentanza.", "Jekk joħorġu jivvotaw 5% biżżejjed biex ikollna rappreżentanza u jekk jivvotaw 20% wkoll ikollna rappreżentanza, imma jekk ikun hemm il-mandat qawwi jkun il-messaġġ ċar li l-vuċi rridu nwassluha.", "U din il-ħolqa torbot ma' dak li konna għedna aħna mill-oppożizzjoni meta konna qegħdin nirratifikaw it-trattat - u kien hawn ħafna emendi minn din in-naħa li fl-aħħar mill-aħħar ġew introdotti fil-liġi - primarjament il-bżonn li dan il-Parlament ikollu rwol importanti fl-iskrutinju ta' dak kollu li jkun qed isir fl-Unjoni Ewropea u kif effettivament jolqot lil pajjiżna.", "Sur President, qabel ir-recess tas-sajf aħna semmejna l-bżonn li jkollna kumitat ta' l-affarijiet Ewropej b'saħħtu - li llum ġie introdott fil-liġi - taħt l-awspiċi tal-Parlament fejn ikun hemm il-parteċipazzjoni ekwa taż- żewġ naħat.", "Dan irid ikollu s-support services neċessarji ħalli jgħin lill- membri parlamentari jipparteċipaw attivament biex janalizzaw x'impatt se jħallu d-direttivi u r-regoli li jibdew jitfasslu fuq is-soċjeta` tagħna, kemm fil-qasam soċjali, fil-qasam politiku kif ukoll fil-qasam ekonomiku.", "Huwa importanti li flimkien mar-rappreżentanti tagħna jkollna din il-ħolqa fil-Parlament Malti - f'pajjiżi oħra din l-istruttura hija żviluppata u b'saħħitha ħafna - ħalli nwasslu l-vuċi tal-poplu Malti bil-qawwa kollha.", "Aħna bħala partit diġa` għamilna s-sottomissjonijiet biex inkunu membri sħaħ mal-partiti soċjalisti Ewropej, għaliex hemmhekk jeħtieġ li ningħaqdu ma' sħabna s-soċjalisti demokratiċi Ewropej ħalli bl-appoġġ tagħhom - li huwa mwiegħed u diġa` qegħdin narawh - inkunu qegħdin effettivament niddefendu l-interessi ta' pajjiżna.", "Dawn huma elementi importanti li l- poplu jrid jifhem.", "Wara d-deċiżjoni elettorali li biha Malta għamlet l-għażla li nkunu membri sħaħ fl-Unjoni Ewropea trid tibda l-ħidma ħalli nimmassimizzaw il-vantaġġi li nistgħu niġbdu lejna u nnaqqsu u nillimitaw kemm jista' jkun l- iżvantaġġi.", "Dan huwa element importanti li rridu nikkommettu ruħna għalih.", "Għalhekk irid ikollna struttura vertikali li tibda l-ewwel u qabel kollox mill-Parlament Malti megħjun, kif diġa` għedt, minn kumitat għall- affarijiet Ewropej li jgħarraf lill-membri parlamentari kollha fuq l- effetti ta' dak li jkun għaddej mhux biss fil-Parlament Ewropew imma fl- istituzzjonijiet kollha Ewropej.", "Imbagħad se jkun hemm il-membri eletti li ma jkunux membri ta' din il-Kamra - għax l-istess liġi teskludi li jkunu membri ta' din il-Kamra, u ma jistax ikun li jkun hekk - li se jwasslu l- vuċi soda tagħhom fl-istess istituzzjonijiet fejn huma jkunu qed jirrappreżentaw l-interessi ta' pajjiżna l-ewwel u qabel kollox.", "Huwa importanti li l-ewwelnett nifhmu dan il-bżonn, imma sussegwentement irid jitwettaq bis-serjetà.", "Sur President, meta wieħed jifli l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna jirrealizza li għandna proposti interessanti.", "Per eżempju, se jkun hemm ir- reġistru elettorali lokali, ir-reġistru elettorali ta' l-Unjoni Ewropea kif ukoll reġistru uffiċjali ta' stat ieħor.", "Dan minħaba l-fatt li għall- elezzjonijiet Ewropej se jkun hemm ċittadini ta' stat ieħor eliġibbli biex jivvotaw peress li l-elezzjoni ssir fl-istess ġurnata.", "Allura jkollna ċittadini ta' pajjiż ieħor li jistgħu jivvotaw hawnhekk, basta l-vot tagħhom ikun fi stat wieħed.", "Id-data ta' l-elezzjonijiet hija stabbilita fi klawsola 5 li tgħid li dawn isiru kull ħames snin fit-tieni Sibt ta' Ġunju jew f'data oħra li l-Prim Ministru jista' javża.", "Għalkemm il-Prim Ministru għandu l-fakulta` u d- diskrezzjoni li jistabbilixxi xi data oħra minn żmien għal żmien, pero` d- data hija definita bejn wieħed u ieħor.", "Naħseb huwa importanti li nirrispettaw din id-data għax meta tkun ġejja elezzjoni dejjem ikun hemm ċerta attivita` politika minn min ikun interessat li jikkontendi.", "Allura jkun aħjar, anke għall-ħajja ekonomika, li d-data tkun iffissata ħalli ma jkunx hemm ħafna spekulazzjoni dwar meta ġejja l-elezzjoni.", "Iktar ma nnaqqsu dan l-element ta' inċertezza iktar ikun aħjar għall-pajjiż in ġenerali.", "Fil-liġi nsibu wkoll min jista' jkun kandidat għall-elezzjonijiet tal- Parlament Ewropew.", "Kull persuna li hija reġistrata fir-reġistru elettorali lokali jew fir-reġistru elettorali ta' l-Unjoni Ewropea tista' tkun kandidat prospettiv u jekk jirċievi l-voti neċessarji jista' jkun elett bħala rappreżentant ta' pajjiżna.", "Fir-realta` kull pajjiż ikollu r- rappreżentanti partikolari tiegħu.", "F'din il-liġi waħda mill-affarijiet li hija simili għal-liġi elettorali tagħna hija l-fatt li ċerti uffiċjali pubbliċi jew xi klassi jew klassijiet tagħhom jistgħu jkunu ristretti milli jikkontestaw dawn l-elezzjonijiet mill-kodiċi dwar il-management tas- servizz pubbliku jew regolamenti, regoli jew normi oħra bħal dawk applikabbli minn żmien għal żmien għas-servizz pubbliku.", "Tajjeb li fil-winding-up il-ministru jgħidilna jekk il-parteċipazzjoni tal- public officials fl-elezzjoni għandhiex tkun abbażi ta' diskrezzjoni ta' xi awtorita`.", "Il-liġi hekk timplika għax il-kelma \"may\" tfisser li jistgħu jiġu ristretti jew mill-kummissjoni elettorali jew inkella mis-servizz pubbliku.", "Naħseb li f'dan ir-rigward huwa importanti li l-kriterji ta' min jista' jipparteċipa mis-settur pubbliku jkunu ċari ħalli kulħadd ikun jaf il-pożizzjoni tiegħu.", "Sur President, klawsola 19 titkellem dwar il-persuni li mhux kwalifkati biex jikkontestaw elezzjoni.", "Infatti qed teskludi lil min ikun membru ta' xi korp dixxiplinat, kif definit f'artikolu 47 tal-Kostituzzjoni, persuna li jkollha kariga li l-funzjonijiet tagħha jkunu jinvolvu xi responsabbilta` għal jew b'konnessjoni mat-tmexxija ta' l-elezzjonijiet ta' membri tal-Parlament Ewropew - ovvjament għax ikun hemm l-interess dirett - persuna li tkun falluta u mhux riabilitata, jew persuna li tkun interdetta mill-qorti minħabba xi mard mentali jew minħabba prodigalita` minn qorti.", "Huwa eskluż ukoll milli jikkontesta min ikun qed jiskonta sentenza ta' priġunerija ta' iktar minn 12-il xahar, jew min ikollu suspended sentence.", "Ma jistax jikkontesta lanqas min ikun membru tal-ġudikatura, jew inkella min ikun ġie skwalifikat milli jikkontesta għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew skond xi liġi li tkun fis-seħħ, jew inkella min ikun qed jikkontesta għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew f'xi stat ieħor.", "Jiġfieri min jagħżel li jikkontesta jista' jikkontesta bilfors fi stat wieħed.", "Sur President, ta' min jinnota li pajjiżi bħall-Irlanda għandhom żewġ esklużjonijiet oħra, li huma uffiċjali għolja ta' l-istituzzjonijiet ta' l- Unjoni Ewropea u min ikollu kariga ta' ministru.", "Jidher li f'din il-liġi m'għandniex dawn l-esklużjonijiet, imma qed tgħid li jekk membri tal-Kamra tad-Deputati jew membri tal-kunsilli lokali, ikunu eletti jridu jirriżenjaw mill-kariga li jkunu qegħdin iżommu.", "Punt interessanti ieħor huwa li l-Prim Ministru jista' jistabbilixxi l- infiq li jista' jsir minn kandidat fl-elezzjoni tal-membri għall-Parlament Ewropew.", "Ikun interessanti li wieħed ikun jaf kif se tiġi stabbilita l- figura.", "(Interruzzjonijiet) Il-figura se tkun dik li hemm times thirteen biex tirrispekkja dak li jsir is-soltu?", "Jiġifieri jekk hemm xi Lm600 għall- membri parlamentari fuq distrett partikolari, se nagħmluha times thirteen?", "Naħseb li diffiċli biex wieħed jikkalkola kemm hi l-figura adegwata, imma wieħed jifhem li se jkun hemm ukoll il-parteċipazzjoni tal-partiti fuq Malta kollha bħala distrett wieħed.", "Dan huwa punt interessanti ħafna għax iktar ma wieħed ikollu finanzi għall-kampanja elettorali iktar ikun jista' jġib voti.", "Allura huwa importanti li jkun hemm dan il-capping biex jagħti opportunita` ekwa kemm jista' jkun lil kulħadd.", "Punt ieħor li tajjeb li wieħed isemmi huwa l-fatt li qed nagħmlu xi emendi fil-liġi dwar il-kunsilli lokali.", "Jagħmel sens li meta jkollok elezzjonijiet fil-qrib, dawn jinżammu fl-istess ġurnata.", "Huwa tajjeb li tingħata l-fakulta` li tinbidel id-data ta' l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali, li tiġi f'Marzu, biex tiġi kemm jista' jkun tkun qrib l-elezzjoni għall-Parlament Ewropew.", "Fl-opinjoni tiegħi huwa importanti li l- elezzjonijiet ikunu fl-istess ġurnata ħalli wieħed jevita li jkun hemm elezzjonijiet kontinwament għaddejjin.", "Kif diġa` għedt, apparti l-ispiża li dawn jinkorru - skond l-aħħar figura l- kummissjoni elettorali din is-sena żiedet l-ispiża tagħha b'Lm2 miljun minħabba ż-żamma ta' l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali, ir-referendum u anke l-elezzjoni ġenerali - huwa importanti li jkun hemm mill-inqas disruption fil-ħajja ekonomika u soċjali ta' pajjiżna.", "Fiċ-ċirkostanzi li qegħdin naraw jiżviluppaw anke f'pajjiżna kemm fil-qasam tat-turiżmu, kemm fil-qasam ta' l-impjiegi u kemm fil-qasam ta' l-industrija naħseb li inqas ma jkun hemm disruptions iktar ikun ta' ġid għall-pajjiż.", "Wieħed mill-aspetti li huwa importanti li nikkonsidraw huwa l-impenn li dawk id-deputati li se jkunu eletti se jkollhom hemmhekk.", "L- istituzzjonijiet li jeżistu fl-Unjoni Ewropea huma numerużi; jekk m'iniex sejjer żball hemm xi 17-il kumitat differenti li mbagħad jinqasmu f'diversi setturi, u n-numru tagħhom jista' jikber.", "Kull kumitat jinvolvi ħafna xogħol u għalhekk nappella lil min ikun se jikkontesta - kemm jekk ikun deputat f'din il-Kamra kif ukoll jekk ikun impenjat fi kwalunkwe xogħol pubbliku ieħor - u effettivament jiġi elett, li huwa importanti ħafna li jifhem li se jidħol għal biċċa xogħol kbira mhux ħażin u li se jkollu limitazzjoni ta' riżorsi minħabba n-numru żgħir ta' membri li se jirrappreżentaw lil pajjiżna.", "S'issa jidher li se jkun hemm ħames rappreżentanti li se jirrappreżentaw lil pajjiżna, imma l- oppożizzjoni Laburista kienet issuġġeriet li jkun hemm sitt rappreżentanti biex almenu jkollna rappreżentanti daqs il-Lussemburgu, u dan m'għamlitux kapriċċjożament jew b'sens ta' suppervja imma għamlitu għaliex temmen li b'hekk ikun hemm iktar impenn biex jitħarsu u jiġu protetti l-interessi ta' pajjiżna.", "Sur President, nixtieq nikkonkludi dan id-diskors billi nerġa` nagħmel l- appell li bdejt bih, ċioe` li kemm jista' jkun għandna nipparteċipaw f'dawn l-elezzjonijiet ħalli pajjiżna jkun jista' jsemma leħnu fid-deċiżjonijiet li jkunu qed jittieħdu, kemm fuq livell ta' parlament kif ukoll fuq livell ta' istituzzjonijiet oħra.", "Huwa importanti ħafna li l-vuċi tagħna tinstema' bil-qawwi ħalli b'hekk inkunu nistgħu nipproteġu l-ewwel u qabel kollox l-interessi ta' pajjiżna, pero` biex jiġri dan irridu nagħmlu l- isforzi kollha tagħna.", "Huwa tajjeb li nkunu qegħdin bil-qiegħda madwar l- istess mejda ma' 25 pajjiż u li jkollna relazzjonijiet bilaterali u multilaterali għax l-ebda pajjiż ma jista' jgħix mingħajr dawn ir- relazzjonijiet, pero` l-iktar ħaġa importanti hija li l-preżenza tagħna tkun qiegħda hemmhekk biex inkunu nistgħu nħarsu l-interessi tal-Maltin u l- Għawdxin u ta' pajjiżna.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Iktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L- Onor. Fenech.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Sur President, kif qalu l-Ministru Borg u anke l- Prim Ministru, bla dubju ta' xejn it-tieni Sibt ta' Ġunju, eżattament it-12 ta' Ġunju, se tkun ġurnata importanti oħra għall-istorja ta' pajjiżna għax il-poplu Malti se jiġi msejjaħ biex jeleġġi l-ħames rappreżentanti tiegħu fil-Parlament Ewropew.", "Din l-elezzjoni mhux se tħalli iktar lill-poplu Malti fil-marġini ta' l-Ewropa imma se twassal fil-qalba ta' l-Ewropa l- parteċipazzjoni tal-poplu Malti fid-deċiżjonijiet demokratiċi li jittieħdu anke f'din l-istituzzjoni.", "Forsi sal-lum hawn min għadu xi ftit xettiku dwar kemm pajjiżna se jkollu vuċi bil-ħames membri li se neleġġu fil- Parlament Ewropew.", "Anke matul il-kampanji elettorali li kellna konna niffokaw ħafna - u naħseb bir-raġun - dwar x'saħħa jista` jkollu pajjiżna bil-kummissarju li bħall-pajjiżi oħra se jkollna.", "Il-Prim Ministru ta' pajjiżna se jpoġġi fuq il-mejda tad-deċiżjonijiet mal- prim ministri ta' pajjiżi oħra u ta` min jgħid li hemmhekk f'ħafna materji għadha titħaddem il-policy li jrid ikun hemm qbil unanimu biex jittieħdu ċerti deċiżjonijiet.", "Jien, bħala osservatur fuq dan il-Parlament Ewropew, nemmen li anke b'ħames membri biss - it-tama tagħna hi li jkollna sitt membri, u kulħadd jaf kemm il-gvern huwa impenjat f'dan is-sens - pajjiżna diġa` jista' jaħdem biex jara li l-interessi ta' pajjiżna jiġu salvagwardjati.", "Ovvjament mhux l-interessi ta` pajjiżna biss iridu jiġu salvagwardati għax id-deċiżjonijiet li se jittieħdu fuq livell Ewropew mhux biss se jeffettwaw lilna imma se jeffettwaw lid-dinja kollha ta' madwarna.", "Il-qawl Malti li jgħid li l-essenza tinsab fil-fliexken iż-żgħar jgħodd ukoll fil-kontest tal-Parlament Ewropew għax jekk il-ħames membri li se jirrappreżentaw lil pajjiżna jagħmlu l-ħila kollha tagħhom biex iħarsu l- interessi ta' pajjiżna, allavolja pajjiżna huwa żgħir, f'din l-istituzzjoni jista' jkollu ħafna influwenza.", "Il-Prim Ministru spjega kif jaħdem il-Parlament Ewropew, u jien nista' ngħid li huwa fatt li meta inti tkun qiegħed titkellem fuq il-mejda tal- kumitati - il-kelliema ta' qabli diġa` spjegaw li l-ħidma tal-Parlament Ewropew hija maqsuma f'diversi kumitati - ma tkunx qiegħed titkellem mas- 620 membru tal-Parlament Ewropew li hemm illum imma tkun qed titkellem f'sala li fiha jkun hemm 30 jew 40 ruħ.", "Terġa` u tgħid li d-deċiżjonijiet ma jittieħdux f'dak il-kumitat.", "Imma l-partiti politiċi li l-membri parlamentari Maltin se jkunu affiljati magħhom jiddiskutu fi grupp iżgħar dak li jkun qed jiġi diskuss.", "Allura jekk il-parlamentari Maltin fil- Parlament Ewropew jikkonvinċu lil dak il-grupp żgħir li jkun qiegħed fuq l- istess kumitat magħhom fuq deċiżjoni partikolari, dan se jfisser li magħhom se jkaxkru vot ħafna ikbar fil-Parlament Ewropew.", "Ħalli nagħti eżempju.", "Il-Partit Nazzjonalista huwa affiljat mal-Partit Popolari Ewropew li minn parlament ta' 625 membru għandu 231minnhom.", "Min- naħa l-oħra l-Partit Soċjalista f'dan l-istess parlament illum għandu 175 membru.", "Allura jekk il-membri parlamentari Maltin fil-Parlament Ewropew jaħdmu bil-għaqal, dawn ikunu jistgħu jġibu l-interess ta' pajjiżna 'l quddiem.", "Huwa mistenni li wara l-elezzjonijiet li se jkun hemm f'Ġunju li ġej il-Parlament Ewropew se jikber għal kważi 750 membru, imma dawn il- gruppi xorta se jibqgħu influwenti.", "Għaldaqstant huwa importanti li l- poplu Malti jkun jaf li l-kandidati eletti biex jirrappreżentaw lil pajjiżna se jkunu placed f'dawk il-gruppi li jistgħu jinfluwenzaw b'mod sinifikanti d-deċiżjonijiet li jittieħdu fil-Parlament Ewropew.", "Sur President, bla dubju ta' xejn biex dawn il-membri parlamentari jkunu jistgħu jaqdu l-funzjonijiet tagħhom u l-ħtiġijiet u l-aspirazzjonijiet tal- poplu Malti ma jistgħux jitħallew jaqdfu waħedhom imma hemm bżonn li jkun hemm l-appoġġ u l-istrutturi meħtieġa.", "Għaliex?", "Għax mit-18-il kumitat tal- Parlament Ewropew jgħaddu patafjun ta' dokumenti, kemm dokumenti li jiġu mill-kummissjoni kif ukoll dokumenti oħra li jkunu ġġenerati mill-parlament innifsu b'diversi opinjonijiet biex jinfluwenzaw il-pożizzjoni li jkun qed jieħu l-kunsill tal-ministri jew il-kummissjoni.", "Allura hemm bżonn ukoll li jkun hemm struttura li tagħmel monitoring ta' dawk id-dokumenti li jkunu jolqtu lil pajjiżna biex b'hekk nassiguraw li bħala pajjiż inkunu qed nieħdu l-massimu minn din l-istituzzjoni, liema istituzzjoni se tikber fl- importanza tagħha, anke fil-kostituzzjoni l-ġdida.", "Ġaladarba semmejt il-kostituzzjoni l-ġdida, ta' min jgħid li prattikament b'din il-kostituzzjoni l-Parlament Ewropew qed jiġi mogħti s-saħħa ta' 70% tad-deċiżjonijiet li jridu jittieħdu b'dak li jissejjaħ co-decision.", "Jiġifieri mhux biss iridu jaqblu l-istati bejniethom Ii jivvotaw fil- kunsill tal-ministri, imma jrid jaqbel u japprova wkoll il-Parlament Ewropew.", "Huwa tajjeb li ngħidu wkoll li ħafna drabi l-kunsill tal-ministri jidħol f'ħafna affarijiet fid-dettall u ġeneralment jiddeċiedi fuq livell iktar għoli ta' policies.", "Pero' il-fatt hu li d-dettalji tal-klawsoli ħafna drabi jkunu qed jiġu diskussi fil-Parlament Ewropew, f'dawk il-kumitati li semmejt, u hemmhekk ċerti affarijiet li forsi pajjiżna ma jkunx qed iġib fuq livell ta` gvern, biex ngħidu hekk, fuq il-mejda tal-kunsill tal- ministri jistgħu jiġu influwenzati billi nġibu favorina l-Parlament Ewropew u allura jkollna iktar saħħa f'deċiżjoni finali għal-liġi tli tkun qed tiġi approvata.", "Il-ħames membri parlamentari Maltin li se jkunu qed jirrapreżentawna fil- Parlament Ewropew m'humiex se jkunu hemm biss biex jirrappreżentaw lil Malta imma se jkunu wkoll membri affiljati ma' gruppi politiċi li jħaddnu ċerti valuri.", "Għalhekk meta jiġi biex jagħżel, il-poplu Malti għandu jivvota għal dawk in-nies li jaħsbu li se jħaddnu dawk l-istess valuri.", "Jekk naraw x'qed jiġri bħalissa fix-xena tal-Parlament Ewropew nsibu li proprju fl-aħħar seduta li kien hemm fi Strasbourg ġiet imressqa mozzjoni mill-Partit Popolari Ewropew, li huwa l-partit li jħaddan il-valuri demokristjani, biex fil-kostituzzjoni l-ġdida ssir ir-riferenza għall- kristjaneżmu.", "Sfortunatament il-Parlament Ewropew ma vvotax favur din il- mozzjoni.", "Filwaqt li l-Partit Popolari Ewropew ivvota favurha, il-gruppi l- oħra, fosthom il-grupp Soċjalista u l-grupp tal-Ħodor, ivvotaw kontra u allura l-vuċi tal-Parlament Ewropew rigward din il-materja hija li m'għandhiex issir riferenza għall-kristjaneżmu.", "Kif nafu, il-pożizzjoni tal-gvern Malti hija favur din il-mozzjoni, u fil- fatt il-Prim Ministru diġa` ddikjara li fil-konferenza inter-governattiva se jitkellem favur din l-inklużjoni.", "Pero` rridu nifhmu li fuq livell Ewropew jeżistu partiti politiċi b'valuri u allura aħna rridu nivvotaw wkoll għal dawk il-valuri.", "Naħseb li lkoll niftakru x'kontroversja kienet qamet xi ftit xhur qabel ir-referendum dwar rapport li kien imwieled mill- Parlament Ewropew innifsu, liema rapport kien jgħid li l-abort kellu jidħol fil-pajjiżi kollha ta' l-Unjoni Ewropea.", "Nafu wkoll li l-Partit Popolari Ewropew kien ivvota kontra din ir-rakkmandazzjoni waqt li partiti oħrajn li kienu vvotaw favur.", "Għalhekk huwa importanti li fl-għażliet tagħna nagħrfu li l-partiti politiċi f'livell Ewropew iridu jkunu viċini ta' l-aspirazzjonijiet tagħna u li n-nies li jirrappreżentawna jridu jkunu b'saħħithom fuq dan il-livell.", "Sur President, prinċipju ieħor importanti li joħroġ mill-kostituzzjoni huwa li l-Parlament ta' pajjiżna se jkun jista' anke jinfluwenza d-deċiżjonijiet li jieħu l-Parlament Ewropew minn kmieni.", "Għaliex?", "Għax jekk ikun hemm liġi li l-Parlament Malti jħoss li m'għandhiex tkun diskussa fuq livell ta' Parlament Ewropew, allura l-Parlament Malti jista' jgħid lill-Parlament Ewropew li huwa ma jemminx li din il-liġi għandha tiġi mgħoddija biex b'hekk jissalvagwardja l-prinċipju tas-sussidjarjeta`.", "Issemmiet ukoll il-kwestjoni tal-parteċipazzjoni.", "Jien nawgura li l-poplu Malti jifhem l-importanza ta' l-elezzjoni li ġejja.", "U naħseb li l-poplu Malti se japprezza li l-vot tiegħu se jfisser li pajjiżna mhux biss se jkun preżenti fuq il-mejda tad-deċiżjonijiet imma se jkun preżenti fit-tfassil tal-futur tiegħu innifsu.", "Ikun tajjeb jekk napprezzaw ukoll li deputat Malti fil-Parlament Ewropew se jkun qed jirrappreżenta 17,000 votant filwaqt li deputat fil-Ġermanja - għalkemm il-Ġermanja għandha ħafna iktar deputati mill-Maltin - se jkun qed jirrappreżenta 800,000 votant.", "Għalkemm huwa veru li n-numru ta' ħames membri m'hux sodisfaċenti għal din il-Kamra u aħna qed nimpenjaw ruħna biex naraw li jkollna s-sitt membru fil- Parlament Ewropew, huwa importanti ħafna li nassiguraw ruħna li jkollna kemm jista' jkun rappreżentanti b'saħħithom b'appoġġ mill-poplu Malti u l- vuċi ta' pajjiżna fil-Parlament Ewropew ma tkunx biss vuċi ta' ħamsa min- nies imma tkun il-vuċi tal-poplu Malti.", "Mill-esperjenza li kelli bħala osservatur tal-Parlament Ewropew stajt ninduna kemm wieħed jista' jkollu influwenza f'dan il-parlament.", "Per eżempju, materja li tolqot l-interessi ta' pajjiżna u li aħna, bħala osservaturi, qed naħdmu b'mod konkret favur tagħha, hija l-kwestjoni dwar jekk Malta għandhiex tkun ikkonsidrata fl-ambitu ta' l-Unjoni Ewropea bħala island region.", "Dan għaliex bħalissa fil-Parlament Ewropew għaddejja diskussjoni dwar it-tfassil tal-politika ta' l-Ewropa fuq il-fondi strutturali li jridu jibdew jiġu in action fil-budget li jmiss, jiġifieri fis-sena 2007.", "Biex nagħti ftit spjegazzjoni, dan ir-rapport kien qed jissuġġerixxi lill- kummissjoni li fil-politika l-ġdida reġjonali jkun hemm għajnuna speċifika għal dawk il-gżejjer reġjuni fl-Ewropa li għandhom handicap naturali minħabba l-fatt li huma qegħdin 'il bogħod mill-mainland, hemm il-baħar jaqsamhom u għaldaqstant għandhom ċerti żvantaġġi naturali.", "Aħna riedna u xtaqna li dan ma jkunx jinkwadra biss gżejjer reġjuni imma wkoll gżejjer stati, pero` fid-definizzjoni li kienet mogħtija fit-trattat ta' Amsterdam kienu msemmija biss l-island regions għas-sempliċi raġuni li ma ridux stati kbar li huma gżejjer, bħal per eżempju, l-Irlanda u l-Ingilterra, jiġu intitolati għal xi tip ta' għajnuna finanzjarja.", "Illum l-Ewropa qed tirrikonoxxi li hemm dimensjoni ġdida.", "Illum għandna gżejjer stati żgħar, bħalma huma Malta u Ċipru, li għandhom l-istess problemi bħalma għandhom il-gżejjer ta' Corsica, Sardinja, Sqallija, il- gżejjer ta' Kreta u gżejjer oħra, l-iktar dawk fil-Mediterran.", "Għalkemm il- pożizzjoni tagħna ma kenitx mifhuma mal-ewwel minn kulħadd, bil-mod il-mod filwaqt li aħna qed nagħmlu l-ħidma tagħna biex nitkellmu mal-grupp politiku tagħna, jidher ċar li meta se jerġa' jiġi r-rapport finali l-grupp politiku tagħna se jkun favur din l-inklużjoni.", "Fil-fatt anke l-president tal-grupp tal-Partit Popolari Ewropew ġie rrapportat li qal li huwa jifhem il-pożizzjoni ta' Malta u Ċipru u l-Partit Popolari Ewropew beħsiebu jaħdem favur din il-pożizzjoni.", "Dan juri li l-ħidma ta' tliet osservaturi fil- Partit Popolari Ewropew fi ħdan il-Parlament Ewropew ġabet u qed iġġib bidla fl-opinjoni.", "Allura b'ċertu kuraġġ jien ngħid lill-poplu Malti li għandna nagħtu importanza lil dawn l-elezzjonijiet u li għandna nagħtu s- saħħa demokratika lil dawk li se neleġġu biex jirrappreżentawna għax dawn jista' jkollhom influwenza importanti.", "Kif għedna aħna u kif qalet anke l-oppożizzjoni, ħames membri parlamentari fil-Parlament Ewropew jistgħu jkunu ftit wisq.", "Pero` dawn jistgħu jkunu ftit wisq jekk aħna ma nagħtuhomx l-appoġġ amministrattiv biex ikunu jistgħu jwettqu l-ħidma tagħhom.", "Ta' min jgħid li fi ħdan il-Parlament Ewropew hemm 17-il kumitat u aħna rridu nagħrfu li huwa importanti li nagħmlu anke alleanzi ma' pajjiżi żgħar oħrajn li għandhom interessi simili bħal tagħna u li allura jistgħu jifhmu aktar il-pożizzjoni tagħna.", "Per eżempju, fuq din il-kwestjoni qed naħdmu ma' Ċipru biex huma jimbottaw l- istess pożizzjoni.", "Ikun tajjeb ukoll jekk inkabbru l-ħbiberija tagħna mal- grupp Ingliż u mal-grupp Taljan.", "Fil-fatt ma' dawn ta' l-aħħar diġa` għamilna laqgħat informali biex jifhmu l-pożizzjonijiet tagħna u jgħinu sabiex iċ-ċokon tagħna ma jkunx ta' xkiel filwaqt li l-interessi ta' pajjiżna jibqgħu jkunu ssalvagwardati.", "Probabbli l-ħames deputati Maltin li se jkunu membri tal-Parlament Ewropew se jiġu mqassma fi gruppi politiċi differenti, naħseb li dawn se jitpoġġew fi ħdan il-Partit Popolari Ewropew u fi ħdan il-Partit Soċjalista.", "Jien nawgura li dawn il-ħames membri jsibu l-okkażjoni li jiltaqgħu flimkien, li jitkellmu flimkien u li jinfluwenzaw il-gruppi politiċi fuq l-istess linja biex l-interess ta' pajjiżna jiġi ssalvagwardat, u dan ma jagħmluhx biss il- pajjiżi ż-żgħar imma anke l-pajjiżi l-kbar.", "Per eżempju, meta darba minnhom kelli diskussjoni ma' l-Ispanjoli, dawn qaluli li huma jitkellmu ħafna flimkien biex l-interess ta' Spanja jiġi mbuttat f'kull livell.", "Ara mbagħad il-Ġermaniżi jaħdmu individwalment.", "Fil- fatt meta darba minnhom il-membri tal-grupp Ġermaniż ivvotaw flimkien, il- president tal-Partit popolari Ewropew, li hu Ġermaniż huwa wkoll, ikkummenta fuq kemm kien mistgħaġeb li għal darba l-membri tal-grupp Ġermaniż ivvotaw kollha flimkien.", "Jien m'għandix dubju li l-elezzjonijiet li ġejjin se jkunu miġġielda minn kulmin se jikkontesta biex jiġi assigurat li jitilgħu rappreżentanti f'isem il-partiti rispettivi, u ġaladarba dawn ikunu eletti, kemm jista' jkun aħna għandna naħdmu flimkien fl-interess ta' pajjiżna biex b'hekk nassiguraw li jkollna vuċi b'saħħitha fil-Parlament Ewropew.", "Sur President, ikun tajjeb jekk ngħid ukoll li għalkemm fil-Parlament Ewropew hemm 'il fuq minn 600 membru, ikun nukleu żgħir li tassew ikun qed jaħdem.", "Per eżempju, il-Ġermanja għandha 99 membru fil-Parlament Ewropew, pero` huwa nukleu veru żgħir li jkun qiegħed jaħdem tassew għax l-oħrajn - forsi sfortunatament imma fortunatament għal pajjiżna - imorru biss biex jivvotaw.", "Fil-fatt 10% biss tal-membri parlamentari Ewropej jagħmlu l-almu tagħhom biex jipparteċipaw fit-tfassil tal-pożizzjonijiet tal-Parlament Ewropew u l-oħrajn jappoġġjaw dik il-pożizzjoni li jieħdu huma.", "Ovvjament pajjiżna ma jaffordjax li jaħdmu biss 10% tal-ħames membri li se jkollna fil-Parlament Ewropew għax dan ikun ifisser li taħdem biss nofs persuna filwaqt li aħna rridu li jekk jista' jkun, ikunu 150% tal-ħamsa li jiġu eletti fil-Parlament Ewropew illi jaħdmu.", "Jekk il-ħames membri parlamentari li se jirrappreżentaw lil pajjiżna jaħdmu b'impenn, allura aħna se nkunu parti minn nukleu li se jinfluwenza d-deċiżjonijiet li jittieħdu fil-Parlament Ewropew.", "Ovvjament dan ma jfissirx li dejjem se tgħaddi tagħna għax kif nafu, dan m'hux possibbli, pero` m'għandix dubju li f'ħafna okkażjonijiet se naraw li l-interessi ta' pajjiżna se jkunu ggarantiti u ssalvagwardati kemm jista' jkun.", "Fattur interessanti huwa li l-abbozz ta' l-liġi ma jsemmix in-numru ta' kemm Malta għandha teleġġi membri għal din l-elezzjoni.", "Pero` huwa jirriferi għat-trattat u jgħid li n-numru ta' membri jrid ikun iddeterminat mit-trattat li aħna ffirmajna għalih.", "Aħna nafu li l-gvern Malti jixtieq li jkollu sitt membri parlamentari rappreżentati fil-Parlament Ewropew, pero` kif qalilna l-Prim Ministru stess, anke biex ikollna ħames membri parlamentari li jirrappreżentaw lil pajjiżna fil-Parlament Ewropea kellna niġġieldu.", "L-oppożizzjoni qalet li l-kostituzzjoni qed tirrikkmanda li l- iżgħar pajjiż ikollu erba' membri fil-Parlament Ewropew.", "Pero` l- kostituzzjoni tgħid ukoll li jekk pajjiż ikollu iktar minn erbgħa, dan irid jaċċetta hu li jnaqqas membru parlamentari minnhom biex il-ħames membri parlamentari jinżlu għal erbgħa.", "Allura billi l-kostituzzjoni tgħid li n- numru minimu huwa ta' erbgħa, dan ma jfissirx li fl-elezzjoni tas-sena 2009 aħna se nitilfu siġġu ieħor awtomatikament.", "Sur President, min isegwi l-aħbarijiet jaf li diversi pajjiżi, kemm dawk żgħar kif ukoll dawk medji, qed juru li m'humiex qed jaqblu ma' dak li qed jiġi propost fil-kostituzzjoni f'dawk li huma kambjamenti li qed isiru għall-mod kif jittieħdu d-deċiżjonijiet.", "Dak li hemm fil-kostituzzjoni żgur li ma jistax jittieħed bħala ben fatt, u infatti dawn il-pajjiżi m'humiex qed jaqblu mal-proposti li saru fil-kostituzzjoni dwar diversi materji, fosthom dwar il-livell tad-deċiżjonijiet li jkunu jridu jittieħdu, ir-rappreżentanza fil-parlament, il-vot fil-kunsill tal-ministri u jekk pajjiż għandux ikollu kummissarju jew le.", "F'waħda mil-laqgħat fejn kont preżenti anke jien, Aznar qal li l-kompromess kien diġa` ntlaħaq f'Nizza, u allura m'għandux ikun hemm kambjament drastiċi minn dak li ġie deċiż hemmhekk.", "Dan juri li aħna x'aktarx nibqgħu b'ħames siġġijiet.", "Jien m'għandix dubju li l-gvern se jagħmel ħiltu kollha biex jipprova jżid in-numru ta' membri parlamentari Maltin għal sitta fil- Parlament Ewropew, anke biex inkunu qed nipparteċipaw iktar fit-tfassil tal- politika li jkunu qed jieħdu l-kunsill tal-ministri u l-kummissjoni.", "Sur President, ma nixtieqx intawwal ħafna u għalhekk se nagħlaq l-intervent tiegħi billi għal darb'oħra nawgura li Malta tkun eżempju għall-pajjiżi Ewropej l-oħra tal-parteċipazzjoni u ta' l-interess li l-poplu għandu jkollu f'dawk li huma l-elezzjonijiet li jkunu qed isiru.", "M'għandix dubju li anke għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew se jkun hawn interess qawwi mill-poplu Malti u Għawdxi.", "Kif il-poplu Malti għamel għażla favur li pajjiżna jidħol fl-Unjoni Ewropea ħalli jagħmel parti mit-tfassil tal- politika tal-kontinent Ewropew, issa se jara u jassigura li se jkollu r- rappreżentanza tiegħu denja f'din l-istituzzjoni li fiha trid titwassal il- vuċi ta' pajjiżna.", "Grazzi.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "THE DEPUTY SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Sar il-ħin.", "Nitlob lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali biex, jekk jogħġbu, iressaq l- Aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Sur President, nipproponi l-aġġornament tal-Kamra għal nhar it- Tnejn, 6 ta' Ottubru 2003, fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar Elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili - Tieni Qari (Kont.); u", "Xi aġenda oħra li tista' tiġi komunikata aktar tard.", "------------------------------------------", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Professjonijiet tas-Saħħa – Kumitat Permanenti.", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Saħħa Pubblika - Kumitat Permanenti.", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Professjoni tax-Xogħol Soċjali - Kumitat Permanenti.", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Professjoni ta' l-Accountancy - Kumitat Permanenti.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "Il-Ministru Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: Sur President, f'dan il-ħin limitat li għandi xtaqt insemmi xi inizjattivi li qed jieħu l-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern u nixtieq nitkellem fuq suġġetti partikolari li huma l-Qorti tal-Familja u l- immigrazzjoni illegali.", "Kif tħabbar mill-President tar-Repubblika fid-diskors li għamel fil-ftuħ ta' dan il-Parlament u kif wiegħed il-gvern, bħala ninsabu għaddejjin b'ritmu mgħaġġla sabiex sa l-aħħar ta' din is-sena jkollna l-Qorti tal- Familja.", "Kif diġa` kelli l-okkażjoni nispjega pubblikament, aħna qegħdin nieħdu ħsieb li l-Qorti tal-Familja nwaqqfuha b'ħidmiet fi tliet direzzjonijiet.", "L-ewwel ħaġa hu l-bini nnifsu li għandu jkun bini dinjituż għall-Qorti tal-Familja u għandu jkun separat mill-bqija tal-binja tal- qorti.", "Fil-fatt ġie ddentifikat il-post magħruf bħala l-annexe b'mod li u kulmin kellu uffiċċju hemmhekk għall-amminstrazzjoni jew għal xi skop ieħor ġie allokat f'post ieħor ħalli dan il-bini jkun kompletament separat mill- bqija tal-qorti u jkun dedikat biss għall-Qorti tal-Familja.", "Fuq dan il- bini sar investiment ta' 'l fuq minn Lm0.5 miljun sabiex jitkabbar u jiġi adattat għall-persuni li se jmexxuh għax kif se nispjega aktar tard, il- persuni li se jmexxuh mhux se jkunu biss l-imħallfin imma anke esperti u medjaturi oħrajn li s'issa ma kenux involuti fil-proċess tas-separazzjoni.", "It-tieni direzzjoni tal-ħidma tagħna fuq il-Qorti tal-Familja kienet is- setting tar-regolamenti nnifishom ta' din l-entita`.", "Aħna ridna li l-Qorti tal-Familja, minkejja li l-imħallef jibqa' jiddeċiedi kwestjonijiet li għandhom x'jaqsmu mas-separazzjonijiet, dawn il-kawżi ma jibdewx neċessarjament quddiem l-imħallef imma jkun hemm proċess ta' konċiljazzjoni segwit minn proċess ta' medjazzjoni qabel ma jkun hemm l-awtorizzazzjoni sabiex wieħed imexxi kawża ta' separazzjoni.", "Deherilna li din hija ħaġa importanti mhux għaliex irridu nbiddllu ir-rieda u x-xewqat tan-nies imma sabiex ħadd ma jieħu impressjoni li f'Malta, is-separazzjoni hija xi ħaġa li ssir b'għafsa ta' buttuna u toħroġ mill-kompjuter.", "Anzi li se nagħmlu huwa li kull min jirreġistra l-intenzjoni tiegħu li jissepara, għandu jgħaddi mill-proċess ta' rikonċiljazzjoni ħalli jekk inhuwa possibbli, l- esperti f'dan il-qasam jipprovaw jirrikonċiljaw il-partijiet.", "Jekk dan ma jirnexxix, allura ngħadduh fi stadju ta' medjazzjoni fejn ikun hemm tentattiv sabiex il-miżżewġin li ddeċidew li jisseparaw jersqu lejn separazzjoni konsenswali flok jidħlu l-qorti u jesponu d-difetti u l- inċidenti kollha li kien hemm matul iż-żwieġ tagħhom fil-pubbliku.", "Dan il- proċess allura jservi sabiex fejn jista' jkun ma nagħmlux rikorsi u kawżi ta' separazzjonijiet fejn inġiegħlu u ninvolvu lit-tfal u xhieda oħra jixhdu fuq affarijiet personali.", "It-tielet direzzjoni tal-ħidma tagħna hija t-twaqqif ta' qorti kriminali li tieħu ħsieb l-affarijiet li għandhom x'jaqsmu biss mal-familja.", "Illum għandna sitwazzjoni fejn kwalunkwe abbuż sesswali jew offiżi fuq it-tfal jew nisa jispiċċaw imħalltin u proċessati ma' kawżi oħrajn.", "Issa se jkun hemm maġistrat li jieħu ħsieb dawn l-affarijiet li għandhom x'jaqsmu mal- familja fosthom reati ta' att sesswali jew reati fuq persuni vulnerabbli bħall-minorenni.", "Il-bini l-ġdid se jkun attrezzat sabiex wieħed ikun jista' jagħmel video conference sabiex il-vittmi ta' dawn ir-reati jkunu jistgħu jieħdu sehem fil-proċeduri mingħajr ma jkunu preżenti fl-awla nnifisa.", "Sur President, xtaqt ngħid xi ħaġa fuq suġġett kompletament differenti li pero` jaqa' wkoll taħt il-ministeru tiegħi u cioe` l-immigrazzjoni illegali.", "Il-gvern bilfors irid jimxi b'politika li filwaqt li tħares id- drittijiet ta' kulmin għandu dritt għall-protezzjoni – u cioe` dawk li huma persegwitati politikament u dawk li ma jistgħux jirritornaw f'pajjiżhom għax hemm inkwiet serju – ma jistax jittollera li jkun hemm immigranti illegali li ma jaqgħux taħt dawn iż-żewġ kundizzjonijiet li semmejt u li xorta jibqgħu jgħixu f'pajjiżna.", "Naf li f'diversi pajjiżi ta' l-Ewropa anke persuni li jkunu tilfu l-każ tagħhom quddiem il-Kummissarju tar-Refuġati jibqgħu f'dak il-pajjiż u naf ukoll li diversi pajjiżi Ewropej qed ibiddlu din l-attitudni liberali tagħhom minħabba problemi li qed ikollhom b'dawn l-immigranti illegali u minħabba li dan qed iwassal għal aktar appoġġ għall-partiti tal-lemin estrem.", "Aħna se nkomplu nsegwu t-triq tan-nofs, jiġifieri noffru protezzjoni lil min għandu dritt għall-protezzjoni u nimxu b'id iebsa kontra min ma ħaqqux il-protezzjoni.", "Aħna għamilna liġi tar-refuġati li għall-ewwel darba tat sensiela twila ta' drittijiet lil min ħaqqu protezzjoni bħad-dritt ta' xogħol, dritt ta' relief, id-dritt ta' l-għajnuna medika, id-dritt tal-passaport, dritt ta' dokumenti biex ikunu jistgħu jivvjaġġaw u anke dritt ta' l-appell li jmorru quddiem il-bord ta' l-appell tar-refuġati.", "Pero`, jekk wara dan kollu l- immigrant illegali ma jkollux dritt ta' protezzjoni, dan se jkollna nimxu miegħu b'id iebsa.", "Ovvjament, ħadd ma jieħu gost jimxi b'id iebsa imma pajjiżna għandu densita` ta' popolazzjoni ta' 1,200 kull kilometru kwadru u ma jistax jilqa' fostna r-refuġati, il-każi umanitarji u anke nies oħrajn li la huma wieħed u lanqas l-ieħor.", "Dan mhuwiex possibbli u għalhekk aħna żammejna iebes fuq il-politika ta' detenzjoni li naħseb li ħalliet ċertu effett.", "L-aħħar darba, xi għaqdiet ikkritikaw lill-Kummissarju tal-Pulizija għax qal li d-detenzjoni sservi wkoll bħala detterrent.", "Jien naħseb li m'hemm xejn ħażin f'dak li qal il-Kummissarju tal-Pulizija.", "Aħna għandna liġi - li m'għamilnihiex issa imma ilha hemmhekk 33 sena għax saret fl-1970 - li tgħid li kull min jidħol Malta illegalment, toħroġ ordni ta' tneħħija kontra tiegħu u malli toħroġ din l-ordni, dak li jkun jibqa' in detention.", "Iċ-ċifri jitkellmu waħedhom għax is-sena li għaddiet ġew f'Malta illegalment 1,680 persuna.", "Din il-figura hi nofs ir-rata ta' twelid f'Malta.", "Dan ifisser li għal kull żewġ persuni li twieldu f'Malta ġie immigrant illegali f'Malta.", "Din is-sena bil-kemm qbiżna l-400 ruħ; araw naqra xi tnaqqis kien hemm fl-ewwel disa' xhur tas-sena.", "Għalhekk, Sur President, hu importanti li jasal il-messaġġ li aħna pajjiż tant żgħir li ma nifilħux ċertu influss ta' immigrazzjoni illegali.", "B'riferenza għall-inċident ta' dan l-aħħar fejn Malta b'deċiżjoni politika - u mhux taħt it-trattat ta' ripatriju li għandna bejn Malta u l-Italja - aċċettat lura 148 klandestin nixtieq nirringrazzja b'mod partikolari lill- ambaxxata Eġizjana li f'temp ta' ġimgħa aċċettat li tieħu 95% tal-persuni involuti li kienu proprju minn dan il-pajjiż.", "Fadal biss tnax minn dawn l- immigranti li ġew mibgħuta lura mill-Italja lejn Malta u minn dawn, ħdax se jitilqu lura lejn il-Marokk din il-ġimgħa u jifdal wieħed biss.", "Jiġifieri minn 148 li kellna se jkun fadal wieħed biss li l-każ tiegħu qed jiġi eżaminat.", "Jien nittama li nkunu f'pożizzjoni li nikkonkludu ftehim ta' ripatrijazzjoni ma' pajjiżi ġirien tagħna.", "Mhux faċli li jsir għaliex dawn il-pajjiżi jaċċettaw iċ-ċittadini ta' pajjiżhom stess u mhux ta' pajjiżi oħrajn, anke jekk dawn ikunu telqu minn pajjiżhom direttament lejn Malta.", "Nittama wkoll li din is-sena nkunu kapaċi ngħaġġlu aktar l-iproċessar ta' applikazzjonijiet għal status ta' refuġjat sabiex filwaqt li nżommu bla mittiefsa l-politika u l-liġi tagħna dwar id-detenzjoni, din id-ditenzjoni ma tkunx għall-perijodu li ma jkunx raġonevoli.", "Wara kollox, kulħadd għandu dritt li ma jibqax detenut għall-perijodu li jmur oltre dak dettat bir-raġuni, partikolarment jekk xi ħadd ikun għamel l-applikazzjoni tiegħu għal status ta' refuġjat.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Michael Frendo.", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Sur President, fil-ftit ħin li għandi nixtieq nitkellem fuq żewġ punti, wieħed jirrigwarda sitwazzjoni fil-livell nazzjonali u l-ieħor jirrigwarda l-kontribut ta` Malta fuq il-livell internazzjoanli.", "L-ewwel punt li xtaqt nsemmi huwa dwar każ ġie rrapportat fil-gazzetti f'dawn l-aħħar jiem.", "Dan għandu x'jaqsam ma` l-azzjoni li ħadu ċerti membri li joperaw it-taxis fix-xatt meta daħal cruiseliner Malta għax kellu emerġenza medika.", "Minħabba dan, il-kaptan tal-vapur iddeċieda li jagħti trasport lill-persuni fuq dak il-cruiseliner sabiex jeħodhom il-Belt ħalli jkunu jistgħu jqattgħu ftit tal-ħin hemmhekk.", "B'dan il-mod għamel għamel għażla biex jgħin il-prodott li hu qed ibigħ permezz tal-cruises fil- qasam tat-turiżmu kif isir fid-dinja kollha.", "Veru li kulħadd għandu dritt jesprimi ruħu u jagħmel protesta, allaħares le.", "Aħna ngħixu f'soċjeta` demokratika u d-demokrazija qiegħda f'kull qasam jew settur u għalhekk kull persuna għandha dritt li turi l-opinjoni tagħha u l-protesta hija waħda mil-libertajiet fundamentali ta' kull soċjeta`.", "Qed ngħid dan kollu għaliex ma rridx niġi misinterpretat u xi ħadd jaħseb li jiena kontra li xi ħadd jew xi settur jipprotesta.", "Pero` rridu noqogħdu ferm attenti f'dan il-pajjiż li ma ninqabdux fi strutturi u f'xi sistemi li huma insostenibbli jew li jpoġġuna fi strait jacket u minħabba fihom ma nkunux nistgħu noffru servizzi oħrajn ta' trasport differenti sabiex pajjiżna jkun jista' jikkompeti internazzjonalment.", "Meta qed nitkellmu fil-qasam tat-turiżmu u fil-qasam tal-cruiseliners partikolarment, irridu nifhmu li hemm kompetizzjoni kbira fil-portijiet tal- Mediterran għal cruiseliner business.", "Jien kont responsabbli mill-qasam tat- trasport fiż-żmien meta konna rrealizzajna li l-qasam tal-cruiseliner business fil-Mediterran kien se jikber bl-aktar mod mgħaġġel u fil- Mediterran kien se jibda jsir il-livell ta' cruiseliner business bħalma jsir fil-Karibew u f'ibħra oħrajn.", "Minn dakinhar - mis-sena 1994 meta jiena kont responsabbli tas-settur tat- trasport - bdejna nippreparaw u nsaħħu lil Malta bħala post fejn jistgħu jiġu l-cruiseliners.", "Konna kabbarna l-mollijiet sabiex ikollna aktar minn tnejn jew tliet cruiseliners li jistgħu jpoġġu ħdejn xulxin madwar il-moll u jkun moll ta' livell ta' kwalita' għolja biex dak li jkun, meta jasal pajjiżna, jħoss li wasal f'pajjiż li huwa żviluppat u li qiegħed jieħu ħsieb l-infrastruttura tat-turiżmu tiegħu.", "Konna bdejna wkoll nitkellmu fuq kif nistgħu nassiguraw li Malta jkun post li jieqfu l-cruiseliners għaliex dak il-mument kien importanti ħafna għax kif diġa` għedt, il- cruiseliner business kien qed jiżviluppa b'ritmu iktar mgħaġġel u ridna naċċertaw li l-port ta' Malta ma jiġix maqbuż u li jidħol fl-itinerarju ta' min jagħmel dawk il-cruises.", "L-amministrazzjonijiet ta' wara komplew dan ix- xogħol u ħadmu sabiex dan il-pajjiż nagħmluh anke home port tal- cruiseliners, xi ħaġa li diġa` sar ħafna xogħol fuqha u li baqa' ħafna xi jsir għaliex dan hu għan importanti li rridu nilħqu.", "Sfortunatament, meta jkollok inċident bħalma kellna aħna riċentament, dan jista' jwassal għal dannu kbir mhux biss għall-image ta' pajjiżna imma anke għas-settur turistiku nnifsu.", "Dan ifisser li min jieħu deċiżjoni biex jagħmel azzjoni sabiex jesprimi l-opinjoni tiegħu għandu joqgħod attent li ma jagħmilx ħsara lil dak is-settur li huwa stess jiekol minnu.", "Il- progress ma jistax jitwaqqaf.", "Ħadd ma qiegħed f'pożizzjoni li jgħid li issa m'għandu jsir l-ebda bdil.", "Il-bidla tista' tirreżistiha għal ftit imma fl- aħħar din tieħu over.", "Is-settur tat-taxis f'pajjiżna huma importantissimu għat-turiżmu u dan is- settur għandu jingħata kull appoġġ biex iżidu l-business tagħhom.", "Anzi jien nemmen li hemm ħafna opportunitajiet f'dan is-settur li jistgħu jittieħdu, pero` hemm bżonn li l-prezzijiet ikunu raġonevoli b'mod li jħajru aktar nies li jużawhom.", "Jiena naħseb li kieku jsir studju mill-operaturi nnifishom dwar x'opportunitajiet ekonomiċi jeżistu biex is-settur tat-taxis jikber, wieħed jinduna li m'għandux għalfejn iħossu marbut ma' ċerti tipi ta' business imma għandu joffri servizzi differenti u alternattivi sabiex jikkompeti.", "Dan hu li jiġri f'diversi portijiet mad-dinja kollha u dan hu li jistenna min imur fuq cruiseliner illum.", "Wieħed jistenna li meta jasal f'port ikollu l-għażla li jew imur fuq tour jew inkella jieħu t-trasport pubbliku - inklużi t-taxis - sabiex imur fiċ-ċentru tal-Belt.", "Apparti dan, ikun hemm diversi nies li ma jkunux iridu jmorru ma' tours u anqas ma jkunu jridu jmorru sempliċement f'post wieħed u għalhekk jiddeċiedu li jieħdu servizz personalizzat bħat-taxi u jkunu jistgħu jduru fejn iridu.", "B'hekk tat-taxi jieħu nofs ta' nhar sħiħ ta' xogħol minn fuq dawn il-klijenti.", "Meta nħarsu lejn il-qasam tat-trasport m'għandniex nħarsu lejh qisu maqtugħ mill-bqija ta' l-iżvilupp ekonomiku tagħna.", "Il-qasam tat- trasport huwa importantissimu għall-iżvilupp ekonomiku tagħna u ma nistgħux inħarsu lejn kif niżviluppaw il-cruiseliner business tagħna jekk miegħu ma norbtux qasam tat-trasport li jkun varjat u li joffri l-għażla lill- klijent.", "Aħna rridu nkunu pajjiż indirizzat lejn it-turist.", "Ħadd m'għandu jippretendi li qisna qed nagħmlulhom xi pjaċir li lin-nies jiġu hawn u jinqdew bis-servizzi.", "Ir-realta` hi li aħna qed nikkompetu fuq suq internazzjonali u biex nikkompetu rridu nagħtu servizzi varji u tajbin.", "Jien m'għandix dubbju li min jopera fil-qasam tat-taxis huwa kapaċi jikkompeti anke fis-suq lokali.", "Meta wieħed jara l-persentaġġ ta' kemm nies ikollhom bżonn jiċċaqalqu f'diversi bliet jinduna x'potenzjal hemm.", "Dan il-potenzjal, fil-fehma tiegħi, tat-taxis għadhom lanqas biss ħarsu lejh biex jiżviluppawh.", "Dan huwa qasam li qed jistenna li jkun hemm min joħroġ b'ideat li jkunu jagħmlu sens ekonomikament – u anke f'ġieħ l- ambjent ta' pajjiżna – sabiex ikabbar l-utilizzar tas-sistema tat-taxis fis- suq lokali.", "F'Ateni, it-taxis mhux biss itellgħu persuni għal traġit f'area partikolari imma jekk ikun hemm persuni oħrajn sejrin fl-istess direzzjoni, tat-taxi jrikkibhom ukoll b'riżultat li s-servizz ikun aktar aċċessibbli u effiċjenti.", "Sur President, wieħed għandu jkun kreattiv u m'għandux ikun restrittiv.", "Irridu nifhmu li fil-qasam tat-turiżmu huwa kruċjali li aħna jkollna servizzi ta' l-aqwa livell li jiswew l-inqas li jistgħu jiswew.", "Dan hu l- mod kif tgħix fid-dinja kompetittiva tal-lum.", "Jeħtieġ li nmeddu għonqna għax-xogħol biex inkunu nistgħu nikkompetu ma' ħaddieħor u nkomplu naħdmu biex pajjiżna mmexxuh 'il quddiem u ngħollu l-livell ta' l-għajxien ta' kull wieħed u waħda minna.", "Meta kont responsabbli minn dan is-settur u konna qed nippreparaw biex Malta tkun tista' tilqa' l-cruiseliners kont fil-fatt ħdimt - u nieħu gost ngħid li din irnexxiet – biex inbiddlu dawk il-coaches jew xarabanks antiki li kellna għax ma kienx jagħmel sens li jasal 5-star cruiseliner f'pajjiżna u n-nies ta' ġo fih noħduhom fuq dawn il-coaches jew xarabanks antiki biex jagħmlu t-tour.", "Għalhekk bdilnihom u ġibna coaches tat-turisti ta' livell u ta' kwalita'.", "L-istess sar fil-qasam tat-taxis b'mertu ta' l-operaturi tat-taxis stess għaliex il-kwalita` tat-taxis li qed naraw illum fit-toroq tagħna huma ferm aħjar milli kellna sa ftit snin ilu.", "Sur President, fil-fehma tiegħi ħadd m'għandu jibża' mill-kompetizzjoni għaliex fl-aħħar mill-aħħar huwa l-klijent li se jagħżel u meta jkollok numru kbir ta' klijenti, bħalma jkollok meta jkollok turisti neżlin minn fuq vapur, se jgawdi kulħadd basta nkunu kapaċi noffru prodotti attraenti bi prezz kompetittiv u servizz mill-aqwa.", "Din hija regola li ma nistgħux naħarbu minnha.", "Il-bidla tista' tirreżistiha imma xi darba tieħu over u għalkemm wieħed jista' jgerger għaliex issa se jinbidlu l-affarijiet u jaf jitlef ħobżu, dan għandu jimxi maż-żmenijiet, ikun kompetittiv, ikun kreattiv u jassigura li jkollu prodott li t-turist jfittxu waħdu.", "Hawn diversi nies li naturalment ifittxu l-kumdita` u l-flessibilita` li jagħti is-servizz tat-taxis imma dawn ifittxu wkoll li l-prezzijiet ikunu mill- iktar kompetittivi.", "Sur President, naħseb li tajjeb li dan il-kliem jingħad anke f'dan il- Parlament għaliex aħna rridu li pajjiżna jkun kompetittiv.", "Ma nistgħux ngħixu f'soċjeta` li ma tkunx kompetittiva fl-oqsma kollha għaliex il- kompetizzjoni qiegħda tikber partikolarment f'dak li għandu x'jaqsam mat- turiżmu.", "Jekk wieħed jara l-effett tal-cruiseliners f'pajjiżna jifhem li dawn il-cruiseliners jġibu tip ta' turiżmu li qabel forsi ma kellniex, tip ta' turiżmu li jaffetwa pożittivament il-kummerċ fil-Belt kapitali tagħna.", "In-nies li jinżlu mill-cruiseliners jagħtu xogħol anke lil diversi setturi oħrajn inkluż s-settur ta' taxis u għalhekk hemm bżonn li nibżgħu għall- kummerċ u n-negozju ta' pajjiżna u rridu nifhmu li kull azzjoni li nagħmlu jista' jkollha riperkussjonijiet negattivi fuq l-istess persuni u setturi li jieħdu dawn l-azzjonijiet.", "Sur President, it-turiżmu huwa settur importanti ħafna għal Malta u l- cruiseliner business - issa se jkollna wkoll żvilupp ta' terminal ġdid fejn jiġu l-cruiseliners - huwa kruċjali għall-iżvilupp ekonomiku ta' pajjiżna.", "Din hija għażla strateġika u rridu nassiguraw li ma naslux tard għal dan is-suq.", "Diġa` hemm ħaddieħor li qed jikkompeti magħna; hemm bliet akbar minna bħal Barċellona li għandhom ħafna cruiseliners li jibdew minn hemm u bliet bħal Ġenova li tradizzjonalment kellhom il-cruiseliners li jibdew minn hemm u illum sabu kompetizzjoni minn ibliet bħal Barċellona.", "Aħna qegħdin f'nofs il-Mediterran, għandna storja li hija tassew interessanti u li kull min jiġi jibqa' mbellah bid-diversita` ta' kultura u ta' ġid kulturali li għandna f'pajjiżna u għalhekk m'għandniex nagħmlu xkiel lilna nfusna.", "Nerġa' ngħid, Sur President, jien favur li kulħadd għandu jesprimi ruħu u għalhekk jien qiegħed f'dan il-Parlament għaliex nemmen fid-demokrazija.", "Pero` importanti li nkunu kollha kemm aħna lesti biex naħdmu u nirsistu sabiex il-cruiseliner business f'pajjiżna jimxi 'l quddiem u dan nagħmluh jekk noffru prodott b'servizz mill-aqwa u bi prezz kompetittiv sabiex min juża' dawn is-servizzi jmur lura f'pajjiżu u jħajjar nies oħrajn biex jiġru f'pajjiżna sabiex inkomplu ntejbu l-livell ta' l-għajxien tal-Maltin u l- Għawdxin kollha.", "Grazzi", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it-Tnejn 6 ta' Ottubru, 2003 fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "BORMLA - SERQ TA' FJURI", "1677.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li każ ta' allegat serq ta' fjuri li jikkonċerna persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, għadda f'idejn il-pulizija ta' Ħaż-Żabbar?", "Jista' jara li l-pulizija tieħu deċiżjoni billi jew tressaq lil din il-persuna quddiem il- qorti jew tiddikjara li m'għandhiex provi?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi l-proċeduri kriminali dwar il-każ imsemmi mill-Onor.", "Interpellant se jibdew fil-futur qarib.", "AĠENZIJA APPOĠĠ – KUNSENS TAT-TFAL", "1678.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 1410, jista' il-Viċi Prim Ministru jieħu l-passi biex l-aġenzija Appoġġ tagħti spjegazzjoni bil-miktub lil ċerta persuna li sal-lum għadha ma tafx ir- raġunijiet li wasslu biex hi ma jibqax ikollha l-kunsens tat-tfal?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-informazzjoni għadha qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra."]} {"filename": "20071016_564d_par.doc", "date": "2007-10-16", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Uffiċjali u Rivedut) L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 564 It-Tlieta, 16 ta' Ottubru, 2007 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 564", "It-Tlieta, 16 ta' Ottubru, 2007", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.01 p.m.", "Talba", "Seduta Nru. 564", "It-Tlieta, 16 ta' Ottubru, 2007", "WERREJ", "MINUTI 168", "KUNSENS GĦAL ATTI 168", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 168", "TQEGĦID TA' KARTI 174", "MOZZJONIJIET", "RIŻOLUZZJONI DWAR KUNTRATTI GĦAL TRASFERIMENTI TA' PROPRJETA` IN KONNESSJONI MAL-M.U.S.E.U.M., MA' L-ASSOĊJAZZJONI TA' L-ISCOUTS U FLORIANA FOOTBALL CLUB 175", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IL-KORPORAZZJONI MALTIJA GĦALL-INTRAPRIŻA (It-Tielet Qari)", "MALTA ENTERPRISE CORPORATION (AMENDMENT)BILL (Third Reading) 178", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IR-RATIFIKA TA' PATTIJIET BEJN MALTA U L-ISTATI UNITI TA' L-AMERIKA FUQ L-IMBARKAZZJONI TA' BASTIMENTI (It- Tieni Qari)", "MALTA-USA SHIP-BOARDING AGREEMENTS (RATIFICATION) BILL (Second Reading) 178", "AĠĠORNAMENT 198", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 202", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 563 li saret fil-15 ta' Ottubru 2007, ġew konfermati.", "KUNSENS GĦAL ATTI", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): Ninforma lill-Kamra li l-President ta' Malta għoġbu jagħti l-kunsens tiegħu għal:", "Att Nru XXII ta' l-2007 - Att ta' l-2007 dwar l-Organizzazzjonijiet Volontarji.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "DAR MALTA FI BRUSSELL", "24000.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jikkonferma li l-ispiża fil-manutenzjoni u xogħlijiet oħra f'Dar Malta fi Brussell ma qabżitx l-ispiża stmata ta' Lm2.5 miljun?", "Jista' joħroġ lista ta' kif inqasmu dawn l-ispejjeż?", "Xi żviluppi kien hemm fid- diffikultajiet ta' tassazzjoni li sab il-gvern Malti meta ġie biex jikri partijiet minn Dar Malta lil terzi għal skopijiet kummerċjali?", "Kien hemm soluzzjoni għal din il-problema?", "Instabu kumpanniji lesti li jikru partijiet minn Dar Malta?", "Kien hemm xi ftehim ma xi kumpanniji f'dan ir- rigward?", "Meta huwa mistenni li l-gvern Malti jibda jdaħħal il-flus minn dawn il-kirjiet?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (Segretarju Parlamentari) (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba mogħtija għal mistoqsija parlamentari 25627.", "DAR MALTA FI BRUSSELL", "24095.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Meta huwa maħsub li l-gvern Malti jibda jikri l-ispazju f'Dar Malta fi Brussell li m'huwiex qiegħed jintuża minnu?", "Lil min se jikri dan l-ispazju u b'liema prezz?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba mogħtija għal mistoqsija parlamentari 24645.", "DAR MALTA FI BRUSSELL", "24278.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 24000 u cioe' rigward Dar Malta fi Brussell, tista' tikkonferma li l-ispiża fil-manutenzjoni u xogħlijiet oħra f'Dar Malta ma qabżitx l-ispiża stmata ta' Lm2.5 miljun?", "Jista' joħroġ lista ta' kif tqassmu dawn l-ispejjeż?", "Xi żviluppi kien hemm fid-diffikultajiet ta' tassazzjoni li sab il-gvern Malti meta ġie biex jikri partijiet minn Dar Malta lil terzi għal skopijiet kummerċjali?", "Kien hemm soluzzjoni għal din il-problema?", "Instabu kumpanniji lesti li jikru partijiet minn Dar Malta?", "Kien hemm xi ftehim ma xi kumpanniji f'dan ir- rigward?", "Meta huwa mistenni li l-gvern Malti jibda jdaħħal il-flus minn dawn il-kirjiet?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba mogħtija għal mistoqsija parlamentari 25627.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Brincat, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, ma nistax nifhem kif il-mistoqsija tiegħi qiegħda tidher ripetutament fl-aġenda tal-lum.", "MR SPEAKER: Naturalment dak jiddependi minn kif ikunu ġew sottomessi l- mistoqsijiet.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Le skużi, jiena kont għamilt ripetizzjoni tagħha għax minn Frar sal-lum bqajt bla tweġiba.", "MR SPEAKER: Imma f'dak il-każ ikun hemm numru ġdid tal-mistoqsija parlamentari.", "Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Huwa veru li hawn numru ta' domandi l-istess, pero' jirriżulta wkoll li l-Prim Ministru kien irrisponda kemm mistoqsija parlamentari 25627 kif ukoll mistoqsija parlamentari 24645.", "Li ma nistax nifhem hu kif dawk anteċedenti qegħdin isiru llum.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, mhux se noqgħod infettaq, imma l- mistoqsija li għamilt jien u weġibha l-Prim Ministru m'hijiex dik li ġiet imwieġba f'seduta preċedenti u fil-fatt se tiġi mwieġba llum.", "Is-sekwenza ta' dawn id-domandi ma nistax nifhimha.", "Minflok ir-risposta ngħatat ma' l-ewwel domanda li staqsejt - ma rridx indaħħal fin-nofs lill-Prim Ministru għax hu t-tweġiba min-naħa tiegħu, tajjeb jew ħażin, ingħatat - hemm cross reference ta' tliet domandi għal raba' domanda li ġiet wara u li fiha ngħatat it-tweġiba.", "Imma l-aqwa li hemm it-tweġiba biex ħadd ma jaħseb li qed insib ix-xagħra fl-għaġina.", "DAR MALTA FI BRUSSELL", "24346.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 24095 u jgħid meta huwa maħsub li l-gvern jibda jikri l-ispazju f'Dar Malta fi Brussell li mhux jintuża mill-gvern Malti?", "Lil min se jikri dan l-ispazju u b'liema prezz?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba mogħtija għal mistoqsija parlamentari 24645.", "DAR MALTA FI BRUSSELL", "24640.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: B'riferenza għal mistoqsijiet parlamentari 24000 u 24278, il-Prim Ministru jikkonferma li l-ispiża fil-manutenzjoni u xogħlijiet oħra f'Dar Malta ma qabżitx dik stmata ta' Lm2.5 miljun?", "Jista' joħroġ lista ta' kif inqasmu dawn l-ispejjeż?", "Xi żviluppi kien hemm fid-diffikultajiet ta' tassazzjoni li sab il-gvern Malti meta ġie biex jikri partijiet minn Dar Malta lil terzi għal skopijiet kummerċjali?", "Kien hemm soluzzjoni għal din il-problema?", "Instabu kumpanniji lesti li jikru partijiet minn Dar Malta?", "Kien hemm xi ftehim ma' xi kumpanniji f'dan ir-rigward?", "Meta huwa mistenni li l-gvern Malti jibda jdaħħal il-flus minn dawn il-kirjiet?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba mogħtija għal mistoqsija parlamentari 25627.", "DAR MALTA FI BRUSSELL", "24645.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: B'riferenza għal mistoqsijiet parlamentari 24346 u 24095, meta huwa maħsub li l-gvern jibda jikri l- ispazju f'Dar Malta fi Brussell li m'huwiex jintuża mill-gvern Malti?", "Lil min se jikri dan l-ispazju u b'liema prezz?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li hemm numru ta' organizazzjonijiet kummerċjali li jinsabu lesti jikru partijiet minn Dar Malta.", "Naturalment dawn il-kirjiet isiru skond l-Att dwar it-Trasferiment ta' Artijiet tal- Gvern (Kap 268).", "DAR MALTA FI BRUSSELL", "24859.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: B'riferenza għal mistoqsijiet parlamentari 24640, 24000 u 24278, il-Prim Ministru jikkonferma li l-ispiża fil-manutenzjoni u xogħlijiet oħra f'Dar Malta ma qabżitx l-ispiża stmata ta' Lm2.5 miljun?", "Jista' joħroġ lista ta' kif tqassmu dawn l-ispejjeż?", "Xi żviluppi kien hemm fid- diffikultajiet ta' tassazzjoni li sab il-gvern Malti meta ġie biex jikri partijiet minn Dar Malta lil terzi għal skopijiet kummerċjali?", "Kien hemm soluzzjoni għal din il-problema?", "Instabu kumpanniji lesti li jikru partijiet minn Dar Malta?", "Kien hemm xi ftehim ma xi kumpanniji f'dan ir- rigward?", "Meta huwa mistenni li l-gvern Malti jibda jdaħħal il-flus minn dawn il-kirjiet?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba mogħtija għal mistoqsija parlamentari 25627.", "INCOME TAX REFUNDS", "25008.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Il-Prim Ministru jikkonsidra li ċekkijiet ta' rifużjoni mill-income tax dwar studenti li jattendu skejjel privati u li normalmaent jinħarġu fuq il-missier jibdew joħorġu kemm fuq il-missier kif ukoll fuq l-omm ħalli jkunu jistgħu jissarrfu minn xi ħadd minnhom u mhux bilfors mill-missier biss u dan speċjalment fejn iż-żewġ persuni jkunu qed jaħdmu u allura jħallsu t-taxxa?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba mogħtija għal mistoqsija parlamentari 25827.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Brincat, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Bil-permess tas-Segretarju Parlamentari, li teknikament għandu dritt ma jweġibx, se nagħmel domanda marbuta ma' l-income tax.", "Kif ġie mwieġeb dan l-aħħar f'domanda parlamentari - fil-fatt anke kkummentajt fuqha f'gazzetta l-bieraħ - huwa common knowledge li ħafna taxpayers qegħdin jiġu mitluba jħallsu kontijiet tat-taxxa li fil-fehma ta' ħafna kienu preskritti.", "Mit-tweġiba li tani l-Prim Ministru xi ġimagħtejn ilu ġejt informat illi għalkemm is-sentenza inqatgħet kontra l-gvern, it- trattazzjoni għadha fil-livell ta' l-appell.", "Ovvjament jiena ma nistax nippreġudika jew nantiċipa l-eżitu ta' l-appell, imma jekk l-appell jiġi konfermat kontra l-gvern, dan ifisser illi dawk li rriżultaw li ħallsu kontijiet tat-taxxa meta kien hemm preskrizzjoni in vigore fuqhom, se jieħdu r-refund ta' dak li ħallsu?", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Hemm każ ad hoc fejn persuna kkontestat kont li qiegħda tgħid li huwa preskritt.", "Fl-ewwel istanza ġie ddikjarat li fil- fatt huwa preskritt.", "Il-gvern qed jappella u qiegħda tiġi deliberata fl- istadju ta' appell.", "Ovvjament in-nies l-oħra li diġa' ħallsu u li ħassew l-istess ħaġa, setgħu kkontestaw huma wkoll imma jekk ma kkontestawx u laħqu ħallsu, dik sta għalihom.", "Jiena ngħid li moralment jekk inti kellek tagħti xi flus, xorta kellek tagħtihom, pero' jista' jkun li persuna rnexxielha titnikker u għal xi raġuni l-kawża tkun ġiet preskritta legalment.", "L-Onor.", "Brincat jaf daqsi - għax hu wkoll kien ministru tal-finanzi - li għal ċertu introjtu u biex jinħarġu ċerti kontijiet, trid tiddependi mill- ħaddiema fid-dipartiment.", "Ikun hemm każijiet fejn ripetutament tibgħat kontijiet f'ċerti indirizzi u ssib dejem il-bieb imbarrat, jew il-letter box ma tinfetaħx, jew nies not known at that address għax ikunu telqu minn hemm.", "Jiġifieri wieħed irid jikkondizzjona ruħu skond ma tkun id-deċiżjoni fil-qorti ta' l-appell u mbagħad il-gvern jara l-options tiegħu f'dak l- istadju.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Jiena bl-ebda mod ma rrid niġi interpretat li qed immur kontra l-moralita' fiskali, għax naħseb li kull ministru ta' kull gvern jipprova jiġbor dak li jista' jiġbor, imma se nidħol daqsxejn fil-kwestjoni tal-prinċipju aktar milli dwar il-moralita' fiskali.", "Li jippreokkupani hu li ninsab informat li minkejja li l-każijiet ikunu għaddejjin mill-proċess ta' appell - ejja ninsew dawk li ħallsu diġa' issa - diversi ħaddiema fid-dipartiment tat-taxxi interni ingħataw struzzjonijiet ċari mis-superjuri tagħhom biex jibqgħu joħorġu dawn it-tip ta' kontijiet allegatament preskritti sakemm jinqata' l-appell.", "Jista' s- Segretarju Parlamentari jikkonferma jekk dan huwiex minnu jew le?", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Sur President, issa nivverifika ma' sieħbi s- Segretarju Parlamentari Tonio Fenech u nagħtih risposta.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Jiena nemmen li jekk hemm court ruling, għandha tiġi applikata across the board u mhux għax jiena ftaħt kawża lill-gvern u rbaħtha se nieħu l-benefiċċju tagħha u ħaddieħor li kien qed jistenna l- preċedent, jibqa' lampa stampa.", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Sur President, il-fatt illi l-każ għadu sub judice għax sar l-appell, ifisser li għad m'hemmx preċedent.", "Ikun hemm preċedent meta tikkonfermah il-qorti ta' l-qppell.", "N.I. - KONTIJIET PENDENTI", "25072.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Kemm hu n-numru ta' persuni u kumpanniji (separatament) li fil-preżent għandhom arranġament sabiex iħallsu l- arretrati tal-kontijiet pendenti tal-N.I.?", "Għal kemm snin imur lura l-aħħar pagament dovut?", "Jista' jipprovdi l-istess tagħrif għall-aħħar ħames snin, sena b'sena?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għal mistoqsija parlamentari 25783.", "DAR MALTA FI BRUSSELL", "25627.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: B'riferenza għal mistoqsijiet parlamentari 24640, 24000, 24278 u 24859, jista' l-Prim Ministru jikkonferma li l-ispiża fil-manutenzjoni u xogħlijiet oħra f'Dar Malta ma qabżitx l-ispiża stmata ta' Lm2.5 miljun?", "Jista' joħroġ lista ta' kif tqassmu dawn l-ispejjeż?", "Xi żviluppi kien hemm fid-diffikultajiet ta' tassazzjoni li sab il-gvern Malti meta ġie biex jikri partijiet minn Dar Malta lil terzi għal skopijiet kummerċjali?", "Kien hemm soluzzjoni għal din il-problema?", "Instabu kumpanniji lesti li jikru partijiet minn Dar Malta?", "Kien hemm xi ftehim ma xi kumpanniji f'dan ir- rigward?", "Meta huwa mistenni li l-gvern Malti jibda jdaħħal il-flus minn dawn il-kirjiet?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Ix- xogħlijiet f'Dar Malta fi Brussell żammew ma' l-istima oriġinali ppjanata għal dan il-proġett.", "Dar Malta fi Brussell tilqa' fiha żewġ rappreżentanzi diplomatiċi importanti; ir-rappreżentanza diplomatika ta' Malta għall- Unjoni Ewropea u l-Ambaxxata ta' Malta għall-Belġju.", "Il-gvern immexxi minni dejjem jimxi bl-ikbar serjeta' fit-twettiq ta' proġetti, kemm meta dawn isiru f'Malta stess kif ukoll meta dawn il-proġetti jitwettqu għall- ġid tal-pajjiż, pero' 'l bogħod minn xtutna bħalma huwa dan il-każ.", "Dan il- gvern m'għandu xejn x'jaħbi u għalhekk m'għandu l-ebda problema li jippubblika lista ta' kif saru l-ispejjeż.", "Ix-xogħlijiet fil-parti li se tintuża għar-rappreżentanzi diplomatiċi ta' pajjiżna laħqu s-somma ta' Lm1,646,000, filwaqt li xogħlijiet oħrajn fil- partijiet li se jinkrew lil terżi laħqu s-somma ta' Lm984,000.", "Mill- mument li saru l-istimi oriġinali sakemm beda x-xogħol fuq is-sit, kien hemm dewmien biex jinħarġu l-permessi għax-xogħol min-naħa ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar tal-Belġju.", "F'dan il-perjodu ta' stennija, ġiet reġistrata żieda fil-prezzijiet fuq dak li kien ġie stmat oriġinarjament.", "Dawn iż- żidiet huma regolati mill-awtoritajiet Belġjani li jippubblikaw r-rati ta' inflazzjoni li jridu jiġu applikati għal kull kuntratt.", "Għalhekk, skond il-kalkoli ta' l-awtoritajiet Belġjani, il-gvern kellu jħallas madwar 15% iktar mis-somma prevista għal spejjeż kawżati mill- inflazzjoni fis-swieq internazzjonali, primarjament kawżata minn żidiet kbar fil-prezzijiet taż-żejt u l-azzar.", "Tħallsu wkoll ftit aktar minn Lm100,000 fi spejjeż professjonali u fl-installar ta' sistemi ta' sigurtà.", "Id-diffikultajiet li kien hemm b'rabta ma' tassazzjoni fuq kirjiet ta' parti mill-bini, intgħelbu wara diskussjonijiet ma' l-awtoritajiet Belġjani.", "Hemm numru ta' organizzazzjonijiet kummerċjali li jinsabu lesti jikru partijiet minn Dar Malta.", "Naturalment dawn il-kirjiet iridu jsiru skond l-Att dwar it-Trasferiment ta' Artijiet tal-Gvern (Kap 268).", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Brincat, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Xtaqt nagħmel tliet osservazzjonijiet f'daqqa, Sur President.", "Il-Prim Ministru qed jgħid illi l-gvern m'għandu xejn x'jaħbi u għalhekk m'għandu l-ebda problema li jippubblika lista ta' kif saru l- ispejjeż.", "Jista' fl-ewwel mument opportun u meta jkun konvenjenti għalih, jagħti breakdown ta' l-ispejjeż li saru?", "Fil-bidu tat-tweġiba tiegħu l-Prim Ministru qed jgħid li l-ispejjeż żammew ma' l-istima oriġinali.", "Issa mbagħad iktar tard qiegħed jgħid illi minħabba ċirkostanzi li m'humiex responsabbilta' tal-gvern, kien hemm xi żieda fil-prezzijiet fuq dak li kien ġie stmat oriġinarjament minħabba xi inflation index li għandhom l-awtoritajiet Belġjani, jiġifieri m'iniex qed ngħid li bilfors huwa tort tal-gvern Malti nnifsu.", "Imma kif jirrikonċilja l-fatt li min-naħa qed jgħid li l-gvern Malti żamm ma' l-istima oriġinali tiegħu u mbagħad iktar tard qed jgħid li fl-istess żmien ta' stennija ġiet reġistrata żieda fil-prezzijiet fuq dak li kien ġie stmat oriġinarjament?", "Għax anke li kieku ċ-ċirkostanzi kienu lil hinn mill-kontroll tal-gvern Malti, waħda ma taqbilx ma' l-oħra.", "Imbagħad l-aħħar osservazzjoni, iktar minn mistoqsija, hi li l-Prim Ministru fit-tweġiba tiegħu qal li hemm numru ta' organizzazzjonijiet kummerċjali li wrew interess li jinsabu lesti jikru partijiet minn Dar Malta.", "Napprezza li kif qal hu dawn il-kirjiet għandhom isiru skond l-Att Dwar it-Trasferiment ta' Artijiet tal-Gvern, imma meta min-naħa l-oħra l- gvern qed jgħid li hemm numru ta' organizzazzjonijiet kummerċjali li jinsabu lesti jikru partijiet minn Dar Malta, jiena nkun korrett jekk nifhem li għalkemm hemm min wera interess, sal-lum għadu ħadd ma kera xi parti minn Dar Malta?", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Dwar l-ewwel osservazzjoni ngħaddi l-messaġġ ta' l- Onor. Interpellant biex jekk hemm bżonn titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra lista ta' xogħlijiet li saru f'Dar Malta.", "Rigward it-tieni osservazzjoni, huwa minnu li l-gvern kien abbozza li jagħmel ammont ta' xogħlijiet.", "L-ispiża tagħhom baqgħet kif kien ippjanata u kien tort ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar min-naħa Belġjana li dan ix- xogħol dam ma nbeda u allura kellna nħallsu l-inflazzjoni li l-liġi Belġjana tagħti dritt lill-kuntrattur li jitlob meta jkun hemm dewmien u jkun hemm żieda fil-costings tiegħu b'riżultat għall-mod kif tinħadem l- inflazzjoni f'dak il-pajjiż.", "Pero' hawnhekk il-Prim Ministru kellu raġun meta qal li l-affarijiet inżammew skond l-istima ppjanata għal dan il- proġett.", "Dan ifisser li ma kienx hemm il-ħtieġa li jsiru xogħlijiet ġodda li kienu jitolbu żieda, apparti dik ta' l-inflazzjoni.", "L-inflazzjoni semmejniha biex jekk għall-argument il-kont kien ta' Lm100,000 u mbagħad ġie Lm115,000, ma jiġux jistaqsuna għaliex kien hemm din id-differenza kollha.", "Dawn il-Lm15,000 differenza huma imposti fuq is-sit tal- proprjeta', indipendentement min hu, mil-liġi Belġjana meta jkun hemm xogħol għaddej.", "Anke meta hawn Malta jsiru kuntratti individwali, naħseb anke mill-gvern, jekk ikun hemm tibdil fir-rati minħabba inflazzjoni u minħabba costing, dawn bilfors jiġu inklużi fil-kontijiet finali, pero' bniedem xorta jkun jista' jgħid li hu żamm ma' l-istima tiegħu oriġinali.", "Issa indipendentement minn dik, sfortunatament ikollok tħallas ukoll l- ispiża tax-xogħol interjuri.", "Rigward it-tielet osservazzjoni, huwa minnu li kien hemm numru ta' entitajiet kummerċjali li wrew interess li jikru partijiet minn Dar Malta, pero' biex din tiġi formalizzata, hemm liġi li rridu nimxu skond ir- rikjesti tagħha.", "Kif qed jgħid l-Onor.", "Interpellant, sal-lum għadu m'hemm xejn finalizzat, jiġifieri l-proċess għadu għaddej sakemm f'perjodu ulterjuri jiġi finalizzat ai termini ta' kif jitlob Kap 268.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Imma din il-liġi għad trid tersaq jew hija liġi li trid tiġi applikata?", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Hemm il-liġi li tirregola l-ħruġ ta' tenders, eċċ., mil-Lands Department.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Is-suġġeriment tiegħi, aktar milli mistoqsija, huwa dan.", "Nemmen li ċerti proċeduri li qed jiġu mxekklin minħabba dewmien burokratiku ta' ċerti dipartimenti tal-gvern - mhux qed ngħid hekk biex nikkritika lill-gvern imma sempliċement fl-interess nazzjonali - għandna nħaffuhom biex ma nispiċċawx nitilfu l-qaleb u l-ġbejna u Dar Malta fi Brussell tkun tista' iddaħħal ċertu revenue.", "Tajjeb li nkunu nafu wkoll kemm hu n-numru ta' dawn l-organizzazzjonijiet kummerċjali u x'inhi n- natura tax-xogħol tagħhom.", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Napprezzaw il-kummenti ta' l-Onor.", "Interpellant.", "IMPJEGATI LI GĦALQU 61 SENA", "26142.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT (f'isem l-Onor.", "Joe Debono Grech) staqsa lill- Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Kemm kellu impjegati fil-ministeru, dekasteru u entitajiet tiegħu matul Jannar, Frar u Marzu 2007 li għandhom 'il fuq minn 61 sena?", "Min huma u x'pożizzjonijiet għandhom?", "Fejn qegħdin jaħdmu?", "Huma full-time jew part- time?", "X'salarju jew rata jitħallsu biha u minn liema distrett elettorali ġejjin?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni): Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.", "SERVIZZ TA' L-INTERNET", "26143.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT (f'isem l-Onor.", "Joe Debono Grech) staqsa lill- Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Kemm kienet in-nefqa fuq is-servizz ta' l-internet provdut fir-residenzi ta' l-uffiċjali tal- ministeru, dekasteru u entitajiet li jaqgħu taħtu matul Jannar, Frar u Marzu 2007 separatament, uffiċjal b'uffiċjal u xahar b'xahar?", "Min hu l-ISP f'kull każ separat?", "ONOR.", "TONIO BORG (Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern): L- informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant hi kif tidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.", "IMPJEGATI LI GĦALQU 61 SENA", "26144.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT (f'isem l-Onor.", "Joe Debono Grech) staqsa lill- Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Kemm kellu impjegati fil- ministeru, dekasteru u entitajiet li jaqgħtu taħtu matul Jannar, Frar u Marzu 2007 li għandhom 'il fuq minn 61 sena?", "Min huma?", "X'pożizzjonijiet għandhom u fejn qegħdin jaħdmu?", "Dawn huma full-time jew part-time?", "X'salarju jew rata jitħallsu biha u minn liema distrett elettorali ġejjin?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent): L-impjegati li kellhom 'il fuq minn 61 sena matul Jannar, Frar u Marzu 2007 fil-ministeru u entitajiet li jaqgħu taħtu huma kif ġej:", "|Nr|Post |Grad |Full-|Salar|Distr| |u | | |time/|ju |ett | | | | |Part-| | | | | | |time | | | |1 |Kap |Uffiċċ|Full-|831.6|Żabba| | |tas-S|ju |time |1,5 |r | | |egret|tas-Se| | | | | |arjat|gretar| | | | | | |ju | | | | | | |Parlam| | | | | | |entari| | | | |1 |Advis|Taqsim|Part-|556.0|G'man| | |or |a ta' |time |0,7 |gia | | | |l-Affa| | | | | | |rijiet| | | | | | |Veteri| | | | | | |narji | | | | | | |u | | | | | | |s-Sajd| | | | |1 |Secre|Uffiċċ|Full-|525.5|Żejtu| | |taria|ju |time |3,8 |n | | |t |tas-Se| | | | | |Offic|gretar| | | | | |er |ju | | | | | | |Parlam| | | | | | |entari| | | |", "Fil-MEPA kien hemm impjegat wieħed matul ix-xahar ta' Marzu 2007 li kellu 'il fuq minn 61 sena.", "Dan huwa enforcement audit officer part-time u joqgħod il-Gżira.", "Huwa assenjat mad-Development Control Commission u jitħallas Lm4.19 fis-siegħa.", "RAPPORTI", "26145.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT (f'isem l-Onor.", "Joe Debono Grech) staqsa lill- Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Ġew ikkummissjonati rapporti fil-ministeru, dekasteru u entitajiet li jaqgħu taħtu matul Jannar, Frar u Marzu 2007?", "F'każ li fl-affermattiv, x'kien l-għan u l- iskop ta' kull rapport separatament?", "Minn min sar u jekk sewa flus kemm kienet l-ispiża separatament?", "Jista' jgħid jekk hemmx minn dawn ir-rapport li ġew konklużi?", "ONOR.", "TONIO BORG: Fid-dekasteru tiegħi ma ġewx ikkummissjonati rapporti matul Jannar, Frar u Marzu 2007.", "IMPJEGATI LI GĦALQU 61 SENA", "26146.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT (f'isem l-Onor.", "Joe Debono Grech) staqsa lill- Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jgħid kemm kellu impjegati fil-ministeru, dekasteru u entitajiet li jaqgħu taħtu matul Jannar, Frar u Marzu 2007 li għandhom 'il fuq minn 61 sena?", "Min huma?", "X'pożizzjonijiet għandhom u fejn qegħdin jaħdmu?", "Dawn huma full-time jew part-time?", "X'salarju jew rata jitħallsu biha?", "Minn liema distrett elettorali jiġu?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT (Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq): Fil-każ ta' l-enti li taqa' taħt dan il-ministeru, jiġifieri l-ADT, diġa' ngħatat l- informazzjoni mitluba fir-risposta għal mistoqsija parlamentari 25690.", "Fir-rigward ta' dan il-ministeru, hemm impjegat wieħed biss li għandu 63 sena.", "Dan jokkupa l-pożizzjoni ta' records analyst fis-segretarjat tiegħi, li għandu contract for service ta' 150 siegħa li beda mill-1 ta' Jannar, 2007 bir-rata ta' Lm2.75 fis-siegħa u huwa mir-raba' distrett.", "Kif għidt fir-risposta tiegħi għal mistoqsija parlamentari 25690, għar-raġunijiet ta' data protection l-isem ta' din il-persuna mhux qiegħed jingħata f'din ir- risposta.", "KONSULENTI", "26147.", "L-ONOR.", "LOE BRINCAT (f'isem l-Onor.", "Joe Debono Grech) staqsa lill- Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa fuq servizzi ta' konsulenti (kemm servizzi minn individwi jew kumpanniji) fil- ministeru, dekasteru u enti tagħha matul Jannar, Frar u Marzu 2007?", "Ta' min kienu l-konsulenti u kemm tħallsu kull wieħed separat?", "X'tip ta' servizz taw u min approva t-tali spiża f'kull każ separat?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru għal Għawdex): L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Tqegħid ta' Karti. ll-Viċi Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "TONIO BORG: Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' ħames kuntratti għal trasferiment ta' proprjeta' in konnessjoni mal-M.U.S.E.U.M., ma' għaqdiet ta' l-iScouts ta' Santa Venera, ta' Bormla u tar-Rabat u ma' Floriana Football Club.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Kopja tar-Rapport tal-Port il-Kbir datat Lulju 2007 flimkien ma' kopja ta' dokument intitolat \"Vizjoni għall-Port il-Kbir ta' Malta\" datat 1 ta' Settembru 2007 maħruġ mill-Ministeru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Mugliett.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Kopja tal-permess ta' l-Awtorita' ta' Malta dwar l-Ambjent u l- Ippjanar (MEPA) għall-estensjoni tal-Park and Ride, datast 11 ta' Ġunju, 2007, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari 27948; u", "Tagħrif dwar id-dħul ta' l-Awtorita' ta' Malta dwar it-Trasport minn liċenzji tas-sewqan u liċenzji oħra matul l-2006 u 2007, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari 27952.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: F'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Rapport Annwali tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ għas-sena 2006 -2007;", "Rapport u financial statements tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ għas-sena li għalqet fit-30 ta' Settembru 2007;", "Estimi tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ għas-sena 2007-2008; u", "Tagħrif dwar persuni li nqatgħu minn fuq l-ewwel u t-tieni parti tar- reġistru tax-xogħol matul l-2007, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari 27689;", "Tagħrif dwar persuni li nqabdu jaħdmu bla permess matul l-2007, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari 27691.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet. ll-Viċi Prim Ministru.", "MOZZJONIJIET", "RIŻOLUZZJONI DWAR KUNTRATTI GĦAL TRASFERIMENTI TA' PROPRJETA` IN KONNESSJONI MAL-M.U.S.E.U.M., MA' L-ASSOĊJAZZJONI TA' L-ISCOUTS U FLORIANA FOOTBALL CLUB", "ONOR.", "TONIO BORG: Sur President, nipproponi:", "Illi l-Kamra tapprova r-Riżoluzzjoni li ġejja liema Riżoluzzjoni tikkonsisti f'Dokumenti \"A\", \"B\", \"C\", \"D\" u \"E\".", "Dokument \"A\"", "Billi l-Gvern tar-Repubblika ta' Malta beħsiebu jagħti b'ċens lis- Soċjeta' tal- M.U.S.E.U.M. art fi Triq Cassino, Pembroke, kif inhi deskritta aħjar fl-abbozz ta' ftehim imqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra, għaż-żmien, biċ-ċens u taħt il-kundizzjonijiet li jinsabu fl-istess abbozz;", "U billi huwa maħsub fil-paragrafu (d) tas-subartikolu (1) ta' l- artikolu 3 tal-Kapitolu 268 Att dwar it-Trasferiment ta' Artijiet tal- Gvern li art li tkun proprjeta` tal-gvern jew amministrata minnu tista' tiġi trasferita skond riżoluzzjoni speċjali tal-Kamra tad- Deputati li tkun fis-seħħ fil-waqt tat-trasferiment;", "U billi huwa xieraq li t-trasferiment fuq imsemmi jsir skond riżoluzzjoni speċjali tal-Kamra tad-Deputati;", "Għalhekk huwa b'dan riżolut li l-art fi Triq Cassino, Pembroke, kif deskritta aħjar fl-abbozz tal-ftehim li jinsab imqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra tiġi mogħtija b'ċens lis-Soċjeta tal-M.U.S.E.U.M., għaż- żmien, għall-iskop u skond il-pattijiet u kondizzjonijiet imsemmija fl- istess abbozz.", "Dokument \"B\"", "Billi l-Gvern tar-Repubblika ta' Malta beħsiebu jagħti b'ċens lill- Assoċjazzjoni ta' l-iScouts ta' Malta proprjeta' fi Triq il-Kappillan Ġwann Azzopardi OC, Santa Venera, kif inhi deskritta aħjar fl-abbozz ta' ftehim imqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra, għaż-żmien, biċ-ċens u taħt il-kondizzjonijiet li jinsabu fl-istess abbozz;", "U billi huwa maħsub fil-paragrafu (d) tas-sub-artikolu (1) ta' l- artikolu 3 tal-Kapitolu 268 Att dwar it-Trasferiment ta' Artijiet tal- Gvern li art li tkun proprjeta` tal-gvern jew amministrata minnu tista' tiġi trasferita skond riżoluzzjoni speċjali tal-Kamra tad- Deputati li tkun fis-seħħ fil-waqt tat-trasferiment;", "U billi huwa xieraq li t-trasferiment fuq imsemmi jsir skond riżoluzzjoni speċjali tal-Kamra tad-Deputati;", "Għalhekk huwa b'dan riżolut li l-proprjeta' fi Triq il-Kappillan Ġwann Azzopardi OC, Santa Venera, kif deskritta aħjar fl-abbozz tal-ftehim li jinsab imqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra tiġi mogħtija b'ċens lill- Assoċjazzjoni ta' l-iScouts ta' Malta, għaż-żmien, għall-iskop u skond il-pattijiet u kondizzjonijiet imsemmija fl-istess abbozz.", "Dokument \"C\"", "Billi l-Gvern tar-Repubblika ta' Malta beħsiebu jagħti b'kera lill- Assoċjazzjoni ta' l-iScouts ta' Malta il-kmamar fis-sur f'Bieb iż- Żejtun, Bormla, kif inhuma deskritti aħjar fl-abbozz ta' ftehim imqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra, għaż-żmien, bil-kera u taħt il- kondizzjonijiet li jinsabu fl-istess abbozz;", "U billi huwa maħsub fil-paragrafu (d) tas-sub-artikolu (1) ta' l- artikolu 3 tal-Kapitolu 268 Att dwar it-Trasferiment ta' Artijiet tal- Gvern li art li tkun proprjeta` tal-gvern jew amministrata minnu tista' tiġi trasferita skond riżoluzzjoni speċjali tal-Kamra tad- Deputati li tkun fis-seħħ fil-waqt tat-trasferiment;", "U billi huwa xieraq li t-trasferiment fuq imsemmi jsir skond riżoluzzjoni speċjali tal-Kamra tad-Deputati;", "Għalhekk huwa b'dan riżolut li l-kmamar fis-sur f'Bieb iż-Żejtun, Bormla, kif deskritti aħjar fl-abbozz tal-ftehim li jinsab imqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra jiġu mogħtija b'kera lill-Assoċjazzjoni ta' l- iScouts ta' Malta, għaż-żmien, għall-iskop u skond il-pattijiet u kondizzjonijiet imsemmija fl-istess abbozz.", "Dokument \"D\"", "Billi l-Gvern tar-Repubblika ta' Malta beħsiebu jagħti b'ċens lill- Assoċjazzjoni ta' l-iScouts ta' Malta, biċċa art fi Triq Rudolf Saliba, Rabat Malta, kif inhi deskritta aħjar fl-abbozz ta' ftehim imqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra, għaż-żmien, biċ-ċens u taħt il- kondizzjonijiet li jinsabu fl-istess abbozz;", "U billi huwa maħsub fil-paragrafu (d) tas-sub-artikolu (1) ta' l- artikolu 3 tal-Kapitolu 268 Att dwar it-Trasferiment ta' Artijiet tal- Gvern li art li tkun proprjeta` tal-gvern jew amministrata minnu tista' tiġi trasferita skond riżoluzzjoni speċjali tal-Kamra tad- Deputati li tkun fis-seħħ fil-waqt tat-trasferiment;", "U billi huwa xieraq li t-trasferiment fuq imsemmi jsir skond riżoluzzjoni speċjali tal-Kamra tad-Deputati;", "Għalhekk huwa b'dan riżolut li l-art fi Triq Rudolf Saliba, Rabat, Malta, kif deskritta aħjar fl-abbozz tal-ftehim li jinsab imqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra tiġi mogħtija b'ċens lill-Assoċjazzjoni ta' l- iScouts ta' Malta, għaż-żmien, għall-iskop u skond il-pattijiet u kondizzjonijiet imsemmija fl-istess abbozz.", "Dokument \"E\"", "Billi l-Gvern tar-Repubblika ta' Malta beħsiebu jagħti b'kera lil Floriana Football Club il-fondi numri 52 u 53 fi Blokk V, Triq Sant'Anna, Floriana kif inhuma deskritti aħjar fl-abbozz ta' ftehim imqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra, għaż-żmien, bil-kera u taħt il- kondizzjonijiet li jinsabu fl-istess abbozz;", "U billi huwa maħsub fil-paragrafu (d) tas-sub-artikolu (1) ta' l- artikolu 3 tal-Kapitolu 268 Att dwar it-Trasferiment ta' Artijiet tal- Gvern li art li tkun proprjeta` tal-gvern jew amministrata minnu tista' tiġi trasferita skond riżoluzzjoni speċjali tal-Kamra tad- Deputati li tkun fis-seħħ fil-waqt tat-trasferiment;", "U billi huwa xieraq li t-trasferiment fuq imsemmi jsir skond riżoluzzjoni speċjali tal-Kamra tad-Deputati;", "Għalhekk huwa b'dan riżolut li l-fondi numri 52 u 53, fi Blokk V, Triq Sant'Anna, Floriana, kif deskritti aħjar fl-abbozz tal-ftehim li jinsab imqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra jiġu mogħtija b'kera lil Floriana Football Club, għaż-żmien, għall-iskop u skond il-pattijiet u kondizzjonijiet imsemmija fl-istess abbozz.", "Sur President, kif kont diġa` rrapportajt, dawn għaddew unanimament min-National Audit Committee u niġbidlek l-attenzjoni li skond prassi l-vot jittieħed fuq kull waħda separatament.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Skond is-subartikolu (7) ta' l-artikolu 3 ta' l-Att dwar it- Trasferiment ta' Artijiet tal-Gvern, peress li r-rapport tal-Kumitat tal- Kontijiet dwar l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika dwar din ir-riżoluzzjoni kien wieħed unanimu, se ngħaddi mill-ewwel biex inqiegħed il-mistoqsija fuq kull dokument li ġie preżentat fil-mozzjoni.", "Il-mistoqsija hija r-Riżoluzzjoni f'Dokument \"A\".", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Ir-Riżoluzzjoni għal Dokument \"A\" għaddiet nem. con.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hija r-Riżoluzzjoni għal Dokument \"B\".", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Ir-Riżoluzzjoni għal Dokument \"B\" għaddiet nem. con.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hija r-Riżoluzzjoni għal Dokument \"C\".", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Ir-Riżoluzzjoni għal Dokument \"C\" għaddiet nem. con.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hija r-Riżoluzzjoni għal Dokument \"D\".", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Ir-Riżoluzzjoni għal Dokument \"D\" għaddiet nem. con.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hija r-Riżoluzzjoni għal Dokument \"E\".", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Ir-Riżoluzzjoni għal Dokument \"E\" għaddiet nem. con.", "MR SPEAKER: Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IL-KORPORAZZJONI MALTIJA GĦALL- INTRAPRIŻA", "MALTA ENTERPRISE CORPORATION (AMENDMENT)BILL", "MR SPEAKER: Il-Ministru Austin Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Sur President, nipproponi t-Tielet Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Korporazzjoni Maltija għall-Intrapriża.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għall-Kompetittivita` u Komunikazzjoni): Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Att dwar il-Korporazzjoni Maltija għall-Intrapriża, Kap 463\" ikun moqri t-Tielet Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tielet Darba u għadda.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IR-RATIFIKA TA' PATTIJIET BEJN MALTA U", "L-ISTATI UNITI TA' L-AMERIKA FUQ", "L-IMBARKAZZJONI TA' BASTIMENTI", "MALTA-USA SHIP-BOARDING AGREEMENTS (RATIFICATION) BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mill-10 ta' Ottubru 2007.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru huwa in possession.", "ONOR.", "TONIO BORG: Sur President, kif kont qiegħed ngħid fl-aħħar seduta għadni ma fhimtx eżatt għaliex l-Oppożizzjoni se tivvota kontra.", "L- Oppożizzjoni bagħtet lill-Onor.", "Leo Brincat bħala l-unika persuna li se titkellem min-naħa tagħha fuq dan il-ftehim biex jipprova, f'mument minnhom jgħidilna kemm jixtiequ rapporti mill-qrib ma' l-Istati Uniti ta' l- Amerika, u fl-istess ħin jgħidilna li fuq dan il-ftehim se jivvotaw kontra, pero` mingħajr division.", "Anzi, meta bi żball f'xi ġurnal ħarġet li l- Oppożizzjoni se tivvota b'division, ħarġet kjarifika biex jagħmluha ċara li mhux se jivvotaw kontra b'division.", "Pero` se jivvotaw kontra u biex jivvotaw kontra jridu jispjegaw għaliex se jivvotaw kontra.", "U jien għadni ma fhimtx għaliex l-Oppożizzjoni - sakemm ma jġibux l-argument li ma ġiex riferut lill-Foreign Affairs Committee - se tivvota kontra l-ftehim li bih iż-żewġ gvernijiet jistgħu jippermettu li jagħmlu spezzjoni meta jkun hemm suspett raġjonevoli f'vapur reġistrat f'Malta jew vapur reġistrat fl-Istati Uniti ta' l-Amerika - nammetti li l-probabilita` iktar se tkun bil-maqlub, jiġifieri li jkun hemm vapuri reġistrati f'Malta li jiġu spezzjonati, u nispjega għaliex iktar tard – u dan jista' jsir biss bil-kunsens tal- gvernijiet reċiproċi.", "Jiġifieri biex l-awtoritajiet tagħna jispezzjonaw xi vapur reġistrat fl-Amerika rridu l-permess tal-Gvern Amerikan u biex l- awtoritajiet Amerikani jispezzjonaw vapur reġistrat f'Malta jridu l-permess tal-kmandant tal-Forzi Armati ta' Malta li jista' jagħtih biss wara li jiġi approvat mill-Prim Minsitru.", "Li kieku ma kienx hekk, kieku xi ħadd ippropona li xi ħadd li jikkommetti reat fuq vapur militari li qiegħed hawnhekk ma jaqax taħt il-ġurisdizzjoni tal-qrati Maltin, kont nifhimha.", "Jeżistu ftehim ta' dan it-tip, per eżempju, fl-Italja meta kien hemm inċident ta' suldat Amerikan, dan ġie proċessat fl-Amerika u mhux fl-Italja.", "Kwestjoni bħal dik wieħed forsi jgħid li tmur kontra s-sovranita` tagħna, imma ...", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Ippermettili, Viċi Prim Ministru, point of order, l-Onor.", "Leo Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Nixtieq nistaqsi: Minnu jew mhux minnu li talba simili saret lill-gvern Malti u l-gvern Malti minflok irrifjuta din it-talba qal li jiddependi mill-atteġġjament ta' l-Oppożizzjoni x'nagħmlu?", "ONOR.", "TONIO BORG: Sur President, ma nidħolx f'dak.", "Jien qed nieħu każ ipotetiku ta' l-Italja u qed ngħid li hemmhekk m'hemmx kwestjoni ta' kunsens.", "Fil-kwestjoni li qegħdin niddiskutu hawnhekk hemm kwestjoni ta' kunsens.", "Jiġifieri biex isir ix-ship-boarding irid ikun hemm kunsens tal- gvern Malti.", "Hawn fejn ma nistax nifhem l-oġġezzjoni tan-naħa ta' l- Oppożizzjoni, għax x'messaġġ se nagħtu?", "L-Onor.", "Brincat ikkritika l-messaġġ li qal li l-Ministru Frendo ried jagħti fis-sens li l-liġi tar-reġistrazzjoni tal-vapuri li għamilna użu minnha sew tista' tiġi preġudikata jekk ma nibagħtux messaġġ li fuq kwestjonijiet bħal dawn se nkunu ebsin.", "Naħseb li għandu raġun il-Ministru Frendo għax meta għandna ma nafx kemm-il tunnellata ta' vapuri reġistrati taħt il-bandiera tagħna ma nistgħux nibagħtu l-messaġġ li lanqas lesti li nippermettu lil ħaddieħor, bil-permess tagħna, jitla' fuq vapuri reġistrati f'Malta meta jkun hemm suspett li dawn qed iġorru d-droga.", "Il-liġi ssemmi d-droga wkoll, mhux biss l-armi ta' distruzzjoni tal-massa.", "Jekk wieħed jaqra l-liġi jsib żewġ affarijiet u l-Oppożizzjoni se tivvota kontrihom it-tnejn, kemm fuq il-kwestjoni tas-suspett raġjonevoli tal-ġarr ta' armi ta' distruzzjoni tal-massa, kif ukoll fuq il-kwestjoni tas-suspett li vapur reġistrat f'Malta qed iġorr id-droga.", "Kif tasal biex tgħid hawnhekk li se tivvota kontra mingħajr division?", "Sempliċement għaliex issemmiet l-Amerika fil-ftehim?", "Kif tistgħu tkunu kredibbli meta tgħidu li intom tridu l-aqwa relazzjonijiet ma' l-Istati Uniti ta' l-Amerika u mbagħad tivvotaw kontra fuq kwestjoni bħal din, li jridu l-permess tal- gvern Malti biex jitilgħu fuq vapur jispezzjonaw meta jkollhom suspett jew li qed iġorr id-droga jew li qed iġorr armi ta' distruzzjoni tal-massa?", "Hawnhekk mhux qed nitkellmu fuq senter tal-kaċċa, imma fuq components li bihom jista' jkun hemm proliferazzjoni ta' armi.", "L-Onor.", "Brincat saħansitra qalilna: Għaliex se tidħlu f'din in-nassa?", "U qal ukoll li ma nistgħux nimbarkaw fuq xi kruċjati antikwati!", "L-interessi ta' pajjiżna aħna qegħdin inħarsuhom tajjeb, m'għandna bżonn il- kunsens ta' ħadd u ma nistaqsux lill-Oppożizzjoni jekk humiex favur jew kontra xi ħaġa.", "Jiġifieri meta rridu ngħidu iva ngħidu iva u meta rridu ngħidu le ngħidu le.", "U f'dan il-ftehim dehrilna li għandna ngħidu iva għax ix-ship-boarding se jsir bil-kunsens tal-gvern Malti.", "Veru li l-Onor.", "Brincat appella biex nagħmlu diskussjoni serena, trankwilla u riflettiva pero` xorta tefa' l-botti u qal li qisna se niffirmaw dan il-ftehim meta l- Amerikani ma tawna xejn fl-affarijiet li qegħdin nitolbu.", "Issa nibda biex ngħid bħala Ministru ta' l-Intern li meta nagħmlu ftehim ma' pajjiż ieħor fuq kwestjoni ta' sigurta` ma jidhirlix li għandna noqogħdu ndaħħlu kwestjonijiet oħra li m'għandhom x'jaqsmu xejn mas- sigurta`.", "Pero` lanqas irrid li wieħed jagħti l-impressjoni li ma rreġistrajniex progress fuq affarijiet oħra mal-gvern ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika.", "L-Onor.", "Brincat jaf li fl-Agence Europe hemm pubblikat li Malta hija ma' l-ewwel grupp ta' pajjiżi li għandha l-iktar ċans li tottjeni l-visa waiver mill-Istati Uniti ta' l-Amerika.", "Imma lanqas għandna nagħtu l-impressjoni li l-Istati Uniti ta' l-Amerika mhux qed taċċetta li ċ-ċittadini tagħna biss jidħlu fl-Amerika mingħajr il-visa.", "L- istati membri kollha kemm huma - ħlief is-Slovenja li kienet daħlet snin qabel ma kien hemm l-attakk tal-11 ta' Settembru- għandhom bżonn il-visa biex jidħlu fl-Istati Uniti ta' l-Amerika.", "Issa b'liġi li għaddiet riċentement qed ikun iktar faċli għall-pajjjiżi fl-Unjoni Ewropea li huma fl-ewwel grupp, għax hemm ċerti pajjiżi fl-Unjoni Ewropea li bagħtu t- truppi tagħhom fl-Iraq u minħabba li r-refusal rate tal-visas tagħhom hija għolja ħafna probabbli mhux se jkunu fl-ewwel grupp.", "Malta flimkien ma' pajjiżi oħra bħall-Greċja – u dan hu ppubblikat, mhux qed ngħid xi sigriet – avvanzat u qiegħda fl-ewwel grupp li titneħħa l-visa biex aħna nidħlu fl-Amerika.", "Dażgur li għad fadal affarijiet, jiġifieri għad irid jidħol il-passaport biometriku.", "Naqbel ma' l-Onor.", "Brincat li m'hemm xejn li jgħidlek li għax iddaħħal il-passaport biometriku bilfors ineħħulek il-visa waiver.", "Hemm affarijiet oħrajn li jittieħdu in konsiderazzjoni.", "Ir-refusal rate tagħna hija baxxa ħafna, m'għandniex ħaddiema li jmorru l-Amerika għal holiday u jispiċċaw jaħdmu illegalment hemmhekk, lanqas għandna kwestjonijiet ta' sigurta`.", "L-airport tagħna huwa ċċertifikat safe mill-għaqdiet internazzjonali li għandhom x'jaqsmu mas- sigurta` ta' l-ajruporti.", "Sur President, lanqas huwa korrett li nagħtu l-impressjoni li dan il-gvern m'akkwista xejn mill-Istati Uniti ta' l-Amerika.", "Għandna sistema tal- PISCES fl-airport tagħna li ġiet mogħtija lilna b'xejn mill-gvern Amerikan.", "U mhux veru, m'hemmx ftehim sigriet fuq xejn ma' l-Istati Uniti ta' l- Amerika ħlief dawk li joħorġu minn obbligi internazzjonali li għandna fil- ġlieda kontra t-terroriżmu.", "Jiġifieri jekk hemm suspett li xi ħadd se jagħmel attakk terroristiku għandi obbligu bil-konvenzjonijiet internazzjonali li ninforma lill-istati firmatarji li ffirmaw dak il- ftehim.", "Insemmi l-patrol boat li l-gvern ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika kien ta lill-Forzi Armati ta' Malta.", "U hawn mhux qed nitkellmu fuq sold jew tnejn imma fuq mijiet ta' eluf ta' liri.", "Insemmi wkoll l-għajnuna li l-gvern Amerikan ta lill-protezzjoni ċivili, meta pprovda b'xejn it-tagħmir kollu li d-dipartiment tal-protezzjoni ċivili jkollu bżonn f'każ ta' inċident kimiku - u kellna inċidenti żgħar, mhux kbar f'lukandi - u l-uffiċjali Amerikani tawna t-training b'xejn ukoll.", "Kemm fi żmien il-gvern Laburista kif ukoll fi żmien il-gvern Nazzjonalista ngħata tagħmir speċjali lid-dwana - naħseb li l-Onor.", "Brincat jaf bih - li bih wieħed jagħmel l-X-ray tal-containers tal-Freeport.", "Issa m'iniex qed ngħaqqad dan kollu ma' dan il-ftehim għax inkella wieħed jista' jagħmel l-argument li għax tawna dawk l-għajnuniet irridu niffirmaw dan.", "Mhux hekk qed ngħid imma lanqas tagħmel l-argument bil-maqlub: Se niffirmaw dan meta ma tawna xejn!", "X'ma tawna xejn!", "Tawna u tawna b'interventi li saru minn ambaxxaturi differenti li jemmnu li Malta għandha tiġi megħjuna u tiġi megħjuna l-iktar f'areas li għandhom x'jaqsmu ma' sigurta`, imma mhux biss, għax il-protezzjoni ċivili m'għandhiex x'taqsam neċessarjament mas-sigurta`.", "Għenuna u se jkomplu jgħinuna u aħna rikonoxxenti.", "Il-gvern Amerikan għamel ukoll il-wegħda solenni li jeħdilna mill-inqas 200 persuna protetta f'Malta.", "Għadhom ma telqux sempliċement għax il-gvern Amerikan - din nafha għaliex hija xi ħaġa li għandha x'taqsam mal-ministeru tiegħi – insista li kull każ jiġi approvat mill-United Nations High Commissioner for Refugees.", "Sfortunatament dawn mhux organizzati biżżejjed biex jagħmlu dan ix-xogħol u qed nipprovaw ngħinuhom aħna wkoll sabiex l- ewwel grupp jitlaq kemm jista' jkun malajr.", "Il-probabbilta` hija li mhux se jitilqu f'salt imma jitilqu fi gruppi ta' 40 jew 50 ruħ.", "Iċ-ċifra ta' 200 mhijiex ċifra assoluta, tista' anke tkun ogħla minn hekk, u hemm l- impenn li dan se jkun eżerċizzju kull sena.", "Għiduli liema gvern ta' kwalunkwe pajjiż ieħor aċċetta li jieħu kull sena numru ta' refuġjati minn Malta u jħallihom jissettiljaw ġewwa l-Istati Uniti ta' l-Amerika.", "Nerġa' ngħid, anke kieku m'għamlux hekk, jiena jidhirli li għandna niffirmaw dan il-ftehim meta għandna relazzjonijiet tajbin ma' l-Istati Uniti ta' l-Amerika u meta aħna, flimkien ma' Ċipru u l-Greċja, għandna miljuni ta' tunnellaġġ ta' vapuri reġistrati f'Malta.", "Jidhirli li Malta qiegħda n-numru ħamsa jew sitta fid-dinja fl-elenku tar-reġistrazzjoni ta' vapuri u malli l-Greċja tiffirma dan il-ftehim ukoll – u l-indikazzjonijiet kollha huma li se jiffirmaw dan it-tip ta' ftehim - dawn jistgħu ma jiffirmaw ebda ftehim ieħor ma' ħadd iktar.", "Jiġifieri hija żbaljata din l- impressjoni li ngħatat meta qalu: Seba' pajjiżi biss iffirmaw!", "Skond liema pajjiżi huma, għax jekk dawk is-sebgħa jinkludu Ċipru u Malta diġa` qed nitkellmu fuq tista' tgħid nofs, jekk mhux iktar, tal-vapuri kollha li hawn fid-dinja.", "Allura l-interess tagħhom huwa li jilħqu ftehim ma' dawk il-pajjiżi fejn għandhom l-iktar reġistrazzjoni tal-vapuri, imbagħad billi ma jiffirmawx il-ftehim ma' Slovenja, li kulma għandhom xi 1,000 tunnellata vapuri, ma tkunx waqgħet id-dinja.", "Naħseb li dan huwa sens komun.", "Pero` jien għadni ma fhimtx l-aspetti legali li qajjem l-Onor.", "Brincat li dan jista' jmur kontra l-international law of the sea.", "Jien ma nistax nifhem kif il-fatt li pajjiż ieħor jista' jitla' fuq vapur reġistrat f'Malta bil-permess tal-gvern Malti jista' jmur kontra l-liġi internazzjonali tal-baħar!", "Allura meta nħares lejn dan l-abbozz iktar u iktar niskanta kif l-Oppożizzjoni sejra tivvota kontra.", "L-Onor.", "Brincat ġab l-argument li ma stmajnihomx biżżejjed bħala Oppożizzjoni, fis-sens li ma tajnihomx informazzjoni u żmien biżżejjed.", "Imma mill-informazzjoni li għandi dan l-abbozz ġie ppubblikat fit-13 ta' Lulju.", "Huwa veru li l-gvern xtaq li jgħaddih qabel ir-recess tas-sajf, imma għandu jgħidilna wkoll li malli l-Oppożizzjoni qalet li ma xtaqitx li dan jgħaddi qabel is-sajf, għalkemm il-gvern, kieku ried, kellu s-saħħa li jgħaddih xorta waħda, aħna għidnielhom li jekk ma jridux li ngħadduh qabel ir-recess tas-sajf, ma ġara xejn.", "Jiena ħsibt li se jkun hemm lista kbira ta' kelliema min-naħa ta' l- Oppożizzjoni u li kien għalhekk li ma ridux jgħadduh qabel ir-recess tas- sajf.", "L-Ewwel Qari ta' dan l-abbozz ġie ppreżentat lill-Parlament fid-9 ta' Lulju, ġie ppubblikat fil-gazzetta tal-gvern fit-13 ta' Lulju u bdejna niddiskutuh f'Ottubru.", "Naħseb li kien hemm ċans biżżejjed għall- Oppożizzjoni li tara u tistudja dan il-ftehim.", "Sur President, il-liġijiet inressquhom fil-Parlament biex ikun hemm id- diskussjoni fuqhom.", "Jiġifieri kieku riedu setgħu jitkellmu għaxra fuqu dan u nagħmlu dibattitu dwaru.", "Imma issa rridu mmorru x'imkien ieħor qabel ma niddiskutu dan l-abbozz fil-Parlament?", "Naħseb li l-Oppożizzjoni kellha żmien biżżejjed biex tanalizzah kelma b'kelma minn Lulju sa Ottubru.", "Nerġa' ngħid malli l-Oppożizzjoni espremiet l-inqas eżitazzjoni biex ngħadduh qabel ir-recess tas-sajf jiena stess, bħala Leader of the House, irrapportajt lill-Prim Ministru u tajt il-parir li nipposponuh għal wara r- recess tas-sajf.", "U hekk ġara.", "Jien stess għidt lill-Onor.", "Brincat li fuq affarijiet bħal dawn nixtieq ma nkunux maqsumin u apprezzajt il-mod trankwill li bih huwa tkellem u qal li mhux se jivvotaw kontra b'division, imma se jivvotaw kontra.", "Jien xtaqt li kieku vvotaw favur għax fejn jidħlu kwestjonijiet ta' politika barranija, partikolarment ftehim ta' dan it-tip ma' pajjiż barrani, niddejjaq ngħid li dan għadda b'35 \"favur\" u 30 \"kontra\".", "Kontra għalxiex?", "Jien nittama li forsi meta ngħaddu dan l-abbozz fit-Tielet Qari jerġa' jibdielha l- Oppożizzjoni.", "Naħseb li diffiċli jerġa' jibdielha, imma nassigura lill- Kamra li ma nagħmlu ebda kapital politiku li kieku jbiddlu l-opinjoni tagħhom.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Sur President, fil-fatt se nipprova ngħaddi xi kummenti wkoll dwar dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna.", "Kif kien qed jgħid il-Ministru Borg, għandna abbozz ta' liġi li fil-prattika qiegħed ipoġġi fis-seħħ żewġ agreements, wieħed marbut ma' proliferazzjoni fuq il-baħar ta' armi ta' qerda tal-massa - naturalment huwa iktar faċli li jinġarru armi ta' ċertu qies permezz tal-baħar milli bl-ajru - u l-ieħor marbut ma' traffiku illegali ta' mediċinali narkotiċi jew ta' sustanzi simili.", "Fil-bidu ta' l-intervent irrid nagħmel ftit riferenzi għar-realtajiet ta' Malta bħala wieħed mill-pajjiżi li għandu numru kbir ta' vapuri li huma reġistrati taħt il-bandiera tiegħu.", "Huwa wieħed mill-pajjiżi li wara li għamel numru ta' riformi marbutin mar-regolamenti ta' merchant shipping li ġejjin min-naħa ta' l-Unjoni Ewropea fis-sena 2004 u 2005 kellu ċertu tnaqqis fir-reġistrazzjoni ta' vapuri taħt il-bandiera Maltija.", "Iżda s- sena li għaddiet u din is-sena wkoll wieħed jista' faċilment jgħid li rkuprajna l-parti l-kbira minn dak li konna tlifna f'dawk is-sentejn u mexjin b'pass mgħaġġel biex inkomplu nżidu u nkabbru n-numru ta' vapuri li hemm reġistrati taħt il-bandiera Maltija.", "Naħseb li dan il-punt ma ġie kkontestat bl-ebda mod minn ħadd.", "Fid-diskors tiegħu l-Onor.", "Leo Brincat ma kkontestax l-importanza tar-reġistrazzjoni taħt il-bandiera Maltija, anzi għall-kuntrarju jemmen li l-bandiera Maltija għandha ċertu valur għall-ħidma ekonomika f'pajjiżna.", "Jiena nirrikonoxxi dan il-fatt u napprezza li għal darb'oħra, f'dan il-mument partikolari, l- Oppożizzjoni qiegħda tirrikonoxxi l-progress li sar f'dan ir-rigward.", "Meta għandek bandiera ta' ċerta importanza u meta għandek numru kbir ta' vapuri li huma reġistrati taħt il-bandiera tiegħek, ifisser li għandek responsabilitajiet li jifirxu mad-dinja kollha.", "Dawn ir-responsabilitajiet huma akbar minn ta' pajjiżi oħra u huma wesgħin ħafna iktar milli wieħed jista' jaħseb għad-daqs ta' pajjiżna.", "F'dan l-istadju tad-diskussjoni rrid insemmi l-pajjiżi li magħhom diġa' ġew konklużi l-agreements bħal dan li qegħdin nitkellmu fuqu llum.", "Dawn il- pajjiżi jinkludu l-Belize, il-Kroazja, Ċipru, il-Liberja, Malta, il- Marshall Islands u l-Panama.", "Kulmin għandu l-iċken idea dwar x'inhi l- pożizzjoni tax-shipping madwar id-dinja, jaf li meta ssemmi lil Ċipru, lil- Liberja, lill-Panama u lil Malta, tkun qiegħed titkellem fuq ammont sostanzjali ta' opri tal-baħar li huma reġistrati taħt il-bnadar tagħhom.", "Dan qed ngħidu għaliex filwaqt li huwa minnu li wieħed jista' jistaqsi – kif saret min-naħa ta' l-Oppożizzjoni – għalfejn qegħdin inkunu minn ta' quddiem nett sabiex niffirmaw u nirratifikaw dan l-agreement, ir-realta' tibqa' li għandna ċerta responsabilitajiet li rridu nħarsu.", "F'dawn l-aħħar disa' snin li għaddew kelli l-opportunita' li nenfasizza fuq il-bandiera Maltija u dwar kif bħala pajjiż għandna biex niftaħru b'din il-bandiera meta niġu biex nitkellmu fuq ix-shipping.", "Illum mhux beħsiebni niftaħar il-ħin kollu fuq is-sehem ta' Malta f'dak li għandu x'jaqsam max-shipping, pero' għandna raġun niftaħru meta għandna ammont daqshekk kbir ta' vapuri li huma reġistrati taħt il-bandiera tagħna.", "Mill-informazzjoni li għandi sa Settembru li għadda kellna kważi 4,600 opra tal-baħar, bi kważi 27 miljun tunnellata, reġistrati taħt il-bandiera Maltija.", "Minn dawn il-vapuri l-kbar, jiġifieri dawk li huma bulky liquid carriers u dry cargo carriers, ilaħħqu mas-26 miljun tunnellata mit- tunnellaġġ kollu li għandna taħt il-bandiera tagħna.", "Issa minn dawn iż- żewġ kategoriji ta' vapuri hemm aktar minn 1,500 vapur li jġorru l-bulky liquid cargo u d-dry liquid cargo u għalhekk żgur li għandna ċertu responsabilita'.", "Fil-fatt pajjiżna jista' jsib ruħu f'sitwazzjoni fejn jispiċċa fl- aħbarijiet ta' xi stazzjon partikolari tat-televiżjoni madwar id-dinja minħabba li xi vapur minn tagħna, b'mod partikolari meta jkun hemm xi tanker taż-żejt, ikun għaddej u li jinqalagħlu xi inċident fuq il-baħar.", "Sfortunatament mhux darba jew tnejn, matul is-snin li għaddew, Malta ssemmiet f'kontest negattiv minħabba li kien hemm xi inċident marbut ma' dawn il-vapuri.", "Għalhekk għandna responsabilita' f'dan ir-rigward u għandna d-dover sabiex mhux biss nassiguraw li dawn il-vapuri ma jkunux qegħdin jiksru xi regolamenti ta' l-IMO jew li ma jkunux qegħdin jiksru xi regolamenti marbuta mal-mod ta' kif tiġi amministrata l-flotta merkantili ta' l-Unjoni Ewropea, imma għandna naraw lil hinn minn dak li huwa strettament marbut mal-qasam tal-ġarr tal-merkanzija u tax-shipping.", "Irridu naraw li pajjiżna u l-vapuri reġistrati taħt il-bandiera Maltija, li f'ċertu sens huma estensjoni ta' pajjiżna mifruxa madwar id-dinja kollha, ma jintużawx għal xi forma ta' abbużi marbuta mal-ġarr ta' drogi u ma' mediċini illeċiti u lanqas ma jkun hemm vapuri Maltin li jkunu qegħdin iġorru l-armi ta' distruzzjoni tal-massa.", "Sur President, dan qiegħed ngħidu sabiex inwieġeb il-punti ta' preokupazzjoni li semma l-Onor.", "Brincat fid-diskors tiegħu.", "Fil-fatt staqsa jekk min huwa responsabbli mill-merchant shipping ta' pajjiżna ħax in konsiderazzjoni dak li qegħdin jgħidu s-sidien tal-vapuri li huma reġistrati taħt il-bandiera Maltija u jekk in-nies responsabbli minn dan is- settur f'pajjiżna raw x'azzjoni jista' jkollhom meta Malta tingħaqad ma' dan il-grupp ta' pajjiżi u tirratifika dan it-tip ta' agreement ma' l- Istati Uniti?", "Ir-risposta għal din il-mistoqsija li wieħed jista' jgħidilha valida u leċita fil-kontest ta' dak li qiegħed jiġri fil-qasam internazzjonali tax-shipping, żgur li għandha l-bażi tagħha fil-mod ta' kif irreaġixxew dawk is-seba' pajjiżi li għamilt riferenza għalihom ftit ilu.", "Dawn huma pajjiżi li kollha għandhom importanza kbira fil-qasam tax- shipping u kollha għandhom bandiera li torbot magħha ammont kbir ta' vapuri li jġorru l-merkanzija tagħhom madwar id-dinja.", "U dawn il-pajjiżi kollha, b'mod partikolari dawk il-pajjiżi kbar, ħassew il-ħtieġa li jirratifikaw dan il-ftehim u dan għamluh għaliex dak li sar u dak li qiegħed ikompli jseħħ fid-dinja, m'għandu bl-ebda mod itebba' l-isem ta' xi wieħed minn dawn il-pajjiżi.", "Nista' nassigura lil kulħadd li huwa diffiċli ħafna u problematiku meta ssib ruħek f'pożizzjoni li trid tnaddaf ismek minn xi attakk li jkun marbut ma' xi inċident partikolari.", "Fis-snin li għaddew kelli l-opportunita' sfortunata li mmur nipprova niddefendi l-pożizzjoni ta' Malta wara l- inċident tal-vapur Erika.", "Dan kien l-aktar inċident gravi li ġara matul l- aħħar snin u nista' nassigura lil kulmin qiegħed jismagħna li huwa diffiċli li tiddefendi lilek innifsek wara inċident bħal dak.", "Issa tajjeb ngħidu li llum Malta ġiet skolpata mir-responsabilitajiet ta' negliġenza min-naħa ta' l-Awtorita' Marittima Maltija, pero' xorta waħda kien diffiċli.", "Aħseb u ara kemm ikun aktar diffiċli li tmur tipprova tiddefendi lill-bandiera Maltija f'sitwazzjonijiet fejn ikollok vapuri reġistrati taħt il-bandiera Maltija li jkunu qegħdin jintużaw sabiex iġorru merkanzija ta' qerda distruttiva u li biha tikkawża danni lill-popli ta' madwar id-dinja.", "Nafu wkoll li mill-esperjenzi li għaddiet minnhom id-dinja f'dawn l-aħħar snin, kemm tista' tkun fertili u wiesgħa l-immaġinazzjoni ta' dawk il- persuni li jkunu lesti li jużaw kull forma ta' armi u għodda sabiex jikkawżaw danni u allarm madwar id-dinja.", "U fl-istess ħin dawn jipprovaw juru kemm huma kapaċi, kemm ma jibżgħux u kemm huma f'qagħda li mingħalihom jissottomettu lill-kumplament tad-dinja għax-xewqat fiergħa u distruttivi tagħhom.", "Għalhekk bħala pajjiż ħassejna li m'għandna nagħtu l-ebda possibilita' sabiex il-vapuri tagħna jintużaw għal dan l-iskop.", "Jekk wieħed iħares lejn l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna u jipprova jara x'hemm fl-ewwel skeda tiegħu, isib x'wassal lill-gvern Malti sabiex jagħmel dan il-ftehim ma' l-Istati Uniti.", "Isib ukoll il- preokkupazzjonijiet ta' Malta f'dan il-każ partikolari u jsib ukoll x'jistgħu jkunu l-użu ta' dawn il-vapuri għal skop negattiv.", "Insibu żewġ faċċati marbutin mal-preokkupazzjonijiet ta' pajjiżna imma fi ftit kliem aħna u l-Amerika qegħdin ngħidu li: \"... deeply concerned about the proliferation of weapons of mass destruction, their delivery systems and related materials, particularly by sea, as well as the risk that these may fall into the hands of terrorists.\".", "Imbagħad insibu riferenza għal dak li ġara fil-31 ta' Jannar, 1992 fil-United Nations Security Council u anke riferenza għar-riżoluzzjoni 1540 tas-sena 2004.", "Wara qegħdin ngħidu li: \"... recalling further the convention on the prohibition of the development, production, stock piling and use of chemical weapons and on their destruction, done at Paris 13 January 1993;\".", "Imbagħad saret riferenza għal rabtiet oħra li jmorru lura għall-1968 u għall-1972.", "Saret ukoll riferenza għall-funzjoni ta' l-International Maritime Organisation b'dan il-kliem: \"Further recalling the international ship and port facility security code, adopted by the International Maritime Organisation on the 12th December, 2002.\".", "Qiegħda tissemma wkoll the law of the sea u nsibu riferenza, f'dan il- preambolu, għall-agreement fih innifsu li jagħmel l-enfasi fuq il-punti li wassluna sabiex ngħidu li dan il-ftehim għandu jiġi ffirmat.", "Fl-opinjoni tiegħi, hawnhekk għandna riferenzi importanti ħafna dwar dawk li huma r- responsabbiltajiet li għandu xi pajjiż, bħal Malta, li għandu numru kbir ta' vapuri reġistrati taħt il-bandiera tiegħu.", "Fl-istess ftehim li qegħdin nagħmlu riferenza għalih insibu l-pożizzjonijiet tal-United Nations u l- pożizzjonijiet ta' l-IMO, fejn dawn ta' l-aħħar huma l-bażi ta' dak kollu li aħna, bħala pajjiż importanti fil-qasam marittimu, se nibqgħu naħdmu fuqu u nenfasizzaw fuqu minn żmien għal żmien.", "F'dawn it-tliet snin u nofs kemm ilna membri ta' l-Unjoni Ewropea, kif ukoll fis-sentejn ta' qabel is-sħubija tagħna, kelli l-opportunita' li nirrappreżenta lil dan il-pajjiż fil-kunsill tal-ministri marbut mat- trasport u l-ġarr tal-merkanzija u ma' oqsma marittimi madwar l-Ewropa.", "Hemmhekk jiena dejjem insistejt – kif għadni ninsisti sal-lum u se nibqa' ninsisti wkoll fiż-żmien li ġej - li dak li huwa marbut max-shipping għandu jiġi diskuss ukoll primarjament fuq il-pożizzjonijiet ta' l-IMO.", "F'dan il- preambolu għar-ratifikar li għandna quddiemna nsibu riferenzi oħra li huma marbutin ma' l-IMO.", "Dak kollu li huwa marbut mal-mod ta' kif għandu jkun hemm kontroll ta' l-attivitajiet kummerċjali u marittimi madwar id-dinja ssibhom hawnhekk.", "Kif għidt aktar qabel, aħna qegħdin nagħmlu wkoll riferenza għal dak kollu li ġie deċiż fl-IMO.", "L-Onor.", "Tonio Borg, li tkellem qabli, għamel diversi riferenzi għall-fatt li mhux se jkun hemm vapur, li jkun għaddej minn x'imkien u f'daqqa waħda se jsib ruħu attakkat minn xi vapuri tal-forzi Amerikani.", "Dawn m'humiex se jitilgħu fuq dan il-vapur, jibbordjawh u jagħmlu dak li jfettlilhom fuqu.", "Hawnhekk kellna wkoll numru ta' diskussjonijiet – anke ma' l-awtoritajiet Amerikani – għaliex ridna li jkollna l-garanzija li qabel ma jkun hemm boarding fuq xi vapur partikolari, ikun hemm il-kuntatti neċessarji ma' l- awtoritajiet – fil-każ tagħna - Maltin.", "Dawn il-kuntatti jridu jwasslu sabiex jiġi assigurat jekk ikunx hemm il-possibilita' li aħna nkunu f'qagħda li nkunu nafu preċiżament x'inhi r-raġuni għalfejn l-awtoritajiet – f'dan il-każ Amerikani – ikunu qegħdin jitolbu li jitilgħu fuq xi vapuri li huma taħt il-bandiera Maltija.", "Hemm ukoll il-parti l-oħra tal-ftehim li titkellem fuq il-possibbilta' li jkun hemm boarding tal-vapuri tagħna li ma jkunx ġej direttament mill- awtoritajiet Amerikani imma minn dawk li jissejħu third countries.", "Dan jista' jsir biss jekk kemm-il darba jingħataw il-permessi neċessarji mill- awtoritajiet Maltin.", "Dan kollu qiegħed ikompli jseħħ proprju sabiex aħna nkunu f'qagħda li nassiguraw li r-responsabilitajiet internazzjonali tagħna, aħna nkunu nistgħu nosservawhom aħjar.", "U dan għall-aħjar interess tax-shipping li jsir taħt il-bandiera Maltija, għall-aħjar interess tax- shipping Ewropew u għall-aħjar interess tax-shipping internazzjonali permezz ta' l-IMO.", "Aħna nemmnu li dak huwa marbut mas-sigurta' tal-vapuri nfushom kif ukoll mas-sigurta' tal-portijiet li fihom jistgħu jidħlu dawn il-vapuri u anke tal-crew u ta' xi persuni oħra li jistgħu jispiċċaw vittma ta' xi ħadd li jippretendi li jista' juża l-vapuri għal skop terroristiku.", "Fil-fatt wieħed irid ikompli jara li aħna, fl-ebda ħin u bl-ebda mod ma nkunu nistgħu nintużaw għal dan il-għan distruttiv.", "Kif qal ukoll il-Ministru Borg, hemm riferenza għal dak li huwa marbut man- narkotiċi u mad-drogi.", "Dan l-agreement partikolari issa ilu numru ta' snin li kien sar u għalhekk qegħdin nieħdu l-opportunita' sabiex ladarba qegħdin ngħaddu l-parti marbuta mal-ġarr ta' armamenti tal-qerda massiċċa, ikun hemm żewġ affarijiet li jgħaddu fl-istess ħin minn dan il-Parlament.", "Żgur li l-preżenza u r-riaffermazzjoni tagħna li fl-ebda ħin u fl-ebda mument ma rridu li nħallu vapuri taħt il-bandiera Maltija jiġu wżati għal skopijiet illeċiti turi d-determinazzjoni ta' Malta.", "Din id-determinazzjoni Malta wrietha numru ta' drabi matul is-snin li għaddew.", "Aktar kmieni fid-diskors tiegħi għidt li llum għandna kważi 27 miljun tunnellata ta' vapuri reġistrati taħt il-bandiera Maltija u nista' ngħid li llum għandna żieda sostanzjali f'dak li huwa tunnellaġġ ta' vapuri reġistrati taħt il-bandiera tagħna fuq dak li kellna fil-bidu tas-sena li għaddiet.", "Barra minn hekk, il-vapuri li għandna reġistrati llum taħt il-bandiera Maltija m'humiex dawk kollha li kellna sentejn ilu, ħames snin ilu jew dawk li kellna għaxar snin ilu.", "Dan għaliex kien hemm deċiżjoni amministrattiva min-naħa tagħna fejn għidna li jkun aħjar li ċerti vapuri ma jibqgħux taħt il-bandiera Maltija.", "Primarjament dawn id-deċiżjonijiet ma ttieħdux minħabba l-ġarr ta' din it-tip ta' merkanzija imma ttieħdu għal raġunijiet ta' safety fuq il-vapur innifsu u anke minħabba l-esperjenzi li konna għaddejna minnhom fiż-żmien li għadda.", "Wieħed jista' jara li matul is-snin li għaddew kellna varjazzjoni fin-numru ta' reġistrazzjonijiet ġodda u fid- deletions li jsiru minn fuq ir-reġistru Malti.", "Minn Jannar sa Diċembru tas- sena li għaddiet kellna ammont sostanzjali ta' deletions ta' vapuri.", "Fil- fatt kellna kważi 3.3 miljun tunnellata li ġew imneħħija jew li ġew deregistered minn taħt il-bandiera Maltija.", "L-istess ħaġa ġrat bejn Jannar u Settembru ta' din is-sena.", "Issa mill- vapuri li tneħħew matul is-sena li għaddiet u minn dawk li tneħħew matul din is-sena minn taħt il-bandiera Maltija nsibu li fil-każ tas-sena li għaddiet, l-eta' medja ta' dawn il-vapuri kienet ta' 17.37 snin filwaqt li fil-każ ta' din is-sena kienet ta' 16.88 snin.", "Dawn il-vapuri mbagħad ġew sostitwiti b'vapuri ta' eta' aktar żgħira u ta' eta' li hija inqas inkrepattiva.", "Fix-shipping l-eta' tal-vapur hija waħda mill-affarijiet importanti meta tiġi biex tirreġistrah f'pajjiżna.", "Fil-fatt il-vapuri li ġew reġistrati matul dan iż-żmien kienu kważi n-nofs ta' dawk li ġew dereġistrati.", "Sur President, din hija xi ħaġa importanti għaliex juri li l-bandiera Maltija m'hijiex biss qiegħda tattira lejha numru ta' vapuri li jiġu reġistrati taħt il-bandiera tagħna, imma llum qegħdin nattiraw lejna vapuri li huma aktar żgħar fl-eta'.", "Tajjeb ngħidu li waħda mid-diffikultajiet li kellna matul is-snin li għaddew kienet proprju dik marbuta ma' l-eta' tal- vapuri.", "Min jaf kemm-il darba kellna diskussjonijiet fuq din il-kwestjoni f'dan il-Parlament.", "Imma aħna rridu nkomplu nbaxxu l-eta' medja tal-vapuri li jiġu reġistrati taħt il-bandiera Maltija.", "U din hija xi ħaġa li se nkomplu naħdmu fuqha matul iż-żmien li ġej.", "Jekk m'iniex sejjer żball l-Onor.", "Leo Brincat għamel riferenza għall- konvenzjonijiet marbuta mal-law of the seas.", "Hawnhekk aħna ridna naraw ukoll li dawn ikunu r-regolamenti li huma marbutin mal-liġi fuq il-baħar.", "Imbagħad f'mument minnhom l-Onor.", "Brincat għamel riferenza dwar l- applikazzjoni ta' din il-konvenzjoni.", "(Interruzzjonijiet) Kien hemm kontradizzjoni għaliex ingħad li l-gvern mhux qiegħed jieħu biżżejjed ħsieb tal-law of the seas.", "Imma m'iniex ċert jekk fhimtux tajjeb jew le.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Leo Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, jiena għidt li rajt rapport ta' wieħed mit-think-tanks ewlenin fl-Amerika u li ħafna drabi dan ikun jinkludi fih persuni ewlenin li kienu fil-gvern taħt diversi amministrazzjonijiet u li llum huma rtirati.", "Dawn għamlu studju li aktar kien fuq the law of the sea in ġenerali milli fuq l-issue li qegħdin niddiskutu llum, pero' qalu li l- gvern Amerikan kellu r-riservi tiegħu sabiex jirratifikah.", "Issa jekk irratifikawx jew le, dik jiddeċieduha l-Amerikani.", "Imma internament, fl-Amerika kien hemm dibattitu għaddej - anke fil-livell tas-senat - għaliex filwaqt li kien hemm ċerti senaturi li kienu qegħdin jikkontendu li jekk jiffirmaw it-trattat, kienu se jxekklu l- maneuverability jew il-flessibilita' li jista' jkollha l-Amerika fil-ġlieda tagħha kontra t-terroriżmu, anke fil-kontest ta' shipboarding agreements li qegħdin nitkellmu fuqhom illum, kien hemm oħrajn li ħassew li jekk l- Amerika taderixxi għal-law of the sea, setgħet saħansitra ssaħħaħ idejha fl- implimentazzjoni tagħha.", "Issa l-mistoqsija tiegħi ma kenitx waħda ta' kritika imma staqsejtha bħala informazzjoni għaliex ġenwinament m'għandix tweġiba għaliha.", "Issa nafu li ż-żewġ gvernijiet huma favur il-law of the sea u għandna storja antika għaddejja fuqha, pero' nixtieq inkun naf jekk il-gvern Malti daħalx fl- implikazzjonijiet li jista' jkollha l-leġislazzjoni li għandna quddiemna llum għaliex jista' jirriżulta li forsi għandha impatt newtrali jew negliġibbli.", "U din għamiltha aktar bħala mistoqsija milli bħala kritika.", "MR SPEAKER: Grazzi. ll-Ministru jkompli bl-intervent tiegħu.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Sur President, nafu li fil-ħajja dejjem se ssib opinjonijiet diversi anke fuq xi ħaġa bħal din.", "Pero', kif għidt anke fil- bidu, aħna rajna jekk hux se jkun hemm xi impatt negattiv fuq il-vapuri reġistrati taħt il-bandiera Maltija għaliex f'dan il-kontest, ir- reġistrazzjoni kienet waħda mill-aktar affarijiet ta' importanza għalina.", "Il-fatt li taħt il-bandiera Maltija m'hu se jkun hemm l-ebda impatt negattiv bħala riżultat ta' dan il-ftehim, naħseb li wassal sabiex l- awtorita' marittima u l-ministeru għall-kompetittivita' li huwa responsabbli mill-awtorita' marittima bl-ebda mod ma jieħdu xi pożizzjoni li tkun ta' konfrontazzjoni jew inkella kuntrarju għal dak li kien qed jgħid il-ftehim.", "Jiena nemmen u l-esperjenza tiegħi ma' numru ta' sidien ta' vapuri li huma reġistrati taħt il-bandiera Maltija turina li dawn is-sidien jippreferu li naturalment jagħmlu l-qligħ mill-investiment li jkunu għamlu, pero' dan il- qligħ ma jkunux iridu jagħmluh billi jesponu l-vapur tagħhom b'mod negattiv u għall-abbużi.", "Sal-lum f'dan is-sens, il-pożizzjoni tagħna kienet li m'għandu jkun hemm l-ebda impatt negattiv fuq ir-reġistrazzjonijiet ta' vapuri taħt il-bandiera Maltija.", "Naturalment meta se niġu biex nitkellmu fuq dan is-settur inkun nista' nagħmel riferenza għal konvenzjonijiet oħra li huma ta' ċerta importanza.", "Jiena wieħed minn dawk li nemmen li aktar ma tipprova b'xi mod tiskarta xi ħaġa mill-konvenzjonijiet internazzjonali, aktar tkun qiegħed tagħmel ħsara.", "Issa bl-ebda mod m'hu qiegħed ngħid li l-Onor.", "Brincat għamel xi riferenza li aħna qegħdin nipprovaw niskartaw xi ħaġa mill-konvenzjonijiet jew inkella mill-ftehim internazzjonali.", "Imma jiena wieħed minn dawk li nemmen li anke s-sidien serji ta' vapuri - dawk is-sidien li aħna rridu nkomplu nattiraw lejn il-bandiera Maltija - iħossuhom aktar safe jekk kemm- il darba jkunu jafu li r-regime li huma qegħdin reġistrati miegħu, huwa wieħed li jassigura li r-regoli internazzjonali jkunu qegħdin jiġu osservati.", "Sur President, matul dawn is-snin kelli diversi okkażjonijiet li niltaqa' mas-sidien li għandhom il-vapuri tagħhom reġistrati taħt il-bandiera Maltija u anke ma' oħrajn li m'għandhomx il-vapuri tagħhom reġistrati taħt il-bandiera Maltija.", "B'mod konsistenti l-messaġġ tagħhom kien dak li aħna għandna niżguraw li nkunu f'qagħda li nosservaw ir-regoli internazzjonali u r-regoli Ewropej.", "Bosta drabi jkollna wkoll diskussjonijiet fuq livell ta' l-Unjoni Ewropea fejn nitkellmu fid-dettall dwar ċerti aspetti għal dak li jirrigwarda r-regoli ta' l-international maritime organization.", "Issa hawnhekk irridu noqogħdu attenti ħalli b'dak li nkunu qegħdin nagħmlu, ma nkunux qegħdin inservu ta' dannu għall-bnadar kollha li huma taħt l-ambitu ta' membership ta' l-Unjoni Ewropea.", "Hawnhekk aħna nsistejna, għadna ninsistu u se nkomplu ninsistu li r-regoli li jsiru taħt il-kappa ta' l-Unjoni Ewropea ...", "M'iniex qiegħed nirriferi għal dan il-każ partikolari għaliex hawnhekk naħseb li ħadd m'hu se jiddubita minnu.", "Kulħadd jaf ukoll b'dak li qiegħed isir min-naħa tal- Kummissarju Malti Joe Borg dwar il-famuża green paper marbuta ma' l-oqsma marittimi.", "Żgur li hemm aspett ta' sigurta' li eventwalment ikollna wkoll l-opportunita' li nitkellmu fuqu f'dan il-Parlament meta jkun il-mument opportun.", "Xi kultant ikun hemm il-kritika li m'huwiex biżżejjed li pajjiż partikolari jkollu l-konvenzjonijiet kollha ta' l-IMO, ta' l-Unjoni Ewropea u anke regolamenti oħra marbuta ma' pajjiżi oħra.", "Aħna nafu li għandna żewġ MOUs prinċipali li Malta hija responsabbli li tkun kontinwament qed tara li jiġu osservati.", "Dawn huma l-Paris MOU u l-MOU l-ieħor ma' l-Amerika.", "Permezz ta' dawn iż-żewġ MOUs il-vapuri reġistrati hawn Malta jridu jkunu f'qagħda li josservaw it-trattati internazzjonali.", "Nafu li fil-każ tal-Paris MOU, wara ħafna diffikultajiet, sagrifiċċji u xogħol li sar kemm lokalment kif ukoll barra minn Malta, wasalna biex inkunu barra mill-misħuta blacklist li konna qegħdin fiha u llum qegħdin fil-whitelist wara l-isforzi li saru minn Malta, bl-isforzi li saru wkoll mis-sidien tal-vapuri reġistrati taħt il-bandiera Maltija u wara li l- Gvern ta' Malta b'serjeta' impenja ruħu u se jkompli jimpenja ruħu biex nassiguraw li l-vapuri taħt il-bandiera Maltija jkunu l-ħin kollu ta' l- ogħla kwalita'.", "Sur President, jista' jkun hemm pajjiżi li m'għandhomx interess kummerċjali f'dak li huwa l-qasam marittimu u allura huwa irrelevanti għalihom jekk jiffirmawx jew le trattat bħal dan.", "Mill-banda l-oħra għalina, li kif għidt iktar kmieni, għandna dawn ir-responsabbiltajiet internazzjonali kbar u wesgħin, huwa importanti ferm li l-ħin kollu mhux biss inkunu f'qagħda li nassiguraw li ħadd ma jabbuża mill-vapuri reġistrati f'pajjiżna pero' nkunu f'qagħda wkoll li jkun magħruf ma' kulħadd li għalina huwa importanti li r-regoli li huma marbutin ma' dan is-settur ikunu l-ħin kollu fl-ogħla livell u jkunu l-ħin kollu jiġu osservati sa l-ogħla livell possibbli.", "L- Onor. Brincat fid-diskors tiegħu qal li kellna - mhux taħt il-bandiera Maltija – madwar 11-il shipboarding li ġara matul iż-żmien li għadda.", "Jiena ngħid j'Alla ma jkun hemm qatt vapur wieħed taħt il-bandiera Maltija li jkun suspettat li qed jagħmel xi ħaġa illegali li tkun marbuta ma' dawn iż-żewġ trattati pero' jekk ikun hemm xi wieħed li jkun suspettat, jiena nawgura li anke wara li jsiru tali spezzjonijiet, l-ebda vapur taħt il- bandiera Maltija ma jinsab li jkun qed jiġi wżat b'mod abbużiv madwar id- dinja.", "Qed ngħid hekk għax dawn l-1,500 vapur taħt il-bandiera Maltija m'humiex qegħdin fil-port il-kbir, m'humiex qegħdin fl-Unjoni Ewropea, imma qegħdin mifruxa mill-Asja sa l-Amerika, mifruxin mal-kontinenti kollha bir- responsabbilta' li dan kollu jġib miegħu.", "Sur President, irrid ngħid ukoll li kien hemm ukoll il-mistoqsija jekk aħniex se nkunu f'qagħda li bl-armata tagħna mmorru nibbordjaw xi vapur.", "J'Alla qatt ma jkollna għalfejn nibbordjaw xi vapur.", "Hawn irrid ngħid ukoll li jekk xi ħadd jiddeċiedi li jitlob il-permess biex jibbordja xi vapur Malti, dan il-permess jingħata.", "Kien hemm ukoll il-punt ta' min se jħallas jekk waqt shipboarding issir xi ħsara fuq il-vapur jew dannu fuq il- crew ta' l-istess vapur.", "Hawnhekk ukoll, l-awgurju tiegħi huwa li j'Alla dak illi qegħdin ngħaddu minn dan il-Parlament qatt ma jkollna bżonn li nużawh.", "J'Alla ma jkollna bżonn qatt li xi ħadd ikun irid jibbordja minħabba suspetti.", "Imbagħad naturalment jekk kemm-il darba jkun hemm dan it-tip ta' sitwazzjonijiet li xorta waħda jkun hemm ix-shipboarding, allura wieħed irid jara li min ikun qed jagħmel ix-shipboarding ikun qed jagħmel dan in line ma' dak li jgħid il-ftehim għax fl-aħħar mill-aħħar la l- president ta' l-Amerika, la xi ministru Malti u lanqas xi ministru x'imkien fid-dinja m'hu se jkun qiegħed on the spot biex jara kif ikunu qegħdin isiru x-shipboardings.", "Hawnhekk ukoll wieħed irid jitfa' responsabbilta' fuq dawk li fiżikament se jkunu qegħdin jagħmlu dan it-tip ta' boarding f'xi wieħed mill-kontinenti ta' madwar id-dinja.", "Sur President, nixtieq issa nagħmel appell marbut ma' dawk li huma l- attivitajiet tagħna u dan se nagħmlu bħala l-ministru responsabbli mill- qasam marittimu ta' Malta.", "Huwa tajjeb li tqum id-domanda x'jiġri jekk ikun hemm il-ħsara.", "Huwa tajjeb li tqum id-domanda x'jiġri jekk kemm-il darba jkun hemm xi forma ta' dannu fuq xi persuna li tkun parti mill-crew imma l- appell tiegħi lil dawk kollha li għandhom vapuri taħt il-bandiera Maltija huwa biex dawn ikunu żguri li l-vapuri tagħhom, kemm jekk qegħdin iħaddmuhom huma b'mod dirett, kemm jekk qegħdin jagħmlu chartering u kif ukoll jekk qegħdin jagħtuhom għall-operazzjoni għand ħaddieħor, fl-ebda mument ma jkunu abbużati.", "Dawn fl-ebda mument m'għandhom iħallu vapuri li huma tagħhom jiġu wżati b'mod ħażin, għax barra li jċappsu lilhom infushom ikunu qegħdin ukoll iċappsu lill-bandiera li jkunu reġistrati taħtha.", "Sur President, irrid ngħid ukoll li trattat bħal dan juri wkoll id- determinazzjoni ta' Malta – li llum hija pajjiż importanti fil-qasam marittimu - li kontinwament tkun minn ta' quddiem f'dak li huwa l-mod ta' kif tipproteġi l-vapuri nfushom.", "Trattat bħal dan iġegħilna nagħrfu aktar kemm vapur huwa wkoll oġġett li jista' jintuża b'mod abbużiv u allura aħna lkoll għandna nimpenjaw ruħna li l-ħin kollu u f'kull mument ta' l- operazzjoni tal-vapuri taħt il-bandiera Maltija ma jkun hemm ħadd li jabbuża.", "L-ewwel u qabel kollox huwa fl-interess tagħna li naraw li dan ma jseħħx f'dan is-settur li tant aħna kburin li fih qegħdin fuq quddiem nett fid-dinja.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Il-Ministru Zammit Dimech.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (Ministru għat-Turiżmu u Kultura): Sur President, permezz tal-liġi li għandna quddiemna l-gvern qed jirratifika ftehim li diġa' daħal fih mal-gvern ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika.", "Din hija liġi importanti għax, fil-fehma tiegħi, tagħti għal darb'oħra sinjal importanti ħafna ta' serjeta' minn pajjiżna.", "Kif diġa' esprimew kelliema qabli min-naħa tal-gvern, fuq liġi bħal din konna nistennew li jkun hawn il- kunsens unanimu miż-żewġ naħat tal-Kamra.", "Bħall-kollega tiegħi l-Viċi Prim Ministru, jiena għadni ma fhimtx biżżejjed kif wara diskussjoni u anke wara kjarifiki li ngħataw, l-Oppożizzjoni tippersisti fid-deċiżjoni tagħha li tivvota kontra liġi bħal din.", "Jiena mhux qed ngħid li l-Oppożizzjoni m'għandhiex tagħmel il-mistoqsijiet li tħoss li għandha tagħmel u li m'għandhiex tinsisti li jingħataw it- tweġibiet.", "Meta titressaq liġi li tinvolvi obbligi bilaterali bejn pajjiż u ieħor nista' nifhem li fil-Kamra jkun hemm min jistaqsi jekk l-interessi ta' Malta ġewx salvagwardati biżżejjed.", "U l-enfasi li se nagħmel jien, fost argumenti oħra, se tkun li żgur li l-interessi ta' Malta ġew salvagwardati sew.", "Irrid ngħid li tissalvagwarda l-interessi ta' Malta ma jfissirx illi, b'xi mod, Malta ma tagħmilx il-parti tagħha kontra l- proliferazzjoni, it-tixrid, it-tqassim u t-twassil ta' armi ta' distruzzjoni tal-massa jew li Malta ma tagħmilx il-parti tagħha biex tikkumbatti l-użu ta' mezzi marittimi għat-traffikar tad-droga u sustanzi tossiċi oħrajn li jagħmlu tant ħsara lis-saħħa tal-bniedem.", "Il-messaġġ li qed jingħata hawnhekk huwa messaġġ ta' serjeta' għax Malta qiegħda tagħmel il-parti tagħha kontra l-qerda umana kemm permezz ta' armamenti li jwasslu għal qerda ta' eluf jew anke ta' miljuni ta' nies kif ukoll permezz tat-tixrid u tat-traffikar tad-droga.", "Huwa messaġġ ta' serjeta' wkoll għax filwaqt li qegħdin nagħmlu dan f'kontest ta' ftehim milħuq mal-gvern ta' l-iStati Uniti ta' l-Amerika, qed nagħmlu dan ukoll f'kontest li nħarsu dawk li huma l-interessi reali u serji ta' pajjiżna anke bħala pajjiż sovran.", "Għalhakk nappella lill-Oppożizzjoni biex wara d- diskussjoni, ma tivvotax kontra imma tivvota mal-gvern.", "Pero' wara kollox dik hija deċiżjoni ta' l-Oppożizzjoni.", "Sur President, għalissa nixtieq nillimita ruħi għall-ftehim dwar li wieħed jieħu miżuri kontra l-proliferazzjoni ta' armamenti ta' distruzzjoni tal- massa.", "Irrid ngħid li l-ewwelnett Malta m'hijiex taġixxi waħedha anke jekk qed nitkellmu fuq ftehim bilaterali.", "Hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq ftehim li Malta laħqet ma' l-iStati Uniti ta' l-Amerika pero' mhux waħedha.", "Dan qed ngħidu għax kellek ftehim simili ma' Ċipru li żgur għandu interessi identiċi magħna kważi fl-oqsma kollha ekonomiċi u jekk hemm żewġ pajjiżi li jimxu b'mod paralleli ma' xulxin huma Malta u Ċipru.", "Aħna dħalna fl-Unjoni Ewropea fl-istess ħin, se nidħlu membri tal-munita Ewro fl-istess ġurnata u anke l-istorja ekonomika tagħna u t-turiżmu jimxu b'mod simili.", "(Interruzzjonijiet) Nawguraw u ninsistu li jkollna double taxation aħna wkoll!", "Naqblu fuq dik ukoll.", "(Interruzzjonijiet) Jien qed nagħmel l- argument mil-lat ekonomiku.", "Jekk it-turiżmu huwa qasam vitali għal pajjiżna daqstant ieħor huwa vitali għal Ċipru.", "Sur President, dan il-ftehim sar ukoll ma' Ċipru, mal-Kroazja, mal-Panama, mal-Marshall Islands u mal-Liberja.", "Kif spjega tajjeb ħafna l-kollega tiegħi l-Ministru Ċensu Galea dawn il-pajjiżi flimkien huma l-qofol prinċipali tar-reġistrazzjoni tal-vapuri madwar id-dinja.", "Issa li tkun fuq quddiem nett bħala pajjiż għal dak li jirrigwarda r-reġistrazzjoni tal- vapuri u jkollok dak it-tunnellaġġ massiċċ li għandha Malta, huwa tajjeb kummerċjalment għalina, huwa tajjeb ekonomikament għalina pero' jimponi wkoll fuqna doveri li huma fl-interessi tal-komunita' tas-sidien tal- vapuri.", "X'irridu fl-aħħar mill-aħħar?", "Li l-bandiera ta' Malta tkun bandiera li tagħti timbru ta' serjeta' u ta' kredibilita' jew tkun bandiera kif hemm riferenza f'kotba internazzjonali ta' studjużi u akkademiċi u ta' kittieba dik li tissejjaħ bandiera ta' konvenjenza?", "U bandiera ta' konvenjenza hija bandiera li wieħed imur jirreġistra taħtha għax ikun jista' jikser ir-regoli, li taħtha ma jimportax jekk ma jkollokx miżuri li jħarsu s-sigurezza tal-crew u ma jkunx hemm miżuri kontra l-ikkaġunar ta' inkwinament fil-baħar.", "Aħna ma nistgħux nieħdu l-atteġġjament ta' pajjiż li jkollu bandiera ta' konvenjenza u nħarsu biss li jkollna t-tunnellaġġ għaliex aħna pajjiż li jrid iħares l-aspett ekonomiku f'kontest ta' serjeta'.", "Dan huwa l-qofol tal-messaġġ li qed nipprova nwassal min-naħa tiegħi.", "Aktar ma pajjiż ikollu suċċess ekonomiku, aktar jirrealizza li għandu doveri kbar li jrid jirrispetta bħala riżultat tas-suċċess ekonomiku ikbar li jkollu.", "Dan huwa argument li japplika fil-qasam tar-reġistrazzjoni tal-vapuri u jista' japplika wkoll fil-qasam tas-servizzi finanzjarji f'Malta li hu wieħed mis- suġġetti li fuqu żgur hemm kunsens qawwi bejn il-gvern u l-Oppożizzjoni.", "Dan l-argument jista' japplika wkoll għal dak li qegħdin nagħmlu fil-qasam ta' kif nirreġistraw f'pajjiżna – għalkemm hemm min ma jeħux gost - l- kumpanniji marbuta mad-dinja tal-gaming.", "Sur President, issa nixtieq inħares lejn ftit mill-artikli li għandna proposti fil-liġi li jirreferu għall-ftehim milħuq bejn Malta u l-Istati Uniti ta' l-Amerika kemm għar-rigward tal-proliferazzjoni ta' armamenti ta' distruzzjoni tal-massa kif ukoll għar-rigard ta' traffikar ta' sustanzi tossiċi, ta' drogi u materjali oħra bħal dawn.", "Dan se nagħmlu biex nara jekk intlaħaqx jew le dan il-bilanċ bejn is-serjeta' u d-dover li nħarsu l- interess tagħna.", "Naħseb li kull deputat ta' din il-Kamra, qiegħed fuq liema naħa ta' din il-Kamra qiegħed, irid jagħmel din l-analiżi.", "Qabel ma niġi għal dan forsi nżid il-fatt li hawnhekk mhux qegħdin nitkellmu biss f'kontest ta' inizjattiva meħuda mill-gvern ta' l-Istati Uniti ta' l- Amerika waħdu, għax kieku kienet hekk u jekk tkun inizjattiva tajba aħna ma nsibux diffikulta'.", "Jekk il-gvern ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika jieħu inizjattiva tajba li tassigura iktar paċi fid-dinja u dak il-gvern għal raġunijiet diversi, uħud minnhom storiċi, qed jassumi obbligi ħafna iktar minn ħafna pajjiżi oħrajn biex jassigura paċi madwar id-dinja, jassigura sigurezza, biex jassigura li l-ġlieda kontra t-terroriżmu internazzjonali tintrebaħ mid-dinja kollha, aħna ma jkollna l-ebda diffikulta' li nassoċjaw ruħna ma' inizjattivi meħuda minnu.", "Issa hawn ta' min isemmi wkoll li dak li qegħdin niddiskutu hawnhekk m'huwiex xi inizjattiva unilaterali u li m'għandha l-ebda kontest internazzjonali iktar wiesa'.", "Kif jirrifletti l-ftehim li għandna quddiemna u kif jirriflettu d-diskussjonijiet kollha li saru, hawn qed nitkellmu fuq dak li jaqbel ma' dikjarazzjoni ċara min-naħa tal-presidenza tal-Kunsill tas-Sigurta' tan-Nazzjonijiet Uniti jiġifieri qegħdin nitkellmu fuq messaġġ mid-dinja kollha.", "Qed nitkellmu fuq dak li qed jiġri fil- kontest ta' stqarrijiet reċenti tal-laqgħat magħrufa bħala G8 li tiġbor mexxejja li żgur għandhom importanza konsiderevoli madwar id-dinja.", "Qegħdin nitkellmu wkoll fuq inizjattivi u fuq dak li qed ikun espress fil-livell ta' l-Unjoni Ewropea li llum aħna kburin li qegħdin parti minnha.", "Jiena ngħid li ma jkun hemm xejn ħażin jekk nitkellmu fuq inizjattiva tajba li hi ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika waħedha, imma hawn qed nitkellmu fuq inizjattiva li hija meħuda minn dak il-gvern pero' li tinkwadra ruħha f'dak li qed isir f'livell iktar wiesa'.", "Meta nħares lejn dak li għandna quddiemna, il-punt ta' tluq tad-diskussjoni li għandna quddiemna llejla huma ż-żewġ ftehim milħuqa mal-gvern ta' l- Istati Uniti ta' l-Amerika li jittrattaw l-armi ta' qerda massiċċa u l- mediċinali.", "L-ewwel mistoqsija kellha tkun jekk dak il-ftehim, wieħed jew l-ieħor jew it-tnejn, humiex ftehim li jmissna dħalna fihom jew le.", "Naħseb it-tweġiba għal min irid ikun oġġettiv hija li dawn huma żewġ pattijiet li jagħmlu ġieħ lill-gvern ta' Malta.", "Issa ladarba huwa ftehim li jagħmel ġieħ lilna anke għall-messaġġ ta' serjeta' li kont qed nenfasizza qabel, allura għandna naqblu lkoll li l-ftehim ma nagħmluhx biss fuq il-karta, imma nagħmluh biex inwettquh u biex nirratifikawh.", "U qed ngħid dan għaliex inkella naqgħu fl-assurdita' li ngħidu li huwa tajjeb li ffirmajnieh imma issa jmissna ma nirratifikawhx.", "Jew huwa tajjeb jew ħażin!", "U dik hija l- ewwel mistoqsija li kulħadd irid jagħmel biex naraw kif għandna naġixxu f'dan il-Parlament.", "Issa x'inhuma s-salvagwardi li għalija jilħqu l-bilanċ bejn li nagħmlu l- parti tagħna kontra l-proliferazzjoni ta' armamenti tal-qirda massiċċa u kontra t-traffikar tad-droga permezz ta' vapuri fl-ibħra internazzjonali u li nħarsu l-interessi ta' pajjiżna?", "Għalija l-bilanċ qiegħed f'dawn l- elementi kollha li se nipprova nispjega fil-qosor.", "L-ewwelnet meta jintalab il-permess ta' l-awtoritajiet Maltin biex isir shipboarding, l-ewwel test li hawn fil-liġi u jirrifletti dak li hu miktub fil-ftehim, huwa dak li hu magħruf bħala t-test ta' dak li hu raġjonevoli.", "X'irrid ngħid b'dan?", "Mhux kull suspett hu suspett fondat.", "Irid ikun hemm suspett raġjonevoli li qed jitwettaq reat ta' tqassim jew ta' twassil ta' armamenti ta' qirda massiċċa jew ta' tqassim jew ta' twassil ta' droga li tagħmel ħsara lill-umanita'.", "Pero' mhux dan biss.", "Ladarba l-gvern ta' Malta huwa informat b'dak is- suspett raġjonevoli rridu nkunu aħna li nawtorizzaw it-teħid ta' dawk il- miżuri li jkun hemm bżonn biex issir il-parti tagħna kontra dawk ir-reati.", "U fil-każ ta' armamenti ta' qerda massiċċa l-awtorizzazzjoni toħroġ mingħand il-kap kmandant tal-Forzi Armati ta' Malta u fil-każ ta' droga huwa l-avukat ġenerali li joħroġha.", "Mela hawnhekk m'hawn ħadd li qed jipproponi li niffirmaw xi blank cheque.", "M'hawn ħadd li qed jiġi hawnhekk u qed jgħid li minn issa 'l quddiem kull vapur li jtajjar il-bandiera Maltija jista' jiġi suġġett, f'kull ħin u f'kull mument, li jkun interċettat u mwaqqaf minn vapuri navali Amerikani mingħajr ma jinformawna.", "Il-ftehim huwa ħafna iktar dettaljat minn hekk għaliex il-ftehim jgħid li jrid ikun hemm is-suspett raġjonevoli, irid jintalab il-permess tal-kmandant tal- Forzi Armati ta' Malta jew fil-każ tad-droga ta' l-avukat ġenerali u jrid ikun hemm l-awtorizzazzjoni fiż-żewġ każijiet.", "Mela dik hija l-ewwel salvagwardja tas-sovranita' tagħna.", "It-tieni salvagwardja hi li l-permess dejjem irid jingħata bi ftehim mal- Prim Ministru.", "Mela Malta qiegħda tgħid li dawn l-awtorizzazzjonijiet isiru bil-ftehim ta' l-ogħla kariga eżekuttiva tal-pajjiż ta' Malta bħala pajjiż sovran u indipendenti, pero' mhux biss.", "Ladarba dak il-permess jintalab qed ngħidu wkoll li jistgħu jkunu imposti dawk il-kondizzjonijiet li jidhrilna meħtieġa u li naturalment dwarhom hemm il-qbil bejna u l-gvern ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika.", "Naħseb kif żgur il-membri kollha ta' din il-Kamra li qed isegwu din il-liġi segwew, nafu li anke mbagħad f'kontest ta' talba bħal din, il-pożizzjoni tal-gvern Malti hija dejjem waħda ta' għażla libera.", "Għaliex?", "Għaliex il-gvern Malti jista' jagħżel li t-tfittxija mitluba jagħmilha hu bil-mezzi tas-sigurezza tiegħu, jekk dan ikun possibbli li nagħmluh.", "Il-gvern Malti jista' jawtorizza li t-tfittxija u l- boarding isir mill-uffiċjali tas-sigurezza ta' min qed jitlobha, jiġifieri f'dan il-każ tal-forzi tal-gvern ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika pero' kif għidt qabel - u issa se nikkwota anke mit-test tal-ftehim mhux biss minn tal-liġi tagħna - subject to conditions even deemed appropriate - jista' jagħżel il-gvern Malti.", "Imbagħad it-tielet għażla hi li t-tfittxija ssir flimkien.", "Imbagħad għandu wkoll ir-raba' għażla li nassumi li l- Oppożizzjoni ma injoratx meta qrat t-test tal-ftehim u r-raba' għażla tgħid \"Nevertheless deny permission to board and search\".", "Issa jien qed nistaqsi f'dan il-każ lill-membri ta' l-Oppożizzjoni.", "Dan x'salvagwardja aktar seta' jagħti l-gvern Malti għas-sovranita' tagħna milli jżomm għażla fuq erba' kriterji kemm għall-armamenti ta' distruzzjoni massiċċi?", "Issa barra minn hekk, fil-ftehim rigward tixrid ta' droga l-ieħor hemm kliem identiku u għal kull każ nistgħu ngħidu le.", "Nerġa' nfakkar li f'kontest ta' liġi dak il-permess irid jingħata mhux mill-kap kmandant tal- Forzi Armati waħdu jew mill-avukat ġenerali waħdu imma bi ftehim mal- persuna li jokkupa l-ogħla kariga eżekuttiva ta' pajjiż sovran u indipendenti.", "Issa dan apparti salvagwardi oħrajn li t-talba trid issir bil-miktub u jekk ikunu ċirkostanzi ta' emerġenza l-awtorizzazzjoni xorta waħda trid issir bil-miktub kemm jista' jkun malajr.", "Dan apparti wkoll is- salvagwardi li jirregolaw dwar kif jaġixxu u kif iġibu ruħhom l-uffiċjali li qed jagħmlu t-tfitxija in kwestjoni, apparti s-salvagwardi mniżżlin f'artiklu 10 li pajjiż qed jorbot lill-ieħor dwar kif dawn is-searches isiru, li inti trid toqgħod attent għall-ħajja u għas-sigurezza ta' min qiegħed abbord dawn il-vapuri.", "Trid tħares ukoll l-istess vapur u l- interessi kummerċjali u legali tal-flag state.", "It-tfitxija trid issir ukoll b'attenzjoni għal dawk li huma regoli ta' natura ambjentali.", "Wieħed irid jassigura u jħares ukoll id-drittijiet u l-garanziji kollha tal- persuni li huma abbord u li huma rikonoxxuti fil-liġi internazzjonali.", "Naturalment din il-parti qed tirriferi għal-liġi internazzjonali u qed tagħmel awtomatikament riferenza anke għall-konvenzjoni internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem.", "Hawn mhux qed ngħidu biċċa mil-liġi internazzjonali u biċċa le, imma l-liġi internazzjonali kollha.", "Dan jorbot xi ftit anke mal-mistoqsija li għamel qabel l-Onor.", "Brincat, jekk dan kollu b'xi mod jolqotx jew le b'mod ħażin il-liġi dwar il-baħar.", "Jiena naqra kemm naqra t-test tal-ftehim li għandna quddiemna bejn il-gvern Malti u l-gvern ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika u naqra kemm naqra l-abbozz ta' liġi nara li l-effett huwa newtru bilfors.", "Il-liġi internazzjonali dwar il-baħar tirregola aspetti oħrajn bħal qiegħ il-baħar, riżorsi u dwar kif issir it-tfitxija għalihom.", "Jien ħadt gost li f'dan il-Parlament saret riferenza għal-liġi dwar il-baħar għaliex kif nafu, Malta hija l-pajjiż li mexxiet il-konċett ta' din il-liġi 'l quddiem fil-fora internazzjonali waħedha imbagħad wara snin twal sabet aktar appoġġ.", "Illum anke meta nitkellmu dwar il-qasam spazjali, hemm riferenza għall-prinċipji li stabbiliet Malta fil-liġi dwar il-baħar.", "Jiġifieri żgur li Malta ħadet inizjattiva internazzjonali ta' l-ikbar importanza u aktar ma jkun hemm pajjiżi li jirrispettaw dik il-liġi u jimxu magħha aktar verament jista' jkun pass 'il quddiem kbir għall-umanita` kollha, pero` żgur li ma nippromwovux il-liġi internazzjonali tal-baħar billi f'xi ibħra internazzjonali jkun hemm min, għal skop terroristiku, ikun għaddej iqassam l-armamenti li jiddistruġġu partijiet sħaħ mill-umanita`.", "Il-liġi internazzjonali dwar il-baħar titkellem dwar kif nużaw ir-riżorsi, anke ta' qiegħ il-baħar u riżorsi oħrajn, għal skopijiet ta' paċi.", "Allura f'dan is- sens żgur li qed naqblu.", "Żgur li l-liġi internazzjonali tal-baħar ma jsirilha ebda servizz favur tagħha billi xi ħadd juża l-ibħra internazzjonali biex jittraffika, iqassam u jwassal id-droga minn pajjiż għal ieħor.", "Jiġifieri żgur li f'dan is-sens l-effett, biex ma ngħidx huwa żgur kompatibbli, huwa newtru.", "Allura żgur li anke fuq dik id-diffikulta`, wieħed għandu jserraħ moħħu.", "Jien nagħlaq billi nagħmel mistoqsija finali li tiddetermina kif nivvotaw ukoll f'dan il-Parlament.", "Aħna bħala pajjiż issa rridu li l-vapuri li jkunu qed itajru l-bandiera Maltija jintużaw biex ikun hemm it-twassil jew b'xi mod l-għajnuna għat-twassil ta' armamenti ta' distruzzjoni tal-massa meta llum il-komunita` internazzjonali taf li għal skop ta' sigurezza internazzjonali u għall-paċi internazzjonali din hija waħda mill-ikbar theddidiet li jista' jkollok?", "Aħna, bħala Malta, irridu li vapuri li jtajru l-bandiera tagħna b'xi mod ikunu mċappsa, marbuta ma' traffikar ta' droga minn pajjiż għal ieħor?", "M'għandix dubju li t-tweġiba ta' kulħadd fuq din hija assolutament le.", "Għaliex anke kieku nillimita ruħi għall- konsiderazzjonijiet ekonomiċi u kummerċjali - li anke kieku kien hekk ma kienet tkun ebda konsolazzjoni għax il-prinċipji jiġu qabel anke l- konsiderazzjonijiet ekonomiċi u kummerċjali - ma jiswielna għal ebda vantaġġ li Malta permezz ta' vapur li jkollu l-bandiera Maltija - naturalment għax aħna ma nistgħux bl-ebda mod immaġinabbli nikkontrollaw kull ħaġa li tiġri kull ħin u kull mument f'kull parti tad-dinja f'kull biċċa tunnellata ta' vapuri reġistrati ġewwa pajjiżna - jkun b'xi mod marbut ma' qasam jew ieħor minn dawn li qed nindikaw.", "Allura ladarba t-tweġiba hi le, allura mbagħad t-tweġiba trid tkun iva f'kontest ieħor, iva għal ftehim milħuq bejn il-gvern Malti u l-gvern ta' l- Istati Uniti ta' l-Amerika biex nagħmlu l-parti tagħna kontra dan kollu.", "Il-ftehim milħuq m'għandux jibqa' miktub fuq il-karta biss u ma jservi xejn għax ma jkunx, kif ngħidu bl-Ingliż, worth the paper it is written on, imma jekk huwa ftehim tajjeb, li jagħmel is-salvagwardji meħtieġa u ftehim ta' serjeta` assoluta, allura dak il-ftehim jixraqlu li jkun ratifikat u idealment jixraqlu jkun ratifikat bil-kunsens unanimu ta' din il-Kamra kollha.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Azzopardi.", "ONOR.", "JASON AZZOPARDI: Sur President, jien ma nħobbx nirrepeti u m'iniex se nirrepeti punti li diġa` tqajmu.", "Naħseb li l-kelliem preċedenti, il- Ministru Zammit Dimech, tkellem tajjeb ħafna, kien spot on meta tkellem dwar is-salvagwardji u meta tkellem dwar l-importanza li din il-liġi qiegħda tipproponi li jkun hemm il-fiat tal-brigadier ġenerali u l-fiat ta' l-avukat ġenerali dejjem bi qbil mal-Prim Ministru.", "Ma rridx nirrepeti, pero` dawn huma ż-żewġ salvagwardji kruċjali li juru kemm fil-fatt il-gvern Malti qed imur lil hinn minn dak li anke tipprovdi l-liġi internazzjonali.", "Qed ngħid dan għax fil-Konvenzjoni ta' Vjenna li tittratta t-traffikar tad- droga, dik il-klawsola partikolari ma tissemmiex.", "Jiġifieri l-bżonn tal- permess tal-prim ministru tal-pajjiż ma jissemmiex.", "Jiġifieri aħna qegħdin immorru lil hinn minn dak li tipprovdi l-konvenzjoni u minn dak li tipprovdi l-liġi internazzjonali.", "Dak huwa punt importanti ħafna, naħseb li ġie ċċarat u saret enfasi ġusta fuqu.", "It-tieni punt li nixtieq nitkellem fuqu huwa l-proliferation security initiative.", "F'Marzu ta' din is-sena l-Istati Uniti u pajjiżna ffirmaw ftehim bilaterali, il-proliferation security initiative ship-boarding agreement.", "Dan huwa wieħed miż-żewġ ftehim li għandna quddiemna.", "Dan il- ftehim se jiffaċilita l-koperazzjoni bejn l-Amerika u Malta biex jiġi evitat it-trasferiment marittimu ta' shipment b'materjal li huwa illegali, li huwa perikoluż, li huwa proliferation related billi jiġu stabbiliti points of contact u proċeduri biex jiġu spediti talbiet ħalli l-forzi tas- sigurta` rispettivi jkunu jistgħu jispezzjonaw vapuri taż-żewġ pajjiżi dejjem fl-ibħra internazzjonali.", "Din hija safeguard oħra li għandna f'dan it-trattat.", "Il-boarding irid ikun dejjem f'ibħra internazzjonali, qatt fl- ibħra nazzjonali.", "Sur President, x'inhu s-sinifikat ta' dan il-ftehim għal pajjiżna?", "Aħna għandna għall-grazzja ta' Alla flag registry kbir ħafna.", "Huwa t-tmien l- ikbar wieħed fid-dinja meta nitkellmu fuq gross tonnage u bħala numru ta' vapuri qegħdin nitkellmu bejn wieħed u ieħor fuq 1,500 vapur.", "Allura għandna open registry fejn sidien ta' vapuri minn għexieren ta' pajjiżi jirreġistraw il-vapuri tagħhom f'pajjiżna permezz ta' kumpanniji.", "Malta permezz ta' dan il-ftehim qed turi biċ-ċar il-commitment kontinwu tagħha għal non-proliferation u r-rieda tagħha biex tkun ta' eżempju għal PSI partner states oħra li għandhom flag registries importanti.", "Dan il-ftehim huwa konsistenti mal-liġi internazzjonali għax il-PSI statement of interdiction principles li kien ġie mħabbar mill-President Bush way back fis-sena 2003 jagħmilha ċara li l-attivitajiet kollha tal- PSI, il-proliferation security initiatives, huma meħuda dejjem konsistenti mar-regime legali nazzjonali, jiġifieri l-liġi nazzjonali, kif ukoll il- liġi internazzjonali.", "Dan il-ftehim se jsaħħaħ il-bażi legali biex ma jkunx hemm traffikar ta' armamenti tal-qerda tal-massa.", "Allura huwa importanti wkoll li nenfasizzaw li dan il-ftehim irid ikun interpretat u applikat in linea ma' dak li qed tipprovdi l-liġi internazzjoanli tal- baħar, il-Convention on the Law of the Sea, l-UNCLOS li kienet ġiet iffirmata fl-1982.", "Fuq dan niġi minn hawn u ftit ieħor għax s'issa ħadd mill-kelliema f'dan il-Parlament ma semma l-protocol ta' din il- konvenzjoni.", "Dak il-protocol se jagħti stampa totalment differenti ta' l- interpretazzjoni tal-ftehim li Malta ffirmat ma' l-Amerika u umilment nemmen li għandu jserraħ moħħ l-Oppożizzjoni fit-tħassib jew fil-punti li tqajmu permezz ta' l-Onor.", "Leo Brincat li m'għandi l-ebda dubju li tkellem b'mod ġenwin, b'mod pakat, b'mod raġunat, pero` I beg to differ mal-miri li kien qed jimmira għalihom fl-intervent tiegħu.", "Dan se nagħmlu meta nispjega l-protocol tas-SUA Convention.", "Kif nafu dan il-ftehim iżomm milli jkun hemm traffikar mhux biss ta' armamenti tal-qerda tal-massa imma anke materjal relatat ma' droga.", "Naħseb fuq dan għandna naqblu.", "Dan il-ftehim se jkun implimentat billi jkun hemm points of contact 24 siegħa għal sebat ijiem, biex ikun hemm rapid communication meta jkun hemm a suspect shipment.", "Jiġifieri jekk ikun hemm vapur taħt il-bandiera Maltija", "jew taħt il-bandiera Amerikana li jkun suspettat raġjonevolment li qed iġorr proliferation related cargo, xi ħadd mill-partijiet, jiġifieri Malta jew l-Istati Uniti, jista' jitlob lin-naħa l-oħra li l-ewwelnett jikkonfermaw in-nazzjonalita` ta' dak il-vapur, it-tieni nett jitolbu l- awtorizzazzjoni biex jitilgħu fuq il-vapur, ifittxu l-vapur u jekk hemm bżonn jiġi miżmum dak il-vapur flimkien mal-cargo tiegħu dejjem fl-ibħra internazzjonali, qatt fl-ibħra nazzjonali.", "Dan il-ftehim jipprovdi biex tintuża l-forza meta jiġi spezzjonat vapur?", "Il-ftehim jipprovdi li kull parti għandha l-ewwelnett tevita l-użu tal-forza sakemm ma jkunx neċessjarament bżonnjuż, sal-grad neċessarju biex tiġi żgurata s-safety tal- vapur u l-uffiċjali tal-vapur.", "Any use of force ma jistax jeċċedi l-minimu rikjest sakemm dak ikun neċessarju, proporzjonali u raġjonevoli fiċ- ċirkostanzi.", "Tajjeb ngħidu li l-PSI huwa konsistenti ma' l-istatements tal- G8 u ta' l-Unjoni Ewropea li dejjem talbu u jitolbu li għandu jkun hemm sforzi iktar koerenti u maqbula flimkien, kordinati biex tiġi miġġielda l- proliferazzjoni tal-weapons of mass destruction u related materials.", "Tajjeb ngħidu li s-sovranita` ta' pajjiżna se tibqa' tkun salvagwardata u fl-eventwalita` li Malta tkun mitluba tagħti l-permess li vapur reġistrat taħt il-bandiera Maltija jkun spezzjonat mill-forzi tas-sigurta` Amerikani, Malta tista' jew tagħmel l-ispezzjonar bil-Forzi Armati tagħha - pero` dan mhux probabbli li jsir fl-ibħra internazzjonali eluf ta' mili 'l bogħod minn pajjiżna – jew jista' jsir il-boarding flimkien ma' l-Istati Uniti ta' l-Amerika u viċiversa, jew tista' tawtorizza l-boarding u l-ispezzjonar tal-vapur mill-forzi tas-sigurta`, pero' tista' wkoll tirrifjuta li tagħti tali permess.", "Jiġifieri m'huwiex tassattiv li l-ispezzjonar isir mill- forzi tas-sigurta' Amerikani.", "Huwa l-Prim Ministru Malti se jkollu l-aħħar kelma.", "Jista' jkun hemm ukoll boarding minn third party vessels, imma f'dak il-każ dejjem irid ikun hemm l-awtorizzazzjoni tal-flag state.", "Jiġifieri jekk, għall-grazzja ta' l-argument, l-Istati Uniti għandhom suspett raġjonevoli li vapur taħt il-bandiera Maltija jkun qed iġorr armamenti ta' qerda tal- massa, pero` ma jkun hemm l-ebda vapur Amerikan fil-viċinanzi, imma jkun hemm vapur ta' stat \"X\" dejjem iridu jitolbu l-permess u l-awtorizzazzjoni ta' Malta biex il-vapur ta' l-istat \"x\" ikun jista' jagħmel il-boarding u jista' jispezzjona l-vapur li għandu l-bandiera Maltija li jkun suspettat li qed iġorr l-armamenti tal-qerda tal-massa jew droga jew affarijiet relatati mad-droga.", "Politikament dan il-ftehim qed juri biċ-ċar ir-rieda ta' Malta u ta' l-Amerika biex ikun hemm the highest standard of security għall-flag registries tagħna.", "Naħseb li qegħdin nibagħtu messaġġ ċar lil min juża l-ibħra internazzjonali biex jipprova jġorr l-armamenti tal-qerda tal-massa li la pajjiżna u lanqas l-Istati Uniti m'huma se jittolleraw l- involviment tal-vapuri taħt il-bnadar rispettivi li jkollhom x'jaqsmu mal- proliferation related cargo.", "Ċertament qegħdin nibagħtu messaġġ importanti f'dak ir-rigward.", "L-Onor.", "Brincat għamel il-punt li kien ikun iktar kuntent u sodisfatt kieku l-ftehim sar f'qafas multilaterali u mhux wieħed bilaterali.", "Fuq dan għandi xi ngħid, pero` qabel irrid nagħti background.", "Irrid nibda mill- hijack ta' l-Achille Lauro li ġara fl-1985.", "Naf l-istorja mhux ħażin għax kont għamilt riċerka dwarha għat-teżi tiegħi qabel ma ggradwajt bħala avukat.", "Kien hemm vapur Taljan li ġie hijacked - mhix il-kelma eżatta għax \"hijack\" hija marbuta ma' ajruplan – minn terroristi Palestinjani, organizzazzjoni mmexxija minn Abu Nidal dak iż-żmien.", "Dan il-vapur ġie dirottat ġewwa l-Mediterran, ċittadin Amerikan li kien jismu Leon Clinghoffer li kien fuq wheelchair ġie maqtul mit-terroristi Palestinjani u mitfugħ għal ġol-baħar.", "Meta l-forzi tas-sigurta` Taljani ġew biex jipproċessaw lit-terroristi Palestinjani kif intemm il-hijack kellhom problema legali għax sa l-1985 ma kienx hemm liġi internazzjonali li permezz tagħha setgħu jiġu proċessati nies li jieħdu over vapur.", "Sa l-1985, għal 500 sena qabel, kien hemm il-konċett tal-piraterija, pero` piraterija dejjem kienet tinftiehem vapur jattakka vapur ieħor.", "Fl-1985 kien l-ewwel darba fl-istorja li passiġġier fuq vapur ħa over dak il-vapur, allura l-komunita` internazzjonali kellhom problema għax filwaqt li għal hijack ta' ajruplani kien hemm tliet conventions internazzjonali - The Hague Convention, it-Tokyo Convention u l-Montreal Convention – fuq tal- baħar ma kienx hemm.", "Allura x'ġara?", "Fl-1988 l-International Maritime Organisation għamlet konferenza li kienet importanti ħafna u sar trattat ġewwa Ruma.", "Dik kienet il-famuża SUA Convention, li isimha in full huwa the Convention for the Suppression of Unlawful Acts Against the Safety of Maritime Navigation.", "Jiġifieri kulmin waqt li jkun fuq vapur jieħu over dak il-vapur jew jagħmel atti kriminali fuq dak il-vapur ikun jista' jiġi proċessat abbażi ta' dik il-konvenzjoni.", "Allura dik il-konvenzjoni għalqet dik il-lakuna internazzjonali li kien hemm.", "So far so good, pero` x'ġara sentejn ilu?", "U dan hu dak li ħadd ma semma mill-membri taż-żewġ naħat ta' din il-Kamra.", "Sentejn ilu fis-sena 2005 sar protocol b'żieda mal-Convention for the Suppression of Unlawful Acts Against the Safety of Maritime Navigation li fil-qosor hija magħrufa internazzjonalment bħala SUA Convention.", "Fost affarijiet oħra dak il-protocol jipprovdi għal ship-boarding u ħafna mid- diċitura tat-trattat li Malta ffirmat ma' l-Amerika li għandna quddiemna llum hija meħuda minn dak il-protocol, jiġifieri qafas internazzjonali.", "Filwaqt li l-konvenzjoni ta' l-1988 – u tajjeb li nkunu nafu bħala numri min iffirma xiex – għandha 126 contracting state, jiġifieri qed jirrappreżentaw 82% tal-world merchant shipping tonnage, il-protocol ta' sentejn ilu għandu 115-il contracting state li jirrappreżentaw 76% tal- world merchant shipping tonnage.", "Malta u l-Amerika għadhom mhumiex parti mill-protokoll.", "Ir-raġuni jien ma nafhiex u mhux se nkun prużuntuż ngħid x'inhi r-raġuni.", "Il-loġika tgħidli li dan il-protokoll għadu kemm sar sentejn ilu u l-paper work għadu ma sarx.", "Dan il-protokoll li Malta u l-Amerika, fost pajjiżi oħrajn, għadhom ma ffirmawx f'artiklu 8 biss jipprovdi għall-koperazzjoni u proċeduri li għandhom jiġu segwiti meta jkun hemm state party li jixtieq li jispezzjona vapur li jkun qed itajjar il-bandiera ta' pajjiż state party ieħor meta jkun hemm suspett raġjonevoli li dak il-vapur jew persuni fuq dak il-vapur se jkunu involuti jew kienu involuti fit-twettiq ta' reat taħt dik il- convention.", "F'artiklu 8 hemm safeguards importanti li jirrigwardaw is- sovranita` tal-flag state.", "Ix-ship-boarding, kif għidt, isir jekk ikun hemm reasonable grounds.", "Dan huwa l-protokoll.", "L-istess terminoloġija ta' artiklu 8 biss qiegħda fit-trattat li Malta ffirmat ma' l-Amerika.", "L-erba' possibbiltajiet tal-flag state jekk jaċċettax jew le t-talba li għadni kif semmejt li għandna fit-trattat quddiemna, hija provduta f'artiklu 8 subinċiż (ċ) tal-protokoll tas-SUA Convention.", "Is-safeguards li għandu dan it-trattat, li ssemmew f'din il-Kamra, huma identiċi għas-safeguards li hemm fil-protokoll tas-SUA Convention, pero` hemm differenzi.", "Id- differenza hi li l-protokoll tas-SUA Convention huwa iktar wiesa' mit- trattat li għandna quddiemna.", "Jiġifieri jekk xejn, il-gvern kien prudenti u għaqli li llimita l-użu tax-ship-boarding agreement.", "U se ngħid għaliex.", "Per eżempju, f'artiklu 12 tal-protokoll tas-SUA Convention - li mhux provdut fit-trattat li għandna quddiemna – hemm provision li tgħid hekk: \"A person who is being detained or is serving a sentence in the territory of one state party whose presence in another party is requested for purposes of identification, testimony or otherwise providing assistance, may be transferred if the following conditions are met\".", "U hemm numru ta' kondizzjonijiet.", "Din il-klawsola mhijiex provduta fit-trattat li għandna quddiemna.", "Jiġifieri t-trattat li għandna quddiemna huwa kemmxejn iktar limitattiv paragunat mal-protokoll.", "U għalhekk jien nixtieq nagħmel dan il- punt, biex inserraħ moħħ min qed jismagħna u moħħ il-ħbieb tagħna tan-naħa l-oħra li dan it-trattat li qed nagħmlu qed jirrifletti proċess multilaterali li għaddej taħt l-awspiċi ta' l-International Maritime Organisation.", "Pero` nerġa' ngħid, il-protokoll ġie ffirmat sentejn ilu, għadu mhux ...", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Leo Brincat, bil-permess ta' l-Onor.", "Azzopardi.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Ma nixtieq ninterrompi bl-ebda mod u lanqas immeri lill- Onor. Azzopardi fuq dak li qed jgħid, anzi qed nisimgħu b'attenzjoni kbira.", "Pero` fid-dawl ta' dak li qed tgħid b'mod interessanti ħafna, il- mistoqsija li għandi hija għaliex iddeċidejna li mmorru għall-ftehim purament bilaterali meta inti stess tant tajjeb qed tispjega dwar ftehim multilaterali interessanti ħafna?", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Azzopardi.", "ONOR.", "JASON AZZOPARDI: Napprezza ħafna d-domanda li għamilli l-ħabib tiegħi, pero` ovvjament ma nistax nilbes kappell li mhux tiegħi u ma nistax nirrispondi domanda fuq fatt li jien ma nkunx konxju minnu.", "Pero` nerġa' ngħid dak li għidt l-ewwel.", "Il-loġika tgħidli – u it's a reasonable educated guess li wieħed jagħmel – li peress li l-protokoll kulma għadhom għaddew huma sentejn, għadu m'għaddiex żmien biżżejjed għax hemm ammont ta' paper work li jrid jgħaddi bejn il-pajjiżi qabel ma jiġi ratifikat ftehim.", "Ma ninsewx, per eżempju, li fil-każ ta' l-UNCLOS ta' l-1982 hemm ċerti pajjiżi li rratifikawha tliet snin ilu, wara kważi 20 sena.", "Jiġifieri jridu jgħaddu ammont ta' snin biex pajjiż ikun iffirma, anzi rratifika ftehim.", "Jiena m'għandi l-ebda dubju u moralment konvint li din hija r- raġuni, mhux għax hemm l-oġġezzjoni fil-prinċipju daparti ta' Malta li nkunu parti jew nirratifikaw il-protokoll ta' SUA Convention.", "L-istess fil- każ ta' l-Amerika, infatti prime mover tar-Rome Convention ta' l-1988 kienet l-Amerika għax ovvjament kellha interess peress li wieħed miċ- ċittadini tagħha kien maqtul fuq l-Achille Lauro mit-terroristi Palestinjani.", "Jiġifieri mir-riċerka u l-qari li jien għamilt fil-prinċipju m'hemm xejn kontra r-ratifika tal-protokoll daparti ta' l-Amerika jew ta' Malta.", "Pero` it is much faster, it is much easier għaż-żewġ pajjiżi li jidħlu għal dan il-ftehim bilaterali milli jistennew ir-ratifika tal- protokoll tas-SUA Convention.", "Li qed nipprova ngħid hu li m'għandniex nitfgħu dubju u s-suspett fejn m'għandux ikun hemm.", "Iż-żewġ naħat naqblu li aħna kontra t-trasport ta' l- armamenti ta' qerda tal-massa.", "M'għandi l-ebda dubju li ż-żewġ naħat tal- Kamra huma kontra t-trasferiment u t-trasport ta' droga jew sustanzi psikotropiċi.", "Mela allura, jekk qegħdin naqblu, ħażin li naħa ta' din il- Kamra tgħid le, anke jekk mhux b'division.", "Ovvjament għandha dritt.", "Pero` huwa ħażin għax m'hemm xejn f'dan il-ftehim li jmur kontra s-sovranita` ta' pajjiżna u kontra l-liġijiet tal-pajjiż.", "L-aħħar kelma se tibqa' f'idejn l- ogħla awtorita` f'dan il-pajjiż, il-Prim Ministru.", "M'hemm xejn li mqar jittanta jnaqqar l-eżerċizzju tas-sovranita` ta' pajjiżna.", "Ma ninsewx, pajjiżna se jżomm id-dritt li jirrifjuta l-boarding, anke jekk ikun hemm suspett raġjonevoli għandu dritt jirrifjuta u l-liġi tipprovdi għal dan.", "Veru li ma nistax nimmaġina pajjiżna jirrifjuta l-aċċess jekk ikun hemm suspett raġjonevoli ta' ġarr ta' armamenti ta' qerda tal-massa, pero` xorta waħda l-liġi hekk qed tipprovdi biex il-mazz jibqa' f'idejna, biex il- ħabel jibqa' f'idejna u viċeversa ovvjament.", "Għalhekk jien ninkwieta li nistgħu nibagħtu messaġġ żbaljat anke li ma jkunx konsonanti mal-motivazzjoni ġenwina tal-ħabib tiegħi għax jien m'għandix dubju mill-ġenwinita` tal-motivazzjoni.", "Li naħseb li mhux qed jiġri hu li l-kollegi tagħna tan-naħa l-oħra mhux qed jifhmu – u għalhekk forsi tajjeb li nispjegaw f'iktar dettall – li dan il-ftehim ma jagħmel xejn ħażin iżda, jekk xejn, jagħmel tajjeb.", "Kif spjega wkoll tajjeb il- Viċi Prim Ministru, huwa veru li għamlu dan it-tip ta' ftehim ma' seba' pajjiżi, pero` ma' seba' pajjiżi li għandhom shipping tonnage sostanzjali.", "Malta huwa t-tmien reġistru fid-dinja, Ċipru mhux 'il bogħod, u l-Amerika kellha interess li tidħol għal dan il-ftehim ma' dawk il-pajjiżi li għandhom l-ikbar ammont ta' tunnellaġġ.", "Mhux se tagħmlu ma' Leichtenstein jew mal-Lussemburgu għax il-possibbilta` li dawn ikollhom port hija kemmxejn remota.", "Fil-fatt bis-seba' ftehim li għamlet għandha covered iktar minn 60% tal-gross tonnage fid-dinja.", "Dan juri wkoll li l-management tal-bandiera Maltija huwa wieħed ta' serjeta` kbira.", "Tajjeb li nagħmel riferenza wkoll għad-diskors tal-Prim Ministru fil-Ġnus Magħquda ftit tal-ġranet ilu, fejn semma li Malta hija favur li nkomplu naħdmu biex ftehim li jkun sar multilateralment inkunu nistgħu nsaħħuh ukoll permezz ta' ftehim bilaterali fl-implimentazzjoni tiegħu.", "Kif qal tant tajjeb ukoll il-Ministru Michael Frendo fl-introduzzjoni ta' dan id- dibattitu l-intenzjoni tagħna hija ċara daqs il-kristall.", "Sur President, nikkonkludi billi nawspika li dan il-ftehim ikun approvat unanimament minn din il-Kamra, għaliex kif għidt, huwa ftehim ispirat.", "Fit- tmien preambolu tiegħu dan il-ftehim qed jgħid li huwa ispirat mill-isforzi ta' l-IMO biex jiġu mtejba l-effettivita' tal-Convention for the Suppression of Unlawful Act against the Safety of Maritime Navigation ta' Ruma ta' Marzu ta' l-1988 kif ukoll qed jirriafferma l-importanza tal- Customary International Law of the Sea kif inhu rifless fl-UNCLOS ta' l- 1982.", "Customary International Law hija frażi sabiħa li tiġbor il-materjal ta' mijiet ta' snin ta' studju, fosthom ta' Grotius fis-seklu XVI u tant kittieba matul is-sekli.", "Dan huwa rifless ukoll f'dan il-ftehim u allura jiena nawspika u nittama li dan il-ftehim ikun approvat għaliex jibgħat messaġġ ċar u tond li pajjiżna ma jittollerax min jipprova imqar jittanta jabbuża jew jipprova jħammeġ ir-reputazzjoni tal-bandiera Maltija.", "Min jittraffika armamenti tal-qerda tal-massa jew droga fuq l-ibħra internazzjonali huwa dak li l-klassiċi, fosthom Grotius, kienu jsejħu fis- seklu XVI, bil-Latin ostes umani generis, għedewwa ta' l-umanita' kollha u allura jagħmel sew il-gvern, tagħmel sew il-komunita' internazzjonali li biex tħaffef l-implimentazzjoni tal-ġlieda kontra dawn l-armamenti tal- qerda tal-massa u droga tidħol f'dan il-ftehim.", "B'dan il-mod insoddu kull loophole li teżisti għall-ġid tagħna lkoll.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Insejjaħ lis- Segretarju Parlamentari, l-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici, biex, jekk jogħġbu, jgħaddi għall-winding up.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI (Segretarju Parlamentari): Sur President, il- kelliema ta' din in-naħa għamlu diskorsi verament tajbin li ħadu ħafna mill- argumenti prinċipali li wieħed jimposta fuq liġi ta' din in-natura.", "Jiena nħoss li forsi għandna mmorru ftit lura u nirriflettu ftit fuq il-kontenut ta' din il-liġi.", "Jiena ngħid li l-pożizzjoni li qed tieħu l-Oppożizzjoni fuq din il-liġi hija, bir-rispett kollu, ftit defeating itself.", "L-Onor.", "Leo Brincat kien l-uniku kelliem mill-Oppożizzjoni fuq din il-liġi u allura sab il-kelliema kollha ta' din in-naħa jindirizzawh fuq id-diskors tiegħu.", "Jiena nitolbu jaħfirli jekk jiena se nagħmel l-istess ħaġa, pero' se nagħmel hekk għax nifhem li dak li qal hu jirrappreżenta l-opinjoni tal- partit Laburista.", "Sur President, hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq żewġ suġġetti li ħadd f'din il-Kamra ma jista' ma jikkundannax.", "Hawn qed nitkellmu fuq it-tixrid ta' l- armamenti ta' distruzzjoni tan-nies u t-tixrid tad-droga li huma żewġ affarijiet li jiena ċert li m'hawn l-ebda membru parlamentari li ma jikkundannax.", "Irrid ngħid ukoll li fil-liġi għandek diversi għelieqi tal- liġi għax għandek dawk nazzjonali u hemm dawk li huma 'l fuq minn nazzjonali, dawk li ngħidulhom id-dritt pubbliku internazzjonal, jiġifieri r-relazzjonijiet bejn stat u ieħor.", "Fortunatament, wara t-tieni gwerra mondjali, bil-formazzjoni tal-Ġnus Magħquda, diversi pajjiżi fid-dinja fehmu li d-dritt pubbliku internazzjonali hemm bżonn jiġi kkultivat b'ranki li qabel ma kellniex.", "Sur President, jiena niftakar li fil-leġislatura l-oħra kellna dibattitu interessanti meta Malta saret parti mill-qorti internazzjonali biex ikun hemm il-prosekuzzjoni u t-teħid ta' passi kriminali kontra ċerti delitti li jmorru kontra l-umanita'.", "Fid-dibattitu dwar dak is-suġġett ġie stabbilit li hemm qorti internazzjonali li tħares lejn delitti ta' gravita' kbira u dik il-qorti internazzjonali, li qegħda 'il fuq mill-pajjiżi kollha tad- dinja, tmexxi kontra dawn id-delinkwenti, li jikkommettu delitti ta' ġenoċidju, delitti kontra l-umanita' u wkoll delitti ta' użu ta' armi tal- massa kontra l-bnedmin.", "Hemmhekk qbilna li mmorru lejn qorti internazzjonali fformata bejn il-pajjiżi membri li għandha n-natura tad- dritt kriminali, tad-dritt penali.", "Li kieku staqsejtni meta kont student universitarju jekk qattx Malta kienet se tifforma parti minn dik it-tip ta' trattat, jien kont ngħid li nixtieq, imma diffiċli ħafna, pero' dan sar.", "Sur President, meta wara t-tieni gwerra mondjali kellna l-atroċitajiet ta' Auschwitz u Dacau fejn ġew maqtula kwantita' kbira ta' bnedmin bħalna b'mod mill-iktar kiefer u atroċju, id-dinja rrealizzat li trid tidħol fi branki tal-liġi li qabel ma kenitx qegħda tidħol fihom.", "U minn hemm ifforma d- dritt pubbliku internazzjonali b'mod qawwi anke sforz il-proċess ta' Nuremberg.", "Il-proċess ta' Nuremberg huwa proċess importanti ħafna fl- istorja kollha ta' l-umanita'.", "Dan kien proċess ta' formazzjoni tal-liġi tad-dritt pubbliku internazzjonali li qabel ma kienx hemm.", "Kulmin jistudja din il-parti tal-liġi jgħidlek li ħafna drabi liġi tiġi aċċettata mill- pajjiżi kollha għax titlaq dejjem minn trattati ma' pajjiżi oħra u se nġib eżempju.", "Ħalli ngħidu li l-Ingilterra u Franza jagħmlu trattat fejn jaqblu fuq ċerti prinċipji u wara, pajjiżi oħra jidħlu fi trattati simili fuq dak il-mudell.", "Issa jekk dawn it-tip ta' trattati jkunux dejjem ma' l- Ingilterra, ma' Franza, mal-Ġermanja, ma' l-Italja, ma' Spanja jew ma' Madagascar huwa irrelevanti.", "Li hu relevanti hu l-fatt li bir-repetizzjoni ta' dawn it-trattati jikber l-għarfien fid-dritt pubbliku internazzjonali li l-kontenut ta' dak it-trattat m'għadux xi ħaġa bejn żewġ pajjiżi biss, imma sar tant importanti li l-pajjiżi kollha tad-dinja jridu jobduh u josservawh.", "Jekk aħna naqbdu dak il-proċess wara t-tieni gwerra mondjali nsibu li d- delitt tal-ġenoċidju, id-delitt tal-qerda tal-bnedmin, in-non-użu ta' l- affarijiet nukleari u l-mod ta' kif tikkomporta ruħek mal-bnedmin l-oħrajn li għandek tirrispettalhom id-dinjita' tagħhom kollha twieldu bi trattati bejn żewġ pajjiżi.", "Illum avvanzajna ħafna fid-dritt pubbliku internazzjonali u f'dawn l-aħħar 100 sena saret rivoluzzjoni fejn bażikament daħal il-prinċipju li r-raġunijiet ta' l-istat huma ħaġa imma l- konsiderazzjoni ta' l-umanita' kollha kemm hija ħaġa oħra.", "Issa daħlet fil- prattika tad-dritt pubbliku internazzjonali li l-konsiderazzjonijiet ta' l- umanita' jaqbżu kull konsiderazzjoni oħra.", "Sur President, illum aħna nitkellmu fuq il-kwestjonijiet ta' l-ambjent, fuq l-ozone layer u fuq dawn l-affarijiet kollha.", "X'qiegħed jikber fuq livell internazzjonali?", "Qiegħed jikber l-għarfien li aħna rridu nagħmlu wkoll sforz fid-dritt pubbliku internazzjonali fil-liġijiet ambjentali u jekk bħala pajjiż qed taġixxi b'mod li tagħmel dannu lill-ambjent, tkun qed tagħmel delitt kontra l-umanita'.", "Dan qed jinħema.", "F'dan it-trattat qegħdin nieħdu sehem f'wieħed minn dawn il-passi importanti wkoll.", "Hawn xi ħadd hawn ġew li jista' jiddikjara li ma jaqbilx li pajjiż għandu jinterċetta u jżomm vapur, hu ta' liema nazzjonalita' hu, li jkun qed iġorr armi ta' distruzzjoni tal-massa jew droga?", "Hawn ġew kulħadd jaqbel li din għandha tkun il-mod tajjeb ta' kif wieħed jaġixxi biex iżomm mhux delikwenza ordinarja imma delikwenza kontra l-umanita'.", "Dan huwa delitt kontra l-umanita' kollha u allura pajjiżna qed jieħu sehem f'dan il-proċess ta' żvilupp tad-dritt pubbliku internazzjonali.", "Sur President, m'għandniex inċekknu lil dan il-pajjiż!.", "Pajjiżna m'huwiex kbir fil-ġeografija pero' fid-dritt pubbliku internazzjonali ħa sehem attiv, speċjalment f'affarijiet li għandhom x'jaqsmu mal-baħar, biex ikkostitwixxa liġi li tapplika għall-pajjiżi kollha.", "Kulħadd jaf il- kontribut li tajna fuq livell tal-United Nations pero' apparti d-diversi affarijiet li għamilna fuq livell tal-United Nations, tajna sehem importanti wkoll fil-kawża li kienet saret bejn il-Libja u Malta fuq l- ibħra territorjali.", "Hemmhekk Malta kienet determinanti biex ġew stabbiliti ċerti prinċipji tad-dritt pubbliku internazzjonali li ġew aċċettati minn dik il-qorti u li llum huma aċċettati mal-pajjiżi kollha tad-dinja.", "Dan qed ngħidu biex nuri kemm dan il-pajjiż li ġenerikament wieħed jgħid li hu żgħir għandu sehem fid-dritt pubbliku internazzjonali.", "Dan il-pajjiż m'għandux jitwarrab jew joqgħod lura minn dak is-sehem determinanti anzi għandna nkomplu nieħdu sehem f'dan il-proċess.", "Sur President, irridu niftakru wkoll li hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq pajjiż li fortunatament għandu reġistrati fir-reġistri tiegħu kwantita' kbira ta' vapuri.", "Fil-Mediterran, Malta, Ċipru u l-Greċja għamlu mill- Unjoni Ewropea l-iktar għaqda fid-dinja li għandha vapuri reġistrati magħha.", "Dan juri li għalkemm żgħir, f'din id-dimensjoni pajjiżna huwa kbir.", "Irrid ngħid ukoll li b'dan il-ftehim li qegħdin nagħmlu ma' l-Amerika aħna qed nagħtu eżempju ta' kif isir id-dritt pubbliku internazzjonali lill- bqija tad-dinja.", "F'ċerti mumenti l-Onor.", "Leo Brincat – u ċert li ma riedx ifisser hekk – qisu ried jagħti x'jifhem li dan huwa ftehim li huwa għall- vantaġġ ta' naħa waħda biss.", "Dan m'hu veru xejn.", "Dan huwa ftehim għall- vantaġġ taż-żewġ naħat, għax aħna għandna tunnellaġġ qawwi ta' vapuri u għandna interess li ma nagħtux kenn lil xi ħadd li juża l-bandiera tagħna b'mod ħażin.", "Anzi, jekk inħossu li fuq bastimenti ta' l-Amerika qed isiru dawn l-affarijiet illeċiti, għandna wkoll il-jedd li nikkontrollaw x'hemm abbord dak il-vapur.", "Dan qed ngħidu biex nuri kemm m'hemmx serviliżmu f'din il-ħaġa.", "Din lanqas m'hija kwestjoni ta' gvern li m'għandux sinsla anzi huwa gvern li jifhem ix-xenarju internazzjonali, jifhem l-iżvilupp li qed isir fid-dinja tad-delikwenza internazzjonali u qed jinkwadra ruħu u jidħol għar-responsabilita' li jġib ftehim bħal dan.", "Il-kelliema ta' qabli daħlu f'ħafna iktar dettall milli qed nidħol jien fil- konsiderazzjonijiet ta' x'fih il-ftehim.", "Il-ftehim huwa wieħed bilanċjat jiġifieri għandna d-dritt nitilgħu fuq bastimenti u nagħmlu l-inspections u s-searches li hemm bżonn ovvjament bl-istess proċedura li se jagħmluha l- Amerikani magħna.", "Din m'hemmx diffikulta' fuqha u ddejjaqt ftit li f'mument minnhom l-Onor.", "Brincat qisu qal li ma jistax jimmaġina membri tal-forzi armati tagħna telgħin abbord vapur Amerikan.", "Jiena nimmaġinaha ħaġa bħal din.", "Nimmaġina s-suldati tagħna jidħlu għal xi ħaġa simili, għax wara kollox illum huma trained f'diversi affarijiet.", "Hawnhekk forsi f'xi mument xi ħadd seta' jiġih f'moħħu ż-żmien meta aħna kellna xi forma żbaljata ta' dad's army, imma llum l-armata qiegħda ssir iktar espożizzjoni għal iktar training u għal iktar xenarji fl-Ewropa u allura ma nsib l-ebda diffikulta' li nimmaġina suldati minn tagħna telgħin abbord vapur Amerikan.", "(Interruzzjonijiet) Qed naqra testwalment.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Leo Brincat, bil-permess tas-Segretarju Parlamentari Carmelo Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Is-Segretarju Parlamentari qed jinsa punt importanti li anke meta tkellimna ma' l-Amerikani fuqu, huma stess qalulna li jafu li loġistikament huwa daqsxejn diffiċli biex Malta tista' tagħmel dan.", "Fil- fatt għalhekk kienu lesti li jikkonsidraw li Malta tuża pajjiżi terzi li huma aċċettabbli għalihom.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Is-Segretarju Parlamentari jkompli bid-diskors tiegħu.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Nifhem, pero' kif impostajtha tajt x'wieħed jifhem li ma tistax tikkonċepixxi nies tagħna ta' l-AFM jagħmlu boarding fuq vapur Amerikan.", "I don't want to make an issue out of it u naf li inti kont qed titkellem b'mod ġenwin pero' l-ħaġa hija bilanċjata ħafna.", "F'mument minnhom qisu ried jgħid li l-Amerikani ħadu ħsieb l-interessi tagħhom mentri aħna ma ħadniex ħsieb l-interessi tagħna.", "Dan huwa kompletament żbaljat.", "Aħna għandna interess kbir li ma niġux użati ħażin u għandna interess kbir li nibqgħu nipproteġu l-indafa tal-bandiera Maltija.", "Sħabi tkellmu hawnhekk fit-tul fuqha u għamluha ċar li l-intenzjonijiet tagħna huma intenzjonijiet biex mhux biss isir dan l-agreement imma dan l- agreement iservi - u nerġa' nirrepetiha –biex pajjiżi oħra jieħdu l-istess eżempju.", "Il-mudell li għamilna hawnhekk ma jżomm lill-ebda pajjiż ieħor milli jiffirma trattat bħalu anzi dan iservi ta' bażi biex għada pitgħada jkun hemm konvenzjoni miftuħa għall-pajjiżi kollha inkluż dawk li m'għandhomx interess minħabba li pajjiżhom ikun land-locked bħal, per eżempju, il-Botswana li qiegħed fiċ-ċentru ta' l-Afrika.", "Dan il-pajjiż m'għandux aċċess għall-baħar u m'għandux ship register, pero' xorta, jekk issir din il-ħaġa huwa tajjeb li jkollok adeżjoni ta' pajjiżi oħra, u dan biex din issir parti mil-liġi li l-pajjiżi kollha tad-dinja għandhom jieħdu ħsieb u jimplimentaw.", "Il-mekkaniżmu tal-pajjiż terz juri kemm min kiteb dan il-ftehim qed iħares 'il quddiem.", "Kull pajjiż jista' jsib ruħu fis-sitwazzjoni fejn għandu vapur reġistrat miegħu li fiżikament ma jistax jilħaq.", "Per eżempju, ejja nieħdu vapur li qiegħed f'Kiribati, li huma gżejjer fil-Commonwealth fuq in-naħa tal-Paċifiku ftit 'il fuq mill- Awstralja u Fiji.", "Issa jekk għandek bastiment hemm, u m'huwiex Malta, huwa pajjiż ieħor, li għandu l-vapuri reġistrati miegħu, taħseb ma jkollux interess bħalma għandna interess aħna biex jipproteġi l-bandiera tiegħu, u jieħu ħsieb jidħol fi ftehim simili bħal dan?", "Sur President, irrid ngħid ukoll li min-naħa l-oħra kien hemm ħafna suspetti li impressjonawni u naħseb li impressjonaw anke lil sħabi ta' din in-naħa tal-Kamra.", "Issa forsi ma kenitx l-intenzjoni ta' l-Onor.", "Brincat li jagħmel dan, pero' ħareġ b'ħafna suspetti jew ħsebijiet li wieħed m'għandux ikollu.", "F'mument minnhom qal li dawn huma affarijiet li jġegħluna nitħassbu u jġegħluna nistaqsu kemm huwa opportun li nirratifikaw u naċċettaw dawn iż- żewġ trattati f'dan l-istadju.", "Jien ngħidlu li huwa opportun, u pajjiżna qiegħed jerġa' jkun leader fiha din biex jistabbilixxi kif għandu jkun il- komportament ta' kull pajjiż meta jiġi f'sitwazzjoni bħal din.", "Anzi jien ngħid li l-Amerika għandha ħafna saħħa, pero' bir-rispett kollu ma ninsewx li l-Amerika huwa l-pajjiż tal-liberta', huwa l-pajjiż li jirnexxielu jżomm id-demokrazija fid-dinja u huwa l-pajjiż li rnexxielu jżomm it-tieni gwerra mondjali favur il-forzi tat-tajjeb kontra Hitler u kontra n-nażiżmu.", "Ma ninsewx li l-Amerika żammitna f'pożizzjoni li aħna nistgħu ngawdu l- liberta' u d-demokrazija li għandna llum.", "Allaħares ma kienx hemm dik il- forza ta' tajjeb li ssagrifikat tant minn uliedha.", "Jiġifieri l-Amerika hija, għadha u tibqa' forza għat-tajjeb fid-dinja.", "Forsi wieħed ma jistax jaqbel ma' kollox.", "Allaħares taqbel ma' kollox, imma Allaħares ma naqblux - u ċert ukoll li l-ħabib tiegħi fuq in-naħa l-oħra jaqbel - li l-Amerika hija forza li dejjem stabbiliet id-drittijiet fundamentali tal-bniedem, li dejjem stabbiliet ir-regola tal-liġi u ta' l-ordni pubbliku kullimkien.", "Sur President, irrid ngħid li l-Amerika kienet promotur ta' dawn l- affarijiet speċjalment wara t-tieni gwerra mondjali għaliex fehmet li kien żball tal-politika internazzjonali Amerikana ta' qabel il-gwerra li ma ħaditx sehem fil-league of nations, li għamel tant sforzi biex jipprova jikkontrolla u jżomm u jġib il-paċi.", "Tant kien żball Amerikan li pattew għalih wara t-tieni gwerra mondjali u ħadu sehem determinanti fil-Ġnus Magħquda.", "U dak is-sehem determinanti joħroġ ma' kullimkien.", "Għaliex?", "Għax l-iżvilupp li sar mit-tieni gwerra mondjali 'l hawn kien li d-dritt pubbliku internazzjonali żviluppa.", "Kibru iktar il-liġijiet u kiber iktar ir- rispett lejn l-umanita' u lejn l-individwu.", "L-individwu u d-dinjita' tal- bniedem huma ferm iktar rispettati llum fuq livell tad-dritt pubbliku internazzjonali minn żmien Grotius li semma l-kollega tiegħi l-Onor.", "Jason Azzopardi.", "Meta Grotius kiteb, kien ikkonsidra d-dritt pubbliku internazzjonali bħala r-relazzjonijiet bejn stat u stat ieħor u daqshekk, jiġifieri l-komportament bejn stat u stat ieħor fil-paċi jew fil-gwerra.", "Dak illum huwa superat, huwa dritt pubbliku internazzjonali, pero' huwa fluwidu.", "Allaħares aħna f'xi mument inħallu l-ħsieb ħażin jegħlibna biex passi determinanti u importanti bħal dawn ma nagħmluhomx.", "Anzi aħna rridu nneħħu s-suspetti kompletament u huwa importanti li nneħħuhom.", "Jien waqt li kont qed naqra dan il-ftehim bdew jiġuni quddiem għajnejja d-diversi mumenti fl- istorja tal-partit komunista Taljan u dwar kemm dam biex aċċetta ċerti affarijiet fl-Ewropa u kemm dam biex aċċetta lill-Amerikani.", "Kien żball tal- partit komunista Taljan li dam daqshekk biex jingrana ruħu fis-sistema Ewropea u llum hemm trattati fuq dan, l-iżball politiku li żamm lill-partit komunista Taljan milli seta' javvanza ferm iktar 'il quddiem u milli seta' jkollu wkoll il-possibilita' jidħol bħala parti mill-alternanza tal-gvern li qatt ma rnexxielu.", "Il-mazz baqa' f'idejn id-demokrazija kristjana għal żmien twil u parti mir-raġuni kienet minħabba l-viżjoni magħluqa li kellu l-partit komunista Taljan.", "F'mumenti waqt li qed naqra reġgħu bdew jiġuni dawn il-ħsebijiet imbagħad neħħejthom malajr biex kemm jista' jkun l-Onor.", "Leo Brincat ma jeħux għalih fuqhom.", "(Interruzzjonijiet) Jien ċert li m'intix anti-Amerikan u m'intix anti-Ewropew.", "Anzi inti bniedem ta' moderazzjoni, ta' kultura u ta' ideat.", "(Interruzzjonijiet)", "Sur President, biex nikkonkludi ngħid li jiena napprezza l-pożizzjoni ta' l- Oppożizzjoni pero' naħseb li bħala pajjiż għandna nibagħtu messaġġ mal- komunita' ta' pajjiżi fid-dritt pubbliku internazzjonali li dan huwa ftehim tajjeb li għandu jiġi segwit minn ħaddieħor.", "Jekk isegwuh pajjiżi oħrajn, minn hawn u ftit taż-żmien ieħor ikollna fid-dritt pubbliku internazzjonali regola għall-pajjiżi kollha tad-dinja fuq il-linji ta' dan il-ftehim.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Issa se npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hija li l- Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jirratifika pattijiet bejn Malta u l- Istati Uniti ta' l-Amerika li jipprovdu għall-Imbarkar fuq bastimenti li dwarhom ikun hemm suspett ta' proliferazzjoni fuq il-baħar ta' armi ta' qirda massiċċa jew ta' traffiku illegali ta' mediċinali narkotiċi jew ta' sustanzi psikotropiċi\", ikun moqri t-Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tieni Darba.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Sur President, nipproponi li dan l-Abbozz ta' Liġi jiġi riferut il-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li dan l-Abbozz ta' Liġi jiġi riferut lill- Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "MR SPEAKER: Sar il-ħin.", "L-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Sur President, nipproponi l-Aġġornament tal- Kamra għal nhar l-Erbgħa, 17 ta' Ottubru 2007 fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Mozzjonijiet", "Estimi ta' dħul u nfiq ta' l-Awtorita' dwar is-Saħħa u s-Sigurta' fuq il- Post tax-Xogħol għas-sena finanzjarja mill-1 ta' Ottubru 2007 sal-31 ta' Diċembru 2008.", "Kumitati Permanenti", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Istituzzjonijiet Finanzjarji - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Reġistru Ċentrali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Amministrazzjoni Pubblika - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Awtorita' Maltija dwar l- iStandards u Diversi Liġijiet - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet dwar il-Komunikazzjoni - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet dwar ir-Riżorsi ta' l- Enerġija - Kumitat Permanenti.", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Ratifika ta' Pattijiet bejn Malta u l-Istati Uniti ta' l-Amerika fuq l-Imbarkazzjoni ta' Bastimenti - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Charles Buhagiar.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Sur President, f'dan l-Aġġornament xtaqt nitkellem ftit dwar il-portijiet ta' pajjiżna.", "Ftit tal-ġimgħat ilu, il-gvern permezz tal-ministeru għall-investiment, il-Mimcol, kien ħareġ draft ta' proposti għal kif il-Port il-Kbir jista' jiġi upgraded u riġenerat.", "F'dan il-proġett li poġġa quddiemna l-gvern, hemm 20 proġett differenti.", "Min-naħa tagħna bħala partit Laburista, aħna wkoll xhur ilu konna bdejna ħidma sabiex inġibu 'l quddiem proġett li nsejħulu l-proġett għar- riġenerazzjonijiet tal-portijiet tagħna.", "Meta qed nitkellmu fuq ir- riġenerazzjoni tal-portijiet, qed nitkellmu fuq il-Port il-Kbir u l-Port ta' Marsamxett.", "Kif kulħadd jaf l-area ta' madwar il-Port il-Kbir kienet area importanti ħafna għalina u ħafna miċ-ċivilta' ta' pajjiżna bdiet proprju minn dik l-area ta' hemmhekk.", "Il-Port il-Kbir kien jintuża miż- żmenijiet tal-qedem bħala port sabiex jagħti kenn għall-vapuri li kienu qed ibaħħru fil-Mediterran u din il-funzjoni tal-Port il-Kbir baqgħet magħna proprju saż-żmenijiet tal-lum.", "Sa qabel il-gwerra, il-Port il-Kbir kellu importanza ħafna akbar milli għandu llum għaliex kien port militari u navali li kienet tidħol fih il- flotta Ingliża.", "Fil-fatt, Sant' Anġlu kien il-headquarters tal-flotta Ingliża u kien importanti wkoll għall-fatt li l-merkanzija kollha li kienet tiġi Malta, kienet tidħol fil-Port il-Kbir.", "Apparti dan, kien hemm it- tarznari ta' Malta, kemm dik navali kif ukoll dik kummerċjali.", "Matul iż- żmenijiet, dan kollu nbidel meta l-prodotti li bdew jiddaħħlu Malta, minflok baqgħu jiddaħħlu loose, bdew jiddaħħlu fil-containers u b'hekk kellna nagħmlu l-Freeport.", "Meta bdejna nużaw il-containers għat-trasport tal-merkanzija, ħafna mix-xogħol tat-trasbord u merkanzija f'pajjiżna ma baqax isir fil-Port il-Kbir imma proprju mexa lejn il-Freeport.", "Fl-1979 ġiet ukoll magħluqa darba għal dejjem l-istorja li pajjiżna jservi għal xi bażi militari ta' xi nazzjon jew ieħor u għalhekk l-użu militari jew navali li kellu l-Port il-Kbir spiċċa wkoll u miegħu t-tarzna navali.", "L- importanza tat-tarzna kummerċjali ta' Malta bdiet tonqos ukoll.", "Minkejja dan, aħna nagħrfu li kemm il-Port il-Kbir kif ukoll il-Port ta' Marsamxett u l-areas tal-madwar għandhom potenzjal kbir ta' żvilupp.", "Pero' ġara li meta l-importanza tal-portijiet tagħna bdiet tonqos, il-popolazzjoni f'din l-area naqset ukoll.", "Aħna nafu li sa qabel il-gwerra, il-popolazzjoni li kien hemm fl-area ta' madwar il-portijiet kienet tammonta għal madwar terz tal-popolazzjoni kollha ta' Malta u Għawdex iżda illum il-ġurnata din niżlet għal one-fifth tal-popolazzjoni.", "Kellna migrazzjoni tal-popolazzjoni tagħna mill-area ta' madwar il-portijiet li kienet tiġġenera ħafna mill-ekonomija ta' pajjiżna għal areas oħrajn.", "Din il-migrazzjoni ġiet imbuttata 'il quddiem meta kien hemm il-gwerra u dawk li kienu joqogħdu fl-inħawi tal-portijiet fittxew li jmorru 'l barra minn dawk in-naħat biex jevitaw l-azzjoni ta' l-għadu fuq dawn l-ibliet u eventwalment, ħafna minn dawn in-nies li ħarġu 'l barra minn dawn l-ibliet madwar il-portijiet, qatt ma reġgħu lura.", "Dan kollu allura wassal biex matul iż-żmenijiet, l-importanza ta' l-areas ta' l- ibliet madwar il-portijiet bdiet tonqos u ħafna mill-areas li kellna hemmhekk bdew jiġu abbandunati.", "Dan ġara minkejja l-potenzjal enormi li għandha proprju din l-area.", "Sur President, fis-snin disgħin minkejja li bdew isiru diskussjonijiet dwar xi jrid isir fl-area ta' madwar il-portijiet ta' pajjiżna u minkejja li l- MEPA kienet diġa' ppreżentat dak li hu magħruf bħala l-Grand Harbour Local Plan - li huwa pjan lokali li jidentifika l-potenzjal li għandhom dawn l- areas - fir-realta' ma kien sar xejn sabiex il-potenzjal enormi li hemm jiġi realizzat u dan għall-benefiċċju, l-ewwel u qabel kollox, tar- residenti ta' dawk l-areas tal-madwar imma wkoll għall-ekonomija ta' pajjiżna.", "Kien proprju l-gvern Laburista ta' bejn l-1996 u l-1998 li bis-serjeta' beda jikkonsidra kif il-potenzjal li hemm f'dawn l-areas jista' jiġi realizzat sabiex itejjeb il-kwalita' ta' ħajja ta' dawk l-inħawi.", "F'dawn is-sentejn kienu ġew varati diversi proġetti f'dawn l-inħawi u wħud minnhom tkomplew minn gvernijiet Nazzjonalisti u għamlu suċċess.", "Fost l- oħrajn insemmi l-proġett tal-Kottonera kif ukoll il-proġett tal-cruiseliner terminal ġewwa l-Belt.", "Dawn kienu proġetti li ġew varati mill-gvern Laburista bejn l-1996 u l-1998 u li matul is-snin imbagħad żviluppaw u llum qegħdin jaħdmu u wieħed jista' jqis li kienu suċċess.", "Kien hemm proġett ieħor li għalkemm kien ġie propost 14-il sena ilu minn gvern Nazzjonalista, qatt ma sar xejn fuqu u hawnhekk qed nirriferi għall- proġett ta' Manoel Island Tigne' Point li l-gvern Laburista, bejn l-1996 u l-1998, mexxieh 'il quddiem u fil-fatt minkejja li l-proġett fadallu ħafna żmien sabiex jitlesta, dan mexa 'l quddiem mhux ħażin.", "Imbagħad kellna proġetti oħrajn, Sur President, li ġew varati proprju f'dawk is-sentejn u li ġew shelved.", "Fost l-aktar proġetti importanti li ġew shelved, hemm il- proġett tas-sit ta' l-Opera House u dan minkejja li saru tentattivi mill- gvern Nazzjonalista sabiex jipprova jmexxih 'l quddiem.", "Imbagħad kellek il- proġett li għalija huwa l-iktar wieħed importanti, il-project Connections li kellu jgħaqqad il-Port ta' Marsamxett mal-Port il-Kbir permezz ta' trasport bil-baħar li ma jkollux għalfejn joħroġ 'il barra mill-port.", "Waħda mid-diffikultajiet li inti għandek biex tmur mill-Port ta' Marsamxett għall- Port il-Kbir bil-baħar hu li meta jkollok baħar imqalleb ma tistax toħroġ 'il barra mill-port.", "Allura dan il-proġett kien maħsub li jkun hemm ċertu ammont ta' trasport bil-baħar li jkun jista' jsir matul is-sena kollha u hija ħasra li dan il- proġett baqa' ma ġiex implimentat.", "Proprju f'dan il-kontest, il-partit Laburista reġa' beda jħares lejn il-portijiet u bdejna nidentifikaw xi jrid isir sabiex il-portijiet jiġu riġenerati mill-ġdid.", "L-eżerċizzju li wettaqna aħna u li issa qed inwassluh lejn it-tmiem tiegħu kien li aħna għamilna konsultazzjoni wiesgħa ma' dawk kollha li b'xi mod jew ieħor għandhom xi stake fl-area ta' madwar il-portijiet.", "Bdejna proprju mill- kunsilli lokali li jirrappreżentaw il-popolazzjonijiet ta' dawn l-ibliet, jiġifieri l-Kalkara, il-Birgu, il-Bormla, l-Isla, il-Marsa, il-Furjana, il- Belt, tal-Pieta', l-Imsida, Ta' Xbiex, il-Gżira u Tas-Sliema.", "Aħna ltqajna ma' dawn il-kunsilli lokali kollha ħlief dak tal-Belt Valletta fejn minkejja t-tentattivi diversi li għamilna biex bħala partit niltaqgħu ma' dawn il-kunsill, ma rnexxilniex.", "Għal xi raġuni jew oħra, is-sindku dejjem sab diffikulta' li jiltaqa' mal-partit Laburista biex niddiskutu flimkien il-problemi li hemm f'dawn l-areas.", "Aħna ltqajna wkoll ma' l-għaqdiet kollha kulturali, sportivi, soċjali u reliġjużi li jeżistu f'dawn l-ibliet li semmejt qabel u anke ma' l- istakeholders li jużaw, b'xi mod jew ieħor dawn iż-żewġ portijiet.", "Meta ngħid \"stakeholders\", infisser kumpanniji bħall-VISET, Cottonera Waterfront, Grand Harbour Marina, l-Enemalta, id-Dockyard, ix-shipyards privati ta' Cassar u ta' Bezzina, il-Valletta Gateway Terminals li jmexxu l- portijiet ġewwa l-Belt Valletta, il-Kamra tal-Kummerċ, il-GRTU u l-unions l- oħra.", "Issa l-idea tagħna li aħna niltaqgħu ma' dawn il-partijiet kollha kienet li aħna nkunu nafu, permezz tal-laqgħat ta' konsultazzjoni li konna qegħdin nagħmlu, kif dawn jaraw l-area tagħhom, x'inhuma l-problemi li qegħdin jiffaċċjaw u x'inhi l-viżjoni tagħhom għal din l-area.", "Imbagħad abbażi ta' dak li aħna nisimgħu, inkunu nistgħu noffru proposti li fihom infushom ikun fihom soluzzjonijiet għall-problemi li l-istakeholders u l-komunitajiet ipoġġulna quddiemna.", "Dan l-eżerċizzju kien wieħed ta' konsultazzjoni wiesgħa sabiex aħna nifhmu aħjar l-aspirazzjonijiet u l- problemi li hemm f'dawn l-inħawi.", "Irrid ngħid li dan l-eżerċizzju ħadilna ftit ġimgħat mhux ħażin u għamilnieh matul is-sajf kollu.", "Kien eżerċizzju li minnu tgħallimna ħafna għax minkejja li wieħed jista' jaħseb x'inhuma l- problemi li hemm f'dawn l-inħawi, meta titkellem man-nies tinduna li ċerti affarijiet fir-realta' jkunu differenti minn dawk li inti qed tara.", "Irrid ngħid ukoll li kien hemm diversi problemi f'dawn l-areas li kienu komuni għal-lokalitajiet kollha.", "Waħda mill-aktar problemi li ssemmiet tista' tgħid f'kull lokalita' kienet proprju l-problema tat-trasport u l-problema tal-parkeġġ.", "Tista' tgħid f'kull lokalita' li aħna żorna u ma' kull għaqda li aħna tkellimna, kulħadd semmielna l-problema kbira li għandhom bit-trasport intern kif ukoll bil- parkeġġ fil-lokalitajiet tagħhom.", "Allura wieħed irid jasal għall- konklużjoni li waħda mill-problemi li l-proposti tagħna jridu jindirizzaw hi bla dubju ta' xejn il-problema tat-trasport f'din l-area.", "Il-problema tat-trasport imbagħad twasslek għall-problemi ambjentali kbar li hemm f'din l-area.", "It-trasport minnu nnifsu joħloqlok problema ambjentali minħabba l- emissions mill-karozzi.", "Barra minn hekk, għandek problemi ambjentali oħrajn.", "Aħna qegħdin nitkellmu dwar l-area ta' madwar il-portijiet u żgur qegħdin nitkellmu fuq it-tniġġiż tal-baħar li hemm fil-portijiet tagħna.", "Qegħdin nitkellmu fuq problemi ambjentali tipo il-problema li toħloq il-power station permezz tad-duħħan li joħroġ miċ-ċmieni tagħha.", "Qegħdin nitkellmu fuq problemi ambjentali tipo bħalma għandhom l-Imsida u l-għargħar li huma jġarrbu kull meta tagħmel ix- xita.", "Għandek diversi problemi ambjentali li qegħdin proprju f'din l-area.", "Allura, apparti li rridu naraw xi proposti se nagħmlu biex insolvu l- problemi tat-trasport u ta' parkeġġ f'din l-area, qegħdin naraw kif il- proposti li rridu nagħmlu jkunu environmental friendly.", "Issa aħna għaddejjin minn proċess fejn aħna nikkombinaw dawn is-soluzzjonijiet li jistgħu jsiru sabiex proprju tiġi ġġenerata mill-ġdid l-area tal-portijiet tagħna.", "Irrid ngħid li definittivament waħda mill-affarijiet li trid issir jekk irridu nsolvu l- problemi tat-trasport hi dik li nipprovdu servizz ta' trasport pubbliku bil-baħar.", "Din se tkun xi ħaġa fundamentali.", "Aħna rridu li fl-area ta' madwar il-portijiet innaqqsu kemm jista' jkun l-użu ta' karozzi għax apparti l-problemi ta' inkwinament ta' l-arja, dawn joħolqu problemi ta' parkeġġ li, kif għidt, f'dawn l-areas huma problemi kbar.", "Ħalli nieħdu, per eżempju, il-Cottonera Waterfront.", "Hemmhekk għandek diversi stabbilimenti kummerċjali bħal resturants u bars imma mbagħad ma ssibx tipparkja f'xi post relattivament viċin, allura min se jkun dan li se jmur f'dawn il-postijiet?", "Min se jmur hemmhekk jekk dak li jkun ma jsibx jipparkja?", "Il-problema tal-parkeġġ qed taffettwalek ir-riġenerazzjoni ekonomika fil-Kottonera, Sur President, u allura biex tixpruna l-attivita' ekonomika f'dawn l-areas, trid tara kif se twassal lin-nies hemmhekk pero' mhux bil-vetturi u soluzzjoni li tagħmel sens f'dan il-każ huwa li tipprovdi trasport bil-baħar.", "Għalhekk jiena għidt li l-proġett Connections huwa importanti ħafna għax tgħaqqad l-area ta' Tas-Sliema, San Ġiljan, Paceville, il-Gżira u Ta' Xbiex - u hemmhekk qed isir il-proġett tal-MIDI – u l-area tal-Belt u tal- Kottonera.", "Immaġina x'kumdita' kieku tipprovdi dan it-trasport pubbliku bil- baħar; kemm tagħmilha aktar faċli biex wieħed imur minn post għal ieħor bla ma jkollu dik il-hassle li għandu llum li jrid imur bil-karozza u jsib fejn jipparkja u dawn l-affarijiet kollha.", "Huwa importanti – u dan se jkun forsi l-focus tal-proġett li aħna se nagħmlu – li l-proposti li nagħmlu jkunu environmental friendly u jsiru b'mod li ntejbu b'mod drastiku u b'mod sinifikanti l-ambjent ta' dawn l-inħawi.", "Allura żgur li l-proposta tagħna se tkun qed tinkludi proposti dwar alternative modes of transport.", "Ngħaddi biex nitkellem fuq punt differenti.", "Jekk inti trid iddur naqra madwar il-port - kif għamilt jien permezz ta' barklor - tara t-telqa enormi li hemm f'ċerti nħawi.", "Titlaq, per eżempju, minn taħt Bighi fejn għandek it-tank cleaning farm.", "Jekk aħna rridu verament intejbu l-ambjent, it-tank cleaning farm probabbilment irid jiċċaqlaq minn fejn qiegħed.", "Imbagħad iddur man-naħa tal-Baċir Nru. 1 fejn suppost se jsir proġett li ilna nisimgħu tant fuqu pero' sal-lum ma sar xejn dwaru.", "Hemmhekk tara stat ta' abbandun totali.", "Tibqa' dieħel u ddur għal taħt l-Isla u mbagħad tidħol il- Marsa u tiskanta bit-telqa enormi li għandek proprju f'dawk in-naħat fejn issib vapuri mgħarrqin fil-baħar proprju mal-mollijiet li huma tant importanti jekk aħna nkunu kapaċi nużawhom sewwa.", "Kemm-il vapur għandna mgħarrqa hemmhekk?", "Jiena ma nistax nifhem kif ħadd ma ħa l-inkarigu li dawn il-vapuri nneħħuhom minn hemmhekk, mgħarrqin f'nofs il-baħar.", "Hemmhekk għandek ukoll bini li spiċċa u li qiegħed proprju fi prime sites.", "Imbagħad bil-kontra, għandek lokalitajiet li qegħdin jibku biex ikollhom areas ta' rikreazzjoni imma minħabba li ħadd ma jagħti kas, hemm telqa enormi u ma jiġux provduti.", "Per eżempju, meta ltqajna mal-kunsill lokali tal-Marsa qalulna li ċ- ċittadini tal-Marsa m'għandhomx fejn imorru jirrikreaw ruħhom.", "L-istat ta' abbandun li hemm madwar il-Menqa hija ta' l-għaġeb.", "Kieku din l-area tiġi mnaddfa u riġenerata, tipprovdi post ta' rikreazzjoni sabiħ ħafna kemm għan-nies tal-lokal kif ukoll għal kulħadd.", "Il-proposti tagħna se jindirizzaw dawn l-issues tat-telqa li hemm sabiex joħroġ il-potenzjal kollu.", "Per eżempju, partijiet minn Bighi qed jaqgħu għal isfel.", "Jekk hawn post b'potenzjal għall-iżvilupp, dan huwa proprju Bighi li qiegħed int u dieħel fil-port fit-tarf tal-peninsula.", "Bighi għandu potenzjal enormi ta' żvilupp, imma ħadd s'issa għadu m'għamel xejn dwaru.", "Problema oħra li sibna fl- irħula u l-ibliet madwar il-portijiet tagħna hija li għandek soċjeta' li qed tikber fl-eta' u minkejja dan m'għandekx faċilitajiet għal nies ta' ċertu eta'.", "Per eżempju, waħda mill-problemi kbar li qajmulna l-kunsill lokali ta' Tas-Sliema hi li m'hemmx faċilitajiet għall-anzjani.", "Problema oħra li semmewlna – u nista' ngħid li hija problema li ssemmiet kważi f'kull lokalita' – hi n-nuqqas ta' faċilitajiet sportivi.", "Per eżempju, it- tim tal-futbol ta' l-Isla jittrejnja fuq il-bejt ta' xi bini għax m'għandhomx ground u t-tim ta' l-Imsida, li hu team tal-Premier Division, m'għandux fejn jittrenja.", "Għalhekk waħda mill-affarijiet li nħarsu lejha hija kif se nipprovdu faċilitajiet sportivi għar-rikreazzjoni tar- residenti ta' dawn il-lokalitajiet.", "Sur President, mill-mod kif qed nitkellem tinduna li l-proġett li għandna aħna, bħala partit Laburista għar-riġenerazzjoni tal-portijiet imur oltre minn ħafna reklami li qed jagħmel il-gvern bħalissa fuq il-gazzetti fejn qed jgħid li identifika 20 proġett li mhux marbutin ma' xulxin.", "Min-naħa l- oħra, l-idea tagħna f'dan il-proġett hija li ntejbu l-kwalita' tal-ħajja għan-nies li joqogħdu fl-ibliet ta' madwar iż-żewġ portijiet tagħna billi nidentifikaw x'inhuma l-problemi li qed inaqqsu mill-kwalita' tal-ħajja ta' dawn ir-residenti u nipprovdu soluzzjonijiet għal dawn il-problemi.", "Aħna mhux qed naqbdu proġett 'il hemm u proġett 'il hawn u ngħidu li dan għandu potenzjal ta' żvilupp partikolari imma se naraw kollox b'mod ħolistiku sabiex fl-aħħar mill-aħħar dan iwassal biex din l-area li tant għandha potenzjal, nirriġenerawha mill-ġdid.", "Hemm bżonn li ngħaqqduhom flimkien dawn iż-żewġ portijiet u naħdmu b'mod li l-popolazzjoni tkun tista' tivvjaġġa faċilment minn naħa għal oħra u b'hekk toħloq hub ekonomiku ġdid f'pajjiżna.", "Allura l-proposti li se noħorġu bihom aħna – u nittama li ftit tal-ġimgħat oħra nkunu nistgħu nippubblikawhom – se jħarsu lejn dawn l-aspetti kollha.", "Dawn se jħarsu lejn l-aspetti soċjali f'dawn l- areas u l-problemi edukattivi li hemm fejn uħud mill-ibliet jammettu li s- sistema edukattiva tagħhom mhux qed taħdem anke għax mhux qed tipproduċi studenti li jkomplu l-Universita'.", "Lejn dawn l-affarijiet qegħdin inħarsu, Sur President.", "Qed inħarsu wkoll lejn proposti ta' siti li għandhom potenzjal ta' żvilupp imma dan qed nagħmluh b'mod ħolistiku.", "Qed inħarsu lejn kif dak il-proġett jista' verament itejjeb il-qagħda soċjali u ekonomika tar-residenti f'din l-area.", "Fl-aħħar mill-aħħar – u forsi l-aktar ħaġa importanti – kif nistgħu nagħmlu proġett li filwaqt li jiġġenera l-ekonomija ta' din l-area għall-ġid tar- residenti u ta' Malta, itejjeb l-ambjent f'dik l-area partikolari?", "Għaliex aħna nemmnu li l-proġett tagħna jrid ikun wieħed ibbażat fuq diversi miri bħat-tisħiħ ta' l-ambjent, it-tisħiħ ekonomiku u t-tisħiħ soċjali għar- residenti, għall-komunitajiet u għas-soċjeta' ta' l-ibliet u l-irħula li hemm madwar il-portijiet tagħna.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada l- Erbgħa 17 ta' Ottubru, 2007 fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mis- Segretarju Parlamentari.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "PULIZIJA – IMMIGRAZZJONI ILLEGALI", "27683.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm nefaq il- Korp tal-Pulizija fuq xogħol konness mas-sitwazzjoni ta' immigrazzjoni illegali din is-sena?", "ONOR.", "TONIO BORG: Bħalma diġa' kelli l-okkażjoni nispjega fi tweġibiet preċedenti, minħabba n-natura tax-xogħol minnu nnifsu u l-esiġenzi li jistgħu jinqalgħu minn ġurnata għall-oħra, huwa impossibli li wieħed jikkwantifika bl-eżatt kemm qed tkun l-ispiża tal-Korp tal-Pulizija fuq l- immigranti irregolari.", "Madankollu ninsab infurmat illi, apparti s-salarji tal-membri tal-Korp tal- Pulizija, l-ispiża matul l-ewwel disa' xhur tas-sena 2007 kienet tammonta għal Lm97,304.", "FORZI ARMATI – IMMGRANTI ILLEGALI", "27684.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm nefqet flus l-Armata fuq xogħol jew żamma ta' immigranti illegali din is-sena?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "IMMIGRANTI ILLEGALI", "27685.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hawn immigranti illegali ġo kampijiet ta' l-armata llum?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jien infurmat li sat-30 ta' Settembru 2007, in-numru ta' immigranti rregolari ġo kampijiet ta' l-Armata kien ta' 407.", "IMMIGRANTI ILLEGALI", "27687.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru tgħid kemm hawn immigranti illegali ġo open centres llum u kemm swew lid-dipartiment din is-sena u kif?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Ninsab infurmata li n-numru ta' immigranti, inkluż tfal, preżentement f'Open Centres, inkluż akkomodazzjoni provduta minn Għaqdiet Volontarji, hu ta' 2,000.", "Ninsab infurmata wkoll li l-ispiża relatata sa l-aħħar ta' Awissu 2007 kienet ta' Lm1,003,485.", "Din kienet tkopri spejjeż għat-tmexxija taċ-ċentri u l-allowance żgħira provduta lill-immigranti biex tkopri l-bżonnijiet essenzjali tagħhom.", "PERSUNI LI NQATGĦU MIR-REĠISTRU TAX-XOGĦOL", "27689.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien n-numru ta' persuni li nqatgħu minn fuq ir-reġistru tax-xogħol din is-sena u għaliex?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif mitlub tpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni fis-seduta waqt il-ħin tat-tqegħid ta' karti.", "PERSUNI JAĦDMU BLA PERMESS", "27691.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdu persuni jaħdmu bla permess din is-sena?", "Kemm minn dawn kienu barranin?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif mitlub tpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni fis-seduta waqt il-ħin tat-tqegħid ta' karti.", "MSIDA – RAZZETT F'MISRAĦ IL-BARRIERI", "27716.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 27339 u 27204 ċioe: B'referenza għar-razzett f'Misraħ il-Barrieri l-Imsida, li qed iwassal għal ħafna ġrieden fl-akwati, jista' l-Ministru flimkien ma' l- awtoritajiet l-oħra kompetenti jirrikkmanda li titwaqqa' parti minn dan ir- razzett li tokkupa u tiżgombra aktar minn nofs it-triq, li wara kollox hi proprjeta' tal-gvern?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ninforma lil Onor. Interpellant li minn inspezzjoni tas-sit ndikat minn uffiċjali tad-Dipartiment tat-Toroq fi ħdan ADT jirriżulta illi:-", "1.", "Kuntrarjament kif indikat fil-mistoqsija parlamentari it-Triq Misrah il- Barrieri ma hijiex waħda tal-Gvern Centrali, għax tikwalifika bħala Triq Residenzjali.", "2.", "It-twessiegħ tat-triq irid isir mis-sid tar-razzett meta r-razzett ser jiġi zviluppat, jew mill-Gvern jekk it-twessiegħ ikun urġenti.", "F'dan il- kaz m'hemmx l-urġenza li tiġġustifika li l-Gvern jidħol fi spejjez kbar sabiex titwessa t-triq.", "3.", "Il-manutenzjoni ta' toroq residenzjali taqa' taħt ir-responsabilita' tal- Kunsill Lokali konċernat.", "Il-Kunsill Lokali għandu jagħmel pressjoni fuq is-sid privat tar-razzett sabiex dan jieħu ħsiebu u ma jħalliex fi stat ta'abbandun kif hu prezenti.", "Kieku r-razzett jkun mnaddaf, kif is-sid huwa obbligat li jagħmel, m'għandux għalfejn jibqa bejta tal-grieden, kif allegat, għad-detriment tar- residenti.", "LUKANDI F'BUĠIBBA U QAWRA", "27721.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu u/jew għadhom iħaddmu nies full time u part-time il-lukandi 3 star fiż-żona ta' Bugibba/Qawra li għalqu u/jew huma uffiċjalment mgħarrfin li se jgħalqu?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Il-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura ma jżommx statistika ta' kemm iħaddmu nies kull lukanda.", "L-aħħar statistika maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali ta' l-Istatistika turi li dawk li ħadmu full-time u part-time fil-lukandi u ristoranti żdiedu minn 16,271 (April 2006) għal 16,473 (April 2007).", "ĊENSURA TAL-FILMS", "27723.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 27372, nifhem li l-gvern se jħalli kollox kif inhu?", "ONOR.", "TONIO BORG: Jekk jinħass il-bżonn li jkun hemm xi tibdil, dan isir bħalma sar fl-imgħoddi.", "BUĠIBBA/QAWRA - LUKANDI", "27727.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' l-Ministru jgħid kemm u liema huma l-lukandi 3 star f'Bugibba/Qawra?", "Kemm u liema huma l-lukandi 3 starli għalqu fl-istess żona f'dawn l-aħħar sentejn?", "Kemm intilfu sodod b'kollox?", "Kemm uffiċjalment mistennija jgħalqu fil-ġejjien qarib?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat illi fiz-zona ta' Buġibba, Qawra u San Pawl il-Baħar hemm 19-il lukanda u aparthotel li huma kklassifikati 3 Star mill-Awtorita' tat-Turiżmu.", "Dawn huma:", "|Lukand|Indirizz |Lukanda|Indiriz| |a | | |z | |Seavie|Triq |Santa |Triq | |w |Qawra |Marija |ir- | |Hotel | |Hotel |Ramel | |Ambass|Shipwreck|Travell|Triq | |ador |Promenade|er's |il-Piju| |Hotel | |Lodge |nieri | | | |Hotel | | |San |Triq |Venus |Triq | |Pawl |Black |Apartho|il-Majj| |Hotel |Tail |tel |ieri | |Primer|Triq |Clover |Ta | |a |il-Pijuni|Apartho|Buleben| |Hotel |eri |tel | | |Palm |Triq |Mavina |Triq | |Court |it-Tamar |Court |il-Flie| |Hotel | |Apartho|gu | | | |tel | | |Bugibb|Triq |Sunseek|Triq | |a |it-Turist|er |il-Kulp| |Hotel |i |Apartho|ara | | | |tel | | |San |Triq Erba|Porto |Triq | |Anton |Mwiezeb |Azzurro|ridott | |Hotel | |Apartho| | | | |tel | | |Belsol|Triq |White |Qawra | |Hotel |is-Sajjie|Dolphin|Coast | | |da | |Rd; | |Sunflo|Triq |Esmeral|Triq | |wer |Garcia De|da |ic-Cagh| |Hotel |Toledo |Apartho|aq | | | |tel | | |Relax |Triq | | | |Inn |il-Halel | | | |Hotel | | | |", "Kien hemm tliet (3) lukandi 3 Star li għalqu u waħda gdida li fetħet f'din iz-zona dan l-aħħar sentejn kif jidher hawn taht:", "|Lukandi liGħalqu|Lukandi li | | |fetħu | |Isem |Sodod |Isem |Sodod| |Carolina |181 |Esmeral|40 | | | |da | | |Cape Inch|54 | | | |Springfie|80 | | | |lds | | | | |Total |315 |Total |40 | |(3) | |(1) | |", "L-Awtorita' tat-Turiżmu mhix infurmata uffiċjalment li hemm xi lukandi 3 Star f'din iz-zona li ser jagħlqu, jew li ser jiftħu, fil-ġejjieni qarib.", "Fl-aħħarnett ta' min ifakkar illi n-numru ta' sodod ivarja minn sena għal sena hekk kif lukandi ġodda jiftħu, oħrajn jagħlqu u oħrajn ikabbru.", "Skond stastistika ppubblikata fis-26 ta' Settembru 2007 mill-Uffiċċju Nazzjonali ta' l-Istatistika, n-numru ta' sodod f'Malta u Għawdex f'Lulju ta' din is- sena kien ta' 42,398, jiġifieri żieda ta' 2,196 fuq l-istess xahar tas-sena l-oħra.", "TAX COMPIANCE UNIT", "27730.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm saru Tax Compliance Unit investigations fis-snin 2005, 2006 u 2007 (sal-lum) lil:", "a) kumpanniji kbar b) kumpanniji mezzani c) self-employed?", "Xi kriterji jiġu applikati biex jiġi deċiż min għandu jiġi nvestigat?", "Kemm jeżistu benchmarks bħalissa u għal liema setturi ekonomiċi japplikaw?", "Kemm irriżultaw każi ċari ta' evażjoni tat-taxxa u x'passi ttieħdu sal-lum kategorija, kategorija?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant illi n-numru ta' investigazzjonijiet konklużi mit-Tax Compliance Unit fl-2005, 2006 u 2007 (sa Settembru) rispettivament kienu dawn:", "a) kumpaniji kbar: 6, 10, 8; b) kumpaniji mezzani: 49, 40, 18; c) self-employed: 18, 25, 6.", "M'hijiex prassi, l-anqas f'pajjiżi oħra barra minn Malta, l-awtoritajiet tat-taxxa jiżvelaw fid-dettal il-kriterji wżati biex jintagħżlu l-każijiet għall-investigazzjoni.", "Dawn il-kriterji jistgħu jkunu varji, bħal per eżempju raġunijiet legali jew kwistjoni ta' interpretazzjoni tal-liġi, jew għax l-istil tal-ħajja tat-taxpayer ma jkunx jikkorrispondi mad- dikjarazzjonijiet tat-taxxa li jkun qed jagħmel, jew għax ma jkunux qed jiġu sodisfatti ċerti ratios li wieħed raġonevolment jistenna, jew xi informazzjoni oħra li d-dipartimenti tat-taxxa jistgħu jkollhom.", "L-eżerċizzju tal-benchmarking kien sar xi żmien ilu fuq 13-il kategorija differenti.", "Il-benchmarks ma jintużawx biex jinqabdu każijiet ta' evażjoni tat-taxxa imma jservu bħala background information għall-uffiċjali huma u jikkonkludu t-tax agreements jiġifieri l-ftehim bil-quddiem għal tliet snin u li sa issa saru ma' numru ta' mechanics, tobba u hairdressers.", "CHAUFFER DRIVEN CARS", "27754.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jara x'inhi r-raġuni li meta sidien ta' chauffer driven cars jitolbu liċenzja għal 17 seaters fejn ikunu jistgħu jgħabbu għaxar passiġieri u jużaw il-kumplament ta' l-ispazju għall-garr tal- valiġġji tat-turisti li jsuqu mill-ajruport sad-destinazzjoni tagħhom f'Għawdex qed ikollhom it-talba tagħhom irrifjutata?", "U agħar minn hekk l- ADT qed jgħidulhom li dan il-mezz tat-trasport tagħhom jkun twil wisq u/jew li jkun aktar jaqbel li jużaw vans transit bojod bi trailer magħhom billi dawn normalment ikunu 15 seaters iżda jtellgħu għaxar passiġieri u ma jkollhomx luggage space adegwat?", "Ma jaħsibx li din hija burokrazija żejda li qegħda ixekkel ix-xogħol fil-qasam turistiku?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Jien infurmat li dak li qed jingħad f'din il- mistoqsija hu għal kollox bla bażi u dan għal dawn ir-raġunijiet:", "1. la qatt inħarġu u lanqas hi l-politika eżistenti ta' l-ADT li jinħarġu permessi għal chauffer driven cars li jkunu 17 seater;", "2. fir-rigward ta' vannijiet bojod jinħarġu liċenzi li permezz tagħhom ikunu jistgħu jintużaw vetturi li jkunu ġew manifatturati biex jgħabbu sa 14-il passiġġier, bil-kundizzjoni li f'dawn il-vetturi jistgħu jitgħabbew biss sa għaxar passiġġieri;", "3. m'hemm xejn li jżomm vannijiet bojod jew chauffer driven cars oħra milli joperaw direttament bejn l-ajruport internazzjonali u Għawdex jew viċi versa.", "Tajjeb li jingħad ukoll li, fir-rigward tal-vannijiet il-bojod li, bħala vetturi, ikunu ġew manifatturati biex jgħabbu sa 15-il passiġġier, kien hemm il-kundizzjoni li jitneħħew is-sedili żejda biex fl-ispazju jkunu jistgħu jinġarru l-bagalji u li bejn l-aħħar sedil u dan l-ispazju titwaħħal xibka.", "Peress li xi operaturi ikkontestaw il-fatt li din ix-xibka u l-bagalji li setgħu jitgħabbew joħolqu periklu għas-sigurtà tal- passiġġieri, il-Bord ta' l-ADT dan l-aħħar iddeċieda li, għalkemm il- vannijiet il-bojod għandhom jibqgħu jġorru sa għaxar passiġġieri, la jkollhom bżonn iwaħħlu x-xibka u lanqas ma għandhom jużaw l-ispazju zejjed għall-ġar tal-bagalji u dan a bazi tad-Direttiva 2001/85/KEE.", "CAPPING TA' L-IMGĦAX", "27779.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru għall-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru tgħid jekk l-Awtorita' tad-Djar għandhiex skema li biha ż-żidiet fl-imgħax ikunu capped għal min jiġi biex jixtri l-ewwel residenza ordinarja tiegħu sa mhux iktar minn rata ta' l- imgħax bankarja?", "Jekk le, hemm il-ħsieb li din issir?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Ninsab infurmata li t-tweġiba għall-ewwel parti tal- mistoqsija hi fin-negativ.", "Madankollu, il-kunsiderazzjoni ta' introduzzjoni ta' skemi ġodda, jew it-titjib ta' dawk eżistenti, mill- Awtorita' tad-Djar hu proċess kontinwu kif juru l-iżviluppi li seħħew f'dan il-qasam minn dan il-Gvern.", "Kif xerrejja ta' l-ewwel residenza jistgħu jiġu mgħejjuna aktar, anki fejn jirrigwarda s-sussidju fuq is-self, hu parti minn dan il-proċess.", "MORATORJU FUQ ĦLAS TA' PAGAMENTI", "27780.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru għall-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru tgħid x'inizjattiva għandha l- Awtorita' tad-Djar għal dawk li jissellfu u jitilfu l-impjieg minħabba redundancy?", "X'taħdidiet kellu l-Gvern ma' banek kummerċjali?", "Intlaħaq xi ftehim biex dawk li tilfu x-xogħol, il-pagament tagħhom ikun sospiż għal xi żmien?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Ninsab infurmata li fiċ-ċirkostanzi indikati mill- Onor. Interpellant il-banek jagħtu moratorju ta' mhux anqas minn sitt xhur fuq il-ħlas tal-pagamenti.", "Ninsab infurmata wkoll li, jekk il-perijodu ta' moratorju stabbilit jiskadi u l-persuna konċernata tkun għadha bla xogħol, il-banek jerġgħu jiltaqgħu magħha u jkunu disposti li jestendu dan il-perijodu skond iċ-ċirkostanzi.", "XIRI TA' FOND TAL-GVERN", "27781.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru għall-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru tgħid għaliex persuna, li d- dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li għamel talba biex jixtri l- fond tal-gvern ġie mċaħħad milli jagħmel dan?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħti parir lill- persuna ndikata li tmur it-Taqsima tal-Customer Care ta' l-Awtorita' tad- Djar biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.", "ŻABBAR - TRIQ IL-ĦAWT", "27782.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jgħid meta hu mistenni li jibda x-xogħol fi Triq il-Ħawt, Ħaz-Żabbar?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li din it-triq tagħmel parti mit-toroq li jridu jinbnew mill-ġdid mill-Gvern Centrali sal- 2008.", "Dawn it-toroq se jinbnew skond il-prijoritajiet li jinħargu mill- programmi ta l-ADT.", "SIDIEN LI XTRAW POST TAL-GVERN", "27783.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru għall-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru tgħid jekk is-sidien li xtraw il- post tal-gvern fl-indirizz li qiegħed jintbagħat separatament, għadhomx kollha l-istess sidien li għamlu l-kuntratt-konvenju fl-1993?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Ninsab infurmata li t-tweġiba hi fl-affermattiv.", "PROPRJETA' B'TITLU TA' POSSESSION AND USE", "27784.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hawn postijiet milquta bil-liġi possession and use, lokal b'lokal?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi n-numru ta' kirjiet li l-Gvern qiegħed iħallas għall-proprjeta' li qiegħda għand il-gvern b'titlu ta' possession and use u public tenure huwa ta' 2,615 imqassmin lokal b'lokal kif ġej:-", "|Balzan | | | |2 | |Birgu |37| | |1 | |Birkirkara | | | |23| |Bormla |74| | |2 | |Għaxaq | | | |3 | |Gudja | | | |1 | |Isla |25| | |6 | |Luqa/Kirkop | | | |40| |Marsa | | | |96| |Mosta | | | |3 | |Msida | | | |2 | |Naxxar | | | |2 | |Paola/Fgura | | | |30| |Pieta'/Marsa| | | |3 | |Safi | | | |2 | |Sta Venera | | | |2 | |Sliema | | | |36| |Siggiewi | 5| |Valletta/Flo|96| |riana |8 | |Zabbar | | | |21| |Zebbug | | | |3 | |Zejtun | | | |2 | |Zurrieq | | | |2 |", "QBID TA' DROGA", "27901.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid fl-ewwel disa' xhur tas-sena kemm inqabdet droga u ta' liema tip kienet?", "Kemm-il persuna tressqet il-qorti fl-istess żmien?", "Kemm minnhom kellhom anqas minn 21 sena?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi matul l-ewwel disa' xhur tas-sena 2007, kien hemm 334 persuna li ġew imressqa l-Qorti mill-Pulizija fuq akkużi relatati ma' droga, li minnhom 72 kellhom anqas minn 21 sena.", "Infurmat ukoll illi l-ammont ta' droga maqbuda mill-Pulizija matul l-istess perijodu huwa kif ġej:-", "|Cocaine |3kg | | |140.7grms | |Heroin |2kg | | |525.123grm| | |s | |Cannabis |2kg | |resin |249.12grms| |Cannabis |41.45grms | |grass | | |Cannabis |183 seeds | |seed | | |Cannabis |75 plants | |plant | | |Ecstacy |30,175 | | |tablets | |BZP |62 tablets|", "SKEJJEL TA' L-INGLIŻ", "27903.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 27626, jista' l-Ministru jgħid kemm-il żjara saret mill-1 ta' Jannar 2007 u f'liema skejjel?", "Instabu xi nuqqasijiet?", "Jekk iva, x'kienu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li din is-sena rapprezentanti tal-Bord zaru l- annexes ta' l-iskejjel kollha li huma liċenzjati, kif ukoll l-iskejjel li joperaw fis-sajf biss, ħalli jaraw kif kienu mmexxijin.", "Iż-żjajjar lill- iskejjel liċenzjati li joperaw matul is-sena kollha għadhom għaddejjin.", "BEJGĦ U KONSUM TA' XORB", "27905.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 27622, wara l- ittri kollha u ilmenti dwar xorb minn żgħażagħ Maltin u barranin taħt l- eta` f'diversi postijiet ta'divertiment f'Malta u f'Għawdex, jista' l-Viċi Prim Ministru jara x'jista' jsir biex il-liġi tiġi nfurzata?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi l-Pulizija ser tkompli issaħħaħ l- ispezzjonijiet tagħha kontra dan l-abbuż.", "JUNIOR LYCEUM - RAPPORT DWAR L-EŻAMI", "27907.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru jgħid liema kien l-aħħar rapport dwar l-eżami tal-Junior Lyceum li ġie ppubblikat?", "Meta huwa mistenni li jiġi ppubblikat ir-rapport li jmiss?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-aħħar rapport li ġie ppublikat dwar l- ezami tal-Junior Lyceum huwa dak ta' l-2006.", "Dawn ir-rapporti jiġu ppublikati kull sena fix-xahar ta' Novembru.", "BEJGĦ TA' MEDIĊINI BL-GĦOLI", "27908.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu jew se jittieħdu kontra dawk l-importaturi tal-mediċini li rriżulta li kienu qed ibiegħu mediċini bil-għoli?", "Se jittieħdu passi legali kontra dawk li abbużaw u allura kienu qed jisolħu lil min bilfors irid juża dawn il- mediċini?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Peress li l-prezzijiet tal-mediċini fuq is-suq privat mhumiex responsabilta' ta' dan il-Ministeru, nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "SKEJJEL - ASSISTENTI KAPIJIET", "27909.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru jgħid jekk ġewx ippubblikati r- riżultati ta' dawk li applikaw għal assistenti kapijiet?", "Jekk le meta ser jiġu ppubblikati?", "Jista' jgħid ukoll kemm ġew maħtura / appuntati Assistenti Kapijiet minn dawk li kienu applikaw, min huma u f'liema skola ġew mibgħuta?", "Kemm hemm jew kien hemm vakanzi għal Assistenti Kapijiet u jekk ġewx mimlija kollha?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li r-riżultati ta' l-intervisti għall- Assitenti Kapijiet jiġu ppubblikati mill-Public Service Commission wara li jsiru r-rakkomandazzjonijiet lill-MPO.", "S'issa ħadd għadu ma ġie appuntat Assistant Kap. Hija l-prassi li biex skola jkollha l-complement meħtieġ fit- tmexxija, għalliema jintalbu jagħmlu xogħol amministrattiv biex jgħinu l- Kap ta' l-iskola.", "MELLIEĦA - TOROQ", "27932.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jara li l-ġeometrija u d-disinn tat-toroq Triq Għar u Casa u Triq il-Għajn fil-Mellieħa tinbidel peress li din m'hijiex konformi ma' l-istandards u wara dawn it-toroq jiġu mogħtija wiċċ xieraq?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ninsab infurmat li din it-triq hija waħda mit- toroq li qed jinbnew skond il-program ta' toroq 2006-2008.", "Fil-ġimgħat li għaddew saru diversi laqgħat fuq is-sit imsemmi bejn ir-residenti, l- kuntrattur u rapprezentanti tal-ADT.", "F'dawn l-laqgħat ġew diskussi diversi diffikultajiet imqajma mir-residenti u saru proposti biex jitnaqqas l-inkonvenjent tar-residenti ta' dawn it- toroq.", "ESTENZJONI TAL-PARK AND RIDE", "27948.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-permess tal-MEPA għall-estenzjoni tal-Park and Ride?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Kopja tal-permess tal-MEPA għall-estenżjoni tal- Park and Ride tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni fis-seduta waqt il-ħin tat-tqegħid ta' karti.", "TESTIJIET BIL-WEIGH PADS", "27949.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jgħid kemm saru u meta saru testijiet bil-weigh pads minn meta ġew introdotti sal-lum?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Jien infurmat li t-testijiet tal-weigh pads ġew introdotti f' Jannar li għadda.", "It-testijiet li saru minn Jannar sal-lum kienu s-segwenti:-", "|Xahar |Numru |Numru ta' | | |ta' |Citazzjoni| | |testiji|jiet | | |et |maħruġa f'| | | |dan | | | |ir-rigward| |Jannar' |37 |23 | |07 | | | |Frar' 07 |16 |5 | |Marzu'07 |34 |17 | |April' 07|8 |1 | |Mejju' 07|20 |8 | |Ġunju' 07|17 |7 | |Lulju' 07|17 |6 | |Awissu' |15 |4 | |07 | | | |Settembru|8 |3 | |' 07 | | | |Ottubru' |8 |2 | |07 | | | |TOTALI |180 |76 |", "VETTURI ĠODDA REĠISTRATI", "27951.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jgħid x'kien in-numru ta' vetturi ġodda reġistrati fis-snin 2003,2004, 2005, 2006, 2007 (sal-lum) kull kategorija separatament?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li r-risposta tingħata f'seduta oħra.", "DĦUL MIL-LIĊENZJI", "27952.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jgħid x'kien id-dħul ta' l-ADT għas-snin 2006 u 2007 mill-liċenzji tas-sewqan u mill-liċenzji tat-triq?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: L-informazzjoni dwar id-dħul mil-liċenzji tas- sewqan u mil-liċenzji tat-triq għas-snin 2006 u 2007 hi kif tidher fit- tabella li tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni fis-seduta waqt il- ħin tat-tqegħid ta' karti.", "GĦAWDEX - ENFORCEMENT NOTICES", "27953.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm enforcement notices pendenti f'Ghawdex?", "Jista' jgħid ukoll kemm ittieħdu direct actions fl- aħħar ħames snin kull sena separatament u f'liema lokalitajiet f'Ghawdex?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: L-informazzjoni għar-rigward ta' l-ewwel parti tal- mistoqsija hija diġà pubblika fuq il-website ta' l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA).", "L-informazzjoni dwar it-tieni parti għadha qed tinġabar.", "NUMBER PLATES PERSONALIZZATI", "27954.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' number plates personalizzati maħruġa mill-ADT sal-lum u kemm kien id-dħul minnhom?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li r-risposta tingħata f'seduta oħra.", "REVISIONS OF PAPER", "27956.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru jgħid għal kull suggett separatament fil-livell tas-SEC u dak tal-MATSEC kemm saru revisions of paper din is-sena?", "Jista' jgħid ukoll kemm kien hemm riżultati riveduti għal kull suġġett separat u liema minnhom kellhom riżultat rivedut bi grad jew aktar?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nixtieq nirreferi l-Onor.", "Membru għat-tweġiba tal- mistoqsija parlamentari 27620 f'seduta 558.", "E-MAIL ADDRESS TAL-GVERN", "27958.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk impjegati governattivi jistgħux jużaw l-e-mail address tal-gov.mt fuq media stampata sabiex il-pubbliku jkun jista' jibgħat feedback, informazzjoni, kummenti eċċ fuq l-indirizz tal-gvern in konnessjoni mal-kontenut ta' l- artiklu, intervent, kumment eċċ fuq il-media stampata li ma jkollu ebda konnessjoni u jkun kompletament estranju għax-xogħol mal-gvern?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi għall-website \"http://ictpolicies.gov.mt\" fejn tinsab l-informazzjoni mitluba.", "QORTI TA' GĦAWDEX – COURT MESSENGERS", "27961.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid meta se jiġu ngaġġati court messengers fil-Qorti ta' Għawdex u l-fattiga li ilha tiġi mwiegħda xhur?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Jiena nfurmata li rigward il-court messengers, hemm l-approvazzjoni ghal tnejn tal-Management and Personnel Office fl-Ufficcju tal-Prim Ministru, u ser tohrog call for applications.", "Ghar-rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, nirriferi lill-Onor.", "Interpellant ghar-risposta li tajt ghal-mistoqsija parlamentari numru 27439.", "GĦAWDEX - PREMISES TA' L-UFFIĊĊJU ELETTORALI", "27963.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jgħid fejn se jiġu rilokati l-premises ta' l-uffiċċju elettorali/karti ta' l-identita' f'Għawdex meta l-kirja vigenti tal-premises preżenti tiskadi?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "RESIDENZA SANT'ANNA - ILMENTI MINN RESIDENTI", "27965.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għal Għawdex: Peress li r-residenti ta' Sant'Anna qed jilmentaw li mhux qed jingħataw ħrieqi u li lanqas qed jingħataw ġobon ma' l-ikel tagħhom, tista' l-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni għal dan u tirrimedja dan l-inkonvenjent għar-residenti anzjani?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Jiena nfurmata li is-sitwazzjoni dwar il-ġobon giet għan-normal.", "Meta ma ngħatax, kien għall-fatt li s-supplier minn Malta kien għadu ma ġabilniex stokk.", "Jiena nfurmata wkoll li il-ħrieqi jigu mixtrija u moghtija mill-Welfare Committee lill-Isptar t'Ghawdex.", "Fid-29 ta' Jannar 2007 l-isptar ghamel ordni ghal sitt mitt (600) kaxxa imma sa issa rcivew biss mija u sebgħin (170) kaxxa.", "Residenza Sant'Anna dejjem giet fornuta bil-ħrieqi ghalkemm b'ammont inqas minn dak mitlub.", "Dan sar peress li l-istokk hu baxx u bħala sptar irridu noqoghdu attenti li kemm jista' jkun il-pazjenti kollha ta' l- isptar jiġu moqdija.", "Ġejna nfurmati mill-Welfare Commitee li l-container għandu jidħol din il-ġimgħa jew kmieni il-gimgħa d-dieħla.", "DECOMPRESSION CHAMBER", "27976.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l- Ministru tgħid meta huwa mistenni li tibda taħdem id-Decompression Chamber f'Għawdex?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Id-Decompresion Chamber mistennija tibda tagħti servizz hekk kif jiġu ingaġġati t-tobba meħtieġa.", "UNIVERSITA' - SULAR ĠDID", "27977.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru jara li jittieħdu passi biex jintlaqgħu l-proposti raġjonevoli li saru fis-27 ta' Lulju, 2007 mid- Department of Clinical Pharmacology and Therapeutics biex ikun hemm użu komuni tas-sular l-ġdid fl-Universita' ta' Malta kemm mid-Department of Chemistry u d-Department of Clinical Pharmacology and Therapeutics?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Peress li t-tagħrif mitlub għadu ma wassallix fl- uffiċju tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.", "QUEEN'S HEAD PUB - STORBJU EĊĊESSIV", "27978.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' issa l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 27568 u 27829 u jgħid x'passi ħa dwar ittra mibgħuta lilu fit-18 ta' Settembru, 2006 minn persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament dwar storbju eċċessiv mill-Queen's Head Pub peress li għaddiet sena oħra u baqa' l-istess storbju eċċessiv sas-siegħat bikrin ta' filgħodu b'inkonvenjenza għall-ġirien?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "SAN ĠILJAN – WATER CULVERTS", "27999.", "L-ONOR.", "ROBERT ARRIGO staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Billi għaddej il-bini tal-bridge ta' Regional Road u billi jaqa' ħafna ilma lejn il-pjazza ta' San Ġiljan, Spinola taħt il-bridge, jista' l- Ministru jara li jsiru xi water culverts b'ċertu mod biex dan l-ilma ma jibqax jiġi b'tali kwantita' u b'hekk insolvu problema kbira?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li suġġeriment tiegħu qed ikun investigat mill-ADT bil-ħsieb li tinstab solużżjoni għall- problema msemmija.", "MSIDA - RUE D'ARGENS", "28000.", "L-ONOR.", "ROBERT ARRIGO staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jara li l-ADT tikkonsidra li l-parti ta' fuq ta' Rue D'Argens, Msida li m'għandha l-ebda sbokk issir parkeġġ għar-residenti biss, dan ġaladarba ġot-triq hemm karozzi għall-bejgħ, ħafna minnhom bla liċenzja u dawn qed jieħdu post ta' parkeġġ għar-residenti?", "Ir-resideni jkunu grati għal konsiderazzjoni ta' din it-talba.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: B'referenza għal din il-mistoqsija parlamentari huwa ferm apprezzat li l-Onor Interpellant jispeċifika f'aktar dettal il- parti ta' Rue D'Argens li għaliha qed jirreferi sabiex l-Awtorita' Dwar it- Trasport tkun f'pożiżżjoni li tagħti l-informazzjoni meħtiega.", "MFA – ŻIEDA FIL-PREZZIJIET", "28001.", "L-ONOR.", "ROBERT ARRIGO staqsa lill-Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni: Kif ġie referit, il-Malta Football Association se żżid il- prezzijiet tad-dħul għal-logħbiet tal-League Malti mill-1 ta' Jannar u dan bla ebda raġuni valida, jista' l-Ministru jivverifika dan?", "Jista' jgħid jekk l-MFA talbitx permess u jekk dan ġiex aċċettat?", "Jekk le, jista' jwaqqaf tali żieda fil-prezz?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nitlob l-Onor.", "Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.", "MSIDA - TRIQ C. DE BROCKDORFF", "28002.", "L-ONOR.", "ROBERT ARRIGO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jara l-ilmenti kontinwi ta' residenti fuq blokk bini ġdid fi Triq C. De Brockdorff, Msida fejn hemm ħafna barranin jgħixu u dawn qegħdin joħorġu ż-żibel filgħaxija jew fil- weekend, u dan bi ħsara għall-post u għar-residenti stess?", "Jista' jivverifika għal kemm hemm permess ta' nies li jistgħu jabitaw f'dan il- blokk, u jekk dawn ġewx xi darba immultati għal dan ir-reat?", "ONOR.", "TONIO BORG: Dwar l-ewwel parti tal-mistoqsija, għaddejt l-ilment lill-pulizija, għalkemm tali kontravenzjoni hija wkoll skrutinabbli mill- Ispetturi tas-Saħħa.", "Fir-rigward tal-kumplament tal-mistoqsija, nissuġġerixxi lill-Onor.", "Interpellant jitlob tali tagħrif mingħand il- ministru kkonċernat.", "Għal dak li jirrigwardja l-Kunsill Lokali, bħal ma jaf l-Onor Interpellant, il-Kunsilli Lokali huma korpi statutorji ta' gvern lokali b'personalita' legali distinta u għalhekk nissuġġerilu jirreferi l-mistoqsija lill-Kunsill Lokali kkonċernat.", "ŻURRIEQ - TRIQ TA' CIANTAR", "28004.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jara li Triq ta' Ciantar, in-naħa ta' Bubaqra, Żurrieq tingħata wiċċ issa li anke ġiet allokata t-tender relattiva?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant illi din it-triq hija nkluża fil-pjan ta' toroq ġodda 2006-2008.", "ZURRIEQ - TRIQ IS-SARDINELLA", "28005.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jgħid jekk Triq is-Sardinella, Zurrieq hix ser tingħata wiċċ ġaladarba l-bankini ġew kostruwiti?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant illi din it-triq hija nkluża fil-lista tal-pjan ta' toroq ġodda 2006-2008.", "ILMA TAL-BJUT", "28006.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' l-Ministru jgħid jekk il-fatt li l-ilma tal-bjut fil-binjiet ta' l-Awtorita' tad-Djar f'Tal-Papa u Tal-Ġebel, Birżebbugia humiex koperti b'xi permess speċjali?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jindika għal liema permessi speċjali qiegħed jirreferi.", "WIED IL-GĦAJN – TRASPORT LEJN MATER DEI", "28016.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jikkonsidra li ssir karozza tal-linja minn Wied il- Għajn direttament għall-Isptar Mater Dei li tkun taqdi wkoll fost oħrajn l- istudenti ta' l-Universita'?", "Hu nfurmat il-Ministru li sal-lum residenti ta' Wied il-Għajn jridu jaqbdu żewġ karozzi tal-linja biex jaslu Mater Dei u l-Universita' cioe' l-ewwel jridu jitilgħu Ħaż-Żabbar u wara jaqbdu Bus No 300 li tkun diġa' għamlet rotta sħiħa qabel tasal Ħaż-Żabbar u aktar iva milli le, la jibda jiżdied l-użu ta' l-Isptar Mater Dei din se tispiċċa mimlija?", "Billi hemm ħafna ilmenti minn studenti ta' l-Universita' li qed jaslu tard għal lectures u billi se jkun hemm ilmenti simili minn dawk li jkollhom bżonn jagħmlu użu minn Mater Dei, jimporta l-Ministru jikkonsidra li ssir karozza diretta minn Wied il-Għajn għal Mater Dei imqar għalissa bi prova?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Jien infurmat li l-ADT irċeviet diversi ilmenti simili rigward ir-rotot ta' l-Universita u għaldaqstant, ġew miżjuda l- ħinijiet fuq ir-rotta 300 biex ilaħqu mad-domanda eżistenti.", "Preżentament il-ħinijiet ta' filgħodu huma s-segwenti:-", "6.30 a.m. mill-Isla; 6.30 a.m. minn Marsaskala; 6.45 a.m. minn Ħaż-Żabbar; 7.45 a.m. mill-Isla; u 7.45 a.m. minn Marsaskala", "Il-ħinijiet li jsiru wara 9.00 a.m. ma jidhirx li hemm problemi fir- rigward, madanakollu l-ADT ser tibqà tagħmel moniteraġġ fuq dawn ir-rotot sabiex jekk ikun hemm il-ħtieġa isir tibdil skond il-bżonn.", "BASTIMENT \"TA' MATTEW''", "28046.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tad- deletion certificate Libjana tal-bastiment imsejjaħ Ta' Mattew, numru tal- liċenzja MFA 515, qabel denominat NAWRAS, u li kien reġistrat il-Libja?", "Japprezza li fuq ir-reġistrazzjoni ta' dan il-vapur ma' l-Awtorita' Marittima Maltija saru bosta allegazzjonijiet serji li jikkonċernaw il- ġenwinita' o meno ta' dan iċ-ċertifikat?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li ma jirriżulta l-ebda dubju dwar il- ġenwita taċ-ċertifikat imsemmi.", "M'għandix dubju li l-Onor.", "Interpellant japprezza li mhux prattiku li ċertifikat bħal dan jitpoġġa fuq il-mejda tal- Kamra.", "Fl-istess waqt nistieden lil Onor. Interpellant biex jekk għandu xi nformazzjoni differenti minn din, jghaddiha biex tigi nvestigata.", "BASTIMENT \"TA' MATTEW\"", "28047.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' l-Ministru jispjega u jagħti d-dettalji a favur il- bastiment Ta' Mattew MFA 515, fis-sena 2005 meta l-bastiment sas-sena 2006 kien għadu rrġistrat l-Libja u l-bastiment Rosaria Tuna li sa Frar ta' l- 2005 kien reġistrat bħala workboat daqqa waħda nqabel u sar MFA?", "Ma jidhirlux li dan kollu sar b'abbuż skjaċċanti?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: L-informazzjoni għadha qed tinġabar; tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "PEMBROKE - KUMPLESS SPRACHCAFFE", "28048.", "L-ONOR.", "ROBERT ARRIGO staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' l-Ministru jinfurmani jekk huwiex veru li l-kumpless Sprachcaffe f'Pembroke qiegħed ibiddel xi strutturi biex jakkomoda iżjed studenti?", "Jekk dan huwiex kopert mill-permess ġaladarba dan il-bini jista' jkun skedat u jekk il-block huwiex intenzjonat ukoll għal struttar biex jakkomoda iżjed u iżjed studenti?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra."]} {"filename": "20031216_083d_par.doc", "date": "2003-12-16", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 83 It-Tlieta, 16 ta' Diċembru, 2003 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 83 It-Tlieta, 16 ta' Diċembru, 2003", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-9.02 a.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "83", "It-Tlieta, 16 ta' Diċembru, 2003", "WERREJ", "MINUTI 103", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 103", "TQEGĦID TA' KARTI 106", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "KUMITAT TA' PROVVISTA", "ESTIMI ĠENERALI 2004", "L-ERBATAX-IL JUM STABBILIT", "UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU 107", "AĠĠORNAMENT 143", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 143", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 82 li saret fil-15 ta' Diċembru, 2003 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "BIĊĊERIJA – QATLA' TA' MAJJAL U ĊANGA", "3366.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid fejn qed ikun dispost id-demm li jirriżulta wara l-qatla tal-majjal u ċ-ċanga fil-biċċerija llum?", "Kemm hu assigurat?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (Segretarju Parlamentari) (f'isem il-Ministru għall- Affarijiet Rurali u Ambjent): Ninforma lill-Onor Interpellant li d-demm li jirriżulta wara l-qtil fil-biċċerija qiegħed jiġi dispost hekk kif kien ippjanat mill-gvern Laburista meta bena l-biċċerija.", "Biss ninforma lill- Onor. Interpellant li fil-futur id-demm se jiġi Ttrattat fl-inċineratur.", "GMOs – BIOSAFETY CO-ORDINATING COMMITTEE", "3367.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid min huma r-rappreżentanti li qed jipparteċipaw f'laqgħat u seminars dwar genetically modified organisms?", "Jista' jgħid kemm-il laqgħa dawn attendew u xi proposti saru?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent): Il-gvern ħatar biosafety co-ordinating committee li għandu jwassal għat-tfassil tal-pożizzjoni tal-Gvern Malti dwar il-GMOs b'rappreżentanza mid-direttorat għall-ħarsien ta' l-ambjent fi ħdan l- awtorita' dwar l-ambjent u l-ippjanar, mill-awtorita' dwar l-ambjent u l- ippjanar, mill-ministeru għas-saħħa, mill-occupational health and safety authority, mill-ministeru għall-affarijiet rurali u ambjent u mis- scientific support and advisory subcommittee.", "Dawn jattendu għal-laqgħat kollha li jkunu msejħin mill-food safety commission fi ħdan il-ministeru tas-saħħa.", "Matul din is-sena, ir-rappreżentanta ta' l-aġent direttur tad-direttorat għall-ħarsien ta' l-ambejnt fi ħdan il-MEPA attendiet żewġ laqgħat barra minn Malta, waħda fis-27 ta' Novembru fi Brussels dwar id-direttivi l- ġodda ta' l-Unjoni Ewropa fuq il-GMOs u oħra mid-9 ta' sat-12 ta' Diċembru fuq workshop sub-reġjonali dwar kif tiżviluppa reġim regolatorju u sistemi amministrattvi biex jitwaqqaf qafas nazzjonali tal-biosafety, in-national biosafety framework, organizzat mill-United Nations environment programme global environment fund.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Carmelo Abela): L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jista' is-Segretarju Parlamentari jgħid kemm huwa possibbli li separatament minn xi laqgħat tekniċi, jinżammu laqgħat apposta għall-membri parlamentari taż-żewġ naħat interessati fis-suġġett, bil-għan li din il-kwestjoni tkun iktar magħrufa u allura wieħed ikun aktar aġġornat dwar kif jista' janalizza l-impatt negattiv jew pożittiv ta' din is- sitwazzjoni?", "Għax finalment irridu nżommu quddiem għajnejna li qegħdin nitkellmu dwar il-provvista ta' l-ikel, Sur President .", "THE DEPUTY SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Filwaqt li nirringrazzja lill-Onor.", "Interpellant tal-kummenti tiegħu għax ċertament jiffitjaw għaċ-ċirkostanzi tal-lum, inwiegħdu li nwassal il-messaġġ tiegħu lill-ministru konċernat.", "IMPORTAZZJONI TA' QMUĦ U ĊEREALI", "3368.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jgħid għaliex ma tħabbarx li l-Kordin grain terminal se jiġi pprivatizzat, ġaladarba l-gvern ma jridx jibqa' attiv fil- kummerċ tal-qmuħ u ċ-ċereali?", "ONOR.", "JOHN DALLI (Ministru tal-Finanzi u Ekonomiċi): Ngħid biss li f'dan il-mument, il-gvern mhux qed jaħseb fil-privatizzazzjoni tal-Kordin grain terminal.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Sur President, f'ċertu ħin il-gvern qal li mhux se jkollu x'jaqsam aktar fil-kummerċ ta' dawn il-commodities meta llum nafu li wara l-ewwel ta' Mejju dan l-operat se tibda tmexxih il-Kordin grain terminal.", "Jista' il-Ministru jgħid x'inhuma d-diffikultajiet li din il- kumpannija tista' issib fl-importazzjoni ta' qmuħ u ċereali bi prezzijiet kompetittivi tas-swieq internazzjonali?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Nibda biex ngħid li l-premessa ta' l-Onor.", "Interpellant hija żbaljata għax il-Kordin grain terminal m'hijiex se tidħol fl-operazzjoni ta' xiri ta' qmuħ għax din hija kumpannija li tipprovdi biss servizz ta' ħasil ta' qmuħ.", "Ix-xiri se jibda jsir minn operaturi privati li għandna f'pajjiżna u li jagħmlu dan it-tip ta' operat.", "Fosthom hemm dawk li jidħnu l-qmuħ għad-dqiq u dawk li jużaw iċ-ċereali għall- produzzjoni tal-ġwież.", "Naturalment il-gvern mhux se jfarfar minn fuq spallejh kwalunkwe responsabbilta' imma se jibqa' involut, fis-sens li se jibqa' jopera f'miżura li rridu naraw li tkun adatta għaż-żmenijiet tal-lum, jiġifieri għal dak li huwa ta' price stabilisation.", "Għalhekk f'dan ir-rigward il- gvern irid jibqa' jidħol f'dak kollu li jkun qed jiġri u juża sistemi li bħalissa qegħdin jiġu elaborati.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Wara l-ewwel ta' Mejju, parti mis-sussidju ta' Lm7 miljun se tmur biex tagħmel tajjeb għad-differenza fil-prezzijiet ta' dawn il-qmuħ u ċereali li se tirriżulta mhux inkwantu tal-kunċett ta' price stabilisation imma b'riżultat tal-qabża minn prezzijiet esterni għal dawk interni.", "Allura f'dan id-dawl, l-oppożizzjoni tifhem tajjeb li kemm-il darba għal xi raġuni l-imprendituri lokali ma jkunux jistgħu jimportaw dawn il-prodotti bi prezzijiet kompetittivi, il-gvern min-naħa tiegħu se jkun qed jevalwa dawn iċ-ċirkostanzi mill-ġdid?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Irridu nifhmu li ċ-ċirkostanzi jinbidlu kontinwament bħal f'kull ċirkostanza oħra.", "Il-prezzijiet li qegħdin insemmu tal-qmuħ, taz-zokkor u affarijiet oħra bħal dawn huma prezzijiet li in the long-term l-Ewropa ma tistax iżżomm.", "Fejn jidħlu dawn il-commodities, l-Ewropa trid tiġi għall-prezzijiet tas-suq u fix-short to medium-term se jkun hemm bżonn ta' aġġustamenti.", "Issa fil-każ ta' dawn l-aġġustamenti, il-Gvern Malti kien qal li se jidħol biex jassigura li l-affarijiet ma jsirux b'mod li jkun hemm impatt esaġerat fuq il-konsumatur Malti.", "Issa jekk tkunx kwestjoni ta' xi price stabilisation fund jew price subsidies, dak narawh kif ikunu qed jiċċaqilqu l-prezzijiet tas-suq fuq il-qasam internazzjonali.", "Pero' naħseb li ħadd minna ma jista' jagħti projection ta' kif se jimxu l- prezzijiet fil-futur, Sur President", "Kif jaf kulħadd, hawn qed nitkellmu fuq prodotti li l-prezz tagħhom ivarja wkoll minħabba maltempati li ħafna drabi jkunu għadhom ġejjin u mhux biss maltempati li jkunu għaddew.", "Dawn huma skerzi tan-natura li jistgħu jinfluwenzaw is-supply kemm pożittivament kif ukoll negattivament u allura ma tkunx tista' tgħid x'se jiġri preċiż.", "Żgur li ma tistax tgħid li sentejn jew tliet snin oħra se jkun hemm dan il-prezz u allura se tagħti dan is-sussidju.", "Il-policy hi li kemm jista' jkun nagħmlu buffer għall- effetti li jkun hemm fuq il-konsumatur, żgur imma ma nistgħux inkunu kategoriċi u ngħidu hekk jew hekk.", "Lanqas ma nista' ngħid kategorikament li l-gvern se jissussidja kollox għax jekk l-affarijiet jitilgħu m'għola s-smewwiet, per eżempju ....", "Jiġifieri ma nistgħux nagħmlu ċerti commitments kategoriċi li fir-realta' ma jkunux jagħmlu sens.", "Nerġa' ngħid li l-policy hi li nagħmlu buffer għall-effett li jkun hemm bħalma għamilna s'issa.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Imma apparti ċ-ċirkostanzi li qed isemmi l-Ministru u li nikkondividi - fis-sens li xemx u xita Alla jaf meta u allura l- prezzijiet fis-suq bilfors ivarjaw - fi ftit ġimgħat oħra l-Ministru se jiġi f'dan il-parlament u jara li din il-Kamra tapprova li jittieħdu ċerti miżuri biex nimponu tariffi fuq dawk il-prodotti li ma nipproduċux.", "Kemm- il darba jirriżulta li l-impredituri tagħna jkunu qed jimportaw dawn il- prodotti minn dawk il-pajjiżi li kontra tagħhom il-Ministru, jkun daħħal tariffi ġodda, permezz tas-setgħa tiegħu f'dan il-parlament, se jkun hemm xi eżenzjoni fuq l-importazzjoni storika?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Din m'hijiex kwestjoni ta' eżenzjoni.", "Li se jiġri hu li l-gvern se jissussidja l-prezzijiet jekk dawn ikunu iktar għoljin minn dak li altrimenti kienu jiġu mingħajr dawn il-miżuri.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Sur President, il-gvern qed jivvota Lm7 miljun biex bejn Mejju u Diċembru jkopri d-differenza fl-għoli tal-prezz ta' sorsi oħrajn ta' provvista ta' l-ikel.", "Kemm-il darba jirriżulta li l-fondi allokati għall-qmuħ u ċereali ma jkunux biżżejjed minħabba ċirkostanzi li kif qed jispjega l-Ministru ħadd ma jkollu kontroll fuqhom, il-gvern lest jassigura lill-Kamra li f'dik l-eventwalita' se jkun hemm finanzi aktar?", "Jew huwa l-każ li hemm dik il-benchmark u daqshekk?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President, aħna nagħmlu estimi ta' x'naħsbu li se jkun ir-riżultat finanzjarju tal-policies li nkunu qegħdin nagħmlu u dawn ivarjaw 'il fuq u 'l isfel.", "Naturalment jekk l-estimi jvarjaw 'il fuq jiġu aġġustati bħalma jiġu aġġustati affarijiet oħra.", "Per eżempju, illum qed inressaq il-kontijiet supplimentari fejn qed nestendu l-estimi tas- servizzi soċjali b'Lm10 miljun għax daqshekk infaqna f'dan is-settur.", "Dak huwa stat ta' fatt, imma hawnhekk ma tistax tkun kategoriku u jien nobgħod inkun kategoriku għax dawn l-affarijiet jiddependu miċ-ċirkostanzi.", "Nagħmlu mod tinqala' katastrofi – għax jien ma nafx x'se jinqala' għada - u jirriżulta li fid-dinja tant hawn ħerba fis-suq taz-zokkor li dan se jogħla b'għaxar darbiet jew b'għoxrin darba iktar milli hu llum.", "F'dak il-każ jien ma nistax niggarantixxi li se nibqgħu nissussidjaw dawk it-tip ta' prezzijiet m'ogħla s-smewwiet.", "Jiġifieri ma nistgħux inkunu kategoriċi.", "Pero' il-policy hi li nissussidjaw iż-żieda fil-prezzijiet ta' dawn il- commodities bi qbil ma' l-Unjoni Ewropea.", "SERVIZZ PUBBLIKU – MESSENGERIAL GRADES", "3395.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għall- ħaddiema fil-grad ta' messaġġiera u senior messengers li għandhom l- allowance, din l-allowance se tkun integrata fil-kalkoli għall-fini tal- pensjoni?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Prim Ministru): Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jispeċifika għal liema allowance qiegħed jirriferi.", "Normalment l-allowance ma tiġix ikkalkulata għall-fini tal-pensjoni.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Qed nirriferi għall-allowance li s-servizz jawtorizza fil-każ ta' messengers, senior messengers u ħaddiema oħra, anke fis-segretarjat privat u affarijiet bħal dawn.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Skond il-Pensions Ordinance, l-allowances ma jitteħdux in konsiderazzjoni għal fini ta' komputazzjoni tal-pensjoni.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Dikjarazzjoni għall-finijiet tas-subartikolu 14(5) ta' l-Att ta' l- 1996 dwar is-servizz tas-sigurta` kif ukoll kopja tar-rapport annwali tal-Kumitat ta' Sigurta` għas-sena 2002.", "THE DEPUTY SPEAKER: Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "KUMITAT TA' PROVVISTA", "ESTIMI ĠENERALI 2004", "L-ERBATAX-IL JUM STABBILIT", "UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU", "L-ordni għall-Kumitat ġie moqri", "FIL-KUMITAT", "L-Onor Carmelo Abela, President tal-Kumitat, jippresjedi.", "THE CHAIRMAN: Skond il-mozzjoni ta' proċedura numru 85 tal-25 ta' Novembru 2003, il-ħin tad-diskussjoni tal-lum għandu jinqasam indaqs bejn kelliema tal-gvern u kelliema ta' l-oppożizzjoni, bl-aħħar nofs għall- gvern.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Mr Chairman, nipproponi illi:", "VOT 1 - UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm665,196 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 1 – Uffiċċju tal-President, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2004.", "VOT 2 - KAMRA TAD-DEPUTATI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm1,088,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 2 – Kamra tad-Deputati, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2004.", "VOT 5 - UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 5,348,500 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 5 – Uffiċċju tal-Prim Ministru, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2004.", "VOT 6 - KUMMISSJONI DWAR IS-SERVIZZ PUBBLIKU", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm122,888 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 6 – Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas- sena 2004.", "VOT 7 - FORZI ARMATI TA' MALTA", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm13,100,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 7 – Forzi Armati ta' Malta, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2004.", "VOT 8 - INFORMAZZJONI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm614,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 8 – Informazzjoni, kif dettaljata fl- Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2004.", "VOT 9 - STAMPERIJA TAL-GVERN", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm593,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 9 – Stamperija tal-Gvern, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2004.", "VOT 10 - UFFIĊĊJU ELETTORALI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm1,338,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 10 – Uffiċċju Elettorali, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2004.", "VOT I - UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm6,486,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot I – Uffiċċju tal-Prim Ministru, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2004.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Hawn rimarki?", "L-Onor.", "Helena Dalli.", "ONOR.", "HELENA DALLI: Sur President, nipproponi din l-emenda:", "VOT 5 - UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU", "Personal Emoluments", "Item 11 - Holders of Political Office", "Ħassar iċ-ċifra \"Lm16,789\" u ssostitwixxi minflok iċ-ċifra \"Lm16,788\".", "Delete the figure \"Lm16,789\" and substitute therefor the figure \"Lm 16,788\".", "Sur President, meta l-prim ministru wieġeb lill-kap ta' l-oppożizzjoni fid- diskors tiegħu dwar il-budget qal li l-white paper dwar iċ-ċivil ma ssemmietx mill-oppożizzjoni.", "U jien nistaqsi: Għalfejn din l-għaġġla kollha?", "Wara kollox l-ewwel qari ta' dan l-abbozz ta' liġi tressaq mill- prim ministru f'Marzu tas-sena 2000 jiġifieri biex ħarġet din il-white paper għaddew tliet snin u mbagħad minn fuq jiġi l-prim ministru u jikkritika lill-oppożizzjoni li ma tkellmitx fuq dan is-suġġett.", "Apparti minn hekk lill-prim ministru ngħidlu li huwa żbaljat f'dak li qal għax fil-verita' l-oppożizzjoni ħarġet stqarrija immedjatament wara li ġiet ippubblikata l-white paper imma forsi din ma rahiex il-prim ministru.", "Jien ma nippretendix li l-prim ministru jara l-istqarrijiet kollha imma għallinqas għandu jkun hemm ftit tad-diċenza u nkunu ċerti qabel ma nitkellmu.", "Jien mhux se noqgħod insemmilu l-artikli li ktibt fil-gazzetti għax lanqas nippretendi li l-prim ministru se joqgħod jara x'nikteb jien pero' ma kontx nippretendi li jiġi xi ħadd hawnhekk u jagħmel statement kategoriku fuq xi ħaġa li ma tirriflettix il-verità.", "Sur President ̧ jien ma nixtieqx li fil-ħin tiegħi noqgħod nitkellem fuq il- white paper dwar iċ-ċivil għax din id-diskussjoni għad naslu għaliha.", "Fil- fatt iż-żmien għad-diskussjoni kien se jagħlaq f'Diċembru u ġie estiż sa nofs Frar, jiġifieri anke l-poplu Malti in ġenerali għandu iżjed żmien biex jistudja din il-white paper.", "Pero' lill-prim ministru rrid nassigurah li x- xogħol tagħna huwa lest u għandna ħafna xi ngħidu.", "Din il-white paper hija mportanti ħafna u meta jasal iż-żmien se nkomplu niddiskutuha pero' m'hijiex ħaġa serja li l-prim ministru jiġi jgħid li aħna għadna ma tkellimniex fuqha wara li hu dam tliet snin biex ippubblikaha.", "Dan il-gvern ilu jgħid mill-1988 li jrid jirriforma ċ-ċivil pero' minkejja l-ħafna kliem sabiħ li ntqal dwar ir-riforma, l-ispiża tas-servizz pubbliku dejjem baqgħet tiżdied u l-kwalità tas-servizz baqgħet sejra lura.", "Qed ngħid hekk għax aħna jkollna kuntatt man-nies - dan huwa parti kbira mix- xogħol ta' min qiegħed fil-politika - u naħlu ħafna mill-ħin tagħna minħabba ċerti ineffiċjenzi li jeżistu fil-mod ta' kif jaħdem iċ-ċivil.", "Per eżempju ̧ hawnhekk nixtieq nirrimarka li l-ħafna diskors li sar dwar riformi u quality service charters ma kien xejn ħlief buzzwords u fil- verità din il-white paper hija attentat ieħor biex niddiżintegraw liċ-ċivil u noħolqu plum jobs for the boys and the girls tal-qalba.", "Pero', kif diġà għidt, għad ikollna ċans nitkellmu dwar dan.", "Nixtieq nistaqsi wkoll jekk hijiex parti minn din ir-riforma li se ssir fiċ- ċivil, li fl-estimi ma baqgħux jiġu ppubblikati l-oġġettivi u l-pjanijiet ta' kull ministeru u kull dipartiment, kif kien jiġri qabel.", "Jista' jkun li dan huwa riżultat ta' xi definizzjoni ġdida tal-kelma \"trasparenza\" fis- settur pubbliku?", "Nittama li l-prim ministru jagħtina tweġiba dwar dan.", "Għalhekk f'isem it-trasparenza nixtieq li l-prim ministru jagħti lista komprensiva tan-numru ta' diretturi u impjegati, kif ukoll ta' l-ispiża approvata u attwali ta' konsulenti, aġenziji, awtoritajiet u organizzazzjonijiet parastatali biex dan il-parlament ikun jaf kif dawn qegħdin jiżdiedu u kif qed jaffettwaw l-ispiża tal-gvern u tas-settur pubbliku.", "Dawn l-aġenziji, l-organizzazzjonijiet u l-awtoritajiet are getting out of hand u din mhux qed tgħidha l-oppożizzjoni biss.", "Jien ktibt ħafna drabi fuq din is-sitwazzjoni pero' naturalment m'iniex se noqgħod nikkwota lili nnifsi.", "Se nikkwota ekonomista li, safejn naf jien, għandu l-fiduċja tal- gvern u li wera bis-serjetà l-inkwiet tiegħu fuq dawn l-awtoritajiet.", "Din hija xi ħaġa riċenti ħafna u hawn qed nirreferi għal paper li ġiet ippreżentata fl-aħħar ta' Ottubru minn Profs.", "Edward Scicluna li qed jgħid - u se nikkwotah eżatt - fuq dawn l-awtoritajiet u aġenziji:", "\"There is then a myriad of other non-departmental public bodies referred to also as quangos which fulfil many functions which government has felt that could not be met by its own departments or ministries.", "There are three major problems which need to be addressed here besides of course the obvious one, namely that these institutions have themselves exacerbated the public budgetary problems.", "Over the years quangos have continued to grow and their functions and powers have increased with the public having little realistic chance of forming and keeping a clear picture of what exactly these bodies are doing.\".", "Għalhekk hawnhekk qed nistaqsi lill-prim ministru biex ikun trasparenti fuqhom dawn.", "\"They appear to escape regular direct parliamentary and official scrutiny.", "With unelected members and independence from ministers, there is no obvious mechanism by which quangos can be held to account for their activity.", "Appointments are unfair and secret.\".", "Hawnhekk il-Profs.", "Scicluna qed igħidilna li l-appointments fuq dawn l- awtoritajiet u fuq dawn l-aġenziji huma unfair and secret bil-mod kif isiru.", "Jingħad ukoll li:", "\"Appointments are normally made by the minister sponsoring the body.", "The concern has been that with little published information on the criteria for appointment, the system is open to patronage.\".", "Dan qed isemmi xi ħaġa li għal min jistudja s-soċjoloġija fuq governance, jiġifieri kif jitmexxa l-gvern, suppost li din hija xi ħaġa ta' l-antik, kif inħobbu ngħidu aħna.", "Pero' l-Profs.", "Scicluna qed igħidilna li llum f'dawn il-quangos is-sistema hija miftuħa għal dan il-patronage li bit- trasparenza, bl-effiċjenza u bir-riformi li nsemmu fiċ-ċivil, suppost li dan spiċċa kollu.", "\"The pool from which members have been drawn has tended to be too narrow because little information is available and there is a big risk of an undeclared conflict of interest.\".", "Sur President, nerġa' ngħid li qed nikkwota minn dak li kiteb Profs.", "Edward Scicluna biex ħadd ma jgħid li qed ngħidu hekk għax aħna membri ta' l- oppożizzjoni u moħħna biex nikkritikaw.", "Din hija realtà li qed jikkonfermaha bniedem li għandu ċerta stima u li għamel studju fuq dan is- suġġett.", "Minbarra li nitlob lill-prim ministru jagħtina rendikont fuq dawn l- awtoritajiet li semma Profs.", "Scicluna, nitolbu jagħtina spjegazzjoni wkoll ta' kif intnefqu Lm502,000 fuq public private partnership.", "Nixtiequ jgħid kemm minn din is-somma marru fuq personal emoluments u kemm fuq operational and maintenance expenses, kif ukoll x'kontroll għandu fuq l-infiq ta' dawn l-entitajiet u min huwa responsabbli.", "Nistaqsu wkoll bħala oppożizzjoni jekk il-gvern jistax jispjega li meta nafu li l-allowances normalment ikunu sostanzjalment anqas mill-pagi u s-salarji, kif fil-każ ta' l-ambaxxata ta' Brussell dawn l-allowances jammontaw għal 160% tal-ħruġ fuq pagi u salarji.", "Fil-fatt jien se nikkwotalu eżatt mill-estimi.", "Per eżempju, għal Dublin bħala salaries and wages għandna Lm50,000 waqt li bħala allowances għandna Lm36,900.", "Pero' għall-European Union bħala salaries and wages għandna Lm377,000 u bħala allowances għandna Lm598,900.", "Mela hawnhekk l-allowances huma kważi d-doppju tas-salaries and wages.", "Per eżempju, jekk tieħu l- każ tal-FAO bħala salaries għandek Lm36,300 u mbagħad bħala allowances għandek Lm26,000.", "L-istess Geneva fejn għandek Lm77,000 f'salaries and wages u Lm26,000 f'allowances.", "Għandek ukoll The Hague fejn f'salaries and wages qed ngħidu li se nonfqu Lm38,000 u fuq allowances se nonfqu Lm26,000.", "Allura jien nixtieq li l-prim ministru jispjega kif fil-każ ta' l-European Union dawn l-allowances huma ħafna iktar mill-pagi u mis-salarji meta fl- ambaxxati l-oħra qegħdin ngħidu li se jiġri bil-maqlub.", "Nixtieq li l-prim ministru jgħid ukoll kif f'diversi ministeri u dipartimenti l-ispiża fuq utilities din is-sena se tiżdied b'mod konsiderevoli.", "Per eżempju, fil-każ tal-ministeru tal-finanzi għandek Lm33,000 għall-utilities ̧ bħala actual expenditure tas-sena 2002, l-approved estimate tas-sena 2003 kien ta' Lm42,000 filwaqt li l-estimi għas-sena 2004 huma ta' Lm62,000.", "Imbagħad fil-każ ta' l-armed forces insibu 30% bħala utilities, Lm151,000 bħala actual expenditure għas-sena 2002, Lm152,000 bħala approved estimate għas-sena 2003 filwaqt li għas-sena 2004 hemm stmati Lm200,000.", "Għalhekk naħseb li jkun tajjeb li jkollna spjegazzjoni għalfejn l-ispiża fuq utilities din is-sena se tiżdied b'dan il-mod.", "Sur President, fil-budget speech tiegħu l-Ministru Dalli qal li l-għan ewlieni tagħna jibqa' li neqirdu l-inġustizzji taż-żewġ standards li jeżistu fl-etika tat-tmexxija u xogħol fis-settur pubbliku u fis-settur privat.", "Allura hawn jien nistaqsi għaliex il-gvern ma jestendix dan il- għan sabiex jeqred id-double standard li jeżisti bejn ħaddiema tas-servizz pubbliku u dawk f'aġenziji u istituzzjonijiet oħra parastatali.", "Jien diġà rriferejt għalihom u għan-nuqqas ta' trasparenza kbira li hemm fihom – dwar dan ikkummenta wkoll Profs.", "Edward Scicluna - fejn l-affarijiet isiru minn taħt, b'mod sigriet u b'mod ta' patronage.", "Allura dak li l-Ministru Dalli qal li għandu jsir bejn il-ħaddiema tal-gvern u tal-privat, għaliex m'għandux jiġi estiż ukoll bejn il-ħaddiema tal-gvern stess u dawk li qegħdin f'dawn l-aġenziji, awtoritajiet u korpi parastatali?", "Qed ngħid dan partikolarment fil-każ ta' salarji, allowances u positions li huma prattikament ta' l-istess livell.", "Jien tkellimt kemm-il darba dwar dan is- suġġett f'din il-Kamra għax kultant issib sitwazzjonijiet fejn ikollok bniedem f'dipartiment tal-gvern li f'xogħlu ma tantx ikun tajjeb, imbagħad għax ipoġġuh f'aġenzija jew f'awtorità, jingħatawlu kondizzjonijiet tax- xogħol aħjar, paga ħafna ogħla u jżidulu l-allowances ̧ donnu li f'daqqa' waħda dan isir effiċjenti u tajjeb.", "Il-kbira hi li f'ċerti każi dawn ikunu nies li kienu jaħdmu maċ-ċivil.", "Ma nistax nifhem kif jekk bniedem kien jaħdem maċ-ċivil ma kienx jagħti performance tajba, imbagħad għax jibdlulu l-kondizzjonijiet tax-xogħol u jibagħtuh f'awtorita' jew f'aġenzija jsir tajjeb.", "Dawn x'affarijiet huma?", "Kultant ikollna nġibu nies minn barra ċ- ċivil, għax kienu qalu li għandna bżonn injection ta' mentalità ta' nies li jaħdmu mal-privat, pero' ġieli ġew trasferiti nies mid-dipartimenti taċ- ċivil stess.", "Huwa għalhekk li jien qed ngħid li hemm diskrepanza bejn is-salarji u l- kondizzjonijiet ta' nies fid-dipartimenti tal-gvern u oħrajn li jaħdmu f'awtoritajiet u f'aġenziji meta l-pożizzjonijiet tagħhom ikunu prattikament l-istess u jkunu jagħmlu l-istess xogħol.", "Pero' trid tipparaguna wkoll is-salarji ta' dawk li jaħdmu fid-dipartimenti tal-gvern u li jagħtu xogħol tajjeb mas-salarji ta' ċerti executives, konsulenti u contract workers oħrajn.", "Din hija r-realtà taċ-ċivil pero' l-prim ministru m'għandux joqgħod jiġi hawnhekk, kif jagħmel is-soltu, u jgħidilna li aħna dejjem moħħna biex nikkritikaw.", "Issa mhux aħna biss qegħdin nikkritikaw u jien ninsab ċerta li l-prim ministru għandu fiduċja fi Profs.", "Scicluna għax dan kien jokkupa ċerti karigi fi żmien meta l-Onor.", "Fenech Adami kien fil-gvern.", "Jew forsi qabel kellu fiduċja fih u issa m'għandux?", "Huwa mportanti li nkunu nafuhom dawn l-affarijiet mhux billi noqogħdu ngħidu kemm irridu nagħmlu sagrifiċċji u kemm irridu naqtgħu minn hawn u minn hemm.", "Insibu wkoll sitwazzjonijiet fejn nies li jaħdmu maċ-ċivil ikunu qed jagħmlu prattikament l-istess xogħol imma jkun hemm baħar jaqsam f'dak li għandu x'jaqsam ma' kondizzjonijiet u salarji.", "GĦax kif qal il-Profs.", "Scicluna huwa l-ministru li jiddeċiedi l-affarijiet b'mod sigriet biex insaħħu n-networking u s-sistema ta' patronage li hawn f'dan il-pajjiż.", "Din hija t-trasparenza?", "B'dan il-mod se nġibuha l-effiċjenza?", "Jekk hawn mod antikwat ta' kif tagħmel l-affarijiet hija din is-sistema fejn tkompli tikber il-burokrazija biex noħolqu iżjed jobs għal dak, għal dik u għall- oħra.", "Din hija s-sitwazzjoni li teżisti f'pajjiżna.", "Hawnhekk nixtieq nerġa' nfakkar f'dak li qal il-prim ministru meta qal li aħna ma tkellimniex fuq xi ħaġa li ħarġet f'Ottubru li għadda; ħalliha li konna tkellimna imma insomma.", "Fil-fatt il-prim ministru se jkollu jieħu paċenzja bija għax fil-ftit ħin li baqagħli nixtieq nitkellem dwar id- drittijiet tan-nisa.", "Dan qal li ma tkellimniex fuq xi ħaġa li tlestiet xahrejn ilu imma kemm hija aktar serja li dan il-gvern m'għamel xejn fuq white paper li tirrigwarda settur li fih ħafna tbatija!", "In-nies li qegħdin f'dawn is-sitwazzjonijiet qed iċemplulna u jgħidulna: X'inhi tagħmel għalina l-klassi politika?", "Hawnhekk jien ikolli nibqa' nħares lejhom għax f'sitt snin ma sar kważi xejn biex f'dan il-parlament titressaq il-liġi dwar il-vjolenza domestika li l-gvern Laburista kien lesta l-white paper dwarha.", "Sur President ̧ minkejja li fis-sena 2000 il-Ministru Gonzi kien qal – fil- fatt din hija on record u qiegħda minuted ukoll - li sar-recess tas-sajf ta' dik is-sena, il-liġi dwar il-vjolenza domestika kellha tgħaddi minn dan il-parlament, għadda r-recess tas-sena 2000, ir-recess tas-sena 2001, ir-recess tas-sena 2002 u r-recess tas-sena 2003 u din il-liġi baqgħet ma ġietx quddiem dan il-parlament.", "Din il-liġi kienet ġiet magħmula bl-għajnuna ta' esperti Maltin li jafu sew ir-realtà Maltija fejn tidħol din il-problema fosthom l-avukati Lorraine Schembri Orland u Yana Micallef Stafrace.", "Kellna wkoll social workers, tobba u persuni li jieħdu ħsieb dar ta' kenn li għenuna fix-xogħol tagħna biex fassalna din il-liġi.", "Fil-preżent ninsabu f'sitwazzjoni fejn min ikun qed jissawwat ikollu jitlaq mid-dar.", "Ġeneralment ikunu n-nisa li jiġu msawta, speċjalment dawk li ma jkunux ekonomikament indipendenti ̧ li jkollhom xi żewġt itfal jew tlieta xi jġorru magħhom.", "Hija sitwazzjoni redikola fejn minflok ma jitlaq min ikun qed jagħmel il-vjolenza - għallinqas għall-perijodu sakemm din il-persuna tirriforma ruħha u fil-każ li ma tirriformax ruħha ̧ trid titlaq għal dejjem - ikollha titlaq il-vittma flimkien ma' wliedha għax ma tkunx tiflaħ tissaporti aktar.", "Dan qed jiġri għaliex għadha ma teżistix protezzjoni legali minħabba li l-gvern baqa' jkaxkar saqajh kważi sitt snin mingħajr ma ressaq din il-liġi quddiem il- parlament, liġi li saret b'ħafna galbu min-nies li jafu r-realtà Maltija sew.", "L-istess ġara fil-każ tal-liġi dwar iċ-childminding.", "Din il-liġi wkoll kienet saret mill-gvern Laburista u forsi qegħdin nistennew li tiġri xi diżgrazzja biex noħorġu r-regolamenti għal dan is-settur.", "GĦallinqas jekk m'għoġobhomx il-mod kif fassalna dawn iż-żewġ liġijiet li konna ressaqna aħna, jirranġawhom kif jidhrilhom huma.", "Wara kollox dawn għandhom il- maġġoranza u l-liġi se tgħaddi kif iridu huma imma għallinqas iressquha quddiem dan il-parlament.", "Dawn ikkummissjonaw studju u kull darba jgħidulhom li l-prijorità għandha tkun li joħorġu r-regolamenti fuq dan is- settur għaliex hemm ħafna abbużi, pero' għaddew dawn is-snin kollha u l- gvern baqa' m'għamel xejn f'dan ir-rigward.", "Pero' nkun qed niżbalja jekk ngħid li m'għamel xejn għax fil-budget tas- sena l-oħra l-ministru tal-finanzi kien ħabbar li se jagħti sussidju lil dawk il-ġenituri li jibagħtu lit-tfal tagħhom f'childcare centre liċenzjat.", "L-ewwelnett huwa tajjeb li nkunu nafu li f'Malta m'hawn l-ebda childcare centre liċenzjat għaliex qabel ma tgħaddi din il-liġi ma jistgħux jinħarġu liċenzji.", "Mela dan kien qed jidħak bin-nies meta semma s-sussidju għax jaf li fil-verità m'hawn l-ebda childcare centre liċenzjat.", "Fil-fatt matul din is-sena la ħarġu l-liċenzji għal dawn iċ-childcare centres u lanqas ingħata s-sussidju, jiġifieri qed nidħku bin-nies f'wiċċhom.", "Dak huwa li qed jagħmel il-gvern preżenti.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sur President ̧ kif jaf il-poplu Malti u GĦawdxi pajjiżna jinsab fi kriżi għax għandna problemi serji minn kull aspett, kemm finanzjarji kif ukoll ekonomiċi.", "U x'qed jagħmel dan il-gvern biex jipprova jsolvihom?", "Donnu l-viżjoni li għandu sabiex itaffi din il- problema hija billi jnaqqas il-ħaddiema u jżid it-taxxi u m'hu qed jieħu l- ebda inizjattiva biex jintroduċi miżuri ġodda li jistgħu jħallulna riżultati pożittivi biex intejbu s-sitwazzjoni ta' pajjiżna.", "Jekk wieħed iħares lejn il-ħames snin li għaddew f'dak li għandu x'jaqsam ma' riżorsi naturali jidher li m'għamel assolutament xejn.", "Hawnhekk nixtieq insemmi l-fatt li fit-territorju ta' pajjiżna tinstab ċertu materja prima u hawnhekk qed nirriferi għaż-żejt.", "Din mhux jien iddikjarajtha imma ddikjarawha diversi esperti.", "Fil-fatt in-Nazzjonalisti kienu qablu ma' dak li kien deher fil-gazzetti - kemm dik Nazzjonalista u anke dawk li jissapportjaw lill-gvern Nazzjonalista - fejn kien ġie ddikjarat li nstabu madwar 890 miljun barrels of recoverable oil directed in Maltese waters.", "Dan jindika ċar li m'hijiex ħrafa li pajjiżna għandu dawn ir-riżorsi naturali.", "Issa ħalli naraw x'għamel dan il-gvern u x'għamel il-partit Laburista meta kien fil-gvern bejn l-1996 u l-1998.", "Fit-18-il xahar li l-partit Laburista għamel fil-gvern mill-ewwel ħa l- inizjattiva u beda n-negozjati.", "Fil-fatt l-ewwel negozjati li għamel kien ma' l-Agip li permezz tagħhom ġie ffirmat ftehim fil-25 ta' Awissu ta' l- 1997.", "Huwa tajjeb li ngħid li permezz tal-ftehim li sar ma' l-Agip, il- gvern Nazzjonalista matul il-ħames snin li għaddew ̧ laħaq ftehim biex tħaffer bir bl-isem \"il-Lampuka\".", "Din hija waħda miż-żewġ inizjattivi li ħa l-gvern Nazzjonalista li mbagħad falla f'ħafna affarijiet.", "Ftehim li kien għamel il-gvern Laburista kien li fl-attivitajiet li jsiru fit-territorju tagħna għandhom jidħlu l-ewwel il-ħaddiema Maltin imma fil- verità ma kien hemm l-ebda ħaddiema Maltin li ġew impjegati u ma ngħata l- ebda servizz minn pajjiżna.", "Mela hawnhekk naraw li kieku ma kienx il-gvern Laburista dan il-bir ma kienx isir u ċerti kondizzjonijiet li daħħal il- gvern Laburista, b'mod speċjali dawk li jaffettwaw lill-ħaddiema Maltin, il- gvern Nazzjonalista ma tax kashom.", "Fil-5 ta' Mejju 1998 ġie ffirmat ftehim mal-kumpannija Awstraljana Black Rock Oil and Gas.", "Saru negozjati wkoll ma' kumpannija Awstraljana oħra Hardman Resources Ltd biex isir tiftix fil-baħar fil-Lvant ta' Malta u dan il-ftehim ġie ffirmat fl-14 ta' Awissu 1998.", "Jiġifieri dan il-gvern kulma għamel huwa li ġedded il-kuntratt li kien għamel il-gvern Laburista.", "Gvern Laburista għamel ukoll diskussjonijiet ma' kumpanniji taż-żejt dwar opportunatajiet ta' tiftix taż-żejt fl-ibħra tagħna u b'riżultat ta' dan ̧ aktar tard il-gvern Nazzjonalista għamel ftehim mal-Pancontinental Oil and Gas biex ikun jista' jsir l-oil exploration.", "Mela l-unika żewġ affarijiet li għamel dan il-gvern kienu frott ta' dak li kien għamel il-gvern Laburista.", "Imma x'jirriżulta s'issa?", "S'issa ma jirriżulta xejn.", "X'għamel aktar il-gvern Laburista?", "Il-gvern Laburista solva l-problema li kien hemm ma' l-Avoco fuq il-Medina Bank u allura setgħu jsiru diskussjonijiet ma' pajjiżi ġirien dwar il-blata kontinentali.", "Aħna konna ħadna passi kontra kumpannija Kanadiża li kienet qed topera fil-Mediterran taħt liċenzja Tuneżina u waqqafniha milli tagħmel attivitajiet fuq il-blata kontinentali li hija kontestata minn pajjiżna.", "Ittieħdu wkoll passi biex intlaħaq ftehim mal-Libja biex inkunu nistgħu nagħmlu esplorazzjoni bi sħab f'medda ta' baħar li hija kontestata kemm mal-Libja u kemm mat-Tuneżija.", "Dan ifisser li f'sena u tmien xhur għamilna dawn l-attivitajiet kollha u l- gvern preżenti m'għamel xejn dwar l-inizjattiva li ħadna mal-Libja biex nagħmlu joint venture flimkien għat-tiftix taż-żejt.", "Mhux talli m'għamel xejn, talli jmissu jistħi li ma kompliex fuq dak li għamel il-gvern Laburista, imbagħad proprju sentejn wara li tela' fil-gvern iddikjara li Malta pproponiet lil-Libja li jagħmlu ftehim biex iħaffru għaż-żejt flimkien – hawn qed ngħid dak li kien deher fil-gazzetta - mentri dan il- ftehim kien sar fis-sena 2000.", "Niġu issa għas-sena 2003 fejn il-prim ministru f'mistoqsija supplimentari qal li se nibdew id-diskussjonijiet biex flimkien naslu ħalli nħaffru fejn hemm din il-kontestazzjoni.", "Mela din il-ħaġa kien bdiha gvern Laburista madwar ħames snin ilu u minkejja li l-gvern Nazzjonalista, sentejn wara li tela' fil-gvern kien qal li se jiddiskutiha, s'issa, ħames snin wara, għadu qed jgħid li se jibda d-diskussjonijiet.", "Dan huwa kollu ħela ta' ħin u forsi qed jgħid hekk issa għax waslet l-elezzjoni ġenerali għall-MEPs u allura qed jużaha biex jagħmel propaganda.", "Imbagħad kienu pprovaw jakkużaw lilna li aħna nipprovaw insemmu din il-kwestjoni meta tkun ġejja xi elezzjoni!", "Hawnhekk ikun tajjeb li ngħid li waħda mill-attivitajiet li kien għamel il- gvern Laburista f'dak li għandu x'jaqsam ma' tħaffir taż-żejt kienet proprju li jsir it-tħaffir tal-bir f'GĦawdex.", "Il-ftehim biex isir dan it- tħaffir kien sar eżatt meta tlajna fil-gvern.", "Fil-fatt ftit xhur wara li tlajna fil-gvern konna ġibna l-fondi mill-Italja u bdejna nħaffru.", "Min kien jaf li sena u tmien xhur wara kienet se ssir elezzjoni oħra?", "Dan juri li aħna ma konniex qed nagħmlu dan kollu għax kienet ġejja l-elezzjoni imma għax kien hemm indikazzjonijiet ċari li hemm materja prima.", "Kien il-gvern Nazzjonalista u proprju l-prim ministru li uża propaganda qarrieqa dak iż- żmien għax qabel l-elezzjoni qal li m'hemmx żejt.", "U minbarra li qal li m'hemmx żejt, fil-ġurnal \"In-Nazzjon\" ta' l-24 ta' Awissu ta' l-1998 kien akkużana hekk:", "\"Madankollu dawn ...\"", "Hawn qed jirreferi għat-Taljani li qed iħaffru għall-bir.", "\"... qed issirilhom pressjoni min-naħa tal-gvern biex almenu jibqgħu iħaffru fil-post sa l-elezzjoni.\".", "Ara daqsxejn!", "Dan beda jinstiga wkoll li qed nisforzaw lil xi ħadd iħaffer biex jindika li taparsi qed isir ix-xogħol.", "Mela qabel l-elezzjoni qalu li m'hemmx żejt u li aħna qed nisforzaw lill-ħaddiema biex ikomplu jħaffru, imbagħad wara l-elezzjoni l-prim ministru qal li l-ewwel awtorizzazzjoni li ta kienet biex jestendi t-tħaffir tal-bir f'GĦawdex.", "Fil-fatt f'ġurnal lokali dan kien qal hekk:", "\"Proprju kien f'dan il-laboratorju ...\"", "GĦax qal li għamlu xi testijiet.", "\"... li fil-jiem li għaddew kien ikkonfermat li ċerti fdalijiet li ttellgħu kien fihom kontenut ta' żejt jew aħjar traċċi li juru li fl- inħawi fejn kien qed isir it-tħaffir kien hemm sinjali pożittivi.\".", "Wara l-elezzjoni qal ukoll li:", "\"Fil-fatt il-gvern ġdid Nazzjonalista kien awtorizza mill-ewwel li t- tħaffir ikompli.", "Tul dan il-proċess qed ikun hemm indikazzjoni pożittiva ta' preżenza ta' gass li tagħti wkoll indikazzjoni ta' preżenza ta' żejt.", "Aktar ma t-tħaffir qed jinżel fil-fond aktar qed jikbru l-indikazzjonijiet tal-preżenza ta' dawn iż-żewġ minerali.\".", "Dan kollu jfisser li l-partit laburista fil-gvern ħa diversi inizjattivi biex tinstab il-materja prima li hemm fit-territorju tagħna li tista' ssolvielna ħafna problemi, kemm finanzjarji u kemm ekonomiċi ̧ u b'hekk inkunu nistgħu ntejbu l-ħajja taċ-ċittadin Malti u GĦawdxi.", "Fil-fatt iż- żewġ inizjattivi li ħa l-gvern Nazzjonalista kienu frott tal-gvern Laburista pero' mbagħad f'dawn il-ħames snin m'għamel xejn.", "Issa għax waslet l-elezzjoni tal-parlament Ewropew qed jgħid li se jagħmel taħdidiet mal-Libjani biex iħaffru fil-blata kontinentali fejn hemm il-problemi tal- kontestazzjoni.", "Sur President ̧ fid-diversi interventi li saru biex toħroġ il-verità dwar il- bir f'GĦawdex l-indikazzjoni kienet li hemm riżultati pożittivi.", "Il-prim ministru saħansitra tkellem fi programm tal-PBS fejn qal li l-ħofra saret bir.", "Naturalment ir-recording ta' dan il-programm issa tħassar u minjaf x'sar minnu jiġifieri l-ingann ta' dan il-gvern issibu f'kull qasam, anke f'dan il-qasam li huwa tant vitali għal pajjiżna.", "Qabel ma nagħlaq, għax il-ħin huwa limitat, nixtieq infakkar lill-prim ministru x'qal ftit ilu fuq il-politika ta' serjetà, fejn qal hekk:", "\"Il-pajjiż jistenna politiċi kredibbli li jemmnu dak li jgħidu imbagħad jitwemmnu f'dak li jwettqu għax iwettquh b'serjetà.\".", "Din tgħodd għall-prim ministru u għall-gvern Nazzjonalista.", "Fil-ftit ħin li kelli jien urejt li l-partit Laburista ħadem fl-interess ta' pajjiżna u ntenni li jrid ikun hu biex tinstab din il-materja prima għax jidher li hemm xi intriċċi.", "Jien ngħid li sakemm ikun hemm il-partit Nazzjonalista fil-gvern dan il-pajjiż ma jeħux ruħ.", "Nirringrazzjak.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Hawn rimarki?", "L-Onor.", "Joe Debono Grech.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Mr Speaker, fil-ftit ħin li għandi nixtieq inġib a konjizzjoni ta' dan il-parlament u anke tan-nies in ġenerali t-taħwid u t- tħarbit li għandna fl-armata.", "Dan mhux qed ngħidu jien jew il-partit Laburista imma qed igħidu kulħadd.", "Ċertu bniedem li ma felaħx jara aktar bużullotti u ħneżrijiet isiru fl- armata, kiteb lill-prim ministru attwali fuq dak li kien hemm għaddej hemmhekk.", "Dan l-individwu ma staħax jgħid li meta kien għamel rapporti lill-Onor.", "Sant ̧ dan ħa l-passi dovuti.", "Pero' dan għamel rapporti wkoll lill-prim ministru preżenti.", "Iżda minflok ma ndagajna ħalli naraw jekk l- affarijiet li kienu qed jingħadu kenux minnhom, minflok ma bgħatna għalih u tlabnih biex jissostanzja dak li qed jgħid ̧ l-uffiċjal responsabbli baqa' għaddej minn fuqu, kiteb lill-arċisqof u qallu biex ineħħih minn kappillan ta' l-armata; bil-pulit qalulu li huwa persona non grata.", "Dan kollu għax Fr VicGeorge għamel tliet ġimgħat jikteb f'\"It-Torċa\".", "Pero' wara tliet ġimgħat jikteb fil-gazzetti ħadd ma ħariġlu stqarrija li dak li kien qed igħid mhuwiex veru.", "GĦax il-kappillan ta' l-armata x'interess għandu li jigdeb?", "Dan la jrid jilħaq brigadier u lanqas irid jilħaq ġeneral!", "Kif spjega huwa stess, l-interess tiegħu hu - s'issa għadu ma merih ħadd - l- interess tas-suldat iż-żgħir.", "GĦaliex?", "GĦax iż-żgħir ma jisimgħu ħadd.", "Imma ħadd ma kellu l-kuraġġ joħroġlu stqarrija u jgħidlu li dak li kiteb mhuwiex veru.", "Issa x'inhu r-riżultat ta' dan kollu?", "Ir-riżultat hu li s- suldat iż-żgħir baqa' mfarrak, il-promozzjonijiet ingħataw u naf min ħa promotion meta lanqas biss kien imur għax-xogħol!", "Pero' l-affarijiet isiru bil-grazzja.", "Sur President ̧ ftit żmien qabel l-elezzjoni, biex jieħdu l-vot tas-suldati u tal-familji tagħhom, il-brigadier Montanaro kien ħareġ jgħidilhom hekk lis-suldati:", "\"Qed jerġa' jiġi kkonfermat li l-politika tal-gvern li tirregola l- parteċipazzjoni tal-membri ta' l-FAM f'operazzjonijiet umanitarji u ta' salvataġġ mill-forza ta' reazzjoni rapida ta' l-Unjoni Ewropea, hija biss fuq bażi volontarja.", "Uffiċjali kmandanti għandhom jaraw li din il-politika tal-gvern titqiegħed għall-attenzjoni ta' kull membru tal-forzi armati.", "Uffiċjali kmandanti għandhom jassiguraw li kull membru ta' l-FAM ikollu kopja ta' din il-general order sas-7.00 p.m. l-Erbgħa 5 ta' Marzu, 2003.\".", "Din l-ordni lanqas biss intbagħtet bil-posta imma daħħlu nies biex iqassmuha ħalli tasal għand kull suldat sa l-4 ta' Marzu minħabba l- votazzjoni tat-8 ta' Marzu ta' l- 2003.", "Huwa veru li din li jingaġġaw fir- rapid reaction force kienet fuq bażi volontarja ̧ għax il-brigadier Montanaro mhu se jidħak b'ħadd, pero' mbagħad lil min ma riedx imur żammewlu l-promotion.", "Pero' dawn marru għand l-ombudsman li ressaqhom quddiem il-prim ministru u quddiem din il-Kamra hu stess jiġifieri kulħadd jaf b'dawn il-ħneżrijiet.", "Iżda xorta baqgħu ma tteħdux passi għax il- brigadier Montanaro jgħid li lilu l-ombudsman ma jorbtux.", "GĦaliex ma jorbtux?", "GĦax il-brigadier Montanaro għandu ħobżu maħbuż u wara li jispiċċa fi żmien ftit ġimgħat oħra, disgħa u disgħin fil-mija se jsib ruħu Kastilja bħala konsulent.", "Ma rridux ninsew li dan huwa wieħed mill-ħbieb tal-ħbieb u wieħed mill-blue-eyed boys.", "L-iskop huwa biex min se jilħaq minflok il-brigadier Montanaro ma jkollux ċerta saħħa għax ikun l-istess Montanaro li jkun qed imexxi u mhux il-ġdid.", "Issa ħalli ngħaddi għal xi ħaġa oħra.", "Ngħidu li m'għandniex flus pero' jien nidħak meta nisma' dan.", "M'għandux flus dan il-poplu?", "Dan il-poplu daħħal Lm600 miljun mill-Unjoni Ewropea!", "Mela nsejna x'kien qal il-prim ministru, x'kien qal il-president ta' Malta u x'kien qal l-Onor.", "Josef Bonnici?", "Dawn lejliet l-elezzjoni ta' l-1998 kienu qalu li Malta se tibda tieħu Lm100 mijlun fis-sena mill-Unjoni Ewropea.", "Mela llum qegħdin fis- sena 2003 u suppost li s'issa ħadna Lm600 miljun.", "Imbagħad niġu ngħidu li m'għandniex biex nattrezzaw ruħna!", "Tidħkux taf, imma l-armata qed tgħid li m'għandhiex biex tixtri l-bżonnijiet tagħha.", "Mela fejn marru dawn is-Lm600 miljun li suppost ġibna mill-Unjoni Ewropea?", "X'għandna llum fl-armata?", "Kif se nżommuhom lill-klandestini milli jersqu lejn xtutna?", "Il-laneċ li għandna huma bil-ħsara u allura nitfgħuhom hemm isfel għax m'għandniex biex insewwuhom.", "GĦandna wkoll karozzi bil-ħsara u oħrajn antiki li aktar qed nonfqu fuqhom f'manutenzjoni milli kieku kellna nixtru oħrajn ġodda minflokhom.", "Is-sabiħa hi li meta mmorru nixtru erba' boltijiet biex nirranġaw xi karozza jgħidu li m'hemmx flus, imbagħad imorru għand xi wieħed Ħal Qormi u jgħidulu: Agħtina erba' boltijiet imbagħad narawk!", "Hekk qed insewwuhom il-karozzi ta' l-armata!", "U mbagħad niftaħru li se mmorru niġġieldu fl-Ewropa!", "Hawnhekk ikun tajjeb li ngħid li nfaqna Lm280,000 fuq ħames karozzi li la huma bulletproof u lanqas huma mineproof.", "Issa dawn irridu mmorru niġġieldu bihom l-Ewropa, jew l-Iraq, jew fejn jibagħtuna biex inżommu l- paċi!", "Dawn m'humiex tajbin u qalulhom li m'humiex tajbin.", "Aħna naqblu li min ikun se jmur jiġġieled jingħata uniformijiet u armi sofistikati pero' lanqas hu sew li lil dawk li ma jaċċettawx li jmorru bħala voluntiera nagħtuhom il-loqom.", "Per eżempju ̧ jien nistħi ngħid li għandna suldati bl- uniformi mraqqgħa!", "Imissna nistħu.", "Sur President ̧ hawnhekk nixtieq niġbed l-attenzjoni tal-prim ministru li huwa responsabbli mis-sigurtà tal-pajjiż.", "Jien nidħak filgħodu meta nkun għaddej minn fejn ċerti ambaxxati u nara suldati għassa mingħajr sigurtà ta' xejn.", "Inutli jkollok suldat għassa ma' l-ambaxxata b'biċċa arma f'idejh li llum hi obsolete u ma jkollu xejn x'jipproteġih meta nafu li hawn dan l-inkwiet kollu fil-Mediterran.", "Imma donnu li għalina kollox jgħodd u kollox jibqa' għaddej.", "Ara lil min se jmur jiġġieled barra, dak tajnih uniformi u tajnih affarijiet tajbin mija fil-mija.", "Din mhix ħaġa ħażina għax jekk se tmur tiġġieled barra minn pajjiżek irid ikollok affarijiet tajbin.", "Aħna m'aħniex ngħidu li dan m'għandux isir, imma min hu għassa ma' l-ambaxxati qiegħed fil-periklu daqs wieħed li se jmur jiġġieled barra minn Malta u lil dan għandna nieħdu ħsiebu u naraw li veru jkollu s- sigurtà li tixraqlu.", "Imma aħna nafu li f'pajjiżna m'għandniex sigurtà.", "Fl- Iraq hemm daqs dik sigurtà u jgħolluhom kuljum, aħseb u ara hawnhekk!", "Forsi tgħiduli li nixtieq id-deni.", "Le, jien ma nixtieqx deni.", "Imma la llum qegħdin f'dan l-inkwiet u la se nkunu qed nagħmlu parti mill-Ewropa - morna niftaħru li l-Amerikani u l-Ingliżi għamlu sew li nvadew l-Iraq – irridu nkunu aktar konxji tan-nuqqas ta' sigurtà li teżisti għax in-nies mhix moħħha fis-sigurtà.", "Issa ħalli ngħid xi ħaġa fuq il-klandestini.", "Jien mhux qed ngħid li lil dawn in-nies m'għandniex nilqgħuhom, għax ħafna minnhom ikunu ġew hawnhekk wara li f'pajjiżhom ma jkunux sabu dak li jixtiequ ̧ imma lanqas hu sew li min ikun għassa magħhom isib ruħu fil-periklu.", "Fil-fatt qed naraw x'inhu jiġri u ma jiġrix.", "U wara li konna ngħajru ħafna liċ-Ċiniżi komunisti, ġibna l-armi ġodda mingħandhom pero' dawn m'humiex tajbin biex immorru niġġieldu bihom mar-rapid reaction force u mal-kumplament tal-pajjiżi ta' l- Ewropa.", "Fil-fatt issa l-gvern qed jitlob quotations biex inġibu armamenti mill-Amerika jew mill-Ġermanja għaliex dawk li ġibna miċ-Ċina m'humiex tajbin.", "Ma rridux ninsew li fl-armata Ewropea li se titwaqqaf ̧ dawn ma taċċettahomx.", "Aħna mhux qed ngħidu li min irid imur m'għandux imur, għax min hu voluntier u jrid imur ħadd mhu se jżommu.", "Imma lanqas hu sewwa li ssir diskriminazzjoni ma' dawk li m'offrewx ruħhom bħala voluntiera u meta mbagħad niġu għall-promotions, dawn jinqabżu.", "Din m'hijiex fair.", "U dawn l-inġustizzji jaf bihom il-prim ministru għax kien hemm min kellmu.", "Fil-fatt ̧ kif għedt fil-bidu ̧ kien hemm min kiteb lill-ombudsman u kien hemm min kellem lill-kappillan ta' l-armata.", "U kif għedt ukoll il- kappillan ressaqhom quddiem l-ex-prim ministru, l-Onor.", "Alfred Sant u dan ħa l-passi mill-ewwel.", "Pero' llum ma nafux ħadux passi.", "Jien ma naħsibx li ħadu passi għax skond kif qal il-kappillan ta' l-armata, talli kien raġel u wassal lill-prim ministru dawn l-affarijiet, minflok ma l-prim ministru ħareġ jiddefendih ...", "U qed nistaqsi jekk ħariġx jiddefendih jew le, għax jekk ħareġ jiddefendih għandu jgħidlu lill-brigadier Montanaro li daħak bih.", "Imma jekk il-prim ministru lil Montanaro jħallih miexi kif aħna mexjin ikun ifisser li l-kappillan kellu raġun.", "Sur President, kif għedt aktar qabel il-brigadier Montanaro wasal biex jispiċċa pero' issa beda jdur 'l hawn u 'l hemm.", "Kien hemm ċerti sezzjonijiet li qatt ma kienu rawh f'erba' snin u nofs imma issa qed javżawhom li jkun ġej għax qed joqgħod idur u jagħqad.", "Il-prim ministru ̧ li suppost jiltaqa' ma' l-assoċjazzjoni tagħhom kull sitt xhur, f'erba' snin u nofs iltaqa' magħhom biss xi darba jew tnejn.", "Issa għax ġibdulu l- attenzjoni li fil-promozzjonijiet qed issir il-korruzzjoni, biex jgħattu kollox, jibagħtek kors u wara li jibagħtek il-kors inti tinqabeż.", "Pero' mhux din hi s-sabiħa.", "Jgħidlek li offrielek kors imma fil-verità l-kors li jkun offrielek ma jkunx jaqbel max-xogħol tiegħek.", "Imbagħad lil ħaddieħor, li jkun irid ilaħħqu għax ikun ħabib tal-ħabib, jibagħtu għall- kors li jkollu bżonn verament.", "Kien hawn min laħaq surġent u qabeż lil kulħadd anke jekk kellu ruxxmata crimes ta' l-army kontra tiegħu.", "U jien lill-brigadier Montanaro nistaqsih: Kif sar dan?", "X'ġara?", "Min qed jarahom il-complaints ta' dawn in- nies?", "Saru ħafna inġustizzji ma' dawk is-suldati li ma redux imorru jiġġieldu l-gwerer ta' ħaddieħor bħala voluntiera – għax fir-realtà din m'hi paċi xejn imma tkun qed tiġġieled il-gwerer ta' ħaddieħor - u ħafna minnhom dawn spiċċaw biex tawhom transfer.", "Jien mhux qed ngħid li suldat m'għandux jieħu transfer għax la tkun suldat trid taqdi lil pajjiżek, imma mhux jagħtik transfer għax ma taqbilx li tmur tiġġieled il-gwerer ta' ħaddieħor.", "Biżżejjed iġġelidna gwerer ta' ħaddieħor!", "U x'ħadna?!", "X'ħa l- poplu Malti?!", "Issa ħalli nerġa' niġi għall-klandestini.", "Jien mhux qed ngħid li għandna mmorru nilqgħuhom bl-armi u bl-azzarini imma lanqas hu sew li lil dawk is- suldati li jkunu għassa mal-klandestini - ġeneralment dawn ikunu xi tnejn jew tlieta - nagħtuhom biċċa lembuba.", "Jien mhux qed ngħid li lill- klandestini għandhom isawtuhom, għax ħadd m'għandu jissawwat, imma lis- suldati li jkun hemm għassa magħhom lanqas it-tilqim neċessarju m'aħna qegħdin nagħtuhom.", "Kulħadd jaf x'tip ta' mard jistgħu jkunu qed iġorru fuqhom dawn il-klandestini li ħafna minnhom ikunu ġejjin minn pajjiżi Afrikani.", "Fil-fatt min ikun sejjer l-Afrika jagħtuh diversi tilqim.", "U ħafna mix-xogħol li qed isir għall-klandestini ...", "Mela nivvotaw il-flus għall-armata biex imbagħad dawn il-flus imorru għall-klandestini!", "Fil-fatt l-armata tinsab diżilluża u mfarrka għax m'hemmx motivazzjoni.", "Pero' ma jistax ikollok motivazzjoni meta tkun taf li fil-promotion se tinqabeż.", "Punt li nixtieq insemmi huwa fuq it-turretta fejn hemm rebus sħiħ.", "Illum m'għandix ċans noqgħod nitkellem fuq it-turretta, imma la jkolli xi aġġornament inkun nista' ngħid x'taħwid qed isir fit-turretta.", "Hemmhekk is- suldati qed jidħlu overtime għalxejn.", "Fil-verità r-roster tkun ilha lesta, imma għas-Sibt u l-Ħadd qed issir roster ġdida biex ikunu jistgħu jidħlu overtime għalxejn.", "Imbagħad niġu ngħidu li rridu niffrankaw il-flus!", "Imbagħad xi ngħidu dwar ir-roadblocks?", "Qabel għax konna nagħmlu r- roadblocks kienu jgħidu li aħna pajjiż militari.", "Fil-fatt dan mhu veru xejn għax ir-roadblocks li kienet tagħmel l-armata kienu jkunu ta' għajnuna għall-pulizija.", "Jien mhux qed ngħid li l-pulizija mhumiex tajbin f'xogħolhom imma meta kienu jsiru r-roadblocks kien hawn is-serjetà u nqabdet ħafna droga u affarijiet illegali oħra.", "Dawn huma affarijiet li lill-armata suppost igħinuha.", "Pero' llum lis-suldati mhux veru qegħdin ngħinuhom.", "Illum is-suldati jinsabu demoralizzati u min ma jaqbilx miegħi ngħidlu li mhux qed jgħix f'Malta.", "Jien mhux qed ngħid li t-tort huwa kollu tal-prim ministru, imma nafu li lil min hu responsabbli ġibdulu l- attenzjoni rigward il-promozzjonijiet u l-inġustizzji li qed isiru mas- suldati imma dan baqa' ma tax kas.", "Issa lil dan il-bniedem ̧ minkejja li farrak armata, meta jispiċċa se nlaħħquh konsulent.", "GĦaliex dan?", "Jien ngħid li l-inġustizzja saret anke mal-kappillan għax dan tkeċċa wkoll.", "Sur President, illum qed ngħidu ħafna paroli pero' nibqgħu ma ningħatawx risposta għall-mistoqsijiet li nagħmlu.", "Jekk il-prim ministru jrid ikun jaf x'hemm fl-armata jrid jinsa lil dawk ta' fuq u jibgħat għaż-żgħir għax iż-żgħir qed ibati u jweġġa' u ma jistax jitkellem jew jieħu l-passi għax jitfarrak.", "Għalhekk jekk verament irridu nġibu l-armata 'l quddiem irridu ngħinu liż-żgħir għax iż-żgħir jinsab imfarrak, u nibqa' ngħidha li ż-żgħir jinsab imfarrak.", "Nixtieq nagħmel ukoll xi mistoqsijiet.", "Ir-rakkmandazzjonijiet dwar il- promozzjonijiet fuq liema kriterji qegħdin isiru; fuq il-kulur jew fuq il- ħbieb tal-ħbieb?", "Hekk qegħdin jingħataw il-promozzjonijiet fl-armata?", "Hemm min suppost ħa promotion żmien ilu u baqgħu ma tawhielux.", "Per eżempju ̧ kien hawn suldati li għażlu li jsiefru bħala voluntiera għax qalulhom li se jagħtuhom paga għolja.", "Dan huwa veru, imma meta jibda jnaqqaslek minn hawn u jnaqqaslek minn hemm ̧ tiġi bl-istess paga ta' Malta, kif qal il-kappillan meta fiehem lis-suldati u fil-fatt ħafna minnhom għalhekk irtiraw.", "Fil-fatt ħadd ma qallu li dak li kien qed igħid ma kienx veru.", "Imbagħad hemm oħra.", "Meta se mmorru niġġieldu - jew se mmorru għall-paċi biex ngħiduha hekk - se nkunu taħt it-Taljani.", "GĦaliex se nkunu taħt it- Taljani?", "Mela aħna m'aħniex nazzjon daqs it-Taljani?", "Veru li aħna m'aħniex pajjiż kbir daqs l-Italja, imma għaliex is-suldati tiegħi għandhom imorru jiġġieldu taħt it-Taljani jew taħt nazzjon ieħor?", "Issa hawn min jgħidlek li l-Ingliżi jmorru taħt l-Amerikani, imma jien niġi naqa' u nqum x'jagħmlu l-Ingliżi għax aħna min-nies tagħna jimpurtana!", "Qegħdin naraw x'safety se jkollhom dawk li se jmorru jiġġieldu għall-paċi?", "Jekk suldat jiġi lura mweġġa' se nagħmlulu bħalma għamilna lil dak is- suldat li weġġa' fuq ix-xogħol u talli qeda dmiru keċċejnieh?", "Anzi, lil dan is-suldat lanqas kellna d-diċenza ngħidulu li spiċċa, imbagħad wara tliet xhur qalulu li spiċċa għax ma kienx għadu tajjeb.", "Hekk se nagħmlulhom lil dawk li se jmorru jiġġieldu barra minn Malta?!", "L-aqwa li mmorru hemmhekk u ngħidu li Malta qiegħda tieħu parti fir-rapid reaction force!", "Imma x'assigurazzjoni se jkollhom dawn?", "Sur President, qabel semmejt li nfaqna Lm280,000 f'karozzi li mhumiex tajbin għal dan ix-xogħol.", "Dan mhux aħna għidniehulhom, imma lil min xtrahom qalulu li mhumiex tajbin għal dan ix-xogħol.", "Imma l-aqwa li xtrajnihom!", "Allura min ta l-parir biex jinxtraw dawn il-karozzi?", "Hekk irridu mmexxuha l-armata?", "GĦalfejn se nonfqu l-flus biex immorru niġġieldu l-gwerer ta' ħaddieħor meta lanqas għandna flus biżżejjed biex nieħdu ħsieb l-armata tagħna?", "Il-poplu jinsab imdejjaq għax jaf li m'għandux sigurtà.", "Aħna nitkellmu man- nies u naħseb li anke l-membri tan-naħa l-oħra jitkellmu man-nies u jafu li dawn jinsabu mbeżżgħin minħabba li f'pajjiżna m'għandhiex sigurtà.", "Diġà għidt li lanqas laneċ tajbin m'għandna għax minjaf kemm-il darba ħarġu bil- laneċ u kellhom idaħħluhom lura rmunkati.", "Pero' aħna hekk nagħmluhom l- affarijiet!", "Jien qed ngħid dawn l-affarijiet mhux biex nikkritika jew biex nieħu xi penz imma biex min hu responsabbli jkun raġel biżżejjed u jgħid: Lil dak is- surġent, lil dak is-suldat, lil dak il-fizzjal jien kissirtlu l-karriera tiegħu għax kien ħaqqu promotion u ma tajthielux u allura kellu jitlaq.", "Dawn huma l-affarijiet li qed iweġġgħuhom lis-suldati u meta l- assoċjazzjoni tressaq xi ilment ̧ nitfgħuh fil-ġenb u ma nagħtux kas ta' dak li jkun ġara.", "Jien naħseb li l-inqas ħaddiema li huma stmati bħala impjegati tal-gvern huma s-suldati għax dawn għandhom karozzi mkissrin u trakkijiet li lanqas jinġabru.", "Mhux billi fil-festi nazzjonali niġu hawn u narawhom jimmarċjaw u nċapċpulhom, għax il-maġġoranza tas-suldati jinsabu mweġġgħin.", "Pero' hemm min hu gawdut u qiegħed xalata.", "Hemm min lanqas għax-xogħol ma jmur, imma l-maġġoranza tas-suldati jinsabu mweġġgħin.", "Jien se nagħlaq hawn pero' 'l quddiem irrid nitkellem fuq is-suldati.", "Il- partit Laburista lis-suldati mhux se jibagħtilhom karta bħal din biex jeħdilhom il-vot u jgħidilhom li huma voluntiera.", "Aħna lil dawn is-suldati qed ngħidulhom - din qed ngħidha f'isem il-partit laburista - li għad issir ġustizzja magħhom, jiġri x'jiġri.", "Lil min qed isofri dawn l-inġustizzji niggarantilu li meta għada pitgħada jkun hemm il-partit Laburista fil- gvern, nagħtuh ir-rimedju.", "Qabel ma nagħlaq id-diskors tiegħi nixtieq nawgura l-Milied it-tajjeb u sena mimlija risq lil dawn in-nies tas-servizz li jagħmlu ħafna xogħol li ma jidhirx, - il-poplu dan ix-xogħol ma jistax japprezzah għax ma jafx bih - lill-familji tagħhom u lil dawk li batew taħt gvernijiet Nazzjonalisti.", "Jien lil dawn inwegħedhom li meta 'l quddiem il-partit Laburista jerġa' jkun fil-gvern jieħu ħsiebhom.", "Nirringrazzjak.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Il-kap ta' l-oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, resqin lejn it-tmiem ta' dan id- dibattitu fuq il-budget li kien karatterizzat mit-tema li ssettja l-prim ministru nnifsu, li psikoloġikament u politikament baqa' fi stat ta' ċaħda.", "Dan jiċħad li pajjiżu qed jiffaċċja kriżi ta' qgħad, taxxi u dejn.", "Quddiemna għandna stat ta' ċaħda psikoloġiku u politiku.", "Wara li tlaqna bl-għajta ta' money no problem u bqajna mexjin għal snin twal fuq dik it-triq, il-gvern issa daħħalna fi sqaq, fi trianglu vizzjuż.", "M'hemmx dubju li r-responsabbiltà hi tal-prim ministru għax hu kien li varah is-slogan ta' \"money no problem\".", "Dan huwa trianglu vizzjuż li minn din in-naħa nibqgħu nirrepetuh għax hemm qiegħda tixgħel il-bozza tal-kriżi dwar qgħad, taxxi u dejn.", "Xi kultant minkejja dan l-istat ta' ċaħda, toħroġ imbagħad stqarrija li fl-aħħar tirrealizza li l-gvern qed jopera kważi fuq bażi skiżofrenika.", "Waqt li l-prim ministru dejjem għaddej qisu money no problem u jiġġustifika l-affarijiet u l-ħneżrijiet li għaddejjin, kellna mbagħad il-ministru responsabbli mill-investimenti li għallinqas fl- aħħar beda jgħidilna xi problemi qed jiffaċċja fil-korporazzjonijiet u fl- aġenziji tal-gvern.", "Imbagħad jeżisti stat ta' ċaħda fuq livell ieħor.", "Meta jqumu dawn il-konstatazzjonijiet tal-problemi veri li jeżistu, Alla jbierek jieħdu l-arja li qishom m'għandhomx x'jaqsmu ma' dan kollu.", "Qishom ir-responsabbiltajiet mhumiex tagħhom.", "Qishom mhux huma kienu qed imexxu.", "Imbagħad jiġi l-ministru responsabbli mill-investiment jgħidilna xi problema kbira għandna fl-Enemalta u kemm ilha sejra din il-problema.", "Fl- Enemalta m'hemmx management, la fin-nofs u lanqas fuq.", "U issa qed jgħidu li ilhom jafu biha mill-1990.", "Bejn l-1996 u l-1998, meta konna fil- gvern aħna, irrealizzajna u konna bdejna naħdmu biex insolvu din il- problema, imma mill-1998 sal-lum baqa' ma sar xejn.", "Ta' min hi r- responsabbiltà jekk mhux tal-gvern immexxi mill-Onor.", "Fenech Adami?", "F'qasam wara l-ieħor hemm dawn il-problemi kbar li qed joħolqu dan il-piż u dan il-madmad fuq il-pajjiż.", "It-triq tal-money no problem hu responsabbli għaliha l-Onor.", "Fenech Adami.", "U qed naraw issa li money no problem għax effettivament il-gvern baqa' jeħxien, jeħxien u jeħxien u t-toqol tiegħu qed joħnoq l-opportunitajiet ġodda f'dan il-pajjiż.", "Pero' minflok ma l- gvern qed jipprova jsewwi din il-ħaġa billi jagħmel id-dieta ...", "Fil-fatt hemm bżonn li jagħmel id-dieta l-gvern imma li tagħmel id-dieta ma jfissirx li għandek tqatta' fis-servizzi soċjali.", "Id-dieta tfisser li l-ispejjeż li għaddejjin tikkontrollahom.", "U nistgħu nsemmu affarijiet li l-Onor.", "Gatt ma semmihomx fosthom il-każ fil-Medigrain li għalquha.", "Fil-Medigrain – din kienet kumpannija relattivament żgħira - taħt il-gvern ta' l-Onor.", "Fenech Adami, apparti milli appuntaw iċ-chairman tal-qalba tagħhom, appuntaw ukoll deputat chairman, is-Sur Pawlu Abela ̧ li huwa tal- qalba tagħhom ukoll – dan ma kienx hemm bżonnu - b'paga ta' Lm6,000.", "U f'temp ta' sena s-safar li għamlu ċ-chairman u d-deputat chairman fuq il- Medigrain sploda.", "Fejn qabel qatt ma kienu jsiefru, f'daqqa' waħda siefru xi 22 darba.", "Hawnhekk qiegħda d-dieta!", "Ma jfissirx illi mbagħad tmur fuq is-servizzi soċjali u tibda taqta' minn fuq l-anzjani u żżid fuq postijiet oħra, kif qed jiġri.", "Dan huwa eżempju ieħor.", "Din hija responsabbiltà ta' l-Onor.", "Fenech Adami u jrid iġorrha, mhux jipprova jfarfarha kif il-ħin kollu għaddejja l-istorja.", "Dan irid iġorr ukoll il-ħneżrija l-oħra ta' l- isptar f'Tal-Qroqq.", "L-isptar f'Tal-Qroqq beda bħala proġett bejn il-ħbieb tal-ħbieb u hawnhekk nixtieq insemmi l-qassis Vella, li huwa ħabib intimu ta' l-Onor.", "Fenech Adami.", "L-ewwel ħarġu bl-idea li se jagħmluh sptar ta' riċerka ffinanzjat u mmexxi minn San Raffaele ta' Milan.", "Imbagħad qalu li l-proġett se jsir bħala joint venture bejn il-gvern Malti u San Raffaele, bl-ispejjeż jinqasmu bejniethom.", "Wara qalu li se jkollna sptar iffinanzjat kollu mill- gvern Malti, immexxi mill-Onor.", "Fenech Adami u jħallsu lil San Raffaele biex ifassluh, jibnuh u jmexxuh, biex imbagħad spiċċa f'mostru; addio sptar ġenerali u addio sptar ta' riċerka.", "Meta mbagħad aħna ħadna l-briga - ma kienx hemm mod ieħor għax jew twaqqaf kollox jew il-biċċa xogħol tirrazzjonalizzaha - u rrazzjonalizzajnih bħala sptar ġenerali bħala sptar ġenerali minflok l-Isptar San Luqa, swiena Lm38 miljun.", "Minn dak iż-żmien 'l hawn it-Lm38 miljun l-ewwel saru Lm100 miljun, imbagħad saru Lm150 miljun, imbagħad saru Lm200 miljun, imbagħad saru Lm230 miljun u l-istorja għadha tielgħa.", "Ta' min hi din ir-responsabbiltà?", "Tal-gvern immexxi mill- Onor. Fenech Adami.", "Din is-sena - issa għandna l-estimi supplimentari - se nkunu qed nonfqu Lm27,750,000 u l-istorja se tibqa' tielgħa.", "U mhu veru xejn li dan huwa investiment kbir u li dawn il-flejjes huma kollha ġustifikati għax ħafna minn dawn il-flejjes qed imorru fuq ħela u fuq nuqqas ta' kontroll.", "Dan huwa l-mod ta' kif ċerti nies jaqilgħu l-għajxien tagħhom doppju u triplu u issa nagħti l-eżempji.", "Hekk qed jiġri u huwa l-gvern ta' l-Onor.", "Fenech Adami u l-prim ministru li huma responsabbli għal dawn l-affarijiet.", "Il- gvern baqa' jeħxien, jeħxien u jeħxien u qed inaqqas l-inizjattiva u l- opportunità f'dan il-pajjiż.", "Issa jekk kien hemm xi ħaġa li spikkat f'dawn id-diskussjonijiet kollha, din kienet illi min-naħa tal-gvern ma ħarġet lanqas idea waħda dwar kif se noħolqu xogħol produttiv fil-pajjiż.", "Lanqas idea waħda.", "Skartajna u ma tajniex kas dak li konna ilna ngħidu ħafna li l- gvern qed jibqa' jeħxien u l-ħela qed toħnoq l-inizjattiva, bħalma ġara fl- istorja tal-Gozo Channel.", "Fil-każ tal-Gozo Channel ilna ħafna nwissu li ma nistgħux nibqgħu sejrin b'dan il-mod fejn il-Ministru għal GĦawdex qed tippakkja n-nies tagħha f'dik il-kumpannija.", "U qed naraw x'inhu jiġri.", "Il-Gozo Channel qed tegħreq, imma mbagħad f'dak li għandu x'jaqsam ma' xogħol produttiv f'din id-diskussjoni kollha ma kellniex idea waħda.", "Il-gvern irid jgħid li kollox sejjer tajjeb, imma issa mhux aħna biss qed ngħidu li għandna l- problemi.", "Jien kemm-il darba kelli ċ-ċans nirriferi għar-rapport ta' Win Kok, l-ex-prim ministru ta' l-Olanda li ġie mqabbad mill-kunsill ta' l- Unjoni Ewropea biex jagħmel rapport fuq l-impjiegi fl-Ewropa.", "Dan semmih \"jobs, jobs, jobs\", impjiegi, impjiegi, impjiegi.", "Hemmhekk hemm enfasi kbira għax fl-Ewropa rrealizzaw li kienu qed jaqgħu lura u waqgħu lura kemm f'paragun mat-targets li ssettjaw għalihom infushom ̧ fl-ekonomiji nazzjonali tagħhom, u kemm f'paragun ma' dak li qed jiġri fil-Ġappun u fl- Istati Uniti.", "F'dan ir-rapport insibu analisi paġna paġna ta' kull pajjiż membru jew li se jidħol membru fl-Unjoni Ewropea, fosthom Malta, u minn hemm toħroġ ċara l-problema li qed niffaċċjaw.", "Sur President, l-Onor.", "Fenech Adami ma jistax ifarfar ir-responsabbiltà għax ilu responsabbli mill-ekonomija ta' pajjiżna mill-1987 ħlief għal sentejn meta kien hemm gvern Laburista.", "U r-rapport ta' Win Kok jagħmilha ċara li Malta għandha fost l-iżgħar għadd ta' ħaddiema proporzjonalment ma' l-Ewropa kollha.", "Xi jfisser dan?", "Dan ifisser li jekk tieħu lil dawk li qed ifittxu x-xogħol u lil dawk li qed jaħdmu bħala persentaġġ tal- popolazzjoni kollha ssib li Malta għandha l-iktar rata baxxa.", "Dan ifisser li mhux qed jirnexxielna noħolqu xogħol f'dan il-pajjiż ħalli mbagħad inkunu nistgħu nġorru l-piż ta' l-aspirazzjonijiet tagħna f'dak li għandu x'jaqsam ma' servizzi soċjali u mat-tmexxija tal-gvern.", "Ir-rapport ta' Win Kok ikompli jgħid li fil-każ tal-parteċipazzjoni tan- nisa fid-dinja tax-xogħol ̧ l-aktar rata baxxa mill-Ewropa kollha hija dik ta' Malta u allura din il-ħaġa aktar qed toħloq sens ta' nuqqas ta' inizjattiva u ta' nuqqas ta' ftuħ fil-pajjiż.", "Ir-rapport ta' Kok jgħid ukoll li t-taħriġ u l-edukazzjoni li qed jingħataw iż-żgħażagħ u l- istudenti f'pajjiżna mhumiex qed ikunu addattati biżżejjed biex ikollhom opportunitajiet fid-dinja tax-xogħol.", "Dan apparti l-fatt li kif nafu l- qgħad taż-żgħażagħ f'pajjiżna dejjem tiela' u qed isir 45% tal-popolazzjoni kollha qiegħda.", "Nerġa' ngħid li l-popolazzjoni tax-xogħol tagħna diġà hija baxxa meta mqabbla mal-popolazzjoni f'pajjiżi oħra Ewropej.", "Fuq dan assolutament ma kien hemm l-ebda dawl min-naħa tal-gvern f'dan id-dibattitu kollu.", "Ma kien hemm l-ebda dawl u l-ebda ħjiel li l-gvern huwa konxju minn din il-kriżi, li qed jaraha bħala kriżi jew li qed jaraha bħala sfida u li se nimxu fit-triq biex noħolqu opportunitajiet ġodda għall-pajjiż.", "Xejn li xejn.", "Issa huwa veru li ma tkellimniex dwar xogħol għall-ħaddiema in ġenerali, imma mbagħad xogħol għal tal-qalba hemm.", "U hawnhekk tidħol id- duda ta' kif l-affarijiet mhumiex qed isiru kif suppost.", "Ħalli nagħtikom eżempju, Sur President.", "Ninsab informat li meta niġu għall-bini ta' l-isptar f'Tal-Qroqq, meta jkun hemm xi forma ta' kwestjoni fuq il-kuntratti li jkunu għaddejjin bejn il- fondazzjoni tas-servizzi mediċi li minnha qed jgħaddu l-flus għall-isptar f'Tal-Qroqq - dawn qatt ma ngħatajna rendikont dwarhom; ta' min igħid issa hawn m'aħniex qed nitkellmu fuq is-soldi imma fuq l-għexieren tal-miljuni tal-liri - u l-kuntratturi, hemm kumitat ad hoc li jersqu quddiemu ħalli jsolvi l-problemi u l-kwestjonijiet li jinqalgħu.", "Issa jekk mhux hekk jgħiduli li mhux veru.", "Ninsab informat ukoll li ċ-chairman ta' dan il- kumitat kien, jew għadu, Dr Georg Sapiano, imma s-sabiħa hija din.", "L- avukat li jirrappreżenta lill-kuntratturi, jew uħud mill-kuntratturi, quddiem dan il-kumitat huwa partner fid-ditta ta' Dr Georg Sapiano.", "Bir- rispett kollu ̧ dawn mhumiex affarijiet li għandhom jiġu permessi f'soċjetà li qed tiffaċċja dawn l-ispejjeż kollha u li trid iżżomm ċertu ekwilibriju ta' kif nikkontrollaw dak li hu għaddej.", "Dawn m'huma xejn ħlief jobs for the boys.", "Xejn aktar u xejn anqas.", "Meta kont qed inħejji risposta għad-diskors tal-ministru tal-finanzi semmejt każ ieħor; dak tas-Sur Grima, il-kap taċ-ċivil li għandu l- liċenzja li jibqa' jaħdem mal-gvern kemm irid.", "Dan għalaq 62 jew 63 sena u on top of that, sopra corna bastonate, jikkmanda hu stess u l-commutation tal-pensjoni tiegħu tibqa' għaddejja u jirċeviha xorta waħda.", "Issa peress li l-prim ministru għoġbu jgħid li jien qed naqbad mas-Sur Grima għal xi raġunijiet personali, għax kien irreżista xi ħaġa li ridt jien, se nidħol personali jien ukoll għax dan mhu veru xejn.", "Lis-Sur Grima ridt inkeċċih ̧ bid-dritt kollu ̧ għax bħala kap taċ-ċivil minflok ma wera solidarjetà ma' min kien prim ministru dak iż-żmien, f'dak li għandu x'jaqsam ma' kif jingħataw il-persentaġġi s-segretarji permanenti, ma kienx leali.", "L- ewwelnett ried li tiegħu stess tkun 15% u ġie jippreżentahieli bi 15%.", "Apparti li mhijiex aċċettabbli li xi ħadd jippreżenta ruħu b'dak il-mod, meta għidtlu biex ikun serju dwar kif jagħti l-persentaġġi lis-segretarji permanenti kellu l-ardir joħroġ ċirkolari biex jipprova jwaħħal fija dwar kif ħarġu dawn l-istess persentaġġi.", "Bniedem hekk ma tistax tafdah.", "Il- prim ministru jista' jafdah kemm irid għax hu daħħalha lil din il- personalità, imma bir-rispett kollu ̧ billi jiddefendi nies hekk u jaħdem b'nies hekk se jkompli jillustra għaliex waqajna fejn waqajna fit-tmexxija tal-gvern, għax m'hemmx serjetà.", "Ħokkli dahri ħalli nħokklok tiegħek.", "Hekk qegħdin l-affarijiet u din hija d-duda li daħħlitna fl-impass li ninsabu fih.", "Din bħall-istorja kollha tal-konsulenti galore li għandu l- gvern.", "Hawnhekk ikun tajjeb li nsemmi li hemm bejn Lm1 miljun u Lm2 miljun li qed jitħallsu fuq konsulenzi.", "GĦandna bżonnhom dawn?", "Jien għandi ħafna case studies u nafu kemm jiswew dawn il-konsulenti, x'qed jagħmlu dawn il- konsulenti u għaliex qegħdin hemm.", "Il-maġġoranza tagħhom ħerġin min- network ta' friends of friends, tal-ħbieb tal-ħbieb li jieklu fuq xulxin u jħokku ma' xulxin.", "Pero' mbagħad issib li l-output mhuwiex ħiereġ.", "Mhux ta' b'xejn tibqa' ċass quddiem il-mod kif għal sena wara l-oħra fuq it- tmexxija tal-gvern iwegħduna li ġej l-accrual accounting.", "L-accrual accounting hija sistema ta' kontijiet li permezz tagħha ma nkejlux dak li qed jitħallas biss imma nkejlu wkoll l-affarijiet li se jkollok tħallashom għax qed tagħmilhom.", "Jekk dipartiment tal-gvern għandu spiża li għamilha imma għadu ma ħallashiex, dik l-ispiża trid tidher.", "Din kienu wegħduha fl-1998 u sal-lum għadhom m'għamlu xejn ħlief li qalu ħafna kliem sabiħ.", "Jien nista' ngħidha ċar u tond hawnhekk li l-kontijiet li qed ipoġġulna quddiemna huma foloz għax hemm diversi dipartimenti li qed jagħmlu ħafna spejjeż li għadhom mhumiex qed jidhru.", "Qegħdin hemm u jipprovaw jimbottawhom għas-sena d-dieħla.", "Allura mhux nilagħbu bil-bżieq qegħdin?", "Hekk qed nagħmlu, nilagħbu bil-bżieq għax l-ispejjeż qegħdin hemm u m'aħniex qed narawhom.", "Hemm dipartiment tal-gvern, per eżempju, li waqqfulu l-karozzi tal-kiri u waqqfulu l-fjuri.", "Waqqfuhomlu għax min qed jipprovdi l-karozzi jrid jitħallas.", "X'għamel dan?", "Dan mar għand kumpannija tal-kiri oħra u mar għand kumpannija tal-fjuri oħra.", "Allura mhux nidħku b'xulxin qegħdin?", "Il- verità hi li mhux qed ikollna l-kont veru attwali ta' kemm hija l-ispiża tal-gvern.", "U allura mbagħad minn hemm toħroġ ir-rabja għaliex biex taparsi jsolvi din il-problema l-gvern idur fuq it-taxxi.", "Kieku hija sabiħa money no problem.", "Dażur li money no problem!", "Imbagħad iżid it-taxxi.", "Il-gvern għadu ma spjegax eżattament x'inhi l- ġustifikazzjoni li fi żmien fejn l-ekonomija produttiva tagħna qed tħossha daharha mal-ħajt qed iżid it-tasazzjoni tal-VAT b'20%.", "X'inhi l-loġika ekonomika warajha din?", "X'nifs se nagħtu lill-pajjiż?", "Dawn jaħti għalihom il-prim ministru bil-filosofija li daħħal fil-pajjiż ta' money no problem.", "U aktar u aktar imbagħad meta ż-żieda ta' 20% fil-VAT jipprovaw jiġġustifikawha billi jgħidulna: Isma' din iż-żieda se nagħmluha f'kont tas-saħħa ħalli nkunu żguri li tmur fuq is-saħħa.", "Dan mhux daħk fil-wiċċ!", "Jekk is-saħħa għandha kont ta' Lm60 miljun jew Lm70 miljun billi tagħmel account separat li jista' jitla' Lm20 miljun jew Lm25 miljun b'min qed tidħak jekk xorta trid terġa' toħroġ fondi ħafna akbar - id-doppju jew it- triplu - mill-consolidated fund ħalli tmexxi s-settur tas-saħħa?", "B'min iridu jitmejlu, Sur President?", "U l-istess qed jiġri fil-każ ta' l-anzjani fejn qed jeħdulhom bejn 60% u 80% mill-pensjoni.", "Daqskemm kienu skandalizzaw ruħhom fl-1998 għax konna se niċċarġjaw 50c fuq il-mediċini u konna se neħdulhom parti mill-pensjoni biex tmur f'fond ħalli jitmexxew id-djar ta' l-anzjani!", "Issa se jeħdulhom 80% tal-pensjoni u ż- żewġ ereżiji li ħarġu minnha kienu dawn.", "Waħda minnhom hi li matul dan id- dibattitu l-ministru responsabbli mill-politika soċjali kellu l-wiċċ li jgħid li l-anzjani se jmorru aħjar.", "Pero' hawnhekk tirrealizza t-tieni punt.", "Illi mill-anzjani li hemm rikoverati fid-djar ta' l-anzjani se jdaħħal bejn Lm1.3 miljun u Lm1.5 miljun, l-istess ammont li se jonfoq aktar fuq l-ambaxxata fi Brussell u fuq ambaxxata ġdida f'Budapest.", "Imbagħad il-prim ministru jiġi hawn u jgħid: Qed taraw!", "Ma jemmnux fl- Unjoni Ewropea dawn!", "Mhux bilfors li trid iżżid l-ambaxxata fi Brussell la dħalna fl-Unjoni Ewropea?", "Issa jien ngħidlu l-ġenn li qed jagħmel anke f'dan il-qasam; kif qed jirranġa fuq l-ambaxxati u l-ħela dejjem għaddejja.", "Fl-istess ħin imbagħad filwaqt li l-piż tat-taxxi dejjem jiżdied, il-kwalità tas-servizz sejra lura.", "Hawn xi ħadd li jista' jiċħad li f'ċerti oqsma tad-djar tax-xjuħ is- servizzi sejrin lura?", "Per eżempju, lili kellmitni waħda mara li għandha lil ommha rikoverata f'post – ma rridx insemmi liema hu għax malajr jipprovaw ipattuhielha – u din qaltli li hi jkollha tipprovdilha l-ikel għax f'din il-home jagħmlu ġranet sħaħ dejjem jagħtuhom l-istess frotta jew inkella jagħtuhom affarijiet għall-ikel li ma jkunux tajbin għal saħħithom.", "Per eżempju ̧ min ikun dijabetiku jagħtuh il-karrotti xorta jew inkella jagħmlu soppa li tkun kompletament vojta mis-sustanzi.", "Dan jiġri wkoll fl- Isptar San Luqa fejn kulħadd jaf li f'ċerti wards hemm undermanning qawwi u nuqqas ta' organizzazzjoni li qed tirriżulta f'servizz agħar.", "Mela nħallsu aktar u nieħdu inqas u naħseb li l-ħela ta' flus hemm qiegħda.", "Semmejna l-ambaxxata ta' Brussell li fuqha se jżidu Lm800,000.", "Issa waħda mill-affarijiet li huma strambi f'din l-istorja kollha hi li ftit ilu, forsi sentejn jew tliet snin ilu, il-gvern xtara post ġdid fi Brussell għall-ambaxxata tiegħu.", "Issa dak il-post mhux se jkun biżżejjed biex jilqa' fih dawn in-nies kollha li l-prim ministru jrid jibgħat Brussell.", "Allura skużi ̧ meta nxtara dak li nxtara ma kienx hemm ħsieb li jista' jkun hemm bżonn ta' tkabbir ta' l-ispazju?", "X'se nagħmlu?", "Se jbigħ kollox u jerġa' jibda mill-bidu jekk verament irid li jżid l-ispejjeż fuq l- ambaxxati ta' Brussell u Budapest bi Lm800,000?", "U s-sabiħa mbagħad hija li min-naħa għandna l-argument li hemm bżonn nibnu aktar ħalli nkunu nistgħu nużaw aħjar is-sħubija tagħna fl-Unjoni Ewropea, imbagħad biex dan il- parlament ikollu skrutinju aħjar, ħalli jkun jista' jifli l-liġijiet li jkunu deħlin minn Brussell, hemmhekk xejn.", "U għalhekk hemm il-ħela, għax il-pajjiż qed jiġi ggwidat b'mod li money no problem tfisser li nżidu t- taxxi, inżidu d-dejn u naraw kif naslu; nillapazzaw, nillapazzaw ̧ nillapazzaw.", "Din bħall-kwestjoni l-oħra tal-private public partnership.", "Sur President, il-gvern telaq għal għonq it-triq taħt it-tmexxija ta' l- Onor. Fenech Adami bil-ħsieb li anke l-private public partnership hija money no problem.", "Jien il-bieraħ bqajt skantat nisma' lill-Onor.", "Tonio Fenech - issa dan mhux ebete, far from it - jgħidilna li l-private public partnership tfisser li noħorġu aktar flus u għax noħorġu ħafna iktar flus imbagħad is-settur privat jagħtina iktar saħħa fit-tmexxija.", "Skużi taf, jekk il-private public partnership tfisser li għal kull Lm1 li konna noħorġu qabel nonfqu Lm2 jew Lm3 aktar, kif fil-fatt qed jiġri, għax ma pprovajtx tonfoq Lm1 aktar minn qabel ħalli tassigura li l-ħaddiema tiegħek jaħdmu tajjeb?", "Mhux tħallihom mitluqa għal snin twal u issa għal kull Lm1 li kont tonfoq fuqhom se tagħti Lm3 lill-kuntrattur privat ̧ bla kontroll ta' xejn, kif qed jiġri bħalissa kemm fuq l-istorja tar-roundabout u kemm fuq Tal-Qroqq.", "U l-flus dejjem ħerġin.", "Qabel kont tonfoq Lm1 u issa qed tonfoq Lm4 u mbagħad jiġi l-Onor.", "Tonio Fenech jgħidilna kemm għandna roundabouts sbieħ!", "Imma skużi, dan il-pajjiż hekk irridu mmexxuh; billi nwaddbu l-fondi pubbliċi bil-pali u mingħalina qed naslu?", "B'dan il-mod qed noħolqu ġenn ġdid f'dan il-pajjiż, ġenn aktar komplikat.", "Skużi, mela private public partnership tfisser li jekk qabel kont tonfoq Lm1 issa qed tonfoq Lm4 ħalli jkollok, per eżempju, roundabouts sbieħ?", "GĦax imbagħad waħda mill-affarijiet oħra strambi kbar li ġraw hi li dan il-private public partnership fuq ir-roundabouts daħal fil-kont tal-biedja u allura qed ngħidu li l-biedja għoliet bi 3% jew 4% din is-sena.", "Mela dawn qegħdin iqisu u jkejlu l-flus li qed nonfqu fuq il-private public partnership tar- roundabouts bħala parti mill-biedja!", "Ara kif qegħdin nidħku bina nfusna!", "U dawn l-affarijiet jaħti għalihom il-prim ministru bit-tmexxija tiegħu ta' money no problem bla kontroll ta' xejn, Sur President.", "Rigward Tal-Qroqq, għadni kemm semmejt l-allegazzjoni ta' kif Georg Sapiano daħal fl-istorja.", "Dan hu wieħed mill-buddy buddies tal-prim ministru, imma hemm affarijiet li qed jintqalu tafux.", "Jien ikolli rapporti, per eżempju, ta' trakkijiet tal-konkos deħlin f'Tal-Qroqq li jgħaddu mill-weighbridge ̧ imbagħad iduru u jerġgħu joħorġu.", "Jiġifieri dawn qed jiġu magħduda bħala parti mill-proġett imbagħad joħorġu u jmorru xi mkien ieħor.", "Mhux hekk biss, imma għandna anke r-rapporti ta' pedamenti u strutturi li l- ewwel jinbnew, imbagħad jerġgħu jitwaqqgħu u mbagħad jerġgħu jittellgħu.", "Jew ta' pedamenti u strutturi illi nbnew u diġà ħierġa l-moffa minnhom u se jkollhom jerġgħu jitneħħew.", "Ma nistgħux nibqgħu sejrin hekk, Sur President.", "U din jaħti għaliha l-prim ministru u l-gvern tiegħu għax huma qegħdin hemm.", "Huma għandhom id-dmir li kull Lm1 li toħroġ ma ngħidux money no problem għaliha imma nikkontrollawha, akkost li ma tkunx popolari.", "Imbagħad biex taparsi nagħmlu l-werqa quddiemna bħall-ġgant ta' hawn isfel, fl-aħħar minuta jqum panic station u f'daqqa waħda nħassru l-parties.", "Il-problema solvewha billi nneħħu l-parties.", "Huwa tajjeb li tneħħi l- parties imma hemm affarijiet oħra ħafna aktar importanti xi tneħħi.", "Pero' min-naħa l-oħra jien lanqas ma nista' nifhem kif se nneħħu l-parties u mbagħad illejla l-prim ministru se jagħmel party.", "Jien nissuġġerilu li biex inkunu koerenti għallinqas joffri li dan il-party tal-lejla ma jagħmlux.", "It's only fair.", "Jien ma nistax nifhem kif hemm loġika għall- kbir u loġika għaż-żgħir u dawn l-affarijiet huma naturali.", "Bħalma ma nafx min ġie jgħidilna dan l-aħħar li huwa mportanti li jkollok Jaguar.", "Imma skużi ̧ kif nistgħu, fi żmien meta qed ngħidu li deħlin b'pompa kbira fl-Unjoni Ewropea, ma naħdmux b'moħħ Ewropew ukoll?", "Dan jien ngħidlu moħħ ottoman għax l-ottomani kienu jorganizzaw u jaħsbu hekk.", "Is-sultan u l- ġannizzari ta' madwaru jkollhom loġika u l-bqija jkollhom loġika differenti.", "Kif nistgħu nibqgħu sejrin hekk?", "Hemm imbagħad ċerti ċifri li lili jħassbuni.", "Jien semmejt it-trianglu vizzjuż tal-qgħad, taxxi u dejn u issa jien erġajt iċċekkjajt il-figuri fuq id-dejn.", "Il-bieraħ sieħbi l-Onor.", "Charles Mangion spjega kif dwar id-dejn għas-sena d-dieħla hemm taħwida sħiħa fiċ-ċifri tal-gvern, imma jekk tħares lejn id-dejn li tellajna din is-sena jwaħħxek.", "Skond il-financial report id-dejn pubbliku sa l-aħħar tas-sena li għaddiet kien ta' – se nżomm in- nifs fuqha din - Lm1,074 miljun.", "Skond il-financial estimates li ħareġ il- gvern stess hu stmat li sa l-aħħar tas-sena d-dejn pubbliku jitla' għal Lm1,242 miljun.", "Jiġifieri skond iċ-ċifri tal-gvern f'sena waħda se nkunu żidna d-dejn nazzjonali b'Lm168 miljun.", "Is-sena li għaddiet fil-financial estimates ħadu żball fil-kalkolu ta' xi Lm30 miljun u jekk qed jagħmlu l- istess ħaġa din is-sena, kif żgur qed jagħmlu, f'sena waħda se nkunu żidna d-dejn pubbliku b'Lm200 miljun.", "THE CHAIRMAN: Onor. Sant, nitolbok tikkonkludi, jekk jogħġbok.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, ma nistgħux nibqgħu sejrin hekk.", "Ma nistgħux nibqgħu nfarfru r-responsabbiltajiet imma rridu niffaċċjaw ir- realtà.", "Quddiem il-kriżi ta' qgħad, taxxi u dejn m'għadux żmien il- buzzwords.", "Jekk qed insemmu l-patt soċjali bħala buzzword għandhom igħidulna x'fih dan il-patt soċjali.", "F'dan il-pajjiż mhux patt soċjali buzzword għandna bżonn imma pjan ta' riġenerazzjoni li jara kif il-gvern tabilħaqq jikkontrolla u jrażżan l-ispiża tiegħu u fuq kollox, pjan li fih il-gvern jaħdem bis-serjetà ħalli jinkoraġġixxi u jżid l-opportunitajiet ta' xogħol u kompetittività f'pajjiżna.", "Jekk m'aħniex se nagħmlu hekk se nibqgħu sejrin mill-ħażin għall-agħar, Sur President.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Skada l-ħin disponibbli għall-oppożizzjoni u issa l-ħin li fadal huwa kollu għan-naħa tal-gvern.", "L-Onor.", "Joe Falzon.", "ONOR.", "JOE FALZON: Sur President ̧ f'dawn l-aħħar 22 seduta segwejna d- diskors tal-budget għas-sena 2004 minn diversi perspettivi u minn diversi ministeri differenti.", "Dawn smajnihom kemm min-naħa tal-gvern kif ukoll min- naħa ta' l-oppożizzjoni.", "Wieħed irid janalizza dan il-budget mhux biss mil-lenti tal-ministeri partikolari iżda fil-qafas ta' l-objettivi ċari li għandu quddiemu l-pajjiż flimkien ma' l-għanijiet li jridu jintlaħqu.", "Dan huwa budget li l- objettivi tiegħu huma ċari daqs il-kristall.", "Dawn l-objettivi mhumiex f'ċirkostanzi normali għal pajjiżna iżda huma f'ċirkostanzi ġodda ta' Malta msieħba ma' 24 pajjiż ieħor membru ta' l-Unjoni Ewropea li jfissru kemm benefiċċji kif ukoll obbligi.", "GĦalhekk biex narmaw għal dawn iż-żmenijiet ġodda rridu nibnu lil pajjiżna biex ikun attrezzat għall-ġejjieni pero' fl- istess nifs irridu niżguraw li ħadd ma jibqa' barra la mill-iżvilupp ekonomiku u lanqas mill-iżvilupp soċjali.", "X'inhuma l-mezzi li se nużaw biex naslu fejn nixtiequ?", "GĦal dan il-gvern l- individwu huwa prijorità u biex lill-bniedem inpoġġuh quddiem nett irridu niżguraw li kulħadd jieħu l-benefiċċji li pajjiż attrezzat iġib miegħu.", "Din tfisser kwalità ta' ħajja aħjar.", "Pero' kull wieħed u waħda minna jridu jqisu lilhom infushom bħala wieħed mill-bennejja li qed jibnu l-futur ta' pajjiżna.", "Fil-ħajja dejjem irridu nħarsu b'viżjoni 'l quddiem u rridu nħarsu lura biex nimtlew bil-kuraġġ u ngħidu li llum wasalna fejn wasalna għaliex ittieħdu deċiżjonijiet tajbin f'ħinhom u f'waqthom.", "Din il- perspettiva mhux biss il-gvern irid iħares lejha iżda kull entità pubblika, kull entità kummerċjali, kull organizzazzjoni, kull familja u kull individwu.", "Pero' biex tħares lura u timtela bil-kuraġġ trid tkun ħadt deċiżjonijiet tajba u bil-għaqal fil-passat.", "Hawn nixtieq nistaqsi lill-poplu Malti u GĦawdxi, lil kull wieħed u waħda minna: Min minna ma ħax deċiżjonijiet iebsa f'ħajtu?", "Min minna kien kważi qata' qalbu iżda b'determinazzjoni u rieda qawwija baqa' jistinka forsi anke kontra kurrenti diffiċli li kienu għaddejjin f'kull żmien?", "Hemm xi ħadd li ddispjaċieh li għax investa fl-edukazzjoni għalih u għal uliedu tkattar il-ġid?", "Kemm hawn nies fostna li jgħidu li allaħares ma kenux id- deċiżjonijiet iebsa u diffiċli li ħadna biex fassalna l-futur tagħna!", "U bħall-eżempju ta' dawn ħutna l-Maltin l-istess kienu d-deċiżjonijiet għall- gvern Malti fiż-żmien li għadda.", "X'fisser il-fatt li ġew liberalizzati diversi setturi?", "X'fissret il-liberalizzazzjoni tax-xandir?", "X'fissret il- liberalizzazzjoni tal-komunikazzjoni u tas-swieq?", "X'fissru l-investimenti fit-teknoloġija?", "X'fissru l-investimenti fl-infrastruttura?", "X'fissru l- investimenti fis-saħħa?", "X'fissru l-investimenti fl-edukazzjoni?", "Ir- risposta hi li dawn issarrfu f'ħolqien ta' impjiegi ġodda f'livelli għolja ħafna ta' kwalità ta' ħajja tajba li llum ħadd ma jgħaddi mingħajrhom.", "Iva, konna qed narmaw għall-ħteġijiet ta' dak iż-żmien.", "Bnejna pajjiż mill- qiegħ għaliex il-gvern ħadem bil-għaqal.", "Iva, Sur President, għalhekk biss għandna nħarsu lura biex ngħidu li d-deċiżjonijiet iebsa ttieħdu, ħallasna għalihom, tawna r-riżultati mixtieqa u Allaħares ma kenux huma.", "Naturalment dan huwa grazzi għall-gvern u l-poplu Malti u GĦawdxi kollu.", "Wasalna hawn u rridu nħarsu 'l quddiem.", "Illum mhuwiex sostenibbli mhux li tinvesti imma jekk ma tinvestix għax taqa' lura.", "Illum mhuwiex sostenibbli mhux li tieħu d-deċiżjonijiet iżda jekk ma teħodhomx għax taqa' lura.", "Illum mhuwiex sostenibbli mhux li tkun kompetittiv iżda jekk ma tkunx għax taqa' lura.", "Naħseb li f'dan il-budget element wieħed ta' biżgħa biss jirrenja, li huwa l-biżgħa jekk ma narmawx għaż-żmenijiet li deħlin fihom.", "Il-biżgħa hija jekk inti ma taħdimx biżżejjed biex tlaħħaq mal-kompetituri tiegħek.", "Hija biżgħa li ma tarmax għall-ħteġijiet u n-neċessitajiet tal- lum u tal-ġejjieni.", "Mr Chairman, xi jfisser narmaw u f'liema kuntest irridu narmaw?", "Irridu niġbdu ħabel wieħed u rridu nħaddmu l-valur ewlieni tas-solidarjeta', tas- sussidjarjeta' u tas-sostenibilita'.", "Xi ħaġa li rridu nindirizzaw żgur hija l-evażjoni tat-taxxa, dovuta mhux lill-gvern iżda lill-poplu Malti.", "Imbagħad hemm l-abbuż mis-servizzi soċjali u hemm ukoll il-burokrazija min- naħa ta' entitajiet u awtoritajiet governattivi.", "GĦandek ukoll ir-riforma fis-servizz pubbliku ̧ fejn trid titqanqal ħafna aktar diskussjoni fuq il-white paper.", "Nixtieq insemmi wkoll l- accountability fid-diversi entitajiet għax fil-kumitat permanenti dwar il- kontijiet pubbliċi tisma' b'diversi affarijiet li jkunu saru.", "Hemm bżonn li jittieħdu deċiżjonijiet bil-għaqal u b'konsistenza u jsir ristrutturar kull fejn hu meħtieġ.", "Irridu nneħħu l-piżijiet żejda minn fuq l-ekonomija billi nużaw aħjar ir-riżorsi li għandna għad-dispożizzjoni tagħna.", "F'dan il-kontest irid jitħaddem ukoll il-konċett tal-patt soċjali.", "Dan huwa budget li ma jħarisx biss lejn l-iżvilupp ekonomiku iżda jħares bil-qawwa lejn l-iżvilupp soċjali ta' pajjiżna.", "Dan il-budget wiżen u sab il-bilanċ ta' l-istakeholders kollha.", "Huwa faċli li tgħid x'hemm bżonn f'kull ministeru u f'kull entità pero' trid tgħaqqad l-interessi tal-pajjiż kollha flimkien.", "Trid tgħaqqad flimkien il-miri nazzjonali, l-isfidi internazzjonali u l-isfidi l-oħrajn biex tippenetra fiż-żona Euro li tant hija mportanti għall-ekonomija Maltija.", "Trid tħares l-interessi soċjali ta' poplu b'servizz ta' saħħa mill-aqwa kif ukoll l- interessi ta' l-anzjani u ta' min ma jiflaħx iħallas.", "Trid tgħolli l- kwalità tal-ħajja u trid toffri opportunitajiet għal kulħadd.", "Sur President, dan huwa budget ta' bilanċ li jiżen tajjeb l-interessi tal- ħaddiema, ta' l-imprendituri u tan-negozjanti kollha.", "Id-deċiżjonijiet huma meħuda fuq bażi ta' budget li jistimola l-ekonomija u jħalli l- inizjattivi kollha miftuħa lil min hu kapaċi jaħdem jew iħaddem in-nies miegħu, għax dan ukoll huwa parti mill-iżvilupp soċjali ta' pajjiżna.", "Qegħdin jittieħdu miżuri iebsa li jroddu lura kwalità ta' ħajja aħjar lill- poplu Malti.", "Naturalment ħadd ma jieħu gost iħallas it-taxxi pero' mill- banda l-oħra kulħadd jieħu gost jibbenifika mis-servizzi tas-saħħa, mill- pensjonijiet, mis-servizzi soċjali u mis-servizzi li toffri l- infrastruttura ta' pajjiżna.", "Irridu nkunu responsabbli mill-ġbir tat-taxxi għax m'huwiex sew li dawk li jħallsu t-taxxi jagħmlu tajjeb għal dawk li ma jħallsux.", "Din hija inġustizzja soċjali li qiegħda xxekkel milli jkollna attività ekonomika u kummerċjali kif mistħoqqa u għalhekk hemm bżonn li ssir enfasi fuq il- ġlieda kontra l-evażjoni tat-taxxa.", "Hawn nixtieq nagħmel parentesi żgħira ħalli nfakkar il-ħames oqsma li semma fid-diskors tiegħu l-president fil- ftuħ ta' dan il-parlament.", "Hu semma l-edukazzjoni, l-ambjent, is-servizzi soċjali, ix-xogħol u t-tisħiħ ta' l-ekonomija u t-tmexxija pubblika.", "Dawn kollha ġew indirizzati fil-budget li ġie ppreżentat ftit tal-jiem ilu.", "Sur President, għandna nħarsu lura b'sodisfazzjon u ngħidu li mxejna 'l quddiem b'passi ta' ġgant.", "Hawnhekk mhux qed nagħti ħarsa lura mill-1987 sal-lum iżda qed nirriferi għal żviluppi aktar riċenti.", "Per eżempju, fil- leġislatura li għaddiet ̧ u anke issa wara l-elezzjoni, imxejna 'l quddiem b'passi kbar u ħadna deċiżjonijiet tajbin.", "Forsi fuq il-media min-naħa ta' l-oppożizzjoni nisimgħu ħafna dwar is-sensji.", "Huwa veru li hawn is-sensji u ħadd ma jieħu gost bihom, pero' għandna ekonomija li qed terġa' toffri impjiegi ġodda.", "Fl-istess nifs insemmi r-ristrutturar ta' ħafna kumpanniji privati u pubbliċi.", "Dan l-aħħar kellna r-ristrutturar tat-tarzna li sa ftit taż- żmien ilu kienet timpjega 'l fuq minn 7,000 ħaddiem.", "GĦandna kumpanniji f'kull settur li qed jinvestu f'makkinarju sofistikat u għalkemm dan jista' jirriżulta fi tnaqqis ta' impjiegi, irriżulta li l-qgħad f'pajjiżna baqa' fl-istess livelli jew kellu żieda marġinali żgħira.", "Dan ifisser li fil- pajjiż inħolqu ħafna impjiegi ġodda.", "Is-sodisfazzjon ta' dan il-gvern huwa li fil-kompetizzjoni qalila li għandna llum fl-istadju ta' ristrutturar kollu kemm hu qed jibqgħu jinħolqu l-impjiegi biex ħadd ma jibqa' lura.", "Dawn huma sinjali ċari ta' direzzjoni fejn il-pajjiż għandu jasal.", "Il- konċett li rridu naħdmu bih huwa li nkunu lesti għall-job mobility u għalhekk wieħed għandu jattrezza l-workforce tiegħu billi juża riżorsi umani li jwassluh għal eventwalitajiet aktar wiesgħa.", "GĦalhekk huwa tajjeb li jkollna iktar investiment fit-teknoloġija, fl-informatika u fl- edukazzjoni.", "Sur President, nixtieq nikkonkludi d-diskors tiegħi billi ngħid li m'għandniex għax naqtgħu qalbna.", "GĦandna nkunu kuraġġjużi għax għalkemm pajjiżna huwa żgħir u m'għandux ir-riżorsi naturali li għandhom pajjiżi oħra li huma kompetituri tagħna, wasalna fejn wasalna.", "U pajjiżna wasal fejn wasal għax ma beżax jinvesti, ma beżax mill-kompetizzjoni u ma beżax jarma meta kien hemm il-ħtieġa.", "GĦalhekk nassigurakom li pajjiżna se jasal għax ilkoll flimkien se narmaw għal żmenijiet ġodda.", "Nirringrazzjak.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "L-Onor.", "Mario de Marco.", "ONOR.", "MARIO DE MARCO: Sur President, kif qal tajjeb il-prim ministru fl- introduzzjoni tiegħu għall-white paper li ġiet ippubblikata riċentement fuq l-att propost tas-servizz pubbliku intitolata \"A public service for the 21st century\", l-ebda gvern ma jista' jmexxi l-pajjiż tajjeb mingħajr servizz pubbliku effiċjenti u effettiv.", "Mill-banda l-oħra l-ebda gvern ma jista' jieħu l-effiċjenza u l-effettività tas-servizz pubbliku tiegħu for granted.", "GĦalhekk dan il-gvern filwaqt li jagħraf li s-servizz pubbliku huwa istituzzjoni unika li tilgħab rwol ċentrali fit-tmexxija tal-pajjiż, qed jirrikonoxxi li l-prattiċi tax-xogħol li forsi setgħu kienu adegwati fil-passat għandhom jitbiddlu fid-dawl ta' l-esiġenzi ġodda ta' dan is- seklu.", "Is-servizz pubbliku m'huwiex biss mezz ta' għajxien għal eluf ta' Maltin imma huwa l-makkinarju amministrattiv permanenti tal-gvern.", "Uffiċjali pubbliċi li jifformaw parti minn dan is-servizz huma uffiċjali ta' karriera li jifformaw il-parti amministrattiva fi ħdan il-ministeri u d- dipartimenti.", "Dawn jipprovdu pariri fuq policies lill-ministri, huma responsabbli biex jaffettwaw u jesegwixxu l-programmi tal-gvern tal-ġurnata u jipprovdu ħafna servizzi essenzjali lill-pubbliku in ġenerali.", "GĦalhekk huwa fl-interess nazzjonali li s-servizz pubbliku u l-membri tiegħu jkunu kapaċi jesegwixxu dan ir-rwol b'mod effiċjenti issa u fil-futur.", "Sur President, huwa mportanti li s-servizz pubbliku jadatta ruħu għall- bżonnijiet ta' stat modern u nistgħu ngħidu li f'dawn l-aħħar snin rajna riforma fi ħdan iċ-ċivil, prinċipalment permezz ta' erba' inizjattivi.", "Kellna l-introduzzjoni ta' quality service charter bid-dipartiment jippubblika charters li jindikaw l-istandards li huwa kommess li jilħaq.", "Fil-fatt nistgħu ngħidu li s'issa ġew ippubblikati madwar 45 charter.", "Inizjattiva oħra kienet il-programm ta' l-e-government fejn ħafna servizzi tal-gvern illum il-ġurnata huma aċċessibbli tramite l-internet.", "Dan rajnieh fil-ħlas tat-trade licences, fl-ordnijiet għaċ-ċertifikati tat- twelid, fil-ħlasijiet tal-kera tal-gvern, fl-income tax returns u affarijiet oħra.", "It-tielet inizjattiva rajniha fil-konċett tal-programm għall-public private partnership.", "Kif nafu din tutilizza l-impjegati tal-gvern b'mod aktar effettiv billi tissekondahom għal xogħol ma' kuntratturi privati li jkunu nvoluti fi proġetti ffinanzjati b'fondi pubbliċi.", "U bir-rispett kollu ma nistax naqbel mal-kap ta' l-oppożizzjoni li jiġi hawnhekk u jmaqdar l-ewwel inizjattiva tal-public private partnership li qed tħalli l-frott.", "Ma nistgħux naraw din l-inizjattiva mil-lat ta' fondi li ġew utilizzati, għax għandek l-ispin-off effect li qed jagħmel ambjent aħjar kemm għall-poplu Malti kif ukoll għat-turisti li jiġu jżuruna.", "L-aħħar inizjattiva hija dik ta' l-efficiency review li tinvolvi l- effettività ta' benchmarking tad-dipartimenti tal-gvern kontra organizzazzjonijiet oħra privati jew pubbliċi.", "Dawn qed jaffettwaw xogħol simili bil-għan li permezz ta' dan il-paragun inkunu nistgħu nidentifikaw bnadi li jistgħu jsiru aktar effiċjenti.", "Nisperaw li dawn l-inizjattivi jirrendu liċ-ċivil aktar effiċjenti, pero' għad hemm skop għall-progress u l-white paper tipprova tidentifika l-partijiet dgħajfa li jeżistu llum fiċ- ċivil.", "Dawn jiġu identifikati bil-mod segwenti.", "Reklutaġġ ta' staff huwa identifikat bħala problematiku minħabba strutturi ċentralizzati żżejjed li jagħmluha diffiċli biex timpjega l-persuna ġusta fi żmien raġjonevoli.", "Hemm bżonn ta' aktar enfasi fuq performance managements u performance targets li għandhom jeżistu mhux biss għall-managers imma għall- organizzazzjoni u d-dipartiment sħiħ.", "GĦandu jkun hemm mekkaniżmu li jsaħħaħ l-accountability għall-istaff taħt il-livell tas-senior managers.", "GĦandu jkun hemm aktar koordinazzjoni bejn organizzazzjonijiet li jeżistu fis-settur pubbliku iżda li jaqgħu barra ċ-ċivil u l-ministeri tagħhom.", "F'dan il-każ l-awtonomija maniġerjali li teżisti f'dawn l- organizzazzjonijiet u korporazzjonijiet, filwaqt li hi aspett pożittiv, qed tiġi identifikata fil-white paper bħala xi ħaġa li għandha tiġi kkontrollata permezz ta' l-introduzzjoni ta' miżuri li jevitaw l-abbuż.", "L- att li qed jiġi propost fil-white paper għandu tliet oġġettivi prinċipali.", "L-ewwel oġġettiv hu li jirrendi l-operazzjonijiet tal-gvern aktar effiċjenti permezz ta' management aktar flessibbli u results oriented.", "Fil- fatt qed jiġi ssuġġerit li l-kapijiet tad-dipartimenti jkollhom faċilitajiet li jikkreaw pożizzjonijiet fid-dipartiment tagħhom u jingaġġaw staff f'pożizzjonijiet aktar milli fi gradi.", "It-tieni oġġettiv ta' dan l- att propost huwa li jiġu stabbiliti miżuri biex iżommu l-kapijiet tad- dipartimenti aktar accountable għall-użu tal-poter delegat lilhom.", "Fil- fatt qed jiġi suġġerit ukoll li l-kapiijet tad-dipartimenti jistgħu jaġixxu fuq il-ġudizzju tagħhom soġġett għal-liġi għal affarijiet li għandhom x'jaqsmu ma' l-ingaġġar, promozzjoni u dixxiplina ta' l-impjegati li jaqgħu taħthom.", "Oġġettiv ieħor huwa li tissaħħaħ it-tmexxija tas-servizz pubbliku sabiex jiġi assigurat li din tista' tieħu azzjoni koordinata minkejja d- devoluzzjoni ta' poteri lil kapijiet tad-dipartimenti.", "Fil-fatt fl-istess att huwa suġġerit li jinħoloq konċett ta' ministru responsabbli għas- servizz pubbliku li jista' ma jkunx il-prim ministru.", "Sur President, ma naħsibx li huwa kontestat li jekk iċ-ċivil irid jadatta ruħu għall- bżonnijiet ta' stat modern huwa essenzjali li jkollu dik il-flessibilità strutturali li tgħin biex iċ-ċivil ikun jista' jġedded lilu nnifsu.", "Mil- lat l-ieħor ikun żball li nneħħu miċ-ċivil dawk il-kwalitajiet ta' permanenza fl-istat li jipprovdi l-ispina dorsali ta' kull amministrazzjoni.", "Apparti li ċ-ċivil tagħna għandu tradizzjoni qawwija ta' serjetà u grad għoli ta' indipendenza, għandu wkoll warajh tradizzjoni u impenn fl-onestà għax dan ta lill-pajjiż fost l-aqwa u l-aħjar amministraturi tiegħu.", "Pero' ġieli jqumu problemi fejn l-istrutturi intiżi biex jissalvagwardjaw l-indipendenza taċ-ċivil tul is-snin setgħu rabbew ċerta permanenza u arteriosclerosis fiż-żmenijiet tal-lum, għaliex l- indipendenza taċ-ċivil m'għandhiex tfisser li ċ-ċivil mhuwiex accountable għal għemilu.", "Naturalment l-indipendenza taċ-ċivil għandha tfisser li l- istrutturi taċ-ċivil qegħdin hemm biex iservu l-istat Malti b'serjetà u indipendenza mill-amministrazzjoni politika taż-żmien u fl-unanimità tagħhom tassigura liċ-ċittadini li l-amministrazzjoni ta' l-istat hija waħda serja u li tista' torbot fuqha.", "Sur President, ir-riforma li saret s'issa żiedet il-flessibbiltà fil-karigi għolja taċ-ċivil, pero' dejjem qed isir il-paragun bejn iċ-ċivil u l-karigi direzzjonarji fl-impriża privata.", "Hemm min jgħid li l-flessibbiltà li għandha entità privata fin-nomina u t-tneħħija ta' persuni abbażi tas- suċċess o meno ta' dik il-persuna hija l-aktar spjegazzjoni ċara għaliex ditta privata ħafna drabi tkun iktar b'saħħitha.", "Il-fatt ukoll li impriża privata tista' timpjega lil min jidhrilha, fil-livell li jidhrilha, tagħti skop biex ikun hemm aktar tiġdid f'dik l-impriża privata f'kull livell skond il-bżonnijiet tal-mument.", "Il-proposti fil-white paper huma ntiżi f'dan ir-rigward permezz tal-poteri delegati lill-kapijiet tad- dipartimenti, inkluż il-poteri li jistabbilixxu kondizzjonijiet ta' impjieg għal pożizzjonijiet partikolari.", "Sur President, għandna noqogħdu attenti għal ċerti problemi ta' overemployment li jeżistu f'ċerti dipartimenti.", "Naħseb li qabel ma tingħata l-possibbiltà lill-kapijiet tad-dipartimenti li jingaġġaw lin-nies għandu jsir rendikont ta' fejn jeżisti overemployment, x'inhuma dawk il- livelli u x'korsijiet nistgħu noffru lil dawn in-nies biex għada pitgħada nkunu nistgħu nużawhom għal bżonnijiet ġodda fiċ-ċivil.", "Jien naħseb li l- bidla proposta teħtieġ studju u dibattitu aktar profond.", "GĦandna wkoll noqogħdu attenti għall-multiplikazzjoni ta' aġenziji tal-gvern, għax mhux neċessarjament li dak li huwa applikabbli għal ċerti pajjiżi kbar huwa applikabbli għall-istrutturi tagħna.", "Sur President, nixtieq ngħaddi biex niddiskuti l-forza armata ta' Malta, forza li attwalment timpjega 'il fuq minn 1,600 ruħ apparti r-riservisti, il-voluntiera u ċ-ċivili li jaħdmu magħha.", "Din is-sena qed nivvotaw is- somma ta' Lm13.1 miljun li tirrappreżenta żieda ta' Lm500,000 fuq il-vot tas-sena l-oħra.", "Kważi Lm350,000 minn din iż-żieda ġew allokati għal personal emoluments filwaqt li 'l fuq minn Lm100,000 ġew ivvotati għal programme u initiatives.", "Fil-fatt is-somma totali allokata għal programme and initiatives hija ta' Lm280,000.", "Kważi żewġ terzi ta' din is-somma, eżattament Lm188,000, ġew allokati għall-ispejjeż relatati mad-detenzjoni ta' nies barranin li qed jinżammu fil-barracks ta' Ħal Far.", "Imbagħad Lm12,000 ġew utilizzati għat-taħriġ tal-forza ta' voluntiera li qed iwettqu servizz utli anke għaċ-ċivil, filwaqt li s-somma ta' Lm80,000 hija proġettata għall-European security and defence policy rapid reaction force.", "Lm15,000 minn din is-somma se jintużaw għal skopijiet ta' taħriġ u Lm65,000 minnha se jintnefqu għal xiri ta' equipment relatat ma' din l- inizjattiva.", "Il-parti relatata għal operational maintenance expences tikkomprendi nefqa ta' Lm1.5 miljun.", "Il-biċċa kbira ta' din is-somma se tintuża għall- manutenzjoni u r-running costs tal-patrol boats, l-ajruplani u l-vetturi.", "Is-somma ta' Lm60,000 qed tiġi allokata għal taħriġ ta' l-armata, apparti dawk li qed jinħarġu diġà għar-rapid reaction force.", "Forsi f'dan ir- rigward is-somma indikata għal taħriġ setgħet kienet iktar għaliex jekk wieħed jieħu s-somma ta' Lm60,000 per capita dan ifisser madwar Lm30 għal kull ras.", "Mill-banda l-oħra l-vot allokat ma jinkludix id-donazzjoni ta' ħafna equipment li ġie mogħti lill-forzi armati ta' Malta.", "Dawn l- affarijiet għandhom jiġu valutati u inklużi.", "Eżempju ta' akkwisti magħmula lill-forzi armati ta' Malta permezz ta' donazzjonijiet jinkludu l-coastal patrol boat mogħtija mill-Istati Uniti ta' l-Amerika, l-armamenti leġġeri li jinkludu rifles, machine guns, anti- tank weapons u ammonizzjoni mogħtija mill-gvern taċ-Ċina.", "Dawn huma stmati Lm0.5 miljun u permezz tagħhom suldati tal-forzi armati fl-aħħar se jkollhom weapon standard għalihom u ammunition standard għalihom.", "Ta' min isemmi wkoll l-għajnuna estensiva li tingħata lill-forzi armati ta' Malta mill-missione Italana di assistenza tecnico militare.", "Dawn fortunatament se jibqgħu jagħtu s-servizz tagħhom lil Malta, għalkemm jidher li se jirriduċu d-daqs tal-missjoni tagħhom.", "Hawnhekk irrid ngħid li l-għajnuna li toffri din il-missjoni Taljana għall-forzi armati ta' Malta tinkludi mhux biss esperjenza u taħriġ professjonali f'ħafna oqsma speċjalizzati iżda wkoll self ta' ħafna equipment lill-forzi armati inkluż trakkijiet u vetturi.", "Il-missjoni Taljana tipprovdi wkoll helicopter u crew biex jassistu l-awtoritajiet Maltin f'missjonijiet ta' search and rescue.", "Sur President, il-problema prinċipali tal-forzi armati ta' Malta hija li armata moderna llum il-ġurnata għandha bżonn somom sostanzjali biex tkompli timmodernizza lilha nnifisha.", "Barra minn hekk, naħseb li huwa utli li jiġi żviluppat pjan strateġiku għall-ħames snin u l-għaxar snin li ġejjin.", "Il- fatt li ħafna drabi niddependu minn donazzjonijiet u ġenerożità ta' pajjiżi barranin qed jimpedina milli nagħmlu dan il-pjan strateġiku.", "Dan iġibni għad-domanda li jmiss.", "X'inhu l-oġġettiv li Malta jkollha armata?", "U skond ir-risposta, l-armata tagħna llum qiegħda tilħaq dawn l-oġġettivi?", "Fil-white paper li kienet ippubblikata mill-uffiċċju tal-prim ministru f'Ġunju ta' l-1997 ġie mfisser li r-rwoli tal-forzi armati ta' Malta huma s- segwenti.", "L-ewwel rwol kien primary defence role u dan jinkludi ż-żamma ta' sigurtà u integrità tal-gżejjer Maltin fi żmenijiet ta' paċi u ta' kriżi.", "Dan ir-rwol ta' difiża primarju jinkludi l-manutenzjoni ta' l- integrità tat-territorju Malti, b'mod prinċipali l-manutenzjoni tas-sigurtà fl-ajruport u d-difiża ta' ċerti postijiet strateġiċi.", "Il-manutenzjoni ta' l-integrità ta' l-ibħra Maltin tinkludi s-sorveljanza tat-territorju Malti kontra d-dħul illegali tad-droga u immigranti llegali u l-manutenzjoni ta' l-integrità ta' l-ispazju ta' l-ajru ta' Malta tinkludi servizzi ta' search and rescue u protezzjoni ta' ċerti postijiet sensittivi.", "It-tieni rwol ta' l-armata identifikat f'din il-white paper kien a secondary defence role u jinkludi rwoli ta' support.", "Dawn ir-rwoli sekondarji jinkludu li l-armata tipprovdi assistenza militari lid- dipartimenti tal-gvern u protezzjoni f'xi sitwazzjoni ta' emerġenza ċivili, bħal per eżempju, splużjoniijet, marine pollution u għargħar.", "L-armata għandha tipprovdi wkoll għajnuna f'operazzjonijiet ta' kontra d-droga koordinata mill-pulizija, għajnuna militari lill-pulizija f'roadblocks u patrols kif ukoll għajnuna militari lill-komunità ċivili.", "Barra minn dan kollu l-armata taqdi wkoll numru ta' funzjonijiet ċerimonjali ta' l-Istat.", "Sur President, issa ġiet inkluża assenjazzjoni ġdida lill-forzi armati ta' Malta, il-kontribuzzjoni tal-gvern Malti għall-European Union rapid reaction force.", "Din tinkludi parteċipazzjoni f'missjonijiet militari f'ambjent multi-nazzjonali.", "Il-kontribuzzjoni ta' Malta se jkun ta' platoon li jġib 30 ruħ għal perijodu massimu ta' sena, kif ukoll numru ta' fizzjali.", "Rajna entużjażmu mill-membri tal-forzi armati li b'mod voluntier niżżlu isimhom biex għada pitgħada jkunu inklużi għal dan ir-rapid reaction force.", "F'dan l-isfond wieħed jista' jistaqsi pero' jekk realment il-forza armata ta' Malta hijiex f'pożizzjoni li taqdi b'mod effiċjenti dawn il- funzjonijiet estensivi li allokajnilha.", "Ir-realtà hi li ma nemminx li għandna l-mezzi biex niddefendu sew l-ajruport minn attakk barrani, għaliex forsi m'għandniex il-kopertura neċessarja ta' l-ajru.", "Huwa veru li t-tieni reġiment jinkludi air defence battery li għandha numru ta' anti-aircraft guns leġġeri u forsi dawn huma leġġeri żżejjed u jiġu utilizzati prinċipalment fi rwolijiet ċerimonjali.", "Inkun irrealistiku jekk ngħid li nistgħu nagħmlu upgrade ta' air defence battery għal standards moderni u teknoloġiċi, għaliex in-nefqa tkun waħda projbittiva.", "Lanqas ma nkun realistiku jekk ngħid li nistgħu nakkwistaw numru ta' ajruplani biex niddefendu l-ispazju ta' l-ajru ta' Malta għaliex kull fighter jet iqum numru ta' mijiet ta' miljuni ta' liri.", "GĦandna għalhekk nagħmlu rethinking totali dwar kif wieħed jista' jiddefendi bl- aħjar mod l-ajruport mill-art f'każ ta' attakk, b'mod li jkun kopert sakemm tasal assistenza minn barra.", "Sur President, problema oħra hi li m'għandniex xi forza navali tali biex nipproteġu l-ibħra territorjali f'każ ta' xi invażjoni mill-baħar pero' r- realtà hi li ma jistax ikollna din il-forza navali.", "Anke għal dak li jirrigwarda sorveljanza ta' l-ibħra territorjali ta' Malta, il-patrol boats li għandna m'għandhomx speed qawwi biżżejjed biex ikunu jistgħu jagħmlu interċessjonijiet fl-inqas żmien possibli.", "Filwaqt li dawn huma adattati għal patrols fit-tul u fil-bogħod, jeħtieġ li jkollna patrol boats iżgħar u aktar veloċi.", "Hawn irrid nagħmilha ċara li dawn il-limitazzjonijiet mhumiex dovuti għan-nuqqas ta' xi amministrazzjoni jew oħra ta' liema partit hi, iżda huma dovuti għaċ-ċokon tagħna u l-limitazzjonijiet finanzjarji li għandna.", "X'għandna nagħmlu?", "Nemmen li għandna nsaħħu l- maritime squadron biex kemm jista' jkun inħarsu l-ibħra tagħna minn attivitajiet illegali.", "GĦandna nsaħħu s-sorveljanza mill-ajru u nassiguraw li s-sistema tar-radar tkun waħda funzjonali li f'kull waqt u f'kull ħin tkopri l-ibħra territorjali ta' Malta.", "Ninsab kuntent li jidher li fis-sena 2005 l-forzi armati ta' Malta se jirċievu coastal patrol vessel mill-Istati Uniti simili għal dik li diġà tawna.", "Dawn il-patrol boats żgur li se jkunu ta' valur għall-maritime squadron.", "Ninsab informat ukoll li l-gvern qed jinnegozja ma' l- awtoritajiet Taljani għall-akkwist ta' offshore patrol vessel u l-ftehim għandu jiġi konkluż f'dawn il-ġimgħat.", "Il-finanzjament għal dan l-akkwist se jiġi mill-protokoll finanzjarju ffirmat ma' l-istat Taljan.", "Din il- patrol craft se tissostitwixxi l-condor class patrol boat li konna xtrajna minn surplus stock mill-Ġermanja wara l-unifikazzjoni mal-Ġermanja tal- Lvant.", "Il-forzi armati ta' Malta għandhom jistudjaw ukoll il-possibbiltà biex jakkwistaw patrol craft aktar veloċi kif għandu l-gvern Taljan biex jaġixxu bħala deterrent għal dawk li qed jgħaddu mill-ibħra tagħna jew b'kuntrabandu jew b'emigranti illegali.", "Sur President il-forza armata ta' Malta għandha tassigura li l-membri kollha tagħha jkunu mħarrġa adegwatament u kontinwament tul il-karriera tagħhom.", "Huma biss il-membri tas-C company fi ħdan l-ewwel reġiment li qed jagħmlu training militari b'mod konsistenti.", "Sfortunatament it-taħriġ li jingħata lill-membri ta' l-A company, li huma responsabbli mis-sigurtà ta' l-ajruport, huwa limitat għaliex forsi m'hemmx membri biżżejjed fi ħdan din il-kumpannija.", "Il-B company hija responsabbli mis-sigurtà f'postijiet sensittivi bħal Kastilja, il-palazz presidenzjali u l-Girgenti pero' hemm bżonn aktar nies u dan jaffettwa t-training tagħhom.", "Min-naħa l-oħra d-D Company bħalissa qed tiġi utilizzata prinċipalment għad-detenzjoni ta' l- immigranti li qed jinżammu f'Ħal Far.", "F'dan ir-rigward qed jiġi ssuġġerit li l-personnel fi ħdan l-ewwel reġiment għandhom jaħdmu fuq bażi ta' rotazzjoni sabiex l-ebda suldat ma jrabbi l- għeruq fuq il-post fejn ikun jew jitlef il-moral tiegħu għax ma jkunx qed jirċievi training jew għax il-post fejn ikun qiegħed ma joffrilux wisq inizjattiva.", "Is-sistema ta' reklutaġġ għandha tinbidel għaliex hija twila wisq u ħafna drabi ddum sena biex tiġi kompluta.", "Ħafna mid-dewmien huwa dovut għall-fatt li apparti eżami fiżiku u mediku r-rekluti għandhom joqogħdu għal eżami amministrat mid-dipartiment ta' l-edukazzjoni u sussegwentement għal interview.", "Il-proċedura ta' l-eżamijiet forsi tista' tiġi sostitwita billi tintroduċi l-ħtieġa ta' edukazzjoni \"O\" level standard, simili għar-reklutaġġ tal-pulizija.", "Fil-każ tal-fizzjali wieħed għandu jikkonsidra li jgħolli l-ħtieġa ta' żewġ \"A\" levels għal degree mill- università biex b'hekk inkunu żguri li dawk li jidħlu fl-armata jkunu nies li verament iridu l-armata bħala l-karriera tagħhom.", "U fl-aħħar nistaqsi jekk bħalma hemm akkademja tal-pulizija li tipprovdi mhux biss tagħlim għar- rekluti iżda wkoll korsijiet permanenti għal-livelli kollha tal-korp, ikunx utli li ssir akkademja għall-armata wkoll.", "F'dan il-kontest parti mill- forti Sant'Iermu jkun jista' jiġi wżat mill-armata għal dan l-iskop u jkun hemm attivitajiet komuni bejn iż-żewġ akkademji.", "Sur President, jekk għandu jkun hemm suġġett li jgħaqqad lill-Maltin huwa dak dwar l-armata; armata li qiegħda hemm biex tassigura s-sigurtà tagħna lkoll.", "L-ebda kritika jew suġġeriment m'għandha tiġi ntiża jew interpretata b'mod partiġġjan għax qed issir biss fl-interess tal-membri ta' l-armata li wirtu tradizzjoni twila ta' dedikazzjoni tas-suldati Maltin li tmur lura għaż-żmenijiet tar-royal Malta artillery.", "Filwaqt li l- uniformijiet ma tantx jinbidlu, it-tattiċi u l-metodi ta' l-armati tad- dinja jinbidlu radikalment maż-żmenijiet.", "Għalhekk ma nistgħux nibqgħu lura u ma nistgħux noqogħdu statiċi għax hu fl-interess tagħna lkoll li ninbidlu maż-żmenijiet.", "Nirringrazzjak, Sur President.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "L-Onor.", "Mario Galea.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Sur President, nixtieq nagħmel xi kummenti dwar il- budget in ġenerali, imma qabel xejn irrid ngħid li din kienet sena kruċjali, kienet iċ-ċavetta tal-futur tagħna għaliex il-poplu Malti ddeċieda liema rotta jrid jaqbad.", "U hawn nixtieq nieħu l-okkażjoni biex nifraħ lill-prim ministru għas-suċċessi li kiseb tul din is-sena bir- referendum, bir-riżultat ta' l-elezzjoni u anke bil-European of the year.", "Fil-ftit ħin li għandi rrid nagħmel xi kummenti fuq wieħed mill-aħħar impenji tal-prim ministru rigward iċ-CHOGM.", "L-ewwelnett irrid nikkondividi l-pożizzjoni li ħa l-gvern Malti vis-à-vis iż-Żimbabwe.", "Jien kont hemm bħala wieħed mill-40 osservatur tal-Commonwealth u naħseb li l-messaġġ li wassalna huwa wieħed pożittiv, jiġifieri li fejn jidħol it-tkasbir tad- drittijiet tal-bniedem aħna ma nittollerawhx.", "Hija ħaġa ta' sodisafazzjon ukoll li l-laqgħa taċ-CHOGM sentejn oħra se ssir Malta.", "Naħseb li dan juri li mhux biss għandna l-infrastruttura meħtieġa, imma aktar minn hekk għandna l-kredenzjali demokratiċi neċessarji.", "Sur President, naħseb li f'dan il-budget ħabbarna riformi li huma mportanti ferm, kemm fil-qasam tas-saħħa kif ukoll fil-qasam tal- pensjonijiet.", "Jien diġà kelli l-okkażjoni li nitkellem rigward is-saħħa, imma rrid nerġa' ngħid li dak li qed nipprovaw nagħmlu f'dan il-qasam huwa li nużaw ir-riżorsi tagħna aħjar.", "Ninsabu għaddejjin minn sitwazzjoni fejn il-kura qed tinbidel u qed isiru operazzjonijiet li qabel lanqas konna noħolmu bihom.", "Żgur li ħadd ma jista' jgħid li aħna xxaħħaħna mal-poplu Malti.", "Kumment politiku li għamilt u li se nerġa' nagħmel huwa li minkejja l-kritika li ssir mill-oppożizzjoni, fl-1987 meta ħadna l-gvern f'idejna għall-ewwel darba sibna li fl-Isptar San Luqa kienu għadhom jgħallu s- siringi biex jerġgħu jintużaw.", "Fl-1996 meta l-gvern għadda f'idejn il- partit Laburista ħallejna l-Isptar San Luqa jagħmel l-open-heart surgeries, jiġifieri daqshekk kienet kbira l-qabża fil-kwalità.", "GĦall-grazzja ta' Alla l-kura li qed noffru hija ta' kwalità għolja u skond statistika li ħarġet mill-Eurostat dwar il-kandidati li se jissieħbu fl-Unjoni Ewropea fit-tkabbir li jmiss u pajjiżi oħra tal-Lvant Nofsani l-infant mortality rate ta' Malta - kif jaf kulħadd l-infant mortality rate hija indikatur dwar il-kwalità tas-saħħa – hija fost l-aktar baxxi li hemm kemm fil- pajjiżi li se jissieħbu fl-Unjoni Ewropea kif ukoll dawk tal-Lvant Nofsani.", "Il-kap ta' l-oppożizzjoni semma l-isptar il-ġdid u jien naħseb li jekk hawn xi ħaġa li dan m'għandux isemmi huwa proprju l-Isptar tal-Qroqq, għaliex fil-kampanja elettorali ta' l-1996 l-oppożizzjoni għamlet il-qasam tas- saħħa bħala wieħed mill-main issues tagħha, imbagħad meta telgħu fil-gvern baqgħu ma ddeċidewx x'se jagħmlu.", "Jien dejjem inħobb ngħid b'nofs ċajta u b'nofs serjetà li lil dawn San Raffaele m'għoġobhomx għax l-ewwel qalu \"se nwaqqfuh\", imbagħad \"se nħottuh\", imbagħad \"se nżommuh\", imbagħad \"se nkompluh\", imbagħad \"se nkabbruh\".", "U issa tlajna aħna fil-gvern u se nlestuh.", "Il-verità hi li meta l-kap ta' l-oppożizzjoni qed jgħid li l- isptar kellu jiġi jiswa Lm83 miljun, naħseb li dan jaf li din kienet is- somma stmata mingħajr equipment.", "Naħseb li l-ministru diġà ta breakdown għaliex is-somma telgħet għal dak l-ammont pero' parti mill-problema għaliex is-somma telgħet daqstant hi li l-gvern immexxi mill-Onor.", "Alfred Sant iddeċieda li minn sptar ta' madwar 360 sodda jkabbru għal sptar ta' 900 sodda.", "Punt ieħor li nixtieq nagħmel dwar il-qasam tas-saħħa huwa l-importanza tal- kontroll ta' l-abbuż.", "Din is-sena se nkunu nfaqna Lm19 miljun f'mediċini b'xejn u jekk taħdimha din tfisser li kuljum nonfqu Lm52,000 għal mediċini b'xejn.", "GĦalhekk naħseb li mhux se nkunu qed nagħmlu ħażin jekk nipprovaw nikkontrollaw l-abbuż.", "Nixtieq nagħmel kumment fil-qosor dwar il-pensjonijiet.", "Din hija riforma kbira u quddiemna għandna l-isfida li l-pensjonijiet ikunu sostenibbli.", "Hawn mhux qed nitkellmu dwar problema tal-lum imma din se tkun teżisti għaxar snin jew 15-il sena oħra.", "Fil-fatt nafu li fis-sena 2025, 20% tal- popolazzjoni tagħna se jkollha aktar minn 65 sena u filwaqt li llum hawn ħames ħaddiema għal kull pensjonant, fis-sena 2025 dawn se jonqsu għal tliet ħaddiema.", "Dan huwa sinjal ta' progress u jfisser li n-nies qed jgħixu aktar, li hawn kwalità ta' ħajja aħjar, li hawn livell ta' kura aħjar u li l-ħaddiema qed jidħlu fid-dinja tax-xogħol aktar tard għax qed ikomplu jitħarrġu u jispeċjalizzaw.", "Biss din toffri sfida u issa qed nipprovaw nagħmlu din ir-riforma b'responsabbiltà u b'solidarjetà ma' dawk li se jilħqu l-età tal-pensjoni 15 jew 20 sena oħra.", "Waqqafna kummissjoni dwar il-welfare biex naraw kif flimkien ma' l-imsieħba soċjali nistgħu nsibu soluzzjoni għal din il-problema.", "Din qed jipparteċipa fiha kulħadd, jew kważi kulħadd, minbarra l-partit Laburista li għadu sal-lum jirrifjuta li jieħu sehem f'din il-kummissjoni.", "Imbagħad jiġi l-kap ta' l-oppożizzjoni u fid-diskors tiegħu dwar il-budget jgħid li jrid iniżżel in-nies fit-toroq jipprotestaw u jiddimostraw.", "U naħseb li hawnhekk il-mistoqsija tiġi waħedha: Onor. Alfred Sant, minflok ma tniżżel in-nies jipprotestaw u jiddimostraw fit-toroq mhux aħjar tiġi madwar il- mejda taqdi dmirek u tagħti sehmek biex flimkien insibu soluzzjoni għall- problema tal-pensjonijiet? 15-il sena oħra l-Onor.", "Alfred Sant jaf ikun prim ministru ta' Malta u jekk nisimgħu minnu u ma nagħmlu xejn fuq il- problema tal-pensjonijiet ikun ifisser li 15-il sena jew 20 sena oħra ma jkollniex biex inħallsu l-pensjonijiet.", "Imbagħad veru jkollu n-nies fit- toroq jipprotestaw u jiddimostraw għax jekk nibqgħu ma nagħmlu xejn ikollu jaqta' l-pensjonijiet.", "Imma minflok ma jinżel fit-toroq mhux aħjar jaqdi dmiru, jiġi madwar il-mejda jew jibgħat ir-rappreżentant tiegħu ħalli flimkien nipprovaw insibu soluzzjoni?", "Sur President ̧ il-prim ministru qal li t-test ta' l-oppożizzjoni ġej minn dak li joħroġ minn dan il-budget.", "Għalhekk illum li wasalna lejn l-aħħar, għax fil-fatt illejla se nagħlqu d-diskussjoni dwar il-budget ̧ ikun tajjeb li naraw kif marret l-oppożizzjoni fil-kritika li għamlet f'dawn is-seduti.", "Mela nhar it-Tlieta, 9 ta' Diċembru, konna qed niddiskutu l-voti tal- politika soċjali u waqt li l-Viċi Prim Ministru, l-Onor.", "Lawrence Gonzi kien qed jagħmel l-għeluq tad-diskors tiegħu, min-naħa ta' l-oppożizzjoni bdew jinterrompuh u jgħidu li l-gvern imissu jonfoq aktar f'benefiċċji soċjali.", "Fil-fatt jumejn wara, il-gazzetta \"The Malta Independent\" tal-11 ta' Diċembru ppubblikat editorjal proprju fuq hekk ̧ u dan kien intitolat \"An opposition that opposes\".", "Fost affarijiet oħra din qalet li min-naħa ta' l-oppożizzjoni bdew jgħajtu \"we want government to spend more\".", "Imbagħad tkompli hekk:", "\"There in just one sentence the whole opposition argument regarding the budget comes tumbling down.", "Of course the opposition would want the government to spend more, so does the country and so does the government.", "But while the government has to face the music if the deficit goes up, the opposition does not.", "The opposition, precisely because it is an opposition, is there to oppose but this does not mean that the opposition should throw all logic to the wind and play the game just for the fun of it.", "If somehow the opposition were to find itself in government it would have to face up the deficit problem too and it will find that this is no laughing matter at all.\".", "Naħseb li kif qalet il-gazzetta \"The Malta Independent\" huwa tajjeb kieku jsir hekk u anke aħna nixtiequ nżidu l-benefiċċji soċjali imma hawnhekk tidħol ċerta responsabbiltà.", "Irridu naraw jekk iż-żidiet li se nagħmlu fil- benefiċċji soċjali humiex sostenibbli.", "Is-serjetà ta' l-oppożizzjoni titkejjel billi naraw dak li qed tgħid issa u x'qalet meta kienet fil- gvern.", "Fil-fatt se nikkwota intervista li kienet saret lill-Onor.", "Alfred Sant dwar l-istess suġġett - dak iż-żmien ma kienx kap ta' l-oppożizzjoni imma kien prim ministru - fit-3 ta' Awissu ta' l-1989.", "Ġurnalist tal- gazzetta \"l-orizzont\" – għandi kopja tagħha hawn - kien staqsih jekk hux beħsiebu jżid il-benefiċċji soċjali.", "U l-prim ministru ta' dak iż-żmien, l- Onor. Alfred Sant, kien wieġbu hekk:", "\"L-ewwelnett irridu naraw li dawk li għandna llum isiru aktar effiċjenti, bħalma hija t-tmexxija ta' l-isptar u l-qasam u s-sistema tas-sigurtà soċjali.", "GĦad baqa' x'nagħmlu ħafna u rridu naħdmu ħafna aktar fuq dan.\".", "Lill-Onor.", "Alfred Sant ngħidlu li aħna hekk qed nipprovaw nagħmlu.", "Qed nipprovaw nagħmlu riforma fil-qasam tas-saħħa u tal-benefiċċji soċjali u hu għadu ma ġiex b'suġġeriment wieħed.", "Imma dwar il-mistoqsija li saritlu dwar jekk hux se jżid il-benefiċċji soċjali, se nikkwota fedelment minn dak li qal il-prim ministru, l-Onor.", "Alfred Sant:", "\"Ċertament, bħala żieda għas-servizzi soċjali wieħed irid joqgħod attent li ma jaqax għat-tentazzjoni li biex il-gvern jidher ġeneruż joħloq problemi serji fil-finanzi tal-pajjiż.\".", "Dawn huma d-double standards ta' l-Onor.", "Alfred Sant.", "Meta kien prim ministru qal li rridu noqogħdu attenti kemm nonfqu u kemm inżidu l- benefiċċji soċjali għax biex nidhru ġenerużi ma rridux noħolqu problemi fil- finanzi tal-pajjiż u issa għax qiegħed fl-oppożizzjoni qed igħid lill-gvern biex jonfoq aktar.", "Għandna oppożizzjoni li hija konsistenti biss fl- inkonsistenza.", "Hawn jien nixtieq nappella lill-membri ta' l-oppożizzjoni b'mod sinċier biex ma jibqgħux oppożizzjoni tal-le biss.", "Jekk il-miżuri li qed nissuġġerixxu aħna ma jaqblux magħhom, ma jimportax għax dik hi d- demokrazija, imma dawn għandhom jgħidulna x'inhuma l-pjanijiet tagħhom, x'inhi l-viżjoni tagħhom u x'se jagħmlu biex is-sistema tas-saħħa u tal- pensjonijiet tibqa' sostenibbli.", "Kienu, għadhom u se jibqgħu oppożizzjoni tal-le.", "GĦandhom alternattivi?", "Joffru opinjoni differenti?", "\"The Malta Independent\", fl-istess editorjal qalet:", "\"There were around five or six Labour speakers in the debate on the ministry for social policy.", "They all criticized but none of them came up with a single suggestion.\".", "Hawn qed nikkwota x'qalet \"The Malta Independent\".", "Ta' l-oppożizzjoni jikkritikaw u suġġeriment min-naħa tagħhom ma tieħu qatt.", "Dan il-pajjiż għandu bżonn inqas konfront u ħafna iktar consensus speċjalment fejn jidħlu s-sigurtà soċjali, il-qasam tas-saħħa u l-edukazzjoni.", "Jien nixtieq ninkoraġġixxi lill-oppożizzjoni sabiex ifittxu l-interess nazzjonali għax huma għandhom sehem importanti x'jagħtu f'dawn ir-riformi meħtieġa.", "Il- patt soċjali li qed jistedinhom għalih il-gvern ifisser li flimkien nibdew niġbdu ħabel wieħed u nfittxu x'jaqbel mhux għall-gvern, mhux għall- oppożizzjoni, mhux għall-partit Nazzjonalista, mhux għall-partit Laburista, imma għal Malta kollha għax jekk nimxu 'l quddiem kulħadd jimxi 'l quddiem.", "Sfortunatament jekk tagħsar id-diskors ta' l-oppożizzjoni jibqa' biss is- slogans.", "Per eżempju, hija serjetà li l-kap ta' l-oppożizzjoni fid- diskors tal-budget jiġi jgħid li l-Preluna se tagħlaq?", "Qabdu kantaliena dwar min se jagħlaq u issa kien imiss il-Preluna.", "Ovvjament kien hemm iċ- ċaħda ta' l-MHRA u anke tal-management tal-Preluna u naħseb li l-problema ta' l-Onor.", "Alfred Sant hi li dan għadu jaħseb li l-poplu għadu jemmen li t- tfal jiġu bil-vapuri.", "Lill-Onor.", "Alfred Sant ngħidlu li dan il-poplu għandu moħħ li tgħallem jużah, qed jużah u m'għadux jemmen li t-tfal jiġu bil-vapuri.", "Daqshekk ieħor għadu jemmen dak kollu li jgħidlu hu.", "Sur President ̧ dan il-pajjiż qed jinbidel u se jkompli jinbidel u la nbidel b'kumbinazzjoni u lanqas qed jinbidel b'kumbinazzjoni, imma qed jinbidel u se jkompli jinbidel għax il-partit Nazzjonalista fil-gvern dejjem kien aġent tal-bidla.", "M'ilux ġie f'idejja ktieb tal-management jismu \"Management, theory and application\" li jitkellem fuq il-bidla u r- reżistenza għall-bidla u hemm sentenza li veru laqtitni.", "Din tgħid hekk:", "\"There are then people who claim to be modern and up to date, yet they might be the most who irresist change.\".", "Din tgħodd ħafna għall-kap ta' l-oppożizzjoni u għall-oppożizzjoni li għandna għax minkejja li dejjem igħidu li huma moderni, dejjem jirreżistu l- bidla.", "Hawn għandi lista ta' eżempji dwar tibdiliet li pprovajna nagħmlu fix-xhur u fis-snin li għaddew fejn sibna r-reżistenza kollha min-naħa ta' l-oppożizzjoni Laburista.", "Il-bidla li nkunu qed nagħmlu jdumu jikkritikawha għal numru ta' snin, imbagħad fl-aħħar jammettu li dik il-bidla kienet importanti għal pajjiżna.", "Per eżempju ̧ il-pluraliżmu fix-xandir damu 12-il sena biex aċċettawh u l-kunsilli lokali damu 15-il sena biex aċċettaw li jistgħu jkunu ta' ġid għal pajjiżna.", "Il-kontestazzjoni tal-kandidati tal- partiti fil-kunsilli lokali damu sitt snin biex aċċettawha u damu 22 sena biex qablu li għandna bżonn ministeru għal GĦawdex.", "Imbagħad biex aċċettaw il-VAT damu 11-il sena u biex aċċettaw il-liberaliżżazzjoni tal- kummerċ damu 15-il sena.", "Mill-ewwel darba li dehret l-Unjoni Ewropea fil- programm elettorali tal-partit Nazzjonalista sal-lum għaddew 24 sena u jien ngħidilhom li jekk iridu jkunu gvern alternattiv għandhom ikunu aġenti tal- bidla mhux jibqgħu jirreżistuha.", "GĦalina l-bidla tfisser aktar opportunitajiet u progress għal dan il-pajjiż.", "Kif qal il-ħabib tiegħi l-Onor.", "Joe Falzon jekk ma narmawx minn issa għaż- żmenijiet il-ġodda li qegħdin fihom u li se nidħlu fihom hemm prezz għoli ħafna xi nħallsu għax jiġi għada u jsibna żarmati u minflok ma nibqgħu kif aħna ̧ nispiċċaw naqgħu lura.", "GĦalhekk b'kuraġġ qed nieħdu d-deċiżjonijiet skomdi li hemm bżonn, imma fl-aħħar mill-aħħar anke fil-politika hija s- serjetà li tirrendi.", "Il-gimmicks jistgħu jdaħħku imma ma jaħdmux għax dawn la qatt solvew problemi u wisq anqas ħolqu l-ġid.", "Sur President, biex nikkonkludi rrid ngħid li l-ġustizzja soċjali ma tiġix b'kumbinazzjoni imma trid taħdem għaliha.", "Il-ġustizzja soċjali tfisser impenn li trid issarrfu f'ħidma politika.", "Il-ġustizzja soċjali tiġi bid- deċiżjonijiet li tieħu u qed nipprovaw noħolqu politika fejn naċċertaw li min jista', jieqaf ma' min ma jistax, min għandu, jaqsam ma' min m'għandux, min ma ħaqqux ma jnaqqarx minn ta' min ħaqqu u min jiflaħ jimxi waħdu, jieqaf ftit u jwieżen lil min ma jistax.", "U dan ifisser li jrid ikollok il-kuraġġ li tieħu deċiżjonijiet ebsin u diffiċli li mhux bilfors se jogħġbu lil kulħadd.", "Li tagħti raġun lil kulħadd, anke lil min m'għandux ̧ jew lil min qed jabbuża u tipprova tkun popolari ma' kulħadd ma tissejjaħx ġustizzja soċjali imma tissejjaħ opportuniżmu politiku.", "Ma jimportax jekk dan il-budget m'huwiex l-aktar wieħed popolari li għamilna bħala gvern.", "Fil-ħajja xejn mhu b'xejn għax kollox għandu l-prezz imwaħħal miegħu.", "U dan huwa l-prezz li aħna bħala gvern lesti nħallsu għall-ġustizzja soċjali għax għalina l-ġustizzja soċjali tfisser prinċipju ta' konvenzjoni u mhux paroli ta' konvenjenza.", "Nirringrazzjak.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Sur President, qgħadt nisma' b'attenzjoni l- kummenti kollha li saru miż-żewġ naħat tal-Kamra.", "Smajt lill-kap ta' l- oppożizzjoni u se nibda bħalu.", "Hu qal li wasalna proprju fit-tmiem tad- diskussjoni dwar il-budget u allura llum nistgħu nikkummentaw fuq id- dibattiti kollha li saru.", "Qed tiġini t-tentazzjoni li nuża espressjoni li l-kap ta' l-oppożizzjoni qalha ħafna drabi biex jifformola sentenzi li malajr jikkomunikawlek xi ħaġa.", "Waqt li kien qed jitkellem fuq id-djar ta' l-anzjani l-kap ta' l-oppożizzjoni qal li xi ħadd ilmentalu li l-ikel ma jkunx tajjeb u li jagħtuhom soppa vojta mis-sustanza.", "U jien naħseb li d- dibattitu fuq dan il-budget min-naħa ta' l-oppożizzjoni nistgħu niddeskrivuh eżattament b'espressjoni li fiha l-istess sinifikat ta' soppa vojta mis-sustanza.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Jiddispjaċini ngħid li dan huwa d-dibattitu li sar f'dawn il-ġranet dwar il-budget ̧ anke sa dalgħodu stess.", "Ħalli nipprova nara l-punti li ssemmew u fejn huwa utli nipprova nagħti risposta.", "L-ewwel intervent li sar dalgħodu kien dak ta' l-Onor.", "Helena Dalli li bdiet bil-kwestjoni tal-white paper.", "Nieħu pjaċir nisma' li l-oppożizzjoni beħsiebha tagħti s-sehem tagħha speċjalment meta għall-ewwel darba f'pajjiżna se jkollna liġi dwar is-servizz pubbliku.", "Tkun ħaġa tajba li din il-liġi tkun immaturata bil-kummenti ta' dawk kollha interessati, speċjalment b'kontribut qawwi u serju min-naħa ta' l-oppożizzjoni.", "Huwa veru li kif qalet l-Onor.", "Dalli jien semmejt li għad m'hemmx reazzjoni min-naħa ta' l-oppożizzjoni.", "Din qaltilna li l-oppożizzjoni ħarġet xi statement u jien nerġa' ngħid li nieħu pjaċir nisma' li l-oppożizzjoni beħsiebha tittratta din il-materja bis-serjetà kollha li jistħoqqilha.", "M'hemmx dubju li f'dan il-pajjiż kellna bżonn u għad għandna bżonn ta' riforma burokratika.", "Din diġà pprovaw jagħmluha diversi pajjiżi fejn biċċiet għamluha b'suċċess u oħrajn b'inqas suċċess.", "Bla dubju ta' xejn soċjetà moderna tirrikjedi servizz pubbliku li jaħdem b'mod ħafna iktar effiċjenti f'kull sens milli qatt ħadem qabel u li jkun f'pożizzjoni li jagħti servizz lill-poplu adattat għaż-żmenijiet tal-lum.", "Sur President, il-gvernijiet immexxija minni - mhux biss dak li fformajt wara l-aħħar elezzjoni imma sa mill-bidu nett - dejjem taw attenzjoni lil din il-kwestjoni.", "Kulħadd jiftakar li ftit wara l-elezzjoni ta' l-1987 kienet twaqqfet kummissjoni għar-riforma tas-servizz pubbliku li għamlet diversi rapporti, li min-naħa tagħna aġixxejna fuqhom.", "U ħafna mir- rakkmandazzjonijiet", "diġà ġew implimentati.", "Issa wasalna fl-istadju fejn dak li diġà bdilna qed nistituzzjonalizzawh permezz ta' liġi u fejn għad hemm bżonn ta' riforma nittama li dan il-parlament ikollu l-kuraġġ jagħmel liġi moderna li kemm jista' jkun, fil-limitazzjoijiet umani ta' kull wieħed u waħda minna ̧ tkun liġi adattata għaż-żmenijiet tal-lum biex ikollna servizz pubbliku li jirrendi billi jagħti l-aqwa servizz lil pajjiżna.", "L-Onor.", "Dalli semmiet li donnu hemm xi attentat - jekk m'iniex sejjer żball din hi l-kelma li wżat - biex niddiżintegraw is-servizz pubbliku u noħolqu jobs for the boys.", "Qed isiru ħafna espressjonijiet bħalma hija dik ta' \"ħbieb tal-ħbieb\" pero' llum il-kap ta' l-oppożizzjoni qalhomlna bl-Ingliż; \"friends of friends\" u \"jobs for the boys\".", "Jien nistieden lill-Onor.", "Dalli u l-membri kollha ta' l-oppożizzjoni biex din il-liġi ma jibqgħux – hawn qed nirriferi għal-liġi l-ġdida dwar is-servizz pubbliku – jiġġudikawha minn qabel.", "Fil-fatt huma qed jgħidu li din se toħloq jobs for the boys.", "Pero' jekk l-Onor.", "Dalli qed tgħid li qabdet il-white paper u qattgħetha għax din tfisser biss li se jkollna jobs for the boys, jekk se jivvotaw kontra tagħha u ma jkunux jistgħu jikkontribwixxu allura nirtira l- kliem li għedt.", "Jien nieħu pjaċir nara lill-oppożizzjoni lesta li tiddiskuti pero' ngħidilha li għadha daqsxejn waħda fi żmenijiet oħra għax m'humiex kapaċi jagħmlu dik il-qabża ta' kwalità li għandu bżonn jara l- pajjiż anke fil-membri ta' l-oppożizzjoni.", "Pero' nittama li dik kienet battuta ta' l-Onor.", "Dalli u li aktar kienet serja meta qalet li huma lesti li jikkummentaw u jikkontribwixxu biex nagħmlu liġi tajba għal pajjiżna.", "Kif għedt dan il-proċess ta' bidla ilu li nbeda u issa nittama li se nifformalizzawh b'liġi.", "Huwa tajjeb li nagħmel daqsxejn riferenza għalih għax imbagħad l-Onor.", "Dalli staqsietni kemm huwa n-numru ta' diretturi.", "Jekk m'iniex sejjer żball irrispondejt xi mistoqsija parlamentari dwar kemm hawn diretturi mal-gvern, imma jekk tagħmilli mistoqsija - jekk mhux diġà rrispondejtha għax għandi dik l-impressjoni - nirrispondiha.", "Sur President, naħseb li jkun tajjeb li naraw x'inhu jiġri fis-servizz pubbliku.", "Quddiemi għandi statistika rigward l-aħħar ħames snin u fiha nsib li n-numru totali ta' nies li jaħdmu fis-servizz pubbliku inkluż il- casuals, il-part-timers, il-contract employees kif ukoll dawk li llum huma detailed ma' xi awtorità pubblika jew ma' xi korp parastatali, f'dawn il- ħames snin it-total naqas bi 801 persuna.", "Pero' mhux biżżejjed li ngħidu li n-numru totali naqas bi 801 persuna, imma rridu naraw x'qed jiġri.", "Fil- fatt insibu li hemm numru sostanzjali ta' intake akbar ta' nies jaħdmu mal- gvern filwaqt li hemm numru inqas f'setturi oħra.", "Huwa mportanti li naraw, per eżempju, li n-numru ta' membri tal-korp tal- pulizija f'dawn il-ħames snin żdied b'103 persuna.", "Fil-qasam tal- professionals li mhumiex mediċi n-numru żdied bi 58 persuna.", "In-numru ta' tobba li jaħdmu mal-gvern żdied b'106 u n-numru ta' nurses u paramediċi żdied b'529 persuna.", "In-numru ta' nies li jaħdmu fis-settur ta' l- edukazzjoni żdied b'687 persuna, filwaqt li fil-każ ta' kategoriji li m'humiex speċjalizzati f'xi ħaġa n-numru naqas b'500 persuna.", "In-numru ta' nies li jissejħu technical ̧ li ħafna minnhom ikunu semi-skilled ̧ naqas b'545 persuna u n-numru ta' nies industrijali li ħafna minnhom ikunu unskilled naqas b'1,315 persuna.", "Meta tara dan kollu tinnota li qed ikun hawn shift intern f'dawk kollha li jifformaw is-servizz pubbliku fejn qed insaħħu u nkabbru skond il-bżonn b'mod partikolari fil-qasam tas-saħħa u ta' l-edukazzjoni, imbagħad qegħdin innaqqsu minn postijiet oħrajn li nistgħu ngħidu li llum mhumiex produttivi fejn il-gvern għandu bżonn ikun produttiv.", "Allura mhux billi niġu nistaqsu kemm huwa n-numru ta' diretturi - għalkemm jien lest li nirrispondi jekk l-Onor.", "Dalli tagħmilli dik il-misotqsija – imma huwa mportanti li nkunu nafu x'qed jiġri fl-istrutturi kollha tas- servizz pubbliku.", "GĦalkemm is-servizz pubbliku overall naqqasnih bi 800 persuna, meta naraw x'ġara nsibu li naqqasna sostanzjalment – hawn mhux qed ngħid li naqqasna billi keċċejna għax dan il-gvern ma jemminx bir- redundancies imma jnaqqas b'wastage normali, b'mod li ma jweġġax - fejn jidhrilna li fis-soċjetà li qed ngħixu fiha llum m'għadx għandna bżonn dik il-kwalità ta' nies li kienu jaħdmu mal-gvern qabel ̧ u żidna, nerġa' ngħid, b'mod qawwi fejn hemm bżonn li nsaħħu s-servizz pubbliku.", "L-Onor.", "Dalli rrimarkat li fil-budget m'għadx ikun hemm l-objectives li kien ikun hemm qabel fl-introduzzjoni ta' kull ministeru.", "Dan huwa veru, imma d-deċiżjoni ma telgħetx fil-livell tiegħi u min ipprepara l-financial estimates din is-sena min-naħa tal-ministeru tal-finanzi deherlu li dan għandna nillimitawh aktar għal dak li hu l-eżerċizzju ta' l-estimi proprja u m'hemmx għalfejn ikun hemm dak l-istatament.", "Jien nintendi li naqbel ma' l-Onor.", "Dalli u ma narax għaliex għandna neliminawh pero' strettament wieħed jgħid ukoll li dawn huma l-objectives finanzjarji li jitkellem fuqhom il-budget u m'hemmx għalfejn ikun hemm dik id-dikjarazzjoni fil- preambolu ta' kull ministeru.", "Pero' din hija opinjoni u nerġa' ngħid li personalment ma kien hemm xejn ħażin li jsiru dawk id-dikjarazzjonijiet bħala introduzzjoni għall-estimi ta' kull ministeru.", "L-Onor.", "Dalli mbagħad għaddiet biex tikkwotalna x'qal Profs.", "Edward Scicluna u staqsiet jekk għandix fiduċja fih.", "Profs.", "Scicluna huwa professur ta' l-ekonomija u għamel żmien - innominajtu jien stess - bħala chairman ta' l-MCESD, jiġifieri ma nistax ngħid li m'għandix fiduċja fih.", "Pero' ma jfissirx li għax xi ħadd jagħmel argumenti ta' kritika għall-gvern jien ma jkollix fiduċja fih.", "Allaħares, anzi nżid il-fiduċja fih.", "U l- affarijiet li semma Profs.", "Scicluna fid-diskors li għamel, wieħed irid jikkonsidrahom.", "Jien naħseb li kull gvern għandu bżonn jisma' min jgħidlu: Isma' qed tagħmel sew?", "Jien qatt m'għidt li l-gvern immexxi minni huwa xi gvern perfett imma rridu dejjem nitgħallmu.", "L-Onor.", "Dalli semmiet il-quangos - kelma li daħlet ukoll fil-lingwa tagħna – li jeżistu fid-dinja moderna u fis-soċjetajiet moderni tal-lum.", "Pero' huwa veru li b'dan il-mod titlef xi ftit tal-kontroll malli tiddelega xi ħaġa biex jagħmilha ħaddieħor f'isem il-gvern jew bħala sostituzzjoni għall- gvern.", "Kellna wkoll il-kritika tal-ħabib tiegħi ̧ il-Ministru Austin Gatt, li kulħadd jaf li hu daqsxejn żbukkat.", "B'daqshekk mhux se nkeċċih minn ministru!", "Dażgur li le!", "Huwa veru li hemm bżonn li l-Enemalta llum timxi aħjar milli kienet, pero' biex niddefendi lill-Enemalta u lill-gvern immexxi minni huwa tajjeb li nenfasizza li ċ-ċirkostanzi tal-lum mhumiex l- istess ċirkostanzi li kellna fl-1987 fejn il-focus primarju kien kif se jkollna l-enerġija fil-pajjiż.", "Dak iż-żmien id-dawl kien imur kull erbat ijiem u allura kellna nikkonċentraw il-ħidma kollha tagħna biex nibnu power station ġdida, bl-ostakli kollha possibli u mmaġinabbli min-naħa ta' l- oppożizzjoni.", "Allura ma nistax niġġudika lill-Enemalta tal-lum u nipparagunaha ma' l-Enemalta ta' l-1987 u ngħid: \"Dakinhar taf xi jmissha għamlet l-Enemalta?", "Imissha kienet aktar effiċjenti u rat li n-numru ta' nies li għandha magħha jonqsu.\"", "Dażgur!", "Kemm sibna nies jaħdmu ma' l- Enemalta; lanqas irrid ngħid jekk humiex miż-Żejtun jew minn xi mkien ieħor.", "Naħseb li tista' tagħmel analisi!", "Imma dak għadda u llum qegħdin inħarsu lejn kull korporazzjoni u lejn kull korp parastatali u naraw jekk hux qed jaħdmu bl-effiċjenza li hemm bżonn illum.", "U llum huwa l-mument fejn nistgħu nikkonċentraw ħafna iktar u naraw li l-affarijiet jimxu b'aktar serjetà.", "Għalhekk lill-Onor.", "Dalli nirringrazzjaha għall-kummenti li għamlet dwar il- Profs.", "Scicluna, għalkemm naqbel ma' xi affarijiet u ma naqbilx fuq affarijiet oħra.", "Pero' din hija d-dinja demokratika u moderna ta' kif ngħixu għax din mhix kwestjoni ta' jekk għandix fiduċja fil-Profs.", "Scicluna.", "Naħseb li hi fissazzjoni ta' l-oppożizzjoni li għax xi ħadd jgħid xi ħaġa allura jien se nitlef il-fiduċja fih.", "(Interruzzjonijiet) Mhux hekk jaħasra, Onor. Dalli!", "Almenu hekk insinwajt li jista' jkun.", "Ippermettili ħalli nkompli issa.", "Imbagħad semmietilna l-allowances ta' l-ambaxxati u qalet li ma tistax tifhem kif dawn jaqbżu s-salarji.", "Imma skużi!", "(Interruzzjoniijet) Il- fatti huma li hemm kriterji bbażati fuq l-iskali ffissati mill-United Nations dwar kif jitħallsu l-allowances.", "Żmien ilu jien stess kont dħalt fiha u kkonfermajt li l-allowances iridu jiġu packed mal-kriterji u l- iskali tal-United Nations pero' konna naqqasna bejn 10% u 20% minnhom, ma niftakarx eżatt kemm.", "GĦaliex?", "GĦaliex huwa evidenti li jekk għandek lil xi ħadd jaħdem hawn Malta f'ċerta skala u tibagħtu jgħix lejl u nhar fi Brussels, bilfors trid tagħtih l-allowances.", "Dan jibqa' jieħu l-istess salarju, pero' mbagħad ikollu allowances li mhumiex ivvintati imma huma paragunabbli u bbażati ...", "(Interruzzjonijiet) Imma għaliex dejjem niġu nikkwotaw lil Brussels bħalma jagħmel il-kap ta' l-oppożizzjoni?", "Il-kap ta' l-oppożizzjoni qed jgħidilna li fi Brussels se jkun hemm wisq nies.", "Imma skużi, issa fi Brussels għandu jkun hemm in-nies għax inkella ma nagħmlux dak li lkoll naqblu fuqu, jiġifieri s-suċċess ta' Malta fl-Unjoni Ewropea.", "U naħseb hawn hi l-iskiżofrenja li għandha l-oppożizzjoni.", "Tridu jew ma tridux li nagħmlu suċċess fl-Unjoni Ewropea?", "(Onor. Membri: Hear ̧ hear)", "Imbagħad il-kap ta' l-oppożizzjoni ġie jgħidilna li ftit ilu l-gvern xtara premises ġodda għall-ambaxxata Maltija fi Brussels.", "L-ewwelnett mhux veru xtara imma kera għax dawk li kellna kienu nxtraw fl-1965 - dan kien investiment tajjeb – u issa d-deċiżjoni hi li ma jaqbilx li noqogħdu nirranġawhom.", "Dawk se jinbiegħu u issa krejna oħrajn u qegħdin ngħidu li ċ-ċirkostanzi reġgħu nbidlu.", "Sena ilu konna qegħdin fuq ix-xwiek ħalli naraw x'se jiddeċiedi l-poplu Malti.", "Il-kap ta' l-oppożizzjoni kien igħidilna li Allaħares nidħlu fl- Unjoni Ewropea u jien kont ngħidilhom li Allaħares ma nidħlux.", "Issa l- poplu Malti qabel miegħi u qal li Allaħares ma nidħlux u fil-fatt se nidħlu.", "Imma allura issa mhux qed naraw x'pass u x'qabża għamilna?", "Issa se nkunu fl-Unjoni Ewropea u allura rridu nkunu żguri li nsibu l-aħjar pożizzjoni biex naħdmu għall-interess ta' pajjiżna.", "U din tiskandalizzah lill-kap ta' l-oppożizzjoni.", "Fil-fatt qalilna, fl-introduzzjoni li għamel, biex nidħlu f'committee of supply ta' dan il-parlament, dwar il- budget ̧ u reġa' qalha llum.", "Naturalment l-Onor.", "Dalli taqbel miegħu li dawn huma ħela ta' flus.", "Imma skużi, ejjew inkunu serji u l-affarijiet nagħmluhom bis-serjetà.", "(Interruzzjoniijet)", "THE CHAIRMAN: Jekk jogħġobkom m'hemmx interruzzjonijiet.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: L-Onor.", "Dalli qaltilna li jeżistu d-double standards għaliex l-impjegati taċ-ċivil jitħallsu mod u dawk tal- parastatali jitħallsu iktar.", "Iva, din hija problema li nħolqot matul ħafna snin bil-ħafna collective agreements li saru.", "Il-unions - mhux waħda biss imma kollha - jagħmlu sew li jaqbżu għan-nies tagħhom, pero' issa wasal iż- żmien fejn ma nistgħux naraw biss l-interessi partikolari tal-ħaddiema li nirrappreżentaw imma hemm xi ħaġa oħra li jisimha Malta.", "Għalhekk irridu naraw il-kwadru kollu.", "Sur President, jien ma smajtx id-diskors kollu ta' l-Onor.", "Austin Gatt, imma kif jaf kulħadd dan il-gvern ħa passi biex naraw li l-collective agreements il-ġodda jiġu in line ma' dak li qed jiġri fis-servizz pubbliku.", "Naturalment mhux se naqbdu u nnaqqsu l-pagi tan-nies.", "Hawn min jixtieq li nagħmlu hekk u qed jagħtina l-parir li nagħmlu hekk, imma l-proċessi tagħna jkunu dejjem kawti fejn naraw kif jimxu l-affarijiet biex ma niddisturbawx lill-ħaddiema.", "Illum qed nittrattaw dan il-punt u ninsabu attenti li meta jsiru dawn il-collective agreements, bil-ħafna korpi parastatali, ma nibqgħux bil-freehand li dak li jkunu ħadu jkun tort tagħna, għax forsi nkunu tajnihom iżżejjed.", "Jien naħseb li llum m'għandhomx jikkritikawna, għax il-kritika li qiegħda ssir bħalissa hi li ilna fil-gvern mill-1987.", "Jien diġà għedt li żbalji għamilna żgur pero' huwa ħażin li niġġudikaw bil- kriterji u l-esiġenzi tal-lum dak li għamilna 15-il sena ilu.", "GĦalkemm dan is-suġġett m'għandux x'jaqsam mal-ministeru tiegħi ̧ l-Onor.", "Dalli reġgħet tkellmet fuq id-drittijiet tan-nisa, fuq il-liġi dwar il- vjolenza u fuq il-liġi dwar it-tfal.", "Huwa veru li l-liġi dwar il-vjolenza domestika għadna ma ressaqnihiex quddiem dan il-parlament, imma ħdejja għandi lill-Onor.", "Tonio Borg u jaf li qegħdin nimmaturaw.", "Forsi tgħidli li mmaturajna żżejjed u nispera li fl-aħħar ikollna din il-liġi.", "Jien nista' ngħid li din diġà ġiet diskussa darba fil-Kabinett u kien hemm diffikultajiet kemm fuq id-draft li sibna kif ukoll fuq id-draft li ġiet ippreżentata u nittama li dawn insolvuhom.", "Rigward il-kwestjoni tal- kummissarju għat-tfal, jekk m'iniex sejjer żball, il-ġimgħa l-oħra waslet għandi l-proposta tal-persuna li se tiġi nominata u nittama li fil-ġranet li ġejjin din tkun xi ħaġa pubblika.", "Imbagħad tkellem l-Onor.", "Joe Mizzi li lili ħawwadni.", "Dan beda bl-istatement prinċipali li l-pajjiż jinsab fi kriżi u li l-gvern moħħu biex inaqqas l- impjiegi u jżid it-taxxi.", "Dan hu l-motto ta' l-oppożizzjoni bħalissa.", "Imbagħad qalilna fuq iż-żejt u jien bdejt nitfixkel għax beda jsemmi qabel l-elezzjoni u wara l-elezzjoni.", "Jien ħsibtu qed jgħid għall-elezzjoni tat- 8 ta' April, imma hu kien qed jirriferi għall-elezzjoni tal-5 ta' Settembru ta' l-1998.", "Dan reġa' qalilna li jien ma nafx x'għedt fuq il-bir li kien qed jitħaffer f'GĦawdex u mbagħad meta tlajt fil-gvern komplejna nħaffru.", "Imma skużi, dan smajnih is-sena l-oħra, is-sena ta' qabel u ta' qabel.", "Fit-8 ta' April kien hemm elezzjoni oħra u ma nafx x'għandu x'jaqsam il-bir li kien tħaffer f'GĦawdex.", "L-Onor.", "Mizzi kompla jgħid li huma kienu bdew id-diskussjonijiet biex isiru joint ventures mal-Libja.", "Fl-1978 bħala kap ta' l-oppożizzjoni jien kont mort il-Libja.", "Dak iż-żmien diġà kien hawn il-kwestjoni qiegħda tfur ta' fejn hu tagħna u fejn m'huwiex tagħna u kont issuġġerejt li nibdew nitkellmu fuq joint ventures.", "Tkellmu diversi gvernijiet; anke dan l- aħħar meta kien hawn delegazzjoni għolja mil-Libja erġajna tkellimna u bħalissa għaddejjin id-diskussjonijiet.", "Jien naħseb li min għandu l- esperjenza, anke mhux twila, ta' ministru jaf li dawn l-affarijiet ma tistax tiddeċidihom waħdek imma jridu jsiru ħafna diskussjonijiet, irid ikollok ħafna paċenzja u jrid isir ħafna eżami.", "L-Onor.", "Mizzi semma wkoll li kien hemm xi artiklu fejn intqal li f'Malta aktarx hawn xi żona li fiha ż-żejt.", "Din ilna nisimgħuha pero' s'issa meta ħaffirna ma sibnihx.", "J'Alla nsibuh!", "L-Onor.", "Mizzi mar lura għal qabel l- 1998 u fil-fatt irrid ngħidlu li għalkemm ma sibniex iż-żejt jew il-gass ̧ dan il-gvern baqa' jipprova.", "Din is-sena stess għamilna żewġ agreements, wieħed ma' kumpannija Norveġiża u ieħor ma' kumpannija Ingliża ̧ biex jagħmlu l-istudji tagħhom f'dan ir-rigward biex forsi fl-aħħar naslu.", "L-Onor.", "Mizzi semmielna wkoll l-agreement u d-drilling li sar fil-bir bl- isem ta' \"Lampuka\".", "Jien ma naħsibx li għandi għalfejn noqgħod nidħol fid- dettalji pero' rrid ngħid li aħna konna għaqlin u meta sar l-agreement mal- kumpannija li kellha tħaffer, dawn kellhom oil rig u nsistejna magħhom li dan jidħol fit-tarzna tagħna u huma qablu.", "Din kienet biċċa xogħol mill- aktar importanti li kellha t-tarzna, imbagħad dawn ħaffru u reġgħu daħħlu r- rig fit-tarzna.", "Jien sinċerament nista' ngħid li l-intervent kollu ta' l- Onor. Mizzi ma fhimtux u ma nafx eżattament x'inhu l-messaġġ tiegħu, jiġifieri ma tantx nista' nagħti risposti.", "Tkellem ukoll l-Onor.", "Joe Debono Grech fejn qalilna li fl-armata għandna t- tħarbit u semmielna l-każ tal-kappillan.", "Jien qatt ma naf li kien hawn kappillan tal-forzi armati Maltin jew ta' xi forzi armati oħra li kiteb – hu qalilna tliet artikli imma jien mingħalija tnejn - bi prominenza sħiħa fil-ġurnal \"It-Torċa\" dwar jekk il-patrol boats għandhomx is-sadid u dwar kif qed jinħela d-diesel.", "Imma skużi, il-kappillan ta' l-armata b'liema awtorità jrid imexxi l-armata u jgħidilna x'patrol boats għandu jkollna, x'diesel għandna naħlu u x'patrols għandna nagħmlu?", "Il-kappillan xogħol ta' kappillan għandu jagħmel.", "(Onor. Membri: Hear, hear) U mhijiex ħaġa kbira li l-kappillan ġie mitlub li jirtira, għax hu stess qal li wara din se jgħidulu biex jirtira.", "L-Onor.", "Debono Grech żbalja meta qal li dan qatt ma talab li jsir xi ġeneral jew brigadier għax fil-fatt dan talab u ma kienx kuntent bir-rank ta' kaptan, imma ried ikun maġġur.", "Allura meta offrewlu rank ta' kaptan, onorarju naturalment, għax ma naħsibx li dan se jmur bl-azzarini jagħmel it-training ...", "Imma skużi, ejjew inkunu serji.", "Dan il-kappillan imissu qagħad hemm jagħmel ix-xogħol ta' kappillan.", "U ninsab informat li kien jagħmel xogħol ta' kappillan għax ix-xogħol ta' kappillan huwa stmat, imma mbagħad ma jiġix jgħidilna li kien hemm appointment ta' wieħed fi grad għoli u wieħed li nqabeż.", "Jekk irid dan il- kappillan ngħidlu x'naf jien u ngħidlu x'għandi miktub f'din il-faċċata fuq dak li qed igħid.", "Kollox nispjegalu jien.", "Imma x'jiġifieri joħroġ jgħid li l-promotions huma ħneżrijiet?!", "Ikun hemm min ma jaqbilx mal-mod kif jingħataw il-promotions u kien hemm ħafna li marru quddiem l-ombudsman.", "Jien ngħidlihom li fejn dan jagħtihom raġun u nkunu nistgħu nirranġaw, nirranġaw għax għalhekk qiegħed l-ombudsman.", "L-Onor.", "Debono Grech semma r-rapid reaction force u qal li din taparsi kienet volontarja għal min ried japplika.", "Iva, din kienet volontarja u applikaw in-numru meħtieġ.", "Pero' mbagħad qalilna: Imma tafu x'ġara hux?", "Dawk li m'applikawx ma ħadux promotion.", "Issa dan bilfors li mhux minnu għax mindu kien hemm l-applikazzjonijiet biex wieħed jidħol bħala volontarju fir-rapid reaction force ma ngħatawx promotions.", "Allura kif jista' jgħidli li kien hemm min ma ħax promotion għax ma vvolontarjax?", "U qalilna ħafna affarijiet oħra.", "L-Onor.", "Debono Grech qalilna li l-karozzi li nxtraw mhumiex tajbin.", "Skużi, il-karozzi li nxtraw għall-forzi armati li jistgħu jagħmlu servizz barra minn Malta huma identiċi għal dawk li jużaw fil-militari Taljana.", "Qalilna wkoll x'għarukaża ta' patrol boats għandna.", "L-armata qatt ma kienet ippreparata biex tinvesti f'patrol boats u dan issa qed jiġri.", "Din diġà semmiha l-Onor. de Marco u kif jaf kulħadd diġà rċevejna protector class vessel mingħand l-Amerikani li diġà ġie commissioned.", "Fil-fatt għal nofs is-sena d-dieħla se nirċievu ieħor.", "Irrid nirringrazzja lill-gvern Amerikan għax dawn prattikament ħadnihom b'xejn mingħandhom.", "Kif kulħadd jaf ukoll, għax din qiegħda mniżżla fil-budget, diġà se nużaw somma ta' flus sostanzjali mill-protokoll Taljan biex tinbena patrol boat ġdida skond l-esiġenzi u l-ispecifications li qed niftiehmu aħna ma' min se jibniha.", "Jiġfieri jien naħseb li d-dibattitu hawn m'għandux ikun dwar il-patrol boats l-antiki.", "Dażgur, dawn biċċiet minnhom huma antiki imma rridu nħarsu 'l quddiem u naraw x'qed nagħmlu.", "Imma Alla jbierek għall-oppożizzjoni dan ma jeżistix.", "Jien naħseb li lis-sezzjoni marittima tal-forzi armati qed nagħtuha l-importanza kollha li jistħoqqilha.", "Qegħdin nippreparaw it- training tan-nies li għandna bżonn u iktar importanti minn hekk qegħdin nagħmlu l-investiment kapitali li nistgħu nagħmlu f'dan il-mument bl- għajnuna ta' pajjiżi oħra u naħseb li qatt ma sar investiment kif sar issa.", "L-Onor.", "Debono Grech qalilna li s-suldati li jkun hemm ma' l-ambaxxati ma jkunux armati biżżejjed.", "Dan staqsa għaliex ikun hemm suldat wieħed jew tnejn biss u semma l-Iraq.", "Issa kulħadd jaf li fil-każ tas-security threats trid tieħu miżuri skond kemm hi kbira t-threat.", "Allaħares aħna għandna t-threats li għandhom l-Iraq.", "Aħna jidhrilna li l-protezzjoni hija neċessarja skond l-istima tat-theddida li jista' jkun hemm u ma naħsibx li għandna nagħmlu argumenti partiġġjani fuq hekk.", "Niġi għall-kap ta' l-oppożizzjoni.", "Naturalment dan fakkarna kemm-il darba li l-prim ministru huwa responsabbli għal dan il-gvern.", "Iva, jien il-prim ministru responsabbli għal dan il-gvern u t-tnejn l-oħra li kellna qabel, bit-tajjeb u bin-nuqqasijiet ukoll.", "Hija ovvja li l-prim ministru huwa responsabbli.", "Il-kap ta' l-oppożizzjoni semma l-istess slogan ta' \"qgħad, taxxi u dejn\", imbagħad qalilna li hemm il-problemi fil-korporazzjonijiet u kkwotalna x'qal l-Onor.", "Austin Gatt.", "Fil-fatt jien ikkwotajtu wkoll.", "Rigward l-Enemalta l-kap ta' l-oppożizzjoni qalilna li hemm diffikulta' fuq top and middle management, imbagħad ġie jgħidilna li dan hu tort tal-Prim Ministru Eddie Fenech Adami għax għandu l-filosofija ta' money no problem.", "Xi mument irrid insib meta wżajt din l-espressjoni, imma jien naf x'għandi f'moħħi.", "Jien għandi f'moħħi x'inhi l-politika soċjali u ekonomika u kif se noħloq ix-xogħol u mhux nibda bil-maqlub.", "Ma nistax ngħid xi flus għandi u naqta' kollox.", "Il-filosofija tiegħi hija li nfittex li nagħmel dak li hemm bżonn isir.", "Naturalment il-finanzi jridu jiġu, imma mbagħad għax qed ngħidu li din is-sena għandna bżonn inżidu 3% fil-VAT qisha se taqa' d-dinja.", "Il-kap ta' l-oppożizzjoni staqsiena wkoll fejn hi l-politika f'dan il- budget biex ikollna iktar postijiet tax-xogħol u jien ngħidlu: Bil-mod, int qed tgħix fid-dinja tal-lum?", "Int tifhem li llum il-kriżi kbira fil- qasam tal-postijiet tax-xogħol hi li l-pajjiżi kollha żviluppati għaddejjin minn perijodu fejn ikollok tkabbir ta' l-ekonomija, pero' dan m'għadux jġib miegħu żieda fil-postijiet tax-xogħol bħalma kien jiġri qabel.", "Illum għandna growth without increase in employment.", "Dan huwa fenomenu tad-dinja moderna li hi.", "GĦaliex?", "GĦaliex kulmin jaħdem fis-settur ekonomiku qiegħed jagħmel ir-ristrutturazzjoni kollha meħtieġa u din ma tfissirx li jiżdiedu l-impjiegi imma li tiżdied l-effiċjenza, li tiżdied il- produttività u li tiggarantixxi li dik il-kumpannija, hi x'inhi, se żżomm ix-xogħol tagħha.", "Pero' dan ma jfissirx neċessarjament li se żżid il- postijiet tax-xogħol.", "Din hija s-sitwazzjoni tal-lum.", "Il-kap ta' l-oppożizzjoni qalilna li ra r-rapport ta' Win Kok.", "Iva, ir- rapport ta' Win Kok kien il-bażi li fuqu l-Unjoni Ewropea qiegħda teżamina kif irridu li jkun hemm il-growth u ż-żieda fl-employment fil-pajjiżi ta' l- Unjoni Ewropea.", "U Win Kok, li jiena kelli l-pjaċir niltaqa' miegħu iktar minn darba, ħareġ dan ir-rapport u l-kap ta' l-oppożizzjoni skandalizza ruħu għax il-participation rate tal-popolazzjoni Maltija fix-xogħol hija inqas jew l-inqas fl-Ewropa.", "Qal ukoll, għalkemm ma qalhiex fl-istess nifs, li r-raġuni hija li n-nisa tagħna jipparteċipaw ħafna inqas fil-qasam tax-xogħol produttiv milli jipparteċipaw f'soċjetajiet oħra.", "Issa dan huwa fenomenu li rridu nikkonsidrawh ukoll.", "Nirringrazzjaw lil Alla li kellna familja b'saħħitha u li għadha relattivament ħafna iktar b'saħħitha minn dik ta' pajjiżi oħra.", "Wieħed mill-elementi mingħajr l-ebda dubju kien li min-naħa tal-mara Maltija kien hemm iktar dedikazzjoni lejn il-familja milli lejn il-qasam tax-xogħol.", "M'aħniex qed ngħidu li rridu nibqgħu hekk, anzi rridu li l-mara Maltija tipparteċipa fil-qasam tax-xogħol.", "U dan qed jiġri għax jekk tagħmel analisi ta' kemm nisa qegħdin jipparteċipaw fil- qasam tax-xogħol fil-preżent issib li hemm qabża kbira ħafna mis-snin ta' qabel, pero' fl-istess nifs irridu nsostnu l-politika ta' dan il-gvern li dan m'għandux isir bi preġudizzju għall-familji tagħna.", "Huwa għalhekk li qed nieħdu ħafna miżuri biex niżguraw li l-parteċipazzjoni fil-qasam tax- xogħol direttament produttiv jiżdied, partikolarment fil-qasam tan-nisa, mingħajr ma nissagrifikaw il-familji tagħna.", "Sur President, ir-rapport ta' Win Kok jagħmel enfasi dwar x'inhi d-dinja tal-lum.", "Partikolarment fil-qasam tal-manifattura hawn fenomenu li sa ftit ilu ma kienx jeżisti fid-dimensjoni li jeżisti llum.", "Illum insemmu ċ-Ċina u ninsew li minbarra ċ-Ċina għandek ukoll l-Indja u minbarra l-Indja għandek ħafna pajjiżi Asjatiċi li llum qegħdin jikbru b'rata fenomenali u qed jattiraw lejhom l-industrija tal-manifattura f'kull qasam bi prezzijiet ta' produzzjoni ferm inqas minn dawk li hemm fl-Ewropa, minn dawk li hemm fl-Amerika u minn dawk li għandna f'Malta.", "Illum kont qed naqra rapport, jekk m'iniex sejjer żball ta' Dr Pistorio, fuq l-ST Microelectronics.", "Qaluli li l-ST Microelectronics se tibqa' f'Malta imma hemm bżonn li din, bħal kumpanniji oħra, tieħu in konsiderazzjoni li trid tkun kompetittiva.", "Allura hemmhekk ukoll iridu, bħal kull fabbrika oħra li għandna f'Malta, jaraw kif isir l-aħjar mod ta' produzzjoni.", "Sur President ̧ jien kont qed nistenna li l-oppożizzjoni ma tħarisx lura imma tkun reali ̧ realistika u tara l-problemi tal-lum.", "Rigward l-Unjoni Ewropea rrid ngħid li din issa hija realtà u jien kont nistenna li l-oppożizzjoni ma tibqax tgħidilna fuq l-ambaxxata ta' Brussels imma tibda tgħid kif din se tkun strument – hekk qalet li trid tkun - biex Malta tieħu l-aħjar li tista' mill-Unjoni Ewropea.", "Il-fatt li dħalna fl- Unjoni Ewropea diġà saħħaħ id-dehra ta' Malta u llum hija stmata ħafna iktar milli kienet sena ilu għax warrabna dik l-inċertezza, dik il-qasma li kien hawn f'pajjiżna rigward is-sħubija fl-Unjoni Ewropea.", "U x'inhuma r- riżultati?", "Jien tkellimt u nerġa' nitkellem u ngħid li dan huwa żmien ta' rebbiegħa ġdida imma rridu nistennew.", "Ma nistgħux mil-lum għal għada, għax l-oppożizzjoni bidlet il-fehma tagħha ̧ ngħidu li issa kollox se jkun ward u żahar.", "Irridu nisfruttaw din is-sitwazzjoni l-ġdida li nħolqot għal pajjiżna.", "Jien kburi li pajjiżna kompla jakkwista dehra aħjar, fiduċja aħjar u prospetti aħjar għax dawn huma l-unika garanzija li jista' jkollu l- poplu Malti għal ġejjieni aħjar għalina lkoll.", "(Onor. Membri: Hear ̧ hear)", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Skada l-ħin tad-diskussjoni fil-Kumitat ta' Provvista.", "Il-mistoqsija hi l-emenda kif imressqa u moqrija mill-Onor.", "Helena Dalli għal Vot 5.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "THE CHAIRMAN: Din id-division tittieħed minn hawn u ħames minuti oħra skond il-mozzjoni 85 tal-25 ta' Novembru ̧ 2003.", "Billi ntalbet votazzjoni l-Kumitat ġie sospiż fin-12.30 p.m. u rriżuma ħames minuti wara.", "THE CHAIRMAN: Se nerġa' npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi l-emenda għal Vot 5 kif imressqa u moqrija mill-Onor.", "Helena Dalli.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Mario Galea.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Ninforma lill-Kamra li għan-naħa tal-gvern se jiġu paired l-Onor.", "Jason Azzopardi, l-Onor.", "Josef Bonnici, l-Onor.", "George Pullicino u l-Onor.", "Ninu Zammit.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Ninforma lill-Kamra li għan-naħa ta' l-oppożizzjoni se jiġu paired l-Onor.", "Karl Chircop, l-Onor.", "Joseph Sammut, l-Onor.", "George Vella u l-Onor.", "Karmenu Vella.", "VOTAZZJONI NRU.", "27", "FAVUR : 26", "L-Onor.", "|Abela Carmelo |Dalli Helena | |Abela Joseph |Debono Grech Joe| |Agius Chris |Farrugia Angelo | |Attard Montalto |Farrugia Michael| |John | | |Bartolo Evarist |Farrugia Noel | |Brincat Joseph |Gulia Gavin | |Brincat Leo |Herrera Jose' | |Buhagiar Charles |Mangion Charles | |Buontempo Stefan |Mizzi Joe | |Cardona Chris |Parnis Silvio | |Caruana Justyne |Refalo Anton | |Coleiro Marie |Sant Alfred | |Louise | | |Cuschieri Joseph |Vassallo Adrian |", "KONTRA : 30", "L-Onor.", "|Abela Anthony |Fenech Adami | | |Eddie | |Agius David |Frendo Michael | |Agius Francis |Galea Censu | |Arrigo Robert |Galea Louis | |Azzopardi |Galea Mario | |Frederick | | |Borg Joe |Gatt Austin | |Borg Tonio |Gonzi Lawrence | |Cristina Dolores |Gonzi Michael | |D'Amato Helen |Mifsud Bonnici | | |Antoine | |Dalli John |Mifsud Bonnici | | |Carmelo | |de Marco Mario |Mugliett Jesmond| |Debono Giovanna |Puli Clyde | |Deguara Louis |Pullicino | | |Orlando Jeffrey | |Falzon Joseph |Vassallo Edwin | |Fenech Antonio |Zammit Dimech | | |Francis |", "L-emenda m'għaddietx", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi:", "VOT 1 - UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 665,196 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 1 – Uffiċċju tal-President, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2004.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt il-Vot 1 għaddiet.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi:", "VOT 2 - KAMRA TAD-DEPUTATI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 1,088,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 2 – Kamra tad-Deputati, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2004.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt il-Vot 2 għaddiet.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi:", "VOT 5 - UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 5,348,500 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 5 – Uffiċċju tal-Prim Ministru, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2004.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt il-Vot 5 għaddiet.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi:", "VOT 6 - KUMMISSJONI DWAR IS-SERVIZZ PUBBLIKU", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 122,888 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 6 – Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas- sena 2004.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt il-Vot 6 għaddiet.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi:", "VOT 7 - FORZI ARMATI TA' MALTA", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 13,100,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 7 – Forzi Armati ta' Malta, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2004.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt il-Vot 7 għaddiet.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi:", "VOT 8 - INFORMAZZJONI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 614,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 8 – Informazzjoni, kif dettaljata fl- Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2004.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt il-Vot 8 għaddiet.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi:", "VOT 9 - STAMPERIJA TAL-GVERN", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm593,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 9 – Stamperija tal-Gvern, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2004.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt il-Vot 9 għaddiet.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi:", "VOT 10 - UFFIĊĊJU ELETTORALI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 1,338,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 10 – Uffiċċju Elettorali, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2004.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt il-Vot 10 għaddiet.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi:", "VOT I - UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 6,486,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot I – Uffiċċju tal-Prim Ministru, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2004.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt il-Vot I għaddiet.", "Il-Kamra rriżumiet u l-President tal-Kumitati rrapporta li l-Voti 5, 6, 7, 8, 9, 10 u I ta' l-Uffiċċju tal-Prim Ministru ġew approvati mill-Kumitat ta' Provvista.", "THE DEPUTY SPEAKER: Sar il-ħin.", "Il-Viċi Prim Ministru ̧ jekk jogħġbu ̧ iressaq l-Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Nipproponi l-aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tlieta, 16 ta' Diċembru, 2003 fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "1.", "Approprjazzjoni għas-sena 2004 - L-istadji kollha.", "2.", "Estimi Supplimentari 2003 - L-istadji kollha.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Skond il-mozzjoni ta' proċedura Nru. 85 tal- 25 ta' Novembru, 2003 il-Kamra hija aġġornata għal-lejla t-Tlieta, 16 ta' Diċembru, 2003, fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fin-12.38 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "PREZZ TAZ-ZOKKOR", "3396.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomiċi: B'riferenza għas-sussidju ta' Lm7 miljun imħabbar fil-budget sabiex ma jogħlewx il-prezzijiet, jista' il-Ministru jinformani jekk il- prezz taz-zokkor għall-konsumatur huwiex se jibqa' dak ta' 15c fuq kull kilo?", "F'każ li se jiżdied jista' jindika l-persentaġġ taż-żieda?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "PREZZ TAL-ĦOBŻ MALTI", "3407.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra jekk il-prezz tal-ħobż Malti wara l-ewwel ta' Mejju hux se jibqa' l-istess?", "B'kemm jista' jogħla jew jorħos?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "UGWALJANZA BEJN IRĠIEL U NISA", "3493.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk subartiklu 8(1) tal-European charter of human rights u directive 2000/78/EC humiex riflessi sew fit-tfassil tal-Equality for Men and Women Act, l-iżjed f'dawk li għandhom x'jaqsmu mar-responsabbiltajiet tal-familja f'dan l-Att?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jekk l-Onor.", "Interpellant qed jirriferi għal subartiklu 8(1) taċ-charter ta' l-Unjoni Ewropea dwar id-drittijiet fundamentali fir-rigward ta' l-protezzjoni ta' data personali, ir-risposta hi fin-negattiv.", "Il-provvedimenti tad-direttiva 2000/78/EC ma jirrigwardawx responsabbiltajiet tal-familja.", "UGWALJANZA BEJN RĠIEL U NISA", "3494.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid liema bord għandu r-responsabbilta' li jippromwovi l-ugwaljanza bejn in-nisa u l- irġiel kif ukoll ugwaljanza ma' persuni ta' orjentament sesswali differenti?", "X'azzjoni ħa f'dawn iż-żewġ oqsma mindu twaqqaf?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Skond l-Att ta' l-2003 dwar l-Ugwaljanza għall- Irġiel u n-Nisa, il-kummissarju u l-kummissjoni nazzjonali għall- promozzjoni ta' l-ugwaljanza għall-irġiel u n-nisa li se jinħatru taħt dan l-Att se jkollhom ir-responsabbilta' indikata mill-Onor.", "Interpellant.", "KOPPJI TA' L-ISTESS SESS", "3495.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jirriżulta li biex tneħħi d-diskriminazzjoni, id- direttiva 2000/78/EC tobbliga lil min iħaddem jagħti l-istess benefiċċji lil koppji ta' l-istess sess dak li jagħti lil koppji miżżewġa?", "X'passi ttieħdu biex jiġi żgurat li min iħaddem qed iwettaq dawn l-obbligi?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ma jirriżultalix li d-direttiva 2000/78/EC tinkludi l-obbligu li rrifera għalih l-Onor.", "Interpellant.", "SITI STORIĊI", "3497.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura: B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 3312, jista' il-Ministru jgħid speċifikament kif Heritage Malta se tonfoq Lm430,000 fuq titjib fil-mużewijiet, siti storiċi u xogħlijiet ta' restawr?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li n-nefqa kapitali ta' Lm430,000 vvutata għal titjib fil-mużewijiet, siti storiċi u xogħlijiet ta' restawr mistennija tintnefaq kif kien spjegat fit-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 3487, flimkien ma Lm100,000 oħra li mistennija jintnefqu fuq item 7034 - special project (surveillance, security and automated ticket system).", "MNAJDRA U ĦAĠAR QIM", "3498.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura: B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 3312, jista' il-Ministru jgħid speċifikament fiex se tmur in-nefqa kapitali ta' Lm112,000 tal-fondi strutturali ta' l-Unjoni Ewropea f'dak li għandu x'jaqsam ma' titjib fil-mużewijiet, siti storiċi u xogħlijiet ta' restawr?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li se jintefqu Lm149,000 biex jiġi stabilit heritage park fl-Imnajdra u Ħaġar Qim li għalih diġa ħarġet sejħa għal design competition.", "MNAJDRA U ĦAĠAR QIM", "3499.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura: B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 3312, jista' il-Ministru jgħid fuqhiex se jintnefqu s-Lm37,000 f'xogħol li jrid isir f'Ħaġar Qim u l-Imnajdra?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 3498."]} {"filename": "19941125_347d_par.doc", "date": "1994-11-25", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Uffiċjali u Rivedut) IS-SEBA' PARLAMENT Seduta Nru. 347 Il-Ġimgħa, 25 ta' Novembru, 1994 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati Malta Prezz Lm1 IS-SEBA' PARLAMENT Seduta Nru. 347", "Il-Ġimgħa, 25 ta' Novembru, 1994", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-9.05 a.m.", "Talba", "Seduta Nru. 347", "Il-Ġimgħa, 25 ta' Novembru, 1994", "WERREJ", "MINUTI 311", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 311", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA 317", "MOZZJONIJIET", "MOZZJONI BIEX JIĠU APPROVATI L-ESTIMI 1994/95 TA' L-AWTORITA' TAD-DJAR 317", "AĠĠORNAMENT 336", "MISTOQSIJIET IMWIEĠBA BIL-MIKTUB 341", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 346 li saret fit-23 ta' Novembru, 1994 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "XEMXIJA - DAWL FIT-TOROQ", "22308.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid xi pjanijiet hemm biex l- inħawi residenzjali fuq l-għolja tax-Xemxija jiġu mdawwla adegwatament, peress li għad hemm postijiet mudlama bil-perikli kollha li d-dlam iġib miegħu?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (Ministru għall-Ambjent): It-talba biex jiġu mdawla l-inħawi residenzjali tax-Xemxija qed tiġi kkonsidrata flimkien ma' talbiet oħra.", "SKEJJEL - STUDENTI", "22309.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Issa li l-iskola għal din is- sena skolastika ilha li bdiet aktar minn xahar, jista' l-Ministru jagħti l- figuri tan-numru ta' studenti li jattendu l-iskejjel tal-Knisja u skejjel privati?", "Kemm minn dawn huma subien u kemm bniet?", "Kemm jattendu Kindergarten, Primarja, Sekondarja u Sixth Form?", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi f'isem il- Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani): Jien informat li l-għadd ta' studenti li qed jattendu l-iskejjel tal-knisja huwa ta' 18,253 u ta' dawk li qed jattendu l-iskejjel privati hu ta' 6,795.", "Iċ-ċifri huma mqassma hekk:", "SKEJJEL TAL-KNISJA Subien Bniet Total", "Kindergarten 983 1,156 2,139 Primarji 4,142 4,549 8,691 Sekondarji 4,062 2,824 6,886 Sixth Form 333 204 537", "Total 9,520 8,733 18,253", "SKEJJEL PRIVATI Subien Bniet Total", "Kindergarten 1,200 929 2,129 Primarji 1,966 1,371 3,337 Sekondarji 678 478 1,156 Sixth Form 84 89 173", "Total 3,928 2,867 6,795", "MR SPEAKER (L-Onor.", "Lawrence Gonzi): L-Onor.", "Portelli.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Nixtieq nistaqsi lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani jekk sarx xi studju biex il-Gvern ikun jista' jara kemm hemm studenti li jattendu s-Sixth Form għas-sempliċi raġuni li ma sabux fejn jaħdmu.", "Jekk ma jkunx hemm interess biżżejjed fost l-istudenti biex ikomplu jistudjaw huwa inutli li jattendu bilfors, aktar u aktar meta dawn ikunu waslu fit-tieni sena u jiġu biex jidħlu l-Universita'.", "Jista' jingħata xi xogħol alternattiv għal dawk li jmorru s-Sixth Form sempliċement għall-istipendju?", "Dan huwa fatt magħruf u jiddispjaċik li meta titkellem ma' ċerti studenti jgħidulek ċar u tond li jekk isibu xogħol ieħor jitilqu minn hemm.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: L-ewwelnett veru jkun hemm studenti li jmorru s- Sixth Form biex jieħdu l-istipendju, imma dawn huma waħdiet.", "Aħna qegħdin nagħmlu ċertu kontrolli aktar mill-qrib milli konna nagħmlu qabel u lil dawk li narawhom ifallu ma nkomplux noħorġulhom l-istipendju.", "Pero' l- fatt li wieħed qed imur is-Sixth Form, ifisser li għandu ċertu kapaċitajiet għaliex biex daħal hemm kellu l-kwalifiki neċessarji.", "M'hux kull min għamel l-'O' Level jidħol is-Sixth Form.", "Dawk li ma jġibux ċertu kwalifiki jmorru l-Higher Secondary School u jingħataw allowance żgħira ħafna, m'hux stipendju.", "Jiġifieri l-fatt li wieħd ikun is-Sixth Form juri li għandu ċertu kapaċitajiet għaliex ikun ġab ċertu kwalifiki.", "Allura jkun ħela u ma jkunx fl-interess tal-pajjiż li dawn in-nies li għandhom il- kapaċita' ma jkomplux jitgħallmu u jimxu 'l quddiem.", "L-interess tal-pajjiż huwa li dawn in-nies ikomplu jimxu 'l quddiem u m'hux li nħajruhom joħorġu jaħdmu.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Micallef.", "ONOR.", "FREDDIE MICALLEF: Mr Speaker, nixtieq nistaqsi lill-Ministru dwar l-ispazju fil-bini tal-Kindergarten tal-Mosta.", "L-aħħar li ġew aċċettati tfal kienu dawk li għalqu l-erba' snin sa Frar li għadda, jiġifieri hemm numru kbir ta' tfal li jagħlqu sninhom fix-xhur ta' wara u li qegħdin jitolbu li jdaħħluhom, imma m'hemmx spazju għalihom.", "Naħseb li dan il-każ ilu sejjer tliet snin jew erba'.", "Hemm il-ħsieb li tinstab soluzzjoni għal din?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: F'ċertu postijiet, partikolarment dawk li kibru demografikament u fejn hemm koppji żgħażagħ, għandna problemi ta' nuqqas ta' spazju fejn indaħħlu t-tfal.", "Probabbli l-aktar problema akuta hija fil- Mosta.", "GĦalhekk qegħdin infittxu soluzzjoni long-term, fis-sens li qegħdin naraw fejn nistgħu nibnu kindergarten ġdida.", "Huwa mpossibbli li dan il- bini jinbena bil-flus li ġew ivvotati għall-1995, jiġifieri mhux se jkun lest f'Ottubru li ġej, imma nispera li jkun lest f'Ottubru ta' wara.", "Sadanittant irridu nsibu short-term solution sakemm dan il-bini jkun lest.", "Ma nafx dawk li daħlu humiex dawk li għalqu l-erba' snin sa Frar kif qed jgħid l-Onor.", "Micallef, pero' ma mmerihx.", "L-informazzjoni li għandi jien hi li s-sena l-oħra dawk li għalqu l-erba' snin wara Frar ma daħħluhomx, imma din is-sena dawk li għalqu sninhom wara Frar daħħalnihom għax ovvjament kien hemm min beda l-primary school.", "Pero' xorta hemm il-queue għaliex dawk li qegħdin jagħlqu sninhom minn mindu bdiet l-iskola, veru m'għandniex fejn indaħħluhom.", "Jiġifieri l-problema m'hijiex akuta daqskemm kienet fi Frar tas-sena li għaddiet.", "Kif għidt, se naraw kif insibu soluzzjoni temporanja sakemm dan il-bini l-ġdid ikun lest.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Micallef.", "ONOR.", "FREDDIE MICALLEF: Mr Speaker, nixtieq nistaqsi lill-Ministru jekk il-pjanijiet li kien hemm xi erba' jew ħames snin ilu dwar estensjoni ma' l-iskola primarja ġewx abbandunati.", "L-ex Ministru ta' l-Edukazzjoni kien esprima ruħu bil-miktub li hemm pjanijiet li kellha ssir estensjoni.", "Din se ssir jew it-tfal se jkollhom imorru band'oħra?", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Falzon.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Mr Speaker, fil-fatt l-iskola primarja tal-Mosta kif inhi mibnija llum ma tiflaħx li tiġi mkabbra iktar għax m'hemmx spazju.", "Bil-popolazzjoni ta' tfal li hemm fl-iskejjel primarji llum m'hemmx open areas u spaces biżżejjed - jien naħseb li dan anke l-Onor.", "Interpellant jafu.", "Jiġifieri mhux sewwa li nkomplu niffollaw l-iskola b'iktar tfal.", "Biex issir estensjoni hemm żewġ options - it-tnejn jinvolvu esproprjazzjoni ta' art privata - jew li nkabbru l-iskola billi nieħdu l- art li hemm viċin l-iskola li hija ġnien privat - dwar din il-ħaġa hemm question mark - jew li d-Dipartiment jesproprija jew jixtri biċċa art li hemm faċċata ta' l-iskola u jibniha f'kindergarten.", "Pero' l-idea tagħna hi li l-kindergarten jekk ma tkunx eżatt ma' l-iskola primarja tkun viċin ħafna.", "Ovvjament il-ġenituri li jkollhom iktar minn tifel wieħed jippreferu li jmorru triq waħda biex jieħdu t-tfal tagħhom l-iskola u mhux imorru min-naħa għall-oħra tar-raħal.", "Jiġifieri l-intenzjoni hi li jekk ma ssirx estensjoni tinbena kindergarten fl-akwati ta' l-iskola.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Portelli.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Mr Speaker, nixtieq nistqasi lill-Ministru dwar x'qed jagħmel id-Dipartiment biex l-istudenti tat-tieni sena tas-Sixth Form ikollhom teachers tajbin biżżejjed ħalli l-istudenti ma jkollhomx bżonn imorru private lessons meta jiġu biex jagħmlu t-tliet \"A\" Levels tas- suġġetti li jkollhom bżonn.", "Din hi ħaġa li tweġġa' għax ħafna mill- istudenti donnhom jippreferu li jmorru lezzjonijiet privati milli jattendu fil-klassi.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Falzon.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien naħseb li sfortunatament din hi parti mill- kultura li għandna dwar il-lezzjonijiet privati.", "Jien ma nemminx li hemm daqstant tfal li għandhom bżonn ta' lezzjonijiet privati.", "Ma neskludiex il- fatt tal-possbilita' li jkun hemm xi ħadd li jkun baqa' lura f'xi suġġett u jkollu bżonn ta' ftit għajnuna.", "Dan l-istess bħal meta wieħed ikun ftit debboli u jieħu xi vitamini - dawn ikunu fil-minoranza għax il-maġġoranza l-kbira tan-nies li jieklu normali u m'għandhomx bżonn ta' vitamini extra.", "Pero' sfortunatament fl-edukazzjoni daħlet il-mentalita' u l-kultura li kulħadd irid jieħu l-lezzjonijiet privati.", "Jien konvint li bit-tagħlim li qed jingħata u bit-teachers li jgħallmu fix-Sixth Form, jekk l-istudenti jsegwu dan it-tagħlim sewwa jkollhom biżżejjed biex jgħaddu mill-eżamijiet.", "Wara kollox din hija tad-daħk għax ħafna min-nies li jagħtu l-privat huma l-istess nies li jgħallmu fl-iskejjel - ma noqogħdux ninħbew wara subgħajna.", "Mela allura dawn it-teachers meta jgħallmu fl-skejjel huma ħżiena u meta jagħtu l-lezzjonijiet privati jsiru tajbin!", "Jien ma naħsibx li dan hu l-każ.", "Irridu nifhmu u ndaħħlu l-kultura anke f'moħħ il-ġenituri li m'għandhomx jistrieħu daqstant fuq il-privat.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jista' jagħti l-każ li minħabba li l-istudenti ma jkollhomx teachers, dawn qed ikollhom imorru l-privat?", "Nixtieq insemmi każ f'dan ir-rigward.", "Il-klassi 2C tal-Junior Lyceum tal-Verdala - jien naf li l-Ministru jinsab informat b'dan il-każ - ilhom bla teacher tal-literature u tal-geography kważi minn mindu bdiet l-iskola u minħabba f'hekk ħafna studenti qed ikollhom imorru l-privat.", "Jista' l-Ministru jgħidli x'passi ttieħdu rigward dan il-każ?", "Nispera li l-Ministru jieħu passi immedjati biex tiġi solvuta din il-problema.", "Il-Ministru jaf ukoll li fil-Form 4 tal-Junior Lyceum taż-Żejtun hemm teacher li għal xi raġunijiet mhux magħrufa - jistgħu jkunu raġunijiet ta' saħħa - qed tassenti ruħha ta' spiss.", "GĦalhekk jien nixtieq nitlob lill- Ministru biex jieħu l-passi meħtieġa f'każi bħal dawn.", "M'inix ngħid li għandha ssir vendikazzjoni ma' din it-teacher, imma jekk hi qiegħda f'sitwazzjoni li ma tistax tagħti servizz lill-istudenti trid tinstab soluzzjoni jew inkella jintbagħat teacher ieħor.", "Jien qed nitlob lill-Ministru biex jieħu l-passi meħtieġa rigward il-każi li għamilt mistoqsija parlamentari dwarhom illum ħalli almenu l-istudenti li jridu jitgħallmu jingħataw iċ-ċans li jagħmlu dan.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Sfortunatament għad fadal xi skejjel sekondarji li għandhom xi teachers neqsin, imma wieħed irid jifhem li la d-Dipartiment u lanqas il-Ministru ma jista' jfaqqa' subgħajh u jibgħat teacher mill-ajru.", "Wieħed irid jifhem ukoll li jien ma nistax naqbad u nneħħi teacher minn klassi biex inpoġġih fi klassi oħra għax b'dan il-mod il-problema xorta ma tiġix solvuta.", "Imma jien qed nagħmel l-isforzi kollha biex id-Dipartiment jutilizza r-riżorsi li għandu b'mod aħjar.", "Jien naf li għandna xi nuqqas ta' teachers f'ċerti suġġetti, pero' nemmen li b'ippjanar u bi tqassim iktar għaqli tar-riżorsi umani li diġa' għandna l-problema ta' dan in- nuqqas tista' tkun ferm inqas.", "(Interruzzjonijiet) Sfortunatament ma kontx naf li rrid nagħmel it-timetables ta' l-iskejjel jien ukoll!", "Din issa skoprejtha!", "L-affarijiet isiru b'mod li ma jkunx hemm ħafna ħela.", "Ħalli nispjega x'irrid ngħid.", "Per eżempju, sfortunatament jien ikolli ngħid li ġieli ssir ċerta akkomodazzjoni bejn il-heads u t-teachers b'mod illi t-teachers jagħtu lezzjonijiet inqas milli jistgħu jagħtu - skond l- agreement ta' l-MUT - u ssib ċerti skejjel fejn il-heads minflok ma jagħmlu 10 klassijiet jagħmlu 11-il klassi b'inqas tfal.", "Veru li b'dan il- mod il-head ikun aktar komdu, ir-relazzjonijiet tiegħu mat-teachers ikunu iktar tajbin u ma jkollux problemi magħhom, pero' l-fatt hu li b'dan il-mod il-head ikun qed juża iktar teachers milli jkun hemm bżonn.", "GĦalhekk min- naħa tagħna rridu naraw kif se nutilizzaw ir-riżorsi umani tagħna stess b'mod iktar effiċjenti u effikaċi.", "Ovvjament issa l-iskejjel laħqu bdew u għalhekk jien mhux se noqgħod inbiddel it-timetables jew innaqqas il-klassijiet għax inkella nisfratta lill-istudenti.", "Pero' aħna qed nagħmlu li nistgħu biex insolvu dawn il- problemi.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Freddie Micallef.", "ONOR.", "FREDDIE MICALLEF: Mr Speaker, ma naqbilx ma' l-ewwel ħaġa li qal il-Ministru li bl-ikel li nieklu m'għandniex għalfejn nieħdu vitamini għax kieku l-isforzi li qed jagħmel il-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali biex wieħed jiekol affarijiet naturali u mhux affarijiet artifiċjali ifisser li huma għalxejn.", "Illum il-mod li ċerti ommijiet u missirijiet jitimgħu lil uliedhom ma jitwemminx meta llum f'Malta għandna dawn il- faċilitajiet.", "L-istess ngħid lill-Ministru rigward it-tagħlim li pparagunah mal-mod li nieklu aħna d-dar.", "Jien naħseb li hemm nuqqas kbir ta' sorveljanza dwar x'inhu jiġri fil-klassijiet sekondarji u se ngħid għaliex.", "Jien ma nafx jekk il-Ministru josservax - forsi anke bħala missier - id-differenza li jara meta jidħol għand familji li jgħidulek li t-tifel għal ħafna żmien ma jkun għamel progress ta' xejn f'xi suġġett partikolari u għax ikun ilu jmur xahar privat jaraw bidla kbira.", "Dan jirrifletti li hemm xi ħaġa nieqsa.", "Jien naħseb li għandu jkun hemm aktar sorveljanza ħalli wieħed ikun jaf kif inhuma mexjin ċerti klassijiet b'mod speċjali dawk li jkunu qed jippreparawhom biex jagħmlu pass ieħor 'il quddiem.", "Wieħed għandu jagħfas l-aktar bħala guidance u għandna naraw jekk aħniex armati biżżejjed biex issir sorveljanza tal-livell li qed jilħqu l-istudenti flimkien.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Għalkemm naħseb li l-parir tal-vitamini huwa tajjeb ma naqbilx ma' l-Onor.", "Interpellant li ma qabilx miegħi dwar din il- kwestjoni li semmejtha bħala eżempju.", "Jien naħseb li għandu raġun fuq it- tieni punt dwar il-fatt li jrid isir monitoring għax għalkemm qed isir monitoring ma nħossx li qed isir biżżejjed.", "Jien naħseb li rridu nżidu l- isforzi tad-Dipartiment anke fuq dan.", "Waħda mill-affarijiet li tinkwetani - u issa partikolarment wara li għamilna l-agreement ma' l-MUT qed nipprovaw insolvuha permezz ta' in- service courses mhux iktar fuq bażi volontarja imma fuq bażi li jimponiha d- Dipartiment - hija li jkollok teachers, ġieli fl-istess skola jew fi skejjel differenti, li jgħallmu l-istess livell u l-istess suġġetti u dawn qatt ma jiltaqgħu flimkien u qatt ma jipparagunaw x'ikunu qed jagħmlu u allura jkollok id-diskrepanzi.", "Jkollok teacher qed jgħallem Year 5 f'Birżebbuġa, per eżempju, u qed jaqdef b'ċertu mod u jkollok teacher ieħor qed jgħallem Year 5 fil-Mosta li jkun qed jaqdef b'ċertu mod.", "Għalhekk peress li mhux qed niddiskutu l-problemi, m'hemmx idea li qed nilħqu ċertu livell, m'għandniex monitoring u allura, kif għidt, jeżistu d- diskrepanzi.", "Jien mhux qed neskludi l-fatt li f'ċerti areas minħabba ċirkostanzi partikolari tifel jkollu bżonn imur il-privat u jagħmel progress, kif qed jgħid l-Onor.", "Interpellant.", "Jista' jkun riżultat ta' dan in-nuqqas li qed insemmi.", "Aħna qed nagħmlu l-isforzi tagħna, rridu nirriorganizzaw ħafna biex inkomplu nsaħħu dan is-servizz.", "Il-monitoring tal-livell tat-tagħlim li jsir fl-iskejjel irid isir mhux biss għall- iskejjel tal-Gvern imma anke għall-iskejjel privati.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Portelli.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Il-Ministru għandu jiftakar li hemm ċerti studenti li jkunu qed jaspiraw biex iġibu tliet \"A\" levels grade A at one go għax hekk jitlob l-ogħla livell għal ċerti professjonijiet ġewwa l- Universita'.", "Hawnhekk wieħed jara kemm għandu jsir monitoring ta' x'qed jiġri fil-klassijiet biex l-istudent ikollu l-kuraġġ ikompli l-istudji mingħajr il-bżonn li joqgħod jieħu l-private lessons.", "Hemm studenti li nafhom jien personalment li kull fil-għaxija jkunu jridu jmorru għall- private lessons, meta diġa' għandek il-kap tal-familja mgħobbi bl-ispejjeż li allura se jkomplu jiżdidulu bil-fees tal-private lessons.", "Hemm minnhom li jmorru mhux biss mit-Tnejn sal-Ġimgħa iżda anke s-Sibtijiet.", "Barra minn hekk hemm il-fatt illi dan l-istudent tant tissikkah illi jibda kważi jaraha żejda li jmur fil-klassi għax iħoss illi mill-private lessons qed jitgħallem iżjed milli meta jkun fil-klassi.", "Dan li ridt nispjega u nixtieq li ma jiġrix.", "Jien nixtieq li l-istudent jitgħallem biżżejjed fil-klassi ħalli jkun kapaċi jġib il-grade minn hemm.", "Id- Dipartiment għandu jiftaħar illi l-istudent iġib il-grades mill-iskola u mhux mill-private lessons.", "Kull fil-għaxija wara l-bibien ta' ċerti teachers li jgħallmu fis-Sixth Form għall-\"A\" levels tara dak in-numru kbir ta' studenti qed jistennew għall-private lessons.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Naħseb l-uniku punt li rrid nikkummenta fuqu dwar dak li qal l-Onor.", "Portelli huwa l-problema ta' kors partikolari, il-Kors tal-Mediċina illi biex tkun ċert li tidħol għal dan il-kors mhux biss trid tgħaddi mill-\"A\" levels, imma trid iġġib tliet A's f'sessjoni waħda.", "Dan huwa veru u hija sitwazzjoni fejn qed toħloq pressjoni kbira fuq min irid jidħol l-Universita' għall-Kors tal-Mediċina.", "Hija riżultat tal-fatt illi t-tobba jinsistu li fil-Kors tal-Mediċina ma jistgħux idaħħlu iktar minn ċertu numru, minħabba li għandna sptar wieħed u allura ma jistgħux jgħallmu ħafna tobba fl-istess ħin.", "Kemm jien u kemm il-Prim Ministru dejjem ngħidu li ma nistgħux nibqgħu b'din is-sitwazzjoni imma t-tobba jibqgħu jirreżistu.", "Fil-fatt nispera li meta nibnu l-isptar San Raffaele u ssir riforma fl-isptar San Luqa jkun possibbli li jidħlu iktar studenti għall- kors tal-mediċina u ma tibqax iktar l-iskuża tan-numerus clausus li minħabba fiha qed tinħoloq din il-pressjoni.", "Wara kollox ma jfissirx li dawk l-istudenti li rnexxielhom jgħaddu minn tliet \"A\" levels f'session waħda huma l-aħjar nies biex isiru tobba.", "Imma sfortunatament din hi s- sitwazzjoni.", "Issa nfatti biddilna wkoll il-mod li bih wieħed jidħol l- Universita'.", "Is-sistema ta' three \"A\" levels f'session waħda trid tispiċċa għax issa l-mod li bih tista' tidħol fl-Univerista' se tkun bbażata - se tkun tgħodd għal dawk li se jidħlu fis-Sixth Form is-sena d-dieħla - fuq l- International Baccalaureate, jiġifieri trid tgħaddi minn ħames suġġetti; tnejn fl-Advanced level u tlieta fl-Intermediate biex l-istudent ikollu iktar ideat ta' dixxiplini differenti u biex naraw liema huma n-nies li għandhom il-kapaċitajiet u l-kwalifiki li jkomplu bl-istudji tagħhom.", "MTARFA - TELEPHONES", "22310.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: Jista' l-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' applikazzjonijiet pendenti għal telephones fl- Imtarfa?", "L-aktar applikazzjoni li ilha pendenti, kemm fil-fatt ilha li saret?", "Meta hemm il-ħsieb li dawn l-applikanti jingħataw is-servizz?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO (Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknoloġija): Jiena nformat li sa l-aħħar ta' Ottubru 1994, n-numru ta' applikazzjonijiet pendenti fl-Imtarfa kien ta' wieħed u sebgħin (71) maqsuma kif jidher hawn taħt:", "Qabel l-1989 1 1991 1 1992 6 1993 31 1994 (sa Ottubru) 32", "Total 71 Għalkemm l-ippjanar tal-proġett minn naħa tal-Korporazzjoni Telemalta sar, s-servizzi se jkunu jistgħu jingħataw wara li titlesta t-trinka ppjanata mill-Awtorita' tad-Djar fil-proġett ta' l-Imtarfa biex is-servizzi jgħaddu minn taħt l-art.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jista' l-Ministru jgħidli jekk huwiex f'pożizzjoni li jagħti garanzija illi sa l-aħħar ta' din is-sena dawn in-nies se jkollhom is-servizz tat-telefon, inkluża l-linja?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Nagħmel mill-aħjar li nista' biex dan is-servizz, inkluż il-linja, jingħataw sa l-aħħar ta' din is-sena.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Peress li pubblikament u uffiċċjalment il-Ministru qal li sa l-aħħar ta' Diċembru kulħadd se jingħata t-telefon, xi jfisser dan?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Jiena m'għidtx li Telemalta hija perfetta u naħseb li l-eċċezzjoni kultant tipprova r-regola.", "Fid-debate li kellna dwar Telemalta kont għidt li sa l-aħħar tas-sena se jibqa' 1000 applikazzjoni.", "It-target kien u għadu li nagħmlu service on demanda f'Malta kollha imma wieħed jista' jiltaqa' ma ċerti diffikultajiet u naturalment dawn iridu jiġu ssuperati.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Peress li Telemalta qalet - u jien għandi provi biżżejed - li sa l-1994 kulħadd se jkollu s-servizz tat-telephone, jikkonfermax il-Ministru li jiena kelli raġun meta għidt li Telemalta mhijiex se tlaħħaq ma' dan it-target?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Ma naħsibx li huwa l-kompitu tiegħi li nagħti raġun jew nuqqas ta' raġun lill-Onor.", "Mizzi.", "Il-fatti huma li Telemalta ħadmet u rrenxxielha tniżżel b'mod drastiku l-waiting list u qed nistennew li sa' l-aħħar ta' din is-sena nkunu fil-livell ta' madwar 1,000 applikazzjoni pendenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet issa għadda.", "Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru għall-Ambjent.", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Skeda ta' kif kienu r-rati ta' l-elettriku f'dawn l-aħħar 20 sena, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari numru 22974", "MR SPEAKER: Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet.", "Il-Ministru għall- Ikel, Agrikoltura u Sajd.", "MOZZJONIJIET", "MOZZJONI BIEX JIĠU APPROVATI L-ESTIMI 1994/95 TA' L-AWTORITA' TAD-DJAR", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd): Nipproponi:", "Illi l-Kamra tapprova l-Estimi ta' Dħul u Nfiq ta' l-Awtorita' tad- Djar għas-sena finanzjarja mill-1 ta' Ottubru, 1994 sat-30 ta' Settembru, 1995, skond l-Att XV ta' l-1976 dwar l-Awtorita' tad-Djar.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "CARM LINO SPITERI: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Qabel nibdew, hemm xi arranġamenti kif se nipproċedu?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nipproponi li l-ħin allokat għad-diskussjoni fis- seduti ta' dalgħodu u ta' llejla jinqasam indaqs bejn iż-żewġ naħat, bil- winding up għall-Gvern; u li l-votazzjoni fuq din il-Mozzjoni tittieħed ħames minuti wara li tintalab.", "MR SPEAKER: Il-Kamra taqbel ma' dak li għadu kemm ippropona l-Ministru?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-Ministru Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, għandna quddiemna għad-diskussjoni l- Estimi ta' l-Awtorita' tad-Djar u r-Rapport Annwali dwar ix-xogħol li sar matul is-sena li għaddiet kif ukoll il-proġettazzjonijiet li hemm għas-sena li ġejja.", "Nibda biex ngħid li x-xogħol kollu li għamlet l-Awtorita' tad- Djar ma kienx ikun possibbli kieku t-tmenin ħaddiem li hemm ma tawx sehem kontinwu u m'għamlux dak kollu li kien possibbli min-naħa tagħhom biex dan ix-xogħol jimxi 'l quddiem u jibqa' għaddej bil-passi li kien ippjanat.", "Naturalment dan kien possibbli bid-direzzjoni li ta l-Bord ta' l-Awtorita' tad-Djar, bl-impenn li taw id-diversi mpjegati, kif ukoll minħabba l-fatt li l-pubbliku in ġenerali, li jmur kontinwament fl-uffiċċju ta' l- Awtorita', wera koperazzjoni ma' dawn l-impjegati u seta' japprezza li l- affarijiet li saru mill-Awtorita' kienu qed isiru b'mod trasparenti li kulħadd seta' jsegwi kontinwament.", "Kuntrarjament għal dak li għamilt diversi drabi fil-passat, nista' ngħid li minn dawn l-Estimi 'l quddiem wieħed jista' jibda jitkellem aktar dwar kordinazzjoni ikbar u li tidher ferm aktar bejn l-Awtorita' tad-Djar u d- Dipartiment tad-Djar.", "Din il-kordinazzjoni ġiet attwata matul is-sena li għaddiet bejn id-Dipartiment u l-Awtorita' tad-Djar proprju bl-iskop li finalment, f'dawk li huma affarijiet li jikkonċernaw id-djar, nispiċċaw biex ikollna Awtorita' li verament tikkontrolla u tieħu ħsieb dak kollu li għandu x'jaqsam mad-djar u ma nibqgħux kif aħna llum, maqsumin f'żewġ organizzazzjonijiet differenti.", "Matul is-sena li għaddiet dan diġa' deher f'diversi oqsma u huwa l-ħsieb ta' l-Awtorita' li jkompli matul is-sena li ġejja.", "Tant hu hekk li hija l-intenzjoni ta' l-Awtorita' li tieħu over numru ta' funzjonijiet li sal-lum kienu qed isiru mid-Dipartiment tad-Djar.", "Ngħid ukoll li għall-ewwel darba minn din is-sena, il-Voti li għandha l- Awtorita' tad-Djar qegħdin ukoll jinkorporaw fihom Vot li sal-lum kien jidher taħt Vot differenti u dan huwa għall-Kostruzzjoni u Maintenance fil- Ministeru ta' l-Ambjent.", "L-iskop preċiż huwa li x-xogħol kollu ta' kostruzzjoni jiġi kkontrollat, maħdum u maħsub mill-istess Awtorita', dejjem b'kordinazzjoni u bi ftehim mad-Dipartiment.", "Pero', minn issa 'l quddiem il-kontroll fuq l-infiq kollu se jibda jsir mill-istess Awtorita'.", "B'hekk l-Awtorita' tkun tista' timxi 'l quddiem, tikkordina iktar u anke tkun tista' tħares b'mod iktar integrali lejn l-affarijiet li għandhom x'jaqsmu ma' dan il-qasam.", "Dan huwa ferm importanti fis-sens li jeħtieġ li fil-pajjiż ikun hawn min jieħu ħsieb ix-xogħol kollu li għandu x'jaqsam mad-djar kif hemm entitajiet oħrajn li jieħdu ħsieb setturi partikolari, bħall-Water Services Corporation, Telemalta u anke Enemalta.", "Mill-funzjonijiet li kellu s-sena li għaddiet, il-Bord ta' l-Awtorita' tad-Djar jista' jħares lejn targets aħjar fil-futur biex ikun jista' jikkordina x-xogħol li hemm maħsub fil-qasam tad-djar bl-iskop preċiż li dak kollu li huwa marbut mad-djar jiġi mbagħad ikkontrollat minn din l- istess Awtorita'.", "Issa jekk wieħed iħares lejn il-funzjonijiet priċipali li għamlet l-Awtorita' tad-Djar fil-bidu tas-sena li għaddiet, jara eżattament fejn riedet tasal u fejn effettivament waslet u jara wkoll x'inhuma l-pjanijiet tagħha għas-sena li ġejja.", "Fil-fatt b'dawn il- pjanijiet li se jservu għal ħafna snin wara, se jwasluna wkoll biex bil-mod il-mod f'dan il-pajjiż tkun tista' tinbidel il-kuxjenza ta' kull wieħed minna fuq x'inhuma d-djar tal-Gvern u djar li suppost għandha l-Awtorita'.", "Din qiegħda dejjem tħares lejn il-problemi soċjali - f'pajjiżna nsejħulu social housing.", "L-iskop ta' dan huwa biex dawk kollha li għandhom bżonn l- iktar u li huma l-iktar batuti, ikunu jistgħu jingħataw l-għajnuna.", "Meta wieħed iħares lejn ir-rapport ta' l-Awtorita' tad-Djar jara eżattament x'kienet il-funzjoni tagħha matul is-sena li għaddiet u jara wkoll kif kien maqsum ix-xogħol tagħha.", "Prinċipalment ix-xogħol kien maqsum fi tliet sezzjonijiet.", "Il-Bord ta' l-Awtorita' tad-Djar ried jara x-xogħol li sar fil-passat mingħajr ma joqgħod jidħol fil-mertu jekk dan kienx tajjeb jew ħażin jew inkella huwiex x'imkien fin-nofs u ried jara wkoll x'kienet il-funzjoni ta' l-Awtorita' f'dawn is-snin bl-iskop preċiż li jkun jista' jikkonsolida dan ix-xogħol u jkun jista' jara li dawk l- affarijiet li fl-opinjoni ta' l-Awtorita' u fl-opinjoni tagħna hemm bżonn li jiġu ddrittati, allura jiġu ddrittati ħalli verament inkunu nistgħu naħdmu b'mod kordinat u b'mod unit.", "Jekk wieħed iħares lejn x'sar is-sena li għaddiet, isib li l-Awtorita' kompliet bix-xogħol fejjiedi tagħha fil-qasam soċjali u f'dak kollu li hu marbut mal-qasam tad-djar.", "Barra minn hekk l-Awtorita' rat x'inhuma dawk ix-xogħlijiet li għandhom jitkomplew, ipproġettat ix-xogħlijiet tagħha għas- snin li ġejjin u rat x'għandhom ikunu l-funzjonijiet tagħha.", "F'dan is-sens impenjat ruħha biex tidentifika numru ta' skemi li huma mħabbra f'dan ir- Rapport u li huma intenzjonati biex dawk kollha li bi dritt jibbenefikaw għal xi benefiċċju jew għajnuna, allura jkunu jistgħu jeħduhom.", "Fost dawn l-iskemi prinċipali li wieħed irid jaħdem fuqhom fil-futur, insibu li hemm skema għall-fidi taċ-ċnus.", "GĦalhekk se jsiru tibdiliet fir-regolamenti ta' l-Awtorita' u tibdil fil-kondizzjonijiet differenti tad-diversi issues ta' plots li kien hemm fil-passat.", "L-Awtorita' rat ukoll kif se tagħmel biex tnaqqas id-diversi kategoriji li hemm.", "Tajjeb li wieħed jgħid li minn 12-il ħarġa differenti ta' plots, ma kienx hemm ħarġa waħda li kellha l- istess kondizzjonijiet bħal dik ta' qabilha.", "Dan wassal għal ħafna konfużjoni fl-imħuħ tan-nies u għalhekk l-Awtorita' ħasbet biex tnaqqas din il-burokrazija żejda billi qed tipproponi emendamenti.", "Irrid ngħid li minkejja li l-Awtorita' tad-Djar matul is-sena li għaddiet ivvotat Lm0.5 miljun għall-irkupru u għal ħlas lura lis-sidien ta' art li ttieħdet fis-snin imgħoddija, xorta waħda kellha ċerti diffikultajiet li wasslu biex in-nefqa kienet ferm inqas għax jew id-Dipartiment ta' l- Artijiet ma kellux biżżejjed informazzjoni dwar is-sidien jew inkella s- sidien ma kenux kuntenti bil-ħlasijiet li toffri l-Awtorita' b'kumpens.", "Iżda madankollu rrid ngħid li xorta sar ħafna xogħol li r-riżultat tiegħu huwa li s-sidien issa jistgħu jitħallsu aktar malajr basta jippreżentaw provi legali mal-claim tagħhom.", "Jiena nemmen li kienet inġustizzja li ttieħdet art b'dan il-mod mingħajr ma sar il-kumpens neċessarju.", "Inħolqot inġustizzja ma' nies li veru fil-bidu minħabba problemi legali bejn l- Awtorita' u d-Dipartiment ma setgħux jifdu ċ-ċens, imma issa se jkunu jistgħu jifduh.", "Dan huwa importanti ħafna biex l-Awtorita' tad-Djar tkun tista' tnaqqas ix-xogħol burokratiku ta' kuljum f'dik li hija amministrazzjoni ta' proprjeta' - kien hemm madwar 8,000 benefiċċjarju matul is-snin - u allura huwa fl-interess ta' l-Awtorita' u tal- benefiċċjarji li nagħtu lok għall-fidi ta' dan il-ċens u ta' din il- proprjeta'.", "Naturalment dan kollu jwassal biex illum l-Awtorita' għandha pożizzjoni ferm iktar ċara f'dak li jirrigwarda l-proprjeta' li qiegħda tamministra.", "Il-pjanijiet ta' l-Awtorita' tad-Djar għas-snin li ġejjin se jkunu fuq bażi ferm iktar soda, fuq figuri realistiċi u l-pendenzi ma' diversi dipartimenti u sidien privati se jkunu iktar reali.", "Jibqa' l-fatt li l-Awtorita' ma tistax tħares biss lejn ix-xogħol tal-passat imma trid tħares ukoll lejn ix-xogħol tal-futur.", "Filwaqt li bil-pjan immedjat tagħha l-Awtorita' kompliet bix-xogħol tagħha f'dik li hija amministrazzjoni ta' kuljum u qed tkompli tħares lejn il-proġettazzjonijiet għas-snin li ġejjin, bħalissa l-Awtorita' hi mpenjata b'iżvilupp u b'kostruzzjoni ta' 760 apartament u maisonette li qegħdin f'livelli differenti ta' finishing u li jridu jitkomplew matul din is-sena.", "B'dan il-mod l-Awtorita' tad-Djar qed tkompli timpenja lilha nnifisha biex toħloq kuxjenza soċjali f'dawk li huma l-bżonnijiet tal-qasam tad-djar.", "L-Awtorita' tad-Djar forsi qatt ma mpenjat ruħha daqs is-sena li għaddiet biex toħloq kuxjenza ħalli jitneħħew is-slum areas - m'inix ngħid li fil-passat dan ma sarx.", "Bid-diversi skemi li saru fil-passat u b'dawk li hemm maħsuba għas-snin li ġejjin - hija l- intenzjoni ta' l-Awtorita' tad-Djar li ttejjeb il-postijiet sub-standard mingħajr ma jkun hemm il-bżonn dirett li l-Awtorita' takkwista l- proprjeta' hi - l-Awtorita' jidhrilha li issa wasal iż-żmien li tħalli f'idejn il-privat għal dawk li huma skopijiet ta' abitazzjoni.", "Kif għidt fil-bidu, matul din is-sena l-Awtorita' tad-Djar, b'kordinazzjoni diretta mad-Dipartiment tad-Djar, kompliet ix-xogħol tagħha f'dak li huwa mpenn soċjali.", "L-Awtorita ma kkordinatx mad-Dipartiment tad- Djar biss minħabba li d-Direttur għall-Akkommodazzjoni Soċjali huwa wkoll membru ta' l-Awtorita' tad-Djar, imma matul is-sena li għaddiet kompliet l- integrazzjoni tax-xogħol li qabel kien amministrat separatament mid- Dipartiment tad-Djar u mill-Awtorita' tad-Djar biex dak ix-xogħol ripetut u maqsum li kien isir miż-żewġ organizzazzjonijiet issa jibda jsir minn organizzazzjoni waħda.", "Matul is-sena li għaddiet l-Awtorita' tad-Djar ħadet over it-tmexxija ta' l-iskema għat-tiswija tal-postijiet residenzjali mikrija lill-inkwilini u nefqet Lm180,000.", "Din kienet skema li oriġinarjament inbdiet mid-Dipartiment tad-Djar u ġiet integrata fl- Awtorita' tad-Djar is-sena li għaddiet.", "L-intenzjoni hija illi mill- esperjenzi tal-passat li kellhom l-Awtorita' u d-Dipartiment tad-Djar, issa jkollna skema integrata u marbuta bejn iż-żewġ naħat biex tieħu ħsieb il- bżonnijiet tal-postijiet mikrija lill-inkwilini.", "Fil-fatt l-Awtorita' ppreparat - qegħdin fl-aħħar fażi ta' pubblikazzjoni - skema ġdida li permezz tagħha dawk li qegħdin f'postijiet bil-kera jkunu jistgħu jirranġaw il-post fejn joqogħdu.", "Matul is-sena li ġejja hemm ukoll il-ħsieb illi l- istess Awtorita' tieħu t-tmexxija ta' skema għal sussidju ta' kera li sal- lum kienet amministrata mid-Dipartiment tad-Djar.", "Din l-iskema tissussidja mhux biss il-kera mill-Gvern imma wkoll tissussidja l-kirjiet mill-privat.", "Fl-opinjoni tiegħi din l-iskema ma kellhiex suċċess daqstant mixtieq, madanakollu bit-tibdil li se tagħmel l-Awtorita' fl-iskema biex tagħmilha iktar realistika għall-bżonnijiet tal-lum, aktar nies se jibbenefikaw minn sussidji fuq il-kera anke jekk jikru mill-privat.", "Matul is-sena li ġejja se nkunu nistgħu ngħaddu funzjoni oħra - sal-lum amministrata mid- Dipartiment - lill-Awtorita' tad-Djar ħalli naslu għall-arranġament meħtieġ biex ix-xogħol kollu jsir mill-istess Awtorita'.", "L-iskop ta' dan huwa biex kulħadd ikun jaf x'qed jiġri u dawk kollha li għandhom dritt jibbenefikaw ikunu jistgħu jmorru f'post ċentrali ħalli jaraw x'inhuma d-drittijiet fundamentali tagħhom fis-sens li kulħadd ikollu post ta' abitazzjoni diċenti.", "B'dan il-mod il-ħafna traġitti amministrattivi li jsiru jinqatgħu u nkunu nistgħu verament nitkellmu dwar xi ħaġa li hi integrali u magħquda fil-veru sens tal-kelma.", "Jien naħseb li l-iktar funzjoni importanti li kellha matul din is-sena l- Awtorita', apparti x-xogħol dwar is-sussidji, kienet l- amministrazzjoni ta' l-applikazzjonijiet li kellha quddiemha għal 240 plot li ħarġu f'Lulju tas-sena ta' qabel - ta' min ifakkar li s-sena finanzjarja ta' l-Awtorita' tibda minn Ottubru u tispiċċa f'Settembru ta' wara.", "Din issa waslet biex tikkonkludi l-għoti ta' dawn il-plots lid- diversi persuni li kienu applikaw għalihom.", "Matul is-sena li għaddiet l- Awtorita' tad-Djar ħarġet għall-pubblikazzjoni l-għoti ta' numru ta' appartamenti - jidhirli li kienu 85 appartament, 40 ġewwa l-Imtarfa u 45 fl- Imsida.", "Hawnhekk ikun tajjeb li wieħed jgħid li l-Awtorita' tad-Djar għamlet tibdil dwar kif jingħataw dawn l-appartamenti, fis-sens li rriklassifikat id-diversi kategoriji li kienu jeżistu.", "Minflok li għandha seba' jew tmien kategoriji differenti issa għandha biss ħames kategoriji - dan jgħodd anke għal applikazzjonijiet futuri - jiġifieri koppji miżżewġin, koppji għarajjes, persuni mhux miżżewġin li jgħixu flimkien, koppji miżżewġin 'il fuq minn 50 sena li m'għandhomx tfal u ġenituri li għandhom tfal pero' huma separati.", "F'dan ir-rigward, fil-ħarġa partikolari ta' dawn l-appartamenti l-Awtorita' kompliet b'konsistenza magħha nnifisha tagħmel arranġamenti f'dak li hu kontroll ta' min jista' jew ma jistax jibbenefika mis-servizzi li tagħti.", "B'konsistenza ma' dak li kienet għamlet fil-ħarġa ta' Lulju 1993 dwar il- plots, l-Awtorita' ħarġet applikazzjonijiet għal appartamenti, bil- kondizzjoni li min japplika ma jkollux proprjeta' li hija tiegħu jew li jkun bigħha sat-30 ta' Settembru 1992 - l-istess data li kienet marbuta mal- ħarġa tal-plots.", "Dan għamlitu għax l-Awtorita' temmen li għandha tgħin verament lil dawk li għandhom bżonn u mhux lil dawk li forsi kellhom proprjeta' u bigħuha għax kienu jafu li ħerġin il-plots u l-appartamenti.", "L-Awtorita' għamlet din il-kondizzjoni ferm importanti minħabba l- esperjenzi li kellha fil-passat fejn kien hemm nies li mingħajr ma forsi kisru l-liġi, ħadu proprjeta' mingħand l-Awtorita' wara li biegħu l- proprjeta' tagħhom biex ikunu jistgħu josservaw ir-regoli li kienu jgħidu li tista' tapplika għal plot jekk kemm-il darba dak inhar li tapplika ma jkollokx proprjeta' fuq ismek.", "GĦalhekk f'dan ir-rigward issa stabbilejna d-data tat-30 ta' Settembru, 1992 biex ħadd ma jgħid li pprovajna nnaqqsulu mid-drittijiet tiegħu.", "Kulħadd jaf li min kellu proprjeta' qabel dik id- data u għal xi raġuni jew oħra bigħha, ma jistax japplika għand l-Awtorita' tad-Djar.", "Dan ifisser ukoll li dawk li llum għandhom proprjeta' ma jistgħux japplikaw għal dawn il-benefiċċji.", "Saret bidla żgħira f'dawk li huma appartamenti fil-konfront tal-plots.", "Jekk kemm-il darba persuna jkollha proprjeta' tagħha li pero' tinsab fi stat li ma tistax tgħajjex familja fiha, l-Awtorita' tad-Djar tista' tikkonsidra l-possibilita' li l-applikazzjoni tiġi kkonsidrata bħala waħda valida.", "Din kienet bidla li l-Awtorita' ħasset li hemm bżonn li tagħmel wara l-esperjenza li kellha fis-sena ta' qabel.", "Filwaqt li l-Awtorita' kompliet bil-ħidma tagħha dwar il-plots, riedet tħares ukoll lejn xogħlijiet li jistgħu jsiru fil-futur u għalhekk fasslet numru ta' skemi.", "Fir-realta' dawn l-iskemi se jintegraw skemi li kienu f'idejn id- Dipartiment tad-Djar.", "Permezz ta' skemi ġodda se jkun hemm il-possibilita' li ħafna nies ikollhom post - naturalment ma jkunx tagħhom personali - ta' livell aċċettabbli, bil-faċilitajiet kollha li wieħed jistenna li jkollu fiż-żmenijiet tal-lum.", "F'dan ir-rigward l-Awtorita' tad-Djar faslet skemi ġodda u bniet fuq dawk li kienu jeżistu fil-passat.", "Nibda billi nsemmi xi wħud minnhom.", "Skemi li se jiġu mħaddma matul is-snin li ġejjin għad irridu nħabbruhom.", "Aħna rridu naħdmu bis-serjeta' b'mod li dawk li se jibbenefikaw minn dawn l-iskemi ma jkollhomx nuqqas ta' informazzjoni fiex jikkonsistu.", "Hemm skema li permezz tagħha dawk in-nies li kellhom proprjeta', bħal post mibni jew inkella plot mibnija li ġiet mogħtija lilhom u li kienet mill-ewwel għaxar ħarġiet fl-1987, ikunu jistgħu jifdu ċ- ċens tagħhom.", "Kif kulħadd jaf, il-parti l-kbira tal-Maltin jippreferu li jkollhom id-dar proprja tagħhom.", "Jiġifieri issa dawn in-nies se jkollhom il-possibilita' li mhux biss ikollhom id-dar tagħhom imma wkoll l-art tagħhom.", "Din hija xi ħaġa ġdida li qabel ma kenux jistgħu jagħmluha dawk li kellhom id-dar tagħhom għax kien hemm xi kondizzjonijiet li ma kienx jista' jsir fidi ta' ċens.", "Dan se jserraħ ħafna mħuħ ta' nies li dejjem xtaqu jagħmlu dan.", "Hemm skemi oħrajn li jirrigwardaw ix-xiri ta' proprjeta' li fihom joqogħdu l-inkwlini.", "Fil-fatt fil-passat kellna żewġ skemi differenti għal dan ir-rigward.", "Waħda kienet fejn il-persuni li joqogħdu fil- proprjeta' tal-Gvern setgħu jixtru d-dar jew l-appartament tagħhom u t- tieni waħda fejn l-inkwlini fil-proprjeta' privata setgħu jieħdu għajnuna mill-Awtorita' tad-Djar biex jixtru l-proprjeta' li joqogħdu fiha.", "Għal numru ta' xhur dawn iż-żewġ skemi kienu sospiżi bl-iskop li nkunu nistgħu niffaċilitaw aktar ix-xogħol ta' min ikun se jixtri u jibbenefika.", "Issa l- Awtorita' ħadmet skema differenti minn dik tal-passat, skema li permezz tagħha, numru ferm ikbar ta' inkwilni se jkunu jistgħu jixtru l-proprjeta' tagħhom u numru akbar ta' persuni li joqogħdu fil-postijiet tal-Gvern se jkunu jistgħu jieħdu din il-proprjeta'.", "B'hekk dawn in-nies ikunu jistgħu jserrħu rashom li d-dar jew l-appartament huwa tagħhom.", "F'dan is-sens wieħed irid jgħid li rigward l-appartamenti l-Awtorita' kienet taffaċċja - u sa ċertu punt għadha wkoll - l-problema li għalkemm numru sostanzjali ta' appartamenti inbnew u tqassmu mill-Gvern, l-art li hija mibnija fuqhom għadha mhijiex effettivament f'idejn l-Awtorita' tad-Djar.", "Matul is-sena li ġejja l-Awtorita' se tkompli timpenja ruħha biex aktar minn din l-art tgħaddi għandha u aktar minn din l-art tiġi mħallsa lis-sidien.", "Hawnhekk wieħed irid jagħmel id-distinzjoni bejn dik l-art li ttieħdet għal skop ta' bini u dik l-art l-oħra li ttieħdet b'possession and use.", "Naturalment għad baqagħlna numru ta' diffikultajiet li huma akbar minn dik li hija proprjeta' li ttieħdet aktar tard b'metodi oħrajn għaliex f'dan ir-rigward jinħolqu l-kumplikazzjonijiet li mhumiex biss marbutin ma' l-art li ttieħdet għall-Awtorita'; imma jeżistu każi fejn art ttieħdet għal diversi proġetti oħra li saru minn diversi ministeri oħra fix-xogħlijiet li jagħmel il-Gvern.", "Hemm ukoll l-iskema l-oħra li permezz tagħha l-inkwilini li joqogħdu f'postijiet tal-privat ikunu jistgħu jieħdu l-għajnuna mingħand l-Awtorita' biex jixtru d-dar tagħhom.", "Din l-iskema mhux se tieqaf biss sal-livell li tagħtik l-għajnuna biex tixtri l-post li inti tkun għext fih għal numru ta' snin.", "Kif nafu f'dan il-pajjiż għandna d-diżgrazzja li ħafna min-nies li joqogħdu f'postijiet bil-kera, minflok jieħdu ħsieb il-post li jkunu qed jgħixu fih u jaraw kif jagħmlu biex iżommuh fl-aħjar stat possibbli, jippretendu li f'kull ħaġa li tinqala' - anke fl-iċken ħaġa - is-sid għandu jidħol u jirranġa hu bil-konsegwenza li numru ta' sidien jiġu jaqgħu u jqumu milli jirranġaw dik il-proprjeta'.", "Peress li l-Awtorita' taf b'din ir-realta' soċjali - ħadd ma jista' jinnegaha - mhux biss qed tagħti għajnuna biex wieħed ikun jista' jixtri d-dar li joqgħod fiha imma din l- istess skema se tkun integrata ma' skema oħra b'riżultat li min jixtri l- post fejn joqgħod ikun jista' jirranġah bl-għajnuna ta' l-Awtorita' tad- Djar.", "L-iskop huwa li titnaqqas il-pressjoni minn fuq l-Awtorita' u d- Dipartiment tad-Djar u nħarsu lejn dawk it-talbiet ta' persuni li verament ikollhom l-akbar problemi ta' akkomodazzjoni.", "Ħafna drabi dawn il-problemi jinħolqu mill-istess nies li jkunu ilhom joqogħdu f'post għal xi tletin sena u li matul is-snin ikun ħallewh jitkisser mingħajr ma taw każ li jirranġawh.", "Filwaqt li b'dan l-iskop qed ngħinu lil dawn in-nies biex jixtru l-post li jkunu jabitaw fih, se ngħinuhom ukoll biex jirranġawh u b'dan il-mod jonqsu l-applikanti li jippretendu akkomodazzjoni jew plot b'mod dirett minn għand il-gvern tal-ġurnata.", "Skema oħra li se terġa' tiġi ntrodotta u li se titħabbar minn hawn u ftit ġimgħat oħra hija l-iskema ta' tiswijiet f'dak li huwa xogħol ta' bini u proprjeta' li fiha joqogħdu l-istess sidien.", "Fil-passat kienet teżisti din l-iskema li permezz tagħha bbenefikaw kważi 900 sid.", "Din tidher ukoll fil- pagamenti li saru matul din is-sena u permezz tagħha numru ta' sidien irranġaw il-post li jabitaw fih.", "Issa l-Awtorita' tad-Djar qed tkompli tintegra x-xogħol tagħha għas-snin li ġejjin u hija stess qed tieħu over ir- responsabbilta' li tamministra din l-iskema fejn is-sidien ikunu jistgħu jirranġaw id-dar tagħhom.", "Għal darb'oħra l-iskop huwa li dawn is-sidien ma jippretendux li jieħdu appartamenti ġodda mingħand id-Dipartiment jew mingħand l-Awtorita' tad-Djar.", "L-Awtorita' tad-Djar żammet idejha fuq ir-realitajiet soċjali ġodda li żviluppaw matul dawn l-aħħar snin.", "Illum għandna numru ta' persuni li huma single parents, persuni li qed jitilqu mid-djar tagħhom għal raġunijiet differenti u persuni li qegħdin jisseparaw.", "L-Awtorita' tad-Djar kellha bilfors tara kif lil dawn il-persuni tista' tgħinhom.", "Billi nafu li r- realtajiet soċjali ta' dawn in-nies ħafna drabi ma jippermettulhomx li jixtru dar u li jkollhom proprjeta' f'isimhom b'mod dirett, għas-snin li ġejjin aħna rridu nħarsu - fil-fatt l-Awtorita' tad-Djar hekk għamlet is- sena li għaddiet - lejn varjeta' ta' soluzzjonijiet differenti minn dawk li kellna fil-passat.", "L-ewwel soluzzjoni hi li jridu jingħataw sussidji aħjar fuq il-kirjiet li hemm; mhux biss fuq il-kirjiet tal-Gvern imma anke tal- privat.", "Ilkoll kemm aħna rridu nifhmu li mhux biżżejjed ngħidu li l-Gvern għandu bżonn jibni iktar postijiet ħalli jkollu mnejn iqassam lil kulħadd għax din qatt ma tista' tkun soluzzjoni għall-problema tal-qasam tad-djar.", "Din la kienet soluzzjoni għall-passat, la hi fil-preżent u anqas u anqas se tkun għall-futur.", "Aħna rridu nintegraw il-forzi kollha li hawn f'dan il- pajjiż bl-iskop li nsolvu d-diversi diffikultajiet u problemi li jistgħu jinħolqu fil-futur fuq dan ir-rigward.", "Dan nistgħu nagħmluh biss billi nimmassimizzaw l-użu tal-proprjeta' li għandna fil-preżent.", "Kulħadd jaf li għalkemm hawn proprjeta' li m'hijiex okkupata u tista' tiġi okkupata, ħafna sidien ma jkunux iridu jagħtu l-proprjeta' tagħhom għall-kiri lil dawk in- nies li ma jkollhomx dħul biżżejjed jekk ma jkunx hemm is-sussidji neċessarji.", "Kif nafu hemm xi limitazzjonijiet f'dawk li huma kontrolli ladarba l-proprjeta' tkun ingħatat għall-kiri lil xi inkwilin partikolari.", "B'din il-kuxjenza, l-Awtorita' tad-Djar qed tistudja kif se tintroduċi inċentivi biex tħajjar lis-sidien jagħtu għall-kiri l-proprjeta' vojta li għandhom u li hija available għall-kiri.", "L-Awtorita' tad-Djar qed tħabbar skema biex permezz tagħha s-sidien jiġu mħajra biex jikru proprjeta' taħt kondizzjonijiet differenti u lest li tagħti għajnuniet lil sidien li jridu jirranġaw il-proprjeta' tagħhom bl-iskop li jgħadduha għall-kiri.", "B'dan il- mod filwaqt li se jkun hemm l-involviment u s-sehem ta' l-Awtorita' biex ikun hemm il-ħlasijiet neċessarji f'ċerti xogħlijiet, fl-istess ħin tkun qiegħda tgħin biex il-piż tal-bini ma jibqax jinġarr kollu minn din l- Awtorita' imma anke mill-privat.", "Ħaġa oħra li trid tiġi amministrata mill-Awtorita' tad-Djar hija r- rimborż tal-ħlasijiet tal-VAT lil dawk li jagħmlu spejjeż wara l-1 ta' Jannar biex jiffinalizzaw ix-xogħol fuq l-ewwel dar tagħhom.", "Kif ingħad il- bieraħt lura f'dan il-Parlament, l-Awtorita' tad-Djar se tamministra skema biex permezz tagħha l-VAT li titħallas għall-kostruzzjoni ta' l-ewwel dar tingħata lura.", "Jekk wieħed qara sewwa fiex tikkonsisti din l-iskema, wieħed seta' jara li permezz ta' implimentazzjoni ta' affarijiet li diversi drabi smajna li huma koroh, fl-opinjoni tagħna dawn se jgħinu biex iqanqlu iktar kuxjenza soċjali f'dan il-pajjiż.", "Din l-iskema tagħmel distinzjoni bejn proprjeta' li qed tinbena u bejn proprjeta' li hija mibnija imma għandha bżonn ta' xi arranġamenti.", "GĦalhekk filwaqt li din l-iskema tagħti Lm2500 massimu għal dak li huwa bini ġdid, qiegħda tagħti l-massimu ta' Lm500 aktar, jiġifieri Lm3000, f'dak li huwa bini eżistenti, bl-iskop li f'dan ir-rigward ikollna politika li permezz tagħha twassal biex isir iktar użu minn dak li huwa parti mill-ġid nazzjonali ta' pajjiżna.", "B'dan il-mod inkunu nistgħu nagħmlu użu aħjar mill-proprjeta' li qiegħda tiġi amministrata mill-Awtorita' tad-Djar bl-iskop li fis-snin li ġejjin kemm jista' jkun in-nies ikollhom dar li tkun sodisfaċenti u mgħammra bil- ħteġijiet kollha neċessarji.", "Imma fl-istess ħin irridu naraw ukoll li jsir l-aħjar użu mill-istess proprjeta'.", "Kif għidt diversi drabi oħra, aħna għandna nibdew nifhmu li hu inutli li nibnu dar daqshiex biex imbagħad ma nkunux nistgħu nimlewha.", "Aħna nafu x'inhuma ċ-ċirkostanzi soċjali tal-familji f'pajjiżna li anke jirriflettu dak li qed jiġri f'diversi pajjiżi barranin, iżda rridu nifhmu li d-djar tagħna għandhom jirriflettu l-bżonnijiet tagħna kemm bħala individwi, kif ukoll bħala familja.", "Jien nemmen li aħjar ikollna familji magħqudin fi djar żgħar, iżda bil-bżonnijiet kollha, milli jkollna familji mfarrka - bħalma qed naraw madwarna - fi djar kbar bil-piżijiet u strains kollha li jiġu minħabba s-self kbir li jkun sar.", "Ngħidu x'ngħidu, r-realta' hi li koppja żagħżugħa - jekk ma jkollhomx ġenituri sinjuri li jgħinuhom - bilfors ikollha tissellef ħalli tibni darha.", "Dan nista' ngħidu fid-dawl ta' l-esperjenza tiegħi personali, mhux biss f'dawn l-aħħar tliet snin kemm ili nvolut fit-tħaddim ta' l-Awtorita' tad-Djar, iżda anke meta wieħed jara nies li għalkemm ikunu ħadu plot u għajnuna mingħand l-Awtorita' xorta waħda jispiċċaw biex ma jinbnux dik il-plot mhux minħabba nuqqas ta' flus iżda talli l-koppja tissepara minħabba l-istrains li tkun qed issofri.", "Peress li l-Awtorita' hija konxja minn dawn id-diffikultajiet, f'Marzu li għadda ħabbret skema ġdida biex tgħin lil dawk il-koppji li jkunu bdew jibnu darhom ibigħu il-proprjeta' tagħhom bil-kondizzjonijiet li nħarġu fl- avviż Nru. 47.", "Dan setgħu jagħmluh bl-iskop li jeħilsu mid-diffikultajiet li kellhom.", "Matul dan il-perjodu, l-Awtorita' rċeviet 51 talba ta' dan it- tip; 28 talba ġiew minn għarajjes li ħassru, 7 minn nies miżżewġa li sseparaw minn xulxin, 12-il talba ġiet minn nies li kellhom diffikultajiet finanzjarji, 3 persuni rtiraw l-applikazzjoni tagħhom u talba waħda ġiet irrifjutata.", "F'dan ir-rigward l-Awtorita' mhux biss tiftaħar li tgħin billi tagħti plot, imma trid tkompli tgħin lil dawk il-koppji li jistgħu jsibu xi diffikultajiet wara li jkunu ħadu plot.", "L-Awtorita' tad-Djar biex tkompli fil-kuxjenza soċjali tagħha riedet tara minn fejn u b'liema mod tista' ddaħħal ammont ta' flus bl-iskop speċifiku li tkompli bil-proġetti ta' bini ta' maisonettes u appartamenti li nitkellem fuqhom aktar 'il quddiem.", "Waħda mill-affarijiet li ħolqot kritika kontra l-Awtorita' tad-Djar matul is-sena li għaddiet kien il-bejgħ b'mod kummerċjali ta' 33 plot.", "Ma nafx x'ma ntqalx f'dan il-Parlament, fuq ir-radju jew fuq il-gazzetti dwar dawn it-33 plot!", "Intqal li l-Awtorita' għamlet xi ereżija u jien konvint li anke matul din id-diskussjoni se nisimgħu dan l-istess argument.", "Jidher li ħadd ma fehem xejn u n-nies li jitkellmu dwar il-housing għadhom ma fehmux x'inhi l-vera funzjoni soċjali ta' l-Awtorita' tad-Djar.", "B'wiċċi mill- quddiem ngħid li ma jistax ikollok Awtorita' li tiftaħar li qed tgħin lil min għandu bżonn jekk tagħti plots għal semi-detached villas jew tagħti plots lil min mhux verament ikollu bżonn.", "Din mhux il-funzjoni li suppost ikollha l-Awtorita'.", "Veru li l-Awtorita' tad-Djar ħarġet 33 plot u 21 minnhom kienu għal semi detached villas u l-kumplament kienu plots li għal diversi raġunijiet ma setgħux jinbnew minn dawk li kienu ħadu l-plot oriġinarjament.", "Ta' min jgħid li minn dawn it-33 plot l-Awtorita' tad- Djar daħħlet Lm400,000 liema flus ma marrux fil-but ta' l-Awtorita', imma qed jintużaw biex jinbnew aktar appartamenti u maisonettes ħalli verament ngħinu lil dawk li għandhom bżonn u b'hekk nibqgħu nżommu quddiem għajnejna l-funzjoni soċjali ta' l-Awtorita'.", "Dan huwa importanti u naf li meta nitkellem b'dan il-mod inkun qed nitkellem kontra dawk il-ħafna nies - anke barra dan il-Parlament - li jjippretendu li għandhom dejjem jieħdu mingħand il-Gvern - idea li donna drajna biha hawn Malta li tieħu mingħajr ma tagħti dak li għandek tagħti.", "Jien ngħid li kieku għamilna l-aħjar użu mill-proprjeta', kieku minflok ħriġna 8,000 plot - daqshekk ingħataw matul is-snin li għaddew - almenu stajna noħorġu noħorġu 20,000 plot u stajna nakkomodaw 20,000 familja.", "Din l-art ġieli ttieħdet mill-Gvern b'konsegwenzi fuq is-sidien u jien inħoss li hija responsabbilta' tiegħi u ta' dawk kollha li qegħdin jamministraw il- pajjiż illum li nitkellmu dwar il-ħtieġa li nekonomizzaw f'dak li huwa użu ta' l-art bl-iskop preċiż li 'l quddiem uliedna u ulied uliedna ma jbatux il-konsegwenza ta' dan għaliex aħna ngħidu li dak li nsibu nixtiequ nħalluhulhom fi stat dejjem aħjar.", "Irridu nifhmu li kull biċċa art li nagħtu għall-bini nkunu qegħdin inneħħuha mil-istat naturali tagħha u matul it-tletin sena li għaddew aktar milli rduppjajna l-ispazju mibni f'dan il-pajjiż.", "L-Awtorita' tad-Djar fil-preżent għandna f'idejha l- kostruzzjoni f'fażijiet differenti ta' 760 appartamentiu kif inhi l-ħtieġa xorta qegħda tipprova tekonomizza f'dak li huwa użu ta' l-art.", "Il- 200 maisonette li qegħdin jinbnew f'sitt jew seba' lokalitajiet differenti fil-pajjiż, liema lokalitajiet fil-parti l-kbira tagħhom kienu mitluqin u bla ebda użu jew bal użu speċifiku.", "Peress li kien hawn id-diffikultajiet u l-problemi u peress li kien hawn l-idea li trid tagħti plots li ħafna drabi ma kenux se jittieħdu mill- privat, dawn il-postijiet baqgħu mingħajr ma nbnew.", "L-Awtorita' tad-Djar ħarset lejn il-bżonnijiet, fittxet l-art li kien hemm li tista' tuża u rat kif se tagħmel biex tuża dik l-art fl-aħjar mod possibbli.", "Nistgħu ngħidu li fil-preżent għandna 200 maisonette li qed jinbnew fil-parti l-kbira tagħhom f'postijiet li jew kienu abbandunati jew żgur ħadd ma ħaseb li jistgħu jispiċċaw għall-abitazzjoni fis-sens li qed insemmi.", "Hemm ukoll l- użu aħjar ta' l-art fis-sens li minflok qed inħarsu lejn l-għoti ta' plot jew lejn il-bini ta' maisonette biss qed inħarsu wkoll, fejn hu possibbli, lejn il-kostruzzjoni ta' appartamenti.", "Mr Speaker, hawnhekk kull wieħed minna għandu jibda jifhem ir-responsabbilta' li ma nibqgħux inħarsu bilfors lejn id-dar tagħna bil-mod tradizzjonali li dejjem ħarisna jiġifieri dar fuq u isfel, bi tliet kmamar tas-sodda li ħafna drabi jkunu kbar ħafna.", "L-Awtorita' għandha pjani biex tibni appartamenti li jħarsu verament mil-lat ambjentali pero' jħarsu wkoll l-użu ta' l-art b'mod aħjar.", "Dawn huma għanijiet fundamentali f'dik li hija ħidma ta' l- Awtorita'.", "Jekk irridu nħarsu lejn il-qasam soċjali tad-djar ma jistax jonqos li l- Awtorita' tad-Djar ma tkunx ukoll responsabbli mit-tneħħija ta' slums f'dan il-pajjiż.", "Ix-xogħol li nbeda matul is-sena li għaddiet irid jitkompla u jispiċċa matul ix-xhur li ġejjin.", "Fil-fatt hemm 152 appartament għall- kostruzzjoni u dawn qed jieħdu post postijiet illi kieku kull wieħed minna kellu jmur jarahom qabel ma twaqqgħu, kien jaħrab jiġri jitbiegħed minnhom.", "Id-diżgrazzja ma kenitx li dawn il-postijiet kienu mibnija u qed jaqgħu imma li dawn il-postijiet kienu postijiet okkupati minn ħutna l-Maltin.", "Fil-fatt il-kondizzjonijiet mhumiex xierqa għall-bżonnijiet ta' l-1994, ftit snin qabel ma jibda seklu ġdid.", "F'dan ir-rigward l-Awtorita' tad-Djar rat li twaqqa' postijiet li kienu mkissra, fi stat ta' abbandun u tibni minflokhom postijiet ġodda.", "Minbarra l-proġetti li l-Awtorita' għandha f'idejha għandha wkoll numru ta' proġetti oħrajn li qiegħdin jew f'fażijiet ta' pjanti jew inkella l-identifikazzjoni tagħhom qiegħda quddiem l-Awtorita' jew tad-Djar jew inkella quddiem l-Awtorita' ta' l- Ippjanar.", "B'hekk inkomplu nnaqqsu l-istat ta' mistħija li jaqbdek meta tara postijiet \"hekk\" aħseb u ara li tgħix fihom!", "Hija r-responsabilita' tiegħi, ta' l-Awtorita' u tal-Gvern biex lil dawn in-nies ma nħalluhomx jgħixu iktar f'dawn il-kondizzjonijiet.", "Jien ċert li kif inhi mmexxijja llum l-Awtorita' - minkejja l-kritika li tirċievi li ma qassmitx biżżejjed bil-mod tradizzjonali tagħha - se tibqa' taħdem biex lil dawn in- nies tkompli tgħinhom ħalli tassew inkunu nistgħu nħarsu 'l quddiem.", "Funzjoni importanti oħra li għamlet l-Awtorita' s-sena li għaddiet kienet li tkompli tamministra l-kostruzzjoni ta' Belt Ġdida ġewwa l- Imtarfa.", "Diversi drabi nisimgħu kemm se ndumu nkaxkru biex inlestu u kemm missu sar \"hekk\" u kemm missu sar \"hekk\".", "Pero' l-Awtorita' tad- Djar kompliet bil-pjan tagħha li twassal biex din il-lokalita' tiġi ammeljorata.", "Hawnhekk nixtieq insemmi każ ta' kemm hu sewwa li jsir użu aħjar ta' l-art.", "Fl-Imtarfa kien hemm erba' postijiet li fihom kienu jgħixu erba' familji li minflokhom telgħin 78 appartament.", "Fuq l-istess art u fl-istess spazju, pero' b'mod użat ferm aħjar, minflok dawk l-erba' familji se jkun hemm 78 appartament u 90 garage.", "Taħt dan l-istess blokk se jkun hemm sports complex li jista' jintuża miż-żgħażagħ ta' dawk l- inħawi.", "Fil-Belt ta' l-Imtarfa mhux biss sar l-irranġar, it-twittija u l- embellishment ta' l-areas bejn il-blokki l-qodma u dawk li nbnew riċentement, talli kompla l-programm ta' xogħol u ta' proġetazzjoni għal dawk l-inħawi għas-snin li ġejjin biex matul is-sena li ġejja nkunu nistgħu nwasslu dan il-pjan għat-tmiem tiegħu.", "B'hekk inkunu nistgħu ngħidu li għandna post wieħed, belt konċentrata, belt ġdida, belt bil- faċiliajiet kollha u belt li minkejja l-kritika kollha li jista' jkun hemm dwarha, hija belt li fir-realta' qed tkompli tinħoloq bix-xogħlijiet li hemm għaddejjin u li se jkomplu fix-xhur li ġejjin.", "Mr Speaker, irrid ngħid li matul is-sena li għaddiet tlesta blokk ta' 40 appartament u hemm 78 appartament li huma fil-kostruzzjoni.", "Fil-preżent inbeda xogħol anke fuq iċ-ċentru tal-belt li se jinkorpora wkoll il-bini u l-faċiliajiet li hemm diġa' lesti f'dawn l-istess inħawi.", "Se jinbena wkoll blokk ieħor - qiegħed fil-bidu tiegħu - ta' 40 appartament, bid-diversi garaxxijiet u faċilitajiet oħra li għandhom ikunu ta' importanza kbira.", "Fl- istess żmien tkompla wkoll il-proġettazzjoni fuq ix-xogħol tat-toroq, it- tibdil tas-sistema kollha tal-faċilitajiet sanitarji, ta' l-ilma u tad-dawl bl-iskop li verament ikollna belt ġdida u wieħed ikun jista' jgħid li l- Awtorita' tad-Djar kienet responsabbli.", "Is-sena li għaddiet u se jkomplu matul is-snin li ġejjin l-Aworita' tad- Djar flimkien ma' l-Universita' ta' Malta bdiet proġett dwar iffrankar ta' enerġija li ilu fuq il-karta għal diversi snin, imma issa li nbeda jien ċert li jitkompla u jagħti l-frott.", "Kellna kritika li dan il-proġett ma jħarisx biss lejn il-problema tad-djar, u li mhux intiż biex verament jgħin lil min għandu bżonn, madanakollu dan il-proġett mhux biss iħares lejn dawn il-bżonnijiet imma jmur ferm iktar 'il bogħod.", "Billi kif nafu f'dan il- pajjiż m'hawnx wisq nies fil-privat li lesti jesperimentaw u jinvestu biex ikunu jistgħu jfittxu dak li jista' jintuża għall-quddiem, l-Awtorita' tad- Djar ħadet ir-responsabbilta' li tara ssibx mezzi peress li pajjiżna jgawdi ħafna xemx, kif inkunu nistgħu bħal pajjiżi oħrajn - pajjiżi wkoll li m'għandhomx ix-xemx li għandna aħna - nisfruttaw aħjar din l-enerġija.", "B'dan il-mod inkunu qegħdin niffrankaw l-enerġija mhux biss għal dawk it-12- il ruħ li sejrin joqogħdu f'dawn il-postijiet, imma mir-riżultati t'hemmhekk inkunu nistgħu ngħinu lil korporazzjonijiet u dipartimenti tal- Gvern fil-funzjoni tagħhom biex niffrankaw fin-nefqa u nħassru inqas l- ambjent li kull wieħed irid jgħix fih.", "L-Awtorita' tad-Djar biex ikollha kuxjenza soċjali trid tħares lejn il- bżonnijiet ta' l-aktar nies batuti.", "Ir-riżultati ta' matul is-sena li għaddiet u l-proġettazzjoni għas-sena li ġejja huma aħjar milli qatt jista' jkun hemm.", "Jien normalment niddejjaq nagħmel paraguni dwar nefqiet li jsiru llum ma' dawk li saru fil-passat għax naf x'tip ta' kritika nista' nisma aktar tard, pero' llum se jkolli bilfors nagħmel dan.", "Jekk wieħed iqabbel in-nefqa kapitali fl-1993/94 ma' dik fl-1986/87, isib li din hija mitt darba aktar u jekk tqabbilha mas-sena 1985/86 isib li hija 20 darba aktar.", "Aktar importanti minn hekk, jekk inqabblu l-proġettazzjonijiet tagħna għas-sena li ġejja ma' dak li ntnefaq fl-1986/87 insibu li s-somma hija 250 darba aktar.", "Dawn huma flus li diġa' ġew ivvotati u ntnefqu mill- Awtorita' tad-Djar.", "Mr Speaker, l-istess ħaġa nistgħu ngħidu f'dak li hu infiq soċjali minn din l-istess Awtorita'.", "Jien konvint li min-naħa ta' l-Oppożizzjoni se nisma ma nafx kemm-il darba l-kliem li din l-Awtorita' m'għamlet xejn u ma ħaditx ħsieb lil dawk li l-aktar għandhom bżonn.", "F'dak li hu nfiq soċjali nsibu li fl-1993/94 l-Awtorita' nefqet tliet darbiet u nofs aktar milli ntnefaq fis-sena 1986/87.", "Dan huwa l-iktar mod ċar u qawwi ta' kif l- Awtorita' tad-Djar qed terfa' r-responsabilita', tagħti direzzjoni ta' kuxjenza u indikazzjonijiet soċjali, għax trid bis-serjeta' li tkun Awtorita' responsabbli mid-djar għal skop soċjali.", "Dan se jkun il-mod ta' kif l-Awtorita' matul is-sena li ġejja se tkompli tonfoq il-flus, li mhux se nagħtihomlha jien imma se jagħtihomlha dan il-Parlament u dan il-poplu.", "GĦalhekk il-Bord ta' l-Awtorita' għandu d-dover li jara li dawk il-flus jintnefqu verament għall-aħjar skop biex jgħin lil min hu batut u lil min l- iktar għandu bżonn.", "Mr Speaker, din hija d-direzzjoni u l-funzjoni ta' kif l-Awtorita' trid tħares lejn ix-xogħol tagħha u ta' kif se taħdem, mhux biss fis-sena li ġejja, imma bil-preparazzjoni ta' din is-sena se tkun tista' tħares b'mod iktar qawwi lejn is-snin li ġejjin.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Portelli.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Mr Speaker, id-diskors li sar dalgħodu mill- Ministru responsabbli mid-djar, inqisu bħal diskors li jagħmel għarus lill- għarusa tiegħu.", "Qed nisimgħu ħafna diskors sabiħ, imma meta wieħed iħares lejn is-sitwazzjoni reali tal-housing f'pajjiżna, speċjalment fil-qasam soċjali, jara differenza kbira bejn il-kliem u l-indikazzjonijiet li smajna għal dak li l-pajjiż qed iġarrab.", "Nibda biex nagħmel xi kummenti fuq l-accounts ta' l-Awtorita' tad-Djar li għalqu fit-30 ta' Settembru, 1994.", "Xtaqt nirrimarka dwar paġna 4, fejn insibu li l-Awtorita' tad-Djar fl-1993 qalgħet daqqa ta' ħarta minabba l- iżvalutazzjoni tal-lira Maltija u ħarġet b'telf ta' aktar minn Lm400,000.", "L-Awtorita' fl-1993 kompliet sofriet telf ta' aktar minn Lm700,000 minħabba fluctuations in exchange rates and market valuations, u din is-sena tilfet Lm213,578.", "Jien nixtieq nistaqsi lill-Ministru x'qed tippjana l-Awtorita' biex ma jibqax ikollha dan it-telf.", "Xtaqt nagħmel ukoll kumment dwar is- self ta' l-Awtorita' minn barra l-pajjiż u nistaqsi jekk setgħux isiru xi arranġamenti mal-banek Maltin biex jinħarġu shares fi stocks li jħallsu imgħaxijiet inqas minn dak li qed tħallas l-Awtorita' fuq flus li tissellef minn barra minn Malta, dejjem bl-iskop ġenwin li l-Awtorita' tiffranka l- flus.", "F'paġna 12 ta' dan ir-Rapport, taħt Contingent Liabilities, insibu l-item \"guarantees given on behalf of applicants in favour of Lohombus Corporation Ltd\".", "Hawnhekk naraw li fl-1994 l-Awtorita' daħlet garanti ta' Lm9 miljun, għalkemm diġa' kellha dejn fuq self li ssellfet direttament.", "Nixtieq li ningħataw tagħrif dwar kif l-Awtorita' se tkompli tħallas dan id-dejn.", "Jekk l-Awtorita' ma jkollhiex xi tbigħ se tibda tissellef b'rati ta' mgħax qawwija biex ikun jista' jitħallas id-dejn ta' Lm9 miljun li għandha?", "Wieħed jista' jikkonkludi li jekk l-Awtorita' tiġi fi stat li ma jkollhiex xi tbigħ, is-sitwazzjoni ta' din l-Awtorita' tmur għall-agħar.", "Mr Speaker, ma nistax ma niġbidx l-attenzjoni dwar dan.", "Xtaqt ukoll nikkummenta u anke nikkritika r-Rapport Amministrattiv li ppreżentatilna l-Awtorita' tad-Djar għas-sena 1993/94.", "Wieħed isib faqar f'dawk li huma allokazzjonijiet ta' postijiet.", "Fl-1994 l-Awtorita' tad- Djar ħarġet biss 85 appartament, 45 fl-Imsida u 40 dar bil-ġaraxx fl- Imtarfa.", "Insibu wkoll li d-Dipartiment alloka 396 appartament.", "Nixtieq inkun naf fuq liema mertu ingħataw dawn l-appartamenti.", "Hawnhekk tidħol il- koperazzjoni li għandu jkun hemm bejn l-Awtorita' u d-Dipartiment ta' l- Akkommodazzjoni Soċjali.", "Nixtieq inkun naf jekk minn dawn it-396 appartament kienx hemm minnhom li tbattlu u reġgħu ingħataw matul dik l- istess sena.", "Nixtieq inkun naf ukoll għaliex id-Dipartiment ġieli jdum ma jieħu ċ-ċwievet lura meta jkun jaf li min kellu post tal-Gvern jew post privat rekwiżizzjonat ikun irnexxielu jmur joqgħod band'oħra u jkun ingħata żmien biżżejjed.", "F'ċerti każi ssib inkwilini li jkunu nkejjużi u ma jagħtux iċ-ċwievet lid-Dipartiment.", "Dan mhux sewwa, speċjalment meta s-sid ikollu bżonn il-post għall-familja tiegħu jew inkella s-sid ikun jaf li dak il-post ġie traskurat u jekk jibqa' magħluq issirlu ħafna aktar ħsara.", "Hawnhekk ta' min jgħid li tajjeb li d-Dipartiment jara li ma ssirx ħsara lill-postijiet rekwiżizzjonati.", "Irrid ngħid li ħafna drabi permezz ta' mistoqsijiet parlamentari diretti u anke indiretti, nagħtu indikazzjonijiet ċari lid-Dipartiment ta' dak li jkun qed jiġri, u dan nagħmluh għaliex irridu li l-affarijiet isiru sewwa.", "Nixtieq nistaqsi fuq liema kriterji postijiet rekwiżizzjonati jingħataw lura lis-sidien.", "Kien hemm żmien meta diversi kelliema tal-Gvern kienu qed jagħtu indikazzjoni li se jkun ħafna aktar faċli li dawn il-postijet meta jitbattlu jingħataw lura lis-sidien, speċjalment meta dawn ikollhom bżonnhom għal xi familjari jew inkella għax il-post ikun qed isofri ħafna ħsara.", "Jekk niġu għal dak li jiġi mwiegħed mill-Gvern, insibu li fejn jidħlu dati, wieħed ma tantx jista' joqgħod fuq dak li jingħad.", "Fil-ħarġa tal- gazzetta \"Il-Mument\" tas-16 ta' Jannar ta' din is-sena, kien intqal li sa tmiem ix-xahar kellhom jinfetħu l-applikazzjonijiet għax-xiri ta' 85 appartament fl-Imsida u fl-Imtarfa, mentri dawn ħarġu fl-aħħar ta' Mejju.", "L-appartamenti fl-Imtarfa ħarġu bil-prezz ta' madwar Lm23,000 u dawk ta' l- Imsida ħarġu bil-prezz ta' madwar Lm17,000.", "U minkejja li dawn kienu sussidjati, żgur li ċerti kategoriji ta' familji ma setgħux japplikaw għalihom.", "Dan juri kemm il-Gvern qiegħed dejjem aktar jorjenta l-Awtorita' tad-Djar lejn bejgħ minflok kiri ta' postijiet.", "Infakkar li quddiem id- Dipartiment ta' l-Akkommodazzjoni Soċjali hemm aktar minn 3,000 applikazzjoni għal post alternattiv.", "Naħseb li jkun tajjeb jekk id- Dipartiment ikollu statistika ta' kemm nies minn dawk l-applikanti huma lesti li jixtru, ħalli b'hekk ikun jista' jippjana aħjar.", "Ħaġa oħra li jista' jagħmel id-Dipartiment hija li jibgħat xi tip ta' questionnaire biex jindaga x'inhu l-income ta' dawk il-familji u b'hekk almenu jkun jaf, bejn wieħed u ieħor, kemm hemm nies li jistgħu jixtru jew inkella jikru.", "B'dan il-mod tkun riflessa bil-fatti x-xewqa ta' kull wieħed minna li jara li l-Awtorita' tad-Djar verament tgħin lil min l-aktar li għandu bżonn għajnuna.", "Tajjeb li l-Awtorita' tad-Djar tagħmel ħilitha kollha biex bil-flus li ddaħħal mill-proprjeta', tkun tista' tagħmel iktar ġid.", "Pero' jekk l- Awtorita' tad-Djar tagħmel dan biss, mingħajr ma tagħmel il-parti l-oħra, jiġifieri tindaga kemm hemm nies li bl-ebda mod ma jistgħu jixtru u allura bilfors ikollhom jikru, ma jkunx jista' jsir dan l-eżerċizzju li lkoll nixtiequ li jitwettaq.", "B'dan il-mod wieħed ikun jista' jiġġudika kemm verament il-Gvern għandu jew m'għandux kuxjenza soċjali, fis-sens li jrid jara li kulħadd ikollu post xieraq fejn joqgħod.", "Hawn nies li għadhom jgħixu f'ċerta estremita' u naħseb li meta jaraw kemm qed isiru sforzi biex aktar ċittadini jkollhom akkommodazzjoni aħjar jindunaw li għalihom m'hu jsir xejn jew qed isir ftit wisq.", "Dawn xorta jkunu qed jaraw l-problema tikber għalihom minflok tiċkien.", "L-Awtorita' tad-Djar trid tagħmel sforz billi jew tibni jew inkella tagħti inċentivi anke lill-privat sabiex dawk li ma jistgħux jibnu jew jixtru post ta' akkommodazzjoni, xorta jsibu fejn joqogħdu.", "Dan għandu jkun il-qofol tal-ħidma ta' l-Awtorita' tad-Djar u ta' l-isforzi li għandu jagħmel kull wieħed minna.", "In-numru ta' applikanti għal dawn il-85 flat kien ta' 358, jiġifieri għal kull flat kien hemm aktar minn erba' applikanti.", "Meta wieħed jipparaguna din il-figura mal-figura tas-sena ta' qabel, meta kien hemm 450 applikant għal 51 post, isib li l- applikazzjonijiet naqsu b'20.5%.", "Dan juri li l-poplu qed jersaq inqas lejn il-Gvern għax ma jiflaħx għall-prezzijiet li qed joffri l-Gvern.", "Jien nasal għall-konklużjoni li l-kondizzjonijiet li qed joffri l-Gvern minflok li sejrin mit-tajjeb għall-aħjar, sejrin dejjem mill-ħażin għall-agħar.", "L- applikazzjonijiet ta' koppji miżżewġin ukoll naqas b'36% mill-1993 għall- 1994, għaliex filwaqt li fl-1993 kien hemm 184 applikant, fl-1994 kien hemm 118-il applikant.", "Dan ikompli juri li minkejja li l-Gvern offra iżjed, il- poplu resaq għandu inqas.", "Jien nixtieq nistaqsi wkoll x'inhuma r- raġunijiet għal dan it-tnaqqis fl-applikanti, imma r-raġunijiet irid jagħtihom il-Gvern.", "(Interruzzjonijiet) J'Alla jkun hekk li n-nies qed tibni.", "Mr Speaker, jien nappella wkoll biex l-applikazzjonijiet kollha li jiġu rċevuti, jiġu verifikati.", "Naturalment dan japplika anke għal talbiet għall- bdil minn post tal-Gvern għall-post ieħor tal-Gvern.", "Tajjeb li tiġi analizzata s-sitwazzjoni finanzjarja ta' kull inkwilin ta' post tal-Gvern li jitlob akkommodazzjoni alternattiva mill-Gvern u forsi l-Awtorita' tad- Djar tista' tasal għal xi policy biex lil min ikun jiflaħ jixtri jew jibni post, tħajru jagħmel hekk, minflok ma jiddependi fuq il-Gvern biex isiblu post ieħor.", "B'hekk ikun qed jagħmel il-wisa' lil ħaddieħor li jkollu bżonn aktar minnu ta' għajnuna mingħand il-Gvern.", "L-Awtorita' jew id-Dipartiment ikunu qed jidħku bil-poplu meta jgħidu li vverifikaw l-applikazzjonijiet bir-riċerki, u fil-fatt ma jkunux għamlu hekk, aktar u aktar meta wieħed ikun jaf b'ċerti każijiet speċifiċi u tkun inġibdet l-attenzjoni tad- Dipartiment.", "Rigward il-graphs nixtieq ngħid li l-graph li hemm f'paġna 6 tar-Rapport li turi l-Ħruġ ta' appartamenti u djar b'xiri u applikanti għall-1988-1994, turi faqar fl-għadd ta' appartamenti u djar b'xiri li ħareġ il-Gvern.", "Insibu li fl-1993 l-Awtorita' tad-Djar ħarġet biss 51 post kollha b'xiri u fl-1994 ħarġet 85 post biss li kienu kollha b'xiri wkoll.", "Meta nara dan ma nista' ngħid xejn ħlief li l-ħruġ ta' appartamenti u djar matul dawn is- snin kien tassew fqir u żgur li mhux se nsolvu l-problema tal-housing b'figuri bħal dawn.", "Dwar ir-reviżjonijiet irrid ngħid li meta wieħed jipparaguna x-xogħol li sar matul din is-sena max-xogħol li sar matul is-sena l-oħra, jinnota li s- sena l-oħra ġew riveduti 3,200 file, filwaqt li din is-sena n-numru ta' files li ġew riveduti niżel għal 2,000.", "Hawnhekk nistaqsi jekk dan ġarax għar-raġuni li dawn biss kienu l-files li kien imisshom jiġu riveduti - ir- reviżjoni ssir kull sentejn - jew inkella għax sar inqas xogħol.", "Jien ma nistax nifhem ukoll kif m'hawn xejn dwar ir-reviżjonijiet tal-kera, għax safejn naf jien saru reviżjonijiet tal-kera ta' postijiet tal-Gvern, tant li l-kera ta' ħafna inkwilini rdoppjat.", "Jiena nara li hemm bżonn issir reviżjoni xierqa ta' dawn ir-rati, inkluż tal-kera, għax il-Gvern Nazzjonalista ssikka wisq il-but ta' l-inkwilin u hija għarukaża li biex inkwilin jingħata l-għajnuna ta' Lm100 għall-kamra tal-banju, li għandu dritt għaliha, ikollu joqgħod jistenna s-snin.", "Naf b'każijiet fejn anke kellhom jirrikorru għal azzjoni quddiem il-Kummissjoni għall- Investigazzjoni ta' Inġustizzji sabiex jingħataw din is-somma.", "Fl-opinjoni tiegħi, minħabba l-inflazzjoni għandhom jinstabu kondizzjonijiet aktar aġġornati għas-sitwazzjoni tal-lum sabiex l-inkwilini f'postijiet tal-Gvern ma jibqgħux ibatu daqskemm qegħdin ibatu fil-preżent.", "Hemm min għax ħadem ċertu ammont ta' overtime, il-kera minn Lm187 għolietlu għal Lm420 fis-sena.", "Irridu naraw jekk din hijiex ġustizzja soċjali.", "Għalkemm jekk tikkalkolaha skond il-figuri stabbiliti tista' tasal għal din il-figura, fir-realta' ssib li hija sitwazzjoni iebsa ħafna għal kap ta' familja biex f'daqqa waħda jibda jħallas dak l-ammont kbir ta' kera, sempliċement għax f'xi sena partikolari ħadem ħafna overtime, imbagħad mill-1 ta' Jannar ta' din is-sena ma tħalliex jaħdem aktar overtime.", "Meta jiġri hekk żgur li jsibha diffiċli ħafna biex ilaħħaq ma' dik iż-żieda kollha fil-kera.", "Għalhekk ħafna drabi dawn l-inkwilini qed ikollhom imorru quddiem id-Dipartiment u jitolbu li jħallsu l-kera bin- nifs.", "Jien ngħid li m'għandniex ikollna skemi difettużi f'dan is-sens, jiġifieri li jwasslu biex jiġri dan li qed ngħid.", "F'diskussjonijiet li kellna, anke fuq il-mezzi tax-xandir, bħar-radios, saru ħafna ammissjonijiet anke minn uffiċjali governattivi li s-ceilings f'din l- iskema huma baxxi.", "Għalhekk huwa meħtieġ li dawn jiġu rranġati b'mod li jkunu applikabbli għaż-żmien tal-lum, għax żgur li l-pensjonijiet, il-pagi, iċ-children's allowance, eċċ., ma żdidux b'mod li jagħmlu tajjeb għal din iż-żieda kollha li kien hemm fil-kera li qed iħallsu dawn l-inkwilini.", "Hemm bżonn inkunu aktar umani f'dan ir-rigward u mhux napprofittaw ruħna.", "Kultant nissuspetta li dan qed isir bi tħejjija għall-White Paper dwar il- Liġi tal-Kera, biex 'il quddiem is-sidien ta' postijiet privati jkunu jistgħu jgħollu l-kirjiet tagħhom.", "Pero' min-naħa l-oħra ġieli nibda nissuspetta li din il-White Paper qiegħda bil-mod il-mod titwarrab, għax kemm-il darba smajna mingħand il-Ministru Galea li fit-tali data se tiġi pubblikata din il-White Paper u mbagħad jgħaddu l-ġimgħat, ix-xhur u anke s- snin u din il-White Paper tibqa' ma tiġix ippubblikata.", "Meta wieħed jara l-graph li turi r-rati sussidjati ta' imgħax fuq self imħallas minn benefiċċjarji ta' HOS plots, isib li l-policy ġenerali tal- Gvern qed twassal biex nies b'income żgħir qed jaqtgħu qalbhom li jisselfu u jibnu, naturalment apparti l-fatt li l-Gvern ma tantx ħareġ plots.", "Għax la l-Gvern ma tantx ħareġ plots, bilfors li ma jkunx hemm numru kbir ta' nies li jisselfu.", "Fil-fatt wieħed jara li n-numru ta' benefiċċjarji li ssellfu b'rati sussidjati ta' imgħax huwa verament żgħir.", "Insibu li hemm biss ftit aktar minn 100 benefiċċjarju li qed iħallsu b'rata ta' 2.5% u 3% biex jibnu l-plot tagħhom, mentri l-oħrajn qed iħallsu b'rata ta' imgħax ta' bejn 3.5% u 7%.", "Dan juri li m'huwiex qed jingħata inċentiv biex dawk li għandhom ċertu income mhux għoli jkollhom darhom.", "B'hekk qed naraw li bil-mod il-mod il-Gvern qed jaqta' lil dawk il-kategoriji ta' nies li għandhom dħul ta' inqas minn Lm3000 fis-sena.", "Allura wieħed jista' faċilment jara kemm hu kbir in-numru ta' nies li hemm bżonn jingħataw post b'kera u mhux b'xiri.", "Il-graph li hemm f'paġna 6 tar-Rapport ta' l- Awtorita' tad-Djar turi b'mod ċar kemm qed ikunu ftit dawk il-benefiċċjarji li għandhom income ta' inqas minn Lm3,000 fis-sena u fil-fatt il-figuri juru li kien hemm tnaqqis b'mod ġenerali fl-għadd ta' benefiċċjarji mis- sena l-oħra għal din is-sena.", "Jien qed nipprova nagħti xi raġunijiet għal dan it-tnaqqis, pero' naħseb li l-Awtorita' tad-Djar tista' tagħti aktar raġunijiet.", "Mr Speaker, l-istess nista' ngħid dwar in-numru ta' benefiċċjarji għal appartamenti ġodda.", "Il-graph turi li r-rati ta' l-imgħax tant huma għoljin li n-nies qed ikunu ssikkati għaliex mhux il-prezz tal-bejgħ biss huwa għoli, imma anke r-rati ta' l-imgħax.", "Allura qed niġu fis-sitwazzjoni li ż-żgħir lanqas biss qed japplika għal dawn il-postijiet u se jibqa' fejn hu, u qed japplikaw biss dawk li għandhom dħul ta' bejn Lm3,000 u Lm5,000 fis-sena.", "Mr Speaker, iktar ma naraw graphs, iktar naslu għall-konklużjoni li taħt dan il-Gvern, iż-żgħir ma jistax jimxi 'l quddiem, anzi qiegħed iktar jinżel 'l isfel.", "Dan ikompli jikkonferma li l-Gvern qed jaħseb l- iktar f'dawk li jaqgħilu minn Lm3,000 'l fuq u liż-żgħir ma jħallihx jaġevola l-pożizzjoni tiegħu u jilħaq l-istess livell ta' ħaddieħor.", "Mr Speaker, il-Gvern donnu tant staħa li ma sabx plots x'jagħti lill- poplu, li reġa' rrepeta dak li kien hemm fil-ħarġa tar-Rapport Annwali tas- sena li għaddiet, jiġifieri l-ħarġa ta' 244 plot taħt l-Iskema Home Ownership li saret f'Lulju 1993, u li għalihom applikaw 1,762 persuna.", "Hawnhekk irridu niftakru li dak inhar kien hemm 1,518-il applikant li baqgħu barra.", "Hawnhekk l-Awtorita' ma naqsitx li ssemmi li l-plots għall- allokazzjoni ttellgħu bil-polza, u jkun tajjeb li wieħed jirrimarka li din is-sistema daħħalha Gvern Laburista, allavolja f'wieħed mill-Kunsilli tal- Partit Nazzjonalista kien hemm min issuġġerixxa li din is-sistema titneħħa, naturalment bl-iskop li jkun hemm min jista' japprofitta ruħu u jieħu plot minħabba t-twemmin politiku tiegħu, u mhux għax ikun ġenwinament ħaqqu.", "Rigward l-iskemi biex iħarju lill-kerrejj isir sid ta' daru, irrid ngħid li wieħed josserva li dawn kienu skadew fil-25 ta' Novembru 1992.", "Tajjeb li wieħed ifakkar li wara li l-Gvern kien webbel lin-nies bihom, dawn l- iskemi qabad u għalaqhom; l-aqwa li kien laħaq wiegħed bil-kliem qabel l- elezzjoni.", "Mr Speaker, wieħed jista' jara li l-akbar bejgħ ta' djar tal-Gvern kien taħt Skema G, fejn saru 86 kuntratt ta' bejgħ ta' djar u appartamenti tal- Gvern.", "Jien nissuspetta li dan il-bejgħ kollu jista' qed isir għaliex l- inkwilini tal-Gvern qed iħossuhom sforzati jixtru post fejn joqogħdu minflok li jikru għax jibżgħu li wara ftit taż-żmien il-kera tista' tiġi riveduta u togħlilhom ħafna.", "Jista' jkun li llum hemm min qed jikkalkola li jaqbillu jixtri post fejn joqgħod, milli jħallas mijiet ta' liri fis- sena bħala kera.", "Min-naħa l-oħra nsibu li ftit kienu dawk l-inkwilini li xtraw post tal-privat.", "Hawnhekk nixtieq niġbed l-attenzjoni għall-fatt li jkun inutli li ngħidu li rridu li l-inkwilini jsiru sidien tal-post fejn joqogħdu, jekk imbagħad ma jinstabx mezz kif dan jista' jsir.", "Ħafna drabi dawn l-inkwilini, speċjalment dawk li joqogħdu f'postijiet qodma u jkunu ilhom ħafna snin joqogħdu fihom u jirranġawhom, meta jitolbu lis-sid biex jixtru l-post, dan jirrifjuta li jbigħu.", "Veru li għandu kull dritt li jagħmel hekk, imma jien nissuġġerixxi li l-Awtorita' għandha tara jekk tistax issib xi rimedju jew inċentiv - l-aktar għas-sid - biex dawn il- każijiet jiġu solvuti.", "Jien nispera li l-Awtorita' ma ddumx ma toħroġ skemi biex jgħinu lil min irid jirranġa l-post fejn joqgħod u jkun tajjeb li jkun hemm skema ta' sussidju fuq il-kera ta' residenzi privati.", "Jidhirli li l-Gvern Laburista kien laħaq ipprattika skema bħal din, jiġifieri li jekk wieħed isib post privat battal u s-sid jitlob ammont ta' kera li l-inkwilin ma jkunx jiflaħ għaliha - naturalment dan se jitlob ammont ta' kera li tkun adattata għaż-żmien tal-lum - dan imur għand il- Gvern u jara x'ammont ta' sussidju jista' jagħtih fuq il-kera ta' dak il- post. Ikun tajjeb li nħajru lil dawk is-sidien li għandhom postijiet magħluqa jaslu biex jibdew jikruhom, għaliex fuq kollox wieħed għandu jiftakar li l-ġid ta' kull wieħed minna għandu jiġi wżat għall-ġid tal- poplu kollu.", "Mhux sew li ħafna postijiet idumu magħluqin għax issirilhom ħafna ħsara u mbagħad tkun trid spiża kbira biex tirranġahom.", "L-istess ħaġa rrid ngħid dwar fidi ta' ċens.", "Nixtieq nissuġġerixxi li peress li l-Joint Office illum il-ġurnata għandu f'idejh l-amministrazzjoni ta' dik li qabel kienet proprjeta' tal-Knisja, wieħed għandu jara li jkun hemm organizzazzjoni f'dan l-uffiċċju ħalli tkun tista' tinstab l-aħjar miżura għal dawk li kienu bnew fuq art tal-Knisja u/jew xtraw postijiet tal- Knisja u qed jagħmlu talbiet sabiex jifdu ċ-ċens.", "Hemm persuni oħrajn li kienu bnew fuq art tal-Knisja u li għandhom kuntratt ta' ċens li jiġġedded kull mitt sena.", "Nixtieq nissuġġerixxi li l-Awtorita' tara kif tista' ssib rimedju billi jew permezz ta' liġi jew bir-rieda taż-żewġ partijiet, li wieħed minnhom ikun is-sid, jiġifieri l-Joint Office, iċ-ċens ikun jista' jiġi mifdi mingħajr il-ħtieġa li wieħed joqgħod jistenna li jgħaddu l-mitt sena.", "Hawn min ikun irid jifdi ċ-ċens biex ma jkunx hemm uliedu u ulied uliedu mgħobbijin biċ-ċens fuq art tal-Knisja, aktar u aktar meta dak li jkun ikun ħallas qares għalih.", "Il-Gvern Laburista kien emenda l-liġi biex iċ-ċens li jagħlaq isir ċens perpertwu, kemm jekk tkun art tal-Gvern, kif ukoll jekk tkun art privata.", "Hawnhekk wieħed jara n-nifs li kien ta l- Gvern Laburista fejn jidħol iċ-ċens.", "Fir-Rapport ta' l-Awtorita' nsibu wkoll diversi referenzi għall-proġett ta' l-Imtarfa.", "Naraw li dan il-proġett ilu għaddej madwar tmien snin; kien inbeda minn Gvern Laburista u mbagħad il-Gvern Nazzjonalista - kif kellu kull dritt li jagħmel - kien għamel xi tibdiliet fih biex jipprova jtejbu.", "Pero' l-punt hu li bil-flus kollha li ġew ivvotati għalih s'issa, imissu diġa' tlesta.", "Min-naħa l-oħra ma rridx ninsa ngħid li ma nsibu l-ebda referenza għall- proġett ta' Pembroke u għall-bini ta' postijiet għan-nies ta' Tigne' li r- residenti ġew imġiegħla joħorġu minnhom.", "Dawn huma nies li ilhom żmien twil anzjużi ħafna biex jaraw kif se tispiċċa din il-biċċa xogħol.", "GĦedewwa tal-Partit Laburista kienu nqdew bil-programm televiżiv \"Dahrek mal-Ħajt\", li kien jippreżentah is-Sur Godfrey Grima, bl-Alternattiva Demokratika, u anke b'Ministri u Segretarji Parlamentari li kulma għamlu kien li sawtu lill-Gvern Laburista talli lil dawn in-nies tahom dawk id- djar f'Tigne'.", "Dak iż-żmien kienet il-policy ta' kull gvern, anke tal- Gvern Nazzjonalista ta' qabel l-1971, li postijiet tas-servizzi Ingliżi jintużaw għal skopijiet ta' social housing.", "Illum jekk wieħed iżur Pembroke, St. Andrews, u St. Georges - bħama għamilt jiena - jara li dawn il-lokalitajiet huma abbandunati, u r-residenti kontinwament jilmentaw dwar ħafna bżonnijiet li għandhom.", "Meta wieħed iħares lejn attivitajiet oħra ta' l-Awtorita' tad-Djar għal matul is-sena li għaddiet, isib li kien hemm numru ta' benefiċċjarji ta' plots tal-Gvern li, għal xi raġuni jew oħra, talbu li jittrasferixxu l-plot tagħhom lil terzi jew biex jirtiraw l-applikazzjoni.", "Jien se nirreferi biss għal dawk it-12 li telqu l-plot li kienu ħadu minħabba raġunijiet finanzjarji u tlieta li rrtiraw l-applikazzjoni.", "Naħseb li wieħed għandu jgħarbel sew il-fatturi ewlenin li joħolqu diffikultajiet finanzjarji b'mod li koppja jkollha tabbanduna l-plot, jew parti minnha, għax ikun hemm min laħaq bena parti minnha.", "Dan qed ngħidu għax m'hux biżżejjed li wieħed jgħid li dan sar għal raġuni finanzjarja, imma jrid jara wkoll x'inhi r- raġuni finanzjarja li wasslet lil dak li jkun biex jabbanduna l-plot u forsi jara kemm-il darba jkunx hemm ċans li tinstab xi soluzzjoni ħalli jkun jista' jitkompli l-bini.", "Jiena nara li l-Awtorita' m'għandhiex tkun daqshekk bil-għatx li taqbad u tieħu l-plot mingħand dik il-koppja biex tagħmel użu ieħor minnha, imma l-ewwelnett għandha tħares lejn l-interess ta' dik il-koppja u tipprova tara tistax f'ħinha taqta' xewqitha u tibni dak il-plot li tkun ħadet.", "Il-Gvern reġa' semma l-fatt li kien ħareġ għall- bejgħ b'irkant 33 plot u llum wieħed irid jara jekk il-flus mill-bejgħ ta' dawn il-plots hux verament se jintefqu għal postijiet li jingħataw b'kera, għax inkella ma jkunx qed jintlaħaq l-iskop li semma l-Ministru, li d-dħul ta' flus minn dawn il-plots li nbiegħu bl-irkant imur għal min verament jeħtieġ l-għajnuna.", "Rigward is-sezzjoni Teknika jiddispjaċini ngħid li għalkemm din qed ikollha ħafna xogħol, it-target tal-Gvern xorta m'hux jintlaħaq.", "Biex jintlaħaq dan it-target jeħtieġ ħafna iktar xogħol, mhux biss minn din is- sezzjoni, iżda anke minn dipartimenti oħra u saħansitra fejn tidħol il- policy ġenerali tal-Gvern.", "Il-Gvern Nazzjonalista bil-policy tiegħu qiegħed iwassal biex ħafna nies qed isibuha dejjem aktar diffiċli li jixtru plot u jibnuh jew inkella li jixtru dar.", "Meta nidħlu fid-dettal ta' dan ir-Rapport, insibu li jerġgħu jissemmew l- appartamenti li ħarġu bl-offerta mill-Gvern f'Buġibba u Tal-Pieta' fit-28 ta' Mejju, 1993.", "Qabel xejn, wieħed jista' jara li dak li hemm miktub f'dan ir-rigward huwa kkopjat kelma b'kelma minn dak li kien hemm fir- Rapport tas-sena ta' qabel.", "Ma narax x'inhu l-iskop li wieħed ried jerġa' jikteb dak li deher fir-Rapport tas-sena l-oħra, jekk mhux għax wieħed qabad u kkopja r-Rapport tas-sena l-oħra bi ftit tibdil biss, u f'xi partijiet spiċċa biex ikkopja paragrafi sħaħ.", "Hawnhekk naraw li l- Awtorita' tad-Djar qed tagħmel anke xogħol ta' negozjant.", "Fil-fatt daħlet ħafna f'dan il-qasam, imma huwa mistenni illi waqt li qed tidħol f'dan il- qasam, ma tinsiex lil dawk l-eluf ta' nies li għandhom bżonn fejn joqogħdu u ma jifilħux jixtru jew jikru jekk il-Gvern ma jgħinhomx.", "Inutli li l- Gvern jgħidilna illi l-Awtorita' għandha bżonn id-dħul ta' flus biex tkun tista' tibni biex issolvi l-problema, jekk imbagħad il-bini li jsir ma jingħatax lil dawk li l-inqas li jifilħu jħallsu.", "Mr Speaker, mill-iskema SHD insibu illi bbenefikaw 458, pero' jidher li dawn kienu benefiċċjarji ta' l-iskema li kienet ħarġet qabel, għax ma jidhirx illi kien hemm skemi ġodda din is-sena.", "Jiġifieri dawn kienu applikanti ta' dik l-iskema li ħadu dan iż-żmien kollu biex ġew megħjuna.", "Tajjeb li wieħed josserva illi matul din is-sena ġie ffirmat il-ftehim bejn l-Istitut tar-Riċerka fil-Ġebel ta' l-Universita' u l-Awtorita' tad- Djar.", "Naturalment aħjar tard milli qatt, u nittama illi permezz ta' dan il- ftehim ikun hemm ir-riżultat mixtieq dwar il-proġett ta' bini ta' units bl- iskop li jsir użu aħjar mill-enerġija naturali.", "Matul din is-sena għandhom joħorġu applikazzjonijiet għal 103 maisonette.", "GĦalkemm ma jissemmiex jekk dawn humiex se joħorġu b'bejgħ jew b'kiri, minn dak li smajt qabel nifhem illi se jkunu b'xiri.", "Ma nafx jekk għadx hemm l-idea illi, kif intqal fir-Rapport tas-sena l-oħra, dawn jingħataw lil koppji għarajjes jew miżżewġin bi dħul medju.", "U x'inhu d- dħul medju li għandu f'moħħu l-Gvern?", "Jien nappella biex meta l-Awtorita' tad-Djar tiddeċiedi li tibni maisonettes, plots li qabel ma tteħdux jew inkella oħrajn ġodda f'ċerti areas, kemm l-Awtorita' tad-Djar kif ukoll l- Awtorita' ta' l-Ippjanar jaraw li l-ippjanar isir b'mod illi ma nġibux dak il-housing estate partikolari qisu xi slum area, imma jinżamm bilanċ xieraq bejn bini u spazju.", "Nistaqsi wkoll għaliex fir-Rapport tas-sena l-oħra kien intqal li se jinbnew 274 maisonette u din is-sena qed jingħad li se jiġu allokati 199 maisonette.", "Dan ifisser li 75 maisonette minn dawk imsemmija s-sena l-oħra twarrbu jew inkella għadhom plots u huma inklużi mas-87 li hemm imsemmija f'paragrafu 3 taħt it-titlu Proġetti Ġodda?", "Qed jingħad li s-sena d-dieħla se jinħarġu għall-allokazzjoni 96 appartament ieħor.", "Wieħed jittama li x-xogħol ma jdum ma jitlesta, għaliex hemm numru kbir ta' nies li jeħtieġu dar fejn joqogħdu.", "Is-sena l-oħra l-Awtorita' tad-Djar qalet li qed tistudja kif jistgħu jitwaqqfu koperattivi f'dan il- qasam, imma skond ir-Rapport ta' din is-sena, jidher li dawn l-istudji għadhom ma tlestewx.", "Nixtieq nistaqsi jekk f'każ li dawn il-koperattivi jitwaqqfu, humiex se jiġu eżentati mill-VAT bħalma ċerti koperattivi oħrajn huma eżentati mill-income tax, u humiex se jingħataw inċentivi konnessi ma' imgħaxijiet.", "Xtaqt nikkummenta dwar il-kerrejiet.", "Huwa xieraq li naħdmu lkoll kemm aħna biex nindikaw fejn huma dawn l-areas ħalli eventwalment jitwaqqgħu u minflokhom jitla' bini li jixraq lis-soċjeta' tal-lum.", "Gvern Laburista ħadem ħafna f'dan ir-rigward u f'kull Amministrazzjoni waqqa' areas sħaħ fl- ibliet u fl-irħula tagħna biex minflokhom bena bini ġdid, minkejja l- kritika ħarxa li kienet issir dak iż-żmien minn partiti politiċi avversarji.", "Eżempju ta' dan huwa t-twaqqigħ ta' bini antik fil-Mandraġġ.", "Hawnhekk nixtieq nosserva li fil-lokalitajiet fejn l-aktar li jmissu tħaffef ix-xogħol għaliex hemm nies bi problemi soċjali, bħal f'Bormla u l- Belt Valletta, ix-xogħol aktar miexi bil-mod.", "Dan forsi għaliex meta jitlestaw suppost li se jingħataw b'kera u mhux b'xiri?", "Ix-xogħol għadu lura għaliex il-Gvern m'hux se jdaħħal flus minnhom daqskemm idaħħal minn bini li jbigħ?", "Illum hawn estates li huma substandard għaliex fihom hemm postijiet li huma bla qatran, bla btieħi, bla bjut, eċċ. X'se tagħmel l- Awtorita' tad-Djar b'dawn il-postijiet?", "Hemm ċerti postijiet li ftit taż- żmien ilu kienu jidhru tajbin biex wieħed jgħix fihom għal numru ta' snin, li llum il-ġurnata jidhru li m'għadhomx tajbin biex wieħed jgħix fihom.", "Qed nirreferi partikolarment għal postijiet fil-Housing Estate ta' Verdala u l-Housing Estate ta' San Nikola f'Bormla, kif ukoll l-area magħrufa bħala Dockyard Terrace fl-Isla.", "Wieħed jieħu pjaċir josserva li hawn nies li jieħdu interess f'dawn il-problemi u jġibuhom a konoxxenza ta' l- awtoritajiet.", "Kien hemm anke periti li kitbu dwar il-problemi li jeżistu f'dawn il-postijiet, fosthom il-Perit Stefan Buontempo.", "Tajjeb li jkun hemm min jiġbed l-attenzjoni ta' l-awtoritajiet għal dawn l-affarijiet, għax aktar ma wieħed jagħraf il-problemi kmieni, aktar ikun jista' jsib rimedji għalihom.", "F'dan ir-Rapport ma naqasx li jingħad li kienet id-dedikazzjoni u l- koperazzjoni ta' l-impjegati kollha ta' l-Awtorita' \"biex seta' jinkiseb dan is-suċċess u b'hekk wieħed japprezza l-ġustizzja soċjali li qed ssir fil-Qasam tad-Djar\".", "Imma jidher li bil-kitba jingħad mod, u bil-fatti jsir ieħor.", "L-informazzjoni li għandi hi li l-agħar impjegati li marru bir- riforma fis-Servizz Ċivili huma proprju dawk li jaqgħu taħt il-Ministru Galea, cioe' dawk tal-Housing Department u tal-Housing Authority.", "Jien ġejt avviċinat ukoll minn persuni li lmentaw li dawk li jissejħu ħaddiema irregolari baqgħu ma sarux tal-post bħal ħaddiema oħra u baqgħu ma ħadu l- ebda żieda, filwaqt li baqgħu jagħmlu x-xogħol li kienu jagħmlu qabel.", "Hemm ħaddiema li qegħdin f'kantina l-ġurnata kollha, ilhom hemm snin sħaħ fost ħsejjes ta' pompa ta' l-ilma taħdem, imġiegħla jilbsu l-uniformi, ma jitqabbdu jagħmlu xejn u malli jiċċaqilqu jaqilgħu charge, mentri ħaddiema oħrajn m'humiex issikkati daqshekk.", "Hemm diversi lmenti oħra mill-ħaddiema u jien nippretendi li l-Awtorita tad-Djar, kif ukoll il-Ministeru, jafu b'dawn l-affarijiet għax diġa' ġew rapportati lilhom, anke permezz tat- trade unions li jirrappreżentaw lill-ħaddiema ta' hemmhekk.", "Meta wieħed jeżamina fil-qosor l-Estimi għas-sena 1994/95, isib li l- Gvern naqqas in-nefqa soċjali f'sussidji, u qed jgħid ukoll li dawn l- Estimi ma jinkludux fondi oħra mill-Fond Konsolidat allokati għal programm ta' bini ta' djar u sussidji fil-qasam tad-djar li jistgħu jiġu approvati fl-Estimi tal-Gvern aktar tard matul is-sena.", "Issa niġi għall-figuri li semma l-Ministru lejn it-tmiem tad-diskors tiegħu.", "Jiena ma niddejjaqx mill-figuri, anzi huwa l-Gvern Nazzjonalista li għandu għalfejn jiddejjaq meta jiġi għall-figuri.", "Wieħed għalhekk jara li n-nefqa soċjali f'sussidji l-Gvern naqqasha.", "Jiena nara li dan ir-Rapport iktar huwa eżerċizzju ta' propaganda milli rapport li jara fir-realta' x'inhi l- problema tal-housing f'pajjiżna.", "Kieku verament il-Gvern qed jara s- sitwazzjoni reali tal-housing f'pajjiżna, jagħti iktar attenzjoni u jaħdem iktar biex isolvi din il-problema.", "Meta niġu għan-nefqa kapitali, insibu li l-istima għas-sena 1993/94 kienet ta' Lm1.5 miljun, mentri l-Awtorita' nefqet biss nofs il-vot, jiġifieri Lm723,760, għall-programm ta' bini ta' appartamenti u djar.", "GĦalhekk wieħed jara kemm waqgħet lura l-Awtorita' fil-programm tal-bini ta' appartamenti u djar.", "Dan xejn ma jawgura sabiħ għall-Awtorita', speċjalment meta wieħed jaf kemm hija kbira l-problema.", "Inutli li l-Gvern jistma li għas-sena 1994/95 se jonfoq Lm2.5 miljun għal dan il-għan.", "Meta wieħed iħares lejn in-nefqa kapitali fuq il-proġett tal-belt il- ġdida fl-Imtarfa, isib li waqt li l-istima għas-sena 1993/94 kienet ta' Lm2 miljun, l-ispiża attwali kienet tammonta għal ftit aktar minn nofs dik is- somma u fil-fatt kienet ta' Lm1,088,770.", "Dan għar-rigward tal-proġett ta' l-Imtarfa, imma fejn jidħlu spejjeż kapitali oħra, f'ċerti każijiet insibu li lanqas biss intnefaq nofs l-ammont stmat.", "GĦalhekk kif għidt diġa', li kieku l-Gvern mexa fuq il-pjanijiet li kien għamel, din il-belt hija lesta u n-nies ilhom igawduha.", "L-istess nistgħu ngħidu rigward l-istudju fuq il-proġett tal-bini ta' djar.", "GĦall-istudju fuq il-proġett tal-bini ta' djar, il-Gvern kien għamel stima li se jonfoq Lm20,000, imma minħabba li ma sar ebda studju ma ntnefaq xejn.", "Għalhekk filwaqt li l-ispiża stmata għan-nefqa kapitali ta' l- 1993/94 kienet ta' Lm4,201,000, in-nefqa proprja kienet ta' Lm1,994,174.", "Mela huwa inutli li l-Membri tan-naħa tal-Gvern joqogħdu jiġu hawnhekk u jsemmulna stimi li jammontaw għal miljuni kbar ta' liri biex jipprovaw jagħtu l-impressjoni li se jsir ħafna xogħol, jekk imbagħad lanqas biss isir in-nofs ta' dak li jkun qiegħed jiġi proġettat.", "Huwa inutli li noqogħdu naqraw li għas-sena 1994/95 dan il-Gvern qed jistma li n-nefqa kapitali f'dan il-qasam se tkun tammonta għal Lm5,233,000, għax aħna ma nistgħux nieħdu l-figuri li jagħti l-Gvern bis-serjeta'.", "Kulħadd jista' jara kemm mar lura x-xogħol li kien ippjanat mill-istess Awtorita' għal din is-sena.", "U mhux din is-sena biss mar lura, imma anke fis-snin l- imgħoddija.", "Rigward in-nefqa soċjali f'sussidji, naraw li għas-sena 1992/93 in-nefqa kienet ta' Lm3,212,213.", "L-istima għall-1993/94 kienet ta' Lm3,098,000 filwaqt li l-Gvern nefaq Lm2,676,755 biss.", "Issa għas-sena 1994/1995 huwa stmat li s-somma għal dan il-għan tilħaq Lm2,847,000.", "Dawn il-figuri juru li kull sena l-Gvern qed inaqqas din l-ispiża soċjali, għax iċ-ċifra stmata għall-1994/1995, Lm2,847,000, hija inqas minn dik li kienet ġiet stmata għas-sena li għaddiet, u hija ferm inqas minn dik minfuqa fl-1992/93, li kienet ta' Lm3,212,213.", "Minn dan naraw li minkejja l-ftaħir kollu li nisimgħu, il-Gvern qiegħed inaqqas in-nefqa soċjali f'sussidju.", "Kemm in- nefqa attwali f'sussidju għall-inkwilini tas-settur privat biex jixtru darhom, kif ukoll is-sussidju għall-inkwilini tas-settur privat biex jirranġaw id-dar fejn joqogħdu kienu inqas mill-ammonti stmati għas-sena li għalqet f'Settembru ta' din is-sena.", "Għalkemm nisimgħu ħafna diskors sabiħ, meta niġu għall-figuri u għall-fatti nsibu mod ieħor.", "Dawn il- figuri kollha qed neħodhom mir-Rapport li ġie ppreżentat lilna.", "In-nefqa rikorrenti għas-sena 1994/1995 hija stmata li tilħaq iċ-ċifra ta' Lm2,850,000.", "Din l-ispiża tikkonsisti prinċipalment fi ħlas ta' imgħaxijiet u kapital fuq self għall-iżvilupp li għas-sena 1993/1994 kienet stmata li tlaħħaq Lm1,200,000, mentri n-nefqa proprja laħqet Lm1,336,999.", "Nixtieq nistaqsi jekk din id-differenza hijiex dovuta għal ħlas ta' imgħaxijiet qawwijin.", "Dan jerġa' jġibni għad-domanda li għamilt qabel: X'inhi tagħmel l-Awtorita' biex ma ssibx ruħha fid-diffikulta' li meta ma jkollhiex xi tbigħ xorta trid tħallas dawk l-imgħaxijiet qawwijin għas-self li daħlet għalih mal-Lohombus, self ta' Lm9 miljun.", "Meta wieħed jara d- dettalji dwar il-ħteġijiet ta' l-uffiċċju u trasport isib li l-Awtorita' iktar se tonfoq flus għall-ħteġijiet ta' l-uffiċċju u tat-trasport milli għall-istudju tal-proġett ta' bini ta' djar, li għalih, skond paġna 33 tar- Rapport, qed jiġi stmat li tintnefaq is-somma ta' Lm20,000.", "Ngħid għalija, b'din is-somma ma nafx kemm tista' tagħmel studju daqstant professjonali!", "Meta wieħed jara x'kien id-dħul mill-bejgħ tal-proprjeta' tal-Gvern fis- sena 1993/94 isib li l-istima għal dik is-sena kienet ta' Lm2.5 miljun filwaqt li d-dħul minn bejgħ ta' appartamenti ġodda kien ta' Lm1,450,926.", "Dan ifisser li d-dħul kien stmat li se jkun 'il fuq minn Lm1 miljun aktar milli fil-fatt kien.", "Allura x'kienu r-raġunijiet prinċipali li għalihom kien hemm dik id-differenza kollha fid-dħul mill-bejgħ ta' proprjeta' tal- Gvern?", "(Interruzzjonijiet) Allura l-figura tavviċina Lm1 miljun?", "(Interruzzjonijiet)", "Rigward id-dħul ta' Lm483,592 minn bejgħ ta' bċejjeċ ta' art, nixtieq nistaqsi jekk l-Awtorita' għandhiex iddaħħal iktar flus mill-plots.", "Jien naħseb li f'dan l-ammont hawn inkluż ukoll dawk it-33 plot li kienu ħarġu bl-offerta.", "Filwaqt li d-dħul tal-Gvern minn bejgħ ta' bċejjeċ ta' art matul is-sena li għaddiet kien jammonta għal Lm483,592, l-istima tal-Gvern għall-1994/95 hija li dan id-dħul se jammonta biss għal Lm50,000.", "Hawnhekk wieħed bilfors ikollu jistaqsi jekk dan ifissirx li l-Gvern ma għandux iżjed art għall-bejgħ.", "Fil-vot tad-dħul rikorrenti jissemma wkoll il-fatt li l-Housing Authority se tkun milquta mill-VAT.", "Dan jidher mill-ammont ta' Lm800,000 maħsub biex jipprovdi fondi għall-pagament ta' VAT fuq bini ta' djar.", "Jiġifieri minkejja dak li qal il-Ministru Dalli li fil-Budget il-Gvern daħħal miżuri biex ikopru l-VAT, jidher li l-VAT se tolqot lil dan il-qasam ukoll.", "Jien naħseb li din it-taxxa se tolqot bil-qawwi lil dawk il-koppji żgħażagħ li jridu jakkwistaw fejn joqogħdu.", "Bilfors li hekk se jiġri, għax ladarba l- kuntrattur se jkollu jħallas VAT fuq kollox, inkluż il-materjal tal-bini, bilfors ikollu jgħolli l-prezzijiet li mbagħad irid iħallashom iċ- ċittadin li jrid jibni daru.", "Ta' min ifakkar li l-iskema li se jagħmel il- Gvern għar-rifużjoni ta' ħlas ta' VAT, kif imħabbra fil-Budget, hija limitata ħafna.", "Qabel, tonfoq kemm tonfoq, ma kont teħel ebda VAT meta tibni, imma llum jekk wieħed irid jieħu lura l-VAT li jkun ħallas, ma jridx jonfoq iktar minn Lm35,000.", "Barra minn hekk, il-VAT jeħodha biss min jibni l-ewwel dar tiegħu, u għalhekk se jmur ħażin min irid jibni jew jixtri t-tieni dar.", "Hawnhekk ta' min jgħid li jkun hawn nies li għall- ewwel jixtru dar li ma tkunx tiswa ħafna flus, pero' mbagħad meta l- bżonnijiet tal-familja jikbru - speċjalment jekk ikun hemm żewġt itfal jew tlieta - ikollhom jitilqu minn dik id-dar u jixtru jew inkella jibnu post ieħor, ġaladarba huwa diffiċli ħafna li ssib tikri.", "Il-VAT se tagħti daqqa ta' ħarta lil dawn il-familji għaliex il-Gvern se jagħti lura l-VAT li tkun tħallset lil dawk biss li jixtru jew jibnu l-ewwel dar tagħhom.", "B'hekk il-problema tal-housing se tkompli tikber.", "Fl-aħħar tad-diskors tiegħu, il-Ministru għoġbu jagħmel paraguni li ma kienx jaqbillu jagħmel, imma la għamilhom jien ma nistax ma ngħidx xi ħaġa fuqhom.", "Il-Ministru qalilna li meta wieħed jagħmel paragun bejn dak li nefaq Gvern Nazzjonalista u dak li nefaq Gvern Laburista, isib li n-nefqa kapitali għall-1995 se tkun ta' 250% aktar minn dik għall-1986/87.", "Pero' l- aktar deċiżjoni importanti m'hijiex dwar kemm tonfoq, imma dwar kif tonfoq.", "Per eżempju, fl-1976 Gvern Laburista bena 1,024 flat u dar u fl-1977 bena 1,650 flat u dar u l-ispiża minfuqa kienet inqas minn dik li nefaq Gvern Nazzjonalista.", "Il-Gvern Nazzjonalista bejn l-1987 u l-1991 nefaq Lm18.2 miljun, waqt li l-Gvern Laburista bejn l-1971 u l-1981 nefaq kważi Lm20.6 miljun.", "Għat-twaqqigħ ta' kerrejiet bejn l-1971 u l-1981 Gvern Laburista nefaq Lm1,894,556 u minkejja li bħala nefqa kapitali il-persentaġġ kien ferm inqas milli hu llum, - skond kif qed jgħidilna l-istess Ministru - il- Gvern Laburista dak iż-żmien kien irnexxielu jibni ammont kbir ta' flats.", "Fil-fatt Gvern Laburista bena 5,358 post f'housing estates, 471 post fi slum clearance, irriabilita 229 post li kienu tas-Servizzi u 66 post li kienu fi stat ta' abbandun, alloka 4,622 plot ta' l-HOS u 1,248 plot tal- BDA.", "Sa l-1985/86 il-Gvern Laburista kien diġa' bena madwar 11,900 post, minkejja li, fi kliem il-Ministru stess, ma nfaqniex daqstant flus.", "Fil- fatt konna nfaqna 250 darba inqas minn dak li nefaq il-Gvern Nazzjonalista f'dawn l-aħħar snin u għamilna ħafna xogħol.", "Infakkar lill-Ministru li l- Awtorita' tad-Djar - skond il-policy tal-Gvern Nazzjonalista - kienet wiegħdet li qed timxi fuq guidelines li jindikaw li jridu jiġu provduti 10,000 unit, bejn appartamenti, djar u bċejjeċ ta' art, fuq perjodu ta' għaxar snin, jiġifieri mill-1987 sa l-1997.", "L-Awtorita' kienet wiegħdet li f'għaxar snin se tqassam 6,000 biċċa art, infatti ntqal fil-gazzetta \"Il- Poplu\" ta' Lulju 1988:", "\"Din l-għajnuna finanzjarja tar-Resettlement Fund mistennija li tkopri 40% mill-finanzjament tal-pjan tal-Gvern li jibni 3,500 appartament ġdid u jqassam 6,000 biċċa art fl-għaxar snin li ġejjin.\".", "L-ex Segretarju Parlamentari responsabbli mill-housing, l-Onor.", "Joe Cassar,fit-13 ta' Ġunju, 1988, kien qal li l-Gvern Nazzjonalista kellu f'moħħu li jqassam 6,000 biċċa art.", "Ħafna koppji u għarajjes żgħażagħ li ħasbu li l-Gvern diġa' kien jaf fejn huma dawn is-6,000 plots li kien se jqassam fl-għaxar snin ta' wara, ġew ingannati u baqgħu b'xiber imnieħer, għax hemm falliment f'dik il-policy li kellu l-Gvern u llum qed jgħid li ma fadalx spazju.", "Mr Speaker, għadni ma nistax nara kif il-Gvern jista' jikkonvinċi lill-poplu li qed jagħmel ħiltu kollha ħalli juża l-ispazju b'mod tajjeb.", "Jiena nara li f'dak li għandu x'jaqsam ma' art tal-privat, il-Gvern m'hu qed jagħmel l-ebda sforz.", "Fil-fatt jekk wieħed ikun lest li jħallas, isib jixtri plot fejn irid u kbira kemm irid mingħand il-privat; jista' anke jixtri ħames plots ħdejn xulxin jekk irid.", "F'każijiet bħal dawn, il-Gvern ma jgħidx li skond il-kuxjenza soċjali l-art m'għandhiex tinħela.", "Ma rajna l-ebda passi konkreti min-naħa tal-Gvern f'dan ir- rigward.", "Jekk kemm-il darba l-Gvern iridna nieħdu bis-serjeta' t-teorija tiegħu, imissu jgħidilna x'qed jagħmel dwar l-20% tal-postijiet li hawn battala fl-istock tal-housing?", "MR SPEAKER: Onorevoli, ikkonkludi, jekk jogħġbok.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Mr Speaker, nagħlaq billi nissuġġerixxi li jingħataw inċentivi aktar qawwija u realistiċi jekk verament irridu nġiegħlu lis-sidien jikru l-postijiet battala li hawn.", "Hija ħasra li dawn il-postijiet jinsabu kollha battala u mitluqin.", "Jekk irridu li aktar spazju jiġi wżat għandna naraw kif inħajru lill-privat biex dawk id-djar li huma mibnija b'sular wieħed, jiżdidulhom it-tieni u t-tielet sular.", "Dan jista' jsir, anke permezz ta' pilot schemes, sistema li kienet teżisti fi żmien il-Gvernijiet Laburisti.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Sar il-ħin.", "Il-Ministru, jekk jogħġbu, iressaq l-aġġornament tal-Kamra.", "F'12.00 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, nipproponi l-aġġornament tal-Kamra għal- lejla, il-Ġimgħa, 25 ta' Novembru, fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Estimi ta' Dħul u Nfiq ta' l-Awtorita' tad-Djar 1994/95 - Kontinwazzjoni;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kompetizzjoni - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Ordinanza dwar il-Privileġġi u s-Setgħat tal-Kamra tad-Deputati - it-Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar ir-Reġistrazzjoni ta' Artijiet - it-Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar Tribunal għal Talbiet Żgħar - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar iż-Żwieġ - it-Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Edukazzjoni - Kumitat (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili (Emenda Nru 2) - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi tal-Liġijiet tal-Pulizija - it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Servizzi ta' Impieg u Taħriġ - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Korporazzjoni għall-Iżvilupp ta' Malta - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar l-GĦajnuna lill-Industriji - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Ligi li jemenda l-Att dwar l-Uffiċċju tal-Posta - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Massa Frumentarja - it- Tieni Qari", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kumpanniji - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Kummissarji għall-Ġustizzja - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Arbitraġġ - it-Tieni Qari; u", "Abbozz ta' Liġi dwar Kumpanniji Kontrallati (Proċedura ta' Likwidazzjoni) - it-Tieni Qari.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Hemm rimarki?", "L-Onor.", "Michael Bonnici.", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Mr Speaker, fil-kuxjenza tiegħi inħoss li għandi niġbed l-attenzjoni ta' din il-Kamra għall-fatt li ġiet rapportata ħsara fl- ilma nhar is-Sibt, 19 ta' Novembru, fid-9.30 p.m. u ssewwiet proprju llum fl-10.00 a.m. Naħseb li f'dan il-każ xi ħadd kien irresponsabbli; mhux qed nirreferi għall-Ministru jew għas-Segretarju Parlamentari għax dawn kienu jafu bil-ħsara u rrapportawha, bħalma rrapportajtha jien.", "Pero' fil- kuxjenza tiegħi nħoss li għandi nressaq dan l-ilment dwar il-foreman jew ħaddiema tal-Gvern irresponsabbli li kienu jafu bil-problema kbira li kien hemm quddiem skola tat-tfal, fi triq li minnha jgħaddi ħafna traffiku, imma ħallewha mimlija bl-ilma - aktar u aktar bil-lejl, meta titqawwa l-pressa - għal dan iż-żmien kollu sakemm sewwew il-ħsara li kien hemm.", "Ħalli ngħid kif ġrat is-sekwenza ta' l-affarijiet.", "Jiena ċempilt is- Sibt, 19 ta' Novembru, fid-9.30 p.m., il-Ħadd ma ssewwa xejn u erġajt ċempilt fit-8.00 p.m. meta kien beda ħiereġ gelgul kbir ta' l-ilma.", "It- Tnejn irrapportajt lill-Water Services Corporation u ma sar assolutament xejn.", "It-Tlieta fil-Parlament kienu qed jiġu diskussi l-Estimi tal-Water Services Corporation u jien kellimt liċ-Chief Executive, is-Sur Riolo, li kien qiegħed hawnhekk, dan ħa nota ta' l-ilment fuq karta imma xorta ma sar xejn.", "L-Erbgħa erġajt qbadt mal-Water Services Corporation imma ma setgħu iqabbduni ma' ħadd.", "Jiena kellimt lil messaġġier li hu ħabib tiegħi u li naf li huwa responsabbli u jeħu interess, u dan qalli li se jagħmel kull mezz possibbli, pero' xorta baqa' ma sar xejn.", "L-Erbgħa fil-għaxija erġajt kellimt lis-Segretarju Parlamentari Ninu Zammit - kif diġa' kont għamilt - u l-Ħamis ġew il-ħaddiema, ħaffru ħofra u sempliċement għamlu neck socket li kienu jafu li hu difettuż, kif qaluli l-ħaddiema stess dalgħodu.", "Imma peress li dan kien l-uniku socket li tawhom, bilfors lilu kellhom iwaħħlu, b'konsegwenza li beda ħiereġ aktar ilma minn qabel, għaliex kienu qatgħu l- kanna.", "Il-bieraħ kellimt lill-Manager tal-Water Services Corporation, kemm fil-għodu kif ukoll wara nofsinhar u qalli li se jieħu ħsieb.", "Matul dan il-lejl reġgħet ħarġet kwantita' kbira ta' ilma, eluf u eluf ta' glalen, sakemm dalgħodu, fl-10.00 a.m., bagħtu lill-ħaddiema jsewwu l-ħsaa li kien hemm.", "Issa nispera li t-tiswija li saret, saret b'mod permanenti.", "Qed insemmi dan il-każ, għax jidhirli li għandhom jittieħdu passi dixxiplinarji ħorox kontra l-foreman ta' dan id-distrett, li jekk m'iniex sejjer żball huwa dak tar-Rabat, u jekk hemm bżonn jiġi sospiż u ssir inkjesta biex jaraw kif inħela dan l-ilma minħabba l-irresponsabilita' ta' ħaddiema li ma tawx kas.", "Ħaġa oħra li rrid insemmi hija s-servizz tat-teletext fejn wieħed jista' jsib il-prezzijiet tal-mediċini.", "Mr Speaker, ix-xogħol tiegħi jinvolvi l- bejgħ ta' mediċini u allura jien involut f'dawn il-prezzijiet.", "L-ewwelnett nixtieq ngħid li hija xi ħaġa oriġinali ħafna u ta' min ifaħħarha li l- Gvern qed jintroduċi din is-sistema għall-kontroll tal-prezzijiet.", "Jien favur ħafna ta' din is-sistema u kull min għandu responsabilita' għandu jara li ħadd ma jiġi misruq, li jinżammu prezzijiet raġjonevoli u ġusti, u li l-qliegħ ikun raġjonevoli wkoll.", "Din is-sistema oriġinali li qed jintroduċi l-Gvern Nazzjonalista hija ta' min ifaħħarha u se tiswa ħafna 'l quddiem.", "La l-Oppożizzjoni u lanqas ħadd m'għandu jeħodha kontra din is- sistema.", "Naqraw ħafna ittri fil-gazzetti, u nisimgħu ħafna kummenti fuq ir-radjijiet tagħna dwar għoli fil-prezzijiet ta' mediċini u ta' affarijiet oħra.", "Issa se jkun hemm metodu kif kulħadd ikun jista' jiċċekkja l- prezzijiet għolewx minn ġurnata għal oħra.", "Din ħaġa ta' min ifaħħarha, tajjeb li se tibda issa qabel tiġi ntrodotta l-VAT f'Malta biex wieħed ikun jista' jiċċekkja l-prezzijiet.", "Nista' ngħid, bħalma qalu diversi organizzazzjonijiet li huma konnessi ma' l-importazzjoni jew mad- distribuzzjoni ta' mediċini, li veru hemm xi difetti.", "Issa rrid ngħid il-verita', u mhux se nitkellem bħala kelliem min-naħa tal-Gvern.", "Il-verita' hija illi ħafna minn dawn il-prezzijiet - naħseb iktar minn nofshom - huma korretti.", "Hemm ukoll żbalji ħoxnin li jistgħu jkunu typing errors - din ma neskludihiex għax diġa' ċċekkjajt xi ħaġa - f'ċerti figuri, u hemm żbalji oħrajn li wieħed jista' jivverifikahom u jistħarreġ fuqhom iktar fil-fond.", "Jien nifhem li hawn Malta għandna żewġ kwalitajiet ta' prodotti ta' mediċini.", "L-ewwelnett l-ebda importatur ma jimporta mediċini bi kwantitajiet enormi għax is-suq ta' Malta huwa żgħir u ma jiflaħx għal dawk il-kwantitajiet kbar.", "It-tieni raġuni hija minħabba l-expiry dates tagħhom.", "Ħafna drabi l-expiry date tkun ta' sena, sentejn, tliet snin jew l-iktar erba' snin.", "Qatt ma jkollok expiry date iktar minn hekk fuq prodotti mediċinali, bħalma qatt ma jkun hemm expiry date ta' iktar minn hekk f'oġġetti ta' l-ikel.", "Allura l-aġent joqgħod attent ħafna li jordna skond l-estimi li jkollu tas-suq ta' qabel.", "Imbagħad wieħed irid jikkonsidra wkoll il-promozzjoni ta' dawn il- prodotti u f'liema livell tkun il-lira meta jiġu mportati, b'mod speċjali l- kambju meta jiġi ffissat prezz mit-Trade Department flimkien ma' l- importatur.", "Għalhekk jista' jkun hemm fluctuations fil-prezz bejn batches differenti li jiġu mportati.", "Din wieħed jifhimha u ħadd ma jista' jgerger fuqha.", "Il-lira ġieli tkun għolja u ġieli tkun baxxa.", "Pero' ħafna drabi l- aġenti li jimportaw il-mediċini jżommu ċertu livell ta' prezzijiet, fis- sens li jekk darba batch minnhom ġie 5c ogħla, ma joqgħodx jgħolli l-prezz ta' dik il-batch biex imbagħad id-darba ta' wara jerġa' jraħħas il-prezz.", "Għalhekk jipprova jżomm prezz medju.", "Din hija xi ħaġa li jifhimha kulħadd u għandha ssir dejjem u kullimkien.", "Għalkemm din lista ta' prezzijiet li qed tixxandar permezz tat-teletext hija tajba, xorta hemm x'wieħed jirrimedja.", "Naf li l-bieraħ kellhom jiltaqgħu l-partijiet konċernati f'dawn il-prezzijiet u nittama li minflok ma noqogħdu nitkellmu u niktbu fil-gazzetti - anke l-Oppożizzjoni donnha se tipprova tagħmel kapital politiku minn din il-kwestjoni - ...", "Din m'għandhiex tkun.", "L- Oppożizzjoni kellha r-raġunijiet tagħha li titkellem dwar l-għoli ta' xi prezzijiet u l-poplu wkoll kellu raġun jikteb fil-gazzetti għax huwa veru li kien hemm ċerti prodotti li għolew, imma bi ftehim - dan il-Gvern dejjem kien gvern ta' djalogu - għandna nsibu rimedju għal din is-sitwazzjoni.", "Huwa inutli li ħafna organizzazzjonijiet - inkluża l-Oppożizzjoni li ngħaqdet magħhom - joqogħdu jiktbu u jgħidu kontra l-Gvern; naħseb li jkun aħjar kieku ninġabru madwar mejda u nerġgħu nirrevedu l-kotba, l-invoices, il-karti u dak kollu li hemm bżonn biex noħorġu prezzijiet ġusti għal kulħadd.", "Fid-dinja ħadd m'hu perfett u nittama li tinstab soluzzjoni fl- aktar żmien qasir biex il-prezzijiet li joħorġu jkunu korretti u jiġu stabbiliti permanentement.", "Intqal li din il-lista ntbagħtet lill-ispiżjara u lill-ispiżeriji biss.", "Din il-lista għandha tintbagħat ukoll lid-distributuri u lill-importaturi tal-mediċini li huma stess jiffissaw l-invoices.", "Wieħed irid jifhem li l- ebda spiżjar u l-ebda impjegat fi spiżerija ma jaqbad u jagħmel il- prezzijiet tal-mediċini hu.", "Il-prezzijiet isiru skond l-invoices li jirċievu u fuq dik l-invoice ikun hemm ir-retail u l-wholesale price.", "Naħseb li kull spiżerija timxi b'mod onest skond l-invoices li tirċievi mal- prodotti.", "Jiena ċert li l-Gvern qed jaħdem fuq din il-ħaġa, għalkemm jista' jkun hemm xi żbalji ħoxnin jew żbalji żgħar.", "Nittama li fi żmien qasir, forsi l-ġimgħa d-dieħla, is-sitwazzjoni terġa' tiġi għan-normal u l- iżbalji li hemm fil-prezzijiet imxandrin bit-teletext jiġu korretti għas- sodisfazzjon ta' kulħadd.", "Punt ieħor li rrid insemmi huwa dwar is-saħħa pubblika.", "Dan hu suġġett li semmejtu anke fl-Aġġornament ta' nhar l-Erbgħa u rrid nkompli nagħmel enfasi fuqu.", "Irridu nifhmu li l-motto tal-Gvern huwa \"Malta Hospitals for the year 2000\".", "X'irid jilħaq il-Gvern b'dan il-motto?", "Il-Gvern irid jara li fl-isptarijiet u fil-kliniċi ġodda li jistgħu jiżviluppaw sas-sena 2000, jingħata l-aħjar servizz għall-poplu.", "Meta l-Gvern ġietu l-idea tal- proġett ta' l-isptar San Raffaele wara sentejn jew tliet snin ta' studju - issa beda anke x-xogħol fuq it-toroq u fuq il-pedamenti ta' dan l-isptar - kien qed jaħseb li waqt li jkun hawn sptar ieħor, l-isptarijiet l-oħra fil- pajjiż ma jiġux traskurati.", "Tant hu hekk, li qabel ma beda x-xogħol fuq l- isptar il-ġdid, kien diġa' beda x-xogħol ta' refurbishment ta' l-Isptar San Luqa.", "Malli wieħed jidħol l-Isptar San Luqa jista' jara x-xogħol li qed isir; qed jiġu rranġati ħafna wards b'mod li jkun hemm diversi faċilitajiet moderni u ta' kumdita'.", "Aħna nafu li l-ewwel pedamenti ta' l-Isptar San Luqa kienu nbnew bejn l-1930 u l-1940 u għalhekk issa li għaddew 60 sena, wasal iż-żmien li jsiru xi arranġamenti fuq proġett bħal dan.", "Jien m'għandix dubju li x-xogħol, partikolarment dak tal-wards, qed isir sew u j'Alla li fi żmien sentejn oħra ħafna mill-wards ikunu lesti b'mod li jgawdu minn dawn il-faċilitajiet dawk il-pazjenti li sfortunatament ikollhom jidħlu l-isptar għall-kura.", "Mr Speaker, ħaġa oħra li xtaqt insemmi hija l-apparat modern li dejjem qiegħed jiżdied fl-isptarijiet tal-Gvern.", "Jien qrajt l-Estimi vvotati għall-isptarijiet għas-sena li ġejja biex inkun naf x'apparat beħsiebu jintroduċi l-Gvern fl-isptarijiet tagħna.", "Wieħed ma jistax ma jsemmix ċertu apparat - ma naħsibx li hemm għalfejn nagħti dettalji għax għandu mnejn lanqas jiftiehmu - għal operazzjonijiet, partikolarment dawk ta' l- għajnejn.", "Infatti dan l-aħħar beda jopera apparat ġdid ta' l-għajnejn li permezz tiegħu ħafna nies - anke dawk li llum jużaw in-nuċċali, bħali - għada pitgħada jistgħu ma jkollhomx bżonn nuċċali.", "L-introduzzjoni ta' apparati ġodda fl-isptar tagħna, għada pitgħada se jkun ta' l-ikbar benefiċċju għall-poplu Malti.", "Mr Speaker, jien nixtieq ngħid xi ħaġa wkoll rigward l-indafa fl- isptarijiet.", "Jien naqra ħafna ittri fil-gazzetti b'ilmenti dwar in-nuqqas ta' ndafa fl-Isptar San Luqa.", "Imma wieħed għandu jifhem li dan hu dovut għar-refurbishment li qed isir f'dan l-isptar.", "Sakemm ikunu qed isiru dawn ix-xogħlijiet bilfors ikun hemm xi trabijiet u ma jkunx hemm il-livell mixtieq ta' iġjene.", "Pero' minn dan il-Parlament nixtieq nappella lill- pubbliku biex hu wkoll jikkopera ma' l-impjegati ta' l-Isptar San Luqa u ta' l-isptarijiet l-oħra - kemm ma' dawk ta' Mount Carmel Hospital, Boffa Hospital, San Vincenz de Paule Residence u sptarijiet oħra - billi jżomm l- isptarijiet tagħna kemm jista' jkun nodfa.", "Jien kważi kuljum immur l- isptar biex nara xi pazjenti u mhux l-ewwel darba li nara pakketti tas- sigaretti, karti, ħobż u affarijiet oħra mitluqin ma' l-art.", "Għalkemm il- health assistants għaddejjin bit-tindif ta' l-isptar f'kull ħin tal-ġurnata - bħal dawk ta' l-airport - jien nappella lill-pubbliku biex jikkopera iktar.", "Hemm ħafna iktar x'wieħed jixtieq li jsir biex nameljoraw l- affarijiet fl-isptar, imma bir-riforma li qiegħda ssir permezz tar- refurbishment se jkun hemm ħafna progress.", "Nista' ngħid li l-Gvern qed jonfoq eluf kbar ta' liri fuq apparat għall- ispstarijiet, għaliex dan kollu jiswa ħafna flus.", "Per eżempju, fl-Isptar Boffa hemm pazjenti b'mard tal-ġilda u anke cancer cases u għal dawn it-tip ta' mard se jiġi ntrodott il-linear accelerator u l-Cobalt Unit.", "Kulħadd jaf x'tip ta' colbat unit kien hemm qabel - fil-fatt kien jagħmel il-ħsara - imma llum il-ġurnata għandna apparat ta' l-onkoloġija li huwa modern ħafna u huwa ta' standard internazzjonali.", "L-iskop ta' dan l-apparat huwa li min ikollu marda terminanti ma jitħalliex ibati ħafna fl-aħħar żmien ta' ħajtu.", "Hawn nixtieq ngħid xi ħaġa wkoll fuq l-isptar mentali.", "Hawn Malta qed issir mental health reform.", "Nista' ngħid li Mount Carmel Hospital m'għadux kif kien fis-snin ħamsin u sittin.", "Fil-fatt saru fih ameljoramenti kbar, anke fi żmien il-Gvern Laburista.", "Hemmhekk hemm nies li għalkemm m'humiex għal kollox f'sensihom, ibatu minn dipressjoni kbira.", "Jien naħseb li dawk li jbatu minn din il-marda mentali għandhom jiġu kkurati individwalment.", "Fil-fatt qed jiġu mħarrġin nurses apposta ġewwa dan l- isptar, u qed jingħataw korsijiet kemm barra kif ukoll hawn Malta biex ikun jafu jadattaw ruħhom għal dawn it-tip ta' każijiet.", "Jekk illum il- ġurnata wieħed ma jirriformax u ma jorganizzax ruħu u ma jkollux tagħrif biżżejjed biex ikun jista' jifhem lil dawn il-pazjenti b'mod speċjali, allura ma jkunx jista' jintlaħaq l-għan li tingħata l-kura meħtieġa.", "Mr Speaker, jien nittama li r-riforma fil-kura ta' pazjenti li jbatu minn mard mentali tieħu prijorita' biex min isib ruħu f'dawn iċ-ċirkostanzi ma jsofrix bla ħtieġa.", "Jien ngħid li sar pass ieħor importanti u dan huwa li l-Maltin sar għandhom fiduċja fis-servizzi tas-saħħa.", "Minn statistiċi li għandna - dawn huma importanti ħafna u ta' min jirrefletti fuqhom - dwar kemm il- Maltin għandhom fiduċja fl-isptarijiet ...", "Naturalment mhux kulħadd joħroġ kuntent u sodisfatt bis-servizzi ta' l-isptar.", "Imkien ma jiġri dan, kulħadd għandu d-difetti tiegħu, u hekk ukoll fil-kura għas-saħħa pubblika.", "Per eżempju, matul is-sena l-oħra kien hemm 329,000 persuna li għamlu użu mill-health centres, mhux biex jiġbru xi mediċini jew għal xi kura oħra, imma għal vista għand it-tabib.", "F'dipartimenti speċifiċi, bħalma hija l-podoloġija, attendew 27,000 persuna u 28,500 persuna marru jieħdu X-rays fil-kliniċi tas-saħħa.", "Hawnhekk m'iniex qed ninkludi d- Dipartiment ta' l-Emerġenza ta' l-Isptar San Luqa jew postijiet oħra.", "Tajjeb li wieħed jinnota illi fid-Dipartiment tad-Dentistrija attnedew 14,275 pazjent għall-kura fl-Isptar San Luqa; fil-Well Baby Clinic attendew 6,552 omm biex jagħtu kura lit-trabi tagħhom, u meta wieħed jikkonsidra li n-numru ta' trabi li twieldu matul l-1993 kien ta' 4,716, jara li kien hemm numru sostanzjali li segwew il-ħarsien tas-saħħa tat-trabi tagħhom.", "Dan juri kemm in-nisa Maltin huma interessati fis-saħħa ta' wliedhom u juri kemm għandhom fiduċja fis-sistemi tas-saħħa li għandna f'Malta.", "Fl- isptarijiet matul l-1993 kien hemm kważi 600,000 każ ta' pazjenti li kienu jinħtieġu l-kura mit-tobba, żieda ta' 100,000 persuna fuq is-sena ta' qabel.", "Il-visti fid-djar minn infermiera tal-Gvern - dawn qed jagħtu servizz tajjeb u qed jiffrankaw ħafna spazju fl-isptarijiet filwaqt li l- pazjent ikun qed jieħu l-kura fil-kumdita' tad-dar tiegħu - laħqu n-numru ta' 350,000.", "Wieħed irid jara wkoll il-kura li tingħata mid-Dipartiment tas-Saħħa fl- iskejjel tal-Gvern.", "Is-sena l-oħra, per eżempju, saru 14,626 medical examination fl-iskejjel kollha tal-Gvern.", "Meta ngħidu medical examination inkunu qed infissru li l-istudenti ġew eżaminati minn tabib.", "Saru wkoll 7,391 visual check għal dawk it-tfal li forsi jkunu jbatu minn vista ħażina jew skorretta.", "L-aktar ħaġa li tispikka hija l-head inspection, dawk li konna ngħidulhom nits and lice inspections.", "Fil-fatt matul is-sena li għaddiet saru spezzjonijiet fuq 40,000 tifel u tifla.", "Għalkemm il- ġenituri jinkwetaw dwar il-possibilita' li wliedhom jistgħu jiġu nfettati b'dawn il-lice, illum il-ġurnata din m'hix problema, għax permezz tal- mediċinali wieħed jista' jeqridha fi żmien qasir ferm.", "Mr Speaker, il-ħsieb tal-Gvern hu li jkompli jagħti dan is-servizz ta' saħħa għall-ġid tal-poplu Malti.", "Tajjeb li wieħed jgħid li Malta trid tkun ukoll iċ-ċentru ta' ċerti laqgħat internazzjonali dwar is-saħħa fejn jiġu diskussi ċerti topics fuq livell internazzjonali.", "Per eżempju, hawnhekk irrid insemmi l-laqgħa bit-tema \"Smile for Health\" li saret f'April ta' din is-sena fil-Holiday Inn u li kienet organizzata mid-Dipartiment tad- Dentistrija ta' l-Isptar San Luqa u l-Universita' ta' Malta.", "Din il-laqgħa ħalliet effett tajjeb ħafna u kienet organizzata tajjeb ukoll.", "Wieħed għandu jinkoraġġixxi laqgħat bħal dawn fejn tobba minn diversi pajjiżi jiltaqgħu hawn Malta u jagħmlu konferenzi li jkunu ta' interess kbir għall- ġid tas-saħħa tal-bniedem.", "B'hekk minbarra li nkunu qed insaħħu l- industrija tat-turiżmu u nagħmlu reklam sabiħ għal Malta, inkunu qed nagħmlu xi ħaġa ta' interess għas-saħħa pubblika wkoll.", "Per eżempju, meta sar is-seminar tal-Malta College of Family Doctors, qajjem interess kbir u minnu ħareġ ħafna frott.", "Nistgħu nsemmu t-training seminar li sar b'mod speċjali dwar community psychiatry.", "Illum il-ġurnata din hija fergħa importanti fil-qasam tas-saħħa u jkun tajjeb li wieħed jirrealizza liema huma l-aktar ailments komuni li minħabba fihom il-poplu jfittex il-kura tat- tabib u xi jkollu bżonn.", "Huwa interessanti wkoll x'jara t-tabib, b'mod psikoliġiku, meta pazjent imur għandu.", "GĦalkemm dan is-seminar sar fuq livell lokali, nistgħu ngħidu li kien ħalla effett tajjeb ħafna.", "Id-dnub hu li kellha ssir laqgħa internazzjonali mir-Royal College of Obstetricians and Gynaecologists imma diżgrazzjatament, minħabba nuqqas ta' parteċipanti minn diversi pajjiżi - l-ewwel wiegħdu li se jibagħtu rappreżentanti tagħhom, imbagħad ma setgħux jibagħtuhom - baqgħet ma saritx.", "Aktar kmieni dan ix-xahar, f'Malta saret konferenza internazzjonali li kienet tittratta mard tal-ġilda, u qed nirreferi għall-Maltaderm Conference.", "Hemm iktar konferenzi u seminars ippjanati għas-sena d-dieħla u j'Alla jkollhom is-suċċess mixtieq.", "Per eżempju, f'Mejju tas-sena d-dieħla se ssir konferenza bit-tema \"Updating Psychiatry\" u bħal dan iż-żmien sena se ssir it-Third Maltese Medical School Conference.", "Dawn l-attivitajiet se jattiraw professuri u nies impenjati fis-saħħa minn diversi pajjiżi, li nittama li d-diskussjonijiet li jkollhom iħallu frott kbir għall-ġid tal- pazjenti tagħna.", "Mr Speaker, jien nittama li dak li qed jagħmel il-Gvern fir-rigward tas- saħħa m'għandux jiġi injorat.", "GĦalhekk għandna napprofitaw ruħna mill- flejjes kbar li qed jiġu vvotati minn dan il-Parlament fil-Budget sabiex il-poplu jkun jista' jieħu ħsieb saħħtu aħjar u jħares l-interessi tiegħu, kif ukoll ta' wliedu.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal-lejla 25 ta' Novembru, fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif kommunikata mill-Ministru.", "Fin-12.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET IMWIEĠBA BIL-MIKTUB", "QRATI - IMĦALLEF ANTON DEPASQUALE", "22311.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja: Jista' l-Ministru jgħid kemm ilu ndispost l-Imħallef Anton Depasquale?", "Peress li ħafna mill-kawżi ta' quddiemu qed jiġu differiti għal tlieta u erba' xhur wara, jista' l-Ministru jgħid jistax isir xi ħaġa biex dawn il- kawżi jkomplu għaliex hemm ħafna li ilhom żmien twil?", "L-istess qiegħed jiġri fil-każ taż-żewġ Maġistrati li qabel kienu jservu Għawdex fejn kawżi qed jiġu differiti għal xhur wara għaliex \"il-Maġistrat sedenti ġie assenjat xogħol Malta\".", "Dan ix-xogħol issa se jittieħed miż-żewġ Maġistrati li hemm issa f'Għawdex?", "ONOR.", "JOE FENECH: Jiena nformat li l-Imħallef Anton Depasquale ilu ndispost minn April ta' din is-sena.", "Jiena nformajt bil-pożizzjoni lill- Kunsill ta' l-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja dwar is-sitwazzjoni u tlabthom jissuġġerixxu rimedji.", "Informajt ukoll lill-Prim Imħallef li skond il-Kostituzzjoni għandu l-poteri li jassenja id-doveri ta' l- Imħallfin.", "Informat li l-kawżi kostituzzjonali pendenti quddiem l-Imħallef Depasquale ġew assenjati lil ħaddieħor u l-istess qed isir għal kawżi li għadhom ma bdewx.", "Fil-frattemp qed jittieħdu mi'uri biex jinstab Aġent Imħallef ukoll.", "Huwa naturali li meta ssir ridistribuzzjoni ta' xogħol fost il-ġjudikanti ikun hemm perjodu ta żmien sakemm kollox jibda jopera b'mod normali u jsir l-aġġustament.", "Ix-xogħol taż-żewġ Maġistrati li qabel kienu jservu Għawdex, ħaduh iż- żewġ Maġistrati li issa qegħdin iservu hemm.", "FOOTBALL GROUNDS", "22312.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura: Jista' l-Ministru jagħti lista sħiħa tal-grounds li huma taħt il-gurisdizzjoni tiegħu?", "Liema huma dawk li huma:-", "1.", "Mikrija?", "Lil min?", "Kemm?", "2.", "Mogħtija lil xi għaqda anke mingħajr ħlas?", "Lil min?", "Kien hemm xi kunsilli lokali li talbu lill-Ministeru tiegħu biex jieħdu f'idejhom dawn il-grounds għaliex kellhom bżonn jużaw aktar il-faċilitajiet sportivi speċjalment fil-weekend?", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Għar-rigward il-grounds li l-Ministeru għandu taħt il-ġurisdizzjoni tiegħu, nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi għall-mistoqsija parlamentari numru 17150.", "Il-grounds mikrija lill-għaqdiet-assoċjazzjonijiet huma dawk li jaqgħu taht il-ftehim li kien sar mal-Malta Football Association.", "Is-somma involuta kienet ta` Lm10,000 għal Ta` Qali u Lm3000 għal dak ta` Pace Grasso, somma li trid titħallas lill-Kumissarju ta` l-Artijiet.", "Kif diġa' ntqal fil-mistoqsija parlamentari numru 20646, ma hemm l-ebda ground ieħor li ngħata b`kera.", "Il-Gvern jagħti l-faċilita` lill-clubs li jagħmlu użu mill-grounds li għandu ghad-dispozizzjoni tiegħu u ma tithallas l-ebda kera.", "Informat li kien hemm xi kunsill li ressaq talba simili.", "RAĦAL ĠDID - PACE GRASSO FOOTBALL GROUND", "22313.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura: Bħala l-Ministru responsabbli mill-grounds tal-football, jaf li ħajt tal-ground ta' Pace Grasso iġġarraf fl-aħħar maltemp li kien hawn?", "Jaf li hemm ħitan oħra fl-istess ground li huma fi stat perikoluż?", "Jaf li fl-istess post hemm ħafna nuqqasijiet oħra?", "Jista' l-Ministru jara li perit jiżgura li m'hemm l-ebda periklu f'dan il- ground?", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Wasalli tagħrif li kienet saret xi ħsara f`wieħed mill-ħitan tal-ground tal-Pace Grasso.", "Il-Kummissarju ta` l- Artijiet ukoll kien informat b`dan u safejn naf jien ħa ħsieb is- sitwazzjoni.", "Ma niftakarx li qatt inġibditli l-attenzjoni għal xi periklu li qed isemmi l-Onor.", "Interpellant.", "Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jispeċifika xi jrid ifisser bil-kliem ``b`ħafna nuqqasijiet oħra``.", "Wara li rċevejt il-mistoqsija parlamentari ta' l-Onor.", "Interpellant għaddejt it-talba kontenuta fl-aħħar parti tal-mistoqsija lill-Ministeru konċernat.", "SPTAR SAN LUQA - PAZJENT LI KELLU BŻONN KONSULTA", "22485.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jinvestiga għaliex pazjent (RB: 843453 M) li daħal l-Isptar San Luqa b'uġiegħ f'daru u djufija f'dirajh it-tnejn fit-12 ta' Ottubru, 1994, fejn sarulu numru ta' investigazzjonijiet li wasslu li kellu bżonn konsulta ma' konsulent Kirurgu li baqgħet ma saritx sakemm dam l-isptar?", "Minflok, il-pazjent wara 20 ġurnata ġie lliċenzjat mill-Isptar fl-1 ta' Novembru waqt li kien għadu muġugħ u mingħajr ma ġie operat.", "Il- pazjent ġie mogħti appuntament biex jara l-istess konsulent fid-Dipartiment ta' l-Out-Patients fl-10 ta' Novembru, 1994.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-verżjoni tal-fatti mediċi li għandu t-Tabib Prinċipali tal-Gvern fuq il-każ huma ferm differenti minn dak li qed jiġi allegat.", "Nistieden lill-Onor.", "Membru li, fil-kwalita' professjonali tiegħu ta' tabib, jifli konfidenzjalment it-tagħrif kollu li jeżisti fuq dan il- każ.", "Għandi għax nifhem li wara li jara l-verżjoni li għandi, l-Onor.", "Interpellant ikun raġel biżżejjed u jirtira l-allegazzjonijiet li qed jagħmel.", "QUEIROZ FRANCESCO DE ASSIS - MAĦFRA PRESIDENZJALI", "22486.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Prim Ministru: Ġie rapportat f'xi gazzetti li waqt forum fil-Belt li l-poplu inkluż inti stess mhux neċessarjament jaqbel mad-deċiżjoni li ħa l-Ministru Joe Fenech fir- rakkommandazzjoni li għamel biex it-traffikant tad-drogi l-Brażiljan Francisco de Assis Queiroz jiġi mogħti l-maħfra residenzjali.", "Jista' l- Prim Ministru jgħid ċar u tond jekk jaqbel jew ma jaqbilx mad-deċiżjoni li ħa l-Ministru tiegħu?", "Jekk ma jaqbilx, għaliex ma ordnalux li jirriżenja jew almenu li jordna li l-każ tal-Brażiljan jiġi nvestigat?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jiena ma niddubitax li l-Ministru tal- Ġustizzja ħa d-deċiżjoni tiegħu onestament u għalhekk ma deherlix li huwa l- każ li nitolbu jirriżenja.", "DIPARTIMENT TAS-SAĦĦA - KORS GĦAL HEALTH ASSISTANTS (NURSING)", "22487.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Fi Frar ta' l-1990 kien ħareġ ktejjeb mid-Dipartiment tas-Saħħa bi proposti tan-Nursing Studies Unit, ta' l-Institute of Health Care b'introduzzjoni tas-Segretarju Parlamentari responsabbli għall-Qasam tas- Saħħa.", "Dan il-ktejjeb kien jittratta dwar il-kors għal Health Assistants (Nursing) bil-għan li jipproduċi \"a well trained highly motivated and caring nursing assistant\".", "Dan it-tip ta' kors kien beda jitħaddem mis- sena 1989 u numru sewwa ta' Health Assitants komplew il-korsijiet.", "Għaliex ħafna minn dawn għadhom ma ħadux l-appointments?", "Għaliex hemm bżonn li dawn il-Health Assistants li spiċċaw b'suċċess korsijiet ta' Health Assistants (Nursing) jerġgħu jagħmlu kors ieħor ġdid ta' Nursing Aids, meta huwa magħruf li meta dawn itemmu dan il-kors se jkunu jistgħu jaħdmu fis- swali u mal-pazjenti meta jkun hemm bżonn biss?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-istudenti li spiċċaw b'suċċess il-Kors ta' 'Health Assistant' ('Nursing') għadhom ma ħadux l-'appointment' għax il- proċedura wara s-sejħa għall-applikazzjonijiet mill-Kummissjoni dwar is- Servizz Pubbliku għadha mhix finalizzata.", "Filwaqt li nirreferi għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 22237, inżid ngħid li l-Kors il-ġdid ta' 'upgrading' għall-'Health Assistants' li jwassal għall-ħatra ta' 'Nursing Aide' huwa riżultat tal- Ftehim li sar bejn il-Gvern u l-'Unions' f'Mejju 1993.", "SPTAR SAN LUQA - PRIĠUNIER LI QED JINŻAMM FIS-SALA TA' L-OFTALMIJA", "22488.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: B'referenza għat-tweġiba li tajtni għall-Interpellanza numru 21886, waqt li l-każ tal-priġunier (M.G) li ilu jinżamm fis-Sala ta' l- Oftalmija fl-Isptar San Luqa, qed jiġi mistħarreġ, jista' l-Ministru jwieġeb x'miżuri ta' sigurta' qed jittieħdu miegħu?", "Nispera li wara li l- każ jkun mistħarreġ, ningħata risposta għall-mistoqsija għaliex dan il- priġunier ilu fuq disa' xhur jinżamm fis-Sala ta' l-Oftalmija.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-priġunier għandu l-istess miżuri ta' sigurta' li jkollu priġunier meta jkun qed jinżamm għall-kura fl-Isptar.", "Il-priġunier għandu skorta tal-Pulizija l-ħin kollu miegħu, li hija responsabbli għas- sigurta'.", "SPTARIJIET - TESTIJIET GĦAL MARDA EPATITE B", "22489.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa kkalkolat li tkun ir-rata ta' testijiet li jsiru għal marda Hepatite B u joħorġu b'riżultat ta' False Positive?", "X'miżuri jittieħdu fil-Laboratorju biex dan ir-riżultat falz ikun ta' lanqas rata jew li jkun evitat?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ġejt informat li kull kampjun ta' demm li jkun 'reactive' fl-'iscreening test' inizjali għall-'Epatite B' jerġa' jiġi ittestjat bl-istess metodu.", "F'każ li dan il-kampjun jibqa' reattiv wara t- tieni 'test', allura jsir 'test' konfirmatorju, ('HbsAg Neutralising Confirmatory Test').", "Riżultat reattiv b'dan l-aħħar tip ta' 'test' jikkonferma li l-kampjun oriġinali kien verament reattiv u huwa dan li jiddetermina r-riżultat finali.", "Ninsab assigurat mill-esperti tiegħi f'din il-materja illi dan ifisser li safejn jafu huma, l-ebda każ ta' 'false positive' ma ġie rraportat.", "SPTAR SAN LUQA - MEDICAL RECORDS", "22490.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Saret ħaġa frekwenti li Medical Records ta' pazjenti fl-Isptar San Luqa ma jinstabux jew jintilfu.", "Niġbed l-attenzjoni tal-Ministru li dan hu dovut minn nuqqas ta' Management u dixxiplina fid-Dipartiment tar- Records fejn tirrenja anarkija sħiħa.", "Waqt li f'dan id-dipartiment hemm biżżejjed ħaddiema, ma teżisti l-ebda dixxiplina u direzzjoni.", "Kulħadd jagħmel li jrid.", "Hemm min ma jidħolx għax-xogħol u jippanċjalu xi ħadd ieħor.", "Oħrajn ikunu jagħmlu part-time job waqt li suppost ikunu xogħol.", "Oħrajn joħorġu x'ħin iridu.", "Mhux ta' b'xejn li jkun hemm bżonn li jingħata ħafna overtime.", "Nitlob il-Ministru li wasal iż-żmien li ssir investigazzjoni biex jinqata' dan l-abbuż u li jitfassal programm ta' direzzjoni biex is-servizz mistenni minn dan id-dipartiment jintlaħaq?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Qed nilqa' t-talba ta' l-Onor.", "Membru u se nieħu passi biex tiġi istitwita investigazjoni xierqa biex tidħol fl- allegazzjonijiet f'din il-mistoqsija u ħwejjeġ oħra li jistgħu jkunu relatati.", "PULIZIJA- ĦADDIEMA BARRANIN", "22644.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Billi fuq programm tar-radju lokali rriżulta li hawn diversi sidien li qed jinqdew bil-Pulizija billi jirrapportaw barranin li jkunu ħadmu magħhom għal xhur u meta dawn jiġu deportati jiffrankaw li jħallsulhom il-paga, tista' l-Pulizija taqta' dan l-isfruttar mal-barranin li meta tinterroga lill-barranin li jinqabdu jeħdulhom stqarrija dwar min kien iħaddimhom u b'liema paga u taħt liema kondizzjonijiet?", "Jista' l- Ministru f'dan il-każ jordna lill-pulizija li barra li tressaq lis-sid li jkun ħaddem barranin bla permess, takkużahom li jkunu naqsu li jħallsuhom u li jittrattawhom skond il-liġi?", "Ma jaħsibx il-Ministru li l-Pulizija kull ma qed tagħmel hu li tesigwixxi l-liġi u tkeċċi lill-barranin bla ma qegħda tindaga aktar fil-fond?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-Pulizija ġieli kellha suspett illi sidien li jkunu ħaddmu barranin bla permess, jirrapportaw lill-istess barranin li jkunu Malta meta l-visa tkun skadietilhom.", "Rapporti bħal dawn huma ftit u jsiru anonimi.", "Meta dan ikun il-każ, il-Pulizija dejjem tipprova tiġbor evidenza mingħand il-persuni barranin in kwestjoni, meta jinstabu.", "Sfortunatament dawn ta' l-aħħar ftit li xejn ikunu ta' assistenza biex l-identita' tal- Maltin konċernati u l-attivitajiet tagħhom ikunu magħrufa.", "Il-Pulizija pero' qed tagħmel minn kollox biex jinqata' kull abbuż li għandu x'jaqsam ma' barranin li għal xi raġuni jkunu Malta illegalment.", "Fejn jidħol xogħol illegali, tagħmel diversi spezzjonijiet, xi drabi ma' Membri tal- Korporazzzjoni għax-Xogħol u Taħriġ, biex dan l-abbuż jitrażżan.", "Wara dawn l-ispezzjonijiet u investigazzjonijiet xi barranin u Maltin tressqu l- Qorti.", "Kull meta l-Pulizija jkollha provi, dejjem tressaq lill-barranin u l- Maltin, li jkunu ħadmu jew ħaddmu bla permess, il-Qorti, u talba biex il- barranin jitkeċċew minn Malta ssir dakinhar li jittressqu l-Qorti u wara li dawn jagħtu x-xhieda tagħhom kontra min ikun impjegahom bla permess.", "Il-Maltin in kwestjoni jiġu akkużati bi ksur ta' l-Artikolu 32(b) tal-Kap 217 tal-Liġijiet ta' Malta, kif ukoll bi ksur ta' l-Avviż Legali 181 ta' l- 1991 u 79 ta' l-1992.", "Meta jinstabu ħatja, dawn jeħlu multa ta' mhux inqas minn Lm500 u mhux aktar minn Lm1,000, barra mill-possibbilita' li jekk jitressaq darbtejn fuq l-istess akkużi, tista' tiġi sospiża l-liċenzja tan- negozju tagħhom.", "Il-Pulizija tressaq u takkuża lil dawn il-Maltin kif imsemmi aktar 'il fuq skond il-Liġi u tindaga kif meħtieġ dwar kull każ li jiġi quddiemha.", "Hija x-xewqa tal-Pulizija li taqta' dan l-isfruttar u kull illegalita' oħra konnessa ma' l-immigrazzjoni, u qed tagħmel dak kollu possibbli biex dan iseħħ.", "PULIZIJA - KAŻI TA' KUNTRABANDU", "22645.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Kif kienu baqgħu d-diversi każi ta' Maltin li inqabdu bil- kuntrabandu tal-bnedmin?", "Billi kien hemm aktar minn okkażjoni waħda fejn Maltin inqabdu jużaw id-dgħajjes tagħhom biex jittrasportaw nies mill- Afrika għal Sqallija, min kienu dawk li nqabdu?", "Meta nqabad kull wieħed jew waħda minnhom?", "Meta tressqu il-Qorti?", "Meta saret l-aħħar seduta?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li kien hemm 3 każijiet fejn persuni nqabdu f'Malta jipprovaw iħarrbu barranin klandestinament.", "Fit- tliet każijiet kien hemm involuti 7 persuni ta' nazzjonalita Maltija.", "Dawn kienu kif jidher hawn taħt:", "Pulizija vs Jose' Scerri u Publius Zammit.", "Ġew arrestati mill-Pulizija fl-1 ta' Diċembru 1991, u tressqu l-Qorti fl-10 ta' Diċembru 1991.", "L-aħħar seduta kienet fis-26 ta' Ottubru 1994, u s-seduta li jmiss qiegħda għat-2 ta' Diċembru 1994.", "Pulizija vs Jose' Scerri, John Muscat, John Cassar u Doris sive Maria Dolores Montebello.", "Ġew arrestati fis-7 ta' Novembru 1993 u tressqu l- Qorti fis-16 ta' Novembru 1993.", "L-aħħar seduta kienet fl-14 ta' Novembru 1994 u s-seduta li jmiss qiegħda għall-5 ta' Diċembru, 1994.", "Pulizija vs Joseph Gheiti u Brian Rosso.", "Ġew arrestati fit-2 ta' Ġunju 1989, u tressqu l-Qorti fil-5 ta' Ġunju 1989.", "Iż-żewġ akkużati ġew immultati Lm500 kull wieħed mill-Qorti tal-Maġistrati, pero' l-każ qiegħed quddiem il-Qorti ta' l-Appell.", "PULIZIJA - KAŻI TA' KUNTRABANDU", "22646.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja: Kif kienu baqgħu d-diversi każi ta' Maltin li nqabdu bil-kuntrabandu tal- bnedmin?", "Billi kien hemm aktar minn okkażjoni waħda fejn Maltin inqabdu jużaw id-dgħajjes tagħhom biex jittrasportaw nies mill-Afrika għal Sqallija, min kienu dawk li nqabdu?", "Meta nqabad kull wieħed jew waħda minnhom?", "Meta tressqu l-Qorti?", "Meta saret l-aħħar seduta?", "ONOR.", "JOE FENECH: Nitlob lill- Onor. Interpellant biex jirreferi din il- mistoqsija lill- Ministeru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali.", "SPTAR SAN LUQA - KURA LIL VITTMI TA' INĊIDENTI TAT-TRAFFIKU", "22647.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Billi l-Gvern qed jonfoq eluf kbar ta' liri biex jikkura fl- Isptar San Luqa vittmi ta' inċidenti tat-traffiku għaliex il-Gvern ma jibgħatx il-kont lill-insurance tas-sewwieqa li jkunu nstabu ħatja bi traskuraġġini weġġgħu jew qatlu nies f'inċidenti tat-traffiku?", "Jaf il-Ministru li f'każ minnhom passiġġier diġa' ilu aktar minn tliet xhur jieħu kura bi spejjeż kbar għal poplu Malti?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Is-suġġeriment tiegħu fil-fatt, diġa' qed jiġi kkonsidrat.", "SPTAR SAN LUQA - PAZJENTI", "22648.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Kemm kienu l-pazjenti li daħlu fl-Isptar San Luqa din is-sena minħabba inċidenti tat-traffiku, inkluż dawk li daħlu fl-Emerġenza u ntbagħtu d-dar?", "Kemm hu kkalkolat li qamu flus lill-Istat dawn l-inċidenti meta huwa magħruf li pazjent iqum lill-poplu Malti Lm50 kuljum?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif mitlub jenħtieġ ċertu żmien biex jinġabar.", "SPTARIJIET - BARRANIN MDAĦĦLA GĦAL KURA", "22649.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm barranin daħlu l-isptar għal kura din is-sena?", "Mil-liema nazzjonalita' kienu?", "Kemm kien l-average length of stay li damu l-isptar?", "Ma' liema pajjiżi li ġew minnhom il-pazjenti Malta għandha ftehim reċiproku u b'hekk dawn ma jħallsux?", "Kemm hemm barranin li daħlu l-isptar li fil-fatt ħallsu s-sena li għaddiet?", "Kemm jiġu ċċarġjati kuljum dawn il-barranin li ma' pajjiżhom m'għandniex ftehim riċiproku?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif mitlub jenħtieġ ċertu żmien biex jinġabar.", "KORPORAZZJONI ENEMALTA - REGOLAMENTI ĠODDA DWAR METER U KONSUM TA' DAWL U ILMA", "22891.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jgħid kif qed japplikaw r-regolamenti l-ġodda dwar meter u konsum ta' elettriku u ilma dwar garages meta jkunu jagħmlu parti mir-residenza privata jew ikun garage waħdu?", "Ir-rata tiġi affettwata skond il-kobor tal-garage?", "X'inhi r-regola dwar ħlas meta garage ikun jagħmel parti waħda minn residenza ġdida iżda jkun jesa' fih aktar minn karozza waħda?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: M'hemm ebda regolamenti ġodda fuq in-naħa ta' l-elettriku.", "Il-ħlasijiet dwar garages jidhru fir-Regolamenti ta' l-elettriku Clause 29 u Clause 33(2).", "F'garaxxijiet li jkunu jifformaw parti mir-residenza privata, kemm l-ilma u kemm id-dawl jiġu ċċarġjati r-rata domestika.", "Garaxx waħdu jiġi ċċarġjat rata kummerċjali għall-elettriku, u r-rata ta' l-ilma applikabbli għalih hi kif jidher hawn taħt:", "Charge ta' Lm1.50 kull erba' xhur li miegħu jingħataw ħames metri kubi b'xejn.", "Konsum bejn ħames metri kubi u għaxar metri kubi jitħallas bir-rata ta' 80c kull metrukubu.", "Konsum bejn għaxar metri kubi u 42 metri kubi jitħallas bir-rata ta' Lm1.00 kull metru kubu.", "Konsum 'il fuq minn 42 metru kubu jitħallas bir-rata ta' Lm1.25 kull metru kubu.", "Dment li ma jkunx qed isir użu partikolari mill-garage, ħlief għall-użu biex tiġi pparkjata l-karozza tal-konsumatur, id-daqs tal-garage ma jaffettwax ir-rata.", "Fejn ikun hemm xi dubbju, jintalab li jsir Tariff Survey biex jiġi stabbilit liema rata tkun applikabbli għal dak il-garage partikolari.", "Garaxxijiet li jintużaw biex fihom isiru xi xogħlijiet jew jintużaw bħala storijiet jiġu ċċarġjati l-elettriku bir-rata kummerċjali, waqt li l-ilma jiġi ċċarġjat kif jidher hawn taħt:", "Charge ta' Lm5.00 kull erba' xhur, li miegħu jingħataw 57 metri kubi b'xejn.", "Konsum fuq il-57 metri kubi jiġi kalkolat bir-rata ta' Lm1.20 kull metru kubu.", "KORPORAZZJONI ENEMALTA - IMPJEGATI", "22892.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Imbilli waqt id-diskors ta' l-Estimi ta' Enemalta l-Ministru qal li d-dħul ta' l- impjegati ta' Enemalta żdied b'65% mill-1987 sa l-1994, tista' tingħata \"breakdown\" ta' kif ġiet ikkalkolata din iż-żieda?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Il-medja tad-dħul ta' l-impjegati tal- Korporazzjoni Enemalta żdiedet minn Lm50.8 fil-ġimgħa fil-1987 għal Lm83.87 fl-1994 jiġifieri 65% f'żieda tul il-perjodu msemmi.", "KORPORAZZJONI ENEMALTA - KONSUM TA' ENERĠIJA", "22893.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Imbilli l-Gvern qed jgħid kemm żdied il-konsum ta' l-enerġija fil-pajjiż, tista' tingħata spjegazzjoni għaliex il-bejgħ tal-gas, petrolium u ta' l-elettriku għal 1994/95 huma stmati li se jkunu anqas minn dawk ta' l-1992/93, b'4%, 13.5% u 5.6% rispettivament?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ir-raġunijiet għaliex il-konsum tal- prodotti ta' l-Enerġija se jkun inqas huma:", "Il-Gass - Bejn l-1992/93 - 1993/94 (revised) il-bejgħ tal-gass naqas 1.2% peress li x-xitwa ma kenitx qawwija.", "Jekk jiġri l-istess jista' l-bejgħ tal-gass jerġa' jonqos fl-1994/95.", "Il-Korporazzjoni bħalissa bdiet sensiela ta' taħdidiet biex ikun hemm aktar konsumaturi li jużaw il-gass peress li huma ferm aktar effiċjenti mill-elettriku.", "Nesperaw li r-riżultati ikunu aħjar.", "Petroleum - Ma hemm ebda nuqqas anzi hemm żieda kif jidher hawn taħt:", "|Actual 1992/93 |Lm63,573 | |Revised 1993/94|Lm63,000 | | |(l-istess) | |Estimated |Lm56,416, Lm15,104| |1994/95 | | | |Lm71,520 + 13.5% |", "Elettriku - Fl-1994/95, l-ammont ta' Lm30,745,000 jirrappreżenta l-ammont nett li sejra tbiegħ il-Korporazzjoni wara li tinqata' l-VAT minn Jannar 1995.", "L-ammont ta' VAT fuq dawn il-kontijiet li sejjer jitħallas mill- Korporazzjoni u mhux mill-konsumaturi huma ta' Lm3.8 miljun.", "Għalhekk jekk iżżid dan l-ammont ma' l-ewwel ċifra ta' hawn fuq, il-bejgħ gross jitla' għal Lm34,545,000 jiġifieri aktar milli kien fl-1992/93 u 1993/94.", "KORPORAZZJONI ENEMALTA - DĦUL MID-DIPARTIMENT TA' L-AVJAZZJONI ĊIVILI (DCA)", "22894.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Imbilli l-item ta' dħul ta' Lm1349942 li Enemalta kellha ddaħħal mingħand id- Dipartiment ta' l-Avjazzjoni Ċivili (DCA) din is-sena ma dehritx fl-Estimi tal-Korporazzjoni, dan ifisser li din l-item ġiet settled?", "Jekk fl- affermattiv, kif?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li kien hemm qbil dwar l- ammont bejn iż-żewġ partijiet, u l-ammont dovut sejjer jitnaqqas mill- ammonti dovuti minn Enemalta lill-Ministeru tal-Finanzi f'Diċembru 1994.", "KORPORAZZJONI ENEMALTA - DĦUL MINGĦAND \"ST.LUCIAN OIL CO\"", "22895.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Imbilli s-somma ta' Lm641,264 li Enemalta kellha ddaħħal għal \"through put fee\" mingħand is-\"St. Lucian Oil Co\" għal-\"leasing\" tat-tankijiet, din is-sena ma dehritx fl-Estimi ta' Enemalta.", "Hemm xi spjegazzjoni għal dan?", "Jekk fl-affermattiv, x'inhi r-raġuni?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-ewwelnett l-ammont mitlub minn Enemalta huwa dovut mingħand il-Gvern u mhux mingħand San Luciano Oil Co. kif qiegħed jassumi l-Onor.", "Interpellant.", "Nirreferi għal paġna 13 - Nota 14 ta' l-Audited Accounts għas-sitt xhur li għalqu fil-31 ta' Marzu 1994.", "Dan l-ammont m'għandu x'jaqsam xejn ma' l-Estimi u qatt ma deher ġo l- Estimi.", "MTARFA: KAPPELLA OSWALD - XOGĦLIJIET", "22896.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi dwar il-kappella Oswald ta' l-Imtarfa, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra bl-iżviluppi ċioe' meta se jibdew ix-xogħlijiet?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li x-xogħlijiet neċessarji għall-manutenzjoni tal-Kappella St Oswald se jibdew fi żmien qasir.", "ATTARD: TRIQ SAN PAWL - TISWIJA", "22897.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' d-dipartiment jara li ssir il-manutenzjoni ta' Triq San Pawl, Attard partikolarment jissewwew il-gandotti u l-ħofor u jsir asfalt aħjar?", "Jekk fl-affermattiv, meta?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Jien informat li manutenzjoni fi Triq San Pawl, Attard se ssir fi żmien qasir.", "AIR MALTA - TIME LOADER/ CLEANER", "22898.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid x'kienet id-deċiżjoni ta' l-interview li sar lil persuna li għandha r-referenza KM/HR/EMP/102 li għamel l- interview għal Time Loader/Cleaner ma' Air Malta?", "Jista' l-Ministeru jara li din il-persuna tkun informata u preferibbilment tingħata l-impieg peress li ilha tirreġistra s-snin?", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Ir-referenza kwotata mill-Onor.", "Interpellant ma tirreferi għal ebda persuna imma tirreferi għall-general employment file ta' Air Matla.", "Interviews għall-impjieg ta' part-time loaders/cleaners ma' Air Malta għadu sejjer u għandi għax naħseb li jekk wieħed ma jiġix magħzul, il- kumpannija tinformah.", "Il-fatt li wieħed ilu jirregistra ma jfissirx li għandu vantaġġi għall- impjieġ fuq ħaddieħor li jista jkollu kwalifiki aktar.", "POSTIJIET STORIĊI: ĦARSIEN TA' FDALIJIET STORIĊI", "22899.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Billi ħafna mil-fdalijiet fil-kampanja bħal plieri, ħawtijiet u ġebel ieħor qed dejjem jonqos, jista' l-Ministeru jgħid x'manutenzjoni qed issir biex dawn il-fdalijiet ma jkomplux jinqerdu u/jew jgħibu?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Bħalissa id-Direttorat għall-Ippjanar qed jaħdem fuq in-North West Malta Countryside Conservation Plan.", "Mhux biss dan l-eżerċizju jkopri l-parti l-kbira tal-kampanja Maltija, iżda ukoll wieħed mill-għanijiet tiegħu jidentifika l-miżuri meħtieġa għall-ħarsien sħiħ tal- kampanja.", "Dan naturalment jinkludi ukoll il-konservazzjoni ta' fdalijiet storiċi eċċ. li jkomplu jagħtu karattru lill-kampanja tagħna.", "XEMXIJA - BAJJA TAL-FEKRUNA", "22900.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 22777 u ċioe' b'referenza għall-aħħar ilmenti tar-residenti tax-Xemxija dwar il-każ tal- Bajja tal-Fekruna, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra bil- konklużjonijiet tal-Ministeru u ta' l-Awtoritajiet konċernati dwar dan il- każ?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Qed jittieħdu l-passi kollha neċessarji sabiex id-deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appelli dwar il-każ in kwestjoni tiġi applikata.", "WIED IL-GĦAJN - SQAQ L-GĦARGĦAR", "22901.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI staqsa lill-Prim Ministru: B'referenza għall-aħħar ħarġa tar-Reġistru Elettorali tat-III Distrett, jista' l-Prim Ministru jgħidli (a) jekk Sqaq l-Għargħar, f'Wied il-Għajn bidlulux ismu; u", "(b) f'każ li ma bidlulux ismu, għaliex ma jidhirx f'dan ir-Reġistru Elettorali?", "(Fir-Reġistru ta' qablu kien jidher f'paġna 11 wara Triq l-Għaġuża).", "X'inhi r-raġuni li fuq l-istess Reġistru l-irħula m'għadhomx fl-ordni li kienu bħal ta' qablu?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab informat li Sqaq Għargħar ma nbidilx ismu.", "Fir-Reġistru Elettorali li għadu kif ħareġ, dan jidher f'paġna sittax (16) minħabba li għall-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali dan ma baqax jagħmel parti mill-lokalita' ta' Wied il-Għajn iżda sar parti minn Ħaż Żabbar.", "Ninsab informat ukoll li l-irħula m'għadhomx fl-ordni li kienu qabel peress li r-Reġistru Elettorali ta' Ottubru 1994 mexa bl-ordni stabbilita fil-Liġi tal-Kunsilli Lokali.", "ŻABBAR: MISRAĦ IS-SLIEM - BOZZA", "22902.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi, ċioe' jista' l-Ministru jara li l-Korporazzjoni Enemalta tieħu passi biex tiġi msewwija l-bozza ta' ħdejn id-dar Nru. 2, Misraħ is-Sliem, f'Ħaż Żabbar li ilha bil-ħsara għadd ta' ġranet u fit-tweġiba li tajtni taf li din reġgħet intfiet?", "Hemm xi rimedju?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Għaddejt l-ilment ta' l-Onor.", "Interpellant lill-Korporazzjoni Enemalta.", "BANEK: LOHOMBUS - SELF TA' FLUS", "22903.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Kemm kien l-għadd ta' applikanti li ħadu self mill-Korporazzjoni Lohombus għal skop ta' xiri u bini ta' djar (bħala residenza) u kemm kien l-ammont sħiħ ta' files mislufin sena b'sena mill-1970 sa l-aħħar ta' Ottubru, 1994?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Nissuġġerixxi lill-Onor.", "Membru jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.", "AWTORITA' TAD-DJAR - PLOTS LI MA NBNEWX", "22904.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI staqsa lill-Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd: L-Awtorita' tad-Djar, kemm-il plot ħadet lura mingħand l-applikanti li kienu ngħataw plot mill-1970 sa l-aħħar ta' Ottubru 1994 sena b'sena u ma bnewhiex u għal-liema raġuni?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li l-Awtorita' tad-Djar m'għandhiex records ta' kemm ingħatat lura plots.", "Il-plots li jiġu lura fil-pussess tagħha jew ħarġu taħt skemi oħra ta' plots jew ser jinbnew minnha stess bħala maisonettes.", "Normalment dawn il-plots jiġu lura fil-pussess tagħha meta ma jkunx sar xogħol fuqha u wara li ssir ftehim ta' rexissjoni fuq il-plot bejn il- benefiċċjarju u l-Awtorita'.", "Hemm każijiet fejn l-Awtorita', permess ta' ittra mibgħuta mill-legal advisor tagħha lill-benefiċċjarju, tieħu lura l- pussess tal-plot u dan wara li jkun għadda ċertu ammont ta' żmien mingħajr ma jkun sar ebda żvilupp fuq il-plot u mingħajr tiġi mogħtija raġuni valida.", "F'każ wieħed biss, mill-1987 'l hawn, li l-Awtorita' ħadet lura l-pussess vakant ta' plot wara kawża fil-Qorti.", "YACHT MARINA - DĦUL TA' YACHTS", "22905.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu yachts fil-Yacht Marina tul is-snin 1990 sal-lum?", "Kemm daħlu vapuri fil-Medserv base bejn is-snin 1990 sal-lum?", "Kemm kienu jammontaw il-berthing fees, sena b'sena?", "Kemm daħħal il-Gvern, sena b'sena f'Port Duties?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Jiena nformat li l-informazzjoni mitluba mill- Onor. Interpellant hi kif tidher hawn taħt:", "Yacht barranin li daħlu fil-Yacht Marina", "|1990|1991|1992|1993|1994 (sa | | | | | |Ottubru) | |895 |994 |1170|1406|1411 |", "Numru ta' vapuri li daħlu fil-Medserv Base", "|1990|1991|1992|1993|1994 (sa | | | | | |Ottubru) | |136 | 212|329 |222 |165 |", "Berthing Fees - Yacht Marina", "|1990 |Lm149,748 | |1991 |Lm156,001 | |1992 |Lm302,238 | |1993 |Lm456,947 | |1994 |Lm362,101(sa | | |Settembru) |", "Port Dues", "|1990 |Lm220,050 | |1991 |Lm234,256 | |1992 |Lm277,508 | |1993 |Lm266,817 | |1994 |Lm182,505 | | |(sa | | |Settembru) |", "DWANA - ANTI-DRUG SECTION", "22906.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Meta twaqqfet l-Anti-Drug Section fid-Dwana?", "Kemm inqabdet droga?", "Kemm Cannabis?", "Kemm Cannabis Resin?", "Kemm Hasish?", "Kemm Heroin, u dan sena b'sena mid-data tat-twaqqif sal-lum?", "Kemm ġew akkużati f'Malta u mogħtija sentenza?", "Kemm ġew liberati?", "Kemm ilhom l-istess staff fid-Dwana f'din is-section u jħoss il-Ministru li maż-żmien għandu jbiddel lil dawn in-nies?", "Mil-liema pajjiżi kienu dawk li nqabdu bid-drogi sena b'sena?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-'Anti-Drug Section' tad-Dwana tagħmel parti mid- Dipartiment tad-Dwana li jaqa' taħt ir-responsabbilita' tal-Ministru tal- Finanzi.", "ATT DWAR BASTIMENTI MERKANTILI - LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA", "22907.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja: Kemm saret subsidiary legislation taħt il-Merchant Shipping Act 1973?", "Jista' l-Ministru jagħti lista komprensiva tagħhom?", "ONOR.", "JOE FENECH: Nitlob lil Onor. Interpellant biex jirreferi din il- mistoqsija lil Ministeru għat-Trasport, Komunikazzjoni u Teknoloġija.", "PARLAMENT - BINI ĠDID", "22908.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'sar minnu l-proġett ta' Parlament ġdid - Sede ġdida?", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO: Il-progett ghadu qed jigi studjat.", "MARSA - IRRANĠAR TA' L-AKWATI TAL-PARROĊĊA MARIA REĠINA", "22909.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa ill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: Jista' l-Ministru jieħu ħsieb li titranġa t-triq u l-akwati ta' quddiem il-Parroċċa ta' Maria Reġina, Marsa?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Kif għidt f'diversi tweġibiet oħra, mis-sena d- dieħla dawn ix-xogħlijiet se jibdew isiru bi ftehim bejn id-Dipartiment tal- Kunsilli Lokali u d-Dipartiment tat-Toroq.", "MARSA - DAWL U RRANĠAR QUDDIEM IL-PARROĊĊA TAT-TRINITA'", "22910.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' jsir aktar dawl u titranġa t-triq ta' quddiem il-Parroċċa tat- Trinita' il-Marsa?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Għaddejt it-talba ta' l-Onor.", "Interpellant lill-Korporazzjoni Enemalta u lid-Dipartiment tad-Distretti.", "DIPARTIMENT TAT-TAXXI INTERNI - FLUS MINGĦAND KUMPANNIJI PRIVATI", "22920.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Kemm huma f'numru dawk il-każijiet fejn id-Dipartiment tat-Taxxi Interni qed jieħu miżuri sabiex kumpanniji privati jirrifondu flus lid-Dipartiment tat- Taxxi Interni, liema flus ikunu diġa' tħallsu lill-kumpanniji mis-salarji tal-ħaddiema li jimpjegaw?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li r-risposta għal din l-mistoqsija tingħata f'xi seduta oħra.", "AWTORITA' TAD-DJAR - KUNTRATTI TA' ART MAĦRUĠA BL-HOS", "22924.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jagħti lista ta' lokalitajiet li fuqhom sar bini taħt skemi maħruġa mill-Gvern u li għadhom bla kuntratt ta' l-art li ħadu?", "Kull lokalita' kemm għadda żmien minn meta ħarġu l-permessi sal-ġurnata tal-lum?", "X'inhu jsir biex din is-sitwazzjoni tiġi rranġata?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Il-lokalitajiet ta' HOS plots fejn il-kuntratt għadu ma ġiex finalizzat huma:-", "Malta:", "Lija, Fgura, Marsa, Marsascala, Naxxar, Mtarfa, Qormi, Attard, Bugibba, Dingli, Gudja, Luqa, Rabat, Santa Lucia, Siggiewi, Swieqi, Zurrieq, Birġebbugia, Mqabba, Mosta, Mgarr, B'Kara, Zebbug, Burmarrad, Għargħur, Kalkara, Kirkop, Paola, Msida.", "Għawdex:", "San Lawrenz, Nadur, Xagħra, Victoria.", "Is-snin minn meta nħarġu l-permessi jvarjaw minn erbgħa sa 16-il sena.", "Għal dan il-għan l-Awtorita' tad-Djar ipprovdiet fl-estimi tagħha nofs miljun lira fis-sena finanzjarja 1993/1994 u l-istess ammont għas-sena finanzjarja 1994/1995.", "Pero' l-proċeduri biex dawn l-ammonti jiġu utilizzati għall-ħlas lis-sidien ta' l-artijiet fuq imsemmija biex b'hekk jkun jista' jsir l-kuntratt finali mal-benefiċċjarji ta' l-Awtorita' tad- Djar isir mid-Dipartiment ta' l-Art.", "DIPARTIMENT TAT-TAXXI INTERNI - ĠBIR TA' TAXXA PERMEZZ TAL-WITHOLDING TAX", "22953.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid kemm ġabar taxxa l-Gvern permezz tal-Witholding Tax ta' 15% fuq interest payments to residents?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li tweġieba għal din l-mistoqsija tingħata f'xi seduta oħra.", "MALTA DAIRY PRODUCTS - ŻIEDA FIL-PREZZ TAL-ĦALIB", "22955.", "L-ONOR.CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kif seta' l-Gvern jippermetti li flixkun ħalib issir iqum 12c5m meta kulħadd jaf li l-munita tal-5m m'għadhiex tinstab fiċ- ċirkolazzjoni u b'hekk se jiftaħ il-bieb għall-abbuż ta' \"overcharging\"", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-millezmi għadhom jintużaw f'ħafna prezzijiet.", "IMPIEGI - XOGĦOL GĦALL-ISTUDENTI TAL-PANEL BEATING\"", "22956.", "L-ONOR.CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex kuntrarjament għal dak li kien isir qabel din is-sena l-Gvern mhux qiegħed jiggarantixxi x-xogħol lill-istudenti ta' l-ESTS fis-sengħa tal-\"Panel Beating\" li jattendu l-iskola tas-snajja' tan-Naxxar?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Għall-kuntrarju ta' dak li qed jgħid l-Onor.", "Interpellant, fil-fatt qatt ma kienet tingħata garanzija lill-istudenti ta' l-ESTS li l-Gvern kien se jħaddimhom miegħu meta jispiċċaw it-taħriġ fl- iskema.", "Fil-każ ta' dawk li daħlu fl-iskema mill-1 ta' Settembru 1991 'il hawn, meta saret is-sejħa għall-applikazzjonijiet fil-Gazzetta tal-Gvern, kien dikjarat mill-ewwel li \"m'hemm ebda garanzija li apprendisti taħt din l- iskema jiġu mpjegati minn min qed jisponsorjahom wara li jtemmu b'suċċess l- apprentistat\".", "GĦaldaqstant jekk jingħataw impiegi, dawn isiru skond il- bżonn u wara sejħa pubblika permezz tal-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku.", "Dan jgħodd mhux għall-panel beaters biss imma għas-snajja' kollha.", "SPTAR SAN VINĊENZ DE PAULE - TRASPORT PUBBLIKU", "22957.", "L-ONOR.CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: Jista' l-Ministru jara li l-karozzi tal- linja li suppost jgħaddu minn quddiem l-Isptar San Vinċenz de Paule bejn is- 6.00 p.m. u 8.10 p.m. attwalment jagħmlu hekk għax ħafna drabi dan ma jsirx, b'konsegwenzi serji għall-viżitaturi u l-impjegati li jaħdmu f'dan il-kumpless?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Jiena nformat li l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku ilha żmien twil ma tirċievi rapporti li karozzi tar-Rotta 35 ma jżommux mar-rotta tagħhom bir-riżultat li ma jgħaddux, kif suppost, minn ħdejn il-kumpless San Vinċenz de Paule.", "Minn żmien għal żmien jintbagħtu Enforcement Officers fl-inħawi biex ikun żgurat li abbużi bħal dawn ma jsirux, iżda din is-superviżjoni mhux possibbli li ssir kuljum.", "Il- pubbliku jista' jgħin ħafna billi jirrapporta immedjatament lill-Awtorita' abbużi ta' din ix-xorta biex ikunu jistgħu jittieħdu l-passi meħtieġa.", "Rapporti wara l-ħin ta' l-uffiċċju għandhom isiru lill-Enforcement Officers fuq in-numru tat-telephone numru 225916.", "BALZAN: PRAIDENCE STREET - SINJALI TA' TRAFFIKU", "22958.", "L-ONOR.CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: Jista' l-Ministru jara li jsiru \"No Entry\" signs f'Praidence Street, Balzan kantuniera ma' Main Street, Balzan biex b'hekk din it-triq issir one-way f'din id-direzzjoni?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Se nirreferi t-talba ta' l-Onor.", "Interpellant għal konsiderazzjoni tal-Bord għall-Kontroll tat-Trafffiku.", "KORPORAZZJONI GĦAS-SERVIZZI TA' L-ILMA - BDIL TA' METERS TA' L-ILMA", "22959.", "L-ONOR.CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm inbidlu meters ta' l-ilma matul is-sena finanzjarja 1993/94?", "Kemm minn dan ix-xogħol sar mill-impjegati tal-Korporazzjoni u kemm mill- kuntratturi (kull kuntrattur separatament)?", "Fejn inbidlu dawn il-meters?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "SANT'ANTNIN: IMPJANT TA' RIĊIKLAĠĠ - TRATTAMENT TAD- DRENAĠĠ", "22960.", "L-ONOR.CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid x'persentaġġ tal-volum tad-drenaġġ ta' Malta qiegħed jiġi ttrattat fl-impjant ta' Sant'Antnin?", "X'inhu l-volum ta' l-ilma \"second class\" prodott minn dan id-drenaġġ?", "Kemm jiġi jiswa flus dan l-ilma?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Il-volum ta' l-ilma prodott mid-drenaġġ li jiġi trattat fl-impjant ta' Sant' Antnin ivarja skond id-domanda u iċ- ċifri ta' din is-sena huma kif ġej:", "|MONTH|INFLUE|EFFLUE|TREATE| % | | |NT |NT |D | | | |cub. |cub. |cub.mt|recyc| | |mtrs |mtrs |rs |led | | | | | |/day | |Janua| 52840|1704 | | | |ry | | | | | |Febru|52150 |1862 | | | |ary | | | | | |March|163760|5283 | | | |April|143524|120270| 4009 |84 | |May |172196|169295|5461 |98 | |June |184296|160655|5355 |87 | |July |186808|176560|5695 |95 | |Augus|205196|181455|5853 |88 | |t | | | | |", "Id-drenaġġ ittratat f'Sant'Antnin bħalissa huwa xi 6% tad-drenaġġ ta' Malta.", "L-ilma jinbiegħ bil-prezz ta' 7mils kull metru kubu; u mill- agrikoltura id-dħul medju hu ta' Lm8600 fis-sena.", "PUBLIC SERVICE COMMISSION - PUBBLIKAZZJONI TAR-RIŻULTATI GĦAL CONSULTANT FIL-PSIKJATRIJA", "22962.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid x'qed iżomm lil Public Service Commission milli tippubblika r-riżultati ta' l-interviews li saru fl-aħħar ta' Awissu għal Consultant fil-Psikjatrija meta dawn hemm tant bżonnhom u fejn minn compliment ta' tmienja bħalissa hemm tlieta biss?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-mistoqsija għandha ssir lill-Prim Ministru.", "KORPORAZZJONI ENEMALTA - TNAQQIS FIL-KONTIJIET TAD-DAWL", "22974.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jgħid meta f'dawn l-aħħar 20 sena ngħata xi tnaqqis fil-kontijiet ta' l-elettriku?", "Meta sar dan?", "Kif ġie applikat dan it-tnaqqis fil-każijiet domestiċi, kummerċjali u industrijali?", "Kien hemm xi tnaqqis ieħor lill-pensjonanti jew dawk li ma jgawdux minn pensjoni kontributorja?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Minflok noqgħod nagħti t-tagħrif mitlub biċċa biċċa, poġġejt skeda ta' kif kienu r-rati ta' l-elettriku f'dawn l- aħħar 20 sena fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "Iż-żidiet u t-tnaqqis jidher kollu f'din l-iskeda ħlief għal dawn iż-żewġ żewġ każijiet.", "a) Ir-rata tal-meter ta' l-elettriku għal dawk li jirċievu s-servizzi soċjali taħt l-iskema magħrufa \"Relief\" iħallsu biss 25 ċenteżmu bħala Meter Rent.", "b) Fl-1994 kull household li tidher fir-reġistru elettorali f'Ottubru 1993, irċeviet jew sejra tirċievi Lm12.00,0 bħala tnaqqis fuq il-kont ta' l- elettriku.", "SKEJJEL PRIMARJI - EŻAMIJIET", "22981.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jgħid hux veru li fl-iskejjel primarji ta' l-Istat lill-istudenti se jsirilhom biss eżami ta' nofs is-sena u f'każ li ma jgħaddux minnu ma jitħallewx jagħtu l-eżami għall-Junior Lyceum?", "Jekk mhux hekk, kif se tkun is-sistema?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Fl-iskejjel ta' l-Istat it-tfal f'Year 6 se jersqu għal żewġ eżamijiet: dak ta' nofs is-sena fi Frar u l-eżami għad-dħul fil- Junior Lyceum.", "Dan qiegħed isir biex it-tfal ma jersqux għal tlett eżamijiet jew iżjed bejn Frar u Ġunju u biex titnaqqas it-tensjoni li ħafna eżamijiet fi żmien qasir iġibu fuq it-tfal.", "L-eżami ta' nofs is-sena li jsir fi Frar se jkun fuq bażi nazzjonali.", "Il- karti ta' l-eżami se jkunu mħejjija mid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni u se jkunu bażati fuq dik il-parti mis-sillabu li tkun mgħallma minn Settembru sa Frar.", "L-eżami għad-dħul fil-Junior Lyceum se jsir f'Mejju u dan ikun bażat fuq is-sillabu tas-soltu li jkun ippubblikat ukoll fil-Gazzetta tal-Gvern meta joħorġu l-applikazzjonijiet għal dan l-eżami.", "It-tfal kollha, imwielda fis-sena 1983 jew 1984, se jkunu jistgħu jersqu għall-eżami tad-dħul fil-Junior Lyceum.", "Mhux minnu li se jkunu jistgħu jersqu għal dan l-eżami dawk biss li jkunu għaddew mill-eżami ta' Frar."]} {"filename": "20031119_059d_par.doc", "date": "2003-11-19", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 59 L-Erbgħa, 19 ta' Novembru, 2003 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 59 L-Erbgħa, 19 ta' Novembru, 2003", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-9.02 a.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "59", "L-Erbgħa, 19 ta' Novembru, 2003", "WERREJ", "MINUTI 813", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI 813", "TQEGĦID TA' KARTI 819", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IR-RISTRUTTURAR TAT-TARZNARI (IT-TIENI QARI)", "DOCKYARD AND SHIPBUILDING YARD (RESTRUCTURING) BILL (SECOND READING) 819", "ABBOZZ TA' LIĠI BIEX JEMENDA L-ATT DWAR L-AMMINISTRAZZJONI FINANZJARJA", "U L-VERIFIKA (IT-TIENI QARI)", "FINANCIAL ADMINISTRATION AND AUDIT (AMENDMENT) BILL (SECOND READING) 840", "AĠĠORNAMENT 842", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 847", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 58 li saret fit-18 ta' Novembru, 2003 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "ETC – QTUGĦ MIR-REĠISTRU", "2263.", "L-ONOR.", "JOSEPH ABELA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm persuni nqatgħu mill-ewwel parti tar-reġistru ta' diżimpjieg u għaliex?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni): Informat li minn Jannar sa Settembru 2003 inqatgħu 575 persuna mill-ewwel u t-tieni parti tar- reġistru, wara li 155 minnhom inqabdu jaħdmu u jirreġistraw, 370 irrifjutaw opportunita' ta' xogħol filwaqt li 50 oħra rrifjutaw opportunita' ta' taħriġ.", "SAME SEX MARRIAGES", "2264.", "L-ONOR.", "JOSEPH ABELA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Ministru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomiċi: Billi issa Malta waslet biex tissieħeb fl-Unjoni Ewropea, jista' il-Ministru jgħid jekk għall-fini tat- taxxa tad-dħul huwiex lest il-gvern li jirrikonoxxi żwieġ bejn koppja ta' l-istess sess jekk ikun sar f'pajjiż ieħor membru ta' l-Unjoni?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (Segretarju Parlamentari) (f'isem il-Ministru tal- Finanzi u Affarijiet Ekonomiċi): Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li d- dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea ma hu se jbiddel xejn mis-sitwazzjoni tagħna attwali.", "SINGLE MOTHERS", "2265.", "L-ONOR.", "JOSEPH ABELA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hawn ommijiet mhux miżżewġa?", "ONOR.", "CENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni) (f'isem il- Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Ebda dipartiment jew entita' li taqa' taħt id-dekasteru tiegħi ma żżomm l-istatistika mitluba.", "Iżda ninsab informat li skond statistika miżmuma mid-dipartiment tas-sigurta' soċjali dwar persuni li jirċievu l-allowance għat-tfal, in- numru ta' ommijiet mhux miżżewġa li kienu qed jirċievu din l-allowance f'Settembru 2003 hu ta' 1,861.", "SINGLE PARENT FAMILIES", "2266.", "L-ONOR.", "JOSEPH ABELA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hawn single parent families?", "ONOR.", "CENSU GALEA (f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Ninsab informat li sa l-aħħar ta' Settembru 2003 kien hawn 5,191 familja b'ġenitur wieħed li jirċievu l-allowance tat-tfal.", "SINGLE PARENT FAMILIES - RELIEF", "2267.", "L-ONOR.", "JOSEPH ABELA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hawn single parent families fuq ir-relief?", "ONOR.", "CENSU GALEA (f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Ninsab informat li ma tinżammx statistika kif mitluba mill-Onor.", "Interpellant iżda xorta waħda ninsab informat li hawn 1,194 ġenitur single li qegħdin jirċievu l-għajnuna soċjali, dejjem skond il-provvedimenti ta' subartiklu (7) ta' artiklu 30 ta' l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali.", "CHILDREN ALLOWANCE", "2268.", "L-ONOR.", "JOSEPH ABELA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hawn familji li sal-lum għadhom ma ħadux iċ-children allowance ta' Lulju?", "ONOR.", "CENSU GALEA (f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): In-numru ta' dawk li bagħtu l-applikazzjoni tagħhom fil-ħin u għadhom ma rċevewx l-allowance tat-tfal għax-xahar ta' Lulju 2003 huwa ta' 767.", "Barra minn dan, hemm 798 li l-applikazzjoni tagħhom waslet f'Settembru u Ottubru kif ukoll 600 oħra li l-applikazzjoni tagħhom kellha tintbgħat lura fl-uffiċini distrettwali.", "SPORT - UŻU TA' SUSTANZI PROJBITI", "2348.", "L-ONOR.", "JOSEPH ABELA (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru tas-Saħħa: Jista' il-Ministru jordna investigazzjoni dwar minn liema spiżeriji qed jinbiegħu pilloli mingħajr riċetta tat-tabib lil dawk l-isportivi, speċjalment bodybuilders, li jridu jmorru aħjar fil- kompetizzjonijiet?", "Jaf li dan stqarrewh il-president ta' l-assoċjazzjoni tal-bodybuilders u żewġ tobba waqt il-programm sportiv \"grandstand\" fuq il- PBS nhar it-Tnejn 20 ta' Ottubru?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa): Ninsab informat li investigazzjoni dwar l-allegat bejgħ ta' pilloli mingħajr riċetta tat-tabib minn spiżeriji - liema każ saret riferenza għalih waqt il-programm sportiv \"grandstand\" - diġa' qiegħda ssir minn uffiċjali tad-dipartiment tas-saħħa pubblika.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Abela, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOE ABELA: Nixtieq inressaq għall-attenzjoni tal-Ministru li fuq stazzjon tar-radju qed isir reklamar ta' prodotti għat-tkabbir tas-sider u tkabbir ta' l-organi ġenitali.", "Dawn il-prodotti qegħdin jiġu rreklamati waqt programmi għaż-żgħażagħ u l-unika garanzija li qed jingħataw is- semmiegħa hi li hemm kumpannija fl-Amerika li tassigura li dawn il-prodotti ma jagħmlux ħsara għas-saħħa.", "Jista' il-Ministru jgħidli jekk tressqulux ilmenti f'dan is-sens?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Jien m'iniex informat la b'dawn it-tip ta' reklami u lanqas b'dawn it-tip ta' ilmenti.", "Madankollu biex wieħed iġib reklam fuq il-mezzi tax-xandir u jagħmel claim għal xi benefiċċju mediku, irid bilfors ikollu l-permess tal-council of health.", "Jekk l-Onor.", "Membru jagħtini d-dettalji kollha, inkun nista' niċċekkjalu jekk dawn il-prodotti ġewx a konoxxenza tagħna u jekk għandhomx il-permess meħtieġ biex jiġu rreklamati.", "UŻU TA' METHADONE", "2349.", "L-ONOR.", "JOSEPH ABELA (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru tas-Saħħa: Jista' il-Ministru jgħid kemm inxtara methadone s'issa din is-sena għall-użu ta' dawk li jixtiequ jieqfu mit-teħid ta' l-eroina u anke dawk li qegħdin fuq il-methadone maintenance programme?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninsab informat li s'issa nxtraw 20,160 flixkun methadone ta' 500 millilitru għall-prezz ta' Lm34,106.", "SAĦĦA - IMPORTAZZJONI TA' PILLOLI", "2350.", "L-ONOR.", "JOE ABELA (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru tas-Saħħa: Jista' il-Ministru jgħid kemm intnefqu flus s'issa fuq l-importazzjoni ta' pilloli għad-dipartiment tas-saħħa?", "Jista' jgħid ukoll kemm tħallsu l-importaturi rispettivi?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninsab informat li n-nefqa fuq il-procurement ta' pilloli u apparat mediku bejn l-ewwel ta' Jannar u l-31 t'Ottubru, 2003 kienet ta Lm14,781,009, bl-importaturi jitħallsu Lm13,312,441.", "Għandi wkoll ftit background information li naraha interessanti, Sur President, għax Lm11.5 miljun minnhom tħallsu lil aġenti lokali u Lm1.8 miljun tħallsu lil aġenti barranin.", "OBESITA' U MARD TAL-QALB", "2351.", "L-ONOR.", "JOE ABELA (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru tas-Saħħa: Jista' il-Ministru jgħid kemm mietu persuni f'dawn l- aħħar sentejn kawża ta' mard marbut ma' l-ikel, jiġifieri mard tal-qalb, obeżita', eċċ.?", "Jista' jagħti ħjiel ta' l-eta' tagħhom?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Informat li n-numru ta' imwiet bil-mard tal-qalb matul is-snin 2001 u 2002 kien ta' 925 u 956 rispettivament.", "In-numru ta' imwiet mill-obesita` matul is-snin 2001 u 2002 kien ta' wieħed u tlieta rispettivament, bl-etajiet kif indikati fit-tabella li qed inpoggi fuq il- mejda tal-Kamra.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Abela, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOE ABELA: Mr Speaker, hemm xi ħsieb li d-dipartiment tas-saħħa jagħmel ċertu kontroll fuq reklamar li jsir minn kumpanniji kbar tal-fast foods, fejn dawn iħajru lit-tfal jixtru ċertu tip ta' ikel li xejn ma jagħmel tajjeb għas-saħħa?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Mr Speaker, għalkemm m'hemmx kontroll dirett, għaddejja kampanja ta' informazzjoni ġewwa l-iskejjel dwar il-bżonn li wieħed jiekol ikel Mediterranju, jevita kemm jista' junk foods u jikkontrolla l-piż.", "Jiġifieri hemm kampanja mmirata biex twassal il-messaġġ liż-żgħażagħ u lill-pubbliku in ġenerali biex joqogħdu attenti x'tip ta' ikel jieklu.", "Naħseb li huwa ta' krettu għal min imexxi dawn il-kampanji illi l-konsum ta' dan it-tip ta' ikel m'huwiex għoli daqskemm wieħed jissuspetta.", "Dan juri li hawn awareness fost il-pubbliku Malti.", "Illum kulħadd joqgħod attent għad-dieta, kulħadd jevita x-xaħmijiet, kulħadd jevita l-qali u, kif għedt diġa', għaddejjin b'kampanji kontinwi - fosthom il-kampanja li wieħed għandu jiekol ħames porzjonijiet ta' ħaxix jew frott kuljum - u allura l- pubbliku żgur li huwa informat.", "Naħseb li aktar milli kontrolli, għandna naraw li jkun hemm kampanji ta' informazzjoni, kif fil-fatt qed isir, li jinforzaw u jirresponsabilizzaw persuna li tieħu ħsieb saħħitha hija stess.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mario Galea, domanda supplimentari.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Jista' il-Ministru jgħid hemmx spjegazzjoni għall- fatt li l-isptar il-ġdid se jiġi jiswa madwar Lm200 miljun?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Irrid nammetti li wara li rrispondejt għal domanda parlamentari li dehret pjuttost harmless dwar kemm se jiġi jiswa l-isptar il-ġdid, tul l-aħħar ġimgħa iċ-ċifra li jien tajt kienet f'ħalq kulħadd.", "Malli għedt li l-isptar se jiġi jiswa Lm200 miljun, għaddejna minn kampanja sħiħa fejn il-gvern ġie akkużat li mar żmerċ b'Lm100 miljun u ma nafx x'ma smajniex.", "Anke qalulna: Lm1 miljun 'il hawn u Lm10 miljun 'il hemm x'inhuma!", "Jista' ikun li dan ġara għax forsi m'għaddejniex informazzjoni biżżejjed, pero' jista' ikun ukoll li hemm min minflok jixtieq jara l- isptar ikun lest ħalli jibda jgawdi minnu l-poplu Malti, jippreferi jagħmel issue politika minn din il-kwestjoni.", "Qiegħed ngħid hekk għal diversi raġunijiet, Sur President.", "L-ewwelnett aħna għamilna kuntratt ma' Skanska għall-ewwel fażi ta' l- isptar li kellha tiġi tiswa Lm83 miljun - jekk niftakar sew kont anke poġġejt il-kuntratt fuq il-mejda tal-Kamra, jiġfieri hawn m'aħniex qed ngħidu xi sigriet – u għedna wkoll li l-isptar huwa proġett li se jinbena fi tliet fażijiet u jrid jitlesta sa l-2010.", "Mela l-kuntratt jispeċifika li s-somma ta' Lm83 miljun se titħallas għall-ewwel fażi u meta jiena semmejt is-somma ta' Lmm200 miljun, dawk huma flus li jkopru wkoll iż-żewġ fażijiet l-oħra li għad baqa' isiru u assolutament huma outside il-kuntratt li jiena poġġejt fuq il-mejda tal-Kamra.", "Jekk wieħed iħares sew lejn il-kuntratt isib li dik is-somma kienet tkopri l-ispiża ta' l-isptar mill-mument li ġie ffirmat il-kuntratt 'il quddiem u allura s-somma ta' Lm83 miljun ma kenitx tkopri l-ispiża tal-kostruzzjoni li kienet saret sa dak iż-żmien, jiġifieri qabel ma sar il-kuntratt dirett ma' Skanska.", "Fil-fatt il-construction costs ta' qabel l-1999 kienu diġa` telgħu għal Lm15.5 miljun.", "Allura din is-somma trid tiġi magħduda mat- Lm83 miljun li hemm imsemmija fil-kuntratt.", "Barra minn hekk, il-kuntratt jeskludi t-tender tal-medical equipment li kif kulħadd jaf – għax kienet għaddejja ħafna polemika dwaru - se jiġi jiswa bejn Lm28 miljun u Lm30 miljun.", "Mela mat-Lm83 miljun li hemm stipulati fil-kuntratt wieħed irid iżid Lm15.5 miljun, jiġifieri l-ispejjeż li saru qabel u anke jrid iżid it-Lm28 miljun jew it-Lm30 miljun tat-tender tal-medical equipment u jrid iżid ukoll Lm5 miljun oħra għall-użu ta' fixed furniture, Lm1 miljun oħra għal-loġistika u madwar Lm9 miljun jew Lm10 miljun oħra għat-tender ta' l-IT, spejjeż dawn li m'humiex koperti b'dan il-kuntratt u li jammontaw għal madwar Lm59.6 miljun.", "Mela min irid jgħid il-verita` u ma jippruvax jinqeda bis- sitwazzjoni kif inhi, irid jgħid li l-kuntratt ta' dan l-isptar kien ta' Lm83 miljun għall-ewwel fażi u ma' din is-somma jrid iżid Lm59.6 miljun.", "Barra minn hekk il-VAT m'hijiex koperta f'dan id-design and build contract.", "Mela jekk wieħed jgħodd dawn l-affarijiet kollha flimkien plus il- migration costs, isib li s-somma diġa' kommessa u mingħajr ħabi ta' ħadd titla' għal fuq Lm151 miljun għall-ewwel fażi biss.", "Jiġifieri l-qabża mhux veru qiegħda bejn Lm83 miljun u Lm200 miljun imma l-qabża qiegħda bejn Lm151 miljun li huma diġa' kommessi u l-Lm200 miljun.", "Pero' il-Lm151 miljun ikopru biss l-ewwel fażi tal-proġett ta' l-isptar.", "Barra minn hekk aħna għandna kuntratt li jorbot lil Skanska illi bi due diligence, huwa stmat kemm se jiġi jiswa eżattament l-isptar għall-ewwel fażi tiegħu minbarra dawk l-affarijiet kollha li semmejt.", "Issa jekk Skanska tibgħat kontijiet 'il fuq mit-Lm83 miljun li ftehemna magħha u li m'humiex approvati mill-FMS, allura dawk ikunu somom kontestati.", "Pero` meta qegħdin nitkellmu fuq sptar li se jiġi jiswa Lm200 miljun meta jibda jaħdem fit-tliet fażijiet tiegħu fis-sena 2010, bis- servizzi kollha, allura nsibu li ħadd ma mar żmerċ bl-ammont ta' flus li qed issemmi ċerta sezzjoni ta' l-istampa.", "Importanti li jekk irridu nkunu rġiel magħna nfusna għandna ngħidu l-fatti kif inhuma u mhux nippruvaw niddisseminaw miżinformazzjoni biex nieħdu gwadann politiku.", "Dawk huma ċifri li wieħed jista' jiċċekkjahom, ċifri pubbliċi u ħadd ma jista' imerihom.", "Nerġa' ngħid li meta qegħdin ngħidu li meta l-isptar jiftaħ fit-tliet fażijiet tiegħu fis-sena proġettata 2010 se jkun qed jiġi jiswa Lm200 miljun, ħadd ma jkun mar żmerċ wisq, Sur President.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Silvio Parnis, domanda supplimentari.", "ONOR.", "SILVIO PARNIS: Jista' il-Ministru jgħid jekk huwiex se jibda l- proġett ta' estensjoni taċ-ċentru tas-saħħa ġewwa Raħal Ġdid li issa ilna nisimgħu ħafna dwaru?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Mr Speaker, naraha stramba li l-Onor.", "Membru li huwa deputat mir-raba' distrett, jagħmel domanda bħal din meta naħseb li huwa informat iżjed minni dwar x'inhu għaddej dwar iċ-ċentru tas-saħħa f'Raħal Ġdid.", "Bħalissa għaddejjin diskussjonijiet ma' ministeru ieħor biex jinbena kumpless sħiħ li joffri numru ta' servizzi, fosthom ċentru tas-saħħa u għalkemm għadna ma wasalna għall-ebda konklużjoni, il-kollega tiegħi jrid jifhem li ladarba għaddejjin b'dawn id-diskussjonijiet biex inkunu f'pożizzjoni li noffru servizzi aħjar, m'huwiex għaqli li wieħed jitkellem dwar ir-refurbishment tal-health centre partikolari, pero' it is in hand u l-prospetti jidhru sbieħ ħafna.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Galea.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Kif jaf il-Ministru, l-isptar il-ġdid għadda minn diversi fażijiet, anke dwar l-isem li kien se jingħata.", "Fil-fatt l-ewwel kien se jissemma' San Raffaele, imbagħad il-Partit Laburista qal li jekk jitilgħu huma konna Sanwaqqfuh, imbagħad Sankompluh, imbagħad Sanżarmawh u mbagħad fl-aħħar qalu li Sankabbruh!", "Ma jaħsibx il-Ministru li fil-perjodu li l-Partit Laburista għamel fil-gvern żdiedu l-costs, għax għamlu kważi sena indeċiżi x'se jagħmlu bl-isptar, anke minħabba l-fatt li nbidel il- pjan oriġinali ta' kemm kellu jkun kbir l-isptar u għal xiex kellu jservi?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Min jindenja ruħu jagħmel paragun bejn meta beda l- proġett oriġinali għall-proġett ta' l-isptar Mater Dei - u anke jara l- pjanti, jara x'se jidħol fih, jara x'servizzi se joffri u jara x'faċilitajiet hemm - malajr jinduna li m'aħniex nitkellmu fuq l-istess proġett.", "Dak li beda bħala proġett żgħir u limitat għal 450 sodda, spiċċa għal raġunijiet differenti fi proġett li se jieħu madwar 850 sodda.", "Jiġifieri hawn qegħdin nitkellmu dwar id-doppju ta' sodod, Sur President.", "L-espansjoni ta' dan il-proġett ma baqgħetx tiela' fuq l-istess footprint għax għalkemm huwa vera li kien se jkollok ċerti vantaġġi, fis-sens li kont tkun qed tiffranka l-flus, pero` il-vantaġġi ma kenux se jiġu tradotti f'ambjent isbaħ għax konna se nispiċċaw b'gabuba fuq stil li għandna llum ġewwa St Lukes, jiġifieri b'żewġt ibtieħi bis-swali mdawrin magħhom.", "Meta llum naraw il-footprint li fuqu nbena sptar ta' 850 sodda taħt amministrazzjoni Nazzjonalista għal kif kellu jinbena sptar ta' 850 sodda taħt gvern Laburista, insibu li bħala area l-isptar qed jokkupa erba' darbiet dak li kellu jokkupa taħt l-amministrazzjoni preċedenti.", "Jiġfieri wieħed irid jifhem li hemm faċilitajiet li ma kenux maħsuba qabel.", "Jekk illum hemm car park li tieħu madwar 2,000 karozza din ħadd qatt ma ħolomha għal sptar ta' 450 sodda, li allura jfisser li kont trid tqatta' il-blat ...", "Jiġifieri hawnhekk m'aħniex qed nitkellmu fuq l-istess proġett, Sur President.", "Qegħdin nitkellmu fuq proġett li kemm-il darba għedna li rridu nwettquh bħala proġett tal-millennju għall-poplu Malti u huwa proġett li jrid jiżgura li nkomplu ngawdu l-ogħla livelli ta' kwalita` fis-servizzi tas- saħħa, mhux għal din il-ġenerazzjoni imma għal numru ta' ġenerazzjonijiet.", "Allura ħadna ħsieb li jekk fil-futur ikun hemm bżonn li ssir espansjoni ta' dawn is-servizzi, anke strutturali, ma nerġgħux nagħmlu l-iżball ta' 70 sena ilu meta kien inbena l-isptar San Luqa.", "Illum hemm area biżżejjed fejn wieħed jista' jifrex fl-art minflok ma jitla' 'l fuq għax m'hemmx bini illi jirrestrinġi l-espansjoni ta' l-isptar.", "Jiġifieri meta wieħed jibda jara dawn it-tip ta' fatturi, jinduna kemm verament m'aħniex qed nitkellmu fuq l-istess proġett.", "Allura l-paraguni, dejjem odjużi, isiru aktar odjużi meta xi ħadd jipprova jagħmel issue politika minn sptar li għandu l-għanijiet li jibbenifikaw minnu mhux in-Nazzjonalisti jew il- Laburisti imma l-poplu Malti għal ġenerazzjonijiet li ġejjin.", "Jiena niftakar li meta taħt amministrazzjoni Laburista konna nattendu s- social affairs committee u konna niġu biex niddiskutu l-isptar ta' Tal- Qroqq, ċerti membri u kollegi - mhux biss min-naħa ta' l-oppożizzjoni Nazzjonalista ta' dak iż-żmien imma anke min-naħa tal-gvern Laburista – kienu jistaqsu kif jista' ikun li dan l-imbierek sptar iddeċidew li jkabbruh għal 1,000 sodda mingħajr ħadd ma kien għadu għamel studju biżżejjed dwar kif sa nħaddmuh, kif sa mmexxuh u kif sa nsostnu proġett bħal dan, kollha fatturi dawn li issa bħala responsabbilta' qed jintefgħu fuq dan il-gvern, affarijiet li wieħed kien imessu rahom qabel ma ttieħdet id-deċiżjoni li minn 450 sodda jitilgħu għal 1,000 sodda.", "Dawn huma veritajiet li ma naħsibx li huwa l-lok li noqgħod nidħol fihom hawnhekk għax m'għandix ħin biżżejjed pero' żgur li ma nistgħux naħarbuhom, Sur President.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Galea.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Mr Speaker, il-Ministru semma' l-ispiża biex jinxtara l-equipment il-ġdid.", "Dan ifisser li ċertu equipment li qed jintuża bħalissa fl-isptar San Luqa m'huwiex se jiġi ttrasferit għall-isptar il- ġdid u allura l-isptar il-ġdid se jiġi attrezzat b'equipment ġdid u aktar modern?", "MR SPEAKER: Nieħu l-aħħar domanda.", "L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "JOE ABELA: Jista' il-Ministru jagħtina indikazzjoni x'se jiġri mill- istpar San Luqa, peress li hemm taħwida sħiħa u ħadd ma jaf x'se jiġri minnu?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Jekk hemm taħwida sħiħa ma jfissirx illi ħadd ma jaf x'se jiġri minnu imma li ħadd għadu m'hu informat u allura aħjar noqogħdu attenti kif nitkellmu.", "L-ewwelnett fl-isptar il-ġdid se titla' sistema diġitali, jiġifieri se tkun limitata ħafna l-kwalita' u t-tip ta' apparat li jista' jitla' mill-isptar San Luqa għall-isptar il-ġdid u dan l- eżerċizzju diġa' sar.", "Jien informat li meta 'l quddiem toħroġ it-tender tal- medical equipment u ta' l-IT, wieħed joqgħod attent li dawn iż-żewġ tenders kbar jikkordinaw flimkien għax kuntratt minnhom stmat Lm28 miljun u l- ieħor Lm10 miljun.", "Fil-verita' għadni kemm għedt li l-proġett ta' l-isptar il-ġdid se jkun komplet fis-sena 2010 fit-tliet fażijiet tiegħu.", "Jiġifieri din l-għaġla kollha li wieħed qed jaħseb li malli niftħu l-isptar il-ġdid irid ikollna soluzzjoni x'se nagħmlu bl-isptar San Luqa, aktar u aktar meta l- migrazzjoni tas-servizzi trid issir f'fażijiet differenti u aktar u aktar meta anke mil-lum hemm ipproġettat li partijiet mill-istpar San Luqa se jibqgħu joffru ċerti servizzi ...", "Naħseb li l-fatt li komplejna għaddejjin b'ċertu refurbishment ġewwa l-isptar San Luqa jindika li l-gvern mhux se jabbanduna St. Luke's. Huwa fatt li f'San Luqa għaddejjin b'ċertu upgrading, anke fis-swali.", "Wieħed irid jiftakar ukoll li bejn l-1995 u l-1996 ftaħna l-iżjed żewġ teatri sofistikati ta' l-ortopedija li hawn fl-Ewropa u fil-fatt infaqna Lm0.5 miljun għal tliet swali ġodda u anke nfaqna somom sostanzjali oħrajn f'servizzi differenti li żgur ma jagħmilx sens li nabbandunawhom.", "Mil-lum ukoll qegħdin ngħidu illi għalissa s-servizzi renali m'humiex se jkunu parti mill-ewwel servizzi li se jitilgħu fl-isptar il-ġdid.", "Jiġifieri jidher ċar minn dan li qed ngħid li altru li għad hemm użu għall-isptar San Luqa.", "Issa wieħed irid iħares daqsxejn b'lenti kritika lejn l-isptar San Luqa, Sur President.", "Fl-isptar San Luqa għandek l-iżvantaġġ li ma tistax tuża sezzjonijiet biss minnu u tħaddem tliet swali ta' l-ortopedija imma trid tħaddmu kollu kemm hu għax, per eżempju, il-boiler system tissupplixxi l-isptar kollu u għandek sistema ta' l-elettriku ta' 70 sena ilu u minkejja li għamilna upgrading, refurbishment u maintenance, ovvjament din is-ssistema ma tagħtikx il-flessibbilta' li tagħmel mill-isptar San Luqa dak li proprjament tkun tixtieq.", "Pero' hemm numru ta' options - per eżempju, wieħed jista' jagħmlu residenza għall-anzjani jew jista' ibiegħu jekk irid – li wieħed ikun irid jara skond dak il-mument meta niġu biex nieħdu d- deċiżjoni.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru Louis Galea.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra", "Lista ta' kotba ppubblikati minn uffiċjali għolja tal-MATSEC u lista tal-kotba fis-sillabi tal-Malti f'kull livell bejn l-2000 u l-2003, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 2353.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Ngħaddu issa għall-Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IR-RISTRUTTURAR TAT-TARZNARI", "DOCKYARD AND SHIPBUILDING YARD (RESTRUCTURING) BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mit-18 ta' Novembru, 2003.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joseph Abela huwa in possession.", "ONOR.", "JOSEPH ABELA: Mr Speaker, il-bieraħ kont qed nitkellem dwar x'benefiċċji kellha t-tarzna u x'tat lill-pajjiż tul is-snin.", "Fost oħrajn semmejt lin-nies tas-snajja' li mhux bilfors baqgħu limitati għat-tarzna biss.", "Xi wħud minnhom telqu mit-tarzna u għamlu ażjendi għalihom u mpjegaw ħafna nies, oħrajn illum qegħdin maċ-ċivil u qed jagħmlu xogħol siewi u hemm oħrajn li qed jaħdmu mal-privat.", "Semmejt ukoll il-fatt li t-tarzna kienet ukoll sors dħul ta' munita barranija peress li tagħmel xogħol fuq vapuri barranin.", "Sur President, meta jitkellem fuq it-tarzna wieħed irid jgħid li matul is- snin l-issue fuq din l-ażjenda dejjem kienet li rridu naraw kif tista' tiġi modernizzata u kif nistgħu b'xi mod nagħmluha sostenibbli - għallinqas ma tibqax tagħmel dak it-telf kollu - biex ma tkunx ta' piż daqstant kbir fuq il-poplu Malti.", "Jiena naħseb li kien hemm qbil bejn iż-żewġ partiti, għallinqas matul dawn l-aħħar snin, li għandna nipprovaw nagħmlu l-aħjar li nistgħu sabiex kemm jista' jkun inġibu x-xogħol lejn it-tarzna biex il- ħaddiema jkunu qed jaqilgħu l-paga tagħhom proprju mix-xogħol li jkunu qed jagħmlu.", "Forsi fuq il-metodu ma qbilniex, imma fuq fejn ridna naslu qbilna.", "X'kienet id-differenza?", "Għaliex illum qed nitkellmu fuq ristrutturar tat-tarzna?", "Għaliex illum qed nitkellmu fuq xi ħaġa konkreta?", "Sur President, hawnhekk ikun tajjeb li naraw x'ġara matul is-snin li għaddew.", "L-ewwelnett il-bieraħ għedt li ħafna drabi l-ħaddiema tat-tarzna sabu ruħhom ballun politiku bejn iż-żewġ partiti politiċi.", "Jiena naħseb li t-tnejn għamilna l-iżbalji tagħna li minnhom batew il-ħaddiema tat-tarzna.", "Qabel l-1978 il-partit Nazzjonalista kien jgħajjar ħafna lill-ħaddiema tat- tarnzna li ma kienu jagħmlu xejn u li kienu strument politiku f'idejn il- partit Laburista.", "Dan it-tip ta` tgħajjir kompla anke wara l-elezzjoni ta` l-1987 u kienu jgħidu li hemmhekk hemm ħafna impjegati żejda.", "Bqajna sejrin bit-tgħajjir u sadanittant bqajna, minn sena għal oħra, nippompjaw il- miljuni ta' liri mingħajr ma naraw kif b'mod konkret nistgħu nressqu lil din l-ażjenda lejn il-viabilita'.", "Sur President, kellu jkun proprju l-gvern Laburista ta` l-1996 immexxi minn Dr Alfred Sant li ried jagħti ħarsa lejn x'inhu eżattament qed jiġri hemm ġew.", "Niftakar kien hemm rapporti kkommissjonati miċ-chairman preżenti tad- dockyard, is-Sur Cassar White.", "Konna wkoll għaddejna liġi biex tinbidel il- kompożizzjoni tal-kunsill tat-tarzna biex ikun hemm iktar bilanċ bejn ir- rappreżentanti tal-gvern u r-rappreżentanti tal-ħaddiema.", "Tajjeb ukoll li nsemmu li fl-1979 kellna l-esperjenza fejn il-ħaddiema stess kienu qed imexxu t-tarzna u dak iż-żmien ġara l-istess ħaġa li saret illum, jiġifieri l-gvern kien ħafer id-dejn li kellha t-tarnza u kien investa biex ikollha l- aħjar makkinarju.", "Sur President, fl-1996, Dr Alfred Sant kien ikkommissjoni l-Appledore report li għamel ir-rakkmandazzjonijiet tiegħu fuq kif l-aħjar tista` tiġi ristrutturata t-tarzna.", "Dak iż-żmien fost affarijiet oħrajn kien intqal li t-tarzna għandha tinqasam f'żewġ sezzjonijiet - sħabi diġa' tkellmu fuq dan u m'hemmx għalfejn noqgħod nidħol fid-dettall – waħda minnhom tkun diretta lejn it-tiswija tal-vapuri u l-oħra diretta lejn proġetti differenti biex il-ħaddiema tat-tarzna li huma nies tas- sengħa jkunu aktar orjentati lejn dak it-tip ta' xogħol biex il-workforce ma tibqax ikkonċentrata biss fuq it-tiswija tal-vapuri minħabba l-fatt li x- xogħol tat-tiswija fuq il-vapuri naqas, u naqas mhux biss għal Malta imma naqas madwar l-Ewropa kollha.", "Jekk wieħed jara daqsxejn minn xiex inhuma għaddejjin bħalissa t-tarzni ta' l-Ewropa kollha jsib li dawn qed jiffaċċjaw l-istess problemi li għandha t- tarzna ta` Malta u kollha kemm huma ma jistgħux jgħaddu mingħajr is- sussidju li jagħtihom il-gvern sabiex ikunu jistgħu jkopru l- operazzjonijiet u l-ħidma li jwettqu fuq it-tiswija tal-vapuri.", "Għaliex naqas dan ix-xogħol?", "Dan ix-xogħol naqas għax ovvjament hemm tarzni oħrajn, fosthom dawk fl-Asja, li qed jaħdmu b'ħaddiema li jitħallsu bi ftit flus.", "Dawn it-tarzni jaħdmu bi prezzijiet ferm iktar baxxi minn dawk ta' tarzni Ewropej.", "Sur President, imma x'hemm stramb f'dan il-ftehim?", "X'ġara wara li waqa' l- gvern Laburista fl-1998?", "X'rajna wara li fl-1998 reġa` tela' fil-gvern il- Partit Nazzjonalista?", "Sar ftehim ieħor, ir-rappreżentati tal-ħaddiema tat- tarzna ġew imneħħija mill-bord, kien hemm biss rappreżentanti tal-gvern fuq il-bord, u ntqal li se jsir pjan ġdid billi l-ħaddiema jiġu offruti skemi differenti ta` irtirar kmieni sabiex it-tarnza tnaqqas l-ammont kbir ta' ħaddiema li kellha.", "Imma min applika għalihom dawn l-iskemi?", "Applikaw għalihom l-aktar nies tas-sengħa li proprju kellha t-tarzna u l-aktar nies li xtaqna li japplikaw għalihom ma applikawx.", "Allura ġara li n-nies tas- sengħa li applikaw telqu u bqajna b'dawk ta` mingħajr sengħa.", "Ovvjament kien hemm il-kontraversja bejn il-gvern u l-GWU fejn din ta` l-aħħar kienet qed tinsisti li l-ħaddiema ma kellhomx jiġu sforzati biex jieħdu dawn l- iskemi ta' l-irtirar.", "Imbagħad f'daqqa waħda xi ħadd induna li mhux talli mhux qed insolvu l-problema tat-tarzna talli qed inkomplu nimmankawha, għax kienu l-aħjar nies li kienu qed japplikaw għal dawn l-iskemi, u żammejna l- brejkijiet.", "Fil-fatt kien hemm anke l-problema tal-ħaddiema li għall-ewwel kellhom il-konferma li jistgħu jitilqu u jieħdu s-somma u f'daqqa waħda qalulhom li dik il-konferma m'għadhiex tgħodd.", "Sur President, dan qed ngħidu biex nagħti ħarsa lejn dak li wassalna s'hawnhekk.", "Issa bejn l-1999 sa qabel l-aħħar elezzjoni ma konna qed insemmu xejn dwar dan.", "Ma sar l-ebda attentat, la biex inħarrġu lill- ħaddiema u lanqas biex inġibulhom ix-xogħol.", "Imma ta` min jgħid, għax tajjeb li nsemmuh, li kellna żvilupp ieħor li suppost tgħidx kemm kien se jġibilna xogħol.", "Kellna ftehim man-navy Amerikana, li fl-opinjoni tiegħi għandu jħammrilna wiċċna għax qed nagħlqu għajnejna u nagħtu interpretazzjoni tal-kostituzzjoni kif jaqblilna, biex din tkun tista` ddaħħal il-bastimenti tal-gwerra tagħha jissewwew fit-tarzna ta` Malta.", "Niftakar li dakinhar kienu qalu li issa b'dan il-ftehim it-tarzna se jibda jkollha ħafna xogħol għax issa dalwaqt jidħol il-La Salle.", "Veru li ġie l- La Salle u veru li kien fih ftit xogħol, imma meta tlesta x-xogħol fuqu, dan telaq u ma ġiex ieħor.", "Il-vapuri militari baqgħu jidħlu fit-tarzna, u mhux wieħed u tnejn, imma ma kellhomx xogħol, jew jekk kellhom kienu jagħmluh in-nies tan-navy Amerikana stess.", "Sur President, lin-nies konna mlejnielhom rashom li b'dan il-ftehim konna se nsolvu l-problema tat-tarzna.", "Aħna nafu li kull meta kien hemm ix- xogħol fit-tarzna dejjem kien hemm l-inizjattiva politika mill-gvern.", "Fis- sebgħinijiet kien hemm l-interventi tal-gvernijiet tal-Perit Mintoff li fiż- żjajjar li kien jagħmel barra minn Malta dejjem kien jagħti priorita` lit- tarzni u kien jara kif se jġibilhom ix- xogħol.", "Per eżempju, hekk bdiet ix- shipbuilding.", "Issa tista` tgħid li ma kenitx vijabbli, imma għall-perjodu ta' żmien kienu proprju ċ-Ċiniżi li ħallsu l-pagi ta' dawk il-ħaddiema.", "Nistgħu ngħidu li bil-kuntatti li kienu jsiru mill-gvernijiet laburisti t- tarzna dejjem kien ikollha x-xogħol tagħha.", "Issa sfortunatament taħt dan il-gvern ħlief il-vapuri tan-navy Amerikana ma rajniex, għax dak kien il- ftehim ta` xogħol li għamel, u kulma ġie kien il-La Salle u mbagħad ma ġie l-ebda wieħed.", "Issa dan kien ta' periklu kbir għan-nies ta' Malta kollha, speċjalment għal tal-Kottonera għax kulħadd jaf x'perikli jġorru magħhom il- vapuri militari, u dan minbarra d-dehra kerha li jagħmlu fil-portijiet tagħna.", "Ma rajniex cruiseliners, ma rajna xejn minn dak il-ħafna kliem sabiħ li kien jingħad meta saru ftehim kollettivi differenti mal-GWU.", "Sur President, jiena nemmen li dak id-diskors li kien jingħad fl-1987 u wara kemm f'pajjiżna kif ukoll barra minn Malta tefa' dell ikrah fuq il- ħaddiema tat-tarzna li mhux dejjem kien jixraqilhom.", "M'iniex ngħid li kienu nies perfetti, mhux qed ngħid li ma sarux żbalji politiċi anke minn gvernijiet laburisti.", "Mela le, saru wkoll.", "U jekk irridu nkunu responsabbli, iż-żewġ naħat, irridu nammettu li ħafna drabi l-ħaddiema tat- tarzna spiċċaw ballun politiku f'saqajna.", "U qed nitkellem fuq il-ħaddiema tat-tarnza għax dawn m'humiex laburisti biss imma hemm nazzjonalisti wkoll li llum qed isofru.", "Sur President, għamilna ħames snin li matulhom neħħejna r-rappreżentanza tal-ħaddiema mill-kunsill, ħriġna l-iskemi ta' l-irtirar kmieni biex spiċċajna li n-nies tas-sengħa tellaqnihom mit-tarzna u għamilna ftehim man- navy Amerikana biex tagħtina x-xogħol, liema xogħol ma ġie qatt, apparti l- La Salle.", "Dawn it-tliet affarrijeit biss għamilna u xejn aktar.", "Imbagħad kellna \"bomba\" kbira, laħħaqna chief executive b'paga fenominali bl-iskop li jġibilna ħafna xogħol.", "Imbagħad minn wieħed spiċċajna laħħaqna ieħor li kellu wkoll żewġ assistenti miegħu, ovvajment bl-istess skop li nġibu x- xogħol u dan ix-xogħol ma rajnieh qatt.", "Kulħadd għadu jitkellem fuq il-La Salle u meta dan jiġi Malta anke biex jagħmel xi xogħol minimu tgħidx kemm naqraw fil-gazzetti li ġej ix-xogħol għat-tarzna.", "Sur President, il-GWU u l-gvern irnexxielhom jaslu għal dan il-ftehim kollettiv li għandna quddiemna llum.", "Sħabi tkellmu fuq ħafna aspetti ta' dan il-ftehim, pero` jiena se nitkellem fuq aspett wieħed.", "Il-ħaddiema li rċevew l-ittra marru l-uffiċċju, kif kienu mitluba, sabiex jingħataw aktar informazzjoni fuq l-iskemi li kellhom u fuq l-option l-oħra li jibqgħu ma' l-Industrial Projects and Services Limited.", "L-ewwelnett jiena naħseb li hemm flaw fil-ftehim.", "Ma nafx kif il-gvern aċċetta li jieħu miegħu 900 ruħ u jpoġġihom f'kumpannija li minn ħafna ġiet deskritta bħala white elephant.", "Jiġifieri din il-kumpannija se tassorbi dawn il-ħaddiema kollha u m'għanda l-ebda skop ieħor partikolari ħlief li lil dawn il-ħaddiema tqassamhom mal- kunsilli lokali jew fid-dipartimenti tal-gvern u min irid minnhom jista' jmur mal-privat.", "M'aħniex qed nitkellmu fuq rakkmandazzjonijiet li kien hemm qabel, jiġifieri li jsir xi ħaġa speċifika proprju għalihom.", "M'aħniex qed niktellmu fuq retraining ta' dawn il-ħaddiema.", "M'aħniex qed nitkellmu fuq xogħol vijabbli għalihom u se nkomplu nkabbru l-problema.", "Għaliex?", "GĦax aħna nafu li l-gvern diġa' għandu problemi ta' nies żejda miegħu.", "Allura se ndaħħlu lil dawn il-ħaddiema u se nkomplu nitgħabbew bil-problema ta' nies żejda.", "Id-differenza hi li minflok se tkun fuq naħa, il-problema se nitfugħa fuq naħa oħra.", "Qed ngħid hekk mhux biex neħodha kontra l-ħaddiema, anzi ngħid li kien pass ta' min ifaħħru l-fatt li l-ħaddiema ngħataw il-garanzija tax-xogħol għax serraħnielhom rashom li għallinqas il-paga se jeħduha.", "Dan kien pass ta' min ifaħħru u pass li għallinqas evita ħafna inkwiet u naħseb li kien tajjeb biex nibdew nibnu fuqu.", "Imma l-metodu kien ħażin, u naħseb li ma fiha xejn ħażin li nikkritikaw il-metodu ta' kif saru l-affarijiet.", "Bilfors li l-ħaddiema jħossuhom inkwetati.", "Għaliex?", "Għax l-ewwelnett wieħed mill- ikbar żbalji li sar kien li lil dawn il-ħaddiema qalulhom: Oqogħdu xahar vaganza d-dar u ta' dan ix-xahar nħallsukom xorta.", "Dan iktar ħoloq tenzjoni fost il-ħaddiema.", "Agħar minn hekk, meta l-ħaddiema rċevew l-ittra dawn kienu mitluba jmorru kollha f'daqqa f'ġurnata waħda.", "Jiena skantajt kif din il-ħaġa ġiet organizzata hekk għax kienet xi ħaġa li setgħet ġiet organizzata aħjar.", "Seta' forsi wieħed jgħaqqadhom fi gruppi u jingħataw appuntamenti fi ġranet differenti ħalli jkunu jistgħu jiġu nformati b'mod diċenti u mhux qishom merħla mogħoż kulħadd jistenna b'tensjoni kbira, u l-ħaddiema l-ETC jipprovaw ilaħħqu mal-folla.", "Dan ma kienx mod kif isiru l-affarijiet.", "Din il-ħaġa ma kenitx organizzata b'mod uman.", "Vera li kien hemm ġimgħa sħiħa ċans biex wieħed imur, imma wieħed kellu jifhem li min se jirċievi l-karta se jaqbad u jmur mill-ewwel.", "Aħna nafu li dawn l-affarijiet normalment jiġu organizzati aħjar.", "Sur President, hawnhekk jidħol ukoll il-lat uman.", "U fejn jidħol?", "Inti trid tqis li fost dawk il-ħaddiema kellek nies li kienu ilhom 30 sena jaħdmu fit- tarzna.", "Qed nitkellem hekk għax iż-żewġ partiti fhimna li din m'hijiex biss problema li trid tiġi ffaċċjata mill-aspett ekonomiku, imma trid tiġi ffaċċjata wkoll mid-dimensjoni soċjali.", "Iż-żewġ partiti fhimna din il-ħaġa għax kieku ma wasalniex għal dan il-ftehim.", "Imma wara li fhimna li hemm dimensjoni soċjali għall-problema, possibli ma nifhmux li meta taqbad lil xi ħadd - u mhux qed nitkellmu fuq persuna waħda imma fuq diversi persuni – li ilu 30 sena jaħdem fl-istess post u tgħidlu li mil-lum spiċċajt se toħloq ċerta tensjoni?", "Ma nafux li tħalli bniedem xahar sħiħ jistenna risposta se toħloq aktar tensjoni bla bżonn u se tqajjem anke mistoqsijiet bla bżonn?", "Meta barra minn Malta jkun hemm kumpanniji kbar li jkunu se jagħtu l-lay-offs, jaqbdu u jkeċċu n-nies, ġieli anke jimpjegaw psikologi biex ikunu jistgħu jidderiġu l-ħaddiema fuq dan l-aspett.", "Jiena naf diversi każijiet ta' ħaddiema li diġa' qed jinkwetaw fuq il-futur inċert tagħhom, u għandhom raġun.", "Dawn jafu li l-ewwelnett il-gvern mhux se jkun qiegħed idaħħalhom miegħu.", "Dawn se jibgħqu ma' l-Industrial Projects and Services Limited bħalma kien ġara fil-każ tal-ħaddiema tal-Kalaxlokk.", "Kulħadd jaf kif spiċċaw il-ħaddiema tal-Kalaxlokk illum.", "Mhux bilfors jinkwetaw meta l-gvern qed jgħid li hemm bżonn li 450 minn dawn ħaddiema jaċċettaw li jirtiraw kmieni.", "Mhux bilfors li dak li jkun iħossu mimli bit- tensjoni.", "Jekk kellu jintbagħat mal-kunsilli lokali għax ma nbagħatx mill- ewwel?", "Għax kellna nistennew xahar sħiħ biex nagħmlu dan?", "Jien nifhem li l- gvern kien forsi qed jistenna sakemm ikun hemm dawk in-nies li jkunu ear- marked għall-iskemi ta' l-irtirar.", "Imma anke hemmhekk mhux se nkunu qed insolvu problemi.", "Sur President, ħalli niġi issa għal mod ta' kif saru l-assessments.", "Jiena skantajt nara nies tas-sengħa b'saħħithom ta' 40 sena u anke anqas, bħalma huma welders, li ġew rifjutati mit-tarzna.", "Ħadd ma jaf kif saru dawn l- assessments.", "Ħadd ma jaf kif intgħażlu n-nies.", "Ħadd ma jaf x'kienu l- kriterji.", "Li nafu żgur hu li kulmin min xellef difrejh mal-manager tiegħu spiċċa ma' l-Industrial Projects and Services Limited.", "Il-ħaddiema li xellfu difrejhom, min għax kellu kwestjoni mod u min għax kellu kwestjoni mod ieħor, spiċċaw kollha ma' din il-kumpannija.", "X'setgħa ġara allura biex wasalna f'din is-sitwazzjoni b'din l-għaġġla kollha din is-sena?", "Il-gvern qiegħed jipprova jikkonvinċina u jgħidilna: Isma, dan ma sarx minħabba l- Unjoni Ewropea.", "Din qed nagħmluha għax nemmnu li t-tarzna rridu nġibuha verament vijabbli.", "Imma aħna nistgħu neħduh bis-serjeta` lill-gvern?", "Xi jgħid il-ftehim li għamel il-gvern ma' l-Unjoni Ewropea?", "Dan il-ftehim jistabbilixxi li l-UE tagħti għajnuna ta' Lm450 miljun sas- sena 2007 lit-tarzna ta' Malta li Lm300 miljun minnhom ikunu jkopru d-dejn li għandha u l-kumplament, Lm17 miljun fis-sena jintużaw sabiex it-tarzna tqum fuq saqajha.", "Issa kulmin iħares lejn l-esperjenzi ta' tarzni oħra Ewropej u kulmin iħares lejn x'inhu jiġri fis-swieq internazzjonali fit- tiswija tal-vapuri jaf li b'dan il-metodu m'aħniex se naslu u jaf li dan il- metodu se jmur kontra l-ħaddiema tat-tarzna.", "Jaf li anke jekk nippumpjaw dawn il-flus m'aħniex se naslu.", "Għaliex?", "Għax tarzni oħra fl-Ewropa għandhom sussidji differenti, mhux sussidji bħal tagħna.", "Per eżempju, l- Italja għandha n-navy tagħha u din tutilizza t-tarzni tagħha u allura dak ikun sussidju indirett.", "Din il-biċċa xogħol jagħmluha t-tarzni Franċiżi, it-tarzni Ġermaniżi u tarzni oħrajn fl-Ewropa.", "It-tarzni l-oħrajn li ma setgħux jagħmlu hekk x'kellhom jagħmlu?", "Kellhom jiġu privatizzati.", "U hawnhekk jien nixtieq nistaqsi: X'inhi l-intenzjoni vera tal-gvern?", "Li jġib lit-tarzna vijabbli jew li jipprivatizzaha, u dan huwa l-ewwel eżerċizzju biex innaqqsu mill-ħaddiema li hemm sabiex nagħmluha attraenti għal xi ħadd biex ikun jista' jieħu f'idejh it-tarzna?", "U dan hu li qed ibeżżagħni lili.", "Aħna diġà nafu li l-baċiri qed jiġu aġġustati skond kif jaqbel in-navy Amerikana.", "Issa ta' min jgħid li n-navy Amerikana mhux qed tħalli xi qligħ kbir hawn Malta għax meta titkellem mal-ħaddiema u ma' wħud minn dawk li qegħdin fi gradi maniġerjali fit-tarzna jgħidulek li x-xogħol li qed jagħtu l-vapuri Amerikani lit-tarzna ta' Malta huwa redikolu.", "Sur President, kieku l-gvern ried isolvi l-problema tat-tarzna kien jibda jsolviha ħafna aktar qabel.", "Kellu 15-il sena ċans.", "Allura x'kien qed jagħmel mill-1987 sa l-1996 meta kien jagħti dawk il-miljuni kollha lill- ħaddiema mingħajr ma jiċċekkja xejn x'kien qed jiġri u mingħajr ma jipprova jġib xogħol lit-tarzna?", "Ejja ngħidu li dak għadda.", "Pero' wara l-1996 għallinqas inħoloq consensus f'dan il-Parlament biex l-affarijiet fit- tarzna jibdew isiru b'mod differenti.", "U tajna s-sinjal proprju aħna, gvern Laburista, u deherna koroh aħna stess mal-ħaddiema tat-tarzna u kellna prezz politiku x'inħallsu.", "Imma mill-1999 sal-lum x'għamel il-gvern?", "Dan neżża' lit-tarzna mill-ħaddiema l-aktar tas-sengħa u daħħalna fi ftehim man-navy Amerikana, wikkiha b'pagi ġodda ta' nies taparsi professjonali li suppost kellhom jġibulna ħafna xogħol u li fil-verità ma ġabulna xejn.", "Jien nappella lill-gvern sabiex verament iżomm il-wegħda tiegħu li jipprova jagħmel ħiltu sabiex it-tarzna timxi 'l quddiem.", "U jiena nawguralu lill- gvern, u min-naħa tagħna appoġġ se jsib jekk jieħu inizjattivi biex iġib xogħol lejn it-tarzna.", "Inutli li noqogħdu ngħajru lil-ħaddiema tat-tarzna li ma jridu jagħmlu xejn.", "Mingħajr l-intervent u l-inizjattiva politika it- tarzna ma tistax tqum fuq saqajha.", "Aħna nafu x'għamel il-gvern ta' Tony Blair meta l-ministeru tad-difiża ried jordna xi helicopters u l-ministru tal-finanzi tiegħu xtaq li dawn l-ajruplani jiġu ordnati barra mill- Ingilterra għax kienu jiġu irħas.", "Il-Ministru tad-Difiża u l-Prim Ministru appoġġaw l-għażlu l-kuntratt tal-kumpannija Ingliża biex tkompli ssostni l-ħaddiema tagħha.", "Issa aħna rridu nġibu quddiem għajnejna biċċa xogħol oħra.", "Jekk ikollna ħafna nies li jieħdu l-benefiċċji soċjali xorta l-pajjiż irid jara x'se jagħmel bihom.", "Xorta l-pajjiż irid jara minn fejn se jġib dawk il-flus u xorta l-pajjiż se jkun qed jissogra li jkollu instabilità soċjali.", "U ma nistgħux inkomplu sejrin li r-ristrutturar ifisser tkeċċija ta' ħaddiema bilfors!", "Qabel l-elezzjoni l-gvern ma kienx jgħidilhom dan lill-ħaddiema, u hemm qiegħda d-diżonestà.", "U għalhekk illum aħna qed nuru s-solidarjetà tagħna ma' l-union għax qabel l-elezzjoni dan id-diskors ma kienx isir.", "Qabel l-elezzjoni konna ngħidu li kollox miexi sew u bil-wiċċ tost kollu konna nibagħtulhom l-ittri u niggarantulhom ix-xogħol u ngħidulhom li m'għandhomx għalfejn jinkwetaw.", "Pero' l-verità kienet li ħallejna l- problemi għall-aħħar u llum qed ngħidulhom li għamilna dak il-ftehim u jridu jieħdu dak li hemm.", "Jien nixtieq nikkonkludi d-diskors tiegħi billi nawgura lill-gvern sabiex jimpenja ruħu ħalli jġib ix-xogħol lejn it-tarzna u ma jibqax iħares lejn il-ħaddiema tat-tarzna mil-lenti politika.", "Illum ma tistax tibqa' tħares lejhom b'dan il-mod.", "Hemmhekk hemm ukoll ħaddiema Nazzjonalisti – u jien insellmilhom minn hawnhekk ukoll - u jekk issegwu Radio 101 tkunu tafu min huma n-nies li qed iċemplu lil David Casa, tistgħu tiċċekkjawhom.", "Illum irridu nibdew nitkellmu f'termini ta' ħaddiema għax jekk irridu nibdew rebbiegħa ġdida l-ewwel ma rridu nagħmlu huwa li nneħħu l-preġudizzji.", "Ma jistax jibqa' jkollna preġudizzji fuq in-nies tat-tarzna imma rridu nbiddlu l-lingwaġġ.", "Ma nistgħux nibqgħu ngħajru lill-ħaddiema tat-tarzna li qegħdin piż fuq il-pajjiż.", "Hawn ħafna affarijiet li huma ta' piż fuq il- pajjiż.", "Eżempju wieħed huwa li dan l-aħħar għamilna public private partnership biex taparsi nsebbħu r-roundabouts.", "Il-Gżira għamilna oasis tas- siġar tal-palm.", "Waħħalna 12-il siġra tal-palm f'roundabout li jiswew Lm500 kull waħda.", "Dan ifisser li nfaqna Lm6 ̧000 f'roundabout!", "Allura dawn mhux affarijiet tal-mistħija!", "(Interruzzjonijiet) Issa tinqala' meta jkun hemm it-toroq ġodda wkoll.", "Jien se nagħlaq hawnhekk biex nagħti ċans lil ħaddieħor ikompli bid-diskussjoni.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Charles Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Sur President ̧ l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna jissiġilla d-drydocks corporation u l-Malta shipbuilding kif nafuhom sal-lum, żewġ istituzzjonijiet li għandhom storja soċjali u ekonomika ma' pajjiżna.", "Dawn huma żewġ entitajiet li twaqqfu b'liġi u issa se jassorbu x-xogħol u l-ħaddiema ta' dawn iż-żewġ entitajiet u effettivament iż-żewġ kumpanniji ġodda se jkunu wkoll kumpanniji tal- gvern, jiġifieri se jkunu public companies li jaqgħu taħt l- amministrazzjoni pubblika.", "Dawn l-ażejndi huma importanti ħafna għax fl-ambitu ta' pajjiżna li jkollok azjenda li tħaddem 2,500 ruħ hija kkonsidrata bħala industrija kbira.", "Pero' f'pajjiż bħal tagħna fejn madwar 96% tan-negozji huma micro businesses u microindustries, l-impatt tagħha, kemm fuq is-suq tax-xogħol kif ukoll fuq il-pajjiż u l-aspett soċjali tal-familji huwa pjuttost qawwi.", "Naħseb li fost l-affarijiet li rridu nikkonsidraw huwa li l-ewwelnett irridu naraw kif se nħarsu lejn it-tarznari u lejn il-futur tagħhom.", "It- tieni nett rridu naraw kif nutilizzaw il-workforce tagħna, li aħna nikkonsidraw li hija l-uniku riżors li pajjiż jista' jistrieħ fuqu.", "Irrdu naraw għandniex inħeġġu n-nies li huma skilled jirtiraw kmieni u jispiċċaw jieħdu xi benefiċċji soċjali u nħallsuhom mit-taxxi tal-poplu minflok nużawhom f'oqsma oħra produttivi ta' l-ekonomija.", "U dan minkejja li ħafna minnhom jistgħu jkunu taħt il-55 sena, taħt il-50 sena ̧ taħt il-45 sena u anke taħt l-40 sena.", "Allura filwaqt li qed ikun irrimarkat – anke fir-rapport tal-monitoring ta' l-UE – li r-ratio tal-working population ma' dawk li huma available għax- xogħol huwa wieħed mill-aktar baxx f'pajjiżna u dan minnu nnifsu jirrifletti li jkollok downturn fl-ekonomija ̧ xorta l-gvern għaddej b'dan l- isforz li nies li huma skilled iħeġġiġhom biex jidħlu fl-iskemi ta' irtirar kmieni minflok isib eżerċizzju li forsi huwa aktar iebes, eżerċizzju li jieħu aktar fit-tul u nipprovaw nagħmlu deployment tagħhom f'oqsma aktar produttivi, anke wkoll jekk jinvolvi li jkun hemm it-taħriġ.", "It-tielet punt li rridu nikkonsidraw anke f'dan il-kontest – fl-aħħar mill- aħħar aħna qed nitkellmu fuq il-ħaddiema, l-impjieg u s-sigurtà tagħhom – huwa li wieħed ma jistax ma jirrimarkax dwar il-qagħda li qed tipprevali primarjament fil-qasam tal-manifattura.", "Fil-fatt il-bieraħ jew il- bieraħtlura l-FOI spejgat kif aħna tlifna l-kompetittività.", "Dik hija l- problema li rridu niffokaw fuqha u nindirizzaw.", "Il-President ta' l-FOI qal li huma mhux qed jgħidu li għandha tonqos il-paga tal-ħaddiema jew li l- ħaddiema ma jeħdux iż-żidiet imma l-produzzjoni u l-unit cost ta' dik il- produzzjoni għandu jiżdied ukoll.", "Dan il-prinċipju ma tistax ma tabbraċċahx għax huwa prinċipju li jwasslek biex tissana s-sitwazzjoni ekonomija u jkollok u jkollok sigurtà aktar ta' l-impjieg.", "Pero' huwa importanti li anke l-operaturi diretti fil-qasam tal-manifattura tramite l-president tagħhom stqarr dan il-punt.", "Dan huwa fatt importanti għax anke fis-settur privat kuljum qed ikollok lay- offs ta' nies u allura naħseb li huwa tajjeb li hawnhekk nesprimu s- solidarjetà tagħna magħhom u minn hawnhekk nerġa' ntenni kemm kien f'waqtu meta xi sena u nofs ilu l-GWU kienet għamlet appell lill-gvern u lis- soċjetà ċivili kollha li s-sitwazzjoni tal-qgħad qed tiggrava.", "Għalhekk ikun importanti li kollettivament naraw kif inżommu din is-sitwazzjoni milli tmur għall-agħar, nirrendu lill-pajjiż aktar kompetittiv u b'hekk verament inkunu nistgħu nġibu investiment dirett u produttiv għax dak huwa s-sinifikat tal-progress fil-pajjiż mhux il-kliem fil-vojt, l-istatistika u l-figuri li mhux dejjem jirriflettu l-fatti kif inhuma.", "Il-fatti huma li inti jkollok l-investiment ġej dirett, kemm lokali u kemm minn barra, ikollok iż-żieda fl-impjiegi, ikollok il-bejgħ aktar għall- esportazzjoni u jkollok ukoll konsum akbar fil-pajjiż minħabba l-fatt li jkollok aktar flus fl-idejn.", "Dawn huma fatturi li kollettivament il-mutur ekonomiku jkabbruh.", "Nerġa' ntenni li mill-fatti kif qed jiżviluppaw, dawn il-fatturi huma kollha sejrin lura u naħseb li fid-dawl ta' dan il-qasam hekk importanti tat-tarznari wieħed irid jikkonsidrah fi kwadru sħiħ.", "Sur President, kif inħarsu lejn it-tarznari?", "Hawnhekk dejjem jingħata l- lip service li t-tarznari rriduhom hemm u li dawn irridu nirrenduhom vijabbli.", "Jien nagħti l-benefiċċju tad-dubju.", "Iva, l-industrija tat- tarznari għal pajjiżna li huwa pajjiż f'nofs il-Mediterran hija waħda mill- aktar importanti.", "Irridu niftakru li l-baħar Mediterran huwa l-aktar baħar li għandu kummerċ ta' trasport, kemm ta' tankers ̧ kemm turistiku u anke trasport marittimu ieħor, allura jista' jaffordja li jkun hemm bżonn tal- ħidma tat-tarznari.", "Ovvjament trid tkun ħidma li ma tkunx marbuta biss mal- kriterji u prattiċi tal-passat, imma jridu jkunu ppreparati u aġġustati biex ikunu jistgħu jikkejterjaw għall-bżonnijiet ġodda ta' dan it-tip ta' negozju li qiegħed dejjem jikber.", "Fil-kontest ta' pajjiżna, bħala ċentru ta' trasbord, dan huwa element importanti ħafna.", "Għalhekk huwa fattur importanti li t-tarznari lokali għandhom is-swieq tagħhom li jistgħu jiżviluppaw fil-qasam tal-bini tal-yachts ̧ fil-qasam tal-winterizing tal- yachts, tal-manutenzjoni tal-yachts u tat-tankers li jkunu għaddejjin mill- ibħra Mediterranji u tat-trasport kollu marittimu bil-kumplikazzjonijiet kollha tiegħu.", "Dan ifisser li s-suq qiegħed hemmhekk.", "Dan huwa suq kompetittiv u allura effettivament nerġgħu niġu għal dak li għedt fil-bidu li rridu nħarsu lejn il-kompetittività.", "Huwa importanti f'dan il-kwadru, li filwaqt li ħafna drabi l-gvern dejjem jattakka s-swieq internazzjonali billi jgħid li dawn qegħdin ħżiena u prekarji u allura jattribwixxi d-downturn li qed insofru f'pajjiżna għal dan il-fatt, effettivament matul dawn l-aħħar żewġ quarters ta' din is-sena kien hemm progress u ċertu element ta' ottimiżmu fis-swieq internazzjonali - kemm fis-suq Amerikan kemm fis-suq Ġappuniż kif ukoll fis-swieq Ewropej - li pajjiżna bħala ekonomija miftuħa ħafna normalment għandu jkun affettwat pożittivament minnu.", "Pero' skond l-aħħar rapporti tal-Bank Ċentrali dan l- effett mhux qed jinħass.", "Jien naħseb li dan huwa dovut għall-punt ukoll li ssolleva l-President tal-FOI u kwartieri oħra li l-kompetittività f'pajjiżna minħabba diversi fatturi spiċċat jew tnaqqret sew u allura pajjiżna qed ibati minn dan il-fatt.", "Issa ħalli nitkellem ftit fuq din il-liġi li qed niddiskutu bħalissa.", "Dan il-gvern qed jitlob lil dan il-Parlament biex japprova din il-liġi u kontinwament, għalkemm hija liġi li tgħid kif se jinbidlu t-tarznari, kull darba qed niddiskutu wkoll it-termini u l-kondizzjonijiet tal-ħaddiema.", "Il- kuntratt li għamlet il-union fuq il-kondizzjonijiet tax-xogħol, kif jinbidlu l-work practices eċċ. naħseb li minnu nnifsu huwa kuntratt tajjeb li jipproteġi u jħares l-interessi tal-ħaddiema.", "B'dan l-ewwel ftehim li għandna quddiemna llum, bħala collective agreement fil-ħidma tagħhom fuq il-post tax-xogħol, fuq il-health and safety tagħhom u fuq il- kondizzjonijiet tax-xogħol, naħseb li l-ħaddiema huma salvagwardati.", "Jonqos ukoll, biex wieħed jagħmel ir-rimarka, li effettivament nistennew li 'l quddiem se jsir ftehim kollettiv ieħor li jissana l-kondizzjonijiet u l- benefiċċji li għandhom il-ħaddiema li se jmorru ma' l-Industrial Projects and Services Limited, liema ħaddiema qed ikunu mħeġġa, kif diġa' għedt, biex jirtiraw kmieni mix-xogħol.", "Fl-opinjoni tiegħi dan huwa żball u m'hijiex it-triq 'il quddiem.", "Barra minnhekk se jkun hemm ukoll it-tieni fażi ta' l-eżerċizzju - u jkun tajjeb li fil-winding-up l-minsitru jagħtina spjegazzjoni kif se jsir dan l- eżerċizzju – ta' kif dawn il-ħaddiema se jiġu deployed f'oqsma oħra ta' xogħol biex effettivament l-iskills tagħhom ikunu utilizzati aħjar.", "Allura meta wieħed jara li qed nitkellmu biss fuq parti waħda, il-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema, wieħed jibda jistaqsi diversi mistoqsijiet.", "Għalhekk minn din in-naħa qed ngħidu li tan-naħa l-oħra m'għandhomx jistennew li jkollhom l-approvazzjoni min-naħa tagħna, għax hemm ruxxmata mistoqsijiet dwar ir-ristrutturazzjoni tat-tarzna li jeħtieġ ikollhom ir- risposta.", "Sur President, l-ewwel mistoqsija li l-gvern irid jirrispondi hija din: X'inhu l-għan tal-gvern dwar it-tarznari?", "Se jkollna l-commitment, li nagħtuh mija fil-mija, li jrid isir l-almu kollu biex it-tarznari jibqgħu vijabbli, jikbru u jissaħħu u li nħarsu 'l quddiem ħalli dawn ikunu oqsma li jipprovdu opportunitajiet ġodda ta' xogħol?", "Ovvjament dan minħabba l- investiment li jrid isir fihom, it-training ta' apprendistat u re-training tal-ħaddiema li hemm u biex effettivament ikollok marketing qawwi biex dawn jikbru u jissaħħu.", "Qed ngħid dan għax fl-istqarrija li għamel l-Onor.", "Lawrence Gonzi f'din il-Kamra fl-ewwel paragrafu jingħad hekk:", "\"Nixtieq ninforma lill-Kamra li llum ġie ffirmat ftehim kollettiv il- ġdid tal-ħaddiema tat-tarznari, ftehim li ntlaħaq f'qafas aktar wiesa' li jindirizza l-qofol tal-proċess tar-ristrutturazzjoni li dan il- gvern impenja ruħu li jwettaq għall-ġid ta' pajjiżna,...\"", "Sur President, jiena dejjem tkellimt straight.", "Jien nikkundanna work practices li jipprovokaw u jmexxu 'l quddiem l-iskartar tax-xogħol, jagħmilhom min jagħmilhom.", "Mhux qed ngħid għal dak u jew għall-ieħor, imma bħala prinċipju.", "Jiena nemmen li d-drittijiet għandhom ikunu salvagwardati u rispettati.", "Pero' kull dritt iġorr miegħu responsabbilta' u nemmen ukoll li r-responsabbilta' trid tinġarr mija fil-mija.", "Bħalma d-dritt jiġi salvagwardat mija fil-mija anke r-responabbilta' għandha tinġarr mija fil- mija.", "Imma m'huwiex sew li kull meta niltaqgħu ma' kriżi jkunu l-ħaddiema tat-tarzna li effettivament jispiċċaw il-punching bag ta' dan il-gvern.", "Nipprovaw noħolqu issue politika u ngħidu li l-ħaddiema tat-tarzna assorbew Lm15 miljun mill-pajjiż.", "Ara f'Ġunju tas-sena l-oħra, biex jiftaħar il-Viċi Prim Ministru kien qal li bix-xogħol tal-La Salle u b'xi xogħol ieħor it- turnover kien ħafna iktar mill-ispejjeż għal matul dik is-sena.", "Allura dak il-punt li jekk għandek ix-xogħol fit-tarzna l-losses tiegħek se jkunu ħafna inqas ma jsemmih ħadd?", "U allura jekk niġu għal dan għaliex dejjem il- ħaddiema tat-tarzna.", "Jien għamilt mistoqsija parlamentari dwar kemm jieħdu sussidji kumpanniji tal-gvern u mir-risposta ħareġ li f'disa' xhur kienu diġa' ħadu Lm85 miljun.", "Fost dawn kien hemm fondazzjonijiet ta' l-iskejjel, tal-wirt storiku u awtoritajiet bħalma hija l-MEPA u oħrajn.", "Dawn kollha jieħdu l- flus migħand il-gvern biex ifendu, ħadd minnhom ma huwa self-reliant.", "Hemm ukoll entitajiet kummerċjali, fosthom il-Freeport, li minn sena għal sena jieħdu s-sussidju mingħand il-gvern.", "Jien mhux qed ngħid li dan mhux ġustifikat, imma mhux sew li nidentifikaw kategorija waħda ta' ħaddiema biex indawru l-opinjoni pubblika kontra tagħhom.", "Imbagħad biex inkattru l- ipokrezija meta jkun hemm xi traġedja kulħadd ikun minn ta' quddiem, jimsaħ id-dmugħ u jibki minħabba dak li seħħ f'dik it-traġedja.", "Dawn huma affarijiet li naħseb la jsaħħulna l-kredibilita' u lanqas jagħmluna ġid.", "GĦalhekk il-mistoqsija ta' fejn irridu nwasslu t-tarznari.", "Sur President, biex wieħed ikompli jsaħħaħ dan l-argument jiena mort lura għal meta f'Ġunju tas-sena li għaddiet il-gvern għamel stqarrija f'din il- Kamra.", "F'din l-istqarrija kien qal li t-task force li kienet twaqqfet f'Settembru 2001 li kellha tieħu ħsieb ir-ristrutturar tat-tarznari kellha din it-termini ta' riferenza: Twessigħ tal-missjoni tat-tarznari għal wieħed ta' ażjenda industrijali aktar wiesa'.", "Dan aħna ma nistgħux naqblu miegħu għax kien gvern Laburista li fl-1997 kien ħa ħafna inizjattivi billi kkommissjoni ħafna rapporti fosthom dak ta' appledore, tal-Malta Drydocks Task Force Minutes and Decisions li sar fi Frar 1997 u r-rapport Restructuring Project - New Proposed Personnel Allocation ta' l-1998.", "It- task force min-naħa ta' gvern Nazzjonalista twaqqfet tliet snin wara.", "Mela għamilna tliet snin li fihom ma sar xejn, u ovvjament meta ma tagħmel xejn jekk għandek problema, din se taggrava.", "U qed ngħid ma sar xejn għax fid- dikjarazzjoni li l-Onor.", "Gonzi għamel f'Ġunju 2002 kien qal li t-task force li kien waqqaf il-gvern f'Settembru tas-sena 2001 ibbażat il-ħidma tagħha fuq ir-rapporti li kienu lesti fis-sena 1997.", "Mela f'dak il-perjodu effettivament ħallejna l-affarijiet hemmhekk, ma ħadna l-inizjattiva ta' xejn, u jekk kienu ħżiena komplew iggravaw.", "Sur President, dan irrid ngħidu ħalli fil-kwadru tal-proċess tar- ristrutturar jinġarr kollox.", "L-appell tal-gvern kien li j'Alla l-ħaddiema jassumu r-responsabbilta' u jagħmlu l-parti tagħhom.", "U jiena nħeġġiġhom biex jagħmlu dan.", "Bħalma diġa' għedt, id-drittijiet tagħhom għandhom ikunu sanati, pero' r-responsabbiltajiet tagħhom iridu jġorruhom, kull ħaddiem, mill-kbir nett sa l-inqas wieħed.", "Pero' kulħadd irid ġorr ir- responsabbilta', l-ewwelnett għaliex għaddew tliet snin sħaħ biex bdiet tittieħed xi inizjattiva.", "Mela t-task torce kellha l-missjoni li tagħmel mit-tarznari ażjenda industrijali aktar wiesgħa.", "Kellu jkun hemm skemi ta' razzjonalizzazzjoni tal-proprjeta' u l-impjanti, jiġifieri kif il- proprjeta' u l-assets tagħha jkunu utilizzati aħjar, għax waħda mill-iktar ħaġa ħżiena fi kwalunkwe negozju hu li jkollok assets reqdin ma jagħmlu xejn għax dawk ikunu qegħdin jiswewlek il-flus u ma tieħu xejn minnhom.", "Ir- rationalisation ta' l-assets, kif se tutilizzahom aħjar għall-ġid ta' l- ażjenda, u dak li hu żejjed tbiegħu hija waħda mill-aktar prattiċitajiet importanti u dan jiġri f'kull proċess ta' ristrutturar fid-dinja kollha.", "It-tielet punt kien pjan ta' investiment għall-modernizzazzjoni.", "Għaliex?", "Għax inti ma tistax tgħid li trid ittejjeb il-produzzjoni tiegħi u ma jkollokx l-investiment fl-equipment li jirrendi l-produzzjoni tiegħek iktar effiċjenti, aħjar u iktar ekonomika.", "U ovvjament imbagħad ir- razzjonalizzazzjoni tal-ħaddiema, trid tara l-bżonn tal-labour force li inti jkollok għal dik l-azjenda partikolari u struttura ta' management ġdida u effettiva.", "Tajjeb li ngħid ukoll li fir-rigward tar-raba' punt fejn għandek kif il- ħaddiema għandhom ikunu allokati - u din nerġa' intenniha ħalli tkun ċara u ma tinftiehmex ħażin għaliex il-perception hija żbaljata – meta fl-1997 il- gvern Laburista mbarka fuq dan ix-xogħol il-ħsieb tiegħu ma kienx li jżarma t-tarzna.", "Ovvjament kien beda jagħmel it-tibdil, pass ta' ristrutturar li kien iebes dak iż-żmien għall-Partit Laburista.", "Pero` kien pass li kellna fiduċja sħiħa li jwassal biex fl-aħħar mill-aħħar is-sigurta` tax-xogħol tal-ħaddiema tissaħħaħ, jinġieb iktar negozju lejn it-tarzna, insiru iktar kompetittivi u gradatament - u mhux f'timeframe ta' sentejn, tliet snin jew erba' snin - tibda timmira biex is-sussidji jonqsu għaliex din hija xi ħaġa li kulħadd jemmen fiha.", "Din bħal tad-deficit.", "Mhux kulħadd jaqbel li d-deficit irid jonqos?", "Imma ma tistax tgħid li deficit ta' Lm135 miljun, kif qiegħed illum - għax il-mira tal-Lm75 miljun li ssemmew fil-budget li għadda tlifniha kompletament - se taqtgħu f'sena għax tkun ġennata, għalkemm il-ħsieb ikun tajjeb.", "Aħna konna qegħdin insostnu li s-sussidju lit-tarznari rridu nnaqqsuh b'mod li kull sena tagħmel l-evalwazzjoni tiegħek ta' kif qed isir u ma jsirx il- progress f'dan ir-rigward, ħalli tkun flessibbli biżżejjed biex il-problemi li jiżviluppaw matul dak il-proċess tindirizzahom.", "U f'dan ir-rigward allura ridna nħallu l-istruttura tat-tarznari li kien hemm, pero` imbagħad qsamna lill-ħaddiema f'diviżjonijiet diversi u bdejna nfittxu marketing, swieq separati, xogħol separat kemm lokali kif ukoll barra l-pajjiż, anke bl-inizjattivi politiċi.", "M'hawn l-ebda pajjiż fid-dinja li ma jagħmilx intervent politiku meta jkun hemm interesss.", "Per eżempju, waħda mill-iktar affarijiet ta' intervent politiku dirett kien mill-gvern Amerikan.", "Naħseb li jekk hawn ekonomija b'saħħitha, settur privat b'saħħtu u kumpanniji b'saħħithom huma l-kumpanniji Amerikani.", "Rajna x'għamel il-gvern Amerikan biex iħares l-industrija ta' l-azzar għax iħoss li din l-industrija għandha ċerta importanza partikolari.", "Issa hawn min jgħid li l-Amerika tista' tagħmel li trid għaliex b'saħħitha.", "Jien qed nieħu dan bħala eżempju biex ngħid li meta għandek element ta' sitwazzjoni ta' kriżi li trid tikkontrolla u toħloq ix-xogħol, trid tieħu l-inizjattivi li jkunu neċessarji u ġustifikati fiċ-ċirkostanzi.", "Meta qsamna lit-tarzna fi tliet diviżjonijiet l-iskop kien li kulħadd jibqa' impjegat hemmhekk, pero` ovvjament ikollok re-deployment tal-ħaddiema b'mod aħjar.", "Imbagħad jekk ikun hemm ċerti work practices li huma ħżiena u ma tistax tiġġustifikahom trid teliminahom ukoll.", "Mela l-pjan ta' ristrutturar approvat mit-task force f'Ġunju ta' l-2002, disa' xhur wara li twaqqfet it-task force, kien jistabbilixxi li qabel xejn jinġieb lejn it-tarzna xogħol li għandu aktar valur miżjud partikolarment fit-twissija tal-vapuri, conversions, ship hull building u tiswija tal- jottijiet.", "Mela ladarba qed niddiskutu r-ristrutturar jien kont nistenna li jkollna idea - mhux li jgħidli li se jinġieb ix-xogħol bit-tali prezz eċċ., għax ċerti affarijiet ikunu kunfidenzjali – b'mod ġenerali ta` x'inhuma l- pjanijiet li għandu l-gvern.", "Jista` jgħidilna ma' liema swieq qiegħed jiftaħ opportunitajiet ta` xogħol biex per eżempju, ħafna mix-xogħol fl- industrijia tal-jottijiet ikun jista' isir f'dawn is-swieq.", "Din hija xi ħaġa li qed tiżviluppa fil-yacht marinas li qed jiżviluppaw.", "Ta` min jgħid li aħna għandna l-yacht marina ta' Portomaso, dik ta' Manoel Island, dik ta' l-Imsida u issa tal-Kottonera wkoll.", "Jiġifieri dan is-suq qiegħed hemmhekk u tajjeb li jgħidilna x'qed nippreparaw biex naħtfu dak is- suq u mhux inħalluh jispiċċa jmur f'xi docks qrib tagħna bħalma huma Sqallija, Tuneż u postijiet bħal dawn.", "Sur President, kellna il-każ ta` l- Igdam.", "Kollox sew, imma fuq dik l-esperjenza xi żvilupp kien hemm?", "Kif ħadem il-gvern?", "X'marketing qed jagħmel il-gvern?", "Jiġifieri huwa importanti li jkollna din l-informazzjoni u mhux jitlob l-approvazzjoni ta' liġi hekk bl-amment biex ngħidulu prosit.", "Aħna ma naħdmux hekk.", "Sur President, il-punt l-ieħor li għamlet it-task force tal-gvern Nazzjonalista, liema task force imxiet fuq il-prinċipji li kien stabbilixxa gvern Laburista fis-sena 1997, kien li jkun hemm pjan li jaħseb għall-investiment kapitali.", "Mela importanti li d-drydocks ikollha investiment kapitali.", "Meta staqsejt il-ministru jekk il-kumpannija l-ġdida hux se jkollha l-opportunita` li tissellef mingħand il-banek għall- investiment fuq żmien fit-tul u jagħmillha tajjeb il-gvern, għax l-assets u l-proprjeta` tagħha ħadhom kollha hu, il-ministru kien qalli li ma jidhirlux li hemm pjan għal dan imma qed jiddiskutuh.", "Imma kif nista' nitla' fuq il-vapur u għadni m'iniex ċert jekk il-makni tiegħu jaħdmux kollha, jekk iċ-ċmieni humiex f'posthom, jekk il-computer jaħdimx u hux ipprogrammat u ma nafx jekk il-kaptan huwiex ma jiflahx ukoll!", "Kif tridu jitlaq dan il-vapur?!", "Imbagħad ngħid lin-nies li jaħdmu fuqu, qisu li ma tigirfuhx il-vapur hu u ħiereġ, meta dan huwa vapur mingħajr tmun, bla direzzjoni u ma jafx fejn hu sejjer.", "Sur President, meta staqsejt dwar kemm se jinkrew l-assets li ħa l-gvern mingħand it-tarzna għaliex il-baċiri kollha saru tal-gvern u issa se jinkrew lura lil din il-kumpannija, il-gvern qalli li anke fuq il-kirja ta' dawn l-assets....", "(Interruzzjonijiet) Jiġifieri dawn iridu jidħlu għalihom il-ħaddiema.", "Mela l-gvern ħadhom kważi bil-pussess battal u issa jridu jerġgħu jidħlu fihom il-ħaddiema biex ikunu użati.", "Meta staqsejtu dwar il- kirja qal li qed jiddiskutuha.", "Mela kumpannija tal-gvern qed tiddiskuti mal- gvern dwar il-kirja.", "Lanqas din ma stabilejna.", "Mr Speaker, jien ngħid li dawn 99% jerġgħu jiġu assenjati lill-gvern b'xi titolu, u naħseb li ftit li xejn jgħabbilhom piżijiet fuqhom ta' kirjiet għoljin.", "Imma huwa importanti wkoll għaliex il-kirja li se jieħdu dawn il- baċiri li issa se ġġorrhom il-kumpannija l-ġdida se jaffettwaw ċertament il- costings tagħhom u kemm se jiġi jiswa l-unit cost of production.", "Mela huwa importanti li jkollna kemm beħsiebu jagħmel investiment il-gvern a termini ta' din it-task force.", "Sur President, punt ieħor li semmiet it-task force kien il-marketing plan u qalet li d-diversifikazzjoni u r-ristrutturazzjoni jirrikjedu strateġija ta' marketing li diġa` bdiet titħaddem.", "Mela hawnhekk qed ngħidu li sena ilu l-istrateġija tal-marketing bdiet titħaddem.", "Jiena nifehm li ċerti dettalji m'għandhomx jingħataw, imma jekk aħna se nivvotaw flus il-poplu jinteressana min se jkun responsabbli għall-marketing.", "U jien nistaqsiha din.", "Sur President, lill-ħaddiema qed ngħidulhom biex ikunu responsabbli għaliex fl-istess stqarrija qalilhom li jekk din l-iskema ta' vijabilita` li qed nipprovaw nagħmlu ma tirnexxix ma niggarantixxux li ma jkunx hemm sensji.", "Dan qiegħed jistqarru anke l-Viċi Prim Ministru għax fl-istqarrija qal li l- gvern kien diġa` iddikjara li ma kellux ħsieb jissensja ħaddiema żejda sakemm il-pjan ta' ristrutturazzjoni jkun implimentat kif maħsub.", "Tajjeb mela l-pjan ta' ristrutturazzjoni m'huwiex il-collective agreement u l- ħaddiema biss, imma huwa dawn il-punti kollha li semmejna, fosthom ukoll il- marketing.", "U x'tip ta' marketing qed isir?", "Il-gvern fuq inizjattiva tiegħu bħala r-rappreżentant tal-poplu se jagħmel ukoll ħidma politika biex jinġieb xogħol anke b'mod dirett lejn it-tarznari?", "Sur President, kellna ħafna għajjat fuq il-La Salle.", "Din in-naħa minkejja r- riservi li kellha żammet fl-interess tat-tarzna u fl-interess tal-pajjiż li ma tfixkilx f'dan ir-rigward.", "Kellna l-aspettattiva li fuq il-La Salle u l- vapuri Amerikani se niftħu opportunitajiet ġodda ta' xogħol pero' sal-lum dan ma jirriżultax u jkun tajjeb allura li dan il-poplu ninformawh jekk hemmx opportunitajiet ġodda.", "Issa l-fatt li inti qed ikollok dawn il-vapuri militari jagħmlulek impatt negattiv fuq is-sigurta'.", "Jiġifieri jikkrejawlek ċertu theddid għas-sigurta', iktar u iktar fis-sitwazzjoni internazzjonali li qegħdin fiha u jistgħu wkoll igerrxu cruise liners mill-portijiet tagħna appuntu minħabba din it-theddida.", "Jiġifieri tajjeb li nkunu nafu x'riżultat kellha din l-inizjattiva.", "Kellha riżultat pożittiv?", "Jekk iva, dan ir- riżultat pożittiv qegħdin niżnuh fuq l-impatt negattiv li jista' jkun hemm fuq it-turiżmu, jew inkella fuq xogħol ieħor kummerċjali li jista' jinġieb lejn it-tarzna minn postijiet oħra fil-Mediterran?", "Dawn huma kollha fatturi li bħala strateġija ta' marketing naħseb li jridu jiġu evalwati u nistennew li jkollna spjegazzjoni dwar dan min-naħa tal-gvern.", "Sur President, barra minnhekk, apparti li għandek l-eżerċizzju dwar kif se jiġu deployed il-ħaddiema, għandek il-miri finanzjari mifruxa fuq medda ta' seba' snin bejn it-2002 u s-sena 2008.", "Jiġifieri tajjeb ukoll li jkollna indikazzjoni ta' dawn il-miri finanzjarji.", "Ma nistgħux nibqgħu sejrin nnaqqsu s-sussidju minn sena għall-oħra biex imbagħad fis-sena 2008 jgħidulna li s-sussidju għalaq.", "Din hija riċetta biex fis-sena 2008 ngħidlu li s-sussidju spiċċa.", "Qed ngħid dan għax dawn il-punti kollha li semmejt huma parti mill-proċess tar-ristrutturazzjoni.", "U meta mbagħad nagħmlu l- evalwazzjoni anke fis-sena 2008 dawn il-punti kollha jridu jidħlu in konsiderazzjoni biex naraw mhux biss jekk il-ħaddiema għamlux il-parti tagħhom....", "Jiena konvint li l-ħaddiema lesti li jagħmlu l-parti tagħhom bħalma għamlu dejjem minkejja n-nuqqasijiet li kien hemm u tajjeb li n- nuqqasijiet u l-work practices naġġustawhom, naġġornawhom, intejbuhom u dak li hu ħażin bħala, work practices, inneħħuh u jien konvint li l-ħaddiema jikkollaboraw.", "Il-fatt li meta nġieb xogħol fit-tarzna kien hemm iktar dħul milli kien hemm ħruġ diġa` juri li l-ħaddiema għamlu x-xogħol tagħhom u għandek inti workforce biex tiftaħar biha u biex taħdem, u dan fir-rigward ta' l-interess tal-ħaddiema.", "Sur President, fuq dan ir-rigward irrid nagħmel żewġ rimarki oħra.", "L-ewwel waħda hija dwar jekk il-gvern hux se jħalli direttur ħaddiem fuq il-bord ta' dawn iż-żewġ kumpanniji.", "Għadna kemm għamilna liġi industrijali u l- gvern tgħidx kemm ftaħar li qed nagħmluha obbligatorja li jkun hemm konsultazzjoni mal-ħaddiema biex ikunu jafu x'qed jiġri fl-ażjenda biex tissaħħaħ ir-relazzjoni bejn is-sid u l-ħaddiem.", "Dan il-proċess ilu għaddej għal dawn l-aħħar mitt sena u t-tarzna naħseb għaddiet mill-proċessi kollha - mill-proċess ta' self management, imbagħad taħlita bejn management appuntat mill-ħaddiema għal dak magħżul mill-gvern u issa kien baqa' d- direttur ħaddiem wieħed.", "Minkejja li għamilna l-liġi industrijali li tagħti s-saħħa lill-ħaddiem li jkun informat, f'din l-ażjenda direttur ħaddiem wieħed....(Interruzzjonijiet) Naħseb imkien ma ntqal li dan id- direttur ħaddiem m'għamilx dmiru anzi f'Novembru jew f'Ottubru ta' din is- sena d-direttur ħaddiem reġa' ġie elett u qalulu li l-ħatra tiegħu ta' direttur ħaddiem hija sa nhar it-Tlieta, 8 ta' Novembru 2008.", "Mela lil Jesmond Tanti qallu inti se tibqa' direttur ħaddiem sas-sena 2008.", "Allura possibli li ma kienx jaf x'se jagħmel il-gvern sal-lum.", "Jien ma nistax nifhem, jiena naħseb li kien qed jidħak b'Jesmond Tanti meta tah din l-approvazzjoni għax missu qallu mill-ewwel li l-ħatra tiegħu ta' direttur ħaddiem hija biss għal ħames xhur jew għal sena mhux għal ħames snin.", "U mela tgħidlu għamiltek direttur ħaddiem għal ħames snin u fl-istess waqt suppost il-gvern għaddej b'dan il-ftehim u b'dan il-proċess ta' ristrutturar.", "Issa jew ma kien ikun hemm xejn jew inkella dejjem naġixxu minn ġurnata għall-oħra skond kif il-kriżijiet ifaqqsu.", "Jidher biċ-ċar li taħt dan il-gvern mhux aħna qed nillidjaw il-pajjiż fil-problemi, li jien dejjem ngħid li ħoloqhom gvern Nazzjonalista, imma l-problemi qed iġegħluna nirriaġixxu u naħseb li dan huwa każ tipiku.", "Jekk inti trid issaħħaħ ir- rabta' d-direttur ħaddiem għandu jkun involut f'bord.", "Dan ikun wieħed fost sitta jew seba', jiġifieri dan m'hu se jkollu influwenza ta' xejn u mhux se jinfluwenza deċiżjonijiet.", "Pero` jkun hemm link bejn ħaddiema u sid, dritt li anke l-liġi industrijali maqbula bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra tagħtihulu lill-ħaddiem.", "Barra minn hekk imbagħad hemm il-kwestjoni dwar il-mod kif saret l-għażla.", "Għandek min għandu 59 sena u nżamm fit-tarzna, meta suppost dan huwa iktar adegwat biex jirtira u għandek nies ta' 40 sena b'sengħa kbira fil-core operation tat-tarzna li tneħħew.", "Issa dawn jistgħu jagħtu kontribut kbir għall-iżvilupp strateġiku kif irridu nwessgħu l-ħidma tat-tarznari, imma sadanittant tneħħew u ntefgħu n-naħa l-oħra.", "Jiġifieri se jkun hemm element ta' problemi.", "Hawnhekk għandi nota fejn qed jingħad li Jesmond Tanti apparti l-ħidma tiegħu bħala direttur ħaddiem kien ukoll nominat mill- management bħala l-ħaddiem tas-sena.", "Mela l-ħaddiem tas-sena nagħtuh kuntratt ta' ħames snin, imbagħad tant nittrattawh tajjeb li wara sitt xhur ngħidulu li minn dak li għedna m'hemm xejn.", "Sur President, aħna mhux qed nikkontestaw li l-ħaddiema ma jiġux mqassma bejn iż-żewġ azjendi għax dik id-deċiżjoni tal-management u qed jassumiha l- gvern.", "Pero` huwa importanti li dawn id-dubji, dawn l-allegazzjonijiet neliminawhom għall-ġid tat-tarzna u għall-ġid soċjali.", "Allura f'dan ir- rigward jien qed nagħmel suġġeriment li jinqabdu l-kriterji tal-management, jinfetħu l-files ta' l-individwi kollha u tiġi maħtura kummissjoni taħt imħallef li fi żmien perentorju tara l-għażla kif saret u tagħti l-ġudizzju tagħha.", "Mhux qed ngħid li jkun hemm \"dak\" jew ikun hemm \"l-ieħor\" jew xi ħadd li għandu interess, imma jkun hemm persuna li tkun indipendenti.", "Forsi l-gvern jista' jmexxiha 'l quddiem mal-General workers union biex jara x'reazzjoni jkun hemm.", "Jekk aħna nirrispettaw il-ħaddiema, u aħna dejjem nirrispettaw il-ħaddiema, għandna nieħdu din l-inizjattiva biex min qed iħoss li ġie mwarrab inġustament ikollu spjegazzjoni xierqa.", "Naħseb li hu dritt ta' kull kull ħaddiem li tingħatalu din l-ispjegazzjoni.", "Jekk issir din, ovvjament bi ftehim mar-rappreżentanti tal-ħaddiema, naħseb li nkunu qed nersqu lejn sitwazzjoni li dawn il-kwestjonijiet kollha li nqalgħu u li għaddejjin u mexjin fl-aqwa tagħhom effettivament jispiċċaw.", "Dan is-sens ta' kjarifikazzjoni, dan is-sens ta' trasparenza anke psikoloġikament, biex ma ngħidx materjalment, jagħti imbuttatura 'l quddiem biex il-proċess ta' ristrutturar tat-tarzna bħala parti mill-proċess ta' ristrutturar li jrid isir fil-pajjiż, għax ir-ristrutturar irid isir fil- pajjiż kollu mill-A saż-Ż, ibda mir-ristrutturar fil-gvern, nagħmluh b'kawtela.", "Dan ir-ristrutturar ma jridx isir b'għaġġla imma jrid isir b'tali mod u manjiera li aħna nenfasizzaw u nagħfsu fuq dawk l-oqsma li huma l-aktar importanti, l-oqsma li fl-opinjoni tagħna jkabbru l-ekonomija, iħajjru investiment iktar mil-lokal u minn barra, ikabbru l-opportunitajiet tax-xogħol u nkunu iktar stradati biex il-bżonnijiet u t-tkabbir edukattiv ikun relatat mal-bżonnijiet industrijali, kummerċjali u soċjali ta' pajjiżna ħalli ż-żgħażagħ tagħna jkunu ppreparati għal dawk l- opportunitajiet li aħna nantiċipaw.", "Din hija t-triq li tkun proattiva u mhux reattiv għall-affarijiet.", "Mr Speaker, għal dawn l-argumenti li ġibt, din in-naħa se tivvota kontra dan l-abbozz ta` liġi anke b'division għaliex aħna ninsistu li la qed nitkellmu fuq ristrutturar ma nitkellmux biss fuq il-ftehim kollettiv tal- ħaddiema imma għandu jkollna l-fatti quddiemna ta' dawk l-ingredjenti kollha stabbiliti mill-gvern bħala parti mill-proċess ta' l-istrutturar ta' din l-azjenda.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Parnis.", "ONOR.", "SILVIO PARNIS: Mr Speaker, jiena wkoll ħassejt li għandi nitkellem fuq dan l-abbozz ta` liġi għax apparti li din hija issue nazzjonali li tolqot lil kulħadd, fid-distrett li minnu niġi elett f'dan il-Parlament hemm ħafna ħaddiema li jaħdmu fit-tarznari.", "Fil-fatt jekk wieħed imur lura fl-istorja tat-tarzna jsib li l-maġġoranza kbira tal-ħaddiema tat-tarnza kienu nies min-naħa t'isfel ta' Malta.", "Sur President, f'dawn l-aħħar ġranet iltqajt ma' ħafna ħaddiema tat-tarzna u tkellmu miegħi u qaluli kemm huma mħassbin dwar il-futur tagħhom.", "U nagħtihom ir-raġun, għax meta lil dak li jkun tmisslu l-ħobża ta' kuljum bilfors li jħossha għax din m'hijiex xi ċajta.", "Għalkemm qed jingħad li lil dawn il-ħaddiema se nagħtuhom post ieħor fejn jaħdmu jidher ċar li minn fuq it-tarzna għaddej żmien li xejn m'huwa feliċi.", "Nixtieq li hawn niftaħ daqsxejn ta` parentesi għax inħoss li għandi nirringrazzja lill-GWU li skond l-informazzjoni li għandi ħadmet biex ġabet l-aħjar deal għall- ħaddiema tat-tarzna.", "Bħalissa l-GWU għall-gvern hija tajba.", "Issa kapaċi jisbaħ għada, il-GWU tikkritika lill-gvern fuq xi ħaġa u ssir ix-xitan tal- gvern.", "Imma dak huwa l-gvern Nazzjonalista, dak hu l-partit Nazzjonalista.", "Sur President, fis-snin 60 dawk kollha li kienu jidħlu apprendisti fit- tarzna kienu qishom daħlu l-universita'.", "Hekk kien jifisser għal min jidħol it-tarzna dak iż-żmien.", "Tant kienet b'saħħitha t-tarzna li f'dawk iż- żminijiet il-ġenituri ta` wlied dawk li kienu jidħlu t-tarzna kienu jqisu li wliedhom daħlu l-universita'.", "Tant kienet imporatnti t-tarzna għal pajjiżna u tant kien ikun unur għalik li kont tidħol it-tarzna li kienet twaqqfet skola volontarja minn ċertu Ċikku Saliba li kien superjur ġenerali tal-MUSEUM.", "F'din l-iskola ġewwa Ħal Tarxien dan kien jgħallem lit-tfal tal- ħaddiema biex ikunu kapaċi jidħlu fit-tarzna.", "Kien jingħata l-privat b'xejn minn ħaddiema u ex-ħaddiema tat-tarzna biex meta jsir l-eżami għat-tarzna t- tfal li jersqu għalih ikunu ppreparati għax dak iż-żmien kien unur li t- tifel tiegħek jidħlu t-tarzna.", "Illum fit-tarzna għad għandek l-aqwa ħaddiema tas-sengħa u rridu noqogħdu attenti għax aħna ma nistgħux naffordjaw li narmu xi kategorija ta' nies.", "Jien dejjem emmint li anke min jiġbor iż-żibel huwa bżonjuż daqs kull persuna oħra għax kulħadd huwa importanti.", "Irridu nifhmu li din is-soċjeta' tagħna timxi 'l quddiem biss bl-isforzi li jrid jagħmel kull wieħed u waħda.", "Jiena ħassejt id-dmir li nitkellem fuq dan l-abbozz biex anke l-ħaddiema tat-tarzna ma jaħsbux li qegħdin waħedhom.", "M'humiex waħedhom hemm il-Partit Laburista warajhom.", "Tant hu warajhom li anke f'din il-liġi se nivvotaw kontra.", "U dan mhux għax irridu l-voti imma għax ma jistax ikun li lill- ħaddiema tat-tarzna, li tant taw kontribut lis-soċjeta' tagħna, nitilquhom għal riħhom.", "Jekk ma jkunx il-Partit Laburista li jiddefendihom, tan-naħa l- oħra żgur ma jistgħux jiddefenduhom għax dawk dejjem għajruhom.", "Dawk dejjem tawhom mill-agħar mentri l-Partit Laburista dejjem ħadem magħhom, u għax ħadem magħhom kien jiġi mgħajjar ukoll.", "Sur President, it-tarzna kellha sehem importanti biex ġabet flus barranin għal pajjiżna.", "It-tarzna għamlet mirakli kbar.", "GĦaliex fit-tarzna m'hemmx xogħol biżżejjed għall-ħaddiema?", "Ta' min hu d-dmir li jġib ix-xogħol għall- ħaddiema tat-tarzna?", "Aħna ma dorniex fuq il-gvern u għidnilu: Isma', xogħlok huwa li ġġib ix-xogħol għat-tarzna.", "Min suppost iġib ix-xogħol għat- tarzna?", "Il-ħaddiem tal-boilersuit iġib ix-xogħol għat-tarzna?", "Il-welder se jġib ix-xogħol għat-tarzna?", "Dan se jmur barra minn Malta u jġib ix-xogħol għat-tarzna?", "Jekk il-gvern mhux se jkun kapaċi jġib ix-xogħol għat-tarzna, min għandu jeħel il-ħaddiem jew il-gvern?", "Tan-naħa l-oħra jgħidu li f'dan il-pajjiż għandna kriżi fit-tarzni.", "Jiena ngħid li f'dan il-pajjiż għandna kriżi kullimkien.", "Kull fejn taqta' joħroġ id-demm.", "Lill-ħaddiema tat-tarzna ngħidilhom biex jibqgħu dejjem magħqudin ma' l-union tagħhom għax l-interess tal-GWU hija li ġġibilhom dejjem l- aħjar pakkett.", "Wara li ġie ffirmat il-ftehim u l-GWU rat li fl-għażla tal- ħaddiema hemm iċ-ċajt ma qagħditx kwieta.", "Il-GWU żgur m'hijiex forċina f'idejn il-gvern.", "Jiena nerġa' nistaqsi: Ta' min huwa d-dmir li jġib ix- xogħol fit-tarzna?", "Ta' min huwa t-tort li fit-tarzna m'hemmx xogħol biżżejjed?", "Żgur li mhux tal-ħaddiema.", "Veru li forsi ssib xi tnjen li jħobbu jiskartaw, imma dan mhux fit-tarnza biss.", "Kullimkien issibhom dawn, imma ma' tnejn m'għandux jeħel kulħadd.", "Sur President, f'dan il-pajjiż kellna persuna li ġabet l-ilma li sar whisky, allura kull min iġib ix-xorb minn barra jagħmel hekk?", "Ejjew ħalli nkunu rġiel għallinqas magħna nfusna.", "Din hija s-siegħa tal-prova għal pajjiżna.", "Jekk se nċedu dan il-punt se nibqgħu nċedu għal kollox f'dan il-pajjiż?", "Meta l-poplu vvota favur l-UE baxxejna rasna għad-deċiżjoni tal-poplu, imma dan ma jfissirx li se noqogħdu hawnhekk ċiċċi beqqi u ngħidu iva għal kulma jagħmel il-gvern.", "Jekk il-gvern qed jaħseb hekk se jgħarralu.", "Mhux hekk se timxi l- oppożizzjoni.", "Jien dejjem emmint li oppożizzjoni kostruttiva hija dik l- oppożizzjoni li dak li hu tajjeb tgħid li hu tajjeb u dak li hu ħażin tgħid li hu ħażin.", "Min jaf kif konna nirreaġixxu kieku kien xi ħadd minna flok il- ħaddiema tat-tarnza!", "Min jaf kif konna nirreaġixxu meta l-gvern jgħidilna li jekk il-pjan li għandu ma jirnexxix jistgħu jingħataw iis-sensji!", "Naħseb li konna ngħidulu prosit, hekk għandek tagħmel!", "Meta l-gvern għamel affarijiet tajbin aħna għedna li huma tajbin.", "Pero' fuq din il-kwestjoni tal-ħaddiema tat-tarnza ma nisgħux ngħidu li qiegħed jagħmel tajjeb.", "Dawn il-ħaddiema jinsabu mwerwra u ma jafux x'se jagħmlu bil-futur tagħhom.", "Ħafna minnhom bgħatnihom id-dar.", "Tajjeb, vaganza twila għal żmien il- Milied!", "Imma int taħseb li l-ħaddiem tat-tarzna, li għajjartu li ma jrid jagħmel xejn, huwa kuntent b'din is-sitwazzjoni.", "Nerġa' ngħid, il- maġġoranza tal-ħaddiema tat-tarnza huma ħaddiema li jagħtu sehemhom u mal- wieħed jew tnejn li jiskartaw m'għandux jeħlu kulħadd.", "Sur President, kulħadd jemmen li jrid isir xi ħaġa biex it-tarzna tkun vijabbli, mela le.", "Aħna mhux qegħdin ngħidu li għandna nħallu kollox għaddej għal riħu.", "Meta bejn l-1996 u l-1998 il-Partit Laburista kien fil- gvern, minkejja l-oppożizzjoni li kien sab, kien diġa` beja jmexxi 'l quddiem sistema biex jirristruttura t-tarzna.", "Għalkemm ma kontx f'dan il- Parlament, kont insegwi minn barra.", "Dak iż-żmien l-gvern Laburista pprova jagħmel li seta' u sab ruxxmata nies kontra tiegħu.", "Jien nistaqsi lill- gvern: Għaliex m'għidtilhomx qabel l-elezzjoni b'dan kollu li kellek ġo moħħok lill-ħaddiema tat-tarnza?", "Kellek kull ċans li qabel l-elezzjoni tgħidulhom dan.", "Jiena naħseb mar xi ħadd ikellimhom qabel l-elezzjoni - l- Onor. Evarist Bartolo qed jgħidli li iva.", "Mela għax m'għedtulhomx bil-pjan li kellkom?", "Sur President, il-gvern qal ħafna affarijiet sbieħ qabel l-elezzjoni.", "Kien qalilna li l-pajjiż miexi fuq ir-rubini u li l-finanzi tal-pajjiż huma fis- sod.", "Għalhekk nhar it-Tnejn, meta jitressaq il-budget, il-poplu, bir-raġun kollu qed jistenna budget mill-aqwa.", "Dak hu li se jistenna l-poplu nhar it- Tnejn.", "Il-gvern kien jgħid li t-triq ta` l-Ewropa hija t-triq tal-progress, allura issa li qbadna din it-triq bilfors li l-poplu jistenna budget tajjeb.", "Imma apparti dan, jiena nistaqsi: X'se jieħu l-ħaddiem tat-tarzna billi ġejna hawn b'dokument iffirmat u qisna għamilna xi ħaġa kbira?", "Li kieku kont int il-ħaddiem tat-tarzna trid li jkollok din il-giljottina fuq rasek?", "Li kieku kien it-tifel tiegħek jaħdem it-tarzna trid li jkollu din il- giljottina?", "X'se jiġri mill-korporazzjonijiet bħal Water Services Corporation u l-Gozo Channel li t-tnejn li huma jinsabu f'sitwazzjoni ta' fallimet?", "Anke l-gvern fallut, allura x'se jagħmel?", "Se nagħmlu ristrutturizzjoni fil-gvern?", "Issemmiet ukoll il-problema tal-ħaddiema tax- xandir.", "S'issa qalgħuha tat-tarzna.", "Issa naraw kif se jispiċċaw tax-xandir.", "GĦax ma nammettux li għandna pajjiż imfarrak u mkisser.", "GĦax ma nammettux li dan il-pajjiż qabad it-triq tan-niżla.", "Sur President, kif jista` jkun li l-ħaddiema tat-tarzna jkollhom fiduċja fil-gvern Nazzjonalista meta dawn dejjem ġew mgħajrin mill-mexxejja u s- segwaċi tiegħu!", "Kif jista` jkun dawn jemmnu li l-Partit Nazzjonalista jixtieqilhom il-ġid?", "Fl-1996 il-Partit Laburista fil-gvern ipprova jagħmel xi ħaġa għat-tarzna, u tan-naħa l-oħra flok ma ġew jgħinuna pprovaw jaraw kif se jxewxu lill-ħaddiema u bdew jgħidluhom li l-Partit Laburista daħak bihom.", "Issa aħna ma konna se nissensjaw lil ħadd, imma għall-Partit Nazzjonalista dak li jagħmlu huma tajjeb u dak li nagħmlu aħna ħażin.", "Għalihom, aħna nknu tajbin biss meta ngħidu yes għal kulma jridu huma.", "Meta ma ngħidulhomx yes insiru ħżiena.", "M'għandniex neħduha bi kbira għax jekk wieħed iħares lejn l-istroja politika tal-Partit Nazzjonalista jsib li dawn minn dejjem hekk kienu.", "Sur President, biex dan il-pajjiż jimxi 'l quddiem hemm bżonn li nieqfu ftit u nirriflettu bis-serjeta'.", "Kienu jgħidulna li l-Unjoni Ewropa hija s- salvazzjoni ta' pajjiżna.", "F'dan id-dibattitu jiena smajt wieħed mill- kelliema tan-naħa l-oħra jgħid li din l-attitudni fil-konfront tal-ħaddiema tat-tarzna qed tittieħed minħabba s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea.", "Hemm bżonn li bis-serjeta' naraw kif se nagħmlu biex insolvu l-problemi li qegħdin ikissru lil dan il-pajjiż.", "Jien nistieden lill-ministru tat-turiżmu biex iqum mir-raqda u jagħmel xi ħaġa għax hawn telqa sħiħa fil-qasam tat- turiżmu, u dan mhux jien qed ngħidu jgħiduh dawk kollha li huma involuti f'dan il-qasam.", "Staqsi lin-nies Ii jaħdmu fit-turiżmu u jgħidulek xi kwalita' ta' turiżmu għandna f'pajjiżna.", "Sur President, lil dan il-pajjiż irridu nagħtuh direzzjoni.", "Jekk irridu nimxu 'l quddiem hemm bżonn li naqtgħu l-ħela, u l-ħela tista` tinqata biss jekk indaħħlu d-dixxiplina kif ried jagħmel il-Partit Laburista.", "Hemm bżonn li nneħħu l-apatija u n-nuqqas ta' interess li qegħdin innisslu fost il- ħaddiema.", "GĦidli naqra kif lil dak il-ħaddiem tat-tarzna tista' timlih bil- kuraġġ meta inti tgħidlu li jekk ma jirnexxix il-pjan ikollok tagħti s- sensji.", "Dan bħal bniedem li għandu marda li tista' twasslu għall-mewt u flok tagħmillu l-kuraġġ u tgħidlu li qed jirrispondi għall-kura li qed jieħu, tgħidlu li għalkemm qed jieħu l-kura xorta waħda sejjer għall-agħar.", "Mela ejja ħalli l-ħaddiema tat-tarzna nimlewhom bil-kuraġġ u nuruhom li huma kapaċi jmexxu 'l quddiem l-ażejnda tagħhom.", "Jiena bħala rappreżentant tal-poplu qed niddefendi lill-ħaddiema tat-tarzna u qed ngħidilhom li huma kapaċi jmexxu 'l quddiem l-azjenda tagħhom għax għandhom snajja' li ħaddieħor m'għandux.", "Ażjendi oħra ħatfu l-aħjar ħaddiema tat-tarzna għax kienu jemmnu li huma nies kapaċi.", "Jiena naħseb li kien hemm ħafna metodi li l-gvern seta' juża biex jilqa` għal din il- problema.", "Il-gvern fetaħ baraxx qawwi u qallhom li dan hu l-aħħar ċans u jekk ma jasalx se jkollu jagħti s-sensji.", "Pero` jekk il-gvern Nazzjonalista jaħseb li l-oppożizzjoni se tibqa` kwieta se jgħarralu.", "Il-partit tal- ħaddiema twaqqaf bil-għan li jiddefendi l-ħaddiema billi jtejbilhom il- kondizzjonijiet tax-xogħol u l-għajxien tagħhom, u għalkemm aħna qegħdin f'minoranza f'dan il-Parlament, nista` ngħid li l-minoranza kapaċi twassal leħen daqs l-ikbar maġġoranza li jkollok fil-pajjiż.", "Sur President, nixtieq issa ngħid xi ħaġa dwar dak li jixitequ jkunu jafu l- istess ħaddiema, u ċioe' l-mod ta' kif intgħażlu l-ħaddiem.", "Kif intgħażlu l- ħaddiema?", "Min kellu l-aqwa sengħa ma żammejtux u min ma kellux sengħa żammejtu!", "Dan x'taħwid hu?!", "Jiena naħseb li f'pajjiż bħal tagħna fejn kulħadd jaf lil kulħadd kien ikun tajjeb li kieku nħatar bord ta' l-għażla, b'imħallef li jkollu l-appoġġ tal-union li tirrappreżenta l-ħaddiema, u kien ikun hu li jagħżel min kellhom ikunu d-900 ħaddiem li jintbagħtu mal- kumpanija l-ġdida.", "Imma minflok, kif ġew ittrattati l-ħaddiema?", "Kienu jafu li kellhom jirċievu avviż mill-mangement u kulħadd jistenna dan l-avviż id- dar – qishom qed jistennew lil Father Christmas ġej bir-rigal għax il-gvern iddeċieda li jagħtihulhom ftit qabel ir-rigal tal-Milied lil dawn il- ħaddiema - biex jaraw jekk hux se jintbagħtu fl-ażjenda l-ġdida jew inkella hux se jinżammu t-tarzna.", "Sur President, lil dawn id-900 ħaddiem li ntbagħtu fl-ażjenda l-ġdida għamlulhom ukoll skemi ta` irtirar kmieni.", "Tgħidx kemm ġew ħaddiema bejn l- 40 u l-45 sena għandi jistaqsuni jekk għandhomx japplikaw għal xi skema ta` iritirar kmieni u jieħdu s-somma.", "Kieku hawn ix-xogħol ngħidilhom biex jeħduha imma la m'hawnx xogħol, x'se jagħmlu imbagħad?", "Mhux imorru jirreġistraw.", "Jien nitkellem hekk għax ma rridx li l-ħaddiem ikompli jitgħarraq.", "U lanqas għandek xogħlijiet għaż-żgħażagħ ta` 20 sena aħseb u aħra kemm se jkollok xogħlijiet għall-ħaddiema f'eta' bejn l-40 sena, u 55 sena li jitilqu mit-tarzna!", "Il-gvern qed joffrilhom somma miżera ta' ftit eluf, li jekk tgħaqqadha flimkien lanqas jiġu tliet snin paga tat-tarzna.", "Għalhekk lill-ħaddiem tat-tarzna ngħidlu biex joqgħod attent qabel jagħżel.", "Jekk wieħed 59 sena, fadallu sena xogħol nifhima li jieħu s-somma imma min għandu 40 sena u għandu familja x'irabbi ngħidlu joqgħod attent u ma jaqax għal din in-nasba għax jekk jitlaq minn hemm żgur li mhux se jsib jaħdem għax m'hawnx opportunitajiet ta' xogħol f'dan il-pajjiż.", "Jiena ngħid li l-gvern għandu kull dritt li jipprova jsaħħaħ lit-tarzna.", "Mela le, jekk xi ħaġa sejra 'l isfel m'għandekx tħalliha tmur 'l isfel.", "Aħna qatt m'għedna li jekk it-tarzna sejra ħażin għandna nħalluha sejra ħażin, imma għandek tissaporti.", "Kif diġa` għedt, f'dan il-pajjiż m'għandekx lit-tarzna biss sejra ħażin, u jekk nirranġaw lilha nkunu nrranġajna kollox.", "Għandek il-ħaddiema Gozo Channel, il-ħaddiema tax-xandir u ħaddiema ta' ażjendi oħra kollha jistaqsu jekk wara l-ħaddiema tat-tarzna hux se jkun imiss lilhom.", "M'huwiex ġej mument sabih fuq pajjiżna u l-oppożizzjoni għandha dritt li taħdem biex ittejjeb l-affarijiet.", "Sur President, qabel nagħlaq irrid ngħid li l-ħaddiema tat-tarnza huma l- aktar nies li jaħdmu f'periklu kontinwu u hawn ta' min ifakkar f'dak l- ammont kbir ta` ħaddiema li ħallew ħajjithom fuq il-post tax-xogħol proprju f'din l-ażjenda.", "Dakinhar tal-funeral tgħidx kemm ngħidu msieken il- ħaddiema tat-tarzna u tgħidx kemm naraw dmugħ tal-kukkudrilli.", "Kien ikun ġest simboliku ħafna kieku wieħed ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra boiler suit ta' ħaddiem tat-tarzna biex tibqa' imfakkra l-ħidma li għamlu dawk il- ħaddiema tat-tarzna li tilfu ħajjithom fuq il-post tax-xogħol.", "Naħseb li huwa tajjeb li wieħed ifakkar kemm nisa spiċċaw romol u kemm tfal spiċċaw mingħajr missier għax mietu fit-tarzna.", "Kellna traġedja fejn anke mietu disa' ħaddiema f'daqqa fit-tarzna.", "Sur Preisdent, dan il-Parlament m'huwiex biss tal-professjonisti.", "Aħna ġejna eletti f'dan il-parlament bil-vot ta' kulħadd u għalhekk għandna nwasslu l-leħen ta' kulħadd.", "Għalhekk meta nafu kemm il-ħaddiema tat- tarzna huma mbeżżgħin dwar il-futur tagħhom ma nistgħux nibqgħu siekta.", "Hemm ukoll ħaddiema oħra mbeżżgħin dwar il-futur tagħhom u minn hawnhekk aħna nistaqsu lill-gvern x'se jsir minnhom.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Austin Gatt jista` jgħaddi għall-winding- up.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Speaker, kif kien mistenni dan id-dibattitu żvolġa b'mod fejn il-kelliema ma kkonċentrawx biss fuq il-liġi li għandna quddiemna imma kulħadd ħares lejn l-orizzonti iktar wesgħin, u taħt il- lenti ta' dan il-Parlament, kif ġustament kellu jsir, waqa` l-akkordju li sar fuq it-tkomplija tar-ristrutturazzjoni tat-tarzna.", "Ma ninsewx li dan mhux pass li ttieħed waħdu, imma huwa pass li jsegwi numri ta' deċiżjonijiet oħra li ttieħdu f'dawn l-aħħar 15-il sena.", "Dawn id- deċiżjonijiet kollha kienu direzzjonati biex wieħed isib soluzzjoni kif tarzna, oriġinarjament mibnija għall-iskopijiet li kellu l-gvern kolonjali Ingliż, titbiddel għaċ-ċirkostanzi taż-żminijiet.", "Fiż-żmenijiet fejn it- tarzni madwar id-dinja kollha kienu qed jiffaċċjaw problemi kontinwi l- isfida li kellu pajjiżna, bħalma kellhom pajjiżi oħrajn, kienet kif jagħmel ristrutturazzjoni matul iż-żmien biex dak li jiddettalek is-suq iżżommu quddiem għajnejk ħalli kemm jista' jkun tiżgura x-xogħol tal-ħaddiema tiegħek u li jkollok ażjenda li hija vijabbli.", "Ma ninsewx, u nerġa' nenfasizza, li dak kien biss l-aħħar pass li għamilna s'issa.", "Ma ninsewx li l-1,700 ħaddiem li għandna llum fit-tarzni, fl-1987 kienu viċin it-8,000.", "Nista` ngħid li r-ristrutturar kollu li sar matul dawn iż-żminijiet minn dan il-gvern dejjem sar b'pass - mhux ma ġabx skossi, mhux ma ġabx diffikutlajiet, lill-ħaddiema innifishom - fejn il- gvern dejjem żamm f'moħħu mhux biss r-ristrutturar ekonomiku u finanzjarju, pero` żamm ukoll f'moħħu li kemm jista' jkun it-tbatija tal-bidla jerfagħha kulħadd u fuq kollox li s-solidarjeta` mal-ħaddiema nibqgħu nuruha.", "U jiena ninsisti li anke dan il-ftehim juri dan għax kieku ħadna l-linja tipikament Amerikana jew Ingliża d-deċiżjoni kienet tkun keċċi lil min hu żejjed.", "Dan il-gvern din id-deċiżjoni konxjament ma ħadhiex għax jemmen fil-valur tas-solidarjeta`.", "Mhux għax ekonomikament jew finanzjarmanet kien jaqbel, pero` konxjament ma ħadnihiex għax aħna ma nemmnux li l-bniedem għandek tgħasru u tarmih.", "Aħna nemmnu li s-soluzzjonijiet iridu jiġu – u forsi kultant niġu kritikati fuq hekk - wara li tivvaluta l-effetti fuq il- bnedmin individwali.", "Qatt ma stennejt li meta se ngħaddu minn dan il-proċess kulħadd se jkun kuntent.", "Dażgur li le.", "Kull proċess ta' ristrutturar huwa proċess diffiċli.", "Mhux tant il-proċess fih innifsu huwa diffiċli, lanqas in-numru li trid tilħaq.", "Huwa diffiċli li inti taġġusta għar-realta` li hemm madwarek għax fl-aħħar mill-aħħar l-effett, kif ġustament qalu tan-naħa l-oħra, huwa effett fuq in-nies.", "Dan il-gvern jiftaħar ukoll li dan kien quddiemna dejjem mill-ewwel laqgħat li nżammu fit-task force u mill-ewwel laqgħat li saru mal-GWU fuq il-collective agreement.", "Hawnhekk irrid ngħid li dawn id- diskussjonjiet fuq il-collective agreement ma bdewx f'Settembru li għadda, imma f'Settembru ta' qabel l-elezzjoni u m'huwiex xi proċess li ġie mgħaġġel wara l-elezzjoni jew ħbejna lill-GWU x'kienet id-direzzjoni fejn sejrin.", "Id-direzzjoni lejn fejn sejrin, li se jonqsu 900 ħaddiem mit- tarzna, stabbiliha għall-ewwel darba bl-istess numri, anzi kellhom ikunu 1,000, l-Appledore report li sar fl-1997.", "Il-ħaddiema tat-tarzni u l-GWU kienu jafu li 900 ruħ iridu jispiċċaw mit-tarzna.", "Dan ilhom jafuh għal dawn l-aħħar sitt snin.", "Sur President, ħafna diskorsi kienu bbażti fuq is-sentimentaliżmu - u hawn forsi nissoferma ruħi xi ftit - qisna rridu ninjoraw ir-relatajiet tal- ħajja.", "It-tarzna bħal kull ażjenda oħra qiegħda hemmhekk biex tagħmel il- profitti.", "Ix-xogħol tat-tarzna bħal ta' kull ażjenda oħra, sew jekk fil- manifattura, sew jekk fit-turiżmu u sew jekk x'imkien ieħor fis-servizzi, huwa dettat mill-kummerċ u mis-suq u dan ma nistgħux ninjorawh.", "Ma nistgħux ninjoraw ir-realta` ekonomika.", "Ma nistgħux nibqgħu ngħidu li pajjiżna huwa l-eċċezzjoni tad-dinja kollha u dak li qed jiġri fis-suq hemm barra, li llum huwa suq globalizzat u jikkompetu magħna t-tarzni tal-Korea, tal- Ġappun, taċ-Ċina, ta' Spanja u t-tarzni oħra fil-Mediterran, ma jgħodxx għalina.", "Ma nistgħux nibqgħu ninjoraw dawn ir-realtajiet.", "Min jaħseb li dan il-pajjiż jista' jinbena fuq is-sentimentaliżmu ta' kif konna 10 snin ilu, kif konna kif konna 20 sena ilu u kif konna 30 sena ilu jgħarralu bilfors, għax id-dinja tbidlet.", "Sur President, issemmiet il-manifattura, u dan huwa eżempju ċarissimu.", "Mela llum xi ħadd jemmen li se tiġi xi industrija barranija u tibqa' tinvesti f'Malta jekk ċerti setturi mhux se jibqgħu kompetittivi?", "Illum, min jikkompeti maċ-Ċina għax il-ħaddiema Ċiniżi għandhom il-labour costs tagħhom daqshekk baxxi?", "Hemm xi ażjendi li jibqgħu l-Ġermanja biex jagħmlu pjaċir lill-Gvern Ġermaniż u ma jmorrux iċ-Ċina?", "Hemm xi ażjendi Amerikani li jibqgħu l-Amerika, għax huma Amerikani, u ma jmorrux iċ-Ċina?", "Aħna għandna imprendituri Maltin li kellhom il-fabbriki f'Malta, u għax Malta għolliet l-istandard of living tagħha - u tajjeb li jkun hekk - telqu lejn it-Tuneżija għax hekk jaqbillhom.", "L-imprenditur qiegħed hemm biex jagħmel il-flus u jekk Malta, f'ċerti setturi fil-manifattura u f'ċerti areas oħra m'hijiex kompetittiva...", "F'kull pajjiż, iktar ma javvanza, ċerti setturi jridu naturalment jispiċċaw għax jiddependu mil-low labour costs.", "Jiġifieri din hija evoluzzjoni ekonomika naturali li tiġi għax tgħolli l-istandard of living tiegħek, kif lkoll nixtiequ nagħmlu.", "Issa dan iġib ir- ristrutturazzjoni u jġib id-diffikultajiet miegħu, pero` dik hija l-linja li trid timxi magħha.", "Jekk għandna industriji tat-tessuti kif kellna fis-sittinijiet, fis- sebgħinijiet u fit-tmeninijiet, li kulma jfittxu huwa low labour costs, Malta m'għadhiex kompetittiva u rridu nsibu swieq ġodda fejn naħdmu.", "Din hija l-ħajja ekonomika li bilfors irridu nduru madwarha.", "M'aħniex se nbidluha billi naħbnu li għax ninjorawha din mhux se teżisti.", "Iż-żewġ naħat qed naqblu li s-sussidju tat-tarzni kien insostenibbli.", "Jien qatt ma fhimt x'ried jgħid il-Partit Laburisa meta qal li se jibqgħu jissusidjaw it- tarzni, pero` kienu se nagħmlu capping.", "Xi tfisser?", "Li nibqgħu nħallsu s- sussidji ad aeternum, għax mhux ekonomikament vijabbli?", "U b'kemm se jagħmlu capping b'Lm5 miljuni, b'Lm10 miljuni?", "Ma nafx kemm.", "Qatt ma qalulna.", "U jekk jinqabeż dak l-ammont, x'jiġri?", "Nagħlqu?", "Sur President, ir-realta` ma nistgħux naħarbu minnha jew inkunu ekonomikament vijabbli jew ma naħdmux, u allura l-alternattiva hija r- restructuring process.", "Imma aħna naħsbu li aħna xi pajjiż speċjali?", "Il- Greċja, l-Italja, Spanzja, Franza, Norveġja, l-Isvezja, l-Ingilterra kollha għalqu għexieren ta' tarznari.", "Imma dawn imġienen, għalquhom għal gost u pjaċir?", "Il-ħaddiema tagħhom m'għaddewx mill-istess proċess ukoll?", "Din hija r-realta`.", "Aħna se naħarbuha din ir-relata`?", "Aħna biss l-eċċezzjoni għar-ristrutturar?", "Kif nistgħu nagħmlu ristrutturar u naħsbu li kulħadd se jkun kuntent?", "Dażgur li mhux kulħadd se jkun kuntent.", "Sur President, fl-1987 dan il-gvern wiret 8,000 ħaddiem fiż-żewġ tarzni u fi 15-il sena rnexxielna nagħmlu ristrutturar b'difikultajiet kbar u b'oppożizzjoni kbira.", "Illum kulħadd qiegħed jitkellem.", "Pero` kien hemm żminijiet, u lkoll niftakruhom, meta l-paroli kien akkompanjat minn ħafna theddid.", "Kieku kulħadd fetaħ għajnejh għar-ristrutturazzjoni ħafna iktar kmieni naħseb li llum ma konniex inkunu hawn niddiskutu din ir- ristrutturazzjoni.", "Forsi konna nkunu hawn niddiskutu sitwazzjoni li nistgħu nkunu fiha ħames snin jew sitt snin oħra.", "Issa għax il-gvern għażel li jagħmel perjodu ta' ristrutturazzjoni mingħajr ma jgħaġġel qed niġu kkundannati u attakkati għax qegħdin inkompli dak ir-ristrutturar.", "Ma nistgħux naħarbu r-realta`, u dan ma ngħidux biss għat-tarzna, imma ngħidu b'appell għal kollox fis-settur ekonomiku.", "Għal xejn ngħidu li lkoll naqblu li d-dinja hija globalizzata u li l-kompetizzjoni tiġi minn kullimkien.", "It-turiżmu huwa attakkat.", "Illum m'għadniex ngħidu li t-turisti qed imorru Spanja jew Ċipru.", "Illum it-turisti jmorru l-Malasja, il-Ġappun, iċ-Ċina u l-Amerika.", "Ma' dawk is-swieq qegħdin nikkompetu.", "U malli l-Libja tipprogedixxi ftit iktar ekonomikament u politikament tiġi iktar stabbli, hemmhekk se jibdew imorru, kemm it-turiżmu u kemm il-manifattura, u mhux se naħarbuha.", "Jekk irridu ħaddiema b'pagi għoljin se nitilfu ċertu xogħol għal min għandu pagi irħas minn tagħna, u s-soluzzjoni m'hijiex li ndaħħlu rasna fir-ramel u ninjorawha u nibqgħu ngħidu li x-xogħol imissu jiġi b'inizjattivi politiċi.", "Illum ix-xogħol ma jiġix politikament.", "Ix-xogħol jiġi jekk tagħti kwalita` tajba, fi żmien tajjeb u bi prezz raġonevoli.", "Dawk biss jikkmandaw is-suq kollu li jeżisti fis-servizzi, fil-manifattura u f'kull qasam ieħor li għandna.", "Irridu u ma rridux, dan irridu nirrealizzawh bħala l-bażi ta' kollox.", "Sur President, intqalu ħafna affarijiet, pero` biċċiet minnhom ma nifhimhomx.", "Intqal li għandna agenda moħbija għax il-verita` hija li rridu nagħlqu t-tarzna.", "Kieku verament ridna nagħlqu t-tarzna, l-2,600 ruħ li kien għad baqa' konna niddeċiedu li nagħtuhom is-sussidju kollu li tajna din is-sena, nagħtuhom is-sussidju tas-sitt snin li ġejjin plus dak li se jieħdu bl-early retirement schemes u ras għal ras konna nistgħu nagħtuhom Lm40,000 kull wieħed u nagħlquha.", "Jiġifieri l-istess ammont flus li se nonfqu biex inġibuha fuq saqajha stajna għaddejnih lill-ħaddiema u konna nagħlquha.", "Kulħadd kien ikun kuntent, lanqas kien isir dibattitu hawn ġew.", "Kieku qbadna l-istess flus li qed nippjanaw li ninvestu, għax nemmnu li verament pajjiżna għandu bżonn tarzna ekonomikament vijabbli, jekk nistgħu nġibuha ekonomikament vijabbli, u qassamnihom kulħadd kien ikun kuntent.", "Waqt in-negozjati, meta konna niltaqgħu nhar ta' Sibt nagħmlu 12-il siegħa xi ħadd tefagħha din, half a joke.", "Pero` half a joke kienet.", "Aħna għandna aġenda moħbija meta faċilment stajna nagħmluh dan il-pass?", "Issa m'iniex qed nitkellem fuq solidarjeta` u l-effett fuq in-nies, qed nitkellem pure economics.", "Pero' politikament in-nies kienu jċapċpulna u kienu jgħidu li ħlisna minn problema.", "Dan m'għamilniehx, u ma keċċejniex 'il barra d-900 ħaddiem għax nemmnu fis-solidarjeta` u nemmnu li t-tarzna hija parti improtanti mill-ekonomija ta' pajjiżna u jekk nirristrutturawha tirrendi l- flus għal pajjiżna.", "Sur President, qalulna wkoll li qed nagħmlu dan kollu minħabba l-UE.", "Nagħmlu dan kollu minħabba l-UE meta 90% tal-pjan approvah Dr Sant meta kien prim ministru!", "Ma konniex qed naqblu fuq fejn id-900 ħaddiem kellhom imorru jaħdmu.", "Kienu qalu li dawn għandhom imorru jibnu l-karozzi tal-linja.", "Imma għax għandna bżonn 140 xarabank nagħmlu ażjenda biex tibnihom?", "Imbagħad x'nagħmlu?", "Nagħmlu kif għamilna fil-Gozo Channel?", "Vapuri li suppost ġew jiswew Lm25 miljun, biex tajna x-xogħol lid-dockyard, ġew jiswew Lm44 miljun.", "Hekk se mmexxu l-ekonomija?", "Hekk se nkunu kompetittivi?", "X'se nagħmlu?", "Nagħmlu l- isteel works li fil-Malta Shipbuilding dejjem tlifna minnhom?", "U dan x'għerf kbir kien tal-Perit Mintoff li jagħmel il-Malta Shipbuilding?", "Kienet propju din li kompliet tgħaffeġ 'l isfel lit-tarzna.", "Kull vapur li bnjena tlifna minnu.", "X'għamilna bix-shipbuilding?", "Xejn!", "Qabel l-elezzjoni ta' l- 1987 meta kien prim minsitru Karmenu Mifsud Bonnici daħlu madwar 500 ħaddiem u komplejna nitfugħha 'l isfel.", "Ir-relatajiet jitbiddlu u jekk mhux se nitbiddlu magħhom dan il-pajiż ma jfendix.", "Sur President, kelliem ieħor tan-naħa l-aħra qal li x-xogħol jiġi b'interventi politiċi.", "Għadhom jaħsbu li d-dinja għadha fiż-żmien meta Duminku Mintoff kien imur iċ-Ċina jew imur in-North Korea u jġib ix-xogħol tal-vapuri.", "Kien iġibhom pero' mbagħad kien jitlef minnhom meta jibnuhom.", "Insejt x'kien dak il-vapur il-kbir li kienu bnew f'wieħed mid-docks tal- Malta Shipbuilding.", "Tant kien kbir li kellhom iwaqqgħu parti mill-baċir biex joħorġuh għax lanqas ikkalkolaw li ma jdurx sakemm joħorġuh mill- baċir.", "Imma għadna naħsbu li se jiġi l-Prim Ministru taċ-Ċina, li tikkompeti fis- suq mondjali għal kull settur ekonomiku, u jgħidlek biex tibnilu xi vapur.", "Mal-Gvern Libjan - u jafuh tan-naħa l-oħra għax ittrattaw il-problema huma - ilna bil-problemi għal dawn l-aħħar għaxar snin biex iħallsu lit-tarzna l- flus li huma dovuti.", "Ilu ma jidħol vapur tal-linja Libjana għal dawn l- aħħar seba' snin.", "Hawn vapur tal-linja Libjana tgħidx kemm ilu maqbud hawn Malta għax ma tħallasx ix-xogħol li sar fuqu.", "Il-La Salle ħadnih għax xi ħadd mar ikellem lill-President Bush!", "Ħadnih għax konna kompetittivi.", "Ħadd ma jagħmillek pjaċiri fid-dinja tal-lum.", "Hawn Malta m'għandhiex xi dritt sagosant li xi ħadd jagħtina l-manna jew il-boqxiex.", "Jew se nitgħallmu naħdmu għalihom il-flus u ngħidu li dak li konna ngħaddu minnu fil-passat illum spiċċa, jew se nitgħallmu nagħtu l-ġurnata tax-xogħol - u qed ngħidha għal kulħadd muhx għal tat-tarzna bis - jew inkella no one owes us a living.", "Sur President, xi ħadd qalilna li l-La Salle kien ta' periklu u kien ukoll eyesore fil-port tagħna u għalhekk seta' igerrex it-turisti.", "Allura għax ikrah ma nġibuhx!", "Napli mimli vapuri Amerikani.", "Ħadd m'hu qed imur, la Ġappuniżi, la l-Amerikani, la lanqas Ingliżi!", "Ħadd ma jitla' Positano!", "Ħadd ma jmur l-kosta Naplitana!", "Ħadd ma jmur Cannes għax hemm il-bażi navali Amerikana!", "Ma tarax, mela xi ħadd se jmur hemm!", "Naħseb li dalwaqt jibdew jgħidulna li t-turiżmu naqas minħabba li kellna l-La Salle.", "Imma ma nirrealizzawx li dawn huma ħmerijiet?!", "Sur President, qalulna li qatt ma daħħalna cruise liners biex isir xogħol fuqhom fit-tarzna.", "Għadu kemm kien hawn conversion tal-Marco Polo, wieħed mill-cruise liners kbar li mhux l-ewwel darba ħdimna fuqu hawn Malta.", "Għaliex ma qalux x'ġara l-aħħar darba meta kellna cruise liners meta l- ħaddiema, għar-raġunijiet tagħhom, iddeċidew li jagħmlu azzjoni industrijali, l-ewwel go slow imbagħad strajk, u weħilna ma nafx kemm flus f'penali u mill-ewwel infirxet il-kelma li lill-ħaddiema tad-drydocks ta' Malta ma tistax tafdahom.", "Ma jirrealizzawx tan-naħa l-oħra li dan huwa suq limitatissimu, li l-players huma ftit u li r-reputazzjoni li jrid ikollok trid tkun l-ogħla reputazzjoni possibbli, u li kulħadd jiġi jitmellaħ mill- GWU, mill-gvern Malti u minn Malta u jekk ma jingħatax xogħol tajjeb imur tarzna oħra.", "Sempliċi, għandu ċ-choices.", "Illum iċ-choice m'hijiex f'idejn min imexxi t-tarzni, imma qiegħda f'idejn in-nies li għandhom il-vapuri.", "Huma jikkmandaw ix-xogħol għax jafu s-sitwazzjonijiet kollha tat-tarzni x'inhuma.", "Aħna li baqgħalna tajjeb huwa r-reputazzjoni għal kwalita` tax- xogħol.", "Pero` malli dik ir-reputazzjoni għal kwalita` tax-xogħol li jagħtu l-ħaddiema tagħna tintmiss, għax ma nkunux stabbli fix-xogħol tagħna, ma jkollniex kontinwita` u ma nagħtux il-garanziji, allura hemmhekk nitilfu kollox.", "U jekk mhux kulħadd se jifhem din, allura fit-tarzna li għandna issa m'hemmx futur.", "Xi ħadd qalilna biex nagħtuhom garanzija li se nagħmlu suċċess.", "Le, jien ma nagħtix garanziji għax jien ma nifhimx kif il-work practices li suppost issa se jiġu rranġati domna daqshekk snin biex nirranġawhom.", "Sur President, fid-distrett tiegħi ma tantx hemm nies jaħdmu t-tarzna, pero' ġie wieħed għandi mill-Belt u staqsejtu x'kien ix-xogħol tiegħu fit- tarzna.", "Dan qalli li hu kien writer.", "Għedtlu: Writer x'ifisser?", "Qalli: Ikun hemm il-formoli u nimlihom.", "Għedtlu: Imma timla l-formoli biss?", "Qalli: Iva, għax jien inkun mal-foreman, dan ma jafx jikeb, allura l- formoli noqgħod nimlihomlu jien.", "Jiġfieri fit-tarzna għandna gruppi ta' writers.", "Din qatt ma kont nafha.", "Dawn affarijiet li ma jitwemmnux.", "Imma kellna bżonn indumu sas-sena 2003 biex nirranġaw dawn l-affarijiet?!", "Jekk irridu nikompetu ma jistax ikun li l-general productivity tkun 28% - hekk qaluli jekk niftakar sew - meta n-normal general productivity fil-Ġappun hija madwar 65% u fl-Ewropa hija madwar 58%.", "Aħna ma' dawn irridu nikkompetu.", "Jekk ma ngħollux dak, il-prezzijiet tal-labour tagħna jogħlew u dik hi l-problema prinċipali li għandha t-tarzna.", "Sur President, qalulna li aħna ma ġibniex ix-xogħol.", "Jekk tmienja minn kull għaxar biċċiet xogħol li jiġu naħdmuh fiż-żmien, nikwotaw tajjeb u nitilfu l-flus.", "Kull biċċa xogħol li tiġi nitilfu l-flus minnha.", "Għaliex?", "Għax il- work practices li għandna huma ħżiena.", "Taħdem shift wieħed u l-bqija kollox overtime.", "Xi ħadd qal issa ċ-chippers spiċċaw kollha u l-welder irid jagħmel xogħol ta' chipper.", "Mela fid-dinja tal-lum il-welder ma jiċċippjax ukoll?", "Dawn huma l-problemi.", "Aħna ma ġejniex kompetittivi mhux għax m'għamilniex ir-riformi ta' qabel.", "Ejja nwaħħal fil-gvern għax forsi meta fl-1990 għamilna l-ewwel agreement ma kellux il-kuraġġ jattakka l-work practices, pero' l-iskandlu hu - u hawn nagħti tort lill-management - li l- work practices ma jkunux fil-collective agreement, u għalhekk jissejħu work practices.", "Dawn jinbtu, il-management għar-raġunijiet tiegħu jħallihom jinbtu mbagħad isiru dritt.", "Jiena naqbel perfettament li l-ħaddiema tat-tarzna għandu jkollhom walking time u washing time, għar-raġuni li t-tarzna hija never ending u veru trid timxi u għar-raġuni li ħafna mix-xogħol huwa f'postijiet fejn wara bilfors trid tinħasel.", "Ma tistax tmur id-dar kif tkun b'dak il-ħmieġ u huwa ġust li jkollhom nofs siegħa kuljum biex jagħmlu dan.", "Pero` l-ħażin huwa li l-work practice kienet li l-punch clock qiegħed fil-bieb ta' barra u ma tafx x'ħin tela' jew niżel mill-vapur.", "Issa tgħidli: Tort ta' min?", "Il-collective agreement ma jgħidlekx fejn tagħmel il-punch clock.", "Il-work practice saret hekk u l-management ħalliha ssir hekk.", "Meta pprova jbiddilha waqqfitu l- union għax qaltu li din ilha għaxar snin u issa tibqa' hekk.", "Issa din biddilniha u se jitpoġġew punch clocks taħt il-vapur, kif hemm kullimkien u kif hemm anke fil-fabbriki.", "Dawn huma l-affarijiet li verament irridu nattakkaw.", "Irrid ngħid ukoll li huwa inġust li ngħidu li qisu li dan l-agreement sar biex ma nagħtux kas il-ħaddiema u biex nagħmlu l-ewwel pass ħalli nagħlqu t- tarzna.", "Dan l-agreement sar għaliex il-gvern u l-GWU kienu jafu preċiż x'inhuma d-diffikultajiet u fejn irridu mmorru.", "Jiena ma nikkwota lil ħadd ħlief statement tal-lum tal-GWU.", "Dan l-istatement jgħid hekk:-", "\"Għall-ħaddiema tat-tarzni dan il-ftehim ifisser paġna ġdida fl- istorja tagħhom li se twassal biex dawn il-ħaddiema li minn dejjem taw sehemhom għall-ġid tal-pajjiż, speċjament permezz tas-snajja' u ħiliet tekniċi tagħhom jibqgħu jagħtu l-kontribut tagħhom b'risq l-ażjenda u l-pajjiż.", "L-istess ħaddiema huma determinati li jagħmlu suċċess mill- futur tagħhom u mhux se jħallu lil min għandu intenzjonijiet ulterjuri li b'xi mod idgħajjef l-għajxien tagħhom.\".", "Aħna naqblu perfettament ma' dan l-istatement għax dak kien l-animu li bih innegozjajna r-ristrutturar.", "Sur President, irrid nagħmel aċċenn ukoll għall-problema tad-900 ħaddiem.", "L-ewwelnett ejjew niżgumbraw it-triq mill-ħafna statements ivvintati.", "Il- union kienet taf li se jonqsu 900 ħaddiem.", "Il-union kienet taf li l-għażla se ssir mill-management.", "Il-union qablet li la aħna u lanqas hi m'għandna nidħlu fl-għażla.", "Aħseb u ara kemm nagħmlu kummissjoni kif qal li messna għamilna l-Onor.", "Parnis.", "La aħna u lanqas il-union ma ridna nidħlu fiha.", "Il-union kienet taf il-kriterji minn ġimgħat qabel.", "Tant hu hekk li l- għada, meta għamlet il-protest fil-qorti semmiethom hi stess.", "Quddiemi ngħatawlha l-kriterji.", "Fuq insistenza tal-union ftehemna x'għandha tkun grievance procedure.", "Ftehemna li mhux jinbagħat iż-riżultat lil kulħad id- dar, imma ftehemna li jekk ħaddiem jilmenta jingħata dak ir-riżultat.", "Ftehemna wkoll li l-metodu ta' l-appell huwa dak li normalment għandna fil- pajjiż, jew jagħżlu li jmorru għand l-ombudsman jew jagħżlu li jmorru għand it-tribunal industrijali.", "Dak huwa l-metodu li għandna fil-pajjiż.", "Dan kien ir-riżultat ta' dak li ddiskutejna.", "Issa mhux sew li tiġi hawnhekk u takkużana b'diskriminazzjoni, u qed nifhem li d-diskriminazzjoni hija politika għax ħadd ma qal li setgħu saru żbalji fl-għażla tad-900 ħaddiem.", "Jiena ma nistgħaġeb xejn li saru żbalji, għalkemm s'issa dejjem smajt l- istess għaxar każijiet.", "Pero` hawnhekk hawn l-akkuża ta' diskriminazzjoni, li hija xi ħaġa differenti.", "Jiena ngħid ħaġa biss, fuq in-naħa l-oħra ta' din il-Kamra hemm uħud li lanqas biss imisshom jużaw dan il-konċett fil- kontest tat-tarzna.", "Hawn uħud f'din il-Kamra li jafu l-istejjer ta' Furtu Selvatico, jafu l-istejjer ta' Leli Saliba u l-istejjer ta' ħafna nies oħra li ssawtu hemm ġew, u wħud minnhom mhux biss issawtu imma kellhom permanent disability.", "M'iniex ngħid għal kulħadd għax mhux kulħadd kien involut dak iż-żmien, pero` hawn uħud li kienu involuti anke direttament, u dawk għandhom jistħu li jkollhom il-wiċċ li jgħiduhom dawn l-affarijiet.", "Sur President, biex nerġa` niġi għas-suġġett, l-għażla saret, fi kliem ieħor, b'mod li l-General Workers' Union kienet taf mill-bidu sa l-aħħar il- proċess kollu.", "Min jidhirlu li l-għażla fil-konfront tiegħu saret ħażin allura għandu l-mezz kif jipprova jieħu rimedju.", "Hekk ftehemna mal-GWU.", "Konna qed nistennew li se jkun hemm min se jilmenta.", "Mhux ovvja li tistenna, jekk se tagħżel 900 ruħ minn 2,006.", "Konna għedna li jiġri bħalma ġara meta offrejna l-iskemi s-sena l-oħra.", "Min is-sena l-oħra applika għall-iskemi u ġie rifjutat mar għand l-ombudsman biex jipprova jieħu redress, u dak huwa l-metodu li ftehemna.", "Sur President, nagħlaq billi ngħid li din m'hijiex riforma faċli.", "Din hija riforma iebsa mhux biss mil-lat finanzjarju ekonomiku, pero` hija riforma iebsa għax hija riforma ta' kultura, rifoma li tattakka l-work practices.", "Pero` iktar minn hekk tattakka l-metodu kif għal ħafna snin kienu jsiru l- affarijiet.", "Imma hija riforma wkoll li hija bbażata fuq is-solidarjeta`, u b'dan niftaħru.", "Kulmin jiltaqa' miegħi fit-triq u jgħidli għaliex ma ħlisniex minn dawk id-900 ruħ ngħidlu li dan il-gvern ma jeħlisx min-nies għal xejn b'xejn.", "Fejn jista', dan il-gvern jagħti s-soluzzjonijiet, anke jekk dawk is-soluzzjonijiet irid jefagħhom il-pajjiż.", "Dik li tfisser is- solidarjeta`.", "Is-solidarjeta` tfisser li kulħadd irid jerfa' ftit.", "Il- poplu Malti se jkompli jerfa' billi jkompli jagħti s-sussidju biex it- tarzna tiġi vijabbli.", "Il-ħaddiema tat-tarzna li qegħdin il-Malta Shipyards se jerfgħu għax iridu jbiddlu l-work practices u jridu jaħdmu ħafna iktar milli ħadmu qabel u jridu jkunu produttivi ħafna iktar minn qatt qabel.", "Id- 900 ħaddiem li marru fit-tieni kumpannija se jerfgħu wkoll għax iridu jbiddlu l-mod kif jaħdmu, u ċertament hija trawma għalihom li jagħmlu hekk.", "Pero` huwa biss fuq il-prinċipju tas-solidarjeta` li verament dan il-pajjiż għandu jimxi.", "Huwa biss bl-applikazzjoni tal-prinċipju tas-solidarjeta` f'kontest ta' ristrutturazzjoni ta' kumpanniji li ma jagħmlux sens li l- politika ta' dan il-gvern għandha tkompli tiġi mibnija.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-mistoqsija hija li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jipprovdi dwar ir-ristrutturar tat-Tarzna ta' Malta u tal-Marsa Shipbuilding Yard\", ikun moqri t-Tieni Darba.", "Dawk favur( (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MR SPEAKER: Skond il-Mozzjoni Nru. 48 mgħoddija fis-Seduta Nru 7 tad-9 ta' Ġunju 2003, din il-votazzjoni għandha tittieħed fil-ħin ta' l- interruzzjoni tax-xogħol.", "ABBOZZ TA' LIĠI BIEX JEMENDA L-ATT DWAR L-AMMINISTRAZZJONI FINANZJARJA U L- VERIFIKA", "FINANCIAL ADMINISTRATION AND AUDIT (AMENDMENT) BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mill-4 ta' Novembru, 2003.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "MR SPEAKER: Rimarki.", "L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, b'dan l-abbozz ta` liġi li għandna quddiemna il-gvern qed jitlob li biex jissellef il-flus m'għandux għalfejn jiġi fl-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż.", "Fi ftit kliem irid ikun jista' jissellef bla ma jagħti sodisfazzjon lill-poplu Malti u Għawdxi għaliex qed jissellef, u dan huwa nuqqas ta' trasparenza.", "Sur President, l-esperjenza għallmitna li għalkemm s'issa l-gvern għadu jiġi fil-Parlament biex jitlob li jissellef il-flus xorta waħda saru ħafna abbużi.", "Minn diskussjonijiet fil-laqgħat tal-PAC biex naraw li l-affarijiet jimxu sew xorta rriżulta li saru abbużi mill-finanzi ta' l-Istat.", "Allura ma nistax nifhem kif meta dan il-gvern jemmen fit-trasparenza u jemmen li l- poplu Malti u Għawdxi għandu dritt ikun jaf kif qed isiru l-affarijiet jiġi b'miżura li tostor l-affarijiet.", "Kif diġa` għedt l-esperjenza diġa` wrietna li hemm affarijiet li mhux qed isiru sew.", "L-ewwel eżempju wieħed jista` jieħdu mill-operat tal-gvern.", "L- operat tal-gvern Nazzjonalsita żgur ma jawgurax tajjeb li għandna napprovaw dan l-abbozz.", "Għaliex qed ngħid hekk?", "Jekk wieħed iħares lejn il-qasam ta' l-ambjent isib li qabel l-elezzjoni li għaddiet intefqu mijiet ta' eluf ta' liri bex saru rapporti, biex tħallsu konsulenti u biex saru ħafna studji.", "Il-gvern, barra li pprova jiġġustifka dan l-infiq kollu, ipprova jinganna l-poplu billi jgħidlu li se jsolvi l-problemi ambjentali għax għandu strateġija kif jittekiljahom.", "Imma fir-relata` nsibu li wara l- elezzjoni mhux talli ma kellux strateġija u ma kienx kapaċi jittekiljahom, imma wera li dawk il-flus li ntefqu f'konsulenzi u f'rapporti ntefqu għal xejn.", "Sur President, qabel l-elezzjoni l-gvern kien jiftaħar li fejn jidħol il- waste management saru studji u li għalihom tħallsu mijiet ta' eluf ta' liri u kien ġie deċiż liema siti għandhom jiġu kkonsidrati biex fihom isiru l- landfills.", "Mela infaqna mijiet ta' eluf ta' liri, kull kritika kostruttiva li saret min-naħa ta' l-oppożizzjoni qatt ma ġiet aċċettata min-naħa tal- gvern u baqa' jsostni li hu għamel studju biżżejjed, li kellu expertise biżżejjed u li jaf x'għandu jagħmel u li l-għażliet tas-siti li saru għall- engineered landfills huma dawk u ma jistax ikun hemm oħrajn.", "Imbagħad wara l-elezzjoni u wara li saru l-għażliet tas-siti fejn għandhom isiru l-engineered landfills skoprejna li se nagħmlu temporary landfills.", "Allura dawk il-mijiet ta' eluf ta' liri mhux b'mod ħażin intnefqu?", "Spiċċajna li dak li kien jemmen fih il-gvern ma ġiex imwettaq.", "MR SPEAKER: Onor. Mizzi, se jkolli ninterrompik għax sar il-ħin.", "Se tibqa' in possession?", "ONOR.", "JOE MIZZI: Iva, nibqa' in possession.", "F'nofsinhar id-diskussjoni kienet interrotta u baqgħet aġġornata.", "MR SPEAKER: Issa se ngħaddi biex inqiegħed il-mistoqsija fuq l-Abbozz ta' dwar ir-ristrutturar tat-Tarznari.", "Il-mistoqsija hija li l-abbozz ta' liġi msejjaħ \"Att biex jipprovdi dwar ir- ristrutturar tat-Tarzna ta` Malta u tal-Marsa Shipbuilding Yard\" ikun moqri t-Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MR SPEAKER: Din id-division tittieħed minn hawn u 20 minuta oħra.", "Billi ntalbet votazzjoni l-Kamra ġiet sospiża u rriżumiet f'12.20 p.m. MR SPEAKER: L-Onor.", "Mario Galea.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Sur President, irrid ngħid li hawn ftehim fuq il- pairing.", "Min-naħa tal-gvern hawn erba' membri li se jiġu paired.", "Dawn huma l-Onor Josef Bonnici, l-Onor Helen D'Amato, l-Onor Joseph Falzon u l-Onor Michael Frendo.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Min-naħa ta' l-oppożizzjoni se jiġu paired l-Onor Leo Brincat, l-Onor Joe Debono Grech, l-Onor George Vella u l-Onor Karmenu Vella.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Mela issa se nerġa' nqiegħed il-mistoqsija.", "Il- mistoqsija hija li l-abbozz ta' liġi msejjaħ \"Att biex jipprovdi dwar ir- ristrutturar tat-Tarzna ta` Malta u tal-Marsa Shipbuilding Yard\" ikun moqri t-Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "VOTAZZJONI NRU.", "9", "FAVUR : 30", "L-Onor. |Abela Anthony |Galea Censu | |Agius David |Galea Louis | |Agius Francis |Galea Mario | |Arrigo Robert |Gatt Austin | |Azzopardi |Gonzi Lawrence | |Frederick | | |Azzopardi Jason |Gonzi Michael | |Borg Joe |Mifsud Bonnici | | |Antoine | |Borg Tonio |Mifsud Bonnici | | |Carmelo | |Cristina Dolores |Mugliett Jesmond| |Dalli John |Puli Clyde | |de Marco Mario |Pullicino George| |Debono Giovanna |Pullicino | | |Orlando Jeffrey | |Deguara Louis |Vassallo Edwin | |Fenech Tonio |Zammit Ninu | |Fenech Adami |Zammit Dimech | |Eddie |Francis |", "KONTRA : 23", "L-Onor. | | | |Abela Carmelo |Cuschieri Joseph| |Abela Joseph |Dalli Helena | |Agius Chris |Farrugia Angelo | |Attard Montalto |Farrugia Michael| |John | | |Bartolo Evarist |Farrugia Noel | |Brincat Joseph |Gulia Gavin | |Buhagiar Charles |Mangion Charles | |Buontempo Stefan |Mizzi Joe | |Cardona Chris |Parnis Silvio | |Caruana Justyne |Sammut Joseph | |Chircop Karl |Sant Alfred | |Coleiro Marie | | |Louise | |", "Il-mozzjoni għaddiet u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tieni Darba.", "MR SPEAKER: Insejjaħ lill-Viċi Prim Minsitru biex, jekk jogħġbu, iressaq l- aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar l- Erbgħa, 19 ta' Novembru 2003, fis-6.00 p.m. b'din l-Aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata Abbozz ta' Liġi dwar ir-ristrutturar tat-Tarznari - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att dwar l-Amministrazzjoni Finanzjarja u l- Verifika – Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili (Emenda Nru 2) - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Reġistru Ċentrali - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Ilsien Malti - Tieni Qari; u", "Abbozz ta' Liġi dwar Elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew - Tielet Qari.", "------------------------------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Hemm rimarki?", "Insejjaħ lill-Onor.", "Frederick Azzopardi.", "ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI: Sur President, f'dan il-ħin li għandi se nitkellem dwar suġġett li naħseb li ma tantx nitkellmu dwaru u cioe` l- impatt li l-problemi tal-familja jħallu fis-soċjeta` in ġenerali.", "Ilkoll nafu li biex ikollok soċjeta` b'saħħitha jrid ikollok familja b'saħħitha.", "Dawn huma bħal katina fejn waħda ma timxix mingħajr l-oħra u t-tnejn flimkien iridu jimxu id f'id 'il quddiem jekk ma rridux li l-valuri jisfaw mittiefsa mill-kurrenti qerrieda tal-ħajja moderna.", "Jekk ikolli niddeskrivi l-familja, ngħid li din hija l-benniena li tħannen u ssawwar lil dawk li għada pitgħada, jridu u ma jridux, se jiffurmaw is-soċjeta` tal- futur.", "Hija l-qafas li fuqu jitrawwem iċ-ċirku soċjali li nkunu niddependu għat-tkattir jew il-qerda tal-ġid maħluq mill-ġenerazzjonijiet ta' llum.", "Ma nistgħux ninjoraw dan il-fatt.", "Sfortunatament, it-tiġrib huwa kbir għax ir- realta` moderna hija msejsa fuq valuri passivi, konsumisti u anti-morali.", "Jekk ma naqbdux il-barri minn qrunu, bla ma rridu se nisfaw vittmi ta' l- għemil tagħna nfusna.", "Dak li ma jissewwiex mill-ewwel ikompli jitħassar u jħassar it-tajjeb li jkun fadal u bla nintebħu jista` jkun tard wisq.", "Sur President, f'moħħna għandu dejjem ikollna l-ġid tal-familja għax minnha se tgawdi s-soċjeta` in ġenerali.", "Bla dubju ta' xejn, l-elementi li jsawru kull bniedem huma l-istess elementi li jitrabba fihom għax l-ambjent familjari jnissel fil-karattru, ir-rieda li biha jaġixxi tul ħajtu u dan, tajjeb jew ħażin, se jaffettwa lis-soċjeta` fil-futur.", "B'dan kollu, irrid ngħid li jekk l-għeruq tal-familja ma jgħinux biex is-siġra twarrad, il- frigħi ma jistgħu qatt jroddu l-frott mistenni.", "Il-probabilta` hi li fejn hemm familja mkissra jew mħassra, it-tfal se jkunu l-ewwel li jbatu, se jaqgħu lura fl-iskola, se jaqgħu fil-vizzji u 'l quddiem se jidħlu f'iżjed inkwiet u jintrebħu mill-problemi soċjali li qajla jifilħu jirribattu.", "Huwa fatt magħruf li l-globalizzazzjoni sfrenata qed tgħabbi l-familja Maltija b' piżijiet u responsabbiltajiet ġodda.", "Dawn, fil-ħefa tagħhom, jafu jaqtgħu nifs dawk li qatt m'għaddew minn xi problema.", "Dan il-konċett ġdid huwa sfrenat, kontinwu u qed jinbidel il-ħin kollu.", "Nammetti li qajla tlaħħaq miegħu u għalkemm dan il-proċess fih il-pożittiv tiegħu, hemm ukoll elementi negattivi li iktar qed iħassru milli jtejbu l-ambjent naturali tal- familja Maltija.", "Fi żmien tal-lum, il-familja Maltija qed twessa' l- orizzonti tagħha, qed tinfetaħ iktar u qed titgħallem minn dak kollu li qed jiġri madwarha iżda din it-transizzjoni qed toħloq ukoll tensjonijiet ġodda.", "Quddiem din il-bidla ma nistgħux nibqgħu b'idejna fuq żaqqna qisu m'hu qed jiġri xejn.", "Hemm bżonn inrawmu kuxjenza sinċiera u nindirizzaw b'mod kostruttiv dawn il- bidliet li bilfors se jħallu l-effett tagħhom aktar 'il quddiem.", "Ħafna drabi meta d-diskussjoni titratta lill-familja, l-attenzjoni dejjem taqa' fuq familji li ma rnexxewx u li, għal xi raġuni jew oħra, għaddejjin minn xi diffikultajiet.", "Dawn it-tip ta' problemi u oħrajn se jkunu madwarna fil- futur u jekk ma nilqgħux kmieni għas-saram li ġej, dan aktar se jikber fil- futur.", "Is-soċjeta` qed tiżviluppa f'xibka qarrieqa b'mod mgħaġġel u qed jitrawwem konċett fejn xejn m'hu xejn u kollox jgħaddi fejn ħafna valuri saru jitqiesu taż-żmien in-nanna u m'għadhomx tajbin għaż-żmien tal-lum, u dak hu l-iżball.", "L-istili moderni ta' koabitazzjoni, divorzju, abort, drogi, alkoħol, infiq sfrenat, konsum bla rażan u kulturi simili mhux jagħmlu għajr deni lill- familji tagħna.", "Irrid insemmi wkoll iż-żieda alarmanti tat-twelid barra ż- żwieġ, l-aktar fost it-tfajliet taħt l-20 sena.", "Fis-sena 2002, din ir-rata laħqet iċ-ċifra ta' kważi 70% mit-twelid kollu.", "Jekk ma nagħtux kas ta' dan il-fenomenu llum, din l-istess problema se nsibuha stampata ma' wiċċna għada bil-konsegwenza li s'għada l-problema tkun kibret li tkun titlob soluzzjoni aktar tqila.", "Fiż-żmien tal-lum ma nistgħux nibqgħu niftaħru li l- valuri li tħaddan il-familja Maltija huma l-valuri nsara biss.", "Qed ngħixu fi żmien fejn hawn taħlit kbir ta' kulturi, ta' ġnus differenti u ta' twemmin differenti u l-knisja m'għandhiex dik l-awtorita` li kellha qabel.", "Nammetti li kulħadd għandu dritt li jgħix l-istil ta' ħajja li jrid imma f'dan ir-rigward irridu noqogħdu attenti ħafna għax l-istess żball li għamel ħaddieħor se nispiċċaw nagħmluh aħna bla ma nintebħu.", "Hemm bżonn l- impenn ta' kulħadd, tal-gvern, tal-knisja, ta' l-għaqdiet u ta' kull individwu, biex ma nħallux kollox għaddej qisu m'hu xejn.", "Sur President, ilkoll kemm aħna fid-dover li fejn nistgħu insewwu din il- ħsara sabiex mill-iżbalji tal-lum, nitgħallmu għada.", "Jekk ma nagħmlux dan, għada malajr jasal u ninsab ċert li s-soċjeta` ta' għada minflok tiżżi ħajr lilna, takkużana li ma qdejniex dmirna kif suppost lejn is-soċjeta`.", "F'dan is-sens, il-preparazzjoni taż-żwieġ ma tistax tibqa' tiddependi biss mill- għaqdiet volontarji, qisha xi ħaġa dilettanteska.", "U dan qed ngħidu mhux għax m'hemmx min hu kwalifikat u b'esperjenza kbira f'dan il-qasam, anzi minn hawn inroddilhom ħajr.", "Iżda dan l-impenn soċjali għandu jitwettaq minn kull entita` għax kulħadd hu fid-dmir li jiġbed ħabel wieħed biex bi ħsieb ewlieni u komuni naħdmu għall-ġid tal-familja Maltija billi natuha preparazzjoni serja għaż-żwieġ.", "Hu minnu li kultant anke l-isbaħ bini jista' jiġi mġarraf imma jekk il-pedament ikun sod, il-probabilita` ta' tiġrif tonqos.", "L-impenn tal-gvern favur dan il-ħsieb diġa` qed jidher f'diversi inizjattivi bħal, per eżempju, iż-żieda fil-finanzjament tal- Moviment ta' Cana u t-tisħieħ ta' l-aġenzija Appoġġ permezz ta' aktar social workers.", "Il-gvern hu konxju mill-fatt li l-flus li jintużaw biex jiġu sostnuti dawn l-inizjattivi fil-qasam soċjali huwa investiment fl-istess poplu li jmexxi.", "Irridu nżommu quddiem għajnejna li l-iżvilupp ekonomiku ma jiddependix biss minn deċiżjonijiet finanzjarji tajbin iżda minn deċiżjonijiet soċjali tajbin, u b'dan il-ħsieb il-gvern wasal għall- konklużjoni li pajjiżna għandu jkollu għodda nazzjonali fil-qasam tal-politika soċjali li tieħu ħsieb il-familja Maltija sabiex ikun assigurat li din tibqa' mħarsa issa u 'l quddiem.", "Għal dan il-għan, ġiet imwaqqfa l-Kummissjoni Nazzjonali Familja biex tagħti pariri lill-gvern fuq żewġ livelli ewlenin.", "L-ewwelnett biex il-gvern ikun konxju mill-impatt pożittiv jew negattiv tad- deċiżjonijiet meħuda fuq dan l-organu hekk importanti fis-soċjeta` tagħna, u t-tieni biex naraw li dak li għandu jsir għall-ġid tal-familja Maltija jsir bl-aħjar mod u mill-aktar fis possibbli.", "Min-naħa tal-volontarjat ma tistax ma tissemmix ukoll il-ħidma ta' Dar Ġużeppa Debono fl-Imġarr Għawdex, dar tal-Knisja li tilqa' xebbiet li jkunu se jsiru ommijiet.", "Għalkemm l-għan tad-dar, meta infetħet fl-1985, kien totalment differenti minn tal-lum xorta għandha l-għan biex tagħti kull għajnuna sabiex l-omm tintlaqa' bl-imħabba u biex hi stess tilqa' t-tarbija tagħha.", "Bis-saħħa ta' din id-dar l-omm tingħata l-għajnuna biex tieqaf fuq saqajha u tagħraf tibni ħajja tajba għat-tarbija li tkun ġabet fid-dinja.", "Hija r-responsabbilta` tal-gvern biex flimkien ma' għaqdiet non- governattivi jiffaċċja dan il-fenomenu soċjali sabiex jiġu milqugħa l- ħtiġijiet ta' dawn l-ommijiet-xebbiet.", "Kien proprju għal dan il-għan li t- tmexxija ta' Dar Ġużeppa Debono ħasset il-bżonn li din l-issue tiġi diskussa b'mod professjonali f'seminar li sar f'Għawdex mniedi apposta bit- tema \"Reaching out to Young Unmarried Mothers\"; seminar li nżamm bejn it-12 u l-14 ta' Settembru li għadda.", "Kienu mistiedna professjonisti minn diversi pajjiżi barranin li jaħdmu f'dan il-qasam u saru diskorsi importanti dwar aspetti ta' din l-issue.", "Is-seminar iffoka fuq id-dritt għall-għajnuna tas-single mother, id-dritt tagħha ta' edukazzjoni u xogħol u anke ġie diskuss is-suġġett tal-paternita`.", "Hawnhekk jidħol ukoll ir-rwol tas-social worker tal-lum li m'għandux jibqa' bħala individwu li jsewwi l-ħsara biss imma għandu jħares u jgħallem sa miċ- ċokon biex kulħadd jifhem l-impenn li minnu tistenna s-soċjeta` u jitgħabba b'responsabbiltajiet u jattwa tagħlim fl-aħjar interess ta' kulħadd.", "Il- ħidma ta' social worker tvarja minn għaqda għall-oħra, imma nibża' li qed jintilef wisq is-sens ta' kontinwita` f'dan il-programm.", "Hemm ħafna xogħol li qed ikun duplikat mhux fis-sens ħażin imma għax nieqsa mid-direzzjoni.", "Naħseb li llum wasal iż-żmien li dawn l-għaqdiet kollha jiġu amalgamati taħt kappa waħda biex barra li jkunu iktar b'saħħithom, il-frott li jinkiseb, jinkiseb aktar malajr.", "Hemm bżonn li jinħoloq dipartiment wieħed biex bl-ikbar kunfidenzjalita`, kull każ ikun ittrattat bl-aħjar mod possibbli mill-bidu sa l-aħħar.", "Nixtieq li f'dan id-dipartiment, fost l- oħrajn, ikunu involuti b'mod dirett il-Ministeru għall-Politika Soċjali, l- Ministeru ta' l-Edukazzjoni, l-Ministeru tas-Saħħa, il-Knisja, id- departimenti tal-welfare u oħrajn sabiex is-social workers ikollhom il- mezzi kollha disponibbli għat-twettieq tal-ħidma fejjieda tagħhom.", "Ilkoll nafu li l-prevenzjoni dejjem aħjar mill-kura u dan id-dipartiment ikun f'pożizzjoni tajba biex titrawwem kultura ta' edukazzjoni dwar l- istili ġodda tal-ħajja tal-lum u tgħallem ir-responsabbiltajiet li kull wieħed u waħda minna għandu jkollna.", "Irid jinbena programm ta' awareness għall-iċken studenti fl-iskejjel tagħna u dan bl-iskop li 'l quddiem ikollna żgħażagħ li jkunu jafu dwar prevenzjoni u saħħa, rispett lejn l- integrita` u l-valuri tal-persuna u d-doveri li kulħadd għandu jkollu lejn is-soċjeta` li jifforma parti minnha.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Sur President, se nieħu l-ħin disponibbli għalija biex inserraħ ras dawk li jaħdmu fl-industrija tat-tjur f'pajjiżna wara ċerti kummenti li l-Onor.", "Noel Farrugia għadda f'dan il-Parlament u kiteb fil-media lokali.", "L-ewwelnett, l-Onor.", "Farrugia qalilna li hawn kriżi f'dan is-settur.", "Ma nistax nifhem fejn hija l-kriżi għax jekk wieħed jara x'ġara f'dan il- pajjiż isib li qabel l-2002 ma kenux jingħataw sussidji fl-industrija tat- tjur.", "L-Onor.", "Farrugia qed jara l-kriżi issa meta matul din is-sena ngħataw xejn inqas - u nagħti ċ-ċifra eżatta għas-sena 2003 – minn Lm1,223,000 f'sussidji, mhux lill-bdiewa u r-raħħala kollha ta' pajjiżna, iżda lis-settur ta' l-industrija tat-tjur biss.", "Irrid ngħid li fis-sena 2002 l-istess industrija tat-tjur ingħatat Lm222,000 oħra.", "Nixtieq inkun naf kemm il-kriżi kienet tkun akbar kieku l-gvern ma tax dawn is-sussidji.", "Fl-Aġġornament tiegħu, l-Onor.", "Farrugia qal li l-gvern iddeċieda li ma jagħtix sussidji jekk kemm-il darba l-karkassa tkun aktar minn 1.3 kg.", "Lill- Onor. Farrugia ngħidlu biex qabel ma jiġi jitkellem jiċċekkja l-fatti, mhux daqstant biex iħares il-kredibilita` tiegħu - dik affarih - imma biex ma jħawwadx l-imħuħ tan-nies li jaħdmu f'dan is-settur.", "M'hu veru xejn li se jiġri hekk!", "Biex niftiehem f'termini sempliċi, li se jiġri mis-sena li ġejja huwa li jekk għandek karkassa li jkollha piż ta' 1.6 kg jingħata s- sussidju fuq 1.3 kg u fuq il-kumplament ma jingħatax is-sussidju.", "Aktar tard se nispjega għaliex qed nagħmlu dan.", "Dan hu punt importanti u hu totalment differenti minn dak li ta' x'jifhem l-Onor.", "Farrugia meta qal li jekk iddaħħal karkassa sa 1.3 kg tieħu s-sussidju imma jekk il-karkassa tat- tiġieġa tkun iżjed minn 1.3 kg ma tieħux susussidju.", "Dan mhux minnu u r- raġuni prinċipali għalfejn se naħdmu b'din is-sistema hi biex is-sussidju jinfirex ma' ħafna produtturi f'dan il-pajjiż.", "Nixtieq ngħid li l-Onor.", "Noel Farrugia kien u għadu jħawwad l-imħuħ.", "Niftakar li qabel ir-referendum u l-elezzjoni, dan kien ibeżża' lis-settur tal-biedja u s-sajd mill-UE u issa f'daqqa waħda l-partit tiegħu għamel u- turn u l-Onor.", "Noel Farrugia għadu miexi f'direzzjoni opposta.", "Spiċċajna b'żewġ variants tal-partit Laburista, naħa miexja lejn l-UE u l-oħra miexja naħa oħra.", "Minħabba f'hekk, jiena bilfors ikolli niġi hawn u niċċara l- affarijiet biex in-nies ma jibqgħux imħawdin.", "L-Onor.", "Noel Farrugia qalilna li l-gvern qed jgħid li se jagħti sussidju sa produzzjoni partikolari.", "Sa produzzjoni partikolari mhux għax naqqasna dak li konna nagħtu s'issa jew sas-sena li ġejja imma għax kif kont qed ngħid fin-negozjati li għamilna ma' l-Unjoni Ewropea wasalna għaċ-ċifra ta' 7,000 tunnellata li fuqhom jingħataw is-sussidji u dan skond l-informazzjoni uffiċjali li taw il-produtturi tat-tjur reġistrati.", "Jiġifieri n-negozati saru fuq 7,000 tunnellata u mhux fuq aktar.", "Aħna bħala gvern imxejna skond dak li kien ġie dikjarat u kien ikun nuqqas kbir ta' serjeta` u kredibilita` min-naħa tal-gvern Malti li kieku ppretenda li għandu jkun hemm sussidju fuq ammont akbar meta l-istatistika uffiċjali tagħna kienet turi li l-ammont li kellu jinħadem fuqu, is- sussidju kien ta' 7,000 tunnellata.", "Irrid ngħid li huwa fuq dan il-livell storiku li kellna li għamilna n-negozjati ma' l-UE.", "Għalhekk huwa totalment żbaljat dak li qed jipprova jgħid l-Onor.", "Farrugia meta jgħid li aħna bħala gvern sejrin b'xi mod nikkontrollaw is-sussidju sa ċertu produzzjoni partikolari.", "Dan m'hu veru xejn.", "Is-sussidju fuq 7,000 tunnellata kien u s-sena li ġejja fuq 7,000 tunnellata se jibqa'.", "It-tielet punt li fih l-Onor.", "Farrugia għawweġ il-fatti kien meta qal li l- gvern qed jillimita l-output ta' produzzjoni lokali.", "Skond l-Onor.", "Farrugia aħna se nnaqqsu l-produzzjoni tat-tiġieġ.", "Dan m'hu veru xejn.", "Il-produtturi jistgħu jipproduċu kemm iridu imma s-sussidju se jingħata biss fuq 7,000 tunnellata.", "Jekk il-produzzjoni tkun ikbar u fil-fatt nafu li jista' ikun li tkun aktar, dik tista' ssir u tista' titpoġġa fuq is-suq.", "Id-differenza hija li ma jingħatax is-sussidju fuq dik il-produzzjoni li taqbeż is-7,000 tunnellata.", "Biex inserraħ ras il-produtturi f'dan il-qasam, mhux talli s- sena li ġejja mhux se nnaqqsu l-għajnuna, talli huwa kkalkolat li l- għajnuna għal dan is-settur fis-sena li ġejja se tiżdied.", "Nixtieq inserraħ ras in-nies li mhux se jiġri kif qed jgħid l-Onor.", "Noel Farrugia.", "Irrid ngħid ukoll li parti mis-sussidju li ta l-gvern, tah biex ikun hemm roħs fil-prezzijiet lill-konsumatur u kien għalhekk li ġew emendati l-price orders għal dan il-qasam sabiex ikun hemm roħs lill- konsumatur.", "Sfortunatament, minn survey li kien sar mill-Ministeru tal- Finanzi u Affarijiet Ekonomiċi, instab li ma kienx hemm roħs fuq il- prodotti kollha ta' din l-industrija u rrid ngħid li l-gvern huwa kommess li nirrevedu dak li huwa għaddej biex l-effett tas-sussidju li l-gvern qed jagħti lill-produtturi lokali fl-aħħar mill-aħħar ikollu l-effett mixtieq fuq il-konsumatur Malti.", "Għalhekk irrid ngħid li jkun irresponsabbli l-gvern kieku ma jgħidx dan id- diskors għax is-sussidji qegħdin nagħtuh biex fl-aħħar mill-aħħar jibbenefika l-konsumatur u sabiex meta fl-1 ta' Mejju tas-sena li ġejja niftħu l-bibien għall-importazzjoni, il-prodott Malti jkun vantaġġjat fuq il-prodott barrani.", "Irrid ngħid ukoll li dan huwa fl-interess tal- produtturi lokali li jkollhom prodotti ta' kwalita` u bi prezzijiet kompetittivi għax dawn jersqu aktar lejn ix-xewqa tal-konsumatur.", "Il-gvern ħallas is-sussidju kollu dovut u hu maqbul li mhux se jingħata sussidju fuq aktar minn 7,000 tunnellata.", "Aħna lħaqna s-ceiling ta' din is- sena u allura ma nistgħux nagħtu iktar sussidju mis-7,000 tunnellata stabbilita`.", "Nirrepeti, is-sussidju mhux se jitnaqqas minn kif maqbul għas- snin li ġejjin.", "L-affarijiet se jibqgħu jsiru bis-serjeta` u bis-sens u għalhekk ittieħdet id-deċiżjoni li mis-sena d-dieħla s-sussidju jitħallas fuq il-piż tat-tjur sa 1.3 kg u fuq il-bqija ma jingħatax sussidju.", "Nagħlaq billi ngħid li jekk jinħass il-bżonn - u l-ministeru tiegħi anke jisma' mingħand il-koperativi u l-operaturi - li wieħed jagħmel ċaqliq ieħor aħna lesti li nisimgħu u fejn ikun hemm bżonn lesti naġġustaw, pero` qatt m'aħna sejrin naqbżu dak li ġie maqbul ma' l-UE.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għall-Erbgħa, 19 ta' Novembru 2003 fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif ikkomunikata mill-Ministru.", "Fis-12.50 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "MARSA: SKOLA FX ATTARD – AC FILTERS", "2352.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid jekk f'dawn l-aħħar ġimgħat kienx hemm ħsara fil-filters ta' l-iskola FX Attard fil-Marsa?", "Jista' jgħid jekk din il-ħsara tolqotx periklu għall-istudenti u l-għalliema?", "Jista' jgħid ukoll jekk din l- iskola tbatix minn nuqqas ta' dawl jew vultaġġ adegwat?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nirriferi l-Onor.", "Membru għat-tweġibiet ta' mistoqsijiet parlamentari 2385, 2387 u 2388.", "MATSEC – PUBBLIKAZZJONIJIET", "2353.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jagħti lista ta' kotba li nkitbu minn uffiċjali għolja tal- MATSEC, li skond il-code of professional academic conduct għandhom jagħmlu riċerka kif ukoll jissottomettu rapport għall-performance bonus li fih iridu jgħidu x'pubblikazzjonijiet ikunu ħarġu?", "Jista' jgħid min huma dawk li kitbu dawn il-kotba fil-perjodu bejn l-2000 u l-2003?", "Jista' jgħid fl-istess perjodu liema kienu l-kotba fis-sillabu tal-Malti li ntgħażlu għal kull sena?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif mitlub tpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni fis-seduta.", "ĠONNA TAL-BUSKETT - XOGĦLIJIET", "2726.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jinformani dwar x'xogħlijiet ta' restawr saru fil-ġonna tal-Buskett minn Jannar ta' din is-sena 'l hawn u kemm swew flus?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Ninsab informat li fl-aħħar xhur saru xi xogħlijiet fuq ħitan tas-sejjieħ mill-ħaddiema tal-environmental landscape consortium, xogħol li ma jifformax parti mill-kuntratt tax-xogħol li ngħata lill-konsorzju, iżda l-ħaddiema ġew ordnati jagħmlu dawn ix-xogħlijiet minflok tħallew jitlajjaw.", "Dan ix-xogħol sar fil-ħin normali tax-xogħol ta' dawn l-istess ħaddiema.", "Bħalissa għaddejjin ukoll xogħlijiet oħra fuq ħitan tas-sejjieħ.", "ENVIRONMENTAL LANDSCAPE CONSORTIUM - PAGAMENTI", "2727.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Separatament mill-ispejjeż ta' l-overtime, benefiċċji u pagi tal- ħaddiema tad-dipartiment ta' l-agrikoltura li marru mal-konsorzju, jista' id-dipartiment jagħtini breakdown ta' x'intnefaq s'issa mindu twaqqaf il- konsorzju?", "Kemm minn dawn l-ispejjeż tħallsu?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO Il-ħlas għall-manutenzjoni jsir b'rata all-inclusive abbażi ta' man-day basis – li allura tkun tinkludi pagi, salarji, bonuses, overtime, materjal, inġenji, tagħmir, spejjeż oħrajn u qligħ – u ninsab informat li s'issa tħallsu Lm2,673,402.", "Min-naħa l-oħra, il-proġetti jitħallsu kemm abbażi tal-materjal provdut kif ukoll għall-pagi, salarji, bonuses etc. u fil-fatt s'issa tħallsu Lm454,795 għall-materjal u Lm317,120 marru għall-pagi.", "Dan ifisser li l-kuntrattur imqabbad mill-gvern s'issa b'kollox tħallas is-somma ta' Lm3,445,318 eskluż il-VAT.", "GĦAWDEX: PRODUZZJONI AGRIKOLA - ANALISI XJENTIFIKA", "2728.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' il- Ministru tpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja taċ-ċertifikati ta' l-analisi xjentifika li saret f'laboratorji lokali u/jew esteri sabiex ikun magħruf il-livell organiku ta' produzzjoni agrikola li ntlaħaq fuq diversi prodotti tal-gżira ta' Għawdex?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Jien informata li l-ministeru għal Għawdex m'għandux ċertifikati ta' analisi xjentifika.", "GĦAWDEX – ORGANIC FARMING", "2729.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' il- Ministru tgħid xi pjan ta' riċerka twettaq fuq produzzjoni agrikola organika minn Jannar ta' din is-sena 'l hawn?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Jien informata li ma twettaq l-ebda pjan formali ta' riċerka fuq produzzjoni organika fil-farm sperimentali tal-gvern f'Għawdex.", "GĦAWDEX – UPGRADING TAL-PITKALIJA", "2730.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' il- Ministru tgħid x'upgrading sar minn Jannar 'il hawn fil-pitkalija u kemm flus ġie jiswa dan ix-xogħol?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Jien informata li fil-pitkalija ta' Għawdex ġiet stallata local area network bil-għan li l-marketing system tkun tista' titħaddem direttament minn ġol-pitkalija, li allura tkun tkopri wkoll il- biċċerija u l-cold stores.", "GĦAWDEX – SEZZJONI TA' L-APIKULTURA", "2731.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' il- Ministru tgħid x'upgrading sar minn Jannar ta' din is-sena 'l hawn fis- sezzjoni ta' l-apikultura u kemm flus ġie jiswa dan ix-xogħol?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Jien informata li ma sarx upgrading fis-sezzjoni ta' l-apikultura f'Għawdex minn Jannar ta' din is-sena 'l hawn.", "REVIŻJONI TAL-LIĠIJIET TAL-KERA", "2757.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid meta se jippubblika l-pjani tiegħu dwar reviżjoni sħiħa tal-liġijiet tal-kera?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Filwaqt li nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat- tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 2756, ninformah li meta l-pjani jiġu ffinalizzati dawn ikunu ppubblikati fil-mument opportun.", "DJAR BATTALA", "2758.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid meta se jippubblika l-pjani tiegħu rigward djar vojta?", "X'għandu maħsub il-gvern fuq dan il-qasam?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: M'għandi xejn xi nżid mat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 2757.", "UNIVERSITA' - STUDENTI BARRANIN", "2759.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm studenti ta' nazzjonalita' barranija qegħdin jattendu xi kors fl-universita'?", "Minn liema pajjiż huma u f'liema fakulta' qegħdin?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nirriferi l-Onor.", "Membru għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 1433.", "UFFIĊĊJU KONĠUNT - POSSESSION & USE", "2760.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Ministru jgħid jekk fond li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, huwiex milqut bil-liġi tal-possession and use?", "X'inhi l-proċedura biex jinxtara dan il-fond?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġibiet ta' mistoqsijiet parlamentari 2020 u 2031.", "BORMLA – AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA", "2761.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 2086, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid fejn waslet it-talba għal post alternattiv ta' armla b'erbat itfal li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament?", "Jista' jgħid jekk din il-persuna hijiex intitolata għal post tal-gvern minħabba li hi sid ta' dan l-istess fond?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jien informat illi l-applikazzjoni qed tiġi kkonsidrata.", "BIRGU - PROBLEMA TAD-DRENAĠĠ", "2762.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' il- Ministru jgħid meta se tiġi solvuta problema tad-drenaġġ li għal dawn l- aħħar sentejn qed tbati minnha familja li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, peress li qed jidħlilhom id-drenaġġ fil-kamra tas-sodda fejn torqod tifla b'diżabilita'?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Wara li saru l-investigazzjonijiet u t-testijiet neċessarji mid-dipartiment tas-saħħa pubblika, ġie stabilit li l-main sewer fi Triq La Vallette, Vittoriosa ilu difettuż sa mill-anqas minn Marzu 2001.", "Dan kien ukoll ikkonfermat b'CCTV test li sar mid-dipartiment tad- drenaġġ.", "Intbagħat avviż uffiċjali lid-direttur tad-dipartiment tad-drenaġġ f'Marzu 2001 u anke ntbagħtu sensiela ta' reminders f'Mejju 2001, Lulju 2001, Novembru 2001, Ottubru 2002, Jannar 2003, Awissu 2003, Ottubru 2003 u Novembru 2003 iżda ma jirriżultax li saru t-tiswijiet neċessarji mid- dipartiment konċernat.", "Għalhekk ikun opportun jekk l-Onor.", "Interpellant jirriferi tali mistoqsija lill-ministru konċernat.", "EUROSTAT – GDP PER CAPITA", "2833.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jgħid meta l-istatistika tal-GDP per capita fuq bażi tal-PPS se tiġi in line ma' normi Ewropej?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-eurostat qegħdin jippjanaw biex f'Diċembru li ġej jippubblikaw il-GDP per capita fuq bażi tal-PPS u skond normi Ewropej.", "LABOUR FORCE – FEMALE PARTICIPATION RATE", "2834.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-gvern hux qiegħed jikkontempla xi miżuri konkreti biex iżid il-female participation rate fl-ekonomija?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Dan il-gvern diġa' ħa passi konkreti biex tiżdied ir- rata ta' parteċipazzjoni tan-nisa fix-xogħol, fosthom billi ħoloq qafas ġdid leġislattiv li jipprovdi diversi miżuri maħsuba biex tiżdied din il- parteċipazzjoni, billi jgħinu lin-nisa jilħqu bilanċ bejn ix-xogħol u l- familja u biex jeliminaw id-diskriminazzjoni bejn is-sessi.", "Il-gvern ħa passi wkoll biex jirriforma s-sistema tat-taxxa biex inaqqas il-piż tat- taxxa fuq id-dħul fejn il-mara u r-raġel ikunu jaħdmu t-tnejn.", "Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi wkoll għad-dokument \"gender equality action plan 2003-2004\" ippubblikat mill-korporazzjoni għax-xogħol u t-taħriġ, li jelenka diversi miżuri oħra maħsuba biex tiżdied il- parteċipazzjoni tan-nisa fil-kamp tax-xogħol.", "PRIVATE PUBLIC PARTNERSHIP", "2835.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' il-Prim Ministru jgħid x'miżuri konkreti qed jittieħdu biex jitwaqqfu aktar inizjattivi ta' private public partnership?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab informat illi m'hemmx pjani konkreti li immedjatament jitwaqqfu aktar inizjattivi ta' private public partnership.", "Is-suċċess li kiseb l-ewwel esperiment f'dan il qasam huwa awgurju tajjeb għall-futur ta' din l-inizjattiva.", "NSO - STATISTIKA FUQ BAŻI STAĠJONALI", "2836.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li filwaqt li l- eurostat taġġusta ċ-ċifri tal-qgħad fuq bażi staġjonali, din ma tidhirx li hi l-prattika ta' l-NSO?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-aġġustament ta' statistika fuq bażi staġjonali hija prattika li għadha ma ġietx adottata mis-sistema ta' l-istatistika lokali.", "Qiegħed isir studju sabiex jiġi stabilit l-aħjar policy u metodu ta' kif din tista' tiddaħħal.", "Niġbed l-attenzjoni ta' l-Onor.", "Interpellant illi hemm diverġenzi sostanzjali fost l-istatistiċi dwar il-ħsieb u l-metodu ta' kif isiru dawn l-aġġustamenti.", "Żgur li din il-prattika mhijiex rekwiżit fis-sistema statistika.", "EU - GENDER PAY GAPS", "2837.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'passi qed jittieħdu biex jintlaħqu t-targets ta' l-Unjoni Ewropea biex il-gender pay gaps jiġu eliminati għal kollox?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Minn studju li sar jirriżulta li n-nisa jirċievu erbgħa minn ħamsa tad-dħul ta' l-irġiel li jaħdmu f'xogħol simili.", "Din l- istatistika tikkompara ma' dik tal-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea.", "It- targets ta' l-Unjoni dwar il-gender pay gaps hi li dawn jonqsu bin-nofs f'kull stat membru sal-2010.", "Minbarra li pprovda qafas leġislattiv li jipprovdi speċifikament li mpjegati fl-istess klassi ta' impieg għandhom id-dritt għall-istess rata ta' remunerazzjoni għal xogħol ta' valur ugwali, il-korporazzjoni għax- xogħol u taħriġ mistennija tippubblika linji ta' gwida biex tissensibilizza l-impjegati, min iħaddem u l-unions dwar is-suġġett.", "LABOUR MARKET", "2838.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid x'passi qed jittieħdu biex jiġu eliminati mismatches u skill gaps fil-labour market?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Kif jaf l-Onor.", "Membru, is-sistema edukattiv tinżamm aġġornata skond l-iżviluppi soċjo-ekonomiċi fil-pajjiż.", "Per eżempju, il- kurrikulu nazzjonali jindirizza l-kwestjoni mqanqla għal-livell ta' skola obbligatorja sa 16-il-sena.", "F'dan ir-rigward hemm proċess kontinwu ta' żvilupp.", "Qed titwettaq riforma sħiħa fil-qasam vokazzjonali u teknoloġiku sew bil- ħidma tal-korporazzjoni tax-xogħol u taħriġ kif ukoll bl-iżvilupp ta' l- MCAST.", "L-universita' kibret u żviluppat bil-kbir fl-aħħar snin biex tissodisfa domanda għal nies kwalifikati.", "Fi żmien mhux 'il bogħod se nippubblika l-abbozz ta' strateġija nazzjonali għal tagħlim tul il-ħajja.", "Qed naħdmu għal rabta aħjar bejn id-dinja tax- xogħol u d-dinja tat-tagħlim u t-taħriġ."]} {"filename": "20031124_062d_par.doc", "date": "2003-11-24", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 62 It-Tnejn, 24 ta' Novembru, 2003 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 62 It-Tnejn, 24 ta' Novembru, 2003", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.02 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "62", "It-Tnejn, 24 ta' Novembru, 2003", "WERREJ", "MINUTI 46", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI 46", "TQEGĦID TA' KARTI 53", "MOZZJONIJIET MOZZJONI BIEX IL-KAMRA TMUR F'KUMITAT TA' PROVVISTA GĦALL-KONSIDERAZZJONI TA' L-ESTIMI ĠENERALI TA' SPIŻA GĦAS-SENA 2004 55", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JIMPLIMENTA L-MIŻURI AMMINISTRATTIVI OĦRA (L-EWWEL QARI)", "AĠĠORNAMENT 77", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 78", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 61 li saret fil-21 ta' Novembru, 2003 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "POSTIJIET TA' DIVERTIMENT - BONORDNI", "2404.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Ministru jgħid jekk il-pulizija li jkunu għassa f'lokalitijaiet ta' divertiment bħalma huma Paceville u Wied il-Għajn, jeħdux azzjoni meta jaraw tfal ta' 13,14 u 15-il sena jiġġerrew mat-triqat tard filgħaxija jew kmieni filgħodu?", "Forsi mhix responsabbilta' tal-pulizija li jaraw li tfal ta' din l-eta' ma jitħallewx f'dawn il-postijiet?", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru tal-Ġustizzja u Intern): Kif naħseb japprezza l-Onor.", "Interpellant, filwaqt li huwa d-dover tal-ġenituri li jieħdu kura ta` uliedhom, id-dover tal-pulizija hu li tħares il-bonordni pubbliku.", "GĦaldaqstant sakemm il-minuri ma jkunux qed jikkommettu xi ksur tal-liġi, m'huwiex il-kompitu tal-pulizija li trażżan il-moviment tagħhom, sakemm ovvjament ma jkunx jidher li tali persuni jkollhom bżonn ta` assistenza.", "POSTIJIET TA' DIVERTIMENT - DIXXIPLINA", "2405.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid x'tagħmel id-diviżjoni ta' l-edukazzjoni biex tħeġġeġ ġenituri jieħdu ħsieb aktar ta' uliedhom u ma jħalluhomx jiġġerrew sa kmieni filgħodu mat-triqat f'postijiet ta' divertiment?", "Isiru laqgħat apposta għall-ġenituri tat-tfal ta' l-iskejjel biex dawn jerfgħu r-responsabbilitajiet tagħhom?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru għat-Teknoloġija ta' l-Informatika u Investiment) (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni): Informat li waqt laqgħat għall-ġenituri organizzati mill-kap ta' l-iskola, fl-iskejjel jingħataw messaġġi ċari dwar ir-responsabbilta' tal-ġenituri lejn uliedhom.", "MALTAPOST - ĦADDIEMA LURA MAL-GVERN", "2406.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill-Ministru għat-Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u Investiment: Jista' il-Ministru jgħid kemm-il ħaddiem tal-Maltapost mar lura mal-gvern wara l-ftehim ta' ftit xhur ilu?", "F'liema dipartimenti marru?", "Kemm huwa n-numru totali ta' dawk li se jmorru lura mal-gvern?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jien informat li n-numru totali ta' ħaddiema tal- Maltapost li marru lura mal-gvern wara l-ftehim li sar huwa ta' 80 - jista' anke jilħaq massimu ta' 160 – bil-ħaddiema allokati f'diversi dipartimenti.", "Fir-rigward ta' l-aħħar parti tal-mistoqsija, dan it-tagħrif jista' jinkiseb mill-management and personnel office fl-uffiċċju tal-prim ministru.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Carmelo Abela): L-Onor.", "Mizzi, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sur President, ippermettili infakkar lill-Kamra dwar każ ta' ħaddiem li kien ġie sospiż temporanjament minn mal-Maltapost abbażi ta' xi rapport li kien intqal li jġib il-firma ta' kulħadd, liema ħaddiem eventwalment spiċċa biex tkeċċa mill-post wara xi rapport ieħor misterjuż iżda li din id-darba nafu li ma ġiex iffirmat minn kulħadd.", "Jista' il- Ministru jgħid jekk bdietx xi investigazzjoni dwar dan il-każ għax ma jagħmilx sens li jkollok żewġ rapporti kontradittorji?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Sur President, peress li m'għandix din l- informazzjoni quddiemi, nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel domanda bil- miktub biex inkunu nistgħu ninvestigaw il-każ.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Ma jidhirlix li għandi għalfejn nerġa' nagħmel domanda bil-miktub għax meta tkellimt kont spjegajt l-affarijiet kif inhuma u anke poġġejt xi dokumenti fuq il-mejda tal-Kamra.", "Għalkemm jista' ikun li l- Ministru ma kienx hawn dak il-ħin, nippretendi li xi ħaġa bħal din li tikkonċerna lilu għandha tasallu u jkun nuqqas kbir jekk ma tasallux, narah jien.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nassigura lill-Onor.", "Interpellant li ma nafx dwar il- każ, pero' jien dan ma narahx nuqqas għax m'hemm l-ebda sistema fejn xi ħadd ikun detailed li joqgħod jisma' id-debates tal-parlament!", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Allura l-Ministru ma jinteressawhx l-affarijiet li jikkonċernaw lilu u li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Sur President, milli jidher ħa nerġgħu nibdew bil- battibekk tal-ġimgħa l-oħra!", "Jien m'għedtlux li ma jinteressanix imma għedtlu li ma naħsibx li hawn xi ħadd li joqgħod tliet sigħat jisma' is- seduti tal-parlament biex jara tkunx intqalet xi ħaġa li tikkonċerna l- ministeru tiegħu.", "Il-mod normali kif nagħmlu l-affarijiet hawnhekk huwa li nagħmlu d-domandi lil xulxin u mbagħad dawn jiġu investigati.", "Kulma qed nitolbu jagħmilli domanda ħalli ninvestigaw il-każ kollu, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jien qed nistaqsi lill-Ministru jekk fil-każ tiegħu tintużax is-sistema li teżisti f'ministeri oħra, fejn ikun hemm xi ħadd inkarigat biex jara jekk fil-gazzetti jkunx inkiteb xi artiklu li jkun jikkonċerna lill-ministeru tiegħu, biex imbagħad dan iġibuh għall- attenzjoni tal-ministru.", "Possibbli ħaġa importanti fejn saret akkuża u ntalbet biex issir inkjesta, ma nagħtux kasha fl-ogħla istituzzjoni tal- pajjiż meta fuq il-mejda tal-Kamra tpoġġew dokumenti li juru li kien hemm abbuż?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Iva, għandi xi ħadd li filgħodu joqgħod jaqra l- gazzetti kollha - u wara jista' ma jmurx iqerr miskin daqskemm jieħu paċenzja! - imma forsi din qabżitlu.", "Pero' l-Onor.", "Interpellant m'għandux għalfejn jagħmel dan il-plejtu kollu u qed nitolbu biex jagħmel domanda ħalli mbagħad naraw, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Ma jidhirlux il-Ministru li m'huwiex ġust li nerġa' nagħmel domanda meta dan il-każ qam xi tliet xhur ilu f'dan il-parlament u sadanittant dan l-individwu għadu barra bla mpjieg?", "Ma jidhirlux li la issa jaf bil-każ, jista' jiġbor id-dokumenti li jien kont poġġejt fuq il- mejda tal-Kamra ħalli jinvestigahom?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Sur President, naħseb aħjar ngħidlu iva għax inkella l-Onor.", "Mizzi jibqa' għaddej bl-istess argument!", "MALTAPOST- HUB TA' NAXXAR ROAD", "2407.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill-Ministru għat-Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u Investiment: Jista' Il-Ministru jara ftit is-sitwazzjoni tal-post il-ġdid tal-Maltapost f'Naxxar Road, Ħal Lija wara li rċevejt diversi lmenti minn ħaddiema dwar il-kondizzjoni fejn ġew trasferiti sitt taqsimiet tal-posta, fosthom dawk tan-Naxxar, ta' Birkirkara, ta' Ħal Balzan, eċċ?", "Jaf il-Ministru li hemm mal-100 ħaddiem jaħdmu f'bini twil qisu maħżen, fejn m'hemmx tieqa waħda u l-uniku ftuħ huwa l-bieb ta' barra?", "Jaf li għalkemm jidher li hemm apparat ta' l-air conditioning, dan m'huwiex imqabbad minkejja li l-ħaddiema ilhom fil-post għal dawn l-aħħar tliet ġimgħat?", "Jista' jara li ssir xi ħaġa biex tittaffa din il-problema?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jien informat li l-hub il-ġdid tal-Maltapost f'Ħal Lija ġie ċċertifikat minn inġinier kompetenti bħala tajjeb mill- perspettiva ta' saħħa u sigurta'.", "In-numru totali ta' ħaddiema li se jkun hemm f'dan il-hub huwa 60.", "Jien informat ukoll li l-apparat ta' l-air conditioning f'dan il-hub qed jiffunzjona b'mod sodisfaċenti.", "FONDAZZJONI GĦALL-ISKEJJEL TA' GĦADA", "2408.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l- organigramma tal-fondazzjoni għall-iskejjel ta' għada kif kienet fl-1 ta' Settembru 2003, li turi l-pożizzjoni ta' dawk il-persuni ordinarjament impjegati jew li kienu mpjegati mill-fondazzjoni, dawk il-persuni mislufa minn xi dipartiment ieħor tal-gvern, konsulenti u temping staff?", "X'kienu qed jagħmlu t-temping staff?", "Ma' liema kumpanniji saru l-arranġamenti għat- temping staff?", "Kemm kien il-ħlas totali li sar għal temping staff?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni): Se npoġġi t- tagħrif mitlub fuq il-mejda tal-Kamra.", "FONDAZZJONI GĦALL-ISKEJJEL TA' GĦADA", "2409.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid fuq liema kriterju l- fondazzjoni għall-iskejjel ta' għada tagħżel perit jew professjonist biex jagħmel xi biċċa xogħol u mhux ieħor?", "Fuq liema skala jitħallsu dawn il- periti jew professjonisti?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni): Informat li l- fondazzjoni għall-iskejjel ta' għada wżat is-servizzi ta' diversi periti jew professjonisti fuq firxa kbira ta' proġetti, wara sejħa pubblika ta' expression of interest.", "Il-fondazzjoni fl-operat tagħha ingaġġat diversi periti skond l-expertise, esperjenza u kapaċita' ta' riżorsi biex titwettaq xi biċċa xogħol.", "F'ċerti każi, periti li kienu ġew ingaġġati mill-kunsilli lokali fi skejjel primarji qabel twaqqfet l-FTS komplew jagħtu s-servizz tagħhom lill-FTS.", "Il-periti jitħallsu somma pre-stabilita fuq assignments bħal audits tekniċi ta' l-iskejjel u fuq ċerti proġetti hemm l-obbligu li jiġu segwiti t- tariffi kif stabilita f'Tariffa K, li tirregola l-ħlas dovut għal perizja.", "VOICE OF THE MEDITERRANEAN", "2848.", "L-ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' il-Ministru jgħid kemm sewa l-isponsorship tal-Voice of the Mediterranean għall-vapur Odyssey u kemm swiet il-konferenza wkoll sponsorjata mill-istess radio dwar il-multilingualism and international radio forum of EDXC?", "ONOR.", "JOE BORG (Ministru għall-Affarijiet Barranin): Il-proġett Odyssey li ħa sehem fih l-istazzjon Voice of the Mediterranean flimkien ma' 17-il pajjiż Mediterranju ieħor, sewa Lm10,000.", "Il-forum EDXC dwar multilingualism and international broadcasting sewa Lm3,000.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Saru diversi domandi fil-konfront tal-Voice of the Mediterranean għax jidher li hemm nuqqasijiet serji dwar il-mod kif dan tmexxa' taħt Richard Muscat.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE BORG: Kif għedt l-aħħar darba, peress li saru numru ta' allegazzjonijiet dwar l-operat tal-Voice of the Mediterranean, jien qabbadt lis-segretarju permanenti biex jinvestiga.", "Imbagħad wieħed ikun jista' jitkellem wara li jiġu stabiliti l-fatti kollha, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Peress li huwa kkalkulat li hemm Lm1 miljun jew aktar fi flus il-poplu u flus ġejjin mil-Libja fit-tmexxija ta' dan l- istazzjon tar-radju, u peress li jidher ukoll li hemm allegazzjonijiet fondati ta' tmexxija laxka għax jidher li saru ħlasijiet lil xi persuni li huma viċin ta' min qed imexxi dan ir-radju, ma jaħsibx il-Ministru li fiċ- ċirkostanzi għandha ssir inkjesta parlamentari biex joħorġu l-fatti kollha? .", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE BORG: Diġa' irrispondejt li qabbadt lis-segretarju permanenti biex jiċċekkja l-affarijiet, jistabilixxi l-fatti kollha u mbagħad wieħed ikun jista' jitkellem.", "Naħseb li għadu prematur li wieħed jipprova jagħmel ċerti allegazzjonijiet meta għad irridu nistabilixxu l-fatti kif inhuma, Sur President.", "Ir-realta' hi li tul dawn l-aħħar erba' snin il-Voice of the Mediterranean għamel kambjamenti enormi.", "Biss biss l-istazzjon ġie ttrasferit f'post ġdid peress li l-post li minnu qabel kien jopera ried jintuża mill-MEPA u allura ttieħdet l-okkażjoni biex isir l-immodernizzar neċessarju, inxtrat għamara ġdida - għax l-antika kienet tajba biss għall-iscrap – u l-uffiċini saru ġodda.", "Il-ħasra hi li minkejja li l-Gvern Libjan dejjem kien iħallas tard waqt li l-Gvern Malti kien joħroġ sehmu fil-pront ...", "Nista' ngħid li f'laqgħa li kelli ma' Shalgan tlabtu biex huma jħallsu parti mill-arretrati li jammontaw għal kważi Lm1 miljun, li minħabba fihom il-VOM spiċċa f'sitwazzjoni finanzjarja xejn feliċi.", "Iżda r-risposta tal- ministru ta' l-affarijiet barranin Libjan kienet li huma ma jarawx futur f'dan it-tip ta' operat – bl-ebda mod ma rrid nikkritikah għax naturalment għandu r-raġunijiet tiegħu - u allura m'għandhomx interess li l-istazzjon ikompli jxandar.", "Ngħid għalija nħsadt b'din ir-risposta u tlabtu jerġa' jirrikonsidra l-pożizzjoni tiegħu biex forsi anke nieħdu inizjattivi ġodda u nitrasmettu fuq wavelengths oħrajn.", "Ir-risposta tiegħu kienet li nistgħu nagħmlu hekk pero' il-konklużjoni tibqa' l-istess.", "Il-verita' hi li ġejna f'pożizzjoni fejn konna kostretti - dik kienet l- unika raġuni fir-realta' li ġegħlitna nieħdu din id-deċiżjoni – li nagħlqu dan l-istazzjon mill-bidu tas-sena d-dieħla.", "Huwa fatt ukoll li pposponejna d-deċiżjoni b'xahar u nofs biex nagħtu ċans li forsi l-Gvern Libjan jirrikonsidra l-pożizzjoni tiegħu.", "Għax jekk il-Gvern Libjan jirrikonsidra l-pożizzjoni tiegħu - u hemm possibbilta' għalkemm ma ngħidx li hi kbira – ir-radju jkun jista' jopera u f'dak il-każ ma jkollniex problema bix-xogħol tal-ħaddiema, Sur President.", "Anke l-investiment li għamilna f'equipment ġdid, għamara ġdida u premises ġodda, dan l-investiment sostanzjali li għamilna ma jmurx daqshekk mar-riħ jew għallinqas ma jkollniex nippruvaw naraw x'użu nistgħu nagħmlu minnu kieku l-Libja kellha tirrivedi l-pożizzjoni tagħha.", "B'hekk il-problema tirrisolvi ruħha, anke minħabba l-fatt li jekk jitħallsu l-arretrati kollha dovuti mhux talli nkunu nistgħu nħallsu lill-kredituri kollha, li jammontaw għal madwar Lm145,000, talli l-VOM jibqagħlu f'idejh madwar Lm800,000.", "Ir-realta' hi li r-radju qiegħed fl-istat finanzjarju li qiegħed mhux minħabba xi mismanagement jew minħabba xi tberbiq ta' flus imma minħabba l- fatt illi l-kontribuzzjoni annwali min-naħa tal-Gvern Libjan ilha ma titħallas mill-1998 u din sal-lum tammonta għal kważi Lm1 miljun.", "Jiġifieri jekk taqta' il-kredituri kollha, ir-radju jibqagħlu s-somma netta ta' Lm800,000 u jibqagħlu wkoll assets ġodda f'dak li huwa equipment u f'dik li hija għamara proprjeta' tar-radju.", "Jiġifieri altru li dan l- istazzjon m'huwiex fi stat finanzjarju ħażin, Sur President.", "Nerġa' nirrepeti li jiena għandi d-dmir li nara eżattament x'inhuma l-fatti u għal dan il-għan qabbadt lis-segretarju permanenti fil-ministeru - fl- aħħar mill-aħħar huwa l-uffiċjal inkarigat li għandu din ir-responsabbilta' - biex jara eżattament x'ġara u ma ġarax, jistabilixxi l-fatti u mbagħad wieħed jitkellem minn hemm.", "U naħseb li jkun ħażin illi b'mod prematur nippruvaw naslu għal konklużjonijiet meta l-fatti għadhom m'humiex kollha f'idejna.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Leo Brincat, domanda supplimentari.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Bla ebda diżrispett lejn is-segretarju permanenti fil- ministeru, jiġifieri bla ma nitfa' l-ebda dell fuq l-integrita' tiegħu, ma jaħsibx il-Ministru li kien ikun iktar xieraq u trasparenti kieku laqa' is- suġġeriment li għamlet formalment l-oppożizzjoni ġimgħa u nofs ilu biex ikun hemm kumitat ta' inkjesta indipendenti kompost minn nies li jgawdu l- fiduċja taż-żewġ naħat?", "Imma ġaladarba l-Ministru ddeċieda li jmexxi permezz tas-segretarju permanenti, inħeġġu jien biex fl-investigazzjonijiet ma jillimitax ruħu biss għall-affarijiet ta' natura purament finanzjarja, anke għax fost l-allegazzjonijiet li saru ntqal li l-managing director għadda ċertu xogħol lil kumpannija fejn hemm assoċjat ibnu.", "Meta ġie mistoqsi jekk hux veru li qabbad lit-tifel tiegħu biex jieħu ħsieb il-website - dejjem qed nibbaża ruħi fuq dak li deher fil-ġurnal \"The Times\" - l-argument banali li ġab il-managing director kien li huwa ħass li dan kien xogħol ta' fiduċja.", "Ma jaħsibx li jekk irridu li jkollna xogħol ta' fiduċja, huwa assurd li managing director ta' azjenda parastatali jagħti xogħol lit-tifel tiegħu stess?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE BORG: L-ewwelnett ma naqbilx li hemm għalfejn issir inkjesta parlamentari f'ħaġa bħal din għax kieku jsir hekk, kull meta jkun hemm allegazzjoni dwar mismanagement fuq kwalunkwe ente, kieku x-xogħol tal- parlament jispiċċa jisvolġi ruħu f'inkjesti parlamentari u xejn aktar.", "Ma narax għala għandna nippruvaw inkabbru l-affarijiet bla bżonn billi noqogħdu nitolbu għal inkjesti parlamentari.", "Jien nemmen li dawn għandna nħalluhom bħala eċċezzjoni, f'każi fejn ikun hemm il-bżonn li l-parlament jidħol f'dan it-tip ta' xogħol, Sur President.", "Naħseb li s-sistema governattiva li teżisti meta jsiru allegazzjonijiet bħal dawn hi li l-ministeru konċernat jew is-segretarju permanenti, li fl- aħħar mill-aħħar huwa l-uffiċjal responsabbli, jaraw eżattament x'ġara u ma ġarax ħalli jiġu stabiliti l-fatti.", "Nikkonferma li s-segretarju permanenti m'huwiex se jillimita ruħu biss għal aspetti purament finanzjarji imma jidħol fuq l-aspetti kollha li hemm bżonn biex jistabilixxi l-fatti dwarhom.", "Dwar l-allegazzjoni speċifika li għamel l-Onor.", "Leo Brincat, ta' min jgħid ukoll li l-fatti s'issa juru illi l-kumpannija li ġiet mogħtija dan il- kuntratt kellha dan il-kuntratt anke minn żmien qabel Richard Muscat - l- Onor. Anġlu Farrugia għoġbu jsemmih b'ismu għalkemm ma naħsibx li hu se jiddejjaq b'dan il-fatt – għalkemm f'xi mument din il-kumpannija biddlet isimha minn enterprise għal limited liability company.", "Pero' is- substantial ownership tagħha baqa' l-istess minn żmien qabel Richard Muscat, nerġa' ngħid.", "L-unika differenza hi - jew aħjar hekk qiegħda l-allegazzjoni li saret - li hemm it-tifel ta' Richard Muscat involut.", "Iva, mill-fatti kif nafhom jiena sal-lum, it-tifel ta' Richard Muscat huwa mpjegat f'din il-kumpannija għalkemm safejn naf jien, m'għandu x'jaqsam xejn mad-directorship u ma' l- ownership tagħha u għaldaqstant huwa importanti li nindagaw u nistabilixxu l-fatti kif inhuma.", "Ovvjament wara li s-segretarju permanenti jistabilixxi l-fatti kollha, inkun nista' nitkellem b'iżjed ċertezza milli nista' nitkellem illum.", "Irrid inżid ngħid ukoll li fl-aħħar mill-aħħar din hija intrapriża ta' natura kummerċjali, jekk trid issejħilha hekk, bl-accounts magħmulin minn accountant li mbagħad jiġu audited minn kumpannija ta' awdituri, li f'dan il-każ hija waħda magħrufa.", "Skond informazzjoni li għandi, din il- kumpannija qatt ma ressqet xi management letter jew għamlet xi query fuq xi aspetti partikolari u allura jiena tlabt lis-segretarju permanenti biex jisma' u jitkellem mal-partijiet kollha konċernati biex b'hekk ikun jista' jistabilixxi l-fatti kollha.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Sur President, jien semmejtu b'ismu għax wieħed minnkom!", "Il-Ministru semma' li sar progress peress li marru f'post ieħor.", "Jaf li meta marru fejn hemm il-Vodafone, apparti l-kera li jridu jħallsu ta' kull sena, l-apparat kollu li kellu jiġi ttrasferit minn fejn illum hemm il-MEPA sabu li ma setgħux idaħħluh u allura kellhom jerġgħu jikru jew jixtru apparat ġdid, naturalment għad-detriment tal-poplu Malti?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE BORG: L-apparat jew għallinqas il-bulk ta' l-apparat li kienu jużaw meta kienu l-Floriana kien apparat antikwat ħafna.", "Nhar il- Ġimgħa għedt li ċertu apparat kien ta' żmien il-Kavallieri.", "Ir-raġuni hi li meta jien kont mort fil-post l-antik biex nagħmel xandira, kont rajt b'għajnejja stess kemm l-apparat kien verament antik.", "Fil-fatt il-bulk ta' l-apparat inxtara in konnessjoni maċ-ċaqliqa li saret u llum ir-radju għandu apparat state of the art u anke jista' jiffoka fuq trasmissjonijiet via internet u affarijiet bħal dawn.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Nifhem tajjeb li ladarba l-Ministru jkollu f'idejh il- findings tas-segretarju permanenti, se jgħarraf lill-Kamra bihom?", "Jista' jgħid meta dan it-task ġie assigned lis-segretarju permanenti?", "Jista' jgħid jekk ingħatax timeframe speċifiku biex ma jibqax ikaxkar b'xi mod open-ended?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE BORG: Jien għedt lis-segretarju permanenti biex din il-ħaġa jagħmilha kemm jista' ikun malajr, pero' fl-istess ħin tlabtu jara li jitkellem ma' kulħadd ħalli jistabilixxi l-fatti kollha.", "Ma naħsibx li l- kwestjoni se tieħu x-xhur biex tiġi ffinalizzata imma forsi xi ftit ġimgħat.", "Ċertament ma nsib l-ebda diffikulta' li r-riżultat nikkomunikah lill-Kamra.", "VOICE OF THE MEDITERRANEAN", "2849.", "L-ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' il-Ministru jgħid min biegħ l-erba' karozzi li kien hemm fil-Voice of the Mediterranean?", "Min awtorizza x-xiri ta' karozzi ġodda u kemm ġiet tiswa din l-operazzjoni?", "ONOR.", "JOE BORG: Jien informat li l-managing director tal-Voice of the Mediterranean ħa ħsieb il-bdil ta' l-erba' karozzi qodma li kellu l- istazzjon u minnflokhom xtara tlieta ġodda.", "Effettivament karozza Mazda li ma kellha ebda valur fis-suq ġiet scrapped filwaqt li Kia Avella nbiegħet għas-somma ta' Lm800.", "Karozza oħra Hyundai Lantra ngħatat bħala part exchange għax-xiri ta' Peugeot 406.", "Il-karozza Daewoo Esperto tad-deputy managing director Libjan ukoll ingħatat b'part exchange minn dan l-uffiċjal ma' Volkswagen Passat.", "Inxtraw b'kollox tliet karozzi ġodda għaċ-ċifra netta ta' Lm31,130 wara li jitnaqqas it-trade-in value tal-karozzi Hyundai Lantra u d-Daewoo Espero u l-ammont mill-bejgħ tal-Kia Avella.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Il-Ministru jista' jikkonferma li l-karozza Mazda li ġiet scrapped kienet għadha in good working condition?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE BORG: Le, l-informazzjoni li għandi hi li din kienet karozza malandata ħafna u meta ppruvaw ibiegħuha ma sabux il-bejgħ tagħha u għalhekk kellha tiġi scrapped.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Il-Ministru għandu informazzjoni dwar il-valur tal- Hyundai Lantra u d-Daewoo Espero meta ġew għal part exchange?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE BORG: Le, m'għandix din l-informazzjoni imma ma nsibx diffikulta' biex nirrispondi jekk l-Onor.", "Interpellant jagħmilli domanda bil-miktub f'dan is-sens.", "XOGĦOL TA' ŻEBGĦA FIT-TOROQ", "2850.", "L-ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid jekk ingħatax kuntratt fejn hemm imdaħħla kumpannija mill-Ingilterra - bl-isem ta' Bosec jew isem viċin - probabbilment minn Cardiff, fejn se tintuża żebgħa għat-toroq u hemm involut ċerta persuna li isimha qed jiġi indikat separatament?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura) (f'isem il- Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni): Jien informat li ma ngħata l- ebda kuntratt għax-xogħol imsemmi mill-Onor.", "Interpellant.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Jiġifieri l-Ministru qed jikkonferma li ma ngħata l-ebda kuntratt lil xi kumpannija barranija?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, nerġa' ntenni li l-ministru għat-trasport u komunikazzjoni huwa informat li ma ngħata l-ebda kuntratt għax-xogħol imsemmi mill-Onor.", "Interpellant.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal- Kamra:", "Avviż Legali Nru 362 ta' l-2003 – Regolamenti ta' l-2003 li jemendaw ir-Regolamenti dwar Sanzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti fir-rigward tal-Liberja (Emenda Nru.2).", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar staff ġewwa r-Residenza San Vincenz de Paule, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari numru 2902; u", "Tagħrif dwar staff fi djar ta' l-anzjani tal-gvern, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari numru 2903.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Austin Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tabella li turi l-għadd ta' computers allokati lill-kunsilli lokali skond il-lokalita`, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari numru 2863;", "Tagħrif dwar persuni bil-kuntratt fil-Ministeru għat-Teknoloġija ta' l- Informazzjoni u l-Investiment u fid-dipartimenti, korporazzjonijiet u aġenziji li jaqgħu taħt id-dikasteru tal-Ministru għat-Teknoloġija ta` l-Informazzjoni u l-Investiment, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari numru 2936;", "Tagħrif dwar l-għadd ta' ħaddiema taż-żewġ tarznari li se jiġu mislufin ma' ministeri u dipartimenti tal-gvern, kumpanniji parastatali u awtoritajiet, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari numru 2937; u", "Estratt mir-rapport rikjest mir-regolamenti dwar Integrated Pollution Prevention and Control b'riferenza għall-power station tal-Marsa, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari numru 2939.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Borg.", "ONOR.", "JOE BORG: Sur President, f'isem il-Ministru tas-Saħħa inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 357 ta' l-2003 – Avviż ta' bidu fis-seħħ tad- dispożizzjonijiet ta' l-Att ta' l-2003 dwar il-Professjonijiet tas- Saħħa (Att Nru. XII ta' l-2003);", "Avviż Legali Nru 358 ta' l-2003 – Avviż ta' bidu fis-seħħ tad- dispożizzjonijiet ta' l-artikoli 2 u 66 ta' l-Att ta' l-2003 dwar il- Mediċini (Att Nru. III ta' l-2003);", "Avviż Legali Nru 359 ta' l-2003 – Avviż ta' bidu fis-seħħ ta' ċerti dispożizzjonijiet ta' l-Att ta' l-2003 dwar il-Mediċini (Att Nru III ta' l-2003);", "Avviż Legali Nru 360 ta' l-2003 – Regolamenti ta' l-2003 dwar il- Prezzijiet għad-Demm u Prodotti tad-Demm għall-Kliniċi Privati;", "Avviż Legali Nru 371 ta' l-2003 – Avviż ta' bidu fis-seħħ ta' ċerti artikoli ta' l-Att ta' l-2003 dwar is-Saħħa Pubblika (Att Nru. XIII ta' l-2003); u", "Avviż Legali Nru 372 ta' l-2003 – Regolamenti ta' l-2003 dwar ħlasijiet għal Awtorizzazzjonijiet għat-Tqegħid fis-Suq.", "f'isem il-Ministru tal-Finanzi u l-Affarijiet Ekonomiċi inqiegħed fuq il- mejda tal-Kamra: Avviż Legali Nru 352 ta' l-2003 – Regolamenti ta' l-2003 li Jemendaw ir-Regolamenti dwar Kontinwazzjoni ta' Kumpanniji;", "Avviż Legali Nru 363 ta' l-2003 – Ordni għall-Prezzijiet Pagabbli għall– Akkwist ta' Oqbra u Siti ta' Oqbra, 2003;", "Avviż Legali Nru 365 ta' l-2003 – Regolamenti ta' l-2003 dwar Fondi Speċjali (Reġistrazzjoni ta' Kustodji ta' Fond għal Min Jirtira);", "Avviż Legali Nru 366 ta' l-2003 – Regolamenti ta' l-2003 dwar il- Kontroll ta' l-Assi fil-fondi Speċjali;", "Avviż Legali Nru 367 ta' l-2003 – Regolamenti ta' l-2003 dwar Fondi Speċjali (Drittijiet ta' Reġistrazzjoni);", "Avviż Legali Nru 368 ta' l-2003 – Regolamenti ta' l-2003 għal Skema ta' Kumpens lill-Investitur;", "Avviż Legali Nru 369 ta' l-2003 – Regolamenti ta' l- 2003 dwar Skema ta' Kumpens lid-Depożitant;", "Avviż Legali Nru 370 ta' l-2003 – Regolamenti ta' l-2003 dwar Swieq Finanzjarji (Emenda ta' l-Iskeda); u", "Avviż Legali Nru 373 ta' l-2003 – Regolamenti ta' l-2003 dwar Proċedura għall-Provvediment ta' Informazzjoni;", "f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar impjegati fil-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' GĦada fl-1 ta' Settembru 2003, bi tweġiba għal mistoqsija numru 2408", "Kopja ta' kuntratt ta' studenti fin-nursing/midwifery course ta' l- Institute of Health Care ta' l-Universita' ta' Malta, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari numru 3008; f'isem il-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 348 ta' l-2003 - Merchant Shipping (Ships Eligible for Registration) (Amendment) Regulations, 2003;", "Avviż Legali Nru 349 ta' l-2003 – Merchant Shipping (Counting and Registration of Persons on Board Passenger Ships) (Amendment) Regulations, 2003;", "Avviż Legali Nru 350 ta' l-2003 – Merchant Shipping (Safe Manning and Watchkeeping) (Amendment) Regulations, 2003;", "Avviż Legali Nru 361 ta' l-2003 – Merchant Shipping (Limitation of Liability for Maritime Claims) Regulations, 2003; u", "Avviż Legali Nru 364 ta' l-2003 – Regolamenti ta' l-2003 dwar Standards ta' Disinn u Kostruzzjoni għal Xogħlijiet fit-triq; u", "f'ismi inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 351 ta' l-2003 – Ordni ta' l-2003 li jemenda l-Ordni dwar il-Konvenzjoni dwar l-Aspetti Ċivili fis-Sekwestru Internazzjonali ta' Minuri (Emenda Nru.4);", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l- Ambjent.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 353 ta' l-2003 - Regolamenti ta' l-2003 dwar Verifiki Veterinarji u żootekniċi applikabbli fil-Kummerċ ma' Stati Membri ta' ġerti Annimali ħajjin u Prodotti;", "Avviż Legali Nru 354 ta' l-2003 - Regolament ta' l-2003 dwar Verifiki Veterinarji applikabbli fil-Kummerċ Intra-Kommunitarju ma' Stati Membri ta' Prodotti ta' l-Annimali;", "Avviż Legali Nru 355 ta' l-2003 - Regolament ta' l-2003 li Jistabbilixxi l-Prinċipji li Jirregolaw l-Organizzazzjoni ta' Verifiki Veterinrarji fuq Annimali li jidħlu fil-Kommunita' minn pajjiżi terzi minn postijiet ta' spezzjoni fuq il-fruntiera ġewwa t-territorju ta' Malta;", "Avviż Legali Nru 356 ta' l-2003 - Regolamenti ta' l-2003 dwar il- Prinċipji li jirregolaw l-Organizzazzjoni tal-Verifiki Veterinarji fuq Prodotti li jidħlu fit-Territorju ta' Malta minn Pajjiżi Terzi; u", "Rapport Annwali u Accounts ta' l-Awtorita' ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ipjannar għas-sena 2003 flimkien ma' Estimi Finanzjarji għas-sena li tagħaq fit-30 ta` Settembru, 2004.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet.", "L- iSpeaker.", "MOZZJONIJIET", "MOZZJONI BIEX IL-KAMRA TMUR F'KUMITAT TA' PROVVISTA GĦALL-KONSIDERAZZJONI TA' L-ESTIMI ĠENERALI TA' SPIŻA GĦAS-SENA 2004", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): Bis-saħħa tal-ftehim milħuq, nistieden lill-impjegati tal-Public Broadcasting Services biex jidħlu fil-Kamra sabiex jitrasmettu dirett fuq it-televiżjoni d-diskors tal-Budget.", "Nistieden ukoll lill-fotografi tal-media u tad-DOI sabiex jiġbdu ritratti għal ftit minuti.", "L-impjegati tal-PBS daħlu fil-Kamra.", "MR SPEAKER: Skond il-Mozzjoni Nru. 79 tas-17 ta' Novembru, 2003 id- diskors kollu tal-Budget huwa eżenti mil-limitu ta' ħin għad-diskorsi (O.P. 49) u mill-ħin ta' l-interruzzjoni tax-xogħol (O.P. 9).", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI (Ministru tal-Finanzi u l-Affarijiet Ekonomiċi): Mr Speaker, għandi Messaġġ mingħand il-President ta' Malta.", "MR SPEAKER: Se naqra l-Messaġġ tal-President:", "GUIDO de MARCO PRESIDENT", "Il-President jirrakkomanda lill-Kamra tad-Deputati n-nefqa mill-Fond Konsolidat ta' somma ta' mhux aktar minn sitt mija u sitta u għoxrin miljun, ħames mija u erbatax-il elf, mija u tnax liri Maltin (Lm 626,514,112) kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali għas-sena 2004.", "Il-President jirrakkomanda wkoll l-Att ta' Approprjazzjoni meħtieġ.", "24 ta' Novembru 2003 Il-Ministru Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Nipproponi li l-Kamra tmur f'Kumitat ta' Provvista għall-konsiderazzjoni ta' l-Estimi Ġenerali ta' Spiża għas-sena 2004.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (Segretarju Parlamentari): Nissekonda.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Speaker, dħalna fi żminijiet ġodda.", "Qegħdin inniedu dan il-programm ekonomiku u finanzjarju għas-sena d-dieħla fir-realtà ġdida ta' Malta bħala membru ta' l-Unjoni Ewropea: bil- benefiċċji u l-obbligi li dan iġib miegħu.", "Issa l-għodda f'idejna.", "Hemm bżonn narmaw għaż-żminijiet ġodda.", "L-Ekonomija", "L-isfond hu dinja li hi għaddejja minn żminijiet diffiċli b'ekonomija fjakka u finanzi mwiegħra.", "L-esperjenzi koroh ta' terroriżmu, gwerer u mard infettiv li kellna f'dawn is-sentejn taw daqqa 'l-isfel lill-ekonomija ta' ħafna pajjiżi u heżżew mill-qiegħ il-fiduċja tal-popli madwar id-dinja fil-futur.", "|Tabella 1 | |Prodott Gross Domestiku | | |2002 |2003 |2004 | | |Att. |Tbassir | |Euro |0.9 |0.5 |1.9 | |area | | | | |Germanja|0.2 |0.0 |1.5 | |Franza |1.2 |0.5 |2.0 | |Italja |0.4 |0.4 |1.7 | |UK |1.9 |1.7 |2.4 | |US |2.4 |2.6 |3.9 | |Gappun |0.2 |2.0 |1.4 |", "L-ekonomiji fil-punent qegħdin jiffaċċjaw il-bidla radikali li l- globaliżżazzjoni qiegħda timponi fuqhom.", "F'dawn l-ekonomiji qed jikber il- qagħad u toktor it-theddida ta' l-impieg hekk kif l-attività ndustrijali qiegħda tinġibed lejn il-Lvant Imbiegħed fejn il-pagi baxxi, l-etika iebsa ta' xogħol u n-nuqqas ta' regolamentazzjoni soċjali u ambjentali qed ikunu kalamità qawwija.", "Dan qed jikkawża tnaqqis fid-dħul tal-konsumaturi u joħloq inċertezza li ġġib tnaqqis fid-domanda għall-prodotti tal-konsum bħal dawk elettroniċi u għal servizzi bħall-btajjel.", "Il-Finanzi", "L-ekonomija fjakka qed ikollha effett negattiv qawwi fuq id-dħul tal- gvernijiet madwar id-dinja.", "Ir-riżultat hu t-tkabbir fid-deficits hekk kif dan id-dħul m'huwiex ilaħħaq mal-ispiża dejjem akbar ta' amministrazzjoni, sigurtà, edukazzjoni, pensjonijiet, benefiċċji soċjali, saħħa, ambjent, kultura, sostenn ta' titjib fil-kwalità tal-ħajja u investiment fl-oqsma soċjali, ambjentali u produttivi.", "|Tabella 2 | |Żieda fid-Deficit | | | |2002 |2003 |2004 | | | |Att. |Tbassir | |Euro |€ b |-156.0 |-204.0 |-207.| |area | | | |0 | |Germanj|€ b |-67.6 |-86.5 |-80.8| |a | | | | | |Franza |€ b |-47.6 |-62.9 |-64.0| |Italja |€ b |-25.3 |-34.1 |-34.8| |UK |£ b |-22.3 |-35.3 |-34.6| |US |$ b |-158.0 |-374.0 |-486.| | | | | |0 | |Gappun |¥ t |-37.7 |-37.7 |-35.3|", "Għalhekk, ħafna pajjiżi qed jgħarrxu b'mod kritiku lejn l-istrutturi kollha tagħhom u jieħdu d-deċiżjonijet meħtieġa, anke jekk diffiċli, biex jagħmlu riformi effettivi f'kull settur.", "Malta wkoll qiegħda tbaħħar f'dan l-oċean imqalleb, titħabat mal-istess ħalel u diretta għall-istess port: il-port ta' stabbilità finanzjarja, ekwità soċjali, tisdiq ambjentali u titjib fil-livell ta' l-għajxien għal kulħadd.", "Il-maltemp li jfiġġ bla mistenni jkiddna, bħalma jkidd lil ħaddieħor.", "Imma aħna nibqgħu nagħmlu ħilitna, b'id soda fuq it-tmun li ma tħallihx jaħrab mal-kurrenti imma li treġġgħu lura fir-rotta kull meta l- maltemp idawwru għal fuq il-blat.", "L-Unjoni Ewropea", "Hu tajjeb li f'dan iż-żmien, il-poplu Malti ddeċieda li jkun parti mill- pass storiku li se jseħħ is-sena d-dieħla fejn se naraw, għall-ewwel darba għaqda Ewropea li ilha l-ħolma ta' ħafna għal sekli sħaħ.", "Il-poplu Malti ddeċieda li jaqbad f'idu l-għodda li s-sħubija fl-Unjoni Ewropea qed tnewwillu biex jaħdem b'riżultati akbar u aħjar, ħalli jibdel lil Malta f'waħda isbaħ, aktar effiċjenti, aktar organiżżata u aktar ħanina.", "Ir-Riformi", "Dan jgħinna u jqawwina fir-riformi li rridu nagħmlu biex nibdlu s-sistemi li ħaddimna s'issa f'ħafna oqsma: riformi meħtieġa ħalli dawn is-sistemi jirriflettu r-realtà tal-lum, il-ħtiġijiet tal-lum, il-livell ta' l- għajxien tal-lum, il-piżijiet tal-lum, ix-xenqat tal-lum.", "Hekk, is-sistema tagħna, imtaqqla minn għexieren ta' snin ta' deċiżjonijiet meħuda, ħafna drabi, f'kuntesti differenti minn dak li hi r-realtà llum u mingħajr għarfien sħiħ tal-piżijiet li dawn kienu se joħolqu fil-futur, tinġibed lura mir-rankatura li qabdet u titqiegħed fuq sisien sodi li jkunu jistgħu jifilħuha fil-futur.", "Djalogu", "Dawn ir-riformi għandhom isaħħu l-kompetittività f'pajjiżna u jipproteġu s- soċjetà ta' wens li għandna.", "Hu għaqli li dawn jitwettqu kemm jista' jkun f'armonija bejn is-sieħba soċjali kollha.", "Is-sieħba soċjali qegħdin neħduhom fil-kunfidenza sħiħa tagħna.", "Beħsiebna nkomplu bi djalogu ntensiv biex, bl-informazzjoni kollha meħtieġa f'idejna, nippjantaw flimkien ir-rotta li twassalna bl-anqas taħbit u bl-akbar ħeffa fil-port mixtieq.", "Jidher li s-sieħba soċjali huma kommessi li jagħmlu l- almu kollu tagħhom biex nagħmlu r-riformi meħtieġa fejn hemm bżonnhom u li niżviluppaw patt soċjali li fuqu nibnu l-futur.", "Huma kommessi li jidħlu f'diskussjoni ntensiva biex, sa nofs is-sena d- dieħla, nkunu eżaminajna fid-dettall l-istrutturi tagħna u naraw flimkien x'inhi l-istrateġija li rridu nwettqu fil-ġejjieni biex niżguraw pensjoni vijabbli għall-ġenerazzjonijiet futuri, sistema ta' saħħa li tkompli tipprovdi servizz tajjeb li jkun aċċessibbli minn kulħadd, u ekonomija vibranti mibnija fuq patt soċjali li jispeċifika b'mod ċar ir- responsabbiltà ta' kull wieħed u waħda minna.", "Nisperaw li, inkunu kapaċi, ilkoll kemm aħna, nintrefgħu 'l fuq mill-piki u mill-interessi u nilħqu l- konsensus meħtieġ fuq programm ta' riformi veri li jiżguraw l-aħjar interess ta' pajjiżna.", "Dan il-budget iniedi dan il-programm u bi prudenza u għaqal jibda t-triq biex minn banda jilqa' għad-daqqa 'l isfel fil-finanzi pubbliċi li qed tinħass mad-dinja kollha u mill-banda l-oħra jħejji lil pajjiżna għat- titjib li hu mistenni fl-ekonomija globali fil-futur qarib.", "Nafu li t-twettieq ta' dan il-programm jeħtieġ kuraġġ biex nirbħu l- kuntrarji u fermezza quddiem l-isfidi.", "Id-determinazzjoni li l-poplu tagħna dejjem wera quddiem sfidi kbar u żgħar jagħtina din is-saħħa u jimlina b'dan il-kuraġġ.", "Ekonomija u Finanzi", "L-ekonomija kajmana ta' l-2002 u l-2003 issarfet f'għafsa qawwija fuq il- finanzi tal-gvernijiet billi t-taxxi li suppost daħlu fuq il-konsum u fuq id-dħul mill-impjiegi u fuq il-profitti kienu ħafna inqas milli mistenni.", "F'Malta, barra li ntlaqatna mill-istess sfortuni li ntlaqtu bihom il- pajjiżi l-oħra, għaddejna wkoll mit-trawma ta' żewġ elezzjonijiet.", "Dawn ma kenux ifissru biss il-possibbiltà ta' tibdil fit-tmexxija.", "Kienu jfissru deċiżjoni fundamentali li tolqot fil-fond lill-operaturi kollha ekonomiċi billi ż-żewġ toroq li kienu qed jiġu proposti kienu jfissru strateġiji totalment differenti kif joperaw.", "Dan, aktar minn qatt qabel, ikkawża waqfa fl-attività ekonomika għaliex l- inċertezza maħluqa ċajpret il-viżjoni tal-futur, naffret l-investiment u mpediet li jittieħdu deċiżjonijiet f'kull qasam ekonomiku.", "Il-Prodott Gross Domestiku", "L-istatistika ekonomika wriet dan b'mod ċar.", "It-tkabbir ekonomiku fl-ewwel disa' xhur ta' din is-sena kien ta' 1% u dan wara li s-sena l-oħra t- tkabbir, għalkemm anqas minn dak mistenni, kien laħaq it-2.8%.", "Għas-sena sħiħa, it-tkabbir ekonomiku mistenni jkun ta' 1.5%.", "Is-sena d-dieħla qed nistennew titjib u naħsbu li t-tkabbir nominali ta' l-ekonomija għandu jilħaq it-3.5%.", "Dan it-tkabbir għandu jirriżulta minn tkabbir fl- esportazzjoni li għandu jiġi mit-tisħiħ ta' l-ekonomija dinjija kif ukoll minn iżjed investiment.", "Il-Bilanċ tal-Pagamenti", "Għadna qed nuru żbilanċ qawwi fil-kont kurrenti tal-bilanċ tal-pagamenti – il-kont li juri d-differenza bejn kemm daħħalna u ħriġna flus barranin.", "Matul l-ewwel disa' xhur tas-sena, l-iżbilanċ laħaq l-4.8% tal-prodott gross domestiku.", "L-Inflazzjoni", "|Tabella 3 | |Rata ta' Inflazzjoni | | |2002 |2003 |2004 | | |Att. |Tbassir | |Euro area|2.3 |2.0 |1.5 | |Germanja |1.3 |1.0 |1.0 | |Franza |2.0 |2.0 |1.6 | |Italja |2.5 |2.7 |2.1 | |UK |2.2 |2.8 |2.4 | |US |1.6 |2.3 |1.7 | |Gappun |-0.9 |-0.3 |-0.4 |", "L-inflazzjoni nżammet baxxa u għat-12-il xahar sa Settembru 2003, il-medja tal-inflazzjoni kienet ta' 1.1%.", "Skond il-metodu tal-kalkoli mħaddem mill- 1990 sal-lum, din ir-rata ta' inflazzjoni tissarraf f'żieda għall-għoli tal- ħajja ta' 75 ċenteżmu fil-ġimgħa.", "Ir-rata ta' l-inflazzjoni għal din is-sena mistennija tkun ta' 1% waqt li għas-sena d-dieħla din mistennija titla' għal madwar 2.3% b'riżultat tal- miżuri li qed nieħdu.", "Is-Settur Monetarju", "L-istabbilità tal-prezzijiet jibqa' l-għan ewlieni tal-politika monetarja tal-Bank Ċentrali u għandu jiġi attivat fil-kuntest ta' l-aħjar interessi ekonomiċi tal-pajjiż.", "Ir-rata tal-kambju fissa hi l-għodda prinċipali li biha l-Bank Ċentrali jipprova jilħaq dan l-għan ewlieni tiegħu.", "Matul it-12-il xahar sa Settembru ta' din is-sena, ir-rati uffiċjali ta' l- imgħax naqsu b'total ta' punt perċentwali għal 3%.", "Żviluppi Monetarji", "It-tkabbir monetarju naqas xi ftit fit-12-il xahar sa Settembru ta' din is- sena.", "Fil-fatt, il-broad money kiber bi 3.3 % meta mqabbel mat-12.2% ta' l- istess perijodu is-sena l-oħra.", "Dan kien dovut għat-tnaqqis fid-depożiti fissi, liema tnaqqis x'aktarx kien dovut għat-tnaqqis fir-rati ta' l-imgħax fuq depożiti mal-banek kummerċjali, li ħajjar lill-investituri jqiegħdu flushom f'investimenti differenti, bħalma huma bonds jew depożiti li jagħlqu fi żmien qasir.", "Fil-fatt, il-flus fl-idejn, id-depożiti ta' tifdil u l-bilanċi fil-kontijiet kurrenti lkoll komplew jiżdiedu b'mod qawwi.", "Ma' dan, wieħed irid iżid ukoll il-livell aktar baxx ta' dħul fil- kont kapitali tal-bilanċ tal-pagamenti.", "Dan ukoll seta' jgħin biex id- depożiti fissi jiċkienu.", "It-tkabbir tas-self lokali baqa' relattivament dgħajjef, għalkemm matul it- 12-il xahar sa Settembru r-rata tat-tkabbir laħqet telgħet għal 4.3% mit- 2.3% tat-12-il xahar ta' qabel.", "Din iż-żieda fis-self kienet tirrifletti żieda fl-obbligazzjonijiet netti tal-gvern kif ukoll f'dawk tas-settur privat, fejn dan ta' l-aħħar kienet prinċipalment marbut max-xiri ta' propjretà.", "Żviluppi fis-Settur ta' Servizzi Finanzjarji", "Id-domanda għall-istocks kemm tal-gvern u kemm tal-privat kienet qawwija, u ħafna minnhom ittieħdu mis-settur mhux bankarju.", "L-indiċi tal-Borża ta' Malta matul din is-sena juri żieda ta' 15%.", "Iddaħħlu miżuri biex tiżdied il-fiduċja tal-konsumatur u jitħarsu aħjar id- drittijiet tiegħu fis-settur finanzjarju f'Malta.", "Fis-settur bankarju, l- Att dwar Tpaċija u Netting f'Każ ta' Insolvenza, li daħal fis-seħħ f'Ġunju 2003, emenda l-proċeduri f'każijiet li jinvolvu falliment b'mod li jirrikonoxxu n-netting ta' transażazzjonijiet finanzjarji.", "Fl-2003 ġew imnedija wkoll l-iskema ta' kumpens lill-investitur u l-iskema ta' garanzija ta' depożiti biex jipprovdu lill-investituri u lill-klijenti ta' istituzzjonijet bankarji kumpens finanzjarju parzjali f'każ li tali istituzzjonijiet ifallu.", "F'Jannar 2003, l-awtorita` Maltija għas-servizzi finanzjarji (MFSA) nħatret bħala l-awtorita` kompetenti għall-finijiet ta' l-Att dwar is-swieq finanzjarji.", "B'hekk, minbarra li mill-bidu tas-sena 2002 ħadet f'idejha r- responsabbilta` li tirregola u tissorvelja l-banek u l-istituzzjonijiet finanzjarji, liema responsabbilta` qabel kienet f'idejn il-Bank Ċentrali ta' Malta, l-MFSA issa għandha wkoll il-funzjonijiet regolatorji li huma relatati mas-swieq finanzjarji u li qabel kienu jaqgħu taħt il-Borża ta' Malta.", "Ħadna aktar miżuri biex insaħħu l-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus, fejn f'Awwissu daħlu fis-seħħ ir-regolamenti ta' l-2003 kontra l-Money Laundering.", "Barra dan, il-korp għall-analisi ta' informazzjoni finanzjarja (FIAU) ġie aċċettat bħala membru sħiħ ta' l-Egmont Group of Financial Intelligence Analysis Units.", "Dettalji sħaħ tal-politika monetarja huma mehmuża f'Appendiċi 'A' ma' dan id-diskors.", "Id-Dħul ta' l-Euro f'Malta", "Waħda mill-aktar deċiżjonijiet importanti li l-gvern Malti jrid jieħu meta Malta tissieħeb fl-Unjoni Ewropea hija dwar id-data tad-dħul ta' l-euro f'Malta.", "Minħabba li sħubija fiż-żona ta' l-euro tista' ġġib magħha vantaġġi kbar, u wkoll għaliex l-ekonomija ta' Malta għandha karatteristiċi li jixbħu lil dawk li huma neċessarji għal integrazzjoni tajba f'żona ta' munita waħda, ikun ta' vantaġġ li l-euro jidħol f'Malta malajr kemm jista' jkun.", "Għaldaqstant, ikun f'waqtu li immedjatament wara s-sħubija fl-Unjoni Ewropea f'Mejju li ġej Malta tieħu l-ewwel pass billi tapplika sabiex tipparteċipa fil-mekkaniżmu tar-rata tal-kambju magħrufa bħala ERM II mill- bidu tas-sena 2005.", "Strateġija li tittardja d-dħul ta' l-euro għandha l-perikli tagħha, l-aktar għaliex din tista' twassal biex Malta, meta mqabbla mal-pajjiżi applikanti l-oħra, taqa' lura kemm fil-konverġenza kif ukoll fil-pass li bih l- ekonomija tkun qed tersaq lejn il-livell ta' żvilupp ekonomiku tal-pajjiżi membri.", "Pajjiż li jrid jidħol fiż-żona ta' l-euro jrid jissodisfa numru ta' kundizzjonijiet fuq ir-rata ta' inflazzjoni, l-iżbilanċ fiskali, d-dejn pubbliku, ir-rata ta' l-imgħax u fuq iċ-ċaqliq fir-rata tal-kambju.", "Malta diġà kisbet riżultati tajbin f'dawk li huma l-inflazzjoni, ir-rata ta' l- imgħax u r-rata tal-kambju, iżda għadha ma tissodisfax il-kriterji dwar l- iżbilanċ fiskali u d-dejn pubbliku.", "Din l-istrateġija dwar id-dħul ta' l-euro hija realistika u Malta tista' tissodisfa l-kriterji ta' Maastricht fil-ħin.", "Moviment Ħieles tal-Kapital", "Kif ġieli għedt fil-passat, Malta dejjem segwiet strateġija prudenti u meqjusa fejn tidħol il-liberaliżżazzjoni tal-kambju.", "Dan il-programm, li issa wasal fi stat avvanzat, twettaq mingħajr problemi.", "Prova ta' dan hu l- livell għoli tar-riżervi barranin tal-Bank Ċentrali ta' Malta, li bejn wieħed u ieħor illum ikopru b'kemm-il pajjiż jimporta fi tmien xhur.", "Matul is-sena 2003, l-att dwar il-kontroll fuq il-kambju ġie emendat biex iwitti t-triq għall-liberaliżżazzjoni totali tal-moviment ta' kapital.", "B'dan l-Att, xi kontrolli se jibqgħu fis-seħħ sad-data tas-sħubija fl- Unjoni Ewropea.", "Dawn se jidhru f'avviż legali li se joħroġ meta l-Att jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar, 2004.", "Madanakollu, kif sar fil-passat, se nieħu l-okkażżjoni biex mill-bidu ta' Jannar li ġej inneħħu xi kontrolli minn dawk li għad fadal.", "Dawn il-miżuri jidhru f'Appendiċi 'B'.", "L-Ekonomija", "Ix-Xogħol", "|Tabella 4 | |Rata ta' Qaghad | |% |2002 |2003 |2004 | | |Att. |Tbassir | |Euro area |8.4 |9.1 |9.2 | |Ġermanja |8.6 |9.5 |9.8 | |Franza |8.8 |9.5 |9.7 | |Italja |9.0 |9.0 |9.0 | |UK |5.2 |5.2 |5.2 | |US |5.8 |6.0 |5.7 | |Ġappun |5.4 |5.5 |5.4 |", "Il-ħolqien tax-xogħol jibqa' mira prinċipali tal-ħidma tagħna minkejja li din is-sena, b'riżultat ta' dgħufija fl-ekonomiji klijenti tagħna u ta' ristrutturar li qed isir fis-setturi kollha ekonomiċi, kellna żieda netta ta' 422 fin-numru ta' dawk jirreġistraw.", "Billi ż-żieda fir-ritmu ekonomiku s-sena d-dieħla mhux mistennija li tkun qawwija ħafna, għandna nistennew livell ta' madwar 5.2% jirreġistraw għax-xogħol.", "Tajjeb ninnutaw it-trasformazzjoni li qiegħda ssir anki f'pajjiżna.", "Fit-12- il xahar sa Settembru ta' din is-sena, in-numru ta' ħaddiema fis-settur privat tal-manifattura naqas b'1161 - l-aktar fis-settur tat-tessuti u l- ħwejjeġ - imma fl-istess perijodu se nkunu żidna 1511-il mpjieg fis-settur privat tas-servizzi.", "Is-settur pubbliku naqas b'660.", "Dawk li jaħdmu għal rashom żdiedu b'267.", "Ta' min jinnota wkoll li waqt li l-irġiel fis-suq tax-xogħol naqsu bi 341 fit-12-il xahar sa Settembru 2003, in-nisa żdiedu b'425.", "Id-dħul mill-impjiegi kompla jiżdied.", "Il-ħaddiema tagħna qalgħu madwar Lm582 miljun, jiġifieri 3.8% aktar minn sena ilu.", "Qliegħ min-Negozju", "Il-qliegħ min-negozju privat żdied ukoll u fl-ewwel disa' xhur tas-sena kien ta' Lm298.3 miljun.", "Setturi Ekonomiċi", "Agrikoltura u Sajd", "L-agrikoltura u sajd ingħataw importanza kbira fin-negozjati li għamilna ma' l-Unjoni Ewropea minkejja li dan is-settur jikkontribwixxi 2% tal- prodott gross domestiku.", "Il-qasam agrikolu jrid ikompli jadatta biex jilqa' għall-isfidi li qiegħed jiffaċċja.", "Biex dan ikun possibbli, dan is-settur se jingħata s-sena d-dieħla Lm12-il miljun f'għajnuna li minnhom 'il fuq minn Lm3 miljuni se jkunu forma ta' għotjiet mill-Unjoni Ewropea.", "Din l-għajnuna qed tingħata biex jissaħħu l- vijabbilità u l-kompetittività, jissaħħu l-prattiċi ambjentali tajbin, jittejjeb il-livell tal-għajxien tal-bdiewa u jinfetħu opportunitajiet imprenditorjali li jagħtu ħajja ġdida lill-ekonomija rurali.", "Parti mill-fondi vvutati għall-agrikoltura se jintużaw biex nippromwovu r- riċerka fi prodotti ekoloġiċi u ta' kwalità biex nagħmluha possibbli għall- bdiewa biex ikunu jistgħu jbigħu prodotti li huma ekoloġikament u ambjentalment tajbin.", "Fil-qasam tas-sajd se nkomplu ngħinu biex nimmoderniżżaw il-flotta u naddattawha skond ir-riżorsi għad-dispożizzjoni tagħna.", "Il-Manifattura", "Il-qasam tal-manifattura qed jittrasforma ruħu mill-qiegħ.", "Dan se jeffettwa l-infrastruttura li nipprovdu f'enerġija, telekommunikazzjoni, fabbriki u sostenn burokratiku.", "Qed naraw l-investiment li għandna jinbidel u jtejjeb il-livell tiegħu.", "Qed naraw li l-interess minn investiment barrani f'pajjiżna ġej minn dawk is-setturi li jenħtieġu livell għoli ta' riżorsi.", "Din ir-realtà tfisser li l-investiment li l-pajjiż irid jagħmel fil-qasam industrijali irid ikun ħafna akbar milli hu llum.", "Is-setturi li nistgħu nkunu kompetittivi fihom jeħtieġu fabbriki bi spazji akbar u bini bi speċifikazzjonijiet aktar għolja.", "Il-kumpanija Malta Industrial Parks Limited se tingħata struttura biex tkun f'pożizzjoni tiżviluppa fabbriki għall-ġejjieni, taġġorna l-fabbriki li għandna llum, tara dak li jkun meħtieġ għall-manutenzjoni, kemm fil- fabbriki nfushom kif ukoll fl-ispazji ta' madwar, u tamministra l-proprjetà ndustrijali tal-gvern.", "Naħsbu li fl-erba' snin li ġejjin se jkollna ninvestu ma' l-Lm40 miljun f'dan l-iżvilupp.", "Hawnhekk ukoll ma nistgħux niffaċċjaw iċ-ċirkustanzi ġodda bil-politika antika fejn għandu x'jaqsam ma' l-allokazzjoni u l-kiri ta' fabbriki.", "Se tkun addottata politika ġdida li tassigura l-użu tajjeb ta' l-ispazji eżistenti u li l-kera mħallsa tkun ibbażata fuq kriterji kummerċjali, waqt li se nibqgħu nagħtu għajnuna lil investituri ġodda permezz ta' konċessjonijiet fl-ewwel sentejn ta' l-operazzjoni tagħhom.", "Din l-istrateġija għandha tiġġenera finanzi għall-manutenzjoni u l-iżvilupp ta' proprjetà ndustrijali, waqt li għandha sservi wkoll biex inaqqas id- domanda artifiċjali għall-ispazji li llum jintalbu peress li l-kera hi baxxa ħafna.", "Fl-istess ħin se niġġeneraw finanzjament għal dan il-programm qawwi ta' żvilupp ta' fabbriki ndustrijali bi proċess ta' sekuritiżazzjoni tal- kirjiet li għandna llum u permezz ta' użu massimu ta' l-istokk ta' fabbriki eżistenti.", "Turiżmu", "Fit-turiżmu, minkejja d-diffikultajiet, żammejna l-livelli tagħna.", "It-turiżmu jrid ikun mibni fuq il-kwalità.", "Turiżmu li jirrendi hu dak li jiġbed lejna nies ta' kwalità li jiġu għandna għall-ambjent nadif u ndukrat tagħna, għax inżommu pajjiżna organiżżat u sabiħ, għax aħna dixxiplinati, u għax nagħtu valur tajjeb għall-ħlas li nistennew.", "Se nipprovdu Lm10 miljuni fuq perijodu ta' erba' snin biex isiru proġetti ta' tisbiħ għall-pajjiżna li jsaħħu l-attrazzjoni li għandu jkollna biex aktar turisti jiġu jżuruna.", "Dan se jitgawda ukoll mill-kunsilli lokali li l-lokalitajiet tagħhom huma f'żoni turistiċi.", "Però l-investiment tal- miljuni mill-privat u mill-gvern mhux biżżejjed.", "Kull wieħed u waħda minna għandu sehem x'jagħti biex naraw din l-industrija mportanti tiffjorixxi.", "Dan jirrikjedi tagħlim tajjeb miż-żgħar sal-kbar u nfurzar effettiv tar- regoli u l-istandards kollha.", "L-ispejjeż rikurrenti u kapitali tat-turiżmu u l-kultura se jiġu kkontrollati f'kont apposta (li se nispjega dwaru aktar 'il quddiem) li jkun mibni mid-dħul tal-VAT minn lukandi u ristoranti, kif ukoll mill-flus li l-Heritage Malta jirnexxielha tiġbor mill-ħlas għad-dħul fis-siti taħt il-kura tagħha.", "Il-flus li jidħlu f'dan il-kont jiġu allokati għall- kontribuzzjoni lill-MTA, u l-Heritage Malta, l-ispiża tal-Ministeri konċernati, u l-proġetti kapitali ta' ndukrar tal-wirt nazzjonali u ta' l- iżvilupp u t-tisbiħ tal-prodott turistiku.", "Is-Self-employed", "Diġà qegħdin ngħinu lis-self-employed biex ikun jista' jittrasforma u jiżviluppa ruħu ħalli jkun jista' jintegra tajjeb fl-ordni ekonomiku li s- sħubija fl-Unjoni Ewropea u l-globaliżżazzjoni qegħdin joħolqu.", "Se nkomplu nżidu l-aċċess għall-finanzi meħtieġa mill-imprendituri żgħar billi nassiguraw li aktar kumpanniji jkunu jistgħu jissellfu mill-iskema tas-Small Firms Loan Guarantee Scheme li llum hi amministrata mill-IPSE u li se tgħaddi għall-Malta Enterprise Corporation.", "Se nibdlu l-proċeduri biex is-self-employed u l-kumpanniji ż-żgħar ikollhom aċċess akbar għall-kuntratti pubbliċi.", "Dan billi, fejn hu possibbli, l- offerti għall-kuntratti jiġu organiżżati f'pakketti iżgħar li jkunu jistgħu jiġu maħduma minn ażjenda żgħira jew minn numru ta' ażjendi żgħar f'koperazzjoni bejniethom.", "Ma' dan se nintroduċu skema ta' reġistrazzjoni tal-kuntratturi.", "Il-Kummerċ", "Biex ngħollu l-livell ta' l-ekonomija hemm bżonn ngħollu l-livell tal- kummerċ.", "Aħna rridu niżviluppaw politika mprenditorjali biex inkunu nistgħu nieħdu vantaġġ aħjar ta' l-aċċess akbar li tagħtina l-Unjoni Ewropea, aċċess għal swieq mhux biss tagħha imma wkoll oħrajn li magħhom jeżistu ftehim bilaterali.", "Dan is-suq ħieles jagħmilha possibbli li nimbuttaw lil pajjiżna bħala ċentru ta' distribuzzjoni internazzjonali.", "Il-Konsumatur", "Ma nistgħux inżommu lura tibdil li bih insaħħu id il-konsumatur.", "Se nassiguraw li l-liġijiet li jirrigwardawh ikunu liġijiet li jifhem kulħadd u li kulħadd ikun jista' jiddetermina r-regoli applikabbli għalih.", "Se jkun aċċertat li l-konsumatur jingħata l-informazzjoni li għandu bżonn u li din tkun imqassma u aċċessibbli għal kulħadd biex il-konsumatur ikun jista' jagħmel deċiżjonijiet indipendenti u nfurmati.", "Il-Malta Enterprise Corporation", "Il-proċess ta' integrazzjoni tal-funzjonijiet tal-MDC, METCO u IPSE fil- Malta Enterprise Corporation issa qiegħed fi stadju avvanzat.", "Ġiet maħluqa entità li se tkun immexxija fuq prinċipji ta' capacity building u ta' focused marketing ħalli jinġibed investiment ġdid lokali u barrani.", "Impriżi eżistenti, kbar u żgħar jiġu mgħejjuna jifirxu l-attività tagħhom fuq prodotti u servizzi ġodda kif ukoll fi swieq ġodda.", "Din l-entità se tkun responsabbli biex tara li, b'sinerġija sħiħa ma' entijiet oħra, jiġu mħaddma bl-aktar mod effiċjenti dawk il-miżuri kollha li hemm bżonn biex pajjiżna jkun verament attraenti għall-investitur u jkun verament kompetittiv.", "Is-Settur tas-Servizzi Finanzjarji", "B'kuntrast ma' dak li qiegħed jiġri fl-ekonomija ġenerali, is-settur tas- servizzi finanzjarji qiegħed jespandi b'ritmu qawwi u llum jikkontribwixxi madwar 12% tal-prodott gross domestiku.", "Mingħajr ma tgħodd ditti ta' awdituri li jaħdmu f'dan is-settur, illum għandna madwar 5,500 ħaddiem full time f'dan il-qasam, barra mijiet oħra part-time.", "Wara t-taħdidiet li kellna mal-kummissjoni tal-Unjoni Ewropea irnexxielna nżommu ntatt ir-reġim regolatorju li għandna.", "Dan juri l-mod għaqli li ħdimna bih fl-1994 meta bdilna d-direzzjoni tas-settur finanzjarju minn wieħed offshore għal wieħed onshore.", "Dan kollu jawgura tajjeb ukoll biex dan is-settur jibqa' jespandi fil-futur.", "Il-liġi ġdida dwar it-Trusts, li se titressaq fil-Parlament fil-bidu ta' l- 2004, se toħloq kamp ġdid fis-settur finanzjarju li se jkompli jsaħħaħ dan il-qasam speċjaliżżat.", "L-awtorità Maltija għas-servizzi finanzjarji issa qiegħda fl-aħħar stadji ta' konsultazzjonijiet qabel ma tibda timplimenta programmi maħsuba biex jgħinu s-settur tas-servizzi finanzjarji jiżviluppa l-potenzjal tiegħu fl- Unjoni Ewropea.", "Dawn l-inizjattivi jkopru l-iżvilupp ta' riżorsi umani, l- introduzzjoni ta' servizzi b'bażi teknoloġika, branding, żvilupp regolatorju u ntrapriżi żgħar u medji.", "L-Economic Survey", "Rapport dettaljat ta' kif sejra l-ekonomija tal-pajjiż jinsab fl-Economic Survey li tiegħu qed inpoġġi kopja fuq il-mejda tal-kamra.", "Ħarsa lejn l- andament ta' l-ekonomija din is-sena u kif wieħed ibassarha għas-sena d- dieħla qed jingħata f'Appendiċi 'Ċ' ma' dan id-diskors.", "Il-Finanzi Pubbliċi", "Is-sena 2003 għandha tagħlaq b'deficit ta' Lm108 miljun, jew Lm33 miljun aktar milli previst, riżultat primarjament ta' dħul anqas minn dak li konna qegħdin nistennew.", "Dan ifisser deficit ta' 6.3% tal-prodott gross domestiku.", "It-tbassir għall-2004 sar fir-realtà ġdida li se nibdew ngħixu f'pajjiżna mis-sena d-dieħla.", "Id-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea mhux biss se jagħti viżibbiltà ħafna akbar lil pajjiżna li għandu jżid ir-ritmu ta' l-attività ekonomika fis-snin li ġejjin, imma se jkollu wkoll effett dirett fuq id- dħul u l-ħruġ tagħna.", "Qed nistennew li s-sena d-dieħla d-deficit ikun ta' Lm95 miljun jew 5.4% tal-prodott gross domestiku.", "Trasparenza u kontroll fil-Finanzi Pubbliċi", "Biex insaħħu t-trasparenza u l-kontroll fuq il-finanzi pubbliċi, minn din is-sena se nibdew inħaddmu sistema fejn fil-fond konsolidat se jkollna kontijiet sussidjarji għall-attivitajiet speċifiċi.", "Dawn il-kontijiet se jkunu mitmugħa minn dħul ta' taxxi li se jkunu dedikati goal attività partikolari, waqt li se ninsistu li l-ispiża fuq dik l-attività ma taqbiżx id-dħul hekk iddedikat.", "Fil-kunsill Malti għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali ġie propost li dawn il- kontijiet għandhom ikunu mħarsa minn kumitat magħmul, fost l-oħrajn, mis- segretarju permanenti fil-ministeru responsabbli għall-attività partikolari, minn uffiċjal tal-Ministeru tal-Finanzi u l-Affarijiet Ekonomiċi, minn persuna li tirrappreżenta lil dawk involuti fl-attività u minn rappreżentant tal-kunsill.", "Dawn se jkollhom il-fakultà li jagħmlu skrutinju fuq il-mod kif id-dħul u l-ħruġ ikun qed jiġi amministrat, kif ukoll fuq id-deċiżjonijiet li jridu jittieħdu meta l-ħruġ ikun se jaqbeż id- dħul allokat.", "Se nibdew b'dawn il-kontijiet:", "□ Kont għat-turiżmu u l-kultura; □ Kont għat-toroq, bini u manutenzjoni; □ Kont għas-saħħa; u □ Kont għall-ambjent u t-tisbiħ.", "Dan għandu jsaħħaħ l-għarfien li dak li qed niġbru qed imur biex iħallas għal proġetti konkreti.", "Dan għandu wkoll jixpruna lil kull ċittadin biex jingħaqad ma' l-isforzi tagħna biex niġġieldu l-evażjoni tat-taxxi kullimkien u f'kull ħin.", "Hekk kulħadd ikun qed jagħti l-parti tiegħu biex il-qafas soċjali u ambjentali ta' pajjiżna jissaħħaħ u mhux jitmermer.", "Dħul", "Id-dħul totali fl-2003 mistenni li jkun ta' Lm741 miljun, jiġifieri Lm21 miljun aktar mis-sena ta' qabel imma Lm30 miljun anqas mill-istima li għamilna s-sena l-oħra.", "Dan kien effetwat l-aktar minn tnaqqis ta' madwar Lm10 miljuni mill- kontribuzzjoni tas-sigurta` soċjali, tnaqqis ta' Lm3 miljuni mid-dwana u tnaqqis ta' Lm6 miljuni mill-VAT, kollha effett ta' ekonomija aktar dgħajfa milli konna qegħdin nistennew.", "Kellna tnaqqis ta' Lm4 miljuni mid-dħul mil- logħob minħabba li r-riformi li konna ppjanajna ma seħħewx u Lm2 miljuni oħra mit-taxxa ta' reġistrazzjoni tal-karrozzi minħabba l-fatt li qed jiġu mpurtati anqas karrozzi u parti akbar minn dawn qed ikunu karrozzi wżati li għandhom ir-rata ta' reġistrazzjoni tagħhom anqas minn dik dovuta fuq karrozzi ġodda.", "Imbagħad ma daħħalniex Lm14-il miljun li konna qed nistennew mill-protokoll finanzjarju Taljan billi dan kien għadu għaddej mill-proċess ta' ratifika fil-Parlament Taljan.", "Parti minn dan it-telf għamilna tajjeb għalih bi dħul ta' Lm5 miljuni aktar minn dak proġettat mit-taxxa tad-dħul, Lm5 miljuni aktar fid-dħul mill-Bank Ċentrali u Lm7 miljuni mid-dħul fuq l-iskema ta' reġistrazzjoni ta' investimenti barranin li erġajna nidejna din is-sena.", "Kif diġà tħabbar, permezz ta' din l-iskema ġew iddikjarati 'l fuq minn Lm130 miljun flus tal- Maltin li qabel kienu mistura barra minn pajjiżna u li issa huma parti mill- ekonomija Maltija.", "Matul l-2004, id-dħul għandu jiżdied b'Lm102 miljun għal Lm843 miljun.", "Kważi nofs din iż-żieda, jew Lm48 miljun hi dovuta għal għotjiet li nistennew mill-Italja u mill-Unjoni Ewropea.", "Żieda oħra se tkun l-effett ta' aktar infurzar fil-ġbir tat-taxxa, l-aktar fis-settur tal-proprjetà kif se nispjega aktar tard, u li għandha tirrifletti ruħha kemm f'aktar dħul fit-taxxa tad-dokumenti, kemm fil-VAT u kemm fit-taxxa tad-dħul.", "Imbagħad se nżidu d-dħul bil-miżuri li se nieħdu fil-VAT u fis-sisa.", "Dan għandu jagħmel tajjeb għat-tnaqqis ta' Lm8 miljuni li se jkollna mid-dħul mill- Bank Ċentrali, tnaqqis ta' Lm5 miljuni mit-tneħħija tat-taxxa tal-levies mill-1 ta' Mejju, 2004, u t-tnaqqis ta' darba fl-2004 ta' Lm15-il miljun mill-VAT li minn Mejju li ġej, flok tinġabar mid-dwana malli l-prodotti mpurtati mill-Ewropa jidħlu f'Malta, tinġabar aktar tard mal-bejgħ tagħhom.", "Sisa", "Iż-żieda fis-sisa se tiġi minn żieda fis-sisa fuq is-sigaretti li se jiżdiedu biex pakkett ta' l-20 king size jibda jinbiegħ Lm1.45c għall- konsumatur filwaqt li pakkett tal-20 standard size jibda jinbiegħ Lm1.30c u mis-sisa fuq it-tabakk tal-brim li se titla' għal Lm26.70 kull kilogram waqt li s-sisa fuq is-sigarri ssir Lm6 kull 1,000 sigarru.", "Dan għandu jżid id-dħul b' Lm5 miljuni.", "Id-dħul kollu minn din it-taxxa se jkun allokat għall-kont għas-saħħa.", "Taxxa fuq bejgħ ta' Proprjetà", "Se jkun hemm bdil fil-mod kif tiġi ntaxxata l-proprjetà.", "Dan it-tibdil qiegħed isir biex insaħħu l-azzjoni tagħna kontra l-evażjoni.", "Ħelsien mit-taxxa fuq ristrutturar ta' kumpaniji", "Il-provvedimenti dwar it-tneħħija tat-taxxa tal-boll u fuq il-qliegħ kapitali f'kumpanniji li jiġu ristrutturati se titneħħa.", "Din l-eżenzjoni kienet saret biex tagħmilha faċli għall-kumpanniji li jorganiżżaw l- attività tagħhom biex ikunu jistgħu jikkwotaw l-ishma tagħhom fil-Borża ta' Malta.", "Fil-fatt bqajna ma rajniex kumpaniji Maltin joffru l-ishma tagħhom lill-pubbliku imma dawn il-provvedimenti ntużaw b'mod ħażin biex jaħarbu t- taxxa fuq l-ispekulazzjoni tal-proprjetà.", "B'effett immedjat kull att ta' ristrutturar jew diviżjoni fejn tirrigwarda proprjetà mmobbli trid issir b'att pubbliku.", "Meta proprjetà tiġi ttrasferita bejn kumpanniji ta' l-istess grupp, se tibqa' eżenti mill-boll u mit-taxxa.", "Pero`, nenfasizzaw il-pożizzjoni kif inhi llum li, għall-finijiet ta' taxxa, ebda reviżjoni tal-valur ma tittieħed in konsiderazzjoni meta jiġi kkalkulat il-profitt mal-bejgħ tal- proprjetà barra l-grupp.", "Kumpanniji li l-assi prinċipali tagħhom hi proprjetà", "Il-liġi tat-taxxa tad-dħul se tkun emendata biex tiċċara l-interpretazzjoni tad-dipartiment tat-taxxi nterni li meta jinbiegħu ishma ta' kumpannija li l-assi ewlieni tagħha tkun proprjetà, dan jitqies bħala bejgħ ta' proprjetà.", "Għalhekk għall-fini ta' taxxa ta' dħul, taxxa kapitali u taxxa fuq il-boll, l-ammont li għandu jitħallas se jiġi maħdum qisu dan kien trasferiment ta' proprjetà, mingħajr konsiderazzjoni ta' djun jew bilanċ ta' prezz.", "Kull tnaqqis ta' sehem tal-bejjiegħ permezz ta' żieda fil- kapital jew transazzjonijiet simili hu meqjus bħala skemi għall-evażjoni tat-taxxa u jiġi njorat mid-dipartiment tat-taxxi nterni.", "Proprjetà akkwistata b'wirt", "B'effett immedjat, meta proprjetà ġejja minn wirt tinbiegħ se tkun taxxabbli bħal propjetà oħra.", "Il-valur ta' l-akkwist li jittieħed għall- kalkolu tal-profitti jkun il-valur denunzjat.", "Għal skop ta' ekwità, fil-każ ta' proprjetà li tkun intirtet qabel it-25 ta' Novembru, 1992 (id-data tat-tneħħija tat-taxxa tas-suċċessjoni), u li allura jista' jkun tħallset taxxa tas-suċċessjoni b'rata qawwija, it-taxxa se tkun waħda finali ta' 7% fuq ir-rikavat.", "Bidla fil-kalkolu tal-profitt taxxabbli", "Illum, fil-kalkolu tat-taxxa fuq il-qliegħ minn proprjetà mixtrija qabel it- 25 ta' Novembru, 1992, il-profitti taxxabbli huma meqjusa bħala proporzjon tan-numru tax-xhur bejn din id-data u d-data tal-bejgħ u n-numru ta' xhur mid-data ta' l-akkwist sad-data tal-bejgħ.", "B'effett immedjat, dan il-kalkolu se jispiċċa u l-profitti se jkunu ntaxxati fl-intier tagħhom.", "Notifikazzjoni ta' konvenji", "Konvenji marbuta ma' bejgħ jew trasferimenti ta' proprjetà għandhom jiġu notifikati lid-dipartiment tat-taxxi nterni.", "Man-notifika għandha titħallas taxxa proviżorja fuq id-dokument ta' 1% fuq il-valur li bih il- proprjetà tkun se tinbiegħ.", "Din it-taxxa tkun imnaqqsa mill-ammont ta' taxxa dovuta meta jsir il-kuntratt finali jew tkun mogħtija lura fil-każ li l-konvenju jitħassar.", "Dan se jkun applikabbli mill-1 ta' Jannar, 2004.", "Konvenji eżistenti għandhom jiġu notifikati taħt dawn il-provvedimenti ġodda sat-30 ta' Ġunju, 2004.", "Konvenji li l-kuntratt relattiv magħhom isir qabel din id- data m'hemmx bżonn jiġu notifikati.", "Ebda konvenju li ma jkunx reġistrat skond dawn ir-regolamenti ma jkollu validità legali.", "Il-VAT", "L-ogħla rata tal-VAT se tiżdied minn 15% għal 18%.", "Dan se jsir b'effett mill-1 ta' Jannar 2004.", "Qed nagħmluha ċara li mhux se jkun hemm tibdil fil- VAT imħallsa fuq prodotti u servizzi li huma eżenti bi kreditu, bħall-ikel u l-mediċini, jew li għandhom imposta fuqhom ir-rata mnaqqsa ta' 5% bħat- turiżmu.", "Id-dħul minn din iż-żieda hu stmat li għandu jammonta għal Lm21 miljun u se jkun allokat kollu għall-kont tas-saħħa.", "Hu mportanti li kull ċittadin Malti jagħmel l-almu tiegħu kollu biex jaċċerta ruħu li din it-taxxa qed tinġabar biex nassiguraw is-servizz tas-saħħa fil-ġejjieni.", "Dan nagħmluh billi nesiġu rċevuta fiskali għal kull akkwist li nagħmlu u li hu taxxabbli.", "Kulħadd għandu sehem dirett x'jagħti u hu dover soċjali li dan is-sehem nagħtuh kollu.", "Iż-żieda fl-ogħla rata tal-VAT se tirriżulta f'żieda ta' darba fir-rata ta' nflazzjoni ta' madwar 1.9%.", "Din iż-żieda m'għandhiex ikollha effett sinifikanti fuq l-inflazzjoni fi żmien li din hi fl-aktar livelli baxxi f'dawn l-aħħar snin, u meta matul is-sena d-dieħla se jitneħħew il-levies li baqa', l-aktar fuq prodotti ta' l-ikel, u li wkoll għandu jkollu effett ta' trażżin tal-prezzijiet.", "L-effett fuq l-għoli tal-ħajja ta' din il-miżura jinkorpora ruħu fiż-żieda ta' l-għoli tal-ħajja maħduma f'Settembru, 2004 u tiġi miżjuda mal- pensjonijiet u l-pagi fl-2005.", "Biex intaffu l-effett matul l-2004, se jingħata bonus speċjali mill-gvern ta' 75c fil-ġimgħa jew Lm39 għal sena, li jitħallas lill-pensjonanti u lill-ħaddiema kollha f'Marzu, 2004.", "Fl-istess ħin se ngħatu wkoll bonus speċjali ta' 25c fil-ġimgħa jew Lm13 is- sena d-dieħla lil dawk kollha li jieħdu l-assistenza supplimentari.", "Għalhekk ħaddiema u pensjonanti bl-anqas dħul se jieħdu b'kollox Lm52 għal sena.", "B'hekk ħadd ma jibqa' lura.", "Taxxa Addizzjonali fuq Vetturi Wżati", "|Tabella 5 | |Importazjoni ta' Karrozzi | | |2000 |2001|2002| Sett | | | | | |2003 | |Godda |10116|7292|7009|4008 | |Użati |1502 |2157|2555|2658 | |Total |11618|9449|9564|6666 | |% ta Wżati|13% |23% |27% |40% | |* previżjoni | | | |", "L-istatistika turina li l-importazzjoni ta' vetturi wżati żdiedet ħafna matul dawn l-aħħar snin (Tabella numru 5).", "Minn 13% tal-karozzi kollha mportati fis-sena 2000 din telgħet għal 40%.", "Huwa fatt evidenti li vettura wżata qatt ma tista' tilħaq il-livelli ambjentali bħal vettura ġdida.", "Imbagħad, lanqas ma rridu li Malta tieħu l-fama li hija l-post fejn jiġu dumped vetturi wżati li jkunu ġew skartati f'pajjiżi oħra.", "|Tabella 6 | |Kapacita |Taxxa ta' | | |Registrazzjoni | | |Minima | |minn |sa |Kurrenti |Propost| | | | |a | |0 |1000 |1070 |1,200 | |1000 |1300 |1350 |1,500 | |1300 |1500 |1600 |2,200 | |1500 |1800 |2770 |2,900 | |1800 |2000 |4000 |4,200 | |2000 |2500 |7000 |7,300 | |2500 |3000 |8000 |8,400 | |3000 |- |10000 |11,000 |", "Biex jiġi kkontrollat dan il-fenomenu se tiġi aġġustata t-taxxa ta' reġistrazzjoni minima li titħallas ma' l-importazzjoni ta' karozzi wżati b'effett mill-1 ta' Diċembru, 2003.", "Dan it-tibdil se jkun kif muri f'tabella numru 6 u mhux se jeffettwa vetturi kummerċjali.", "Sussidji tas-sigurtà soċjali lill-Bdiewa u lis-sajjieda", "L-eżenzjoni parzjali li hemm illum fil-ħlas tas-sigurtà soċjali għall- bdiewa u s-sajjieda f'koperattivi se tispiċċa mill-1 ta' Jannar, 2004.", "Dan billi issa bdiet titħaddem skema ta' tassazzjoni ġdida fuq id-dħul għall- bdiewa u ngħatat għajnuna lis-sajjieda fl-operat tagħhom.", "Fondi ta' l-Unjoni Ewropea", "Matul is-sena d-dieħla se jibdew deħlin ukoll fondi mill-Unjoni Ewropea.", "Kif għedt qabel, sħubija fl-Unjoni Ewropea se ġġib magħha kemm dħul kif ukoll ħruġ.", "Id-dħul matul din is-sena hu mistenni jkun ta' Lm33 miljuni.", "Minn dawn, Lm21 miljun se jidħlu bħala għotja filwaqt li Lm12 miljun se jidħlu bħala ħlas għall-proġetti u programmi ta' fejda.", "Dawn jinkludu proġetti fil-qasam tat-trasport, ambjent, edukazzjoni u taħriġ, agrikoltura u sajd, industrija u turiżmu.", "Kontra dawn se noħorġu Lm29 miljun.", "Dawn jinkludu Lm18 miljun bħala kontribuzzjoni tagħna lejn l-Ewropa, Lm4 miljun bħala sehemna minn nefqa fuq proġetti li se jkunu finanzjati flimkien mal-Unjoni Ewropea, u Lm7 miljun liri li qed ikunu mħallsa bħala sussidji fuq ċereali, zokkor, prodotti tal-laħam u tal-ħalib, u prodotti ta' tadam semi-proċessat.", "Il-protokoll mal-gvern Taljan", "Il-protokoll Taljan mistenni li jkun ratifikat mill-parlament Taljan fil- jiem li ġejjin u se jkun qed jitħaddem bis-sħiħ matul is-sena li ġejja.", "B'kollox se jintużaw Lm18 miljun mogħtija mill-gvern Taljan fuq proġetti maqbula ta' toroq ġodda, tisfija tad-drenaġġ, faċilitajiet fil-biċċerija, tagħmir ta' sorveljanza marittima, u fornitura għall-isptar Mater Dei.", "Nefqa rikurrenti", "Matul din is-sena, irnexxielna nirreżistu għat-talbiet għal aktar flus li ġew mid-dipartimenti differenti tal-gvern, anke biex isostnu l-għafsa akbar li ekonomija kajmana tqiegħed fuq il-gvern.", "Matul l-2003, ħallasna Lm1 miljun anqas milli pproġettajna f'pagi, imma mbagħad kellna nonfqu Lm1 miljun aktar f'mediċini u supplies għall- operazzjonijiet.", "Matul l-2003, infaqna Lm5 miljuni aktar f'benefiċċji soċjali, l-aktar minħabba n-numru akbar ta' nies li qed jirtiraw kmieni (boarding out), Lm5 miljuni aktar f'pensjonijiet tat-Teżor, Lm3 miljuni f'assistenza soċjali, Lm1 miljun f'sussidju fuq il-qmuħ, u Lm1 miljun fuq pensjonijiet ta' ħaddiema tat-tarzna li rtiraw kmieni s-sena l-oħra.", "Matul din is-sena għamilna pressjoni kbira fuq id-dipartimenti u l-entijiet pubbliċi biex innaqqsu l-ispiża kemm stajna, mhux b'mod diskriminatorju u bl-addoċċ, imma b'mod selettiv.", "B'hekk irnexxielna li fl-aħħar spiċċajna biex in-nefqa fi programmi u inizjattivi tiżdied biss b'Lm5 miljuni.", "Is-sovvenzjonijiet li joħorġu mill-fond konsolidat għall-entitajiet pubbliċi, irnexxielna nnaqqsuhom b'Lm4 miljuni minn dak previst, imma mbagħad ħallasna Lm4 miljuni aktar f'imgħaxijiet.", "Fl-2004, in-nefqa rikurrenti se tiżdied b'Lm69 miljun li Lm48 miljun minnhom huma relatati mad-dħul minn għotjiet li semmejt qabel.", "Imbagħad se jkun hemm żieda fin-nefqa ta' Lm7 miljuni fuq is-servizzi soċjali u pensjonijiet tat-Teżor, ta' Lm3 miljuni fin-nefqa fuq is-saħħa, ta' Lm1 miljun aktar fuq l-edukazzjoni u ta' Lm9 miljuni aktar fuq ħlas ta' imgħaxijiet.", "Anzjani", "Anke hawn għandu jiġi żviluppat il-kunċett tal-public private partnership li bih is-settur privat jidħol għall-piż tal-bini ta' djar fuq livelli stabbiliti u l-gvern jikri numru ta' kmamar f'dawn id-djar biex jallokahom għal anzjani li, altrimenti, ma jkollhomx meżżi biex jieħdu dan is-servizz privatament.", "Mis-sena d-dieħla, anzjani li jkunu alloġġjati f'istituzzjonijiet tal-gvern jew fi djar immexxija mill-privat taħt l-iskema tal-public private partnership, se jibdew jikkontribwixxu 80% tal-pensjonijiet tagħhom minflok 60% kif qed jagħmlu llum billi s-servizz li jkunu qed jingħataw ikun servizz totali li jieħu ħsieb il-bżonnijiet kollha tagħhom ta' alloġġ, ikel u mediċina.", "Minn sorsi oħra ta' dħul, bħalma huma depożiti fil-banek li dawn l-anzjani jista' jkollhom, il-kontribuzzjoni attwali ta' 60% se tibqa' kif inhi llum.", "Waqt li se jitneħħa l-ammont massimu ta' din il- kontribuzzjoni, l-ammont ta' Lm550 fis-sena stabbilit sal-lum bħala il- minimu li għandu jibqa' f'idejn l-anzjani wara dan it-tnaqqis, se jiżdied għal Lm600 fis-sena.", "Dan id-dħul se jibda jgħaddi lill-fond konsolidat li mbagħad jipprovdi b'mod kontrollat u prijoritarju għall-iżvilupp u t-titjib li għandu jsir f'dan il-qasam.", "Is-sena l-oħra konna kkalkulajna ż-żieda għall-għoli tal-ħajja fuq in-nefqa tal-pensjonanti u konna tajna ż-żieda sħiħa li rriżultat minn dak il- kalkolu minflok iż-żewġ terzi ta' l-għoli tal-ħajja li jingħata lill- ħaddiema kif kien isir qabel.", "Din is-sena reġa' sar l-istess kalkolu mill-uffiċċju nazzjonali ta' l- istatistika u rriżulta li din iż-żieda tkun ta' 45c fil-ġimgħa.", "Billi żewġ terzi taż-żieda għall-għoli tal-ħajja tal-ħaddiema jitilgħu għal 50c fil- ġimgħa, il-pensjonanti wkoll se jingħataw 50c fil-ġimgħa.", "Is-sistema ta' l-aġġustament għall-għoli tal-ħajja tal-pensjonijiet għall- futur se tkun parti mid-diskussjonijiet li qed isiru fil-kunsill Malti għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali u li għaliha jipparteċipaw l-għaqdiet tal-pensjonanti fil-kuntest tar-riforma tal-pensjonijiet.", "Persuni bi bżonnijiet speċjali", "Fil-qasam ta' servizzi għall-persuni bi bżonnijiet speċjali, il-gvern diġà qed jipprovdi għal numru ta' ċentri fejn dawn ikunu jistgħu jingħataw xi forma ta' taħriġ li jista' jgħinhom ikunu xi ftit indipendenti f'ħajjithom.", "Il-ħtiġijiet ta' dan is-servizz qegħdin dejjem jikbru u għalhekk qed jinħass il-bżonn għal aktar ċentri bħal dawn biex tonqos il-pressjoni ta' ħidma fuq dawk eżistenti u tkompli tintlaqa' d-domanda għal servizzi estiżi.", "Għalhekk, fl-2004 se niftħu resource centre ġdid għal persuni b'diżabilità li jkun jista' jilqa' fih persuni li joħorġu minn skejjel speċjaliżżati għalihom u wħud minn dawk li diġà qed jingħataw is-servizz f'ċentri oħra pjuttost iffullati.", "Nefqa kapitali", "In-nefqa kapitali se tonqos b'Lm2 miljuni fl-2003 għalkemm kellna nefqa akbar fuq investiment għall-ambjent u l-effiċjenza tat-trasport pubbliku permezz ta' xiri ta' karrozzi tal-linja ġodda u nefqa akbar fl-attrezzatura tal-laboratorju nazzjonali li jrid jinġieb malajr fuq livelli li jista' jagħti s-servizz mistenni minnu.", "Din in-nefqa għandha tgħin l-iżvilupp industrijali nnovattiv li hu meħtieġ f'pajjiżna.", "Din is-sena ħadna wkoll l-ispiża ta' Lm4 miljuni mħallsa lill-ħaddiema tat- tarzna li għażlu li jirtiraw kmieni bħala parti mir-riforma li saret.", "In-nefqa kapitali fl-2004 se tkun ta' Lm127 miljun jiġifieri Lm20 miljun aktar minn din is-sena, minħabba nefqa akbar fuq l-isptar Mater Dei li għalih, fl-2004, qed nipprovdu Lm43 miljun billi issa wasal fl-istadju ta' attrezzament.", "Bħalma diġà semmejna, Lm18 miljun minn din in-nefqa kapitali mistennija jkunu ffinanzjati mill-protokoll Taljan.", "Il-privatiżżazzjoni", "Għalkemm iż-żminijiet kienu u għadhom diffiċli u l-attività politika fl- ewwel nofs tas-sena dewmet xi ftit il-proċess ta' privatiżżazzjoni, komplejna bil-ħidma tagħna f'dan il-qasam.", "Il-Malta Freeport Terminals Ltd.", "Fil-każ tal-privatiżżazzjoni tal-Malta Freeport Terminals Ltd. ilħaqna qbil preliminari mal-kumpanija CMA/CGM, l-akbar klijent tal-port, biex nagħtuh il-management tat-terminal għal 30 sena.", "Issa għandna nidħlu f'negozjati dettaljati kif ukoll f'konsultazjoni mar-rappreżentanti tal-ħaddiema li jaħdmu f'din l-intrapriża.", "Il-Lottu Pubbliku", "Għalaqna wkoll in-negozjati ma' kumpannija magħmula minn investituri Griegi u Maltin biex dawn imexxu l-logħob tal-lottu f'Malta għas-seba' snin li ġejjin.", "Il-kuntratt hu mistenni li jiġi ffirmat kmieni s-sena d-dieħla.", "Pjani oħra", "Wasalna biex nieħdu d-deċiżjoni dwar il-Mediterranean offshore bunkering company limited.", "Matul is-sena d-dieħla, se jinbeda l-proċess għall-bejgħ ta' ishma tal-Bank of Valletta plc. u tal-Maltacom plc. li għadhom f'idejn il-gvern.", "|Tabella 7 | | | | | | | | | | | | | |Fond Konsolidat 2003/2006 | | | |2003 |2004 |2005 |2006 | | | |Stima |Budget|Diff |Stima |Diff |Stima |Stima | | | | | | | |minn | | | | | | | | | |2003 | | | |Taxxa | | | | | | | | | |Diretta | | | | | | | | | | |Taxxa fuq|203.40|198.80|4.60 |213.80|10.40 |222.10|232.40| | |id-dħul | | | | | | | | | |Sigurta |189.50|199.00|-9.50 |194.60|5.10 |199.10|203.60| | |Socjali | | | | | | | | | |Total |392.90|397.80|-4.90 |408.40|15.50 |421.20|436.00| |Taxxa | | | | | | | | | |Ndiretta | | | | | | | | | | |Dwana |11.84 |13.04 |-1.20 |12.65 |0.81 |13.16 |13.36 | | |Sisa |51.50 |53.45 |-1.95 |56.59 |5.09 |56.89 |62.09 | | |Licenzji |86.51 |91.33 |-4.82 |108.40|21.89 |101.38|104.32| | |VAT |125.00|130.95|-5.95 |140.50|15.50 |162.00|167.50| | |Total |274.85|288.77|-13.92|318.14|43.29 |333.43|347.27| |Dhul Iehor |72.86 |83.96 |-11.10|116.46|43.60 |116.58|104.80| | | | | | | | | | | |Dhul Rikorrenti |740.61|770.53|-29.92|843.00|102.39|871.21|888.07| | | | | | | | | | | |Pagi | |196.57|197.78|-1.21 |199.61|3.04 |203.89|208.22| |Spejjez | |45.79 |44.86 |0.93 |47.09 |1.30 |46.86 |46.86 | |Operattivi| | | | | | | | | |Programmi | |363.94|358.53|5.41 |413.10|49.16 |410.50|416.91| |u | | | | | | | | | |Inizjattiv| | | | | | | | | |i | | | | | | | | | |Enti | |72.49 |76.23 |-3.74 |79.44 |6.95 |86.73 |90.07 | |Pubblici | | | | | | | | | |Interessi | |63.15 |59.80 |3.35 |71.91 |8.76 |72.54 |78.45 | |Total Sp. | |741.94|737.20|4.74 |811.15|69.21 |820.52|840.51| |Rikorrenti| | | | | | | | | | | | | | | | | | | |Deficit Rikorrenti |-1.33 |33.33 |-34.66|31.85 |33.18 |50.69 |47.56 | |Kapital |106.29|108.16|-1.87 |126.66|20.37 |124.00|99.78 | |Deficit |-107.6|-74.83|-32.79|-94.81|12.81 |-73.32|-52.22| | |2 | | | | | | |", "Is-snin 2005 u 2006", "Matul l-2005 u l-2006, qegħdin nipprogrammaw tnaqqis fid-deficit ta' madwar Lm20 miljun fis-sena.", "L-ixprun ta' dan it-tnaqqis se jkun minn naħa l- impenn qawwi tagħna biex inkomplu l-ġlieda kontra l-evażjoni tat-taxxa biex insaħħu d-dħul minn taxxi li għandhom jinġabru, u minn naħa l-oħra mir- reviżjoni ta' l-istrutturi tal-ispejjeż biex nassiguraw illi l-flus miġbura mit-taxxi jiġu applikati għall-ġid komuni: kemm bħala investiment biex noħolqu ġid għall-futur u kemm għall-wens għal min verament għandu bżonn.", "Qegħdin naraw li l-2006 għandha tispiċċa b'deficit ta' Lm52 miljun jew 2.8% tal-prodott gross domestiku.", "Tabella numru 7 li nitlob lil Kamra tieħu bħala b'moqrija tagħti dettalji ta' dħul u nfieq bejn l-2003 u l-2006.", "Estimi Ġenerali", "Rapport dettaljat tal-qagħda finanzjarja jinsab fl-Estimi Ġenerali li qiegħed inpoġġi kopja tiegħu fuq il-mejda tal-Kamra u fl-Appendiċi 'D' dettaljata mehmuża ma' dan id-diskors.", "Riformi", "Il-fus ewlieni li fuqu jrid idur il-futur ta' pajjiżna hu l-kompetittività.", "Nirrikonoxxu l-fatt li l-bini ta' ekonomija aktar b'saħħitha hu proċess kumpless li jinvolvi fih aspetti differenti ta' policy.", "Nifhmu li l-bidla hi proċess kontinwu mhux azzjoni ta' darba u għandha tkun sinkroniżżata ma' l-iżvilupp tas-soċjetà.", "Għalhekk, ma nistgħux naċċettaw soluzzjonijiet simplistiċi li ħafna drabi jkunu bbażati fuq ideoloġiji u nteress minflok fuq l-esperjenza u s-sens komun.", "Bħala membru ta' l-Unjoni Ewropea pajjiżna jifforma parti minn blokk bi strateġija mmirata li sa l-2010 ikun l-iżjed blokk kompetittiv mibni fuq teknoloġiji ġodda.", "Sfidi L-isfidi li qed niffaċċjaw huma l-istess bħal dawk li qed jiffaċċjaw ħafna pajjiżi oħra:", "o It-tisħiħ tal-kompetittività ekonomika o It-titjib fil-livell ta' l-edukazzjoni o Riforma fil-kultura tas-settur pubbliku o It-tisħiħ tal-moralità fiskali o Riforma fil-pensjonijiet o Riforma fis-servizzi tas-saħħa o It-twettiq tal-ġustizzja soċjali o Il-ħarsien ta' l-ambjent.", "Social Market Economy", "Waqt li l-inizzjattiva privata, is-suq ħieles u d-dixxiplina fis-suq huma l- muturi li effettivament isuqu l-ekonomija, hemm ukoll il-ħtieġa ta' responsabbiltà soċjali korporattiva u kollettiva.", "Il-libertà li tinnegozja u li tagħmel qliegħ raġjonevoli tiġbed magħha d- dover ta' solidarjetà u ġustizzja lejn il-komunità, l-obbligu li titħares il-liġi u l-impenn li jiġu rispettati l-ambjent u n-natura.", "Il-gvern jibqagħlu l-obbligu mhux biss li jara li l-ambjent li fih trid tiżviluppa l-ekonomija jkun wieħed san u ekwu imma ukoll li jassigura it- tkomplija ta' dik l-attività meħtieġa għall-iżvilupp tas-soċjetà u għall- ħarsien taċ-ċittadini imma, li għax ma tipprovdix l-inċentivi finanzjarji, is-settur privat ma jidħolx għaliha.", "Il-Globaliżżazzjoni", "Din ir-riforma trid isseħħ fl-ambjent ta' globaliżżazzjoni li ħakmet lid- dinja.", "Ħafna jaraw il-globaliżżazzjoni bħala theddida.", "Hu veru li l- globaliżżazzjoni qed tgħaġġel ħafna l-pass tal-bidla bil-ftuħ li qiegħda ġġib fis-swieq ta' kull pajjiż u bir-rivoluzzjoni teknoloġika li qed naraw, u bl-isplużjoni fil-mezzi tal-komunikazzjoni li ħolqu tibdil sinifikanti u kostanti fil-gosti tan-nies.", "Hu veru wkoll li din it-tromba ta' tibdil qed tirriżulta f'theddida għax- xogħol ta' x'uħud, kemm dawk li jaħdmu għal rashom, kif ukoll dawk li jħaddmu u dawk li jaħdmu.", "Imma l-globaliżżazzjoni tfisser ukoll opportunitajiet ġodda u kbar, tfisser ħajja aħjar.", "Hi rivoluzzjoni li mhix se titwaqqaf.", "Il-Kompetittività", "Il-kunsill Malti għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali qed jaħdem biex jiġi żviluppat indiċi ta' kompetittività li għandu jindikalna fejn jeħtieġ isir aktar biex insaħħu l-kompetittività tagħna.", "Aktar minn hekk, il-kunsill hu kommess li flimkien naraw dawk il-fatturi kollha li jeffettwaw il- kompetittività biex flimkien naslu għal patt soċjali li għandu jwitti t- triq biex inħaffu l-pass tal-progress.", "Fil-fatt, il-kompetittività tiżdied aktar ma jkun hemm flessibbiltà fl-użu tal-fatturi tal-produzzjoni.", "Dan jista' jseħħ billi:", "o niżguraw kompetizzjoni fis-swieq tal-fatturi ekonomiċi kollha ħalli niżguraw li kull żieda fl-ispiża tkun newtraliżżata bi produttività akbar;", "o innaqsu l-ispiża tas-settur pubbliku kemm bħala piż finanzjarju u kemm bħala piż burokratiku fuq l-ekonomija kollha;", "o insaħħu l-flessibiltà fis-suq tax-xogħol ħalli nneħħu dak kollu li hu ta' xkiel biex il-ħaddiem isib postu fl-impjieg li fih jikkontribwixxi l- aktar;", "o niffaċilitaw lis-settur produttiv biex jutiliżża r-riżors uman li hu qiegħed jew mhux produttiv biżżejjed;", "o insaħħu r-riżors uman tagħna bi skemi ta' taħriġ li jżomm lill-ħaddiema tagħna aġġornati f'kull livell u li jgħaddilhom ħiliet u snajja ġodda;", "o il-prinċipji tal-governabbilità ażjendali jkunu mħaddma bi skruplu kbir.", "Dan joħloq klima tajba bejn il-partijiet kollha nvoluti fl-operat ta' l- ażjenda, iżid il-kompetizzjoni, u jeħles lil kulħadd mit-toqol ta' l- intriċċi; u", "o insaħħu l-proċessi ta' produzzjoni u marketing bi żvilupp ta' prodotti u sistemi ġodda.", "Riċerka u Innovazzjoni", "Dan hu possibbli biss b'ritmu qawwi ta' riċerka u nnovazzjoni.", "Dan hu mutur prinċipali li fuqu noħolqu x-xogħol.", "Dan ġie mħabbar b'mod qawwi mill-kummissjoni ta' l-Unjoni Ewropea meta varaw l-inizzjattiva ta' Lisbona li tinkludi pjan biex l-ekonomiji tagħna jkunu msejsa fuq l-għerf u t- tiġdid.", "Qed nieħdu miżuri biex ngħinu kemm nistgħu r-riċerka u l-innovazzjoni f'pajjiżna.", "Il-Malta Enterprise Corporation se tiżgura t-tħaddim tajjeb tat-technology venture fund li ġie mwaqqaf is-sena li għaddiet u li issa tlestew it-tħejjijiet kollha biex ikun jista' jibda jaħdem.", "Se jiġu ikkonsolidati u msaħħa l-inċentivi li qed jingħataw għar-riċerka fis- sistema ta' tassazzjoni.", "Bl-għajnuna tal-kunsill Malti għax-xjenza u t-teknoloġija iffinaliżżajna programm ta' żvilupp fis-settur tar-riċerka biex tingħata għajnuna lill- ażjendi tagħna, kbar u żgħar, ħalli jkunu jistgħu joħolqu, jżidu u jiżviluppaw il-kapaċità ta' riċerka u nnovazzjoni weħidhom jew ma' oħrajn.", "Hekk, individwi u ażjendi Maltin ikunu jistgħu jipparteċipaw fi programmi ta' riċerka ma' l-Università u ma' kumpanniji u entijiet lokali u barranin.", "Se jiġi msaħħaħ is-support li jingħataw ir-riċerkaturi biex il-frott tar- riċerka tagħhom ikun jista' jitpoġġa fis-suq u, għalhekk, joħloq attività ekonomika.", "L-Edukazzjoni", "Il-mira tagħna fis-settur edukattiv hi li s-sistema tagħna trid tindirizza l-iżvilupp komplet tal-bniedem.", "Tagħtih l-għodda biex jaħdem u jipparteċipa fl-iżvilupp ekonomiku tal-pajjiż waqt li tagħnih bl-għarfien tal-kultura tagħna u ta' ċiviltajiet oħra.", "Trid ukoll tiġbed ħafna aktar żgħażagħ biex ikomplu l-istudji tagħhom f'livelli għolja.", "Is-sistema ta' l-edukazzjoni hi kolonna mportanti li fuqha tiddependi l- kapaċità tagħna li nagħmlu r-riċerka kif ukoll il-kapaċità tagħna li nassorbu t-teknoloġiji ġodda li niġu f'kuntatt magħhom.", "Għalhekk, qed nespandu l-programm ta' l-e-learning.", "It-tibdil kontinwu li qed niffaċċjaw fid-dinja jġegħelna nżidu l- flessibiltà biex is-sistema edukattiva tagħna taddatta malajr u kontinwament għall-ħtiġijiet ġodda li jinħolqu minn żmien għal żmien.", "Dan isir billi nsaħħu l-aġġornament kontinwu, kemm ta' l-għalliema u kemm it- tfassil tal-korsijiet li jingħataw.", "Għalkemm l-investiment fl-edukazzjoni qiegħed dejjem jikber, dan it-tibdil ma jistax iseħħ billi nkomplu nżidu saffi ta' spejjeż ma' dawk li għandna imma billi nirrevedu b'mod kostanti r-riżorsi li qed jiġu wżati u nipprijoritiżżaw skond il-ħtiġijiet tal-lum u ta' għada.", "Kumpanniji Parastatali", "Qegħdin naħdmu biex inwittu l-toqob ta' l-ineffiċjenza li jeżistu fis- settur pubbliku.", "Hemm bżonn impenn minn kulħadd fil-bidla radikali fil- kulturi tat-tmexxija u fil-prattiċi tax-xogħol.", "Jibqa' għan ewlieni tagħna li neqirdu l-inġustizzja taż-żewġ standards li teżisti llum fl-etika ta' tmexxija u ta' xogħol fis-settur pubbliku u dak privat.", "Ikun ġust li kemm jista' jkun servizz għandu jitħallas minn min jirċevih.", "Fl-istess ħin aħna konxji li ċerti servizzi essenzjali għandhom jibqgħu pprovduti b'xejn jew b'sussidju qawwi biex jiġi żgurat aċċess sħiħ għal kulħadd.", "Dan is-sens ta' solidarjetà jrid jibqa' qawwi.", "It-Tarzna", "Din is-sena qed naraw il-bidu ta' l-implementazzjoni tal-pjan għat-tiġdid tat-tarznari.", "Iż-żewġ tarznari tal-lum mhux se jkomplu joperaw u d-djun li dawn kellhom mal-banek u mal-gvern, u li jammontaw għal Lm300 miljun se jinqata' minn fuqhom.", "Sar qbil mal-GWU li, fost oħrajn, jipprovdi għal riforma qawwija fil-prattiċi tax-xogħol li għandha żżid l-effiċjenza u tiġġenera riżorsi li jkunu jistgħu jagħmlu tajjeb għal parti dejjem akbar ta' l-ispiża biex titmexxa t-Tarzna.", "Twaqqfu żewġ kumpanniji, waħda li se tkompli tmexxi l-operat tat-tarznari tal-lum u l-oħra li fiha se jiġu miġbura n-nies meqjusa żejda għall-bżonn ta' l-ewwel ażjenda u li se jkunu mħaddma fuq xogħol produttiv f'oqsma differenti.", "Għal dawn ġew imnedija skemi ta' rtirar kmieni mix-xogħol.", "Il-qbil fuq il-ftehim kollettiv fetaħ it-triq biex il-vijabilità tat-Tarzna ssir possibbli.", "Dan il-qbil hu msejjes fuq il-prinċipju li d-dħul tal- ħaddiema għandu jkun marbut mal-produttività.", "Wara l-2008 it-Tarzna trid tkun qed taħdem mingħajr bżonn ta' sussidju.", "Biex dan iseħħ, il-management u l-ħaddiema jridu jaħdmu id f'id biex jaraw kif se jġibu x-xogħol, kif dan ix-xogħol jinħadem bl-aqwa kwalità, fl-iqsar żmien u bl-anqas spiża.", "Kulħadd irid jifhem li minn dan is-suċċess jiddependu l-impjiegi u l-pagi ta' kulmin hu konness ma' din l-ażjenda.", "Is-sussidju lit-Tarzna se jkun iffissat b'mod li jonqos kull sena sabiex tiġi żgurata d-dixxipplina li kulma jiġri fit-Tarzna jeffettwa r-riżorsi li minnhom iridu jitħallsu l-pagi.", "Ir-riżorsi jiżdiedu b'aktar xogħol u b'aktar produttività.", "Dan is-sussidju, li se jkun ikkalkulat bħala persentaġġ tal-paga bażika fit-tarzna, jgħaddi lit-Tarzna f'forma ta' kapital.", "Hekk is-sena d-dieħla, il-produzzjoni tat-Tarzna trid tkun biżżejjed biex tifdi l-ispejjeż u tħallas għal 30% tal-pagi tal-ħaddiema.", "Dan l-aħħar persentaġġ irid jiżdied minn sena għal sena hekk kif il-produttività u l- effiċjenza għandha tikber.", "L-Ambjent", "Meta nitkellmu fuq l-ambjent irridu nibdew inħarsu minn lenti differenti.", "Minn banda ma nistgħux ma ninnutawx it-tisbiħ ta' l-ambjent urban li sar bix-xogħol intensiv u għaqli fit-toroq permezz tal-public/private partnership li ħloqna s-sena l-oħra.", "Imma l-kwalità ta' l-ambjent mhux biss l-indafa u s-siġar.", "Hi l-kwalità ta' l-arja, l-ilma u l-ħoss (noise pollution), kif ukoll id-diversità fil-ħlejjaq u l-ambjenti naturali.", "Ħajjitna tiddependi mill-ambjent li nżommu madwarna.", "L-istil ta' ħajja li qed ngħixu qed joħloq pressjoni kbira fuq l-ambjent bil-produzzjoni qawwija ta' skart, u bit-tniġġiż li jirriżulta mill-użu ta' fuels u kimiċi.", "Il-prattika trid tkun li nnaqqsu l-iskart u t-tniġġiż kemm jista' jkun.", "Dan jista' jsir bi tliet modi:", "□ B'tagħlim kostanti li jfisser l-għażliet li għandna quddiemna u kif inkunu aktar attenti għal kull ma' jeffettwa l-ambjent;", "□ Bi ħlas adekwat li jsir minn min jinkwina biex l-inkwinament jitnaqqas kemm jista' jkun u jissewwa meta jsir; u", "□ B'investiment biex nipproduċu enerġija b'mod aktar effiċjenti u nadif u biex noħolqu prodotti li meta jiġu skartati joħolqu l-anqas inkwinament possibbli.", "Il-gvern hu mpenjat bis-sħiħ li jħares l-ambjent ta' madwarna u dan għall- ġid tagħna kif ukoll fl-aħjar interess tal-ġenerazzjonijiet futuri.", "Kif wiegħed il-gvern, sad-data tas-sħubija fl-Unjoni Ewropea se jingħalqu l- miżbliet tal-Magħtab u tal-Qortin.", "Sabiex jilħaq dan il-għan il-gvern għaddej b'ħidma ntensiva biex tinbena u tibda topera l-infrastruttura neċessarja fosthom l-Interim Controlled Engineered Landfill.", "L-investiment finanzjarju marbut ma' dawn il-faċilitajiet jammonta għal madwar Lm30 miljun fuq perijodu ta' tliet snin li parti sostanzjali minnhom ġejjin mill- fondi ta' l-Unjoni Ewropea.", "Is-sħubija fl-Unjoni Ewropea se tfisser ukoll responsabbiltajiet akbar għall-awtorità ta' Malta għall-ambjent u l-ippjanar biex tkun tista' tissorvelja aħjar l-ambjent li fuqu tiddependi saħħitna.", "Fix-xhur li ġejjin, il-gvern se jkun ukoll għaddej b'ħidma f'ħames siti li ntgħażlu biex fihom jinbdew proġetti ta' afforestazzjoni.", "Dan il-proġett se jwassal biex fuq medda ta' ħames snin issir afforestazzjoni fi 13-il sit li ġew identifikati madwar Malta u Għawdex.", "Il-ħsieb tal-gvern hu li dan il-proġett jimxi 'l-quddiem anke bil-kontribuzzjoni tal-privat.", "Il-gvern se jkompli jgħin fl-iffinanzjar ta' dawn il-proġetti iżda jkun għalxejn li jitfasslu miżuri ta' mmaniġġjar ambjentali mill-aqwa għal pajjiżna jekk ma nkunux aħna stess li nħarsu l-ambjent tagħna permezz ta' kif nikkonsmaw u billi nikkontribwixxu għall-ispejjeż involuti.", "Għaldaqstant, se tkun imnedija sistema ta' eko-kontribuzzjoni.", "Parti minn din l-eko-kontribuzzjoni se tinġabar minn containers ta' prodotti ta' konsum.", "Dan għaliex dawn il-containers huma parti essenzjali mill-problema ta' immaniġġjar ta' l-iskart f'pajjiżna.", "Din is-sistema, li se tiġi introdotta gradwalment, se tkun ibbażata fuq dawn il-prinċipji:", "- l-eko-kontribuzzjoni se tħajjar iktar l-użu ta' deposit refund schemes fuq containers;", "- l-ammont ta' l-eko-kontribuzzjoni fuq tipi ta' containers differenti se tkun tirrifletti l-impatt ambjentali tal-containers u;", "- hi ntiża sabiex tiskoraġixxi konsum b'impatt ambjentali mhux aċċettabbli.", "Hija l-intenzjoni tal-gvern li jaħdem id f'id mal-privat sabiex jiġu żviluppati inizjattivi f'din id-direzzjoni.", "Il-gvern jemmen li l-operaturi lokali għandhom iħaddmu huma stess sistemi li permezz tagħhom il-materjal impoġġi fis-suq jiġi rkuprat u mmaniġġjat b'mod li ma jħalli l-ebda mpatt negattiv fuq l-ambjent.", "Għas-sena d-dieħla din l-eko-kontribuzzjoni se tkun introdotta fuq firxa limitata ta' containers ta' prodotti ikkunsmati lokalment, kemm jekk maħduma f'pajjiżna kif ukoll importati.", "Mhux se tinġabar l-ebda eko- kontribuzzjoni minn fuq prodotti li jiġu esportati.", "Din il-miżura għandha tiġi riveduta regolarment skond kemm il- produtturi/importaturi lokali jibdew jerfgħu r-responsabbiltajiet tagħhom mil-lat ambjentali.", "Dan għandu jseħħ billi l-operaturi lokali jħaddmu sistemi li permezz tagħhom il-materjal impoġġi fis-suq jiġi rkuprat u mmaniġġjat b'mod li ma jħalli l-ebda mpatt negattiv fuq l-ambjent.", "Il-parti l-oħra ta' l-eko-kontribuzzjoni se tkun fuq prodotti oħra ta' konsum li minnhom infushom jiġġeneraw impatti ambjentali negattivi meta jintremew.", "Għas-sena d-dieħla, din l-eko-kontribuzzjoni se tinġabar minn fuq batteriji, tyres, apparat elettroniku, żjut (mhux ta' l-ikel) u filters taż-żejt.", "Il-Welfare", "Id-dinja qatt ma tista' tgħix fil-paċi u l-ġid jekk ma tħaddanx il-valuri tal-ġustizzja soċjali, solidarjetà, u t'opportunitajiet u sigurtà għal kulħadd.", "Irridu ngħaqqdu b'mod effettiv l-iżvilupp eknomiku mal-ġustizzja soċjali.", "Għalkemm il-ħolqien ta' kultura ta' dipendenza fuq l-Istat hi ħaġa ħażina, kull ċittadin għandu d-dritt għal solidarjetà nazzjonali meta jkun għaddej minn żmien diffiċli bħal mard, diżgrazzja, xjuħija u riskji oħra li jirriżultaw fit-tnaqqis tar-riżorsi għalih u għall-familja tiegħu.", "Il-benefiċċji soċjali li nagħtu għandhom ikunu flessibbli għaliex m'għandniex nipprovdu b'mod xorta għal kulħadd.", "L-iskemi li nħaddmu għandhom ikunu kapaċi u jiġu addattati biex dejjem jibqgħu jindirizzaw il- problemi speċifiċi ta' l-individwu matul iż-żmien.", "Razzjonaliżżazzjoni tal-benefiċċji", "It-tabella numru 8 turi il-benefiċċji soċjali differenti li nqassmu llum, kemm hemm nies jibbenefikaw minnhom u l-ammont li jitqassam kull ġimgħa.", "Donnu jidher li matul iż-żmien ħloqna benefiċċji soċjali biex nakkomodaw ċirkustanzi uniċi mingħajr ma ngħata każ li f'xi każi l-amministrazzjoni tqum aktar mill-benefiċċju mogħti.", "Jidher ukoll li ċerti benefiċċji soċjali li setgħu kienu meħtieġa fil-passat m'għadhomx rilevanti aktar.", "Waqt li nżommu l-mira tagħna li ngħinu lil kulmin għandu bżonn, jenħtieġ li nirrazzjonaliżżaw il-pletora ta' benefiċċji soċjali li għandna, anki biex nassiguraw li s-sistema tagħna ma toħloqx diżinċentiv għax-xogħol.", "Għaldaqstant, irridu naqtgħu l-prattika ta' uħud, politiċi u amministraturi tas-sistemi tal-benefiċċji soċjali, li jagħtu l-pariri kif wieħed għandu jagħmel biex fuq il-karta jkun eliġibbli għal dan u għal dak il-benefiċċju, ikunx ħaqqu jew le.", "|Tabella 8 | |Lista u Spiza tal-Beneficcji | |Socjali | | |no of|avg | | |benef|payments | | |. | | |Description of | |ech |total| |Benefit | |chq | | |Non - |4,017|25.98|5,427| |Contributory Age | | | | |Pension | | | | |Blindness Pension|137 |28.39|202 | |Children's |38,35|7.40 |14,74| |Allowance |2 | |8 | |Social Assistance|95 |10.00|49 | |- Drug Addict | | | | |Disability Child |640 |5.03 |167 | |Allowance | | | | |Disablement |161 |615.8|99 | |Gratuity | |6 | | |Decreased |35 |31.68|58 | |National | | | | |Invalidity | | | | |Decreased |117 |35.71|217 | |National Minimum | | | | |Disablement |406 |7.69 |162 | |Pension | | | | |Early Survivors |1,724|51.95|4,658| |Pension | | | | |Foster Child |97 |12.74|64 | |Allowance | | | | |Handicapped |52 |5.37 |15 | |Pension Allowance| | | | |Handicapped |1,689|30.17|2,650| |Pension | | | | |Injury Benefit |1,654|7.91 |680 | |Increased |474 |35.91|885 | |Invalidity | | | | |Pension | | | | |Increased |1,536|38.72|3,093| |National Minimum | | | | |Invalidity |1,691|25.60|2,251| |Pension | | | | |Increased |2,900|46.13|6,956| |Retirement | | | | |Pension | | | | |Leprosy |68 |14.52|51 | |Assistance | | | | |Maternity Benefit|1,917|19.16|37 | |Milk Grant |124 |5.25 |34 | |Marriage Grant |1,977|86.38|171 | |National Minimum |6,353|34.09|11,26| |Invalidity | | |1 | |National Minimum |8,250|29.52|12,66| |Pension | | |5 | |Widows Pension - |8,231|39.17|16,76| |Nmwp | | |7 | |Orphans Allowance|15 |25.34|20 | |Non - |383 |5.39 |107 | |Contributory Age | | | | |Allowance | | | | |Carer's Pension |279 |32.49|471 | |Retirement |7,619|31.48|12,47| |Pension | | |3 | |Social Assistance|6,367|30.02|9,939| |Sa- Social |21 |5.30 |6 | |Assistance | | | | |Allowance | | | | |Social Assistance|26 |23.86|32 | |(Sab) | | | | |Social Assistance|556 |21.96|635 | |Female | | | | |Sickness Benefit |16,85|4.99 |4,370| | |3 | | | |Severly |3 |5.37 |1 | |Handicapped | | | | |Allowance | | | | |Severely |270 |29.64|416 | |Handicapped | | | | |Pension | | | | |Sickness |14,25|7.87 |5,836| |Assistance |2 | | | |Supplementary |28,40|1.72 |2,537| |Assistance |1 | | | |Survivors Pension|3,203|52.29|8,709| |Special |1,116|4.95 |287 | |Unemployment | | | | |Benefit | | | | |Sa - Unmarried |1,286|29.32|1,961| |Parent | | | | |Tuberculosis |33 |8.72 |15 | |Assistance | | | | |Treasury Pension |13,34|1,487|19,84| | |3 |.63 |9 | |Two Thirds |17,03|56.55|50,10| |Pension |9 | |4 | |Unemployment |5,395|31.88|8,943| |Assistance | | | | |Unemployment |3,044|2.74 |434 | |Benefit | | | | |Widows Pension |1,282|47.17|3,145| | |203,4| |213,6| | |83 | |59 |", "Viġilanza", "Jibqa' dmir tagħna li nżidu l-viġilanza biex niżguraw li l-benefiċċji li jitħallsu mit-taxxi tal-poplu, jkunu sejrin verament għand min għandu bżonn.", "Għalhekk, irridu nirriformaw ukoll il-proċeduri li nużaw fit- tqassim u fil-kalkolu tal-benefiċċji soċjali.", "Se ndaħħlu sistema ta' awditjar mediku biex nassiguraw li kulmin qed jiġi ċċertifikat sabiex jibbenefika għall-benefiċċji hu fil-fatt eliġibbli.", "Pensjonijiet", "Il-proċess ta' riforma fil-pensjonijiet reġa' qabad ritmu mgħaġġel.", "Wara li ċ-Chairman tal-kummissjoni nazzjonali għar-riforma tal-welfare ippreżenta r-rapport tiegħu, il-gvern u s-sieħba soċjali l-oħra taw ukoll ir-reazzjoni tagħhom.", "Ġie maqbul li biex ma jkunx hemm duplikazzjoni, il-kummissjoni tiġi magħquda mal-kunsill Malti għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali għall- finijiet tad-diskussjoni fuq ir-riforma tal-pensjonijiet.", "Saret diskussjoni wiesa' dwar l-implikazzjonijiet tar-riforma u tat-tibdil li qed jiġi propost.", "L-esperti attwarji u ekonomiċi tal-bank dinji, li ġew mitluba miċ-Chairman sabiex jagħmlu analisi u jagħtu pariri dwar din ir- riforma, għandhom jippreżentaw ir-rapport tagħhom sa l-aħħar ta' Jannar li ġej.", "Dan ir-rapport għandu jiġi studjat bir-reqqa mill-partijiet kollha li huma kommessi li jidħlu f'diskussjoni ntensiva biex, sa nofs is-sena d- dieħla, naslu għall-konklużjonijiet li nisperaw li jkunu maqbula bejn kulħadd.", "Saħħa", "Il-problema tas-saħħa hi problema tal-lum.", "L-avvanzi kbar li qed isiru u li pajjiżna jadotta malajr qed ifissru li ħafna mard li qabel kien kundanna għall-mewt illum qiegħed jitfejjaq jew jittaffa.", "Pajjiżna llum għandu tobba, nurses u professjonisti oħra ddedikati biex jagħtu kura lil kulħadd fuq mard li sa ftit snin ilu, ftit kienu jintbagħtu barra minn Malta biex ikunu kkurati minnu.", "Dalwaqt se jkollna wkoll sptar ġdid fejn se jingħata servizz ta' l-ogħla kwalità.", "Mhux ta' b'xejn li, minn żmien għal żmien, nisimgħu li s-sistema tas-saħħa f'pajjiżna hi fost l-aqwa fid-dinja!", "Irridu nħarsu b'mod kritiku lejn is-servizzi li tajna sal-lum biex nikkontrollaw l-ispiża u naċċertaw li kull Malti u Għawdxi jibqa' jkollu aċċess sħiħ għall-kura tal-mard.", "Għalhekk, waqt li l-karta r-roża se tibqa', se niżguraw li, min verament ħaqqu, jibqa' ntitolat għall-mediċini b'xejn.", "Se jkun hemm reviżjoni ta' l- użu tal-kartuna fejn se jiddaħħal means test li se jkun flessibbli għall- kundizzjonijiet differenti.", "Anke hawn, se jsir awditjar mediku sabiex tiġi aċċertata l-eliġibbiltà ta' dawk li jieħdu s-servizzi.", "Minn statistika kumpilata jidher ċar li m'għadux jagħmel sens li ċ-ċentri kollha tas-saħħa jibqgħu jiftħu bil-lejl u nhar ta' Ħadd.", "Hekk ukoll ir- riżorsi ta' tobba, infermiera u paramediċi li llum huma allokati għal dan ix-xogħol jistgħu jiġu dedikati għas-servizz fl-isptarijiet fejn huma meħtieġa biex inaqqsu l-pressjoni ta' xogħol fuq sħabhom.", "Barra minn hekk, ċerti servizzi f'dawn iċ-ċentri jkunu limitati għal dawk li għandhom il- karta r-roża.", "Se jittieħdu passi biex jibda jsir ħlas għal kura fl-isptarijiet tagħna minn:", "o dawk b'assikurazzjoni privata; o dawk li jkunu vittmi ta' nċidenti u li jkunu koperti b'assikurazzjoni u; o barranin, anke dawk li jkunu koperti minn xi trattat bilaterali imma li huma koperti b'assikurazzjoni.", "Id-dettalji tar-riforma fis-sistema tas-saħħa se jkunu diskussi wkoll mas- sieħba soċjali fi ħdan il-kunsill Malti għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali, biex flimkien insibu bilanċ tajjeb bejn is-sostenn u l-vijabbilità.", "Meta ssir ir-riforma tal-pensjoni, hemm il-ħsieb li titnieda wkoll l- assikurazzjoni tas-saħħa li titħallas minn parti mit-taxxa tas-sigurtà soċjali kif nafuha llum.", "Id-dettalji dwar din l-assigurazzjoni jingħataw meta titnieda.", "Għeluq", "Mr Speaker,", "Matul is-sekli bnejna pajjiż li jiġbed l-ammirazzjoni ta' ħafna.", "Wasalna ħafna aktar minn pajjiżi oħra mogħnija b'rikkezzi naturali kbar.", "Dan irnexxielna nagħmluh bil-ħila tal-Maltin u l-Għawdxin tal-lum u tal- bieraħ.", "Għandna poplu b'talenti kbar; irġiel, nisa, żgħażagħ u anzjani, hu x'inhu t- twemmin politiku tagħhom, hi x'inhi l-pożizzjoni soċjali tagħhom.", "Tajna sehemna lkoll u rridu nkomplu nagħtu sehemna fl-oqsma kollha tal-kultura, tal-professjonijiet, tas-snajja', ta' l-edukazzjoni, ta' l-agrikoltura, tal- manifattura, tal-kostruzzjoni, tat-turiżmu, tas-servizzi finanzjarji, ta' l- oqsma soċjali, u ta' l-ambjent.", "Għandna nagħmlu suċċess fl-Ewropa.", "Narmaw pajjiżna għaż-żminijiet ġodda, ilkoll għalenija niġbdu ħabel wieħed.", "Għax dan pajjiżna lkoll.", "U għax pajjiżna tagħna lkoll, irridu ntellgħu il-livell tiegħu, nistmerru l- medjokrità, inbarru l-egoiżmu u ngħixu bl-ordni u d-dixxipplina.", "Xejn li jilħaq dan l-għan m'għandu jitqies żejjed jew ta' dwejjaq.", "Dan hu l-mument, fejn il-viżjoni ma tibqax imċajpra imma ssir konkreta, fejn il-ħolm isir realtà, fejn il-kliem isir fatti.", "Għax dan pajjiżna lkoll.", "Għax dan hu l-akbar wirt li nistgħu nħallu lil uliedna.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "Mr Speaker, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Diskors tal-Budget 2004; Preżentazzjoni tal-punti ewlenin tal-Budget 2004;", "Estimi Finanzjarji 2004;", "Economic Survey (January-September 2003);", "Proklama Nru XV ta' l-2003 dwar l-Abbozz ta' Liġi biex jimplimenta diversi miżuri ta' l-Estimi u miżuri amministrattivi oħra; u", "Kopja draft ta' Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jimplimenta diversi miżuri ta` l-Estimi u miżuri amministrattivi oħra\".", "MR SPEAKER: Nirringrazzja lill-Ministru tal-Finanzi u l-Affarijiet Ekonomiċi għad-diskors tiegħu.", "Nirringrazzja wkoll lill-impjegati tat- televiżjoni u nitlobhom jirtiraw mill-Kamra.", "L-impjegati tal-Public Broadcasting Services irtiraw mill-Kamra.", "PERMESS TAL-KAMRA", "ONOR.", "JOHN DALLI: Nitlob il-permess tal-Kamra biex inressaq l-Ewwel Qari ta' Abbozz ta' Liġi mingħajr avviż.", "MR SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JIMPLIMENTA L-MIŻURI AMMINISTRATTIVI OĦRA", "ONOR.", "JOHN DALLI: Nipproponi l-Ewwel Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi biex jimplimenta diversi miżuri ta' l-Estimi u miżuri amministrattivi oħra.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jimplimenta diversi miżuri ta' l-Estimi u miżuri aministrattivi oħra\" ikun moqri l-Ewwel Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi nqara l-Ewwel Darba.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Nitlob lill-Viċi Prim Ministru sabiex jekk jogħġbu jressaq l-Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sur President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal għada t-Tlieta, 25 ta' Novembru, 2003 fid-9:00 a.m. b'din l-aġenda:", "Mozzjonijiet", "Estimi tad-dħul u nfiq ta' l-Awtorita' tad-Djar għas-sena 2003-2004.", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att dwar l-Amministrazzjoni Finanzjarja u l- Verifika – Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili (Emenda Nru 2) - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Reġistru Ċentrali - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Ilsien Malti - Tieni Qari; u", "Abbozz ta' Liġi dwar Elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew - Tielet Qari.", "------------------------------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada t-Tlieta, 25 ta' Novembru, 2003 fid-9:00a.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fis-7.56 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija skond il- ftehim milħuq.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "ĦAL KIRKOP - XOGĦLIJIET FL-ISKOLA", "2862.", "L-ONOR.", "CLYDE PULI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il- Ministru jgħid x'xogħlijiet saru fl-iskola ta' Ħal Kirkop mill-1994 'il hawn?", "Kemm swiet kull biċċa xogħol?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Peress li ix-xogħol meħtieġ biex jiġi kkompilat it- tagħrif mitlub għal dawn l-aħħar seba' snin jirrikjedi ċertu żmien, risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "KUNSILLI LOKALI - UŻU TA' COMPUTERS", "2863.", "L-ONOR.", "CLYDE PULI staqsa lill-Ministru għat-Teknoloġija ta' l- Informazzjoni u Investiment: Jista' il-Ministru jgħid kemm computers ingħataw lil kull kunsill lokali għat-tħaddim ta' l-e-government?", "X'użu sar minn dawn il-computers?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Waqt li ninforma lill-Onor.", "Interpellant li n-numru ta' computers għand il-kunsill lokali jvarja minn wieħed sa massimu ta' erbgħa kull kunsill, bl-allokazzjoni ssir skond il-popolazzjoni tal-belt jew raħal, qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra tabella li tindika kif eżattament tqassmu l-computers.", "L-uzu ta' dawn il-computers kien wieħed tajjeb, b'ammont sostanzjali ta' residenti jagħmlu użu minnhom biex jinqdew bis-servizz ta' l-e-government kif ukoll biex jagħmlu użu mill-internet u mill-e-mail.", "ĦAL LUQA - ASFALTAR TA' TOROQ", "2864.", "L-ONOR.", "CLYDE PULI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm sar tarmac f'Ħal Luqa minn Mejju 1994 'il hawn?", "Kemm sewa flus dan ix-xogħol?", "Jista' jagħti rendikont sena b'sena u triq bi triq?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "ĦAL KIRKOP - ASFALTAR TA' TOROQ", "2865.", "L-ONOR.", "CLYDE PULI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm sar tarmac f'Ħal Kirkop mill- 1994 'il hawn?", "Kemm sewa' flus dan ix-xogħol?", "Jista' jagħti rendikont sena b'sena u triq bi triq?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "SANTA VENERA - ASFALTAR TA' TOROQ", "2866.", "L-ONOR.", "CLYDE PULI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm sar tarmac f'Santa Venera mill-1994 'il hawn?", "Kemm sewa' flus dan ix-xogħol?", "Jista' jagħti rendikont sena b'sena u triq bi triq?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "DUGĦ – STANDARD SPECIFICATIONS", "2872.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid jekk il-kaxxi (dugħ) humiex konformi ma' l-istandard specifications tas-CAP?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Ninsab informat li l-kaxxi (dugħ) huma konformi ma l-istandard specifications tas-CAP.", "PITKALI CRATE CENTRE", "2873.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid kemm-il spezzjoni saret sabiex ikun magħruf il-livell ta' iġjene li fih qed jinżammu l-kaxxi (dugħ)?", "X'kienu r-riżultati u/jew ir-rakkmandazzjonijiet wara dawn l-ispezzjonijiet?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Ninsab informat li meta jinstabu kaxxi maħmuġa fil- pitkalija jintbagħtu lura biex jinħaslu fil-pitkali crate centre.", "TA' QALI PITKALIJA", "2874.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid x'investiment sar fil-pitkalija minn April 'il hawn?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 2718.", "IMPORTAZZJONI TA' SIĠAR TAL-FROTT", "2875.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid kemm siġar tal-frott ġew ordnati jew importati minn barra matul din is-sena?", "X'kienet l-ispiża?", "Jista' jagħti l-istess tagħrif għas-snin 1999, 2000, 2001, 2002 separatament?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Din is-sena mhux se jiġu ordnati siġar tal-frott minn barra għaliex il-produzzjoni lokali mistennija tkun biżżejjed sabiex taqdi l-ħtiġijiet.", "L-informazzjoni għas-snin 1999 / 2002 hija kif tidher fit-tabella t' hawn taħt:", "|Sena |Siġar |Spiża | | |Ordnati | | |1999 |3,850 |Lm5,77| | | |5 | |2000 |6,700 |10,300| |2001 |9,010 |13,515| |2002 |7,120 |10,688|", "MTIEĦEN TA' L-ILMA", "2876.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid jekk saritx manutenzjonijiet fuq l- imtieħen ta' l-ilma matul din is-sena?", "Jista' jagħti l-istess tagħrif għas- snin 1999, 2000, 2001, 2002 separatament?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Ninsab informat li matul is-snin 1999 sa 2003 ma saret l-ebda manutenzjoni mid-dipartiment ta' l-agrikoltura jew mid- direttorat għall-ħarsien ta' l-ambjent tal-MEPA fuq imtieħen ta' l-ilma.", "PRODUZZJONI TAT-TJUR", "2877.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: B'riferenza għas-sussidju fuq il-produzzjoni tat-tjur, kif jispjega l-fatt il-Ministru li s-sussidju għall-ewwel beda jitħallas fuq il- piz ta' tjur ħajjin u f'daqqa waħda dorna għall-piz ta' tjur mejta?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li minħabba li s- somma taħt l-ispecial market policy programme for Maltese agriculture għas- sussidju tat-tjur ġiet utilizzata qabel it-tnax-il xahar, ġie deċiż li għas- sena li ġejja jibda jsir ħlas fuq il-piż mejjet u b'hekk wieħed jassigura li s-sussidju jinfirex fuq aktar produtturi.", "SVPR - IKEL GĦAR-RESIDENTI", "2898.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm tiġi tiswa ikla kuljum fir-residenza San Vinċenz de Paule?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "DJAR TA' L-ANZJANI - IKEL GĦAR-RESIDENTI", "2899.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm tiġi tiswa ikla kuljum f'djar ta' l-anzjani?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab informat li l-ikel għal kull persuna fid-djar ta' l-anzjani tal-gvern jiġi jiswa madwar Lm2.30 kuljum.", "Dan l-ammont jinkludi breakfast, ikla ta' nofsinhar u ikla ta' filgħaxija.", "SVPR - ANZJANI RESIDENTI", "2900.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm jiġu jiswew lill-gvern anzjan/a residenti San Vinċenz de Paule?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "DJAR TA' L-ANZJANI - ANZJANI RESIDENTI", "2901.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm jiġu jiswew lill-gvern anzjan/a residenti fi djar ta' l-anzjani tal-gvern?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab informat li persuna residenti f'xi waħda mid- djar ta' l-anzjani mmexxija mill-gvern kienet tiġi tiswa madwar Lm11 kuljum fl-2002.", "Ir-rata għas-sena kurrenti tinħadem wara li tingħalaq is-sena finanzjarja.", "SVPR STAFF", "2902.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm staff ġewwa r-residenza San Vinċenz de Paule?", "X'inhu l-grad tagħhom u kemm jitħallsu?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tabella li turi l-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni fis-seduta.", "DJAR TA' L-ANZJANI - STAFF", "2903.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm staff ġewwa d-djar ta' l-anzjani tal-gvern?", "X'inhu l-grad tagħhom u kemm jitħallsu?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tabella li turi l-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni fis-seduta.", "TI I – IMPJEGATI ON CONTRACT", "2936.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għat-Teknoloġija ta' l- Informazzjoni u Investiment: B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari 2628 u 2740, jista' il-Ministru jgħid kemm hemm impjegati bil-kuntratt li ma jagħmlux parti mis-segretarjat tal-ministeru, jiġifieri fid- dipartimenti, korporazzjonijiet u aġenziji li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?", "X'inhu xogħolhom u x'tip ta' kuntratt definit għandhom?", "Kif ġew magħżula għall-postijiet li qegħdin jokkupaw bħalissa?", "Kemm minnhom għandhom 'il fuq mill-eta' ta' l-irtirar?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni fis-seduta.", "TARZNARI - ĦADDIEMA", "2937.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għat-Teknoloġija ta' l- Informazzjoni u Investiment: Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema taż-żewġ tarznari li preżentement huma mislufa lill-ministeri, dipartimenti tal-gvern, kumpanniji parastatali u awtoritajiet?", "Jista' jagħti breakdown dettaljat b'riferenza għall-grade li għandhom?", "Kemm minnhom jagħmlu parti mid-900 impjegat li mhux se jibqgħu fuq il-kotba tat- tarzna?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-mejda tal- Kamra aktar kmieni fis-seduta.", "MARSA POWER STATION", "2939.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għat-Teknoloġija ta' l- Informazzjoni u Investiment: Jista' il-Ministru jgħid jekk f'dawn l-aħħar snin sarx xi pollution emission report dwar il-power station tal-Marsa?", "Jista' ipoġġih fuq il-mejda tal-Kamra u/jew għall-inqas jippubblika executive summary tal-konklużjonijiet ta' dan ir-rapport?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jien informat li f'Marzu ta' l-2003 sar rapport kif rikjest mir-regolamenti dwar integrated pollution prevention and control li ġie mgħoddi lill-MEPA.", "Is-sezzjoni tar-rapport li tittratta dwar il-power station tal-Marsa tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni fis-seduta.", "MTARFA - ĊENTRU GĦAL MATUL IL-JUM", "2952.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid għaliex persuna bi bżonnijiet speċjali li isimha u dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, għadha ma ġietx aċċettata fl-adult training centre ta' l- Imtarfa?", "Jista' jara li din il-persuna tiġi ammessa immedjatament għax għandha bżonn urġenti ta' għajnuna individwali?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab informat li qed isiru l-arranġamenti meħtieġa biex dawk il-persuni b'diżabilita' li jkunu spiċċaw mill-iskola, jibdew jattendu ċ-ċentri għal matul il-jum.", "Ċertament dan japplika għall-persuna indikata mill-Onor.", "Interpellant.", "FABBRIKI - TRAINING GRANT", "2953.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 2647, jista' il-Ministru jgħid liema fabbriki għadhom qed jistennew li jingħataw training grant għas-sena 2001?", "Jista' jagħti ċ-ċifra pagabbli għal kull azjenda u jgħid meta se jsir il-ħlas?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ma jidhirlix li nkun korrett li niżvela ċ-ċifri għal kull fabbrika li hemm imsemmija fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 2647.", "Informat ukoll li l-azjendi kollha jitħallsu ladarba l-MDC tgħaddi l- fondi neċessarji lill-ETC.", "L-ETC assolutament mhijiex f'pożizzjoni tgħid meta dawn l-azjendi se jitħallsu.", "KALKARA - ĦSARAT FIS-SISTEMA ELETTRIKA", "2954.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għat-Teknoloġija ta' l- Informazzjoni u Investiment: Jista' il-Ministru jgħid x'progress sar wara rapport dwar ħsarat minħabba surge fid-dawl f'residenza li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Il-każ qed jiġi mistħarreġ u għandu jiġi konkluż fi żmien qasir.", "KALKARA - METER TA' L-ILMA", "2955.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għat-Teknoloġija ta' l- Informazzjoni u Investiment: Jista' il-Ministru jara li jerġa' jitwaħħal il- meter ta' l-ilma fl-indirizz li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, peress li minn mindu sar is-servizz ir-residenti baqgħu mingħajr ilma?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jien informat li l-indirizz li għalih saret riferenza hu ta' block ta' tliet appartamenti, oriġinarjament proprjeta' tas- servizzi Ingliżi.", "Sussegwentement il-gvern ta' dak iż-żmien kien alloka dawn l-appartamenti mingħajr ma ħa ħsieb jara li kull appartament ikollu meter ta' l-ilma.", "Fil-fatt għalkemm kull appartament għandu meter ta' l-elettriku separat kien hemm servizz wieħed għall-blokk kollu u skond il-kotba tad-WSC, dan is- servizz kienet responsabli għalih l-awtorita' tad-djar.", "Naturalment din kienet sitwazzjoni anomala u billi min kien qed jikkonsma l-ilma deher li ma riedx jieħu r-responsabbilta' għall-ħlas tal-provvista ta' l-ilma, id- WSC ma kellhiex triq oħra ħlief li tissospendi din il-provvista.", "Dan l-aħħar, uffiċjali tad-WSC ikkuntattjaw lir-residenti u dawn issa aċċettaw li jħallsu l-kontijiet pendenti u jibqgħu responsabbli għall-ħlas tal-konsum ta' l-ilma fil-futur.", "Jiġifieri appena s-sitwazzjoni tkun regolarizzata b'dan il-mod, il-provvista ta' l-ilma terġa' tingħata b'mod normali lil dawn ir-residenti.", "HOUSING AUTHORITY – KAŻ HAW144/03", "2956.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid fiex waslet applikazzjoni HAW 144/03 quddiem l-awtorita' tad-djar?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirrIferi l-persuna konċernata għand l-awtorita' tad-djar, taqsima customer care.", "BORMLA - DEREKWIŻIZZJONI TA' FOND", "2957.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid fiex waslet it-talba sabiex post li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, ikun derekwiżizzjonat?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.`", "RECORDING STUDIOS", "2958.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn stabilimenti li għandhom il-permess meħtieġ tal-pulizija u tal-MEPA sabiex joperaw bħala recording studios?", "X'jisimhom u f'liema indirizz għandhom il-permess biex joperaw?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi l-liċenzji tan-negozju msemmija m`għadhomx jinħarġu mill-pulizija.", "GĦaldaqstant nissuġġerixxi lill-Onor.", "Interpellant li jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "BACKGROUND MUSIC FIRMS", "2959.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid kemm kumpanniji applikaw biex jipprovdu mużika ta' background għaż-żfin u karrijiet tal-karnival għas-sena 2004?", "Jista' jgħid x'verifiki saru biex jaraw jekk dawk li applikaw kellhomx il- permess meħtieġ biex joperaw bħala recording studios?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Informat li applikaw żewġ kumpanniji biex jipprovdu mużika background għaż-żfin u karrijiet tal-karnival għas-sena 2004.", "L-offerti għadhom qed jiġu aġġudikati.", "SPTAR SAN LUQA - NURSING MANAGERS", "2960.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' il- Ministru jara li n-nursing managers li jkunu on duty fl-isptar San Luqa ma jibqgħux jaqilgħu ċitazzjoni meta jdaħħlu l-karozza ġewwa l-isptar?", "Billi jien informat li hemm nursing managers li diġa' qalgħu ħames ċitazzjonijiet waqt li jkunu jaqdu dmirijiethom fl-isptar, possibbli id-diviżjoni tas- saħħa tipprova ssib soluzzjoni?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninsab informat li fi żmien qasir, in-nursing managers se jkollhom parking lot allokat għalihom.", "SAN PAWL IL-BAĦAR - AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA", "2961.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid fiex waslet applikazzjoni għal akkomodazzjoni alternattiva minn persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?", "X'ċans hemm li din il-mara separata u b'tifla ta' disa' snin, tiġi allokata fond?", "Kemm għandha punti?", "Kif tinħadem is-sistema tal-punti fil-konfront ta' din il-mara?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab informat li l-applikazzjoni qed tiġi kkonsidrata flimkien ma' oħrajn simili.", "Dwar l-aħħar żewġ partijiet tal-mistoqsija, nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi l-persuna konċernata għand id-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali fejn tkun tista' tara l-applikazzjoni tagħha.", "HOUSING AUTHORITY – KAŻ HA 39/2002", "2962.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhu l-prezz sussidjat tal-fond ref.", "HA 39/2002 li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi l-persuna konċernata lill-awtorita' tad-djar, taqsima customer care.", "MSIDA - AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA", "2963.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid fiex waslet applikazzjoni għal akkomodazzjoni alternattiva ta' anzjana li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?", "X'ċans hemm li din tibdel ma' post ieħor tal-gvern?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jirriferi għat- tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 2660.", "BIRKIRKARA - SKOLA PRIMARJA SIR ANTHONY MAMO", "2964.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid x'beħsiebu jagħmel għall-upgrading ta' l-iskola primarja 'B' Sir Anthony Mamo, f'Birkirkara?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ix-xogħol konness ma' l-iskola msemmija hu nkluż fil- pjan ta' ħidma li qed jitfassal mill-fondazzjoni għall-iskejjel ta' għada.", "Tweġiba tingħata aktar 'il quddiem meta dan il-pjan ikun iffinalizzat u approvat.", "KALKARA - METER TAD-DAWL", "2965.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'passi se jieħu l-ministeru biex jiġi stallat meter tad-dawl fil-parti komuni ta' blokk appartamenti tal-gvern li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, u dan meta r-residenti ta' l-istess blokk ilhom jgħixu f'din il-binja għal aktar minn għaxar snin mingħajr is-servizz ta' l-elettriku?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Għaddejt it-talba ta' l-Onor.", "Interpellant lid- dipartiment tal-bini u tiswija ta' djar għall-azzjoni meħtieġa.", "ŻEJTUN – AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA", "2966.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid fiex wasal il- każ ta' persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?", "X'rimedju qed joffri d-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali lil din il-familja?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-applikazzjoni qed tiġi kkonsidrata.", "SCHEDULE -5 - MITOCHONDRIAL MYPOTHY", "2968.", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Peress li n-numru ta' dawk li jbatu bil- kondizzjoni ta' mitochondrial mypothy hu żgħir ħafna, jista' il-Viċi Prim Ministru jikkonsidra li l-kura tidħol taħt Schedule 5?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jindirizza l- mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "KUMPANNIJI PARASTATALI - HUMAN RESOURCE AUDIT", "2976.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għat-Teknoloġija ta' l- Informazzjoni u Investiment: Jista' il-Ministru jgħid jekk il-gvern qattx għamel human resource audit tal-kumpanniji parastatali?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Il-gvern qatt m'għamel human resource audit tal- kumpanniji parastatali, pero' għandna informazzjoni li matul is-snin diversi azjendi parastatali għamlu eżerċizzji u audits fuq human resources.", "JOINT EU-NATO MILITARY EXERCISE", "2977.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' il-Prim Ministru jgħid x'se jkun is-sehem ta' Malta fil-joint EU-NATO crisis management military exercise ta' bejn id-19 u l-25 ta' Novembru, 2003 minħabba li se jintużaw NATO assets and capabilities?", "Jista' jagħti dettalji dwar il-fictitious crisis scenario li se jkun il-bażi ta' dan l- eżerċizzju?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Filwaqt li nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba ta' mistoqsijiet parlamentari 1773 u 2673, ninformah li s- sehem ta' Malta fl-eżerċizzju jikkonsisti fit-twaqqif ta' żewg ċelloli, waħda fl-ambaxxata Maltija fi Brussell u l-oħra fi ħdan l-EU directorate.", "Xogħol dawn iċ-ċelloli hu ta' liaison u ta' kollegament u biex isegwu dak li jkun qiegħed iseħħ waqt l-eżerċizzju.", "Irrid ngħid li dawn l-eżerċizzji ma jinvolvux truppi iżda huma mmirati biex jittestjaw is-sistemi ta' kollegament u koperazzjoni li l-Unjoni Ewropea qegħda toħloq fir-rigward ta' crisis management operations.", "Ix-xenarju għal dan l-eżerċizzju ġie żviluppat skond il-prinċipji tal-UN charter u jgħin biex jiġu kkonsidrati diversi options ta' crisis management operations.", "L-eżerċizzju jiffoka fuq l-azzjoni li trid tittieħed qabel wieħed jiddeċiedi li jagħmel intervent bi truppi.", "ĦAL QORMI: ĊENTRU TAS-SAĦĦA – ĦADDIEMA", "2978.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' il-Ministru jgħid x'inhi din li l-istaff taċ-ċentru tas-saħħa ta' Ħal Qormi jieħdu leave u sick leave bl-addoċċ?", "Jista' jgħid jekk hux minnu li hemm min jiffirma u ma jidħolx?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Informat li l-istaff taċ-ċentru tas-saħħa ta' Ħal Qormi jieħdu l-leave wara li jagħmlu talba bil-miktub lin-nursing officer jew lid-deputy nursing officer.", "In-nursing officer jagħmel it-talba tiegħu lid-departmental nursing manager u dan irid jiġi approvat.", "Riġward sick leave, id-dipartiment m'għandu l-ebda kontroll fuq kemm jittieħed għalkemm issir verifika minn tobba ta' kumpannija privata.", "Fuq jekk hux minnu li hemm min jiffirma u ma jidħolx, jista' jingħad li dan l- aħħar kien hemm każ wieħed u ttieħdu l-passi dixxiplinarji kontra l- impjegat immedjatament.", "Jekk l-Onor.", "Interpellant għandu informazzjoni differenti, nitolbu jgħaddihieli b'mod konfidenzjali.", "AFM – HELICOPTER PILOTS", "2979.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Prim Ministru: Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm-il siegħa training għamlu l-bdoti tal-helicopters u ta' l-ajruplani ta' l-AFM matul Lulju, Awissu u Settembru ta' din is-sena?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant hi kif tidher fit-tabella ta' hawn taħt:", "| |Taħrig fuq |Taħriġ fuq | | |ajruplani |helicopters | |Lulju |10 sigħat |30 siegħa | |Awissu |16-il siegħa|20 siegħa | |Settemb|10 sigħat u |20 siegħa | |ru |45 minuta | |", "MDINA – MANUTENZJONI TAS-SWAR", "2983.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jikkonsidra l-Ministru li parti mill-fondi ta' l-Unjoni Ewropea għas-snin 2004-2006, jintnefqu fuq tiswija urġenti li hemm bżonn issir f'parti mis-swar ta' l-Imdina, bejn Palazz Vilhena u Xara Palace Hotel, li bħalissa qiegħda fil-periklu li taqa' u tiġbed magħha l-bqija tal-bini?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li diġa' ittieħdu miżuri urġenti biex jiġi mirfud parti mill-Palazz Vilhena minħabba l-qagħda li jinsab fiha.", "Fl-istess ħin wasal biex jitlesta studju mill-Universita' ta' Bologna dwar il-qagħda tas-swar ta' l-Imdina u dwar x'miżuri għandhom jittieħdu biex jiġi evitat li xi parti mis-swar taqa'.", "L-istudju għandu jistabilixxi wkoll l-ispiża meħtieġa biex isiru x- xogħlijiet biex is-swar jiġu mirfuda, studju dan iffinanzjat mir-raba' protokoll Taljan.", "Minħabba li għad mhix magħrufa l-ispiża meħtieġa biex isiru dawn ix-xogħlijiet, ma setgħetx issir talba lill-Unjoni Ewropea biex jiġu ffinanzjati dawn ix-xogħlijiet.", "Naqbel ma' l-Onor.", "Interpellant li dawn it-tiswijiet huma urġenti, l-aktar meta wieħed jiftakar li din il-problema ilha tkarkar għexieren ta' snin.", "EU MONITORING REPORT- KORRUZZJONI", "2984.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' il-Ministru jgħid x'passi hemm maħsuba mill-gvern biex jindirizza l-problema tal-korruzzjoni li tissemma fil-monitoring report li ħareġ fl-ewwel ġimgħa ta' Novembru?", "ONOR.", "JOE BORG: Għalkemm ir-rapport tal-kummissjoni jindika li hemm xi passi x'jittieħdu fejn jidħol is-suġġett tal-korruzzjoni, ma jirriżultax li Malta għandha xi problema partikolari ta' korruzzjoni li trid tiġi indirizzata.", "Iżjed hi kwestjoni ta' formazzjoni ta' strateġija nazzjonali sabiex jitwarrbu ċerti perceptions li jista' ikun hemm f'dan ir-rigward.", "Iżda għal aktar dettalji dwar dan il-qasam, nitlob lill-Onor.", "Interpellant jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "EDUKAZZJONI - DIRETTURI/ASSISTENTI DIRETTURI", "2985.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid x'vakanzi jeżistu fil-livell ta' direttur u assistent direttur fid-dipartimenti kollha li jaqgħu taħt il-ministeru?", "Fiex wasal il-proċess biex jimtlew dawn il-partijiet?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li jeżistu ħames vakanzi fil-livell ta' direttur u assistent direttur fid-dipartimenti kollha li jaqgħu taħt il- ministeru.", "Fid-diviżjoni hemm tliet vakanzi, waħda ta' direttur ġenerali li l-proċess għall-mili jsir mis-senior appointments advisory committee ta' l-MPO.", "Iż- żewġ vakanzi l-oħra huma ta' żewġ assistenti diretturi, training and staff development u operations, fejn saru l-interviews u ntbagħtu r- rakkomandazzjonijiet lill-PSC.", "Id-diviżjoni qed tistenna tweġiba.", "Vakanza oħra ta' direttur teżisti fid-dipartiment ta' l-eżamijiet.", "Il- proċess ta' l-għażla jaqa' taħt ir-responsabbilta' ta' l-uffiċċju tas- segretarju permanenti, fl-uffiċċju tal-Prim Ministru, u l-proċess qed joqrob biex jintemm.", "L-aħħar vakanza li teżisti fid-dipartiment tal-libreriji u arkivji hi ta' assistent direttur.", "GĦad irid jibda l-proċess biex dan il-post jimtela'.", "BIBLIJOTEKA NAZZJONALI - XOGĦOL TA' RESTAWR", "2986.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid x'xogħol ta' restawr sar fl-aħħar tliet snin fuq manuskritti u kotba li hemm fil-biblijoteka nazzjonali?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li xogħol ta' restawr għall-biblijoteka nazzjonali isir ħafna drabi mill-istess grupp ta' nies, kemm ġewwa l- laboratorji taċ-ċentru tar-restawr kif ukoll fil-bibljoteka nnifisha, naturalment skond il-ħtiġijiet tal-kotba, manuskritti u manufatti oħra.", "Ix-xogħol ta' restawr li sar fl-aħħar tliet snin fuq il-manuskritti u l- kotba li hemm fil-biblijoteka nazzjonali jikkonsisti kif ġej:", "Fis-sena 2000 sar ir-restawr ta' 36 volum u erba' manuskritti; waqt li flimkien ma' 12-il student universitarju sar tindif ta' kotba u manuskritti - Melitensia l-Qadima, Magistrate Parnis Collection Bequest u kotba fis- sala prinċipali - u madwar 12,200 ktieb ġew imnaddfa f'dan l-eżerċizzju.", "Fis-sena 2001 ġew restawrati 94 ktieb, 13-il manuskritt u għaxar kotba tal- Melitensia; xogħol ieħor kien jinkludi tindif, sapport u framing ta' portraits ta' 28 granmastru; saret tiswija u sar restawr ta' kotba tal- Melitensia u ta' gazzetti fl-emeroteka tal-biblijoteka nazzjonali;", "Fis-snin 2002/2003 ġew restawrati tmien manuskritti u 38 ktieb tal- biblijoteka u qed isir xogħol ta' restawr fuq 17-il ktieb u manuskritti oħra; peress li ħafna manuskritti, parċmini, 300 ittra bis-siġill, kollha ta' preġju kbir, kienu qed jiġru fl-idejn, inħass il-bżonn li jinħadmu passpartu' u kaxex għalihom biex hekk ikunu ippreservati - fost dawn insibu ktieb tal-viżitaturi li jmur lura għas-sena 1840 - u sar ukoll tindif ta' kotba rari u immuntar ta' biblijografiji u posters għall-fiera tal-ktieb.", "Ninsab informat ukoll li wieħed ma jistax sempliċement ikejjel xogħol ta' restawr mill-kwantita' ta' kotba jew manufatti, peress li ċerti kotba, parċmini u kollezzjonijiet arkivjali jinħtieġu xogħol aktar minn oħrajn.", "Dan dejjem jiddependi mill-kondizzjoni, daqs u għamla tal-ktieb jew oġġett ieħor li jinħtieġ restawr u tajjeb li wieħed jiftakar li xogħol ta' restawr jitlob attenzjoni, żmien, delikatezza u dedikazzjoni.", "ĦAL QORMI: TRIQ L-IMDINA – TNEĦĦIJA TA' VETTURI", "2991.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Ministru jara li l-pulizija tieħu ħsieb tneħħi vetturi mhux liċenzjati li ilhom jokkupaw spazju ta' parking għal xhur sħaħ u dan f'Imdina Road, Qormi, quddiem il-housing estate ta' Pascarella?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi minn spezzjoni li għamlet il- pulizija fil-post imsemmi mill-Onor.", "Interpellant, ma ġiet innotata ebda vettura mhix liċenzjata.", "INSTITUTE FOR HEALTHCARE - STUDENTI", "3008.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja ta' kuntratt li studenti fil-midwifery ta' l-institute for healthcare qed ikunu obbligati jew mitluba jiffirmaw?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif mitlub tpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni fis-seduta.", "SIGURTA' SOĊJALI – STAT TA' INVALIDITA'", "3010.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li persuna li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, għadha ma tafx għala ġiet dikjarata tajba għax-xogħol?", "X'rimedju għandha kontra tali deċiżjoni meta din il-persuna hija dikjarata invalida?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab informat li l-persuna li għamel riferenza għaliha l-Onor.", "Interpellant ġiet informata dwar il-każ tagħha mid- dipartiment tas-sigurta' soċjali permezz ta' ittra li ġġib id-data tal-5 ta' Novembru 2003.", "REĠISTRI TAL-QRATI", "3011.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Ministru jinvestiga l-qagħda fir-reġistri tal-qrati għar- rigward tal-qrati superjuri u dawk tal-maġistrati f'Malta - fejn deputati jirrifjutaw li jgħaddu proċess meta mitluba u trid tinqeda minn massimu ta' żewġ messaġġiera, bil-konsegwenza li trid tagħmel ħin twil tistenna - u għar-rigward tal-fatt li ma tinqedix jekk ma jkollokx flus eżatt peress li bqija ma teżistix?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant illi m`huwiex kompitu ta' deputat reġistratur li jnewwel proċessi u għalhekk li fiż-żewġ reġistri hemm b`kollox seba` messaġġiera - erbgħa fir-reġistru tal-qrati superjuri u tlieta fir-reġistru tal-qrati tal-maġistrati.", "Meta xi messaġġier f`xi reġistru jkun assenti, id-dipartiment tal-qrati ċivili jagħmel l-almu kollu sabiex jibgħat xi ħadd minfloku u nistgħu ngħidu li fl-ebda ħin ir-reġistru ma jkun nieqes minn dak in-numru ta` messaġġiera li jista' jassigura kontinwita' fix-xogħol.", "GĦandu jiġi apprezzat ukoll il-fatt li jkun hemm każi fejn ikun hemm ftit tad-dewmien u dan huwa mistenni f`post fejn il-kwantita` ta` nies li jkunu jridu jinqdew ikun kbir, speċjalment fil-għodu.", "Dwar is-sitwazzjoni tal-cash, ninsab informat illi l-kaxxiera fiż-żewġ reġistri jkollhom float ta` kuljum sabiex jagħtu l-bqija.", "MALTA DRYDOCKS – SECURITY CAMERAS", "3018.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru għat-Teknoloġija ta' l- Informazzjoni u Investiment: Jista' il-Ministru jikkonferma jekk fit-tarzna ta' Bormla twaħħlitx CCTV system fil-main gate, main office u l-baċir tal- yachting?", "Ħarġet sejħa pubblika għal offerti?", "Kemm ġiet tiswa din is- sistema?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nikkonferma li twaħħlu cameras tas-sigurta' f'diversi nħawi fit-tarzna.", "Is-sistema swiet Lm22, 771.", "Ix-xiri sar wara li ntalbu quotations varji.", "MALTA DRYDOCKS - VETTURI MIKRIJA", "3019.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru għat-Teknoloġija ta' l- Informazzjoni u Investiment: Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm vetturi mikrija fit-tul fit-tarzna?", "Jista' jgħid kemm swew dawn il-vetturi lit- tarzna s'issa din is-sena?", "Kemm qegħdin jiswew lit-tarzna l-vetturi kollha li qegħdin jinkrew għal perjodu qasir biex jintużaw għal żebgħa u xogħol ieħor fit-tarzna?", "Jista' jgħid jekk hemmx xi vettura b'kirja permanenti li qed jitħallas aktar minn Lm1,000 fix-xahar għaliha?", "Jista' jgħid jekk inħarġitx sejħa pubblika għall-kiri ta' dawn il-vetturi?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jien informat li fit-tarzna bħalissa hemm 20 vettura mikrija.", "Għaxra minn dawn il-vetturi huma speċjalizzati - forklifters/hi-up trucks/boss side loader etc. - waqt li l-għaxra l-oħra huma vetturi li jintużaw mill-managers.", "Bejn Jannar u Novembru 2003 il-kiri ta' dawn il- vetturi ġie jiswa Lm47,843.", "Il-vetturi speċjalizzati li nkrew matul din is-sena għal użu speċifiku u għal żmien qasir swew lit-tarzna Lm45,462.", "Inkriet vettura waħda speċjalizzata, boss side loader li tiswa aktar minn Lm1,000 fix-xahar, inkluż l-ispejjeż tal-maintenance li jitħallsu mis-sid.", "Din il-vettura hi stmata li tiswa Lm50,000.", "Il-kiri ta' dawn il-vetturi sar wara li ntalbu quotations.", "TARZNA - APPARAT TA' AQUABLASTING", "3020.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru għat-Teknoloġija ta' l- Informazzjoni u Investiment: Jista' il-Ministru jgħid kemm sewa lit-tarzna l-apparat li nxtara għall-blasting din is-sena?", "Ħarġu sejħiet pubbliċi għal dan?", "Kemm instab effiċjenti u kemm intnefqu flus biex issewwa apparat li nxtara bl-irkant?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Fl-2002 it-tarzna xtrat apparat ġdid u ieħor użat għas- sistema ta' aquablasting.", "L-apparat il-ġdid inxtara b'sistema ta' tender pubbliku u sewa madwar Lm246,000.", "L-apparat użat inxtara f'irkant li sar fl-Ingilterra wara li falliet kumpannija kbira.", "It-tarzna xtrat apparat li sewa Lm50,000 u ntnefqu madwar Lm6,000 oħra biex dan l-apparat ġie serviced.", "Fil-kondizzjoni li kien dan l-apparat meta sar l-irkant kien stmat li jiswa Lm200,000.", "L-aquablasting irid jidħol fit-tarzna għal raġunijiet ambjentali kif ukoll dawk ta' saħħa tal-ħaddiema.", "Id-dry gritblasting huwa effettiv ħafna teknikament imma joħloq problemi kbar għall-ambjent u għas-saħħa tal- ħaddiema li jużawh.", "It-tarzni ewlenin kollha qed idaħħlu sistemi ta' aquablasting għalkemm ċertu użu ta' dry gritblasting se jibqa' għax ċertu xogħol jista' isir biss b'dan il-metodu .", "Meta ddaħħal l-aquablasting fit-tarzna kien hemm ċertu reżistenza mill- ħaddiema.", "Waħda mir-raġunijiet kienet li minħabba l-esperjenza, il-ħaddiema kienu jtellgħu ferm aktar xogħol bid-dry gritblasting milli bl- aquablasting.", "Billi kien hemm allowance marbuta ma kemm isir xogħol fil- bidu, ċertu blasters intlaqtu ħażin.", "L-aquablasting huwa effiċjenti meta jintuża għall-iskopjiet tiegħu.", "Ċertu xogħol irid jibqa' isir bid-dry gritblasting.", "Meta l-ħaddiema jakkwistaw aktar esperjenza fl-aquablasting, il-produttivita tagħhom fuq dan ix-xogħol tikber u aktar importanti minn hekk ikun hemm ferm anqas periklu għal saħħithom u għall-ambjent.", "TARZNARI – EŻERĊIZZJU TA' RISTRUTTURAR", "3021.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru għat-Teknoloġija ta' l- Informazzjoni u Investiment: Jista' il-Ministru jgħid x'ġara minnhom dawk il-ħaddiema li kienu nvoluti fil-kwestjoni ta' l-acting chargeman?", "Ġie appuntat xi ħadd minnhom?", "Hemm minnhom li ġew trasferiti għall-industrial projects & services ltd.?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-eżerċizzju ta' ristrutturar sar biex ġie identifikat in-numru ta' ħaddiema li l-Malta Shipyards Ltd. għandha bżonn f'kull grad.", "Il-vakanzi kollha issa mtlew u m'hemmx ħsieb li jsiru ħatriet ġodda.", "MUNXAR - XOGĦOL TA' PANEL BEATING", "3031.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid għaliex minkejja li fid-19 ta' Awissu, 2003 l-enforcement officer tal-MEPA issiġilla garaxx fi Triq Xlendi, il- Munxar - garaxx li fih għal dawn l-aħħar snin kien qed isir xogħol ta' panel beating u spray painting bla permess, f'area skedata (ECF 373/01) u ta' dan anke ġie mmultat, liema multa għadha ma ġietx imħallsa - f'dan l- istess garaxx għadu sal-lum matul il-ġurnata isir xogħol ta' panel beating?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Ninsab informat li minn meta ġie ssiġillat il- makkinarju konness ma' xogħol ta' spraying/panel beating fid-19 ta' Awissu 2003, saru numru ta' spezzjonijiet.", "Il-garaxx in kwestjoni nstab magħluq ħlief f'okkażjoni waħda.", "Fil-garaxx instab li l-makkinarju kollu li ġie ssiġillat baqa' ssiġillat, filwaqt li ma nstab ebda makkinarju industrijali ġdid ieħor.", "Peress li f'dan l-istadju m'hemmx provi biżżejjed li s-sit qed jintuża għal użu kummercjali, l-awtorita' se tibqa' tgħasses biex tiġi osservata l-ordni li ngħatat.", "ANZJANI - SERVIZZ TA' HOMEHELP", "3032.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hawn anzjani li qed jagħmlu użu mill-homehelp?", "Kemm ġew impjegati casual socal assistants jew part-time social assistants tul dawn l-aħħar sentejn?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "ANZJANI – HANDYMAN SERVICE", "3033.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm anzjani li qed jagħmlu użu mis-servizz tal-handyman?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab informat li matul din is-sena kien hemm 1,024 anzjan li għamlu użu mis-servizz tal-handyman ipprovdut mid-dipartiment għall-anzjani u servizzi fil-komunita'.", "SAN ĠILJAN: SPINOLA HILL - ASFALTAR", "3034.", "L-ONOR.", "KARMENU VELLA staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' il-Ministru jgħid jekk Spinola Hill li tagħti mill- bus terminus għal Paceville sal-bini tal-Maltacom, hix se tingħata resurfacing jew jekk hix se tiġi rranġata bħala parti mill-proġett ta' upgrading ta' Paceville?", "Jista' jagħti indikazzjoni meta dawn ix- xogħlijiet se jsiru?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "GUDJA - TRIQ DUN PIET FARRUGIA - ASFALTAR", "3035.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li Triq Dun Piet Farrugia, fil-Gudja tiġi asfaltata?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Ninsab informat illi l-awtorita' dwar it-trasport għamlet spezzjoni f'din it-triq u rriżulta illi jonqos ħafna żvilupp xi jsir u għalhekk l-asfalt isir aktar 'il quddiem meta l-iżvilupp jitlesta.", "REKLAMAR MINN KUMPANNIJI", "3036.", "L-ONOR.", "JOSEPH ABELA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jgħid kemm ġie ddikjarat li ntnefqu flus f'reklamar minn kumpanniji reġistrati f'Malta bejn Jannar u Diċembru 2002?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħti spjegazzjoni ċara għal liema kumpanniji qed jirriferi.", "OMMIJIET MINORENNI", "3037.", "L-ONOR.", "JOSEPH ABELA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' il- Ministru jgħid kemm twieldu trabi minn tfajliet taħt is-16-il sena bejn Jannar u Ottubru 2003?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Id-dipartiment ta' l-informazzjoni fuq is-saħħa għandu informazzjoni nazzjonali fuq it-twelid ta' trabi lil ommijiet Maltin jew mhux Maltin.", "L-istatistika għal din is-sena kif miġbura permezz tas- sistema national obstetric information system hija aġġornata sa l-ewwel sitt xhur tas-sena.", "Bejn Jannar u Ġunju ta' din is-sena kienu reġistrati total ta' seba' ommijiet li welldu seba' trabi f'Malta u GĦawdex.", "ŻEJTUN : TA' PIZZUTA - FIDI TA' ĊENS", "3038.", "L-ONOR.", "JOSEPH ABELA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Ministru jgħid fiex waslet applikazzjoni T2038/97, b'riferenza għall-plot 9, Ta' Pizzuta, Żejtun għall-fidi ta' ċens?", "ONOR.", "TONIO BORG: Jien informat li wara li l-applikant in kwestjoni aċċetta s-somma għall-fidi taċ-ċens impost fuq plot 9, Ta` Pizzuta, tkomplew il-proċeduri sabiex jiġi ffinalizzat il-fidi u issa l-uffiċċju konġunt jinsab f`pożizzjoni li dalwaqt jiffirma l-kuntratt.", "ĦAL QORMI - STA.", "VENERA SUBWAY", "3039.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jaf il-Ministru li s-subway li hemm bejn Ħal Qormi u Sta.", "Venera tinsab fi stat mill-agħar?", "Meta se tittieħed azzjoni biex isiru t- tiswijiet u t-tindif meħtieġ biex in-nies ikunu jistgħu jaqsmu b'mod sigur f'din l-area perikoluża minħabba t-traffiku qawwi li jgħaddi?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li l-awtorita' dwar it-trasport għamlet spezzjoni f'din is-subway u qabbdet lid-diviżjoni tax-xogħlijiet biex tagħmel it-tindif meħtieġ.", "ĦAŻ-ŻABBAR - TRIQ KAĦWILA", "3040.", "L-ONOR.", "JOSEPH ABELA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid meta hu ppjanat li tiġi rranġata Triq Kaħwila, f'Ħaż-Żabbar peress li din tinsab fi stat diżastruż u qed toħloq inkonvenjent kbir għar-residenti?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat illi t-triq hija nkluża fil-lista ta' prioritajiet ta' toroq li għandu d-direttorat, bix-xogħol ikun jista' isir aktar 'il quddiem skond il-prioritajiet li jirriżultaw minn żmien għal żmien.", "REKLAMAR TA' ĊERTI PRODOTTI", "3041.", "L-ONOR.", "JOSEPH ABELA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' il- Ministru jgħid huwiex konxju minn reklamar li qed isir fuq stazzjon tar- radju minn kumpannija li qed tirreklama prodott li jkabbar is-sider?", "Jista' jgħid jekk dawn ir-reklami għandhomx l-awtorizzazzjoni meħtieġa tad- dipartiment?", "Kemm huwa etikament aċċettabbli li l-pubbliku jingħata informazzjoni minn impjegati ta' kumpannija u mhux minn persuni professjonali fil-qasam tal-mediċina?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Id-dipartiment qiegħed jinvestiga u risposta definittiva tingħata f'xi seduta oħra.", "WIED IL-GĦAJN: TRIQ IL-QALIET – STREET LIGHTING", "3043.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għat-Teknoloġija ta' l- Informazzjoni u Investiment: Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li d- dawl fi Triq il-Qaliet, f'Wied il-Għajn qed ikun mixgħul anke bi nhar u minkejja diversi telefonati lill-korporazzjoni Enemalta baqa' ma ġiex mitfi, anzi baqa' jixgħel għal jum wara l-ieħor?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Il-manutenzjoni meħtieġa saret fl-20 ta' Novembru 2003.", "EXCHANGE BUREAUX - TISRIF TA' ĊEKKIJIET", "3044.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jgħid jekk l-exchange bureaux li hawn f'Malta li huma awtorizzati jsarrfu flus, bħal Travelex UK u Coppini, jistgħux isarrfu ċekkijiet f'ammonti ta' iktar minn Stg5,000?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ninsab informat illi foreign exchange bureaux liċenzjati taħt l-Att ta' l-1994 dwar Istituzzjonijiet Finanzjarji jistgħu isarrfu ċekkijiet desinjati fi kwalunkwe munita barranija.", "M'hemmx restrizzjonijiet fuq l-ammonti f'dawn il-każi.", "Ir-restrizzjoni li teżisti tirrigwarda ċekkijiet personali li dawn l- istituzzjonijiet għadhom mhumiex permessi li jsarrfuhom.", "Iżda huma jistgħu jsarrfu ċekkijiet - basta jkunu desinjati f'munita barranija - ta' dividendi, pensjonijiet maħruġa minn gvernijiet barranin, bank drafts u oħrajn ta' natura simili.", "Ta' min iżid li regoli rigward il-money laundering applikabbli minn żmien għal żmien iridu jiġu rrispettati minn kull istituzzjoni finanzjarja lliċenzjata mill-MFSA.", "STA.", "VENERA : SKOLA SAN FRANĠISK T'ASSISI - HOME ECONOMICS", "3045.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid għalfejn fl-iskola San Franġisk t'Assisi, Sta.", "Venera għalkemm iddaħħal is-suġġett tal-home economics, l-imsemmija skola għadha mhix attrezzata b'faċilita' ta' kċina sabiex l-istudenti jkunu jistgħu jipprattikaw dan is-suġġett u dan nonostante li l-għalliema ilha tilmenta xhur sħaħ dwar dan?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li fl-iskola San Franġisk t'Assisi l-istudenti tal-home economics qegħdin jużaw il-food lab li hemm fl-iskola.", "Erba' gruppi tal-home economics li jattendu l-form IV jagħmlu tnejn minn ħames lezzjonijiet fil-ġimgħa fil-food lab u dawn il-lezzjonijiet ikunu ta' natura prattika.", "Informat ukoll li se toħroġ tender biex jinbena food lab ieħor f'din l- iskola.", "Appendiċi A", "Il-Politika Monetarja", "Permezz ta' l-emendi fl-Att dwar il-Bank Ċentrali ta' Malta li daħlu fis- seħħ f'Ottubru tas-sena 2002, l-importanza ta' l-istabbilità tal-prezzijiet bħala l-għan ewlieni tal-Politika Monetarja tal-Bank issa hija riflessa wkoll fil-liġi.", "Fil-waqt li jsaħħu l-indipendenza tal-Bank, dawn l-emendi tawh ukoll aktar flessibilità f'dik li hi l-politika monetarja tiegħu, hekk kif is-suq finanzjarju qiegħed isir dejjem aktar liberaliżżat.", "It-tibdil leġislattiv saħħaħ il-mekkaniżmi li permezz tagħhom il-Bank jista' jintalab jagħti rendikont ta' l-attivitajiet tiegħu kif ukoll it-trasparenza tiegħu quddiem il-liġi.", "Ir-rata tal-kambju fissa tibqa' l-għodda prinċipali li biha l-Bank jipprova jilħaq l-għan ewlieni tiegħu li jħares l-istabbilità tal-prezzijiet.", "Il-lira Maltija hi marbuta ma' basket ta' tliet muniti ta' ekonomiji b'inflazzjoni baxxa; l-euro, d-dollaru Amerikan u l-lira Sterlina.", "Matul is-sena, il-Bank rattab il-politika monetarja tiegħu erba' darbiet matul it-tnax -il xahar sa Settembru ta' din is-sena.", "B'hekk ir-rati uffiċjali ta' l-imgħax naqsu b'total ta' punt per`entwali għal 3%.", "Sa tmiem is-sena 2002, il-Bank baxxa r-rati bi kwart ta' punt perċentwali, u bi kwart ta' punt perċentawli kull darba għal tliet darbiet oħra matul is- sena 2003.", "Il-Bank Ċentrali adotta dawn il-miżuri fl-isfond tal-premium qawwi li kien hemm favur ir-rati ta' l-imgħax fuq assi Maltin kif ukoll għaliex ir-riservi barranin uffi`jali komplew jikbru.", "Flimkien, dawn iż- żewġ fatturi ħallew lok għal espansjoni monetarja mingħajr ma jkun hemm pressjoni biex jaqa' il-valur tal-lira Maltija.", "B'hekk il-politika monetarja setgħet titwessa' waqt li baqgħet tipprovdi support xieraq għar- rabta tar-rata tal-kambju.", "Barra minn hekk, it-tnaqqis fir-rata uffiċjali ta' l-imgħax kien iġġustifikat wkoll minn indikaturi ekonomiċi varji li kienu qieg]din juru li t-tkabbir ekonomiku f'Malta kien dgħajjef fl-istess waqt li l-inflazzjoni baqgħet baxxa.", "Żviluppi Monetarji", "It-tkabbir monetarju naqas xi ftit fit-tnax -il xahar sa Settembru ta' din is-sena.", "Fil-fatt, il-broad money kiber bi 3.3 % meta mqabbel mat- 12.2% ta' l-istess perjodu tas-sena l-oħra.", "Dan kien dovut għat-tnaqqis fid- depożiti fissi, liema tnaqqis x'aktarx kien dovut għat-tnaqqis fir-rati ta' l-imgħax fuq depożiti mal-banek kummerċjali, li ħajjar lill-investituri jqiegħdu flushom f'investimenti differenti, bħal ma huma bonds jew depożiti li jagħlqu fi żmien qasir.", "Fil-fatt, il-flus fl-idejn, id-depożiti ta' tifdil u l-bilanċi fil-kontijiet kurrenti lkoll komplew jiżdiedu b'mod qawwi.", "Ma' dan, wieħed irid iżid ukoll il-livell aktar baxx ta' dħul fil- kont kapitali tal-bilan` tal-pagamenti.", "Dan ukoll seta' għen biex id- depożiti fissi jiċkienu.", "Meta nħarsu lejn il-kontropartijiet ewlenin tat-tkabbir monetarju nsibu li l-assi netti barranin tas-sistema bankarja kibru b'4.6% matul l-aħħar tnax –il xhar sa Settembru, jiġifieri ferm anqas mit-30% ta' l-istess perjodu tas-sena ta' qabel.", "Ir-riċervi tal-Bank Ċentrali kibru bi 11.3%.", "Din iż- żieda kienet madwar nofs dik irreġistrata fit-tnax -il xahar ta' qabel.", "Fl- istess waqt, ir-rata tat-tkabbir ta' l-assi netti barranin tal-bqija tas- sistema bankarja `kienu b'7.2%, wara li fl-istess perjodu tas-sena l-oħra dawn kibru b'aktar min 50%.", "L-aħħar statistika li għandna turi li dawn l-iżviluppi seħħew għaliex mill- aħħar tliet xhur tas-sena 2002 'il quddiem, kien hemm żieda fl-iżbilanċ tal- kont kurrenti tal-bilanċ tal-pagamenti kif ukoll minħabba li naqset ir-rata tat-tkabbir tad-dħul fuq il-kont kapitali tas-settur mhux bankarju.", "Dan it- tnaqqis ta' l-aħħar x'aktarx kien jirrifletti l-fatt li l-ammont ta' flus li nġabu lura minn barra mir-residenti kien ferm anqas minn dak fis-sena 2002, meta kien hemm fis-seħħ l-Iskema ta' Reġistrazzjoni ta' Investimenti.", "Wieħed ta' min jgħid ukoll li d-diskrepanza bejn ir-rati ta' l-imgħax fuq il-lira Maltija u dawk fuq investiment barrani baqgħet bejn wieħed u ieħor l-istess.", "Dan seta' ikkontribwixxa biex dawk it-transazzjonijiet kapitali li jirrispondu għad-differenzi bejn ir-rati ta' l-imgħax lokali u dawk barranin ukoll jikbru b'rittmu ferm anqas mgħaġġel.", "It-tkabbir tas-self lokali baqa' relattivament dgħajjef, għalkemm matul it- tnax -il xahar sa Settembru r-rata tat-tkabbir laħqet telgħet għal 4.3% mit-2.3% tat-tnax -il xahar ta' qabel.", "Din iż-żieda fis-self kienet tirrifletti żieda fl-obbligazzjonijiet netti tal-Gvern kif ukoll f'dawk tas- settur privat, fejn din ta' l-aħħar kienet prinċipalment marbuta max-xiri ta' propjetà.", "Matul it-tnax -il xahar sa Settembru 2003, il-banek baqgħu prudenti f'dak li hu self u fil-fatt qagħdu attenti aktar għar-riskji marbuta ma' dan l- aspett tan-negozju tagħhom.", "Fuq medda twila ta' snin, din il-prattika għandha ssaħħaħ is-settur bankarju u tiżgura l-istabbilita' tas-sistema finanzjarja.", "Għaldaqstant, minkejja li l-livell ta' likwidita' fis-sistema bankarja kien għoli u minkejja wkoll it-tnaqqis fir-rati nominali ta' l- imgħax, is-self kompla jikber b'pass relattivament kajman.", "Minħabba f'hekk xi korporazzjonijiet kellhom jiffinanzjaw l-attivitajiet tagħhom fis-suq kapitali, kif jindika l-ammont sostanzjali ta' bonds li ħarġu mis-settur privat matul is-sena.", "Żviluppi fis-Settur Finanzjarju", "Matul it-tnax -il xahar sa Settembru, il-parteċipazzjoni fis-suq kapitali primarju kienet qawwija, hekk kif kemm is-settur privat kif ukoll il-Gvern ħarġu ammont sostanzjali ta' bonds u stocks.", "Abbażi tal-kalendarju indikattiv li japplika għall-ħruġ ta' stocks tal-Gvern, kien hemm diversi okkażżjonijiet fejn il-Gvern ħareġ fis-suq stocks b'maturita' ta' bejn 6 u 15-il sena.", "Parti minn dawn l-istocks ħarġu biex jieħdu post oħrajn li kienu waslu biex jgħalqu, filwaqt li l-bqija ntużaw biex jiffinanzjaw infiq ġdid.", "Id-domanda għal dawn l-istocks kienet qawwija, tant li ħafna minnhom ittieħdu mis-settur mhux bankarju, u l-banek kellhom iduru fuq il-bills tat- Teżor biex jerġgħu jgħollu l-livell t'investimenti f'titoli tal-Gvern għal dak tas-soltu.", "Bħal ma ġara matul it-tnax –il xahar sa Settembru tas-sena ta' qabel, ħafna kumpaniji ħadu vantaġġ mir-rati baxxi ta' l-imgħax u mill-livell għoli ta' likwidita` billi ssellfu fis-suq kapitali.", "Il-ħruġ ta' bonds kien l-aktar strument użat għal dan il-għan.", "Fil-fatt in-numru ta' bonds ta' kumpaniji privati kkwotati fil-Borża ta' Malta tela' għal 26 minn 19 fi tmiem Settembru tas-sena 2002.", "Sadanittant, kumpanija oħra rreġistrat l-ishma tagħha fil-Borża ta' Malta wara li parti minn din il-kumpanija nbiegħet lill-privat matul is-sena.", "Il-flus imqiegħda fi skemi ta' investiment kollettiv irreġistrati f'Malta komplew jikbru.", "Dan juri li l-kompetizzjoni bejn il-banek u intermedjarji finanzjarji l-oħra kompliet tiżdied.", "B'hekk, l-assi totali ta' dawn l- iskemi kibru minn Lm254 miljun f'Settembru 2002 għal Lm343 miljun sa l- aħħar ta' Lulju ta' din is-sena.", "F'Settembru 2002 il-qafas legali li jirregola s-settur finanzjarju Malti ssaħħaħ permezz tad-dħul fis-seħħ ta' l-Att li jirregola Fondi Speċjali li minbarra li emenda numru ta' liġijiet finanzjarji, daħħal proviżżjonijiet ġodda li jirregolaw l-iskemi ta' rtirar.", "Matul it-tnax -il xahar sa Settembru kien hemm żviluppi oħra fil-qafas legali u f'dak tas-sorveljanza, li komplew isaħħu s-settur finanzjarju u fl-istess ħin jiżguraw illi l- qafas leġislattiv kien b'mod ġenerali konformi mad-direttivi ta' l-Unjoni Ewropeja u ma' standards oħra internazzjonali.", "Miżuri oħra ddaħħlu biex tiżdied il-fiduċja tal-konsumatur u jitħarsu aħjar id-drittijiet tiegħu fis-settur finanzjarju f'Malta, u biex dan, allura jkompli jiżviluppa.", "Fis-settur bankarju, l-Att dwar Tpaċija u Netting f'Każ ta' Insolvenza, li daħal fis-seħħ f'Ġunju 2003, emenda l-proċeduri f'każijiet li jinvolvu falliment b'mod li jirrikonoxxu n-netting ta' transażazzjonijiet finanzjarji.", "Fl-2003 twaqqfu wkoll l-Iskema ta' Kumpens lill-Investitur u l-Iskema ta' Garanzija ta' Depożiti biex jipprovdu lill-investituri u lill-klijenti ta' istituzzjonijet bankarji kumpens finanzjarju parzjali f'każ li tali istituzzjonijet ifallu.", "L-Iskema ta' Kumpens lill-Investitur tipprovdi għal kumpens meta tfalli xi istituzzjoni li għandha liċenzja biex tipprovdi servizzi ta' investiment, waqt li l-Iskema ta' Garanzija ta' Depositi tipprovdi kumpens f'każ li jfalli xi bank.", "F'Jannar 2003 l-Awtorita' Maltija għas-Servizzi Finanzjarji (MFSA) nħatret bħala l-Awtorita' Kompetenti għall-finijiet ta' l-Att dwar is-Swieq Finanzjarji.", "B'hekk, minn barra li mill-bidu tas-sena 2002 ħadet f'idejha r-responsabbilta' li tirregola u tissorvelja l-banek u l-istituzzjonijiet finanzjarji, liema responsabbilta` qabel kienet f'idejn il-Bank Ċentrali ta' Malta, l-MFSA issa għandha wkoll il-funzzjonijet regolatorji li huma relatati mas-swieq finanzjarji u li qabel kienu jaqgħu taħt il-Borża ta' Malta.", "Wara li fil-Budget tas-sena l-oħra tħabbru miżuri oħra marbuta mat-tneħħija tal-kontroll tal-kambju, f'Settembru ta' din is-sena l-Att dwar Transazzjonijiet Esterni ħa post l-Att dwar il-Kontroll fuq il-Kambju.", "Il- liġi l-ġdida tipprovdi l-qafas regolatorju li jiffavorixxi t-tneħħija għall- kollox tal-kontrolli fuq transazzjonijiet kapitali.", "Ħadna aktar miżuri biex insaħħu l-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus, fejn f'Awwissu daħlu fis-seħħ ir-Regolamenti ta' l-2003 kontra l-Money Laundering.", "Dawn ir-regolamenti ħassru dawk tal-1994 u ġew estiżi għal, fost oħrajn, awdituri, accountants, konsulenti tat-taxxa, nutara u professjonisti legali oħra li jaħdmu għal rashom.", "Barra dan, il-Korp għall- Analiżi ta' Informazzjoni Finanzjarja (FIAU) ġie aċċettat bħala membru sħiħ ta' l-Egmont Group of Financial Intelligence Analysis Units.", "L-FIAU, li twaqqaf is-sena l-oħra hu responsabbli għal ġbir, tqabbil, proċessar, analiżi u tixrid ta' tagħrif finanzjarju bil-għan li jikkumbatti l-ħasil tal-flus.", "Fl-aħħar tal-2002, bank li kien suġġett għall-kundizzjonijiet li joħorġu mill-liġi li kienet tapplika għas-settur offshore qaleb il-liċenzja tiegħu għal waħda maħruġa taħt l-Att Bankarju u għalhekk issa jista' joffri servizzi bankarji lil klijenti Maltin.", "Matul l-2003, wieħed mill-banek internazzjonali ngħaqad mal-kumpanija prinċipali li tikkontrolla l-grupp, li hija bank ta' tifdil, filwaqt li bank ieħor waqaf jopera f'Malta u ċeda l-liċenzja tiegħu.", "Sadanittant, kumpanija sussidjarja ta' bank barrani ngħatat liċenzja biex tkun tista' topera fis-suq lokali, sew mar-residenti kif ukoll ma' persuni mhux residenti f'Malta.", "Dawn l-iżviluppi istituzzjonali komplew żiedu l-kompetizzjoni u l-attivita' fis-settur bankarju matul is-sena li għaddiet.", "Is-settur mistenni jkompli jdawwar aktar flus hekk kif dawn il-banek jespandu l-attivitajiet u l-faċilitajiet tagħhom f'Malta.", "Appendiċi B", "Tneħħija ta' Kontrolli fuq il-Kambju", "B'effett mill-1 ta' Jannar 2004 se jitneħħew numru ta' kontrolli fuq il- kambju kif jidher hawn taħt:", "1.", "Rigali ta' Flus", "Il-limitu li japplika għal rigali ta' flus jew għotjiet għall-manteniment ta' membri tal-familja se jiżdied minn Lm20,000 għal Lm30,000 fis-sena għal kull persuna adulta.", "2.", "L-ammont li jista' jiġi investit barra minn Malta", "L-ammont massimu li persuna adulta residenti f'Malta tista' tinvesti f'assi finanzjarji barranin qiegħed jitneħħa għal kollox.", "Madanakollu, dawn il- flus ma jistgħux jiġu investiti f'assi li għandhom maturità ta' anqas minn sitt xhur.", "3.", "Flus barranin kontanti jew f'kontijiet kurrenti miżmuma minn persuni residenti f'Malta ma' banek lokali", "L-ammont massimu ta' flus barranin li persuna adulta residenti f'Malta tista' iżżomm fi flus kontanti se jiżdied minn Lm20,000 għal Lm50,000.", "Dan l-ammont jista' jinżamm f'kontijiet kurrenti f'munita barranija mal- banek lokali sakemm fl-oriġini tagħhom dawn il-flus ikunu flus barranin.", "L- ammont totali li jista' jinżamm f'dawn il-kontijiet ma jistax jaqbeż il- Lm50,000.", "Dawn il-bilanċi jistgħu jintużaw biss sabiex isiru pagamenti f'munita barranija marbuta ma' transazzjonijiet fil-kont kurrenti tal- bilanċ tal-pagamenti.", "4.", "Flus barranin ta' kumpanniji u ta' bejjiegħa bl-imnut miżmuma f'kontanti jew f'kontijiet bankarji", "Kumpanniji ta' esportazzjoni u bejjiegħa bl-imnut lokali li jirċievu flus barranin fit-tmexxija tan-negozju tagħhom se jkunu eżentati milli jsarrfu f'liri Maltin flus barranin li jirċievu min-negozju tagħhom.", "Filwaqt li dawn il-flus jistgħu jinżammu f'depożiti f'munita barranija ma' banek lokali, dawn jistgħu jintużaw biss biex isiru pagamenti barra minn Malta li jkopru spejjeż marbuta man-negozju mal-kumpannija jew bejjiegħ bl-imnut ikkonċernat/a.", "Appendiċi Ċ", "L-Istrateġija Ekonomika", "L-għanijiet ewlenin tal-politika ekonomika tal-Gvern huma t-tkabbir ekonomiku sostenibbli flimkien ma' livell għoli ta' mpjiegi: dan għandu jwassal għal titjib fil-livell tal-ħajja tal-poplu Malti.", "L-akkwist ta' dawn l-għanijiet għandna narawh fil-kuntest li fih qed titħaddem l-ekonomija tagħna bħalissa.", "Partikolarment, l-ambjent internazzjonali diffiċli li kellna dawn l-aħħar snin kompla żied il- vulnerabilità tal-ekonomija lokali għal dak li qed jiġri barra minn Malta.", "Barra dan, il-globaliżżazzjoni qegħda toffri wkoll sfidi b'kompetizzjoni nternazzjonali dejjem akbar kif ukoll bi żvilupp ta' teknoloġiji ġodda.", "Il-kompetittività hija ħtieġa ewlenija biex niżguraw li l-ekonomija Maltija hi f'qagħda tajba biex tistagħna f'dan l-ambjent.", "Hi meħtieġa ekonomija vibranti, li fiha jitħaddmu l-flessibilità u d-dinamiżmu, sabiex l- ekonomija domestika tadatta ruħha għal bidla malajr u b'mod effettiv.", "Fl- istess waqt, titjib fil-produttività huwa ukoll meħtieġ biex għat-tkabbir.", "Il-politika makro-ekonomika tal-Gvern u l-programm tar-riforma strutturali huma maħsuba biex jilħqu dawn l-għanijiet.", "Il-prijoritajiet ewlenin fil- qafas tal-politika makro-ekonomika huma li jġibu lura il-finanzi pubbliċi jinġiebu lura fi żmien qasir fuq livelli sostenibbli, li jkollna rata ta' inflazzjoni baxxa u stabbli u li niżguraw stabilità fis-settur barrani.", "Din għandha trawwem stabilità ekonomika u taffettwa il-kunfidenza fil- kummerċ pożittivament.", "Barra minn qafas stabbli makro-ekonomiku, riformi strutturali huma rekwiżiti ewlenin biex nilħqu aktar tkabbir ekonomiku.", "Riformi strutturali jinġiebu b'operat aħjar u bi swieq aktar kompetittivi.", "Dan għandu jwassal għal użu produttiv aħjar tar-riżorsi li għandna, waqt illi jtejjeb il-flessibilità fl-ekonomija lokali.", "L-implimentazzjoni tal-programm ekonomiku tal-Gvern jitlob ristrutturar u spejjeż għal perjodu qasir ta' żmien.", "Iżda, hu biss minn dan it-tibdil li Malta tista' ssostni t-tkabbir ekonomiku u tilħaq livelli ta' għixien ta' pajjiżi oħra aktar avvanzati.", "Il-Qagħda tal-Ekonomija Maltija", "Żviluppi Makro-ekonomiċi", "Tkabbir Ekonomiku", "Sa mill-2001, l-ekonomija Maltija it-tkabbir rreġistrat kien relattivament kajman.", "Darba li l-ekonomija tagħna hi tant esposta, l-ambjent ekonomiku diffiċli nternazzjonali tul dawn l-aħħar snin affettwa l-mixja sħiħa tal- ekonomija lokali.", "Wara t-tnaqqis ta' 1.2% fil-Prodott Gross Domestiku reali fl-2001, l-ekonomija Maltija kibret b'1.7% fis-sena ta' wara.", "Iżda, hekk kif l-ambjent fjakk minn barra kompla jippersisti, speċjalment, fost il-pajjiżi li magħhom Malta tħaddem l-kummerċ ewlieni tagħha, l-ekonomija Maltija espandiet bi ftit, jiġifieri b'0.3% f'termini reali, fl-ewwel disa' xhur tal-2003.", "F'termini nominali, il-Prodott Gross Domestiku kiber b'1% għal Lm1,265.5 miljun.", "Din l-imġieba tirrifletti r-rata negattiva tat- tkabbir li kellna fl-ewwel tliet xhur tal-2003, li ġiet imtaffija minn rati pożittivi ta' tkabbir fiż-żewġ kwarti ta' wara.", "Il-kontribuzzjoni minn barra għat-tkabbir ekonomiku kienet negattiva tul il-perjodu ta' bejn Jannar u Settembru 2003 hekk kif l-esportazzjoni ta' merkanzija u servizzi baqgħet baxxa filwaqt li l-importazzjoni kibret.", "Tabilħaqq, it-tkabbir tal- Prodott Gross Domestiku kien imbuttat lokalment.", "L-aktar, l-ispiża rikurrenti tal-Gvern żdiedet b'pass mgħaġġel.", "Mill-banda l-oħra, iż-żieda fl-infiq fuq il-konsum privat naqset sostanzjalment waqt li dik reġistrata fuq investiment kienet waħda pożittiva iżda modesta meta wieħed iħares lejn it-transazzjonijiet eċċezzjonali li saru fl-2002.", "Il-Prodott Gross Domestiku, din is-sena, hu kalkulat li jżid b'0.8% f'termini reali, imbuttat l-aktar b'infiq akbar f'investiment u bl-ispiża rikurrenti u kapitali tal-Gvern.", "Filwaqt l-esportazzjoni ta' merkanzija u servizzi mistennija tibqa' kajmana, l-importazzjoni mistennija tikber sostanzjalment.", "F'termini nominali, il-Prodott Gross Domestiku mistenni jikber b'1.5%.", "Fl-2004, il-Prodott Gross Domestiku mistenni jikber f'termini reali b'1.3% u bi 3.5% f'termini nominali.", "Is-settur estern tal- ekonomija mistenni jkun il-kontributur ewlieni għat-titjib imbassar fil- Prodott Gross Domestiku.", "Mill-banda l-oħra, it-tħaddim tar-riformi strutturali u t-titjib fiskali mistennija jkollha impatt fuq l-attività ekonomika fl-2004.", "Id-dħul", "Id-dħul totali mill-impjiegi żdied bi 3.8% biex laħaq Lm582.5 miljun matul il-perjodu ta' bejn Jannar u Settembru, 2003.", "Sadattant, b'Lm298.3 miljun, il-qligħ gross minn negozju kien ftit ogħla mill-livell fil-perjodu Jannar- Settembru 2002.", "Iż-żieda fid-dħul mill-impjiegi kienet riflessa fid-dħul medju għal kull impjegat, li tela' b' Lm4.72c fil-ġimgħa matul l-ewwel disa' xhur tal-2003.", "Dan jikkorrispondi ma' żieda ta' 3.1% f'termini reali.", "Id-dħul disponibbli ta' kull familja żdied b'1% matul l-istess perjodu.", "Partikolarment, id-dħul anqas minn imgħaxijiet aktar baxxi u minn tassazzjoni diretta taffa parzjalment iż-żieda minn dħul mill-impjiegi.", "Għalkemm it-tkabbir f'konsum privat nominali naqas matul l-istess perjodu fl-2002 minn 4.9% għal 1.5%, baqa' xorta ogħla mir-rata fiż-żieda tad-dħul disponibbli.", "Bħala riżultat ta' dan, il-proporzjon tat-tifdil baqa' nieżel għal 1.8%.", "L-Impjiegi", "Il-kundizzjonijiet tas-suq tax-xogħol tjiebu matul l-ewwel tnax-il xahar sa Settembru 2003, hekk kif dawn irriflettew il-kundizzjonijiet tal-ekonomija lokali kif ukoll l-isfidi li ġew fis-suq internazzjonali mill-proċess tal- globaliżżazzjoni.", "Matul l-istess perjodu, in-numru ta' nies fis-suq tax- xogħol żdied b'mod marġinali ta' 0.1%, filwaqt li dawk jaħdmu bi qligħ naqsu b'0.2%.", "B'konsegwenza, in-numru ta' nies qegħda fl-Ewwel Parti tar- Reġistru żdiedu b'462 bejn Settembru 2002 u Settembru 2003, u r-rata tal- qagħad telgħet għal 5% minn 4.6% is-sena ta' qabel.", "It-telf ta' mpjiegi, kien, b'mod partikolari konċentrat f'oqsma speċifici tas-settur tal- manifattura.", "Ir-rata tal-qagħad hi maħsuba li titla' għal 5.1% f'Diċembru 2003 u għal 5.2% fl-2004.", "Il-politika tal-Gvern għas-suq tax-xogħol hi element ewlieni fl-objettiv sħiħ li jtejjeb il-kompetittività tal-ekonomija Maltija.", "Minn naħa l-oħra ekonomija aktar kompetittivà tiffaċilità l-ilħuq tal-għan ta' livell ogħla ta' mpjieg.", "Għalhekk, il-flessibilità fis-suq tax-xogħol qed tiġi inkoraġġuta filwaqt li t-titjib fil-livelli tal-edukazzjoni u fil-livell tal-ħiliet tal-ħaddiema huma prijoritajiet oħra ewlenin.", "Barra dan, sabiex insostnu l-ħolqien tal-impjiegi, hemm bżonn niżguraw li t-tkabbir tal- produttività jibqa' jinżamm ogħla miż-żidiet fil-pagi.", "Irridu niżguraw li r-relattività bejn is-sistemi tat-taxxi u benefiċċji ma toħloqx diżinċentiv għax-xogħol: dan huwa aspett ieħor importanti biex noħolqu aktar impjiegi.", "Il-politika tal-Gvern għas-suq tax-xogħol trid tilħaq wkoll l-għan li tkabbar in-numru ta' nies jaħdmu, l-aktar in-nisa u persuni bi bżonnijiet speċjali.", "Barra li tikkontribwixxi għal ġenerazzjoni ta' attività ekonomika akbar, iż-żieda fir-rata tal-parteċipazzjoni għandna nħarsu lejha fil-kuntest tal-isfidi demografiċi u s-sostenibilità ta' sistema tal- welfare fit-tul.", "L-inflazzjoni", "Rata baxxa u stabbli ta' inflazzjoni hija l-għan ewlieni fl-istrateġija ekonomika tal-Gvern.", "Ambjent b'rata ta' inflazzjoni baxxa jikkontribwixxi għal qafas makro-ekonomiku stabbli.", "Barra dan, hu mportanti wkoll li nżommu il-kompetittività tal-ekonomija Maltija.", "Ir-rata ta' inflazzjoni fuq tnax-il xhar hawn Malta niżlet għal 1.1% f'Settembru 2003 minn 2.9% f'Settembru tas-sena l-oħra.", "Dan jirrappreżenta żieda fl-għoli tal-ħajja ta' 75ċ fil-ġimgħa.", "Ir-rata ta' nflazzjoni għal din is-sena mistennija tkun ta' 1%, waqt li pproġettat li titla' għal 2.3% fl-2004.", "Kummerċ ma' barra u pagamenti", "It-titjib kajman fl-ekonomija dinjija u l-aktar f'dawk il-pajjiżi li magħhom l-aktar li ninnegozjaw, affetwa l-attività kummerċjali tagħna matul il-perjodu bejn Jannar u Settembru 2003.", "Barra dan, żviluppi fil-kummerċ barrani kienu wkoll influwenzati sostanzjalment bi transazzjonijiet ta' eċċezzjoni (bħal, per eżempju, re-esportazzjoni ta' ajruplani tal- passiġġieri) imdaħħla fil-figuri tal-2002.", "Tabilħaqq, l-esportazzjoni kollha irreġistrat tnaqqis ta' 3.6% attribwit kompletament għal dawn it- transazzjonijiet ta' darba biss.", "Jekk din l-eċċezzjoni titħalla barra, l- esportazzjoni totali allura turi żieda ta' 2.5%.", "Sadanittant, matul l- ewwel disa' xhur tal-2003, l-importazzjoni kibret b'6%.", "Dan irriżulta fi żbilanċ akbar fil-kummerċ li tela' minn Lm194.1 miljuni għal Lm273.7 miljun.", "Fil-livell settorali, wara t-titjib gradwali fid-domanda dinjija għal semi- conductors, l-esportazzjoni fil-qasam ta' makkinarju u tagħmir ta' trasport, li jagħmel parti ewlenija tal-manifattura f'Malta, irreġistrat żieda ta' 6%.", "Żviluppi oħra pożittivi fl-esportazzjoni ta' prodotti lokali ġew reġistrati l-aktar fil-qasam ta' materjal stampat u ta' strumenti xjentifiċi.", "Minn naħa l-oħra il-qasam tal-ħwejjeġ irreġistra tnaqqis sinjifikanti matul il-perjodu li qegħdin nitkellmu dwaru u dan wera l- kompetizzjoni li qed tikber minn pajjiżi b'pagi baxxi.", "Żidiet ġew reġistrati fl-oqsma kollha tal-importazzjoni matul l-ewwel disa' xhur tal-2003.", "Iż-żieda fl-importazzjoni ta' merkanzija industrijali tirrappreżenta madwar 50% taż-żieda kollha fl-importazzjoni, indikazzjoni din ta' stennija ta' prospetti posittivi ta' tkabbir fl-esportazzjoni Maltija.", "L-iżviluppi fil-merchandise account kellhom impatt sinjifikanti fuq il-kont kurrenti tal-Bilanċ tal-Pagamenti.", "Minn naħa l-oħra, bilanċ posittiv ogħla ġie reġistrat fil-kont tas-servizzi biex jirrifletti titjib fil-kont tal- ivvjaġġar u fil-kategorija ta' servizzi oħra li bejniethom aktar milli jpaċu it-tnaqqis fil-kont tat-trasport.", "B'riżultat ta' dan, id-defiċit fil- kont kurrenti tal-bilanċ tal-pagamenti tela' għal Lm62.6 miljun matul l- ewwel disa' xhur tal-2003 jew aħjar 4.9% tal-Prodott Gross Domestiku.", "Żviluppi Settorali", "Agrikultura u Sajd", "Minkejja li jagħmlu parti żgħira mill-ekonomija lokali, l-agrikultura u sajd għandhom irbit importanti ħafna ma' setturi oħra ta' ekonomija.", "Barra dan, dawn l-attivitajiet ikomplu isostnu u jsebbħu il-kampanja Maltija u tradizzjonijiet kulturali.", "Il-programm ta' riforma fis-settur agrikolu, li nbeda fl-2002, kompla fis- seħħ matul is-sena.", "Il-levy fuq l-importazzjoni li kienet tkennen is- settur domestiku minn kompetizzjoni barranija bdiet tineħħa bil-mod fl-2002 u levies fuq numru ta' prodotti oħra komplew jitneħħew matul din is-sena.", "Dan il-proċess ta' liberaliżżazzjoni tal-kummerċ jagħmel parti ntegrali minn Programm ta' Politika tas-Suq Speċjali għal Agrikultura Maltija li ukoll tipprovdi għal għajnuna f'forma ta' support fuq id-dħul tal-bdiewa u għajnuna finanzjarja ta' ristrutturar tal-industrija tal-ipproċessar ta' prodotti agrikoli.", "Din l-għajnuna hi maħsuba biex tiżgura transizzjoni bla skossi għal ambjent ġdid kompetittiv.", "Fir-rigward tas-sajd, skemi speċifiċi ta' għajnuna ġew imnhedija l-aktar għall-imoderniżżar tal-flotta tas-sajd.", "Matul il-perjodu ta' bejn Jannar u Settembru 2003, il-valur bl-ingross tal- frott u ħxejjex mibjugħa fil-pitkalija baqa' prattikament fuq l-istess livell ta' Lm6.1 miljuni reġistrat fil-perjodu korrispondenti ta' qabel.", "Il-kwantita' ta' ċanga u majjal maqtul naqset matul il-perjodu li qed nitkellmu fuqu waqt li żdiedet il-kwantità ta' tjur maqtula.", "Il-qbid mis- sajd irreġistra żieda sinifikanti kemm fil-volum u kif ukoll fil-valur.", "Waqt li l-volum ta' ħut esportat naqas sostanzjalment, il-valur tiegħu żamm prattikament l-istess livell li kien hemm bejn Jannar u Settembru 2002.", "Il-Manifattura", "Matul l-ewwel disa' xhur tal-2003 il-manifattura żdiedet bi 3.2%, biex b'hekk inżamm parzjalment it-tnaqqis reġistrat matul l-istess perjodi tas- sentejn ta' qabel.", "Din iż-żieda kienet dovuta l-aktar għal żieda ta' 4.5% fl-esportazzjoni waqt li l-bejgħ lokali niżel b'1.1%.", "Il-qasam tat-tagħmir u apparat ta' komunikazzjoni, li jagħmel l-akbar qasam fl-industrija lokali tal-manifattura f'dak li għandu x'jaqsam ma' produzzjoni, esportazzjoni u investiment, irreġistra żieda ta' 6.7% fl-esportazzjoni lokali.", "Kien hemm ukoll titjib reġistrat fl-oqsma tal-ikel u xorb, stampar u pubblikazzjoni, tagħmir mediku u ta' preċiżjoni u ta' tagħmir ieħor ta' trasport.", "Għal kuntrarju ta' dan, oqsma oħra rreġistraw tnaqqis fl-esportazzjoni l-aktar dak tal-ħwejjeġ.", "L-investiment nett fl-industrija tal-manifattura baqa' prattikament l-istess bħall-livell tas-sena ta' qabel.", "Mill-banda l-oħra il-medja tad-dħul tal-paga fil-manifattura kienet ta' Lm113.49 li tirrappreżenta żieda ta' 9.7% fuq l-istess perjodu fl-2002.", "L-industrija domestika tal-manifattura preżentement għandha sfidi sinifikanti.", "L-aktar, it-tneħħija tal-levies fuq l-importazzjoni ta' prodotti industrijali sa mill-bidu ta' din is-sena ġabet magħha kompetizzjoni bejn manifatturi lokali u dawk barranin fuq livell wieħed.", "Il-levies fuq prodotti agro-industrijali komplew jonqsu u jkunu tneħħew għal kollox sa Mejju 2004.", "Għalkemm setturi li jesportaw kienu qed joperaw f'ambjent internazzjonali kompetittiv, il-proċess ta' globaliżżazzjoni għadu jippreżenta sfidi partikolari l-aktar minn pajjiżi bi spejjes ta' produzzjoni baxxi.", "Sabiex jintlaħaq livell għoli ta' għixien, l-oqsma tat- tkabbir tal-industrija tal-manifattura f'Malta għandhom ikunu dawk b'valur miżjud għoli.", "Fl-istess waqt, jeħtieg li tkun żgurata il-kompetittività tal-industrija tal-manifattura fis-swieq internazzjonali.", "Il-Gvern qed jieħu passi biex jipprovdi is-support meħtieġ lill-industrija tal-manifattura.", "Ir-riżorsi umani huma wieħed mill-elementi ewlenin tal- bazi tal-manifattura ta' Malta u għal dan il-għan ittieħdu miżuri biex iqajjmu mill-ġdid l-edukazzjoni vokazzjonali l-aktar issa illi għandna l- Kulleġġ Malti għall-Arti, Xjenza u Teknoloġija.", "Barra dan, it-twaqqif istitużżjonali li jipprovdi s-support li l-industrija tal-manifattura kompla ssaħħaħ bit-twaqqif tal-Malta Enterprise Corporation li se tipprovdi ċentru ewlieni għan-negozji waqt li tiffoka fuq il-ħtiġijiet speċifiċi tal- klijenti tagħha.", "Turiżmu", "Wara t-tnaqqis reġistrat fl-industrija tat-turiżmu fl-2001 u 2002, kien hemm tkabbir pożittiv reġistrat fis-settur tat-turiżmu tagħna matul il- perjodu bejn Jannar u Settembru 2003.", "It-turiżmu, iżda, baqa' jirreġistra livell anqas minn dak ta' qabel l-2001.", "Matul l-ewwel disa' xhur tal-2003, total ta' 911,609 turist żaru Malta, jiġifieri żieda ta' 1.1% fuq in-numru ta' turisti li ġew fl-istess perjodu is-sena l-oħra.", "Żidiet sinifikanti ta' turisti ġew mis-suq ingliż li għamel tajjeb għat-tnaqqis li kien hemm fis-suq ġermaniż.", "Il-qligħ mill-munita barranija tjieb b'5.4% li ssarraf fi qligħ ogħla ras għal ras.", "Minn naħa l-oħra, naqas id-dħul għal kull lejl li turist qagħad f'Malta.", "L-industrija tal-cruise liners irreġistrat tkabbir qawwi tul dawn l-aħħar snin.", "Fl-ewwel disa' xhur ta' l-2003 din kompliet tespandi bin-numru ta' passiġġiri jitla' bi 11.7%.", "Is-settur tat-turiżmu jagħmel kontribut qawwi għat-tkabbir ekonomiku, għall- ħolqien ta' xogħol u għad-dħul tal-munita barranija u b'hekk żviluppi f'dan is-settur ta' l-ekonomija huma ta' mportanza kruċjali għall-ġid tagħna lkoll.", "Is-settur tat-turiżmu tagħna hu affettwat bil-bosta bi żviluppi nternazzjonali li effettivament nħassu b'dak li ġara fil-11 ta' Settembru 2001 kif ukoll bil-gwerra tal-Iraq din is-sena.", "L-ambjent ekonomiku kontinwament fjakk, l-aktar fis-swieq ewlenin turistiċi bħal tal-Ġermanja, qed jaffettwaw it-turiżmu tagħna.", "Barra dan, qed tikber ukoll il- kompetizzjoni hekk kif komplew jitbaxxew il-prezzijiet biex jinżammu is- swieq waqt li qed jiżdiedu destinazzjonijiet ġodda fis-suq tat-turiżmu.", "Hemm bżonn jittieħdu miżuri minn diversi lati sabiex niffaċċjaw b'mod effettiv dawn l-isfidi.", "Dawn jinkludu it-titjib fil-prodott lokali turistiku u ta' dawk l-aspetti fis-suq turistiku li jiġġeneraw l-ogħla dħul u li niżguraw il-kompetittività ta' Malta bħala post turistiku u aktar minn hekk hu mportanti li aktar investiment f'dan is-settur ikun indirizzat lejn il-kapaċitajiet sħaħ tas-settur turistiku tagħna b'aċċent akbar fuq xi jfisser prodott turistiku.", "Malta Shipyards", "Il-pjan ta' ristrutturar tat-tarznari ngħata imbuttatura oħra fl-2003 bil- ftehim milħuq bejn il-management tat-tarznari u l-GWU fuq riformi fl- industrija kif ukoll bi ftehim kollettiv ġdid għall-ħaddiema.", "Ir-riformi jipprovdu għat-twaqqif ta' żewġ kumpaniji ġodda li jieħdu post il-Malta Drydocks Ltd u l-Malta Shipbuilding Ltd.", "Il-Malta Shipyards Ltd.", "(MSL) se tkompli topera t-tarznari b'numru ta' ħaddiema imnaqqas sostanzjalment għal madwar 1700.", "900 ħaddiem oħra qed jiġu offruti skemi volontarji ta' irtirar kmieni.", "Dawk l-impjegati li ma jiħdux dawn l-offerti jkunu ntegrati f'kumpanija oħra, l-Industrial Projects and Services Ltd., li xogħlha se jkun li tħaddem dawn in-nies fuq xogħolijiet fis-settur pubbliku, fi private public partnership, u mas-settur privat.", "Il-ftehim kollettiv ġdid għal ħaddiema tal-Malta Shipyards jipprovdi għal prattiċi ġodda ta' xogħol bil-għan li dawn iżidu l-flessibilta' u l- produttività fit-tarznari.", "Dawn ir-riformi għandhom iwasslu lit-Tarzna biex tilħaq sostenibilità ft-tul u vijabilità kummerċjali.", "Il-Port Ħieles", "Matul l-ewwel disa' xhur tal-2003, in-numru ta' containers li ġew trasbordati mill-Malta Freeport Terminals Ltd. żdied b'4.3% u laħaq 899704 TEUs.", "Attivitajiet tad-distribuzzjoni taż-żejt mill-Oil Tanking Services tal-Port Ħieles naqsu b'6.9% filwaqt li l-attività li għandha x'taqsam ma' faċilitajiet tal-ħażna taż-żejt baqgħet għolja matul il-perjodu li qed nitkellmu dwaru.", "Iridu jsiru sforzi akbar biex niżguraw li l-Port Ħieles ta' Malta iżomm il- pożizzjoni tiegħu bħala wieħed mit-terminals ta' trasbord ewlenin fil- Mediterran.", "Tajjeb wieħed jgħid li n-negozjati dwar il-privatiżżazzjoni tal-Malta Freeport Terminals Ltd. komplew għaddejin madwar l-2003.", "Appendiċi D", "Finanzi Pubbliċi", "Wieħed mill- għanijiet ewlenin tal-politika ekonomika tal-Gvern jibqa' dak li jiżgura r-restawr tas-sostennibilità fil-finanzi pubbliċi fi-zmien qasir.", "Dan hu meħtieġ darba li qagħda finanzjarja b'saħħitha hi prirekwiżit għal stabbilità macro-ekonomika.", "Il-Gvern qed iħares mill-qrib lejn il-qagħda finanzjarja tiegħu bil-għan li jieħu dawk il-miżuri xierqa biex issaħħaħha mingħajr skossi għall-ekonomija.", "Dan għandu jwassal għal sitwazzjoni fejn id-Dejn Pubbliku jikber b'rata anqas mit-tkabbir ekonomiku.", "Is-Sena Finanzjarja 2003", "Il-Fond Konsolidat", "Meta, f'Novembru tas-sena l-oħra, ġew ippreżentati l-Estimi għal din is- sena, konna qed nistennew li s-sena 2002 tispiċċa b'defiċit ta' Lm78.5 miljuni.", "Prinċipalment minħabba dħul anqas milli kien mistenni, is-sena 2002 għalqet b'defiċit finanzjarju ta' Lm87.7 miljuni.", "Dan il-fattur ikkontribwixxa biex, din is-sena, ikun hemm varjazzjoni mill-istima oriġinali ta' defiċit ta' Lm74.8 miljuni, li dak inhar kien ekwivalenti għal 4.14% tal-Prodott Gross Domestiku, li kien mistenni jilħaq Lm1.8 biljuni.", "Issa, id-defiċit finanzjarju qed ikun ikkalkulat li ser jitla' għal Lm108 miljuni.", "Billi l-prodott gross domestiku hu kkalkolat li jkun Lm1.7 biljuni, dan id-defiċit hu ekwivalenti għal 6.3% tal-Prodott Gross Domestiku.", "Tajjeb wieħed jinnota li, kieku ma sarx riprogrammar bis- serjeta' u filwaqt f'nofs din is-sena, ta' l-infiq fid-dipartimenti u entijiet tal-Gvern, kieku id-defiċit din is-sena kien jitla' għal 7.3% tal- Prodott Gross Domestiku.", "Raġunijiet oħra li wasslu għad-defiċit ta' din is-sena huma:-", "• l-avvenimenti li kellna fl-ewwel ħames xhur ta' din is-sena relatati mar- referendum u l-elezzjonijiet ġenerali;", "• l-attività ekonomika relattivament kajmana b'riżultat dirett tas- sitwazzjonijiet internazzjonali;", "• l-qabża fil-fondi neċessarji għall-pensjonijiet u fis-servizzi soċjali;", "• iż-żieda fl-imgħaxijiet fuq id-dejn, minħabba ammont akbar ta' bills tat- Teżor għall-cashflow tal-Gvern, riżultat ta' dħul anqas u infiq akbar; u", "• ir-ristrutturar tard tat-Tarznari u l-irtirar tal-ħaddiema ta' dawn l- ażjendi u ż-żieda sostanzjali fin-numru ta' vetturi tat-trasport pubbliku li bbenefikaw mis-sussidju tal-Gvern.", "Dħul", "Meta ġie ppreżentat il-Budget għal din is-sena, konna qed nistmaw dħul ta' Lm687 miljun minn taxxi u Lm84 miljun minn dħul ordinarju ieħor, Lm771 miljun b'kollox.", "Issa huwa stmat dħul ta' Lm668 miljun mit-taxxi u Lm73 miljun minn dħul ordinarju ieħor, Lm741 miljun b'kollox.", "Filwaqt li hi mistennija żieda ta' Lm4 miljuni mit-taxxa tad-dħul, ser ikun hemm tnaqqis ta' Lm9 miljuni mill-kontribuzzjoni tas-sigurta' soċjali, Lm3 miljuni mid-Dwana, u Lm6 miljuni mill-VAT.", "Għar-rigward ta' dħul ordinarju ieħor, id-differenza ta' dħul anqas ta' Lm11-il miljun hi prinċipalment magħmula minn:", "• Lm19-il miljun f'għotjiet, li kienu mistennija taħt il-Ħames Protokoll Finanzjarju ma' l-Italja, u mill-Unjoni Ewropea li issa ser jidħlu s-sena d-dieħla flimkien ma' l-ammont li kien mistenni oriġinarjament fl-istess sena.", "L-istess aġġustament qed isir fuq in-naħa ta' l-infiq; u", "• Lm6 miljuni żieda fid-dħul, riżultat ta' l-estenzjoni ta' l-iskema tar- reġistrar ta' l-investimenti barranin.", "Infiq Rikurrenti", "Fil-bidu tas-sena, kien stmat li l-infiq rikurrenti, inkuż l-imgħax fuq is- self, kellu jlaħħaq Lm737 miljuni.", "Waslet biex tagħlaq is-sena u, globalment, din il-figura żdiedet b'Lm5 miljuni għal Lm742 miljuni.", "Filwaqt li l-kategoriji tal-pagi u salarji u l-ispejjeż ta' l-operat fid- dipartimenti tal-Gvern baqa' fuq l-istess livelli oriġinali, il-kategoriji tal-programmi u l-inizjattivi u l-kontribuzzjonijiet lill-entijiet pubbliċi għaddew minn ċertu taqlib.", "Taħt il-kategorija tal-programmi u inizjattivi kien hemm żieda ta' Lm5 miljuni, prinċipalment minħabba li –", "• minn banda, kien hemm Lm5 miljuni żieda fil-pensjonijiet tat-Teżor, Lm7 miljuni żieda taħt il-benefiċċji soċjali, u Lm3 miljuni ntefqu aktar minħabba l-ispiża ta' l-iskemi ta' irtirar kmieni tal-ħaddiema tat- tarznari tas-sena l-oħra, u sussidji fuq il-qmuħ u fuq it-transport pubbliku;", "• min-naħa l-oħra, sar tnaqqis ta' Lm5 miljuni fil-kontribuzzjoni ta' l- iStat tas-sigurta' soċjali, u Lm5 miljuni anqas fi programmi assoċjati mad-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropeja, u li issa huma proġettati li jintużaw is-sena d-dieħla flimkien ma' dawk li kienu diġa allokati għal dik is-sena.", "Bħala kontribuzzjoni lill-entijiet pubbliċi, intefqu Lm4 miljuni anqas mill- istima oriġinali minħabba sussidji anqas milli kien mistenni lil entijiet Governnattivi bħal Malta Freeport, il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l- Ilma, il-Korporazzjoni Maltija għall-Iżvilupp u t-Technology Venture Fund.", "Għall-pagamenti ta' l-interessi fuq is-self, il-Gvern din is-sena ser ikun ħareġ Lm3 miljuni aktar mill-istima oriġinali, minn Lm60 miljun għal Lm63 miljun minħabba żieda fil-bills tat-Teżor u s-self ġdid li sar din is-sena.", "Infiq Kapitali", "L-istima oriġinali ta' Lm108 miljun issa ser tonqos għal Lm106 miljuni.", "Minn banda, kien hemm żieda qawwija ta' Lm3 miljuni fis-sussidji tal- karozzi tal-linja ġodda, għaliex ġew impurtati vetturi li kienu oriġinarjament mistennija fis-snin ta' wara.", "Infiq aktar ta' Lm7 miljuni ġie rreġistrat ukoll taħt l-isptar il-ġdid, l-immaniġġjar ta' l-iskart, it- tarzna tal-Marsa u investimenti tal-Gvern.", "Qed jiġu wkoll ivvutati Lm4 miljuni oħra in konnessjoni ma' l-irtirar tal- ħaddiema ta' l-ex-Tarznari.", "Imbagħad, iżda, ġie rreġistrat infiq anqas ta' Lm14-il miljun fi proġetti ffinanzjati taħt il-Protokoll Taljan, li ġej fis-seħħ aktar tard milli kien oriġinarjament mistenni, u Lm1 miljun fi proġetti simili ffinanzjati mill- fondi li nagħtaw lil Malta mill-Unjoni Ewropeja sa minn qabel Malta ssir membru.", "Dawn ukoll mistennija jiġu utiliżżati s-sena d-dieħla.", "Aktar dettalji fuq id-dħul u l-infiq, kemm dak rikurrenti kif ukoll dak kapitali, għas-sena 2003, qed jingħataw fl-iStatements mehmuża ma' dan id- diskors.", "Is-Sena Finanzjarja 2004", "Filwaqt li din is-sena, kif ġie spjegat aktar qabel, il-Fond Konsolidat mistenni jispiċċa bi żbilanċ finanzjarju ta' Lm108 miljuni, jew sitta fil- mija (6.3%) tal-Prodott Gross Domestiku, is-sena d-dieħla, dan mistenni jinżel għal Lm95 miljun, jiġifieri, tnaqqis ta' tnax fil-mija (12%).", "Dan jissarraf ukoll f'ħamsa punt erba' fil-mija (5.4%) tal-Prodott Gross Domestiku.", "Dħul", "Id-dħul, is-sena d-dieħla, ser jitla' għal Lm843 miljun, żieda ta' Lm102 miljuni, li kważi nofshom ġejjin minn għotjiet barranin, jiġifieri, Lm18-il miljun mill-Italja, taħt il-Ħames Protokoll Finanzjarju bejn Malta u l- Italja, u Lm30 miljun minn sorsi different, grazzi għall-proċess tad-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropeja u għall-fatt li Malta attwalment ser tifforma parti minn din l-Unjoni.", "Tajjeb hawn wieħed jinnota li, fil-każ tal-VAT, filwaqt li hu mistenni dħul aktar ta' Lm21 miljun permezz ta' l-aġġustament fir-rata, il-Gvern ser jirrikordja dħul anqas għal sena waħda ta' madwar Lm15-il miljun minħabba l- fatt li, mill-1 ta' Mejju, 2004, mhux ser jibqa' jinġabar VAT mid-Dwana fuq importazzjoni mill-Unjoni Ewropeja.", "Dan ser jgħin mhux ftit fil-cashflow tan-negozjanti mhux biss għal sena waħda iżda ta' kull sena.", "Hu mistenni wkoll li, kif ġara fis-snin li għaddew, madwar Lm9 miljun jiżdiedu b'riżultat taż-żieda fl-attivita' ekonomika u l-infurzar tal-liġi, u b'investigazzjonijiet fejn meħtieġ.", "Mit-taxxa tad-dħul nistennew żieda ta' Lm10 miljuni, minħabba l-fatt li kemm id-dħul aktar ta' individwi u kumpaniji u kemm l-effett ta' l-infurzar tal-liġi jiġu riflessi fiż-żieda li d-Dipartiment tat-Taxxi Nterni jirrikordja minn sena għall-oħra.", "Mill-kontribuzzjonijiet tas-sigurta' soċjali, hu stmat li ż-żieda tkun ta' Lm5 miljuni, li minnhom kważi Lm2 miljuni huma kontribuzzjoni ta' l-Istat.", "Din iż-żieda tirrifletti biss il-parti tal-kontribuzzjoni mid-dħul aktar li jgawdu minnu ndividwi s-sena d-dieħla.", "Żieda ta' Lm6 miljuni, minn Lm63 miljun għal Lm69 miljun, hi mistennija mis- Dwana.", "Ir-raġuni ewlenija għal din iż-żieda hi l-aġġustament fir-rata tas- Sisa fuq sigaretti u tabakk.", "Iż-żieda li tiġi rikordjata minn sena għal sena riżultat ta' żieda fl-importazzjoni u l-valur ta' l-oġġetti hu wkoll rifless fl-ammont mistenni s-sena d-dieħla.", "Minn dħul fuq taxxi, hemm, fl-aħħarnett, l-Liċenzji u Taxxi Mixxellanji.", "Minn Lm87 miljun din is-sena, qed nistmaw li s-sena d-dieħla jiġi reġistrat dħul minn dawn l-għejjun ta' Lm108 miljuni, żieda ta' Lm21 miljun, magħmula prinċipalment minn hekk:", "• Lm800,000 mil-liċenzji fuq is-settijiet tat-televiżjoni, li sa din is- sena kienu jibqgħu għand il-P.B.S. Ltd;", "• Lm12-il miljun minn taxxi fuq logħob u dħul mil-lotteriji, li parti minnu hu dovut mil-liċenzja lill-kumpanija li ser topera l-logħob f'Malta;", "• Lm10 miljuni mill-boll fuq id-dokumenti, riżultat ta' attivita' aktar ħajja fin-negozju tal-propjeta' u l-applikazzjoni tal-liġi fejn jidħlu kumpaniji u trasferimenti;", "• Lm2 miljuni żieda mir-reġistrazzjoni tal-vetturi b'riżultat ta' aġġustament fil-minimum imħallas fuq l-importazzjoni ta' karozzi privati wżati;", "• Fl-aħħarnett, iżda, hu stmat li s-sena d-dieħla l-Gvern jiġbor Lm4 miljuni anqas permezz tat-tneħħija tal-levies fuq oġġetti mpurtati.", "Meta wieħed jeżamina d-dħul minn għejjun ordinarji u li jeskludi t-taxxi, isib li ż-żieda bejn din is-sena u s-sena d-dieħla tammonta għal kważi Lm44 miljun.", "Filwaqt li hu mistenni tnaqqis minħabba d-dħul din is-sena ta' 'l fuq minn Lm6 miljuni, permezz ta' l-iskema tar-reġistrazzjoni ta' investimenti barranin, u Lm8 miljuni minn profitti anqas mill-Bank Ċentrali ta' Malta, mistennija żieda kif ġej:", "• Lm2 miljuni bħala eko-kontribuzzjoni fuq ċerti containers;", "• Lm1 miljun minn parti mill-pensjoni ta' residenzi fi djar ta' l-anzjani finanjati mill-Istat u li kontriha qed jidher infiq kapitali u rikurrenti għad-djar ta' l-anzjani;", "• Lm1.5 miljun dħul mill-Korporazzjoni Enemalta u l-Gozo Channel;", "• Lm48 miljun (id-differenza bejn Lm3 miljuni din is-sena u Lm51 miljun fl-2004) għotjiet taħt il-Protokol Finanzjarju ma' l-Italja (Lm18-il miljun) u għotjiet mill-Ewropa (Lm30 miljun).", "L-ammont ta' dħul ta' Lm51 miljun tas-sena d-dieħla tikkonsisti fil-parti marbuta ma' proġetti u programmi, li l-ispiża tagħhom tidher ukoll taħt infiq rikurrenti u kapitali, ta' Lm18-il miljun permezz tal-Protokol Taljan u ta' Lm12-il miljun permezz ta' fondi mill-Ewropa, u l-parti ta' għotja mingħajr irbit ta' Lm21 miljun mill-Ewropa wkoll.", "Minn dħul mixxellanju, mistennija żieda ta' Lm5 miljuni prinċipalment minn żvilupp ta' proġetti u bejgħ ta' art u propjeta' (bħall-White Rocks).", "Għall-iffinanzjar tad-defiċit, il-Gvern, is-sena d-dieħla, jistma li jkun f'pożizzjoni li jdaħħal Lm35 miljun permezz ta' privatiżżazzjoni ta' ishma f'intrapriżi ta' l-Istat u Lm9 miljun minn sinking funds ta' self lokali kkonvertit.", "Lm12-il miljun qed jidhru bħala self barrani mill-Kunsill ta' l-Ewropa biex jiffinanzja nfiq għall-Isptar Mater Dei.", "Infiq Rikurrenti", "Din is-sena l-ispiża rikurrenti, meta wieħed jaqta' barra l- kontribuzzjonijiet tas-sinking funds, ser tkun ta' Lm742 miljuni.", "Għalkemm is-sena d-dieħla din il-figura mistennija titla' għal Lm811 miljun, żieda ta' Lm69 miljun, tajjeb wieħed jinnota li parti sostanzjali minn din iz- żieda hi magħmula minn Lm49 miljun fi programmi u inizjattivi tal-Gvern, Lm7 miljun f'kontribuzzjonijiet lill-entijiet Governattivi, Lm9 miljuni f'imgħaxijiet fuq self u Lm2 miljuni kontribuzzjoni ta' l-Istat għas- Sigurta' Soċjali.", "Għar-rigward ta' pagi u salarji, il-Lm200 miljun tas-sena d-dieħla qed jeskludu Lm3.5 miljuni dħul tal-ħaddiema fit-Taqsima tad-Drenaġġ, Malta u Għawdex, li qabel kienu jidhru taħt il-Ministeru tar-Riżorsi u Infrastruttura u l-Ministeru għal Għawdex, imma jinkludu l-effetti tal- Ftehim Kollettiv tal-2002 (Lm4.5 miljuni) u ż-żidiet ta' l-increments tal- ħaddiema (Lm2 miljuni).", "Taħt l-ispejjeż ta' l-operat tad-dipartimenti hemm żieda ta' Lm2 miljuni għall-mediċini fl-isptarijiet.", "Iżda, bl-iskop li n-nefqa in ġenerali f'din il-kategorija tkun imrażżna, iż-żieda globali hi biss ta' Lm1 miljun, u dan meta d-dipartimenti jkollhom ukoll jassorbu ż-żieda fir-rata tal-VAT is- sena d-dieħla.", "Taħt il-kategorija ta' programmi u inizzjattivi, kif ġie indikat diġa', iż- żieda minn sena għall-oħra tammonta għall-Lm49 miljun.", "Ir-raġunijiet ewlenin huma:", "• Lm18-il miljun - il-kontribuzzjoni ta' Malta Unjoni Ewropea;", "• Lm4 miljuni – programmi ffinanzjati mill-Unjoni Ewropea, li d-dħul pariġġu jidher bħala għotjiet;", "• Lm7 miljuni – kumpens mill-Gvern biex ipatti għall-effett taz-zieda fir- rata tal-VAT;", "• Lm7 miljuni – sussidju fuq iċ-ċerejali, zokkor, prodotti tal-laħam u tal-ħalib u prodotti tat-tadam semi-proċessati;", "• Lm7 miljuni – benefiċċji soċjali u pensjonijiet tat-Teżor;", "• Lm2 miljuni – il-parti tan-nefqa rikurrenti għall-implimentazzjoni ta' l-istrateġija għall-immaniġġjar ta' l-iskart;", "• Lm2 miljuni – kontribuzzjoni ta' l-Istat minħabba żieda fid-dħul mill- kontribuzzjonijiet tas-Sigurta' Soċjali;", "• Lm1 miljun – għajnuna lill-bdiewa u raħħala, li fl-2003 kienet tammonta għal Lm4.6 miljuni u fl-2004 ser titla' għal Lm6 miljuni; u", "• Lm1 miljun – pensjonijiet għal min għażel ċerti skemi ta' irtirar kmieni mit-Tarznari.", "Tajjeb hawn wieħed jinnota li, taħt din il-kategorija ta' nfiq, l-Ewropa ser tiffinanzja xejn anqas minn b'kemm jiswew Lm6 miljuni programmi taħt diversi Ministeri.", "Għalkemm iż-żieda ta' Lm7 miljuni fil-kontribuzzjonijiet lill-entijiet pubbliċi tidher konsiderevoli, meta wieħed jeżaminaha bir-reqqa, jsib li, fil-maġġoranza tagħha, mhi xejn ħlief trasferiment ta' ammonti li qabel kienu jidhru band'oħra.", "Hemm, per eżempju, żieda fl-ispiża ta' Lm8 miljuni, riżultat ta' l-amalgamazzjoni tat-Tarznari.", "Lm4 miljuni jirreferu għad-Direttorat il-ġdid tad-Drenaġġ fi ħdan il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma, li qabel kienu jidhru bħala pagi, salarji u allowances u operat.", "Lm2.5 miljuni qed jiġu vvutati bħala spiża netta għall-kumpanija l-ġdida Industrial Projects and Services Ltd, li tiġbor fiha dawk il-ħaddiema tat- tarznari li mhumiex fil-Malta Shipyards Ltd u ma għażlu l-ebda skema ta' irtirar mix-xogħol.", "Imbagħad qed jiġu rreġistrati żidiet sostanzjali għall-Kulleġġ Malti ta' l- Arti, Xjenza u Teknoloġija, Lm1 miljun fuq il-Lm2.6 miljuni ta' din is- sena, Lm1 miljun ghat-Technology Venture Fund u Lm1 miljun lill-Awtorita' Malta għall-Ambjent u l-Ippjanar, biex tkun tista' taqdi d-doveri ġodda tagħha fil-qasam sensittiv ta' l-ambjent.", "Kontra dawn iż-żidiet, hemm tnaqqis ta' Lm12-il miljun sussidju li din is- sena ġie mogħti lill-Malta Drydocks.", "Għall-imgħaxijiet fuq id-dejn pubbliku, qed tiġi reġistrata żieda ta' kważi Lm9 miljuni, minn Lm63 miljun din is-sena għal Lm72 mijun is-sena d-dieħla, biex tkopri l-imghaxijiet fuq Bills tat-Teżor, l-istocks tal-Gvern maħruġa din is-sena u s-self li sar din is-sena mill-Kunsill ta' l-Ewropa għall- proġett ta' l-Isptar il-Ġdid Mater Dei.", "Infiq Kapitali", "Il-qabża ta' Lm21 miljun minn din is-sena għas-sena d-dieħla f'infiq kapitali ċertament hi waħda mhux tas-soltu.", "Minn Lm106 miljuni din is- sena, qed jiġu vvutati Lm127 miljun għas-sena d-dieħla.", "Hawn, iżda, irid jiġi emfasiżżat li parti sostanzjali miż-żieda msemmija qed tiġi ffinanzjata f'forma ta' għotjiet minn sorsi barranin kif ser jiġi spjegat.", "B'kemm jiswew Lm18-il miljun fi proġetti fejjieda qed jiġu ffinanzjati permezz tal-Protokol Finanzjarju ma' l-Italja għal toroq ġodda (Lm8 miljuni), tisfija tad-drenaġġ (Lm2 miljuni), faċilitajiet fil-biċċerija (Lm2 miljuni), tagħmir marittimu wżat mill-Forzi Armati (Lm4 miljuni) u fornitura għall-Isptar Mater Dei (Lm2 miljuni).", "Ma' dawn iridu jiżdiedu Lm5 miljuni mill-Unjoni Ewropeja li ser jiffinanzjaw proġetti infrastrutturali fil-qasam tat-trasport, ambjent, edukazzjoni u taħriġ, agrikoltura u sajd, industrija u turiżmu.", "Dawn il- fondi huma maqsuma f'Lm1 miljun magħrufa bħala Pre-Accession Funds u Lm4 miljuni fondi strutturali u ta' koezjoni.", "Wieħed ma jistax ma jsemmix hawn iż-żieda fin-nefqa fuq l-Isptar Mater Dei ta' Lm15-il miljun, li minnhom Lm2 miljuni qed jiġu ffinanzjati taħt il- Protokoll Finanzjarju ta' l-Italja.", "Din iż-żieda hi neċessarja għall-fatt li issa l-proġett avvanza u wasal fi stadju li jilqa' fih l-attrezzatura meħtieġa.", "S'intendi, sadanittant il-Gvern mhux ser joqgħod lura milli jkompli jindokra l-isptarijiet l-oħra u li għalihom qed jivvota kważi Lm1 miljun.", "Mill-banda l-oħra, taħt il-Ministeru għat-Teknoloġija ta' l-Informatika u l- Investimenti qed jiġu vvutati Lm9 miljuni anqas li din is-sena qed jintefqu prinċipalment fuq it-Tarznari.", "Mat-Lm3 miljuni ser jintefqu anqas is-sena d-dieħla minħabba l-fatt li l-maġġoranza tal-karozzi tal-linja, li qed jinbidlu b'sussidju mill-Gvern, laħqu ġew din is-sena.", "Spejjeż oħra ta' darba li mhux ser jirrepetu ruħhom u li jammontaw għal Lm3 miljuni jaqgħu taħt il-Ministeru tal-Finanzi u l-Affarijiet Ekonomiċi, il- Ministeru għall-Ġustizzja u l-Intern u l-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin,", "Il-Fond Konsolidat", "B'hekk, kif ġie diġa' spjegat, is-sena d-dieħla l-iżbilanċ finanzjarju ser jiġi kkontrollat għal Lm95 miljun, li jammonta għal ħamsa punt erba' fil- mija (5.4%) tal-prodott gross domestiku.", "Dan id-defiċit mistenni jonqos b'ritmu ta' Lm20 miljun fis-sena biex, fl-aħħar ta' l-2006, jinżel għal Lm52 miljun, jew anqas minn tlieta fil-mija (3%) tal-prodott gross domestiku.", "Il-Gvern Ġenerali", "Kuntrarju għall fondi u kontijiet oħra miżmuma jew amministrati mill-Gvern, il-Fond Konsolidat jiġbor sistema ta' kkuntjar u kontroll fuq il-ġbir ta' dħul u l-amministrazzjoni tan-nefqa approvata kull sena mill-Parlament.", "Flimkien mad-dħul u l-ħruġ tal-Gvern Ċentrali rrekordjati fil-Fond Konsolidat, dawn l-aħħar snin ingħatat importanza wkoll għall-mod kif dawn ikunu klassifikati skond il-European System of Accounts (ESA '95).", "Barra dan, it-tbassir li tkellimt fuqu aktar qabel qed ikun maħdum biex jirrifletti aħjar l-użu ta' din il-metodoloġija nternazzjonali li qed issir obbligatorja għal ħafna pajjiżi.", "Dawn l-aġġustamenti jirriflettu l-bilanċi ta' Gvern li mhux biss hu l-Gvern Ċentrali iżda wkoll wieħed estiż.", "Dan ikun magħruf bħala l-Gvern Ġenerali.", "L-ikkuntjar ta' transazzjonijiet tal-Gvern estiż jew Gvern Ġenerali jinkludi wkoll id-dħul u l-ħruġ kif ukoll l-iżbilanċ u d-dejn ta' numru ta' entijiet pubbliċi li jkunu jiffurmaw parti ntegrali mill-Gvern.", "Qed nirreferi għal dawk l-entijiet pubbliċi li mhux anqas minn 50 fil-mija tad- dħul tagħhom ġej mill-Gvern Ċentrali.", "Barra l-Kunsilli Lokali, dawn l-entijiet pubbliċi, jinkludu numru kbir ta' entijiet sew li għandhom funzjoni amministrattiva jew regolatorja, bħalma huma bordijiet, kummissjonijiet, u tribunali, kemm ukoll dawk ta' natura kummerċjali jew kważi kummerċjali.", "Id-dħul u l-ħruġ ta' dawn l-entijiet pubbliċi kollha ġie pprogettat fuq bażi annwali għas-snin 2004 – 2006 u r-riżultat żdied ma' dak tal-Fond Konsolidat.", "B'hekk inħareġ il-bilanċ tal-Gvern estiż jew Gvern Ġenerali li jagħti stampa sħiħa tad-defiċit u tad-dejn tiegħu.", "F'termini assoluti, id-defiċit tal-Gvern estiż jew Gvern Ġenerali fl-2003 mistenni jkun Lm109.7 miljun u mistenni jinżel għal Lm58.6 miljun fl-2006.", "Dan id-defiċit bħala persentaġġ tal-Prodott Gross Domestiku, mistenni jinżel sena wara l-oħra minn 6.2% din is-sena għal madwar 3.0% fl-2006.", "Dan iseħħ sew b'riżultat tat-tkabbir mistenni fl-ekonomija ta' pajjiżna kif ukoll tat-trażżin tan-nefqa tal-Gvern u żieda fid-dħul tiegħu.", "Kif diġa għedt, ix-xejra 'l fuq ta' mgħaxijiet se tkompli matul is-snin li ġejjin.", "Din se jkollha mpatt aktar għoli fuq id-dejn tal-Gvern.", "It-tabella t'hawn taħt turi l-passaġġ mid-defiċit tal-Fond Konsolidat għad- defiċit tal-Gvern estiż jew Gvern Ġenerali.", "|Trasferiment tad-Defiċit tal-Fond Konsolidat għad-Defiċit tal-Gvern | |Ġenerali | |(Lm '000s) | | |2002 |2003 |2004 |2005 |2006 | |Defiċit ta' transazzjonijiet |-87,675|-107,624|-94,805 |-73,316|-52,218| |tal-Fond Konsolidat | | | | | | |Aġġustament fil-Fond | | | | | | |Konsolidat: |9,539 |9,000 |4,100 |3,600 |3,300 | |Għotjiet mogħtija | | | | | | |Għotjiet imħallsa lura |0 |0 |0 |0 |0 | |Akkwist ta' ishma |35 |35 |35 |35 |35 | |Bejgħ ta' ishma |0 |0 |0 |0 |0 | |Transazzjonijiet finanzjarji |-397 |0 |0 |0 |0 | |oħra | | | | | | |Dħul ieħor(+)/payable(-) |-803 |0 |0 |0 |0 | |Differenza bejn imgħaxijiet |361 |0 |0 |0 |0 | |(+) u imgħaxijiet dovuti (-) | | | | | | |Self Net(-)ta' entijiet | | | | | | |pubbliċi li jiffurmaw parti |-11,123|-14,721 |-14,721 |-14,721|-14,721| |mill-Gvern Ġenerali | | | | | | |Aġġustamenti oħra (+/-) |-127 |-200 |1,200 |1,200 |1,200 | | |4,245 |3,000 |3,000 |3,000 |3,000 | | |2 |2 |0 |0 |0 | | |11,287 |0 |0 |0 |0 | |Defiċit tal-Gvern Ċentrali |-105,72|-11,508 |-11,191 |-80,202|-59,404| |(-) |0 | | | | | |Kunsilli Lokali |890 |850 |850 |850 |850 | |Defiċit tal-Gvern Ġenerali |-104,83|-109,658|-100,341|-79,352|-58,554| |(-) |0 | | | | | |Prodott Gross Domestiku |1,680.4|1,705.06|1,764.74|1,826.5|1,899.5| | |0 | | |0 |6 | |Defiċit/Prodott Gross |6.24% |6.43% |5.68% |4.34% |3.08% | |Domestiku | | | | | |", "L-aġġustamenti fil-Fond Konsolidat qed isiru biex jagħtu każ ta' transazzjonijiet li saru fih meta ma kellhomx u allura qed jissaffa minnhom biex jirrifletti l-qagħda b'mod aktar reali.", "Fost dawn l-aġġustamenti insibu:", "- is-self maħruġ mill-Fond Konsolidat lit-Tarznari (sal-2003) u lill- Gozo Ferries Co. Ltd. biex din tal-aħħar tkompli tħallas id-djun tagħha miġjub mix-xiri tal-materjal u tgħamir għall-bini tat-tliet vapuri t'Għawdex.", "Is-self tat-Tarznari se jieqaf mis-sena d-dieħla u s-sussidji se jitkomplu b'mod ridott gradwalment;", "- id-defiċit ta' entijiet pubbliċi li jiffurmaw parti mill-Gvern Ġenerali;", "- it-transazzjonijiet ta' l-Advances li nħarġu mit-Treasury Clearance Fund, li għal din is-sena għadhom qed jiġu pproċessati mit-Teżor; u", "- il-bilanċ favorevoli li għandhom il-Kunsilli Lokali kollettivament.", "Minn dan, id-defiċit tal-Gvern Ġenerali jirriżulta li din is-sena se jitla' għall-Lm109.7 miljun, fl-2004 għal Lm100.3 miljun, fl-2005 għal Lm79.3 miljun u fl-2006 għal Lm58.6 miljuni.", "Bħala perċentaġġ tal-Prodott Gross Domestiku dan juri li fl-2003 id-defiċit tal-Gvern Ġenerali se jkun 6.43%, is-sena d-dieħla 5.68%, fl-2005 se jkun 4.34% u fl-2006 se jkun 3.08%.", "Finanzjament ta' Defiċit tal-Gvern Ġenerali", "Il-mod kif jiġi finanzjat id-defiċit tal-Gvern hu ta' importanza għat- tħaddim tal-politika fiskali għax kull metodu ta' finanzjament għandu l- effetti u l-ispejjeż partikulari makro-ekonomiċi.", "F'Malta il-Gvern jiffinanzja d-defiċit tiegħu bil-ħruġ ta' stocks fis-suq lokali: ftit jew xejn isir self minn barra biex ikun iffinanzjat id- defiċit.", "Tabilħaqq, filwaqt li s-self lokali jilħaq madwar 96% tad-dejn pubbliku, is-self minn barra jilħaq madwar l-4% l-oħra.", "Kif għedt aktar qabel is-self lokali jagħti ċans lill-Gvern biex jibbilanċja d-defiċit tiegħu mingħajr ma jżid il-bażi monetarja jew inaqqas mir-riżervi nazzjonali.", "Dan ma jżidx l-inflazzjoni u l-anqas l-impatt fuq ir-riżervi esterni.", "Id-Defiċit tal-Gvern Ġenerali mistenni wkoll ikun ffinanzjat l-ewwelnett minn dħul minn bejgħ ta' assi li fis-sena 2004 mistennija jilħaq madwar Lm35 miljun.", "Pjanijiet oħra tal-Gvern għal aktar privatiżżazzjoni fis- sentejn ta' wara mistennija jirrendu madwar Lm50 miljun kull sena fl-2005 u fl-2006.", "Dħul ieħor għall-Gvern li bih jiffinanzja d-defiċit jieħdu minn bilanċi mhux utiliżżati fis-Sinking Funds ta' stock li se jkunu konvertiti.", "Dan id-dħul globali jnaqqas il-ħtieġa ta' self mill-Gvern.", "B'hekk is-self tal-Gvern Ġenerali hu kkalkulat li jitla' għal Lm70 miljun is-sena d- dieħla, Lm38 miljun s-sena ta' wara u Lm16-il miljun fl-2006.", "Kif jidher mit-tabella hawn taħt dan is-self mistenni jtella' d-Dejn Pubbliku għal Lm1.2 biljun fl-2004, Lm1.3 biljun fl-2005 li jibqa' f'dan il- livell fl-2006.", "B'hekk il-persentaġġ tad-Dejn Pubbliku għall-Prodott Gross Domestiku se jitla' minn 68.9% din is-sena għall-70.5% fl-2004 u fl-2005 u jinżel għal 68.4% fl-2006.", "| |2002(A) |2003(R) |2004(P)|2005(P)|2006(P)| |Defiċit tal-Gvern |104.830 |109.658 |100.341|79.352 |58.554 | |Finanzjament | | | | | | |Self minn barra |(3,991) |(5,845) |(7,396)|(7,297)|(6,749)| |Self Lokali |(6,908) |(6,571) |(6,372)|(5,281)|(4,811)| |Bejgħ ta' assi |27,341 |0 |35,000 |50,000 |50,000 | |Sinking Funds ta' Self |13,250 |4,600 |9,000 |4,000 |4,000 | |Konvertit | | | | | | |Total |28.745 |8.816 |30.232 |41.422 |42.440 | |Ħtieġa ta' self |76.085 |100.842 |70.109 |37.930 |16.114 | |Bilanċ tad-Dejn u Pubbliku | |1,175.21|1,245.3|1,288.2|1,299.3| | | |5 |24 |54 |68 | |Prodott Gross Domestiku |1,705.06|1,764.74|1,826.5|1,899.5| | | | | |0 |6 | | |Dejn Pubbliku/PGD | |68.9% |70.56% |70.50% |68.40% |", "|STATEMENT A | |DHUL 2003 : ESTIMU RIVEDUT IMQABBEL MA' L-ESTIMU APPROVAT | | | | | | | | | |SORS |ESTIMU |ESTIMU |BIDLA |BIDLA | |RIMARKI | | |APPROVAT |RIVEDUT |+ |- | | | | |Lm |Lm |Lm |Lm | | | |DHUL MIT-TAXXI | | | | | | | |Diretti - Taxxa tad-Dhul |198,800,00|203,400,0|4,600,000|__ | |Dhul aktar milli kien previst | | |0 |00 | | | |mit-taxxa fuq il-kapital u | | | | | | | |mit-taxxa tal-kumpaniji. | | Sigurta' |199,000,00|189,500,0|__ |9,500,000 | |L-estimu originali ma ntlahaqx; | |Socjali |0 |00 | | | |terz mill-ammont jirraprezenta | | | | | | | |kontribuzzjoni mill-Istat. | |Indiretti - Dwana u Sisa |66,490,000|63,340,00|__ |3,150,000 | |Anqas dhul milli kien previst | | | |0 | | | |kemm mid-dazji ta' importazzjoni | | | | | | | |kif ukoll mit-taxxa tas-sisa. | | Licenzji, |91,334,000|86,514,00|__ |4,820,000 | |Anqas dhul milli kien mistenni | |Taxxi u Multi | |0 | | | |mil-licenzji tal-vetturi, | | | | | | | |mit-taxxa tar-registrazzjoni u | | | | | | | |mit-taxxi fuq il-loghob. | | Taxxa fuq|130,950,00|125,000,0|__ |5,950,000 | |L-estimu originali ma ntlahaqx. | |il-Valur Mizjud |0 |00 | | | | | | |686,574,00|667,754,0|4,600,000|23,420,000| | | | |0 |00 | | | | |", "|STATEMENT A | |DHUL 2003 : ESTIMU RIVEDUT IMQABBEL MA' L-ESTIMU APPROVAT | |SORS |ESTIMU |ESTIMU |BIDLA |BIDLA | |RIMARKI | | |APPROVAT |RIVEDUT |+ |- | | | | |Lm |Lm |Lm |Lm | | | |Drittijiet ta' Ufficcju |6,817,000 |12,689,00|5,872,000|__ | |Dhul aktar milli kien previst | | | |0 | | | |minhabba l-iskema ta' | | | | | | | |registrazzjoni dwar | | | | | | | |l-investimenti mnedija matul | | | | | | | |is-sena. | |Hlas lura lid-Dipartimenti |7,631,000 |7,172,000|__ |459,000 | | | |Korporazzjonijiet Pubblici |2,733,000 |2,733,000|__ |__ | | | |Bank Centrali ta' Malta |20,000,000|24,800,00|4,800,000|__ | |Il-profitti attwali ghas-sena | | | |0 | | | |2002 li gew mghoddija lill-Gvern.| |Kera |9,620,000 |10,010,00|390,000 |__ | | | | | |0 | | | | | |Profitti minn Investimenti |2,950,000 |3,747,000|797,000 |__ | |Zieda fuq li kien mistenni bhala | | | | | | | |dividends minn kumpaniji. | |Hlas lura u nteressi fuq self |423,000 |423,000 |__ |__ | | | |moghti mill-Gvern | | | | | | | |Ghotjiet Barranin |22,676,000|3,274,000|__ |19,402,000| |Il-programm ta' qabel id-dhul | | | | | | | |fl-UE ghas-snin 2000-2003 se | | | | | | | |jkompli jigi mplimentat fl-2004. | | | | | | | |Hu mistenni li fondi mill-V | | | | | | | |Protokol Taljan mhux se jigu | | | | | | | |utilizzati fl-2003. | |Dhul mixxellanju |11,106,000|8,010,000|__ |3,096,000 | |Id-dhul mixxellanju kien anqas | | | | | | | |minn dak previst. | |DHUL TOTALI MINN DHUL IEHOR |83,956,000|72,858,00|11,859,00|22,957,000| | | | | |0 |0 | | | | |TOTALI TA' DHUL RIKORRENTI |770,530,00|740,612,0|16,459,00|46,377,000| | | | |0 |00 |0 | | | | |STATEMENT A | |DHUL 2003 : ESTIMU RIVEDUT IMQABBEL MA' L-ESTIMU APPROVAT | |SORS |ESTIMU |ESTIMU |BIDLA |BIDLA | |RIMARKI | | |APPROVAT |RIVEDUT |+ |- | | | | |Lm |Lm |Lm |Lm | | | | | | | | | | | |DHUL MHUX ORDINARJU | | | | | | | |Dhul minn bejgh ta' ishma |50,000,000|0 |__ |50,000,000| |Il-programm ippjanat ta' | | | | | | | |privatizzazzjoni tal-Gvern se | | | | | | | |jkompli fl-2004. | |Sinking Funds ta' self lokali |4,600,000 |4,600,000|__ |__ | | | |kkonvertit | | | | | | | |Self Lokali |100,000,00|100,000,0|__ |__ | | | | |0 |00 | | | | | |Self Barrani |12,500,000|32,500,00|20,000,00|__ | |Self li ffinanzja parti | | | |0 |0 | | |mill-progett ta' l-Isptar Mater | | | | | | | |Dei. | |DHUL TOTALI MINN DHUL MHUX |167,100,00|137,100,0|20,000,00|50,000,000| | | |ORDINARJU |0 |00 |0 | | | | |DHUL GLOBALI |937,630,00|877,712,0|36,459,00|96,377,000| | | | |0 |00 |0 | | | |", "|STATEMENT B | |NEFQA RIKORRENTI 2003: ESTIMU RIVEDUT IMQABBEL MA' L-ESTIMU APPROVAT | | |VOT |ESTIMU |ESTIMU |BIDLA | |RIMARKI | | | |APPROVAT |RIVEDUT |+ |- | | | | | |Lm |Lm |Lm |Lm | | | | | | | | | | | | |1 |Uffiċċju tal-President |693,000 |671,000 |- |22,000 | | | |2 |Kamra tad-Deputati |1,016,000|946,000 |- |70,000 | |Nefqa anqas minn dik prevista | | | | | | | | |fil-kategorija tal-Pagi u Salarji. | |3 |Uffiċċju tal-Ombudsman |170,000 |155,000 |- |15,000 | | | |4 |Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika |800,000 |720,000 |- |80,000 | |Il-Kontribuzzjoni kienet anqas | | | | | | | | |milli kien mistenni. | |5 |Uffiċċju tal-Prim Ministru |4,944,000|4,475,00|- |469,000| |Nefqa anqas minn dik prevista | | | | |0 | | | |primarjament fil-kategorija | | | | | | | | |tal-Programmi u Inizzjattivi. | |6 |Kummissjoni Dwar is-Servizz |147,000 |141,000 |- |6,000 | | | | |Pubbliku | | | | | | | |7 |Forzi Armati ta' Malta |12,598,00|12,747,0|149,000|- | |Nefqa akbar minn dik prevista | | | |0 |00 | | | |oriġinarjament fil-kategorija ta' | | | | | | | | |l-Operat u Manutenzjoni | | | | | | | | |partikolarment fil-Utilities, li | | | | | | | | |pattiet ftit għaliha nefqa anqas | | | | | | | | |fil-kategorija tal-Pagi u Salarji. | |8 |Informazzjoni |1,191,000|1,177,00|- |14,000 | | | | | | |0 | | | | | |9 |Uffiċċju Elettorali |2,539,000|2,713,00|174,000|- | |Nefqa akbar minn dik prevista | | | | |0 | | | |fil-programm Electoral Commission | | | | | | | | |Activities. | |10|Ministeru għall-Politika Soċjali |8,154,000|7,586,00|- |568,000| |Nefqa anqas fil-kategoriji | | | | |0 | | | |tal-Programmi u Inizjattivi u | | | | | | | | |tal-Kontribuzzjonijiet | | | | | | | | |lill-Entitajiet Pubbliċi. | |11|Sigurta' Soċjali |68,843,00|65,702,0|- |3,141,0| |Nefqa anqas minn dik prevista | | | |0 |00 | |00 | |għall-Kontribuzzjoni ta' l-Istat | | | | | | | | |tas-Sigurta' Soċjali. |", "|STATEMENT B | |NEFQA RIKORRENTI 2003: ESTIMU RIVEDUT IMQABBEL MA' L-ESTIMU APPROVAT | | |VOT |ESTIMU |ESTIMU |BIDLA | |RIMARKI | | | |APPROVAT |RIVEDUT |+ |- | | | | | |Lm |Lm |Lm |Lm | | | | | | | | | | | | |1|Benefiċċji tas-Sigurta' Soċjali |194,854,0|202,020,|7,166,0|- | |L-ispiża globali fil-benefiċċji | |2| |00 |000 |00 | | |soċjali hi maħsuba li se tkun akbar| | | | | | | | |minn dik oriġinarjament prevista. | |1|Dipartiment ta' l-Assistenza |674,000 |667,000 |- |7,000 | | | |3|Soċjali u tal-Familja | | | | | | | |1|Kura ta' l-Anzjani u Servizzi |13,182,00|13,067,0|- |115,000| |Nefqa akbar fil-kategorija ta | |4|fil-Komunita' |0 |00 | | | |l-Operat u Manutenzjoni ttaffiet | | | | | | | | |ftit b'infiq anqas milli mistenni | | | | | | | | |fil-kategorija tal-Pagi u Salarji. | |1|Djar |829,000 |717,000 |- |112,000| |Nefqa anqas minn dik maħsuba | |5| | | | | | |primarjament fil-kategorija | | | | | | | | |tal-Pagi u Salarji. | |1|Dipartiment tar-Relazzjonijiet |700,000 |603,000 |- |97,000 | |Nefqa anqas minn dik prevista | |6|Industrijali u ta' l-Impjiegi | | | | | |primarjament fil-kategorija | | | | | | | | |tal-Programmi u Inizjattivi. | |1|Ministeru ta' l-Edukazzjoni |37,741,00|37,039,0|- |702,000| |In-nefqa fil-kategoriji | |7| |0 |00 | | | |tal-Programmi u Inizjattivi, | | | | | | | | |l-aktar taħt l-EU Pre-Accession | | | | | | | | |Programmes, fil-kategorija | | | | | | | | |tal-Kontribuzzjonijiet | | | | | | | | |lill-Entitajiet tal-Gvern u f'dik | | | | | | | | |tal-Pagi u Salarji kienet anqas | | | | | | | | |minn dik prevista. | |1|Edukazzjoni |51,016,00|49,087,0|- |1,929,0| |Nefqa anqas minn dik prevista taħt | |8| |0 |00 | |00 | |diversi kategoriji, primarjament | | | | | | | | |fil-Pagi u Salarji. | |1|Libreriji u Arkivji |701,000 |678,000 |- |23,000 | | | |9| | | | | | | | |2|Żgħażagħ u Sport |1,160,000|973,000 |- |187,000| |In-nefqa fil-kategoriji tal-Pagi u | |0| | | | | | |Salarji u tal-Programmi u | | | | | | | | |Inizjattivi taħt dan il-Vot kienet | | | | | | | | |anqas mill-estimu oriġinali. | |2|Ministeru tal-Finanzi |3,193,000|2,693,00|- |500,000| |Nefqa anqas milli kien maħsub | |1| | |0 | | | |primarjament fl- EU Pre-Accession | | | | | | | | |Programmes. |", "|STATEMENT B | |NEFQA RIKORRENTI 2003: ESTIMU RIVEDUT IMQABBEL MA' L-ESTIMU APPROVAT | | |VOT |ESTIMU |ESTIMU |BIDLA | |RIMARKI | | | |APPROVAT |RIVEDUT |+ |- | | | | | |Lm |Lm |Lm |Lm | | | | | | | | | | | | |2|Teżor |1,174,000|1,137,00|- |37,000 | | | |2| | |0 | | | | | |2|Pensjonijiet |22,905,00|28,225,0|5,320,0|- | |Iż-żieda fl-ispiża tirrifletti | |3| |0 |00 |00 | | |d-differenza fin-numru ta' persuni | | | | | | | | |li rtiraw minn dak li kien | | | | | | | | |mistenni. | |2|Taxxi Nterni |6,003,000|4,887,00|- |1,116,0| |Nefqa anqas mill-istima oriġinali | |4| | |0 | |00 | |l-iżjed fil-kategorija | | | | | | | | |tal-Programmi u Inizjattivi. | |2|Dwana |5,476,000|5,343,00|- |133,000| |In-nefqa fil-kategorija tal-Pagi u | |5| | |0 | | | |Salarji kienet anqas minn dik | | | | | | | | |mistennija. | |2|V.A.T. |3,089,000|3,504,00|415,000|- | |In-nefqa fil-programm ta' Refunds | |6| | |0 | | | |under the VAT/CET Acts kienet aktar| | | | | | | | |mill-istima oriġinali, waqt li | | | | | | | | |n-nefqa fil-kategorija tal-Pagi u | | | | | | | | |Salarji kienet anqas. | |2|Kuntratti |381,000 |361,000 |- |20,000 | | | |7| | | | | | | | |2|Ministeru għall-Ambjent |23,258,00|23,508,0|250,000|- | |Nefqa akbar minn dik prevista | |8| |0 |00 | | | |fil-kategoriji tal-Pagi u Salarji u| | | | | | | | |ta' l-Operat u Manutenzjoni. | |2|Ministeru tat-Turiżmu |2,726,000|2,583,00|- |143,000| |Nefqa anqas fil-kategorija | |9| | |0 | | | |tal-Programmi u Inizjattivi. | |3|Ministeru tat-Trasport u |6,369,000|5,605,00|- |764,000| |Nefqa anqas fil-kategorija | |0|Komunikazzjoni | |0 | | | |tal-Programmi u Inizjattivi | | | | | | | | |partikolarment fl-EU Pre-Accession | | | | | | | | |Programmes. | |3|Avjazzjoni Ċivili |761,000 |547,000 |- |214,000| |Nefqa anqas minn dik prevista | |1| | | | | | |fil-Kategorija ta' l-Operat u | | | | | | | | |Manutenzjoni, primarjament | | | | | | | | |fl-International Memberships. |", "|STATEMENT B | |NEFQA RIKORRENTI 2003: ESTIMU RIVEDUT IMQABBEL MA' L-ESTIMU APPROVAT | | |VOT |ESTIMU |ESTIMU |BIDLA | |RIMARKI | | | |APPROVAT |RIVEDUT |+ |- | | | | | |Lm |Lm |Lm |Lm | | | |3|Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi |39,450,00|37,552,0|- |1,898,0| |Nefqa anqas minn dik prevista minn | |2| |0 |00 | |00 | |diversi Entitajiet Pubbliċi pattiet| | | | | | | | |għall-ispiża fil-programm | | | | | | | | |għall-pensjonijiet taħt | | | | | | | | |il-Voluntary Retirement Schemes ta'| | | | | | | | |l-2002 fil-Malta Drydocks u l-Malta| | | | | | | | |Shipbuilding Co. Ltd. | |3|Politika Ekonomika |1,273,000|1,111,00|- |162,000| |Nefqa anqas minn dik prevista | |3| | |0 | | | |fil-kategoriji tal-Programmi u | | | | | | | | |Inizjattivi u | | | | | | | | |tal-Kontribuzzjonijiet | | | | | | | | |lill-Entitajiet tal-Gvern. | |3|Kummerċ |1,348,000|2,201,00|853,000|- | |Kien hemm ħtieġa akbar ta' sussidju| |4| | |0 | | | |min-naħa tal-Gvern fuq | | | | | | | | |l-importazzjoni tal-qmugħ.", "Din | | | | | | | | |iż-żieda ttaffiet ftit b'nefqa | | | | | | | | |anqas fil-kategorija tal-Pagi u | | | | | | | | |Salarji. | |3|Konsumatur u Kompetizzjoni |477,000 |551,000 |74,000 |- | |Nefqa akbar minn dik prevista | |5| | | | | | |fil-kategorija tal-Pagi u Salarji. | |3|Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent |4,981,000|4,638,00|- |343,000| |Nefqa anqas minn dik prevista | |6| | |0 | | | |primarjament fil-kategorija | | | | | | | | |tal-Kontribuzzjonijiet | | | | | | | | |lill-Entitajiet Pubbliċi. | |3|Pulizija |15,509,00|15,978,0|469,000|- | |Nefqa akbar fil-Kategorija tal-Pagi| |7| |0 |00 | | | |u Salarji u fil-programm ta' | | | | | | | | |l-Immigranti Illegali. | |3|Servizzi Korrettivi |2,456,000|2,440,00|- |16,000 | | | |8| | |0 | | | | | |3|Protezzjoni Ċivili |1,299,000|1,267,00|- |32,000 | | | |9| | |0 | | | | | |4|Taqsima Propjeta' tal-Gvern |3,928,000|2,387,00|- |1,541,0| |Nefqa anqas mill-istima oriġinali | |0| | |0 | |00 | |fil-kategorija tal-Programmi u | | | | | | | | |Inizjattivi. | |4|Reġistrazzjoni |877,000 |869,000 |- |8,000 | | | |1| | | | | | | | |4|Ministeru tal-Biedja u Sajd |15,382,00|15,226,0|- |156,000| |Nefqa akbar minn dik prevista taħt | |2| |0 |00 | | | |il-kategorija tal-Pagi u Salarji | | | | | | | | |tpattiet b'infiq anqas taħt | | | | | | | | |il-kategorija tal-Programmi u | | | | | | | | |Inizjattivi. |", "|STATEMENT B | |NEFQA RIKORRENTI 2003: ESTIMU RIVEDUT IMQABBEL MA' L-ESTIMU APPROVAT | | |VOT |ESTIMU |ESTIMU |BIDLA | |RIMARKI | | | |APPROVAT |RIVEDUT |+ |- | | | | | |Lm |Lm |Lm |Lm | | | | | | | | | | | | |43|Ministeru għal Għawdex |19,934,00|19,961,0|27,000 |- | | | | | |0 |00 | | | | | |44|Ministeru tas-Saħħa |67,149,00|69,191,0|2,042,0|- | |Nefqa akbar minn dik prevista | | | |0 |00 |00 | | |fil-kategorija tal-Pagi u Salarji u| | | | | | | | |fix-xiri ta' mediċini taħt | | | | | | | | |il-kategorija ta' l-Operat u | | | | | | | | |Manutenzjoni. | |45|Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern |2,614,000|2,326,00|- |288,000| |Hu maħsub li n-nefqa fil-kategorija| | |Lokali | |0 | | | |tal-Programmi u Inizjattivi tkun | | | | | | | | |akbar milli kienet stmata | | | | | | | | |oriġinarjament, iżda mhux maħsub li| | | | | | | | |l-ammont ipprovdut taħt | | | | | | | | |il-kategorija tal-Pagi u Salarji | | | | | | | | |tkun meħtieġa kollha. | |46|Kunsilli Lokali |11,142,00|10,552,0|- |590,000| |Nefqa anqas minn dik prevista | | | |0 |00 | | | |fil-kategorija tal-Programmi u | | | | | | | | |Inizjattivi. | |47|Servizz Ġudizzjarju |3,775,000|3,616,00|- |159,000| |Nefqa anqas minn dik prevista | | | | |0 | | | |fil-kategoriji tal-Pagi u Salarji u| | | | | | | | |tal-Programmi u Inizjattivi. | |48|Ministeru għall-Affarijiet |8,501,000|8,643,00|142,000|- | |Nefqa aktar minn dik prevista | | |Barranin | |0 | | | |fil-kategorija tal-Pagi u Salarji | | | | | | | | |li pattiet ftit għaliha nefqa anqas| | | | | | | | |f'kategoriji oħra. | | |NEFQA RIKORRENTI TOTALI |677,382,0|678,786,|17,081,|15,677,| | | | | |00 |000 |000 |000 | | | |49|Ħlasijiet fuq Self |72,486,00|76,568,0|4,082,0|- | |L-ispiża ogħla hija r-riżultat | | | |0 |00 |00 | | |tal-ħruġ ta' Stocks tal-Gvern ġodda| | | | | | | | |u ħruġ akbar ta' Treasury Bills, | | | | | | | | |kif ukoll self ġdid mill-Kunsill | | | | | | | | |ta' l-Ewropa. | | |NEFQA RIKORRENTI TOTALI U |749,868,0|755,354,|21,163,|15,677,| | | | |ĦLASIJIET FUQ SELF |00 |000 |000 |000 | | |", "|STATEMENT Ċ | | | | | | | | | | |NEFQA KAPITALI 2003: ESTIMU RIVEDUT IMQABBEL MA' L-ESTIMU APPROVAT | | | | | | | | | | | |VOT |ESTIMU |ESTIMU |BIDLA | |RIMARKI | | | |APPROVAT |RIVEDUT |+ |- | | | | | |Lm |Lm |Lm |Lm | | | | | | | | | | | | |I |Uffiċċju tal-Prim |3,887,000|1,883,000|- |2,004,000| |Minkejja li se jkun hemm nefqa akbar minħabba | | |Ministru | | | | | |l-Enterprise Agreement mal-Microsoft, ser ikun| | | | | | | | |hemm infiq anqas taħt il-proġett ta' | | | | | | | | |l-estensjoni tal-moll ta' Haywharf u wkoll | | | | | | | | |minħabba li l-patrol boat għall-Forzi Armati | | | | | | | | |ta' Malta li se tkun iffinanzjata taħt | | | | | | | | |il-Protokol Taljan mhux se tinxtara din | | | | | | | | |is-sena. | |II |Ministeru |3,655,000|3,243,000|- |412,000 | |Nefqa anqas fuq il-proġett tal-bini ta' | | |għall-Politika | | | | | |l-Awtorita' tas-Saħħa u s-Sigurta' fuq il-post| | |Soċjali | | | | | |tax-Xogħol u fuq is-sussidji għall-interessi | | | | | | | | |fuq xiri ta' djar. | |III|Ministeru ta' |9,150,000|8,550,000|- |600,000 | |L-infiq taħt dan il-Vot mistenni jkun anqas | | |l-Edukazzjoni | | | | | |fuq proġetti tal-Heritage Malta, it-Teatru | | | | | | | | |Manoel, l-Universita', l-Edukazzjoni u | | | | | | | | |l-Libreriji. | |IV |Ministeru |1,539,000|1,849,000|310,000 |- | |Aktar infiq fuq l-istimi oriġinali | | |tal-Finanzi u | | | | | |għall-Informatika. | | |Affarijiet | | | | | | | | |Ekonomiċi | | | | | | | |V |Minsiteru |8,908,000|8,169,000|- |739,000 | |Se jkun hemm nefqa anqas minħabba li | | |għar-Riżorsi u | | | | | |xogħlijiet fuq il-Master Plan tad-Drenaġġ li | | |Infrastruttura | | | | | |se jiġu ffinanzjati taħt il-Protokol Taljan, | | | | | | | | |ser isiru s-sena d-dieħla, u nefqa akbar | | | | | | | | |relatata ma' Waste Management. | |VI |Ministeru |9,285,000|8,968,000|- |317,000 | |Mhux mistenni illi jsir l-infiq kollu kif | | |tat-Turiżmu | | | | | |ipprovdut fl-Estimi. | |VII|Ministeru |12,440,00|12,726,00|286,000 |- | |Minkejja li l-programm ta' toroq li huwa | | |tat-Trasport u |0 |0 | | | |ffinanzjat mill-Protokol Taljan mistenni jsir | | |Komunikazzjoni | | | | | |is-sena d-dieħla, l-infiq taħt dan il-Vot se | | | | | | | | |jkun akbar minħabba li n-numru ta' talbiet | | | | | | | | |għas-sussidju għax-xiri tal-karrozzi tal-linja| | | | | | | | |l-ġodda kien akbar milli kien maħsub għal din | | | | | | | | |is-sena. | |STATEMENT Ċ | | | | | | | | | | |NEFQA KAPITALI 2003: ESTIMU RIVEDUT IMQABBEL MA' L-ESTIMU APPROVAT | | | | | | | | | | | |VOT |ESTIMU |ESTIMU |BIDLA | |RIMARKI | | | |APPROVAT |RIVEDUT |+ |- | | | | | |Lm |Lm |Lm |Lm | | | | | | | | | | | | |VII|Ministeru |17,669,00|22,473,00|4,804,000|- | |L-Estimu rivedut, fil-parti 'l kbira tiegħu, | |I |għas-Servizzi |0 |0 | | | |jirrifletti l-bżonnijiet tat-tarznari sa | | |Ekonomiċi | | | | | |l-aħħar tas-sena. | |IX |Ministeru ta' |3,060,000|3,276,000|216,000 |- | |L-infiq se jkun akbar prinċipalment minħabba | | |l-Intern u Ambjent| | | | | |ħlasijiet fuq artijiet li ġew akkwistati | | | | | | | | |mill-Gvern. | |X |Ministeru |4,925,000|2,074,000|- |2,851,000| |Nefqa anqas fuq proġetti tas-servizzi | | |tal-Biedja u Sajd | | | | | |tal-veterinarju li huma ffinanzjati | | | | | | | | |mill-Protokol Taljan, li mistennija jsiru | | | | | | | | |s-sena d-dieħla, u fil-Programm Nazzjonali | | | | | | | | |għall-Adozzjoni ta' l-Acquis. | |XI |Ministeru għal |2,835,000|1,701,000|- |1,134,000| |Nefqa anqas minn dik stmata għal din is-sena | | |Għawdex | | | | | |minħabba l-impjant tat-tisfija tad-drenaġġ. | |XII|Ministeru |28,600,00|29,250,00|650,000 |- | |Nefqa akbar b'konnessjoni mal-bini ta' | | |tas-Saħħa |0 |0 | | | |l-isptar Mater Dei. | |XII|Ministeru |1,135,000|1,103,000|- |32,000 | |Nefqa anqas fuq l-uffiċini/bini ta' l-Avukat | |I |tal-Ġustizzja u | | | | | |Ġenerali tar-Repubblika. | | |Gvern Lokali | | | | | | | |XIV|Ministeru |1,090,000|1,033,000|- |57,000 | |Nefqa anqas fuq Ambaxxati. | | |għall-Affarijiet | | | | | | | | |Barranin | | | | | | | | |NEFQA KAPITALI |108,178,0|106,298,0|6,266,000|8,146,000| | | | |TOTALI |00 |00 | | | | |"]} {"filename": "20071204_597d_par.doc", "date": "2007-12-04", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Uffiċjali u Rivedut) L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 597 It-Tlieta, 4 ta' Diċembru, 2007 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 597", "It-Tlieta, 4 ta' Diċembru, 2007", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.02 p.m.", "Talba", "Seduta Nru. 597", "It-Tlieta, 4 ta' Diċembru, 2007", "WERREJ", "MINUTI 616", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 616", "TQEGĦID TA' KARTI 622", "MOZZJONIJIET", "ESTIMI TA' DĦUL U NFIQ TA' L-AWTORITA` MARITTIMA TA' MALTA GĦALL-PERJODU BEJN L-1 TA' OTTUBRU 2007 U L-31 TA' DIĊEMBRU 2008 622", "AĠĠORNAMENT 643", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 646", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 596 li saret fit-3 ta' Diċembru, 2007 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "AFM - RI-INGAĠĠ TA' SULDATI", "28195.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Stefan Buontempo) staqsa lill- Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Kemm spiċċaw suldati mill-armata u wara reġgħu kienu ngaġġati bħala suldati fl-istess armata?", "Is-snin li jkunu għamlu qabel jigu kkunsidrati wara r-ri-ingaġġ jew jibdew jgħoddu mill- ġdid?", "Fl-aħħar snin, kien hemm xi każ fejn ingħaddewlhom flimkien, jew kollha kellhom jibdewlhom mill-bidu?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (Segretarju Parlamentari) (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Mit-twaqqif tal-Forzi Armati ta' Malta fl-1970 kien hemm żewġ uffiċjali u 17-il suldat li spiċċaw mill-Forzi Armati u wara reġgħu ġew ingaġġati fl-armata.", "Bħala regola s-snin li membru ta' l-armata jkun għamel qabel ma jkun spiċċa mis-servizz ma jgħoddx wara r-ri-ingaġġ.", "Kien hemm każ wieħed biss li r-ri-ingaġġ tiegħu kien ġie kkunsidrat li kien fl-interess tas-servizz u għaldaqstant ittieħed in kunsiderazzjoni.", "Dan ġie magħdud mat-tieni ingaġġ tiegħu fis-servizz wara li ġie awtorizzat mill- uffiċċju tal-Prim Ministru.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jista' s-Segretarju Parlamentari jgħidli jekk il- promozzjonijiet li kienu antiċipati li jingħataw humiex se jingħataw sa l- aħħar ta' Diċembru ta' din is-sena?", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Il-ħsieb hekk hu, li l-promozzjonijiet jingħataw sa l- aħħar ta' Diċembru.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jista' jgħidli kemm hu antiċipat li jingħataw promozzjonijiet?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Safejn naf jien il-promozzjonijiet se jingħataw lil madwar 240 membru.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Dawn il-promozzjonijiet huma mqassma fuq persentaġġ għal kull kategorija?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Naturalment il-homework ikunu għamluh il-brigadier u l-commanding officer ta' l-armata.", "L-eżerċizzju tal-promozzjonijiet isir billi jaraw x'vakanzi jkun hemm fid-diversi kategoriji f'kull reġiment u sub-regiment, fejn għandek l-air squadron, għandek l-air wing, għandek il- maritime squadron, għandek il-first, third and fourth regiment.", "Barra minn hekk, peress li f'Jannar se jispiċċaw diversi nies, jista' jkollok aktar vacancies.", "Hemm ukoll nies li wara li marru għand l- ombudsman jew għamlu appell għand il-kmandant wara l-promozzjonijiet li ngħataw f'Lulju ta' l-2006, għax kien hemm xi misunderstanding, il-kmandant ta l-parir illi dawn - x'aktarx hemm sebgħa jew tmienja minnhom - jingħataw il-promozzjoni b'effett minn 2006.", "Kien hemm każ minnhom, per eżempju, fejn l-individwu kellu xi kwalifiki li meta għamlulu l-PAR report, ma kenux niżżluhomlu.", "Kien hemm ukoll każijiet tekniċi pero' dawn ukoll ingħataw il-promozzjoni.", "Il-proċedura hi li wieħed jimxi skond l-esiġenzi tax-xogħol.", "Sur President, l-idea tagħna hi li l-promozzjonijiet jingħataw kull sena biex mhux imbagħad nispiċċaw bħalma ġralna s-sena l-oħra, il- promozzjonijiet itawlu għal ħames snin u jingħataw lil xi 600 persuna f'daqqa.", "Għallinqas hekk il-persuni jkunu jafu li jekk ma ħadux promotion din is-sena, jistgħu jikkwalifikaw is-sena d-dieħla.", "Ovvjament, ħlief għal xi eċċezzjonijiet, dawk li ħadu promotion is-sena li għaddiet u dawk li jkunu l-ewwel tliet snin fl-armata, ma jittieħdux into consideration għall- promotions li jkun imiss is-sena ta' wara.", "FTEHIM FUQ IL-PREZZIJIET", "28767.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Charles Mangion) staqsa lill- Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il- mejda tal-Kamra l-ftehim dwar il-prezzijiet li l-gvern iffirma ma' importaturi sa Marzu 2008?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim iffirmat bejn l- osservatorju ta' l-ewro fi ħdan il-ministeru tal-finanzi u numru ta' importaturi flimkien ma' lista ta' prodotti koperti minn dan il-ftehim.", "Ninforma lill-Onor.", "Interpellant, li kuntrarjament għal dak li qed tgħid l- Oppożizzjoni, il-kontenut ta' dan il-ftehim ilu pubbliku mill-ġurnata li fiha ġew iffirmati.", "Il-lista tal-prodotti ġiet ukoll ippubblikata mill- kumitat nazzjonali għall-bidla għall-ewro u tinsab għand il-mezzi kollha tax-xandir.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jista' s-Segretarju Parlamentari jgħidli jekk il-prezz tal-biljetti tas-Super Five kienx inkluż f'dan il-ftehim?", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Ma naħsibx għax ftit taż-żmien ilu għollew il-prezz minn 50ċ għal 65ċ, għalkemm irrid ngħid li ġie rijorganizzat biex jogħla wkoll il-premju li jibdew bih.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jiġifieri r-rebħ żdied?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Sur President, dak li qed jistaqsi l-Onor.", "Interpellant m'għandux x'jaqsam mal-mistoqsija oriġinali.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Għandi nifhem li meta l-gvern qiegħed jirriferi għall- prezzijiet, qiegħed jinkludi l-prezzijiet kollha mal-bidla għall-ewro u għalhekk staqsejt jekk kienx hemm konsiderazzjoni fuq din iż-żieda.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Il-Prim Ministru diġa' qal pubblikament li saru ħafna spezzjonijiet, li eluf ta' prezzijiet ġew iċċekjati u li ttieħdu ħafna miżuri.", "Dan il-gvern qiegħed jara li possibbilment ma jħallix li jkun hemm żieda fil-prezzijiet minħabba l-bidla għall-ewro.", "Fiċ-ċirkostanzi nemmen li kemm il-kumitat kif ukoll il-ministeri kollha involuti, speċjalment tal-kollega tiegħi l-Onor.", "Ċensu Galea, li qed jagħmlu biċċa xogħol sewwa biex jassiguraw li mhux biss tibqa' l-kompetittivita', imma anke li dan ma jaffettwax negattivament lill-mara tad-dar.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Sur President, is-Segretarju Parlamentari qed jgħid li l-gvern qiegħed on track biex jara li jkun kompatibbli u konformi mad- drittijiet vis-a-vis il-konsumatur u l-kummerċ, eċċ. Kif iħares lejn dak li qal il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, u ċioe li meta l-prezzijiet ta' ċerti prodotti, speċjalment ta' l-ikel, jiġu pparagunati ma' dawk ta' pajjiżi oħra fl-Unjoni Ewropea, issib li huma ogħla bi 3% u aktar?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Il-gvern qed jara li l-prezzijiet ma jogħlewx.", "Il- Kap ta' l-Oppożizzjoni qal ħafna affarijiet, pero' mbagħad wieħed irid jara jekk effettivament dawn għandhomx jitwemmnu għax minn statistika u minn dokumentazzjoni li għandu f'idejh il-gvern dawn l-affarijiet ma jirriżultawx.", "Madadankollu l-Onor.", "Sant għandu dritt jgħid dak li jħoss u jinterpreta l-affarijiet kif jidhirlu hu, imbagħad jiġġudika l-poplu meta tidħol l-ewro.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Ġaladarba l-gvern ma ċaħadx dak li qal il-Kap ta' l- Oppożizzjoni, qiegħda ssir indaġini biex naraw x'seta' ġara għaliex il- konsumatur Malti, meta pparagunat ma' konsumaturi oħra ta' l-Unjoni Ewropea, kellu daqshekk żvantaġġ kontra tiegħu f'dak li huwa għoli ta' prezzijiet ta' ħafna prodotti essenzjali għall-ħajja ta' kuljum?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Mr Speaker, il-gvern ta' Malta ma qgħadtx jistenna lill-Onor.", "Alfred Sant sabiex jibda jagħmel l-investigazzjonijiet u jiċċekja l-prezzijiet.", "Kif għedna, il-gvern diġa' ċċekja madwar 57,000 prodott biex jivverifika li l-prezzijiet jibqgħu fin-normal u mhux jogħlew.", "Dak li qal il-Kap ta' l-Oppożizzjoni jiġbed l-attenzjoni biex wieħed jibqa' jagħmel dak kollu li diġa' qiegħed jagħmel, pero' l-gvern ma kellux bżonn jidħol għal ebda ħaġa ġdida għax dan ix-xogħol diġa' sar.", "Id- differenza hi li hemm baħar jaqsam bejn dak li qal il-Kap ta' l- Oppożizzjoni u dak li qegħdin insibu aħna.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni qed jgħid li meta l-għoli tal-prezzijiet kien fil-livell ta' bejn 1.8% u 2.8% f'numru ta' stati membri ta' l-Unjoni Ewropea, f'Malta f'ċerti każijiet qabeż anke s-6%.", "Jista' s-Segretarju Parlametnari jgħid fejn hi d-differenza li skond hu m'hijiex tirriżulta minn dak li qed jgħid il-Kap ta' l-Oppożizzjoni?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Naħseb li d-differenza ġiet spjegata nhar il-Ġimgħa li għaddiet waqt il-programm \"Xarabank\" fuq it-televiżjoni.", "Aħna qbadna x- xirja li kien għamel l-Onor.", "Sant fl-1996, qabel sar Prim Ministru, iċċekjajna kemm kienu għolew l-istess prodotti fl-1998 u safejn stajna ċċekjajna l-prezzijiet tagħhom.", "Irriżulta illi f'għaxar snin il-prezzijiet għolew minn Lm40 għal Lm42.50 filwaqt li l-paga żdiedet minn Lm42 għal Lm60.", "Jiġifieri fil-konfront ta' żieda fil-paga, iż-żieda fil-prezzijiet ta' l-oġġetti ma tirriflettix dak li qal il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Sur President, meta l-imprenditur iġib materja prima qiegħed jiltaqa' ma' prezzijiet li qegħdin kontinwament jinbidlu.", "Allura s- Segretarju Parlamentari u l-gvern m'huwiex jirriżultalhom li l-familji Maltin qed ikunu milquta bi prezzijiet għolja meta jiġu biex jixtru affarijiet li jużaw għall-ħajja ta' kuljum?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Sfortunatament l-Onor.", "Interpellant qiegħed imur minn ħaġa għal oħra għax filwaqt li kulħadd japprezza li ċertu affarijiet qegħdin jogħlew minn barra - dik hija riflessjoni aċċettabbli anke għall- Kap ta' l-Oppożizzjoni li pubblikament qal li dawk il-forzi m'hemmx wieħed x'jagħmel wisq għalihom - fil-kontest ta' dawk l-affarijiet li nistgħu nikkontrollaw, qegħdin nieħdu l-miżuri kollha biex naraw li ma jkunx hemm iż-żidiet li qegħdin jiġu allegati li qed ikun hemm.", "Fejn sibna li kien hemm min żied il-prezzijiet aktar minn kemm suppost, aħna ħadna l-passi meħtieġa sabiex naraw li dawn jikkonformaw mal-politika tal-gvern u li l-għoli tal-prezzijiet ma jkunx 'il fuq min-normal.", "L-Onor.", "Interpellant irid japprezza li ċerti prezzijiet li qegħdin jirriżultaw fuq iċ-ċereali, fuq iż-żejt u fuq prodotti tal-ħalib, qegħdin jogħlew imma dan b'riżultat li l-għalf u l-ġwież li jitimgħu lil diversi annimali għola sostanzjalment minn barra u dik hija ħaġa li aħna m'għandniex kontroll fuqha.", "Naħseb li fil-kuntest ta' l-affarijiet l-oħrajn il-miżuri li qed jieħu l- gvern huma adegwati.", "Naturalment minn dejjem kienet li xi ftit jew wisq il- ħajja għoliet.", "L-uniku żmien li m'għolietx il-ħajja kienet meta l-gvern kien iżommok milli tixtri ċerti affarijiet għax kien iżomm l-importazzjoni tagħhom.", "Pero' mbagħad kienet għoliet b'mod illi jekk tkun trid tixtri ċikkulata Mars - din ma kontx issibha fuq l-ixkaffa - tal-ħanut kien jagħtihielek xorta waħda, imma minflok kien iżommlok tliet xelini, kien iżommlok lira u nofs.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jista' s-Segretarju Parlamentari jgħid jekk il-vot provdut għal dan it-tip ta' bilanċ ta' prezz fuq ċerti commodities, inkluż il-ġwież, dak li jissejjaħ special state aid, huwiex qiegħed jintefaq kollu?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Mr Speaker, il-gvern kellu bżonn bilfors jaħdem fuq ammont ta' previżjonijiet.", "Jekk hux se jintefaq kollu jew le wieħed irid jara man mano kif se jiżviluppaw l-affarijiet.", "Per eżempju, aħna nafu illi l-ġimgħa l-oħra ż-żejt laħaq kważi l-$100-il barmil u l-bieraħ kien qiegħed $87.3-il barmil.", "L-istess ħaġa fiċ-ċereali.", "Wieħed irid jara d-domanda li se jkun hemm, l-esiġenzi tas-suq li se jkun hemm f'dan is-settur u allura dak fih innifsu jirrifletti, skond it-talba li jkun hemm, jekk ikunx hemm il-bżonn li jingħataw dawn l-għajnuniet.", "Pero' l-Onor.", "Interpellant kien qiegħed hawnhekk meta l-Prim Ministru qara l-budget speech u naħseb semgħu jgħid li ngħatat żieda ta' Lm1 għall-għoli tal-ħajja biex nantiċipaw iż-żieda li qed nikkalkulaw li se jkollna din is- sena minħabba dawn l-affarijiet.", "Jalla l-prezzijiet ta' dawn l-affarijiet jerġgħu jinżlu 'l isfel.", "Naħseb li l-Onor.", "Interpellant japprezza l-fatt illi l-gvern diġa' ħa l-miżura li fiha nnifisha hija state aid għal kull familja Maltija u għal kull min hu mpjegat biex ilaħħaq ma' l-għoli li qed jiġi rifless minn għoli li ġej minn barra.", "SERVIZZI FINANZJARJI", "28904.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Leo Brincat) staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Kif il-gvern Malti qed iħares lejn il- kunċett ta' EU watchdog dwar is-servizzi finanzjarji li ċerti pajjiżi jixtiequ jaslu għalih filwaqt li oħrajn bħar-Renju Unit huma xettiċi dwaru?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant illi ninsab tal-fehma li għadu kmieni u prematur li wieħed jikkunsidra l-ipotesi li jitwaqqaf regolatur uniku sabiex iservi bħal watchdog għas-setturi kollha tas-servizzi finanzjarji għall-Unjoni Ewropea kollha.", "Għalkemm ideat simili ġieli jissemmew f'eżerċizzji akkademiċi, s'issa kull membru ta' l-Unjoni Ewropea seta' jżomm l-arranġamenti superviżorji tiegħu f'dawn is-setturi u ma jirriżultalniex li hemm xi ħsieb konkret sabiex din il-pożizzjoni tinbidel.", "F'dan il-kuntest, wieħed għandu jiftakar ukoll li l-prinċipju tas- sussidjarjetà jista' jagħmel it-twettiq ta' dan il-ħsieb ħafna aktar diffiċli.", "Fi kwalunkwe każ, pass bħal dan jieħu ż-żmien għax ikun jeħtieġ mhux biss kunsens politiku mill-istati membri imma anke studji estensivi u fil-fond sabiex jingħarfu sew il-vantaġġi u l-iżvantaġġi relattivi.", "FTEHIM FUQ IL-PREZZIJIET", "28951.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Charles Mangion) staqsa lill- Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 28767, jista' jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-ftehim dwar il- prezzijiet li l-gvern iffirma ma' importaturi sa Marzu 2008?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba mogħtija għal mistoqsija parlamentari 28767.", "INSPECTIONS FUQ DEHEB", "28952.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Charles Mangion) staqsa lill- Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Kemm saru inspections mill-Monte di Pieta' fuq deheb biex ikun iċċekkjat u nbullat xahar b'xahar matul l-2007?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant illi n-numru ta' spezzjonijiet, xahar b'xahar li saru mill-Monte di Pietà fl-2007 fil-ħwienet li jbiegħu oġġetti tad-deheb jew fidda biex jiġi ċċekjat il-boll fuq dawn l-oġġetti qed jidher fit-tabella mmarkata Dok 'A' li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.", "ARRETRATI GĦAL PROMOZZJONI", "28972.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joe Mizzi) staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Meta mpjegat tal-gvern jingħata flus arretrati ta' diversi snin għall-promozzjoni li jkun ħa b'lura, għall-fini ta' taxxa fuq id-dħul, dawn l-arretrati jitqiesu kollha bħala dħul f'sena waħda jew jitqassmu fuq is-snin minn meta tkun ingħatat il-promozzjoni?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant illi meta mpjegat jingħata flus b'arretrati għal promozzjoni li jkun ħa b'lura għall-fini tat-taxxa fuq l- income, dawn jitqiesu bħala dħul f'dik is-sena li l-impjegat irċevihom.", "PREPAID TOP-UP MOBILE CARDS", "28340.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joe Debono Grech) staqsa lill- Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni: Kemm kienet in-nefqa fuq prepaid top-up mobile cards fil-ministeru, dekasteru u enti tiegħu minn Jannar 2007 sal-lum separatament u xahar b'xahar?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni): Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant.", "XIRI TA' MOBILE PHONES", "28342.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joe Debono Grech) staqsa lill- Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk inxtrawx mobile phones ġodda fil-ministeru, dekasteru jew enti tiegħu minn Jannar 2007 sal-lum?", "F'każ li fl-affermattiv, kemm-il mobile phone nxtara u b'liema prezz separatament?", "Għal min kienu?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f'seduta oħra.", "KIRI TA' KAROZZI", "28344.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joe Debono Grech) staqsa lill- Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni: Min huma l-uffiċjali li kellhom karozza mikrija jew leased fil-ministeru, dekasteru jew enti tiegħu minn Jannar 2007 sal-lum?", "Kemm hi r-rata li biha tinkera jew tiġi leased il-karozza kull ġurnata?", "X'ċilindrata għandha l-karozza f'kull każ separtament?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant.", "KIRI TA' KAROZZI", "28346.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joe Debono Grech) staqsa lill- Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid, jekk ġewx mikrija jew ġew leased karozzi għall-użu tiegħu bħala ministru minn Jannar 2007 sal-lum?", "F'każ li fl-affermattiv, x'tip ta' karozza inkriet jew ġiet leased?", "Kemm hi r-rata li biha nkriet jew ġiet leased il- karozza kull ġurnata u għal kemm żmien?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 28344.", "MANUTENZJONI TA' KAROZZI", "28347.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joe Debono Grech) staqsa lill- Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni: Kemm swiet il-manutenzjoni tal-karozza tiegħu bħala ministru u s-second car separatament minn Jannar 2007 sal-lum?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: L-ispiża għall-manutenzjoni jew repairs tal-karozza uffiċjali tiegħi minn Jannar 2007 sal-lum kienet dik ta' Lm1,803.46.", "Infurmat ukoll li ma kien hemm l-ebda spiża simili fuq is-second car tiegħi għax din hija karozza tal-kiri.", "XIRI TA' KAROZZI ĠODDA", "28348.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joe Debono Grech) staqsa lill- Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk inxtrawx karozzi ġodda għall-użu minn uffiċjal jew għal użu ġenerali fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu minn Jannar 2007 sal-lum u f'każ li fl-affermattiv, għal min kienu jew għal liema skop, x'tip ta' karozza, l- prezz u x'ċilindrata huma?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant.", "GĦALLIEMA - POST GRADUATE DIPLOMA IN EDUCATION", "29091.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru jgħid x'se jsir minn ħames għalliema li għamlu sentejn kors fl-Univerista' ta' Malta li jismu Post Graduate Diploma in Education (Inclusion and Individual Education Needs in Primary Schools) ġaladarba mhux se jiġu maħtura fis- sejħa li saret?", "Kemm se jintgħażlu għax instab li kienu ineleġibbli minħabba klawsola fis-sejħa li saret?", "Kemm se jintgħażlu INCOs u kemm applikaw?", "Jista' jpoġġi kopja tal-kuntratt li dawn it-talin flimkien ma' għaxar għalliema oħra kienu ġew mitluba jiffirmaw sabiex jagħmlu dan il- kors imsemmi hawn fuq u li kien ffinanzjat mill-UE?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi): Informat li għall-post ta' INCO applikaw 17-il persuna.", "Minnhom kienu eliġibbli 11 u dawn kollha ġew intervistati.", "Meta joħroġ ir- riżultat jiġu assenjati skond il-ħteġijiet tas-servizz.", "Se npoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-kuntratt li ffirmaw dawk kollha li ngħataw borża ta' studju.", "Informat ukoll li l-ħames għalliema li għamlu sentejn kors fl-universita' ta' Malta li jismu \"Post Graduate Diploma in Education (Inclusion and Individual Education Needs in Primary Schools)\" ħadu t-taħriġ tagħhom matul il-jum u għaldaqstant huma marbutin li jservu lid-direttorat tas-servizzi edukattivi skond l-esiġenzi tas-servizz għall-perjodu ta' ħames snin skond kif inhu indikat fil-kuntratt.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, mistoqsjia supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jiġifieri dawn kollha Maltin u m'hemm ħadd minn Għawdxi?", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Għal kull bonfini l-Onor.", "Interpellant għandu jkun jaf li l-interpretazzjoni tal-kelma \"Malta\" tfisser Malta u Għawdex.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: X'inhi r-raġuni li ma ngħatax in-numru ta' Maltin u n- numru ta' Għawdxin separatament peress li l-Għawdxin jgħidu li huma ferħanin b'Għawdex u l-Maltin jgħidu l-istess?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Sur President, fil-gżejjer tagħna hawn 404,000 persuna, ferħanin kemm b'Malta kif ukoll b'Għawdex.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jiġifieri qed nifhem sew li minn 23,000 ruħ li hemm ġol-Gżira t'Għawdex ma kienx hemm persuna waħda li kienet abbli għal din it- tip ta' promozzjoni, jew dan m'huwiex minnu?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Mr Speaker, meta qegħdin ngħidu li 11-il persuna ġew intervistati, m'aħniex qegħdin nispeċifikaw jekk humiex minn Malta jew minn Għawdex.", "Aħna għedna li applikaw 17-il persuna, minn dawn 11-il persuna ġew intervistati u ma speċifikajniex jekk humiex minn Malta jew minn Għawdex u ma nistax nifhem x'inhi r-raġuni li l-Onor.", "Interpellant qed jagħżel bejn Malta u Għawdex għax naturalment kull Malti u kull Għawdxi huwa Malti.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, qed nagħmel din id-distinzjoni għax iż- żewġ gżejjer għandhom kultura u esperjenzi differenti f'dan ir-rigward u nifhem li l-gżira ta' Għawdex trid tkun waħda mill-gżejjer li trid taġġorna ruħha ma' l-education needs fil-primary schools biex naturalment il-mezzi edukattivi dejjem ikomplu jkunu aġġornati u fost l-iktar sostenibbli għall- ġid tat-tfal.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Mr Speaker, peress li hemm kultura waħda u l-Għawdxin iddeċidew li fl-1 ta' Jannar jadottaw l-ewro, il-kumplament ta' Għawdex, li huwa Malta u s-26 pajjiż ieħor fl-Unjoni Ewropea wkoll se jieħdu l-kultura li jadottaw l-ewro.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Imma fil-fatt Għawdex għandu bżonn iktar minn Malta jew inqas minn Malta dawn it-tip ta' għalliema gradwati f'dan il-qasam ta' inclusion and individual education needs in primary schools?", "Il-mistoqsija li għamilt jiena ma kenitx waħda patetika għax f'Għawdex hemm esiġenzi u ċirkostanzi differenti, bħalma hawn ukoll f'Malta.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Mr Speaker, naħseb li anke f'Malta hawn kulturi differenti.", "Hawn il-kulturi ta' nies li joqogħdu fl-irħula, hawn il- kulturi ta' nies li joqogħdu f'inner cities, hawn il-kulturi ta' nies li joqoqgħdu fis-south u hawn il-kulturi ta' nies li joqogħdu fin-north.", "Bħalma Malta għandha l-pekuljaritajiet tagħha, Għawdex ukoll għandu l- pekuljaritajiet tiegħu u għaldaqstant nemmen li fejn ikun hemm l-esiġenzi, minkejja ikunux ikkwalifikaw minn Malta jew minn Għawdex, l-istess nies ikunu jistgħu jservu kemm f'Malta kif ukoll f'Għawdex.", "FONDAZZJONI GĦAS-SERVIZZ TA' ĦARSIEN SOĊJALI", "29092.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru għall-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tar-rapport annwali tal-fondazzjoni għall-ħarsien soċjali tas-sena 2006 flimkien ma' l-audited accounts?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru għall-Familja u Solidarjeta' Soċjali): Ninsab infurmata li l-Fondazzjoni għas-Servizzi ta' Ħarsien Soċjali tippubblika rapporti bi-annwali għal kull waħda mit-tliet aġenziji li jaqgħu taħtha.", "Qed inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra kopji ta' l-aħħar rapporti ppubblikati.", "Ir-rapport bi-annwali li jkopri s-snin 2005-2006 ta' l-Aġenzija Sedqa qiegħed fl-aħħar fażi biex jiġi ppublikat.", "Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja ta' l-audited accounts tal-Fondazzjoni.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-Mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti u nsejjaħ lis-Segretarju Parlamentari.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Mr Speaker, f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi nqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar ir-riżultati ta' studenti minn skejjel post-sekondarji li qagħdu għall-eżamijiet fil-livell intermedjarji u avvanzat taċ- Ċertifikat tal-Matrikola, f'Mejju u Settembru 2007, maqsuma skond is- suġġett, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 29170;", "f'isem il-Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura nqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:-", "Kopja ta' ħlasijiet lis-sid tal-landfill kif ukoll ħlasijiet għall- ġarr ta' materjal, .bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 29133.", "f'isem il-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l- Informazzjoni nqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:-", "Tweġibiet għall-mistoqsijiet li saru mill-Onor.", "Leo Brincat waqt id- diskussjoni ta' l-estimi għas-sena 2008 għar-rigward tal-Ministeru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 29186; u", "Tagħrif dwar il-kumpannija Malta Government Technology Investments Ltd, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 29187.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet.", "Il-Ministru għall-Kompetittivita` u Komunikazzjoni.", "MOZZJONIJIET", "ESTIMI TA' DĦUL U NFIQ TA'", "L-AWTORITA` MARITTIMA TA' MALTA GĦALL-PERJODU BEJN", "L-1 TA' OTTUBRU 2007 U L-31 TA' DIĊEMBRU 2008", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għall-Kompetittivita` u Komunikazzjoni): Mr Speaker, nipproponi:", "Illi l-Kamra tapprova l-Estimi ta' Dħul u Nfiq ta' l-Awtorita` Marittima ta' Malta għall-perjodu mill-1 ta' Ottubru 2007 sal-31 ta' Diċembru 2008 skond l-Att dwar l-Awtorita` Marittima ta' Malta, Kap. 352.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Infakkar lill-Kamra li d-diskussjoni fuq din il-mozzjoni għandha tieħu seduta waħda bil-ħin jinqasam indaqs bejn kelliema tal-gvern u kelliema ta' l-oppożizzjoni, bil-winding up għan-naħa tal-gvern.", "Il- Ministru Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, l-ewwel kumment li rrid ngħaddi huwa li l- estimi li għandna quddiemna mhumiex għal 12-il xahar, imma huma estimi għal 15-il xahar.", "Dan huwa riżultat ta' deċiżjoni tal-gvern li s-sena finanzjarja ta' l-awtoritajiet kollha ma tibqax kif inhi llum, bejn Ottubru ta' sena partikolari u Settembru tas-sena ta' wara, imma se ssir għal perijodu ta' sena mill-1 ta' Jannar sa l-aħħar tas-sena.", "Naturalment ladarba għandna quddiemna Ottubru, Novembru u Diċembru li ma kenux parti mill-estimi tas-sena li għaddiet, irridu ninkluduhom fl-estimi li għandna quddiemna.", "Għalhekk il-figuri kollha li jidhru fl-estimi finanzjarji li għandna għad-diskussjoni llejla, wieħed jista' jgħid li b'mod ġenerali għandhom varjazzjoni ta' 25% speċjalment f'dawk li huma nefqiet marbutin ma' impjiegi, operational expenses u affarijiet bħal dawn proprju minħabba l-fatt li 12-il xahar qed isiru 15-il xahar.", "Issa se nħares ftit lejn l-awtorita` marittima Maltija li twaqqfet b'liġi fl-1991, bdiet topera fl-1992 u dan ir-rapport finanzjarju li qegħdin niddiskutu huwa l-15-il wieħed li ġie diskuss f'dan il-parlament.", "Kull sena fil-bidu ta' dibattitu bħal dan infakkar ftit ukoll x'inhuma l- funzjonijiet varji li għandha l-istess awtorita` marittima proprju biex in- nies li jkunu qegħdin isegwuna jkunu jafu preċiżament minn xiex hi responsabbli.", "Għandna tliet direttorati li jieħdu ħsieb setturi speċifiċi, id-direttorat tal-port, id-direttorat tal-vapuri merkantili u d-direttorat tal-yachting.", "Imbagħad hemm il-corporate office li huwa, iktar minn ħaġa oħra, responsabbli mill-amministrazzjoni ġenerali ta' l-istess awtorita`, għalkemm hemm partijiet oħra ta' l-amministrazzjoni li jaqgħu taħt l-istess corporate office.", "It-tliet direttorati flimkien mal-corporate office jifformaw il-bażi ta' l-awtorita` marittima Maltija.", "Id-direttorati jaħdmu b'mod separat minn xulxin, pero` jgħaqqdu flimkien il- ħidma diversa ta' l-awtorita` marittima.", "Jekk wieħed jagħti daqqa t'għajn lejn ir-riżultati ta' dawn id-direttorati matul is-sena finanzjarja li għalqet f'Settembru li għadda - u l-proġettazzjonijiet għal 15-il xahar li ġejjin huma mill-iktar pożittivi - malajr jinduna li wieħed jista' jkompli jibni fuqhom.", "Kull wieħed mid-direttorati għandu wkoll il-funzjoni ġenerali li jassigura l-attivitajiet merkantili f'pajjiżna jkomplu jitwessgħu u jkomplu jagħtu dak l-isem importanti li għandha Malta barra minn pajjiżna.", "Infatti r-rapport annwali jgħid, per eżempju, li d- direttorat responsabbli mill-merchant shipping għadda minn trasformazzjoni mhux biss fil-mod kif jaħdem, imma anke fir-riżultati importanti li akkwista.", "Daqqa t'għajn lejn ir-riżultati li nkisbu juru li fl-2003/2004 dan id- direttorat kiseb l-ogħla livell ta' tunnellaġġ reġistrat taħt il-bandiera Maltija.", "F'dan il-parlament kien qed jingħad li hemm probabbilta` qawwija li b'riżultat tad-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea r-reġistru merkantili kien se jaqla' daqqa ta' ħarta qawwija u kważi se jispiċċa.", "L-awtorita` marittima riedet tassigura li l-vapuri reġistrati taħt il-bandiera Maltija ikunu dejjem ta' l-ogħla kwalita` u kemm jista' jkun ikunu ta' eta` żgħira.", "Fil-fatt l-average age tal-vapuri reġistrati taħt il-bandiera Maltija naqset matul is-snin li għaddew.", "Pero` riżultat tal-miżuri li ħadet l- istess awtorita` marittima fis-snin 2003, 2004 u 2005 biex ma jibqgħux jiġu reġistrati ċerti vapuri taħt il-bandiera Maltija, mil-livell ta' 28 miljun tunnellata fis-sena 2000, inżilna għall-inqas livell ta' 24 miljun tunnellata f'Diċembru ta' l-2004.", "Wieħed irid ukoll iżomm quddiem għajnejh li dan it-tnaqqis kien parti minn pjan ta' l-istess awtorita` marittima biex jirnexxilha toħroġ minn dik is- sitwazzjoni li kienet ilha fiha għal numru snin, għax minkejja li kienet kibret bil-mod li kienet kibret, il-bandiera Maltija kellha l-istigma li taħt il-Paris memorandum of understanding kienet meqjusa bħala bandiera li ma kenitx taħt il-white list.", "Nafu wkoll li l-inċident li ġara fl-1999, li fih kien involut il-vapur Erika rreġistrat taħt il-bandiera Maltija, kien ġab konsegwenzi fuq il-bandiera Maltija.", "Mhux l-ewwel darba li ddiskutejna dan il-punt, pero` minn hemmhekk saru żviluppi importanti kemm fuq il- livell lokali kif ukoll fuq il-livell internazzjonali.", "Ngħid fuq il-livell internazzjonali wkoll proprju għax konsegwenza ta' dak l-inċident ittieħdu numru ta' miżuri kemm fil-livell lokali, kemm fil-livell ta' l-Unjoni Ewropea kif ukoll fuq il-livell ta' l-international maritime organisation li wasslu biex internazzjonalment l-istandards tax-shipping madwar id-dinja komplew jogħlew.", "Jien niftaħar li fl-2005 Malta rnexxielha tinqata' barra mill-istigma tal- black list taħt il-Paris memorandum of understanding u ngħaddu għall-fażi tal-white list.", "Wieħed jista' jgħid li dan huwa diskors li ma jfisser xejn, pero` r-realta` hi li hemm riżultati pożittivi minħabba l-fatt li l- bandiera Maltija illum hija taħt il-white list tal-Paris memorandum of understanding.", "Dan juri kemm ħadmet l-awtorita` marittima u kemm ħadem id- direttorat tax-shipping matul iż-żmien li għadda.", "Nista' ngħid li wara li konna wasalna fl-iktar livell baxx ta' reġistrazzjoni – dan mhux meta mqabbel ma' 20 sena ilu jew ma' 25 sena ilu, pero` l-iktar livell baxx ta' reġistrazzjoni jekk wieħed jieħu l-perijodu mill-1996 sal-lum - mill-2005, l-2006 u din is-sena erġajna bdejna nżidu r-ritmu tar-reġistrazzjoni taħt il-bandiera Maltija.", "Sa l-aħħar ta' Settembru reġa' għandna reġistrazzjoni ta' kważi 27 miljun tunnellata u jien għandi fiduċja qawwija li matul il- ġimgħat li ġejjin nilħqu l-ogħla ċifra li qatt kellna reġistrati taħt il- bandiera Maltija, jiġifieri 28.5 miljun tunnellata, proprju b'konsegwenza ta' l-azzjonijiet li ttieħdu.", "Tajjeb wieħed jgħid li f'dan il-perijodu ta' żmien ukoll il-gvern, bil- proposti ta' l-awtorita` marittima, ħa inizjattivi kemm fil-livell ta' l- Unjoni Ewropea kif ukoll fl-IMO biex jassigura li kontinwament il-vapuri reġistrati taħt il-bandiera Maltija ikunu ta' l-ogħla kwalita` u jkollhom l- iktar livelli għolja ta' standards f'dawk li huma l-aspetti kollha tal- marittimu merkantili.", "Riżultat ta' dan, fost l-oħrajn wieħed jista' jarah anke mill-istima li tgawdi Malta barra minn pajjiżna kif ukoll mill-istima li tgawdi Malta anke fil-livell ta' l-international maritime organisation b'mod partikolari.", "Jien nieħu pjaċir niftaħar li l-ġimgħa li għaddiet jew il-ġimgħa ta' qabel Malta reġgħet ġiet eletta bħala parti mill-bord li jmexxi l-IMO, proprju wieħed mill-pajjiżi li reġa' ġie elett għall-ħames darba konsekuttiva.", "L-unika darba oħra li konna eletti f'din l-organizzazzjoni kien fl-1977.", "Minn dak iż-żmien sa tmien snin ilu Malta qatt ma reġgħet ġiet eletta u kien proprju f'dawn l-aħħar ħames elezzjonijiet - l-aħħar waħda l-ġimgħa li għaddiet – li Malta reġgħet ġiet eletta għal perijodu ieħor ta' żmien.", "Din hi indikazzjoni ċara ta' l-istima li jgawdu r-rappreżentanti ta' pajjiżna fl-IMO, pero` wkoll indikazzjoni ċara ta' kif iħarsu lejn pajjiżna fil- qasam tal-vapuri merkantili l-membri ta' l-istess international maritime organisation.", "Nista' nassigrak, Mr Speaker, li n-numru ta' persuni li jkunu qegħdin jikkontestaw u n-numru ta' attivitajiet li jkunu qegħdin isiru biex jassiguraw li pajjiż partikolari jkun jista' jiġi elett f'dan il- forum huwa wieħed pjuttost kbir.", "Indikazzjoni wkoll ċara ta' kif isiru l-affarijiet mill-awtorita` marittima f'dan ir-rigward huwa n-numru ta' inspections li tagħmel madwar id-dinja, għax l-awtorita` marittima għandha responsabbilta` mhux biss li tirreġistra l-vapuri u tara li jkollu standards ta' l-ogħla livell, imma trid tipprova tassigura wkoll li dawk il-livelli għolja ta' meta ssir ir-reġistrazzjoni jibqgħu jinżammu wara.", "Għalhekk isiru numru ta' inspections kull sena f'diversi portijiet.", "Iktar tard naħseb ikolli ċans ngħaddi xi kummenti oħra dwar l-istess direttorat.", "Id-direttorat l-ieħor tal-portijiet għandu r-responsabbilta` li jara li fil-portijiet tagħna jkun hemm attivita` portwarja li hija ta' l-ogħla livell u li jassigura li l-vapuri li jidħlu fil-portijiet tagħna jkunu l-ħin kollu mħarsa skond ir-responsabbiltajiet internazzjonali ta' pajjiżna f'dik li hija sigurta` marbuta man-natura tax- xogħol li hemm.", "Wieħed irid bilfors jagħmel riferenza għall-fatt li fis-sena finanzjarja li qegħdin nagħmlu riferenza għaliha n-numru ta' vapuri li daħlu fil-portijiet tagħna jew kienu fl-inħawi ta' pajjiżna, barra mill-portijiet tagħna – meta ngħid barra mill-portijiet tagħna mhux qed nirriferi għal dawk li jkunu għaddejjin fl-ibħra internazzjonali imma fl-ibħra tagħna – laħqu 10,500 vapur, prattikament żieda ta' 1,300 vapur fuq is-sena li għaddiet.", "U jekk immorru lura għas-sena 2004 meta kien hemm ftit iktar minn 9,600 vapur li daħal f'pajjiżna, xorta waħda kien hemm żieda ta' kważi 1,000 vapur li ngħata xi forma ta' servizz fil-portijiet tagħna.", "Kull wieħed minn dawn l- 10,500 vapur ġab miegħu xogħol għal pajjiżna, kull wieħed minnhom ġab miegħu xogħol għall-piloti, għall-mooring men, għall-port workers, għal diversi aġenti u xogħlijiet oħrajn, li mhux dejjem nitkellmu dwarhom, marbutin mal-qasam marittimu ta' pajjiżna.", "Dan ix-xogħol naturalment ifisser żieda fl-attivita` ekonomika u ammont kbir ta' flus deħlin f'pajjiżna.", "Dawn l-10,500 vapur jirrappreżentaw 155 miljun tunnellata gross, ammont fenomenali li qed jiġġenera ħidma qawwija fil-portijiet tagħna.", "It-tunnellaġġ ta' vapuri li jidħlu jagħtu jew jieħdu servizz f'pajjiżna qed ikompli jiżdied anke għax id-daqs tal-vapuri li qegħdin jżuruna qed ikun dejjem ikbar.", "Fil-perijodu li qed nitkellmu dwaru kompla jiżdied in-numru ta' cruise liners li qed jiġu f'pajjiżna, u l- indikazzjonijiet huma li se jkompli jiżdied matul il-ħmistax-il xahar li ġejjin.", "Fil-fatt in-numru ta' passiġġieri li ġew fil-portijiet tagħna kien ta' kważi 465,000, dalwaqt nilħqu n-nofs miljun persuna, u n-numru ta' vapuri li ġew permezz ta' diversi aġenti kien ta' 372.", "Hawnhekk ukoll l- indikazzjonijiet huma li fil-perijodu ta' ħmistax-il xahar li ġej in-numru ta' vapuri u ta' turisti li jżuruna se jkompli jiżdied għal darba oħra, u dan b'riżultat tal-ħidma mid-direttorat tal-portijiet f'dik li hija garanzija tas-sigurta` fil-portijiet tagħna.", "Naturalment f'dan il-każ hemm inizjattivi oħrajn li jsiru mill-operaturi tat-terminal tal-cruise liners, il-Viset.", "Dan huwa eżempju ċar ta' fejn il- ħidma tas-settur privat f'kordinazzjoni ma' l-awtorita` marittima wasslet biex numru sostanzjali ta' vapuri ġew iżuruna u t-target huwa li jkomplu jiżdiedu.", "Sur President, peress li f'ċerti jiem tal-ġimgħa ikollna numru kbir ta' vapuri iktar milli għandna faċilitajiet ta' rmiġġ fil-portijiet tagħna, qed issir kollaborazzjoni bejn l-operatur il-ġdid tal-cargo handling u l-awtorita` marittima li fl-aħħar mill-aħħar hija parti wkoll mill-programm ta' xogħol marbut mal-proġetti tal-Port il-Kbir kif ukoll ta' Marsamxett.", "Fil-fatt uħud minn dawn il-proġetti jaħsbu biex ikun hemm iktar faċilitajiet ta' rmiġġ għall-vapuri tat-turisti li jiġu jżuruna, iktar u iktar meta nafu li wara li s-sena li għaddiet beda jaħdem operatur ġdid fil-handling tal-cargo fil-Port il-Kbir kien hemm żieda fin-numru ta' calls ta' vapuri biex iġibu u jieħdu merkanzija.", "Din iż-żieda fin-numru ta' vapuri tat-turisti u ż-żieda fl-attivita` kummerċjali u marittima fil-portijiet tagħna qed toħloq il-ħtieġa li jkollna iktar investiment f'berths ġodda.", "Fil-konklużjoni nkun nista' nagħti indikazzjoni ta' numru ta' proġetti li ġew approvati, jew inkella xi wħud minnhom qegħdin fl-istadju li jiġu approvati proprju biex niggarantixxu li pajjiżna jkompli jgawdi mill-attivita` merkantili marittima Mediterranja li mistennija li tirdoppja bejn sas-sena 2015.", "Għalhekk irridu nassiguraw li nibqgħu nieħdu x-share tagħna daqskemm qed nieħdu llum u possibilment inżiduh.", "Dan nistgħu nagħmluh biss jekk kemm-il darba nżidu u ntejbu l-faċilitajiet li għandna u jekk kemm-il darba jkollna l-equipment neċessarju li jista' jħaffef il-proċess tal-ħatt u tat-tagħbija tal-merkanzija.", "F'dan ir-rigward irrid ngħid li fil-Port il-Kbir wara xi 30 sena sar investiment u qed isir investiment ta' miljuni ta' liri.", "F'din is-sena u nofs diġa` kien hemm investiment ta' iktar minn Lm2 miljun u fis-sena u nofs jew sentejn li ġejjin huwa mistenni li jkun hemm investiment ta' bejn wieħed u ieħor Lm3 miljun oħra.", "Wieħed mill-cranes qiegħed f'postu, se jibda jopera minn hawn u ftit ta' żmien ieħor meta jiġi kkummissjonat, pero` dan huwa l-ewwel crane li daħal fil-Port il-Kbir wara numru kbir ta' snin.", "Hawnhekk mhux qed nitkellem fuq crane li jġorr erba' ġebliet imma li kapaċi jġorr containers ta' daqs kbir, jekk m'iniex sejjer żball, f'għoli ta' xi 30 metru, biex wieħed ikollu indikazzjoni tad-dimensjonijiet ta' dan il-crane.", "F'dan l-istadju ma nistax ma nagħmilx riferenza wkoll għall-fatt li din is- sena finanzjarja li qegħdin nikkonkludu kienet importanti ħafna għall-mod kif isiru l-affarijiet fil-portijiet tagħna.", "Konna ilna nisimgħu għal numru kbir ta' snin li kellna bżonn nagħmlu riforma fil-portijiet.", "Jien kont wieħed minn dawk li kont qed ngħid li mexjin għal riformi fil- portijiet li m'humiex intenzjonati li jkun hemm bidla fil-cargo handler, m'humiex intenzjonati biex ikun hemm xi bidla kożmetika, imma kien hemm ħtieġa ta' bidliet fundamentali fil-mod kif jopera l-port.", "Nista' ngħid li llum bi ftehim ieħor li ffirmajna f'Lulju li għadda s-sistema ta' kif jaħdmu l-port workers f'pajjiżna nbidlet radikalment.", "Illum il-port worker jaf li jekk jaħdem u għandu l-volonta` li jaħdem, dan jista' jwassal biex hu jkun għodda importanti ħafna biex jiżdied ix-xogħol f'pajjiżna.", "Nista' ngħid li f'dawn il-ftit xhur li għaddew minn meta ffirmajna l-ftehim diġa` kien hemm żieda fin-numru ta' persuni li qegħdin jaqilgħu l-għajxien tagħhom permezz ta' port work u l-indikazzjonijiet kollha huma li kemm fil- Port il-Kbir u b'mod partikolari fil-Freeport se jkollna żieda ta' port workers.", "Wara li konna ilna ħafna snin nitkellmu dwar ir-riformi li kien hemm bżonn, issa ikkonkludejniehom.", "Dawn ir-riformi jindikaw u jinkludu l- ħtieġa li biex persuna tmur u taħdem ta' port worker fil-portijiet mhux sempliċement trid tkun it-tifel ta' port worker imma trid tkun persuna li għamlet taħriġ bażiku li jrid jissarraf fil-prattika.", "Bil-ftehim milħuq bejn l-awtorita` marittima u l-union li se tirrappreżenta l-port workers, l- awtorita` se tiggarantixxi li dawk il-persuni li jkunu għamlu dawn il- korsijiet bażiċi jkollhom iċ-ċertifikazzjoni ta' kompetenza neċessarja u jkunu jistgħu jiġu impjegati biex jagħmlu dan ix-xogħol.", "Diġa` kellna numru li ġew impjegati u l-indikazzjonijiet kollha huma li se nkomplu nżidu.", "Jalla mhux biss inkunu f'qagħda li nżidu bil-ftit dan in-numru ta' impjegati, imma b'mod sostanzjali.", "Sur President, se jkun hemm taħriġ mhux biss qabel dak li jkun jibda jaħdem bħala port worker imma anke waqt li jkun qed jaħdem, xi ħaġa li sfortunatament ma kentix teżisti għal snin twal f'dan il-pajjiż u ma kienx hemm indikazzjoni ta' kif setgħet issir.", "Imma fil-ftehim il-ġdid kien hemm indikazzjonijiet ċari ta' kif dan it-taħriġ għandu jsir.", "Hemm voti speċifiċi li jridu jiġu indirizzati għal dan it-taħriġ biex nassiguraw il- ħin kollu l-ogħla livell ta' kompetenza.", "Wieħed mill-għanijiet prinċipali tar-riforma kien dak li nraħħsu t-tariffi tal-portijiet li jitħallsu f'pajjiżna.", "Ikun hemm min jargumenta li mhux vera li t-tariffi tnaqqsu b'riżultat tal-ftehim li ntlaħaq f\"Lulju li għadda, pero` jgħidu x'jgħidu xi wħud f'dan il-pajjiż, ir-realta` tibqa' dik li ġiet spjegata numru kbir ta' drabi b'fatti li ħadd ma ċaħadhom.", "Jibqa' il-fatt li kien hemm tnaqqis sostanzjali li jilħaq average ta' 20% f'dawk li huma regulated costs.", "Dawn huma fatti li ġew spjegati u ppubblikati fil-gazzetti, ma ċaħadhom ħadd u ma jista' jiċħadhom ħadd proprju għax dawn huma r-realtajiet tal- ħajja.", "It-tariffi li jista' jirregola l-gvern tal-pajjiż fil-fatt roħsu.", "Wieħed jista' jargumenta li jien kont ngħid li se jorħsu b'25% u ma wasalniex għal 25%, pero` wasalna għal 20% u dan huwa tnaqqis sostanzjali fil-ħlasijiet li jsiru.", "Minbarra dan it-tnaqqis sostanzjali fil-ħlasijiet li jsiru b'mod dirett, ħaġa oħra li kienet importanti ferm fir-riformi li konna qegħdin nitkellmu dwarhom kienet il-ħtieġa ta' żieda fl-effiċjenza fil-mod ta' kif jaħdem il-port worker f'pajjiżna.", "Naħseb li kulmin b'xi mod imiss ma' l-attivita` portwarja f'pajjiżna jkollu jammetti li anke jekk għaddew biss ftit xhur minn meta lħaqna l-ftehim li qed nagħmel riferenza għalih, l-effiċjenza fil-mod ta' kif tiġi amministrata l-merkanzija diġa` żdiedet u għad irridu nżiduha.", "Iż-żieda fl-effiċjenza tfisser ukoll ħlasijiet inqas għax ma tħallix il- container tiegħek idum hemmhekk u allura jkollok tħallas tariffi oħrajn.", "Dawn huma fatti li għal darb'oħra ħadd ma jista' jiċħadhom.", "Naturalment f'dan il-perijodu ta' żmien l-awtorita` marittima u, b'mod partikolari f'dan il-każ, id-direttorat tal-portijiet flimkien mal-corporate office kienu qegħdin jaħdmu parti integrali mill-programm tat-tfassil ta' proġetti li jridu jsiru fil-Port il-Kbir u fil-port ta' Marsamxett.", "Dawn huma proġetti li diġa` għandna r-riżultati ta' xi wħud minnhom, fosthom il-VISET u dak li ġara fil-marina tal-Kottonera.", "Dawn huma indikazzjoni ta' kif jista' jinbidel għat-tajjeb il-port tagħna u m'għandix dubju li l-programm li tfassal, li parti minnu beda jiġi mwettaq proprju ftit tal-ġimgħat ilu, se jkompli jbiddel wiċċ il-Port il-Kbir.", "F'dan l-istadju rrid nagħmel riferenza qasira għall-corporate office li, minbarra l-amministrazzjoni ta' kuljum, huwa responsabbli minn żewġ proġetti kbar partikolari, taċ-Ċirkewwa u l-Imġarr.", "Il-proġett fl-Imġarr huwa komplut u nispera li l-aħħar tibdiliet żgħar li għandhom isiru fuq il- vapuri tal-Gozo Channel isiru biex finalment l-investiment li sar minn dan il-pajjiż ikun jista' jitgawda mill-Għawdxin, mill-Maltin u mit-turisti li jgħaddu mill-port ta' l-Imġarr.", "Ix-xogħol fl-Imġarr huwa lest u nispera li fi ftit ġimgħat oħra nkunu nistgħu nibdew formalment nużaw dak it-terminal għax jien naf ix-xogħol li hemm u kemm ġie sabiħ.", "Naturalment dan se jikkontribwixxi wkoll għall-andament pożittiv ta' l-ekonomija Għawdxija.", "Dan l-uffiċċju huwa responsabbli wkoll mill-amministrazzjoni tal-maritime trade centre li smajna ħafna fuqu u probabbilment nerġgħu nisimgħu llejla.", "Pero` tajjeb wieħed ifakkar li l-awtorita` kienet imġiegħla toħroġ mill- uffiċini tagħha fl-2001 meta ġie konkluż il-ftehim bejn il-gvern u l-VISET biex ikunu jistgħu jsiru x-xogħlijiet li saru fil-Valletta Waterfront.", "L- awtorita` marittima qed tuża parti minn dan il-bini għall-uffiċċju tagħha u parti ieħor se jiġi wżat minn organizzazzjonijiet oħrajn privati proprju marbutin ukoll mal-qasam marittimu.", "Se nkomplu għaddejjin bix-xogħol biex niggarantixxu li jkun hemm dawk il-faċilitajiet marbutin ma' dan is-settur.", "L-aħħar direttorat huwa d-direttorat tal-yachting.", "Id-direttorat tal- yachting huwa responsabbli mill-amministrazzjoni tal-yacht marinas f'pajjiżna, mill-ħruġ ta' liċenzji lil dawk li jkunu għaddew mill-courses ta' l-MCAST, u mill-għoti ta' liċenzji lil dawk li għandhom opra tal-baħar ta' iktar minn 100hp.", "Dan id-direttorat irid ikompli jagħti s-sehem tiegħu fl-aħjar interess ta' pajjiżna.", "Matul l-aħħar ftit xhur dan id-direttorat issemma diversi drabi f'dan il-parlament b'mod ħażin.", "Pero` nerġa' nirrepeti li l-awtorita` marittima ndunat li kien hemm problemi fil-ħruġ ta' liċenzji għas-sewqan ta' l-opri tal-baħar, għaddiet l-informazzjoni lill-kummissarju tal- pulizija u ttieħdu l-passi fil-konfront tal-persuni li nstab li kienu nvoluti wara li saru dawn ir-rapporti.", "Dan huwa direttorat li jrid jassigura li jkollna yacht marinas oħrajn f'pajjiżna.", "Fil-jiem li għaddew jien ħadt pjaċir naqra dwar il-pożizzjoni li qed tieħu l-oppożizzjoni fuq il-ħtieġa ta' iktar yacht marinas f'pajjiżna.", "Infatti l-awtorita` marittima ilha għal numru ta' snin taħdem mal-MEPA biex tidentifika s-siti ta' żvilupp possibbli għall-yacht marinas.", "Fil-fatt l-identifikazzjoni saret fl-1994 u, jekk m'iniex sejjer żball, kienu identifikati xi 13 jew 14- il sit.", "Fl-aħħar sentejn jew tliet snin ikkonċentrajna fuq il-possibbilta` li jkun hemm marina oħra fix-Xemxija u marina oħra fl-inħawi ta' Wied il-Għajn.", "F'dan il-perijodu taż-żmien kien hemm l-inizjattivi ta' marinas tal-privat ukoll u hawnhekk wieħed jistenna li finalment nikkonkludu d-diskussjonijiet li għadhom għaddejjin mal-MEPA proprju biex il-ħteġijiet f'dan is-settur mhux biss ikunu identifikati, bħalma ġew identifikati, u analizzati - ħafna mill-analiżi saret diġa` - imma mbagħad ma nħallux xi affarijiet li m'għandhomx valur fil-komplessita` ta' l-attivitajiet marbutin ma' dan il- qasam ixekklu l-possibbilta` ta' żvilupp ta' iktar yacht marinas f'pajjiżna.", "Il-yachting hija attivita` oħra li qed tiżdied fid-dinja kollha, pero` qed tiżdied b'mod qawwi fil-Mediterran.", "Għalhekk għandna l- opportunita` li aħna wkoll nieħdu s-sehem tagħna minn dawn l-iżviluppi u nista' ngħid li mxejna.", "Jekk il-Bambin irid fis-sajf li ġej inkunu nistgħu nagħmlu temporary berths f'diversi portijiet tal-gżira ħalli barranin li ħafna drabi jkollhom id- diffikulta` jsibu fejn jorbtu l-yacht tagħhom, ikollhom fejn jidħlu.", "Dan huwa xogħol li rridu nkomplu għaddejjin bih biex nassiguraw li l- faċilitajiet meħtieġa f'dan is-settur ikunu qegħdin hawnhekk ħalli nkunu l- ħin kollu fuq quddiem anke f'dan l-iżvilupp.", "L-iżviluppi li qegħdin isiru madwarna f'dan is-settur mhumiex żgħar, huma wesgħin ħafna u m'għandniex inkunu aħna li forsi nfixklu lilna nfusna.", "F'dan l-istadju nieqaf hawnhekk minn dawn il-kummenti.", "Issa nisma' lin-naħa ta' l-oppożizzjoni u eventwalment nagħmel ir-rimarki konklużivi.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Jose' Herrera.", "Sur President, fuq dan is-suġġett jiena nħobb inqajjem kemm dawk l-aspetti li huma pożittivi kif ukoll dawk negattivi, pero' li jinteressani l-aktar minn dan is-settur huwa l-aspett finanzjarju.", "Kif kelli bosta okkażjonijiet ngħid f'dan il-Parlament, wieħed mill-ftit setturi li sejrin tajjeb f'dan il-pajjiż huwa dak finanzjarju.", "Infakkar lil dan il-Parlament li matul dawn l-aħħar snin, f'kull żvilupp leġislattiv li sar u f'kull inizjattiva li saret anke min-naħa tal-gvern Nazzjonalista, il-partit Laburista dejjem kien kawt, dejjem apprezza kemm huwa settur sensittiv u dejjem, safejn seta', ikkollabora mal-gvern Nazzjonalista.", "Għalhekk nemmen li l-ġid li tkattar f'dan is-sens huwa wkoll grazzi għall-għajnuna u l-kollaborazzjoni politika ta' non-konfrontazzjoni li użat l-oppożizzjoni Laburista matul dawn l-aħħar snin.", "Jiena naħseb li din l-entita' governattiva hija waħda mill-aktar entitajiet jew aġenziji importanti fil-pajjiż għax tradizzjonalment pajjiżna dejjem kien ċentru marittimu - hemm min jgħid li l-kelma \"Malta\" tfisser port - u allura li wieħed jiżviluppa l-attivita' marittima f'dan il-pajjiż huwa essenzjali għall-ġid ta' dan il-pajjiż.", "Aħna minn dejjem konna niddipendu minn dan il-port, kemm meta konna kolonja - u għalhekk Malta kienet importanti dak iż-żmien – u kemm meta akkwistajna l-indipendenza fis-snin sittin.", "Ftit qabel is-snin sittin kellna waħda mill-aħjar shipyards li kienet teżisti fil-Mediterran u llum grazzi għall-għerf, l-esperjenza u l- entusjażmu ta' l-intrapriża privata, irnexxielna noħolqu l-ewwel niċċa f'dan is-settur, imbagħad industrija u wara kważi rnexxielna noħolqu anke industrija primarja.", "Ta' dan nirringrazzja lil kulħadd inkluż il-Ministru preżenti u dawn preċedenti għalih, fosthom il-mejjet Joe Fenech li kien l- ewwel wieħed li ntroduċa bis-serjeta' l-konċett li Malta sservi bħala reġistru ċentrali għar-reġistrar tal-vapuri.", "Jiena nirringrazzja wkoll lill-partit li jiena qiegħed fih ta' l-għaqal u l- kawtela li wera f'dan l-aspett u anke lill-membri ta' l-awtorita' marittima għalkemm kultant kelli xi head-on collisions ma' xi wħud minnhom.", "Xogħol il-politiku hu li jkollna head-on collisions, jiġifieri xogħoli hu li nikkritika u ġieli nikkritika daqsxejn bil-goff pero' ġieli anke nispiċċa at the recieving end ta' kritika li kultant ma tkunx daqstant f'waqtha u f'lokha imma dik hija l-politika, Sur President.", "Min m'huwiex fil-politika forsi jieħu għalih malajr u jkollu raġun għax la m'huwiex politiku m'hemmx għalfejn jirrispondi, pero' jekk xi ħadd ikollu xi kariga 'l hawn u 'l hinn, dan se jispiċċa suġġett ta' xi kritika.", "Aħna l-politiċi sirna l- hobby tal-media lokali taż-żewġ naħat u anke ta' dawk newtrali, pero' ħaddieħor forsi ma jkunx draha din il-ħaġa u allura jieħu għalih iżżejjed meta ssir kritika minna l-politiċi.", "Ħafna drabi din il-kritika tiġi misinterpretata fis-sens li tittieħed bħala kritika personali filwaqt li kulma tkun kritika għal dak li jkun għamel il- persuna.", "Magħna jiltaqgħu ħafna nies u lobby groups u kulħadd isaħħnek jew jagħtik l-informazzjoni u allaħares ma jkunx hekk għax dak li rridu aħna biex inkunu nistgħu nagħmlu l-iskrutinju tagħna.", "Dak hu xogħolna, Sur President.", "Kultant in-Nazzjonalisti jgħajruna li aħna nkunu ftit personali żżejjed u nesaġeraw daqsxejn fil-kritika tagħna pero' dalwaqt taraw – u jien għaddejt minn din l-esperjenza – li meta naqsmu dawn il-15-il pied li hawn jaqsmuna u mmorru n-naħa l-oħra, il-membri parlamentari tan-naħa tal- gvern li mbagħad jiġu fl-oppożizzjoni se jibdew jużaw l-istess tattika u aħna se nibdew nieħdu għalina u ngħidulhom: Mela intom kollox negattiv taraw?", "Għalhekk, Sur President, hija ħaġa importanti li f'pajjiżna jkollna aktar minn partit wieħed; dik hija d-demokrazija, dak huwa l-pluraliżmu f'sistema demokratika anke jekk ikollok casualties 'l hawn u 'l hinn.", "Jekk ma tintlagħabx din il-logħba ma jkollniex demokrazija.", "Qabel ma nibda nikkritika, Sur President, jiena sejjer insemmi dak li hu tajjeb.", "Hawnhekk hawn l-annual report of activities, u jiena qrajtu dan.", "Mhux se noqgħod nirrepeti dak li hemm miktub ħlief li ngħid li mit-tabella li hawn, għal dak li jikkonċerna l-aspett finanzjarju dirett ta' din l- entita' - jiġifieri r-reġistrazzjoni tal-vapuri – aħna sejrin tajjeb ħafna fis-sens li din is-sena l-ammont ta' vapuri, yachts, super yachts eċċ. irreġistrati laħaq kważi s-27 miljun tunnellaġġ gross.", "Dan mhux l-aħjar rekord li kellna għax l-aħjar kien fis-snin 2000/2002 qabel ma sofrejna nose dive għax bi qbil bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra, emendejna l-liġijiet għal dak li jikkonċerna r-reġistrazzjoni tal-vapuri u qaċċatna ħafna vapuri li kienu jew antikwati jew kienu single hull u dan biex insaħħu l-identita' tal-bandiera tagħna ħalli ma jibqgħux jgħajruna li aħna xi flag of convenience.", "Kif kien mistenni, jiena kont urejt il-preokkupazzjoni tiegħi li għamilna nose dive u għedt li rridu noqogħdu attenti.", "Il-preokkupazzjoni tiegħi sa ċertu punt kienet ġustifikata u sa ċertu punt ma kinitx għax grazzi għall-inizjattiva privata, fl-2005 erġajna bdejna telgħin bil-mod il-mod u fis-sena 2006 tajna spinta 'l quddiem b'żieda ta' kważi 2 miljun tunnellata.", "Issa din is-sena żammejna li kellna qabel pero' ma żidniex daqskemm żidna s-sena l-oħra.", "Is-sena l-oħra jien stess kont bqajt impressjonat dwar iż-żieda.", "Din is-sena żidna ftit eluf u għalhekk għal dak li huwa reġistrazzjoni ta' vapuri għandu raġun il-Ministru Ċensu Galea li jgħid li huwa kuntent.", "Ta' min jgħid ukoll li bejn Ottubru 2006 u Settembru 2007 kellna 558 bastiment li wasal għal total ta' 5.5 miljun plus tunnellaġġ gross.", "Kien hemm xi 24 bastiment li ġew mneħħija imbagħad reġgħu ġew reġistrati probabilment għax kien hemm xi problemi fuq xi regolamenti u dawn ġew solvuti.", "Din is-sena rajna wkoll waħda mill-akbar snin vis-a-vis in-numru ta' cancellations fejn kellna 284 bastiment b'tunnellaġġ ta' iktar minn 4 miljun u dan sinjal tajjeb għax juri li hemm is-serjeta'.", "Jekk vapur m'għandekx tirreġistrah sewwa tagħmel ma tirreġistrahx biex b'hekk nieħdu ħsieb ir-reputazzjoni tagħna.", "Sur President, li hemm ta' interess huwa wkoll kemm saru inspections fis- sena 2006 fejn kien hemm 888 u ġie eżaminat tunnellaġġ ta' kważi 15-il miljun f'370 port f'66 pajjiż differenti b'total ta' 56 bastiment.", "Dan kollu jindika li r-reġistru tagħna huwa ħaj, huwa b'saħħtu u j'Alla jibqa' jikber għax għandu l-backing kollu ta' l-Oppożizzjoni.", "Sur President, meta wieħed jara l-estimi, jistaqsi għaliex l-introjtu mhux daqstant kbir.", "Din is-sena morna aħjar mis-sena l-oħra għax is-sena l-oħra kellna qligħ ta' Lm100,000 plus u din is-sena dan telgħa għal Lm350,000 plus.", "Issa dan mhux xi ammont kbir u minkejja li la jiena tekniku u anqas accountant pero' kont nistenna aktar qliegħ.", "Pero', Sur President, wieħed irid janalizza ftit jirrealizza għaliex qed jiġri dan.", "Hemm impairment charge ta' Lm1.2 miljun plus proġettat għas-sena d-dieħla għall-port taċ-Ċirkewwa u ta' l-Imġarr.", "Dak huwa terminal li minn sena għal sena joħloq piż u ma nistgħu nikkonkluduh qatt u fil-fatt is-sena l-oħra konna nfaqna ftit aktar minn Lm0.5 miljun fuqu.", "Din is-sena, minkejja li se nonfqu aktar fuqu dan il- proġett, xorta għandna surplus għax fil-fatt l-introjtu żdied b'aktar minn Lm400,000 meta wieħed jikkonsidra t-tliet direttorati flimkien.", "Pero' kif għedt, direttament mhux jagħti wisq flus lill-kaxxa ta' Malta.", "Issa hawnhekk, Sur President, nerġa' intenni kif dejjem nagħmel li l-introjtu li jdaħħal il-gvern f'dan ir-rigward – vis-a-vis ir-registration fees eċċ - huwa biss the tip of the iceberg u l-veru introjtu hu dak li jiġi ġenerat indirettament permezz tax-xogħol ta' dawn id-direttorati.", "Għal dak li jikkonċerna d-direttorat tal-portijiet, kellna aktar vapuri deħlin u allura kellna aktar turisti li nefqu aktar flus.", "Apparti hekk, kellna aktar nies jaħdmu fis-settur marittimu fosthom avukati, accountants, skrivani u dan grazzi għaż-żieda fir-reġistrazzjoni tal-vapuri.", "Jekk il-yachting berths jikkontribwixxu tant flus – l-ammont li żidna din is-sena huwa anqas minn Lm10,000 – l-introjtu indirett li jiġi ġġenerat minnu hu ferm aktar u dan kulħadd jafu.", "Sur President, jekk wieħed kellu jgħid x'inhu l-kontribut indirett tas-settur marittimu lil dan il-pajjiż, dan ikollu jbaxxi rasu u jgħid li din hija industrija primarja fil-pajjiż u allaħares ma kellniex din l-industrija.", "Ovvjament, aħna għandna industriji oħra li sejrin tajbin fosthom il-financial services tradizzjonali fejn b'għaqal kbir miż-żewġ naħat, irnexxielna nippriservaw, sa ċertu punt, l- istatus quo għal dik li hija liġi fiskali u ta' taxxa f'dan il-pajjiż b'mod li x-xogħol baqa' ġej u llum għandna kważi 50,000 kumpannija.", "Jiena għidt f'dan il-Parlament li sa ftit tas-snin oħra se jkun hawn aktar kumpanniji milli nies f'Malta għax ir-rata ta' tkabbir f'dik id-direzzjoni sejra.", "Din hi ħaġa tajba ħafna u again seħħet bil-parteċipazzjoni u bi qbil taż-żewġ naħat tal-Kamra.", "Sintendi kritika hemm u nista' nsemmi ċerti niċeċ fi ħdan l-industrija marittima.", "Niċċa importanti ħafna u li ili nħambaq fuqha mindu dħalt f'dan il-Parlament - kważi 12-il sena ilu - hija l-yachting industry.", "Il-yachting industry taqa' taħt direttorat fi ħdan l-awtorita' marittima u din hija full up f'Malta għax ma nistgħux nixorbu aktar minnha minħabba diversi fatturi.", "Sfortunatament, din l-industrija tinsab mitluqa mhux mill- awtorita' imma mill-gvern li naqas milli jagħmel policies f'dan ir-rigward.", "Hu l-Kabinett li finalment jieħu d-deċiżjonijiet primarji għal dak li jikkonċerna l-policies.", "Issa jiena mhux qed ngħid li l-gvern ma kellux affarijiet x'jagħmel f'moħħu pero' pajjiżna huwa żgħir u r-riżorsi tiegħu huma limitati.", "Anzi, minkejja d-daqs tagħna, matul dawn l-aħħar 45 sena mindu sirna indipendenti għamilna l-mirakli.", "Pero' hemm settur li qed jaħrab lill-gvern u għalhekk xi kultant ikun tajjeb li niggżu daqsxejn dwar dan, anke għax rajnieha diversi drabi din, wara li ssir xi kritika mill-Oppożizzjoni u mill-partijiet interessati, ġeneralment jiġri xi ħaġa u għalhekk f'dan il-Parlament mhux dejjem jinħela l-bżieq.", "Il-pressjoni li jirċievi l-gvern kemm mill-Oppożizzjoni kif ukoll mill-partijiet interessati ħafna drabi – aktar iva minn le – tissarraf f'xi ħaġa.", "L-industrija tal-yachting f'Malta tista' tisplodi 'l quddiem u min- niċċa ssir xi ħaġa akbar.", "Meta dħalt f'dan il-Parlament, is-servizzi finanzjarji konna ngħidulhom niċċa żgħira u ara llum kif splodew, Sur President.", "Per eżempju l-online betting waħdu jikkontribwixxi kważi 7% tal- gross domestic product tagħna.", "Sirna qisna Monte Carlo!", "Ħaġa li lanqas titwemmen, Sur President.", "Illum min jiġi jgħid li s-servizzi finanzjari huma xi niċċa ma jafx x'inhu jgħid għax jekk wieħed jibqa' jara din ir-rata ta' tkabbir, din l- industrija se tegħleb l-industrija tat-turiżmu.", "Issa l-punt tiegħi huwa li l-yachting ukoll jista' jiżviluppa f'pajjiżna u jsir industrija primarja.", "Min jifhem fil-yachts m'humiex kuntenti bil-performance tal-gvern, tant li ftit żmien ilu deherilhom li kellhom joħolqu yachting and service trade section fi ħdan il-Malta Chamber of Commerce, u dan għax il-gvern mhux qed jagħti kas din l-industrija.", "Huma qaluha mhux jiena, Sur President.", "Issa dawn m'humiex xi Laburisti.", "Dawn huma nies li ħafna minnhom involuti fil- yachting jew bħala hobby jew għax għandhom in-negozju f'dan il-qasam.", "Dawn m'humiex kuntenti bil-performance tal-gvern f'dan il-qasam u unanimament deherilhom li fl-interess ta' l-industrija kellhom joħolqu għaqda fi ħdan il-Malta Chamber of Commerce.", "Kemm hu importanti dan is-suq, Sur President?", "Għandna per eżempju ż-żieda fis-super yachts li hija xi ħaġa moderna tal-late 80s u early 90s.", "Qabel konna nistgħaġbu b'yacht ta' bejn it-30 u l-40 pied imma illum għandna super yachts li jkunu twal sa anke 100 pied u mill-1999 sa l-2004, kien hemm żieda ta' 80% f'dawn il-yachts u 12% minnhom kienu super-sailing boats.", "F'sena jinbnew 17.5 mili ta' yachts u din l-industrija toħloq - għal dak li huwa crew members - xogħol għal 7,000 ruħ.", "Issa din l-għaqda l- ġdida qed tgħid u nikkwota:", "\"An open and affable relationship between the trade section and the governments, which regrettably so far has been non-existing, is instrumental.\".", "Dawn qed jgħidu li bejnhom u l-gvern lanqas biss komunikazzjoni m'hemm.", "Issa f'Malta għandha 1701 irmiġġ; 214-il irmiġġ fil-Grand Harbour Marina, 789-il irmiġġ fl-Imsida Marina u Ta' Xbiex, 400 f'Manoel Island, 188 fl- Imġarr, Għawdex u 110 f'Portomaso.", "L-awtorita' marittima tikkontrolla 877 u l-privat 727, kważi daqshom, u għalhekk qed ngħidu li wasal iż-żmien, u naqbel personalment, li dan id-direttorat tal-yachting jiġi privatizzat.", "Sur President, hawnhekk għandna problema għax għandna aktar minn 300 talba għall-irmiġġ u dan mingħajr ma qgħadna mmorru nsibu n-nies biex jiġu Malta, anzi pjuttost ngerrxuhom għax ninsabu full house.", "Il-marinas tagħna lanqas huma biżżejjed biex jakkomodaw il-Maltin kollha, u li hemm inkwetanti hu li għalkemm din hija industrija li hija intiża biex tattira l-barrani ħalli jiġu bis-super yachts tagħhom u b'hekk inżidu t-turiżmu ta' kwalita', 90% tal-berths tagħna huma tal-Maltin filwaqt li 10% biss huma tal-barranin.", "Issa skond din l-għaqda, biex ikollna forma oħra ta' investiment barrani, din trid tinżel għal ratio ta' 60% Maltin u 40% barranin.", "Aħna għandna kompetizzjoni sfrenata minn Sqallija, it-Tuneżija u issa se jkollna wkoll il-Libja u dawn f'kull biċċa toqba li jsibu qed joħolqu l-marinas mingħajr ma jaffettwaw l-ambjent.", "Din hija problema serja u għalhekk qed niddedika ħafna ħin fuqha.", "X'jista' jsir?", "Irridu nżidu l-marinas, u għandna fejn.", "Għandek siti fix-Xemxija, fi Sliema Creek, fil-Kalkara, f'Marsascala u fil-Qala f'Għawdex.", "Jekk m'hemmx siti, nistgħu nagħmlu bħalma għamlu pajjiżi oħra fejn jew għamlu speċi ta' land reclamation jew inkella artificial marinas.", "Ma nistgħux ma nagħtux kas ta' dawn l-affarijiet, Sur President.", "Imbagħad għandek ukoll il- kwestjoni tas-sailing yachts u dawn niche differenti għax irid ikollok il- quay u allura jrid ikollok tip ta' berths adegwati.", "Illum il-yachting sar popolari ħafna, Sur President.", "Kif dejjem ngħid, jiena dilettant tal-baħar u niftakar li fis-snin 70 u 80, is-sailing beda jispiċċa u kulħadd beda jaqleb għall-motor yachts u cabin cruisers imma llum, forsi għax għola l- petrol, kulħadd qed jerġa' jbiddel il-cabin cruiser tiegħu għal sail boat.", "Malta għandna biss il-potenzjal biex inżommu 270 sailing yacht li huwa ammont redikolu għal pajjiż.", "Issa ż-żewġ naħat diġa' għandhom pjanijiet ta' x'jixtiequ li jsir u aħna għandna blue print ottimu ta' x'irridu nagħmlu bil-Port il-Kbir u b'Tas-Sliema.", "Hemm trid tagħmilhom il-proġetti, Sur President, u hawnhekk irridu nitkellmu ċar għax lil Malta rridu nagħmluha state of the art.", "Malta trid tkun an up market destination għax għandek ftit minn kollox.", "Għandek l-aqwa sit fid-dinja fejn tapprezza l-istorja min- neolitiku sar-Rumani u mill-Kavallieri sa l-Ispanjoli.", "Hawnhekk għandek storja li naħseb imkien fid-dinja ma ssibha daqshekk kompressa f'pajjiż żgħir bħal dan.", "Aħna għandna bajjiet verament sbieħ, għandna xi 200 kilometru ta' kosta, għandna l-casinos u għandna nightlife tajjeb għalkemm ikkontrollat iżżejjed fl-opinjoni tiegħi.", "Dan kollu juri li Malta għandha potenzjal ta' destinazzjoni li tattira top quality tourists.", "Għal dawn tal-yachting għandek il-Menqa u Xatt il-Faħam ġewwa l-Marsa fejn nistgħu nagħmlu marina with hard standing facilities, u marina bħal din tkun tista' tikkejterja għal qualsiasi yacht minn 10 sa 100 metru.", "Dażgur li għandna fejn nagħmluhom dawn l-affarijiet.", "Jiena mort Dubai u anke Monte Carlo - pajjiż ta' 7 square kilometres – u dawn għandhom aktar irmiġġi milli għandna f'Malta.", "Dawn sempliċiment għamlu reclamation ta' l-art u estensjonijiet tal-pontoons li baqgħu ħerġin 'l barra.", "Jiġifieri f'pajjiż li fih daqs 2% tagħna, dawn għandhom kważi 3,000 berth.", "Għalhekk l-iskuża li pajjiżna huwa żgħir hija ħmerija u ma naċċettahiex, Sur President.", "Min jirraġuna hekk għalija huwa imbeċilli speċjalment għax aħna qegħdin fl-aħjar post għal din it-tip ta' attivita'.", "Hu veru li tlifna d-deroga li kellna fuq il-VAT fuq il-fuel u allura l- bunkering qed ibati, pero' pajjiżna għandu fama għal dawk li huma servizzi ta' ship handling, docks u spray painting.", "Fil-fatt għall-ispray painting ġew l-aqwa yachts fid-dinja ta' l-akbar biljunarju fid-dinja, u dan għax it- tradizzjoni Maltija hija apprezzata fost il-barranin.", "Aħna rqadna fuqu dan is-suġġett, Sur President.", "Issa hawnhekk mhux qed ngħid li l-gvern jew l- awtorita' m'għamlet xejn għax kif għedt, saret leġislazzjoni tajba u b'kawtela biex insalvaw il-bandiera tagħna anke bis-saħħa tal- kollaborazzjoni tagħna.", "Imma l-yachting qishom rawh bħala niċċa żgħira ħafna ta' l-industrija marittima f'pajjiżna.", "Bilfors taraha hekk jekk 10% biss tal-berths tagħna huma tal-barranin!", "Għandi ħafna avukati kollegi tiegħi li qed jaħdmu f'dan is-settur u jekk taraw l-estimi taraw li qed jirreġistraw il-yachts għax hemm vantaġġi fiskali - li mhux il-mument li nispjegahom - f'Malta u f'żewġ pajjiżi oħra fl-Ewropa li jaqblilhom jagħmlu hekk u allura hemm ħafna avukati - u nneħħilhom il-kappell – li jduru l- fieri tad-dgħajjes kull fejn isiru u jattiraw vapuri u yachts biex jiġu reġistrati Malta.", "Hemm eluf li ġew reġistrati f'Malta, u jekk tmur illum fiera tad-dgħajjes tieħu pjaċir tara li kważi minn kull erba' yachts, waħda jkollha l-bandiera Maltija.", "Din hija inizjattiva ta' professjoni legali u nieħu pjaċir narahom sejrin tajjeb.", "Pero' ma nistgħux nattiraw il-yachts hawnhekk jekk imbagħad m'għandniex fejn nagħmluhom, Sur President!", "Veru li bħalissa kull m'għandna 170 yacht imma jekk dan is-settur jiżviluppa, il-gvern irid jirregola u mhux jimmaniġja għax il-gvern ma jistax jagħmilha tan-negozjant, anke għax la fin-naħa tal-gvern u anqas fin-naħa tagħna m'għandna negozjanti u forsi wasal iż-żmien li jkollna xi żewġ negozjanti hawn ġew ħalli jkollhom l-IQ tan-negozju u mhux teorija biss.", "Jeħtieġ li l-gvern ikollu l-fiduċja fin- negozjant u fil-professjonista Malti għax meta dawn tajniehom l-għodda leġislattivi, dawn ibbrillaw aħjar minn kwalsijasi pajjiż fid-dinja, u dan jgħodd kemm għas-servizzi finanzjarji u kemm għas-settur marittimu.", "Hija fin-natura tal-Maltin li nħobbu mmexxu għar-rasna.", "Jekk timpjega ħaddiem jorqodlok imma jekk tagħtih l-inizjattiva, iħawwadlek 'l hawn u 'l hemm u finalment jibbrilla.", "Il-gvern irid joħloq l-istate of the art facilities bħal m'hemm f'Portofino fl-Italja, u niġu aħjar minnhom għax huma għandhom biċċa villaġġ u hawnhekk għandna swar kullimkien.", "Jiġifieri jekk il-gvern jipprovdi erba' portijiet tajbin u vojta, m'għandux għalfejn jinkwieta għax l-entrepreneurs u x-ship chandlers Maltin malajr jimlewhom kollha f'kemm trodd sablib u malajr jgħidulek li jridu iżjed.", "Hu tajjeb li qed jittieħdu numru ta' iniżjattivi sportivi bħal Middle Sea race u l-Euro-Med ta' taħt is-sittax-il sena li jitfgħu d-dawl fuq Malta.", "Pero' anke hawn, l-awtorita' marittima trid tiffoka ftit u tagħmel il-pubbliċita' għax anke f'dan il-kamp sportiv għandek l-istilel.", "U minn hawnhekk insellem lin-nies bħal per eżempju, Ripard u Podesta li ħadu l-inizjattiva u poġġew lil Malta fuq il-mappa.", "Dwar dawn in-nies qatt ma nisimgħu xejn imma rridu nirrikonoxxu l- abilitajiet tagħhom li rnexxielhom jinfiltraw id-dinja ta' l-isport marittimu.", "Sfortunatament il-gvern qisu ma jagħtix kas.", "Lanqas għandna yachting club suret in-nies, Sur President.", "Jien mort xi sitt yachting clubs u kollha state of the art kienu filwaqt li hawnhekk għandna biċċa yachting club li qed jaqa' biċċiet u issa suppost se jsir xi ħaġa fuq Manoel Island pero' ma nafx eżatt fejn.", "Darba ġew jgħiduli, ktibt u ħadu għalihom u ma nafx x'ġara eżatt.", "Il-punt hu li lanqas yachting club state of the art m'għandna u dan ma jkunx hemm biex in-nies imorru jieklu jew jilagħbu l-billiard; imma dan ikun ċentru ta' attivita'.", "Dawn huma nies bil-flus li mdorrijin b'ċertu lifestyle u li jħobbu jiffrenkwentaw ċerta soċjeta' u rridu nipprovdu għalihom biex inġibuhom f'Malta ħalli l-flus tagħhom jonfquhom hawnhekk u jaqilgħuhom il-Maltin.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sur President, meta jkun se jiġi diskuss suġġett relattat mas-settur marittimu ta' pajjiżna jew ma' dak li għandu x'jaqsam ma' l- operat ta' l-awtorita' marittima wieħed jagħmel żball jekk jaħseb li dan huwa suġġett li jolqot biss lil dawk li joperaw jew jaħdmu f'dan il-qasam jew lil dawk iċ-ċittadini li jgħixu fil-viċinanza tal-portijiet.", "Din hija idea żbaljata għall-aħħar fil-każ ta' pajjiżna għax dak li jseħħ fil-qasam marittimu għandu impatt dirett fuq iċ-ċittadini kollha Maltin u Għawdxin, u għalhekk iċ-ċittadin għandu jiftaħ għajnejh sabiex isegwi x'qed jiġri.", "Jien hawnhekk nistħajjel liċ-ċittadin jistaqsi: Imma kif jolqotni lili dak li jsir mill-Malta Maritime Authority u mill-ministru li għandu taħtu din l- awtorita'?", "Iva jolqtu bis-sħiħ għax dak kollu li jsir jinfluwenza direttament l-għoli tal-ħajja, il-prezz ta' l-ikel, tax-xorb u dak kollu li jiġi importat inkluż il-materja prima bħall-injam.", "Dan peress li l-klima fil-portijiet tagħna tinfluwenza sew l-andament tas-suq kif ukoll dak ta' l- importaturi.", "Tinsewx li l-maġġoranza ta' l-affarijiet li nixtru u nikkonsmaw f'pajjiżna ikunu ġejjin minn barra u jekk il-gvern iżid xi taxxa jew tariffi, dawn jgħaddu mill-ewwel fuq il-konsumatur u jiġu riflessi fil- prezz bħalma qed jiġri fil-każ tal-fuels.", "Dak li jsir fis-settur marittimu jinfluwenza kemm flus jiġu lejn il-pajjiż sew f'dak li għandu x'jaqsam mad- dħul dirett li għandu l-gvern mir-reġistrazzjoni tal-bastimenti fosthom ħruġ ta' liċenzji, kif ukoll dawk il-flejjes li jibqgħu fil-pajjiż wara li jkun ingħata xi forma ta' servizz.", "Dan ikopri wkoll kull tip ta' servizz minn kiri ta' berthing għall- jottijiet sa sbarkar ta' merkanzija u containers.", "Sur President, dan id- dħul li qabel kien jidħol direttament fil-kaxxa ta' Malta sabiex jagħmel tajjeb għall-benefiċċji li żmien ilu daħħal gvern Soċjalista, issa qed jiġi mnaqqar u sparpaljat mill-amministraturi tal-Malta Maritime Authority u l-ministri tal-gvern.", "Għalhekk il-poplu għandu jkun interessat x'inhu jiġri u l-Oppożizzjoni għandna proprju dmir li tikxef l-iskandli li qed isiru f'dan ir-rigward.", "Fl-aħħar mill-aħħar dak li jsir fis-settur marittimu jinfluwenza lil kulħadd, hu x'inhu l-livell u s-sors ta' l- għajxien tiegħu, Sur President.", "Jekk il-klima fis-settur marittimu tibqa' kif inhi mhux talli ma jersqux investituri 'l hawn sabiex jiftħu u joħolqu xogħol għaż-żgħażagħ u l-familji tagħna, talli anke dawk li għandna diġa' jitilqu, u dan għax pajjiżna m'għadux kompetittiv.", "Sur President, sena wara sena l-gvern ma solviex il-problemi li kien hemm, la dawk li qegħdin jiffaċċjaw l-importaturi u l-industrijalisti u lanqas dawk marbutin ma' l-importazzjoni, l-esportazzjoni jew xogħol ieħor konness mal-portijiet.", "Il-klima fil-portijiet f'dawn l-aħħar snin kienet waħda ostili għall-aħħar u l-politika strateġika tal-gvern Nazzjonalista kienet immirata biss biex tifred u tipprova ċċappas lil dak u lil ieħor.", "Din kienet tattika bla ebda pjan ta' kontiġenza li ma tħallix riżultati fit-tul għax sabiex joktor tassew il-ġid, il-gvern kellu jara li jgħaqqad l- istakeholders kollha u mhux jaħdem sabiex isir il-kontra.", "Dan huwa settur ferm delikat u wieħed irid isib l-aħjar bilanċ.", "Wieħed ma jridx jinsa li l- industrijalist f'pajjiżna u dawk li jimmanufatturaw xi prodott jiddependu minn dan is-settur sew sabiex idaħħlu l-materja prima kif ukoll biex jesportaw il-prodotti li minnhom jiddependu l-pagi tal-ħaddiema Maltin u Għawdxin.", "Għalhekk qatt ma kien hemm lok għall-konflitti, u l-politika li mexa biha l-gvern Nazzjonalista għamlet ħafna ħsara lil pajjiżna.", "Sur President, illum quddiemna għandna l-estimi u r-rapport annwali ta' l- awtorita' marittima li issa ilha mwaqqfa għal aktar minn ħmistax-il sena u li kellha tkun strument sabiex isiru r-riformi meħtieġa.", "Naħseb li almenu naqblu li ħmistax-il sena suppost kienu biżżejjed sabiex tilħaq l-għanijiet tagħha, imma kif naraw mir-rapporti ta' kull sena, dawn saru qishom photocopies tas-sena ta' qabel u dan juri li l-gvern hu xiħ u xott mill- ideat.", "X'għamlet bi flus il-poplu din l-awtorita'?", "Tabilħaqq jispikka l- isparpaljar ta' flus il-poplu fuq proġetti fantażma li damu snin bla ma tlestew u li qamu lit-taxpayers ferm iktar milli suppost, jew inkella proġetti li baqgħu fuq il-karti ta' wegħdi fiergħa, propaganda qarrieqa u statistika vvizzjata sabiex tintuża bħala strument ta' propaganda għall- gvern.", "Kien hemm tberbiq ta' flejjes enormi u abbużi serji tal-fondi pubbliċi li minflok spiċċaw fil-kaxxa ta' Malta sabiex jagħmlu tajjeb għat-tbatijiet li għaddej minnhom il-poplu, dawn marru għand kuntratturi rinomati biex iħallsu l-elettriku ta' ċerti nies - u l-uffiċċjali jafuh dan - biex jiffinanzjaw l-uffiċini lussużi għal tal-qalba u sabiex jagħmlu tajjeb għal promozzjonijiet ta' dawk li ma jistħoqqilhomx u għall-allowances u l- overtime għal tal-qalba, inkluż dawk li kapaċi jikkonvertu l-ilma f'whisky.", "Imbagħad il-ħaddiema kapaċi, kwalifikati u li għandhom il-ħeġġa li jaħdmu - hu x'inhu l-kulur politiku tagħhom - jaqilgħu bis-sieq u ma jħalluhomx jaħdmu għax ta' fuqhom jafu li dawn kapaċi u kwalifikati aktar minnhom imma m'humiex fiċ-ċirku tagħhom allura fl-interess tagħhom li jkasbruhom u jħalluhom jagħmlu xogħol inferjuri.", "Min-naħa tagħna diġa' għedna li dawn l-affarijiet ma naqblux magħhom u nemmnu li min hu kapaċi u min irid jagħti sehmu, hu x'inhu l-kulur politiku tiegħu, aħna lesti li mhux talli ngħinuh talli nkunu kuntenti bih.", "Imbagħad hemm każijiet ta' nies li jintbagħtu barra biex jistudjaw u li jħallsuhom il-belli liri biex imbagħad jiġu lura u ma jibqgħux jaħdmu mal- MMA.", "Dawn ikunu nies tal-qalba wkoll għax m'hemmx politika hawnhekk, trid tkun taċ-ċirku ta' ġewwa.", "Naħseb li n-nuqqas ta' kontabilita' hija l-aktar ċertifikat li jistħoqqilha l-Malta Maritime Authority vis-a-vis ix-xogħol li għamlet tul dan iż-żmien kollu.", "Forsi dan kien il-veru għan li għalih twaqqfet din l-awtorita', u ċioe' li sservi bħala paraventu għal gvern Nazzjonalista sabiex ikun jista' jħawwad u jagħmel li jrid mingħajr ma jkollu għalfejn jagħti kont ta' għemilu.", "Ma tgħaddix ġurnata li ma nisimgħux b'xi skandlu jew abbuż u Alla jbierek dejjem l-istess ministri tal-gvern jissemmew.", "Il-Prim Ministru min-naħa l- oħra jiddefendihom kien u jiddefendihom baqa' anke fl-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż, basta jipprova jagħti l-impressjoni li jrid it-trasparenza u li jrid jieħu passi fejn hemm il-ħażin.", "Imma meta niġu għas-si u n-no insibu li dan il-gvern qed juża l-camouflage biex jgħatti l-ħniżrijiet li qed isiru.", "Lill-poplu Malti u Għawdxi nistaqsih: Hekk trid tibqa', tara dan il- ħmieġ u serq kollu u jibqa' ma jsir xejn waqt li ċ-ċittadin onest irid jara kif se jlaħħaq mal-ħajja?", "Il-poplu jrid jibqa' jara gvern Nazzjonalista impotenti kontra dawk li qegħdin jagħmlu profitti kbar u jsiru sinjuri minn fuq dahru?", "Il-poplu jrid gvern mutu fejn il-ħażin kien u għadu jirrenja?", "Sur President, l-għażla hi tassew f'idejn il-poplu.", "Jiena mhux se noqgħod naħli l-ħin nelabora fuq r-rapport finanzjarju ta' din l-awtorita' għax il-figuri jixhdu waħedhom kemm l-ispiża marret 'il bogħod minn dak li kien stmat li se jintnefaq.", "Forsi ħadu żball imsieken!", "Variations isejħulhom imma jiena ngħidilhom żball sabiħ!", "Żball fejn hemm il-miljuni ta' liri not accounted for?!", "Min jaf fejn marru dawn l- variations u l-infiq tal-flejjes u f'liema bwiet spiċċaw?!", "Mhux din biss hemm Sur President, għax anke fejn jirrigwarda l-operat funzjonarju ta' din l-awtorita' kien hemm falliment sħiħ.", "Jekk wieħed jara u jagħsar l- attivita' li għamlet l-awtorta' marittima ma jsib xejn ħlief twaħħil ta' xi baga 'l hawn u ftit dawl 'l hemm.", "Mill-bqija ilna snin naraw l-istess faqar fir-rapporti ta' l-awtorita' marittima.", "Dawn qalu li għamlu xogħol li għandu x'jaqsam mad-direttivi u regolamenti ta' l-Unjoni Ewropea.", "Ilhom mill-1999 jgħiduh dan, aktar minn 15-il sena!", "Fejn qegħdin issa?", "Wasalna jew ma wasalniex?", "Kif jgħid il-Malti, li l-giddieb għomru qasir.", "Ir-rapporti annwali tal-Malta Maritime Authority, inkluż dak ta' din is- sena, jiżvela biċ-ċar li għadna ma wasalniex.", "Tant hu hekk li huma stess qed jammettu, għax ħlief riferenzi għal proġetti mill-fondi ta' l-Unjoni Ewropea, u jaraw x'qed isir f'pajjżi oħra sabiex niġu konformi mad- direttivi ta' l-Unjoni Ewropea m'hemmx.", "Huma stess f'dan ir-rapport qegħdin jgħidu lill-poplu Malti li erba' snin wara s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea għadna mhux konformi ma'regoli li jmorru lura għas-snin 90.", "Aħseb u ara kemm l-awtorita' marittima hija lesta għal work programme ta' l-2008 ta' l-Unjoni Ewropea fejn għandu x'jaqsam il-qasam tat-trasport marittimu!", "Lanqas biss abbozz ta' pjan m'għadhom għamlu dwar dan.", "Per eżempju, hemm id-direttiva ta' l-1995, il-95/64/EC, fir-rigward ta' l- istatistika li tikkonċerna l-carriage of goods and passengers by sea.", "Ilhom snin jippompaw u jiftaħħru kemm daħlu vapuri u kemm ġew turisti mal- cruise u passenger liners imma kemm fil-fatt niżlu turisti?", "Dan hu li jimpurtahom il-Maltin.", "U l-Għawdxin, minsijin?", "Għalhekk ngħid li l- istatistika hija vizzjata u qiegħda tintuża għall- propaganda.", "Hawnhekk tajjeb niġbed l-attenzjoni li anke l-proċeduri li qegħdin jużaw biex jonfħu dawn il-figuri jmorru kontra l-annex I ta' l-istess direttiva u anke kontra regulation EC/1882 ta' l-2003, kontra l-commission decision 2005/366/EC u mhux inqas kontra d-direttiva 2002/6/EC fir-rigward ta' reporting formalities for ships arriving in or departing from ports of member states.", "Anke fil-każ ta' l-IMO convention, l-affarijiet mhux qegħdin isiru kif suppost.", "Sur President, il-kummissjoni Ewropea resqet u wriet kemm-il darba t- tħassib tagħha fil-każ ta' Malta mhux biss fir-rigward tad-direttivi li jmorru lura għas-snin 80 fir-rigward ta' l-unfair pricing practices in maritime transport, council regulation EEC/4057/86, imma anke għal direttivi u regolamenti oħra li għandhom x'jaqsmu mal-kompetizzjoni ġusta u l-prattiċi diskriminatorji bħal parallel imports u affarijiet oħra.", "Tant qed jibżgħu li jinqabdu fil-gideb li kemm il-Ministru, kemm l- amministratturi fil-Malta Maritime Authority kif ukoll il-gvern Nazzjonalista qegħdin iżommu milli tittieħed azzjoni.", "Anke fil-każ tar- regulation no. EC/789 ta' l-2004 fuq the transfer of cargo and passenger ships between registers within the community, il-gvern Nazzjonalista jinsab imwerwer minħabba l-fatt li l-qagħda preżenti hi ferm 'il bogħod mill- ispirtu ta' dan ir-regolament li kien twaqqaf sabiex jara li jiġu eliminati l-barrieri tekniċi u burokratiċi li qegħdin joħonqu l-kompetittivita' imparzjali u l-kummerċ ġust fil-portijiet tagħna.", "Bħalissa kulħadd mutu fir-rigward ta' l-impatti li se jkollhom fuqna l- provvedimenti tar-regolamenti msemmija.", "Kultant ikun hemm gazzetta li ġġib xi ħaġa avolja jiena ngħid bi strateġija għaliex jidher li ħafna mill- gazzetti jintużaw mill-partit Nazzjonalista biex jippruvaw jiskuraw l- partit Laburista u fejn hemm affarijiet maħmuġin min-naħa tal-partit Nazzjonalista, jipprovaw iħalluhom barra.", "Pero' għallinqas fit-3 ta' Diċembru, it-\"Times\" azzardat tgħid:", "\"Final Warning to Malta over port security\".", "Issa din hija dwar id-direttiva 2005/65/EC dwar il-port security.", "Fit- \"Times\" jintqal hekk:", "\"European Commission has issued its final warning to Malta to make its ports conform to EU security standards.", "If the island fails to transpose these obligations to the national law and observe them in two months time, the commission may decide to refer the issue to the European court of Justice.", "Malta had until the middle of last June to transpose the directives 2005/65/EC .\".", "Imbagħad din il-gazzetta ġabet il-kumment tal-gvern fejn intqal hekk:", "\"The government has said that in order to minimize the costs, Malta has included proposals for financing such studies and security equipment under the structural funds.\".", "Ħa nerġgħu nagħmlu l-istudji, Sur President.", "Issa dawn suppost wettaqnihom u x'inhi r-risposta tal-gvern?", "Li se nużaw il-fondi biex nagħmlu l-istudji.", "Dawn għandhom jammettu li ma żammewx mad-direttivi u dejjem joħorġu bl- istess kantaliena u ċioe' li se jużaw il-fondi ta' l-Unjoni Ewropea biex jagħmlu l-istudji.", "Hawnhekk lill-poplu Malti nistaqsih xi jfisser u jsarraf dan kollu?", "Dan ifisser li pajjiżna qed jitlef il-kredibilita' tiegħu mal-komunita' marittima internazzjonali u ma' l-aġenti u kumpanniji multi-nazzjonali.", "Għalhekk ix-xogħol fil-portijiet tagħna qiegħed dejjem jonqos, Sur President, u mhux imbilli joqogħdu jiftaħru.", "Bil-Malta Maritime Authority b'kollox u bil-ftaħir li Malta qegħda t-tieni fl-Unjoni Ewropea u fost l-aqwa għaxar pajjiżi fid-dinja fil-qasam tar-reġistrazzjoni tal- vapuri, insibu li mhux qegħdin tajjeb fir-rigward tal-konformita' mad- direttivi ta' l-IMO, tas-SOLAS ta' l-1974 jew tal-MALPOL 73/78?", "Morru araw kif u kemm qegħdin ninfurzaw ix-ship safety standard.", "Xi ħaġa tal-mistħija, Sur President!", "Imbagħad jiġri xi każ bħalma ġara fil-każ ta' l-Erika li ssemma' illum jew każijiet oħra fejn vapuri ġew reġistrati Malta jew għaddew minn pajjiżna u wara ftit għerqu u kulħadd jipponta subgħajh lejn dak u lejn l-ieħor.", "Hekk se jiġrilu l-gvern Nazzjonalista, jegħreq ukoll bħal dawn u hekk se jagħmlu dawn, jippuntaw subgħajhom.", "John Dalli jipponta subgħajh lejn il-Prim Ministru Gonzi u l-Prim Ministru Gonzi jipponta lejn John Dalli.", "John Dalli jipponta subgħajh lejn Joe Saliba eċċ; hekk se jiġrilhom!", "Sur President, anke l-istess statistika tikxifhom dawn.", "Għalhekk dawn jistħu u ma jirrappurtawx xieraq fil-gazzetti tagħhom jew jeskludu diskors li jingħad minn naħa ta' l-Oppożizzjoni, aġir anti- demokratiku u tal-mistħija.", "Hawnhekk tajjeb li nfakkar x'kien ġara meta kien hemm il-konferenza internazzjonali tad-Dockers' Union fejn dawn ġew indirizzati mill-ministru, minni - bħala kelliem ta' l-Oppożizzjoni – u minn Dr. George Abela bħala l- avukat legali tad-Docker's Union ta' pajjiżna u filwaqt li d-diskors ta' Dr. Abela ġabuh – u sewwa għamlu – id-diskors tiegħi bħala rappreżentant ta' l-Oppożizzjoni, it-\"Times\" u l-gazzetti l-oħra ma ndenjawx ruħhom iġġibuh.", "Dan huwa l-professjoniżmu fil-gazzetti ta' pajjiżna!", "Din hija l- imparzjalita' f'pajjiżna!", "L-istess jgħodd għal dak li jintqal fil-Parlament u dan għaliex dawn qed jiġu dahrhom mal-ħajt.", "Jiena hawnhekk nixtieq nistaqsi u nistenna risposta: Kemm kien hemm refusals u kemm kien hemm reports of non-compliance fir-rigward ta' ship safety standards?", "U dan mhux fl-aħħar sena biss imma tul il-15-il sena li ilha mwaqqfa l-Malta Maritime Authority.", "Kemm kien il-persentaġġ meta mqabbel ma' kemm vapuri ġew reġistrati jew dawk li għaddew mill-ibħra tagħna u kemm ġew spezzjonati?", "La qed insemmi r- reġistrazzjoni tal-vapuri, tajjeb li nerġa' nagħmel riferenza għal meta l- gvern u l-ministru tant ftaħru li bastimenti 'il fuq minn 25 sena mhux qed jiġu reġistrati, imbagħad saret u-turn għaliex dawn bdew jiġu reġistrati xorta waħda meta jkunu mressqin minn aġenzija partikolari.", "Din hija xi ħaġa tal-mistħija!", "Mela l-ewwel il-Ministru jgħid li hu kontra li jiġu rreġistrati dawn il-vapuri imbagħad issib li qed jiġu rreġistrati u flok ma' dan jinvestiga, jikteb lill-Kummissjoni ta' Kontra l-Korruzzjoni, meta jaf li din bla snien u ma tista' tagħmel xejn f'dan il-każ.", "Jekk jien immur għand aġenzija biex tirreġistrali l-bastiment u din l-aġenzija tmur għand l- MMA u ma jirreġistrawulix, imbagħad immur għand aġenzija oħra u din l- aġenzija tmur għand il-Malta Maritime Authority u tirreġistrahuli, għall- Kummissjoni ta' Kontra l-Korruzzjoni din mhix korruzzjoni.", "Mela għalfejn din il-kummissjoni qed titħalla tintuża bħala paraventu?", "Jien fil-Parlament staqsejt biex uffiċjalment jgħidu jekk din hijiex korruzzjoni jew le u għadni ma ngħatajtx risposta.", "Mela ejja ma nużawx il-Parlament u l-Kummissjoni ta' Kontra l-Korruzzjoni biex naħbu l-affarijiet!", "Ilqa' l- istedina!", "Ejja nagħmlu kummissjoni parlamentari ħalli ninvestigaw l-operat tal-MMA!", "Tkunux cowards!", "Uru li inthom trasparenti!", "Ejja nagħmlu kummissjoni parlamentari għax hemm ħafna ħniżrijiet u abbużi fil-MMA u dawn irridu naqtgħuhom aħna.", "Dak li rridu, Sur President.", "Irridu li flus il- poplu ma jintnefqux bl-amment u ma jmorrux għand min qed isir sinjur u sar sinjur minn fuq dahar il-poplu.", "Irridu naraw li l-affarijiet isiru sew.", "X'għamlet l-MMA fir-rigward ta' 94/57/EC.", "Qed nitkellmu fuq direttiva ta' l- 1994 li tirrigwarda l-common rules and standards for ship inspections and surveys, organisations and for other relevant activities li ġiet emendata fl-aħħar fl-2002, sena qabel ma Malta saret membru sħiħ fl-Unjoni Ewropea.", "Naħseb li l-MMA għadhom qed jistudjaw kif se jadottaw jew jagħmlu xi proġett ma' l-Unjoni Ewropea sabiex jitgħallmu.", "Tafu li lanqas mezzi m'għandhom sabiex dawn ikunu jistgħu jiġu mplimentati kif suppost?", "Min jaf x'inhu għaddej mill-portijiet tagħna u l-ibħra tagħna?", "Fejn huma l-NGOs dawk li tant kienu jitkellmu qabel?", "Mhux biss kellna u għandna kodiċi ta' prattika ħażina għall-aħħar, talli ħlief abbużi u flus għaddejjin minn taħt l-idejn bejn ċerti kumpanniji u aġenti u persuni ingaġġjati ma' l-Awtorita' Marittima m'hawnx!", "Mhux ta' b'xejn dawn ma jgorrux bil-għoli tal-ħajja, Sur President!", "Buthom imfawwar bil-flus!", "Hawnhekk nerġa' ndur fuq il-poplu u nistaqsih: Taf x'ifisser dan kollu?", "Jien ċert li ma jafx bil-konsegwenzi kollha.", "Immaġinaw għal mument li jegħreq tanker viċin Malta u jitlaq tunnellati ta' żejt bl-ibħra tagħna; x'jiġri mill-industrija tat-turiżmu tagħna?", "Il-ħsara tkun irreparabbli aktar u aktar meta kellna l-opri biex jieħdu ħsieb dawn l-affarijiet u issa krejniehom.", "Tafu li għerqu vapuri mimlijin bil-kimika u allajbierek ħadd ma tkellem?", "Min jaf kemm-il container u vapuri li jġorru tagħbija bi splussivi jew kimiċi perikolużi jgħaddu mill-portijiet filwaqt li r-residenti tal-Birgu, l-Isla, il- Kalkara, il-Belt, Birżebbuġa, Bormla, il-Marsa u postijiet oħra mingħalihom li qegħdin safe f'dahrhom meta wara biebhom hemm dak il-periklu kollu.", "Sur President, issa nagħti titwila lejn l-attivita' ekonomika fil-portijiet u l-manutenzjoni li suppost ilha li saret għexieren ta' snin.", "Ir-rapport annwali jagħmel riferenza għal diversi mollijiet anke dawk tad-deep water quay li qegħdin iċedu.", "Jafu li dawn qegħdin iċedu u ħallewhom hekk, u issa f'daqqa waħda il-programm ta' manutenzjoni li suppost ilu in place snin twal, sar proġett tal-MMA meta l-istess provvedimenti ta' l-att ta' din l- awtorita' jagħmilha ċara li r-responsabbilita' hija ta' l-awtorita' li kellha tieħu ħsiebhom!", "Issa taħsbux li dawn bidlu xi moll sħiħ, tafux – just bidlu biċċa minnu!", "Aħseb u ara kemm se jseħħ dak li qegħdin iwiegħdu n- nazzjonalisti għall-Port il-Kbir.", "Billi jibagħtu dik it-terramaxka propagandistika tirrepeti l-istess kliem, ħadd m'hu sejjer jemminhom, speċjalment in-nies tal-Kottonera!", "Tgħidx kemm ġie sabiħ il-proġett imwiegħed mill-Prim Ministru u minn John Dalli fil-Baċir Nru. 1 f'Bormla!", "Tiftakruhom dawk l-istampi ta' qabel l-elezzjoni snin ilu?", "Kollox mitluq kien u kollox mitluq għadu, Sur President.", "Il-gvern Nazzjonalista kellu ċans tajjeb biex ikabbar l-attivita' fil- portijiet tagħna u dan iċ-ċans kien billi japprofitta ruħu mit-tieni riżoluzzjoni li saret mill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea fis-sena 2000, rigward il-promozzjoni tax-short sea shipping.", "L-ewwel komunikazzjoni kienet saret mill-istess Kummissjoni Ewropea f'Ġunju ta' l-1997 imma kulħadd rieqed kien u kulħadd rieqed baqa'.", "Gvern xiħ u għajjien, dak li għandna, Sur President.", "Basta kollha konsulenti li tarahom għaddejjin bil- karozzi tal-MMA mikrijin u mimlijin bil-fuel minn flus il-poplu.", "Barra dik il-paga, dawn jispiċċaw jagħmlu xogħol ieħor bil-karozzi ta' l-MMA u fil- ħin ta' l-MMA li ma jmorrux imutu bil-ġuħ, u minkejja li jiġu rrapportati ma jittieħdux passi.", "Hawnhekk indur lejn il-ħaddiema tax-xatt u ngħidilhom - għax issemmew l-ħaddiema tax-xatt – kemm il-gvern Nazzjoanlista baqa' passiv minflok iġġieled sabiex pajjiżna jilgħab role ċentrali f'dan il- qasam kemm bħala transit port u kemm bħala xogħol abbinat ma' l-attivita' ekonomika simili bħal m'hu previst fir-rapport tal-European Council ta' Helsinki.", "Il-gvern anke naqas li jieħu din l-opportunita' biex ikabbar l-attivita' f'dan is-settur fid-dawl tal-free movement of goods.", "Per eżempju, il-gvern għamel minn kollox biex ċittadini Maltin ma jkunux jistgħu jġibu karozzi mill-Ewropa bl-argument li mhux ekonomikament vijabbli.", "Min-naħa l-oħra, il-gvern Nazzjonalista nħeba meta induna kemm waqa' lura fejn jidħlu direttivi li jirregolaw il-port services, it-trattament ta' l-iskart mill- vapuri u l-ħarsien ta' l-ambjent marittimu.", "Il-poplu jaf li għal snin sħaħ il-gvern minflok ra li dan l-iskart jiġi maħruq, ħallieh jiġġerra mal- pajjiż kollu?", "Jiena ċert li ma jafx!", "Il-gvern kien qiegħed u għadu jirriskja li jdaħħal mard serju bħal dak ta' l-ilsien u dwiefer, bħalma ġara dan l-aħħar f'Ċipru bl-African swine fever, b'konsegwenza li jġib devastazzjoni fuq l-intrapriżi tal-majjal u ċ-ċanga.", "Issa nispera li ma jgħidulix li se jaħarquh fl-inċineratur tal-biċċerija dan l-iskart, Sur President.", "Hawnhekk tajjeb ngħid lill-poplu li gvern Nazzjonalista huwa gvern li jaħdem b'mod mistur.", "Trid tkun veru tal-klikka biex ilaħħquk u tidħol fiċ- ċirku ta' ġewwa għax gvern Nazzjonalista jgħolli id waħda u jaħbi l-oħra.", "Il-ħaddiema li huma involuti fix-xogħol tal-portijiet dejjem ħbielhom il- verita' kollha dan il-gvern u uża ċerti personaġġi biex jaljenahom mill- veru qagħda li għad iridu jaffrontaw.", "Hawnhekk lill-ħaddiema ngħidilhom biex imorru jgħidu lil dik il-union li tissapportja lill-gvern dwar dan, ħalli jgħidulkom jekk hux minnu dak li qed ngħid jien.", "Huwa fatt li l- gvern ipproteġa l-port workers u s-shore foremen u sew jagħmel, pero' tinsewx li kien hemm l-interess peress li kien hemm min jiġi mis-segretarju tal-partit Nazzjonalista u Nazzjonalisti oħra li xebgħu jieħdu eluf ta' liri ta' xejn mill-Freeport.", "Imma l-gvern Nazzjonalista pproteġihom il- ħaddiema l-oħra tax-xatt?", "Lanqas xejn!", "Lanqas biss għadhom jafu bl-impatt li se jkun hemm fuq is-settur tagħhom is-sena d-dieħla.", "Il-Kummissjoni Ewropea qed tagħfas fuq il-gvern Nazzjonalista biex fil- portijiet jispiċċaw għal kollox l-monopolji għax f'għajnejn il-Kummissjoni Ewropea, il-burdnara bħal, per eżempju, tas-Central Cement u l-koperattivi bħalhom huma abbużivi u monopolistiċi.", "Hawnhekk tajjeb li ngħid li diġa' saru rapporti lill-Kummissjoni Ewropea minn xi negozjanti u kummerċjanti f'dan ir-rigward, imma l-gvern Nazzjonalista qed jirreżisti kemm jiflaħ sabiex lejliet l-elezzjoni ma jitteħdux passi u ma jeħlu xejn.", "Hawnhekk ngħidilhom lil dawn il-ħaddiema biex imorru għand dik il-union li tiddefendi lill-gvern u jistaqsuha dwar l-effetti negattivi li se jkun hemm anke fuq l-importaturi u l-aġenti.", "Dawn għandhom jistaqsu jekk il-gvern Nazzjonalista huwiex se jipproteġihom.", "Għidulhom jaqrawlkom l-aħħar commission report tal-competition policy u staqsu x'inhi l-politika tal-kummissjoni fir-rigward tad-dock workers u l- burdnara li jkollhom nazzjonalita' oħra u jekk dawn tistax iżżommhom milli jidħlu jaħdmu mis-sena d-dieħla.", "Staqsuhom ukoll jekk kumpanniji barranin bil-vantaġġi ta' economies of scale jistgħux jikkompetu ma' l-importaturi lokali u jkissruhom bil-konsegwenza li nitilfu sorsi ta' għajxien għall- familji Maltin.", "Issa morru għidulhom li jiena għedt hekk imbagħad ejjew għiduli li giddieb!", "Għiduli giddieb kemm tridu, pero' għidulhom jirreferukom għal każi li dehru quddiem il-qorti tal-ġustizzja Ewropea u l- ġudizzju li ngħata f'kull każ għal każi ta' abbużi fid-dawl ta' artiklu 82 u artiklu 86 tat-trattat ta' l-Unjoni Ewropea u artikli u emendi oħra marbuta mat-trattat ta' Amsterdam u l-Aġenda ta' Lisbona bħal, per eżempju, fejn jirrigwarda x'kien ġara fil-każ tal-Porto di Genova u l-La Spezia u portijiet oħra fl-Olanda u fi Franza.", "F'termini sempliċi skond il- provvedimenti tal-Kummissjoni Ewropea, il-portijiet ta' Malta jridu jinfetħu beraħ sabiex iħallu aċċess għan-negozju.", "X'għamlet s'issa l-MMA f'dak li għandu x'jaqsam il-EEC/3577/92, jiġifieri fir-rigward ta' applying the freedom to provide services in the maritime transport within member states?", "Lanqas imqar seminar wieħed ma sar f'dan ir-rigward sabiex jiġi diskuss kif se tolqotna din id-direttiva.", "Mela l- ewwel kienu jgħidulna li provvedimenti bħal dawn mhux se jaffettwawna u issa fid-dawl ta' l-impenn ta' l-Unjoni Ewropea li terġa' tirrevedi l- politika tagħha u telabora l-integrated maritime policy, qegħdin nosservaw li l-affarijiet se jkunu mod ieħor.", "Imbagħad meta jien niġbed l-attenzjoni tal-gvern għal fatti bħal dawn, il-media Nazzjonalista tgħid li jien partiġġjan u l-media l-oħra, b'mod speċjali dik bl-Ingliż, teliminani barra jew iġġib parti biss biex tilgħab il-logħba politika, speċjalment issa li waslet l-elezzjoni.", "Min-naħa l-oħra ninnota li ħadd minnhom ma jażżarda jgħid li dan li ngħid jiena mhux minnu.", "Ħadd min-naħa tal-gvern ma jrid jagħti garanzija!", "Meta ndirizzajt l- International Dockers Union, qaluli li jiena partiġġjan imma ħadd ma qalli li dan mhux minnu!", "Qatt ma qalulhom li huma bosta d-direttivi u r- regolamenti ta' l-Unjoni Ewropea li jirrigwardaw it-trasparenza u l- kontabilita' bl-infiq tal-fondi pubbliċi, state aid u t-trasparenza fl- accounts tal-kumpanniji tal-gvern sabiex isiru effiċjenti u ekonomikament vijabbli u indipendenti.", "Ħarsu fit-tul u tħallux min jaljenakom fix-xhur li ġejjin biex imbagħad jingannawkom għal ħames snin oħra.", "Sur President, il- poplu se jkollu għażla quddiemu.", "Fuq naħa għandu gvern Nazzjonalista li f'isem il-kompetizzjoni ġusta qed ikaxkar u jwarrab minn nofs kumpanniji Maltin bħalma għamel fil-każ tas-Sea Malta, ħalli jkun iktar faċli li jidħlu kumpanniji, aġenti u importaturi barranin.", "Fuq in-naħa l-oħra għandek partit Laburista b'politika mfassla sabiex tirkeb fuq l- opportunitajiet li ġġib magħha l-kompetizzjoni u terġa' iġġib ix-xogħol u tkabbar l-attivita' fil-port f'kuntest ta' kompetizzjoni fejn is-suq jitma' lill-operaturi u l-istakeholders kollha b'mod tassew ġust u imparzjali.", "Sur President, jekk xi wħud kienu jaħsbu li l-partit Laburista nesa l- ħaddiema fil-portijiet tagħna u li ma kienx qiegħed isegwi s-sitwazzjoni, sejrin imqarrqin.", "Jekk xi ħadd jaħseb li l-partit Laburista m'għandux pjanijiet serji f'dan ir-rigward huwa wkoll tabilħaqq żbaljat.", "Mhux veru li kollox se jibqa' kif inhu għax gvern Laburista ġdid se jkun impenjat li jġib il-bidla meħtieġa, isaħħaħ il-kompetittivita' ta' pajjiżna u jiftaħ orizzonti ġodda għal prodotti li nipproduċu u għas-servizzi li noffru.", "Minn naħa l-oħra permezz tal-kompetizzjoni ġusta u ftehim konġunti se naraw li tabilħaqq jiġu protetti l-interess tal-konsumaturi u l-prezzijiet fis-suq li qed ikollhom iħabbtu wiċċhom magħhom il-familji Maltin u Għawdxin.", "Sur President, fl-aħħar mill-aħħar nerġa' intenni dak li wiegħed il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "Fejn tidħol korruzzjoni, tolleranza żero.", "Mhux se nħallu korruzzjoni għax aħna nemmnu fil-kontabilita' u fit-trasparenza.", "Aħna dak li qed ngħidu llum se ngħiduh meta nkunu fil-gvern, ngħiduh għax nemmnuh u ngħiduh għax se nwettquh.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Insejjaħ lill-Ministru Ċensu Galea biex jagħlaq id- dibattitu.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Sur President, timxi b'tolleranza żero mall-korruzzjoni billi tikxifha u tikxef lil kulmin ikun nvolut fiha u mhux biss billi titkellem dwarha fil-parlament bil-privileġġi parlamentari.", "Timxi b'tolleranza żero meta jkun hemm xi ħadd li qed jagħmel xi ħaġa li hija barra minn lokha u inti tmur barra minn din il-Kamra u tgħaddi l- informazzjoni lil min suppost tgħaddiha u mhux tiġi hawnhekk bil-privileġġi parlamentari u titkellem dwarha għax taf li minn hawn ġew ħadd ma jista' jagħmillek xejn.", "Se naqta' darba għal dejjem id-diskors fuq il-kumitat tal-Parlament għax jekk dan iwassal biex xi ħadd jiġi hawnhekk u jitfa' l-istess tip ta' tajn bil-privileġġ parlamentari mingħajr ma jġib l-ebda prova, allura dan huwa ħela ta' ħin.", "L-aħħar żewġ diskorsi li saru mill-Onor.", "Joe Mizzi ma bgħatthomx biss il-Kummissjoni ta' Kontra l-Korruzzjoni – għax hu jgħidilha bla snien – imma bgħatthom ukoll lill-Kummissarju tal-Pulizija biex ikun jista' jinvestiga u jipproċedi.", "Jekk il-Kummissjoni ta' Kontra l- Korruzzjoni qed jgħid li m'għandix snien, il-Kummissarju tal-Pulizija naħseb għandu nejbiet biex bihom iqatta' lil min, b'xi mod, ikun involut f'xi forma ta' korruzzjoni.", "Sur President, jekk wieħed sema' ż-żewġ diskorsi tal-kelliema ta' l- Oppożizzjoni li għadna kemm smajna, dan jaħseb li fil-parlament għandna tliet partiti; wieħed fil-gvern u tnejn fl-oppożizzjoni.", "U dan qed ngħidu għax dawn iż-żewġ kelliema żgur li ma jafux li qegħdin jitkellmu fuq l- istess awtorita'.", "Kellna wieħed li prattikament ifaħħar u jiftaħar - anke b'mod kritiku - dak li tkun qed tagħmel din l-awtorita' partikolari u l- ieħor ma sab xejn tajjeb x'jgħid fuq l-istess awtorita'.", "Jiena nieħu gost nisma' diskorsi moqrija f'dan il-parlament li jagħtu indikazzjoni ċara wkoll ta' attentat ta' bidla fit-tattika tal-mod ta' kif wieħed jagħmel il- kritika.", "Kull wieħed minna, il-65 membru ta' dan il-parlament, għandu l-mod differenti tiegħu ta' kif iwassal il-messaġġ lill-pubbliku Malti.", "Jiena m'għandix dubju li l-pubbliku Malti għandu wkoll l-għerf u l-intelliġenza biżżejjed biex dak li jkun qiegħed jisma' ikun jista' jifhmu u jagħrfu u imbagħad jasal għall-konklużjonijiet tiegħu.", "L-Onor.", "Mizzi fid-diskors tiegħu qal diversi drabi li l-poplu Malti għandu jagħżel bejn dan il-partit fil-gvern, li ma nafx kemm-il darba qal li xjaħ, u partit li fir-realta' taqtagħlu l-paroli u l-allegazzjonijiet ma ssib xejn.", "Jiena m'għandix dubju li l-poplu Malti kapaċi jinduna b'min qed jipprova jqarraq bih u b'hekk jagħmel għażla fundamentali.", "Illejla l-Onor.", "Mizzi semma ma nafx kemm-il isem ta' direttiva, u nofs l-affarijiet li qal fuqhom huma fil-verita' l-maqlub ta' dak li jgħidu dawn l-istess direttivi, Sur President.", "Konvint li ħadd minn dak li semgħuh ma jafu x'jgħidu d- direttivi u allura jista' ikun li jipprova jimpressjona b'dan il-mod.", "Sur President, il-partit Laburista u l-Onor.", "Joe Mizzi li għadu kif tkellem issa, irid jiddeċiedi wkoll xi tfisser li tkun membru ta' l-Unjoni Ewropea.", "Għal darb'oħra llejla, meta tkellem bil-mod kif tkellem, uriena li għadu ma jaf assolutament xejn xi tfisser li tkun membru ta' l-Unjoni Ewropea.", "L-ewwelnett li tkun membru ta' l-Unjoni Ewropea ifisser li inti trid tara kif tapplika dawk li huma r-regoli ta' l-istess Unjoni Ewropea.", "Kellna riferenza għal direttivi li ħarġu fl-1994, direttivi li ħarġu fl-1987 u ma nafx kemm-il direttiva oħra.", "Il-partit Nazzjonalista fil-gvern sa mill-1998 - ninsew għal mument dak li konna għamilna qabel għax dak sfortunatament sfrattah il-partit Laburista fil-gvern fl-1996-98 - meta ġejna biex niddiskutu x'inhuma l-pożizzjonijiet ta' Malta fil-konfront ta' l-Unjoni Ewropea, f'kull settur ridna naraw x'inhuma l-punti li verament irridu napplikaw għall-benefiċċju ta' pajjiżna u x'inhuma l-punti li bihom is- setturi kollha tax-xogħol, f'dan il-każ partikolari s-setturi tax-shipping, ikunu jistgħu jimxu 'l quddiem.", "Sur President, jiena għandi x-xorti jew l-isfortuna – ma nafx x'ngħidilha – li issa ili responsabbli minn dan is-settur mill-1998.", "Kont mill-bidunett qed nieħu sehem fid-diskussjonijiet ta' l-istructural dialogue li dak iż- żmien kellu jsir biex Malta eventwalment daħlet fl-Unjoni Ewropea fl-2004, tliet snin u nofs ilu.", "Mill-1998/1999, Malta bdiet tieħu pożizzjonijiet biex tipproteġi lill-ħaddiem Malti fis-setturi kollha tal-ħajja, pero' b'mod partikolari f'dan il-każ, is-setturi marbutin ma' l-oqsma marittimi.", "U tgħid x'tgħid l-Oppożizzjoni, f'dawk li huwa l-impjiegi, f'dak li huwa d- dħul u f'dak li hija l-ġenerazzjoni ta' l-ekonomija Maltija, jibqa' fatt li f'dawn l-għaxar snin dan is-settur sploda u mexa 'l quddiem.", "Jista' jkun hemm xi ħadd li jgerger.", "Dażgur li jkun hemm min igerger jekk kien hemm dawk li qabel kienu jdaħħlu l-mijiet ta' eluf ta' liri mingħajr ma jinvestu ċenteżmu fil-portijiet tagħna!", "Jekk inti wieħed minn dawk f'pajjiżna li kont iddaħħal dawn l-eluf ta' liri mingħajr ma tindenja li tara x'inhuma l- kondizzjonijiet li fihom jaħdmu l-ħaddiema bilfors tgerger, bilfors tilmenta, bilfors tipprova tnassas lil dak u lill-ieħor, anke fil-partit Laburista, biex tattakka lill-ministru li kien responsabbli li biddel dawn l-affarijiet.", "L-Onor.", "Mizzi ħafna drabi jgħid li ħadd u xejn m'hu se jaqtagħlu qalbu biex jibqa' jikkumbatti, u jiena ngħid li ħadd u xejn m'hu se jaqtagħli qalbi biex inkompli naħdem kif għamilt f'dawn l-aħħar għaxar snin biex is-settur marittimu f'pajjiżna jibqa' miexi 'l quddiem.", "Fl-1998 jiena sibt settur marittimu merkantili li kien fil-black list u sibt settur ta' l-avjazzjoni ċivili li kien fil-category 3 tal-Federal Aviation Authority ta' l-Istati Uniti u dan sibnieh wara gvern li suppost kien jagħmel kollox kif suppost u preċiż.", "Għaddew is-snin u kellna naħdmu għal numru ta' snin bla waqfien biex bis-serjeta' inbiddlu l-affarijiet u isimna jerġa' jieħu reputazzjoni tajba.", "U ara ma naħsbux li min hu responsabbli mis-settur marittimu u mis- settur ta' l-avjazzjoni ċivili barra minn Malta se tgħaddihom minn għajn il- labra kif ġib u laħaq!", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq organizzazzjonijiet li meta jagħmlu l-analisi ta' pajjiżna u ta' pajjiżi oħrajn membri ta' l- Unjoni Ewropea ma jiddejqu xejn biex fejn ikun hemm bżonn imegħkuk, imegħkuk.", "Qatt ma ddejjqu jgħidulna li aħna konna fil-black list u baqgħalna ħafna x'nagħmlu biex noħorġu minnha din il-lista.", "Pero' imbagħad meta ħdimna u meta wasalna biex nikkonkludu l-affarijiet kif kellna d-dover li nagħmlu, ma ddejjqux lanqas jgħidulna li rnexxielna nbiddlu l-affarijiet b'mod li fl- aħħar ħarġuna mill-black list u issa qegħdin fil-white list.", "Biex tasal hemmhekk ma tridx tkun kelliemi ta' l-Oppożizzjoni, u l-analisi ma jagħmililekx xi kelliemi ta' l-Oppożizzjoni, imma jagħmililek min għandu l- kontroll tal-qasam marittimu Ewropew kollu kemm hu.", "Fit-tliet snin u nofs li għaddew u anke qabel ma dħalna membri fl-Unjoni Ewropea mhux darba u tnejn li jien flimkien mal-Ministru Ċiprijott, mal-Ministru Grieg u kultant mal-Ministru Daniż kellna nieħdu pożizzjonijiet li huma fl-interess tax- shipping ta' pajjiżna proprju għax aħna ridna naraw li Malta tibqa' relevanti fil-qasam marittimu tad-dinja.", "L-Onor.", "Mizzi għamel riferenza għax-short sea shipping.", "Aħna ħdimna fuqu, għadna qegħdin naħdmu fuqu u għadna qegħdin nagħmlu rapporti fuqu.", "Reġa' beda bil-kantaliena tar-rapporti u l-istudji.", "Min hu daqsi u forsi akbar minni jiftakar kantaliena simili snin twal ilu min-naħa tal-partit Laburista.", "Il-partit Nazzjonalista qabel ma jiddeċiedi xi ħaġa jagħmel l- analisi ta' dak li hemm bżonn isir biex meta jiddeċiedi, jiddeċiedi fl- aħjar interess ta' dan il-poplu u ta' dawk kollha li jmissu ma' dan is- settur.", "Issemmew direttivi oħrajn, Sur President, li m'għandhom x'jaqsmu assolutament xejn ma' l-union li hija ħabiba ta' ma nafx min.", "L-union li tirrappreżenta lill-burdnara f'pajjiżna m'hijiex il-union li, skond l-Onor.", "Mizzi, hija ħabiba ta' ma nafx min.", "Il-burdnara huma rappreżentati mill- GRTU.", "(Interruzzjonijiet) L-Onor.", "Mizzi semma wkoll il-konferenza internazzjonali.", "U jekk aħna morna f'konferenza internazzjonali biex mingħalina nitkellmu fuq l-ispejjeż żejda ta' l-MMA....", "Sur President, il-partiġjaniżmu taf fejn deher biċ-ċar?", "Meta l-burdnara ġew meqjusa bħala dockers meta fil-fatt il-burdnara huma hauliers.", "Dawn huma l- affarijiet li fuqhom irridu nitkellmu bis-serjeta' u mhux imbilli nfajru n- numri u nitkellmu fuq direttiva 'l hawn u direttiva 'l hemm.", "Irridu nitkellmu bis-serjeta' fuq il-ħidma li tkun saret f'dan is-settur.", "L- interessi ta' l-MMA u l-interessi tal-gvern huma proprju dawk li jiggarantixxi li nkomplu mexjin 'il quddiem b'pass mgħaġġel kif għamilna f'dawn l-aħħar snin.", "Jien għamilt riferenza għal kemm żdiedu in-numru ta' vapuri li qed jiġu fil-portijiet tagħna u li jieħdu s-servizzi minn bażijiet f'pajjiżna; bażijiet mhux militari imma bażijiet ta' attivita' kummerċjali.", "Għamilt referenza wkoll għan-numru ta' persuni li qegħdin iżuru lil pajjiżna permezz tal-cruise liners.", "Forsi issa ta' l-Oppożizzjoni se jgħidu li mhux veru li sa Settembru li għadda ġew 372 vapur tat-turisti u fuqhom ġabu 460,000 u aktar turisti.", "Forsi ta' l-Oppożizzjoni se jgħidu li mhux veru li ftit tal-ġranet ilu fil- Port il-Kbir kien hawn tmien cruise liners f'ġurnata waħda.", "Forsi se jgħidu li mhux veru li minn dakinhar kien hawn 8,000 turist li ġew fuq dawk it- tmien vapuri.", "Forsi se jgħidu li mhux veru li kuljum fil-portijiet tagħna jkun hemm vapuri tat-turisti li joħolqu x-xogħol mhux biss għas-settur tat- turiżmu imma anke għas-settur tat-trasport.", "Insejna li d-dgħajsa Maltija kienet inqerdet minn pajjiżna u li proprju f'dawn l-aħħar ftit snin erġajna rajna żieda qawwija f'dawk li qegħdin jaqilgħu l-għajxien tagħhom mill- attivita' portwarja fil-Port il-Kbir permezz tad-dgħajsa Maltija, għax illum reġa' hemm persuni – ħafna minnhom persuni li jiġu fuq il-cruise liners – li jridu jagħmlu użu minn dawn id-dgħajjes.", "Dawn sa ftit tas-snin ilu kienu sparixxew u forsi kont tara xi waħda fit-tellieqa tal-Vittorja jew inkella f'xi tellieqa oħra.", "L-istess nistgħu ngħidu għal dawk li huma l-karozzini li jaqilgħu l- għajxien tagħhom permezz tat-turisti li jiġu kuljum fil-portijiet tagħna.", "Sa ftit tas-snin ilu kellna qagħda fejn il-karozzini f'pajjiżna kienu naqsu drastikament, imma llum għandna ġlieda minn dawn il-persuni biex jiżdied in- numru ta' karozzini li jaħdmu f'dan is-settur, għax jafu li jistgħu jaqilgħu l-għajxien tagħhom proprju minn dan.", "Illum qatt ma tara il-Port il-Kbir vojt, Sur President.", "Illum għandna kwestjonijiet li kienu għaddejjin bejn operaturi differenti anke skond il-kondizzjonijiet tal- kuntratt li għandhom, għax ikollna ġranet fejn minkejja li l-Port il-Kbir huwa dak illi hu, m'għandekx postijiet biżżejjed fejn torbot il-vapuri tat- turisti, il-vapuri tal-merkanzija u l-vapuri tal-qmugħ.", "Għaliex ġara dan?", "Ġara għax f'dan il-pajjiż ix-xogħol żdied u qed joħloq aktar xogħol u m'għandix dubju li Malta se tkompli tieħu s-sehem tagħha mill-ġid li qed jinħoloq.", "L-Onor.", "Mizzi pprova jgħid li l-proġetti tal-partit Nazzjonalista għall- Port il-Kbir u għall-Port ta' Marsamxett huma proġetti ta' fuq il-karta u staqsiena x'ġara mill-baċir numru 1.", "Naħseb li n-nies tal-Kottonera jistgħu jgħidulna kif sejrin bix-xogħol li qed jiżviluppa u bix-xogħol li sar min- naħa tal-marina.", "Dawn jistgħu jgħidulna kif kienet din iz-zona.", "Kont tibża' tersaq lejha, u llum tinsab kontinwament - mit-Tnejn sal-Ħadd - mimlija bil- Maltin u bil-barranin.", "Dan qed iseħħ għax sar l-investiment neċessarju biex dak il-post jinbidel, Sur President.", "L-Onor.", "Mizzi biex jipprova joħloq xi ftit tal-paniku u biex jipprova jbeżża' semma l-kimika u mhux kimika u qal li allaħares jiġri xi ħaġa għall-ibliet fid-distrett tiegħu, imma jiena ngħid li allaħares qatt jiġri xi ħaġa għax il-pajjiż kollu jbati.", "Sur President, l-awtorita' qiegħda hemmhekk u r-responsabbilta' tagħha hi li tara li tkun il-ħin kollu ppreparata għal dak kollu li jista' jinqala' f'dan is-settur.", "Dawn qed jagħmlu l-inspections fil-portijiet tagħna sabiex ma jkunx hemm min jipprova jabbuża.", "Naturalment minn żmien għal ieħor jista' jibqa' jkun hemm min jagħmel attentat biex jabbuża u jista' jkun hemm min jipprova jagħmel xi kapriċċ partikolari u jipprova jaqla' xi ftit flus żejda mingħajr ma jkun jaf x'jistgħu jkunu l-konsegwenzi.", "U għalhekk l- awtorita' u l-gvern immexxi mill-partit Nazzjonalista jaf x'irid jiġri f'dan is-settur u lill-ħaddiema tal-portijiet tagħna tahom l-opportunita'.", "Il-ħaddiema tax-xatt f'pajjiżna x'qed jgħidu llum?", "Qegħdin jgħidu: Aħna għamilna żmien li mingħalina konna nkunu aħjar meta nirreżistu l-bidliet, imma issa rrealizzajna li fil-fatt l-aħjar mod kif tmur 'il quddiem huwa billi tara li l-bidliet mhux tibża' minnhom, imma tinstigahom int.", "Jiena fiduċjuż fil-ħaddiema tax-xatt illum, għax jinsabu maqtugħin mit- tfixkil u mix-xkiel politiku.", "Qegħdin jaraw x'inhu l-aħjar interess tagħhom u x'inhu l-aħjar interess tas-settur tagħhom u qegħdin jiġġieldu biex dak is-settur imexxuh 'il quddiem.", "Pero' fl-istess ħin qegħdin jaraw ukoll li r- responsabbiltajiet tagħhom jerfgħuhom bl-aħjar mod possibbli.", "Per eżempju, in-numru ta' persuni li f'daqqa waħda jisparixxu minn fuq il-lant tax- xogħol jew inkella n-numru ta' persuni li wara xi festa partikolari jimirdu, illum naqas drastikament.", "Dan għax hemm il-pride li qegħdin jagħmlu xi ħaġa mhux għal xi partit imma għalihom infushom u għall-ġid tal- familji tagħhom.", "Il-ħaddiema kollha li b'xi mod missew max-xatt f'dawn l- għaxar snin jistgħu jħarsu lura u jaraw li dawn gawdew minn żieda qawwija fil-paga tagħhom, anke għax qegħdin jaħdmu iktar.", "L-aħbarijiet li jasluli ta' kuljum huma indikazzjoni ċara ta' kemm dan is-settur huwa wieħed li fil- fatt se jkompli jikber matul iż-żmien li ġej.", "L-indikazzjonijiet kollha huma li d-dħul tal-merkanzija fil-Port il-Kbir se jiżdied u l-cruise liners se jkomplu jiżdiedu u l-problema tkun li ma jkollniex biżżejjed cruise liners berths anke wara li nibnu l-ġodda.", "Għalhekk, Sur President, il-partit Nazzjonalista qed jaħseb fuq żewġ direzzjonijiet partikolari, waħda minnhom hija l-berth ġewwa Għawdex.", "Fir- rapport li tkellimna dwaru hemm żewġ riferenzi għal Għawdex rigward dak li huwa l-investiment tal-berths li jridu jsiru f'Għawdex.", "Waħda hija li nsaħħu dak li għamilna fix-Xlendi u l-oħra li barra mill-port ta' l-Imġarr jinbnew il-faċilitajiet li permezz tagħhom, il-vapuri tat-turisti jkunu jistgħu jorbtu barra mill-Imġarr.", "Nista' ngħid li fil-ġranet li għaddew kelli persuni li kkuntattjawni fuq il-possibilita' li huma wkoll jużaw il- mollijiet taċ-Ċirkewwa biex ipoġġu cruise liners li naturalment huma iżgħar mill-kbar li naraw fil-Port il-Kbir, pero' xorta jġibu t-turisti lejn pajjiżna.", "Dawn il-vapuri tal-cruises ikunu jistgħu jankraw hemmhekk u jmorru kemm lejn Għawdex jekk ikun hemm bżonn, kif ukoll lejn in-naħat l- oħra ta' Malta, b'mod partikolari n-naħat ta' fuq ta' pajjiżna.", "Dawn huma kollha indikazzjonijiet tajbin, Sur President.", "Aktar kmieni l-Onor.", "Herrera għamel diskors li, fl-opinjoni tiegħi, huwa wieħed mill-aħjar diskorsi li għamel.", "Pero' ħin minnhom qalilna: Għalfejn il-gvern qiegħed bilqegħda u m'hu jagħmel xejn fuq il-yacht marinas f'pajjiżna?", "Dan qralna lista ta' postijiet li huma indikati f'rapport li kien ippubblikat fl-1994/1995 ta' Deloitte & Touche flimkien mal-Planning Authority dak iż-żmien – jekk m'iniex sejjer żball – li kien dwar il- postijiet li fihom nistgħu niżviluppaw yacht marinas oħrajn.", "Kien hemm 14- il post li ġew identifikati, uħud minnhom diġa' saru u hemm oħrajn li qegħdin naħdmu fuqhom.", "Fl-introduzzjoni tad-diskors tiegħi għedt li qegħdin nagħmlu enfasi partikolari fuq il-yacht marina tax-Xemxija, fuq il-yacht marina ta' Wied il-Għajn u wkoll fuq yacht marina ġewwa Għawdex.", "L-Onor.", "Herrera staqsiena għaliex qed indumu daqshekk.", "Qegħdin indumu daqshekk għar-raġuni li fl-2007 ma jistax ikun hemm xi ministru li jfettillu jagħmel yacht marina jew xi proġett ieħor x'imkien u ma jgħaddix mill-proċessi kollha ta' l-ippjanar ta' dan il-pajjiż.", "Wieħed jista' jikkritika li kultant dan il-proċess idum iżżejjed u jiena wieħed minn dawk li diversi drabi kkritikajt il-fatt li l-proċess idum iżżejjed, pero' ma jiġi ħadd jgħidilna li l-gvern m'hu qed jagħmel xejn biex jattira aktar yachts lejn pajjiżna.", "L-Onor.", "Herrera qalilna li għandu ħbieb tiegħu li qegħdin jirreġistraw il-yachts f'pajjiżna.", "Sur President, dawn qegħdin jirreġistraw il-commercial yachts f'pajjiżna għax matul is-sena li għaddiet aħna biddilna r-regoli biex tirreġistra yachts u għandna numru ta' yachts ta' importanza internazzjonali li ġew irreġistrati taħt il-bandiera Maltija.", "Jiena m'għandix dubju li dan huwa settur matul iż-żmien li ġej se nkomplu nkabbruh.", "Il-bażi saret għax l-emendi fir-regolamenti saru u bdew l-ewwel reġistrazzjonijiet u diġa' ngħata l-ewwel tagħrif li aħna ridna nagħtu lil dawk li huma interessati.", "M'għandix dubju li dan huwa settur li fih se jkun hemm żieda sostanzjali ta' reġistrazzjoni ta' yachts kummerċjali taħt il-bandiera Maltija.", "Hawnhekk tajjeb ngħidu li meta jkun hemm reġistrazzjoni ta' yacht jew ta' vapur taħt il-bandiera Maltija ma jkunx sempliċement l-aġent li jgawdi, imma jkun hemm sensiela ta' negozji oħrajn marbutin ma' dan il-qasam li jgawdu wkoll.", "Hawnhekk huwa l-enfasi ta' dak li nkunu qegħdin nagħmlu aħna bħala gvern għax aħna l-ħin kollu naraw li r- regolamenti ta' pajjiżna jkunu ta' l-ogħla kwalita' u ta' l-ogħla livell.", "Ovvjament dejjem se ssib xi ħadd li jipprova ma jkunx ta' l-ogħla livell il- ħin kollu.", "Pero' aħna għandna r-responsabbilta' li naraw li napplikaw ir- regoli b'mod li ma jkunx hemm diskriminazzjoni bejn wieħed u l-ieħor.", "Sur President, ikun hemm ħafna paroli, ikun hemm ħafna allegazzjonijiet u jkun hemm ċertu diskors u biċċa minnhom anke jaslu, b'xi mod jew b'ieħor, għandi.", "Jiena llum ma smajtx xejn dwar il-whistle blower.", "Jista' jkun li ma smajtx xejn dwar dan għax l-aħħar li ssemma l-whistle blower fil-parlament issemmiet indirettament persuna li skond min tkellem kienet imkissra mill- MMA mingħajr ma qalulna li dak li kien imexxi l-MMA dak iż-żmien illum huwa ċ-chairman tal-bord tal-viġilanza tal-Partit Laburista!", "Ma qalulniex dakinhar li dan is-suppost whistle blower li tkisser, jekk tkisser, tkisser fi żmien meta l-MMA kienet immexxija miċ-chairman preżenti tal-bord tal- viġilanza tal-partit Laburista.", "Din hija persuna ħabib tiegħi fuq livell personali, pero' ladarba ssemma b'dak il-mod ikolli wkoll nagħmel riferenza għalih.", "(Interruzzjonijiet) Il-persuni li pproċedew jafu kif ipproċedew.", "Dan huwa l-istess bniedem li llum huwa ċ-chairman tal-bord tal-viġilanza tal-partit Laburista.", "Forsi llum ma ssemmiex għax xi ħadd ġibdilna l- attenzjoni f'dawn il-ġranet.", "Imma rridu nirrealizzaw li jekk dan il-pajjiż irid jimxi 'l quddiem ma nistgħux niġu f'dan il-Parlament bil-privileġġ parlamentari u ngħidu li jfettlilna bla prova ta' xejn.", "Il-portijiet tagħna għandhom bżonn ta' aktar investiment u aktar preparazzjoni għall-investiment.", "L-Onor.", "Joe Mizzi pprova jiddieħak bina għax qegħdin nagħmlu xi studju.", "Jidher li dan ma jafx li l-qasam marittimu huwa qasam ħaj li jinbidel u jiżviluppa kontinwament.", "Huwa rikonoxxut minn kull organizzazzjoni internazzjonali li l-ġarr tal-merkanzija bil-baħar huwa l-aktar mod nadif li bih tista' ġġorr il-merkanzija, pero' dan ma jfissirx li m'hemmx diffikultajiet.", "Aħna nibqgħu nistudjaw biex naraw kif għada nattwaw aħjar skond iċ-ċirkostanzi partikolari ta' dak iż-żmien.", "F'dan ir-rigward, l-Onor.", "Mizzi qalilna li kulma nsemmu l-finanzjament mill- Unjoni Ewropea.", "Naħseb li l-MMA waħedha se tkun nefqet ħafna aktar mill- Lm1.5 miljun fondi – l-ammont li l-Partit Laburista kien jgħid li se nġibu mill-UE – ġejjin mill-Unjoni Ewropea, u din se tkun użathom għall-iżvilupp ta' dan is-settur ekonomiku.", "L-Onor.", "Mizzi ddieħak bit-twinning projects.", "Bit-twinning projects aħna qed nitgħallmu kif jaqblilna napplikaw ir-regoli ta' pajjiżi oħrajn li huma fl- aħjar interess tagħna li nużawhom.", "Aħna ma naħsbux li nafu kollox u nipprovaw nitgħallmu minn dawk li għandhom esperjenza aktar vasta milli għandna aħna, imma l-Oppożizzjoni mingħaliha li tista' tiddieħak b'dak li qegħdin nagħmlu.", "Fil-bidu ta' l-intervent tiegħi, semmejt proġetti oħrajn imfassla li jinsabu għaddejjin.", "Għandna proġetti marbutin mat-TINA u mat- TEN-T li huma marbutin mal-finanzjament li jsir permezz ta' fondi mill- Unjoni Ewropea.", "Għamilna l-analisi ta' x'inhuma d-difetti fil-breakwaters u fil-mollijiet, u dan sar għax mhux biżżejjed tgħid li taf li hemm il-ħsara.", "Faċli tgħid li hemm il-ħsara, pero' trid tkun taf kif inhu l-aħjar mod li ssewwiha.", "Permezz tal-proġetti ta' TEN-T għandna indikazzjonijiet ta' kif se nsewwu l-breakwaters tal-Belt u ta' Marsaxlokk.", "Hemm bżonn ta' tiswijiet konsiderevoli u upgrading f'dak li huwa d-deep water quay u l-bini ta' moll ta' bastimenti Ro-Ro bejn id-deep water quay u l-moll taċ-ċangaturi.", "Qegħdin nipproponu dan għax nafu kemm żdiedu n-numru ta' vapuri Ro-Ro li jidħlu fil-portijiet tagħna u allura għandhom bżonn ta' aktar faċilitajiet.", "Għandna l-possibilita' li nibnu żewġ irmiġġi għal cruise liners f'moll il-barriera.", "Hemm proġett biex nibnu moll ta' 340 metru li jgħaqqad laboratory wharf mal-coal wharf u nista' nibqa' nsemmi, Sur President.", "Aħna fis-settur marittimu ma rridux nagħmlu settur li jkun relevanti għall-Maltin biss u għal miljun u ma nafx kemm turisti li jiġu jżuruna, imma jrid ikun iċ-ċentru li minnu jgħaddu l-attivitajiet kummerċjali marittimi tal-madwar.", "Rigward is-short sea shipping, aħna qegħdin fuq iż-żewġ rotot, dik tal-punent u dik tal-lvant u fuq il- motorways of the seas, aħna qegħdin naħdmu mas-Slovenja, mal-Greċja, ma' l- Italja, ma' Ċipru fuq naħa, u ma' Franza, ma' Spanja u mal-Portugal fuq naħa oħra.", "Qegħdin nagħmlu dan għax nemmnu li nistgħu nisfruttaw bis-serjeta' l- pożizzjoni ta' Malta f'nofs il-Mediterran.", "Forsi kien hawn min jaħseb li l- pożizzjoni strateġika ta' Malta m'għadhiex relevanti, imma bil-motorways of the seas u bil-konċett ta' short sea shipping, Malta se tkompli tikber fl- importanza tagħha f'dan il-qasam.", "B'investiment u b'fondi li ġejjin mill- Unjoni Ewropea Malta trid tassigura li tkun bis-serjeta' ċ-ċentru marittimu li minnu nkunu nistgħu naqdu l-ħtiġijiet tagħna, pero' aktar importanti minn hekk il-ħtiġijiet tar-reġjun ta' madwarna għax meta naqdu l-ħtiġijiet tar-reġjun ta' madwarna nkunu qegħdin inġibu lejn pajjiżna finanzi minn pajjiżi oħrajn.", "Sur President, riċentement kelli l-okkażjoni li nkun Għawdex u nindirizza seminar dwar il-Cavalgo Project li b'xi mod jew ieħor irid jgħaqqad lil Catania, lil Għawdex u lil Malta.", "Dwar dan l-uniku ħaġa li qrajt fil-ġurnali ta' l-Oppożizzjoni kienet dwar kemm suppost ħa flus xi ħadd f'konsulenzi, qisu min kien magħżul bħala konsulent, għażiltu jien.", "Il-konsulenti ntgħażlu mill-Unjoni Ewropea nnifisha u m'għażilthomx jien.", "Is-sejħa ma saritx mill-MMA u ma saritx mill- ministeru tiegħi imma saret kif għandha ssir minn barra minn pajjiżna u l- konsultenti li ntgħażlu, ntgħażlu minn barra minn pajjiżna.", "Il-motorways of the seas diġa' semmejtu u hemm ukoll il-Port-Net Malta project.", "Dawn huma proġetti li permezz tagħhom irridu nkomplu naraw bis-sejreta' x'inhuma l- bżonnijiet ta' pajjiżna.", "Hemm ukoll il-Port VTS sabiex inkunu nafu b'kull vapur li jkun għaddej minn madwarna, u dan sar ukoll b'investiment li ġie mill-Unjoni Ewropea.", "Illum għandna strumenti sabiex il-MMA flimkien mal- forzi armati jkunu jistgħu jagħmlu tracing ta' kull vapur li jkun għaddej minn madwarna.", "Sur President, nista' nibqa' sejjer niftaħar b'dak li għamilna sal-lum, pero' nippreferi niftaħar aktar b'dak li rridu nkomplu nwettqu fiż-żmien li ġej.", "Għandna proġetti maħsuba u mfassla, mill-awtorita' marittima u minn dan il-gvern, fil-qasam marittimu li huma biżżejjed biex jibqgħu joħolqu l- impjiegi għal numru twil ta' snin.", "Se nkomplu nibqgħu ninvestu miljuni kbar ta' liri f'dan is-settur biex naraw li dan is-settur jibqa' kontinwament miexi 'l quddiem.", "L-investiment li sar sal-lum huwa tajjeb u l-ħidma li għamilna sal-lum hija tajba wkoll, pero' l-projections li għandna għas-snin li ġejjin huma anke aħjar minn dak li għamilna sal-lum.", "Kif qalet l- Oppożizzjoni, il-poplu Malti kapaċi jagħraf min hu l-aħjar għalihom u meta jkun fid-dar tiegħu se jara u jifhem li l-uniku partit li qed jittratta dan is-settur bis-serjeta' huwa l-partit Nazzjonalista, u għal darb'oħra se jafda dan is-settur f'idejn il-partit Nazzjonalista fl-aħjar interess ta' pajjiżna.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-mistoqsija hija l-mozzjoni kif imressqa u moqrija mill-Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Il-mozzjoni għaddiet.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MR SPEAKER: Id-division tittieħed minn hawn u 20 minuta oħra.", "MR SPEAKER: Se nerġa' npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistqosija hi l-mozzjoni kif imressqa mill-Ministru għall-Kompetittiva u Komunikazzjoni.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mario Galea.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Sur President, ninforma lill-Kamra li għan-naħa tal- gvern se jiġu paired l-Onor David Agius, l-Onor Antonio Fenech, l-Onor Louis Galea, l-Onor Austin Gatt u l-Onor Jeffrey Pullicino Orlando.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sur President, min-naħa ta' l-Oppożizzjoni se jiġu paired l-Onor Justyne Caruana, l-Onor Anton Refalo, l-Onor Alfred Sant, l-Onor George Vella u l-Onor Karmenu Vella.", "VOTAZZJONI NRU.", "245", "FAVUR : 27", "L-Onor.", "|Abela Anthony |Galea Censu | |Agius Francis |Galea Franco | |Arrigo Robert |Galea Mario | |Asciak Michael |Gonzi Lawrence| |Azzopardi |Gonzi Michael | |Frederick | | |Borg Tonio |Mifsud Bonnici| | |Antoine | |Cassar Joseph |Mifsud Bonnici| | |Carmelo | |Cristina Dolores |Mugliett | | |Jesmond | |D'Amato Helen |Puli Clyde | |de Marco Mario |Pullicino | | |George | |Debono Giovanna |Vassallo Edwin| |Deguara Louis |Zammit Ninu | |Falzon Joseph |Zammit Dimech | | |Francis | |Frendo Michael | |", "KONTRA : 17", "L-Onor.", "|Agius Chris |Farrugia Noel | |Bartolo Evarist |Galdes | | |Roderick | |Brincat Joseph |Herrera Jose' | |Chircop Karl |Mangion | | |Charles | |Cuschieri Joseph |Mizzi Joe | |Dalli Helena |Parnis Silvio | |Debono Grech Joe |Sammut Joseph | |Farrugia Angelo |Vassallo | | |Adrian | |Farrugia Michael | |", "Il-mozzjoni għaddiet.", "MR SPEAKER: Sar il-ħin.", "Nitlob lill-Viċi Prim Ministru biex jekk jogħbu jressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, nipproponi l-aġġornament tal-Kamra għal nhar l-Erbgħa, 5 ta' Diċembru 2007 fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li Jimplimenta Miżuri ta' l-Estimi - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi li Jemenda Diversi Liġijiet li jirrigwardaw Materji Kriminali - Tieni Qari (Kont);", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Amministrazzjoni ta' l-Adozzjoni - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att dwar Awtorita' dwar it-Trasport ta' Malta - Tieni Qari; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Amministrazzjoni tat-Taxxa - Tieni Qari.", "-----------------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Awtorita' tad-Djar - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Istituzzjonijiet Finanzjarji - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Ligi dwar ir-Reġistru Ċentrali – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Amministrazzjoni Pubblika - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Awtorita' Maltija dwar l- iStandards u Diversi Liġijiet - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet dwar il-Komunikazzjoni - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi .", "Rimarki?", "L-Onor.", "Anglu Farrugia.", "ONOR.", "ANGLU FARRUGIA: Mr Speaker, dan l-aħħar f'pajjiżna kien hawn kuxjenza, u naħseb korretta, dwar il-kwestjoni ta' persuni b'diżabilita'.", "Huwa importanti li wieħed jitkellem dwar dan is-suġġett, imma għalkemm illum nies inqas iffortunati minna għandhom id-drittijiet kollha u huma protetti anke bil-liġi - ħaġa pożittiva li għamilna f'dan l-parlament - ikolli nistqarr illi b'mod prattiku ċerti servizzi m'huwiex qed jingħataw attenzjoni biżżejjed biex innaqsulhom il-problemi.", "U mmur mill-ewwel fuq l- eżempju prattiku.", "Nagħmel osservazzjoni lill-kunsilli lokali kollha, b'mod partikolari lil dawk li jinsabu f'areas fejn hemm popolazzjoni kbira, bħall-Belt, Tas- Sliema, San Ġiljan, il-Mosta u oħrajn li baqa' sitwazzjonijiet fejn ix- xogħol li sar, speċjalment fit-toroq, m'huwiex adatt għal dawn il-persuni.", "Jekk nieħdu l-bankini, per eżempju, insibu li dawn qishom muntanji b'ħafna inżul u tlajjiet u allura l-persuni li jkunu f'wheelchair isibuha diffiċli ħafna biex jgħaddu minn fuqhom.", "Dawn l-affarijiet qed joħolqu problemi fil- ħajja ta' kuljum ta' nies b'diżabilita' kif ukoll ta' persuni li minħabba raġuni ta' saħħa spiċċaw f'wheelchair, anke l-anzjani.", "F'dan il-parlament għandna nagħmluha ċara li aktar milli nitkellmu fuq il-karta dwar x'għandu jsir biex kemm jista' jkun lil dawn in-nies ma nħalluhomx ibatu, għandna nagħtuhom l-istess drittijiet, jew almenu kważi, ta' nies li m'humiex fil- kondizzjoni tagħhom.", "It's high time, kif jgħidu, li l-affarijiet jiġu ratifikati.", "Mr Speaker, qabel ma nkompli b'dan l-aġġornament, irrid li min-naħa ta' l- Oppożizzjoni, ningħaqdu ma' dak li qal sieħbi tan-naħa l-oħra, l-Onor.", "Mario Galea, fl-ewwel aġġornament li kien hawn, biex nuru s-sogħba tagħna għat-telfa ta' seħibna Johnny Farrugia, li kull wieħed minna, mingħajr distinzjoni ta' ħadd, kien ħabib tiegħu.", "Jien kont inħossni ħabib ħafna tiegħu, kien bniedem dejjem ferrieħi, dejjem lest li jgħin u kien ukoll bniedem tal-familja.", "Jien inzertajt naf lil xi membri tal-familja tiegħu.", "Naf lit-tifel tiegħu, l-Ispettur Kevin Farrugia, li niltaqa' miegħu l-qorti u li meta kont insemmih ma' missieru u ngħidlu li t-tifel sejjer tajjeb fuq ix-xogħol, tgħidx kemm kien jixgħel wiċċu.", "Minn hawnhekk ningħaqad fil- kondoljanzi li diġa' tajna bħala oppożizzjoni u li diġa' tajt jien personalment ma' oħrajn, lill-mara tiegħu, lill-uliedu, lil ħutu u lill- familjari kollha tiegħu.", "Mr Speaker, se nitkellem dwar punt li lili jinkwetani ħafna.", "Diġa' semmejt lil nies li huma sfortunati fil-ħajja u nies b'diżabilita' u se nsemmi wkoll nies li batew.", "Din m'hijiex kwestjoni ta' politika.", "Huwa veru li għaddejna minn żmenijiet li meta kien hemm il-partit Laburista fil- gvern kien jingħad li dawn għamlu inġustizzji man-Nazzjonalisti u li meta kien hemm il-partit Nazzjonalista fil-gvern, aħna sibna Laburisti li sofrew inġustizzji.", "Imma x'inhi r-raġuni li dawn l-inġustizzji għadhom ma ġewx indirizzati kollha b'mod assolut u ma sarx a fresh slate?", "Illum ormai qegħdin fit-tmiem ta' din il-leġislatura u jien nistieden minn qalbi - ħaġa li dejjem insistejt li għandha ssir f'kull okkażjoni opportuna li jkolli - biex dawk il-kawżi li ġew deċiżi u li għal xi raġuni jew oħra gvern Nazzjonalista ħallihom fuq l-ixkaffa mingħajr rimedju, nonostante l-fatt li l-qorti qalet li dawn il-persuni sofrew inġustizzji, nieħdu ħsiebhom.", "Bl-inizjattiva li ħadt jiena u sħabi, saħansitra anke morna fil-kumitat parlamentari tal-parlament Ewropew biex kemm jista' jkun nagħmlu pressure li saret min-naħa tas-Soċjalisti ta' l-Ewropa u parlamentari oħrajn li ma jaqblux magħna fit-twemmin imma ħassew li f'din il-ħaġa għandhom jissieħbu magħna.", "F'Malta kien hemm min ħass li għandu jirratifika, bħalma kien hemm każijiet fil-Bank of Valletta u f'entitajiet oħra.", "Imma x'inhi r-raġuni li l-gvern ħalla ħafna minn dawn il-każijiet pendenti u ħafna mill-persuni li soffrew inġustizzji spiċċaw bl-eta' pensjonabbli u għadhom mingħajr rimedju?", "Uħud min-nies jgħidulek li ħadu bi dritt dak li kellhom jieħdu.", "Imma għaliex din l-inkejja kollha?", "U hawnhekk jiena verament ninkwieta.", "Għaliex din il-qalb kiefra ma' dawn in-nies li batew?", "Jekk dawn in-nies forsi m'humiex ta' l-istess kulur politiku tal-gvern preżenti mhux xorta ħadmu għall-familji tagħhom u għall-pajjiżhom!", "Irridu nirrikonoxxu x-xogħol li għamlu, aktar u aktar meta tkun saritilhom xi vendikazzjoni, xi inġustizzja, xi transfer vendikattiv jew ġew imċaħħda minn xi promozzjoni.", "Dawn huma affarijiet li ma jagħmlu ġieħ lil ħadd, Mr Speaker.", "La jagħmlu ġieħ lil min għamilhom, la jagħmlu ġieħ lill-partit li jħaddan min għamilhom, u iktar u iktar ma jagħmlux ġid lill-gvern li qed imexxi pajjiż meta jkollu deċiżjoni ta' qorti fil-konfront tiegħu.", "Issa li qegħdin fi żmien il-Milied u jekk Alla jrid nibdew sena ġdida, nistieden għall-aħħar darba lill-gvern - għax dan hu l-aħħar ċans li għandu - biex qabel ma jmur għall-elezzjoni ġenerali jirratifika dawn il-każijiet u jissetilja dak kollu li ġie deċiż mill-qrati tagħna.", "Din tlabtha biex issir kemm-il darba, kemm meta kien prim ministru Dr. Fenech Adami, kemm meta kellna l-mawra għat-tieni darba tal-mejjet qaddis Papa Gwanni Pawlu II, kif ukoll riċentement meta sena u nofs ilu mort fil-parlament Ewropew, u ressaqt petizzjoni ta' aktar minn 40 każ ta' inġustizzji li ġew deċiżi f'pajjiżna u li ma ġewx mogħtija rimedju.", "Issa qed nitlobha issa lill-Prim Ministru Lawrence Gonzi, għax din it-tip ta' inġustizzja qatt m'għandha ssir f'pajjiżna.", "Sur President, dwar l-inġustizzja se nieqaf hawn, pero' irrid nitkellem dwar xi ħaġa li wkoll hija stramba.", "Għax meta wieħed jagħmel xi ħaġa b'ċertu pompa u ta' ċertu kobor - naturalment wieħed irid jirrikonoxxi sa ċertu punt ix-xogħol li sar, mingħajr ma nidħol fil-mertu tal-kontroversji tajbin jew ħżiena li hemm ma' l-isptar Mater Dei - jippretendi li mbagħad ċerti affarijiet isiru b'mod tajjeb.", "Dan l-aħħar persuna qaltli li meta marret tara lill-missierha fl-isptar Mater Dei spiċċat kellha tħallas madwar Lm20 f'parking fees.", "Allura issa li għandna sptar ta' eċċellenza u ma nafx x'ma qalux dwaru, irrid inħallas il-flus għall-parking facility biex immur nara lill-familjari jew lil ħbieb tiegħi?!", "Jekk dan huwa l-każ, m'għandniex għalfejn nifirħu daqshekk li qed ikun hemm din il-faċilita' li qed tkun bi ħlas.", "B'dan il-mod qegħdin nibagħtu l-messaġġ li int min int, għandek flus u m'għandekx, taħdem jew ma taħdimx, intix sinjur jew le, xorta trid tħallas dawn il-parking fees.", "Din hija vergonja, Sur President, għax il-gvern ma jistax jittratta lill- poplu Malti u Għawdxi b'dan il-kejl.", "Għandna nagħtu d-dritt lil kulmin imur l-isptar biex iżur lill-għeżież tiegħu, jew biex bħala karita' jmur iżur lil xi ħadd, li ma jiġix iċċarġjat spejjeż ta' parkeġġ daqshekk għoljin u eżorbitanti.", "Imma din hija s-sitwazzjoni llum, Sur President!", "Jekk is-sitwazzjoni se tibqa' hekk fix-xhur li ġejjin - naturalment il- partit Nzzjonalista mhux se jkun fil-gvern - il-partit Laburista jrid jara x'se jagħmel b'mod immedjat dwar dan, kif ukoll dwar id-diversi inġustizzji li qegħdin isiru minn kull naħa, anke dwar il-kawżi fil-qrati tagħna.", "Ma nistgħux inħallu spejjeż għoljin b'mod eċċessiv biex wieħed ikun jista' jagħmel kawża.Naħseb li anke fuq affarijiet żgħar, il-gvern irid ikun ħanin billi japplika liġijiet u regolamenti li jagħmlu sens.", "U dawn ċertament m'huma jagħmlu ebda sens.", "Ladarba semmejt il-parkeġġ irrid nitkellem ukoll dwar abbuż li ċertament qatt ma jista' jkun iġġustifikat.", "B'liema kriterju u policy qegħdin jiġu applikati l-linji s-sofor ta' quddiem garaxxijiet jew postijiet fl- abitazzjoni biex ma jiġux ipparkjati vetturi u jnaqqsu l-parkeġġ meħtieġ għall-użu tal-pubbliku Malti u Għawdxi in ġenerali f'ħafna lokalitajiet?", "Illum, minħabba l-fatt li għandna numru ta' karozzi fit-toroq, irridu nsibu wkoll mezz kif dawn ikollhom id-dritt li jipparkjaw f'ċerti postijiet biex jagħmlu l-qadi tagħhom.", "Jekk wieħed inaqqas in-numru ta' parking spaces fil-lokalitajiet biex jogħġob lil wieħed jew żewġ persuni li ma jkollhomx verament il-ħtieġa li quddiem ir-residenza tagħhom jibqa' vojt - sakemm ma jkunx hemm raġunijiet serji li għandhom jidħlu fihom l-awtoritajiet - hu min hu l-kunsillier, hu min hu s-sindku, hu min hu l-kunsill lokali, kemm Laburisti kif ukoll Nazzjonalisti, ikun qed jabbuża a skapitu ta' ħafna nies li għandhom dritt ikollhom dan is-servizz.", "Jien nemmen li kieku kellna nagħmlu investigazzjoni dwar il-mod kif saru ċerti spazji jew parkeġġi riżervati, aktar u aktar il-linji sofor li saru biex ħadd ma jkun jista' jipparkja f'ċerti postijiet, insibu li tliet kwarti minnhom – u qed ikun modest – huma riżultat ta' abbuż.", "U għalhekk nirrikmanda li dawn l-affarijiet jieqfu ħalli ma noħolqux aktar pika man- nies li joqogħdu fl-istess toroq.", "M'huwiex sew li lil wieħed jagħmlulu l- linji sofor quddiemu u lill-ieħor ma jagħmlulux jew li lil wieħed jagħtuh reserved parking u lill-ieħor ma jagħtuhx.", "Din m'hijiex il-ħajja li għandna ngħixu.", "Il-ħajja li għandna ngħixu hi li dak li għandu jkollok huwa bi dritt u mhux bi pjaċir, li jkun hemm applikabbli s-sens komun u li l-politika attwata tkun waħda onesta u bbażata fuq kriterji, għax jien ċert li fil-maġġoranza tal-kunsilli lokali hemm abbuż kbir.", "U dan l-abbuż isir flimkien ma' informazzjoni ħażina li tagħti l-ADT u awtoritajiet oħra li mbagħad ikollhom jagħtu l-permessi 'l hemm u 'l hawn.", "Ladarba qegħdin nitkellmu fuq permessi rrid insemmi l-building sites.", "Bħalissa f'ħafna lokalitajiet ta' Malta, u dan qed jiġri b'mod inkredibbli fil-Mosta, qed jitwaqqgħu ħafna djar, qed jinbnew numru ta' maisonettes minflokhom u jinżlu 'l isfel biex jagħmlu l-garaxxijiet.", "Għalissa mhux se noqgħod nidħol fil-kriterju ta' permessi, għax dik hija xi ħaġa li l-MEPA, tajjeb jew ħażin, toħroġhom, imma dwar il-fatt li qed jiġu mblukkati toroq bil-konsegwenza li t-traffiku jkollu joqgħod idur dawra twila biex jiġu akkomodati kuntratturi li b'xi mod jokkupaw t-triq kollha biex ikunu jistgħu jaħdmu b'mod iktar liberu l-proġett tagħhom.", "U jiena nistaqsi: Meta ma kienx hawn dan il-makkinarju l-kbir, kif hawn illum, kif kienu jinbnew il-proġetti u kif kien ikun hawn il-kontinwita' tat-traffiku mill- istess toroq?", "Illum l-permessi qed ikunu mogħtija bl-iktar mod leġġer, qed isiru mingħajr ħsieb u mingħajr rispett lejn in-nies li jużaw it-toroq.", "Għaliex biex tmur mill-Mosta sa Birkirkara trid toqgħod fi queue twil ta' karozzi minħabba li qegħdin isiru diversi proġetti?!", "Illum jien u sejjer il-qorti ċempilli klijent biex jgħidli li ma setax joħroġ minn Ħal Qormi minħabba t-traffiku li kien hemm għax kien hemm crane armat x'imkien, u min kien qed isuqu ġie jaqa' u jqum minn kulħadd.", "U dan kien hemm il-gwardjan lokali miegħu!", "Jiġifieri dan iħallas il-permess biex joqgħod hemm u jagħlaq kullimkien!", "Imma dawn l-affarijiet huma sew?!", "Jiena naħseb li dan huwa abbuż u dan l-abbuż, bħal kull abbuż ieħor, huwa ħażin.", "Nemmen li għandna nindirizzaw dawn l-affarijiet u ma noqogħdux niddejqu li min qed jagħmel ħażin, hu min hu, jirrispondi għalih.", "Ma jistax ikun li l-poplu kull darba joqgħod igerger u jibqa' ma jsir xejn!", "Din bħall-kwestjoni tal-credit cards li se niġi għaliha u li naqbel mal- GRTU dwarha.", "Jekk filwaqt li qed inħalli d-depożiti tiegħi fil-bank, qiegħed nuża l- faċilita' tal-credit cards, għaliex għandi niġi ċċarġjat il-flus?", "L- ewwelnett meta tuża l-credit card inti tkun qiegħed tipprevjeni s-serq, għax min se jisraq ikun irid il-cash f'idejh u m'huwiex se jisraq il-credit cards.", "Allura l-fatt li jiena qed nuża l-credit card qed nagħmel faċilita' aħjar għall-bank u għall-kummerċ.", "Imma mbagħad qed niġi charged ammont ta' flus fis-sena talli qed nuża dik il-credit card!", "Ħalliha li jekk wieħed ma jħallasx dak li juża bħala kreditu għandu jħallas l-interessi fuqu imma mhux iħallas anke ċ-charge!", "Jiena naqbel mal-kampanja li qed tagħmel il- GRTU, li l-gvern għandu jilleġisla li l-banek ma jistgħux jagħmlu charges fuq il-credit cards.", "Pajjiżna, li fih madwar 400,000 ruħ, huwa l-għira ta' ħafna pajjiżi oħra u meta tara minn fejn telaq ssib li mexa ħafna fejn pajjiżi oħrajn, imma mbagħad m'għandniex inkunu bla kuraġġ.", "Ma jistax ikun li għax għandna banek b'saħħithom, dan il-parlament joqgħod lura milli jilleġisla biex jipproteġi d-drittijiet tal-Maltin u l-Għawdxin, speċjalment drittijiet li għandhom x'jaqsmu ma' faċilitajiet li jgħinu l-ekonomija tal-pajjiż u jgħinu lill-istess banek biex kemm jista' jkun jiċċirkolaw il-flus u ċ- ċittadin jagħraf juża l-plastic money bħalma jużaw pajjiżi kbar bħall- Amerika u oħrajn fl-Ewropa.", "Għax imbagħad liċ-ċittadin trid tagħtih inċentiv biex jimxi!", "Kif tista' tagħti inċentiv liċ-ċittadin u fl-istess ħin tagħtih fuq rasu?", "Għalhekk naħseb li għandna nippopolarizzaw aktar l- użu tal-credit cards.", "Jiena nemmen li kważi jkun aħjar li kulħadd ikun bil- plastic money milli bil-flus fil-but ħalli kemm jista' ikun, apparti l- prevenzjoni tas-serq, tidħol l-idea li bniedem ikollu l-kuraġġ li juża l- faċilitajiet b'inqas spejjeż.", "Kien hemm min qalli li meta mar biex iħallas għall-eżami tat-tifel tiegħu permezz tal-bank, ħadulu Lm5 għall-eżami u 45ċ bħala spejjeż tal-bank.", "Għaliex isiru dawn l-affarijiet, Mr Speaker?", "Meta jkun hemm proċeduri konnessi ma' eżamijiet edukattivi jew ma' affarijiet soċjali, m'għandux ikun hemm charges mill-banek.", "Lanqas min imur isarraf iċ-ċekk tal-pensjoni m'għandu jħallas charges minħabba li ma jkollux account ma l-istess bank.", "Trid issir liġi mposta minn dan il-parlament lill-banek u aħna l- parlamentari għandu jkollna l-kuraġġ li nagħmluha.", "Il-kuraġġ irid ikun wieħed nazzjonali u mhux tal-Laburisti jew tan-Nazzjonalisti.", "Irridu ngħidu \"le\" għal ċertu charges tal-banek li daħlu f'dawn l-aħħar snin wara li dawn ma baqgħux f'idejn il-Maltin.", "Il-parlament Malti għandu jilleġisla b'mod li l-banek ma jkunux jistgħu jagħmlu affarijiet bħal dawn.", "Apparti din il-kwestjoni tal-GRTU dwar il-credit cards, qed nirriferi għal charges oħra konnessi ma' l-edukazzjoni tat-tfal, ma' affarijiet soċjali u ma' tisrif ta' pensjonijiet, eċċ. ta' dawk li m'għandhomx account ma' l- istess banek.", "Fuq dan il-punt nieqaf hawnhekk u nirringrazzjak, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada, l-Erbgħa, 5 ta' Diċembru, 2007 fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fid-9.50 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "ROBERT SAMMUT HALL", "29093.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-użu fil-preżent tal- kumpless Robert Sammut Hall ġewwa l-Furjana?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-Kumpless Robert Sammut Hall fil-Furjana kiseb post importanti fl-għazla mill-awtoritajiet edukattivi, Ministeri, aġenziji pubbliċi u NGO's bħala post għal seminars, konferenzi, wirjiet u attivitajiet kulturali.", "Barra minn hekk, jintuza wkoll għal inizjattivi ad hoc kif qed isir bħalissa fit-tħejjija għat-twaqqif tal-Kunsill ta' l- Għalliema.", "MAURO PACE PARASCANDALO", "29094.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru jgħid kif ġie magħżul is-Sur Mauro Pace Parascandolo biex imexxi l-EUPA?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li s-Sur Mauro Pace Parascandolo ġie detailed bħala Uffiċjal Pubbliku mal-European Union Programme Agency b'effett mill-4 ta' Mejju 2007 għal perijodu indefinit.", "DR CECILIA BORG", "29095.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru jgħid jekk l-ex direttur ġenerali Dr Cecilia Borg ġietx mogħtija xi kariga, rwol jew xogħol wara li spiċċat bl- eta'?", "X'inhu dan ix-xogħol li ġiet mogħtija?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Dr Cecilia Borg, l-ex direttur ġenerali, nħatret Chairperson tal-kummissjoni elettorali biex tieħu ħsieb dak kollu li għandu x'jaqsam ma' l-organizzazzjoni ta' l-ewwel elezzjoni ta' l-erba' għalliema reġistrati kif titlob il-liġi u cioe' Taqsima III ta' l-Att dwar l- Edukazzjoni kif emendat fl-2006 li tipprovdi għat-twaqqif ta' Kunsill dwar il-Professjoni ta' l-Għalliema.", "TEACHERS' COUNCIL", "29096.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru jgħid meta se jitwaqqaf it-teachers' council u dan skond il-ftehim li ntlaħaq ma' l-union ta' l-għalliema l-MUT?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-teachers' council se jitwaqqaf bl-att dwar l- edukazzjoni kif emendat f'Lulju 2006.", "Beda l-proċess għall-elezzjoni tal- membri tiegħu.", "SPTAR MATER DEI - CANTEEN", "29132.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' l-Ministru jikkonferma jekk fil-canteen fl- isptar Mater Dei li hu miftuħ għall-pubbliku huwiex permess bejgħ ta' xorb alkoħoliku?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninsab infurmat li fil-visitors' restaurant ta' l- Isptar Mater Dei, il-kuntrattur huwa permess li jbigħ xorb alkoħoliku skond kif tippermetti l-liġi u r-regolamenti tal-liċenzja tiegħu mill-Malta Tourism Authority.", "Dan il-kuntratt ġie negozjat mill-ministeru tal-finanzi.", "ĠARR TA' MATERJAL MINN TRAKKIJIET", "29133.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' l-Ministru jikkonferma (anke wara li jivverfika ma' datatrack) li t-trakkijiet tad-dipartiment bin-numri GVH-024 u GVH-101 intużaw biex nhar is-Sibt 24 ta' Novembru ġarrew materjal tal-kostruzzjoni minn sit f'Tas-Silġ, Marsaxlokk?", "Jikkonferma li dan is-sit hu proprjeta' privata ta' wieħed mill-assistenti diretturi?", "Jekk fl-affermattiv, x'miżuri se jittieħdu kontra dan l-abbuż?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninsab infurmat illi d-Dipartiment tas-Servizzi ta' l- Indafa Pubblika kellu bżonn ta' materjal ta' kostruzzjoni (inert waste) biex tiġi livellata area għal skopijiet ta' parkeġġ ta' l-inġenji fil- precincts tad-dipartiment li jinsab ġewwa Kordin.", "Dan ix-xogħol sar is-Sibt 24 ta' Novembru, 2007 bl-iskop li x-xogħol regolari tal-cleansing department ma jitħarbatx fil-ġranet normali tax-xogħol tal-ġimgħa ta' wara.", "Ninsab infurmat ukoll li kull materjal extra li ma ntużax għall-iskopijiet imsemmija ntbagħat ġol-landfills tal-Wasteserv.", "Il-miżata dovuta lis-sid tal-landfill kif ukoll ħlasijiet oħra marbuta mal-ġarr ta' l-istess materjal ġew imħallsa mill-individwu li pprovda l-materjal skond rati stabbiliti.", "Kopji ta' l-irċevuti tal-ħlas tpoġġew fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni fis-seduta waqt il-ħin tat-tqegħid ta' karti.", "Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li nkarigajt lid-Direttur Ġenerali tat- Taqsima tas-Servizzi sabiex jinforma lid-Diretturi tad-Dipartimenti fi ħdan l-istess taqsima sabiex kemm xiri jew akkwist ta' materjal mingħajr ħlas (bħal ħamrija, ġebel tas-sejjieħ, scarifyed material eċċ) għal użu tad- Dipartimenti konċernati għandu jsir skond il-proċeduri stabbiliti u, fil- każ ta' akkwist ta' materjal mingħajr ħlas mingħand terzi persuni, dan isir bi ftehim bil-miktub minn qabel u b'approvazzjoni tad-Diretturi konċernati.", "Ħ'ATTARD - KAXXA TA' L-ITTRI", "29135.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru jara jekk hux possibbli li titwaħħal kaxxa ta' l-ittri fl-inħawi ta' Triq il-Flora, Ħ'Attard peress li din hi area ġdida u dan is-servizz mhux eżistenti?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-ministeru tiegħi mhux responsabbli għas-servizz postali.", "KAROZZI TAL-KIRI", "29136.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm karozzi tal-kiri fi ħdan il- ministeru u awtoritajiet li jaqgħu taħtu?", "Minn min huma mikrija dawn il- karozzi u x'inhi r-rata tal-ħlas għal kull ġurnata?", "Kemm ilhom li ngħataw dawn il-kuntratti?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "MEPA - PETIZZJONI", "29139.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 28798 u 28963 u jgħid x'kien l-eżitu tal-MEPA fid-dawl tal-petizzjoni li saret lilu bħala Ministru u lilha minn għadd kbir ta'residenti ta' Triq Pedidalwett, St Andrews sa mis-16 ta' Marzu, 2006 dwar :-", "a) l-oġġezzjoni tagħhom li jkun hemm garages mal-livell ta' Wied Menxu, aktar u aktar meta dan qed iżomm il-wied imsemmi milli jżomm l-istat naturali tiegħu;", "b) l-oġġezzjoni tagħhom li meta zviluppatur bena madwar 25 maisonette fl- inħawi tħalla jagħmel ix-xogħol ta' kostruzzjoni minn ġewwa dan il-wied mingħajr ma naddaf il-qiegħ tal-Wied innifsu;", "c) l-oġġezzjoni tagħhom li dan qed isir minn terzi bi skopijiet kummerċjali f'mod li jista' jwassal biex fihom jinżammu vehicles kbar u affarijiet ta'natura kummerċjali etc.; u", "d) li t-triq jew passaġġi ġodda proposti minħabba dan l-iżvilupp jistgħu jwasslu għal aktar flooding f'area li spiss tigi milquta mill-għargħar u dan kollu meta a/b/c/d ser isiru f'area barra miż-żona ta' żvilupp (Ref 04021/03,04022/03, 04023/03 – appell 170/06)", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "PONT MANWEL DIMECH - ILMA MAL-ĦITAN", "29143.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jinvestiga x'inhu jikkawża t-tnixxija ta' l-ilma mill-ħitan tal-mini ta' fejn il-pont Manuel Dimech fi Triq Reġjonali, liema ilma jidher li żdied b'mod sostanzjali matul iż-żmien li qegħdin isiru x- xogħlijiet fuq il-pont?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ninsab infurmat li din il-problema se tkun riżolta meta jsir mill-ġdid id-dekorazzjoni tal-mini s-sena d-dieħla.", "Id-dawl ukoll se jkun mibdul.", "Ix-xogħlijiet fuq il-pont Manwel Dimech ma huma bl- ebda mod relatati.", "ŻEBBUĠ – TNEĦĦIJA TA' ARBLI", "29154.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru jivverfika meta se jinqalgħu ż-żewġ arbli ta' l-Enemalta li qegħdin fi Triq il- Gandlora c/w Triq Hali, Żebbuġ liema talba għall-qlugħ ta' l-arbli saret f'Awissu 2007 (D 484/07)?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninsab infurmat li t-talba oriġinali (taħt l- applikazzjoni D484/07) kienet għat–tneħijja t'arblu wieħed.", "Ix-xogħol tal- linji fuq dan l-arblu sar ġimgħat ilu.", "Wara li sar dan ix-xogħol, saret talba verbali biex jitneħħa arblu ieħor.", "Ix-xogħol fuq it-tieni arblu għandu jitkompla fi żmien qasir.", "EŻAMI TA' L-EOs", "29167.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm applikaw għall-aħħar sejħa ta' l- EO's?", "Fiex wasal il-proċess u kemm ser jingħataw dan il-grad?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab infurmat li kien hemm 1097 applikant għall- aħħar sejħa ta' l-eżami ta' l-Executive Officer.", "Il-proċess jinsab fil-fażi finali tiegħu u l-ħatriet jingħataw skond l- esiġenzi tas-Servizz.", "BORMLA - ZEBRA CROSSINGS", "29168.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jara li jinżebgħu ż-zebra crossings li hemm ħdejn il-posta ta' Bormla, kif ukoll oħrajn li hemm fil-main roads fil-Kottonera li huma responsabbilta' tal-gvern?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ninsab infurmat li l-ADT se tkun qed tieħu l- miżuri neċessarji sabiex tifriska ż-żebgħa f'dawn iż-żebra crossings.", "SKEJJEL - STUDENTI TAL-FORM V", "29169.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 29054 u jgħid x'kien it-total ta' studenti sekondarji tal-Form V fl- iskejjel statali, privati u tal-Knisja fis-sena skolastika 2006 - 2007 u x'inhu t-total ta' studenti li bdew xi forma jew oħra ta' edukazzjoni post- sekondarja f'Malta u f'Għawdex?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "STUDENTI POST-SEKONDARJI", "29170.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 29052 u jgħid x'kien it-total ta' studenti post sekondarji li temmew l- edukazzjoni tagħhom fi żmien is-sena skolastika 2006-2007?", "X'inhu t-total ta' studenti post sekondarji li resqu għall-eżamijiet tal-Matsec f'xi waħda jew oħra mis-sezzjonijiet tal-Matsec ta' din is-sena u kemm għaddew studenti f'kull suġġett f'dawn is-sezzjonijiet?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li n-numru ta' studenti post-sekondarji li resqu għall-eżamijiet tal-MATSEC f'Mejju u Settembru 2007 hu hekk :-", "F'din it-tabella insibu studenti li resqu għall-eżamijiet għaliex kienu Narrowly Failed, jew kien jonqoshom xi Special Course Requirement, jew kienu studenti fil-kors tal-Banking fl-MCAST.", "Il-Kandidati Privati setgħu xorta kienu qed jattendu xi skola post-sekondarja.", "Reġistrazzjoni Skejjel Post Sekondarji Kandidati Privati Total Mejju 2007 Settembru 2007 Mejju 2007", "Ċertifikat tal-Matrikola 2377 1167 155 2532 Livell Avvanzat (Single Subject) 150 33 882 1032 Oħrajn 18 2 229 247", "Informazzjoni dwar ir-riżultati fil-Livell Avvanzat u fil-Livell Intermedju f'Mejju u f'Settembru 2007 separatament tpoġġIET fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni fis-seduta waqt il-ħin tat-tqegħid ta' karti.", "Dawk l-istudenti li ġabu gradi A,B,C,D u E għaddew mill-eżami.", "STALLAZZJONI TA' LIFT", "29174.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru tgħid fhiex waslet l-applikazzjoni għall-installazzjoni tal-lift fi blokk ta' appartamenti, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, li d-depożitu dwaru sar fl-1 ta' Settembru 2005?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Ninsab infurmata li l-applikazzjoni li rrefera għaliha l-Onor.", "Interpellant qed tiġi proċessata mill-MEPA.", "Ninsab infurmata wkoll li hekk kif l-Awtorita' tad-Djar tirċievi l-permess meħtieġ tkun tista' tibda tipprepara s-sejħa għall-offerti biex isiru x- xogħlijiet.", "XIRI TA' CHAIR LIFTS", "29175.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru tgħid x'inhuma l-kriterji tal- housing authority dwar sussidju fuq xiri ta' chair lifts f'residenzi privati fejn hemm każi mediċi ġustifikati?", "Kemm ilha fis-seħħ din l- iskema?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Ninsab infurmata li biex persuna tibbenefika minn sussidju għax-xiri ta' chairlift taħt Skema 7 ta' l-Awtorita' tad-Djar trid tippreżenta evidenza, permezz ta' ċertifikat mediku, għall-ħtieġa ta' tali apparat.", "Kriterji oħra biex jingħata dan is-sussidju huma li l-post fejn ikun ser jiġi nstallat iċ-chairlift ma jridx ikun wieħed substandard u l- assi ta' l-applikant ma jridux jaqbżu Lm10,000, jekk l-applikant ikun is- sid tal-post.", "Ninsab infurmata wkoll li din l-iskema daħlet fis-seħħ fit-8 ta' Ottubru 1999.", "ĦAMRUN - NIES BIL-KARTUNA R-ROŻA", "29178.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm nies fil-Ħamrun li għandhom 'il fuq minn 65 sena bil-kartuna r-roża?", "Jista' jgħid ukoll kemm hemm nies fil-Hamrun li għandhom 'il fuq minn 75 sena bil-kartuna r-roża?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Ninsab infurmata li ma tinżammx statistika kif mitlub mill-Onor.", "Interpellant.", "SPTAR SAN LUQA - OPERAZZJONIJIET", "29179.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': B'riferenza għal mistoqsijiet parlamentari 28937 u 29042 jista' l-Ministru jikkonferma jekk ma sarux operazzjonijiet ġo OOP3 fl-iSptar San Luqa madwar xahar ilu minħabba li ma kienx hemm bolts ta' l- istainless steel?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Matul il-ġimgħa ta' bejn il-ħamsa u l-ħdax ta' Novembru 2007 kien hemm total ta' erba' (4) operazzjonijiet ta' Dynamic Hip Screw li ġew posposti għal jumejn fit-teatri ta' l-ortopedija minħabba nuqqas temporanju ta' screws.", "KORP TAL-PULIZIJA", "29183.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jikkonferma li pulizija mara li kienet għadha kemm ġiet reklutata u kienet qiegħda tattendi l- akkademja tkeċċiet mill-korp għax ħarġet tqila?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi rekluta mara li kienet qed tattendi t-taħriġ bażiku fil-kors ta' kuntistabbli fl-Akkademja tal-Pulizija, kienet ippreżentat ċertifikat mediku li hija ma' setgħetx tkompli t-taħriġ fiżiku minħabba li kienet ħarġet tqila.", "Stante li t-taħriġ fiżiku kif ukoll taħriġ ieħor ta' strapazz huwa parti integrali mill-kors ta' taħriġ ta' kuntistabbli, din l-istess rekluta kienet twaqqfet milli tkompli r- reklutaġġ.", "SEJĦA GĦALL-OFFERTI", "29184.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: B'referenza għat-twegiba mogħtija għal mistoqsija parlamentari 28913, jista' l-Ministru jikkonferma jekk hux minnu li kien hemm offerti ta' anqas minn Lm 10,000 jiġifieri l-ammont massimu stipulat f'dan it-tender skond paragrafu 3.5 f'dan id-dokument?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Le, ma nikkonfermax għax l-ammonti ta' l-offerti, inkluża l-VAT, jaqbeż l-Lm10,000.", "KAPPARA – TRASPORT PUBBLIKU", "29185.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jara li jiġi kkunsidrat is-servizz tat-trasport pubbliku li jaqdi r-residenti tal-Kappara li joqogħdu fl-inħawi ta' Triq l- Isponsun minħabba l-mixja twila li llum qed ikollhom jagħmlu biex jinqdew b'dan is-servizz?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "MISTOQSIJIET WAQT ESTIMI TAL-BUDGET", "29186.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru ġentilment iwieġeb dawn il-mistoqsijiet li qajjimt fl-intervent tiegħi dwar l-estimi tal-budget li jirrigwardaw il-Ministeru tiegħu u li baqgħu bla twegiba:", "X'inhi r-reazzjoni tal-Gvern għall-fatt li skond il-Eurostat fejn jidħlu żgħażagħ Maltin bejn is-16 u 24 sena għandna fost l-aktar ranking baxx fost il-pajjizi tal-UE kemm fejn jidħol użu tal-Internet fuq medja ta' mill- inqas darba fil-gimgħa kif wkoll fejn jidħlu żgħażagħ ta' l-istess eta' li huma meqjusa li għandhom computer skills għoljin?", "Meta mistenni l-Ministru jippublika lista waħda sħiħa u komprensiva ta'dawk it-tenders kollha kbar tal-ICT ta' miljuni ta' liri li il-Kap tas- Segretarjat Privat tieghu serva fuq l-adjudication jew evaluation boards tagħhom u f'ċerti każi anki bhala Chairman ta' uħud minn dawn il-boards?", "Jista' jippublika lista sħiħa tat-targets tal-pjan strategiku tal- informatika 2004-06 li ma ġewx milħuqa sa tmiem il-pjan?", "X'wassal il-gvern biex jagħti il-kuntratt tal-informatika tal-Mater Dei b'direct order lill-kumpanija li la tipprovdi hardware jew software u li hija semplici outsourcing company li tfittex providers għas-servizzi jew prodotti meħtiega 'at a cost' bil-Gvern Malti igorr in-nefqa addizzjonali a spejjez tat-tax payers Maltin u Għawdxin?", "Kif jispjega il-fatt li wieħed mill-modules fil-Mater Dei li gie msejjah STATE OF THE ART huwa identiku għal wiehed li id-dipartiment tas-Sigurta' Socjali jridu jwarrbu għaliex iqisuh antikwat?", "X'wassal biex tender dwar Schengen li l-MITTS kienet ħarget u ippublikat fuq il-web site tagħha, għeb wara ftit minkejja li it-Technical Adjudication Panel ikkonkluda l-Adjudication Report u għaliex ir- recommended bidder dwar l-istess tender gie irrifjutat mill-isteering committee?", "Fiex wasal l-IT Leasing Tender u għaliex il-PCs godda fid-dipartiment tal- Gvern ma issemmew fl-ebda mod fid-diskors tal-Budget jew fl-intervent tal- Ministru?", "Huwa minnu li meta sar il-financial analysis ta' dan it-tender tal-leasing instab li ma kienx jinkludi items li jirrigwardaw l-implementation u l- installation tasks?", "Filwaqt li ntenni l-awguri tiegħi li Malta giet ikklasifikata it-tieni fl- informatika tal-gvern minn CAP GEMINI f'isem l-Unjoni Ewropea, huwa minnu li l-Licensing and Testing li rebħu ħafna punti lill-Gvern lanqas kellhom is-sistemi jaħdmu meta saret l-evalwazzjoni, l-application kienet għadha under construction mill-kumpanija ALERT SUPPLIERS?", "Kemm kien hemm vehicles irregistrati on line sa qabel ma sar l-istess benchmarking exercise?", "L-istess jghodd għall-evalwazzjoni li saret dwar eVAT.", "Kemm saru e-VAT transacations sakemm sar din il-benchmarking?", "Kif u fejn intefqu il-Lm20m imwiegħda f'infieq minn Microsoft f'pajjizna billi fl-intervent tiegħu il-Ministru ikkonferma li dawn il-flus mwiegħda intefqu kollha fiz-zmien stipulat?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni fis-seduta waqt il-ħin tat-tqegħid ta' karti.", "MALTA GOVERNMENT TECHNOLOGY INVESTMENTS LTD", "29187.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx nies mis-segretarjat tiegħu involuti fit-tmexxija tal-kumpanija Malta Government Technology Investments Ltd.?", "X'kienet il-ħidma ewlenija ta' din il-kumpanija kemm ilha mwaqqfa?", "Huwa minnu li certi Private Training Providers iffirmaw ftehim ma din il- kumpanija fejn gew mitluba/mistiedna jieħdu studenti li ma kienx hemm post jew għalliema għalihom fl-MCAST?", "B'kemm gew iffinanzjati dawn il-PTPs s'issa?", "Kemm kien hemm studenti li gew iffinanzjati minn din l-iskema?", "Kemm kien hemm PTPs li ibbenefikaw minn din l-iskema?", "U liema kienu?", "Huwa minnu li din il-kumpanija qeghda f'mod indirett tiffinanzja extra top up allowances li ġieli jlaħħqu madwar Lm2500 il-persuna fis-sena sabiex ma jkunx hemm drain ta' għalliema fl-ICT Institute tal-MCAST?", "Huwa minnu li sa ftit zmien ilu id-Direttur ta' dan l-Istitut kien qed jitħallas is-salarju tiegħu mill-kumpanija Maltacom billi huwa mifhum li il- pakkett finanzjarju li kellu kien ferm ogħla mill-istrutturi ta' pagi permessi mill-Gvern fi hdan il-qafas tal-istruttura tal-pagi tal-istess Kullegg?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni fis-seduta waqt il-ħin tat-tqegħid ta' karti.", "ĦRIEQI U MEDIĊINI", "29189.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' l-Prim Ministru, jekk jogħġbu, jgħidli min hu responsabbli mill-għajnuna li kienet tingħata lill-ommijiet li jkollhom numru ta' trabi f'daqqa aktar min normal, bħal fil-każ ta' quadruplets, f'assistenza li kienet tingħata fi ħrieqi u mediċini lil dawn l-ommijiet?", "Staqsejt lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita' (PQ 28929) u qalli biex nirriferi l-mistoqsija lill-Ministeru għall-Familja u Solidarjeta' Soċjali u meta staqsejt lill-Ministru għall-Familja u Solidarjeta' Soċjali (PQ 29072) din qaltli biex nirreferi l-mistoqsija lill- ministeru konċernat.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra."]} {"filename": "20031126_066d_par.doc", "date": "2003-11-26", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 66 L-Erbgħa, 26 ta' Novembru, 2003 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 66 L-Erbgħa, 26 ta' Novembru, 2003", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.03 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "66", "L-Erbgħa, 26 ta' Novembru, 2003", "WERREJ", "MINUTI 240", "KUNSENS 240", "RULING TA' MR SPEAKER 240", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 240", "TQEGĦID TA' KARTI 247", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ESTIMI TA' INFIQ TAL-KORPORAZZJONI TA' XOGĦOL U TAĦRIĠ GĦAS-SENA 2003-2004 248", "AĠĠORNAMENT 271", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 276", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 65 li saret fis-26 ta' Novembru, 2003 ġew konfermati.", "KUNSENS", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): Ninforma lill-Kamra li l-Aġent President għoġbu jagħti l-kunsens tiegħu għal:", "Att Nru XVI ta' l-2003 - Att ta' l-2003 dwar Elezzjonijiet għall- Parlament Ewropew.", "RULING TA' MR SPEAKER", "MR SPEAKER: Nagħti ruling b'riferenza għall-każ ta' ksur ta' privileġġ imressaq mill-Onor.", "Justyne Caruana fis-seduta tas-17 ta' Novembru, 2003.", "Wara li s-Sedja eżaminat ir-rapport li deher fil-gazzetta, ikkonkludiet li l-ilment ta' l-Onor.", "Membru ma jidhirx li jikkostitwixxi ksur ta' privileġġ taħt subartiklu (4) ta' artiklu 11 ta' l-Ordinanza dwar is-Setgħat u l- Privileġġi tal-Membri tal-Kamra tad-Deputati.", "Biex waslet għal din il-konklużjoni, is-Sedja ħadet ukoll in konsiderazzjoni rapport li deher fil-ħarġa sussegwenti ta' l-istess gazzetta.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "UFFIĊĊJU KONĠUNT - BEJGĦ TA' PROPRJETA'", "2785.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Intern: F'każ li jkun hemm nuqqas ta' qbil bejn l-aħwa - anke jekk dan ikun ġej minn persuna waħda - u per conseguenza l-bejgħ ta' proprjeta' ma jkunx jista' isir, jista' il-Ministru jgħid jekk ix-share ta' dik il-persuna jistax jitpoġġa l-qorti?", "Jekk ir-risposta hija fin-negattiv, il-gvern jikkonsidra li jagħmel tibdil fil-liġi f'dan is-sens?", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI (Segretarju Parlamentari) (f'isem il- Ministru tal-Ġustizzja u Intern): Kull koproprjetarju għandu d-dritt li jagħżel hu jekk kemm-il darba jridx ibiegħ sehmu jew le.", "GĦalhekk jekk ma jkunx hemm qbil, wieħed irid jibda proċeduri legali sabiex jew tiġi maqsuma l-proprjeta` komuni jew inkella jsir il-bejgħ b'subbasta, proċedura li tieħu l-ħin tagħha u taf tkun kumplikata.", "Nista' ukoll ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li fi klawsola 46 ta' l- Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili (Kap. 16) - preżentement dan l- abbozz ta' liġi qiegħed fuq l-aġenda tal-Kamra - qegħdin nipproponu proċedura li tagħmel dawn il-każi anqas diffiċli sabiex jiġu riżolti.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Abela, domanda supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Meta persuna jkollha proprjeta' mikrija mill- uffiċċju konġunt, tista' hi stess terġa' tikri dik il-proprjeta' lil terzi?", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Bħala linja ġenerali, min ikollu kirja m'għandux id-dritt li jagħmel sullokazzjoni pero' hemm każi fejn il- kuntratt ikun ilu li sar minn qabel il-gwerra - għax f'dak iż-żmien kien hemm id-dritt tas-sullokazzjoni – u jekk dan huwa l-każ, allura wieħed jista' jikri dik il-proprjeta' lil terzi.", "Hemm ukoll każi fejn fil-kuntratt, is-sid jirriserva d-dritt li jagħti jew ma jagħtix permess għal sullokazzjoni u allura jista' ikun li hemm kuntratti simili għal dan.", "Għalhekk l-ewwel ħaġa li wieħed irid jagħmel hi li jara l-kuntratt tal-kera tal-każ partikolari.", "Jekk il-ħabib tiegħi jrid jagħtini d-dettalji, inkun nista' nagħtih l- informazzjoni aktar 'il quddiem.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Frederick Azzopardi, domanda supplimentari.", "ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI: Illum fil-gazzetti dehru xi artikli dwar il-qorti tal-familja u ntqal li mill-1 ta' Jannar, 2004 se jkun hemm xi tibdil f'din il-liġi.", "Jista' il-Ministru jgħidilna fiex jikkonsisti dan it- tibdil?", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: L-ewwelnett nirringrazzja lill-Onor.", "Interpellant tad-domanda partikolari li għamilli għax din tgħin biex wieħed jiċċara ftit is-sitwazzjoni.", "Effettivament fil-qorti tal-familja qegħdin ngħidu li se nibdlu ftit l-istruttura għax se ndaħħlu medjatur biex l- ewwelnett jipprova jirrikonċilja l-partijiet u jekk jara li dan huwa impossibbli, jipprova jgħinhom sabiex jaslu biex jagħmlu l-kondizzjonijiet tas-separazzjoni.", "Qegħdin ngħidu wkoll illi l-avukat se jkun preżenti mill-bidunett fil- proċess ta' medjazzjoni.", "Qegħdin nagħmlu din il-proċedura mhux sabiex intawlu imma biex l-affarijiet nagħmluhom b'aktar attenzjoni.", "Sfortunatament ikollna numru ta' każi fejn in-nies jidħlu f'kuntratt ta' separazzjoni mingħajr ma jkollhom lil ħadd jispjegalhom l-affarijiet sewwa.", "Allura hekk, Sur President, qegħdin nieħdu ħsieb li mhux biss ikun hemm spjegazzjoni ta' l-affarijiet fid-dettall imma se ndaħħlu wkoll sistema fejn jiġi appuntat avukat apposta biex jieħu ħsieb l-interessi tat-tfal.", "Għax ħafna drabi l-partijiet li jkunu se jisseparaw iħarsu lejn l-interessi tagħhom u ma jħarsux lejn l-interessi tat-tfal.", "Għal dan il-għan se ndaħħlu avukat biex fi kwestjonijiet ta' separazzjoni jkollu l-interess tat- tfal biss.", "Issa lanqas qegħdin ngħidu li l-medjazzjoni se tkun proċess li ma jispiċċa qatt.", "Anzi l-ħsieb hu li fejn il-medjatur jara li l-partijiet ma jistgħux jiftehmu, jgħaddihom mill-ewwel għal proċeduri normali.", "Il-ħsieb hu li niffaċilitaw aktar l-affarijiet billi fi kwestjonijiet ta' separazzjoni jkollna aktar dettall, tittieħed attenzjoni akbar dwar il-futur tal- partijiet u nnaqqsu ftit mill-animożita' li jkun hemm bejniethom.", "Din il-proċedura m'aħniex se ndaħħluha biss f'dawk il-każi fejn persuna tkun se tissepara għall-ewwel darba - għax ta' min jgħid li fil-qorti hemm ukoll numru ta' każi oħra fejn koppja tkun ilha li sseparat, ikun sar kuntratt bejniethom, aktar tard jerġgħu jiġġieldu u terġa' tqum il- kwestjoni ta' x'għandu jkun ir-rapport ġuridiku bejniethom - imma qed ngħidu li l-medjatur se jidħol f'każi fejn koppja tkun ilha li sseparat.", "Il-medjatur se jidħol ukoll f'każi fejn ikun hemm tfal barra ż-żwieġ u jintervjeni biex bl-ebda mod ma jiġi wżat ħażin il-futur tagħhom fil- kwestjoni fejn tidħol il-kura tat-tfal, il-kustodja tagħhom, l-aċċess għalihom u l-manteniment tagħhom.", "Allura kumplissivament l-idea tal-qorti tal-familja hi li wieħed jieħu ħsieb dawn il-problemi tal-familja, joqgħod attent li l-kuntratt ta' separazzjoni jkun ġust bejn il-partijiet, jirrispetta d-drittijiet tagħhom, jirrispetta l-kwestjoni tal-manteniment u tal-futur tagħhom u jieħu ħsieb ukoll il-pożizzjoni ta' l-ulied.", "B'hekk wieħed ikollu naqra inqas attrizz u naqra inqas diffikultajiet fi kwestjoni ta' separazzjoni għax nafu x'workload joħolqu għall-qorti l-kawżi ta' separazzjoni.", "Kif inhi s-sitwazzjoni Illum, biex wieħed jagħmel rikors fis-Sekond'Awla u mbagħad jagħmel kawża ta' separazzjoni qed ikollu jħabbat wiċċu ma' ċertu dewmien.", "Għalhekk aħna se nippruvaw ndaħħlu sistema li biha nħaffu aktar il-proċeduri, inħarsu aktar fid-dettall lejn kwestjonijiet ta' separazzjoni u jkollna medjatur trained apposta biex jipprova jressaq il-partijiet lejn xulxin.", "Jekk din is-sistema taħdem tajjeb – aħna ċerti li hekk se taħdem – ikun ifisser inqas attrizz bejn il-partijiet u kawża ta' separazzjoni ddum inqas il-qorti, Sur President.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Mizzi, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, nafu li fejn jidħlu każi ta' dixxiplina ma jkunux jistgħu jittieħdu passi mill-PSC jekk l-istess każ ikun quddiem il- qorti.", "Jista' is-Segretarju Parlamentari jgħid jekk teżistix xi preskrizzjoni ħalli jekk il-qorti ddum iżjed minn sentejn biex tagħti s- sentenza tagħha, il-każ ma jdumx daqshekk biex jidher quddiem il-PSC?", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Mr Speaker, su due piedi ma nistax inwieġeb għax l-ewwelnett wieħed irid jara x'inhu l-każ partikolari.", "Naturalment l-aspetti tal-punti li wieħed iressaq quddiem il-PSC mhux neċessarjament ikunu l-istess aspetti li tkun qed tittratta l-qorti u allura wieħed irid l-ewwelnett iħares lejn il-materja proprja.", "Imbagħad wieħed irid jara wkoll għaliex il-kawża qed iddum u x'inhi l- impostazzjoni tagħha u allura jekk imbagħad tgħaqqad dawn iż-żewġ affarijiet flimkien, wieħed ikun f'pożizzoni li jagħti parir legali kif qed jitlob l-Onor.", "Mizzi.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Azzopardi, domanda supplimentari.", "ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI: Jista' jaġġornana s-Segretarju Parlamentari fuq il-ħidma taċ-ċentru ta' arbitraġġ?", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Mr Speaker, kif iddikjarajt diġa', nixtiequ li jinstemgħu aktar kawżi miċ-ċentru ta' l-arbitraġġ u qegħdin naħdmu biex naqbdu ċerti kawżi u nibagħtuhom direttament quddiem iċ-ċentru.", "Kwestjonijiet ta' inċidenti tat-trafikku fejn ma jkunx hemm personal disability u fejn l-ammont ikun taħt il-Lm5,000, il-qorti m'hijiex se tieħu aktar konjizzjoni tagħhom u jekk wieħed irid jiftaħ kawża dwar dawn l- affarijiet, għandu jmur dritt fiċ-ċentru ta' arbitraġġ.", "Hemm ukoll numru ta' setturi oħra żgħar fejn qed ngħidu illi bil-liġi wieħed għandu jmur direttament fiċ-ċentru ta' arbitraġġ.", "Bħalissa din is- sitwazzjoni diġa' qiegħda taħdem fejn jidħlu ċerti provvedimenti ta' l-Att dwar il-Condominia u jekk xi ħadd ikollu kwestjoni, irid bilfors bil-liġi jmur quddiem iċ-ċentru ta' arbitraġġ.", "Hemmhekk is-sistema qiegħda taħdem, pero' sfortunatament il-mentalita' jew il-kultura legali għadha m'hijiex preparata li tmur quddiem iċ-ċentru ta' arbitraġġ, forsi għax mhux kulħadd għadu jaf x'inhuma l-vantaġġi taċ-ċentru.", "L-ewwel vantaġġ hu li kwestjonijiet legali jinqatgħu fi żmien tliet xhur.", "It-tieni, l-ispejjeż pagabbli fiċ-ċentru huma kwart ta' l-ispejjeż li wieħed is-soltu jħallas il-qorti.", "Barra minn dan, m'għandekx żvantaġġi għax anke minn sentenza mogħtija miċ-ċentru ta' arbitraġġ, wieħed jista' imur quddiem il-qorti ta' appell.", "Allura qegħdin naħdmu fuq din il-linja sabiex iċ-ċentru ta' arbitraġġ jirċievi iktar kwestjonijiet.", "Naturalment irid ikun hemm biżżejjed faċilitajiet u biżżejjed nies biex jieħdu ħsieb din il-ħaġa.", "Nerġa' ngħid li rridu nippruvaw nibdlu l-mentalita' ta' l-avukatura sabiex tieħu kawżi bħal dawn quddiem iċ-ċentru ta' arbitraġġ, li allura jkun jista' jiddeċiedi kwestjoni ferm iktar malajr u ma nibqgħux immorru l- qorti qisu l-Mecca, fuq kollox meta ċ-ċifri juru li fil-qorti hemm wisq kawżi li ilhom għal snin twal pendenti.", "L-aħħar statistika li ġiet ippubblikata turi li madwar 40% tal-kawżi fil-Prim'Awla ilhom ħames snin u aktar pendenti u anke għandna 1,000 kawża li ilhom 'il fuq minn għaxar snin pendenti l-qorti.", "Naħseb li hemm bżonn li nibdew nieħdu miżuri sabiex il-qorti nnaqqsulha mill-piż tagħha u l-kawżi li jimmeritaw li jmorru hemm, jingħataw iktar attenzjoni u s-sentenzi jingħataw iktar malajr.", "Għalhekk ċerti kawżi jistgħu jintbagħtu fiċ-ċentru ta' arbitraġġ sabiex jiġu tackled aktar malajr.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Mr Speaker, nixtieq nerġa' nirriferi għall- mistoqsija oriġinali, fejn ġustament is-Segretarju Parlamentari wieġeb li fuq l-aġenda tal-Kamra hemm l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili.", "Jikkonsidra li forsi anke fi stadju ta' kumitat wieħed jista' jiddiskuti dan l-aspett li qanqalt jien aktar fid-dettall?", "Fi klawsola 46 ta' dan l-abbozz qed jiġi propost li jiġi miżjud artiklu ġdid u fl-ewwel subartiklu tiegħu qed issir riferenza għal meta xi ħaġa tkun inżammet in komun għal iżjed minn għaxar snin.", "Ma jidhirlux li għaxar snin huwa perjodu daqsxejn twil f'każ li jkun hemm diżgwid bejn il- familjari?", "Ma jikkonsidrax allura li biex jitħaffef aktar il-proċess, il- parti ta' dak il-wieħed dissidenti għandha tiġi depożitata l-qorti u mbagħad meta l-affarijiet jitranġaw, dan jieħu x-share tiegħu?", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Mr Speaker, l-ewwelnett l-Onor.", "Membru jrid japprezza li s-sistema legali tagħna dejjem żammet bħala wieħed mill- pilastri tagħha, id-dritt fundamentali tal-proprjeta' privata.", "Is- sitwazzjoni preżenti hi li l-liġi tipproteġi ħafna lill-proprjetarju u tipproteġih tant li jekk xi ħadd ikollu farka fi proprjeta', anke jekk waħda minn 125, għandu dritt jibqa' jgħid le u l-proprjeta' ma tinbigħx.", "Issa ma rridux inġibu sistema fejn l-affarijiet naqilbuhom ta' taħt fuq u min għandu l-maġġoranza, jaqbad u jgħaddi fuq il-koproprjetarji l-oħrajn għax inkella nkunu qegħdin nagħmlu inġustizzja bil-kontra.", "Allura trid issib il-linja tan-nofs li tittieċiedi fejn għandek taqta'.", "Aħna qegħdin insemmu perjodu ta' għaxar snin, pero' jekk kemm-il darba jsiru xi proposti oħra fi stadju ta' kumitat min-naħa ta' l-oppożizzjoni, aħna żgur li nikkonsidrawhom.", "F'dan l-abbozz għandek ukoll il-vantaġġi għax f'subartiklu (3) ta' artiklu ġdid 495A - kif propost fi klawsola 46 - qegħdin ngħidu li fejn ma jkunux magħrufa koproprjetarji oħrajn ...", "Għax ċerti drabi jkun hemm wirt li jeħel u ma tistax tagħmel kawża l-qorti għax ma tkunx tista' ssib min huma l-werrieta u dan għaliex kif taqbeż ġenerazzjoni jew tnejn, in-nies jiżdiedu.", "Fil-qorti kien hemm kawża li kienet ilha li nbdiet mill-1936 u nqatgħet riċentement għax ħadd ma seta' jinduna min kienu sewwa sew il- proprjetarji.", "Kien hemm ukoll kawża oħra li nbdiet fl-1944 u għadha pendenti minħabba diffikultajiet simili.", "Issa li qegħdin nippruvaw nagħmlu hu li noħolqu sistema ftit differenti mingħajr ma ntellfu d-drittijiet tal- proprjetarji u mingħajr ma niżbilanċaw is-sitwazzjoni.", "Ċertament wieħed m'għandux iżomm lil ħaddieħor milli jbiegħ proprjeta' mingħajr raġuni valida u qed nippruvaw ukoll nagħmlu s-sitwazzjoni ftit iktar veloċi billi flok dak li jkun jippreżenta ċitazzjoni, jippreżenta rikors il-qorti.", "B'dan il-mod aħna qegħdin nippruvaw inħeffu l-proċedura u nagħmluha aktar faċli.", "KOTTONERA : KUMPLESS SPORTIV - ĦADDIEMA BIS-SAHRA", "2786.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid meta se jitħallsu ta' l-overtime, it-tmien ħaddiema li għamlu xogħol fil-kumpless sportiv tal-Kottonera kif ukoll fil- Marsa sports ground?", "Jaf li hemm min ħadem l-overtime fi Frar iżda għadu ma tħallasx tiegħu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni) (f'isem il-Ministru għaż- Żgħażagħ u Kultura): Ma jidhirlix li hemm ħaddiema li għamlu xi sahra fi Frar u għadhom ma tħallsux tiegħu.", "Jien informat ukoll illi l-ħaddiema li hemm mal-kunsill Malti għall-isport, għandhom sa Ġunju ta' din is-sena mħallas u li fil-preżent qiegħed isir xogħol amministrattiv biex jitħallsu tax-xogħol li sar f'Lulju u Awissu ta' din is-sena.", "GĦAQDIET SPORTIVI - TQASSIM TA' FONDI", "2787.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid kemm tqassmu flus matul din is-sena lil għaqdiet sportivi taż-żgħażagħ u oħrajn?", "Kemm ħadu kull wieħed u minn liema vot tqassmu dawn il-fondi?", "Jista' jgħid ukoll min iddeċieda kemm tkun l- għotja?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (f'isem il-Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura): L- informazzjoni qiegħda tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "ĦAMRUN : SKOLA MARIA ASSUNTA - PHYSICS", "2788.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li studenti ta' bejn form 1 u form 4 ta' l-iskola Maria Assunta tal-Ħamrun mhux qed jagħmlu l-lezzjoni tal-physics fil-laboratorji?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li fil-preżent, il-blokk tal-laboratorji qiegħed jiġi refurbished u għandu jkun lest sa l-aħħar ta' Diċembru 2003.", "Sar arranġament biex il-parti tal-prattiku tas-sillabu ssir mit-tieni term 'il quddiem.", "ĦAMRUN : SKEJJEL MARIA ASSUNTA U ADELAIDE CINI – PASSAĠĠ TA' L-INJAM", "2789.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jara li l-passaġġ bejn l-iskola Maria Assunta u l-iskola Adelaide Cini fil-Ħamrun jiġi rranġat u mhux jibqa' ta' l-injam meta huwa tant perikoluż?", "Jista' jgħid ukoll kemm intnefqu flus f'żebgħa u xogħol iehor marbut mas-sinjali tat-traffiku ġewwa l-istess skejjel?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ġejt assigurat li l-passaġġ in kwestjoni m'għandux jippreżenta periklu, pero' xorta waħda tlabt lil min hu konċernat biex jikkonsidra s-sitwazzjoni u jagħtini parir.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Abela, domanda supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Jista' il-Ministru jgħid jekk minn dakinhar sal- lum itteħdux passi f'dan ir-rigward?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, l-ewwelnett nixtieq ngħid li lili qatt ma nġibditli l-attenzjoni dwar xi periklu konness ma' dan il-passaġġ u tant ma jidhirx li hemm problema ta' xi periklu, li kien proprju llum li erġajt tlabt lil min hu nkarigat biex jikkonsidraha.", "Issa malli jkolli ċans immur niċċekkja personalment.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Sur President, il-ġimgħa li għaddiet f'din l-istess skola kien hemm attivita' li għaliha attendejna kemm jiena kif ukoll il- Ministru u fil-ħin li konna se nitilqu, kien hemm għalliema li waqgħet proprju f'dan il-passaġġ.", "Qed insemmi dan ħalli jekk hemm xi periklu jitneħħa minnufih.", "SKEJJEL - DISKORS TAL-GRADWAZZJONI", "2790.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li hemm selection committee li jagħżel liema student jagħmel id-diskors fiċ-ċerimonja tal-gradwazzjoni?", "Jista' jgħid ukoll fejn hu maħsub li se jsiru ċ-ċerimonji ta' gradwazzjoni għal din is-sena?", "X'kienet ir-raġuni li saret bidla fil-post fejn normalment isiru?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-universita' tistieden lill-kunsill ta' l-istudenti universitarji biex għal kull ċerimonja, jagħżlu huma r- rappreżentant ta' l-istudenti biex jagħmel diskors ta' l-okkażjoni.", "L- universita' ma taħtar l-ebda kumitat ta' għażla.", "Iċ-ċerimonji ta' gradwazzjoni ta' din is-sena se jsiru fil-multipurpose sports hall fl-universita' minħabba l-kwantita' kbira ta' gradwati.", "GĦAWDEX- SUSSIDJU LIL BDIEWA", "2946.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill-Ministru għal Għawdex: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 2691, tista' il- Ministru tgħid kemm flus ngħataw f'sussidju lil bdiewa għax-xiri ta' makkinarju ġdid minn April ta' din is-sena 'l hawn?", "Kemm bdiewa bbenefikaw minn din l-għajnuna?", "Tista' il-Ministru tinformani dwar il-pożizzjoni f'Għawdex?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO (Ministru għal Għawdex): Jien informata li minn April ta' din is-sena 'l hawn, f'Għawdex ingħataw Lm79.95 f'sussidju ta' imgħax fuq self mill-bank għal skop li jinxtara makkinarju - dan il- makkinarju ma jinkludix dak imsemmi f'mistoqsija parlamentari 2950 – liema għajnuna ngħatat lil tliet persuni.", "Dan l-ammont huwa parti mill-imgħax dovut fuq self li l-individwu jkun baqagħlu jħallas lill-bank mis-self oriġinali .", "GĦAWDEX - SUSSIDJU LIL BDIEWA", "2947.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għal Għawdex: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 2692, tista' il-Ministru tgħid kemm flus ingħataw f'sussidju lil bdiewa għax-xiri ta' pompi ġodda minn April ta' din is-sena 'l hawn?", "Kemm bdiewa bbenefikaw minn din l-għajnuna?", "Tista' il-Ministru taġġornani dwar il- pożizzjoni f'Għawdex?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Jien informata li minn April ta' din is­sena 'l hawn, f'Għawdex ma ngħatax sussidju lil bdiewa għax-xiri ta' pompi ġodda.", "GĦAWDEX – SUSSIDJU LIL BDIEWA", "2948.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għal Għawdex: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 2693, tista' il-Ministru tgħid kemm flus ingħataw f'sussidju lil bdiewa għall- bini ta' ġwiebi ġodda minn April ta' din is-sena 'l hawn?", "Kemm bdiewa bbenefikaw minn din l-għajnuna?", "Tista' il-Ministru taġġornani dwar il- pożizzjoni f'Għawdex?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Jien informata li minn April ta' din is-sena 'l hawn f'Għawdex ingħataw Lm904 għall-bini ta' ġiebja, liema għajnuna li ngħatat lil persuna waħda.", "GĦAWDEX - SUSSIDJU LIL BDIEWA", "2949.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għal Għawdex: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 2694, tista' il-Ministru tgħid kemm flus ingħataw f'sussidju lil bdiewa għall- bini ta' agricultural stores ġodda minn April ta' din is-sena 'l hawn?", "Kemm bdiewa bbenefikaw minn din l-għajnuna?", "Tista' il-Ministru taġġornani dwar il-pożizzjoni f'Għawdex?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Jien informata li minn April ta' din is­sena 'l hawn f'Għawdex ingħataw Lm17.68 f'sussidju ta' imgħax fuq self mill-bank bl- iskop li jinbnew agricultural stores, liema għajnuna ngħatat lil­persuna waħda.", "Dan l-ammont huwa parti mill-imgħax dovut fuq self li l-individwu jkun baqagħlu jħallas lill-bank mis-self oriġinali .", "GĦAWDEX – SUSSIDJU LIL BDIEWA", "2950.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għal Għawdex: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 2695, tista' il-Ministru tgħid kemm flus ingħataw f'sussidju lil bdiewa għax- xiri ta' tractors minn April ta' din is-sena 'l hawn?", "Kemm bdiewa bbenefikaw minn din l-għajnuna?", "Tista' il-Ministru taġġornani dwar il- pożizzjoni f'Għawdex?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Jien informata li minn April ta' din is­sena 'l hawn f'Għawdex ingħataw Lm1200 għax-xiri ta' loader, liema għajnuna ngħatat lil persuna waħda.", "TRAFFIKAR TA' DROGA", "2951.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Ministru jgħid kemm rapporti permezz ta' telefonati jew ittri tressqu lill-kwartieri ġenerali tad-depot tal-pulizija dwar traffikar ta' droga ħdejn id-detox centre - inkluż traffikar li jsir saħansitra bejn l-4.00 a.m. u l-5.00 a.m. - tant li jirriżulta li hemm residenti fl-inħawi mwerwra minħabba dak li jaraw?", "X'passi ttieħdu?", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI (f'isem il-Ministru tal-Ġustizzja u Intern): Ninsab informat illi ma tinżammx statistika ta` telefonati jew ittri kif qed isemmi l-Onor.", "Interpellant.", "Pero' matul dawn l-aħħar xhur, il- pulizija rċeviet xi lmenti minn familja li toqgħod fil-viċinanzi ta` l- isptar dwar persuni li jattendu d-detox centre, liema persuni qegħdin ta' spiss jinsabu bilqiegħda fuq l-għatba tal-bieb tagħhom u li allegatament juru mġiba mhux xierqa.", "Il-pulizija ħadet l-azzjoni meħtieġa dwar dawn ir-rapporti billi ta` kuljum bejn is-6.00 a.m. u s-2.00 p.m. qed ikun hemm żewġ kuntistabbli bl-uniformi fil-viċinanzi tad-detox centre, kif ukoll tal-ħanut tax-xorb li hemm fil- kantuniera ta` l-imsemmija pjazza.", "Barra minn dan, qed ikun hemm ukoll membri tal-pulizija pajżana mill-iskwadra ta` kontra d-droga f`ħinijiet differenti tal-ġurnata.", "Ta` min iżid illi tul dawn l-aħħar ġimgħat, qed ikun hemm ukoll żewġ membri mit-taqsima tal-muturi sabiex ikun ikkontrollat aħjar it-traffiku ġewwa u fil-viċinanzi ta` l-isptar.", "Dan kollu barra ż-żewġ membri l-oħra tal-korp li jkun hemm għassa kontinwament ġewwa d-dipartiment ta' l-emerġenza ta` l- isptar.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Abela, domanda supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Jista' is-Segregarju Parlamentari jgħid jekk il- gvern huwiex qed jikkonsidra li ċerti zoni jkunu alcohol-free?", "Per eżempju, meta għandek ħanut tax-xorb viċin skola, jikkonsidra li dak il- ħanut ma jkunx jista' jiftaħ jew inkella ma jkunx jista' joffri alkaħol waqt il-ħin ta' l-iskola?", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Sur President, ma naħsibx li dan huwa suġġeriment ħażin u ta' min wieħed jistudjah.", "(Interruzzjonijiet) Jiena ħsibtu se jistaqsini jekk għandux ikun hemm ukoll smoke-free zones.", "Bħalissa għaddejja wkoll kontroverja fir-Renju Unit dwar din il-ħaġa.", "Dawn huwa affarijiet interessanti u huwa tajjeb li wieħed jistudjahom u jipprova joħroġ b'xi ħaġa konkreta.", "(Interruzzjonijiet) Altru li wieħed jgħid li jaqbel għax imbagħad meta tiġi fil-prattika biex tara kif se tħaddimha, dik kwestjoni oħra.", "Pero' żgur li dan huwa suġġeriment tajjeb, bħalma jkun ukoll suġġeriment tajjeb li wieħed jibda jaħseb ukoll biex jagħmel smoke-free zones.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Anglu Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Mr Speaker, jaħseb is-Segretarju Parlamentari li d- detox centre għandu jitneħħa minn ġewwa l-isptar minħabba l-kuntatt li jista' jkun hemm ma' nies li jagħmlu użu mill-isptar?", "Ma jaħsibx ukoll li għandu jiżdied ir-rinforz ta' pulizija pajzana minħabba li ħafna minn dawk li jmorru f'dan iċ-ċentru biex jitnaddfu mid-droga, xorta waħda qed ikollhom kuntatt mingħajr ma jridu ma' nies li jmexxu d- droga f'dawk l-inħawi?", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Kull suġġeriment f'din id-direzzjoni huwa welcome, pero' wieħed irid iżomm quddiem għajnejh li għandek madwar 11-il membru tal-korp tal-pulizija li jkunu qegħdin on a 24 hour basis fl-isptar u madwar id-detox centre.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsija għadda.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru Dalli.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "JOHN DALLI (Ministru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomiċi): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali 375 ta' l-2003 - Regolamenti ta' l-2003 li jemendaw it- tmien skeda li tinsab ma' l-Att dwar Taxxa fuq il-Valur Miżjud.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Deguara.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa): Mr Speaker, inqiegħed fuq il- mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali 374 ta' l-2003 - Regolamenti ta' l-2003 li jemendaw it- tielet skeda li tinsab ma' l-Ordinanza dwar il-Professjoni Medika u Professjonijiet Oħra li għandhom x'jaqsmu magħha (Emenda Nru. 2)", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Borg.", "ONOR.", "JOE BORG (Ministru għall-Affarijiet Barranin): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' ittri li jien bgħatt fl-20 ta' Novembru, 2003 liċ-Chairman tal-Group of 77 and China, liċ-Chairman tal-Grupp Asjatiku tal-Group of 77 and China u liċ-Chairman tal-Movement of Non-Aligned Countries, b'riferenza għat-tmiem tas-sħubija ta' Malta f'dawn il-gruppi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ESTIMI TA' INFIQ TAL-KORPORAZZJONI TA' XOGĦOL U TAĦRIĠ GĦAS-SENA 2003-2004", "(Ikompli mis-26 ta' Novembru, 2003)", "MR SPEAKER: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Clyde Puli.", "ONOR.", "CLYDE PULI: Mr Speaker, dak kollu li qiegħed jiġi diskuss hawnhekk jeħtieġ li nħarsu lejh mill-perspettiva sħiħa taċ-ċirkostanzi li qegħdin ngħixu fihom illum, ċirkostanzi li qegħdin jinbidlu kontinwament u allura minnu nnifsu dan il-fatt waħdu jiddettalna li nfittxu soluzzjonijiet differenti.", "Irridu nirrikonoxxu li soluzzjonijiet li kienu tajbin għall- bieraħ m'hux neċessarjament tajbin għal-lum.", "Spjega ruħu tajjeb il- ministru tal-finanzi li l-programm ekonomiku u finanzjarju li qed iressaq il-gvern għas-sena d-dieħla jieħu in konsiderazzjoni diversi fatturi, inkluż l-isfond ekonomiku ftit jew wisq negattiv li għaddejja minnu d- dinja bħalissa.", "Kif qal l-Onor.", "John Dalli, pajjiżna għadu kemm ħareġ minn żewġ kampanji elettorali u rridu nammettu li din it-taqtigħa politika interna ikkreat ċertu element ta' inċertezza, speċjalment b'deficit li llum ilaħħaq Lm33 miljun iktar milli konna qed nistennew.", "Imbagħad fuq kollox, il-programm ekonomiku u finanzjarju li qiegħed iressaq il-gvern jieħu in konsiderazzjoni r-realta` ġdida ta' Malta bħala membru ta' l-Unjoni Ewropea u allura ta' pajjiż li għandu potenzjal li bi ftit sagrifiċċji jista' ikompli jiżviluppa.", "Ovvjament dan bl-ebda mod ma jfisser li qegħdin f'xi stat diżastruż, kif donnu hawn min jixtieq jagħti l-impressjoni.", "Per eżempju, nafu li minkejja d-diffikultajiet li ffaċċjajna fit-tkabbir ekonomiku għal din is-sena – it-tkabbir hemm qiegħed, ftit kemm hu ftit - kien hemm tkabbir ta' 1.5% u nafu wkoll li bil-programm li qed jipproponi l- gvern, huwa mistenni li s-sena d-dieħla jkollna tkabbir ta' 3.5%.", "Qed ngħid dan għaliex inutli li jkollna lista twila ta' aspirazzjonijiet u mbagħad ma neħdux il-passi li għandna nieħdu biex dawn l-aspirazzjonijiet nilħquhom.", "Inutli naspiraw għal kwalita` ta' ħajja aħjar, jekk ma tikbirx l-ekonomija.", "Inutli nitkellmu fuq it-tqassim tal-ġid jekk m'aħniex kapaċi noħolqu l-ġid.", "F'dan il-budget, il-gvern qiegħed jipproponi sensiela ta' inizjattivi li permezz tagħhom pajjiżna jista' ikun verament armat għal dawn iż-żminijiet il-ġodda, liema sensiela ta' inizjattivi finalment għandhom iwasslu għall- ħolqien ta' iktar ġid u allura anke ta' iktar xogħol.", "Per eżempju, nistgħu nsemmu l-investiment ta' Lm40 miljun f'bini ta' fabbriki adatti kemm għaż- żminijiet tal-lum kif ukoll għal dawk t'għada - għax importanti li nħarsu lejn il-futur ukoll - sabiex nagħtu spinta lil dak l-investiment li jrendi f'pagi tajba u mhux f'cheap labour.", "F'dan il-budget, il-gvern qiegħed jipproponi wkoll inizjattivi u programmi ġodda fis-settur tas-servizzi finanzjarji li kulma jmur qiegħed jikber u joħloq iktar impjiegi u anke fis-settur tar-riċerka u ta' l-innovazzjoni.", "Dan minbarra li kif diġa` nafu, il-bdiewa se jingħataw għajnuna ta' Lm12- il miljun biex isaħħu l-operat tagħhom u b'hekk mhux biss itejbu l-prodott imma huma stess ikunu iktar kompetittivi wkoll.", "Irrid ngħid ukoll li anke s-sajjieda, diġa` qed igawdu minn diversi għajnuniet biex jimmodernizzaw lilhom infushom.", "Illum dawk li jaħdmu għal rashom se jkollhom aċċess ikbar għall-kuntratti pubbliċi, u dan biex ma nsemmux ukoll investiment ta' Lm10 miljun biex lokalitajiet turistiċi jingħataw dehra aħjar u jissebbaħ l- ambjent in ġenerali.", "Ma nistax ma nagħmilx riferenza anke għall-programm estensiv t'afforestazzjoni li qed isir sabiex intejbu l-prodott għas-settur tat- turiżmu.", "Pero`naħseb li lkoll nirrikonoxxu li mhux biżżejjed li l-gvern jippreżenta programm aġġornat għal żminijietna, kif fil-fatt għadu kif għamel u lanqas m'hu biżżejjed li jkollna s-sistemi aġġornati.", "La d-dinja tax-xogħol qiegħda tinbidel fin-natura tagħha, huwa neċessarju li l-ħaddiem ukoll jibdel l-atteġġament tiegħu.", "Dak li qabel kien isir esklussivament bl-idejn, illum qed isir bil-makni u allura nistgħu ngħidu bla tlaqliq li llum il-makni qed jieħdu post il-ħaddiema.", "Madanakollu jien ngħid li din m'għandhiex tkun xi ħaġa li tbeżżagħna jew taqtgħalna qalbna, kif ġieli ġara fis-snin l-imgħoddija u dan għaliex irridu nirrikonoxxu li wara kull makna finalment hemm il-ħaddiem.", "Għalhekk aħna dejjem għaddejjin minn dan iċ-ċiklu għax jispiċċa l-bżonn ta' ċertu xogħol u jinħoloq xogħol ġdid ieħor.", "Pajjiżna wkoll qiegħed iħoss l- effetti ta' din il-bidla u fil-fatt qiegħed jara li jilqa' għall-isfidi li għandu quddiemu billi jarma ħalli jaħtaf opportunitajiet ġodda.", "Dawn l- isfidi u opportunitajiet iridu jfissru xogħol imħallas iktar tajjeb u allura kwalita` ta' ħajja aħjar għall-istess ħaddiema u l-familji tagħna.", "Irridu nammettu li din it-trasformazzjoni tinħass b'mod tanġibbli, Sur President.", "Kif qal il-ministru tal-finanzi, in-numru ta' ħaddiema fis-settur tal- manifattura naqas b'1,161 minn Settembru 2002 sa Settembru 2003, iżda fl- istess ħin in-numru ta' ħaddiema fis-settur tas-servizzi żdied b'1,511.", "Għalhekk jekk irridu nwaqqfu ż-żieda fin-numru ta' dawk li qed jirreġistraw għax-xogħol - din is-sena żdiedu b'422 - jeħtieġ li ninkoraġġixxu iktar Maltin ifittxu linja ta' xogħol u setturi li preżentement qed jifjorixxu u se jkomplu jifjorixxu.", "Tieħu gost, per eżempju, tiskopri li llum fis-settur tas-servizzi finanzjarji, mingħajr ma tgħodd id-ditti ta' l-awdituri, għandna 5,500 ħaddiem full-time u dan minbarra mijiet ta' persuni oħra li jaħdmu part-time f'dan is-settur.", "Ta' min jgħid li llum dan is-settur tas-servizzi finanzjarji qiegħed jikkontribwixxi għal 12% tal-prodott gross domestiku.", "F'din it- trasformazzjoni tal-workforce mhux biss tat sehem qawwi l-universita` li din is-sena rat jiggradwaw 2,100 student kontra l-250 li ggradwaw fl-1987, mhux biss ta sehem qawwi l-MCAST - liema kulleġġ kien ġie abolit minn gvern Laburista u reġa` twaqqaf fuq insistenza tal-ministru ta' l-edukazzjoni attwali - imma tat sehem ferm importanti wkoll il-korporazzjoni ta' xogħol u taħriġ.", "Illum l-ETC għandha l-obbligu li tilħaq l-istandards Ewropej li l-poplu Malti aspira għalihom u li finalment ħadem għalihom kemm permezz tar-referendum kif ukoll permezz ta' l-elezzjoni li għaddiet.", "L-ETC għandha l-obbligu li tilħaq dawn l-istandards f'dawk li huma mpjiegi, fl-iżvilupp tal-kapital uman, fl-ugwaljanza bejn is-sessi u anke fl-integrazzjoni ta' persuni b'diżabilita`, filwaqt li fl-istess ħin trid tagħmel l-almu kollu tagħha biex taqta' l-abbuż u tikkontrolla x-xogħol kollu li s'issa m'huwiex dikjarat.", "F'dinja ta' xogħol dejjem tinbidel, jeħtieġ li l-ETC tipprovdi taħriġ li jagħti ħiliet ġodda lil numru ta' ħaddiema biex minn sitwazzjoni ta' reġistrar għax-xogħol, jiġu integrati fid-dinja tax-xogħol.", "B'hekk mhux biss ikollna numru ikbar ta' ħaddiema li jkunu qed jikkontribwixxu għall-ħolqien tal-ġid nazzjonali iżda jkollna wkoll numru ikbar ta' persuni li f'ħajjithom ikunu laħqu l-milja tagħhom.", "Għalhekk jien nara li r-rwol ta' l-ETC m'huwiex wieħed sempliċement ekonomiku imma huwa wkoll rwol soċjali.", "F'dan ir-rigward, nieħu gost nosserva r-rapport ta' ħidma għas-sena 2002/2003 jelenka kemm il-korporazzjoni stinkat biex tilħaq l-għanijiet tagħha u wieħed ma jistax ma jfaħħarx uħud mill-inizjattivi li ħadet l-ETC, bħalma kienu n-knowledge centres u t-tagħlim tal-European computer and driving licence, li jirrikonoxxu l-avvanz teknoloġiku li qed iseħħ fi żmienna, liema inizjattivi jirrikonoxxu l-bżonn li jkollna numru dejjem ikbar tal-workforce tagħna computer literate.", "Illum u iktar u iktar għada, min m'hux se jkun kapaċi juża l-computer se jkun l-illiterat modern u għalhekk infaħħar lill-ETC li qed tieħu passi bħal dawn u qed tikkontribwixxi wkoll lejn l-edukazzjoni u t-training tal-ħaddiema.", "Wieħed ma jistax ma jfaħħarx ukoll, per eżempju, ċerti inizjattivi bħall- advanced Maltese and English literacy courses, mhux biss għall-pubbliku Malti b'mod ġenerali, fejn naraw li din is-sena pparteċipaw 367 persuna, imma wkoll għar-refuġjati u allura hawn naraw il-kontribut soċjali u s- solidarjeta`.", "Din is-solidarjeta` kienet estiża anke għal dawk li huma magħrufa bħala young offenders u li allura qegħdin fil-faċilita` korrettiva ta' Kordin kif ukoll għall-gwardjani ta' l-istess faċilita`.", "Ma nistax ma ninnotax b'sodisfazzjon li dawk li attendew għal dawn il-courses regolarment kienu jlaħħqu l-5,000, sinjal ċar illi l-messaġġ ta' l-ETC favur il-bżonn ta' taħriġ kontinwu qiegħed jasal fejn għandu jasal.", "Għalhekk hawn wieħed iħeġġeġ biex inkomplu nwasslu dan il-messaġġ billi nagħmlu l-isforzi kollha tagħna.", "Xi ħaġa oħra li nnotajt b'sodisfazzjon, anke permezz ta' kampanja edukattiva fejn twaħħlu saħansitra billboards, kienet il-kampanja li saret mill-ETC favur impjiegi għal dawk li għalqu l-40 sena.", "Ma nafx għaliex illum donnu saret iktar diffiċli li ġaladarba persuna ta' 40 sena tkun spiċċat mix-xogħol, terġa` tintegra ruħha fid-dinja tax-xogħol.", "Xi kultant jien nemmen li din hija iktar kwestjoni ta' perception ta' l-employers u allura l-ETC sew tagħmel li tniedi kampanja bħal din.", "Mr Speaker, f'dan il-ftit ħin li kelli għad-dispożizzjoni tiegħi ma kellix il-ħsieb li nidħol wisq fid-dettall dwar il-ħidma ta' din il-korporazzjoni, imma jidhirli li jekk wieħed janalizza l-kuntest sħiħ tal-pajjiż u tad- dinja li qed ngħixu fiha u jagħti ftit fatti mir-rapport ta' ħidma ta' l- ETC, ikun evidenti biżżejjed li Lm2.7 miljun li qegħdin jiġu allokati għal din il-korporazzjoni huma neċessita` u money well spent.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Marie Louise Coleiro.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Mr Speaker, f'dawn l-għaxar minuti li għandi għad-dispożizzjoni tiegħi xtaqt nagħmel riferenza għall-business plan ta' l- ETC, liema pjan ikopri l-perijodu ta' bejn Ottubru 2000 u Settembru 2003.", "Fil-fatt kont nieħu pjaċir aktar kieku l-ETC tatna review dwar x'ġara matul dawn it-tliet snin vis-à-vis dak li hemm fil-pjan ta' ħidma.", "Jista' ikun li f'dan ir-rapport li għandna quddiemna hemm xi affarijiet li jirriferu għal dan, pero` kien ikun aħjar li kieku sar rapport li jiġbor fih dak li ġara matul dawn it-tliet snin minflok ma ġejna ppreżentati b'rapport annwali biss.", "Għaldaqstant jiena se nagħmel riferenza għal xi affarijiet mir-rapport u fil-winding-up forsi l-ministru responsabbli jagħtina tweġiba.", "Ħalli nibda proprju b'dik li fir-rapport annwali qed tissejjaħ bħala t-taqsima tan-national training institution project.", "L-ewwelnett f'dan l-annual report hemm l-idea li l-ETC issir a national training institution u għalhekk jien nixtieq nistaqsi x'kordinament qed ikollha l-ETC regolarment ma' l-MCAST għaliex matul ix-xhur li għaddew ingħatat l-impressjoni li kien qed isir dupplikar ta' xogħol.", "Per eżempju, għal ħabta ta' Ottubru 2002 kienu tfaċċaw billboards ta' part-time courses mill-MCAST u mbagħad ftit wara rajna billboards oħra jirreklamaw courses oħra simili iżda din id-darba organizzati mill-ETC.", "Naturalment dan il- pajjiż żgur li ma jiflaħx għal dupplikar ta' xogħol u ma jaffordjax jara riżorsi finanzjarji sejrin down the drain.", "Għaldaqstant jien nixtieq inkun naf - u nispera li jkolli tweġiba - x'tip ta' kordinament regolari qed ikollha l-ETC ma' l-MCAST.", "F'dan l-annual report insibu taqsima oħra li titkellem dwar \"observing employment and training trends\", u hawn nixtieq nagħmel riferenza għal dik il-parti tar-rapport ta' ħidma li titkellem f'dan ir-rigward, li qiegħda eżattament f'paġna 9 taħt il-heading \"tracer studies\", fejn hemm miktub dan li se ngħid:", "\"To date, there has been little solid and accurate information on the careers that students pursue after they have completed their education.", "ETC's objective of the tracer studies is to fill this gap.\".", "Jien nemmen li jekk se nibqgħu għaddejjin b'sistema edukattiva li toħroġ prodott mod meta s-suq tax-xogħol jiddetta xi ħaġa oħra, aħna se nibqgħu b'dan il-mismatch fl-iskills u allura nibqgħu bi skills gap enormi.", "Din torbot mal-kwestjoni ta' l-investiment barrani, Sur President.", "F'dan il-pajjiż, l-unika ħaġa li għandna u li tista' tattira investitur barrani, huwa r-riżors uman, pero` dan ir-riżors m'għandux ikun kif ġie ġie imma għandu jkun highly skilled u jekk jista' ikun multi-skilled biex inkunu nistgħu niġu f'qagħda fejn ngħidu li qed nattiraw investituri biex jiġu jinvestu f'pajjiżna.", "Hawnhekk jien nixtieq nistaqsi x'ġara u għaliex l-ETC ma waslitx biex tilħaq dan it-target meta din kienet xi ħaġa li ġiet imwiegħda f'business plan li l-perijodu tiegħu kien jibda minn Ottubru, 2000.", "Per eżempju, minn dak li ġie rrapportat fil-gazzetti, il-bieraħ waqt ċerimonja tal-gradwazzjoni kien hemm student tal-liġi li qal ċar u tond illi l-universita` trid tkun iktar prattika u tagħti iktar ċans għall- prattika milli għat-teorija għaliex l-istudenti m'humiex qed iħossuhom preparati biżżejjed għad-dinja tax-xogħol.", "Naturalment dan l-istudent ma kienx qed jitkellem biss f'ismu imma kien qed jitkellem anke f'isem sħabu l- gradwati l-oħra.", "Naħseb li kulħadd jaf li d-diffikultajiet serji li għandha l-industrija tagħna ġejjin mill-fatt li m'għandniex biżżejjed ħaddiema b'ħiliet li s-suq tax-xogħol illum jiddetta, Sur President.", "Issa nixtieq nagħmel riferenza għal qasam li jissemma fil-business plan, in- national qualification and certification system.", "Din is-sistema x'sar minnha?", "Sal-lum jiena ma nafx li beda jsir xi ħaġa b'mod konkret fuq in- national qualification and certification system, speċjalment meta nafu li f'rapport riċenti li għamlet il-Kummissjoni Ewropea dwar Malta, ikkummentat li madwar 9% tal-workforce m'għandhomx kwalifiki.", "Jekk nieħdu biss dan l-aspett, dan ukoll jindika li hemm bżonn li din in-national qualification and certification system tibda titħaddem.", "Aħna nafu wkoll kemm hawn ħaddiema li huma validi għax bl-esperjenza rnexxielhom jakkwistaw ċerti ħiliet, imma sfortunatament minħabba li m'għandhomx kwalifiki, meta jmorru għal interviews f'postijiet fejn jistgħu jkunu verament utli għal dak il-qasam tax-xogħol, jispiċċaw in the lurch.", "Għalhekk hemm bżonn li n-national qualification and certification system tiġi mħaddma llum qabel għada għax issa ilna biżżejjed niġu mwiegħda minn sena għall-oħra u fi programm elettorali wara l-ieħor li din il-wegħda se tibda titħaddem, Sur President.", "Issa nixtieq ngħaddi biex nitkellem dwar qasam ieħor importanti, il-qasam ta' l-early school leavers u se nibda mal-ewwel billi nirriferi għal mistoqsija parlamentari li dan l-aħħar għamilt lill-ministru ta' l- edukazzjoni, fejn staqsejtu kemm applikaw żgħażagħ għall-MCAST, għall- higher secondary u għall-junior college u kemm minnhom ġew aċċettati - fil- fatt jiena għamilt din l-interpellanza għaliex jekk aħna rridu naraw il- qasam tax-xogħol jimxi 'l quddiem, l-edukazzjoni bilfors trid tkun il- fundament ta' dan kollu – u jirriżulta li hemm mas-632 student li ma daħlux f'waħda minn dawn il-post-secondary schools mhux għax ma kellhomx kwalifiki imma għax ma ġewx aċċettati.", "Uffiċjalment ma nafux x'inhi r-raġuni li dawn l-istudenti ma ġewx aċċettati, pero` anke minn esperjenza personali li għandi ma' diversi żgħażagħ li applikaw għall-MCAST, jien naf li minkejja li they met the criteria u r-rekwiżiti kollha stabiliti bħala entry requirements, dawn ma ġewx aċċettati għaliex m'hemmx l-infrastruttura in place biex tilqa' dak l- ammont ta' applikazzjonjiet.", "Per eżempju, fl-MCAST kien hemm sitwazzjoni li fil-fehma tiegħi ma kenitx tagħmel sens.", "Qed nirriferi għall-kors fil-higher diploma ta' l-IT fejn żgħażagħ li sentejn ilu għażlu l-MCAST biex jiksbu b'kollox tliet diplomas, ħalli mbagħad anke kważi jispiċċaw fl-ekwivalenza ta' first degree, meta din is- sena ġew biex jgħaddu għall-higher diploma qalulhom li ma jistgħux jaċċettawhom kollha.", "Qalulhom li hemm spazju biss għal 40 ruħ, u terġa`, minn fosthom, qalulhom li se jagħżlu 32 għax għat-tmienja l-oħra se jsejħu call for applications minn barra.", "Issa hawn ta' min jgħid li dawn l- istudenti li tħallew barra għandhom saħansitra żewġ \"A\" levels.", "Naturalment din hija inġustizzja u se ngħid għaliex.", "(Interruzzjonijiet)", "Kif mhux veru!", "Jiena mort nitkellem mal-head of department personalment fuq dawn l-affarijiet.", "Tgħid m'iniex se noqgħod nivvinta jien!", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom, inżommu l-ordni.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Imma inti qed tgħid x'ġara issa.", "(Interruzzjonijiet) Le, bir-rispett kollu m'intix korrett.", "(Interruzzjonijiet) Jekk daħħaltuhom issa prosit, pero` tiġix tgħidli li dak li kont qed ngħid ma jirriflettix il-verita`.", "MR SPEAKER: Jekk jogħġbok, indirizza lis-Sedja, Onor. Coleiro.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Imma, Mr Speaker, ma jiġix il-ministru jgħidli li m'hux veru meta jien qattajt kważi siegħa bit-telephone nitkellem ma' min hu inkarigat biex jispjegali x'inhi s-sitwazzjoni u mort l-MCAST personalment biex jispjegawli s-sitwazzjoni!", "Kif għedt diġa`, il-problema kienet waħda ta' infrastruttura għax m'għandhomx biżżejjed spazju.", "Issa jekk il-ministru qed jgħid li din is- sitwazzjoni ġiet irranġata, jien ngħidlu prosit għax mhijiex ġusta li wara li sentejn ilu dawn iż-żgħażagħ għażlu l-MCAST, issa jgħidulhom li allavolja għandhom il-kwalifiki u l-kriterji kollha biex ikomplu ma jistgħux ikomplu għax m'hemmx spazju u biex tgħaxxaqha, parti mill-ispazju li hemm ipprovdut se jagħtuh lil min ġej minn barra.", "Kieku kien hemm l- ispazju, j'Alla jiġu minn barra!", "Li kieku sentejn ilu xi ħadd indenja ruħu jgħid lil dawn iż-żgħażagħ li kienu se jiġu ffaċċjati b'din it-tip ta' diffikulta`, forsi dawn kienu jmorru l-junior college u mbagħad minn hemm jagħżlu biex jidħlu fl-universita` ħalli jiksbu l-first degree.", "(Interruzzjonijiet) J'Alla ġiet irranġata din is-sitwazzjoni!", "Issa dan apparti n-numru kbir ta' żgħażagħ li tħallew barra għax m'għandhomx kwalifiki u llum m'għandhomx fejn imorru.", "Hemm żgħażagħ li m'humiex mixħutin fuq suġġetti akkademiċi imma minħabba li m'hawnx korsijiet li jagħtuhom back-up, nistgħu ngħidu li llum dawn iż-żgħażagħ spiċċaw.", "Jiena nistaqsi: Kemm hija armata l-ETC biex tkun tista' tilqa' early school leavers?", "Kif qatt nistgħu nattiraw investiment barrani ġdid li joħloq opportunitajiet produttivi għaż-żgħażagħ u għall-ħaddiema tagħna meta m'għandniex żgħażagħ b'ħiliet li s-suq tax-xogħol illum qed jiddetta?", "L-aħħar punt li nixtieq nagħmel jirrigwarda l-kwestjoni tal-promotion of female participation in the labour market.", "Hawnhekk se nerġa` nagħmel riferenza għar-rapport annwali ta' l-ETC u nirriferi għal paġna 20 fejn, taħt is-subtitle \"Funds for childcare facilities\", jingħad li:", "\"ETC believes that the lack of regulated and affordable childcare services is a significant barrier to women's labour force participation.\".", "Ta' min jgħid ukoll li paġna 16 titkellem dwar childcare traineeship.", "Issa jiena nistaqsi: X'se jiġri ġaladarba m'hawnx opportunitajiet ta' xogħol għal dawn in-nisa li ġew imħarrġa minħabba li f'dan il-pajjiż lanqas ir- regolamenti ta' child-minding għadhom ma saru?", "Is-sena li għaddiet fil- budget taparsi ġiet ivvotata somma flus biex jiġu ssussidjati dawn iċ- childcare centres li qed jiffunzjonaw skond l-istandards, u dan meta sal- lum standards għad m'għandniex!", "Għalhekk, Mr Speaker, nixtieq li jkollna ftit iktar spjegazzjoni fuq x'għamlet l-ETC bejn Ottubru 2000 u Settembru 2003.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Helen D'Amato.", "ONOR.", "HELEN D'AMATO: Mr Speaker, l-ewwelnett nixtieq insellem lill- uffiċjali ta' l-ETC li llejla qegħdin magħna biex ikomplu jsegwu dan id- dibattitu ħalli jkunu jafu x'naħsbu aħna d-deputati dwar il-ħidma ta' l- ETC.", "Fil-ftit ħin li għandi għad-dispożizzjoni tiegħi nixtieq niffoka fuq tliet areas, cioe` fuq l-apprenticeship schemes, fuq il-gender action plan u fuq il-partnerships li l-ETC għandha ma' għaqdiet governattivi kif ukoll ma' non-governmental organisations biex il-gruppi ta' nies li huma vulnerabbli jiġu megħjuna b'mod iktar effettiv.", "Ħalli nibda bl- apprenticeship schemes.", "Paġna 16 tar-rapport annwali ta' l-ETC tirriferi għall-problema ta' nuqqas ta' sponsorship min-naħa ta' dawk fil-qasam industrijali li jisponsorjaw studenti biex ikunu jistgħu jsegwu course fl-MCAST, permezz ta' l-extended skills training scheme u t-technician apprenticeship scheme, bil-għan li jkunu jistgħu jidħlu fil-qasam vokazzjonali.", "Fil-fatt jien se nagħmel numru ta' mistoqsijiet għax peress li din il-parti tar-rapport ma tagħtix dettalji - u jien nifhem li f'rapport ma tistax tagħti wisq dettalji - nixtieq li nanalizzaw sew x'inhi l-problema u l-ewwel ma nistaqsi hija dwar l-entita ` tal-problema biex forsi nkunu nistgħu naslu għal soluzzjoni, Sur President.", "Jiena nistaqsi wkoll f'liema oqsma l-iktar li qed tinħass din il-problema, jekk hux fl-istudji nawtiċi, jekk hux fl-inġinerija mekkanika, fl- inġinerija elettronika jew fl-informatika.", "U din il-problema kienet teżisti minn dejjem, jew qed tinħoloq issa jew issa qed tiżdied?", "Forsi ttieħdu xi deċiżjonijiet li ma ġewx komunikati lill-employers?", "Seta' kien hemm breakdown in communications u dan in-nuqqas qed inħossuh issa?", "Jista' ikun li xi settur partikolari ta' l-industrija m'għadux jespandi bl-istess rata bir-riżultat li ma kienx hemm talba u allura ma nstabux il-postijiet?", "Jista' ikun li f'ċerti setturi hemm nuqqas ta' studenti u allura hemm min jagħti sponsorship f'ċerti areas u mbagħad m'hemmx studenti li jagħżlu l- kors?", "Allura dan huwa l-mod ta' kif jiġu stradati l-istudenti?", "U jien nistaqsi b'mod iktar dirett: Hemm setturi fejn it-talba għal apprendisti hija ikbar mis-supply ta' l-istudenti?", "Ir-rapport annwali jgħid li waħda mir-raġunijiet għal dan in-nuqqas ta' l- isponsors hija \"the increase in the contact hours that apprentices spend at MCAST institutes\".", "Allura jien ngħid: Possibbli li l-perijodu itwal li l- istudenti qed iqattgħu fl-MCAST qed igerrex daqstant lill-employers?", "Allura l-employers m'humiex qed jarawh bħala vantaġġ il-fatt li qed jiżdied il-perijodu li l-istudenti qed ikollhom jgħaddu jistudjaw?", "Possibbli li l- employers qed iqisu l-ħin itwal ta' studju bħala liability minflok bħala investiment?", "Għalhekk hawn wieħed irid jibda janalizza ftit x'inhu għaddej mill-kurituri ta' moħħ l-employers.", "Jien nifhem li ġaladarba issa s-sena skolastika ta' l-MCAST qed tibda fil- bidu ta' Settembru minflok fl-aħħar ta' Settembru u qed tispiċċa fl-aħħar ta' Ġunju minflok fl-aħħar ta' Mejju, id-days of work ta' dawn l-istudenti naqsu.", "Pero` allura dan qed jitqies bħala liability minflok ma qegħdin ngħidu kemm huwa iktar importanti li flimkien mal-prattika, ikollna iktar teorija?", "Ċertament dawn il-mistoqsijiet jeħtieġu tweġiba biex ma tinħoloqx problema oħra ta' nuqqas ta' studenti fis-settur vokazzjonali jew bl- istudenti jiddemoralizzaw ruħhom.", "L-agħar ħaġa li jista' ikollok hija li jkollok studenti li jiġu demoralizzati jew li joħroġ il-messaġġ li billi huwa diffiċli li ssib sponsor, ikun aħjar jekk wieħed ma jidħolx l-MCAST.", "L-istudenti jitkellmu bejniethom.", "Issa jista' ikun li l-problema hija fuq każi speċifiċi imma jekk din tiġi interpretata bħala li hija xi problema, wisq nibża' li taf tħalli effett negattiv fuq l-istudenti, bil-konsegwenza li dawk l-isforzi kollha li qed isiru biex l-istudenti jieħdu l-linja vokazzjonali jisfaw fix-xejn.", "Dik verament tkun ħasra għax nafu li hemm bżonn iktar ħaddiema f'dan il-qasam.", "Issa jekk hemm xi settur partikolari li qed ibati, allura għandna nindividwaw dak is-settur u mhux inqisuha bħala xi ħaġa li qed tiġri kullimkien.", "Fuq kollox irridu ngħidu li jekk ma jkollniex studenti mħarrġa tajjeb fil-qasam vokazzjonali, mhux se jkunu l-istudenti li huma l-ħaddiema ta' għada li se jbatu imma se tbati l-industrija nnifisha.", "Għalhekk f'ġieh is-sewwa ejjew nikkomunikaw iktar ma' l-employers biex dan il-ħsieb jiġi fformulat aħjar.", "Mr Speaker, irridu nirrikonoxxu li student li ma jsibx sponsor f'sistema fejn l-isponsor huwa parti integrali mill-istudju, se jsib ruħu f'ċerti żvantaġġi.", "Per eżempju, dan ikollu l-iżvantaġġ li meta jiġi għat-tieni sena ma jibdiex jieħu stipendju jekk ma jsibx sponsor u jekk minkejja li ma jkunx sab sponsor, l-istudent jirnexxielu jispiċċa l-course, xorta waħda ma jingħatax il-journeyman's certificate li tagħti l-ETC.", "Jien nista' nifhem għaliex f'dan il-każ l-istudent ma jingħatax il-journeyman's certificate - għax il-journeyman's certificate huwa iktar abbinat mal-prattika - imma dan se jsib ruħu fi żvantaġġ ħdejn oħrajn li forsi rnexxielhom isibu sponsor, u dan minkejja li jkunu marru tajjeb fl-eżamijiet ta' l-istituzzjoni li jkunu tgħallmu fiha, fis-City and Guilds, fil-B.", "Tech. u f'eżamijiet oħra li jkunu għamlu.", "Jista' ikun li min ma jsibx sponsor isib ruħu fi żvantaġġ meta jmur għal xi interview wkoll għaliex awtomatikament dan ikun ifisser li huwa ma jkunx għamel ċertu żmien ta' prattika.", "Issa jekk aħna nemmnu li fil-qasam vokazzjonali għandna bżonn studenti li huma mħarrġin kemm fit-teorija kif ukoll fil-prattika, dan żgur li se jiġi meqjus bħala żvantaġġ.", "Għalhekk jiena nixtieq li nanalizzaw sew is-sitwazzjoni għax kif din il-problema qiegħda mniżżla fir-rapport annwali tista' tgħaddi messaġġi ħżiena.", "F'paġna 16 tar-rapport jissemma wkoll li hemm \"perceived lack of fit between educational skills and the current labour market requirements\".", "Issa hawnhekk jien nibda biex nistaqsi: Għaliex intużat il-kelma \"perceived\"?", "Jekk fil-moħħ ta' l-isponsors qed tidher firda bejn it- tagħlim akkademiku u l-ħiliet meħtieġa fuq il-post tax-xogħol, xi ħaġa trid issir, anke biex jekk din hija biss perception allura nwarrbu dik il- perception.", "Jekk mill-banda l-oħra jirriżulta li din m'hijiex biss perception imma hija realta` li qed tissarraf negattivament f'nuqqas ta' sponsors, allura xorta waħda.", "Anzi jien ngħid li iktar jikber il-bżonn li ssir xi ħaġa biex titneħħa jew tittaffa l-problema li qed jiffaċċjaw l- istudenti.", "Hawnhekk wieħed jista' jistaqsi wkoll: Issir konsultazzjoni fuq bażi tripartite bejn l-ETC, l-MCAST u l-employers?", "U l-Malta enterprise, li suppost ikollha pjan fit-tul anke għal dak li huwa investiment, kif qed tidħol fix-xena?", "Jew ma hi qed tidħol fix-xena xejn?", "Mr Speaker, irrid nagħmilha ċara li jiena bl-ebda mod ma qiegħda ngħid li dawn l-iskemi għandhom jispiċċaw, anzi wieħed jinnota b'mod pożittiv ħafna li ġew introdotti skemi ġodda, pero` għandha ssir analisi tal-problemi bir- reqqa u hemm bżonn li jkollna l-kuraġġ li nagħmlu l-bidliet meħtieġa.", "Jekk l-iskemi kif inhuma llum m'humiex jagħtuna r-riżultati mixtieqa, dan ifisser li jeħtieġ isir aġġornament.", "Wara kollox jekk isiru l-bidliet meħtieġa, dan mhux biss se jsir għall-ġid ta' l-istudenti u għall-ġid tat- taħriġ vokazzjonali imma anke għall-ġid ta' l-industrija għax m'hemmx dubju li bħalma l-istudenti jiddependu fuq l-industrija, hekk ukoll l-industrija tiddependi fuq l-istudenti.", "Issa nixtieq ngħaddi biex nitkellem fuq il-gender equality action plan li hemm għas-snin 2003 u 2004, jiġifieri fuq bażi ta' sentejn.", "Is-sena 2003 kważi għaddiet u għalhekk illum wieħed jista' jibda janalizza x'sar u x'ma sarx.", "L-ewwelnett irrid ngħid li l-ETC ħadet pass ferm għaqli meta ddeċidiet li timplimenta l-kunċett ta' gender mainstreaming, kemm fost l- impjegati tagħha kif ukoll fil-ħidma tagħha mal-klijenti.", "Dan il-gender equality action plan jgħid li l-:", "\"ETC is committed to mainstream gender issues throughout the corporation.", "We believe that to flourish, mainstream must be embedded throughout an institution and not depend on the efforts of a few individuals\".", "Fl-opinjoni tiegħi, hawnhekk ma setgħetx tiġi espressa viżjoni aħjar.", "Jiena m'għandix dubju li s-Sinjura Anna Borg, senior executive li pparteċipat fil-proċess biex dan il-gender equality action plan jiġi stabilit, se tagħmel minn kollox biex tara li l-gender mainstreaming jiġi embedded f'kull qasam u f'kull parti ta' l-ETC.", "Pero` m'għandix dubju lanqas that she is going to have a few hard nuts to crack, għalkemm jiena persważa li s-Sinjura Borg għandha biżżejjed enerġija u inizjattiva biex tara li dak li jkun qed jiġi ppjanat jiġi esegwit.", "Jekk wieħed iħares lejn il-gender equality action plan isib diversi inizjattivi li jkun tajjeb jekk wieħed janalizzahom, pero` ma fadallix wisq ħin u għalhekk ma nistax insemmihom kollha.", "Biss se nsemmi fost l-oħrajn, per eżempju, il-gender impact guidelines, li għandhom iservu ta' għodda kemm għall-impjegati kif ukoll għall-clients ta' l-ETC.", "Il-gender impact guidelines għandhom iservu wkoll ta' gwida għall-mod kif jiġu ppjanati l- courses.", "Il-gender equality action plan jitkellem ukoll fuq promoting equal access to employment, guidance and counselling for women returners, promoting the vocational option for women, women's empowerment programme, gender audit kif ukoll childcare campaign.", "Ġaladarba qed insemmi ċ-childcare campaign, irrid insemmi wkoll li l-ETC ħadet inizjattiva għall-impjegati tagħha billi bidlitilhom il-ħinijiet li jaħdmu fihom - naturalment l-ammont ta' ħin baqa' l-istess għax l-ETC biddlet biss il-ħinijiet.", "Dawn ma baqgħux stereotyped u għall-benefiċċju ta' l-impjegati tagħha, ipprovdiet childcare facilities għalihom.", "Pero` issa nixtieq li jinħarġu dawk l-imberkin regulations għax m'għandix dubju li huma dawn ir-regulations li jistgħu jgħollu l-livell taċ-childcare facilities, speċjalment f'dik li hija health u safety.", "Xi ħaġa li ma semmejtx u li se niffoka ftit iktar fuqha hija s-support for guidance teachers.", "Naħseb li dan huwa s-seba' diskors tiegħi dwar l-ETC - fil-fatt l-ewwel diskors li għamilt f'dan il-parlament kien proprju meta konna qed niddiskutu l-estimi ta' l-ETC - u jien dejjem sħaqt li jekk irridu naraw bidla fix-xejriet ta' l-għażliet li jagħmlu l-istudenti, bniet u subien, importanti li l-ETC jkollha kollaborazzjoni sħiħa min-naħa tal- guidance and counselling unit ta' l-education division.", "Jeħtieġ li nkissru dak li huwa stereotyped, li sfortunatament għadu magħna minkejja l-ħafna avvanzi li saru.", "Ma nistax ma ninnotax b'sodisfazzjon li waħda mill-ewwel ħidmiet li saru mill-ETC kienet proprju mal-guidance and counselling unit u infatti sar workplan biex din il-ħidma tkompli tiġi sostnuta.", "Ta' min jgħid ukoll li se jitfassal manual fuq il-gender equality in vocational guidance bħala gwida għall-guidance teachers u wieħed jittama li dan il-proċess jittieħed on board minn dawk kollha involuti.", "Sfortunatament għad għandna deficit wisq qawwi fejn jidħol il-vocational training, speċjalment fejn jidħlu l- bniet u dan minkejja l-media campaigns li jsiru, li huma importanti ħafna u li għandhom jibqgħu jsiru għax in the long term jagħtu riżultat pożittiv.", "F'ċerti oqsma vokazzjonali, tradizzjonalment oqsma maskili, girls are conspicuous by their absence u mill-banda l-oħra boys are conspicuous by their absence fil-caring professions, għax naturalment il-gender equality action plan jitkellem fuq kif jinħoloq impatt kemm fuq in-nisa kif ukoll fuq l-irġiel u mhux fuq in-nisa biss.", "Huwa evidenti li x-xejriet m'għandhomx jibdew jiġu indirizzati meta ż- żgħażagħ joħorġu mill-iskola.", "M'iniex se ngħid li jkun tard wisq jekk dawn ix-xejriet jiġu indirizzati meta joħorġu mill-iskola għax nemmen li fl- edukazzjoni qatt m'hu tard wisq u dejjem hemm ċans li tirkupra, pero` kemm huwa iktar diffiċli biex tistrada lill-istudenti f'areas differenti minn dak li jkunu fassluha f'moħħhom li se jieħdu.", "Irridu noqogħdu attenti wkoll li dak li nagħmlu ma jispiċċax biss karta fuq l-ixkaffa.", "Jiena m'għandix dubju li se jkun hemm min jimbotta biex dan il-manual jiġi esegwit, pero` il-ħidma ma tridx issir biss ma' l-għalliema inkarigati mill- guidance imma anke b'mod dirett ma' l-għalliema u mal-ġenituri għax anke l- ġenituri għandhom say dwar l-għażla li jagħmlu t-tfal tagħhom meta jkunu form 2.", "Nemmen li għandu jkun hemm ukoll monitoring flimkien ma' l-ETC dwar il- laqgħat li jsiru mal-ġenituri u mat-tfal u dan mhux biex l-uffiċjali ta' l- ETC ikunu qishom supervisors fuq il-guidance teachers, imma biex janalizzaw il-messaġġi li jkunu qed joħorġu u jaraw kif dawk il-messaġġi jkunu qed jiġu rċevuti.", "Għax jista' ikun li jkun mingħalik qed tibgħat messaġġi pożittivi, pero` at the end of the day ikun hemm break in communications min-naħa tar-receiving end.", "Nerġa` nagħmilha ċara li jien ma rridx li jkun hemm xi guidance teachers li jifhmuni li jiena qed nissuġġerixxi li jkun hemm xi monitoring fuqhom, imma dan għandu jsir biss biex flimkien naraw kif il-messaġġi qegħdin jaslu.", "Issa se nitkellem fil-qosor dwar il-gruppi vulnerabbli għax diġa` skadieli l-ħin, Sur President.", "M'hemmx dubju li matul dawn l-aħħar snin rajna impenn iktar sostnut min- naħa ta' l-ETC biex tagħti attenzjoni partikolari lil dawk il-gruppi ta' nies li jsibuha iżjed diffiċli minn oħrajn biex jieħdu t-training, isibu x- xogħol u jżommu x-xogħol li jkollhom.", "Għalhekk ma nistax ma nqisx bħala fattur pożittiv, il-fatt li l-ETC għandha partnership ma' għaqdiet bħalma huma r-Richmond Foundation, il-Caritas, l- OASI u issa anke l-equal partners foundation biex dawn jgħinuha iktar fit- taħriġ ta' dawk in-nies li għandhom problema ta' saħħa mentali, problemi ta' diżabilita` jew problemi oħra li jkunu sabu ruħhom fihom minħabba ċerti ċirkostanzi, bħal meta, per eżempju, ikunu għaddew perijodu ta' żmien fil- faċilita` korrettiva ta' Kordin.", "L-importanti m'huwiex kemm nies jibbenefikaw minn dawn l-iskemi imma kemm dawn l-iskemi jirnexxielhom jivvantaġġaw lil dawn in-nies, jiġifieri hawnhekk aħna m'aħniex se noqogħdu nimpressjonaw ruħna bin-numri.", "Ħadt gost meta sirt naf li l-ETC qed taħdem ma' l-equal partners foundation u qed isir anke tracer study dwar dawn in-nies għax naf li daqskemm huwa diffiċli għal dawn in-nies li jsibu x-xogħol, daqstant ieħor huwa diffiċli - biex ma ngħidx \"iktar diffiċli - biex jirnexxielhom iżommu x-xogħol li jkollhom.", "Naturalment jekk naraw li dawn in-nies qed iżommu x-xogħol li jkollhom u allura naraw li l-metodi li nkunu wżajna jkunu tajbin, allura m'hemmx għalfejn nagħmlu tibdil u kulma nagħmlu huwa li naġġornaw as we go along.", "Imma jekk naraw li dawn m'humiex qegħdin iżommu x-xogħol li jkollhom allura għandna nfittxu metodi oħra.", "Niftakar li s-sena l-oħra waqt li kont qed nitkellem f'dan il-parlament kont għedt li bħalma jsir tracer study f'oqsma oħra, għandu jsir tracer study anke f'dan il-qasam tant importanti, u għalhekk nifraħ lill-ETC għal dan il-pass pożittiv li ħadet.", "Nixtieq nikkonkludi dan id-diskors billi nirringrazzja lil kulmin huwa involut f'dan il-qasam, jiġifieri kemm lill-uffiċjali ta' l-ETC kif ukoll lill-partners kollha li jaħdmu ma' l-ETC biex il-workforce tagħna tkun dejjem waħda aġġornata u tagħmel ġieħ lil pajjiżna.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Anġlu Farrugia.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Mr Speaker, meta wieħed jara r-rapport annwali ta' l-ETC bilfors ikollu jirrimarka fuq il-politika tal-gvern Nazzjonalista dwar ix-xogħol għax huwa evidenti li mill-elezzjoni 'l hawn, in-numru ta' persuni qiegħda żdied sewwa.", "Fil-fatt skond ċifri li ħarġet l-ETC stess jidher li mill-inqas in-numru ta' persuni qiegħda żdied b'iktar minn 450, anke jekk waqt il-kampanja elettorali kien jisħaq il-Partit Nazzjonalista li dan m'hux se jseħħ.", "Illum kulħadd jista' jara diversi fabbriki jagħlqu u kulħadd jaf bit- tnaqqis serju fil-workforce, bħal ngħidu aħna fit-tarzna.", "Ġejna f'sitwazzjoni fejn nies li jridu jaħdmu qed jiġu offruti biex ma jibqgħux jaħdmu, anke meta dawn ikunu għadhom fl-aqwa tagħhom għax ikunu fl- erbgħinijiet jew fil-bidu tal-ħamsinijiet.", "Ovvjament din żgur li mhux riflessjoni ta' xi ħaġa b'saħħitha, speċjalment meta wieħed jieħu in konsiderazzjoni li l-Kostituzzjoni ta' pajjiżna hija bbażata fuq ix-xogħol.", "Anke minn dan ir-rapport ta' l-ETC, minkejja li nkiteb kif inkiteb, wieħed mal-ewwel jieħu indikazzjoni li bħalissa teżisti kriżi tremenda fil-qasam tax-xogħol.", "Per eżempju, f'paġna 3 tar-rapport annwali ta' l-ETC, eżattament taħt it- titlu \"A stronger focus on meeting Malta's employment needs\", hemm indikat ċar u tond li:", "\"In one year there was a marked drop in manufacturing employment, with the hardest-hit sectors being those of footwear, clothing and textiles.\".", "Jidher ċar li qbadna triq ħażina, Sur President.", "Qabel l-elezzjoni kellna ħafna wegħdiet li kollox se jmur tajjeb – anzi kienu jgħidulna li se mmorru ħafna aħjar - u kif għedt dan l-aħħar meta ktibt artiklu fuq is- sitwazzjoni tax-xogħol, ma nistgħaġibx li fi żmien sena nilħqu ċ-ċifra ta' 10,000 ruħ qiegħda, iktar u iktar issa meta wieħed jaqra l-messaġġi fini li joħorġu mill-budget li għadu kif ressqilna l-ministru tal-finanzi.", "Per eżempju, f'Għawdex - u inti tkun Għawdex iktar minni, Mr Speaker u dawn l-affarijiet tafhom iktar minni żgur - il-Ministru Giovanna Debono ilha żmien bir-record f'idejha ta' dawk li tgħaddihom bord biex ma jaħdmux iktar.", "Imbagħad f'paġna 46 tal-budget speech insibu lill-Onor.", "John Dalli jgħidilna li:", "\"Għalhekk se ndaħħlu sistema ta' awditjar mediku biex nassiguraw li kulmin qed jiġi ċċertifikat, verament ikun eliġibbli sabiex jibbenefika.\".", "J'Alla dan isir bis-serjeta`!", "Ħalliha li mbagħad ma nafx fejn se jintbagħtu dawn in-nies għax jekk jerġgħu jintbagħtu lura għax-xogħol, jista' ikun li jsibu li l-post tax-xogħol li kellhom qabel ma ġew boarded out ma jkunx għadu jeżisti!", "Meta tipprova toqtol il-welfare, kif qed jagħmel il-gvern Nazzjonalista bil-mod il-mod, bilfors ikollok ripple effect fuq is-soċjeta` u dan aħna diġa` bdejna nħossuh.", "Irridu nifhmu li mhux imbilli nitkellmu fuq il-kompetittivita` u r-ristrutturar imma rridu nitkellmu wkoll fuq affarijiet oħra biex nibbilanċjaw, Sur President.", "Meta wieħed jinqabad jikser il-liġi tax-xogħol u ħafna drabi jitkeċċa minn dak il-post, issib li l-employer ipoġġih f'kategorija li jkun diffiċli għalih li jaqa' taħt l-ewwel parti tar-reġistru u allura awtomatikament jispiċċa fit-tieni parti tar-reġistru.", "Issa għal min ma jafx, min jaqa' taħt l-ewwel parti tar-reġistru f'dak il-perijodu li jkun qed jirreġistra jieħu l-unemployment benefit.", "Issa rridu wkoll inżommu quddiem għajnejna li l-gvern idum sitt xhur qabel ma jibda jħallas l- unemployment benefit, bil-konsegwenza li joqogħdu jsiru l-appelli quddiem in-national employment authority - fil-fatt nista' ngħid li filwaqt li bejn l-1998 u l-1999 l-appelli kienu 509, s'issa din is-sena ċ-ċifra telgħet għal 762 - pero` huma biss 13% dawk li jirnexxielhom jirbħu l-każ tagħhom quddiem in-national employment auhority.", "Sur President, issa jekk tippermettili, fil-ħin li fadalli nixtieq nitkellem ukoll dwar il-mod li bih qed titmexxa l-law enforcement fl-ETC.", "Mill-istess rapport ta' l-ETC li għandna quddiemna jidher ċar li hemm ċerta bruda u nuqqas ta' direzzjoni f'dan il-qasam, anke jekk ir-rapport jipprova jbenġilha billi dan in-nuqqas jattribwieh \"to the depletion of staff\".", "Għalija din hija skuża għax il-vot ta' l-ETC huwa sostanzjali u ma naħsibx li b'daqshekk huwa ġustifikat li filwaqt li fl-1998 - jiġifieri meta konna aħna fil-gvern - in-numru ta' dawk jirreġistraw li nqabdu jaħdmu kien ta' 385 u issa fl-2003, dan in-numru niżel għal 215.", "Jidher bl-iktar mod ċar li m'hux qed isir enforcement b'saħħtu biżżejjed min-naħa ta' l-ETC.", "Biżżejjed wieħed imur jara dak l-iskandlu li għandna f'Tal-Qroqq, fejn qed jinbena l-isptar il-ġdid, biex jara kemm hemm foreigners jaħdmu mingħajr permess.", "Issa jekk forsi l-kuntrattur huwa xi wieħed minn dawk il-kuntratturi li ma jistax jintmess dik ħaġa oħra, pero` f'dak il-każ dan juri n-nuqqas ta' serjeta` tal-gvern Nazzjonalista.", "Mr Speaker, meta wieħed jaqra dan ir-rapport ma jsib xejn dwar ir- relazzjoni bejn l-ETC u dipartimenti oħra tal-gvern.", "Tissemma r-relazzjoni bejn l-ETC u d-dipartiment tal-VAT, l-inland revenue department u s-social security department, pero` ma tissemma l-ebda statistika ta' ħaddiema mċaħħda minn ċerti benefiċċji min-naħa ta' l-employer, bħalma huma t- terminal benefits, l-overtime u t-time-in-lieu u li l-każi tagħhom jispiċċaw il-qorti.", "Fl-opinjoni tiegħi, importanti li l-ETC iżżomm statistika bħal din biex wieħed ikun jista' jagħmel analisi aħjar tas- sitwazzjoni tax-xogħol.", "J'Alla l-ETC tibqa' tiffunzjona bl-iktar mod b'saħħtu u bl-iktar mod feliċi fl-interess tas-soċjeta` Maltija, Sur President.", "Ċertament aħna ta' l-oppożizzjoni għandna fiduċja fl-istaff ta' l-ETC u nirringrazzjaw lill-impjegati kollha involuti.", "Pero` jiddispjaċini ngħid li l-oppożizzjoni ma tistax tgħaddi l-istess messaġġ lill-gvern Nazzjonalista għax bil-politika tiegħu dan qed ipoġġi lill-ħaddiem f'sitwazzjoni mwiegħra.", "Allaħares is-sitwazzjoni tibqa' tiggrava għax dan il-pajjiż jista' jiġrilu kif ġralhom fil-Georgia, fejn in-nies ħarġu fit-toroq, daħlu fil-parlament u kollox spiċċa out of hand.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Carmelo Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Mr Speaker, wara numru ta' snin, il-korporazzjoni ta' xogħol u taħriġ reġgħet sabet ruħha taħt il-ministeru ta' l- edukazzjoni.", "Għalhekk jien nistaqsi: Forsi l-intenzjoni tal-gvern hi li tingħata iktar attenzjoni għat-taħriġ.", "Jista' ikun ukoll li l-ETC tqiegħdet taħt il-ministeru ta' l-edukazzjoni sabiex nippruvaw nagħmlu sforz ħalli r-riżorsi kollha li jeżistu, mhux biss f'din il-korporazzjoni imma anke f'entitajiet edukattivi oħrajn, ngħaqqduhom flimkien u mhux kulħadd jaħdem għal rasu.", "Dan tajjeb li jsir, speċjalment fil-qasam tat-taħriġ, pero` għad fadlilna ħafna iktar x'nagħmlu f'dan is-sens.", "Huwa neċessarju wkoll li fil-korsijiet li torganizza, l- ETC issieħeb magħha istituzzjonijiet oħrajn bħall-MCAST fejn il-ħaddiema, l-għalliema u l-instructors ikunu jistgħu jagħtu kontribut siewi fit-taħriġ li tipprovdi l-ETC.", "Fi kliem ieħor, jekk il-korporazzjoni tpoġġiet taħt il-ministeru ta' l-edukazzjoni u mhux iktar taħt il-ministeru għall- politika soċjali sabiex tiffoka iktar fuq it-taħriġ, jien ngħid li din għandha tkun bidla pożittiva għax inħoss li t-taħriġ qed isir iktar importanti, speċjalment fiż-żminijiet tal-lum.", "Nixtieq nistaqsi wkoll dwar jekk il-fondi li l-ETC għandha u tiddedika għat- taħriġ humiex biżżejjed.", "Skond ir-rapport annwali, il-budget għal inizjattivi u programmi tal-korporazzjoni jammonta għal iktar minn Lm1 miljun, pero` m'għandniex indikazzjoni jekk dan huwiex biżżejjed.", "Li naf hu li kien hemm ċertu tnaqqis f'dan il-budget mis-sena l-oħra 'l hawn, differenza ta' xi Lm200,000.", "Naturalment il-libsa trid tfassalha skond id- drapp li jkollok!", "Jiġifieri hawnhekk m'iniex qed nagħmel kritika imma nixtieq inkun naf biss jekk dan il-budget li ġie vvotat huwiex biżżejjed jew le.", "Kif diġa` għedt, qegħdin ngħixu fi żmien fejn it-taħriġ qed isir dejjem iktar importanti u dan se norbtu mal-problemi li għaddejjin bħalissa fil-pajjiż f'dak li għandu x'jaqsam max-xogħol.", "Ir-rapport annwali ta' l-ETC, eżattament fejn hemm il-messaġġ taċ-chairman tal-korporazzjoni, isemmi li wieħed mill-oġġettivi tal-korporazzjoni huwa li jkollok \"a qualified and trained workforce\" għax dawn jistgħu jgħinu sabiex jiġi attirat l-investiment.", "Huwa veru li meta jkollok ħaddiema mħarrġin u professjonali fix-xogħol tagħhom, tista' tgħid li jkollok waħda mill-għodda neċessarja biex pajjiżna verament ikollu l-investiment li tant għandu bżonn, pero` dan m'huwiex biżżejjed.", "Naturalment l-ETC ma tistax tattira l-investiment hi u l-ikbar kontribut li tista' tagħti huwa li tħarreġ lill-ħaddiema ħalli dawn ikunu kkwalifikati u mħarrġa għaż- żminijiet tal-lum, pero` jibqa' l-fatt li llum pajjiżna huwa inqas kompetittiv minn qabel.", "Jien persważ li fil-bord ta' l-ETC hemm nies li huma konxji tal-fatt li preżentement fil-pajjiż għandna problema ta' kompetittivita` u l- korporazzjoni għandha tkun fuq quddiem nett biex tiġbor madwarha entitajiet oħra responsabbli biex jattiraw investiment lejn pajjiżna.", "Naturalment mhux biss biex nattiraw l-investiment, imma anke biex l-ETC tkun taf x'ħiliet hemm bżonn fil-qasam tax-xogħol ħalli mbagħad hi tkun tista' tiffoka iktar fuq it-taħriġ biex jinkisbu dawk il-ħiliet.", "Jien nifhem li matul dawn l-aħħar snin l-ETC mxiet f'din id-direzzjoni, pero` naħseb li hemm bżonn niffokaw iktar fuq dan il-punt ħalli jkollna ħaddiema mħarrġin għall-investiment li jista' jiġi f'pajjiżna.", "Punt ieħor li jispikka f'dan ir-rapport huwa li ż-żgħażagħ huma l-iktar kategorija li qed jintlaqtu minn nuqqas ta' xogħol.", "Fil-fatt skond ċifri li ġew ippreżentati lilna, iktar minn 44% ta' dawk li qed jirreġistraw għax- xogħol huma żgħażagħ taħt it-30 sena.", "Naħseb li dan huwa punt li għandu jinkwetana għax nafu li ż-żgħożija, speċjalment wara li wieħed joħroġ mill- iskola, huwa żmien kritiku għax huwa f'dak iż-żmien li wieħed ikun qed jibbaża l-futur tiegħu.", "Dan il-fattur għandu jixprunana biex naħdmu iktar ħalli naraw x'inhuma l-problemi u kemm jista' ikun nilqgħu għalihom.", "Punt ieħor ta' tħassib huwa li madwar 5,126 mis-7,942 li qed jirreġistraw għax-xogħol - jiġifieri iktar minn 64% ta' dawk li qed ifittxu x-xogħol - qed ifittxu xogħol fl-inqas livelli jew inkella ma tantx hemm prospetti għax-xogħol li qed ifittxu.", "Per eżempju, jekk il-qasam tat-tessuti għaddej minn żmien diffiċli u għandek kumpanniji tat-tessuti li qegħdin jagħlqu l- fabbrika tagħhom jew inkella se jitilqu minn hawn biex imorru joperaw minn pajjiż ieħor, u fl-istess ħin għandek numru ta' persuni li qed jirreġistraw għax-xogħol fil-qasam tat-tessuti, ċertament ma tantx hemm ċans tajjeb li dawn jista' ikollhom opportunita` f'dan il-qasam.", "Naħseb li dawn il-fatti għandhom iħassbuna u għalhekk għandna nagħmlu l- almu tagħna kollu biex niffokaw iktar fuq il-problema ta' employability li teżisti u fuq ir-retraining li tant huwa meħtieġ għax iċ-ċifri waħedhom juruna li hemm bżonn li nagħmlu dan.", "Jien ma nsemmix iċ-ċifri biex ngħajjar lil xi ħadd għax fl-aħħar mill-aħħar hawnhekk qed nitkellmu fuq persuni li qed ifittxu x-xogħol, bil-għan li ħajjithom tkun aħjar milli hi llum, kif għandhom kull dritt li jagħmlu, u għalhekk, bħala politiċi li nixtiequ l-ġid lil dan il-pajjiż u liċ-ċittadini tiegħu, ma nistgħux ma nsemmux dawn iċ-ċifri biex niġbdu l-attenzjoni ta' min jista' jagħmel xi ħaġa f'dan is-sens fuq dawn l-affarijiet.", "Mr Speaker, it-taħriġ min-naħa ta' l-ETC m'għandux ikun indirizzat biss għal dawk li qed ifittxu x-xogħol imma anke għal dawk li jinsabu fid-dinja tax-xogħol, għalkemm l-iktar ħaġa importanti huwa li nilqgħu minn qabel ħalli dawn iċ-ċifri li kkwotajt ma jibqgħux telgħin.", "Għalhekk jagħmel iktar sens li llum l-ETC taqa' taħt il-ministeru ta' l-edukazzjoni għax b'hekk il-korporazzjoni jista' ikollha link eqreb mas-settur ta' l- edukazzjoni u forsi nevitaw li iktar żgħażagħ li joħorġu mill-iskola jispiċċaw fuq il-kotba ta' l-ETC ifittxu x-xogħol għax ma jkunux jistgħu jidħlu fid-dinja tax-xogħol għal żmien twil minħabba nuqqas ta' ħiliet.", "Kultant żmien għandha ssir ukoll - għalkemm naħseb li ssir, pero` f'dan ir- rapport ma ssemmitx - analisi biex naraw jekk it-taħriġ pprovdut mill-ETC huwiex qed ikun effettiv.", "Dan għandna nagħmluh billi naraw kemm minn dawk li jkunu attendew għal xi kors partikolari sabu xogħol f'dak il-qasam li l- ETC tkun ħarrġithom fih, anke għaliex fl-aħħar mill-aħħar dawn il-korsijiet jiswew il-flus u għalhekk tkun ħasra jekk ma neħdux value for money minnhom.", "Issues oħra li ssemmew huma l-illitteriżmu u l-problema tal-long- term unemployment, li fil-preżent ilaħħaq is-37% ta' dawk unemployed.", "Punt ieħor li huwa importanti li nħarsu lejh huwa l-lifelong learning policy.", "L-Unjoni Ewropea qed timmira biex sas-sena 2010, għallinqas 15% tal- workforce ta' bejn il-25 u l-64 sena jkunu għaddejjin minn dan it-taħriġ tal-lifelong learning li llum kulħadd qed jitkellem fuqu, pero` aħna għad fadlilna naħdmu ħafna iktar biex naslu għal din il-mira.", "M'hemmx dubju li f'dan il-mument diffiċli pajjiżna jeħtieġ jinvesti iktar fit-taħriġ, anke għaliex ir-riżors uman huwa l-uniku riżors li għandna.", "Għalkemm dan m'hux biżżejjed fil-ħolqien ta' opportunitajiet ġodda ta' xogħol, hija t-tama tagħna li dan jista' ikun element ewlieni u importanti biex pajjiżna jerġa` isir kompetittiv.", "Nikkonkludi billi nirringrazzja lill-bord u lill-ħaddiema kollha ta' l-ETC għax-xogħol li jagħmlu filwaqt li nawgura li s-sena d-dieħla, il-ħidma tagħhom tkun iffokata biex nilqgħu għall-isfidi li għandu pajjiżna u biex nifhmu r-responsabbiltajiet li għandna.", "Nawgura wkoll li din il-ħidma twassal għal iktar riżultati pożittivi f'dan il-qasam.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Stefaan Buontempo.", "ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO: Mr Speaker, illum għandna quddiemna r-rapport ta' l-ETC għas-sena 2002 u 2003.", "Sinċerament ngħid li ma nixtieqx nitkellem fuq il-problema kbira tal-qgħad li jinsab għaddej minnha pajjiżna u lanqas nixtieq nitkellem fuq il-wegħdiet li għamel il-Partit Nazzjonalista qabel, waqt u wara l-aħħar elezzjoni ġenerali.", "Fil-fatt dawn il-wegħdiet baqgħu għaddejjin sa ġimgħa ilu meta s-segretarju ġenerali tal- Partit Nazzjonalista wiegħed li matul il-ħames snin li ġejjin, se jinħolqu 20,000 opportunita` ta' xogħol għall-Maltin u l-Għawdxin.", "Jien verament ma nixtieqx nitkellem f'dan il-kuntest u għalhekk ngħid biss li j'Alla li dak li qal Joe Saliba javvera ruħu.", "Imma issa, Mr Speaker, nixtieq niffoka fuq l-ispecial needs unit li għandha l-ETC.", "Dan il-unit joffri servizz personalizzat lir-residenti tal-faċilita` korrettiva ta' Kordin, lil dawk li jabbużaw mid-droga u lil dawk kollha li s-soċjeta` tħares lejhom mil-lenti negattiva u b'ċerta stigma – u nieħu l-okkażjoni biex nirringrazzja lill-bord ta' l-ETC u l-aġenziji bħall- Caritas, id-detox centre, is-Sedqa, Appoġġ, Suret il-Bniedem u anke mid- Dlam għad-Dawl għax-xogħol li qed jagħmlu għal dawn il-gruppi biex jerġgħu jiġu integrati fil-komunita` - u mill-informazzjoni li għandi jidher li qed jiġi offrut training għar-residenti ta' San Blas u anke sar xi programm għar-residenti tal-faċilita` korrettiva ta' Kordin.", "L-ETC qed taħseb ukoll għal dawk il-persuni li għandhom xi forma ta' problema biex isibu x-xogħol ħalli jiġu integrati lura fis-soċjeta`.", "Ix-xogħol u l-iżvilupp tar-riżorsi tal-bniedem huma żewġ affarijiet li huma fundamentali f'soċjeta` li suppost ngħidu li hija inklussiva.", "Kif jaf kulħadd, bħalissa pajjiżna għaddej minn żmien verament diffiċli minħabba l-problema tal-qgħad u n-nuqqas ta' opportunitajiet li hawn fil- qasam tax-xogħol.", "Għalhekk nistgħu nimmaġinaw kemm hi ikbar il-problema għal dawk il-gruppi tas-soċjeta` li għandhom xi forma ta' problema soċjali biex isibu x-xogħol, fosthom l-ex-residenti tal-faċilita` korrettiva ta' Kordin.", "Nafu li n-numru ta' nies jirreġistraw għax-xogħol qiegħed dejjem jiżdied u m'hawnx employers biżżejjed li jħaddmu nies li jkunu jridu jerġgħu jiġu integrati fis-soċjeta`.", "Verament t'uġigħ ta' qalb meta tiftakar li filwaqt li wħud mill-ex-residenti tal-faċilita` korrettiva ta' Kordin jew tar-riabilitazzjoni ta' San Blas qegħdin jagħmlu ħilithom biex jirriformaw ruħhom u jerġgħu jidħlu lura fil-komunita', is-soċjeta` tispiċċa tagħlqilhom il-bieb f'wiċċhom.", "Mr Speaker, jekk irridu nkunu onesti rridu ngħidu li mhix ħaġa sempliċi biex timpjega wieħed li xi darba kien żbalja, imma hija verament ħasra li wara li dawn il-persuni jirriformaw ruħhom, ma jingħatawx l-opportunita` li jerġgħu jiġu integrati fis-soċjeta` u jibqgħu jiġu ddiskriminati u jkollhom jibqgħu jġorru l-istigma magħhom tul ħajjithom kollha.", "Għalhekk għal darb'oħra nappella biex lil dawn in-nies nagħtuhom iċ-ċans li jerġgħu jiġu integrati fis-soċjeta` u ma nibqgħux inħarsu lejhom b'lenti negattiva.", "Dan l-appell imur partikolarment għal min iħaddem għax wara li wieħed ikun irriforma ruħu u jkun ġie ċċertifikat, anke minn social workers, li lest biex jerġa` jidħol fid-dinja tax-xogħol, m'għandniex nagħlqulu l-bieb f'wiċċu.", "Sur President, bħal kull wieħed u waħda minna li mdaħħlin fil-politika, ġieli jiġu kostitwenti jkellmuni fl-uffiċċju tad-distrett u ninsab ċert li xi darba jew oħra kull membru parlamentari marret għandu xi persuna li fil-passat kellha xi problema soċjali jew kienet residenti fil-faċilita` korrettiva ta' Kordin.", "Bħalissa qed niftakar f'meta kien ġie jkellimni wieħed li qalli li kien tkeċċa minn fuq il-post tax-xogħol minħabba li min kien iħaddmu, skopra li fil-passat kien jabbuża mid-droga.", "Din hija problema ta' mentalita`.", "Issa hawnhekk ta' min jispjega li meta wieħed li jabbuża mid-droga tinqatagħlu l-probation mill-qorti, il-fatt li huwa għandu problema ta' droga ma titniżżilx fuq il-kondotta u allura m'għandu jsib l-ebda problemi biex jimpjega ruħu.", "Pero` jekk imbagħad wara li jiġi impjegat, min iħaddmu jiskopri li dan kellu problema ta' droga u jkeċċih mix-xogħol, hemm possibbilta` kbira li dan jerġa` jaqa' fil-vizzju tad- droga.", "Dawn huma każi li qed jiġru anke fid-distrett tiegħi stess.", "Jista' ikun li bħalissa r-residenti tal-faċilita` korrettiva ta' Kordin qed jisimgħuna u minn hawnhekk jien insellmilhom.", "Dawn huma Maltin u Għawdxin bħalna u għandna nagħtuhom l-opportunita` biex jerġgħu jiġu integrati fis- soċjeta` u jsibu x-xogħol.", "Ikun tajjeb li nżommu f'moħħna li fid-dinja, mis-sema 'l isfel kulħadd xorta għax kulħadd jista' jiżbalja u wara li persuna li tiżbalja tħallas għal dak li tkun għamlet, għandha titħalla tintegra ruħha lura fis-soċjeta`.", "Jekk dawn in-nies jaraw li hemm min għandu fiduċja fihom, jibdew jħossuhom li reġgħu daħlu lura fis-soċjeta` u b'hekk jinħallu minn dak iċ-ċirku vizzjuż li jkunu daħlu fih ukoll.", "Nixtieq nikkonkludi dan id-diskors billi nappella lill-ETC biex tagħmel kuntatt ma' l-għaqdiet ta' min iħaddem ħalli forsi ftit ftit tinbidel il- mentalita` ta' l-employers, bir-riżultat li dawk li kellhom xi problema soċjali jingħataw opportunita` ta' xogħol u b'hekk jerġgħu jiġu integrati fis-soċjeta` u jerġgħu jibdew jifformaw parti mill-familja Maltija u Għawdxija.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Silvio Parnis.", "ONOR.", "SILVIO PARNIS: Sur President, ma nistax nibda dan id-diskors li se nagħmel fuq l-ETC mingħajr ma nsellem lill-ħaddiema kollha u lil dawk li għandhom familja u għaddejjin minn żmien diffiċli minħabba li qed jirreġistraw għax jinsabu bla xogħol.", "Insellem b'mod partikolari lill- impjegati ta' l-ETC u lil dawk kollha li jaħdmu minn qalbhom ngħidilhom prosit u grazzi.", "Is-solidarjeta` tiegħi tmur ukoll għal dawk il-ħaddiema li minkejja li ilhom jirreġistraw, għadhom ma sabux xogħol.", "Kull persuna li taħdem u li tagħti s-sehem tagħha f'dan il-pajjiż hija importanti.", "Pajjiżna m'huwiex miexi għax imexxuh il-prim ministru, il-kap ta' l-oppożizzjoni jew il- president.", "Mill-kbir saż-żgħir kulħadd jagħti kontribut biex pajjiżna jibqa' miexi u jekk ilkoll nifhmu r-responsabbilta` li għandna bħala ċittadini Maltin żgur li nkunu qed ngħinu lil pajjiżna jimxi 'l quddiem.", "Kif kulħadd jaf, sfortunatament il-qagħda tax-xogħol f'pajjiżna ma tantx hija waħda pjaċevoli, minkejja li min-naħa l-oħra nisimgħu lil min jgħid li l-problema hi li m'hawnx nies biżżejjed jaħdmu għax-xogħol li hawn.", "Fil-fatt jien niskanta meta nisma' dawn l-argumenti għax tgħidx kemm niltaqa' ma' nies li ma jistgħux isibu post. Biss biss skond statistika li għandi f'idejja, fid-distrett li nirrappreżenta jien - jiġifieri dak ta' Raħal Ġdid, Ħal Tarxien, il-Marsa, il-Gudja u Santa Luċija - in-numru ta' nies qiegħda jlaħħaq is-794 ruħ.", "Għal dawk li għandhom 'il fuq minn 45 sena, qed ikun partikolarment diffiċli biex isibu xogħol u fil-fatt il- Partit Laburista kien ħa diversi inċentivi f'dan ir-rigward, imma mill- budget li għadna kemm smajna jidher li m'hu se jsir xejn konkret f'dan is- sens.", "Irridu nifhmu li mhux biżżejjed li noqogħdu nfajru ċ-ċifri u ngħidu li se noħolqu tant impjiegi jgħodd.", "Anzi f'ħin minnhom, waqt li kien qed jaqra d- diskors tiegħu tal-budget, l-Onor.", "John Dalli ammetta li teżisti problema fil-qasam tax-xogħol.", "Jien nista' ngħid li llum stess ġie żagħżugħ għandi u qalli li minkejja li għadu kif spiċċa kors fl-universita` u ggradwa bħala għalliem, għadu bla xogħol għax filwaqt li minn dan il-kors iggradwaw xi 137, il-gvern impjega biss 37 minnhom bil-konsegwenza li 100 minnhom qegħdin jirreġistraw minħabba li għadhom ma sabux fejn jaħdmu.", "Din hija xi ħaġa li qegħdin narawha tirripeti ruħha kull sena u rridu naħdmu bis-serjeta` biex din il-problema nsolvuha.", "J'Alla li dak li qed jgħidu l- esponenti tan-naħa l-oħra huwa minnu u j'Alla ikun hawn xogħol għal 20,000 ruħ, pero` s'issa ħlief paroli għadna ma smajniex, Sur President.", "Ġaladarba qed nitkellmu fuq il-ħaddiema, nixtieq nieħu l-okkażjoni biex insemmi lil ħutna l-ħaddiema tat-tarzna li jinsabu inċerti dwar il-futur tagħhom u żgur li l-ETC se ssib ma' wiċċha numru ta' ħaddiema oħra jirreġistraw.", "Huwa veru li hemm numru ta' individwi li jmorru jirreġistraw minkejja li jkollhom xi job ieħor, pero` nafu wkoll li hemm oħrajn li minħabba li jkunu għamlu xi dikjarazzjoni u l-każ tagħhom ikun quddiem il- bord ta' appell, jispiċċaw bla ebda dħul, bil-konsegwenza li l-familjari tagħhom jispiċċaw ibatu l-ġuħ.", "Forsi xi wħud jaħsbu li qed ngħaġġibha meta qed ngħid li dawn jispiċċaw ibatu l-ġuħ, pero` iva, dawk il-familji li jkollhom it-tfal - speċjalment jekk dawn jibdew l-iskola u għalhekk il- ġenituri jkunu jridu jixtrulhom l-uniformi u materjal ieħor għall-iskola - u ma jkun qed ikollhom l-ebda dħul ieħor jispiċċaw ibatu l-ġuħ.", "Filwaqt li jien nitfa' r-responsabbilta` għal dan kollu fuq il-gvern - u minn hawn nappellalu biex jaħdem ħalli jġib ix-xogħol - nitfa' ir-responsabbilta` ukoll fuq l-ETC biex din verament taħdem b'żelu u mħabba ma' dawk in-nies li m'għandhomx xogħol għax jien naf kemm ibatu.", "Imma issa ħa ndur għall- persuni b'diżabilita` u d-drogati.", "Il-ġimgħa l-oħra, waqt li kont qed nieħu biċċa ħobż fil-pjazza ta' Raħal Ġdid, iltqajt ma' żagħżugħ li ġie jkellimni u qalli \"Nhar l-Erbgħa jien għall-ħabs\".", "Jien naf li dan iż-żagħżugħ għadda minn problema tad-droga u sabha diffiċli biex jibni fiduċja fih innifsu, anke għax ra li ħaddieħor ma tahx il-fiduċja tiegħu.", "Ma trid tagħti tort lil ħadd, la lill-employers u lanqas lilu li għadda minn dik il-problema għax meta mbagħad sirt naf l- istorja tiegħu u sirt naf minn xiex kien għadda, fejn kulħadd kien kontra tiegħu fil-ħajja, stajt nifhem iktar kif dan spiċċa biex reġa' waqa' fil- vizzju tad-droga.", "Ovvjament din ma kenitx soluzzjoni tajba, pero` kemm jiflaħ bniedem meta fil-ħajja ħlief bibien magħluqa ma' wiċċu ma jsibx?", "Terġa` missieru lanqas jaħdem, jiġifieri dan illum jinsab fil-faċilita` korrettiva ta' Kordin mingħajr l-ebda dħul ta' xejn.", "Minn dan l-eżempju li tajt ta' dan iż-żagħżugħ, joħroġ ċar kemm huwa importanti li nies bħal dawn ma nagħtuhomx il-ġenb, Sur President.", "Rigward persuni b'diżabilita`, irrid ngħid li fortunatament dejjem ħdimna biex lil dawn in-nies intellgħuhom tarġa.", "Fil-fatt f'dan il-parlament wasalna saħansitra biex għaddejna liġi li lil persuni b'diżabilita` tagħtihom l-istess drittijiet li għandna aħna lkoll, għax fl-aħħar mill- aħħar dawn in-nies m'għandhom xejn inqas minni, minnek u minn kull wieħed u waħda minna.", "Madanakollu sal-lum dawn il-persuni għadhom isibu bibien magħluqa meta jiġu biex jaħdmu u għalhekk irridu naħdmu iktar bis-serjeta` f'dan ir-rigward.", "Irid ikollna widna li tkun lesta tisma' iktar u jekk mhux se nkunu aħna li lil dawn in-nies niftħulhom il-bibien magħluqa li qed isibu, m'huma se jaslu mkien.", "Kemm hija kiefra li tqum filgħodu u ma ssibx x'tagħmel!", "Jien naf li hemm dawk il-waħdiet li jabbużaw u jiksru l- liġi tax-xogħol, pero` mbagħad hemm oħrajn li huma ddisprati biex isibu xogħol ħalli jkunu jistgħu jmantnu lil uliedhom u lill-familja.", "THE DEPUTY SPEAKER: Jekk jogħġbok ikkonkludi, Onor. Parnis.", "ONOR.", "SILVIO PARNIS: Nittama li f'dan il-pajjiż nifhmu li meta bniedem tagħtih xogħol li jkun jixraqlu, tkun qed tagħtih id-dinjita` tiegħu.", "Nittama wkoll li meta s-sena d-dieħla jerġgħu jitressqu quddiemna l-estimi ta' l-ETC, inkunu għamilna pass 'il quddiem f'dan il-qasam mhux għalina personali jew inkella għall-ħaddiema tal-korporazzjoni, imma għal dawk il- ħaddiema kollha li qed ifittxu x-xogħol.", "Fl-aħħar imma mhux l-inqas nixtieq nirringrazzja lil dawk kollha li qed jipprovdu xogħol lil min qiegħed jirreġistra.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Aktar rimarki?", "Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, l-ewwelnett nixtieq ngħaddi kumment ta' natura ftit personali billi ngħid li aħna li qegħdin fil-politika, impenjati fil-ħidma politika tagħna, ikollna ħafna ċirkostanzi ta' diżappunt, ta' frustrazzjoni u xi kultant ta' nkwiet pero` imbagħad ikollna wkoll mumenti ta' sodisfazzjon.", "Fil-fatt huwa ta' sodisfazzjon għalija meta niftakar fit-taħbit li għaddejt minnu biex wellidt l-ETC fl- ewwel snin ta' amministrazzjoni mmexxija mill-Partit Nazzjonalista fl-1987 u meta nara kif din il-korporazzjoni żviluppat, evolviet, x'servizzi ħolqot, kemm irraffinat is-servizz ta' l-impjiegi u kif irrinnovat u kienet kapaċi ġġedded l-iskemi ta' taħriġ f'dan il-kamp.", "Huwa ta' sodisfazzjon għalija wkoll meta nara din il-korporazzjoni tagħti dan il-frott kollu, Sur President.", "Issa nixtieq ningħaqad ma' sħabi taż-żewġ naħat tal-Kamra li raddew ħajr lill-bord ta' l-ETC u lil dawk kollha li qed jagħtu xi servizz f'din il- korporazzjoni.", "Ħadt gost nisma kliem ta' ringrazzjament, ta' apprezzament u ta' tifħir miż-żewġ naħat tal-Kamra għall-ħidma li qed iwettqu l- uffiċjali kollha ta' l-ETC, ibda miċ-chairman, il-membri tal-bord, iċ-chief executive, id-deputy chief executive u l-managers kollha u spiċċa fl- impjegati kollha li qegħdin jagħtu kontribut f'din il-korporazzjoni, mill- kbir saż-żgħir.", "Naħseb li dan għandu jkun ta' sodisfazzjon għall- korporazzjoni u għandu jservi wkoll ta' xprun.", "Nixtieq inrodd ħajr ukoll lil dawk kollha li l-korporazzjoni kellha x'taqsam magħhom, jiġifieri lil min iħaddem, unions, istituzzjonijiet edukattivi, esperti u oħrajn.", "Fl- aħħar imma mhux l-inqas nixtieq inrodd ħajr lill-kelliema kollha li ħadu sehem f'din id-diskussjoni u lil sħabi ta' l-oppożizzjoni li nħoss li għamlu diskorsi bi kliem meqjus li wieħed irid jixtarrhom tajjeb.", "Tkun fejn tkun l-ETC - kemm jekk tkun taqa' taħt il-ministeru ta' l- edukazzjoni, kemm jekk tkun taqa' taħt il-ministeru għall-politika soċjali, kemm jekk tkun taqa' taħt il-ministeru tal-finanzi kif ukoll jekk tkun taqa' taħt is-servizzi ekonomiċi - kulħadd irid jaħdem biex isir l-aħjar użu tar-riżorsi li għandna fil-pajjiż.", "Jien nemmen - u dan ġie rilevat kemm fid-dibattitu ta' llejla kif ukoll f'dak ta' dalgħodu - li hemm lok għal iktar sinerġija u razzjonalizzar, u tkun taħt liema ministeru tkun, l- ETC trid tisfrutta r-relazzjoni speċjali li tkun trid tinħoloq fi ħdan il- ministeru li tkun.", "Imma dalgħodu sar kumment li ma nistax inħallih għaddej u hawn qed nirriferi għal min qal li għall-Partit Nazzjonalista l-ħaddiema saru numri.", "Jekk hawn partit li għalih il-ħaddiema qatt ma kienu numri anzi kienu proprju l-qofol tal-ħidma, ta' l-ideali u tal-viżjoni tiegħu, dan huwa proprju l-Partit Nazzjonalista.", "Il-Partit Nazzjonalista ma jinkwetax bil-paroli biss imma jinkwieta bil-fatti għal kull Malti u Maltija li jixtiequ jaħdmu iżda m'għandhomx l-opportunita`.", "Aħna nħossuha bil-kbir, Sur President, l-ewwelnett għaliex aħna wkoll għandna ħutna, neputijiet u nies li jiġu minna li qed jgħixu f'din l- ekonomija ta' pajjiżna u t-tieni nett għaliex nafu d-dinja x'toffri, nafu x'jiġifieri li tkun kap ta' familja, li mara toħroġ taħdem u x'jiġifieri li żagħżugħ jew żagħżugħa jkunu jixtiequ jibdew il-ħajja tagħhom u ma jkollhomx xogħol.", "Dan ċertament inħossuh aħna.", "Bħall-Onor.", "Silvio Parnis, jien ukoll ngħid li kull individwu huwa importanti.", "Huwa veru li l-gvern għandu rwol x'jaqdi, imma dan għandu l-limitazzjonijiet tiegħu wkoll.", "Madanakollu safejn ikun possibbli, aħna dejjem nieqfu ma' dawk il-ħaddiema li jsibu ruħhom f'diffikulta`.", "Kieku nixtiequ nieqfu ma' kulħadd bl-istess mod, pero` l-liġijiet ta' pajjiżna ma jippermettux dan.", "Per eżempju, biżżejjed insemmi l-mod ta' kif il-gvern Nazzjonalista jieqaf ma' dawk il- ħaddiema fis-settur pubbliku li jgħaddu minn fażijiet ta' ristrutturar.", "Kemm-il skema ġeneruża ta' irtirar kmieni introduċa l-gvern biex jgħin lil dawk il-ħaddiema li jkunu għaddejjin mir-ristrutturar f'organizzazzjonijiet pubbliċi?", "L-aħħar każ li kellna huwa l-każ tat-tarzna, Sur President.", "Jekk inħarsu lejn il-każ tal-ħaddiema tat-tarzna, jien nifhem id- diffikulta` li jgħaddi minnha ħaddiem li jkun qed jara l-post tax-xogħol tiegħu jiġi mibdul, sew jekk dak li jkun ikun se jibqa' jaħdem fil- kumpannija li se tibqa' tmexxi x-xogħol tat-tarznari kif ukoll jekk dak li jkun ikun se jmur jaħdem fil-kumpannija l-oħra għal servizzi u produzzjoni, fejn il-gvern qed jipprova joffri xogħol alternattiv lil dawk li ma baqgħux jaħdmu fit-tarzna.", "Imma anke f'dan il-każ, nistgħu naraw il-ġest kbir ta' solidarjeta` li l-gvern wera ma' dawn il-ħaddiema fejn mhux biss ta lil dawk li riedu jagħżlu skema ta' irtirar kmieni ġeneruża, liema skema ġiet maqbula mal-unions, imma anke offra xogħol alternattiv lill-ħaddiema l- oħra.", "Ikun tajjeb jekk ngħidu li dan il-ġest ta' solidarjeta`, il-gvern ma jistax jagħmlu ma' l-impjegati li jaħdmu fis-settur privat fejn meta l- fabbrika tagħhom tagħlaq jew issib ruħha f'diffikulta`, ma jkollhomx il- wens li sabu u li jsibu l-ħaddiema li qegħdin fis-settur pubbliku.", "Għalhekk jien irrid nenfasizza li iva, aħna għandna għożża għall-ħaddiema.", "We care għal kull persuna li tixtieq taħdem u ma ssibx ix-xogħol.", "Aħna ninkwetaw għal kull persuna li titlef ix-xogħol u nibqgħu nimpenjaw ruħna bil-ħila kollha tagħna biex nibqgħu nersqu lejn il-boxxla li għandna quddiemna ta' xogħol għal kulħadd għaliex dik hija l-politika li jsegwi l- gvern.", "Punt ieħor li sar, Sur President, huwa dwar it-tnaqqis fl-infiq ta' l-ETC għax il-membri tan-naħa l-oħra qalulna li huma kienu qed jistennew li l- budget ta' l-ETC kellu jiżdied.", "Mela sew.", "Dan l-aħħar, kemm il-bieraħ waqt id-dibattitu li kellna dwar il-housing kif ukoll illum, kien hemm min kien qed jgħidilna: X'għarukaża, kif ma jieħu l-ebda miżura l-gvern biex inaqqas l-ispiża tiegħu?", "Imma issa llejla qed jgħidulna li jmessna żiedna l-ispiża!", "Per eżempju, issemma l-vot għall-programmi u l-inizjattivi.", "Issa jien nista' ngħid li jien wieħed minn dawk li għandi ftit l- esperjenza fuq il-front bench tal-gvern u naf li meta inti tiġi biex tara liema huma dawk il-programmi u dawk l-inizjattivi li flimkien ma' l- uffiċjali tiegħek tkun tixtieq twettaq biex tilħaq l-objettivi tal- ministeru tiegħek sal-milja tagħhom, jiena ngħid li given the chance the sky is the limit.", "Jekk naraw il-business plans tal-ministeri kollha kemm huma u naraw fejn żdiedet l-ispiża pubblika b'rata sostanzjali, insibu li din żdiedet proprju taħt l-item ta' \"programmi u inizjattivi\".", "Pero` filwaqt li dejjem tkun tixtieq li l-ministru tal-finanzi jagħtik iktar, jien nifhem li l-karus li trid tieħu minnu huwa limitat.", "Issa hawn irrid infakkar li jekk nieħu l-cut-off point li miegħu nagħmlu l-paraguni ...", "Jgħidu li l-paraguni huma odjużi u forsi m'humiex daqstant rilevanti, imma rridu niftakru li fl-aħħar ħames snin l-investiment fl-ETC tela' minn Lm1.5 miljun għal Lm2.7 miljun, jiġifieri żieda ta' Lm1.25 miljun.", "Min-naħa tiegħu, il-gvern qal lill-ETC li trid tilqa' l-isfida biex bil-fondi li għandha tipprova tkun iktar effettiva u tilħaq iktar l-objettivi li għalihom hija mwaqqfa.", "Sur President, ma setax jonqos milli jsir il-punt fuq is-sitwazzjoni tax- xogħol f'pajjiżna.", "Kien hawn min staqsa: Imma l-gvern kif jista' jitwemmen meta jgħid li fil-qasam tax-xogħol sejrin tajjeb?", "Issa wieħed jista' iwieġeb b'mistoqsija oħra, kif jagħmlu l-Ġiżwiti, billi jistaqsi: Imma llum kif jista' jitwemmen min jgħid li hawn diżastru?", "Hawn żewġ perspettivi għal din il-problema.", "Meta l-gvern jgħid li sejrin tajjeb, dan ma jfissirx li ma jkunx konxju li fil-qasam tax-xogħol in-numru ta' nies li qed jisfaw bla xogħol qed jiżdied għal raġunijiet differenti, kif forsi jkolli l-ħin nispjega iktar tard, pero` huwa importanti wkoll li ma nagħmlux il-bikja li hawn diżastru.", "Illejla xi ħadd bilkemm ma tħajjarx jgħid li s-sitwazzjoni ta' pajjiżna hija bħal dik fil-Georgia u qal li ma jixtieqx jara nies joħorġu fit-toroq u jagħmlu għall-parlament.", "Jien naħseb li dawn kollha huma esaġerazzjonijiet, Sur President, għax jekk inħarsu lejn l-istorja ta' pajjiżna u lejn l-istorja tal-pajjiżi kollha li nagħmluha magħhom, speċjalment dawk Ewropej, insibu li t-taqbida għall- ħolqien tax-xogħol u t-taqbida biex ma jintilfux l-impjiegi hija taqbida ta' kuljum li titbiddel u tiżviluppa minn ġurnata għall-oħra u minn żmien għall-ieħor.", "Meta kont qed nintroduċi dawn l-estimi jien għedt li niftakar żminijiet oħra meta kont għadni żgħir u niftakar aħjar iż-żminijiet tas- sittinijiet, anke għax jien kont wieħed minn dawk li ħriġt nipprotesta flimkien ma' l-istudenti ta' l-universita` fuq ir-rundown tas-servizzi.", "Għalhekk wieħed irid ikun ftit raġonevoli u jien nixtieq nagħti ftit ċifri biex inkunu nafu fejn qegħdin.", "L-ewwelnett dejjem huwa żball li wieħed jipprova jiġġudika żvilupp ekonomiku u jagħmel ġudizzju assolut meta jiġi biex iqabbel iċ-ċifri ta' sena ma' sena.", "F'dan l-istadju jien se nagħti xi ċifri fuq firxa ta' għaxar snin, eżattament bejn l-1993 u Settembru ta' din is-sena, għax anke l-popolazzjoni f'dawn l-għaxar snin żdiedet b'36,390, Sur President.", "Jekk naraw kif żdiedet il-working population matul l-istess perijodu, insibu li din żdiedet bi kważi 30,000 ruħ u qed nitkellem f'termini assoluti u mhux f'termini perċentwali.", "Jekk inqabblu dawk li kienu jirreġistraw għax-xogħol fl-1993 ma' dawk li qed jirreġistraw għax-xogħol f'Settembru ta' din is-sena, insibu li hemm qabża ta' 992.", "Skond in- national statistics office, bejn l-1993 u Settembru ta' din is-sena kellha żieda fil-labour supply ta' iktar minn 25,000.", "Naraw ukoll li, per eżempju, filwaqt li fl-industrija tas-servizzi kellna żieda ta' 7% - għax minn 40% fl-1993 tlajna għal 47% fl-2003 - ix-xogħol fi produzzjoni diretta naqas bi 3% għax minn 32% fl-1993 niżel għal 29% fl-2003.", "U mhux billi ssemmulna s-sensji mingħajr ma tirrikonoxxu kif f'dawn l-aħħar ħames snin, taħt it-tmexxija tal-bord u bid-direzzjoni li taha l-viċi prim ministru u ministru għall-politika soċjali, l-ETC żviluppat b'manjiera ħafna iktar dinamika u kienet kapaċi tilqa' għall-isfidi l-kbar li poġġiet fuqha l-politika ta' sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea.", "Ta' min isemmi li fl-1997 kien hawn 2,257 sensja, fl-1998 kien hawn 2,123 sensja, fl-1999 kien hawn 2,500 sensja, fl-2000 kien hawn 1,972 sensja filwaqt li fl-2003 kellna 2,800 sensja.", "GĦaliex qed ngħidu dan?", "Għax jekk inħarsu lejn dawn iċ-ċifri sena b'sena nsibu li n-numru ta' impjiegi ntilef b'medja ta' 2,200 u 2,300 kull sena matul l-aħħar għaxar snin, pero` imbagħad ma nsibux li dan it-telfien ta' impjiegi rrifletta ruħu f'xi diżastru ta' nies li qed ifittxu x-xogħol għax il-maġġoranza l-kbira ta' dawn in-nies ġew assorbiti.", "Dan nistgħu narawh ukoll mill-istatistika li żżomm l-ETC u minn kif din l-istatistika bdiet tinżamm minn ftit taż-żmien ilu 'l hawn bil-labour force survey.", "Fil-fatt jien ħadt gost li din id- darba ma kienx hawn battibekki qawwija fuq id-diskrepanza li jkun hemm bejn l-istatistika li żżomm l-ETC u l-istatistika li toħroġ mil-labour force survey.", "L-ewwelnett għandu jiġi ċċarat li l-labour force survey m'hijiex komparabbli mal-manjiera ta' kif tinżamm l-istatistika mill-ETC, u dan mhux b'kumbinazzjoni imma din hi kwestjoni ta' metodoloġija għaliex, anke jekk naraw l-economic survey li poġġa l-ministru tal-finanzi fuq il-mejda tal- Kamra u li tana kopja tiegħu, insibu li l-economic survey ma tibbażax ir- raġunament tagħha għall-performance ta' l-ekonomija fuq il-labour force survey imma tibbaża dan ir-raġunament fuq l-istatistika kif miżmuma mill- ETC.", "U allura xi nsibu aħna?", "Insibu li on the one hand għandek l-ETC li żżomm headcount - u aħna żgħar u nistgħu ngħoddu lill-poplu kollu, aħseb u ara kemm hu faċli li żżomm kont ta' dawk li jkunu qed jirreġistraw għax- xogħol - u on the other hand hemm il-labour force survey li sar jagħmel in- national statistics office, biex inkunu konformi mal-Eurostat u biex napplikaw l-istess standards ta' l-international labour organisation, fejn darba kull tliet xhur isir household survey fost il-popolazzjoni ta' bejn il-15 u l-64 sena, mentri l-ETC iżżomm biss record ta' dawk li għandhom bejn is-16 u l-61 sena.", "Dan x'ifisser, Sur President?", "Dan ifisser li l-labour force survey jgħodd lil kulmin għandu 15-il sena u jrid jaħdem - u jien nifhem li kważi kulmin ikollu 15-il sena jkun irid jaħdem – waqt li l-ETC lanqas tista' tgħoddhom lil dawn in-nies għax hemm liġi li tgħid li jekk wieħed ikollu inqas minn 16-il sena u ma jmurx skola, jittella' il-qorti.", "Ta' min jgħid ukoll li lil dawk li għandhom iktar minn 16-il sena u qegħdin f'xi istituzzjoni edukattiva, li tista' tkun post- sekondarja jew terzjarja u allura m'humiex available għax-xogħol immedjatament, il-labour force survey jgħoddhom ukoll mentri l-ETC ma tistax tgħoddhom.", "Anke lil dawk li għandhom iktar minn 61 sena, l-ETC ma tistax tgħoddhom jekk dawn ma jkunux self-employed u allura jistgħu jkunu intitolati għall-pensjoni sa 65 sena.", "Ara l-labour force survey lil dawn in-nies jgħoddhom.", "Dawn huma wħud mir-raġunamenti, Sur President, pero` imbagħad xi nsibu?", "Insibu li l-economic survey - u din aħna ma ħbejnihiex, jiġifieri m'aħna qed nippruvaw nidħku b'ħadd - jgħid li l-performance ekonomika tas-sena li għaddiet kienet \"subdued\".", "L-economic survey ma jidħak b'ħadd u jgħid ċar u tond li fil-labour supply kellna \"marginal growth\".", "Issa aħna x'irridu ngħidu?", "Ejjew inqabblu l-aħħar ħames snin għax, nerġa` ngħid, it-trend ma teħodhiex minn sena għal sena imma trid tifrixha fuq perijodu ftit itwal.", "Matul dawn l-aħħar ħames snin il-labour supply żdiedet bi kważi 3,000.", "Biss biss il-labour supply tan-nisa żdiedet bi 3,431 filwaqt li l-labour supply tal-gainfully occupied li jaħdmu full-time żdiedet b'2,662.", "Jekk imbagħad nieħdu lil dawk li qegħdin jaħdmu part-time imma l-part-time job tagħhom huwa kważi l-job primarju, insibu li matul l-aħħar ħames snin dawn żdiedu b'7,366 u matul l-istess perijodu, in-numru ta' dawk jirreġistraw żdied b'294.", "X'insibu iktar, Sur President, meta nagħmlu dawn il-paraguni?", "Insibu li f'ħames snin, fis-settur privat kien hemm żieda ta' 5,815 jaħdmu u huwa hawnhekk fejn nibdew nidħlu fir-restructuring.", "Jekk inħarsu lejn in-numru ta' dawk jaħdmu fis-settur produttiv direttament, insibu li hemm kellna tnaqqis ta' 454 imma mbagħad kellna żieda ta' 6,161 fis-settur tas- servizzi.", "Dan huwa r-restructuring li qed iseħħ.", "L-istess nistgħu ngħidu għas-settur pubbliku.", "Fis-settur pubbliku matul dawn l-aħħar ħames snin kien hemm tnaqqis ta' 3,135.", "Meta aħna naqbdu l-market share tas-settur pubbliku u tas-settur privat u naraw x'ġara f'dawn l-aħħar għaxar snin insibu li, jekk f'Ġunju ta' l-1993 is-settur pubbliku kellu share tal- labour market ta' 42%, f'Ġunju ta' din is-sena kellu share ta' 34%.", "Jekk imbagħad immorru fuq is-settur privat u naraw x'kien ix-share tas-settur privat mil-labour market għaxar snin ilu, insibu li s-settur privat kellu bħala sehem mill-forza tax-xogħol 58% mentri llum dan is-settur għandu 66%", "Sur President, ħafna drabi l-oppożizzjoni taqbad mal-labour force survey u tgħidilna: Araw ftit kemm hawn nies bla xogħol!", "Issa jien ngħid li what's good for the goose is good for the gander u jekk se nieħdu l- kriterju tal-labour force survey għal dawk li huma bla xogħol, mela ejjew nieħdu l-kriterju tal-labour force survey għal dawk li qed jaħdmu għax il- labour force survey ma jgħidlekx biss kemm sab nies ma jaħdmux imma jgħidlek ukoll kemm sab nies jaħdmu.", "Filwaqt li skond l-ETC il-labour force jammonta għal 144,544, skond il-labour force survey dan in-numru jammonta għal 156,070, jiġifieri prattikament in-numru huwa ikbar ħafna iktar minn dak attwali.", "Issa hawnhekk jien ma rridx ninftiehem ħażin u għalhekk tajjeb li niċċara li qed ngħid dan mhux biex innaqqas il- preokkupazzjoni tal-gvern għal dawk li llum huma bla xogħol, imma biex nuri li meta nkunu rridu nanalizzaw bis-serjeta` x'qed jiġri ekonomikament għandna nagħmlu dan b'mod tajjeb.", "S'issa ċ-ċifri li semmejt huma kollha dawk li rriżultaw f'Malta, pero` naħseb li jkun tajjeb jekk nippruvaw inqabblu lilna ma' ħaddieħor ukoll.", "Fl-2002 sar labour force survey fost dawk il-pajjiżi li bħalna se jsiru membri ta' l-Unjoni Ewropea f'Mejju li ġej, u x'insibu?", "Insibu, per eżempju, li r-rata ta' dawk li huma unemployed fl-acceding countries kollha kemm huma bħala total hija ta' 14.8% filwaqt li fil-pajjiżi membri ta' l- Unjoni hija ta' 7.6%.", "Issa r-rata fil-każ tagħna hi ta' 5%, jiġifieri inqas mill-medja tal-pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropea u kważi terz tal- pajjiżi li se jissieħbu fl-Unjoni.", "Jekk imbagħad nieħdu l-long term unemployed, jiġifieri lil dawk li jkun ilhom jirreġistraw għal iktar minn sena, insibu li din ir-rata f'dawk il-pajjiżi li se jsiru membri ta' l- Unjoni f'Mejju li ġej hija ta' 54.3%, filwaqt li r-rata medja tal-long term unemployed fil-pajjiżi membri ta' l-Unjoni hija ta' 40.2%.", "F'Malta din ir-rata hija ta' 40.5% u allura dan ifisser li aħna qegħdin in line ma' dawk il-pajjiżi li diġa` huma membri ta' l-Unjoni Ewropea.", "Jekk imbagħad nieħdu liż-żgħażagħ insibu li bħala medja - u saret ħafna enfasi fuq iż-żgħażagħ - il-persentaġġ ta' dawk li huma bla xogħol u li għandhom bejn il-15 u l-24 sena f'dawk il-pajjiżi li għadhom se jsiru membri ta' l-Unjoni Ewropea, huwa ta' 31.6%.", "Ta' min jgħid ukoll li fil- pajjiżi membri ta' l-Unjoni, dan il-persentaġġ huwa ta' 7% filwaqt li dan il-persentaġġ f'pajjiżna huwa ta' 6.5%.", "Jekk imbagħad nieħdu lil dawk li għandhom bejn il-25 sena u l-64 sena nsibu li filwaqt li dan il-persentaġġ fil-pajjiżi li se jsiru membri ta' l-Unjoni jlaħħaq il-medja ta' 12.6%, il- persentaġġ li għandu pajjiżna f'dan ir-rigward huwa sostanzjalment inqas.", "Issa dan jien qed ngħidu, Sur President, anke għax sar il-punt li l- kondizzjonijiet tax-xogħol tagħna qed jiddgħajfu u jitnaqqsu, iżda hawn jien irrid infakkar żewġ fatturi.", "L-ewwelnett din is-sena, ir-rata ta' l-għoli tal-ħajja naqset minn 2.82% għal 1.1%, li kważi hija l-iċken rata ta' inflazzjoni li hemm fl-Unjoni Ewropea ħlief għall-Ġermanja.", "Anke jekk wieħed jara l-indiċi tal- prezzijiet fejn jidħol l-ikel isib li kellna tnaqqis.", "Pero` hemm fattur ieħor importanti f'dan 'il hekk imsejjaħ \"diżastru\" li ma għandniex ninsew, cioe` id-dħul mill-impjiegi.", "Matul id-disa' xhur li għaddew, id- dħul mill-impjiegi żdied b'Lm21.8 miljun jew bi 3.8% fuq is-sena li għaddiet u d-dħul medju fil-ġimgħa bejn il-ħaddiema kollha kemm huma, żdied bi 3.1% jew b'Lm4.72.", "Dan qed ngħidu biex inpoġġi l-kwestjoni taċ- ċifri fil-perspettiva kollha tagħha, Sur President.", "Niġi issa għal dik l-għodda innovattiva li qed tuża l-ETC, l-employment barometer – sal-lum kellna żewġ readings għax dan isir kull quarter u issa wasalna fil-quarter tal-ħarifa, dik il-famuża \"ħarifa qarsa\" li suppost qed ngħixu – u se nipprova nispjega sewwa sew fiex jikkonsisti dan l-employment barometer.", "Darba kien hawn xi ħadd li qalilna li biex tkun taf kemm il-pajjiż ikun sejjer tajjeb jew ħażin, it- temperatura tiegħu trid tkun il-qgħad.", "Fil-fatt dan l-employment barometer hekk jagħmel u jieħu t-temperatura fil-qasam tas-suq tax-xogħol.", "Is-survey ma jsirx minn fost min irid jaħdem imma minn fost min iħaddem u lanqas ma jittieħed sample żgħir għax jiġu surveyed 1,100 employer.", "Ħalli niċċita minn dan l-employment barometer:", "\"When comparing the employment levels required by employers for April 2003 ...\"", "- jiġifieri meta sar is-survey ta' qablu -", "\"... and the eventual recruitment levels achieved, one notices a net variance of 511 more recruitments than expected, excluding government departments.", "This resulted from the prudent approach adopted by a number of employers prior to the national events occurring between March and April 2003.\"", "Kulħadd jaf minn liema trawma għadda l-pajjiż f'dawk iż-żmenijiet.", "Imbagħad għandek indikazzjoni dwar liema huma dawk is-setturi li qed jitilfu l-ħaddiema, dwar liema huma s-setturi li qed iżidu l-ħaddiema u hawn ħafna informazzjoni oħra, imma m'għandix il-ħin li noqgħod nidħol fid- dettal tagħha, Sur President.", "Li hemm interessanti f'dan l-employment barometer huwa li dan isir b'mod indipendenti minn riċerki oħra.", "M'hemmx għalfejn ngħidu li meta r-riċerka li ssir minn sorsi indipendenti tibda tikkonverġi, dak allura jikkonvalidalek il-proċess kollu li tkun qed issegwi.", "Għaliex meta tara l- perception survey tal-bank ċentrali u mbagħad tara l-industry survey tal- federazzjoni ta' l-industriji, issib li dawn it-tliet organizzazzjonijiet qegħdin on the same wavelength.", "Għalhekk jien nemmen li issa l-ETC trid taħdem biex isir użu aħjar minn dan l-employment barometer għax dan irid isir iktar dinamiku u effettiv, b'sinerġija ma' ħafna organizzazzjonijiet oħrajn, minħabba li rridu naslu f'sitwazzjoni fejn minnha nisiltu l-kejl veru ta' l-effettivita` tal-policies li jkunu qegħdin jiġu adottati, imqabbla mar-riżultati miksuba fuq il-postijiet tax-xogħol.", "Issa ħalli niġi biex ngħid xi ħaġa fuq ir-rapport annwali, Sur President.", "Meta wieħed jeżamina dan ir-rapport isib li dan m'huwiex sempliċement rapport ta' tifħir imma huwa rapport oġġettiv u fejn jidher li waqajna lura, ir-rapport jgħid li waqajna lura.", "Fejn jidher li ma ksibniex riżultati tajbin biżżejjed, jgħid li ma ksibniex riżultati tajbin biżżejjed u fejn għad jonqos biex naslu, jgħidu wkoll.", "Jien nemmen li dan hu importanti ħafna u jara wkoll li saret ħidma ta' siwi kbir mill-ETC.", "Nafu li l-uffiċjali ta' l-ETC ħadmu fuq il-pjan nazzjonali għall-iżvilupp tar-riżorsi umani.", "Nafu wkoll li l-ETC qiegħda tipparteċipa f'diversi laqgħat u organizzazzjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea u llum immoltiplikat il-konnessjonijiet tagħha ma' organizzazzjonijiet internazzjonali li kollha qed jgħinu biex l-ETC tibqa' għodda effettiva, relevanti u in tune mhux biss ma' dak li qed jiġri f'Malta imma wkoll ma' dak li qed jiġri fl- Ewropa.", "Jien nieħu gost nara l-ETC tinvesti fil-ħaddiema tagħha fejn qed tibgħathom l-universita` biex jagħmlu kors li jwasssal għal diploma fl- occupational guidance and career counselling.", "Irrid ngħid li ksibna wkoll ċerti riżultati, Sur President.", "L-ewwelnett insibu li għal dawk li huma engagement forms - u hawn ta' min jgħid li dawn l-engagement forms isiru għal kull persuna li taqbad taħdem - filwaqt li fl-2002 kellna 49,831, fis-sena 2003 kellna 49,224.", "Għalhekk din is-sena kellna 600 ruħ jaħdmu inqas milli kien hemm is-sena l-oħra, pero` imbagħad hemm statistika interessanti fir-rigward tat-termination form li timtela' meta wieħed jitlef ix-xogħol.", "Fil-fatt f'dan il-każ filwaqt li termination forms is-sena l-oħra saru 53,370, din is-sena n- numru ta' termination forms naqas għal 49,233.", "Jiġifieri bħala termination forms kellna 4,137 inqas milli kellna s-sena li għaddiet.", "Lanqas nista' ma nsemmix ix-xogħol kbir li tagħmel it-taqsima ta' l-employment services bil- job experience scheme, bil-community work scheme u bit-training and employment exposure.", "Issa hawnhekk m'iniex se noqgħod niċċita ċ-ċifri għax nerġa` ngħid li m'għandix il-ħin biex nagħmel dan, imma rrid insemmi li l- ETC qed tipprova tagħti ċerti kontribut anke fir-rigward tar-refuġjati.", "Wieħed irid isemmi wkoll il-ħidma li ssir mill-ETC ma' l-għaqdiet volontarji, liema ħidma diġa` issemmiet mill-kollega tiegħi l-Onor.", "Helen D'Amato.", "Ta' min isemmi wkoll is-sehem ta' l-ETC fil-Leonardo da Vinci programme u fil-youth outreach programme, li qed isir fil-lokalitajiet ta' Ħaż-Żabbar, iż-Żurrieq u l-Belt Valletta.", "Inkisbu riżultati oħrajn, bħal per eżempju fil-law compliance fejn, filwaqt li hawn min għandu l-idea li għandna nikkonċentraw iktar fuqha, hawn min jgħidilna li m'għandniex nibqgħu nikkonċentraw daqstant fuqha imma għandna niffokaw iktar fuq it- taħriġ u l-placements.", "Dawn huma żewġ veduti li t-tnejn iridu jiġu evalwati u fil-fatt it-tnejn li huma ssemmew f'din il-Kamra, għax kien hemm min għamel enfasi fuq il-bżonn ta' iktar law compliance u kien hemm ukoll min għamel enfasi li hemm bżonn niffokaw iktar fuq it-taħriġ u fuq affarijiet bħal dawn.", "L-Onor.", "Chris Agius staqsa jekk il-placements li saru fis-settur pubbliku matul din is-sena sarux l-iktar fil-perijodu elettorali.", "Ir-risposta hija ċara: Le, il-placements fis-settur pubbliku ma sarux fil-perijodu referendarju u elettorali, anke għaliex dan il-gvern kien daħħal il-policy ...", "Infakkar li l-gvern Laburista ta' l-1986 matul perijodu ta' sitt xhur, kien daħħal mal-gvern 8,000 ruħ fis-settur pubbliku, aktarx xi 2,200 minnhom b'mod irregolari.", "Imma dik il-prattika spiċċat għaliex il-prim ministru attwali, mertu personali tiegħu, iddeċieda li malli jkun hemm xamma ta' elezzjoni jitwaqqfu l-proċeduri għal reklutaġġ fis-settur pubbliku.", "Imma issa ħa niġi għat-taqsima tat-taħriġ, Sur President.", "Anke hawn, Sur President, wieħed jara li m'hux veru dak li ntqal, li l-ETC mhix tagħti kas ta' dawk li għandhom bżonn il-basic skills.", "Fil-fatt sar ħafna xogħol fuq basic skills u remedial training u llum qed naraw li r- rata ta' parteċipazzjoni f'dan il-programm żdiedet b'ċertu perċentwal.", "Naturalment jifdal dejjem iktar x'isir.", "Infakkar fin-knowledge centre li ħolqot l-ETC fi Blata l-Bajda, miftuħ mit-8.30 a.m. sas-7.00 p.m. - fejn hemm anke opportunitajiet sostanzjali ta' taħriġ fil-qasam tal-computers.", "Imbagħad hemm ix-xogħol li jsir ta' l-apprendistat u tajjeb ngħid li kellna 655 apprendist li 334 minnhom instabilhom placement mill-ETC.", "Jien naqbel ħafna mal-kollega tiegħi l-Onor.", "Helen D'Amato li dan huwa suġġett li rridu nagħmlu evalwazzjoni aktar tiegħu u l-ETC m'hijiex qiegħda lura milli tersaq lejn din l-evalwazzjoni għaliex waqqfet apprenticeship board li huwa magħmul minn diversi stakeholders biex dan ikun jista' jsir.", "Fil- qasam tat-taħriġ kellna ftit aktar minn 5000 persuna jieħdu sehem f'diversi korsijiet li tagħmel l-ETC.", "Hawn ta' min isemmi wkoll ix-xogħol li għamlet l-ETC biex twassal lil nies jiġu ċċertifikati fil-European computer driving licence u fil-fatt kellna 2,364 li għamlu dan l-eżami.", "Imbagħad hemm ix- xogħol tan-night institute for further technical education, fejn hemmhekk ukoll kellna ammont relevanti ta' parteċipanti.", "Issa nixtieq inwieġeb għal xi kummenti li għamlet l-Onor.", "Coleiro biex nikkoreġi xi informazzjoni li ngħatat, Sur President.", "L-ewwelnett irrid ngħid li l-istudenti kollha ta' l-MCAST li kienu kkwalifikati biex ikomplu l-higher national diploma fit-teknoloġija ta' l- informatika u aċċettaw l-offerta daħlu għal dan il-kors.", "Huwa veru li kien hemm mument meta l-amministrazzjoni ta' l-MCAST kienet qed tara kif tista' toffri dan il-kors anke lil min ma kienx student ta' l-MCAST, imma l- ġustizzja titlob - u hawn naqbel ma' l-Onor.", "Coleiro - li min kien diġa` student ta' l-MCAST kellu jingħata preferenza.", "Irridu nifhmu wkoll li meta ngħidu li baqa' 600 barra mill-MCAST, wieħed irid jara kif jevolvu l- affarijiet għaliex mill-mument ta' meta jkun hemm l-applikazzjonijiet sal- mument ta' meta dawn jiġu pproċessati u mbagħad ngħaddu għall-fażi ta' l- implimentazzjoni u l-istudenti jibdew jidħlu, ikun hemm ħafna taqlib.", "Per eżempju, ġieli jkollok lil min japplika biex jidħol l-MCAST u biex jidħol il-junior college u mbagħad jirrifjuta li jidħol l-MCAST u jmur il- junior college jew il-Giovanni Curmi higher secondary school.", "Ikollok ukoll oħrajn li japplikaw għal korsijiet li m'humiex kwalifikati biex jidħlu għalihom u allura l-fatti huma li mhux 600 baqgħu barra mill-MCAST imma madwar 280.", "Ir-raġuni għaliex dawn baqgħu barra hija għaliex jew m'humiex eliġibbli minħabba li m'humiex fully qualified jew inkella hemm ukoll ċirkostanzi, speċjalment fil-foundation courses, li ma jkunx hemm ir- riżorsi meħtieġa ta' spazju u ta' għalliema biex dan isir.", "Sar ukoll kumment fuq Għawdex, u rrid ngħid li Għawdex mhux biss m'huwiex passiv fil-kwestjoni tar-ristrutturar u fil-kwestjoni li għandha x'taqsam man-nies li qed ifittxu x-xogħol imma talli nafu li qed issir ħidma biex Għawdex ikun jista' jibbenefika b'mod partikolari - u hekk hu l-ftehim - minn diversi programmi ta' għajnuna, kemm tal-gvern nazzjonali kif ukoll ta' l-Unjoni Ewropea.", "Hemm ukoll pjan ta' azzjoni li qed issir ħidma fuqu fejn fih huma involuti l-ETC, l-istitut għall-istudji turistiċi, l-MCAST, il-Gozo university centre u istituzzjonijiet oħrajn biex nassiguraw li anke Għawdex ikun jista' jersaq għall-milja tiegħu.", "Sur President, diġa` tajna daqqa t'għajn biex naraw x'inhi s-sitwazzjoni mil-lat ta' statistika u żgur li fil-kors tad-dibattitu tal-budget, il-kap ta' l-oppożizzjoni, il-prim ministru u ministri oħrajn se jkollhom iċ-ċans li jkomplu jelaboraw fuq il-performance ekonomika taħt il-politika ta' dan il-gvern, pero` il-proċess ta' ristrutturar aħna m'aħniex se nwaqqfuh.", "Jekk hawn xi ħadd li jaħseb illi l-gvern jew xi gvern jista' jagħmel xi ħaġa biex iżomm kumpanniji milli jiddeċiedu li jirrilokaw f'pajjiżi oħrajn fejn il-pagi huma irħas u l-kondizzjonijiet tax-xogħol huma inqas minn tagħna, ikun qiegħed idaħħal rasu fir-ramel.", "Għalhekk ma nistgħux ma nagħtux kas, per eżempju, dak li jkun qiegħed jgħid il-gvernatur tal-bank ċentrali.", "Is-Sur Michael Bonello ġibdilna l-attenzjoni u qalilna li hawnhekk irridu noqogħdu attenti għaliex għandna bżonn inġibu l-produttivita`, il-ħiliet tan-nies u l-abbilta` ta' l-innovazzjoni flimkien u rridu nassiguraw li l- ispiża tax-xogħol tkun tiġġustifika l-investiment li jagħmel kemm min jinvesti minn fost il-Maltin kif ukoll minn fost il-barranin.", "Il-gvernatur tal-bank ċentrali qed jgħidilna li \"our unit labour costs are relatively high\" u qed jgħidilna li hemm bżonn kollaborazzjoni effettiva bejn il- partijiet kollha, suġġett li ntmess miż-żewġ naħat tal-Kamra u għamel enfasi fuqu anke l-kelliem ta' l-oppożizzjoni, l-Onor.", "Karl Chircop.", "Hemm bżonn li jsir sforz nazzjonali.", "Il-gvernatur tal-bank ċentrali qed jgħidilna li l-kompetizzjoni ikbar li se ġġib magħha s-sħubija tagħna fl-Unjoni Ewropea u li aħna rridu niffaċċjaw m'għandniex nibżgħu minnha, imma \"we should consider it to be the driving force to move ahead rapidly with the required structural reforms\".", "Il- gvernatur tal-bank ċentrali kompla jgħidilna li hemm bżonn nonfqu iktar on innovative activities and business investment, u dan insibuh rifless anke fil-budget għax għall-ewwel darba fl-istorja tal-pajjiż hemm vot ta' Lm300,000 taħt il-kunsill Malti għax-xjenza u t-teknoloġija dovut proprju għar-riċerka.", "Dan sar wara li l-kunsill ippreżenta lill-kabinett pjan nazzjonali għall-innovazzjoni.", "L-isfida li għandna quddiemna - u din l-isfida hija ikbar minn dik li nnaqsu l-qgħad - hija li rridu niksbu full employment ta' impjiegi ta' l- ogħla valur miżjud għax aħna rridu nġibu l-ikbar tkabbir ekonomiku possibbli.", "Irrid ngħid li fil-budget tal-ministeru tiegħi biss, minbarra l- budgets tal-ministeri l-oħra, hemm Lm800,000 li għandhom x'jaqsmu - u wħud minnhom għandhom x'jaqsmu sew - ma' l-għajnuna mill-Unjoni Ewropea u dan ir- restructuring se jkompli.", "Huwa kkalkolat li sa l-2005 se jirtiraw 10,600 u se nitilfu wkoll 6,000 ħaddiem ieħor b'dak li jgħidulu natural attrition, jiġifieri minħabba mwiet u ċirkostanzi oħrajn, imma mbagħad sa dak il- perijodu se jkollna 9,100 li se jispiċċaw mill-universita` u mill-MCAST.", "Irridu niftakru li 89% ta' l-employers impjegaw magħhom inqas minn ħames ħaddiema, anke għax 94% minnhom huma micro-organisations, u għalhekk jien naħseb li d-diskors li għamel l-Onor.", "Karl Chircop dwar il-fatt li issa l- ETC trid tagħmel analisi kritika dwar il-mod kif wettqet ir-rwol tagħha, dwar il-mod kif wettqet il-missjoni tagħha u dwar il-qafas legali li jappoġġjaha kien f'waqtu.", "Jien naqbel ma' l-Onor.", "Chircop li dik hija l- linja li aħna rridu nsegwu, li rridu nagħmlu din l-evalwazzjoni u din l- analisi kritika biex flimkien niddeċiedu fuq xiex se niffokaw.", "Se niffokaw, kif kien hawn min issuġġerixxa, fuq iktar investiment f'dak li huwa inforzar tal-liġijiet jew inkella dak irridu naraw li jibqa' isir imma fl-istess ħin ma naħlux l-enerġija kollha tal-korporazzjoni f'dan ir- rigward biex l-enerġija tal-korporazzjoni nkunu nistgħu nitfgħuha fuq kwestjonijiet oħrajn?", "Jien nieħu gost jekk inkun nista' nkompli naqsam id- dibattitu fuq dan is-suġġett ma' l-oppożizzjoni għax naħseb li huwa importanti.", "Sur President, aħna għandna quddiemna aġenda nazzjonali li trid tinkwadra ruħha fl-aġenda ta' l-Unjoni Ewropea.", "Proprju llum għadu kif ippubblika r- rapport tal-kummissjoni tat-taskforce Wim Kok, rapport intitolat \"Jobs, jobs, jobs - Creating more employment in Europe\".", "Ta' min jgħid li din it- taskforce qed tavżana biex noqogħdu attenti għax qed insibu diffikulta` biex nilħqu t-targets li poġġejna f'Lisbona, fosthom it-targets ta' full employment, ta' quality and productivity of work, ta' social cohesion and inclusion, ta' entrepreneurship, ta' innovation, ta' vantaġġi lil small enterprises, ta' iktar nisa jaħdmu u ta' iktar nies u anzjani vvantaġġati.", "Fil-fatt it-target ta' iktar nisa u anzjani jaħdmu se jkun fenomenu ġdid.", "Mr Speaker, nikkonkludi dan id-diskors billi ngħid li rridu naħdmu lkoll flimkien biex nagħmlu link ma' dak ix-xogħol li diġa` għamlet l-ETC bil- għan li tpoġġi bħala bażi l-pjan nazzjonali għall-impjiegi, ħalli l- ownership ma jkunx ta' l-ETC biss imma jkun l-ownership tal-gvern kollu, ta' l-istakeholders kollha u tal-pajjiż kollu.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Il-mistoqsija hi l-Mozzjoni mressqa mill- Ministru ta' l-Edukazzjoni fis-seduta ta' dalgħodu.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MR SPEAKER: Din id-division tittieħed minn hawn u 20 minuta oħra.", "Fid-9.00 p.m. il-Kamra ġiet sospiża u rriżumiet 20 minuta wara.", "MR SPEAKER: Se nerġa` inpoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi l-Mozzjoni mressqa mill-Ministru ta' l-Edukazzjoni fis-seduta ta' dalgħodu.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Mr Speaker, ninforma lill-Kamra li għan-naħa tal- gvern qegħdin jiġu paired:", "L-Onor Jason Azzopardi; L-Onor Josef Bonnici; l-Onor Tonio Borg; L-Onor Dolores Cristina; L-Onor John Dalli; L-Onor George Pullicino; u L-Onor Edwin Vassallo.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, għan-naħa ta' l-oppożizzjoni qegħdin jiġu paired:", "L-Onor John Attard Montalto; L-Onor Evarist Bartolo; L-Onor Joseph Brincat; L-Onor Leo Brincat; L-Onor Helena Dalli; L-Onor Joe Debono Grech; u L-Onor Karmenu Vella.", "VOTAZZJONI NRU.", "11", "FAVUR : 27", "L-Onor.", "|Abela Anthony |Galea Censu | |Agius David |Galea Louis | |Agius Francis |Galea Mario | |Arrigo Robert |Gatt Austin | |Azzopardi |Gonzi Lawrence | |Frederick | | |Borg Joe |Gonzi Michael | |D'Amato Helen |Mifsud Bonnici | | |Antoine | |de Marco Mario |Mifsud Bonnici | | |Carmelo | |Debono Giovanna |Mugliett Jesmond| |Deguara Louis |Puli Clyde | |Falzon Joseph |Pullicino | | |Orlando Jeffrey | |Fenech Antonio |Zammit Ninu | |Fenech Adami |Zammit Dimech | |Eddie |Francis | |Frendo Michael | |", "KONTRA : 23", "L-Onor.", "|Abela Carmelo |Farrugia Noel | |Abela Joseph |Gulia Gavin | |Agius Chris |Herrera Jose' | |Buhagiar Charles |Mangion Charles | |Buontempo Stefan |Mizzi Joe | |Cardona Chris |Parnis Silvio | |Caruana Justyne |Refalo Anton | |Chircop Karl |Sammut Joseph | |Coleiro Marie |Sant Alfred | |Louise | | |Cuschieri Joseph |Vassallo Adrian | |Farrugia Angelo |Vella George | |Farrugia Michael | |", "Il-Mozzjoni għaddiet u l-Estimi ta' Nfiq tal-Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ għall-perijodu mill-1 ta' Ottubru, 2003 sat-30 ta' Settembru, 2004 ġew approvati.", "MR SPEAKER: Nitlob lill-Viċi Prim Ministru biex, jekk jogħġbu, iressaq l- Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it- Tnejn, 1 ta' Diċembru 2003, fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:-", "Mozzjonijiet", "Mozzjoni biex il-Kamra tmur f'Kumitat ta' Provvista għall-konsiderazzjoni ta' l-Estimi Ġenerali ta' Spiża għas-sena 2004 (L-Ewwel Jum Imħolli kollu għall-Oppożizzjoni).", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Sur President, il-bieraħ l-Onor.", "Frendo tkellem fuq l- importanza tar-rappreżentanza tagħna fil-Parlament Ewropew.", "Naħseb ikun tajjeb li nkomplu ninsistu fuq r-rappreżentanza tagħna mhux biss fi ħdan il- Parlament Ewropew imma anke fi ħdan id-diversi kumitati u laqgħat li jkun hemm.", "Il-kontribut li r-rappreżentanti Maltin jagħtu f'dawn l- istituzzjonijiet mhux se jibdew jagħtuh minn meta nissieħbu fl-1 ta' Mejju li ġej imma diġa` bdew jagħtuh minn issa.", "Importanti li l-poplu jibqa' jiftakar fid-diskors ta' Rev. Prof. Peter Serracino Inglott - kien l-ewwel rappreżentant Malti li tkellem bil-Malti f'sede ta' l-Unjoni Ewropea – li wassal għall-ewwel darba l-vuċi Maltija fuq dak li qed jiġri madwarna u anke fil-kuntest ta' l-Unjoni, li se tkun qed tikkomprendi 500 miljun persuna b'kulturi differenti imma magħqudin b'motiv ekonomiku wieħed.", "Jien ċert li għandna nibqgħu naħdmu fuq il- Kostituzzjoni Ewropea u għandna nagħtu l-kontribut tagħna.", "Issa jekk naqblux li jkun hemm żewġ presidenti flimkien, jekk il-presidenza tibqax għal sitt xhur, jekk naqblux li kull pajjiż ikollu kummissarju, jekk il-vot għandux ikun b'maġġoranza jew b'unanimita` u affarijiet oħra, aħna qegħdin nieħdu sehem f'dan kkollu minkejja li sal-lum m'għandniex dritt għall-vot.", "Fil-kuntest tal-ministeru li jiena nifforma parti minnu, s'issa attendejt għal laqgħat li saru kemm taħt il-presidenza Griega u kemm taħt il- presidenza Taljana u pparteċipajt f'laqgħat tal-kunsill tal-ministri, kemm taħt l-umbrella ta' l-ECOFIN kif ukoll tal-kompetittivita`.", "Hemmhekk stajt nara kif taħdem il-politika ta' l-Ewropa, kif qegħdin iħarsu lejn market system ġdida, kif qegħdin jippruvaw joħolqu a level playing field għall- macro industry għal kull pajjiż u għas-soċjetajiet u koperativi.", "Kull meta kien hemm il-bżonn li l-ministri tagħna jgħidu tagħhom, kulħadd waqaf u sema` dak li kellna xi ngħidu għax issa għandna d-dritt nitkellmu u mhux sempliċement niġu ttollerati nitkellmu.", "F'dan il-kuntest, importanti ħafna li naraw li n-nies li neleġġu fil- Parlament Ewropew ikunu nies li tassew jixirqilhom li jirrappreżentaw lil pajjiżna.", "Il-Partit Laburista diġa` ddeċieda l-erba' kandidati tiegħu li minnhom irid itella' tnejn u jekk tibqa' l-għażla tal-poplu favur min wera determinazzjoni li jmur fl-Ewropa, aħna sejrin intellgħu tlieta.", "Nixtiequ li jkun hemm iżjed rappreżentanza tal-poplu Malti pero`, ikunu kemm ikunu r- rappreżentanti tal-poplu Malti, l-importanti hu li aħna nkunu hemm.", "Inkunu hemm biex insemmgħu leħinna, inkunu hemm biex nipparteċipaw u biex niddeċiedu.", "Nistgħu naraw x'vantaġġi hemm meta nipparteċipaw fil-Parlament Ewropew u fid-diversi kumitati tiegħu.", "Ġimgħatejn ilu attendejt għal-laqgħa tal-European Investment Bank għas- settur tal-Mediterran, fejn kien hemm rappreżentanza mhux biss tal-pajjiżi li se jissieħbu magħna fl-Unjoni Ewropea imma anke kien hemm rappreżentanti minn pajjiżi Skandinavi u kien hemm ukoll rappreżentanza sostanzjali mill- pajjiżi tan-North Africa.", "Aħna qegħdin fiċ-ċentru tal-Mediterran u huwa importanti li nipparteċipaw u nagħtu l-kontribut tagħna.", "Jekk hawn pajjiż li importanti li jkun fi ħdan dawn il-laqgħat biex jagħti l-opinjoni tiegħu, dan hu pajjiżna li jħobb b'qalbu u jmiss b'idejh dak li jiġri fil- pajjiżi li jmissu ma' dan il-baħar.", "Naraw li mhux biss iltaqgħu l-imħuħ sabiex jaraw iċ-ċifri, pero` dik l-okkażjoni serviet ta' forum fejn tkellimna fuq l-esiġenzi tal-kulturi u waqt laqgħat informali, esprimejna ħafna affarijiet differenti ta' interess u importanza komuni għalina.", "L- Ewropa hija ta' importanza vitali għalina, iktar u iktar meta għandna ekonomija żgħira u nsulari u għandna bżonn inżommu għajnejna miftuħin lejn naħa u lejn oħra biex niġbru u ndaħħlu fi ħdanha x-xogħol li aħna kapaċi għalih.", "F'dan il-kuntest, mhux ta' b'xejn li dan l-aħħar kemm Moodys kif ukoll min ġie biex jara s-sistema finanzjara tagħna qal li Malta llum qiegħda tiġi meqjusa bħala pajjiż stabbli, pajjiż li jaf fejn sejjer, pajjiż li jaf eżatt x'hemm lest għalih u safejn irid jasal.", "Allura r-rappreżentanti tal- poplu Malti fil-Parlament Ewropew għandu jkollhom viżjoni ta' x'għandu bżonn pajjiżna mill-Unjoni Ewropea u ta' dak li nistgħu niksbu, mhux billi nittalbu imma bi dritt sabiex nimxu 'l quddiem u nilħqu l-livelli ta' pajjiżi li ilhom igawdu minn din l-għajnuna, programmi u support li tagħti l-Unjoni.", "Dan jiġri aktar faċilment jekk ir-rappreżentanti tagħna fil- Parlament Ewropew ikunu magħqudin għax jekk inkunu ħamsa niġġieldu fuq xi ħaġa, dejjem aktar inkwiet għalihom milli kieku nkunu tnejn jew tlieta.", "Qed ngħid inkwiet mhux fis-sens li naqilgħu l-ġlied imma li ssir xi ħaġa ħalli meta uliedna jħarsu lura, dawn ikunu jistgħu jgħidu li l-ewwel rappreżentanti ta' Malta fil-Parlament Ewropew taw lezzjoni ta' kif għandek tiġġieled għal pajjiżek u mhux nintilfu fuq xi pettegolezzi, bħal meta jiġi l-kap ta' l-oppożizzjoni u joqgħod jagħmlilna l-panaġierki fuq min jista' jikkontesta jew le għall-Parlament Ewropew.", "Naħseb li importanti li min jikkontesta, ikollu karattru li jfittex mhux il-limelight imma jfittex politika serja li tgħin tassew lil pajjiżna.", "Jien ngħid li mhux importanti l-preżenza fiżika as such ta' min se jirrappreżentana, imma aktar importanti l-messaġġ li dawn iridu jwasslu minkejja ċ-ċokon ta' pajjiżna, messaġġ li jrid iwassal dak il-Malti li se jkun fi ħdan il-Kummissjoni Ewropea, messaġġ li rridu nwasslu aħna fid- diversi kumitati li se nkunu qegħdin nattendu għalihom, il-messaġġ li forsi anke xi darba jrid iwassal dak il-Malti li jkun chairman ta' wieħed minn dawn il-kumitati, il-messaġġ li rridu nwasslu aħna billi nippreparaw il-viżjoni tagħna għall-futur fl-Ewropa, messaġġ li rridu nwasslu billi naraw li jekk hemm fondi li nistgħu nużaw għall-ġid ta' Malta, inġibuhom għall-ġid tal-Maltin kollha.", "Din hija s-serjeta` li rridu nuru u nispera li anke f'kuntest lokali, Sur President, ninsew li fil-bidu ta' l-ewwel nifs ngħidu għax issa l-poplu ddeċieda hekk u allura se mmorru għall-Unjoni Ewropea u fit-tieni biċċa ta' l-istess nifs nerġgħu nisimgħu lill-istess persuna tgħidlek li l-partnership kien ikun aħjar.", "Issa dħalna fil-familja u aħna llum kollha tfal ta' l-istess familja u mhux aktar partners.", "Partner mal-barranin, imma x'ħin insir parti minn familja nkun qiegħed ma' ħuti fil-familja u mhux aktar partner.", "Pero' il- partnership tafu x'jgħidu( Il-partnership fl-ajru!", "Pero` issa se nkunu parti minn familja taħt saqaf wieħed, biex flimkien nagħtu dik l-ispinta ta' l-isfog li se jkun hemm bżonn u allura min jippretendi li huwa alternattiva għall-gvern tal-lum, alternattiva għall-mexxej tal-lum, alternattiva li tirrappreżenta lil dan il-pajjiż, allura għandu piż ikbar f'moħħu biex jara li n-nies li juża jkunu nies denji u ppreparati sew mhux għal sfida lokali imma għall-isfida Ewropea, dik l-isfida li għandna bżonn inpoġġu rasna mal-ħajt - jekk hemm bżonn insabbtu rasna ma' ħajt u nsabtu rasna ma' xulxin - u naffrontawha flimkien u bl-istess politika u b'opinjoni waħda.", "Iva, Sur President, għandu responsabbilta` li mhux joqgħod jintilef fuq il- persuna li trid tikkontesta.", "Issa jekk hux Guido de Marco, jekk hux Censu Abela, jekk hux Michael Cassar, hu min hu – qed insemmi ismijiet bl-amment apparti dak ta' Guido de Marco – irridu naslu biex jekk hemm bżonn hawnhekk nifformaw kumitat u naraw li n-nies li se jikkontestaw għandhom ċertu ammont ta' preparament u għandhom viżjoni komuni, imbagħad finalment niddeċiedu fuq il-persuna.", "Pero` b'rispett bejn dan il-poplu, irid l-ewwel il-partit jiddeċiedi jekk hux qiegħed verament hemm jew le.", "Nispera li dan il-messaġġ jasal għax verament nixtieq li nieħdu l-aħjar mill-Unjoni Ewropea u jekk aħna lkoll naħdmu bil-għaqal, kapaċi naslu imma jekk noqogħdu niġġieldu bejnietna, ħaddieħor jiekol u aħna nibqgħu b'xejn!", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "David Aguis.", "ONOR.", "DAVID AGIUS: Sur President, waħda mir-riformi li hemm proposti u li issa ilna nisimgħu dwarha hi r-riforma fis-servizz pubbliku.", "Jiena naħseb li r-riforma fis-servizz pubbliku proposta mill-gvern tfisser li kulħadd irid isir iktar accountable.", "Saru diversi attentati biex wieħed itejjeb is-sitwazzjoni, pero` naħseb li issa wasal iż-żmien biex ikollna diskussjoni aktar iffokata dwar x'hemm bżonn isir fis-servizz pubbliku.", "Jien diġa` tkellimt dwar li għandna naraw kif qed jaħdem l-uffiċċju ta' l- ombudsman, kif jista` jiġi msaħħaħ u jekk hemm bżonn, naraw kif verament l- ombudsman jibqa' ikun tarka ta' dawk kollha li jmorru għandu.", "L-istess, ikun tajjeb li naraw x'importanza għandha tingħata lill-uffiċċju ta' l- awditur ġenerali għax ma nistgħux nippretendu li dan l-uffiċċju jaħdem tajjeb jekk ma jkollux il-makkinarju u jekk ma jkollux in-nies meħtieġa għax-xogħol li jagħmel.", "Dan qed ngħidu fl-isfond ta' pajjiż li issa miexi lejn dħul fl-Unjoni Ewropea għax, kif nafu tajjeb, ħafna mid-deċiżjonijiet dwar jekk neħdux fondi jew le mill-Unjoni se jkun jiddependi fuq kemm is- servizz pubbliku se jkun kapaċi li f'ċertu timeframe, ilesti l-bżonnijiet kollha minnu mitluba mill-Unjoni Ewropea.", "Per eżempju, qegħdin naraw li l-gvern se jipprovdi Lm10 miljun fuq perijodu ta' erba' snin biex isiru proġetti ta' tisbiħ li jsaħħu l-attrazzjoni turistika ta' pajjiżna.", "Dan huwa tajjeb pero` rridu nifhmu wkoll li hemm ħaddiema li jridu jagħmlu dan ix-xogħol u l-ħaddiema jridu jingħataw l- għodda kollha biex pajjiżna verament ikollu t-tisbiħ neċessarju.", "Meta rajna l-public private partnership jaħdem, rajna ħaddiema tal-gvern li b'management tajjeb jafu jkunu effiċjenti - forsi qabel konna ngħidu li dawn m'humiex effiċjenti biżżejjed – u għalhekk hemm bżonn li s-servizz pubbliku jkollu management tajjeb li jista' imexxi b'effiċjenza.", "Jeħtieġ li l-poplu Malti mhux biss jara li l-affarijiet li jagħmel jagħmilhom tajjeb u li jiffunzjonaw, iżda wasal il-mument biex nagħtu dehra isbaħ lil pajjiżna u nagħtu kas tad-dettal.", "Jeħtieġ li ndaħħlu l-mentalita` li l- affarijiet jridu jkunu tajbin mill-bidu sa l-aħħar.", "Ma nistgħux nibqgħu ngħidu li dik tgħaddi u l-oħra tgħaddi imma rridu nfittxu l-eċċellenza f'kollox għaliex min jiġi u jara pajjiżna fit-totalita` tiegħu, jinnota dawn l-affarijiet bħalma aħna ninnotawhom meta mmorru barra.", "Għandna diversi affarijiet oħra li rridu naħdmu fuqhom biex id-dehra ta' pajjiżna tkun aħjar, Sur President.", "Hemm bżonn naraw li l-gvern ikompli għaddej b'ħidma qawwija fuq proġetti diġa` mibdija - it-triq bejn is-Salina u t-Telgħa ta' Alla u Ommu, it-triq ta' Birguma u l-Iklin, it-toroq li jagħtu għall-isptar Mater Dei, it-triq ta' taħt l-Imtarfa, Triq il-Ħtajriet bejn il-Mosta u n-Naxxar - u ovvjament fl-istess ħin għandna bżonn naħdmu wara li għal dawn it-tliet snin li ġejjin, se jkollna Lm26 miljun ġejjin mill-Unjoni Ewropea bħala parti mill- protokoll Taljan ukoll, li bihom irridu naraw, per eżempju, li jsiru toroq bħat-triq li minn Ħaż-Żebbuġ tagħti għas-Siġġiewi, it-triq li minn Ħaż- Żebbuġ tagħti għar-Rabat, it-triq li minn Wied Qlejgħa tagħti għal taħt ir- Rabat, it-triq li minn Ħaż-Żabbar tagħti għal Wied il-Għajn u l-bypass ta' San Pawl il-Baħar.", "Ovvjament, dan kollu għandu jsir biex pajjiżna jkollu dejjem dehra aħjar, pero` rridu wkoll li t-toroq li jitlestew u dawk li jinbdew, minn barra li jkunu mibnija fuq bażi soda kif qed isir illum, għandhom jiġu attrezzati b'sinjali moderni, tabelli ċari, flimkien ma' żebgħa fl-art li tiggwida s- sewwieq u dan mhux biss għalina l-Maltin, imma anke għat-turisti li ma jkunux familjari mat-toroq tagħna.", "Iva, hemm bżonn id-dettal u l- eċċellenza anke fit-toroq, Sur President.", "Hemm bżonn li kull wieħed u waħda minna nieħdu ħsieb li dak li jsir mill-gvern, nibżgħu għalih u hemm bżonn indaħħlu fil-mentalita` tagħna, il-kultura tal-maintenance.", "Ma jistax ikun li nagħmlu diversi affarijiet, imbagħad il-maintenance tagħhom ma jsirx tajjeb.", "Għandna bżonn nieħdu ħsieb affarijiet oħra biex id-dehra ta' pajjiżna tkun aħjar bħall-iżvilupp ta' parks u ġonna pubbliċi li fihom il-familji Maltin ikunu jistgħu jqattgħu l-ħin liberu tagħhom.", "Il-gvern għaddej ukoll bi proġetti bħall-ħajt ta' Buġibba, bħall-promenade tax-Xemxija u bħar- riġenerazzjoni ta' Paceville.", "Dawn għandhom jitkomplew u fl-opinjoni tiegħi għandhom jitlestew kemm jista' ikun malajr biex jitgawdew kemm mill-Maltin kif ukoll mit-turisti.", "Min-naħa l-oħra, għandna zoni f'pajjiżna li rridu nieħdu ħsiebhom bħal Għar Lapsi, Wied Iż-Żurrieq, irdumiet spettakolari bħalma huma dawk ta' Ħad-Dingli u l-Imtaħleb, Marsaxlokk, il-Qajjenza kif ukoll il-bajja tal-Mellieħa.", "Irridu nieħdu ħsieb il-qalba ta' l-ibliet u l- irħula tagħna għax dawn ukoll huma parti minn dak li jagħmel id-dehra ta' pajjiżna aħjar u fix-xhur li ġejjin, il-gvern għandu jikkonċentra wkoll fuq proġetti li permezz tagħhom jirrestawra u jirriġenera l-pjazez fil- qalba tal-bliet u rħula biex jerġa' jagħtihom dik id-dehra tipika li forsi ntilfet f'xi nħawi.", "Irridu wkoll nieħdu ħsieb l-ambjent tagħna għalina, għal uliedna u għat-turisti.", "L-ambjent, kemm l-arja li nieħdu nifs minnha, kemm l-ilma li nixorbu, kemm il-baħar li ngħumu fih u dak kollu li hu madwarna, għandu jibqa' fuq nett bl-aġenda tal-poplu Maltin.", "Kulħadd irid jifhem li l-ambjent li ngħixu fih jiddetermina l-kwalita` u t-tul ta' ħajja li ngħixu.", "L-ikel li nieklu, in- nifs li nibilgħu flimkien ma' bosta affarijiet oħra huma essenzjali għal ħajja ta' kull wieħed u waħda minna.", "M'għandi l-ebda dubbju wkoll li dan jiġi mill-edukazzjoni li tingħata f'kull livell tas-soċjeta` Maltija.", "Hemm bżonn li fl-edukazzjoni, kif diġa` qed isir u hemm bżonn li jkompli jsir, nifhmu li nrawmu kuxjenza favur l-ambjent u dan biex kulħadd iħoss id-dmir li biex l-ambjent ta' madwarna jkun ta' livell għoli, jeħtieġ li kulħadd jagħti sehmu.", "Matul din il-ġimgħa qed naraw diversi żgħażagħ jieħdu d- degree u dan hu ċertament tajjeb, pero` huwa wkoll importanti li dawn iż- żgħażagħ imexxu 'l quddiem l-idea li aħna rridu nieħdu ħsiebu l-ambjent tagħna.", "Jekk għadek kif iggradwajt bħala manager, trid tagħti sehmek biex meta tmur fil-post tax-xogħol tiegħek, tara li dak li tagħmel tagħmlu biex ikollna kwalita` ta' ħajja aħjar.", "L-istess jgħodd għal min laħaq inġinier jew avukat jew kull ħaġa oħra, kulħadd għandu r-responsabbilta` li jagħti sehmu sabiex l-ambjent tagħna jkun aħjar.", "Hemm bżonn ukoll tad-dixxiplina.", "Veru li f'pajjiżna għandna l-MEPA, pero` hemm bżonn li din tħaffef il-proċess tagħha kemm fuq livell burokratiku kif ukoll fuq bażi ta' żmien.", "Hemm bżonn li din tkompli timxi b'mod rigoruż fuq il-ħarsien ta' l-ambjent.", "F'dan il- kuntest għandna bżonn naraw jekk wasalx iż-żmien li nintroduċu l-wardens ambjentali li b'mod serju - mhux biss iservu bħala detterent - ikunu edukaturi tar-regoli ambjentali ta' pajjiżna.", "Sur President, aħna li ngħixu f'dan il-pajjiż rridu naraw li jkollna dejjem pajjiż aħjar, pajjiż li nieħdu pjaċir ngħixu fih, pajjiż li min jiġi fih jieħu pjaċir jara li għandu arja nadifa, pero` irridu nagħtu inċentivi biex dan isir u jeħtieġ li nkomplu għaddejjin bl-isforzi diġa` mibdija flimkien mat-tnedija ta' sforzi ġodda li permezz tagħhom tkompli titnaddaf l-arja ta' mardwarna.", "Jiena nemmen li l-gvern għandu jkompli jinċentiva l-użu ta' l-enerġija solari kif ukoll l-użu ta' karozzi u mezzi ta' trasport oħrajn li jaħdmu bl-elettriku u għalhekk jirrispettaw l-ambjent.", "Ovvjament, kollox ifisser flus pero` dawn huma affarijiet li jekk iridu nħarsu lejn il-futur ta' pajjiżna, irridu nitkellmu dwarhom, irridu ndaħħlu din il-kultura biex ma nħossuhiex bi tqila li ndaħħlu idejna fil-but u noħorġu l-flus għal dawn it-tip ta' affarijiet.", "Veru li ġew numru ta' karozzi tal-linja ġodda, pero` hemm bżonn li tiġi żviluppata s-sistema tat- trasport pubbliku sabiex tkun realment effiċjenti u effettiva biex permezz tagħha, il-pubbliku jinqeda aħjar milli jinqeda b'karozza privata.", "Jiena ma għandi l-ebda dubbju li kemm l-awtorita` kif ukoll il-ministeru konċernat qegħdin jaħdmu bil-għaqal biex dan l-aspett jitwetteq ukoll.", "Ovvjament irridu naħdmu lkoll flimkien biex naraw li anke dawk li bħalissa jkunu qegħdin igawdu l-passatemp tagħhom bħall-kaċċa u l-insib, ikunu huma li jkabbru l-ispeċi ta' l-għasafar sabiex ikunu jistgħu jikkaċċjaw fuqhom.", "Jiena naħseb li din hi xi ħaġa li jekk nirrispettaw in-natura, l-istess kaċċaturi u nassaba għandhom igawdu minnha.", "Fl-istess ħin irridu nżommu għajnejna miftuħin fuq ir-regolamenti ħalli kulħadd ikun jista' igawdi mill- ġid ambjentali li hawn f'dan il-pajjiż.", "Hemm bżonn li nieħdu ħsieb lil dawk li jieħdu ħsieb l-ambjent fix-xogħol tagħhom u qed nirriferi għall-bdiewa.", "Fl-opinjoni tiegħi, il-bdiewa huma l-iżjed nies li jgħinu l-ambjent u l- pajsaġġ Malti u Għawdxi u għalhekk jiena nemmen li hu xieraq li l-gvern ikompli jagħtihom l-għajnuna kollha possibbli biex ikomplu l-ħidma tagħhom li jieħdu ħsieb l-uċuħ tar-raba u l-ħitan tas-sejjiegħ.", "Sur President, jiena nagħlaq billi ngħid li dak li niżirgħu llum ingawduh għada u jgawduh uliedna u dawk li jiġu warajna.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Kamra hi aġġornata għal nhar it-Tnejn, 1 ta' Diċembru 2003 fis-6.00 pm bl-aġenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fid-9.50 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "TARXIEN - TERMINAL BENEFIT", "3060.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jara jekk anzjan li d- dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, għandux dritt għat-terminal benefit?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jiċċara għal liema terminal benefit qed jirriferi li jista' ikollu dritt għalih il-pensjonant indikat.", "RAĦAL ĠDID - TERMINAL BENEFIT", "3061.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jara jekk anzjan li d- dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, għandux dritt jieħu terminal benefit?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jiċċara għal liema terminal benefit qed jirriferi.", "INTEGRATED ADMINISTRATION & CONTROL SYSTEM", "3065.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess biex jitwettqu l- impenji meqjusa bħala urġenti fil-konklużjonijiet tal-comprehensive monitoring report on Malta's preparations for membership, u cioe' \"the implementation of integrated administration and control system, external trade mechanisms and transmissible spongiform encephalopathies and animal waste treatment\"?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Rigward l-IACS, sar progress kbir f'dik li hija reġistrazzjoni tal-bdiewa u l-biċċa l-kbira tagħhom illum huma rreġistrati fis-sistema komputerizzata.", "Fir-rigward ta' external trade mechanism, qed jiġi żviluppat is-software biex l-aġenzija tal-pagamenti tkun f'pożizzjoni li tħaddem is-sistema ta' export refunds, ħruġ ta' liċenzji u tamministra l-kwoti u t-tariffi fuq prodotti ta' pajjiżi terzi.", "Min-naħa l-oħra, sar ix-xogħol kollu għall-kontroll ta' transmissible spongiform encephalopathies.", "ĦAL LUQA - SERQ MILL-KWARTIERI ĠENERALI TA' L-ARMATA", "3068.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' il-Prim Ministru jgħid x'irriżulta mill-investigazzjoni li kellha ssir dwar serq mill-kwartieri ġenerali ta' l-armata f'Ħal Luqa, fejn ġie allegat l- involviment tal-persuna li isimha qed jintbagħat separatament?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab informat li l-investigazzjonijiet dwar il- każ għadhom għaddejjin.", "AFM – \"UNDERCOVER\" FILMING", "3069.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm-il tip ta' servizz ingħata mill-forzi armati ta' Malta biex jinġibdu siltiet minn \"Undercover\" fl-aħħar ġimgħa ta' Awissu, kemm bil-mezzi ta' l-ajru kif ukoll bil-mezzi tal-baħar?", "Kemm-il siegħa nħliet, kemm tħallsu flus u jekk l-armata tħallsitx tas-servizz kollu li ngħata?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jien informat li biex inġibdu siltiet mis- sensiela Undercover intużaw żewġ helicopters tat-tip Alouette, ajruplan Islander, patrol boat u rescue boat.", "Uħud mix-xeni inġibdu waqt xogħol ta' rutina u għalhekk ma ġiex mitlub ħlas.", "Għal titjiriet oħra li saru apposta, il-forzi armati tħallsu s-somma ta' Lm1,150, waqt li għax-xeni tar-rescue boat għad iridu jibagħtu l-kont lill- kumpanija konċernata."]} {"filename": "20070116_482d_par.doc", "date": "2007-01-16", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Uffiċjali u Rivedut) L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 482 It-Tlieta, 16 ta' Jannar, 2007 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 482", "It-Tlieta, 16 ta' Jannar, 2007", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.02 p.m.", "Talba", "Seduta Nru. 482", "It-Tlieta, 16 ta' Jannar, 2007", "WERREJ", "MINUTI 44", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 44", "TQEGĦID TA' KARTI 48", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ESTIMI TA' DĦUL U NFIQ TA' L-AWTORITA' TAD-DJAR GĦAS-SENA 2006 -2007 48", "AĠĠORNAMENT 70", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 74", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 481 li saret fil-15 ta' Jannar 2007, ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "KAŻ TA' HOUSING", "22771.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Stefan Buontempo) staqsa lill- Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Fejn waslet it-talba taż- żagħżugħa Bormliża li tgħix f'post perikoluż u li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA (Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali): L- applikazzjoni tal-persuna ndikata mill-Onor.", "Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' oħrajn simili.", "ĦAL-LUQA - TRIQ ĦAL FARRUĠ", "22806.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Marie Louise Coleiro Preca) staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Meta se tiġi rranġata Triq Ħal Farruġ f'Ħal-Luqa, peress li ilha għal bosta snin imkissra u kollha ħofor?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT (Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq): Bħalissa f'Ħal Luqa qegħdin isiru numru ta' toroq u m'huwiex possibbli li jiżdiedu commitments oħrajn, pero' l-ADT qed tagħmel studju biex tara jekk fil-futur jistax isir major patching f'din it-triq partikolari.", "ĦAL-LUQA - TRIQ ĦAL FARRUĠ", "22807.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Marie Louise Coleiro Preca) staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l- Informazzjoni: Meta se tiġi mdawwla Triq Ħal Farruġ, f'Ħal Luqa, peress li qed toffri perikli serji għal kulmin jgħaddi minnha, speċjalment filgħaxija?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni): Nitlob lill-Onor Interpellant tagħmel din il-mistoqsija lill-ministru konċernat peress li dwal ġodda fit-toroq ġew devoluti lill- kunsilli Lokali.", "ĦAL-LUQA - PARKING", "22808.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Marie Louise Coleiro Preca) staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' jgħidli jekk il-MEPA ħarġietx permessi għal parking industrijali fi Triq Ħal Farruġ, f'Ħal Luqa, faċċata Triq id-Daqquqa l-Kaħla?", "Jekk iva, sar studju dwar l- impatt ambjentali li dan jista' jkollu f'din l-area u f'Wied il-Kbir f'Ħal Qormi?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO (Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent): Jekk l- Onor. Interpellant qed jirriferi għall-impjant ta' l-Express Trailers li jinstab faċċata ta' Triq id-Daqquqa l-Kaħla f'Ħal Farruġ, limiti ta' Ħal Luqa, hemmhekk hemm żewġ permessi ta' żvilupp.", "Wieħed minnhom huwa PB 4063/90/3375/89, li kien ingħata mill-PAPB, il-planning area permits board, għall-kostruzzjoni ta' boundary wall, depot għat-trailers, trailer wash, u bini anċillari u l-ieħor PA 7264/98, li kien kien inħareg mill-MEPA fit-8 ta' Novembru, 1999 għall-kostruzzjoni ta' bini li jintuża għall- vehicle roadworthiness testing.", "Il-MEPA ma talbietx studju dwar l-impatt ambjentali għax il-proposta ma kenitx ta' entità li timmerita dan l-istudju.", "Barra minn hekk, is-sit kien diġà committed għal użu industrijali bil-permess tal-PAPB.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Saret investigazzjoni b'riferenza għar-rapport li ġie mħejji mill-esperti tal-kummissjoni ta' l-Unjoni Ewropea dwar l-operat fil- biċċerija?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Dan ir-rapport ġie mitlub li jsir mill-gvern stess sabiex l-esperti jinvestigaw kif jiġu amministrati l-annimali ġewwa l- biċċerija.", "Issa qed issir ħidma sabiex il-punti li ħarġu minn dan ir- rapport u li huma elenkati fil-pjan ta' azzjoni, jiġu mplimentati.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Kif jispjega l-fatt li għadha ssir ċerta moħqrija fir- u li tul l-2004, l-2005 u l-2006 ġew miksura direttivi u regoli li aħna marbutin li nkunu konformi magħhom?", "Kif jispjega dan meta kien intqal li kollox miexi sew, inkluż li sar l-allineament kollu qabel is-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Nerġa' nirrepeti li kien il-gvern stess li talab li jsir dan ir-rapport minn esperti.", "Kulħadd jaf x'investiment sar min-naħa tal-gvern fil-biċċerija fis-snin li għaddew, imma peress li dan il-gvern għadu m'huwiex komdu u sodisfatt bil-management ġenerali li hemm, ried ikun jaf x'inhuma l-faults biex imbagħad ikollna pjan ta' azzjoni li jindirizza n-nuqqasijiet li għad hemm.", "Kif jaf l-Onor.", "Interpellant, il-kwestjoni kollha m'hijiex biss ta' equipment ieħor li għad irid jiġi stallat, imma hija wkoll ta' management u tal-mod kif il-ħaddiema jkunu qegħdin jitrattaw lill-annimali li jidħlu fil-biċċerija. lllum il-biċċerija hija ta' livell ferm u ferm aħjar minn dik li kellna qabel għax dan il-gvern jemmen f'livell ogħla u ta' kwalita' - kemm għan-nies li finalment jikkunsmaw dawn l-annimali kif ukoll għall-mod kif jiġu trattati dawn l-annimali fil- biċċerija – u kien hu stess li nstiga dan ir-rapport biex ikompli jtejjeb is-sitwazzjoni.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jista' l-Ministru jgħid x'sar u kif intefqu l-flus fil- biċċerija bejn l-2004 u l-2006?", "X'inhi r-raġuni li minkejja li sar dan l- investiment kollu, il-produttur tal-majjal qed ikollu jmur jisqi lill- majjal hu stess peress li fiż-żona fejn dan jitħalla qabel ma jmur għall- proċess tiegħu lanqas hemm spazju fejn dan l-istess annimal imur jixrob?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Sur President, il-mistoqsija oriġinali kienet dwar permessi tal-MEPA u allura l-Onor.", "Interpellant irid jifhem li quddiemi m'għandix l-informazzjoni dwar l-investiment u t-titjib li sar fil- biċċerija matul dawn l-aħħar tliet snin.", "Jekk l-Onor.", "Interpellant jogħġbu jagħmilli mistoqsija bil-miktub, ma nsib l-ebda diffikulta' li nerġa' nispjega fid-dettall l-investimenti kollha li għamel dan il-gvern, b'riżultat tad-deċiżjoni li ħa l-poplu Malti meta wera l-fiduċja tiegħu biex pajjiżna seta' jsir membru ta' l-Unjoni Ewropea u ggwadanja mill-fondi tagħha.", "Kieku l-poplu Malti sema' minn dak kollu li l-Onor.", "Farrugia qal li se jiġri jekk pajjiżna jidħol fl-Unjoni Ewropea, ħafna mill-investiment li għamilna fil-biċċerija ma kienx ikun possibbli li nagħmluh jew konna nagħmluh fuq perijodu ferm itwal.", "Jiġifieri s-soluzzjoni kienet tkun li jew inħallu l-biċċerija kif inhi jew inkella kien ikollna nintaxxaw lill- poplu Malti ħafna iktar biex inkunu f'pożizzjoni li nagħmlu l-investiment li għamilna matul l-aħħar tliet snin.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Allura l-Ministru ma jinsabx preokkupat li bejn l- 2004 u l-2006 ħalla dik il-kefrija kollha ssir fuq l-annimali li daħlu fil- biċċerija meta hu stess ftaħar li d-drittijiet ta' dawn l-annimali kienu qed jiġu salvagwardjati?", "Ma jħossx li hija etika li ssir investigazzjoni interna bir-reqqa minflok issir investigazzjoni fl-arja, kif fl-opinjoni tiegħi qed issir, sabiex naraw kif rriżultaw ċerti sitwazzjonijiet minflok joqgħod jirriferi għal dak li għedt jien qabel ma pajjiżna ssieħeb fl- Unjoni Ewropea?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Kieku dak li qed jgħid l-Onor.", "Interpellant huwa minnu u cioe' li din in-naħa tal-Kamra ma preokkupatx ruħha dwar il- biċċerija, kieku ma kienx ikun dan il-gvern stess li kkummissjona rapport biex jinvestiga l-istat tal-biċċerija u l-andament ta' l-annimali.", "Kif diġa' spjegajt, dan il-gvern talab li jsir rapport, li fih innifsu huwa investigazzjoni, u ma waqafx hemm, talab li jsir pjan ta' azzjoni li issa qed jiġi mplimentat sabiex inkunu nistgħu ntejbu dak li diġa' għamilna ħalli l-biċċerija tkun f'livell aħjar.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jista' l-Ministru jispeċifika meta se jkun lest dan il-pjan ta' rijabilitazzjoni biex jiġi rimedjat in-nuqqas ta' drittijiet tal-ħarsien ta' l-annimali fil-biċċerija u jgħid ukoll min hu responsabbli għalih?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: M'għandix din l-informazzjoni quddiemi, għaldaqstant jekk l-Onor.", "Interpellant jagħmilli mistoqsija bil-miktub inkun f'pożizzjoni li ngħaddihielu.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jiġifieri l-Ministru, fuq issue nazzjonali bħal din u fuq issue li biha ħammar wiċċ pajjiżna, ma jafx x'inhu t-timeframe li awtorizza hu stess biex id-drittijiet u l-animal welfare jkunu tabilħaqq sostnuti kif titlob iċ-ċivilta' umana?", "Għandi nifhem li bħala l-bniedem responsabbli politikament, il-Ministru ma jafx meta se jlesti l-pjan tiegħu biex pajjiżna jkun konformi mar-regoli ta' l-Unjoni Ewropea meta hu stess naqas li jkun konformi magħhom bejn l-2004 u l-2006?", "Din tal-mistħija, Sur President!", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Sur President, hemm diversi passi li jridu jsiru f'dan il-pjan ta' azzjoni u hemm timetable għal kull parti minnhom.", "Jien nieħu gost li f'dan il-parlament, meta fuq din in-naħa tal-Kamra jkun hawn il-partit Nazzjonalista, l-aġenda nazzjonali jirnexxielha wkoll ittella' fuq quddiem id-drittijiet ta' l-annimali, għax meta fuq din in-naħa tal- Kamra jkun hawn ħaddieħor, fuq l-aġenda nazzjonali l-aktar li jkun hemm drittijiet tal-bniedem.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Kien hemm xi progress fil-laqgħat li l-Ministru kellu mal-koperattiva ta' min irabbi l-majjal fir-rigward ta' l-azzjoni li din qed tissottolinea li ma tniżżilx l-annimali tagħha fil-biċċerija għal raġunijiet li għandi nifhem li ġew komunikati miegħu l-ġimgħa li għaddiet?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Iva, illum kelli laqgħa oħra mal-koperattiva ta' min irabbi l-majjali u miegħi kien hemm is-Segretarju Parlamentari Francis Agius kif ukoll l-uffiċjali rilevanti min-naħa tal-ministeru.", "Id- diskussjoni kienet b'mod ġenerali waħda pożittiva u ġejna nformati mill- president tal-koperattiva li l-qatla se tkompli għada.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Ġie mwiegħda li l-problemi se jiġu rimedjati fi żmien tliet ġimgħat.", "Dawn ġew rimedjati jew se jiġu rimedjati l-ġimgħa d-dieħla?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Hemm affarijiet li ġew solvuti u hemm oħrajn li għad iridu jiġu solvuti, anke għaliex tlabna lill-koperattiva ta' min irabbi l-majjali sabiex tagħtina programm sħiħ, possibilment sa l-aħħar ta' Marzu ta' din is-sena, ħalli wara li naraw dan il-programm, inkunu f'pożizzjoni li naraw kif se niffinanzjaw mill-fondi ta' l-SMPPMA, jiġifieri dawk li ġibna mill-Unjoni Ewropea, ħalli nkunu nistgħu nagħmlu r- ristrutturar meħtieġ fis-settur tal-majjali.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jista' l-Ministru jinformani mqar dwar deċiżjoni waħda li ġiet solvuta fil-laqgħa li kellu llum?", "Jista' jgħidli wkoll jekk ikkomunikax mal-koperattiva dwar il-pjan li l-gvern ħejja - permezz ta' l- approvazzjoni tal-Kabinett - biex isiru ċerti bidliet f'din l-industrija, liema pjan ġie nformat verbalment mill-ministru stess f'laqgħa li kellu fis- 7 ta' Deċembru peress li sal-lum il-koperattiva għad m'għandhiex uffiċjalment dan il-pjan?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Bir-rispett kollu, l-informazzjoni li għandu l- Onor. Interpellant m'hijiex korretta.", "Il-gvern ma approvax pjan.", "Il- gvern, b'deċiżjoni tal-Kabinett, talab lill-koperattiva sabiex tgħaddilu programm ta' ristrutturar għall-qasam ta' l-industrija tal-majjal.", "Huwa dak li l-gvern ikkomunika fil-laqgħa li kelli jiena fis-7 ta' Deċembru mal- koperattiva tal-majjali.", "Irrid ngħid li kien hemm ukoll korrispondenza bil- miktub mal-koperattiva, fejn spjegajna dak li kont diġa' għedt f'din il- laqgħa, li l-gvern qabel fuq il-parametri ġenerali ta' fejn irridu mmorru, imma għax aħna ma naħsbux li għandu jkollna sitwazzjoni fejn niddettaw il- programm, tlabna lill-koperattiva biex jekk hi trid, tqabbad il-konsulenti tagħha sabiex jassistuha biex tifformola dan il-programm u wegħedna wkoll illi l-konsulenzi kollha li huma jqabbdu sabiex ikunu jistgħu jfasslu dan il-programm, effettivament se jitħallsu mill-gvern.", "Fost affarijiet oħra kelli l-opportunita' li nispjega lill-uffiċjali tal- KIM dwar issue li kienet qamet - aktar mill-WSC milli min-naħa tal-MEPA għax finalment għandha jaslu l-flus - dwar meta wieħed jiġi biex jirranġa jew ikabbar ir-razzett tal-majjali, fejn konna qegħdin insaqsu lir-raħħal biex iħallas l-infrastructure service contribution mill-ġdid.", "Din il- problema ġiet diskussa kemm mal-WSC kif ukoll mal-MEPA u ġiet sorvolata.", "Hemm affarijiet oħra li jridu jiġu sorvolati fil-ġimgħat li ġejjin imma f'dan l-istadju l-iktar ħaġa importanti hi li aħna kkomunikajna l-qafas ta' dak li rridu ħalli qabel xejn inkunu ċerti li s-settur tal-majjali jsir aktar effiċjenti, li jonqsu l-ispejjeż għall-produtturi u jkunu jistgħu jikkompetu fuq perijodu twil f'dak li għandu x'jaqsam kemm mal-prodott għas- suq lokali u possibbilment anke għas-suq barra minn Malta.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jista' l-Ministru jinformani x'ġara mid-draft li ġie mħejji dwar dak li l-koperattiva taqbel li għandu jsir bħala binja wara l- medjazzjoni tal-Ministru Louis Galea?", "X'inhi r-raġuni li filwaqt li l-gvern tiegħu tah ir-rwol li jkun responsabbli mill-permessi tal-MEPA, f'dawn is-17-il xahar il-Ministru Pullicino minflok ħadem hands on mad-diriġenti tal-koperattiva, spiċċa ħela dan il-perijodu u ma wettaqx il-pjanijiet ta' ristrutturar kif kellu d-dmir li jagħmel?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Naħseb li l-Onor.", "Interpellant jaf tajjeb li waħda mill-problemi prinċipali li kien hemm matul l-aħħar sentejn kienet li filwaqt li l-koperattiva tal-majjali kellha pożizzjoni għar-rigward ta' x'għandu jiġri fil-qasam tal-multipliers, dawk il-persuni li kellhom l- attivita' liċenzjata ta' multipliers u ta' terminal sire unit f'pajjiżna, effettivament ma kienx hemm qbil bejniethom fuq fejn se jmorru.", "Dak li ġie mitlub l-Onor.", "Louis Galea bħala l-ministru responsabbli mill-koperattivi kien li jidħol bejn il-partijiet, jismagħhom u jirrapporta.", "Effettivament id-deċiżjoni li ħa l-Kabinett kienet ukoll frott ta' dik id-diskussjoni li saret mal-Ministru Galea u fid-dawl ta' dik id-diskussjoni u dak illi l- partijiet kienu qegħdin jipproponu, finalment il-Kabinett ħa pożizzjoni.", "Dik il-pożizzjoni ġiet ikkomunikata liż-żewġ naħat u tlabna lill- koperattiva ta' min irabbi l-majjali sabiex sa l-aħħar ta' Marzu ta' din is- sena, ikunu f'pożizizjoni li jgħaddu lill-gvern dak il-programm ġdid għas- settur tal-majjali f'pajjiżna ħalli mbagħad niddiskutu flimkien kif se niffinanzjaw ir-ristrutturar kollu tas-settur.", "Nassigurah li l-aħħar 17-il xahar ma kenux mitlufa imma kienu xhur li fihom konna impenjati bi sħiħ f'dawn id-diskussjonijiet.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jista' jgħidli jekk kienx il-Kabinett jew il-ministeru tiegħu li ta l-ordni li titħallas is-somma ta' Lm38,000 mill-fondi ta' sussidji li suppost tamministra l-koperattiva?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Jekk l-Onor.", "Interpellant jista' jkun aktar speċifiku, inkun nista' nagħtih risposta speċifika.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Ladarba l-Ministru kien on hold u jaf b'dak kollu li kien qed jiġi skrutinat, ma jafx li l-flus tal-koperattiva ntużaw biex tħallsu xi persuni mill-multiplier units?", "Jista' jgħidli min ippermetta u awtorizza li jsir dan il-ħlas, jekk hux id-dipartiment, il-ministeru jew il- Kabinett?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Jekk l-Onor.", "Interpellant jagħmilli mistoqsjia bil- miktub inkun nista' nagħtih id-dettalji kollha.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jista' l-Ministru almenu jgħid jekk ġiex approvat jew hemmx riservi dwar id-draft li sar dwar dak li qed titlob il-koperattiva u li ilu quddiemu għal aktar minn sitt xhur?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Dik il-proposta kienet mibnija fuq is-sistema piramidali illi aħna, bħala Kabinett, wara li smajna d-diskussjoni kollha li kien hemm, anke kif irrapportata mill-Ministru Louis Galea, kif irrapportata wkoll lili mill-uffiċjali tad-dipartiment, kif ukoll minn laqgħat li jiena kelli maż-żewġ naħat, effettivament id-deċiżjoni finali tal-Kabinett hi li dik is-sistema ma tagħmilx aktar sens għar-realta' ta' pajjiżna llum, u allura l-Kabinett qabel li mmorru għal sistema totalment differenti.", "Jiġifieri ġie deċiż li minn dik is-sistema piramidali li kellna fil-passat, immorru għal sistema ġdida, imma nitolbu lill- koperattiva ta' min irabbi l-majjali biex sa l-aħħar ta' Marzu ta' din is- sena, tagħtina programm ta' ristrutturar ħalli nkunu f'pożizzjoni li niffinanzjawh.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Dan ifisser li ġie deċiż pjan ġdid u qed jimponuh lill-koperattiva jew qed jgħidu lill-koperattiva biex tagħtihom il-veduti tagħha?", "Il-Ministru qal li l-Kabinett iddeċieda l-linji ta' gwida u l-pjan li jrid imexxi.", "Issa qed tgħid lill-koperattiva biex tagħtik linja hi.", "Jekk hi tathielek diġa'!", "Għamel medjazzjoni l-Ministru Louis Galea u ta d- draft bil-miktub!", "MR SPEAKER: Il-Ministru, fil-qosor jekk jogħġbu.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Nirrepeti dak li għedt, ladarba l-Onor.", "Interpellant ma fehemx bil-Malti.", "Il-Kabinett iddeċieda l-parametri ġenerali ta' fejn irridu mmorru bħala sistema u mbagħad tlabna lill-KIM sabiex tagħtina programm sħiħ ta' ristrutturar ibbażat fuq il-parametri li ddeċieda l-Kabinett ħalli nkunu f'pożizzjoni li niffinanzjaw dak ir- ristrutturar.", "Jekk l-Onor.", "Interpellant issa mhux qed jifhem, inqawwilu qalbu u ngħidlu li fil-laqgħat li kelli dalgħodu mas-settur, dan fehmuh u hemm ċans li nimxu pass 'il quddiem.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-Mistoqsijiet għadda.", "Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru Dolores Cristina.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA (Ministru għall-Familja u Solidarjeta` Soċjali): Sur President, f'isem il-Ministru għal Għawdex, inqiegħed fuq il-mejda tal- Kamra:-", "Tagħrif dwar donazzjonijiet finanzjarji mogħtija matul l-2006 mill- Ministeru għal Għawdex u mill-Uffiċċju tal-Kultura, lil NGOs, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 22968.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Jesmond Mugliett.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT(Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' pjanta tat-triq proposta bħala alternattiva għat-telgħa tax- Xemxija, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 22918; u", "f'isem il-Ministru għall-Kompetittivita` u Komunikazzjoni, inqiegħed fuq il- mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 6 ta' l-2007 – Construction Products (Amendment) Regulations, 2007;", "Avviż Legali Nru 7 ta' l-2007 – Regolamenti ta' l-2007 li jemendaw ir- Regolamenti dwar il-Liċenzi tal-Kummerċ (Emenda Nru3);", "Avviż Legali Nru 8 ta' l-2007 – Regolamenti ta' l-2007 dwar il- Kontroll ta' Ħżin ta' Qmuħ; u", "Avviż Legali Nru 9 ta' l-2007 – Textile Names (Amendment) Order, 2007.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Ngħaddu għal stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ESTIMI TA' DĦUL U NFIQ TA' L-AWTORITA' TAD-DJAR GĦAS-SENA 2006 -2007", "(Tkompli mill-15 ta' Jannar 2007)", "MR SPEAKER: Ninforma lill-Kamra li s'issa l-gvern ħa 85 minuta u l- oppożizzjoni ħadet 65 minuta.", "Għaldaqstant in-naħa tal-gvern baqgħalha 65 minuta u l-oppożizzjoni baqgħalha 85 minuta.", "L-Onor.", "Stefan Buontempo huwa in possession.", "S'issa ħa 20 minuta u għandu l-permess biex ikompli bl- intervent tiegħu.", "ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO: Sur President, il-bieraħ tkellimt fuq diversi suġġetti u ladarba għandi l-ħin għad-dispożizzjoni tiegħi xtaqt nerġa' nitkellem ftit dwar l-għoli fil-prezzijiet tal-proprjeta`.", "Dalgħodu jiena għamilt riċerka dwar il-konferenzi li ġew organizzati, ir-rapporti u s- surveys li jsiru min-national statistics office, mill-BICC, mill-GRTU, mill- partiti politiċi u għaqdiet oħra fuq il-kwestjoni tal-prezzijiet għolja tal- proprjeta` f'dan il-pajjiż.", "Il-banek jitkellmu wkoll min-naħa tagħhom, iż- żgħażagħ jilmentaw kemm qed jogħlew il-prezzijiet tal-proprjeta`, kulħadd jitkellem skond kif jintlaqat hu, imma naturalment dan ma jfissirx li kulħadd irid li l-prezzijiet jorħsu.", "Sur President, f'idejja għandi rapport ta' konferenza li saret f'Novembru ta' l-1999 imsejjaħ \"Housing affordability in Malta\".", "Niftakar li jien u xi tużżana min-nies oħra konna morna quddiem il-bieb tal-lukanda fejn saret din il-konferenza u meta kien dieħel il-ministru ta' dak iż-żmien mas- segretarju privat tiegħu, waqqafnieh biex nesprimu l-problema li għandhom in-nies biex jixtru akkomodazzjoni ħalli jkollhom saqaf fuq rashom.", "Dak iż- żmien fl-1999 ġejna insulentati, ġejna kważi mgħajra u ma tħallejtx nidħol għal din il-konferenza.", "Jien ma kontx mistieden u ħassejt li m'għandix inħallas biex nattendi għal din il-konferenza.", "Jien kont issuġġerejt li għandna nisimgħu leħen il-poplu minn xiex għaddej.", "Tgħidli: Imma mhux kulħadd jaf?", "Issa dan mhux il-bieraħ ġara, imma fl-1999.", "Dakinhar kien ħareġ dan il-ktieb li jikkonsisti fi studju xjentifiku u tekniku, imma llum x'sar minnu?", "Sur President, jekk verament irridu l-ġid lil uliedna u rridu nħarsu l- interessi tan-nazzjon tagħna, m'għandniex noħorġu r-rapporti biss.", "Ir- rapporti huma importanti wkoll, imma rridu nieħdu l-azzjoni u rridu nisimgħu lin-nies.", "Jien qrajt ħafna artikli tal-ġurnali li ttrattaw fuq il- prezzijiet tal-proprjeta` u fost dawn sibt li ftit tas-snin ilu l-Onor.", "Tonio Fenech ipponta subgħajh lejn il-banek u qal li qed ikunu wisq ħanina maż-żgħażagħ u qed isellfu ħafna.", "Tul is-snin intqalu ħafna affarijiet, imma issa wasal iż-żmien li mhux biss nitkellmu, imma li naslu biex nieħdu l-azzjoni.", "Aħna rridu li l-prezzijiet tal-proprjeta` jkomplu jitilgħu?", "Bħala ministru jien ċert li se tgħid le, imma n-negozjanti u l-banek għandhom l-interess tan-negozju u jaraw l-affarijiet b'mod differenti.", "Per eżempju l-estate agent jirraġuna li jekk jorħsu l-prezzijiet, il-5% li jdaħħal meta jbiegħ xi post ikunu inqas, jiġifieri kulħadd jitkellem mil- lenti tiegħu.", "Irrid infakkar lill-Ministru li anke l-kummissjoni għall-ġustizzja u l-paċi huma mħassba fuq din il-kwestjoni kif juri l-aħħar paragrafu tar-rapport li ħarġu.", "Tgħidli: U issa se noqogħdu nitkellmu fuq dan id-dokument ukoll?", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq ħames paġni, imma bħal dan ħarġu oħrajn u aħjar minnu wkoll.", "Irridu ngħidu li l-isqfijiet tkellmu diversi drabi fuq din il- problema u dan id-dokument huwa importanti biex inqajmu kuxjenza u nieħdu l- azzjoni.", "Il-kummissjoni qalet li tixtieq tiġbed l-attenzjoni ta' dawk li għandhom sehem politiku jew soċjali biex iqisu din il-problema bħala prijorita` assoluta billi jieħdu immedjatament passi flimkien jekk verament jemmnu fl-inklużjoni soċjali u l-għajxien sostenibbli fil-ħajja mibnija fuq is-sies tal-familja bħala kontributur ewlieni ta' soċjeta` b'saħħitha.", "Minn hawn u ftit tal-ħin ieħor il-ministru se tagħmel il-winding up tad- diskussjoni dwar dawn l-estimi u nixtieq nisma' x'inhi l-fehma mhux tagħha personali, imma tal-partit Nazzjonalista dwar din l-issue.", "Ħafna drabi l- gvern Nazzjonalista jipprova jagħti l-impressjoni li qed jipprova jgħin, imma mbagħad mill-banda l-oħra ma naħsibx li l-kummissjoni toħroġ rapport bl-amment.", "Il-ministru hija omm kif jiena missier, u hawn ħafna minna li għandna t-tfal.", "It-tfal tiegħi għadhom żgħar, imma tal-ministru qed ifittxu l-proprjeta` llum għax iridu jifformaw il-familji tagħhom.", "Din tinkwetani ħafna lili mhux għax għandi t-tfal jien, imma għax għandi interess lejn in- nazzjon.", "Jien qed insemmi rapporti, dokumenti u xi studji saru mhux biex ngħid kemm kienu tajbin u nagħtihom il-prosit, imma biex tibda tittieħed l- azzjoni biex ngħinu liċ-ċittadini tagħna.", "Il-bieraħ l-Onor.", "Anthony Abela, kif kellu kull dritt, għamel xi suġġerimenti dwar l-immigranti irregolari, imma minn persuna responsabbli bħalma hu s-segretarju parlamentari kont nippretendi li joħroġ b'xi suġġeriment għaż-żgħażagħ Maltin.", "M'iniex qed ngħid li m'għandux jitkellem fuq l-immigranti irregolari, imma fl-interess tan-nazzjon ejjew nieħdu azzjoni biex iż-żgħażagħ tagħna nagħtuhom il-fakulta` li jlaħħqu mal- prezzijiet li għandna fis-suq.", "Ejjew ngħidu l-verita`, illum il-banek li għandna huma kummerċjali, qegħdin hemm għan-negozju u ma nistgħux nipparagunawhom mal-bank tal-Lohombus li kellna qabel.", "Meta tmur il-bank qisek mort f'ħanut, irid ibigħlek il-pakkett li għandu at all costs. pero' mbagħad imn'Alla jkun il-bank, għax kieku l-bank ma jsellifx, dawn iż- żgħażagħ mhux se jkollhom dar fejn jistgħu jifformaw familja.", "Għalhekk nissuġġerixxi li l-gvern jagħmel l-ewwel pass.", "Il-prezzijiet tal-proprjeta` għolew f'dan il-pajjiż għal diversi raġunijiet, imma fosthom tajjeb insemmu t-taxxa tal-boll, il-final withholding tax, il-VAT, it-taxxi diretti u indiretti, il-MEPA, estate agents m'humiex regolarizzati, u l-kuntrattur li għadu jaħseb bħall-passat li jrid jagħmel 100% profit.", "Din m'hijiex problema tal-gvern biss imma hija problema ta' kulħadd.", "Kieku hija ħaġa sempliċi nippretendu li jsolviha l- gvern waħdu, imma jiena qed ngħid ejjew niltaqgħu l-istakeholders kollha, partiti politiċi, għaqdiet soċjali u l-banek biex niddiskutu u nagħmlu xi ħaġa.", "Dan hu li għandna nagħmlu u mhux paroli biss permezz tal-ħafna rapporti li joħorġu.", "Ħafna drabi dan il-pajjiż nagħmlu rapport, noqogħdu nitkellmu fuqu u azzjoni xejn.", "Imbagħad jekk tiċċaqalq xi ħaġa, intom toħorġu tiftaħru u aħna forsi noħorġu bi kritika.", "Mhux hekk għandhom isiru l-affarijiet.", "Sur President, jiena nissuġġerixxi li ssir konferenza verament nazzjonali dwar din il-problema ta' l-għoli tal-prezzijiet tal-proprjeta` li fiha jieħdu sehem l-istakeholders kollha, imma mhux biex nagħmlu ġurnata u nsolvu l-problema.", "Irridu nħarsu holistically lejn din il-problema.", "Jien nista' noqgħod hawn u biex nidher sabiħ u nieħu l-prosit mingħand il- kostitwenti noqgħod ngħajjar lill-Ministru.", "Hawn min jieħu gost b'dak it- tip ta' paroli, imma jien ngħid li din hija problema li qed teqred lil pajjiżna.", "Meta seba' snin ilu mort nipprotesta ġewwa Kapuċċini Street, fejn miet Ricardo Cesare l-Furjana, u tkellimt fuq l-emarġinati u fuq dawk li jgħixu bil-benefiċċji soċjali li ma kellhomx il-mezzi finanzjarji biex imorru joqogħdu band'oħra, bagħtulna l-pulizija.", "Illum il-minorities li ma jistgħux jaffordjaw dar m'humiex dawn biss, imma anke ż-żgħażagħ li bejniethom jaqilgħu Lm10,000 fis-sena.", "M'aħniex qed ngħidu li dawn huma tallaba, imma dawn iridu jgħixu wkoll.", "Ma rridux inħarsu biss lejn il- problema li jkollok saqaf fuq rasek, għax trid il-flus biex tgħix ukoll u nafu kemm qed togħla l-ħajja.", "Wara kollox kull dħul finanzjarju li jkollok meta tkun qed taħdem irid imur bilfors għad-dar?", "Trid tiekol, tilbes, taħseb għas-servizzi tas-saħħa, tippjana għal familja u jistgħu jinqalgħu xi diffikultajiet kif jistgħu jinqalgħu lil kulħadd.", "Għalhekk qed ngħid li għandna ningħaqdu biex nagħmlu konferenza nazzjonali dwar din il-problema.", "Nistgħu faċilment norganizzawha aħna imma din hija xi ħaġa nazzjonali u nixtieq li l-Ministru Cristina tieħu s-suġġeriment tiegħi.", "M'għandniex ngħidu li din hija idea tajba u npoġġuha fuq l-ixkaffa jew ngħidu li hija idea ħażina u ma nagħmlu xejn.", "Jien qgħadt inqalleb u nfittex biex inġib ir-rapporti kollha li ħarġu dwar din l-issue imma x'sar wara li saru dawn ir-rapporti kollha?", "Assolutament ma sar xejn.", "Nixtieq insemmi wkoll skema li sentejn ilu l-ministru kienet qalet li se tagħmel biex tgħin lil dawk li jitilfu x-xogħol jew ikunu f'ċirkostanzi partikolarment diffiċli ħalli dawn ma jitilfux id-djar tagħhom.", "X'sar minn din l-iskema?", "Sur President, issa ħalli nitkellem fuq ir-riġenerazzjoni urbana.", "Il-ħsieb tal-gvern f'din il-leġislatura kien li jindirizza l- problema tad-djar vojta, allura jien kont staqsejt lill-Onor.", "Gonzi x'inhi l-politika tal-gvern dwar dan.", "L-ewwel kien qalli li għad m'hemm xejn ippjanat, imbagħad qalli li m'għandux ħsieb li jixtri mingħand il-privat, u minn domanda parlamentari oħra rriżulta li fil-bidu tas-sena 2000 kienu nxtraw xi units ġebel u saqaf.", "Fejn hi t-trasparenza f'dawn l-affarijiet?", "Jien nemmen li affarijiet bħal dawn ma tistax tagħmilhom behind closed doors.", "Meta vvintajtu skema bħal din kellkom tkunu ftit trasparenti.", "Fis- sena 2000 u 2001 xtrajtu proprjeta` ġebel u saqaf fiż-Żurrieq għall-prezz ta' Lm27,000.", "Jien ma nafx kif isiru l-affarijiet f'dan il-pajjiż.", "Il-bieraħ tkellimt ukoll fuq is-slum clearance agency li ma saritx lanqas.", "Din kienet dehret f'intervista maċ-chairperson ta' l-awtorita` fuq il- \"Malta Independent\" tal-Ħadd 30 ta' Jannar tas-sena 2000.", "Jien inħobb inqalleb fil-ġurnali biex nara x'inhu jiġri.", "Per eżempju, quddiemi għandi l- ġurnal \"The Times\" li jgħid: \"Authority to buy Lm3 million worth of vacant property\", imma fis-sena 2006 ma xtrajtu xejn.", "Naħseb li jekk tkunu verament onesti tgħidu li għandna raġun.", "(Interruzzjonijiet) Minn 30,000 post vojt għamiltu żewġ konvenji!", "Ministru għandi rispett kbir lejk, imma meta tiġi hawnhekk tgħidilna li għamiltu żewġ konvenji biss żgur li ma tistax tgħid li kienet skema ta' suċċess.", "Fl-intervista maċ-chairperson li dehret fil-15 ta' Ottubru tas-sena 2005 fejn intqal \"authority to buy Lm3 million worth of vacant property\" il- ħsieb kien li tixtru 100 proprjeta` bi Lm30,000 kull waħda.", "Din l- inizjattiva kienet kompletament flop u bi trasparenza ta' xejn.", "Qed tagħmel għaġeb li għamiltu żewġ konvenji, imma dawn huma a drop in the ocean.", "Ministru, il-ħsieb tagħkom kien li tindirizzaw il-problema tal- postijiet battala, speċjalment fil-qalba tal-bliet u ta' l-irħula.", "Kulma għamiltu kien konvenju r-Raħal Ġdid ta' binja ta' għaxar appartamenti li ħadtuhom Lm26,000-il wieħed u din il-binja trid tinqala' mill-bidu sa l- aħħar.", "U hawn ninkwieta għax ma nistax nifhem għalfejn l-awtorita` tad-djar qed tidħol għal dan it-tip ta' xiri.", "Ma rridx ngħajjarkom estate agents, ma rridx inkun kattiv magħkom, imma dan x'role hu?", "Meta kont żgħir kont immur mal-papa tiegħi, Alla jaħfirlu, għax kellu programm fuq ir-rediffusion.", "Kien hemm programm jismu \"Min jixtri u min ibigħ\" u l-awtorita` tad-djar hekk qed issir, tixtri u tikri mingħand is-settur privat.", "Qisu joħlom xi ħadd u jgħid: Ejja ħa nagħmlu hekk, il-vacant properties problem nindirizzawha b'dak il-mod.", "Sur President, l-awtorita` xtrat għaxar appartamenti r-Raħal Ġdid għall- valur ta' Lm26,000 kull wieħed u jien qed nikkalkula li biex tagħmlu upgrading tagħhom għandkom bżonn mill-inqas Lm10,000 għal kull wieħed.", "Jien ma nafx x'inhu l-iskop li xtrajtu din il-binja.", "Meta għamiltlek id-domanda parlamentari qabel is-sajf dawn in-nies kienu għadhom ma applikawx għal din l-iskema, jiġifieri l-każ ġie b'ċerta urġenza.", "Fir-risposta tiegħek inti għedt li xtrajtu żewġ postijiet u, naturalment, bi trasparenza kbira poġġejt fuq il-mejda tal-Kamra l-konvenju li għamiltu ma' l-avukat Albert Camilleri.", "Eżatt kif għamiltu l-konvenju ta' dan il-post fil-Belt, poġġejtu r-ritratt tiegħu fuq il-ktejjeb tal-housing authority.", "Jien ċert li se teħduh għax dan taf xi gwadann għamiltu bih!", "Se tħallsu Lm5,000 għal mandra fil-Belt u dan il-post huwa tal-joint office u huwa fidi ta' ċens, għalhekk ħadtuh Lm5,000.", "Ejjew ma nidħkux bin-nies!", "Sur President, jiena ma nistax nifhem kif il-partit Nazzjonalista waqa' f'dan il-livell.", "Ma nistax nifhem kif partit bi storja kbira jaqa' f'dan il-livell, imma meta ddum ħafna fil-gvern tiżvijja.", "U dan il-partit bi storja kbira spiċċa laħaq il-qiegħ tal-kaldarun!", "In-nefqa biex il-gvern jixtri postijiet battala minn Lm3 miljun waqqajtuha għal Lm1 miljun.", "Jiwena ngħid j'Alla li din hija l-aħħar darba li intom se tkunu qed tippreżentaw l- estimi tal-housing authority.", "Sur President, nixtieq issa ngħid xi ħaġa dwar il-famuża shared ownership.", "Jien favur din l-iskema, imma ma naqbilx mal-mod kif taħdem u ngħid għaliex.", "Jien għamilt analiżi ta' din l-iskema tax-shared ownership u jidher biċ-ċar li ż-żgħażagħ ma jkunux jafu x'qed jiffirmaw.", "Tgħiduli: Isma', taf kemm morna tajjeb, taf kemm iriduha!", "Dażgur, jekk intom qiskom għandkom ħanut fejn l-uniku prodott li għandkom huwa shared ownership!", "Mhux bilfors tbigħu l-prodott meta s-suq huwa mifqugħ bil-prezzijiet għoljin?", "Take it or leave it, jew din jew xejn.", "Jekk intom ħriġtu 200 appartament jew unit is-sena l-oħra u applikaw 1,000, jiġifieri dawk l-1,000 qed ifittxu li jkollhom saqaf fuq rashom.", "Issa 200 minnhom joqogħdu għal dawn il-kondizzjonijiet.", "Meta tanalizza din l-iskema ssib li l-gvern qed jimponi ħafna kondizzjonijiet ebsin fuq iż-żgħażagħ li bbenefikaw Li qed jiġri huwa li intom ikollkom site, tivvalutaw li fl-open market din qed tmur Lm100,000, Lm200,000, imbagħad tibnu binja u dak li tnaqqsu tal-valur tas-site intom tagħmlu propaganda politika u tgħidu li qed tissussidjaw bi 33%.", "Ara xi prezzijiet qed jieħdu ż-żgħażagħ!", "Skond risposta għal mistoqsija parlamentari, fit-tieni sejħa għal shared ownership scheme, il-prezz kummerċjali kien ta' Lm42,762, kważi Lm43,000 ta' unit li ħafna drabi jkun ġebel u saqaf.", "Tgħidli: Mhux hekk qed imorru fis-suq?", "Apparti li ma rridx noqgħod ngħid kemm huma żgħar, għax beggars can't be choosers, imma meta tissussidjaw unit ta' Lm42,000 u tagħmluh Lm36,000, imbagħad jekk xi ħadd jinqalagħlu xi ħaġa jrid iħallas bil-qares.", "Mr. Speaker, jien inħoss li f'din l-iskema tax-shared ownership minflok qed isserrħu liż-żgħażagħ, iż-żgħażagħ qed iserrħu lill-housing authority.", "Kieku intom taħdmu bil-għaqal l-ewwelnett tridu taraw kemm hi kbira l- problema ta' żgħażagħ li qed ifittxu post alternattiv fejn jgħixu.", "Tridu taraw jekk dawn humiex kapaċi jsiru sid ta' darhom għax mhux kulħadd bilfors ikun kapaċi li jsir sid ta' daru.", "L-għajnuna fuq kirjiet assolutament waqqaftuha.", "Jekk jien ma naffordjax nixtri kif trid bilfors iġġegħelni nixtri?", "Kif ma tivvintawx xi ħaġa alternattiva għal xiri?", "Wara kollox ilkom 20 sena u kont nippretendi ħafna iktar mingħandkom.", "Issa niġi għall-famuża shared ownership mas-settur privat.", "Fil-budget speech smajna lill-prim ministru jitkellem fuqha u kien hemm ukoll paragrafu fir-rapport tal-housing authority li jgħid: \"Bħalissa qed titfassal skema biex tgħin persuni li se jakkwistaw l-ewwel residenza tagħhom mingħand il-privat.\"", "Meta għamilt domanda ġejt informat li assolutament għadu lanqas beda x-xogħol.", "Mela l-ewwel nagħmlu propaganda li issa se naħdmu mas-settur privat biex ngħinu lil dawk il-koppji żgħażagħ li jixtiequ jixtru mis-settur privat għax forsi ma nqdewx mill-housing authority, u sal-lum, meta diġa` għadda nofs Jannar, għadu ma sar xejn.", "Jiena nixtieq li l-Ministru Cristina tgħidilna kif se taħdem din l-iskema tax-shared ownership tal-privat.", "Xahrejn ilu qalet li se titħabbar iktar 'il quddiem.", "Il-prim ministru tkellem xi ftit fuqha, imma l-gvern għadu ma bediex jitkellem mal-banek dwar kif se taħdem din l-iskema.", "Jiġifieri taqbdu u titfgħu statements mingħajr ma tkunu tafu x'se jiġri.", "Tqajmu l- aspettattivi ta' kulħadd bil-propaganda permezz ta' intervista ma' dik Min ma jkunx jaf jgħid kemm qed jaħdmu iżda meta jiġi biex jieħu s-servizz fil- verita` ma jsib xejn.", "Fir-rapport tal-housing authority jingħad ukoll li se jinkoraġġixxu sidien privati biex jikru proprjeta` residenzjali lill-awtorita` tad-djar.", "L- intenzjoni ta' din l-inizjattiva hi li l-proprjeta` vojta fil-gżejjer Maltin tiġi ntegrata fis-suq u wżata bħala residenza.", "Din l-inizjattiva rrapportawha b'ċerta prominenza fuq \"The Times\" u jien tkellimt dwarha f'aġġornament.", "Intom mhux l-ewwel darba ħriġtu press release biex tikkritikaw dak li nkun għedt, allura kont nippretendi li toħorġu b'xi ħaġa dwar dan l-aġġornament.", "Naturalment il-ministru tkun rat l-aġġornament li għamilt u nippretendi li llejla titkellem dwaru wkoll.", "Għal din l-iskema kien hemm involuta binja li jien ma qgħadtx niċċekkja ta' min hi.", "Lanqas għaddieli minn moħħi li forsi jkun hemm involuti ħbieb tal- ħbieb, imma din hija binja li ma nistgħux ngħidu li hija waħda mit-30,000 li għandna battala.", "Din il-binja, skond il-permess tal-MEPA, kienet tikkonsisti f'garages at ground floor level u uffiċini fuqhom.", "X'għamlu?", "Skond il-konvenju żammew in-naħa ta' barra garages u fuq wara – u hawn nitlob lill-ministru tiċċekkja dan li qed ngħid - hemm affarijiet li ma jaqblux mal-permess.", "L-Onor.", "Pullicino mhux qiegħed fil-Kamra bħalissa, imma nixtieq ngħidlu li skond il-policy and design guidelines ta' l-2005 tal-MEPA il-minimum gross floor area ta' żewġ kmamar tas-sodda għandu jkun ta' 76 metres square.", "Issa dan il-permess ħareġ fl-2006, imma meta kejjilt il-pjanta li tqiegħdet fuq il-mejda tal-Kamra sibt li huwa 63 meters square.", "Kif jista' jkun li f'din il-binja ta' housing soċjali se jgħixu 56 ruħ?", "Jien ma nistax nifhem x'inhu l-iskop li tikru binja għal Lm17,000 fis-sena għal għaxar snin, li jiġu Lm170,000, u wara għaxar snin tagħti lura l-appartamenti lis-sid.", "X'inhu l-iskop?", "Għalfejn dan il-mismanagement?", "Mela l-ewwel neħodha għal għaxar snin, nimmaniġġjaha, u mbagħad nagħtiha lura lis-sid.", "Stajtu xtrajtu binja faċilment jekk tridu tinnegozjaw.", "X'inhu l-iskop?", "Din il- unit ta' one-bedroom flat taf kemm inkriet?", "Lm100 fix-xahar.", "Niddejjaq u nibża' ngħidu dan id-diskors.", "Kif jista' jkun tikru mis-settur privat b'Lm100 fix-xahar għal one-bedroom flat fuq wara, jiġifieri lanqas qiegħed għat-triq?", "Dawn l-affarijiet jinkwetawni.", "Jien lill-ministru nafha bħala bniedma responsabbli, imma meta nara dawn l-affarijiet nibda nistaqsi jekk tafx x'inhu jiġri fl-awtorita` tad-djar.", "Min-naħa l-oħra l-awtorita` tad-djar ikollha artijiet, per eżempju, f'Għawdex u tinnegozjahom.", "Għalhekk ikolli ngħid li l-awtorita` qed taġixxi bħala żviluppatur għax l-artijiet tagħha qed tinnegozjahom u mbagħad tixtri mingħand il-privat.", "Mela nixtru kollox bl-għoli, inbigħu liż-żgħażagħ bl-għoli, lil ħaddieħor inbigħulu bl-irħis, u l-ispiża tal- kostruzzjoni tiġina iżjed milli suppost.", "Jien ninkwieta għax dawn huma flus il-poplu u għalhekk nistenna lill-ministru tirrispondi.", "F'Novembru li għadda f'domanda parlamentari staqsejt liema huma l-inizjattivi li twaqqfu mill-awtorita` tad-djar fis-snin 2005/2006.", "Ir-risposta kienet tgħid: Nixtieq ninformak li l-awtorita` tad-djar ma waqqfet l-ebda skema jew inizjattiva matul l-2005/2006.", "Imbagħad tara li 23% ta' dawk li applikaw għall-iskemi eżistenti ma bbenefikawx minnhom.", "Dik hija rata għolja li tinkwetani wkoll.", "Sur President, irrid insemmi wkoll il-famuża amalgamazzjoni li tkellimt fuqha drabi oħra.", "Kieku nista', jiena nġib recording hawn, inpoġġi bil- qiegħda u nisimgħu l-istess diskors li għamilt jiena sena wara l-oħra fuq dan is-suġġett.", "Dejjem jgħidu li għadhom qed jaħdmu fuq l-amalgamazzjoni.", "Hawnhekk għandi l-ġurnal \"Il-Mument\" fejn irrapporta li l-Kabinett approva l-amalgamazzjoni ta' l-awtorita` tad-djar u d-dipartiment għall- akkomodazzjoni soċjali.", "Dejjem tingħad l-istess ħaġa.", "Bla dubju ta' xejn m'intomx se tkunu fil-gvern is-sena d-dieħla, imma kieku terġgħu tkunu fil- gvern nerġgħu niġu hawnhekk u nisimgħu l-istess kliem, jiġifieri li qed titkellmu mal-unions u mexjin 'il quddiem fuq l-amalgamazzjoni.", "Niġi issa għar-requisition orders li ilna nisimgħu ħafna fuqhom.", "Għalfejn din ma ktibtuhiex fuq il-Kostituzzjoni?", "Jew din se tħalluha biex tużawha arma kontra l-partit Laburista?", "Intom hekk taħdmu Ministru!", "Għalfejn ma ktibtuhiex u qed toħorġu d-derequisition orders?", "Bir-rata li għaddejjin intom se tieħdu 20 sena biex toħorġu d-derequisition orders.", "(Interruzzjonijiet) Idħak!", "Jiena mhux nidħak ikolli aptit, imma nibki meta nara dawn l-affarijiet.", "Punt ieħor li rrid insemmi hija l-famuża reviżjoni tal-liġijiet tal-kera.", "Sentejn ilu l-ministru qalet li qegħdin on track, li d-draft tal-white paper fuq il-liġi tal-kera se tersaq quddiem il-Kabinett fil-ġimgħa li ġejja.", "X'sar minnha?", "Fid-9 ta' Diċembru 2004 il-ministru kkommettiet ruħha li sa nofs Ġunju li ġej tkun ressqet għall-konsiderazzjoni ta' dan il- parlament proposti dwar il-liġijiet tal-kera.", "Din is-sena stess qalet li l- white paper li tħejjiet għad trid tiġi diskussa fil-Kabinett u l-ministeru jimxi skond id-direzzjoni li tingħata wara din id-diskussjoni.", "U għalhekk meta jien issuġġerejt li ssir konferenza nazzjonali fuq il-prezzijiet tal- proprjeta` għedtilkom biex ma tagħmlux ħmerijiet bħal dawn, għax dawn jinkwetaw lin-nies.", "Sur President, irrid ngħid ukoll li l-istallazzjoni tal-lifts hija inizjattiva tajba, imma meta tara kemm saru ssib li fl-2003 fiż-żmien ta' l- elezzjoni ġew stallati 27 lift imbagħad in-numru beda nieżel 'l isfel.", "Fis- sena 2004/2005 ġew stallati 15-il wieħed u fl-2005/2006 ġew stallati 12.", "Dejjem neżlin.", "Issa jekk din is-sena ssir l-elezzjoni forsi nerġgħu nogħlew.", "J'Alla tiġi l-elezzjoni biex il-figuri jkomplu jogħlew.", "Nixtieq nistaqsi wkoll dwar x'sar mill-famuża national housing policy.", "Fi 22 xahar, flimkien ma' l-istess esperti li hemm wara l-ministru – li naf kemm huma beżlin – il-gvern Laburista kien diġa` fassal il-politika nazzjonali ta' l-istat.", "(Interruzzjonijiet) Staqsihom ministru, qegħdin ħdejk, kollha kienu nvoluti.", "Staqsihom.", "MR SPEAKER: Indirizza lis-Sedja, jekk jogħġbok.", "ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO: U fl-aħħar ġurnata morna l-każin Malti għamilna ikla.", "M'iniex se noqgħod nipponta subgħajja lejhom wieħed wieħed, kollha kienu hemmhekk.", "Staqsihom.", "Dawn kollha nvolvejnihom għax aħna nemmnu f'kulħadd.", "Mhux naqbdu u nitfgħu n-nies 'il barra kif għamlu lili meta kont direttur tal-Lohombus.", "L-ewwel ġurnata li dħalt wara li l-partit Laburista tilef il-gvern tefgħuni 'l barra.", "Ma ġara xejn, xorta nibqgħu ngħidu li l-partit tagħna huwa ta' kulħadd.", "Staqsihom, Ministru!", "Jekk m'humiex jgħidulek il-verita`, oqgħod attenta, għax dawn in-nies se jittraduk.", "Sur President, niġi issa għall-kostruzzjoni ta' binijiet mill-awtorita` tad- djar.", "Jien għamilt domanda parlamentari fejn staqsejt kemm hemm minn dawn il-binjiet, fejn huma, kemm tiswa kull binja, fiex tikkonsisti kull binja, meta mistennija li jitlestew u min hu l-kuntrattur.", "Jirriżulta li unit plus garage ġebel u saqaf – u hawnhekk ninkwieta – li tibni l-awtorita` tad-djar tiġi tqum lill-poplu Malti u Għawdxi Lm21,500.", "Huwa possibbli?", "Hawn mhux qed nirriferi għall-valur ta' l-art, imma huwa possibbli li tibni unit u jiġi jiswa Lm21,500?", "Huwa possibbli meta nafu li l-ġebla m'għolietx daqskemm għoliet l-art?", "Fuq fuq, biex tibni garage u unit ma jiġix iktar minn Lm10,000 ġebel u saqaf.", "Allura kif qed jiġu jiswew - skond il-kalkoli li tajtni inti, ma qgħadtx immur ninvestiga, I'm not that type u mhux se nagħmilha – Lm21,500 ġebel u saqaf?", "Allura dan ma jinkwetaniex?", "Kull binja qed tiġi ogħla milli suppost skond dak li għedtli inti stess, jiġifieri skond l-informazzjoni li għaddewlek.", "Nassigura lil kulħadd li l-partit Laburista l-għada li jkun fil-gvern jara dawn l-affarijiet.", "Ma nistgħux inħallu kollox għaddej.", "Wara kollox l-ikbar interess għandu jkun dak nazzjonali.", "Nixtieq insemmi wkoll in-nefqa kapitali.", "Minkejja li kien hemm ivvotati Lm8.5 miljun għall-programm ta' bini ta' appartamenti u djar ġodda, u għal xiri ta' proprjeta` vojta fil-qalba ta' l-ibliet, in-nefqa kienet tammonta għal Lm3.5 miljun.", "Jiġifieri l-gvern nefaq Lm5 miljun inqas fin-nefqa kapitali.", "Anzi ħriġtu tiftaħru fuq il-media kollha kemm se tixtru proprjeta` bi Lm3 miljun!", "Is-sena l-oħra ma xtrajtu xejn, u din is-sena, minflok ivvotajtu dawk it-Lm3 miljun li kien hemm, ivvotajtu Lm1 miljun.", "Bi Lm3 miljun qed taħsbu li se ssolvu l-problema kollha biex tixtru l- vacant properties?", "Bilfors qaddisin tridu tkunu.", "Niġi issa għan-nefqa soċjali f'sussidji.", "Intom tipproġettaw ruħkom bħala partit b'ruħ soċjali u li tħobbu tgħinu, allura għidilna inti, bħala ministru għall-familja u solidarjeta` soċjali, għaliex ivvotajtu Lm1 miljun inqas fejn jidħol sussidju?", "Jekk irridu ngħinu lil min hu verament fil- bżonn, allura kif jista' partit b'ruħ soċjali jivvota inqas għal dawn l- affarijiet?", "Dawn l-affarijiet jinkwetawni.", "Sur President, jiena se nkun anzjuż biex nisma' d-diskors tal-ministru l-iżjed biex inkun naf x'azzjoni se jieħu l-gvern Nazzjonalista fejn jidħol l-għoli tal-prezzijiet tal- proprjeta`.", "Din il-problema qed tifni lil pajjiżna, lill-gvern Nazzjonalista, lill-partit Laburista u lil kulħadd u nippretendi li llum stess nisma' xi ħaġa pożittiva dwar dan is-suġġett.", "U hawn irrid nagħlaq billi ngħid li jiena mhux nisma' biss irrid imma nara li tittieħed l- azzjoni fl-interess tan-nazzjon għax verament in-nazzjon għandu jiġi l- ewwel u qabel kollox.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Joe Debono Grech.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Mr Speaker, fil-jiem li għaddew qrajna ħafna fil- gazzetti li meta kien fil-gvern il-partit Laburista qatt m'għamel xejn.", "F'dawn il-gazzetti li m'għandhomx it-twemmin tal-partit Laburista qrajna li tul iż-żmenijiet fi storja sħiħa ta' poplu, meta kien hemm partit Laburista fil-gvern, ħlief storbju u affarijiet ħżiena ma kienx hawn.", "Meta naqra dan jaqbadni d-daħk għax jien se nagħlaq 35 sena hawn ġew u naf x'għamel il- partit Laburista.", "Wieħed mill-oqsma li l-partit Laburista ma falla qatt fih kien proprju dak tal-housing kemm fl-1947, kemm fl-1955, kemm meta reġa' tela' fil-gvern bejn l-1971 u l-1987 u anke fis-sena u tmien xhur bejn l-1996 u l-1998.", "Ir-record tal-partit Laburista fil-qasam tal-housing ma jista' jmaqdru u jkissru ħadd, jgħidu x'jgħidu tan-naħa l-oħra.", "Jekk il- partit Laburista m'għamel xejn f'oqsma oħra, fil-kwestjoni tal-housing dejjem kien wieħed minn ta' quddiem.", "Qabel l-1971 kellna l-istess sitwazzjoni li qegħdin fiha llum u niftakar bniedem, li llum qiegħed ministru, li kien jorganizza liż-żgħażagħ ta' l- universita` u liż-żgħażagħ ħaddiema nsara biex joħorġu fit-toroq jipprotestaw għax kien hawn l-istess sistema tal-housing li għandna llum.", "Qabel ma tela' l-gvern Laburista fl-1971, meta l-pagi kienu Lm2.50 u Lm4 fil-ġimgħa l-ħaddiem ma kellux fejn joqgħod u biex jikri dak iż-żmien kien irid iħallas lis-sid Lm500 u Lm1,000 taċ-ċavetta biss.", "Dan apparti li kien jibqa' jgħollilu l-kera.", "Ma kienx hawn djar, kulħadd jiġri min-naħa għall- oħra, l-għarajjes jgħollu fuq xulxin biex jieħdu d-djar u kien hawn jungle bħalma hawn illum.", "Meta tela' l-gvern Laburista fl-1955 għamel l-ewwel villaġġ, Santa Luċija, li llum saret belt.", "Dak iż-żmien il-gazzetti Nazzjonalisti kienu jgħidu li hemmhekk kien hemm ir-raba' u l-gvern qeridha biex bena ġungla.", "Dak iż- żmien, wara li nbena Santa Luċija, il-knisja messitha l-kuxjenza u bniet il- flats tal-Blata l-Bajda.", "Bejn l-1958 sa l-1971 ma sar xejn mill-gvern Nazzjonalista, ma sar assolutament xejn fil-kwestjoni tal-housing.", "L- għarajjes kienu jiġġieldu biex isibu dar u jħallsu Lm1,000 jew Lm500 taċ- ċavetta.", "Dan biex ikollhom post ta' żewġt ikmamar.", "Sa l-1971, wara 12-il sena ta' gvern Nazzjonalista, il-ħaddiem kien għadu jgħix bħall-annimali fil-kerrejjiet, b'toilet wieħed u vit wieħed isfel.", "La kellna drenaġġi, la kien hawn ilma mwassal fid-djar u ma kien hawn xejn.", "Il-partit Nazzjonalista ma jsemmihx dan iż-żmien u ma jgħidx li kien il-gvern Laburista li għamel dawn l-affarijiet.", "Sur President, l-ewwel biċċa xogħol li għamel il-gvern Laburista wara li tela' fl-1971 kienet li beda jibni l-flats u d-djar, u mbagħad qassam il- plots.", "Kien il-gvern Laburista li għamel dawn l-affarijiet...", "(Interruzzjonijiet) Għandek raġun tidħak, ministru, għax lil dan il-pajjiż ġibtuh wieħed tad-daħk.", "Imissek tistħi!", "MR SPEAKER: Ippermettili, Onor. Debono Grech, point of order, il-Ministru Cristina.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Mr Speaker, assolutament mhux veru li qed nidħak.", "Qed inħares lejn il-karti.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Mela għamejt jien!", "Ħalli nneħħi n-nuċċali ħalli ma narakx.", "Idħak, idħak għax għandek biex tidħak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Debono Grech ikompli bl-intervent tiegħu.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Issa ngħidlek x'postijiet qassamt.", "Oqgħod bil- qiegħda ħalli ngħidlek x'postijiet qassamt jien.", "Qassamt il-postijiet meta qed tbigħhom Lm30,000?", "X'qassamt?", "Ruħek?", "Mela l-ħaddiem bil-paga jew bil- part-time job biss jista' jixtri post ta' Lm30,000?", "Istħi!", "MR SPEAKER: Onor. Debono Grech, jekk jogħġbok indirizza lis-Sedja.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Fuq dan is-suġġett la inti u lanqas il-partit tiegħek ma tistgu titkellmu.", "Kien il-partit Laburista li bena l-housing estate Ta' Paris, il-housing estate Tal-Laqxija, fejn in-nies kienu joqogħdu ġo kamra waħda fejn la kellhom toilet, la kellhom fejn jaħslu wiċċhom u lanqas kamra tal-banju.", "Kien il-gvern Laburista li lill-ħaddiem kien jissussidjah biex jagħmel il-kamra tal-banju, għax fi żmienkom intom qatt ma tajtuh xejn lill-ħaddiem.", "(Interruzzjonijiet) Mhux veru, qatt.", "Kien il-gvern Laburista li beda jagħti s-sussidju biex isiru l-kmamar tal- banju ħalli l-ħaddiem jgħix ta' nies!", "Kien il-gvern Laburista li għen lill- ħaddiem jibda jgħix diċenti, li jkollu kamra tas-sodda, li jkollu fejn iraqqad lil uliedu!", "Dawn huma l-affarijiet li għadda minnhom il-ħaddiem.", "Sur President, madwar Malta kollha ssib il-monumenti tal-gvern Laburista biex il-ħaddiem ikollu fejn joqgħod, biex il-ħaddiem ikollu dar diċenti.", "Dak iż-żmien, min kellu d-dover li jappoġġja lill-partit Laburista f'din l- iskema kien jaqla' l-gideb, bħalma qala' fuq l-ex-ministru Freddie Portelli u ħadd ma talbu skuża.", "Ħammġuh, kissruh, farrkuh, u wara li farrkuh ma kellhomx il-ħila jsewwu dak li għamlu.", "Kissrulu karriera politika għax kien hemm bniedem maħmuġ li gideb fuqu u qatt ma talbu skuża.", "Flok ġegħelnieh jitlob skuża, tajnieh promotion lil dan.Il-partit Laburista kien jgħin lill-għarajjes mhux billi jagħmlilhom it-taxxa, imma billi tahom il- plots, silifhom b'imgħax baxx, tahom grant biex ikunu jistgħu jibnu u jidħlu ġo djarhom.", "Lil dawn ma ħadilhomx flus talli tahom is-servizz tad- dawl u l-ilma u tad-drenaġġ u talli għamlilhom it-triq quddiemhom.", "B'dan il- mod il-ħaddiem beda jgħolli rasu.", "Għadda ż-żmien, tela' gvern Nazzjonalista u dan spiċċa kollu.", "Jien għandi każ ta' familja li toqgħod f'żewġt ikmamar li xebgħu japplikaw għal akkomodazzjoni alternattiva.", "Meta trid il-ministru neħodha f'din id- dar biex tara jmisshomx jistħu li dan għadu joqgħod f'din id-dar!", "Familja li lanqas bread winner m'għandha ngħidulha li trid tixtri post bi Lm30,000!", "Dan meta din trid tiġbor lil binha magħha.", "Taparsi hemm il-customer care u meta ċċempel jgħadduha biż-żmien.", "Meta trid il-ministru nagħtiha l-ismijiet ta' każijiet bħal dawn u tmur tarahom.", "Jekk issib li qed nigdeb jien nitlaq minn hawn.", "Jien lilek nammirak għax f'affarijiet oħra mxejt, imma fil-kwestjoni tal-housing ma mexiex il-partit Nazzjonalista.", "U tafu li ma mxejtux.", "Illum il-ħaddiem ma jiflaħx.", "Din il-ġimgħa kien hemm programm fuq it-television u ieħor fuq ir-radju dwar il-kwestjoni tal-housing u kulħadd irid jagħmel is-seminars għax issa waslet l-elezzjoni.", "Allura wara li jispiċċa s-seminar immorru ngħidu lil dawn il-familji: Issa għamilna s-seminar, ħu ħsieb li tmur toqgħod fis- seminar.", "Dejjem tistudjaw, għax għall-istudju ma jirbħilkom ħadd.", "F'dak il-programm bdew jgħidu li issa l-moda hi li kulħadd irid il-lussu.", "Iridu il-lussu meta biex tixtri dar b'żewġt ikmamar u shell form jintalbu dawk il- prezzijiet?", "Kien hemm min qal li l-għarajjes ma jmisshomx jonfqu Lm80,000.", "Imbagħad kien hemm waħda fuq ir-radju li lir-rappreżentant ta' Kana qaltlu: Jiena naqbel li m'għandux ikun hemm il-lussu, jekk għandek xi post bi Lm30,000 għidlu lit-tifel għax irid jixtri dar ħalli jiżżewweġ.", "Dawn huma l-affarijiet li qed ngħidu.", "Illum kif jistgħu jiżżewġu u jifformaw familja ż-żgħażagħ?", "Imbagħad nibdew nippridkawlhom il-morali u ngħidulhom li l-miżżewġin għandhom iġibu t-tfal fid-dinja.", "Kif tista' familja jkollha tnejn jew tlett itfal meta trid tħallas Lm80,000 li se ddum tħallashom sakemm jagħlqu l-65 sena?", "Meta d-dar issir tagħhom jibdew jaħsbu biex jixtru spazju ta' sitt piedi bi tnejn taħt l-art, il-qabar.", "Sur President, jekk mhux se ssir xi ħaġa urġenti fuq din il-problema tad- djar, huwa inutli li jitkellmu l-isqfijiet, il-Knisja, il-partit Nazzjonalista u l-għaqdiet tan-nisa!", "Jitkellem min jitkellem din ma tistax tiġi rranġata.", "Jekk m'intomx se taqbdu l-barri minn qrunu u tagħtu l- għajnuna liż-żgħażagħ li jridu jibnu darhom, kif kien jagħmel il-partit Laburista, familji imkissrin se jkollna.", "Morru fis-subbasti tal-qorti ħalli taraw x'inhu jiġri!", "Morru!", "Morru ħa taraw familji mkissrin!", "Wieħed baqagħlu jagħti Lm3,000, Lm4,000 jew Lm5,000 fuq id-dar u qabduhielu u qed ibigħuhielu!", "X'ma jkunx hawn ġlied!", "X'ma jkunx hawn separazzjonijiet!", "X'ma jkunx hawn kulħadd jibla' l-pilloli!", "Wara li tkun ħallast tliet kwarti mid- dar, il-bank jitfagħhielek il-qorti u jeħodhielek u jkissrek.", "Morru arawhom dawn l-affarijiet.", "Min irid iħabbat wiċċu magħhom dawn, jibki.", "Meta nkun qed nagħmel id-door-to-door visits kontinwament insib min jgħidli: Ħallini taf għax għad baqagħli biex inħallsu dan il-post.", "Kieku ma kenux ommi u missieri li sellfuni kieku ħaduhieli d-dar.", "Jekk intom m'intomx qed tħabbtu wiċċkom ma' dawn in-nies, mela qegħdin tgħixu f'dinja oħra.", "U aħna bħala partit diġa` għedna x'se nagħmlu fuq din il-kwestjoni.", "Ma jistax ikun li l-pajjiż jibqa' sejjer kif inhu sejjer.", "Kulħadd għandu dritt ibigħ bi prezzijiet mas-sema, imma min se jieħu ħsieb iż-żgħir, dak li ma jiflaħx jixtri daru, dak li ma jiflaħx iħallas ħafna kera, dak li huwa waħdu jew weħidha u għandha tarbija?", "Issa tiġix toqgħod tgħidli: Imma din għalfejn kellha tarbija?", "Issa mur staqsiha.", "Jekk ma triduhomx jagħmlu tarbija għallmuhom jagħmlu affarijiet oħra, imma dawn huma s- sitwazzjonijiet li qed inħabbtu wiċċna magħhom.", "Tgħidli: Allura l-gvern irid joqgħod jieħu ħsieb dawn ukoll?", "Dażgur, il-gvern għalhekk qiegħed!", "Il- gvern qiegħed biex jgħin liż-żgħir l-ewwel għax il-kbir m'għandux bżonn min jieħu ħsiebu.", "Ara ma taħsibx li l-kbir m'huwiex kapaċi jieħu ħsieb lilu nnifsu.", "Imma ż-żgħir, il-batut u l-imfarrak, il-ħaddiem, trid tieħu ħsiebu.", "Sur President, illum il-bank lanqas isellfek jekk ikollok part-time job biss.", "L-ewwel ħaġa li jistaqsik il-bank hija kemm għandek dħul u ma jsellfekx jekk ma jkollokx biżżejjed!", "Min ikollu biċċa part-time job se jidħol għal self ta' Lm40,000 jew Lm30,000, kif qalu ta' Kana biex ma jkunx hawn stravaganza?", "Dawn huma l-affarijiet!", "Tafu li llum hawn min jixtri garaxx b'Lm6,000, jaqsmu b'purtiera u jmur joqgħod fih?", "Dan jista' jaffordja.", "Erġajna ġejna għal żmien il-kerrejjiet.", "Erġajna ġejna għaż-żmien meta l-ħaddiem ma kellux fejn joqgħod.", "Jekk m'intomx qed taraw din ir- realta` ma nafx xi tridu taraw.", "Erġajtu ġejtu għaż-żmien ta' l-1971!", "Sur President, kulħadd qed jipprotesta fuq il-problema tal-housing għax din se tfarrak il-pajjiż u se tfarrak il-familji.", "Iż-żgħażagħ ma jistgħux jieħdu l-istat tagħhom u jibnu futur.", "U inutli li noqogħdu nagħmlu l- korsijiet ta' Kana u eżerċizzji bħal dawn, għax meta niġu għas-sustanza, ma nsibu xejn.", "U fuq dan li qed ngħid issa ħadd m'hu se jirrispondini, għax m'hemmx risposta għal dan.", "Se jkun hawn min joqgħod isemmi ħafna raġunijiet u jġib ħafna argumenti, imma l-crux kollu huwa kif se nagħmlu biex ngħinu liż-żagħżagħ, lil dawk il-ħaddiema li m'għandhomx dar diċenti, lil dawk li qegħdin imfarrkin, lil dawk li qegħdin imkissrin.", "Jien nieħu pjaċir jekk insibu soluzzjoni għal din il-problema u mhux niġu sena oħra hawnhekk u nerġgħu ngħidu l-istess affarijiet.", "Issa ilkom 20 sena fil-gvern u din il-problema mhux talli ma solvejtuhiex, talli ggravat mill-1987 'l hawn, wara li spiċċa l-gvern Laburista.", "U dan ġara għax ma pprovajtux tirranġawha.", "Ladarba ma ġietx irranġata sal-lum se jkollna problema kbira.", "Diġa` għandna problema fil-pajjiż u 'l quddiem se jkollna problema ikbar.", "Min hu responsabbli ma jistax jibqa' jħares biss lejn x'se jdaħħal fil-but il-gvern minn fuq il-ħaddiem, x'se jdaħħal minn fuq iż- żgħir għax, kif għedt, min hu b'saħħtu jieħu ħsieb lilu nnifsu, imma hu dgħajjef trid tgħinu.", "Sur President, inutli noqogħdu ngħidu liż-żgħażagħ li fi żmien il-gvern Laburista ħlief storbju ma kienx hawn.", "Għall-kuntrarju jien ngħid li kien hawn il-ġid.", "Illum liż-żgħażagħ li ma jiftakrux żmien il-gvern Laburista jgħidulhom li dak iż-żmien ma kienx hawn ċikkulata Mars.", "Veru, ma kienx hawn ċikkulata Mars, imma fi żmien il-gvern Laburista kien hawn il-frott, fi żmien il-gvern Laburista kien hawn id-djar, fi żmien il- gvern Laburista l-ħaddiem kien ilaħħaq mal-ħajja, fi żmien il-gvern Laburista l-ħaddiem kien iġemma'.", "Veru ma kienx hawn iċ-ċikkulata Mars, imma issa, Sur ħaddiem hawn ċikkulata Mars.", "Illum tista' tmur tixtri kaxxa Mars u tmur toqgħod fiha!", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joseph Cassar.", "ONOR.", "JOSEPH CASSAR: Sur President, irrid nieħu naqra nifs għax l-Onor.", "Debono Grech bl-istil tiegħu jaqtagħlek nifsek.", "Pero` għal dawk li qed jisimgħuna r-realta` m'hijiex daqshekk kerha.", "Ir-realta` fil-fatt m'hi kerha xejn.", "Fid-dinja jkun aħjar jekk inserrħu ras dak li jkun, imma sfortunatament il-partit Laburista telaq fuq din it-triq, fuq din il-mewġa u ħlief jitkellmu fuq affarijiet negattivi m'humiex qed jagħmlu!", "Pero` l- awtorita` tad-djar qed tagħmel ħafna ġid għal pajjiżna.", "Sur President, illejla xtaqt nitkellem fuq dawk in-nies li għandhom bżonnijiet speċjali, nies li huma ħafna għal qalbi.", "Kif dejjem tkellimt hawn ġew, inħobb nitkellem bil-figuri u bil-fatti għax naħseb il-figuri u l- fatti ma jista' jmur ħadd kontrihom.", "Xtaqt l-ewwelnett nibda billi nitkellem fuq skema speċjali introdotta taħt dan il-gvern.", "Issa hawn rrid infakkar lil kulmin qed jismagħni li kulma se nsemmi sar taħt dan l-gvern, għax issa l-partit Laburista ilu żmien twil fl-oppożizzjoni u ġġammja.", "Xtaqt nibda billi nitkellem fuq skema 7 li hija skema ta' rranġar u titjib fi djar okkupati minn persuna b'diżabilita`.", "F'dawn l-aħħar snin tkellimna ħafna u nitkellmu f'kull budget u nitkellmu f'kull sitwazzjoni fuq persuni b'diżabilita`.", "L-awareness fil-pajjiżi kollha kibret - u hekk għandu jkun - u għax kibret din l-awareness u għax aħna iktar sensittivi għal dawn is- sitwazzjonijiet, ħarġet din l-iskema.", "Nixtieq infakkar li fil-budget ta' l- 2006/2007 għall-awtorita` tad-djar ġie mħabbar li kull spejjeż relatati ma' xi apparat neċessarju minħabba diżabilita` jew spejjeż f'mediċina jew trattament ġo sptar issa se jibdew jiġu mnaqqsa mill-ammont ta' assi li jippossjedi l-applikant.", "Din hija xi ħaġa ġdida u xi ħaġa pożittiva.", "Kondizzjoni oħra li ġiet mibdula tirriferi għall-valur tal-proprjeta` ta' persuna b'diżabilita` fejn din żdiedet b'Lm50,000.", "Issa persuna tista' tikkwalifika għall-għotja taħt din l-iskema jekk il-valur tad-dar ma jkunx aktar minn Lm150,000 fejn qabel kienet Lm100,000.", "Policy oħra ġdida li l-awtorita` tad-djar introduċiet tirrigwarda l- istallazzjoni tal-lifts.", "L-Onor.", "Buontempo qal li hija ħaġa tajba u tajjeb li qal hekk, għax hija verament ħaġa tajba.", "Fil-fatt, minn din is-sena l- awtorita` tad-djar se tagħti ammont ta' Lm5,000 għall-istallazzjoni ta' lifts fi djar privati ta' persuna jew persuni b'diżabilita`.", "Hawn irrid ngħid li l-house visits ma jagħmilhomx l-Onor.", "Debono Grech biss, imma nagħmluhom ilkoll kemm aħna u kollha niltaqgħu ma' nies li jkollhom dawn id- diżabilitajiet.", "Nifhmu li fis-sena 2007 lift hija xi ħaġa neċessarja.", "Kultant tiskanta kif fl-antik kienu jgħixu f'sitwazzjonijiet ta' kerrejja mingħajr ma kellhom lifts.", "Illum il-lift sar kważi neċessita` u jekk xi darba jieqaf tkun qisha waqfet id-dinja.", "F'dan il-każ l-awtorita` tad-djar għamlet din l-iskema għax qed tifhem li l-lift illum sar neċessita`.", "Xtaqt nitkellem fuq punt ieħor relatat ma' għajnuna li l-awtorita` tad-djar se tagħti lill-persuni li huma vulnerabbli.", "Qabel kien jintuża ħafna kliem ieħor, imma issa qed ngħidulhom\"persuni vulnerabbli\".", "L-ewwelnett fil-qasam ta' l-akkomodazzjoni l-awtorita` tad-djar kompliet tagħti prijorita` lil dawk il-persuni bi bżonnijiet speċjali.", "Fost l-oħrajn kompliet bil-programm ta' bini ta' appartamenti b'kamra tas-sodda waħda li jkunu jinkludu l- faċilitajiet kollha mmirati għall-anzjani.", "Irrid infakkar li meta nidħlu fl- anzjanita`, l-ideal huwa li persuna tibqa' fid-dar tagħha.", "Jekk wieħed jitkellem ma' l-anzjani tagħna jinduna li ħafna drabi dawn ikunu jridu jibqgħu fid-djar tagħhom.", "Ftit issib anzjani li jkunu jridu jmorru ġod-dar ta' l-anzjani u r-realta` hija li dawk li jmorru, jagħmlu hekk għax m'għandhomx għażla, jew għax id-dar fejn qegħdin ma jistgħux jgħixu fiha, jew għax kbira żżejjed, jew għax qed ikunu ta' piż fuq ma' min qed jgħixu.", "Jekk tistaqsihom wieħed wieħed issib li jkunu jridu jibqgħu ġod-dar tagħhom.", "Naturalment meta persuna tikber fl-eta`, id-dar li jkun jabita fiha m'hemmx għalfejn tkun kbira ħafna, allura din hija skema li qed tħares lejn dawn in- nies li huma vulnerabbli.", "L-awtorita` qed tagħti wkoll attenzjoni partikolari sabiex il-maġġoranza ta' l-appartamenti jkunu aċċessibbli wkoll għall-persuni kollha b'diżabilita`.", "Bl-eċċezzjoni ta' maisonettes, il- blokki kollha li qed jinbnew mill-awtorita` qed jiġu attrezzati b'lifts sabiex kull appartament ikun aċċessibbli.", "Xi kultant l-media tagħna mhux dejjem tgħin f'dawn l-affarijiet għax ma trid xejn biex isibu xi lift f'xi blokka li għadu ma ġiex mgħammar għax it-tender għadu kif ħareġ jew xi lift li mhux qed jaħdem tajjeb u ndumu xi ġimgħa nisimgħu dwaru fuq l-istazzjon tat-television, qisu x-shaft ta' dak il-flat jeżisti għal xi ħaġa ħlief lift.", "Kif qed jipprovaw jagħmlu ċerti membri illejla, sfortunatament nipprovaw nitfgħu ħafna dell ikrah.", "Jiena ngħid li jekk hemm tender, il- lift se jiġi.", "Hemm għalfejn inġibu kollox qisu l-aħħar tad-dinja bħallikieku l-affarijiet mhux se jsiru?", "Din hi r-realta`.", "Xi ħaġa għal qalbi ħafna, li l-awtorita` qiegħda tipparteċipa fiha għat- tieni sena, hija l-programm Head Start li jaqa' taħt l-inizjattiva \"Equal\" tal-fond soċjali Ewropew li bih ngħinu żgħażagħ - li jiena naħdem ħafna magħhom - li ħarġu minn djar residenzjali tat-tfal biex ikollhom aċċess għal taħriġ, xogħol u akkomodazzjoni.", "Wieħed irid jifhem minn kemm tbatija jgħaddu dawn iż-żgħażagħ.", "Ħafna minnhom ikunu ilhom jgħixu fid-djar residenzjali minn meta kienu għadhom trabi u meta jagħlqu 16-il sena, 18-il sena jsibu ruħhom waħedhom.", "Ħafna minna ta' dik l-eta` normalment inkunu għadna ngħixu mal-ġenituri tagħna f'dan il-pajjiż pero' dan m'huwiex il-każ rigward dawn in-nies minħabba li l-ġenituri għal xi raġuni jew oħra ma kenux preżenti fil-ħajja tagħhom.", "Ikun hemm diversi raġunijiet.", "Ir- realta` hija li barra dik it-tbatija li diġa` jkunu għaddew minnha dawn iż- żgħażagħ ikomplu jbatu u huwa għalhekk li programmi innovattivi bħal dawn huma importanti.", "Hawnhekk ta' min jagħmel parentesi biex jgħid li dan huwa programm tal- fondi soċjali Ewropew, jiġifieri grazzi għall-partit Nazzjonalista li bl-għaqal tiegħu daħħalna fl- Unjoni Ewropea nistgħu ngawdu minn din il-ħaġa.", "Kultant tajjeb li nagħmlu parentesi bħal din għax in-nies jinsew.", "L-Onor.", "Abela qed jidħak, imma hija verita`.", "Meta jintemm dan il-proġett se jiġi jiswa total ta' €263,721 u l- awtorita` se toħroġ 25% minnhom, jiġifieri €65,930.", "Grazzi għal dan il- proġett, li kif għedt beda f'Jannar ta' sentejn ilu, s'issa hemm 15-il żagħżugħ u żagħżugħa li spiċċaw l-ewwel sena ta' taħriġ fis-snajja' li għażlu huma.", "Nista' ngħidilkom - għax, kif għedt diġa`, naħdem ma' ħafna minnhom direttament - li dawn huma żgħażagħ li qegħdin igawdu u qegħdin igawdu sewwa minn dan il-proġett.", "Xtaqt nitkellem ukoll fuq kontribuzzjonijiet li l-awtorita` qed tagħti lill- entitajiet bi skop soċjali.", "Bħal snin ta' qabel, matul is-sena li għaddiet l-awtorita` pprovdiet assistenza finanzjarja lill-organizzazzjonijiet mhux governattivi għall-irranġar u titjib ta' postijiet li jservu bħala residenzi għal nies vulnerabbli.", "Ta' min jgħid li grazzi wkoll għall-gvern Nazzjonalista li f'dan il-parlament qed jiddiskuti l-liġi li se tistabbilixxi l-NGOs, uħud minnhom qed jibbenefikaw minn dawn il-fondi mhux għalihom - għax, kif kulħadd jaf l-organizzazzjonijiet volontarji jaħdmu ma' nies bi bżonnijiet speċjali – imma għal nies bi problemi speċjali.", "Fil- fatt din is-sena l-awtorita` tad-djar approvat Lm5,000 lil tliet organizzazzjonijiet għall-istallazzjoni ta' lifts ġewwa r-residenza tagħhom u ġew approvati wkoll għajnuniet finanzjarji.", "U hawnhekk se nitkellem fuq l-entitjaiet li bbenefikaw minnhom u rrid insellmilhom minn hawnhekk.", "Nibda biex nitkellem fuq ir-Richmond foundation li issa ilha diversi snin tagħmel xogħol siewi ħafna ma' persuni bi problemi ta' saħħa mentali.", "Niftakar ir-Richmond foundation għadha titwieled u dakinhar kien hawn nies li kienu xettiċi ħafna dwarha.", "Illum din il-fondazzjoni qed tgħin b'counselling, qed tagħmel seminars u nista' ngħid li qed tgħin ħafna biex jispiċċa t-taboo li sfortunatament hawn f'dak li jirrigwarda s-saħħa mentali.", "Kienet ir-Richmond Foundation li bdiet il-konċett li jkun hawn community work fir-rigward tas-saħħa mentali.", "Din is-sena ngħatat għotja ta' Lm5,000 biex jiġu ffinanzjati xogħlijiet ġewwa fond Nru. 16 Triq Antonio Agius, il-Furjana.", "Dan huwa fond innovattiv għax qed iservi bħala leisure centre fejn in-nies bi problemi ta' saħħa mentali jmorru biex jistrieħu, jieħdu kafe` flimkien u biex jaqsmu d-diffikultajiet tagħhom.", "Barra li huwa leisure centre huwa wkoll hostel għal persuni li għandhom problemi ta' saħħa mentali.", "Uħud minnhom sa ftit żmien ilu kienu qegħdin jgħixu fi swali kroniċi ġewwa l-isptar Monte Carmeli u allura huwa pass kbir li dawn in-nies illum qed jiġu integrati fis-soċjeta` Maltija.", "Huwa pass kbir meta tara nies li ilhom 25 sena ġo sptar mentali u llum qegħdin jgħixu f'dar fil-komunita`.", "Għal dan wieħed irid jgħid prosit lir-Richmond foundation, lill-awtorita` tad-Djar u lill-gvern, li nerġa' nfakkar lin- naħa l-oħra, inzerta l-gvern Nazzjonalista.", "Onor. Membri Laburisti dawn huma affarijiet pożittivi skond jien.", "Post ieħor huwa Dar Merħba Bik li, għal min ma jafx, tilqa' persuni li għandhom bżonnijiet speċjali wkoll għax ħafna drabi huma nisa li jkunu għaddejjin minn problemi fiż-żwieġ tagħhom.", "Hemm ħafna ħaddiema li jaħdmu fuq livell volontarju u hawnhekk wieħed irid jinża' l-kappell lil dawn in- nies għax-xogħol siewi ħafna li qegħdin jagħmlu.", "Verament trid tmiss b'idejk biex tkun taf x'inhu x-xogħol ta' dawn in-nies.", "Trid tmiss b'idejk biex tkun taf x'inhuma l-problemi li jiltaqgħu magħhom dawn in-nies.", "L- awtorita` tad-djar għal darb'oħra tat għotja ta' Lm26,250 biex tiġi rranġata l-parti l-antika tad-Dar Merħba Bik.", "Din id-dar qiegħda f'parti minn kunvent tas-sorrijiet li għandu diversi snin fuqu, allura ħafna minn dawn il-postijiet ikollhom bżonn ta' refurbishment u ta' kambjamenti strutturali kontinwi.", "Dan barra l-fatt li ħafna minn dawn id-djar, speċjalment Dar Merħba Bik tilqa' wkoll ommijiet bit-tfal.", "Allura kif wieħed jista' jimmaġina kull fejn jidħlu t-tfal jidħlu wkoll bżonnijiet speċjali fl-istruttura li jqumu ħafna flus biex tirranġahom.", "Organizzazzjoni oħra hija l-Fondazzjoni Nazareth li tagħti kenn lill-adulti b'diżabilita`.", "Kif nafu jsir ħafna xogħol siewi u din is-sena xtrat garaxx fiż-Żejtun li jmiss mad-dar eżistenti li se titwaqqa' u minflok se tinbena dar li se tospita persuni oħra b'diżabilita`.", "Din l-organizzazzjoni se tingħata Lm25,000 għal dawn ix-xogħlijiet.", "Il-bord ta' l-awtorita` approva wkoll għotja lil Dar l-Emigrant biex isiru xogħlijiet ta' tiswija fi blokk ta' appartamenti fi Gwardamanġia li se tospita immigranti irregolari.", "Is- sorijiet ta' l-Ursolini se jingħataw is-somma ta' Lm9,100 biex jistallaw lift li kien ferm bżonnjuż għar-residenti anzjani tad-dar tagħhom.", "L- awtorita` tad-djar se tiffinanzja wkoll is-salarju ta' social worker li qed jagħti servizz lill-YMCA.", "Din hija organizzazzjoni innovattiva li smajna ħafna fuqha f'dawn l-aħħar snin.", "Nagħlaq bis-servizzi u bl-għajnuniet li qegħdin jingħataw lill-aġenzija Support.", "Matul din is-sena din l-aġenzija bbenefikat ukoll minn għotja ta' żewġ appartamenti b'kera kif ukoll għotja ta' Lm25,000 biex isiru xogħlijiet f'dar Bormla biex din tkun iktar aċċessibbli għall-persuni b'diżabilita`.", "B'din l-għotja l-aġenzija Support iffinanzjat ix-xiri u l- istallazzjoni ta' lift biex din id-dar saret aċċessibbli għall-persuni b'diżabilita`.", "Fi ftit kliem dan ifisser li matul is-sena finanzjarja 2006/2007 l-ammont ta' għajnuna finanzjarja lill-organizzazzjonijiet volontarji u entijiet oħra hi ppjanata li titla' għal Lm150,000 meta n- nefqa matul is-sena finanzjarja li għaddiet kienet tammonta għal Lm42,500.", "Hemm qabża kbira Sur President.", "Din l-ispiża tagħmel parti minn total ta' Lm2.93 miljun li l-awtorita` se tonfoq bħala nefqa soċjali f'sussidji.", "Sur President, nefqa bħal din li hija 6% aktar minn dik li għamlet l- awtorita` s-sena l-oħra u dawn l-affarijiet kollha li semmejt li n-nies jistgħu jmissu b'idejhom u jaraw b'għajnejhom m'humiex affarijiet pożittivi?", "Mela nistieden lill-oppożizzjoni biex verament tħares lejn ir- realta` u tħares lejn iż-żewġ naħat tal-munita u mhux tħares biss lejn in- negattiv.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Mario de Marco.", "ONOR.", "MARIO DE MARCO: Sur President, din hija diskussjoni li sirt nieħu gost nipparteċipa fiha għax naħseb li hija għall-qalb iż-żewġ naħat tal- Kamra.", "Hija kwestjoni li għalkemm aħna nieħdu vot fuqha, fl-istess naħseb li ż-żewġ naħat tal-Kamra jistgħu jiftaħru li meta kienu fil-gvern it-tnejn li huma pprovaw jagħmlu dak li dehrilhom li huwa l-aħjar biex javvanzaw il- qagħda ta' min għandu problema biex jakkwista dar, ta' min jinsab f'dar li m'hijiex adegwata għall-bżonnijiet tiegħu għax forsi laħaq ċerta eta` u qed ikollu problema ta' mobilita` u problemi bħal dawn.", "Rajna li saru skemi diversi, ideat differenti u policies differenti.", "Jiena ma rridx inkun partiġġjan pero' rrid ngħid li l-awtorita` tad-djar verament tat u qed tagħti politika ġdida għal dan il-qasam soċjali li, kif għadni kemm għedt, huwa importanti f'kull pajjiż għax fl-aħħar mill-aħħar, irrispettivament minn kemm pajjiż jimxi 'l quddiem ekonomikament, fin-net soċjali mhux dejjem se jirnexxielu jiġbor lil kulħadd u mhux kulħadd se jirnexxielu jlaħħaq mal-passi 'l quddiem ekonomiċi.", "Sur President, huwa importanti li nimxu ekonomikament għax jekk ma nimxux ekonomikament ma jkollniex il-mezzi biex inwettqu din il-politika soċjali, pero` jeħtieġ ikollna ruħ soċjali fil-politika ekonomika tagħna.", "L- awtorita` tad-djar għamlet diversi skemi anke f'kuntest lokali attwali - li bħalissa hija tema kurrenti u għad rrid niġi għaliha - tal-kwestjoni tal- prezzijiet tal-proprjeta` fis-suq.", "Jekk wieħed jara daqsxejn gazzetta lokali prinċipali bl-Ingliż, illum kien hemm tliet artikoli li kellhom x'jaqsmu mat-tema tal-prezzijiet tad-djar.", "Kien hemm artiklu fuq il-paġna ta' wara fejn hemm suġġerit li jiġu introdotti ċerti taxxi fuq proprjeta` li tkun vakanti u kien hemm artiklu li deher fil-ħarġa ta' nhar il-Ħadd fejn qal li wieħed għandu jikkontrolla l-prezzijiet u jagħmel reġistru ta' prezzijiet u affarijiet bħal dawn.", "Sur President, ir-realta` hi li meta inti qed titkellem fuq suq ħieles - u naħseb li llum il-ġurnata ż-żewġ naħat tal-Kamra jaċċettaw li qed ngħixu ġo politika ekonomika reali ta' suq ħieles u għalkemm naħseb li kull naħa tixtieq li l-prezzijiet tal-proprjeta` jkunu aktar baxxi biex jiġu iktar within reach ta' kulħadd – il-gvern ma jistax jipprova jagħmel ċerti interventions biex jikkontrolla ċerti prezzijiet li jiġu ddettati mis-suq ħieles.", "U bir-rispett kollu lejn il-kollegi tiegħi tan-naħa l-oħra li għamlu ċerti akkużi kontra l-gvern għax il-prezzijiet qed jitilgħu ħafna 'l fuq u l-koppji żgħażagħ ma jistgħux jilħquhom, għadni ma smajtx suġġerimenti realistiċi ta' x'wieħed jista' jagħmel biex jikkontrolla dawn il-prezzijiet tas-suq.", "Ir-realta` hi li ftit tista' tagħmel biex tikkontrolla dak li huwa ddettat minn suq ħieles u għalhekk huwa importanti li kull gvern ikollu dipartiment ta' l-akkomodazzjoni soċjali, li jkollu awtorita` tad-djar.", "Din qiegħda hemmhekk preċiżament biex tgħin lil dawk in- nies li forsi jispiċċaw vittma tas-suq ħieles.", "Naħseb li minn dak kollu li qed jinkiteb bħalissa fuq dak li għandu x'jaqsam mas-suq tal-proprjeta`, wieħed mill-iktar artikli bis-sens kien l- editorjal ta' gazzetta prominenti li ġiet ippubblikata llum, li tefgħet piż kbir fuq il-housing authority, pero` m'għandix dubju li l-ispallejn ta' l- awtorita` tad-djar jifilħuh dan il-piż.", "Dan l-editorjal jgħid hekk:", "\"We believe that part of the answer to the problem of artificially high property prices lies with the housing authority.\"", "Jien nifhem li dan l-editorjal m'huwiex qed jgħid dan b'sens ta' akkuża fil- konfront ta' l-awtorita` tad-djar, pero` bħala fatt li l-awtorita` tad-djar hija s-soluzzjoni għal min jispiċċa vittma, fis-sens li ma jistax jaffordja l-prezzijiet iddettati mis-suq.", "Għaldaqstant rajna li l-awtorita` tad-djar imxiet lil hemm milli taqbad u sempliċement tikri d-djar b'renta nominali lil nies li ma jaffordjawx dar għax l-awtorita` korrettement irrealizzat li għandek qasam ta' nies li ma jgħixux dak l-element ta' faqar li għandhom bżonn bilfors akkomodazzjoni mid-dipartiment soċjali, pero` fl-istess ħin forsi m'għandhomx mezzi biżżejjed biex jixtru dar biil-prezz iddettat mis-suq.", "Għalhekk l- awtorita` tad-djar qed toħroġ fuq is-suq numru ta' appartamenti u maisonettes bi prezz issussidjat.", "Qed naraw li dawn l-appartamenti qed ikollhom finish tajjeb ħafna u qed jinbnew ukoll b'sens ta' ambjent.", "Infatti rajna solar panelling, double glazing u affarijiet bħal dawn.", "Dawn qed joħorġu, kif għedt, bi prezz issussidjat mill-awtorita` tad-djar għal dawk in-nies li ma jaqgħux f'dik il-faxxa ta' nies ta' faqar li ma jistgħux jaffordjaw biex jixtru, għandhom mezzi biex jixtru, pero` forsi mhux biżżejjed biex jifilħu l-prezz tas-suq normali.", "L-awtorita` tad-djar irrealizzat li allavolja post jinbiegħ Lm30,000 meta fir-realta` jiswa Lm40,000 jista' jkollok xorta waħda nies li ma jaffordjawx dak il-prezz u għalhekk introduċiet l-iskema tax-shared ownership li naħseb li tagħmel sens u tant qed tkun suċċess.", "Jekk hemm skema li hija fair, hija din l-iskema li tagħti d-dritt lil min qed jixtri jakkwista xi terz tal-post u mbagħad iħallas kerha nominali għaż-żewġ terzi l-oħra li hu ma ħassux komdu li jħallashom dak iż-żmien u mbagħad il-prezz jiġi determinat minn issa, jixtrihom xi għaxar snin oħra bi prezz li jitla', jekk m'iniex sejjer żball, skond l-indiċi ta' l-għoli tal-ħajja, meta nafu li l-valur tal-prezz tal-proprjeta` ġeneralment jitla' ħafna iktar mill-indiċi ta' l-għoli tal-ħajja.", "Jiġifieri he is getting a good deal.", "Sur President, apparti minn hekk, qed naraw li l-awtorita` tad-djar qiegħda tgħin bl-istallazzjoni ta' lifts biex tagħmel bini iktar aċċessibbli u iktar abitabbli.", "L-awtorita` tad-djar qiegħda tgħin ukoll fir- riġenerazzjoni urbana għax fejn hemm ċerti bliet, ċerti inħawi li l- akkomodazzjoni tkun substandard, qed tidħol hi stess għall-proġetti biex terġa' tibni mill-ġdid ċerti blokok ta' appartamenti u żoni f'dawn l- ibliet.", "Nista' nsemmi żewġ proġetti prinċipali li jinsabu ġo Bormla u ġewwa l- Furjana, fejn l-awtorita` tad-djar qed tibni mat-88 appartament u mas-67 garaxx li flimkien jammontaw għal spiża ta' 'l fuq minn Lm2 miljun.", "Huwa stmat li din l-ispiża tiżdied b'Lm1 miljun oħra meta jitqiesu l-ispejjeż konnessi ma' l-esproprjazzjoni li kellha ssir mis-sidien biex isir dan il- proġett.", "Dawn il-proġetti li saru jew qed isiru n-naħa ta' Balzunetta, fil- Furjana, l-Imsida, il-Belt u Bormla kollha qed jgħinu biex jagħtu ħajja ġdida lil dawn il-lokalitajiet.", "Ta' min ifaħħar il-ħidma ta' l-urban regeneration group li jaħdem fi ħdan l-awtorita` tad-djar preċiżament biex jagħti iktar focus u jidentifika żoni ġo Malta li jimmeritaw l-attenzjoni ta' l-awtorita` tad-djar għal proġetti ta' riġenerazzjoni urbana.", "Sur President, f'Marzu ta' din is-sena ħarġet skema oħra li permezz tagħha l-awtorita` avżat lill-pubbliku li hija lesta li tixtri proprjeta` privata li tinsab fil-qalba tal-bliet u rħula tagħna, biex imbagħad l-istess awtorita` tagħmel rijabilitazzjoni ta' dawn il-proprjetajiet u toffrihom hi bi prezz lill-pubbliku.", "Dan jagħmel ħafna sens għax, per eżempju, fil-Belt hemm numru ta' proprjetajiet li huma malandati, magħluqin, pero` l-gvern ma jista' jagħmel xejn bihom għax huma tal-privat.", "Kulħadd jaf li ħafna nies mill-belt, allavolja jkunu qed jgħixu ġo substandard accommodation, meta japplikawlekk għal akkomodazzjoni alternattiva jkunu jixtiequ li jibqgħu jgħixu ġol-Belt, u ma tagħtihomx tort.", "Allura b'din l-iskema l-awtorita` stess qiegħda toffri biex tixtri dawn id-djar tal-privat, tirranġahom hi u mbagħad toħroġhom għall-bejgħ.", "U jekk m'iniex sejjer żball, l-awtorita` diġa` rċeviet xi 35 offerta minn sidien biex ibigħu dawn il-proprjetajiet.", "Fil-passat jien kont kritiku lejn l-awtorita` dwar ħaġa waħda biss.", "Jiena se ngħid din mingħajr ma nkun kiefer fil-konfront ta' l-awtorita`.", "Jiena kont kritiku tal-fatt li forsi l-awtorita` ma kenitx qed toffri biżżejjed postijiet għall-kera lid-dipartiment.", "L-awtorita` kienet qiegħda tibni ħafna postijiet, tbigħhom bi prezz issussidjat, pero` forsi ma kienx qed isir biżżejjed żvilupp ta' postijiet li l-gvern ried imbagħad joffrihom b'kera lil min assolutament ma jistax jaffordja jixtri, allavolja llum il- ġurnata ferrixna x-xibka ta' x'jista' jaffordja bl-introduzzjoni ta' l- iskema tax-shared ownership u bl-introduzzjoni ta' l-iskema tas-sussidji fuq il-kera ta' post privat li wieħed jista' jikri.", "Iżda issa qed nara li n-numru ta' postijiet li l-awtorita` qiegħda tibni u tgħaddi lid- dipartiment jew talloka għall-kera dejjem qed jiżdied.", "U jekk m'iniex sejjer żball, fir-rapport qrajt li l-awtorita` tad-djar għaddiet mat-43 appartament fl-Imsida, f'Bormla u fil-Belt Valletta.", "Huwa stmat li l-valur ta' dawn l-appartamenti jlaħħaq mal-Lm1.3 miljun.", "Jiġifieri hemm diversi skemi li qegħdin jipprovaw jattiraw u jolqtu diversi faxex tas-soċjeta`.", "Ħaġa oħra li dejjem qed naraw iktar fine tuning tagħha hi l-iskema ta' sussidju tal-kera.", "Għax jista' jkun hemm persuni li l-gvern forsi mhux qiegħed f'pożizzjoni li jipprovdilhom post b'kera, fl-istess ħin dawn m'humiex f'pożizzjoni li jixtru post bil-mezzi tagħhom, pero` jixtiequ, għal raġunijiet tagħhom, li jikru post fil-privat.", "U l-gvern, permezz ta' l-awtorita`, qiegħed joffri sussidju fuq il-kera li dejjem qed jiżdied biex ikun iktar attraenti għan-nies biex jikru.", "L-aħħar punt li rrid nagħmel huwa dwar il-kwestjoni tar-reviżjoni tal- liġijiet tal-kera li xi wħud jgħidu li hemm bżonn issir.", "Donnu kulħadd jinsa li fl-1995 aħna lliberalizzajna s-suq tal-kera biex kulmin wara l- 1995 ikun jixtieq jikri l-proprjeta` privata tiegħu lil xi ħadd, Malti, barrani, hu x'inhu, dik il-kera ma tkunx protetta.", "Dan ifisser li jekk wieħed jikri post lil xi ħadd għal sena, ikun għal sena u mhux għal dejjem.", "Fair enough, għandha ssir diskussjoni dwar x'jista' jsir fuq il-liġijiet antiki tal-kera, jiġifieri dawk il-kirjiet li saru qabel l-1995, pero` dak huwa suġġett sensittiv li m'għandix dubju li dalwaqt naraw dokument dwaru li għandu jistimula diskussjoni ta' kif nistgħu nindirizzaw din il-problema tant delikata ġewwa pajjiżna.", "Sur President, jiena nixtieq nirringrazzja liċ-chairperson ta' l-awtorita` tad-djar, lill-ħaddiema kollha tagħha li tant jaħdmu u jistinkaw u lill- ministru ta' l-appoġġ siewi li dejjem tagħti lil din l-awtorita`.", "Naħseb li din hija tema li dejjem għandna niddiskutuha mhux b'sens partiġjan imma b'sens ta' kuxjenza nazzjonali.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Carmelo Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Sur President, nibda mill-aħħar punt li semma l-Onor.", "Mario de Marco.", "Jien ukoll nixtieq nirringrazzja lil dawk il-persuni kollha li jaħdmu fil-qasam tal-housing għax naturalment iħabbtu wiċċhom ma' ħafna persuni li għandhom diffikultajiet u l-attitudni u l-imġiba ta' dawn il-persuni mhux dejjem tkun tajba.", "Naturalment min ikun għaddej minn diffikultajiet jista' jirraġuna b'mod li ma jġibx ruħu sew u jinfexx b'mod daqsxejn waħda goff mal-ħaddiema li jkunu qed jagħmlu xogħlhom pero` apparti dan nixtieq ngħaddi żewġ kummenti fuq dak li qalu l-kollegi ta' qabli.", "Sur President, l-Onor.", "Cassar għamel enfasi li kulma semma sar proprju minn dan il-gvern għax il-gvern Nazzjonalista ilu 20 sena jmexxi dan il-pajjiż.", "Naturalment bl-istess mod u bl-istess argument tiegħu wieħed jista' jgħid li dak kollu li għadu ma sarx u l-problemi eżistenti llum f'dan il-qasam tal-housing huma wkoll tort ta' gvern Nazzjonalista li ilu 20 sena jmexxi dan il-pajjiż.", "Kumment li xtaqt ngħaddi fuq dak li qal l-Onor.", "Mario de Marco huwa dwar il- fatt li qed ngħixu f'suq ħieles u allura, kif jgħidu ħafna drabi, is-suq isuq.", "Veru hija xi ħaġa aċċettata li qed ngħixu f'suq ħieles, pero` s-suq ħieles m'għandux ikun suq barbaru, suq li jibqa' għaddej minn fuq kulħadd, suq li jgħaffeġ liż-żgħar u suq li jġib problemi serji għal dawk li ma jifilħux jikkompetu f'dan l-imbierek suq ħieles.", "Is-suq ħieles, meta jaħdem kif għandu jaħdem, għandu jġib benefiċċji għall-konsumatur ukoll, mhux kif jiġri ħafna drabi li l-konsumatur jispiċċa dejjem jaqlagħha.", "Meta jkun hemm kompetizzjoni kif suppost għandha tkun f'suq ħieles anke l- konsumatur għandu jgawdi, pero` sfortunatament dan ma jiġrix dejjem.", "F'qasam bħal tal-housing għandna dawn it-tip ta' problemi wkoll u filwaqt li naċċettaw il-konċett ta' suq ħieles jien l-ewwel wieħed ngħid li m'għandniex inbaxxu rasna u nħallu lis-suq isuq bl-addoċċ għax ħafna drabi familji sħaħ jispiċċaw jitkissru minn dan l-imbierek suq ħieles li ċertament m'għandniex nagħmluh alla falz tagħna.", "Qegħdin nitkellmu fuq il-qasam tal-housing u allura fuq l-aħjar użu ta' l- art li ċertament huwa qasam importanti f'pajjiż żgħir bħalma hi Malta, fejn mhux biss l-art hija dik li hi imma l-popolazzjoni ta' Malta hija kbira wkoll meta wieħed iqabbilha mas-size tal-gżejjer tagħna.", "Għalhekk iktar u iktar irridu naħsbu dwar politika li għandna nadottaw għal dan il-pajjiż u naħseb il-MEPA - sakemm jirraġunaw - għandhom ikunu involuti f'dan id- dibattitu.", "Nixtieq li l-awtorita` tad-djar flimkien mal-MEPA jiddiskutu dwar l-aħjar użu ta' l-art u d-djar f'pajjiżna.", "Fir-rapport li rajt ma jirriżultax li jkun hemm ħidma mill-qrib bejn dawn iż-żewġ awtoritajiet.", "Forsi din il-ħidma teżisti b'mod informali, imma huwa tajjeb li tkun iktar formali ħalli verament ikollna politika fuq il-housing li tkun rilevanti għaż-żmenijiet tal-lum u tkun rilevanti għall-problemi li jħabbtu wiċċhom magħhom iċ-ċittadini.", "Dan qed ngħidu għax fl-introduzzjoni tagħha ċ-chairperson - u nikkwota parti żgħira minm dak li qalet - stqarret li bħala awtorita`: \"Qegħdin nikkonċentraw l-iktar fuq it-titjib ta' postijiet eżistenti.\"", "Din hija xi ħaġa tajba.", "Ilkoll kemm aħna nidħlu fid-djar tal-kostitwenti tagħna, xi kultant tidħol f'dar li titgħaxxaq u jkun hemm djar oħrajn li minħabba ċ- ċirkostanzi tal-familja in kwestjoni huma djar li, bl-istandards tal-lum, ma jixirqux lin-nies.", "Għalhekk filwaqt li huwa tajjeb li l-awtorita` tikkonċentra fuq titjib ta' postijiet eżistenti, huwa tajjeb ukoll li taħdem fuq postijiet ġodda wkoll għax inħoss li m'aħniex nipprovdu biżżejjed stock ta' housing u housing soċjali għal persuni li minħabba d- dħul tagħhom ma jaffordjawx li jidħlu għall-piż kbir ta' dejn għal 35 jew 40 sena skond il-każ.", "Għalhekk huwa importanti li fiċ-ċirkostanzi tal-prezzijiet tal-lum naħsbu iktar fuq dan il-punt li nipprovdu stock ġdid ta' housing.", "Wieħed irid jara jekk hux il-każ li nibnu, jew jekk inpoġġux fis-suq, b'mod jew b'ieħor, postijiet eżistenti li mhux qed jintużaw.", "M'iniex qed ngħid li għandna nibnu bilfors għax naħseb li hemm bżonn li nibżgħu ftit għall- ambjent u ngawdu spazji miftuħa f'dan il-pajjiż.", "Għalhekk qed ngħid li importanti li jkun hemm policy tal-housing, ta' l-aħjar użu ta' l-art f'pajjiżna għax jiddependi minn min qed imexxi.", "Iċ-chairperson qalet li l- awtorita` qed tikkonċentra l-iktar fuq it-titjib ta' postijiet eżistenti għax naturalment inti tfassal il-libsa tiegħek fuq id-drapp li jkollok, u allura trid tagħmel prijoritajiet.", "Pero` nħoss li ma teżistix policy ċara u ħolistika ta' fejn mexjin.", "Il-mission statement ta' l-awtorita` jgħid li djar xierqa jsaħħu l- komunitajiet u jipprovdu ambjent aħjar fejn inrabbu t-tfal tagħna.", "Naturalment jekk wieħed idawwar dan bil-maqlub, jiġifieri jekk ma jkunx hemm familji li għandhom djar xierqa l-komunitajiet tagħna se jintlaqtu b'mod negattiv minn dan.", "F'ċirkostanzi fejn ikollok familji differenti jgħixu flimkien fi djar pjuttost żgħar, fejn għandek taħlita ta' etajiet, tfal żgħar, tfal iktar adulti u adulti, ċertament m'huwiex l-ambjent ideali biex ikollna komunitajiet b'saħħithom.", "Meta nitkellmu fuq it-tfal u l-aħjar ambjent fejn inrabbu t-tfal m'għandniex nifhmu biss li nibnu kullimkien u li jkollna djar diċenti kbar u li huma tajbin għalihom, anzi rridu nippjanaw ukoll postijiet b'open plans fejn it-tfal jistgħu jilagħbu.", "Illum qabel ġejt hawnhekk kont qed nitkellem ma' familja li toqgħod f'area li kibret malajr u din l-omm qaltli li hemmhekk it-tfal m'għandhom imkien fejn jilagħbu.", "Meta toqgħod taħseb ftit tirrealizza x'verita` kbira hemm speċjalment meta wieħed iqabbel il- popolazzjoni ta' din il-lokalita`.", "Għalhekk meta nibnu housing estates - anzi m'għadhomx jinbnew housing estates kif nafuhom fi żmenijiet differenti - importanti li nippjanaw li jkun hemm open plans fejn it-tfal ikollhom iċ- ċans li jilagħbu.", "Sfortunatament dan mhux dejjem sar jew sar imbagħad xorta waħda nibnu biex nakkomodaw iktar persuni għax hekk tkun il-ħtieġa.", "M'iniex se noqgħod nitkellem fuq ir-records tal-gvernijiet Laburisti tal- passat għax diġa` tkellem fuqhom l-Onor.", "Debono Grech.", "Ċertament li gvernijiet Laburisti kienu strumentali biex ħafna familji jkollhom postijiet diċenti fejn joqogħdu, speċjalment familji żgħar li dak iż-żmien kienu għadhom qed jibdew il-familji tagħhom.", "Illum wieħed jista' jifhem iktar l-uġigħ ta' ras ta' ħafna żgħażagħ li meta jiġu biex jiżżewġu u jibnu familja l-ewwel problema kbira tagħhom tkun fejn se jmorru joqogħdu meta jiżżewġu.", "Il-prezzijiet dejjem jogħlew jaqtgħu qalb dawn iż-żgħażagħ u kultant din tkun waħda mir-raġunijiet għalfejn il-koppja ddum ma tiżżewweġ.", "Meta mbagħad il-koppja tiżżewweġ tidħol għall-piż tad-dejn li huwa preokkupazzjoni u rabta għal numru ta' snin biex tlaħħaq mal-ħlasijiet tad- dejn li tkun daħlet għalih, apparti li b'xi mod jew ieħor trid timla d-dar kif ukoll mal-bżonnijet ta' l-ulied.", "Allura jibdew għaddejjin minn xogħol għal xogħol biex ilaħħqu ma' dawn l-ispejjeż kollha.", "Sfortunatament dan kultant iwassal għal problemi fl-istess familji.", "Qed ngħid dan kollu mhux biex nilgħabha tal-moralista, imma ejja naħsbu x'konsegwenzi qed ikollhom il-prezzijiet esaġerati, u kultant esaġerati ħafna fl-opinjoni tiegħi.", "Veru li s-settur privat jaħdem għall-qligħ, imma sakemm dan il-qligħ ikun ġust u mhux qligħ li se jkisser numru ta' familji għax m'hemmx alternattivi oħra.", "Allura rridu nagħtu kas ta' dawn il- problemi u rridu nħarsu lejn il-problema fil-qasam tal-housing b'mod wiesa' ħafna, anke mill-aspett soċjali ta' fejn sfortunatament ċerti problemi jistgħu jwasslu.", "Dan l-aħħar kellna rapport tal-knisja maħruġ mill-kummissjoni djoċesana ġustizzja u paċi fejn naħseb li ma qalu xejn ġdid, jew għallinqas ħafna mill-affarijiet ilna ngħiduhom u ilna nafuhom, pero` huwa rapport li ta' min iħares lejh.", "F'dawn il-ħames faċċati ġabru numru ta' sfidi li għandna f'dan il-qasam kif ukoll taw ħarsa ħafifa fuq kif il-prezzijiet splodew f'dawn l-aħħar snin.", "Mingħajr ma noqgħod nidħol fid-dettall ta' kif telgħu l-prezzijiet, ċertament naħseb li hija żieda kbira wisq meta jkollok appartament li ġie stmat 56.5% aktar u maisonette 15.32% aktar fl-2005 meta mqabbel ma' l-2004.", "Meta wieħed jara dawn it-tip ta' żidiet minn sena għall- oħra ma jistax jgħid li kien hemm qligħ ġust biss imma kien hemm qligħ għax is-suq isuq.", "Nittama li ma nibqgħux inbaxxu rasna għas-suq ħieles mingħajr ma nsaqsu l-mistoqsijiet u mingħajr ma nipprovdu xi tip ta' soluzzjoni għal dan kollu.", "Barra minn hekk għandna realta` oħra li żviluppat matul dawn l-aħħar snin.", "Ir-realta` hija din - kif qed naraha jien u kif jarawha oħrajn - li minflok il-flus il-kbar qed jiġu nvestiti f'kontijiet bankarji, minħabba li l- imgħaxijiet dejjem qed jonqsu, xi persuni qed jagħżlu li jixtru jew, kif jgħidu huma, jinvestu fi proprjetajiet.", "Jien nistaqsi jekk il-gvern huwiex qed isegwi dan il-fenomenu li żviluppa f'dawn l-aħħar snin, li l-flus il- kbar flok jiġu investiti f'kontijiet bankarji qed jiġu mitfugħa fi proprjetajiet li ħafna minnhom dawn ikunu lesti jistennew ix-xoqqa f'moxtha biex imbagħad jinbiegħu bi prezzijiet li mhux biss iġibu l-flus li jkunu ntnefqu imma jħallu qligħ tajjeb ukoll.", "Nistaqsi wkoll jekk il-gvern, b'mod ġenerali issa, huwiex qed jara jekk hemmx min forsi qed jabbuża minn dan kollu.", "Apparti li dan jista' jkun mezz ta' kif ċerti flus jinħbew, aktar u aktar meta qed joqrob iż-żmien li pajjiżna jaddotta l-ewro, x'impatt qed iħalli dan kollu fuq dawk li qed ifittxu post fejn joqogħdu speċjalment għall-ewwl darba?", "Għalhekk naħseb li tajjeb li nħarsu lejn il-fenomenu ta' dawn l-aħħar snin, fejn il-flus il- kbar qed jintefgħu fi proprjetajiet bħala investiment.", "L-Onor. de Marco rrifera għal numru ta' artikli li dehru f'ġurnali lokali li qalu li f'pajjiżna hawn dan il-fenomenu, fosthom wieħed dalgħodu fejn l-artikolista żied jgħid li f'pajjiżi oħrajn qed jiġu ntaxxati.", "Tefa' l-mistoqsija hekk.", "Tajjeb li naħsbu fuq dawn l-affarijiet għax qed ikollhom impatt dirett fuq dak li qed jiġri fil-qasam tal-housing f'pajjiżna.", "Sur President, aktar qabel għedt li l-awtorita` tad-djar qed taħdem fil- parametri li qed jiddetta l-gvern, il-linja tal-gvern tal-ġurnata, kif ukoll fiċ-ċirkostanzi li jinsab fihom pajjiżna fejn il-proprjeta` u l-bini mhux biss huma industrija imma llum nistgħu ngħidu li nbidlu wkoll f'investiment.", "Dan iwassalni biex nikkwota mill-istess rapport tal-Knisja, fejn f'paġna 4 jgħid hekk:", "\"Naturalment ir-reviżjoni tal-liġijiet dwar il-kera weħidha m'hijiex se ssolvi l-problema għal kollox u allura wieħed irid jaħseb biex jintroduċi miżuri biex jikkontrollaw l-ispekulazzjoni ...\"", "- dak li semmejt, fejn il-flus il-kbar jintefgħu fl-investiment tal-bini u ta' l-art -", "\"... u miżuri biex jiżdiedu l-benefiċċjarji ta' skemi implimentati mill-awtorita` tad-djar\".", "Għalhekk huwa importanti li dak li qed jingħad hawnhekk u li ilna nirrepetu għal ħafna żmien ma jaqax fuq widnejn torox imma naraw kif l-ispekulazzjoni tiġi kkontrollata għall-ġid ta' dawk li l-inqas jifilħu, li għandhom problemi serji biex jakkwistaw ir-residenza tagħhom, mhux residenza tas- sajf, jew it-tielet jew ir-raba' residenza, imma l-unika residenza tagħhom.", "L-istess rapport tal-Knisja f'paġna 5 jagħmel riflessjoni oħra.", "Din tgħid hekk:", "\"Bħalissa l-kummissjoni għall-Ġustizzja u l-Paċi mħassba ħafna dwar il- marda spekulattiva u bla kontroll li hawn fis-suq tal-proprjeta`.", "Tixtieq għalhekk tiġbed l-attenzjoni ta' kulmin għandu sehem politiku jew soċjali biex iqis din bħala problema ta' prijorita` għolja li dwarha għandha tittieħed azzjoni magħquda jekk verament dawn jemmnu fl- inklużjoni soċjali u f'livell ta' għajxien sostenibbli mibni fuq il- pedament tal-familja bħala lkontributur ewlieni għal soċjeta` b'saħħitha\".", "Għalhekk jien qed nisħaq li jeħtieġ li l-gvern ikollu politika dwar dan u fejn hemm bżonn jagħmel il-korrezzjonijiet meħtieġa, anke jekk dawn ifissru li ċerti nies jinqarsu.", "Għax jekk ma nistgħux nibqgħu nipprovdu social housing kif konna nipprovdu 30, 35, 20, 25 sena ilu rridu naħdmu b'metodi biex ma nibqgħux ngħakksu aktar u ngħollu l-prezzijiet b'mod esaġerat u b'mod li m'humiex realistiċi anke għaż-żmenijiet tal-lum.", "Hemm problemi oħrajn li wieħed irid jaħseb fuqhom.", "Per eżempju llum nafu li l-gvern huwa l-akbar owner ta' l-art f'pajjiżna, speċjalment wara li għaddew l-artijiet tal-Knisja għandu, li qegħdin taħt il-joint office.", "Kif qed tintuża, jekk qed tintuża, din l-art?", "Jekk hemm bżonn, parti sostanzjali minnha għandha tintuża għall-benefiċċju ta' housing ġdid għall- persuni li għandhom problema biex isibu r-residenza tagħhom.", "Qed ngħid dan għax qed jaslu għandi diversi lmenti dwar il-prezzijiet u s-sussidji li tagħti l-awtorita` tad-djar li ħafna drabi jikkomparaw tajjeb ħafna - b'mod negattiv qed ngħid - ma' dak li hemm fis-suq.", "Ikun hemm persuni li jgħidulek li bid-dħul tagħhom ma jistgħux ilaħħqu ma' dawk il-prezzijiet, anke jekk jieħdu sussidju mill-awtorita` tad-djar.", "Għalhekk jekk irridu nwaqqfu din l-ispekulazzjoni kollha l-gvern, permezz ta' l-awtorita`, irid joffri prezzijiet ħafna u ħafna aħjar, jiġifieri inqas minn dawk tas-settur privat, u mhux jikkompeti direttament mas-settur privat ukoll.", "Infatti qed naraw il-prezzijiet jikkomparaw tajjeb ma' dawk tas-settur privat.", "Ħaġa oħra li rridu nitkellmu fuqha hija li meta jkun hemm allokazzjoni ta' postijiet irridu naraw li ma jkunx hemm ukoll allokazzjoni ta' problemi soċjali f'areas speċifiċi.", "Qed ikolli lment li ċerti żoni spiċċaw qishom ghettos ta' nies bi problemi soċjali biss.", "Għalhekk huwa importanti li naraw li noqogħdu attenti kif nagħmlu dawn l- allokazzjonijiet.", "Jiena xtaqt insemmi żewġ punti li laqtuni b'mod pożittiv.", "Wieħed minnhom huwa l-inizjattiva tal-Head Start li trid tikber ħalli tolqot aktar żgħażagħ.", "Hija ħaġa tajba li l-awtorita` tad-djar trid taħdem aktar fuqha, fis-sens li trid tifrex għal aktar żgħażagħ.", "It-tieni punt pożittiv huwa l- għajnuna li l-awtorita` qed tagħti lill-NGOs.", "B'riferenza partikolari nsemmi lil Dar Nazareth, il-fondazzjoni li llum għandha żewġt idjar u riesqa lejn it-tielet dar.", "Dawn huma djar fil-komunita` għal persuni bi bżonnijiet speċjali li hija the way forward naħseb jiena anke f'dan il- qasam u għalhekk tajjeb li l-awtorita` tad-djar tgħin lil dawn l-NGOs fil- ħidma u l-inizjattivi li qed jieħdu huma.", "Ċertament li kieku dawn ma jagħmlux dan ix-xogħol, il-problemi se jaqgħu f'ħoġor il-gvern.", "Allura l- gvern jagħmel tajjeb li jgħinhom permezz ta' l-awtorita`.", "Nixtieq nagħmel riferenza għall-abbozz ta' pjan dwar iż-żgħażagħ li bħala partit Laburista ppubblikajna u li fi Frar għandu jiġi approvat mill- konferenza ġenerali, fejn bħala partit nirrikonoxxu l-fatt li ż-żgħażagħ huma fost l-aktar milquta minn dawn il-problemi marbuta mal-housing.", "Naturalment dan ma jikkonċentrax biss fuq il-housing u għalhekk huma punti", "limitati f'dan is-sens u jridu jiġu mirquma aktar 'il quddiem.", "Pero` ċertament li bħala linja ġenerali dan l-abbozz ta' pjan isemmi li huwa meħtieġ li biex nindirizzaw problemi ffaċċjati miż-żgħażagħ fil-qasam tal- housing hemm bżonn jiġu riveduti l-iskemi eżistenti.", "Pero` jridu jinħolqu skemi ġodda li jiffokaw aktar fuq il-bżonnijiet u r-realtajiet taż-żgħażagħ u koppji żgħażagħ.", "Prijorita` tal-gvern Laburista wara l-elezzjoni li jmiss se tkun li flimkien mas-settur privat ikun hemm skemi għall-akkwist ta' proprjeta` bi prezzijiet raġjunevoli, u mhux li nikkompetu mas-settur privat kif qed jiġri f'ċerti każi fil-preżent, u joffri inċentivi ulterjuri għal dawk il- persuni li jiddeċiedu li jikru jew jakkwistaw djar qodma li jkunu ilhom vojta għal diversi snin.", "Naturalment nagħmel riferenza għall-iskema tax- shared ownership li nħossu li filwaqt li hija pożittiva b'mod ġenerali, pero` naħseb li hemm bżonn titjieb.", "Importanti li naħdmu wkoll mal-banek u anke istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn f'pajjiżna biex inħaffu l-piż li jiffaċċjaw koppji żgħażagħ meta jiġu biex jixtru l-ewwel dar tagħhom u jieħdu self.", "Irridu nħarsu wkoll lejn reviżjoni tar-rati u ceiling ta' taxxa applikabbli fil-preżent għall-akkwist ta' l-ewwel dar kif ukoll fuq is-ceiling ta' rifużjoni tal-VAT.", "Dan qed jiġi propost ukoll f'dan l- abbozz ta' pjan.", "Barra minn hekk għandna realta` oħra ta' żgħażagħ bla dar.", "Żgħażagħ li jispiċċaw bla xogħol, per eżempju, ma jkollhomx mezzi biex ikomplu jħallsu l-kera jew inkella anke l-loan fuq id-dar b'konsegwenza li dawn jistgħu jispiċċaw proprju jbigħu d-dar tagħhom b'konsegwenzi serji għalihom u għall- familji tagħhom.", "Għalhekk f'dan il-qasam gvern Laburista huwa kommess li jagħmel skemi għal dan il-għan ukoll.", "Mr Speaker, nikkonkludi billi ngħid li fl-aħħar mill-aħħar il-qasam tal-housing jeffettwa familji sħaħ u għalhekk irridu nagħmlu l-aħjar mod possibbli biex il-ħajja ta' dawn il- familji tkun dejjem aħjar.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Insejjaħ issa lill-ministru biex tagħmel il-winding up.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: L-Onor.", "Brincat qed jitlobni żewġ minuti.", "Ma tantx għandi ħin imma nagħtih żewġ minuti.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Brincat, bil-permess ta' l-Onor.", "Cristina.", "ONOR.", "JOE BRINCAT: Jien nipprova nagħmel suġġerimenti iktar milli ngħid dik jew l-oħra m'għoġbitnix.", "Waħda mill-affarijiet li wrietni l-esperjenza iebsa li kelli meta kont responsabbli jien mill-housing - u iktar ma jgħaddi żmien iktar nirrifletti fuqha - hija li huwa importanti li jkollna stock ta' djar li jiġu riċiklati.", "Jiġifieri rridu nipprovaw niġġieldu kontra l-mentalita` li koppja li se tiżżewweġ irid ikollha three bedrooms mill-ewwel u d-dar lesta minn kollox biex nevitaw il-problemi tad-dejn li semma l-ħabib tiegħi.", "Hemm bżonn li jkun hemm stock ta' djar li jkunu jafu li se jkunu għal żmien temporanju, warajhom se jidħlu oħrajn, imma għallinqas ikollhom pedament.", "Ħafna minna nafu li qabel kien irid jgħaddi ċertu żmien sakemm nixtru d-dar tagħna, imma llum bil-faċilitajiet tal- banek - li minn dak li qed nara l-qorti mhux dejjem ikollhom kuxjenza wisq soċjali, imma kuxjenza kummerċjali - ikun hemm min isib ruħu fid- diffikultajiet li kultant ma jkunux diffikultajiet ta' kapriċċ.", "Għalhekk naħseb li għandna bżonn ta' stock ta' postijiet li ma jkunux kbar, imma għallinqas ikollhom bejta fejn jibdew.", "Ħalli mbagħad ikollhom dar ikbar, imma għallinqas nibdew bil-bejta ż-żgħira.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Nerġa' nsejjaħ lill-ministru għall-winding up.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Mr Speaker, nirringrazzja lil dawk kollha li ħadu sehem f'dan id-dibattitu tal-lejla.", "Nixtieq mill-bidu nagħmilha ċara li jien għandi fiduċja sħiħa fl-esperti li qegħdin bil-qiegħda hawnhekk f'din il-Kamra u lanqas biss tgħaddili mill-kuriduri ta' moħħi li dawn b'xi mod jew ieħor jazzardaw li jittraduni, kif proprju ġie intimat min-naħa l-oħra.", "Jien nitkellem magħhom b'mod miftuħ, naf li kien hemm uħud minnhom li verament kienu nvoluti f'laqgħat meta l-Onor.", "Stefan Buontempo xi żmien ilu kien konsulent tal-housing, pero` indagajt fuq li indagajt u policy paper bil-miktub imkien ma nstabet.", "Milli jidher lanqas huma ma kellhom l- opportunita` jarawha.", "Dan għedtu sempliċement biex niċċara punt.", "Sur President, irrid ngħid li l-kontribuzzjonijiet li kien hawn illum kienu validi, mhux kollha fl-istess livell, imma kien hawn kontribuzzjonijiet validi speċjalment fejn kellna l-interventi dwar il-prezz tal-proprjeta` u dwar is-suq ħieles.", "Nibda billi ngħid li l-qasam tal-housing, kif għadu kif qal l-Onor.", "Abela, jagħmel impatt kbir fuq il-familji tagħna.", "Aħna nafu li kulħadd irid il-bejta, kulħadd irid il-post diċenti fejn joqgħod, dawn iż-żmenijiet donna ma nistgħux noftmu x-xewqa li jkollna fejn noqogħdu ma' ċerti aspettattivi u aspirazzjonijiet, allura bl-ebda mod ma nneħħi l- mertu jew nimminimizza l-importanza tal-kummenti li għamlu l-moviment ta' Kana, fost oħrajn, li jitkellmu biex wieħed ikun għaqli ħafna, speċjalment meta għadu jibda l-ħajja.", "Għadu kif qal l-istess ħaġa sa ċertu punt l-Onor.", "Brincat hawnhekk.", "Sur President, il-qasam tal-housing huwa u minn dejjem kien sensittiv f'dan il-pajjiż.", "Ikun hemm perijodi meta s-suq ikun ħafna iktar volatili, ikun hemm perijodi meta jkun hemm ċirkostanzi aktar diffiċli u jkun hemm perijodi meta jinħoloq id-dibattitu.", "Proprju bħalissa għaddej dibattitu nazzjonali f'dan il-pajjiż anke b'riżultat tar-rapport li ħareġ mill- kummissjoni djoċesana.", "Jien kelli l-opportunita` nirreferi għal dan ir- rapport fuq programm ta' Super 1 tas-Sibt li għadda u għedt li veru ħadt gost li ħareġ dan ir-rapport għax nemmen li l-Knisja għandha tagħmel il- kummenti tagħha, għandha tlissen it-tħassib tagħha u għandha tkun parti wkoll mis-soluzzjoni.", "Il-ġimgħa d-dieħla għandi laqgħa ma' din il-kummissjoni.", "Din il-laqgħa kellha tkun ġimgħa ilu, pero` minħabba impenji ta' wħud mill-membri tal- kummissjoni ġiet poposta.", "Jiena rrid niltaqa' ma' din il-kummissjoni bħalma niltaqa' ma' ħafna stakeholders oħra fuq dan is-suġġett u fuq oħrajn li jolqtu l-ministeru tiegħi proprju biex inkun nista' niddiskuti dan is- suġġett.", "Hemm affarijiet li naqbel magħhom għal kollox, hemm oħrajn li jidhirli li huma diskutibbli, u nixtieq nara fejn qed tara s-soluzzjonijiet din il-kummissjoni.", "Illum smajna dwar is-suq ħieles u nemmen li l-Onor.", "Abela poġġiha b'mod tajjeb ħafna meta qal li għandu jkun hemm suq ħieles , imma dan m'għandux ikun barbaru.", "Għandu jkollna s-suq ħieles għax aħna qegħdin ngħixu f'pajjiż li jħaddan politika tas-suq ħieles, pero` bla dubju ta' xejn wieħed irid jara li ma jkollokx - nerġa' nikkwota lill-Onor.", "Abela – it- tgħaffiġ ta' dawk li huma f'livelli iktar vulnerabbli minn dawk li qegħdin inħarsu lejhom hawnhekk, fosthom dawk li huma midħla ta' l-ispekulazzjoni f'dan is-settur.", "Jiena nemmen li aħna pajjiż li għad irridu nħarsu lejn suq ħieles f'dan il- qasam tal-housing u suq soċjali li jimxu wkoll fuq binarji parallel.", "Nemmen ukoll li r-rwol tal-gvern hu li waqt li jara li m'hemmx abbużi, bla dubju ta' xejn iwessa' dejjem ir-remit ta' l-awtorita` tad-djar li għandna biex naraw li fejn hemm bżonn l-appoġġ tramite skemi, inizjattivi, għajnuna finanzjarja, bini ġdid u anke, kif issemma hawnhekk, ir-riċiklaġġ ta' bini eżistenti, naraw li ngħinu lil dawk li qegħdin jersqu biex jidħlu fl-ewwel dar tagħhom, dawk li għandhom bżonn jbiddlu r-residenza tagħhom minħabba li ċ-ċirkostanzi tagħhom tbiddlu wkoll.", "L-awtoritajiet ikunu hemmhekk biex jagħtu dan l-appoġġ.", "Minn dak kollu li smajna, anke minn uħud mill-membri ta' l-oppożizzjoni, bla dubju ta' xejn nemmen li għad hemm ħafna xi jsir, kif dejjem se nibqgħu ngħidu, pero` sar ħafna u nemmen li l-awtorita` tad- djar qed tilħaq kategorija ta' nies li forsi fi żmenijiet oħra lanqas konna nqisuhom bħala nies li se jersqu lejn l-għajnuna ta' l-awtorita` tad-djar.", "Hemm setturi ta' nies li qabel lanqas biss kienu joħolmu li jkollhom id-dar taħghom, lanqas biss kienu jaspiraw li jistgħu jgħixu ħajja indipendenti kif qegħdin jgħixu llum, lanqas biss kienu isibu għajnuna biex jirranġaw il- postijiet tagħhom u lanqas biss kienu jsibu l-għajnuna meħtieġa biex jagħmlu tibdil minn residenza għall-oħra.", "Wieħed irid jagħmel kollox ma' kollox u naħseb li n-negattiv huwa ħażin daqs meta wieħed ikun pożittiv għall-aħħar.", "Dan huwa qasam li dejjem qisna għaddejjin minn fażijiet tranżitorji.", "Il-bieraħ xi ħadd semma li l-fenomenu tas-single parent families 15-il sena ilu ma kienx jeżisti jew kien minimu a aparagun tal-lum, imma llum nafu li huwa realta` li qiegħda magħna u li jagħmel impatt kbir fuq ir-rikjesta għal housing.", "Wieħed irid iħares lejn dan ix-xenarju kollu, pero` li nkunu negattivi għall-aħħar huwa ħażin u li nkunu pożittivi li naħsbu li m'hemm xejn ħażin hemm barra m'huwiex aċċettabbli lanqas.", "Illum u l-bieraħ fil- gazzetti kien hemm numru kbir ta' artikli li ħarsu lejn is-suq tal- proprjeta`, min jgħidlek biex tagħmel interventi u min jgħidlek hands off.", "Kien hemm kumment li waħħal fin-nefqa ta' Lm12.5 miljun ta' l-awtorita` għat-tibdil fil-prezzijiet tal-proprjeta`.", "Jiena ngħid, iva, l-awtorita` tad-djar għamlet tibdil fil-prezzijiet tal-proprjeta` u ngħid li għamlet tibdil b'mod pożittiv għax il-banek stess jgħidu dan meta l-awtorita` titkellem magħhom, pero` jekk wieħed joqgħod iqis l-editorjali li kien hemm u l-artikli li kien hemm jara li hemm opinjonijiet differenti, kulħadd iħares mil-lenti tiegħu.", "Bla dubju ta' xejn wieħed irid joqgħod attent f'dan il-pajjiż li ma jsirux interventi li mbagħad joħonqu, pero` rridu nkunu aware li ma nħallux li fejn għandna gruppi vulnerabbli jkomplu jinżlu iktar 'l isfel.", "Illum l-Onor.", "Stefan Buontempo għamel stedina biex issir konferenza nazzjonali, fejn jitkellmu l-istakeholders kollha għax din m'hijiex problema tal-gvern biss, imma hija problema ta' kulħadd.", "Għan-nom tal-gvern jien nilqa' din l-istedina li ssir konferenza nazzjonali.", "Hawnhekk nemmen li wieħed irid jagħti kredtu lill-kummissjoni djoċesana li b'dan ir-rapport tagħha qanqlet iktar id-dibattitu li diġa` kien għaddej, pero` forsi mhux daqshekk b'mod pubbliku daqskemm għadda f'dawn il-ġranet u m'għandix dubju li fil-ġimgħat u fix-xhur li ġejjin se nkomplu, għax wieħed irid iħares lejn dan is-settur ħafna iktar mill-viċin.", "Sur President, ħalli naqbeż fuq xi ħaġa li kont se nitkellem fuqha iktar tard, pero` se norbotha mas-suq tal-proprjeta`, mal-proprjeta` vakanti u mar-rental market.", "Wieħed mill-punti li ssemmew hawnhekk huwa li għandu jkollna suq tal-kiri ħafna iktar attiv milli għandna bħalissa.", "Issemmiet ir- riforma fil-liġijiet tal-kera.", "Hawnhekk m'iniex se nipprova nikkoreġi l- iżbalji li saru meta niġi kkwotata li għedt \"parlament\" minflok \"Kabinett\" jew li għedt din id-data minflok l-oħra.", "Jien dejjem ipprovajt hawnhekk nagħti pass pass x'qed isir f'dan il-qasam.", "Jien dejjem għedt li qed nipprepara white paper.", "L-ewwel isiru d-drafts, titla' d-draft fil- Kabinett, ikun hemm il-ħtieġa ta' iktar xogħol u dak ix-xogħol għamiltu, erġajna tellajna draft u kien għad fadal informazzjoni li kellha toħroġ miċ- ċensiment.", "Dik waslet, għamilna l-istudju ta' x'ġara f'pajjiżi oħra u allura l-aħħar draft tlesta.", "Hawnhekk se nagħmilha ċara li dan il-gvern huwa impenjat li kif tispiċċa d- diskussjoni fil-Kabinett, li m'għandhiex tieħu xhur, imma se ssir fil- ġimgħat li ġejjin, din il-white paper toħroġ għal dibattitu nazzjonali fost l-istakeholders kollha.", "Jiena nittama li anke l-partit Laburista jagħti l- feedback tiegħu fuq din il-white paper u ma jsirx bħalma ġara fuq il-white paper rigward ir-riforma tal-pensjonijiet, fejn ma fetaħx ħalqu ħlief eżattament ftit jiem qabel ma tela' d-dibattitu f'din il-Kamra.", "Jiena nispera li f'dan il-każ il-partit Laburista jkun attiv u jikkonsidra ruħu bħala l-gvern alternattiv u allura joħroġ bil-proposti tiegħu.", "Illum irrid infakkar li meta konna qegħdin nitkellmu fuq l-estimi tal- budget l-Onor.", "Stefan Bontempo li kellu biss xi 12-il minuta biex jitkellem dakinhar, irrifera darbtejn għar-riforma fil-liġijiet tal-kera u d-darbtejn qal li jkollu ċans jgħid x'inhi l-fehma tal-partit Laburista meta naslu għall-estimi ta' l-awtorita` tad-djar.", "L-estimi ta' l-awtorita` tad-djar kienu l-bieraħ u llum, l-Onor.", "Buontempo tkellem il-bieraħ u llum u għadu ma qalilniex x'inhi l-pożizzjoni tal-partit Laburista dwar din ir-riforma.", "Qed nagħmilha ċara li dan il-gvern huwa kommess li joħroġ il-white paper għad-dibattitu nazzjonali.", "Nerġa' ngħid nispera li l-partit Laburista jagħti s-sehem tiegħu wkoll.", "Qed nitkellem fuq ir-riforma fil-liġijiet tal- kera issa għax irrid ngħid li fil-white paper li lestejt - għaddejtha f'Novembru li għadda u qed tiġi mixtarra - hemm parti minnha li għalkemm mhux strettament fil-brief tar-riforma fil-liġijiet tal-kera pero` tħares lejn inċentivi li għandhom l-iskop li jagħtu stimolu lil dak li ngħidulu s- suq tal-kera.", "Huma madwar tmien jew disa' inċentivi biex inħajru lis-sidien ta' proprjeta` vojta li jikru.", "Illum rajt kumment fil-gazzetta li jgħid li darba li jkun hemm ir-riforma fil-liġijiet tal-kera se jkun hawn madwar 20,000 post vojt li joħorġu fis- suq.", "Kif diġa` ssemma llum il-gvern Nazzjonalista lliberalizza s-suq tal- kera fl-1995.", "L-appartamenti, id-djar vojta li hemm illum jistgħu jiġu mikrija llum, għada u pitgħada skond ftehim bejn is-sid u l-inkwilin pero` r-riforma fil-liġijiet tal-kera m'hi se titfa' l-ebda 20,000 post vojt fuq is-suq tagħna għax ir-riforma tħares proprju lejn residenzi li fihom hemm in-nies.", "Din il-ħaġa nixtieq nagħmilha ċara għax qed ikun hawn ħafna ineżattezzi meta nitkellmu fuq ir-riforma tal-liġijiet tal-kera.", "Hija sitwazzjoni kumplessa u min jaħseb li setgħet issir mil-lum għal għada jew minn sena għall-oħra nirriferih għal x'ġara f'pajjiżi oħra.", "Din hija riforma li ilha ġejja ħafna pero` hawnhekk irrid nappella biex ma noqogħdux nagħtu l-impressjoni li bir-riforma fil-liġijiet tal-kera se nitfgħu xi 20,000 post vojt fuq is-suq tal-kera, għax aħna qed inħarsu lejn residenzi li fihom diġa` hemm l-inkwilini.", "Jien semmejt ir-riforma tal- liġijiet tal-kera issa għal żewġ raġunijiet, l-ewwelnett biex niċċara l- punt li f'din il-white paper qegħdin inħarsu lejn inċentivi biex nistimulaw is-suq tal-kera u anke biex nippreċiża xi ħaġa li ilni naraha ripetutament tidher f'artikli u li m'hijiex eżatta, u li allura wieħed irid jitkellem fuqha wkoll.", "Issa se nħares ftit lejn dak li qalu l-kollegi tiegħi.", "Irrid ngħid li sa ċertu punt l-iskema tax-shared ownership ġiet misinterpreted.", "L-ewwelnett mhux veru li l-units bix-shared ownership scheme joħorġu b'mod li qed jikkompetu mas-suq kummerċjali.", "Din smajniha mingħand l-Onor.", "Karl Chircop u mingħand kelliema oħra.", "Wieħed irid jiftakar li meta persuna tixtri terz ta' proprjeta` dan ifisser li l-ewwelnett mhux qed tidħol għal piż kbir ta' self u fl-istess waqt qed tgawdi l-proprjeta`.", "L-Onor.", "Buontempo qal li qegħdin nagħmlu kondizzjonijiet ħorox u allura ejja naraw x'inhuma dawn il- kondizzjonijiet.", "Hawnhekk għandna li l-benefiċjarju sa għaxar snin jista' jixtri l-porzjon li jkun fadal tal-proprjeta`, jew it-terz jew iż-żewġ terzi li jkun fadal, bl-istess prezz issussidjat ta' meta xtara l-ewwel parti.", "Jiġifieri jekk jien nixtri post illum, fl-2007, imbagħad niġi fl-2016 biex nixtri l- kumplament tal-proprjeta` tiegħi, din se nixtriha bil-prezz issussidjat tal- lum u ma nkunx għamilt dawk id-disa' snin inħallas imgħax fuq il-prezz totali waqt li nkun qed ingawdi u ngħix f'dik il-proprjeta`.", "Dan qed ngħidu biex noqogħdu attenti meta nagħmlu sweeping statements li f'din l- iskema saru kondizzjonijiet ħorox ħafna.", "Anke meta nikkritikaw għax il- postijiet jingħataw shell u għax il-prezz huwa kważi kummerċjali rridu noqogħdu attenti għax l-awtorita` tad-djar mhux tagħmel rapport fuq rapport imma tagħmel rapporti, tixtarr dak li qed jiġri u minn dak li qed jiġri tagħmel politika ġdida.", "L-awtorita` rrealizzat li ħafna mill-benefiċjarji tagħha, Alla jbierek, kienu jaqilgħu l-madum, ibiddlu t-twieqi, ibiddlu l- bibien biex jagħmluhom għall-gosti tagħhom u dan minkejja l-ispiża żejda involuta.", "Meta inti għandek bżonn post fejn toqgħod suppost tikkuntenta bil-madum u bil-kamra tal-banju li tkun għamlitlek l-awtorita`.", "Dawn ikunu ġodda, jista' jkun li waħda tkun roża u inti tippreferi waħda ċelesti, pero` tiskanta l-ammont ta' nies li jidħlu fi spiża żejda biex jagħmlu l- affarijiet għall-gosti tagħhom.", "Irridu nippreċiżaw li l-awtorita` qed tadotta l-politika li tbigħ il-postijiet ġebel u saqaf biex tħalli lil dak li jkun liberu jagħmel mill-ewwel dak li jrid hu.", "Issa hawn irridu ngħidu li d-differenza hija kkonsidrata fil-prezz, jiġifieri l-awtorita` m'hijiex qed iżżomm ta' post finished, imma ta' post ġebel u saqaf.", "Issemmew ukoll is-sussidji u l-għotjiet li tagħmel l-awtorita` tad-djar.", "Bir-rispett kollu lejn l-Onor.", "Buontempo ma rridx ngħid li ma naħsibx li l- matematika kienet il-forte tiegħu meta kien l-iskola, imma b'mod iktar diplomatiku se ngħid li naħseb li kien hemm suġġetti li kien ħafna aħjar fihom milli kien fil-matematika.", "Dan qed ngħidu għax għamel rebus minn uħud min-numri li dehru f'dan ir-rapport.", "Ma nistax nifhem kif persuna li hija midħla tal-qasam tal-bini ma tirrealizzax li l-ispiża li tidher tista' tkun waħda li hija spiża reali, imma peress li jkunu għad iridu jitħallsu kontijiet, jew għad iridu joħorġu ċerti tenders, jew isir ċertu xogħol, meta l-awtorita` ddaħħal l-estimi tagħha ma jkunux neċesarjament riflessi f'ta' dik is-sena, pero` mbagħad ikunu riflessi fis-sena ta' wara u dejjem ikun hemm l-aġġustament neċessarju.", "Imma n-nefqa ta' l-awtorita` hija dik ippjanata li se ssir is-sena d-dieħla.", "Jekk imbagħad, bħalma ġara meta l- awtorita` ddeċidiet li toħroġ il-units għax-shared ownership u allura kellhom isiru kuntratti b'mod partikolari, l-affarijiet jaqgħu ftit tard, allura l-ispiża ppjanata tkun għadha ma seħħitx f'dak il-perijodu, imma teknikament xorta tkun saret.", "L-Onor.", "Buontempo għamel l-istess żball meta kien qed jitkellem fuq l- iskema ta' xiri ta' postijiet mingħand il-privat li għaliha kien hemm ivvotati Lm3 miljun.", "Fil-budget tas-sena li għaddiet il-prim ministru kien ħabbar li hemm skema ta' Lm3 miljun biex tinxtara l-proprjeta` mill-privat u din hemm għadha.", "Is-sena li għadidet l-awtorita` kienet qed tippjana kif se taħdem din l-iskema wara li daħlu 35 applikazzjoni biex sidien ibigħu l- proprjeta` tagħhom.", "L-awtorita` kienet qed tagħmel stima ta' kemm tista' tonfoq fis-sena 2007, imma t-Lm3 miljun qegħdin hemmhekk.", "L-Onor.", "Stefan Buontempo kkritikana għax għamilna żewġ konvenji biss.", "Daħlu 35 appplikazzjoni għal din l-iskema, allura qed nippretendu li ma jsirx il-vetting tal-proprjeta` u li ma jsirux il-konvenji kif hemm bżonn?", "Ikkritikana wkoll għax waħda mill-proprjetajiet m'hijiex fil-qalba, allura m'hemmx urban regeneration, u dwar il-proprjeta` l-oħra fil-Belt, li hija substandard u se titwaqqa' biex jinbena block minflokha, ikkritikana wkoll għax ħadnieha Lm5,000!", "Mela waħda mingħalih li għolja u l-oħra hija baxxa!", "Din hija l-kritika li għamel all along partikolarment l-Onor.", "Buontempo.", "Niġi għall-iskema ta' Lm2 miljun li se tgħin 250 koppja biex jixtru l-ewwel residenza taħghom.", "Dażgur li tkellmet mal-banek l-awtorita` tad-djar!", "Mela xi ħadd jagħmel l-affarijiet fl-ajru?", "L-ewwel tkellimna mal-banek imbagħad ħriġna l-iskema, imma issa titfassal l-iskema fid-dettalji tagħha u f'nofs Frar se tiġi launced.", "Din issemmiet fl-aħħar ta' Ottubru fil- budget u se nniduha fi Frar.", "Irrid ngħid ukoll li l-Onor.", "Buontempo kien qed iħares lejn ħafna mistoqsijiet parlamentari u tweġibiet li tajtu jien u kultant nitkellmu bil- Malti u lanqas niftiehmu.", "Huwa tkaża li l-awtorita` ma waqqfet l-ebda skema u l-ebda inċentivi ġodda fis-sena 2005 jew 2006.", "Meta staqsejtu x'kienet tgħid il-mistoqsija, qalli li kienet tgħid hekk: Kemm twaqqfu skemi u inċentivi?", "Jekk taqlibha għall-Ingliż il-kelma \"twaqqfu\" tfisser \"stopped\".", "Il-kelma \"launched\" tfisser \"tniedi\".", "Allura t-tweġiba ngħatat għall-mistoqsija li kienet tgħid: \"How many schemes and initiatives have been stopped?\" u mhux kemm bdew jew kemm ġew imnedija.", "L-aqwa li naraw in- negattiv.", "Il-moħħ qiegħed f'dik il-forma mentis, allura awtomatikament in- negattiv biss naraw.", "Affarijiet żgħar imma affarijiet importanti wkoll għax juruna kif jaħseb l-Onor.", "Buontempo.", "Semma wkoll il-kwestjoni tar-requisitions u qalilna li għandna bżonn 20 sena biex noħorġu d-derequisitions.", "Le, m'għandniex bżonn 20 sena għax għaddejjin b'ritmu mgħaġġel ħafna iktar milli kien qabel.", "Irrid ngħid li dawk id-derequisitions li huma problematiċi il-Perit Anton Camilleri qed jidħol personalment fihom biex insolvuhom bejn l-inkwilin u s-sid għax hekk għandu jkun, u mhux se ndumu 20 sena.", "Lanqas 10 snin m'aħna se ndumu.", "Fi tweġiba li kont tajtu jien għal mistoqsija parlamentari li għamilli għedtlu li se ndumu inqas minn għaxar snin.", "Issa jekk se noqogħdu nilagħbuha tal- politiċi, inqas minn għaxar snin hemm bejn zero to nine jew to ten.", "Ħaġa oħra li staqsa kienet għaliex ma daħħalniex fil-Kostituzzjoni t- tneħħija tad-dritt tar-requisition orders.", "Kien hemm xi ħaġa li qatt m'għoġbitni fil-mod kif jitkellem dwar x'għandna nagħmlu biex ikollna housing available u għalhekk kemm-il darba staqsejtu minn hawnhekk: Aħna ndaħħluha fil-Kostituzzjoni?", "X'inhi l-fehma tal-partit Laburista?", "Aħna diġa` wrejna l-impenn tagħna meta fl-1995 neħħejna r-requisitions u ħloqna suq liberalizzat.", "Imma wieħed irid joqgħod attent kif ipoġġi l-kelma għax hawnhekk m'iniex se ngħid li kuntenta ħafna bil-mod kif l-Onor.", "Bontempo ġieli jitkellem fuq ir-requistioning.", "Sur President, nagħlaq fuq l-amalgamazzjoni ta' l-awtorita` mad-dipartiment ta' l-akkomodazzjoni soċjali.", "Il-proċess ta' l-amalgamazzjoni ilu għaddej.", "Din m'hijiex xi ħaġa li ssir billi nqumu filgħodu, il-15 jew 16 ta' Jannar u ngħidu li mil-lum bdiet l-amalgamazzjoni.", "L-amalgamazzjoni għaddejja, infatti n-nies li hemm fid-dipartiment ta' l-akkomodazzjoni soċjali diġa` kważi kollha mxew għal ma' l-awtorita`.", "Sa l-aħħar ta' dan ix-xahar tkun saret amalgamazzjoni fiżika, imma l-importanza ta' l-amalgamazzjoni hija fil-moħħ, fl-attitudni.", "U hawnhekk irrid ngħid li veru kellna ħidma tajba ...", "(Interruzzjonijiet) Iva, mal-unions.", "Mhux bilfors trid titkellem mal- unions!", "Mhux bilfors trid toqgħod attent li timxi bil-mod f'sitwazzjoni bħal din meta nafu li jkun hemm ċerta reżistenza u jkun hemm anke min irid irewwaħ ir-reżistenza?", "Imma l-amalgamazzjoni miexja u nittama li minn hawn u ftit xhur oħra nressaq leġislazzjoni biex ikollna l-amalgamazzjoni formali.", "Xtaqt li kelli ftit ħin ieħor, pero` sfortunatament hawnhekk il-ħin jgħaddi malajr.", "Nagħlaq billi ngħid li jekk wieħed verament iħares lejn ix-xogħol li sar fil-qasam ta' l-akkomodazzjoni soċjali u kif dan jimpinġi fuq il- qasam tal-housing in ġenerali u wieħed iħares lejn skemi, inizjattivi, bini u allokazzjonijiet nemmen li kien hemm impatt qawwi.", "M'huwiex aċċettabbli n-negattiviżmu li nstema' minn uħud mill-kelliema ta' l-oppożizzjoni.", "Jiena bħala ministru responsabbli mill-housing ngħid li għamilna ħafna u bħal dejjem għad hemm xi jsir.", "Il-housing minn dejjem kien settur diffiċli ħafna u għal darb'oħra nirringrazzja lil dawk kollha li jifformaw parti mill- ministeru tiegħi u li taw il-ħidma tagħhom tul is-sena li għaddiet.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Se ngħaddi issa biex inqiegħed il-mistoqsija.", "Il- mistoqsija hija l-mozzjoni kif imressqa u moqrija mill-Ministru għall- Familja u Solidarjeta' Soċjali fis-seduta tal-bieraħ.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MR SPEAKER: Id-division tittieħed minn hawn u 20 minuta oħra.", "Billi ntalbet votazzjoni fid-9.00 p.m. is-seduta ġiet sospiża u rriżumiet 20 minuta wara.", "MR SPEAKER: Se nerġa' nqiegħed il-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hija l-mozzjoni kif imressqa u moqrija mill-Ministru għall-Familja u Solidarjeta' Soċjali fis-seduta tal-bieraħ.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mario Galea, jekk jogħġbu, jgħidilna l-arranġament tal- pairing.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Mr Speaker, għan-naħa tal-gvern se jiġu paired l-Onor.", "Tonio Borg, l-Onor.", "Tonio Fenech, l-Onor.", "Franco Galea, il-Prim Ministru, l- Onor. Michael Gonzi u l-Onor.", "Jesmond Mugliett.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, għan-naħa ta' l-oppożizzjoni se jiġu paired l- Onor. Joseph Brincat, l-Onor.", "Leo Brincat, l-Onor.", "Justyne Caruana, l-Onor.", "Marie Louise Coleiro Preca, l-Onor.", "Anton Refalo u l-Onor.", "Alfred Sant.", "VOTAZZJONI NRU.", "182", "FAVUR: 25", "L-Onor.", "|Abela Anthony|Frendo Michael | |Agius David |Galea Censu | |Agius Francis|Galea Louis | |Arrigo Robert|Galea Mario | |Asciak |Gatt Austin | |Michael | | |Azzopardi |Mifsud Bonnici | |Frederick |Antoine | |Cassar Joseph|Mifsud Bonnici | | |Carmelo | |Cristina |Pullicino George| |Dolores | | |D'Amato Helen|Pullicino | | |Orlando Jeffrey | |de Marco |Vassallo Edwin | |Mario | | |Debono |Zammit Ninu | |Giovanna | | |Deguara Louis|Zammit Dimech | | |Francis | |Falzon Joseph| |", "KONTRA : 21", "L-Onor.", "|Abela Carmelo|Farrugia Michael| |Abela Joseph |Farrugia Noel | |Agius Chris |Galdes Roderick | |Bartolo |Gulia Gavin | |Evarist | | |Buhagiar |Herrera Jose' | |Charles | | |Cardona Chris|Mangion Charles | |Chircop Karl |Mizzi Joe | |Cuschieri |Parnis Silvio | |Joseph | | |Dalli Helena |Sammut Joseph | |Debono Grech |Vassallo Adrian | |Joe | | |Farrugia | | |Angelo | |", "Il-mozzjoni għaddiet.", "MR SPEAKER: Il-Ministru Galea, jekk jogħġbu, iressaq l-aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern, nipproponi l-aġġornament tal-Kamra għall-Erbgħa, 17 ta' Jannar 2007, fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Ġustizzja Amministrattiva - Tieni Qari (Kont);", "Abbozz ta' Liġi li Jimplimenta Miżuri ta' l-Estimi - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Organizzazzjonijiet Volontarji - Tieni Qari (Kont);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili (Emenda Nru 2) - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet - Tieni Qari.", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta (Emenda Nru 2) - Tieni Qari; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta - Kumitat.", "--------------------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili (Emenda Nru 2) - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili -Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Reġistru Ċentrali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi tal-Liġijiet tal-Pulizija - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att tal-Bank Ċentrali ta' Malta - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "David Agius.", "ONOR.", "DAVID AGIUS: Sur President, xtaqt nieħu dan l-aġġornament biex inwassal numru ta' punti għax naħseb li kultant ċerti affarijiet irridu nagħmlu enfażi fuqhom u nagħtu kashom aktar minn oħrajn.", "Waħda mill-aktar affarijiet relevanti li għaddejjin f'pajjiżna hu x-xogħol li qed isir fit- toroq residenzjali tagħna.", "Fix-xhur li għaddew kellna ħafna nies jistaqsu meta se ssir it-triq tagħhom u issa wasalna fi stadju fejn mhux biss nafu liema toroq se jsiru imma anke liema kuntratturi se jagħmlu dan ix-xogħol.", "Per eżempju, f' Ħ'Attard se jingħataw it-tarmac xejn anqas minn 12-il triq u dawn huma: Triq iż-Żraġen u Triq Bettija li se jsiru mis-Central Asphalt Limited; Triq il-Mixtla, Triq is-Sardinella, Triq Fikus, Triq Żbiba u parti minn Triq Lorenzo Manche' li se jsiru mir-Road Services Limited; Triq il-Larinġ, Triq iz-Zahar, Triq it-Taħħan, Triq Peter Paul Rubens u Triq Emvin Cremona li se jsiru minn Alfred Schembri & Sons Limited.", "Mhux hekk biss Sur President, imma nafu wkoll li anke l-kunsill lokali ta' Ħ'Attard qed iwettaq numru ta' xogħlijiet fuq it-toroq tal-lokalita' u dan kollu ċertament hu tajjeb għar-residenti ta' din il-lokalita'.", "Apparti x-xogħol fuq it-toroq, f'Ħ'Attard qed isir ir-refurbishment u l- alternations fuq il-klinika sabiex nagħmluha aħjar, kif tixraq lill-poplu ta' l-istess lokalita`.", "Se jintefqu kważi Lm9,000 biex din il-klinika toffri servizzi ta' tabib u ta' nurse bl-appuntament u anke t-tqassim ta' mediċini.", "F'Ħ'Attard għandna wkoll sistema aħjar ta' kif wieħed iħares il- widien, Sur President.", "Fil-passat kellna problemi bl-ilma tal-wied li jibda minn Ta' Qali u jibqa' sejjer lejn Ħal Qormi għax il-wied ma kienx ilaħħaq u l-ilma kien jinġema' fl-inħawi ta' Misraħ Kola.", "Pero' f'dawn l-aħħar sentejn, speċjalment f'dawn l-aħħar xhur, l-affarijiet tranġaw, infetħu partijiet li qabel kienu jwaħħlu kollox u minkejja l-ammont sostanzjali ta' xita li niżlet dan l-aħħar, il-wied laħħaq ma' l-ilma li nieżel minn Ta' Qali u ma rajniex problemi.", "Ovvjament fadal x'isir u m'għandix dubju li dalwaqt naraw iseħħ it-tindif li jrid isir f'dan il-wied min-nies responsabbli.", "Dan l-aħħar smajna ukoll li l-ambaxxata Amerikana se ssir fejn qabel kellna l-counting hall u dan żgir li se jgħolli l-livell mhux biss ta' Ta' Qali imma anke ta' Ħ'Attard għax kif spjegawlna lilna l-membri parlamentari u lill-kunsilliera, din l-area se tiġi upgraded.", "Hawnhekk tajjeb li ngħidu li b'dan, evitajna li dik l-area tiġi użata għal affarijiet oħra bħal per eżempju trade fair area.", "Fil-fatt, illum għandna dikjarazzjoni ċara mill- ministeri konċernati li t-trade fair se jsir wara l-ground tal-football nazzjonali ta' Ta' Qali u b'hekk żgur li m'hijiex se taffettwa lir- residenti kemm ta' Ħ'Attard, kemm tal-Mosta u anke tar-Rabat u Ħaż-Żebbuġ.", "Sur President, dawn l-affarijiet ma jsirux b'kumbinazzjoni imma jsiru għax ikun hemm ħsieb u għax ikun hemm min qiegħed jaħseb fuq dwar x'għandu jsir jew le.", "Aħna rridu naraw li jsiru t-toroq ġo Ħ'Attard pero' ma rridux li jkollna per eżempju trade fair viċin in-nies.", "Irridu klinika aħjar imma ma rridux affarijiet ta' storbju li jistgħu jdejqu lir-residenti.", "F'dawn il- ġranet kellna wkoll it-tinda temporanja f'Ta' Qali u ħadd ma gerger dwar xi storbju minkejja li kellna anke lil Bocelli jkanta b'vuċi mill-aktar qawwija.", "Dan għaliex it-tinda ġiet maħduma b'mod tajjeb sabiex ma jkun hemm ebda diffikulta' bl-attivitajiet li jsiru ġo fiha.", "Dan huwa tajjeb, Sur President għaliex minn banda qed ikollna fejn nilqgħu tajjeb lill-barranin li jiġu Malta għall-attivitajiet tagħhom u min-naħa l-oħra ma ndejjqux lill- Maltin li jridu jibqgħu jgħixu fil-kwiet.", "Ngħaddi issa biex nitkellem fuq il-Mosta u nibda biex ngħid li sal-lum stess kellna kritika mill-Oppożizzjoni dwar il-pjazza tal-Mosta.", "Hu veru li din damet xi ftit biex saret imma issa li saret, kulħadd jista' jara li din hi pjazza ta' kwalita' mhux biss għall-Mostin imma għall-Maltin u t-turisti kollha li jmorru fiċ-ċentru ta' dan il-lokal.", "Fil-Mosta wkoll qed isiru numru ta' toroq fosthom Triq San Ġużepp, Triq San Paċifiku u Triq Salvu Gatt minn Penza Tarmac Ltd; Triq ir-Rużinjol u Triq il-Kultellazz minn Bonnici Bros; Triq il-Ħuttaf u Triq il-Gardell minn Road Services Ltd; Triq iċ-Ċinju u Triq it-Torri minn Road Maintenance Services Ltd; Triq Rużar Mizzi minn Philip Agius and Sons u Triq l-Għadajjar u Triq in-Naħal minn Blokrete Ltd.", "Ix-xogħol miexi wkoll anke fuq it-toroq fir-Rabat u fl-Imġarr u se jsiru Triq San Martin, Triq il-Mitħna, Triq Doni l-Qadima u parti minn Triq Ta' Namura fir-Rabat u għaddej ix-xogħol fuq Triq Ġorġ Zammit fl-Imġarr mill- Bitmac.", "Ix-xogħol qed isir anke fil-lokalita' ta' Ħaż-Żebbuġ fejn l-ewwel grupp ta' toroq li se jsiru huma Triq Għarram u Dawret in-Niżla ta' San Pawl minn E & S Mifsud Ltd u Triq Ġeraldu Farrugia u Triq l-Għeneb minn Bonnici Bros. Ltd.", "Iva Sur President, hu importanti li issa l-poplu Malti, li tant jixtieq ikollu it-toroq residenzjali tiegħu b'kisja tarmac, jingħata d-dettajli ta' min se jagħmel dak ix-xogħol għaliex finalment, kull wieħed u waħda minna rridu li l-affarijiet jimxu 'l quddiem.", "Sur President, aħna smajna ħafna dwar il-park and ride f'pajjiżna u kien hemm min forsi kkritikaha għaliex ma kienx jaf kif din se taħdem eżatt pero' llum qegħdin naraw sitwazzjoni fejn il-park and ride qed taqbad u kważi kulħadd qed ifaħħarha.", "Din intużat per eżempju fin-Notte Magica u anke din l-attivita' in se hi interessanti u ħafna nies qed jgħidulna biex nagħmlu dawn it-tip ta' attivitajiet sabiex l-ekonomija tal-pajjiż timxi 'l quddiem u sabiex jinxtered aktar ottimiżmu fil-pajjiż.", "Iva, Sur President, hemm indikazzjonijiet li l-affarijiet mexjin 'il quddiem.", "Per eżempju f'Jannar li għadda, l-indiċi tal-Borża ta' Malta żdied b'66 punt u għalaq fil-livell ta' 5,043, l-ogħla livell f'dawn l-aħħar xahrejn.", "Qegħdin naraw aktar investiment ġej lejn pajjiżna, Sur President.", "Reċentament rajna lill- Prim Ministru jiftaħ il-premises tal-Fraser Eagle fl-Ingilterra u dawn qalu li se jinvestu bejn Lm10 u Lm15 miljun f'pajjiżna.", "Anke fuq livell ta' budget u ta' miżuri li qed nieħu hemm it-tajjeb, Sur President.", "Mhux biss għandna nkomplu naħdmu biex nattiraw l-investiment lejn pajjiżna imma anke għandna nkomplu nieħdu miżuri li jgħinu lill- familja.", "Rajna per eżempju kif fil-budget li għadda daħlu miżuri favur il- familja anke fis-servizz pubbliku.", "Jiena nittama li kulmin hu fis-servizz pubbliku, anke jekk forsi għandu xi ftit awtonomija, jmexxi 'l quddiem din il-politika tal-gvern għaliex il-gvern hu kommess li jiffaċilita aktar il- miżuri sabiex ikun hemm bilanċ bejn ix-xogħol u l-familja.", "Biex isir dan, irridu nsibu l-koperazzjoni ta' kull entita' li għandna wkoll f'pajjiżna, Sur President.", "Dawn il-family-friendly measures m'għandhom isibu l-imblokk ta' ħadd, anke jekk ikun awtonomu jew jaħseb li hu awtonomu għax finalment il-flus tiegħu ħerġin minn dan il-parlament permezz tal-budget u jrid jimxi skond il-ħsebijiet tal-gvern.", "Sur President, anke fl-edukazzjoni rridu nibqgħu mexjin 'il quddiem.", "Jiena quddiemi għandi rapport ta' Richard Garner, Education Editor li deher f'\"The Independent\" ta' l-Ingilterra u dan jgħid:", "\"Pupils struggle to master basic maths and English.\".", "Dan qal ukoll li ċerti figuri ma laħquhomx fl-Ingilterra u naħseb li hawnhekk importanti li anke aħna bħala pajjiż nifhmu li mhux kulħadd ilaħħaq, li mhux kulħadd huwa kapaċi u li mhux kulħadd jilħaq il-marki li wieħed ikun jixtieq.", "Fil-parlament kultant nisimgħu li rridu li kull student li jispiċċa l-livell sekondarju jkun jaf jikteb u jaqra bil-Malti u bl-Ingliż u jkun jaf matematika bażika, pero' dan ma jseħħx.", "Dan li semmejt juri li mhux qegħdin waħedna b'din il-problema.", "Anke fl-Ingilterra qed ikun hemm numru ta' school leavers li ma jkollhomx il-ħiliet bażiċi u hemm numru ta' skejjel li lanqas biss jirnexxielhom jilħqu l-figuri li għandna aħna f'pajjiżna.", "Dan importanti li jingħad, Sur President għax trid tqabbel dak li jiġri f'pajjiżek ma' dak li jiġri f'pajjiżi oħra biex tkun taf fejn qiegħed.", "Għalhekk fil-qasam ta' l-edukazzjoni mhux biss hu importanti li nibqgħu ninvestu fl-infrastruttura – għandna numru ta' skejjel li qed jimxu 'il quddiem f'dan l-aspett - imma anke li nenfasizzaw ma' l-istudenti tagħna l- bżonn li dawn ikollhom ħiliet bażiċi bħall-Malti, l-Ingliż, il-matematika u anke xi forma bażika ta' għarfien fl-informazzjoni teknoloġika, għax anke dan sar importanti fiż-żminijiet tal-lum.", "Fil-fatt, kien importanti dak li jagħmel dan il-gvern meta daħħal is-sistema ta' l-IT fl-iskejjel sabiex l- istudenti, minn meta jkunu żgħar, jitgħallmu li l-computers huma parti minn ħajjitna u se jkunu neċessarji fil-futur tagħna.", "Hu importanti li aħna nkunu ppreparati fl-IT għaliex meta se nikkompetu mal-barranin għall- investiment, se nikkompetu wkoll fuq dawk l-oqsma, li ċertament jrendu aktar flus fil-pagi tagħna.", "Sur President, huwa importanti wkoll li nagħtu importanza lill-qasam sportiv.", "Jiena ħadt pjaċir nisma' lill-Ministru Louis Galea jgħid l- ħsebijiet tal-gvern għal dak li għandu x'jaqsam ma' l-isport f'pajjiżna waqt li kienu qegħdin jitħabbru l-isportivi, l-uffiċjali u t-timijiet nazzjonali.", "Hu importanti li fix-xhur li ġejjin f'dan il-pajjiż nitkellmu aktar dwar l-isport u l-politika nazzjonali dwar l-isport.", "Forsi jkun tajjeb li jkollna konferenza nazzjonali dwar l-isport u l-kunsilli lokali jkunu iktar involuti fl-isport sabiex ikollna soċjeta' b'saħħitha mhux biss mentalment imma anke fiżikament.", "Hu veru li fi ftit tal-ġimgħat oħra niftħu l-isptar il-ġdid imma kulħadd jawgura li dan jintuża mill-anqas għax il-mard ħadd ma jridu u ċertament l-isports jgħin biex jitnaqqas ċertu mard.", "Għalhekk ikun tajjeb li jkollna soċjeta' sportiva, Sur President.", "Issa meta ngħid \"soċjeta' sportiva\" mhux qed ngħid li għandu jkollna l- aħjar footballers imma li l-poplu jipparteċipa fl-isport u jkun kapaċi jagħmel ftit attivita' fiżika u mhux sempliċiment joqgħod bil-qegħda jara l- logħob tal-futbol fuq it-televiżjoni.", "Jeħtieġ li nħeġġu lit-tfal biex minn meta jkunu żgħar, jibdew jipparteċipaw fil-qasam sportiv sabiex din tidħol fil-kultura tagħna u għalhekk hemm bżonn ta' politika nazzjonali dwar dan u hemm bżonn ukoll li l-kunsilli lokali jaħdmu dwar dan.", "Li nieklu kif suppost hu tajjeb għal saħħitna pero' jeħtieġ ukoll li nagħmlu l-attivita' fiżika.", "La qed insemmi s-saħħa, Sur President, ngħaddi għal aspett ieħor importanti għas-saħħa tagħna u dan hu l-ambjent ta' madwarna.", "F'dan ir-rigward, xtaqt inwassal ftit il-ħsebijiet tiegħi dwar dak li deher dan l-aħħar f'ġurnal lokali dwar razzett ġo Ħ'Attard.", "F'paġna 18 tal-ġurnal \"Illum\" ta' l-14 ta' Jannar kien hemm żewġ ittri, fosthom ta' kandidat ta' l-Alternattiva Demokratika, li taw x'wieħed jifhem li ħadd m'hu qed jagħti kas ta' dak li qed jiġri f'dan ir-razzett mitluq u l-problema ta' mard minħabba l-briegħed li hemm.", "Hu importanti li wieħed jifhem li l-affarijiet ma jkunux sempliċi daqskemm wieħed jipprova jagħmilhom biex jagħmel gwadann politiku.", "L- affarijiet iridu jsiru b'mod serju, Sur President, u fil-ġranet li ġejjin se jkollna r-riżultat tax-xogħol ta' diversi dipartimenti li qed jaħdmu biex jaraw li dan il-post jitwaqqa' u anke fl-inħawi ssir triq.", "Hawnhekk tajjeb ngħidu wkoll li dak ir-razzett kien ilu bil-ħsieb li jitwaqqa' biex floku jinbena sports complex.", "Hemm diġa' applikazzjoni għand il-MEPA pero' fadal xi affarijiet oħra xi jsiru biex Ħ'Attard ikollu sports complex kif jixraq.", "Sur President, naħseb li dawn huma affarijiet importanti u qabel ma xi ħadd jikteb fuq il-gazzetti dwar li ħadd m'hu qed jagħmel xejn, dan għandu jitkellem ma' min verament jirrappreżenta l-lokalita' biex ikun jaf x'qed isir.", "Ma ninsewx li jekk ikun hemm annimali ħajjin, ma tistax taqbad u twaqqa' l-post.", "Jekk ikun hemm ċerti affarijiet amministrattivi li jridu jsiru, jridu jsiru u dan dejjem bil-ħsieb li l-ewwel tiġi s-saħħa tal- pubbliku.", "Mela importanti li nżommu f'rasna li fil-ġranet li ġejjin se jkollna triq li tiftaħ dik l-area u se jkollna wkoll it-twaqqiegħ ta' dan ir-razzett biex finalment jinbena sports complex.", "Xtaqt niġbed l-attenzjoni għal affarijiet oħra relatati ma' żviluppi f'pajjiżna.", "Jiena ma nistax nifhem kif ħaddiema tal-MEPA jkollhom oġġezzjonijiet fuq proġett partikolari f'Awissu tas-sena l-oħra u jinformaw b'dan lil min applika biex jagħmel il-proġett fil-bidu ta' Jannar ta' din is-sena.", "Dawn għalija huma affarijiet inaċċettabbli, Sur President.", "Ma jistax ikun li bniedem li jkun qiegħed jaħdem biex jagħmel proġett partikolari idum erba' xhur jistenna biex ħaddiema fil-MEPA jinformah li għandu l-oġġezzjonijiet.", "Imbagħad sopra corna bastonate, dan l-applikant jingħata sebat ijiem żmien biss biex iwieġeb għall-istess oġġezzjonijiet.", "Mela l-ewwel tħalli oġġezzjoni tistenna erba' xhur biex titħabbar, imbagħad tagħti ġimgħa biex l-applikant ikun jista' jwieġeb.", "Sur President, nerġa' ngħid li dawn huma affarijiet inaċċettabbli u għalhekk jiena se nressaq dan il-każ quddiem l-awtoritajiet konċernati sabiex dan il-ħaddiem partikolari ma jibqax jagħmel il-ħsara kemm lill- applikanti u kemm lill-istituzzjoni tal-MEPA.", "Ma tistax tagħti tort lin- nies li jiġu jgergru għandek meta jiġru dawn l-affarijiet li semmejt, Sur President!", "Anqas hu aċċettabbli, Sur President, li jkollna sitwazzjoni fejn il-kunsill lokali jgħid lir-residenti li talab biex triq issir one way u din it-talba qatt ma tasal għand ir-records tat-Traffic Managament Unit.", "Hawnhekk qed nirreferi għall-każ fejn residenti f'Ħaż-Żebbuġ talbuni biex Triq Dun Karm Psaila ssir one way 'l isfel minn Misraħ Ħal Dwieli, dawn talbu lill- kunsill lokali jibgħat it-talba tagħhom għandu l-awtoritajiet konċernati u llum il-Ministru Jesmond Mugliett jirrispondi li minn riċerka li saret fir- records tat-Traffic Management Unit jirriżulta li m'hemm l-ebda talba mill- kunsill lokali ta' Ħaż-Żebbuġ biex Triq Dun Karm Psaila ssir one way 'l isfel minn Misraħ Ħal Dwieli.", "Il-Ministru qal ukoll li t-Traffic Management Unit se jikkuntattja lill-kunsill rigward din it-talba.", "M'huwiex aċċettabbli, Sur President li jkollok residenti li jiġu mwiegħda li l- affarijiet mexjin mill-kunsill lokali u imbagħad mit-tweġiba li ngħatajt għall-mistoqsija parlamentari nru.", "23,018, joħroġ li lanqas biss tkun saret it-talba.", "Dawn l-affarijiet iridu jitressqu quddiem l-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż għaliex qed inaqsu l-fiduċja taċ-ċittadini fl-istituzzjonijiet.", "Faċli allura, Sur President, li mbagħad ikollok kunsill lokali li jwaħħal f'dak id-dipartiment jew f'dik l-awtorita' għax ma jsir xejn minn dak li jitolbu r-residenti meta mbagħad ikun l-istess kunsill li ma ressaqx it- talba tagħhom!", "Hemm affarijiet oħrajn Sur President li wieħed jista' iressaq quddiem dan il-parlament pero' llum għażilt dawn il-każi għax naħseb li kemm gvern ċentrali kif ukoll gvern lokali għandhom jieħdu ħsieb il-bżonnijiet tar-resident u jaħdmu id f'id biex jaraw li x-xewqat tagħhom isiru realta'.", "Sur President, nagħlaq dan l-intervent billi ngħid li huwa ta' sodisfazzjon għalija u għal kulmin hu nisrani u Malti li nara l-kanonizzazzjoni ta' Dun Ġorġ Preca miexja 'l quddiem, speċjalment issa li kien approvat it-tieni miraklu tiegħu.", "Naħseb li anke dan il-parlament irid jifraħ għal dak li qed jiġri għax ftit tal-ġranet oħra Dun Ġorġ Preca se jkun iddikjarat l-ewwel qaddis Malti.", "Naħseb li importanti li anke f'din l-ogħla istituzzjoni tal- pajjiż nirrikonoxxu dan u finalment nifirħu mal-kumplament ta' l-insara f'pajjiżna.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada l-Erbgħa, 17 ta' Jannar, 2007 fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "TRIQ ĦAL FARRUĠ - EMISSIONS", "22809.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO PRECA staqsiet lill-Ministru għall- Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-MEPA qatt stħarrġietx l-emissions ta' trab aħmar li qiegħed joħroġ minn ċumnija fi Triq Ħal Farruġ u li hija tan-negozju li d-dettalji tiegħu qegħdin jidhru kunfidenzjalment?", "Jekk stħarrġet, x'passi ttieħdu?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Wara investigazzjonijiet li saru fuq il-post, kien ikkonfermat li ċ-ċumnija msemmija tintuża bħala parti minn sistema ta' estrazzjoni ta' l-arja waqt attivitajiet ta' spraying li ma jsirx b'mod frekwenti.", "Waqt l-ispezzjoni saru rakkmandazzjonijiet biex kull inkonvenjent li setgħa ġie kkawżat minn din l-attività jiġi mneħħi.", "Is-sit se jibqa' ikun immoniterjat biex jonqos ir-riskju li tirrepeti ruħha din il- problema.", "ĦAL-LUQA - ART TAL-GVERN", "22810.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO PRECA staqsiet lill-Ministru għall- Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid x'permessi ta' żvilupp maħruġa mill-MEPA hemm fuq art tal-gvern faċċata ta' Triq id-Daqquqa l- Kaħla f'Ħal Farruġ, Ħal Luqa?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jindika, permezz ta' site plan, il-post eżatt li qed jirriferi għalih.", "STUDENTI LI ĦALLEW L-ISKOLA", "22824.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Wara l-ewwel term tas-sena skolastika, jista' l- Ministru jgħid kemm kien hemm studenti li telqu mill-iskejjel tal-gvern, tal-knisja u dawk indipendenti separatament li kienu bdew l-iskola iżda telqu għax għalqu s-16-il sena?", "Kemm kienu subien u kemm bniet?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat hekk :", "| |Għalqu s-16-il sena | |Skejje|Spiċċaw |Ma spiċċawx | |l |il-kors |il-kors | | |skolastiku |skolastiku | | |Subie|Bniet |Subie|Bniet | | |n | |n | | |Stat |8 |13 |3 |4 | |Knisja|3 |1 |0 |0 | |Indipe|1 |0 |0 |0 | |n. | | | | |", "KUMMISSJONI NAZZJONALI GĦALL-EDUKAZZJONI OGĦLA", "22825.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru jgħid min ġie magħżul bħala segretarju tal-kummissjoni nazzjonali għall-edukazzjoni ogħla?", "Kemm kienu l-persuni li applikaw għal dan il-post?", "Minn min kien kompost il-bord ta' l-għażla?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-proċess ta' l-għazla ġie ffinalizzat u s-Sur Jacques Sciberras ġie maħtur bħala chief executive officer tas-segretarjat.", "Informat ukoll li 13-il persuna applikaw.", "Il-bord ta' l-għażla kien kompost minn:", "|Joseph F.X. |NCHE chairman | |Zahra | | |Alex Manche' |NCHE deputy | | |chairman | |Micheline |NCHE | |Sciberras |commissioner | |Frances Albani|MPO | | |representative |", "MOBILE PHONES", "22841.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Matul is-sena 2006, jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali tal-mobile phones fil-ministeru, dipartimenti, dekasteri, enti, eċċ.?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: In-nefqa globali tal-mobile phones matul is-sena 2006 kienet :-", "|Ministeru/dipa|Lm12,465| |rtiment |.06 | |Awtorita' dwar| | |it-Trasport |27,731.0| | |0 |", "Għad hemm xi kontijiet li għadhom ma ntbgħatux mis-suppliers konċernati.", "NEFQA FUQ KIRI TA' KAROZZI", "22842.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Matul is-sena 2006, jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali għall-kiri ta' karozzi u vetturi fil-ministeru, dipartimenti, dekasteru, enti, eċċ.?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: In-nefqa globali matul l-2006 għall-kiri ta' karozzi u vetturi fil-ministeru, inkluż ambaxxati u missjonijiet barranin, tammonta għal Lm26,127.81.", "NEFQA FUQ MOBILE PHONES", "22843.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Matul is-sena 2006, jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali tal-mobile phones fil-ministeru, dipartimenti, dekasteri, enti, eċċ.?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: In-nefqa globali tal-mobile phones fil-ministeru, inkluż ambaxxati u konsulenti ta' karriera kollha, matul l-2006 tammonta għal Lm67,926.90 li minnhom Lm34,161.39 kienu tal-head office.", "SAFAR UFFIĊJALI", "22844.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Matul is-sena 2006, jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali għas-safar tal-ministeru, dipartimenti, dekasteri, enti eċċ.?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: L-ispiża globali ta' safar matul l-2006 kienet kif jidher hawn taħt:-", "|Ministeru/Dipa|Lm15,534.36 | |rtiment |(Lm3,898.13 | | |reimbursed) | |Awtorita' dwar| | |it-Trasport |28,233.00 |", "L-ispiża ma tinkludix xi reimbursements ta' safar li sar fl-2006 mill- ministeru u d-dipartiment li għad iridu jaslu.", "SAFAR UFFIĊJALI", "22845.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Matul is-sena 2006, jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali għas-safar tal-ministeru, dipartimenti, dekasteru, enti, eċċ.?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Matul l-2006 in-nefqa globali għas-safar tal- ministeru kienet tammonta għal Lm428,480.14 li minnha, it-total ta' Lm49,005.76 inġabru lura f'rimborsi mill-Unjoni Ewropea.", "SPIŻA TA' FUEL", "22846.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Matul is-sena 2006, jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali tal-fuels tal-ministeru, dipartimenti, dekasteri, enti eċċ.?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: In-nefqa globali għall-fuel matul is-sena 2006 kienet tammonta kif jidher hawn taħt:-", "|Ministeru/Dipa|Lm | |rtiment |8,208.45 | |Awtorita' dwar| | |it-trasport |36,935.00|", "Għad hemm xi kontijiet li għadhom ma ntbgħatux mis-suppliers konċernati.", "STATISTIKA DWAR IT-TURIŻMU", "22912.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Matul l-aħħar xahar, jista' l-Prim Ministru jgħid sarux xi bidliet/aġġustamenti fl-istatistika dwar it-turiżmu mill-uffiċċju nazzjonali ta' l-istatistika?", "Jekk fl-affermattiv, x'bidliet saru?", "Għaliex saru dawn il-bidliet?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "ĊENTRI TAS-SAĦĦA - SERVIZZ TA' SECURITY", "22913.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO PRECA staqsiet lill-Ministru tas- Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' l-Ministru jikkonferma jekk is- servizz ta' security mal-polikliniċi ngħatax lill-privat?", "Jista' jgħid kemm qiegħed jiswa lid-dipartiment dan is-servizz?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Mhux minnu li s-servizz ta' security fiċ-ċentri tas- saħħa ngħata lill-privat.", "Minħabba ċertu inflessibbilta' fil-prattiċi tax- xogħol minn naħa tal-HSOs li jaħdmu fid-dipartiment tas-saħħa, sar arranġament temporanju ma' kumpanija li toffri dan is-servizz sabiex security privat ikun jista' jidħol u jaqdi l-bżonnijiet tal-pubbliku meta jkun hemm assenza ta' HSO tad-dipartiment.", "Dan qed isir sabiex ikun jista' ikompli jingħata servizz lill-ispiżeriji tal-gvern minħabba li fuq direttiva tal-unions dan is-servizz jieqaf fl-assenza ta' HSO.", "Dan is- servizz qed jiswa Lm1.77 is-siegħa + VAT.", "PRESIDENT HOTEL - IMPJEGATI", "22916.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' d-dipartiment tax-xogħol jieħu l-passi meħtieġa biex l-impjegati tal-President Hotel jitħallsu l-pagi dovuti li ilhom għal dawn l-aħħar xahrejn, tlieta?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-każ imsemmi qed jiġi nvestigat u l-passi neċessarji qegħdin jittieħdu biex l-obbligi ta'min iħaddem jiġu osservati.", "LIMBORDIN L/O SAN PAWL IL-BAĦAR", "22918.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jgħid mnejn hi ppjanata li tgħaddi t-triq fil- Limbordin, limiti ta' San Pawl il-Baħar u x'impatt se tħalli fuq ir-raba' saqwi ta' l-inħawi?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra pjanta tat- triq proposta bħala alternattiva għat-telgħa tax-Xemxija, liema proposta tikkonsisti fil-bini ta' triq b'tul ta' mina ta' 500m u bini ta' pont li se jgħaqqdu l-bypass ta' San Pawl mat-telgħa ta' Selmun.", "L-impatt ambjentali preliminari ta' din il-proposta għadu mhux konkluż.", "ST.", "LUKE'S - FOOD POISONING", "22919.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' l-Ministru jgħid fl-aħħar tliet xhur tas-sena 2006 kemm kien hemm każi ta' food poisoning f'ikel ippreparat fil-kċina ta' St. Luke's?", "Jista' jgħid jekk fl-istess żmien kienx hemm drabi fejn kien qed isir xogħol ta' żebgħa fil-kċina ta' l-isptar waqt il-preparazzjoni ta' l-ikel?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Kien hawn outbreak wieħed ta' noro virus f'Novembru 2006 li bih ġew milquta 45 persuna li kienu St. Luke's.", "Fl-aħħar tliet xhur tas-sena 2006 saru diversi xogħlijiet ta' żebgħa f'St. Luke's. Wieħed minn dawn ix-xolgħlijiet kien fil-kċina ta' l-isptar.", "Dan ix-xogħol ta' żebgħa kien isir kuljum wara l-4.00 p.m. u jibqa' sejjer sa tard filgħaxija, jiġifieri wara li x-xogħol ta' preparazzjoni u tqassim ta' l-ikel fit-trollies ikun intemm.", "SANNAT - TRIQ DAĦLA TAĊ-ĊNUS", "22920.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid meta se tiġi asfaltata l-parti ta' ġewwa tat-Triq Daħla taċ-Ċnus, fis-Sannat, Għawdex?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Il-parti residenzjali tat-triq imsemmija hija asfaltata.", "SERVIZZ TA' TRASPORT PUBBLIKU", "22921.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jgħid għalfejn m'għadhomx isiru trips kollha mit- trasport pubbliku li kienu jsiru mill-irħula prinċipali għall-Imġarr fil- 5.30 a.m.?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: It-trips kollha li jsiru mill-irħula prinċipali għall-Imġarr fil-5.30 a.m. kienu ġew ridotti għal nhar ta' Tnejn biss u dan peress li ma kienx qed ikun hemm użu ta' dawn is-servizzi b'mod regolari u għalhekk wara pressjoni mill-Gozo bus owners association dawn ġew sospiżi.", "Nixtieq ninfurmak ukoll illi fil-futur qarib se jibdew taħdidiet bejn l- awtorita' dwar it-trasport u l-Gozo bus owners association rigward titjieb fl-għoti tas-servizz pubbliku.", "SKEJJEL TAL-KNISJA", "22929.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu flus lill- iskejjel tal-Knisja għas-snin 2005 u 2006 separatament?", "Kemm kienet is- somma vvotata fil-budget għal kull sena u jekk kienx hemm xi varjazzjoni?", "Jekk fl-affermattiv, ta' kemm kienet f'kull każ?", "Jista' jgħid ukoll meta tħallsu u kemm kien il-ħlas f'kull każ?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Peress li t-tagħrif mitlub għadu ma wasallix fl- uffiċċju, tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "PROTOKOLL", "22930.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid min huwa nkarigat mil-lista tal- protokoll?", "Min japprovaha din il-lista?", "Meta ġie emendat l-aħħar il- protokoll?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jirriferi l- mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "MCAST - STUDENTI", "22931.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru jgħid kif ġie deċiż li numru ta' studenti li qed jattendu l-MCAST mhux qed jieħdu l-istipendju minħabba li qed jingħad li kienu f'xi istituzzjoni post-sekondarja oħra qabel ma daħlu l-MCAST?", "Kemm hu n-numru ta' studenti full-time li qed jattendu l-MCAST u mhux qed jieħdu l-istipendju?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-Onor.", "Membru huwa mitlub jirriferi għad-dokument imqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra in konnessjoni mat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 22909.", "ĊIRKLU BL-ANNIMALI", "22939.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' l-Ministru jinformana jekk sarux ispezzjonijiet fl-aħħar ċirklu li kien hawn Malta fi żmien il-festi biex jiġi aċċertat li l- annimali kienu qed jinżammu f'kondizzjonijiet tajbin u aċċettabbli u li l- liġijiet ta' pajjiżna favur l-animal welfare ġew osservati?", "Jekk iva, minn min saru, meta saru u x'kien l-eżitu ta' dawn l-ispezzjonijiet?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Iċ-ċirklu Bellucci li hawn il-Floriana kien ispezzjonat għall-għarrieda minn uffiċjali tat-taqsima ta' l-attività veterinarja u s-sajd fis-26 ta' Dicembru 2006, biex jaraw li l-att għat- trattament xieraq ta' l-annimali kien qiegħed ikun osservat.", "L-ispetturi identifikaw li l-kondizzjonijiet ġenerali ta' dawn l-annimali kienu mħarsa adegwatament.", "MCAST - KAŻI TA' BULLYING", "22940.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru jinformana x'investigazzjonijiet saru fl-MCAST biex jiġi aċċertat li l-każ tal-bullying ma kienx aktar mifrux minn dak li ħareġ fil-pubbliku s'issa?", "Il-vittma jew vittmi ta' dawn il-każi ta' bullying ġew offruti councelling b'xejn minn psikologi?", "Min kien responsabbli għal dan il-bullying intbagħat għal councelling?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-investigazzjoni interna li saret mit-tmexxija ta' l- MCAST dwar il-każ ta' bullying kienet intensa.", "Saru diskussjonijiet interni biex il-mexxejja ta' l-istituti differenti u d-diriġenti ċentrali ta' l-MCAST jassikuraw kemm jista' ikun li ma jkunx hemm bullying minn xi studenti.", "Informat ukoll li l-vittma kif ukoll dawk li kienu nvoluti fil-bullying ġew offruti counselling.", "Saru laqgħat mal-ġenituri kemm tal-vittma kif ukoll ta' l-istudenti nvoluti fil-bullying.", "It-tweġiba tal-ġenituri kif ukoll ta' l-istudenti nvoluti għal kooperazzjoni sħiħa kienet waħda pożittiva ħafna.", "Il-każ se jkompli jkun segwit sakemm u safejn ikun hemm bżonn u l- proċess qed ikompli.", "LUKANDA JERMA", "22941.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-gvern hux informat dwar x'se jiġri mil- lukanda Jerma f'Wied il-Għajn għaliex il-ħaddiema tħallew fl-għama u ma jafux jekk hux se tkompli topera jew le?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-awtorita' tat-turiżmu mhix informata uffiċjalment mill-proprjetarji tal-lukanda dwar x'se jiġri mill-istess lukanda.", "LUKANDA JERMA", "22942.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi applikazzjoni pendenti quddiem il-MEPA biex il-lukanda Jerma tiġi konvertita f'appartamenti jew inkella xi tip ta' applikazzjoni oħra li tikkonċerna bdil fl-operazzjoni tagħha?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Mill-informazzjoni li għandha l-MEPA ma jidhirx li daħlet xi applikazzjoni għal proposta biex il-lukanda Jerma tkun konvertita f'appartamenti jew inkella biex isir xi bdil fl-operat tagħha.", "SAN PAWL IL-BAĦAR - BYPASS", "22945.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 21621, 21852, 22067, 22226, 22480, 22620 u 22704 u jgħid kemm hu stmat ix- xogħol ta' kostruzzjoni għall-irranġar ta' dik il-parti tal-bypass ta' San Pawl il-Baħar li ċediet minħabba xogħol ta' eskavar minn kuntrattur privat?", "Min se jħallas għal dan ix-xogħol?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "KAŻ DWAR PENSJONI", "22946.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru tinvestiga l-allegazzjoni ta' anomalija fil- pensjoni ta' persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Il-persuna ndikata ġiet infurmata bil-miktub mid- dipartiment tas-sigurta' soċjali dwar il-każ tagħha.", "KAŻ DWAR GĦALLIEMA", "22947.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jistgħu jittieħdu l-passi meħtieġa biex jiġu indirizzati l-ilmenti mqajma mill-ġenituri dwar l-imġieba riġida u militareska li turi l-għalliema li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li qed twassal biex l-istudenti jmorru l-iskola beżgħana u kontra qalbhom?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-każ qed jiġi segwit mill-amministrazzjoni ta' l- iskola.", "MELLIEĦA RIDGE CROSSING PROJECT", "22948.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 22696 u jara jekk jistgħux jittieħdu passi biex fit-triq li qed tippjana l-awtorita' dwar it-trasport Mellieħa ridge crossing project IX.X li se ssir minn fondi ta' l-Unjoni Ewropea (contract no. Europeaid/114473/D/SV/MT) jittieħdu l- passi kollha biex ma titteħidx art agrikola u biex ma jintlaqtux ħażin il- bdiewa ta' l-inħawi?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Il-proġett imsemmi huwa wieħed mit-13-il proġett identifikati mill-kumpannija Franċiża BCEOM għat-titjib tat-triq arterjali miċ-Ċirkewwa sa Birżebbuġa, liema triq hija parti mit-Trans-European Network Ewropew.", "Din il-kumpannija studjat l-attivita' preżenti ta' din it-triq, identifikat il-problemi u pproponiet diversi rimedji għat-titjib ta' din it-triq.", "Sar ukoll analiżi ambjentali ta' diversi alternattivi proposti għal kull proġett.", "Deċiżjoni finali fuq it-triq għadha ma ttieħditx.", "PROPRJETA' AKKWISTATA MILL-ENEMALTA", "22949.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru jagħti lista ta' proprjeta' akkwistata mill-Enemalta sabiex tintuża bħala substations ta' l-elettriku f'dawn l-aħħar 12-il xahar, inkluż il-valur li nxtraw bih?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "KOSTRUZZJONI/ALTERAZZJONIJIET", "22950.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-formola jew il-metodu li tuża l- MEPA meta tikkalkula u titlob il-ħlasijiet lill-applikanti għall- kostruzzjoni tal-bini u/jew alterazzjonijiet (djar, flats, maisonettes u garages) f'toroq ġodda u f'toroq diġa' mibnija?", "Jista' jindika r-rati relattivi (DPF - infrastruttura, triq, drenaġġ eċċ.) għal kull binja li dwarha tkun saret l-applikazzjoni għal kostruzzjoni u/jew alterazzjoni?", "X'kien l-ammont li tħallas lill-gvern mill-MEPA dwar ix-xogħlijiet li jkunu saru minn fondi pubbliċi matul l-2006?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Il-metodu li tuża l-MEPA meta tikkalkula u titlob il-ħlasijiet lill-applikanti għall-kostruzzjoni tal-bini u/jew alterazzjonijiet (djar, flats, maisonettes u garages) f'toroq ġodda u f'toroq diġa' mibnija, inklużi r-rati relattivi (DPF - infrastruttura, triq, drenaġġ, eċċ.) huwa kif speċifikat f'avviż legali 112/96 kif emendat minn avviżi legali 138/97, 186/98, 115/99, 131/99, 275/00, 224/02, 42/03, 230/03 u 482/04.", "Verżjoni ta' dan l-avviż ikkonsolidat bl-emendi tinsab fuq is-sit elettroniku tal-MEPA hekk:", "http://www.mepa.org.mt/Planning/factbk/LNs/LN_112_1996_M.pdf", "L-ammont li tħallas lill-gvern mill-MEPA fl-2006 għall-kontribuzzjonijiet għall-infrastruttura miġbura mingħand applikanti għall-permess ta' żvilupp huwa ta' Lm2,902,234.", "GĦARGĦUR - TRIQ SANTA KATERINA", "22954.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Minħabba l-inkonvenjent ikkawżat għar-residenti ta' Triq Santa Katerina fil-Għargħur, il-gvern għandu ħsieb li jirrivedi d-deċiżjoni li tillimita l-aċċess għat-triq għar-residenti, għall-bdiewa lokali kif ukoll għall-impjegati tal-kamra tan-nar billi teknikament kull karozza li tidħol biex tipprovdi servizz għandha r-riskju li taqla' ċitazzjoni?", "Jikkonferma l-Ministru dak li ġie rrappurtat fil-media lokali li d- deċiżjoni ġiet mehuda fuq livell ta' Kabinett?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "GĦARGĦUR - FAWRAN TA' DRENAĠĠ", "22955.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'passi ħadet il-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma biex tirrimedja l- problema ta' fawran tad-drenaġġ fi Triq Santa Katerina, l-Għargħur meta għandi għaliex nifhem illi kellhom jittieħdu passi ta' rimedju madwar sena ilu - fi Frar 2006?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "GĦARGĦUR - TELEPHONE BOX", "22956.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li tneħħiet it-telephone box qrib Triq Dun Salvatore Zarb, fil-Għargħur?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-Onor Interpellant huwa mitlub jirriferi għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 19438.", "GĦARGĦUR - SLEEPING POLICEMEN", "22957.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi possibbilta' li tiġi kkonsidrata l-introduzzjoni ta' sleeping policemen fi Triq Dun Salvatore Zarb, fil-Għargħur?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Minn riċerka li saret fir-records tat-traffic management unit irriżulta li ma kien hemm ebda talba mill-kunsill lokali Għargħur għal tali round topped road hump.", "It-traffic management unit se jikkuntattja lill-kunsill rigward din it-talba.", "GĦARGĦUR - ZEBRA CROSSING", "22958.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Tista' issir zebra crossing fi Triq Dun Salvatore Zarb li tisbokka għal Triq Caravaggio, fil-Għargħur?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Minn riċerka li saret fir-records tat-traffic management unit irriżulta li ma kien hemm l-ebda talba mill-kunsill lokali Għargħur għal tali zebra crossing.", "DONAZZJONIJIET", "22967.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw donazzjonijiet finanzjarji jew ta' xi tip ieħor lil għaqdiet jew clubs sportivi u kulturali matul is-sena 2006 mill-ministeru u enti li jaqgħu taħtu?", "Jista' jgħid min ibbenefika u kemm kien l-ammont għal kull każ?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Matul is-sena 2006 ingħataw żewġ donazzjonijiet finanzjarji lil għaqdiet jew clubs sportivi u kulturali mill-ministeru għar- riżorsi u infrastruttura u mill-enti li jaqgħu taħtu kif jidher hawn taħt:", "|Għaqda/club |Ammont | |Is-soċjeta' mużikali San|Lm100 | |Ġużepp Għaxaq | | |Is-soċjeta' mużikali San| | |Ġużepp Kirkop |100 |", "DONAZZJONIJIET", "22968.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l- Ministru tgħid kemm ingħataw donazzjonijiet finanzjarji jew ta' xi tip ieħor lil għaqdiet jew clubs sportivi u kulturali matul is-sena 2006 mill- ministeru u enti li jaqgħu taħtha?", "Tista' tgħid min ibbenefika u kemm kien l-ammont għal kull każ?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: L-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.", "DONAZZJONIJIET", "22969.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw donazzjonijiet finanzjarji jew ta' xi tip ieħor lil għaqdiet jew clubs sportivi u kulturali matul is-sena 2006 mill-ministeru u enti li jaqgħu taħtu?", "Jista' jgħid min ibbenefika u kemm kien l-ammont għal kull każ?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "DONAZZJONIJIET", "22970.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw donazzjonijiet finanzjarji jew ta' xi tip ieħor lil għaqdiet jew clubs sportivi u kulturali matul is-sena 2006 mill-ministeru u enti li jaqgħu taħtu?", "Jista' jgħid min ibbenefika u kemm kien l-ammont għal kull każ?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "DONAZZJONIJIET", "22971.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw donazzjonijiet finanzjarji jew ta' xi tip ieħor lil għaqdiet jew clubs sportivi u kulturali matul is- sena 2006 mill-ministeru u enti li jaqgħu taħtu?", "Jista' jgħid min ibbenefika u kemm kien l-ammont għal kull każ?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Id-donazzjonijiet/kontribuzzjonijiet li ngħataw mill-ministeru matul is-sena 2006 huma dawn:", "|Benefiċjarju |Lm | |Fancy poultry and pigeon | 50 | |club | | |Soċjeta' filarmonika | 50 | |Madonna ta' Lourdes | | |Malta cookery & food |100 | |association | | |Franciscan province of St|100 | |Paul | | |Kunsill lokali Mellieħa |100 | |Malta horticultural |150 | |society | | |National rabbit society |250 | |Kunsill lokali Dingli |300 | |Malta horticultural |300 | |society | | |Għaqda voluntiera Sta. |300 | |Venera | | |Kummissjoni lejla |300 | |Mġarrija | | |St Patrick's salesians |400 | |school | | |Gozo agricultural and | | |cultural society |1,000| |Agrarian society | | | |1,500| | | | | |4,900|", "DONAZZJONIJIET", "22972.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw donazzjonijiet finanzjarji jew ta' xi tip ieħor lil għaqdiet jew clubs sportivi u kulturali matul is-sena 2006 mill-ministeru u enti li jaqgħu taħtu?", "Jista' jgħid min ibbenefika u kemm kien l-ammont għal kull każ?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ingħataw sitt sponsorships ta' bejn Lm100 u Lm200 il-wieħed, total ta' Lm1,100, għal skopijiet ta' esibizzjonijiet relatati ma' l-arti jew arkitettura.", "TURIŻMU U KULTURA - IMPJEGATI", "23005.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu impjegati l-ministeru ?", "Kemm hemm minnhom on loan u minn liema post ġejjin?", "Kemm hemm bil-kuntratt?", "Kemm hemm li għandhom allowance u x'tip ta' allowance?", "Kemm hemm min għandu mobile, karozza, ħlas tat-telephone tad-dar u kemm għamlu overtime persuna b'persuna matul l-2006?", "X'inhuma l-gradi ta' kull impjegat?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jirriferi għal guidelines on the employment of staff for ministers' secretariat kif approvat.", "MINISTERU GĦALL-KOMPETITTIVITA' U KOMUNIKAZZJONI - IMPJEGATI", "23006.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu impjegati l-ministeru u s-segretarju parlamentari?", "Kemm hemm minnhom on loan u minn liema post ġejjin?", "Kemm hemm bil-kuntratt?", "Kemm hemm li għandhom allowance u x'tip ta' allowance?", "Kemm hemm min għandu mobile, karozza, ħlas tat-telephone tad-dar u kemm għamlu overtime persuna b'persuna matul l-2006?", "X'inhuma l- gradi ta' kull impjegat?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jirriferi għal guidelines on the employment of staff for ministers' secretariat kif approvati.", "MINISTERU TAR-RIŻORSI U INFRASTRUTTURA - IMPJEGATI", "23007.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu impjegati l-ministeru ?", "Kemm hemm minnhom on loan u minn liema post ġejjin?", "Kemm hemm bil- kuntratt?", "Kemm hemm li għandhom allowance u x'tip ta' allowance?", "Kemm hemm min għandu mobile, karozza, ħlas tat-telephone tad-dar u kemm għamlu overtime persuna b'persuna matul l-2006?", "X'inhuma l-gradi ta' kull impjegat?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Fil-ministeru għar-riżorsi u infrastruttura hemm 45 impjegat bejn segretarjat privat u dak permanenti.", "Minn dawn l-impjegati 24 qegħdin bil-kuntratt, fejn sebgħa minnhom huma on loan u ġejjin mill- Enemalta, Airmalta, Public Broadcasting Services, air supplies, housing authority, foundation for international studies u water services corporation.", "L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jirriferi għal guidelines on the employment of staff for ministers' secretariat kif approvati.", "MINISTERU GĦAL GĦAWDEX - IMPJEGATI", "23009.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l- Ministru tgħid kemm għandu impjegati l-ministeru?", "Kemm hemm minnhom on loan u minn liema post ġejjin?", "Kemm hemm bil-kuntratt?", "Kemm hemm li għandhom allowance u x'tip ta' allowance?", "Kemm hemm min għandu mobile, karozza, ħlas tat-telephone tad-dar u kemm għamlu overtime persuna b'persuna matul l-2006?", "X'inhuma l-gradi ta' kull impjegat?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jirriferi għal guidelines on the employment of staff for ministers' secretariat kif approvati.", "RATIONALISATION OF DEVELOPMENT BOUNDARIES", "23010.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Wara li l-parlament approva rationalisation of development boundaries xhur ilu, xi jmiss issa biex il-MEPA tkun tista' tibda tikkonsidra applikazzjonijiet għall-bini ta' dar fuq siti bħal dawn?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jirriferi għat- tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 22927.", "MISTERU TAS-SAĦĦA - IMPJEGATI", "23012.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu impjegati l- ministeru u s-segretarju parlamentari?", "Kemm hemm minnhom on loan u minn liema post ġejjin?", "Kemm hemm bil-kuntratt?", "Kemm hemm li għandhom allowance u x'tip ta' allowance?", "Kemm hemm min għandu mobile, karozza, ħlas tat-telephone tad-dar u kemm għamlu overtime persuna b'persuna matul l-2006?", "X'inhuma l-gradi ta' kull impjegat?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jirriferi għall- guidelines on the employment of staff for ministers' secretariat kif approvati.", "MIITI - IMPJEGATI", "23013.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu impjegati l-ministeru?", "Kemm hemm minnhom on loan u minn liema post ġejjin?", "Kemm hemm bil-kuntratt?", "Kemm hemm li għandhom allowance u x'tip ta' allowance?", "Kemm hemm min għandu mobile, karozza, ħlas tat-telephone tad-dar u kemm għamlu overtime persuna b'persuna matul l-2006?", "X'inhuma l- gradi ta' kull impjegat?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "ĦAŻ-ŻEBBUĠ – TRIQ DUN KARM PSAILA", "23018.", "L-ONOR.", "DAVID AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jgħid jekk saritx talba biex Triq Dun Karm Psaila, Ħaż-Żebbuġ issir one way 'l isfel minn Misraħ Ħal Dwieli?", "Jista' jgħid jekk it-talba hux se tintlaqa' u meta?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Minn riċerka li saret fir-records tat-traffic management unit irriżulta li m'hemm l-ebda talba mill-kunsill lokali Żebbuġ sabiex Triq Dun Karm Psaila issir one-way 'l isfel minn Misraħ Ħal Dwieli.", "It-traffic management unit se jikkuntattja lill-kunsill rigward din it- talba.", "GĦADIRA - KONĊESSJONIJIET ENFITEWTIĊI TA' L-ARTIJIET", "23019.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk dawk kollha li tefgħu l-offerti għall-konċessjonijiet enfitewtiċi ta' l-artijiet fil-bajja ta' l-Għadira ħallsux il-prezz kollu (inkluż dak ta' l-avvjament) meta sar il-kuntratt mad-dipartiment ta' l-artijiet?", "ONOR.", "TONIO BORG: Dawk kollha li tefgħu l-offerti rebbieħa għall- konċessjonijiet enfitewtiċi ta' l-artijiet fil-bajja ta' l-Għadira ħallsu l- prezz kollu inkluż dak ta' l-avvjament, mal-pubblikazzjoni tal-kuntratti.", "Ħ'ATTARD - TOROQ", "23020.", "L-ONOR.", "DAVID AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-kuntratturi u t-toroq li se jsiru f'Ħ'Attard fl-ewwel grupp ta' toroq matul din is-sena?", "Meta hu mistenni li jibda x-xogħol?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: L-ewwel grupp ta' toroq li se jsiru f'Ħ'Attard u l- kuntratturi li se jagħmlu dawn ix-xogħlijiet huma kif jidher hawn taħt:", "Triq iż-Żraġen u Triq il-Bettija se jsiru minn Central Asphalt Ltd, Triq il-Mixtla, Triq is-Sardinella,Triq il-Fikus, Triq iż-Żbiba u p/o Triq Lorenzo Manche' se jisru minn Road Servicing Ltd., u Triq il-Larinġ, Triq iż-Żahar, Triq it-Taħħan, p/o Triq Emvin Cremona u Triq Peter Paul Rubens se jsiru minn Alfred Schembri & Sons Ltd.", "Dawn ix-xogħlijiet se jibdew fil-ġimgħat li ġejjin.", "MOSTA - TOROQ", "23021.", "L-ONOR.", "DAVID AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-kuntratturi u t-toroq li se jsiru fil-Mosta fl-ewwel grupp ta' toroq matul din is-sena?", "Meta hu mistenni li jibda x-xogħol?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: L-ewwel grupp ta' toroq li se jsiru fil-Mosta u l- kuntratturi li se jagħmlu dawn ix-xogħlijiet huma kif jidher hawn taħt:", "Triq San Gużepp, Triq San Paċifiku uTriq Salvu Gatt se jsiru minn Penza Tarmac Ltd., Triq il-Kultellazz u Triq ir-Rużinjol se jsiru minn Bonnici Bros., Triq il-Ħuttaf u Triq il-Gardell se jsiru minn Road Servicing Ltd., Triq iċ-Ċinju u Triq it-Torri se jsiru minn Road Maintenance Services, Triq Rużar Mizzi se ssir minn Philip Agius & Sons Ltd., u Triq l-Għadajjar u Triq in-Naħal se jsiru minn Blockrete Ltd.", "Ix-xogħol fi Triq San Ġużepp, San Paċifiku u Salvu Gatt inbeda, filwaqt li x-xogħol l-ieħor mistenni jibda fil-ġimgħat li ġejjin.", "ĦAŻ-ŻEBBUĠ - TOROQ", "23023.", "L-ONOR.", "DAVID AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-kuntratturi u t-toroq li se jsiru f'Haż-Żebbuġ fl-ewwel grupp ta' toroq matul din is-sena?", "Meta hu mistenni li jibda x-xogħol?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: L-ewwel grupp ta' toroq li se jsiru din is-sena f'Ħaż Żebbuġ huma kif jidher hawn taħt:", "Triq Għarram, Dawret in-Niżla ta' San Pawl, Triq Ġeraldu Farrugia u Triq l- Għeneb", "Ix-xogħlijiet fi Triq Għarram, Dawret in-Niżla ta' San Pawl u Triq Ġeraldu Farrugia se jsiru minn E & S Mifsud ltd. filwaqt x-xogħlijiet fi Triq l- Għeneb se jsiru minn Bonnici Bros. Ltd.", "Dawn ix-xogħlijiet huma mistennija jibdew fil-ġimgħat li ġejjin.", "RABAT - TOROQ", "23024.", "L-ONOR.", "DAVID AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-kuntratturi u t-toroq li se jsiru fir-Rabat, Malta fl-ewwel grupp ta' toroq matul din is-sena?", "Meta hu mistenni li jibda x-xogħol?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Hemm ippjanat li fir-Rabat se jsiru dawn it-toroq kif jidher hawn taħt:", "Triq San Martin, Triq il-Mitħna, Triq Doni l-Qadima u p/o Triq Ta' Namura.", "Dawn ix-xogħlijiet se jsiru skond il-prioritajiet li jirriżultaw.", "MĠARR - TOROQ", "23025.", "L-ONOR.", "DAVID AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-kuntratturi u t-toroq li se jsiru fl-Imġarr fl-ewwel grupp ta' toroq matul din is-sena?", "Meta hu mistenni li jibda x-xogħol?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Bħalissa għaddej ix-xogħol fuq Triq Ġorġ Zammit, liema xogħol qed isir minn bitmac ltd.", "MEPA - SEGRETARJU", "23033.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk wara t-terminazzjoni ta' l-impjieg ta' persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament minn segretarju tal-MEPA, ġietx maħtura persuna oħra bħala tali minn floku?", "Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid min ġie maħtur?", "Minn meta saret il-ħatra u jista' ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-ittra tal-ħatra?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Għadha ma nħatret l-ebda persuna bħala segretarju tal-MEPA.", "AWTORITA' TAD-DJAR", "23049.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru tgħid fejn waslet it-talba quddiem l-awtorita' tad-djar ta' persuna mill-Isla li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Mir-rekords ta' l-awtorita' tad-djar ma jirriżultax li l-persuna ndikata għandha xi talba pendenti ma' l-awtorita'.", "DIPARTIMENT TA' L-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI", "23050.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru tgħid fejn waslet l-applikazzjoni quddiem id-dipartiment ta' l-akkomodazzjoni soċjali ta' anzjana Bormliża li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Il-persuna ndikata m'għandhiex applikazzjoni pendenti mad-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali.", "ISLA - KUNTRATT TA' FOND", "23051.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru tgħid jekk illum li ċerti postijiet li kienu milquta mil-liġi possession & use u issa jistgħu jinbiegħu, hux minnu jew le li l-kuntratt finali tal-fond fl-Isla li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, jista' isir ħames snin oħra?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Kif żgur jaf l-Onor.", "Interpellant, biex l- awtorita' tad-djar tkun tista' tbiegħ proprjeta', l-ewwel irid jiġi trasferit lilha t-titolu legali ta' l-art li fuqha tkun mibnija dik il- proprjeta'.", "L-awtorita' għad m'għandhiex dan it-titolu fir-rigward tal-proprjeta' indikata.", "ISLA - KUNTRATT TA' FOND", "23052.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk illum li ċerti postijiet li kienu milquta mil-liġi possession & use u issa jistgħu jinbiegħu, hux minnu jew le li l-kuntratt tal-fond fl-Isla li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, jistax isir ħames snin oħra?", "ONOR.", "TONIO BORG: Il-postijiet meħudin mill-gvern taħt it-termini ta' possession & use skond il-kapitlu 88 tal-liġijiet ta' Malta ġew mixtrija mill-gvern.", "Għaldaqstant, il-fondi eżistenti li jinbnew fuq l-art illi qabel kienet okkupata mill-postijiet meħuda taħt possession & use, issa jistgħu jinbiegħu mill-awtorita' tad-djar.", "AWTORITA' TAD-DJAR", "23053.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru tara li t-talba ta' persuna mill- Isla li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, tintlaqa'?", "Dan wara li kienet informata bl-appuntament l-għada li kellu jsir.", "Possibbli li jsir appuntament ieħor?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Il-persuna ndikata ġiet mogħtija appuntament ieħor dwar l-ispezzjoni mill-awtorita' tad-djar."]} {"filename": "20040315_110d_par.doc", "date": "2004-03-15", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 110 It-Tnejn, 15 ta' Marzu, 2004 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 110 It-Tnejn, 15 ta' Marzu, 2004", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.02 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "110", "It-Tnejn, 15 ta' Marzu, 2004", "WERREJ", "MINUTI 456", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 456", "TQEGĦID TA' KARTI 463", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JIMPLIMENTA MIŻURI TA' L-ESTIMI (KUMITAT)", "BUDGET MEASURES IMPLEMENTATION BILL (COMMITTEE STAGE) 465", "KOMMEMORAZZJONI 466", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR L-ILSIEN MALTI (IT-TIENI QARI)", "MALTESE LANGUAGE BILL (SECOND READING) 466", "AĠĠORNAMENT 489", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 494", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta 109 li saret fl-10 ta' Marzu, 2004 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "MINISTERU GĦAL GĦAWDEX: BORDIJIET U KUMMISJONIJIET - PERĊENTWALI TA' NISA U RĠIEL", "4516.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Helena Dalli) staqsiet lill- Ministru għal Għawdex: Tista' il-Ministru tagħti l-perċentwali ta' nisa u rġiel fuq bordijiet u kummissjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha għas-sena 2003?", "Tista' tagħti wkoll il-perċentwal ta' nisa u rġiel li jippresjedu dawn il-bordijiet u kummisjonijiet?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO (Ministru għal Għawdex): M'hemmx bordijiet u kummissjonijiet statutorji fi ħdan il-ministeru għal Għawdex.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Noel Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: X'inhi r-raġuni li filwaqt li ntqal li fil-kumitat reġjonali għal Għawdex se jkun hemm is-sindki ta' Għawdex rappreżentattivi, irriżulta li sindku wieħed biss se jkun hemm u se jkun qed jirrappreżenta l- interessi tas-sindki kollha?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li aħna qatt ma għedna li se jkun hemm il-kunsilli lokali kollha fil-kunsill reġjonali imma rappreżentant tagħhom; dejjem hekk kienet id-deċiżjoni u hekk sar.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Tista' il-Ministru tgħid x'terms of reference għandu s-sindku li se jkun qed jirrappreżenta dawn l-obbligi?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Ir-rappreżentant tal-kunsilli lokali għandu l- istess obbligu jew pożizzjoni li għandu kull membru fil-kunsill reġjonali.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, jien kont qed nirriferi għall-mod ta' kif din il-persuna se tikkoordina r-rappreżentanza tal-bqija tas-sindki.", "Barra minn hekk xtaqt li l-Ministru tinformani fuq liema kriterji ġiet jew se tiġi magħżula din il-persuna.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: L-ewwelnett ninforma lill-Onor.", "Farrugia li l- għażla tal-membri fuq il-kunsill reġjonali kienet stedina li l-ministeru għamel lil diversi stakeholders u kienu huma li nnominaw ir-rappreżentant tagħhom.", "Per eżempju, fil-każ tal-Gozo business chamber, aħna ktibna liċ- chamber u din bagħtet ir-rappreżentant tagħha.", "Għar-rigward tal-kunsilli lokali aħna ktibna lill-assoċjazzjoni li min-naħa tagħhom bagħtu r- rappreżentant li kien ġie elett minnhom għal diversi karigi oħrajn.", "POLITIKA SOĊJALI - SUSSIDJI GĦAL KERA", "4382.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Ministru jara l-possibilita' li l-familja li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament tingħata xi forma ta' sussidju għall-kera sakemm l-awtoritajiet konċernati jsibu akkomodazzjoni alternattiva peress li mid-dħul li għandha, il-kera tammonta għal persentaġġ konsiderevoli?", "Dettalji oħra konnessi ma' l-ispejjeż li jkollha tiffaċċja din il-familja huma wkoll annessi separatament ma' din il- mistoqsija.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħti parir lill-persuna ndikata tikkonsulta mal-customer care ta' l-awtorita' tad-djar ħalli nkunu ċerti li l-indikazzjonijiet li nagħtu tkun korretta.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, apparti li jien diġa' għamilt dak li qed jissuġġerixxi l-Viċi Prim Ministru, jista' jgħid jekk humiex qed jiġu analizzati ċirkostanzi ta' din ix-xorta fejn persuna b'żewġt itfal tieħu Lm160 fix-xahar bħala relief li minnhom tħallas medja ta' Lm90 f'kontijiet tad-dawl u ilma u b'hekk tiffaċċja ċirkostanzi diffiċli?", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, hemm skema apposta bir-regolamenti ppubblikati u kulħadd jaf x'inhuma.", "Abbażi tad-dħul ta' l-individwu jew tal-familja jiġi kkalkulat is-sussidju li l-awtorita` tad-djar tħallas fuq il-kera meta l-individwu jkun kera mingħand il-privat.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jien qed nirriferi għal dawk l-individwi li ma jaqgħu taħt l-ebda regola.", "Din l-omm ma tistax tmur taħdem għax għandha żewġt itfal, hija ntitolata għal dan it-tip ta' benefiċċju soċjali imma dan m'għadux aktar vijabbli għall-ħteġijiet tagħha u ta' uliedha.", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: M'aħniex niftehmu.", "Din hija skema ta' l-awtorita` tad-djar.", "Hija skema li tissussidja lill-individwu meta dan ikun kera mingħand il-privat.", "Biex din il-persuna tikkwalifika għal dik il-kera, id- dħul tagħha ma jridx ikun jaqbeż ċertu ammont.", "Jiġifieri din il-persuna kulma trid tagħmel hu li tmur il-customer care u tieħu magħha d-dettalji tad-dħul kollu tagħha.", "U mill-informazzjoni li tani l-Onor.", "Interpellant, jiena ċert li din il-persuna tikkwalifika.", "(Interruzzjonijiet) Fil-każ ikun aħjar jekk jgħaddili l-informazzjoni u nivverifika jien.", "QUARTERLY PANORAMA OF EUROPEAN BUSINESS STATISTICS", "4389.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet li għalihom Malta hija l-uniku pajjiż li ma pprovdiex statistika għall-quarterly panorama of European business statistics li għadha kemm ħarġet il-Eurostat għas-sena 2003?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (Segretarju Parlamentari) (f'isem il-Ministru tal- Finanzi u l-Affarijiet Ekonomiċi): Nippreżumi li l-Onor.", "Interpellant qiegħed jirriferi għal dawn it-tabelli:", "1.4 Total value added in constant 1995 prices in the candidate countries, gross data (EUR million) u", "1.7 Industrial confidence indicator in the candidate countries, seasonally adjusted data (balance) li dehru fil-Quarterly panorama of European business statistics, 4 ta' l-2003.", "Għalkemm Malta tgħaddi b'mod regolari data dwar in-national accounts fuq bażi ta' tliet xhur lill-Eurostat, sa żmien il-pubblikazzjoni imsemmija hawn fuq, din id-data kienet għadha m'hijiex skond il-metodoloġija ESA95.", "Dan se jkun jista' jsir sad-data tas-sħubija.", "Infakkar li d-data fuq bażi ta' sena skond il-metodoloġija ESA95 ġiet ippublikata fis-17 ta' Diċembru, 2003 mill-uffiċċju nazzjonali ta' l-Istatistika permezz ta' new release 195/2003.", "Ħarsa lejn it-tabella numru 1.4 tindika li barra Malta, diversi pajjiżi li jinkludu lill-Ungerija u l-Polonja wkoll ma kellhomx data riċenti ppublikata f'din it-tabella.", "Diversi pajjżi membri (ara tabella 1.3 fuq l- istess suġġett) m'għandhomx data ppublikata.", "Dawn huma l-Greċja, l- Irlanda, il-Lussemburgu, il-Portugall u l-Ingilterra.", "Rigward it-tabella 1.7, din id-data tiġi kkumpilata mill-Kummissjoni ECFIN li s'issa għad m'għamlitx dan l-eżerċizzju għal Malta u, kif jidher mit- tabella, lanqas għat-Turkija.", "QRATI - PERSUNI JSERVU TA' ĠURATI", "4390.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li tressqu l-qorti matul l-aħħar ħames snin għax waqt li kienu qed iservu ta' ġurati nstab li kienu mxaħħma minn akkużati biex jagħtu l- verdett li jaqblilhom?", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI (Segretarju Parlamentari) (f'isem il- Ministru tal-Ġustizzja u Intern): Ninsab informat illi matul dawn l-aħħar ħames snin ma kien hemm ebda persuna li tressqet il-qorti fuq l-akkuża msemmija mill-Onor.", "Interpellant.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Jason Azzopardi, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JASON AZZOPARDI: Mr Speaker, kulma jistipula l-Kodiċi Kriminali dwar il-ġurati hi li dawn għandu jkollhom l-eta` ta' 21 sena u kondotta tajba, apparti affarijiet żgħar oħrajn.", "Jista' is-Segretarju Parlamentari jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jibda jkun hemm jury selection procedures qabel ma jinbeda l-ġuri nnifsu, kif isir barra minn xtutna u anke in vista ta' ċerti kummenti li saru matul dawn l-aħħar xhur fuq is-sistema tal- ġurija f'Malta?", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Mr Speaker, il-Kodiċi Kriminali diġa` jippermetti din il-jury selection, għalkemm fil-prattika din ma tiġix eżerċitata.", "Dan qed ngħidu għax il-Kodiċi jgħidlek li inti għandek id- dritt li tirrikuża tliet ġurati mingħajr il-bżonn li ġġib xi raġuni.", "Pero` il-Kodiċi Kriminali jgħid ukoll li inti tista' tirrikuża ġurati oħrajn fuq raġunijiet li inti tressaq lill-qorti.", "Jiġifieri għalkemm fil-prattika din ma ssirx, huwa possibbli li titlob lill- qorti biex tagħmel domandi lill-ġurati.", "Allura jekk ikollok każ ta' serq, per eżempju, u taf li għandek ġurat li għadda minn esperjenza fejn ġie misruq, bis-sistema kif inhi bħalissa tista' tirrikużah.", "Wieħed irid jgħid ukoll - kif diġa` qal il-Ministru Tonio Borg - li qed naraw dak li qal l- Avukat Ġenerali fuq is-sistema preżenti u aktar 'il quddiem inressqu l- proposti li jidhrilna li għandna nressqu, pero` għadna fi stadju inizjali.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT (Kap ta' l-Oppożizzjoni): Ma jidhirlux is-Segretarju Parlamentari li assolutament m'huwiex propizju li diskussjoni bħal din tqum bħalissa f'dak li għandu x'jaqsam mal-bidla minn sistema ta' ġurati għal sistema ta' imħallfin li jiġġudikaw?", "U dan in vista tal-fatt li d- diskussjoni kollha tqajjmet wara li għat-tieni darba, waħda wara l-oħra, il- qorti, mmexxija skond il-proċeduri demokratikament stabbiliti tal-pajjiż, m'aċċettatx il-verżjoni mogħtija fil-qorti minn ċertu Żeppi l-Ħafi, Ġużeppi Fenech, li kien ingħata tliet maħfriet presidenzjali?", "Joseph Fenech, skużani.", "Allura jaħsibx li assolutament imur kontra l-grain ta' kif jiġu varati diskussjonijiet bħal dawn li għadu kemm iddiskuta jew semma, li titqanqal preċiżament wara mument bħal dan?", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Onorevoli, forsi ma kontx qed issegwini kompletament.", "(Interruzzjonijiet) Le ma jimpurtax.", "Jiena qed ngħid l- impressjonijiet li ħadt jiena.", "Pero' jiena għedt li wara li kien hemm dak il-ġuri, kulħadd jaf li l-Avukat Ġenerali esprima ruħu b'mod pubbliku u esprima ċerti fehmiet.", "Allura abbażi ta' dawk il-fehmiet ...", "MR SPEAKER: Ippermettili ftit, Onorevoli.", "On a point of order, il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Point of order.", "Qiegħed on record li l-Avukat Ġenerali mhux wara dak il-ġuri esprima ruħu hekk imma madwar erba' snin, ħames jew seba' snin ilu.", "All right!", "Ħalli nkunu ċari għax inkella ...", "(Interruzzjonijiet) Imma meta sitt snin, seba' snin ilu tkellem hekk, ħadd ma qajjem il-punt.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Ikompli jwieġeb is-Segretarju Parlamentari, jekk jogħġbu.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Xi snin ilu kien tkellem fuqha u wara ġuri wkoll.", "Issa riċentement reġa' għamel l-istess ħaġa.", "Allura wara li għamel dik id-dikjarazzjoni, aħna ħassejna li ma nistgħux ninjoraw dikjarazzjoni mill-Avukat Ġenerali, il-persuna li huwa nkarigat mill-Istat biex jieħu ħsieb il-prosekuzzjonijiet ta' każijiet simili bħal dawn.", "Allura għedna li għandna neżaminaw dawn l-affarijiet u għandna nidħlu wkoll, jekk hemm bżonn, f'riforma f'din is-sistema.", "L-aktar ħaġa importanti fis-sistema hija li fl-aħħar tal-ġurnata ssir il-ġustizzja.", "Dak hu l-importanti.", "U dak hu d-dawl li se jiggwidana biex jekk hemm bżonn li ssir riforma hemmhekk, issir, pero` dejjem bil-kriterju li ssir il-ġustizzja, li min hu ħati jinstab ħati u min huwa innoċenti, jiġi lliberat.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Li min huwa ħati jinstab ħati u min m'huwiex ħati ma jinstabx ħati mhuwiex kriterju, huwa prinċipju u nittama li huwa valur ukoll.", "Imma l-mistoqsija tiegħi kienet differenti, Sur President.", "Jaħsibx is-Segretarju Parlamentari, li ċertament ma kienx mument propizju li f'każ u fl-eżitu ta' każ fejn tqanqlu kwestjonijiet fundamentalissimi dwar inġerenza politika fil-mod kif titmexxa investigazzjoni u kif jitmexxa 'l quddiem każ, fejn kellna tliet maħfriet presidenzjali mogħtija b'inġerenza politika diretta, jaħsibx li kien propizju li preċiżament id- diskussjoni li qed jaċċenna għaliha hu titqanqal f'dak il-mument, meta l- eżitu tal-każ fil-qorti ġudizzjarju, għal darba, darbtejn, kien b'mod li jimmina s-sentiment u s-sens tal-maħfriet presidenzjali li ngħataw?", "Jaħsibx li l-fatt li jitqanqal dan it-tip ta' dibattitu politiku f'dan il- mument jimmina eżattament il-prinċipju u l-valur li min hu ħati għandu jinstab ħati u min mhux ħati għandu jiġi lliberat?", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Huwa dejjem ħażin li l-kamp politiku jidħol fil-kamp ġudizzjarju u jagħti fehmiet.", "Hija wkoll prattika ħażina li wieħed jipprova jħammeġ xhieda li jkunu se jitilgħu jixhdu f'ċerti każijiet.", "Pero' il-ministeru tagħna qal li għandna niddiskutuha u għandna niddibattuha pero' ma ffissax ħin jew żmien meta din għandha ssir.", "Naħseb li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni ma raniex inqajjmu dibattitu mill-ewwel wara l- każ u naħseb li qed inkunu għaqlijn li nħallu ftit taż-żmien jgħaddi qabel ma aħna nidħlu għall-kwestjoni b'iktar profondita`.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Jason Azzopardi.", "ONOR.", "JASON AZZOPARDI: Mr Speaker, fir-rigward ta' proposti konkreti għal riforma eventwali jew potenzjali tas-sistema tal-ġurija, jista' il- ministeru ta' l-intern jikkontempla li riforma prattika tkun li ma jibqax ikollna verdett ta' ħati jew mhux ħati imma jista' jibda jkun hemm verdett ta' not proven, bħalma jiġri fil-qorti Skoċċiża u nafu li l-Kodiċi Kriminali tagħna huwa mmudellat ħafna fuqu.", "Dan ifisser li apparti li jkun hemm ħati jew mhux ħati, jibda jkun hemm il-possibbilta` ta' verdett mhux ippruvat.", "Jista' jekk jogħġbu jikkontempla dan anke fir-riforma li eventwalment tista' issir?", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Mr Speaker, ta' min wieħed jikkonsidra dan is-suġġeriment ukoll.", "Huwa veru dak li qed jgħid l-Onor. kollega, li hemm pajjiżi fejn hemm din il-formola, li inti ssib lil xi ħadd mhux innoċenti imma li m'huwiex ħati għax il-provi ma jwassluħx għall-ħtija.", "Pero` ovvjament meta aħna niġu għall-kwestjoni u niġu biex niddibattu, beħsiebna nagħmlu l-affarijiet bis-serjeta`, nagħmluhom ftit aktar fil- fond, naraw l-esperjenza tal-ġuri tul dawn is-snin kollha, naraw kif ħadem, x'inhuma l-pitfalls tal-ġuri u nippruvaw nagħmlu riforma li tkun aktar adegwata.", "U naturalment dejjem inżommu quddiem għajnejna li l-iktar ħaġa importanti hi li ssir ġustizzja.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, ħalli mmur lura fuq il-punt ta' meta titqanqal diskussjoni politika.", "Ma jidhirlux il-Ministru li l-fatt li tagħti notice li tqanqal diskussjoni politika, se tqajjem diskussjoni politika?", "Ma jidhirlux li l-fatt li qed tagħti notice li se tqanqal diskussjoni politika l-għada ta' l-eżitu ta' ġuri, fejn bl-iktar mod lampanti ġie skreditat xhud li ngħata maħfra presidenzjali għal darba, tnejn, tlieta, hija forma ta' inġirenza politika fuq il-proċess ġudizzjarju?", "Ma jidhirlux is-Segretarju Parlamentari li fi kwestjoni, fejn hu lampanti li hemm interess nazzjonali qawwi, li din titqajjem imbagħad sena u nofs wara jew ftit iktar, wara li kellna anke fir-rigward ta' l-imħallfin ta' Malta mistoqsijiet kbar u gravi, ikompli jissossa s-sentiment tal-pajjiż li l-ġudikatura u s-sistemi ġudizzjarji huma mexjin b'mod trasparenti?", "Ma jidhirlux is-Segretarju Parlamentari li min-naħa kien hemm ...", "(Interruzzjonijiet) Iva, id-domanda hemm qiegħda kull darba.", "Għax aħna nagħmlu l-mistoqsijiet nistgħu, Onorevoli.", "U allura waħda wara l-oħra, pass wara l-ieħor, tarġa wara l-oħra.", "Jaf is-Segretarju Parlamentari li min-naħa tiġi ssossata l-fiduċja tal- poplu f'ċerti aspetti tal-ġudikatura u min-naħa l-oħra, meta permezz ta' sistema ta' ġurija, il-verdett, ir-riżultat, imur kontra dak li jrid il- poter politiku, imbagħad nibdew nissossaw ukoll il-fiduċja anke fis-sistema tal-ġurati, u ngħidu mhux ġurati imma imħallfin?", "Jidhirlu is-Segretarju Parlamentari li mhux talli ma kienx propizju l-fatt li ġiet skattata dik id- diskussjoni f'dak il-mument, imma li bilfors imbagħad tagħti lok għal suspetti li fejn l-affarijiet ma jaslux kif iridhom il-poter politiku, allura jeżistu mekkaniżmi oħra biex nimminaw minn taħt dak li jkun għaddej fil-pajjiż, f'dak li għandu x'jaqsam mas-sistema ġudizzjarja?", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Mr Speaker, kont naħseb li jien nikteb sentenzi twal pero` qed ninduna li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni jissupperani fid-domandi twal.", "Li rrid ngħid huwa dan.", "Inti qed tikkontribwixxi biex iżżid dan id-dibattitu.", "Jien kulma kont qed nagħmel kont qed nirrispondi għal domanda sempliċi li għamilli l-kollega tiegħi l-Onor.", "Jason Azzopardi u weġibt li aktar 'il quddiem aħna beħsiebna nqajmu dan il-punt.", "U kif diġa` qal tajjeb il-Ministru Tonio Borg, se nagħmluha din il-ħaġa aktar 'il quddiem.", "Aktar 'il quddiem ikollna l-possibbilta` li niddibattuha, niddiskutuha u naraw x'inhu tajjeb u x'mhux tajjeb fil-ħaġa.", "L-istituzzjonijiet demokratiċi jġibu dejjem il-fiduċja tagħhom aktar ma wieħed jagħmel l-affarijiet bil-kalma, bid-diskussjoni u meta wieħed iħares lejn l-affarijiet u jersaq oġġettivament u jgħid x'inhuma u x'mhumiex in- nuqqasijiet ta' xi ħaġa.", "U iktar ma nkunu trasparenti, aktar ma nkunu forward coming biex nidentifikaw dawn l-affarijiet, iktar aħjar.", "Naħseb li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni għandu jaqbel ma' dak li kont qed ngħid qabel, li l-iktar ħaġa importanti hi li nħarsu li nagħmlu l-ġustizzja.", "Ċerti drabi meta tidħol il-politika fin-nofs - u wieħed irid iħares lejn ir- responsabbilta` politika taż-żewġ naħat tal-Kamra fiha din il-ħaġa - wieħed allura jrid jgħid: Isma' il-ġurija kif qed taħdem qed tmur tajjeb jew mhux qed tmur tajjeb?", "X'fiha billi wieħed jiddiskutiha?", "Ma fiha assolutament xejn ħażin billi wieħed jiddiskutiha.", "U d-dibattitu huwa xi ħaġa li mhux biss aħna qegħdin nagħmluh imma anke pajjiżi oħrajn barra minn Malta qegħdin jagħmluh.", "Naħseb li llum il-ġurnata rridu naċċettaw li s- sitwazzjoni fil-pajjiż hija kompletament differenti minn kif kienet meta tqiegħed fil-qafas tal-ġurati u l-ġuri fi żmenijiet oħrajn.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jekk jien nagħmel mistoqsijiet twal, ir-risposti tas- Segretarju Parlamentari huma itwal.", "Għallinqas jiena għamilt mistoqsijiet preċiżi imma r-risposta tiegħu ma kienet preċiża xejn!", "U nerġa' ngħidlu jien.", "Huwa propizju li dibattitu bħal dan jiġi skattat bil-mod kif ġie skattat u fil-mument li ġie skattat, in vista li l-ewwelnett kellna din il- problema ta' l-imħallfin u l-ġudikatura sena u nofs ilu u t-tieni, in vista tal-fatt li ġie skattat meta għat-tieni darba wara l-oħra, permezz ta' ġuri kif huwa stabbilit fis-sistemi tagħna, xhud li kellu maħfra presidenzjali għal tliet darbiet, ma ġiex emnut fil-qorti?", "Propizju li din id-diskussjoni tiġi skattata f'dan il-mument?", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Pero` bir-rispett kollu aħna ma ressaqniex xi punt ta' diskussjoni jew xi proposta hawnhekk fil-parlament li biha se nibdlu s-sistema tal-ġuri.", "Kulma qed ngħidu huwa li se nistudjaw is- sistema tal-ġuri, xejn iktar u xejn inqas.", "Jiġifieri l-fatt li l-Kap ta' l- Oppożizzjoni qed jistaqsi fuqha, bir-rispett kollu naħseb li qiegħed juża lili biex iġib il-kwestjoni għad-diskussjoni.", "Issa jekk dak huwa l-iskop tiegħu, naħseb li qiegħed jirnexxilu.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, nerġa' nikkonferma li r-risposta għal dak li qed nistaqsi jien m'hijiex qed tingħata.", "Għax jien staqsejt jekk kienx mument propizju li din il-kwestjoni tqum għad-diskussjoni.", "U la skatta l-gvern, naħseb li huwa fid-dmir tiegħi issa u fid-dmir ta' sħabi wkoll li nirreaġixxu għal dak l-iskatt tal-gvern!", "Mela l-ewwel tiskatta d- diskussjoni u mbagħad meta jiġu jistaqsuk jekk huwiex propizju li tiskattaha f'dan il-mument, wieħed jibqa' ċass!", "Bir-rispett kollu!", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Jien ngħid li kull mument huwa mument propizju għad-diskussjoni, ladarba l-animi jkunu kalmi u sereni.", "Issa altru diskussjoni fuq xi ħaġa bejnietna akkademika u legali li nista' nagħmel miegħu ...", "Jien qiegħed neħodha bħala taken as read li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni se jkun ukoll fuq l-istess livell biex jifhem l-ingranaġġi kollha legali li huma nvoluti fis-sistema tal-ġuri.", "Pero' jien imbagħad qed immur għal ħaġa oħra, li hija li aħna nressqu proposta konkreta f'liġi fejn qed ngħidu li se nibdlu ċerti biċċiet mill-Kodiċi Kriminali f'dak li għandu x'jaqsam mal-ġuri.", "U meta jkun dak il-mument, allura jkun tip ta' dibattitu ieħor.", "Pero' jekk l-Onor.", "Sant irid joqgħod jiddibatti miegħi, bil-qalb kollha, niddibattuh il-punt.", "U allura kull mument huwa mument propizju.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Iva, nerġa' immur fuq l-opportunita` politika, l- opportunita` soċjali u l-opportunita` nazzjonali ta' l-interess nazzjonali.", "Kien propizju li dan it-tip ta' dibattitu, dan it-tip ta' diskors, jiġi skattat l-għada li għat-tieni darba f'ġuri, xhud li ngħata tliet maħfriet presidenzjali, ma jiġix emnut fil-qorti?", "Din hi l-mistoqsija tiegħi, Sur President.", "U għalhekk imbagħad, it-tieni punt, jaħsibx li din it-tip ta' diskussjoni kif ġiet skattata, tinħassx bl-iktar mod ċar, bħala manipulazzjoni tas- sistema; għax la ma ġabhiex żewġ il-gvern f'dak li ried, allura niskattaw diskussjoni bħal din?!", "MR SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Prim Ministru): Mr Speaker, jien segwejt u ma kontx se nintervjeni pero' jidher li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni għandu daqsxejn ta' żball fl-argumentazzjoni.", "Fis-silloġiżmi, meta l-premessa tkun żbaljata, ma tasalx għall-konklużjonijiet tajbin.", "Għal mill-inqas tliet darbiet semma li xhud ma ġiex emnut f'żewġ ġurijiet.", "Jien nixtieq naf kif il-Kap ta' l-Oppożizzjoni wasal għal din il-konklużjoni għax ma naħsibx li hu kkomunika mal-ġurati u qalulu għaliex sabu lill-akkużat mhux ħati.", "Ċertament jista' ikun hemm diversi raġunijiet għaliex ġuri jew imħallef, anke imħallef togat, jasal għal konklużjoni li ma jsibx ħtija.", "Per eżempju, huwa magħruf li meta jkollok xhud li huwa kompliċi, ix-xhieda tiegħu, temminha kemm temminha, anke jekk tkun mija fil-mija ċert li qed jgħid il-verita`, u ma jkunx hemm korroborazzjoni, bil-liġi tagħna dik ix- xhieda m'hijiex prova.", "U allura jien nixtieq li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni jiċċara lill-Kamra d- dikjarazzjonijiet ripetuti tiegħu fejn qed jgħid li hu jaf li x-xhud ma ġiex emnut.", "Għax il-fatt li kien hemm verdett ta' mhux ħati, assolutament għal kulmin jaf il-prinċipji legali, ma jfissirx li xhud ma ġiex emnut.", "Anzi jista' ikun, nerġa' ngħid, li ġie emnut mija fil-mija fid-dettalji kollha ta' l-istorja li ta, u li dik tkun il-verita`, pero` bil-liġi tagħna, dik ma tiswa xejn jekk ma jkunx hemm korroborazzjoni.", "U allura, nerġa' ngħid, is-silloġiżmi li ilu jirripeti f'din il-Kamra llum u ilu jirripeti barra minn din il-Kamra għal ħafna drabi, li qed jagħmel il- Kap ta' l-Oppożizzjoni huwa bbażat fuq premessa żbaljata a meno che ma jgħidilniex kif jaf li l-ġurati waslu għall-konklużjoni li ma emnux lix- xhud!", "Dan ma jistax jgħidu minn dak li huwa magħruf fil-pubbliku.", "Jekk għandu xi informazzjoni fuq hekk, naħseb li jkun tajjeb li jgħidilna din l- informazzjoni x'inhi u kif ġabha biex wieħed jara wkoll jekk hemmx xi każ ta' ksur ta' liġijiet oħra, anke penali, li xi ħadd ikun żvela kif il- ġurati waslu għall-verdett tagħhom.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, fil-qosor ħafna, jekk jogħġbu.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jaqbel il-Prim Ministru li l-kwestjoni ta' korroborazzjoni ta' dak li tgħid ix-xhieda, hija fatt magħruf, hija prinċipju magħruf?", "Jaqbel allura li l-prosekuzzjoni kienet taf b'dan il- prinċipju?", "Jaqbel allura li meta ressqet il-każ, kienet temmen il- prosekuzzjoni li kellha korroborazzjoni li se tippreżenta waqt il-qorti?", "Jaqbel allura li quddiem din il-korroborazzjoni mressqa, il-ġuri, mhux darba, darbtejn, wasal għad-deċiżjoni li ma kienx hemm din il- korroborazzjoni u allura kien hemm ċaħda ta' dak li kien mistqarr mix-xhud?", "Jaqbel ukoll li mhux talli ma kienx hemm din il-korroborazzjoni, imma kien hemm negazzjoni għax kien hemm xhieda li tmur kuntrarju għax-xhieda mogħtija minn dak li ngħata l-maħfra presidenzjali?", "Jaqbel allura, li kif jemmen il-poplu kollu, meta mhux għal darba imma għal darbtejn, il-qorti, ma qablitx ma' dak li qalet il-persuna li ngħatat tliet maħfriet mill-Prim Ministru, allura hemmhekk hija ċara li hija ċaħda ta' dak Ii ntqal fil- qorti u ta' dak li ġie ppreżentat taħt il-maħfra presidenzjali!", "Jifhimx allura li quddiem dawn il-konsiderazzjonijiet kollha, jiġifieri li l-prosekuzzjoni taf bil-prinċipju ta' korroborazzjoni, li l-prosekuzzjoni ressqet il-korroborazzjoni meħtieġa, li din il-korroborazzjoni ġiet innegata u miċħuda fil-qorti u li allura mbagħad il-ġurija - mhux għal darba imma darbtejn - m'aċċettatx dik li kienet ingħatat bħala xhieda taħt il-maħfriet presidenzjali, għandna problema kbira!", "U jaħsibx il-Prim Ministru li allura issa huwa d-dover tiegħu li jikkonsidra u jwettaq ir- revokazzjoni tal-maħfra presidenzjali?", "MR SPEAKER: Il-Prim Ministru, kemm jista' ikun fil-qosor, jekk jogħġbu.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Mr Speaker, naħseb li saret ossessjoni tal- Kap ta' l-Oppożizzjoni li jirriferi għal dawn iż-żewġ ġurijiet li kienu ta' interess pubbliku kbir u jibqa' jsostni argumenti li manifestament m'għandhom l-ebda loġika fihom!", "Fil-fehma tiegħi issa reġa' żgarra bi kbir meta għamel l-argument li ladarba l-prosekuzzjoni, jiġifieri l-Attorney General, kien tal-fehma li hemm korroborazzjoni, u dan ma rriżultax, allura x-xhud ma twemminx.", "X'għandu x'jaqsam!", "F'kull każ il-prosekuzzjoni temmen li għandha l-provi biżżejjed, pero' mhux il-prosekuzzjoni tiddeċiedi.", "Tiddeċiedi l-qorti, jiġifieri l-imħallef togat jew inkella ġuri bl-imħallef magħhom, li jiddeċiedu hemmx provi biżżejjed jew le.", "Jiġifieri l-argument tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni li jgħid li l-prosekuzzjoni ressqet il-każ, għax kienet temmen li hemm korroborazzjoni u għax ma rriżultatx korroborazzjoni allura xi ħadd mhux qed jgħid il-verita`, huwa kif jgħidulu bil-Latin non sequitur, jiġifieri ma jagħmilx sens, m'hemmx loġika fih.", "Imbagħad dwar 'l hekk imsejħa maħfra.", "Jien naħseb li bil-Malti għandna kelma oħra kif niddeskrivu dak li jagħmel il-President fuq parir tal-gvern tal-ġurnata.", "Din m'hijiex maħfra.", "Din hija biċċa mill-għodda li għandha s-sistema ġudizzjarja ta' pajjiżna, biex iġġiegħel persuna tixhed anke kontra l-volonta` tagħha.", "Jien spjegajt għal darba, tnejn, mitt darba, li l-każ kien li jien tajt parir, wara li kkonsultajt mal-Kabinett lill-President, biex tingħata dik li nsejħulha l- proklama, jiġifieri persuna tiġi mġiegħla tgħid il-verita`, anke kontra l- volonta` tagħha stess, bil-promessa naturalment, li fuq dak li jingħad, ma jitteħdux passi kontra dik il-persuna.", "Naħseb li dan huwa ċar u jien nitlob lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni li ...", "Dan huwa pajjiż demokratiku u għandu dritt jibqa' jgħid kemm irid, pero` f'materja serja bħal din, ma naħsibx li jagħmel tajjeb li wieħed jibqa' jgħid l-istess ħaġa.", "It-tielet punt li rrid nagħmel huwa dan.", "M'huwiex il-kompitu ta' l-ebda prim ministru, la tiegħi u lanqas ta' dak li jiġi warajja, li jirrevoka maħfra.", "Il-maħfra, ossija l-proklama, ġiet mogħtija bil-kundizzjoni li jekk jirriżultaw ċirkostanzi fejn ikun ċar u li jista' jiġi ppruvat li dik il-persuna xehdet falz, allura awtomatikament il-proklama m'għandha l-ebda valur u sta għall-awtoritajiet kompetenti fil-pajjiż, biex jittieħdu passi kriminali kontra l-persuna li ngħatat il-proklama u l-konsegwenzi jkunu gravissimi għax minbarra tar-reat oriġinali, ikun jista' jinstab ħati wkoll ta' l-isperġur f'kawża li nafu l-intier tagħha x'kien.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru. 117 ta' l-2004 - Ordni ta' l-2004 dwar is- sospensjoni ta' ċerti provvedimenti fir-rigward tal-parlament Ewropew; u", "Avviż Legali Nru. 123 ta' l-2004 - Avviż dwar id-data ta' skadenza ta' ċerti karti ta' l-identita`.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tabelli li juru l-għadd ta' persuni li kienu qed jirċievu l-pensjoni kontributorja u l-pensjoni mhux kontributorja bejn Ottubru u Diċembru 2003, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 4824.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Galea.", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tabella li turi l-għadd ta' tfal li ġew eżaminati minn dentisti fl- iskejjel kollha bejn Ottubru u Diċembru 2003, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 4547; u", "Tagħrif dwar għalliema barranin li għandhom permess jgħallmu fi skejjel f'Malta, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 4549.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 124 ta' l-2004 - Air navigation (amendment) order, 2004; u", "Tabella li tagħti l-isem u l-grad ta' dawk l-impjegati li ħadu promozzjoni fi ħdan l-awtorita` dwar it-trasport bejn l-2003 u l-2004, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 4812.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Deguara.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa): Mr Speaker, inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 116 ta' l-2004 - Regolamenti ta' l-2004 li jemendaw ir-regolamenti dwar il-kwalita` ta' ilma maħsub għall-konsum mill- bniedem; u", "f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 115 ta' l-2004 - Regolamenti ta' l-2004 dwar prodotti għall-ħarsien tal-pjanti;", "Avviż Legali Nru 121 ta' l-2004 - Control of potato wart disease regulations, 2004;", "Avviż Legali Nru 122 ta' l-2004 - Control of San Jose` scale regulations, 2004; u", "Avviż Legali Nru 126 ta' l-2004 - Regolamenti ta' l-2004 dwar l- aġenzija ta' pagamenti, 2004.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru għat-Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u l- Investiment): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Rapport annwali tal-korporazzjoni Enemalta għas-sena 2003 u financial statements għas-sena 2002;", "Estimi finanzjarji tal-korporazzjoni Enemalta għas-sena 2003 - 2004; u", "Avviż Legali Nru 125 ta' l-2004 - Regolamenti ta' l-2004 dwar l- ipproċessar ta' data personali dwar minuri.", "MR SPEAKER: Is-segretarju parlamentari, l-Onor.", "Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Mr Speaker, f'isem il-ministru tal- Ġustizzja u l-Intern inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "K.L.B.L. Nru 24/2/2004 - Bye-Laws ta' l-2004 dwar reklami fuq għamara tat-toroq (kunsill lokali Għargħur).", "MR SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Mr Speaker, qabel ma ngħaddu għall-Ordnijiet tal- Ġurnata, fl-assenza tal-prim ministru nixtieq nistaqsi lill-viċi prim ministru, dwar il-fatt li llum Malta biddlet il-ftehim li kellha ta' assistenza militari teknika mal-missjoni Taljana u ffirmat ftehim ieħor li ġie msejjaħ bħala t-twaqqif ta' missjoni għall-kollaborazzjoni fil-kamp tad- difiża.", "Il-gvern għandu ħsieb li jippubblika dan il-ftehim il-ġdid u jagħmel stqarrija ministerjali dwaru?", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, jekk m'iniex sejjer żball il-prim ministru diġa` għamel dikjarazzjoni pubblika dwar dan u l-iffirmar għal dan il-ftehim saret fil-pubbliku quddiem il-ġurnalisti kollha, jiġifieri ma sar xejn minn wara dahar ħadd.", "M'għandi xejn xi nżid ma' dak li sar waqt iċ- ċerimonja dalgħodu.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Brincat.", "Jekk jogħġbok tkellem fil-qosor ħafna.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Jien informat li kulma ġew identifikati huma l- parametri li huma nklużi fil-ftehim, jiġifieri l-EU-led operations, il- weapons of mass destruction, eċċ. Id-domanda li għamilt lill-Viċi Prim Ministru kienet waħda speċifika; jekk il-gvern għandux il-ħsieb li jippubblika dan il-ftehim il-ġdid, u b'żieda ma' dan qed nissuġġerixxi formalment li dan il-ftehim jgħaddi għad-deliberazzjoni u għall- konsiderazzjoni tal-foreign affairs committee.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jien m'għandi xejn x'inżid għax il-kontenut ta' dan il-ftehim ġie spjegat kollu fi stqarrija li ħarġet u fid-dikjarazzjoni li għamel il-prim ministru dwar dan.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JIMPLIMENTA MIŻURI TA' L-ESTIMI", "BUDGET MEASURES IMPLEMENTATION BILL", "L-ordni għall-Kumitat ġie moqri.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor Carmelo Abela, President tal-Kumitat, jippresjedi.", "Ikompli mill-10 ta' Marzu, 2004.", "Klawsola 1 - Titolu fil-qosor.", "Clause 1 - Short title.", "THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari, l-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: M'għandix kummenti dwar din il-klawsola, Sur President.", "THE CHAIRMAN: Hawn rimarki, jekk jogħġobkom?", "(Onor. Membri: No) Il- mistoqsija hija klawsola 1.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "THE CHAIRMAN: Skond mozzjoni ta' proċedura numru 48 tad-9 ta' Ġunju, 2003 din il-votazzjoni għandha tittieħed fil-ħin ta' l-interruzzjoni tax- xogħol.", "It-Titolu għadda u ġie ordnat biex isir parti mill-abbozz ta' liġi.", "Il-Kamra rriżumiet u l-president tal-kumitati rrapporta progress u talab il- permess sabiex il-kumitat jerġa` jiltaqa'.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Mizzi.", "KOMMEMORAZZJONI", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, naħseb li jkun opportun jekk f'dan il- mument, bi qbil bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra, nagħmlu minuta silenzju għall- vittmi li mietu fl-att terroristiku li sar fi Spanja.", "MR SPEAKER: Il-Ministru Galea.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Fil-fatt, Mr Speaker, kif taf il-Kamra ̧ il-gvern diġa` għamel provvediment biex illum, f'nofsinhar, kien hemm tliet minuti silenzju, pero` aħna, bħala membri ta' din il-Kamra, ma nsibux diffikulta` li ningħaqdu u nosservaw minuta silenzju b'solidarjeta` u anke b'turija ta' sogħba għall-imwiet li ġarrbu diversi vittmi Spanjoli.", "MR SPEAKER: Is-Sedja tassoċja ruħha mas-sentiment espress miż-żewġ naħat tal-Kamra.", "Ikun tajjeb jekk ngħarraf lill-Onor.", "Membri li jien ktibt personalment lill-president tal-Cortes, il-parlament Spanjol, biex inwassal is-sentimenti għan-nom tal-Kamra tar-Rappreżentanti ta' Malta.", "Mela nitlob lill-Onor.", "Membri biex iqumu u jagħmlu minuta silenzju bl- intenzjoni kif espressa miż-żewġ naħat tal-Kamra.", "Fis-6.46 p.m. il-Kamra osservat minuta silenzju biex tikkommemora l-vittmi ta' l-attakki bil-bombi f'Madrid fil-11 ta' Marzu 2004.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR L-ILSIEN MALTI", "MALTESE LANGUAGE BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mit-8 ta' Marzu, 2004.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Abela huwa in possession of the House.", "S'issa ħa 64 minuta u baqgħalu mhux iżjed minn 26 minuta.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Mr Speaker, wara li tkellem il-ministru u ta l- veduti tiegħu dwar dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna, li nerġa` nfakkar qiegħed iwaqqaf kunsill nazzjonali ta' l-ilsien Malti u jipprovdi l- għodda meħtieġa għat-twettiq ta' dan il-għan, bdiet tagħti r-reazzjoni tagħha għal dan l-abbozz in-naħa ta' l-oppożizzjoni, li diġa` qalet li se tivvota favur tiegħu.", "Fil-fatt jien tajt ħarsa kemmxejn twila lejn l-istorja ta' kif oriġina l- ilsien li jitkellem bih il-maġġoranza tal-poplu Malti u Għawdxi, li jirrikonoxxi li huwa l-ilsien tiegħu.", "Pero` naħseb ta' min jirripeti li l- istorja tal-lingwa Maltija u l-istorja ta' Malta jifformaw storja waħda u għalhekk għandna nħarsu lejhom u nistudjawhom flimkien.", "Fl-aħħar seduta, fejn konna qed nitkellmu dwar dan l-abbozz ta' liġi għall- ewwel darba, jien sħaqt fuq il-ħtieġa li filwaqt li bħala poplu għandna nagħmlu dak kollu possibbli biex inħarsu u nippromwovu l-lingwa Maltija, fl- istess ħin għandna nagħmlu l-almu kollu tagħna anke biex nitgħallmu lingwa oħra li hija rikonoxxuta uffiċjalment.", "Qed nirriferi għal-lingwa Ingliża, lingwa mportanti ħafna biex inkunu nistgħu naħdmu u nkunu kompetittivi fid- dinja tal-lum.", "Sur President, qabel pajjiżi oħra ma kenux jagħtu kas li l-poplu tagħhom ikun jaf lingwa oħra minbarra dik nazzjonali, u allura aħna kellna vantaġġ fuq dawn il-pajjiżi, pero` llum nistgħu ngħidu li dan il-vantaġġ naqas bil- kbir u allura rridu nkunu iktar kreattivi meta niġu biex nipprovaw nattiraw investiment ġdid.", "M'hemmx dubju li għandna nibqgħu nisħqu fuq il-punt li aħna, bħala poplu, mhux biss għandna nkunu kapaċi nitkellmu b'mod tajjeb il- lingwa tagħna imma anke lingwi oħra, speċjalment il-lingwa Ingliża.", "Għalkemm il-prinċipji u d-dmirijiet li hemm imsemmija fi klawsola 3 m'humiex esegwibbli f'qorti tal-ġustizzja, b'daqshekk ma jfissirx li m'għandniex nagħtuhom l-importanza sħiħa li dawn jistħoqqilhom, pero` m'iniex se noqgħod nirripeti dak li għedt fl-aħħar seduta f'dan ir-rigward ħalli ma neħux aktar ħin minn ta' din il-Kamra.", "Fl-aħħar seduta spjegajt ukoll li fil-fehma tiegħi għandna nagħmlu dak kollu possibbli biex nagħżlu l-iktar nies li jistgħu jagħtu kontribut fuq il-kunsill nazzjonali ta' l- ilsien Malti msemmi fi klawsola 4, li se jkun magħmul minn 11-il membru, ħalli b'hekk dan il-kunsill ikun jista' jaħdem bl-aħjar mod possibbli.", "Naturalment għandna naraw ukoll li l-persuni magħżula fuq dan il-kunsill ikollhom f'qalbhom u f'moħħhom l-interess tal-lingwa Maltija u l-ebda interess ieħor.", "Pero` fl-istess ħin li għedt dan, l-aħħar darba żidt ngħid li huwa mportanti li l-kunsill li se nwaqqfu permezz ta' dan l-abbozz ta' liġi jaħdem b'koordinazzjoni flimkien ma' oqsma oħrajn, fosthom ma' l- awtorita` tax-xandir, għall-ġid tal-lingwa nnifisha.", "Sur President, meta waqaft mid-diskors tiegħi l-aħħar darba kont qed nitkellem fuq klawsola 6 li tirrigwarda l-poteri tal-kunsill u li fost l- oħrajn issemmi s-setgħat tal-prim ministru u l-ministru kif ukoll li l- inizjattivi li jittieħdu taħt dan l-Att għandhom jittieħdu mill-kunsill.", "Jien naqbel ħafna mar-rimarka li għamel il-ministru fid-diskors tiegħu fejn qal li l-politiku għandu jibqa' kemm jista' jkun barra mid-deċiżjonijiet li jittieħdu, l-aktar tekniċi.", "Għalhekk nagħmlu tajjeb jekk illum nerġgħu nenfasizzaw il-punt li l-politiku m'għandux iżomm poteri għalih jekk il- kwestjoni ma jkollhiex x'taqsam ma' l-aspett politiku.", "Ngħidu aħna, jekk il-materja diskussa tkun il-lingwa Maltija d-deċiżjonijiet li għandhom jittieħdu mill-kunsill f'dan ir-rigward għandhom jibqgħu biss prerogattiva ta' l-esperti wara li dawn ikunu studjaw u qablu flimkien fuq xi ħaġa partikolari, tkun xi tkun.", "Anke fi klawsola 7, Mr Speaker, fejn qegħdin nitkellmu fuq il-funzjonijiet tal-kummissjoni teknika, inħoss li l-għażla tal-persuni esperti hija kruċjali u importanti.", "Naħseb li waħda mill-concerns prinċipali ta' dawk konċernati tibqa' li filwaqt li huma jaqblu ma' dak li qed jiġi propost, jixtiequ li l-għażla tan-nies fuq din il-kummissjoni ssir bil-għaqal u li nżommu l-interess tal-lingwa Maltija qabel kull interess ieħor.", "Fil-fatt wieħed jista' jgħid li ħafna mix-xogħol tal-kunsill jiddependi minn kemm taħdem din il-kummissjoni għax hawnhekk din qed isservi ta' mutur li trid tmexxi l-ħidma tal-kunsill 'il quddiem.", "Naturalment biex tagħmel dan, il-kummissjoni se jkollha ħafna responsabbiltajiet u għalhekk l- importanza tagħha dejjem qiegħda tikber.", "Ikun interessanti li nkunu nafu - u dan huwa punt li la naslu fi stadju ta' kumitat, huwa tajjeb li nitkellmu fuqu fid-dettall - x'jiġri f'każ ta' nuqqas ta' qbil bejn il-kunsill u l- kummissjoni għax aħna nafu li għalkemm il-kummissjoni tagħmel ir- rappreżentazzjonijiet tagħha quddiem il-kunsill, imbagħad irid ikun il- kunsill li jagħti l-fiat tiegħu biex fl-aħħar mill-aħħar il-proposti li tkun qed twettaq il-kummissjoni jiġu adottati.", "Dan qed ngħidu minħabba l-fatt li klawsola 6 tgħid li l-kunsill irid jimxi fuq il-parir tal-kummissjoni, imma tgħid ukoll li għalkemm il-kunsill jista' ma jaqbilx mal-parir tal-kummissjoni, ma jistax ibiddel id-deċiżjoni meħuda mill-kummissjoni.", "Issa l-preokkupazzjoni tiegħi f'dan ir-rigward hija li dan ifisser li jista' jkollok status quo fejn qatt ma tista' tittieħed deċiżjoni li tkun ta' ċerta importanza.", "Għalhekk wieħed irid jara kif isib il-mekkaniżmu li xi ħaġa jew tiġi riferuta lura lill- kummissjoni jew inkella, b'xi mod jew ieħor, ikun hemm diskussjoni bejn il- membri tal-kunsill u l-membri tal-kummissjoni biex jekk din il-ħaġa tkun ta' natura importanti ħafna, id-deċiżjoni tittieħed fl-aħjar interess tal- lingwa Maltija.", "Meta naslu fi stadju ta' kumitat din inkunu nistgħu naħsbu xi ftit iktar fuqha biex naraw li b'xi mod jew ieħor in-nuqqas ta' qbil jiġi riżolt bl- aħjar mod possibbli, anke billi jkun hemm diskussjoni iktar wiesgħa bejn kulħadd sakemm naslu għal xi tip ta' arranġament li jkun komdu għal kulħadd, pero` l-iktar għall-ilsien Malti.", "Klawsola 8 qed tgħid li l-kunsill għandu jaħtar diversi kumitati tekniċi f'oqsma speċjalizzati.", "Fl-opinjoni tiegħi hija xi ħaġa pożittiva li minkejja li hawnhekk hawn imniżżla lista sħiħa ta' oqsma li jista' jkun hemm il-kumitati fihom, din il-klawsola m'hijiex qed tidentifika min għandhom ikunu l-persuni fuq dawn il-kumitati.", "Fid-diskussjonijiet li saru qabel kien hemm il-proposta li jibdew jissemmew il-karigi, pero` mbagħad tqum il-problema ta' x'se jiġri jekk xi ħadd jirrifjuta, ma jkunx irid joqgħod fuq dawn il-kumitati jew isib diffikultajiet oħra.", "Allura huwa tajjeb li l-għażliet huma iktar miftuħin.", "Fl-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna hawn propost li l-kap tal-kumitat ikun studjuż speċjalizzat fil-qasam partikolari u jkun propost minn fost persuni kkwalifikati rakkmandati mill-akkademja tal-Malti u mid-dipartiment tal-Malti fl-universita`, biex imbagħad l-għażla tal-persuna ssir mill- kunsill innifsu.", "Barra minn hekk, kull kumitat għandu jkun kompost ukoll minn persuna li trid tkun speċjalista proposta mill-kummissjoni fuq parir tal-kap tal-kumitat konċernat, minn żewġ membri magħżula għall-kontribut tagħhom fil-qasam partikolari tal-ħajja li għalih ikun twaqqaf il-kumitat propost mill-kummissjoni fuq parir tal-kap tal-kumitat.", "Il-kumitat jista' jikkooptja persuni oħra bħala membri osservaturi bid-dritt li jattendu u jieħdu sehem fid-diskussjoni, iżda mingħajr id-dritt għall-vot.", "Naturalment f'din il-klawsola hemm ukoll x'għandhom ikunu l-funzjonijiet ta' dan il-kumitat li fl-aħħar mill-aħħar iressaq il-fehmiet tiegħu quddiem il-kummissjoni biex imbagħad il-kummissjoni tkun tista' tgħarbel il-fehmiet tagħha u tgħaddihom lill-kunsill għall-konsiderazzjonijiet tiegħu.", "Pero` hawnhekk irridu naraw kif il-kumitati se jaħdmu mal-kummissjoni għax hawnhekk hawn xi ħaġa nieqsa.", "Qed ngħid hekk għax filwaqt li l-liġi qed tgħid li kull kumitat maħtur irid jirrapporta lill-kummissjoni, imbagħad m'hawnx miktub x'se jkun ix-xogħol tal-kummissjoni meta tirċievi rapport jew tirċievi xi ħaġa mingħand kumitat partikolari fuq suġġett li naturalment ikun ġie diskuss minnu.", "Jidher li m'hemmx obbligu li fl-aħħar mill-aħħar il-kummissjoni tagħti xi tip ta' feedback jew tmexxi 'l quddiem il-fehma tal-kumitat maħtur, u għalhekk naħseb li hawnhekk għandna nagħmlu l-affarijiet iktar ċari.", "Sur President, jien inħoss li m'għandhomx jinħatru iktar sotto-kumitati għax inkella m'aħna se nispiċċaw qatt.", "L-istruttura hija li jkun hemm kunsill nazzjonali ta' l-ilsien Malti, li jkun hemm kummissjoni teknika u li jitwaqqfu wkoll diversi kumitati tekniċi, pero` naħseb li għandna nieqfu hemm u m'għandniex nikkonsidraw li jkun hemm iktar sotto-kumitati għax inkella l-istruttura tibqa' dejjem tikber u ma nispiċċaw qatt.", "Dan qed ngħidu partikolarment għax fir-rapport ta' Mejju ta' l-2001 ġie suġġerit li jekk xi kumitat iħoss il-bżonn, għandhom jitwaqqfu s-sotto-kumitati.", "Nerġa` ngħid li fl-opinjoni tiegħi, dan m'għandux ikun, u huwa tajjeb li f'subklawsola (3) ta' klawsola 8 qed ngħidu li l-kumitat jista' jikkooptja persuni oħra bħala membri osservaturi bid-dritt li jattendu u jieħdu sehem fid-diskussjoni, pero` mingħajr dritt għall-vot għax b'hekk nevitaw il- ħolqien ta' iktar sotto-kumitati.", "L-uniku kumment li nixtieq nagħmel dwar klawsola 9 huwa li ma nafx għalfejn qed neskludu li mħallef jew maġistrat ikun jista' jservi fuq xi wieħed mill- organi li qed jiġu proposti hawnhekk meta nafu li hawn diversi mħallfin jew maġistrati validi li jistgħu jagħtu kontribut f'dan ir-rigward.", "Biżżejjed wieħed isemmi lill-imħallef Wallace P. Gulia li ddistingwa ruħu f'dan il- qasam.", "Naturalment hemm imħallfin u maġistrati oħrajn li jistgħu jagħtu kontribut siewi.", "Din m'hijiex xi ħaġa li se tkisser il-mod ta' kif qegħdin inħarsu lejn dan l-abbozz ta' liġi, imma naħseb li nkunu qegħdin nirrestrinġu jekk inħallu barra l-possibbilta` li jinħatru mħallfin jew maġistrati li huma intiżi f'dan il-qasam fuq xi wieħed mill-organi li qed jiġu proposti hawnhekk.", "Klawsola 10 titkellem fuq id-dispożizzjonijiet dwar proċedimenti tal- kunsill u ta' l-organi tiegħu, pero` jien naħseb li f'issue bħal din li qed niddiskutu llum, li tikkonċerna l-lingwa Maltija, il-votazzjonijiet għandhom jiġu evitati kemm jista' jkun u wieħed għandu jfittex li jkun hemm consensus fid-deċiżjonijiet li jittieħdu.", "Dan qed ngħidu b'mod partikolari għal meta l-kunsill jibda jaħdem għax il-kunsill m'għandux jitlaq bl-idea li r-rieda tal-maġġoranza tirbaħ imma għandu jara li f'dak li għandu x'jaqsam ma' deċiżjonijiet li jittieħdu fl-organi tal-kunsill, tal- kummissjoni u tal-kumitati li se jitwaqqfu nersqu iktar lejn consensus.", "Sur President, klawsola 11 titkellem dwar il-forum nazzjonali, u jien naqbel mal-proposta li qed issir li dan għandu jitlaqqa' kull tliet snin.", "Naħseb li jkun tajjeb jekk dan il-forum jaħbat mal-bidu u mat-tmiem tal- ħatra tal-kunsill.", "Ikun tajjeb ukoll jekk għal dan il-forum jitħejja u jiġi ċċirkolat rapport minn qabel biex tingħata l-opportunita` li ssir diskussjoni.", "Dan qed ngħidu partikolarment għax meta kellna l-esperjenza tal-Heritage Malta - fil-fatt dan il-forum huwa mistenni li jsir hemmhekk - inzerta li r-rapport ġie ppreżentat jew kien qiegħed fuq il-website xi ġurnata qabel ma sar il-forum nazzjonali, u ħassejt li kien tajjeb li rapport ta' dan it-tip seta' jiġi mgħarbel minn qabel.", "B'hekk issir diskussjoni iktar matura fl-interess tal-lingwa Maltija.", "Klawsola 12 titkellem dwar id-direttur eżekuttiv li se jkun qed imexxi l- ħidma tal-kunsill.", "Fil-fatt ikun interessanti jekk aktar 'il quddiem, fi stadju ta' kumitat, wieħed jitkellem ftit iktar fuq il-ħidma tad-direttur eżekuttiv, pero` xi ħaġa li jien qed naraha ftit stramba hija għalfejn id- direttur eżekuttiv jista' jiġi eskluż milli jattendi għal xi seduta jew għal xi parti minn laqgħa.", "Fl-opinjoni tiegħi, ġaladarba d-direttur eżekuttiv irid ikun il-magna li tmexxi l-affarijiet 'il quddiem, wieħed għandu jkun iktar preċiż f'dan ir-rigward ħalli dak li jkun ikun jaf għalfejn ikun qed jiġi propost.", "Rigward il-fondi għandna nagħmluha ċara li dawn mhux biss iridu jkunu ggwidati imma min ikun qed imexxihom irid jara li josserva r-regolamenti finanzjarji tal-gvern biex ma jkollniex esperjenzi qarsa, bħalma kellna fil- passat u għandna anke fil-preżent.", "Klawsola 13 titkellem dwar ir-relazzjoni bejn il-ministru u l-kunsill, u jien nerġa` nirrepeti li l-ebda ministru m'għandu jindaħal fi ħwejjeġ li huma tekniċi u għandu joqgħod attent biss li jimxi u jagħti direttivi ta' natura politika, jiġifieri jagħti direttivi li għandhom x'jaqsmu ma' policies tal-gvern u mhux ma' policies fuq il-lingwa Maltija għax aħna l- politiċi għandna noqogħdu 'l barra minn dawn l-affarijiet.", "Klawsoli 14, 15, 16 u 17 jitkellmu dwar l-impjegati tal-kunsill.", "Jien inħoss li ġaladarba hawnhekk qegħdin inwaqqfu set-up ġdid, dan il-kunsill m'għandux jitgħabba b'ħafna nies imma għandu jkollu nies biżżejjed biex ikun jista' jaħdem.", "Iktar min-numru ta' nies, l-iktar importanti huwa li n- nies li jkun hemm f'dan il-kunsill ikunu dedikati, ikunu kompetenti fil- qasam tagħhom u jkollhom rieda tajba.", "Sur President, nixtieq li fil-winding-up, il-ministru jgħidilna xi ħsieb hemm dwar il-ħaddiema f'dan il-kunsill għax fuq dan il-kunsill m'hemm l- ebda dipartiment, mhux bħall-kunsill Malti għall-isport, li għandu fuqu d- dipartiment ta' l-isport jew il-kunsill Malti għall-arti u l-kultura, li għandu fuqu d-dipartiment tal-kultura.", "L-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna jitkellem ukoll dwar ir-rapport annwali, u naħseb li fl-istadju ta' kumitat ikun tajjeb li ssir emenda biex ikun hemm żmien definit li fih dan ir-rapport ikun irid jitpoġġa fuq il- Mejda tal-Kamra għax jekk ma nagħmlux time limit wisq nibża' li jkun hemm dewmien esaġerat biex dan id-dokument jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Fl-iskeda li hemm fl-aħħar parti ta' dan l-abbozz ta' liġi hemm lista ta' għaqdiet tal-Malti, pero` naħseb li ta' min jara jekk hemmx għaqdiet lokali oħrajn li għandhom jiġu mniżżla f'din l-iskeda kif ukoll għandniex inniżżlu anke għaqdiet li hemm barra minn Malta, b'mod partikolari dawk l-għaqdiet li hemm ġewwa l-Awstralja fejn hemm komunitajiet kbar li jinteressaw irwieħhom f'dan il-qasam.", "L-aħħar darba jien tkellimt fuq l-interess u l-imħabba li għandhom l- emigranti Maltin għal-lingwa Maltija.", "Forsi ta' min jikkonsidra jekk l- għaqdiet tal-Malti li hemm barra minn Malta għandhomx jiddaħħlu f'din l- iskeda wkoll.", "Jien nifhem li persuna li tgħix l-Awstralja ma tistax tiġi eletta biex tattendi għal-laqgħa tal-kunsill, pero` nħoss li dawn l- għaqdiet li jinsabu barra minn xtutna għandhom jingħataw rikonoxximent ukoll għall-ħidma tagħhom f'dan il-qasam.", "Sur President, biex nibda nikkonkludi l-intervent tiegħi bil-mod il-mod, irrid ngħid li fuq ħaġa li tgħaqqadna lkoll m'għandniex ma naslux għal qbil jew ikun hemm firda bejnietna.", "Matul iż-żminijiet, il-partit Laburista mhux biss wera mħabba imma wera anke mpenn - kif għadu juri sal-lum - lejn il-lingwa tagħna tant li anke fil-programm elettorali kien hemm taqsima intitolata \"Identita` nazzjonali b'saħħitha\" u żgur li l-ilsien Malti jagħmel parti importanti minn din l-identita` tagħna.", "Fil-fatt fil-manifest elettorali tal-partit Laburista kien hemm numru ta' proposti li jippromwovu l-lingwa Maltija, anke fil-qasam kulturali, biex permezz ta' ċerti inizjattivi ninkoraġġixxu kittieba, lingwisti, mużiċisti u artisti oħra Maltin għax aħna nemmnu li l-lingwa tibqa' ħajja sakemm tibqa' tintuża.", "Għalhekk nistgħu ngħidu b'wiċċna minn quddiem li fil- programm elettorali li kellu l-partit Laburista fl-aħħar elezzjoni kien hemm numru ta' proposti li jippromwovu l-lingwa tagħna.", "Barra minn hekk, wieħed irid ifakkar ukoll li l-istess ħidma li kienet għaddejja riċentement taħt il-gvern Nazzjonalista kienet għaddejja wkoll taħt l-ex-ministru Evarist Bartolo, jiġifieri dak il-kumitat li wasal biex jippreżenta rapport lill-Ministru Louis Galea ilu għaddej bil-ħidma tiegħu minn żmien il-gvern Laburista, u dan juri l-impenn ta' kull gvern Malti, wieħed wara l-ieħor, biex illum jitressaq abbozz ta' liġi bħal dan quddiem din il-Kamra.", "Sur President, biex nagħlaq id-diskors tiegħi nixtieq nikkwota silta mir- rapport li ġie mħejji u ppreżentat f'Mejju ta' l-2001 fejn il-membri tal- bord qalu hekk:", "\"Lill-movimenti politiċi nifirħulhom li jekk huma bosta l-linji ta' politika li ma jaqblux dwarhom, għax dak huwa l-qofol tad-demokrazija, ilkoll huma fehma waħda dwar il-ħtieġa ta' l-ilsien Malti u l- prestiġju li jistħoqqlu bħala lsien ta' identita`.\"", "Fil-fatt huwa f'dan l-ispirtu li aħna, bħala oppożizzjoni Laburista, qed nagħmlu kritika kostruttiva u se nivvotaw favur l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna; biex nagħtu prestiġju kif ukoll nuru l-impenn tagħna favur il-lingwa Maltija.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "JOSEPH BRINCAT: Mr Speaker, jien qgħadt nisma' lill-Onor.", "Carmelo Abela b'attenzjoni, kemm l-aħħar darba kif ukoll illum, u għalhekk stajt napprezza l-preparazzjoni kollha li għamel għal dan id-diskors, speċjalment għad-diskors li għamel fl-aħħar seduta.", "Pero` jien naqbel miegħu sa ċertu punt biss dwar it-teorija tiegħu li l-ilsien Malti huwa komuni għall-Maltin kollha u li jgħaqqadna.", "Qed ngħid dan għaliex għalkemm pajjiżna huwa pajjiż żgħir magħmul minn żewġ gżejjer, li waħda hija ikbar mill-oħra, jiddispjaċini ngħid li xi kultant kelma li nużaha jien, ħaddieħor, li jgħix tefgħa ta' ġebla 'l bogħod, ma jifhimhiex.", "Fil-fatt hemm ċerti kliem Malti li f'ċerti rħula jingħata interpretazzjoni mod u f'postijiet oħra jingħata interpretazzjoni mod ieħor.", "Pero` waħda mill-iktar affarijiet li lili tinkwetani u li qiegħda tbiddel l- ilsien Malti huwa t-tkissir ta' l-ilsien Malti li qed isir mit-television stations.", "Irridu nżommu quddiem għajnejna li kull ilsien huwa xi ħaġa dinamika li tinbidel kontinwament.", "Heraclitus kellu filosofija li tgħid li fid-dinja xejn m'hu stabbli, li kollox jinbidel u li kollox huwa in a state of flux.", "Dan bħal meta tara l-ilma tax-xmara nieżel u tgħid \"ara l-ilma tax-xmara nieżel!\", u dan meta fil-fatt dak ma jkunx l-istess ilma imma jkun ilma qed jinbidel il-ħin kollu.", "Jekk verament irridu nagħtu post lill- ilsien Malti, waħda mill-affarijiet li sinċerament nixtieq nara hija li nimmodernizzaw il-mezzi tiegħu.", "Jien naqbel li l-pijunieri ta' l-ilsien Malti kellhom ġlieda biex jifirdu l- Malti mit-Taljan, u allura riedu jagħtu ċertu sinjali għall-ortografija biex jagħmlu distinzjoni bejn il-Malti u t-Taljan, bħal per eżempju, l- ittra \"ġ\".", "Għaliex?", "Għax il-fatt li l-ittra \"ġ\" hija bit-tikka, dan jagħtik sinjal li l-ittra hija \"ġ\" u mhux \"g\", \"già\" jew \"gi\".", "L-istess nistgħu ngħidu għall-ittra \"ħ\"; din għamluha biex jiddistingwu ruħhom mit- Taljani, li għandhom l-ittri \"h\", \"hi\" jew inkella \"i\" mal-ewwel u inti tippronunzjaha skond jekk hemmx l-\"akka\" jew le.", "Ta' min jgħid ukoll li l- \"għ\" hija ħoss Għarbi, pero` meta l-Għarab ikunu jridu jużaw din l-ittra jiktbuha bil-\"k\" u l-\"h\" flimkien.", "L-ilsien Malti għandu għerq Għarbi jew semitiku sostanzjalment, u inti, Sur President, li ġej minn Għawdex, taf kemm joħroġ iktar qawwi l-għerq semitiku fl-ilsien Malti bil-mod kif jitkellmu l-Għawdxin.", "Kif jaf kulħadd, l-Għawdxin jitkellmu b'mod differenti minn kif jitkellmu l-Maltin.", "Minkejja li għandna lingwa waħda nazzjonali, f'dan il-pajjiż għandna ħafna ilsna.", "F'Għawdex l-ilsien ivarja anke minn raħal għall-ieħor, u għalhekk jekk aħna m'aħniex se nimmodernizzaw se nibqgħu nissodisfaw biss il- bżonnijiet li kellhom il-Maltin seklu ilu.", "Jien nemmen li għalkemm illum huma ħafna dawk il-Maltin li jaqraw bil- Malti, ftit li xejn jagħtu importanza lil dawk l-ittri li jiddistingwu ruħhom mit-Taljan jew mill-Ingliż, li xi wħud iqisuhom bħala xi ħaġa li kważi hija iktar sagra mill-ilsien Malti nnifsu.", "Lill-Ministru Louis Galea, li qed jippilota dan l-abbozz ta' liġi, nistiednu biex jagħmel biċċa xogħol waħda; iniżżel żewġ sentenzi, tlieta jew erbgħa minn qrati differenti.", "Jekk ma jkollux installati l-fonts Maltin fil-computer, kif ħafna ma jkollhomx, isib li filwaqt li jirnexxielu jaqra s-sentenza tal- qorti ta' l-appell, jekk jiġi biex jaqra s-sentenza ta' l-imħallef JR Micallef jew ta' l-imħallef Giannino Caruana Demajo, li jiktbu skond ir- regoli, jiġifieri bil-fonts Maltin, minflok il-fonts Maltin daqqa jara \"/\", daqqa jara \"(\".", "Fid-dokumenti tiegħu kollox ikun sew, pero` f'tiegħek ma jkunx.", "GĦax meta tintuża s-sistema ta' l-iscanning, safejn naf jien, ditta waħda biss għandna f'pajjiżna li għamlet programm li bih taqra l-fonts Maltin u tikkonvertihom biex inti tagħrafhom.", "Pero` din is-sistema m'hijiex irħisa u widespread biex tkun aċċessibbli għal kulħadd.", "Għalhekk jien nistaqsi jekk wasalx il-waqt li l-kunsill li se jinħatar jagħmel bħalma sar f'pajjiżi oħrajn.", "Per eżempju, il-Ġermaniżi kellhom il- kelma \"strasse\" li kienet tinkiteb b'mod stramb għax kienet tinkiteb \"straße\", u għalkemm din l-ittra tixbah lill-ittra \"B\", fil-fatt din ma kienet \"B\" xejn u kienet tinħass bħala double \"s\".", "Pero` llum l-old German fonts kollha nbidlu, fosthom il-\"ß\", li ġiet double \"s\", ħalli l-fonts Ġermaniżi jkunu iktar aċċessibbli għaż-żmenijiet tal-lum.", "Hawnhekk nitlob lill-ministru biex il-kunsill li se jitwaqqaf jibda jaħdem fuq possibbilta` ta' two alternative systems għal dik li hija ortografija; is-sistema l-antika, għal min jippreferi jibqa' jużaha ...", "Għax, ejjew ngħiduha kif inhi, jekk jien niġi biex nikteb il-kelma \"għandu\", minkejja li l-computer tiegħi għandu l-Maltese fonts installati, ikun ħafna iktar faċli għalija li nikteb din il-kelma bħala \"ghandu\" għax tant ma nkunx imdorri nfittex il-key tal-\"ħ\" li dan ikun inkonvenjenti għalija.", "Wieħed jagħrafhom il-marki u s-sinjali ta' xi lsien partikolari, u għalhekk lanqas ħaqq inkabbru d-diffikulta` biex dak l-ilsien miktub ikun aċċessibbli.", "Sur President, nixtieq li l-kunsill li se jitwaqqaf jiżviluppa xi ħaġa oħra mportanti.", "Huwa veru li llum għandna l-eżamijiet tal-matsec u eżamijiet oħra li jsiru mill-Maltin stess pero` ma taħsbux li wasal il-waqt li dan il- kunsill, jew inkella wieħed mill-organi tiegħu, ikollu l-funzjoni li jiċċertifika lil dak li jkun dwar l-użu korrett ta' l-ilsien Malti?", "Hawnhekk qed nirriferi speċjalment għall-qasam tax-xandâra.", "M'iniex qed nesaġera u m'iniex qiegħed hawn biex ninċensa lill-Onor.", "Evarist Bartolo, imma l-mod kif jitkellem ġurnalista bħalma huwa l-Onor.", "Evarist Bartolo fil- kummentarji li jagħmel huwa kompletament differenti mill-mod ta' kif jitkellmu ġurnalisti oħrajn, li jaraw kif ikissru kelma barranija biex jipprovaw jagħmluha kelma Maltija.", "Fil-fatt xi kultant wieħed tgħidx kemm ikollu jħabbel moħħu biex jipprova jifhem x'ried igħid il-ġurnalist b'xi kelma partikolari għax din tkun kelma assolutament barranija, pero` l-ġurnalist, għax iżid xi ħaġa magħha, jaħseb li jkun irnexxielu jagħmilha kelma Maltija.", "Per eżempju, tgħidx kemm nidħak meta nisma' lil xi ħadd fuq it-television jipprova jittraduċi l- kelma \"restructuring\" bil-Malti billi jgħid \"ristrutturizzazzjoni\"!", "Dan l- istess bħal meta naqbdu dawk il-pupi li jsiru f'Hong Kong u għax inlibbsuhom l-abjad u l-aħmar ngħidu li huma souvenirs ta' Malta, li hija farsa!", "Irridu nifhmu li l-ilsien huwa xi ħaġa ħajja u għandna nieħdu l-esperjenzi ta' ilsna oħrajn.", "Per eżempju, hemm storja sħiħa ta' kif kien il-Latin fil- bidu u kif spiċċa fiż-żmenijiet tal-Medju Evu għax ħaġa żviluppat wara l- oħra.", "L-istess argument ireġi jekk wieħed jaqra xi ktieb ta' Dante u mbagħad jara t-Taljan tal-lum.", "Jekk aħna ma nemmnux li l-mezzi tax-xandir huma l-ikbar fulkru għat-tixrid ta' l-ilsien Malti, kemm f'pajjiżna kif ukoll barra minn pajjiżna, se ninsew l-iktar mezzi importanti.", "It-Taljani jgħidu li huma żviluppaw l-ilsien nazzjonali bejniethom bis-saħħa tat- television għax fl-Italja kien hemm diversi djaletti qawwijin u ma kien hemm l-ebda kongruwenza.", "Ara llum, it-Taljani japprezzaw dawk id-djaletti bħala kolorit fuq l-ilsien nazzjonali tagħhom, li huwa t-Taljan, li jifhmu kulħadd u suppost jitkellmu kulħadd.", "F'pajjiżna t-tkissir ta' l-ilsien huwa ikbar.", "Biċċiet minnu jkun ħelu, biex niftiehmu, bħal dik li qalet lil tal-ħanut biex jagħtiha \"two cheesecakes tal-piżelli\"!", "Huwa veru li \"cheesecake\" huwa pastizz, pero` biex tirriferi għal pastizz tal-piżelli trid tneħħi l-kelma \"cheese\" u minflokha ddaħħal il-kelma \"pea\".", "Qed nara lill-kollegi tiegħi jidħku, u ma nafx għaliex.", "Dan li qed ngħid huwa verita` u jien smajthom dawn l- affarijiet, u dan minbarra kliem imkisser ieħor li nisma' fuq il-mezzi tax- xandir.", "Smajt ukoll lil min jittraduċi l-frażi \"pair of spectacles\" għal \"par nuċċalijiet\".", "Dawn l-affarijiet jinkwetawni.", "Illum niżbaljaw jekk ma nisimgħux il-mod li bih qed jitkellmu n-nies u kif dawn qed jiġu influwenzati.", "It-tfal tagħna ilhom għal bosta snin ifasslu s- sentenzi bil-Malti bħat-Taljani minħabba li jgħaddu ħafna ħin jisimgħu l- lingwa Taljana fuq it-television.", "Fil-fatt jien niftakar li meta t-tfal tiegħi kienu għadhom żgħar kien ikolli argumenti magħhom dwar dan u kont ngħidilhom li se nitfilhom it-television għax minħabba li kienu joqogħdu jaraw il-cartoons fuq stazzjonijiet Taljani, kont ninduna li meta kienu jiġu biex ifasslu sentenza bil-Malti jew bl-Ingliż kienet tkun definittivament influwenzata mill-istruttura ta' sentenzi bit-Taljan.", "Jien m'iniex qed nikkritika fin-negattiv imma qed ngħid li hemm ċerti aspetti li rridu nagħtu kashom.", "Għalhekk kif issuġġerejt diġa`, waħda mill- funzjonijiet tal-kunsill nazzjonali ta' l-ilsien Malti għandha tkun li joħroġ ċertifikat ta' kompetenza fl-użu tal-Malti għal kull xandâr, anke għaliex dan iġib ċertu pride u serħan tal-moħħ għax-xandâr.", "B'hekk ix- xandâr isir iktar konxju tal-fatt li l-importanti m'huwiex kemm għandu wiċċu rranġat sew bil-make-up, jekk għandux ingravata sabiħa jew jekk l- għonq tal-qmis huwiex qiegħed tajjeb, imma l-mod kif jitkellem.", "Jekk tħares lejn ix-xandâra ta' pajjiżi oħrajn, liema huma dawk li jinfluwenzawk l-iktar?", "Dawk li jwasslu l-messaġġ li jkollhom iwasslu b'mod ċar?", "Min kien jisma' lil Montanelli fuq l-istazzjonijiet Taljani jaf x'qed ngħid.", "Min jisma' lill-announcers jew lin-newscasters fuq l-istazzjonijiet Ingliżi jinduna kemm dawn ikunu attenti u kemm ikunu ġew mgħallma kif għandhom jitkellmu.", "Riċentement kmieni filgħodu kont qed nara programm fuq ir-RAI 3 li fuqu kien hemm ċertu wieħed \"Gambarotta\".", "Gambarotta qal li x-xandâra fuq ir- radju - ma ninsewx ir-radju għax mhux it-television biss jeżisti - kellhom speċi ta' dizzjunarju ta' kliem li xandâr ma jistax juża, u kif irid jiġi ppronunzjat ċertu kliem.", "Gambarotta, raġel qsajjar bil-mustaċċi u ċajtier, li llum huwa rtirat, qal li fi żmienu - għax huwa kien xandâr ukoll - ix- xandâra ma setgħux jgħidu l-frażi \"membro del parlamento\" għax il-kelma \"membro\" komunement in-nies ma kenux jifhmuha bħala \"membru tal-parlament\" imma kienu jifhmuha f'sens ieħor li m'iniex se noqgħod nispjegah fid- dettalji kollha.", "Jiġifieri jekk ikun hawn xi ħadd minna li jkun qed jitkellem mat-Taljani u jgħid li huwa \"membro del parlamento\", m'għandux jeħodha bi kbira li jara tbissima fuq wiċċ xi wħud għax għandu jkun jaf li għalihom il-kelma \"membro\" tfisser xi ħaġa li ma tistax tesponiha wisq fil- pubbliku!", "Dan qiegħed ngħidu għaliex f'pajjiżi oħrajn dawn l-affarijiet ħadu ħsiebhom, u ħadu ħsiebhom għaliex verament ibiddlu l-ilsien.", "Illum għandna lsien ieħor li qed jiġi wżat, u dan huwa l-ilsien taż- żgħażagħ.", "Fil-lingwaġġ taż-żgħażagħ tisma' ċerti espressjonijiet li ma tifhimhomx jew tifhem proprju bil-maqlub.", "Meta bdejt nisma' l-espressjoni \"tal-ġenn\", bdejt ngħid \"tal-ġenn\" tfisser li jġennek?", "Imbagħad sibt li din tfisser proprju bil-maqlub; li tant hu tajjeb li huwa \"tal-ġenn\".", "Meta l-ministru kien tampar iż-żgħażagħ tal-lum ma naħsibx li l-frażi \"tal-ġenn\" kienet tfisser hekk għalih.", "Ma kenitx tfisser xi ħaġa sabiħa!", "Sur President ̧ jien qed nagħti dawn l-eżempji għax huwa mportanti li mhux biss nitkellmu fuq it-twaqqif tal-kunsill, fuq il-kompożizzjoni tiegħu, fuq il-funzjonijiet li se jkollu u l-kumitati tekniċi li se jkollu, imma rridu naraw l-ilsna li jiġu wżati on the ground.", "Dan nistgħu nagħmluh biss jekk ninżlu fil-livell ta' kif qed jitkellmu n-nies.", "Anke jekk tkun qed tisma' r-radju, tinnota li l-intonazzjoni tal-lingwa minn bniedem għall-ieħor tkun differenti.", "Eżattament kif għadda l-ħin tal-mistoqsijiet illum smajt lill- Onor. Leo Brincat juża l-kelma \"parâmetri\".", "Kemm ilna nisimgħu ġewwa pajjiżna lil min jgħid \"parametri\" minflok \"parâmetri\" bl-aċċent fuq it- tieni \"a\"?", "Irridu nifhmu li anke l-mod kif tiġi ppronunzjata l-kelma huwa importanti, u wieħed mill-ikbar effetti ta' dan huwa t-television.", "Mhux l-ewwel darba li għax ikun hemm bniedem simpatiku ̧ - jista' jkun raġel u tista' tkun mara - gustuż u għandu leħnu sabiħ, iwaddbuh fuq it- television, imma mbagħad ikun qed ikissirlek il-Malti - din ikolli ngħidha - bħal Pawlu Agius, ta' l-ex-partit Komunista.", "Fil-fatt iċ-ċajta bejnietna kienet li dan mar l-Awstralja, nesa l-Malti u ma tgħallimx l-Ingliż!", "Ġieli jkollok lil min jitkellem b'nofs ilsien u b'nofs ilsien ieħor, u tisimgħu jitkellem fuq it-television!", "Forsi l-iktar wieħed brillanti li kien hemm dan l-aħħar fuq it-television kien Norman Lowell, li nawguralu ħafna affarijiet sbieħ.", "Jekk aħna se nressqu nies fuq it-television li jitkellmu bil-Malti b'dak il-mod, se jkun diżastru għall-ilsien Malti.", "Jekk m'aħniex se nieħdu ħsieb dak li jiġi ripetut ta' kuljum fil-media, nistgħu nagħmlu kemm nagħmlu kunsilli għax l-ilsien Malti jmur il-baħar!", "Irridu noqogħdu attenti ħafna wkoll għall-programmi sportivi u għall- programmi li jaraw it-tfal.", "Il-kunsill li se jitwaqqaf għandu jkun the examiner li jiċċertifika lin-nies li jagħmlu dawn il-programmi.", "Ma jistax ikun li wieħed, għax jara kif jagħmel u baxx baxx jirnexxilu jilħaq l-għan tiegħu u jsib ruħu jikkummenta fuq l-isport fuq il-mezzi tax-xandir biex imbagħad il-kelma \"ballun\" jgħidha \"ballum\".", "Hemm ieħor mill-gżira ta' Għawdex li minflok \"xibka\" kien jgħid \"xikba\".", "Min jisma' kelma iktar minn darba, tispiċċa tidħollu f'widnejh, imbagħad eventwalment it-tfal jiġu biex jagħmlu l-eżamijiet u meta tgħidilhom li kelma ma teżistix jew qiegħda miktuba ħażin, jgħidulek \"Imma dik smajtha fuq it-television!\"", "Għalhekk filwaqt li l-istrutturi li qed inwaqqfu huma tajbin, m'għandniex nibqgħu biss fuqhom imma rridu mmorru għal affarijiet oħrajn, b'mod speċjali għaliex l-ilsien Malti jiddakkar minn ilsna oħra.", "Huwa tajjeb li l-ilsien Malti jiddakkar minn ilsna oħra.", "M'hawn l-ebda lsien li jgħix waħdu u kull ilsien jiddakkar minn xi lsien ieħor.", "Per eżempju, l-ilsien Malti ddakkar mit-Taljan, iddakkar mill-Għarbi, iddakkar mill-Ispanjol, iddakkar mill-Franċiż u ddakkar anke mill-Ingliż, imma mbagħad fl-aħħar mill-aħħar irid ikollna ċerta identita` għaliex inkella nkunu qisna Mrs. Campbell ta' 57 Varieties, li kellha tfal min-nazzjonijiet kollha!", "Sur President, aħna ma nistgħux inħallu lill-ilsien Malti jasal sa hemmhekk pero` biex ma nħalluhx jasal sa hemmhekk m'għandniex inwaqqfu l-istrutturi li hawn proposti f'dan l-abbozz ta' liġi, li jien nawgura lill-ministru għalihom, u nieqfu hemm, imma rridu mmorru għall-kontenut.", "Irridu mmorru għall-ħaxu - ħalli nkun iktar Malti - ta' dak li qiegħed isir ġewwa għaliex jekk ikollok il-qoxra biss, mingħajr il-ħaxu ma jkollok xejn.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Sur President, fost il-karatteristiċi li jkollha lingwa li tkun se tmut, ikun hemm il-karatteristika li din ma jkunux qed jitkellmuha u jużawha t-tfal.", "GĦalhekk, b'dak il-kriterju, ma nistgħux ngħidu li l-ilsien Malti se jmut għaliex it-tfal għadhom jużawh u jitgħallmuh.", "Pero` għandna nistaqsu jekk aħniex sodisfatti bit-tip ta' Malti li qegħdin jitgħallmu t-tfal tagħna għaliex wieħed mill-modi ta' kif ilsien jista' jibqa' ħaj hu billi jgħaddi lit-tfal, u li jgħaddi minn ġenerazzjoni għall-oħra.", "Għalhekk m'hemmx dubju li f'kull ħaġa li trid issir għall-ħajja u għat-tiġdid ta' lsien, huwa importanti ħafna l-qasam edukattiv.", "Ta' min isemmi problema partikolari fil-każ tal-Malti.", "F'soċjeta` bħal tagħna, li hija bilingwali għax għandek il-Malti u l-Ingliż, l-ikbar periklu għall-Malti m'huwiex li dan jista' jispiċċa jew imut imma hemm ċans kbir li l-Ingliż, l-ilsien internazzjonali, isir l-ilsien prestiġjuż, l- ilsien modern u l-ilsien, biex ngħidu hekk, ta' tribu` \"A\" filwaqt li l- Malti jkun l-ilsien ta' tribu` \"B\".", "Jiġifieri għalkemm bniedem Malti jkun jaqbel li l-ilsien Malti huwa importanti għall-identita` kulturali u nazzjonali tiegħu u għal-letteratura, imbagħad meta jiġi għall-oqsma ta' tmexxija u ta' ħajja moderna, għall-qasam xjentifiku, għall-qasam teknoloġiku, għall-qasam finanzjarju u għall-qasam ekonomiku, hemmhekk qisu jirbaħ l-ilsien ta' tribu` \"A\" u l-ilsien Malti jibqa' 'l barra minn dawn l- oqsma.", "Fil-fatt waħda mill-ikbar sfidi li għandna f'dak li għandu x'jaqsam ma' l- ilsien Malti għas-seklu 21 hija li filwaqt li ċertament bħala pajjiż irridu li jkollna poplu kapaċi jħaddem ħafna ilsna differenti ...", "Għax huwa importanti għalina li nkunu kapaċi nħaddmu ħafna ilsna differenti, fosthom l-Ingliż, li huwa lsien internazzjonali u lsien dinji.", "Huwa importanti wkoll li nkunu kapaċi nħaddmu l-ilsien Spanjol, li sfortunatament f'pajjiżna ma nagħtuhx biżżejjed importanza, u dan meta matul dan is-seklu l-ilsien Spanjol se jkun qiegħed isir it-tieni lsien dinji.", "Wieħed irid ikejjel kemm ilsien huwa mifrux fid-dinja mhux sempliċement min-numru ta' nies li jitkellmuh imma minn kemm dan l-ilsien ikun imferrex mal-pjaneta.", "Per eżempju, jien naħseb li l-ilsien Spanjol għandna nagħtuh ħafna u ħafna iktar importanza milli qed nagħtuh.", "Ta' min igħid li l-ilsien Spanjol jilħaq inħawi differenti fid-dinja iktar minn ilsna oħra, u żgur aktar mit- Taljan, mill-Ġermaniż u anke mill-Franċiż.", "Għalhekk naħseb li filwaqt li fis-sistema edukattiva tagħna u fl-iskejjel tagħna għandna nsaħħu ħafna t-tagħlim tal-Malti - u issa se nispjega għaliex qed ngħid li għandna nsaħħu t-tagħlim tal-Malti - għandna nsaħħu wkoll it-tagħlim ta' l-Ingliż u ta' l-Ispanjol.", "Naħseb ukoll li għandna nikkonsidraw bis-serjeta` u nieħdu deċiżjoni li nagħtu iktar importanza lit- tagħlim ta' l-ilsien Għarbi, speċjalment mil-livell post-sekondarju 'l fuq.", "Issa ħalli nispjega għaliex għedt li huwa importanti li nsaħħu t-tagħlim tal-Malti.", "L-ewwelnett żgur li m'għandniex inkunu sodisfatti bil-fatt li kważi nofs il-ġuvintur u t-tfajliet tagħna biss li jitilqu mill-ħames klassi ta' l-iskola sekondarja fl-eta` ta' 16-il sena jġibu l-ħiliet meħtieġa biex jgħaddu mill-eżami tas-sec.", "Ta' min jgħid ukoll li kull riċerka li ssir illum fil-qasam ta' l-edukazzjoni turi li t-tfal li ma jkunux ħaddmu l-ilsien ta' pajjiżhom minn eta` żgħira jkollhom problemi fl- iżvilupp personali tagħhom, fl-iżvilupp mentali tagħhom u anke fil-ħiliet li għandhom bżonn biex jedukaw ruħhom, biex jitgħallmu u biex isaħħu t- tagħlim tagħhom fl-oqsma kollha.", "It-tisħiħ u t-tagħlim ta' l-ilsien tal-pajjiż huwa marbut mill-qrib ħafna ma' l-iżvilupp tal-ħiliet edukattivi, u anke ma' l-iżvilupp tal- personalita`, u għalhekk jien naħseb li waħda mill-kawżi li f'pajjiżna għandna rata qawwija ħafna ta' falliment fl-edukazzjoni hija proprju din il- problema; li l-istudenti tagħna għandhom problema kbira biex jikkomunikaw, biex jitkellmu u biex jiktbu, u dik titfagħhom lura fl-iżvilupp personali u anke fis-suġġetti kollha li jkunu qed jitgħallmu.", "Għalhekk huwa importanti ħafna li nagħtu importanza kbira lit-tisħiħ tal-Malti.", "Jien inkwetat ħafna li sfortunatament fil-mentalita` ta' l-istudenti tagħna, il-Malti huwa marbut ma' xi ħaġa folkloristika, ma' xi ħaġa antika, ma' xi ħaġa ta' Wenzu u Rożi jew ta' Żeppi u Grezz bis-sidrija, u dan huwa tort ta' min jiddeċiedi x'kotba tal-Malti għandu jkun hemm fl-iskejjel tagħna, x'letteratura jitgħallmu l-adoloxxenti tagħna u ta' min jiddeċiedi s-sillabi li għandu jkun hemm fl-iskejjel primarji u sekondarji.", "Jien naf mill-qrib il-battalja li trid tagħmel mat-tfal, ma' l-adoloxxenti u mat- teenagers li l-Malti m'huwiex biss dak il-Malti li huma ma jifhmux, li l- Malti m'huwiex biss ta' Ninu Cremona, ta' Dun Karm jew ta' Ġorġ Zammit.", "Ħafna mil-letteratura li qed inpoġġu fl-iskejjel tagħna qed tkompli ssaħħaħ l-idea li l-Malti huwa ta' l-imgħoddi, li l-Malti huwa ta' soċjeta` pre- industrijali u li l-Malti huwa ta' dik il-letteratura li nkitbet qabel it- tieni gwerra dinjija.", "Fil-fehma tiegħi, dan qed jagħti sinjali ħżiena ħafna lit-tfal u liż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin.", "Il-kontenut tal- letteratura fl-iskejjel tagħna għandha tkun qrib il-ħajja ta' kuljum taż- żgħażagħ tagħna.", "B'daqshekk bl-ebda mod ma rrid inbaxxi lill-klassiċi tagħna; lil Dun Karm jew lil Ninu Cremona.", "Xejn minn dan, u fil-fatt huma fost il-kittieba favoriti tiegħi, pero` mingħajr apoloġija ngħid li posthom m'huwiex fl-iskejjel sekondarji.", "Il-poeżija, il-proża u xogħlijiet oħra, bħal rumanzi, novelli u stejjer qosra, messhom ikunu miktuba bil-Malti kif inhu miktub illum, li jitkellmu dwar id-dinja tat-tfal, dwar id-dinja ta' l- adoloxxenti u dwar id-dinja li jafu llum għaliex mill-bqija se nkomplu nġiegħlu lil ħafna u ħafna adoloxxenti mhux iħobbu l-Malti u jiżviluppaw il- ħiliet tagħhom fil-Malti iżda jobogħdu l-Malti jew jistmerruh, speċjalment kif inhu mgħallem, b'dawk il-forom ikkomplikati tal-verbi tiegħu.", "Jien sinċerament inħoss li jekk m'aħniex se nbiddlu l-istrateġija edukattiva tagħna dwar kif ngħallmu l-Malti fil-livell primarju u fil- livell sekondarju, se jibqa' jkollna problemi kbar.", "Naħseb li rridu nagħmlu sforz u niktbu kotba rilevanti għall-adoloxxenti tagħna u għal dawk li għandhom bejn it-13 u s-17-il sena, li la jkunu tfal u lanqas ikunu adulti, u l-ikbar difett li għandna fil-letteratura tagħna huwa proprju li m'għandniex letteratura addattata għal dik l-eta`.", "Għalija din hija traġedja għax nerġa` ngħid, dan iżomm il-Malti mbiegħed u jżomm il-Malti bħala xi ħaġa stramba, arkajka, kurjuża, antikwata u pre-industrijali ta' dinja li spiċċat, ta' dinja li dawn iż-żgħażagħ ma jafuhiex u jarawha stramba ħafna.", "Sur President, jeħtieġ inbiddlu l-istrateġija edukattiva mill-qiegħ fit- tagħlim tal-Malti u fit-tagħlim tal-letteratura ta' l-iskejjel tagħna.", "Fil- fehma tiegħi, jekk nagħmlu din l-istrateġija li qed nissuġġerixxi jien - u din m'hijiex xi ħaġa li qed nivvintaha jien għax jekk wieħed iħares lejn l- iżviluppi edukattivi f'ħafna pajjiżi tad-dinja jsib li dawn qed jużaw dan il-metodu wkoll - inkunu qed ngħinu lil-letteratura Maltija tiġġedded u tissaħħaħ fl-oqsma ġodda, fejn l-iktar hija dgħajfa, għaliex min iħobb il- Malti u jara kif isir it-tagħlim tal-Malti fl-iskejjel tagħna, jinkwieta, u jinkwieta bis-serjeta`.", "Jien nemmen li f'dan il-qasam hemm bżonn li jsiru bidliet radikali fejn l- istudenti tagħna jkollhom iċ-ċans jaraw il-Malti bħala lingwa ħajja u mhux bħala lingwa ta' min għadu jilbes il-beritta, is-sidrija u jgħix f'dinja li spiċċat 60 jew 70 sena ilu.", "Instab li huwa metodu li jaħdem ħafna jekk il- kittieba tal-kotba li jkunu qed jistudjaw l-adoloxxenti jżuru l-iskejjel u anke jagħmlu xogħol ma' l-istudenti biex dawn ta' l-aħħar isiru jafu iktar kif għandhom jiktbu u jikkomunikaw.", "Hemm bżonn kbir ħafna li tiġi żviluppata kitba kreattiva fost it-tfal u ż-żgħażagħ tagħna, anke għax minn rapport wara l-ieħor li jagħmlu l-eżaminaturi dwar kif imorru t-tfal tagħna fit-tħaddim ta' l-ilsna, fosthom fit-tħaddim ta' l-ilsien Malti, jirriżulta li dawn huma batuti ħafna.", "Wieħed jittama wkoll li l-istudjużi tagħna f'dan il-qasam qed jagħmlu bħalma qed jagħmlu studjużi ta' ilsna oħra biex ma jikbirx id-distakk u l- firda kbira li hemm bejn il-ġenerazzjonijiet differenti.", "Illum nafu li ħafna mill-adoloxxenti tagħna li jmorru l-iskola qed jużaw il-Malti b'mod ġdid meta \"jiċċettjaw\" ma' xulxin.", "Anke jien ikolli nuża din il-kelma għaliex hija kelma li l-adoloxxenti u ż-żgħażagħ jużaw bejniethom.", "Lingwisti ta' ilsna oħra diġa` qed jistudjaw il-lingwa li tintuża waqt li l- adoloxxenti u ż-żgħażagħ ikunu qed \"jiċċettjaw\" ma' xulxin, u dik il-lingwa tista' tintuża anke fil-letteratura għaliex hemmhekk l-adoloxxenti tagħna qed joħolqu użu ġdid għall-ilsien tagħna.", "Nagħmlu żball jekk ninjoraw u nittraskuraw dawn l-affarijiet għaliex inkella m'aħniex se nżommu l-ilsien tagħna bħala xi ħaġa ħajja li qed tiżviluppa imma bħala xi ħaġa li qegħdin nagħmluha f'kaxxa tal-ħġieġ, li qegħdin inqimuha u li qegħdin forsi niftakruha.", "Pero` dak huwa mod antikwat ta' kif aħna għandna nħarsu lejn il-lingwa.", "Għalhekk jien nittama li dawn l-affarijiet nagħtu kashom fis-sistema edukattiva tagħna.", "Ġaladarba qed insemmi s-sistema edukattiva tagħna, ta' min jgħid li l- abbozz ta' liġi li għandna quddiemna jitkellem fuq l-importanza li għandna nagħtu lill-ilsien Malti fis-sistema edukattiva, u fil-fatt meta naslu għall-istadju ta' kumitat se nkun iktar speċifiku f'dan ir-rigward.", "Sur President, m'għandniex ngħidu li l-Malti huwa importanti fis-snin bikrin biss tas-sistema edukattiva tagħna, kif jgħid l-abbozz ta' liġi f'paragrafu (d) ta' subklawsola (1) ta' klawsola 3, imma għandna ngħidu li l-Malti huwa importanti fil-livelli kollha, sa l-ogħla livelli.", "Għal darb'oħra jien nerġa` ngħid hawnhekk li ma naqbilx mad-deċiżjoni li ttieħdet u li bħala konsegwenza tagħha se joħorġu iktar u iktar avukati ggradwati mill-universita` mingħajr ma jkollhom iċ-ċertifikat tal-Malti fil- livell intermedju jew inkella fil-livell avvanzat.", "Fil-fehma tiegħi, din hija deċiżjoni ħażina, u l-ħsara li se tikkawża tali deċiżjoni se ssir fiż- żmien li fih se jkollna bżonn iżjed nies li għandhom kultura legali kif ukoll jafu jħaddmu l-Malti tajjeb.", "Issa niġi għall-problema ta' l- interpretazzjoni u tat-traduzzjoni, xi ħaġa li bla dubju ta' xejn irridu nagħtuha iktar importanza milli tajniha s'issa.", "Nerġa` ngħid li jekk aħna ma rridux li l-Malti jsir jew jibqa' l-ilsien ta' tribu` \"B\" imma rridu li jkun l-ilsien li jitħaddem anke fl-oqsma ta' tribu \"A\", jiġifieri fl-oqsma tax-xjenza, tat-teknoloġija, ta' l-ekonomija u tal- finanzi, se jkollna bżonn li l-gradwati tagħna li se jkunu qed jistudjaw proprju f'dawn l-oqsma jkunu tajbin u jkunu kapaċi jħaddmu l-Malti.", "B'dan il-mod min-naħa waħda jkollhom il-kompetenza u l-ħiliet tal-qasam speċifiku tagħhom, u min-naħa l-oħra jkunu kapaċi jħaddmu l-Malti b'mod li jkunu jistgħu jagħmlu dan ix-xogħol tajjeb, għax inkella l-Malti mhux se jiżviluppa f'dawn l-oqsma.", "Sur President, jekk aħna qed nippretendu li jkollna - u hekk għandu jsir - nies li kapaċi jagħmlu traduzzjonijiet tajbin minn ilsna oħra għall-Malti u mill-Malti għal ilsna oħra, se jkollna bżonn niżviluppaw Malti li jkun kapaċi jesprimi t-terminoloġiji legali, mediċi, xjentifiċi u teknoloġiċi.", "Nerġa` ngħid li dawn huma kollha sfidi li nistgħu nidħlu għalihom biss jekk il-Malti jiġġedded u jsir ilsien li kapaċi jesprimi l-ħajja fl-oqsma kollha tagħha tas-seklu 21 u ma nibqgħux bl-idea romantika li l-Malti għandu biss identita` kulturali.", "Il-Malti għandu jkun ilsien ħaj li nkunu nistgħu nużawh fl-oqsma kollha tal- ħajja fis-seklu 21 għax ċertament jekk hemm żewġ oqsma fejn għandna problemi kbar fil-Malti, dawn qegħdin fil-qasam tat-traduzzjoni u fil-qasam ta' l-interpretazzjoni.", "F'dawn l-oqsma l-pajjiż waqa' lura, mhux biss fid- dawl li meta jidħol fl-Unjoni Ewropea pajjiżna se jkun l-inqas pajjiż imħejji f'dan il-qasam, imma waqa' lura anke - u ilna li waqajna lura f'dan il-qasam - minħabba li l-universita` tgħid li la kellha u lanqas għad għandha l-mezzi biex tagħmel korsijiet serji fit-traduzzjoni u fl- interpretazzjoni.", "Min jifhem f'dan il-qasam jaf li ma tistax tagħmel iż-żewġ korsijiet f'salt mill-istess persuni.", "Ħalli jkollna persuni li jagħmlu kemm it-traduzzjoni u mbagħad wara jagħmlu l-interpretazzjoni, jew bil-maqlub, imma ma jagħmilx sens li nipprovaw ngħaffġu u ngħaqqdu żewġ korsijiet f'kors wieħed, u jekk nagħmlu hekk jkun jidher ċar li m'aħniex qed inkunu serji għax ix-xogħol tat-traduzzjoni u x-xogħol ta' l-interpretazzjoni jitolbu ħiliet differenti u m'għandhomx jitħalltu flimkien.", "Jien ngħid li x-xogħol tat-traduzzjoni partikolarment għandna bżonnu lil hinn mill-bżonnijiet ta' l-obbligi tagħna bħala membri ta' l-Unjoni Ewropea.", "Biex l-ilsien tagħna jissaħħaħ, jikber u jiġġedded f'pajjiżna kif ukoll fil-bqija tad-dinja, hemm bżonn li jsiru traduzzjonijiet tajbin ta' kittieba Maltin.", "Hawnhekk għandna problema kbira għaliex filwaqt li għandna diversi kittieba tajbin li qed jiktbu letteratura tajba, dawn qed isibuha diffiċli ħafna biex isibu lil min jagħmlilhom traduzzjonijiet tajbin f'ilsna oħra ewlenin.", "Jien naħseb - u kif għedt diġa`, meta naslu fl-istadju ta' kumitat, se nkun iktar speċifiku minn hekk - li fl-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna, il- kwestjoni tat-traduzzjoni għandha tingħata iktar importanza milli ngħatat s'issa.", "It-traduzzjoni ta' xogħlijiet Maltin f'ilsna oħra m'għandhiex tkun xi ħaġa passiva jew sekondarja imma għandha tkun xi ħaġa ewlenija għax dan huwa mod kif aħna nistgħu noħorġu mill-qoxra tagħna, mill-fosdqa tagħna u nkunu preżenti fid-dinja.", "Sur President, forsi dak li se ngħid jista' jinstema' bombastiku - u fil- fatt se nispjega ruħi iktar - imma huwa importanti li mhux biss insaħħu l- użu tal-Malti f'Malta u Għawdex, imma anke fil-bqija tad-dinja.", "Naf li pajjiżna huwa żgħir u għandu riżorsi modesti, imma hemm x'nagħmlu ħafna iżjed milli qed nagħmlu.", "Meta kienet qed tinqaleb is-sena 2003 għas-sena 2004 inzertajt kont Ruma nisma' d-diskors li Ciampi għamel fi piazza del Quirinale, u parti sostanzjali mid-diskors tiegħu kienet tirrigwardja kemm l-Italja se tonfoq iktar biex issaħħaħ il-preżenza tat-Taljan fil-bqija tad-dinja.", "Fost affarijiet oħra huwa semma lil Petrarca - għaliex issa ġej l-anniversarju tiegħu - u x-xogħol li jrid isir biex it-Taljan jissaħħaħ fil-bqija tad- dinja għaliex it-Taljani jafu kemm dan huwa importanti għal ħafna aspetti differenti.", "Jien ngħid li anke f'dan l-abbozz ta' liġi u fil-politika kulturali tagħna, anke jekk għandna mezzi modesti ħafna u għandna problema ta' riżorsi, irridu nagħtu iktar importanza lit-tisħiħ tal-Malti fil-bqija tad-dinja, u rridu nagħmlu dan mill-inqas bi tliet modi.", "L-ewwelnett irridu nagħmlu dan billi studjużi tagħna fil-qasam ta' l-ilsien Malti jiżviluppaw iktar materjal edukattiv għal min irid jitgħallem il- Malti.", "Jekk aħna nieħdu dan il-qasam bis-serjeta`, żgur li jikber l- interess ta' nies mhux imwielda Maltin li jistudjaw il-Malti, pero` biex jagħmlu dan irid ikollna materjal edukattiv, korsijiet, sillabi u metodi apposta.", "Ewlieni f'dan ix-xogħol huwa x-xogħol li qed isir b'ħafna sagrifiċċju, b'ħafna impenn, iżda jkollna nammettu, bi ftit għajnuna min- naħa ta' Malta, minn komunitajiet ta' emigranti f'postijiet bħall- Awstralja, li bl-isforzi u bl-impenn tagħhom daħħlu l-Malti bħala wieħed mill-ilsna li jistudjaw fl-iskejjel tagħhom billi żviluppaw ftit metodi u materjal edukattiv.", "Pero` nerġa` ngħid, ikollna nammettu li minn Malta dawn in-nies ftit li xejn jingħataw għajnuna, anzi huma iktar jgħidu \"xejn\" milli \"ftit\".", "It-tieni ħaġa li trid issir bis-serjetà hija min-naħa tal-ministru għall- affarijiet barranin.", "Parti mix-xogħol tiegħu għandu jkun li dan ikun ministru tal-Maltin imxerrdin f'inħawi differenti tad-dinja.", "Naħseb li din hija xi ħaġa li rridu neħduha b'aktar serjeta`.", "Diġa` tlifna ħafna żmien prezzjuż biex jinżamm ħaj l-ilsien Malti fil-komunitajiet li għandna f'pajjiżi oħra għaliex ħafna mill-emigranti li marru f'pajjiżi oħra fis- snin 50 u 60 illum resqin lejn it-tmiem tal-ħajja tagħhom.", "Għalhekk illum il-Malti f'dawn il-komunitajiet qed jinżamm ħaj bis-sagrifiċċju u bl-impenn kbir ta' ħutna l-Maltin li mbottaw biex jiġi mgħallem il-Malti ̧ nerġa' ngħid ̧ b'sagrifiċċji u b'diffikultajiet kbar.", "GĦax irridu ngħidu wkoll li kien hemm Maltin - għalkemm ma nafx jekk dawn jistħoqqilhomx jissejħu Maltin - li wara li emigraw kienu jistħu jitkellmu bil-Malti jew jgħidu li huma Maltin.", "Fil-fatt l-akbar traġedja li ġrat fil-komunitajiet ta' l-emigranti tagħna kienet li wħud minn dawk li emigraw kienu jafu bil-Malti biss u ħafna drabi dawn baqgħu magħluqin fihom infushom għax peress li telqu minn Malta meta kienu kbar u kienu trabbew f'soċjeta` fejn ma kienx hawn skejjel, ma kellhomx il-ħiliet meħtieġa - u dan żgur li mhux tort tagħhom - biex jitgħallmu l-Ingliż.", "Bħala konsegwenza ta' dan, dawn kellhom problema kbira ta' illitteriżmu, u ħafna drabi t-tfal tagħhom, billi kienu jaraw lill-ġenituri tagħhom bħala nies li għadhom lura, li m'humiex moderni u li m'humiex qed jitħalltu fis-soċjeta` l-ġdida fejn marru, kienu jaħsbu li jekk jistudjaw il-Malti, dan se jkun ta' żvantaġġ għalihom.", "Din ġiet anke dokumentata f'riċerka li saret, fosthom minn professur Maurice Cauchi fl- Awstralja.", "Jiġifieri hemmhekk kellna problema kbira.", "Min-naħa l-oħra mbagħad kien hemm nies, speċjalment mill-klassi tan-nofs u mill-professjonisti, li kienu jistmerru l-Malti anke meta kienu jgħixu hawn Malta, u ovvjament meta dawn emigraw lejn pajjiżi oħra l-imħabba tagħhom għall-Malti mhux talli ma kibritilhomx talli ħafna drabi lanqas biss kienu jgħidu li huma Maltin.", "Allura l-ilsien Malti spiċċa orfni, ma sabx promoturi, kif sabu ilsna oħra, biex jimbuttawh 'il quddiem u biex iqisuh bħala parti mill-identita` u mill-wirt kulturali li huma riedu jgħaddu lit- tfal tagħhom.", "Hawnhekk irrid nerġa` nsemmi wkoll li huwa pprovat li jekk wieħed ma jaħkimx l-ilsien tiegħu u ma jiżviluppax il-ħiliet tiegħu fih, ikollu problemi ta' personalita` u anke fl-iżvilupp ġenetiku, fl-iżvilupp nevroloġiku, fl-iżvilupp tal-ħiliet mentali kif ukoll fl-iżvilupp tal- personalita` tiegħu.", "Illum nafu li għandna diversi komunitajiet, fosthom fl-Awstralja, li nerġa` ngħid, b'sagrifiċċju kbir kien hemm min u għad għandna min qed jimbotta biex il-Malti jiġi mgħallem lill-emigranti, anzi biex ngħidu hekk, lit-tielet ġenerazzjoni ta' l-emigranti.", "Naturalment biex isir dan hemm bżonnijiet kbar.", "Jekk ma rridux li l-Malti jmut mewta naturali fil-komunitajiet ta' Maltin barra minn Malta, irridu nieħdu diversi inizjattivi mhux biss fit-tfassil ta' korsijiet professjonali tal-Malti bħala t-tieni lingwa, iżda anke fl-iżvilupp ta' materjal modern, elettroniku u awdjo-viżiv.", "GĦax jekk irridu li l-Malti jiġi mgħallem bħalma ngħallmu suġġetti oħra, dan m'għandux jiġi mgħallem bħala lsien maqtugħ mill-kontest tiegħu imma għandu jiġi mgħallem anke fil- kontest kulturali u storiku tiegħu.", "Irridu niżviluppaw materjal edukattiv interessanti għal dawk li ma jgħixux l-ilsien Malti għaliex ma jgħixux f'dawk il-partijiet ta' Malta fejn il- Malti huwa mħaddem u mitkellem.", "Hemm bżonn ukoll li nagħtu għajnuna lill- għalliema tal-Malti fl-Awstralja, anke billi d-dipartiment ta' l- edukazzjoni tagħna joffrilhom li jiġu f'pajjiżna biex isegwu ċerti korsijiet.", "Jekk naħsbu li din hija xi ħaġa żejda nkunu qed nagħmlu żball għaliex dan huwa mod kif inġeddu l-Malti, inżommuh ħaj, inkabbruh u b'hekk ma jibqax magħluq fis-sitwazzjoni tradizzjonali li jinsab.", "Għandna bżonn niżviluppaw materjal pedagoġiku, awdjo-viżiv u elettroniku u anke kotba li jistgħu jaslu f'libreriji, fi ħwienet tal-kotba u f'ċentri edukattivi f'dawk il-pajjiżi fejn hemm komunitajiet Maltin.", "Għandna bżonn ukoll ngħinu awturi ta' kitba bil-Malti li jgħixu f'komunitajiet barra minn Malta li jkunu jridu jippubblikaw ix-xogħlijiet letterarji tagħhom iżda jkollhom problemi finanzjarji kbar biex jagħmlu dan.", "Tkun ħaġa tajba wkoll jekk nagħmlu - u dan m'għandniex nagħmluh sempliċement fuq il-karti imma nwettquh - ftehim ma' universitajiet barranin, fosthom ma' l-Awstraljani, li qed jaħdmu f'inħawi fejn igħixu bosta Maltin.", "Jekk wieħed jitkellem ma' mexxejja ta' universitajiet fl-Awstralja jsib li huma lesti li jagħmlu dan.", "Pero` dawn jgħidulna li għalkemm aħna ngħidulhom li aħna favur li nagħmlu dawn l-affarijiet, imbagħad qatt ma naslu biex inwettquhom.", "Allura huwa mportanti ħafna li nieħdu dawn l-affarijiet bis-serjeta`.", "Irridu nikkonsidraw ukoll li nagħtu boroż ta' studju lill-istudenti tal- Malti li jgħaddu mill-eżamijiet ta' korsijiet li jsiru, per eżempju, fi skejjel Awstraljani, li huma msejħin bħala korsijiet \"LOTE\", jiġifieri languages other than English.", "Infatti l-Malti għandu status ta' wieħed minn dawn il-lingwi.", "Lil dawn l-istudenti nkunu nistgħu nġibuhom hawn Malta fejn ikunu jistgħu jħaddmu u jsaħħu l-Malti tagħhom.", "Ta' min igħid li l-komunitajiet Maltin u Għawdxin barra minn pajjiżna dejjem jitolbuna iktar materjal televiżiv li jistgħu juruh fil-programmi etniċi multi- kulturali li jixxandru fl-Awstralja, biex insemmi pajjiż wieħed, u dawn jilmentaw li ma jsibux għajnuna min-naħa tagħna.", "Ċertament it-tielet ħaġa li għandna nagħmlu fid-dinja tal-lum hija li nużaw iktar l-internet bl-iskop li t-tħaddim tal-Malti u l-kultura Maltija jsiru magħrufa iktar fid-dinja.", "Biex nagħmlu dan huwa importanti ħafna li jkollna korsijiet serji f'kull livell u nħarsu mill-ġdid bis-serjeta` kollha lejn kif qed jiġi mgħallem il-Malti fil-livelli kollha tas-sistema edukattiva tagħna.", "Hija traġedja u hija xi ħaġa suwiċidali li fl- universita` hemm korsijiet - u jien ngħid li dan qed jiġri mhux biss fil- korsijiet tal-liġi imma anke f'korsijiet oħra - fejn l-istudenti li qed isegwuhom lanqas biss għandhom il-Malti fil-livell intermedju jew fil- livell avvanzat.", "Jien nerġa` nistaqsi: Kif se nħaddmu l-Malti fil-qasam tal-liġi, fil-qasam ta' l-ekonomija, fil-qasam tal-finanzi, fil-qasam tax-xjenza, fil-qasam tal- mediċina u fil-qasam tat-teknoloġija jekk min se jkun qed jaħdem f'dawn l- oqsma jkun studja l-materjal kollu li kellu jistudja bil-lingwa Ingliża?", "Ilsienna dejjem qiegħed fi żvantaġġ peress li ħafna mill-materjal li nużaw aħna huwa importat u jkun miktub bil-lingwa Ingliża pero` ċertament iridu jittieħdu l-passi meħtieġa biex il-Malti jsir ilsien li wieħed jista' jitkellem bih meta jkun qed jitkellem fuq il-finanzi, fuq l-ekonomija, fuq it-teknoloġija u fuq ix-xjenza għaliex nerġa` ngħid, jekk dan mhux se jsir, il-periklu m'huwiex li l-ilsien Malti jmut imma li jibqa' l-ilsien ta' tribu` \"B\" fejn jintuża biss f'ċerti oqsma tal-ħajja.", "Naturalment nibqgħu ngħidu li l-Malti huwa lsien li niggustawh u li huwa importanti ħafna għall-identita` tagħna, imma mbagħad nibqgħu nagħmlu din id-distinzjoni, ċioe` li dawk li huma bravi, dawk li huma moderni, dawk li huma professjonisti u dawk li huma fl-iktar oqsma avvanzati tas-soċjeta` jitkellmu bl-Ingliż u l-oħrajn jitkellmu bil-Malti.", "B'hekk il-Malti mhux veru li jkollu l-istess status ta' l-Ingliż f'din is-soċjeta` bilingwali, imma nerġa` ngħid, ikun l-ilsien ta' tribu` \"B\".", "Sur President, l-isfida li għandna biex ikollna nies li huma kapaċi jagħmlu traduzzjonijiet tajbin fl-oqsma kollha tal-ħajja u kapaċi jagħmlu interpretazzjonijiet tajbin f'konferenzi u f'laqgħat li jsiru fejn iridu jaqilbu l-ilsna mill-Malti għal ilsna oħra u minn ilsna oħra għall-Malti, għandna neħduha bħala opportunita` serja biex il-Malti jiġġedded u jissaħħaħ f'dawk l-oqsma ġodda li s'issa ma kienx għadu resaq lejhom bis- serjeta`.", "Nerġa` ngħid li l-ewwel u qabel kollox għandna bżonn nagħmlu bidla radikali fil-mod kif ngħallmu l-Malti f'kull livell edukattiv tas-sistema tagħna, jiġifieri kemm fis-settur primarju, kemm fis-settur sekondarju, kemm fis- settur post-sekondarju kif ukoll fl-universita`, iżda mbagħad irridu nagħmlu l-almu kollu tagħna biex isiru dawk il-korsijiet li kienu ilhom jintalbu s-snin li jsiru mill-universita` fil-qasam ta' l-iżvilupp tal- ħiliet tat-traduzzjoni u fil-qasam ta' l-iżvilupp tal-ħiliet ta' l- interpretazzjoni.", "S'issa waqajna lura u waqajna għaċ-ċajt - biex inkun prudenti fil-kliem li nuża - għaliex minkejja li waslet is-sena 2004 baqgħu ma sarux.", "In-naħa ta' l-universita` tgħid li dawn il-korsijiet ma sarux għax il-gvern ma tax il-mezzi finanzjarji meħtieġa biex dawn ikunu jistgħu jsiru bis-serjeta`.", "Għalkemm beda xi ħaġa, xorta waħda għadna lura għax min isegwi dawn l- affarijiet jaf kemm huma rigorużi l-livelli u l-istandards ta' min jiġi aċċettat bħala traduttur u bħala interpretu.", "Ta' min jgħid li r-rata ta' suċċess f'min jagħmel korsijiet f'dan il-qasam hija biss ta' terz.", "Ejjew nifhmu x'qed ngħidu.", "Aħna qed ngħidu li minn kull għaxra li jiggradwaw u li mbagħad jersqu għal tests mill-Unjoni Ewropea biex jiġu aċċettati bħala interpreti jew bħala tradutturi jgħaddu biss tlieta.", "Dan ifisser li jekk huma ftit dawk li qed isegwu dawn il-korsijiet, mhux se jkollna numru ta' persuni biżżejjed biex isir ix-xogħol kbir li jrid isir.", "Jien ngħid li dawn l-oqsma huma importanti ħafna u jmorru lil hinn mix- xogħol li jrid isir biex naqdu l-obbligi tagħna bħala membri ta' l-Unjoni Ewropea.", "F'pajjiżna għandna ħabta nedhew bir-retorika u bid- dikjarazzjonijiet fejn ngħidu kemm aħna kburin li din il-lingwa hija uffiċjali, imma mbagħad din ir-retorika rridu nsaħħuha bil-prattika, bil- ħidma u bir-riżorsi meħtieġa biex il-Malti nsaħħuh f'kull livell u insaħħuh anke fid-dinja.", "Ċertament dan il-kunsill li se jitwaqqaf għandu l-funzjoni tiegħu x'jaqdi, u jkun tajjeb li jaħdem fid-direzzjoni li qed ngħidu, imma l-ewwel u qabel kollox irridu naraw kif se nġeddu, insaħħu u nbiddlu t- tagħlim tal-Malti f'kull livell tas-sistema edukattiva għax jekk m'aħniex se nagħmlu hekk, nistgħu noħolqu 100,000 kunsill għax il-Malti xorta waħda ma jitħaddimx tajjeb, kif suppost.", "Imbagħad irridu naraw kif se nsaħħu l- kuntatt bejn il-Malti u l-ilsna l-oħra għax b'hekk inkunu qegħdin insaħħu l- kuntatt bejn il-Maltin u l-bqija tad-dinja.", "Kull żvilupp ta' pajjiż jiddependi minn żewġ affarijiet; mill-iżvilupp intern tiegħu, jiġifieri mill-ħajja li tiġi minnu nnifsu, u anke mill- kuntatt mal-bqija tad-dinja.", "Għalhekk jekk irridu li l-Malti jissaħħaħ fis- seklu 21, hemm bżonn li nagħtu ħarsa radikali lejn kif jiġi mgħallem il- Malti u lejn kif se niżviluppaw il-ħiliet meħtieġa fit-traduzzjoni, fl- interpretazzjoni kif ukoll fit-tħaddim tal-Malti ta' l-oqsma moderni ta' l- ekonomija, tax-xjenza, tat-teknoloġija, tal-finanzi u ta' dak kollu li norbtuh mas-seklu 21.", "Nirringrazzjak, Sur President.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Jose' Herrera.", "ONOR.", "JOSE` HERRERA: Sur President, l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna huwa wieħed pożittiv li lili jinteressani ħafna.", "Fil-fatt il- partit Laburista se jivvota favur tiegħu, u nixtieq nieħu l-okkażjoni wkoll biex ngħid prosit lill-ministru talli qed jippilota dan l-abbozz ta' liġi.", "Matul id-diskors tiegħi jien se nitkellem fuq l-istorja forsi b'mod nostalġiku fejn se nuri li, kuntrarjament għall-pożizzjoni li qed jieħu l- partit Nazzjonalista llum, fil-passat l-affarijiet kienu differenti ħafna.", "Fil-fatt fil-parlament Malti - mhux f'dan il-bini għax din hija sala ġdida li nfetħet fl-1974 għax qabel, anke meta kien għad hawn il-kunsill tal- gvern, konna niltaqgħu fis-sala ta' l-arazzi - ħafna mill-ħin li nħela sa l- 1929 jew l-1930 kien appuntu fuq il-kwestjoni tal-lingwa Maltija.", "Jiġifieri dibattitu bħal dan iġiblek ftit nostalġija u suppost għandek tagħmel ukoll ċerti reminiscence għax sa 60 sena jew 70 sena ilu l- parlament Malti kien jiddedika ħafna u ħafna ħin, jekk mhux nofs il-ħin tiegħu, jiddibatti l-kwestjoni ta' l-ilsien Malti.", "Ħalli nagħti daqsxejn background dwar kif il-kwestjoni tal-lingwa spiċċat kwestjoni politika.", "Sur President, ta' min igħid li għalkemm Malta minn dejjem kienet maħkuma mill-barranin, il-poplu Malti xorta waħda baqa' dejjem jitkellem bil-lingwa Maltija.", "Fil-fatt hemm dokumenti li jixhdu li l-Malti kien jinkiteb fi żmien bikri, saħansitra qabel ma ġew il-kavallieri.", "Tant hu hekk li għandna biċċiet tal-letteratura Maltija li għalkemm m'humiex miktuba bl- alfabett li ġie introdott f'Malta wara l-1929, dawn xorta waħda huma miktuba bil-Malti.", "Illum għandna dokumenti li juru li mhux biss kellna dokumenti uffiċjali imma anke letteratura Maltija miktuba madwar 500 sena jew 600 sena ilu.", "Dan huwa interessanti.", "Madankollu sa meta spiċċaw il-kavallieri minn Malta ̧ il-lingwa miktuba, - ma kienx hemm liġi li tgħid li kienet il-lingwa uffiċjali - il-lingwa li kienet tintuża fil-qrati u fil-leġislazzjonijiet u l-lingwa mitkellma minn ċerta klassi tal-poplu kienet il-lingwa Taljana, għalkemm il-poplu Malti kien jitkellem bil-lingwa tiegħu, li matul is-snin evolviet bħal kull lingwa oħra wara kollox.", "M'hijiex xi ħaġa speċjali li l-Malti evolva ruħu minn lingwi oħra; mis-semantiku u mir-rumanz għax il-lingwi kollha tad- dinja evolvew minn lingwi oħra.", "Sur President, ta' min jinnota li l-ewwel darba li beda jsir sforz sabiex il-lingwa Maltija tieħu r-rikonoxximent li kien jistħoqqilha kien fl-aħħar ta' l-epoka tal-kavallieri, meta kien hemm l-ewwel movimenti politiċi f'Malta, fosthom il-movimenti tal-giacobini.", "Dawn kienu qed jisservew bil- Franċiżi biex itajru lill-kavallieri - fil-fatt imbagħad ħafna minnhom dawn saru pro-English - u fost in-nies li kienu nvoluti f'dawn il-movimenti soċjo-politiċi ta' dak iż-żmien, kien hemm il-famuż Mikiel Anton Vassalli, li huwa meqjus bħala missier l-ilsien Malti.", "Fil-fatt dan kien l-ewwel wieħed li kiteb il-grammatika Maltija biex ilesti l-pedamenti ħalli l-Malti jkun jista' jibda jiġi studjat fl-iskejjel.", "Sa dak iż-żmien il-Malti ma kienx studjat fl-iskejjel.", "Ftit wara ġew l-Ingliżi.", "Però sa dak iż-żmien il-kwestjoni tal-lingwa Maltija ma kenitx issue politika għax ma kienx għad hemm partiti politiċi.", "Il-popolazzjoni Maltija, li kienet ilha għal sekli sħaħ taħt ħakma barranija, kienet pjuttost iżgħar milli saret fl-aħħar tas-seklu 19.", "Fil- fatt l-issue politika tal-lingwa Maltija bdiet tinħoloq ftit wara li fit-23 ta' Lulju, 1813 Sir Thomas Maitland inħatar bħala gvernatur ta' Malta.", "Se nispjega kif inħolqot din l-issue.", "Fl-istess żmien li ġie nominat dan il-gvernatur, is-segretarju ta' l-istat Ingliż għall-kolonji kien bagħat speċi ta' kummissjoni f'pajjiżna sabiex din tħejji rapport fuq il-kwestjoni tal-lingwa f'Malta.", "Fost affarijiet oħra f'dan ir-rapport intqal li l-biċċa l-kbira tan-nies kienu jitkellmu bi djalett ta' l-ilsien Għarbi - fil-fatt dan kien il-Malti u ma kien djalett xejn - filwaqt li l-klassijiet għoljin kienu jitkellmu bit-Taljan.", "Ta' min jgħid li dak iż-żmien kważi ħadd ma kien għadu jitkellem l-Ingliż.", "Il-kwestjoni politika bdiet minħabba li l-gvern Ingliż kien qed jikkontempla li l-proklami kollha, jiġifieri l-liġijiet, l-orders in council tal-gvern Ingliż u l-proċeduri tal-qrati jibdew isiru bl-Ingliż għax kif spjegajt qabel, sa dak iż-żmien kienu jsiru bit-Taljan.", "Naturalment dan sab reżistenza qawwija mill-klassi l-għolja li riedet it- Taljan.", "GĦax kif għedt qabel, in-nies ta' ċerta klassi kienu jitkellmu bit- Taljan u allura dak iż-żmien kienu jaraw lit-Taljan bħala s-salvawomu tagħhom biex jibqgħu distakkati mill-Ingliżi.", "Huma ma kenux għadhom jirrikonoxxu l-Malti bħala lingwa u allura ħassew li jekk iċedu għall- Ingliż, kienu se jsiru iktar servili għall-Ingliżi.", "U hekk bdiet il- kwestjoni politika ta' l-ilsien Malti.", "Għandu jingħad li fl-aħħar tas-seklu 19, jiġifieri bejn l-1880 u l-1900, meta twieldu l-ewwel partiti politiċi, f'Malta kien hawn żewġ kwestjonijiet politiċi kbar; il-kwestjoni tal-lingwa u stranament anke l-kwestjoni taż- żweġijiet imħallta.", "F'dawk iż-żmenijiet dawn kienu żewġ issues ta' prominenza.", "Sigismondo Savona, li għal żmien kien id-direttur ta' l- edukazzjoni u mbagħad kien ukoll il-mexxej tal-partit riformista, kien favur li tingħata importanza lill-Ingliż minflok it-Taljan, pero` fl-istess ħin ried li l-ilsien Malti jingħata l-istess importanza.", "Dawn kienu l- ewwel movimenti politiċi, li kienu l-movimenti riformisti.", "Ta' min igħid ukoll li Gerald Strickland, li dak iż-żmien kien segretarju tal-gvern, kien ħa l-istess pożizzjoni.", "Dan kien pro-English, pero` sa minn dak iż-żmien ried li tiġi introdotta l-lingwa Maltija.", "Jekk wieħed jaqra d-diskorsi li kienu jsiru fil-kunsill tal-gvern bejn l-1896 u l-1897 isib li Savona kien qal li l-Malti kellu dritt li jkun mitkellem anke fil- qrati.", "Jiġifieri l-ewwel wieħed li ressaq fil-kunsill tal-gvern l-issue li l-Malti jibda jiġi mitkellem fil-qrati u l-liġijiet isiru bil-Malti wkoll kien appuntu Savona.", "Mill-banda l-oħra kien hemm l-ewwel partit oppost, li kienu qishom l- oppożizzjoni ta' dak iż-żmien, li kienu msejħa \"anti-riformisti\" u li, kif jaf kulħadd, kienu mmexxija minn Fortunato Mizzi, missier Nerik Mizzi.", "Ta' min jgħid li Fortunato Mizzi kien bl-iktar mod sfrenat kontra li b'xi mod il-lingwa Maltija tingħata xi tip ta' rikonoxximent.", "Sas-sena 1921 bqajna qisna status quo, għax f'dawk l-20 sena kien baqa' attiv Fortunato Mizzi, imma dan kien wasal biex jirtira u daħal it-tifel tiegħu fil-politika.", "Maż- żmien ifformaw ruħhom partiti oħra, pero` l-kwestjoni tal-lingwa baqgħet hemm.", "Dak iż-żmien Strickland kien spiċċa gvernatur l-Awstralja u f'xi pajjiż ieħor, u għal ċertu żmien f'pajjiżna baqgħet tirrenja l-kwestjoni ta' min hu favur it-Taljan, min hu favur l-Ingliż u kien hemm ukoll movimenti żgħar li riedu l-Malti.", "Kif jaf kulħadd fl-1921 Malta akkwistat is-self-government bl-isforzi ta' xejn inqas minn Sir Filippo Sciberras.", "Fil-fatt dan kien wieħed min-nies li rnexxielu jiġbor il-forzi politiċi kollha tal-pajjiż taħt umbrella waħda biex jagħmlu pressjoni fuq il-gvern kolonjali Ingliż, u fl-aħħar, safejn jien informat, fl-1921 aħna konna l-ewwel kolonja ta' l-imperu Ingliż li ngħatajna s-self-government.", "Ta' min jgħid li l-elezzjoni ta' l-1921 kienet intrebħet b'maġġoranza kbira mill-unione politica Maltese, jiġifieri mill-partit popolari li fih kien hemm Savona, għax wara li dan kien anti- riformista, spiċċa wieħed mill-fundaturi tal-partit ta' l-unione politica Maltese.", "Dak iż-żmien dan il-partit kien l-iktar wieħed antik u b'saħħtu għax peress li kien twieled mill-moviment anti-riformista, kien l-iktar wieħed li ġab voti.", "Pero` stranament fid-9 ta' April ta' l-1922 għall-ewwel darba l-kumitat avviċina lill-partit Laburista, il-partit tal-ħaddiema li kien għadu kif twieled fl-1921, biex issir koalizzjoni bejn il-partit Laburista - li dak iż-żmien diġa` kellu seba' siġġijiet fil-parlament, apparti li kellu membri fis-senat - u l-unione politica Maltese.", "Fost l-oħrajn, il-partit Laburista kien impona l-kondizzjonijiet li t-tagħlim ikun obbligatorju - din hija ħaġa li kienet inkonċepibbli dak iż-żmien - u li l-kwestjoni tal- lingwa fl-iskejjel elementari tibqa' dik li kienet qabel.", "Ta' min igħid li sa dan iż-żmien iċ-ċirkostanzi kienu nbidlu minn żmien l-aħħar tas-seklu 19 għax issa kien hemm aktar Maltin jitkellmu bl-Ingliż.", "Fil-fatt nofs il- poplu Malti kien ġie mgħallem l-Ingliż u n-nofs l-ieħor kien ġie mgħallem it-Taljan pero` biex jitkellem kulħadd kien juża l-ilsien Malti.", "Allura l- iskejjel, filwaqt li baqgħu jgħallmu l-Ingliż u t-Taljan, bdew jgħallmu wkoll il-Malti.", "Kondizzjoni oħra li għamel il-partit Laburista biex issir koalizzjoni bejnu u bejn l-unione politica Maltese kienet dik li l-Malti jibqa' jiġi mgħallem fl-iskejjel, xi ħaġa li l-partiti l-oħra, li se nitkellem fuqhom iktar 'il quddiem u li llum evolvew ruħhom fil-partit Nazzjonalista, kienu bl-aktar mod kontra.", "Pero` kif jaf kulħadd, fid-19 ta' Novembru ta' l-1922 din il- koalizzjoni bejn il-gvern tal-partit popolari u l-partit Laburista l-ġdid, li kien għadu baby, sfaxxat.", "F'Ġunju ta' l-1924 reġgħet saret elezzjoni oħra u l-partit popolari reġa` rebaħ l-elezzjoni pero` ma kellux maġġoranza u din id-darba kien ġie sostnut bl-appoġġ tal-partit tal-ħaddiema, li għalkemm stranament kienu naqsulu l-voti, xorta waħda kien irnexxielhom itellgħu seba' siġġijiet, u biex jirbaħ l-appoġġ tal-partit tal-ħaddiema, meta nfetaħ il-parlament ta' l-1924 il-partit popolari aċċetta li minflok ma jaqra l-manifest elettorali tal-partit tiegħu mid-diskors tat-tron, jaqra l-manifest elettorali tal- partit tal-ħaddiema ta' dak iż-żmien, u again hawnhekk iddaħħlet il- kwestjoni tal-lingwa Maltija.", "Almenu sa dak iż-żmien il-lingwa Maltija bdiet tingħata l-importanza li kienet qed tingħata l-lingwa Ingliża, pero` dawn kienu biss atti preparatorji għal dak li kien ġej.", "L-aktar fattur importanti li verament stabbilixxa l-lingwa Maltija bħala l- lingwa uffiċjali ta' pajjiżna - flimkien ma' l-Ingliż, skond il- Kostituzzjoni - li biha wieħed jista' jitkellem fil-qrati u jiktibha fil- liġijiet u kullimkien kien l-arranġament li sar bejn il-partit tal-ħaddiema u l-partit kostituzzjonali ta' Gerald Strickland, il-famuż \"compact\".", "Il- compact kien ġie ffirmat fil-25 ta' Jannar ta' l-1926 bejn il-partit tal- ħaddiema u l-partit kostituzzjonali, dak iż-żmien immexxi minn Gerald Strickland flimkien ma' Augusto Bartolo, u dan ġie ffirmat fil-każin kostituzzjonali ta' Strada Rjali, illum Triq ir-Repubblika, ġewwa l-Belt.", "Interessanti li wieħed igħid li tlett ijiem qabel ma sar dan il-compact bejn il-partit Laburista u l-partit ta' Strickland, l-unione politica Maltese, li kien l-aktar partit antik ta' dak iż-żmien u li kien immexxi minn Sir Ugo Mifsud, ingħaqad mal-partit demokratiku Nazzjonalista mmexxi minn Nerik Mizzi, li kien partit għal Għawdex minħabba li sa dak iż-żmien id-deputati tiegħu kienu jiġu eletti biss minn Għawdex, u flimkien ifformaw il-partit Nazzjonalista.", "Il-partit Laburista u l-partit ta' Strickland qatt ma saru partit wieħed, pero` kienu għamlu dak il-famuż compact li semmejt.", "Naħseb ilkoll niftakru li ftit snin ilu, meta Dr Karmenu Mifsud Bonnici kien il-prim ministru ta' Malta, ġie ċċelebrat is-60 anniversarju minn meta sar dan il-famuż compact bejn il-partit Laburista u l-partit ta' Strickland.", "Huwa importanti li wieħed jifhem l-importanza ta' dan il- compact għax għall-ewwel darba minn kemm kienet ilha teżisti l-politika f'Malta, il-forzi mhux tradizzjonali u l-forzi riformisti li kienu jikkonsistu fil-partit tal-ħaddiema u fil-partit ta' Strickland, irnexxielhom jegħlbu lill-partiti konservattivi.", "Għall-ewwel darba kellek moviment progressiv u dan kien seħħ bl-iffirmar ta' dak il-compact.", "Wara, kif jaf kulħadd, fl-elezzjoni li saret f'nofs Awissu ta' l-1927, il- partiti tal-compact rebħu l-elezzjoni ġenerali u Gerald Strickland kien laħaq prim ministru.", "Ta' min igħid li l-partit Laburista kien tella' inqas siġġijiet għax għal xi raġuni jew oħra, il-partit ta' Strickland kien tella' 15-il siġġu, il-partit Laburista minn seba' siġġijiet kien tella' biss tlieta, u l-partit Nazzjonalista, li sa dak iż-żmien kien magħqud, kien tella' 13-il deputat.", "Dan kien ġie offrut li jipparteċipa fil-gvern, pero` huwa baqa' barra mill-gvern minħabba li l-partit tal-ħaddiema ried jibqa' partit indipendenti, għalkemm kien lest li jikkoopera ma' partiti oħra jekk kellhom l-istess għanijiet u viżjonijiet tiegħu.", "Madankollu kif kien wiegħed li se jagħmel meta daħal fil-compact, huwa appoġġja lill- partit ta' Strickland.", "Allura għall-ewwel darba l-movimenti Nazzjonalisti spiċċaw fl-oppożizzjoni.", "Kif għedt diġa`, il-mexxejja tal-partit Nazzjonalista ta' dak iż-żmien, Sir Ugo Mifsud u Nerik Mizzi, kienu totalment kontra li l-ilsien Malti jingħata xi tip ta' rikonoxximent.", "Bħala mexxejja tal-moviment tal-ħaddiema kien hemm Dr Pierre Frendo, avukat li dak iż-żmien kellu l-kariga ta' president tal-partit, u kien hemm ukoll il-mexxej ewlieni tal-partit, il-kurunell Savona, li kien it-tifel ta' Sigismondo Savona.", "Min-naħa tagħhom, dawn kienu insistew biex jagħmlu l-compact ma' Strickland fejn l-ewwel u qabel kollox kien hemm il-fatt li tiġi rikonoxxuta l-lingwa Maltija, imbagħad kien hemm il-partit l-ieħor tal-compact, li kien il-partit kostituzzjonali mmexxi minn Gerald Strickland, għax sa dak iż-żmien Augusto Bartolo kien spiċċa t-tieni wieħed fit-tmun u kien id-deputy leader ta' dan il-partit.", "Fil-programm politiku tal-compact, fl-appendix \"A\" fi klawsola 3 insibu - u hawnhekk il-Malti spiċċa l-lingwa uffiċjali ta' dan il-pajjiż - li l-ilsien Malti kellu jiġi mdaħħal fil-qrati bħalma kien l-Ingliż u li din il-liġi tibda tkun inforzata wara li l-liġijiet jiġu maqluba għall-Malti.", "Jiġifieri hawn kellek kondizzjoni sine qua non fil-manifest elettorali tal- partiti tal-compact li l-leġislazzjoni Maltija kellha titbiddel kollha fil- lingwa Maltija u li l-lingwa Maltija kellha tibda tiġi mitkellma fil-qrati.", "Il-proklami u n-notifikazzjonijiet, jiġifieri l-leġislazzjoni kollha ta' dak iż-żmien, ukoll bdew jiġu ppubblikati mhux biss bl-Ingliż jew bl-Ingliż u bit-Taljan - il-movimenti ta' Nerik Mizzi, minħabba li Fortunato Mizzi u Sir Ugo Mifsud kienu spiċċaw, kellhom il-ġlieda tal-pari passu fejn riedu li jibqa' t-Taljan u l-Ingliż, u l-Malti jitħalla barra - imma l-partiti tal-compact din biddluha u daħħlu l-konċett tal-pari passu bejn l-Ingliż u l-Malti fejn it-Taljan qaċċtuh 'il barra u allura ġiet li l-liġi kollha kellha ssir bil-Malti u bl-Ingliż.", "Kif spjegajt qabel, f'Awissu l-partiti magħqudin fil-compact rebħu l- elezzjoni ta' l-1927 u fforma dan il-gvern.", "Meta fforma dan il-gvern, the rest is history għax ftit wara mplimentaw il-manifest elettorali għal- lingwa Maltija u din għall-ewwel darba f'kemm ilha teżisti l-istorja twila tal-ġens Malti ġiet rikonoxxuta bħala l-lingwa uffiċjali ta' pajjiżna.", "Dan ġara wara snin ta' ġlied, snin ta' diżgwid u snin ta' qtigħ il-qalb sakemm fl-aħħar il-lingwa Maltija ħadet ir-rikonoxximent li kien jistħoqqilha.", "Huwa tajjeb li llum qed nerġgħu niddibattu dan is-suġġett wara tant snin.", "Huwa veru li kien hemm żmien meta f'dan il-parlament kienet qed titressaq liġi simili mill-gvern Nazzjonalista, pero` mbagħad waqfet.", "Allura, wara dawn is-snin kollha, f'dan il-parlament ta' min jagħti r-rikonoxximent mistħoqq lil dawk il-politiċi li ġew qabilna, fosthom lill-attivisti u l- politiċi tal-partit tal-ħaddiema, lill-partit ta' Strickland li dak iż- żmien kien viċin tal-partit Laburista u anke lil Gerald Strickland innifsu.", "F'mument bħal dan ikun sew li nsellmulu u ngħidulu grazzi talli l-poplu Malti llum għandu l-lingwa uffiċjali tiegħu, għax hija ħaġa sabiħa li nfakkruhom dawn l-affarijiet.", "Ta' min igħid ukoll li meta wieħed jifli l-istorja tal-compact jinduna li l- partit tal-ħaddiema, flimkien mal-partit kostituzzjonali, kienu l-ewwel moviment politiku li ġġieldu b'suċċess għall-għarfien ta' l-ilsien Malti.", "Jekk taqraw \"Le mie vicende\" ta' Sir Arturo Mercieca tkunu tafu x'pożizzjoni ħa l-partit Nazzjonalista f'din il-ġlieda.", "Sir Arturo Mercieca kien prim imħallef tal-qrati Maltin bejn l-1926 u l-1940 meta l- Ingliżi stess kienu ġegħluh jitlaq minn din il-kariga.", "Dan kien viċin ħafna tal-mexxejja tal-partit Nazzjonalista u dak iż-żmien kien ukoll fil- politika.", "Min jaqra l-ktieb \"Le mie vicende\", li hu l-aħjar wieħed ta' dak iż-żmien għax jiġbor fih l-istorja tal-partit Nazzjonalista, jinduna kif min-naħa l-oħra l-partit Nazzjonalista dak iż-żmien kien għamel mhux battalja imma gwerra mill-iktar qalila biex l-ilsien Malti jiġi rikonoxxut bħala l-ilsien uffiċjali ta' pajjiżna.", "Jien la nħobb inkun polemikuż u lanqas inħobb nitgħajjar, imma meta nitkellmu fuq il-lingwa Maltija naħseb li huwa importanti li nfakkru li l-partit Laburista - u ta' dan jien kburi - kien il-moviment ewlieni flimkien ma' partit ieħor li ġġieled biex f'pajjiżna jkollna l-ilsien tagħna.", "Wara li ġara dan kollu kien hemm problemi oħra – dan l-aħħar ktibt fuq dan ir-rigward - fejn kellna lingwa rikonoxxuta bl-alfabett tagħha għax kienet ġiet maħtura kummissjoni u l-gvern kien iddeċieda x'kellu jkun l-alfabett - dak iż-żmien kien hemm min ried jiktbu bit-Taljan u kien hemm min ried jiktbu bħall-Għarbi u mbagħad instabet formola tajba għall-alfabett Malti li għandna llum - pero` ma kellniex letteratura.", "Kellna xi kantaliena 'l hawn u 'l hemm.", "Sur President, m'iniex qed nitkellem fuq il-liġi għax din hija straightforward.", "Ta' min ifaħħar il-kunsill li jippromwovi l-interessi tal- lingwa għax għandek l-għodda, u l-makkinarju għal dan il-għan.", "Kif diġa` għedt, hawn m'iniex qed nikkritika lill-Onor.", "Louis Galea personalment, anzi faħħartu talli għamel liġi tajba, imma qed nikkritika dak li ġara fil- passat.", "Li wieħed ifaħħar il-politiċi m'huwiex biżżejjed għax, kif kont qed ngħid, kellna lingwa imma ma kellniex letteratura ħlief xi ktieb 'l hawn u 'l hemm.", "Fl-aħħar tas-snin għoxrin ċerti movimenti fl-universita` għamlu l-kuraġġ peress li l-lingwa Maltija ġiet rikonoxxuta għall-ewwel darba u sar sforz akkademiku miż-żewġ għaqdiet biex bdiet tinbena l-letteratura Maltija.", "Dawn kienu l-famużi patrijotti Maltin.", "Min kienu dawn il-patrijotti Maltin( Kien hemm il-patrijotti ta' l-antik u l-patrijotti tas-snin għoxrin u tas-snin tletin li kienu nies ta' ċertu kalibru mill-universita` li ħadu l-impenn sabiex jibdew isebbħu l-letteratura Maltija.", "Għax jekk ikollok lingwa jew ilsien u ma jkollokx letteratura, allura se jkollok ilsien fqir.", "Wieħed jieħu gost li l-isforzi kbar li għamlu dawn il- kittieba baqgħu jiġu rikonoxxuti mill-poplu Malti.", "Tant hu hekk li l- gvernijiet Maltin u l-akkademja ta' l-universita` dejjem jinsistu li dawn il-kotba, li llum huma klassiċi, għandhom ikunu fost il-kotba li wieħed irid jistudja biex jgħaddi mill-\"A\" levels jew mill-matrikola tal-Malti.", "Il-kotba klassiċi Maltin m'humiex bħal dawk ta' l-Ingilterra fejn għandek lil Shakespeare, lil Chauser u lil Milton, jew bħal ta' l-Italja fejn għandek lil Dante u oħrajn, imma huma iktar riċenti għax inkitbu fis-snin għoxrin u fis-snin tletin biex jippromwovu l-ilsien ta' art twelidna.", "Dawn kienu waqqfu l-ewwel l-għaqda kittieba tal-Malti, li kien il-forerunner ta' kumitat simili bħal dan, li warajh kienet ifformat ruħha l-akkademja tal-Malti.", "U hawn ta' min isellem lin-nies ta' dak iż-żmien bħal Ninu Cremona, il-professur Anton Tabone, Ġuże` Cassar Pullicino li kien għadu jibda, Ġuże` Ellul Mercer, Fr. Wistin Bourne, Ġuże` Delia u Dun Karm.", "Insemmi wkoll lin-nannu tiegħi Ġuże` Galea li kien wieħed mill-ewwel kittieba li beda jikteb fl-aħħar tas-snin għoxrin bl-istess skop li kitbu l- kollegi tiegħu.", "Fil-fatt wara li Dun Karm spiċċa minn president ta' l- għaqda kittieba tal-Malti kien laħaq hu president minfloku u wara laħaq ukoll president ta' l-akkademja tal-Malti.", "Jien ninsab kburi bin-nannu tiegħi u għalkemm ma nħobbx insemmi l-familja, ladarba qed nitkellmu fuq l-ilsien Malti nħoss li rrid nagħmel aċċenn għan- nannu tiegħi, li kien wieħed mill-ewwel kittieba tal-Malti li ta kontribut siewi biex f'Malta jkollna letteratura sabiħa bil-lingwa tagħna.", "Insellem ukoll lil Ġuże` Aquilina li kien l-ewwel professur li kellu l- katedra tal-Malti.", "Qabel ma kienx hemm katedra tal-Malti, però mbagħad fis- snin erbgħin il-Malti daħal fl-universita` u kellna l-katedra tal-Malti u kellna l-ewwel professur tal-Malti, bniedem li ta ġieħ kbir lill-ilsien Malti u l-istudju tal-Malti għax kien bniedem kapaċissimu.", "Apparti milli kien għalliem tajjeb ħalla wirt letterarju kbir ħafna.", "Se nikkonkludi billi ngħid li sfortunatament ġara - u għalhekk qed nagħmlu din il-liġi – li l-entużjażmu ta' dak iż-żmien spiċċa, għax issa l-ilsien Malti qed neħduh for granted.", "Illum la tikkontestaha u lanqas tiddibattiha li lsien art twelidna għandu jkun l-ilsien uffiċjali tal-pajjiż u allura fejn qabel dawn il-movimenti pprovaw ikattru l-Malti safi u jżommu ħajja t- tradizzjoni tal-lingwa Maltija, wara s-snin sittin waqgħet apatija kbira fil-pajjiż għal dak li jikkonċerna l-ilsien Malti u bdejna nħawdu.", "Bdejna nassimilaw kliem li ġej mill-Ingliż bl-addoċċ meta għalih kien hemm kliem Malti pur u minflok ma nagħżlu kliem tradizzjonali Malti bdejna faċilment nużaw kliem Taljan jew Ingliż, filwaqt li lill-Malti baxxejnieh.", "Sur President, mhux talli tbaxxa l-livell tal-Malti, talli f'dawn l-aħħar 20 sena rajna li tbaxxa wkoll il-livell ta' l-Ingliż u llum spiċċajna la nitkellmu Ingliż tajjeb u lanqas Malti tajjeb.", "Hawn mhux qed ngħid biss għan-nies komuni, imma qed ngħid għalija nnifsi wkoll għax din l-użanza tant daħlet li mingħajr ma rridu qisna qed nitkellmu pigeon English, għax meta nitkellmu bl-Ingliż qed inħalltuh mal-Malti u meta nitkellmu bil-Malti nħalltuh bl-Ingliż u allura l-livell kulturali tal-poplu u tal-ġens Malti waqa'.", "Il-lingwa Maltija m'għadniex nitkellmuha tajjeb u allura hija idea tajba, anzi indispensabbli, li jkollna aġenzija regolatorja - ħalli nsemmiha hekk - sabiex tirregola dawn l-affarijiet.", "Meta wieħed jara x'inhu l-iskop tal- liġi ma jistax ħlief jgħid li hija tajba għax subklawsola 5(3) tgħid li fil- qadi tal-funzjonijiet u d-dmirijiet tiegħu l-kunsill nazzjonali ta' l- ilsien Malti għandu:", "\"jiżviluppa, jimmotiva u jtejjeb l-għarfien u l-espressjoni ta' l-ilsien Malti;", "jippromwovi l-iżvilupp dinamiku ta' dawk il-karatteristiċi lingwistiċi li jidentifikaw lill-poplu Malti;", "b'konsultazzjoni ma' l-organi mwaqqfa b'dan l-Att, jadotta politika, pjan ta' strateġija lingwistika xierqa u jara li dawn ikunu mwettqa u osservati f'kull qasam tal-ħajja Maltija;", "jara li l-politika lingwistika deċiża mill-Kummissjoni titqiegħed fil- prattika billi jiżgura l-implimentazzjoni effettiva u fidila tagħha;", "jivvaluta u jikoordina x-xogħol li jsir minn għaqdiet u individwi fil- kamp ta' l-ilsien Malti u jrawwem atmosfera ta' kooperazzjoni bi pjan miftiehem.\".", "U wieħed jista' jibqa' jsemmi l-funzjonijiet.", "Jiġifieri l-għanijiet ta' dan il-kunsill huma tajbin ħafna u meta l-partit Nazzjonalista jiġi bi proposti serji u b'leġislazzjoni serja, aħna bħala oppożizzjoni serja u oppożizzjoni li fl-aħħar mill-aħħar għandha l-interess tal-pajjiż qabel kollox, min-naħa tagħna se nikkooperaw magħhom.", "Jien nawgura li l-ġenerazzjonijiet li jmiss f'pajjiżna jkunu jistgħu jiġu hawn bħalna u jiddibattu bil-Malti u jiftaħru li għalkemm aħna pajjiż żgħir għandna l-lingwa tagħna, filwaqt li pajjiżi ferm akbar minn tagħna m'għandhomx il-lingwa tagħhom.", "Il-lingwa tagħtik sens li int xi ħadd u li teżisti għax jekk m'għandekx il-lingwa m'għandekx ġens.", "Il-lingwa tagħtik l-identita` tiegħek u huwa importanti li dan il-parlament jissanzjona u japprova liġijiet bħal dawn.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "John Attard Montalto.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Sur President, l-ewwelnett nixtieq nitkellem dwar it-tilwima li dejjem kellna f'pajjiżna fuq il-lingwi.", "Ħafna drabi wieħed jippreżenta l-kwestjoni tal-lingwi billi jsemmi dawk li kienu favur it-Taljan, l-Ingliż jew il-Malti, mentri r-realta` hija li qatt ma kien hemm użu ta' lingwa għal skopijiet politiċi daqskemm kellna f'dan il- pajjiż.", "Jekk xi ħadd jaħseb li dawk li kienu favur it-Taljan jew dawk li kienu favur l-Ingliż u dawk li kienu favur il-Malti kienu qed jagħmlu hekk għax kienu jħobbu dik il-lingwa, qed iqarraq lilu nnifsu u mhux qed japprezza s-sinifikat politiku li kellhom il-lingwi f'pajjiżna.", "Il-fatt li Malta baqgħet pajjiż huwa dovut probabbilment għal żewġ affarijiet.", "L-ewwelnett konna fortunati li aħna gżira u m'aħniex parti mill- mainland Ewropea jew Afrikana u t-tieni nett bqajna marbutin mal-lingwa Maltija.", "Hawn min igħidlek li l-għeruq tal-Malti ġej mil-lingwa oriġinali tal-Feniċi.", "Li huwa żgur hu li din hija lingwa semitika bħal ħafna lingwi Mediterranji.", "L-importanza tal-Malti matul l-istorja ma kenitx biss il-mod kif nitkellmuh.", "Ħafna pajjiżi li kkolonizzaw lil Malta ma kenux jafu bil- Malti u matul iż-żmenijiet, anke fil-Medju Evu, il-Maltin kienu jużaw il- lingwa biex jeskludu l-possibilita` li min kien jiggverna pajjiżna, jibgħat persuni barranin biex jieħdu ħsieb l-amministrazzjoni fil-pajjiż.", "Ftit qabel ma ġiet l-Ordni ta' San Ġwann f'Malta, fl-1530, jekk wieħed jara l-minuti ta' l-universita` - dak iż-żmien ma kenitx universita` kif nifhmuha llum imma kien qisu kunsill amministrattiv – jaqra li dawn kienu nsistew li dawk li kellhom jiġbru t-taxxi kif ukoll dawk li kellhom jagħmluha ta' maġistrati, kellhom ikunu jafu l-lingwa Maltija, il-lingwa lokali.", "Il-lingwa Maltija ma kenitx il-monopolju tal-poplu ż-żgħir, anzi l- poplu l-kbir ta' dak iż-żmien kien konxju li bis-saħħa tagħha seta' jeskludi minn pajjiżna amministraturi barranin, probabbilment Sqallin ̧ għax f'dawk iż-żmenijiet Malta kienet tagħmel parti mill-viċi renju ta' Sqallija.", "U għalhekk wieħed japprezza s-sinifikat li l-Malti kellu anke 700 sena ilu.", "Il-Malti kellu qawwa li kienet ħafna akbar min-numru ta' nies li kienu jitkellmu bih.", "Fil-fatt jekk wieħed jara d-dokumenti ta' natura legali, anke fi żmien il- Medju Evu, wieħed jinduna li dawn huma miktubin f'tip ta' lingwa li mhix kif wieħed jimmaġina, per eżempju ̧ it-Taljan Latinizzat jew il-Latin Taljanizzat, imma f'dawn id-dokumenti ssib ħafna riferenzi li jekk wieħed ma jkunx jaf sew il-lingwa Maltija, isib diffikulta` biex jifhimhom.", "Fil- fatt wieħed għandu japprezza li l-lingwa li kienet komuni f'Malta sakemm ġew l-Ingliżi, kienet primarjament il-lingwa amministrattiva.", "Jekk wieħed jara l-manuscripts li għandhom x'jaqsmu ma' l-Ordni bħal Liber Bullarium jew jekk jara il-minuti tal-Conciliorum, jinduna li din kienet tip ta' lingwa li ma tistax tgħidilha Latin pur imma kienet aktar tixbaħ lit- Taljan.", "Minkejja li l-maġġoranza tal-Kavallieri ma kenux jitkellmu bit- Taljan – ta' min igħid li l-Ispanjoli u aktar u aktar il-Franċiżi kellhom ċerta predominanza - il-lingwa amminstrattiva ta' dak iż-żmien kienet it- Taljan.", "Meta għal żmien qasir Malta spiċċat f'idejn il-Franċiżi, fost l-ewwel affarijiet li għamel Napuljun kif niżel Malta kien li ħareġ ħafna ordnijiet li permezz tagħhom ried idaħħal il-lingwa Franċiża fl-istituzzjonijiet ta' l-iskola primarja u ried jibgħat studenti Maltin biex jistudjaw Franza kif ukoll fl-universita` għax il-lingwa dejjem hija strument biex wieħed jestendi l-politika tal-pajjiż kolonizzatur.", "Wara li spiċċaw il-Franċiżi, kien hemm żewġ lingwi li kienu mitkellma mill-Maltin.", "Il-Maltin ma kenux jafu l-Ingliż meta Malta spiċċat parti mill-imperu Ingliż, anzi jekk kien hemm lingwa li l-Maltin assolutament ma kenux jafu, kien proprju l-Ingliż.", "L-Ingliżi ma setgħux jippenetraw ċerti oqsma tradizzjonali f'pajjiżna mhux għax il-Maltin ma kenux jitkellmu bil-lingwa tagħhom, imma għaliex, bl-użu ta' lingwa li kienet estranja għal-Ingliżi, il-Maltin irnexxielhom ikollhom kontroll fuq ċerti oqsma u istituzzjonijiet importanti.", "Issa ħalli nieħdu l-qrati.", "Ħafna drabi jintqal li l-qrati kienu d-dominju ta' min jitkellem bit-Taljan.", "L-avukatura u l-ġudikatura kienu insistew li t-Taljan jibqa' l-lingwa tal-ġudikatura Maltija biex ma jħallux lill- Ingliżi jimponu fuqhom imħallfin jew maġistrati Ingliżi.", "Għax jekk kien hemm lingwa li l-Ingliżi ma kenux jafu kienet it-Taljan.", "Wieħed jagħmel ħażin li jipprova jinterpreta l-istorja tal-lingwa bħala estranja mill- element politiku.", "Il-lingwa f'Malta kienet proprju strument politiku qawwi biex il-Maltin ma ħallewx lil min kien qed jikkolonizzahom jidħol u jippenetra f'ċerti istituzzjonijiet li kienu fundamentali għal pajjiżna.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Onor. Attard Montalto, se tibqa' in possession?", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Iva.", "MR SPEAKER: Mela issa nerġgħu ngħaddu għall-istadju ta' Kumitat.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "Peress li aktar kmieni fis-seduta kienet intalbet votazzjoni fl-istadju ta' Kumitat, il-Kamra reġgħet marret f'Kumitat sabiex terġa' titqiegħed il- mistoqsija skond Mozzjoni ta' Proċedura numru 48.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JIMPLIMENTA MIŻURI TA' L-ESTIMI", "BUDGET MEASURES IMPLEMENTATION BILL", "L-ordni għall-Kumitat ġie moqri", "FIL-KUMITAT", "L-Onor Carmelo Abela, President tal-Kumitati, jippresjedi.", "Klawsola 1 – Titolu fil-Qosor", "Clause 1 – Short Title", "THE CHAIRMAN: Billi aktar qabel fi stadju ta' kumitat intalbet votazzjoni fuq klawsola 1 se nerġa' npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi klawsola 1.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "THE CHAIRMAN: Id-division tittieħed minn hawn u 20 minuta oħra.", "Peress li ntalbet votazzjoni l-Kumitat ġie sospiż fid-9.01 p.m. u rriżuma għoxrin minuta wara.", "THE CHAIRMAN: Se nerġa' npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi klawsola 1.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "VOTAZZJONI NRU.", "45", "FAVUR : 28", "L-Onor.", "|Abela Anthony |Galea Louis | |Agius David |Galea Mario | |Agius Francis |Gatt Austin | |Azzopardi |Gonzi Lawrence | |Frederick | | |Azzopardi Jason |Gonzi Michael | |Cristina Dolores |Mifsud Bonnici | | |Antoine | |D'Amato Helen |Mifsud Bonnici | | |Carmelo | |de Marco Mario |Mugliett Jesmond| |Debono Giovanna |Puli Clyde | |Deguara Louis |Pullicino George| |Falzon Joseph |Pullicino | | |Orlando Jeffrey | |Fenech Antonio |Vassallo Edwin | |Frendo Michael |Zammit Ninu | |Galea Censu |Zammit Dimech | | |Francis |", "KONTRA : 23", "L-Onor. | | | |Abela Carmelo |Dalli Helena | |Abela Joseph |Farrugia Angelo | |Agius Chris |Farrugia Michael| |Attard Montalto |Farrugia Noel | |John | | |Bartolo Evarist |Gulia Gavin | |Buhagiar Charles |Herrera Jose' | |Buontempo Stefan |Mangion Charles | |Cardona Chris |Mizzi Joe | |Caruana Justyne |Parnis Silvio | |Chircop Karl |Refalo Anton | |Coleiro Marie |Vella George | |Louise | | |Cuschieri Joseph | |", "Klawsola 1 għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Anthony Abela.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Nipproponi li l-Iskrivan tal-Kamra jkun awtorizzat li jikkoreġi xi żbalji ta' l-ortografija, jagħmel xi emendi żgħar u r- renumbering tal-klawsoli li jkun hemm bżonn.", "THE CHAIRMAN: Il-Kumitat jaqbel?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-Kumitat qabel li l-Iskrivan tal-Kamra jkun awtorizzat li jikkoreġi xi żbalji ta' l-ortografija, jagħmel xi emendi żgħar u r-renumbering li jkun hemm bżonn.", "Il-Kamra rriżumiet u l-President tal-Kumitati rrapporta l-abbozz ta' liġi mgħoddi b'emendi.", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Bħala President tal-Kumitat tal-Kontijiet dwar l- Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika, nirrapporta li ma kienx intlaħaq qbil unanimu fil-Kumitat fuq ir-riżoluzzjoni dwar trasferiment ta' proprjeta` lill-Air Malta p.l.c., u għaldaqstant id-diskussjoni fuq din il-mozzjoni għandha ssir fil-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal għada t-Tlieta, 16 ta' Marzu, 2004 fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Mozzjonijiet", "Riżoluzzjoni dwar trasferiment ta' ishma ta' Air Malta p.l.c.; u", "Riżoluzzjoni dwar trasferiment ta' proprjetà.", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Ilsien Malti - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar ir-Rifuġjati – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Reġistru Ċentrali – Kumitat; u", "Abbozz ta' Liġi li Jimplimenta Miżuri ta' l-Estimi – Tielet Qari.", "------------------------------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili (Emenda Nru 2) - Kumitat Permanenti.", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili - Kumitat Permanenti.", "Sur President, hemm qbil bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra li fis-seduta ta' għada ma jkunx hemm question time fis-6.00 pm. u s-seduta tibda immedjatament billi jitressqu ż-żewġ riżoluzzjonijiet li ġew ippreżentati, cioe' r-riżoluzzjoni dwar it-trasferiment ta' proprejtà lill-Air Malta p.l.c u r-riżoluzzjoni dwar it-trasferiment ta' ishma fl-Air Malta p.l.c.", "Hemm qbil li s-seduta ta' għada tibda fis-6.00 p.m. u tispiċċa fid-9.30 p.m. Dan ifisser li waqt is-seduta ta' għada ma jitteħidx ħin għall- mistoqsijiet u għall-aġġornament.", "Id-diskussjoni tkompli fis-seduta ta' pitgħada, l-Erbgħa, li se tkun seduta normali, jiġifieri se jkollha l- question time u jittieħed l-aġġornament fl-aħħar tas-seduta.", "Id-diskussjoni se tkompli fuq dawn iż-żewġ riżoluzzjonijiet sakemm fid-9.00 p.m. is-Sedja tressaq l-ewwel il-mistoqsija fuq ir-riżoluzzjoni dwar it-trasferiment ta' proprjetà lill-Air Malta, imbagħad wara ssir il-mistoqsija fuq ir- riżoluzzjoni dwar trasferiment ta' ishma fl-Air Malta.", "F'każ li tissejjaħ votazzjoni, allura jkun hemm 20 minuta bejn kull waħda.", "Il-ħin jinqasam indaqs bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra bl-introduzzjoni u l- għeluq għan-naħa tal-gvern u skond in-numru ta' kelliema, fejn hu possibbli, nalternaw.", "F'każ li tittieħed it-tieni votazzjoni niftiehmu dak il-ħin stess u nkunu nistgħu neħduha immedjatament.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Hawn rimarki?", "L-Onor.", "Jose' Herrera.", "ONOR.", "JOSE' HERRERA: Illum se nitkellem fuq xi ħaġa li mhux soltu nitkellem fuqha, imma hija xi ħaġa pjuttost importanti.", "Hawn qed nirriferi għall-kwestjoni ta' l-għajnuna ta' l-istat lejn ċerti intrapriżi.", "Iddeċidejt li nsemmiha anke għaliex dan l-aħħar ġew kelliema mill-Unjoni Ewropea li huma mħallfin membri tal-qorti ta' Strasbourg u mħallfin membri tal-qorti tal-ġustizzja ta' l-Unjoni Ewropea.", "Saru wkoll diversi seminars dwar kemm l-avukati u l-qrati Maltin huma tabilħaqq attrezzati biex jilqgħu għall-isfidi ġodda li hemm minħabba li adottajna l-korp leġislattiv Ewropew.", "Dan l-aħħar flimkien mal-kollega tiegħi l-Onor.", "Michael Frendo kelli l- opportunità li nattendi għal laqgħa li saret fil-parlament Ewropew fejn tkellimna fuq il-kwestjoni ta' state aid, jiġifieri l-għajnuna li l-istat huwa permess jagħti lill-intrapriżi privati, u fiha rajt xi ħaġa stramba.", "Għaliex?", "Għax fejn is-soltu l-laqgħat ikunu mimlijin b'rappreżentanti parlamentari tal-pajjiżi li jkunu qegħdin jipparteċipaw, din id-darba apparti li bħas-soltu kien hemm deputati parlamentari mill-pajjiżi li kienu se jsiru membri ta' l-Unjoni Ewropea u oħrajn li qed japplikaw, kien hemm rappreżentanti tal-bank tal-ġudikatura ta' dawn il-pajjiżi.", "Jiġifieri l- laqgħa kienet għad-deputati parlamentari flimkien ma' l-imħallfin ta' l- istati.", "Għall-ewwel rajtha stramba din u ma stajtx nifhem x'għandhom x'jaqsmu l- imħallfin u l-maġistrati ma' kwestjoni li fl-essenza tagħha tidher bħala ħaġa ta' natura purament politika, jiġifieri l-għajnuna ekonomika finanzjarja li l-istat jagħti lill-intrapriżi privati.", "Però, malli bdiet il-konferenza u bdew jitkellmu diversi kelliema rrealizzajt għaliex.", "Apparti l-fatt li bħala policy l-Unjoni Ewropea għandha r-regolamenti tagħha dwar kif tirregola u tikkontrolla l-istate aid u apparti s-sentenzi li ngħataw mill-qorti tal-ġustizzja Ewropea dwar kif għandhom jiġu applikati dawn ir-regoli, irriżultali li fino mondo se jkunu l-qrati tal- pajjiżi ndividwali li jridu jinterpretaw jekk state aid huwiex ammess jew le.", "Dan ifisser li l-iskrutinju tal-gvern ta' pajjiżna, ta' l- amministrazzjoni u ta' l-eżekuttiv, fuq kwestjoni ta' għajnuna pekunjarja u finanzjarja se jiġi sindikat u kkontrollat mill-qrati Maltin.", "Kien għalhekk li l-imħallfin tal-pajjiżi li qed isiru membri ta' l-Unjoni Ewropea attendew flimkien mal-parlamentari, għaliex huma se jkunu n-nies li se jinforzaw dawn ir-regolamenti.", "Issa ħalli nispjega x'inhi state aid u kif jidħlu l-imħallfin.", "Ftit snin ilu f'Malta kkreajna kummissjoni – biex insejħilha hekk - li tirregola l- istate aid.", "Fil-fatt dan l-aħħar għamilt domanda lill-ministru tal- finanzi sabiex jagħtini breakdown ta' l-għajnuna finanzjarja u għajnuniet oħra li l-gvern ta lil diversi kumpanniji matul dawn l-aħħar ħames snin, però rrispondieni li għadu qed jiġbor l-informazzjoni.", "Apparentement illum twaqqaf bord li wieħed irid japplika għandu sabiex jieħu l-għajnuna mill-istat, però bil-liġi ta' l-Unjoni Ewropea – li llum tagħmel parti mil- liġi tagħna peress li l-corpus juris japplika għall-pajjiżi kollha - kull meta ssir talba għal għajnuna jew assistenza mill-Istat, din it-talba trid bilfors tiġi notifikata lill-kummissjoni.", "Imbagħad trid tkun il- kummissjoni li tiddeċiedi jekk tagħtix l-għajnuna jew le.", "Kif jidħlu l-qrati?", "Ħafna drabi t-tifsira ta' state aid m'hijiex daqshekk manifesta.", "Għax state aid ma tfissirx biss li l-gvern jagħti għajnuna finanzjarja diretta lil xi kumpannija li jkollha bżonn dik l-injezzjoni finanzjarja biex tibqa' għaddejja, kif konna nagħmlu għat-tarznari u għal kumpanniji oħra, imma tista' tieħu ħafna forom oħra.", "Per eżempju, jista' jkollok inizjattivi ta' taxxa, sussidji għal dak li jikkonċerna trasport, sussidji għal dak li jikkonċerna travelling, sussidji għal dak li jikkonċerna soft loans, jew sussidji dwar il-ħlas ta' ħaddiema li jkunu qed jaħdmu mal-kumpannija għal ċertu żmien.", "F'pajjiżi oħra, fosthom l-Amerika, hemm forma oħra ta' sussidji.", "Hemm leġislazzjoni li tgħid li jekk kumpannija tkun sejra ħażin il-kredituri ma jistgħux ifittxuha għal ħames snin, jew għal erba' snin, sakemm din tieħu r- ruħ.", "Jiġifieri hemm ħafna forom ta' sussidji u allura jista' jagħti l- każ li l-gvern ikun qiegħed jissussidja jew jgħin lil xi kumpannija jew intrapriża privata meta mhux suppost, jew meta suppost ried jinnotifika lill-kummissjoni talli jkun qed jgħin lil dik il-kumpannija privata.", "Allura x'jiġri?", "Il-kompetituri, kemm lokali kif ukoll fi ħdan l-Unjoni Ewropea, jistgħu jagħmlu kawża quddiem il-qrati lokali sabiex jitolbuha tissindika dik l-għajnuna fl-ambitu tal-leġislazzjoni Ewropea ħalli l- imħallef jara jekk dik l-għajnuna tikkostitwixxix state aid jew le fit- termini ta' x'inhi state aid.", "Imbagħad l-imħallef irid jiddeċiedi billi jgħid li dik l-għajnuna trid tieqaf għax dik hija forma ta' state aid u hija forma ta' unfair competition, allura l-kummissjoni Ewropea trid per forza tiġi notifikata b'dik l-għajnuna li qed issir.", "F'każi bħal dawn jidħlu l-qrati.", "Il-qrati jistgħu jidħlu mod ieħor.", "Jistgħu jidħlu fuq il-kwestjoni ta' għajnuna li tingħata mill-Istat jekk kumpannija tkun qed tieħu vantaġġ fuq kumpannija oħra, kemm lokali kif ukoll ta' pajjiż Ewropew.", "Wieħed jista' jgħid li minħabba dak il-vantaġġ li ħadet dik il-kumpannija, il-kumpannija li għamlet l-ilment qed issofri danni għax ma tistax tlaħħaq fil- kompetizzjoni minħabba li l-kumpannija l-oħra qed tiġi ffavorita.", "Allura dik il-qorti, apparti milli tissorvelja u tiskrutinizza lill-gvern, jiġifieri tagħmel administrative review, tista' tgħid li l-gvern huwa żbaljat li għamel dan għax l-ewwel irid jara jekk il-kummissjoni tagħtihx permess, u tista' wkoll tagħti l-kumpens.", "F'ċerti pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea hekk jiġri.", "Jiġifieri l-qrati lokali issa għandhom funzjoni ġdida f'dak li huwa judicial review li se tkun aktar importanti.", "Għaliex?", "GĦax l-Unjoni Ewropea hija suq u l-ħsieb warajha huwa wieħed ekonomiku u kummerċjali aktar milli ħsieb politiku.", "Il-motiv li mbotta 'l quddiem il-kreazzjoni ta' l-Unjoni Ewropea kien ta' natura purament ekonomika.", "L-idea hi li jkollok suq ħieles u li ma jkollokx kompetizzjoni inġusta.", "Għalfejn?", "Biex ikollok prodott aħjar u l-konsumatur jibbenefika minn din il-kompetizzjoni ħielsa u biex il-gvern ma jkunx jista' jiffavorixxi lil ċerti kumpanniji.", "B'hekk jispiċċaw il-monopolji.", "Din hija l-idea wara l-Unjoni Ewropea.", "Tant hu hekk, li jekk wieħed jara l-persentaġġ ta' l-ammont ta' flus li l- Unjoni Ewropea tħallas f'dak li huwa state aid, isib li sa ħames jew sitt snin ilu dan kien xi 3% tal-GDP ta' l-Unjoni Ewropea nnifisha filwaqt li llum l-ammont ta' għajnuna finanzjarja li tagħti l-Unjoni Ewropea sabiex tippromwovi jew tissalvagwardja l-interessi jew anke ssalva kumpanniji minn falliment, naqas għal 1%.", "U l-idea politika hi li dan il-1% ikompli jitnaqqas.", "Jiġifieri wieħed irid jifhem ir-realtajiet ġodda.", "Issa x'inhu l-argument tiegħi?", "Malli l-Prim Ministru ffirma t-trattat ta' sħubija fl-Unjoni Ewropea għan-nom tal-pajjiż, u allura Malta saret membru ta' l-Unjoni Ewropea - issa baqa' biss il-formalità li se ssir xahrejn oħra - il-korp leġislattiv Ewropew b'mod awtomatiku sar parti mil-liġi lokali tagħna u jrid jiġi inforzat mill-qrati tagħna.", "Il-punt huwa li allura teknikament m'hemmx għalfejn li dan il-parlament jew il-gvern jipproponi framework leġislattiv ta' kif irid isir dan il-judicial review alternattiv, għaliex il-liġi qiegħda hemm u l-qrati huma preżunti li jafuha.", "Però t-tradizzjoni turina li din hija żona ġdida ħafna għall- qrati nazzjonali tagħna.", "Dawn il-konċetti huma kompletament ġodda għas- sistema ġuridika Maltija.", "Jekk taqbad il-Kodiċi Kriminali u tara fejn l- imħallfin tagħna għandhom il-poter ta' judicial review, jiġifieri s-saħħa li jirrevedu d-deċiżjonijiet amministrattivi, issib li l-poteri tal-qrati tagħna huma definiti bl-iktar mod preċiż.", "Jiġifieri l-qrati tagħna ma jistgħux jiskrutinizzaw jew jirrevedu deċiżjonijiet amministrattivi bl- addoċċ għax jeżistu l-klawsoli fil-kodiċi ċivili li jirregolaw meta l- imħallfin għandhom il-poter li jagħmlu dan l-iskrutinju.", "Huwa veru li issa l-corpus juris jifforma parti mil-liġi tagħna, bħalma huwa veru wkoll li skond it-trattat li ffirmajna meta jkollok xi konflitt bejn liġi nazzjonali u liġi Ewropea tirbaħ il-liġi Ewropea u fejn hemm dubju trid tagħmel riferenza lill-qorti tal-ġustizzja biex tiggwidak.", "Dan hu kollu minnu.", "Però għandek a grey area, għandek inkonsistenzi, għandek pożizzjoni legali li fil-kodiċi ċivili tagħna hija differenti milli hi fil- korp leġislattiv Ewropew.", "Allura x'qed ngħid jien?", "Jien naħseb li wasal iż-żmien biex fuq dan is-suġġett - dan huwa suġġett importanti għaliex waħda mill-iktar elementi fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea hija s-suq ħieles u l-protezzjoni minn unfair competition - il- parlament Malti jilleġisla qafas legali, proċedura apposta u kjarifikazzjoni leġislattiva ta' dak li hemm fil-corpus juris biex l- imħallfin tagħna jkunu kapaċi jimplimentaw is-saħħa l-ġdida li għandhom li jirrevedu d-deċiżjonijiet amministrattivi li jieħu l-gvern fil-konfront tal- kummerċ.", "Hemm kwestjoni importanti oħra li wieħed irid jinnota.", "Per eżempju, huwa importanti li l-parlamentari kull tant żmien imorru jagħmlu xi delegazzjonijiet barra minn Malta, għax dawn m'humiex ħela ta' flus.", "Ħafna nies jgħajruna li nsiefru żżejjed, però dan m'hu veru xejn għax kull fejn tmur se titgħallem.", "Billi toqgħod taqra n-notices li jibagħtulek fl- e-mail u taqra l-letterattura m'intix se tasal, filwaqt li meta tattendi għal dibattiti se tgħix b'mod ħaj dak li jkun qed jiġri fil-fora internazzjonali, se tassorbi l-ideat li jkun hemm hemmhekk u allura tkun tista' tasal għal ċerti konklużjonijiet.", "Ħaġa oħra li xtaqt ngħid qabel ma nispiċċa d-diskors tiegħi hija li minħabba li Malta għandha niċeċ u qed nippromwovu ruħna bħala financial hub, se nbatu fuq il-kwestjoni ta' state aid.", "Għaliex?", "Għax l-idea li toffri tax holiday lil beneficiaries barranin a skapitu tal-beneficiaries Maltin - jiġifieri meta l-beneficiaries ikunu barranin iħallsu ċerta taxxa, mentri jekk il-beneficiaries ikunu Maltin iħallsu taxxa oħra - mhix se tkun aktar aċċettabbli.", "Allura jrid isir studju - anke minħabba l-kwestjoni ta' l-istate aid - biex naraw xi jrid isir u nemendaw il-liġi fiskali u liġijiet oħrajn biex nilqgħu għall-isfidi ġodda li se joħorġu mill- prinċipji sagrosanti tas-suq ħieles ta' l-Unjoni Ewropea.", "Nirringrazzjak.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joseph Cuschieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Sur President, fil-ftit ħin li fadal nixtieq nagħmel żewġ punti.", "L-ewwelnett nixtieq nitkellem fuq każ li qiegħed fuq fomm kulħadd, jiġifieri l-outcome tal-ġuri ta' Meinrad Calleja, l- involviment ta' Żeppi l-Ħafi u l-involviment tal-Prim Ministru biex ingħatat il-proklama tat-tliet maħfriet lill-istess Żeppi l-Ħafi.", "Wieħed irid jara x'riflessjoni għandu jagħmel dwar dak kollu li ġara f'pajjiżna matul dawn l-aħħar disa' snin minn meta bdiet din l-istorja.", "Kif jaf kulħadd l-involviment politiku f'din l-istorja kien wieħed dirett li sa mill-bidu nett ġie kkritikat mhux biss mill-oppożizzjoni Laburista, imma tista' tgħid li anke wħud min-nies ta' tendenza Nazzjonalista ma qablux mal-fatt li kien hemm involviment politiku dirett f'dan il-każ.", "Pass wara pass matul il-proċess bdew joħorġu fatti u jiżviluppaw ċirkostanzi li ħolqu ċertu dubju u ċerti mistoqsijiet ġodda.", "Naħseb li kulħadd jiftakar l-outcome tal-każ ta' Clarissa Calleja u l- outcome fil-ġuri ta' Ian Farrugia meta l-verżjoni ta' Żeppi l-Ħafi ma ġietx emmnuta mill-qorti u ġiet skartata.", "Imbagħad għat-tielet darba l-persuna li ngħatat il-maħfra mill-Prim Ministru, cioe' mill-President fuq parir tal- Prim Ministru lill-Kabinett, reġa' ma ġiex emmnut u x-xiehda tiegħu reġgħet ġiet skartata mill-ġurija f'dak il-ġuri partikolari.", "Wara dan l-iżvilupp kollu, iċ-ċirkostanzi politiċi f'pajjiżna ċċaqalqu għax kulħadd kien qed jistenna - fil-fatt anke gazzetti ta' kuljum imsejħa indipendenti rrapportaw dan - li mill-outcome tal-ġuri huwa mistenni li titħabbar ir-riżenja tal-prim ministru minn kap tal-Partit Nazzjonalista, imbagħad eventwalment minn prim ministru.", "Fil-fatt bħalissa ninsabu f'dak il-proċess politiku.", "Jien personalment nemmen li dak li qed iseħħ fi ħdan il-partit Nazzjonalista huwa frott ta' l-outcome u riżultat tal-ġuri li għadni kif irriferejt għalih.", "Ta' l-istess opinjoni tiegħi huma ħafna osservaturi politiċi, ġurnalisti u dawk li jsegwu mill-qrib ix-xena politika f'pajjiżna.", "Sur President ̧ jien dan il-każ nixtieq norbtu ma' żewġ każi oħra partikolari.", "Il-Prim Ministru, l-Onor.", "Eddie Fenech Adami, li llum m'għadux il-kap tal-partit Nazzjonalista, fadallu ftit ġranet f'dan il- parlament – hu stess qed jgħid li ma tantx fadallu ġranet f'din il-Kamra mhux biss bħala prim ministru imma anke bħala deputat - u jien naħseb li issa wasalna lejn ċirkostanza fejn l-Onor.", "Fenech Adami għandu jiġi f'dan il-parlament u jagħmel tliet dikjarazzjonijiet.", "Illum kont qiegħed nisma' r-risposta tal-Prim Ministru għal mistoqsija supplimentari li saritlu fejn irrisponda b'tali mod li bi kliemu donnu beda jorbot lill-prim ministru ta' warajh li ma jistax jirtira l-proklama li ngħatat lil Joseph Fenech mill-gvern Nazzjonalista.", "Hawnhekk wieħed jibda jidħol fid-dubju dwar min verament se jkun il-prim ministru ta' Malta, jekk hux dak attwali jew inkella xi persuna ġdida.", "Iż-żewġ każi li nixtieq nirriferi għalihom huma l-każ tal-qtil tal-mibki Raymond Caruana li kien sar fil-każin tal-partit Nazzjonalista tal-Gudja, u l-qtil oxxen ta' Karen Grech li sar b'ittra bomba.", "Id-dikjarazzjonijiet li saru fuq dawn iż-żewġ każi mill-kap tal-partit Nazzjonista ta' dak iż-żmien u l-prim ministru attwali l-Onor.", "Eddie Fenech Adami jafhom kulħadd.", "Dawn kienu dikjarazzjonijiet pubbliċi li jagħtu indikazzjoni li hu personalment kien jaf min huma l-persuni li wettqu dawk iż-żewġ delitti.", "Jien naħseb li l-Prim Ministru tal-lum, l-Onor.", "Eddie Fenech Adami, fadallu l-aħħar ftit ċans biex jiġi f'dan il-parlament u jgħid li dak li kien qal jew kien żbaljat - u allura dawn kienu dikjarazzjonijiet irresponsabbli li qalhom biss għall-gwadann politiku - jew inkella jekk verament jaf min wettaq dawn id-delitti għandu jagħmel din id-dikjarazzjoni fil-parlament u jikkollabora mal-pulizija sabiex ikunu jistgħu jittieħdu l-passi kontra min wettaq dawk iż-żewġ delitti faħxija.", "Dan hu l-aħħar ċans li fadallu l-Onor.", "Fenech Adami biex jiġi revokat l- indħil politiku li sar fil-każ ta' Joseph Fenech billi tiġi rtirata l- maħfra presidenzjali u l-proklama li ngħatat meta din il-persuna ma ġietx emmnuta mill-qorti u x-xiehda tagħha dejjem ġiet skartata.", "GĦalhekk il- Prim Ministru, l-Onor.", "Fenech Adami, fl-aħħar ftit ġranet tal-karriera politika tiegħu għandu jiġi f'dan il-parlament u jagħti dikjarazzjoni ċara fuq dawn it-tliet każi.", "It-tielet punt li nixtieq nitkellem dwaru huwa l-mod degradanti, u partiġġjan għall-aħħar, ta' kif il-partit Nazzjonalista qed jittratta l- festi tal-25 sena anniversarju ta' Jum il-Ħelsien.", "Dan huwa l-jum li fih Malta saret tassew ħielsa u indipendenti minn kull bażi militari wara ħakma ta' eluf ta' snin.", "Fl-1989 ġie ċċelebrat il-25 anniversarju minn meta Malta kisbet l- indipendenza monarkika mingħand l-Ingliżi, għalkemm il-kap ta' l-Istat Malti kienet għadha r-Reġina u ċerti areas f'pajjiżna kienu għadhom taħt il- kontroll tal-militar Ingliż.", "Imma 25 sena wara saru festi kbar fejn kienu ntnefqu madwar Lm700,000 f'ċelebrazzjonijiet.", "Mhux biss, imma niftakar li matul dik is-sena kienet issir festa kbira għal kull sala li nfetħet, kull żigarella li nqatgħet, kull irħama li nkixfet u kull triq jew pjazza li saret.", "Fil-fatt dak iż-żmien ħafna toroq ingħataw l-isem ta' Vjal Indipendenza eċċ. Kulħadd jiftakar kemm inġabu gruppi folkloristiċi u baned minn barra, kemm inġabu baned militari ta' pajjiżi oħra, kemm kien hawn wirjiet kbar tal-logħob ta' nar, kemm sar tiżjin ma' Malta kollha u kemm inxtegħlet Malta kollha.", "L-istess hu mistenni li jsir meta fi ftit ġranet oħra, jiġifieri fl-1 ta' Mejju, Malta tissieħeb fl-Unjoni Ewropea uffiċjalment.", "Fejn jidħlu festi nazzjonali li l-kisba tagħhom tkun saret mill-partit Nazzjonalista f'dan il-pajjiż isiru festi kbar, imbagħad fejn jidħlu festi nazzjonali ta' kisbiet kbar li għamel dan il-pajjiż taħt il-partit Laburista, għax fil-gvern hemm il-partit Nazzjonalista, allura dawn jiġu degradati b'dan il-mod!", "Aħna nafu x'inhu l-programm ta' l-attivitajiet li l-gvern qiegħed jipproponi.", "Aħna bħala partit Laburista m'aħniex nippretendu li jintnefqu mijiet ta' eluf ta' liri, kif se jsir fl-1 ta' Mejju u kif kien sar fl-1989 fl-okkażjoni tal-25 anniversarju ta' Jum l- Indipendenza, però għallinqas konna nippretendu li fl-okkażjoni ta' anniversjaru bħal dan, jiġifieri għeluq il-25 sena minn meta Malta kisbet tassew il-ħelsien u l-indipendenza tagħha verament, kellhom isiru festi aktar xierqa u mhux li f'din l-okkażjoni l-gvern inaqqas is-sinifikat ta' dan l-anniversarju u l-festi jsiru b'mod iktar miżeru minn kif ġew iċċelebrati fis-snin preċedenti.", "Irrid infakkar li fi żmien gvern Laburista bejn l-1996 u l-1998 kien jittratta l-festa ta' Jum il-Ħelsien u dik ta' Jum l-Indipendenza b'mod ugwali u mhux b'mod li waħda tiġi ċċelebrata aktar mill-oħra.", "Imma taħt dan il-gvern mhux qed isir hekk.", "Hawn irrid ngħid li d-dikjarazzjonijiet politiċi li għamel il-kap il-ġdid tal-partit Nazzjonalista, jiġifieri li jrid ikun gvern differenti, iridu jiġu attwati verament u mhux bil-paroli biss.", "Il-poplu se jkollu l- okkażjoni li jara quddiem għajnejh il-festi li se jsiru f'għeluq il-25 sena ta' Jum il-Ħelsien – issa m'iniex se nsemmi l-festi ta' għeluq il-25 sena ta' Jum l-Indipendenza għax ilhom li għaddew - u jikkomparahom mal-festi li se jsiru ftit ġimgħat oħra biex jiċċelebraw id-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea.", "Hemmhekk il-poplu Malti jkun jista' jara kif dan il-gvern, li jippriedka li għandha sseħħ ir-rikonċiljazzjoni u li għandna nimxu b'politika differenti, bil-paroli jgħid ħafna imma bil-fatti ma jagħmel xejn.", "Però dak li mhux se jkun qed jagħmel il-gvern biex jagħti tislima xierqa lil dan il-jum storiku ta' pajjiżna, Jum il-Ħelsien, se jkun qed jagħmlu b'festi kbar il-partit Labursita matul il-ġimgħatejn li ġejjin.", "Nirringrazzjak.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada t- Tlieta, 16 ta' Marzu, fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif ikkomunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fl-9.53 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "IMPJIEGI - FASTIDJU FUQ IL-POST TAX-XOGĦOL", "4391.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Peress li l-artiklu dwar fastidju fuq il-post tax- xogħol (ad esklużjoni ta' fastidju sesswali) fl-Att dwar ir-Relazzjonijiet Industrijali u ta' l-Impjiegi (jiġifieri artiklu 29(1) jillimita l- projbizzjoni ta' fastidju għal dik ibbażata fuq diskriminazzjoni sesswali u peress li legal notice 297 ma tkoprix każi ta' fastidju iżda hija limitata għal każi ta' diskriminazzjoni, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kif il- gvern qed jippjana li jimplimenta l-projbizzjoni ta' fastidju fuq il-post tax-xogħol, fil-forom kollha li dan il-fastidju jista' jieħu, abbażi tar- reliġjon, eta' jew orjentazzjoni sesswali tal-vittma, kif kontenuta fid- direttiva 2000/78/EC ta' l-Unjoni Ewropea?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Skond id-direttiva ndikata mill-Onor.", "Interpellant, fastidju hu kkunsidrat forma ta' diskriminazzjoni.", "Għalhekk, il-provvedimenti ta' l-Att dwar l-Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali kif ukoll l-Avviż Legali 297 ta' l-2003 li jagħmel riferenza speċifika għad-direttiva msemmija, huma kkonsidrati li jkopru l- provvedimenti tad-direttiva għal dak li jirrigwarda fastidju fuq il-post tax-xogħol.", "IMPJIEGI – DISKRIMINAZZJONI KONTRA L-ĦADDIEMA", "4392.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Peress li d-direttiva 2000/78/EC ta' l-Unjoni Ewropea teħtieġ li organizzazzjonijiet tal-ħaddiema u organizzazzjonijiet professjonali ma jiddiskriminawx kontra individwi abbażi ta' reliġjon, eta' u orjentazzjoni sesswali, kemm fis-sħubija tagħhom kif ukoll fil-benefiċċji li joffru u peress li l-Att dwar ir-Relazzjonijiet Industrijali u ta' l- Impjiegi jillimita l-projbizzjoni ta' trattament diskriminatorju għal atti diskriminatorji magħmula minn min iħaddem, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kif il-gvern qed jippjana li jimplimenta dan l-aspett tad-direttiva, kif għamel fil-każ ta' diskiminazzjoni minħabba diżabilita' permezz ta' artiklu 9 ta' l-Att dwar l-Opportunitajiet Indaqs, 2000?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Regolamenti biex jimplimentaw l-aspett indikat tad-direttiva ġew abbozzati u mistennija jiġu ppubblikati wara l- konsultazzjoni meħtieġa mal-bord dwar ir-relazzjonijiet dwar l-impjiegi.", "DISKRIMINAZZJONI FUQ IL-POST TAX-XOGĦOL", "4393.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Peress li d-direttiva 2000/78/EC teħtieġ li fi proċeduri ċivili dwar il-ksur tal-prinċipju ta' trattament ugwali fuq il- post tax-xogħol, l-oneru tal-prova jinqasam bejn il-partijiet u peress li l- proċeduri f'każi ta' diskriminazzjoni taħt l-Att dwar ir-Relazzjonijiet Industrijali u ta' l-Impjiegi huma ta' natura ċivili u minħabba anke li l- artiklu 19(2) fl-Att dwar l-Ugwaljanza bejn l-Irġiel u n-Nisa huwa llimitat għal diskriminazzjoni sesswali, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kif il- gvern qed jippjana li jimplimenta dan il-prinċipju tad-direttiva fir- rigward ta' diskriminazzjoni fuq il-post tax-xogħol minħabba r-reliġjon, l- eta' jew l-orjentazzjoni sesswali tal-vittma?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Id-direttiva ta' l-Unjoni Ewropea li għamel riferenza għaliha l-Onor.", "Interpellant ma tgħidx li fi proċeduri ċivili dwar il-ksur tal-prinċipju ta' trattament ugwali, l-oneru tal-prova għandu jinqasam bejn il-partijiet, iżda tgħid li jekk persuna li tikkonsidra li nkiser dan il-prinċipju fil-konfront tagħha tistabbilixxi fatti li jippreżumu dan il-ksur, ikun l-akkużat li jrid jipprova li dan il-ksur ma seħħx.", "Regolamenti li jkopru din id-direttiva ġew abbozzati u mistennija jiġu ppubblikati wara l-konsultazzjoni meħtieġa mal-bord dwar ir-relazzjonijiet dwar l-impjiegi.", "FASTIDJU FUQ IL-POST TAX-XOGĦOL", "4394.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Peress li d-direttiva 2000/78/EC teħtieġ li l- istati membri jippermettu organizzazzjonijiet b'interess leġittimu li jkunu jistgħu jassistu vittmi ta' diskriminazzjoni, fastidju jew vittimazzjoni fuq il-post tax-xogħol fi proċeduri legali u peress li la l-Att dwar ir- Relazzjonijiet Industrijali u ta' l-Impjiegi u lanqas legal notice 297 ma jimplimentaw dan l-aspett tad-direttiva, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kif il-gvern qed jippjana li jimplimenta dan l-aspett tad-direttiva?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Subartiklu 78(2) ta' l-Att dwar l-Impiegi u r- Relazzjonijiet Industrijali jipprovdi li quddiem it-tribunal industrijali l- każ għal kull parti fit-tilwima jista' jiġi ppreżentat mill-parti nnifisha li tista' tagħżel li tiġi rappreżentata jew megħjuna minn persuna jew persuni tal-fiduċja tagħha.", "PULIZIJA – ĊITAZZJONIJIET", "4410.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Ministru jgħid kemm kien id-dħul ta' flus globali li l-gvern daħħal miċ-ċitazzjonijiet li nħarġu mill-korp tal-pulizija matul is-sena 2003?", "ONOR.", "TONIO BORG: Il-pulizija tiġbor biss ħlas ta` kontravvenzjonijiet tat-traffiku li jitħallsu barra mill-qorti.", "Matul is-sena l-oħra dan kien jammonta għal Lm24,812.", "GWARDJANI LOKALI - ĊITAZZJONIJIET", "4411.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Ministru jgħid kemm kien id-dħul ta' flus globali li l-gvern daħħal miċ-ċitazzjonijiet jew multi li nħarġu mill-wardens matul is-sena 2003?", "ONOR.", "TONIO BORG: Id-dħul globali ta' flus li l-kunsilli lokali daħlu miċ-ċitazzjonijiet li nħarġu mill-gwardjani lokali mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru, 2003 kien ta' Lm1,156,565.", "SAN PAWL IL-BAĦAR - BYPASS", "4412.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid għaliex il-bypass ta' San Pawl il- Baħar tħalliet abbandunata?", "Kemm ilha li ġġarfet din il-bypass u għaliex ix-xogħlijiet ma sarux meta minn dakinhar 'il hawn il-ħsara kompliet tikber daqstant?", "Kemm hi l-ispiża meħtieġa sabiex jitranġaw il-ħsarat ta' fejn sfrundat it-triq u ssir il-manutenzjoni tal-bypass?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Il-ħsara tikkonsisti f'ċediment f'art privata li tmiss ma' din il-bypass u li minħabba f'hekk parti mill-ġenb tal-bypass ingħalqet bħala prekawzjoni biex ma jkunx hemm periklu għal min ikun għaddej f'din it-triq.", "Filwaqt li għaddejjin diskussjonijiet ma' sidien u diversi entitajiet biex din is-sitwazzjoni tkun riżolta, ninsab informat li din il-bypass se terġa' tinbena mill-ġdid minn finanzjament li qed jiġi provdut mill-cohesion fund ta' l-Unjoni Ewropea.", "Fil-preżent għadu kif ingħata kuntratt sabiex isiru il-feasibility studies u l-environmental impact assessments li huma meħtieġa mir-regoli ta' l-Unjoni Ewropea biex ikun jista' isir dan il- proġett.", "MELLIEĦA - POWER FARM", "4413.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' id-dipartiment ta' l-agrikoltura jinformani bil-pożizzjoni dwar il-power farm li qed jiġi propost li jiġi żviluppat fuq l-uċuħ tar- raba' u xagħri tal-bdiewa fil-Mellieħa?", "Jista' jgħid kemm hu n-numru ta' bdiewa Mellieħin li jkabbru n-naħal, in- nagħaġ u l-mogħoż?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Rigward il-pożizzjoni tal-power farm, sakemm l- iżvilupp ma jsirx fuq art agrikola, id-dipartiment ta' l-agrikoltura ma jsib l-ebda oġġezzjoni fuq il-proġett.", "Fil-fatt, ġibed l-attenzjoni tal- MEPA fejn deher li se jintlaqat xi raba' u ressaq l-ilmenti u l-proposti tiegħu.", "Hemm 17-il bidwi Mellieħin li jkabbru n-naħal reġistrati ma dan id- dipartiment.", "In-numru ta' bdiewa Mellieħin li jrabbu n-nagħaġ u l-mogħoż huwa ta' 21.", "BDIEWA/RAĦĦALA/SAJJIEDA ŻGĦAŻAGĦ – NUMRU TA' REĠISTRANTI", "4414.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' bdiewa, raħħala/produtturi u sajjieda żgħażagħ reġistrati?", "Kemm minnhom huma full time u kemm huma part-time?", "Jista' jgħid jekk il-gvern Nazzjonalista nesiex il-problema ta' dawn iż- żgħażagħ peress li mhux talli ma varax programm sabiex jinċentiva direttament dawn il-problemi, iżda minflok żiedilhom l-ispejjeż bħal meta neħħa nofs is-sussidju ta' l-NI, għolla ċ-ċnus u l-qbiela tar-raba' u poġġilhom f'kompetizzjoni d-dritt biex iżommu r-raba' li jaħdmu fil-preżent fost żvantaġġi oħra?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Rigward l-ewwel parti tal-mistoqsija, nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi l-mistoqsija tiegħu lill-ministru responsabbli mill-uffiċċju ta' l-istatistika.", "Il-gvern qiegħed jagħti importanza lill-bdiewa żgħażagħ b'diversi modi:", "Fil-każ ta' bdiewa ta' inqas minn 40 sena, dawn jikkwalifikaw għal iktar punti fl-għażla ta' l-applikazzjonijiet għall-għajnuna taħt l-iżvilupp rurali.", "L-MCAST bdiet korsijiet ta' agribusiness intenzjonati għal żgħażagħ u wlied il-bdiewa.", "L-istitut ta' l-agrikoltura fl-Universita' wkoll jagħmel korsijiet fil- livell ta' diploma li ħafna mill-istudenti huma wlied il-bdiewa u li bosta minnhom ġew impjegati mal-ministeru għall-affarijiet rurali u ambjent.", "L-għajnuniet finanzjarji kollha forma ta' sussidji qegħdin jingħataw mingħajr distinzjoni ta' eta' imma żgur li jinkoraġġixxu lill-bdiewa żgħażagħ li għandhom futur fl-agrikoltura Maltija fl-Unjoni Ewropea.", "Minn-naħa l-oħra, is-sidien tal-bastimenti tas-sajd żgħażagħ (jiġifieri taħt il-35 sena) huma:", "Malta GĦawdex F 77 16 MF & PTF 174 21", "minn total ta' 2,252.", "Ma dawn jista' ikun hemm aktar co-owners żgħażagħ minħabba l-fatt li hemm l-użanza li bastimenti tal-familji jibqgħu jidhru f' isem il-missier, bastimenti bejn l-aħwa jidhru f'isem it-tifel il-kbir u bastimenti bejn co-owners jimmarkaw fuq wieħed minnhom biss.", "Dawn iż-żgħażagħ kienu nklużi bil-bastimenti tagħhom fil-pjanijiet ta' għajnuna li waqqaf il-gvern għall-bastimenti tas-sajd u se jibqgħu inklużi f'kull skema li għad tiġi mwaqqfa.", "Kategorija F", "Malta GĦawdex", "Twieldu qabel l-1969 228 93 Twieldu wara l-1969 77 16 Unknown 19 0", "MF & PTF", "Twieldu qabel l-1969 1331 225 Twieldu wara l-1969 174 21 Unknown 62 6", "STUDENTI ASSENTI MILL-ISKEJJEL TAL-KNISJA", "4546.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti mill-iskejjel tal-Knisja li fl- ewwel term ta' din is-sena skolastika ma attendewx l-skola u ma ppreżentawx ċertifikat mediku jew taw raġuni valida ta' l-assenza tagħhom?", "Mil-liema lokalitajiet kienu?", "Ittieħdu xi passi kontra l-ġenituri?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nirriferi l-Onor.", "Membru għat-tweġiba ta' domanda parlamentari 4544.", "DENTISTI LI MARRU JINVISTAW STUDENTI FL-ISKEJJEL", "4547.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm dentisti li matul is-sena skolastika jżuru t- tfal fl-iskola għat-testijiet fuq is-snien?", "Fl-ewwel term ta' din is-sena skolastika f'liema skejjel ta' l-Istat, tal-Knisja u dawk privati marru?", "Kemm kien hemm tfal li ġew invistati f'kull skola?", "Jista' jagħti l-figuri separatament?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li fl-ewwel term ta' din is-sena skolastika 19-il dentist li jaħdmu fiċ-ċentri tas-saħħa u fl-ischool dental clinic, ġew allokati sabiex iżuru lit-tfal fl-iskejjel.", "Kull wieħed minn dawn id- dentisti jmur fl-iskejjel darba fil-ġimgħa sakemm ma jkunx hemm bżonnu fiċ- ċentri tas-saħħa jew fi kliniċi oħra.", "Barra minn hekk sitt dental hygienists jagħtu taħdidiet dwar il-kura tas-snien, dieta u iġjene tal-ħalq lit-tfal fl-iskejjel kif ukoll lill-għalliema u lill-ġenituri.", "Minn Ottubru sa Diċembru 2003 id-dentisti żaru dawn l-iskejjel:", "L-iskejjel primarji u/jew kindergartens ta' l-istat ta' l-Imsida, il-Mosta, ir-Rabat, l-Imtarfa, Ħad-Dingli, B'Kara, Raħal Ġdid, Bormla, l-Imġarr u l- Kalkara f'Malta u l-Qala, Xewkija, Xagħra u Żebbug f'GĦawdex.", "L-iskejjel sekondarji ta' l-istat Antonio Bosio u Sir Luigi Preziosi.", "L-iskejjel speċjali ta' San Miguel u Guardian Angel.", "L-iskejjel tal-Knisja Stella Maris f'Ħal-Balzan, St Patrick's f'Ta' Sliema u St. Francis f'Victoria, GĦawdex.", "L-iskejjel privati Orca Kindergarten, Chiswick House School u Fleurette Kindergarten.", "Xi dentisti bdew jinvistaw tfal f'xi skejjel oħra f'Diċembru imma ma laħqux raw lit-tfal kollha.", "Rapport dwar dawn l-iskejjel jasal ladarba t-tfal kollha fl-iskola jiġu eżaminati.", "Huwa ppjanat li d-dentisti jżuru l- iskejjel kindergarten, primarji u sekondarji ta' l-istat, tal-Knisja u dawk privati kollha sa l-aħħar tas-sena skolastika.", "B'kollox ġew eżaminati 4478 tifel u tifla li minnhom 1498 kellhom bżonn kura fiċ-ċentri tas-saħħa jew fl-ischool dental clinic, il-Furjana.", "In- numru ta' tfal li ġew eżaminati bejn Ottubru u Diċembru 2003 f'kull skola huwa indikat f'tabella li se titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "GĦALLIEMA BARRANIN", "4548.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid fil-preżent kemm hemm għalliema barranin li qed jgħallmu fl-iskejjel ta' l-Istat, tal-Knisja u dawk privati separatament?", "Jista' jgħid ta' liema nazzjonalita` huma?", "X'inhu s-suġġett li qed jgħallmu u f'liema skola qed jgħallmu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nirriferi għat-tweġiba ta' domanda parlamentari 4549.", "GĦALLIEMA BARRANIN - SKEJJEL - PERMESSI", "4549.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawk l-għalliema barranin li qed jgħallmu fl- iskejjel f'Malta u Għawdex għandhom permess għax miżżewġin Maltin?", "Hemm min għandu permess jgħallem iżda mhux miżżewweġ lil Malti jew Maltija?", "X'inhuma jgħallmu dawn ta' l-aħħar?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li fl-iskejjel ta' l-Istat preżentament hemm żewġ supply teachers barranin li huma miżżewġin Maltin u li qed jgħallmu fl-iskejjel ta' l-Istat.", "Qed inpoġġi tagħrif ieħor fuq il- mejda tal-Kamra.", "SKEJJEL - EDUKAZZJONI DWAR PROBLEMI TA' ĦXUNA", "4550.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Miistru jgħid x'inhu jsir fl-iskejjel anke b'kollaborazzjoni mad- dipartiment tas-saħħa biex l-istudenti jsiru aktar konxji mill-ħsara li tagħmel il-ħxuna?", "Il-ġenituri ta' tfal ħoxnin qed jiġu mlaqqgħa jew qed jiġu informati fuq bażi individwali dwar kif għandhom jimxu mat-tfal tagħhom biex inaqqsu l-ħxuna?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-iskejjel, permezz ta' l-ischool development plan tagħhom, jimmiraw għall-għanijiet li jħarsu s-saħħa, kemm fl-ambjent li jgħixu, kif ukoll fl-għażliet li jagħmlu, inkluż l-ikel.", "Il- kuntatti mal-ġenituri m'humiex nieqsa u tfal b'dawn il-bżonnijiet jiġu riferuti.", "Jeżistu kodiċi ta' regolamenti fuq l-għażla ta' ikel tajjeb għas-saħħa li jista' jinbiegħ fit-tuckshops ta' l-iskejjel.", "It-tagħlim tal-home economics jinkludi tagħlim b'enfasi fuq id-dieta, is- saħħa u n-nutriment.", "L-istudenti, minbarra t-tagħlim teoretiku, jkollhom opportunitajiet ta' esperjenza hands on fuq l-għażliet ta' l-ikel li strettament iħares ir-rakkommandazzjoni tal-linji ta' gwida tad-dieta nazzjonali.", "Jitgħallmu wkoll fuq il-konsegwenza li ġġib id-dieta żbilanċjata.", "Hemm ukoll home economics seminar centre f'Birkirkara fejn studenti mill- iskejjel kollha ta' Malta jiġu mistiedna jipparteċipaw f'seminars b'temi li jolqtu d-dieta, is-saħħa u n-nutriment.", "Isiru wkoll programmi fuq l-istess tema għall-ġenituri.", "Is-suġġetti tal-physical education (P.E.) u l-personal social development (P.S.D.) ukoll jagħtu s-sehem tagħhom importanti f'dan ir-rigward.", "Teżisti ukoll kollaborazzjoni bejn id-dipartiment tas-saħħa u d-diviżjoni ta' l-edukazzjoni.", "Uffiċjali mid-dipartiment tas-saħħa jgħinu f'taħriġ u korsijiet li jsiru għall-għalliema kif ukoll fi programmi għat-tfal u l- ġenituri.", "STUDENTI LI JBATU MINN DYSLEXIA", "4551.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa magħruf li hemm tfal li jbatu mid-dyslexia fl- iskejjel ta' l-Istat, tal-Knisja u tal-privat separatament?", "Jista' jgħid x'inhu jsir fl-iskejjel biex dawn it-tfal jiġu megħjuna?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-unit magħruf bħala special learning difficulties service fi ħdan id-diviżjoni ta' l-edukazzjoni identifika 523 każ ta' dyslexia mqassmin hekk:", "402 studenti li jbatu mid-dyslexia fl-iskejjel ta' l-Istat;", "113-il student li jbati mid-dyslexia fl-iskejjel tal-Knisja;", "8 studenti li jbatu mid-dyslexia fl-iskejjel tal-privat.", "L-għalliema ta' l-SpLD service jmorru fl-iskejjel rispettivi u joffru support lill-istudenti li jbatu bid-dyslexia kif ukoll jagħtu pariri lill- għalliema u l-kapijiet ta' l-iskejjel.", "L-SpLD service jorganizza wkoll korsijiet li jkunu mqassmin matul is-sena skolastika lill-istudenti u lill-ġenituri tagħhom.", "MALTA ENTERPRISE - ĦADDIEMA", "4680.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomiċi: Kemm ġew ingaġġati nies minn barra mal-Malta Enterprise li ma kienux jagħmlu parti mill-MDC, METCO, IPSE, eċċ?", "F'liema karigi ġew ingaġġati?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li n-numru ta' impjegati li ġew ingaġġati mal-Malta Enterprise minn barra l-MDC, METCO u IPSE huwa ta' 13.", "Dawn jokkupaw livelli 1 sa 3, jiġifieri CEO wieħed; żewġ chief officers u għaxar heads.", "Sitta minn dawn huma Maltin li kienu jaħdmu barra minn Malta.", "It-total ta' mpjegati li kienu ma' l-MDC, METCO, IPSE u li qegħdin jaħdmu mal-Malta Enterprise huwa ta' 82.", "47 minn dawn kienu ma' l-MDC, 19 mal- METCO u 16 ma' l-IPSE.", "AMBAXXATUR GĦALL-INTERNATIONAL ATOMIC ENERGY AGENCY", "4681.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin: Jista' il-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li se jsir ambaxxatur għall- International Atomic Energy Agency - IAEA - meta dan ix-xogħol seta' jibqa' jsir mill-ambaxxatur Malti residenti fl-Awstrija?", "Ma jaħsibx il-Ministru li fid-dawl tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-pajjiż ħatriet bħal dawn iżidu l-pressjoni fuq il-fondi pubbliċi?", "ONOR.", "JOE BORG: L-Ambaxxatur Malti residenti fi Vjenna huwa responsabbli mir-relazzjonijiet ta' Malta ma' l-organizzazzjoni għas-sigurta' u l-ko- operazzjoni fl-Ewropa, ma' diversi aġenziji oħra li jinsabu fi Vjenna, kif ukoll mir-relazzjonijiet bilaterali ma' l-Awstrija.", "Għalhekk ħafna drabi ma kienx possibbli għalih li jipparteċipa f'laqgħat importanti ta' l- aġenzija minħabba mpenji oħra.", "Ta' min jgħid li minn meta Malta saret stat membru ta' l-IAEA fl-1997, din l-aġenzija organizzat tliet programmi bijennali ta' għajnuna teknika għal Malta, li minnhom ibbenefikat minn għajnuna teknika li kienet tinkludi t- taħriġ tal-personnel Malti, bħalma huma tobba u radjoloġi li jaħdmu fid- dipartimenti tal-kura tal-kanċer fl-isptarijiet Maltin, xjenzjati li jaħdmu fil-laboratorju veterinarju tal-gvern, personnel mid-dipartiment tal- protezzjoni ċivili u oħrajn.", "Malta rċeviet ukoll għajnuna sostanzjali f'xiri ta' apparat għall-użu fl-isptarijiet u laboratorji tal-gvern.", "Fil- fatt huwa stmat li permezz ta' kull wieħed minn dawn il-programmi, Malta rċeviet għajnuna teknika li tammonta għal iżjed minn USD 0.5 miljun kull programm.", "Malta tirċievi ukoll għajnuna permezz ta' parteċipazzjoni fi programmi reġjonali ta' l-Ewropa ta' din l-aġenzija fejn personnel Malti pparteċipa f'ħafna programmi ta' taħriġ partikolarment fl-użu ta' sustanzi radjoattivi għall-kura tal-marda tal-kanċer, il-protezzjoni tal-ħaddiema li jużaw sustanzi radjoattivi fix-xogħol tagħhom, u fil-protezzjoni tal-poplu in ġenerali f'każ ta' xi inċident li jinvolvi radjoattivita.", "Il-valur ta' din l-għajnuna jammonta għal eluf kbar ta' dollari Amerikani kull sena.", "Il-parteċipazzjoni ta' Malta f'dawn il-programmi tirrikjedi ħafna xogħol min-naħa ta' Malta u anke parteċipazzjoni f'laqgħat fi Vjenna minn uffiċjali Maltin li huma responsabbli għall-koperazzjoni min-naħa ta' Malta ma' l-Aġenzija.", "L-ispejjeż involuti f'din il-ħatra huma minimi ħafna.", "Peress li l- ambaxxatur konċernat se jkun residenti f'Malta, se jaħdem biss fuq bażi part-time mal-ministeru u se jkollu wkoll responsabbiltajiet oħra minbarra dawk ta' ambaxxatur għal din l-aġenzija.", "Irrid ngħid li l-ispejjeż li jsiru meta l-ambaxxatur ikollu jivvjaġġa lejn Vjenna kienu jsiru wkoll meta d-direttur ta' l-affarijiet multilaterali fil-ministeru kien jivvjaġġa għal Vjenna fuq l-istess xogħol.", "Dan issa m'għandux għalfejn imur iżjed peress li Malta se tkun rappreżentata mill-ambaxxatur akkreditat apposta għall- Aġenzija.", "Barra minn hekk l-IAEA stess tħallas parti sostanzjali minn dawn l-ispejjeż.", "Fl-aħħarnett nixtieq infakkar lill-Onor.", "Interpellant li l-ewwel ambaxxatur għall-IAEA kien wkoll residenti Malta u kien inħatar f'Settembru 1997.", "ĦATRA TA' AMBAXXATURI ĠODDA", "4682.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin: Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li jkunu appuntati ambaxxaturi ġodda?", "Jekk iva, min huma u fejn se jkunu posted jew għal liema pajjiżi jew organizzazzjonijiet se jkunu akkreditati?", "ONOR.", "JOE BORG: B'risposta għall-mistoqsija ta' l-Onor.", "Interpellant dwar postings ta' ambaxxaturi ġodda fil-ġranet li ġejjin, is-Sur Godwin Montanaro se jinħatar bħala ambaxxatur ġdid Malti għall-Marokk u se jkun residenti fir-Rabat u kif diġa' tħabbar mill-Prim Ministru, is-Sur Richard Cachia Caruana se jkun id-delegat permanenti u b'effett mill-1 ta' Mejju ta' din is-sena r-rappreżentant permanenti Malti għall-Unjoni Ewropea fi Brussell.", "COMMONWEALTH HEADS OF GOVERNMENT MEETING", "4683.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin: Issa li sar magħruf li l-Commonwealth heads of government meeting li jmiss se jsir f'Malta, jista' il-Ministru jgħid xi preparamenti qed isiru?", "Hemm xi ħsieb li titwaqqaf task force biex tieħu ħsieb dawn il-preparamenti?", "Jekk se titwaqqaf task force, min se jkun il-kap tagħha u min se jkunu l- uffiċjali l-oħra?", "X'back-up support qed jingħata jew se jingħata mill- Commonwealth innifisha għat-tħejjijiet loġistiċi għal din il-konferenza?", "ONOR.", "JOE BORG: Fil-bidu ta' Frar ta' din is-sena l-Kabinett tal- ministri ddeċieda sabiex jitwaqqaf interministerial steering committee biex jieħu ħsieb it-tħejjijiet għall-Commonwealth heads of government meeting (CHOGM), li Malta se tospita fl-2005.", "Dan il-kumitat se jkun taħt il- presidenza ta' persuna nominata mill-uffiċċju tal-Prim Ministru u se jkun jiġbor fih rappreżentanti tal-ministeri ta' l-affarijiet barranin, tal- ġustizzja u intern u tal-finanzi u affarijiet ekonomiċi.", "Il-kumitat se jkun jista' jitlob l-għajnuna u l-appoġġ ta' ministeri oħrajn tal-gvern kif ukoll entitajiet pubbliċi fit-twettiq tal-ħidma tiegħu.", "Il-ministeru ta' l- affarijiet barranin għamel kuntatt kemm mas-segretarjat tal-Commonwealth kif ukoll mal-foreign and Commonwealth office Ingliż dwar dan l-avveniment u dawn huma wkoll lesti sabiex jgħinu f'kull aspett possibbli fit- tħejjijiet għal din il-konferenza.", "ĦATRA TA' SECOND SECRETARY", "4684.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin: Wara li tħabbar ir-riżultat għall-ħatra ta' second secretary, jista' il- Ministru jgħid kemm għaddew minn dan l-eżami, kemm ħadu l-ħatra u hemmx xi ħsieb li tingħata l-ħatra lill-kumplament tal-kandidati li għaddew minn dan l-eżami?", "ONOR.", "JOE BORG: 69 kandidat għaddew mill-proċess selettiv li tmexxa taħt il-proċeduri stabbiliti tal-kummissjoni dwar is-servizz pubbliku u li nżamm bejn Novembru u Diċembru 2002, għal ingaġġ bħala second secretary fil-korp diplomatiku Malti.", "Sal-lum, 27 kandidati ħadu l-ħatra ta' second secretary, filwaqt li ħames kandidati oħra ngħataw il-permess li jkollhom il-ħatra tagħhom posposta għal ftit taż-żmien, disgħa mill-kandidati magħżula irrifjutaw il-ħatra bħala second secretary taħt dan il-proċess selettiv.", "Minn dawn id-69 kandidat għaddew b'kollox 41.", "Ir-riżultat tal-proċess selettiv, li ġie ippubblikat fit-22 ta' Mejju, 2003, jibqa' validu sa sena minn din id-data u cioe` sal-21 ta' Mejju, 2004.", "Il-ministeru qiegħed gradwalment jimla' l-vakanzi kollha li għandu skond l-estimi finanzjarji approvati għal din is-sena.", "DIPLOMATIC PASSPORTS", "4687.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin: Jista' il-Ministru jgħid kemm inħarġu diplomatic passports mill-elezzjoni ġenerali 'l hawn?", "Jista' jagħti dettalji dwar il-kategoriji ta' persuni lil min inħarġu?", "ONOR.", "JOE BORG: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta li tajt għal mistoqsija parlamentari 3715.", "Minn informazzjoni li ksibt mill- ministeru tal-ġustizzja u intern, in-numru ta' passaporti diplomatiċi li nħarġu mill-15 ta' Jannar, 2004 sal-5 ta' Marzu, 2004 hu ta' sitta.", "KOPERATTIVA LINEN SERVICES", "4739.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' il- Ministru jgħid kemm kellha tieħu mingħand il-gvern il-koperattiva Linen Services fil-31 ta' Diċembru, 2003?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninsab informat li sa l-aħħar ta' Diċembru 2003, il- KOLS Ltd. kellha tieħu l-flus kif ġej:", "St. Luke's Hospital Lm184,251.70 Primary Health Care Lm 3,465.78 Head Office Lm 121.44 Mount Carmel Lm 7,479.08 S.V.P.R. Lm 969.11 Gozo General Hospital Lm 53,792.48 __________________________________ Total Lm250,079.59 __________________________________", "SUPPLIERS TAL-MEDIĊINI - ĦLAS PENDENTI MILL-GVERN", "4740.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' il- Ministru jgħid kemm kien id-dejn tal-gvern fil-31 ta' Diċembru, 2003 mas- suppliers tal-mediċini u medical equipment?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Informat li fil-31 ta' Diċembru, 2003 is-servizzi farmaċewtiċi tal-gvern kellhom iħallsu Lm9,797,564.", "Minn dawn id- dipartiment ħallas Lm2,480,295.95 f'Jannar u Lm2,000,000 oħra fi Frar 2004.", "BORMLA - TRIQ IX-XATT - BLOKKI TA' LAVA ANTIKA", "4747.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid x'sar minnhom il-blokki ta' lava antika li nqlagħu minn Triq ix-Xatt, Bormla?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li fuq arranġamenti li kienu saru bejn id-direttorat tat-toroq u l-kumitat għar-rijabilitazzjoni tal-Kottonera, il- kuntrattur kien ġie mitlub biex jerfa' il-blokki tal-lava għandu sakemm il- kumitat ikun jista' jipprovdi post fejn jintrefgħu.", "QRATI – PROĊESS MHUX INTRALĊJAT", "4767.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u lntern: Jaf il-Ministru li l-proċess (kumpilazzjoni) fil-kawża fl-ismijiet li qed jintbagħtu separatament li kien ġie differit sine die mill-qorti tal- maġistrati (Malta) mill-Maġistrat Noel Cuschieri ma jistax jiġi intralċjat?", "Jista', fiċ-ċirkostanzi, jagħti dawk id-direttivi u ordnijiet neċessarji sabiex il-proċess jiġi ntralċjat u jekk xorta ma jinstabx il-proċess, jordna inkjesta?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li skond l-atti miżmuma fir-reġistru tal-Qorti tal-Maġistrati (Malta), din il-kumpilazzjoni tinsab quddiem il- Maġistrat Antonio Mizzi.", "QRATI - VOLUM TAL-MANDATI TAL-KUMMERĊ MITLUF", "4768.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u lntern: Jaf il-Ministru li l-volum 36 tal-mandati tal-kummerċ ta' l-1995 huwa mitluf?", "Jista' jagħti dawk id-direttivi u ordnijiet neċessarji sabiex dan il-volum jiġi ntralċjat?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li l-volum numru 36 tal-mandati tal- kummerċ qiegħed fir-reġistru superjuri u dan qiegħed allegat ma' proċess ċitazzjoni numru 1416/98 liema kawża qiegħda differita għas-16 ta' April 2004.", "POST TA' SENIOR TECHNICAL OFFICER FIL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX", "4773.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Prim Ministru: B'riferenza għall-MPO circular 45/2003 dwar posts of senior technical officer (works branch) in the department for projects and developments, Ministry for Gozo, jista' il-Prim Ministru jgħid x'kienu l-kriterji li abbażi tagħhom saret l- għażla?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab informat li l-kriterji li abbażi tagħhom saret l-għażla li għaliha qed tagħmel riferenza l-Onor.", "Interpellant, skond kif approvati mill-kummissjoni dwar is-servizz pubbliku, kienu kif jidher hawn taħt:", "|Related Knowledge |30 | |Relevant Experience |25 | |Abilities required in | | |the post |20 | |(eg: Leadership, etc) | | |Qualifications |15 | |Personal Qualities |10 | | | | |maximum |100 | |minimum |50 |", "ĊELEBRAZZJONIJIET TA' L-1 TA' MEJJU F'GĦAWDEX", "4774.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għal Għawdex: Tista' il-Ministru tgħid kemm hemm fondi allokati jew kemm huma stmati li se jiswew il-festeġġjamenti ta' l-1 ta' Mejju f'Għawdex?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Jiena nfurmata li m'hemmx fondi allokati speċifikament taħt il-vot tal-Ministeru għal Għawdex għall-festeġġjamenti ta' l-1 ta' Mejju f'Għawdex.", "Il-programm ta' dawn il-festi propost mill- ministeru għal Għawdex huwa stmat li jiswa Lm15,000.", "AWTORITA` MALTIJA TAT-TURIŻMU", "4782.", "L-ONOR.", "ROBERT ARRIGO staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Ladarba qegħdin f'Marzu, jista' il-Ministru jinformani x'inhuma l-miri tal-Malta Tourism Authority għas-sena 2004 ta' ċifri ta' turisti li se jiġu fis-sena 2004 minn kull suq?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Il-miri ta' l-MTA huma li l-industrija tat- turiżmu f'Malta tirkupra minn nuqqasijiet f'volumi ta' turisti li kienu ġew reġistrati f'dawn l-aħħar tliet snin.", "Dan it-tnaqqis fil-volum għandu jkun evalwat fil-kuntest ta' żiediet fl- infieq mit-turisti kif kien iddikjarat mill-uffiċċju nazzjonali ta' l- istatistika.", "Fuq bażi ta' informazzjoni miġbura minn operaturi ta' linji ta' l-ajru, tour operators u sorsi oħra fis-settur, il-projections għas-sena 2004 huma kif ġej:", "|Renju Unit |467,000 | |Ġermanja |127,000 | |Italja |100,000 | |Franza |76,000 | |Olanda |40,000 | |Belġju |23,000 | |Awstrija |28,000 | |Svizzera |22,000 | |Pajjiżi |43,000 | |Skandinavi | | |Spanja |12,000 | |Oħrajn |199,000 | |Total |1,137,000 |", "Wieħed għandu jħares lejn dawn iċ-ċifri fl-isfond ta' suq li se jħalli ħafna għall-aħħar biex jiddeċiedi, u anke fid-dawl ta' impatti bħal dawk li seħħew fi Spanja l-ġimgħa l-oħra jistgħu jkollhom fuq vjaġġi lejn destinazzjonjiet Ewropej.", "ŻEJTUN - SKOLA CARLO DIACONO", "4783.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni: Jaf il-Ministru li fl-iskola Carlo Diacono taż-Żejtun, minn nhar it-Tnejn, 8 ta' Marzu 2004, il-gates ta' l-iskola kellhom jiftħu fit- 8:15a.m. u jagħlqu fit-3:15p.m?", "X'jiġri fl-eventwalita` li t-trasport li jiġbor lill-istudenti jittardja?", "L-istudenti jiġu mitluba li joqgħodu fuq barra ta' l-iskola bil-gates magħluqin?", "Ma jidhirlux il-Ministru li jekk jiġri hekk dawn l-istudenti jkunu esposti għal periklu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif mitlub ma wasalx u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "FONDAZZJONI EDEN", "4784.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Ministru jikkonferma jekk tnaqqsux il-fondi li kienet tingħata l-Fondazzjoni Eden mill-ministeru għall-politika soċjali?", "Fil-każ b'kemm?", "Kemm se jingħataw b'kollox issa?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab informat li fl-2002 il-Fondazzjoni Eden irċeviet Lm29,700 minn fondi amministrati mill-ministeru tiegħi.", "Dawn kienu magħmula minn Lm20,000 rakkmandati mill-NGO project selection committee u Lm9,700 għal servizzi skond ftehim dwar il-community and inclusion programme.", "Matul l-2003, il-ministeru tiegħi irriserva Lm29,500 lill-Fondazzjoni Eden imqassma hekk: Lm10,000 fuq rakkmandazzjoni tal-NGO project selection committee u Lm19,500 abbażi tal-ftehim dwar community and inclusion programme.", "Ninsab informat li dawn il-flus kollha għaddew lill- Fondazzjoni Eden ħlief Lm9,800 għax għadha ma ġietx mibgħuta l-invoice.", "Hekk kif tasal l-invoice, dawn il-flus jinħarġu.", "L-ammont ta' fondi li se jingħataw lill-NGOs li applikaw għas-sena 2004 għadhom qed jiġu diskussi.", "Ninforma lill-Onor Interpellant li minbarra dawn il-fondi, matul l-2003 l- awtorita' tad-djar li taqa' taħt il-ministeru tiegħi, għaddiet lill- Fondazzjoni Eden dar ġewwa Ħal Luqa bi prezz issussidjat ħafna.", "L-istess awtorita` iffinanzjat ix-xogħol li kellu bżonn isir f'din id-dar.", "TNAQQIS FIL-FONDI TAL-FONDAZZJONI EDEN - MINISTERU TA' L-EDUKAZZJONI", "4785.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jikkonferma jekk tnaqqsux il-fondi li kienu jingħataw lill-Fondazzjoni Eden mill-ministeru ta' l-edukazzjoni?", "Fil-każ b'kemm?", "Kemm se jingħataw b'kollox issa?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Peress li t-tagħrif mitlub ma laħaqx wasal, tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "ANZJANI RESIDENTI F'ST.", "VINCENT DE PAULE - BONUS IMNAQQAS", "4786.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Ministru jgħid jekk l-anzjani residenti f'St Vincent De Paule u fi djar oħra ta' l-Istat hux qed jitteħdulhom 60% tal-bonus eċċ., fil-każ ta' dawk li diġa` qed jitteħdilhom il-massimu mill-pensjoni?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mill-1 ta' Jannar ta' din is-sena, anzjani li f'dik id-data kienu qiegħdin fir-residenza San Vinċenz de Paule jew fil- ward fejn jingħata livell għoli ta' kura fid-dar ta' l-Imtarfa, jitnaqqsilhom 80% tal-pensjoni u tal-bonus u 60% ta' dħul ieħor, wara li titnaqqas it-taxxa jekk ikun il-każ, sa massimu ta' Lm13.50 kuljum, iżda bil-provvediment li dejjem jibqgħalhom f'idejhom Lm600 fis-sena.", "Fil-każ ta' residenti fi djar oħra tal-gvern għall-anzjani t-tnaqqis mill- pensjoni, bonus u dħul ieħor isir bir-rata ta' 60%, dejjem wara li titnaqqas it-taxxa jekk ikun il-każ u bil-provvediment li jibqgħalhom f'idejhom Lm600 fis-sena.", "BUS SHELTERS ĠODDA", "4787.", "L-ONOR.", "ROBERT ARRIGO staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jinformani kemm-il bus shelter ġdid sar, lokalita` b'lokalita` f'dawn l-aħħar 12-il xahar f'Ta' Sliema, San Ġiljan, Swieqi u Pembroke?", "Kemm hemm previsti li jsiru f'din is-sena u kemm-il talba hemm mill-kunsilli ta' dawn il-lokalitajiet?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-ministru kkonċernat.", "PERSUNI LI KIENU JAĦDMU BĦALA PUBLIC ATTENDANTS", "4788.", "L-ONOR.", "ALFRED SANT staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Kemm u min huma l-persuni li kienu jaħdmu bħala public attendants u li fi Frar 2004 ġew trasferiti sabiex jagħmlu xogħol ieħor?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-ħaddiema li kienu jaħdmu bħala public attendants u li fi Frar 2004 ġew trasferiti biex jagħmlu xogħol ieħor kienu dawn:-", "|Carmel Ambinett|571861 M | |Bartholomeo |314961 M | |Sciberras | | |George Farrugia|867350 M | |Bernard Fenech |781659 M | |Remigio Sacco |339650 M | |Charlie Pace |716357 M | |Carmelo Galea |535155 M | |Anthony |8453 M | |Farrugia | | |Carmelo Vella |440559 M | |Anthony Caruana|843048 M |", "Dawn ġew trasferiti bħala parti mill-proċess ta' restructuring tal- ministeru għar-Riżorsi u Infrastruttura.", "GĦAWDEX - KUNSILL REĠJONALI", "4789.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għal Għawdex: Tista' il-Ministru tgħid għaliex l-oppożizzjoni Laburista mhix rappreżentata fil- kunsill reġjonali għal Għawdex?", "Ma jidhirlix li bl-esklużjoni ta' l- oppożizzjoni l-gvern qed ikun esklussiv u joħnoq kull possibbilta` ta' djalogu u diskussjoni li l-oppożizzjoni għandha kull dritt li tiġi nvoluta fihom bħala rappreżentant tal-poplu Għawdxi wkoll?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Nixtieq ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li m'hemmx rappreżentanza politika fil-kumitat reġjonali għal Għawdex.", "FESTI TAL-KARNIVAL - PREMJU BEST OF THE BEST", "4790.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid għal liema raġuni l-premju best of the best fil-Karnival din is-sena ma ngħatax?", "Jista' in oltre jgħid it-trofew tal-fidda fejn qed jinżamm?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l- kummissjoni nazzjonali folklore waqqaf għal din is-sena biss il-premju best of the best.", "Ir-raġuni li ma ngħatax il-premju din is-sena hi li l- kummissjoni qed tirrevedi l-proċess ta' kif jiġi allokat dan l-unur.", "It- trofew qed jinżamm fl-uffiċċju tal-kunsill Malti għall-kultura u l-arti.", "ĦAŻ ŻABBAR - TRIQ G. MICALLEF - ASFALTAR", "4791.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid x'inhi l-possibbilta` li Triq G. Micallef, f'Ħaż Żabbar tingħata wiċċ bit-tarmac peress li għadha qatt ma' nksiet?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li l-awtorita` dwar it-trasport qed tipprepara programm għall-asfaltar ta' diversi toroq madwar Malta kollha u x-xogħol fil-lokalita` isir aktar 'il quddiem skond il-prijoritajiet li jirriżultaw.", "TRASPORT PUBBLIKU GĦALL-ISPTAR SAN LUQA", "4792.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jagħti l-ħinijiet u l-lokalitajiet ta' minn fejn taħdem karozza tal-linja għall-isptar San Luqa?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li preżentament qegħdin jiġu operati dawn is-servizzi diretti mil-lokalitajiet imsemmija lejn l-isptar San Luqa:", "Filgħodu:", "Senglea fis-7:45, Gudja fis-7:30, B'Bugia fis-6:00 u s-7:30, Żabbar fis- 6:00 u s-7:30, M'Xlokk 7:10, Żejtun fis-6:05, Żurrieq fis-6:00 u fis-7:30, Qrendi fis-7:30, Attard fis-6:30 u fis-7:30, Mellieħa fis-6:00 u fis-7:00, Buġibba fis-6:10 u fis-7:30, GĦargħur fis-6:15 u fis-7:30, Savoy fis-7:30, Siġġiewi fis-6:00 u fis-7:30, Rabat fis-6:20 u fis-7:30, Qormi fis-6:10 u fis7:30 u Ħaż-Żebbuġ fis-6:15 u s-7:30.", "Wara nofs in-nhar", "Ċirkewwa fis-2:50, Buġibba fit-3:10 u B'Kara fit-3:30.", "Mill-irħula l-oħra kollha titlaq xarabank fit-3:15.", "Il-passiġġieri ta' Wied il-GĦajn u x- Xghajra jitilgħu mal-karozza ta' Ħaż-Żabbar li titlaq fit-3:15.", "Minbarra r- rotot imsemmija, hemm ukoll ir-rotta 75 li topera bejn l-isptar u l-Belt Valletta.", "Il-ħinijiet ta' din ir-rotta huma mit-Tnejn sas-Sibt kull kwarta jew għoxrin minuta bejn is-7:00 ta' fil-għodu u 8:00 ta' fil-għaxija u l- Ħdud u l-festi bejn is-7:00 u l-11:30 ta' fil-għodu u s-2:50 u il-5:50 ta' fil-għaxija kull tletin minuta.", "BORMLA - TRIQ DAĦLET IT-TLETT IBLIET - BOZOZ", "4793.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għat-Teknoloġija ta' l- Informazzjoni u lnvestiment: Jista' il-Ministru jgħid meta se jerġgħu jibdew jixgħelu l-bozoz fi Triq Daħlet it-Tlett Ibliet, f'Bormla, peress li dawn ilhom mitfija x-xhur?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jiena nformat li l-manutenzjoni tal-bozoz fit-triq imsemmija hija responsabbilta` tal-kunsill lokali u għaldaqstant nitolbok tirriferi l-mistoqsija lill-ministru konċernat.", "BORMLA - SAN ĠWANN T'GĦUXA - SIĠRA PERIKOLUŻA", "4794.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jara li jitneħħa l-periklu ta' siġra li dalwaqt taqa' fin-niżla ta' San Ġwann t'Għuxa, f'Bormla, lejn Għajn Dwieli?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Ninsab informat li diġa` ttieħdu passi biex jitneħħa dan il-periklu.", "PERSUNI B'25 SENA SERVIZZ FL-ARMATA - PENSJONI", "4795.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kif tinħadem il- pensjoni ta' persuna li wara li tirtira b'25 sena servizz fl-Armata, terġa' tibda taħdem sa l-eta` ta' 61 sena?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jekk l-Onor.", "Interpellant qed jirriferi għall- pensjoni mħallsa skond l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali, nitolbu jinnota li fl-istess Att hemm diversi provvedimenti li jistgħu japplikaw dwar kif tinħadem pensjoni ta' persuna li tirtira mill-Armata wara 25 sena servizz u terġa' tibda taħdem sa l-eta' ta' 61 sena.", "Liema minn dawn il-provvedimenti huma applikabbli jiddependi minn diversi fatturi u għalhekk nitlob lill-Onor.", "Interpellant li jekk għandu xi każ speċifiku, jitlob lill-persuna konċernata tavviċina lid-dipartiment tas- sigurta` soċjali biex, wara li jkunu magħrufa ċ-ċirkostanzi preċiżi tal- każ, il-persuna tkun tista' tingħata l-informazzjoni mitluba.", "DJAR PRIVATI TA' L-ANZJANI", "4801.", "L-ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk kienx hemm djar privati ta' l-anzjani oħra minbarra t-tnejn li diġa` hemm li wieġbu għas-sejħa riċenti tad-dipartiment ta' l-anzjani u servizzi fil- komunita' biex jiġu kkunsidrati għall-għażla taħt l-iskema tal- public/private partnership imnedija mid-dipartiment ta' l-anzjani?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab informat li kien hemm djar oħra privati ta' l-anzjani li wrew interess li jipparteċipaw fl-iskema ta' public/private partnership minbarra t-tnejn li diġa' qed jipparteċipaw fl-iskema.", "SVPR - CUSTOMER CARE UNIT", "4802.", "L-ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jisa' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk huwiex informat li l-customer care unit fir-residenza San Vinċenz de Paule tinsab magħluqa?", "X'inhi r-raġuni ta' din id-deċiżjoni?", "Jista' jieħu l- passi meħtieġa biex dan l-uffiċċju hekk importanti għall-anzjani ta' din ir-residenza u għal qrabathom, jerġa' jinfetaħ immedjatament?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Il-customer care unit fl-SVPR huwa mmexxi minn żewġ uffiċjali.", "Sar redeployment tal-care workers fl-SVPR fejn ġew assenjati xogħol fil-clinical areas.", "Waħda minn dawn l-impjegati fil- customer care unit li hi care worker, ġiet hekk redeployed pero` din ħarġet fuq long sick leave.", "Fl-istess waqt l-impjegata l-oħra (li hi ward clerk) korriet waqt il-qadi ta' dmirijietha u temporanjament qiegħda bl-injury leave.", "Ittieħdu l-passi neċessarji biex ix-xogħol tal-customer care unit fl-SVPR jitkompla.", "ETC - REĠISTRAZZJONI GĦAL XOGĦOL TA' SOCIAL ASSISTANTS", "4803.", "L-ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm persuni li qegħdin jirreġistraw għax-xogħol mal-korporazzjoni tax-xogħol u taħriġ bħala social assistants biex jagħmlu xogħol li kienu jagħmlu qabel il-casual social assistants mad-dipartiment ta' l-anzjani u servizzi fil-komunita`?", "Hemm xi rġiel li qed jirreġistraw għal dan ix-xogħol?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Peress li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar, tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "ETC - REĠISTRAZZJONI GĦAL XOGĦOL TA' SOCIAL ASSISTANTS", "4804.", "L-ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 4592 li tirrigwarda dawk il-persuni li jridu jaħdmu bħala part-time social assistants li qabel kienu jissejħu casual social assistants?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif mitlub ma laħaqx wasal, għalhekk tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "ASSISTENTI SOĊJALI", "4805.", "L-ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' part-time social assistants li kienu qed jagħtu x-xogħol tagħhom fil-komunita` fl-aħħar ta' Jannar u fl-aħħar ta' Frar ta' din is- sena rispettivament?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab informat li n-numru ta' part-time social assistants li kienu qed jagħtu servizz fil-komunita` kien 311 u 332 rispettivament.", "ANZJANI AKKOMODATI TAĦT IL-PUBLIC/PRIVATE PARTNERSHIP", "4806.", "L-ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien hemm anzjani akkomodati taħt il-public/private partnership scheme fid- djar privati ta' l-anzjani fl-aħħar ta' Jannar u fl-aħħar ta' Frar ta' din is-sena rispettivament?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab informat li f'Jannar u Frar 2004, kien hemm 83 u 87 anzjani rispettivament akkomodati fi djar privati għall-anzjani taħt l-iskema tal-public/private partnership.", "ARTIJIET - TWAQQIGĦ TA' KAMRA TA' L-INJAM", "4807.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u l- Intern: Jista' il-Ministru jgħid fejn waslet l-investigazzjoni li ħa d- dipartiment ta' l-artijiet rigward mistoqsija parlamentari 4205 u cioe` għaliex qatt ma l-gvern ħa passi biex titwaqqa' kamra ta' l-injam li d- dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li ilha hemm bosta snin u li qed tagħlaq kamra oħra li ġiet mibnija bil-permess u mogħtija lil wieħed sajjied?", "Din il-kamra ta' l-injam qed tkun ta' inkonvenjent għas-sajjied.", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li l-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.", "TAQSIMA PROPRJETA` TAL-GVERN", "4808.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u l- Intern: Jista' il-Ministru jgħid fejn waslet it-talba li għamlet persuna, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, quddiem it-taqsima tal- proprjeta` tal-gvern?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infomat li l-persuna konċernata kellha diversi laqgħat mad-dipartiment ta' l-artijiet u ngħatat lilu risposta verbali għat- talbiet kollha li għamel, fosthom ġiet spjegata l-policy li l-bejgħ ta' dirett dominju jista' jsir biss wara sejħa għall-offerti.", "TOROQ - SLEEPING POLICEMAN", "4809.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid min jiddeċiedi fejn issir sleeping policeman?", "X'inhuma d-dimensjonijiet li għandha tkun sleeping policeman?", "Ta' min hi r-responsabbilta` f'każ li din tikkaġuna ħsara lil xi vettura?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li d-direttorat għall-immaniġjar tat- traffiku jirċievi r-rikjesti għall-road humps mingħand il-kunsill lokali konċernat.", "Hemm standards fejn dawn jistgħu jitqiegħdu li wkoll jinkludu d- dimensjonijiet tagħhom.", "Hija responsabbilta` tal-kunsill lokali konċernat li dawn ir-road humps jinbnew kif approvat.", "KALAXLOKK - ĦADDIEM LI SPIĊĊA BIS-SENSJA", "4810.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru għat-Teknoloġija ta' l- Informazzjoni u Investiment: Jista' il-Ministru jgħid għaliex il-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, itterminawlu x-xogħol mill- Kalaxlokk?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "ARTIJIET - KUMPENS GĦAL FOND LI TTIEĦED GĦAL SKOP PUBBLIKU", "4811.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Ministru jgħid għaliex il-persuna, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, għadha ma ġietx ikkumpensata mid-dipartiment ta' l-artijiet għall-fond li ġie meħud mill-istess dipartiment għal skop pubbliku fl-1995?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li l-persuna li dettalji dwarha ingħataw separatament għadha ma ġietx ikkompensata għall-fond meħud mid- dipartiment għal skop pubbliku għax ma kienx ġie aċċettat l-ammont ta' recognition rent offrut permezz ta' avviż ta' ftehim.", "GĦad hemm kawża pendenti quddiem il-bord ta' arbitraġġ dwar artijiet dwar dan l-ammont ta' kera.", "TRASPORT - ĦADDIEMA LI NGĦATAW PROMOZZJONI", "4812.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jagħti l-ismijiet tal-persuni li matul dawn l-aħħar 12-il xahar ingħataw promozzjoni u f'liema grad huma fl- awtorita` dwar it-trasport?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra lista ta' persuni li ngħataw promozzjoni fi ħdan l-awtorita` dwar it-trasport.", "TRASPORT - ĦADDIEMA", "4813.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jagħti l-ismijiet tal-persuni u l-karigi li jokkupaw li ġew impjegati ma' l-awtorita` dwar it-trasport matul dawn l- aħħar 12-il xahar?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li l-persuni li ġew impjegati ma' l- awtorita` dwar it-trasport matul dawn l-aħħar 12-il xahar huma dawn:", "Major M. Sammut Tagliaferro - Director Licensing & Testing", "Mr K. Pule` - Accountant, Corporate Services Directorate", "Ms. G. Fenech - Customer Care Executive.", "SIGURTA` SOĊJALI - PERSUNA LI TIRĊIEVI L-PENSJONI", "4814.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jivverifika jekk l- ammont ta' pensjoni li qiegħda tirċievi l-persuna li n-numru ta' l- identita` tagħha qed jintbagħat separatament, huwiex korrett peress li jidher li l-ammont hu żgħir ħafna?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi lill- persuna ndikata fl-uffiċċju distrettwali tad-dipartiment tas-sigurta` soċjali li jkopri l-lokalita` tagħha.", "TEATRU MANOEL/ST.", "JAMES CAVALIER - RENDIKONT FINANZJARJU", "4815.", "L-ONOR.", "JOSEPH ABELA staqsa lill-Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura: Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra r-rendikonti finanzjarji tat-Teatru Manoel u St. James Cavalier?", "Jista' jagħti breakdown tal- produzzjonijiet li ttellgħu fit-Teatru Manoel u f'St. James Cavalier?", "Kemm inbigħu biljetti f'kull produzzjoni?", "Kemm sar qliegħ jew telf minn fuq kull produzzjoni?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l- informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "XOGĦOL TA' RESTAWR", "4816.", "L-ONOR.", "JOSEPH ABELA staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' il-Ministru jgħid kemm intnefqu flus għal xogħlijiet ta' restawr u konservazzjoni u xogħol ieħor relatat minn Jannar 2002 sal- lum?", "Min għamel dan ix-xogħol?", "Kemm minn dan ix-xogħol sar b'offerta ta' tender u lil min ġie mogħti?", "Kemm minn dawn ix-xogħlijiet saru b'direct order u lil min ġew mogħtija?", "Xi kriterji ntużaw sabiex ġew magħżula dawk li ngħataw direct order?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant qiegħda tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.", "SIGURTA` SOĊJALI - PERSUNA LI ĠIET RIFJUTATA LI TINGĦATA MEDIĊINA B'XEJN", "4822.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li mediċina tad-dijabete ġiet rifjutata lil persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, meta din m'għandhiex mezzi finanzjarji la fil- banek u lanqas proprjeta`?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi lill- persuna ndikata fl-uffiċċju distrettwali tad-dipartiment tas-sigurta` soċjali li jkopri l-lokalita` tagħha.", "SIGURTA' SOĊJALI - CHILDREN'S ALLOWANCE", "4823.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm familji jibbenefikaw mill-allowance tat-tfal?", "Kemm huma t-tfal li għalihom qed tingħata din l-allowance?", "Kemm kien hemm applikazzjonijiet għall- allowance tat-tfal li ma ġewx aċċettati?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab informat li n-numru ta' familji li qed jibbenefikaw mill-allowance tat-tfal hu ta' 35,617.", "In-numru ta' tfal li għalihom qed titħallas din l-allowance hu 58,473.", "Ninsab informat ukoll li mit-talbiet għat-tiġdid għal din l-allowance li saru għas-sena ta' benefiċċju li bdiet f'Lulju 2003 ġew rifjutati 184.", "PERSUNI B'DIŻABILITA` - PENSJONI", "4824.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien hemm persuni jirċievu l-pensjoni ta' l-invalidita`, il-pensjoni għal diżabilita` u l-pensjoni speċjali għal diżabilita` separatament fix-xhur ta' Ottubru, Novembru u Diċembru 2003?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jinnota li taħt l- Att dwar is-Sigurta` Soċjali ma teżistix pensjoni speċjali għal diżabilita`.", "Jekk b'pensjoni speċjali għal diżabilita` l-Onor.", "Interpellant qed jifhem dik il-pensjoni mhux kontributorja li hi bbażata fuq test tal-mezzi minbarra l-kondizzjoni tas-saħħa ta' l-applikant, l- informazzjoni mitluba hi nkluża fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal- Kamra.", "UNIVERSITA`/JUNIOR COLLEGE - STUDENTI LI JIRĊIEVU STIPENDJU", "4825.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' studenti fl-Universita` u fil- junior college separatament li qed jirċievu l-istipendju?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li in-numru ta' studenti universitarji li jieħdu stipendju hu ta' 5631.", "Dawn jinkludu l-istudenti ta' l-Institute of Health Care.", "In-numru ta' studenti fil-junior college li jirċievu stipendju hu ta' 2708.", "SKEJJEL - STUDENTI", "4826.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' studenti li qed jattendu fl- iskejjel primarji tal-gvern u privati jew tal-Knisja separatament?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra."]} {"filename": "20060124_344d_par.doc", "date": "2006-01-24", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Uffiċjali u Rivedut) L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 344 It-Tlieta, 24 ta' Jannar , 2006 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 344 It-Tlieta, 24 ta' Jannar, 2006", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.02 p.m.", "Talba", "Seduta Nru. 344", "It-Tlieta , 24 ta' Jannar, 2006", "WERREJ", "MINUTI 131", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 131", "TQEGĦID TA' KARTI 136", "MOZZJONIJIET", "APPROVAZZJONI TA' L-OMBUDSPLAN GĦAS-SENA 2006 137", "APPROVAZZJONI TA' L-ESTIMI TA' L-UFFIĊĊJU", "NAZZJONALI TA' L-AWDITUR ĠENERALI GĦAS-SENA 2006 137", "RIŻOLUZZJONI DWAR IL-ĦRUĠ TA' ORDNI MILL-PRIM MINISTRU IN KONNESSJONI", "MAR-RATIFIKA TAT-TRATTAT TA' ADEŻJONI BEJN L-ISTATI MEMBRI TA'", "L-UNJONI EWROPEA U R-REPUBBLIKA TAL-BULGARIJA U R-RUMANIJA 138", "AĠĠORNAMENT 160", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 164", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 343 li saret fit-23 ta' Jannar, 2006 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "TARZNARI", "14156.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jagħti dettalji tad-dħul u nfiq taż-żewġ tarznari fl-ewwel sitt xhur ta' din is- sena u s-sena l-oħra?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni): Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra tabella li turi li d-dħul tat-tarzna fl-ewwel sitt xhur ta' l-2005 żdied b'Lm5 miljun meta kkomparat mas-sena ta' qabilha, waqt li l-infiq żdied b'Lm4.1 miljun u allura nistgħu ngħidu li t-telf tat-tarzna naqas b'madwar Lm0.9 miljun fl- istess perijodu.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Azzopardi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JASON AZZOPARDI: Ġaladarba d-dħul żdied minn Lm5.5 miljun għal Lm10.5 miljun, ma jaħsibx il-Ministru li dan huwa sinjal pożittiv?", "Jista' jgħidilna aktar dwar il-prospetti tax-xogħol għat-tarznari għal matul din is-sena?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Naqbel ma' l-Onor.", "Interpellant li dawn iċ-ċifri jinkoraġġuk.", "Nista' nantiċipa wkoll li minn ċifri preliminari, it-target li poġġejna quddiemna bħala turnover se jkun intlaħaq u aktarx neċċeduh bi ftit.", "Il-prospetti juru li din hija l-aħjar sena li bdejna f'dawn l-aħħar tliet snin.", "L-ewwel xhur ta' l-2004 kienu definittivament ħafna aħjar mill-ewwel xhur ta' l-2003, li konna bdejniha biss b'xi tliet ġimgħat xogħol ibbukkjat.", "L-2005 bdejniha tajjeb ħafna u l-2006 bdejniha anke aħjar mill-2005, pero' matul din is-sena għandna sfidi partikolari li rridu niffaċċaw, Sur President.", "Għalkemm jidher li s-sena 2005 se nagħlquha b'mod sodisfaċenti u nispera li nkunu lħaqna wkoll il-budgetary figures li ssetjajna, irrid nantiċipa mill- bidunett li l-2006 se tkun sfida qawwija ħafna.", "Għax filwaqt li f'din is- sena t-turnover figures nistgħu nilħquhom, biex intejbu l-pożizzjoni tal- bottom line - jiġifieri nkomplu nnaqqsu t-telf u fl-2006 dan it-telf ikun dak li qegħdin nimmiraw għalih - irridu nagħmlu żewġ affarijiet.", "L- ewwelnett irridu mmorru għal xogħol li m'huwiex ta' ship repair u li fl- istess ħin iħalli aktar profitt.", "Dan ifisser li rridu nbiddlu l-kwalita' ta' xogħol li nagħmlu.", "Illum, minħabba l-pagi u l-kondizzjonijiet tax-xogħol, it-tarzna ta' Malta f'dak li għandu x'jaqsam ma' ship repair ordinarju, m'hijiex aktar kompetittiva ħdejn tarznari oħra bħal dawk tal-Kroazja u t-Turkija.", "Allura rridu mmorru għal xogħol li huwa ħafna iktar ogħla - din tixbaħ l-istess problema li għandna f'diversi oqsma oħra tal-manifattura - pero' biex nagħmlu dan irridu ntejbu ħafna iktar ir-rata ta' produzzjoni.", "Sfortunatament għadna ma lħaqniex il-livell ta' produzzjoni li rridu nilħqu jekk irridu nikkreaw il-profit margins neċessarji biex nilħqu l-budgetary figures għall-2006 u biex innaqqsu wkoll it-telf bil-mod kif qed nipproġettaw li nnaqqsuh.", "Filwaqt li l-2005 kienet sena nkoraġġanti kemm mil-lat ta' turnover figures li lħaqna kif ukoll mil-lat ta' improvement fil-bottom line, għax naqqasna t-telf kif konna qed nipprevedu, fl-2006 mhux tant irridu nilħqu t-turnover li qed nipprospettaw imma rridu nilħquh b'xogħol drastikament differenti milli konna qegħdin nagħmlu s'issa u biex nipproduċu dak li qed nipprospettaw li nagħmlu fil-bottom line, jiġifieri li t-telf ta' Lm8 miljun li kellna din is-sena nnaqqsuh għal madwar Lm4.6 miljun u l-livell ta' produzzjoni li l-ħaddiema qed jagħtuna fuq il-post tax-xogħol jogħla drastikament.", "Jekk ma nagħmlux hekk m'aħniex se nilħqu l-budgetary figures li għandna quddiemna, Sur President.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Azzopardi.", "ONOR.", "JASON AZZOPARDI: Kemm huwa sodisfatt il-gvern bit-tip ta' xogħol relatat ma' jottijiet?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Li nista' ngħid hu li mexjin 'il quddiem pero' għadna ma wasalniex fejn irridu naslu.", "Dan huwa xogħol partikolari u jiddependi ħafna fuq ir-reputazzjoni li jirnexxielek tibni f'dan il-qasam, imma naħseb li bil-mod il-mod resqin.", "L-aktar importanti m'hux li nilħqu t-targets finanzjarji imma li tinbena reputazzjoni soda f'dak li għandu x'jaqsam ma' super yachts, li fit-tarzna tagħna x-xogħol jitlesta fil-ħin u l- prodott ikun ta' kwalita' għolja.", "S'issa kellna f'idejna fost l-akbar super yachts li huma bbażati fl-Ewropa, ħdimna fuqhom b'mod tajjeb ħafna u r-reputazzjoni qiegħda tinbena.", "Dan huwa niche market li m'huwiex faċli li tisfruttah, pero' naħseb li dak li għamilna fis-sentejn li għaddew jindika li l-ħaddiema huma kwalifikati u huma dependable ħafna f'dan il-qasam.", "Jien nixtieq, jekk hu possibbli, li kważi kważi niżganċaw dan il-business mil-linja diretta tat-tarzna.", "Dan m'huwiex business li jitmexxa b'mod faċli u ċertament il-prattiċi tax-xogħol u l-attitudni li hemm fil-baċiri l- oħra ma tistax tipprevali f'dan it-tip ta' xogħol.", "Naħseb li jagħmel ġid lil kulħadd jekk b'xi mod jew ieħor kulħadd jikkonvinċi ruħu li biex dan ix- xogħol verament imur 'il quddiem, irridu iktar speċjalizzazzjoni u rridu wkoll metodi ta' xogħol drastikament differenti minn kif imdorrijin naħdmu fuq vapuri normali.", "Jekk tidħol din il-mentalita', jekk ikun hemm il-bona volonta' ta' kulħadd li niżganċaw din it-tip ta' operazzjoni minn operazzjonijiet oħrajn u naħdmu b'metodi ta' xogħol differenti - mhux qed ngħid li hemm oppożizzjoni biex dan isir, pero' qed ngħid li din hija prospettiva li wieħed irid jikkonsidra - nemmen li jista' ikollna ħafna iktar suċċess milli kellna s'issa, Sur President.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Noel Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Il-Ministru jirrikonoxxi li l-ħaddiema kienu produttivi biex seta' intlaħaq it-turnover li ntlaħaq?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jiena għedt li għadna ma lħaqniex il-livell ta' produzzjoni li qegħdin nistennew u dan nerġa' nikkonfermah.", "Meta wieħed janalizza fejn saru u kif saru l-profitti, isib li r-rata ta' produzzjoni li nistennew li tkun ħaġa normali fix-xogħol tat-tarzna għadna lura milli nilħquha.", "Il-fatt li lħaqna t-turnover ma jfisser xejn għajr li begħna daqshekk.", "Il-fatt illi lħaqna l-marġini ta' profitti li konna qegħdin nistennew ma jfissirx li lħaqnihom bis-saħħa ta' produzzjoni ogħla għax tista' tilħaqhom b'diversi metodi oħra fosthom, kif ġara, bit-tnaqqis ta' spejjeż diretti u indiretti.", "Sfortunatament għadna lura milli nilħqu ċertu livell ta' produzzjoni kemm direttament kif ukoll indirettament.", "Waħda mill-isfidi li għandha quddiemha t-tarzna, kif għandha kull tarzna oħra, hi li tnaqqas il-fixed costs tagħha.", "Jekk il-fixed cost se jibqa' kif inhu, se jkollna problemi kbar biex nilħqu t-target tal- profittabilita'.", "Ir-realta' hi li x-xogħol tat-tarznari llum huwa ċikliku.", "M'għandekx xogħol biżżejjed biex tħaddem lil kulħadd matul is-sena kollha u dan jimponi li jkollok ċerti skills għal perijodi limitati ħafna, kif diġa' qed naraw.", "Dan ifisser li jekk trid tagħmel profitt, huwa inevitabbli li taħdem b'contracted labour jew part-time labour.", "Ifisser ukoll li ma tistax taffordja li jkollok ammont ta' nies impjegati full-time meta f'ċertu żmien tas-sena m'għandekx xogħol għalihom.", "Ifisser ukoll li jridu jinbidlu l-metodi ta' kif naħdmu bihom, Sur President.", "Is-sena l-oħra, per eżempju, it-tarzna ħarġet call for applications biex timpjega xi 40 apprendist - għax hemm numru ta' skills li għandna bżonnhom u huma neqsin – iżda mbagħad ma ssibx lil min irid jidħollok apprendist.", "Jiġifieri għandek żewġ problemi fit-tarzna għax hemm ċerti areas li huma overmanned u għalhekk lil dawn irridu nsibulhom xogħol matul is-sena - għax dawn ma tistax tħaddimhom għax ma jkunx hemm xogħol għalihom, għax anke l- iskills qed jinbidlu - filwaqt li għandek bżonn ta' ċerti skills ġodda u mhux qed inħajru żgħażagħ, possibbilment minħabba l-ambjenti li hemm fit- tarzna, biex jidħlu għall-apprendistat.", "Jiġifieri din hija sfida ta' industrija li qiegħda tinbidel b'rata mgħaġġla u sfida wkoll li għandu pajjiżna li t-tip ta' xogħol li jsir fit-tarzna jrid jinbidel ukoll.", "Per eżempju, illum vapur li għandu bżonn mechanical repairs ma jħallilekx qligħ.", "Iħalli qligħ biss dak it-tip ta' xogħol li jsir fuq l-LNG tankers, per eżempju, li bdejna naħdmu fuqhom, fejn trid speċjalizzazzjonijiet ġodda, fejn trid taħdem b'high-end engineering mhux kif konna naħdmu fl- antik.", "Jiġifieri t-tarzna hija sfida li qed tiffaċċa l-manifattura kollha f'Malta bħalissa, Sur President.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Sur President, il-Ministru qal li t-tarznari jridu jkunu aktar attenti u aktar attivi biex itejbu l-produttivita' tagħhom fis- suq tal-large yacht industry.", "Jista' jgħid x'kordinazzjoni qed issir bil- għan li l-ħaddiema tat-tarzna u oħrajn jiżviluppaw aktar il-ħiliet tagħhom f'din is-sengħa partikolari?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ma nistax nifhem x'kordinazzjoni trid issir.", "It- tarzna ovvjament tittrenja l-ħaddiema tagħha - forsi hawnhekk għandna xi nuqqasijiet, anke fuq livell ta' management - pero' il-problema vera hija l- adaptation ta' skills li jrid ikun hemm.", "L-isfortuna hi - anke jekk wieħed iħares lejn l-isfidi partikolari li għandhom it-tarznari barra minn Malta - li inti trid dejjem iċċaqlaq minn sitwazzjoni ta' inflessibbilta' għal sitwazzjoni ta' flessibbilta' totali.", "Waqt li l-collective agreement ovvjament jagħti din il-flessibbilta' ...", "Hawn jien irrid nikkonstata li wara li spiċċajna d-diskussjonijiet mal-GWU matul is-sena l-oħra, l-atmosfera industrijali fit-tarzna mxiet 'il quddiem b'mod rimarkevoli u qed isiru t-tibdiliet.", "Pero' nibqa' nenfasizza l-bżonn li kulħadd jirrealizza, speċjalment il-ħaddiema tat-tarzna, li għadna ma wasalniex fejn irridu naslu.", "L-isfida tagħna hi li dak li kien tajjeb fil- passat m'għadux tajjeb illum.", "Illum ħaddiem fit-tarzna jrid ikollu flessibbilta' totali u jrid ikun jaf xi tlieta jew erba' skills differenti.", "Li ħaddiem joqgħod jiddependi minn ħaddiem ieħor biex jagħmel ċertu xogħol huwa lussu li m'għadux jeżisti.", "Biex illum inkunu produttivi jrid ikollna l-multi-skilling li għadu ma bediex biżżejjed fit-tarzna - kultant tort tal-management ukoll - pero' mexjin lejn din it-triq fejn il-flessibbilta' trid tkun il-prinċipju kardinali tax-xogħol.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Azzopardi.", "ONOR.", "JASON AZZOPARDI: Il-Ministru għadu fiduċjuż li s-sussidji jkunu spiċċaw u li t-tarznari jkunu viabbli sa l-2008?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Inkunx fiduċjuż jien jew le ma naħsibx li huwa tant importanti, imma li nista' ngħid hu li s'issa dan it-target ilħaqnih.", "Nawgura li nkomplu f'din it-triq, pero' is-sena 2006 hi challenging ħafna u se jkollna bżonn il-koperazzjoni u l-impenn ta' kulħadd biex it-tibdiliet li bdejna nkomplu bihom, Sur President.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Peress li minn dak li qegħdin nisimgħu qisu l- ħaddiema huma l-problema fit-tarznari, jikkonferma l-Ministru li sal-lum il- management jew il-gvern għadhom ma kkomunikawx f'dak li l-Ministru qed isejjaħ flessibbilta', sija mal-unions u sija mat-tarznari tagħna, x'hemm bżonn biex il-ħaddiema jitħarrġu u jkunu accountable fil-ħiliet tagħhom ħalli jaħdmu fil-large yacht industry?", "Sal-lum la l-unions u lanqas il- ħaddiema għadhom ma jafu kemm it-tarzna se jkollha bżonn ħaddiema mħarrġa f'dan il-qasam, Sur President.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-ewwelnett jiena ma tajt l-ebda impressjoni li kollox huwa tort tal-ħaddiema, anzi jiena faħħart lill-ħaddiema u għedt li r-riżultati lħaqnihom, speċjalment wara li spiċċajna d-diskussjonijiet mal- GWU dwar it-tibdil li kellna bżonn nagħmlu fil-collective agreement u kellna żmien twil mingħajr problemi industrijali.", "Safejn naf jien lill-ħaddiema faħħarthom għalkemm lanqas ma rrid nilludihom, kif isir ħafna drabi min-naħa l-oħra tal-Kamra, billi nġegħilhom jaħsbu li m'għandniex sfidi quddiemna.", "L-isfidi l-ħaddiema jridu jiffaċċawhom u ħadd aktar - u meta nsemmi l-ħaddiema nkun qed nirriferi mis- CEO sa l-iżgħar ħaddiem li hemm – u dawn kollha flimkien iridu jaħdmu.", "Pero' lill-poplu Malti u lill-ħaddiema nkunu qed ngħadduhom biż-żmien jekk nipprovaw nagħtu l-impressjoni li għax is-sena l-oħra u din is-sena lħaqna t-targets, dawn se nilħquhom ukoll is-sena d-dieħla jew li mhux se jkollna bżonn inkomplu nagħmlu t-tibdil, Sur President.", "It-tieni, m'hemm l-ebda sezzjoni li jisimha large yacht industry.", "It-tarzna hija mpenjata li taħdem fuq super yachts li m'għandhom x'jaqsmu xejn ma' large yachts.", "Mal-GWU qatt ma kellna argument dwar kemm għandna bżonn nies fuq is-super yachts.", "Is-sezzjoni taħdem bin-nies li għandha bżonn, skond ix-xogħol li jiġi kkuntrattat u ħafna mix-xogħol bilfors trid tikkuntrattah barra minn Malta.", "L-ispray painting, per eżempju, huwa xi ħaġa speċjalizzata ħafna u huwa kkuntrattat mill-yacht owner direttament, jiġifieri lanqas isir minn Malta stess.", "Aħna m'għandna assolutament l-ebda argument mal-union dwar kemm għandu jkun hemm jew m'għandux ikun hemm nies.", "Anzi li għandna nagħmlu hu li niżguraw li ma noqogħdux nidħlu fis-sistemi l-antiki fejn biex nagħmlu biċċa xogħol, ridna bilfors seba' min-nies.", "Biex illum it-tarzna tassigura xogħol lil kulħadd trid tibqa' miexja fuq il-linji ta' riforma li rnexxielna nagħmlu f'dawn is-sentejn u rridu nkomplu sa l-2008 biex niżguraw profittabilita'.", "Irridu niftakru u nerġgħu nfakkru lil kulħadd illi l-futur tat-tarzna jiddependi milli jsir il-profitt u mhux kif jgħid il-partit Laburista, li nkomplu nagħtuha s-sussidji.", "Li tkompli twiegħed is-sussidji lit-tarzna hija l-agħar politika, mhux għall-pajjiż biss imma għall-ħaddiema stess.", "Għax b'hekk tkun qed tagħti l-illużjoni li l-ewwelnett tista' tagħti s-sussidju wara l-2008, meta dan ma tistax tagħmlu, u t-tieni, naħsbu illi l-politika ta' sussidji hija politika viabbli għal dan il-pajjiż.", "Dan il-pajjiż ma jistax jibqa' għaddej b'politika li tissussidja l-ineffiċjenza.", "Ċertament il-gvern Nazzjonalista jippreferi li dawn il-problemi jiffaċċahom u jipprova jsolvihom, milli jilludi lil xi ħadd li jista' jagħmel affarijiet li huma impossibbli u llegali li jsiru, Sur President.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Għalkemm il-Ministru m'huwiex qed iwaħħal fil- ħaddiema, qed jgħid li l-produttivita' tagħhom għadha lura.", "Għadha lura f'dak li huwa taħriġ sabiex dawn in-nies ikollhom ħiliet aktar ġodda quddiem l-isfidi li ġejjin, jew għax mhux qed ikun hemm il-flessibbilta'?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Hemm diversi raġunijiet għala r-rata ta' produttivita' ma tintlaħaqx u hawnhekk impossibbli li wieħed jidħol fihom kollha.", "B'mod regolari jsiru laqgħat bejn il-management tat-tarzna u l-GWU f'livelli differenti - jidhirli li darba kull ġimgħatejn - u jiddiskutu flimkien il-problemi li jiffaċċjaw.", "Parti minnha ċertament ġejja mill-fatt li għandek sezzjoni ta' nies li għad għandhom mentalita' antika.", "Per eżempju, nismagħhom jgħidu li qabel kien hemm grad li kien jissejjaħ titular.", "Kull ħaġa li kien ikollhom bżonn kienu jibagħtu għal dan it-titular.", "Illum, minkejja li spiċċaw dawn il- gradi kollha u għandek biss ħames gradi fit-tarzna, ħafna nies għadhom jaħdmu b'mod antik, fejn joqogħdu jistennew li jiġi xi ħadd biex iġorr xi pipe jew biex jagħmel xi xogħol ieħor ħalli huma jkunu jistgħu jkomplu warajh.", "Imbagħad hemm l-estrem l-ieħor, fejn waħda mir-riformi prinċipali li kellna ndaħħlu kienet il-multi-skilling, fejn electrician tradizzjonali tittrenjah biex jaħdem fuq il-plumbing jew fuq l-electronics, li mil-lat ta' management dawn l-affarijiet għadhom ma daħħluhomx.", "Hemm problemi wkoll fuq livell ta' management.", "Hemm wisq middle managers – anke dawn rrappreżentati mill-GWU wkoll – u jien ngħid li din hija waħda mill- problemi li jeżistu fit-tarzna, li l-GWU tirrappreżenta kemm lill-managers kif ukoll lill-ħaddiema.", "Jiena ngħid li din toħloq problema, Sur President.", "Qed ngħid hekk għax naf li hemm ħafna middle managers li sfortunatament ma ġewx ittrenjati biex jimmaniġġaw u allura jibżgħu jimmaniġġaw.", "Jiġifieri għad hemm diversi problemi li qegħdin iżommu r-rati ta' produzzjoni li nixtiequ naraw milli jitilgħu.", "Pero' din hija problema li qed tiġi ffaċċata minn kulħadd u lanqas teżisti fis-sections kollha.", "Jiena nara rapporti fejn daħlu 90% tar-riformi li kienu previsti u f'sections oħra forsi daħlu biss 30%.", "Jiġifieri filwaqt li hawnhekk nagħmlu diskursata kultant fuqha u niġġeneralizzaw, ma rridx niġġeneralizzaha jiena.", "Pero' b'mod ġenerali u minkejja dawn id-diffikultajiet kollha, f'dawn is-sentejn kollha lħaqna t-targets finanzjarji li ridna nilħqu.", "Qed nenfasizza li s-sena d-dieħla se tkun sena partikolarment diffiċli - u din tafha l-union ukoll - l-ewwelnett għax għandna pressures esterni ...", "Illum il-Kroazja u t-Turkija ħadu x-xogħol l-antik li aħna kellna ta' ship repair u ma nistgħux nikkompetu iktar magħhom.", "Fil-Kroazja lill-welders iħallsuhom terz li nħallsu aħna hawn Malta u fit-Turkija jħallsuhom anke inqas.", "Jiġifieri x-xogħol tagħna qed jinbidel.", "Irridu mmorru up the value chain u nkunu iktar soffistikati fix-xogħol li nippruvaw nattiraw lejn Malta.", "It-tieni, l-uniku mod kif nagħmlu dan m'huwiex billi nżidu sempliċement ix- xogħol, imma rridu ntejbu r-rata ta' produzzjoni biex inkabbru l-marġini ta' profitt li qegħdin nagħmlu.", "Jekk din is-sena se nkunu attirajna Lm18 miljun f'turnover, nistgħu s-sena d-dieħla nattiraw Lm20 miljun.", "Pero' jekk minn dawk l-Lm20 miljun ir-rata ta' profitt tkun ta' 2%, m'aħniex imbagħad se nagħmlu l-bottom line.", "Li rridu nagħmlu hu li nattiraw Lm15-il miljun minflok Lm20 miljun, pero' ir-rata ta' profitt tagħna ma tkunx ta' 2% imma tkun ta' 10%, per eżempju.", "U biex nagħmlu hekk iridu jkunu biss il- productivity ratios li jkabbru l-profitti li nistgħu nagħmlu.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Evarist Bartolo, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Kemm qed iġġib ħaddiema t-tarzna ta' Malta minn pajjiżi bħall-Bulgarija bħalissa?", "Il-fatt li dawn il-ħaddiema qegħdin jitħallsu b'rata iktar baxxa minn ħaddiema Maltin qed jaħbi l-viabilita' tat-tarzna?", "Jiġifieri l-viabilita' tat-tarzna hija marbuta ma' l-użu ta' dawn il-ħaddiema?", "Kemm hu għaqli li mhux qed isir investiment għat-tiġdid teknoloġiku tat-tarzna u għat-tiġdid ta' ħaddiema lokali, bir-reklutaġġ ta' apprendisti, peress li aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar qed tikber l-average age u qed tixjieħ it-teknoloġija u qed tixjieħ il-workforce?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-ewwel parti diġa' rrispondejtha.", "Din is-sena għamilna tentattiv biex indaħħlu 40 apprendist.", "Morna l-ETC, bagħtulna n- nies, ħriġna l-adverts fil-gazzetti, ġew sitta u baqgħu tnejn.", "L-ewwelnett dan m'huwiex xogħol li jattira żgħażagħ Maltin.", "Aħna nippruvaw, pero' b'daqshekk m'intix se ssolvi l-problema li qed iqajjem l-Onor.", "Bartolo.", "Illum il-workforce full-time qed tonqos - qed nitkellem fuq trends dinjin fit-tarznari - u t-tarznari qed jaħdmu b'nies contracted jew part-time.", "Allura x'jiġri?", "Tidħollok biċċa xogħol fejn għandek bżonn 80 welder u 90 pipe worker, per eżempju, pero' dawn għandek bżonnhom għal perijodu qasir għax m'għandekx dan it-tip ta' xogħol b'mod kostanti u għalhekk trid il-contracted labour.", "Għal viabilita' u l-profittabilita' tat-tarzna - issa din tmur kontra l- mentalita' normali li għandna f'dan il-pajjiż - iktar ma tuża contracted labour kontra impjiegi full-time ...", "Għax ix-xogħol m'huwiex dejjem kostanti bħal meta fit-turiżmu għandek is-seasonality ..... jifhimni mill- ewwel l-Onor.", "Bartolo li hotels jimpjegaw part-time fis-sajf jew contracted labour fis-sajf li ma nużawx fix-xitwa.", "Fit-tarzna għandna l-istess problema, Sur President.", "Ikollok tip ta' xogħol, conversion ta' cruiseliner, per eżempju, fejn għandek bżonn ħafna skills differenti għal perijodu żgħir ta' żmien, pero' m'għandekx bżonnhom iktar matul is-sena u allura you have to contract labour.", "Jiġifieri jekk it-tarzna tagħna tmur għal ħaddiema Bulgari, dan ma tagħmlux għax tħallashom inqas fir-realta' imma għax lanqas issib Maltin li jaħdmu f'dak it-tip ta' xogħol, fil-privat jew għal rashom, biex timpjegahom għal xahar.", "Kieku inti tista' tagħti kuntratt lil xi ħadd Malti tagħmlu bil-qalb kollha, pero' ma ssibx Maltin li jaħdmulek għal perijodu żgħir ta' żmien.", "U t-tarzna se tibqa' taħdem hekk.", "Iktar ma nispeċjalizzaw, iktar se nibqgħu għaddejjin b'din it-tip ta' ħaġa.", "Għax f'tarzna qatt ma tista' tiggarantixxi li jkollok l-istess tip ta' xogħol matul is-sena kollha.", "U iktar ma nissoffistikaw u nispeċjalizzaw fit-tip ta' servizzi li nagħtu - li ma jibqgħux ġeneralizzati bħal mechanical repairs jew steelwork - iktar se jkollna mmorru għal contracted labour.", "Tipikament xogħol ieħor huwa fis-super yachts.", "L-ispray painting tas-super yachts mhux xi ħaġa li tokkorrilek darba fix-xahar imma forsi tagħmilha darba jew darbtejn fis-sena.", "Allura dak ix-xogħol tikkuntrattah trid u ma jistax ikollok crew ta' nies speċjalizzati biex matul is-sena mbagħad ma jagħmlu xejn.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-Mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti u nsejjaħ lill-Viċi Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "TONIO BORG (Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tabella li turi l-għadd u n-nazzjonalita' ta' persuni li ngħataw ċittadinanza Maltija matul l-2005, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 15796; u", "f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impiegi nqiegħed fuq il- mejda tal-Kamra:", "Lista tal-pajjiżi minn fejn ġejjin persuni li għandhom permess jaħdmu Malta, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 15795; u", "Lista tas-suġġetti li jgħallmu t-teachers li se jirtiraw bl-eta', bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 16644.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Ninu Zammit.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura): Mr Speaker, f'isem il-Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni nqiegħed fuq il- mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali 16 ta' l-2006 – Cosmetic products (amendment) regulations, 2006;", "Avviż Legali 17 ta' l-2006 – Air Navigation (amendment) Order, 2006;", "Tagħrif dwar l-awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-ministru għall-kompetittivita' u komunikazzjoni, kif ukoll dwar diretturi u membri tal-bord ta' kull waħda minnhom, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 16609;", "Tabella li turi l-impjegati ġodda li ddaħħlu matul is-sena 2005 mad- dipartimenti u enti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-ministru għall- kompetittivita' u komunikazzjoni, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 16613; u", "f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent inqiegħed fuq il- mejda tal-Kamra:", "Tabella li turi l-prezz medju tal-majjal frisk fl-ewwel disa' xhur ta' bejn l-2001 u l-2005, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 16299.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Austin Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali 18 ta' l-2006 – Regolamenti ta' l-2006 li jemendaw ir- regolamenti fuq il-provvista ta' l-elettriku; u", "Tabella li turi l-ammont ta' overtime u allowances li tħallsu ħaddiema taż-żewġ tarznari fis-snin 2003, 2004 u 2005, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari 14160.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjoniijet?", "Insejjaħ lill-Viċi Prim Ministru.", "MOZZJONIJIET", "APPROVAZZJONI TA'", "L-OMBUDSPLAN GĦAS-SENA 2006", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, nipproponi:", "Illi wara li l-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra ra l-Ombudsplan ippreżentat mill-Ombudsman għas-sena 2006, li kopja tiegħu tpoġġiet fuq il- Mejda tal-Kamra fis-Seduta tas-26 ta' Settembru 2005;", "Wara li sema' l-ispjegazzjonijiet mogħtija mill-Ombudsman personalment fuq il-kummenti kollha li saruli fil-laqgħa ta' l-istess Kumitat li saret fit- 18 ta' Jannar 2006;", "Wara li t-traskrizzjoni ta' dawn il-laqgħat ġiet ċirkolata lill-Membri tal- Kamra tad-Deputati; u", "Wara r-rakkomandazzjoni li saret mill-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal- Kamra;", "Il-Kamra tad-Deputati tapprova l-Ombudsplan kif ippreżentat.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO (Ministru għall-Affarijiet Barranin): Nissekonda.", "MR SPEAKER: Se npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi li l-Mozzjoni kif imressqa u moqrija mill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "APPROVAZZJONI TA' L-ESTIMI TA' L-UFFIĊĊJU NAZZJONALI TA' L-AWDITUR ĠENERALI GĦAS-SENA 2006", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, nipproponi illi:-", "Wara li l-Kumitat tal-Kontijiet dwar l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika ra l-Estimi ta' l-Awditur Ġenerali għas-sena 2006;", "Wara li sema' l-ispjegazzjonijiet mogħtija mill-Awditur Ġenerali personalment fuq il-kummenti kollha li sarulu fil-laqgħa ta' l-istess Kumitat li saret fis-17 ta' Jannar, 2006;", "Wara li t-traskrizzjoni ta' din il-laqgħa ġiet ċirkolata lill-Membri tal- Kamra tad-Deputati; u", "Peress li l-Kumitat dwar l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika b'mod unanimu rrikkmanda li l-estimi għandhom jiġu approvati kif imressqa;", "Il-Kamra tad-Deputati għalhekk tapprova dawn l-estimi kif imressqa u kif approvati mill-Kumitat dwar l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Se npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi li l-Mozzjoni kif imressqa u moqrija mill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "RIŻOLUZZJONI DWAR IL-ĦRUĠ TA' ORDNI MILL-PRIM MINISTRU IN KONNESSJONI MAR- RATIFIKA TAT-TRATTAT TA' ADEŻJONI BEJN L-ISTATI MEMBRI TA' L-UNJONI EWROPEA U R-REPUBBLIKA TAL-BULGARIJA U R-RUMANIJA", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO (Ministru għall-Affarijiet Barranin): Mr Speaker, f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi nipproponi li:-", "Peress li wara li saru n-negozjati bejn l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija ġie ffirmat Trattat ta' Adeżjoni bejn l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal- Bulgarija u r-Rumanija fil-Lussemburgu fil-25 ta' April 2005;", "Peress illi dan it-Trattt jinħtieġ li jiġi ratifikat mill-partijiet kollha sabiex jiġi fis-seħħ;", "Peress illi bis-saħħa tas-subartikolu (2) ta' l-artikolu 2 ta' l-Att dwar l- Unjoni Ewropea (Kap. 460), il-Prim Ministru jista' jagħmel Ordni sabiex trattat speċifikat fl-ordni jitqies bħala ħaġa waħda mat-Trattat ta' Adeżjoni ta' Malta ma' l-Unjoni Ewropea;", "Peress illi l-istess subartikolu jipprovdi li l-ebda Ordni bħal din ma tista' ssir qabel ma abbozz ta' l-istess ikun approvat b'riżoluzzjoni tal- Kamra;", "Peress li l-Prim Ministru beħsiebu joħroġ ordni kif fuq imsemmi li abbozz tiegħu qiegħed jiġi anness ma' din ir-riżoluzzjoni;", "U peress illi s-subartikolu (2) ta' l-artikolu 2 ta' l-Att dwar l-Unjoni Ewropea jipprovdi li tali riżoluzzjoni għandha tiġi l-ewwel sottomessa għall-eżami mill-Kumitat Permanenti għall-Affarijiet Barranin (jew dak il- Kumitat Permanenti li minn żmien għall-ieħor jissostitwixxi l-istess Kumitat);", "Peress illi l-istess subartikolu jipprovdi wkoll illi l-Kumitat Permanenti għall-Affarijiet Barranin għandu jiltaqa' fi żmien ħmistax-il jum minn meta tkun ġiet intavolata l-mozzjoni f'liema terminu għandu jsir rapport lill- istess Kamra dwar il-mozzjoni u d-diskussjoni dwarha f'dak il-Kumitat mill- President tiegħu, u l-Kamra għandha mal-preżentazzjoni ta' dak ir-rapport tipprovdi minnufih biex tivvota fuq il-mozzjoni mingħajr diskussjoni;", "Peress illi fil-25 ta' Ottubru 2005 il-Prim Ministru ta avviż ta' din il- mozzjoni li ġiet sottomessa għall-eżami u ġiet eżaminata u dwarha sar rapport mill-President tal-Kumitat Permanenti għall-Affarijiet Barranin kif fuq indikat;", "Għalhekk issa din il-Kamra tirriżolvi li tawtorizza l-ħruġ ta' l-Ordni mill- Prim Ministru li l-abbozz tagħha jinsab anness ma' din ir-riżoluzzjoni.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Nifhem li l-ħin għad-diskussjoni se jinqasam ugwalment bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra.", "Rimarki?", "Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Mr Speaker, qegħdin niddiskutu r-ratifika tat- trattat li ġie ffirmat bejn l-istati membri ta' l-Unjoni Ewropea u r- Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija.", "Issa ladarba din tkun irratifikata mill-pajjiżi kollha, naturalment salv il-klawsola inkluża fit-trattat ta' adeżjoni li ġie ffirmat fil-25 ta' April, 2005, dawn iż-żewġ pajjiżi se jkunu jistgħu jsiru membri sħaħ ta' l-Unjoni Ewropea.", "Din tpoġġi quddiem għajnejna r-realta' ta' dawn iż-żewġ pajjiżi u tpoġġi wkoll quddiem għajnejna r-realta' ta' x'inhi l-Unjoni Ewropea u l-mod ta' kif għandha tikber fil-futur.", "L-Unjoni Ewropea qiegħda tfittex li jkollha t-tkabbir ħalli tkompli fil-proċess tagħha ta' integrazzjoni Ewropea.", "Malta bħala membru sħiħ ta' l-Unjoni Ewropea diġa' ffirmat it-trattat ta' adeżjoni fil-25 ta' April, 2005 u issa qegħdin nipproċedu pajjiż pajjiż sabiex issir ir-ratifika ta' dan it-trattat.", "Mr Speaker, kif nafu qabel ma l-Ewropa reġgħet ġiet maqgħuda flimkien, dawn iż-żewġ pajjiżi kienu jifformaw parti minn dik in-naħa ta' l-Ewropa li kienet wara l-purtiera tal-ħadid, jiġifieri dik il-parti ta' l-Ewropa li kienet taħt l-influwenza ta' l-Unjoni Sovjetika.", "Għalkemm dawn il-popli kellhom aspirazzjonijiet għal-liberta', għad-demokrazija u għad-drittijiet tal-bniedem, żgur li ma kenux ir-realta' tagħhom.", "Naħseb li huwa sinifikattiv ħafna mill-punto di vista tal-proċess storiku li naraw dawn iż- żewġ pajjiżi – għaliex illum diġa ffirmaw dan it-trattat - jipparteċipaw bħala osservaturi fil-proċess sħiħ ta' deċiżjonijiet li jittieħdu fl-Unjoni Ewropea.", "Fil-fatt qegħdin naraw lill-ministri u lid-deputati tagħhom jagħtu sehemhom u jsegwu mill-qrib il-metodi li bihom taħdem l-Unjoni Ewropea.", "Madanakollu għadhom fis-sitwazzjoni fejn ma jistgħux jgħidu li huma membri sħaħ.", "Allura dak li qed jiġi mitlub mill-Parlament Malti huwa li jirratifika dan it-trattat u li ngħidu li fil-fehma tagħna, dan it-trattat huwa wieħed ġust u li bih ir-Rumanija u l-Bulgarija jistgħu jifformaw parti mir-realta' ta' l-Unjoni Ewropea.", "Minn hawnhekk jien nixtieq insellem lil dawn iż-żewġ pajjiżi u lill-popli tagħhom għaliex dawn huma popli Ewropej li għaddew minn ħafna diffikultajiet, huma popli li rnexxilhom joħorġu mid- diffikultajiet tagħhom u mill-esperjenzi diffiċli ta' dittatorjat li kellhom.", "Illum dawn iż-żewġ pajjiżi daħlu fl-esperjenza demokratika u qegħdin iħaddmuha b'ċertu livell li fl-Unjoni Ewropea - u jien naderixxi ma' dan il- ħsieb ukoll - daħal il-konċett li dawn il-pajjiżi mhux biss kienu eliġibbli sabiex jibdew id-diskussjonijiet magħhom, imma li huma pajjiżi eliġibbli biżżejjed sabiex jingħalqu d-diskussjonijiet u li magħhom jiġi ffirmat dan it-trattat.", "Dawn il-pajjiżi m'humiex biss pajjiżi mil-lvant ta' l-Unjoni Ewropea, imma huma wkoll pajjiżi marittimi li għandhom żbokk fuq il-Baħar l-Iswed, li kif nafu huwa magħqud permezz tal-Bosforous mal- baħar Meditterranju.", "Allura għandhom ukoll tradizzjoni marittima bħalma għandu pajjiżna.", "Għaldaqstant minn dan il-lat żgur li anke dawn iż-żewġ pajjiżi se jkollhom din il-perspettiva ta' pajjiż li jħares lejn l-aspett marittimu bħalma għandna aħna fi ħdan l-Unjoni Ewropea.", "Dawn huma żewġ pajjiżi li qegħdin ifittxu li jieħdu l-aħjar vantaġġ mis-sħubija ta' l-Unjoni Ewropea, żewġ pajjiżi li qed ifittxu li l-popli tagħhom imexxuhom 'il quddiem u li jgħollulhom il-livell ta' l-għajxien tagħhom.", "Huma pajjiżi li f'dan il- proċess qed ifittxu wkoll li jsaħħu d-demokrazija u l-libertajiet li kienu rebħu wara li waqa' l-ħajt ta' Berlin u wara li spiċċat id-diviżjoni fl- Ewropa.", "Mr Speaker, l-ewwel osservazzjoni tiegħi hija li Malta għandha tilqa' lill- Bulgarija u lir-Rumanija bħala pajjiżi ħielsa, pajjiżi demokratiċi u pajjiżi li qegħdin iħarsu lejn l-Unjoni Ewropea bħal dik l-unjoni li tista' ssaħħilhom il-prosperita' tagħhom, li tgħinhom sabiex jiżviluppaw u jilħqu mal-bqija ta' l-Ewropa.", "Qegħdin iħarsu lejn l-Unjoni Ewropea anke bħala dik l-esperjenza u bħala dik l-unjoni li tista' ssaħħilhom id-demokrazija, il-ħarsien tal-liġi u d-drittijiet tal-bniedem fis-soċjetajiet tagħhom.", "Naħseb li din hija wkoll xi ħaġa li se twassalna sabiex nirriflettu fuq kif fi żmien daqshekk qasir, l-Ewropa diviża f'żewġ kampi daqshekk b'saħħithom, b'daqshekk konflitt ma' xulxin u li ħolqu tant tensjoni fl-Ewropa, illum insibu Ewropa li miexja aktar lejn integrazzjoni u lejn Ewropa magħquda.", "Għaldaqstant id-diskussjoni li għandna f'din il-Kamra hija diskussjoni marbuta mal-fatt li qed inħarsu lejn ir-realta' sħiħa ta' l-Unjoni Ewropea bħala dak il-mutur li bih se jkun hemm aktar integrazzjoni ta' Ewropa bla diviżjonijiet.", "Hija realta' li meta tiġi biex tagħmel dan id-dibattitu tintlaqat aktar minn qatt qabel għaliex din hija espressjoni oħra ta' kif qegħdin nerġgħu nirrijunifikaw l-Ewropa.", "Dan il-kontinent li kien tant mifni bi gwerer, b'tant diviżjoni u li għadda minn tant diffikultajiet, qiegħed jerġa' jingħaqad bil-mod il-mod - din id-darba mhux taħt xi imperu jew taħt xi forza militari – f'integrazzjoni ħielsa u volontarja f'unjoni ta' popli u ta' stati.", "Irridu ngħidu wkoll li l-Kummissjoni Ewropea għadha għaddejja bil-moniteraġġ tal-progress fil-preparazzjonijiet li qed jagħmlu dawn iż- żewġ pajjiżi għall-isħubija tagħhom, kif fil-fatt huwa mniżżel fl-accession treaty tal-25 ta' April, 2005.", "Għalhekk wieħed irid ikompli jsegwi dan ix- xogħol li qiegħed isir, sabiex imbagħad, għal nofs din is-sena l- Kummissjoni Ewropea għandha tirrapporta fuq jekk għandux ikun hemm l- adeżjoni b'mod immedjat jew inkella hemmx bżonn li dik l-adeżjoni tiġi ttardjata għal xi ftit ħalli hija tkun tista' tara jekk l-affarijiet tlestewx għall-isħubija.", "Mr Speaker, huwa tajjeb li nagħmlu din il-konsiderazzjoni għaliex l-Unjoni Ewropea, aktar minn qatt qabel tinsab konxja li rridu nsaħħu l-valuri u l- livell ta' regolamentazzjoni u ta' metodu ta' gvernar li jeżisti fost il- pajjiżi kollha.", "L-Unjoni Ewropea m'għandhiex il-konċett li b'xi mod trid tbaxxi l-livell ta' gvernar li tesiġi mill-membri tagħha kollha sabiex iddaħħal membri ġodda.", "Naħseb li huwa tajjeb li nħarsu lejn membri ġodda sabiex jidħlu fl-Unjoni Ewropea, pero' għandna nżommu b'saħħtu t-twemmin tagħna, il-valuri u l-istandards tagħna għar-rigward ta' kif pajjiż għandu jiġi ggvernat, dwar ir-rule of law, dwar il-metodu ta' kif jitħarsu d- drittijiet taċ-ċittadini, dwar il-livell tal-proċessi demokratiċi u dwar kif għandhom jiġu sodisfatti l-kriterji kollha ta' Copenhagen, li huma l- kriterji li jmexxuna f'din il-materja.", "Naturalment din m'hijiex xi ħaġa li tgħodd biss għal dawn iż-żewġ pajjiżi li qed ifittxu li jsiru membri ġodda ta' l-Unjoni Ewropea, imma tgħodd għal kull pajjiż ieħor li jista' jikkontempla li jsir membru fl-Unjoni Ewropea.", "Naħseb li f'dan ir-rigward, waħda mill-affarijiet li rridu nżommu quddiem għajnejna hija li hemm pajjiżi oħra li qegħdin ifittxu li jsiru membri ta' l-Unjoni Ewropea.", "Għalhekk anke ma' dawn il-pajjiżi jrid isir il-moniteraġġ neċessarju u kontinwu sabiex ikun hemm iċ-ċertezza morali u legali li dawn il-pajjiżi se jżommu mal-livell li titlob l-Unjoni Ewropea għaċ-ċittadini tagħha kollha.", "Nafu li fil-pipeline hemm id-diskussjonijiet mal-Kroazja u mat-Turkija.", "Nafu wkoll li hemm pajjiżi oħra bħal dak tal-Maċedonja li ġew aċċettati bħala pajjiżi kandidati.", "Allura nafu li hemm din il-perspettiva Ewropea għall-parti kollha ta' l-Ewropa u tal-Mediterran, li qed tħares lejn sħubija fl-Unjoni Ewropea.", "Mr Speaker, dan qiegħed ukoll jitfa' quddiem għajnejna l-issue tat-tkabbir ta' l-Unjoni Ewropea.", "Issa m'iniex qiegħed nirriferi biss għal dawn iż- żewġ pajjiżi li qed nitkellmu fuqhom għaliex it-tkabbir tagħhom huwa ċċertifikat u fuq dawn il-pajjiżi diġa' hemm il-ftehim u qegħdin fil- proċess tar-ratifika.", "Hawnhekk qiegħed nirriferi wkoll għal dawk il- pajjiżi l-oħra, b'mod partikolari l-Kroazja, it-Turkija, il-Maċedonja u anke l-pajjiżi tal-Balkani li qed iħarsu lejn il-perspettiva Ewropea.", "Nemmen li jekk irridu stabilita' u paċi fl-Ewropa ma nistgħux ngħidu li dan il-proċess ta' l-Unjoni Ewropea huwa magħluq.", "Issa li sirna membri ta' l- Unjoni Ewropea ma nistgħux ngħidu x'limitu għandu jkun hemm bħala membri fl- Unjoni Ewropea u ma nistgħux ngħidu li issa daħlu biżżejjed nies u allura nistgħu nieqfu hawn.", "Naturalment hemm min fl-Unjoni Ewropea jħoss li t-tkabbir li sar huwa tkabbir kbir u li allura għandna nnaqqsu t-tempo ta' kif dan it-tkabbir jista' jkompli.", "Fil-fatt din kienet waħda mid-diskussjonijiet li qamet kemm fl-Olanda kif ukoll fi Franza waqt id-diskussjoni fuq it-trattat kostituzzjonali.", "Nafu li dak it-trattat kostituzzjonali ma ġiex approvat minn dawn iż-żewġ pajjiżi.", "Din hija wkoll waħda mill-konsiderazzjonijiet li tqajmet meta ġiet diskussa t-talba tal-Maċedonja għal sħubija fl-Unjoni Ewropea.", "Kien hemm ukoll min argumenta jekk l-Unjoni Ewropea għadhiex kapaċi tassorbi dawn il-bidliet kollha f'daqqa.", "Fil-fehma tiegħi, ma nistgħux ngħidu li l-bieb issa huwa magħluq.", "Dan mhux biss ikun żball storiku imma anke żball politiku għaliex il-perspettiva Ewropea hija perspettiva importanti għal ħafna pajjiżi sabiex jiksbu l-paċi u l-istabilita'.", "Jekk inħarsu lejn il-pajjiżi tal-Balkani huwa ċar li l- perspettiva Ewropea hija dik li sservi ta' siment li jżomm l-istabilita' u li tagħti viżjoni ta' sħubija fl-Unjoni Ewropea li biha dawn il-pajjiżi jistgħu jsibu paċi ma' xulxin, li jsibu l-metodu ta' kif jgħixu flimkien fil-paċi u fis-sliem, bħalma sabu pajjiżi li fl-istorja kienu tant għedewwa ta' xulxin fl-Ewropa tal-punent.", "Mr Speaker, nafu li din hija esperjenza li ġrat fl-istorja tagħna.", "Jekk immorru ftit lura fl-istorja kellna lill-Franza, lill-Ġermanja, lill- Ingilterra u lill-Italja li kienu jitqabdu ma' xulxin fi żmien il-gwerra pero' flimkien bnew l-Unjoni Ewropea fil-paċi.", "L-istess perspettiva trid tkun miftuħa wkoll għal dawk il-pajjiżi li llum m'humiex membri ta' l- Unjoni Ewropea imma li jixtiequ jsiru membri.", "Din tgħodd l-aktar għal dawk il-partijiet ta' l-Ewropa li għadhom volatile, dawk il-partijiet fejn kien hemm il-gwerer, dawk il-partijiet fejn saru l-massakri fi żmienna u fejn inqatlu nies innoċenti li sabu ruħhom vittmi ta' ħruxija u ta' krudelta' li żgur ma jagħmlux unur lill-ebda pajjiż jew ċivilta' Ewropea.", "Għalhekk jien qiegħed nara l-proċess ta' sħubija tal-Bulgarija u tar- Rumanija bħala inkoraġġament għal dawk il-pajjiżi l-oħra, fl-istess reġjun, li qed iħarsu lejn il-perspettiva Ewropea u li xi darba anke huma jaslu biex ikunu membri ta' l-Unjoni Ewropea.", "Naħseb irridu nifhmu lkoll li l- opinjoni pubblika fl-Ewropa trid ukoll tassorbi r-realta' ġdida ta' Unjoni Ewropea estiża.", "Nafu li ftit aktar minn sena ilu l-Unjoni Ewropea kienet magħmula minn 15-il pajjiż u llum, din kważi rdoppjat fin-numru u saret magħmula minn 25 membru.", "Issa b'dawn iż-żewġ pajjiżi l-Unjoni Ewropea se tkun magħmula minn 27 pajjiż.", "Għaldaqstant ir-realta' ta' l-Unjoni Ewropea se tkun tbiddlet b'mod drammatiku f'perjodu qasir ħafna.", "Pero' l-miri politiċi ta' stabilita' u paċi fl-Ewropa kienu jitolbu dan il-pass ta' kuraġġ li għamlu l-pajjiżi l- antiki ta' l-Unjoni Ewropea li jaċċettaw f'daqqa dawn il-pajjiżi kollha fi żmien relattivament qasir.", "Fil-fatt meta nħarsu lejn il-mixja ta' l- iżvilupp fit-tkabbir ta' l-Unjoni Ewropea nsibu li kien tassew perjodu qasir ħafna.", "Din il-verita' teżisti b'mod partikolari f'dawk il-15-il pajjiż li ħadmu flimkien sabiex jikbru flimkien.", "Ovvjament dak it-tkabbir kien sar ħafna aktar bil-mod milli kif sar f'dawn l-aħħar ftit snin u xhur.", "Fil-fatt meta l-Maċedonja ġiet aċċettata bħala pajjiż kandidat, issemma l- punt li għalkemm pajjiż jiġi identifikat bħala pajjiż kandidat, dan ma jfissirx neċessarjament li se jibdew in-negozjati miegħu b'mod immedjat.", "Dan ifisser li t-tali pajjiż ġie ċċertifikat li wasal fi stadju ta' żvilupp u allura jkun biżżejjed li jingħata dik li qed ngħidulha l-perspettiva Ewropea.", "Waħda mill-konsiderazzjonijiet li qamet fid-diskussjoni kienet il- konsiderazzjoni tal-kapaċita' li l-Unjoni Ewropea tassorbi t-tkabbir li jmiss.", "Nafu li din il-konsiderazzjoni hija għolja u b'saħħitha wkoll f'ċerti pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari fil-każ tat- Turkija.", "Mr Speaker, il-pożizzjoni ta' Malta fuq it-tkabbir ta' l-Unjoni Ewropea hija pożizzjoni ta' pajjiż li jemmen li dak l-istat u poplu li jkun qed jiżviluppa sabiex isir membru ta' l-Unjoni Ewropea, jingħata dik il- perspettiva Ewropea.", "Dak il-pajjiż għandu jingħata perspettiva Ewropea u għandna nfittxu li l-kontinent Ewropew kollu niġbruh fi strutturi li jaħdmu sabiex iġibu l-paċi, l-istabilita' u l-prosperita' għall-membri tagħha kollha.", "Għalhekk il-pożizzjoni tagħna fuq dan il-punt hija ċara.", "Aħna ma nemmnux fil-bieb magħluq iżda nemmnu li l-bieb għandu jkun miftuħ għal kulmin għandu l-kapaċita' u għal min għandu l-preparazzjoni li jsir membru ta' l-Unjoni Ewropea u li jissodisfa l-kriterji kollha neċessarji sabiex dan isir.", "Il-pożizzjoni ta' Malta hija wkoll l-istess pożizzjoni ta' diversi pajjiżi oħra u anke f'ċerti każi, tal-Kummissjoni, cioe' li kull pajjiż dejjem irid jittieħed fuq il-mertu tiegħu nnifsu.", "Ma nistgħux norbtu l-pajjiżi kollha flimkien imma rridu nħarsu lejn il-kapaċita' individwali ta' kull pajjiż.", "Per eżempju, f'dan il-każ għandna nħarsu lejn il-Kroazja u lejn it- Turkija bħala pajjiżi kandidati u li magħhom infetħu n-negozjati sabiex jidħlu fl-Unjoni Ewopea.", "Għalhekk m'għandniex ngħidu li pajjiż wieħed għandu jwaqqaf lill-pajjiż l-ieħor jekk dan ilesti n-negozjati tiegħu qabel.", "L-assessments li jsiru mill-Unjoni Ewropea għandhom ikunu bbażati fuq ir-realtajiet ta' dak il-pajjiż u allura l-perspettiva Ewropea ta' dak il-pajjiż għandha tkun fuq il-kapaċita' tiegħu li jasal malajr fil- preparazzjoni tiegħu għal sħubija fl-Unjoni Ewropea.", "Mr Speaker, aħna mhux biss konna favur id-dħul tar-Rumanija u tal-Bulgarija imma fi ħdan l-Unjoni Ewropea, Malta ħadet pożizzjoni b'saħħitha favur il- ftuħ tan-negozjati kemm jista' jkun malajr mal-Kroazja.", "U naħseb li ż- żmien tana raġun għaliex konna fost dawk il-pajjiżi li tkellimna fuq l- importanza li mal-Kroazja jinfetħu n-negozjati sabiex issir membru fl- Unjoni Ewropea.", "Dan għidnieh mhux biss għall-mertu tal-Kroazja nnifisha imma anke għall-mertu u għall-perspettiva Ewropea f'dak ir-reġjun kollu.", "Nafu li llum f'dak ir-reġjun għandna s-Slovenja li kienet tifforma parti mill-Jugoslavja, li diġa' tifforma parti mill-Unjoni Ewropea.", "Il-punt li Malta dejjem saħqet fuqu għar-rigward tal-Kroazja huwa dak li aħna nemmnu li l-ftuħ tan-negozjati u d-dħul tal-Kroazja fl-Unjoni Ewropea se jkollu effett fuq il-pajjiżi viċini tiegħu, jiġifieri fuq is-Serbia Montenegro, Bosnia-Herzegovina, Kosovo, Maċedonja u pajjiżi oħra li qegħdin iħarsu lejn perspettiva Ewropea għalihom ukoll.", "Għalhekk nemmen li dak li qegħdin nagħmlu llum f'din il-Kamra m'huwiex biss riflessjoni fuq dawn iż-żewġ pajjiżi imma huwa riflessjoni wkoll fuq il-proċess kollu tat- tkabbir ta' l-Unjoni Ewropea.", "Jekk irridu verament li jkun hemm stabilita', progress fid-demokrazija, ħelsien fid-drittijiet tal-popli u fid-drittijiet umani f'dak ir-reġjun, irridu nuru serjeta' fil-mod ta' kif inħarsu lejn il-perspettiva Ewropea għall-pajjiżi tal-Balkani.", "Jien naħseb li l-presidenza Awstrijaka se tagħti focus partikolari għal dan ir-reġjun, kif fil-fatt diġa' qalet li se tagħmel għaliex dan huwa reġjun viċin tar-realtajiet Awstrijaċi.", "Malta wkoll tħoss li dan ir-reġjun huwa intimatament marbut mar-reġjun Mediterranju u allura huwa wkoll fl-interess tagħna - kemm għall-istabilita' ta' l-Ewropa u anke tar-reġjun Mediterranju – li nagħtu s-sehem tagħna sabiex il-proċess tar-rijunifikazzjoni ta' l- Ewropa jimxi 'l quddiem anke f'din il-parti ta' l-Ewropa.", "Dan m'iniex qiegħed ngħidu biss għar-Rumanija u għall-Bulgarija, għalkemm nafu minn xiex għaddiet ir-Rumanija wara l-waqa' tal-ħajt ta' Berlin u wara l-waqa' tal-komuniżmu.", "Jien qiegħed ngħid ukoll għar-reġjun viċin tagħha, b'mod partikolari the Western Balkans, liema reġjun għadda minn ġlied u gwerer anke fi żmienna.", "Allura l-istabilita' f'dawk l-inħawi m'hijiex xi ħaġa li għandna neħduha for granted imma hija xi ħaġa li rridu naħdmu għaliha kuljum.", "Mr Speaker, kull pajjiż irid ikun ikkonsidrat fuq il-merti tiegħu.", "Il- pożizzjoni ta' Malta fir-rigward tat-Turkija dejjem kienet pożizzjoni ta' appoġġ u favur li t-Turkija ssir membru ta' l-Unjoni Ewropea.", "Din ir- realta' jekk it-Turkija għandhiex tagħmel parti mill-Unjoni Ewropea ħolqot ħafna kontroversji f'ċerti pajjiżi.", "Aħna naħsbu li t-Turkija, bħala pajjiż sekulari u li jsegwi r-reliġjon, huwa pajjiż li jfittex li jsaħħaħ id- demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem.", "Jekk it-Turkija jkollha l-kriterji kollha f'posthom sabiex issir membru ta' l-Unjoni Ewropea jista' jkun pajjiż li jagħti l-eżempju ta' kif fl-Ewropa nimxu fuq il-valuri tad- demokrazija, tal-ħelsien, tal-libertajiet ta' l-individwi u fuq dawk il- valuri li jagħmlu l-Ewropa dik li hi.", "Id-demokrazija u l-pluraliżmu huma l- valuri li bihom irridu nimxu u mhux nimxu bir-reliġjon ta' xi pajjiż.", "Minn dan il-lat, is-sħubija tat-Turkija tista' tkun messaġġ ċar lid-dinja Għarbija, lid-dinja Islamika u lid-dinja li għandha l-istess tip ta' soċjeta' li għandha t-Turkija billi turihom li l-Ewropa hija miftuħa wkoll għal dawn ir-realtajiet.", "It-Turkija hija parti importanti ħafna mil-lat ta' stabilita' strateġika ta' l-Ewropa u għalhekk aħna dejjem ħadna pożizzjoni favur il-bidu tan- negozjanti mat-Turkija.", "It-Turkija kellha perjodu twil fejn bniet relazzjonijiet ekonomiċi ma' l-Unjoni Ewropea u l-pożizzjoni tagħna dwar dan kienet ċara.", "Aħna konna favur li n-negozjati jkunu suġġetti għall- konsiderazzjonijiet li għamlet il-Kummissjoni.", "Irrid nenfasizza li fost dawk il-konsiderazzjonijiet hemm dik ta' tolleranza żero fir-rigward ta' tortura, fir-rigward ta' ħwejjeġ li għandhom x'jaqsmu mad-drittijiet tal- bniedem u ta' affarijiet li għandhom x'jaqsmu mal-proċess demokratiku kollu.", "Wieħed irid jilqa' b'interess l-iżviluppi li jkunu qed iseħħu fit- Turkija, fosthom il-kwestjoni riċenti ta' kittieb Tork magħruf.", "Dan il- kittieb kien fl-istadju li jiġi pproċessat minħabba li esprima ruħu b'mod li kien hemm min ħass li offenda s-sentimenti jew in-nazzjonaliżmu Tork.", "Il-qrati ħadu pożizzjoni differenti u għalhekk wieħed isellem dan l- iżvilupp.", "Mr Speaker, wieħed irid isegwi wkoll ir-realtajiet tal-ħajja u Malta dejjem qalet b'mod ċar li m'hijiex kwestjoni li meta ssir membru ta' l-Unjoni Ewopea jrid ikollok il-liġijiet f'posthom biss imma għandna naraw li dawk il-liġijiet qed jiġu osservati.", "Din kienet u se tibqa' l-pożizzjoni tagħna, pożizzjoni li ħadna b'mod konsistenti għaliex irridu li meta pajjiż isir membru ta' l-Unjoni Ewropea, il-membri kollha jkunu konvinti li l- valuri u l-liġijiet qed jiġu pprattikati.", "Kollha kemm aħna rridu nkunu konvinti li hemm soċjeta' tolleranti u li dak il-pajjiż għażel il-metodu ta' ħajja Ewropea minn modi ta' ħajja oħrajn.", "Naħseb huwa importanti li dan isir kontinwament u allura dan m'huwiex proċess li l-Unjoni Ewropea qiegħda tagħmel mar-Rumanija u mal-Bulgarija biss imma tagħmlu ma' kulħadd.", "Naturalment min-naħa tagħna qegħdin nagħtu s-sapport tagħna fi proċess bħal dan.", "Huwa importanti li nifhmu li dawn huma kollha konsiderazzjonijiet importanti fir-realta' ta' l-Unjoni Ewropea tal-lum.", "L-Unjoni Ewropea hija realta' komplessa u trid iżżomm il-bibien tagħha miftuħa.", "Fil-fehma tiegħi, huwa importanti li nagħtu l-appoġġ tagħna sabiex il-Bulgarija u r- Rumanija jingħaqdu wkoll f'dan il-proċess.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Michael Asciak.", "ONOR.", "MICHAEL ASCIAK: Mr Speaker, illum qegħdin niddiskutu din ir- ratifika fil-Parlament tagħna wara li ġiet mgħoddija mill-Kumitat ta' l- Affarijiet Barranin u Ewropej.", "Din ir-ratifika ġiet diskussa fid-dettall f'dan il-kumitat u rrid nerġa' nirrepeti dak li għidt dakinhar, cioe' li wara li d-diskussjoni tgħaddi mill-kumitat, għandna ngħadduh ukoll fil- plenarju tal-Parlament Malti.", "U għalhekk tkun xi ħaġa tajba li nkompli nżid ma' dak li qal l-Onor.", "Michael Frendo fid-diskors tiegħu.", "L-ewwelnett ladarba r-Rumanija u l-Bulgarija jidħlu fl-Unjoni Ewropea, se nagħlqu dak il-grupp ta' pajjiżi li kienu fost l-ewwel pajjiżi li kienu ġejjin mill-Ewropa tal-Lvant wara li kien waqa' l-ħajt ta' Berlin.", "Malta u Ċipru konna nagħmlu parti mid-dħul ta' dan il-grupp allavolja ma konniex parti mill-Eastern European countries.", "Oriġinarjament dan il-grupp kien jinkludi b'kollox 12-il pajjiż, fejn 10 minnhom daħlu fl-2004 u issa baqa' t-tkabbir ta' dawn iż-żewġ pajjiżi balkani.", "Naħseb li meta wieħed jikkonsidra li l-ħajt ta' Berlin waqa' fl-1989 u fiex kien l-istat ekonomiku, legali u politiku ta' dawn il-pajjiżi ta' l-Ewropa tal-Lvant, wieħed irid iħares lura b'sodisfazzjon lejn l-impetus li rnexxilha tagħti l- Unjoni Ewropea lil dawn il-pajjiżi msemmija.", "Illum ħadd ma jħares lejn ir- Repubblika Ċeka, is-Slovakkja, is-Slovennja, l-Ungerija, il-Latvija, il- Litwanja, l-Estonja jew lejn il-Polonja bħal xi backwater community.", "Sfortunatament is-sistema komunista kienet wasslet għar-rovina ta' dawn il- pajjiżi tal-Lvant.", "Jiena dejjem sħaqt li għalkemm is-sistema soċjali m'hijiex sistema ħażina, is-sistema komunista kienet sistema li fl-aħħar mill-aħħar, barra li tisraq lill-bniedem mid-drittijiet fundamentali tiegħu, kienet tisraqlu wkoll il- jeddijiet ekonomiċi tiegħu.", "U għalhekk is-sistema komunista kienet waħda li kienet se twassal għall-falliment ta' dawk il-pajjiżi.", "Fil-fatt kienet is-sistema ekonomika prekarja tar-Russja u ta' dawn il-pajjiżi fl-Ewropa tal-Lvant li wasslu sabiex jaqa' l-ħajt li kien hemm bejn l-Ewropa tal- Lvant u l-Ewropa tal-Punent.", "B'hekk inħolqot l-opportunita' sabiex l- Unjoni Ewropea tgħin lil dawn il-pajjiżi ġodda sabiex isaħħu d-demokrazija tagħhom, isaħħu d-drittijiet fundamentali tagħhom u jsaħħu wkoll l- ekonomija tagħhom.", "Nafu li l-Unjoni Ewropea kienet għamlet il-kriterji ta' Copenhagen li kellhom jiġu milħuqa mill-pajjiżi kollha kandidati għal sħubija fl-Unjoni Ewropea u kienet qalet li jekk pajjiż irid isir membru, irid jissodisfa dawn il-kriterji kollha.", "Huwa tajjeb li dawn il-kriterji tpoġġew bħala standard bażiku għal sħubija fl-Unjoni Ewropea.", "Li tkun pajjiż Ewropej huwa wieħed minn dawn l-istandards, pero' hemm ukoll l-istandard li trid tkun pajjiż demokratiku.", "Ovvjament Malta ma kellhiex għalfejn tagħti xi prova tal-livell demokratiku ta' pajjiżha, pero' l-kumplament tal-pajjiżi li kienu wara l-ħajt tal-ħadid, kellhom jagħtu prova li laħqu l-kriterji ta' Copenhagen u dawn għamluh fi żmien tajjeb.", "Naħseb li wieħed irid jgħid ukoll li għalkemm kien hemm id-dubji fuq jekk ir-Rumanija u l-Bulgarija kellhomx ikunu lesti sa l-2007 jew inkella kellhomx jiġu postposti sa l- 2008, kien hemm il-kunsens li dawn il-pajjiżi jinsabu lesti sabiex isiru membri fl-2007.", "Allura billi l-Unjoni Ewropea kienet ippreparat u tat l-għajnuna tagħha lil dawn il-pajjiżi sabiex jgħollu s-sistema politika u ekonomika tagħhom u b'hekk ikunu ppreparati għas-sħubija, nistgħu nħarsu b'ċerta fiduċja u sodisfazzjon lejn il-fatt li dawn iż-żewġ pajjiżi se jkunu lesti sabiex jissieħbu fl-Unjoni Ewropea għall-ħabta ta' Jannar, 2007.", "Ovvjament kien hemm bżonn ta' taqlib kbir f'dawn il-pajjiżi għaliex kienu fost l-aktar pajjiżi fqar li kien hemm wara l-purtiera tal-ħadid.", "Għaldaqstant wieħed jista' jifhem li għad hemm teething troubles fuq ċerti kwestjonijiet, bħall- qrati, l-amministrazzjoni u l-ekonomija.", "Madanakollu wieħed qiegħed jara sinjali pożittivi ħafna fir-riformi neċessarji.", "U bħalma għamilt fil- Kumitat ta' l-Affarijiet Barranin u Ewropej irrid nagħmel premura fir- rigward tar-Rumanija.", "Meta kont membru tal-Kunsill ta' l-Ewropa wieħed mill-ħbieb intimi tiegħi fuq in-naħa ta' l-EPP kien proprju avukat famuż fir-Rumanija, Mr Frunda.", "Naħseb li anke l-Onor.", "George Vella jaf min hu dan il-bniedem.", "Nista' ngħid li Mr Frunda kien vokali ħafna f'dawk li huma d-drittijiet tal-minoranzi Ungeriżi li jgħixu f'parti mir-Rumanija.", "Nafu li kien hemm problemi kbar bejn il-gvern Rumen u din il-minoranza, li għalkemm kienet fil-minoranza, xorta waħda kellha r-rappreżentazzjoni tagħha kemm fil-parlament Rumen kif ukoll fil-Kunsill ta' l-Ewropa.", "Nispera li fiż-żmien li għad fadal sakemm ir-Rumanija tidħol fl-Unjoni Ewropea dawn il-problemi bejn il-gvern Rumen u l-minoranzi Ungeriżi jiġu solvuti.", "Nafu li r-Rumanija hija pajjiż ortodoss mentri l-minoranza Ungeriża tappartjeni għar-reliġjon kattolika u għalhekk nispera li d- diskrepanzi li kienu jeżistu fir-rigward tar-Rumanija u l-minoranzi Ungeriżi jiġu solvuti.", "Jeżistu diskrepanzi fejn jidħlu promotions fuq il- postijiet tax-xogħol u drittijiet għall-iskola, li żgur ma kenux affarijiet li wieħed seta' jsejħilhom demokratiċi.", "Naħseb li anke d-dħul tar-Rumanija u l-Bulgarija se jservi ta' preludju interessanti għat-Turkija.", "Jiena favur li t-Turkija ssir membru ta' l- Unjoni Ewropea.", "Kif qal il-ministru qabli, għalkemm il-maġġoranza tan-nies iħaddnu r-reliġjon Musulmana, it-Turkija hija stat sekulari.", "Allura, fil- fehma tiegħi, naħseb li jkun sinjal pożittiv ħafna li t-Turkija jirnexxilha tadatta l-kriterji ta' Copenhagen sabiex tkun tista' tissieħeb fl-Unjoni Ewropea. llum stess stajna naraw l-artiklu bit-titolu ta' \"Criminal charges against writer Pamuk dropped\" u bħalu hemm ħafna kittieba oħra.", "Milli jidher mill-1 ta' Jannar li għadda tbiddlet il-liġi.", "Pamuk huwa kittieb famuż fit-Turkija u qegħdin jaħsbu li jista' jikkwalifika anke għall-premju Nobel fil-litteratura.", "Allura dan huwa pass pożittiv li juri li t-Turkija bdiet taħdem bis-serjeta' sabiex tilħaq il-kriterji ta' Copenhagen.", "Naħseb li t-Turkija trid turina wkoll daqsxejn aktar attitudini pożittiva fuq il-kwestjoni ta' Ċipru, pero' wieħed qiegħed jistenna li anke f'dan il-qasam se jkun hemm ċaqliq fil-futur mhux imbiegħed.", "Mr Speaker, illum għandna ħafna aktar pajjiżi li huma kandidati fl-Unjoni Ewropea.", "Għalhekk fil-kontest ta' dan kollu wieħed irid isemmi t-trattat kostituzzjonali li ġie ppreparat u li sfortunatament weħel f'żewġ pajjiżi.", "Naħseb li aktar ma l-Unjoni Ewropea se tikber, aktar l-amministrazzjoni tagħha se ssir diffiċli u aktar se jibda jinħass il-bżonn li t-trattat kostituzzjonali jidħol fis-seħħ.", "Naħseb li wieħed għandu jikkonsidra serjament li jtajjar l-aħħar biċċa tat-trattat kostituzzjonali u jikkonsidra li jżomm dak li huwa bażiku.", "Imbagħad l-aħħar biċċa tkun tista' tidħol bħala forma ta' trattat ieħor jew inkella tiġi miftiehma f'deċiżjonijiet jew direttivi.", "Pero' naħseb li aktar ma jgħaddi ż-żmien, aktar se naraw il-bżonn ta' trattat kostituzzjonali ta' l-Ewropa għaliex minn 25 membru dalwaqt se nkunu 27 membru u wisq probabbli ma ndumux ma nilħqu t-30 membru.", "Ovvjament ma nistgħux neskludu li jistgħu japplikaw pajjiżi oħra li sal-lum għadhom ma applikawx.", "F'dan kollu huwa interessanti li nirrealizzaw kemm fl-Ewropa jeżisti sens ta' solidarjeta' internazzjonali.", "Nafu li sfortunatament qabel il-gwerra kellna diżastri sħaħ li seħħew bejn il-pajjiżi ta' l-Ewropa, pero' jidher li wara dak iż-żmien, l-Ewropa bdiet tifhem - anke wara l-gwerra bierda – l- importanza li jkun hemm solidarjeta' internazzjonali f'dak li għandu x'jaqsam mal-politika ekonomika komuni.", "Jidher li l-pajjiżi kollha fl- Ewropa qegħdin jirrealizzaw l-importanza tal-politika ekonomika komuni u qegħdin jifhmu kemm l-Unjoni Ewropea tista' tgħin lill-pajjiżi sabiex jimxu 'l quddiem.", "Il-poplu Malti qiegħed jirrealizza wkoll kemm l-Unjoni Ewropea kapaċi tgħin lil Malta, fejn bażikament fuq perjodu ta' seba' snin se nirċievu s-somma ta' kważi €1 biljun.", "Ovvjament din is-somma għadha trid tgħaddi mill-Parlament Ewropew pero' l- Parlament Ewropew ma aċċettax il-proposta tal-kunsill għaliex irid aktar flus fil-budget tiegħu.", "Jiġifieri Malta tista' biss tiggwadanja aktar flus jekk ikun hemm ir-riallokazzjoni tal-flejjes u ovvjament wieħed jispera li dan ikun il-każ.", "Fil-gazzetta llum rajna li l-Europol kien qed jindika li l-poplu Malti reġa' qiegħed juri fiduċja.", "Fil-fatt il-gvern għandu madwar 51% tal-polls għaliex jidher li issa l-poplu Malti qiegħed jaċċetta l-fatt li Malta daħlet fl-Unjoni Ewropea.", "Il-poplu Malti qiegħed jinduna li bi sħubija fl-Unjoni Ewropea, Malta tista' biss tirbaħ flejjes, opportunitajiet u ħafna affarijiet oħra.", "Kif qal tajjeb il-kummentatur Dr. Pirotta, il-poplu Malti qiegħed jirrealizza wkoll li sabiex għada tieħu żewġ ħelwiet, trid tissagrifika l- ħewla tal-lum.", "Huwa importanti li l-Maltin qegħdin jaċċettaw li for the long-term gain jista' jkun hemm perjodu ta' short-term pay.", "Dan huwa importanti f'kollox u hija parti mill-ħajja li trid tagħmel is-sagrifiċċji sabiex tkun tista' timxi 'l quddiem.", "Kulħadd jaf li meta tagħmel is- sagrifiċċji għal żmien qasir, fis-snin ta' wara tkun tista' timxi 'l quddiem b'pass aktar mgħaġġel milli kont miexi bih qabel.", "F'dan ir- rigward ma fadalli xejn aktar xi ngħid.", "Ovvjament naqbel perfettament li r- Rumanija u l-Bulgarija jsiru membri ta' l-Unjoni Ewropea u allura se nivvota favur dan it-trattat li qegħdin niddiskutu llejla.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "George Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mr Speaker, ftit taż-żmien ilu konna qegħdin niddiskutu d-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea u llum bħala membri qegħdin niddiskutu fuq jekk għandniex naċċettaw li pajjiżi oħra jidħlu fl-Unjoni Ewropea.", "Pero' dan huwa l-iżvilupp tal-politika.", "Hawnhekk qegħdin nagħmlu dibattitu dwar ir-ratifika tas-sħubija tal-Bulgarija u r-Rumanija, żewġ pajjiżi li diġa' ġie ffirmat it-trattat ta' sħubija tagħhom.", "Ovvjament issa trid issir ir-ratifika tagħhom.", "Hawnhekk ta' min isemmi xi ħaġa wkoll fuq il-Bulgarija u r-Rumanija.", "Il- Bulgarija għandha popolazzjoni ta' 8 miljun ruħ mentri r-Rumanija għandha popolazzjoni ta' 22 miljun ruħ.", "Jiġifieri meta qed nitkellmu fuq ir- Rumanija, m'aħniex qed nitkellmu fuq pajjiż żgħir.", "Dawn il-pajjiżi għandhom stat ta' żvilupp li għadu relattivament lura meta mqabbel mal-medja ta' l- Unjoni Ewropea.", "Ir-rata ta' l-iżvilupp tagħhom bħala GDP per capita hija ta' 31% u 33%, jiġifieri daqs nofs l-average ta' l-Unjoni Ewropea.", "Il- qgħad fil-Bulgarija huwa ta' 11.9% mentri fir-Rumanija huwa ta' 6.8%.", "Dawn il-pajjiżi għandhom rata ta' inflazzjoni qawwija.", "Per eżempju, il- Bulgarija għandha rata ta' inflazzjoni ta' 6% mentri tar-Rumanija hija ta' 11.9%.", "Min-naħa l-oħra t-tkabbir ekonomiku tagħhom huwa tkabbir li wieħed irid jammirah.", "Fil-fatt it-tkabbir ekonomiku għall-Bulgarija għas-sena 2003 kien ta' 4.5% u għar-Rumanija kien ta' 5.2%.", "Fis-sena 2004 it-tkabbir ekonomiku tal-Bulgarija kien ta' 5.6% mentri tar-Rumanija kien ta' 8.3%.", "Allura hawnhekk se nibda mill-ewwel sabiex inqabbel ir-rati fjakki li qed ikollu pajjiżna fit-tkabbir ekonomiku tiegħu.", "Ovvjament dak li jgħodd għalina, jgħodd ukoll għal dawn il-pajjiżi u ma noqogħdux insemmu t-Twin Towers, il-marda tas-SARS u l-affarijiet l-oħra li seħħew dan l-aħħar.", "Dawn huma pajjiżi li deħlin fl-Unjoni Ewropea b'din ir-rata ta' tkabbir ekonomiku.", "Il-labour cost tar-Rumanija u tal-Bulgarija jqum biss wieħed minn sebgħa ta' Malta.", "Qiegħed insemmih għaliex aktar 'il quddiem irrid ngħaddi xi rimarki fuq il-kompetizzjoni u fuq kif ċerti fabbriki jitilqu minn pajjiżi stabbiliti biex imorru f'pajjiżi bħal dawn.", "Min-naħa l-oħra l- produttivita' tax-xogħol ġewwa dawn il-pajjiżi, minn ras għal ras tiġi bejn wieħed u ieħor nofs dik ta' Malta.", "Ħalli ngħid xi ħaġa fuq kif beda l- proċess.", "L-ewwel relazzjonijiet li għamlet il-Bulgarija ma' l-Unjoni Ewropea kienu fl-1989.", "Is-sena ta' wara għaddiet għat-trade cooperation agreement, sabiex tliet snin wara għamlet dak li kien imsejjaħ il-European agreement u nħoloq il-free trade zone.", "Fl-1994 il-Bulgarija applikat għal sħubija fl-Unjoni Ewropea u sitt snin wara bdew in-negozjati.", "Mr Speaker, in-negozjati għat-tkabbir spiċċaw f'Diċembru ta' l-2004 għaliex dawn kienu bdew mal-lot li fih kienet Malta, pero' minħabba l-istat ekonomiku u anke soċjali tagħhom spiċċaw lura.", "Fil-fatt, kif qal il- ministru, f'April tas-sena li għaddiet ġie ffirmat it-trattat ta' l- adeżjoni mill-25 membru stat u għalhekk issa jonqos li ssir ir-ratifika.", "L- istess ġara fil-każ tar-Rumanija, li bejn wieħed u ieħor imxiet fuq l- istess linji tal-Bulgarija.", "Jiġifieri llum iż-żewġ pajjiżi qegħdin bi trattat ta' adeżjoni ffirmat u qed jistennew ir-ratifika.", "Wieħed irid jifhem ukoll li dawn il-pajjiżi diġa' - kif konna għamilna aħna meta konna għadna ma sirniex membri – għandhom ir-rappreżentanti tagħhom fil-Parlament Ewropew.", "Fil-fatt ir-Rumanija diġa' għandha 35 membru mentri l-Bulgarija għandha 18-il membru.", "U hawnhekk nistgħu nifhmu x'saħħa se jkollhom fil- Parlament Ewropew.", "L-aħħar mozzjonijiet li kien hemm dwar l-istat ta' preparazzjoni ta' dawn il-pajjiżi saru f'Novembru tas-sena l-oħra għall-Bulgarija u f'Diċembru għar-Rumanija.", "Mozzjoni minnhom saret minn Jeffrey Van Orden mentri l-oħra saret minn Pierre Moskovici, l-ex-ministru ta' l-affarijiet barranin Franċiż.", "Dawn iż-żewġ mozzjonijiet ġew approvati mill-Parlament Ewropew f'nofs Diċembru tas-sena li għaddiet.", "Dan huwa l-kontinwazzjoni tal-ħames tkabbir mill-pajjiżi li kienu daħlu fil-lot li dħalna miegħu aħna, jiġifieri l-għaxar pajjiżi.", "Issa fadal dawn iż-żewġ pajjiżi li kif għidt, minħabba li kienu għadhom lura, ma setgħux jidħlu dak iż-żmien.", "Id-data tentattiva, anke jekk jiġu ratifikati t-trattati ta' l-adeżjoni, hija dik ta' l-1 ta' Jannar, 2007.", "Pero' llum il-ġurnata fejn waslu l-affarijiet?", "Mr Speaker, l-aħħar comprehensive monitoring report li ħareġ fuq dawn iż- żewġ pajjiżi kien f'Settembru tas-sena 2005.", "Il-ministru tkellem b'mod tajjeb mil-lat akkademiku u ideoloġiku fuq it-tkabbir, pero' rridu naraw ukoll fejn qegħdin dawn il-pajjiżi li għada pitgħada se jsiru membri fl- Unjoni Ewropea.", "Minn dan ir-rapport joħroġ Ii l-Bulgarija għandha bżonn ħafna li tirranġa s-sistema ġudizzjarja tagħha u li anke teħles mill- backlog li għandha fil-qrati ġudizzjarji.", "Ir-rapport jagħmel enfasi kbira fuq il-bżonn li jkun hemm ġlieda kbira kontra l-kriminalita' organizzatta u kontra l-korruzzjoni anke f'livelli għoljin.", "Ir-rapport jenfasizza wkoll fuq il-ħarsien aħjar tad-drittijiet umani u tal-minoritajiet bħalma huma l- poplu tar-Roma jew kif nafuhom aħjar, il-gypsies.", "Ġie nnotat li minkejja l-bidu tard li kellha l-Bulgarija fit-tibdil ekonomiku tagħha, xorta waħda għandha stabilita' makro-ekonomika mhux ħażin.", "Nafu li t-tkabbir ekonomiku kien b'saħħtu u semmejt ir-rati ta' 5.6% u 4.5% meta suppost li x-xenarju internazzjonali kien wieħed imtappan.", "Ir-rata ta' inflazzjoni fil-Bulgarija qiegħda tonqos u l-qgħad qiegħed jonqos ukoll.", "Ġiet imwissija mill-Unjoni Ewropea sabiex tirranġa l- istrutturi amministrattivi tagħha.", "Xi ħadd għamel enfasi f'dan ir-rapport fuq il-bżonn li l-Bulgarija tassorbi aħjar il-fondi ta' l-Unjoni Ewropea u li tassigura – din hija osservazzjoni interessanti - livell għoli ta' iġjene fl-ikel.", "Apparentement jidher li fuq affarijiet ta' ikel għandhom xi ftit lura.", "Fuq dan kollu għal din is-sena l-Unjoni Ewropea qiegħda tivvota s-somma ta' €545 miljun sabiex il-Bulgarija tagħmel dak li hemm bżonn.", "Ir-rapport fuq il-moniteraġġ tar-Rumanija jitkellem kważi kważi fuq l- istess linja tal-Bulgarija.", "Fil-fatt ir-rapport jgħid li hemm sistema ġudizzjarja li tranġat xi ftit dan l-aħħar u li qed issir aktar indipendenti milli kienet qabel.", "Jgħid ukoll li kien hemm ftit tal- progress fil-liberta' ta' l-istampa, fl-għoti lura ta' proprjeta' u fuq il- protezzjoni tat-tfal u l-minoritajiet.", "F'dan ir-rigward aħna l-Maltin għandna esperjenza mhux ħażin għaliex nafu minn xiex għaddew dawk il- persuni li kienu jitilgħu r-Rumanija sabiex jadottaw it-tfal minn hemmhekk.", "U kulmin kien jitla' r-Rumanija kien ikollu esperjenza trawmatika u kien jitkellem fuq l-ambjent li fih kienu jinżammu t-tfal ġewwa r-Rumanija wara l-waqgħa tar-reġim ta' Ceausescu.", "Mr Speaker, ir-rapport jirrimarka x'fadal x'jiġi rranġat fl-amminstrazzjoni pubblika, fir-riforma tas-sistema ġudizzjarja u fuq il-ġlieda aktar effettiva kontra l-korruzzjoni fil-pajjiż.", "Jenfasizza wkoll fuq il-bżonn ta' ħarsien aħjar ta' persuni b'diżabilita' u tal-morda mentali.", "L-areas ta' inkwiet li ġew sottolineati f'dan ir-rapport kienu li l-istrutturi u l- mekkaniżmi sabiex jittieħdu l-fondi strutturali għadhom m'humiex żviluppati kif suppost u li hemm bżonn aktar tisħiħ għall-ġlieda kontra l- kriminalita'.", "L-areas ta' inkwiet għar-Rumanija kienu l-bżonn ta' aktar iġjene fl-ikel.", "Għar-rigward taż-żewġ pajjiżi r-rapport jitkellem fuq il- bżonn li jħarsu aħjar il-fruntieri tagħhom u rigward l-immigrazzjoni illegali ġewwa pajjiżhom.", "Tajt dan il-background fuq iż-żewġ pajjiżi ħalli nkunu nafu aħjar fuq min qed nitkellmu.", "Sħabi semmew li dawn huma żewġ pajjiżi li qegħdin fix-Xlokk ta' l-Ewropa u li lkoll kemm aħna nafu x'ġara f'dik il-parti ta' l-Ewropa.", "U allura hemm ċertu interess li wieħed jitkellem fuqhom.", "Issa llum ġejna hawnhekk sabiex naraw jekk għandniex nirratifikaw jew le t-trattat ta' l- adeżjoni ta' dawn iż-żewġ pajjiżi.", "Nista' ngħid minn issa li minkejja d- dibattitu li qegħdin nagħmlu f'din il-Kamra, wieħed jista' jieqaf hawnhekk u jgħid li kollha kemm aħna naqblu fuq ir-ratifikazzjoni.", "Madankollu nixtieq nagħmel xi ftit tar-riflessjonijiet billi nistaqsi kif se jolqotna dan kollu.", "Aħna bħalissa qegħdin membri fl-Unjoni Ewropea.", "Allura direttament jew indirettament x'se jkun l-impatt ta' din iż-żieda fuq il-pajjiżi membri?", "Per eżempju, għar-rigward tal-moviment ħieles tan-nies, minħabba li dawn il- pajjiżi għandhom pagi aktar baxxi minn tagħna, se jkun hemm aktar immigrazzjoni lejn l-Ewropa?", "Se jkun hemm aktar kompetizzjoni?", "Naħseb li wieħed irid jagħmel dawn il-kalkoli allavolja huwa diffiċli sabiex naraw x'se jkunu l-effetti.", "Aktar kmieni fil-Kamra ssemma kif il-Bulgari ilhom li nvadew lil pajjiżna għaliex ġewwa t-tarznari - kif semma l-Ministru Austin Gatt - għandna numru kbir ta' Bulgari li qegħdin jaħdmu hemmhekk.", "Ovvjament dawn il-Bulgari jiġu f'pajjiżna għaliex iċ-ċirkostanzi tagħna huma ħafna aħjar minn dawk li għandhom f'pajjiżhom.", "Issa minkejja l- opinjoni tagħna, x'inhuma l-opinjonijiet ta' pajjiżi membri oħra fl-Unjoni Ewropea f'dan ir-rigward?", "B'mod ġenerali rrid ngħid li l-opinjonijiet tal-pajjiżi membri huma pożittivi.", "Fil-fatt fil-Kunsill Ewropew, kien hemm nies bħal Dr Wolfgang Schussel, il-president ta' l-Awstrija li tkellem favur tagħhom.", "Il- Kummisssarju Frattini li huwa l-kummissarju ta' l-intern għamel enfasi kbira fuq il-bżonn tar-riformi fis-sistemi ġudizzjarji, fuq il-kontroll ta' l-immigrazzjoni illegali, fuq pulizija aktar effettiva, fil-ġlieda kontra l- kriminalita' u dawn l-affarijiet kollha.", "Issa b'kuntrast ma' dawn kellek nies oħra, bħall-ministru ta' l-intern Franċiż, Nicolas Sarkozky li qal hekk;", "\"One should immediately halt the infernal and unending enlargement mechanism by freezing all new enlargement until the EU has the necessary political institutions to work with in place.\".", "Issa mhux qed jgħid li ma jridx lill-Bulgarija jew lir-Rumanija fl-Unjoni Ewropea, pero' qiegħed jistaqsi dwar jekk għandniex l-istituzzjonijiet sabiex naċċettaw dan it-tkabbir u jekk aħniex kapaċi nħaddmuh.", "Naħseb li din hija riflessjoni interessanti ħafna u għalhekk hemm ħafna li qegħdin jitkellmu fuq il-kostituzzjoni.", "Kif qalilna anke l-Onor.", "Michael Asciak, hemm il-kwestjoni ta' x'se jiġri mill-kostituzzjoni sakemm joħroġ xi tip ta' eżitu.", "Hemm min qed jgħid li t-tkabbir probabbilment jista' – dan qiegħed fit-trattat ta' l-adeżjoni tagħhom bħala klawsola ta' salvagwarda - jiġi pospost għas-sena 2008 minflok għas-sena 2007.", "Issa x'inhuma l-vantaġġi li żewġ pajjiżi bħal dawn jiġu assorbiti u aċċettati fi ħdan l-Unjoni Ewropea?", "Kif diġa' għidt, iż-żewġ pajjiżi msemmija qegħdin fix-Xlokk ta' l-Ewropa u huma taw kontribut kbir sabiex tissaħħaħ l-istabilita' fix-Xlokk ta' l-Ewropa.", "Għenu wkoll sabiex anke tikber is-sigurezza u l-prosperita' f'dan ir-reġjun.", "Ma ninsewx li dawn iż- żewġ pajjiżi qegħdin ħdejn ir-reġjun tal-Balkani, fejn għandna l-pajjiżi tal-Kroazja, is-Serbja Montenegro u l-Maċedonja.", "Nafu li sa ftit tas-snin ilu f'dawn il-pajjiżi kienu qed isiru atroċitajiet li lanqas biss nimmaġinawhom.", "Kienu għaddejjin minn mibgħeda ta' klassi u minn mibgħeda etnika.", "Din ir-rabja miġbura splodiet f'daqqa wara l-mewt ta' Tito, li forsi kien qiegħed b'xi mod iżommhom flimkien.", "Dawn il-pajjiżi dejjem kienu flimkien, pero' qatt ma saru ħaġa waħda.", "Minkejja kollox, illum il- ġurnata qed naraw kif żviluppaw l-affarijiet u jrid jingħad li dawn il- pajjiżi, għada pitgħada jistgħu anke jingħataw x'jifhmu li jsiru membri ta' l-Unjoni Ewropea.", "Allura qed tingħatalhom ċerta stabilita' u dik ix-xi ħaġa li jaħdmu għaliha sabiex jakkwistawha.", "Jien niftakar li meta kont ministru kont attendejt għal-laqgħa fil-Kunsill ta' l-Ewropa dakinhar li l-Kroazja daħlet bħala l-40 membru tal-Kunsill ta' l-Ewropa.", "Allura dan wieħed irid jarah ukoll fil-kontest ta' applikazzjonijiet għas-sħubija tat-Turkija u tal-Kroazja.", "F'Diċembru tas- sena l-oħra l-Kunsill Ewropew ta wkoll status ta' kandidat lill-Maċedonja, jiġifieri lill-former Yugoslav Republic of Macedonia, pero' mingħajr il- kondizzjoni li jkollhom taħdidiet formali.", "Hemm ukoll min qed jgħid li diġa' qegħdin jitkellmu b'mod mhux uffiċjali mal-Montenegro għaliex hemm it- tama li dan il-pajjiż jiġi żganċat minn mas-Serbja ħalli mbagħad ikun jista' jimxi għas-sħubija fl-Unjoni Ewropea.", "Issa kif għidt, dan huwa proċess sabiħ u proċess li jagħmillek il-kuraġġ għaliex aktar ma jkollok stabilita', aktar ma jkollok komunjoni ta' opinjoni ta' politika u aktar ma jkollok koperazzjoni fl-Ewropa, speċjalment fil-Balkani, aktar se jkun hawn serħan il-moħħ.", "Ma ninsewx li dawn minn dejjem kienu pajjiżi jaħarqu u li kienu l-bidu ta' l-ispark fiż-żewġ gwerer mondjali.", "Jiġifieri dawn minn dejjem kienu postijiet li jaħarqu u allura wieħed irid joqgħod attent kif jittrattahom.", "Mr Speaker, m'iniex se nidħol fuq il-każ tat-Turkija pero' skantajt meta smajt dak li qalilna l-ministru.", "Smajt lill-Onor.", "Frendo jitkellem fuq kif il-gvern iddeċieda li l-politika tiegħu hija favur li t-Turkija tidħol fl- Unjoni Ewropea.", "Ovvjament dan għandu d-dritt kollu li jiddeċiedi hekk, pero' jekk aħna għandna Kumitat ta' l-Affarijiet Barranin li suppost qiegħed jiddiskuti dawn l-affarijiet, nixtieq inkun naf għalfejn qatt ma ddiskutejna dan is-suġġett.", "Issa jien m'iniex qiegħed ngħid li ma naqbilx mas-sħubija tat-Turkija, pero' setgħu għallinqas talbu l-koperazzjoni tagħna.", "Allura l-Kumitat ta' l-Affarijiet Barranin qbiżnieh kompletament għaliex f'dan il-kumitat lanqas biss tkellimna fuq din id-diskussjoni?", "Safejn naf jien il-gvern ma kellu xejn fil-programm elettorali tiegħu li jgħid li huwa committed li t-Turkija tidħol membru fl-Unjoni Ewropea.", "Ovvjament il-gvern jista' jgħid li huwa fil-gvern u allura għandu d-dritt li jiddeċiedi.", "Pero' jekk se nagħmlu hekk, nistgħu ma niddiskutu xejn u l- gvern jaqbad u jieħu d-deċiżjonijiet waħdu.", "Dan qiegħed ngħidu bla ebda pika personali, pero' jekk għandna Kumitat ta' l-Affarijiet Barranin, li tant niftaħru li qed jaħdem b'consensus u li qed jagħmel xogħol utli, allura għandna niddiskutu dawn l-affarijiet u nieħdu l-opinjoni taż-żewġ naħat tal-Kamra.", "Il-każ tat-Turkija huwa każ partikolari u kulħadd jaf li għandek opinjonijiet differenti għall-aħħar fuqu.", "Nerġa' mmur għall-Franċiżi fejn insibu l-istess Sarkozky li qal ċar u tond li huma ma jaslu qatt li jaċċettaw li t-Turkija jkollha sħubija sħiħa.", "Dawn iridu jagħtuha xi tip ta' partnership privileġġjat u mbagħad hemm pajjiżi oħra li għandhom opinjonijiet differenti minn ta' xulxin.", "Fil-fatt anke l-Awstrija kienet ikkommettiet ruħha u qalet li ma tridx li t-Turkija tidħol bħala membru sħiħ fl-Unjoni Ewropea.", "Ovvjament dan għamlitu minħabba l-kobor tagħha, minħabba l-fatt li tħaddan ir-reliġjon Islamika u minħabba ħafna raġunijiet oħra.", "Illum bħala president tal-Kunsill ta' l- Unjoni Ewropea l-Awstrija qalet li se żżomm ruħha newtrali u m'hu se tipprova tagħmel xejn sabiex iżżomm l-affarijiet lura.", "Issa jien m'iniex qed ngħid li ma naqbilx ma' l-opinjoni tal-ministru meta qal li rridu nħarsu lejn it-Turkija mingħajr ebda preġudizzju.", "Anzi rridu ngħidu li l-Punent għandu obbligi kbar lejn it-Turkija, speċjalment f'dik li hija sigurta' fl-Ewropa.", "Il-Punent għandu obbligi kbar lejn it-Turkija bħala membru tan-NATO għaliex dejjem użaha bħala l-post minn fejn kien jispijja fuq il-bqija tar-Russja u kien dejjem jużaha bħala pjattaforma minn fejn itajjar l-ajruplani tiegħu.", "Allura wieħed ma jridx jinsa dak li sar fil-passat.", "Min-naħa l-oħra wieħed irid ukoll ikejjel l-impatt tal- kobor tagħha u l-impatt li qed titkellem fuq komunita' Islamika.", "Jekk din se tidħollok fil-", "valuri Ewropej, se jkollok il-problemi.", "Huwa minnu li hemm komunitajiet kbar Islamiċi fl-Ewropa, pero' ħafna minnhom integraw ruħhom b'mod interessanti.", "Dan stajna narawh b'mod speċjali fi Franza fejn, per eżempju, għandek ħafna komunitajiet mill- Afrika ta' Fuq li llum jagħmlu parti mill-komunita'.", "Għandek ukoll element kbir ta' Torok Kurdi fil-Germanja, li kienu ġew imħajra jmorru hemmhekk fis- snin 60 wara l-gwerra ħalli jibnu mill-ġdid l-ekonomija tal-Ġermanja.", "Ovvjament wara dawn it-Torok Kurdi saru piż fuq il-Ġermanja, li min-naħa tagħha bdiet tipprova tibgħathom lura anke bil-promessa li tibnilhom fabbriki u industriji f'pajjiżhom ħalli terġa' tibgħathom lura.", "Jiġifieri hemm rabtiet li wieħed ma jistax assolutament jarmihom.", "Allura hemm din il- kwestjoni li wieħed irid janalizzaha u jiżinha.", "Sħabi qalu tajjeb li li l-ewwel u qabel kollox irid jiġi stabbilit jekk pajjiż huwiex Ewropew jew le u t-tieni, jekk kemm-il darba dak il-pajjiż jissodisfax il-kriterji ta' Copenhagen.", "Dan għaliex jekk kemm-il darba dawn il-kriterji japplikaw għal ċerti pajjiżi, fuq liema kriterji se ngħid li l-Kroazja jew il-Montenegro ma jidħlux?", "Nafu li hemm ħafna pajjiżi li huma pjuttost Islamiċi u ħafna minnhom huma primarjament Ortodossi.", "Allura xorta waħda għandek kulturi differenti.", "Il-mistoqsija l-oħra li rridu nistaqsu hija mhux fuq dak li trid l-Ewropa imma jekk it-Turkija hijiex lesta li taċċetta xi ħaġa inqas mis-sħubija.", "Jekk din ma taċċettax, x'se jkun l-impatt fuq ir-relazzjonijiet tagħha ma' l-Unjoni Ewropea?", "Dawn huma kollha affarijiet interessanti u huma suġġetti li taqra fuqhom fil-ġurnali u fir-rivisti ta' l-affarijiet barranin.", "Dawn huma affarijiet topiċi ħafna u wieħed irid iżomm quddiem għajneh dawn il-perspettivi wkoll.", "Mr Speaker, din tqajjem il-mistoqsija li jmiss: L-Unjoni Ewropea safejn kapaċi titkabbar?", "Sarkozky qal ċar u tond li għandu jitwaqqaf dan it- tkabbir infernali li ma jispiċċa qatt sakemm l-Unjoni Ewropea jkollha l- għodda neċessarja li biha tkun tista' timmaniġġja dan it-tkabbir.", "U l- mistoqsija li aħna bħala membri ta' l-Unjoni Ewropea għandna nagħmlu kemm hawnhekk, kemm fil-Kumitat ta' l-Affarijiet Barranin u kif ukoll f'fora oħra hija din: L-Unjoni Ewropea għandna opinjoni dwar kemm għandha titkabbar?", "Għandha tieqaf hawn?", "Għandha ddaħħal dawn il-", "pajjiżi biss li għandha t-trattati magħhom?", "Għandha tinnegozja trattati oħra?", "Għandha tesplora l-possibiltajiet ta' pajjiżi oħra?", "Qiegħed ngħid dan kollu għaliex wara l-Balkani hemm ħafna li qed jistaqsu fuq jekk issa l- Unjoni Ewropea hijiex se titħaddet ukoll ma' l-Ukranja, mal-Georgia u ma' l- Azerbaijan.", "Ma ninsewx li fl-Azerbaijan hemm l-interess taż-żejt.", "Għalkemm dawn il- pajjiżi kollha jidhru fqar, pero' għandhom ukoll riżorsi naturali kbar.", "Ma ninsewx li l-Azerbaijan kien kważi r-raġuni għaliex Hitler ipprova jidħol fir-Russja biex jieħu ż-żejt tagħha.", "Jiġifieri anke hawnhekk ma nistgħux inċekknu r-relazzjoni li teżisti fil-politika internazzjonali tas-sorsi ta' l-enerġija li biha trid tibqa' titħaddem l-industrija tal-pajjiżi li huma żviluppati u li jridu jmexxu.", "Issa forsi tgħiduli li qed immorru 'l bogħod għaliex ir-raġuni tal-clashes bejn ir-Russja u l-Unjoni Ewropea kien minħabba li r-Russja oġġezzjonat fuq dik li hija magħrufa bħala n- neighbourhood policy.", "F'din il-policy l-Unjoni Ewropea nkludiet ukoll lill- Ukraina.", "Ir-Russja kienet qalet li ma tistax toqgħod tgħid li dawn il- pajjiżi huma ġirien tiegħek għaliex huma pajjiżi li qegħdin bejnietna u allura wieħed irid jiddeċiedi x'se jkun il-futur tagħhom.", "Kif diġa' għidt, ma ninsewx li diġa' kien hemm l-iskontri meta ġie elett Viktor Yushchenko ta' l-Ukraina.", "Ir-Russja kellha l-kandidat preferit tagħha u kienet qiegħda tappoġġjah f'din l-elezzjoni.", "Min-naħa l-oħra, Yushchenko għamel dak li għamel għaliex kien qed wiegħed lin-nies li se jersaq lejn l-Unjoni Ewropea.", "Din kienet l-għajta tiegħu u allura l-Unjoni Ewropea issa ma tistax tgħid li se tagħtih the cold shoulder u ma tagħtix kasu.", "Dawn l-affarijiet kollha jidħlu f'dan id-dibattitu u fuq il- kwestjoni ta' kemm irridu mmorru 'l bogħod.", "Irridu naraw ukoll x'effett se jkollu fuq dik li hija magħrufa bħala n-neighbourhood policy ta' l-Unjoni Ewropea.", "Din in-neighbourhood policy se twassal sabiex l-Unjoni Ewropea jkollha ċirku ta' ħbieb madwar dawk li diġa' huma membri ħalli bihom tagħmel buffer zone bejnha u bejn pajjiżi bħar-Russja, l-Iraq, l-Iran u dawn il-pajjiżi kollha.", "Ovvjament dan qed tagħmlu għaliex il-politika tgħidlek li inti għandek tiddefendi lilek innifsek u trid tara li tkun moħħok mistrieħ billi jkollok buffer zone bejnek u bejn l-oħrajn.", "Jiġifieri hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq politika wiesgħa u li tmur ħafna 'il", "bogħod minn sempliċiment tkabbir ta' l-Unjoni Ewropea fil-preżent.", "Mr Speaker, dan iċ-ċirku ta' ħbieb li l-Unjoni Ewropea qiegħda titkellem fuqu jinkludi numru ta' pajjiżi min-naħa ta' l-Afrika ta' Fuq bħall- Alġerija, it-Tuneżija u l-Eġittu.", "L-iskop tagħha, apparti li toħloq aktar stabilita' u koperazzjoni bejniethom, hija li tkabbar il-koperazzjoni ekonomika u l-istabilita' politika.", "F'dan il-każ wieħed irid jistaqsi fejn wasal il-proġett Ewro-Mediterranju.", "Dan kien wieħed mill-proġetti ewlenin li kellha l-Unjoni Ewropea meta bdiet tħares lejn il-pajjiżi tal-Lvant ta' l-Ewropa u taċ-Ċentru ta' l-Ewropa wara l-waqgħa tal-ħajt ta' Berlin.", "L- Unjoni Ewropea riedet tassorbi fiha l-pajjiżi bħall-Polonja, l-Ungerija, is- Slovenja u r-Repubblika Ċeka, kif ukoll il-pajjiżi tan-North bħal-Latvja, l- Estonja u l-Litwanja.", "Fl-istess ħin qasmet il-Mediterran sabiex mill-1995 'il quddiem bdiet tagħmel politika mal-pajjiżi tal-Mediterran.", "U hawnhekk għandna l-Mediterranean partnership.", "Insibu wkoll lil dawk li qed jistaqsu jekk in-neighbourhood policy hux se tidħol minflok il-Euro-Mediterranean policy jew inkella hux se ssaħħaħha.", "Ovvjament dawn jistgħu jaħdmu flimkien pero' jista' jkun ukoll li jkun hemm okkażjonijiet fejn xi ħadd se jieħu d-dritta fuq ħaddieħor.", "Hawnhekk ta' min wieħed jieqaf ftit u jgħid aħna bħala membri x'irridu mill-politika Ewro-Meditteranja.", "Naħseb li dan huwa suġġett ieħor li rridu niddiskutu u naf li fuqu dejjem kien hemm politika komuni bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra.", "Fil-laqgħat li kellna barra minn Malta dejjem tkellimna bl-istess lingwa.", "Kif kulħadd jaf din il-politika bdiet fl-1975 mill-famuża osservazzjoni li jekk ma jkollokx sigurta' u stabilita' fil-Mediterran, allura fl-Ewropa ma jistax ikun hemm sigurta' u stabilita'.", "Għalhekk irridu naraw fejn mexjin fuq dan is-suġġett.", "Huwa minnu li sas-sena 2015 se naslu?", "Se nilħqu dak li kien ippjanat, cioe' li jkun hemm żona ta' kummerċ ħieles għall- Mediterran kollu?", "Jiena ninsab xettiku ħafna u rridu ngħidu li l-miri marru ħafna żmerċ minn dawk li kienu qegħdin jiġu ppjanati.", "Għalkemm kien hemm miżuri bħad- diagonal cumulation of origin ħalli l-pajjiżi tal-Mediterran jaħdmu flimkien u l-materja prima li tiġi minn pajjiż għall-ieħor tkun tista' tintuża u tiġi aċċettata bħala li tifforma parti mill-prodott li se jmur fl- Unjoni Ewropea, kien hemm affarijiet bħall-ftehim ta' Agadir bejn il- pajjiżi tan-North Africa u l-Jordan li s'issa, fil-fehma tiegħi, falla.", "Dan il-ftehim falla għaliex ma ġiex stimulat il-kummerċ orizzontali bejn il- pajjiżi ta' l-Afrika ta' Fuq u baqgħu jiddependu fuq il-kummerċ vertikali bejn l-Ewropa.", "Għaldaqstant bqajna fis-sitwazzjoni fejn m'hemmx ftehim bejn dawn il- pajjiżi.", "Dawn il-pajjiżi m'humiex jiddiversifikaw il-prodotti tagħhom u m'humiex qed jiddijljaw ma' l-Ewropa f'daqqa.", "Issa hanwhekk m'iniex qed nattribwixxi ideat negattivi lill-Ewropa, pero' kif jgħidu: \"Aqsam u ibqa' ikkmanda\".", "Aktar ma tiddijlja pajjiż pajjiż anqas se jkollhom saħħa minn meta kieku jiddijljaw ma' l-Ewropa bħala pajjiż sħiħ.", "Jiddispjaċini nara li fl-aħħar summit Ewro-Mediterranju l-mexxejja tal-pajjiżi kollha madwar il-Mediterran għamlu – ma nafx jekk kienx ġest b'sinifikat politiku – stand out u ma marrux għall-konferenza Ewro-Mediterranja.", "Dan għamluh sabiex jagħtu messaġġ li sal-lum għadni ma fhimtux.", "U dan huwa fl-interess tagħhom bħalma hu fl-interess ta' l-Ewropa.", "Mr Speaker, dan l-aħħar qegħdin jiżviluppaw ħafna opinjonijiet, speċjalment fir-rigward ta' dak li jista' jiġri f'każi bħal dawn.", "Hawnhekk irrid insemmi wkoll il-politika ġdida ta' l-Ewropa fir-rigward ta' l-Afrika u se nsemmiha fil-kontest ta' dak li qed tagħmel l-Unjoni Ewropea u ta' dak li qed nagħmlu aħna li qegħdin fiha.", "Irridu naraw x'interessi għandna u rridu naraw ukoll li l-ministru li jirrappreżentana fil-laqgħat tal- kunsilli differenti jieħu attitudini pożittiva fuq dawn l-affarijiet.", "Nafu li din bdiet bil-presidenza Ingliża fejn qalu li rridu nagħtu importanza lill-Afrika, mhux sempliċement għaliex kienet kolonji f'ħafna minnhom imma għaliex illum l-Afrika bil-problemi li għandha, qiegħda tkun ta' theddida anke għall-Ewropa kollha.", "Ma ngħidx li l-ministru huwa ffissat fuq dan is- suġġett, pero' għandu raġun għaliex il-kwestjoni ta' l-immigrazzjoni illegali ħaditlu ħafna ħin.", "Jekk m'aħniex se nirranġaw is-sitwazzjoni fl- Afrika, tas-Sahara, tal-Mali, tas-Sudan u ta' dawn il-postijiet kollha se jkollna l-problemi għaliex dawn in-nies qed jaqsmu l-pajjiżi l-oħra ta' l- Afrika u qed jaqsmu l-Meditteran sabiex imorru fl-Ewropa.", "U ovvjament aħna qegħdin inbatu u nieħdu dawn il-problemi kollha fuqna.", "Hawnekk xtaqt nagħmel rimarka interessanti ħafna għaliex nemmen li hija xi ħaġa tajba ħafna li l-Ewropa qiegħda tipprova tagħmel minn kollox ħalli tagħti aktar importanza lill-Afrika.", "Fil-fatt hemm commitment ta' l-Unjoni Ewropea għall-promozzjoni ta' żvilupp, sigurezza u good governance f'dawn il-pajjiżi.", "Skond huma jridu jintlaħqu l-millennium development goals, jiġifieri l-għaxar għanijiet li jagħtu stabilita' u livell ta' ħajja aħjar lil dawn il-pajjiżi li minnhom qed ikollna dawn l-eluf ta' immigranti illegali.", "Apparti minn dan, irridu nħarsu lejn din il-kwestjoni mil-lat purament uman.", "Dawn in-nies li qed jitilqu minn pajjiżhom qegħdin jegħrqu u qed isibu diffikultajiet kbar kemm fuq ir-ramel tad-deżert u kemm fil- baħar tal-Mediterran u qegħdin jagħmlu dan il-vjaġġ sabiex jiksbu dinja aħjar.", "Naħseb li fuq l-iżvilupp tal-politika barranija ta' l-Unjoni Ewropea nistgħu nieqfu hawn u nistgħu nibdew inħarsu b'mod intern għaliex illum aħna parti minn dak il-makkinarju.", "L-ewwel mistoqsija hija din: Mil-lat amministrattiv ta' l-Unjoni Ewropea, b'dawk l-istrutturi istituzzjonali li hemm illum, huwa possibbli li wieħed ikompli jestendi u jitkabbar?", "Il- mistoqsija l-oħra li kulħadd qiegħed jistaqsi hija din: It-Trattat ta' Nizza, bir-regoli u bil-mod li bih jittieħdu d-deċiżjonjiet, qiegħed ikun biżżejjed sabiex namministraw u mmexxu bih?", "Issa qiegħed nitkellem fil- plural għaliex illum aħna wkoll għandna l-obbligi tagħna f'dawn l- affarijiet.", "Ladarba ninsabu membri fl-Unjoni Ewropea, għandna d-dmir li naraw li jekk kemm-il darba nistgħu nagħtu kelma ta' kawtela, huwa dmir tagħna li nagħtuha u għalhekk lill-ministru għidtlu li aktar ma ninvolvu lil dan il-Parlament u aktar ma ninvolvu lill-Kumitat ta' l-Affarijiet Barranin, aktar il-vuċi tal-poplu Malti se tasal f'dawn il-fora.", "Ħafna qegħdin jgħidu li għalhekk f'Nizza nibtet l-idea li jkun hemm trattat kostituzzjonali sabiex ikun hemm forma differenti ta' korp ta' liġijiet sabiex it-tkabbir li jmiss ta' l-Unjoni Ewropea jkun jista' jsir b'mod iktar effiċjenti.", "Hawnhekk ta' min jistaqsi l-mistoqsija - u l-Onor.", "Michael Asciak għamel riferenza għaliha – dwar x'ġara mit-trattat kostituzzjonali li kien ir-riżultat tax-xogħol li għamlet l-Unjoni Ewropea ħalli jitfasslu liġijiet ġodda u liġijiet li jkunu jistgħu jgħinu l- amministrazzjoni ta' l-Unjoni Ewropea.", "Illum nafu li l-proċess huwa wieqaf wara li Franza u l-Olanda waqqfuh u għandek ħafna opinjonijiet minn mexxejja differenti madwar l-Ewropa ta' x'jista' jiġri jew le dwar dan.", "Għalija l-presidenza Ingliża kienet diżappunt kbir għax minkejja l-ħafna wegħdi, m'għamlet xejn dwar dan.", "Issa għandna l-presidenza Awstrijaka li għallinqas ma qalitx li se ssolvi l-problemi imma qalet li se tqajjem kuxjenza ħalli b'xi mod dan it-trattat jerġa' jibda jiġi kkonsidrat u mogħti l-importanza li għandu bżonn.", "Illum il-Ġermanja qed tgħid li temmen li hi se twassal għal xi forma ta' ftehim meta tasal il-presidenza tagħha u nafu sew li kemm il-Franċiżi kif ukoll l-Olandiżi qegħdin jgħidu li ma jaċċettawx li jerġgħu jmorru għand l- elettorat bl-istess draft tat-trattat kostituzzjonali u allura hemmhekk wieħed irid jara x'se jsir.", "Tajjeb li l-poplu Malti jkun informat li għaddejja attivita` kbira fl-Ewropa fuq din il-kwestjoni anke fil-livell tal-Parlament Ewropew fejn tnejn min-nies li żgur li l-ministru jiftakarhom, Andrew Duff u Johannes Voggenhuber li ħadu parti attiva ħafna fil-konvenzjoni, ressqu mozzjoni fil-Parlament Ewropew li ġiet aċċettata fejn huma pproponew ħafna emendi.", "Ħafna mill-emendi tagħhom ġew respinti għax il-Parlament Ewropew qallhom ċar u tond li ma kellhomx jorbtulhom idejhom.", "Il-Parlament Ewropew qallhom biex ma naslux f'deċiżjonijiet qabel ikun iddeċieda l-poplu għax inkella nistgħu ma nagħmlux taħdidiet.", "Ir- riżoluzzjoni tagħhom – m'għandix ċans nidħol fid-dettall hawnhekk – ħalliet il-bieb miftuħ għall-alternattivi dwar kif tiġi ffaċċjata l-problema tat- trattat kostituzzjonali.", "Huwa importanti li wieħed jinnota li f'din id- dikjarazzjoni hemm enfasi kbira li jiġu involuti fid-diskussjonijiet il- parlamenti nazzjonali, il-partiti politiċi u s-soċjeta` ċivili.", "Dan m'hu xejn ġdid għax il-Parlament Ewropew għandu feeling ta' parlament u ta' x'iridu l-popli għax hemmhekk hemm nies eletti li jirrappreżentaw nies differenti minn pajjiżi differenti u allura bilfors tieħu dik il-feeling.", "Ir-rwol tagħna għamilnieh f'dan il-pajjiż fis-sens li aħna għamilna d- dibattiti fil-partiti tagħna u anke iddiskutejna fil-Parlament.", "Forsi hemm min jgħid li stajna niddiskutu aktar u hemm min jgħid li stajna nerġgħu nikkonsultaw lill-poplu pero` pajjiżna kien għadu ħiereġ minn dibattitu sħun u trawmatiku li ħlielna ħafna mil-enerġija tagħna u għalhekk ma kienx għaqli li nagħmlu dan.", "Forsi hawn min ma jaqbilx miegħi pero` ma kienx għaqli li nerġgħu nidħlu f'dibattitu dettaljat ta' dokument legal u kompless bħal dan biex nispiċċaw naħlu ż-żmien u bir-riskju li jittieħdu deċiżjonijiet li jkunu dettati minn alleanza partiġġjana milli minn deċiżjoni serja fuq il-kontenut proprju u l-għanijiet aħħara tat-trattat kostituzzjonali.", "Il-partit Laburista, kif għidt, għamel l-istudji tiegħu u kif qal anke l- mexxej tal-partit għandu r-red lines tiegħu.", "Illum il-kelma red lines qed tiġi użata ħafna.", "Il- partit għandu linja li beyond which ma jaċċettax li jmur u dan se jibqa' validu anke jekk isir dibattitu ġdid fuq it-trattatt kostituzzjonali u anke jekk kemm-il darba se jgħidu l-ewwel parti u t-tieni parti naċċettawhom pero` t-tielet parti għandna xi tibdiliet eċċ. Qed isiru ħafna proposti.", "Hemm min qed jgħid li terġa' ssir konvenzjoni oħra u hemm min qed jgħid li għandhom isiru laqgħat mill-Parlament Ewropew mal-parlamenti nazzjonali u mal-Kummissjoni.", "Issa naraw x'jiġri pero` r-red lines li aħna ddeċidejna fuqhom li jinkludu l-ħarsien tan-newtralita`, l-entrenched clauses tal- Kostituzzjoni Maltija, il-miżuri għall-espansjoni ekonomika, it-twettiq ta' politika ta' ħarsien soċjali u l-qagħda ta' Għawdex bħala reġjun se jibqgħu hemmhekk u jkunu validi, tkun xi tkun id-diskussjoni li tqum għada pitgħada rigward dan id-dokument.", "L-Unjoni Ewropea għandha bżonn dokument effettiv, dokument li jkun l-għodda li bih tista' titmexxa bl-aktar mod ċar l-Unjoni ta' għada u għalhekk qed norbtu mat-tkabbir għax ma tistax tkabbar mingħajr ma tkabbar il-management u mingħajr ma jkollok statut li fuqu tmexxi b'kompetenzi li jkunu ċari.", "Dan huwa l-famuż plan D u issa jrid isir assessment ta' dak kollu li jkun qed isir fil-pajjiżi differenti fir-rebbiegħa tas-sena d-dieħla.", "Nerġa' ngħid li kelli okkażjoni nkun hemm meta l-Viċi President tal-Kummissjoni Margot Wallström qalet li l-Unjoni Ewropea la kellha plan A u lanqas plan B imma forsi kellha plan D. Jien ħadt l-impressjoni li din tefgħetha hekk u kulħadd beda jipprova jgħid D for democracy, D for discussion, D for dialogue u daħħlet l-idea tal-plan D. Pero`, hi x'inhi, anke l-paper li ħarġet il-Kummissjoni rigward il-plan D tgħid ċar u tond li hemm bżonn li jsiru d-diskussjonijiet mal-poplu ħalli naraw x'irridu nagħmlu.", "L-appell tiegħi lill-Ministru Michael Frendo fid-dibattitu tal-Kumitat ta' l-Affarijiet Barranin kien proprju li tibda d-diskussjoni fuq dan is- suġġett f'pajjiżna għax id-diskussjoni rigward l-Unjoni Ewropea mietet.", "Għamilna mill-1992 sa xi sentejn ilu at each other's throats fejn kull kelma u kull rapport li joħroġ nargumentaw fuqu u mbagħad dħalna membri u f'daqqa waħda waqaf kollox.", "Il-kwiet wara t-tempesta, Mr Speaker.", "Imma issa l-Unjoni Ewropea stess qiegħda fi problemi istituzzjonali u għandha bżonn id-dibattitu u għalhekk l-appell sinċier tiegħi huwa li niddibattu ħalli naraw x'inhuma l-opinjonijiet tal-pubbliku.", "B'rispett u bi gratitudni ngħid li l-ministru laqa' t-talba tiegħi mill-ewwel; ovvjament mhux qed ngħid li vara l-forum Malta fl-Ewropa minħabba li għidtlu hekk għax kien diġa` qed jaħseb fuqu pero` ħadem fuqu u immedjatament qalli li se jagħmel mezz kif nibdew niddiskutu.", "Nhar il-Ħamis se jkollna l-ewwel seminar ħalli nibdew nitkellmu.", "Ngħid ukoll li għalkemm jiena u l-ministru għandna relazzjoni tajba, xorta ma ddiskutejniex fit-tul u ma wasalniex biex inkunu nafu eżatt bil- quddiem x'forum se jkun.", "Dan se jkun sempliċiment forum ta' konsultazzjoni għall-gvern biss?", "Kif se jintegra mal-Parlament?", "X'se tkun ir-relazzjoni tiegħu mal-Kumitat ta' l-Affarijiet Barranin u Ewropej?", "Min se jiddeċiedi kif u meta jiltaqa' u x'aġenda se jkollu?", "Mhux qed ngħid li nattribwixxi xi motivi oskuri lilll-ministru!", "Huwa jaf li għandi kull rispett personali lejh u mhux qed ngħid dan biex naħslu bix-xemgħa imma qed nitkellem b'mod sinċier.", "Hemm bżonn li jkollna strutturi aktar trasparenti u mfasslin għall- bżonn tal-pajjiż li ma jitmexxewx mill-gvern tal-ġurnata imma li jkunu tal- poplu u tal-Parlament u mhux tal-ministeru.", "Bir-rispett kollu, il-ministeru huwa tal-gvern tal-ġurnata imma l-Parlament huwa tal-poplu.", "Il-Kumitat ta' l-Affarijiet Barranin huwa tal-Parlament.", "Il-ministru għidthomlu dawn il- ħsibijiet u jaf li kont nippreferi xi ħaġa taħt dan il-Parlament.", "M'iniex qed ngħid li mhux se jaħdem imma rridu nkunu nafu x'inhuwa r-rwol tiegħu u x'se jsir u ma jsirx.", "Ridt nistaqsi wkoll: Se jirdoppja x-xogħol ta' l-iscreening committee?", "Qed ngħid dan għaliex il-ministru f'ħin minnhom kien qalli li se jibda jara x'ġej mill-Unjoni Ewropea u jiddibattih mas- soċjeta` ċivili u l-NGOs.", "Issa ta' min ifakkar li aħna lanqas għandna liġi dwar min huma l-NGOs f'dan il-pajjiż u għalhekk ma nafx kif se niddeċiedu min huma.", "Bħalma jaf il-ministru, appena jistedinni biex nieħu parti, se nieħu parti bil-qalb kollha għaliex nemmen li għandna nikkontribwixxu għad- dibattitu f'dan il-pajjiż pero` huwa importanti li nagħmlu strutturi li verament ikunu rappreżentattivi.", "Mr Speaker, jiena nappella biex inħallu dan kollu warajna għaliex hawn min għadu qed iqanqal il-kwestjoni dwar x'konna u ma konniex u nħarsu 'l quddiem.", "Bir-rata li għaddejjin biha pajjiżi oħra - anke dawk li ngħidulhom li għadhom lura bħall-Bulgarija u r-Rumanija li qed nitkellmu fuqhom proprju f'dan id-dibattitu – se naqgħu lura.", "Jekk tħares lejn ir-reklami li jagħmlu dawn il-pajjiżi fuq it-turiżmu biss bħall-Kroazja u l- Montenegro, titbellah!", "L-iżvilupp li għamlu huwa kbir u ma nistgħux nibqgħu nitqattgħu ġo xulxin, nigirfu lill-xulxin, niġġieldu ma' xulxin u nħallu l- pajjiż aljenat bil-problemi ta' bejnietna.", "Dawk l-affarijiet għandhom jispiċċaw u għandna nħarsu 'l quddiem u nkunu pożittivi.", "Forsi hawn min jistaqsini għaliex qed nitkellem b'dan il-mod illum.", "Ir-risposta tiegħi hija li l-interess tiegħi mhux il-partit Laburista imma l-pajjiż u la l- kompetizzjoni għaddejja sparata, aħna ma nistgħux nibqgħu għaddejjin bit- tlikki tlikki u nipprovaw naraw min kellu raġun.", "Dak id-dibattitu għamilnieh, il-poplu ddeċieda u aħna rridu naħdmu flimkien ħalli nieħdu dak kollu li nistgħu u nagħmlu l-aħjar għall-poplu tagħna.", "Mr Speaker, irid isir stocktaking serju ta' fejn qegħdin u dan la jsir bil- one-liners, la bil-feel-good factor u lanqas bil-paroli fil-vojt.", "Irridu naraw xi kwalitajiet għandu dan il-pajjiż, x'opportunitajiet għandu, x'inhuma d-difetti li għandu, xi jżommu lura u x'nistgħu niżviluppaw.", "Dan li rridu nagħmlu u jien nemmen li dan għandu jkun id-dibattitu minn hawn 'l quddiem ħalli naraw kif se nistgħu nieħdu l-aħjar li nistgħu fil-qafas ta' l-Unjoni Ewropea.", "Inutli nkunu qegħdin fil-ġenna ta' l-art jekk ma nkunx naf liema frotta hija tajba għall-ikel u liema tista' tagħmlilna d-deni.", "Irrid inkun naf x'jien nagħmel, inkella se nibqgħu nħarsu filwaqt li ħaddieħor għaddej xkanat.", "Issa biex nagħmlu hekk, mhux retorika u propaganda rridu imma hard facts u nqabblu pajjiżna ma' membri oħra issa.", "Jekk aħna qegħdin hemmhekk u rridu nikkompetu, mhux ngħidu li qegħdin aħjar mil-Libja u mill-Alġerija.", "Aħna rridu nqabblu pajjiżna ma' min qiegħed fl- istess dgħajsa magħna ħalli nieħdu l-investiment u x-xogħol li qed imur għandhom u nieħdu t-turisti li qed imorru għandhom.", "Ma jfissirx li għaliex qegħdin fl-Unjoni Ewropea, kulħadd se jibda jġiblek sehmek fuq it- tray għaliex sehmu kulħadd irid jiġġieled għalih!", "Din hija xi ħaġa li naraha anke fir-renju ta' l-annimali.", "Anke l-istess frieħ tat-tigra, meta jmorru biex jerdgħu minn ommhom, jispiċċaw jiġġieldu bejniethom min se jaħtaf l-ewwel għaliex dan huwa l-istint.", "Ma nistgħux nippretendu li jġibulna l-affarijiet fuq it-tray tal-fidda jekk ma niġġieldux għalihom aħna.", "Meta tagħmel l-istocktaking, fatti trid u mhux feel good factor.", "Il-fatti huma li wara li saru ħafna wegħdi li kollox kien se jissolva ruħu malli nsiru membri, issa l-poplu qed jirrealizza ċerti affarijiet u ma nistgħux ninjorawh jew ngħidulu li qed jimmaġina!", "Dak ukoll irridu nagħtu kasu u nkejluh u mhux noqogħdu fuq l-istatistika u ngħidu li kien hemm professur li qal li aħna l-aktar pajjiż ferħan.", "Dan huwa ġenn!", "Aħna qegħdin hawnhekk nirrappreżentaw lill-kostitwenti tagħna, lill-Maltin u l-Għawdxin u mhux dan il-professur!", "Mr Speaker, il-gvern qed jgħid lill-poplu li fl-ewwel ħames snin irridu nbatu ftit imma dan irid ikun onest u jgħid lill-poplu li dawn l-affarijiet kien jafhom imma ma qallux lill-poplu biex jakkwista l- vot favur is-sħubija.", "Kien hemm min kien jgħid li l-Irlanda damu 13-il sena sakemm sabu saqajhom imma lilna kienu jakkużawna li qed inbeżżgħu, li ma nifhmux u li aħna injoranti f'dawn l-affarijiet.", "Nispera li aħna ma ndumux daqshekk imma naqblu li rridu ngħaddu forsi anke aktar minn ħames snin – nittama li l-perjodu jkun inqas - f'din is-sitwazzjoni.", "Imma, kif jgħidu l- Ingliżi, let's come clean u ngħidu l-affarijiet sew.", "Jiena m'iniex se nattakkakom fuq dawn l-affarijiet imma rridu npoġġu l- fatti fuq il-mejda u ngħidu x'inhi s-sitwazzjoni u minn fejn irridu nitilqu.", "Għalkemm għadni kemm għidt li għandna ħames snin inbatu pero` mhux kulħadd bata, għaliex dawk li sabu jobs fi Brussels, Luxembourg, Strasbourg u anke f'pajjiżna żgur ma batewx.", "Dawn ħadmu għaliex kienu qegħdin jaraw diġa` x'se jieħdu huma u ġew jaqgħu u jqumu x'se jiġri mill- poplu.", "Ħadd minnhom - u nisfidahom wieħed wieħed - ma qal lill-poplu Malti dak li qed jingħad issa dwar il-fatt li fl-ewwel ħames snin ikun hemm it- tbatijiet.", "Il-Prim Ministru kien jgħidilna li mill-għada se mmorru tajjeb imma issa dawn huma affarijiet li rridu npoġġuhom fil-ġenb.", "Mr Speaker, nieħdu eżempju ta' fejn qiegħed dan il-pajjiż.", "Issemmiet ħafna l-istrateġija ta' Lisbona li hija strateġija li suppost tirranġa l-pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropea ħalli jifformaw l-aktar ekonomija dinamika bbażata fuq l-għerf fid-dinja.", "Meta sar l-istudju biex naraw fejn qegħdin fil-parametri kollha tagħha, rajna li aħna konna fl-aħħar postijiet u l- iskuża tan-naħa l-oħra kienet li ma konniex nafu jekk hux se nidħlu jew le fl-Unjoni Ewropea.", "Mela hemm bżonn tkun membru ta' l-Unjoni Ewropea biex tinduna li d-dinja miexja lejn il- komputerizzazzjoni, lejn it-teknoloġija avvanzata u lejn il-globalizzazzjoni?", "Allura jekk ma nidħolx fl-Unjoni Ewropea dawn ma nagħmilhomx jew għallinqas ma nibdihomx?", "Jiġifieri ma tikkommettix ruħek li dawn l-affarijiet tibdihom fl-iskejjel sekondarji, fl- universitajiet, fil-kulleġġ vokazzjonali ħalli jkollna biex nagħmlu l-ikbar profitt minn dawn iċ-ċirkostanzi li se jiġu quddiemna?", "Imbagħad rajna r-revised Lisbon Strategy ta' Wim Kok li qal li l-affarijiet ma tantx imxew 'il quddiem u aħna għadna kemm varajna in-national reform programme.", "Wieħed jara li dan il-programm għandu ħafna miri u għandu strateġija għat-tkabbir u għall-ħolqien tal-postijiet tax-xogħol, uħud qed jgħidu li għadhom fl-istadju ta' l-ippjanar, oħrajn jgħidu li huwa on- going pero` hemm ftit wisq policies li ġew adottatti.", "Forsi ninsab żbaljat u jekk hu hekk nixtieq li l-ministru jikkorreġini pero` jiena ma qrajt imkien dwar fejn se jkollok monitoring u kull kemm se jkun hemm progress reports biex nassiguraw li l-miri ppjanati f'dan ir-rapport jintlaħqu u li l-flus li jintnefqu jagħtuna veru value for money.", "M'iniex forsi tekniku biżżejjed imma ma rajt imkien kif se jiġi monitored dan il-pjan ta' azzjoni.", "Fil-kontest ta' dawn l-affarijiet, irrid nitkellem fuq il-każ tas-social Europe.", "Bħala membru tal-partit soċjalista ma nistax ma nitkellimx fuq il- każ tas-social Europe fejn nistgħu nkabbru l-ekonomija imma rridu nissalvagwardaw il-politika soċjali ta' pajjiżna.", "Hawnhekk ngħid li dan irid jiġi difiż a tutti i costi kif jgħidu t-Taljani.", "Jiena nikkwota l- favorit tiegħi, Jacques Delors, li huwa wieħed mill-viżjonarji ta' l- Ewropa.", "Qabel kellna l-Jean Monnet imma llum il-viżjonarju per eċċellenza ta' l-Ewropa kif inhi llum u kif se tkun fil-futur għalija huwa Jacques Delors.", "Minkejja l-eta` li għandu, dan xorta jitkellem b'ċertu responsabbilta` u nikkwota xi ħaġa li qal riċentement:", "\"Governments will always change right, centre, left but European consensus must be able to hold on to what is essential.", "The difference between national experiences has to be accepted around two central ideas ...\",", "– żewġ ideat bażiċi – \"..... finding a balance between social values and the power of the market economy, ...\"", "– u dawn qed ngħidhom anke bħala gwida għalina l-leġislaturi li rridu nagħmlu dak li hemm bżonn ħalli mmexxu lill-pajjiż 'il quddiem anke ekonomikament.", "Nappella biex ma nitilfux dawn il-prinċipji minn quddiem għajnejna.", "\"..... finding a balance between social values and the power of the market economy, and two, recognising ....", "- u din interessanti għax fil-Lisbon agenda u anke fir-rapport ta' Wim Kok kien hemm min beda jgħid li ma nistgħux inkomplu nżommu l-valuri soċjali għax irridu nagħmlu t-tkabbir ekonomiku -", "\".... social issues as a development factor ...\" - mhux piż, mhux mażżra ma' għonqok, dawn huma a development factor -", "\"... and not as a by-product of the economy.", "Moreover the countries that are best prepared for the changes in Europe are those which have the most successful social dialogue and a solid welfare heritage.\".", "Kliem tad-deheb li rridu niżnuh u rridu nagħtuh l-importanza tiegħu għaliex dan huwa żgur balzmu għal min għandu għal qalbu l-welfare soċjali tal- pajjiż u tal-ħaddiema u tan-nies li jkollhom bżonn ta' din it-tip ta' attenzjoni.", "U Jacques Delors żgur mhux bniedem li tinjorah.", "Barra minn hekk, qal ukoll - forsi ma tantx għandu x'jaqsam, imma importanti li wieħed jikkwotah –", "\"One can longer say today that free trade in all its aspects leads to progress for all peoples.\".", "Wieħed jista' jitkellem iktar fuq din il-kwestjoni u ta' min anke jfakkar x'inhu għaddej fil-grupp soċjalista fil-Parlament Ewropew u fil-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea fejn qegħdin nipproduċu monographs, kotba fuq l-Ewropa soċjali, fuq il-problemi demografiċi ta' l-Ewropa, fuq it-tkabbir u l- istrateġija ta' l-investiment bl-għan aħħari wieħed; il-ħolqien tal- postijiet tax-xogħol.", "Kif għidt, dan huwa kliem għaref li wieħed għandu jixtarru.", "Ħalli nikkwota wkoll x'kien qal Jean Monnet: \"The goal of European construction was to bring people together rather than just states.\".", "Kellu l-viżjoni li mhux inġibu biss il-gvernijiet flimkien imma nġibu lill- popli flimkien u l-popli ma tistax iġġibhom flimkien jekk mhux billi jkollok iktar ġustizzja, ekwita` fit-tqassim tal-ġid u anke liberta` u prosperita`.", "Aħna rridu nħarsu lejn kemm nagħmlu progress jew le mis-sħubija tagħna fl- Unjoni Ewropea mill-punto di vista taċ-ċittadin u mhux mill-punto di vista ta' l-istat.", "Jekk il-GDP per capita ta' stat jidher sabiħ fuq il-karta, irridu naraw jekk l-individwu u ċ-ċittadin ta' dak il-pajjiż hux qed imissu sehmu minn dak li hemm imniżżel fuq il-karta.", "Hawnhekk jien dejjem inħobb b'rispett insemmi l-każ ta' l-Irlanda li, għalkemm għandha wieħed mill- ogħla GDP per capita ta' l-Unjoni Ewropea, hemm faxex tal-popolazzjoni, speċjalment l-anzjani, li m'humiex qegħdin komdi daqskemm qegħdin komdi l- anzjani sħabhom f'pajjiżi oħra ta' l-Unjoni Ewropea.", "Għalhekk Jacques Delors qal li l-pajjiżi l-iktar li huma ppreparati għat- tibdil fl-Ewropa huma dawk li kellhom djalogu soċjali li ta frott u li kellhom solid welfare heritage għax hemmhekk għandek l-appoġġ tal-poplu wkoll.", "U għalhekk irridu li jkun hemm konsultazzjoni wiesgħa bejnietna f'dan il-pajjiż, li titkellem fuq policies u miżuri li jirrigwardaw liċ- ċittadin aktar milli lill-istituzzjonijiet.", "U hawnhekk nerġa' nirrepeti dak li għidt fil-bidu.", "Irridu nagħtu kas x'qed jgħid il-poplu, mhux x'qed jgħidulna l-istituzzjonijiet minn barra, mhux ir-rapporti ta' nies fl- uffiċċju ġewwa Brussell li jiġu hawnhekk jieħdu ftit statistika, jixtarruha, jagħmlu rapport u jibagħtuhulna.", "Billi jkollna survey li minnu rriżulta li Malta hija wieħed mill-iktar pajjiżi ferħana fid-dinja, jiena m'iniex se ninsa r-realta` li niltaqa' magħha kuljum!", "Mr Speaker, irridu nagħtu kas l-inkwiet li jesprimu ċ-ċittadini u x'inhuma t-tamiet tagħhom.", "B'dan il-mod biss nistgħu nipproduċu policies ġodda u nagħmlu għanijiet li rridu nilħqu biex nagħtu iktar suċċess lis-sħubija tagħna fl-Unjoni Ewropea.", "B'hekk biss nistgħu nilħqu l-miri, meta naraw li dawn qegħdin jiġu msarrfa f'ħajja aħjar għaċ-ċittadin, f'iktar xogħol għaċ- ċittadin, iktar opportunitajiet għaċ-ċittadin, u wkoll pajjiż li ovvjament irid ikollu s-suċċessi tiegħu wkoll.", "Imma ma tistax tibni ekonomija u welfare state tajjeb jekk ma jkollokx iċ-ċittadini li qegħdin tajjeb.", "Sfortunatament l-approach hekk imsejjaħ neo-liberali biex ma ngħidlux konservattiv li ħa spinta mhux ħażin fl-Ewropa ma jaħdmix sew għall- ekonomija.", "U dan rajnieh.", "Per eżempju, riċentement rajna x'kien se jiġri fil-port workers directive fejn in-neo-liberaliżmu jgħid li la għandek il- kumpanniji multi-nazzjonali rridu nilliberalizzaw is-servizzi.", "Jekk taħseb u tirraġuna spassjonatament u tinsa li inti bniedem u li ħdejk u madwarek ikollok min jaqla' x'jiekol, tgħid li fit-teorija tajjeb għaliex tagħmel ekonomija min-nies, għandek iktar effiċjenza, eċċ. Pero` jekk ikollok kuxjenza soċjali, tista' tpoġġi l-ideat neo-liberali fil-prattika meta tkun taf li li bihom se tagħmel ħsara lill-ħaddiem?", "Kellna din il-port workers directive u kellna wkoll il-famuża Bolkestein directive tas-servizzi li llum ħadd ma jagħti kasha.", "Illum il-Parlament Ewropew kissirha u ramiha.", "Apparti l-esperjenza li kelli fil-Parlament Ewropew, insegwih sew u naħseb li qed jagħmel ftit xogħol mhux ħażin għaliex rajna każi, bħalma kellna fil- kwestjoni tal-port workers directive, fejn in-naħa soċjalista u dawk li jxeqilbu lejn ix-xellug irnexxilhom jikkonvinċu lin-naħa konservattiva, lill-EPP, li mexjin fid-direzzjoni ħażina rigward din id-direttiva.", "Forsi f'okkażjonijiet oħra l-EPP ikollhom il-kapaċita` jikkonvinċu lis-soċjalisti fuq affarijiet oħra, imma f'din il-kwesjtoni qegħdin naraw kemm l-ideat neo- liberali ta' nies bħal Bolkestein, li llum m'għadux kummissarju, ma kenux se jġibu ġustizzja mal-ħaddiema, imma kienu se jeqirdu ħafna jobs u ħafna postijiet tax-xogħol fil-portijiet tagħna.", "Tgħidli li forsi kienu jraħħsu xi ftit is-servizz.", "Jista' jkun li veru, pero` ma tistax ittellef il-ħobża ta' kuljum lil dawn in-nies kollha biex traħħas ftit is-servizz għax hemm l- element uman.", "U kif qalilna Jean Monnet l-ewwel irridu naħsbu fin-nies u anke Jacuqes Delors qalilna biex l-ewwel inħarsu lejn il-lat soċjali u mhux nagħtu kas in-neo-liberaliżmu li qed joħnoq l-Ewropa u anke f'oqsma oħra, mhux l-Ewropa biss imma d-dinja kollha.", "Il-politika ta' dawn il-multi-nazzjonali llum hija neo-liberali u jimpurtahom biss mill-profitti u ma jaraw xejn iktar.", "Per eżempju, il- bieraħ il-Ford qalet li m'għandhiex bejgħ u se ttajjar eluf ta' nies.", "Għaliex?", "Għaliex huma jimpurtahom biss li meta fl-aħħar tas-sena jmorru x- shareholders, jgħidulhom li għamlu daqstant profit u kieku żammew iktar impjegati ma kenux jagħmlu dak il-profitt.", "Forsi tistaqsini: Se tibqa' bl- idea li żżommhom għall-karita`?", "M'iniex qed ngħid hekk imma trid issib bilanċ bejn in-neo-liberaliżmu u bejn il-ġustizzja soċjali.", "U f'pajjiż bħal tagħna, fejn m'għandniex l-opportunitajiet fejn wieħed jimraħ minn job għal ieħor, irridu bilfors nibżgħu għal ċerti kategorji.", "Fl-Unjoni Ewropea tal-lum irridu noħolqu l-postijiet tax-xogħol.", "Din hija l-iktar ħaġa importanti, kif jgħid il-famuż slogan tal-partiti soċjalisti \"Jobs, jobs, jobs\" għaliex l-Ewropa, minkejja l-claims ta' kemm mexjin 'il quddiem, illum għandha ma' wiċċha madwar 20 miljun ruħ qiegħda.", "Dan m'iniex qed ngħidu biex ngħajjar lill-Ewropa.", "U hawnhekk irrid nagħmel rimarka.", "Riċentement konna fuq programm u għamiltha ċara li rridu nibqgħu kritiċi ta' l-Unjoni Ewropea.", "Ma nistgħux ngħidu li la issa aħna membru, nagħlqu ħalqna.", "Irridu nibqgħu kritiċi għax jekk ma tibqax kritiku ssir kompliċi f'dak li jkun qed isir, u mbagħad jikkritikak ħaddieħor.", "Irridu nibqgħu għajnejna miftuħin għal dak li jkun għaddej ħalli nkunu ċari f'dak li qegħdin nagħmlu.", "Irridu l-ħolqien tax-xogħol u rridu tqassim tajjeb tal-ġid u anke tax- xogħol.", "Il-ġid tal-pajjiż m'huwiex tal-pajjiż, imma jrid imur fi bwiet il- poplu, jitqassam b'mod ekwu u b'mod ġust mhux lill-għażżien u lil dak li ma jrid jagħmel xejn, imma lil min hu ċittadin serju u onest u bi dritt jistenna li jieħu sehmu mill-ġid tal-pajjiż.", "Irridu nsibu mezzi kif inkabbru l-ekonomija u noħolqu l-impjiegi, irridu niġġieldu lill- konservattivi li jemmnu li biex nirnexxu, minħabba l- kompetizzjoni globali u l-popolazzjoni li dejjem tikber - il-famuża problema demografika - irridu nnaqqsu mill-welfare state.", "Dan m'hu veru xejn.", "Nerġa' nikkwota lil Jacques Delors li qal li l-iktar pajjiżi li jagħmlu suċċess huma dawk li jorbtu dawn iż-żewġ affarijiet flimkien.", "F'każ li ma jsirx dan, la nistgħu nitkellmu fuq solidarjeta`, la fuq ġustizzja u lanqas fuq tqassim ekwu tal- ġid.", "L-isfida ta' l-Ewropa llum hija li tiffaċċja l-globalizzazjzoni u tibdilha f'opportunita` għall-benefiċċji taċ-ċittadini Ewropej u tal-bqija tad-dinja għax ma rridux ninsew ukoll ir-rwol fid-dinja politika, ekonomika ta' l- Unjoni Ewropea li iktar ma tikber iktar se jkollha piż u iktar se jkolha effett kull meta tiċċaqlaq 'l hemm jew 'l hawn.", "Dawn m'humiex sfidi faċli imma sfidi li rridu niddiskutu flimkien u sfidi li jagħtu ħafna materjal li nkunu nistgħu ngħidu bejnietna x'naħsbu fuq dawn l-affarijiet.", "X'se jkun il-kontribut tagħna?", "X'se ngħidu meta mmorru hemmhekk bħala ministri?", "Kif se tibqa' l-linja biex jekk jista' jkun mat-tibdil tal-gvern ikollna kontinwita`, ma jkollniex min jgħid mod u min jgħid mod ieħor?", "B'dan il- mod ikollna politika diġa` msawra u msajra mill-Parlament ħalli għada pitgħada jkun hemm kontinwita`.", "Irridu naraw, per eżempju, kif tikkompara l-Ewropa fix-xenarju internazzjonali globali tal-kompetittivita`.", "Politikament nafu li għandha rwol importanti.", "F'dawn il-fora li qed nissuġġerixxi li jsiru u f'dan id- dibattitu wiesa' li hemm bżonn jinfetaħ irridu nagħmlu dibattitu kif l- ekonomija ta' Malta tikkompara anke ma' dik tal-Bulgarija u tar-Rumanija li qed nitkellmu fuqhom u membri ġodda oħra.", "Irridu nitkellmu dwar id-dejn nazzjonali, l-investiment barrani u l-prospetti ta' żvilupp ekonomiku.", "Mr Speaker, b'saqajna ma' l-art irridu nammettu li ekonomikament m'aħniex sejrin tajjeb f'dan il-pajjiż, jgħid x'jgħid il-partit Nazzjonalista fil- gvern - mhux il-gvern - għax hemm għanijiet partiġġjani biex nibqgħu nbellgħu lin-nies ir-ross bil-labra.", "Tkellmu man-nies fit-triq u jgħidulkom, għalkemm intom tafu x'jgħidulkom imma forsi minħabba l-bżonn poliitku ma tammettux!", "Jekk inħarsu lejn l-istatistika nsibu li l-budget deficit tagħna huwa r-raba' l-ogħla fost il-25 membru ta' l-Unjoni Ewropea.", "L-inflazzjoni ta' 2.7% hija ogħla mill-medja kemm tal-15-il membru u kemm tal-25 membru ta' l-Unjoni Ewropea u f'Diċembru tas-sena l-oħra laħqet 3.01%.", "Id-dejn nazzjonali kompla jikber allavolja, to be fair, b'rata inqas mgħaġġla.", "Il-gross domestic product fis-sena 2004 kiber b'0.4% filwaqt li l-Bulgarija u r-Rumanija – jekk tippermettuli nuża l-frażi \"pajjiżi backward\" - kellhom tkabbir ta' 5% u 6%.", "Aħna għandna l-iċken tkabbir fil-pajjiżi kollha ta' l- Unjoni Ewropea.", "Il-forecast għas-sena 2005 kien ta' 1.7% u anke dan kien l- iċken fost il-pajjiżi membri kollha ta' l-Unjoni Ewropea.", "Id-dejn tal- gvern fis-sena 2000 kien 50.7% tal-gross national product, fis-sena 2001 tela' għal 62.4%, is-sena ta' wara għal 62.7%, fis-sena 2003 tela' għal 71.8% u fis-sena 2004 tela' għal 75%.", "Mid-dehra se nibqgħu telgħin!", "Meta se naqbdu n-niżla?", "Fejn jidħol iI-GDP per capita, dak li jgħidulu PPS bħala fattur, Malta huwa l-uniku pajjiż li niżel mill-pajjiżi membri ġodda u mistenni li jkompli jinżel meta tqabblu ma' pajjiżi oħra.", "Ftit ilu kellna argument fuq stazzjon televiżiv dwar il-fatt li kkwalifikajna għal Objective One.", "Ikkwalifikajna mhux għax tħabat il-gvern imma għax filwaqt li konna qegħdin noqorbu s-75% u naqbżu l-average ta' l- Unjoni Ewropea, f'dawn l-aħħar sentejn kellna downturn li providenzjalment - għalkemm huwa negattiv - kien pożittiv għalina għax il-gvern seta' jikklejmja li għadna ma wasalniex għal 75% tal-EU average u allura nikkwalifikaw awtomatikament għal Objective One.", "F'termini reali l-medja tad-dħul fil-ġimgħa għal kull persuna li għandha impjieg f'dan il-pajjiż niżlet b'0.8%.", "U dan huwa l-average.", "F'termini reali wkoll fl-2004 l-ekonomija wriet titjib żgħir ta' 0.5% u fis-sena 2003 dan kien negattiv, -1.7%.", "Skond is-Segretarju Parlamentari Tonio Fenech u skond il-Prim Ministru dawn l-istatistiċi juru li sejrin tajjeb ekonomikament meta fl-ewwel tliet xhur tas-sena 2005 ir-real GDP kien 3.8% inqas meta mqabbel ma' l-istess perjodu ta' l-2004?!", "Fil-manifattura kellna negative growth fl-aħħar 15-il xahar u l- esportazzjoni ta' l-affarijiet u s-servizzi fis-sena 2004 niżlet b'0.8% meta mqabbla mas-sena ta' qabel.", "Fl-ewwel tliet xhur tas-sena 2005 l- esportazzjoni ta' prodotti u servizzi waqgħet bi 12.9% meta mqabbla ma' l- ewwel tliet xhur tas-sena 2004, jiġifieri f'termini reali kien hemm tnaqqis ta' 14.1%.", "Dan tista' ssejjaħlu progress?", "Għalhekk irridu npoġġu saqajna ma' l-art u nagħmlu stocktake bis-serjeta`.", "B'din is-sitwazzjoni kif se nikkompetu f'din id-dinja ta' 25 membri ġodda jikkompetulna bi prezzijiet irħas, iktar aċċessibilita` għax jaslu iktar malajr għandhom peress li m'hemmx baħar jifridhom, b'pagi baxxi u b'nies kapaċi?", "Mr Speaker, ma rridux ninsew li għalkemm dawn għandhom pagi baxxi, huma nies intelliġentissimi u kapaċi jagħmlu dak kollu li jkun hemm bżonn jagħmlu.", "Dawn l-affarijiet mhux qed nivvintahom jien imma huma fatti ppubblikati mill-uffiċċju ta' l-istatistika ta' l-Unjoni Ewropea.", "Issa d-diskors inbidel u m'għadhomx jgħidu li mill-għada li nidħlu membri se mmorru tajjeb imma qegħdin jgħidu li jridu jgħaddu mill-inqas ħames snin.", "B'dawn iċ-ċirkostanzi u b'din it-tip ta' tmexxija ma nistgħux nikkalkolaw kif u meta se nieħdu r-ruħ.", "Inutli li jissemmew il-fondi għaliex jekk ma tamministrahomx tajjeb tista' titfagħhom ġo lenbut u jintremew, tista' titlifhom u ma tkun qed tieħu l-ebda value for money għalihom.", "Hawn min jaqla' ħafna flus pero' għaliex jagħmel ħafna kapriċċi, fl-aħħar tas-sena jsib li ma jkun faddal xejn u ma nvesta xejn għaliex ikun berbaqhom.", "Wisq nibża' li dan il-pajjiż miexi f'din il- linja.", "Dan kollu qed jirrifletti ruħu f'dak li qed jgħidu u jħossu n-nies.", "Jien nemmen li rridu nagħmlu sforz kollettiv fl-interess ta' pajjiżna.", "Nerġa' ngħid li m'iniex qed nagħmel kritika distruttiva imma qiegħed nappella biex niġbdu linja minn hawn u naħdmu ħalli nwaqqfu lili dan il- pajjiż fuq saqajh u nagħtuh l-imbuttatura li għandu bżonn biex nimxu 'l quddiem.", "Nerġa' mmur għal dak li tkellimt fuqu u l-ministru qabel miegħi.", "Irridu nagħmlu dibattitu wiesa' nazzjonali, li jkun ongoing, ninvolvu lil kulħadd, bla preġudizzju kontra ħadd, bla patronizzar u rridu niddeċiedu x'irridu minn din is-sħubija u kif se nakkwistaw dak li rridu.", "Jien ma nagħtix kas il-Euro barometers li jgħidu għax 50%, 57% ...", "Ħafna minnhom lanqas jafu fiex qegħdin, sempliċement kuntenti li għandna s-sħubija.", "Pero' issa rridu nsarrfu din is-sħubija in real terms billi nagħtuha l- valur tagħha u nagħmluha konkreta.", "Irridu nkunu nafu fejn jaqblilna u fejn ma jaqblilniex, u ma nibżgħux ngħidu le meta ma jkunx jaqblilna.", "Meta jmorru l-ministri tagħna jirrappreżentaw lil pajjiżna jrid ikollhom il-guts li fejn ma jaqblux jgħidu li ma jaqblux u jekk ikollhom xi riservi fuq xi ħaġa ma jiddejqux jgħidu li ma jistgħux jaċċettaw għalissa.", "Kif għidt, irridu ninvolvu lill-poplu u anke lill-Parlament.", "Per eżempju, jiena nistaqsi: Għaliex ma sar l-ebda dibattitu fil-Parlament dwar il-budget ta' l-Unjoni Ewropea?", "Illum jien membru tal-Parlament Malti u nemmen li għandu jkun hawn dibattitu ħaj jew stqarrijiet dwar deċiżjonijiet bħal dawn ħalli wieħed ikun jaf x'ġara matul il-proċess, tad- deċiżjonijiet, x'attitudini ħa l-prim ministru tagħna, stajniex ġibna iktar, stajniex kellna inqas, x'seta' mar agħar, kif nikkomparaw ma' pajjiżi oħra u jingħataw spjegazzjonijiet għaliex ħaddieħor ħa dak l-ammont kollu u aħna ħadna dak l-ammont.", "M'iniex qed nallega li ma kienx hemm xogħol tajjeb għaliex sinċerament ma nafx x'ġara.", "Aħna qrajna l-figuri u r-riżultati finali u kellna noqogħdu hemmhekk.", "Il-fatt huwa li għandna nanalizzaw, per eżempju, kif intlaqtu ċerti setturi, fosthom is-settur agrikolu u s-settur tar-raħħala.", "M'għandix ċans inkompli għax qed nara li l-ħin wasal biex jiskadili.", "Jistgħu, per eżempju, isiru studji dwar kif se jintlaqtu l-valuri tradizzjonali tagħna?", "Ma rridx inkun twajjeb iż-żejjed imma qegħdin nisimgħu ċerti ideat anke fuq il-morali tagħna li qegħdin jiġu bandied about.", "M'iniex qed nipprova nallarma lill-poplu, imma għandu jkollna forum fejn niddiskutu, per eżempju, kif se nintlaqtu bid-divorzju, kif se nintlaqtu bil-gay marriages u affarijiet bħal dawn?", "Jiena għad m'għandix opinjonijiet ifformati fuqhom, imma rridu nifformawhom, għax żgur se nkunu ffaċċjati biċ-ċans li nagħmlu għażla u nieħdu deċiżjonijiet.", "Nistgħu nfasslu pjan nazzjonali bil-miri li rridu nilħqu fi żmien stipulat, mhux gvern u soċjeta` ċivili biss u nħallu barra lil min ma jogħġobniex.", "Irridu nsaħħu l-istrutturi parlamentari u nipprovdu iktar fondi għal parteċipazzjoni ikbar fil-fora ta' l-Unjoni Ewropea.", "Mr Speaker, nagħlaq billi ngħid li l-istat ta' pajjiżna fil-preżent ifakkarni f'poezija li kiteb Alcaeus, poeta Grieg li kien jgħix 700 sena qabel Kristu, jisimha \"The ship of state\".", "M'għandi l-ebda ħsieb li naspira li jkolli komportament politiku bħalma kellu Alcaeus għax ma tantx kien sabiħ, imma dak li kiteb ifakkarni fis-sitwazzjoni f'pajjiżna u l- ministru se jitbissem la naqrahielu.", "Din il-poeżija tgħid hekk:", "\"Whether the winds rise or fall I cannot tell, for one way it goes out of 'ere another goes back in, And in the open sea within this wretched ship Gravely we suffer from the tempest.", "At the bottom of the mast, water has gathered all around, our sail is riddled from near edge to far, everywhere gaping holes and rigging hanging loose.\".", "Forsi daqsxejn negattiva ż-żejjed, pero` jiena nappella biex inxammru l- kmiem ħalli ma nħallux lil dan il-bastiment la jinkalja u lanqas jegħreq għax ilkoll negħrqu miegħu u d-dover tagħna huwa li nagħmlu minn kollox biex inwassluh fil-port li rridu nwassluh.", "Nagħlaq billi ngħid li naqblu mal-gvern li għandu jirratifika l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija ġewwa l-Unjoni Ewropea.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Insejjaħ lill-Ministru biex jagħmel il-winding up.", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Mr Speaker, naħseb li dan id-dibattitu juri li huwa importanti li jkollna diskussjonijiet fuq kif irridu li l-Ewropa timxi 'l quddiem.", "Fil-fatt l-iskop ta' dan id-dibattitu ma kienx biss li nirratifikaw it-trattat li diġa` ġie ffirmat - naturalment dak huwa l-iskop prinċipali – imma biex jagħtina wkoll l-opportunita`, kif fil-fatt tana, li nesprimu ftit ħsebijiet dwar kif irridu lill-Unjoni Ewropea tiżviluppa.", "Nirringrazzja lill-kollegi tiegħi miż-żewġ naħat tal-Kamra li taw il- kontribut tagħhom.", "Veru li d-dinja llum għandha ħafna affarijiet li huma in a state of flux u forsi l-poeżija li semma l-Onor.", "George Vella tindika dawn id- diffikultajiet.", "Allura rridu nkunu iktar flessibbli u iktar kapaċi li nirreaġixxu malajr għat-tibdil.", "Naħseb li l-fatt li nkunu fl-Unjoni Ewropea u li nipprovaw niżviluppawha kif nixtiequ aħna huwa parti mill- proċess tas-sħubija.", "Fil-fatt il-forum \"Malta fl-Ewropa\" huwa intiż li jkompli dan il-proċess u din id-diskussjoni biex inkunu nistgħu nallaċċjaw iktar mas-soċjeta` ċivili, nieħdu l-opinjonijiet tagħhom u nfittxu li jkun forum li jallaċċja ma' l-istrutturi eżistenti biex inkomplu dan id- dibattitu.", "L-ewwel dibattitu li se jsir il-Ħamis huwa dibattitu ġenerali fuq xi jmiss issa għall-Ewropa.", "Huwa tajjeb li jsiru dibattiti bħal dawn u dawn m'għandhomx jeskludu l-laqgħat f'diversi livelli, anke laqgħat parlamentari f'diversi fora oħrajn.", "Imma dan huwa forum tas-soċjeta` ċivili nnifisha u kif il-gvern jista' jallaċċja magħha.", "Jiena naqbel li dawn id-dibattiti jinfirxu kemm jista' jkun u għalhekk fil-fatt twaqqaf il-forum \"Malta fl- Ewropa\" li għadu fil-proċess li jagħmel ir-reklutaġġ tan-nies u ta' l- istrutturi tiegħu, jiġifieri għadu qed jinbena minn dak il-lat ukoll.", "Pero` dan huwa mezz importanti kif wieħed jista' jinstiga d-dibattitu u d- diskussjoni.", "Għamilna żmien niddibattu fuq jekk għandniex nidħlu fl-Unjoni Ewropea jew le, għamilna l-għażla u issa li qegħdin ġewwa rridu nżommu d-dibattitu għaddej fuq livell ieħor, fuq kif l-aħjar nagħtu l-kontribut tagħna.", "Nassigura lill-Onor.", "Vella u lill-pubbliku Malti li bla ebda dubju - għax jien naf kif naġixxu meta mmorru fil-Kunsill tal-Ministri u kif naġixxu meta mmorru fil-working groups - fil-kontest Ewropew aħna nfittxu li nimbuttaw l-interessi ta' Malta bħala membru ta' l-Unjoni Ewropea.", "Irridu nieħdu ħsieb l-interessi ta' pajjiżna u rridu wkoll Ewropa li tkun suċċess għax b'hekk inkunu suċċess aħna wkoll.", "Jiġifieri aħna nemmnu li l-Ewropa trid tagħti valur ġdid liċ-ċittadini u lill-istati membri tagħha, jiġifieri l-value added irid ikun għalihom ukoll.", "Fil-fatt ma fhimtx eżatt għaliex l-Onor.", "Vella tani l-impressjoni li qisu l- gvern iddeċieda waħdu li ndaħħlu lit-Turkija fl-Unjoni Ewropea.", "Jien nixtieq nagħmilha ċara li jien kont qed nirriferi għad-deċiżjoni li ttieħdet f'Diċembru mhux tas-sena 2005 imma tas-sena ta' qabel, biex jinfetħu n-negozjati mat-Turkija wara r-rapport li għamlet il-Kummissjoni and we endorsed il-pożizzjoni tagħha.", "Dakinhar kien ġie deċiż li għandhom jibdew in-negozjati, għandu jsir il-monitoring li qed titlob il-Kummissjoni u għandu jkun hemm zero tollerance għall-affarijiet li għandhom x'jaqsmu ma' tortura, ma' ksur ta' human rights u ma' nuqqas ta' demokrazija għax nafu li t-Turkija kellha ħafna minn dawn id-diffikultajiet.", "Ma nistgħux ngħidu li dawn id-diffikultajiet għaddew kollha, jiġifieri dan il- monitoring irid ikompli għaddej.", "M'għandix dubju li fi ħdan il-Kumitat ta' l-Affarijiet Barranin u Ewropej jista' jkun hemm lok għal diskussjoni dwar is-sitwazzjoni tat-Turkija llum.", "Imma l-pożizzjoni li ħa l-gvern m'hijiex xi pożizzjoni ġdida u ma ħabbarthiex jien hawnhekk imma sempliċement ħadt l-okkażjoni ta' dan id-dibattitu fuq ir-ratifika tat-trattat ta' adeżjoni bejn l-Unjoni Ewropea u r-Rumanija u l-Bulgarija biex nitkellem fuq is- sitwazzjoni tat-Turkija u l-pożizzjoni li ħadna.", "L-istess fir-rigward tal-Kroazja, Malta fi ħdan l-Unjoni Ewropea dejjem qalet - u din hija pożizzjoni pubblika għall-aħħar - li huwa importanti li l-Kroazja tikkollabora mill-iktar fis possibbli u tfittex li jkun hemm soluzzjoni - u fil-fatt kien hemm soluzzjoni - għall-issue tal-ġeneral Gotovina.", "Pero` huwa importanti li nżommu l-istess playingfield għall- Kroazja u mhux nagħmlu xi ostaklu lill-Kroazja iktar milli nagħmlu għal ħaddieħor.", "Allura fil-kontest mhux biss tal-Kroazja imma wkoll ta' l- istabilita` fil-Balkani nilqgħu l-ftuħ tad-diskussjonijiet mal-Kroazja għax iktar ma kienu qed idumu ma jinfetħu n-negozjati mal-Kroazja iktar kien qed jintbagħat messaġġ negattiv lill-Balkani.", "Naħseb li dan mhux biss huwa fl- interess ta' l-Unjoni Ewropea, imma ta' pajjiżna għaliex huwa pajjiż fir- reġjun Mediterranju.", "Dan mhux biss huwa pajjiż tal-kontinent Ewropew, imma huwa pajjiż b'kosta kbira Mediterranja u b'interess kbir fil-baħar Mediterran.", "Naħseb li l-pożizzjoni tagħna kienet ġusta u naħseb li ż-żmien tana raġun ukoll.", "L-Unjoni Ewropea fil-kontest tat-tkabbir trid tara wkoll tistax tkompli tiffunzjona b'mod li tkun effettiva.", "Dan huwa importanti ħafna u din hija r- raġuni għaliex aħna favur li l-presidenza Awstrijaka terġa' taqbad id- diskussjoni dwar x'inhi t-triq li għandna nieħdu issa li t-trattat kostituzzjonali weħel f'żewġ pajjiżi.", "Mr Speaker, naħseb li huwa importanti li d-diskussjoni ssir pero` l-ftehim li kien hemm fuq il-perspettivi finanzjarji biex il-pajjiżi l-ġodda jkunu jistgħu jirċievu l-għajnuniet li għandhom bżonn kien importantissimu.", "Jiena ngħid li kien importanti li ntlaħaq il-ftehim taħt il-presidenza Ingliża għax dak kien l-iżbokk li reġa' fetaħ id-diskussjoni u kieku ma kienx għal dak l-iżbokk, kien ikun diffiċli ħafna li taqbad id-diskussjoni fuq it-trattatt kostituzzjonali.", "Malta tat is-sehem li kellha tagħti u fittxet li tieħu l-aħjar deal għaliha.", "Ma naqbilx mal-pożizzjoni li semma l-Onor.", "George Vella.", "Jiena għandi l-ikbar rispett għall-kontribut tiegħu fil-Parlament u fix-xogħol politiku tiegħu kollu pero` ma naqbilx li l-Objective One qisha ġiet mingħajr sforz min-naħa tagħna.", "Nista' nassigurah li kien hemm sforz min- naħa tagħna u ma naħsibx li jkun ġust li ngħidu hekk għax kien hemm mument fejn jiena bħala ministru ta' l-affarijiet barranin mort fil-kumitat tal- ministri li jitkellem dwar l-affarijiet ġenerali u r-relazzjonijiet esterni, li huwa l-kumitat li fih jiltaqgħu l-ministri ta' l-affarijiet barranin u li huwa l-kumitat li fl-istruttura ta' l-Unjoni Ewropea l- ministri ta' l-affarjiet barranin jibqgħu l-lead ministry għar-rigward il- financial perspectives u għandhom x'jaqsmu wkoll ma' Objective One issues.", "Forsi għal ħafna nies din tidher anomalija pero` dan seħħ għax għal żmien twil fl-Unjoni Ewropea kien hemm biss kunsill wieħed u dan kien il-kunsill magħmul mill-ministri ta' l-affarijiet barranin.", "Din baqgħet parti mir- remit ta' dan il-kunsill u allura mort hemmhekk u kont għidt bl-iktar mod kategoriku li għal Malta m'huwiex aċċettabbli li aħna għadna deħlin fl- Unjoni Ewropea u ma nkunux pajjiż fl-Objective One.", "Din kienet dikjarazjzoni kategorika u kienet marbuta mal-fatt li aħna nemmnu li ma kellu qatt jidħol pajjiż fl-Unjoni Ewropea u b'xi mod jiġi mneħħi minn Objective One għax ikun hemm l-effett tat-tkabbir li kienet ir-raġuni li kienet se toħroġna mill-Objective One.", "Aħna ddefendejna l-biċċa tagħna u għidna kategorikament li mhux aċċettabbli għalina.", "Imbagħad ġara li r-reviżjoni ta' l-istatistika wriet li fil-fatt konna nidħlu fl-Objective One.", "Apparti minn hekk, il- Ġermanja rrevediet l- istatistika tal-GNI tagħhom 'il fuq u allura dik żgur għenitna pero` diġa` konna għamilna dikjarazzjoni bl-aktar mod ċar u ħdimna ħafna.", "Fl-aħħar mill- aħħar li jinteressana hu li pajjiżna daħal fl-Objective One u jiena ngħid li ma tistax tħares lejn sitwazzjoni fejn aħna dħalna fl-Unjoni Ewropea u konna ninħarġu 'l barra minnha b'dan il-mod.", "Naħseb li dik hija sodisfaċenti għal pajjiżna.", "Jiena nemmen li l-Unjoni Ewropea tagħti opportunitajiet oħrajn li n-nies tan-negozju f'pajjiżna għandhom bżonn iħarsu lejhom bis-serjeta`.", "Hawnhekk għandna bżonn diskussjoni u għandna bżonn ukoll li ngħollu l-viżibilita` ta' x'qed jiġri fl-Unjoni Ewropea.", "Jiena għadni ġej mil-Libja fejn ħdimna ħafna wkoll bħalma ħdimna mal- pajjiżi tas-south tal-Mediterran biex inkomplu nsaħħu r-relazzjonijiet ekonomiċi tagħna.", "Dik hija realta`, pero` hemm realta` oħra li tirrigwarda s-suq intern.", "Naħseb li huwa importanti ħafna li nirrealizzaw li d-dħul tar-Rumanija u tal-Bulgarija qed isaħħaħ u jkabbar dak is-suq intern u li hemm opportunitajiet għal pajjiżna li għandna nħarsu lejhom f'dawn is-swieq.", "Mhux qed nitkellem għall-opportunitajiet ta' min ikun fil-kummerċ u jmur jinvesti fil-proprjeta` u affarijiet bħal dawn imma qed nitkellem aktar fuq kif aħna nistgħu noffru s-servizzi tagħna u nieħdu vantaġġ mill-ftuħ ta' dawn is-swieq.", "Il-kumpanniji tagħna li huma b'saħħithom f'dawn is-setturi għandhom jaraw x'opportunitajiet jista' jkollhom f'dan is-suq intern għax dan joħloq xogħol f'pajjiżna wkoll.", "Il-kummerċ huwa dejjem two way u l- kummerċ joħloq ix-xogħol f'pajjiżna meta jinfetħu swieq oħrajn.", "Irridu nesportaw mhux biss ħwejjeġ u prodotti oħrajn imma anke servizzi.", "Dawn huma affarijiet li żgur irridu nkomplu niddiskutu f'dibattitu nazzjonali u naħseb li dak li pprovajna nagħmlu f'dan id-dibattitu kien eżattament dan; li jkollna aktar opportunitajiet li niddiskutu l-politika barranija u tajjeb li nagħmlu", "dan kemm fi ħdan il-kumitat kif ukoll meta nkunu f'din il-Kamra.", "Anke bħala gvern ridna li din ir-ratifika ssir billi jkun hawn dibattitu bħal dan fil-Parlament għax tatna l-okkażjoni li mhux biss inħarsu lejn ir- realta' ta' dawn iż-żewġ pajjiżi imma nħarsu lejn kif qed tiżviluppa l- Unjoni Ewropea kollha.", "Nerġa' ngħid li għandna nilqgħu lil dawn iż-żewġ popli ta' dawn iż-żewġ pajjiżi fil-familja Ewropea.", "Aħna rridu li d- dibattitu fuq fejn sejra l-Unjoni Ewropea jkompli għaddej fil-pajjiż.", "Il- viżjonijiet tagħna ta' kif qed tiżviluppa l-Unjoni Ewropea m'humiex statiċi imma huma dinamiċi.", "Ikun hemm realtajiet ġodda li jinħolqu fid-dinja li aħna rridu nħarsu lejhom ukoll u hawn dibattitu għaddej fil-pajjiż dwar dan.", "Per eżempju, hawn min qed jistaqsi fejn huma l-fruntieri ta' l-Ewropa, kemm aħna kapaċi nassorbu pajjiżi f'daqqa u dwar x'inhu t-tempo li rridu nużaw.", "Illum aħna parti minn din id-diskussjoni u Malta llum huwa l-pajjiż li jrid jgħid iva għad-dħul tar-Rumanija u tal-Bulgarija imma aħna rridu nkunu impenjati li nkunu ċari fuq x'irridu eżatt li tkun l-Unjoni Ewropea.", "Jien diġa` għidt li aħna bħala gvern nemmnu - u din esprimejniha kemm-il darba - li aħna favur li l-Ewropa tibqa' miftuħa għat-tkabbir pero` nemmnu wkoll li rridu nżommu quddiem għajnejna li t-tkabbir irid ikun suċċess u biex ikun suċċess it-tkabbir, iridu jkunu lesti għat-tkabbir kemm dawk li diġa` qegħdin fl-Unjoni Ewropea kif ukoll dawk li jridu jidħlu u rridu naraw ukoll li l-livell ta' ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem, tad- demokrazija u tal-pluraliżmu jinżamm dejjem fit-territorju kollu ta' l- Unjoni Ewropea.", "Dan huwa proċess li Malta hija parti minnu.", "Malta qed tibnih flimkien ma' ħaddieħor u naħseb li d-dibattitu f'dan il-Parlament wera li qed infittxu aktar konverġenza fil-politika barranija biex il- kredibilita` ta' pajjiżna tkompli tikber.", "Mr Speaker, jiena nirringrazzja lil kulmin tkellem f'dan id-dibattitu u naħseb li għandna consensus f'dan il-Parlament li għandna nirratifikaw dan it-trattat li permezz tiegħu, aħna nkunu għamilna dak kollu li nistgħu biex ir-Rumanija u l-Bulgarija jsiru membri sħaħ ta' l-Unjoni Ewropea.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-mistoqsija hi l-Mozzjoni kif imressqa u moqrija mill-Ministru", "għall-Affarijiet Barranin.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "MR SPEAKER: Insejjaħ issa lill-Ministru biex, jekk jogħġbu, iressaq l- Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar l-Erbgħa, 25 ta' Jannar 2006, fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:-", "Abbozz ta' Liġi biex jimplimenta Miżuri ta' l-Estimi - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali - Tieni Qari; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar l-Akkwist ta' Artijiet għal Skopijiet Pubbliċi - Tielet Qari. -----------------------------------", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Reġistru Ċentrali - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "Insejjaħ lis-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO (Segretarju Parlamentari): Mr Speaker, nixtieq li f'dan il-ħin li għandi naqsam ma' din il-Kamra tliet ħsebijiet, il-ħtieġa tal-konċett ta' manutenzjoni, il-kunsilli lokali bħala l-enerġija għall- ħolqien ta' impjiegi fil-komunita' kif ukoll il-valur tal-volontarjat.", "Forsi dawn huma tliet ħsebijiet ftit distinti minn xulxin imma fuq livell komunitarju, meta wieħed iħares lejn kif tiżvolġi l-ħajja fis-soċjeta' tagħna naħseb li hemm relazzjoni bejniethom.", "Mr Speaker, l-ewwel li nixtieq insemmi huwa l-konċett tal-ħtieġa tal- manutenzjoni.", "Hawnhekk għadu kif kellna dibattitu fuq l-Unjoni Ewropea u fuq il-pajjiżi li qed jaspiraw li jidħlu membri fiha.", "Meta aħna konna għadna fil-fażi ta' l-applikazzjoni, il-poplu Malti kien jaspira li la nidħlu membri fl-Unjoni l-affarijiet jibdew isiru aħjar.", "Issa li dħalna membri u r-running in għaddej ġmielu rridu nibdew nidraw nitkellmu dwar kif nistgħu niżviluppaw dan il-konċett ta' xi tfisser manutenzjoni.", "Qed ngħid hekk għaliex ħafna drabi tkun miexi jew qed issuq u tibda tara bankini u toroq b'ħafna patching li jkun sar b'intenzjoni tajba u li jkun sar tajjeb pero' mbagħad maż-żmien ma tkunx saret il-manutenzjoni tiegħu.", "Jiena hawnhekk mhux qed nirreferi għat-toroq biss, għax din il-ħaġa tiġri anke fil-każ ta' mollijiet, pjazez, monumenti u roundabouts.", "Il- manutenzjoni hija mod kif wieħed jieħu ħsieb proġett kapitali u ma' kull nefqa fuq proġett kapitali, kemm jekk tkun saret minn kunsill lokali kif ukoll jekk tkun saret mill-gvern ċentrali, wieħed għandu jivvota wkoll ċertu ammont għall-manutenzjoni.", "Mr Speaker, qed nesprimi dawn il-ħsebijiet għaliex il-lokalitajiet tagħna rridu nħarsu lejhom bħala enerġija għall-ħolqien ta' impjiegi.", "Għal dan il- għan irridu nibdew nagħtu ratings għall-affarijiet li nagħmlu.", "'Il quddiem għad irridu nibdew nagħmlu rating jekk, per eżempju, bankina hijiex safe jew le biex wieħed jimxi fuqha.", "Ma jistax ikun li nibqgħu fis-sitwazzjoni li bankina li tkun saret b'mod tajjeb bil-madum numru ta' snin ilu ma nagħmlux manutenzjoni tagħha bil-konsegwenza li jkollna ħafna madum jiċċaqlaq u min jimxi fuqhom jibda jaħseb li se jweġġa'.", "Hawnhekk kulħadd irid iġorr ftit tar-responsabbilta'.", "Kulħadd għandu ftit tat-tort u kulħadd għandu ftit tal-preġju imma rridu nerfgħu r-responsabbilta'.", "Mr Speaker, aħna dħalna responsabbli li jsiru t-toroq fiż-żoni tal-Ħandaq u ta' l-Imrieħel.", "Dan kien xogħol tajjeb pero' mbagħad mill-banda l-oħra ma tistax tagħmel proġett kapitali u ladarba tkun lestejtu titilqu għal rieħu u tippretendi li dan il-proġett se jibqa' tale quale għal mitt sena.", "Xejn m'hu sagrosant u xejn ma jibqa' jservi għal mitt sena.", "Mr Speaker, dawn l-affarijiet jiġru.", "Wieħed ħabib tiegħi sarkastikament kien jgħidli biex ma naqtax qalbi għax forsi la nidħlu fl-Unjoni Ewropea l- affarijiet jibdew jitjiebu.", "Pero' issa aħna membri ta' l-Unjoni Ewropea u l-affarijiet għadhom ma nbidlux.", "Dan jiġri mhux biss fi proġetti li jkun għamel il-gvern ċentrali imma fi proġetti li jkunu saru minn kunsill lokali.", "U kultant forsi tidħol il-pika għax ċertu proġett ikun sar minn ċertu sindku u allura s-sindku li jiġi warajh ma tantx jagħtu kasu għax ma jkunx għamlu hu.", "Jiena qed niġbed l-attenzjoni dwar dan għaliex huwa importanti li kemm il- kunsilli lokali kif ukoll il-gvern ċentrali jaraw li ssir il-manutenzjoni meħtieġa.", "Ma nistgħux nibqgħu fis-sitwazzjoni li affarijiet li jkunu saru b'mod tajjeb jitħallew jitkissru.", "Nifhem li hemm spejjeż involuti, pero' dawn huma affarijiet li importanti li jsiru.", "Dan qed ngħidu għax minn għaxar snin ilu 'l hawn ħafna kunsilli lokali rrivoluzzjonaw id-dehra ta' dan il-pajjiż permezz ta' toroq u bankini ġodda, imma mbagħad, ladarba dawn tlestew, qatt ma saritilhom manutenzjoni.", "Mr Speaker, f'dawn l-aħħar ġimgħat ħafna toroq saritilhom il-ħsara minħabba l-maltemp.", "Dawn ma jistgħux jitranġaw faċilment sakemm jieqaf dan il- maltemp, pero' ta' min igħid li l-biċċa l-kbira tal-ħofor li hemm fit-toroq qegħdin fejn xi darba sar il-patching minħabba s-servizzi tal-water services.", "Il-maltemp ma tistax tevitah u allura ma jistax ikun li jibqa' jkollna irresponsabbilta' bil-konsegwenza li fejn qabel kien hemm il- patching illum hemm toqba.", "Ma jistax ikun li ħadd ma jerfa' r- responsabbilta'.", "Jiena qed ngħid dan min-naħa tal-gvern, u qed ngħidu għax ma naċċettax li nagħmel parti minn sistema li għax aħna mdorrijin nagħmlu hekk allura nibqgħu nagħmlu hekk.", "Kif tieqaf din ix-xita, il-kunsilli lokali u l-gvern se jonfqu eluf kbar ta' liri biex jirranġaw dawn il-ħofor.", "Ma jistax ikun li dawn jiġu rranġati mingħajr garanzija li dawn ma jerġgħux jinqalgħu ma' l-ewwel erba' taqtiriet li jmiss.", "Wara kollox, il-flus li jintnefqu f'dawn it-toroq, kemm jekk mill-kunsilli lokali u kif ukoll mill-gvern ċentrali, huma flus il-poplu.", "Mr Speaker, jiddispjaċini jekk qed nweġġa' lil xi ħadd imma jidhirli li għandha tinġibed l-attenzjoni dwar dan.", "Jekk hemm proċeduri li jridu jitranġaw, jitranġaw, pero' ma jistax ikun li l-water services corporation u l-kunsilli lokali jibqgħu jirranġaw it-toroq bil-cold asphalt.", "Din is- sistema wżajniha biżżejjed biex inkunu f'pożizzjoni nieqfu ftit, inħarsu lura u nibdew naraw x'nistgħu nirranġaw minn dak li bdejna naħdmu fuqu.", "Ħsieb ieħor li nixtieq inwassal huwa dwar kif il-komunitajiet tagħna huma l-enerġija li kapaċi toħloq l-impjiegi.", "Jien hawnhekk irrid infaħħar il- konċett li qegħdin ikomplu jiżviluppaw anke bħala GRTU li llum m'għadhiex biss tiddiskuti issues fuq livell ċentrali biss, imma qed tiddiskuti mal- gvern anke issues ta' natura lokali li huma importanti ħafna għas-sidien tan-negozji ż-żgħar.", "F'dan il-pajjiż il-gvern m'huwiex waħdu u allura jekk trid issolvi l-problemi trid tara ż-żewġ konċetti flimkien.", "Hemm l- issues li trid tiddiskuti mal-gvern ċentrali u l-issues li tiddiskuti ma' xi 70 gvern lokali.", "Per eżempju, l-Unjoni Ewropea bil-Lisbon Agenda tnissel it-tellieqa bejn il-gvernijiet ċentrali tal-pajjiżi membri għall- aħjar sistema edukattiva u l-aħjar sistema ta' l-IT.", "Bil-Lisbon Agenda wieħed jista' jikkalkula liema pajjiż huwa attrezzat l-aħjar f'dawn l- oqsma.", "Jiena ngħid li wasal iż-żmien li niżviluppaw b'dan il-mod ukoll it- tifsira tal-gvern lokali.", "Il-gvernijiet lokali jridu jkunu mbuttati – u dan għidtu lis-sindki fil-laqgħa ta' l-assoċjazzjoni tal-kunsilli lokali – biex jibdew iħarsu lejn il-komunitajiet tagħhom bħala sors ta' ħolqien ta' impjiegi.", "Iridu jibdew jikkalkolaw x'impjiegi qegħdin joffru n-negozji li għandhom.", "Mr Speaker, din m'hijiex l-ewwel darba li tkellimna b'dan il-mod.", "Dan il- ħsieb ilni nipprova niżviluppah għal dawn l-aħħar ħames snin u nsibuh imniżżel fil-programm ta' ħidma li konna ppubblikajna f'Ġunju 2005.", "Irridu naslu f'sitwazzjoni fejn ikollna djalogu sostenibbli bejn is-settur kummerċjali u l-komunita'.", "Ma jistax ikollna iżjed sindki li jgħidu, anke f'laqgħat pubbliċi, li l-interess primarju tagħhom huma l-ħteġijiet tar- residenti.", "L-interess primarju tas-sindku huwa tal-komunita' sħiħa li hi magħmula mis-settur kummerċjali u industrijali u mis-settur residenzjali.", "Il-ħteġijiet tagħhom għandhom ikunu ta' l-istess importanza u bħala gvern lokali jrid jipprova jilħaq bilanċ bejn il-ħteġijiet tat-tnejn li huma.", "L- ebda wieħed m'għandu jkollu supremazija fuq l-ieħor.", "M'għandux ikun li wieħed jirkeb fuq l-ieħor jew li wieħed ibaxxi rasu għall-ieħor, imma ż- żewġ setturi, dak tar-residenti u dak tal-kummerċ iridu jifhmu li jridu jgħixu flimkien u allura rridu nirresponsabbilizzaw liż-żewġ setturi flimkien.", "Issa jekk irridu nibqgħu nitkellmu fuq ħolma, nibqgħu nitkellmu fuq ħolma, pero' dak li huwa prattiku u reali llum xi darba kien ħolma għal xi ħadd u għax ħolom u tkellem fuqu, sar realta' llum.", "Mr Speaker, ftit tal-ħin ilu konna qegħdin nitkellmu fuq l-Unjoni Ewropea.", "Xi darba kienet ħolma li aħna nkunu membri fiha pero' llum hija realta' għax xi ħadd ma beżax u ma staħax jesprimi ħolma.", "U din għandha tkun il- ħolma tagħna, li naraw il-kunsilli lokali jħarsu 'l quddiem u jaraw kif huma jistgħu jiżviluppaw il-politika imprenditorjali fil-komunita' tagħhom.", "Il-GRTU tagħmel tajjeb li tinsisti li l-komunitajiet għandhom ikunu enerġija għall-ħolqien ta' l-impjiegi.", "Għalhekk jagħmel sens dak li kont qed ngħid qabel li l-kunsilli lokali għandhom jaraw li ssir il-manutenzjoni għaliex wara kollox il-manutenzjoni ġġib il-kumdita' lil kulħadd.", "Għaldaqstant jiena nerġa' nisħaq fuq din il-ħtieġa.", "Huwa veru li anke l- gvern ċentrali jidħol f'din il-ħaġa, pero' dan qed ngħidu mhux għax il- gvern ċentrali jibża' jerfa' l-piż waħdu, imma għax il-bidu tal-politika ċentrali hija fil-politika lokali.", "Jiena nemmen li ma nistgħu niżviluppaw l-ebda settur ta' politika ċentrali jekk ma jkollhiex il-bidu tagħha fil-politika lokali.", "Għal din ir-raġuni huwa tajjeb li għandna l-politika ta' l-isport, il-politika taż-żgħażagħ, il-politika għall-anzjani u l-politika għall-infrastruttura fil-kunsilli lokali.", "Hawnhekk mal-kelma \"politika\" jiena nixtieq indaħħal ukoll il-kelma \"attenzjoni\" għaliex huwa tajjeb li l-kunsilli lokali jagħtu attenzjoni lill-anzjani, lill-infrastruttura, liż-żgħażagħ u lill-isport għax huwa minn dan il-livell li tibda tiġi żviluppata l-politika li mbagħad issib il- milja tagħha fil-politika ċentrali.", "B'dan il-mod ukoll ikun hemm sinerġija fil-mod ta' kif tiġi żviluppata l-ħidma politika f'dan il-pajjiż bejn iż- żewġ fronti, dak lokali u dak ċentrali.", "Mr Speaker, jiena niftakar dan il-konċett jiġi spjegat numru ta' snin ilu, kważi 12-il sena ilu, meta l-partit Nazzjonalista għall-ewwel darba kien ippubblika fuljett li kien jistqarr x'inhuma l-ideali tiegħu.", "Dak iż-żmien jiena kont president tal-kulleġġ tal-kunsilliera.", "Dak kien id-diskors tagħna.", "Illum qed nerġa' kważi nirrepeti x'konna għidna 12-il sena ilu fuq kif għad trid tiżviluppa l-politika tal-kunsilli lokali.", "Issa rridu nagħmlu qabża 'l quddiem.", "Ħafna toroq saru, ħafna bankini saru, ħafna dwal inxtegħlu u l-kunsilli lokali żviluppaw.", "Issa jmiss it-tieni għaxar snin ta' ħidma tal-kunsilli lokali, u minn hawn nappella lill-kunsilli lokali biex mhux biss iħarsu lejn il-ħtieġa ta' l-interessi tar-residenti imma tal- komunita' sħiħa.", "Mr Speaker, xtaqt nitkellem ukoll fuq il-valur tal-volontarjat li huwa valur importanti fil-ħajja tagħna.", "Jiena mhux l-ewwel darba li qomt nitkellem f'Aġġornament u qsamt ħsebijieti dwar dan is-suġġett.", "Rigward il- volontarjat jiena ġieli semmejt il-kelma \"deficit socjali\".", "F'dan il- Parlament nitkellmu ħafna fuq id-deficit strutturali u fuq dak fiskali.", "B'xi mod il-gvern għandu jidher li għandu kontroll assolut tad-deficit fiskali pero' mill-banda l-oħra d-deficit soċjali m'huwiex responsabbilta' tal-gvern biss imma tan-nisġa kollha li għamel lill-poplu tagħna dak li hu.", "II-gvern jerfa' waħdu r-responsabbilta' tad-deficit", "finanzjarju, imma r-responsabbilta' tad-deficit soċjali ma jistax jerfagħha waħdu.", "Mr Speaker, dan qed ngħidu għax meta nħares lejn il-mod kif qed tiżviluppa s-soċjeta' tagħna jiena nara li ħafna drabi l-fibra morali, il-fibra ta' l- etika, il-fibra tal-valur anke tal-volontarjat, donnha qiegħda ttaffi u qiegħda tisparixxi.", "Illum qisu li ċ-ċittadin m'għadux tant jimportah mill- ġid komuni u iżjed qed jimportah mill-ġid personali tiegħu.", "Illum donnu li ċ-ċittadin m'għadux jaħseb fuq il-cake sħiħ imma jaħseb biss fuq x'se jmissu minn dan il-cake.", "Illum qegħdin naraw ftit iktar egoiżmu u ftit iktar indifferenza lejn il-ġid komuni.", "Mr Speaker, parti minn dan kollu forsi jiġi mill-fatt li dan il-gvern Nazzjonalista f'dawn l-aħħar snin qeda l-ħteġijiet fundamentali tal-poplu tagħna.", "Illum il-poplu tagħna sar iżjed indipendenti mill-ħidma tal-gvern u sar iżjed irid jaħseb għal rasu għaliex il-valuri prinċipali tas-soċjeta' b'xi mod ġew moqdija matul is-snin.", "Illum m'għadx għandna issues li fuqhom irridu niġġieldu flimkien.", "Issa hija iżjed kwestjoni ta' min se jkollu l- iktar ġid personali.", "Jiena naħseb li dan huwa l-effett anke tas-soċjeta' materjalista li qed ngħixu fiha u għalija dan huwa d-deficit soċjali.", "Mr Speaker, proprju l-aħbarijiet tal-Ħadd li għadda kienu ddominati mill- konsagrazzjoni ta' Mons. Mario Grech bħala Isqof għal Għawdex.", "Kif qal anke l-President ta' Malta meta ġie intervistat fuq stazzjon televiżiv lokali, kienet ħaġa sabiħa li tara lill-poplu magħqud jifraħ f'dik l-okkażjoni.", "Is- sabiħ kien li rajna poplu għadu jifraħ b'dawn l-affarijiet.", "Mons. Mario Grech, bil-konsagrazzjoni tiegħu ta' isqof ġiegħel lill-poplu Malti jaħseb fuq min hu l-isqof.", "Meta kellem lill-poplu Malti dan l-isqof ġdid qal sentenza li jiena naħseb li biha ħalla impressjona tajba fuq min kien qed jisimgħu.", "Huwa qal li jrid jagħti ħajtu għas-servizz tal-poplu.", "F'dinja fejn kulħadd sar jaħseb iżjed fih innifsu, sar jaħseb iktar x'jista' jakkwista hu u x'se jmissu hu fuq livell personali hu, sentenza bħal din donnha ħasdet u qajmet is-subkonxju ta' ħafna nies.", "Donnu li din is- sentenza ġiegħlet lil ħafna nies jaħsbu li għallinqas għad baqa' min huwa lest jagħti ħajtu għal xi ħadd.", "Mr Speaker, jiena qed nagħmel din ir-riflessjoni għaliex din is-sentenza laqtet lili wkoll u ġegħlitni nirrifletti.", "Kemm hawn nies li meta jilħqu ċerta pożizzjoni, jilħquha biex ikunu ta' servizz?", "Għandna nies li jaħsbu li meta laħqu, ma laħqux għal ħaddieħor imma laħqu għalihom infushom biss.", "Ilħaqt avukat, ilħaqt saċerdot, ilħaqt membru parlamentari, ilħaqt ministru, segretarju parlamentari, ilħaqt x'ilħaqt, donnhom ħafna nies jaħsbu li laħqu għalihom infushom, biex jagħtu servizz lilhom infushom f'dik il-kariga.", "Kemm għandna nies li meta jilħqu jew jiġu fdati b'xi responsabbilta', din tkun tfisser li se jsiru kollox għal dawk li jiddependu minnhom?", "Kemm għandna nies li jagħmlu din ir-riflessjoni?", "Hawn numru ta' nies fis-soċjeta' tagħna li l-istatus tagħhom fis-soċjeta' jużawh biex l-ewwel ħaġa jippromwovu l-interessi tan-negozju tagħhom aktar mill-interessi ta' dawk li jirrappreżentaw.", "Jiena qed nagħmel din il- mistoqsija għax inħossni fid-dmir li nagħmilha.", "M'iniex qed nitkellem fuq affarijiet li għandhom x'jaqsmu mad-distrett tiegħi imma fuq affarijiet li għandhom x'jaqsmu mat-tessut soċjali li jagħmel il-ħajja tagħna dik li hi.", "Mr Speaker, qed ngħid dan kollu biex nuri li s-sabiħ tal-volontarjat hu li - u anke fil-politika għandna ħafna minnu – li dak li jkun jagħti servizz.", "Dan għandu jkun il-għan anke fil-politika, u jiena naf li fuq iż- żewġ naħat tal-Kamra għandna politiċi, kunsilliera u sindki li qegħdin hemm proprju biex iservu.", "Fit-tellieqa dawn huma n-nies li jingħarfu minn dawk li laħqu għall-iskopijiet tagħhom personali.", "Lil dawn in-nies li qegħdin hemm biex iservu jiena nsellmilhom tas-servizz li huma qegħdin jagħtu.", "Jiena naħseb li l-volontarjat qiegħed jintilef ftit ftit.", "Ħafna nies iħobbu jagħmlu volontarjat in short term.", "Per eżempju, l-għada tal-Milied kien hemm il-programm \"L-Istrina\", fejn ħafna żgħażagħ taw volontarjat u għandna wkoll il-Kerygma li permezz ta' nies li joffru s-servizzi tagħhom jorganizzaw il-maratona tal-volleyball.", "Imma l-volontarjat on the long term kemm għadu bħala valur?", "U hawnhekk jiena rrid nagħmel sejħa.", "Għandna ħafna ċentri taż-żgħażagħ f'idejn l-azzjoni kattolika u f'idejn għaqdiet oħra li huma magħluqa fil-komunitajiet tagħna.", "Huwa komdu li toqgħod id-dar u mhux tieħu ħsieb xi ċentru taż-żgħażagħ - u jiena naf x'jiġifieri tieħu ħsieb ċentru taż-żgħażagħ – pero' minn dan il-post uffiċjali minn fejn nista' nkellem lill-poplu tagħna, nappella biex jinfetħu aktar ċentri għaż- żgħażagħ.", "Fl-aħħarnett nagħmel sejħa wkoll lill-kunsilliera u lis-sindki li qed jagħtu servizz ta' volontarjat nobbli.", "J'Alla jkollna wkoll nies li qegħdin fin-negozju, huma ta' liema kulur huma – u jiena inħobb nagħmel dan l- appell kważi kull sena qabel l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali – li jaslu biex ikunu ta' servizz għal sħabhom billi joħorġu għall-elezzjonijiet lokali.", "Dawn m'għandhomx jidħlu għal dan it-tip ta' volontarjat għal wiċċhom biss jew għall-ħteġijiet tagħhom biss imma għandhom jidħlu biex joffru s-servizzi tagħhom u l-viżjoni tagħhom fil-kunsilli lokali għall-ġid tas-settur kollu kemm hu.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada, l-Erbgħa 25 ta' Jannar 2006 fis-6.00p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra ġiet aġġornata mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "ENERGY POLICY", "14157.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' il-Ministru jgħid meta hu maħsub li tiġi approvata energy policy ibbażata fuq l-obbliġi ta' Malta ma' l-Unjoni Ewropea?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Jien informat li d-draft ta' l-energy policy hija lesta.", "Il-gvern, flimkien ma' l-awtorita' dwar ir-riżorsi, qed jirrivedi xi punti importanti u meta jittieħdu d-deċiżjonijiet fuqhom, il-policy document ikun jista' jiġi ppubblikat għall-konsultazzjoni.", "Informat ukoll illi ma jeżisti l-ebda obbligu komunitarju li jiġi prodott dokument ta' dan it-tip, iżda dan id-dokument xorta waħda se jkun konsistenti ma' dak kollu li Malta nnegozjat u/jew qed tinnegozja ma' l- Unjoni Ewropea fir-rigward ta' din il-materja.", "KUNSILLI LOKALI", "14158.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hemmx talba għat-twaqqif ta' kunsilli lokali ġodda?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi fil-preżent m'hemm l-ebda talba biex jitwaqqfu kunsilli lokali ġodda.", "ĦRUĠ TA' VISAS", "14159.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' visas li nħarġu lil Cinizi biex jidħlu Malta fl-2004 u l-2005?", "ONOR.", "TONIO BORG: Waqt li matul l-2004 inħarġu 2,648 visa għal persuni ta' nazzjonalita' Ċiniża sabiex ikunu jistgħu jidħlu Malta, fl-2005 inħarġu biss 846.", "ĦADDIEMA TAT-TARZNARI", "14160.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm tħallsu overtime u allowances il-ħaddiema taż-żewġ tarznari fl-2003, 2004 u 2005?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal- Kamra.", "ĦRUĠ TA' VISAS", "14161.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jindika n-numru ta' visas li nħarġu fl-2004 u l-2005 biex nies mill-Ukrajna jkunu jistgħu jidħlu Malta?", "ONOR.", "TONIO BORG: Waqt li matul l-2004 inħarġu 3,565 visa lil persuni ta' nazzjonalita' Ukrena sabiex jidħlu Malta, fl-2005 inħarġu biss 2,862.", "PERMESS TAX-XOGĦOL", "15793.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn refuġjati u/jew klandestini li għandhom permess tax-xogħol?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-ammont ta' refuġjati b'permess tax-xogħol sa Ottubru 2005 kien ta' 247, filwaqt li l-ammont ta' persuni bi stat umanitarju u bil-permess tax-xogħol kien ta' 19.", "Informat ukoll li b'kollox hawn 2,203 persuni li m'humiex ċittadini ta' pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropea li għandhom permess tax-xogħol.", "TWELID TA' TRABI", "15794.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm trabi twieldu lill-immigranti rregolari f'Malta?", "ONOR.", "TONIO BORG: In-numri ta' trabi li twieldu minn immigranti irregolari akkomodati f'ċentri ta' detenzjoni bejn l-2002 u l-2005 hu ta' 38.", "PERMESS TAX-XOGĦOL", "15795.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid kemm persuni ta' nazzjonalita' barranija għandhom permess jaħdmu hawn Malta u minn liema pajjiż huma?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-ammont ta' persuni ta' nazzjonalita' barranija b'permess tax-xogħol sa Ottubru 2005 kien ta' 3,533, bil-lista ta' minfejn ġejjin titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "ĊITTADINANZA MALTIJA", "15796.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm persuni ngħataw iċ-ċittadinanza Maltija f'dawn l-aħħar ħames snin u minn fejn ġejjin?", "ONOR.", "TONIO BORG: Filwaqt li nirriferi l-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 13530, ninsab informat li l-informazzjoni mitluba għas-sena 2005 qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "SERVIZZI VETERINARJI U SAJD", "16239.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 15862 u jgħid għaliex ma ġiex appuntat direttur ġenerali għas-servizzi veterinarji?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Waqt li l-pożizzjoni li qed issir riferenza għaliha issa tissejjah direttur ġenerali, servizzi veterinarji u sajd, nista' nikkonferma li l-post ġie reklamat fis-17 ta' Awissu, 2005 permezz ta' ċirkolari OPM 34/2005.", "Ġew intervistati numru ta' kandidati, iżda l-proċess ta' l-għazla għadu ma ġiex iffinalizzat.", "AGRIKOLTURA U SERVIZZI RURALI", "16240.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 15863 u jgħid għaliex għadu ma ġiex appuntat direttur ġenerali għall-agrikoltura u servizzi rurali?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Waqt li l-pożizzjoni li qabel kienet tissejjaħ direttur ġenerali, agrikoltura u żvilupp rurali saret tissejjaħ direttur ġenerali, servizzi rurali u kap tal-paying agency, nista' nikkonferma li l- post ġie reklamat fis-17 ta' Mejju, 2005 permezz ta' ċirkolari OPM 21/2005.", "Il-kandidati ġew intervistati u fit-8 ta' Novembru, 2005 ġew mgħarrfa li ħadd ma nstab idoneu biex jimla dan il-post.", "ĦADDIEMA MAL-KUNSILLI LOKALI", "16241.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 15898 u jassigurana li l-ħaddiema li d-WSC bagħtet mal- kunsilli f'Għawdex, ma jitilfux id-dritt li jirritornaw għax-xogħol li kellhom mal-korporazzjoni kemm-il darba ma jidrawx ix-xogħol mogħti lilhom?", "ONOR.", "TONIO BORG: Il-ħaddiema li ġew assenjati mal-kunsilli lokali ta' Għawdex huma kollha uffiċjali pubbliċi li qabel kienu detailed mal- korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma.", "L-imsemmija ħaddiema, li jammontaw għal 33, kellhom id-detailing tagħhom revokat minn ma' l-istess korporazzjoni u ġew trasferiti għal mad-dipartiment għall-gvern lokali biex jiġu assenjati lill-kunsilli lokali Għawdxin.", "Dan issa hu l-post permanenti tagħhom.", "MALTA DAIRY PRODUCTS", "16297.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 15904, jista' il- Ministru jinformana minfejn tixtri l-ħalib il-Malta Dairy Products Ltd.?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Niġbed l-attenzjoni ta' l-Onor.", "Interpellant li l- Malta Dairy Products Ltd mhijiex kumpannija li l-gvern għandu l-maġġoranza ta' l-ishma fiha.", "PREZZ TAL-BAJD", "16298.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 15900 u jagħti l-prezz medju tal-bajd frisk at farmgate level fl-ewwel disa' xhur tas-sena 2005?", "Jista' jipprovdi simili informazzjoni għal dawn l-aħħar ħames snin?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Il-prezz medju tal-bajd frisk fis-sena 2004 kien ta' Lm35.71 kull 100kg, jiġifieri 67c4-il kartuna.", "Il-prezz medju fl-ewwel disa' xhur ta' l-2005 kien ta' Lm33.03 kull 100kg, jiġifieri 62c0-il kartuna.", "Ma teżistix statistika għall-ħames snin li għaddew.", "PREZZ TAL-MAJJAL", "16299.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 15902 u jagħti l-prezz medju tal-majjal frisk at farmgate level fl-ewwel disa' xhur tas-sena 2005?", "Jista' jipprovdi simili informazzjoni għal dawn l-aħħar ħames snin?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il- mejda tal-Kamra.", "KONSULENTI", "16388.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jagħti lista ta' konsulenti jew kumpanniji ta' konsulenti, lokali u barranin, li l-ministeru u l-enti kollha li jaqgħu taħtu għamlu użu minnhom matul l-2005?", "Fiex jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u x'kienu l-ħlasijiet?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għar- risposta ta' mistoqsija parlamentari 16264.", "MOBILE PHONES", "16389.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid x'inhi l-ispiża totali li l- ministeru, inkluż l-enti kollha li jaqgħu taħtu, għamlu fuq mobile phones matul is-sena 2005?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sakemm ma ningħatax raġuni għala qed tintalab ma nara l-ebda skop li tali informazzjoni għandha tinġabar, aktar u aktar meta tagħrif dettaljat fuq l-infiq attwali tal-gvern jingħata fir-rapport finanzjarju li t-teżor jippubblika aktar tard fis-sena.", "MOBILE PHONES", "16390.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhi l-ispiża totali li l-ministeru u l-enti kollha li jaqgħu taħtu għamlu fuq mobile phones matul l-2005?", "ONOR.", "TONIO BORG: Sakemm ma ningħatax raġuni għala qed tintalab ma nara l-ebda skop li tali informazzjoni għandha tinġabar, aktar u aktar meta tagħrif dettaljat fuq l-infiq attwali tal-gvern jingħata fir-rapport finanzjarju li t-teżor jippubblika aktar tard fis-sena.", "MOBILE PHONES", "16391.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' il-Ministru jgħid x'inhi l-ispiża totali li l-ministeru u l-enti kollha li jaqgħu taħtu għamlu fuq mobile phones matul l-2005?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Sakemm ma ningħatax raġuni għala qed tintalab ma nara l-ebda skop li tali informazzjoni għandha tinġabar, aktar u aktar meta tagħrif dettaljat fuq l-infiq attwali tal-gvern jingħata fir-rapport finanzjarju li t-teżor jippubblika aktar tard fis-sena.", "MOBILE PHONES", "16392.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid x'inhi l-ispiża totali li l-ministeru u l- enti kollha li jaqgħu taħtu għamlu fuq mobile phones matul l-2005?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Sakemm ma ningħatax raġuni għala qed tintalab ma nara l-ebda skop li tali informazzjoni għandha tinġabar, aktar u aktar meta tagħrif dettaljat fuq l-infiq attwali tal-gvern jingħata fir-rapport finanzjarju li t-teżor jippubblika aktar tard fis-sena.", "MOBILE PHONES", "16393.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid x'inhi l-ispiża totali li l- ministeru u l-enti kollha li jaqgħu taħtu għamlu fuq mobile phones matul l- 2005?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sakemm ma ningħatax raġuni għala qed tintalab ma nara l-ebda skop li tali informazzjoni għandha tinġabar, aktar u aktar meta tagħrif dettaljat fuq l-infiq attwali tal-gvern jingħata fir-rapport finanzjarju li t-teżor jippubblika aktar tard fis-sena.", "PARK AND RIDE", "16562.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jgħid fiex wasal il-proġett tal-park and ride fil-Floriana, peress li jidher li x-xogħol waqaf ħesrem?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "SAĦĦA MENTALI", "16576.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid jekk hijiex kostitwita l- kummissjoni għas-saħħa mentali?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Il-kummissjoni għas-saħħa mentali għadha mhijiex kostitwita peress li qiegħda tiġi mistħarrġa l-possibbilta' li din il- kummissjoni terġa' tiġi kostitwita b'termini ta' riferenza xierqa u rilevanti.", "MPO", "16589.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid xi ħsieb għandu l-gvern dwar il- management & personnel office?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Bħal diversi ministeri oħra, l-uffiċċju tiegħi għaddej minn ristrutturar fil-livelli għolja tal-ministeru.", "L-uffiċċju tal- management and personnel kif ukoll il-post ta' direttur ġenerali jifformaw parti minn dan ir-ristrutturar u huwa ttamat illi deċiżjoni dwar din il- vakanza, bħal oħrajn, tittieħed kemm jista' ikun malajr.", "ENTI PUBBLIĊI", "16605.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' il-Ministru tgħid liema huma l-kumpanniji u awtoritajiet/corporations li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha?", "Min huma d-diretturi u l-membri tal-bord ta' kull waħda mill-enti msemmija aktar 'il fuq?", "X'inhu l-ħlas annwali ta' kull membru?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li m'hemm l-ebda kumpannija, awtorita' jew korporazzjoni taħt id-dekasteru tiegħi.", "ENTI PUBBLIĊI", "16607.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid liema huma l-kumpanniji u awtoritajiet/corporations li jaqgħu taħt id- dekasteru tiegħu?", "Min huma d-diretturi u l-membri tal-bord ta' kull waħda mill-enti", "msemmija aktar 'il fuq?", "X'inhu l-ħlas annwali ta' kull membru?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 16421.", "ENTI PUBBLIĊI", "16609.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid liema huma l-kumpanniji u awtoritajiet/corporations li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?", "Min huma d- diretturi u l-membri tal-bord ta' kull waħda mill-enti msemmija aktar 'il fuq?", "X'inhu l-ħlas annwali ta' kull membru?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal- Kamra.", "IMPJEGATI ĠODDA", "16610.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' il-Ministru jgħid kemm ħaddiema ġodda ġew impjegati matul l-2005 mad- dipartimenti u enti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Apparti għal min issostitwixxa persuni f'pożizzjonijiet eżistenti jew mela pożizzjonijiet eżistenti, il-ministeru ngaġġa senior adviser u erba' support officers.", "Sa l-aħħar ta' l-2005, kienu marru jaħdmu f'istituzzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea 24 impjegat tal-ministeru.", "ENTI PUBBLIĊI", "16611.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' il-Ministru jgħid liema huma l-kumpanniji u awtoritajiet/corporations li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?", "Min huma d- diretturi u l-membri tal-bord ta' kull waħda mill-enti msemmija aktar 'il fuq?", "X'inhu l-ħlas annwali ta' kull membru?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 16423.", "IMPJEGATI ĠODDA", "16612.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid kemm ħaddiema ġodda ġew impjegati matul l-2005 mad- dipartimenti u enti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li matul l-2005 l-impjegati ġodda mal-ministeru u l-enti li jaqgħu taħtu kienu kif ġej:", "|Ente |Impjega|Grad | | |ti | | |MTA | 1|Executive | | | |chairman | |MTA | 1|Procurement | | | |manager | |Ministeru | 1|Advisor - EU | | | |Matters | |Turiżmu u | 1|Adv. - Academy | |Kultura | |of Music | |Teatru | 1|General manager | |Manoel | | | |St James | 3|Art animators | |Cavalier | | | |St James | 10 |Guest relations | |Cavalier | |officers | |Heritage | 14 |Front office | |Malta | |assistants | |Heritage | 3|Executives | |Malta | | | |Heritage | 1|Conservator | |Malta | | | |Heritage | 1|Data collator | |Malta | |technician |", "IMPJEGATI ĠODDA", "16613.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm ħaddiema ġodda ġew impjegati matul l-2005 mad-dipartimenti u enti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal- Kamra.", "ENTI PUBBLIĊI", "16614.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid liema huma l-kumpanniji u l- awtoritajiet/corporations li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?", "Min huma d- diretturi u l-membri tal-bord ta' kull waħda mill-enti msemmija aktar 'il fuq?", "X'inhu l-ħlas annwali ta' kull membru?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 16424.", "IMPJEGATI ĠODDA", "16615.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' il-Ministru jgħid kemm ħaddiema ġodda ġew impjegati matul l-2005 mad-dipartimenti u enti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "ENTI PUBBLIĊI", "16616.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid liema huma l-kumpanniji u awtoritajiet/corporations li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha?", "Min huma d- diretturi u l-membri tal-bord ta' kull waħda mill-enti msemmija aktar 'il fuq?", "X'inhu l-ħlas annwali ta' kull membru?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 16425.", "IMPJEGATI ĠODDA", "16617.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' il- Ministru tgħid kemm ħaddiema ġodda ġew impjegati matul l-2005 mad- dipartimenti u enti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Ninsab informata li fid-dipartimenti li jaqgħu taħt il-ministeru għal Għawdex ma ddaħħal l-ebda mpjegat ġdid matul l-2005.", "IMPJEGATI ĠODDA", "16619.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid kemm ħaddiema ġodda ġew impjegati matul l-2005 mad-dipartimenti u", "enti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu skond il-grad?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "TIBDIL FIL-LIĠIJIET TA' DIVERTIMENT", "16633.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-kummissjoni li twaqqfet biex fost l-oħrajn tissuġġerixxi tibdil fil-liġijiet ta' divertiment, ngħatatx terminu ta' żmien meta għandha tlesti r-rapport tagħha?", "ONOR.", "TONIO BORG: Iva, fl-iqsar żmien possibbli.", "KORS TAT-TEFL", "16634.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jwiegeb mistoqsijiet parlamentari 16201 u 16533 u jgħid jekk għal dan il-kors kienx hemm aktar minn lecturer wieħed?", "Min huma u x'kellu jkun is-suġġett tagħhom fil-kors tat-TEFL?", "Possibbli li kellu jitħassar il-kors għax wieħed minnhom kien indispost?", "Ma jaħsibx il-Ministru li dawk li applikaw u ddeċidew li jattendu ma kellhomx jiġu ddiżappuntati fl-aħħar sigħat qabel ma jibda l-kors?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-korsijiet mill-MUS u l-ISE huma ta' natura kummerċjali u offruti biss jekk u meta kummerċjalment viabbli.", "KORS TAT-TEFL F'GĦAWDEX", "16636.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 16534 u jgħid kemm qed jattendu għall-kors tat-TEFL fiċ-ċentru ta' l- universita` f'Għawdex?", "Min qed jagħti l-lectures?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-kors tat-TEFL għadu ma bediex – applikaw 11-il persuna u jekk ikun hemm 17-il applikant, x'aktarx li l-kors jibda fis-17 ta' Frar 2006 - bil-kors jiġi offrut minn Bell International, bil- kollaborazzjoni taċ-ċentru ta' l-universita' u l-ministeru għal Għawdex.", "ST.", "EDWARDS COLLEGE", "16637.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 16313 u jgħid x'passi ttieħdu mid-diviżjoni ta' l-edukazzjoni rigward il- periklu li jeżisti fil-gallarija ta' dik li qabel kienet id-dar tas-surmast tal-Kulleġġ St. Edwards?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li m'hemmx gallarija fid-dar tas-surmast imma hemm parapett.", "Informat ukoll li l-perit tal-kulleġġ ma kkundannax dan il-parapett u li se jsir xi xogħol u refurbishment ieħor - dan il-bini ma jintużax ħlief għal xi live-ins u fih ma jkunx hemm tfal – u li l-perit qatt ma ta parir biex it-tfal jitwarrbu minn hemm, għalkemm it-tfal mhux qed jitħallew fil- viċinanzi.", "Fil-parapett isir biss it-tindif.", "KORS TAT-TEFL", "16641.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jwiegeb mistoqsijiet parlamentari 16200 u 16532 u jgħid min hu l-lecturer li kien indispost?", "Kemm dam indispost?", "Kemm applikaw u kemm minnhom irtiraw u ddeċidew li ma jattendux il-kors tat-TEFL?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Kien hemm 17-il student li applikaw u minnhom irtiraw sebgħa.", "Dwar il-parti l-oħra tal-mistoqsija mhux tingħata informazzjoni peress li dan il-każ jinvolvi mard.", "GĦALLIEMA JIRTIRAW BL-ETA'", "16644.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid kemm għalliema se jirtiraw bl- eta` fit-tieni u t-tielet term ta' din is-sena skolastika?", "X'suġġetti jgħallmu u f'liema skejjel qegħdin bħalissa?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: In-numru ta' għalliema li se jirtiraw bl-eta' ta' 61 sena matul it-tieni u t-tielet term ta' din is-sena skolastika huwa ta' 36.", "Lista tas-suġġetti li jgħallmu bħalissa qed titpoġġa fuq il-mejda tal- Kamra.", "AWTORITA' GĦALL-PORTIJIET", "16665.", "L-ONOR.", "JOSEPH DEBONO GRECH staqsa lill-Ministru għall- Kompetittivita' u Komunikazzjoni: B'riferenza għad-diskors tal-budget, fejn intqal li l-awtorita' marittima u d-dipartiment ta' l-avjazzjoni ċivili se jiġu amalgamati f'awtorita' waħda, jista' il-Ministru jgħid meta hu maħsub li sseħħ din l-amalgamazzjoni?", "Se jkunu involuti xi esperti u/jew ħaddiema mill-awtorita' marittima u d-dipartiment ta' l-avjazzjoni ċivili fil- proċess kollu ta' l-amalgamazzjoni?", "Jista' jgħid min ġie kkonsultat s'issa?", "Jikkonferma li l-kondizzjonijiet preżenti tal-ħaddiema taż-żewġ awtoritajiet/dipartimenti se jibqgħu l-istess jew jitjiebu għal kulħadd u ħadd mill-ħaddiema li llum hemm maż-żewġ awtoritajiet/dipartimenti, m'hu se jitlef ix-xogħol jew jibda jitqies bħala redundant worker?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Dan il-proċess għadu fil-fażi inizjali tiegħu.", "TA' PARIS", "16666.", "L-ONOR.", "JOSEPH DEBONO GRECH staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li jingħata t- tarmac fil-parking area ta' ħdejn il-blokka ta' flats B1, C1 u D f'Ta' Paris, wara l-playground ta' l-iskola sekondarja, liema area ilha mingħajr tarmac għal aktar minn 20 sena?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "XIRI TA' GAZZETTI", "16667.", "L-ONOR.", "JOSEPH DEBONO GRECH staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 16270 - fejn tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra tabella li turi n-nefqa fuq gazzetti minn uffiċjali fid-dekasteru tiegħu - jista' il-Ministru jgħid kif in-nefqa minn ċerti uffiċjali hija Lm64.92 aktar minn ta' uffiċjali oħra, apparti ta' xhur oħra fejn ukoll hemm diskrepanza kbira bejn in-nefqa ta' l-uffiċjali?", "Jista' jagħti breakdown ta' liema gazzetti nxtraw u kemm kopji nxtraw ta' kull gazzetta xahar b'xahar matul l-2004 u l-2005 mill-communications coordinator?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Il-communications coordinator jixtri żewġ settijiet tal-gazzetti kollha li jiġu ppubblikati f'Malta bil-Malti u Ingliż mit-Tnejn sal-Ħadd.", "Sett minnhom jinżamm fl-uffiċċju tiegħu fejn jiġu analizzati u jinqatgħu dawk il-partijiet mill-gazzetti li jkunu jitrattaw stejjer dwar il- ministeru, l-awtoritajiet, enti, kummissjonijiet u kumitati li jaqgħu taħt l-istess ministeru - jinqatgħu wkoll stejjer barranin li jitrattaw it- turiżmu, il-kultura u x-xandir pubbliku - bis-sett l-ieħor idur mas- segreterija tal-ministeru u wara jinżamm għal ċertu żmien bħala riferenza.", "Sa l-2004 il-communications coordinator kien jixtri wkoll sett gazzetti bl- Ingliż u l-Malti mit-Tnejn sal-Ġimgħa għall-uffiċċju tas-segretarju permanenti.", "ĊENTRU GĦALL-KLANDESTINI", "16668.", "L-ONOR.", "JOSEPH DEBONO GRECH staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 16471, il-Prim Ministru jiċħad jew jikkonferma li x-xogħol ta' kostruzzjoni li sewa Lm112.744 b'direct order sar kollu minn Ballut Blocks u ma kienet involuta l-ebda kumpannija oħra bħala sub-contractor fix-xogħol, anke jekk", "il-kumpannija Ballut Blocks kienet responsabbli għaliha?", "Jiċħad jew jikkonferma li xi proprjetarju/i u/jew direttur/i u/jew managers tal-kumpannija Ballut Blocks għandhom parentela ma' xi deputat tal-gvern?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "BENEFIĊĊJI SOĊJALI", "16672.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Jista' jiġi vverifikat x'servizzi soċjali hija intitolata għalihom persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Id-dipartiment tas-sigurta' soċjali informa bil- miktub lill-persuna indikata dwar il-każ tagħha.", "TRIQ IN-NASSAB F'ĦAL QORMI", "16687.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jgħid għaliex ix-xogħol ta' tarmac fi Triq in- Nassab, Ħal Qormi waqaf ħesrem diversi xhur ilu?", "Meta se jitkompla x- xogħol?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "TRIQ L-IMTARFA", "16691.", "L-ONOR.", "JOSEPH CASSAR staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Jista' il-Ministru jgħid għalfejn qed ikun hemm daqshekk dewmien biex jingħata l-asfalt fi Triq l-Imtarfa?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: It-triq imsemmija hi nkluża fil-programm għall- bini ta' toroq ġodda li jridu jsiru skond il-prioritajiet li jirriżultaw."]} {"filename": "20070717_552d_par.doc", "date": "2007-07-17", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Uffiċjali u Rivedut) L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 552 It-Tlieta, 17 ta' Lulju, 2007 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 552", "It-Tlieta, 17 ta' Lulju, 2007", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.02 p.m.", "Talba", "Seduta Nru. 552", "It-Tlieta, 17 ta' Lulju, 2007", "WERREJ", "MINUTI 479", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 479", "TQEGĦID TA' KARTI 487", "MOZZJONIJIET", "ĦATRA TA' KUMITAT PERMANENTI GĦALL-KONSIDERAZZJONI TA' ABBOZZI TA' LIĠI 488", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JKOMPLI JEMENDA L-KODIĊI ĊIVILI (It-Tielet Qari)", "CIVIL CODE (AMENDMENT) BILL (Third Reading) 489", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR L-AWTORITA` TA' MALTA DWAR IR-RIŻORSI (It-Tielet Qari)", "MALTA RESOURCES AUTHORITY (AMENDMENT) BILL (Third Reading) 490", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ORDINANZA DWAR IL-ĦADDIEMA TAL-PORT (It-Tieni QarI)", "PORT WORKERS ORDINANCE (AMENDMENT) BILL (It-Tieni Qari) 490", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-FOSTER CARE (It-Tielet Qari)", "FOSTER CARE BILL (Third Reading) 495", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IT-TAXXA FUQ IL-VALUR MIŻJUD (l-Istadji Kollha)", "VALUE ADDED TAX (AMENDMENT) BILL (All Stages) 495", "AĠĠORNAMENT 511", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 515", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 551 li saret fis-16 ta' Lulju, 2007 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "ĦADDIEMA FULL-TIME JEW BIL-KUNTRATT", "26064.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joe Debono Grech) staqsa lill- Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Kemm kellu mpjegati fuq bażi part- time jew bil-kuntratt matul Jannar, Frar u Marzu 2007 fil-ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, li m'humiex uffiċjali pubbliċi?", "Min huma?", "X'pożizzjoni għandhom u fejn qegħdin jaħdmu?", "X'salarju jew rata jitħallsu biha?", "Minn liema distrett elettorali jiġu?", "Il-kuntratt ta' dawn l-impjegati huwa definit?", "F'każ li fl-affermattiv, għal kemm perjodu?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT (Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq): L- informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant qed titpoġġa fuq il-mejda tal- Kamra.", "PREZZIJIET TA' PRODOTTI U SERVIZZI", "26823.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Charles Mangion) staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Minn wara Awissu 2006 'il hawn kien hemm xi tibdil fil-kampjuni tal-prezzijiet ta' prodotti u servizzI li nġabru mill-NSO?", "Jekk iva, liema prodotti u servizzi kienu affetwati u kif ġew mibdula?", "Fl-istess perijodu nbidlu xi prattiċi fil-ġbir tal-prezzijiet biex tiġi mkejla r-rata ta' l-inflazzjoni?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (Segretarju Parlamentari) (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Il-UNS jaħdem żewġ indiċijiet li huma r-retail price index, l-R.P.I., u l-harmonised index for consumer prices, l-H.I.C.P.", "Fil-każ tar-retail price index ma nbidel l-ebda kampjun, filwaqt li minn Jannar 2007 fil-harmonised index for consumer prices kien hemm bdil fis- sezzjoni ta' l-accomodation services, fejn inbidel il-kampjun tal-lukandi.", "Dan ġie mibdul skond rapport ta' l-Eurostat.", "Ir-raġuni li nbidel il- kampjun tal-lukandi kienet li kien hemm operaturi fis-settur turistiku li ma baqgħux joperaw.", "Il-metodu li bih tinħadem ir-rata ta' l-inflazzjoni ma nbidilx.", "SERVIZZI TA' KONSULENZA U AWDITJAR", "26907.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Helena Dalli) staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Liema xogħol fil-ministeru tal-finanzi ġie kuntrattat lil kumpanniji ta' konsulenza u kumpanniji ta' l-awditjar?", "Inħarġu tenders għal dan ix-xogħol?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): L- informazzjoni kif mitluba mill-Onor.", "Interpellant qiegħda titpoġġa fuq il- mejda tal-Kamra.", "ĦADDIEMA – DĦUL FINANZJARJU", "26929.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Marie Louise Coleiro) staqsa lill- Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Kemm kien id-dħul medju ddikjarat u l-varjazzjoni għal dawn l-income brackets li jidhru hawn taħt mill-1998 sa l-2005 għal kull tip ta' persuna mpjegata, kemm single kif ukoll miżżewġin (employed, self-employed, u pensjonanti)?", "Kemm kienu d-deductions u l- allowances għal kull kategorija u għal kull tip?", "Income group:", "Lm0 - Lm4000 Lm4000 - Lm5000 Lm5000 - Lm6000 Lm6000 - Lm7000 Lm7000 - Lm8000 Lm9000 - Lm10000 Lm10000 - Lm12000 Lm12000 - Lm14000 Lm14000 u aktar.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): L- informazzjoni kif mitluba mill-Onor.", "Interpellant qiegħda titpoġġa fuq il- mejda tal-Kamra.", "Din qed tingħata fuq salarji meħuda mill-annual labour force survey data sets ta' impjegati li għandhom xogħol prinċipali.", "L-NSO m'għandhiex informazzjoni fuq dħul tas-self-employed u pensjonanti.", "Barra minn hekk fil-labour force survey ma tinġabarx informazzjoni fuq deductions u allowances fis-salarji.", "L-informazzjoni li qiegħda tingħata hija mis- sena 2000 għax il-labour force survey beda jsir għall-ewwel darba minn dik is-sena.", "SPTAR MATER DEI – XIRI TA' EQUIPMENT", "26974.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Charles Mangion) staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Peress li l-INSO hija responsabbli mill- equipment ta' l-Isptar Mater Dei, jekk ikun hemm bżonn ta' xi equipment ieħor li mhux kompriż fit-tender li ntrebħet mill-INSO, jista' l-Prim Ministru jgħid kif isir il-procurement ta' dan l-equipment addizjonali?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "PROĠETTI – ĦLAS TA' KONTIJIET", "27050.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Charles Buhagiar) staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari 26906, 26698 u 26868, kemm tħallsu flus fuq kull proġett sal- lum?", "Meta hi l-aħħar data li fiha jistgħu jiġu sottomessi kontijiet għal xogħlijiet pendenti?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 27213.", "MEFQA FUQ HOSPITALITY", "26070.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joe Debono Grech) staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Jista' jagħti breakdown ta' kif intnefqu l- flus fuq kull tip ta' hospitality fil-ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu bejn Jannar, Frar u Marzu 2007?", "X'kienet ir-raġuni għal din l-ispiża separatament u min kienu l-uffiċjali li nefqu dawn il- flus?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "KONTIJIET TAD-DAWL U L-ILMA", "26071.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joe Debono Grech) staqsa lill- Ministru għal Għawdex: L-ispiża fuq il-kontijiet tad-dawl u l-ilma bejn Jannar, Frar u Marzu 2007 kienet inqas minn dik ta' sena ilu fl-istess perijodu jew aktar, fil-ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?", "Kemm kienet id-differenza u għaliex?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru għal Għawdex): L-ispiża fuq il- kontijiet tad-dawl u l-ilma matul Jannar, Frar u Marzu 2007, fil-ministeru u d-dipartimenti li jaqgħu taħt il-ministru għal Għawdex kienet inqas minn dik ta' sena ilu fuq l-istess perijodu b'ammont ta' Lm39,626.80.", "Huwa diffiċli li wieħed jispjega għaliex ikun hemm avariji fil-kontijiet, pero` żgur li fejn ittieħdu miżuri ta' energy saving, dan kellu impatt pożittiv.", "UFFIĊJALI FI SCALE 1 SA 5", "26072.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joe Debono Grech) staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Kien hemm uffiċjali fi skali 1 sa 5 li rriżenjaw jew għalqilhom il-kuntratt fil-ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li ma reġgħux applikaw għall-istess pożizzjoni matul Jannar, Frar u Marzu 2007?", "F'każ li fl-affermattiv, f'liema pożizzjonijiet kienu dawn l-uffiċjali?", "X'kienet ir-raġuni li rriżenjaw jew ma applikawx għall-istess pożizzjoni?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): It- tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari hija fin-negattiv.", "KONTIJIET TAD-DAWL U L-ILMA", "26073.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joe Debono Grech) staqsa lill- Ministru tal-Familja u Solidarjeta` Soċjali: L-ispiża fuq il-kontijiet tad- dawl u l-ilma fil-ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu kienet inqas minn dik ta' sena ilu fuq l-istess perijodu jew aktar matul Jannar, Frar u Marzu 2007?", "Kemm kienet id-differenza u għaliex?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA (Ministru għall-Familja u Solidarjeta' Soċjali): Huwa diffiċli ħafna li tispjega għaliex ikun hemm avariji fil-kontijiet u żgur li fejn ittieħdu miżuri ta' energy saving, dan ovvjament kellu impatt pożittiv.", "KONTIJIET TAD-DAWL U L-ILMA", "26074.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joe Debono Grech) staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Kemm kienet in-nefqa fuq kontijiet tad- dawl u l-ilma matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 separatament fil- ministeru, dekasteru u entitajiet li jaqgħu taħtu?", "Kemm minn din in-nefqa kienet dovuta minħabba s-surcharge fuq il-kontijiet?", "Ittieħdu miżuri biex l-ispiża titnaqqas fl-istess perjodu billi jinxtara apparat li ma jaħlix, kemm tad-dawl kif ukoll ta' l-ilma?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra tabella li turi n-nefqa fuq kontijiet tad- dawl u l-ilma matul Jannar, Frar u Marzu 2007.", "Huwa diffiċli li wieħed jispjega għaliex ikun hemm avariji fil-kontijiet, pero` żgur li fejn ittieħdu miżuri ta' energy saving, dan ovvjament kellu impatt pożittiv.", "MEFQA FUQ APPARAT ENERGY SAVING", "26075.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joe Debono Grech) staqsa lill- Ministru għal Għawdex: Kemm kienet in-nefqa fuq apparat energy saving matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 fil-ministeru, dekasteru u entitajiet li jaqgħu taħtu separatament u xahar b'xahar?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru għal Għawdex): Ma ntnefaq xejn fuq apparat energy saving matul Jannar, Frar u Marzu 2007 fil-ministeru u d- dipartimenti li jaqgħu taħtu, pero` fl-2006 ġew istallati photovoltaic panels sabiex jipprovdu l-elettriku fil-blokk amministrattiv tal-ministeru għal Għawdex.", "BORMLA – SKOLA VERDALA", "26436.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI f'isem l-Onor.", "Chris Agius) staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Fiex waslu x-xogħlijiet fuq il- bini ta' l-iskola Verdala f'Bormla?", "Dawn mexjin skond il-programm inizjali?", "Meta hemm il-ħsieb li din l-iskola tibda tilqa' fiha l- istudenti?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi): Ix- xogħol ta' kostruzzjoni beda u għaddej kif ippjanat.", "L-iskola hi ppjanata li tilqa' fiha l-istudenti għas-sena skolastika 2008/2009.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Dan ifisser li hemm iċ-ċans li l-iskola ma tkunx għadha tlestiet sa meta tibda s-sena skolastika 2008?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-iskejjel għandhom kalendarju differenti minn dak Gregorjan.", "Il-kalendarju Gregorjan huwa mill-1 ta' Jannar sa l-aħħar ta' Diċembru filwaqt li l-kalendarju ta' l-iskejjel huwa mill-1 ta' Settembru sa Settembru tas-sena ta' wara.", "Peress li s-sena skolastika tibda fl-2008, is-snin skolastiċi m'humiex is-snin kalendarji.", "Is-sena skolastika li qegħdin fiha bħalissa hija 2006/2007, allura meta ngħidu li hu ppjanat li din l-iskola tilqa' fiha t-tfal fis-sena skolastika 2008/2009, ifisser li t- tfal se jidħlu fl-iskola f'Settembru ta' l-2008.", "LOCAL BUSINESS DEVELOPMENT UNIT", "26438.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Chris Agius) staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Meta twaqqaf il-local business development unit fi ħdan il-Malta Enterprise?", "Kemm hu n-numru ta' personnel responsabbli minn dan il-unit u xi grad għandhom?", "X'inhuma t-terms of reference ta' dan il-unit u liema huma dawk il-kumpanniji li jaqgħu taħt ir-responsabilita` diretta tiegħu?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni): Il-local business development unit fi ħdan il-Malta Enterprise twaqqaf uffiċjalment fid-19 ta' Jannar, 2007 u hu magħmul minn tnejn min-nies; wieħed fil-pożizzjoni ta' head u oħra fil-pożizzjoni ta' executive.", "It-terms of reference ta' dan il-unit huma li jieħu ħsieb u jagħti servizz ta' client relationship management lil aktar minn 37 kumpannija importanti tal-manifattura li joperaw minn pajjiżna.", "EVICTION ORDERS", "26439.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Chris Agius) staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Kemm hemm eviction orders kontra kumpanniji?", "F'liema qasam industrijali qegħdin u f'liema settur joperaw?", "Dawn huma foreign owned jew lokali?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Il-Malta Industrial Parks Limited għandha 12-il eviction order fis-seħħ kontra kumpanniji li joperaw minn fabbriki amministrati minnha mferrxin ma' l-oqsma industrijali kollha.", "L-attivita` ta' dawn il-kumpanniji hija diversa.", "L-eviction orders pendenti huma ta' sidien Maltin.", "KUMPANNIJI LI JAĦDMU MILL-KORDIN BIC", "26442.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Chris Agius) staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Kemm hu n- numru ta' kumpanniji li qed jaħdmu mill-Kordin BIC?", "Minn liema settur ġej kull wieħed minnhom?", "Kemm ilhom joperaw minn hemm u kemm hemm impjegati f'kull settur?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.", "MALTA ENTERPRISE – SKEMI TA' GĦAJNUNA", "26446.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Chris Agius) staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l- Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja ta' l-aid grant scheme u ta' l- employment aid grant scheme tal-Malta Enterprise għal Għawdex?", "Meta ġew varati dawn u x'kien l-interess fihom mill-intrapriżi?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Kopja ta' l-iskemi imsemmija jinstabu fil-public domain sewwa sew fuq il-website tal-Malta Enterprise.", "Dawn ġew varati bid-data effettiva ta' l-1 ta' Jannar, 2007.", "Għall-iskema ta' l-investiment kien hemm interess mill-intrapriżi li huma eleġibbli taħt il-BPA.", "Wieħed irid jinnota li dawn l-iskemi huma inċentivi għall-impieg ta' ħamsa jew iżjed.", "Ladarba l-intrapriżi jilħqu dan l-iskop, ikunu jisgħu japplikaw.", "L-ewwel applikazzjonijiet jistgħu jiġu mressqa fl-1 ta' Lulju, 2007.", "COTTAGE INDUSTRY RULES", "26447.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Chris Agius) staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l- Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-cottage industry rules hekk kif kienu emendati?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-emendi proposti għadhom qed ikunu diskussi.", "Meta dawn ikunu lesti, jiġu ppubblikati fil-gazzetta tal-gvern u jitqiegħdu fuq il-mejda bħal kull avviż legali ieħor.", "MCAST - INVESTIMENT FIŻIKU", "26944.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: X'investiment fiżiku sar u f'liema bini sar mit-twaqqif ta' l-MCAST, sena b'sena?", "Kemm ġie jiswa dan ix-xogħol f'kull każ?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif mitlub se jitpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "FONDAZZJONI GĦAS-SERVIZZI MEDIĊI", "26945.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Minn meta sar Prim Ministru kemm spiċċaw persuni mill-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi jew li kienu nkarigati mill- Isptar Mater Dei?", "Min kienu dawn il-persuni u x'kariga kellhom?", "Fejn ġew mibgħuta dawn il-persuni?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant.", "UNIVERSITA' - PROGRAMMI TA' L-EU", "26946.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Minbarra l-ESF u l-ERDF, liema programmi ta' l-Unjoni Ewropea qed jipparteċipaw fihom l-universita` ta' Malta u l-junior college?", "Min huwa nkarigati min-naħa ta' l- universita` u min-naħa tal-junior college biex jamministraw dawn il-fondi?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-universita` tieħu sehem fil-programm Erasmus, lifelong learning programme, li minnu jibbenefikaw kemm studenti kif ukoll għalliema ġewwa l-universita`.", "Il-fondi jiġu mgħoddija lill-universita` mill-EUPU, il-European Union Programmes Unit fi ħdan il-ministeru ta' l- edukazzjoni li min-naħa tiegħu jqassam il-fondi ta' l-Erasmus kemm lill- universita` kif ukoll lill-MCAST.", "Fl-universita` l-programm Erasmus huwa amministrat mill-International and EU Office, skond il-proċeduri u l-kriterji stabbiliti mill-Unjoni Ewropea u mill-EUPU.", "It-tqassim ta' fondi isir mill-International & EU Office bl- approvazzjoni tal-finance office fl-universita' stess, dejjem skond il- proċeduri u l-kriterji stabbiliti mill-Unjoni Ewropea u mill-EUPU.", "L-istudenti u l-għalliema fil-junior college ma jistgħux jibbenefikaw minn dawn il-fondi peress li l-programm Erasmus huwa ristrett għal studenti li qed isegwu kors ta' degree jew higher diploma f'istituzzjonijiet ta' edukazzjoni ogħla.", "MCAST - PROGRAMMI TA' L-EU", "26947.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Minbarra l-ESF u l-ERDF, f'liema programmi ta' l-Unjoni Ewropea qed jipparteċipa l-MCAST?", "Min huwa nkarigat min-naħa ta' l-MCAST biex jamministra dawn il-fondi?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-MCAST jipparteċipa fil-programmi Leonardo da Vinci, Comenius, Erasmus u Grundtvig.", "Jeżisti mekkaniżmu ċar u trasparenti biex jinkisbu u jiġu amministrati proġetti ffinanzjati mill-Unjoni Ewropea.", "Il- proġetti kollha sottomessi huma approvati mill-prinċipal u l-kap eżekuttiv, u l-fondi huma amministrati mill-uffiċċju ta' programmi internazzjonali bi ftehim mad-dipartiment tal-finanzi tal-kulleġġ.", "ITS - PROGRAMMI TA' L-EU", "26949.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Minbarra l-ESF u l-ERDF, f'liema programmi ta' l-Unjoni Ewropea qed jipparteċipa l-ITS?", "Min huwa nkarigat min-naħa ta' l-ITS biex jamministra dawn il-fondi?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-ITS qiegħda tipparteċipa f'dawn il-programmi ta' l- Unjoni Ewropea:", "Structural Funds Programme for Malta 2004-2006 – Community Initiative Interreg IIIA Italia-Malta", "Saperi e Sapori Project Prisma Project", "Leonardo Da Vinci Programme", "New (No-Borders European Workers) Hospitality – Analysis and Development of a European System of Qualifications and Competences in the Hospitality Sector for Transparency and Recognition without Borders", "Comenius", "Healthy Food for Healthy Youth in a Future Europe", "Comenius 2", "In-service Training", "The Media Programme: Erasmus Charter", "Teachers and Students Exchanges with University of Almeria; Erasmus Hogesschool – Brussels; Higher Hotel Institute – Cyprus; University of Applied Sciences Worms - Germany", "Min-naħa ta' l-ITS hija l-amministrazzjoni taqsima ta' l-accounts li tamministra l-fondi.", "HIGHER SECONDARY - PROGRAMMI TA' L-EU", "26950.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Minbarra l-ESF u l-ERDF, f'liema programmi ta' l-Unjoni Ewropea qed jipparteċipa l-higher secondary?", "Min huwa nkarigat min-naħa tal-higher secondary biex jamministra dawn il- fondi?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Din is-sena l-Giovanni Curmi Higher Secondary School ħadet sehem fi proġetti tal-Comenius u Euroscuola.", "L-għalliema mdaħħlin fil-proġett jieħdu ħsieb l-amministrazzjoni tal-fondi u jiġu verifikati taħt id-direzzjoni tal-kap ta' l-iskola.", "MANWEL DIMECH BRIDGE", "27093.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Meta tqabbel il-miri ppjanati dwar il-pont reġjonali, kemm waqa' lura x-xogħol skond iż-żmien stabbilit fil- fażi ta' ippjanar?", "Minbarra l-varjazzjonijiet ta' żmien s'issa kemm kien hemm varjazzjonijiet ta' ħlasijiet?", "Meta hu ppjanat li jitlesta x-xogħol u kemm hu stmat li se jiswa?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ix-xogħlijiet fuq il-pont Manwel Dimech issa ħadu spinta 'l quddiem wara l-casting ta' 50 metru mill-bridge deck.", "Ix-xogħol ta' preparamenti għall-konkos tal-bqija tal-bridge deck fuq in-naħa tal- pont fejn qed isiru x-xogħlijiet qed jimxi b'ritmu mgħaġġel u l-casting huwa maħsub li jsir f'Awissu.", "Dan ir-ritmu jawgura tajjeb wara li fl-ewwel xhur ix-xogħol waqa' lura minħabba numru ta' raġunijiet, fosthom l-effett tan-natura ġdida tat-tip tax-xogħol in kwestjoni fl-industrija lokali.", "Dan wassal għal xi dewmien għaliex ċerti xogħlijiet u dettaljar kienu aktar problematiċi milli kien maħsub fil-fażi ta' l-ippjanar.", "L-awtorita` qed tniedi diversi laqgħat mal-konsulenti u l-kuntratti biex iżżomm il-pressjoni meħtieġa u hekk tassigura illi l-andament tax-xogħol ikun għaddej b'mod effiċjenti.", "L-istess awtorita` infurmat lill-kuntrattur biex jirrevedi l-programm tiegħu u jara kif se jirkupra ħafna miż-żmien mitluf s'issa.", "Meta dan il-programm ikun imfassal, l-awtorita` se titlob lill-konsulenti tagħha biex jaraw jekk id-dewmien fit-tlestija ta' numru ta' xogħlijiet huwiex ġustifikat.", "Fl-aħħar laqgħa li saret bejn l-awtorita`, il-periti li qed jieħdu ħsieb il- proġett u l-kuntrattur, dan ta' l-aħħar ta indikazzjoni ta' allegati spejjeż addizzjonali li ma humiex koperti mill-kuntratt.", "Sad-data tal-lum, l-awtorita` għad m'għandha l-ebda approvazzjoni mis-superviżuri tagħha għal xi ħlasijiet addizzjonali jew indikazzjonijiet li se jkunu hemm tali.", "LOW-COST ROUTES", "27094.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Fil-ħarġa ta' \"The Commercial Courier\" ta' Ġunju/Lulju 2007 il-Ministru ġie kkwotat li qal li \"the total cost of the low cost routes will reach Lm2 million\".", "Hawnhekk kien qed jirriferi għal sena sħiħa?", "Kemm linji ta' l-ajru differenti se jibbenefikaw minn din is- somma?", "Kemm rotot differenti se jiġu ffinanzjati minn din is-somma?", "Għal kemm snin se titħaddem din l-iskema?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (f'isem il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura): Is-somma tirriferi għal sena.", "L-għajnuna għall-iżvilupp ta' rotot ġodda tista' tingħata għal perjodu ta' ħames snin.", "Ta' min josserva iżda li Malta f'dan ir-rigward tibqa' ssegwi l-eżempju u l-prattiċi ta' pajjiżi oħra.", "Iktar informazzjoni bi tweġiba għal din il-mistoqsija ma tistax tingħata minħabba li hija kummerċjalment sensittiva.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura jinsab imsiefer fuq xogħol tal-gvern?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ma jirriżultalix li l-Ministru għat-Turiżmu u Kultura jinsab imsiefer.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Peress li l-kodiċi ta' etika jagħmilha ċara illi l- prijorita` hi li ministru jkun preżenti fis-seduta tal-parlament, hemm xi raġuni daqstant serja, bħal mard u xi ħaġa simili, li żammitu milli jkun preżenti, peress li xtaqt nagħmillu mistoqsija supplimentari u naf li jekk nagħmilha lil xi ħadd ieħor minfloku se jgħidli biex nagħmel il-mistoqsija bil-miktub?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-Ministru Zammit Dimech, bħal ħafna oħrajn f'din il- Kamra, inzerta wieħed mill-iktar assidwi fl-attendenza u fil- parteċipazzjoni tiegħu fid-dibattiti.", "Ma naħsibx li l-Onor.", "Mizzi jista' jitkellem b'dan il-mod fuq il- kwestjoni ta' Kodiċi ta' Etika għax il- Ministru Zammit Dimech f'dan ir-rigward huwa eżemplari u żgur li hemm raġuni valida għaliex għadu ma wasalx.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Ma naħsibx li għandi bżonn ningħata dan it-tip ta' lezzjonijiet.", "Jien inkun naf kulma jkun qed jiġri fil-parlament; naf anke min jiġi biex jagħmel present u mbagħad jitlaq 'il barra.", "Jiġifieri rridu nkunu korretti meta ngħidu ċerti affarijiet.", "Jien nifhem li wieħed jista' jkollu xogħol ieħor importanti tal-gvern, għalkemm nerġa' nsostni li wieħed għandu jagħmel minn kollox biex ikun preżenti għas-seduta tal-parlament biex ikun jista' jirrispondi għal ċerti mistoqsijiet li jsirulu.", "U l- mistoqsija tiegħi f'dan is-sens kienet.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Speaker, il-korrettezza tqanqlet min-naħa l-oħra bir- riferenza għall-Kodiċi ta' Etika, għax kieku ma kontx inqanqalha jien.", "Mill-informazzjoni li għandi, jidher li l-Ministru Zammit Dimech inqabad ġo traffic jam u qiegħed on the way, kif ġieli ġara anke lili.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: M'hemmx x'tagħmel!", "Nispera li ma jinqabadx fit-traffiku kull darba li nkun irrid nagħmillu mistoqsija supplimentari jien.", "BIRŻEBBUĠA - WATER POLO AND AQUATIC SPORTS CLUB", "27124.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Xi proċeduri ntużaw biex il-Birzebbuga Water Polo and Aquatic Sports Club u l-art ta' ħdejh għaddew lill-privat?", "Jista' jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra pjanta ta' l-art li għaddiet lill-privat?", "Jista' jgħid min hu l-privat li lilu ġiet trasferita din l-art pubblika?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern): Il-proprjeta` fejn hemm il-waterpolo club u l-pitch ta' B'Bugia, li kienet ingħatat mill-gvern b'ċens temporanju lil B'Bugia Sports Club, hija proprjeta` assenjata taħt l-Att dwar l-Isport u bħala tali taqa' taħt l-amministrazzjoni tal-Kunsill Malti għall-Isport.", "Għalhekk l-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jagħmel il-mistoqsija lill-ministru konċernat.", "Mr Speaker, peress li l-ministru konċernat huwa jiena, nixtieq ngħid illi din il-proprjeta` għaddiet għand il-B'Bugia Sports Club b'riżoluzzjoni ta' din il-Kamra u l-pjanti u d-dettalji tal-kuntratt huma parti mid-dokumenti ta' din il-Kamra.", "Dwar ir-relazzjoni tal-B'Bugia Sport Club u xi interessi privati, il-materja għadha qed tiġi eżaminata mill-Kunsill Malti għall- Isport għax minħabba xi mistoqsijiet li anke saru fil-ġurnali, tlabt li ningħata l-informazzjoni konnessa ma' l-iżvilupp li ġie mitlub lill-MEPA.", "AWTORITA` MALTIJA TAT-TURIŻMU", "27129.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Fiex wasal ix-xogħol biex jitfassal pjan ta' marketing u promozzjoni turistika ta' l-Awtorita` Maltija tat-Turiżmu li għandu jservi ta' bażi għal pjan ta' ħidma ta' tliet snin tal-Media Consulta International Holding AG?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (f'isem il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura): It-tfassil ta' marketing plan ta' l-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta jinsab fi stadju avvanzat ħafna.", "Wara l-analiżi dettaljata ta' informazzjoni fuq xejriet fis- swieq internazzjonali u lokali li wasslet għal gap analysis li għenet l- identifikazzjoni ta' areas ta' potenzjal, sar workshop ta' tlett ijiem li kellu l-parteċipazzjoni attiva ta' uffiċjali ta' l-MTA, ta' l-Air Malta u tal-Media Consulta.", "Matul dan il-workshop ġew stabbiliti l-oġġettivi u l- miri għal kull suq li abbażi tagħhom il-pjan qed jiġi formulat sabiex jitlesta draft għad-diskussjoni interna għall-aħħar ta' Awissu ta' din is- sena.", "MEDIA CONSULTA HOLDING AG", "27130.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru għat-Turiżmu u Kultura: S'issa l-Media Consulta International Holding AG għamlet xi xogħol għall-ministeru u għall-Awtorita' Maltija tat- Turiżmu?", "Jekk iva, fiex kien jikkonsisti dan ix-xogħol u xi ħlasijiet intalbu għalih?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (Ministru għat-Turiżmu u Kultura): Media Consulta diġa` pprovdiet numru ta' servizzi lill-Awtorita' tat-Turiżmu ta' Malta li fost l-oħrajn jinkludu assistenza fl-aħħar fażi tan-negozjati ma' l-MTV b'konnessjoni ma' l-attivita` Isle of MTV u l-pakkett ta' promozzjoni marbut magħha u l-iżvilupp ta' diversi inizjattivi inklużi fil-proposta ta' Media Consulta.", "Media Consulta qed tipparteċipa wkoll fl-iżvilupp tal-marketing plan ta' l- Awtorita` tat-Turiżmu ta' Malta.", "Il-ħlas lil Media Consulta se jsir skond it-termini tal-kuntratt.", "Dawn it-termini huma kummerċjalment sensittivi u għalhekk ma nħossx li għandi nagħti aktar dettalji b'mod pubbliku.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Hemm xi kondizzjonijiet marbuta mas-somma ta' flus li l- Awtorita` tat-Turiżmu se tagħti lill-ministeru talli organizza kunċert?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Peress li ġew organizzati diversi kunċerti m'iniex ċert għal liema kunċert l-Onor.", "Interpellant qiegħed jirriferi.", "F'każ li qed jirriferi għall-\"Isle of MTV\", hemmhekk il-flus ma nħarġux mill-Awtorita` tat-Turiżmu ta' Malta, imma direttament mill-ministeru għat- turiżmu.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jista' jgħidilna jekk hemmx kondizzjonijiet marbutin ma' din l-għotja ta' flus?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-ewwelnett is-somma li ngħatat ma tkoprix l- ispejjeż totali biex torganizza avveniment bħal dan f'Malta.", "Kien hemm żewġ kondizzjonijiet prinċipali.", "Waħda minnhom hi li, fil-parti l-kbira, id-dħul għal dan il-kunċert ikun totalment b'xejn.", "Mela f'dan il-każ l- organizzaturi, kontra dak li jagħmlu organizzaturi oħrajn, ma jistax ikollhom biljetti għad-dħul għal din l-attivita`, bl-eċċezzjoni ta' xi area żgħira ħafna fejn jistgħu jagħmlu VIP standing jew seating area.", "Allura fuq dik l-area biss - dan huwa numru limitat ħafna ta' postijiet - jista' jkun hemm xi charge żgħira.", "Imbagħad ma' l-attivita` hemm marbuta l- promozzjoni kollha kemm ta' l-attivita` nnifisha kif ukoll favur Malta għall-fatt li tkun organizzat l-attivita`.", "Jiġifieri parti sostanzjali mis- somma maħruġa tmur biex isiru filmati ta' l-avveniment, jiġu Malta crew ta' madwar 70 ruħ, jinġibed l-avveniment, jinħadem minnu dokumentarju ta' siegħa li jkun juri lil Malta bħala l-venue ta' l-avveniment bil-backdrops kollha ta' Malta.", "Dan il-film imbagħad jintwera fuq l-istazzjonijiet kollha ta' l-MTV u allura jservi ta' promozzjoni.", "Hemm ukoll sensiela ta' spots li jagħmlu promozzjoni għal Malta u li jibqgħu jixxandru fuq MTV anke fix-xitwa.", "Naturalment kien hemm l-ispots kollha li taw promozzjoni għal dan l-avveniment.", "Ma kien hemm qatt xi esklużjoni jew talba min-naħa tal-gvern lill-organizzaturi li jkollhom jew sponsorships kummerċjali oħrajn jew li jagħmlu xi attivita` oħra ta' bejgħ - bħal ikel, xorb jew merchandise ieħor – li, pero`, ma jkunx bejgħ ta' biljetti għad-dħul.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Kemm hu l-ammont li se jagħti l-gvern u kemm hu, bejn wieħed u ieħor, l-ammont limitat ta' biljetti li qed jirriferi għalih?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-ammont limitat ta' biljetti għal dan il- kunċert li jistgħu jinbiegħu għad-dħul f'area li tkun daqsxejn aħjar, huwa ta' ftit mijiet paragunat mad-dħul totali li faċilment jista' jlaħħaq folla ta' madwar 20,000 jew 25,000 ruħ.", "Naturalment kulmin irid jattendi jista' jidħol b'xejn.", "F'dan it-tip ta' avvenimenti jkun hemm min jitlob selected areas, anke b'link ma' sponsorship jew mal-ħlas tal-biljetti, u dawk ikunu limitati għal ftit mijiet.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Leo Brincat, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Jekk fhimt sew, il-ministru qed jgħid li l-isponsorship se jkun mill-fondi pubbliċi u mhux neċessarjament mill-MTA?", "Il-konsulenti li semma preċedentement l-Onor.", "Mizzi huma involuti f'din l-attivita`'?", "Jekk fl-affermattiv, minn min saret il-cost benefit assessment analysis, meta ttieħdet id-deċiżjoni strateġika li jsir dan il-funding, mill- konsulenti, mill-gvern qua gvern, mill-MTA jew mill-ministeru tat-turiżmu?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Preċiżament għaliex dan huwa kuntratt li jinvolvi ħafna promozzjoni għal Malta, dehrilna li jkun jagħmel sens li nitolbu s-servizz tal-konsulenti li għadhom kif tqabbdu, li fost kwalitajiet oħrajn għandhom media buying powers ikbar minn ta' individwi.", "Jiena rajt tabelli tal-Media Consulta li jipparagunaw ir-rati li trid tħallas biex tagħmel sots promozzjonali fuq Sky Television, per eżempju, fil-gazzetti Ingliżi, f'magazines jew fuq stazzjonijiet oħra.", "Jekk tipparaguna kemm jiġu jiswew spots bħal dawn kieku kellek tipprova tagħmilhom direttament b'mod individwali, kieku kellek tagħmilhom permezz ta' aġenziji tar-reklamar u kieku tipprova tagħmilhom permezz ta' consortium bħal dan, issib li l-buying power ta' min għandu daqstant esperjenza f'dawn l-oqsma huwa ferm ikbar minn ta' ħaddieħor.", "Għaldaqstant tlabna lill-Media Consulta biex tagħmel assessment ta' dik il- parti tal-pakkett fejn qed jingħataw spots favur il-pajjiż u anke b'kemm kienu qed jiġu valorizzati.", "Dan l-assessment għenna fin-negozjati li kienu qed isiru hemmhekk, u bħala riżultat ta' hekk daħħalna ammont akbar u firxa akbar ta' spots favur il-pajjiż milli kien ikollna kieku qgħadna biss fuq x'naħsbu aħna mingħajr dik il-backup ta' expertise li tista' tagħti kumpannija bħal din.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti u nsejjaħ lill-Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:-", "Avviż Legali Nru 185 ta' l-2007 – Regolamenti ta' l-2007 li jemendaw ir-Regolamenti dwar il-Finanzi Ġenerali (Emenda Nru. 2).", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Galea.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tabella li turi l-għadd u n-nazzjonalita` ta' persuni barranin li għandhom permess jaħdmu Malta, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 27196.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għall-Kompetittivita` u Komunikazzjoni): Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 186 ta' l-2007 – Regolamenti ta' l-2007 li jemendaw ir-Regolamenti dwar il-Liċenzi tal-Kummerċ (Emenda Nru.2); u", "f'isem l-Ministru ta' l-Affarijiet Rurali u l-Ambjent inqiegħed fuq il- mejda tal-Kamra:-", "Avviż Legali Nru 187 ta' l-2007 – Regolamenti ta' l-2007 li jemendaw ir-Regolamenti dwar Rati ta' Taxxi dwar Bini.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Issa nsejjaħ lill-Onor.", "David Agius sabiex jirrapporta progress.", "ONOR.", "DAVID AGIUS (President tal-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi): Sur President, ninforma lill-Kamra li l-Abbozz ta' Liġi dwar il-Foster Care għadda mill-istadju ta' kumitat b'emendi.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sur President, nixtieq inkun naf jekk għandekx risposta għall-ittra li bagħatlek il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "MR SPEAKER: Ir-risposta għall-ittra tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni bgħattha lilu u l-ittra tispjega s-sitwazzjoni kif inhi.", "Issa ma nafx xi żviluppi oħra seta' kien hemm.", "MOZZJONIJIET", "ĦATRA TA' KUMITAT PERMANENTI GĦALL-KONSIDERAZZJONI TA' ABBOZZI TA' LIĠI", "ONOR.", "TONIO BORG (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Ġustizja u l-Intern): Sur President, bil-permess tal-Kamra nixtieq inressaq Mozzjoni mingħajr avviż.", "Irrid ngħid li dwar dan diġa` kkonsultajt ma' l-oppożizzjoni.", "MR SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Sur President, nipproponi dan li ġej:", "Peress illi bis-saħħa ta' l-Ordni Permanenti 120B, il-Kamra tista' fuq mozzjoni taħtar dawk il-Kumitati Permanenti li jidhrilha xierqa għall- konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġijiet;", "Billi bħalissa l-Kamra qed tiddibatti l-Abbozz ta' Liġi Nru 100 msejjaħ Att ta' l-2007 li jemenda l-Ordinanza dwar il-Ħaddiema tal-Port;", "Billi jeħtieġ li għall-konsiderazzjoni ta' dan l-Abbozz partikolari, ikun hemm Kumitat sabiex jikkunsidra dan l-Abbozz, apparti l-Kumitat Permanenti mwaqqaf b'riżoluzzjoni ta' din il-Kamra tas-17 ta' Ġunju, 2003 (Mozzjoni Nru 54);", "Din il-Kamra wara li rat l-Ordni Permanenti 120B, tirrisolvi -", "a) li twaqqaf Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' l-Abbozzi ta' Liġijiet, liema Kumitat jibqa' mwaqqaf speċifikament għall- konsiderazzjoni ta' l-Abbozz Nru 100, u sakemm dan l-Abbozz jgħaddi mill- istadji kollha fil-Kamra;", "b) li tistabbilixxi li l-għadd ta' membri li għandhom joqogħdu f'dan il- Kumitat Permanenti u li jkun rappreżentattiv b'mod ġust tal-Kamra b'mod ġenerali u proporzjonali skond l-għadd ta' membri tal-Gvern u ta' l- Oppożizzjoni jkun ta' 7, b'dan li 4 minnhom ikunu min-naħa tal-Gvern, inkluż il-President ta' l-istess Kumitat, u 3 minnhom ikunu min-naħa ta' l-Oppożizzjoni.", "Il-Kamra tinnomina ukoll bħala President ta' dan il-Kumitat li għandu jippresjedi l-istess Kumitat Permanenti, lill-Onorevoli Mario de Marco, filwaqt li l-membri l-oħra tal-Kumitat jiġu nominati skond kif jipprovdi l-Ordni Permanenti 120B(3).", "B'dan illi kull naħa tal-Kamra jkollha d-dritt għas-sostituzzjoni tal- membri nominati kif provdut fl-Ordni Permanenti 120B(4).", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura): Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi l-mozzjoni kif imressqa u moqrija mill-Viċi Prim Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "MR SPEAKER: Ngħaddu issa għall-Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JKOMPLI JEMENDA L-KODIĊI ĊIVILI", "CIVIL CODE (AMENDMENT) BILL", "ONOR.", "TONIO BORG: Sur President, nipproponi t-Tielet Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi li jkompli jemenda l-Kodiċi Ċivili.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "HELEN D'AMATO (Segretarju Parlamentari): Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Kodiċi Ċivili, Kap 16\" ikun moqri t-Tielet Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tielet Darba u għadda.", "MR SPEAKER: Il-Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR L-AWTORITA` TA' MALTA DWAR IR-RIŻORSI", "MALTA RESOURCES AUTHORITY (AMENDMENT) BILL", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Sur President, nipproponi t-Tielet Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Awtorita` ta' Malta dwar ir-Riżorsi.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Att dwar l-Awtorita` ta' Malta dwar ir-Riżorsi\" jkun moqri t- Tielet Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tielet Darba u għadda.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA", "L-ORDINANZA DWAR IL-ĦADDIEMA TAL-PORT", "PORT WORKERS ORDINANCE (AMENDMENT) BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mis-16 ta' Lulju, 2007.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "MR SPEAKER: Rimarki?", "Il-Ministru Ċensu Galea jista' jgħaddi għall-winding up.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Sur President, wara d-dibattitu li kellna l-bieraħ filgħaxija, wieħed malajr jinduna li dan x'aktarx kien l-iqsar dibattitu li kellna fl-istorja ta' dan il-parlament fuq xi liġi partikolari.", "Kien l- iqsar dibattitu mhux għaliex ma wżajniex is-seduta tal-bieraħ filgħaxija u l-ħin li għandna llum għad-diskussjoni imma għaliex li kieku kelli nagħsar dak li ntqal min-naħa ta' l-oppożizzjoni, nista' niġbru f'żewġ sentenzi biss.", "F'sentenza minnhom nista' ngħid li qalu li dan huwa ftehim li qablu miegħu l-ħaddiema tax-xatt u allura huma m'humiex se jikkummentaw fuqu.", "Fis-sentenza l-oħra ngħid li dawn tkellmu dwar dawk il-ħaddiema tax-xatt - li llum m'għadhomx hemm - li għal numru twil ta' snin taw il-ħidma tagħhom fil-portijiet ta' pajjiżna.", "Min-naħa l-oħra staqsew jekk dan il-ftehim u l- liġi li qegħdin nitkellmu fuqha humiex se jeskludu lil dawn l-ex-ħaddiema milli jieħdu xi benefiċċji li huma qegħdin isostnu li għandhom mill-istess fondi.", "Min-naħa tiegħi se nagħmel riferenza qasira għal dan l-aħħar argument għaliex l-ewwelnett irrid nirrikonoxxi x-xogħol li għamlu dawn il-ħaddiema tax-xatt fi żmien meta l-kondizzjonijiet tax-xogħol fil-portijiet tagħna kienu ferm aktar diffiċli milli huma llum.", "Dak iż-żmien il-merkanzija f'pajjiżna kienet tiġi b'mod differenti milli tiġi llum, u l-makkinarju li kien jintuża fil-portijiet tagħna kien debboli ħafna u kien ferm inqas effikaċi u effiċjenti milli huwa llum.", "Fl-opinjoni tiegħi għamel sew l- Onor. Gavin Gulia li ddikjara li għandu interess professjonali f'dan il- każ.", "Kif nafu, l-Onor.", "Gulia huwa l-avukat li qiegħed jirrappreżenta lil dawn l-istess ex-ħaddiema tax-xatt.", "Huwa staqsa jekk lil dawn il-ħaddiema tax-xatt aħniex se nagħtuhom what hey claim to be their due.", "Jiena naf li hemm proċeduri għaddejjin fil-qrati tagħna u għalhekk wieħed issa jrid jistenna l-eżitu ta' dawn l-azzjonjiet legali.", "Irrid ngħid li dawn il-persuni ltaqgħu miegħi diversi drabi, kemm fl-uffiċċju tiegħi fil- ministeru, kif ukoll fl-uffiċċju ta' San Pawl il-Baħar fejn nilqa' lil dawk li jkunu jridu jiġu jkellmuni.", "Din hija kwestjoni li trid tiġi settled permezz ta' deċiżjoni tal-qorti.", "Fil-fatt fil-pożizzjonijiet li qegħdin jieħdu r-rappreżentanti trejdjunjonistiċi ta' dawn l-istess ħaddiema hemm claims li huma kontra xulxin.", "Wieħed irid ifakkar li dak iż-żmien ma kenitx il-Malta Dockers Union li kienet qed tirrappreżenta lill-ħaddiema tax-xatt.", "Issa wieħed irid jara x'se jkun l-eżitu ta' dan kollu.", "Tajjeb ngħidu li l-pensions and contingency fund m'huwiex se jispiċċa fix-xejn u għalhekk jekk ikun hemm sentenza tal-qorti li tgħid mod ieħor, ikun hemm il- possibilita` li dik is-sentenza tiġi esegwita.", "Jiena naħseb li fuq dan il- punt għedt biżżejjed, jekk mhux iżżejjed ukoll.", "Sur President, il-liġi li għandna quddiemna se tagħti qafas legali lill- ftehim li sar bejn il-Malta Dockers Union u l-Awtorita` Marittima, jiġifieri bejn ir-rappreżentanti tal-ħaddiema tax-xatt u l-organizzazzjoni li tamministra l-portijiet ta' pajjiżna, li huwa settur importanti ħafna.", "Dan is-settur huwa b'saħħtu ħafna u għandna bżonnu sabiex nassiguraw li l- ekonomija u l-kompetittivita` ta' pajjiżna jkomplu jitwessgħu u jikbru u fl- istess ħin jiġu assigurati l-effiċjenza u l-investiment fil-makkinarju li jrid ikompli jsir fil-Freeport.", "Dan l-investiment beda jsir mill-ġdid matul din l-aħħar sena li ilu jopera l-operatur il-ġdid.", "Dan huwa investiment li qiegħed ikompli jikber u li jrid ikompli jeħħ skond il-ftehim milħuq bejn l-awtorita' marittima u l-operatur tal-port il-kbir.", "B'hekk inkunu nistgħu nassiguraw il-ħidma tal-ħaddiema tax-xatt u li tikber l-effiċjenza li tant konna ilna nitolbu li tikber fl-operazzjoni tal- ħaddiema tax-xatt, f'dak li għandu x'jaqsam ma' ħatt u tgħabbija tal- merkanzija.", "Barra minn hekk jiġi assigurat li nkomplu nżidu u ntejbu l- attivita` kummerċjali u ekonomika ta' pajjiżna li tiddependi fuq dak li jiġi importat u esportat minn pajjiżna, u fuq dak li jiġi transhipped lejn destinazzjonijiet oħra qrib il-portijiet tagħna.", "Din iż-żieda fl-attivita` kummerċjali u ekonomika trid imbagħad tissarraf f'żieda fid-dħul tal- persuni li jaħdmu fil-portijiet tagħna.", "Jekk naraw li kulħadd jagħti l- aħjar li jista', u li l-ħidma ma tkunx disturbata minn raġunijiet li m'għandhomx x'jaqsmu mal-post tax-xogħol, m'għandix dubju li fiż-żmien li ġej naslu li nżidu x-xogħol marbut mal-portijiet ta' pajjiżna.", "Sur President, dan kien l-animu ta' dak li ridna naslu għalih matul is-snin li għaddew.", "Dan kien il-bażi li fuqu ħdimna u li fuqu ridna nassiguraw li ssir ir-riforma fil-portijiet.", "Wieħed jista' jiftaħar ukoll li l-parti l- kbira ta' din ir-riforma hija l-bażi li fuqha rridu nkomplu nibnu matul iż- żmien li ġej sabiex nassiguraw li l-portijiet tagħna jkunu mezz ta' komunikazzjoni ma' pajjiżi oħra f'dawk li huma l-operazzjonijiet tal-port per se, kif ukoll li mill-portijiet tagħna joriġina xogħol importanti għall- ekonomija ta' dan il-pajjiż.", "Onestament kont nistenna li waqt id-dibattitu fuq dan is-suġġett, li tant smajna dwaru matul is-snin li għaddew, kien se jkollna diskussjoni dwar kif se naslu għall-bidliet li hemm bżonn fil-mod kif noperaw fil-portijiet tagħna.", "Imma sfortunatament dan kollu ma seħħx fid-dibattitu li kellna l-bieraħ.", "Issa f'ċertu sens dan huwa indikazzjoni ta' kemm matul is-snin il-ħidma tal-gvern f'dan is-settur kienet fid- direzzjoni t-tajba, sakemm irnexxielna naslu għall-ftehim li wasalna għalih.", "Il-ħidma tal-gvern kellha l-għan li tassigura li kulmin imiss ma' dan ix-xogħol ikun qiegħed jipprepara lilu nnifsu sabiex ikompli javvanza, kemm għalih innifsu, kif ukoll fl-interess tas-settur li għandu sehem fih.", "B'hekk ikun qed jassigura li sehmu, fil-ħidma ta' l-operazzjoni tal-port, ikun garantit.", "Peress li taħt il-kappa ta' din il-liġi hemm l-involviment ta' l-awtorita` marittima li tamministra l-mod kif isiru l-affarijiet f'dan il-qasam, ma setax jonqos li jkun hemm min jipprova juża dan id-dibattitu sabiex jirrepeti affarijiet li jkun qalhom diversi drabi.", "Issa dan għandu kull opportunita` biex dak li qal f'din il-Kamra jgħidu u jipprovah barra minn din il-Kamra.", "Pero` fuq dan wieħed ikun jista' jitkellem aktar tard.", "Illum mhux beħsiebni nuża dan id-dibattitu sabiex noqgħod nirripsondi għal dawk l-allegazzjonjiet li saru għaliex diġa` rrispondejthom diversi drabi.", "Barra minn hekk, għal sitt darbiet wara xulxin qbadt l-informazzjoni hekk kif maħruġa minn dan il-parlament u ħadtha lill-Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni.", "Issa nistenna li hemmhekk isir id-dibattitu meħtieġ dwar il-provi li jridu jitressqu sabiex iwasslu li jekk, fejn u meta xi ħadd jinstab li għamel affarijiet li ma kellux jagħmilhom, allura dak li jkun – hu min hu - iġorr il-piż tar-responsabilita` ta' dak li jkun għamel ħażin.", "Sur President, huwa importanti li nifhmu li l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna huwa pass importanti ħafna għall-iżvilupp tal-portijiet ta' pajjiżna għaliex permezz tiegħu, l-operaturi kollha li għandna fil- portijiet, se jkunu f'qagħda li wkoll jagħmlu l-aħjar użu mir-riżorsi tal- ħaddiema tax-xatt.", "L-operaturi kollha, kemm tal-Freeport, kemm tal-VGT, kemm tal-Kordin Grain Terminal u kemm l-importaturi tas-siment, iridu jaraw li jgħinu bis-serjeta` sabiex l-atteġġjament pożittiv li kellna min-naħa tal-port workers fix-xhur li għaddew, jiġi reċiprokat ukoll min-naħa ta' dawn l-operaturi.", "Fl-aħħar mill-aħħar is-suċċess ta' dan il-ftehim u ta' dan l-abbozz ta' liġi ma jiddependix biss mill-port workers imma jiddependi wkoll mill-funzjoni u mill-mod kif joperaw l-operaturi tal-port matul iż- żmien li ġej.", "Hawnhekk xtaqt nagħmel appell żgħir lil dawk il-ħaddiema tax-xatt li forsi kellhom jew għad għandhom id-dubju dwar jekk jaqblilhomx jew le li jkunu parteċipi f'dan il-ftehim u f'din il-bidla li qiegħda ssir fil-mentalita` u fil-mod kif jaħdmu.", "L-appell tiegħi lil dawn in-nies huwa dan: Ifhmu intom ukoll li anke jekk m'intomx parti minn dak il-grupp ta' persuni li mexxew 'il quddiem ir-riformi u li fehmu qabilkom il-ħtieġa tagħhom, fl- aħħar mill-aħħar intom ukoll tridu tkunu parti mill-għodda ta' kif il- portijiet ta' pajjiżna jiżviluppaw u jimxu 'l quddiem.", "Dawk minnkom li forsi għadhom jaħsbu li wara li tidħol fis-seħħ il-liġi li għandna quddiemna, se jkunu jistgħu jibqgħu mexjin bis-sistema li kienu mexjin biha sal-lum, fejn fil-ġimgħa tal-festa ma jidħlux għax-xogħol jew inkella meta jibda l-istaġun tal-kaċċa jew ta' l-insib - forsi hawnhekk issa l-problema naqset! - ma jmorrux għax-xogħol, qegħdin jaħsbu ħażin.", "Mil-lum 'il quddiem it-360 ħaddiem tax-xatt għandhom responsabilita` lejn il-portijiet tagħna.", "Anke dawk li huma prospective port workers u dawk il- persuni li matul iż-żmien li ġej se jkunu qegħdin jiġu ppreparati sabiex jagħmlu x-xogħol ta' auxiliary port workers, kollha għandhom sehem x'jagħtu fil-ħidma favur il-portijiet tagħna.", "Jiena ma nafx kellix l-opportunita` li ngħid dan dan il-kliem il-bieraħ u għalhekk se nerġa' nirrepetih illum.", "Huwa mistenni li matul is-sena 2007 mill-freeport biss se jkun hemm żieda ta' madwar 25% f'dak li huwa transhipment.", "Dan ifisser li se jkun hemm ħtieġa ta' aktar ħaddiema li jagħmlu dan ix-xogħol.", "Diversi drabi dehru artikli fil-ġurnali lokali dwar il-bżonn ta' port workers fil-freeport.", "U din għandha sservi ta' opportunita` għal dawk li huma prospective port workers u għal dawk li se jkunu auxiliary port workers biex huma wkoll jagħtu s-sehem tagħhom fl-aħjar interess ta' l-iżvilupp ta' pajjiżna.", "Sur President, lit-360 port worker eżistenti għednielhom li għalkemm huma għandhom l-istorja tagħhom, għandhom l-esperjenza tagħhom u għandhom il- prattika tal-mod kif ħadmu matul is-snin li għaddew, fatturi li jagħmluha possibbli li ma jkollhomx jattendu bilfors il-korsijiet li se jiġu organizzati għal dawk li 'l quddiem iridu jibdew jaħdmu bħala port workers, madankollu xorta waħda jridu jifhmu li anke jekk mhux b'mod obbligatorju, fl-aħħar mill-aħħar huwa fl-interess tagħhom li jkollhom il-preparazzjoni meħtieġa fil-prattiċi tax-xogħol, fir-regoli ta' kif jaħdem il-port ta' pajjiżna u fil-mod kif tiġi mmaniġġjata l-merkanzija f'pajjiżna.", "U dan huwa importanti għaliex il-mod kif jaħdem il-port worker, kemm jekk qed jaħdem il-Belt u kemm jekk qed jaħdem f'Marsaxlokk, huwa indikazzjoni tas- serjeta` u l-effiċjenza fil-pajjiż.", "Aktar ma vapur idum jistenna sabiex jitgħabba jew jinħatt fil-portijiet tagħna, aktar hemm il-possibilita' li l-port tagħna jieħu isem ħażin, aktar hemm iċ-ċans li l-ħaddiema tax-xatt tagħna jieħdu isem ħażin u fl-aħħar mill-aħħar allura pajjiżna jkun qed jieħu isem ħażin.", "Għalhekk kull wieħed minn dawn il-persuni għandu l-obbligu li jassigura li l-ħin kollu jkun qiegħed jagħti l-aħjar isem possibbli lill-portijiet tagħna.", "Dan għandu jagħmlu fl-aħjar interess tiegħu, fl-aħjar interess tal-ħaddiema sħabu u fl- aħjar interess tal-pajjiż.", "Dawk il-persuni li fiż-żmien li ġej se jkollhom l-opportunita` li japplikaw sabiex isiru auxiliary port workers ma jistgħux jgħidu li huma kienu diġa' qegħdin jaħdmu bħala port workers u allura m'għandhomx għalfejn joqogħdu għal dak it-training neċessarju li permezz tiegħu jiġi assigurat li eventwalment ikollhom il-preparazzjoni kollha sabiex jagħmlu x-xogħol tagħhom b'mod effiċjenti.", "Sur President, l-Awtorita` Marittima tkellmet ma' l-MCAST u mal-Malta Dockers Workers Union sabiex jaslu fi qbil dwar is-sillabu li fuqu jrid jingħata t-taħriġ neċessarju lil min huwa interessat li jagħmel dan ix- xogħol.", "Għall-ewwel darba fl-istorja ta' pajjiżna se jkun possibbli li persuna li m'hijiex wild ta' port worker taħdem ukoll bħala port worker.", "B'hekk dawk il-persuni li forsi dejjem xtaqu jaħdmu bħala port workers, minkejja l-perikli li wieħed jiffaċċja f'dan ix-xogħol, issa se jkollhom l- opportunita` li jingħataw it-taħriġ neċessarju.", "B'dan il-mod jiġi assigurat li min ikun qiegħed jaħdem fil-portijiet tagħna jkollu l-aħjar taħriġ u preparazzjoni għal dan ix-xogħol.", "Irridu naraw li l-mod kif qed isir dan l-iżvilupp li qegħdin nitkellmu fuqu llum jkompli jwassal għal żieda fil-ħidma marbuta mal-portijiet ta' pajjiżna.", "Nafu li fil-freeport saru investimenti kbar u nafu wkoll li bdew isiru investimenti ġodda fil-port il-kbir.", "Nafu li dan l-investiment huwa meħtieġ sabiex tiġi mħarsa u msaħħa l-effiċjenza u ż-żieda fil- produttivita` fil-portijiet ta' pajjiżna.", "Għaldaqstant irridu naraw li nkomplu għaddejjin bl-upgrading ta' l-infrastruttura tal-portijiet tagħna.", "Xi kultant tisma' ħafna statements f'dan il-parlament, u anke barra minnu, fejn donnha tingħata l-impressjoni li aħna m'aħniex qegħdin nindunaw b'dak li ġara u b'dak li qiegħed jiġri fil-portijiet tagħna.", "Il-bieraħ saret riferenza għall-iżviluppi li saru mill-Viset u mill-VGT.", "Dawn huma żewġ organizzazzjonijiet fis-settur privat li qegħdin jaħdmu abbażi ta' konċessjonijiet li ngħataw lilhom bi ftehim mal-gvern.", "Dawn iż- żewġ organizzazzjonijiet - b'mod partikolari l-Viset li bdiet l-investiment tagħha fl-2001 – iridu jassiguraw li r-riżultati ta' l-investimenti li għamlu jkunu jidhru b'mod ċar.", "Fil-fatt nafu li dawn huma organizzazzjonijiet li jaħdmu b'mod professjonali u b'mod li jirrikjedi bidla fil-mentalita` f'dak li għandu x'jaqsam ma' kif konna mdorrijin naħdmu fl-imgħoddi.", "Fost l-ewwel ilmenti li bdejt nirċievi meta beda jaħdem il-VGT fil-port il- kbir kien mingħand dawk il-persuni li jesportaw il-prodotti tagħhom barra minn pajjiżna.", "Sur President, dawn in-nies kienu mdorrijin b'sistema fejn il-vapur kien jibqa' jistennihom sakemm jaslu bit-trailer tagħhom.", "Mela jekk vapur ikollu jitlaq fil-ħamsa, dan kien jibqa' jistenna sakemm jaslu bit-trailer tagħhom xi kwarta, nofs siegħa jew u anke siegħa wara.", "F'kelma waħda ma kienx hemm sens ta' ħin fit-tluq tal-vapuri.", "Mela dawn in-nies ġew jilmentaw miegħi għaliex ma ħassewx li huwa sew li vapur jaqbad u jitlaq malli jdoqq il-ħin tat-tluq tiegħu u ma joqgħodx jistennihom jaslu bit-tgħabbija tagħhom.", "Dan l-aħħar rajna tibdil sostanzjali fil-mentalita` ta' kif jaħdmu dawk li jimportaw u jesportaw.", "Dan l-aħħar rajna bidla fil- mod kif min jesporta mill-port il-kbir jipprepara lilu nnifsu u jwassal il- merkanzija tiegħu fil-ħin biex il-vapur ikun jista' jitlaq fil-ħin stipulat.", "Jekk irridu li jkun hemm is-serjeta` ma nistgħux inħallu lil min jagħmel dak li jfettillu.", "Sur President, dan l-aħħar qamu kwestjonijiet li jien ngħid li kienu riżultat tas-suċċessi li kellna kemm fil-każ tal-Viset kif ukoll fil-każ tal-VGT.", "Kieku wieħed kellu jara n-numru ta' cruiseliners u vapuri tal- merkanzija li daħlu fil-port il-kbir matul is-sena li għaddiet mill-ewwel jirrealizza li kien hemm żieda sostanzjali, b'mod partikolari fin-numru ta' vapuri tal-merkanzija.", "Dan qed ngħidu għax il-VGT mhux biss għamlet investiment imma għamlet ukoll kampanja biex tipprova tattira xogħol ġdid għal pajjiżna.", "Fil-fatt il-Motorways of the Seas, li hija l-kumpannija li qed topera t-traġitti ta' merkanzija minn u lejn Malta, żiedet il-frekwenza tat-trips tagħha għal pajjiżna.", "Għalkemm ma kienx hawn xi diskussjoni wiesgħa fuq il-mod kif qed topera din il-kumpannija, madwar tlieta jew erba' xhur ilu din l-istess kumpannija tat l-opportunita` li min jibgħat containers u trailers barra minn pajjiżna f'ċerti ġranet tal-ġimgħa jiffranka ammont sostanzjali ta' flus; skond ma jien informat dan it- tnaqqis kien jammonta sa 50%.", "Dawn huma benefiċċji li rriżultaw mill- privatizzazzjoni li saret f'pajjiżna u aktar ma jgħaddi żmien aktar qed ikun hemm distinzjoni bejn gvern li jaħdem f'kull rokna ta' l-ekonomija ta' pajjiżna u gvern li jħalli n-negozju lil min jaf jagħmlu u hu, permezz ta' l-aġenziji tiegħu, iservi ta' regolatur.", "B'hekk ikun jista' jassigura li l-operaturi - hawnhekk nista' nsemmi lill-Viset, lill-VGT kif ukoll lill- Kordin Grain Terminal – jkunu qed josservaw ir-regoli tal-ftehim li jkun intlaħaq u l-kondizzjonijiet tal-kuntratti li jkunu saru.", "Hawnhekk nixtieq nagħmel parentesi żgħira u ngħid li l-Kordin Grain Terminal għandha l-possibilita` ta' l-hekk imsejħa priority berthing.", "Ġieli kellna sitwazzjoni fejn il-port il-kbir ikun mejjet għal ġimgħa sħiħa u dan seta' jfisser li vapur li jidħol mgħobbi l-Ġimgħa filgħaxija, joqgħod fil-port ma jagħmel xejn għall-jumejn tas-Sibt u l-Ħadd, u mbagħad it-Tnejn filgħodu min ikun responsabbli jħott il-qmuħ minn fuq dak il-vapur.", "Biż- żieda fin-numru ta' vapuri li qed jidħlu fil-portijiet dan m'huwiex aktar possibbli u għalkemm il- priority berthing jibqa' parti integrali mill- kondizzjonijiet tal-ftehim mal-KGT, din l-organizzazzjoni ma tistax tippretendi li tibqa' twaddab vapur quddiem is-silos tal-qmuħ ta' pajjiżna, tħallih hemmhekk u ma jiġri assolutament xejn għal xi tlett ijiem, waqt li jkun hemm vapur ieħor barra l-port jistenna biex jidħol.", "Nafu li l-vapuri li jaħdmu fuq bażi kummerċjali ma jistgħux jagħmlu xi tlett ijiem jistennew il-bonagrazzja ta' xi ħadd biex iċaqlaqlu l-vapur ħalli jkun jista' jopera fil-port.", "Għalhekk mhux darba jew tnejn kellna niffaċċjaw is-sitwazzjoni fejn minflok vapur jidħol f'pajjiżna, dan jaqbiżna u jibqa' sejjer bil- konsegwenza li jkun hemm tnaqqis fin-negozju tagħna.", "Dan qed ngħidu għax kull wieħed minna jrid jirrealizza li ż-żmenijiet inbidlu u l-bidliet li seħħew sal-lum huma biss togħma żgħira tal-bidliet li jridu jkomplu jsiru fil-mod kif noperaw f'kull parti tal-portijiet tagħna.", "Il-bieraħ issemmew il-laneċ u affarijiet oħrajn.", "Dawn kollha għandhom ir- rilevanza tagħhom f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-infrastruttura fiżika tal- portijiet.", "Irridu nassiguraw li l-inizjattivi tal-gvern ikunu tali li jipprovdu l-possibilita` ta' aktar investiment f'dawn il-portijiet.", "Nista' ngħid li saru numru ta' sottomissjonijiet mill-Awtorita` Marittima biex jiġi assigurat li jkun hemm infrastruttura aktar b'saħħitha u aktar wiesgħa u faċilitajiet aħjar fil-port il-kbir.", "Il-gvern ma qagħadx jistenna xi żmien partikolari biex jipprova jagħmel xi konsultazzjoni, imma ilu snin jaħdem fuq dak li hu meħtieġ għall-port il-kbir.", "Fil-fatt hemm pjani li jridu jwasslu biex jingħata upgrade qawwi lill-kosta kollha ta' madwar il- port il-kbir.", "Dan, l-ewwel u qabel kollox, igawdu minnu r-residenti tal- madwar u l-persuni li jaħdmu hemmhekk, pero` jservi wkoll biex jiżdied ix- xogħol.", "Dan kollu juri li l-gvern fehem li għandu jkun hemm infrastruttura aktar serja u l-upgrades neċessarji.", "Il-gvern qed jaqdi r-rwol tiegħu ta' regolatur, pero` jaqdi wkoll ir-rwol tiegħu ta' investitutur f'dak li għandu x'jaqsam ma' faċilitajiet biex imbagħad min jaħdem f'dan il-qasam ikollu l-aħjar għodda li jkun jista' jużaha għall-benefiċċju ta' kulħadd.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-mistoqsija hija li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att li jemenda l-Ordinanza dwar il-Ħaddiema tal-Port, Kap. 171\" ikun moqri t- Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Il-mozzjoni għaddiet u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tieni Darba.", "MR SPEAKER: Il-Ministru Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Sur President, nipproponi li l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Ħaddiema tal-Port jiġi ttrattat mill-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Ħaddiema tal-Port jiġi riferut lill-Kumitat Permanenti għall- Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-FOSTER CARE", "FOSTER CARE BILL", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Sur President, nitlob il-permess tal-Kamra sabiex nipproponi t-Tielet Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi dwar il-Foster Care.", "MR SPEAKER: Hawn permess? )Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Nipproponi t-Tielet Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi dwar il-Foster Care.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI (Segretarju Parlamentari): Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jagħmel provvedimenti speċjali dwar foster care u biex jagħmel emendi konsegwenzjali u emendi oħrajn\" ikun moqri t-Tielet Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tielet Darba u għadda.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IT-TAXXA FUQ IL-VALUR MIŻJUD", "VALUE ADDED TAX (AMENDMENT) BILL", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Sur President, nitlob il-permess tal-Kamra biex possibbilment l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar it-Taxxa fuq il- Valur Miżjud jgħaddi mill-istadji kollha matul din is-seduta.", "MR SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Tonio Fenech.", "ONOR.", "TONIO FENECH (Segretarju Parlamentari): Sur President, nipproponi t- Tieni Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar it-Taxxa fuq il- Valur Miżjud.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Rimarki?", "Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Sur President, l-ewwelnett irrid nirringrazzjak ta' l- opportunita` li qed tagħtini biex inressaq emendi għall-Att dwar il-Valur Miżjud.", "Għalkemm dan l-abbozz ta' liġi huwa kemmxejn qasir, qed inressqu żewġ emendi li xi ftit jew wisq huma importanti biex nindirizzaw ċerti realtajiet li hemm fis-suq ħalli nassiguraw illi l-attivita` ekonomika fil- pajjiż issir b'mod ġust bejn id-diversi operaturi ekonomiċi f'pajjiżna u li r-regoli fiskali jiġu rispettati minn kulħadd.", "B'hekk filwaqt li jkun hawn kompetizzjoni fil-bejgħ ta' prodotti – għax din il-liġi tittratta miżuri ta' infurzar f'dik li hija importazzjoni u trasport ta' ċerti prodotti – nassiguraw dak li jissejjaħ equal playing-field, jiġifieri kulmin ikun qed jopera fis-suq ikun qed jerfa' l-istess responsabbiltajiet.", "Hemm lok għal effiċjenzi imma ma nistgħux naċċettaw li xi ħadd jieħu vantaġġ mis-suq billi jikser ir-regoli u jevadi t-taxxa.", "Wieħed għandu joffri prodott irħas lill-konsumatur għax ikun qed jimxi b'mod tajjeb, għax ikun qed jirnexxilu jixtri irħas u għax ikun irnexxielu jnaqqas ċerti spejjeż kif jiġri f'ambjent kompetittiv – din hija xi ħaġa desiderabbli ħafna għall- konsumatur – u mhux għax minn fejn ikun inxtara dak il-prodott li hu irħas ma tkunx tħallset it-taxxa dovuta, bħalma hija l-VAT u l-eko- kontribuzzjoni.", "Min jimxi b'dan il-mod ikollu vantaġġ inġust u illegali.", "Meta pajjiżna daħal fl-Unjoni Ewropea, wieħed mill-aktar aspetti importanti tas-sħubija kien il-fatt – illum l-importaturi kollha jirrikonoxxu dan bħala fatt pożittiv – li llum biex toħroġ il-prodotti tiegħek miz-zona tad- dwana spiċċaw ħafna piżijiet bħad-dazji, burokrazija, ħela ta' ħin, karti u ineffiċjenzi.", "Illum morna għal sistema aktar moderna fejn inti tibqa' għaddej; timla l-intrastat, tagħti l-informazzjoni dovuta u jekk ikun hemm xi tħallas tħallas, anke b'mod elettroniku.", "B'dan il-mod allura l-prodotti li jkunu ġejjin mis-suq Ewropew huma in free circulation meta jidħlu minn pajjiż fl-Unjoni Ewropea għal pajjiżna.", "Kif nafu, din kienet waħda mir- raġunijiet prinċipali għaliex bdiet l-għaqda Ewropea illi riedet tkabbar il- kummerċ bejn l-istati membri ta' l-Unjoni Ewropea u tippermetti ħafna aktar effiċjenza f'dak li huwa xiri u bejgħ bejn stat u stat.", "Dan isir billi nneħħu l-fruntieri, il-barrieri u kull xkiel li jista' jkun hemm biex isir dak il-kummerċ, biex fl-aħħar mill-aħħar igawdi l-istess konsumatur li jingħata l-opportunita` li jkollu ħafna aktar għażla ta' prodotti u prezzijiet kompetittivi u allura titrażżan ukoll l-isfida ta' l-għoli tal- ħajja.", "F'pajjiżna kulħadd jaqbel li din hija xi ħaġa tajba, desiderabbli u ta' ġid għal kulħadd.", "Il-gvern huwa kommess li jkompli jara kif jiffaċilita l- affarijiet lis-setturi kummerċjali f'pajjiżna mingħajr ma jkun hemm xkiel għal min irid jagħmel kummerċ.", "Pero` hawnhekk nixtieq nissottolinea li qed nirriferi għall-kummerċ leġittimu, kummerċ legali.", "Fil-ħsieb tal-konċett tal-moviment ħieles tal-prodotti u s-servizzi l-Unjoni Ewropea ma tagħmilx dan a skapitu ta' kollox.", "Din ma tgħidx li l-aktar ħaġa importanti hija li jkun hemm il-moviment ħieles tal-prodotti u s-servizzi u ma jimpurtahiex jekk ikunx hemm evażjoni ta' taxxa.", "Anzi paripassu ma' l-iżvilupp tal- ħtieġa li jinfetħu l-fruntieri tagħha, l-Unjoni Ewropea qiegħda kontinwament f'diskussjoni biex tara kif fit-taxxi li jeżistu fil-pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari t-taxxa tal-valur miżjud, ma jitwildux mekkaniżmi b'mod makakk minn xi kummerċjanti li jistgħu jipprovaw jagħmlu operazzjonijiet biex japprofittaw ruħhom mis-sistemi.", "Dan jista' jsir billi dawn jevadu t-taxxa f'pajjiż viċin, idaħħlu l- prodotti tagħhom f'pajjiż ieħor bl-iskuża tal-free circulation u jbigħu prodotti li suppost tkun tħallset it-taxxa tal-VAT fuqhom mill-pajjiż fejn ikunu oriġinaw għax tkun ħarġet l-irċevuta fiskali.", "Issa aħna nafu kif taħdem il-VAT; jien niċċarġjak il-VAT, inti tikklejmja l-VAT lura u terġa' tiċċarġjaha lill-katina li jmiss, jiġifieri lill-konsumatur.", "Illum hemm min qed ikisser dik il-ħolqa essenzjali li permezz tagħha jkollna proċess ekwu fl-operat kummerċjali f'pajjiżna.", "Hemm min imur f'pajjiż viċin - l-aktar post ovvju huwa Sqallija – u jixtri minn hemmhekk ċerti prodotti li probabbilment fuqhom ma tkun tħallset l-ebda taxxa – jista' jkun li dawn ikunu prodotti li jkunu daħlu fil-pajjiż permezz ta' mezzi illegali, bħal kuntrabandu jew b'xi mod ieħor għax il-kummerċjanti kreattivi ma ssibhomx biss f'pajjiżna imma ssibhom anke fi Sqallija - u li jkunu ġew importati imma ma jkunux ġew dikjarati.", "Per eżempju, kummerċjant Malti jitla' Sqallija b'vann biex jixtri prodotti irħas milli wieħed qatt jista' jistenna, imbagħad jiġi lura Malta u jibqa' għaddej mingħajr ma jiddikjara xejn għax ħadd ma jwaqqfu fid-dwana.", "Dan imbagħad ibigħ dawk il-prodotti fis-suq Malti mingħajr ma jkun ħallas l- ebda kontribuzzjoni ta' taxxa, la fi Sqallija u lanqas f'pajjiżna.", "F'Malta mbagħad jevadi t-taxxi ta' l-eko-kontribuzzjoni, il-VAT u anke l-income tax għax ovvjament ma jkun qed juri l-ebda qligħ ladarba ma jkunx qed juri l- operat tiegħu.", "U fl-aħħar mill-aħħar min ibati?", "Jista' jkun li f'dak il- mument il-konsumatur jifraħ li qed jiffranka għax jixtri dak il-prodott bl- irħis, imma bl-aġir tiegħu ikun qed idgħajjef l-istruttura fiskali tal- pajjiż u d-dħul li għandu bżonn dan il-pajjiż biex inkunu nistgħu nsostnu s- servizzi li għandu bżonn dak il-konsumatur stess, bħalma hija l-pensjoni għal ommu u missieru, l-investiment fl-edukazzjoni għal uliedu, il-flus li rridu ninvestu biex ikollna toroq aħjar u l-fondi meħtieġa biex inkomplu nagħtu servizz ta' saħħa ta' kwalita` u b'xejn għal kulħadd.", "Jekk aħna nħallu lil min jimmina l-istrutturi fiskali ta' dan il-pajjiż u nħallu li tidħol il-kultura ta' l-evażjoni fiskali, u mhux biss nippermettuha imma ninkoraġġuha, ir-riżultati jkunu li nbatu lkoll kemm aħna.", "Pero` hemm impatt ieħor immedjat illi l-konsumatur għandu jkun konxju tiegħu.", "F'pajjiżna għandna operaturi li qed joperaw b'mod tajjeb u kif suppost, qed jagħmlu ħilithom biex iħallsu l-liċenzji tagħhom, iżommu l- kotba kif suppost u jħallsu t-taxxa dovuta - kemm il-VAT kif ukoll l-eko- kontribuzzjoni - iħaddmu numru ta' nies magħhom u jiddikjarawlhom is- salarju sħiħ u jħallsu l-bolla u t-taxxa tal-ħaddiema tagħhom.", "Il- kompetizzjoni għandna ninkoraġġuha ħalli l-konsumatur jieħu l-aħjar bl- aħjar prezz, imma jekk inġibu lil dawn l-operaturi għarkobbtejhom mhux minħabba kompetizzjoni ġusta imma minħabba evażjoni fiskali li timmina l- leġittimita` ta' min qed jopera b'mod leġittimu, allura hemmhekk se jkollna l-problemi.", "Is-settur tax-xogħol f'pajjiżna għandu l-problemi għax hemm ħaddiema li llum jaqilgħu l-għajxien tagħhom ta' kuljum minn importaturi li qed jgħidulna li għandhom ċerti problemi għax qed jaraw li qed jipprovaw jikkompetu ma' nies illi l-prodotti li qed ipoġġu fuq is-suq huma irħas mill-istess eko-kontribuzzjoni li suppost titħallas.", "Kif jista' jkun li prodott illi suppost ikollu eko-kontribuzzjoni ta' Lm3 jinbiegħ Lm2?!", "Ma jistax ikun!", "Anke jekk ma tiċċarġja xejn għall-prodott innifsu, suppost li qed tiċċarġja Lm3 ta' l-eko-kontribuzzjoni.", "Dan jiġri għax min ipoġġi dak il-prodott fuq is-suq ikun evada, b'xi mod jew ieħor, l-istruttura tat- taxxa ta' Sqallija jew ta' pajjiż ieħor li jkun qed jipprova jġib dak il- prodott minnu, kif ukoll ta' pajjiżna.", "Irrid ngħid li qabel ma wasalna biex nipproponu dawn iż-żewġ emendi li qed inressqu quddiem din il-Kamra, il-gvern, flimkien ma' l-awtorita` tad- dwana, tal-VAT, tal-pulizija u ta' numru ta' uffiċjali oħrajn illi bdew jiltaqgħu b'mod regolari biex jindirizzaw din il-problema, ħa numru ta' miżuri biex naraw li dan kollu ma jiġrix.", "U se nispjega x'għamilna.", "L- ewwel li bdejna nattakkaw kienu l-prodotti li magħhom hemm marbuta t-taxxa tad-dazju u s-sisa għax hemmhekk il-liġi tad-dwana tagħti dritt lill- uffiċjali tad-dwana li jwaqqfu, anke fil-port, ċerti trakkijiet li jkunu deħlin ħalli naraw illi t-taxxa fuq ix-xorb, per eżempju, tkun tħallset jew inkella jekk jidħol ċertu volum għal raġunijiet ta' konsum personali, naraw li jkun ammont leġittimu u raġunevoli.", "Ma jistax ikun li ddaħħal container xorb u tgħid li huwa għall-konsum personali tiegħek sakemm ma tridx li wara ġimgħa tmur l-isptar, għax ma nafx xi jkun fadal minnek jekk tixrob container xorb!", "Fl-aħħar mill-aħħar bdejna ndaħħlu strutturi biex naraw illi ma jkunx hemm evażjoni f'dan is-sens.", "Per eżempju, żewġ budgets ilu konna introduċejna l- konċett illi għal ċerti prodotti, bħax-xorb u anke s-sigaretti, ikun hemm is-sistema tal-banderoles.", "Din hija sticker li titwaħħal fuq kull flixkun.", "Jekk flixkun ikun ġie mixtri biex jinbiegħ allura fuqu jkollu sticker kulur id-deheb li tidentifika li dak il-prodott ġie mportat f'pajjiżna biex jitqiegħed fuq l-ixkaffa għall-bejgħ.", "Jekk iddaħħal xorb għal skop ta' konsum personali, bħal, per eżempju, għal tieġ - wara kollox dan huwa dritt tal-konsumatur – trid titwaħħal sticker tal-fidda li turi li fuq dak il- prodott li daħal f'pajjiżna ma kienx hemm għalfejn titħallas taxxa għax daħal għal skop ta' konsum personali.", "Din is-sistema qed taħdem.", "Fil-fatt qed isiru inspections regolari minn uffiċjali tad-dwana, mhux biss fil-port imma anke fil-ħwienet tax-xorb, biex jaraw illi l-fliexken li hemm fuq l-ixkafef ikollhom l-isticker leġittima.", "Nista' ngħid li nġabru eluf ta' flixken illi nstab li jew kellhom l-isticker żbaljata - jiġifieri kellhom l-isticker tal-fidda taparsi daħlu għall-konsum imma tpoġġew għall-bejgħ; għax mhux billi jkollok l-isticker,; trid tkun l-isticker tad-deheb biex tidentifika li prodott ikun jista' jinbiegħ - jew addirittura ma kellhomx sticker.", "Konna anke tajna żmien lil min diġa` kellu prodotti fis-suq biex jirreġistrahom ħalli jingħata l-isticker.", "Sfortunatament kien hemm min inqabad b'dawn il-prodotti imma t-terminu ta' żmien li ngħata kien skada u allura ftit stajna nirrimedjaw.", "Jekk nimminaw l-infurzar tal-liġijiet tagħna f'pajjiżna jfisser li l-iskop tas-sistemi li aħna daħħalna ma jintlaħaqx.", "Sur President, filwaqt li dawn is-sistemi jgħinu, waqqafna wkoll unit intern fil-ministeru tal-finanzi li jikkoordina l-ħidma bejn id-dipartiment tal-VAT – dan għandu f'idejh ir-responsabbilta` tal-VAT u l-eko- kontribuzzjoni - id-dwana, il-pulizija u, fejn kien hemm bżonn, entitajiet oħrajn, bħal per eżempju l-veterinarju.", "Jekk ikunu prodotti relatati aktar mas-saħħa jidħlu spetturi oħrajn biex ikun hemm inforzar aħjar tal-liġijiet tagħna meta l-prodotti jidħlu fis-suq ta' pajjiżna.", "Dan għamilnieh b'diversi modi.", "Fil-bidu kien hemm ftit protesti anke fuq ix-xatt, b'mod partikolari meta jidħol il-catamaran għax konna qed nispiċċaw b'sitt spetturi jwaqqfu lil kulħadd.", "Nifhmu li xi ftit jew wisq dan kien qed joħloq ċertu uneasiness għax dak li jkun kien jibda jgħid: \"Dħalna fl- Unjoni Ewropea jew ma dħalniex?", "Aħna nistgħu nitilgħu jew ninżlu Sqallija jew ma nistgħux?\".", "Pero` huwa fl-interess ta' pajjiżna wkoll li naraw li l- liġijiet ta' pajjiżna jiġu nfurzati.", "Illum sar arranġament li kull bastiment – jista' jkun vapur jew catamaran – irid jipproduċi manifest biex ma jkollniex għalfejn noqogħdu nwaqqfu lil kulħadd.", "Meta nirċievu l- manifest, isir assessment tiegħu u jiġi deċiż b'mod ċentrali - u mhux minn individwu fix-xatt - min għandu jitwaqqaf.", "B'hekk jiġu evitati wkoll l- abbużi fis-sens li t-tali kien jaf lill-inspector u allura tħalla għaddej, waqt li l-ieħor ma kienx jafu u allura ġie mwaqqaf.", "Għalhekk l-għażla tal- vetturi li jitwaqqfu ma ssirx mix-xatt imma ssir x'imkien ieħor biex kemm jista' jkun noħolqu struttura ta' kontroll.", "Okkażjonalment inwaqqfu lil kulħadd fuq xi vapur partikolari sabiex nivverifikaw li l-prodotti li deħlin għandhom id-dikjarazzjoni meħtieġa u li l-karti qegħdin juru tassew il-prodotti li hemm.", "Naturalment dan kollu qegħdin nagħmluh sabiex naqbdu l-abbużi.", "Xorta waħda nemmnu li l-ġlieda kontra l-abbużi għandha tissaħħaħ sabiex inkunu tassew effettivi fil-ġlieda tagħna kontra l-kummerċ illeċitu għaliex dan itellef mill-kummerċ leġittimu u mill-kummerċ li jkun miexi skond l-obbligi tal-liġi.", "Permezz ta' dan l-abbozz ta' liġi qegħdin inressqu żewġ klawsoli, li bihom se nkunu qegħdin nagħtu poteri ġodda lill-ispetturi tal-VAT.", "B'hekk dawn l-ispetturi se jkollhom id-dritt li jagħmlu spezzjonijiet fuq prodotti li jkunu daħlu fiċ-ċirkolazzjoni ta' l-attivita` ekonomika ta' pajjiżna mhux biss mill-post minn fejn dawn qegħdin jinbiegħu, jiġifieri mill-ħanut.", "Illum uffiċjal tal-VAT għandu dritt jidħol fil-ħanut u jistaqsi lis-sid sabiex jurih l-irċevuta tal-prodotti li jkollu fuq l-ixkaffa ħalli jara jekk dawn xtrahomx b'mod leġittimu.", "Illum dak id-dritt diġa` jeżisti għal skopijiet ta' VAT.", "Pero` llum qegħdin nesperjenzaw fenomenu ġdid f'pajjiżna; qed ikollna nfluss kbir ta' prodotti li qegħdin jidħlu tramite l-vapuri rapid li jaqsmu bejn il-gżira Maltija u l-gżira ta' Sqallija.", "Fuq dawn il-vapuri qiegħed ikun hemm containers kbar li jġibu l-prodotti mhux biss għas-sidien tal-containers imma anke għal ħaddieħor, f'forma ta' groupage.", "Dan ifisser li jġibu l-prodotti għal xi operatur b'mod kollettiv.", "Issa hemm is-suspett - u fil-fatt inqabdu xi wħud fl- ispezzjonijiet li għamilna – li dawn ma jġorrux magħhom id-dokumenti meħtieġa li juru l-leġittimita` ta' dawn il-prodotti u li allura juru li jkunu nxtraw kif suppost mill-pajjiż li minnu jkunu telqu.", "Suppost li jkun hemm irċevuta fiskali li trid tidħol fl-intrastat bejn il-kummerċjant Sqalli li jkun biegħ il-prodotti u l-kummerċjant Malti li jkun xtara dawk l- istess prodotti.", "Naturalment jista' jagħti l-każ li min ikun qiegħed iġorr il-prodotti bit-trakk ma jkollu x'jaqsam xejn mal-prodotti infushom.", "Imma dawn il-prodotti jkunu deħlin f'pajjiżna bi ksur tal-liġijiet fiskali bl- iskuża tal-freedom of circulation tal-prodotti fl-Unjoni Ewropea.", "Sur President, l-emenda għal artikolu 52 tal-liġi tal-VAT tobbliga lil kulmin qiegħed jittrasporta xi prodott f'pajjiżna, kemm jekk huwa operatur li ġab il-prodott minn barra għal xi ħadd Malti u kemm jekk qiegħed jittrasferixxi minn fabbrika Maltija għal operatur Malti jew minn wholesaler għal tal-ħanut.", "Huwa obbligu legali li ma' dawk il-prodotti jkollu l-irċevuta tal-VAT jew id-dokumenti li jindikaw għand min sejrin dawk il-prodotti.", "Dawn id-dokumenti huma kollha meħtieġa u fil-liġi qegħdin jiġu indikati bħala tali.", "Issa jekk xi ħadd jitwaqqaf u jinstab li m'għandux id-dokumenti tal-prodotti li qegħdin jiġu trasportati, dak l- individwu se jkun iffaċċjat b'multa ta' mhux inqas minn Lm300 u ta' mhux aktar minn Lm1,500.", "Barra minn hekk se jeħel multa oħra ta' għaxar darbiet aktar mit-taxxa li tkun qiegħda tiġi evitata.", "Mela jekk jien suppost ħallast Lm100 bħala taxxa fuq dawk il-prodotti li qiegħed inġorr u m'għandix l-irċevuta tagħhom, allura jiena se neħel multa addizzjonali oħra ta' Lm1,000.", "Tajjeb ngħid li meta rajna l-leġislazzjoni li għandhom f'pajjiżi oħra rajna li hija xi ħaġa komuni f'ħafna pajjiżi li adirittura jikkonfiskaw dak il- ħin stess il-prodotti li jkunu mingħajr id-dokumenti meħtieġa.", "Illum dawk il-pajjiżi raw li dan ma kienx biżżejjed u qegħdin idaħħlu penalitajiet aktar ħorox.", "U fuq dak l-eżempju qiegħed jimxi pajjiżna għaliex jekk ma jkollniex penalitajiet ħorox u ġusti f'dan ir-rigward, kulħadd ikun lest li jieħu s-sogru.", "Jekk inħallu biss il-multa ta' Lm300 kulħadd ikun lest li jissogra għal dik is-somma.", "Jekk ngħidu li tista' teħel multa ekwivalenti għal għaxar darbiet it-taxxa li inti pprovajt tiffranka, allura nkunu qegħdin nagħmlu avviso ai naviganti li l-penali hija waħda ħarxa.", "Allura mbagħad wara min jinqabad m'għandux għalfejn joqgħod jibki u jgħid kemm hija ħarxa l-penali.", "Aħna, bħala stat, għandna l-obbligu li nipproteġu lill-pajjiżna u lill-operaturi leġittimi minn dawk in-nies li jipprovaw ikissru s-suq b'mod illegali.", "Għalhekk bilfors ikollna nieħdu dawn il- miżuri ebsin li jagħtu direzzjoni ċara.", "Issa kif se nimplimentawha din il- miżura?", "Sur President, se nimplimentawha bl-emenda li qiegħda ssir għal artikolu 53 tal-liġi tal-VAT.", "Permezz ta' din l-emenda se nagħtu l-poter lill- kummissarju tal-VAT, jew lil xi ħadd delegat minnu, id-dritt li jwaqqaf vettura li tkun għaddejja u li jidħol jispezzjona, bil-mezzi kollha li għandu, kull trasport, hu x'inhu t-tip ta' trasport li jkun qiegħed jintuża, jew mezzi li jkunu qegħdin jintużaw sabiex iċaqilqu prodott minn post għal ieħor.", "Il-kummissarju se jkollu d-dritt li jiftaħ kaxxi u jara jekk il-prodotti li hemm humiex il-prodotti li hemm imniżżla fid-dokumenti.", "Għandu d-dritt li jiċċekkja l-kwantita`, il-valur u l-invoices, kif ukoll li d-dokumenti kollha huma f'posthom.", "B'hekk nassiguraw li l-VAT u l-eko- kontribuzzjoni li suppost qegħdin jitħallsu fuq dawn il-prodotti, fil-fatt jiġu mħallsa.", "M'huwiex il-pjaċir tagħna li ngħaddu miżuri fiskali li xi kultant jitqiesu drakonjani u li lill-ispetturi tal-VAT se nġibuhom bħall-pulizija.", "Pero` kieku dak li qiegħed jiġri llum f'pajjiżna, xi ħadd minn Malta jipprova jagħmlu fi Sqallija, jiġifieri jbigħ dan it-tip ta' prodotti hemmhekk, żgur li l-guardia di finanza jaqbżu fuqu mill-ewwel u jwaqqfuh minn dak li jkun qiegħed jagħmel.", "Issa ma rridux naħsbu li din qegħdin nagħmluha biex inpattuha lit-Taljani.", "Anzi, jekk hemm xi ħadd f'pajjiżna li qiegħed jipprova jevadi t-taxxa billi jipprova jdaħħal prodotti permezz tal- kuntrabandu li għaddej fi Sqallija, il-guardia di finanza għandha l-obbligu li twaqqfu.", "Imma bl-istess mod aħna wkoll, bħala pajjiż, għandu jkollna s- saħħa li nipproteġu lil min qiegħed jipprova jimxi b'mod onest, lil min qiegħed jipprova jimxi mal-liġijiet ta' pajjiżna u lil min qiegħed jagħmel ħiltu kollha sabiex iħallas it-taxxi u jimpjega lin-nies miegħu kontra min jipprova jopera b'mod illeċitu fil-qafas tal-kummerċ f'pajjiżna.", "Nerġa' ngħid li bħala stat għandna l-obbligu li nipproteġu lil min jimxi skond il- liġi minn min jipprova jagħmilha tal-cowboy u jbigħ prodotti bl-irħis imma b'mod illegali.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Edwin Vassallo.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO (Segretarju Parlamentari): Sur President, irrid ngħid li kienet kumbinazzjoni interessanti li qabel ma l-Onor.", "Tonio Fenech beda jitkellem fuq dan l-abbozz ta' liġi, konna qegħdin niddiskutu abbozz ta' liġi ieħor li kellu x'jaqsam mar-riforma fil-portijiet ta' pajjiżna.", "Bejn dak li qiegħed jitkellem dwaru llum l-Onor.", "Tonio Fenech - fuq dan is- suġġett jiena ħdimt ħafna mad-dipartimenti li hu responsabbli minnhom – u r- riforma fil-portijiet jiena nara relazzjoni kbira, għaliex ir-riforma fil- portijiet hija riżultat ta' gvern li jrid jara kif ikun hemm iżjed effiċjenza fil-portijiet tagħna.", "L-akbar problema li kellna f'pajjiżna kienet dik li l-ħlas tat-trasport ta' container mill-Ġermanja sa Malta kien irħas mit-trasport ta' dak il- container mix-xatt f'Malta għal zona industrijali.", "U l-gvern kellu jindirizza dik il-problema.", "Barra minn hekk, waħda mill-akbar riformi li seħħew f'pajjiżna, jiġifieri t-tnaqqis tal-burokrazija u ż-żieda fl- effiċjenza fil-proċeduri – bħat-tnaqqis fil-burokrazija li għandha ġġib l- emenda għal-liġi li għadu kemm ressaq il-Ministru Ċensu Galea – seħħet proprju bis-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, għaliex b'hekk il- portijiet tagħna nfetħu.", "Fi kliem ieħor l-inspections ma baqgħux isiru at point of entry - fid-dwana – imma llum l-inspections qegħdin isiru aktar at point of sale.", "Qegħdin naraw li l-orgnaizzazzjoni burokratika kollha ta' dan il-pajjiż m'għadhiex aktar tant regolatorja at point of entry, permezz tad-dwana, imma saret aktar at point of sale, fejn hemm ħafna regolaturi li jipprovaw jaraw li l-konsumatur qiegħed jixtri prodott li huwa ta' standard, li hu skond il-konċetti tas-CE marking u affarijiet oħra.", "Sur President, meta dħalna fl-Unjoni Ewropea, il-gvern kien kważi ċeda madwar Lm21 miljun cash at hand li l-gvern kien qiegħed igawdi minnhom permezz tal-ħlas tal-VAT fuq il-prodotti li jimporta kull importatur malli attwalment jimportahom.", "L-importatur imbagħad, wara tliet xhur, skond kif kien jagħmel id-denunzja tiegħu tal-VAT, kien jeħu lura dawk il-flus li kien ikun ħallas.", "Bid-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea kien hemm tnaqqis fil-burokrazija u bidla fil-proċeduri tad-dwana, għaliex at point of entry ma baqgħetx titħallas VAT fuq it-trasportazzjoni ta' prodotti li ġejjin mill-Unjoni Ewropea.", "Għall-gvern dan kien ifisser Lm21 miljun inqas cash at hand.", "Dan qed insemmih għaliex ħafna drabi ninsew x'kien jiġri sa ftit tas-snin ilu, meta s-settur kummerċjali kien iħallas lill-gvern madwar Lm21 miljun.", "Illum, dawk il-Lm21 miljun bl-interessi tagħhom b'kollox, qegħdin jibqgħu fil-but tan-negozjant Malti.", "Qabel iċ-ċirkostanzi kienu jitolbu li fid- dwana jkun hemm regolatur li jindokra lil dan il-pajjiż rigwar x'jidħol f'Malta u x'ma jidħolx.", "Illum m'għadniex nisimgħu ħafna stejjer ta' kuntrabandu għaliex kważi l-prodotti kollha – ħlief għas-sigaretti u x-xorb alkoħoliku li għandhom is-sisa fuqhom - li ġejjin mill-Unjoni Ewropea għandhom il-freedom of movement.", "Għalhekk m'hemmx lok li wieħed jagħmel kuntrabandu għaliex illum it-trasportazzjoni ta' prodotti lejn Malta hija xi ħapa leċita u mhux bħal qabel, meta kien isir ħafna kummerċ bil-ħabi.", "Sur President, meta naqqasna dik il-burokrazija tajna ċerta liberta` u fl- istess ħin il-gvern farfar minn fuq spalltu r-responsabilita` u tefagħha fuq spallejn in-negozjant jew fuq iċ-ċittadin.", "Darba minnhom missieri, li għandu 83 sena, qalli li din il-liberta` wasslet sabiex in-negozju jsir aktar easy.", "Jekk irridu nużaw terminoloġija sempliċi, dik hija l-kelma li rridu ngħidu: illum in-negozju sar easy.", "Illum tista' taqbad u ssiefer, tixtri prodott u ġġibu lejn Malta.", "Daqshekk huwa faċli, qisek mort Għawdex u ġejt lura Malta.", "Qabel hekk konna nispjegawh dan it-tip ta' negozju.", "Tista' tmur barra u tixtri prodott u ġġibu lejn Malta mingħajr ma tħallas xejn, sakemm kollox ikun leċitu, sakemm il-kummerċ kollu jkun qed isir on a level playing-field.", "Jekk inti ttrasportajt prodotti mill-Italja lejn Malta, jew mill-Ġermanja lejn Malta u rrapportajt lill-NSO fi żmien 48 siegħa l-informazzjoni kollha fuq il-merkanzija li ġibt, allura tkun qiegħed tagħmel l-affarijiet b'mod leċitu u kif suppost.", "Jekk jien inġib minn barra prodotti ta' l-ikel, irrid ngħarraf lill- uffiċjali tas-sanita` 24 siegħa qabel u nirrapportalhom x'ġibt.", "Jekk jien inġib prodotti ta' l-ikel, suppost li nkun reġistrat mal-food safety commission u allura din il-kummissjoni tkun taf bija.", "Jekk jien qiegħed inġib xi prodotti lejn Malta għal skopijiet ta' negozju u mhux għall-użu personali, suppost li jkolli n-numru tal-VAT.", "Meta jien nixtri u nittrasporta prodotti minn pajjiż ieħor lejn Malta, għandi nuri n-numru tal- VAT lil min qiegħed ibigħli fl-Italja, fi Sqallija, eċċ., jekk qed nixtri b'mod legali u mhux qed nixtri mill-black economy.", "Meta jien nagħti n- numru tal-VAT tiegħi lil dak li qed nixtri mingħandu ma neħilx VAT.", "Jekk se nġib prodott għall-konsum personali tiegħi, jien se jkolli l-irċevuti li jipprovaw li l-VAT ħallastha minn fejn xtrajt dak il-prodott.", "Sur President, li ġara huwa li bdejna naraw li mhux kulħadd kien qiegħed jagħmel hekk.", "Bdejna naraw li kien hawn min qiegħed jinnegozja kif suppost, l-aktar dawk in-negozjanti organizzati li għandhom anke ħaddiema jaħdmu magħhom.", "Fir-realta` dawn ma tantx jistgħu jqarrqu, mhux bħal dak in-negozjant waħdu li jsiefer u jixtri mingħajr m'għandu għalfejn jirrapporta lil ħadd.", "Għalhekk bdejna naraw prattiċi ta' kummerċ fejn dak li jkun jipprova jagħmel il-qliegħ b'mod illeċitu u illegali.", "Dan kien qiegħed jagħmlu b'detriment għal dak in-negozjant li huwa organizzat.", "U grazzi għad-diżorganizzazzjoni tiegħu - għaliex la huwa numru tal-VAT u lanqas huwa reġistrat kif suppost – dak li jkun jipprova jixtri u jġib lejn Malta prodotti li għalkemm għandu d-dritt li jdaħħalhom, ikun qiegħed jabbuża minn dak id-dritt.", "Għaliex veru li għandu d-dritt li jġib lejn Malta dawk il-prodotti, imma fi żmien 24 siegħa suppost li jrid jagħti l- informazzjoni lill-NSO, liema informazzjoni ma jgħaddix.", "Dak in-negozjant suppost li fid-denunzja tiegħu tal-VAT għandu jinkludi l-bejgħ ta' dawk il- prodotti ħalli jħallas il-VAT, imma minn dan kollu ma jagħmel xejn.", "Suppost li għandu wkoll l-obbligu li jħallas l-eko-kontribuzzjoni fuq ċerti prodotti li hu jġib lejn Malta, imma dan jagħżel li ma jħallas xejn.", "Għaldaqstant bdejna nsibu li għandna żewġ kwalitajiet ta' negozjanti.", "Għandna dawk in-negozjanti li jimxu kif suppost u jimxu b'mod organizzat.", "Dawn jipprattikaw il-kummerċ tagħhom skond ir-regolamenti; ikollhom il- liċenzja tan-negozju, ikollhom il-maħżen tagħhom, ikollhom il-ħanut tagħhom u meta tfittixhom taf fejn qegħdin.", "Dawn in-negozjanti għandhom ukoll in- numru tal-VAT tagħhom u mhux jinqdew bin-numru tal-VAT ta' ħaddieħor.", "Dawn in-negozjanti jkunu wkoll reġistrati għall-fini ta' l-eko-kontribuzzjoni, iħallsu t-taxxa fuq dak li jaqilgħu skond in-negozju li jkunu għamlu, ikunu jafu bihom tas-sanita` - jekk ikun il-każ - u jsirulhom inspections minn uffiċjali tas-sanita` jekk in-negozju tagħhom ikun fil-qasam tal-prodotti ta' l-ikel.", "Fl-aħħar mill-aħħar in-negozjanti li jimportaw prodotti ta' l- ikel huma marbutin li jdaħħlu f'Malta prodotti li la jkunu skadew u lanqas ikunu waslu biex jiskadew.", "Xi kultant issib lil min jixtri prodotti ta' l- ikel bl-irħis għaliex ikunu se jiskadu fi ftit jiem oħra u mbagħad issib dawn l-istess prodotti fis-suq tagħna.", "B'hekk tibda tara ċikkulata u prodotti oħra ta' l-ikel li jkunu se jiskadu l-għada jinbiegħu bi prezzijiet baxxi ħafna.", "Ikun hemm min saħansitra jipprova jġib prodotti lejn Malta li suppost lanqas qegħdin fiċ-ċirkolazzjoni fl-Unjoni Ewropea imma jkunu daħlu fiċ-ċirkolazzjoni bi żball.", "Għaldaqstant irrid ngħid prosit lid-dipartiment tal-VAT, lill-ministeru tal- finanzi u lis-Segretarju Parlamentari Tonio Fenech għaliex din hija t-triq tas-serjeta`.", "Jiena nqis ruħi bħala segretarju parlamentari għas-self- employed u s-sidien tan-negozji ż-żgħar imma m'iniex segretarju parlamentari għas-self-employed u s-sidien tan-negozji żgħar li jaħdmu fil- moħbi.", "Jien m'iniex segretarju parlamentari għas-self-employed li qegħdin jagħmlu negozju illeċitu u li qegħdin jipprovaw ikissru lil min qiegħed jimxi skond il-liġi.", "Dan huwa gvern li jemmen fis-serjeta`.", "Dan huwa gvern li għadu b'saħħtu għaliex minkejja li ġejja l-elezzjoni - kif jgħidulna, \"erbat ijiem oħra\" - xorta kapaċi jressaq liġi bħal din.", "Din hija liġi li se ġġib is-sikkatura u hija liġi ta' dwejjaq.", "Din hija liġi li jekk il-kummissarju tal-VAT jitlagħlu għal rasu, ikun jista' jimmobilizza lill-pajjiż!", "Qiegħed ngħid hekk għaliex qiegħed quddiemi u qiegħed narah jidħak.", "Imma din hija liġi ta' sikkatura.", "Madankollu min huwa organizzat, min jagħmel l-affarijiet kif suppost u min jimxi skond il-liġi m'għandux minn xiex jibża' mis-sikkatura u għalhekk m'għandux min xiex jibża' minn din il-liġi.", "Jiddejjaq minn din il-liġi - u ħażin għalih min jiġi jċanfarni fuq din il-liġi għaliex b'hekk ikun qiegħed jikxef lilu nnifsu – dak li jdaħħal prodotti f'pajjiżna li mhux suppost idaħħalhom għaliex ma jkunx qiegħed ibigħhom kif suppost.", "Dak għandu għal xiex jinkwieta u għandu għal xiex igerger.", "Pero` nispera li dak il-bniedem li jgerger fuq din il-liġi ma jsib l-ebda appoġġ, la min-naħa tal-gvern u lanqas min-naħa ta' l-oppożizzjoni, għaliex dak ikun qiegħed jaħdem fil- black economy u jkun qiegħed jherri s-sistema finanzjarja ta' dan il- pajjiż.", "Sur President, li rridu nagħmlu huwa li lil min qiegħed fil-black economy u jrid jikkonverti kemm jista' jkun malajr u bl-inqas xkiel possibbli, naraw li ndaħħluh fis-sistema t-tajba.", "F'dak il-każ se jsib gvern disponibbli li jrid jgħinu ħalli jsir organizzat.", "Hemmhekk imbagħad jien inkun segretarju parlamentari tiegħu għaliex ikun se jibda jaħdem kif suppost.", "Nerġa' ngħid li din hija leġislazzjoni li qiegħda tgħin sabiex insaħħu l-organizzazzjoni ta' l-audit trail fis-sistema tal-VAT.", "Kif nafu l-VAT hija mibnija fuq audit trail.", "Din il-liġi se tagħti l-poter lill-kummissarju tal-VAT u lill- uffiċjali tiegħu sabiex jekk jien inkun dieħel minn Sqallija b'container, lili jkunu jistgħu jwaqqfuni u jitolbuni nagħtihom l-invoice tal-prodotti.", "B'hekk ikunu jistgħu jaraw jekk in-negozju li qiegħed nagħmel huwiex leċitu u kif suppost.", "Din il-leġislazzjoni għandna nqisuha bħala emenda li permezz tagħha l-gvern qiegħed juri li huwa favur li jkollna roħs fil-prezzijiet u li l-prezzijiet ikunu kompetittivi, sakemm dak ir-roħs fil-prezzijiet ma jkunx ġej b'riżultat ta' ħidma minn nies li qegħdin jingannaw fin-negozju.", "Għax dak it-tip ta' negozju jkisser is-sistema kummerċjali ta' dan il-pajjiż.", "Is- sistema kummerċjali ta' dan il-pajjiż hija waħda b'saħħitha, pero` daqskemm hija b'saħħitha, hija vulnerabbli.", "Daqskemm hija b'saħħitha, hija fraġili u tista' titkisser.", "Is-suċċess ta' l-attivita` kummerċjali f'dan il-pajjiż trid tgħixha ġurnata b'ġurnata għaliex dak li għandek tajjeb illum, taf tqum l-għada u ma ssibux.", "Sur President, f'pajiżna għandna suq li qiegħed jikber b'ritmu mgħaġġel, imma qiegħed jikber fi spazju limitat.", "Nafu li l-importazzjoni fl-2004 kienet ta' Lm1,000,300 filwaqt li fl-2005 kienet ta' Lm1,000,319 u fl-2006 kienet ta' Lm1,000,436.", "Din m'hijiex ekonomija limitata, tafux!", "Din hija ekonomija li qiegħda tikber kuljum.", "Pero` rridu noqogħdu attenti.", "Irridu nibżgħu għal din l-ekonomija u min ikun se jikkritikana talli qegħdin nagħmlu din is-sikkatura, tajjeb li qabel jaħseb ftit x'inhu l-iskop tagħha.", "M'iniex se niddejjaq ngħid li din hija proċedura burokratika li fl- aħħar mill-aħħar se tissikka.", "Pero` dawn huma l-health and safety measures li nixtiequ nagħmlu favur l-attivita` kummerċjali tagħna.", "Aħna m'aħniex ngħidu li l-parallel trading m'huwiex permessibbli.", "Il-parallel trading huwa aċċettabbli iżda m'huwiex aċċettabbli li jsir b'mod illeċitu.", "Sur President, hawnhekk nixtieq nagħmel proposta li forsi jkollna l- opportunita` li nkomplu niddiskutuha meta niġu għall-istadju ta' kumitat.", "Ma' dik l-informazzjoni li tista' tintalab skond din l-emenda li qed indaħħlu, forsi nistgħu ninkludu wkoll li fuq l-irċevuta jrid ikun jidher il-VAT number u li l-uffiċjal għandu d-dritt jitlob l-ID card ta' dak li jkun.", "Qiegħed ngħid hekk għaliex jista' jiġi fuqi uffiċjal u jitlobni nagħtih id-delivery note, imma d-delivery note li nagħtih kopja tagħha minflok f'ismi tkun f'isem ħaddieħor u jien ngħidlu li jisimni Tonio Fenech.", "Jew inkella minflok in-numru tal-VAT tiegħi, nagħtih il-VAT number ta' l-Onor.", "Herrera.", "L-uffiċjal ma jkunx jaf x'jisimni u lanqas x'inhu n- numru tal-VAT tiegħi.", "(Interruzzjonijiet) Is-Segretarju Parlamentari Fenech qiegħed jgħidli li dan ma jistax jiġri.", "Forsi meta jkun qiegħed iwieġeb ikun jista' jispjega għaliex ma jistax jiġri hekk.", "Sur President, anke jekk din il-proposta tiegħi m'hijiex daqshekk imsajra, naħseb li rridu nieħdu ħsieb li ma' dawn il-proposti ninkludu l- informazzjoni kollha b'mod li ma nħallux lok għal abbużi.", "Per eżempju, illum nafu li fattura tista' ssir hand-written.", "Tiskanta kif f'dawn iż- żminijiet min ibigħ jista' jaqbad u jagħmel fattura hand-written.", "U bir- raġun tibda tistaqsi proprju kif xi ħadd ħallas fuq dik il-fattura.", "Aħna nafu li faċilment xi ħadd jagħtik dettalji personali li ma jkunux veri.", "Allura ejjew naraw li nagħlqu dawn il-bibien minn issa għaliex din hija liġi verament meħtieġa jekk irridu s-serjeta` fl-attivita` kummerċjali tagħna.", "Għalhekk għandna nħabblu ftit moħħna ħalli naraw jekk nistgħux nemendaw subklawsola 2 li tittratta d-dokumentazzjoni li l-uffiċjal tal-VAT għandu jitlob mal-fattura.", "Naħseb li rridu nkunu ċerti li l-uffiċjal ikollu l-mezzi kollha sabiex ikun jista' jagħmel identifikazzjoni serja ta' min qiegħed iġorr il-prodotti, għaliex inkella l-audit trail jintilef.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Jose` Herrera.", "ONOR.", "JOSE` HERRERA: Sur President, l-oppożizzjoni Laburista taqbel ma' din il-liġi u fil-fatt se tivvota favur tagħha.", "Min-naħa tiegħi smajt b'attenzjoni kbira d-diskorsi li saru mill-Onor.", "Tonio Fenech u mill-Onor.", "Edwin Vassallo, u jkolli ngħid li fis-sustanza naqbel kważi perfettament ma' dak kollu li qalu.", "Din il-liġi qiegħda tagħti raġun lill-kritika li għamilna u l-biżgħa li kellna aħna tal-partit Laburista meta konna se nidħlu fl-Unjoni Ewropea għall-fatt li bis-sħubija d-dazju fuq prodotti mill-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea kien se jispiċċa.", "Fil-fatt hemm direttiva li tgħid li jekk tidħol merċa fil-port, din il-merċa ma tistax iżżommha jew tissekwestraha sabiex tara jekk hijiex in order.", "Għalhekk aħna konna nibżgħu - u n-nies kienu jibżgħu - li għad jiġi żmien fejn jibdew jiġu l-containers u t-trakkijiet minn Sqallija bil-prodotti tagħhom u dawn il-prodotti jġibu fix-xejn il-prodotti Maltin peress li jkunu ferm irħas minn tagħna.", "Minn dak li nisma' mingħand in-nies jidher li hemm kritika f'dan is-sens għaliex dan il-fenomenu diġa` beda jissarraf.", "Qegħdin jiġu trakkijiet u containers min-naħa tan-nofsinhar ta' l-Ewropa, speċjalment minn Sqallija, bi prodotti li l-Bambin biss ikun jaf kif ġew akkwistati.", "Dawn il-prodotti jkunu mingħajr l-ebda dokumentazzjoni u jispiċċaw fis-suq tagħna.", "Din il- merċa li tidħol f'pajjiżna mhux bilfors li tkun merċa unika, li m'hawnx bħalha f'Malta – bħal xi nbid li m'hawnx bħalu f'Malta - imma tista' tkun merċa li f'Malta għandna l-aġenti li qegħdin jimportawha kif suppost.", "Dan ikun speċi ta' parallel trading, imma dak il-prodott li jidħol fil-pajjiż bl-irħis ikun irħas għaliex ma tkunx ġiet imħallsa l-VAT fuqu.", "Naturalment jekk inti fil-kummerċ u xi ħadd joffrilek prodott iktar irħis, inti se tixtri dak il-prodott.", "Dik hija t-tentazzjoni u hekk qiegħed jiġri.", "Anke min qiegħed fl-agrikoltura – peress li qed jidħlu minn barra anke prodotti ta' l-ikel – qiegħed isib kompetizzjoni mhux ġusta għaliex qegħdin jidħlu prodotti li fuqhom ma tkunx tħallset it-taxxa dovuta.", "Għaldaqstant qiegħed jagħmel sew il-gvern, kif ukoll l-Onor.", "Tonio Fenech u l-Onor.", "Edwin Vassallo li jinsistu fuq il-bżonn li ssir liġi bħal din.", "B'hekk dawn l-affarijiet ma jibqgħux isiru.", "Ħafna drabi f'Malta – u nagħmlu sew – nipprovaw inkunu aktar qaddisin mill-Papa, fis-sens li nkunu stretti ħafna fil-leġislazzjoni tagħna.", "Pero` mbagħad, ħafna drabi, dak li nkunu qegħdin nagħmlu f'pajjiżna ma jkunx neċessarjament qiegħed jiġi reċiprokat f'pajjiżi ġirien tagħna, bħal Sqallija u n-nofsinhar ta' l- Italja.", "Jien immur ħafna Sqallija minħabba x-xogħol professjonali tiegħi u hemmhekk nara li l-burokrazija m'hijiex segwita daqskemm hi segwita f'pajjiżna.", "Per eżempju, jekk tmur fin-nofsinhar ta' l-Italja, ngħidu aħna Catania, issib li tista' tixtri ħafna affarijiet mingħajr ma jagħtuk riċevuta.", "Illum li qed jiġri huwa li tiddaħħal ħafna merkanzija for personal use, mentri fir-realta` ma tkun xejn għall-użu personali.", "Fil-fatt tara ħafna nies deħlin b'baggages kbar ta' affarijiet, idaħħluhom qishom qed idaħħluhom għalihom infushom u mbagħad dawk l-affarijiet jispiċċaw fis- swieq tagħna.", "Dan kollu qiegħed jikkrea kompetizzjoni mhux ġusta fil- konfront ta' min ikun qiegħed jagħmel l-affarijiet kif suppost.", "Għalhekk, nerġa' ngħid, verament kien hemm il-bżonn li ssir leġislazzjoni bħal din.", "Ta' min jgħid ukoll li leġislazzjoni simili diġa` kien hemm għaliex din il- liġi m'hijiex qiegħda tikkrea poteri ġodda li ma kenux jeżistu qabel.", "Fil- fatt jekk wieħed jara kif kienet qabel il-liġi jsib li diġa` kien hemm kontemplat reat għal min iġib merċa minn barra u ma jkollux id- dokumentazzjoni idonea sabiex juri li t-taxxa dovuta tħallset.", "Il-piena f'dan ir-rigward kienet multa sa massimu ta' Lm1,500 u kien hemm ukoll penali li jistgħu jiġu mposti mill-qorti li kienu jammontaw sa għaxar darbiet it-taxxa li ma tkunx tħallset.", "Mela fil-liġi diġa` hemm li ma tistax iġġib merkanzija mill-Italja jew minn kwalunkwe pajjiż Ewropew jekk ma tkunx tħallset it-taxxa dovuta fuqha għaliex inkella tkun qiegħed toħloq kompetizzjoni inġusta.", "Sur President, barra minn hekk, skond artikolu 53 il-kummissarju kellu poteri li jidħol fi premises ħalli jagħmel l-inspections meħtieġa.", "Jiġifieri l-kummissarju tat-taxxi diġa` kellu dan il-poter u allura hawnhekk m'aħna nagħmlu xejn ġdid f'dan is-sens.", "Li qegħdin nagħmlu huwa li qegħdin inwessgħu dan il-poter ta' fejn jistgħu jidħlu l-inspectors tal- VAT office sabiex jeżaminaw il-merkanzija.", "Xi ħaġa li diġa` ntqalet hija li dawn l-inspectors ma jistgħux jagħmlu dawn l-ispezzjonijiet fil- portijiet minħabba d-direttiva ta' l-Unjoni Ewropea.", "Imma wieħed jista' jagħmel l-ispezzjonijiet meta l-merkanzija tkun in transit, jiġifieri jkun hemm xi truck jew vann għaddej, u l-uffiċjali jwaqqfuh u jitolbu d- dokumentazzjoni meħtieġa fuq il-merkanzija f'dik il-vettura sabiex jiġi assigurat li t-taxxa dovuta tħallset.", "Dan huwa l-iskop tal-liġi u allura hija liġi tajba għaliex jekk inħallu l-affarijiet għaddejjin kif inhuma, fl- aħħar mill-aħħar ikun qiegħed ibati l-kummerċjant Malti.", "Ikolli ngħid li ħadt pjaċir nisma' lill-Onor.", "Edwin Vassallo u lill-Onor.", "Tonio Fenech jgħidu li l-inspectors mhux se jkunu n-nies li jaħdmu fil-port jew fix-xatt fejn allura kulħadd ikun jaf min huma.", "Din m'hijiex xi ħaġa li tirriżulta mil-liġi proprja imma qed jgħidha s-segretarju parlamentari.", "Jekk ikollha ssir mistoqsija parlamentari llum biex naraw kemm hemm kawżi ta' ksur ta' l-Ordinanza dwar id-Dwana, insibu li tant hemm kawżi l-qorti li hemm seduta speċjali, ippreseduta mill-Maġistrat Michael Mallia, għal dawn il-kawżi li jinvolvu n-nuqqas ta' ħlas ta' dazju.", "Hemm eluf ta' kawżi pendenti u għalhekk wieħed jista' japprezza kemm dieħel kuntrabandu f'Malta u l-mod kif dieħel.", "Hawnhekk m'iniex qiegħed nipponta subgħajja lejn xi ħadd, imma rrid ngħid li jkun tajjeb li jekk se jsiru dawn l-inspections, isiru minn nies at random.", "Naħseb li jkun tajjeb li jkun hemm rotation ta' dawn il-persuni u mhux dejjem ikunu l-istess nies.", "Jiena lanqas nemmen li għandu jkun hemm uffiċċju permanenti ta' spettorati.", "Id-dipartiment, b'mod każwali u anke fuq bażi ta' roster, għandu jibgħat lin-nies sabiex jagħmluha ta' inspectors.", "Għaliex jekk ikun hemm abbużi fuq dan il-livell, ikun kollu ta' xejn li wieħed għadda l-liġi.", "Nafu li riċentement kellna esperjenzi ta' kemm huwa faċli li jkun hemm abbużi amministrattivi istituzzjonalizzati.", "Hawnhekk jidher li mhux se jsir hekk għaliex is-segretarju parlamentari qiegħed ikun kawt u qed jgħid x'se jsir ħalli ma jkollniex dan l-abbuż.", "Qiegħed nieħu gost li l-Onor.", "Tonio Fenech qed jgħid hekk għaliex sfortunatament fil-planning authority qiegħed isir l-oppost.", "Hemmhekk hemm audit office, jew spettorat, sabiex jiġu investigati abbużi Ii jsiru internament fil-planning authority.", "F'kelma waħda għandhom speċi ta' ombudsman.", "U għaliex forsi dan l-audit office kien qiegħed jiffunzjona tajjeb, min kien qiegħed hemm u kien qed jagħmel xogħlu tajjeb illum għandu l-problema – qed nirriferi għal Carmelo Cacopardo li huwa ħabib tiegħi – li għalaqlu l-kuntratt u ma reġgħux ġeddewhulu.", "Allura hemm sitwazzjoni fejn l-awditur hemmhekk bħalissa mhux qiegħed jaħdem.", "Nerġa' ngħid, fil-planning authority, li forsi hija l- aktar aġenzija fejn jista' jkun hemm abbużi skjaċċanti għaliex din l- awtorita` tittratta proġetti ta' miljuni ta' liri – u nafu li ġieli jittieħdu deċiżjonijiet inspjegabbli – l-audit office, li huwa l-aktar organu importanti għax jikkrea a system of checks and balances, bħalissa mhux qiegħed jiffunzjona minħabba din il-problema interna.", "U din hija għarukaża!", "Sur President, qiegħed nieħu gost doppju nisma' lill-Onor.", "Tonio Fenech jgħid li min se jkun qiegħed jissorvelja dawn l-affarijiet mhux se jkun magħruf.", "Naħseb li din hija xi ħaġa importanti.", "Dan ir-ripensament ġenerali naħseb li għandu jsir mhux biss fuq dan il-każ imma anke f'entitajiet oħra.", "Wara l-kriżi istituzzjonali li nqalgħet dan l-aħħar, fejn żewġ aġenziji primarji tal-gvern sfaw involuti f'tant abbuż, jekk għandna gvern serju għandu jieħu din l-opportunita` u jindirizza din il- problema b'mod serju.", "Għalkemm se noħroġ ftit mis-suġġett, se nieħu din l- opportunita` sabiex nuri kif skandalizzajt ruħi fuq ħaġa li qal il-gvern dwar il-funzjoni ta' l-avukat ġenerali.", "Mhux se nidħol fuq il-mozzjoni li tirrigwarda dak li nqala' fl-ADT għaliex fuq dik se jkollna ċans nitkellmu aktar 'il quddiem.", "Pero` ntqalet xi ħaġa li donnu ħadd ma nduna biha imma għalija tista' toħloq kriżi kostituzzjonali.", "Din smajtha fuq programm ta' Radio 101 fejn kien hemm preżenti deputat parlamentari Nazzjonalista, ċemplu wkoll xi politiċi Nazzjonalisti oħrajn u anke intervjena ministru.", "F'dak il-programm intqal li huma tant huma kontra l-korruzzjoni li wara li ngħatat is-sentenza kontra dawk l-uffiċjali li nstabu ħatja ta' korruzzjoni, bħala gvern appellaw mis-sentenza għaliex riedu sentenza aktar severa.", "Dan ifisser li l-kritika li kont għamilt jien f'dan il-parlament dwar kemm huwa ħażin li l-avukat ġenerali jingħata daqstant poteri fejn jidħol l-appell għaliex jista' jaqa' taħt l-influwenza tal-gvern tal- ġurnata, kienet kritika f'waqtha.", "X'jiġifieri l-gvern jappella?!", "Il-kostituzzjoni tagħna lill-avukat ġenerali tittrrattah daqslikieku kien wieħed mill-imħallfin tal-qrati superjuri tagħna u xejn inqas.", "U meta jiġi biex jiddeċiedi, l-avukat ġenerali jrid jiddeċiedi b'mod totalment awtonomu, daqslikieku kien imħallef li qiegħed jagħti s-sentenza.", "Dik hija l-kariga ta' l-avukat ġenerali.", "L-avukat ġenerali jrid ikun distakkat u totalment indipendenti mill-gvern.", "Allaħares ma jkunx hekk għaliex inkella jkollok a police state bl-interferenza diretta li jkun hemm bejn l- eżekuttiv u l-organu ġudizzjarju.", "Issa qed joħorġu bosta stqarrijiet min- naħa tal-gvern fejn jiingħad li ndaħlu fix-xogħol ta' l-avukat ġenerali u ġiegħlu lill-avukat ġenerali jinterponi l-appell.", "F'pajjiż demokratiku dan m'huwiex aċċettabbli.", "Din hija xi ħaġa li ħadd ma nduna biha, pero` hija nkwetanti li jkollok ammissjoni - anzi ftaħir - mill-organu eżekuttiv ta' l- istat li jindaħal fl-organu ġudizzjarju ta' pajjiżna.", "Sur President, fejn huwa l-prinċipju tas-separazzjoni tal-poteri?", "Fejn huwa l-prinċipju ta' bilanċ bejn it-tliet organi ta' l-istat sabiex ikollok demokrazija vera?", "Għandna ammissjoni minn dan il-gvern li huwa ġiegħel lill-avukat ġenerali jinterponi appell.", "Għalija, li jiġri dan f'pajjiż demokratiku huwa skandlu kostituzzjonali.", "Aħna jew nemmnu fl-indipendenza ta' l-avukat ġenerali u fil-qrati tagħna, jew inkella ma nemmnux.", "Intom ġejtu f'dan il-parlament u għaddejtu emenda sabiex tagħtu lill-avukat ġenerali poteri skjaċċanti ħalli jkun jista' jappella fuq kollox.", "Dan il- poter jeżisti biss f'Malta.", "Għaliex kif tista' tispjega li bniedem ħareġ liberat u mbagħad l-avukat ġenerali jappella minn dik is-sentenza, jekk biex jinstab ħati jrid ikun hemm il-konċett ta' beyond reasonable doubt u ladarba l-ġudikant kien illiberah, dak id-dubju fil-fatt jeżisti?", "Pero` din ġrat!", "Meta konna qed niddibattu din l-emenda hawnhekk, jien kont għedt li jista' jkun hemm il-preferenzi għaliex jista' jkun li fil-konfront ta' ċerti nies il-gvern jappella, mentri fil-konfront ta' oħrajn ma jappellax.", "Imma dak iż-żmien kienu qaluli li dan ma jistax jiġri għaliex l-avukat ġenerali huwa indipendenti.", "Issa għandna ammissjoni mill-eżekuttiv ta' pajjiżna, mill-gvern, li ndaħal fix-xogħol ta' l-avukat ġenerali sabiex iġiegħlu jagħmel appell.", "Dak biss huwa skandlu kbir daqs l-iskandlu li fuqhom tressqu dawk it-tnejn min-nies li għaddew b'kumpilazzjoni fuq korruzzjoni għaliex din hija ammissjoni li l-indipendenza tas-sistema ġudizzjarja tagħna qiegħda tiġi mhedda.", "Wieħed mit-tliet organi ta' l- istat huwa mhedded għaliex il-gvern jista' jindaħal u jagħżel hu meta jappella u meta ma jappellax.", "Nerġa' ngħid li dan huwa skandlu.", "Sur President, naturalment hemm qbil bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra sabiex ngħaddu għall-istadju tal-kumitat ħalli niddiskutu dawn iż-żewġ klawsoli li għandna quddiemna.", "Jiena naħseb li ma tantx hemm xi tgħid fuqhom għaliex spjegawhom b'mod eżawrjenti ż-żewġ segretarji parlamentari.", "Diġa` għedt li min-naħa tagħna, bħala oppożizzjoni, qegħdin naqblu magħhom ukoll.", "Nagħlaq id-diskors tiegħi billi ngħid li xi kultant ikollna liġijiet tajbin li jkunu magħmulin b'għaqal, pero` mbagħad - u din qiegħda tinkwieta lin- nies u ttellifhom il-fiduċja f'din l-istituzzjoni - ma jkunx hemm rieda politika b'saħħitha biżżejjed, minħabba interessi ta' terzi u minħabba aspetti ta' klijenteliżmu fis-sistema politika tagħna, biex dak li jgħaddi mill-parlament jiġi attwat.", "U għalija dan huwa inkwetanti.", "Issa qed ngħaddu din il-liġi biex nipprovaw nevitaw l-abbużi.", "Bil-mod kif kienet qiegħda taħdem qabel din is-sistema kien hemm min qiegħed jistagħna għaliex kien jimporta l-merċa bl-irħis u ma jħallasx taxxa fuqha.", "Dan issa se jsib ruħu ssikkat.", "Nispera li issa ma jibdiex ikun hemm id-derogi u dan it-tip ta' side-tracking, għax forsi wħud minn dawk in-nies ikollhom ċerta clout.", "Dik biss li qiegħda ddejjaqni u jkun ħażin jekk inħallu dawn l-affarijiet jiġru fil-pajjiż.", "Huwa ħażin li jkollna n-nuqqas ta' serjeta` u n-nuqqas ta' rieda fl-implimentazzjoni tal-liġijiet li qegħdin jgħaddu minn dan il- parlament.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Charles Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Sur President, kif qal tajjeb l-Onor.", "Herrera, din hija liġi li hawn qbil fuqha.", "Tajjeb li nissottolinja li l-oppożizzjoni temmen li dak li huwa dovut lill-fisku, għandu jinġabar.", "L-oġġettiv ta' din il-liġi huwa li tagħlaq il-leakage f'dak li huwa l-ġbir tat-taxxa tal- VAT dovuta lill-gvern.", "Kif spjegaw il-kelliema ta' qabli, din il-liġi hija intiża sabiex tagħlaq wieħed mill-aspetti fejn kien ikun hemm l-abbuż.", "Is- segretarju parlamentari spjega kif issir l-importazzjoni ta' oġġetti fil- black economy, fejn ma titħallasx it-taxxa tal-VAT.", "Fis-sistema tal-kummerċ dan jikkrea żbilanċ.", "Pero` wieħed irid josserva li minbarra din il- loophole fil-liġi – għax strettament min kien jużaha ma kien qed jagħmel xejn \"illegali\" – hemm ukoll ammont ta' kuntrabandu li jidħol f'dan il- pajjiż.", "Issir importazzjoni ta' oġġetti b'mod illegali li fuqhom ma titħallas l-ebda forma ta' taxxa u huwa importanti li naraw li dan l-abbuż jinqata'.", "Ladarba qed nitkellmu fuq il-VAT nixtieq inqajjem żewġ punti.", "L-ewwelnett kien dan il-gvern li r-rata tal-VAT għollieha minn 15% għal 18% u allura b'daqqa ta' pinna kien hemm żieda ta' kważi 20% fuq il-maġġoranza assoluta ta' oġġetti kif ukoll fuq is-servizzi kollha.", "Dan ħalla impatt qawwi fuq il-ħajja ta' ħafna familji.", "Ikun tajjeb li nsemmu wkoll li ċerti oġġetti li sa ftit snin ilu kienu eżenti mill-VAT illum spiċċaw soġġetti għal din it-taxxa.", "Hawnhekk qed nirriferi għal kotba, magazines u materjal simili li huma soġġetti għal 5% VAT.", "Hemm ukoll ċerti elementi fis-settur mediku bħalma huma s-siringi li ġew soġġetti.", "Il-mediċini m'humiex soġġetti għall- VAT imma jekk, per eżempju, xi ħadd ikollu bżonn attrezzatura ta' sieq ikollu jħallas il-VAT fuqha.", "Ma nistax ma nsemmix ukoll il-manutenzjoni fl- iskejjel u – skond ma qaluli - anke l-uniformijiet li huma soġġetti għal 18% VAT.", "Għalhekk filwaqt li t-tagħlim fih innifsu m'huwiex soġġett għat- taxxa, element sostanzjali li jmiss mal-qasam edukattiv huwa soġġett għat- taxxa.", "Dan qed ngħidu għax ftit taż-żmien ilu saret dikjarazzjoni fen intqal li l-edukazzjoni hija eżenti kompletament mill-VAT.", "Pero`, kif għadni kemm għedt, hemm elementi li jolqtu s-sistema edukattiva li huma soġġetti għal din it-taxxa.", "Mela hemm numru ta' oġġetti li l-VAT fuqhom għoliet għal 18%, u hemm oġġetti oħrajn li kienu eżenti u issa ġew inkluż.", "Kif għedt, dan jimpatta fuq l-għoli tal-ħajja u fuq il-familji.", "Tajjeb li wieħed jipparaguna l- paga medja f'pajjiżna kif stabbilita mir-rapport ta' l-eurostat mal-paga medja fil-kumplament tas-27 pajjiż ta' l-Unjoni Ewropea jew mal-pajjiżi ta' l-euro zone.", "Mela minn naħa għandna l-għafsa tat-taxxa – dan l-aħħar kellna żieda qawwija fis-servizzi mediċi, fil-mediċini u fis-servizzi ta' manutenzjoni tad-dar - u min-naħa l-oħra l-paga f'termini reali, mhux f'termini nominali, qiegħda titbaxxa.", "Meta tara dawn iż-żewġ elementi flimkien malajr tifhem l-impatt li hemm fuq il-familji.", "Dan huwa punt li rridu nissollevawh għax ħafna drabi l-istatistika tittrasmetti l-messaġġ li din is-sena l-inflazzjoni ma żdiditx.", "Pero` ta' min jgħid li fis-snin 2005 u 2006 kienet laħqet ċerta rankatura, tant li kienet qabżet il-medja ta' l- Unjoni Ewropea, u fis-sena 2007 it levelled out.", "Imma dan ma jfissirx li l- ħajja qed torħos.", "Nistgħu nikkwotaw statistika ta' dan it-tip imma on the ground, meta wieħed imur fid-djar u għand il-familji, jsib li l-maġġoranza tan-nies – naħseb sħabi jaqblu miegħi wkoll – iqanqlu l-punt dwar il-piż ta' l-għoli tal-ħajja.", "Sur President, il-fatt li llum qed nagħtu l-approvazzjoni tagħna għal din l- emenda ma jfissirx li aħna qed nikkontradixxu l-kritika li konna għamilna meta żdiedet ir-rata tal-VAT, meta ċerti prodotti ma baqgħux eżenti minn din it-taxxa u meta żdiedet il-VAT f'ċerti setturi tat-turiżmu.", "Ovvjament it-taxxa għandha tinġabar u aħna qatt ma bgħatna l-messaġġ li t-taxxa m'għandhiex titħallas.", "Pero` kien hemm żmien meta n-Nazzjonalisti kienu fl-oppożizzjoni u kienu taw xi forma ta' indikazzjoni lin-nies biex ma jħallsux it-taxxa jew organizzaw xi forma ta' diżubbidjenza ċivili.", "(Interruzzjonijiet) Qatt ma kellhom raġun.", "Bħala rappreżentant tal-poplu inti għandek ċerta responsabilita` lejn il-pajjiż imma kulħadd jiddeċiedi hu.", "Aħna naqblu li jkun hemm ċerta responsabilita` lejn il-pajjiż.", "Din il-liġi tagħlaq leakage li hemm fil-ħlas tal-VAT.", "Sfortunatament ikun hemm abbużi mill-VAT u allura huwa importanti li nisħqu fuq il-bżonn li t- taxxa dovuta trid tinġabar.", "Jekk aħna nemmnu li għandna nsostnu dawk is- servizzi li mdorrijin bihom u li bdew minn wara l-gwerra 'l hawn, fosthom is-servizzi mediċi b'xejn kif ukoll is-servizz edukattiv, u jekk irridu nsostnu s-servizzi tal-bon-ordni - sieħbi semma n-nuqqas ta' dixxiplina u allura huwa importanti li nkabbru s-sens ta' rispett lejn il-bon-ordni u lejn ir-regolamenti validi approvati mill-parlament - huwa essenzjali li t-taxxa dovuta tinġabar.", "Jien nagħlaq l-intervent tiegħi billi ngħid li f'dan l-ispirtu ta' responsabilita`, minkejja l-kritika li għamilna fil- passat dwar it-taxxa tal-VAT u kif għolloew ir-rati, din in-naħa se tivvota favur dan l-abbozz ta' liġi.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Jekk m'hawnx aktar rimarki, is-Segretarju Parlamentari, jekk jogħġbu, jagħmel il-winding up.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Sur President, nirringrazzja lil sħabi li kkontribwixxew għad-dibattitu li għandna llum għax, kif ħareġ ċar mid- diskussjoni li kellna, l-emendi li qed ngħaddu għal-liġi tal-VAT tant m'humiex kontroversjali, li l-oppożizzjoni wkoll qed taqbel mal-ħtieġa li jidħlu.", "Ta' min jgħid ukoll li dawn l-emendi qegħdin isiru bi qbil mal- GRTU u mal-kamra tal-kummerċ li kienu parteċipi u xprunaw il-ħtieġa għal dan it-tip ta' emendi.", "L-ewwelnett nixtieq nirrispondi ftit għall-kummenti li saru mill-Onor.", "Charles Mangion u mill-Onor.", "Jose` Herrera.", "L-Onor.", "Jose` Herrera tkellem fuq l-abbużi u l-implimentazzjoni ta' ċerti liġijiet.", "Pero` naħseb li wieħed irid jirrikonoxxi li fl-aħħar mill-aħħar ċerti abbużi jinqabdu għaliex il-gvern qiegħed jaġixxi, qiegħed jieħu azzjoni u qiegħed isaħħaħ il-leġislazzjoni biex ikompli jiġġieled l-abbużi, jagħlaq it-toqob kemm jista' jkun u jdaħħal is-serjeta` li hija meħtieġa f'dan il- pajjiż.", "Naħseb li xi ftit jew wisq dan għandu jiġi rikonoxxut.", "Punt ieħor li tqajjem kien dwar iż-żieda tar-rata tal-VAT minn 15% għal 18%.", "Jien nixtieq infakkar li din kienet deċiżjoni meħtieġa għall-pajjiż.", "Din kienet marbuta wkoll mas-sostenibilita` tas-servizz tas-saħħa f'pajjiżna.", "Dak iż-żmien il-gvern kien ħa d-deċiżjoni konxja li dan is- servizz għandu jibqa' b'xejn għal kulħadd.", "Biex dan seta' jsir minflok li daħħalna taxxi fuq mediċini u affarijiet oħra konnessi mas-servizz tas- saħħa, iddeċidejna li tibqa' tkun is-sistema ta' tassazzjoni eżistenti f'pajjiżna li tiġbor il-flus u b'mezz ta' solidarjeta` tipprovdi għal dak li huwa meħtieġ fis-settur tas-saħħa.", "Fil-fatt sussegwentement infetaħ il- kont tas-saħħa u din iż-żieda fir-rata tal-VAT bdiet titniżżel f'dan il- kont.", "Pero` jien nixtieq infakkar ftit lill-Onor.", "Charles Mangion li meta fi żmienhom neħħew il-VAT ta' 15%, daħħlulna sistema ta' tassazzjoni li meta tgħodd it-taxxi kollha li kien hemm fiha, kienet twassal għal taxxa ta' 21%.", "Intqal ukoll li fuq kotba, materjal u magazines hemm 5% taxxa.", "L-ewwelnett jien nirringrazzja lill-Onor.", "Charles Mangion li ta raġun lill-prim ministru meta qal li fuq l-edukazzjoni m'hemmx VAT.", "Fil-fatt issa ħareġ illi hemm xi forma ta' VAT fuq xi prodotti li huma konnessi indirettament ma' l-edukazzjoni, imma fuq l-edukazzjoni m'hemmx.", "Fuq il-privatijiet, fuq il-miżati u fuq is-servizzi edukattivi kollha m'hemmx VAT.", "Sur President, issemmew il-magazines, il-kotba u affarijiet oħrajn.", "Irrid ngħid lill- Onor. Charles Mangion li pajjiżna nnegozja pakkett ma' l-Unjoni Ewropea.", "Kien hemm aspetti fejn irnexxielna nġibu deroga – kuntrarjament għal dak li nnegozjaw pajjiżi oħrajn – li sas-sena 2010 ma jkunx hemm VAT fuq l-ikel.", "Ipprovajna ninnegozjaw dwar setturi oħrajn imma ma rnexxilniex.", "Fl-aħħar mill-aħħar morna quddiem il-poplu Malti b'pakkett ċar dwar x'innegozjajna.", "Pero` fuq ċerti affarijiet bilfors kellna ndaħħlu rata minima ta' VAT ta' 5%.", "Jekk hawn xi ħadd li qed jgħid li fuq dawn l-affarijiet se jneħħi l-VAT qiegħed jidħak bin-nies.", "Fuq dawn l-affarijiet ma tistax tneħħi l-VAT ta' 5% għaliex is-sixth directive ta' l-Unjoni Ewropea tobbliga lill-pajjiżi kollha li jkollhom din ir-rata minima fuq dan it-tip ta' prodotti.", "U dak li hawn f'pajjiżna.", "(Interruzzjonijiet) Il-poplu vvota f'referendum għal dan.", "(Interruzzjonijiet) Fl-aħħar mill-aħħar il-verita` hi li wieħed ma jistax ineħħi l-VAT ta' 5% u allura l-wegħda u l-istorja kbira li qed issir li fuq xi affarijiet relatati ma' l-edukazzjoni se jneħħu l-VAT ma tistax isseħħ għax l-Unjoni Ewropea ma tippermettix li titneħħa.", "Kieku kienet tippermetti dan, konna nagħmluha aħna.", "(Interruzzjonijiet) Mela l- problema hija li anke tan-naħa l-oħra huma marbutin f'dan is-sens u m'għandhomx għalfejn jipprovaw jilludu ruħhom.", "Jingħad li wieħed jista' jdaħħal skemi ta' kumpens.", "Anke l-gvern daħħal skemi ta' kumpens fuq ċerti affarijiet.", "Pero` jien nistaqsi lil tan-naħa l- oħra kif se jagħmlu dan ħalli wieħed jipprova jifhem verament x'qed jgħidu.", "Mhux issa jwiegħdu fl-arja u jgħidu li se jneħħu xi ħaġa u mbagħad meta jkunu fil-gvern idaħħlu xi ħaġa oħra!", "(Interruzzjonijiet) Dan bħal meta qalu li se jneħħu l-VAT u mbagħad daħħlu taxxa oħra.", "Sur President, jien se nieqaf hawnhekk ħalli skond il-ftehim li ntlaħaq fil-Kamra ngħaddu għall- istadju ta' Kumitat ta' dan l-abbozz u niddiskutu l-emendi li għandna quddiemna.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Issa se nqiegħed il-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi li l- Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att li jemenda l-Att dwar it-Taxxa fuq il-Valur Miżjud, Kap. 406\" ikun moqri t-Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tieni Darba.", "MR SPEAKER: Skond il-ftehim milħuq, il-Kamra issa tgħaddi għall-istadju ta' Kumitat ta' l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-VAT.", "L-ordni għall-Kumitat ġie moqri", "FIL-KUMITAT", "L-Onor.", "Mario de Marco, Viċi President tal-Kumitat, jippresjedi.", "Klawsola 2 – Emenda ta' l-artikolu 52 ta' l-Att prinċipali.", "Clause 2 - Amendment of article 52 of the principal Act.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari Tonio Fenech.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Sur President, sabiex ninkludu d-dokument ta' identifikazzjoni mad-dokumenti kollha li jistgħu jintalbu, għax jidher li kien inqabeż fid-drafting tal-liġi, se nipproponi din l-emenda:", "\"A\" Klawsola 2 għandha tiġi emendata kif ġej:", "i) fil-paragrafu (b) (2) wara l-kliem \", f'kull ħin,\" għandhom jidħlu l- kliem \"dokument ta' identifikazzjoni, u\";", "ii) fil-paragrafu (b) (2) il-kliem \"kopja tad-dokument imsemmi\" għandu jkun sostitwit bil-kliem \"kopja tad-dokumenti msemmija\"; u", "iii) fil-paragrafu (b) (2) wara l-kliem \"Persuna li ma tipprovdix\", il- kelma \"dokument\" għandha tkun sostitwita bil-kelma \"id-dokumenti\".", "\"A\" Clause 2 shall be amended as follows:", "i) in paragraph (b) (2) after the words \"at any time\" there shall be inserted the words \"an identification document and\";", "ii) in paragraph (b) (2) the words \"aforementioned document\" shall be substituted by the words \"aforementioned documents\"; and", "iii) in paragraph (b) (2) after the words \"A person who fails to produce\", the words \"a document\" shall be substituted by the words \"the documents\".", "Bażikament l-għan ta' din l-emenda diġa` spjegajnieh b'mod estensiv waqt id- dibattitu fl-istadju tat-Tieni Qari.", "Dawk il-persuni li jl-attivita` ekonomika tagħhom hija li jġorru l-merkanzija huma obbligati li magħhom jibdew iġorru d-dokumenti meħtieġa.", "Bażikament iridu jipprovdu mezz ta' identifikazzjoni u d-dokumenti rilevanti għall-prodotti li jkunu qed jitrasportaw.", "Dawk l-istess dokumenti jistgħu jiġu mitluba sabiex jiġu ppreżentati lill-kummissarju tal-VAT jew lil xi persuna oħra li tkun awtorizzata minnu permezz ta' din il-liġi.", "Tajjeb ngħid li meta persuna ma tipproduċix id-dokumenti mitluba, jew inkella meta l-affarijiet li tkun qed tittrasporta ma jkunux jaqblu ma' dawk id-dokumenti li tippreżenta – per eżempju, id-dokumenti jgħidu li qiegħed iġorr l-ilma u mbagħad niskopru li qiegħed iġorr xi tip ta' xorb – hija tkun ħatja ta' offiża daqslikieku ma pproduċietx l-istess dokumenti.", "Fil-każ ta' din it-tip ta' offiża, il-penali li wieħed jista' jeħel hija multa ta' mhux inqas minn Lm300 imma ta' mhux aktar minn Lm1,500.", "Barra minn hekk jeħel multa oħra li tkun ekwivalenti għal għaxar darbiet it-taxxa li effettivament ikun qiegħed jipprova jevadi fuq dawk il-prodotti.", "Sur President, din hija miżura importanti ħafna jekk irridu serjament nikkombattu lil min qiegħed jipprova jdaħħal prodotti fis-suq mingħajr ma jagħmel id-dikjarazzjonijiet meħtieġa għal skopijiet ta' taxxa, sabiex imbagħad jippreżentahom fuq is-suq bi prezzijiet li jkunu ferm irħas – xi kultant bi prezzijiet redikoli - meta tqabbilhom ma' l-ispejjeż li suppost weħel sabiex importahom f'pajjiżna.", "Naturalment dan kollu jkun qiegħed jhedded u jpoġġi fi problemi lill-operaturi leġittimi, li mbagħad anke huma tibda tiġihom it-tentazzjoni li jipprovaw joperaw fl-istess ambjent ta' min qiegħed jevadi t-taxxa ħalli jkunu jistgħu jikkompetu.", "Jiena nerġa' ngħid li hija x-xewqa tagħna li jkollna ekonomija miftuħa, ekonomija li fiha jkun hemm il-kompetizzjoni u fejn tirbaħ l-effiċjenza b'ġustizzja.", "Hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq l-effiċjenza fl-operat; effiċjenza f'kemm jien inkun fast sabiex inġib il-prodotti fis-suq, effiċjenza fl-għażla li noffri u effiċjenza fil-prezz.", "Hemm ukoll l- effiċjenza ta' kemm jien kapaċi nixtri l-prodott bl-irħis, imma dik il- kapaċita` ma rridx nuriha billi nixtri prodott irħis għaliex ma nħallasx it- taxxi dovuti fuqu filwaqt li ħaddieħor ikun qiegħed jonora dawk ir- responsabbiltajiet.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Charles Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Sur President, aħna diġa` għedna li din il-liġi hija intiża sabiex tagħlaq dawk il-leakages li kien hemm fit-taxxa tal-VAT u min-naħa tagħna qbilna fuqha.", "Pero` hawnhekk xtaqt li niċċaraw dan il- punt.", "F'din il-klawsola qegħdin nitkellmu fuq importazzjoni ta' xi oġġetti fil-kors ta' xi attivita` ekonomika.", "Allura dan ifisser li bniedem li jkun tela' sa Sqallija u niżżel xi affarijiet minn hemmhekk għall-użu personali tiegħu, mhux se jkun soġġett għal dan il-proċess sħiħ ta' identifikazzjoni?", "Qiegħed ngħid hekk sabiex niċċaraw l-affarijiet u sabiex l-uffiċjali li jkunu qegħdin jeżerċitaw din il-liġi, ikunu mħarrġa fuq il-mod kif għandhom jeżerċitaw din l-istess liġi.", "L-unika problema li jista' jkun hemm hija li ħafna drabi jkun diffiċli li tiddistingwi jekk dawk l-oġġetti humiex għall-użu kummerċjali jew inkella għall-użu personali.", "U naħseb li jkun tajjeb li niċċaraw dan il-punt.", "Per eżempju, wieħed jista' jitla' b'vann u jniżżel qabda għamara għad-dar tar- residenza tiegħu.", "Normalment jekk wieħed jimporta għamara minn barra, anke jekk se jġibha għalih, irid jgħaddi ċerti dokumenti mid-dwana.", "Allura jekk xi ħadd ikun tela' Sqallija b'vann sabiex jixtri kemm jista' affarijiet għad-dar jew l-uffiċċju tiegħu, jiġifieri mhux biex jerġa' jbigħhom jew jikrihom, dan ukoll se jaqa' taħt din il-liġi?", "Qiegħed nagħmel din il- mistoqsija għaliex il-kliem \"attivita` ekonomika\" jistgħu jqanqlu dan id- dubju.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Fenech.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Sur President, xtaqt niċċara dan il-punt għaliex naħseb li huwa importanti ħafna.", "Ladarba qegħdin fl-Unjoni Ewropea persuna għandha d-dritt li tmur f'pajjiż ieħor sabiex tixtri prodotti għall-konsum personali tagħha.", "Dan huwa dritt li għandha kull persuna u m'hijiex obbligata li ġġorr dokumentazzjoni ta' merkanzija, dejjem sakemm dawk l- oġġetti huma għall-użu personali tagħha.", "Madankollu l-konsum personali jrid ikun wieħed raġunevoli.", "Jiena ma nistax inniżżel container b'ħamest ikmamar tas-sodda u ngħid li dawk huma għall-użu personali tiegħi meta jien m'għandix aktar minn żewġt ikmamar ta' sodda fil-flat li noqgħod fih.", "Mela hemm it-test tar-raġunevolezza.", "Xi ħaġa li tiġri ħafna hija fuq il-prodotti tax-xorb.", "Hawn ħafna nies li qegħdin imorru jġibu x-xorb għat-tieġ tagħhom minn pajjiż ieħor, jiġifieri għall-użu personali tagħhom.", "F'dan il-każ id-dwana titlob ċerta evidenza, per eżempju, l-invit tat-tieġ ħalli jaraw jekk huwiex minnu li se jsir it- tieġ.", "Pero` mbagħad hemm ukoll limitu ta' kemm tista' ddaħħal xorb.", "Fil- fatt l-Unjoni Ewropea tistabbilixxi thresholds ta' kemm tista' tonfoq flus b'ġustifikazzjoni għall-konsum personali tiegħek.", "Mela għalkemm jien għandi d-dritt li ndaħħal dawk l-oġġetti fil-pajjiż, ma jfissirx li m'iniex se nitwaqqaf.", "Pero` jekk nuri li dawk l-oġġetti huma għall-użu personali tiegħi, allura ma jittieħdu l-ebda passi.", "Sur President, irrid ngħid li qiegħed isir ukoll ċertu monitoring.", "Għaliex illum naċċetta li inti niżżilt kamra tas-sodda għall-użu personali tiegħek, imma jekk imbagħad nibda ninnota li l-istess vann qiegħed jaqsam għal Sqallija tliet darbiet fil-ġimgħa u kull darba jniżżel kamra tas-sodda, żgur li ma nistax nibqa' nemmen li dik l-għamara hija għall-użu personali tiegħek.", "L-ewwel darba naċċetta li tniżżilha għall-użu personali, imma mat- tieni darba nibda nistaqsik kemm-il kamra tas-sodda għandek.", "Jekk tgħidli li għandek tliet kmamar tas-sodda, wara t-tielet darba ngħidlek li ma jistax ikun li inti qiegħed tniżżel dawk il-kmamar għalik personali.", "U għalhekk hemm it-test tar-raġunevolezza.", "Jekk imbagħad jintgħaraf li wieħed qiegħed jabbuża, allura jista' jitqies li qiegħed jagħmel attivita` kummerċjali u jintalab sabiex jipproduċi d-dokumenti meħtieġa.", "Xtaqt ngħid l-aħħar ħaġa għaliex din hija xi ħaġa komuni ħafna.", "Hawn min qiegħed jagħmel dak li nistgħu nsejħulu groupage, jiġifieri jieħu numru ta' ordnijiet minn nies differenti ta' prodotti li jridu jġibu.", "B'hekk jimla container b'ħafna affarijiet differenti għal persuni differenti.", "B'dak il- mod dak l-individwu jkun mitqies li qiegħed jagħmel attivita` kummerċjali u jrid iġorr l-irċevuti ta' dawk il-prodotti li jkunu indirizzati lil min huma intenzjonati l-prodotti, għaliex inkella jkun qisu qiegħed iġibhom għalih.", "Ma jistax xi ħadd jgħid li m'għandux irċevuti għaliex dak l-oġġett xtrah għal Edwin Vassallo u se jeħodhulu d-dar tiegħu, u l-oġġett l-ieħor xtrah għal Charles Mangion u se jeħodhulu d-dar tiegħu.", "Irid juri rċevuta li ssejjaħ lil Charles Mangion u oħra li ssejjaħ lil Edwin Vassallo għaliex inkella ma jkunx hemm il-leġittimita` ta' din l-iskuża u allura r- responsabilita` ta' l-oġġetti taqa' fuqu.", "Naħseb li l-Onor.", "Vassallo wkoll xtaq jgħid xi ħaġa fuq dan il-punt.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Edwin Vassallo.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO: Sur President, ta' min jgħid xi ħaġa fuq il-punt li għadu kif qajjem l-Onor.", "Charles Mangion, anke for the record.", "F'pajjiżna għandna misconception dwar x'jista' jikkwalifika bħala prodott għall-użu personali.", "Huwa minnu li inti għandek id-dritt li tixtri prodotti mill- pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea u ġġibhom Malta.", "Imma żgur li hija xi ħaġa tajba li qed tiddaħħal l-emenda ta' l-identifikazzjoni li kienet tħalliet barra mill-abbozz.", "Jekk jien qiegħed nittrasporta xi oġġetti b'vann jew karozza, jista' jwaqqafni uffiċjal tad-dwana - minkejja li fil-liġi hemm miktub \"kull persuna fil-kors ta' l-attivita` ekonomika\" – u jien irrid nispjega li dawk il-prodotti huma għall-użu personali tiegħi.", "Mela l- uffiċjal tal-VAT se jitlobni d-dokumentazzjoni meħtieġa u mbagħad, there and then jiġġudika hu stess jekk dak li qed ngħid jien hux minnu.", "Sal-lum seta' jitlobni l-identity card u jemminni li m'iniex fil-kors ta' l- attivita` ekonomika.", "Pero` ladarba jkun għamel l-inspection u ħadli l- identity card number, l-evidenza tiġi filed u jekk Edwin Vassallo jerġa' jinqabad ġej u sejjer iġorr l-affarijiet bl-iskuża li għall-użu personali tiegħu, sta mbagħad għall-kummissarju tal-VAT li jivverifika jekk dawk l- oġġetti humiex attwalment għall-użu personali.", "Jiena ngħid li kienet xi ħaġa tajba li inkludejna dan it-tip ta' identification document.", "Hawnhekk irridu noqogħdu attenti wkoll għaliex din il-klawsola tista' tintuża mhux biss kontra illicit trading ta' dak li ġej minn barra għal Malta.", "Din tista' tintuża anke fl-ordni tal-ġurnata ta' kuljum fl-Italja.", "Jien naf min twaqqaf l-Italja mill-guardia di finanza li għandhom il-poter li jwaqqfu u jagħmlu t-tfittxijiet fil-vettura ta' dak li jkun – u staqsewh għad-dokumentazzjoni meħtieġa ħalli jaraw jekk għandux prova ta' l-akkwist ta' dak l-oġġett li xtara.", "Qed ngħid dan għaliex għada pitgħada l- uffiċjali tal-VAT jistgħu jaqbdu anke oġġetti misruqa.", "Għalhekk irridu naraw li nagħmlu l-affarijiet kif suppost; jew se norganizzaw in-negozju u nimxu pass 'il quddiem, kif qegħdin nagħmlu b'din il-leġislazzjoni u għalhekk qiegħed nimbottaha b'idejja t-tnejn, jew inkella noqogħdu nagħmlu l-biċċiet.", "Imma bil-biċċiet m'aħniex se naslu.", "U hawnhekk m'aħniex qegħdin nagħmlu l-biċċiet imma qed nagħmlu liġi kif suppost.", "Dan hu l-messaġġ li jrid jasal illum.", "Int min int, għandu jkollok id- dokumentazzjoni meħtieġa sabiex tissostanzja l-argumenti tiegħek.", "Jekk l- oġġetti li għandek huma għall-użu personali tiegħek, allura ġib id- dokumentazzjoni kollha li turi li dak l-oġġett huwa għall-użu personali tiegħek.", "Pero` tagħmilx attivita` ekonomika bl-iskuża li qiegħed iddaħħal l-oġġetti għall-użu personali tiegħek; għada pitgħada tista' ssib ma' wiċċek lill-uffiċjali tal-VAT fl-airport.", "Ma jistax ikun li noqgħod ġej u sejjer inġib il-konsenji ta' sigaretti jew mobile telephones għall-użu personali tiegħi għaliex inkun qiegħed inġebbed b'mod ħażin ir-regolamenti ta' l-istess Unjoni Ewropea, li tagħtini l-opportunita` li nġib ċertu ammont ta' prodotti għall-użu personali tiegħi.", "Sur President, qiegħed ngħid dawn l-affarijiet for the record ħalli jekk xi darba jkun hemm xi ħadd li jmur ifittex l-interpretazzjoni tal-liġi, ikun jaf eżattament x'aħna ngħidu.", "Kull persuna li ġġorr oġġetti fil-kors ta' attivita` ekonomika m'għandhiex iżżomm lill-uffiċjali tal-VAT milli jfittxu jew jersqu fuq kulmin iridu.", "Imbagħad sta għal dik il-persuna li tissustanzja l- argumenti tagħha.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il- mistoqsija hija l-emenda kif imressqa u moqrija mis-Segretarju Parlamentari.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"A\" għaddiet nem. con.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 2 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 2, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill- Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 3 – Emenda ta' l-artikolu 53 ta' l-Att prinċipali.", "Clause 3 – Amendment of article 53 of the principal Act.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Rimarki?", "Is-Segretarju Parlamentari Tonio Fenech.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Sur President, permezz ta' din l-emenda qegħdin nagħtu l-poter lill-kummissarju li jidħol u jispezzjona kull premises fejn qiegħda ssir attivita` ekonomika, kif ukoll li jispezzjona kull merkanzija, merċa, assi, kotba u dokumenti li huma relatati mas-suspett li jkollu dwar l- attivita` li hija leġittima.", "Pero` issa qiegħed jingħata wkoll il-poter li jwaqqaf u jispezzjona mezzi tat-trasport, huma x'inhuma, li jkunu qegħdin jieħdu prodotti minn lok għal ieħor - mhux biss minn barra minn Malta imma anke minn lokal f'pajjiż għal lokal f'pajjiż ieħor - sabiex jassigura li l- invoices u dokumenti relattivi oħra huma in order u allura l-VAT tkun qiegħda titħallas kif suppost.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il- mistoqsija hija klawosla 3.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 3 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 1 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "It-Titolu għadda nem. con. u ġie ordnat biex isir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Il-Kumitat qabel li jawtorizza lill-Iskrivan tal-Kamra biex jikkoreġi xi żbalji ta' l-ortografija u jagħmel xi emendi żgħar li jista' jkun hemm bżonn.", "Il-Viċi President tal-Kumitat irrapporta l-Abbozz ta' Liġi mgħoddi b'emenda.", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari l-Onor Tonio Fenech.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Sur President, skond il-ftehim milħuq fil-Kamra aktar kmieni, nipproponi t-Tielet Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att li jemenda l-Att dwar it-Taxxa fuq il-Valur Miżjud, Kap 406\".", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "MARIO DE MARCO: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hija li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att li jemenda l-Att dwar it-Taxxa fuq il-Valur Miżjud, Kap 406\" jinqara t-Tielet Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi nqara t-Tielet Darba u għadda.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "David Agius.", "ONOR.", "DAVID AGIUS: Nitlob il-permess tal-Kamra sabiex nirrapporta progress fil-Kumitat.", "MR SPEAKER: Hawn il-permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "DAVID AGIUS: Sur President, nirrapporta li l-Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Ordinanza li tneħħi l-Kontroll tad-Djar għadda mill-istadju ta' kumitat bl-emendi.", "MR SPEAKER: Sar il-ħin.", "Insejjaħ lis-Segretarju Parlamentari biex, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "TONIO FENECH: Sur President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal għada, l-Erbgħa, 18 ta' Lulju, 2007, fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Mozzjonijiet", "L-Ewwel Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Affarijiet tal- Konsumatur; u", "Mozzjoni ta' sfiduċja fil-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq imressqa mill-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza li tneħħi l-Kontroll tad-Djar - Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta - Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Ratifika ta' Pattijiet bejn Malta u l-Istati Uniti ta' l-Amerika fuq l-Imbarkazzjoni ta' Bastimenti - Tieni Qari; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta - Kumitat.", "--------------------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda diversi liġijiet dwar servizzi finanzjarji - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Istituzzjonijiet Finanzjarji - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Kumpanniji - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Reġistru Ċentrali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Amministrazzjoni Pubblika - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Awtorita' Maltija dwar l- iStandards u Diversi Liġijiet - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Ħaddiema tal-Port - Kumitat Permanenti; u Abbozz ta' Liġi dwar l-Organizzazzjonijiet Volontarji - Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Charles Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Sur President, nirringrazzja lill-kollegi li kkonċedewli ftit mill-ħin tagħhom biex ngħid li għandi ngħid.", "Jiena ridt niġbed l-attenzjoni għall-fatt li fil-gazzetta deher avviż li t-Tug Malta nbiegħet.", "Aħna nistennew li meta jinbiegħu assi pubbliċi, il-Ministru konċernat jagħmel stqarrija u jagħti rendikont ta' dan.", "La ma sarx dan, jiena nixtieq nagħmel sensiela ta' mistoqsijiet dwar il-proċess ta' privatizzazzjoni tat-Tug Malta.", "Kien hemm xi ħadd Malti jirrappreżenta lill-azzjonisti barranin li effettivament saru s-sidien ġodda?", "Hemm interessi Maltin fl-intrapriża l- ġdida?", "X'investiment ġdid se jsir, jekk se jsir?", "Dan l-investiment effettivament se jkun f'xi forma ta' loan mill-banek Maltin jew inkella se jkun investiment dirett minn barra?", "Kif se jkunu affettwati l-ħaddiema ta' din l-entita`?", "X'kondizzjonijiet ġodda qed jingħataw?", "Qed ngħid dan anke fid-dawl ta' kif spiċċaw ċerti ħaddiema mill-Air Malta meta partijiet minnha ġew privatizzati jew outsourced?", "Il-gvern kif se jassigura s- servizz li din il-kumpannija kienet tagħti fil-portijiet tagħna, u dan fl- interess ta' l-iżviluppi u ta' l-attivita` mill-aktar densa li qed ikun hemm fil-portijiet tagħna?", "Sur President, wieħed kien jistenna li kellha ssir xi dikjarazzjoni jew stqarrija min-naħa tal-ministru sabiex inkunu nafu x'qed jiġri u mhux sempliċement jidher avviż fil-gazzetti.", "L-affarijiet ma jsirux b'dan il- mod.", "Qegħdin nitkellmu fuq entitajiet pubbliċi li l-poplu Malti għandu d- dritt ikun informat sew dwarhom.", "Nistennew ta' l-inqas xi forma ta' stqarrija pubblika mill-ministru konċernat.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Marie Louise Coleiro Preca.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO PRECA: Sur President, jiena xtaqt nagħmel ftit rimarki fuq l-inkonsistenza tal-gvern Nazzjonalista u l-politika tiegħu u norbothom ma' fatti konkreti li kulħadd jista' jara b'għajnejh u jmiss b'idejh.", "Nisimgħu ħafna kelliema min-naħa l-oħra jiftaħru bl-ambjent, jiftaħru bit-tneħħija tal-miżbliet, jiftaħru fuq il-pjani u l-viżjoni li għandhom għall-ambjent sostenibbli, pero` meta mbagħad tibda tiffoka fuq areas partikolari, tiskopri kemm attwalment dak kollu li jingħad min-naħa l-oħra huwa biss lip-service.", "Xtaqt nagħmel riferenza għal development brief li kien sar mill-MEPA f'Diċembru ta' l-2001 dwar il-Luqa Park.", "Id-development brief suppost li jkun dwar il-pożizzjoni ta' l-awtorita` fuq materja ta' żvilupp.", "F'dan ir- rapport kienet intqal li dan il-park kellu jieħu post il-miżbla fil- periferija ta' Ħal Luqa, u nikkwota x'hemm miktub:", "\"Luqa has a population of about 5,900 and the area is in dire need for the provision of recreational facilities.", "The nearest open space is the Marsa Sports Club, which is about 1.5 km away from Luqa.", "The lack of open spaces in the area is reflected in the Public Attitudes Survey undertaken by the Planning Authority in 2000, which indicates that 91% of the people from Luqa agreed with the statement \"There should be more facilities for recreation, like parks and public gardens in my locality\".", "Hekk kienu qalu 91% tal-Luqin f'dan is-survey li kien organizzat proprju mill-awtorita`.", "U bir-raġun għax Ħal Luqa hu mdawwar bl-industrija u bl- istorbju li jiġi anke mill-ajruport u mit-traffiku.", "M'hemmx dubju li anke t-tniġġis hu qawwi f'din il-lokalita`, Sur President.", "Mela fl-2001 l- awtorita` kienet għamlet dan id-development brief.", "Pero` jidher li l-gvern nesa dan il-brief u abbanduna dak li jixtiequ l-Luqin infushom.", "Issa l- area fejn qabel kienet miżbla hija proprju l-entratura ewlenija għal Ħal Luqa, għax dan ir-raħal tidħol għalih minn industrial estate.", "Il-proposta li kienet saret biex issir faċilita` rikreattiva', il-gvern ma tax kasha.", "Flokha jidher li qed tiġi żviluppata bulky refuse area u affarijiet oħra li jmorru lil hinn minn dak li kienet ipproponiet l-awtorita`.", "Apparti dan, madwar ħames snin ilu, uffiċjali tal-MEPA kienu marru fl- iskola primarja ta' Ħal Qormi jiddiskutu l-local plan ta' dik l-area mal- Qriema u man-nies ta' l-irħula fil-viċinanza.", "Fost l-affarijiet li kienu għamlu emfasi fuqhom kien hemm proprju l-idea ta' green belt.", "Jiena nistaqsi jekk il-MEPA telqitx minn dan il-prinċipju fundamentali li bejn raħal u ieħor, jekk jista' ikun, nippriservaw dak li jissejjaħ green belt?", "Wieħed jista' jgħid li din qegħdin tard fuqha.", "Anke ħames snin ilu, għal ħafna rħula din ma tantx kienet feasible peress li l-iżvilupp kien laħaq ħa dawn l-ispazji mportanti.", "Pero` issa qed naraw li minkejja dan il-ħafna diskors li ntqal fuq l-ambjent u l-green belt, il-gvern injora d- development brief għar-raħal ta' Ħal Luqa, minkejja li l-proġett propost seta' jtaffi l-impatt qawwi li l-industrija tħalli fuq il-lokal u seta' jagħti faċilitajiet rikreattivi lit-tfal u liż-żgħażagħ Luqin.", "Dan l-aġir, fil-fehma tiegħi, huwa tal-mistħija, Sur President, u nħoss li l-gvern għandu jispjega għaliex jieħu dawn id-deċiżjonijiet u jinjora saħansitra l- għajta popolari ta' l-istess Luqin.", "Għax fis-survey li semmejt, 91% minnhom xtaqu li jkollhom recreational spaces.", "Irrid insemmi wkoll id-diżastru ta' ambjent li hemm ġewwa Ħal Farruġ.", "Ħal Farruġ huwa raħal żgħir ġo raħal ieħor.", "Meta dan il-post kien f'idejn l- Ingliżi, kien post verament sabiħ, imam llum jinsab fi stat dilapidat.", "Biżżejjed tgħaddi minn Triq Ħal Farruġ biex tinduna b'dan li qed ngħid.", "Jekk tgħaddi bil-karozza minn fuq wiċċ il-qamar naħseb li ssib anqas skossi milli kieku tgħaddi minn din it-triq.", "Barra minn hekk, din it-triq tinsab ukoll mingħajr dawl.", "Jiena stess kemm-il darba għamilt mistoqsijiet parlamentari fuq din it-triq, dwar il-bżonn li tissewwa u tiddawwal.", "Din it-triq hija waħda mill-iktar toroq traffikużi għax jgħaddu minnha mhux biss ħafna mir-residenti ta' Ħal Farruġ, imma wkoll ħafna nġenji kbar tax- xogħol u għalhekk huwa meħtieġ li din it-triq tinbena u mhux titħalla kif inti.", "Hemm ukoll il-problema tad-dlam f'din it-triq li ġġib magħha ċerti perikli.", "Aktar 'il ġewwa minn Ħal Farruġ innifsu, hemm numru ta' rziezet u intrapriżi u d-dawl huwa importanti sabiex jiġu skoraġġut is-serq u reati oħra.", "Ridt insemmi wkoll il-kwestjoni tal-famuża pjazza li ġiet żviluppata f'Ħal Farruġ xi ħames snin ilu madwar blokok ta' appartamenti ġodda li nbnew mill-gvern Nazzjonalista.", "F'din il-pjazza fuq naħa hemm taraġ u fuq in-naħa l-oħra hemm ċerti diżlivelli li minħabba fihom la vann ta' l-iskola, la ambulanza, la fire engine u lanqas trakk tat-tankijiet tal-gass ma jistgħu jidħlu biex jilħqu ċerti zoni.", "Jien ma nistax nifhem dan x'tip ta' ppjanar hu u min jagħmlu.", "Min hu lest jinvesti l-balal tal-liri f'affarijiet li fl- aħħar mill-aħħar ikunu ta' inkonvenjent sħiħ għan-nies tal-madwar?", "Jiena jidhirli li min ikun qed jippjana jrid ikollu ħafna aktar ħsieb għad- dimensjonijiet soċjali u sostenibilita`, speċjalment fejn ikun hemm numru sostanzjali ta' familji li qed jgħixu fi spazji żgħar.", "Sur President, xtaqt ukoll nagħmel riferenza għal tweġiba ta' mistoqsija parlamentari li ngħatat il-ġimgħa li għaddiet dwar l-ammont ta' ċitazzjonijiet li ngħataw permezz ta' l-ispeed cameras, fejn jidher li t- tieni l-aktar speed camera li qabdet nies kienet dik li popolarment nafuha bħala tal-bypass ta' l-Imrieħel, għalkemm proprjament it-triq jisimha Triq is-Sebħ.", "Dik it-triq attwalment tifred komunita` sostanzjali Qormija mill- kumplament ta' Ħal Qormi.", "Ir-residenti ta' din il-komunita`, għal kull ħaġa li jkollhom bżonn, anke biex jixtru bott ħalib, iridu jaqsmu dik il- bypass jew inkella jużaw il-karozza privata tagħhom.", "Madwar sentejn ilu f'dik it-triq kienet seħħet traġedja enormi fejn żewġ tfajliet mietu f'inċident tat-traffiku kkawżat minn overspeeding.", "L-unika miżura li ttieħdet wara dik it-traġedja kienet din il-camera u qatt ħadd ma ħaseb li ssir xi ħaġa bis-serjeta', minkejja li kien ġie mwiegħed li se jsir an overhead bridge, minbarra xi ideat oħra li kienu ħarġu bihom l- istess residenti bil-għan li jkunu jistgħu jaqsmu b'mod safe minn naħa għal oħra.", "Kulma sar wara dik it-traġedja ta' dawn iż-żewġ tfajliet Qriema kien biss din il-biċċa camera li tikkonferma kemm dik hija triq mill-aktar perikoluża, għaliex minkejja d-deterrent tal-camera xorta waħda l- overspeeding għadu għaddej bil-kbir.", "Dan ifisser li r-residenti li joqogħdu f'din il-komunita`, magħrufa mill-Qriema bħala Tal-Blat 2, għadhom m'humiex moqdija biex ikunu jistgħu jaqsmu din il-bypass b'moħħhom mistrieħ.", "Għalhekk jien nappella lill-gvern biex kemm jista' ikun malajr jagħmel xi ħaġa u jibda jifhem il-gravita` tas-sitwazzjoni li jinsabu fiha dawn in-nies li jgħixu fuq din in-naħa ta' Ħal Qormi u anke tal-ħaddiema li jaħdmu f'din l-area, għax hemmhekk hemm industrial estate sħiħ.", "Sur President, hemm bżonn li l-gvern jibda jagħti kas ta' dawn l-affarijiet li qed jolqtu l-ħajja tan-nies b'mod regolari u ta' kuljum.", "L-aħħar punt tiegħi f'dan l-Aġġornament hu dwar ir-residenza San Vincenz de Paule.", "Illum m'għandix il-ħin biex nidħol fin-numru ta' lmenti li kontinwament jasluli mill-familjari tar-residenti t'hemmhekk.", "Minkejja dak kollu li ntqal fi stqarrijiet uffiċjali tal-gvern, li l-problema ta' nuqqas ta' faċilita` ta' air-conditioning fis-swali għadha hemmhekk.", "Ċerti swali lanqas biss kellhom faċilita` ta' air-conditioning u ġabulhom il-mobile air- conditioners li qed jagħmlu ħafna ħsejjes.", "Imma apparti dawn il-ħafna diffikultajiet u l-kwestjoni tal-ħames nisa li mietu proprju bejn il-25 ta' Ġunju u s-27 ta' Ġunju, xi ħaġa li nnegaha l-gvern ...", "Jien mhux se nsemmi l-ismijiet ta' dawn in-nisa fuq il-microphone, pero` jekk irid nista' nsemmihom off-mike biex ma jaħsbux li jistgħu joqogħdu jgħattu x-xemx bl- għarbiel.", "Madankollu llum nixtieq nitkellem fuq il-kwestjoni tal-waiting-list, in- numru ta' anzjali li ma jistgħux jibqgħu jgħixu f'darhom b'mod indipendenti jew inkella bil-kura li jistgħu jagħtuhom il-familjari tagħhom u li qed jistennew biex jidħlu f'din ir-residenza.", "Ħafna anzjani verament jinsabu f'periklu għax la għandhom il-kura u lanqas l-attenzjoni li jeħtieġu u għandhom bżonn urġenti li jidħlu fir-residenza San Vincenz de Paule.", "Il- gvern, fil-fehma tiegħi, jinsab b'idejh marbutin fuq din il-kwestjoni.", "Mhux veru li qegħdin isiru l-affarijiet bis-serjeta`.", "Ma kienx biżżejjed li jiftaħ dawk iż-żewġ swali fl-isptar Mount Carmel bħala speċi ta' half-way house sakemm anzjan jew anzjana jidħlu fir-residenza San Vincenz de Paule.", "Għad hemm ħafna anzjani li qed jirċievu l-avviż li ġew aċċettati li jidħlu f'St. Vincent de Paule imma xorta waħda jibqgħu fuq il-waiting-list għal xhur u snin sħaħ.", "Jien naf ħafna familjari ta' anzjani li jixtiequ jibqgħu jieħdu ħsieb lill- anzjani tagħhom imma ma jistgħux, mhux għax għandhom qalbhom ħażina jew għax ma jridux imma għax tassew ma jistgħux jibqgħu jieħdu ħsiebhom.", "Hemm anzjani li għandhom kondizzjonijiet mediċi li jagħmluha diffiċli li l- familjari jieħdu ħsiebhom u hemm każijiet fejn min jieħu ħsiebhom għandu kondizzjonijiet mediċi li jimpeduhom milli jagħtu dik it-tip ta' kura.", "Għaldaqstant nerġa' nappella lill-gvern biex mit-taxxi tagħna jipprova jagħmel affarijiet konkreti ħalli l-iktar nies vulnerabbli f'dan il-pajjiż jkollhom id-dinjita' li jixirqilhom u dak il-wens soċjali li min hu responsabbli f'dan il-pajjiż għandu jagħtihom.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Anġlu Farrugia.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Sur President, jien illum nixtieq insemmi skandlu ieħor li qed isir taħt ir-responsabbilta` tal-Ministru Austin Gatt.", "Jien se ngħid il-fatti kif nafhom jien u nistenna li jkun hemm ir-reazzjoni tal- gvern, ċertament tal-Ministru Austin Gatt jew ta' xi ħadd taħtu li qed jieħu dawn id-deċiżjonijiet.", "Qed ngħid \"xi ħadd taħtu\" għaliex jidher li f'din il-kwestjoni jista' jinkwadra wkoll is-Sur Claudio Grech, li huwa l- assistent personali tal-Ministru Austin Gatt.", "Jien se nibda biex nistaqsi dwar x'sar mis-CIMU.", "Meta sar l-investiment fih mill-gvern Nazzjonalista fl-2001/2002, l-iskop ta' din l-istruttura kienet biex tinġabar l-informatika dwar dak li għandu x'jaqsam maċ-ċivil.", "Dak iż- żmien kienet ħarġet call for applications għal information management officers u dawn intgħażlu.", "Illum il-pożizzjoni hija li dan is-CIMU m'huwiex funzjonabbli, spiċċa u m'għadux bl-istruttura li suppost kien intenzjonat li jkollu.", "Għalhekk reġgħet ħarġet sejħa għall- applikazzjonijiet għal chief information officers (CIOs), għaliex l- information management officers ma jistgħux jiffunzjonaw.", "Din is-sejħa ħarġet f'Marzu tas-sena 2006, u ġew magħżula.", "Issa jien nistaqsi: Min kienu l-persuni li kienu responsabbli biex jagħżlu lil dawn is-CIOs?", "Agħar minn hekk, Sur President, inħatar bord fi ħdan il-ministeru ta' l- Onor. Austin Gatt biex jikkategorizza l-ministeri u jara min minn dawn is- CIOs għandu jmur taħt kategorija \"A\" fi ħdan ministeru jew ieħor u min għandu jmur taħt kategorija \"B\" fi ħdan ministeru ieħor.", "Xi skop kien hemm wara dan il-bord partikolari?", "Min hemm warajh?", "Min kienu n-nies involuti biex setgħet issir din it-tip ta' kategorizzazzjoni tal-ministeri u għaliex saret?", "Hu minnu li r-raġuni għaliex sar dan il-bord biex jaqsam il- ministeri f'żewġ kategoriji hija li min ikun magħżul biex imur f'ministeru ta' kategorija \"A\" se jkollu pakkett ta' perks u income ħafna aħjar minn ta' dak li se jkun magħżul biex imur f'ministeru ta' kategorija \"B\"?", "Hu minnu li, per eżempju, l-informatika tal-Ministeru għall-Familja u Solidarjeta` Soċjali ġiet ikkategorizzata bħala \"B\" filwaqt li, per eżempju, l-informatika tal-Ministeru ta' l-Ambjent, jiġifieri tal-ministeru ta' l-Onor.", "George Pullicino, ġiet kategorizzat bħala \"A\"?", "Jikkonferma l- ministru li xi ħadd fl-uffiċċju tal-prim ministru li nzerta ntgħażel bħala CIO, meta ra li se jkun CIO taħt il-kategorija \"B\", deherlu - bħalma dehrilhom oħrajn - li għandu jara kif imur f'ministeru li jaqa' taħt kategorija \"A\" – f'dan il-każ il-ministeru tas-saħħa - biex ikun jista' jdaħħal madwar Lm13,000 jew Lm14,000 fis-sena u jkollu karozza, mobile, eċċ?", "Dawn huma l-iskandli li qed isiru taħt gvern Nazzjonalista fi ħdan il-ministeru ta' l-Onor.", "Austin Gatt, Sur President.", "Mhux hekk biss, imma kien hemm min deherlu li issa - għax se tiġi aġevolata din il-persuna - inzertat bil-kunjom ta' Debono u taħdem fl-uffiċċju tal- prim ministru – dawn għandhom jiċċaqilqu wkoll – għax dawn huma kollha ta' l-istess partit - u bdew jaraw kif se jiċċaqilqu bejniethom.", "Dawn spiċċaw iġġieldu bejniethom għax kollha qed jifgaw bejniethom fl-għażla tal- bordijiet - hekk qed isiru l-affarijiet taħt gvern Nazzjonalista – tant li fil-5 ta' Ġunju ta' din is-sena l-gvern ippanikkja u bagħat l- applikazzjonijiet kollha konċernati lura lill-Public Service Commission (PSC).", "Dan sar ġurnata qabel ma' l-PSC ġiet xolta fis-6 ta' Ġunju.", "Veru li meta kien qed isir dan kollu, il-persuna li hija responsabbli mill-fondi ta' l-Ewropa fl-uffiċċju tal-prim ministru li qalet li jekk it-tali se jiċċaqlaq, hi se tieqaf mix-xogħol tagħha?", "Imma dan xi gvern hu!", "Kif jista' jkollna dawn il-ħneżrijiet proprju llum meta saru investimenti ta' eluf, jekk mhux miljuni, ta' liri, f'ċentru apposta ta' l-informatika li spiċċa mhux funzjonabbli?", "Sur President, kien hemm nies li ġew elevati għall-kariga ta' information management officers u dawn spiċċaw jieħdu l-pagi u ma jiffunzjonawx.", "Imbagħad reġgħu elevawhom għall-kariga ta' CIOs u qasmuhom f'żewġ kategoriji biex issir distinzjoni bejn il-ħbieb tal-ħbieb fi ħdan gvern korrott.", "Addirittura spiċċajna f'sitwazzjoni fejn għax wieħed jidhirlu li għandu jiċċaqlaq minn xi mkien biex imur f'ieħor u jiġi approvat bejn il- ħbieb tal-ħbieb, kulħadd ried jiiċċaqlaq ...", "Issa x'se jiġri?", "Sur President, dwar dan l-iskandlu kollu, jiena għalissa tajt ftit informazzjoni u għamilt ftit domandi milli qed isiru.", "Issa li fadal ftit xhur qabel l-elezzjoni, ma jidhirlux il-gvern li għandu jirrispondi għal dan kollu?", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq differenzi kbar fil-pagi - minn kategorija 4 għal kategorija 3 – u fuq nies magħżulin apposta minn bordijiet speċjali li jidher li warajhom hemm is-Sur Claudio Grech li huwa l-assistent personali ta' l-Onor.", "Austin Gatt; jien ngħidlu l-RCC ta' l- Onor. Austin Gatt, id-decision-maker.", "Ma jidhirlux dan il-gvern li issa għandu jagħti spjega lil dan il-Parlament jew inkella barra permezz ta' stqarrijiet?", "Il-Ministru Gatt għandu jagħti l-listi dettaljati ta' kif saru l-affarijiet, il-postings tan-nies konċernati, il-kategoriji, kif intgħażlu, kif saru t-tibdiliet, kif saru d-differenzi bejn pakkett u ieħor, min ħa dawn id-deċiżjonijiet dwar id-differenzi bejn pakkett u ieħor u x'kienu r-riżultati.", "Nistaqsi wkoll lill-Ministru jekk jikkonfermax li fi ħdan ministeri oħra, fosthom tal-Ministru Dolores Cristina, hemm ċerta rabja minħabba dan it- taħwid bejn ministeri u oħrajn, dwar min għandu jkun dak u min għandu jkun l-ieħor.", "Dan huwa l-metodu kif jitmexxa pajjiż minn gvern serju, accountable u responsabbli li għandu jkun trasparenti, speċjalment fejn tidħol l-għażla tal-karigi u tal-persuni?", "Illum jiena tajt biżżejjed informazzjoni biex wieħed jixtarr, pero` hemm ħafna aktar x'wieħed jgħid u x'joħroġ fil-beraħ, u jien se noħroġ dak kollu li hemm bżonn fuq dan l- iskandu l-ġdid dwar l-informatika fi ħdan il-ministeru ta' Austin Gatt.", "Jiena nistenna stqarrija malajr kemm jista' jkun sabiex inkun nista' nagħmel ir-replika tiegħi ħalli nkomplu nfiehmu lill-poplu Malti li dan huwa gvern mifni bl-iskandli u mifni bi dnubiet kbar lejn il-poplu Malti.", "Illum il-ġurnata kull ġimgħa li tgħaddi hija ġimgħa żejda fid-dnub il- mejjet ta' gvern Nazzjonalista.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada, l-Erbgħa 18 ta' Lulju, 2007 fis-6.00 pm. bl-aġenda kif komunikata mis-Segretarju Parlamentari.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "MEDIA CONSULTA INTERNATIONAL HOLDING AG", "27132.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' l-Ministru jgħid x'kienu r-raġunijiet li għalihom intgħażlet il-kumpanija Media Consulta International Holding AG biex tmexxi l-promozzjoni turistika ta' pajjiżna għat-tliet snin li ġejjin?", "Jista' jgħid x'esperjenza għandha din il-kumpanija fl-qasam tal-promozzjoni turistika?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat illi Media Consulta intgħażlet wara proċess twil ta' selezzjoni.", "F'dan il-proċess, ħareġ ċar li Media Consulta kienet qed tipproponi l-aħjar offerta skond it-termini tat- Tender for Advertising and Marketing Communications Services u wrew biċ-ċar li kapaċi iġibu rati favorevoli ħafna mingħand l-organizzazjonijiet tal- Media li tirreklama magħhom l-MTA.", "SPTAR MATER DEI – TENDER TA' L-IT", "27147.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijijiet parlamentari 26731 u 27032 cioe' wara li ġie sospiż it-tender ta' l-IT tal-Isptar Mater Dei, jista' jgħid kemm inxtraw PCs u affarijiet oħrajn relatati mal-informatika li oriġinarjmanet kellhom jkunu koperti mit-tender u jekk dawn inxtrawx b'direct order?", "Min għand min inxtraw u kemm ġew jiswew?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "MITTS - KONSULENTI BARRANIN", "27148.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijijiet parlamentari 26674 u 27033 u jikkonferma li bħalissa hemm grupp ta' konsulenti maniġerijali li qed jagħmlu xogħol ta' konsulenza dwar l-istruttura u s-sistemi maniġerijali tal-MITTS?", "Jekk iva, liema hi din id- ditta, kif saret is-sejħa għas-servizzi tagħha u liema kienu d-ditti jew kumpanniji oħra ta' konsulenza li ġew ikkonsultati?", "Kemm se jiswa dan l- eżerċizzju ta' konsulenza?", "Kemm mistenni jdum biex jitwettaq?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninsab infurmat li f'Marzu ta' din is-sena il-MITTS qabbdet grupp ta' konsulenti maniġerjali bl-isem ta' PSC biex jagħmlu xogħol ta' konsulenza f'wieħed mid-dipartimenti tal-MITTS Ltd.", "Ma kienx hemm sejħa għal dan is-servizz li sa jiswa madwar Lm6000.", "Dan l-eżerċizzju ta' konsulenza twettaq, u r-rapport finali nagħta lill-Kap Eżekuttiv tal- MITTS Ltd.", "IBRAĠĠ – GĦALQA FI TRIQ IS-SIEGĦ", "27149.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsiijiet parlamentari 26387 u 26490 u 26688 u 27036 cioe': Għandi rapporti li fi Triq is-Siegħ, l-Ibraġġ hemm għalqa li tinfed għal Triq il-Miżieb li qed tintuża bħala rubbish dump u li minkejja li skond il-mapep tal-MEPA hija pproġettata li trid issir Triq il-Wejba, għandha bini fuq art li n-nies ingħataw x'tifhem li hi art tal-gvern.", "Jista' l-Ministru jikkonferma jekk hiex se ssir din it-triq kif indikat fil-website tal-MEPA?", "U jekk iva, jista' jikkonferma wkoll jekk xi bini mbarrat li hemm fl-inħawi ħdejn Triq il-Miżieb li jinfed għal Triq is- Siegħ inbeniex bil-permessi meħtieġa?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Ninsab infurmat li t-triq proġettata, li hija kontinwazzjoni ta' Triq il-Wejba u li tgħaqqad Triq il-Miżien ma' Triq is- Siegħ, trid tinfetaħ kif inhi ndikata fil-website ta' l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA).", "Minn investigazzjoni li saret mis- sezzjoni ta' l-Infurzar ta' l-Awtorità irriżulta li l-bini mbarrat imsemmi huwa kopert b'permess bin-numru PA 438/03 maħruġ fil-15 ta' Lulju 2003.", "Minn informazzjoni li għandi ninsab infurmat li dan il-bini qiegħed skond il-linji uffiċjali hekk kif mogħtija mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA).", "Infurmat ukoll li, wara l-ispezzjoni li saret fuq is- sit mit-Taqsima ta' l-Infurzar ta' l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l- Ippjanar (MEPA), ma rriżultax li dan is-sit qiegħed jintuża bħala rubbish dump.", "SPTAR MATER DEI - REKLAMI AWDJO-VIŻIVI", "27150.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 26749 u 27079 u jgħid kemm intnefqu flus f'riklami awdjo-viżivi biex jipproġettaw l- Isptar Mater Dei meta din m'hijiex ażjenda kummerċjali u għaldaqstant kulħadd ser ikun intitolat - almenu għall-bidu - li jagħmel użu b'xejn mis- servizzi mediċi tiegħu?", "B'kollox kemm huwa budgeted li jintefaq f'reklami bejn issa u l-ftuħ uffiċjali ta' l-isptar?", "Minn liema budget qed jittieħdu dawn il-fondi", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "ST.", "ANDREWS - PARKING TEMPORANJU FI TRIQ SANT'ANDRIJA", "27168.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Billi Triq Sant'Andrija, St Andrews hija triq prinċipali u inti u ġej minn San Ġiljan hemm diversi ħwienet qabel ma wieħed jikser għall- Ibraġġ, bħat-Topline, Agenda Bookshop u oħrajn, jistgħu jsiru arranġamenti biex f'ħinijiet fissi jkun jista' jsir parking temporanju minn delivery vans strettament għall-ħatt tal-merkanzija għax ħafna drabi qed jiġri li dawn id-delivery vans li m'għandhomx għażla oħra fejn jipparkjaw qed jeħlu multi ta' parking irregolari intortament?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ninsab infurmat li l-parti ta' Triq Sant'Andrija li għaliha qed tirreferi din il-mistoqsija parlamentari hija parti 'Tow Zone' u parti 'double yellow lines'.", "Meta jsir parkeġġ irregolari ta' kwalunkwe vetturi f'din il-parti tat-triq ikun hemm il-konsegwenzi li ġejjin:", "Il-capacity tat-traffic lights junction k/m Triq Ibragg tonqos b'madwar 40%.", "Ikun hemm konġestjoni tat-traffiku fuq Triq Sant' Andrija u Triq il-Qasam.", "Vetturi li resqin lejn it-traffic lights jgħaddu 'wrong side' u jaqsmu il- continous white lines biex jippruvaw iduru mal-vetturi pparkjati u għaldaqstant ikun hemm periklu ta' kollużjoni ma' vetturi li ġejjin minn Triq il-Kosta mid-direżżjoni opposta.", "It-Taqsima għall-Immaniġjar tat-Traffiku kienet ipprovdiet un/loading bay fi Triq Qasam kantuniera ma' Triq Sant' Andrija iżda tali 'un/loading bay' kienet ġiet regolarment abbużata minn stabbiliment kummerċjali fl-inħawi b'detriment għal kumplament tal-ħwienet.", "Għaldqstant it-taqsima rċeviet talba mir-rappreżentanti tal-ħwienet sabiex tali un/loading bay tinbidel f'timed parking kopja hawn annessa.", "Wara konsultazzjoni mall-kunsill lokali, kopja hawn annesssa, t-taqsima approvat tali talba.", "BARRANIN BIL-PERMESS LI JAĦDMU", "27196.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa l-ammont totali ta' nies barranin li għandhom permess li jaħdmu?", "Ta' liema nazzjonalita' huma?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-ammont totali ta' persuni li għandhom permess li jaħdmu sas-7 ta' Lulju 2007 kien hekk :", "EU NON EU Totals", "2,947 3,663 6,610.", "L-informazzjoni dwar minn liema pajjiżi ġejjin dawn il-persuni tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni fis-seduta waqt il-ħin tat-Tqegħid ta' Karti.", "TARZNA – HADDIEMA BARRANIN", "27197.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid minn mindu sar ir-restructuring tat-Tarzna, kemm ħaddiema nġiebu minn barra biex jaħdmu bil-kuntratt?", "Ta' liema nazzjonalita huma?", "Kemm tħallsu fis-siegħa tul il-kuntratt?", "Kemm huwa l-ammont totali li tħallsu lil dawn il- barranin?", "Kemm huwa kkalkulat li t-Tarzna ffrankat bis-saħħa ta' dawn l- impjegati barranin?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "IMMIGRANTI IRREGOLARI", "27198.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid mill-2002 kemm immigranti ħarġu mid-detention centres?", "Dawn għandhom working permit?", "Dawn jirreġistraw għax-xogħol?", "Huma obbligati jagħmlu l-ktieb tax-xogħol biex jaħdmu?", "Jingħatalhom permess biex iġibu qraba tagħhom f'Malta?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi bejn is-sena 2002 u llum in-numru ta' immigranti li ħarġu mid-detention centres hu ta' 6,625.", "Infurmat ukoll li talbiet minn dawk li jkunu ġew mogħtija xi tip ta' permess li jibqgħu Malta sabiex iġibu qraba tagħhom f'Malta, ikunu ikkunsidrati fuq il-mertu u ċirkostanzi partikolari għal dik it-talba.", "Dwar il-kumplament tal-mistoqsija nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex jirreferiha lill-Ministru ikkonċernat.", "HERITAGE MALTA", "27199.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri li jiffurmaw u jmexxu Heritage Malta?", "X'rimunerazzjoni jieħdu dawn il-membri?", "Minn fejn jiġu l-fondi biex titmexxa?", "Jekk min jidħol f'siti li huma protetti jħallasx?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Heritage Malta titmexxa mis-CEO u minn numru ta' Managers u Kuraturi.", "Il-bord jifforma il-policy.", "Ir-remunerazzjoni annwali hija kif ġej:", "Chairman Lm 7,000 Deputy Chairman Lm 2,800 Membri Lm 1,000", "Parti mill-fondi għat-tmexxija ta' din l-aġenzija jiġu mill-entratura tal- miżati filwaqt li ammont ieħor jingħata mill-Gvern.", "Hemm miżati differenti għad-dħul fid-diversi siti.", "AIR MALTA - BDOTI BARRANIN", "27202.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijijiet parlamentari 26888 u 27095 u jgħid mill-bidu tas-sena 2006 sal-lum kemm telqu pilots barranin li kienu ġew ingaġġati għall-UK operations ta' l-Air Malta?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninsab infurmat li mill-bidu tas-sena 2006 sal-lum in- numru ta' piloti barranin li kienu ġew ingaġġati għall-UK operations ta' l- Air Malta u rriżenjaw kien ta' dsatax (19).", "FACILITATOR", "27214.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 26874 u jgħid f'liema stadju waslet t-talba għall-facilitator ta' l- istudenta li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-istudenta li d-dettalji tagħha intbagħtu separatament dehret quddiem il-Bord f'Novembru 2006.", "Il-Bord irrakkomanda Occupational Therapy sessions u support mill-FES (Foundation for Educational Services).", "Ma kien hemm l-ebda talba biex issir review.", "Is- segretarja tal-bord kellmet lill-omm u spjegatilha x'għandha tagħmel biex isir review tal-każ.", "MDINA - TINDIF TA' ĠNIEN", "27216.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Peress li kemm il-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura u kif ukoll il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent qalu li m'humiex responsabbli mit-tindif tal-ġnien taħt il-bieb prinċipali ta' l-Imdina f'mistoqsijiet parlamentari preċedenti, jista' l-Prim Ministru jindika min hu l-ministru responsabbli għal dan ix-xogħol?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "ĦLAS TA' SURCHARGE", "27217.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għall-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru tara għala koppja, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li tgħix bir-relief u hi disabled ġew mitluba li jħallsu aktar minn Lm200 f'surcharge?", "Jistgħu jiġu nfurmati bil- miktub jekk dawn għandhomx iħallsu s-surcharge meta bid-dħul li għandhom suppost huma eżentati mill-ħlas?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħti parir lill- persuna ndikata li tmur l-Uffiċċju Distrettwali tad-Dipartiment tas- Sigurta' Soċjali li jkopri l-lokalita' tagħha biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.", "FIDI TA' ĊENS", "27220.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għall-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru tara li anzjan, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, li jrid jifdi ċ-ċens tal-post li huwa tiegħu u l-post kien tal-Knisja u llum sar tal-Gvern jiġi nfurmat b'dak li jrid jagħmel?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Ninsab infurmata li minn riċerka li saret ma jirriżultax li l-post li rrefera għalih l-Onor.", "Interpellant kien xi darba ta' l-Awtorita' tad-Djar u għalhekk nitolbu jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.", "SPTAR MATER DEI - XOGĦOL PENDENTI", "27226.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 27071 u jelenka l-lista ta' xogħol li għad baqa' xi jsir biex l-isptar Mater Dei ikun lest mill-bini, equipment, IT, eċċ?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "ADT – PERSUNA INTERDETTJATA", "27227.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Peress li rreferejt għal każ ieħor fejn persuna li ġiet interdettjata mill-qorti reġgħet ingħatat ix-xogħol fl-ADT wara maħfra presidenzjali, jista' l-Ministru jgħid min hi din il-persuna, ta' liema reat instabet ħatja u liema kariga tokkupa fl-ADT?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ninforma lill-Onor.", "Nterpellant li fuq parir mogħti mill-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku lill-Uffiċċju tal-Prim Ministru, il-persuna li kienet interdettjata mill-Qorti kienet ġiet trasferita għal sezzjoni oħra fl-ADT fejn ma jkollhiex responsabilta' ta' ġbir ta' flus.", "Wara kienet ġiet trasferita għal Dipartiment tal-Gvern.", "Din il-persuna, li l-isem tagħha qiegħed jingħata b'mod konfidenżjali lill- Onor. Interpellant, kienet instabet hatja ta' frodi.", "SPTAR AMTER DEI – NEFQA FUQ REKLAMAR", "27229.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 27067 u jgħid fl-aħħar tliet xhur, kemm kienet in-nefqa f'reklamar dwar l-isptar Mater Dei fuq it-televiżjoni, radjijiet, gazzetti, magazines, billboards, eċċ?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "TERMINAL TA' GĦAWDEX - SPRALLI", "27231.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għall- Kompetittivita' u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jara li d-diversi spralli li hemm mferrxa fit-terminal ta' Għawdex jiġu mwaħħla sew peress li minħabba l-ħoss li qed jagħmlu ħafna sewwieqa qed jinħasdu u anke qed ikun hemm lok ta' inċidenti?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li l-MMA ser tieħu l-passi neċessarji dwar l-ispralli li ssemmew fid-domanda, u se terġa' tpoġġi lura wkoll dawk li nsterqu.", "GĦAWDEX - ASFALTAR", "27233.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid għal liema raġuni reġa' nqala' l-asfaltar li kien diġa' sar mis-siġra ta' Pinu 'l ġewwa lejn it-triq ta' Pinu?", "Tista' tgħid l- ispiża adizzjonali kemm ġiet?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Jiena nfurmata li ma nqalgħax asfalt fil-parti tat- triq imsemmija fil-mistoqsija u li kulma qiegħed isir hu li qiegħda titranġa bankina biex din tkun taqbel mal-livell tat-tarmac meta tingħata l- aħħar kisja ta' din il-parti tat-triq.", "Dan ix-xogħol isir għas-spejjes tal- kuntrattur.", "KAPPARA/GŻIRA - CRASH BARRIERS", "27244.", "L-ONOR.", "ROBERT ARRIGO staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: B'referenza għar-roundabout tal-Kappara/Gżira fejn ir-residenti qegħdin jilmentaw għan-nuqqas ta' crash barriers u wisq iżjed nuqqas ta' faċilitajiet biex ikunu jistgħu jaqsmu sakemm tiġi rranġata Triq Sliema, jista' l-Ministru jara li l-ADT tikkonsidra azzjonijiet biex ir-residenti kemm tal-Kappara u kemm tal-Gżira jkunu jistgħu jaqsmu bla riskju għalihom?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ninsab infurmat li l-ADT hija konxja tal-problemi msemmija.", "Tant hu hekk li soluzzjoni aħħarija, permezz ta' subways apposta, huma nkorporati fid-dizin tal-Grade separated junction li trid issir fir-roundabout tal-Kappara bħala parti mix-xogħlijiet ta-Ten-T network.", "Bħala solużżjoni temporanja kienu kunsidrati Pelican lights u \"Elevated Walkway\" b'din ta' l-aħħar tkun preferuta minħabba l-impatt negattiv li jkollhom pelican light fuq it-traffiku.", "L-ADT ġa ħadet il- miżuri neċessarji sabiex dan l-\"Elevated Walkway\" tkun nstallata fl-iqsar żmien possibli.", "SAN ĠILJAN - ZEBRA CROSSING", "27249.", "L-ONOR.", "MICHAEL ASCIAK staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jara tistax ssir zebra crossing jew pellican lights minn fejn tieqaf il-karozza tal-linja 62 wara Pender Place, San Ġiljan, għaliex m'hemmx min fejn taqsam it-triq biex tmur il-Bajja ta' San Ġorġ?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari nixtieq niġbed l-attenżjoni ta' l-Onor Interpellant li diġa teżisti żebra crossing fi Triq Sant' Andrija bejn Triq San Ġorg u Triq Margerit Mangion.", "Minn spezzjoni li saret fuq il-post minn uffiċjali tat-Taqsima għall- Immaniġjar tat-Traffiku rriżulta li mhux rakkomandabbli li ssir pedestrian crossing oħra fi Triq Sant'Andrija għax it-triq hija wiesgħa ħafna u biex issir zebra crossing irid jintilef ħafna spażju allokat għal bus stop.", "Barra minnhekk ikun hemm bżonn ta' pedestrian refuge fin-nofs tat-triq u bankina fil-ġenb tat-triq in-naħa ta' Triq Margerit Mangion.", "Tali pedestrian crossing proposta tkun viċin ħafna tal-mini roundabout eżistenti li tinsab fi Triq Sant' Andrija k/m Triq Elija Zammit.", "Ta' min jinnota li l-karozza tal-linja 62 tieqaf fil-venda tal-karozzi li tinsab fi Triq Margerit Mangion u għaldaqstant il-passiġġieri ma jkollhomx għalfejn jaqsmu Triq Sant' Andrija."]} {"filename": "20060627_402d_par.doc", "date": "2006-06-27", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Uffiċjali u Rivedut) L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 402 It-Tlieta, 27 ta' Ġunju 2006 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 402", "It-Tlieta, 27 ta' Ġunju 2006", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.02 p.m.", "Talba", "Seduta Nru. 402", "It-Tlieta, 27 ta' Ġunju 2006", "WERREJ", "MINUTI 41", "PETIZZJONI 41", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 41", "TQEGĦID TA' KARTI 46", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR L-EDUKAZZJONI (IT-TIENI QARI)", "EDUCATION (AMENDMENT) BILL (SECOND READING) 47", "AĠĠORNAMENT 70", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 75", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 401 li saret fis-26 ta' Ġunju, 2006 ġew konfermati.", "PETIZZJONI", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Leo Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, xtaqt nippreżentalek petizzjoni ffirmata minn 512-il resident mis-Swatar u l-Imsida li qegħdin joġġezzjonaw għall- proposta ta' żvilupp fil-wied ta' l-Imsida meta, skond l-istess north harbour local plan maħruġ mill-MEPA, din l-art tinsab f'żona ta' flood prevention.", "Tant hu hekk li l-policy annessa ma' l-istess pjan lokali tisħaq li m'għandu jkun hemm l-ebda żvilupp f'dan is-sit, dejjem minħabba din il- kwestjoni perenni.", "Jekk din l-art tiddaħħal fil-konfini ta' l-iżvilupp, se jkun ifisser li se tiggrava aktar il-problema tal-flooding fil-wied ta' l- Imsida.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Ngħaddu għall-ewwel interpellanza li tidher fuq l- order paper.", "L-Onor.", "Noel Farrugia.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "REDEPLOYMENT EXERCISE", "18870.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joe Debono Grech) staqsa lill- Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm calls for applications kien hemm biex jiġu mpjegati nies mir- redeployment fi ħdan l-istrutturi tal-gvern fil-ministeru, l- enti u l-kumplament tad-dekasteru minn Ottubru 2005 sal-lum?", "Jista' jgħid x'karigi kien hemm vakanti?", "Kif ġew magħżula l-applikanti, jiġifieri b'eżami, fuq bażi ta' kwalifiki jew b'interview?", "F'każ li saru l- interviews, jista' jgħid jekk il-membri ta' l-interviewing board humiex mill-istess ministeru/dekasteru?", "Xi skala huma dawk li tpoġġew f'dawn il- bordijiet ta' l-intervisti?", "ONOR.", "TONIO BORG (Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern): Ninsab informat li ma kien hemm l-ebda redeployment exercise għaddej fil- ministeru u l-kumplament tad-dekasteru matul il-perjodu indikat.", "KIRI TA' PROPRJETA'", "18871.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joe Debono Grech) staqsa lill- Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' il-Ministru jgħid jekk il- ministeru għandux proprjeta' mikrija għal xi tip ta' użu - kemm għall- ministeru, id-dipartimenti u l-enti li jaqgħu taħtu - u kemm kera qed titħallas minn fondi pubbliċi għal kull proprjeta'?", "Fejn tinsab din il- proprjeta'?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO (Ministru għall-Affarijiet Barranin): L-informazzjoni mitluba hija din:", "|Belt |Użu |Kera | | | |fix-Xahar | |Ateni |Ambaxxata |Lm 855.36 | | |Residenza | | | | |813.86 | |Beijing|Ambaxxata | | | | |2,232.00 | | |Residenza | | | | |1,759.00 | | |Residenza | | | |MBO |582.00 | | |Garage | | | | |22.55 | | |Store | | | | |22.55 | |Brussel|Ambaxxata | | |l | |5,393.00 | | |Residenza | | | |(EU) |2,366.00 | | |Residenza | | | |(Belġju) |1,690.00 | |Dublin |Ambaxxata | | | | |2,350.00 | | |Residenza | | | | |3,000.00 | |Ginevra|Ambaxxata | | | | |1,142.00 | | |Residenza | | | | |2,529.00 | | |Garage | | | | |55.00 | |The |Ambaxxata | 2,942.52| |Hague | | | | |Residenza | 3,074.43| |Il-Kajr|Ambaxxata | 1,164.65| | |Residenza | | | | |998.27 | |Kopenha|Ambaxxata | 1,887.00| |gen | | | | |Residenza | 1,285.00| |Londra |Ambaxxata |15,860.00 | |Madrid |Ambaxxata | 1,871.92| | |Residenza | 2,139.43| |Melbour|Konsulat | | |ne |Ġenerali |592.13 | |Parigi |Ambaxxata | 6,162.00| | |Residenza | 2,205.00| | |Garage | | | | |33.00 | |Rijadh |Ambaxxata | | | | |692.56 | | |Residenza | 1,180.49| |Ruma |Ambaxxata | 2,600.00| | |Residenza | 2,260.00| |Strasbo|Ambaxxata | | |urg | |966.19 | |Sydney |Konsolut | | | |Ġenerali |874.44 | |Toronto|Konsulat | 1,121.86| | |Ġenerali | | |Tunis |Ambaxxata | | | | |997.00 | | |Residenza | | | | |759.00 | |Vallett|Head Office | | |a | |554.58 | | |Diplo | | | |Foundation |425.18 | | |Garages | | | | |44.16 | |Vjenna |Ambaxxata | | | | |2,054.20 | | |Residenza | 1,149.79| | |Garage | | | | |87.64 |", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, xtaqt nagħmel mistoqsija rigward id- diskussjonijiet li hemm għaddejjin bejn Malta u l-Libja dwar ċerti problemi li qed jiffaċċaw sajjieda Maltin.", "Ma nafx jekk il-Ministru jistax jirrapporta xi żviluppi f'dan ir-rigward?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Mr Speaker, nagħżel li nwieġeb din il-mistoqsija, anke jekk mhix neċessarjament marbuta ma' l-interpellanza li tidher fuq l- order paper.", "Kif jaf kulħadd, din l-issue tqajmet u ġiet diskussa diversi drabi bejn Malta u l-Libja.", "Dan l-aħħar anke żar il-Libja l-ministru responsabbli mill-agrikoltura u sajd u nista' ngħid li saru xi diskussjonijiet fuq din il-kwestjoni.", "Malta għamlet talba għal numru ta' liċenzji sabiex f'ċertu ħin partikolari jkun hemm numru ta' sajjieda li jkunu qegħdin joperaw fl-area in kwestjoni.", "S'issa din it-talba ma ġietx milqugħa pero' saru wkoll diversi diskussjonijiet oħra, fosthom dwar x'jista' isir konġuntament bejn in-naħa Maltija u dik Libjana.", "Fl-opinjoni tiegħi, dawn id-diskussjonijiet għandna nagħtuhom il-ħin tagħhom għaliex fil-verita' għadhom għaddejjin, Sur President.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Leo Brincat, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Billi l-Ministru fit-tweġiba tiegħu rrifera għal diversi missjonijiet u ambaxxati barra l-pajjiż, jista' jgħidilna jekk bħalissa hemmx xi ongoing exercise għaddej sabiex isir audit jew studju dwar l-aħjar utilizzazzjoni ta' l-ambaxxati, inkluż forsi l-possibbilta' li jkun hemm razzjonalizzar ta' xi wħud minnhom?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Fil-fatt dan it-tip ta' eżerċizzju diġa' konna għamilnieh fil-bidu tas-sena li għaddiet u nista' nikkonferma li dakinhar konna ħadna diversi deċiżjonijiet f'dan ir-rigward.", "Fil-fatt għalaqna l- ambaxxata f'Budapest u nkarigajna l-ambaxxata fi Vjenna biex tkopri wkoll din il-mansjoni.", "Anke għalaqna l-ambaxxata fi Stockholm u ddeċidejna li l- ambaxxata f'Copenhagen tieħu f'idejha l-inkarigu kollu għall-parti Skandinava.", "Fl-istess ħin kellna żewġ ambaxxaturi preżenti fl-ambaxxata ta' Ruma u meta wieħed minnhom spiċċalu t-terminu, iddeċidejna li ma nkomplux b'din is-sistema u b'hekk nikkalkulaw li ffrankajna madwar Lm300,000 f'temp ta' sena.", "Ovvjament jien kont qed nittama li dawn il-flus se nkunu nistgħu nużawhom għal dan il-budget, imma hekk kif il-ministeru tal-finanzi saru jafu b'dan ħaduhomlna.", "Aħna ridna nagħmlu ċerti savings sabiex inkunu nistgħu niftħu ambaxxati oħra, fosthom, kif anke annunzjajt f'din il-Kamra, preżenza diplomatika kemm f'Tel Aviv kif ukoll f'Ramallah.", "Xtaqna wkoll li jkollna high", "commission fi New Delhi u ambaxxata f'Lisbona.", "Fir-rigward ta' ambaxxata f'Lisbona, nista' njgħid li diġa' għandna l- ambaxxatur li qiegħed hemm u identifikajna wkoll fejn se tiġi l-ambaxxata u fejn se tkun ir-residenza ta' l-ambaxxatur.", "Fir-rigward ta' New Delhi għadna qed nippjanaw li din nagħmluha fit-tieni parti ta' din is-sena.", "B'dan il-mod se nkunu żammejna l-impenn tagħna biex niftħu dawn l-ambaxxati u anke se nkunu għamilna xi savings ukoll.", "Pero' fir-rigward ta' Ramallah u Tel Aviv nbidlu ħesrem iċ-ċirkostanzi bl-elezzjoni tal-Hamas u bħalissa qiegħed kollox on hold, ħalli naraw x'se jiġri eżattament.", "Sabiex nirrispondi speċifikament għal dak li staqsa dwaru l-Onor.", "Brincat, nista' ngħid li m'għandniex eżerċizzju partikolari għaddej għax din hi xi ħaġa li qiegħda quddiem għajnejna l-ħin kollu.", "Irridu nirrazzjonalizzaw pero' mbagħad ma rridux lanqas immorru oltre minn dak li huwa xieraq għalina bħala stat sovran.", "Għalkemm pajjiżna huwa żgħir xorta waħda huwa stat sovran, b'impenji internazzjonali u allura rridu noqogħdu daqsxejn aktar attenti.", "Waħda mill-affarijiet li qiegħed nagħmel b'aktar attenzjoni hija dik li forsi nsaħħu aktar l-ambaxxati tagħna f'ċerti postijiet.", "Per eżempju, fejn qabel kellna ambaxxatur u officer wieħed fi Tripli, illum għandna ambaxxatur u żewġ officers, apparti dawk li jiġu mpjegati lokalment u allura saħħaħna l-ambaxxata b'aktar nies.", "Fl-istess waqt, ċerti ambaxxati li huma multilaterali - f'dawn il-każi diffiċli ħafna li tlaħħaq max-xogħol kollu minħabba li x-xogħol huwa diversifikat immens - jidhirli li għandna naħsbu sabiex niffukaw aktar fuq l-aspetti multilaterali.", "Għalhekk jista' jagħti l-każ li jkun hemm daqsxejn ta' deployment differenti fil-mod ta' kif inqassmu n-nies.", "Fuq kollox, ladarba qegħdin ngħidu li rridu nagħmlu enfasi partikolari fuq ir-relazzjonijiet tagħna fil-Mediterran u r-relazzjonijiet tagħna mal- pajjiżi Għarab, b'mod partikolari mat-Tuneżija, mal-Libja u ma' l-Eġittu, irridu naraw li nindirizzaw id-deployment anke f'dawk l-inħawi.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Leo Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Jiena ħadt nota ta' dak li għadu kemm qal il-Ministru u jekk fhimtu sew, hu qed jgħid li minħabba l-iżviluppi pjuttost negattivi fil-Lvant Nofsani, il-ftuħ ta' ambaxxata hemmhekk qiegħed on hold.", "Qiegħed nifhem sew allura li l-Ministru mhux qed jitkellem biss dwar l-ambaxxata ta' Ramallah imma qed jitkellem ukoll dwar dik ta' Tel Aviv?", "Li kieku mhux għall-problemi eżistenti, l-intenzjoni tal-gvern hi li jiftaħ dawn iż-żewġ ambaxxati piu o meno simultanjament?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Mr Speaker, jiena evitajt li nuża l-kelma \"negattivi\" u semmejt żviluppi \"partikolari\" li ġegħluna nħarsu mill-ġdid lejn is-sitwazzjoni, li żgur mhix waħda feliċi.", "Lkoll nafu bid- diffikultajiet li hemm mal-fruntiera tal-Gaza minħabba dan l-aħħar inċident li kien hemm.", "L-intenzjoni tiegħi - u nispera li esprimejtha b'mod ċar – hi li niftħu bejn wieħed u ieħor fl-istess ġurnata, kemm l-ambaxxata f'Ramallah kif ukoll dik f'Tel Aviv u naħseb li jagħmel sens li wieħed iħares b'dan il-mod.", "Madanakollu ma naħsibx li għandna noqtlu kompletament kwalunkwe livell ta' flessibilita' li jista' ikollna f'dan ir-rigward.", "Din hija x-xewqa tagħna għaliex naħsbu li aħna dejjem għamilna minn kollox sabiex inżommu relazzjonijiet tajbin kemm mal-Palestina kif ukoll ma' Iżrael.", "L-Iżrael huwa rikonoxxut bħala stat sovran u minn dejjem għidna li rridu stat sovran Palestinjan viabbli li jkun jista' jgħix ma' Iżrael fil-paċi.", "Aħna dejjem tajna l-appoġġ tagħna għall-poplu Palestinjan u għad- drittijiet ġusti tiegħu.", "Min-naħa tagħna bqajna ninsistu u se nibqgħu ninsistu li nibqgħu fil-kumitat dwar id-drittijiet inaljenabbli tal- Palestinjani, anke jekk nafu li hemm moviment fil-Ġnus Magħquda li jrid ineħħi dan il-kumitat.", "Ċertament il-preferenza tiegħi hija li niftħu fl-istess żmien ħalli anke nagħtu dan it-tip ta' messaġġ.", "Madanakollu rridu naraw iċ-ċirkostanzi u rridu naraw kif se jiżviluppaw l-affarijiet u fl-idea tiegħi ma nagħmlux ħażin li nżommu ċertu livell ta' flessibilita'.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Filwaqt li naqbel li l-gvern għandu piu' o meno iżomm ċertu timing simultanju, fejn għandu x'jaqsam mal-ftuħ ta' ambaxxata f'Ramallah u oħra f'Tel Aviv, nistaqsi jekk il-gvern kellux xi rappreżentazzjonijiet, fis-sens jekk teżistix il-perċezzjoni min-naħa ta' Iżrael li d-deċiżjoni li tinfetaħ ambaxxata f'Tel Aviv setgħet ittieħdet as an afterthought, wara li l-gvern kien iddeċieda li jiftaħ missjoni ġewwa Ramallah?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: This is news to me!", "L-ewwelnett żgur li qatt ma ġietna f'rasna li niftħu ambaxxata f'Ramallah u mbagħad bħala afterthought iddeċidejna li niftħu ambaxxata oħra f'Tel Aviv.", "Għalija din li qed jgħid l-Onor.", "Brincat qisha xi ħaġa tal-fantaxjenza għaliex aħna ridna li niftħu ambaxxata fiż-żewġ postijiet.", "Ċertament lili ma wasalli l-ebda rapport li hemm din it-tip ta' perception.", "Kelli diversi laqgħat, anke ma' l- Ambaxxatur Gol u fl-ebda mument fil-laqgħat li kelli miegħu ma tani l- impressjoni li kellu dan il-ħsieb f'moħħu.", "Għaldaqstant għandi nissoponi li r-risposta hija le, Sur President.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mario Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Fid-dawl tas-sitwazzjoni kemmxejn kumplessa li hemm bħalissa fil-Palestina, x'relazzjonijiet diplomatiċi għandu l-Gvern Malti jew x'tip ta' relazzjonijiet għandu l-Gvern Malti mal-Hamas?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Nista' ngħid li aħna m'għandna l-ebda relazzjonijiet mal-Hamas għax bħala parti mill-Unjoni Ewropea, qegħdin insegwu l-linja li fuqha ftehemna.", "Dan għaliex id-deċiżjonijiet fl-Unjoni Ewropea jittieħdu fuq livell unanimu meta si tratta ta' politika barranija komuni u s- sigurta' ta' l-Unjoni.", "Il-ftehim huwa li ma jkunx hemm kuntatti mal-Hamas, sakemm dawn ma jissodisfawx il-kondizzjonijiet li bihom jirrikonoxxu l- eżistenza ta' Iżrael, li jirrikonoxxu l-ftehim kollha li diġa' hemm u li jirrinunzjaw għall-vjolenza bħala mezz ta' azzjoni politika.", "Fl-opinjoni tiegħi importanti li l-Hamas jaqbdu din it-triq, Sur President.", "Bħall-bqija ta' l-Unjoni Ewropea, aħna m'aħniex qegħdin ngħidu li rridu li l-Hamas ifallu għax aħna nirrispettaw l-għażla li għamel il-poplu Palestinjan f'elezzjoni ħielsa.", "Ovvjament ma tistax tgħid li l-elezzjoni ma kenitx ħielsa għaliex meta din tiġi organizzata minn dawk li eventwalment ħarġu telliefa, hemmhekk għandek l-akbar ċertifikat li dik kienet elezzjoni ħielsa.", "Fil-fatt dawk li organizzawha kienu l-Fatah u dawn tilfu l- elezzjoni.", "L-Onor.", "Mario Galea kien hemmhekk bħala wieħed minn grupp ta' persuni li marru sabiex jagħmlu monitoraġġ ta' l-elezzjoni.", "L-issue m'hijiex li l-Hamas ifallu, imma li nersqu għal sitwazzjoni fejn jista' ikun hemm parti mill-gvern tal-Palestina li wieħed ikun jista' jinterloka miegħu.", "Finalment ir-responsabbilta' għall-ambaxxati u għall-ambaxxaturi fil-basic law tal-Palestina taqa' taħt il-President Abbas u aħna nemmnu li l- President Abbas huwa interlokatur importanti ħafna.", "Tant hu hekk li fid- dikjarazzjoni li għadha kif saret bejn l-Istati Uniti u l-Unjoni Ewropea, hemm espressjoni ta' inkoraġġiment u aċċettazzjoni ta' Abbas u l-platform tiegħu għall-paċi.", "Dawk huma kliem li daħħlet Malta f'din id-dikjarazzjoni u dawk daħlu bl-intervent tagħna fl-Unjoni Ewropea u imbagħad ġew aċċettati anke min-naħa Amerikana.", "Jiġifieri jekk Malta tgħid li se taħdem favur il- paċi u favur li naslu għal soluzzjoni paċifika, bil-għan li l-poplu Palestinjan ikun jista' ikollu l-art tiegħu u d-drittijiet tiegħu bħall- popli l-oħra kollha, allura dan huwa l-mod ta' kif aħna se nattwaw l- affarijiet.", "Ċertament aħna nagħmlu l-politika tagħna madwar il-mejda ta' l- Ewropa, Sur President.", "Fil-fatt b'mod raġonevoli u b'mod li ftehemna ma' sħabna l-oħrajn, din nista' ngħid li hija waħda mill-affarijiet fejn tajna l-kontribut tagħna, dikjarazzjoni importanti ħafna għaliex qegħdin ngħidu li l-Istati Uniti u l- Unjoni Ewropea huma magħqudin sabiex jappoġġaw il-platform tal-kapaċita' ta' Abbas u qegħdin ngħidu li nifhmu li Abbas huwa interlokotur.", "Din dikjarazzjoni li għandha konsegwenzi importanti u nieħdu gost jekk ikun hemm kuntatti b'mod informali bejn il-gvern immexxi minn Olmert u l- President Abbas.", "Fil-fehma tiegħi, din hija t-triq ta' kif irridu nimxu 'l quddiem, Sur President.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Mr Speaker, filwaqt li ħadt gost ninnota li l-Ministru qal li ma jixtieqx jara l-gvern tal-Hamas ifalli, jien m'iniex daqstant konvint li dan huwa t-thinking tal-membri kollha ta' 'l hekk imsejjaħ kwartett.", "Interessanti wkoll li wieħed jinnota li għalkemm il-Ġnus Magħquda jiffurmaw parti minn dan il-kwartett, dan l-aħħar kien hemm think-tank influwenti, l- international crisis group immexxi minn Chris Patten u kostitwit minn diversi ex-diplomatiċi eminenti, li filwaqt li qiegħed jagħraf il- pożizzjoni li ħadet l-Unjoni Ewropea, qiegħed jgħid ukoll li m'għandniex neskludu l-possibbilta' li tramite l-Ġnus Magħquda, isiru xi forma ta' kuntatti informali mal-Hamas.", "Dan qed ngħidu għaliex anke meta kien hemm il- kriżi bejn l-Iran u l-Istati Uniti, għalkemm ma kienx hemm kuntatti formali, xorta waħda kien hemm kuntatti informali.", "Jiena naħseb li b'ħafna riġidita' mhux se jirnexxielna naslu u jirbaħ biss min jixtieq jara l-Hamas jiġi distabbilizzat, Sur President.", "Ma rridx niftiehem li qiegħed nadvoka li l-Hamas għandha tkompli miexja mingħajr ma tirrikonoxxi lil Iżrael, pero' ma rridux ninsew lanqas li għandna quddiemna ġrajja ta' okkupazzjoni.", "Għalhekk xtaqt l-opinjoni tal-Ministru u mingħajr ma norbtu bħala gvern, xtaqtu jgħidilna jekk fil-fehma personali tiegħu jaħsibx li jkun utli li think-tanks jew istituti ta' riċerka ta' affarijiet barranin, jesploraw il-possibbilta' ta' kuntatti informali mal- Hamas.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Mr Speaker, sfortunatament jien m'għandix il-lussu li jkolli l-opinjoni personali tiegħi - forsi l-Onor.", "Brincat għandu dak il- lussu imma jien m'għandix! – u allura ma nistax nesprimi ruħi eżattament dwar x'naħseb u ma naħsibx.", "Naturalment din it-tip ta' diskussjoni ssir internament fl-Unjoni Ewropea - naħseb li s'hemmhekk nista' ngħid u ma nkunx qiegħed niżvela xi sigriet jekk ngħid li meta tiġi biex tagħmel politika, huwa importanti li madwar il- mejda tisma' lil kulħadd – u nifhem ukoll li jkun hemm ċerti think-tanks u dan it-think-tank immexxi minn Chris Patten, bniedem b'esperjenza kbira f'dan ir-reġjun u bniedem ta' ċertu intellett ....", "Jiena kelli l-okkażjoni u l-pjaċir li għal ċertu żmien narah jopera fi ħdan il-kummissjoni u f'relazzjoni mal-kunsill tal-ministri u nista' ngħid li huwa bniedem ta' kwalitajiet għolja ħafna.", "Veru li hemm min qiegħed jgħid li għandna nagħmlu kuntatt b'xi mod informali u jekk tara d-dikjarazzjoni fid-dettall ta' dak li tgħid, issib li din tgħid li għal raġunijiet operattivi l-kuntatt jista' isir.", "Dan għaliex jekk inti tiġi biex tagħti assistenza u tkun trid tqassam l- assistenza, ngħidu aħna fil-każ ta' sptar, ma tistax toqgħod tgħid li min imexxi l-isptar huwa tal-Hamas .....", "B'xi mod trid tikkomunika miegħu, pero' ma tkunx komunikazzjoni fuq livell politiku.", "Sa ċertu punt kien hemm l-idea li tikkomunika tramite n-Nazzjonijiet Uniti u kien hemm ukoll min qal li tista' tikkomunika tramite l-Eġizzjani, li għandhom kuntatti tajbin ħafna, b'mod partikolari fil-Gaza, mal-Hamas u mal-factions l-oħra li hemm hemmhekk.", "Fil-verita' l-Eġizzjani kienu kruċjali kemm waqt il-preparazzjoni ta' l- elezzjoni u anke sabiex iġibu l-kalma u n-nuqqas ta' attakki.", "Jiġifieri li tikkomunika ma' xi ħadd u li xi ħadd jikkomunika miegħek, dawn l-affarijiet ma tistax iżżommhom.", "Jekk inti tara kif l-Unjoni Ewropea tara r- relazzjoni tagħha mal-World Bank, biex imbagħad il-World Bank ikollha relazzjoni mal-Palestina biex tkun tista' tgħin lil min verament għandu bżonn, naħseb tista' tinterpretaha anke dan b'dan il-mod.", "Jiena nemmen li l-pożizzjoni hija dik li hi, pożizzjoni komuni bejn l- Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti.", "Il-Hamas jagħmlu tajjeb li jitkellmu anke ma' l-interlokuturi tagħhom interni u nisperaw li anke jsibu triq ma' min huma forza politika differenti minnhom, imma forza politika iktar lajka minnhom u forza politika li ilha hemmhekk għal ħafna – qed nirriferi partikolarment għall-grupp tal-Fatah.", "Jien nispera li jkun hemm żbokk f'din il-pożizzjoni u l-iżbokk jista' jiġi permezz ta' Abbas.", "Il-figura l- aktar importanti li għandna bħalissa f'din il-kwestjoni kollha huwa l- President Abbas u l-pożizzjoni ta' Malta fi ħdan l-Unjoni Ewropea b'mod konsistenti u mhux b'xi appoġġ kbir minn ħafna nies, dejjem kienet li ma nistgħux nabbandunaw lil Mahmoud Abbas.", "Mahmoud Abbas huwa interlokutur importanti ħafna għaliex huwa bniedem elett u leġittimu fil-poter daqskemm huma l-Hamas.", "Huwa għandu l-voti tan-nies u qiegħed hemmhekk b'mod legali u allura rridu nagħtu l-appoġġ kollu lill-President Abbas.", "Meta tara l-basic law Palestinjana tifhem li dan huwa metodu ta' gvern li huwa simili għal dak Franċiż.", "Illum m'għandniex gvern tal-Hamas biss imma għandna dak li l-Franċiżi jgħidulu cohabitation, bħal meta kien ikollhom president ta' partit, bil- prim ministru minn partit ieħor.", "Din hija s-sitwazzjoni li hemm bħalissa fil-Palestina.", "Għalhekk we don't endorse l-idea li qisu hemm gvern u ma tistax tagħmel kuntatt miegħu.", "Kien hemm min ħa l-atteġġament li l- awtorita' Palestinjana m'għandhiex żewġ irjus għax ir-ras li tmexxi fuq nett l-awtorita' Palestinjana huwa l-President.", "Dan għandu poteri partikolari u huwa interlokutur validu u leġittimu u għaldaqstant irridu nsaħħuh.", "Biex ngħid hekk, jiena nħossni sodisfatt ħafna li parti mix-xogħol diplomatiku tagħna fi ħdan l-Unjoni Ewropea wassal għal dak l-istatement favur Abbas u l-platform ta' paċi tiegħu bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mario Galea.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Torbot ħafna ma' dak li staqsa dwaru l-Onor.", "Brincat, insibu li hawn a line of thought li jgħid li aktar ma taqta' l-foreign aid lill-Hamas, jew inkella aktar ma taqta' il-kuntatti mal-Hamas, aktar se twassal għal sitwazzjoni fejn ikollok il-Hamas taken over mill- fundamentalisti u mill-estremisti u allura fl-aħħar mill-aħħar se jkollok forma ta' Taleban ieħor.", "X'inhi l-pożizzjoni tal-gvern dwar dan il-ħsieb?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Naħseb li diġa' spjegajt kif aħna qegħdin naħdmu fi ħdan il-kuntest ta' l-Unjoni Ewropea.", "Hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq politika komuni barranija ta' sigurta' u aħna rridu li l-Hamas jagħmlu dan il-pass għaliex hemm bżonn li jagħmlu dan il-pass.", "Ma nistgħux nibqgħu f'sitwazzjoni ta' stalemate.", "Naħseb li anke fi ħdan il-Palestina u fi ħdan il-Hamas, hemm min diġa' ħass il-bżonn li jiċċaqlaq sabiex ikun hemm żbokk għal din is-sitwazzjoni, Sur President.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-Mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti u nsejjaħ lill-Viċi Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar proprjeta' mikrija mill-ministeru u d-dipartimenti taħt ir-responsabbilta' tiegħi, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 18872.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR L-EDUKAZZJONI", "EDUCATION (AMENDMENT) BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mis-26 ta' Ġunju, 2006.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "MR SPEAKER: Rimarki?", "L-Onor.", "Marie Louise Coleiro.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Mr Speaker, fil-fehma tiegħi, dan l-abbozz ta' liġi rridu nħarsu lejh b'lenti ħafna aktar wiesa' mill-emendi li qed jiġu mressqa għalih.", "Din hija opportunita' - aktar minn dik l-opportunita' annwali u regolari li jagħtina l-budget - importanti ħafna sabiex aħna nwaddbu taħt il-lenti dan il-qasam li huwa tant kruċjali fl-aġenda ta' kwalunkwe gvern li jkun qiegħed imexxi l-pajjiż.", "L-importanza ta' l- edukazzjoni m'hijiex xi ħaġa marbuta nazzjonalment imma hija rikonoxxuta minn diversi strumenti internazzjonali.", "L-edukazzjoni kif inhi deskritta f'artiklu 26 u 27 taċ-Charter tal-Ġnus Magħquda fuq id-drittijiet umani, tiddentifika li l-aċċess għall-edukazzjoni huwa dritt fundamentali tal- bniedem.", "L-edukazzjoni tingħata l-istess importanza fil-Konvenzjoni tal-Ġnus Magħquda dwar id-drittijiet tat-tfal, b'mod partikolari f'artikli 28 u 29 ta' din il-konvenzjoni li pajjiżna huwa wkoll parteċipi fiha.", "L-importanza ta' l-edukazzjoni toħroġ ukoll mill-Enċiklika Papali, jiġifieri anke l- Knisja Kattolika twaddab taħt il-lenti l-importanza ta' l-edukazzjoni.", "Issa aħna nafu kemm il-Knsija hija player importanti f'dan il-qasam ġewwa pajjiżna.", "L-istess Kostituzzjoni ta' Malta f'Kapitlu 2 fejn għandna d- dikjarazzjonijiet tal-prinċipji, insibu artikli 10 u 11 li proprju jidentifikaw l-edukazzjoni b'importanza kbira u parti mill-prinċipji li kull gvern irid iħares sabiex iwettaq.", "Jiġifieri l-importanza ta' l- edukazzjoni m'hijiex biss fi kliemna l-politiċi u lanqas hija xi jargon politiku imma l-edukazzjoni hija dmir impost fuqna minn strument internazzjonali, li aħna bħala pajjiż ninsabu parteċipi fihom, kif ukoll mill-ogħla liġi ta' pajjiżna li hija l-Kostituzzjoni tagħna.", "Mr Speaker, inħoss li dan huwa qasam li m'għandniex neħduh mil-lenti partiġġjana imma huwa qasam li kulħadd għandu jagħmel ħiltu kollha sabiex naslu fejn għandna naslu.", "M'iniex se ngħid sabiex nagħmlu kompromessi għaliex fuq l-edukazzjoni ma nħossx li għandu jkun hemm kompromessi.", "L- ewwelnett il-qasam edukattiv għandu jitħalla lil hinn minn kwalunkwe kontroversja politika u l-policy li għandha tiddetermina l-edukazzjoni f'pajjiżna, għandha tkun waħda fuq livell nazzjonali.", "Għandu jkun hemm kunsens nazzjonali fuq qasam daqshekk importanti u għalhekk jiena xtaqt li kieku l-gvern ikkonsulta ma' l-Oppożizzjoni minn qabel u mbagħad ġejna flimkien sabiex nitkellmu fuq aspett daqstant importanti.", "Per eżempju, bħalma kull gvern iħoss il-ħtieġa li jkollu kunsens nazzjonali fuq is- servizzi finanzjarji, jiena xtaqt li anke fuq dan il-qasam insibu mod ta' kif inkunu flimkien meta niġu biex nilleġislaw u meta niġu biex inwaqqfu policies nazzjonali biex jirregolaw u jmexxu l-edukazzjoni.", "Sfortunatament għadna m'aħniex qed inħarsu lejn dan il-qasam b'dan il-mod.", "Mr Speaker, dak li għandu jmexxi u dak li għandu jixpruna l-edukazzjoni f'pajjiżna m'huwiex ta' xi gvern imma huwa tal-poplu Malti u Għawdxi kollu kemm hu.", "Għalhekk huwa importanti li nkunu flimkien f'dak kollu li nkunu qegħdin nagħmlu fuq dan il-qasam tant importanti.", "Jekk taħt gvern Nazzjonalista l-policy edukattiva ma trendix u ma tagħtix ir-riżultati mixtieqa u b'hekk ikollna tfal u żgħażagħ li jaqgħu lura fl-edukazzjoni tagħhom, il-problema mhux se jġorrha biss il-gvern Nazzjonalista imma l- problema se jkollha tinġarr mis-soċjeta' kollha.", "Għalhekk huwa importanti li kemm jista' jkun dan il-Parlament, meta jiġi biex iressaq abbozzi ta' liġi jew meta jkun qiegħed jippjana xi tip ta' miżuri ġodda fil-qasam edukattiv, għandu jfittex sabiex ikun hemm xi tip ta' kunsens.", "Fl-aħħar mill-aħħar dak kollu li aħna l-politiċi nkunu qegħdin nagħmlu meta mogħtija s-setgħat tal-poter, l-aktar fejn għandu x'jaqsam ma' l-edukazzjoni, m'hijiex xi ħaġa li se tinġarr mill-gvern imma se tkun qiegħda tinġarr mis- soċjeta' kollha.", "Jekk ikollna studenti, kif sfortunatament għandna, li qed jaqgħu barra mix- xibka edukattiva tagħna, meta jikbru u jiġu biex isibu posthom fis-suq tax- xogħol, mhux se jkollhom il-ħiliet neċessarji ħalli", "jkunu jistgħu jiġu assorbiti mis-suq tax-xogħol, li llum jiddetta ħafna regoli u bidliet kontinwi.", "B'hekk dawn iż-żgħażagħ se jispiċċaw jgħixu fil- faqar.", "Dan ifisser li s-soċjeta' Maltija u Għawdxija trid tkompli ssostni lil dawn iż-żgħażagħ matul ħajjithom għaliex jekk ma jiġux imħarrġa aktar tard f'ħajjithom, se jibqgħu barra mis-suq tax-xogħol u jkollha tmantnihom is-soċjeta'.", "Issa f'dan l-istadju tad-diskussjoni dwar dan l-abbozz ta' liġi m'għandix ħsieb li noqgħod nintilef fuq ċifri bħalma smajna f'dawn l- aħħar żewġ seduti.", "Min-naħa tiegħi se nipprova nitkellem mill-attwalita' u mill-esperjenzi li lkoll kemm aħna qegħdin ngħixu f'pajjiżna.", "Qiegħda ngħid \"ilkoll kemm aħna\" għaliex ninsab ċerta li m'hawnx wieħed jew waħda minna f'din il-Kamra li ma ġewx avviċinati minn xi ġenituri jew żgħażagħ li rrakkontawlhom l-esperjenzi partikolari tagħhom waqt il-ħajja edukattiva tagħhom.", "Mr Speaker, jidhirli li dan huwa l-mument fid-diskussjoni fejn nistgħu naffordjaw nitkellmu b'dan il-mod għaliex l-esperjenzi u l-attwalitajiet jistgħu jindikawlna f'liema triq irridu nimxu.", "Huwa minnu li dan l-abbozz li għandna quddiemna jitkellem l-aktar fuq strutturi ġodda amministrattivi, fuq kif trid tiġi regolata s-sistema edukattiva, fuq il-qasam edukattiv in ġenerali, fuq kif se jkunu regolati l-warrants ta' l-għalliema u dawn l- affarijiet kollha, pero' tkun xi ħaġa negattiva jekk fit-tieni qari ta' dan l-abbozz nimmissjaw l-opportunita' li niftħu l-lenti tagħna fuq dak kollu li qiegħed jiġri fis-sistema edukattiva.", "Naturalment se jkun hemm l- istadju tal-kumitat fejn wieħed ikun jista' jimbotta aktar l-aspetti tekniċi dwar l-abbozz innifsu.", "Madanakollu jiena nħoss li l-kontribut tiegħi fuq dan l-abbozz irrid niftħu fuq id-diffikultajiet li s-sistema edukattiva qiegħda tippreżenta u li sfortunatament qiegħda tolqot b'mod dirett u ħażin lill-istudenti tagħna, lill-ġenituri tagħhom u fl-aħħar mill- aħħar, lis-soċjeta' kollha.", "Matul dawn l-aħħar seduti kemm ilna niddiskutu dan l-abbozz qamet il- kontroversja dwar is-sustanza tas-sistema edukattiva versus l-istruttura ta' l-edukazzjoni.", "Fl-opinjoni tiegħi, qabel ma nistgħu nkunu f'qagħda li nistabbilixxu l-istrutturi rridu nkunu qegħdin nifhmu x'sustanza għandna fis-sistema edukattiva.", "Irridu naraw jekk din hijiex sustanza li qed trendilna riżultati pożittivi jew inkella hux qed trendilna riżultati negattivi.", "F'dan l-istadju jkun inutli li noqgħod nitkellem fuq dawk l- affarijiet li sejrin tajjeb għaliex dawk kulħadd jaf bihom.", "Xogħolna hawnhekk huwa li nidentifikaw, b'mod kostruttiv u mhux bit-tgħajjir, dak li hemm bżonn li nixtħu għajnejna fuqu b'mod konkret ħalli naraw kif nistgħu nirranġawh.", "F'dan id-dibattitu smajna lill-kelliema tal-gvern kontinwament ifakkruna kemm qed iwaddbu fondi għall-qasam edukattiv.", "U allura aktar u aktar nemmen li fit-tieni stadju ta' dan l-abbozz, nitfgħu aktar taħt il-lenti dak li qed jiġri fis-sistema edukattiva tagħna għaliex mhux biżżejjed li niftaħru kemm qed inwaddbu fondi mit-taxxi tal-poplu jekk imbagħad ir- riżultati, li suppost qegħdin nakkwistaw permezz ta' achievement u suċċessi li t-tfal u ż-żgħażagħ tagħna suppost qed ikollhom fl-aħħar ta' l- edukazzjoni tagħhom, mhux qed nakkwistawhom.", "Għaldaqstant tajjeb ngħidu fiex ninsabu f'dan il-qasam.", "Bħala membru ta' l-Unjoni Ewropea ninsabu fuq quddiem nett f'dik li hija nefqa fil-qasam edukattiv.", "Madanakollu meta wieħed iqabbel ir-riżultati ta' dak li qed nieħdu minn dik in-nefqa daqshekk kbira u li ġġibna fuq quddiem nett fost il-25 pajjiż membru ta' l-Unjoni Ewropea, insibu li pajjiżna jinsab fost l-aħħar postijiet fil-lista tar-rata ta' illitteriżmu.", "Issa nafu li fid-dinja tal- lum, mhux biżżejjed li tkun taf taqra u tikteb imma jrid ikollok ħafna aktar skills.", "Illum irridu mmorru lil hinn minn dik li hija numeracy and literacy sabiex inti tkun tista' tfendi f'din id-dinja li kontinwament qiegħda tinbidel bit-teknoloġija u bl-iżvilupp teknoloġiku li qed iseħħ b'mod kontinwu madwar id-dinja.", "Ninsabu wkoll fl-aħħar tal-lista f'dik li hi r-rata ta' żgħażagħ li jkomplu jistudjaw wara l-eta' obbligatorja ta' l- edukazzjoni.", "Dawn huma sfortuni għaliex nafu li llum mhux biżżejjed li tasal sal-Form V u forsi tkun għamilt erba' 'O' levels sabiex tmur għad- dinja tax-xogħol.", "Illum trid tkompli tistudja, trid tkompli titħarreġ u kemm jista' jkun trid tikseb snajja' u ħiliet sabiex tkun tista' tfendi fid- dinja tax-xogħol.", "Mr Speaker, illum nafu kemm il-konċett tal-life-long learning huwa importanti.", "Nafu kemm l-istess Unjoni Ewropea titkellem fuq dan il-qasam u tinsisti sabiex il-gvernijiet, fuq livell nazzjonali jieħdu l-inizjattivi li hemm bżonn ħalli l-edukazzjoni ma tieqafx ta' 16-il sena imma tibqa' għaddejja matul il-ħajja ta' l-individwu.", "Sfortunatament aħna fost il-25 membru ta' l-Unjoni Ewropea li ninsabu fl-aħħar postijiet għal dak li għandu x'jaqsam mal-ħajja edukattiva ta' l-istudenti tagħna wara li jagħlqu s-16-il sena.", "Sfortunatament pajjiżna jinsab fl-aħħar postijiet anke ma' dak li għandu x'jaqsam mat-taħriġ taż-żgħażagħ tagħna fis-suġġetti tax- xjenza.", "Nafu kemm ix-xjenza llum hija importanti, nafu kemm ix-xjenza hija l-gateway għall-aspetti ekonomiċi potenzjali sabiex pajjiżna anke jaqbad aktar art fuq livell ekonomiku, li mbagħad iwassalna sabiex nikbru aktar fil-ġid tal-pajjiż.", "Mr Speaker, dawn huma r-riżultati li pajjiżna qiegħed jikseb bħalissa.", "Issa ma jkunx hawn min jgħid li xorta qegħdin nagħmlu kambjament għaliex ilkoll nafu li qed isir kambjament.", "L-unika problema hija li dan il- kambjament qiegħed isir bil-mod wisq.", "Sfortunatament ħallejna wisq snin jgħaddu mingħajr ma qbadna l-barri minn qrunu ħalli nittekiljaw dawn is- sitwazzjonijiet akuti.", "Issa sfortunatament dawn il-problemi saru akuti u qegħdin ixekklu l-mixja 'l quddiem mhux biss tal-qasam edukattiv imma anke l-mixja ekonomika 'l quddiem ta' pajjiżna.", "Għalhekk dalgħodu xtaqt nikkonċentra d-diskors tiegħi fuq dawn il-punti.", "Min-naħa tal-gvern smajna ħafna ċifri finanzjarji imma inutli li noqogħdu ngħidu li per capita qed nonfqu tant fil-qasam edukattiv.", "Dak li tonfoq trid tarah back to back mar-riżultati li tkun qiegħed takkwista għaliex hemmhekk tkun taf jekk dak l-infiq huwiex qiegħed irendi jew le.", "Matul dawn l-aħħar snin l-istatistiċi wrewna bl-aktar mod ċar li sfortunatament konna qed inwaddbu ħafna flus fil-qasam edukattiv mingħajr ma nieħdu r-riżultati mixtieqa.", "Allura huwa aktar u aktar importanti li nieħdu l-opportunita' ta' dan id-dibattitu sabiex nikkonċentraw dwar dak li qiegħed jiġri fil-qasam edukattiv.", "B'hekk ma nwaqqfux strutturi zoppi imma nwaqqfu l-istrutturi meta jkollna s-sustanza kollha f'postha ħalli trendi biżżejjed mhux biss għall-ġid ekonomiku tagħna, imma trendi wkoll għall- flus li l-poplu qiegħed jinvesti f'dan il-qasam daqshekk kruċjali.", "Mr Speaker, jiena xtaqt nisma' min-naħa tal-kelliema tal-gvern xi ħaġa dwar l-implimentazzjoni tal-kurrikulu nazzjonali.", "Hawnhekk irrid ngħid li l- kwestjoni tal-kurrikulu nazzjonali kienet inbdiet proprju fi żmien gvern Laburista ta' bejn l-1996 u l-1998.", "Fil-fehma tiegħi, kienet xi ħaġa pożittiva ħafna li l-gvern Nazzjonalista ta' wara l-1998 ma remiex ix- xogħol li kien sar mill-gvern ta' qablu.", "Lill-gvern Nazzjonalista ngħidlu prosit talli ma ddejjaqx ikompli x-xogħol tajjeb li kien beda gvern Laburista.", "Naturalment dan ma jfissirx li l-viżjoni kollha li kellu gvern Laburista bejn l-1996 u l-1998 ġiet carried over.", "Pero' kienet xi ħaġa pożittiva li xi ħaġa tajba li beda gvern ġiet meħuda mill-gvern ta' warajh u li għaraf biex ikompli dak ix-xogħol.", "Għall-ħabta tas-sena 2000 niftakar li konna għamilna seduta fil-kumitat għall-affarijiet soċjali fejn iddiskutejna l-kurrikulu nazzjonali.", "Issa wara sitt snin nixtieq nisma' xi ħaġa dwar l-implimentazzjoni tal- kurrikulu nazzjonali.", "Per eżempju, nixtieq nisma' x'life skills ingħataw minn dawk li kienu envisaged f'dak il-kurrikulu nazzjonali?", "Niftakar li kien hemm taħlita mill-isbaħ ta' xogħol li kellu jsir ma' l-istudenti fl- iskejjel kemm fuq livell primarju kif ukoll fuq livell sekondarju.", "B'hekk it-tfal mhux biss ikunu ppreparati akkademikament imma fuq kollox jingħataw dawk il-life skills tant importanti għal meta jiffaċċjaw id-dinja tax- xogħol.", "Anke meta jiġu biex jintegraw ruħhom mal-kumplament tas-soċjeta', ikunu jistgħu jagħrfu bejn it-tajjeb u l-ħażin, ikunu jistgħu jagħrfu bejn dak li huwa pożittiv u negattiv u jkunu jistgħu jissuperaw l-esiġenzi tal- ħajja.", "Fost affarijiet li, fil-fehma tiegħi, kienu pożittivi ħafna niftakar li kien hemm il-fatt ta' l-inklużjoni ta' l-edukazzjoni tal-konsumatur, l- awareness li t-tfal u ż-żgħażagħ tagħna, sa miċ-ċokon tagħhom ikunu jafu x'inhuma d-drittijiet tagħhom bħala konsumaturi.", "Per eżempju, kien hemm enfasi kbira fuq il-ħtieġa ta' l-ugwaljanza, fejn sa miċ-ċokon tagħhom, l- istudenti jkunu jafu li l-mara u r-raġel għandhom l-istess privileġġi u drittijiet fis-soċjeta' tagħna.", "Jekk dan ma jsirx il-bniet jitilgħu b'sens ta' inferjorita'.", "Dak il-kurrikulu kellu jaħseb sabiex miċ-ċokon tat-tfal tagħna, nibdew inkissru t-tradizzjoni u l-kultura antika fejn il-mara hija perceived bħala inferjuri għar-raġel.", "Għalhekk irridu nderru lit-tfal tagħna dwar kif iż-żewġ sessi jridu jmexxu flimkien l-affarijiet għalihom infushom u għal pajjiżna.", "Mr Speaker, jiena m'iniex se nidħol f'aktar dettall tal-kurrikulu nazzjonali għaliex diġa' nkitbu ħafna papers u kellna bosta kotba li mxew fuqu.", "Ninsab ċerta li hawn ħafna li huma aware dwar dan.", "Madwar sentejn ilu niftakar li kont f'laqgħa fejn kien hemm il-President tal-MUT, is-Sur John Bencini, li kien esprima ruħu b'mod pubbliku u qal li għadna lanqas biss bdejna nittekkiljaw il-kurrikulu nazzjonali, speċjalment f'ċerti skejjel.", "Allura importanti li qabel nitkellmu fuq it-twaqqif ta' struttura li se jkollha bħala parti mill-kompetenza tagħha dak li tipproponi qafas ta' kurrikulu nazzjonali, xi ħadd jgħidilna x'ġara minn dak il-kurrikulu nazzjonali li kien ġie approvat u li tant ġie diskuss matul is-snin li għaddew.", "Tajjeb li xi ħadd jgħidilna jekk dan bediex jitwettaq, safejn wasal u x'riżultati kellna minnu.", "Min-naħa tiegħi se nagħti ftit riżultati li kellna matul dawn l-aħħar snin u li ħarġu mis-social statistics li ġew ippubblikati min-national statistics office.", "Per eżempju, mill-istatistika dwar l-użu ta' l-internet mit-tfal, li ħarġet madwar tmien xhur ilu, ħareġ b'mod ċar li l-użu ta' l- internet mit-tfal ma kienx dak biex jgħinhom fl-istudji tagħhom imma kien qed iġibhom f'sitwazzjonijiet diffiċli u riskjużi.", "Din kienet statistika li, fil-fehma tiegħi, kienet ta' eye opener kbira u għaldaqstant irridu nagħtu aktar kas tagħha.", "Jiena ngħid dak il-kurrikulu nazzjonali kellu jaħseb sabiex it-tfal nedukawhom mill-aspett tal-media education li tant hija importanti u li anke f'dan il-Parlament, kemm-il darba tkellimt dwarha.", "Nifraħ lill-iskejjel tal-Knisja li ilhom imexxu l-media education għal snin sħaħ fl-iskejjel tagħhom, pero' sfortunatament fl-iskejjel ta' l- istat, dan il-qasam għadu mhux qiegħed jiġi ttekkiljat biżżejjed.", "Din it- tip ta' edukazzjoni hija importanti ħafna fil-ħajja edukattiva tat-tfal tagħna għaliex mhux biżżejjed li jkollna t-tagħlim akkademiku imma tajjeb li jkollna tagħlim li jagħti ċerti life skills.", "Huwa tajjeb li t-tfal ikunu jafu jagħżlu u li jkunu jistgħu jifhmu li l-mezz ta' l-internet qiegħed hemm biex tkabbar l-għerf u mhux biex tikkomunika u tagħmel iċ- chatting ma' nies anonomi.", "Minn din l-istatistika sibna li kien hemm tfal ta' 10 snin u 11-il sena li jispiċċaw jużaw l-internet sabiex jagħmlu blind dates ma' rġiel adulti.", "Dawn l-affarijiet huma inkwetanti u xokkanti.", "Matul dawn l-aħħar xhur smajna – dan qiegħda ngħidu bi spirtu ġenwin u m'iniex qiegħda nipprova nikkritika b'mod partiġġjan - fuq vittmi ta' droga li għadhom taħt is-16-il sena u anke kellna każijiet ta' mwiet.", "Allura dan il-kurrikulu nazzjonali li tant ġie diskuss u li fl-aħħar ġie approvat, kemm ġie implimentat minnu sabiex xorta waħda għad għandna dawn it-tip ta' sitwazzjonijiet?", "Per eżempju, l-istatistika wrietna wkoll żidiet fit-tqala ta' tfajliet li għadhom ta' eta' żgħira.", "Kemm fil-verita' l- implimentazzjoni tal-kurrikulu nazzjonali, li ġie approvat fis-sena 2000, qed iħalli l-effetti tiegħu?", "Fl-opinjoni tiegħi, dawn huma l-affarijiet li rridu nagħrblu ħalli naraw dak li qed tagħtina s-sistema edukattiva tagħna.", "Per eżempju, minn dak li jitkellmu miegħi l-ġenituri u anke mill- esperjenza tiegħi ta' omm, ma rajt l-ebda tibdil minn dak li nesperjenza jiena personali ta' omm sabiex innaqqsu t-tensjoni fit-tfal waqt il-perjodu skolastiku tagħhom.", "Mr Speaker, matul dawn l-aħħar ġimgħat kull darba li tiftaħ ir-radju – l- aktar fuq Radju Marija - ħlief tisma' ġenituri jċemplu u jgħidu sabiex jitolbu għat-tfal tagħhom minħabba t-tensjoni ta' l-eżamijiet, ma tismax.", "Nifhem li l-eżamijiet iġibu ċerta tensjoni fost l-istudenti imma llum it- tensjoni m'hijiex biss fil-perjodu ta' l-eżamijiet imma qiegħda tkun fihom b'mod kontinwu.", "Is-sistema edukattiva saret qisha rat race u qiegħda tkun ta' cut throat għat-tfal tagħna.", "X'inhuma r-riżultati ta' din it-tensjoni qawwija fuq it-tfal?", "Issib tfal li minkejja li għandhom ħafna aktar affarijiet u vantaġġi milli kellna aħna fi żmienna, xorta ssibhom imdejqin u għajjenin.", "Minkejja ċ-ċokon tagħhom, issib li t-tfal qed jgħejjew u għalhekk hemm bżonn li nittekkiljaw dawn it-tip ta' sitwazzjonijiet.", "Hemm bżonn li jkollna l-kuraġġ u d-determinazzjoni sabiex is-sistema edukattiva ma tagħtiniex riżultati ta' tfal brillanti akkademikament u mbagħad ma jkollhom l-ebda life skills.", "Sfortunatament għandna tfal li huma biss bookworms iżda mbagħad minn dawk li huma life skills, ftit li xejn issibilhom.", "U kważi kważi dawn l-istudenti diġa' qed jispiċċaw b'dipressjoni kronika sa minn ċkunithom.", "Xi ngħidu mbagħad għall-kwestjoni tal-bullying fl-iskejjel tagħna?", "Din hija xi ħaġa mill-aktar inkwetanti.", "Waqt li kont qiegħda nagħmel ftit tar- riċerka fuq il-bullying sibt studju tan-national institute of child health and human development ta' l-Istati Uniti fejn għamlu studju għall-World Health Organisation fuq il-health behaviour in school age children.", "Dan kien survey interessanti immens u jgħidlek x'inhuma l-effetti fuq il-vittmi tal-bullying.", "Dan l-aħħar kellna dak il-famuż inċident ta' bullying fi skola partikolari u sfortunatmaent s'issa ħadd għadu ma jaf kif għandu jittekkilja sitwazzjonijiet bħal dawn.", "Minn dan l-istudju joħroġ biċ-ċar l- effetti fuq min jiġi bullied li huma kemm short-term kif ukoll long-term psychological effects.", "Il-vittmi li jesperjenzaw il-bullying jispiċċaw waħedhom, ikollhom problemi kbar sabiex jagħmlu adjustment soċjali, ikollhom problemi emozzjonali u jsibuha diffiċli ħafna sabiex jagħmlu l-ħbieb.", "Dan l-istudju jkompli jgħid li l-vittmi tal-bullying ibatu minn umiljazzjoni, minn insigurta' u minn telf ta' self-esteem fihom infushom.", "Il-vittmi jitilfu s-self-esteem fil- ħajja edukattiva tagħhom u jibżgħu jmorru l-iskola.", "Issa se nikkwota parti minn dan l-istudju.", "Dan jgħid hekk:", "\"The impact of frequent bullying often accompanies these victims into adulthood.", "They are at greater risk of suffering from depression and other mental health problems including schizophrenia and in rare cases they may commit suicide.\".", "Il-bullying jista' jwassal għal dawn is-sitwazzjonijiet kollha.", "Dan l- istudju jsemmi wkoll il-bully għaliex anke min jagħmel il-bullying għandu bżonn l-għajnuna sabiex joħroġ minn dawn is-sitwazzjonijiet.", "Fir-rigward tal-bullies insibu miktub hekk:", "\"Bullying behaviour has been linked to other forms of anti-social behaviour such as vandalism, shoplifting, skipping and dropping out of school, fighting and use of drugs and alcohol.\".", "Il-professur li għamel din ir-riċerka jgħid li \"bullying can lead to criminal behaviour later in life\".", "Issa llum nafu wkoll li l-konċett tal- bullying qiegħed jiġi diskuss mill-Unjoni Ewropea anke fuq livell ta' bullying at work.", "Jiena naf b'każijiet ta' min jiġi bullied fuq il-post tax-xogħol tiegħu.", "Illum il-konċett ta' bullying at work huwa attribwit ukoll ma' l-issue ta' health and safety.", "Hawnhekk tkellimna diversi drabi fuq health and safety u jekk m'aħniex jirnexxielna naqbdu l-bullies fuq livell ta' skola, għandna nipprovaw nindirizzaw din il-problema permezz tal- health and safety authority.", "Per eżempju, hawnhekk jissemma kif il- bullying jista' jikkawża wkoll il-problema ta' l-alkoħoliżmu u fuq dan is- suġġett xtaqt ngħaddi rimarka.", "Pajjiżna għandu rata ta' alkoħoliżmu kbira meta tikkomparana mal-pajjiżi fl-Ewropa u permezz ta' surveys li ġew conducted mill-ESPAD insibu li pajjiżna għandu rata qawwija ta' żgħażagħ li jixorbu xorb alkoħoliku meta kkomparati ma' l-istess Ewropej.", "Ftit ilu semmejt ukoll il-kwestjoni ta' l-abbuż mid-droga f'etajiet żgħar.", "Din il-problema rridu nagħtu aktar kas tagħha, l-aktar meta qed naraw li sfortunatament il-frekwenza tagħha dejjem qiegħda tiżdied.", "Din il- problema mhux biss qiegħda tolqot lill-familja li jkollhom tfal li jabbużaw mid-droga imma hija problema li, fl-opinjoni tiegħi, hija s-susa tas- soċjeta' Maltija u Għawdxija.", "Xtaqt insemmi wkoll il-kwestjoni ta' l- assenteiżmu, fejn minkejja li matul dawn l-aħħar snin ir-rata niżlet xi ftit, xorta waħda għad għandna rata mill-aktar qawwija.", "Għaldaqstant din tista' tkun ukoll indikazzjoni ta' dak li qed jiġri fis-sistema edukattiva tagħna.", "Xtaqt nieħu wkoll l-opportunita' sabiex insemmi r-rapport annwali li ressqet il-kummissarju għat-tfal, is-Sinjura Sonia Camilleri.", "Kif kulħadd jaf, din hija persuna li għandha l-fiduċja ta' kulħadd.", "Fil-fehma tiegħi, ir-rapport li ressqet din is-sena għandu jingħata l- attenzjoni meħtieġa min-naħa tal-gvern għaliex għamlet ħafna xogħol siewi minkejja l-limitazzjonijiet li għandu l-uffiċċju tagħha.", "Minn dan ir- rapport joħorġu ċerti indikazzjonijiet li għandna nagħtu kashom.", "Is- Sinjura Camilleri ħadmet ħafna fl-ambjent ta' l-iskejjel tagħna u daħlet ħafna fuq problemi akuti.", "Issemmi fost l-oħrajn il-kwestjoni ta' l-imġieba diffiċli ta' ċerti studenti u ssemmi l-bżonn li naraw x'qiegħed jiġri f'ċerti skejjel fejn għandna imġieba mill-aktar diffiċli.", "Minbarra l- kwestjoni ta' bullying hemm aspetti oħra ta' mġieba diffiċli, fejn it-tfal ikunu qed jagħmlu reaction psikoloġiku għal xi sitwazzjoni li sfortunatament tkun qiegħda twaqqagħhom 'il barra mix-xibka tal-ħajja edukattiva.", "Dan iwassal għal riżultati fejn l-istess studenti jispiċċaw jgħixu ħajja diffiċli ladarba jikbru.", "Xtaqt insemmi wkoll il-kwestjoni tal-familji u l-ispejjeż li qed jiffaċċjaw fl-edukazzjoni ta' wliedhom.", "Minkejja li dawn il-ġenituri jixtiequ ħafna li jmexxu 'l quddiem lil uliedhom fil-qasam edukattiv, mhux qiegħed jirnexxilhom ilaħħqu ma' l-ispejjeż.", "Hawnhekk irridu noqogħdu attenti għaliex l-istess retail price index qed jurina li fejn għandek commodity groups li jolqtu direttament lill-familji u lill-qasam edukattiv, bħal, per eżempju, kotba, uniformijiet, trasport u servizzi oħra, dawn qegħdin jogħlew.", "Barra minn hekk, hemm piżijiet oħra li qed jiġu mposti fuq il- familji tagħna li qed iġegħluhom jaqgħu lura u ma jkunux jistgħu jlaħħqu ma' l-ispejjeż skolastiċi ta' wliedhom.", "Mhux l-ewwel darba li jiġu ġenituri fuqi u jgħiduli li ma jistgħux jibagħtu lit-tfal tagħhom għall- excursions li jiġu organizzati mill-iskejjel tagħhom.", "Illum mhux dawk il- familji li jibagħtu t-tfal tagħhom fi skejjel privati qed ikollhom piż finanzjarju imma anke min jibgħat lit-tfal tiegħu fl-iskejjel ta' l-istat qiegħed ikollu jġorr ċerti piżijiet finanzjarji.", "Mr Speaker, tliet ġimgħat oħra terġa' tibda ġirja sħiħa għall-uniformijiet u trid toqgħod tistenna fil-kjuwijiet.", "L-Onor.", "Anthony Abela qiegħed jaqbel miegħi hawnhekk.", "Trid tonfoq il-belli liri bil-listi ta' kotba li ma jispiċċaw qatt.", "U kif għidt dan ma jgħoddx biss għal dawk li jibagħtu lit-tfal tagħhom fl-iskejjel privati għaliex anke min jibgħat lit-tfal tiegħu fl-iskejjel ta' l-istat jgħaddi mill-istess uġigħ ta' ras.", "Hawnhekk nixtieq nagħmel appell lill-għalliema u lill-kapijiet ta' l-iskejjel ħalli ma jitolbux affarijiet straordinarji mit-tfal ta' l-iskola, l-aktar bil- kwantita' ta' files li jiġu mitluba jieħdu magħhom l-iskola.", "Dan l-aħħar kont qiegħda nitkellem ma' familja li sfortunatament għandhom persuna b'diżabilita' u allura għandhom piż finanzjarju aktar qawwi.", "It-tifla l- kbira tagħhom qaltli ċar u tond li kellha bżonn żewġ project files u qaltli li ma tistax tixtrihom.", "Aħna wkoll konna mmorru l-iskola u ma konniex niġu mitluba nieħdu dawn il-files kollha u għall-grazzja t'Alla xorta waħda rnexxejna fl-edukazzjoni tagħna.", "Li qed nipprova ngħid jien huwa li l-files ma jagħmlux it-tfal tagħna aktar kompetenti fl-iskola.", "Għalhekk ma noqogħdux nagħfsu bla bżonn lill-familji li jridu jżommu t-tfal tagħhom fl-iskola.", "Hemm familji li ma jifilħux għal dawn l-ispejjeż u allura jkollhom jibagħtu lil uliedhom mingħajr dawn l- affarijiet li jiġu mitluba mill-iskola tagħhom.", "Dan qiegħed iwassal sabiex it-tfal jidhru differenti ħdejn it-tfal l-oħra u naturalment jibdew kważi kważi jistħu minn sħabhom.", "Nerġa' nappella lill-għalliema li fil-bidu tas- sena jagħmlu dawk it-tip ta' listi sħaħ sabiex ikunu raġjonevoli fit- talbiet tagħhom.", "Issa nifhem li aktar ma jkollok xogħol organizzat aktar aħjar, pero' hemm mezzi oħra ta' kif il-familji jonfqu anqas u fl-istess waqt jiġu assigurati li t-tfal tagħhom ikunu jistgħu jlaħħqu mal-piżijiet.", "Mr Speaker, xtaqt nagħmel riferenza fuq il-punt li ħareġ mill-community action programme ta' l-Unjoni Ewropea fuq is-social exclusion, policy studies findings number one, fejn proprju jqabbel il-kwestjoni tal-faqar ma' l-edukazzjoni.", "Il-faqar x'impatt negattiv għandu fuq l-educational attainment tat-tfal tagħna?", "Wieħed mill-punti ta' dan ir-rapport jgħid hekk:", "\"Parents' poverty and social exclusion have a strong impact on the cognitive development and educational attainment of children.\".", "L-istess rapport jitkellem ukoll fuq policy packages to reduce and prevent child poverty.", "U jgħid hekk:", "\"Schools that recognise social inclusion as a priority and open themselves towards their students and the local community, can develop strategies to ensure the participation of all students.", "This however requires both funding and political support.\".", "Jiena minn hawnhekk nappella lill-gvern sabiex jagħmel ħiltu u jkun politikament determinat sabiex jindirizza din il-problema.", "Meta nitkellem fuq il-faqar ma nħobbx indaħħal il-politika partiġġjana għaliex lili ma jinkwetanix biss il-faqar tal-familji Laburisti jew il-faqar tal-familji Nazzjonalisti imma jinkwetani l-faqar kollu.", "Il-faqar m'għandux kulur u għandu dejjem idejjaqna.", "Għaldaqstant irrid nagħmel l-enfasi tiegħi sabiex il-gvern jindirizza din il-problema bis-serjeta'.", "Il-piżijiet li hemm fuq ċerti familji qiegħed ikun tant qawwi li definittivament qiegħed ixekkel bl- aktar mod akut il-mixja 'l quddiem ta' l-edukazzjoni tat-tfal tagħhom.", "U dan huwa pprovat minn dan id-dokument li għadni kif kkwotajt minnu.", "Mr Speaker, qabel jiskadili l-ħin tiegħi xtaqt nagħmel riferenza fuq l- universita'.", "Fil-fehma tiegħi, din għandha tkun moderna fl-approach tagħha.", "Fl-universtia' għandek sitwazzjoni fejn kważi kważi tħossok li qiegħed ġo xi glorified secondary school bil-mod ta' kif isir it-tagħlim u l- eżamijiet.", "Jien ma nippretendix li tkun f'kors universitarju fejn kważi tiġi assessed mhux għall-ħiliet u l-kapaċitajiet li ksibt matul is-sena akkademika imma tiġi assessed fuq il-bażi tal-memorja kbira li għandek.", "Dan huwa aspett wieħed biss li qiegħda nsemmi għaliex hemm bżonn ukoll li l- universita' tiġi funded bis-serjeta' ħalli jkun hemm il-faċilitajiet meħtieġa li jkomplu jgħinu lill-istudenti jimmaturaw.", "Għandu jkun hemm l- għażla fil-korsijiet li jiġu offruti u għandu jkun hemm relazzjoni bejn il- kors universitarju u d-dinja tax-xogħol.", "Per eżempju, it-tourism studies huwa kors partikolari li għalih daħlu ħafna żgħażagħ matul dawn l-aħħar tliet snin, bil-ħsieb li ladarba jagħmlu l-kors jiġu assorbiti fl-industrija tat-turiżmu.", "Madanakollu meta spiċċaw il-kors qalulhom li dan kien an academic course.", "Prattikament kważi ħadd minnhom ma rnexxilu jidħol jaħdem fil-linja tat- turiżmu li għaliha kien qatta' erba' snin jistudja ġo l-universita'.", "Hemm diversi aspetti oħra li xtaqt nitkellem dwarhom, bħal, per eżempju, il- bżonn li nikkonċentraw fuq il-bżonnijiet ta' l-information society li għandna bżonn u fuq il-kwestjoni tar-research and development, li sfortunatament is-sistema edukattiva tagħna għadha m'hijiex qiegħda trendi, apparti li għad m'hemmx il-kapital investit min-naħa tal-gvern sabiex proprju jilħaq dawn l-esiġenzi moderni li jistgħu jagħmlu lil pajjiżna mhux biss kompetittiv imma anke li jerġa' jibda jiġġenera l-ġid għall-Maltin u l- Għawdxin kollha.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joe Brincat.", "ONOR.", "JOSEPH BRINCAT: Mr Speaker, qiegħed nieħu gost li se nitkellem wara d-diskors ta' l-Onor.", "Marie Louise Coleiro peress missierha kien wieħed mill-għalliema maħbubin tiegħi fl-iskola tal-gvern.", "Minn hawnhekk irrid insellimlu għaliex fiż-żmenijiet l-imgħoddija, meta forsi l-mezzi tal- pajjiż kienu inqas, xorta waħda ma nistgħux ingergru mill-edukazzjoni u mid- dedikazzjoni li ħadna mill-għalliema tagħna.", "Fl-opinjoni tiegħi, l- għalliema tal-lum għandhom l-istess dedikazzjoni li kellhom l-għalliema ta' qabilhom.", "Li qiegħed idejjaqni - u hawnhekk mhux imbilli nagħmlu l-liġijiet – hija l- mentalita' fl-edukazzjoni u fl-iskejjel tagħna li qiegħda tinbidel radikalment.", "Jiddispjaċini ngħid li qiegħed jidħol element, mhux biss fl- iskejjel privati imma anke fl-iskejjel governattivi, ta' pika, show-off u esibizzjoniżmu.", "Spiċċajna f'sitwazzjoni fejn it-tfal qed ikunu kondizzjonati ħafna mit-televiżjoni u l-aktar ħaġa importanti għalihom hija li l-basket ta' l-iskola jkun tad-ditta u li r-running shoes ikunu tad- ditta!", "Dawn l-affarijiet qed iġibu kompetizzjoni inġusta fuq it-tfal u fuq il-ġenituri tagħhom, kompetizzjoni li qiegħda therri valuri importanti tas-soċjeta' tagħna li huma l-għaqal u l-galbu.", "Issa, bir-rispett kollu, nagħmlu kemm nagħmlu liġijiet, mhux se jġibu dawn il-valuri.", "Mr Speaker, fil-ftit ħin li għandi xtaqt nitkellem fuq l-universita'.", "Qegħdin niftaħru fuq kemm qiegħed ikollna studenti fl-universita' imma l- kontenut tat-tagħlim li qiegħed isir u jekk dan huwiex marbut mal- bżonnijiet ta' pajjiżna u mal-ħajja tax-xogħol, mhux qed nagħtu kasu.", "Li qed jiġri huwa li qed joħorġu żgħażagħ gradwati u qegħdin ikollhom jirreġistraw għax-xogħol jew inkella jkollhom jaċċettaw xogħlijiet wisq aktar inferjuri mal-kapaċitajiet li suppost kisbu mill-universita'.", "Qed ikollna sitwazzjoni oħra fejn min għandu missieru mqabbad jirnexxilu jimxi, filwaqt li l-oħrajn, sfortunatament qegħdin jispiċċaw ikollhom jaraw kif se jivvintaw xi xogħol ħalli għallinqas jaqilgħu xi ħaġa.", "U, fl-opinjoni tiegħi, hawnhekk għandna responsabbilta' enormi.", "F'analiżi li saret mill-universita' stess sabiex jaraw x'qiegħed isir mill- gradwati sabu li hemm korsijiet li minnhom iggradwaw 87% ta' l-istudenti fl- 2004 u dawn sal-lum għadhom ma sabux xogħol.", "Jekk isiru korsijiet għal social studies jew għal probation officers u affarijiet bħal dawn, u mbagħad il-gvern ma jħaddimhomx miegħu, fejn se jaħdmu min jiggradwa minn dawn il-korsijiet?", "Qegħdin nibagħtu lit-tfal tagħna l-universita' u nġegħluhom jieħdu l-korsijiet, biex imbagħad meta joħorġu, ikollhom jaraw kif se jimpjegaw ruħhom bħala glorified clerks.", "Kultant ikun hemm seduta fil-qorti ta' l-appell sabiex numru kbir ta' avukati jidħlu fil-professjoni billi jieħdu l-warrant u allura jkollhom jieħdu l-ġurament.", "Li kieku dawn kollha jidħlu jaħdmu, f'sena waħda jkollna l-qorti mimlija bin-nies.", "Madanakollu min imur jagħti titwila l-qorti jsib li hemm baħħ.", "Issa forsi jkun hemm min jgħid li dawn il-gradwati qed isibu opportunitajiet oħra imma dan m'hu veru xejn.", "Mr Speaker, qiegħed ikun hemm nies li narawhom darba fil-qorti u mbagħad jisparixxu.", "Wara ftit tisma' li mar jimpjega ruħu x'imkien biex ma nsemmix każ ta' persuna partikolari, li daħal jaħdem bħala telephone operator ma' kumpannija wara li ggradwa.", "Dan kien jaf kemm irid jaqta' bi snienu sabiex jgħajjex lill-familja tiegħu u għalhekk baqa' jaħdem f'dik il-kumpannija.", "Il-kumpannija tħassritu u tagħtu xogħol ftit aktar deċenti għall-grad li kellu, pero' xorta waħda l-qligħ tiegħu kien dak li kien.", "Meta tara l- istatisika ta' kif naqas ix-xogħol mill-qorti minħabba diversi raġunijiet u fl-istess waqt jibqgħu jiftħu l-korsijiet fl-universita' b'ċertu mod tkun qisek qiegħed tibgħat lil dawn l-istudenti għat-tiġrija li ssir fl-Amerika.", "F'din it-tiġrija jieħdu parti fiha żgħażagħ, atleti, xjuħ u kulħadd jitlaq jiġri fil-bidu, pero' ftit ikun li jagħmluha sa l-aħħar!", "Barra l- arrikkiment personali li tirċievi mill-edukazzjoni, trid tara wkoll kif se timla żaqqek għaliex inutli jkollok ħafna għerf u tagħlim jekk ikollok żaqqek vojta.", "Mr Speaker, il-human rights tal-Lhud kienu bdew fi żmien Noah u mhux minn wara l-gwerra lil hawn bħal ta' l-Ewropa.", "Wieħed mill-prinċipji li tkellmu fuqu kien dak ta' the right to education and the right against poverty.", "Inutli li student jagħmel erba' snin kors u waqt li jkun l-universita' iġġiegħlu jħossu tajjeb, meta dan il-kors ma jkun qed iwasslu mkien.", "Quddiemi qiegħed nara lill-Onor.", "Anthony Abela u naħseb li jiftakar kemm kien hemm nutara meta ggradwa hu.", "Dak iż-żmien kien hemm bejn 50 u 100 gradwat mentri llum hemm madwar 300 li se jiggradwaw bħala nutara.", "L-Onor.", "Abela qiegħed jgħidli li kienu ħadu l-warrant 24 gradwat.", "Issa jekk ikun għaddej ċertu negozju, se jinqasam u dawk li ma jkunux stabbiliti se jiggranfaw u jaraw kif jipprovaw jagħmlu xi ħaġa.", "Minflok ma l-universita' tintilef f'korsijiet li ma jipproduċu xejn jew li se tagħmel il-ħajja ta' l- istudenti diffiċli, għandha tavżahom għalxiex deħlin inkella l-universita' ġiet għall-professuri u mhux għall-istudenti.", "Il-kollega tiegħi jiftakar fi żmien fejn biex xi ħadd jilħaq professur ried jgħaddi ħafna żmien minn fuqu.", "Illum il-ġurnata l-kelma professur saret bħall- \"professore\" li jgħallmu fl-iskejjel sekondarji ġewwa l-Italja.", "Imbagħad it-Taljani jsejħu lil dak il-professur bħala ordinario di diritto civile.", "Mentri f'pajjiżna kulħadd professur; issib ħafna niċeċ u ħafna ġbid ta' fondi ta' l-universita' li suppost qegħdin jintużaw għal Malta.", "Imbagħad għall-Maltin dħalna f'ħafna tbażwir u mingħajr ebda kontroll ta' trasparenza u taparsi mmorru universitajiet oħra u ħafna tberfil għaliex hemm bżonn li ssir xi ħaġa.", "Il-fondi ta' l-universita' qegħdin jintnefqu skond dak li qed titlob is-soċjeta'?", "Is-soċjeta' tfisser l-istudenti stess.", "Jiddispjaċini ngħid li ġewwa l-universita' hemm żewġ qasmiet, waħda ta' l-istudenti li qegħdin hemmhekk biex jgħidu li marru l-universita' u hemm dawk li jaraw kif jagħmlu il-post tagħhom well cushioned u b'maniġġi li m'huma xejn sbieħ, jaraw kif jeħilbu lil din il-", "baqra sa l-aħħar qatra!", "Għalkemm il-liġijiet li nagħmlu jistgħu jfissru ċerti affarijiet imma huwa aktar importanti li naraw verament dak li qed isir.", "Fil-bidu tad-diskors tiegħi tkellimt fuq wieħed mill-għalliema tiegħi, is- Sur Coleiro li jiġi missier l-Onor.", "Marie Louise Coleiro.", "Għalliema bħal dawn kienu tawna bażi soda ta' edukazzjoni b'mezzi inqas milli għandna llum.", "Meta konna l-universita' aħna kien hemm inqas mezzi, inqas postijiet u inqas professuri.", "Pero' naħseb li tawna xi ħaġa.", "Illum fl-universita' hemm min għadu lanqas ingħata l-credits għax il-lecturer jew il-professur kellu attivitajiet oħra u allura nesihom.", "L-universita' qiegħda tmur għan- numri u mhux għall-kwalita'.", "L-universita' m'hijiex qiegħda tipprepara lill-istudenti għall-ħajja.", "Huwa veru li meta titkellem fuq dawn l- affarijiet kapaċi tweġġa' lill-ġenituri ta' dak it-tifel li ma daħalx l- universita' mentri t-tifel ta' ħaddieħor daħal.", "Pero' jekk dak it-tifel li daħal l-universita' spiċċa jirreġistra bħal dak li ma daħalx, fl-aħħar tal-ġurnata t-tnejn sabu ruħhom bla xogħol.", "Issa jekk forsi ma jkunx unemployed ikun underemployed u n-numru ta' underemployed fost il-gradwati huwa kbir.", "Mr Speaker, meta jkun hemm il-gradwazzjoni l-istudenti jibdew ikantaw u jinbxu lil xulxin u l-aktar ħaġa li jinbxu lil xulxin biha – inzertajt rajthom jien stess – hija dik li joqogħdu jgħidu: \"Morru rreġistraw\".", "Issa dan sewwa?", "Naħseb li pajjiżna għandu bżonn ta' studji f'oqsma li m'humiex dawk tradizzjonali.", "M'għandniex bżonn ta' eluf fil-professjoni li qbadt jien bi żball jew għaliex xtaqt nagħżilha.", "Hemm oqsma oħra li m'aħna nagħmlu assolutament xejn fuqhom.", "Żmien ilu konna qegħdin nitkellmu fuq l- Isvizzera fil-Meditteran u kien hemm min beda jgħaddina biż-żmien.", "Pero' f'dan il-pajjiż kienu ħadu ħsieb l-affarijiet tat-teknoloġija mhux f'dan is- seklu li għadda imma f'ta' qablu u minn pajjiż magħluq minn kullimkien, it- teknika kibret u ġiet mgħallma mill-ewwel f'dan il-pajjiż.", "Min-naħa l- oħra, f'pajjiżna it is looked down upon u naraw ix-xogħol ta' l-idejn bħala xi ħaġa baxxa.", "Min jaħdem b'idejh qiegħed jaħdem b'moħħu wkoll u allura qiegħed juża żewġ kwalitajiet f'daqqa mentri min jaħdem b'moħħu, qiegħed juża kwalita' waħda biss.", "Għalhekk nemmen li l-", "ewwel ħaġa li għandna nagħmlu huwa li nigglorifikaw dawk l-oqsma li huma produttivi u li huma teknoloġiċi.", "Jekk mhux se nagħmlu hekk se nispiċċaw bi studenti akkademiċi biss.", "Issa jien m'iniex qed ngħid li l-akkademja m'hijiex sabiħa, pero' l-ewwel għandna naraw dak li huwa utli u dak li hemm bżonn.", "Kif jgħid il-Malti, l- ewwel il-pappa u mbagħad l-impappa.", "Madanakollu aħna aktar nieħdu gost bl- impappa.", "L-edukazzjoni għandha bżonn ta' nies dedikati u li jagħtu xi ħaġa lill-istudenti.", "L-istituzzjonijiet tagħna m'għandhomx bżonn ta' super strutturi sabiex jimxu.", "Hawnhekk nixtieq nagħti eżempju.", "Aħna għandna bżonn ta' nies li huma bħal dawk il-qassissin u l-missjunarji li jmorru jgħallmu t-twemmin tar-reliġjon.", "M'għandniex bżonn tal-kapitlu tal- katedral, pero' ħafna minn dawn il-leġislazzjonijiet qegħdin proprju joħolqu kapitlu ieħor tal-katedral u kanonċi mentri s-sustanza qiegħda tisparixxi fix-xejn.", "Hemm bżonn li fl-edukazzjoni nkunu aktar down to earth sabiex ikollna r- riżultati meħtieġa u min jitgħallem isib l-għajxien tagħhom.", "Ħaddiema li żmien ilu kienu tgħallmu snajja' fl-iskola tad-dockyard u mbagħad marra l- Awstralja, għamlu suċċess f'ħajjithom.", "Naħseb li f'dawk li huma kapaċitajiet, pajjiżna huwa aktar ikkakkmat ma' l-iskrivanija u m'aħniex qegħdin naħsbu għall-bżonnijiet reali li għandha bżonn is-soċjeta' tagħna.", "Lanqas m'aħna naħsbu għal dak li għandna bżonn in the short-term u in the long-term.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT (Kap ta' l-Oppożizzjoni): Mr Speaker, jiena wieħed minn dawk li ninsab imħasseb fuq din il-liġi li għandna quddiemna.", "Mill- paraguni li qed isiru bejn ċerti standards edukattivi f'pajjiżna u standards edukattivi li qed jilħqu pajjiżi Ewropej, joħroġ biċ-ċar li f'dak li għandu x'jaqsam mal-miri ta' l-istrateġija ta' Lisbona, aħna waqajna lura.", "Pajjiżna qiegħed fl-aħħar post u sena wara l-oħra qiegħed ikollna l- konferma li ninsabu f'dik il-pożizzjoni.", "Jiena kont nistenna li għallinqas isir ħsieb strateġiku dwar pjan f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-edukazzjoni.", "Suppost li l-qasam edukattiv huwa meqjus bħala l-aktar qasam kruċjali li bih ir-riżors uman tagħna jitjieb.", "Dejjem ngħidu li r-riżors uman huwa l-aqwa asset li għandu pajjiżna.", "Hemm bżonn ta' pjan strateġiku sabiex l-edukazzjoni verament nivvalorizzawha u jirnexxilha ttella' 'l fuq l-istandards edukattivi taż-żgħażagħ u tat-tfal ħalli b'hekk inkunu nistgħu nersqu aktar lejn il-miri ta' Lisbona.", "Dawn għandhom ikunu miri li jirriflettu standards edukattivi f'dak li għandu x'jaqsam ma' tagħlim akkademiku, ma' standards li jiriflettu miri teknoloġiċi u xjentifiċi, speċjalment fil-mod ta' kif jolqtu ma' l- innovazzjoni, mat-teknoloġija u mal-ħidma kreattiva fuq il-postijiet tax- xogħol u ma' miri li jirriflettu l-qagħda kulturali tal-pajjiż.", "Jekk m'aħniex se nammettu li għandna problema u din il-problema trid tiġi ffaċċjata b'mod strateġiku, b'mod dedikat u b'mod li jħares fit-tul, naħseb li nkunu qegħdin infallu.", "L-aqwa kritika li tista' tagħmel kontra l-ministru ta' l-edukazzjoni attwali hija li mhux biss mhux qed jirrealizza din l-isfida imma li qiegħed jimminimizzaha.", "Il-ministru mhux talli m'huwiex qed iħejji xi forma ta' ħidma kordinata u mifruxa sabiex jilqa' għal din il-problema imma l- istrutturi li qed iressaq u l-proposti li qed jagħmel, tant huma nejja, tant huma fjakki li l-biża' tiegħi se tkun, li minflok nimxu 'l quddiem f'dak li qed jiġi propost, aktar se naqgħu lura.", "Biżżejjed taqra t-test konfuż li għandna quddiemna, mid-definizzjonijiet 'l isfel, biżżejjed tagħrbel it-tip ta' strutturi li qed jiġu proposti u biżżejjed tifhem kif f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-implimentazzjoni ta' proposti edukattivi li għandhom ikunu validi għall-pajjiż, sabiex tinduna li t-test li għandna quddiemna jirrifletti nuqqas serju ta' ħsieb iffokat.", "Donnu li ċerti pet projects tal-ministru u tal-ministeru jew ta' dawk li jdawru l-ministru huma iktar importanti mill-ħidma li tkun realment iffokata fuq il- bżonnijiet ta' l-istudenti.", "F'dan l-abbozz insibu struttura wara l-oħra li huma konfużi fil-ħsieb, konfużi fl-implimentazzjoni u mingħajr ebda koerenza.", "Donnu li l-aktar affarijiet importanti huma li nbiddlu l-fliexken mingħajr ma jimportana x'inwaddbu fihom.", "Jekk qabel kellna flixkun tond, issa se nipprovaw nagħmlu flixkun tawwali u b'dan il-mod naħsbu li solvejna l-problemi.", "Waħda mill-affarijiet li tispikka f'dan l-abbozz ta' liġi hija li m'hemm l- ebda iffokar, l-ebda interess u l-ebda analiżi serja ta' x'inhu jiġri fil- klassijiet minn isfel sa fuq.", "M'hemm l-ebda iffokar fuq il-qagħda tax- xjenza u t-teknoloġija fil-klassijiet primarji u sekondarji, m'hemm l-ebda iffokar fuq il-mod ta' kif qed jiżviluppaw il-qagħdiet fil-klassijiet u fil- lecture rooms ta' l-universita'.", "M'hemm l-ebda iffokar fuq l-ambjent li fih l-istudenti, minn isfel nett sa fuq nett qegħdin jiġu ma' l-interphase edukattiv.", "M'aħniex nipprovaw naraw kif nistgħu nikkonċentraw il-kwalita' tat-tagħlim u r-riżorsi tat-tagħlim u lanqas qegħdin nistaqsu għaliex qegħdin naqgħu daqstant lura f'dak li għandu x'jaqsam max-xjenza u t- teknoloġija.", "Minkejja dak il-ħafna ftaħir fuq l-informatika, mhux qed jirnexxilna naqdfu daqs ħaddieħor fl-istandards edukattivi u fit-twassil ta' l-informatika bħala mezz li bih kemm l-għalliem u kif ukoll l-istudent iħossuhom bħala parti mill-ħajja tagħhom ta' kuljum.", "Għaliex qed ikun hemm nuqqas ta' interess biex naraw minn fejn ġejja l-problema ta' l-ilitteriżmu?", "M'hu veru xejn li qed navvanzaw meta tqabbel ir-rata ta' illiteriżmu llum ma' dik li kienet 40 sena ilu.", "Din hija premessa falza.", "Jekk trid tkun taf kif sejrin fl-illiteriżmu u x'inhu l-impatt ta' l-edukazzjoni u ta' l- istrutturi edukattivi fuqha, trid tħares lejn il-cohort li jkun ħiereġ sena wara l-oħra mis-sistema edukattiva.", "Imbagħad tkejjel x'inhu l-persentaġġ ta' illiteriżmu f'dak il-cohort, jiġifieri f'dak il-grupp ta' studenti li ħerġin barra mis-sistema edukattiva.", "Issa meta nagħmlu dak il-kejl għandna għalfejn ninkwetaw.", "Huwa ta' tħassib li l-awtoritajiet edukattivi fil-pajjiż - kif personifikati mill-ministru attwali ta' l-edukazzjoni – qegħdin jimminimizzaw xi ħaġa bħal din.", "Id-dmir tal-ministru huwa li jara li dawn l-affarijiet jingħataw prijorita' qawwija fil-ħidma tiegħu.", "U bir- rispett kollu, li noqogħdu niġu hawnhekk u niddefinixxu direttorati ta' ministeru u nagħtuhom struttura legali, inkunu qegħdin naraw is-siġar u ma narawx il-foresta.", "Mr Speaker, naħseb li dan huwa l-iżball kbir li qed isir.", "Nerġa' ngħid li ridna noħorġu bi pjan serju - u mhux b'ħafna papers 'l hawn u b'ħafna papers 'l hemm - sabiex naraw kif ideat li diġa' tressqu bħall-kurrikulu nazzjonali nwettquhom u nimxu tabilħaqq fuqhom.", "Issa nimxu fuqhom mhux b'ħafna liġijiet konfużi u bla koerenza bħal din li għandna quddiemna, imma b'ħidma parteċipattiva fil-veru sens tal-kelma.", "Ma jistax ikun li tiltaqa' ma' l-għalliema u jgħidulek li huma ma ġewx konsultati u ma jafux x'inhu għaddej.", "Ma jistax ikun li tiltaqa' ma' l-istudenti fl-universita' u barra minnha u jgħidulek li ħafna drabi - kif għadu kemm qal il-kelliem ta' qabli - jsibu ruħhom f'kondizzjonijiet fejn deċiżjonijiet li jittieħdu ma jkunux jafu lejn liema naħa qed jiġbdu.", "Irridu jkollna approach li tkun ibbażata fuq x'inhu għaddej fil-klassijiet u fil-kontest edukattiv proprju.", "Ma rridux noqogħdu nikkonċentraw fuq kif se nbiddlu l-fliexken tal-burokrazija u naraw kif se noħolqu saff ieħor ta' fliexken meta kollox ikun ad hoc.", "Għandna kulleġġ 'l hemm li huwa definit skond il-kostitwenza tal-ministru u kulleġġ 'l hawn li huwa definit sempliċiment ma' kif tgħaqqad u ġġannat is-sistemi edukattivi bla ebda loġika koerenti.", "L-aqwa li nbiddlu l-fliexken jew inżidu saff ieħor fejn inpoġġu l-fliexken!", "B'dan il-mod m'aħniex se naslu.", "Se nibqgħu niftaħru fuq kemm nistgħu mmorru tajjeb, bil-ħbieb tal-ħbieb tagħna jmorru minn ministeru għal ieħor u nagħtuhom garanzija ta' xogħol, mentri dak li għandu jsir sabiex l-affarijiet jinbidlu u jirrinovaw ruħhom għall-aħjar, jibqgħu ma jsirux!", "Mr Speaker, din hija l-aqwa akkuża u kritika li tista' ssir għall-mod attwali ta' kif qed isiru l-affarijiet.", "Rapporti fuq rapporti, kummissjonijiet fuq kummissjonijiet, strutturi fuq strutturi, fondazzjonijiet fuq fondazzjonijiet, li huma dejjem immexxija mill-istess nies, ħafna drabi lunga mano tal-ministru u nibqgħu għaddejjin.", "Imbagħad l- affaijiet on the ground, fejn hemm il-problemi nimminimizzawhom minflok ma neħduhom head-on.", "U allura n-nuqqas ta' konsultazzjoni li tkun għaddejja tirrifletti ħażin.", "Mr Speaker, qegħdin ngħixu f'soċjeta' skonnettjata b'ministeru skonnettjat mill-għalliema, f'ċerti każi għalliema u studenti pożizzjonati sabiex ikunu skonnettjati minn xulxin u sistema edukattiva skonnettjata minn dak li jkun għaddej fil-bqija tal-pajjiż, fil-fabbriki tal-pajjiż u fl-investimenti li ġejjin lejn il-pajjiż.", "Ir-realta' hija li meta jiġu kumpanniji tal-farmaċewtika hawn Malta mhux qed isibu gradwati teknoloġiċi fil-farmaċija daqskemm hemm bżonn.", "Min-naħa ngħidu li għandna bżonn ta' gradwati f'dan il-qasam - u ilna ngħidu għal dawn l-aħħar sitt snin li għandna fejn nimirħu fl-investiment farmaċewtiku - u min-naħa l-oħra tisma' l-investituri jgħidulek li mhux qed isibu biżżejjed gradwati.", "Li kieku qed tintqal mil-lum għal għada nifhimha, imma dawn ilhom seba' snin jgħiduha din il-ħaġa.", "Nerġa' ngħid għandna sistema edukattiva li hija skonnettjata mis-sistema tax-xogħol.", "L-istess ħaġa tapplika għall-qasam ta' l-informatika.", "Kieku qed ngħiduha mil-lum għal", "għada ħaġa bħal din nifhimha, imma issa ilna 20 sena ngħidu kemm hija importanti l-informatika!", "Imbagħad on the ground insibu li s-sistema edukattiva m'hijiex qed twassal u minflok naħdmu biex xi ħaġa bħal din tiġi ffaċċjata, noqogħdu nilagħbu bi struttura 'l hemm u struttura 'l hawn u nifirħu fuq kemm sejrin tajjeb.", "Mr Speaker, it-tfal, iż-żgħażagħ u l-familji tagħna jixirqilhom aħjar.", "Ma jixirqilhomx tests fuq l-edukazzjoni inkoerenti u nejjin bħal dawn.", "Ma jixirqilhomx li noqogħdu nbiddlu l-istrutturi sabiex taparsi nuru li qegħdin nilagħbu bl-istrutturi.", "Ma jixirqilhomx li l-affarijiet isiru hekk, qishom qed ifaqqsu u ma jimportax x'relazzjoni għandhom, x'konsultazzjoni għandhom u x'parteċipazzjoni għandhom dawk li huma l- istakeholders fl-edukazzjoni.", "Għandna sitwazzjoni skonnettjata, kif inhu skonnettjat del resto l-gvern kollu mill-bqija tal-pajjiż.", "Jiena nappella lill-gvern sabiex jaħseb aħjar fuq din il-ħaġa u jagħtiha priorita' bis- sens.", "Jekk fil-klassijiet tagħna, ix-xjenza u t-teknoloġija m'humiex deħlin tajjeb, allura jfisser li hemm xi ħaġa ħażina u mhijiex kwestjoni ta' strutturi 'l hemm u strutturi 'l hawn!", "Hemm xi ħaġa ħażina fil-mod ta' kif qed jiġu indirizzati r-riżorsi u ta' kif qed isir ix-xogħol down the line.", "Jiena naħseb li minn hemmhekk irridu nibdew u mhux noqogħdu nbiddlu l-liġi biex taparsi biddilna l-liġi ħalli nidhru sbieħ!", "Dan huwa l-appell tiegħi, Mr Speaker, quddiemna għandna sitwazzjoni serja.", "Jekk il-gvern ma jridx jieħu bis-serjeta' dak li qed tgħidilna l-aġenda ta' Lisbona, allura mhux qed ikun responsabbli!", "Jekk qed naqgħu daqshekk lura, kif waqajna fil- qasam ta' l-edukazzjoni meta kkomparati mal-bqija tas-soċjeta' Ewropea, ma rridux nimminimizzawhom l-affarijiet imma rridu niffaċċjawhom.", "Mhux biex kollox taparsi jidher sabiħ u biex inħossuna tajbin nippretendu li kollox miexi tajjeb, li kollox miexi fuq ir-rubini u li kulma għandna nagħmlu huwa li nbiddlu xi struttura 'l hemm u struttura 'l hawn!", "Nerġa' ngħid, il- poplu tagħna, iż-żgħażagħ tagħna, l-istudenti tagħna u t-tfal tagħna, jixirqilhom aħjar.", "L-akbar mistħija bħalissa hija li m'humiex qegħdin jingħataw l-aħjar li jistħoqqilhom.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Anton Refalo.", "ONOR.", "ANTON REFALO: Mr Speaker, naħseb li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni laqat il-fus meta qal li dan il-gvern għandu d-drawwa li joqgħod jilgħab bl- istrutturi eżistenti.", "Dan il-gvern għandu t-tendenza li jagħmel ħafna ismijiet sbieħ bħal dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna, fejn qed iwaqqaf kummissjoni nazzjonali għall-edukazzjoni ogħla u qiegħed jivvinta bord tal-kulleġġi ta' l-iskejjel ta' l-istat biex taparsi qiegħed jagħmel xi ħaġa.", "Meta mbagħad tifli sewwa l-affarijiet issib diżastru f'kull settur u mhux inqas, diżastru fil-qasam edukattiv tal-gżira Għawdxija.", "Irrid infakkar lil din il-Kamra f'waħda mill-mistoqsijiet parlamentari li kont għamilt jiena lill-ministru ta' l-edukazzjoni qabel ma l-partit Laburista fl-Oppożizzjoni kien ħareġ il-pjan ta' żvilupp għall-gżira Għawdxija fejn kont staqsejtu xi pjanijiet għandu l-ministru għall-gżira Għawdxija mis-sena 2005 sas-sena 2007.", "U r-risposta li kien tani bħala ministru ta' l-edukazzjoni kienet illi dawn il-pjanijiet ma jħabbarhomx imma jattwahom fil-mument meta jkollu bżonn jagħmilhom.", "Mr Speaker, dan juri l-mod kif qiegħda tiġi attwata politika ħażina għall- gżira Għawdxija, politika li qiegħda turi li mhux talli m'hijiex tagħmel frott, talli dak il kien hemm qiegħed jitkisser u jitfarrak.", "Meta kont l- iskola jiena kellna sistema ta' edukazzjoni ħafna aħjar mil-lum u ma kellniex dawn il-kulleġġi u ma kellniex kummissjonijiet.", "Jiena wieħed minn dawk li attendejt l-iskola tal-gvern u kollha kemm aħna lħaqna fejn kellna nilħqu, ħadna l-professjoni tagħna u ma kellniex dawn il-kulleġġi u dawn il- kummissjonijiet li dan il-gvern b'dawn il-buzz words qed jagħmel u l-iskop ikun biss li lil \"x\" jew \"y\" jagħtih xi post, jagħtih xi salarju, jagħtih xi karozza, jagħtih telephone, biex taparsi qiegħed jagħmel xi ħaġa!", "Jiena nfakkar kemm sar ftaħir f'din il-Kamra fuq il-Fondazzjoni għall- Iskejjel ta' Għada.", "Pero' sal-lum għadni ma nafx x'għamlet din il- fondazzjoni għall-gżira Għawdxija.", "S'issa l-ministru għal Għawdex dejjem ftaħret fuq kemm sar tibjid u manutenzjoni fl-iskejjel.", "Madanakollu fuq affarijiet ta' sugu u fuq affarijiet li jagħmlu sens fl-edukazzjoni, sal- lum għadni ma rajt xejn fl-iskejjel tagħna.", "L-unika ħaġa li rajt kienet it- tkissir ta' l-iskola tal-Qala.", "Il-ġimgħa l-oħra tkellimt dwar dan f'din il-Kamra u semmejt kif il-kontrollur tal-MEPA ħareġ jgħid li dan it-tkissir", "sar mingħajr il-permessi neċessarji.", "Jiena staqsejt lill-ministru għal Għawdex u anke lil din il-Kamra kif tħalla jsir dan it-tkissir meta kulħadd kien kontra tiegħu, inkluż il-Kamra tal-Periti, pero' sal-lum għadni bla risposta.", "L-unika skuża li ngħatajt kienet dik li rridu nagħtu enfasi lill-iskola ta' l-ITS fil-Qala.", "Xorta waħda għadni nistenna tweġiba u nixtieq li xi ħadd jagħtini tweġiba ta' kif sar dan it-tkissir ta' din l- iskola proprju meta kellek intervista f'\"The Times\" mill-Perit Falzon, fejn iddikjara li kienet oxxenita' kbira u qiegħed jikkundanna serjament dak it- tkissir.", "Mr Speaker, ħalli nkompli fuq l-edukazzjoni ġewwa l-gżira Għawdxija.", "Naħseb huwa fatt magħruf minn kulħadd li gvern Laburista tal-futur lest u qiegħed iwiegħed solennement u jiżgura li l-gżira Għawdxija tingħata l- importanza u l-attenzjoni kollha li għandha bżonn.", "Tajjeb ukoll li kulħadd jirrikonoxxi l-fatt li din l-importanza u attenzjoni, gvern Laburista se jagħtiha f'kull qasam għall-iżvilupp soċjo-ekonomiku tal-gżira.", "Min-naħa l- oħra jekk tara l-partit Nazzjonalista fil-gvern, mid-diversi mistoqsijiet parlamentari li għamilna f'dan il-Parlament, juri biċ-ċar li m'għandux għal qalbu l-interess ta' Għawdex.", "Ftit li xejn jimportah mill-gżira Għawdxija u l-unika ħaġa li jimportah mill-gżira Għawdxija hija dik li jagħmel it- taxxi, li jgħolli n-nollijiet tal-Gozo Channel u biex jagħmel affarijiet li huma kontra dak li aħna dejjem tgħallimna li hemm bżonn għall-gżira Għawdxija.", "Bħala gvern Laburista alternattiv fassalna iswed fuq l-abjad abbozz ta' pjan għall-iżvilupp tal-gżira Għawdxija u pjan li aħna kburin bih.", "Saħansitra anke l-ministru għal Għawdex qalet espressament fuq programm televiżiv li hija taqbel mal-pjan Laburista.", "Sal-lum gvern Nazzjonalista qatt ma kellu ħila jagħmel pjan ta' żvilupp għall-gżira Għawdxija matul dan iż-żmien kollu li ilu fil-gvern.", "Bla dubju ta' xejn il-partit Laburista jemmen li l-edukazzjoni huwa wieħed mill-oqsma ewlenin u li meta jkun fil-gvern se jagħtih imbottatura fil-gżira Għawdxija.", "Aħna nemmnu li l-edukazzjoni għandha tkun wieħed mill-pilastri soċjo-ekonomiku tal-gżira Għawdxija u li bih, aħna rridu nixprunaw l-ideat u l-edukazzjoni fil-gżira Għawdxija.", "Aħna nemmnu li l-edukazzjoni ta' uliedna għandha tkun il-bażi ta' kull ħaġa li ssir u li nfittxu fil-gżira Għawdxija.", "Kif diġa' spjegajt, l-abbozz tal-pjan Laburista għal Għawdex jipproponi diversi miżuri konkreti u konformi mal-politika moderna u aġġornata għall-qasam edukattiv.", "Mr Speaker, qabel ma nibda nispjega ftit x'inhi l-viżjoni tal-partit Laburista għall-gżira Għawdxija, xtaqt ngħid ukoll li l-partit Laburista ltaqa' ma' diversi għaqdiet fil-gżira Għawdxija ħalli jieħu l-veduti tagħhom dwar dan il-pjan ta' żvilupp għall-gżira Għawdxija.", "Waħda minn dawn l-għaqdiet kienet l-MUT, ippreseduta miċ-chairman tagħhom ta' Għawdex, il-Kavallier Joe M. Attard.", "Min-naħa tagħha, l-MUT elenkatilna diversi affarijiet ħżiena li qegħdin isiru fil-qasam edukattiv ta' Għawdex, fosthom ħaġa li ilna ntambru fuqha għal snin sħaħ, jiġifieri l-bżonn li naħsbu minn kmieni meta kap ta' skola jkun wasal biex jirtira.", "Din hija xi ħaġa amministrattiva imma s'issa għadu m'hemmx ħsieb ta' min se jimla d-diversi postijiet tal-kapijiet li waslu biex jirtiraw.", "Din hija xi ħaġa li ma tridx ħafna ħila biex tagħmilha għaliex kulma trid sempliċi kordinazzjoni bejn Għawdex u Malta.", "Il-gvern għandu jaħseb minn qabel ħalli meta jkun hemm xi kap ta' skola li se jirtira, ikollu diġa' lil ħaddieħor sabiex jieħu postu u mhux iħalli żmien twil bil-post vakant, bir-riżultat li tbati l-iskola u indirettament anke l-istudenti ta' l-istess skola.", "L-MUT qaltilna li fil-qasam edukattiv hemm bżonn ta' kjarifikazzjoni dwar il-kompetenzi tal-kordinatur tal-kulleġġi, ta' l-assistent direttur ta' Għawdex, ta' l-education officer u tad-direttur tal-customer services fil- ministeru għal Għawdex.", "Din hija waħda mill-problemi kbar li għandna fil- gżira Għawdxija, problemi li kif diġa' għidt, ġejjin mill-fatt li noħolqu l- istrutturi, ħafna ismijiet sbieħ u mbagħad ħadd jaf x'inhu l-poter tiegħu.", "Per eżempju, għandek l-education officer u l-customer service ta' l- edukazzjoni u ħadd minnhom ma jaf x'inhu l-poter tiegħu, ħadd minnhom ma jaf fejn għandu jasal u fejn għandu jispiċċa, bir-riżultat li jispiċċaw b'konflitt ma' xulxin.", "Wieħed jgħid mod u l-ieħor jgħid mod ieħor, wieħed jagħti ordni u l-ieħor iħassar dik l-ordni, bir-riżultat li għandek Torri ta' Babel fil-gżira Għawdxija!", "Ħadd ma jaf fejn għandu jasal u ħadd ma jaf fejn hi l-kompetenza tiegħu.", "Għalhekk naħseb li huwa importanti li niċċaraw ir-rwol ta' kull bniedem li hemm f'dawn it-tliet uffiċċji b'tali mod u manjiera li ma jkollokx, per eżempju, id-direttur tal-customer service fil-ministeru għal Għawdex iħassar dak li jagħmel l-assistent direttur ta' l-", "edukazzjoni.", "Meta bniedem toqgħod tħassarlu l-ordnijiet li jkun għamel, tkun qed tkissirlu l-viżjoni tiegħu u tkissirlu dak li jkun jemmen li huwa ta' ġid fl-edukazzjoni.", "Għalhekk hemm bżonn ta' kjarifika tal-kompetenzi ta' dawn l-uffiċċji għaliex b'dan il-fatt biss, l-edukazzjoni ta' Għawdex qiegħda tmur lura serjament.", "L-MUT qaltilna wkoll li hemm bżonn li jkun hemm xi forma ta' dixxiplina dwar l-uffiċjali Maltin li jieħdu deċiżjonijiet għal Għawdex.", "Skond l-MUT, dawn l-uffiċjali għandhom it- tendenza li jfarfru fuq il-gżira Għawdxija meta jkollhom jieħdu xi deċiżjoni diffiċli.", "Din hija xi ħaġa żbaljata u mhux sew li meta jkollok deċiżjoni diffiċli, tfarfarha minn fuq spallejk u tibda twaħħal fuq xi ħadd responsabbli fil-gżira Għawdxija.", "L-MUT qaltilna wkoll li wasal iż-żmien li ż-żewġ kumplessi sekondarji tal- gvern, jiġifieri l-Iskola Agius De Soldanis tal-bniet u l-Iskola Ninu Cremona tas-subien, jinqasmu fi tnejn, l-ewwel parti minn form 1 sa 2 u t- tieni parti minn form 3 sa 5.", "Skond l-MUT, wasal iż-żmien - u naħseb li hemm sens f'dak li qegħdin jgħidu - li ż-żewġ kumplessi sekondarji tal- gvern jinqasmu fi tnejn.", "Qaltilna wkoll li qiegħed ikun hemm ħela ta' riżorsi enormi f'dawn il-kumplessi.", "Peress li dawn il-kumplessi qegħdin ħdejn xulxin, ċerti riżorsi, anke umani, jistgħu faċilment jintużaw mit- tliet skejjel f'daqqa, jiġifieri l-Iskola Agius De Soldanis, l-Iskola Ninu Cremona u l-Iskola Mikiel Anġ Refalo.", "Eżempju ta' riżorsa li tista' tintuża mit-tliet skejjel huwa l-isports complex.", "Ma nafx għalfejn affarijiet ta' kordinazzjoni u affarijiet sempliċi ma jsir xejn fuqhom ħalli jkollna anqas ħela ta' riżorsi.", "L-MUT qaltilna wkoll li hemm bżonn ta' kumitat li jikkordina l-korsijiet u s-servizzi offruti f'Għawdex mill-istat permezz taċ-ċentru Sir Mikiel Anġ Refalo, l-MCAST, il-Gozo Centre ta' l-Universita', l-ITS u l-ETC.", "Din hija problema kbira oħra fil-qasam edukattiv fejn għandek dak li tagħmel l-id ix- xellugija, ma tkunx taf bih l-id il-leminija.", "Dan kollu joħroġ mill-fatt li fil-gżira Għawdxija m'hemmx kordinazzjoni, f'affarijiet żgħar li jfissru ħafna u meta tħallihom jimxu għal riħhom, they blow up out of all proportions.", "Naħseb li hemm bżonn ikun hemm aktar sinerġija u kordinazzjoni bejn dawn iċ-ċentri ħalli wieħed ikun jaf x'inhu jagħmel l- ieħor.", "Inutli li l-ETC toħroġ skemi u min-naħa l-oħra l-MCAST ma tkunx taf bihom.", "Dawn huma affarijiet li bi ftit ħsieb u bi ftit ippjanar jistgħu faċilment jitranġaw.", "L-MUT qaltilna wkoll li hemm bżonn li tingħata aktar attenzjoni fuq is- suġġetti non-akkademiċi, bħall-isports u kultura ġenerali u soċjali.", "Din hija problema oħra fil-gżira Għawdxija u ma nafx għalfejn suġġetti bħal dawn ma jingħatawx spinta fil-gżira tagħna.", "Problema kbira li semmewlna - naħseb li hawnhekk għandhom raġun u hemm bżonn li l-ministeru għal Għawdex tagħmel xi ħaġa konkreta dwarha u mhux nagħmlu dawn il-buzz words u dawn l- ismijiet li ma jfissru xejn - hija dik li normalment it-tfal Għawdxin ikollhom jinqatgħu mill-familja tagħhom qabel tfal tamparhom Maltin.", "Dan ikollhom jagħmluh sabiex imorru jistudjaw jew jaħdmu f'Malta.", "Din hija problema kbira u nħoss li dawn l-istudenti li jkollhom jinfatmu mill- familji tagħhom qabel studenti sħabhom Maltin, m'humiex realment jirċievu l- formazzjoni li hemm bżonn li jirċievu fl-iskola meta jasal il-mument li jħallu art twelidna, il-gżira sabiħa ta' Għawdex u jitilqu lejn id-dinja tax-xogħol jew lejn id-dinja ta' l-edukazzjoni terzjarja ġo Malta.", "Mr Speaker, l-MUT qalet li peress li l-popolazzjoni Għawdxija hija ħafna aktar iżgħar minn dik ta' Malta, m'għandux ikun hemm l-istess numru minimu ta' studenti sabiex jinfetħu l-korsijiet.", "Din hija xi ħaġa oħra li b'daqsxejn ta' kordinazzjoni tista' tingħata diskriminazzjoni pożittiva favur l-Għawdxin.", "Jekk f'Għawdex għandek kollox magħluq, ma tistax tippretendi li biex jinfetaħ kors irid ikollok l-istess numru ta' studenti minimu kif hawn f'Malta.", "Jekk nimxu b'dan il-mod verament lil Għawdex ma nkunux qegħdin niddiskriminawh pożittivament imma nkunu sempliċement qegħdin inwaddbu fil-baħar il-konċett ta' reġjonalita'.", "Mr Speaker, fost il- prinċipji li gvern Laburista jemmen li bihom Għawdex għandu jkollu diskriminazzjoni pożittiva minħabba d-diffikultajiet naturali u permanenti li l-gżira tbati minnhom, hemm tlieta li għalija huma importantissimi.", "Gvern Laburista tal-futur se jaħdem fuq dawn it-tliet prinċipji li huma l- prinċipju ta' l-inklussivita', il-prinċipju ta' l-iżvilupp ekonomiku u l- prinċipju tad-diversifikazzjoni.", "Il-gvern preżenti għandu jara li l- prinċipju ta' inklussivita' jgħaqqdu mal-prinċipju ta' l-iżvilupp ekonomiku u mal-prinċipju tad-diversifikazzjoni.", "Se nibda biex insemmi l-ewwel prinċipju, jiġifieri dak ta' l-inklussivita', li permezz tiegħu nemmen li jistgħu jinħolqu opportunitajiet fl-edukazzjoni.", "B'dan il-mod tkun qiegħed tagħmel l-edukazzjoni aċċessibbli għal kulħadd.", "Fuq dan il-punt se nieqaf ħalli nsemmi ftit is-sitwazzjoni tal-MCAST fil-gżira Għawdxija.", "Nixtieq infakkar lil din il-Kamra li skond il-mission statement, l-MCAST twaqqaf - u hawn se nikkwota - sabiex \"nipprovdu edukazzjoni, taħriġ vokazzjonali u professjonali li jintlaħaq minn kulħadd, f'dimensjoni internazzjonali u li jaqdu l-bżonnijiet ta' individwi u ta' l-ekonomija\".", "Mela l-mission statement ta' l-MCAST qiegħda tgħaqqad l-edukazzjoni mad- dimensjoni mhux biss vokazzjonali u professjonali imma anke mad-dimenzjoni tal-bżonnijiet ta' l-individwu u ta' l-ekonomija.", "Żgur li f'Għawdex dan il- mission statement mhux qed jintlaħaq kif mixtieq u l-Għawdxin m'humiex jingħataw l-istess opportunitajiet li qed jingħataw sħabhom il-Maltin għaliex, kif jaf kulħadd, l-MCAST huwa magħmul minn disa' istituti li kollha joffru korsijiet full-time u part-time.", "Il-korsijiet full-time huma fuq erba' livelli li jibdew minn foundation u jwasslu sa diploma.", "F'Malta qegħdin jingħataw 89 full-time course fuq 50 suġġett filwaqt li f'Għawdex qed jingħataw 13 full-time course fuq 12-il suġġett u foundation certificate course.", "Mr Speaker, hemm tliet istituti, ta' l-agri-business, ta' l-arti u d-disinn u dak tal-marittimu u ta' l-inġinerija mekkanika li m'huma jagħtu l-ebda kors f'Għawdex.", "Bħala korsijiet part-time f'Malta hemm 165 kors mentri f'Għawdex hemm biss sitt korsijiet.", "Bil-permess tal-Kamra, nixtieq inpoġġi tabella li turi n-numru tal-korsijiet full-time u part-time li huma offruti f'Malta u f'Għawdex.", "Din it-tabella turi li għall-agri-business hemm erba' korsijiet full-time f'Malta mentri f'Għawdex ma nsibu lanqas kors wieħed.", "In-numru ta' korsijiet part-time nsibu sebgħa f'Malta mentri f'Għawdex m'għandek xejn.", "Korsijiet fuq arti u disinn, f'Malta nsibu sebgħa offruti mentri f'Għawdex xejn.", "Korsijiet part-time fuq dan is-suġġett jiġu offruti 22 f'Malta mentri f'Għawdex xejn.", "Korsijiet full-time fuq l-inġinerija tal- bini u l-kostruzzjoni, f'Malta għandek 16 mentri f'Għawdex għandek wieħed.", "Korsijiet part-time f'Malta għandek 10 mentri f'Għawdex m'għandek xejn.", "Korsijiet full-time tan-negozju u l-kummerċ, f'Malta għandek 12 mentri f'Għawdex għandek erbgħa.", "Korsijiet part-time għandek 21 f'Malta mentri f'Għawdex għandek wieħed.", "Korsijiet full-time fis-servizzi fil-komunita' f'Malta għandek 15 mentri f'Għawdex għandek tnejn.", "Part-time għandek erbgħa f'Malta u f'Għawdex m'għandek xejn.", "Korsijiet full-time fl-inġinerija elettrika u l-elettronika għandek sebgħa f'Malta mentri f'Għawdex għandek tnejn biss.", "Part-time għandek tmienja f'Malta mentri f'Għawdex għandek wieħed.", "Korsijiet full- time fit-teknoloġija ta' l-informazzjoni u l-komunikazzjoni għandek ħamsa f'Malta mentri f'Għawdex għandek tnejn.", "Part-time għandek 52 f'Malta mentri f'Għawdex għandek erbgħa.", "Korsijiet full-time fuq il-marittimu għandek sebgħa f'Malta mentri f'Għawdex m'għandek xejn.", "Part-time għandek 36 f'Malta mentri f'Għawdex m'għandek xejn.", "Korsijiet full-time fuq l- inġinerija mekkanika għandek 16 f'Malta mentri f'Għawdex għandek wieħed.", "Part-time għandek ħamsa f'Malta mentri f'Għawdex m'għandek xejn.", "Mr Speaker, jekk tiġi għat-total issib li għandek 89 kors full-fime ġo Malta mentri f'Għawdex għandek 12-il kors offruti.", "Bħala korsijiet part- time ssib li f'Malta għandek 165 mentri f'Għawdex għandek sitta biss.", "Naħseb li minn din it-tabella wieħed jara l-faqar ta' dan il-gvern fejn jidħol il-qasam edukattiv għall-gżira Għawdxija.", "Tinduna wkoll kemm aħna l- Għawdxin m'aħniex qegħdin niġu ttrattati like with like ma' sħabna l- Maltin.", "U din li tagħmilna inferjuri mal-Maltin iddejjaqni lili għaliex mhux sewwa li dawn l-affarijiet isiru fil-gżira Għawdxija.", "Għalhekk il- gvern Laburista se jimpenja ruħu fuq dan in-nuqqas mhux biss billi l-MCAST jibda jipprovdi aktar korsijiet f'Għawdex iżda anke billi jibda jingħata sussidju speċjali – u dan qegħdin inwegħduh fil-pjan ta' żvilupp għall- gżira Għawdxija - lill-istudenti Għawdxin li qegħdin fl-MCAST ta' Malta.", "B'hekk l-istudenti Għawdxin ikunu jistgħu jsegwu korsijiet li ma jsirux f'Għawdex mingħajr ma jkollhom jagħmlu spiża żejda meta kkomparata ma' l- istudenti residenti f'Malta.", "Gvern Laburista ġdid jiżgura wkoll li l-prinċipju ta' l-edukazzjoni tevolvi b'sinerġija ma' l-iżvilupp ekonomiku anke f'Għawdex, fejn l-istudenti għandhom bżonn ta' gwida u direzzjoni aħjar fl-għażliet tagħhom.", "Huwa importanti ħafna li jkun hemm aktar sinerġija bejn l-edukazzjoni u l- iżvilupp ekonomiku.", "Ma nafx għalfejn dan il-gvern, li tant jiftaħar li għandu viżjoni, din il-biċċa xogħol ta' sinerġija bejn l-edukazzjoni u l- żvilupp ekonomiku għadu qatt ma ħaseb dwarha.", "Aħseb u ara kemm qiegħed jippjanaha għall-gżira Għawdxija!", "Fil-fatt jirriżulta li minn 996 student li ggradwaw mill-Universita' ta' Malta fl-aħħar seba' snin, kien hemm 266 li ggradwaw fl-edukazzjoni mentri 9 biss iggradwaw fit-teknoloġija ta' l- informazzjoni u 13 fin-negozju u fil-computing.", "Jekk ma' dawn jiżdiedu l- istudenti li ggradwaw miċ-ċentru ta' l-Universita' f'Għawdex insibu li minn total ta' 1,098 Għawdxi li ggradwaw f'dawn l-aħħar seba' snin, kien hemm 319 li ggradwaw fl-edukazzjoni.", "Mr Speaker, biex jirrisolvi din il-problema, gvern Laburista tal-futur se jiżgura li jsiru korsijiet ġodda fiċ-ċentru ta' l-Universita' f'Għawdex bħalma huma Diploma, Baċellerat u Masters fir-riċerka, fit-teknoloġija ta' l-informazzjoni, fl-ippjanar, fl-agrikoltura u fin-negozju u fil-computing.", "Qegħdin inwiegħdu li tingħata għotja lill-universita' għall-ingaġġ ta' għalliema u professuri li jkunu speċifikatament fuq dawn il-korsijiet.", "Irridu wkoll li tinħoloq sinerġija bejn iċ-ċentru ta' l-universita', l- MCAST, l-ETC u l-iskejjel post-sekondarji.", "Difett kbir li dan il-gvern għadu lanqas ittenda bih huwa li m'hemmx din is-sinerġija bejn iċ-ċentru ta' l-universita', l-MCAST, l-ETC u l-iskejjel post-sekondarji.", "Bħala gvern Laburista tal-futur qegħdin nippromettu wkoll li jingħata sussidju speċjali lill-istudenti Għawdxin fl-Universita' ta' Malta u li qegħdin isegwu korsijiet f'oqsma speċifiċi, bħalma huma dawk relatati max-xjenza u ma' l-innovazzjoni.", "Kif qegħdin taraw, il-pjan ta' żvilupp tal-partit Laburista huwa pjan imsejjaħ fuq prinċipji bażilari, prinċipji li min-naħa waħda għandek l- edukazzjoni u min-naħa l-oħra għandek it-tagħlim u l-iżvilupp ekonomiku tal- gżira Għawdxija.", "Fuq il-vapur ta' Għawdex il-bieraħ iltqajt ma' persuna li għamlet erba' snin kors fil-computing u fil-banking.", "Qaltli li marret tfittex ix-xogħol u marret tapplika mal-banek iżda wara erba' snin kors għadha ma sabet imkien.", "Il-bieraħ kellha titla' Malta ma' missierha ħalli tmur l-ETC biex forsi ssib impjieg x'imkien.", "Dawn huma affarijiet ħżiena li qed jiġru.", "Hemm bżonn li l-istudenti Għawdxin nimmirawhom fuq dawk is- suġġetti fejn wara li jieħdu d-degree, ikunu verament jistgħu jaħdmu u jaqilgħu l-għajxien tagħhom.", "Per eżempju, mhux sewwa li joħorġu ħafna avukati u nutara mill-universita' biex imbagħad, ikollhom jaħdmu ma' avukati oħra bil-Lm1 is-siegħa.", "Dawn huma l-oxxenitajiet li qegħdin isiru ġewwa Malta u ġewwa Għawdex.", "Wara kors ta' ħames snin tispiċċa taħdem ma' avukat ieħor u titħallas bil- Lm1 is-siegħa u tkun qisek il-bidillu tiegħu jew iż-żibel tiegħu!", "Dan jagħtik Lm1 is-siegħa sabiex tagħmillu d-dirty work mentri hu jitħallas tal- kumplament.", "Mhux sew li nħallu dawn l-affarijiet iseħħu u l-partit Laburista ilu jgħidhom dawn l-affarijiet.", "Hemm bżonn li l-istudenti nedukawhom u nuruhom fejn għandhom jaħdmu.", "Jekk ma nagħmlux dawn l- affarijiet, il-gżira Għawdxija se tbati.", "Kif wieħed jista' faċilment jinduna, gvern Laburista qiegħed jieħu miżuri taħt il-prinċipji ta' l- inklussivita' u tas-sinerġija għall-ħteġijiet ta' l-iżvilupp ekonomiku.", "Fl- istess ħin jassigura d-diversifikazzjoni fil-programmi ta' taħriġ offruti f'Għawdex.", "Fejn dan mhux possibbli, l-istudenti Għawdxin se jkunu esposti għall-akbar firxa ta' tagħlim f'dixxiplini varji.", "U dan se jsir billi l- gvern Laburista jgħinhom kif inhu jixraq sabiex isegwu korsijiet f'Malta.", "Mr Speaker, dan huwa l-impenn li qiegħed jagħmel il-partit Laburista, bħala gvern alternattiv, fl-abbozz tiegħu ta' żvilupp għall-gżira Għawdxija; impenn li bih gvern Laburista se jgħin kif jixraq lill-istudenti Għawdxin sabiex dawn ikunu jistgħu jsegwu korsijiet f'Malta.", "Dan huwa l-impenn li qiegħed jagħmel il-partit Laburista fl-abbozz tiegħu għall-iżvilupp tal- gżira Għawdxija, impenn li l-għada li l-partit Laburista jieħu l-gvern f'idejh, se jwettaq fl-interess tal-poplu Għawdxi.", "Fl-opinjoni tiegħi, gvern Laburista tal-futur se juri bis-serjeta' kemm għandu għal qalbu lill- poplu Għawdxi.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Nifhem li tixtieq tpoġġi xi dokument fuq il-mejda tal-Kamra.", "Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "ANTON REFALO: Mr Speaker, inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra;", "Lista li turi l-korsijiet tal-MCAST f'Malta u Għawdex flimkien ma' l- għadd ta' studenti f'kull kors.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Il-Ministru Giovanna Debono.", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO (Ministru għal Għawdex): Mr Speaker, nixtieq nibda l- intervent tiegħi proprju fejn spiċċa l-kollega tiegħi l-Onor.", "Anton Refalo, fejn għamel riferenza għall-gradwati u għall-istudenti Għawdxin li jkollhom jiġu Malta sabiex ikomplu l-istudji tagħhom.", "Naħseb li jekk qatt kien hemm xi ħadd li ħaseb fil-gradwati Għawdxin, dan kien proprju l-gvern preżenti.", "Fil-fatt bħalissa għadna kemm nidejna skema għall-gradwati Għawdxin sabiex ikunu jistgħu jimpjegaw ruħhom ġewwa Għawdex stess.", "Hawnhekk qiegħda nirriferi għall-graduate scheme li nidejna bil-fondi ta' l-Unjoni Ewropea, skema li ħadmet għaliex kellna applikanti Għawdxin li applikaw u proprju ġew ingaġġati f'Għawdex stess ma' employers Għawdxin.", "Għalhekk dan diġa' kien pass 'il quddiem, inizjattiva li ħadna bħala ministeru għal Għawdex favur il-gradwati Għawdxin.", "Kienet skema li rnexxiet u skema li beħsiebna nirrepetuha anke 'il quddiem.", "L-Onor.", "Refalo spiċċa d-diskors tiegħu b'riferenza għall-istudenti Għawdxin li jkollhom jiġu Malta.", "Din kienet realta' fis-snin li għaddew, għadha hekk illum u naħseb li se nkomplu ngħixuha aktar 'il quddiem.", "U għaliex le?", "Aħna rridu li ħafna studenti Għawdxin ikomplu l-istudji tagħhom fl- universitajiet tagħna, pero' aħna lanqas abbandunajnihom lil dawn l- istudenti.", "Anzi kien proprju fil-budget tas-sena l-oħra meta aħna żidna l- istipendju u l-allowance li l-ministeru għal Għawdex jagħti lill-istudenti Għawdxin proprju għaliex jiġu jgħixu f'Malta matul il-kors tagħhom.", "Naturalment din ma kenitx żieda kożmetika imma kienet żieda sostanzjali, tant li llum, student Għawdxi li jiġi jistudja f'Malta għandu kważi madwar Lm100 fix-xahar proprju sabiex ipatti għall-ispejjeż kbar li jkun qiegħed għaddej minnhom.", "Żgur li din iż-żieda m'hijiex biżżejjed pero' kien proprju dan il-gvern li s-sena l-oħra żied l-allowance ta' l-istudenti, apparti l-istipendju normali li jieħdu bħal kull student ieħor Malti.", "U naħseb li dan huwa pass ieħor 'il quddiem.", "Mr Speaker, fil-passat kienet tingħata l-allowance biss lil dawk l- istudenti ta' l-universita' imma aħna frixniha wkoll għal kull student Għawdxi li qed jagħmel kwalunkwe kors f'Malta, irrilevanti jekk huwiex fl- universita' jew le.", "Dan jgħodd ukoll għal dawk li jieħdu kors fl-MCAST jew fl-ITS.", "Jiġifieri dawn huma żewġ passi 'il quddiem favur l-istudenti Għawdxin u qegħdin nagħmluhom għaliex nemmnu fihom.", "Nemmnu li rridu nkomplu ninkoraġġuhom u anke ngħinuhom sabiex itaffu l-piżijiet kbar li għandhom.", "Din kienet proposta li jiena ressaqt u li ġiet aċċettata mill- gvern tal-ġurnata.", "Allura b'wiċċna minn quddiem ngħidu li m'hu veru xejn li dan il-gvern qiegħed jabbanduna l-istudenti Għawdxin.", "Anzi kien proprju dan il-gvern li kompla jħeġġeġ sabiex nagħtu u noħorġu b'ideat ġodda ħalli ntaffu l-piżijiet tal-familji Għawdxin u anke sabiex ninkoraġġixxu aktar studenti li jiġu jistudjaw f'Malta.", "Ħalli issa niġi għall-emendi li qed jiġu mressqa għad-diskussjoni fuq l-Att dwar l-Edukazzjoni.", "Irrid ngħid mill-bidunett li huma emendi li jkomplu jsaħħu l-qasam edukattiv, kemm għaliex għall-ewwel darba qegħdin jagħtu valur ta' professjoni lill-vokazzjoni ta' l-għalliema kif ukoll għaliex jenfasizzaw il-viżjoni ta' kwalita' fejn jidħlu t-tfal tagħna.", "Illum bil- fatti u mhux bil-kliem nistgħu ngħidu li l-qasam ta' edukazzjoni, f'kull livell mar passi ta' ġgant 'il quddiem minn kif konna writnieh fil-passat.", "F'din il-Kamra ssemmiet il-Ministru Agatha Barbara għall-kontribut tagħha fl-edukazzjoni u jiena wkoll insellmilha għax-xogħol li għamlet f'dan il- qasam.", "Pero' rridu nsellmu b'mod mill-aktar qawwi anke lil kull ministru ta' l-edukazzjoni li kien hawn taħt gvern Nazzjonalista.", "B'mod partikolari rrid nenfasizza fuq il-Ministru Louis Galea, għall-ġid kbir li qiegħed iwettaq fil-kamp edukattiv, għall-ħeġġa tiegħu, għall-inizjattivi tiegħu u għall-ideat verament innovattivi li minn ġurnata għal oħra joħroġ favur il- kamp edukattiv.", "Mr Speaker, illum l-edukazzjoni terzjarja hija realta' meqjusa mill-parti sostanzjali ta' l-istudenti.", "Illum huma mijiet, anke minn Għawdex stess, li jidħlu s-sixth form u jkomplu l-Universita' ta' Malta, l-MCAST jew fi stituti oħra bħall-ITS.", "Grazzi għall-ħidma intensiva ta' dan il-gvern, illum l-edukazzjoni hija meqjusa b'valur u fejn ħafna ġenituri jirsistu ma' wliedhom sabiex ma jitilqux il-bank ta' l-iskola, minkejja li ma jkunux għadhom fil-fażi ta' l-edukazzjoni obbligatorja.", "Fl-istess ħin qegħdin naraw apprezzament ukoll lejn l-opportunitajiet edukattivi li qed joffri l- gvern f'livelli u f'areas differenti fejn tidħol l-edukazzjoni għall- adulti.", "Għandna ċifri inkoraġġanti u li jistimulaw lill-gvern sabiex ikompli għaddej bl-isforzi tiegħu f'dan il-qasam.", "Min-naħa l-oħra, l-edukazzjoni obbligatorja għall-istudenti fil-livelli primarji u sekondarji, bla dubju ta' xejn ma tingħarafx minn dik ta' 20 sena ilu, fejn illum insibu mhux biss livelli u miri ġodda ta' tagħlim imma wkoll għodda u metodi ġodda ta' tagħlim li jippermettu riżultati aħjar għall-istudenti tagħna.", "U mela jiġi l-Onor.", "Anton Refalo, fil-bidu tad- diskors tiegħu jgħid li m'hemmx paragun bejn l-iskola tal-lum u l-iskola ta' meta kien imur hu!", "Jiġifieri l-Onor.", "Refalo irid jgħid li aħna morna lura?", "Jiena ma nafx imma kultant jiġini dubju jekk aħniex qegħdin ngħixu fl-istess pajjiż.", "M'hemmx paragun fis-sens tajjeb għaliex morna ħafna 'l quddiem fil-qasam edukattiv.", "Il-faċilitajiet li fihom qegħdin jiġu edukati ż-żgħar tagħna huma għal kollox differenti minn dak li konna writtna dan.", "U dan wara li l-gvern preżenti irnexxielu jagħmel investimenti ta' miljuni ta' liri fl-iskejjel tagħna, li żgur dawn il-miljuni komplew jgħinuna nimxu 'l quddiem.", "Mr Speaker, għal dan il-gvern l-edukazzjoni hija verament il-pedament ta' soċjeta' stabbli.", "Dan il-gvern identifika l-qasam ta' l-edukazzjoni anke bħala wieħed mit-tliet pilastri ewlenin ta' ħidmietu, flimkien ma' l- ekonomija u l-ambjent.", "L-edukazzjoni tibqa' binarju mill-aktar importanti fl-iżvilupp ta' kwalunkwe bniedem u għalhekk din l-insistenza min-naħa tal- gvern Malti lejn ir-realizzazzjoni tal-potenzjal sħiħ tal-bniedem fejn jidħol dan il-qasam.", "L-edukazzjoni tibqa' ċ-ċavetta tas-suċċess ta' kwalunkwe soċjeta' daqskemm l-injoranza jew in-nuqqas ta' opportunitajiet ma joħolqux il-possibilita' ta' tkabbir.", "Jekk inħarsu lejn il-lat akkademiku naraw ċifri ta' achievement li huma impressjonanti.", "Hawnhekk niġi għall-parti ta' Għawdex u jekk inħarsu lejn il-livell primarju, ninnotaw li mill-istudenti li jiddeċiedu li jidħlu għall-eżami tal-junior lyceum, matul l-aħħar għaxar snin kellna żieda ta' 14% f'Għawdex.", "Fl-1995 kienu jgħaddu għall-junior lyceum madwar 50% mentri fl-2005 din iċ- ċifra telgħet għal 64%.", "Issa mit-total kollu ta' studenti li jattendu year 6 f'Għawdex, jiġifieri mill-istudenti kollha li wħud minnhom jagħmlu l- eżami u oħrajn le, għaddew 48% mill-eżamijiet tal-junior lyceum fl-1995, filwaqt li s-sena l-oħra, dawn telgħu għal 59%, żieda sinifikanti ta' 11%.", "Din hija konferma ta' kemm il-ħidma, min-naħa tal-gvern fuq il-kwalita' ta' l-edukazzjoni għaż-żgħar tagħna qiegħda tagħti l-frott tagħha.", "Ċifra oħra impressjonanti hija dik ta' l-istudenti Għawdxin li jiddeċiedu li jkomplu l-edukazzjoni terzjarja tagħhom f'Għawdex billi jsegwu l-kors tal- matsec fis-sixth form Għawdxija.", "Hawnhekk ukoll, fis-sena skolastika 1998/99, kien hemm 345 student fis- sixth form ta' Għawdex, mentri fis-sena skolastika li għaddiet, kellna rekord ta' aktar minn 500 student, jiġifieri żieda kważi ta' aktar minn 36%.", "Matul dawn l-aħħar snin, f'Għawdex, l-opportunitajiet edukattivi għaż- żgħażagħ tagħna ma kenux biss dawk marbuta mal-kors tal-matsec jew ma' korsijiet oħra li toffri s-sixth form f'Għawdex imma tajjeb li wieħed ifakkar, li hawnhekk, dan il-gvern waqqaf ċentru tal-MCAST fix-Xagħra fl- 2002 u fis-sena ta' wara waqqaf ċentru ieħor, din id-darba fix-Xewkija.", "Irrid ngħid li fl-istess żmien kellna wkoll kritika dwar l-MCAST.", "Fil-fatt il-kelliem ta' qabli tkellem fuq kif f'Malta hemm numru ta' full-time courses mentri f'Għawdex m'għandniex dak in-numru kollu.", "Madanakollu jiena nħares lejn l-MCAST b'mod pożittiv u ngħid li kien proprju gvern Nazzjonalista li m'abbandunax lil Għawdex.", "Jekk fetħu xi istituti f'Malta, ftaħnihom f'Għawdex ukoll.", "Iż-żieda ta' studenti li qed ikollna minn sena għall-oħra f'dawn l-istituti jagħtina l-kuraġġ sabiex inkomplu nimxu aktar 'il quddiem u niftħu aktar korsijiet full-time u part-time.", "Fl-ewwel sena li ftaħna l-MCAST kien hemm biss 66 student, mentri llum, tliet snin wara, dan in-numru tela' għal 113.", "Fir-rigward ta' Għawdex, għall-kuntrarju ta' dak li qal il-kelliem ta' qabli, għamilna diskriminazzjoni pożittiva għaliex korsijiet fejn kellna biss erba' jew ħames studenti biss għamilnihom xorta waħda.", "Jekk inħarsu lejn iċ-ċentru ta' l-ITS naraw li kellna wkoll il-kritika fuq dan il-proġett li ninsabu għaddejjin bih bħalissa u li huwa ffinanzjat mill-Unjoni Ewropea.", "Il- kritika li qiegħda ssir huwa minħabba li qed inwaqqgħu l-iskola tal-Qala.", "Issa hawnhekk irrid nagħmilha ċara li m'hu veru xejn li waqqajna l-iskola kollha tal-Qala.", "L-iskola primarja tal-Qala għadha hemm, ma waqa' xejn minnha u lanqas se nwaqqgħu minnha.", "Aħna għamilna applikazzjoni sabiex inwaqqgħu l-parti li kienet tokkupa l-ITS, jiġifieri l-garaxx tan-naħa ta' fuq.", "Min-naħa tagħna, sabiex nakkomodaw anke lill-Kamra tal-Periti, żammejna l-faċċata ta' l-iskola.", "B'hekk waqqajna biss il-parti ta' wara u dan għamilnieh bil-permessi neċessarji min-naħa tal-MEPA.", "Bħalissa għaddejjin bix-xogħlijiet tagħna sabiex f'Għawdex ikollna aktar studenti mħarrġa fis-settur turistiku.", "Allura hawnhekk tara s-sinerġija u l-mod ta' kif ngħaqqdu l-edukazzjoni ma' l-ekonomija sabiex ikollna studenti trained aħjar għas-settur turistiku.", "Mr Speaker, mill-kelliema ta' l-Oppożizzjoni Għawdxin kont nistenna li proġett bħal dan ifaħħruh.", "Jien ma nistax nifhem kif tista' titkellem dwar l-edukazzjoni u l-ekonomija meta mbagħad tiġi tikkritika proġetti li huma marbutin bejn l-edukazzjoni u l-ekonomija u li huma anke għall-ġid ta' Għawdex tagħna.", "Xi kultant dawn l-affarijiet ma nifhimhomx u lanqas naċċettahom.", "Jekk xi ħadd jaħseb li se jostakolana milli nkomplu mexjin f'din il-linja, sejjer żball għaliex aħna determinati, u b'kuraġġ kbir se nkomplu nagħmlu dak kollu possibbli ħalli jkollna studenti kapaċi li jsibu ruħhom fid-dinja tax-xogħol tal-futur.", "Issemmew ukoll skejjel oħra u rrid ngħid li llum, l-iskola ta' l-arti u l-artiġġjanat kif ukoll l-iskola tal- mużika komplew mexjin 'il quddiem.", "Ma nistax ma nagħmilx riferenza għall- iskola ta' l-arti u l-artiġġjanat, fejn għall-ewwel darba f'Għawdex se jkollna incubation centre li huwa l-kontinwazzjoni ta' dak li inti titgħallem fl-iskola ta' l-arti u l-artiġġjanat.", "Madanakollu xi wħud mill- Għawdxin dawn l-affarijiet litteralment ma jagħtux kashom.", "Nerġa' ngħid mill-ġdid li n-numru ta' studenti fl-Universita' ta' Malta żdied bil-kbir u aħna hekk irridu.", "Irrid ngħid ukoll li hemm numru impressjonanti ta' Għawdxin li qegħdin isegwu ħafna korsijiet, kemm f'Għawdex stess kif ukoll f'Malta.", "Fil-fatt fiċ-ċentru ta' l-universita' f'Għawdex żidna l-korsijiet.", "Jekk inhu fl-ITS żidna l-korsijiet, jekk inhuwa l-ETC ħdimna magħhom ukoll u żidna ħafna korsijiet.", "U f'Għawdex stess illum għandna rekord ta' kemm qegħdin isiru korsijiet full-time u part-time.", "Ovvjament dan minbarra l-korsijiet obbligatorji, primarja, sekondarja u sixth form.", "Pero' nerġa' ngħid li qatt daqs illum ma kien hemm daqstant korsijiet għal kull faxxa tas-soċjeta' għaddejjin f'Għawdex.", "Ma ħallejna lil ħadd barra għaliex nemmnu li llum, l-edukazzjoni hija lifelong learning u allura ridna li l-korsijiet li norganizzaw ġewwa Għawdex ikunu mifruxa għal kull ċittadin Għawdxi.", "Għaldaqstant b'wiċċna minn quddiem ngħidu li s-sistema edukattiva tagħna m'hijiex fqira - kif għamel riferenza għaliha l-Onor.", "Anton Refalo - imma hija sinjura.", "Qatt ma kienet sinjura daqs illum u dan mhux biss jikkonfermawh l-istudenti tagħna, bin-numru ta' żieda li kellna fihom, bin-numru inkoraġġanti ta' riżultati fil-junior lyceum, fl-'O' levels u fl-'A' levels imma anke għaliex illum qegħdin inkomplu nagħmlu l-edukazzjoni f'Għawdex aktar sinjura mil-lat ta' infrastruttura.", "Hawnhekk irrid ngħid li għandi bżonn ħafna iktar ħin sabiex wieħed japprezza dak kollu li għamilna matul dawn l-aħħar għaxar snin.", "Kien proprju fil-bidunett ta' l-amministrazzjoni tiegħi meta kont qbadt kull skola, rajt x'inhuma l-ħteġijiet tagħha f'dik li hija infrastruttura u għamilna rapport intensiv ta' kull skola li għandna ġewwa Għawdex.", "Imbagħad sena wara l-oħra bdejna ntejbu l-infrastruttura u l-ambjent ta' kull skola.", "Il-lista ma tispiċċa qatt u hija lista verament impressjonanti.", "Imxejna bi priorita' u bdejna mill-aktar affarijiet neċessarji.", "Naturalment dawn ma kenux xi lagħqa żebgħa kif smajna dalgħodu min-naħa ta' l-Oppożizzjoni imma sar refurbishment totali.", "Fil-fatt kellna wkoll nibnu partijiet ġodda kompletament u morna għal dak l-aktar li huwa essenzjali.", "Per eżempju, deherli li l-ewwel affarijiet li għandna nagħtu l- aktar kas tagħhom kienu proprju l-parti fejn tidħol il-faċilitajiet sanitarji, li sfortunatament kienu għadhom antikwati għall-aħħar.", "Morna wkoll għal dik li hija s-saħħa u s-sigurta'.", "Dan għaliex kellna skejjel f'Għawdex li lanqas biss kellhom salvavita, mentri aħna rrimedjajna għal dan ukoll.", "Irrid ngħid ukoll li bħalissa proprju għaddejja ħidma sabiex l- iskola primarja tax-Xewkija nagħtuha facelift mill-aktar qawwi.", "Mr Speaker, fir-rigward ta' l-iskola tax-Xewkija rrid ngħid li aħna bdejna naħdmu fuqha mhux meta tressqet xi petizzjoni hawnhekk fil-Parlament.", "Din irrid nagħmilha ċara mill-ewwel.", "Kull darba li l-ministeru għal Għawdex joħroġ b'idea ta' proġett u nibdew naħdmu fuqha - u l-fażi preparatorja tieħu ħafna żmien - ssib fuq il-mejda tal-Kamra petizzjoni ħalli nibdew dan il-proġett.", "Jiena lill-poplu Għawdxi dejjem emmint fih, naf li huwa intelliġenti u m'hu se jidħak bih ħadd.", "Jekk aħna se nagħmlu refurbishment sħiħ, b'somma li kważi taqbeż il-Lm160,000 għall-iskola tax-Xewkija, ma kenitx idea li tfaqqa' subgħajk u twettaqha.", "Din l-idea ilna naħdmu fuqha x-xhur u allura kien inutli li xi ħadd minn din il-Kamra jmur jiġbor il- firem tal-ġenituri tax-Xewkija biex jgħidilhom li rridu li l-iskola tagħna tingħata r-refurbishment li hemm bżonn, meta dan ir-refurbishment kien ippjanat u konna diġa' ħriġna t-tenders għalih.", "U xi kultant dawn l- affarijiet jimmeraviljawni.", "Madanakollu l-akbar meravilja hija l-pjan ta' ħidma li qiegħed jitkellem dwaru l-partit Laburista.", "Sfortunatament fuq Għawdex kien fqir ħafna u l- ftit riferenza li għamel għalih kien proprju dak li aħna diġa' qegħdin inwettqu u li se nkomplu nwettqu 'l quddiem.", "F'dan il-pjan ta' ħidma ma kien hemm l-ebda novita'.", "Issa din il-kritika li m'hemmx kordinament bejn l-amministraturi u d-diretturi huwa kollu kliem fil-vojt.", "Jiena nista' nagħti konferma li dak kollu li jsir f'Għawdex ma jsirx b'ħidma ta' persuna waħda imma jsir bi sforz kollettiv.", "Kulħadd għandu t-terms of reference tiegħu u kulħadd jaħdem id f'id.", "Wara kollox aħna ma nħarsux lejn is- suċċess tal-persuna individwali imma nħarsu lejn il-fatt li nirnexxu sabiex it-tfal tagħna jkunu aħjar u biex ikollhom skejjel tajbin.", "Finalment dan jissarraf ukoll f'ċittadini aħjar u allura tgawdi minn dan kollu l- komunita' Għawdxija kollha kemm hi.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Jekk m'hawnx aktar rimarki, insejjaħ lill-Ministru biex jagħlaq id-dibattitu.", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi): Mr Speaker, id-dibattitu fuq l-edukazzjoni mhux se jieqaf għaliex qegħdin nagħmlu l-winding up fuq liġi li qiegħda tressaq diversi emendi għall-Att dwar l-Edukazzjoni.", "Id-dibattitu mhux se jieqaf għaliex issa se ngħaddu għall-istadju ta' kumitat fejn l-abbozz ta' liġi jiġi eżaminat bir-reqqa.", "Id-dibattitu mhux se jieqaf hawn għaliex l-edukazzjoni hija proċess kontinwu u dinamiku u l-gvern wera bil-fatti kemm huwa miftuħ għall-ideat, għall-kritika u għas-suġġerimenti.", "Kull suġġeriment ġie kkonsidrat u mbagħad ittieħdu dawk id-deċiżjonijiet li huma fl-aqwa interess ta' pajjiżna.", "Hawnhekk ma nistax ma nagħmilx xi kummenti ta' natura politika għalkemm kont nippreferi li ninjora d-diversi kummenti li saru mill- kelliema ta' l-Oppożizzjoni u nikkonċentra fuq ċerti punti li għandhom x'jaqsmu u li huma rilevanti għal-liġi li għandna quddiemna.", "Madanakollu wara li dalgħodu smajt lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni, ma nistax ma nikkonkludix li meta tanalizza u tevalwa oġġettivament il-kontribut ta' l-Oppożizzjoni fuq dan l-abbozz ta' liġi, jidher biċ-ċar li jekk hawn xi ħadd li huwa skonness mir-realta', hija proprju l-Oppożizzjoni Laburista.", "L-Oppożizzjoni hija skonnessa kompletament minn dak li tassew qed jiġri fl- edukazzjoni u tirrepeti biss dak li jsefsfulha f'widnejha xi wħud.", "Hija Oppożizzjoni li l-aġenda tagħha llum m'hijiex l-aġenda biex intejbu l- edukazzjoni tal-pajjiż imma hija l-aġenda ffokata biss fuq kif se naħdmu - jekk hemm bżonn anke max-xitan - sabiex jintrebħu l-voti.", "M'iniex qiegħed ngħid li l-aġenda ta' l-Oppożizzjoni hija aġenda anti-demokratika jew xi aġenda li m'hijiex fil-kontest ta' oppożizzjoni politika, pero' meta nagħsar dak kollu li ntqal mill-kelliema kollha, inkurunati mid-diskors tal- Kap ta' l-Oppożizzjoni, insib li quddiemi għandi Oppożizzjoni li mhux veru qiegħda tħejji ruħha għal x'inhu l-interess veru tal-pajjiż.", "L-Oppożizzjoni li għandi quddiemi mhux veru qiegħda tifhem x'inhuma l- problemi veri u mhux veru li qiegħda tfassal soluzzjonijiet għal meta xi darba tkun fil-gvern.", "Dak kollu li smajna min-naħa ta' l-Oppożizzjoni huwa kollu kemm hu indirizzat sabiex nogħġbu lil dan il-grupp jew lil dak l- individwu.", "U kif jgħidu l-Ingliżi they are hunting with the hound and running with the hare.", "Dak kien l-eżerċizzju li rajna hawnhekk, l-istess eżerċizzju li l-Oppożizzjoni tagħmel kemm fuq l-agrikoltura, kemm fuq it- turiżmu, kemm fuq is-servizzi soċjali u kif ukoll fuq is-saħħa.", "Meta tagħsar dak kollu li jintqal issib ħafna stqarrijiet ġeneralizzati u stqarrijiet mingħajr l-ebda bażi ta' analiżi.", "Dawn sempliċement jiġu mixħutin hekk, fl-ajru u allura bilfors li jġiegħluk tgħid: Imma x'qed tgħid l-Oppożizzjoni?", "Mr Speaker, dalgħodu l-Kap ta' l-Oppożizzjoni tkellem fuq il-fliexken u għalhekk jiena ngħidlu li empty bottles make most sound!", "Huwa xebbah l- emendi li qed iressaq il-gvern f'dan l-Att dwar l-Edukazzjoni mal-fliexken.", "U għalhekk nerġa' ngħidlu li empty bottles make most sound.", "Ma nistax ngħid li ssorprendejt ruħi b'dak li qal il-Kap ta' l-Oppożizzjoni għaliex kont naf eżattament xi stand se jieħu.", "Din kienet l-istess stand li ħa meta kont ressaqt il-liġi dwar il-patrimonju kulturali ta' Malta, jiġifieri dwar l-arkivji nazzjonali.", "Din hija l-istand li jieħu l-Kap ta' l- Oppożizzjoni fid-diskorsi tiegħu, kull darba li l-Ministru Galea jew il- gvern joħolqu strutturi sabiex itejbu servizz fid-diversi oqsma ta' pajjiżna; il-Kap ta' l-Oppożizzjoni dejjem jgħid li kulma qed nagħmlu huwa li noħolqu l-istrutturi.", "U għalhekk għidt li ma ssorprendejtx ruħi bid- diskors tiegħu.", "Jekk tmorru tfittxu fid-dibattitu li kien sar meta waqqafna l-Heritage Malta, issibu l-istess sustanza tad-diskors li għamel illum.", "Ma ssorprendejtx ruħi għaliex dan huwa d-diskors li jagħmel il-kap Laburista fil-każini Laburisti u fil-laqgħat tal-partit.", "Madanakollu jiena ma nippretendix li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni jiġi f'din il-Kamra u jagħmel biss għaxar minuti meeting ta' partit u daqshekk.", "Mr Speaker, l-Onor.", "Sant qalilna li fil-liġi m'hemmx focus dwar x'inhu jiġri fil-klassijiet, dwar l-ambjent li fih jitgħallmu l-istudenti u dwar x'qed nagħmlu għax-xjenza u t-teknoloġija.", "Min qallu lill-Kap ta' l- Oppożizzjoni li dawn il-materji rridu niktbuhom fil-liġi?", "Anke l-Onor.", "Carmelo Abela qalilna li fil-liġi m'hemm xejn dwar l-aġenda ta' Lisbona.", "Naħseb li kieku ma kienx", "hawn l-aġenda ta' Lisbona, l-Oppożizzjoni ma kien ikollha assolutament xejn xi tgħid fuq dan il-qasam.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni qalilna li jmissna nistaqsu lilna nfusna għalfejn qegħdin naqgħu lura.", "L-ewwelnett irrid ngħid li ma naqbel xejn mal-kelliema ta' l-Oppożizzjoni li aħna qed naqgħu lura għaliex tħares fejn tħares, issib li pajjiżna miexi 'l quddiem.", "Huwa minnu li għad fadlilna aktar x'nagħmlu imma l-indikaturi, fid-diversi livelli u fid-diversi oqsma huma indikaturi tajbin u juru li qegħdin nimxu 'l quddiem.", "Minn fejn ġabha l-Kap ta' l-Oppożizzjoni li m'aħniex nagħtu importanza lill-qasam ta' l-illiteriżmu?", "Minn fejn ġabha?", "Min bellagħhielu din?", "Min qabbel ma' 40 sena ilu?", "Mela kien qiegħed fis-seba' sema?", "Aħna qabbilna ma' l-aħħar ċensiment li sar għaxar snin ilu u qabbilna ma' dik il-famuża ċifra li l-Oppożizzjoni tant ilha ttambar fuqha, dik iċ-ċifra li huma ġibduha għad-dritt u qalu li kienet ta' 12%.", "Iċ-ċensiment nazzjonali li sar fl-1995 kien jgħid li mill-popolazzjoni kollha hemm 11.3% ta' illiterati.", "Issa jien qabbilt dik iċ-ċifra maċ-ċensiment li sar is- sena l-oħra u għidt li din iċ-ċifra niżlet għal 7.3%.", "Il-Kap ta' l- Oppożizzjoni qalilna li trid tara l-persentaġġ ta' kull cohort.", "Li kieku naraw il-persentaġġ tal-cohort li joħorġu mill-iskola ta' 16-il sena, insibu li mhux 7.3% ta' illitteriżmu għandna imma xi 1.5% jew 2%.", "Allaħares insibu 7.3% kif qed jgħid iċ-ċensiment meta qed jagħmel average għall-popolazzjoni kollha!", "Meta aħna nagħtu dawn iċ-ċifri, ma nagħtuhomx biex nimminimizzaw is-sitwazzjoni.", "Modestament ngħid li jiena bniedem li ma nħobbx nimminimizza l-problemi imma nkun irrid naf x'inhi r-realta' sħiħa.", "Għalhekk matul is-snin insistejt li jkun hemm analiżi kritika tad- diversi aspetti tas-sistema edukattiva.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni qalilna wkoll li we are missing the wood for the tree.", "Dan għaliex skond hu, aħna suppost qegħdin naraw kif twettaq tabilħaqq il-kurrikulu nazzjonali.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni qiegħed jgħix fil-preżent jew qed jgħix fis-sħab?", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni qiegħed jgħix fuq il-gżira li għandu fl-immaġinazzjoni tiegħu, fejn irid ipinġi r- realta' sewda kif jaraha hu ħalli jipprova jbellagħha lill-poplu Malti li s- salvazzjoni ta' Malta u Għawdex tinsab biss ġol-kurituri ta' moħħu?", "Jekk dan li qed nagħmlu m'humiex għodda u miżuri sabiex nassiguraw il-miri tal- kurrikulu, mela x'inhuma?", "Jien niggarantilek, Mr Speaker, li l-Kap ta' l- Oppożizzjoni ma jafx x'jiġifieri kurrikulu nazzjonali għaliex li kieku jaf xi jfisser ma jitkellimx b'dan il-mod.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni għandu stampa biased u ppreġudikata, li wassluhielu nies preġudikati.", "Li ma kienx hekk ma kienx jiġi jitkellem b'din il-manjiera partiġġjana u negattiva fuq xi ħaġa li konsistentement jiena qgħadt attent li nitkellem b'manjiera fejn inħalli l-politika partiġġjana barra.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni qalilna li rridu nkunu nafu x'qed jiġri fil- klassijiet, pero' min-naħa tiegħu, qraha l-liġi?", "Jiena ngħid li lanqas qraha għaliex kieku qara l-liġi kien ikollu risposta għal din il- mistoqsija.", "Kien jinduna li l-liġi qed tipprovdi għodda aħjar milli diġa' għandna.", "Fil-liġi qed ngħidu li se jkun hemm l-ispettorat edukattiv u li qegħdin ninsistu fuq proċess ta' verifika interna ta' kwalita', liema proċess diġa' beda.", "Din m'hijiex xi ħaġa li qed insemmuha fil-liġi u li għad trid issir għaliex il-proċess ta' kwalita' interna huwa proċess li diġa' beda fis-sistema edukattiva.", "Allura kif jiġi l-Kap ta' l- Oppożizzjoni u jitfa' dawn il-kummenti bl-addoċċ?", "Qalilna li hemm bżonn that we attack the problems head-on.", "Allura meta jien nipproponi that we attack the problems head-on, il-kelliem ta' l-Oppożizzjoni jgħid li qiegħed nagħmel terremot u meta l-Kap ta' l-Oppożizzjoni jħares min-naħa l-oħra - qisu għandna Oppożizzjoni li qed tara werċ – jgħid li aħna qegħdin nimminimizzaw l-affarijiet u m'aħniex qed nieħdu l-affarijiet bis-serjeta'!", "Mr Speaker, qalilna wkoll li l-istrutturi qegħdin ifaqqsu.", "L-istrutturi kienu jfaqqsu fi żmienhom.", "Hawnhekk ħlief manjiera mill-aktar fjakka sabiex jipprovaw b'xi mod jagħtuna xi ħjiel ta' x'setgħu għamlu fl- edukazzjoni, ma smajtx min-naħa ta' l-Oppożizzjoni.", "Fl-opinjoni tiegħi, għad iridu jaħdmu ħafna aktar sabiex ineħħu minn moħħ il-poplu Malti u Għawdxi d-diżastru fl-edukazzjoni li ġabu huma meta kienu fil-gvern.", "Issa meta ngħid diżastru ma rridx infisser li kulma għamel gvern Laburista kien kollu ħażin.", "Pero' l-kumulu tiegħu kien ħażin.", "Jiena nistieden lil dawk li qegħdin in their mid-30s, early 40s u nistieden lill-ġenituri tagħhom, flimkien ma' l-eluf ta' għalliema ħalli jgħidulna minn xiex għaddew taħt partit Laburista fil-gvern.", "Smajna lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni jitkellem fuq l-aġenda ta' Lisbona.", "Għalfejn ma tkellimx fuq meta kien hu nvolut fis-sistema ta' l-universita'?", "Il-kap tal-partit Laburista messu tkellem fuq kif kienu jidħlu l-istudenti u fuq kif żammejna l-universita' magħluqa.", "Niftakru kif dak iż-żmien, l- istudenti li kienu jiggradwaw bilkemm kienu jlaħħqu l-ftit mijiet.", "Jiena nfakkar li fl-1985 iggradwaw biss 219-il student.", "Dan kien fi żmien Dr. Alfred Sant.", "Fl-1987 imbagħad telgħu qrib l-400.", "Issa Dr. Sant jaf li s- sena l-oħra kien hemm 2,635 iggradwat?", "Min jaf, li kieku fl-1988 kellna 800 gradwat minflok 400, forsi kieku llum qrobna daqsxejn aktar lejn l- aġenda ta' Lisbona.", "Allura kif jista' jitkellem fuq din il-materja l-Kap ta' l-Oppożizzjoni?", "Meta hawnhekk nisma' dak li qal il-kelliem ta' l-Oppożizzjoni fuq l- edukazzjoni, dak li qal il-Kap ta' l-Oppożizzjoni u dak li qalu diversi membri oħra min-naħa opposta, bilfors ikolli ngħid li \"with friends like these, education does not need enemies\".", "Dawn m'humiex il-ħbieb ta' l- edukazzjoni.", "Mela jekk tkun ħabib ta' l-edukazzjoni, tiġi titkellem b'din il-manjiera?", "L-ewwel jiġu jgħidulna li jaqblu li jkun hemm regolatur u operatur, u mbagħad f'daqqa waħda jgħidu li l-istrutturi tad-direttorat li jkun regolatur u d-direttorat li jkun l-operatur, huma biss fliexken, finzjoni jew dilettantiżmu tal-Ministru Galea!", "Kif tista' tieħu lill- Oppożizzjoni bis-serjeta' meta l-ewwel tgħid li għamlet dokument - li jien ngħidlu anonimu - li fih taqbel li jkun hemm distinzjoni bejn il-funzjoni ta' l-istat sabiex aħna nirregolaw l-istandards, il-kwalita' u dak li qed jiġri mill-klassijiet u mbagħad, fl-istess nifs, niġu hawnhekk u min jgħid li se nagħmlu terremot għaliex se nagħmlu din il-bidla u min li din hija xi ħaġa frivola jew xi ħaġa tal-fliexken.", "Mr Speaker, il-kelliem ta' l-Oppożizzjoni qal ukoll li meta jiena, fi Frar ta' din is-sena, għamilt stqarrija dwar il-Kummissjoni Nazzjonali ta' l- Edukazzjoni, kelli biss il-ħsieb li nbiddel dawk l-aspetti li jolqtu lil din il-kummissjoni.", "U allura staqsieni kif issa ġejt f'din il-Kamra b'dawn l-emendi kollha.", "Madanakollu l-Onor.", "Abela qiegħed jara dawn l-emendi kollha mentri l-Onor.", "Sant qiegħed jgħid li hawnhekk m'aħna nagħmlu xejn speċjali, li kollox superfiċjali u li ma jfissru xejn.", "L-ewwelnett qiegħed nistagħġeb kif il-kelliem ewlieni ta' l-Oppożizzjoni ma fehemx dak li kont ressaqt jien.", "Meta għamilt dik l-istqarrija kont qed ngħid li l-gvern, wara li kellu r-rapport Chalmers fl-2004 u wara li kellu d-dokument dwar il- kummissjoni nazzjonali għal edukazzjoni ogħla f'Novembru ta' l-2005, waqqafna l-kummissjoni nazzjonali fi Frar 2005 b'deċiżjoni tal-Kabinett.", "Din il-kummissjoni, fost l-ewwel terms of reference li se jkollha, huwa dak li tagħti l-pariri tagħha dwar x'bidliet hemm bżonn fil-liġi ta' l- edukazzjoni ħalli b'hekk inkunu nistgħu nagħtu bażi legali lil din il- kummissjoni.", "Jiena kont għidt li f'dan l-istadju m'iniex se mmiss sostanzjalment l- issues ta' l-edukazzjoni ogħla li għandna fil-liġi ta' l-edukazzjoni imma se nagħti biss bażi legali lill-kummissjoni.", "Imbagħad una volta li l- kummissjoni jkollha l-bażi legali tagħha, inkunu nistgħu naqbdu x'għandna fil-liġi ta' pajjiżna li jolqot l-edukazzjoni ogħla, x'għandna rigward l- MCAST, l-ITS, l-Universita' u l-edukazzjoni ogħla li qed issir ġo pajjiżna minn istituzzjonijiet privati Maltin u barranin, u wara li nisma' lill- kummissjoni, nerġa' nġib l-emendi għal dik il-parti.", "Dak kien id-diskors li għamilt jien fl-istqarrija.", "Jiena m'għidtx li m'iniex se nġib l-emendi tad-direttorat, m'għidtx li m'iniex se nġib l-emendi tal-kulleġġi u m'għidtx li m'iniex se nagħmel il-kunsill dwar il-professjoni ta' l- għalliema.", "Min qalha din?", "L-Onor.", "Carmelo Abela fehem ħażin u daqshekk.", "Dakinhar jien kont ċar fi kliemi u għidt li qed nitkellem biss fuq il-qasam ta' l-edukazzjoni ogħla.", "Issa bir-rispett kollu, imma jekk ma fehemhiex f'dan il-kontest, allura lanqas qiegħed jifhem l-affarijiet b'mod tajjeb.", "Dakinhar kont ċar daqs il-kristall u jekk tikkwotaha ssib din it-tifsira.", "U jekk tridu tinterpretaw l-affarijiet b'dik il-manjiera dejqa li tinterpretaw ħafna affarijiet, għamlu affarikom.", "Mr Speaker, x'inhi l-liġi li għandna quddiemna?", "Din hija traduzzjoni f'liġi tad-dokument \"Biex uliedna jirnexxu lkoll\".", "L-Onor.", "Membru qiegħed jgħidli li dak kien anonimu, pero' jiena ngħidlu sabiex jaqra l- acknowledgement u jkun jaf min huma n-nies li ħadu sehem fih.", "Jara min huma n-nies mill-ministeru tiegħi, mid-diviżjoni ta' l-edukazzjoni, mill- universita' u mill-MCAST li qegħdin jagħtu l-pariri għaliex jien naf bihom.", "Dawn l-ismijiet ma jiġux ippubblikati u jien ma nsib l-ebda diffikulta' sabiex nagħmel dan għaliex fl-edukazzjoni dejjem għidt li everything is on board.", "Fl-edukazzjoni m'għandix x'naħbi.", "Jekk f'Ġunju ta' l-2005 ippubblikajna d-dokument \"Biex uliedna jirnexxu lkoll\" u sena wara se nagħmluh f'liġi, dan ifisser li sar f'daqqa?", "Jekk jiena kelli r-rapport ta' Lino Spiteri dwar l-edukazzjoni inklussiva u speċjali u issa nemenda dawk l-artikli li rrakkommandali dan ir-rapport, qed nagħmel xi ħaġa ħażina?", "Per eżempju, l-Onor.", "Abela qalilna li l-fakulta' ta' l-edukazzjoni qalet li hija ma taqbilx ma' dan id-dokument.", "Issa jista' jgħidilna meta l- fakulta' ta' l-edukazzjoni qalet hekk?", "Li xi ħadd mill-fakulta' jesprimi xi opinjoni naqbel imma li l-fakulta' ltaqgħet u ddiskutiet m'huwiex minnu.", "Mr Speaker, aħna għamilna proċess twil, maħsub u informat sabiex inġibu lil kulħadd konxju ta' dak li qed nagħmlu.", "Min-naħa l-oħra l-Oppożizzjoni kitbet ftit faċċati u qiegħda ssejjaħlu pjan għall-edukazzjoni.", "Ġabet lil dawn li jissejħu stakeholders, bil-media preżenti, għal xi laqgħa ta' xi nofs siegħa jew tliet kwarti, ħalli mbagħad tkun tista' tgħid kemm kellha ftaħir fuq dak il-pjan!", "Dik diskussjoni?", "Għalija dik m'hi xejn ħlief farsa.", "Min għandu għal qalbu l-edukazzjoni ma jittrattahiex b'dan il-mod.", "Mela Oppożizzjoni serja tittratta l-edukazzjoni b'dan il-mod?", "L- Oppożizzjoni ma qalet xejn fuq id-dokument \"Biex uliedna jirnexxu lkoll\".", "Ġiet mistiedna, anke bil-kitba, sabiex tgħidilna x'taħseb bħala Oppożizzjoni.", "Issa l-Onor.", "Abela qiegħed jgħid li ma rċieva xejn.", "L-ewwel neħħa ma nafx kemm-il kopja tad-dokument \"Biex uliedna jirnexxu lkoll\" minn dan il-Parlament u mbagħad qed jgħid li ma rċieva xejn!", "L-istqarrija tal- gvern uffiċjali erga omnes, għal kulħadd kienet.", "Mela l-white papers, il-green papers u l-proċessi ta' konsultazzjoni mhux għalhekk isiru?", "Meta ppubblikajna l-white paper tal-pensjonijiet, il-gvern kien qal li kulmin għandu x'jgħidilna fuq il-pensjonijiet, jista' jaqbad u jagħtina l-pariri tiegħu.", "Għidna li dawn ir-rapporti fihom l-analiżi fattwali tal-world bank għal min ried jarah.", "Irċevejna mazz mhux ħażin imma min-naħa ta' l-Oppożizzjoni ma rċevejna xejn, bħalma ma rċevejna xejn mill-Oppożizzjoni fuq ir-rapport ta' Lino Spiteri.", "Veru li Lino Spiteri u l-grupp marru sabiex jiltaqgħu ma' l-Oppożizzjoni, huwa minnu wkoll li ċ- Chalmers mar biex jiltaqa' ma' l-Oppożizzjoni, veru wkoll li ċ-chairman tan- national commission iltaqa' magħhom, pero' ma smajna xejn fuq il- konklużjonijiet, fuq l-analiżi u fuq ir-rakkommandazzjonijiet ta' l- Oppożizzjoni.", "Baqgħet assenti u skonnessa, basta nibqgħu hunting with the hound and running with the hare.", "Nipprovaw nidhru sbieħ ma' kulħadd u qisu ma ġara xejn għaliex l-aktar oġġettiv iffokat ta' l-Oppożizzjoni huwa li jitilgħu fil-gvern.", "Jekk tagħsar kollox x'issib li hija s-soluzzjoni tagħhom għall-poplu Malti?", "Is-soluzzjoni tal-partit Laburista huwa li jwarrbu lil dan il-gvern min-nofs ħalli minfloku jidħlu huma.", "Naturalment il-partit Laburista se jkun fil-gvern xi darba għaliex f'dan il- pajjiż teżisti l-alternanza wkoll, pero' meta nara lill-Oppożizzjoni tieħu dan l-atteġġjament fuq l-edukazzjoni, kemm bħala ċittadin u kif ukoll bħala missier, nibda ninkwieta.", "Bħala missier ngħid li hija ħasra li l- edukazzjoni ta' Malta u Għawdex tista' terġa' tiġi f'idejn il-partit Laburista għaliex f'dawn it-tliet seduti, l-Oppożizzjoni wriet biċ-ċar li mhux veru temmen fil-bidla.", "L-Oppożizzjoni għadha temmen fl-istess binarji u konċetti li bihom mexxiet l-edukazzjoni fis-snin sebgħin u fis-snin tmenin.", "L-istess ħaġa nistgħu ngħidu fuq il-manjiera ta' kif jitkellmu fuq il-kwestjoni tat-trade schools.", "Possibbli li l-Oppożizzjoni se tgħid lill- gvern fuq l-importanza ta' l-edukazzjoni teknika?", "Mr Speaker, min waqqaf l-istituti tekniċi ta' Raħal Ġdid u tan-Naxxar?", "Mhux il-gvern Nazzjonalista ta' Borg Olivier waqqafhom dawn l-istituti?", "Intom x'għamiltu meta tlajtu fil-gvern?", "Ħloqtu t-trade schools u għalkemm l-intenzjoni tagħhom kienet tajba, imma l-manjiera ta' kif għamiltuhom kissirtuhom u l-edukazzjoni teknika tajtuha stima baxxa.", "Kien il-partit Laburista fil-gvern li ta stima baxxa lill-edukazzjoni teknika u għadna nbatu l-konsegwenzi sal-lum.", "U mela jiġi l-Kap ta' l-Oppożizzjoni jitkellem fuq l-aġenda ta' Lisbona!", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni u sħabu huma l-aħħar nies li għandhom dritt jitkellmu fuq l-aġenda ta' Lisbona għaliex jekk kien hawn gvern li tellifna snin twal ta' progress f'ħafna oqsma, kien proprju l-partit Laburista fil-gvern.", "Jiena dejjem ngħid li kont u għadni ammiratur tal-Perit Mintoff, pero' lil Mintoff u lil ta' warajh ngħidilhom li kellhom opportunita' tad-deheb, fejn setgħu għamlu ħafna aktar ġid milli għamlu - biex ma ninftehimx li qed ngħid li m'għamlux ġid - u l-opportunitajiet li kellhom m'għarfuhomx.", "Is- sinjali taż-żmenijiet ma kontux tafu taqrawhom.", "U minn dak li smajt f'dawn it-tlitt ijiem, lanqas issa m'huma qegħdin jaqraw is-sinjali taż-żmenijiet.", "L-Oppożizzjoni tagħmel bħall-pappagalli, tirrepeti l-frażijiet u tgħid li hija moderna.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni huwa prammatiku għaliex jemmen fil- marketing, pero' lanqas dak m'hu qiegħed jirnexxielu jagħmel tant tajjeb.", "Hemm ħafna issues oħra x'wieħed isemmi.", "Per eżempju, jiena nagħmel fil- liġi l-proposta għall-kumitat permanenti dwar l-edukazzjoni ħalli proprju nassigura li jkun hemm il-kordinament", "bejn kulħadd u mbagħad jiġi l-kelliem ta' l-Oppożizzjoni u jistaqsini għalfejn se nagħmluha bħala liġi.", "Mela filli jgħidli għalfejn se tagħmluha b'liġi u mbagħad jgħidli għalfejn m'hemmx trasparenza!", "Mr Speaker, min qallu li fil-kunsill dwar l-għalliema m'hemmx trasparenza?", "Hemm trasparenza kif inhu l-kunsill ta' l-għalliema u jiena nibqa' open għal kull proposta li nirċievi - anke mingħand l-MUT – ħalli żgur nagħmluh aħjar.", "Staqsewni wkoll għalfejn ġibt l-emendi tal-kunsill ta' l-għalliema.", "Jekk f'dawn l-aħħar snin għamilna l-kunsill ta' l-accountants, tas-social workers, tal-psikologi, ta' l-inġiniera u ta' kull professjoni oħra, issa għax se nagħmlu l-kunsill ta' l-għalliema qisna se nivvintaw ir-rota?", "Mhux kunsill bħal dan irridu nagħmlu ħalli mbagħad ikun applikabbli anke għall- għalliema?", "Hemm diversi ħwejjeġ oħra li naturalment se jkollna ċ-ċans li niddiskutuhom fl-istadju ta' kumitat.", "Hawnhekk irrid ngħid li quddiemna għandna dan l-abbozz ta' liġi, pero' l-liġijiet li fih m'humiex bħall- kmandamenti ta' Mose' miktubin fil-ġebel.", "L-esperjenza tiegħi hija li l-Oppożizzjoni tagħti l-kontribut tagħha fl- istadju ta' kumitat u nieħu gost b'dak il-kontribut li tagħti.", "Min-naħa tiegħi se nibqa' fi spirtu kostruttiv u fi spirtu ta' djalogu fis-seduti li għandna quddiemna.", "Se nara wkoll x'inhuma l-proposti, is-suġġerimenti u x'inhuma d-diffikultajiet li wieħed jista' jkollu.", "Naturalment se nagħmel mill-aħjar li nista' sabiex nagħti l-aħjar spjegazzjoni.", "Xi ħadd qal li għandu d-dubji tiegħu fuq xi ħaġa jew oħra.", "Jekk inti għandek sistema edukattiva li tiddependi minn ma nafx kemm-il ġenituri, li tiddependi minn 50,000 student, minn xi 7,000 għalliem u minn ma nafx kemm-il mitt uffiċjal, żgur li l-liġi m'hijiex is-soluzzjoni ta' dan kollu.", "Il-liġi hija biss għodda u appoġġ, imma fl-aħħar mill-aħħar irridu niddependu fuq dawn l-eluf ta' nies li għandhom x'jaqsmu b'mod dirett mal-qasam edukattiv.", "Sal-lum dawn in-nies taw ħafna riżultati u dak li qed nipprovaw nagħmlu llum huwa li nkomplu ntejbu r-riżultati miksuba għaliex fl-aħħar mill-aħħar l-ambizzjoni tagħna hija dik li wliedna jirnexxu lkoll tassew.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Se ngħaddi biex inqiegħed il-mistoqsija.", "Il- mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Att dwar l- Edukazzjoni, Kap. 327\" ikun moqri t-Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Il-mozzjoni għaddiet u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tieni Darba.", "MR SPEAKER: Sar il-ħin.", "Il-Viċi Prim Ministru, jekk jogħġbu, iressaq l- Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal-lum it-Tlieta, 27 ta' Ġunju, fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Edukazzjoni - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili - Tieni Qari (Kont); u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta - Tieni Qari. ----------------------------------- Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Kriminali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Liġijiet dwar il-Protezzjoni tal-Konsumatur - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Reġistru Ċentrali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Adozzjoni ta' l-Euro - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Ġarr Stradali Internazzjonali ta' Merkanzija - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Konvenzjoni Ewropea - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Intermedjarji fl-Assigurazzjoni - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (Segretarju Parlamentari): Mr Speaker, bl-aġir politiku pervers tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni, ġejna fid-dubju fuq xiex tista' tkellem lill-kostitwenti tiegħek u fuq xiex tista' titkellem man- nies li jiġu għandek bħala politiku għall-għajnuna.", "Ġejna f'dubju fuq jekk tistax tibgħat ittra għan-nom tagħhom u fuq kif għandek titkellem magħhom.", "Nhar il-Ġimgħa, il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, b'ċerta nostalġija għall-bini ta' Kastilja, iddeċieda li jiġi hemmhekk sabiex jiltaqa' ma' l-istampa u jerġa' jakkużani.", "Pero' issa drajna b'dawn ix-xeni, il-Kap ta' l- Oppożizzjoni jakkużani u jien nibqa' sejjer b'xogħli.", "Akkużani li fuq letterhead ta' l-uffiċju politiku fis-segretarjat tiegħi, ktibt lill-Joint Office fejn informajthom li kostitwent kien aċċetta l-prezz mitlub minnhom sabiex jifdi ċens skond skema li tagħti parametri fissi ta' prezzijiet.", "U bgħattilhom ukoll dokument li kienu talbuni.", "Issa l-ewwel ħaġa li għamel il-Kap ta' l-Oppożizzjoni kienet li kiser id- Data Protection Act fil-konfront tal-persuna li fuqu nsterqet karta mill- Joint Office sabiex ġiet mgħoddija għand l-Onor.", "Sant.", "Dan mingħalih li għamel xi opra sagra u taha lill-press.", "Fuq din il-karta kien hemm miktub D033/2001, li kienet tirriferi għal ċertu Sur Ellul, li kien ġie għandi bħala politiku sabiex ngħinu fl-applikazzjoni tiegħu għall-fidi ta' ċens.", "Meta mbagħad ġietu l-ittra tal-prezz, reġa' ġie għandi sabiex niktiblu ittra u ngħarraf lill-Joint Office li huwa kien se jaċċetta l-prezz.", "F'kelma waħda din il-persuna kienet lesta li tagħmel il-kuntratt.", "Dan il- kuntratt irid isir minn nutar tal-gvern.", "X'għamel l-Onor.", "Sant?", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, b'mod pervers, ipprova jdawwar din l-ittra billi beda jgħid li jien kont qiegħed nipprova nagħmel xi biċċa negozju jew li inkella din l-ittra kienet taffettwa lin-notarjat tiegħi.", "Madanakollu lill- Onor. Sant inserraħlu moħħu li llum l-uffiċju notarili tiegħi jinsab immexxi minn ħija, minn erba' nutara oħra u mit-tifel tiegħi, li għall- grazzja t'Alla laħaq nutar ukoll.", "Għaldaqstant hemm biżżejjed min imexxi l- uffiċċju tiegħi.", "Naturalment min jiġi jkellimni fuq affarijiet konnessi ma' politika, naqdih jien u meta jibda jkellimni fuq affarijiet li għandhom x'jaqsmu mal-professjoni tiegħi, ngħaddih għand wieħed min-nutara l-oħra.", "Issa n-nies ikellmuni fuq ħafna affarijiet.", "Ħadd ma jiġi jkellimni fuq jekk għandux jieħu l-panadol jew xi mediċina oħra għaliex m'iniex kompetenti f'dak il-kamp, la bħala politiku u lanqas mod ieħor.", "Pero' n- nies li jiġu għandi jkellmuni fost l-oħrajn fuq l-income tax.", "Dan l-aħħar kelli baraxx ta' nies fid-diversi uffiċini fejn nara n-nies għall-politika, li ġew għandi sabiex nimlewlhom il-formola tal-capital gains tax.", "Dan għaliex sfortunatament, mill-income tax department jibagħtuhom għand il-politiku, għand nutar jew għand xi ħaddieħor, minflok ma jibagħtuhom għand accountant biex jimlewlhom l-affarijiet tal-capital gains tax.", "Madanakollu tieħu paċenzja u timlilhom dawn il-formoli.", "Min- naħa tiegħi ma niddejjaq xejn niffirma dawn il-karti għaliex inkun qiegħed ngħin lin-nies fil-problemi li jkollhom.", "Wara kollox konna aħna li rranġajna l-liġi dwar l-income tax u allura huwa tajjeb li nfiehmu lin-nies u nuruhom kif din taħdem.", "Mr Speaker, in-nies jiġu jkellmuni wkoll fuq problemi tal-Joint Office għaliex fl-1996 ħriġna skema għal min joqgħod f'post tal-Joint Office u mbagħad, emendajniha anke għal min għandu post tal-villeġġjatura tal-Joint Office, fejn dak li jkun seta' jifdi ċ-ċens temporanju bi skema li l- prezzijiet tagħha jiddependu skond kemm tħallas u skond kemm baqagħlek żmien tagħha.", "Lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni ngħidlu li sa dalgħodu stess ktibt żewġ ittri oħra bħal dawn għaliex ġew ikellmuni żewġ persuni oħra.", "Anke wara r-reklam li għamilli fuq il-gazzetta \"L-Orizzont\" nhar is-Sibt li għadda, ġew ikellmuni n-nies fuq affarijiet oħra.", "In-nies jiġu jkellmuni fuq il-bżonnijiet tar-Rabat u fuq letterhead tiegħi ktibt fuq bżonn li għandu r-Rabat u li fuqha ġie jkellimni l-president tal-partit Laburista tar-Rabat nhar is-Sibt li għadda.", "Għalhekk nispera li l-president tal- partit Laburista tar-Rabat ikollu d-diċenza li jgħid lill-Kap ta' l- Oppożizzjoni li nhar il-Ġimgħa filgħaxija, waqt li kienet qed tinfetaħ exhibition, ġie jkellimni fuq problema li hemm fuq l-Abatija tad-Dejr u li jien ktibt fuq letterhead tiegħi dwar din il-problema.", "In-nies jiġu jkellmuni wkoll fuq il-housing authority, fuq ir-raba', fuq il- bdiewa, fuq is-surcharge, fuq il-MEPA u fuq xogħol għaliex il-politika tfisser li inti tkun għas-servizz tal-poplu.", "In-nies għandhom ukoll l-idea li l-politiku huwa s-soluzzjoni ta' kollox.", "Il-politika hija l-għodda sabiex inti tgħix tajjeb u sabiex tara li l-pajjiż ikun pajjiż tajjeb u li fih tista' tgħix.", "Madanakollu dan m'għadux importanti aktar għall-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "L-importanti għalih huwa li fejn jista', jitfa' t-tajn u jċappas, kif ipprova jċappas lili, lill-Ministru George Pullicino, lill- Ministru Jesmond Mugliett, lill-Ministru Austin Gatt u lill-Ministru Michael Frendo.", "Fl-opinjoni tiegħi, lill-Onor.", "Alfred Sant nistgħu nagħtuh il-ministeru tat-tiċpis għaliex dejjem jipprova jċappas biex forsi xi darba teħel xi ħaġa!", "Pero' bl-aktar politika perversa, minflok ma jpoġġi fuq il- mejda soluzzjonijiet għal għada u juri li forsi fil-ħajja politika tagħna, hemm affarijiet li nistgħu nagħmluhom aħjar milli għandna sal-lum, il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, bl-għajnuna tal-mezzi tax-xandir u l-gazzetti tal-GWU, jara kif jipprova jsawwat lil dak li jkun.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni jara kif jipprova jalludi li qegħdin isiru affarijiet li mhux suppost isiru.", "Mr Speaker, jien la għadni nippubblika kuntratti u lanqas għadni nippubblika testmenti.", "Il-warrant tiegħi ta' nutar qiegħed in suspended animation għall-perjodu li fih inkun fil-kariga ta' segretarju parlamentari u sakemm il-Prim Ministru jogħġbu jżommni f'din il-pożizzjoni.", "Nerġa' ngħid li meta jiġu jkellmuk in-nies, dawn se jkellmuk fuq kollox.", "Allura jekk jiġi jkellimni bniedem u jgħidli nagħtih parir għaliex xtaq jixtri post lit-tifla tiegħu, jien ikolli ngħidlu: Tkellimnix għaliex qed tkellimni fuq post u bilfors trid tagħmel kuntratt għand in-nutara li hemm fl-uffiċċju tiegħi?", "Le, jien ngħidlu li bintu se tagħmel sew li tinvesti fil-bini u tixtri proprjeta' għaliha.", "B'hekk dawk il-flus li għandha minflok ma tonfoqhom f'affarijiet oħra, tinvestihom u għada pitgħada jkollha post taħt rasha, anke jekk forsi tiġi biex tieħu l-istat tagħha.", "Madanakollu għall-Kap ta' l-Oppożizzjoni dan huwa ksur ta' etika, meta hu, bħala prim ministru, kien jippermetti lin-nies tiegħu sabiex jeżerċitaw ix- xogħol tagħhom f'ċertu ħinijiet ħalli jibqgħu in konnessjoni man-nies aktar milli għal ħaġa oħra.", "Jekk il-Kap ta' l-Oppożizzjoni mingħalih li dak li jkun jista' ma jibqax in konnessjoni man-nies, qiegħed jagħmel l-akbar żball li jista' jagħmel mal-poplu.", "Issa hawn min jagħmel l-affarijiet tiegħu fl-apert u allura jsib lil min jipprova jgħid li qed jikser l-etika u hawn min jista' joqgħod id-dar waħdu, jikteb ktieb u jippubblikah.", "Imbagħad ir-royalties ta' dak il-ktieb ma jeħodhomx jew inkella jagħtihom lil ħaddieħor jew forsi jgħid li ma kitbux hu dak il-ktieb!", "Naħseb li l-ħin liberu kulħadd jużah kif irid hu, pero' hemm min għandu l-ħajja tiegħu ktieb miftuħ u jaraha kulħadd, u hemm min jagħmel ċerti affarijiet f'ħajtu bil-moħbi u bil- magħluq.", "Meta nitkellmu fuq l-etika, tajjeb li kulħadd ikun jaf li hawnhekk ngħixu ġo dar tal-ħġieġ, fejn kulħadd ikun jaf li meta qegħdin neżerċitaw il-ħajja politika tagħna, irridu nagħmlu ħafna affarijiet siewja sabiex nipprovaw nuru li aħna qegħdin hemm għas-servizz tal-poplu.", "Issa lili jistgħu jċappsuni kemm iridu għaliex jien noqgħod ġo raħal fejn in- nies jafuni, jafu sa fejn nasal u jafu kif nimxi magħhom.", "Issa ma' ħaddieħor l-Onor.", "Sant jista' jipprova joqgħod iċappas u jgħid li jrid.", "Jiena nista' ngħid ħaġa waħda biss.", "Mingħajr ma nipprova niftaħar, fil- ministeru tiegħi, li jaqa' taħt l-Uffiċju tal-Prim Ministru, nipprova nagħmel mill-aħjar li nista' għall-kostitwenza ta' Malta kollha.", "Dan għaliex ladarba ssir segretarju parlamentari jiġu jkellmuk minn Malta kollha.", "Sa dalgħodu stess ġew ikellmuni nies minn San Ġwann u minn Ħ'Attard fuq problemi tal-Joint Office.", "Issa naħseb li jien la fuq Ħ'Attard m'hu ħiereġ għall-elezzjoni u wisq inqas fuq San Ġwann, pero' xorta waħda għenthom għaliex dawk huma wkoll ċittadini Maltin u allura għandhom id-dritt li jgawdu mill-iskemi u mid-drittijiet li joħroġ il- gvern.", "Issa jekk il-Kap ta' l-Oppożizzjoni jiġi jgħidilna li din m'hijiex tajba, x'kien qiegħed jipprova jgħid dalgħodu fl-intervent tiegħu fuq il- liġi li għadha kif għalqet?", "Beda jipprova jgħid li aħna qegħdin f'ħidma parteċipattiva?", "Mr Speaker, l-Oppożizzjoni taf tgħid le u l-kap tagħha huwa l-aktar wieħed li jaf jgħid le.", "Lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni jiddispjaċini ngħidlu li din id-darba reġa' daħal fi sqaq.", "Qiegħed jidħol fi sqaq fil-konfront ta' ħafna ministri u segretarji parlamentari u qiegħed jipprova jagħmel minn kollox sabiex iċappasna.", "Madanakollu aħna se nkomplu naħdmu bis-serjeta' u se nkomplu naħdmu sabiex liċ-ċittadin nagħtuh dak li hu tiegħu.", "Minn hawnhekk nixtieq nitlob lill-Onor.", "Sant sabiex ikollu d-diċenza li ma jilgħabx bl-affarijiet tal-partikular.", "Qabel nagħlaq id-diskors tiegħi nixtieq nitlob lid-direttur tad-data protection sabiex jieħu passi kontra l- Kap ta' l-Oppożizzjoni talli esebixxa dokument li fih innifsu kien jalludi għal persuna li lili, nhar il-Ġimgħa stess qaltli li qatt ma tat dan id- dokument lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni u wisq inqas qatt ma awtorizzatu li jitkellem fuqu.", "Din il-persuna minflok sabet l-għajnuna li kellha bżonn mal-Joint Office, sabet skoll bil-mod ta' kif aġixxa magħha l-Kap ta' l- Oppożizzjoni.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Il-Ministru Deguara.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita'): Mr Speaker, xtaqt ngħaddi ftit tal-kummenti fuq risposta li tajt għal domanda parlamentari li qajmet ċertu interess mhux biss ġewwa din il- Kamra imma anke barra minnha.", "Qiegħed nirriferi għal mistoqsija parlamentari 18951 magħmula mill-Oppożizzjoni li fiha jiena ġejt mistoqsi x'inhi l-waiting list għall-operazzjonijiet mhux urġenti u għal dawk urġenti.", "L-ewwelnett irrid ngħid li bħal kull ħaġ'oħra, inti tuża ċertu kriterju.", "Meta nitkellmu fuq operazzjonijiet, nitkellmu fuq operazzjonijiet minuri, fuq operazzjonijiet intermedjarji u fuq operazzjonijiet maġġuri, bl-aħħar grad ikun dak ta' operazzjonijiet maġġuri kkomplikati.", "Meta tuża dik il-klassifika, tibda ssib li minkejja li hija klassifika tajba għal ħafna affarijiet, hija wkoll diffiċli sabiex kull operazzjoni li ssir, tkun tiffittja f'waħda minn dawn il-kategoriji mingħajr ma jkollok forsi dubju dwar jekk it-term minuri jew intermedjarju huwiex qiegħed jintuża bl-istess mod.", "Pero' ħalli nerġa' niġi għall- mistoqsija.", "Fir-risposta li tajt weġibt li sal-lum hemm jistennew 3,812-il persuna għall-operazzjoni tal-katarretti.", "Dawk li huma urġenti jridu jistennew sitt xhur, dawk li m'humiex daqshekk urġenti jridu jistennew sena mentri dawk li huma ta' rutina jridu jistennew bejn sentejn u nofs u tliet snin.", "Ir-reazzjoni għal din l-istatistika li tajt kienet mistennija allavolja kont fidil għall-klassifikazzjoni li ġeneralment nużaw meta nitkellmu fuq waiting list ta' operazzjonijiet.", "Tant hu hekk li wara li rrispondejt dik il-mistoqsija, ħareġ leader min-naħa tal-gazzetta \"L-Orizzont\" li beda kważi jitkaża u qal: \"Ara fiex wasalna issa, għal operazzjoni urġenti bħalma hija dik tal-katarretti, trid tistenna mill-inqas sitt xhur għall- operazzjoni!\".", "Dan staqsa x'inhi r-raġuni ta' din l-istennija u jekk hemmx xi definizzjoni ġdida tal-kelma \"urġenti\".", "Jien m'għandix dubju li l- maġġor parti ta' l-argument tiegħu kien kostruttiv, pero' xorta waħda ma setax jegħleb it-tentazzjoni li fl-aħħar jgħaddi wkoll xi kummenti politiċi, fis-sens li stieden lill-qarrejja sabiex jaslu għall- konklużjonijiet tagħhom dwar dan is-servizz partikolari fil-qasam tas- saħħa.", "Fl-aħħar ta' l-artiklu tiegħu għamel statement speċifika lill- pazjenti li kienet tgħid hekk:", "\"Trid tpoġġi lilek innifsek flok persuna li taf li tinħtieġ li tkun operata b'urġenza, imma li trid tistenna mill-inqas sitt xhur.", "Min ikun fl-istorja jaf xi rridu nfissru.", "Kull minuta taraha siegħa u kull siegħa taraha ġurnata, aktar u aktar meta taf li tinħtieġ operazzjoni b'urġenza.\".", "Mr Speaker, għaldaqstant deherli li għandi nikkjarifika ċerti affarijiet.", "L-ewwelnett nista' nagħmel sweeping statement u ngħid li m'hemm l-ebda operazzjoni tal-katarretta li tista' titqies urġenti.", "F'kelma waħda m'hemmx medical indication sabiex operazzjoni tal-katarretta tiġi deċiża urġenti jew le.", "Jekk irrid nippreċiża, forsi f'sena sħiħa jkollok tnejn jew tliet operazzjonijiet tal-katarretta li jitqiesu urġenti, fis-sens li jkunu immedjati u allura jsiru mill-ewwel.", "Madanakollu dawn isiru mhux minħabba l-katarretta nnifisha imma minħabba komplikazzjonijiet oħra li jkollha l-persuna nvoluta.", "Hawnhekk dejjem insemmu kemm għad baqagħlna x'nagħmlu mingħajr ma nsemmu x'għamilna wkoll.", "Fl-aħħar sena għamilna 1,104 operazzjoni tal-katarretta, b'medja ta' 21 operazzjoni fil-ġimgħa.", "Issa meta taqsamhom bejn l-erba' konsulenti li għandna, insibu li kull konsulent jagħmel medja ta' 5 operazzjonijiet fil-ġimgħa.", "Ovvjament wieħed jista' jagħmel iżjed li kieku għandna iżjed teatri dedikati għall-oftalmija u li kieku għandna iżjed spare capacity fis-sessions tat-teatru.", "Fil-fatt diġa' qegħdin nipprovaw nagħmlu xi ħaġa.", "Tant hu hekk li numru ta' operazzjonijiet tal-katarretti, qegħdin isiru mill-konsulenti anke nhar ta' Ħadd ħalli b'hekk innaqqsu mil-lista li għandna.", "Ħaġa interessanti hija għalfejn twalet il-waiting list.", "Jiena għamilt eżerċizzju fejn użajna l-istess kriterji li persuna kienet titpoġġa fuq waiting list 15-il sena ilu.", "Dan għaliex l-ewwelnett persuna kienet titpoġġa fuq il-waiting list meta kważi ma kienet tkun tara assolutament xejn.", "Peress li kien hemm rata ta' komplikazzjonijiet fl-operazzjoni, il- konsulent stess kien jgħid lill-pazjent tiegħu sabiex ma jagħmilx din l- operazzjoni qabel ma kważi jmurlu d-dawl għal kollox.", "B'hekk jekk l- operazzjoni ma tirnexxix, il-pazjent jibqa' fejn hu u ma jkun tilef xejn.", "Illum il-ġurnata s-safety margin ta' din l-operazzjoni huwa kważi ta' 100% u allura meta persuna tiġi identifikata li għandha bżonn operazzjoni tal- katarretta, titpoġġa mill-ewwel fuq il-waiting list.", "Issa li kieku qegħdin nużaw il-kriterji li kienu jintużaw 15-il sena ilu, fuq il-famuża waiting list, li skond ir-risposta parlamentari jiena għidt li hemm 3,812-il persuna, kien jibqa' biss 400 pazjent.", "Naturalment jekk wieħed jara kemm qegħdin nagħmlu operazzjonijiet isib li f'sena waħda nagħmlu 1,104 u allura malajr tifhem kif din il-waiting list ta' 400 pazjent – li kieku nużaw l- istess kriterji li konna nużaw 15-il sena ilu – nistgħu neħilsuha fi", "żmien sitt xhur.", "Mr Speaker, nerġa' ngħid li m'hemm l-ebda indikazzjoni medika għalfejn operazzjoni tal-katarretti għandha titqies bħala urġenti.", "Allura min huma dawk in-nies li qegħdin jitpoġġew taħt il-lista ta' l-urġenti?", "Naħseb li hawnhekk aħjar li nagħti eżempju.", "Ħalli nieħdu persuna ta' 80 sena li tgħix mal-familja tagħha u li għandha katarretta.", "Naturalment din il- persuna għandha bżonn tagħmel l-operazzjoni tal-kataretta.", "Għandek imbagħad l-istess persuna li għandha katarretta f'għajn waħda u li qiegħda tgħix waħedha, li wkoll tpoġġiet fuq il-lista ta' l-urġenti.", "U fl-aħħar għandek pazjent ieħor ta' l-istess eta', li għandu katarretta waħda, jgħix waħdu u joqgħod fit-tielet sular.", "It-tliet persuni għandhom l-istess kondizzjoni bl-istess gravita' u t-tlieta għandhom bżonn ta' l-istess operazzjoni.", "Issa ħalli nikkomplika ftit l-affarijiet.", "Għandek l-istess persuna li tgħix waħedha u li toqgħod fit-tielet sular, pero' għandha bżonn li tiġi operata għall-kataretti fiż-żewġ għajnejn.", "Naturalment it-tliet persuni qegħdin fl-istess livell ta' urġenza skond il-konsulent.", "Pero' naħseb li l-persuna li verament trid titqies qabel it-tnejn l-oħra, hija dik il-persuna li għandha bżonn tiġi operata għall-katarretti fiż-żewġ għajnejn u li tgħix waħedha fit-tielet sular.", "Ovvjament din il-persuna għandha l-kwalita' tal-ħajja ferm agħar minn tat-tnejn l-oħra.", "Issa ħafna drabi, ma jkollokx bżonn operazzjoni ta' katarretta waħda għaliex hawnhekk inkunu qegħdin nitkellmu fuq persuni anzjani u li allura, peress li l-katarretta hija kondizzjoni deġenerattiva, ġeneralment jiġu affettwati ż-żewġ għajnejn.", "Mela ħalli nerġa' nagħti eżempju ieħor.", "Għandek żewġ pazjenti ta' 80 sena li t-tnejn li huma affettwati bil- kataretti bl-istess mod.", "Wieħed minnhom saritlu l-operazzjoni u allura ġie jara tajjeb ħafna minn għajn waħda, pero' xorta jrid jistenna sabiex jiġi operati fl-għajn l-oħra.", "U għandek il-pazjent l-ieħor li għadu m'għamel l- ebda operazzjoni.", "F'dan il-każ naħseb li l-preċedenza trid tingħata lil dik il-persuna li għandha żewġ katarretti u li għadha ma ġietx operata fl- ebda għajn.", "Għalhekk nerġa' ngħid li hawnhekk m'aħniex qegħdin nitkellmu fuq urġenza medika, fuq operazzjoni immedjata kif forsi niftiehmu għal operazzjonijiet oħra.", "Anzi hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq tip ta' operazzjoni li tista' u għandha ttejjiblek il-kwalita' tal-ħajja.", "Madanakollu m'hemmx dik l-", "urġenza għaliha allavolja qiegħda kklassifikata - kif kien hawn fir- risposta parlamentari - taħt il-grupp ta' l-urġenti.", "Issa l-aħħar kumment li għadda l-editorjal ta' \"L-Orizzont\" kien jgħid hekk:", "\"Inkwetanti ma' dan kollu hemm ukoll il-fatt li fit-tweġiba tiegħu, il- Ministru...\"", "- għalkemm ma kontx mistoqsi –", "\".. imkien ma ta ħjiel ta' kif tista' tissolva din is-sitwazzjoni tal- biki\".", "Kompla jgħid li:", "\"Minn imkien ma jirriżulta xi pjan għandu l-gvern, jekk għandu, biex din is-siwazzjoni tissokta.\".", "Mr Speaker, naħseb li min kiteb l-editorjal ma jismax ta' spiss dwar il- proġetti li għandu l-gvern.", "Naħsb li l-istess kritika seta' għamilha b'mod aktar qawwi għad-dokument li għadu kemm ġie ppubblikat mill-Oppożizzjoni dwar il-viżjoni tagħha dwar l-iżvilupp u s-soluzzjonijiet għall-isfidi li għandu quddiemu s-settur tas-saħħa.", "U għalkemm dan id-dokument kien ilu jiġi ppreparat is-snin, ma nsibu l-ebda indikazzjoni ta' kif se tissolva l- problema tal-waiting list, mhux biss tal-katarretti imma anke waiting lists li primarjament huma assoċjati mal-fatt li aħna qegħdin ngħixu aktar.", "L- unika ħaġa li kien hemm f'dak id-dokument huwa li l-partit Laburista kien se jimpenja ruħu sabiex inaqqas il-waiting lists bi 15% kull sena.", "Madanakollu kif dan se jsir ma nafux u naħseb li lanqas l-Oppożizzjoni ma taf kif!", "Per eżempju, l-Oppożizzjoni tirfina xi ħaġa ta' kull ġimgħa.", "Issa qalu li se jagħmlu xi fond speċjali sabiex jaqtgħu l-waiting lists u ħafna minn dawn l-affarijiet.", "Bħas-soltu ħafna proġetti fl-arja u xejn konkret.", "Saret karatteristika ta' l-Oppożizzjoni li joħorġu dokument wara dokument mingħajr ma jgħidu xejn ta' sustanza fih.", "Ħalli nerġa' ndur għall-mistoqsija li saret u ngħid x'qiegħed jagħmel il- gvern.", "Naħseb li jagħmel sens li filwaqt li aħna mexjin lejn sptar ġdid li beħsiebna niftħu minn hawn u sena oħra, wieħed joqgħod attent li l- investiment fl-Isptar San Luqa jitkompla, kif fil-fatt qegħdin nagħmlu.", "Per eżempju, fl-oftalmija hemm numru ta' apparat sostanzjali, bħalma huma mikroskopji u affarijiet oħrajn li kienu earmarked għall-Mater Dei, li diġa' qegħdin jintużaw fl-Isptar San Luqa.", "Qegħdin ukoll impenjati li nsibu mod ġdid ta' kif naħdmu.", "Ma jistax ikun li l-isptar tagħna jibqa' jaħdem bin-nofs ta' nhari biss fejn jidħlu operazzjonijiet mentri wara l- ħin isiru biss operazzjonijiet ta' l-emerġenza.", "Issa hawnhekk irrid inneħħi l-kappell lil min imexxi d-dipartiment ta' l-oftalmoloġija u l- konsulenti kollha li jaħdmu mad-dipartiment, li qegħdin jidħlu l-Ħdud biex jagħmlu medja ta' 7 katarretti kull darba.", "Hemm min forsi jgħidilna li rridu nħaddmu iżjed it-teatri.", "Tista' tħaddem iżjed it-teatri pero' jrid ikollok ukoll I-istaff sabiex tħaddimhom.", "Ma mmorrux niġru u naħsbu li l- oftalmologu jopera waħdu.", "L-oftalmologu jkun qiegħed jopera fiżikament waħdu imma jkollu bżonn tal-back-up services ta' parti sostanzjali ta' l- isptar għal dak li jista' jinqala'.", "Fil-mistoqsija li saret semmejna l-każijiet urġenti u għalhekk irrid ngħid li fejn tidħol urġenza, m'hemm assolutament xejn fil-waiting lists ta' l- isptar.", "Mhux qed ngħid għall-oftalmija biss imma qed ngħid għall-firxa tas- setturi kollha u ta' l-operazzjonijiet u servizzi differenti li jsiru.", "Pero' jekk xi ħadd qiegħed jaħseb li din l-isfida li għandna quddiemna - ta' waiting lists li dejjem jitwalu - hija sfida għal Malta biss, sejjer żball.", "Wieħed irid jara wkoll x'qegħdin jagħmlu pajjiżi oħra, kif anke l- Unjoni Ewropea qiegħda b'mod serju ħafna tara kif se tindirizza din il- problema, aktar u aktar wara li żewġ każi li ġew deċiżi mill-Qorti Ewropea, taw raġun lill-pazjent li jista' jiċċaqlaq minn pajjiż għall-ieħor jekk l- istennija għal ċertu operazzjoni li huma meqjusa urġenti idumu aktar milli jkun miftiehem.", "Aħna wkoll qegħdin nipparteċipaw attivament f'dan l- eżerċizzju li qiegħda tagħmel l-Unjoni Ewropea.", "Fil-fatt, fil-laqgħat informali li qegħdin isiru mill-ministri tas-saħħa, dan is-suġġett qiegħed jiġi diskuss u qegħdin nagħtu kontribut siewi ħafna sabiex fl-aħħar mill- aħħar, insibu soluzzjoni għall-problema li m'hijiex unika għal Malta biss imma kif għidt, qegħdin jiffaċċjawha s-sistemi tas-saħħa kollha fil-pajjiżi Ewropej.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Kamra hija aġġornata għal-lejla, it-Tlieta, 27 ta' Ġunju 2006, fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fin-12.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "KIRI TA' PROPRJETA'", "18872.", "L-ONOR.", "JOSEPH DEBONO GRECH staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il- ministeru għandux proprjeta' mikrija għal xi tip ta' użu - kemm għall- ministeru, id-dipartimenti u l-enti li jaqgħu taħtu – u kemm kera qed titħallas minn fondi pubbliċi għal kull proprjeta'?", "Jista' jgħid fejn tinsab din il-proprjeta'?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nassumi li l-Onor.", "Interpellant qiegħed jirriferi għal proprjeta' mikrija mingħand il-privat, bl-informazzjoni dwar tali kirjiet titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "REDEPLOYMENT EXERCISE", "18873.", "L-ONOR.", "JOSEPH DEBONO GRECH staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' il-Ministru jgħid kemm calls for applications kien hemm biex jiġu mpjegati nies mir-redeployment fi ħdan l-istrutturi tal-gvern fil- ministeru, l-enti u l-kumplament tad-dekasteru bejn Ottubru 2005 u llum?", "Jista' jgħid x'karigi kien hemm vakanti?", "Kif ġew magħżula l-applikanti, jiġifieri jekk hux b'eżami, fuq bażi ta' kwalifiki jew b'interview?", "F'każ li saru l-interviews, jista' jgħid jekk il-membri ta' l-interviewing board humiex mill-istess ministeru/dekasteru u xi skala huma?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Bejn Ottubru 2005 u llum ma kien hemm l-ebda call for applications biex jiġu mpjegati nies minn redeployment.", "SAFAR UFFIĊJALI", "18874.", "L-ONOR.", "JOSEPH DEBONO GRECH staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' il-Ministru jgħid kemm uffiċjali fi skala 14, 15 jew 16 siefru fuq xogħol tal-gvern matul l-2005 u l-2006?", "Xi skala huma u x'kienet ir-raġuni tas-safra?", "X'kienet id-destinazzjoni u kemm iljieli għamlu?", "Kemm flus qamet kull safra?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Sar xogħol barra minn Malta minn persuni fi skala 14, 15 u 16 b`rabta ma' l-istallazzjoni ta` apparat ta' IT fl-ambaxxati ta' Malta.", "Peress li l-unika persuna li l-ministeru għandu fl-IT department qiegħed b'salarju fi skala 16, is-segretarju permanenti awtorizzat il-vjaġġi ta` din il-persuna għal xogħol barra minn Malta – fl- 2005 kien hemm persuna fi skala 15 li siefret għall-istess raġuni – u b'dan il-mod il-ministeru qiegħed juża' ir-riżorsi disponibbli bl-aktar mod effettiv kif se ngħid:", "|Sena|Skala|Destinazzj|Spiża |Ljiel| | | |oni | |i | |2005| 15 | Moska|Lm665 | 04 | | | 16 | | | 08 | | | |Brussell |860 | | |2006| 16 | Kajr | | 04 | | | | |375 | | | | 16 | Ruma | | 03 | | | | |430 | |", "PROPRJETA' VAKANTI", "18875.", "L-ONOR.", "JOSEPH DEBONO GRECH staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il- ministeru, id-dipartimenti u l-enti li jaqgħu taħtu għandhomx xi tip ta' proprjeta' li għal xi raġuni mhix tintuża?", "Fejn tinsab?", "X'inhi r-raġuni li mhix tintuża?", "ONOR.", "TONIO BORG: It-taqsima proprjeta' tal-gvern għandha diversi proprjeta' madwar Malta u Għawdex li mhix tintuża - ir-raġuni għal dan in- non-uso tvarja minn art xagħri għal kmamar li fihom xi ħsarat – waqt li d- diviżjoni tal-qrati tal-ġustizzja bħalissa għandha proprjeta' fi Strada Stretta, il-Belt li mhix tintuża, bil-ħsieb li din tiġi żviluppata f'judges chambers.", "TAGĦLIM TA' L-INGLIŻ", "19731.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 19409 u wara li fil-gazzetti dehru ferm aktar minn seba' avviżi biex skejjel tat-tagħlim ta' l-Ingliż għall-barranin jorganizzaw korsijiet simili, jista' il-Ministru jinvestiga u jara jekk dawn applikawx jew le?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Kull skola mis-sebgħa li applikaw biex jorganizzaw korsijiet għal dawk li jixtiequ jgħallmu l-Ingliż lill-barranin, matul din is-sena organizzat diversi korsijiet.", "Għalhekk fil-gazzetti kien hemm avviżi ferm", "aktar min-numru ta' skejjel li organizzaw korsijiet simili.", "SWATAR TRAINING CENTRE", "19732.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 19514, jista' il-Ministru jgħid jekk iċ-ċentru ta' taħriġ tas- Swatar huwiex proprjeta' tal-gvern?", "Min hu responsabbli għat-tmexxija tal- post?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Il-post huwa tal-gvern u qiegħed f'idejn il-MITTS.", "TAGĦLIM TA' L-INGLIŻ", "19733.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 19409, jista' il-Ministru jgħid jekk id-79 persuna li għaddew biex jgħallmu l- Ingliż lill-barranin, applikawx kollha għal teaching permit?", "Kemm persuni għandhom permess jgħallmu l-Ingliż, b'teaching permit mill-EFL board?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li mhux id-79 persuna kollha li għaddew biex jgħallmu l-Ingliż lill-barranin applikaw lill-EFL monitoring board għal teaching permit.", "Hemm b'kollox 1,978 għalliem li għandhom teaching permit maħruġ mill-EFL monitoring board.", "SKEJJEL TA' L-INGLIŻ", "19735.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Peress li jidher li qed isiru wisq korsijiet mill- iskejjel ta' l-Ingliż biex ikollhom persuna fil-klassi għal ma' l- istudenti, jista' il-Ministru jgħid x'tip ta' kontrolli jsiru f'dawn l- iskejjel?", "Kemm ispezzjonijet saru mill-1 ta' Jannar sal-lum u f'liema skola?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-korsijiet minn dawk l-iskejjel li jgħallmu l-Ingliż biex ikollhom persuna fil-klassi li tgħallem lill-istudenti, huma kkontrollati mill-monitoring board permezz ta' linji gwida u l-ħtieġa ta' l- iskejjel li japplikaw lill-monitoring board għall-permess ħalli jorganizzaw dawn il-korsijiet.", "S'issa mhijiex il-prattika li jsiru spezzjonijiet waqt dawn il-korsijiet.", "EŻAMIJIET TAS-SEC", "19737.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi deċiżjoni dwar jekk u meta se tiġi introdotta s-sistema l-ġdida ta' l-eżamijiet tas- sec/matsec biex dawn jibdew isiru f'Ġunju, bir-resit f'Novembru?", "Ma' min saru l-konsultazzjonijiet?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Id-deċiżjoni dwar meta se tidħol is-sistema l-ġdida li l-eżamijiet tas-sec u taċ-ċertifikat tal-matrikola jibdew isiru f'Ġunju, bir-resit f'Novembru, għad trid tittieħed.", "Dan iseħħ wara li jintemmu l- konsultazzjonijiet ma' rappreżentanti ta' dawk involuti.", "ĦADDIEMA B'KUNTRATT DEFINIT", "19752.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni: Għar-rigward ta' ħaddiema tal-gvern, kemm jekk professjonisti kif ukoll jekk mhux, jista' il-Ministru jgħid kemm hemm minnhom li jaħdmu abbażi ta' kuntratt definit?", "Kemm hemm minnhom li ilhom jaħdmu fuq din il-bażi għal aktar minn erba' snin?", "Min huma u f'liema dipartiment/sezzjoni qegħdin?", "Xi grad, kariga jew professjoni għandhom u skond liema salary scale jitħallsu?", "Min huma dawk li għandhom grad sostantiv u min huma dawk li m'għandhomx?", "Jista' ipoġġi fuq il-medja tal-Kamra kampjun ta' kull tip ta' kuntratt definit li bih il-gvern impjega lil dawn il-ħaddiema fuq bażi definita fis- snin 2000-2006?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "ĦADDIEMA B'KUNTRATT DEFINIT", "19753.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Għar-rigward ta' ħaddiema tal-gvern, kemm jekk professjonisti kif ukoll jekk mhux, jista' il-Ministru jgħid kemm hemm minnhom li jaħdmu abbażi ta' kuntratt definit?", "Kemm hemm minnhom li ilhom jaħdmu fuq din il-bażi għal aktar minn erba' snin?", "Min huma u f'liema dipartiment/sezzjoni qegħdin?", "Xi grad, kariga jew professjoni għandhom u skond liema salary scale jitħallsu?", "Min huma dawk li għandhom grad sostantiv u min huma dawk li m'għandhomx?", "Jista' ipoġġi fuq il-medja tal-Kamra kampjun ta' kull tip ta' kuntratt definit li bih il-gvern impjega lil dawn il-ħaddiema fuq bażi definita fis- snin 2000-2006?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "ĦADDIEMA B'KUNTRATT DEFINIT", "19754.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Għar- rigward ta' ħaddiema tal-gvern, kemm jekk professjonisti kif ukoll jekk mhux, tista' il-Ministru tgħid kemm hemm minnhom li jaħdmu abbażi ta' kuntratt definit?", "Kemm hemm minnhom li ilhom jaħdmu fuq din il-bażi għal aktar minn erba' snin?", "Min huma u f'liema dipartiment/sezzjoni qegħdin?", "Xi grad kariga jew professjoni għandhom u skond liema salary scale jitħallsu?", "Min huma dawk li għandhom grad sostantiv u min huma dawk li m'għandhomx?", "Tista' tpoġġi fuq il-medja tal-Kamra kampjun ta' kull tip ta' kuntratt definit li bih il-gvern impjega lil dawn il-ħaddiema fuq bażi definita fis- snin 2000-2006?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "ĦADDIEMA B'KUNTRATT DEFINIT", "19755.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Għar-rigward ta' ħaddiema tal-gvern, kemm jekk professjonisti kif ukoll jekk mhux, jista' il-Ministru jgħid kemm hemm minnhom li jaħdmu abbażi ta' kuntratt definit?", "Kemm hemm minnhom li ilhom jaħdmu fuq din il-bażi għal aktar minn erba' snin?", "Min huma u f'liema dipartiment/sezzjoni qegħdin?", "Xi grad, kariga", "jew professjoni għandhom u skond liema salary scale jitħallsu?", "Min huma dawk li għandhom grad sostantiv u min huma dawk li m'għandhomx?", "Jista' ipoġġi fuq il-medja tal-Kamra kampjun ta' kull tip ta' kuntratt definit li bih il-gvern impjega lil dawn il-ħaddiema fuq bażi definita fis- snin 2000-2006?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "ĦADDIEMA B'KUNTRATT DEFINIT", "19756.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Għar-rigward ta' ħaddiema tal-gvern, kemm jekk professjonisti kif ukoll jekk mhux, jista' il-Ministru jgħid kemm hemm minnhom li jaħdmu abbażi ta' kuntratt definit?", "Kemm hemm minnhom li ilhom jaħdmu fuq din il-bażi għal aktar minn erba' snin?", "Min huma u f'liema dipartiment/sezzjoni qegħdin?", "Xi grad, kariga jew professjoni għandhom u skond liema salary scale jitħallsu?", "Min huma dawk li għandhom grad sostantiv u min huma dawk li m'għandhomx?", "Jista' ipoġġi fuq il-medja tal-Kamra kampjun ta' kull tip ta' kuntratt definit li bih il-gvern impjega lil dawn il-ħaddiema fuq bażi definita fis- snin 2000-2006?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "ĦADDIEMA B'KUNTRATT DEFINIT", "19757.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Għar-rigward ta' ħaddiema tal-gvern, kemm jekk professjonisti kif ukoll jekk mhux, jista' il-Ministru jgħid kemm hemm minnhom li jaħdmu abbażi ta' kuntratt definit?", "Kemm hemm minnhom li ilhom jaħdmu fuq din il-bażi għal aktar minn erba' snin?", "Min huma u f'liema dipartiment/sezzjoni qegħdin?", "Xi grad, kariga jew professjoni għandhom u skond liema salary scale jitħallsu?", "Min huma dawk li għandhom grad sostantiv u min huma dawk li m'għandhomx?", "Jista' ipoġġi fuq il-medja tal-Kamra kampjun ta' kull tip ta' kuntratt definit li bih il-gvern impjega lil dawn il-ħaddiema fuq bażi definita fis-snin 2000-2006?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "SCHOOL LEAVERS", "19774.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid kemm studenti temmew l- edukazzjoni tagħhom matul is-sena skolastika 2004/2005 fl-iskejjel sekondarji statali, junior lyceum, skejjel privati u skejjel tal-knisja?", "Kemm minnhom kisbu grad 1 sa 5 fl-eżamijiet tas-sec fil-Malti, Ingliż, Matematika, Fiżika u Teknoloġija ta' l-Informatika?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: In-numru ta' studenti li temmew l-edukazzjoni sekondarja tagħhom fis-sena skolastika 2004/2005 hu hekk:", "| |Stat|Sekon|J.Lyce|Knisj|Ind | | |ali |d. |um |a | | |Subi|812 |746 |103 |806 |247 | |en | | | | | | |Bnie|725 |973 | 57 |675 |192 | |t | | | | | |", "In-numru ta' kandidati li kisbu grad minn 1 sa 5 fl-eżamijiet tas-sec fil- Malti, Ingliż, Matematika u Fiżika fl-eżamijiet ta' Mejju u Settembru 2005 hu kif jidher hawn taħt:", "|Malti |2,916 | |Ingliż |3,780 | |Matematika |3,350 | |Fiżika |2,939 | |Computer |1,233 | |Studies * | |", "*eżami fil-computer studies isir f'Mejju biss.", "ENFORCEMENT NOTICES", "19784.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid kemm-il darba l-MEPA ħadet il- passi meħtieġa kontra persuni li joperaw illegalment f'Għajnsielem?", "Kontra min ittieħdu l- passi?", "Jirriżultalu li f'Għajnsielem għad hemm min għadu qed jopera illegalment bħala mastrudaxxa?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Matul dawn l-aħħar ħames snin inħarġu 129 avviż ta' twettiq f'siti ġo Għajnsielem.", "Minnhom żewġ avviżi nħarġu minħabba li kien qiegħed isir xogħol ta' mastrudaxxa mingħajr permess u infatti kontra wieħed minnhom qegħdin jittieħdu l-proċeduri mill-pulizija.", "KAŻ TA' ANZJANA", "19785.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 19676, jista' il-Ministru jgħid meta l-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, se tiġi ammessa fir-residenza San Vincenz?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Wara li l-każ ġie eżaminat u wara li ttieħdu in konsiderazzjoni l-aspetti kollha soċjali, dan il-każ tpoġġa fuq l-urgent list.", "TITJIRIET LEJN MALTA", "19786.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 19675 u jgħid għaliex persuni li jixtiequ jivvjaġġaw lejn pajjiżna minn bliet differenti, bħal Pariġi, qed isibuha diffiċli biex isibu seat fuq l-Air Malta, anke meta jirriżulta li l- ajruplan itir b'ħafna seats vojta?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "KAŻ TA' ANZJAN", "19788.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jara li anzjan li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, jingħata sussidju biex ikun jista' jibqa' jgħix ġewwa Villa Messina?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Li persuna tinsab diġa' ġewwa dar għall-anzjani privata mhux kriterju biex jingħata sussidju.", "RESERVED PARKING", "19790.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jivverifika jekk fi Triq il-Gandoffli, Buġibba hemmx każ fejn qed jingħata parkeġġ riżervat lil ċerta persuna li tgħix hemm bejn Ġunju u Settembru, meta l-istess jedd hu miċħud lil residenti oħra li jgħixu fl-istess triq is-sena kollha?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Minn riċerka li saret fir-records tat-taqsima għall-immaniġġar tat-traffiku jirriżulta li hemm erba' reserved parking spaces għal persuni b'diżabilita' fi Triq il-Gandoffli - approvati bejn is- snin 1999 u l-2001 - bid-dettalji għand il-kummissjoni nazzjonali persuni b'diżabilita'.", "Fis-sena 2004 ġew approvati żewġ reserved parking spaces għal persuni b'diżabilita' fi Triq il-Gandoffli u mir-records tat-taqsima għall- immaniġġar tat-traffiku, jirriżulta li wieħed minnhom għandu karta ta' l- identita' fuq Triq il-Gandoffli u l-ieħor għandu d-dokumenti neċessarji maħruġa mill-Ingilterra, apparentement applikabbli għal kull pajjiż ta' l- Unjoni Ewropea.", "Tali dokumenti jissodisfaw il-kriterji li hemm bżonn sabiex l-applikanti jkunu eliġibbli għal servizz ta' reserved parking is-sena kollha.", "LAĦAM TAT-TJUR", "19799.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid kemm produtturi tal-laħam tat-tjur għadhom jistennew xi forma ta' pagament f'sussidju u/jew għajnuna finanzjarja?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jispeċifika għal liema sussidju/għajnuna qiegħed jirriferi.", "AGRO-INDUSTRIJA", "19800.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid kemm persuni fl-agro-industrija għadhom jistennew xi forma ta' pagament f'sussidju u/jew għajnuna finanzjarja?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jispeċifika għal liema sussidju qiegħed jirriferi.", "ĠBEJNIET FRISKI", "19801.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid kemm produtturi ta' ġbejniet friski għadhom qed jistennew xi forma ta' pagament f'sussidju u/jew għajnuna finanzjarja?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Produtturi tal-ġbejniet ma jaqgħu taħt l-ebda skema ta' sussidju.", "ĦWIENET MAL-WATERFRONT", "19802.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid taħt min taqa' ir- responsabbilta' tal-kirjiet tal-ħwienet mal-waterfront?", "Kemm ħwienet hemm mikrija u kemm jinkrew?", "Kemm minnhom hemm vojta?", "ONOR.", "TONIO BORG: Dawn il-ħwienet jiffurmaw parti mill-konċessjoni enfitewtika mogħtija lil Viset, soċjeta' privata u l-gvern m'hu involut bl- ebda mod fil-kiri ta' dawn il-ħwienet.", "DWIELI", "19803.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid kemm hjemm minn dawk li jkabbru d- dwieli li għadhom qed jistennew xi forma ta' pagament f'sussidju u/jew għajnuna finanzjarja?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jispeċifika għal liema sussidju qiegħed jirriferi.", "MUSHROOMS", "19804.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 19535, jista' il-Ministru jikkonferma jekk hux qed jiġu rrapportati każi ta' mushrooms", "friski fejn ix-shelf-life teċċedi l-ħamest ijiem?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Bħal kull frott u ħaxix ieħor, fil-każ ta' mushrooms friski m'hemmx il-ħtieġa ta' indikazzjoni ta' shelf-life, dejjem skond ir- regolamenti ta' l-2004 dwar twaħħil ta' tikketti, preżentazzjoni u reklamar ta' oġġetti ta' l-ikel.", "ART AGRIKOLA", "19806.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Jista' il-Ministru jaġġornana dwar mistoqsija parlamentari 19686?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jirriferi għat- tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 19686.", "LIĊENZJI TAL-KAROZZINI", "19809.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 19630, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm karozzini tat-turisti kien hawn liċenzjati wara l-1992?", "ONOR.", "TONIO BORG: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jirriferi għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 5123.", "POSTIJIET TA' DIVERTIMENT", "19811.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: B'riferenza għal mistoqsijiet parlamentari preċedenti dwar ħinijiet li fihom postijiet ta' divertiment jistgħu jdoqqu l-mużika, jista' il-Ministru jgħid jekk il-liġi tobbligax lil min idoqq mużika bejn id-9 00 p.m. u l-4 00 a.m., li jkollu l-premises tiegħu sound-proof, inkella jridx idoqq il- mużika b'mod li ma tkunx tinstema' minn barra, għax inkella r-residenti ta' l-inħawi jkunu jistgħu jistrieħu biss wara l-4 00.a.m., meta mbagħad ikun kważi sar il-ħin biex iqumu għax-xogħol?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-liġi tobbliga operaturi ta' postijiet ta' divertiment idoqqu mużika b'mod li ma tkunx tinstema minn barra wara l-11.00 p.m f'kull parti ta' Malta u Għawdex, ħlief għal xi lokalitajiet ta' divertiment elenkati fl-avviż legali fejn il-mużika ma tistax tinstema' minn barra wara s-1.00 am.", "Minbarra dan, kull persuna hi mħarsa permezz tal-Kodiċi Kriminali kontra inkonvenjent fi kwalunkwe ħin tal-ġurnata.", "SKAVAR", "19818.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista'", "il-Ministru jgħid x'kondizzjonijiet jagħmlu l-awtoritajiet, fosthom il- MEPA, meta jinħarġu permessi għal skavar u/jew qtugħ ta' blat fl-abitat?", "X'kontroll isir biex ikun aċċertat li l-kondizzjonijiet jiġu osservati?", "Qatt ittieħdu passi kontra xi ħadd?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "DELIMARA POWER STATION", "19823.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid jekk qattx sar studju min-naħa ta' l-Enemalta għall-ġenerazzjoni ta' enerġija mill-ilma li joħroġ mill-mina għal ġol-baħar u li jintuża għall-cooling system ta' l-istess power station ta' Delimara?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "ĊIMITERJU TA' L-ADDOLORATA", "19824.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jikkonsidra l-Ministru li matul ix-xhur tas-sajf, il- ħaddiema taċ-ċimiterju ta' l-Addolorata jibdew jidħlu ftit aktar tard filgħodu u jdumu ftit aktar filgħaxija, sabiex id-dfin ma jibqax isir biss sa l-3.45 p.m.?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Id-dfin fiċ-ċimiterju ta' l-Addolorata jista' isir bejn is-7.00 a.m. u nofsinhar u bejn is-2.00 p.m. u l-4.00 p.m. Barra mid- dfin, ix-xogħol fiċ-ċimiterju jinvolvi tindif ta' oqbra pubbliċi u privati u anke trasport ta' kadavri minn qabar għall-ieħor.", "Għaldaqstant il- proposta biex il-ħaddiema ta' l-Addolorata jidħlu għax-xogħol iktar tard u jdumu aktar filgħaxija mhijiex prattikabbli għaliex trid tieħu in konsiderazzjoni x-xogħol l-ieħor li jrid isir barra d-dfin.", "L-aktar fattur li jillimita l-ħinijiet li fihom isiru l-funerali huwa dovut għall-ħinijiet allokati mill-kappillani għall-quddies fil-knejjes.", "XIRI TA' OQBRA", "19825.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn ċimiterji b'kollox?", "Kemm talbiet pendenti hawn għal xiri ta' oqbra?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: In-numru ta' applikazzjonijiet pendenti għal xiri ta' oqbra f'ċimiterji tal-gvern huwa 5,032, kif ġej:", "|Addolorata|2,796 | |Burmarrad | 445 | |Kalkara | 26 | |Mellieħa | 69 | |Imġarr | 29 | |Mosta | 502 | |Qormi | 201 | |Rabat | 614 | |Ta' Braxia| 127 | |Żebbuġ | 223 |", "F'Malta u Għawdex hawn 62 ċimiterju li numru konsiderevoli minnhom ma jintużawx u oħrajn huma tal-militar."]} {"filename": "20040723_159d_par.doc", "date": "2004-07-23", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 159 Il-Ġimgħa, 23 ta' Lulju, 2004 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 159 Il-Ġimgħa, 23 ta' Lulju, 2004", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-9.02 a.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "159", "Il-Ġimgħa, 23 ta' Lulju, 2004", "WERREJ", "MINUTI 788", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 788", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR L-EKO-KONTRIBUZZJONI (IT-TIENI QARI)", "ECO-CONTRIBUTION BILL (SECOND READING) 794", "AĠĠORNAMENT 828", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 158 li saret fit-22 ta' Lulju, 2004 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "BORMLA - APPLIKAZZJONI GĦAS-SERVIZZ TA' CARE & REPAIR", "6754.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI (f'isem l-Onor.", "Stefan Buontempo) staqsa lill-Ministru tal-Familja u s-Solidarjeta' Soċjali: Nirriferi għal każ ta' anzjana ta' madwar 82 sena, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, u li applikat biex fil-post fejn toqgħod ġewwa Bormla isirilha xogħol taħt is-servizz ta' care and repair.", "Wara li l-awtorita' tad-djar għamlet spezzjoni fuq il-post imsemmi, it-tifel tal-persuna ndikata ddikjara li kien jippreferi li x-xogħlijiet isiru minn kuntrattur imqabbad minnhom taħt skema W. Jista' dan is-servizz isir mill-kuntrattur taħt l-inizjattiva tal-care and repair?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA (Ministru tal-Familja u tas-Solidarjeta' Soċjali): Jekk il-persuna ndikata mill-Onor.", "Interpellant bidlet il-ħsieb tagħha, tista' tinforma lill-awtorita' tad-djar li trid li x-xogħlijiet isiru taħt l-inizjattiva tal-care and repair.", "SAN ĠILJAN - ANZJAN LI QED JISTENNA BIEX JIDĦOL F'DAR TA' L-ANZJANI", "6755.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI (f'isem l-Onor.", "Stefan Buontempo) staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunita': Jista' il- ministru jgħid x'tama hemm li anzjan minn San Ġiljan, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, u li hu senili, jiġi ammess f'dar ta' l- anzjani?", "ONOR.", "HELEN D'AMATO (Segretarju Parlamentari) (f'isem il-Ministru tas- Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunita'): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li d-dipartiment għall-anzjani u l-kura fil-komunita' m'għandux applikazzjoni biex l-anzjan li qed jirriferi għalih, jidħol f'dar ta' l- anzjani.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Cuschieri, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Mr Speaker, peress li l-informazzjoni dwar dan l- anzjan waslet għand il-ministeru jew dipartiment ma' din il-mistoqsija, jista' d-dipartiment jieħu l-inizjattiva li jibgħat lil xi ħadd għand il- persuna ndikata biex din tkun tista' tapplika?", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "HELEN D'AMATO: Bir-rispett kollu, jien naħseb li l-anzjan l-ewwel irid juri x-xewqa hu.", "Jien ma nistax naqbad u nibgħat lin-nies għand dan l- anzjan biex jimlewlu l-applikazzjoni huma.", "Dan jista' jċempel lid- dipartiment, tintbagħtlu applikazzjoni u japplika.", "Jekk għal xi raġuni dan l-anzjan ma jistax japplika hu direttament, jistgħu japplikawlu l-familjari jew xi social worker li tkun qed issegwi l-każ.", "AWTORITA' TAD-DJAR - SKEMA W", "6756.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI (f'isem l-Onor.", "Stefan Buontempo) staqsa lill-Ministru tal-Familja u s-Solidarjeta' Soċjali: B'riferenza għall- mistoqsija parlamentari 6225, huwa possibbli li l-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, tibbenefika mis-servizz tal-care and repair, minħabba li tħoss li għal diversi raġunijiet m'hijiex f'pożizzjoni li tibbenefika minn Skema W?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Jekk il-persuna ndikata mill-Onor.", "Interpellant bidlet il-ħsieb tagħha, tista' tinforma lill-awtorita' tad-djar li trid li x-xogħlijiet isiru taħt l-inizjattiva tal-care and repair.", "AWTORITA' TAD-DJAR - POST FI STAT TA' PERIKLU", "6757.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSHIERI (f'isem l-Onor.", "Stefan Buontempo) staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'passi ħadu l-pulizija ta' l-għassa tal-lokal rigward post li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li hu strutturalment perikoluż b'konsegwenza li qed joħloq periklu għal terzi?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (Segretarju Parlamentari) (f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern): Ninsab informat li dan il- post huwa mitluq u l-pulizija qed tieħu l-passi meħtieġa sabiex il-periklu jitneħħa.", "ISLA - TALBA GĦAL AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA", "6758.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI (f'isem l-Onor.", "Stefan Buontempo) staqsa lill-Ministru tal-Familja u s-Solidarjeta' Soċjali: B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 5800 fejn l-applikanta ġiet informata li d- dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali qiegħed jikkonsidra l- applikazzjoni tagħha biex tingħata post alternattiv flimkien ma' applikazzjonijiet oħrajn, tista' il-Ministru tgħid jekk sal-lum kienx hemm xi moviment pożittiv?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Ninsab informata li m'hemmx żviluppi ġodda dwar il-każ indikat mill-Onor.", "Interpellant.", "Mr Speaker, nixtieq inżid ngħid li t-tliet mistoqsijiet li weġibt dalgħodu kollha setgħu ġew imwieġba permezz ta' telefonata lill-customer care ta' l- awtorita' jew tad-dipartiment.", "Qed nagħmel dan l-appell għax jidhirli li jekk issir domanda parlamentari kull darba li xi ħadd ibiddel il-ħsieb jew ikun irid jara xi żviluppi ġodda saru għat-talba li jkun għamel, l- ewwelnett inkunu verament qed naħlu r-riżorsi tagħna u barra minn hekk ma nkunux qegħdin nutilizzaw il-customer care services li għandna fid- dipartimenti u l-awtorita' tad-djar.", "MARSA: TRIQ ALDO MORO - SIĠRA TAT-TIN SELVAĠĠ", "6759.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI (f'isem l-Onor.", "Stefan Buontempo) staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jara li s-siġra tat-tin selvaġġ li hemm fi Triq Aldo Moro, fil-Marsa, ħdejn il- garage ta' Salv.", "Bezzina & Sons Ltd., titneħħa peress li qed tiżgombra l- bankina?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent): Ninsab informat li s-siġra tat-tin imsemmija saret iż-żabra tagħha.", "Biex din is-siġra tiġi mneħħija trid tinqala' mill-għeruq u dan huwa diffiċli li jsir minħabba l-pożizzjoni fejn tinsab din is-siġra.", "Din it-talba se tiġi riferuta lill-Environment Landscapes Consortium Ltd. biex jinstab mezz u tiġi mneħħija.", "MCAST - TNAQQIS FL-ISTIPENDJU TA' L-ISTUDENTI", "6795.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u lmpjiegi: Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l- istudenti li jattendu l-MCAST tal-Mosta, qed tinqatgħalhom ġurnata sħiħa mill-istipendju anke jekk sempliċement jaslu ħames minuti tard?", "Il- ministru ma jikkonsidrax dan l-atteġġjament bħala wieħed inġust ma' l- istudenti?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi): Informat li studenti li ripetutament jaslu tard għal-lezzjonijiet ifixklu u fil-każ ta' xogħol fuq makni jistgħu joħolqu periklu.", "Informat ukoll li qatt ma nqata' stipendju ħlief meta student ifalli żewġ lezzjonijiet.", "Din hija l-policy ta' l-istitut.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Mr Speaker, jista' jkun li l-ministru ma fehemx sew id-domanda tiegħi.", "Jidher li fl-MCAST tal-Mosta hemm il-policy li jekk l-istudenti jaslu ħames minuti tard, jaqbdu u jaqtgħulhom ġurnata sħiħa mill-istipendju.", "Għallinqas din hi l-informazzjoni li waslitli.", "Tista' għallinqas tiġi ntrodotta sistema biex permezz tagħha jekk student jasal ħames minuti tard, tinqatgħalu biss nofs siegħa mill-istipendju u jekk jasal 35 minuta tard, tinqatgħalu siegħa, bħalma jiġri f'postijiet tax- xogħol?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-ewwelnett jien nippretendi li l-istudenti m'għandhomx jaslu tard lanqas ħames minuti għal lezzjoni ta' 45 minuta.", "Kif għedt fir-risposta tiegħi, studenti li ripetutament jaslu tard għal- lezzjonijiet ifixklu u fil-każ ta' xogħol fuq makni jistgħu joħolqu periklu.", "Jien ma jirriżultalix li hemm din il-liġi riġida fejn wara ħames minuti jiskatta dan il-mekkaniżmu, pero' beħsiebni nivverifika biex nara x'inhi eżattament is-sitwazzjoni.", "Fortunatament ngħid li fil-livell post- sekondarju ta' l-MCAST għad hemm mekkaniżmu li jittrejsja sew l-attendenza ta' l-istudenti.", "U din kienet issir minn qabel ma l-għotjiet ta' manteniment ġew estiżi għall-istudenti kollha f'dan il-livell.", "Il-fatt li din inżammet għenet biex tkun tista' żżomm ċertu kontroll fuq l-attendenza, ħaġa li fl-universita' ma ssirx.", "Fil-fatt fl-universita' hemm ċerta miżura ta' traskuraġni daparti ta' l-istudenti fl-assenza tagħhom, daqqa minn lecture u daqqa minn ieħor.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Mr Speaker, skond l-informazzjoni li għandi l- policy hija tant riġida li jekk student imur ħames minuti tard filgħodu – m'iniex qed nirriferi għal bejn lezzjoni u oħra – minħabba li jiltaqa' mat- traffiku jew ma' xi intopp ieħor, tinqatgħalu ġurnata sħiħa mill- istipendju.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, ħadt nota u se nara eżattament x'inhi s- sitwazzjoni.", "MCAST - PASS TAT-TRASPORT PUBBLIKU GĦALL-ISTUDENTI", "6796.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jikkonsidra li jigi ntrodott il- pass għas-servizz tal-karozzi tal-linja għall-istudenti ta' l-MCAST li jattendu l-Mosta?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li kull student f'livell post-sekondarju jingħata l-għotja ta' manteniment.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Ma jaħsibx il-ministru li huwa tajjeb li l- istudenti jkollhom dan it-tip ta' inċentiv meta tikkonsidra li wħud minnhom ikunu telqu minn fuq il-post tax-xogħol biex jagħmlu dawn il-korsijiet u allura jkun tnaqsilhom id-dħul finanzjarju tagħhom biex jedukaw irwieħhom aktar?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Le, ma naqbilx.", "Dawn l-istudenti qed jingħataw għotja ta' manteniment - ħafna pajjiżi lanqas biss joħolmu li jagħtu din l- għotja - u dan huwa appoġġ finanzjarju tajjeb ħafna għall-istudenti li jridu jkomplu bl-istudji tagħhom.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Jista' l-ministru jgħid jekk l-istudenti ta' l- universita' u l-junior college jingħatawx il-pass tal-karozza tal-linja?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ovvjament li le.", "MCAST - STUDENTI LI JAGĦMLU UŻU MILL-ISMART CARD", "6797.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-ministru jara li jittieħdu l-passi kollha meħtieġa biex l-istudenti ta' l-MCAST tal-Mosta ma jibqgħux isibu diffikultajiet meta jiġu biex jagħmlu użu mill-ismart card f'ċerti stabbilimenti?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li ma kien hemm ebda rapport li juri li studenti fil-Mosta sabu xi diffikulta' biex jużaw l-ismart card.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Mr Speaker, jista' jkun li ċerti rapporti ma jaslux la għand il-ministru u lanqas għand il-kap ta' l-istitut, imma jien informat li diversi studenti marru f'ċerti stabbilimenti biex jixtru prodotti li kellhom bżonn għall-kors partikolari tagħhom u ma tħallewx iħallsu bl-ismart card.", "Jista' il-Ministru jivverifika?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Speaker, ma nistax nivverifika dan għax filwaqt li dawn l-istudenti għamlu sew li nformaw lill-Onor.", "Membru, żbaljaw ħafna li ma rrapportawx ukoll lill-awtoritajiet konċernati b'dan in-nuqqas, sew tal- kulleġġ kif ukoll lill-bord li jieħu ħsieb il-management ta' l-għotjiet tal- manteniment.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Wara s-seduta ninforma lill-Ministru liema huma wħud mill-istabbilimenti li m'humiex qegħdin jaċċettaw l-ismart card.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, il-membri parlamentari għandhom jidraw li meta xi ħadd jiltaqa' ma' problema simili mhux jiġu hawn u jagħmlu domanda parlamentari imma jgħidu lill-individwu partikolari biex imur għand il-bord li jmexxi l-għotjiet ta' manteniment u jirrapporta - dan ġibnih apposta f'post ċentrali fil-Furjana biex jintlaħaq minn kulħadd – jew inkella jirrapporta lid-direttur jew lil wieħed mid-deputati diretturi f'dan l-istitut ta' l-arti u disinn ħalli dawn jieħdu l-passi.", "Din it-tweġiba ma tajthiex jien imma ta l-bord innifsu għax la hija xi ħaġa konnessa ma' għotjiet ta' manteniment, marret għand min qed jamministra fuq bażi ta' kuljum din is-sistema.", "U din hija l-aktar ħaġa ovvja biex l- affarijiet jimxu.", "Irrid ngħid li s-sistema ta' l-smart card hija effiċjenti ħafna u mhux biss tirrikordja l-informazzjoni dettaljata ta' kull xirja li ssir fi kwalunkwe stabbiliment, imma għandek ħemel ta' informazzjoni u ta' mekkaniżmi ta' kontroll li faċilment tiddentifika jekk ikun hemm xi diffikulta'.", "Jiġifieri nappella biex nużaw il-kanali ta' komunikazzjoni li huma għad-dispożizzjoni ta' kull sistema.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Mr Speaker, jien iltqajt ma' diversi studenti li wasluli din l-informazzjoni.", "Jaf il-ministru li meta wħud minn dawn l- istudenti tkellmu dwar din il-problema, ġew injorati totalment?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: F'dan l-istadju m'għandix aktar xi nżid.", "MCAST - ART & DESIGN COURSE", "6798.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jispjega eżattament x'inhu l-iskop u fejn se jwassal lill-istudenti l-kors ta' l-art and design li qed jiġi mgħallem fl-MCAST tal-Mosta?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Kuntrarjament għal dak li jaħsbu ħafna, il-kors ta' l- istitut ta' l-arti u d-disinn m'huwiex kors fil-pittura jew l-iskultura, jiġifieri m'huwiex kors fil-belle arti.", "L-istudenti ta' Tarġa Gap jitħarrġu fid-disinn u l-manifattura ta' xogħol artiġġjanali f'diversi materjali u fid-disinn għall-prodott li jista' jinħadem fuq skala ikbar, ngħidu aħna fl-industrija tal-manifattura.", "Barra minn hekk, dawk l-istudenti li tinteressahom l-edukazzjoni vokazzjonali llum jitħarrġu f'ħafna kompetenzi, per eżempju t-teknoloġija ta' l- informazzjoni u l-komunikazzjoni, il-kreattivita' u l-innovazzjoni u l- ispirtu intraprenditorjali bil-għan ta' self-employment.", "Il-kors tal-grafika, per eżempju, iwassal biex student jitħarreġ fis-sengħa tad-disinn u l-eżekuzzjoni ta' xogħol għall-istampa.", "Jekk wieħed iħares lejn il-volum ta' magazines li qed jiġu ppubblikati f'Malta, anke jekk jiffoka fuq dawk li jingħataw b'xejn mal-gazzetta ta' nhar ta' Ħadd, jifhem kemm xogħol jiġi ġġenerat f'dan il-qasam.", "Id-disinn ta' kull reklam li jkun hemm f'magazine ikun involva ħafna nies; dawk li biegħu l-ispazju, il- fotografi li ħadu r-ritratti, dawk li bil-kompjuter jimmanipulaw l- immaġini, dawk li ssettjaw it-text, dawk li ħadmu fuq ix-xogħol ta' l-arti, dawk tal-kompjuter li stampaw ix-xogħol u rranġawh, eċċ. Dan kollu jsir f'Tarġa Gap.", "Imbagħad hemm studenti li jagħżlu li jaħdmu fil-workshops tal-materjali biex jitgħallmu snajja' relatati ma' l-injam, il-metall, il-ġojjellerija, il-ġebla u t-tessuti.", "Bl-enfasi li qiegħda ssir fuq it-taħriġ vokazzjonali f'pajjiżna u fuq l- importanza li għandna nagħtu li jiġġenera spirtu ta' intrapriża, wieħed m'għandux isib diffikulta' biex jifhem, anke fil-qasam ta' l-artiġġjanat, is-suċċess kollu li jiddependi fuq il-kwalita'.", "Jekk ma jkollniex prodotti ta' kwalita', m'aħniex se nsibu min jixtri, u l-attivita' artiġġjanali fil- pajjiż tmur lura.", "Barra minn hekk ma jkollok xejn x'tippromwovi u bħala riżultat l-iskop għall-intrapriża, il-marketing u l-bqija, jibda jonqos.", "Sfortunatament f'Malta għad għandna opinjoni storta ta' l-importanza tad- disinn, u l-attitudni ta' ħafna minna tistona għax ilkoll kemm aħna għandna attitudni pożittiva u ta' meravilja għall-importanza li tingħata lid-disinn f'pajjiżi barranin, bħall-Italja u l-Iskandinavja.", "Anke f'pajjiżi inqas ikkwotati, bħat-Tuneżija, hemm industrija kbira ta' artiġġjanat ta' kwalita' li tgawdi s-support ta' kulmin iħobb il-kultura ta' pajjiżu.", "IMPJIEGI - ĦADDIEMA MINN PAJJIŻI MEMBRI TAL-UE", "6799.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid kemm jammonta n-numru ta' ħaddiema mill-pajjiżi membri fl-Unjoni Ewropea li mill-1 ta' Mejju, 2004 ġew jaħdmu f'Malta?", "Jista' jgħid ta' liema nazzjonalita' huma u x'tip ta' xogħol qed jagħmlu?", "Jista' jgħid x'inhi l-eta' medja ta' dawn il-ħaddiema?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Peress li t-tagħrif mitlub ma laħaqx wasalli fl- uffiċċju fil-ħin meħtieġ, it-tweġiba se tingħata f'xi seduta oħra.", "PAJJIŻI MEMBRI FL-UE - KUMPANNIJI LI NVESTEW F'MALTA", "6800.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika: Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' kumpanniji mill-pajjiżi membri fl-Unjoni Ewropea li mill-1 ta' Mejju, 2004 investew f'Malta?", "Jista' jgħid ta' liema nazzjonalita' huma u x'tip ta' investiment għamlu?", "Jista' jgħid kemm jammonta l- investiment u kemm qed iħaddmu nies?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jiena nformat li mill-1 ta' Mejju, 2004 'l hawn, il- Malta Enterprise approvat 16-il proġett minn kumpanniji li huma stabbiliti fl-Unjoni Ewropea.", "In-nazzjonalita' ta' dawn l-azjendi hi kif tidher hawn taħt:", "Nazzjonalita' Numru ta' Progetti", "Malta 9 Italja 1 Ingilterra 3 Germanja 2 Irlanda 1 Total 16", "Dawn il-kumpanniji se jinvestu fis-setturi msemmija hawn taħt:", "Farmaċeuwiċi Elettronika Stampar Metal u stainless steel Ikel u xorb Ħġieġ ICT", "L-investiment totali hu ta' madwar Lm11 miljun.", "Kumpanniji oħrajn li rċevew l-approvazzjoni għall-proġetti li kienu ppreżentaw qabel Mejju 2004 u li bdew l-preparazzjoni għall-operat f'Malta wara Mejju huma:", "Kumpannija Ingliza fis-settur tal-manifattura tal-karrozzi; Kumpannija Germaniza fis-settur ta' l-aċċessorji tal-karrozzi;", "Kumpannija Spanjola fis-settur tal-farmaċewtika.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Jista' l-Ministru jwieġeb l-aħħar parti tad- domanda u jgħid kemm hu mistenni li jħaddmu nies dawn il-kumpanniji?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Dawn il-kumpanniji se jħaddmu 16-il ruħ.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: In-numru ta' kumpanniji u ta' ħaddiema li bdew jaħdmu magħhom minn l-1 ta' Mejju 'l hawn, huwa numru li normalment jiġi approvat mill-Malta Enterprise jew kien hemm xi żieda fil-perċentwali?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Speaker, m'għandix din l-informazzjoni quddiemi pero' nimmaġina li din l-informazzjoni m'hijiex statistikament rilevanti għas-sempliċi raġuni li dan it-tip ta' proċess m'huwiex dipendenti fuq ix- xhur, jiġifieri m'hemm l-ebda rilevanza ta' statistika li tikkompara Mejju ta' din is-sena ma' Mejju tas-sena l-oħra.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Tqegħid ta' Karti?", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR L-EKO-KONTRIBUZZJONI", "ECO-CONTRIBUTION BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mit-22 ta' Lulju 2004.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "MR SPEAKER: Hawn rimarki?", "Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Sur President ̧ l-abbozz ta' liġi li qegħdin niddiskutu bħalissa qed jindirizza l-qasam ta' l-ambjent.", "Naħseb li bil-mod il-mod f'pajjiżna wasalna biex nirrikonoxxu li dan il-qasam għandna nagħtuh ħafna iżjed importanza milli qatt tajnih fis-snin li għaddew.", "Filwaqt li fl-imgħoddi - ma rridx nipponta subgħajja fuq snin partikolari imma qed nirriferi għall-imgħoddi in ġenerali - konna nikkalkolaw il-kwalità tal-ħajja tagħna abbażi ta' kemm forsi tkun tajba l-paga jew il-pensjoni jew kemm tkun komda d-dar tagħna, illum il-ġurnata wessajna l-kejl tagħna fuq it-tifsira ta' kwalità tal- ħajja, u bdejna nikkonsidraw il-fatt li ħajjitna tiddependi wkoll mill-arja li nieħdu, mill-ġonna li jkollna madwarna, mill-indafa mhux biss fid-dar tagħna imma anke fit-toroq u fl-ambjent ta' madwarna, u mill-ilma li nixorbu.", "Naħseb li nkun korrett jekk ngħid li dan huwa sinjal ta' progress.", "Fil- fatt il-poplu tagħna, bħal popli oħrajn, issa wkoll beda jkejjel il-kwalità tal-ħajja tiegħu mhux biss f'termini ta' kemm qed idaħħal flus fl-aħħar tax- xahar – għalkemm m'iniex qed ngħid li din m'hijiex xi ħaġa importanti - imma qiegħed ikejjilha wkoll b'dawn il-konsiderazzjonijiet, li bil-mod il- mod kibru u qed jieħdu dimensjoni ħafna aktar importanti.", "Dan huwa punt pożittiv għax juri li l-poplu tagħna qiegħed javvanza u qiegħed jilħaq l- istandards li kollha kemm aħna bħala poplu nixtiequ nilħqu.", "Mr Speaker, dan huwa suġġett importanti, pero' ma nixtieqx nibda l- intervent tiegħi bil-kontroversji - forsi din hija l-aktar ħaġa faċli u hawn min jagħmilha għall-gallerija, għall-interess personali tiegħu, għall-butu u għas-settur partikolari tiegħu – għalkemm ovvjament huwa inevitabbli li niffokaw fuq il-kontroversji u jien naċċettahom u m'iniex se nissorprendi ruħi b'daqshekk.", "Nixtieq li niffoka mill-bidu nett biex nintroduċi dawk il-punti li naqblu fuqhom.", "Dan għaliex fil-kritika li qed nisimgħu, fejn qed isiru ħafna suġġerimenti, wieħed jipprova jiġbed xi konklużjoni.", "Issa jien ma rridx nonqos mir-rispett lejn xi ħadd partikolari pero' l-unika konklużjoni li s'issa nista' niġbed hija li kulħadd jgħid li fuq l-ambjent irridu nagħmlu xi ħaġa basta din ma tolqotx lilu.", "Hawnhekk naħseb li aħna bħala politiċi – issa m'iniex qed nitkellem bħala prim ministru jew politiku fuq in-naħa tal-gvern biss, iżda bħala politiku in ġenerali - għandna r-responsabbiltà li ma niġux hawnhekk biss bħala messaġġiera ta' opinjonijiet differenti ̧ fejn nipprovaw nogħġbu lil kulħadd bl-argumenti u bid-diskorsi mingħajr ma nirfsu l-kallu ta' ħadd.", "Minflok nagħmlu dan għandna nagħmlu sforz biex fuq dan is-suġġett tant importanti, niġu hawnhekk u nitkellmu fl-interess veru tal-pajjiż u tal-poplu tagħna sabiex nimxu 'l quddiem.", "Sur President, we have to be leaders.", "Bħala deputati eletti fil-parlament irridu li anke f'affarijiet li jistgħu jkunu delikati – nifhem li fejn jidħlu tassazzjoni u flus dejjem ikun hemm daqsxejn tal-kontraversja – ilkoll kemm aħna għandu jkollna l-kuraġġ morali li nkunu verament mexxejja tal-poplu tagħna u nagħtuh id-direzzjoni fl-affarijiet li jidhrilna li huma importanti li jsiru ħalli jkollna bidla għall-aħjar fil-kwalità tal-ħajja tagħna, mhux biss għal din il-ġenerazzjoni iżda wkoll għall- ġenerazzjonijiet futuri.", "Għalhekk f'dan il-qasam ta' l-ambjent li qegħdin niddiskutu bħalissa, b'mod partikolari fuq dak il-felli li għandu x'jaqsam ma' l-iskart, nixtieq nenfasizza li aħna mhux biss qed nitkellmu fuq il- kwalità tal-ħajja tagħna iżda għandna wkoll f'idejna d-destin tal-kwalità ta' ħajja tal-ġenerazzjonijiet futuri tagħna.", "Mhux l-ewwel darba li ġejna niddiskutu f'dan il-parlament suġġetti li jkunu se jinfluwenzaw ġenerazzjonijiet futuri, bħalma huma l-kwestjoni tal- pensjonijiet u tas-saħħa u l-kwestjoni ta' l-ambjent.", "Ovvjament il- kwestjoni ta' l-ambjent mhux biss tolqot il-kwalità ta' ħajja li qed ngħixu aħna bħalissa imma tolqot ukoll il-kwestjoni ta' x'wirt se nħallu lil uliedna f'dak li għandu x'jaqsam ma' kwalità ta' ħajja li huma jridu jgħixu fiha.", "Dan minħabba l-fatt li l-iskart li qed niġġeneraw illum, jekk ma noqogħdux attenti ħafna ta' se x'nagħmlu u ma nagħmlux bih, se jeffettwa l- kwalità ta' ambjent li se nħallu lit-tfal tagħna u lill-ġenerazzjonijiet il- ġodda li se jitilgħu.", "X'tip ta' gżira u x'pajjiż se jkunu qed jgħixu fih jiddependi mid-deċiżjonijiet li bħalissa se nkunu qegħdin nieħdu.", "Hawnhekk irrid nenfasizza dan is-sens kbir ta' responsabilità li jaqa' fuq spallejna u nixtieq nibda fuq dawk l-affarijiet li naħseb li lkoll kemm aħna qegħdin naqblu fuqhom.", "Issa hawnhekk nixtieq nagħmel ir-riżerva fuq il-kelma \"naħseb\" għax għalkemm jien nammetti li ma segwejtx id-diskorsi kollha, meta stajt segwejt u meta ma stajtx ̧ qrajt minn fuq il-gazzetti.", "Għalhekk naħseb li nista' niġbed ċerti punti li jidher li hemm qbil fuqhom.", "U dawn il-punti x'inhuma?", "Naħseb li nkun korrett jekk ngħid li kulħadd jaqbel li l-ambjent u t-tisħiħ tiegħu huwa importanti.", "Ma jidhirx li hawn, u Allaħares ikun hawn, kontroversja dwar l-importanza ta' l-ambjent u tal-kwalità ta' ħajja li ngħixu fiha.", "Naħseb li ma' dan jaqbel kulħadd.", "U dan huwa bidu tajjeb għax jekk ma nirrikonoxxux l-importanza enormi għalina lkoll ta' dan is- suġġett, allura nkunu bdejna fuq falza stikka mill-ewwel.", "Iżda rridu nifhmu – jien l-ewwel wieħed li ngħidha lili nnifsi, pero' nirriflettiha fuq ħaddieħor – li mill-kliem għall-fatti hemm baħar jikkumbatti.", "Huwa faċli li niġi fil-parlament u ngħid li jien favur l-ambjent - m'hemmx għalfejn inkun deputat biex nagħmel dan, iżda nista' nkun ġurnalist, editorjalist, membru f'organizzazzjoni jew f'NGO u anke membru f'union - pero' l-veru eżami ta' kemm wieħed jemmen fl-ambjent huwa meta tiġi biex tiddeċiedi dwar id-deċiżjonijiet li trid tieħu u dwar kemm inti lest li tieħu dawk id-deċiżjonijiet li f'ċerti aspetti tagħhom jistgħu jkunu kontroversjali.", "Il-veru eżami ta' kemm verament wieħed jemmen fl-ambjent huwa ta' x'wieħed ikun lest li jagħmel fil-prattika dwar dan.", "Naħseb li dan huwa punt importanti li nagħmluh, daqskemm huwa punt importanti li ngħid li għadna m'aħniex qed nifhmu biżżejjed l-importanza għalina lkoll li ninvestu bi prijorità dak li għandna bżonn biex nieħdu ħsieb l-ambjent.", "Kif għedt fl-introduzzjoni tiegħi, jekk m'aħniex se nagħmlu hekk mhux biss se nintlaqtu aħna u l-ġenerazzjonijiet futuri, imma se jkun hemm ukoll impatt ekonomiku fuqna.", "Illum nifhmu li l-qasam ta' l-ambjent huwa qasam li jolqot direttament lit- turiżmu tagħna.", "It-turist li jiġi f'pajjiżna x'messaġġ qed jieħu?", "Nerġa' nirrepeti li l-prijorita' assoluta tagħna ̧ bħala gvern ̧ hija l-kwalità tal- ħajja tagħna li ma tiddependix biss fuq l-ambjent in ġenerali imma tiddependi wkoll fuq l-ekonomija.", "Issa l-ekonomija tagħna tiddependi fuq setturi differenti, fosthom it-turiżmu.", "Hawnhekk nisimgħu ħafna diskorsi sbieħ dwar l-importanza tat-turiżmu imma huma ftit dawk li jqumu jitkellmu u jgħidu li minbarra l-aspett soċjali, l-aspett personali tagħna bħala familji Maltin, l-aspett li jolqot lit-tfal tagħna u l-kwalità tal-ħajja tagħna, hemm it-turiżmu.", "Kif qed inħarsu lejn il-fatt li turist li jiġi f'pajjiżna se jara l-indafa u jkun jaf li aħna qed nittrattaw l-iskart tagħna?", "Meta niġu biex nitkellmu fuq kemm hu importanti t-turiżmu għal pajjiżna qed nirrikonoxxu l-fatt li f'pajjiżna jkollna ambjent nadif?", "Jekk l-iżvilupp tat-turiżmu llum u dak tal-ġejjieni jiddependi fuq kemm aħna nieħdu ħsieb l-ambjent ta' madwarna, qegħdin nifhmu - dak li qed niddiskutu u li se nkomplu niddiskutu f'dawn l-aħħar ġranet li fadal tal- parlament – li dan huwa argument li se jolqot direttament il-funzjoni ta' l- ekonomija tagħna, preċiżament waħda mill-pilastri l-aktar importanti li għandna?", "U għalkemm it-turiżmu huwa l-pilastru ewlieni ta' l-ekonomija tagħna, mhux se nillimita ruħi fuq it-turiżmu biss, iżda hemm aspetti oħrajn fosthom l-impatt tal-manifattura f'pajjiżna.", "Biex inti jkollok manifattura u industrija li tipproduċi, din trid toqgħod attenta li hi stess tieħu ħsieb l-ambjent u li tingħaqad flimkien mal-gvern u mas-soċjetà ċivili biex filwaqt li jkollha suċċess ̧ tirrikonoxxi l-bżonn li għandha kontribut x'tagħti lil pajjiżna.", "Għalhekk naħseb, anke minn dak li smajt, li hawn qbil fuq dawn l-argumenti.", "Nirrepeti li l-punt importanti m'huwiex biss li naqblu fid-diskors u fil-ħsebijiet tagħna, iżda ladarba naqblu u jekk verament nemmnu f'dak li qegħdin ngħidu, irridu niddeċiedu x'se nagħmlu dwar dak li naqblu fuqu.", "Punt ieħor li hemm qbil fuqu huwa li l-ambjent m'huwiex se jieħu ħsieb tiegħu nnifsu.", "Jekk naħsbu li b'xi mod jew ieħor is-soluzzjonijiet se jinstabu waħedhom, inkunu sejrin żball, anzi aktar ma nħallu żmien jgħaddi u nipposponu deċiżjonijiet u inizjattivi, aktar se jkollna problemi kbar x'nindirizzaw u se nibqgħu dejjem pass lura mingħajr ma nieħdu l- inizjattivi li għandna bżonn.", "Għalhekk jidhirli li anke hawn naqblu li l-ambjent m'huwiex se jieħu ħsieb tiegħu nnifsu u mingħajr ħadd ma jagħti kasu.", "Ilkoll kemm aħna bħala pajjiż għandna nieħdu l-inizjattivi sabiex nindirizzaw din l-isfida hekk kbira għalina.", "Irrid nagħmel parentesi żgħira u ngħid li din hija sfida kbira għal pajjiżna.", "Kultant noqogħdu nikkwotaw pajjiżi oħrajn, u nagħmlu sew, imma ma rridux ninsew li fi gżira żgħira bħal pajjiżna, b'territorju żgħir fejn kull metru kwadru għalina jiswa ħafna u fejn għandek l-ogħla densità ta' popolazzjoni għal kull metru kwadru, l-aspett ambjentali tagħna jakkwista dimensjoni u problemi li huma ferm ikbar milli jeżistu f'pajjiżi oħrajn.", "Allura anke hawn irridu nifhmu li fil-każ ta' pajjiżna għandna d- dmir li naffrontaw b'kuraġġ din is-sitwazzjoni ħalli nagħmlu dak li hemm bżonn.", "Inkun korrett jekk ngħid li dawk li jitkellmu favur l-ambjent jifhmu wkoll li sabiex nieħdu ħsieb l-isfidi ta' l-ambjent f'pajjiżna hemm bżonn li jsir investiment ta' flus, investiment ta' riżorsi umani u investiment sostanzjali ta' riżorsi.", "Jien ngħid li meta kulħadd jiġi jgħid bil-bżonn li ninvestu rridu noqogħdu attenti u nifhmu li mhux il-gvern ikun qiegħed jinvesti imma l-poplu Malti.", "Direttament jew indirettament huwa l-poplu Malti li qed jinvesti!", "L-investiment dejjem ġej mill-but tagħna, mit-taxxi li nħallsu u mill-kontribuzzonijiet li nagħtu!", "U għalkemm kultant ikollok tgħid l-ovvju, fejn qisek qed tgħid li siġġu għandu erba' saqajn, kultant huwa neċessarju li tfakkar lin-nies li siġġu għandu erba' saqajn!", "Għaliex l-investiment, ikun kif ikun u jiġi minn fejn jiġi, finalment il-flus tal- gvern jiġu mit-taxxa tagħna lkoll.", "Naħseb li minn dak li smajt jidher ukoll li hemm qbil in ġenerali bejn kulħadd fuq il-prinċipju li min iħammeġ irid iħallas.", "Smajt il-frażi the polluter pays principle u minn dak li qed nara jidher li m'hawn ħadd li qed jitkellem kontra tiegħu.", "Iżda anke fuq din għandi r-riżervi tiegħi għax donnu kultant nieħu l-impressjoni li kulħadd jaqbel li min iħammeġ irid iħallas, basta ma jkunx hu!", "L-argument hawnhekk donnu huwa li għandna ngħidu lil ħaddieħor biex iħallas, imbagħad jien li qed inħammeġ għandi nitħalla barra.", "Dan m'għandux ikun, għax jew se naqblu fuq prinċipju jew inkella se noqogħdu nduru mal-lewża u ngħidu biex nattakkaw lil ħaddieħor u mhux lili!", "Irridu nifhmu li dan huwa l-piż tagħna lkoll, u nibda l-ewwel wieħed minni bħala persuna u bħala ċittadin ta' dan il-pajjiż.", "Jien nippretendi li la jien responsabbli, ħaddieħor li joqgħod maġenbi, li qiegħed faċċata tiegħi f'dan il-parlament u n-nies in ġenerali, għandhom ikunu responsabbli għalihom infushom u anke għalija.", "U jekk jien qed nagħmel ħilti biex ma nħammiġx, nippretendi li ħaddieħor ukoll jagħmel ħiltu kollha biex ma jħammiġx!", "Għalhekk kollha kemm aħna għandna nerfgħu din ir-responsabilità.", "Minn dak li smajna s'issa naħseb li punt ieħor li hemm qbil fuqu u li nistgħu nibnu fuqu huwa li ninċentivaw u nistimulaw il-ħolqien ta' kultura popolari u nazzjonali li tkun sensittiva u responsabbli għall-ambjent.", "Huwa veru li għandna problema - u forsi din aktar teżisti f'pajjiżna milli teżisti f'pajjiżi oħrajn minħabba l-fatt li fuq dan il-qasam bdejna nsiru konxji ftit żmien ilu, mentri ħaddieħor ilu konxju fuq dan il-qasam għal żmien twil – pero' huwa neċessarju li nedukaw u ninċentivaw lin-nies u nniedu skemi fejn lit-tfal tagħna minn ċkunithom inderruhom li l-ambjent m'huwiex biss mill-għatba 'l ġewwa tad-dar tagħna.", "Mhux biżżejjed li nibqgħu bl-użanza ta' l-imgħoddi fejn il-familji Maltin kienu jieħdu ħsieb l-ambjent ta' ġewwa darhom biex iżommu d-dar pupilla.", "Issa rridu nifhmu li d-dar tagħna huwa l-pajjiż kollu kemm hu, minn ponta sa ponta.", "Allura hemm bżonn li ndaħħlu din il-kultura, u hemm diversi metodi ta' kif tista' ddaħħalha din.", "Trid tagħmel kampanji edukattivi sħaħ ̧ anke mat-tfal meta dawn ikunu għadhom żgħar.", "Pero' trid tagħmel ukoll pieni, regolamenti u enforcements li dak li jkun iħosshom għax f'pajjiżna ma nistgħux nibqgħu sejrin bit-teorija fejn Allaħares indaħħlu dawn l-affarijiet!", "Jekk nipparkja ħażin u naqla' ċitazzjoni mingħand il- warden, neħodha kontra l-warden u ma nirrealizzax li t-tort kien tiegħi għax in the first place ma messniex ipparkjajt ħażin!", "Jekk ma ħallastx il- VAT dovuta minni u nirċievi kont u neħel anke multa, neħodha kontra l-liġi u ma nirrealizzax li t-tort kien tiegħi għax ma ħallastx il-VAT!", "Jekk neħel piena talli għamilt dikjarazzjoni falza u ħadt benefiċċju soċjali li ma kellix dritt għalih u sraqtu minn ħalq ħaddieħor, u allura kelli nirrifondi kollox lura, neħodha kontra l-liġi, jekk ma nitkażax ukoll li kelli nirrifondi l-ammont li sraqt f'salt!", "Ma nirrealizzax li wara kollox kien tort tiegħi għax qatt ma messni għamilt dikjarazzjoni falza u abbużajt minn din is-sistema!", "Il-punt li qed nipprova nagħmel huwa li rridu nifhmu l-ħtieġa li noħolqu kultura fejn lin-nies inderruhom u ninċentivawhom biex jieħdu ħsieb l-ambjent.", "Kieku kelli niġbor dawn il-ftit punti li semmejt - hemm oħrajn imma dawn huma l-punti ewlenin - ngħid li hemm bażi komuni sabiex wieħed jimxi 'l quddiem.", "Imma issa ħalli niġu għas-si u no.", "Kif diġà għedt, jien smajt bosta dikjarazzjonijiet, diskorsi sbieħ u prinċipji imma l-mistoqsija hija li quddiemna mhux prinċipji għandna issa, m'aħniex qed niddiskutu fuq id-duħħan u l-ideat fl-ajru, iżda qed niddiskutu miżura li hija mfassla sabiex tindirizza dan il-qasam u sabiex tagħmel xi ħaġa oħra konkreta ma' dak li sar diġà.", "Mid-diskorsi li smajna kemm fil-parlament kif ukoll mill-artikli li nkitbu f'diversi ġurnali, nirrealizza li hemm min jaqbel ma' din il-miżura u jgħidlek li għandna nagħmluha u hemm oħrajn li ma jaqblux magħha u jgħidulek li din hija kompletament ħażina.", "Issa kemm jista' jkun se nipprova nislet il-punti ewlenin ta' kritika li smajt sal-lum mingħand dawk in-nies li kkritikaw bla ma ħarġu b'ebda soluzzjoni jew alternattivi.", "Jien għadni ma smajtx soluzzjoni jew alternattiva waħda li hija feasible għall-kritika li ġiet imressqa fil- konfront ta' din il-liġi.", "L-ewwel punt ta' kritika li smajt kemm f'dan il- parlament kif ukoll barra minn dan il-parlament huwa li qed tingħata l- impressjoni li din hija xi miżura ġdida li ħlomna biha xi tliet ġimgħat ilu.", "Minn hawnhekk niddikjara bl-iktar mod qawwi u kategoriku li din hija falzità kbira li qed tingħad fid-diskorsi li qed isiru f'dan il-parlament u f'ċerti artikli li qegħdin jinkitbu fil-ġurnali tagħna.", "Nerġa' ntenni li din hija assolutament gidba li qed tipprova tiffalsifika d-diskors ta' dan il-parlament, kif ukoll il-proċess parlamentari ta' dibattitu li għalija għandu importanza kbira minħabba li qed imiss prinċipju kardinali.", "Dan m'huwiex prinċipju marbut esklussivament mal-qasam ta' l-ambjent imma huwa prinċipju li jgħodd għal kollox.", "F'Novembru li għadda l-gvern ippreżenta l-budget tiegħu, fejn ġie f'dan il- parlament u ressaq il-pjan ekonomiku u politiku tiegħu għas-sena 2004.", "F'dan il-budget għamel impenn mal-poplu tagħna li se jwettaq il-miżuri msemmija fid-diskors tal-budget li ġie mħabbar f'Novembru tas-sena 2003.", "Impenja ruħu quddiem dan il-parlament li fis-sena 2004 se jintroduċi dawn il-miżuri u inizjattivi msemmija fil-budget.", "Mhux hekk biss, imma mpenja ruħu u ġie f'dan il-parlament u ta l-estimi li kien qed jipproponi għas- sena 2004, u qal lil dan il-parlament x'kien qiegħed jikkalkula li jdaħħal bħala taxxi u x'kien qiegħed jikkalkula li joħroġ bħala spiża.", "Ma ġiex f'dan il-parlament b'xi ħaġa ġenerali imma ġie bħalma sar dejjem fis-snin imgħoddija, b'dettalji preċiżi ta' kull inizjattiva li se jieħu, bil- kalkolu tal-gvern fuq il-miżuri li kien se jieħu u x'se jkun qed idaħħal għas-sena 2004.", "Għall-benefiċċju ta' dawk li ma jridux jieħdu l-briga li jaqrawh u ta' dawk li jridu jagħtu spin falza lil dan id-dibattitu, b'disservizz qawwi għar- responsabbilta' politika li bħala membri għandna lejn pajjiżna, se nerġa' naqra dik il-parti tad-diskors tal-budget li tinvolvi l-kapitlu ta' l- ambjent u l-proposta ta' l-eko-kontribuzzjoni, liema kapitlu huwa l-itwal wieħed mill-proposti kollha.", "F'dan il-kapitlu, il-gvern kien poġġa iswed fuq l-abjad x'inhi l-politika tiegħu, x'inhu l-ħsieb tiegħu, flimkien mas- soluzzjonijiet u l-prioritajiet tiegħu.", "Mr Speaker, meta niġu quddiem il-parlament b'diskors ta' budget, ma niġux biex naħlu l-ħin għax dak huwa proċess demokratiku, fejn aħna niġu hawn sabiex nivvotaw, nieħdu l-vot u dik tkun rabta fuq il-gvern sabiex jimplimenta dak il-programm li huwa jkollu.", "Jekk dak li jintrabat għalih ma jwettqux irid ikun accountable u jispjega għalfejn dak li ntrabat bih ma wettqux sa l-aħħar tas-sena.", "Fost ir-raġunijiet li għalihom qed nagħmel dan il-punt importanti ħafna huwa għaliex m'huwiex veru li din hija miżura ta' eko-kontribuzzjoni li ħlomna biha f'dawn l-aħħar ġimgħat; hemm imniżżel iswed fuq l-abjad fid-diskors tal-budget li din kienet ilha li ġiet maħsuba, u 'l quddiem se naqra mid-diskors tal-budget dawk il- partijiet rilevanti ma' dan is-suġġett.", "U ladarba l-parlament approva l-impenn tal-gvern li jintroduċi miżura, ma naċċettax li mbagħad jiġi xi ħadd fil-pajjiż li jiġi jgħidilna li dik il- miżura m'għandniex nagħmluha, għax inkella se nissostitwixxu l-proċess demokratiku f'pajjiżna, u minflok niggvernaw b'sistema demokratika nibdew niggvernaw mit-toroq.", "M'iniex dispost li b'xi mod jew ieħor indgħajfu l- iktar prinċipju kardinali li bih jitmexxa pajjiż.", "U rrid nagħmilha ċara li dan huwa mpenn li ġie ppreżentat fil-parlament f'Novembru li għadda u bdejna naħdmu fuqu minn dakinhar stess.", "Ħalli issa mmur lura għal dak li għedna fid-diskors ta' l-aħħar budget.", "F'dan id-diskors insibu:", "\"Meta nitkellmu fuq l-ambjent irridu nibdew inħarsu minn lenti differenti.", "Minn banda ma nistgħux ma ninnotawx it-tisbiħ ta' l- ambjent urban li sar bix-xogħol intensiv u għaqli fit-toroq permezz tal-public/private partnership li ħloqna s-sena l-oħra.", "Imma l- kwalita` ta' l-ambjent m'hijiex biss l-indafa u s-siġar imma hi l- kwalita` ta' l-arja, l-ilma, il-ħoss kif ukoll id-diversita` fil- ħlejjaq u l-ambjent naturali.\"", "Hawnhekk qed naqra kelma b'kelma dak li hemm miktub fil-budget ta' Novembru li għadda.", "Paragrafu ieħor mid-diskors tal-budget jgħid hekk:", "\"Il-prattika trid tkun li nnaqqsu l-iskart u t-tniġġis kemm jista' jkun.", "Dan jista' jsir bi tliet modi:", "1.", "B'tagħlim kostanti li jfisser l-għażliet li għandna quddiemna u kif inkunu aktar attenti għal kulma jaffettwa l-ambjent.", "2.", "Bi ħlas adegwat li jsir minn min jinkwina biex l-inkwinament jitnaqqas kemm jista' jkun u jissewwa meta jsir.", "3.", "B'investiment biex nipproduċu enerġija b'mod iktar effiċjenti u nadif u biex noħolqu prodotti li meta jiġu skartati, joħolqu l-inqas inkwinament possibbli.\".", "Mr Speaker, dan m'għedniehx il-bieraħ, m'għedniehx tliet ġimgħat ilu u lanqas għednieh tliet xhur ilu imma għednieh f'Novembru tas-sena li għaddiet.", "Ħalli nkompli naqra dak li għedna f'Novembru għall-benefiċċju ta' dawk li qegħdin jgħidu li ħlomna b'xi ħaġa tliet ġimgħat ilu waqt li konna f'xi forma ta' paniku.", "Lil min qed jgħid dan jien ngħidlu li għandu l-paniku min qed jibża' jerfa' r-responsabbilta` morali u mhux min qed jipprova jgħaddi lil dan il-pajjiż minn proċess ta' qabża ta' kwalita` li rrid ngħid li s'issa għadna qatt ma rajna bħalu.", "Imma ħalli nkompli naqra dak li għedna f'Novembru:", "\"Il-gvern hu mpenjat bis-sħiħ li jħares l-ambjent ta' madwarna, u dan għall-ġid tagħna kif ukoll fl-aħjar interess tal-ġenerazzjonijiet futuri.", "Kif wiegħed il-gvern, sad-data tas-sħubija fl-UE se jingħalqu l-miżbliet tal-Magħtab u l-Qortin.\"", "- dan aħna għamilnieh -", "\"Sabiex jilħaq dan l-għan, il-gvern għaddej b'ħidma intensiva biex tinbena u tibda topera l-infrastruttura neċessarja, fosthom l-interim controlled engineered landfill.\"", "Ta' min isemmi li aħna kellna wkoll il-problema ta' l-Imnajdra, pero` din solvejnieha u ttrattajnieha billi sibna soluzzjoni alternattiva.", "Din għadha toħolqilna l-problemi wkoll, biex ma noqogħdux nomgħoduha, imma għaliex sibna soluzzjoni li teknikament kienet ġustifikabbli u spjegabbli, allura ma ddejjaqniex naddattaw il-politika u d-deċiżjonijiet li konna ħadna biex nagħżlu dejjem l-aħjar triq għal pajjiżna, bid-diffikultajiet kollha li din tista' ġġib magħha.", "Fid-diskors tal-budget hawn miktub ukoll dan il-kliem:", "\"L-investiment finanzjarju marbut ma' dawn il-faċilitajiet jammonta għal madwar Lm30 miljun fuq perijodu ta' tliet snin, li parti sostanzjali minnhom ġejjin mill-fondi ta' l-UE.\".", "Imbagħad diversi paragrafi iktar 'il quddiem hemm miktub ukoll dan il- paragrafu:", "\"Il-gvern se jkompli jgħin fl-iffinanzjar ta' dawn il-proġetti, iżda jkun għalxejn li jitfasslu miżuri ta' immaniġġjar ambjentali mill-aqwa għal pajjiżna jekk ma nkunux aħna stess li nħarsu l-ambjent tagħna permezz ta' kif nikkonsmaw u billi nikkontribwixxu għall-ispejjeż involuti\".", "Issa se niġi għal dik il-parti li ktibnieha abjad fuq l-iswed f'Novembru li għadda:", "\"Għaldaqstant se tkun imnedija sistema ta' eko-kontribuzzjoni.", "Parti minn din l-eko-kontribuzzjoni se tinġabar minn containers ta' prodotti ta' konsum.", "Dan għaliex dawn il-containers huma parti essenzjali mill- problema ta' l-immaniġġjar ta' l-iskart f'pajjiżna.", "Din is-sistema, li se tiġi introdotta gradwalment, se tkun ibbażata fuq dawn il- prinċipji.\"", "Nirripeti li hawnhekk jien qiegħed naqra mid-diskors tal-budget li sar f'Novembru li għadda f'dan il-parlament, jiġifieri f'Novembru ta' l-2003.", "F'Novembru li għadda l-gvern qal li dawn se jkunu l-prinċipji li se jkun qed jimxi fuqhom bl-introduzzjoni ta' l-eko-kontribuzzjoni:", "\"1.", "L-eko-kontribuzzjoni se tħajjar iktar l-użu ta' deposit refund schemes fuq containers.", "2.", "L-ammont ta' l-eko-kontribuzzjoni fuq tipi ta' containers differenti se jkun jirrifletti l-impatt ambjentali tal-containers.", "3.", "Hija intiża sabiex tiskoraġġixxi konsum b'impatt ambjentali inaċċettabbli.\"", "Dawn kienu t-tliet parametri li konna ddikjarajna dak iż-żmien meta ħabbarna li beħsiebna ndaħħlu l-eko-kontribuzzjoni.", "Ħalli nkompli naqra:", "\"Hija l-intenzjoni tal-gvern li jaħdem id f'id mal-privat sabiex jiġu żviluppati inizjattivi f'din id-direzzjoni.", "Il-gvern jemmen li l- operaturi lokali għandhom iħaddmu huma stess sistemi li permezz tagħhom il-materjal impoġġi fis-suq jiġi rkuprat u mmaniġġjat b'mod li ma jħalli l-ebda impatt negattiv fuq l-ambjent.\"", "U mbagħad ikompli hekk:", "\"Għas-sena d-dieħla din l-eko-kontribuzzjoni se tkun introdotta fuq firxa limitata ta' containers ta' prodotti kkonsmati lokalment, kemm jekk maħduma f'pajjiżna kif ukoll importati.\".", "Din il-miżura għandha tiġi riveduta regolarment skond kemm il- produtturi/importaturi lokali jibdew jerfgħu r-responsabbiltajiet tagħhom mil-lat ambjentali.\".", "Imbagħad biex din verament ħadd ma jkun qiegħed jimmissjaha, jiġifieri biex verament inkunu tajnieha bil-kuċċarina, id-diskors tal-budget ikompli jgħid hekk:", "\"Il-parti l-oħra ta' l-eco-kontribuzzjoni ...\"", "Għax hawnhekk konna qed ngħidu li l-eko-kontribuzzjoni se tkun maqsuma f'żewġ kategoriji; kategorija minnhom se tkun fuq kontenituri u fuq containers u:", "\"Il-parti l-oħra ta' l-eko-kontribuzzjoni se tkun fuq prodotti oħra ta' konsum li minnhom infushom jiġġeneraw impatt ambjentali negattiv meta jintremew.", "Għas-sena d-dieħla din l-eko-kontribuzzjoni se tinġabar minn fuq batteriji, tyres, apparat elettroniku, żjut (mhux ta' l-ikel) u filters taż-żejt.\".", "Mr Speaker, l-unika ħaġa li kien jonqosna nagħmlu dakinhar kienet li ninfilzaw il-liġi ma' dan id-diskors tal-budget għax hawn għandna l-qafas kollu fid-dettal, inkluż l-oġġetti li fuqhom kellna f'moħħna li ndaħħlu l- eko-kontribuzzjoni.", "Nerġa' nfakkar li dan id-diskors intqal f'Novembru ta' l-2003.", "Mela nerġa' nirripeti li qed jagħmel spin irresponsabbli min qiegħed jipprova jpinġi din il-miżura bħala waħda li ħlomna biha matul dawn l-aħħar tliet ġimgħat u li b'xi mod jew ieħor qegħdin indaħħluha b'xi forma ta' paniku.", "Agħar minn hekk hija d-diżonesta` ta' min jaf li effettivament il-gvern ipprova jimxi preċiż, b'ħiltu kollha, skond l-ispirtu ta' dak li nkiteb hawn.", "U dan l-ispirtu x'inhu?", "Qrajt il-partijiet tad-diskors tal-budget ta' Novembru tas-sena li għaddiet fejn għedna li jekk jista' jkun irridu noperaw mas-settur privat u li rridu ninċentivaw lis-settur privat biex jipparteċipa u joħloq l-iskemi hu, u għal dawk li ma jafux, għalkemm suppost li it is public knowledge - imma public knowledge f'pajjiżna tiddependi minn fuq kemm dak li jkun jaqbadha, jistampaha u jsemmiha fid- diskors jew fuq ir-radjijiet - sa minn qabel ma tħabbar id-diskors tal- budget f'Novembru li għadda - għax naturalment id-diskors tal-budget ma jinkitibx lejliet il-budget, u fil-fatt kienu ilhom il-ġimgħat u x-xhur jinħadmu l-ideat fuq dan li qed ngħid jien - kienu diġa` bdew isiru l- kuntatti mas-settur privat.", "Wara Novembru aħna, bħala gvern, għamilna kuntatt ma' dik l-industrija li kienet se tintlaqat minn din l-eko- kontribuzzjoni, partikolarment ma' dawk li l-prodotti tagħhom jinbiegħu fil- containers jew fil-fliexken, u għednielhom: Ibdew aħdmu fuq sistema partikolari.", "Ibdew tkellmu bejnietkom u araw intom, minflok jgħidilkom il- gvern, biex għal darba f'pajjiżna ma jkollniex neċessarjament lill-gvern li qiegħed jerġa' jieħu l-inizjattiva waħdu.", "Ħudu l-inizjattiva intom.", "Araw toħolqux inizjattiva li biha tkunu qed tolqtu żewġ għasafar b'ġebla waħda, jiġifieri li tolqtu l-parametri u l-prijoritajiet tagħna fil-qasam ta' l- ambjent, għax jekk din titħaddem tajjeb, fiha nnifisha tista' tkun operazzjoni ekonomika li tiġġenera l-postijiet tax-xogħol u l-ġid għal pajjiżna.", "Din l-operazzjoni m'għandhiex tkun tinkludi biss il-ġbir ta' l-iskart imma anke x'tagħmel b'dak l-iskart.", "Il-parti sempliċi hija kif wieħed għandu jiġbor l-iskart.", "Jekk mingħalikom li se nsolvu l-problemi billi noqogħdu ninċentivaw lin-nies iġibu l-prodott lura ...", "(Interruzzjonijiet) Dan huwa tajjeb, u jien m'iniex qed ngħid li m'huwiex hekk, imma skużi, l- importanti huwa ...", "Dik hija l-iktar ħaġa faċli!", "Tajjeb; mela jien inħallsek biex iġġibli l-prodott!", "U jien x'se nagħmel b'dak il-prodott?", "U x'se nagħmlu biex imbagħad dak il-prodott nirriċiklawh, inpoġġuh x'imkien, nipproċessawh u nesportawh?", "Huwa tajjeb li jkun hemm min jgħin biex l- iskart jiġi fl-istream tagħna, imma l-vera challenge m'hijiex dik!", "That's babyish!", "Min jitkellem u jpoġġi l-argumenti b'dan il-mod huwa amateurish żgur!", "Dak huwa d-dilettantiżmu; min jittratta lill-qasam ta' l-ambjent b'dawn it-tip ta' argumenti li assolutament huma babyish!", "Iċ-challenge vera hija x'nagħmel bl-iskart u mhux li ġġibuli!", "Dak nista' nagħmlu jien u jista' jagħmlu l-gvern, bħalma ilu jagħmlu għal snin kbar.", "Iċ-challenge vera hija x'se nagħmlu bl-iskart, u dan hu li jinteressa lill-familji tagħna, biex min jiġi joqgħod jitkellem b'mod li lill-anzjani u liż- żgħażagħ joqgħod jgħidilhom \"jaħasra\" jien ngħidlu li jaħasra jkunu dawk il- familji li jitħallew jgħixu fl-iskart u f'ambjent li la jagħmel ġieh lilhom u lanqas lil pajjiżna.", "Min jiġi hawnhekk u joqgħod jagħmilha tal-paladin tal-familji tagħna u tal-qasam soċjali, jien ngħidlu li he has got it all wrong!", "Huwa soċjalist antikwat min għadu jemmen li l-kwalita` tal-ħajja tiddependi minn fuq iċ-ċekk tal-pensjoni li tiġi fl-aħħar tax-xahar!", "Minn dak iż-żmien kbirna, u l-benchmarks tagħna, jew għallinqas ta' dan il-gvern u tal-partit li nirrappreżenta jien, huma ħafna ogħla minn hekk.", "Il- kwalita` tal-ħajja tagħna ma nkejluhiex biss biċ-ċekk li jasal fl-aħħar tax- xahar.", "Aħna għamilna ħilitna kollha biex dak iċ-ċekk jogħla, u fil-fatt kemm ilna fil-gvern għollejnieh u tejjibnieh ħafna.", "Fil-fatt biżżejjed ngħidu li llum ir-revenues tal-ħaddiema u tal-pensjonanti tagħna huma d- doppju ta' dawk li kienu jirċievu fl-1987, b'mod partikolari tal- pensjonanti.", "Aħna rnexxielna nżidu d-dħul, u nibqgħu nagħmlu ħilitna biex inżidu d-dħul għall-poplu tagħna.", "Madanakollu m'aħniex kuntenti b'daqshekk!", "Mr Speaker, jekk hawnhekk hawn xi ħadd li jrid jibqa' jgħix fil-medjokrita` u qed jibqa' jgħidilna li fuq il-pensjonijiet m'aħna nagħmlu xejn, li fuq is-saħħa m'aħna nagħmlu xejn u issa qed jgħidilna li fuq l-iskart m'aħna nagħmlu xejn lanqas, allura jien ngħid li hemm baħar jaqsam.", "Dan il-gvern għandu l-kuraġġ morali li jiffaċċja u jispjega lill-poplu tagħna, u aħna nemmnu li se nikkonvinċu lill-poplu tagħna biex fuq din l-issue jikkoopera magħna għaliex it-titjib kulħadd jaf jarah.", "Madanakollu s-soluzzjoni li għandha l-oppożizzjoni għall-iskart hija l- istess soluzzjoni li kien sab l-Onor.", "Alfred Sant meta kien fil-gvern.", "Smajt id-diskors ta' l-Onor.", "Charles Buhagiar, u dan qalilna: Tafu kif għandna nsolvu l-iskart?", "Naqbdu helicopter u mmorru nduru dawra fuq il- pajjiż!", "Tridx nagħmluha, Onor.Pullicino?", "(Interruzzjonijiet) Tridx naqbdu l-helicopter illum stess, induru dawra mal-pajjiż u ndaħħku lin-nies bina għax ngħidu li solvejna l-problema ta' l-iskart minħabba li morna fuq il-Magħtab bil-helicopter, minkejja li sadanittant l-iskart baqa' jintefa' fil-Magħtab?!", "Hekk qaltilna l-oppożizzjoni sa ftit xhur ilu!", "Sa ftit xhur ilu s-soluzzjoni ta' l-oppożizzjoni kienet li nkomplu nitfgħu l-iskart il- Magħtab!", "Huwa importanti li n-Naxxarin u r-residenti ta' dawk l-akwati jisimgħu sew x'qed tgħidilhom l-oppożizzjoni, u huwa importanti li dawn ma jħallux lilhom infushom jiġu miġbudin minn tidwir ta' argumenti li meta tfittex is-sustanza tagħhom ma ssibhiex.", "Għal kull issue li naqbdu f'dan il-pajjiż, l-oppożizzjoni toħroġ b'soluzzjoni bla sustanza; kollox artifiċjali u l-argumenti jiġu mfassla b'tali mod li jkunu jogħġbu lil kulħadd u ma jkunu jirfsu l-kallu ta' ħadd.", "Imma issa ħalli nkompli b'dak li kont qed ngħid.", "Wara li għadda l-budget inbeda proċess li inċentiva lis-settur privat u lill-operaturi ekonomiċi tagħna biex jingħaqdu bejniethom u joħorġu b'inizjattiva, u dawn bdew it-taħdidiet bejniethom.", "Issa hawnhekk jien ninforma lill-Kamra uffiċjalment minn dan il-parlament li matul ix-xhur ta' Jannar, Frar, Marzu u April il-gvern qagħad lura u ħalla lill-operaturi ewlenin ekonomiċi ta' pajjiżna jaħdmu bejniethom għaliex l-informazzjoni li kienet qed taslilna kienet li dawn kienu mexjin lejn possibbilta` ta' sistema li mhux biss tiġbor l-iskart, jiġifieri l-kontenituri u l-fliexken, imma anke tieħu ħsieb l-ipproċessar tiegħu, and that would have been the best news għal pajjiżna.", "Għalhekk aħna rajna li kien jaqblilna nistennew għax dak huwa preċiżament li nixtiequ aħna.", "Pero` għall-ħabta ta' April jew Mejju waslitilna l-informazzjoni li dawn l-operaturi ma rnexxielhomx jaslu għal ftehim bejniethom biex din is-sistema li semmejt tibda topera, u fil-fatt ir-risposta li ngħatajna min-naħa ta' l-operaturi kienet li qatgħu qalbhom u li jkun aħjar jekk immexxu aħna bħala gvern.", "Dan huwa fair enough, u allura għal darb'oħra l-gvern ġie f'sitwazzjoni fejn se jkollu jieħu l-inizjattiva hu.", "Imbagħad f'Mejju nbeda l-proċess biex jitfassal l- abbozz ta' liġi ta' l-eko-kontribuzzjoni, li llum qiegħed għad-diskussjoni quddiemna.", "Għalhekk lil min jiġi joqgħod jgħidilna li ma saritx konsultazzjoni u li dan il-proġett kien qisu rieqed għal sitt xhur u stenbaħ il-bieraħt lura, jien ngħidlu: Ħabib tiegħi, f'Novembru li għadda aħna ppubblikajna abjad fuq l-iswed id-dettalji kollha bl-items imsemmija b'kollox, u għalhekk tiġix tgħidli li għamilt sitt xhur jew seba' xhur rieqed u issa f'daqqa waħda stenbaħt u ndunajt illi l-gvern miexi b'din il- proposta!", "Għalhekk, Mr Speaker, il-konsultazzjoni saret u din se tibqa' ssir.", "Fil- fatt aħna konna li bħala gvern daħħalna l-konċett tad-djalogu soċjali u tal- konsultazzjoni, imma issa ħalli niftehmu sewwa, biex inkun ċar daqs il- kristall; issa billi qed nitkellmu fuq il-konsultazzjoni, dan ma jfissirx li se żżommni milli nimxi.", "Hekk le, għax imbagħad dik ma tkunx konsultazzjoni imma jkun tlaqliq, nuqqas ta' kuraġġ u mażżra mas-saqajn.", "Jien lest li niddiskuti u nisma', imma jekk se tgħidli li rrid nagħmel sitt xhur niddiskuti u mbagħad wara dawk is-sitt xhur ninduna li dawk is-sitt xhur ħlejthom, hekk le!", "Mr Speaker, irrid infakkar li suppost fid-diskors tal-budget ta' l-2003 li kkwotajt minnu kien hemm kapitlu ieħor; dak li jittratta r-riforma fil- pensjonijiet.", "Pero` aħna qlajnieh minn hemm u fil-fatt dak il-kapitlu ma ssibux għax dak iż-żmien l-imsieħba soċjali qalulna biex niddiskutu u biex intawlu l-proċess għal sitt xhur oħra biex nipprovaw naslu għal soluzzjoni, u billi dan huwa gvern li jisma' u li jikkonsulta, aċċetta din il-proposta allavolja kien ilu jgħid li r-riforma fil-pensjonijiet hija urġenti.", "Madanakollu jiddispjaċini ngħid li minkejja li sal-lum mhux sitt xhur għaddew imma seba' xhur għadna fl-ajru u għadna ma wasalniex.", "Il- konsultazzjoni jien nagħtiha valur qawwi, pero` imbasta din tkun konsultazzjoni li twassal għal deċiżjoni.", "Jekk bil-konsultazzjoni xi ħadd jgħidli biex ma nwettaqx il-proposta li jkollna quddiemna jien ngħidlu: Jiddispjaċini, imma dak l-atteġġjament jien ma naqbilx miegħu.", "Jien lest li nirfina u li nara fejn nista' ntejjeb, imma din trid tkun konsultazzjoni kostruttiva u mhux konsultazzjoni distruttiva.", "Naf li qed isir il-ħin, pero` Mr Speaker, qabel ma nikkonkludi nixtieq nagħmel żewġ punti malajr malajr.", "Aħna nifhmu li din il-miżura se jkollha impatt fuq l-għoli tal-ħajja, pero` li rridu niżnu huwa l-impatt fuq il-kwalita` tal-ħajja.", "Iċ-challenge li għandna hija kif se npoġġu fuq il-miżien l-impatt fuq l-għoli tal-ħajja u mbagħad min-naħa l-oħra, l-impatt fuq il-kwalita` tal-ħajja.", "M'hux veru li din hija xi miżura li qiegħda tindirizza d-deficit ta' pajjiżna, u l-iskop ta' din il-miżura huwa esklussivament dak li jinċentiva l-użu ta' prodotti li jagħmlu l-inqas ħsara possibbli lill-pajjiż.", "Irridu nifhmu li, per eżempju, l-eko-kontribuzzjoni fuq kull flixkun titħallas darba; meta dan jiġi introdott f'pajjiżna, u allura dan qed jagħti vantaġġ kbir ħafna lil dawk is-sistemi li jużaw l-istess kontenitur għal iktar minn darba.", "Fil-fatt dik kienet waħda mill-miri ewlenin tagħna.", "Jien nitlob lill-Membri tal-Kamra biex iħarsu lejn klawsoli 5 u 12 ta' l- abbozz ta' liġi li għandna quddiemna, żewġ klawsoli li jagħtu l-poter lill- ministru biex japprova skemi li jitressqulu apposta ħalli mbagħad, permezz ta' dawk l-iskemi, ikun jista' jeżenta l-ħlas ta' l-eko-kontribuzzjoni.", "Din kulħadd qed isejħilha taxxa, pero` jien nistaqsi: Liema taxxa titħaddem b'dan il-mod?", "Din hija eko-kontribuzzjoni, u hija magħmula apposta b'mod li tagħti f'idejn il-gvern il-possibbilta` li min jiġi b'sistema li verament taħdem u li verament tħalli impatt pożittiv fuq kif nipproċessaw l-iskart f'pajjiżna neżentawh minn parti mill-eko- kontribuzzjoni jew saħansitra nagħtuh eżenzjoni sħiħa.", "Huwa importanti wkoll nenfasizza li hemm distinzjoni bejn prodott u ieħor għax hemm prodotti li tixtrihom spiss, bħall-kontenituri, u mbagħad hemm prodotti oħra, bħall-fridges u l-cookers.", "Issa f'daqqa waħda hawn min qed iġib id-dinja fit-tarf minħabba li daħħalna l-eko-kontribuzzjoni fuq il- fridges għax qed jgħid li b'hekk issa ħadd m'hu se jkun jista' jlaħħaq mal- ħajja, bħal dak li qallu li wieħed se jmur jixtri fridge kull ġimgħa!", "Dawn huma affarijiet li ma jitwemmnux.", "Il-konċett kif spjegat f'Novembru li għadda kien li nagħmlu distinzjoni fuq żewġ gruppi ta' prodotti; dawk il- kontenituri li jistgħu jerġgħu jintużaw u dawk il-prodotti li fihom infushom iħallu impatt ambjentali qawwi.", "Issa jekk jogħġobkom, fid- diskorsi tagħna ejjew ma nħallux barra l-fatt li fl-1 ta' Mejju li għadda neħħejna s-sistemi kollha ta' levies li kellna u lanqas ma nħallu barra l- fatt li b'effett mill-1 ta' Mejju numru kbir ta' prodotti tnaqqsilhom il- prezz tagħhom.", "Ejjew ma nħallux barra lanqas il-fatt li l-kompetizzjoni li daħlet partikolarment matul dawn ix-xhur li għaddew, speċjalment f'dak li għandu x'jaqsam ma' white goods, raħħset il-prezzijiet ta' dawn il-prodotti b'mod qawwi ħafna.", "Allura minn dawn il-benefiċċji kollha l-pajjiż m'għandux jieħu xi ħaġa lura, xi ħaġa li finalment se tmur biex inkunu nistgħu nittrattaw l-ambjent b'mod serju?!", "Mr Speaker, nikkonkludi billi ngħid li fl-opinjoni tal-gvern din hija miżura soċjalment ġusta.", "Din il-liġi m'hijiex se tkun miktuba fil-granit, jiġifieri aħna lesti li ntejbuha, u kien għalhekk li daħħalna l-konċett illi nwaqqfu kummissjoni apposta, biex fejn hu possibbli tgħinna ntejbu ħalli jintlaħaq l-iskop li rridu.", "Din hija miżura li tinċentiva lill- privat jipparteċipa u finalment hija ta' benefiċċju għall-ambjent li ngħixu fih kif ukoll għall-ekonomija tagħna, u għalhekk nirrikkmandaha għall- approvazzjoni ta' din il-Kamra.", "Grazzi, Mr Speaker.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Iktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Herrera.", "ONOR.", "JOSE` HERRERA: Mr Speaker, l-ewwelnett irrid ngħid li jien inħossni daqsxejn konfuż fis-sens li lilna, bħala oppożizzjoni, donna qed issirilna l-kritika li meta aħna qed nikkritikaw u qed nopponu għal dan l- abbozz ta' liġi m'aħniex qed inkunu daqstant demokratiċi għaliex meta għadda l-budget diġa` ttieħdet deċiżjoni minn dan il-parlament li l-gvern jimpenja ruħu biex jintroduċi ċerti miżuri, u allura la l-parlament diġa` ntrabat jew inkella l-gvern diġa` awtorizza dawk il-miżuri, f'dan l-istadju ma jispettax lill-oppożizzjoni li tagħmel il-kritika tagħha jew inkella topponi għall-miżuri li kienu mħabbrin fil-budget.", "Bir-rispett kollu jien ma naqbel xejn ma' dan it-tip ta' argument.", "Għall- grazzja t'Alla, l-oppożizzjoni hija indipendenti minn kulħadd, għandha l- aġenda tagħha, għandha tħaddem il-prinċipji tagħha u jgħaddi jew ma jgħaddix budget, il-miżuri tal-budget huma wkoll soġġetti għall-iskrutinju ta' dan il-parlament, u għalhekk indubjament l-oppożizzjoni għandha dritt li ssaħħaħ il-pożizzjoni tagħha meta ma' tkunx qed taqbel ma' dawk il- miżuri.", "Imbagħad wara kollox ma nafx għal xiex il-Ministru qed jieħu għalih daqshekk għax kważi ħadd ma qabel ma' dan l-abbozz ta' liġi, lanqas dawk il-movimenti u l-organizzazzjonijiet li s-soltu l-kwestjoni ta' l- ambjent tkun fuq nett ta' l-aġenda tagħhom.", "Għalkemm il-moviment Graffiti, li huwa l-iktar moviment radikali favur l-ambjent, jgħid li huwa jaqbel li għandha tiddaħħal xi forma ta' taxxa favur l-ambjent, ukoll qed jgħid li huwa ma jaqbilx ma' din il-forma ta' kontribuzzjoni - li huwa qed isejħilha bħala taxxa, u din hija xi ħaġa li issa se nidħol fiha - għax min jaqla' Lm200 u min jaqla' Lm2,000 fix-xahar xorta se jbati l-istess effetti minn dan l-abbozz ta' liġi.", "Fil-fatt huwa appuntu għalhekk li l-oppożizzjoni hija kontra din it-tip ta' liġi għaliex ideoloġikament aħna ma naqblux li t- tassazzjoni f'dan il-pajjiż għandha ssir b'mod indiskriminat.", "Sur President ̧ għall-partit fil-gvern il-mod ta' kif jindirizza t-taxxi huwa differenti minn tagħna.", "Aħna nemmnu, bħala prinċipju, li meta ssir taxxa, din ma tiddiskriminax.", "Aħna nemmnu li din il-forma ta' tassazzjoni hija bħall-VAT u fiha għandek schedule li ssemmi l-affarijiet li se jkun hemm taxxa fuqhom ̧ taxxa li qed jingħad li se titħallas mill-produttur.", "Pero' fir-realtà din se jħallasha l-importatur skond kif ipoġġi l-oġġett fis-suq jiġifieri kif dan jiġi cleared mid-dwana jew mix-xatt.", "Din it-taxxa se jħallasha kulħadd b'mod indiskriminat jiġifieri mhux se jħallasha min iħammeġ l-aktar l-ambjent jew min l-aktar li għandu flus.", "Għalhekk bħala prinċipju l-oppożizzjoni hija kontra.", "Jien għandi r-riżervi tiegħi wkoll dwar it-titlu tal-liġi għax din m'hijiex kontribuzzjoni imma hija taxxa.", "Il-gvern jaf li se jintroduċi forma ta' tassazzjoni oħra u li se jqumu l-irwiefen kollha u allura qed isejħilha eco-contribution.", "Sur President, jekk il-gvern jemmen tant f'dan li se jagħmel għalfejn qed jibża' jsejħilha taxxa?", "Meta żżid prezz fuq oġġett u dak il-prezz jieħdu l- gvern, dik hija taxxa, u għalxejn issejħilha tariffa, kontribuzzjoni eċċ. Donnu l-ministru qed igħid li din m'hijiex taxxa għaliex klawsola 5 tgħid li jekk ikun hemm xi ditta jew xi ħadd li jkun kapaċi jirkupra l-iskart u jerġa' jirriċiklah, dan ikollu dritt li jew jitlob rikumpens jew jiġi eżentat fuq prodotti oħrajn fil-futur jew inkella jkollu credit.", "(Interruzzjonijiet) Minn dawn il-klawsoli kollha klawsola waħda hemm.", "Din hija pie in the sky għax id-ditti ma nafx kemm se jkunu kapaċi jirriċiklaw il-prodotti li jbigħu.", "Din hija biss gimmick.", "Qed jingħad li l-iskop tal-liġi hu biex issa n-nies jibdew jagħmlu dik l-infrastruttura u dawk l-arranġamenti fil-kumpannija tagħhom, jew inkella jibdew jikkuntrattaw kuntratturi adegwati, biex jibdew jirriċiklaw il-prodotti li jbigħu pero' b'hekk is-zalza tiġi ogħla mill-ħuta.", "Għalhekk li tgħid li l- iskop ta' din il-liġi huwa biex tħajjar lin-nies jirriċiklaw il-prodotti li jbigħu hija ħrafa, hija misleading u hija diżonestà politika għaliex din m'hijiex ir-raġuni ta' din it-taxxa.", "Jien nista' nassigura lil dan il- parlament li klawsola 5 m'hu se tiġi mħaddma qatt għax huwa mpossibbli li importatur jieħu ħsieb dawn l-affarijiet.", "Biex isir ir-riċiklaġġ irid ikollok riċiklazzjoni ġenerali ta' prodotti ta' ħafna produtturi u mhux ta' importatur wieħed f'pajjiż żgħir bħal Malta.", "Aħna m'aħniex il-Ġermanja li għandha popolazzjoni ta' 90 miljun ruħ, fejn kumpannija timporta prodott wieħed u tbigħ miljuni kbar.", "Hemmhekk dan ikun vale la pena, imma f'Malta ̧ fejn għandek suq ta' 400,000 ruħ, liema importatur se jkun kapaċi jirriċikla mingħajr ma jitlef il-prodotti li hu jkun qed iressaq fuq is- suq?", "Għalhekk meta wieħed jorbot l-idea ta' din il-liġi ma' dan il- konċett, bir-rispett kollu, ikun qed iqarraq.", "Il-Prim Ministru qal li kien hemm xi ħadd li qal li din il-liġi ma kenitx prevista.", "L-ewwelnett l-oppożizzjoni dejjem tgħid, u jien naqbel, li idealment meta jsiru t-taxxi, dawn isiru fil-budget.", "Dan għaliex ikollok ċerti arranġamenti ma' l-imsieħba soċjali biex jilqgħu għaż-żidiet li jsiru, ikollok il-ftehim kollettiv, ikoll il-ftehim mas-settur pubbliku biex is- salarji jogħlew skond iż-żidiet tal-ħajja, eċċ, ikollok immaniġġjar aħjar tal-flejjes ta' l-Istat u n-nies ikunu jafu fejn qegħdin, u jsir skrutinju aħjar minn dan il-parlament.", "Wara kollox il-budget għalhekk jiġi propost fil-parlament.", "Il-budget ma jsirx biex ikollna ċerimonja għax kieku naqbdu u ngħidu lill-ministru biex jiffirmah u joħorġu.", "It-tieni nett huwa veru li kien hemm aċċenn li hemm bżonn isir xi ħaġa għall-ekoloġija u għall-ambjent fil-budget.", "Pero' l-prim ministru huwa żbaljat għax dan l-aċċenn ma sarx din id-darba biss imma ilu jsir xi għaxar snin, f'budget wara l-ieħor ̧ kemm taħt gvern Laburista u anke taħt gvern Nazzjonalista.", "Ilna ngħidu li hemm bżonn isir xi ħaġa għall-ambjent.", "Per eżempju, ilna ħafna ngħidu li għandna bżonn insibu alternative energy u li għandna nużaw solar energy u enerġija tar-riħ ̧ għalkemm meta saret applikazzjoni biex titħaddem sistema simili ġie rifjutata mill-MEPA.", "Ma nafx għaliex sar dan.", "Issa dan fuq raġunijiet ta' ekoloġija!", "(Interruzzjonijiet) Issa nagħtik id-dettalji.", "Per eżempju ̧ hemm applikazzjoni pendenti biex jibda jiġi ġenerat l-elettriku permezz ta' windmills u qed jinqalgħu ħafna problemi.", "(Interruzzjonijiet) M'hemmx għalfejn tinbaħ, Onor. Pullicino.", "MR SPEAKER: Onor. Herrera, jekk jogħġbok indirizza lis-Sedja.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "JOSE' HERRERA: Kun daqsxejn oġġettiv, Onor. Pullicino.", "Ħalli nagħtik eżempju ieħor.", "Meta kien hemm suġġerimenti dwar xi karozzi li jaħdmu bl-elettriku nqalgħu l-problemi kollha.", "F'dan il-pajjiż hawn burokrazija kbira u jekk ̧ per eżempju, ikun hemm min ikun se jdaħħal xi oġġett li jintuża b'xi tip ta' enerġija, ikun hemm lobbying min-negozjanti oħra jew nies li jkunu kompetituri għax dawn jindunaw li dak l-oġġett ikun se jnaqqsilhom in-negozju tagħhom.", "U l-lobbying jikkrea burokrazija kbira u mbagħad addio l-ekoloġija u l-ambjent!", "Għalhekk għandna nitkellmu ċar u tond.", "Min-naħa l-oħra ma jfissirx li għax insemmu l-ekoloġija u l-ambjent f'budget wara l-ieħor ̧ il-poplu kien qed jistenna taxxa ġdida ta' din il- kwalità.", "Dak kien l-argument ta' din in-naħa.", "L-argument ta' din in-naħa ma kienx li l-ambjent ma ssemmiex fil-budget.", "Allaħares!", "L-argument ta' din in-naħa kien li l-gvern seta' ntroduċa din it-taxxa fil-budget għaliex din hija taxxa u xejn iżjed.", "Din hija taxxa intitolata \"eco- contribution\".", "Fil-budget kulħadd sema' li hemm bżonn isir xi ħaġa.", "Naħseb li anke l- għaqdiet u l-korpi kostitwiti li ħarġu kontra din il-liġi ̧ kollha semgħuh il-budget u flewh sew u naħseb li l-gvern ikkonsulta magħhom ukoll.", "Pero' din il-forma ta' tassazzjoni ma kenitx mistennija.", "U l-kritika hi li din hija taxxa li se tiddiskrimina u li se tgħolli l-ħajja.", "Fil-fatt il- ministru se jkollu l-poter li jżid l-iskedi kemm irid jiġifieri l-lista ta' l-oġġetti dejjem se tkun qed tikber u dan mingħajr kontrolli tal-parlament.", "Il-gvern jista' jżid it-taxxa, iżid il-prodotti, iżid l-iskeda u jżid il-persentaġġi mingħajr l-iskrutinju ta' dan il-parlament.", "Jekk din mhix taxxa x'inhi?!", "Billi ngħidulha eco-contribution!", "Il-fatt hu li la l-konsumatur se jħallas, dik hija taxxa u din hija l- kritika tagħna.", "Li qed ngħidu aħna hu li meta ndaħħlu tassazzjonijiet ġodda ̧ dawn għandna ndaħħluhom fil-budget għaliex l-iskop ewlieni ta' dan il-parlament hu biex jiskrutinizza t-taxxa fil-pajjiż.", "Per eżempju, fi żmien il-medjuevu twieled il-parlament biex jikkontrolla n-nefqa ta' re.", "Tradizzjonalment għalhekk qiegħed hawn il-parlament ̧ biex jikkontrolla kif il-gvern jonfoq u jiġbor il-flus.", "Ma nistax nifhem kif se tgħaddi liġi grossolana bħal din, se tagħti poter skjaċċanti lill-ministru konċernat li jagħmel ir-regolamenti li jrid hu, li jikkontrolla kemm se jintaxxa hu u li jikkontrolla kemm se jżid prodotti ̧ u mbagħad tiġi hawnhekk u tgħid li din m'hijiex taxxa.", "Min igħid hekk ikun qed jitkellem b'mod serju jew ikun qed jipprova jgħaddi n-nies biż-żmien?!", "Dak hu l-argument.", "Hawnhekk diġà saret stima jew kalkolu ta' kemm-il miljun lira se jdaħħlu mill-prodotti li hawn u allura jekk se nkomplu nżiduhom, dan l-ammont se jkompli jiżdied.", "Punt ieħor li nixtieq nagħmel huwa li filwaqt li hawnhekk ngħidu li l-flus se niġbruhom biex ̧ per eżempju, insaħħu l-ambjent, l-edukazzjoni eċċ., fil- verità minħabba l-istat finanzjarju tal-pajjiż, il-flus li niġbru jmorru fil-consolidated fund bħat-taxxi l-oħra u jintużaw biex jiġi monitored id- deficit tal-pajjiż.", "Dak hu li jiġri.", "Per eżempju, jekk il-gvern idaħħal xi Lm7 miljun minn din it-taxxa, għandna xi garanzija li dawn il-flus se jiġu riġenerati biex insalvaw l-ambjent?", "M'għandna xejn minn dan.", "Kieku din m'hijiex taxxa ordinarja, il-gvern kien jikkrea fond u dak li jdaħħal minnha jpoġġih fih.", "B'dan il-mod ̧ il-kontribuzzjoni li tiddaħħal – għax il-prim ministru jieħu għalih meta jismagħna ngħidu li din hija taxxa – tidħol f'dan il-fond u tiġi amministrata minn xi bord apposta jew mill- Ministru Pullicino, biex jintużaw għal skopijiet ta' ambjent.", "Il-ministru kien ikun aktar kredibbli kieku għamel hekk.", "Pero' l-verità hi li dawn il- fondi se jidħlu fil-consolidated fund u se jmorru hemm biex wieħed ikompli jagħmel monitoring tad-deficit li hemm.", "Din hija skuża oħra biex inżidu u nkattru l-introjtu tal-gvern.", "Ma nafx kif il-prim ministru ħa għalih daqshekk għax aħna qed nopponu din il-liġi.", "Donnu għax aħna qed nopponu liġi aħna m'aħniex demokratiċi u qed nipprovaw nagħmlu politika għat-toroq, anzi qal agħar minn hekk.", "Jien skantani l-prim ministru għax is-soltu jkun aktar kawt.", "Qal ukoll li l-gvern qed jiffunzjona mod u aħna qed nheddu s-sisien tiegħu għax qed nieħdu l-politika fit-toroq.", "Min qed jieħu l-politika fit-toroq?", "Għaliex aħna fl-oppożizzjoni qed noġġezzjonaw għal din it-tip ta' liġi u għaliex jidher li l-imsieħba soċjali, u kważi kulħadd jaħseb bħalna, allura aħna qed nimminaw l-Istat Malti, jew inkella hawn xi periklu li tispiċċa d-demokrazija?!", "Allura l-politika se tibda ssir fil-pjazez u fit- toroq?!", "Hekk donnu qal il-prim ministru.", "Naħseb li dan huwa kumment esaġerat.", "Allaħares l-oppożizzjoni tiġi hawnhekk u ma tiftaħx ħalqha għal dak li jgħid il-gvern!", "Nirringrazzja lil Alla, jekk f'Malta m'għandna xejn, almenu għandna d- demokrazija.", "Per eżempju ̧ jekk l-Onor.", "Pullicino jgħid xi ħaġa li jien ma nkunx naqbel magħha u nikteb artiklu fuq il-gazzetta biex nagħtih ħasla ̧ ma jiġrili xejn u ma nsibx pulizija wara biebi biex jarrestawni.", "Jekk il- prim ministru jgħid xi ħaġa u l-oppożizzjoni ma taqbilx miegħu ̧ tista' tiġi hawn fil-parlament u tikkritikah.", "Din hija d-demokrazija.", "Pero' li tiġi tgħid li l-oppożizzjoni qed tkisser il-mod ta' kif isiru l-affarijiet demokratikament fil-pajjiż, għalija tkun qed tagħmel kumment li m'huwiex aċċettabbli f'pajjiż demokratiku.", "Ma rridux ninsew li l-oppożizzjoni qiegħda hemmhekk biex tagħmel din it-tip ta' kritika.", "Dak huwa punt ieħor.", "Issa hemm ħaġa oħra li lili ddejjaqni.", "Dan l-abbozz ta' liġi fih 28 klawsola u din il-liġi bażikament għandha tliet aspetti; qed tikkrea din it- taxxa ġdida, qed tikkrea skeda ta' dawk l-oġġetti li se jkunu soġġetti għal din it-taxxa u tgħidlek ukoll li l-ministru għandu dritt li jagħmel regolamenti kif irid, b'mod skjaċċanti ̧ fuq pariri tal-bord jew tal- kummissjoni.", "Imbagħad l-awtorità li se ssir tista' twaħħal penali amministrattivi sa Lm30,000 jew tant kuljum.", "Issa huwa veru li tista' tappella din id-deċiżjoni ̧ allavolja biex tappella trid tiddepożita malleveria jew kawtela li tkun ekwivalenti għall-ammont ta' penali li jitwaħħlu.", "Infakkar lill-ministru li meta kien hemm proċedura simili fit-taxxa, il- qorti kostituzzjonali tal-pajjiż iddikjarat dawk il-provvedimenti anti- kostituzzjonali għaliex in-nies ġew fl-impossibbiltà li jappellaw.", "Mela inti teħel assessment ta' Lm50,000, ma jkollokx il-persentaġġ li trid tiddepożita bħala malleveria u allura ma tkunx tista' tiċċalenġja d- deċiżjoni.", "Dan ifisser li tkun weħilt penali jew assessment u ma tkunx tista' tikkontestah.", "Hekk sew?", "Fil-fatt il-qorti kostituzzjonali qalet le.", "Pero' f'din il-liġi reġa' sar l-istess żball bid-differenza li l-ammont ta' malleveria jrid ikun daqs l-ammont li teħel u li jekk f'każi eċċezzjonali l- bord ta' l-appell, fid-diskrezzjoni assoluta tiegħu, jidhirlu li dik ma tkunx sew ̧ jeżentak milli tiddepożita l-ammont kollu jew parti.", "Pero' jien ngħid li dik id-diskrezzjoni m'għandhiex tkun fil-bord ta' l-appell imma għandu jkun hemm l-ispejjeż biex tappella.", "Iżda biex tappella m'għandux ikollok ostaklu ta' din il-kwalità għax inkella nkun qed ngħidlek li se nwaħħlek Lm30,000 mingħajr proċess ġudizzjarju ta' xejn.", "Iċ-chairman ta' din il-kummissjoni jaqbad u jwaħħlek Lm30,000 u inti ma tkunx tista' tappella għax ma jkollokx il-mezzi.", "Din hija perikoluża.", "Imbagħad li hemm aktar perikoluż hu li għandna penali sa Lm30,000 u ħabs sa sitt xhur.", "Fil-fatt minbarra li tista' teħel penali amministrattivi, jistgħu jgħadduk proċess ġudizzjarju għax meta inti tikser xi regolamenti li jgħaddi l-ministru ̧ tkun qed tagħmel reat kriminali, u tista' tmur sa sitt xhur ħabs.", "Well and good.", "Jekk trid issaħħaħ l-ambjent, id- detterent għal min jirrovina jew iħammeġ l-ambjent għandu jkun qawwi u sod.", "Hemmhekk naqbel perfettament.", "Fejn ma naqbilx hu li jekk tagħsar dawn ir- regolamenti ma ssib xejn ħlief taxxa.", "Allura aħna qed nikkreaw penali amministrattivi, deterrent kriminali u penali quddiem il-qrati fuq regolamenti li għadna ma nafux x'inhuma u l- Onor. Pullicino se jkollu dritt jagħmilhom kif irid hu.", "Kemm aħna serji!", "Mela l-parlament qed jiġi mistieden biex jissanzjona dawn it-tip ta' penali u dan it-tip ta' deterrant fuq regolamenti li aħna ma nafux x'inhuma.", "Qed issir tendenza f'dan il-parlament - u lill-prim ministru ngħidulu li din m'hijiex demokrazija u qabel kienet tendenza inaċċettabbli - li minflok ma niġu hawn u ngħaddu r-regolamenti u l-liġijiet aħna, jew ngħaddu, per eżempju, xi kodiċi tar-regolamenti fuq l-ambjent, u min jiksirhom jeħel penali – jien m'inix kontra li wieħed jeħel penali ̧ anzi aħjar - il-ministru jingħata poter skjaċċanti u jagħmilha tal-parlament hu.", "Naħseb li l-ewwel għandna niġu hawnhekk ̧ jippreżentawlna kodiċi ta' regolamenti favur l-ambjent u x'irid isir u ma jsirx eċċ, niskrutinizzawhom minn hawnhekk ̧ il-parlament Malti jivvota fuqhom imbagħad ħalli dak li jkun jeħel sitt xhur ħabs.", "Hekk għandhom isiru l-affarijiet mhux kif qed isir illum.", "Dak li qed isir illum ma kienx aċċettabbli qabel għax meta kont tgħaddi liġi u tiddelega lill-ministru kien ikollok l-umbrella u jkollok it- terms of refernce fejn jsita' jirregola u safejn jsita' jirregola, ima dejjem inżiedu u ġejna f'pożizzjoni li niddelegaw il-poteri ta' dan il- parlament lill-ministri.", "Teknikament il-ministru jista' joħroġ b'kodiċi mingħajr skrutinju leġislattiv ta' xejn u min jikser dawk ir-regolamenti tal-minsitru jsita' jeħel sa sitt xhur ħabs jew sa Lm30,00 penali.", "Dan m'huwiex aċċettabli għall-oppożizzjoni.", "Dan huwa affront lejn id- demokrazija parlamentari mhux li jkollok oppożizzjoni li ssemma leħinha!", "Sur President, tkellimna ħafna fil-vojt dwar kemm il-gvern għandu għal qalbu l-ambjent pero' fil-verita` qed insibu l-oppost.", "L-ewwelnett m'hemmx serjeta` fil-pajjiż għax il-gvern m'huwiex kapaċi - u jieħu għalih min irid - jasserixxi l-awtorita` tiegħu fuq il-pajjiż.", "Li qed jirvina l- ambjent m'humiex dawn l-erba' prodotti li qed jidħlu Malta.", "M'għandniex indaħħku nies u m'għandniex nibżgħu ngħidu l-verità għax min hemm warajhom dawn l-affarijiet huwa bniedem ta' ċerta influwenza kbira fil-pajjiż.", "Huma l-ispekulaturi ta' l-art u l-industrija tal-bini u kostruzzjoni li qed jaffettwaw l-ambjent u mhux flixkun ilma li jinġarr u jittieħed fid-dumping yard.", "L-industrija tal-kostruzzjoni u ta' l-iżvilupp qed tirvina l-ambjent Malti u din ma rridux nibżgħu ngħiduha.", "Din hija l-verità.", "L-ewwelnett qegħdin nibnu kullimkien bl-addoċċ - hawn il-ministru responsabbli għall-MEPA u xi darba nitkellmu fuq kif ċerti permessi joħorġu u ċerti permessi ma joħorġux - u hawn bini illegali mibni fuqhom siti bla permess fil-kampanja u kullimkien.", "Pero' l-gvern huwa impotenti li jagħmel xi ħaġa fuq din.", "Għandna ħafna bini illegali fl-isbaħ irkejjen u partijiet ta' Malta u l-gvern jibża' jiċċaqlaq.", "U mela jiġi l-prim ministru jgħid li l-gvern huwa serju u jemmen fl-ambjent!", "Il-gvern m'għandux guts u m'għandux karattru.", "Qed ngħid dan għax filwaqt li hemm regolamenti ta' kif suppost isir il-bini ̧ kulħadd jiġi jaqa' u jqum minn dan kollu.", "Fit-toroq ħlief ħmieġ u trab u bini jittella' bl-addoċċ ma tarax f'dan il-pajjiż.", "Per eżempju, fl-Ingilterra u f'Ruma ġieli tara palazz ta' 60 jew 80 sular li jkun qed jinbena u ma tarax traba waħda fit-triq.", "Imma f'pajjiżna hawn straġi totali!", "Allura issa se nsolvu l-problema ta' l-ambjent, b'din il- liġi stupida, meta l-industrija ta' l-iżvilupp qed tikisser pajjiż?!", "F'pajjiżna ħlief ħitan tas-sejjieħ imkissrin ma tarax u taparsi għallimna xi nies biex jibnuhom!", "Jien inħobb indur fil-kampanja u ħlief straġi ma narax.", "Il-ħitan li suppost ikunu magħmulin minn tas-sejjieħ, ikunu magħmulin bil-ġebel normali, u ħadd ma jwaqqafhom.", "Meta tmur passiġġata tara kmamar, djar u trejqiet privati jfeġġu kullimkien.", "Titneħħa ħamrija tajba biex issir yard fejn jipparkjaw il-karozzi u dumping yards żgħar.", "Duru l-kampanja u araw jekk ma titqażżusx.", "Kollox irvinat!", "Il-gvern għandu bżonn armata ta' inspectors b'poteri skjaċċanti biex iduru l-pajjiż u jaraw li l-liġijiet qed jiġu osservati.", "Dak li jrid jagħmel biex isolvi l-problemi ta' l-ambjent għax kulħadd qiegħed jagħmel li jrid.", "Kważi ma jtellgħu lil ħadd il-qorti fuq kontravvenzjonijiet fejn jidħol l- ambjent u l-penali u d-deterrenti fuq dawn ir-reati huma tad-daħk.", "Min iħammeġ l-ambjent, min ikisser il-ħitan tas-sejjieħ, min ineħħi l-cart ruts biex jibni garage, min jagħmel encroachment fuq proprjeta` tal-gvern biex jagħmel żvilupp, min jieħu l-kosta u jagħmilha tiegħu għandu jiġi penalizzat bl-iktar mod iebes sabiex jikkontribwixxi għall-ekoloġija u għall-ambjent f'dan il-pajjiż.", "Dawn in-nies għandhom iħallsu u mhux il- mara tad-dar jew il-pensjonant li mar jixtri flixkun ilma!", "Dak qed iħammeġ l-ambjent( Qed ikisser l-ambjent min qed jagħmilha ta' spekulatur biex jagħmel gwadann għalih innifsu.", "Lil dak għandna nintaxxaw, imma dak mhux se jiġi ntaxxat b'din il-liġi.", "Mr Speaker, l-ambjent tal-pajjiż huwa fi stat diżastruż.", "Jekk ma jkollokx ambjent tajjeb ma jkollokx turiżmu, pero` l-ambjent ma nippreżervawhx bil- paroli jew b'liġi bħal din.", "L-ewwelnett il-wirt storiku ta' Malta huwa totalment abbandunat u mkisser.", "Suppost l-Unjoni Ewropea kellha tgħinna fil-fondi biex nippreservaw il-wirt storiku.", "Ma nafx x'qed jagħmel il-gvern biex iġib ftit minn dawn il-funds.", "Fiċ-ċokon tagħna, aħna forsi l- iktar pajjiż fid-dinja li għandna biex niftaħru minħabba l-wirt storiku tagħna għax għandna storja ta' 8,000 sena u għandna fdalijiet ġejjin minn żmien il-Puniċi u qabel u żmien ir-Rumani, żmien il-Biżantini u nibqgħu niżlin sa żmien il-Kavallieri u sa żmien l-Ingliżi.", "Imma kollox jinsab fi stat ta' abbandun!", "Titqażżeż tieħu turist jarahom.", "Mr Speaker, anke t-toroq huma kollha mkissrin; jew qed tagħtu t-tenders bl- addoċċ jew ma nafx x'qed jiġri.", "Issir triq u l-għada terġa' ssir jew inkella jdumu ma jsiru.", "It-taħwid li hawn f'dan il-pajjiż huwa tal-biża'.", "Huwa tajjeb li jkollna min jiżra' erba' fjuri fil-pjazez - għalkemm dan ix- xogħol qed jiswa ħafna iktar milli suppost – imma ma nafx għaliex il- ħaddiema tal-gvern li kienu f'dak id-dipartiment ma ġewx organizzati tajjeb biex jagħmluh huma, pero` ma rrid ngħid xejn għax almenu nara erba' fjuri.", "Naħseb li qed jiswa lill-gvern daqskemm se jiġbor minn din it-taxxa kollha biex jagħmel erba' fjuri fil-pjazez jew jixtri erba' siġar minn ċerti aġenziji li jaqilgħu l-flus minn fuq il-gvern imbagħad iwaħħluhom huma u jerġgħu jaqilgħu l-flus.", "Pero` ma rrid ngħid xejn għax almenu nara erba' fjuriet.", "Il-fatt hu li hawn il-bażużli f'dan il-pajjiż u kull fejn tara xi proġett jew xi żvilupp ikun hemm xi ħadd li qed jagħmel gwadann.", "Dawk huma l- prijoritajiet ta' dan il-gvern.", "Kulħadd jafha din, aqraw il-gazzetti, morru fil-cocktail parties jekk tħobbu tmorru, morru l-parties tal-baned fil-festi u kullimkien tisma' lil min jgħidlek li wara kull proġett f'dan il-pajjiż - u dan hu li kisser lil pajjiżna - wara kull industrija, wara kull tender ikun hemm l-id moħbija ta' xi ħabib li se jagħmel xi gwadann.", "Ikun hemm l-id ta' l-ispekulatur.", "Ixxommu l-abbuż f'dan il-pajjiż!", "Jien niftakar li fis-snin tmenin - u forsi kellhom raġun ukoll - in- Nazzjonalisti kienu għamluha missjoni tagħhom li jgħidu li r-raġuni ewlenija għaliex kellhom jitilgħu huma fil-gvern kienet biex jeqirdu l- abbużi bl-għeruq u x-xniexel u jikkreaw trasparenza.", "Il-verita` hi li l- pajjiż huwa meqrud bil-korruzzjoni.", "Wara kull proġett li sar f'Malta f'dawn l-aħħar 17-il sena fejn hemm Lm1 kien hemm l-id moħbija ta' xi ħadd u niġu naqgħu u nqumu mill-ambjent!", "Xi mpurtana mill-ambjent!", "Dan huwa l- iktar gvern li ma jaħmilx l-ambjent u li tah bis-sieq għax farrak u kisser pajjiż.", "Tistħi tgħid li qiegħed f'Malta għax sirna pajjiż tat-tielet dinja.", "Ħmieġ ma' kullimkien!", "MR SPEAKER: Ippermettili, Onor. Herrera.", "Il-Ministru Pullicino, on a point of order.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Mr Speaker, ma jistax ikun li tħalli deputat jagħmel dan id-diskors ta' demagoġija fejn jitfa' lil kulħadd fl-istess keffa.", "Jekk jaf b'xi abbużi l-Onor.", "Herrera għandu kull dmir, mhux biss lejn dan iI-parlament imma lejn l-istat Malti, li jgħaddi l-informazzjoni lill-istituzzjonjiet li waqqafna, inkella jgħidhom issa u jissostanzja dak li qed jgħid.", "Mill-bqija, diskors ta' demagoġija kif qed jagħmel hu huwa disprezz mhux biss lejn dan il-parlament, imma disprezz lejn l-intelliġenza tiegħu u tal-poplu Malti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Ikompli l-Onor.", "Herrera bl-intervent tiegħu.", "Niġbed l-attenzjoni biex kulħadd ikun meqjus fid-diskors li jagħmel.", "ONOR.", "JOSE` HERRERA: Jien nixtieq ngħid lill-Ministru Pullicino li dan l- aħħar għamilt aċċenn għal abbużi f'ċerti tenders.", "Semmejthom fil-parlament u qaluli li m'għandix il-guts insemmihom barra, u semmejthom barra wkoll.", "U min kien m'għamillix libell, għamilhom tal-firm tiegħu.", "Iltqajt ma' wieħed mill-ministri tagħkom u tajtu d-dokumenti.", "Jiġifieri tiġix tgħid lili biex nissostanzja dak li qed ngħid.", "Meta rrid insemmi każi ma nibżax insemmihom, la fil-Parlament u lanqas barra.", "Il-problema hi li l-partit Laburista ilu jsemmihom għal dawn l-aħħar 17-il sena u, Alla jbierek, fi 17- il sena ma sibtux chairman wieħed li kellu l-guts jgħid li kellna raġun fl- allegazzjonijiet li għamilna.", "Fi 17-il sena qatt ma sibt lil xi ħadd jgħid li kien hemm xi abbuż f'xi ħaġa!", "Qatt, lanqas wieħed!", "Morru fit-toroq u n- nies jgħidulkom kemm hemm abbużi.", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom, inżommu l-ordni u ma rridx cross-debates.", "Onor. Herrera, jekk jogħġbok, indirizza lis-Sedja.", "ONOR.", "JOSE` HERRERA: M'għandkomx guts!", "Il-partit Laburista għamel ir- rakkmandazzjonijiet dwar x'għandu jsir.", "(Interruzzjonijiet) Għedna x'istituzzjonijiet indipendenti ridna biex ex officio jiskrutinizzaw l- abbużi u l-korruzzjoni fil-pajjiż, pero` l-emendi li pproponejna meta tlifna l-gvern fl-1998 intilfu kollha.", "L-uniku mod li tafu tinvestigaw xi lment intom huwa billi tappuntaw chairman li tridu intom.", "Tagħżlu int stess biex jinvestigak!", "Hekk tagħmluhom l-investigazzjonijiet intom!", "U Alla jiberek, inkjesta wara l-oħra, wara l-oħra fi 17-il sena qatt ma sibtu xi abbuż!", "Taf x'se jiġrilkom( Darb'oħra jiġi l-Papa u minflok ma jibbeatifika l-erba' qaddisin Maltin, se jibgħat għalikom kollha, it-30 li intom, u se jagħmilkom beati kollha, għax kollha qaddisin, qatt m'għamiltu żball f'dawn is-17-il sena.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Joseph Cassar.", "ONOR.", "JOSEPH CASSAR: Mr Speaker, nirringrazzja 'l Alla li għandi xi ħaġa psikoloġika fl-armamentarium tiegħi.", "Taf kif qed inħossni f'dan il- parlament wara li ilni xahrejn hawnhekk( Qed inħossni bħal meta tiltaqa' familja u l-missier jew l-omm jgħidu: Għandna problema, ejjew insolvuha flimkien.", "Ipoġġu bil-qiegħda u jibdew jitkellmu u f'daqqa waħda jqumu t-tfal u minflok jitkellmu fuq il-problema, tkun xi tkun, jibdew jattakkaw lill-missier jew lill-omm b'affarijiet li m'għandhomx x'jaqsmu.", "Per eżempju, jgħidulhom: Għax inti erba' snin ilu għamilt \"hekk\" u għax inti tagħmel \"hekk\" u tagħmel \"hekk\"!", "Jispiċċaw jiġġieldu, jissuppervjaw, jitilqu mill-kamra jsabbtu u jgħajtu.", "U l-problema li l-missier jew l-omm riedu jiltaqgħu biex jiddiskutu fuqha biex forsi jsibu soluzzjoni għaliha qatt ma jitkellmu fuqha għax ħlief jattakkaw lil xulxin bid-difetti ta' xulxin ma jagħmlux.", "Huwa interessanti li f'dan id-dibattitu fuq l-ekoloġija, xi ħaġa daqshekk importanti, kważi tkellem kull membru parlamentari Laburista, imma l- problema hi li ma smajna xejn differenti.", "Smajna l-istess ħaġa, partita attakki u ħafna minnhom lanqas għandhom x'jaqsmu mas-suġġett.", "Mr Speaker, jien se noħroġ mis-suġġett ukollm imma l-ġimgħa l-oħra kont qed nitkellem fuq is-small and medium businesses u kelliem min-naħa l-oħra beda jitkellem fuq is-CT scan ta' l-isptar.", "Ara x'għandu x'jaqsam!", "Qegħdin nattakkaw lil xulxin u nipprovaw noħorġu l-ħmieġ fuq xulxin minflok nipprovaw insibu soluzzjoni.", "Dak li qegħdin nagħmlu.", "Dan għalija huwa inaċċettabbli.", "B'dan il-mod familja qatt ma ssib irkaptu biex issib soluzzjoni għall-problema.", "Irridu naċċettaw li l-ambjent huwa problema.", "U, iżjed minn hekk, kien hemm xi ħadd min-naħa l-oħra li qal li hija problema li ġab fuqna l-partit Nazzjonalista.", "Bir-rispett kollu, naħseb li l-problema ta' l-ambjent ġibnieha aħna bħala poplu, kollha kemm aħna.", "Naħseb li kulħadd irid jgħid \"ħtija tiegħi, ħtija tiegħi, bl-ikbar ħtija tiegħi!\"", "(Interruzzjonijiet) Qed tara, Onor. Cuschieri, se nerġgħu nagħmlu l-istess, inwaħħlu dejjem fil-papa` u l-mama`!", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom, inżommu l-ordni.", "Onor. Cassar, jekk jogħġbok, indirizza lis-Sedja.", "ONOR.", "JOSEPH CASSAR: Mr Speaker, skużani, imma l-papa` u l-mama` tal- pajjiż għandhom bżonn li t-tfal jipprovaw jidħlu flimkien u jgħaqqdu l- affarijiet, mhux jipprovaw ikissru.", "Mr Speaker, interessanti wkoll - għax ma niflaħx ma ngħidhiex din - li n- naħa l-oħra, fosthom l-Onor.", "Farrugia u l-Onor.", "Coleiro l-bieraħ jekk m'iniex sejjer żball, issuġġerew li qabel ma noħorġu din il-liġi hemm bżonn nedukaw lill-poplu Malti.", "U jien se nkun retoriku iktar minnhom u ngħid li forsi hemm bżonn nedukaw lin-nies fl-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż kif jagħmlu dibattitu.", "Hemm bżonn nedukaw lin-nies li f'dan l-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż minflok jattakkaw lil xulxin, ipoġġu bil-qiegħda u jagħmlu xi ħaġa kostruttiva, dik li bl-Ingliż jgħidulha constructive criticism li jiena rari nismagħha u nixtieq nibda nismagħha.", "Mela jekk soluzzjoni \"A\" lili ma togħġobnix jien se nippreżenta soluzzjoni \"B\" u mhux inkissrek fuq soluzzjoni \"A\", imbagħad nibda nitkellimlek fuq soluzzjoni ta' xahrejn u nofs ilu li m'għandhiex taqsam, imbagħad immur anke 17-il sena ilu, imbagħad nitkellem fuq xi ħaġa li m'għandhiex x'taqsam!", "Ma nistax nifhem x'aħna nagħmlu hawnhekk.", "Allura qegħdin nitolbu lill-poplu Malti, lin-nies li nirrappreżentaw, biex jedukaw ruħhom( Naħseb irridu nedukaw ruħna aħna u nerġa' ngħid: \"Ħtija tiegħi, ħtija tiegħi, bl-akbar ħtija tiegħi!\"", "Nibda jien l-ewwel wieħed.", "Hemm bżonn niċċaqalqu ftit.", "Mr Speaker, jien nistaqsi wkoll għalfejn kellna bżonn li jitkellmu dawn in- nies kollha fuq istituzzjoni bħal din( Smajna xi ħaġa differenti min-naħa ta' l-oppożizzjoni( Jekk smajna, ħaġa tajba.", "Dak huwa dibattitu matur, imma jekk smajna l-istess ħaġa, kulħadd jiġi jitbaqbaq hawnhekk u jgħid kontra xulxin, ma nafx x'kostruzzjoni fiha din.", "Naħseb li distruzzjoni fiha din id-diskussjoni.", "Mhux talli fiha distruzzjoni talli qed inweġġgħu lill-poplu Malti, qed indejqu lill-poplu Malti biex nuruhom li l-oħrajn koroh u aħna sbieħ.", "Kulħadd jaf jippontifika meta ma jkunx fil-gvern, imma mbagħad ħadd ma jieħu gost meta jkollna bżonn nissikkaw iċ-ċinturin, kif kien jgħid il-Perit Mintoff tagħhom.", "Kulħadd qed jitkellem fuq l-ambjent imma ma nafx min verament qed japprezza l- valur ta' l-ambjent.", "Għalkemm kollha ngħidu li qalbna taħraqna biex ngħożżu l-patrimonju ta' din l-art ħelwa, naħseb li ftit huma lesti li jerfgħu l-piżijiet u l-obbligi li din id-deċiżjoni ġġib magħha.", "Min isegwi l-qari u min isegwi l-intervisti jaf li f'diversi fora internazzjonali kien hemm diversi attentati biex jagħrfu kif iressqu 'l quddiem din l-aġenda ambjentali.", "Dan li qed jipproponi l-gvern, dak li jgħidulu the polluter pays principle, m'hijiex xi ħaġa li vvintajna aħna.", "Din hija xi ħaġa studjata.", "Jien kont qed nagħmel riċerka qabel ma ġejt nagħmel dan id-diskors u sibt li r- riċerka kollha hija ffokata fuq dan il-prinċipju.", "Din m'hijiex xi ħaġa li vvintajna aħna.", "Jekk tidħol fl-internet u tidħol fl-affarijiet li ġew studjati bir-reqqa minn gruppi speċjalizzati fl-Unjoni Ewropea ssib li mimli bihom.", "Ma nistax nifhem kif qegħdin immaqdru xi ħaġa qisna vvintajniha aħna.", "Din mhux aħna vvintajniha, imma ġiet ivvintata bi studju serju.", "Jien se nikkwota lil Terry Barker u Jonathan Kohler mill-ġurnal \"Fiscal Studies\" fejn qalu hekk:", "\"The European Commission has proposed additional excise duties on energy products in place of the carbon energy tax ...\",", "- imbagħad jagħmlu studju kemm huwa aħjar li jkollok excise duties minflok ikollok il-carbon energy tax, imma m'iniex se nidħol fiha –", "\"... although the rates proposed are too low to make much contribution to the target.\".", "Imbagħad ikomplu jgħidu hekk:", "\"However, there have been two main objections to the use of fiscal policy to reduce carbon dioxide emissions such as increased excise duties on energy products.", "The first is that such taxes will increase industrial costs and weaken the competitive position of energy intensive industries, and the second is that the taxes are inequitable, an objection that has its most powerful political expression in the defeat of the UK government's proposal to increase VAT on domestic fuels in 1994,\",", "li kien se jagħmel il-gvern Laburisita Ingliż.", "Ma ninsewx li hemm il- Laburisti l-Ingilterra.", "Jiġifieri dawn m'humiex affarijiet li vvintajna aħna.", "Fil-fatt wieħed mill-prinċipji fundamentali li joħroġ minn dawn id- direzzjonijiet Ewropej, li ġew studjati f'ħafna pajjiżi, huwa li min iħammeġ irid iħallas.", "Naqblu fuqu dak( Il-polluter pays principle.", "M'għadux iż-żmien tar-retorika, filosofija jew kliem fieragħ, m'għadx għandna l-lussu li noqogħdu nipprokrastinaw.", "Illum wasal iż-żmien u sar il- ħin biex nieħdu azzjoni.", "Dan hu dak li qed jipproponi l-gvern Nazzjonalista: \"Let's come to facts.\"", "Illum kulħadd jaċċetta l-fatt li l-ambjent huwa ta' kulħadd.", "Naħseb li fuq dan kollha naqblu u allura huwa dmir ta' kull wieħed u waħda minna li nħallu dan il-wirt fi stat aħjar minn dak li sibnieh fih.", "U dan mhux għalina, imma għalina, għal uliedna u għal ulied uliedna.", "Kulħadd igerger fuq il-miżbla tal-Magħtab u kulħadd qed ibati minnha u rridu naqblu li ma rridux Magħtab ieħor 20 sena oħra, 30 sena oħra.", "L-oppożizzjoni ilha din il-ġimgħa kollha tikkritikana li qegħdin indaħħlu piżijiet ġodda fuq il-poplu.", "Sfortunatament ilkoll nafu li jekk xi ħaġa ma fihiex valur fid-dinja tal-lum hekk mibnija - sfortunatament ngħid jien, imma hekk hi d-dinja, ma nistax inbiddilha jiena - fuq il-valur finanzjarju, dak li jgħidulu l-prinċipju \"the worth\", ikun diffiċli ħafna li wieħed iħaddan u jaġixxi skond prassi ambjentali meta din tfisser impatt ekonomiku negattiv.", "L-ambjent fid-dinja tal-lum għandu jkollu prezz monetarju li fil-formoli ekonomiċi jista' jitniżżel, jingħaraf u jiġi magħdud.", "Irridu nagħrfu li din it-tranżizzjoni minn valur ambjentali għal valur ekonomiku m'hijiex faċli, anzi trid ħafna kuraġġ.", "Din m'hijiex xi ħaġa li wieħed iġib daqstant faċilment, imma l-gvern Nazzjonalista qed jipprova jagħmel il-kuraġġ u minflok ma nsibu għajnuna qed insibu gambetti.", "Dak qed insibu f'xi ħadd li suppost iħaddan l-istess prinċipju favur l- ambjent, gambetti u oġġettivi bla soluzzjonijiet.", "Nispera li at least naqblu li l-fatt li adottajna l-prinċipju fejn min iħammeġ irid iħallas huwa ekwu u ġust.", "Dawk kollha li huma ambjentalment konxji u li jaġixxu fuq prassi ambjentali, jiġu vantaġġjati fuq dawk li ma jimpurtahom minn xejn u minn ħadd, lanqas minn uliedhom u minn ulied uliedhom.", "Ma rridux ninsew li aħna nirrappreżentaw lill-poplu u allura għandna obbligu li nħarsu lil kull wieħed u waħda minna, lill-ġenerazzjonijiet preżenti u dawk futuri.", "Għalkemm kulħadd jgħid li huwa favur l-ambjent, fil-fatt l-oppożizzjoni qed turina li hi tagħmel biss retorika u fatti xejn.", "X'inhi din il-kontribuzzjoni li qed jgħidulha taxxa?", "Jgħidulha taxxa, imma din il-kontribuzzjoni hija mezz ta' kif kull individwu jista' jtejjeb l-għajxien tiegħu u ta' dawk ta' madwaru, kontribuzzjoni lejn dak l- ambjent li ngħixu fih u li jiċċirkondana.", "Ta' xejn l-oppożizzjoni toqgħod tgħid li qalbha taħraqha għall-ambjent meta m'hijiex lesta li tieħu deċiżjonijiet iebsa biex tiddefendi lill-istess ambjent!", "It- trasformazzjoni ta' valur bla bażi ekonomika għal wieħed monetarju jġibna lkoll konxji li bl-azzjonijiet tagħna nistgħu jew nissalvagwardjaw jew inkella ngħarrqu d-dinja ta' madwarna.", "Per eżempju, wieħed jista' jagħżel li jixtri batterija rechargeable, minflok waħda tal-cadmium, għax b'hekk ikun qed jgħin biex il-muntanja li għandna l-Magħtab ma tkomplix twaddab heavy metals fl-ibħra fejn ilkoll immorru ngħumu, li biex innaddfuhom jiswewlna l-flus u li huma ta' dettriment għas-saħħa ta' min jgħum.", "Barra minn hekk, dawn il-kimiċi jnaqqsu fl-ammont u fil-kwalita' ta' ħut li aħna nieklu fid-djar u fir- ristoranti u jaffettwaw ħażin anke lit-turiżmu għax ikollna eyesore f'waħda mill-iprem żoni tal-gżejjer Maltin.", "Din se żżid ukoll l-ispejjeż fl- isptarijiet - meta jkollok il-problemi fl-ambjent se jiżdiedu l-ispejjeż fl- isptarijiet - biex inkunu nistgħu nikkuraw il-mard fil-fwied, fid-demm u fil-pulmun.", "Il-fatt li s-sistemi ta' ċomb u heavy metals ma jitneħħewx mid-demm, juri li hemm prezz li trid tħallas meta ma tieħux ħsieb l- ambjent.", "Din il-kontribuzzjoni ekoloġika qiegħda titfa' dawl ġdid fuq dak li l-ekonomisti jiddiskrivu bħala intangible pricing.", "Jiġifieri din l-eko- kontribuzzjoni qed tagħmilna aktar konxji li bl-azzjonijiet tagħna, żgħar kemm huma żgħar, qegħdin nikkontribwixxu biex nipproteġu l-ambjent ta' madwarna.", "Sur President, illum issemmiet il-beatifikazzjoni u ġejna kkritikati li m'għandniex polz soċjali.", "Kien hemm diversi kelliema min-naħa l-oħra li ppruvaw jagħtuna l-impressjoni li huma kważi waslu għall-beatifikazzjoni u aħna neżlin in-niżla.", "Pero', kien interessanti u vera ta' tagħlim għalija meta dħalt fl-internet biex nagħmel riċerka għad-diskors tiegħi tal-lum.", "U se ngħid għaliex.", "Jekk inħarsu lejn il-grafika tal-gross domestic product - bħala prinċipju rridu naċċettaw li aktar ma tkun baxxa l-perċentwalita' tal-gross domestic product, tkun qed tagħti inqas kontribuzzjoni lejn dik il-ħaġa - u x'persentaġġ għandha l-environment contribution f'diversi pajjiżi kkomparata ma' dik ta' Malta nsibu li fl-Awstralja tammonta għal 2.5% tal-gross domestic product, fid-Denimarka tammonta għal 4.75%, fl- Italja tammonta għal 3.5%, fil-Portugall tammonta għal 3.75% u fit-Turkija tammonta għal 3.75%.", "U tafu x'persentaġġ se jkollha l-eco-contribution lejn il-gross domestic product f'dan il-pajjiż? 0.003%!", "Fuq dan qed jiġġieldu tan-naħa l-oħra!", "L-iktar pajjiż li se nagħtu l-inqas kontribuzzjoni lejn l-ambjent.", "Ejjew ma ndaħħkux lin-nies bina.", "Imbaħad niġu nitkellmu fuq l-edukazzjoni!", "Aħjar nedukaw ruħna ħalli ma nibqgħux nippreżentaw affarijiet li m'humiex minnhom.", "Dawn l-affarijiet huma minnhom u fuqhom irridu nitkellmu.", "Fuq dawn irridu r-risposti u mhux noqogħdu nitkellmu fuq is-CT Scanners!", "Fuq dawn irridu r-risposti issa!", "Imma ħa nkompli għax għadna ma spiċċajniex fuq il-grafika.", "Ħalli nitkellmu issa fuq persentaġġi ta' taxxi relatati - għax issa qed jgħajtulha taxxa, m'hijiex se taqa' d-dinja – ma' dak li huwa total tax revenue.", "Jiġifieri dan huwa l-persentaġġ ta' din it-taxxa kkomparat mat- total tax revenue.", "Fil-Korea din tammonta għal 12% tat-taxxa totali, fil- Greċja tammonta għal 12%, fil-Portugall tammonta għal 11%, fir-Renju Unit tammonta għal 8%, fir-Repubblika Ċeka tammonta għal 7% u f'Malta tammonta għal 0.6%.", "U ejja!", "Fuq hekk qed niġġieldu!", "Qed nippruvaw nitfgħu l- velenu fil-poplu Malti fuq affarijiet li m'humiex minnhom u fl-aħħar mill- aħħar veru l-but se jgħodd.", "Insibu issa grafika oħra ta' revenues from environmentally related taxes per capita, per annum.", "Fil-Lussemburgu nsibu li l-figura tammonta għal USD1,300, fid-Danimarka tammonta għal USD1,400, fl-Awstralja tammonta għal USD500, fin-Norveġja tammonta għal USD1,150 u f'Malta tammonta għal USD23.", "(Interruzzjonijiet) Il-pagi x'għandhom x'jaqsmu?!", "Jien fuq persentaġġ kont qed nitkellem.", "Issa nsemmihom il-pagi wkoll.", "Wara kollox jien semmejt lill-Portugall li m'għandhomx xi pagi ta' barra minn hawn!", "(Interruzzjonijiet) Skużani Onor. Vassallo, jien semmejt persentaġġ tal- GDP u dak hu li għandu x'jaqsam!", "(Interruzzjonijiet) Intom dejjem issibu xi skuża!", "Irrispondini, nieħu gost, m'għandix problema li tirrispondini.", "Mela huwa veru li għad hawn ħafna xi jsir u li l-aspettattivi ambjentali tagħna ma żdiedux bi ftit, pero` llum nistgħu ngħidu li jekk ma tmissx il-but, kulħadd jibqa' jitkellem fuq ir- rettorika u ħadd ma jieħu azzjoni.", "Jien nixtieq li tinstab soluzzjoni rigward din tal-kontribuzzjoni għax naħseb illi l-Onor.", "Pullicino u l-gvern tagħna jieħdu gost jibdew jaraw il-flus neżlin mis-sema, u jien l-ewwel wieħed li nieħu gost b'dan.", "Naħseb li jekk jiġri hekk, kulħadd joħroġ jilqa' l-flus 'il barra minn dan il-parlament, imma aħna nafu li meta tmur għand tal-ħanut biex tixtri xi ħaġa trid tiftaħ il-portmoni, u jekk ma jkollokx flus fil-portmoni tista' tmur id-dar.", "L-istess ħaġa għandna nagħmlu jekk irridu verament nieħdu ħsieb l-ambjent ta' pajjiżna; irridu ndaħħlu jdejna fil-but u nagħtu l-kontribut tagħna.", "Naturalment ħadd ma jieħu gost idaħħal idejh fil-but, lanqas jien, imma biex ikollna sens ċiviku din irridu nitgħallmu nagħmluha.", "Fil-fatt jien diġa` tajt idea dwar x'kontribut enormi se nkunu qed nagħtu.", "Huwa inutli li noqogħdu nitkellmu fuq il-pagi għax issa ejjew inkunu sinċieri ma' xulxin; jien naħseb illi billi wieħed jintalab joħroġ Lm10 fis-sena għall-ambjent ma jkunx qed jagħmel xi ħaġa ta' barra minn hawn.", "L-oppożizzjoni qed tagħti l- impressjoni li issa kull familja Maltija se tonfoq xi Lm1,000 jew Lm2,000 fis-sena fuq din l-eko-kontribuzzjoni, pero` dan m'huwiex minnu.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Vassallo, bil-permess ta' l-Onor.", "Cassar.", "ONOR.", "ADRIAN VASSALLO: Jien naħseb li jekk wieħed jagħmel il-kalkoli sewwa jsib li l-flus li kull familja se jkollha toħroġ f'dik li hija eko- kontribuzzjoni se jiġu jammontaw għal ħafna iktar minn Lm10 fis-sena.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Nitlob lill-Onor.", "Cassar biex, jekk jogħġbu, ikompli bl-intervent tiegħu.", "ONOR.", "JOSEPH CASSAR: Mr Speaker, kont qed ngħid li ħadd ma jieħu gost ipoġġi lill-bniedem konxju tal-fatt illi huwa għandu prezz x'iħallas għal dak kollu li għandu, u din hija verita`.", "Pero` nerġa' ngħid li aħna, bħala membri ta' din il-Kamra, għandna obbligu u anke dmir li xi kultant nidhru koroh għax hemm bżonn ukoll li nieħdu deċiżjonijiet li m'huwiex daqshekk faċli li neħduhom, u din hija l-verita`.", "Jekk hemm xi ħaġa li l-membri tan- naħa l-oħra ma jistgħux jgħidu kontra l-gvern tagħna, din hija li aħna ma kellniex il-guts - u hawnhekk m'iniex se nuża l-kelma pastaża l-oħra li semma l-Onor.", "Herrera - li nieħdu ċerti deċiżjonijiet serji.", "Il-membri tan- naħa l-oħra minn kollox qalulna u pprovaw iħammġuna b'kollox, pero` b'din żgur li ma jistgħux iħammġuna.", "Jien ma nistax nifhem kif gvern li qed ikollu l-guts jitlob lin-nies jikkontribwixxu minn buthom qed jiġi mgħajjar li huwa bla guts.", "Mela allura aħna x'qed nagħmlu hawnhekk?!", "Possibbli li issa qed naslu biex nigdbu anke fuq prinċipju ovvju?!", "Għalhekk, Mr Speaker, hemm differenza kbira bejn il-partit Nazzjonalista u l-partit Laburista.", "Il-ħbieb kollegi tagħna tan-naħa l-oħra tal-Kamra dejjem joqogħdu attenti - u din huma dejjem jagħmluha - li jdoqqu mużika li tinstema' ħelwa fil-widna ta' kull Malti u Maltija, imma sfortunatament għalihom mhux kulħadd iħobb l-istess tip ta' mużika għax hemm min iħobb ir- rock, hemm min iħobb il-klassiku, hemm min iħobb il-hip hop u hemm min iħobb il-jive!", "Kif tistgħu timmaġinaw, jekk iddoqq dawn it-tipi ta' mużika kollha f'daqqa tafu x'jiġri?", "Ikollna kakofonija, u fil-fatt il-Partit Laburista hekk qed jagħmel; kakofonija!", "Irrid ngħid ukoll li ħbiebna tan-naħa l-oħra huma koki mill-iprem għax b'din ir-rettorika kollha li qajmu waqt id-diskussjoni fuq dan l-abbozz ta' liġi dwar l-eko-kontribuzzjoni wrew biċ-ċar kemm jafu jħawdu u jħawru l- borma biex iqajmu plejtu, u fil-fatt il-plejtu rnexxielhom iqajmuh għax jiddispjaċini ngħid li jien iltqajt ma' nies li huma beżgħana minn din l- eko-kontribuzzjoni, u dan bir-raġun, għax jekk inti tbeżża' lil dak li jkun bil-babaw, x'tippretendi?!", "Jekk inti toqgħod tbeżża' lit-tfal bil-babaw fl- aħħar mill-aħħar dawn jibdew jibżgħu, u fosthom jibdew jibżgħu mid-dlam bil- konsegwenza li ma jkunux iridu jorqdu weħidhom.", "Il-Partit Laburista ilu juża din it-tattika mill-bidu tal-leġislazzjoni, u s'issa dan huwa għadu ma waqafx jagħmlu.", "Qed ibeżża' lill-poplu Malti, u din id-darba reġa' rnexxielu għax reġa' rnexxielu jbeżża' lill-poplu Malti.", "Mr Speaker, biex nikkonkludi rrid ngħid illi nispera li naqblu fuq dak li qaltilna l-UE, li nimxu fuq il-polluter pays principle, jiġifieri li min iħammeġ irid iħallas, u naħseb li dik hija xi ħaġa li tagħmel sens mil-lat soċjali.", "Taf x'ma kienx jagħmel sens mil-lat soċjali?", "Li kieku għamilna kif għamlu ċerti pajjiżi u daħħalna taxxa ambjentali, irrispettivament minn jekk tagħmilx ħsara ambjentali jew le.", "F'dak il-każ il-membri tan-naħa l- oħra kien ikollhom raġun jgħajruna, imma aħna mhux hekk għamilna; aħna introduċejna sistema li biha min juża affarijiet li m'humiex ecological friendly iħallas xi ħaġa minima lejn l-ambjent.", "U mn'Alla dħalna fl-UE - u hawn irrid nerġa' nfakkar li l-Partit Laburista qatt ma ried lill-poplu Malti jidħol fl-UE - għax skond l-istatistika li tani l-kollega tiegħi l- Onor. Pullicino, kieku mhux Lm4 miljun konna nkunu rridu noħorġu imma Lm34 miljun!", "Mela għandna nirringrazzjaw lil Alla li qegħdin fl-UE għax għallinqas minn Lm34 miljun inżilna għal Lm4 miljun.", "Għalhekk ejjew inkunu serji u ejjew nagħmlu dak li għedt jien mill-bidu nett.", "Ejjew ningħaqdu, ejjew nitkellmu b'mod matur u minflok ma noqogħdu nitgħajru, nitkellmu bis- serjeta` dwar x'għandna nagħmlu.", "Naturalment jista' jkun hemm klawsoli u sentenzi żgħar 'l hawn u 'l hemm li jkun hemm bżonn inbiddluhom, u l- importanti huwa li naqblu fil-prinċipju, pero` aħna lanqas fuq dak m'aħna qed naqblu għax il-membri tan-naħa l-oħra jridu lill-Onor.", "Pullicino ma jiddiskutix iktar dan l-abbozz ta' liġi u qalulu \"forget it\"!", "Allura aħna x'se nagħmlu?", "U l-ambjent x'se nagħmlu bih if we forget it?", "Jerġa' jkollna muntanja oħra, li jkun jisimha \"Magħtab\"?!", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Vassallo.", "ONOR.", "ADRIAN VASSALLO: Mr Speaker, l-ewwelnett irrid nibda biex ngħid li jien ma naqbilx ma' l-Onor.", "Cassar li m'għandniex noqogħdu nitkellmu fuq il- passat imma għandna nitkellmu biss fuq il-futur u fuq l-affarijiet attwali għax meta nkunu qed niddiskutu abbozz ta' liġi fiskali bħal dan ikun tajjeb li wieħed ifakkar daqsxejn x'ġara fil-passat.", "Qabel l-1987, meta kien hawn fil-gvern il-partit Laburista, għan- Nazzjonalisti dak iż-żmien ma kien hawn xejn tajjeb u kollox kien ħażin, pero` l-verita` hi li kollox kien sustainable.", "Per eżempju, l-edukazzjoni kienet b'xejn, l-universita` mhux talli kienet b'xejn imma talli min jidħol fiha kien jingħata allowance tajba, għal dik li hija children's allowance, għalkemm din veru kienet tingħata għall-ewwel tlett itfal biss, pero` almenu kienet tingħata lit-tfal kollha u mhux kif inhi llum, l-isptar kien b'xejn, il-polyclinics kienu b'xejn u dak iż-żmien kienu jkunu kollha miftuħin u l-mediċini kienu kollha b'xejn, mhux bħal-lum fejn jgħidulek li anke waqt li jkunu l-isptar qegħdin jibagħtuhom jixtru l-garżi.", "Jekk l- Onor. Cassar ma jafx b'dawn l-affarijiet għax forsi f'Mount Carmel hospital ma jiġrux, nista' naċċertah li fl-isptar San Luqa qegħdin jiġru.", "Anke għal dak li għandu x'jaqsam ma' servizzi soċjali, fi żmien il-gvern Laburista dawn baqgħu jiżdiedu sena wara l-oħra u kienu kollha sostenibbli.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cassar, bil-permess ta' l-Onor.", "Vassallo.", "ONOR.", "JOSEPH CASSAR: Lill-Onor.", "Vassallo jien ngħidlu li ninsab konxju ta' l-affarijiet li qed isemmi hu, pero` dawn m'għandhomx x'jaqsmu ma' l- eko-kontribuzzjoni.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Nitlob lill-Onor.", "Vassallo biex, jekk jogħġbu, ikompli bl-intervent tiegħu.", "ONOR.", "ADRIAN VASSALLO: Mr Speaker, meta wieħed ikun qed jitkellem fuq abbozz ta' liġi fiskali kollox ikollu x'jaqsam, u se ngħid għaliex; għax li kieku ma saritx dik il-ħela kollha kemm ilu fil-gvern il-Partit Nazzjonalista, kieku llum m'għandniex dawn il-problemi u m'għandniex bżonn ta' eco-tax.", "Jien nistaqsi: Fejn huma l-housing estates li telgħu fi żmien gvernijiet Laburisti u l-plots li dawn kienu jqassmu bi Lm300 fejn bniedem bil-minimum wage kien kapaċi jibni d-dar tiegħu u jgħammar fiha?", "Illum naħseb li Malta għandha l-iktar rata għolja ta' persuni li għandhom proprjeta` tagħhom, u dan grazzi għal min?", "Ta' min ifakkar ukoll li wara dawn il-benefiċċji kollha u l-affarijiet li qassmu gvernijiet Laburista, meta tela' fil-gvern il-partit Nazzjonalista fl-1987 kulma sab dejn kien Lm68 miljun.", "M'iniex qed ngħid li taħt gvernijiet Laburisti ma sarux affarijiet ħżiena għax wara kollox ħadd ma jagħmel kollox perfett, pero` filwaqt li kulma ħallew dejn gvernijiet Laburisti kien Lm68 miljun, illum l- imgħax biss li rridu nħallsu kull sena fuq id-dejn li 80% minnu sar mill- partit Nazzjonalista li qiegħed fil-gvern illum jammonta għal iktar mid- dejn kollu li ħalla l-partit Laburista wara 15-il sena fil-gvern.", "Biżżejjed ngħid li mill-1987 sa l-1996 id-dejn beda tiela' bi kważi Lm30 miljun fis-sena, u meta dak iż-żmien konna nipprovaw niftħu għajnejn il- gvern f'dan ir-rigward, il-ministru tal-finanzi ta' dak iż-żmien, Dr. Bonello du Puis, kien jgħidilna: Infaqqa' subgħajja u jiġu l-miljuni minn kullimkien, u jekk stess id-dejn ma jfisser xejn għax dak iħallsuh uliedna!", "Fil-fatt, Mr Speaker, illum mhux uliedna biss qed iħallsuh id-dejn imma anke aħna u wlied uliedna.", "Jiddispjaċini ngħid li jekk se nibqgħu sejrin kif aħna, dan id-dejn m'hu se jinqata' qatt, u qed ngħid hekk għax lanqas l- imgħax m'hu qed inkunu kapaċi nħallsu.", "Infatti dan qiegħed jiżdied mad- dejn kull sena.", "Aħseb u ara kemm se jirnexxielna nsolvu l-problema tad- deficit jekk nibqgħu sejrin hekk!", "Fl-1996, meta daħlet il-VAT, id-dejn sploda għax minn Lm30 miljun tela' għal Lm110 miljun, imbagħad qabeż il-Lm150 miljun - huwa veru li dak iż- żmien kien hemm il-Partit Laburista fil-gvern - biex illum wasalna f'sitwazzjoni fejn id-dejn li għandu l-pajjiż ilaħħaq madwar Lm1,500 miljun.", "Meta lill-membri tal-gvern niġbdulhom l-attenzjoni għal dan, huma jgħidulna li huma matul dak iż-żmien bnew l-airport, bnew il-water services corporation, bnew l-impjanti tad-desalination u bnew il-freeport, imma hawn irrid ngħid ukoll li apparti d-dejn li semmejt, illum il-korporazzjonijiet għandhom bejniethom iktar minn Lm500 miljun f'dejn, u dan ukoll irid jagħmel tajjeb għalih il-gvern.", "Madanakollu konvenjentement kulħadd qisu qiegħed jinsiehom dawn l-affarijiet!", "Meta fl-1996 tlajna fil-gvern, aħna konna ngħidulu lill-partit Nazzjonalista li sibna ħofra, pero` meta konna ngħidu dan il-membri tan-naħa l-oħra u dawk kollha li jappoġġjawhom u li dejjem issibhom lesti biex iservu ta' forċina għall-partit Nazzjonalista kienu jaqbdu jidħku.", "Issa llum, snin wara, wara li sar dak it-tberbiq kollu, il-gvern qed jgħidilna li għandna problema żgħira.", "Issa fil-verita` mhux problema żgħira għandna għax f'daqqa waħda xejn m'għadu sostenibbli bil-konsegwenza li għandna barriera ta' dejn.", "Tant hu hekk li anke l-UE, li l-membri tan-naħa l-oħra tant iħobbu jiftaħru li aħna membri tagħha, ġibditilhom daqsxejn widnejhom minħabba f'hekk, u lill-Onor.", "Gonzi qaltlu: Sur Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi, ejja urina daqsxejn x'inhuma l- pjani tiegħek għax ma tistgħux tibqgħu sejrin b'dan id-dejn kollu.", "Fil- fatt waħda mir-raġunijiet li għalihom qed tiddaħħal din it-taxxa ...", "Għax qabel la qatt ħallasna eco-tax u lanqas qatt ma ħallasna xejn, imma issa aħna rridu nħallsu Lm4 miljun fis-sena mill-inqas għax dan għadu biss il- bidu, kif se ngħid iktar 'il quddiem.", "Bejn l-1996 u l-1998 il-membri tan-naħa l-oħra tgħidx x'polemika kienu qajmu minħabba li l-gvern Laburista kien daħħal 33 taxxa!", "Allura issa kif jiġi l-Prim Ministru u jgħidilna li ġaladarba din tħabbret fil-budget, m'għandniex dritt noqogħdu nitkellmu u ngorru fuq din it-taxxa jew inkella qagħad jikkritikana għax tkellimna fil-pjazez?", "Wara kollox il-UĦM, l-ewwel waħda, li għalqet il-Freeport, mhux fil-pjazez kienet ħarġet?!", "U l- istudenti, meta l-gvern kien induna li hemm problema u kien se jnaqqsilhom l-istipendju, mhux fit-toroq ħarġu?", "Dak iż-żmien kulħadd kien joħroġ fit- toroq, u mbagħad tela' l-partit Nazzjonalista fil-gvern, li wegħedhom stipendji sħaħ, u ma niżel ħadd fit-toroq.", "Issa wara li t-taxxi xebgħu jiżdiedu u jogħlew, kien il-bieraħ li forsi l-UĦM fetħet daqsxejn ħalqha għax mill-bqija dejjem baqgħet b'ħalqha magħluq.", "Mr Speaker, meta għollejna t-tariffi tad-dawl u ta' l-ilma l-membri tan- naħa l-oħra kienu jgħajruna li aħna m'għandniex ruħ soċjali, u dan meta llum kulħadd jaf li t-tariffi baqgħu l-istess.", "Huwa veru li biex jipprova jikkontrolla iktar, il-gvern Laburista kien introduċa tariffa ta' 50 ċenteżmu fuq kull riċetta tal-mediċina, imma almenu qabel kont issib il- mediċini kollha, mhux bħal-lum.", "Meta l-gvern Laburista kellu pjani li jagħmel impjanti tat-tisfija tad-drenaġġ u kien se jagħmel taxxa fuq id- drenaġġ, għall-membri tan-naħa l-oħra dak kien ħażin, imma issa skond huma huwa tajjeb li se nagħmlu l-eco-tax.", "Li jgħodd m'huwiex kemm tagħmel taxxi għax tista' tagħmel 100 taxxa u minn kull taxxa tiġbor Lm1, jiġifieri b'kollox tiġbor Lm100, u jista' jkollok 20 taxxa jew taxxa waħda u tiġbor Lm1,000 minn fuqha.", "Għalhekk li jgħodd hu kemm kemm tiġbor mit-taxxa u mhux kemm tagħmel taxxa.", "Fl-1987 kienu jgħidulna wkoll li l-bolla kienet balla, pero` naħseb li llum il-bolla hija ikbar mill-bomba atomika li tefgħu l-Amerikani fuq Hiroshima.", "Anke fir-rigward tat-tariffi tad-dawl u l-ilma, dawn x'għamlu; tbaxxew, għolew jew baqgħu l-istess?", "Għax safejn naf jien kulħadd ġieh kont ogħla u s'issa għadni ma smajt lil ħadd jgħid illi l-kont ġieh irħas.", "Il-petrol raħas jew għola?", "Id-diesel u l-pitrolju għolew?", "U l-VAT mhux talli ma naqsitx minn 15% jew baqgħet kif kienet imma talli għoliet għal 18%.", "Issa ddaħħlet 5% VAT fuq ruxxmata affarijiet ukoll, fosthom fuq l-ikel tat- trabi, fuq in-nappies, fuq is-sanitary towels, fuq il-contact lenses, fuq il-contraceptive pills, fuq ċertu tip ta' ħelu u anke fuq ċertu tip ta' soft drinks.", "Għalhekk lill-Onor.", "Cassar ngħidlu: Aħna konna anti-soċjali?", "U s-sigaretti u t-tabakk raħsu?", "Kien hemm żmien fejn kienu qed jogħlew is- sigaretti biss u lili, li npejjep il-pipa, it-tabakk m'għollihulix, imma issa għola kollox!", "Imbagħad xi ngħidu għat-taxxa li ddaħħlet fuq il- proprjeta` u għat-taxxa fuq min jiret xi proprjeta`?", "Qabel dawn it-tip ta' taxxi ma kinux jeżistu.", "Anke l-kera tal-gvern u t-telephone għola, u erbat ijiem oħra se jogħla iktar.", "Għolew ukoll il-liċenzji, it-taxxi fuq is- safar, il-bolol u l-multi.", "Fejn qabel kont tibgħat ittra b'bolla ta' 4c, illum tibgħatha b'bolla ta' 7c u minflok din tasal fejn tkun tridha dakinhar stess, bħal qabel, tasal xi tlett ijiem jew erbat ijiem wara, jekk imbagħad ma ssibhiex kollha briegħed ukoll!", "Jien nistieden lil kulħadd biex jara kemm qed jiġbor illum il-gvern mill-income tax u jekk huwiex qed idaħħal iktar.", "Biżżejjed ngħid li llum jekk tibgħatlu xi karta tard iwaħħlek Lm5 u multa fuq dak l-ammont dovut li tkun trid tħallas.", "Anke ċ- children's allowance, illum mhux kulmin għandu t-tfal qed jeħodha għax din saret bil-means test bir-riżultat li l-ammont ta' flus li kien qed joħroġ il-gvern f'children's allowance naqas.", "Morru araw il-ħniżrijiet li qed isiru fid-dipartiment tas-social security llum u kemm qed jiġu eżentati nies milli jieħdu xi forma ta' benefiċċju għax forsi kienu morda u m'attendewx għal xi kors!", "Naħseb li kulħadd jaf illi llum il-polyclinics qegħdin jingħalqu u li llum mediċini ma ssib xejn jew issib ftit li xejn.", "Issa f'daqqa waħda għandna quddiemna żewġ bombi kbar; il-pensjonijiet, li ħadd ma jaf x'se jsir minnhom, u anke l-qasam tas-saħħa.", "Huwa veru li dawn issemmew fil-budget, pero` ħallejnihom għal wara t-12 ta' Ġunju, meta saret l-elezzjoni għall-membri Ewropej!", "Anke din ta' l-eko-kontribzzjoni ssemmiet fil-budget u issa qegħdin indaħħluha fis=seħħ ħalli l-poplu jkompli jaqla' iktar taxxi fuq rasu.", "Kieku ssemmew ħafna pjani, fosthom li se nibdew inżommu d-deficit under 3%, li l-GDP se nżommuh skond kif trid l-UE, ...", "Kieku kellna pjani kemm irridu, imma safejn jien l-ebda pjan minnhom ma rnexxa!", "Imbagħad bdejna nbiegħu the family silver ukoll; bigħejna l-Mid-Med Bank bi Lm80 miljun u issa bigħejna d-dipartiment tal- lottu, li lill-gvern ma nafx kemm kien qed iħallilu qligħ fis-sena.", "Qed jissemma wkoll li se jiġu pprivatizzati l-Air Malta u l-kumpanniji li għandha, pero` jien nistaqsi: Wara dan kollu fejn se naslu?", "Għax minkejja li kollox qed jiġi pprivatizzat, id-dejn xorta waħda m'huwiex qed jonqos imma qiegħed jibqa' kif inhu u qed nagħsru lill-ħaddiem b'taxxi kontra taxxi.", "Bħalma qal l-ex-ministru Dalli, u issa din qalha wkoll is- segretarju parlamentari l-Onor.", "Tonio Fenech, illum ġejna f'sitwazzjoni fejn xejn m'hu b'xejn u l-poplu jrid iħallas ta' kollox.", "Mela tajjeb; qabel kien kollox ħażin u kważi ma konna nħallsu ta' xejn u llum irridu nħallsu ta' kollox u kollox huwa tajjeb.", "Dan huwa l-argument li messna qegħdin nitkellmu fuqu llum għax vera ġejna f'sitwazzjoni tal-biki biex qed nistennew li l-Lm4 miljun jrid joħroġhom il-poplu meta dan ilu joħroġ dawk l-eluf ta' liri kollha fis-sena f'taxxi żejda li nħolqu mill-1998 sal-lum.", "Jien nixtieq li xi ħadd jispjegali kif il-poplu qed iħallas mal-Lm100 miljun iktar fis-sena, id-dejn m'hu qed jinżel qatt, u dan minkejja li lanqas proġett kapitali wieħed m'hemm għaddej u waqaf kollox.", "Qegħdin innaqqsu wkoll il-flus tal-kunsilli lokali għax issa anke l- kunsilli lokali qalgħuha fuq rashom.", "Ta' min ifakkar ukoll li fejn l- airport kellu jiġi jiswa Lm8 miljun, illum dan ġie jiswa Lm22 miljun u fejn illum l-isptar kellu jiġi jiswa Lm90 miljun, illum dan, li għadu vojt, diġa` ġie jiswa mal-Lm200 miljun.", "Imbagħad infaqna Lm9 miljun biex nixtru dar ġewwa Brussels!", "Ara kieku ma xtrajtuhiex dik id-dar, kieku konna nagħmlu sentejn ma nħallsuhiex l-eco-tax!", "Dik hija l-verita`!", "Issa intom xtrajtu dar ta' Lm9 miljun fi Brussels u l-poplu se jkollu joqgħod iħallas l-eco-tax għal sentejn sħaħ ħalli min imur Brussels ikun jista' joqgħod fil- villa paxxut b'karrozza li ma nafx kemm tiswa!", "Dawn huma l-affarijiet li rridu ngħidulu lill-poplu.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Pullicino, bil-permess ta' l-Onor.", "Vassallo.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Mr Speaker, nixtieq nagħmel point of information sabiex il-poplu ma jkunx żgwidat.", "L-Onor.", "Vassallo qed isemmi l-villa ta' Brussels, u għalhekk nixtieq ninforma kemm lill-Onor.", "Vassallo kif ukoll lill-pubbliku in ġenerali li hawnhekk huwa qed jitkellem fuq ix-xiri ta' blokk ta' flats biex iservu ta' uffiċini u mhux fuq ix-xiri ta' xi villa għal xi ambaxxatur.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Nitlob lill-Onor.", "Vassallo biex, jekk jogħġbu, ikompli bl-intervent tiegħu.", "ONOR.", "ADRIAN VASSALLO: Mr Speaker, mela jien nistieden lill-Ministru Pullicino biex iġibilna ritratt ta' dan il-blokk ta' flats li qed jgħid hu u li se jiswew Lm9 miljun u jien, min-naħa tiegħi, inġiblu ritratt ta' postijiet kbar bi grounds u estates li jiswew ħafna inqas minn hekk, b'area ħafna ikbar minn hekk u b'bini iktar prestiġjuż.", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq Lm9 miljun u mhux fuq Lm900,000.", "(Interruzzjonijiet) Kif diġa` qal il- Kap ta' l-Oppożizzjoni, lanqas il-villa li għandu Beckham u li għandhom dawn in-nies il-kbar ma jiswew daqshekk flus.", "Mela inti ma tarax l- aħbarijiet fuq it-televiżjoni?", "Kastell kbir li ma nafx kemm ilu mibni jinbiegħ Lm3 miljun jew Lm4 miljun b'thousands of acres miegħu!", "Imbagħad niġu nixtru blokk flats b'Lm9 miljun!", "(Interruzzjonijiet) Imma inti taħseb mod u jien għandi kull dritt naħseb mod ieħor!", "MR SPEAKER: Onor. Vassallo, jekk jogħġbok indirizza lis-Sedja!", "ONOR.", "ADRIAN VASSALLO: Skużani, Mr Speaker.", "Issa ħalli ngħidu kollox; suppost kellhom jiġu Lm100 miljun minn barra, u jien nistaqsi: Fejn huma dawn il-Lm100 miljun?", "Issa qed jiftaħru li se jagħtuna euro 38 miljun biex nibnu dawn l-impjanti ta' riċiklaġġ.", "Euro 38 miljun, that is all. Dawn ġejjin darba biss, mhux se jagħtuna euro 38 miljun kull sena.", "Darba biss.", "Imbagħad il-poplu se joħroġ Lm4 miljun, anzi jekk tagħmel kalkolu sempliċi ssib li jiġu ħafna iktar minn Lm4 miljun.", "Ma jistax ikun li kull persuna se tonfoq Lm10 biss, bħalma qalu.", "Fuq l-ilma, seven-up u coca cola wkoll tonfoq aktar minn Lm10 jekk familja ta' ħamsa tieħu flixkun kuljum, biċ- ċenteżmu kuljum.", "Bla dubju ta' xejn tiġi aktar minn Lm10!", "Sur President, issa l-poplu qed jinduna li dan huwa ħafna paroli fil-vojt u gideb.", "Ir-riżultat rajtuh fl-aħħar elezzjoni li kien hawn.", "Il- pensjonijiet se jonqsu, se nħallsu għas-saħħa u b'din il-contribution jew taxxa se nieħdu Lm4 miljun iktar minn but il-poplu.", "Issa se nerġgħu nibdew ngħidu kemm m'hawnx flus fl-idejn għax iktar minn Lm4 miljun se jinxtorbu minn ħalq il-poplu Malti.", "Mr Speaker, apparti minn hekk, insemmi t-taħwid li għandhom il-businesses li jridu jagħmlu l-kontijiet b'rati differenti ta' VAT; oġġett bil-15%, ieħor bil-5%, ieħor VAT free, u issa se ndaħħlulhom din l-eco-tax.", "Ħadd ma jaf kif se jinħadmu dawn l-affarijiet.", "Dawn huma l-affarijiet li rridu ngħidu!", "Hawnhekk nixtieq nistaqsi jekk il-GDP ta' Malta kibretx b'rata daqshekk mgħaġġla li kibret biha r-rata tat-taxxi?", "Dażgur li le!", "Il-qgħad żdied, m'hemm l-ebda dubju li żdied il-qgħad.", "Issa qed ngħidu li permezz ta' l-eco-tax il-prodotti li jiġu mormija se jkollu jħallas għalihom il-konsumatur.", "Jien nibda nidħak meta nisma' kelliema min-naħa tal-gvern jgħidu li nistgħu nevitaw din it-taxxa.", "Ma jistax ikun li l-produtturi jevitaw dawn it-tip ta' taxxi għax jekk inti tixtri fridge ma tistax tevita din it-taxxa fuqha!", "Sur President, jekk wieħed jara l-lista ta' prodotti li se jiġu ntaxxati sibt li metodu wieħed hemm biex tevita din it-taxxa.", "Xi trid tagħmel?", "Ma tinħasilx kuljum ħalli tiffranka t-taxxa fuq is-sapun, tħalli l-leħja bħalma għamilt jien ħalli tiffranka s-sapun tal-leħja u l-blades, minflok tibdel il-ħwejjeġ kuljum tibdilhom darba fix-xahar.", "Issa l-irġiel kulħadd jiġri b'xagħru twil u b'leħja s'hawn isfel, qisna tat-Taliban.", "Trid tiġi bħal tat-Taliban biex tiffranka din it-taxxa; meta jinkisirlek it- television li jkollok tixtrix ieħor, jekk jinkisirlek id-DVD tixtrix ieħor.", "Jekk kont tħajjart iddaħħal l-air-conditioner issa ddaħħal xejn, issa qabbad xi tifel joqgħod irewwaħlek ħalli tħoss il-frisk, bħalma kien isir fl-antik.", "Mr Speaker, kif irridu nagħmlu biex nevitaw din it-taxxa?", "Irridu nibdew nużaw il-lampa tal-pitrolju jew xemgħa minflok torch ħalli ma nużawx batteries.", "Ma nużawx deodorant biex niffrankaw taxxa, ma nixtrux ilma tal- flixkun, la tal-ħġieġ u lanqas tal-plastik, imma imma nixorbu ilma tal-vit, ħalli mbagħad noqogħdu ngħidu kemm għandna ilma ħażin u l-ilma li għandna mhuwiex up to European standards bin-nitrates u bil-melħ u bil-chlorine li fih.", "Tista' tevita din it-taxxa billi minflok tixtri cooker toqgħod issajjar fuq l-ispiritiera jew fuq il-kenur.", "Tinħasel bl-ilma kiesaħ flok tuża l-water heaters, għax issa anke s-solar water heater għandu t-taxxa fuqu.", "Issa s- solar water heater la jaħli petrol u lanqas dawl għax jaħdem bix-xemx u żgur li ma jinkwinax l-ambjent.", "Dan irridu nħallsu t-taxxa fuqu wkoll!", "Mela jekk trid tiffranka t-taxxa nħasel bl-ilma kiesaħ jew inkella nerġgħu nagħmlu bħalma kienu jagħmlu fl-antik, kulħadd jgħalli l-ilma fuq il-kenur biex ikun jista' jinħasel.", "Mill-bqija, kif tista' tevita din it-taxxa?", "Mr Speaker, din it-taxxa hija ħażina għax wieħed irid iħallasha bilfors u ma jista' jevitaha bl-ebda mod.", "Kif qal l-Onor.", "Herrera qabel, la l- imprenditur ma jista' jagħmel affarijiet biex jiffrankaha u lanqas il- konsumatur.", "Lanqas daqsxejn make-up ma tista' tagħmel mara issa!", "Mur ara dan kemm se jinkwina lill-ambjent!", "U dan għadu l-bidu tal-bidu, Mr Speaker!", "Lanqas huwa t-tmiem jew inkella l-bidu tat-tmiem!", "Dan huwa l- bidu tal-bidu!", "Min jaf x'ġej 'il quddiem għax ultimately kollox jintrema!", "Il-ħwejjeġ, il-containers ta' l-ikel, kollox jintrema!", "Ara kieku għamilna taxxa fuq il-containers tat-take-away li jkunu tal-jablo jew tal-plastic, kont nifhimha.", "Għax b'dan il-mod inġiegħlu lil dak li jkun juża l-karta li tista' tirriċiklaha u jekk tintrema hija biodegradable waħedha.", "Il-gvern imissu għamel taxxa fuq il-boroż tal-plastic.", "Għaliex għandi mmur nixtri kilo skalora u jagħtini borża tal-plastic?", "Jien ma neħodhiex għax m'għandix x'nambiha.", "Agħmel taxxi, imma fuq dawn l- affarijiet!", "Ħalli naraw issa hux ġejjin taxxi fuq l-iskrataċ, per eżempju, għax il- kaċċatur jinkwina l-art biċ-ċomb u dawk li jisparaw fuq il-plattini jħammġu l-art bil-plattini.", "Ħalli naraw x'ġej!", "Nixtieq inkun naf jien.", "Mhux billi toqogħdu tgħidulna li min iħammeġ irid inaddaf u min iħammeġ irid iħallas!", "Jien nixtieq li xi ħadd jispjegali x'se jsir 'il quddiem minn din il-lista ta' l-oġġetti taxxabbli taħt din il-liġi.", "Li kieku ngħidu li jekk l-ilma - insemmu l-ilma bħala eżempju - jinxtara ġo tali container ma titħallasx taxxa imma jekk ikun ġo container ieħor titħallas, hemmhekk nifhimha!", "Imma hawnhekk bniedem m'għandu choice ta' xejn!", "U t-turist se tgħollilu l-ħajja wkoll meta jiġi hawn!", "Se togħla l-ħajja għal kulħadd!", "Jekk nieħdu n-Norveġja nsibu li kull persuna ddaħħal xi Lm25,000 fis-sena u hawn Malta wieħed jaqla' xi Lm4,000 jew Lm5,000 u l-pensjonanti jaqilgħu ħafna inqas minn hekk!", "Lanqas min għandu l-maximum ma jilħaqhom dawn!", "Allura kif niġu ngħidu li l-partit Laburista m'għandux raġun u m'għandux kuxjenza soċjali!", "M'hu veru xejn.", "Il-problema hi li din hija taxxa oħra u tagħmel x'tagħmel se tlaqqatha.", "Li kieku hawn alternattiva, fiha u ma fihiex, imma l-alternattiva hija li nerġgħu mmorru lura għall-antik, bħalma konna ngħixu fi żmieni, għax jien niftakar iż-żmien meta n-nies kienu bla fridges.", "Jekk ikollok dulliegħa jew bettieħa trid tniżżilha ġol-bir biex iżżommha għall-frisk.", "Hekk trid tagħmel issa jekk trid tiffranka din it- taxxa, tixtrix fridge!", "Kelliem min-naħa l-oħra qal li din it-taxxa tammonta għal xi Lm10 fis-sena!", "Lm10 fis-sena meta tieħu koppja li se tiżżewweġ u trid tarma d-dar tagħha b'affarijiet li llum saru skond l-istandard of living li aħna niftaħru li għandna?!", "Dawn mhux piżijiet żejda fuq il-konsumatur?", "Mr Speaker, ladarba issa se nagħmlu din it-taxxa fuq is-solid waste, biex ngħidlu hekk, nixtieq nistaqsi lill-ministru jekk 'il quddiem aħniex se nagħmlu taxxa fuq il-waste water ukoll?", "Qed nistaqsi dan għax 'il quddiem irridu nagħmlu impjanti li jippurifikaw l-ilma għax skond ir-regoli ta' l- Unjoni Ewropea ma jistax ikun nibqgħu narmu l-ilma kif inhu, untreated.", "Allura 'l quddiem se nagħmlu taxxa fuq il-waste water ukoll?", "Għidli iva jew le!", "Nistgħu nagħtu garanzija li l-lista ta' l-oġġetti taxxabbli skond din il-liġi m'hijiex se tiżdied?", "Jien naħseb li ħaġa li żgur m'għandekx tagħmel fil-politika hija li tagħti garanziji.", "Il-ministru żgur li m'huwiex se jagħti garanzija li din il-lista ta' prodotti, li għadha fl-infanzja tagħha, m'hijiex se tikber 'il quddiem!", "Din bilfors se tikber, m'hemm l-ebda dubju!", "Issa fl-aħħar tas-sena naraw li fid-dejn morna daqsxejn żmerċ, kif dejjem għamilna, allura ngħollu t- taxxa fuq is-sigaretti, ngħollu l-eco-tax u nivvintaw taxxi oħra ħalli l- gvern jillapazza, ħalli mill-2007 'il quddiem ma jkollniex problemi ma' Brussell.", "U xi ngħidu għall-Għawdxin u anke l-Maltin li jkunu fuq il-vapur t'Għawdex li jkollhom joqogħdu jxommu l-irwejjaħ ta' l-iskart li jinġarr fuqu!", "Ikun hemm trabi, tfal u anke jitniżżlu l-morda ġol-vapur u ħadd ma jista' joqgħod bl-irwejjaħ!", "U minn fuq inħallsu t-taxxa għall-ambjent!", "Biex ma nsemmix l-invażjoni ta' ġrieden li se jkun hemm erbat ijiem oħra fuq il- vapur!", "M'hemm l-ebda dubju dan!", "U jekk ma jkunx hemm invażjoni ta' ġrieden żgur se jkun hemm problemi ta' mard jekk se tibqgħu tniżżlu l- iskart man-nies fuq il-vapur!", "In-nies m'humiex bhejjem, Mr Speaker!", "Anke l-bhima għandha d-dritt li toqgħod f'ambjent nadif, aħseb u ara l-pubbliku!", "Mr Speaker, jien neqred ħafna kontra l-ħmieġ u kontra l-pulizija li, fl- opinjoni tiegħi, f'ħafna affarijiet ma jagħmlux dmirhom kif għandhom jagħmluh.", "F'affarijiet oħra jagħmlu dmirhom, imma f'affarijiet oħra żgur li qegħdin lura.", "Per eżempju, se nagħmlu environmental police?", "Mur fejn trid, tara l-ħmieġ kullimkien!", "Kulħadd jarmi l-ħmieġ f'kull trejqa li hawn fil-kampanja, kemm jekk tkun magħluqa u kemm jekk tkun miftuħa, kulħadd jarmi fejn ġie ġie!", "Meta xi sentejn ilu staqsejt kemm ittellgħu nies il-qorti talli kisru l-litter Act, il-Ministru qalli li ttellgħu erbgħa!", "Erbgħa biss, mhux 4,000 jew 400 jew 40!", "F'sena l-pulizija u l- wardens tellgħu erbgħa min-nies il-qorti talli nqabdu jarmu xi imbarazz barra.", "Darba minnhom tellgħu wieħed il-qorti għax tefa' fdal ta' tuffieħa minn karozza.", "Għalkemm għamel ħażin u għandu jeħel li ħaqqu, imma lil dak raw jitfa' tuffieħa li wara kollox hija biodegradable jew inkella tiġi xi ħamiema minn dawn li issa ma nistgħux nitimgħu u forsi kilitha u għamlilha pjaċir?!", "U ejja!", "Hekk irridu nagħmlu jekk verament inħobbu l-ambjent?!", "Jekk verament tħobb l-ambjent ħu passi fuq kollox mhux fuq affarijiet li miskin il-poplu ma jistax jevitahom.", "Mhux talli ma jistax jevitahom talli se tkompli tkissru iktar milli hu mkisser!", "Kif jista' jkun dan!", "Kemm ittellgħu nies il-qorti minħabba li jħammġu l-klieb u annimali oħra?", "Mr Speaker, f'Malta daħħalna l-VRT li hija taxxa oħra, allura possibbli qatt ma rajtu karozza ddaħħan?", "Jiena nara miljun waħda kuljum!", "Nafu li hemm VRT stations li nqabdu jbagħbsu fit-testijiet u jiċċertifikaw karozzi bħala road worthy meta ma jkunux.", "Kulħadd jaf li fil-każ tat-testijiet tal- buses u tat-trakkijiet hawn garaxxijiet li f'kemm ilni ngħidlek, within 24 hours, iġibhomlok ġodda!", "L-għada terġa' teħodulu u jerġa' jżarmalek kollox u terġa' tmur għall-antiki.", "B'dan il-mod se jiffrankaw din it-taxxa.", "Ikollhom tyre li jibqa' dejjem ġdid għax jużawh għat-test biss.", "Hemm min anke jagħmel makna ġdida u mbagħad jerġa' jmur ibiddilha, u jumejn wara terġa' tibda ddaħħan.", "Dawn huma affarijiet li narawhom ta' kuljum!", "X'garanzija se tagħtuna li l-gvern sejjer jagħmel il-parti tiegħu biex jonqsu il-problemi minħabba ċ-ċmieni ta' l-isptar u tal-power station?", "Anke l-inċineraturi fejn suppost jinħarqu l-annimali li jmutu bħalissa m'humiex jaħdmu.", "Allura jekk imutlek kelb jew qattus u m'għandekx ġnien fejn tidfnu, ikollok tmur tarmih x'imkien.", "Anke fil-każ tar-remnants ta' l-annimali, għaliex għandek tmur tarmihom?", "Allavolja jgħidu li l-baqra tinbiegħ kollha - veru għax ħafna minnha tinbiegħ - imma hemm affarijiet li jibqgħu għar-rimi wkoll.", "Meta kont tmur il-Magħtab sa ftit ilu kont tarahom hemm.", "Ġieli rajniehom anke fuq it-television dawn l-affarijiet.", "U l-ġrieden kollha jifirħu, jaqbżu, jogħlew u jieklu!", "Kull ġurdien jaf jaqra u jikteb u qisu ma ġara xejn!", "Issa f'daqqa waħda qegħdin ngħidu li se nagħmlu eco-tax għax bniedem forsi jarmi bott jew affarijiet oħra, imma mbagħad fejn jidħlu inċineraturi u ċmieni, dawk m'humiex importanti!", "Mr Speaker, qalulna li saret il-konsultazzjoni dwar din il-liġi.", "Jien naqra l-gazzetti kuljum u ħadd ma qalli li saret konsultazzjoni miegħu.", "U jekk saret konsultazzjoni ħadd m'hu kuntent bil-mod kif saret il- konsultazzjoni.", "Fil-passat il-UĦM tgħidx kemm fetħet ħalqha fuq it-taxxi u qalet li kienu anti-soċjali.", "Il-bieraħ fetħet ħalqha fl-aħħar u ngħidilha prosit ukoll.", "Mr Speaker, dan li għandna f'din il-liġi għadu l-bidu.", "Apparti li jħallas l-eco-tax 'il quddiem il-poplu jrid ukoll jibda jissepara l-iskart għaliex ma jistax ikun li nibqgħu nitfgħu kollox fuq xulxin, għax hekk qed jgħidilna l-gvern.", "Ara l-affarijiet kemm huma redikoli!", "Mela l-konsumatur li jixtri l-oġġett irid joqgħod jissepara l-iskart u joqgħod jieħu dik l- inkonvenjenza kollha biex iżomm din għal-lum, dik għal għada u dik għal pitgħada, għax ma jistax ikun li joqogħdu jiġbru erba' xkejjer differenti kuljum ta' l-iskart, apparti li jrid iħallas it-taxxa jew l-eco- contribution.", "Jien ngħidilha taxxa.", "Imbagħad il-wasteserv tibgħat dan l- iskart li qed jinġabar għar-riċiklaġġ barra minn Malta.", "Il-bieraħt lura qrajt fuq il-gazzetta li ntbagħtu ma nafx kemm-il elf tunnellata ta' bottijiet għar-riċiklaġġ barra minn Malta.", "Min se jieħu dan il-qligħ, se jmur għand il-wasteserv, se jagħmlu xi ħaġa b'dawn il-flus, se jiggwadanja xi ħaġa l-poplu?", "Xejn, il-poplu jħallas biss.", "Il-poplu jħallas biss u ħaddieħor igawdi l-frott ta' dan il-ħlas u ta' din it-tbatija kollha.", "Meta l-poplu jifli dawn l-affarijiet kollha u jara li qed iħallas din it- taxxa ġdida għalxejn, għaliex m'hu se jieħu xejn minnha, għaliex jagħmel x'jagħmel se jkollu jħallasha, se jivvendika ruħu minn min ikun qed jagħmillu dawn l-affarijiet.", "Sfortunatament qed ngħid jien għax in-natura umana hi dik li hi.", "U jekk m'aħniex se nieħdu ħsieb l-iskart bis-serjetà u nagħmlu ċerta sorveljanza, dan se jiżdied u mhux jonqos.", "Se jiżdied għax issa kulħadd jibda jarmi fejn ġie ġie għax dak li jkun jirraġuna li ladarba l-gvern għamillu taxxa li ma jistax jaħrabha għaliex jixtri x'jixtri jlaqqatha, allura jaqbad u jarmi fejn ġie ġie.", "This is human nature at its best, u hekk se jiġri!", "Din hija taxxa li se twassal għal iktar tbatija għal dawk in-nies li l- inqas jifilħu jħallsu, il-pensjonanti u familji kbar sfortunatament.", "Jien għandi familja kbira imma ma ngħidx sfortunatament, imma forsi għal ħaddieħor hija storja differenti.", "Jiġu nies għandi bi problemi kbar għaliex qegħdin familja kbira.", "Iktar ma tkun nies iktar trid tħallas u in return, fil-veru sens tal-kelma, m'inti se tieħu xejn.", "It-turisti wkoll se jogħlielhom kollox.", "Diġà għandna żewġ problemi kbar bit-turiżmu kif inhu, u issa se nkomplu ngħollu l-affarijiet biex is-settur turistiku jerġa' jaqla' daqqa oħra.", "Jien smajt lil xi kelliema jġibu l-argument li fridge tixtriha darba kull għaxar snin.", "Imma apparti fridge trid tixtri freezer, washing machine, dishwasher, television, computer, DVD, il-kosmetiċi, batteries, il-karozza li tkun trid tagħmlilha service kull tant żmien, u għandek it-taxxi fuq kwalunkwe żejt li fiha, id-deterġenti, il-prodotti biex tqaxxar il-leħja, eċċ. Jekk tħares lejn il-lista li hawn fil-liġi tara li anke jekk tagħmel ċenteżmu fuq kull waħda - li ħafna minnhom huma bil-liri dawn - se jitilgħulek somma mhux ħażin fis-sena.", "Ovvjament hemm l-għarajjes li filli jkunu qegħdin jippjanaw mod u f'daqqa waħda jsibu li jridu jħallsu din it- taxxa fuq dawn l-affarijiet kollha u nkomplu nitfgħu l-piż fuqhom.", "Apparti minn hekk, jien ma naqbilx ma' min jgħid li fridge isservik ħajtek.", "Illum fridge isservik average ta' tmien snin.", "Jekk tmur għall-VRT u joqogħdu jagħfsuk fuq il-karozza se sservi inqas.", "Kollox irid jinbidel.", "Illum għandna sistema - u sfortunatament ħafna nies jibilgħu kollox - fejn illum xtrajt mobile phone mod, l-għada tiġi bbumbardjat minn fuq il-mezzi tax-xandir u mill-media biex tixtri ieħor differenti li forsi għandu functions oħra.", "Jekk tixtri stereo l-istess, kulħadd iħajrek biex tbiddel u iktar ma tbiddel iktar se jkollok tidħol għall-ispejjeż.", "Allaħares ma jkunx hekk għaliex jekk ma tbiddilx jistaġna kollox, kif diġà huwa staġnat.", "Jien ngħid li din l-eco-tax veru hija \"echo\", jiġifieri eku bil-Malti, li tgħidx kemm se tirbombja ġod-djar tan-nies bil-garr li se jkun hawn fuqha, iktar u iktar meta l-gvern iżid iktar prodotti li jidħlu taħt din it-taxxa.", "Jekk wieħed iħares lejn il-kelma \"eco\" issib li hemm tliet affarijiet li veru jmorru ma' xulxin kif inhi l-liġi llum għaliex għandek l-\"e\" li huwa l- environment li m'hux se jieħu assolutament xejn, \"c\" li huwa l-consumer li m'hu se jieħu xejn, anzi se jkollu jħallas, u jekk tagħmilhom flimkien dawn u tara x'se jieħdu, kemm Malta, kemm il-konsumatur u kemm l-ambjent jiġu l- aħħar ittra \"o\" jiġifieri zero, għaliex ħadd m'hu se jieħu xejn bl- affarijiet kif inhuma llum.", "Jekk l-affarijiet isiru bis-serjetà, bil-kalma u jkun hemm konsultazzjoni naslu x'imkien, imma m'aħna se naslu mkien jekk il-gvern jibqa' sejjer kif inhu, iressaq liġi, jgħaddiha mill-parlament, u jsir kif jgħid hu.", "Ara fi żmienna ma sarx hekk.", "Fi żmienna x'għamlu!", "Quddies fit-toroq, eċċ. Jekk ma ngħaġġlux, imma noqogħdu bil-qiegħda u nitkellmu ċertament kulħadd jaqbel li min iħammeġ irid iħallas u jnaddaf, però mhux b'dan il-metodu.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Qabel ma nkomplu, ninforma lill-Kamra li s-Sedja ġiet informata li se ntawlu l-ħin b'nofs siegħa u l-aġġornament jibda fin- 12:30 p.m. Xtaqt nistaqsi jekk dan huwiex il-qbil li sar.", "L-Onor.", "Mario Galea.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Mr Speaker, b'konsultazzjoni mal-whip ta' l- oppożizzjoni ġie deċiż li l-ħin tad-diskussjoni dalgħodu jitwal b'nofs siegħa, jiġifieri san-12:30 p.m. Is-seduta tal-lejla tibqa' kif programmat.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Nifhem li hawn il-qbil.", "Aktar rimarki?", "Il- Ministru Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, jekk m'iniex sejjer żball l-Onor.", "Vassallo li għadu kif għalaq id-diskors tiegħu, kien l-20 kelliem min-naħa ta' l-oppożizzjoni li tkellem fuq din il-liġi.", "Meta tisma' l-kelliema ta' l-oppożizzjoni fuq liġi bħal din tibda tgħid: Kemm nixtieq kont in-naħa ta' l-oppożizzjoni biex nitkellem bil-mod li tkellmet l-oppożizzjoni; minn banda ngħajjar lill-gvern li hemm il-ħmieġ, u mill-banda l-oħra ngħajru talli qed jipprova jagħmel xi ħaġa ħalli jnaqqas il-ħmieġ f'dan il-pajjiż.", "Naturalment forsi tiġik it-tentazzjoni li jekk tkun in-naħa tal-gvern tgħid: Agħlaq ħalqek li ma jmurx xi ħadd jaħseb li inti wkoll trid tagħmel bħalma qed tgħid l-oppożizzjoni u timponi t-taxxi ħalli joħorġu l-flus mill- but għalxejn, kif qed tgħid l-oppożizzjoni.", "Naturalment is-sitwazzjoni m'hijiex dik kif impinġija minn kelliem wara kelliem ta' l-oppożizzjoni.", "Il-liġi li għandna quddiemna hija indikazzjoni ċara li l-gvern tal-ġurnata jrid jieħu azzjoni bis-serjetà għall-ġid ta' l- ambjent, minkejja l-fatt li huwa konxju li r-reazzjonijiet li se jkollu f'ċirkostanzi fejn wieħed se jkollu jibda jħallas għall-ħsara li jikkawża, mhumiex se jkunu tajbin.", "U jien nifhem dawn ir-reazzjonijiet.", "Naħseb li ħadd ma jieħu pjaċir li jaqbad parti mid-dħul tiegħu u jħallsu għall-benefiċċju ta' kulħadd.", "Però fl-aħħar mill-aħħar aħna qegħdin nilleġislaw għal dan il-pajjiż.", "U jekk irridu ngħidu li dan il-pajjiż huwa miexi 'l quddiem, allura jkollna nagħmlu sforz kollettivament, mhux mill- gvern u l-oppożizzjoni imma mill-Maltin u l-Għawdxin kollha sabiex flimkien naraw x'hemm bżonn isir fil-qasam ta' l-ambjent.", "Għal darba, mill-mod ta' kif żvolġa d-dibattitu matul dawn it-tmien seduti li għaddew, qed nisimgħu lil kull wieħed minna li donnu qed jgħid li hemm bżonn li jsiru ħafna affarijiet, imma mbagħad dawk l-affarijiet ma nkunux aħna li nwettquhom.", "U għal darb'oħra l-gvern qiegħed jagħti l-prova tiegħu li mhux se jagħmel hekk fejn jidħlu dawn il-kwestjonijiet.", "Mr Speaker, issemmew diversi affarijiet, espressjonijiet, kummenti u elementi fid-diskussjoni li għandna quddiemna fejn ġew ripetuti iktar minn darba l-kliem ta' \"reduced, recycle and re-use\".", "Dawn issemmew diversi drabi, anke mill-oppożizzjoni.", "Issemmiet ukoll min-naħa ta' l-oppożizzjoni l-frażi \"kampanja ta' edukazzjoni\".", "Issemma l-isforzi li għandna nagħmlu, fejn anke kellna l-Onor.", "Adrian Vassallo li tkellem qabli, li f'mument ilmenta minħabba dan il-ħlas, u ftit wara, fl-istess diskors jgħid li l- kampanja, it-toroq u l-isqaqien u l-irħula tagħna huma mimlijin b'ċertu elementi li ħadd minna ma jrid.", "Naħseb li hawn tajjeb li nagħmel daqxejn ta' riflessjoni u parentesi żgħira, fejn f'wieħed mill-ġurnali \"The Malta Independent\" kien hemm centre fold li jitkellem dwar problemi ta' skart f'Kemmuna.", "Issa lkoll kemm aħna nafu li Kemmuna hija gżira li diffiċli biex tasal għaliha, pero' sadanittant għall-grazzja tal-ħanin Alla, li anke fi gżira żgħira li diffiċli biex tasal għaliha, irnexxielna nsibu diversi elementi li spiċċaw hemmhekk.", "Dawn probabbilment waslu minn riżultat ta' xogħlijiet li xi darba saru fuq din il-gżira, li mbagħad baqgħu hemmhekk, b'karkassi ta' trakkijiet u mbarazz ieħor li ħadd minna ma jixtieqhom hemm.", "Ir-ritratti li rajt dalgħodu ta' Kemmuna, fil-fatt jirriflettu u huma indikazzjoni ta' kemm dan il-gvern qed jagħmel sewwa li jipprova permezz ta' modi differenti jelimina dawn il-problemi, għaliex aħna m'aħniex qed ngħidu li se ndaħħlu l-eko-kontribuzzjoni u daqshekk.", "Il-Ministru Pullicino mhux se joqgħod bil-qiegħda u jgħid issa hemm din il- kontribuzzjoni fejn qed nimmiraw li ndaħħlu Lm4 miljun minna, u allura se nkunu kuntenti u ferħanin ngħoddu dawn il-Lm4 miljun, waħda fuq l-oħra u ma nagħmlu xejn.", "Diġa' ingħad, imma se nerġa' nenfasizza, li dawn l-Lm4 miljuni huma biss farka minn dak li pajjiżna se jkollu jonfoq matul iż- żmien li ġej sabiex ikompli jħares l-ambjent.", "Mr Speaker, tajjeb ukoll li hawnhekk kull wieħed minna jagħmel analisi ta' x'inhu lest li jagħmel.", "Mhux l-ewwel darba li wżajt l-argument, u se nerġa' nużah issa, li lkoll kemm aħna għandna nkunu ppreparati nagħmlu dak li nistgħu sabiex l-ambjent tagħna jkun aħjar minn dak li huwa llum.", "Nistgħu naqbdu lill-popolazzjoni kollha ta' pajjiżna u b'leħen wieħed - flimkien ukoll mat-turisti li jiġu jżuruna matul is-sena – ilkoll flimkien noqogħdu ngħidu li għandna problema.", "U nibqgħu nkantaw din l-għanja u ma nagħmlu xejn.", "Imma, m'għandniex nagħmlu hekk u ma rridux nagħmlu hekk.", "Mr Speaker, l-Onor.", "Vassallo qal li issa se jkollna nisseparaw l-iskart f'erba' boroż differenti.", "Din ma kenitx l-ewwel darba li f'pajjiżna ppruvajna nisseparaw l-iskart tagħna, u kien hemm tentattivi sa minn qabel l-1996.", "Jiena niftakar lil Dr. Stanley Zammit f'dan il-parlament jipproponi u jipprova jdaħħal ukoll il-kunċett ta' separazzjoni ta' l- iskart f'pajjiżna.", "Fl-1996 inbidel il-gvern u safejn naf jien - forsi l- Onor. Vassallo ma jiftakarx - anke l-partit Laburista meta kien fil-gvern ipprova biex b'xi mod jissepara l-iskart ta' pajjiżna.", "Saru tentattivi oħrajn sabiex aħna nibdew nisseparaw l-iskart ta' pajjiżna, u forsi b'xi eċċezzjoni ta' xi kunsill lokali 'l hawn u 'l hemm ikollna nammettu li ma kellniex suċċess biżżejjed biex dan il-kunċett ta' separazzjoni ta' l- iskart indaħħluh fil-fundament ta' moħħna u ndaħħluh bħala parti mit- twemmin ta' kuljum tagħna.", "Mr Speaker, jekk ħaġa bħal din ma temminx fiha, ma jirnexxilekx tagħmilha.", "Jekk ma temmnix li l-fliexken tal-ħġieġ, il- bottijiet tal-landa u l-karti tarmihom b'mod separat, allura mhux se jirnexxilek tagħmel ħaġa bħal din.", "Għalhekk naħseb li hawnhekk għandna l-obbligu kollha kemm aħna li nagħtu s- sehem żgħir tagħna.", "Individwalment, ħadd minna ma jarmi tunnellati kbar ta' fliexken u karti kull sena, imma kolletivament f'sena narmu tunnellati sħaħ ta' materjal li fir-realta` rridu naraw kif se nikkontrollawhom.", "Jekk nemmnu, u almenu bil-kliem jidher li nemmnu fil-kunċett ta' reduce, recycle and re-use, ejjew anke nibdew fl-istampa reali tas-sitwazzjonijiet li fihom qegħdin ngħixu, dik tar-reduction ta' l-iskart li noħolqu.", "Iktar ma jgħaddi ż-żmien, dawk li joffru l-prodotti tagħhom għall-bejħ aktar qed ikollhom jippreżentaw il-prodott tagħhom b'mod sabiħ sabiex il- konsumatur jiġi mħajjar jixtri l-prodott.", "Allura l-produtturi qed jinvestu aktar f'packaging tal-prodotti li jkunu iridu jbigħu.", "Saret rifirenza għal fridges, washing machines, computers eċċ. U jien nistaqsi: Meta xi wieħed minna jixtri xi oġġett minn dawn xi jsib?", "Isib computer imneżża u lest biex iqiegħdu fuq l-iskrivanija?", "Jew inkella jsib kaxxa kbira tal-kartun, imbagħad kemm Alla ħalaq ġablow fuq kull naħa tal-kompjuter u fl-aħħar xi gozz injam ieħor li jgħaqqad kollox flimkien?", "Dawn kollha huma elementi li dak li jkun jispiċċa bihom u jkollu jarmi sa minn qabel ma jibda juża l- computer li jkun xtara.", "Naturalment aktar ma jgħaddi ż-żmien, aktar il- produttur se jżid fit-tlellix tal-packaging fuq l-oġġett li jkun irid jippreżenta lili bħala konsumatur, bil-konsegwenza li se jkun hemm ammonti akbar ta' materjal li jispiċċaw għar-rimi.", "U l-materjal kollu li huwa available għar-re-use - qabel ma' fil-fatt ikun hemm l-użu ta' l-oġġett proprju li wieħed ikun xtara - x'qegħdin nagħmlu bih?", "X'qegħdin jagħmlu bih diversi pajjiżi oħra u x'qegħdin nagħmlu bih f'Malta?", "Huwa veru li fir-realta' hawn xi ammonti żgħar fejn dan il-materjal qiegħed jinġabar, pero` l-ammont il-kbir ta' dan il-materjal qiegħed jispiċċa mormi xi mkien ieħor.", "Li kieku kien biss l-imbarazz li joħroġ minn kaxxa ta' computer dakinhar li xtrajtu, taqbad tgħid u iva, ħalli nagħmel bħalma jagħmlu ħafna Maltin u nwaddab dak l-iskart f'xi sqaq, fil-kampanja jew f'xi triq li naħseb li hija mwarrba.", "U biżżejjed ngħaddu max-xatt tal- Belt, u nibqgħu nduru sakemm naslu lejn il-Marsa ħalli naraw kif veru, hawn ħafna nies li jaħsbuha b'dan il-mod.", "Dawn jaħsbu li dawk huma postijiet li m'hu qed jarahom ħadd u allura ta' kuljum tara mormi mbarazz ġdid.", "Issa dan mhux xi sqaq imwarrab fil-kampanja iżda hija triq max-xatt tal-Belt kapitali ta' pajjiżna!", "Imbagħad kull meta jinġabar ċertu ammont ta' skart, ikun hemm xi ħadd b'xi camera diġitali - u fil-fatt anke fil-packaging ta' dik il-camera jkun hemm ħafna affarijiet x'tarmi - li jieħu ritratti ta' dan l-iskart sabiex jgħaddihom lil xi editur, fejn dan bid-dritt kollu jippubblikahom.", "Tajjeb li nindunaw li meta narmu xi mbarazz f'xi triq ma nkunux qed nonqsu lill-gvern, lill-Ministru Pullicino jew lill-Prim Ministru, imma nkunu qed nonqsu l-ewwel u qabel kollox lejna nfusna.", "Dan għaliex anke jekk jien m'għandix sehem dirett mid-dħul tal-qasam turistiku li kontinwament iżur lil pajjiżna, pero' Malta tiddependi mill-qasam turistiku, allura anke jien li qatt ma kelli kuntatti mal-qasam tat-turiżmu, xorta waħda biex ngħix fil- ħajja tiegħi ta' kuljum għandi ammont ta' dħul li bil-mod il-mod qed jirriżulta li x'ħin iġġebdu fis-sistema ekonomika ta' pajjiżna, dak id-dħul qed jiġi wżat b'mod dirett u kontinwament minn ħaddieħor.", "Mr Speaker, l-Onor.", "Vassallo qal li għandna nikkundannaw lil dawn in-nies li jarmu l-affarijiet.", "Huwa faċli li tikkundannahom!", "Minjaf xi tkun il- pożizzjoni ta' l-oppożizzjoni kieku kellna niġu hawnhekk u ngħidu li se nirdoppjaw jew nittripplikaw il-multa għal min jinqabad jarmi ċertu imbarazz u forsi naslu wkoll biex ngħidu li nistgħu nitfgħuh il-ħabs?", "M'għandix dubju li dawn ikollhom l-istess saħħa, qawwa u entużjażmu kontra dan kif għandhom illum kontra din il-liġi.", "Jista' jkun li mbagħad nużaw l- argument tat-tuffieħa li uża l-Onor.", "Vassallo, u nibdew ngħidu li forsi kien xi tifel żgħir li rema l-affarijiet jew forsi dak li jkun inqalagħlu xi ħaġa.", "Per eżempju ̧ hawnhekk qed niftakar f'xi ħaġa rajt il-bieraħ. ll- bieraħ, kantuniera 'l bogħod mid-daħla tal-Magħtab ̧ waqa' saqqu tad-double bed.", "Probabbilment dan waqa' mis-sema'!", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Kien xi anġlu!", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Iva, probabbilment kien hemm xi anġlu li ried jorqod ̧ ma kellux fejn u waqagħlu s-saqqu!", "Ejjew nirrealizzaw li huwa faċli għalija, għall-oppożizzjoni u għall-gvern li ngħidu li hemm bżonn isir xi ħaġa.", "Din li ngħidu li hemm bżonn isir xi ħaġa tfakkarni f'kumment li niltaqa' miegħu b'mod regolari ̧ fejn issib min igħidlek: Taf kemm fadal x'isir?", "Min ma jaqbilx li fadal x'isir( Pero' mbagħad meta lil dak li jkun tistaqsih biex igħidlek x'hemm bżonn isir jerġa' jgħidlek: U int ma tafx li għad fadal x'isir?", "Imbagħad nibqgħu nargumentaw u jibqa' ma jsemmix ħaġa waħda li jkun hemm bżonn li ssir biex l-affarijiet nirranġawhom.", "Hawnhekk nixtieq nagħmel parentesi żgħira fuq dak li qal l-Onor.", "Vassallo dwar il-VRT stations.", "Dan qal li issa għandna speċjalisti ta' servizz ġdid f'dan il-pajjiż għax ċerti garages qed joffru li jżarmaw it-tyres u l-makni ta' trakkijiet u karozzi tal-linja u jibdluhom qabel ma dawn jitilgħu għat- test biex dawn il-vetturi jkunu qishom ġodda.", "Jekk fil-parlament niġu b'allegazzjonijiet bħal dawn irid ikollna d-dover li ngħidu li f'dak it- tali indirizz jew f'dik it-tali triq hemm persuna li qed tagħmel dawn l- affarijiet.", "Jien konvint li dan m'huwiex minnu pero' jekk hawn min qed jagħmel hekk f'dan il-pajjiż nitlob lill-Onor.", "Vassallo biex jindikalna min huma.", "Hekk irid isir u mhux niġu nitkellmu hawnhekk biex forsi nakkwistaw xi headlines għall-gazzetta.", "Ir-responsabbilta` tagħna f'dan il- parlament tmur 'il bogħod mill-headlines fil-gazzetti.", "Ir-responsabbilta` tagħna f'dan il-parlament trid tkun waħda marbuta mal-ħteġijiet veri ta' dan il-pajjiż.", "Ara ma jaħsibx xi ħadd li meta ġejna biex niddiskutu l-liġi li għandna quddiemna ma ħadniex in konsiderazzjoni li se jkun hemm l-ilmenti u r- reazzjonijiet.", "Ara ma jkunx hemm min jaħseb li n-naħa tal-gvern issorprendiet ruħha meta l-oppożizzjoni għamlet ċerta reazzjoni u l-membri tagħha tkellmu kif tkellmu matul dawn it-tmien seduti li għaddew.", "Sur President ̧ il-bieraħ filgħaxija l-Onor.", "Joe Sammut ̧ jekk m'iniex sejjer żball, staqsa jekk din l-eko-kontribuzzjoni hux se jiġrilha bħall- kontribuzzjoni tat-toroq, bħall-kontribuzzjoni tad-drenaġġ u bħall- kontribuzzjoni tas-sigurta` soċjali.", "Dawn huma tliet kontribuzzjonijiet li ilhom jitħallsu snin twal u jekk bniedem igħix għal numru ta' snin wara l- 61 sena jieħu return ta' dak li jkun ħallas u jekk sfortunatament imut qabel l-età pensjonsabbli ma jieħu xejn.", "Pero' globalment kull wieħed minna jgawdi minn dak li jkun ikkontribwixxa biex ma jkun hawn ħadd f'dan il-pajjiż li jispiċċa bil-ġuħ jew inkella jkollu jbati l-konsegwenzi għax forsi matul ħajtu ma kellux iċ-ċans li jaħdem f'ċerti xogħlijiet li jrendulu aktar u li jserrħulu rasu għal wara ż-żmien li jirtira.", "Kien għalhekk li nħallsu l-kontribuzzjoni tas-sigurta` soċjali.", "Aħna ma nħallsux il-kontribuzzjoni tas-sigurta` soċjali biex nieħdu r-return ta' dak l-investiment dirett li nkunu għamilna pero` kollha flimkien, globalment, bħala soċjeta` ̧ nieħdu r-return finanzjarju li għandna dritt għalih meta nirtiraw mix-xogħol.", "Ir-riżultat tal-kontribuzzjoni tas- sigurtà soċjali huwa li għall- grazzja ta' Alla llum ma narawx nies jittallbu wara li jirtiraw mix-xogħol.", "Issa nixtieq ngħid xi ħaġa dwar il-kontribuzzjoni tat-toroq.", "L-ewwelnett ikun tajjeb li wieħed jinsisti li l-kontribuzzjoni li titħallas għat-toroq m'hijiex biżżejjed biex isiru x-xogħlijiet meħtieġa quddiem il-post ta' dak li jkun qed jibni.", "Irridu jew ma rridux, jekk l-affarijiet irridu nagħmluhom bis-serjeta` ma nistgħux noħolmu li l-kontribuzzjoni li nħallsu meta napplikaw għall-permess huwa biżżejjed biex tinbena t-triq tagħna.", "Pero` bil-kontribuzzjoni ta' kulħadd nistgħu naslu u fil-fatt għamilna diversi passi 'l quddiem.", "U hawn nistaqsi: Il-kontribuzzjoni għat-toroq arterjali min iħallasha?", "Din ma jħallasha ħadd, għalkemm hawn min jargumenta li din qegħdin inħallsuha permezz tar-road tax li nħallsu.", "Kien hawn min tkellem ukoll fuq il-ħtieġa tas-separazzjoni ta' l-iskart u wieħed mill-kelliema qal - sfortunatament ma niftakarx min kien - li l- aktar pajjiż li għamel suċċess f'din il-kwestjoni huwa l-Ġermanja għax hemmhekk 40% ta' l-iskart jiġi separat.", "Naħseb li għad fadlilna ħafna biex jirnexxielna nbiddlu l-karattru Mediterranju tagħna għall-karattru Ġermaniż.", "Jien ngħid li jekk jirnexxielna nagħmlu dan, xorta jridu jsiru ċerti limiti.", "Nixtieq nagħmel punt ta' riflessjoni wkoll għal min juża l-bring-in sites.", "Jista' xi ħadd igħidli għalfejn fenek mejjet jitwaddab apposta fil-kaxxa li fiha suppost jintremew lil-fliexken?", "Jista' xi ħadd igħidli kif bniedem li jmur ħdejn dawn il-bring-in sites jitfixkel u jarmi dak li għandu jarmi fejn mhux suppost bil-konsegwenza li l-povru ħaddiem li jmur jiġbor dak l- iskart ikollu jaffaċċja l-konsegwenzi hu?", "Qalulna li l-edukazzjoni dwar dan il-qasam għandha tibda mill-kindergarten pero' jien ngħid li minbarra dan ̧ lit-tfal tagħna għandna nibdew inrawmuhom biex jagħmlu ċerti affarijiet mid-dar stess.", "Hemm bżonn li lit-tfal tagħna ngħallmuhom biex il-fenek mejjet ma nwaddbuhx fil-container tal-fliexken!", "Jien għandi r-responsabbilta` li ma ngħallimx dawn l-affarijiet lil uliedi għax jekk fil-kindergarten it-tfal jitgħallmu ħaġa imbagħad jaraw lil missierhom, lil ommhom jew lin-nannu jagħmel il-maqlub ta' dak li jkun qalilhom l-għalliem fl-iskola, dawn se nħawdulhom moħħhom.", "Mr Speaker, diversi kelliema għamlu riferenza għall-miżbla tal-Magħtab li huwa l-iktar post f'Malta li fih intefa' materjal f'dawn l-aħħar 28 sena, minn meta nfetħet fl-1976.", "Bil-mod il-mod beda jitwaddab l-materjal fuqha u minn għolja żgħira wasalna biex għandna dak li għandna llum.", "Però dak li għadna fil-Magħtab m'huwiex ħtija ta' xi ministru jew ta' xi gvern partikolari, imma huwa riżultat ta' l-attivita` ekonomika ta' dan il- pajjiż.", "Huwa riżultat ta' dak kollu li aħna kkunsmajna matul is-snin li għaddew kemm ilha li nfetħet.", "Mr Speaker, fir-rigward ta' din il-problema l-gvern tal-ġurnata qed jieħu direzzjoni biex jassigura li jispiċċa dak it-twerwir kollu li kien hawn anke fid-diskussjoni hawnhekk minn kelliema partikolari.", "Għalkemm se jibda jintuża sit ieħor qrib il-Magħtab, dan se jintuża b'mod differenti minn kif għamilna sal-lum.", "Mhux se noħolmu u ngħidu li din il-problema se nsolvuha s'għada.", "Żgur li m'hu se jkun hawn l-ebda prużuntuż li jgħid li miżbla li ilha tinġema' 25, 26, 27 sena se nneħħuha fi żmien qasir!", "Mr Speaker, il-problemi li nbnew matul is-snin li għaddew qegħdin hemmhekk, se nipprovaw nieħdu passi biex innaqqsuhom u possibilment naqtgħuhom.", "Ir- realtà tal-problema tibqa` hemmhekk, imma almenu fil-futur ma nżidux il- problemi li hemm.", "Mr Speaker, xi ħadd mill-kelliema ta' l-oppożizzjoni - jidhirli li kien l- Onor Michael Farrugia l-bieraħ - qal li meta tela' fil-gvern il-partit Nazzjonalista fl-1987 din il-miżbla kienet għolja żgħira u issa hemm muntanja.", "Allura huwa tort tal-partit Nazzjonalista li hemm l-għolja tal- Magħtab li hemm illum!", "Huwa fatt li matul is-snin li għaddew żdiedet u kibret il-miżbla, però huwa fatt ukoll li l-għażla tas-sit saret fi żmenijiet oħrajn.", "U jien immur pass oltre.", "GĦall-grazzja ta' l-argument, kieku ma kienx hemm dan il-post fejn nitfgħu l-iskart tagħna, fejn konna se nitfgħuh?", "Fl-aħħar mill-aħħar Malta hija żgħira u GĦawdex huwa iżgħar minn Malta.", "Mr Speaker, kien hemm ukoll kelliem li tkaża għax issa, peress li għalaqna l-miżbla tal-Qortin f'GĦawdex qed inġibu l-iskart ta' GĦawdex f'Malta.", "Naturalment dan mhux se jisparixxi jew jinxef, x'imkien irridu inqegħduh dan il-materjal.", "Jien wieħed minn dawk li nemmen li s-soluzzjoni għal parti mill-iskart li jiġġenera l-pajjiż hija d-dumping b'mod kontrollat fl- ibħra tagħna wkoll.", "Jien nemmen li nagħmlu x'nagħmlu fl-aħħar mill-aħħar se nispiċċaw nirrikorru għal dik is-soluzzjoni.", "Però ma nistax noħlom li ż- żibel tad-djar kollha se jmur hemmhekk.", "Jista' jkun hemm ċertu tip ta' materjal li jista' jmur hemmhekk, però ara ma noħolmux li s-soluzzjoni hija li nwaddbu kollox il-baħar jew inkella li nwaddbu kollox x'imkien partikolari.", "Mr Speaker, kien hawn min issuġġerixxa li nużaw il-barrieri li m'għadhomx jintużaw u fil-fatt qegħdin nużawhom.", "Però din is-soluzzjoni hija for a medium term għax, għandna kemm għandna barrieri, f'xi ħin jew ieħor dawn il- barrieri se jimtlew.", "Naturalment imbagħad ikollna nsibu postijiet oħra fejn nitfgħu dan il-materjal.", "Mr Speaker, saret riferenza wkoll għall-impatt ambjentali fuq il-baħar.", "Matul is-snin li għaddew il-poplu dara juża ferm iktar il-baħar għal diversi tipi ta' sport u divertiment.", "Illum eluf ta' Maltin ma jmorrux biss biex jgħumu f'xi bajja.", "Biżżejjed wieħed jiftakar li hemm kważi 14,000 opra tal-baħar reġistrati f'dan il-pajjiż u s-sidien għandhom il- liċenzja biex jużaw l-ibħra tagħna.", "Dawn ukoll qegħdin jagħmlu xi tip jew ieħor ta' tniġġis fil-baħar tagħna.", "Kuntrarju għal dawk li jgħidu ħafna nies li jitfgħu l-ħtija tal-problemi li għandna fl-ambjent fuq ħaddieħor u jgħidu li huma m'għandhomx x'jaqsmu, jien wieħed minn dawk li nemmen li fl- aħħar mill-aħħar kulħadd għandu biċċa tort.", "Jien nibda b'argument sempliċi.", "Meta nbniet id-dar tiegħi tneħħiet plot li qabel kienet tintuża bħala għalqa.", "Mela kull wieħed minna qed jikkontribwixxi, min ftit u min ħafna, biex l-ambjent ta' dan il-pajjiż jieħu forma differenti.", "Biżżejjed wieħed jiftakar li fl-aħħar 30, 40 sena il-built-up environment ta' pajjiżna rdoppja u ttrippla.", "Forsi jkun hawn min jgħidilna li dan ukoll tort tal-partit Nazzjonalista.", "Forsi tort tal- ġid li ġab il-partit Nazzjonalista fil-pajjiż biex wieħed ikun jista' jaffordja ċertu tip ta' residenza.", "Mr Speaker, wieħed jista' jdawwar l-argument kif irid, imma l-fatt jibqa' li f'dan il-pajjiż illum għandna ħafna iktar bini milli qatt kellna fl- istorja kollha tagħna.", "Naturalment ara ma jfettillux xi ħadd joħlom biex jgħid li xi ħadd minna għandu jkollu flat minflok dar, jew ikollu flat iċken milli għandu, għax hemmhekk nibdew b'ħafna ippuntar tas-subgħajn.", "Mr Speaker, bħalissa għaddejja attività kbira u bl-isforzi kollha li se jagħmel il-gvern tal-lum u xi gvern ieħor - għax jien konvint li l- oppożizzjoni tagħmel l-istess meta xi darba tkun fil-gvern, u f'ħajja demokratika min qiegħed fl-oppożizzjoni llum jista' xi darba jkun fil-gvern ukoll - 'il quddiem ngħidu li mn'Alla kien il-gvern Nazzjonalista li kellu l-kuraġġ li jimponi eko-kontribuzzjoni fuq prodotti li jispiċċaw mormija għaliex nafu x'inhuma l-konsegwenzi ambjentali.", "Mr Speaker, ma tkunx l-ewwel darba li l-partit li llum qiegħed fl- oppożizzjoni jirrealizza wara numru ta' snin, daqqa ftit u oħra ħafna, li mn'Alla kien il-gvern ta' qabel li biddel is-sitwazzjoni li kien fiha pajjiżna meta hu kien fin-naħa ta' l-oppożizzjoni.", "Illum qed jagħmlu dawn l-argumenti b'tant saħħa biex jingħoġbu minn min qed jismagħhom hemm barra u dak li jkun jgħid: Ara x'argumenti qed jagħmel it-tali membru parlamentari u l-ieħor biex jien ma nħallasx dik it-taxxa li qed jipproponi l-gvern.", "Mr Speaker, wieħed jista' jgħid li l-argumenti kollha li saru min-naħa ta' l-oppożizzjoni huma argumenti biex jogħġbu lill-udjenza, però ma jreġux in the long run.", "Dan il-gvern għandu l-obbligu li jippjana għall-futur biex dan il-pajjiż ikun aħjar milli huwa llum.", "Għaldaqstant, minkejja l- argumentazzjoni kollha li qegħdin nagħmlu hawnhekk dwar taxxa u mhux taxxa, dawn huma flus li se jitħallsu minn kull wieħed minna biex fl-aħħar mill- aħħar intejbu l-ambjent ta' pajjiżna u biex jirnexxilna nnaqqsu l-ammont ta' materjal li jintrema wara l-ewwel użu tiegħu.", "Meta nassiguraw li l- ambjent tagħna jkun aħjar ma jfissirx biss li xi siġra tikber iktar, imma nkunu qegħdin nassiguraw li aħna lkoll se nieħdu nifs aħjar.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Nitlob lill-Ministru Pullicino sabiex, jekk jogħġbu, iressaq l-aġġornament.", "Fin-12:30 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Mr Speaker, nipproponi l-aġġornament tal-Kamra għal-lejla l-Ġimgħa, 23 ta' Lulju, 2004 fis-6:00 p.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Eko-Kontribuzzjoni - Tieni Qari (Kont);", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Membri Parlamentari u l-Impjieg Pubbliku - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi biex Jemenda Liġijiet dwar il-Komunikazzjoni - Tielet Qari; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar ir-Rifuġjati – Tielet Qari.", "------------------------", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Professjoni tal-Psikoloġija – Kumitat Permanenti.", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili - Kumitat Permanenti.", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili (Emenda Nru 2) - Kumitat Permanenti.", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Reġistru Ċentrali – Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "David Agius.", "ONOR.", "DAVID AGIUS: Mr Speaker nixtieq nuża dan l-aġġornament biex nitkellem fuq affarijiet li huma pożittivi u naħseb li min qiegħed jismagħna, u min jaqra din il-kontribuzzjoni li se nagħmel jien, jifhem kemm hu importanti li ma nitkellmux biss fuq in-negattiv.", "Xi kultant f'dan il-pajjiż naħsbu li kollox huwa negattiv, imma qed jiġru affarijiet pożittivi, speċjalment fejn jirrigwarda ż-żgħażagħ Maltin li għadna nagħtuhom l-importanza tagħhom minn din l-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż.", "F'dawn il-ġranet smajna diversi kelliema jitkellmu dwar l-ambjent ta' pajjiżna.", "Però ftit tal-ġranet oħra, fl-eqqel tas-sajf ikollna numru ta' żgħażagħ li jimpenjaw ruħhom biex jagħmlu maratona għall-ġbir ta' fondi għal istituzzjonijiet tal-karità.", "U din is-sena t-tema li għażlu ż- żagħżagħ tal-Kerygma hija proprju \"L-ambjent tagħna nibżgħu għalih\".", "Huwa importanti li aħna wkoll, mill-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż, nagħtu l- appoġġ tagħna lil dawn iż-żgħażagħ li fl-eqqel tas-sajf ikunu qed jagħmlu dan is-sagrifiċċju kollu.", "Nagħtuhom l-appoġġ tagħna mhux biss għax qed jagħmlu xi ħaġa importanti għal pajjiżna, imma għax anke t-tema li għażlu, \"L-ambjent tagħna nibżgħu għalih\" hija importanti għall-futur ta' pajjiżna.", "Is-sena li għaddiet jien kelli x-xorti nipparteċipa f'din l-attività bħala player, u allura forsi nifhem iktar minn ħaddieħor xi tfisser li tqatta` 240 siegħa u fuqhom f'din il-maratona li kulħadd forsi jaħsibha attività sempliċi.", "Imma din hija maratona fejn tidra taqsam kollox, kontinwament taħseb fl-oħrajn, taqsam l-uġigħ u l-ferħ ta' kuljum.", "Din hija maratona fejn l-aktar li jispikka fost il-bosta players u voluntiera huwa s-sens ta' solidarjetà, l-ispirtu sportiv u ta' ħbieberija li jġegħelhom ma jaqtgħux qalbhom quddiem l-ostakoli li jinqalgħu biex tittella' maratona bħal din.", "Mr Speaker, jiena nemmen li din l-attivita` mhux biss qed tgħin lil dawk l- entitajiet li s-soltu niftakru fihom biss fi żmien il-Milied, iżda qed isservi biex joħroġ it-tajjeb ta' dawn iż-żgħażagħ Maltin li mhux biss ta' min jammirahom iżda wkoll jappoġġjahom bis-sħiħ fl-isforzi li qed jagħmlu.", "Dan huwa l-ambjent li rridu nsaħħu madwarna għax dan huwa l-ambjent tagħna l-Maltin u l-Għawdxin.", "Iż-żgħażagħ u l-persuni mimlijin bil-valuri sodi mibnija fuq it-tagħlim ta' Sidna Ġesu Kristu.", "Ejjew nibżgħu għal dan it- tip ta' ambjent.", "L-ambjent tagħna mhuwiex biss il-fjuri fir-roundabouts, mhuwiex l-indafa fit-toroq jew li ma jkollniex it-temporary landfill ħdejn l-Inajdra.", "L-ambjent veru li rridu nirsistu u naħdmu għalih huwa dak tal- familja, dak tal-valuri ta' l-onestà, tal-prinċipji insara, ta' l-Ideali ta' solidarjetà.", "F'ambjent bħal dan hemm aħna l-politiċi wkoll.", "L-appell tiegħi lin-nies li qegħdin hemm barra huwa li għandhom jibżgħu għalina wkoll, isaħħuna fl- impenn tagħna li nibnu soċjetà ġusta fejn min hu l-aktar batut jingħata l- appoġġ meħtieġ.", "Jien ukoll irrid nagħti sehmi biex f'Malta Ewropea jkollna ambjent dejjem aktar nadif, imma ambjent nadif ukoll minn ideat li ma jġibu xejn ħlief firda u tnawwir fis-soċjetà tagħna, ambjent meħlus mill-abort u d-divorzju, ambjent nadif mill-libertinaġġ, fejn xejn m'hu xejn!", "Ejjew nibżgħu għall-ambjent nisrani li l-ġenituri tagħna b'tant għożża rabbewna fih.", "Mr Speaker, hawn ħafna żagħżagħ li huma kapaċi u mimlijin b'ideali.", "Insemmi żgħażagħ li qegħdin jieħdu sehem fil-FISEC bħalissa, iż-żgħażagħ tal-young enterprise li permezz tat-team immaniġġjat minn Solutions rebaħ l- award tal-young enterprise.", "Hemm żagħżugħ Malti champion taċ-ċikliżmu, Roderick Muscat, li bħalissa qiegħed ma' team fil-Belgium u qed jagħmel unur għal pajjiżna.", "Nistgħu nsemmu personalitajiet oħrajn bħal Fabrizio Faniello, Ira Losco li għamlu unur u wrew li huma kapaċi.", "Huma żgħażagħ ta' valuri li finalment qed ikunu ambaxxaturi għalina lkoll.", "Issa li ġejjin l-olimpjadi nawgura lill-atleti Maltin li jkollhom suċċess.", "IIlejla numru ta' żgħażagħ, membri tas-Seahorse diving club, se jibdew inizjattiva biex jiġbru fondi għall-Eden Foundation.", "Uħud minna l-membri parlamentari għada se nagħtu wkoll l-impenn tagħna.", "Dawn huma affarijiet pożittivi li rridu napprezzawhom.", "Għandna numru ta' żgħażagħ f'pajjiżna li huma kapaċi u l-gvern irid jibqa' jgħin lil dawn iż-żgħażagħ.", "Il-gvern qed jgħin billi jkompli fl-istrateġija nazzjonali tiegħu dwar it- teknoloġija ta' l-informazzjoni.", "Nafu li hemm ħafna żgħażagħ Maltin li llum kapaċi jikkommunikaw b'mod effettiv billi jużaw l-e-mail u l-internet, pero` dan huwa wkoll mertu tal-mod kif pajjiżna mexa 'l quddiem.", "Il-bieraħ rajna lill-Ministru Austin Gatt flimkien mal-Prim Ministru Lawrence Gonzi jniedu l-istrateġija nazzjonali dwar it-teknoloġija ta' l-informazzjoni għal din is-sena li qegħdin fiha u nibqgħu sejrin sas-sena 2006.", "Il-gvern qed jieħu ħsieb anke l-mecca taż-żgħażagħ Maltin, Paceville, fejn imorru fil-weekend.", "Insemmi l-investiment li sar ta' qrib il-Lm1 miljun li tlesta kif kien ippjanat.", "Illejla ż-żgħażagħ Maltin li se jmorru lejn Paceville se jaraw li se jkun hemm arranġamenti tat-traffiku differenti biex wieħed ikollu dak li jissejjaħ pedestrian area mis-7:00 p.m ġewwa Paceville.", "Fil-passat kien hemm min ftaħar għax irranġa u sebbaħ l-ambjent ta' Buġibba, u dan huwa tajjeb.", "Pero` nistgħu ngħidu wkoll li dan il-gvern kompla jinvesti mal-Lm200,000 f'tisbieħ ta' pjazez lokali, inkluż f'Buġibba.", "GĦandna wkoll investiment qawwi biex tingħeleb il-problema ta' l-għarar.", "Jenħtieġ li din is-sistema biex wieħed jara li ma jkollniex għarar titħaddem mhux biss f'Ħal Qormi, imma tibqa' tielgħa lejn Ħ'Attard u lejn lokalitajiet oħrajn, anke f'Ħaż-Żebbuġ fejn għandna problemi wkoll ta' dan it-tip.", "Bħalissa għaddej investiment ta' Lm140,000 biex isir restawr ta' l- akwadotti li jgħaddu minn diversi lokalitajiet madwar Malta u Għawdex.", "GĦandna wkoll proġett ta' tisbiħ fil-bajja ta' San Tumas u Wied il-Għajn.", "Dawn huma kollha affarijiet pożittivi li se jgawdi minnhom il-poplu Malti u Għawdxi, bħalma se jgawdi l-poplu Malti u Għawdxi bl-investiment ta' eluf ta' liri f'xogħol li għaddej bħalissa ġewwa Ħ'Attard u Ħad-Dingli biex issir is-sistema tad-drenaġġ.", "Minn dan il-parlament, waqt li kellna l-estimi tal-water services corporation u ta' l-Enemalta, jien ikkritikajt lil dawn iż-żewġ entitajiet talli kien għadu ma sar xejn fuq dawn iż-żewġ affarijiet, pero` llum nista' ngħid bil-ferħ li dawn il-proġetti bdew, grazzi għall-għajnuna li ngħataw minn dawn iż-żewġ korporazzjonijiet.", "Nistgħu ngħidu li fi ftit ġranet oħra l-lokalitajiet ta' Ħad-Dingli, fi Triq ir-Rabat, Dingli u anke fil-parti li tmiss mal-Mosta ġewwa Ħ'Attard se jkollhom is-sistema tad-drenaġġ wara 10 jew 15-il sena.", "Ovvjament tieħu pjaċir tara titjib anke fin-naħa ta' isfel ta' Malta.", "Ħdejja hawn l-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici u l-Ministru Jesmond Mugliett li flimkien mal-kumplament tal-gvern qed jagħtu sehemhom għal dan it-titjib.", "Nieħdu pjaċir naraw li beda l-proċess għall-iżvilupp ta' baċir numru 1 f'Bormla.", "Mr Speaker, fid-diversi toroq ta' Malta u Għawdex qed naraw numru ta' xogħlijiet għaddejjin li huma ffinanzjati mill-Ħames Protokoll Taljan.", "Dawn huma affarijiet li rridu ngħiduhom għax f'dan il-pajjiż qisu m'hu qed jiġri xejn, qisu l-gvern m'hu qed jagħmel xejn ħlief l-eco-tax, li mhuwiex il- każ.", "Naħseb tajjeb ngħidu wkoll, kif smajna lill-Ministru għall-Kompetittività u Komunikazzjoni jħabbar, li f'pajjiżna għandna dak li jissejjaħ kumitat għas- sigurtà fil-portijiet tagħna.", "Għalkemm dan m'huwiex xi ħaġa strutturali, xi ħaġa li forsi wieħed jara b'għajnejh, imma hija ħaġa li ta' min japprezzaha għax jekk jinqala' xi ħaġa fil-portijiet tagħna għandna kumitat li se jieħu l-passi li jkun hemm bżonn.", "Hemm affarijiet li wieħed tajjeb li jsemmihom għax meta wieħed jikkritika u mbagħad wara jsiru l-affarijiet, wieħed irid isemmihom u jgħid prosit lil min ikun għamilhom.", "Per eżempju, insemmi sempliċement reserved parking żgħir – li għalkemm hija xi ħaġa żgħira però min ikun involut jħossha li hija importanti - ħalli meta wieħed ikun qed iniżżel lit-tfal għall-mużew ikollu fejn jipparkja u mhux iniżżilhom f'nofs ta' triq.", "Meta ħaġa bħal din issir wieħed għandu jgħid: Prosit, ilna nistennewha imma waslet.", "U hawnhekk nixtieq infaħħar lill-awtorità dwar it-trasport ta' Malta li finalment fehmet il-bżonn ta' dan ir-reserved parking quddiem il-mużew fi Triq Ħal Warda, f'Ħ'Attard.", "Però rridu noqogħdu attenti wkoll biex ma jiġrix kif ġara fil-kwestjoni ta' l-eko-kontribuzzjoni, mhux xi ħaġa tibda sseħħ, ħadd ma jitkellem xejn dwarha, imbagħad nistaqsu x'ġara.", "Minn hawnhekk nixtieq niġbed l- attenzjoni tan-nies li joqogħdu fil-viċinanzi ta' Ta' Qali, viċin Ħ'Attard u anke l-Mosta.", "Għandna applikazzjoni bin-numru 3708/2004 fejn il- korporazzjoni tat-trade fairs qed tipproponi li tiġi trasferita min-Naxxar għal Ta' Qali.", "Ejja niġbdu l-attenzjoni mil-lum – u jien hekk beħsiebni nagħmel kif fil-fatt diġà għamilt mal-MEPA – li hemm bżonn naraw jekk hux għaqli jsir hekk, x'tip ta' pjanti se jkun hemm, x'tip ta' żvilupp se jkun hemm biex il-post fejn issir it-trade fair ikun ġewwa Ħ'Attard jew viċin Ħ'Attard jew viċin il-Mosta.", "Jien diġà kelli diversi ilmenti minn nies li qaluli li ma jistgħux jorqdu minħabba l-istabbiliment Numero Uno.", "Jien nixtieq niġbed l-attenzjoni minn issa ħalli jsir l-istudju li hemm bżonn isir u naraw jekk huwiex tajjeb li ssir f'din l-area li hija barra mill-iskemi, ħalli wieħed ikun jista' jieħu l-azzjonijiet li għandu jieħu.", "Mr Speaker, tajjeb infaħħru wkoll f'dan il-mument – għax forsi ħafna nies jgħidu ma jkun qed jiġri xejn jew wieħed jimmaġina li l-affarijiet ikunu b'mod differenti - lill-awtorità tad-djar għall-ħidma li qed twettaq.", "Jien infaħħar l-impenn li għandhom in-nies li jaħdmu f'din l-awtorità.", "Huwa importanti wkoll li nifhmu kemm isir xogħol minn din l-awtorità.", "Meta wieħed jara n-numru ta' mistoqsijiet parlamentari li jsiru sew min-naħa tal- gvern kif ukoll min-naħa ta' l-oppożizzjoni u n-numru ta' nies li jinqdew mill-awtorità tad-djar, u wara ċerta kritika li tkun saret, għandna nsemmu meta tittieħed azzjoni dwarhom u jseħħu.", "Jien kont ikkritikajt il-fatt li l-MEPA ma toħroġx il-permess biex isir xogħol ġewwa blocks ta' flats partikolari għax ikun hemm min għandu xi problemi mal-MEPA.", "Jidher li l-affarijiet mexjin biex dawn il-lifts ikunu jistgħu jiġu stallati.", "Naħseb huwa importanti wkoll li l-awtorità tkompli tmexxi biex min joqgħod fir-raba' jew fit-tielet sular ikollu wkoll il-lift available għalih.", "Ovvjament sal-lum min jaqra l-\"The Malta Independent\" jara li hemm madwar sebgħa jew tmien paġni ta' nies li huma mħarrkin quddiem it-tribunal lokali.", "Naħseb huwa punt tajjeb u pożittiv li l-gvern iddeċieda li issa biex jagħtuk iċ-ċitazzjoni l-wardens iridu jwaqqfuk.", "Din hija xi ħaġa oħra pożittiva li saret f'pajjiżna tul dawn l-aħħar ftit xhur u naħseb huwa importanti li dawn l-affarijiet ngħiduhom ukoll.", "Huwa tajjeb li wieħed jikkritika, però huwa tajjeb ukoll li wieħed ifaħħar u l-affarijiet li għandhom isiru u li diġà saru jgħidhom ukoll.", "Se nagħlaq billi nagħti ftit ċifri biex min qed jisma' japprezza iktar ix- xogħlijiet li qed isiru kontinwament madwar il-pajjiż.", "Il-mitħna tax- Xarolla li saret mill-ħaddiema tal-gvern ġiet tiswa Lm90,000, xogħlijiet li saru fil-Barrakka ta' Fuq ġew jiswew Lm250,000, xogħlijiet f'Paceville ammontaw għal Lm800,000, xogħol ta' pavimentar ġewwa l-Imdina ġie jiswa Lm500,000, xogħlijiet f'Buġibba jammontaw għal Lm350,000, xogħlijiet fil- Bajja ta' San Tumas jammontaw għal Lm45,000, id-drenaġġ f'Ħ'Attard Lm40,000, u d-drenaġġ f'Ħad Dingli Lm100,000.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Mr Speaker, xtaqt niddedika din il-parti ta' l-aġġornament sabiex ġentilment inwieġeb għal aġġornament ieħor li sar mill-Onor.", "Adrian Vassallo rigward il-ħidma tal-korp tal-pulizija.", "Fl-aġġornament li għamel l-Onor.", "Vassallo jidher li pprova jwaqqa' għaċ- ċajt ħidmet il-korp tal-pulizija għax qal li l-korp tal-pulizija kien tajjeb ħafna biex għamel il-parata fil-police day, però m'huwiex tajjeb sabiex iżomm l-ordni f'ċerti postijiet.", "Saħansitra pprova wkoll iwaqqa' għaċ-ċajt il-korp tal-pulizija meta qal li kien hemm pulizija li tqiegħed sabiex jagħti protezzjoni lil tajra protetta.", "Naħseb li d-diskors ta' l-Onor.", "Vassallo, għalkemm nifhem il-motiv tiegħu, ma kienx ġust mal-ħidma li jagħmel kontinwament il-korp tal-pulizija.", "Il- membri tiegħu huma membri dedikati, huma nies ta' l-affari tagħhom u mhux sew li f'din l-istituzzjoni nipprovaw inċekknu ħidmithom jew inkella nipprovaw inqegħduhom f'pożizzjoni fejn nirredikolawhom.", "Bir-rispett kollu lejn il-ħabib tiegħi - forsi ma jafx biżżejjed il-fatti u l-figuri - xtaqt illum ngħaddilu ftit fatti u ftit figuri rigward ħidmet il-korp tal- pulizija, b'mod partikolari għal dik iż-żona tal-Gżira, Ta' Xbiex u l- Imsida fejn, kif qal hu fid-diskors tiegħu, hija viċin ħafna lejn ċerti kwartieri li hemm fil-belt Olandiża ta' Amsterdam.", "L-Onor.", "Vassallo ma jafx li minn Jannar sa Ġunju ta' din is-sena diġà tressqu l-qorti 121 persuna fuq reati li rrifera għalihom hu, speċjalment ta' nies li jħajru nies għall-prostituzzjoni, dak li jgħidulu loitering and soliciting.", "Jiġifieri fl-ewwel sitt xhur diġà tressqu kważi d-doppju ta' dawk li tressqu s-sena l-oħra fuq l-istess reati.", "Barra minn dawn, tressqu wkoll il-qorti żewġ persuni marbuta ma' dawn it- tip ta' delitti, akkużati li pprovaw jaqilgħu l-għajxien tagħhom mill- prostituzzjoni, imbagħad ressaqna 11-il persuna oħra in konnessjoni mat- traffikar ta' persuni in konnessjoni ma' prostituzzjoni.", "Jiġifieri komplessivament ittellgħu quddiem il-qorti 134 persuna minn Malta u Għawdex kollu, però parti sostanzjali minnhom tressqu mill-area ta' l-Imsida, il- Gżira u Ta' Xbiex.", "Wieħed irid jgħid li hemm kwantità ta' pulizija li qegħdin jagħtu s-servizz tagħhom sabiex dawn in-nies jinqalgħu minn fuq it-toroq tagħna.", "Infatti xtaqt ngħid lill-Onor.", "Vassallo x'hemm deployed għal dan il-għan.", "L-Onor.", "Vassallo qal li l-għassa tal-Gżira tkun dejjem magħluqa.", "Fil-fatt hemm mumenti meta din tkun magħluqa, però l-maġġoranza tal-ħin tkun miftuħa.", "Barra minn dan l-Onor.", "Vassallo ma qalx li fl-għassa ta' l-Imsida hija dejjem miftuħa u hija ċ-ċentru tal-post, hemm spettur dejjem preżenti u hemm ukoll stakkament tajjeb ta' pulizija kontinwament hemmhekk.", "Li ma semmiex l-Onor.", "Vassallo huwa li l-mobile squad tal-korp tal-pulizija, li fiha numru ta' units, il-ħin kollu jagħmlu l-patrols fiż-żoni kollha ta' Malta, però huma partikolarment sensittivi għal dawn it-tipi ta' delitti.", "Apparti dan, hemm ukoll il-vice squad li preżentement hija magħmula minn tliet spetturi u għaxar pulizija, jiġifieri hemm ammont kbir ta' pulizija.", "Imma l-Onor.", "Vassallo ma jistax jippretendi li dawn joqogħdu disentu f'toroq partikolari.", "Ix-xogħol tal-pulizija jrid isir mhux biss fit-toroq fejn huma ta' interess partikolari għall-Onor.", "Vassallo għax huma fid- distrett tiegħu, imma jrid isir kullimkien.", "Dawn it-tip ta' delitti mhumiex marbutin ma' x'imkien partikolari, imma ma' diversi postijiet f'Malta u Għawdex.", "Wieħed irid jgħid li toħnoqhom f'post u jikbrulek f'post ieħor.", "Din il-ġlieda m'hijiex ġlieda li bdiet illum u lanqas m'hi xi ġlieda lokalizzata f'post jew f'post ieħor.", "Li hu żgur huwa li min-naħa tal-korp tal-pulizija hemm impenn kbir.", "U huwa żball dak li pprova jagħti x'jifhem l-Onor.", "Vassallo li m'hemmx dan l-impenn.", "Hemm impenn u impenn kbir.", "Saru 'il fuq minn 700 spezzjoni u rapporti biex ittellgħu dawn il-134 persuna quddiem il-qorti s'issa.", "Wieħed m'għandux jaħseb li din kienet xi ħaġa faċli.", "Ix-xogħol tal-pulizija huwa diffiċli ferm għax wieħed irid jgħid ukoll li jrid ikun hemm provi tanġibbli sabiex dawn il-persuni jinstabu ħatja mill- qorti.", "Ċerti drabi l-linja meħuda f'ċerti deċiżjonijiet hija li l-ilbies tagħhom m'huwiex biżżejjed biex juri li dawn qegħdin hemm għal ċerta raġuni.", "Però dik qiegħda f'idejn id-diskrezzjoni tal-qorti.", "Jien kont naqbel ma' l-Onor.", "Vassallo li kieku qal li hemm bżonn li nerġgħu nħarsu lejn dawn ir-reati u naraw jekk kemm-il darba għandniex nieħdu ħsieb nagħtu ċerti pieni aktar ħorox.", "Per eżempju, jekk kemm-il darba għandniex nikkonsidraw il-konfiska tal-proprjetà jew inkella jekk għandniex nikkonsidraw l-għeluq ta' ċerti postijiet għal ċertu żmien indefinit b'rigur tal-liġi.", "Li kieku l-Onor.", "Vassallo ried ikun pożittiv u konkret u verament japprezza l-ħidma tal-pulizija u jagħtihom kredtu għax- xogħol li qegħdin jagħmlu, kien iħares lejn id-direzzjoni.", "Il-gvern irid li l-pieni għal dawn it-tip ta' delitti jkunu iktar iebsin u ħorox, speċjalment meta għandek rabta ta' traffikar ta' persuni għal skopijiet ta' prostituzzjoni.", "Kulħadd jaf l-effetti ħżiena li dawn iġibu.", "Kulħadd huwa konxju tad-diversi problemi soċjali u l-mard li dawn iġibu.", "Hija xi ħaġa magħrufa li waħda mill-ixjeħ attivitajiet umani – din tissejjaħ professjoni minn ċerti nies – hija marbuta ma' dawn it-tip ta' affarijiet.", "Aħna m'aħniex qed nippretendu li se nbiddlu n-natura umana jew li se jirnexxilna nirradikaw dawk il-vizzji ħżiena barra mis-soċjetà Maltija għax hemm aħna fil-gvern.", "Li nistgħu nagħmlu huwa li nibqgħu nikkumbattu sabiex dawn jonqsu.", "Aħna napprezzaw li fil-post partikolari hemm problema, però mhijiex problema li twieldet illum, imma ilha ġejja ħafna żmien.", "U jekk l- Onor. Vassallo ried ikun realistiku kien jirreġistra wkoll li l-problema naqset hemmhekk u li l-preżenza tal-pulizija f'dawn il-postijiet hija b'saħħitha.", "Ftit taż-żmien ilu l-kummissarju tal-pulizija għamel press conference fejn qal bl-iktar mod kategoriku li huma impenjati sabiex dawn it-tip ta' delitti jiġu mnaqqsa.", "Riċentement telgħu numru ta' każijiet il-qorti - u llum hemm każ partikolari li m'iniex se nikkummenta dwaru għaliex diġà kkummentaw fuqu - li huma xiehda tal-ħidma tal-korp tal-pulizija f'din l- area u huma wkoll indikazzjoni ta' x'inhu jiġri fis-soċjetà Maltija.", "Ejja nattakkaw il-problema fl-għeruq tagħha.", "Din mhix biss kwestjoni ta' nies li sfortunatament jinġiebu hawn Malta biex jaħdmu bħala waitresses, imbagħad xi ħadd jingannahom u jgħidilhom li jridu jħallsu l-ispejjeż tal- vjaġġ tagħhom u affarijiet simili.", "GĦandna nħarsu ftit iktar lejn is- soċjetà Maltija sabiex nissodaw l-ispina tagħha ħalli tkun iktar aware ta' dawn it-tip ta' problemi u tal-konsegwenzi ta' tali aġir.", "Jien ninkwieta ruħi meta nara nies ta' età żgħira li jimbarkaw ħelu ħelu fuq din it-triq fejn se jorganizzaw u organizzaw huma stess burdell sħiħ b'dak kollu li ġġib il-prostituzzjoni u affarijiet simili.", "Din għalija hija xi ħaġa ta' inkwiet kbir.", "Però bl-ebda mod ma nistgħu nċekknu ħidmet il-korp tal-pulizija ġo din l-istituzzjoni.", "Hija inġustizzja kbira li jingħad hawnhekk li xi membri tal-korp tal-pulizija qegħdin imorru lura milli jwettqu d-dmir tagħhom f'dan il-kamp.", "Kif diġà spjegajt fil-bidu, qegħdin organizzati tajjeb.", "Ovvjament iktar ma norganizzaw ruħna tajjeb iktar aħjar, però wieħed m'għandux iċekken il-ħidma kostanti li dawn jagħmlu.", "Mr Speaker, nerġa' infakkar li mill-istatistika li għandna u mir-rapport li tawni f'idejja l-pulizija, dettaljat ġurnata b'ġurnata, persuna b'persuna, jirriżulta li saru 700 spezzjoni, rapport u investigazzjoni mill-bidu ta' din is-sena s'issa, li naħseb it's a feat.", "Ejja nammettu li it's a feat.", "F'dan il-pajjiż huwa iktar importanti li nedukaw sabiex din l-attività umana tonqos milli sempliċement neħduha bħala forma ta' ripressjoni daparti tal-forza tal-pulizija.", "Qed issir ripressjoni, però din m'hijiex biżżejjed.", "Għandna bżonn ukoll nedukaw lil dawn in-nies li ripetutament ikunu fit- triq u anke lill-klijenti tagħhom.", "Jeħtieġ li jiġu mgħarrfa bid- diffikultajiet li jistgħu jgħaddu minnhom u r-riskji li qed jieħdu.", "Illum għandna din il-marda verament kerha ta' l-AIDS, barra l-mard infettiv kollu tiegħu.", "Dawn huma affarijiet ta' inkwiet kbir u wieħed għandu jinsisti iktar sabiex inaqqas din il-problema kemm jista' ikun.", "Wieħed għandu wkoll jattakka l-mentalità li inti tista' tixtri lil xi ħadd minn barra minn Malta għas-servizzi partikolari tiegħek.", "Mr Speaker, bir-rispett kollu lejn il-ħabib tiegħi, kien żbaljat meta tkellem bil-mod kif tkellem, li l-korp tal-pulizija qisu kien ta' l-affari tiegħu għax ipproteġa għasfur!", "Ilkoll naqblu li għandu jkun protett u li huwa ħażin li qatlu għasafar li huma protetti.", "U l-esperjenza tagħna x'kienet?", "Li meta daħlu dawn it-tip ta' għasafar sfortunatament kien hemm nies li abbużaw mil-liċenzja tal-kaċċa tagħhom u marru u sparaw fuqhom.", "Allura l-korp tal-pulizija mhuwiex ġustifikat li jara li din it-tajra tiġi protetta kemm jista' jkun?", "Apparti minn hekk, qiegħed jagħmel xi ħaġa ħażina l-korp tal-pulizija jekk jiċċelebra l-police day billi jagħmel parata?", "X'fiha ħażin?", "Dan isir fid- dinja kollha.", "Anzi hija ħaġa tajba ħafna biex iżżid l-esprit de corps.", "U l-Onor.", "Vassallo, li s-soltu huwa wieħed minn dawk li japprezza dak li jagħmel il-korp, jaf kemm huwa importanti l-esprit de corps ġewwa l-korp tal-pulizija.", "Għaliex il-korp tal-pulizija m'għandux juri t-training li għandu?", "Kuntrarjament għal dak li qiegħed jgħid l-Onor.", "Vassallo, in-nies kull darba juru l-apprezzament tagħhom għal ħidmet il-korp tal-pulizija.", "Mr Speaker, bir-rispett kollu ma nkunux qed nindirizzaw il-problema tal- prostituzzjoni tajjeb meta nikkonsidraw biss kemm hemm pulizija li qegħdin jaħdmu f'dan il-qasam.", "Il-problema hija ferm iktar differenti.", "U rrid nerġa' nenfasizza li pulizija hemm, xogħolhom qed jagħmluh u qegħdin jagħmlu l-isforz tagħhom sabiex kemm jista' jkun din il-problema tiġi meqruda.", "Dan mhux faċli.", "Ġenerazzjonijiet sħaħ ma rnexxilhomx jeqirduha!", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal- lejla l-Ġimgħa, 23 ta' Lulju 2004 fis-6:00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Ministru.", "Fis-1:00 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija."]} {"filename": "19921006_053d_par.doc", "date": "1992-10-06", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) IS-SEBA' PARLAMENT Seduta Nru. 53 It-Tlieta, 6 ta' Ottubru, 1992 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 IS-SEBA' PARLAMENT Seduta Nru. 53", "It-Tlieta, 6 ta' Ottubru, 1992", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.05 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "53", "It-Tlieta, 6 ta' Ottubru, 1992", "WERREJ", "MINUTI .................................................", "856", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI .........................", "856", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA .........................", "863", "MOZZJONIJIET", "MOZZJONI BIEX JIĠU APPROVATI L-ESTIMI TAL-KORPORAZZJONI TELEMALTA 1992/93 .................", "864", "AĠĠORNAMENT ...........................................", "895", "MISTOQSIJIET IMWIEĠBA BIL-MIKTUB ......................", "903", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 052 li saret fil-5 ta' Ottubru, l992, gew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "PULIZIJA - REKLUTAĠĠ", "3796.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Minn huma u x'rank/grad kellhom l- Uffiċċjali/membri tal-Korp tal- Pulizija li wara li kienu: (a) rriżenjaw; (b) tkeċċew; u (c) spiċċaw għal xi raġuni jew oħra, reġgħu daħlu lura fil- Korp wara d-9 ta' Mejju, 1987?", "Minn dawn kemm minnhom m'għadhomx fil-Korp u għal- liema raġuni m'għadhomx u b'liema rank/grad spiċċaw?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni) (f'isem il- Ministru ta' l-Intern u Zvilupp Soċjali): It-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra waqt it- Tqegħid ta' Karti.", "EEC - BANKING DIRECTIVE", "4351.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal- Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid jekk il-Gvern għandux ħsieb li jġib ruħu konformi mas-Second Banking Directive tal-Komunita Ewropea li għandha tiġi fis-seħħ fl-1 ta' Jannar l993 u li tikkonċerna proviżjonijiet dwar minimum capital requirements minn istituzzjonijiet kapitali, il- konċett ta' suitable shareholders kif ukoll tifissa limiti fuq holdings in non- banks?", "ONOR.", "JOHN DALLI (Ministru tal-Finanzi): Id-dħul fil- Komunita Ewropea ovvjament ifisser li finalment inkunu rridu nikkonformaw mar-regoli kollha tal-Komunita.", "Fil-fatt qed isir xogħol dwar dan il- għan mill-kumitat interministerjali li kien mwaqqaf apposta.", "Rigward il-qasam bankarju u nkluż l-hekk imsejħa Second Banking Directive, il-Bank Centrali flimkien mal-banek lokali qed jagħmlu l-istudji meħtieġa biex eventwalment dan is-settur ikun jista' jikkonforma mal- ħtiġijiet tal- Komunita'.", "Pero ma jeżisti l- ebda commitment f'dan ir- rigward.", "MR SPEAKER L-Onor.", "Brincat, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Apparti minn dak li qal il-Ministru, li l-banek jista' jkun li qed jieħdu xi miżuri biex jikkonformaw progressivament ma' dawn id-direttivi, jista' jagħti xi ħjiel tat-tħejjijiet jew pjani li għandhom il-banek kummerċjali Maltin biex dawn ikunu f'pożizzjoni li jilqgħu għall-kompetizzjoni diretta li jkollhom jekk Malta xi darba tidħol fis-Suq Komuni?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ma nistax nirrispondi dwar jekk dawn għandhomx xi pjani speċifiċi u x'qed jagħmlu speċifikament għaliex l-ewwelnett il-banek ma jirrapportawx lili dwar dan l- aspett u t-tieni nett għaliex hija kwestjoni tagħhom - tal- management u tal-board of directors - x'jagħmlu.", "Naturalment l-ikbar ilqugħ għal dawn l-affarijiet hija l- effiċjenza, prodotti ġodda u servizz aħjar lill-konsumatur.", "TARXIEN: FERGĦA TA' BANK", "4391.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Għalfejn fergħa ta' bank lokali li kellu jiftaħ f'Villa Cecy f'Main Street, Ħal Tarxien u li kien inxtara mill- istess Bank matul l-aħħar Amministrazzjoni Laburista inbiegħ b'telf taħt Amministrazzjoni Nazzjonalista biex issa qed tinbena fergħa ġdida ta' bank preciżament faccata kif taqsam it-triq?", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): Jidhirli li kull bank għandu d-dritt li jiddeċiedi hu dwar il-ħteġijiet tiegħu.", "Qabel xejn dawn il- banek jagħmlu business plan u jaraw f'liema lokalitajiet iridu jiftħu u mbagħad iridu javżaw u jkollhom l- aċċettazzjoni tal-Bank Ċentrali.", "Fl-1987 il-Bank of Valletta rreveda l- business plan tiegħu, raw fejn setgħu u kellhom priorita' li jiftħu u ddeċidew li Ħal Tarxien ma kellux priorita'.", "Issa ġaladarba li l-Bank of Valletta ħallew Ħal Tarxien daħal jiġri l-Mid Med Bank - li issa se jiftaħ hemm - u hekk dan ir- raħal se jkun moqdi b'servizz bankarju.", "MR SPEAKER L-Onor.", "Cilia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE CILIA: Int qed tgħid li meta fl-1987 il- Partit Laburista ssuġġerixxa li jinbena bank fuq dik in-naħa tat-triq imsemmija, dak iż- żmien intom għidtu li ma kienx hemm bżonn u issa qed tgħidu li hemm bżonn li jinbena bank fuq il- faċċata l-oħra tat-triq, fejn konna ssuġġerejna aħna.", "Ma jidhirlekx li intom opponejtu għall-pjan tagħna għax dan kien proġett maħsub mill-Partit Laburista u b'hekk il-Partit Laburista jkun jidher li ma għamel xejn f'dak il- lokal?", "Għax għalkemm għaddew sitt snin, Ħal Tarxien għadu mingħajr bank.", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Kemm fil-Parlament u kemm fil- professjoni ta' nutar, l-Onor.", "Cilia apparentement ma fehmnix, għaliex il-Bank of Valletta kellu prioritajiet oħra fejn se jiftħu.", "Issa l-Mid-Med Bank daħal fejn ħalla l-Bank of Valletta.", "Jiġifieri l-Bank of Valletta jiddeċiedu huma fejn jaqblilhom u l-Mid-Med Bank ukoll.", "Issa Hal Tarxien se jkun moqdi.", "ONOR.", "JOE CILIA: Allura l- business plan tal-Mid-Med Bank ma taqbilx ma' dik tal-Bank of Valletta.", "Il-proprjeta' ġiet mibjugħa ħażin u intom qed tgħidu li dak li ma kienx igħodd għall-Bank of Valletta, igħodd għall- Mid Med Bank.", "Għalhekk sa ftit ilu, dik il- proprjeta' kienet green area u issa ġiet mogħtija lill-privat biex itella' dak li ried u mbagħad jirranġa ma' tal-Mid- Med Bank.", "Barra minn hekk, illum qed nisma' li minħabba l-iżvilupp li qed isir il- famuż salib ta' Ħal Tarxien se jitneħħa minn hemmhekk ukoll.", "Forsi dan huwa parti mill-famuż business plan tagħkom.", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Jien sieħbi jinkwetani meta jgħid li nbiegħ bit-telf għax dan sinjal li nxtara bil-għoli.", "Nispera li l-każ mhuwiex hekk, għax jekk jien xtrajt dar Lm10,000 u nbigħha bi Lm8,000, sinjal li meta xtrajtha ħallast iktar għaliha.", "Għalkemm jien ma nifhimx fil-bini, hekk naħseb.", "Issa dan ma jfissirx li l- Bank of Valletta u l-Mid-Med Bank għandhom ifasslu l-istess.", "Jista' jkun li l-Mid-Med Bank imur għall-catchment area fejn jista' jakkwista d-depositi tan-nies u l-ieħor imur għall- catchment area fejn jista' jakkwista l-business.", "Jista' jkun li xi ħadd minnhom għamel żball.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cilia.", "ONOR.", "JOE CILIA: Jiġfieri fi kliem ieħor qed tirrikonoxxi li l-bank illum jinfetaħ faċċata, fi premises iżgħar u fl-istess lokalita', għax triq hemm differenza.", "Issa sitt snin ilu, intom għidtu li ma kienx hemm ħtieġa ta' bank.", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Kieku fetaħ l-istess bank għandek raġun, imma l-bank li se jiftaħ huwa l-Mid-Med u mhux il-Bank of Valletta.", "Per eżempju l-Bank of Valletta fetaħ Tas-Sliema, n-Naxxar u San Ġiljan.", "Dawk huma priority areas u għad fadallu x'jiftaħ.", "Jekk m'inix sejjer żball, il- Bank of Valletta għad fadallu jiftaħ sitt branches oħra, fosthom Ħal Balzan u Marsascala.", "Ħal Tarxien ma kienx priorita' għax il-Mid-Med sabu fond u fetħu branch huma.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Salvu Sant.", "ONOR.", "SALVU SANT: Jista'jkun li jew jien ma fhimtx jew il- Ministru ma fehemx.", "F'Hal Tarxien inxtrat il-villa Ta' Cecy u wara li xtraha l-bank, bigħha b'telf .", "Faccata tagħha kien hemm biċċa green area li ħarġet bil- permessi u nxtrat mill-Mid-Med Bank biex jiftaħ bank hemmhekk.", "Bħala ex- Ministru tal-Finanzi u bħala Ministru li ż-żewġ banek jaqgħu taħtek, ma tħossx li dan huwa każ li jista' jiġi investigat?", "X'kienet ir-raġuni li saret din it-transaction?", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: M'hemm l-ebda raġuni għaliex il-każ għandu jiġi investigat.", "Il-Bord tal-Bank of Valletta hekk iddeċieda.", "Meta aħna naħtru Bord, naħtruh biex jiddeċiedi u jaġixxi hu u mhux għal kull biċċa xogħol jiġu jgħidu lili l-Bord jiddeċiedi fejn jiftħu u fejn jagħlqu.", "Allaħares noqogħdu nindaħ- lulhom.", "Il-Bord tal-Bank of Valletta, fis- sapjenza tiegħu dak iż-żmien, irrealizza li l- priorita' tiegħu ma kenitx li jiftaħ Ħal-Tarxien u allura bigħha.", "Jien ma nafx jekk kenitx green area jew le.", "M'għandix idea u lanqas għandu jkolli idea.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Muscat.", "ONOR.", "PHILIP MUSCAT: Jien għandi nifhem illi huwa ċ- chairman u l-bord tad-diretturi tal-bank partikolari li jiddeċiedu.", "Ix-shareholders ma jidħlux għax ikunu qed jirrappreżentawhom huma.", "Għandi nifhem ukoll illi l- Ministru huwa bħal rubber stamp, jiġifieri meta dawn jiddeċiedu xi ħaġa, hu kemm jagħmel ir-rubber stamp tiegħu.", "Din kienet l-ewwel domanda.", "It- tieni domanda tiegħi hi: Kif inhi l-proċedura biex bank jixtri site?", "Issir xi tender?", "Hemm xi proċedura biex ikun hemm trasparenza?", "Tirrispondinix illi llum qed isir kif kien isir qabel għax suppost intom tlajtu fil-gvern biex ma tagħmlux l-iżbalji li għamilna aħna.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Il-bord tad-diretturi flimkien ma' l- uffiċjali tal-bank, jiġifieri l-general managers u l-assistant general managers, jaraw fejn jistgħu jespandu.", "Per eżempju, dawn jaraw li għandhom seba' lokalitajiet fejn jespandu, jiġifieri mhux igħidu Villa Cecy, imma Ħal Tarxien, Marsascala, Marsa- xlokk, ir-Rabat, San Giljan.", "Wara li jiddeċiedu fejn se jkun il-post, kull bord jissottometti l-pjan tiegħu lill- Bank Ċentrali.", "Il-Bank Ċentrali mbagħad irid jirrapporta lill- Ministru tal-Finanzi dwar dan u jagħtih parir jekk jagħtix permess illi bank jiftaħ hemm għaliex il-Bank Ċentrali għandu l-obbligu li jara li ma jkunx hemm tliet banek maġenb xulxin.", "Hawn Malta għandna wisq branches għax hawn over 90 branches!", "Jien naħseb li m'hawn l-ebda post fid-dinja bħal Malta fejn hawn komunita' ta' 360,000 ruħ u hawn 'il fuq minn 90 branch f'dan il- pajjiż!", "(Interruzzjonijiet) Il-prob- lema hi li kulħadd jiddepożita u mhux li kulħadd jissellef!", "F'affari ta' ħames snin, is- CFC's accounts minn Lm5 miljuni telgħu għal Lm185 miljun.", "Taf xi tfisser din?", "Illum hawn Lm340 miljun fl-idejn li ilhom hovering f'din l-aħħar sena.", "Jiġifieri għalkemm il-flus depożitati fil-banek żdiedu b'mod fenomenali b'something in the region of Lm70 million a year, il-flus fl-idejn baqgħu statici.", "Allura x'ġara?", "Ġara li fejn qabel fl-1971, per eżempju, għal kull Lm200 fil- bank kien hemm Lm100 cash, jiġifieri r-ratio kien 2:1, bil-passaġġ taż-żmien dan beda nieżel.", "Il- flus fl-idejn bdew jiżdiedu għax kien hemm nuqqas ta' fiducja u l-flus fil- banek ma jiżdiedux bl-istess ritmu li kien qed jiżdied dan.", "Issa reġa' tela' u qegħdin xi Lm225 depożiti għal Lm100 cash, jiġiferi l-cash s'issa waqaf kif inhu u mhux qed jiżdied bl- istess ritmu li kienu qed jiżdiedu d- depożiti.", "Id- depożiti bankarji minn Lm420 miljun llum telgħu over Lm880 million.", "(Interuzzjonijiet) Jien ma nafx fejn qegħdin il- flus fl-idejn!", "(Interruzzjonijiet)", "Kull meta xi ħadd iħoss li l- banek se jiftħu xi branch, il- prezz tad- djar ta' dik il- lokalita' jitilgħu sparati.", "Taf kemm jitolbuk biex joffru lill-bank.", "Jien dan ma jinteressanix, pero' mbagħad irid ikun hemm il-Ministru tal- Finanzi li fuq il-parir tal- Bank Centrali jgħid min għandu jiftaħ u min m'għandux għax inkunu tajna permess lil ħaddieħor.", "Kull konvenju li jsir, irid isir bil- kondizzjoni li jingħata permess mill- Bank Ċentrali.", "Jiġifieri l-bejgħ ma jsirx qabel ma jingħata permess mill- Bank Ċentrali, peress li l-bank ma jistax jixtri proprjeta'.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Muscat, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "PHILIP MUSCAT: Jien naqbel li wara deċiżjoni tal- bord li area għandha bżonn bank il-permess għandu jingħata bil- konsultazzjoni mal-Bank Ċentrali u mal-Ministru.", "Imma jista' jiġri li f'area waħda jkun hemm diversi sites li huma importanti - hawnhekk qed nirreferi għall-interess tal- bank li jara li jieħu l-aħjar sit bl-irħas prezz.", "Għalhekk jiena ma nafx għaliex meta bank ikollu bżonn li jiftaħ fergħa f'ċertu area ma ssirx tender uffiċċjali u pubblika.", "Imbagħad, intom toqogħdu tiftaħru, speċjalment inti, kemm żdiedu d- depożiti.", "Dan jista' jfisser biss li ħafna barunijiet tad-drogi kienu jagħmlu l-laundering u jiddepożitawhom hawn Malta, mhux għax hawn ix- xogħol jew għax dan il-pajjiż miexi 'l quddiem.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Jien ċert li kull bank jixtieq jiftaħ branch f'post li huwa tajjeb, imma post li jkun tajjeb bilfors irid ikun post ċentrali u bank mhux se jiftaħ f'post ...", "(Interruzzjonijiet) Għandek tkun taf li fiż-Żejtun il-Mid-Med Bank se jibnu wieħed.", "Jiġifieri kull bank jipprova jsib għalih l-aħjar site.", "Per eżempju s-site tal- bank li jinsab fiż-Żurrieq hija bellezza.", "Onorevoli Vella il-bank taż-Żurrieq mhux qiegħed f'pożizzjoni sabiħa?", "(Interruzzjonijiet) Jien ngħidlek li dan il- bank huwa sabiħ ħafna, għax fil-fatt kont mort.", "Issa rigward il-money laundering.", "Kont għidtilkom li l-ammont ta' flus depożitati f'banek Maltin kien ilaħħaq ma' Lm185 miljun u dawk li jappartjenu lill-non-residents jammontaw għall Lm90 miljun.", "Inti taf kemm hemm kontijiet f'dawn id-Lm90 miljun?", "Hemm madwar 30,000 kont.", "Jiġifieri f'Malta hawn 30,000 baruni?", "Kieku l-affarijiet qegħdin hekk kieku aħna nistgħu nsiru kapijiet tad-dinja.", "ANZJANI - AKKOMMODAZZJONI ALTERNATTIVA", "1706.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għas-Sigurta' Soċjali: Billi ripetutament l-anzjani tagħna li jkunu joqogħdu f'appartamenti fuq nett igergru li mhux jingħataw postijiet isfel, jista' l- Ministru jgħid kemm hemm applikanti anzjani li qed jitolbu li jinżlu f'appartamenti isfel?", "X'inhi l-politika tal-Gvern f'dan il-qasam?", "ONOR.", "GEORGE HYZLER (Ministru għas-Sigurta' Soċjali): Mit- talbiet li jkun hemm biex wieħed jibdel flat fuq ma wieħed isfel ikun hemm nies li mhumiex anzjani u għalhekk ma nistax ngħid kemm huma l- anzjani li qed jagħmlu din it- talba.", "Dawn it-talbiet jiġu proċessati flimkien ma' oħrajn wara li jiġu kkonsidrati x'postijiet ikunu disponibbli minn żmien għal żmien.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Schembri Adami, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI: Per eżempju jiena nkun noqgħod ġo Flat 10, Melita Street, Valletta u lid-Dipartiment ta' l-Akkomodazzjoni Soċjali ngħidilhom li jiena lest li nagħtihom dan il-fond jekk nibdlu ma' post ieħor li nkun naf bih.", "Jista' l-Ministru jgħidli jekk każ bħal dan jitteħidx in konsiderazzjoni?", "Naf u nista' nippreżentalu ħafna każi simili għal dan mid- distrett tagħna.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Segretarju Parlamentari): Attwalment jista' jkun hemm każi li jiġu quddiemna u jgħidulna li t-tali post huwa vojt imma madanakollu jekk aħna ma narawx li l-post imsemmi huwa verament vojt ma nkunux nistgħu nallokawh.", "(Interruzzjonijiet) Issa ippermettili ftit Onor. Schembri Adami.", "Jekk x'ħin nirrispondi ma tkunx għoġbitek ir- risposta, għamel domanda oħra.", "(Interruzzjonijiet) Jekk l-Onor.", "Membru qed jirreferi għal xi każ partikolari ngħidlu li nkunu nistgħu narawh iktar 'il quddiem.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Schembri Adami.", "ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI: Jista' l-Onor.", "Ċensu Galea jirrispondi għad- domanda tiegħi?", "Jien għidtlu b'każijiet fejn hemm nies anzjani li qed igħixu fuq nett, li lesti li jagħtu l-post tagħhom u li jafu li jistgħu jibdlu ma' postijiet oħra imma li mhux qed jingħataw il- preferenza li jixirqilhom.", "Aħna nafu b'każi bħal dawn u l- Onor. Ċensu Galea ma jirrispondinix hawnhekk.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: L- allegazzjoni li għadu kif għamel issa l-Onor.", "Schembri Adami hija għal kollox infondata u nasal biex ngħid li hija gidba.", "Kull każ li jiġi quddiem id-Dipartiment ta' l- Akkommadazzjoni Soċjali dwar anzjani li jridu jbiddlu minn fuq għal isfel jiġi kkonsidrat.", "Illum nistgħu ngħidu li jekk ikun hemm postijiet ...", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Point of order.", "L-Onor.", "Sandro Schembri Adami.", "ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI: Mhux sewwa li aħna bħala rappreżentanti tal- poplu niġu nissollevaw każijiet bħal dan, u minn fuq niġu mgħajra giddibin.", "Jekk meta tgħid il- verita' ifisser li tkun giddieb, mela m'hemmx aħjar milli tkun giddieb u se nibqa' nkun giddieb!", "(Interruz- zjonijiet) Pero' nitlob lis- Segretarju Parlamentari jirtiraha għax jien la kont giddieb u lanqas se nkun giddieb.", "Dawn il-każijiet se nibqa' nsostnihom hawn u nippretendi li l-Ministru jkun lest li jilqa' dak li diġa' għidtlu, jiġifieri mmorru nindagaw il-każijiet flimkien.", "MR SPEAKER: Mhux permess li Membru Parlamentari jgħajjar lil Membru Parlamentari ieħor giddieb.", "L-Onor.", "Ċensu Galea qal dan id-diskors?", "(Interruz- zjonijiet) Jikkonferma l-Onor.", "Galea li ma qalx dan id- diskors?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien qatt m'għidt li hu giddieb.", "MR SPEAKER: Hemm ir-risposta għall-mistoqsija parlamentari li għamel l- Onor. Schembri Adami?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, l-ewwelnett irridu nagħmlu distinzjoni bejn proprjeta' li hija tal-Gvern u proprjeta' li hija tal-privat.", "Jekk ikollok persuna li tgħix fi proprjeta' privata u li la għandha dritt għal rekwiżizjoni u lanqas għal allokazzjoni mingħand il-Gvern, dawn il-każi bilfors li jitpoġġew aktar lura.", "Jekk ikun bniedem li joqgħod fi proprjeta' tal- Gvern, iżda joqgħod f'xi sular għoli, u jsib lil xi ħadd min iċedilu l-post tiegħu, dan ikun jista' jirranġa.", "Iżda diżgrazzjatament ngħid li ma tantx hawn nies li jkunu lesti li jċedu l-post li qiegħed fil- ground floor tagħhom ma' xi post fir-raba' sular.", "Għandna ħafna każi ta' nies li jitolbu li jinżlu minn fuq għal isfel, iżda nies li jitolbu li jitilgħu minn isfel għal fuq, huma rari u ma jeżistux.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Muscat.", "ONOR.", "PHILIP MUSCAT: Peress li din hija tassew problema, u nifhem id- diffikultajiet li wieħed ikollu biex minn fuq wieħed tniżżlu isfel, sar xi survey mid-Dipartiment tal- Housing biex jara fejn hu possibbli li jsiru lifts ħalli ħadd ma jgħid għax qiegħed fuq nett - jekk ikollok lift, fuq u isfel jiġi xorta?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, hawnhekk irridu niftakru ħaġa waħda.", "Meta nitkellmu dwar il-lifts, l- iktar ħaġa faċli hija li kulħadd iwebbel lin-nies li joqogħdu f'dawn il-flats li se nagħmlu l-lift f'kull blokk ta' flats li għandna f'Malta.", "Issa, bejn wieħed u ieħor il- Gvern għandu 9,000 flat li jekk neħduhom b'average ta' tmienja kull blokk ifisser li hawn Malta għandu 1,000 blokk.", "Allura jekk inti tgħid li trid tagħmel 1,000 lift hawn Malta bil-Lm5,000-il wieħed ifisser li se nonfqu Lm5 miljun f'lifts.", "Aktar tard hemm domanda li se nweġbuha wkoll, imma jekk xi ħadd qed jippretendi li nistgħu nonfqu Lm5 miljun f'lifts fi blocks li huma mibnija minn żmien il- qedem, jien ngħid li ma nafx kif nistgħu naslu għal dan.", "Barra minn hekk, ħafna mill- blokki li nbnew fil-passat mhuwiex possibbli li jsiru l- lifts fihom, imma l-akbar problema xorta tibqa' dik tal- flus li huwa ammont enormi.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Muscat, fil-qosor jekk jogħġbok.", "ONOR.", "PHILIP MUSCAT: Jien ma xtaqtx ninterrompih, pero' kif qed ipoġġiha, qisu se jonfoq Lm5 miljun f'xahar ...", "(Interruzzjonijiet) Imma fejn ridtu nfaqtu iktar minn hekk u nfaqtuhom malajr!", "Allura jekk isir pjan li kull sena per eżempju, jintnefqu ammont ta' flus biex isiru dawn il- lifts bil-mod il-mod, il-flus ma jistgħux jinxterdu fuq għaxar snin jew 20 sena?", "Jien m'inix qed ngħidlek biex tagħmlu bħalma għamiltu f'Telemalta.", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari, fil-qosor ħafna jekk jogħġbok għax skada l-ħin.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Fil-fatt, il-blocks il-ġodda, fil-parti l-kbira tagħhom, qegħdin jinbnew bil-lifts.", "Madanakollu trid tipprova tifrex in- nefqa ta' miljuni ta' flus li hemm f'dan ir-rigward fil-futur u wieħed jasal għalihom bil-mod il-mod wara li nkunu solvejna problemi ferm iktar gravi ta' nies li m'għandhomx fejn joqogħdu.", "Naħseb li l- Oppożizzjoni wkoll taqbel magħna li f'dan il-pajjiż għad baqa' nies - minkejja li fl- 1987 kienu qalulna li kollox huwa lest - li llum għandhom bżonn ta' dar u naħseb li kulħadd jaqbel li aħjar li nibnu d-dar qabel ma nagħmlu l- lift.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet issa għadda.", "Ngħaddi għat- Tqegħid ta' Karti.", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra:", "\"Tagħrif dwar ufficjali tal-Pulizija li spiccaw mill-Korp u reġgħu daħlu wara d-9 ta' Mejju 1987 u issa reġgħu temmew l-impieg.\" (bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 3796)", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet.", "MOZZJONIJIET", "MOZZJONI BIEX JIĠU APPROVATI L-ESTIMI TAL-KORPORAZZJONI TELEMALTA 1992/93", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Mr Speaker nipproponi:", "\"Illi l-Kamra tapprova l- Estimi ta' dħul u nfiq tal-Korporazzjoni Tele- malta għas-sena finanz- jarja mill-1 ta' Ottubru, 1992 sat-30 ta' Settembru 1993 skond l-Att XVI ta' l-1975 dwar il- Korporazzjoni Telemalta, Kap. 250 tal-Liġijiet Riveduti ta' Malta.", "Illi wkoll skond l-Att ta' l-1975 dwar il-Korporazzjoni Telemalta l-Kamra tapprova bħala Estimi Supplimentari dak l-infiq għas-sena finanzjarja 1991/92, li hu stmat mill- Korporazzjoni Telemalta li se jeċċedi l-ammont totali ta' nfiq approvat mill- Kamra għall-istess sena, kif jidher dettaljat fl- Estimi għas-sena finanzjarja 1992/93 taħt il-kolonna msemmija \"Revised Estimates October 1991 - September 1992\".", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "CLAUDE MUSCAT: Nisse- konda.", "MR SPEAKER: Qabel ma nkompli bir-rimarki, hemm xi arranġament bejn iż- żewġ naħat tal-Kamra rigward kif se jinqasam il-ħin tas-seduta?", "Infakkar lill-Kamra li skond l- Att prinċipali, id-dibattitu ma jistax jieħu iktar minn żewġ seduti.", "L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, nifhem li se nieħdu żewġ seduti u l-ħin jinqasam indaqs bejn iż-żewġ naħat fiż-żewġ seduti.", "MR SPEAKER: Mela l-ftehim hu li l-ħin allokat għad- diskussjoni jinqasam bejn il- kelliema tal-Gvern u kelliema ta' l-Oppożizzjoni, bil-winding up għall-Gvern.", "Grazzi.", "Rimarki, jekk jogħġobkom?", "Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Mr Speaker, meta niġu biex niddiskutu l- Estimi tal- Korporazzjoni Telemalta, żgur li qed niddiskutu estimi ta' korporazzjoni li l-iżvilupp fil-qasam tagħha huwa marbut ħafna ma' kull żvilupp ekonomiku ieħor fil-pajjiż.", "Dan għaliex kif fehmu diversi pajjiżi fl-Ewropa u madwar id- dinja fis-snin li għaddew, u kif fhimna f'pajjiżna b'mod partikolari fil-ħames snin li għaddew, ma jistax ikollok progress reali jekk ma tagħtix attenzjoni speċjali lejn il- qasam tat- telekommunikazzjoni.", "Mr Speaker, meta nitkellmu fuq il-qasam tat-telekommunikazzjoni f'Malta llum, m'hemmx dubju li qed nitkellmu fuq settur mill-iktar dinamiku u fuq settur li llum huwa mħejji għal bidliet kbar oħra li jridu jseħħu fi ħdanu fis-snin li ġejjin.", "Kien preċiżament matul Frar tass-sena finanzjarja li għadha kif skadiet - u li se niddiskutu l- estimi tagħha flimkien ma' l- estimi tas-sena l-ġdida -meta rajna l-frott tal-ħidma li wettaq il-Gvern preżenti fl- isfond tal-master plan imħejji bl-għajnuna ta' esperti mill- International Telecommunications Union u meta Malta qalbet għal sistema kompletament diġitali.", "Aħna kburin li llum għandna l-pedamenti sodi għal sistema moderna ta' state of the art technology u għal sistema li tagħmel differenzi enormi fil-ħajja ta' kull min juża t-telefon għall-bżonnijiet domestiċi u kummerċjali.", "Illum, kif nispjega aktar tard f'din l-introduzzjoni u forsi f'partijiet oħra fid- dibattitu, wasalna anke għal qabżiet oħra 'l quddiem mhux l- inqas fis-settur tat- tekonoloġija ta' l-informatika.", "Illum naraw lill- Ewropa kollha tagħmel enfasi qawwija f'dan ir-rigward.", "Kieku kelli nirreferi għal survey li kien deher f'Marzu ta' din is-sena fil-Financial Times - Information Technology in Europe - insibu artiklu bl-isem \"The Barriers are Falling\".", "Kieku wieħed jista' jagħti spjegazzjoni fil-qosor ta' x'ifisser l-avvanz kollu fis- sistema telefonika u x'ifisser l-avvanz fit-teknoloġija ta' l- informatika f'Malta u madwar id-dinja, m'hemmx dubju li dan it-titlu forsi jkun wieħed mill-iktar titoli adattati fuq l-iżvilupp li qed iseħħ madwarna.", "Fost elementi oħrajn, f'dan l-artiklu nsibu ndikati li llum l-Ewropa kollha tħares lejn sistemi ta' informatika u ta' kommunikazzjoni li huma kapaċi li jmorru ħafna oltre l-fruntieri nazzjonali u li llum ma tantx għadhom relevanti.", "Illum aktar kumpanniji u korporazzjonijiet iħossu l-ħtieġa tal- bżonn tas-sistemi ta' informatika biex igħaddu l- informazzjoni minn negozju għall-ieħor.", "Illum, istituzzjonijiet finanzjarji se jżidu l-kapaċita' tagħhom billi jagħmlu handling ta' teknoloġija ta' l-informatika biex ikun hemm servizzi ta' banek u servizzi finanzjarji fuq bażi pan-Ewropea.", "Karatteristika oħra fid-dinja tal-lum hija ż-żieda fid- domanda għat- telephones ċellu- lari bl-iskop li eventwalment wieħed ikun jista' jibqa' fuq l-istess abbonament u l-istess numru meta jgħaddi minn fruntiera għall- oħra.", "Għalhekk tkun inħolqot verament dak li kien previst żmien ilu, bħala l-global village li huwa r- riżultat prinċipalment ta' sistemi ferm u ferm aktar adegwati ta' kommunikazzjoni.", "Kien f'dan is-settur tant vitali li fil-ħames snin li għaddew il-pajjiż għamel qabżiet kbar, qabżiet li nistgħu anke nkejlu b'suċċessi partikolari għar-rigward - biex nagħti eżempju wieħed f'dan l- istadju - ta' kommunikazzjoni telefonika bejn Malta u l- pajjiżi ta' barra.", "Illum tista' ċċempel madwar id-dinja kollha mingħajr xkiel u m'aħniex limitati għal numru żgħir ta' pajjiżi fejn tista' taqbad dirett u l-kumplament trid tgħaddi bl-operator.", "Illum it-traffiku internazzjonali rdoppja.", "Illum Malta wkoll għandha s-sistema ta' telephone ċellulari tagħha bl-inizjattiva ta' l-intrapriża privata.", "Fejn jirrigwarda l-exchanges għandna sistema kompletament diġitali u mhux sistema ta' taħlit ta' ħames sistemi li ħafna minnhom ikunu antikwati bħalma hi s-sistema Strowger li ħadd iktar fid-dinja m'għadu jridha.", "Dan jispjega għaliex fl-Estimi li se nikkonsidraw għandek write off ta' dan l- apparat ta' aktar minn Lm4 miljun għaliex anke meta dan it-tip ta' apparat offrejnih lill-pajjiżi bħal Zambia, dawn bagħtulna risposta pulita ta' rifjut u qalulna li huma wkoll riedu s-sistema diġitali.", "Jiġifieri lanqas b'xejn m'aċċettawha!", "Illum għandek sistema ta' aċċess ta' kommunikazzjoni internazzjonali ferm aktar miftuħ, għandek ukoll il-bażi ta' kommunikazzjoni ta' data u mhux biss servizzi ta' voice telephony.", "Dawn id- diversi fatturi li forsi diġa' sirna nieħdu for granted, diġa' drajnihom bħala parti mill-ħajja ta' kuljum fis-sistema telefonika ta' pajjiżna, kif hu wkoll il-fatt li l-pajjiż għandu spare capacity fl-exchanges tiegħu li żgur tkoprina sas-sena 1996.", "U dan minflok kif kienet is- sitwazzjoni ta' qabel fejn in- numru ta' nies jistennew it- telephone kien ferm ikbar milli kellek spare capacity anke fil- livell ta' l-exchanges.", "Filwaqt li llum dawn l- affarijiet x'aktarx li neħduhom bħala fatt fil-ħajja tagħna ta' kuljum, il-verita' hi li dawn huma bidliet kbar li seħħew matul il-ħames snin li għaddew u bidliet li seħħew b'mod ġenerali minkejja u kontra l- kritika qawwija li kellna.", "Kienu jgħidulna li ma kellniex għalfejn nagħmlu dak li konna qed nagħmlu u ftit wara d-diska nbidlet u qalulna li dak ix- xogħol kellna nagħmluh imma mhux b'dik l- għaġġla.", "Kellna wkoll il- kritika klassika li stajna rranġajna biss it-telephone ma' barra għaliex bejnietna l- Maltin aħna kapaċi niddubbaw.", "Mr Speaker, fl-isfond ta' dawn il-ħsebijiet irrid nibda nagħti ħarsa lejn x'hemm fl- estimi rigward il-pożizzjoni finanzjarja ta' Telemalta.", "Kif jirriżulta minn dawn l-estimi huwa stmat li l-qliegħ nett, qabel titnaqqas it-taxxa għal din is-sena, se jkun ta' Lm333,000.", "Din il-figura tinkludi telf ta' Lm115,000 minn Xandir Malta għal perjodu ta' għaxar xhur, sal-31 ta' Lulju.", "Qed nieqfu hawn għaliex wara din id-data, l-assi ta' Xandir Malta għaddew għand il- Public Broadcasting Services Limited.", "Irrid ngħid ukoll li qed nitkellmu fuq profitti ta' Lm251,000 mid-Dipartiment tat- Telephone u ta' Lm197,000 mid- Dipartiment tat-Telegrafu u Telex.", "Il- qliegħ li wieħed jista' jikkonsidra din is-sena bħala wieħed nominali li ġie reġistrat mid-Dipartiment tat- Telephone - jiġifieri l-qliegħ ta' Lm251,000 - huwa r-riżultat dirett tar-write off li kellu jsir mill-kotba tal-bqija ta' l-electro-mechanical exchanges wara li issa dawn - kif diġa spjegajt - ġew kollha mibdulin.", "Kif naħseb li japprezzaw dawk il-Membri tal-Kamra li huma iktar dilettanti ta' accounts minn oħrajn, meta nkunu qed nitkellmu dwar write off bħal dan, ma nkunux qed nitkellmu fuq write off li b'xi mod jaffettwa l-likwidita' tal- Korporazzjoni għaliex dan ikun write off li min-natura tiegħu stess ma jinvolvix movement of funds.", "Ir- write off li kellu jsir huwa ta' Lm4.43 miljun.", "Fil-fatt jekk ma nagħtux każ ta' dan ir-write off il-profitt operattiv qabel dawn l- aġġustamenti jammonta għal Lm4.36 miljun mid-dipartiment tat-telephone.", "Id-dħul mill-qasam tat- telekommunikazzjonijiet kiber b'madwar Lm1.62 miljun u hawnhekk irrid ngħid li dan huwa dovut l-aktar għall-użu ferm akbar tas-servizz internazzjonali, li d-dħul minnu biss kiber b'Lm1.88 miljun.", "Aktar tard nispjega kif it-traffiku internazzjonali minn Malta għal barra, bejn l- 1987 u l-1992, aktar minn irdoppja.", "Waħda mir- raġunijiet għaliex dan it-traffiku aktar minn irdoppja - u waħda mir- raġunijiet għaliex illum għandek average growth ta' 23% fejn qabel kien ikun mhux iktar minn 8% hija għaliex fil-ħames snin li għaddew saret riforma kbira, fis-sans li tneħħiet dik il-konġestjoni totali li kellek ta' access minn Malta għal barra mill-pajjiż.", "Sa l- 1989, meta kien inawgurat l- International Exchange l-ġdid, litteralment kellna sitwazzjoni fejn it-traffiku kollu internazzjonali li seta' joħroġ mill- pajjiż ma setax jgħaddi għaliex kellna bottleneck, ma kellniex ċirkwiti biżżejjed u allura kellek sistema ta' soppressjoni anke ta' traffiku internazzjonali li huwa wieħed mill-aqwa metodi fi kwalunkwe kumpannija ta' telekommunikazzjoni sabiex iżżid id-dħul tiegħek.", "Irrid ngħid ukoll li kellna żidiet li jirrigwardaw ħlasijiet miġbura mill- amministrazzjonijiet barranin u anke mis-servizz tal-mobile telephone.", "Mr Speaker, l-ispejjeż rikorrenti fil-qasam tat- telekommunikazzjoni żdiedu wkoll u dan huwa rifless b'mod partikolari fiż-żieda fil-pagi li tammonta għal Lm650,000.", "Waħda mir-raġunijiet hija r- riforma fil-pagi simili li saret mill-Gvern u li naturalment il-Korporazzjoni Telemalta tirrifletti wkoll meta tagħmel il-collective agreements għaliex taġġusta l- pagi skond ir-riformi nazzjonali li jkunu qed isiru.", "Fil-fatt il-ħaddiema kollha tal-Korporazzjoni Telemalta qegħdin f'pożizzjoni ferm aħjar milli qatt kienu qabel u jingħataw pagi mistħoqqa għal xogħol li wieħed jawgura li jkun xogħol mogħti tajjeb, b'dedikazzjoni, b'ħeġġa u b'lealta' lejn il- pajjiż kollu.", "Meta nħarsu lejn is-sena li jmiss fl-Estimi qed nipprevedu li l-qliegħ qabel it-taxxa tal- Korporazzjoni fis-sena finanz- jarja li għadha kif bdiet se jkun ta' aktar minn Lm5 miljun.", "Huwa mistenni li ż-żieda fid- dħul mit-telekomunikazzjoni tkun ta' madwar Lm2 miljun, li parti minnha trid tkun rifless ta' 12,000 linja ġdida tat- telefon li se jingħataw fis- sena finanzjarja l-ġdida, kif ukoll iż-żieda ta' 10% fit- traffiku dirett internazzjonali.", "Tajjeb ukoll li nagħtu ħarsa lejn l-infiq ta' natura kapitali li l- Korporazzjoni Telemalta qed tippjana għas- sena d-dieħla.", "Tajjeb li nkunu tajna ħarsa għaliex jekk hemm settur li min-natura tiegħu huwa dinamiku dan huwa s-settur tat-telekomunikazzjoni u allura l-Korporazzjoni mhijiex se toqgħod lura milli s-sena d- dieħla tagħmel nefqa kapitali biex tkompli tara li l- ħteġijiet ta' pajjiż modern ikunu moqdija sew.", "Fil-fatt nista' ngħid li għal dik li hija sistema ta' telekomunikazzjoni nazzjonali, is- sena d- dieħla l-Korporazzjoni se tonfoq Lm4.7 miljun.", "Fost affarijiet oħra, l-ispiża tkopri apparat għal tisħiħ tas- sistema u għal xi servizzi ġodda li se jiswa Lm690,000 u spiża ta' Lm834,000 fuq telephone sets, pay phones, telecare lifeline sets li fih innifsu huwa suċċess ukoll.", "Is-sena d-dieħla se nonfqu aktar - u din għalija hija relevanti ħafna - minn Lm1 miljun fuq non-voice services li jinkludu sistemi li jkopru l-ħteġijiet ta' pajjiż modern.", "Illum għandna bżonn sistema adegwata Maltija ta' package switching, ta' radio paging u enhancement ta' data network biex ovvjament wieħed ikun ta l-aktar eżempji klassiċi ta' dak li hemm bżonn li nkomplu nagħmlu matul is-sena li ġejja.", "Il-programm tagħna għas-sena d- dieħla jkopri wkoll apparat għal 2 megabyte ports biex jiżdiedu 120 linja bejn l- exchanges kollha biex l- abbonati jkollhom aċċess aħjar fuq is-servizz internazzjonali li fih jinkludi wkoll apparat għall-iżvilupp tas-servizz Direct Dialling Inwards - jigifieri li fuq diversi sistemi tal-PABX, jekk inti iċċempel għall-stabbiliment li għandu numru ta' extensions, li eventwalment jinsabu komunikati miegħu, allura inti tkun tista' ċċempel dirett għall-extension li tkun trid, u mhux kif inhi s-sistema tradizzjonali li ċċempel fuq ir-reception area jew lill-operator mbagħad jikkomunikak hu stess.", "Llum nafu li diversi pajjiżi għandhom ukoll il- possibilta li meta inti ċċempel, tibqa tkompli sejjer għal fuq in- numru tal-extension u s-sistema awtomatikament tikomunikak mal- post preciż li tkun trid anke jekk dan ikun jinsab ġewwa stabbiliment partikolari.", "Naturalment ix-xogħol kollu dwar l-espansjoni tan-network tal- Korporazzjoni, biex inkabbru dak kollu li kien hemm bżonn ser ikompli jitwettaq, għaliex fis-sistema ta telekominikazzjoni int mhux biss tiddependi minn kemm ikollok spare capacity fl- exchanges, imma tiddependi wkoll minn kemm tkun kapaċi twassal is-servizz fl-akbar ammont ta' djar possibli, u biex dan ikun jista' jsir allura jfisser li jkun hemm bżonn ta' aktar primary and secondary cables, aktar subscribers connections, aktar cross connection cabinets, distribution points, u materjal ieħor li jiġi wżat in konnessjoni dejjem ukoll mall- fatt li inti tkun trid tespandi n- network tiegħek biex fl- exchanges int mhux biss ikollok capacity, imma biex dejjem tasal f'aktar zoni remoti ta' Malta li s'issa uħud minnhom għadhom - minħabba żieda fin-numru ta' applikazzjonijiet - mhux moqdija biżżejjed daqs kemm wieħed jixtieq.", "Punt ieħor għar-rigward l- ispiża kapitali li nħoss li għandi nagħmel aċċenn għalih, għaliex naħseb li għal konsiderazzjoni ta'din il-Kamra u tal- pubbliku in ġenerali huwa relevanti ħafna, huwa li s- sena d-dieħla se nitkellmu fuq spiża kapitali ta kważi Lm4.9 miljun.", "Qed ngħidu wkoll li din l-ispiża kapitali għar rigward dak li huwa self se tkun limitatament iffinanzzjata fuq- somma ta Lm2.2 miljun.", "Dan se jkun ifisser li d- differenza ser tkun iġġenerata mill-istess qliegħ tal-Korporazzjoni Telemalta.", "F'termini ekonomiċi dan se jkun ifisser li għas- sena d-dieħla l-Korporazzjoni Telemalta, ser tkun fil- pożizzjoni li tagħmel self financing ta' 55.4% ta' l- ispiża kapitali kollha.", "Ta' min igħid li fl- 1983 u fl-1984, Telemalta mhux biss ma kellhiex minn fejn tagħmel spiża kapitali mill-fondi tagħha stess, imma kellha tissellef mingħand il-Bank of Valletta l- ammont ta' aktar minn Lm1 miljun sabiex tkun tista' tħallas lit- Teżor.", "Wieħed irid igħid ukoll li dan il- persentaġġ se jintlaħaq bl- għajnuna tal-policy li biha qed timxi l-Korporazzjoni Tele- malta.", "Din il- policy tkopri l- ekonomija fuq spejjeż rikorrenti u fuq spejjeż kapitali fejn dan ikun desiderabbli.", "L-agħar ħaġa li tista' tagħmel huwa li tnaqqas mill-kapitali li jkollok bżonn għall-iżvilupp tiegħek.", "Dan qed isir bl- aktar mod assidwu sabiex jitnaqqsu spejjeż rikorrenti bla bżonn u juri wkoll ippjanar serju.", "La qed insemmi l-aspett finanzjarju permezz ta' self u permezz ta' self financing, jien nistaqsi dejjem għal ċifra li għalija hija relevanti.", "Din iċ-ċifra turi kemm il- Korporazzjoni Telemalta tkun qed toħroġ flus fuq imgħaxijiet u self li jkun sar matul is- snin u kemm il-Korporazzjoni hija esposta għal servicing ta' diversi loans.", "Irrid ngħid li l-ammont ta' servicing li sar mill-Korporazzjoni Telemalta, bejn il-15 ta' Mejju, 1987 u l- għeluq tas-sena finanzjarja ta' Settembru, 1992, saħansitra anke fuq loans li kienu eżistenti qabel l-elezzjoni ta' Mejju 1987, tela' għal Lm5.1 miljun, filwaqt li imgħaxijiet fuq loans li saru minn wara l- elezzjoni ġenerali ta' l-1987 'il quddiem jammonta għal Lm3.1 miljun.", "Naħseb li l-argument huwa ovvju li wieħed jista' jislet mill-fatt li l- Gvern preżenti żgur ma jistax ikun akkużat li fil- Korporazzjoni Telemalta biex iwassal għall-iżvilupp li kien tant meħtieġ għall-pajjiż kollu ma għamel ebda kalkolu u beda jonfoq bl-addoċċ f'xi self ġdid straordinarju jew aktar jew b'xi mod radikalment differenti minn dak li kien isir qabel.", "Il-verita' mhijiex din, imma hija li llum resqin lejn persentaġġ ta' financing ogħla mill-fondi ġenerati mill- Korporazzjoni Telemalta għal dak li kien jeżisti qabel.", "Il- verita' hija wkoll li m'hemmx exposure ikbar għal self eżistenti meta tqabblu ma' self li kien sar qabel l-elezzjoni ta' l-1987.", "Imbagħad l-akbar paragun u l- akbar argument li jrid isir huwa li filwaqt li s-self eżistenti preżenti huwa għal sistema ġdida ta' telekommunikazzjoni li tpoġġi lil Malta fuq il-mappa moderna ta' l- Ewropa u tad-dinja u ta' dik il-parti tad-dinja li temmen f'sistema adegwata ta' telekommunikazzjoni bħala ċ- ċavetta għal kull żvilupp ieħor, is-self li kien isir qabel kien isir - jekk mhux kollu parti kbira minnu - biex noqogħdu niddubbaw bis-second hand equipment u nagħmlu r- refurbishment u nġibu apparat li llum il-ġurnata niskopru li m'hu tajjeb għal ħadd.", "Għalkemm wasalna biex anke noffruh b'xejn lill-pajjiżi bħal Zambia u dan l- aħħar anke lir- repubblika ta' Georgia fir- Russja dawn jew ma jirrispondux jew jiktbulna lura u jgħidulna: \"Le, grazzi għaliex aħna rridu sistemi aktar moderni.\"", "Għal min forsi jibqa' bil-kurżita' dwar x'se nagħmlu bl- apparat elettromekkaniku antikwat, qegħdin f'diskussjonijiet ma' l-ITU biex tkun l-istess li fil-programm tagħha ta' għajnuna ta' żvilupp lil pajjiżi li jkunu għadhom fi stadju bikri ta' l-iżvilupp tagħhom fil-kamp internazzjonali kollu, tara jekk hux possibbli li xi pajjiż jagħmel użu minn dan l-apparat li kellna nżarmaw minn pajjiżna.", "Mr Speaker, il-verita' hi li fl-1987 l-exchanges tagħna kellhom kapaċita' ta' 130,000 linja.", "Dak inhar il-parti diġitali - u jekk tista' ssejħilha kollha diġitali - għaliex parti minnha kienet tarġa ta' l-ewwel ġenerazzjoni diġitali, mhix kollha elettronika u l-parti li għadha tintuża fil-fatt għadha tagħtina ċertu ammont ta' inkwiet fir-reliability tas- servizz, li f'dawn il-ħames snin irridu nibdluha wkoll - kienet biss 27% u żgur m'għandha ebda paragun mas- sistema diġitali li hemm stallata llum.", "Irrid ngħid ukoll li l-apparat kollu li kien inxtara qabel, kien sewa lill-Gvern u lill-poplu Malti - meta tagħmel unit cost per line - aktar mill-apparat modern li sewa llum il-ġurnata.", "Dawn iċ- ċifri tajthom diversi drabi u sakemm ma jkunx hemm min jitlobhom, m'hemmx għalfejn nirrepetihom.", "Li huwa relevanti hu li s-sistema diġitali attwali hi s-sistema li tipprovdi għal kwalita' eċċellenti tat-trażmizzjoni, għar- reliability qawwija ta' high service, għal cost ta' manutenzjoni ferm inqas minn qabel u għal-liberta' totali għaċ-ċittadin minn dawk id- difetti kollha li kienu inerenti fis-sistema Strowger b'mod partikolari l-fenomenu tad-double swicthing fejn meta ċċempel post, taqbad post ieħor jew tibqa' mwaħħal ma' post ieħor, jew meta terfa' r- receiver ma taqbadx u jkun hemm ħafna konġestjoni, wrong numbers u drop outs.", "Apparti l-fatt ta' tant servizzi ġodda li llum għandna fuq is-servizz tagħna u li qabel ma kellniex, inkluż affarijiet li ilhom għan-numru ta' snin fl-Ewropa, f'Malta kellna naġġornaw is- sistema tagħna preċiżament f'dawn is-snin biex ikollna wkoll il-parti tagħna.", "Fost oħrajn nirreferi għal possibbilta' ta' l-istar services bil-faċilitajiet kollha li dawn jagħtu fosthom l-abridged dialling, li tista' tittrasferixxi t-telefonata b'mod awtomatiku, li tista' tagħmel id-do-not-disturb, li tista' tagħmel il-conference call ma' min trid - mhux bħalma kienet qabel is-sistema - u tant u tant vantaġġi oħrajn li huma inerenti fis-sistema l- ġdida.", "Mr Speaker, wieħed irid jgħid ukoll li l-Korporazzjoni Telemalta qed tagħmel mill- aħjar biex tkompli l-programm ta' manutenzjoni.", "Meta nitkellem fuq manutenzjoni, irrid nispjega wkoll konċett li ntroduċejna u li tajna aktar enfasi fuqu, u jekk mhux introduċejna għal kollox matul is- sena li għaddiet huwa relattivament ġdid għall- pajjiżna.", "Jien qed nirreferi għall-prinċipju li tagħmel ukoll manutenzjoni selettiva.", "Jiġifieri minflok, bħalma konna nagħmlu qabel, tagħmel il- maintenance tal- linji kollha għal raġunijiet estetiċi f'lokalitajiet partikolari raħal wara raħal - u l- manutenzjoni li saret f'Malta matul il-ħames snin li għaddew hi manutenzjoni pjuttost radikali u li ma kenitx saret oħra qabel ta' l- istess natura tagħha - issa rridu wkoll nagħtu dik l-enfasi biex wieħed jidentifika aħjar dawk is- servizzi tat-telefon fejn ikollok rikorrenza aktar qawwija mis-soltu ta' fault reporting.", "Ħafna drabi tirrealiżża li filwaqt li jkollok numri tat-telefon li b'mod ġenerali ma jagħtuk inkwiet kważi qatt, ikollok oħrajn li jagħtuk faults xi tliet darbiet f'sena u ġieli anke aktar.", "Allura, b'sistema moderna u adegwata, fil-fatt tkun tista' tiġbor l- istatistika ta' dawk is-sistemi li l-aktar ikunu jeħtieġu manutenzjoni u hemmhekk tagħmel re-wiring totali.", "Din hija xi ħaġa li bdejna nagħmlu, nemmen li qed tagħti r-riżultati meħtieġa u hija xi ħaġa li rridu nkomplu nagħmlu.", "Aħna diġa' dorna prattikament nofs il-cards ta' l-abbonati tagħna u bdejna nidentifikaw id-diversi każi fejn kien hemm bżonn il-manutenzjoni.", "Fil- fatt, saret manutenzjoni fuq aktar minn 900 abbonat fejn l- aktar kien hemm il-ħtieġa u s- sena li għaddiet kellna total ta' 232 kilometru tas- secondary distribution cables u 92 kilometru ta' main cable.", "Dawn ġew installati biex inkunu nistgħu nwasslu s-servizz lil aktar u aktar abbonati.", "Fil- fatt il-proġett jinkludi l- Mellieħa, il-Gerbulin - fejn wassalna l-linji fejn ma kienx hemm - il-Fortin, il-Għargħur, is-Swieqi, Pembroke, Ħaz- Zabbar, Ħal-Qormi, il-Mosta, il-Belt, Ħal-Balzan, Ħ'Attard l- ewwel fażi, Ħad-Dingli u z- Zurrieq.", "Barra minn hekk, kif nafu, llum għandna numru ta' postijiet f'Malta li ġew identifikati bħala service on demand.", "Dawn huma l-Belt, il- Hamrun, il- Mellieha, il-Cortin, il-Mosta, Ħal-Qormi, Tas- Sliema, is-Swieqi, il- Madliena, Baħar iċ-Ċagħaq, St. Andrew's u St. George's. Jekk nitkellmu fuq external plant network naturalment nista' nirreferi wkoll għall-fatt li kien sar il-ftehim mal-Melita Cable Television għall-użu tad-ducts tat- Telemalta speċjalment id- ducts użati għall-primary cable biex dan is- servizz ġdid ikun jista' jasal b'mod aktar faċli f'pajjiżna.", "Irrid ngħid ukoll li meta nagħmlu dawn il-pjani, qed nagħtu wkoll attenzjoni partikolari lis-south ta' Malta.", "Fil-fatt meta nitkellmu fuq din iz-zona nista' ngħid li llum il-ġurnata għandek spare capacity fil-cable network ta' ħafna postijiet fejn kellna nagħmlu xogħol biex nassiguraw li jkun hemm din l-ispare capacity.", "Fost eżempji oħrajn insemmi Cospicua, St. Thomas Bay, Ħal-Għaxaq, iż-Zurrieq, l- Imqabba, Vittoriosa, Safi, Gudja, Ħal Kirkop, l-Isla, Bulebel, il-Qrendi u nista' nibqa' sejjer hekk.", "Jekk imbagħad nagħti eżempju anke għar-rigward tas-secondary network bħall-każ ta' Santa Lucia, dan il-proġett illum huwa lest u n-nies li qed jistennew is-servizz tat- telephone f'din l-area sa l- aħħar tas-sena se jkollhom dan is-servizz.", "Naturalment meta nitkellmu fuq estenzjoni ta' cable network, irridu nħarsu lejn il- pajjiż kollu u rridu nħarsu bi pjan għaliex l-agħar ħaġa li tista' ssir hi li tipprova tagħmel bicca minn kullimkien fl-istess ħin.", "Jekk tagħmel hekk, il-probabbilta' hi li tispicca biex ma tagħmel imkien b'mod serju u biex ma tagħmel imkien b'mod radikali u komplet.", "Għalhekk meta nitkellmu fuq espansjoni tal- cable network tagħna, aħna nitkellmu fuq programm fejn nagħmlu prioritajiet ta' areas diversi, fejn nidentifikaw il- postijiet fejn ikollok priorita' għal għoti tas- servizz u fejn pass wara l- ieħor inkunu rridu naslu biex nagħtu s-servizz komplet, preferibbilment minn hawn u numru ta' snin oħra.", "It-target preċiża tagħna hija li sentejn oħra, apparti l-areas li diġa' semmejt, ikollna sistema ta' service on demand għal pajjiż kollu.", "Hawnhekk fl-aħħar mill- aħħar, qed nitkellmu wkoll fuq principju fundamentali.", "Se nieħu din l-okkażjoni biex nispjega dan il-principju fundamentali u biex nappella anke għat-twettieq tiegħu mill- istess Korporazzjoni Telemalta, fejn naf kemm hemm nies li qed jaħdmu b'dedikazzjoni għat-twettieq ta' principji bħal dan li qed insemmi bħalissa.", "Fl-aħħar mill-aħħar qed nitkellmu fuq bidla radikali ta' mentalita' li kien hemm sa l-1987 u l- mentalita' li llum qegħda tinbidel.", "Ma nistgħux inħarsu lejn is- servizz tat-telephone bħala xi ħaġa li noqogħdu nistennew biex naraw l-akkumulu ta' l- applikazzjonijiet jidħlu għad- diversi bliet u rħula ta' Malta, imbagħad nagħmlu l-pjani wara biex naqdu l-applikazzjonijiet li jkun hemm.", "Dik hija sistema antikwata li l- ewwel tistenna d-demand imbagħad tagħmel is-supply, għax sa meta tagħmel is- supply ikollok aktar demand imbagħad tiskopri li inti magħluq u trid tagħmel supply ieħor iktar 'il quddiem.", "Biex niftehemu din hija l- filosofija u l-mentalita' ta' min iħares lejn l-iżvilupp - u nawgura li ma nużahiex għallinqas fl-implikazzjonijiet ideoloġici oħrajn li jista' jkollha l-kelma - litteralment b'mentalita' reazzjonarja.", "Għalhekk mexjin għas-service on demand għaliex dan is-service ifisser li minflok noqogħdu nistennew il-problema u nirreaġġixxu wara ...", "Per eżempju rigward Ħal Qormi, waħda mill-areas li identifikajna għas-service on demand, naraw kemm hemm abbonati li qegħdin fuq il-waiting list f'din l-area, naraw x'inhu l- growth naturali - jiġifieri kemm irid jistenna wieħed fil- kors normali anke tenut kont ta' l-iżvilupp ekonomiku tal- pajjiż bħalissa - u naraw ir- rata ta' abbonati ta' applikazzjonijiet ġodda li deħlin bħalissa kull xahar.", "Jiġifieri jekk jien għandi bżonn sena jew sentejn biex nipprovdi servizz għal dawn l- irkejjen kollha, sa sentejn oħra kemm tkun kibret il- lista tan-nies jistennew?", "Ladarba s- servizz ikun available, għal kemm żmien dak is-servizz għandu jkun jibqa' availiable b'mod li ma jkollniex mill-ġdid kriżi f'diversi bliet u rħula ta' Malta?", "Din hija mentalita' li tfisser li fid-diversi ppjanar tal-Korporazzjoni Telemalta tara x'inhuma l-ħteġijiet tiegħek.", "L-ewwel livell huwa fil- livell ta' l-exchange capacity fil-pajjiż, cioe' inti għalxejn toqgħod twassal il- cables ħdejn id-djar tan-nies jew tagħmlilhom it-telefon fid- dar qisu ornament, jekk inti lanqas għandek capacity ġewwa l-exchange.", "Għalkemm illum din tinstema' bħala xi ħaġa ovvja, fil-passat donnu ma kenitx ovvja għaliex kellna sitwazzjonijiet fejn in-numru ta' nies jistennew it-telefon kien ferm akbar minflok anqas mill-exchange capacity.", "Li kieku għall-grazzja ta' l- argument, il-Gvern preċedenti kien igħid li se jħaffer lill- Malta kollha lejl u nhar, jew se jgħaddi l-overhead cables kollha ħalli jipprova jeħles lill kull min qed jistenna t- telephone - u altrimenti jiena ngħidlu li per eżempju fl-l985, meta Malta kellha waiting list ta' 27,152 abbonat, spare capacity fil-livell ta'l- exchanges kollha jew fil-livell ta switching kienet tammonta biss għall 2,334 linja - u dik is-sena stess dan kien joħroġ is-superman itir u jgħid li se jipprova jistalla telephone fil-każijiet tal-waiting applicants kollha fil- livell tal-exchanges mill-att ta' capacity kien isib li kellu kważi madwar 25,000 ruħ oħra li xorta ma jistax jaqdihom.", "Nixtieq ngħid ukoll li fl- l986 meta l-ispare capacity kienet ta' l3,600 linja, aħna kellna quddiemna waiting list li fuqha kien hemm madwar 25,000 abbonat, li allura kien ifisser li l2,000 ruħ żgur ma setgħux jinqdew.", "Imbagħad fis-sitwazzjoni tal- lum - biex naraw id-differenza totali fil- mentalita tal-lum - jekk inħares lejn il-waiting list ta' kif kienet f'Awissu 1992, insib li kelli waiting list ta' l4,256 ruħ, mentri l- ispare capacity illum fil- livell ta' l-exchanges tammonta għall aktar minn 40,000 linja.", "Mela dan ifisser li llum m'għandekx dik il-waiting list akbar mill- ispare capacity li hemm fl-exchanges.", "Naturalment issa l-Oppożizzjoni - u fuq hekk nitkellem aktar tard għax ma rridx ngħid kollox fl- opening, għax inkella ma jkolli xejn għall-għeluq ta' dan id- dibattitu - tista' targumenta li inti jista' jkollok area fejn fiha għad għandek persuni li għadhom jistennew it- telephone, peress li għad hemm il-problema ta' capacity fuq il-cable.", "Jista' jkun li għandek areas li għandhom problema ta' capacity fil- livell tal-DP boxes tas- secondary cable, jew xi problema sforz li m'għandekx kapaċita biżżejjed fil-primary cable li jasal f'dik l- area jew minħabba l-cable network minkejja li fil-ħames snin li għaddew, dan żdied u ġie enhanced ħafna.", "Fis-sentejn li ġejjin irridu nassiguraw li dan ukoll ilaħħaq mad-domanda li hemm bżonn.", "Dan hu l-ippjanar serju, li wieħed l-ewwel jara jekk għandux spare capacity fil-livell ta' l- exchanges u ladarba li jkollu dan jara jekk għandux spare capacity fil-livell tal-primary cable.", "Illum nistgħu ngħidu li il-parti l-kbira ta' Malta għandna spare capacity, sal- punt li nistgħu noffru s- service on demand f'numru konsiderevoli ta' bliet u rħula Maltin.", "Issa nistgħu nużaw l- istess argument u naraw jekk għandniex spare capacity fis- secondary cable u f'livelli oħrajn li huma meħtieġa għall- kommunikazzjoni ta' l-abbonati mas-sistema ta' Telemalta.", "Din hija l-bidla.", "Il-bidla ma tikkonsistix biss li għaddejna mill-iStrowger għad-digital.", "Il-bidla ma tikkonsistix biss li minflok li fis-sistema tagħna jkollna analogue cables, jkollna sistema ta' fibre optic links ta' trasmissjoni bejn kull exchange f'Malta.", "Il-bidla li seħħet ma tikkonsistix biss f'dawn l-affarijiet bħalma ma tikkonsistix biss fil-bidla ta' l-exchange internazzjonali ta' Malta li permezz tagħha issa ma ssibx bottleneck meta tiġi biex iċċempel għal barra.", "Fil- passat meta kont tipprova ċċempel għall-Italja, għall- Ingilterra, għall-Amerika, għall-Kanada jew għal x'imkien ieħor kellek ċans kbir li jidħollok engaged signal u kont trid tistenna fil-kju għaliex għandek bottleneck.", "Din il- ħaġa faċli tispjegaha għax fl- aħħar mill-aħħar din hija bħas- sistema ta' kull port ieħor.", "Jekk għall-argument ikollok port li minnu jgħaddu 100 call f'ġurnata jew f'ħin partikolari għal post partikolari u dak il- ħin ikollok 150 persuna li qed jipprovaw iċemplu, 50 minnhom lanqas ikunu jistgħu jikkomunikaw ma' barra l- pajjiż.", "Dawk il-bidliet radikali ma sarux biss biex illum m'għandniex congestions ta' dan it-tip imma wkoll sabiex aħna jkollna dik il- mentalita' li bl-Ingliż tissejjaħ proactive - flok reactive - sabiex inkunu proattivi, inħarsu lejn il- futur, jibqa' s-sens ta' viżjoni ġewwa fina u nibqgħu nagħmlu dak li hu meħtieġ minna biex il-pajjiż ikollu dak li huwa meħtieġ.", "Mr Speaker, nista' ngħid ukoll li mill- waiting list attwali hemm aktar minn 4,000 minnhom li se jingħataw servizz fi żmien qasir u 1,000 ieħor li qed jiġu pproċessati.", "Fil-fatt iċ-ċifra ta' applications not processed bħalissa trid tinżel minn 14,000 għal inqas minn 9,000 u l-pjan tagħna huwa li naslu għal ċifra aċċettabbli ta' nies mill-iktar baxxa fil- waiting list tagħna.", "Dwar l-għoti ta' servizzi ġodda, irrid ngħid li minn dan is-sajf ridna nistallaw sistemi ta' linji ġodda.", "Dan huwa marbut ma' konċetti oħra.", "Għalhekk irridu li jkun hemm il-koperazzjoni ta' kulħadd, li tikber is- sens ta' effiċjenza u impenn fost il-ħaddiema kollha fil-Korporazzjoni Telemalta.", "M'hemmx ħaddiem wieħed fil- Korporazzjoni Telemalta li ma jaqlax ferm iktar milli kien jaqla' qabel.", "Kien ukoll il- Gvern preżenti li qal u għadu jgħid li jekk ikun hemm bżonn ta' overtime, dan isir bil- ħlas.", "Qabel, min kien jagħmel l-overtime ma kienx jitħallas tiegħu, iżda kien jieħu t-time-off-in-lieu u tant kien hemm min ġemma' sigħat, li seta' jagħmel il-vjaġġ ta' Colombo.", "Madankollu, ħadd m'għandu jippretendi li issa li l- overtime jitħallas tiegħu, jabbuża u xogħlu jagħmlu fil- ħin ta' l-overtime waqt fil- ħin normali ma jsir xejn.", "Issib min fil-ħin normali jimrad, iżda x'ħin jasal il-ħin ta' l- overtime ifiq.", "Fil-mirakli nemmen, imma li jkollok fenomeni ta' nuqqas ta' dixxiplina ...", "Il-Korporazzjoni għandha d-dover li tieħu l- miżuri li hemm bżonn biex l- abbużi jitwaqqfu.", "Għalhekk iddeċidejna li l-overtime bl- addoċċ jitwaqqaf.", "Illum qed nagħmlu monitoring ta' istallazzjonijiet ġodda, permezz ta' line gang, li fi kliem sempliċi tfisser li llum għandna records ta' kull team li ħareġ ta' tnejn min-nies fuq bażi anke individwali, ġimgħa b'ġimgħa fil-postijiet differenti, fejn marru, kemm qed jipprovdu linji tat- telefon.", "Wasal iż- żmien li bħalma rridu nagħtu l-mertu u r-rikonoxximent totali - rikonoxximent anke finanzjarju li diġa' ngħata u fejn hemm bżonn ikompli jingħata - lil min jagħmel xogħlu b'dedikazzjoni, b'ħeġġa u b'lealta' - mhux lejn xi individwu partikolari, lanqas lejja bħala Ministru responsabbli għall- Korporazzjoni Telemalta, imma lejn il-poplu kollu ta' dan il- pajjiż - nagħmlu dan il- monitoring ukoll - u ma naħsibx li hu prudenti da parti tiegħi li noqgħod nippersonalizza d-diskussjoni b'dan il- mod - dwar x'xogħol sar abbażi ta' kull individwu u ta' kull gang fil- Korporazzjoni Telemalta fix-xhur li għaddew.", "Nista' ngħid li daqs kemm hemm min jispikka li qed juri li huwa kapaċi u leali lejn il- Korporazzjoni u jagħmel ix- xogħol li jirrikjedi l-poplu, daqstant ieħor hemm elementi fejn jispikkaw dawk li mhumiex kapaċi jagħmlu dan.", "Ikun tajjeb li npoġġi on record il- monitoring totali li qed isir f'dan ir-rigward, ħalli jekk ikun hemm bżonn ta' miżuri dixxiplinarji kontra min mhuwiex dispost li jisma' lanqas bil-kelma t-tajba, żgur li wara ħadd ma jkollu għalfejn javviċina lil ħadd u jgħid li ġie ttrattat b'mod differenti.", "Illum irrid ngħid li r-rata ta' servizzi ġodda ta' telephones li qed jingħataw, anke mingħajr overtime sakemm ma jkunx b'mod assolut meħtieġ u awtorizzat, hija rata li tipparaguna b'mod favorevoli ma' tax-xhur ekwivalenti fis-snin kollha preċedenti ħlief għar-rigward tas-sena li għaddiet.", "Rigward maintenance naħseb li diġa' kelli okkażjoni nitkellem, pero forsi nista' nżid ma' l-argument billi nagħmel l-appell lill-ħaddiema tal- Korporazzjoni Telemalta li bħalma aħna nagħmlu monitoring ta' għoti ta' servizzi ġodda irridu nagħmlu wkoll il- monitoring tal-fault clearance.", "Meta impjegat jissejjaħ biex isewwi fault, il-Korporazzjoni u hu għandhom responsabbilta' kbira lejn l-abbonat u lejn is- sistema kollha.", "Ma jistax ikun ittollerat li jkun hemm min jaħseb li fault tista' titħalla ġranet mingħajr ma tissewwa.", "Mr Speaker, mil-lat pożittiv irrid nesprimi sodisfazzjoni li dik li tissejjaħ ir-rata ta' faults per subscriber per year qegħda tonqos u prattikament niżlet fl-inqas livell tagħha għaliex filwaqt li per eżempju, fl-1976 il-possibilita' ta' fault per subscriber per year kienet ta' 1.57, illum din niżlet għal 0.67.", "Pero' apparti r-rata tal-faults ma nistax ukoll ma ntennix l- argument - li għamilt ripetutament minn dan il-post - favur il-ħtieġa ta' rispons fil-pront dedikat u ta' lealta' lejn l-abbonati tal- Korporazzjoni Telemalta.", "Mr Speaker, aktar qabel fid- diskors tiegħi tkellimt ukoll dwar id- trasmissjoni internazzjonali u semmejt il- bottlenecks.", "Irrid ngħid li filwaqt li l-akbar żblokk - ħalli nsejjaħlu hekk - ta' l- għonq tal- flixkun dejjaq li kien hemm għamilnieh bil-ftuħ ta' l-exchange internazzjonli l-ġdida li kienet fetħet fit-3 ta' Ottubru 1989 - u kien minn dak inhar li r-rate of growth on average minn rata ta' 8% tela' għal 23% fis-sena - dan l-iżvilupp ried ikompli u s-sena li għaddiet biss - jiġifieri jekk issa ma noqgħodx nħares lejn dak kollu li sar mill-1987 'l quddiem - stabbilejna għall-ewwel darba 21 telephone circuit dirett bejn Malta u l-Canada.", "Fi ftit kliem qed nevitaw il-bżonn li dawn jgħaddu l- ewwel minn fuq l-Italja.", "Bil-linji diretti mal-Canada, t-traffiku fuq din ir-rotta issa qiegħed igħaddi b'aktar effiċjenza u naturalment bi kwalita' aħjar.", "Irrid ngħid ukoll li n-numru ta' ċirkwiti diretti ma' l- Istati Uniti, ġew aktar minn irduppjati, minn 15 tellajnihom għal 39 u dawn inqallbu għal fuq is-sistema diġitali.", "Irrid ngħid ukoll illi ċ-ċirkwiti mal-pajjiżi Skandinavi żdiedu minn 6 għal 11.", "Mr Speaker, naħseb li l-akbar impenn li se jkollha quddiemha l- Korporazzjoni Telemalta se tkun il-Fibre Optic Link bejn Malta u Sqallija.", "B'hekk mhux biss ikollna back-up totali ta' aċċess għall-Italja u minn Palermo 'l fuq għal mal- kumplament tad-dinja, imma din hija wkoll ċavetta oħra b'sistema li tkun trid tintuża anke għad-data services l-iktar moderni li jirrikjedi l-pajjiż.", "X'ifisser dan fit-traffiku internazzjonali?", "Jien, fil- bidu ta' dan id-dibattitu għidt li ċ-ċifri aktar milli rdoppjaw.", "Mr Speaker, iċ-ċifri preċiżi huma dawn:- Fl-1987 il-Maltin għamlu 8.26 miljun minuta f'telefonati għal barra; Fl-1991 bħala sena finanzjarja, tlajna għal 16.64 miljun minuta, jiġifieri aktar mid- doppju.", "Mr Speaker, jekk inħarsu anke lejn iċ-ċifri li għandna fl-Annual Report fuq dan il-punt naraw il-qabża kbira li għandna f'dan ir- rigward.", "Iċ-ċifri ta' din is- sena naturalment għad m'għandniex.", "Mela mill-1987 sa' l-1991, l-ammont ta' minuti f'telefonati barra minn Malta aktar milli rdoppja.", "X'inhi d- differenza jekk inħarsu biss lejn l-aħħar sena li għandna available?", "Jekk tagħmel paragun bejn l- 1990 u l-1991, issib illi fl- 1990 it- traffiku għal barra kien ta' 13.56 miljun minuta filwaqwt li fl-1991, kif għadni kif għidt, kien ta' 16.64 miljun minuta.", "Xi jfisser dan?", "Din tfisser li apparti li mill- 1990 għall-1991 erġajna rreġistrajna żieda ta' 23% fi traffiku internazzjonali, f'sena waħda biss kellna żieda ta' aktar minn 3 miljun minuta fuq it-telephone ma' barra minn Malta.", "Kieku kelli nagħmilha fit-termini kif ġieli għamiltha ġewwa dan il-Parlament f'okkażjonijiet oħrajn, li ma nitkellmux biss il-lingwa li forsi diffiċli nifhmuha b'mod lajk, ngħidu x'ifisser?", "F'termini li forsi nistgħu nifmuhom aħjar ifisser li l- Maltin bejniethom fl-1991 għamlu aktar minn 3 miljun minuta jċemplu għal barra milli għamlu fl-1990.", "Dan ifisser li f'sena waħda l-poplu Malti u t- turisti li jżuruna għamlu sitt snin aktar fuq it- telephone ma' barra minn Malta.", "Mr Speaker, irrid infakkar ukoll li għalkemm f'Lulju ta' l-1990 kienu roħsu r-rati tas-sejħiet diretti għal barra, xorta waħda kellek qabża fid-dħul ta' 26%.", "Mela nosservaw li għalkemm raħħasna t-tariffa għal barra, kellek id-dħul li jpatti għal dak ir-roħs għaliex aktar ma inti taddotta policies li bihom tkun orjentat lejn aktar traffiku fis-servizz telefoniku, aktar tkun qed timxi b'sistemi moderni, b'sistemi li jirriflettu wkoll fihom nfushom u dan huwa indicator ieħor tas-suċċess fil-kamp tat-telekomunikazzjoni u fil-kamp ekonomiku fil- pajjiż.", "Jiena naħseb li llum l- intervent tiegħi f'dan id- dibattitu, huwa forsi xieraq li ngħalqu preċiżament b'numru ta' indicators, kif insejħilhom jien, tal-performance tal- Korporazzjoni Telemalta fis- sena finanzjarja li għaddiet u indicators li huma wkoll marbuta mal-performance ekonomiku fil- pajjiż matul l- istess sena finanzjarja.", "Diġa' tkellimt - u dan huwa indicator fih innifsu - dwar il-qabża fit- traffiku internazzjonali.", "Kif diġa' spjegajt mill-1990 għall-1991 kellna qabża ta' 23% fit- traffiku u 26% fil-qliegħ li għamilna mill-kamp ta' traffiku internazzjonali.", "Is-sena finanzjarja 1991-1992 fiha numru ta' success stories oħrajn.", "Dawn huma stejjer marbuta ma' din is-sena finanzjarja għaliex hija l- ewwel sena finanzjarja fejn nistgħu naraw l- effett totali ta' diversi miżuri ġodda u radikali li ġew introdotti fis- snin li għaddew, pero' li gawdew għall-ewwel darba f'sena sħiħa kien preciżament fis-sena finanzjarja li għadha kif spiccat.", "Mr Speaker, rigward it- Telecare nista' ngħid li dan huwa success ieħor għall- Korporazzjoni Telemalta u sal- bieraħ kien hemm 2,225 abbonat fuq is- sistema l-ġdida tal-life-line li ġiet introdotta mill-Amministrazz- joni preżenti.", "Bis-saħħa tat- Telecare, saru diversi interventi għax b'għafsa ta' buttuna fuq is-set tat- telephone, dawn in-nies jistgħu jikkommunikaw ma' exchange specjalizzat fejn għandek operators li huma trained u li jifhmu l-problemi tagħhom.", "Fuq il-monitor titla' l-informazzjoni mill-ewwel u dawn mill- ewwel jagħtu l-intervent li jkun hemm bżonn.", "Irrid ngħid li fil-fatt għandna 200 applikazzjoni oħra li qed jiġu processed u fil-Budget għas- sena d-dieħla qed nerġgħu nivvutaw flus biex inżidu madwar 1,700 set ieħor għaliex dan huwa servizz ta' natura socjali, li l-Korporazzjoni Telemalta llum hija kburija li qed tagħti.", "Success story oħra hija t- Telecard li daħlet f'Malta f'Lulju ta' l-1991.", "Mela l- ewwel darba li qegħdin naraw l- effett ta' sena finanzjarja sħiħa huwa preċiżament is-sena finanzjarja li qed niddiskutu llum, minn Ottubru 1991 sa Settembru 1992.", "Illum għandi l-pjaċir nħabbar li sa' l-aħħar ta' Settembru nbigħu total ta' 314,000 telecards ta' diversi denominazzjonijiet.", "Il-qliegħ li għamlet Telemalta minn dawn it-telecards diretti huwa ta' Lm807,436.", "Dan huwa servizz kompletament ġdid li minnu jkollna l-aktar qliegħ għall- Korporazzjoni.", "Dan is-servizz tista' tqabblu mad-dħul minn coinboxes jew minn metering għax filwaqt li fil-coinbox il- flus jinġabru wara li jintefgħu fil-coinboxes, fit- Telecard l-ewwel iridu jitħallsu l-flus imbagħad wieħed jista' jmur iċempel x'ħin irid bil- kumdita' kollha.", "B'hekk ikun hawn anqas vandaliżmu, t-Telecards kollha huma kollha monitored jiġifieri huma mqabbdin ma' sistema ċentrali biex jekk ikun hemm ħsara nkunu nafu.", "Illum irrid ngħid li din l- istorja oħra ta' suċċess trid twassalna għall- introduzzjoni ta' żvilupp ieħor ġdid għal dan il-pajjiż.", "Għaliex kif wasalna għat-Telecard se naslu fl-ewwel xhur tas-sena d-dieħla għall- credit card home, jiġifieri se naslu għall-numru ta' telephone boots li jekk ma tridx tixtri telecard mingħand it-Telemalta jew mingħand il-ħwienet approvati, tista' tmur bi kwalunkwe Telecard li jkollok fuqek bħal Visa, master card forsi anke jmur xi ħadd bl- American Express Gold liema waħda trid u tagħmel it- telefonata fuq il-credit card tiegħek stess.", "Suċċess ieħor li daħal għall- ewwel darba f'din is-sena finanzarja hija l- iStar Services.", "Din hija l-ewwel sena finanzjarja fejn nistgħu wkoll nitkellmu dwar numru raġonevoli ta' abbonati li daħħlu fis-sistema ta' l- iStar Services, sistemi li ilhom jeżistu barra mill-pajjiż u li Malta llum wkoll għandha dawn is-servizzi ntrodotti.", "Irrid ngħid li n-numru totali ta' abbonati li jħallsu fuq Star Services huwa ta' 1,748 paying subscribers li bejniethom għandhom 3,857 Star Services.", "Dan huma apparti xi 600 abbonat ieħor li tajnihom is-servizz b'xejn bħala offerta ta' prova jew inawgurazzjoni talli jkunu żaru l-fiera internazzjonali ta' Malta u marru fl-istand ta' Telemalta jew inkella marru l- Airport fl-inawgurazzjoni tiegħu u apparti ukoll uffiċjali tal-Korporazzjoni u d-Deputati li ġie estiż lilhom dan is-servizz.", "Qed nitkellem fuq paying subscribers ta' 1,748 li bejniethom għandhom 3,857 star services.", "Storja oħra ta' suċċess ġdida riflessa għall-ewwel darba fis- sena finanzjarja li qed niddiskutu hija d-Digital Data Network.", "Id-Digital Data Network huwa servizz li daħal f'Novembru ta' l-1991 u sal-lum hemm 94 ciriuts in operation.", "Għandek organizzazzjonijiet bħal Mid Med, il-Bank of Valletta, s-SITA, l-Management Systems Unit, l-insurance companies li jgħaddu data bi speed raġonevoli u bi speed anke avvanzat, permezz ta' sistema ta' data communication li jużaw ukoll il-fibre optic network li għandha l- Korporazzjoni Telemalta.", "Dawn huma kollha servizzi ġodda u kollha servizzi li rridu nkomplu nespandu bl-aktar mod radikali matul is- sena d- dieħla.", "Mr Speaker, nagħlaq bi storja ta' suċċess - għaliex xi kelliema ta' l- Oppożizzjoni kważi ndikawli li għal-lum qed ngħid iż-żejjed - pero' ma jfissirx li apparti minn dak li lest nisma' bl-akbar atten-zjoni, ma jkollniex aktar xi ngħidu.", "Pero' biex ma nkomplix għaddej b'din ir- rankatura, nagħlaq b'suċċess ieħor, li huwa l-fatt li llum il- Korporazzjoni Telemalta għandha wkoll parti mill- introjtu tagħha li jiġi mit- traffiku li jssir mit-Telecell.", "It-Telemalta titħallas ta' telefonati li joriġinaw minn fuq it-Telecell u li jidħlu fis-sistema ta' Telemalta, jew inkella jkollok nies li jużaw it-Telecell biex iċemplu għal barra u naturalment Telemalta tieħu parti minn dak ir- revenue, għaliex igħaddu minn fuq is-sistema tagħha.", "Illum għandek tkattir ta' flus li jiġi wkoll minn dan is-servizz ġdid għal Malta.", "Dan is- servizz kien introdott fl- 1990.", "Jekk taqra x'qed jiġri barra, dan huwa wkoll marbut ma' l- iżvilupp fil-futur fl-Ewropa u f'partijiet oħra tad-dinja.", "Meta fil-futur tidħol is- sistema GSM li tkun sistema li tkun armonizzata ma' l-Ewropa kollha, ikun possibbli li ssuq minn Helsinki għal Ruma jew vici versa mingħajr ma toqgħod tieqaf f'kull belt biex tibdel is-set tas-cellular telephone jew in- numru.", "Ikollok is- sistema li tmur fejn tmur għallinqas fl-Ewropa tibqa bl- istess abbonanment u tibqa ċċempel lil min trid u fejn trid anke b'sistema ta' cards li ssib f'diversi pajjiżi u tiċċarġja l-card tiegħek.", "Apparti l-vantaġġi ta' sistema komuni, naturalment is-sistema ta' Malta hija marbuta kontrattwalment li tavvanza għal dan il-qbiż ta' kwalita' li jkun seħħ fl-Ewropa wkoll.", "Irrid ngħid li llum diġa' għandna generation of income mil-fatt li għandek dawn il- calls li jgħaddu minn sistema għall-oħra.", "In-net income li għamlet il-Korporazzjoni Tele- malta fl-1991-1992 mis- cellular service mit-traffiku biss u parti mir-renti tas- subscribers ta' Telecell jammonta għal Lm347,000 u bħala net contribution is-sena d- dieħla huwa mistenni li jitla' għal Lm412,000.", "Dan huwa source of income ġdid għall- Korporazzjoni Telemalta, li huwa wkoll marbut ma' l-istorja tas-suċċess tad-dħul ta' dan is-servizz ġdid ġewwa l-pajjiż.", "Mr Speaker, dak li sar fil- ħames snin li għaddew, huwa radikali u jkopri area vasta, pero' fl-aħħar mill-aħħar dak li sar huwa wkoll pedament għal ħafna iktar li rridu nkomplu nagħmlu fis-sena li ġejja, fis- sena ta' wara, u f'dawn il- ħames snin.", "Kieku kelli nagħmel il-kejl ta' kemm ingħataw servizzi ġodda lill- poplu Malti fil-ħames snin li għaddew, insib li minn Ġunju 1987 sa l-aħħar ta' Settembru, tajna aktar minn 54,000 servizz tat- telephone f'dan il-pajjiż.", "Pero' l-għoti ta' dawn is- servizzi kollha ma jġibniex fis-sitwazzjoni li npoġġu bil- qegħda, li nħarsu lura u ngħidu kemm aħna kuntenti, kemm aħna bravi u kemm għamilna affarijiet ġodda.", "Aħna kburin b'dak li għamilna, kburin ħafna bis-suċċessi li wettaqna, pero' dak kollu li għamilna jnissel fina sentiment ieħor, sentiment ta' preparament, ta' kuraġġ ġdid għall-isfidi ġodda li ġejjin u li jiġu fuq kull min ikun dispost b'servizz bħalma hu t-telekomunikazzjoni mingħajr ma jħares lura u mingħajr ma jħares lejn is- suċċess preżenti imma jħares dejjem lejn il- futur u jgħid li Malta llum għandha edge konsiderevoli f'dan il-kamp.", "Dan mhux biss għas-suċċes fit- telekomunikazzjoni innifsu imma għas-success ġenerali li jrid jitwettaq fil-pajjiż, fil-kamp ekonomiku, fil-kamp tat- tkattir ta' aktar negozju, fil-kamp ta' Malta bħala fulkru ta' attivita' kummerċjali, fil-kamp ta' attivita' oħra f'dan il- pajjiż kif ukoll fil- kamp li nagħmlu dejjem dawk il-qabżiet kollha ta' kwalita' li l-pajjiż jinħtieġ u mhux l-inqas, fil- kamp li naffermaw anke f'dan is-settur, l- identita' tagħna Ewropea li Malta hija kburija li hija minn ta' quddiem mal- pajjiżi fl-Ewropa, li jkollha sistema li ma tħammrilna wiċċna ma' ħadd, li allura tippreparana li nkunu lesti għall- adeżjoni tagħna anke fil- Komunita' Ewropea, billi l- obbligi kollha tagħna anke fil- kamp tat- telekomunikazzjoni, jkunu obbligi li aħna kollha pprevedejna u li aħna disposti li nwettqu.", "Dan kollu mhux biss jagħmilna kburin u sodisfatti li fis-snin li għaddew sar dan ix-xogħol imma jimlina bil-kuraġġ għas- snin li ġejjin.", "B'dan il- messaġġ jien nirringrazzja lill-Bord ta' Diretturi li kienu xjenti ta tant xogħol fil-Korporazzjoni Telemalta u naturalment is-sena finanzjarja li qed niddiskutu llum tkopri fil-parti l-kbira l-ħidma ta' dak il-bord.", "Naturalment nagħti l-istess awgurju lill- bord żagħżugħ dinamiku ġdid li għandna fil-Korporazzjoni Telemalta li żgur huwa lest għall-isfidi li ġejjin.", "Nagħti l-istess awgurju lill- management kollu, lin-nies dedikati u lill-ħaddiema kollha tal-Korporazzjoni Telemalta għaliex jekk hemm korporazzjoni fejn min huwa dispost jiddistingwi lilu nnifsu bix- xogħol li jista' jagħti u fejn hemm min jista' jingħata - ikun f'liema livell ikun - ir- rikonoxximent u s-sodisfazzjon totali għall-ħidma li jkun qed iwettaq, naħseb li l- Korporazzjoni Telemalta hija waħda mill-akbar challenge employment opportunities fil- pajjiż u għandu jkun kburi kull min, fi kwalunkwe livell, huwa assoċjat mal-ħidma ta' din il- Korporazzjoni.", "Nixtieq nagħti l-awgurji u r-ringrazzjament totali tiegħi lil dawk in-nies kollha li jagħmlu xogħol konness ma' Telemalta.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Freddie Micallef.", "ONOR.", "FREDDIE MICALLEF: Wara din l-istorja ta' suċċessi, Mr Speaker, kważi kważi lanqas naf minn fejn se nibda.", "Infatti se nibda mill-aħħar rimarka li għamel il-Ministru meta qal illi dan il-qasam wera li joffri opportunitajiet kbar għal aktar impiegi u sabiex f'dan il-qasam inkomplu nespandu u nutilizzaw in-nies tagħna.", "Infatti, meta wieħed iħares lura jinduna u għandu jkun rikonoxxenti wkoll għal dak li għamel Gvern Laburista meta għal 12 jew għal 13-il sena sħaħ, ħadem sabiex dan il- qasam sar tagħna l-Maltin u sabiex dan il-qasam kiber u espanda.", "Aħna għandna għaliex inkunu kburin li f'qasam hekk importanti - li tant aċċenna għalih il-Ministru llejla - għamilna l-avvanzi li għamilna f'dawk it-12-il sena minn meta ħloqnih sa' l-1987.", "Għalhekk għamilt din ir-rimarka fuq l- aħħar rimarka li għamel il- Ministru u naħseb li dik kienet l-akbar storja ta' suċċess għall-Malta li aħna kellna l- kuraġġ bħalma għamilna fil- qasam ta' l-ajru, fil-qasam tal-banek u bħalma għamilna fl- oqsma oħrajn.", "Għall- ewwel darba kellna l-fiduċja li aħna ngħidu li aħna kapaċi daqs il- barranin, kapaċi nibqgħu fuq saqajna u nuru lid-dinja li aħna kapaċi mmexxu.", "Din hija l-akbar storja ta' suċċess f'dan il-qasam u f'diversi oqsma ta' Malta kif nafuha llum.", "Niġu għar-rapporti li għandna quddiemna.", "F'dak kollu li għidt f'dawn l- ewwel żewġ minuti, meta kont qiegħed naqra r-Rapport Annwali għall-1991/92 li ġie mqassam lill-Membri ta' din il-Kamra f'nofs il-ġimgħa l-oħra, jien qrajt x'kellu jgħid ic-Chairman u l-General Manager ta' din il- Korporazzjoni.", "Jien bdejt naħseb bejni u bejn ruħi li Malta twieldet fl- 1987; ħsibt li qegħdin fl- Afrika t'Isfel; aħna s-suwed u huma l-bojod.", "Ċerti rimarki li hemm fir-rapport lili weġġgħuni.", "Ħassejt li mhux sew li jsiru rimarki ta' din ix- xorta.", "Bħalissa qed nirreferi għall-ebusija tad- diskors li hemm f'paġni 4 & 5 fejn inkiteb hekk:", "\"Continuity in administration as a result of the last elections which were held during the year under review strengthened the Corporation's vision of the role of Maltese communications in the 21st century, and provided the opportunity for the Corporation to consolidate its position in consonance with this vision.\".", "Issa meta wieħed joqgħod jixtar dan il-kwalita' ta' diskors li għadni kif qrajt - u dan mhux qed ngħidu b'xi rabja - wieħed jistaqsi: Min kiteb dan id- diskors ma kienx jaf x'sar fi żmienna?", "Ma kienx imdaħħal biżżejjed biex jaf x'sar f'dan il-qasam?", "U jekk dan kien jaf, lill-Ministru nistaqsih: X'tagħmlulhom lil dawn il- kwalita' ta' nies biex kemm f'dan ir- rapport u anke fir- rapport li kellna quddiemna ftit xhur ilu rigward it- trasport pubbliku - rapport li jien xebbaħtu ma' l-istess diskors li kien kiteb iċ- Chairman dak inhar - li jaslu li jiktbu dan il-kwalita' ta' sentenzi li meta taqrahom, nerġa' ngħid, tibda tiddubita jekk aħna hux qed ngħixu fl- Afrika t'Isfel?", "Qed insemmi l- Afrika t'Isfel għax nafu kif il- bojod jittrattaw lis-suwed hemm, pero' naħseb li hawn Malta m'għandux jsir hekk.", "Meta tafu x'għamilna f'dan il- qasam aħna fis-snin li rreferejt għalihom u meta tafu kemm batejna biex waqqafna Telemalta u kemm ġrejna biex waqqafna fuq saqajh lil dan il- qasam, huwa ferm diffiċli li wieħed jaċċetta dan u ma jagħmilx rimarka fuq din il- kwalita' ta' kitba.", "F'dawn l-40 minuta li għandi għad-dispożizzjoni tiegħi, ma nistax ma nagħmilx referenza għal certu diskors li ntqal u nkiteb.", "Paġna 5 tar- Rapport tgħid:", "\"The past year, while still one dedicated to renovation, was essen- tially a period of stock taking.", "Like a must of a new wine it came at the end of a period of hectic activity as a result of the extraordinary capital investment in telecommunications, a measure which in reality only reflected and satisfied the need for the country to step out of the third world league mentality and to measure up to the role of a fast developing nationhood in preparation for its promotion to the premier European league.\"", "Ma nafx għalfejn jiktbu b'dan il-mod meta jafu li dawn l- affarijiet ħloqnihom aħna u nafu minn fejn tlaqna, fl-1971, meta lanqas kienu kapaċi jorganizzaw airline tagħna.", "Kienu ġiebu l-barrani u ħarab bil-flus b'kollox, u dan ġara f'diversi oqsma oħra.", "Wara li għamilna dan kollu, llum qed niġu insulentati li aħna minn third world league mentality issa qed naħdmu biex immorru fil-premier league ta' l- Ewropa.", "Jien ma nistax nifhem għalfejn nitkellmu b'dan il-mod fuq dan il-qasam.", "Meta taqra l- ewwel sentenza, miktuba mic- Chairman il-ġdid, tinduna li ma kienx hemm għalfejn jitkellem b'dan il-mod.", "Għaliex?", "Għax fl-istess rapport, f'paġna 1 insibu:", "\"The recent past of Telemalta Corporation has been marked with a massive investment in the digitilisation of the communication system\".", "Mela morna għad-digital u għamilna nefqa kbira li kulħadd jaf li qegħda tiġi riflessa f'dan ir-rapport għaliex meta wieħed jara x'infaqna f'dawn l- aħħar ħames snin jinduna li bir-raġun tgħid li kien hemm a massive investment.", "Dan huwa l-punt tiegħi llejla u mhux se nkompli nagħmel referenza aktar għal dak li mmarkajt fir-rapport dwar rimarki li ma kienu jixirqu xejn lil din in-naħa, Mr Speaker.", "Min kiteb dan ir-rapport missu jaf li d-dinja kollha miexja 'l quddiem f'dik li hija teknoloġija.", "Minn sena għall- oħra jsiru avvanzi u bdil kbir fit-teknoloġija.", "Ilum, jekk nieħdu l-computer, dak li sena ilu kont tqisu bħala xi ħaġa effiċjenti, illum lanqas għadu in voga.", "In fatti min jisma' r-reklami fuq l-istazzjonijiet tar-radju llum, jinsa dak li kien jiġi reklamat sena ilu.", "M'hemmx għalfejn nitkellmu b'dan il-mod u se ngħid aktar minn hekk.", "Il-Gvern Laburista fl-1987 kellu l-istess fore sight f'dak li għandu x'jaqsam mas-sistema l-ġdida.", "Tant hu hekk li meta wieħed iħares lura u jfittex x'kienet għamlet il- Korporazzjoni Telemalta f'dak iż- żmien isib li kellna diġa' l-fakulta' li Malta tissellef mill-European Investment Bank.", "Din hi l-komunita' li qegħdin nagħmlu referenza għaliha bħala l-premier league li se mmorru fih ħalli tiffinanzja l-proġett li kellu jsir tal-master plan ta' l-ITU.", "Jiġifieri dan meta sitt snin wara ngħidu x'aħna noffru, nkunu qegħdin nesaġeraw meta mbagħad noqogħdu ngħajjru dak li kien isir sitt snin u seba' snin ilu li ħafna minnu lanqas kienu jeżistu l- faċilitajiet tagħhom u npoġġuha b'tali mod li qisna twellidna fl-1987.", "Jiġifieri d-direzzjoni kienet hemm, pero' jien nagħmel domanda lill- Ministru fejn nistaqsih jekk hux l-istess Ministru li ftit ġranet ilu meta ġiet il-prototype tal- karozza tal-linja u r-reporters għamlulu domanda meta dawn ser ndaħħluhom hawn Malta, semma il-kelma priority?", "Dan hu l- istess Ministru li llejla ppermetta li jinkiteb dan, u li x'ħin staqsewh meta se jdaħħluhom u kif se jidħlu qal li wieħed irid iżomm quddiem għajnejh l-prijoritajiet u l- qagħda ekonomika tan-nazzjon?", "Dak kollu li qal il-Ministru dak inhar waqqgħu llejla għaliex għamel siegħa u kwart igħajjat bl-istorja ta' suċċessi u nesa li ftit ġranet ilu qal li jrid jagħmel bħalma għamilna aħna fl-1987.", "Dak inhar konna għamilna l- ewwel pass f'din id-direzzjoni, meta għamilna l-master plan ta' l-ITU u diġa' kellna aċċess għas-self mill-European Investment Bank.", "Illum ġejt tgħajjarna meta ftit ġranet ilu għamilt l- istess bħalna.", "Aħna kellna prijoritajiet differenti u ma stajniex nagħmlu l- investiment li kellek il- fakulta' li tagħmel int f'dawn l-aħħar snin ħalli tiġi tiftaħar bl-istorja ta' suċċess.", "Jien nistaqsi lill- Ministru: Jekk f'dan il- qasam kellek iċ-ċans li tagħmel dawn l- investimenti kollha, għaliex imbagħad fuq affarijiet oħra li huma tant essenzjali u li huma ta' servizz għall- pubbliku, qiegħed tikkontradixxi dak li għidt band'oħra?", "Minn banda waħda ma tistax tifraħ bi storja, imbagħad tiġi hawn, tpinġi din l-istorja mod ieħor u terġa' tiftaħar biha.", "L-attitudni tiegħek kienet ferm differenti u dan wieħed irid jieħdu in konsiderazzjoni meta jikteb u jitkellem għaliex anke d-dinja allavolja min għamilha kien omnipotenti, xorta ma għamilx kollox f'daqqa.", "Nerġa' ngħid li almenu kellna nieħdu l-kredtu li aħna għamilna l-ewwel passi kbar f'dan il-qasam, bħalma għamilna f'affarijiet oħra, pero' affarijiet oħra rnexxilna nlestuhom u dawn konna bdejnihom u konna mexjin fl- istess direzzjoni li mexjin intom llum.", "X'inhi d- differenza, Mr Speaker, f'dan il-qasam, bejn l-Amministrazzjoni Nazzjonalista tal-lum u Amministrazzjoni Laburista ta' dak inhar?", "Id-differenza qegħdha mhux fil-pjan, fil-foresight jew il-fatt li aħna ridna bilfors noqogħdu bis-sistema l-antika u ma mmorrux għas-sistema moderna, bħalma qal il- Ministru, għax l-istorja u l- fatti juru mod ieħor.", "Diġa' kien hemm pjan li beda jitwettaq u diġa' kien hemm fakulta' għall- finanzi li stajna nissellfu ħalli dan il- qasam jimxi 'l quddiem fl- istess direzzjoni li miexi llum.", "Imma d-differenza fejn qegħda?", "U dan li ma qalilniex illejla l-Ministru.", "Semma l- istejjer kollha ta' suċċess li seta' jirreferi għalihom, imma mbagħad l-aktar ħaġa essenzjali, jiġifieri l- istorja tas-suċċess ta' kif intnefqu dawn il-flus u għaliex intnefqu b'dik il-ħeffa ma qalhiex.", "U din hi l-akbar mistoqsija li qed tagħmel l- Oppożizzjoni u l-poplu in ġenerali.", "Aħna qatt ma konna kontra l- introduzzjoni ta' teknoloġija moderna u jien diġa' għidt x'konna għamilna.", "Aħna għan-nom tal-poplu, mhux f'dan il-qasam biss irridu naraw kif qegħdin jintnefqu l- flus.", "Dan huwa l-crux tad- differenzi bejnietna u mhux nipprovaw nispustaw l-argument u ngħidu li n-naħa l-oħra meta kienet fil-gvern kienet riedet tħalli s-sitwazzjoni forsi tedjanti u ta' dwejjaq bi crossed lines u b'affarijiet oħra!", "Dan mhux veru.", "F'affarijiet oħra, għax kellhom priorita' għamilna passi ta' ġgant fid-direzzjoni li llum wasalna fiha u ma tistax tasal għal kollox f'daqqa.", "Mr Speaker, imma li ridna nkunu nafu llejla rigward dan il-qasam - u aħna ninsistu li għandna nkunu nafu - hija kif intnefqu dawn il-flus, għaliex intnefqu b'dik il-ħeffa kollha u xi ħtieġa kien hemm li jintnefqu b'din il- ħeffa kollha.", "Għax aħna dan li qegħdin nikkundannaw u issa ngħid iktar 'il quddiem x'nikkundannaw.", "Infatti llejla saru xi rimarki - u dawn ħadt nota tagħhom u se nipprova ninfilżahom fid-diskors li qed nagħmel illejla - fejn il- Ministru għamel referenza għad- djun li daħlet għalihom il- Corporation.", "Kien hemm ħtieġa li tidħol għal dawn id-djun kollha meta aħna kellna dawk il-miljuni kollha available tal-Protocol li għamilna ma' l- Italja?", "Kien hemm ħtieġa li Telemalta - u dan hu diskors tal-Ministru u mhux se noqgħod nirreferi għal dak li rrimmarkajt jiena fir-rapport - tħallas imgħax u interessi ta' Lm3.1 miljun fis-sena?", "Illum mhux il-poplu jrid jagħmel tajjeb għalihom dawn?", "Jien lill-Ministru nistaqsih: Possibbli li int ma titkellimx mal- konsumatur?", "Possibbli li l-uffiċjali ta' Telemalta li għandhom x'jaqsmu ma' l- accounts ma jgħidulekx xi problemi qegħdin jiltaqgħu magħhom u kemm għandhom complaints?", "Ma tistax tgħidilna kemm għandek każijiet quddiem il- Qorti ta' nies li ġew mitluba jħallsu mijiet ta' liri li forsi ma kenux dovuti?", "Ma jgħidulekx kemm qegħdin imorru nies għandhom biex jikkomplejnjaw li rċevew kont ta' Lm50 u Lm60 għalkemm il- post tagħhom kien ilu magħluq għal tliet xhur sħaħ?", "Jiena ftit ilu lill-Ministru Gatt f'din il-Kamra saqsejtu: Dak il-post li ftaħt sabiex jagħmlu l-complaints, japplika wkoll għal dak li għandu x'jaqsam ma' l-azjendi parastatali wkoll, mal-corporations u mal-Gvern?", "U l-Ministru kien qalli: Iva.", "Jien rrispondejtu li l-għada stess kont se nibgħatlu nies li rċevew kontijiet tat-telephone, li wara li saru l- investigazzjonijiet instab li dawn saru telefonati għan- Niġerja.", "Issa li familja tagħmel telefonati n-Niġerja fejn m'għandha l-ebda konnessjoni u tintalab li tħallas Lm432 - u bħal dan il- każ hemm oħrajn ġon-Naxxar u nsemmihomlu bl-indirizzi jekk irid - tibda tgħid: Dan hu l- mod li bih aħna se nħallsu għal dawn id-djun u għal dawn l- interessi?", "Il-konsumatur se jagħmel tajjeb għal dan?", "Minkejja l-ftaħir li għidna li tajna l-ewwel 100 call b'xejn - u dan nerġa' ngħid qed ngħidu f'parentesi - illum għal xi raġuni hemm ferm aktar complaints fuq il- kontijiet milli kien hemm qabel.", "Allura int mhux fid-dmir li tara x'inhi r-raġuni?", "Mhux fid-dmir li tara x'inhi l-aktar ħaġa essenzjali għall- konsumatur illi ilek issemmi u tinqeda bih fil-ħafna ftaħir ta' llejla u bl- istorja tas-suċċess tat- Telecare, eċċ. eċċ. Il- maġġoranza tan-nies li qegħdin jikkomplejnjaw imissek ilek li bdejt tagħti kashom għax jien ċert li ilhom jiġbdulek l- attenzjoni għax aħna Malta qegħdin ngħixu.", "Fil-bidu għamilt referenza għas-South Africa imma naħseb illi meta niġu għall- complaints in-nies li jiġu jgergru għandi huma l- istess nies li jmorru għand il- Ministru u għand kull membru ta' din il-Kamra.", "U dan kien imissek rajtu.", "Inkomplu issa wara li għamilna din in-nefqa kollha - u din kellu jgħidilna l-Ministru ...", "Għaliex aċċelerajna n-nefqa daqstant?", "Forsi din saret biex jitħallsu l- commissions qabel l-elezzjoni li għaddiet u li għamilna referenza għaliha bl- aktar mod sfaċċat f'dan ir- rapport illi serraħna qalbna li tela' l- istess Gvern eċċ. eċċ. Għaliex dan?", "Fejn marru dawn il-flus kollha f'daqqa?", "X'kienet ir-raġuni vera li wasslet lill-Gvern sabiex jaġixxi b'dan il-mod?", "Min hu dak il-pajjiż fid-dinja llum illi - u hawnhekk qegħdin nagħmlu referenza għaliha fir- Rapport fejn qegħdin ngħidu li konna a third world nation u f'daqqa waħda issa se mmorru fil-premier league ...", "Min hu dan li jrid jikkonvinċini li Malta, li kulħadd jaf li hija a third world nation f'ħafna affarijiet, f'daqqa waħda tant sirna sinjuri li għamilna writing off ta' Lm4.4 miljun matul is-sena li għaddiet.", "Imma m'inix se noqgħod nirreferi lejn ir-Rapport għax dawn huma fatti li wieħed jista' jarahom - u f'daqqa waħda l-equipment u l- makkinarju li kien indikat ta' Lm1.6 miljun tela' għall-Lm4.4 miljun.", "Inti kellek pariri minn inġiniera li dan l- equipment seta' jaqdina għal diversi snin oħra u b'mod tajjeb.", "Fejn hu dak il-pajjiż fid-dinja li bħal Malta m'għandux riżorsi naturali u li jarmi l-miljuni tal-liri hekk u llejla, biex inġibu skuża ta' dan, immorru ngħidu li tlabna liz-Zambia, lil Zimbabwe u lil Malawi biex jixtru dan l-equipment?", "Liema hu dak il-pajjiż li se jixtri parti minn equipment u ma jagħmilx sistema sħiħa fiż- żmenijiet meta l- affarijiet imxew tant 'il quddiem f'dik li hija teknoloġija?", "Liema hu dak il-pajjiż li bħalna rema miljuni ta' liri f'equipment li stajna nqdejna bih għal diversi snin biex inkunu nistgħu nħaffu l-pass u biex inġibu s- sistema kollha li xtaq il-Gvern tal-lum, li ma jmurx ikun hemm xi bidla wara l-elezzjoni?!", "Imbagħad il-Gvern jiftaħar li dan għamilnih - jiġifieri ara kemm huma sfaċċati - għax kien hemm kontinwita' fl- amministrazzjoni!", "Jien nixtieq inkun naf b'xi pajjiż li rema' dan l- equipment kollu, meta fir-rapport ta' Ottubru 1991/92 tas-sena l-oħra kellna indikat li se jkollna Lm1.681 miljun written off, u dan illum sar Lm4.433 miljun.", "Għalfejn din id-differenza?", "Ma kellniex fejn napplikawhom dawn il- miljuni meta inti ftit ġranet ilu mort tgħid li rridu naraw il- prioritajiet dwar il-buses?", "Mela dawn mhux bl-istess flus irridu nagħmluhom?", "Hawnhekk aħna ma naqblux!", "Aħna dan nikkundannawh bil-qawwa għaliex fin-nefqa li saret f'dawn l- aħħar snin, hemm stramberiji finanzjarji kbar fil- Korporazzjoni li sinċerament inħoss li l-poplu għandu jkun jafhom għas-sodisfazzjon tiegħu.", "Mr Speaker, infaqna wisq f'daqqa u l-interessi u d-djun li għamel referenza għalihom il-Ministru llejla tgħabbejna bihom qabel il-waqt u bla bżonn u llum il-konsumatur irid jagħmel tajjeb għalihom.", "Nixtieq ngħid ukoll li fl-ebda pajjiż ma ġara dak li ġara f'pajjiżna u ta' xejn jipprova jfittex il-Ministru.", "Issa għandna Gvern li dejjem jiftaħar bit-trasparenza u li hu Gvern miftuħ u li jrid l- involvement ta' l-Oppożizzjoni u ta' dawk kollha li jridu jaraw l-affarijiet.", "Jien ngħidlu li wara dawn l- istramberiji kollha fuq il-mod kif intnefqu dawn il-flus u l- ħeffa li biha ntnefqu, inħoss li l-ewwelnett il-Kamra għandha tara r-rapport ta' l-ITU u dan il-pjan li għamilt referenza għalih fil-bidu għandu jitpoġġa fuq il- Mejda tal-Kamra.", "Dan għandu jkun l- ewwel pass.", "Meta saret din in- nefqa enormi u li qed jagħmel referenza għaliha c-Chairman fl-ewwel sentenza tal- ftuħ bħala \"a massive investment\", dan il-Gvern għandu l-obbligu li juri lill-poplu għaliex sar dan l-infiq, nipparagunawh ma' dak li kien hemm rrakkomandat f'dak li għandu x'jaqsam mal- master plan f'dan il-qasam u naraw kienx hemm il-ħtieġa li ssir din il-ħela li aħna nikkundannaw bil- qawwa kollha.", "Nerġa' ngħid li dan qed isir fi żmien meta fl-Italja, pajjiż maġenbna - fejn infaqna l- miljuni kbar ta' liri - fl- aħbarijiet kuljum naraw x'qiegħed jiġri fl-istorja tat- Tangenti.", "Nisperaw li wara dak li ġara hawn Malta, wara li saret dik in-nefqa b'tant ħeffa ma naslux biex niskopru li kien hemm min hu mdaħħal f'dawn l- affarijiet ukoll.", "J'Alla ma jkunx hekk.", "Jien inħoss li l- Gvern huwa obbligat li jispjega lill- poplu u li jirrispondi għal dawn id-domandi li jien qiegħed nagħmel f'ismu, għaliex saret ħela kbira li nħossu li ma kienx hemm għalfejn ssir u saret b'tali mod li ġġiegħlek tissuspetta.", "Issa minkejja din in-nefqa kollha, veru li għandna l- effiċjenza semma l- Ministru?", "Veru li għax għamilna l- equipment ġdid kullimkien - għax minflok indaħħlu subgħajna fid-dial, drajna mmissu buttuna - għandna din l- effiċjenza kollha li semma l-Ministru?", "Veru li n-nefqa ġġustifikat dak kollu li qegħdin niltaqgħu miegħu?", "Jien ngħid li dan mhux minnu u ngħid ukoll - u dan intqal fir-Rapport - li n-nefqa tant saret b'ħeffa li ma ġiex supplimentat f'dak li huwa network ta' cables.", "Minkejja dak li qal il- Ministru, l- ineffiċjenza u l-faults fis- servizzi tat-telephone għadhom hemm.", "Din in-nefqa kollha stajna għamilniha iktar bil-mod ħalli ma ngħabbux lill- Korporazzjoni b'dan kollu.", "Jien inħoss li f'dak li huma servizz bqajna lura għax il- waiting list għadha li kienet u m'għandniex noqogħdu ngħidu li applikaw aktar għax minn domandi li għandna quddiemna, jirriżulta li hemm mijiet ta' nies li ilhom is-snin jistennew is-servizz tat-telephone.", "Jien m'għandix ċans noqgħod nagħmel referenza għalihom dawn il-listi imma meta wieħed iħares lejn per eżempju, il- Mellieħa l- Mosta, iż-Żejtun, Buġibba, Ħal Qormi isib li hemm mijiet ta' nies li ilhom jistennew is-servizz tat- telephone mill-1987, 1988 u 1989.", "Dan ngħidu dan għax il- waiting list għadha b'saħħitha u kbira.", "Għalhekk m'għandniex noqgħodu ninħbew billi ngħidu li qdejna 45,000 ruħ.", "Dawn huma l-fatti.", "Rigward l-equipment, in-nefqa ma ġietx supplimentata f'dak li hu network għalkemm għamilna ċerti passi ta' bilfors.", "Issa ma noqogħdux niġu quddiem din il-Kamra u nsemma l-effiċjenza tal-ħaddiema għax dan mhux minnu meta nafu li Telemalta għandha madwar l,900 ħaddiem.", "Fil-fatt fl-aħħar risposta rriżulta li kien hemm 1,860 ħaddiem apparti l-238 ħaddiem li kien hemm max-Xandir.", "Ir- riżultat mhux dak li jixtieq jew li pprova jaħdem għalih kulħadd.", "U jien meta nitkellem ma nkunx qiegħed ngħid l- affarijiet bl-addoċċ.", "Per eżempju, f'lokalitajiet bħal Ħal Qormi u l-Mosta hemm nies li ilhom li għamlu l-kuntratt minn Jannar, Mejju jew Ġunju li għaddew.", "Meta inċempel lill-Korporazzjoni, ċerti nies impossibbli li tkellimhom.", "Hawn mhux qed ngħid għall- Ministri għax il-Ministri narawhom hawnhekk u nkellmuhom, imma ċertu nies tal-Korporazzjoni meta tipprova tkellimhom biex tgħidilhom dwar xi każi ta' mard serju fejn jenħtieġ it-telephone u wara li l-kuntratt ikun ilu erba' xhur li sar u s- servizz ikun baqa' ma nagħtax, ma' ssibhom qatt.", "Dan jirrifletti li mhux veru li hemm l-effiċjenza.", "Dawn huma affarijiet li niltaqgħu magħhom kuljum u l- fatti f'dawk li huma servizzi u faults li qed jistennew, il- Ministru jafhom għax tahomlna hu stess.", "Hawn ġew mhux sewwa nsemmu n-nies u għalhekk se nsemmi lili nnifsi.", "F'April ta' l-1991 jien irċevejt notice, iffirmata minn Mr Tranter, fejn qaluli li se jinbidilli t-telephone number personali tiegħi - u dan jafuh l-iSkrivan tal-Kamra u dawk kollha li jieħdu ħsiebna - u bil- prudenza kollha qaluli li jiddispjaċihom għall-inkonven- jenza.", "In-numru l-ġdid tiegħi daħal fid-direttorju tat- telephone - issa dawn jiftaħru li llum neħħejna ċerti affarijiet tedjanti - imma sa Settembru ta' din is- sena, Mr Speaker, it-telefon baqa' l- istess.", "(Interruzzjonijiet) Mhux tieħu nota.", "Jien nista' nurik kollox.", "Mela jien għamilt sena u nofs kull fejn immur kulħadd jistaqsini jekk inix inkun id-dar għax ma jaqbdux - u Mr Tranter talabni skuża għall-inkonvenjenza - u jgħiduli li ċempluli fuq it- telephone number il-ġdid li kellhom jibdluli u ħolquli ferm aktar inkonvenjenza għaliex għal sena u nofs kull fejn kont immur kienu jgħiduli: Għaliex qatt ma tirrispondi t-telefon?", "Sal-bieraħ stess, Miss Pauline Abela qaltli li Mrs Moran - bir-rispett kollu aħna familjari magħhom - kienet ilha ċċempilli u ma setgħetx taqbad.", "Ir-raġuni hi li wara sena u nofs in-numru tat- telefon inbidilli u lil kull min għidtlu li n-numru baqa' l-istess ...", "Mhux qed ngħid li dan hu tort ta' Mr Tranter jew ta' min iffirma dik iċ- ċirkolari.", "Jien qed ngħid li l-Ministru jiġi jiftaħar bl- effiċjenza!", "Jien mhux se noqgħod insemmi lil Mr. Tonna, lil Mr Fenech u lil dawk kollha li kontinwament jiġu għandna b'dawn l- affarijiet, imma qed insemmi lili nnifsi sabiex isibu ċans jiċċekkjaw u jaraw għaliex qed jiġri hekk.", "Nerġa' ngħid, għal sena u nofs - u mhux qed ngħid għalija biss - kelli nistenna sakemm jibdluli n-numru.", "Illum anke meta tagħmel il- kuntratt, in-notice ma tmurx għand il-foreman ta' l-exchange tal-lokal imma trid tmur il- Ministeru imbagħad dak li jkollu l-lista jagħżel, iqabbad lil min iċempel u jgħidulhom: Il-Ministru se jġiblek il- linja.", "Intom għajjartuna tant fuq dawn l-affarijiet u għidtulna tant li aħna a third world nation!", "Dan qed ngħidu biex nirrispondi għal effiċjenza u l-istejjer ta' suċċess li ftaħar bihom il- Ministru.", "Jiġifieri ma nafx fejn huma dawn is-success stories kollha f'affarijiet hekk fundamentali jekk mhux biss fl-equipment li qam dawk il- miljuni kbar ta' liri.", "U m'għandniex għalfejn niftaħru bl-equipment li ġibna meta mbagħad l-affarijiet mhumiex supplemented b'effiċenza u b'serjeta'.", "Għalkemm il-Ministru għamel l-aħħar ħames minuti jirringrazzja lil kull min qiegħed jaħdem fuq dan l- equipment u għalkemm jidher ippreparat jien ngħidlu li mhux qed isegwi l-affarijiet tiegħu.", "M'intix tagħmel l-aktar affarijiet essenzjali u ssegwi dak li suppost issegwi, u dan mhux sewwa.", "Meta wieħed jara x'irrisponda l-Ministru f'dak li għandu x'jaqsam ma' tqegħid ta' primary cables, jien ngħidlu li veru sar ċertu xogħol u allaħares dan ix-xogħol ma sarx.", "Imma veru li l-lejla meta għidt li ma tistax taqbad kullimkien f'daqqa għandek postijiet li għandhom problemi kbar u li ma jistgħu qatt jingħataw is-servizz skond il- wegħda li għandek fir-Rapport fejn intqal li se jkollok is- service on demand?", "Kif jista' jkollok is-service on demand meta dawn lanqas meta jagħmlu l-kuntratt ma jaqduhom għax dejjem igħidulhom tliet xhur oħra?", "Hawnhekk qed nirreferi għall-Mosta, għaż-Żejtun u postijiet oħrajn.", "Kif jista' jkollok is-service on demand meta f'uħud mill-postijiet kulma sar fi tqegħid ta' primary cable f'dawn l-aħħar ħames snin kien biss 580 metru?", "Eżempju ieħor huwa n-Naxxar fejn sa l-1992 tqegħdu 1,010 metri.", "Mhux sew li nitlef il- ħin biex insemmi dawn l- affarijiet imma dawn huma r- risposti bil-firma tal- Ministru li ħadna f'din il-Kamra u li qiegħed nagħmel referenza għalihom.", "Allura kif tista' tiġi hawn u tgħidilna li se nagħmlu s-service on demand meta int m'għandekx l- organizzazzjoni u l-pjan biex jaqbel ma' dak li daħħalt lill- poplu fih, bħalma għamilt fl- ispejjeż ta' l-immodernizzar f'daqqa ta' l-equipment kollu?", "Dawn huma d-domandi li nixtiequ nagħmlu.", "Issa għal dak li għandu x'jaqsam ma' trinek, kont għidtilna li qed issir trinka fil-Għargħur u meta jien għamiltlek referenza għaliha u staqsejtek għaliex qed issir b'dak il-mod, inti rrispondejt fit-tul u kont għidt li qed taraw kif wieħed jista' jiffranka u kemm għandha tkun wiesgħa.", "Issa wara li għaddew ix-xhur, wasalt?", "Illejlka m'għidtilniex li m'hemmx għalfejn isiru dan il-wisgħa kollu ħalli ma taħlix aktar flus fi trinek li m'hemmx bżonnhom.", "Aħna ġbidnielek l- attenzjoni minn hawnhekk u l- Prim Ministru qalilna li għal dak li għandu x'jaqsam ma' Enemalta u Telemalta veru li qed jidħlu fi spejjeż bla bżonn għax jimpjegaw makkinarju kbir għall-ħeffa imbagħad it-toroq ħarbtuhom kollha.", "Ċertu postijiet li għamilt domandi dwarhom, għal xhur sħaħ baqgħu maqlugħin u mbagħad ir-risposta tkun li se tqabbdu l-kuntrattur - li allura kien imqabbad mill-Korporazzjoni - ħalli din it-triq iġibha kif kienet qabel.", "Dan ilu xhur minn Mejju jew Ġunju għaliex għadni kemm bgħatt xi karti dwar id-domanda li kont għamilt.", "Din serjeta', meta inti stess għidtilna li l- ispejjeż addizzjonali li jkun hemm rridu nipprovaw nevitawhom - qed nirreferi għad-domanda li rrispondejt inti stess.", "Pero' meta tara dawn l-affarijiet tgħid li veru għamilna progress f'dak li semma' l-Ministru.", "Din hija success story?", "Dawn huma d- domandi li seta' rrisponda l- Ministru, mela joqgħod jimlina bis-sapun u jgħidilna bis- success stories!", "Issa x'kienet l-aktar ħaġa essenzjali - waqt li nfaqna dwan il-miljuni kollha u li nispera li jkollna risposta għalihom - ħalli dak li għidt fil- bidu li l-avvanzi li għamilna permezz tal-miljuni li nfaqna f'dak li huwa equipment jiġu matched b'nies kapaċi u mħarrġa?", "Veru għandu jkollna taħriġ, Mr Speaker, u dan huwa dover tal-Korporazzjoni, tal- Gvern u tal- Ministru.", "U jien nistaqsi.", "Kif u fejn sar it- taħriġ?", "X'għandna kkanalizzat għal li ġej biex dawn il- problemi kollha ma jkomplux?", "Dawk li marru barra biex jitħarrġu kienu n-nies adatti?", "F'ħafna każi ma kienux.", "L- ewwel ħaġa, matul is-sena, bħas-sena ta' qabel, kellek complaint wara l-ieħor.", "L- impjegati farraktuhom għax qed timxu bil-kulur - dan qed ngħidu b'fatti u mhux qed ngħidu biex inkun qed ngħid xi ħaġa.", "Lil dawk ta' kulur mod iwarrbuhom u lil dawk ta' kulur ieħor joħorġulhom promotions backdated mill-1987, bħalma kienet ħarġet ċirkolari - x'imkien għandi r- referenza tagħha - li kienet titlob applikazzjonijiet għall- promozzjonijiet backdated mill-1987, li jidhirli li ġew attwati u ppublikati f'Ġunju li għadda, mingħajr lanqas biss ma huma ffirmati.", "Għaliex ma kenux iffirmati dawn?", "X'kienet ir-raġuni li domna dawn is-snin kollha?", "X'inhi r-raġuni li rridu nagħtu dak il-backdating kollu?", "Jien nixtieq li xi darba jkollna debate dwar dan u naraw fejn marru u għand min marru l-eluf ta' flus il-poplu Malti.", "Għax dan ma jurix serjeta' u għalhekk il-poplu qed jiġi mgħobbi bi spejjeż bla bżonn u għalhekk nitwerwru meta nafu li l-Korporazzjoni trid tagħmel tajjeb għal dan kollu.", "Issa niġu għat-taħriġ.", "Il- Gvern u l-Korporazzjoni kellhom korsijiet ta' taħriġ mnedija mill-Management Information Systems.", "Imma dawn ġew utilizzati sewwa u fl- interess tal-Korporazzjoni?", "Dawk li attendew għall- korsijiet kienu nies adatti jew le?", "Dawk li attendew il-four week u s-six- month courses l- Ingilterra in konnessjoni mas- sistema l-ġdida kienu nies adatti?", "Jien ngħid li dawn ma kenux in-nies adatti.", "Dan mhux qed ngħidu jien biss, għaliex min hu inkarigat mill- Management Information Systems f'dan id-Dipartiment igerger kontinwament u jgħid li m'għandux nies biex jaħdem f'ċertu sections għaliex min qiegħed imur għal dawn l- affarijiet mhux il-bniedem adatt.", "F'ċerti każi marru nies li ma kellhom x'jaqsmu xejn mal-korsijiet u dan huwa ħażin ħafna.", "Per eżempju, wieħed li f'Lulju għadu kemm laħaq welfare officer fil-personnel section - naħseb li min ikun qiegħed jimmaniġja jifhimni - ġie mibgħut l-Ingilterraa għal kors ta' ħames ġimgħat fuq is- sistema l-ġdida ta' l-effective telecommunications management.", "Pero' dan il-kors kien ukoll fuq project management, network managment u marketing and financial aspects, jiġifieri suġġetti li m'għandhom x'jaqsmu xejn mal- welfare tal-personnel.", "U meta tara dawn l- affarijiet, tistaqsi: Min suppost qiegħed jieħu ħsieb dawn l-affarijiet u minn suppost intbagħat għal dan it-training - u ma marx għax kien ta' kulur aħmar - kif se jidħol fis-sistema l- ġdida mingħajr ma mar barra?", "Għaliex nibagħtu nies biex naqduhom għax ikollna wegħda personali magħhom li nibgħatuhom imbagħad issofri l-Corporation u l-poplu minħabba l- ineffiċjenza?", "Għandi diversi każi u jekk ikolli l-ħin insemmihom.", "Per eżempju, kien hemm stedina għall-course mill- Commonwealth Telecommunication Organisation fuq earth stations fil-fatt l-ewwel waħda għamilniha aħna mas-satellita.", "Se jintbagħat wieħed li fl- opinjoni tiegħi u ta' dawk kollha li tkellimt magħhom, diġa' laħaq l-ogħla livelli fuq is- sistema ta' l-AXE Switching!", "Allura la nafu li dan diġa' speċjalizza, minn fost 1,846 jew minn dawk kollha kwalifikati fl-istess suġġett m'għandniex nibagħtu ieħor biex imur jagħmel l-istess course li għamel l-ieħor?", "Jekk ikollna tnejn li jkunu sepċjalizzaw, l- effiċjenza tiżdied.", "Kemm inkunu committed ma' ċerti nies biex nibagħtuhom għal darba, tnejn u f'ċerti każi anke iżjed minn darbtejn fuq l-istess course meta nafu li dan it- taħriġ diġa' ħaduh!", "Jekk aħna naraw li jkollna aktar minn dawn in-nies speċjalizzati nkunu qed naqdu mhux biss lill- Corporation imma wkoll inkunu qed insaħħu lis-servizz li jistenna l-poplu mingħand il- Corporation.", "Dawn huma afffarijiet li jweġġgħuk.", "Biex nagħmel il-pożizzjoni ċara ħafna, bniedem wieħed kien jaħtarhom għax ma kien jindaħallu ħadd lil min jibgħat fuq kors.", "Wara li kien hemm diversi complaints mill-Union, mid-Direttur tal- ħaddiema u minn kulħadd, il-Gvern Nazzjonalista - għax fuq kollox il-Gvern hemm warajhom - iddeċieda li miegħu jagħmlulu żewġ persuni oħra li ma jifhmu xejn fil-qasam, fejn għandhom x'jaqsmu ħaddiema li jridu jiġu mħarrġa fuq din is-sistema l- ġdida.", "Dawn iż-żewġ persuni mhumiex direttament intiżi max- xogħol li għandhom x'jaqsmu magħhom dawn l- impjegati.", "Allura jekk hu biss jifhem f'dak li għandu x'jaqsam ma' min jiġi magħżul għat-tali course jew suġġett dan wieħed baqa'.", "Dawn l- affarijiet nirreferu għalihom bħala stejjer ta' suċċess jew bħala stejjer tal-waħx meta qed jintnefqu dawn il-miljuni kollha u m'għandekx taħriġ adegwat għal nies li issa rridu niddependu minnhom?", "Mr Speaker, dan jirriżulta anke f'diversi domandi li saru rigward is- sigħat ta' taħriġ u min mar għall-courses.", "Nerġa' ngħid li huwa diffiċli sabiex aħna noqogħdu bil-kwiet nirreferu għalihom meta imbagħad il-Ministru llejla għamel siegħa u kwart jitkellem u ma qalilna xejn dwar dan it- taħriġ.", "Hawnhekk nagħmillu domanda oħra: Dħalt xi darba f'dawn il-courses biex tara min qed imur ?", "Dħalt xi darba fihom ħalli min qed jagħmel dan tgħidlu jidhirlux li għandna niftħu aktar u dawn m' għandhomx ikunu l- istess nies imma għandhom ikunu nies teknici ta' kapacita'?", "Dan qed iweġġa' lill-Corporation u lis- subscriber li qed jirċievi servizz ineffiċjenti.", "Il- promotions u t-taħriġ huma kollha marbutin mal-kulur u qed inwarrbu nies li nafu li huma kapaċi.", "Dan qed isir biex jekk għada pitgħada jinbidel il- Gvern, din in-naħa lanqas ikollha biex taħdem għax in- nies nagħmluhom kollha ta' l- istess kulur, l-istess razza u kollha committed mal-Gvern preżenti.", "Dan huwa ħażin ħafna u hija inġustizzja kbira.", "Hija ħaġa ta' stmerrija meta saret din in-nefqa kollha.", "Nappella liċ-Chairman u lid-Diretturi biex dan jarawh għax dan m'għandux jibqa' jsir għaliex qed nagħmlu ħsara kbira lin- nazzjon.", "Biex nissostanzja dan li għidt jien semmejt każi li għamilt referenza għalihom u wieħed jista' jinvestigahom.", "Nispera li jekk jiġu nvestigati u jsib li dak li għidt huwa minnu l-Ministru jkollu l- kuraġġ li jiġi jgħidli li huma veri.", "Se nsemmi wkoll it-taħriġ hawn Malta - ħalli nkunu nafu fiex qegħdin dawn l-istejjer kollha ta' suċċess.", "Fis-17 ta' Mejju ta' din is-sena ġie stallat exchange ġdid għal skop ta' training ta' studenti ġodda fit-teknika tat-telephones u wara insistenza mill-General Workers Union - il-Ministru jaf mil-liema martirju għaddejjin il-membri tagħha, speċjalment dawk li huma ta' kulur aħmar - sar ftehim mal-Korporazzjoni li għandu jkun hemm training hawn Malta.", "X'ġara?", "Infetaħ exchange li sewa Lm90,000, poġġew bniedem kapacissimu - tekniku III - li seta' jiġi utilizzat ħafna fil- Korporazzjoni, iżda minn Mejju li għadda f'dan l-exchange ġdid ma marx student wieħed għat- taħriġ u t-training fis-sistema l-ġdida.", "U jiddispjaċik meta inti taf kemm hu importanti li jkollna ppjanar ħalli jkollna taħriġ ta' studenti u ta' żgħażagħ - apparti l-ħaddiema li hemm llum - li la mill- Korporazzjoni u lanqas mill-ETC mhu qiegħed isir l-ebda kors ħalli aħna nikkanaliżaw lill- ħaddiema tal-Korporazzjoni u lil dawk li għad iridu jiġu warajhom f'dan il-qasam tas- sistema l-ġdida li minnu tiddependi l-effiċjenza tal- Korporazzjoni Telemalta.", "L- Union kitbet diversi drabi liċ-Chairman sabiex jiltaqgħu ħalli jkunu jistgħu jiddiskutu dawn l-affarijiet kollha u oħrajn li huma pendenti.", "Jien jiddispjaċini ngħid li għal dawn it-talbiet kollha tal- General Workers Union - u jien assigurat minn dan - lanqas kien hemm laqgħa waħda, acknoledgement biss.", "Dan mhux sewwa f'pajjiż fejn illum il- moviment tal-unions qiegħed magħqud ħalli jagħti s-sehem tiegħu lin-nazzjon - u l- ħaddiema bi tbatija kbira tagħna wkoll għandhom rappreżentant tagħhom fuq il- Bord tad-Diretturi - li ġew injorati it-talbiet tagħhom sabiex il-laqgħat isiru ħalli l-ħaddiema jkunu jistgħu jagħtu s-sehem tagħhom f'qasam li fih infaqna miljuni ta' liri.", "Jien għamilt referenza għall- promotions u l-inġustizji li saru ma' ċertu individwi u għat-taħriġ li mhux qiegħed isir bis-serjeta' - u rigward dan hemm tgergir kontinwu.", "Għamilt referenza għal dak li hu taħriġ u training, Mr Speaker, li tant huwa essenzjali biex nimxu paripassu ma' l-istorja tas- suċċess tan- nefqa ta' dawk il-miljuni kbar ta' liri li jrid jagħmel tajjeb għalihom il-poplu u li fil-fatt diġa' qed jagħmel tajjeb għalihom.", "Għamilt referenza, Mr Speaker, għal dawn l- affarijiet - stajt semmejt aktar jien.", "Kien hemm sejħa għall-applikazzjonijiet, per eżempju, għal head of operations tat-taqsima tal- communications.", "Dawn għalqu fit-2 ta' Ottubru u l-għada saru l-interviews bil-ħeffa.", "Għaliex diġa' kienu jafu min hu.", "Jien lil dan l-individwu nista' nsemmi min hu, imma għalfejn insemmih jekk irrid il-paċi?", "Naħseb li kulħadd fehmni min se jkun.", "Dawn huma affarijiet magħrufin minn kulħadd u m'għandniex niġu hawn u nesponuhom aħna.", "Dawn huma affarijiet li meta qed issir din in-nefqa enormi u qed ngħabbu lill- poplu b'dan id- dejn u l-interessi kollha ...", "Qed ngħabbu lill-poplu b'dak kollu li għamilt referenza għalih, Mr Speaker, imma affarijiet bħal dawn jikkontribwixxu sabiex ikollna effiċenzja f'dan il-qasam li llejla l- Ministru tant ftaħar u qal li għandna storja ta' suċċess?", "Din li għamilt referenza għaliha żgur li mhix storja ta' suċċess.", "U hawn jien nagħmel l-aħħar tliet domandi, li nispera li fl-għeluq tiegħu l-Ministru jkollu l-prudenza li almenu jirrispondi d-domandi essenzjali li għamiltlu.", "Għaliex saret dik in-nefqa kollha u għaliex saret b'dik il- ħeffa?", "X'inhi r-raġuni li din in-nefqa kollha tiġi committed bil- commissions b'kollox proprju qabel l- elezzjoni?", "Hawn xi pajjiż fid- dinja - mhux il-pajjiżi tat- Tielet Dinja biss, imma anke oħrajn sinjuri - li rmew dawk il-miljuni ta' liri ta' equipment, li hemm referenza għalihom fir- Rapport u li kellna parir ta' l-inġiniera li stajna nutilizzawh għas-snin li ġejjin?", "Nixtiequ jgħidilna wkoll jekk aħniex adegwati f'dak li huwa taħriġ, ħalli żgur ikun hemm l-effiċjenza u l-wegħda tal-Gvern ta' service on demand wara nefqa ta' dawn il-miljuni kollha tiġi mwettqa.", "Nispera li l- Ministru jkollu d- diċenza li jirrispondi għal dawn id-domandi li, nerġa' ngħid, qed nagħmel f'isem il- poplu, li ra din in-nefqa enormi ssir u li ċ- Chairman, fl-ewwel sentenza tar-Rapport li għandna quddiemna sejħilha massiva.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L- Onor. Evarist Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Mr Speaker, fil-fehma tiegħi għamel sewwa ħafna l- kollega tiegħi l-Onor.", "Freddie Micallef li ta daqshekk importanza lit- taħriġ li suppost isir minn Telemalta u li mhux qed isir.", "Ikollna storja veru ta' suċċess jekk mat-tiġdid teknoloġiku jkollna tiġdid fin-nies.", "Aħna l-Maltin għandna l- marda - naħseb li din tinsab l- iktar fil- partiti politiċi, fil-Knisja u fl-industrija - li lesti nonfqu ħafna flus fit- tagħmir u fil-ġebel imma m'aħniex lesti li ninvestu daqshekk fin-nies.", "Għax waqt li bla dubju huwa importanti ħafna li jkollna infrastruttura teknoloġika ġdida u moderna fil-pajjiż biex pajjiżna jiżviluppa u biex aħna nidħlu fis-seklu li ġej, din ma tkun tfisser xejn jekk magħha ma jkunx hemm it-tiġdid tan-nies.", "Inkella, dan il-ħafna diskors li mit-third division qbiżna fil-premier league ...", "Qisu jien minn player tal-football medjokri f'daqqa waħda nsir player eccezzjonali għax nilbes il-flok ta' Gullit!", "Ma jistax ikun li aħna niftaħru bit- tiġdid fit-teknoloġija jekk fl- istess ħin ma nagħmlux investiment fin-nies tagħna.", "U jekk Telemalta qed tonqos li tagħmel dan l-investiment fin- nies tagħha stess - u qed nieħu gost li hawn il-Ministru ta' l- Edukazzjoni preżenti - qed nonqsu wkoll li nagħmlu investiment fil-qasam edukattiv f'dak li għandu x'jaqsam mix- xjenza u t-teknoloġija.", "Dan huwa l-iżball li jagħmlu ħafna pajjiżi tat-Tielet Dinja li l- Ministru tant ftaħar li ħriġna minnha.", "Dawn jaħsbu li laħqu sempliċement għax jixtru ħafna miljuni ta' liri f'xi turnkey project li jġibuh fil- pajjiż u jittrattawh bħala status symbol.", "Pero' biex issir pajjiż avvanzat u pajjiż miftuħ għall-iżviluppi teknoloġiċi, mhux biżżejjed li jkollok l- infrastruttura tekno- loġika, għaliex inkella jibqa' dak li jissejjaħ enclaved technological development.", "Jiġifieri tibqa' oasi f'deżert, u anke jekk dak l-oasi huwa sabiħ, inti xorta tkun imdawwar b'deżert.", "It-teknoloġija ġdida li qed indaħħlu aħna, qed indaħħluha f'deżert għaliex jien nistaqsi: Kemm minn din it-teknoloġija qed tinfirex u tingħaġen mad- drawwiet u mal-mentalita' tagħna?", "Aħna għandna sieq waħda fid-dinja moderna u s- sieq l-oħra fid-dinja antikwata.", "U l-iskop ta' l- edukazzjoni huwa proprju li ġġib dan it-tiġdid u għalhekk hemm bżonn li nsaqsu bis- serjeta' kollha u mingħajr it- trijonfaliżmu li rajna lill- Onor. Francis Zammit Dimech jaqa' fih, li f'kollox għadna storja ta' success u li kollox sejjer sewwa.", "Aktar faċli ddaħħal apparat ġdid milli tbiddel id-drawwiet u l- mentalita' tan-nies u huwa proprju fuq dak il- qasam li rridu naħdmu ħafna biex tassew ikollna t-tiġdid teknoloġiku li qed niftaħru li għandna, inkella l-infrastruttura teknoloġika u l-prodotti teknoloġiċi li ndaħħlu, jkunu biss prodott tal-konsum li jgħinuna nieħdu sehem fit- ritwal li taparsi sirna pajjiż modern.", "Jiġifieri hemm qabża fil- kwalita' li dan l-aħħar daħal ħafna fil-pajjiż mingħajr ma ngħidu jekk il- qabża hiex 'il fuq jew 'l isfel.", "Ix- xjenza u t-teknoloġija trid tidħol fl- iskejjel tagħna mill- bidu sa l-aħħar f'kull livell u għandna nistaqsu bis- serjeta': Xi spazju qed ikollhom ix-xjenza u t- teknoloġija fl-iskola primarja, sekondarja, fl-iskejjel tekniċi tagħna u fl-Universita'?", "Kemm investejna fl-aħħar ħames snin biex fl-iskejjel tagħna mil- livell primarju jkollna x- xjenza u t-teknoloġija bħala parti sħiħa mill-kultura soċjali tagħna?", "Jekk mhux se nagħmlu dan - u dan għadna m'aħniex nagħmluh - taparsi se jkollna żvilupp u ma jkollna qabża fil-kwalita' xejn, iżda jkun jidher li taparsi qed insiru moderni, li qed insiru aġġornati, li qed nimxu 'l quddiem iżda fil-fatt ma jkun qiegħed isir xejn.", "U l-iżvilupp xjentifiku u teknoloġiku ta' pajjiżna ma jiġix bi slogans faċli.", "Mhux billi ngħidu li qed nagħmlu qabża fil-kwalita', mhux billi niftaħru li sejrin tajjeb ħafna fl-edukazzjoni u fit-tiġdid teknoloġiku tal-pajjiż.", "Irridu tassew inkejlu kemm dan huwa rifless fil-ħajja tagħna ta' kuljum u f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-edukazzjoni.", "Nerġa' ngħid li jekk il- Korporazzjoni Telemalta qed tonqos fit-taħriġ għan-nies tagħha, aktar u aktar qed nonqsu fis-sistema edukattiva.", "Kemm qed ninvestu biex fil- curriculum ta' l- iskejjel tagħna jidħlu x-xjenza u t- teknoloġija?", "Jien mhux qed nirreferi għal xi lecture jew għal xi lezzjoni ta' xi darba, darbtejn jew tliet darbiet fil- ġimgħa iżda bħala parti integrali mit-tagħlim li qed nagħtu lill-istudenti tagħna.", "Jekk naraw it-tracer study tad-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni stess, insibu x'diżastru hemm fil-qasam ta' l-iskejjel tekniċi.", "It-tracer study kien qed jitkellem dwar is-sena li għaddiet u dwar kif ħafna mit-tfal għalkemm huma mniżżlin fir-reġistru, lanqas biss jattendu l-iskola.", "Jiġifieri nista' nimmaġina x'hi-tech, xi snajja u x'edukazzjoni qed jieħdu dawn it-tfal!", "Dan biex ma nsemmix is-sitwazzjoni ta' skandlu u diżastru li teżisti fl-iskola ta' Bighi li hija waħda mill- iskejjel tekniċi fejn l- istudenti suppost qed imorru biex jitgħallmu.", "Hemm aktar minn 200 minnhom qed jitħallew fil-ground barra għax m'għandhomx klassi jew m'għandhomx biżżejjed għalliema u m'għandhomx kotba.", "Ħafna drabi l-ġenituri u l- pulizija huma nkwetati x'qed jagħmlu dawn it-tfal li qed jiġru barra u jaħarbu mill-iskola.", "Dawn igħidu b'dan lid-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni li mbagħad min-naħa tagħhom jispiċċaw igħidulhom biex jagħmlu daqsxejn sforz.", "Żgur li dan mhux mod serju ta' kif nippjanaw u nsolvu l-problemi ta' l-edukazzjoni tagħna u kif il-pajjiż tagħna jimxi 'l quddiem.", "Inkella t-teknoloġija stess li tant niftaħru li għandna u l-edukazzjoni stess isiru sports.", "F'pajjiżna diġa' għandna problema li mill- iskejjel ħerġin tfal li ma jafux jiktbu u jaqraw, pero' dawn issa se jiżdiedu.", "Jien ħadt gost li l-bieraħ il-Ministru John Dalli din semmiha u qal li jekk ma noqogħdux attenti l-pajjiż se jkollu illiteriżmu ġdid, jiġifieri l- illitteriżmu teknoloġiku.", "Fid-dinja tal- lum, mhux biżżejjed tkun taf tikteb u taqra imma trid tkun taf ukoll tħaddem it- teknoloġija moderna.", "U l-biża' tiegħi hi li dan m'aħniex nagħmluh u l-aktar li mhux qed jagħmluh huma l-iskejjel ta' l- Istat.", "Hemm ċans kbir li l- maġġoranza tat-tfal tagħna tmur fl-iskejjel ta' l-Istat u minbarra li qed jiġu kkastigati bi kwalita' baxxa ta' edukazzjoni u tagħmilhom illiterati b'dak li nifhmu tradizzjonalment, issa se jkollna l-illiterati l-ġodda għaliex l-iskejjel ta' l-Istat baqgħu ħafna lura f'dak li għandu x'jaqsam mat-tiġdid teknoloġiku.", "Ix-xjenza u t- teknoloġija mhux biss bħala tagħlim iżda anke bħala parti mill-għodda edukattiva ta' l- iskola huma xi ħaġa importanti anke jekk aħna qed nitkellmu fuq l-estimi ta' Telemalta u fuq l- infrastruttura tal-qasam tal-komunikazzjoni li daħħalna.", "Waħda mill-aktar affarijiet fejn din ġiet użata f'pajjiżi avvanżati kienet proprju fil- qasam ta' l-Edukazzjoni.", "It- telekommunikazzjoni mmodernizzata kif niftaħru li għandna llum hija importanti ħafna li tużaha, kif użaha, fil-qasam edukattiv.", "Fil-qasam ta' l-iskejjel statali żgur li għadna ħafna lura.", "Huwa kriminali li nħallu dan isir għaliex minbarra l-kwalita' baxxa u l- illitteriżmu tradizzjonali li għandna se jikber l- illitteriżmu teknoloġiku ġdid u l-aktar li huma kkastigati huma t-tfal li jmorru fl-iskejjel ta' l- Istat.", "Aħna qed niżviluppaw sistema edukattiva li tneffaq flus l-aktar lil dawk li l-inqas għandhom bżonn u jekk naraw kif qed jiġi minfuq il-budget ta' l- Edukazzjoni mill-kindergarten sa l-Universita' insibu li qed naqilbu dak li kien jgħid l- Evanġelu li ta' l-aħħar għandhom jiġu l-ewwel għax ta' l-ewwel qed inħalluhom jiġu l- ewwel u ta' l-aħħar qed inħalluhom ikomplu jiġu l- aħħar.", "Minkejja l-paroli kollu li aħna rridu nagħmlu qabża fit-teknoloġija u li pajjiżna jrid jgħix bil-fabbriki tal-hi- tech u li pajjiżna daħal jew se jidħol fis-seklu 21 armat u lest anke fil-qasam ta' l- edukazzjoni universitarja, naraw li mhux qed isir biżżejjed investiment fit- teknoloġija.", "Biżżejjed wieħed jara kif sar il-Budget fl-aħħar snin u kemm il-qasam ta' l-electrical engineering u tal-mechanical engineering ingħataw spazju u ngħataw il-makkinarju biex jaħdmu u jiżviluppaw l-istudji tagħhom!", "Biex taqgħad għandna l-problema ta' l-ispiżjara li ma jistgħux isibu xogħol u dan huwa l-ewwel prodott bis- sistema l-ġdida!", "X'se jiġri fis-snin li ġejjin?", "Qed jingħad li dawk l-electrical u mechanical engineers li ggradwaw fis-sajf li għadda mill-Universita' ma sabux l- impiegi li kienu qed jistennew fil-qasam industrijali u minflok aktarx li se jispiċċaw imorru jgħallmu l-Physics fl- iskejjel.", "Jiġifieri ma tantx jidher li bil- paroli kollu li qed nagħmlu dwar qabża kbira fit-teknoloġija se naslu x'imkien!", "L-istorja tas- suċċess fil-qasam teknoloġiku issir tassew meta minbarra li nonfqu flusna biex inġibu din it-teknoloġija li hija meħtieġa u importanti - u min kellu ċ- ċans iżur il-fiera tan-Naxxar li kienet organizzata tajba ħafna l-ġimgħa li għaddiet, seta' jara l-interess tan- nies u mis-sena li għaddiet l- interess kiber ħafna għaliex kien hemm familji minn klassijiet soċjali differenti biex jaraw dawn l-affarijiet - nagħmlu qabża veru fil-kwalita' bil-fatti u mhux bil-paroli.", "Jekk dan it- tibdil u tiġdid teknoloġiku ma jkunx ukoll tiġdid fil-mentalita', fl- imġieba, fl-edukazzjoni nkunu qisna xtrajna ġugarell li jiswa ħafna ...", "Dan l-istess każ bħal min joqgħod jiffanfra bit- telecell u jaħseb li issa sar modern u fil-fatt ma jkun inbidel xejn.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Sar il-ħin.", "Il-Viċi Prim Ministru jekk jogħġbu jressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni ġiet interotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO (Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l- Affarijiet Barranin): Sur President, nipproponi l- Aġġornament tal-Kamra għal nhar l- Erbgħa, 7 ta' Ottubru, fis- 6.00 p.m. b'din l-agenda:-", "Estimi ta' Dħul u Nfiq tal- Korporazzjoni Telemalta għas- sena 1992/93 - Kontinwazzjoni;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l- Att dwar id-Dazji ta' Importazzjoni - It- Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l- Att dwar il-Ħinijiet tax-Xogħol tal-Ħwienet u tal-Bejjiegħa fit-Toroq - Kumitat (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi biex iħassar l-Ordinanza dwar il-Fotografija minn Ajruplani - It-Tieni Qari; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l- Kodiċi Kriminali - It-Tieni Qari.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Michael Falzon.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON (Ministru għall-Ambjent): F'intervent qasir li għamel nhar l-Erbgħa waqt li konna qegħdin niddiskutu mozzjoni għat- trasferiment ta' l-art għal Lohombus, il-Kap ta' l- Oppożizzjoni għamel referenza għal xi skemi ta' replanning areas li ħarġu dan l-aħħar u qal li mingħajr ma deher xejn fil-gazzetta tal-Gvern ħarġu baxx baxx skemi sħaħ ta' replanning u rezoning.", "Dak il- ħin merejtu u għidtlu li l- affarijiet ma sarux hekk.", "Għidtlu li ma kontx ippreparat u ma kellix karti.", "Nixtieq għall-benefiċċju ta' kull min sema' din l-allegazzjoni li fil-fatt ġiet ripetuta fil- weekend li għadda, nispjega ftit fil-qosor il-background ta' din l-istorja.", "Meta ħriġna l-iskemi temporanji għall-iżvilupp, li ġew approvati l-pjanti tagħhom mill-Kamra, kien hemm areas li kienu ffriżati temporanjament u kienu indikati li jridu jerġgħu jiġu ppjanati mill-ġdid.", "Pero' ġie indikat ukoll iz-zoning illi kien irid isir fihom, jiġifieri fejn iridu jsiru vilel, terraced houses u areas industrijali.", "Sussegwentement bħala riżultat tal-ġid ekonomiku li kien hawn fil- pajjiż u bħala riżultat ukoll li ma' dan il-ġid ekonomiku aħna konna qed nagħmlu restrizzjonijiet fuq fejn tista' jew ma tistax tibni, kien qed ikun hawn ħafna garr anke min- naħa ta' l- Oppożizzjoni illi din il- politika ġabet fil-pajjiż eskalazzjoni tal-prezzijiet ta' l-art.", "Fid-dawl ta' din is- sitwazzjoni f'Ġunju tas-sena l-oħra iddeċidejt illi kien wasal iż-żmien li nipprovaw naraw nistgħux inneħħu dawk l- arei milli jibqgħu iffriżati sabiex fis-suq ikun hawn iktar art għall-iżvilupp u b'hekk allura wieħed jipprova jtaffi l-problema tal-prezzijiet li dejjem kienu qegħdin jiżdiedu.", "Kuntrarjament għal dak li qal il-Kap ta' l- Oppożizzjoni, fl- 14 ta' Ġunju, 1991, ħriġna avviż fil-Gazzetta tal-Gvern li se nikkwota parti minnha:", "\"Il-Planning Services Division tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet bħalissa qed tipprepara l-allinjament fl-arei li huma 'l ġewwa mil-limiti temporanji għall-iżvilupp iżda s'issa baqgħu ffriżati u mmarkati għall-ippjanar mill- ġdid, replanning bl- iskop li f'dawn l-arei jiġi permess l-iżvilupp.", "L- iżvilupp permessibbli f'dawn l-arei huwa dak diġa' indikat fuq il- pjanti li juru l-limiti termporanji għall-iżvilupp approvata mill-Kamra tad- Deputati u f'ebda każ ma jista' jsir bdil fil- kondizzjoni ta' l-arei, zoning indikati.\".", "Imbagħad kull min kien interessat kellu jagħmel sottomissjoni.", "Mr Speaker nitlob il-permess biex inpoġġi kopja ta' dan l-avviż fuq il- Mejda tal- Kamra.", "MR SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Inqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra:", "Avviż li deher fil- Gazzetta tal-Gvern dwar allinjament fl-arei li huma 'l ġewwa mil-limiti temporanji għall-iżvilupp.", "Qed inpoġġi dan ik-dokument fuq il-Mejda tal-Kamra biex dak li qal il-Kap ta' l-Oppożizzjoni li ma deher xejn fil-Gazzetta tal-Gvern jew li saret xi ħaġa minn taħt mhux veru u lanqas hu veru li sar xi rezoning.", "Jien għidtlu li kien żbaljat fuq iż- żewġ affarijiet, jiġifieri mhux veru li ma sarx avviż u mhux veru li sar rezoning.", "Ma sarx rezoning u ma jistax isir.", "Irrid ngħid li dak l-avviż kemm-il darba ġie ripetut fl- Avviżi tal-Gvern fuq il-mezzi tax-xandir u bħala riżultat ta' dak l-avviż kien hemm 158 persuna jew sidien ta' artijiet differenti f'dawk l-areas li għamlu s- sottomissjonijiet tagħhom.", "Jiġifieri altru li ma saritx xi ħaġa baxx baxx minn wara dahar in-nies jew minn wara dahar is-sidien għax is- sidien li kellhom artijiet f'dawk l-areas prattikament kollha - ħlief għall-partijiet ta' dawk l-areas fejn kienu tal-Knisja jew tal-Gvern - għamlu sottomissjonijiet u t- talbiet tagħhom.", "In-numru ta' 158 sottomissjoni juri li s- sidien kollha kellhom interess f'dik l-art, ċertament kienu jafu biha u ma kien qed isir xejn minn wara dahar xi ħadd.", "Jien irrid ngħid ukoll li l- intenzjoni tiegħi kienet li dawn joħorġu f'Diċembru li għadda, iżda l-parti tad- Dipartiment li kienet qed tieħu ħsieb forsi karkret iżjed milli kont qed nistenna jien sakemm ġew deċiżi.", "Nista' ngħid ukoll li jiena rrivedjethom u approvajthom fl- aħħar, pero' x- xogħol u d- diskussjonijiet prinċipali saru bejn is-sidien ta' l-artijiet u d-Dipartiment qabel.", "Meta għadda Diċembru kienet ġejja l- elezzjoni ġenerali u jien deherli li ma kienx ikun prudenti li dawn l-areas iffriżati noħroġhom għall- iżvilupp lejliet l-elezzjoni.", "Issa qed noħorġuhom.", "U għalhekk assolutament li mhux fair u mhux ġust li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni jagħmel din l- akkuża li jien jew id- Dipartiment qed nagħmlu xi ħaġa minn wara dahar is-sidien.", "Semma wkoll li hemm involuti miljuni ta' flus u proprjetajiet, imma jiena nassigura lill- Kamra u lil kulħadd li s-sidien ta' dawk l-artijiet ilhom jafu li dik l-art tagħhom hija ffriżata pero' tista' tkun tajba għall- iżvilupp.", "F'Malta ħadd m'hu ta' subgħajh f'ħalqu u nassigura lil kull min għandu l-artijiet li ħadd ma daħak b'ħadd.", "Jien jiddispjaċini ngħid li f'din il-kwestjoni il- Kap ta' l-Oppożizzjoni huwa kompletament żbaljat.", "U huwa kompletament żbaljat mhux għax kien qed jigdeb - anzi jien għandi għalfejn nifhem li meta wieħed jigdeb ikun jaf il- verita' u jgħid il- maqlub tal- verita' - imma għax xi ħadd tah parir ħażin u mmisslijdjah.", "Min tah l-informazzjoni u qed jagħtih il-pariri fuq il- kwestjoni ta' l- ippjanar tal- bini - nista' nobsor min hu għaliex Malta żgħira u n-nies magħrufa u dan mhux Membru ta' din il-Kamra ħalli nagħmilha ċara li m'hu qed ngħid għal ħadd mill-Membri ta' din il- Kamra - ma tahx pariri ġenwini imma tah pariri b'mottivi ulterjuri.", "Jien nista' ngħid li xi ftit taż-żmien ilu ġie xi ħadd għandi b'ilment li kellu biċċa plot ġewwa Birkirkara li applika biex jagħmel ċertu tibdil f'din il-plot u l-PAPB ma laqgħux l-applikazzjoni tiegħu.", "Wara li din l- art biddlet l-idejn, mar applika sid ġdid bil-firma ta' perit differenti u dan il-perit, Alla jbierek, irnexxilu joħroġ il- permess għal din il-plot proprju bl-użu li qabel l- istess Dipartiment kien qal lil ħaddieħor li ma jistax joħroġ il-permess.", "Meta dan l-ilment ġie għandi u kien ġustifikat - ma tista' tagħmel xejn għax fil-fatt il-bini nbena wkoll - jien investigajt u rriżultali li fil-pajjiż hawn nies - li forsi huma anki qrib il-Kap ta' l-Oppożizzjoni - li jiftaħru ma' sidien ta' l- artijiet u ma' min jiżviluppa li huma għandhom il-ħbieb fid- Dipartiment tal-Planning Services Division, fil- Ministeru tiegħi, u jistgħu jġibu l-permessi li forsi ħaddieħor ma jistax iġib.", "U jien, mill-eżempju ta' dan il- post, kważi kważi bdejt nemmen u bdejt ninvestiga biex nara x'qed isir.", "Dawn affarijiet li jsiru, Mr Speaker, u jien responsabbli biex ma nħallix li jkomplu jsiru.", "Għalhekk meta jiena bdejt nindaga biex nara x'qed isir eżatt u kif din il-persuna tiftaħar li tirranġa biex iġġib ċerti permessi u biex ċerti artijiet jidħlu tajbin għall-bini, irriżultali li forsi mhux kull ftaħir li sar kien verita'.", "Kien hemm certu ammont ta' bluff, imma teżisti din il-possibilita' li ċerti nies ġewwa l-Planning Services Division għandhom influwenza aktar minn ħaddieħor.", "Dawn huma l- affarijiet li jien nipprova naqta' u nikkontrolla, għax irrid u dejjem ippridkajt li l-Planning Services Division - u issa se jkun hemm l- Awtorita' ta' l-Ippjanar - għandha tkun konsistenti u oġġettiva ma' kulħadd fid- deċiżjonijiet tagħha.", "Mhux sew u m'għandux ikun u jien dan ma nittollerahx - li t-tali persuna jkollha biċċa art, tapplika bit-tali perit u jgħidulha li ma jistax joħroġ dan il-permess b'dak l-użu, imbagħad jgħaddi ż-żmien u dik l-art tmur għand ħaddieħor, japplika b'perit ieħor u dan il-perit Alla jbierek joħroġlu l-permess.", "Investigajt dak il-każ u investigajt każijiet oħra u allura beda jkun hemm reazzjoni.", "U jekk din ir- reazzjoni kienet illi jagħti l- informazzjoni lill-Kap ta' l- Oppożizzjoni fuq dak li qed jiġri fil- Planning Services Division, jien kulma rrid nagħmel hu li nfiehem lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni u nappellalu biex il-pariri fuq dawn l- affarijiet jeħodhom mingħand min hu ġenwin.", "Mhux qed ngħid li m'hemmx nies ġenwini fil- kamp ta' l-Oppożizzjoni pero' hemm nies oħra li għandhom skopijiet u motivi ulterjuri u jidhirli li l-Kap ta' l- Oppożizzjoni jagħmel żball kbir jekk joqgħod fuq il-pariri ta' ċerti nies li għandhom motivi ulterjuri f'dawn l-affarijiet.", "Illum diġa' wrejt kif il-Kap ta' l-Oppożizzjoni ngħata pariri ħżiena rigward il- replanning areas u wassluh biex jagħmel allegazzjonijiet li huma assolutament infondati.", "Jien naċċetta l-kritika li ssir b'motiv ġenwin għalhekk neħodha bis-serjeta', pero' jagħmel ħażin il-Kap ta' l-Oppożizzjoni li jieħu pariri mingħand tip ta' nies li l- interess tagħhom mhux li jaraw li f'Malta wieħed jippreżerva l-ambjent jew li jaraw li f'Malta l-affarijiet isiru sew imma li għandhom l- interess biex l-affarijiet iqabbluhom kif jaqbel lilhom jew kif jaqblu lil min iridu jqabbluhom.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Stanley Zammit.", "ONOR.", "STANLEY ZAMMIT: Mr Speaker, il-ġimgħa l-oħra l- Onor. Reno Calleja wera' l- biża' tiegħu li l-miżbla tal- Fulija tista' tiġi estiża għall- widien tal-Ħallelin u tal-Bassasa li huma żewġ widien ħdejn xulxin.", "Nixtieq nassigura lill-Onor.", "Calleja li l-Gvern m'għandu assolutament l- ebda ħsieb li jagħmel dan.", "Din l-idea forsi kienet teżisti waqt l- amministrazzjoni ta' qabel, iżda aħna ma mxejnix magħha.", "Jien nixtieq infakkar lill- ħabib tiegħi li bħalissa qiegħed isir studju f'żewġ fażijiet fuq il-waste management.", "L-ewwel fażi kien survey - ippubblikat u lest - tal-waste kollu ġġenerat f'Malta barra dak li għandu x'jaqsam mad-drenaġġ.", "Għandi ngħid li l-press ikkwotat ħafna minnu u ma qalux minn fejn kienu qed iġibu l-informazzjoni.", "Issa qegħdin fit-tieni fażi ta' l-istudju u l- konsulenti Daniżi li qed igħinuna f'dan ir-rapport qegħdin jagħtuna s-suġġerimenti tagħhom għal soluzzjonijiet ta' problemi li jeżistu.", "Waħda mill-problemi li għandna hija eżattament il-miżbliet li għandna Malta, u nisperaw li wara dan l-istudju meta nibdew noperaw l-ideat ġodda l-kelma \"miżbla\" għal dawk il-postijiet uffiċjali tal-Gvern tispiċċa u tisparixxi mid-dizzjunarju Malti.", "Issa rridu nagħmlu dawk li jsejħulhom sanitary landfills, jiġifieri l- ispazji li jintużaw biex l-iskart jintefa' fihom ikunu mhux biss ippreparati tajjeb biex żgur ma jagħmlux ħsara lill-ambjent, imma wkoll ikunu mmaniġġjati xjentifikament u serjament skond l-aħħar sistemi moderni.", "L-advice li tawna dawn il-konsulenti huwa li nużaw barrieri għal dan ix- xogħol, naraw li dawn il- barrieri ma jkunux viċin li jistgħu jagħmlu ħsara lill- water table, għalkemm dawn il- barrieri se ndawruhom b'saff illi ma jkunx jista' joħroġ il- ħmieġ minnu, u naraw ukoll li x-xogħol isir eżattament b'ċerta serjeta'.", "Aħna bħalissa qegħdin fi studju mal- Planning Services Division sabiex nidentifikaw l-aħjar barriera li tkun indikata għal dan ix-xogħol biss.", "Hawnhekk nixtieq ninforma lil kulħadd li anke meta din il- barriera tiġi identifikata, l- istorja ma tispiċċax hemm għaliex wara jerġa' jsir environment impact assessment sabiex id-deċiżjoni li tittieħed tkun studjata iżjed bir-reqqa biex naraw li żgur tkun l-aħjar waħda possibbli fiċ-ċirkostanzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Richard Muscat.", "ONOR.", "RICHARD MUSCAT: Mr Speaker, ftit minuti ilu konna qed nisimgħu fuq stejjer ta' suċċessi u risposti għalihom kemm min-naħa tal-Gvern, kif ukoll min-naħa ta' l- Oppożizzjoni.", "Irrid ngħid li wara kollox kulħadd għandu biċċa raġun li l-istejjer ta' suċċessi huma veri kif issemmew għax pajjiżna qed jagħmel stejjer ta' suċċessi għaliex il-fatti jitkellmu weħidhom.", "Pero' huwa veru wkoll - u din l-opinjoni ssemmiet min-naħa ta' l- Oppożizzjoni - li nagħmlu s- suċċessi f'dawk li huma investimenti fit- teknoloġija u f'dak kollu li għandu x'jaqsam ma' servizzi, għandna wkoll nagħtu attenzjoni kbira ħalli l-ħaddiem ikollu wkoll dik li hija preparazjoni kulturali li ssemmiet taħt diversi forom.", "Dan huwa mportanti biex dawk is-suċċessi li ssemmew u li nsista fuqhom tassew tajjeb il- Ministru Zammit Dimech ikollhom il-qofol tagħhom marbut ma' opinjoni diffuża, ma' kuxjenza pubblika, rigward x'inhuma verament it-tħejjijiet kultu- rali u rigward il-kuxjenza li għandu jkun hawn ta' poplu li jkun responsabbli tal-ħidma tiegħu u tad-doveri tiegħu ikun fejn ikun qiegħed jaħdem.", "Żgur li b'dik il-manjiera u b'dik il-kimika, Malta li diġa' sejra 'l quddiem, tkompli tikkonsolida l-pożizzjoni tagħha u verament tiffaċċja bi qlubija u b'ottimiżmu l-isfidi li qed jistennewna għas-snin 2000.", "Jiena hawnhekk nixtieq nagħmel osservazzjoni li sejrin tajjeb, u dan mhux aħna biss ngħiduh.", "Per eżempju, għadu kif ġie ppubblikat artiklu tajjeb ħafna, fl-opinjoni tiegħi, rigward Malta fil- ġurnal awtorevoli \"Le Monde\" fejn anke l-istess titlu tiegħu - \"Il-prosperita' misterjuża ta' Malta\" - huwa sinifikattiv minnu nnifsu.", "Allura hu jkompli jgħid illi dan il- pajjiż huwa kandidat biex isir membru tal-Komunita' Ewropea, b'popolazzjoni ta' 350,000 li tgħix tajjeb.", "Dan igħid ukoll li dan isir permezz tat- turiżmu, permezz tal-kummerċ, permezz ta' l-industrija u permezz ta' dak kollu li għandu x'jaqsam ma' l-infrastruttura li qed tikkonsolida dan il- progress ġo pajjiżna.", "Pero' nifhem ukoll illi għandna affarijiet li għad irridu nirranġaw ferm iktar milli huma llum.", "Irridu naraw illi f'pajjiżna, n-nies japprezzaw u jibżgħu għas-sbuħija tiegħu.", "U meta aħna ngħidu tagħlim, ma nfissrux dak akkademiku biss, imma nfissru wkoll il-kuxjenza ċivika li għandu jkollu kull ċittadin Malti ta' kull eta' u sess biex pajjiżu jibża' għalih u jħallih sabiħ anke għal dawk ta' warajh.", "Ma nistax ma niftakarx li għad għandna ċertu manjieri ta' kif inġibu ruħna fil-ħajja soċjali tagħna li għandhom tassew għaliex iħallu ċertu preokkupazzjoni.", "Il-fatt li per eżempju ma tantx inħobbu nħallu l- pajjiżna nadif, minkejja li darna dejjem nadifa, jidher l-aktar fejn ikun hemm il-folla ta' Maltin qed jiddevertu, għaliex kif jispiċċaw iħallu l- ħmieġ.", "Dan sfortunatament mhuwiex sinjal li jagħmel ġieh lilna l-Maltin.", "L-istess sitwazzjoni narawha f'kull rokna fejn m'hemmx bini, fejn kulħadd imur jarmi l- imbarazz u ż-żibel biex jeħles minnu minn ġo daru, naturalment bil-konsegwenza ta' ġrieden, ħmieġ u affarijiet oħra li jġibu magħhom.", "Din id- dehra tassew deplorevoli ta' l- ambjent għandha tkun ta' mistħija għall-komunita' li tgħix f'dawk l-inħawi.", "Din hija drawwa li sfortunatament aħna l-Matlin għadna ma bdejniex naraw li naqtgħuha għax l- aqwa li naqdu l- interessi tagħna u x'jiġri minn ħaddieħor ma jimportana xejn.", "Hemm diversi aspetti oħrajn x'tista' ssemmi dwar in-nuqqas ta' ħafna ċittadini li mhumiex responsabbli lejn il-ħajja ċivika tal-komunita', imma llum mhux l-okkażjoni li ntawlu għaliex il-ħin hu limitat u rrid insemmi eżempji oħrajn biex inkompli nuri kemm pajjiżna għad għandu bżonn jinvesti tassew fir-responsabbilta' u fil-formazzjoni ta' kuxjenza verament ċivika u responsabbli lejn iċ-ċittadini Maltin sħabu.", "F'pajjiżna fil- postijiet tax- xogħol u fil- manjiera ta' kif naqdu lin-nies li suppost qed jingħataw servizz, dieħla l-kultura ġdida ta' l-ineffiċċjenza u l- indifferenza.", "Per eżempju, illejla saret xi kritika dwar kif wieħed jinqeda dwar it- telephones.", "Fl-opinjoni tiegħi, il-kritika m'għandhiex tmur lejn il- ministru jew xi rappreżentant ieħor f'din il- Kamra, imma lejn il-kuxjenza ħażina ta' l-istess impjegati li suppost ikunu qed jaqdu dmirijiethom ħalli jagħtu servizz lill-komunita'.", "Jien ma nistax nifhem kif ikun hemm familja li titlob, kif inhuwa dritt tagħha li jkollha sistema diġitali u t- triq kollha tinagħta s-servizz minbarra lilha; u tagħmel sitt xhur tikteb u tiġri biex tottjeni dan is- servizz u dan xorta ma jingħatax lilha.", "Din il-familja bl-ebda mod ma riedet iddaħħal id-deputat tal- post f'dan il-każ għax dehrilha li hu dritt tagħha li tieħdu dan is-servizz mingħajr l- intervent tad-deputat, iżda fl- aħħar qatgħet qalbha u avviċinat lili.", "Jiena skantajt għax ma stajt nara ebda raġuni għaliex sar dan, u l-Ġimgħa għamilt telefonata u staqsejt għaliex dan is-servizz ma ngħatax.", "Malli għamilt dik id- domanda u min kien fuq in-naħa l-oħra tat-telephone irrealizza li jien Deputat tal-Kamra, dan qalli li nhar it-Tnejn filgħodu din il-familja jkollha dan is- servizz.", "Jien staqsejtu: Għaliex ma qdejtuhiex meta kienet ilha titlobkom għall- dan is-servizz għal sitt xhur sħaħ?", "Dan weġibni li forsi ntilfet il-karta u ħafna skużi minn dawn.", "Jien deherli li kelli niġbidlu l-attenzjoni li meta jkunu qegħdin jagħtu dan is- servizz ħażin, ikunu qed jinkorraġġixxu l- klijenteliżmu u jkunu qed jinkoraġġixu lin- nies biex imorru għand xi deputat ħalli dan ikun jista' jċempel u jagħmel l-intervent.", "Din hija ħaġa li rridu naqtgħuha, għaliex iċ-ċittadin għandu jinqeda għaliex għandu d- dritt li jinqeda u minn għandu d-dmir li jaqdi lin-nies u jagħti dan is- servizz, għandu jagħmel dan għax hu d-dmir tiegħu u għax huwa responsabbli li jagħmlu.", "Għalhekk, mhux biss il-politiċi għandhom jagħmlu ħilithom ħalli jirranġaw din il-kultura negattiva ta' l-ineffiċjenza, ta' l- indifferenza u tas- sistema klientela, imma trid tinbidel il-kultura popolari taċ-ċittadin, huma x'inhuma r- responsabilitajiet li qed jaqdi.", "Problema oħra li qed narawha tidħol fis-sistema tal-pajjiż hija li bil- progress li hawn, iż-żgħażagħ li dejjem ħerġin numerużi preparati akkademikament b'diploma mill-Universita' jew minn x'imkien ieħor biex jiffaċjaw il-ħajja tax-xogħol, qed jippretendu priorita' fuq kulħadd biex jiġu impjegati u meta jieħdu responsabilta' ta' pożizzjoni f'kariga importanti fil-fabbrika jew fl-uffiċċju donnha l-ewwel ħaġa li jagħmlu biex jasserrixu ruħhom f'din il-kariga ġdida, hija li kull min kien qabilhom u li għalqu certu eta', specjalment dawk ta' l-40 sena, jiġu dikjarati immufati u b'xi mod, jew jitkeċċew mill-post tax-xogħol jew issir persekuzzjoni psikoloġika sabiex dawn ma jkollhomx triq oħra ħlief li jħallu l-post tax-xogħol.", "Naturalment din tkun mossa iktar malizjuża u li fiha iktar ħażen ħalli d-drittijiet taċ- ċittadin ta' dak il-ħaddiem li jkun iddeċieda li jċedi għal din il-pressjoni u jitlaq, jitlef ukoll drittijiet għal kollox.", "Din hija sitwazzjoni li qed niltaqa' magħha spiss.", "Titkellem ma' nies tal-banek, anke tas-Central Bank, li jħossuhom urtati u frustati.", "Din is-sitwazzjoni ma jistgħux jifhmuha għax hemm nuqqas kbir ta' kommunikazzjoni.", "Nies li jidħlu ġodda bid-diploma isibu ruħhom diġa' żewġ gradi fuq dawk li jkunu ilhom jagħtu servizz fil-post tax-xogħol tagħhom bl-iktar manjiera skrupluża u bl-iktar manjiera dedikata, allura dawn jitilfulhom kull inċentiv.", "Il- pajjiż ikun qed jarmi settur kbir mis- soċjeta' tiegħu jekk iwarrab għal kollox dawk il- ħaddiema li bil- mentalita' ġdida li dieħla qed jiġu ttimbrati bħala xjuħ sempliċement għax ikunu għalqu l-40 sena, meta' fil-verita' dawn ikunu laħqu akkwistaw esperjenza tajba, jkunu maturi biżżejjed biex ikomplu jagħtu lill-pajjiż servizz ieħor u għad għandhom ambizzjoni u enerġija biex jagħtu ħidma tajba lill-pajjiżhom.", "Din qed insibuha kemm f'ambjenti ta' banek kif ukoll f'ambjenti privati fejn tiddilaga iżjed.", "Jien insemmi eżempju bħal Galaxy u postijiet oħrajn għax kontinwament issib minn dawn l- eżempji.", "Il-pajjiż irid joqgħod attent li din il- mentalita' ma tkomplix tinfirex għax ħadd ma jrid jimpjega lil dawn in-nies; u jekk ikunu fil- post tax-xogħol b'xi mod jiġu mkeċċijin jew imgerxin milli jkomplu jaħdmu u jagħtu sehemhom.", "Din hija mentalita' li għal Malta tas-snin 2,000 ma nistgħux naffordjaw li nirrepetu l-iżball li sar ġewwa l-Ingilterra u l-iżbalji li saru ġewwa pajjiżi Ewropej fuq din il-ħaġa.", "Illum dan qed jibkuh u qed jaraw kemm għamel ħsara kbira li skoraġġixxa setturi kbar tas-socjetajiet tagħhom.", "Irridu noqogħdu attenti li t-tajjeb tal-barranin nagħmluh imma l- iżbalji tagħhom ma nirrepetuhomx.", "Irrid ngħid li l-etika tax-xogħol għandha tkun dik li l-ħaddiem Malti jkollu l-aqwa certifikat, aqwa mid-diplomi tiegħu, jiġifieri dak li jkun jara t-tajjeb mill-ħażin, ikun jaf id-doveri tiegħu x'inhuma u jkun jaf x'affarijiet m'għandux jagħmel.", "Il-ħaddiem Malti għandu jkollu l-etika tax- xogħol li jkun leali lejn min qed iħaddmu, leali lejn dak li qed iservi u leali anke mal- kollegi u ma' sħabu li jkunu qed jaħdmu miegħu.", "Din il- chemistry tal-karattru u tal- kultura umana li għandu jkollu l-ħaddiem għandha tkun il-ħin kollu kkonsidrata fl-ogħla livell ħalli l-pajjiż tassew ikollu dik il-pożizzjoni li minn banda jinvesti fl-aqwa teknoloġiji, jiġifieri fl-aħjar mod kif jippreżenta l- pajjiż bl-iktar mod progressiv u modern, pero' min-naħa l-oħra jkollu kuxjenza kulturali Maltija b'sens ta' responsabbilta' civika u li tista' tkompli tagħti dak kollu possibbli lill-pajjiż.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il- ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar l- Erbgħa 7 ta' Ottubru fis-6.00 p.m. bl-agenda kif komunikata mill-Vici Prim Ministru.", "Fid-9.30 p.m. l-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il- mistoqsija.", "MISTOQSIJIET IMWIEĠBA BIL-MIKTUB", "Valletta,Triq ir-Repubblika,Appartamenti schs,Valletta,Triq ir-Repubblika,Appartamenti hyzg,Valletta,Triq ir-Repubblika,Appartamenti VALLETTA: STRADA REPUBBLIKA - LIFTS", "1707.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għas-Sigurta' Soċjali: B'refer- enza għall-blokk appartamenti li jinsabu f'Strada Repubblika kantuniera ma' North Street, fil-Belt Valletta, jista' l- Ministru jikkonferma għaliex l- lifts li kellhom isiru f'dawn il-blocks mhux se jsiru avolja hemm diġa' il-lok biex jiġu installati?", "Jekk fl-affermattiv, għaliex mhux se jsiru?", "Hija l-politika tal-Gvern li f'appartamenti bħal dawn il-lifts ma jsirux?", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Jien informat li l-preparamenti għall- installazzjoni tal-lift fil-blokk imsemmi diġa' bdew.", "Djar,Single-Parent Families schs,Djar,Single-Parent Families hyzg,Djar,Single-Parent Families AWTORITA' TAD-DJAR", "1708.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għas-Sigurta' Soċjali: Kemm applikaw Single-Parent Families għall-akkommodazzjoni tal- Gvern?", "Kemm diġa' ingħataw tul din is-sena?", "Kemm aktar fadal x'jieħdu tal-postijiet?", "X'inhuma l-kriterji ta' l- għoti ta' djar/flats?", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Kien hemm 135 single-parent li applikaw biex jixtru jew jikru appartamenti maħruġa apposta mill-Awtorita' tad-Djar.", "Minn dawn, 43 single-parent ġew allokati.", "Il-kriterji wżati fil-każ ta' single-parent huma dawn:-", "1) Separazzjoni bonarja dokumentata b'kuntratt;", "2) Separazzjoni de facto dokumentata b'digriet tal- Qorti;", "3) Każi li jkunu dokumentati sew mid-Dipartiment tal-Familja u Assistenza Socjali;", "4) Każi li jkunu dokumentati mill-Psychiatric Unit ta' l- Isptar Mount Carmel jew l- isptar San Luqa.", "Minbarra dawn hemm ukoll numru ta' applikazzjonijiet għall-akkomodazzjoni alternat- tiva li qed jiġu trattati flimkien ma' applikazzjonijiet oħra.", "Djar,Sussidju schs,Djar,Sussidju hyzg,Djar,Sussidju DIPARTIMENT TA' L-AKKOMMODAZZJONI SOCJALI", "1709.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għas-Sigurta' Soċjali: Waħda mill-iskemi tad-Dipartiment ta' l-Akkommodazzjoni Socjali hi dik li ttejjeb darek.", "Kemm hemm applikazzjonijiet pendenti?", "Kemm hu ntitolat li jieħu kull applikant?", "Dawn il-flus l-applikanti meta jeħduhom, wara jew qabel isir ix-xogħol fil-fond?", "Jekk wara li jsir ix- xogħol u l-applikant m'għandux biex iħallas, x'se tkun il-pożizzjoni ta' l- applikant?", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Kif diġa' għidt f'mistoqsija parlamentari numru 4357 hemm 1614 applikazzjoni taħt skema SHD 15 u SHD 15A.", "Dwar kemm hu ntitolat li jieħu kull applikant wieħed irid jagħmel distinzjoni dwar jekk id-dar inbnietx qabel l- 1939 (f'dan il-każ il-ħlas huwa sa massimu ta' Lm1,500) jew jekk id-dar inbnietx qabel l- 1960 (f'dan il-każ il-ħlas huwa sa massimu ta' Lm500).", "Naturalment il-flus jinħarġu wara li jiġi certifikat li sar ix-xogħol kif ukoll jiġu preżentati l-ircevuti.", "Sigurta' Socjali,Kontribuzzjonijiet sans,Sigurta' Socjali,Kontribuzzjonijiet dalj,Sigurta' Socjali,Kontribuzzjonijiet NATIONAL INSURANCE CONTRIBUTIONS", "1710.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Imbilli għal dawk li huma National Insurance Contributions Lm200 biss huma eżentati mit- taxxa, jikkonsidra l- Ministru li din is-somma għandha tiżdied minħabba l- fatt li filwaqt li l-pagi u s- salarji żdiedu din baqgħet l- istess?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Nixtieq ninfomra lill-Onor.", "Interpellant li l- kontribuzzjonijiet tas-Sigurta' Socjali jiġu mnaqqsa kollha (bla limitu) għall-finijiet tal-liġi ta' l- income tax.", "Furjana,Kenniesa schs,Furjana,Kenniesa falm,Furjana,Kenniesa FURJANA - KENNIESA", "1737.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jgħid jekk f'St. Calcedonius Square fil-Furjana hemmx kenniesa?", "Kemm hu frekwenti l-knies hemmhekk?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Ninsab informat li l-knis f'din il- pjazza jsir kuljum ħlief f'xi ġurnata li jkun nieqes il- kennies.", "Enemalta,Serq ta' elettrikuu sans,Enemalta,Serq ta' elettrikuu falm,Enemalta,Serq ta' elettrikuu ENEMALTA - SERQ TA' ELETTRIKU", "3833.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Kemm-il każ kien hemm f'dawn l-aħħar ħames snin li l-ufficcju tas-Segretarjat Parlamentari nkarigat mill- Enemalta ġieli ndikaw lil min u lil min m'għandhomx jagħmlu surprise raids meta kien hemm suspetti ta' tbagħbis fis- sistema ta' l-elettriku?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Ma jirriżultalix li kien hemm każi bħal dawn.", "Haddiema,Incentivi biex jahdmu għal rashom sans,Haddiema,Incentivi biex jahdmu għal rashom mifu,Haddiema,Incentivi biex jaħdmu ghal rashom IMPJEGATI - INCENTIV BIEX JAĦDMU GĦAL RASHOM", "3834.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Xi tkun il-pożizzjoni ta' wieħed li jkun ħa s-somma ta' Lm3,000, telaq minn impjieg tal-Gvern - jew minn ma kumpannaija parastatali sabiex jiftaħ business għal rasu wara li jgħaddu t-tliet snin?", "Jista' jerġa' jidħol f'impjieg mal-Gvern jew mal- Parastatali?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Dawk l-impjegati li jagħżlu l- iskema msemmija ma jitħallewx jirreġistraw fuq l-ewwel parti tar-Reġistru u ma jistgħux japplikaw għall-postijiet mal- Gvern għal perjodu ta' sena u nofs wara li jircievu l-aħħar mit-tlett pagamenti ta' Lm1,000 fis-sena - fi kliem ieħor ma jistgħux japplikaw għal post mal-Gvern għal perjodu ta' erba' snin u nofs.", "Pulizija,Dipartiment tal-Forensika sans,Pulizija,Dipartiment tal-Forensika gall,Pulizija,Dipartiment tal-Forensika PULIZIJA: DIPARTIMENT TAL- FORENSIKA - ILMENTI", "3835.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Ġie rrapportat f'sezzjoni ta' l- istampa li Dr A Abela Medici dan l-aħħar kien qed ibati minn anxiety state u se nikkwota mir-rapport tal- gazzetta:", "\"The country's leading forensic expert is in bed suffering from a state of anxiety and is not in a condition to report to work, a doctor told the Magistrates Court yesterday.", "Dr Anthony Abela Medici was expected to testify in court in the Żejtun murders case where Bertu Ellul stands charged with three murders and an attempted murder.", "Dr Wilfred Galea presented a medical certificate in court and said that Dr Abela Medici, who has been away from work since June 30, might be in a better state in a week's time.", "Earlier this month, Dr Abela, Medici has complained in court that he was encountering great difficulties in performing his work as a court-appointed forensic expert.", "He had said that his department had been deprived of all secretaries and typists, of two police surgents and a police inspector who used to assist him, of the maid, of two drivers and even of a car\".", "X'għandu xi jgħid il-Ministru dwar dan u partikolarment dwar id-deciżjoni li tneħħa wkoll l- istaff li kien hemm f'dan l- ufficcju?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Filwaqt li ttiehdet nota tar-rapport, ninsab informat li t-Taqsima tal-Laboratorju Forensiku tal- Pulizija ghandha 'staff' ta' 33 maghmul hekk:", "Direttur", "Staff pajzan 5", "Surgenti 8", "Kuntistabbli 19", "Ninsab informat ukoll li d- Direttur pproduca certifikat mediku ghall- perjodu mill-1 ta' Lulju 1992 sat-18 ta' Lulju 1992 meta kien indispost.", "Peress li zewg pulizija kienu qed jaghmlu xoghol esklussivament ta' sewwieqa tad-Direttur u ma kienu qed jahgmlu l-ebda xoghol normali ta' pulizija, inghataw struzzjonijiet mill- Kummissarju tal-Pulizija biex il- bzonnijiet ta' trasport tad- Direttur jigu sodisfatti mis- sistema ta' trasport operata mill-Kwartieri Generali tal- Pulizija.", "Gharqa ta' persuna sans,Gharqa ta' persuna fene,Gharqa ta' persuna XGĦAJRA/BIRZEBBUGIA - GĦARQA TA' PERSUNA", "3836.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jispjega kif żewġ persuni li mietu b'diżgrazzja fil-baħar dan l- aħħar wieħed ix-Xgħajra u l- ieħor fil-bajja ta' Birzebbugia instabu wara li telgħu f'wicc il-baħar u ma nstabux mis- sezzjoni ta' l-SAG jew ta' l- AFM minkejja li l-Gvern qed jiftaħar li dawn huma ferm attrezzati minn meta kienu fiż- żmien Gvern Laburista?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Filwaqt li nikkonferma li l-SAG tal-Korp tal- Pulizija issa hija attrezzata ħafna aħjar minn qabel għal dan it-tip ta' tfittix taħt il-baħar, naħseb li l-Onor.", "Membru japprezza li f'każijiet bħal dawn, minkejja kull sforz li jista' jsir mill- membri tal-SAG u tal- Forzi Armati ta' Malta, il-kurrenti tal-baħar mhux dejjem jippermettu li t- tfittxija tispicca b'suċċess.", "Gharqa ta' persuna sans,Gharqa ta' persuna gall,Gharqa ta' persuna BIRZEBBUGIA/GĦARQA TA' PERSUNA", "3837.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Prim Ministru jispjega kif żewġ persuni li mietu b'diżgrazzja fil-baħar dan l- aħħar wieħed ix-Xgħajra u l- ieħor fil-bajja ta' Birzebbugia instabu wara li telgħu f'wicc il-baħar u ma nstabux mis- sezzjoni ta' l-SAG jew ta' l- AFM minkejja li l-Gvern qed jiftaħar li dawn huma ferm attrezzati minn meta kienu fiż- żmien Gvern Laburista?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Peress li d-domanda giet rivolta lill- Prim Ministru, l-Onor.", "Interpellant gentilment mitlub jirreferi ghat-twegiba moghtija minnu.", "Ibhra Territorjali,Sajjieda Taljani sans,Ibhra Territorjali,Sajjieda Taljani fene,Ibhra Territorjali,Sajjieda Taljani Pulizija,Sejba ta' kadavru fil-bahar sans,Pulizija,Sejba ta' kadavru fil-bahar fene,Pulizija,Sejba ta' kadavru fil-bahar PULIZIJA - SEJBA TA' KADAVRU FIL-BAĦAR", "3838.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Prim Ministru: Skond rapporti fil- gazzetti l- armla li nstabet mejta fil- baħar nhar l-Erbgħa 15 ta' Lulju 1992 intlemħet mis- sajjieda Taljani li wara rrapportaw lill-awtoritajiet Maltin.", "Jista' l-Prim Ministru jispjega kif la l-katavru ma ġie nnotat mill- Membri ta' l- AFM u lanqas il-lanca tas- sajjieda Taljani li kienu fl- ibħra territorjali ta' Malta?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jien informat li, fil-fatt, ir- rapport li rcevew il-Forzi Armati ta' Malta fil-15 ta' Lulju, 1992 dwar is-sejba fil- baħar tal-katavru ta' l- imsemmija armla kien sar minn sajjied part-time Malti.", "Annimali ezotici calr,Annimali ezotici falm,Annimali ezotici ANNIMALI EŻOTICI", "4040.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Nirreferi għall- mistoqsijiet parlamentari tiegħi numri 3207 u 3206, jista' l- Ministru jwieġeb għal dawn il-mistoqsijiet?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Bis- saħħa ta' Avviż Legali numru 19 ta' l-4 ta' Frar 1992 (Regolamenti dwar il-Kummerc fi speci ta' fawna u flora); it- Taqsima Ambjent trid tiġi kkonsultata qabel il-ħruġ ta' permessi biex jidħlu f'Malta annimali li huma koperti mis- CITES (Konvenzjoni Internazzjni dwar il-Kummerc fi speci protetti).", "Dawn l-annimali jistgħu jidħlu f'Malta biss jekk ikun hemm ic-certifikati internazzjonali meħtieġa li jipprovaw li twieldu f'xi zoo jew post simili (in captivity) u mhux inqabdu minn xi riżerva jew post ieħor fejn huma protetti.", "It-Taqsima Ambjent għalhekk għandha responsabilita' specifika fl- importazzjoni ta' annimali eżotici, iżda s'issa m'hemm l-ebda provediment għal responsabilita' simili fil-ħruġ ta' permessi biex jinżammu annimali (kemm eżotici kif ukoll oħrajn) f'postijiet pubblici.", "Wieħed irid jara jekk hemmx il-bżonn li jsiru regolamenti anke f'dan ir- rigward.", "Stabbilimenti ta' l-ikel,Impjegati barranin calr,Stabbilimenti ta' l-ikel,Impjegati barranin gall,Stabbilimenti ta' l-ikel,Impjegati barranin STABBILIMENTI TA' L-IKEL - IMPJEGATI BARRANIN", "4041.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 3232, jaħseb il- Ministru li għandu jemenda l-liġi ladarba jidher li hemm toqob fiha biex sidien li jħaddmu barranin jinstabu ħatja?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Moghti parir li s'issa m'hemmx bzonn li tigi emendata l-ligi.", "Habs Civili,Mohammed Ali Resaq calr,Habs Civili,Mohammed Ali Resaq fenj,Habs Civili,Mohammed Ali Resaq ĦABS CIVILI - MOHAMMED ALI RESAQ", "4230.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru tal- Ġustizzja: Billi s- Sur Piju Dalli, PRO tal-Ministeru qal lill-Ġurnal \"The Malta Independent\" li Ali Resaq mhux se joħroġ mill-ħabs qabel l- 1996 għax l-Uffiċċju ta' l- Avukat Ġenerali kkalkula ħażin il-figuri u billi l-Interpellant fehem li dawn il-figuri kien hemm ħtieġa li jiġu kalkolati wara d-diversi amnestiji li ngħataw mill-Gvern preżenti, jista' l-Ministru jagħti assigurazzjoni lill- Kamra li ma kienx hemm każi oħra fejn l-Uffiċċju ta' l- Avukat Ġenerali kklakula l- figuri ħażin u b'hekk kien hemm ħabsin li spiċċaw ħielsa bi żball?", "Saret xi investigazzjoni f'dan is-sens biex jiġi aċċertat li ħadd mill- ħabsin ma gawda għax il-figuri ġew kalkolati ħażin?", "ONOR.", "JOE FENECH: Mhux minnu li s-Sur Piju Dalli qal li l- Avukat Generali ikkalkola ħażin is-sentenza li kellu jiskonta Ali Resaq, tant hu hekk li l- istess Sur Dalli talab ratifika mill-Malta Independent li ġiet ippubblikata fil-ħarġa tat-2 ta' Settembru, 1992.", "Il-kalkoli ta kemm priġunier għandu jiskonta ħabs skond sentenza, jispettaw lill- awtoritajiet tal-Ħabs li ma jaqgħux taħt dan il-Ministeru, u għalhekk din il-mistoqsija dwar il-komputazzjoni ta' xi sentenza partikolari għandha tiġi magħmula lill-Ministeru relattiv.", "Mhux magħruf li l-Ufficcju ta' l-Avukat Ġenerali qatt ġie mitlub f'każi oħra jikkalkola iż-żmien kemm għandu jiskonta ħabs xi priġunier.", "Qrati,Liberta' provvizorja calr,Qrati,Liberta' provvizorja gall,Qrati,Liberta' provvizorja QRATI - LIBERTA' PROVVIŻORJA", "4231.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Kemm kienu l-każi fejn il-Qrati f'dawn l-aħħar sentejn tat l- liberta' provviżorja lill- akkużati bi qtil?", "Liema kienu dawn il-każi?", "Min kienu l-akkużati involuti f'kull każ?", "X'kienet l-akkuża f'kull każ?", "Kemm kienet is-somma mħallsa f'kull każ?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nitlob l- Onor. Membru jirreferi l- mistoqsija lill- Ministru tal- Gustizzja.Qrati,Liberta' provvizorja calr,Qrati,Liberta' provvizorja gall,Qrati,Liberta' provvizorja QRATI - LIBERTA' PROVVIŻORJA", "4232.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Billi kif ħadt ir-responsabilita' tal-Ministeru ġdid tiegħek inti ġejt rapportat li għidt li trid tħares mill-ġdid lejn il- liġi li tippermetti persuni akkużati b'delitti ta' qtil li jkollhom id-dritt tal- liberta' provviżorja, jista' l-Ministru jgħid meta se jagħti din il- ħarsa ġdida?", "Jidhirlu li huwa sewwa li nies li jkunu qatlu kiesaħ u biered jinħelsu bil-liberta' provviżorja għax għandhom il- flus u kapaċi jħallsu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nirreferi l-Onor.", "Membru għat-tweġiba fit-tul għall- mistoqsija parlamentari numru 1481 li tajt fis-26 ta' Mejju, 1992, Seduta Numru 18.", "Nar tal-Festi,Regolamenti calr,Nar tal-Festi,Regolamenti gall,Nar tal-Festi,Regolamenti NAR TAL-FESTI - REGOLAMENTI", "4233.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Billi ġejt rapportat li mis- sena d-dieħla se jinforza l- liġijiet dwar in-nar tal-festi, jista' l-Ministru jgħid jekk dawn jinkludux li ma jinħarqux murtali tal-bomba wara l-11.00 p.m.?", "Jista' l-Ministru jgħid x'emendi se jressaq jew x'regolamenti se jinforza?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Inkun f'qagħda aħjar li nwieġeb wara li sseħħ il- konsultazzjoni meħtieġa u mwiegħda ma' dawk involuti.", "Teatru Manoel,Management Committee cilj,Teatru Manoel,Management Committee frem,Teatru Manoel,Management Committee TEATRU MANOEL - MANAGEMENT COMMITTEE", "4415.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura: Minn min hu kompost il-Management Committee tat- Teatru Manoel?", "Kemm-il darba ltaqa' dan il-kumitat minn mindu ġie maħtur fil- kompożizzjoni preżenti tiegħu?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Il- Kumitat huwa kompost minn:", "Prof. Joe Friggieri Chairman Kenneth Zammit Tabone Segretarju Onorarju John R. Gatt Teżorier Onorarju Maria Ghirlando Uffiċjal għar-relazzjonijiet Pubbliċi.", "Membri", "Kevin Drake Marlene Schranz Emy Scicluna Alfred Spiteri Mallia Paul Xuereb.", "Peress li m'ilhux li nħatar s'issa iltaqa' darba imma dan il-Kumitat jiltaqa' regolarment kull sitt ġimgħat.", "Teatru Manoel,Kalendarju kulturali cilj,Teatru Manoel,Kalendarju kulturali frem,Teatru Manoel,Kalendarju kulturali TEATRU MANOEL - KALENDARJU KULTURALI", "4416.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura: X'inhu l-kalendarju kulturali li għandu maħsub il- Kumitat Maniġerjali tat- Teatru Manoel f'din is-sena għall- okkażjoni tal-260 anniversarju tiegħu?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Qed nehmez kopja tal-programm ta' l-attivitajiet li se jsiru fit-Teatru Manoel għal dan l- istaġun.", "Teatru Manoel,Rinnovazzjonijiet cilj,Teatru Manoel,Rinnovazzjonijiet frem,Teatru Manoel,Rinnovazzjonijiet TEATRU MANOEL - RINNOVAZZJONIJIET", "4417.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura: X'rinnovazzjonijiet saru fit-Teatru Manoel matul din is-sena li taħbat il- 260 anniversarju tal-ftuh tat- Teatru?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Matul din is-sena saru dawn ir- rinnovazzjonijiet fit-Teatru Manoel:-", "1.", "Stallazzjoni ta' Dimmer Board ġdid elettroniku u tibdil ta' wiring kollu tal-palk.", "2.", "Paviment ġdid fl-Awditorju tat-Teatru.", "3.", "Upholstery ġdid għall- pultruni kollha tat-teatru.", "4.", "Stallazzjoni ta' Emergency Lighting.", "5.", "Stallazzjoni ta' mekkan- iżmu ġdid ta' kontra n-nar u s- serq flimkien ma' rinnovament ta' tagħmir għal kontra n-nar fit-Teatru u l-postijiet l- oħra li għandhom x'jaqsmu fl- awditorium.", "6.", "Tibdil ta' wire ta' l- elettriku fl-awditorium.", "7.", "Showers ġodda fid-Dressing Rooms.", "8.", "Refurbishing tat-toilets tat-Teatru", "9.", "Parti minn proġett ta' Acoustic Screens.Teatru Manoel,Orkestra Nazzjonali cilj,Teatru Manoel,Orkestra Nazzjonali frem,Teatru Manoel,Orkestra Nazzjonali ORKESTRA NAZZJONALI - GĦAJNUNA FINANZJARJA", "4418.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura: Tingħata xi għajnuna finanzjarja lill-Orkestra Nazzjonali tat-Teatru Manoel?", "Jekk fl-affermattiv, kemm u kull meta?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Fl- Estimi Ġenerali ta' din is-sena hemm provduta s-somma ta' Lm240,000 għall-Orkestra tat- Teatru Manoel.", "Centru Nazzjonali ta' l-Arti cilj,Centru Nazzjonali ta' l-Arti frem,Centru Nazzjonali ta' l-Arti ĊENTRU NAZZJONALI TA' L-ARTI", "4419.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura: Kemm hu l-ammont ta' flus maħsuba mill-Gvern għall- bini taċ-Ċentru Nazzjonali ta' l-Arti fil-Belt minflok it- Teatru mwaqqa'?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: L- Onor. Interpellant jifhem li għadu kmieni wisq biex wieħed jista' jitkellem fuq l-ammont biex jinbena ċ-Ċentru Nazzjonali ta' l-Arti.", "L- informazzjoni tkun tista' tingħata aktar 'il quddiem.", "Centru Nazzjonali ta' l-Arti cilj,Centru Nazzjonali ta' l-Arti frem,Centru Nazzjonali ta' l-Arti ĊENTRU NAZZJONALI TA' L-ARTI - BINI", "4420.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura: Liema huma t-13-il Perit li ssottomettew pjanti għall-bini taċ-Ċentru Nazzjon- ali ta' l-Arti?", "Kien hemm xi ammont ta' flus li jridu jiġu ddepożitati minn kull perit imsemmi mal-Valletta Rehabilitation Committee jew mal-Ministeru ta' l-Ambjent biex ikun intitolat li jissottometti l- pjanti tiegħu?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Il- proġett taċ-Ċentru Nazzjonali ta' l-Arti bħalissa huwa f'idejn il-Valletta Rehabilitation Committee, li ma jifformax parti minn dan il-Ministeru.", "Trasport Pubbliku pora,Trasport Pubbliku zamf,Trasport Pubbliku AWTORITA' TAT-TRASPORT PUBBLIKU - ROTOT", "4429.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI staqsa lill-Ministru għat- Trasport u Komunikazzjoni: (1) Jista' l-Ministru jgħidli jekk l-Aworita' dwar it- Traspost Pubbliku hijiex qed tagħmel studju dwar it-tkabbir ta' rħula b'bini u toroq ġodda biex ir-rotot tat-trasport pubbliku tilħaq iktar nies, fosthom f'Ħaż Żabbar?", "(2) L-Awtorita' tat-Trasport Pubblika qegħda wkoll tikkonsidra ċaqlieq ta' bus terminus?", "F'każ affermattiv, f'liema rħula?", "(3) Mil-liema rħula waslulha, lmenti f'dan ir-rigward ta' mistoqsija (2)?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku qed tippjana li tikseb is-servizz ta' persuna kwalifikata bħala Transport Planner and Economist bl-iskop li ssir ri-organizzazzjoni tan- network kollu tat-trasport f'Malta.", "Dan jinkludi rotot, toroq u vened.", "Fil-preżent qed ikun ikkonsidrat tibdil fil-vened ta' Spinola u St. Andrew's.", "Lill-Awtorita' qatt ma waslulha lmenti dwar ċaqliq ta' vened.", "Delimara,Bahar imniggez pora,Delimara,Bahar imniggez falm,Delimara,Bahar imniggez DELIMARA - BAĦAR IMNIĠĠEŻ", "4430.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Jista' d-dipartiment konċernat jieħu ħsieb rigward il-problema ta' tniġġeż miż- żejt li qed toħroġ minn tankers, li jidħlu biex iħottu ż-żejt fil-Power Station il- ġdida ta' Delimara, f'Marsaxlokk, b'detriment għall-baħar, il- mollijiet u id-dgħajjes li jiċċappsu kollha żejt b'detriment għas-sajjieda, peress li kien hemm minnhom li lmentaw miegħi dwar dan?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Qed isiru arranġamenti mill- Korporazzjoni Enemalta nbiex jiġi pprovdut apparat li jintuża biex jilqa' xi tniġġiż ta' żejt li jista' joħroġ mit- tankers waqt il-ħatt taż-żejt għal Power Station.", "Zabbar,Triq Santa Tereza,Asfaltar pora,Zabbar,Triq Santa Tereza,Asfaltar falm,Zabbar,Triq Santa Tereza,Asfaltar ZABBAR: TRIQ SANTA TEREZA - ASFALTAR", "4431.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Jista' d-dipartiment konċernat isemmi/jasfalta l- gandott fi Triq Santa Tereża, f'Ħaż Żabbar?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li x-xogħol imsemmi diġa' sar.", "Zejtun,Triq il-Huxlief,Dawl pora,Zejtun,Triq il-Huxlief,Dawl falm,Zejtun,Triq il-Huxlief,Dawl ZEJTUN: TRIQ IL-ĦUXLIEF - DAWL", "4461.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Tista' l-Korporazzjoni tibdel il-bozza li hemm ma' arblu li mhix tixgħel fi Triq il-Ħuxlief, iż-Żejtun, u tirrimedja il-periklu li hemm minn kaxxa ma' arblu ieħor fl- istess triq li hi bla bieba u li meta tagħmel ix-xita jibda jisparkja?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Il- Korporazzjoni Enemalta qegħda tieħu l-passi meħtieġa.", "Marsaxlokk,Triq il-Labour,Drenaġġ pora,Marsaxlokk,Triq il-Labour,Drenaġġ falm,Marsaxlokk,Triq il-Labour,Drenaġġ MARSAXLOKK: TRIQ IL-LABOUR - SERVIZZ TA' DRENAĠĠ", "4462.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Jista' d-dipartiment koncernat jirrimedja dwar il- problema tad-drenaġġ li hemm taħt Triq il-Labour, f'Marsaxlokk, billi r-residenti ilhom tliet snin b'din il- problema li fiha jitfaccaw għadajjar ta' drenaġġ, b'riħa li ma tissaportihiex u insetti, u għalhekk ma jistgħux jiftħu tieqa?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li fi Triq il-Labour, Marsaxlokk instabet konnessjoni privata tad-drenaġġ magħmula ħażina.", "Din għandha tissewwa dalwaqt u b'hekk l-imblokk li kien inħoloq jispicca.", "Rabat,Provvista ta' ilma farn,Rabat,Provvista ta' ilma falm,Rabat,Provvista ta' ilma RABAT - PROVVISTA' TA' ILMA", "4487.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba inqatgħet il-provvista ta' l-ilma bejn Mejju u Settembru fir-Rabat, Malta?", "Kemm kienet il-ħażna ta' l- ilma matul dan il-perjodu fil- ġibjun tal- Fiddien, u għalkemm isservi din il-ħażna skond id- domanda f'każ li jkun hemm xi qtugħ jew ħsarat ta' xi pompi u kontaminazzjoni eċċ fil-futur?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li l-provvista ta' l- ilma fir-Rabat kienet tiġi sospiża darba kull ġimgħa bejn Mejju u Settembru ta' din is- sena.", "Il-ħażna ta' l-ilma fil- ġibjun tal-Fiddien kellha medja ta' pied, jiġifieri 355,000 gallun sufficjenti biex isservi għal jumejn ta' konsum fl- inħawi tar-Rabat.", "Mtarfa,Bypass,Tarmac farn,Mtarfa,Bypass,Tarmac falm,Mtarfa,Bypass,Tarmac MTARFA BYPASS - TARMAC", "4488.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Billi il-Bypass ta' l-Imtarfa qatt ma ingħatat tarmac matul dawn l-aħħar snin u li permezz ta' hekk illum saritilha ħafna ħsara u hija żdingata, perikoluża, mudlama u fil-fatt ma' taħsibiex li hija triq pubblika, jista' l- Ministru jara kif jirrimedja billi jsiru xogħlijiet meħtieġa partikolarment it-tarmac?", "Jista' l-Ministru jirrimedja wkoll għall-iżgombru li żviluppa fl- irdumijiet ta' din il-Bypass dovut għal dawn in- nuqqasijiet?", "Meta se jsir dan ix-xogħol li suppost kellu jsir fi Frar ta' din is-sena?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Filwaqt li nirreferi l-Onor.", "Interpellant għat- tweġiba li tajt għall-mistoqsija parla- mentari numru 1840 (Seduta 20) nżid ngħid li minn dak iż-żmien 'il hawn bdew jitwettqu certi riformi fis- servizz pubbliku u inħoloq id-Dipartiment tat- Toroq li se jkun responsabbli sabiex jagħmel programmi ta' manutenzjoni u sabiex jara li dan it-tip ta' xogħol isir.", "Rabat,Notabile Road,Hajt tas-sejjiegh farn,Rabat,Notabile Road,Hajt tas-sejjiegh falm,Rabat,Notabile Road,Hajt tas-sejjiegh RABAT: NOTABILE ROAD - ĦAJT TAS-SEJJIEGĦ", "4489.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid xi żviluppi kien hemm għar-rigward tal-mistoqsija parlamentari numru 3456 dwar it-tkomplija tal-ħitan tas- sejjiegħ, f'Notabile Road, ir- Rabat?", "Jekk fl-affermattiv, meta?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Ix- xogħol imsemmi se jiġi nkluż fil-programm tax- xogħol għas- sena d-dieħla.", "Mdina,Pjazza Mesquita,Dawl farn,Mdina,Pjazza Mesquita,Dawl falm,Mdina,Pjazza Mesquita,Dawl Mdina,Triq San Nikola,Dawl farn,Mdina,Triq San Nikola,Dawl falm,Mdina,Triq San Nikola,Dawl MDINA: TRIQ SAN NIKOLA - DAWL FIT-TOROQ", "4490.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Billi l- bozoz ħdejn numru 17 Mesquita Square u Triq San Nikola l-Mdina baqgħu ma sarux, jista' l-Ministru jekk jogħġbu jirrimedja peress li hemm anzjani u issa li jidlam kmieni jaffettwahom ħażin?", "Jekk fl-affermattiv meta?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Nirreferi l-Onor.", "Membru għat- tweġiba li jiena tajt għall- Interpellanza numru 3601.", "Rabat,Ghar Dalam,Tindif farn,Rabat,Ghar Dalam,Tindif falm,Rabat,Ghar Dalam,Tindif RABAT: GĦAR DALAM - TINDIF PUBBLIKU", "4491.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Jista' l- Ministru jgħid għaliex għall-mistoqsijiet parlamentari numri 2221 u 3972 fil-verita' qatt ma sar xejn?", "Għaliex intqal li sar ix- xogħol, meta sal-lum 11 ta' Settembru f'Għar Barka, fil- fatt ma sar xejn?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Nikkonferma li l-informazzjoni li għandi hi li l- arja ta' Għar Barka tnaddfet mill-ħaxix.", "Billi jidher li jista' jkun hemm xi diżgwid fl-identifikazzjoni tal-post preciż indikat mill-Onor.", "Membru, nitolbu jidentifika l-post aħjar.", "Turf naturali,Haddiema farn,Turf naturali,Haddiema frem,Turf naturali,Haddiema TURF NATURALI - ĦADDIEMA", "4492.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għaż- Żgħażagħ u Kultura: Jista' l- Ministru jekk jogħġbu jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 3940?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Ir- risposta tiġi mogħtija f'xi seduta oħra.", "Droga pora,Droga gall,Droga DROGA MAQBUDA MILL-PULIZIJA", "4497.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid:", "(1) X'tip ta' droga ġiet maqbuda mill-Pulizija matul l- aħħar sena?", "(2) F'liema kwantita' kienet il-qabda kemm mill-ajruport kif ukoll minn imkejjen oħra?", "(3) Kemm tressqu nies il- Qorti u x'nazzjonalita' huma?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Matul din l-ahhar sena (perjodu 1.9.91 sal-31.8.92) giet maqbuda din id-droga mill- Pulizija:", "|Tip |Kwantita' | |Heroin | 523.4 grammes | |Halcion |33pillola | |Cocaine |3 kilos 294 | | |grammes | |Cannabis Plants |107plants | |Cannabis Seeds | 340seeds | |Cannabis resin | 200.5 grammes | |Cannabis grass | 9.2 grammes | |Dalmain |6pilloli | |Isoptin | 19pillola ta' | | |40 mg | |Valium |15pillola ta'5 | | |mg | | |37pillola ta'2 | | |mg | |Methadone |one tot |", "Matul l-istess perjodu tressqu dawn il-persuni l- Qorti:", "85 Maltin", "12 Barranin", "Dawn kienu:", "2 Tanzanjani 1 Libjan 6 Inglizi 1 Nigerjan 1 Tunezin 1 Lebaniz", "Mellieha,Kenniesa bare,Mellieha,Kenniesa falm,Mellieha,Kenniesa MELLIEĦA - KENNIESA", "4530.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Tul l- aħħar ħames snin, sena b'sena kemm-il kennies intbagħat inaddaf it- toroq ta' l-inħawi tal-Kortin u ta' Santa Marija Estate fil- Mellieħa?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Għat- toroq principali u l-iktar frekwentati fejn wieħed jistenna l-ikbar bżonn ta' tindif, jeżistu rosters dwar in-numru ta' kenniesa u l- frekwenza ta' l-intervent tagħhom.", "Għat-toroq l-oħra, inqas passaġġi, it-tindif isir skond il-ħteġijiet fuq indikazzjonijiet ta' l-inspector responsabbli mill-area koncernata.", "Ma jinżammx rekord tal- frekwenza ta' dawn l-interventi fid-dettall mitlub mill-Onor.", "Membru.", "Mellieha,Toroq bare,Mellieha,Toroq falm,Mellieha,Toroq MELLIEĦA - TOROQ", "4531.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Xi pjani għandu l- Ministeru biex jirranġa b'mod serju:", "(i) t-toroq imħarbta;", "(ii) in-nuqqas ta' dawl fit- toroq;", "(iii) il-ħruġ ta' drenaġġ minn taħt il-pedamenti;", "(iv) it-tkissir ta' manholes fl-inħawi fejn jgħixu r- residenti tal- Kortin u ta' Santa Marija fil-Mellieħa?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Qed jittieħdu l-passi meħtieġa biex in-nuqqasijiet li semma' l- Onor. Membru jiġu rranġati.", "F'arei li huma proprjeta' privata l-manutenzjoni mhix responsabbilta' tal- Gvern.", "Mellieha,Bini fi Triq l-Gherien bare,Mellieha,Bini fi Triq l-Gherien falm,Mellieha,Bini fi Triq l-Gherien MELLIEĦA - BINI FI TRIQ L- GĦERIEN", "4532.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Il- bini kollu li tiela jew li tela' fi Triq l- Għerien il-Mellieħa huma skond il-permess?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "Mellieha,Klieb perikoluzi bare,Mellieha,Klieb perikoluzi gall,Mellieha,Klieb perikoluzi MELLIEĦA - KLIEB PERIKOLUŻI", "4533.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: X'rapporti kellha tul l-aħħar sentejn il-pulizija biex tieħu passi kontra persuni li joqogħdu fil-Kortin jew f'Santa Marija Estate fil- Mellieħa u jħallu l-klieb tagħhom ta' razez perikolużi bħal rottweiler u pit bull terriers jiġru fit-toroq b'periklu serju għal min jgħaddi mill- inħawi?", "Meta u kemm ħadet passi l- pulizija biex trażżan il- problemi li qed joħolqu dawn il-klieb?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li f'dawn l-aħħar sentejn il-Pulizija tal- Mellieħa ma kellha l-ebda rapport dwar persuni li kellhom xi klieb perikolużi jew li jħallu klieb perikolużi jiġġerrew barra fl-inħawi ta' Santa Maria Estate jew Kortin.", "Tlabt lill-Pulizija tal-lokal tinvestiga l- ilment imqanqal mill-Onor.", "Membru.", "Dip tas-Servizzi Socjali,Pensjoni tas-Sur Abela bril,Dip tas-Servizzi Socjali,Pensjoni tas-Sur Abela hyzg,Dip tas-Servizzi Socjali,Pensjoni tas-Sur Abela DIP TAS-SERVIZZI SOCJALI - PENSJONI TAS-SUR ABELA", "4536.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għas- Sigurta' Soċjali: B'referenza għall-ittra tas-Sur Abela minn tas-Sliema li ġiet mgħoddija lid- Dipartiment tas-Servizzi Soċjali miċ-chief Pensions Officer tat-Teżor f'Ġunju 1992 (Ref.TR 55/90) jista' l- Ministru jispjega jekk il- persuna involuta li għalqet 72 sena fid-19 ta'Awissu, 1992, hiex se tieħu l-istess konċessjoni għas-sena 1993 bħal dawk li ħadu 40% tal- commutation lura wara li għalqu 72 sena sa l-aħħar tas-sena 1991 - kif kien ġie mħabbar fil- Budget Speech?", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Skond emenda li saret fil-Liġi tas- Sigurta' Socjali, b'seħħ mill-4 ta' Jannar, 1992, persuna li tkun kommutat il- pensjoni kollha jew parti mill-Pensjoni tas-Servizz u tkun twieldet fl- 4 ta' Jannar, 1920 jew qabel, 40% tal-pensjoni tas-servizz kommutata, m'għandhiex titqies li tagħmel parti mill-pensjoni tas-Servizz.", "Billi s-Sur Abela għalaq 72 sena fid-19 ta' Awissu 1992 dan jibda jibbenefika minn din l- emenda b'effett mill-1 ta' Jannar 1993, u għaldaqstant 40% tal-parti kommutata ma tkunx konsiderata biex titnaqqas mill-Pensjoni tas-Sigurta' Socjali.", "Skejjel,Privati,Ghalliema galm,Skejjel,Privati,Ghalliema mifu,Skejjel,Privati,Ghalliema SKEJJEL PRIVATI - GĦALLIEMA", "4549.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Bħala miżura biex iħajjar aktar għalliema kwalifikati imorru jgħallmu fl-iskejjel ta' l- Istat, jikkonsidra l-Ministru li għalliema li qed jgħallmu fi skejjel privati, ikunu jistgħu jidħlu bħala għalliema mal- Gvern mingħajr ma jitilfu s- snin ta' servizz li jkollhom?", "Jaħseb il-Ministru li b'miżura bħal din ikun hemm numru ta' għalliema fl- iskejjel privati li jkunu lesti jidħlu mal-Gvern?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Dan il-Gvern ma jħossx li għandu jipprova jieħu għalliema mill-iskejjel privati.", "L- iskejjel tal-Gvern joffru prospetti ta' avvanz, l- iskejjel li mhumiex statali xi ftit iktar atmosfera rilassata.", "Wied il-Ghajn,Tal-Bidni,Provvista ta' ilma galm,Wied il-Ghajn,Tal-Bidni,Provvista ta' ilma falm,Wied il-Ghajn,Tal-Bidni,Provvista ta' ilma WIED IL-GĦAJN: TAL-BIDNI - PROVVISTA TA' ILMA", "4550.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Fl-inħawi Tal-Bidni ġo Wied il-Għajn hemm numru konsiderevoli ta' djar u rziezet li m'għandhomx kommunikazzjoni ta' ilma, peress li proġett li kien beda xi snin ilu biex jitwassal il- main ta' l-ilma għal dan il- post kien twaqqaf ħesrem mill- kuntrattur meta ħafna mix- xogħol kien diġa' lest.", "B'konsegwenza ta' dan, dawn il-familji jridu jinqdew biss bil-bowser ta' l-ilma.", "Hemm xi pjan biex is-servizz ta' l-ilma jitwassal għal dawn l- inħawi?", "Jekk iva, meta hu maħsub li jsir dan ix-xogħol?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Biex tirranġa għal kollox il- provvista ta' l-ilma għal Triq il-Bidni, Wied il-Għajn, tinħtieġ bicca xogħol kbira meta wieħed iqis ma' n-numru ta' residenti li jgawdu minnha.", "Meta tikkonsidra xogħlijiet oħra, il-Korporazzjoni ma tistax tagħmel dan ix-xogħol immedjatament.", "Għalhekk dawn l-irziezet qeħdin jinqdew permezz tas- servizz tal-Bowser.", "Ix- xogħlijiet li għad jonqos fi Triq il-Bidni qegħdin fil-programm tax- xogħol tal- Korporazzjoni.", "Qormi,Triq ix-Xitwa,Karozzi mitluqa buhc,Qormi,Triq ix-Xitwa,Karozzi mitluqa gall,Qormi,Triq ix-Xitwa,Karozzi mitluqa QORMI: TRIQ IX-XITWA - KAROZZI ġMITLUQA", "4574.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jara li dawk il-biċċiet tal-karozzi li qegħdin iħammġu dik il-parti ta' Winter Street, Qormi fejn id-dar St. Mary, jitneħħew mill-aktar fis possibbli peress li qegħdin jikkaġunaw ħmieġ u eyesore kbir f'din l-area?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Iva.", "Valletta,Kumitat ghar-Riabilitazzjoni buhc,Valletta,Kumitat ghar-Riabilitazzjoni falm,Valletta,Kumitat ghar-Riabilitazzjoni VALLETTA - KUMITAT GĦAR- RIABILITAZZJONI", "4575.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Kumitat għar- Riabilitazzjoni tal-Belt (Valletta) ġiex maħtur?", "Jekk fl-affermattiv, minn huma l-membri ta' dawn il- kumitati?", "Jekk fin-negattiv, meta se jinħatru dawn il-kumitati?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Il- Kumitat għar-Riabilitazzjoni tal-Belt s'issa għadu ma ġiex maħtur mill-ġdid, pero' l- Ufficcju għar-Riabilitazzjoni tal- Belt Valletta baqa' jiffunzjona regolarment taħt id-direzzjoni tal- Koordinatur Eżekuttiv Ray Bondin.", "Il-Gvern qed jistudja kif dan il-Kumitat ikun jista' jingħata forma statutorja.", "Kottonera,Kumitat ghar-Riabilitazzjoni buhc,Kottonera,Kumitat ghar-Riabilitazzjoni falm,Kottonera,Kumitat ghar-Riabilitazzjoni KOTTONERA - KUMITAT GĦAR- RIABILITAZZJONI", "4576.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Kumitat għar- Riabilitazzjoni tal-Kottonera ġiex maħtur kif ġie mwiegħed ħafna xhur ilu?", "Jekk fl-affermattiv, minn huma l-membri ta' dawn il- kumitati?", "Jekk fin-negattiv, meta se jinħatru dawn il-kumitati?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Il- Kumitat għar-Riabilitazzjoni tal-Kottonera għadu ma ġiex maħtur.", "Bħal fil-każ tal-Kumitat għar-Riabilitazzjoni tal-Belt il-Gvern qed jistudja kif dan il-Kumitat jingħata forma statutorja.", "Kumpanniji Parastatali,Salarji bare,Kumpanniji Parastatali,Salarji fene,Kumpanniji Parastatali,Salarji KUMPANNIJI PARASTATALI - SALARJI", "4579.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Prim Ministru: Jikkonferma l- Prim Ministru li l-Gvern biex ma jħallix chairman ta' kumpanniji pubbliċi u parastatali jiffissaw is-salarji u l- allowances tagħhom kif jogħġbuhom, issa ħareġ direttivi biex is-salarji u l- allowances tagħhom ikunu ta' tlett kategoriji differenti?", "Jista' l-Prim Ministru jgħid liema kumpanniji pubbliċi/ parastatali/aġenziji/awtorita- jiet jidħlu f'liema kategorija?", "Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhuma s-salarji u l- allowances ta' kull kategorija differenti u fuq liema kriterji ġew imfassla?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: L- eżercizzju ta' klassifikazzjoni kien jinvolvi korporazzjonijiet, awtoritajiet u ċerti kumpanniji fejn il-Gvern għandu ishma u kumpanniji sussidjarji tagħhom.", "Il-kriterji bażiċi wżati għall-iskop ta' kategorizzazzjoni kienu:-", "a) il-kobor ta' l-impriża u d- daqs u l-kwalita' ta' operazzjoni, bħal it- turnover, profitti mill-investimenti u għajnuna mill-Gvern.", "b) l-importanza u l-impatt tad- deciżjonijiet mehuda, il- komplessita' tal- management u l-grad ta' speċjalizzazzjoni neċessarja.", "c) is-sehem fl-ekonomija nazzjonali u l-kontribut għal miljorament fl- istandard soċjali tal-pajjiż, u", "d) r-responsabilita' legali.", "L-entijiet ġew klassifikati f'ħames kategoriji u r- remunerazzjoni liċ- Chairman u lill-Membri tal-Bord tad- Diretturi hi bbażata skond il- kategorija ta' l-Intrapriża.", "Dawn l-arranġamenti għandhom ikunu iżjed ġusti għax jirriflettu fuq l- importanza ta' kull enti.", "Għal raġunijiet kummerċjali ma jidhirlix li għandi nagħti pubblikament iċ- ċifri relattivi li jistgħu jittieħdu minn żmien għal żmien.", "Dip ta' l-Edukazzjoni,Agius Muscat Renato bare,Dip ta' l-Edukazzjoni,Agius Muscat Renato mifu,Dip ta' l-Edukazzjoni,Agius Muscat Renato DIPARTIMENT TA' L-EDUKAZZJONI - AGIUS MUSCAT RENATO", "4580.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Fiex jikkonsisti x-xogħol tas- Sur Renato Agius Muscat mal- Ministeru ta' l-Edukazzjoni peress li qed ikun regolarment fl-uffiċċju tal- Ministeru?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Is-Sur Renato Agius Muscat talab u ġie ri- assunt bħala għalliem peress li ma kienx għadda il-perjodu ta' ħames snin mir-riżenja tiegħu biex jikkontesta l-elezzjoni fl- 1987.", "Bħala għalliem huwa ġie inkarigat li jagħmel xogħol fil-Ministeru billi jservi ta' Liasion Officer ma' l- Universita'.", "Banek,Lohombus cusl,Banek,Lohombus hyzg,Banek,Lohombus BANEK - LOHOMBUS", "4601.", "L-ONOR.", "LOUIS CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għas- Sigurta' Soċjali: Jista' l- Ministru jwieġeb għall- mistoqsija parlamentari tiegħi numru 3394 tas-7 ta' Lulju, 1992?", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Seba' persuni separati qed igawdu minn sussidju maħruġ mill- Awtorita' tad-Djar, id- Dipartiment għall- Akkommodazzjoni Soċjali ma jżommx statistika dwar l-istat tal-benefiċċjarji li qed jibbenefikaw minn xi skemi maħruġa minnu.", "Komunita' Ewropea,Anthony Pearce bril,Komunita' Ewropea,Anthony Pearce demg,Komunita' Ewropea,Anthony Pearce KOMUNITA' EWROPEA - ANTHONY PEARCE", "4602.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l- Affarijiet Barranin: Jista' l-Vici Prim Ministru jikkonferma jekk Anthony Pearce ta' l-ACCESS EEIG Ltd huwiex jagħmilha ta' Lobbyist għall-Gvern Malti fi Brussels in konnessjoni ma' l- applikazzjoni Maltija fi ħdan il- Kommunita' Ewropea?", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO: Ir- risposta hija fin-negattiv.", "Turizmu,Stitut bril,Turizmu,Stitut bong,Turizmu,Stitut TURIŻMU - STITUT", "4603.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għas- Servizzi Ekonomiċi: Fid-dawl ta' diversi rapporti li wasluli dwar allegata diskriminazzjoni fl- għażla ta' applikanti ġodda għall-korsijiet fl-ITS (Institute of Tourism Studies) jista' l-Ministru jgħid minn min u fuq liema kriterji saret l- għażla?", "Kemm kien hemm applikazzjonijiet li ma ġewx milqugħa?", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 4603 nixtieq inserraħ moħħ l-Onor.", "Interpellant li l-allegazzjonijiet li saru lilu u li wassluh biex jagħmel din il-mistoqsija ma għandhom l-ebda bażi fil-fatt.", "Sieħbi, Dr. Refalo, informani li ma rċeva l-ebda lment f'dan is-sens.", "Ta' min jinnota li xi studenti li ma ġewx aċċettati s-sena li għaddiet ġew ammessi din is-sena għax issa kisbu gradi ogħla milli kellhom meta applikaw għas-sena akkademika 1991/92.", "L-għażla ta' l-istudenti ssir fuq żewġ kriterji:- Il- kwalifiki li jkollu l-applikant skond il-Call for applications li ħarġet fil-Gazzetta tal- Gvern ta' Awwissu, u interview minn panel ta' Lecturers, dejjem differenti, li dmirhom hu li jiżnu l-adattabilita' ta' l-applikant għal kors magħżul.", "It-talba ta' 31-il applikant ma ġietx milqugħa.", "Mgarr,Trasport pubbliku micf,Mgarr,Trasport pubbliku zamf,Mgarr,Trasport pubbliku MGARR - TRASPORT PUBBLIKU", "4620.", "L-ONOR.", "FREDDIE MICALLEF staqsa lill-Ministru għat- Trasport u Komunikazzjoni: Jaf li ħafna mill-karozzi tal-linja li suppost jaqdu r- residenti ta' l-Imġarr, Malta qegħdin ikunu mimlijin bit-turisti qabel ma dawn jaslu l-Imġarr, meta ħerġin 'il barra?", "Jaf li kien hemm diversi okkażjonijiet fejn il-karozza li titlaq mit- terminus tal-Belt telqet 20 minuta tard għax kien hemm nuqqas ta' karozzi tal- linja?", "Jidhirlu l-Ministru li ilu li wasal iż-żmien sabiex il-poplu ta' dan ir-raħal li issa kiber ħafna ikun moqdi b'servizz ta' trasport adekwat?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-ilment imsemmi mill-Onor.", "Interpellant se jkun mistharreg u twegiba tinghata f'seduta ohra.", "Marsaxlokk,Kaxxa ta' l-ittri f'Tas-Silg galm,Marsaxlokk,Kaxxa ta' l-ittri f'Tas-Silg zamf,Marsaxlokk,Kaxxa ta' l-ittri f'Tas-Silg MARSAXLOKK - KAXXA TA' L-ITTRI F'TAS-SILĠ", "4654.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għat- Trasport u Komunikazzjoni: Minħabba in-numru ta' residenti li żdiedu fl-inħawi ta' Tas- Silġ f'Marsaxlokk, jista' jiġi kkonsidrat li ssir letter box f'dawn l- inħawi peress li din il-letter box hi meħtieġa għax l-aktar waħda li hemm fil-viċin hemm ġibda mhux ħażin biex tasal għaliha mill-inħawi ta' Tas- Silġ?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ma jinhassx, ghalissa, il- bzonn li titwahhal kaxxa ta' l- ittri fl-inhawi ta' Tas-silg, Marsaxlokk, minhabba li numru ta' residenti li joqghodu hemmhekk mhux kbir bizzejjed biex jiggustifika dan kif ukoll il-fatt li xi 230 metru 'l boghod, hemm kaxxa ta' l- ittri f'Xatt is-Sajjieda.", "Ta' Giorni,Qasam tad-Djar,Tindif gree,Ta' Giorni,Qasam tad-Djar,Tindif falm,Ta' Giorni,Qasam tad-Djar,Tindif TA' GIORNI: QASAM TAD-DJAR - TINDIF", "4655.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Jista' l- Ministru jgħid għaliex l-area Ta' Ġiorni speċjalment dik tal-Housing Estate, Triq Lapsi u Birkirkara Hill ma jiġux mnaddfa regolarment?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm public cleaners allokati fuq San Ġiljan?", "Kull kemm jidhirlu l-Ministru li triq/area f'villaġġ jew belt għandu jiġi mnaddaf mill- iskart?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li t-toroq imsemmija mill-Onor.", "Membru jiġi mnaddfa regolarment, bejn wieħed u ieħor kull għaxar jew 15-il ġurnata.", "Dan l-aħħar għal din l-area speċifika ġew ordnati xi nies jikinsu wara nofs inhar.", "Għat-toroq fejn hemm il-bżonn ta' iktar tindif, hemm rosters li jistabbilixxu n-numru ta' kenniesa u l-frekwenza.", "Offerti ghal xoghol ta' stampar psaj,Offerti ghal xoghol ta' stampar dalj,Offerti ghal xoghol ta' stampar OFFERTI GĦAL XOGĦOL TA' STAMPAR", "4696.", "L-ONOR.", "JOSEPH PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: X'kontrolli jsiru biex fi ħruġ ta' tenders għal xogħol tal-Gvern jew kumpanniji Parastatali, dan ix-xogħol ikun qiegħed isir skond il-liġi?", "Meta, ngħidu aħna, joħorġu tenders għal xogħol ta' printing jintalab in- numru tal- permess?", "ONOR.", "JOHN DALLI: It-tenders kollha, fost kondizzjonijiet oħra, jinkludu waħda li tgħid li l-kuntrattur jintrabat li jottjeni l-permess u/jew liċenzji kollha li jistgħu jkunu meħtieġa taħt il-liġijiet kollha eżistenti.", "Kondizzjoni oħra tgħid li l- kuntratt irid jiġi eżegwit skond il-liġijiet kollha tal- pajjiż u li l-qrati Maltin jiddeciedu fuq materji li fuqhom jinqala' xi tilwim.", "Barra minn dan il-Kap tad- dipartiment ikkonċernat għandu d-dover li jara li x-xogħol ikun qiegħed jitwettaq skond il-liġi.", "Valletta,Mina tal-ferrovija psaj,Valletta,Mina tal-ferrovija falm,Valletta,Mina tal-ferrovija VALLETTA - MINA TAL-FERROVIJA", "4697.", "L-ONOR.", "JOSEPH PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Hemm xi ħsieb li l-mina tal-ferrovija li tibda minn Putirjal, tgħaddi minn taħt il-Mall u l-Gotti u tiżbokka ħdejn il-bombi, tiġi utilizzata għal ġid tal-poplu Malti?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: S'issa m'hemm l-ebda proġett speċifiku għall-użu tal-mina tal- ferrovija taħt il-Furjana.", "L-użu tagħha jkun ikkonsidrat fil-kuntest tal-Pjan Lokali tal-Belt u l- Furjana.", "Wied il-Ghajn,Il-Maghluq psaj,Wied il-Ghajn,Il-Maghluq falm,Wied il-Ghajn,Il-Maghluq WIED IL-GĦAJN: IL-MAGĦLUQ", "4698.", "L-ONOR.", "JOSEPH PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Xi pjanijiet hemm għall-Magħluq ta' Marsaxlokk?", "Meta se jiġu attwati?", "F'dawn il-pjanijiet ittieħdu f'konsiderazzjoni l-fatt li dan il-post ilu għal ħafna żmien centru ta' rikreazzjoni għall- isparar fuq il-plattini?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Diġa' twettaq xogħol fil-Magħluq ta' Marsaxlokk biex parti minn din il-lokalita' tinbidel f'riserva naturali żgħira (eżempju ta' Wetland Habitat).", "Ħafna mix- xogħol diġa' lest, jonqos biss il-bini ta' xi żewġt ikmamar biex jintużaw minn min ikun qed jagħmel xi studju xjentifiku fir-reservi.", "Minn meta tlesta dan ix- xogħol diġa' kien hemm okkażjonijiet fejn intalab u nagħta permess għal sparar fuq il-plattini.", "Ma jidhirx li hemm problemi serji dwar dan, basta l-isparar għall-plattini isir fid-direzzjoni tal-baħar u mhux tar-riserva.", "Kummissjoni dwar l-Inġustizzja psaj,Kummissjoni dwar l-Inġustizzja fene,Kummissjoni dwar l-Inġustizzja KUMMISSJONI DWAR L-INĠUSTIZZJI", "4699.", "L-ONOR.", "JOSEPH PSAILA SAVONA staqsa lill-Prim Ministru: F'liema stadju wasal ix-xogħol tal-Kummissjonijiet dwar l-inġustizzji?", "Il-back log li kien hemm inqata?", "Hekk kif dan iseħħ, xi ħsebijiet hemm li jsir minn dawn il- kummissjonijiet - tibqa' kummissjoni waħda biss, jew tibda titħejja t-triq biex jinħoloq l-Ombudsman?", "ONOR.", "EDDIE FENCEH ADAMI: Dwar l-ewwel parti tal- mistoqsija għandi ngħid li bħalissa l-Kummissjoni qegħda tħejji rapport magħmul regolarment dwar l-attivita' tagħha.", "Dan ir-rapport ikun jinkludi dettalji aġġornati sat-30 ta' Settembru, 1992.", "Tagħrif komprensiv ikun jista' jingħata appena jkolli f'idejja dan ir-rapport fi ftit jiem oħra.", "Il-Kummissjoni għall- investigazzjonijiet ta' l- Inġustizzji diġa' qegħda in parti taqdi l-funzjoni ta' Ombudsman.", "Meta jinqata' il- back log jiġi eżaminat jekk hemmx bżonn u kif tista' tiġi emendata l-Liġi.", "Zejtun,Trasport pubbliku psaj,Zejtun,Trasport pubbliku falm,Zejtun,Trasport pubbliku ŻEJTUN- TRASPORT PUBBLIKU", "4700.", "L-ONOR.", "JOSEPH PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Billi ħdejn l- iskola Sekondarja Karlu Diacono kif ukoll fi Piazza Dicembru Tlettax iż-Żejtun, ikun hemm bosta tfal jistennew it- trasport, jista' jittella' xi forma ta' kenn għalihom?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Se ngħaddi t-talba ta' l-Onor.", "Membru lit-Traffic Control Board u l-Awtorita' tat- Trasport.", "Membri Parlamentari,Income Tax psaj,Membri Parlamentari,Income Tax dalj,Membri Parlamentari,Income Tax MEMBRI PARLAMENTARI - INCOME TAX", "4701.", "L-ONOR.", "JOSEPH PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Kienet inbdiet id-drawwa li ufficjali tat- taxxi interni jattendu fi skejjel statali biex igħinu lil min irid jimla d-dikjarazzjoni ta l-Income Tax.", "Għaliex ma sarx hekk fl-1992?", "Id-Dipartiment tat-Taxxi Interni kien joħroġ ktieb għall-bejgħ bid- dikjarazzjoni ta' l-income tad-deputati tal- Kamra tar-Rappreżentanti?", "Jekk iva, għadu joħroġ?", "Jekk le, għaliex?", "ONOR.", "JOHN DALLI: L- impjegati tat-Taxxi Interni attendew fl-iskejjel statali biex igħinu fil-mili tal- formola tad-dħul tat-taxxa peress li l- formola kienet waħda ġdida u kienet se tibda tintuża għad-dħul ta' l-1990, sena ta' stima 1991.", "Billi wara din id-data l-istess format tal-formola baqa' jintuża, ma nħassax il-bżonn li mpjegati jintbagħtu fl-iskejjel statali.", "Iżda xorta waħda d- dipartiment għadu kuljum joffri dan is- servizz fid-dipartiment lil dawk it-taxpayers li jixtiequ għajnuna.", "Id-dipartiment kien jippubblika ktieb li fih juri t-taxxa dovuta minn kull taxpayer.", "Din il-pubblikazzjoni m'għadiex toħroġ wara emenda li saret fl-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income bl-Att XIX ta' l- 1989.", "Air Malta,Servizz tal-helicopter bril,Air Malta,Servizz tal-helicopter bong,Air Malta,Servizz tal-helicopter AIR MALTA - SERVIZZ TAL- HELICOPTER", "4719.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għas- Servizzi Ekonomiċi: Il-fatt li s-servizz tal-helicopter minn Ħal Luqa għal Għawdex u lura qed jopera mill-VIP Lounge ta' Ħal Luqa u mhux mill-mitjar il- ġdid, jista' l- Ministru jgħid jekk hux qed joħloq xi spiża addizzjonali għall-operaturi ta' dan is-servizz?", "Huwa minnu li din il-figura hija ta' madwar Lm14,000 fis-sena?", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Is-servizz tal-helicopter qed jiġi operat mill-VIP Lounge tat-terminal il-qadim minħabba li dan is-servizz jikkonsisti f'titjiriet totalment domestic.", "Ma jidhirlix li għandi nagħti dettalji dwar spejjeż ta' natura kummerċjali.", "VAT,Introduzzjoni bril,VAT,Introduzzjoni dalj,VAT,Introduzzjoni VAT - INTRODUZZJONI", "4725.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal- Finanzi: Jista' l- Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport intern li sar fuq l-impatt ta' l-introduzzjoni tal-VAT fuq l-ekonomija Maltija?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mhux il- każ li rapport ta' studju preliminarju jitqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra.", "Birkirkara,Gnien ta' l-Istazzjoni farm,Birkirkara,Gnien ta' l-Istazzjoni falm,Birkirkara,Gnien ta' l-Istazzjoni BIRKIRKARA - ĠNIEN TA' L- ISTAZZJONI", "4729.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Għandi informazzjoni li spralli fil-ġnien ta' Birkirkara (l-Istazzjon) ġew mgħottija u hemm biża' li ma l- ewwel xita qawwija jista' jkun flooding f'ċertu areas ta' Birkirkara.", "Jista' l-Ministru jindaga fuq din is-sitwazzjoni?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: L- ispralli li qiegħed jirreferi għalihom l-Onor.", "Interpellant fil-fatt ġew eliminati, għaliex kienu kollha miksurin u misdudin bl-egħruq tas-siġar kbar.", "Fil-fatt is-sistema tal-qlib ta' l-ilma nbidlet u issa l- ilma ġie jaqleb għal ġibjuni ta' Villa Chelsea.", "Max-xita li għamlet fit-3 ta' Ottubru, jidher li ma kienx hemm problema ta' għargħar.", "Naxxar,Triq Nutar Emanuel Debono,Ilma farm,Naxxar,Triq Nutar Emanuel Debono,Ilma falm,Naxxar,Triq Nutar Emanuel Debono,Ilma NAXXAR: TRIQ NUTAR EMANUEL DEBONO", "4730.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: X'inhi r-raġuni li ta' spiss, għall-inqas darba fil-ġimgħa it-triq Nutar Emanuel Debono, Naxxar, qed isofri minn qtugħ ta' l-ilma?", "Din is-sitwazzjoni ilha sejra għal mill-inqas tul is-sajf li għadda.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Tlabt lill-Korporazzjoni għas- Servizzi ta' l-Ilma tara x'jista' jsir dwar il-provvista ta' l-ilma f'din it-triq.", "Mosta,Blata l-Gholja,Plots farm,Mosta,Blata l-Gholja,Plots falm,Mosta,Blata l-Gholja,Plots MOSTA: BLATA L-GĦOLJA - PLOTS", "4731.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Veru li partijiet mhux mgħotija bħala plots fl- area tal-Blata l-Għolja, Mosta hemm il-ħsieb li jsir blokk ta' flats, minkejja li l-area qegħda f'nofs il- bini tad-djar?", "Kemm se jkun għoli dan il- blokk?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Għad m'hemm ebda pjan jew ħsieb kif indikat mill- Onor. Membru.", "Ta Giorni,Qtugh ta' ilma gree,Ta Giorni,Qtugh ta' ilma falm,Ta Giorni,Qtugh ta' ilma TA' ĠIORNI - QTUGĦ TA' ILMA", "4745.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Niġbed l- attenzjoni ta' l-Onor.", "Ministru li residenti f'Ta Ġiorni Housing Estate, Lapsi Street, St Mark Street, Birkirkara Hill u toroq ta' madwar ilmentaw li f'dawn l-aħħar xhur ma kellhomx ilma fil-vit.", "Huma ilmentaw illi ġieli baqgħu bla provvista għall-ħamest ijiem sħaħ bla ilma f'Awwissu u Settembru 1992.", "Jekk kien hemm ħsarat, jista' l-Ministru jgħid għax damu daqshekk biex jiġu msewwi u għaliex wara numru ta' ġranet l-ilma jibda ġej fil-vit kollu sadid?", "Dan l-inkonvenjent kien ripetut għal diversi drabi fix- xhur imsemmija.", "X'possibilta' hemm sabiex dan l-inkonvenjent ma jirrepetix ruħu?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Il- problema ta' l-ilma fil- postijiet imsemmija tinqalgħa biss meta jkun hemm nuqqas ta' ilma mill-Reverse Osmosis ta' Tigne' u/jew Pembroke.", "Dan jiġri għax il-ġibjun ta' Misraħ Lewża f'San Gwann hu żgħir u ma jservix ta' riserva biżżejjed għad-domanda li hemm fuqu.", "Dan l-inkonvenjent jispiċċa meta jinbena il-ġibjun tax- Xwieki li jkun kbir biżżejjed biex, meta jkun hemm xi nuqqas mill-impjant tar-Reverse Osmosis ma jinqatax mill-ewwel is-servizz ta' l-ilma għall- konsumatur.", "San Giljan,Bejjiegha fil-pjazza gree,San Giljan,Bejjiegha fil-pjazza gall,San Giljan,Bejjiegha fil-pjazza SAN ĠILJAN - BEJJIEGĦA FIL- PJAZZA", "4746.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Residenti u dawk li jiffrekwentaw Pjazza Spinola ħdejn l- għassa ta' San Ġiljan, ilmentaw bil-preżenza ta' bejjiegħa tal- ħaxix li jarmaw ħdejn xulxin f'din il-pjazza.", "Hemm permessi meħtieġa sabix dawn joperaw?", "Hemm xi possibilta' sabiex dawn il-bejjiegħa jingħataw allokazzjoni aktar addatata flok dik preżenti?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il- bejjiegħa f'din il-pjazza huma kollha liċenzjati.", "Dawn ikunu weqfin biss waqt li jaqdu l- klijenti tagħhom.", "Sakemm ma jkunx hemm ksur tar-regolamenti informat li m'hemmx bżonn li dan is-servizz jitneħħa.", "Neptunes Waterpolo Club,Estensjoni gree,Neptunes Waterpolo Club,Estensjoni falm,Neptunes Waterpolo Club,Estensjoni NEPTUNES WATERPOLO CLUB - ESTENSJONI", "4747.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: X'xogħol qiegħed għaddej fuq estenzjoni fil-bini tan-Neptunes Waterpolo Club fuq firxa ta' art pubblika biswit il-club mistenni?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx permessi meħtieġa?", "Kemm ġie kompensat il-ħlas ta' l-art pubblika użata?", "Kif qed isir ix-xogħol fuq din l-estenzjoni?", "Minn kuntrattur privat jew ħaddiema tal-Works Department?", "X'aċċess se jkollu l-pubbliku sabiex jinżel fuq l-art imsemmija?", "L-arja ta' fuq il-bini li tiela' se tiġi wżata għall-użu ta' bankina?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Ix- xogħol li qiegħed isir huwa estensjoni tan- Neptunes Waterpolo Club.", "Dan ix-xogħol qiegħed isir minn kuntrattur privat a karigu u spejjeż tal- club.", "Huwa maħsub li jsir taraġ biex il-pubbliku jkollu aċċess fuq il-livelli tal-baħar u li l-area ta' fuq il-bini tkun tista' tiġi wżata mill-pubbliku bħala bankina wiesgħa.", "Ix- xogħol li qed isir huwa kopert bil-permess.", "Hi l-policy tal-Gvern li kemm jista' jkun jgħin l-Għaqdiet Sportivi biex dawn ikunu jistgħu jiżviluppaw aħjr il- faċilitajiet sportivi tagħhom.", "Fil- każ tan-Neptunes WPC il- Gvern qabel li jagħti b'ċens l- art imsemmija b'ċerti kondizzjonijiet, fosthom li matul in-naħa tal-baħar jkun hemm aċċess permezz ta' passaġġ għall-pubbliku.", "Din l-art s'issa qegħda għand in-Neptunes WPC b'terminal ta' encroachment.", "Neptunes Waterpolo Pitch,Ilma greeNeptunes Waterpolo Pitch,Ilma falm,Neptunes Waterpolo Pitch,Ilma NEPTUNES WATERPOLO PITCH - ILMA", "4748.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Wara li issa tlesta l-pitch tan-Neptunes bil- preżenza ta' pool magħluq, jista' l- Ministru jgħid jekk qedx jiġi wżat l-ilma baħar tal-Balluta li fih drenaġġ ħiereġ ukoll fil-pool tan- Neptunes?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Il- pool tan-Neptunes huwa responsabbilita' tal- Club.", "Madanakollu għandi nifhem li dan ma jinteliex mill-ilma baħar tal- bajja.", "Rigward il-kontaminazzjoni fil-bajja tal-Balluta jirriżulta li din is- sena din kienet l-aktar fil-bidu ta' Settembru u kienet lokalizzata lejn it- taraġ tal-Balluta u d- dawra ta' quddiem il-Knisja u mhux lejn il-pitch tal- waterpolo.", "San Giljan,Pjazza Balluta,Funtana gree,San Giljan,Pjazza Balluta,Funtana falm,San Giljan,Pjazza Balluta,Funtana SAN ĠILJAN: PJAZZA BALLUTA - FUNTANA", "4749.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Il-funtana li tinsab fil-Pjazza Balluta, San Ġiljan, għandha bżonn manutenzjoni u restawr.", "Tista' tiġi rranġata b'mod li din tkun funzjonabbli anke bl-ilma kif suppost oriġinarjament funtana għandha tkun?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Xi ftit żmien ilu din il-funtana kienet restawrata u bdiet titħaddem wara li kienet żdingata għal bosta snin.", "Diżgrazzjatament il-pubbliku kien jitfa' kull kwalita' ta' skart ġo fiha tant li kkaġuna l-ħsara.", "Tlabt lid-dipartiment responsabbli biex jara l- possibilitajiet li din il- ħsara titranġa.", "Tindif Pubbliku manc,Tindif Pubbliku falm,Tindif Pubbliku TINDIF PUBBLIKU", "4757.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Min ħa l-kuntratt ta' tindif ta' toroq pubbliċi f'ċerti lokalitajiet?", "Kemm jammonta dan il- kuntratt, u kemm huwa t-terminu tiegħu?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Il- kuntratt għal tindif ta' toroq pubbliċi ngħata lill-kumpannija Floorcare Limited.", "Dan il-kuntratt huwa għal sena iżda jista' jiġġedded għal sena oħra.", "L- ispiża globali tammonta għal Lm867 fil-ġimgħa u tkopri disgħa rotot differenti.", "Qormi,Triq Valletta,Tindif manc,Qormi,Triq Valletta,Tindif falm,Qormi,Triq Valletta,Tindif QORMI: VALLETTA ROAD - TINDIF", "4758.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Jista' l-Ministru jordna li Valletta Road, Qormi titnaddaf u fejn hemm ftuħ li qed jintuża bħala miżbla jiġi mdawwar b'ħajt biex jinqata' l- abbuż?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jekk l-art li l-Onor.", "Membru qiegħed jirreferi għaliha tagħmel parti mal-Ground tal-Football ta' Ħal Qormi, din hija privata.", "Minkejja dan, l-Awtoritajiet Sanitarji fid-distrett qed jiġu nformati biex jieħdu l-passi neċessarji.", "Partijiet oħra ta' Valletta Road, qed jiġu mnaddfa regolarment.", "Progetti industrijali manc,Progetti industrijali bong,Progetti industrijali PROĠETTI ĠODDA INDISTRIJALI", "4759.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għas- Servizzi Ekonomiċi: Kemm kienu il-proġetti ġodda industrijali li nfetħu minn Mejju 1987 sal- lum?", "X'tip ta' prodotti jipproduċu dawn il-fabbriki ġodda?", "Kemm impjegaw nies sal-lum?", "B'kemm esportaw sal-lum, u x'kien il-kontribut?", "Kemm minnhom jipproduċu għall-lokal?", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Minħabba li l-informazzjoni għada qed tinġabar, nagħti tweġiba f'xi seduta oħra.", "Industriji godda manc,Industriji godda falm,Industriji godda HONG KONG/FAR EAST - INDUSTRIJI ĠODDA", "4760.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għas- Servizzi Ekonomiċi: Kemm ġew industriji ġodda minn Hong Kong u l-Far East?", "Kemm intnefqu flus sena b'sena mill-1987 sal-lum mill- MDC biex jitħajjar l- investiment/industriji minn Hong Kong u Far East?", "Għadu qed jopera l- uffiċċju tal-MDC li hemm f'Hong Kong?", "Kemm sewa dan l-uffiċċju minn mindu fetaħ sal-lum?", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Kemm ilu miftuħ l-uffiċċju ta' l-MDC f'Hong Kong ġew approvati tmien (8) proġetti mill-Far East.", "Mill-1987 'l hawn intnefqu mejda ta' Lm94,000 kull meta (inkluż l-ispejjeż ta' l- uffiċċju ta' l-MDC f'Hong Kong) biex jiġu mħajjra investimenti/industriji mill- Far East.", "L-uffiċċju ta' l-MDC f'Hong Kong għadu qed jopera.", "Ufficcju ta' l-Istatistika manc,Ufficcju ta' l-Istatistika dalj,Ufficcju ta' l-Istatistika UFFIĊĊJU TA' L-ISTATISTIKA", "4761.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru tal- Finanzi: Kemm hemm persuni jaħdmu fl-Uffiċċju ta' l- Istatistika?", "Hemm persuni/esperti li qegħdin ingaġġati fuq bażi ta' konsulent jew fuq contract basis?", "Jekk iva, min huma?", "X'remunerazzjoni qegħdin jirċievu dawn il-konsulenti u/jew ħaddiema li qegħdin fuq bażi kuntrattwali mal-Uffiċċju ta' l-Istatistika?", "ONOR.", "JOHN DALLI: In-numru ta' impjegati ma' l-Uffiċċju ta' l- Istatistika huwa ta' 85.", "Ma' l-istess Uffiċċju hemm persuna waħda ingaġġata b'kuntratt u dan hu s- Sur Anthony Busuttil li qed iservi bħala Segretarju Eżekuttiv tar- Retail Price Index Management Board.", "Ir-remunerazzjoni tiegħu tammonta għal Lm2,000 fis-sena.", "Industriji,Impjegati manc,Industriji,Impjegati bong,Industriji,Impjegati INDUSTRIJI - IMPJEGATI", "4762.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għas- Servizzi Ekonomiċi: Kemm huma l-aided Industries sal-lum?", "Kemm minnhom fetħu bejn 1987 sal-lum?", "Qed tinżamm statistika ta' kemm qed id iħaddmu nies u kemm pproduċew sena b'sena?", "Kemm minnhom qegħdin jipproduċu għall-lokal?", "X'kien l-ammont tal- produzzjoni li ġie esportat?", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Minħabba li l-informazzjoni għada qed tinġabar, nagħti tweġiba f'xi seduta oħra.", "Impjant ta' riciklagg farm,Impjant ta' riciklagg falm,Impjant ta' riciklagg IMPJANT TA' RIĊIKLAĠĠ", "4763.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Veru li tul din l- aħħar sena t-Treatment Plant ta' Rukombu kien kontaminat?", "X'passi ttieħdu?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Tweġiba tingħata f'seduta oħra."]} {"filename": "20050509_264d_par.doc", "date": "2005-05-09", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Uffiċjali u Rivedut) L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 264 It-Tnejn, 9 ta' Mejju, 2005 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 264 It-Tnejn, 9 ta' Mejju, 2005", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.02 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "264", "It-Tnejn, 9 ta' Mejju, 2005", "WERREJ", "MINUTI 153", "MISTOQSIJIET -TWEĠIBIET ORALI 153", "TQEGĦID TA' KARTI 161", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IS-SĦUBIJA TA' MALTA FIL-BANK", "EWROPEW GĦAR-RIKOSTRUZZJONI U L-IŻVILUPP (IT-TIENI QARI)", "MALTA MEMBERSHIP OF THE EUROPEAN BANK FOR RECONSTRUCTION", "AND DEVELOPMENT (AMENDMENT) BILL (SECOND READING) 163", "AĠĠORNAMENT 184", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 189", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 263 li saret fl-4 ta' Mejju, 2005 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET -TWEĠIBIET ORALI", "RABAT: TRIQ BIR IR-RIEBU – XOGĦOL TA' KISI", "11608.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cassar) staqsa lill- Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jgħid f'liema stadju wasal ix-xogħol ta' kisi ta' Triq Bir ir-Riebu, fir-Rabat?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT (Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq): Ninsab informat li t-triq imsemmija hija nkluża fil-lista ta' toroq li jridu jsiru mid-direttorat, bix-xogħol isir skond il-prioritajiet li jirriżultaw mill- programm li qed jitħejja.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Joe Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Waqt li nfakkar lill-Ministru fil-mistoqsijiet supplimentari li kont għamiltlu dwar l-area ta' Triq il-Ħbit mill-Ajru u kont anke ġbidtlu l-attenzjoni li ħdejn l-industrial estate tar-Ricasoli hemm triq li tinsab f'sitwazzjoni allarmanti u hu kien weġibni li ma kellux l-informazzjoni f'idejh, jista' jgħidli jekk hemmx il-possibbilta' li jinstabu xi fondi biex din it-triq tiġi asfaltata jew almenu tingħata kisja?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Iva, nikkonferma dak li qal l-Onor.", "Interpellant pero' għadu daqsxejn kmieni biex ngħidlu jekk instabux il-fondi għal dan il- għan.", "L-Onor.", "Mizzi jaf li l-budget ikun ippjanat u committed minn sena qabel u mhux possibbli li wieħed idaħħal toroq ġodda in the short run, pero' toroq li jirriżultaw li qegħdin fi stat prekarju jistgħu jiddaħħlu fil-programm għas-sena d-dieħla.", "ŻEJTUN: TRIQ XANDRU PULIS - ASFALTAR", "12063.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA (f'isem l-Onor.", "Michael Gonzi) staqsa lill- Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jinformana jekk Triq Xandru Pulis, fiż-Żejtun hijiex fil-lista biex tiġi rranġata u tingħata t-tarmac?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-triq imsemmija tagħmel parti mil-lista ta' toroq li se jsiru mid-direttorat, bix-xogħol isir skond il-prioritajiet li jirriżultaw mill-programm li qed jitħejja.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: X'inhi l-proċedura biex dawk it-toroq li ma jaqgħux taħt il-ġurisdizzjoni tal-kunsilli lokali, jingħataw attenzjoni minn żmien għal żmien?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: L-awtorita' dwar it-trasport għandha fi ħdanha periti li għandhom ir-responsabbilta' li jeżaminaw l-istat tat-toroq u jħejju programm ta' xogħol ta' manutenzjoni, naturalment dejjem skond x'ikun jippermetti l-budget u infatti ġieli joħorġu tenders għall-patching ta' ċerti toroq.", "STATEMENTING MODERATING PANEL", "11840.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm każi pendenti quddiem l-istatementing moderating panel f'Diċembru 2003 u Diċembru 2004?", "Jista' jgħid jekk għadx fadal każi pendenti mis-snin 2003 u 2004?", "Jista' jgħid kemm hemm każi pendenti llum?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi): Informat li sa Diċembru 2003 kien hemm 281 każ pendenti quddiem l- istatementing moderating panel u sa Diċembru 2004 kien hemm 368 każ.", "Mill- 2003 kien hemm 114-il każ pendenti u mill-2004 kien hemm 174-il każ pendenti.", "Sal-lum in-numru ta' każi pendenti huwa ta' 425.", "STATEMENTING MODERATING PANEL", "11844.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid kemm dehru studenti quddiem l-istatementing moderating panel f'Jannar, Frar u Marzu 2004 u fl-istess tliet xhur ta' din is-sena?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: In-numru ta' studenti li dehru quddiem l- istatementing moderating panel hu hekk :-", "| |2004|2005 | |Janna| 30| 36 | |r | | | |Frar | 33| 36 | |Marzu| | 28 | | |9 | |", "MARFA: RAMLA TAL-BIR – BEACH CONCESSION", "11846.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jikkonferma jekk l-art fir-Ramla tal-Bir, Marfa ngħatatx lill- privat jew le sabiex tiġi żviluppata f'private beach jew lido?", "Jista' jgħid lil min ingħatat?", "ONOR.", "TONIO BORG (Aġent Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern): Mill-arkivji tat-taqsima proprjeta' tal-gvern ma jirriżultax li xi art tal- gvern fir-Ramla tal-Bir, Marfa ngħatat sabiex tiġi żviluppata f'private beach jew lido, ħlief għal dik il-parti li l-pjanta tagħha qed tiġi mehmuża ma' din it-tweġiba u li ilha mogħtija għal skop turistiku għal dawn l-aħħar 37 sena.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mario Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Mr Speaker, illum aħna u deħlin, il-grupp Gift of Life tawna CD b'żewġ ritratti li verament jixxukkjawk - ritratt minnhom ta' tarbija ta' 24 ġimgħa li tinsab fl-intensive care unit u qed jippruvaw isalvawha u l-ieħor ta' ġisem mejjet ta' tarbija ta' 24 ġimgħa li ttieħed ġewwa abortion clinic – u nistaqsi lill-Aġent Prim Ministru jekk hux f'pożizzjoni li jiddikjara li l-abort għandu jibqa' illegali f'pajjiżna.", "Se jibqa' jsostni dan mhux biss f'Malta imma anke barra minn xtutna?", "MR SPEAKER: L-Aġent Prim Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Nikkonferma li l-Gvern Malti, bl-appoġġ ta' l- oppożizzjoni, fil-fora internazzjonali dejjem wera li hu kontra l-abort, kemm fl-assemblea parlamentari tal-Kunsill ta' l-Ewropa kif ukoll f'fora internazzjonali oħra, fosthom dawk tal-Ġnus Magħquda.", "Minħabba f'hekk il- gvern iddeċieda li din il-projbizzjoni ta' l-abort ma tkunx biss fil-Kodiċi Kriminali iżda tiġi anke entrenched fil-Kostituzzjoni.", "Peress li l-gvern jixtieq li din tkun proposta nazzjonali u mhux proposta ta' gvern, ta' oppożizzjoni jew ta' xi partit politiku, qed jistieden lill- għaqdiet kollha - partiti politiċi, trade unions u għaqdiet oħrajn, anke ta' natura soċjali - sabiex jesprimu s-sostenn tagħhom għal din l- inizjattiva.", "Jiena ħadt gost li llum stess kien hemm dan il-pro-life lobby u li tqassam materjal li juri l-kruha ta' l-abort, Sur President.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk l-eta' tal- pensjoni hijiex se tintmiss minn 61 għal 65?", "MR SPEAKER: L-Aġent Prim Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, dan il-gvern iddiskuta l-problema tal- pensjonijiet b'mod realistiku u ħolistiku u l-proposti huma kontenuti f'white paper, peress li din hija kwestjoni li tinvolvi u tolqot lil diversi nies.", "Issa wara perijodu abbastanza twil ta' konsultazzjoni, il- gvern jieħu d-deċiżjonijiet li hemm bżonn sabiex nassiguraw mhux biss il- pensjonijiet tal-lum imma anke dawk ta' għada.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jista' jgħid jekk waħda mill-konsiderazzjonijiet hijiex li l-gvern imexxi l-eta' tal-pensjoni minn 61 għal 65?", "MR SPEAKER: L-Aġent Prim Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Fil-white paper hemm diversi proposti għal soluzzjonijiet ta' natura differenti.", "Meta finalment il-gvern jieħu pożizzjoni definittiva niġu hawn u nemendaw il-liġi tal-pensjonijiet, pero' importanti li kulħadd jagħraf li din il-problema teżisti.", "Għax jekk ngħidu li din il-problema m'hijiex tagħna u allura egoistikament ma nagħmlu xejn dwarha, iktar tard jista' ikun hemm bżonn ta' aktar deċiżjonijiet ebsin x'jittieħdu minn dawk li stajna ħadna s'issa.", "Allura bħal pajjiżi oħrajn, qegħdin nikkomparaw in-numru ta' nies li qegħdin jaħdmu man-numru ta' nies li qed jiġu sostnuti bil-pensjoni u flok indaħħlu rasna ġor-ramel u ma nagħtux kas tal-problema minħabba l-fatt li għalissa m'hijiex qed tolqotna, qegħdin pjuttost nieħdu ħsiebha u naraw kif nistgħu nieħdu passi dwarha.", "Jiena nittama li anke l-oppożizzjoni tagħti l-kontribut tagħha sabiex inkunu f'qagħda li niggarantixxu pensjoni għal kulħadd fis-snin li ġejjin.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: L-Aġent Prim Ministru jikkonferma li l-pajjiż għandu problemi oħra li jenħtieġu azzjoni immedjata?", "MR SPEAKER: L-Aġent Prim Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Kieku gvern ma jkollux quddiemu problemi li jkollu bżonn jindirizzahom, kieku s-sitwazzjoni fil-pajjiż tkun waħda monotona ħafna!", "Għalhekk jeżistu l-gvernijiet biex jieħdu d-deċiżjonijiet.", "Naturalment huwa faċli ħafna li tkun fl-oppożizzjoni, titkellem dwar il- problemi u ma tagħmel xejn dwarhom.", "Imma dan huwa gvern li ġie elett sabiex fejn hemm problemi, jidħol għalihom u jagħmel l-aħjar li jista' biex isolvihom filwaqt li jiggverna l-pajjiż.", "Ma naf bl-ebda pajjiż li m'għandux problemi u li ma jkunx irid jaffaċċjahom kemm jista' jkun malajr, pero' ma jfissirx dan li wieħed m'għandux jaħseb għall-problemi li għad iridu jiġu.", "Għax jekk wieħed ma jagħmel xejn u jinjora l-problemi, ukoll ikun qed jieħu pożizzjoni imma hija attitudni egoistika għax ikun qiegħed biss jittrasferixxi piż iktar tqil fuq il- ġenerazzjonijiet ta' warajh.", "Dan mhux sew għax il-gvern m'għandux iħares sal-ponta ta' mnieħru imma għandu jħares fit-tul.", "Għandu jħares l-interessi tal-pajjiż u jipprova jsolvi mhux biss il-problemi li jeżistu llum, imma anke dawk il-problemi li żgur se niltaqgħu magħhom għada u allura f'dan is-sens huma problemi tal- lum ukoll.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: L-Aġent Prim Ministru jikkonferma li dan il-gvern suppost tela' fuq il-promessa li wiegħed lill-poplu li money no problem, li ma kellux iżid it-taxxi meta fil-fatt nafu kemm żiedhom u li l-impjieg suppost kellu jiġri wara l-ħaddiema u mhux il-ħaddiema jiġru wara l- impjieg?", "MR SPEAKER: L-Aġent Prim Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Dan il-gvern tela' fuq diversi pożizzjonijiet fil- programm elettorali tiegħu u dawn se jimplimentahom.", "FTS – PJANI U DOKUMENTAZZJONI", "11848.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid jekk itteħditx xi tip ta' azzjoni fuq il-pjani u d-dokumentazzjoni dettaljata meħtieġa li kien ilhom 'il fuq minn sentejn li ġew ippreżentati lill-Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada minn esperti edukattivi tad- diviżjoni ta' l-edukazzjoni?", "Jista' jgħid x'se jsir din is-sena fuq dan il- proġett.", "Meta se jibda u meta huwa maħsub li jintemm?", "Kemm hemm flus ivvotati għal dan il-proġett?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-ewwelnett napprezza jekk l-Onor Membru jgħaddili kopja tal-pjani u dokumentazzjoni dettaljata meħtieġa li jirriferi għalihom fil-mistoqsija u li jidher li għandu fil-pussess tiegħu biex inkun nista' nwieġeb b'mod informat u rilevanti.", "Napprezza wkoll jekk jgħidli għal liema proġett qed jirriferi fil- mistoqsija tiegħu.", "MSIDA – (EX) SKOLA SANTA MARIJA", "11851.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid x'sar mill-flus ivvotati f'dawn l-aħħar tliet snin għall-proġett ta' l-(ex) skola Santa Marija fl-Imsida?", "Kemm huwa minnu li ġew irtirati l-pjanti mill-MEPA?", "Kemm huwa minnu li l-post fejn se jsir dan iċ-ċentru huwa kkundannat?", "X'passi ttieħdu biex jiġi evitat il-periklu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-ewwelnett ġejt aċċertat li l-parti tal-bini li qed tintuża kemm minn nies tad-divizjoni ta' l-edukazzjoni kif ukoll mill- pubbliku li jżur l-uffiċċji konċernati, m'hi ta' ebda periklu.", "Informat ukoll li l-istruttura tal-parti li m'hijiex qed tintuża tenħtieġ tiswija u għaldaqstant l-ebda persuna m'hi qed tokkupa jew taħdem f'din il-parti.", "Il-pjanti li oriġinarjament ġew preżentati lill-MEPA ġew irtirati biex isir aġġustament fihom.", "Peress li l-proġett ta' xogħol ġie sospiż ma kenux ivvotati flus għalih.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, forsi ma jsibx diffikulta' il-Ministru Mugliett li jqum u jgħidli jekk marrux xi uffiċjali tal-MEPA biex iwaqqfu x- xogħol li kien għaddej fix-Xgħajra, apparentement minħabba li ma kienx kopert bil-permess meħtieġ.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Dan il-proġett ma jaqax taħt il-ministeru tiegħi.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Allura l-promenade u t-twessigħ tat-toroq ma jaqgħux taħt ir-responsabbilta' ta' l-awtorita' dwar it-trasport?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: L-awtorita' dwar it-trasport m'għamlet l-ebda applikazzjoni biex titwessa' it-triq.", "Safejn naf jien ix-xogħlijiet li nbdew huma dawk tal-promenade.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Apparti li dak li qed jgħid il-Ministru huwa żbaljat - għax ix-xogħol li sar hemmhekk f'dak li huwa twessigħ ta' toroq kulħadd jista' jarah - imma issa ladarba rrispondieni bil-mod li rrispondieni, aktar jagħtini x'nifhem li ma saret l-ebda applikazzjoni u li x-xogħol kien għaddej bla permess!", "MR SPEAKER: Ejja għad-domanda jekk jogħġbok, Onor. Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Il-Ministru jikkonferma li marru xi uffiċjali tal-MEPA biex iwaqqfu dan il-proġett li kien qed isir fit-toroq u fuq il-promenade?", "Jikkonferma li l-foreman responsabbli mix-xogħol ingħata l-ordni biex jibqa' għaddej bix-xogħol li kien qed jagħmel, minkejja li ma kienx hemm il- permess meħtieġ?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel il- mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ALFRED SANT (Kap ta' l-Oppożizzjoni): B'riferenza għall- interpellanza li tidher fuq l-order paper, frankament inħossni perpless bit- tip ta' risposta li qed tingħata għax għal dan il-proġett ġew ivvotati fondi għal tliet snin konsekuttivi, iżda issa l-Ministru qed jgħid li l- pjanti ġew irtirati biex isir aġġustament fihom.", "Allura x'inhi eżattament is-sekwenza tal-ġrajjiet f'din il-ħaġa, Sur President?", "Jekk sena wara l-oħra għal tliet snin sħaħ ġew ivvotati fondi għal dan il- proġett, kif issa jiġi l-Ministru jgħid li l-pjanti ġew irtirati u li m'għadhomx jiġu vvotati flus għal dan il-proġett?", "Jew ħaġa jew oħra, ngħid jien!", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Jiddispjaċini imma l-premessa tal-mistoqsija hija żbaljata għax la fl-aħħar tliet snin u lanqas fis-snin ta' qabel ma kien hemm fondi vvotati għall-(ex)skola Santa Marija, fl-Imsida.", "Dawn il-fondi jkunu ġew ivvotati għal tiswijiet ta' bini u manutenzjoni ta' skejjel u għal dan il-għan tiġi vvotata lump sum.", "Dejjem hekk kien, bid-diviżjoni ta' l-edukazzjoni tara x'inhuma l-bżonnijiet għat-tiswijiet li jkunu meħtieġa u tagħmel skeda tax-xogħol kollu li jkun irid isir.", "Issa meta saru l-aċċertamenti ta' l-istrutturi ta' din l-iskola, it- tiswijiet li kien oriġinarjament maħsub li kienu biżżejjed fil-fatt irriżultaw li ma kenux biżżejjed u allura minħabba l-binja kif inhi, biċċa mill-iskola setgħet tibqa' tintuża bla ebda diffikultajiet ta' xejn għall- iskopijiet li kienu ġew dedikati mid-dipartiment, filwaqt li fil-parti l- oħra - din ukoll kellha tiġi żvujtata u allura la nies ma hemm jaħdmu fiha u lanqas hija aċċessibbli għall-pubbliku - iridu jsiru l-aġġustamenti meħtieġa biex naraw x'hemm bżonn strutturalment u mbagħad ix-xogħol ikun jista' jsir.", "Jiġifieri at a certain point in time wieħed kien qed jaħseb li jistgħu jsiru tiswijiet ta' ċerta entita', iżda mbagħad irriżulta li jridu jsiru tiswijiet differenti u għal dan l-iskop, dawk it-tiswijiet se jsiru fi stadju ulterjuri.", "Hawnhekk tajjeb ukoll li niċċara li din l-ewwelnett hija (ex)skola, jiġifieri bini li orġinarjament kien iservi għal ċerti skopijiet ta' skola speċjali ta' persuni b'diżabilita' u wara li daħlet is-sistema ta' inklużjoni ta' tfal b'diżabilita' fl-iskejjel normali, dawk li kienu jattendu fiha ma baqgħux imorru iktar f'din l-iskola.", "Allura prattikament din ġiet żvujtata u mbagħad bdiet tintuża bħala ċentru ta' riżorsi, Sur President.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Iva, imma li qed jinkwetani hu li qed nitkellmu fuq span ta' tliet snin - amministrattivament issa, għax il-Ministru qed jgħid li ma dehretx fl-estimi bħala tali, bħala Santa Marija - fejn il-ministeru kien qiegħed jiddedika u jipproġetta li jħallas ċertu ammont ta' fondi fuq din l-iskola.", "Għaddew tliet snin u wara dan iż-żmien kollu, il-proġett twarrab minħabba li kien qed jikkozza ma' xi regolamenti tal-MEPA.", "Allura x'tip ta' planning hemm għaddej?", "Għax li nagħmlu tliet snin nivvotaw għal xi ħaġa u mbagħad fl-aħħar ngħidu li se nħassru kollox ma nafx x'sens jagħmel.", "Issa apparti minn hekk, Sur President, ta' min jistaqsi wkoll x'beħsiebu jagħmel il-gvern b'din l-iskola.", "Din kienet skola li fiha kienu jmorru tfal b'diżabilita' u kellha ċerta funzjoni fis-sistema edukattiva u għalhekk nixtieq inkun naf x'inhuma l-intenzjonijiet tal-gvern f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-użu ta' din l-iskola.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Speaker, l-ewwelnett jiena ma narax li kien hemm xi nuqqas ta' ippjanar partikolari.", "Filwaqt li x-xogħol fuq dan il-bini irid isir - għax lanqas irrid insejħilha skola f'dan l-istadju - m'huwiex xogħol li d-diviżjoni ta' l-edukazzjoni għandha tagħtih priorita' fuq xogħlijiet oħra li qegħdin isiru.", "It-tieni, in-numru ta' tfal b'diżabilita' li jattendu fl-iskejjel speċjali m'għadux dak li kien fi snin oħra.", "Aħna ilna ma ndaħħlu tfal b'diżabilita' mhux multiplika għal numru ta' snin – naturalment hemm ċerti każi fi skejjel speċjali – għaliex illum dawn kollha jiġu ammessi fi skejjel normali.", "Issa din l-iskola ta' l-Imsida m'hemmx tfal aktar fiha u allura mhux aktar kwestjoni ta' x'se jiġri minn din l-iskola.", "Din l-iskola saret ċentru li minnu jingħataw dak li ngħidulu ta' ċerti riżorsi, jiġifieri fejn ċertu żvilupp ta' manjiera kif jiġu ttrattati tfal b'diżabilita' fl- iskejjel normali jkun qed isir minn grupp ta' nies li jkollhom ċerti ħiliet partikolari f'dan il-qasam, kif wara kollox se jiġri anke mill-iskejjel speċjali kollha li għandna.", "Illum għandna l-politika edukattiva ta' inklużjoni u d-direzzjoni hi li safejn hu possibbli, nippruvaw li t-tfal kollha jiġu nklużi fl-iskejjel normali.", "Imma hemm ċirkostanzi speċjali fejn ma jkunx fl-interess ta' ċerti tfal partikolari illi jibqgħu f'ambjent normali ta' skola għax ikunu jirrikjedu servizzi tant speċjalizzati li mhux fattibbli li wieħed jipprovdihom f'kull skola li teżisti tal-gvern, b'estensjoni anke fl- iskejjel l-oħrajn.", "Allura filwaqt li l-iskejjel speċjali m'għadhomx l-ewwel territorju għall- biċċa l-kbira tat-tfal bi bżonnijiet speċjali, se jkun hemm bżonn numru minnhom li jkomplu jiġu żviluppati, kif diġa' bdew, f'ċentri ta' riżorsi, filwaqt li xorta jkunu jistgħu jagħtu servizz lil numru ta' tfal li jkollhom bżonnijiet speċjali multipli - ma jkunx kbir daqs dak li kien ikollna fil-passat, fejn it-tfal kollha b'xi diżabilita' kienu jispiċċaw f'dawn l-iskejjel - u li s-servizzi li jingħataw ma jkunux servizzi ta' one- to-one imma servizzi ta' apparat, servizzi ta' natura professjonali paramedika li ma jistgħux jingħataw fl-iskejjel kollha.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mario Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Jista' il-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol fl- iskola li qed tinbena fil-limiti ta' Ħal Kirkop?", "Din se tkun tinkludi sports complex?", "Fiex jikkonsisti x-xogħol?", "Lesti l-pjanti?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-bini li għandu x'jaqsam mal-klassijiet u ma' l- amministrazzjoni ta' din l-iskola li qiegħda fil-limiti ta' Ħal Kirkop, jinsab fi stadju avvanzat ħafna u qed nittamaw li nkunu nistgħu nagħmlu użu minnu mill-aktar fis.", "Hu maħsub li fix-xhur li ġejjin jitlestew il-pjanti tal-kumpless sportiv li se jsir f'din l-istess skola biex imbagħad tkun tista' toħroġ it-tender relattiva biex isir dan ix-xogħol.", "Imbagħad ikun jifdal il-bini ta' sala li se ssir f'parti li bħalissa hija okkupata minn impriża żgħira li ilha hemmhekk għal ħafna snin.", "Qrobna biex niftehmu mad-detentur ta' din l-art u tal-permess relattiv fuq dik l-art, biex inkunu nistgħu nagħtuh akkomodazzjoni alternattiva.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Segwejt ir-risposta li ta l-Ministru dwar l-użu alternattiv ta' l-iskola Santa Marija fl-Imsida.", "Il-Ministru jaċċetta li tmur delegazzjoni parlamentari - naturalment miż-żewġ naħat tal-Kamra, biex ma jkunx hemm problemi – u żżur dan il-post u tara eżattament x'inhu għaddej?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: M'għandix diffikulta' li tmorru tarawha.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nistgħu nirranġaw jiġifieri, hux hekk?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mela le!", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ħalli nispeċifika biex ma niġix fraintiż.", "Din kienet skola għal persuni b'diżabilita'.", "L-użu tagħha spiċċa għal kollox tista' tgħid.", "Hemm parti minnha li m'hi qed tintuża xejn minħabba l-istruttura tagħha – jiġifieri ma naħsibx li huma se jidħlu f'din l-istruttura - filwaqt li l-parti l-oħra qiegħda tintuża għal servizzi edukattivi.", "Imma m'hijiex din iċ-ċentru ta' riżorsi li qed niżviluppaw fil-Helen Keller.", "Għax ta' min jgħid li ħafna minnhom dawn ġew trasferiti fil-Helen Keller, fil-Wardija, f'San Miguel eċċ. Dawn huma ċ-ċentri ta' riżorsi li qegħdin niżviluppaw illum.", "Jiġifieri llum m'għadniex nikkonċentraw fuq dan il-bini u fil-fatt qed nikkonsidraw x'użu rridu nagħmlu minnu.", "Ċertament m'għandix diffikulta' jekk il-Kap ta' l-Oppożizzjoni jmur jara dan il-bini, Sur President.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Lanqas jiena ma rrid niġi fraintiż, Mr Speaker.", "Il- Ministru għadu kemm spjegalna dwar l-użu alternattiv, għalxiex se tintuża din l-iskola, speċjalment fil-qasam tal-persuni b'diżabilita' u jkun tajjeb jekk il-parlamentari jmorru bħala delegazzjoni - għamiltha ċara li mmorru ż- żewġ naħat tal-Kamra u jiena lest li nkun parti minn din id-delegazzjoni, naturalment għan-naħa ta' l-oppożizzjoni - biex naraw kif qed jintużaw il- faċilitajiet.", "Jekk hemm spare capacity li mhix qed tintuża u jekk fi tliet snin ġew ivvotati fondi għaliha li issa baqgħu fuq l-ixkaffa, tajjeb li nkunu nafu eżattament x'qed isir minn dawn il-faċilitajiet.", "M'hemm xejn ta' misteru fiha din il-biċċa.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ħalli nerġa' niċċara l-pożizzjoni, Sur President.", "Aħna rridu niżviluppaw l-iskejjel speċjali f'ċentri ta' riżorsi.", "Din l- iskola ilha magħluqa.", "Meta l-Onor.", "Alfred Sant kien prim ministru kienet diġa' magħluqa.", "Magħluqa kienet u magħluqa baqgħet, bil-ħsarat li kien fiha wkoll.", "Issa llum qed isir ċertu użu minnha.", "Meta kien għad hemm is-Sur Frank Mallia, konna qed niżviluppaw parti minnha bħala ċentru ta' riżorsi u għad hemm ċerti servizzi li jingħataw minnha, imma m'huwiex kkonsidrat illi nibqgħu niżviluppaw ċentri ta' riżorsi għal dawn is-setturi minn dak it-tip ta' spazju.", "Hemm skopijiet oħra eventwalment x'jista' jsir minn dan il-bini.", "Aħna qegħdin niżviluppaw ċentri ta' riżorsi għal finijiet ta' persuni b'diżabilita' u bi bżonnijiet speċjali fiċ-ċentri li għadhom operattivi, li huma l-Helen Keller, il-Wardija, San Miguel u l-Guardian Angel.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Minn meta kont prim ministru jien, jiġifieri sa l- 1998, għaddew seba' snin.", "Li ngħidu li seba' snin ilu ġara hekk mod, imma li għadhom hekk l-affarijiet mod ieħor!", "Bażikament hemmhekk għandna riżors u l-Ministru spjega kif qed jintuża u mhux qed jintuża, Sur President.", "Issa l-proposta tiegħi li qabel magħha l-Ministru hi li jkun hemm delegazzjoni miż-żewġ naħat tal-Kamra - jien lest li nkun parti minnha għan- naħa ta' l-oppożizzjoni flimkien ma' sħabi - biex naraw r-riżorsi kif qed jintużaw.", "Safejn naf jien il-Ministru aċċetta.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Skużi, jien m'iniex qed nitkellem fuq delegazzjonijiet tal-Kamra.", "M'għandi l-ebda diffikulta' li jekk hu jew xi membru ieħor jrid imur jaraha.", "Jagħmel l-arranġamenti u jkun jista' jmur jaraha, Sur President.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jekk in-naħa tal-gvern m'hijiex interessata tibgħat membri biex jaraw dawn l-affarijiet mhix problema, pero' naħseb li huma interessati u mhux billi jgħid il-Ministru.", "Jiena żgur li jien interessat u naf li hawn ħafna minn din in-naħa tal-Kamra li huma interessati li jmorru għal din iż-żjara.", "Jiġifieri għalija m'hijiex problema jekk immorrux weħidna jew immorrux magħhom.", "Naturalment jekk immorru flimkien inkunu qed nuru sens ta' kunsens.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Speaker, ħalli nkun ċar u ma noqogħdux nilagħbu.", "Jekk il-Kap ta' l-Oppożizzjoni jew xi membru ieħor jixtieq iżur dan il-bini għandhom isiru l-arranġamenti u jżuruh imma mhux bil-logħob.", "Nerġa' ngħid li din hija ex-skola u l-biċċa l-kbira ta' dan il-bini m'huwiex qiegħed jintuża bħalissa.", "Parti minnu qed jintuża u jekk irid imur iżuru, ma nsib l-ebda diffikulta'.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, ma nafx xi jrid ifisser biha meta jgħid \"bil-logħob\".", "Jew tmur jew ma tmurx u l-logħob ma nafx x'jidħol f'din il-ħaġa.", "Issa jekk il-Ministru jrid jilgħab jilgħab, imma aħna m'aħniex qed nilagħbu hawn!", "Staqsejna jekk nistgħux immorru narawha u biex inkunu ċari li m'aħniex qed nippruvaw nagħmlu xi logħba, kif qed jgħid hu, staqsejt jistgħux imorru membri miż-żewġ naħat tal-Kamra.", "Jekk hu jrid li kull wieħed personali jew jien u sħabi niġu m'hijiex problema, nirringrazzjah u naċċettaw l-istedina tiegħu.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "L-Onor.", "Jason Azzopardi.", "ONOR.", "JASON AZZOPARDI (President tal-Kumitat Permanenti għall-Affarijiet Barranin u Ewropej): Mr Speaker, ninforma lill-Kamra li l-ġimgħa l-oħra l- kumitat minni ppresedut żamm tliet seduti fejn iddiskuta l-Aġenda ta' Lisbona.", "It-Tnejn kellna diskussjoni mal-korpi kostitwiti ta' pajjiżna, it- Tlieta kellna preżenti membri tal-gvern jiġifieri ministri u anke uffiċjali tal-Malta Enterprise u l-Ġimgħa filgħodu kellna diskussjoni fuq l-istess suġġett mal-membri parlamentari Ewropej miż-żewġ naħat.", "Irrid nesprimi s-sodisfazzjon tiegħi għall-fatt li kellna diskussjoni bilanċjata, oġġettiva u imparzjali fejn irrenja s-sens komun.", "Ta' dan jien grat ħafna lejn il-membri taż-żewġ naħat li jikkomponu dan il-kumitat.", "Nifhem li transcript tad-diskorsi li saru huwa available mill-Uffiċċju ta' l-Iskrivan tal-Kamra.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "L-Aġent Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "TONIO BORG: Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Rapport mill-Kummissjoni Elettorali għall-finijiet ta' l-artikolu 61 tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika ta' Malta datat 2 ta' Mejju 2005;", "Rapport ta' Minoranza tal-Membri tal-Kummissjoni Elettorali dwar bdil fil-konfini tad-Distretti Elettorali datat 5 ta' Mejju 2005;", "Statement u skeda dwar approprjazzjoni ta' fondi skond id- dispożizzjonijiet ta' l-artikolu 25 ta' l-Att dwar l-Amministrazzjoni Finanzjarja u l-Verifika, Kap 174;", "Avviż Legali Nru. 130 ta' l-2005 – Regolamenti ta' l-2005 biex jemendaw ir-Regolamenti dwar il-Liċenzi tal-Pulizija (Emenda Nru. 2);", "Avviż Legali Nru. 131 ta' l-2005 – Regolamenti ta' l-2005 dwar Standards Minimi għall-Protezzjoni Temporanja ta' Rifuġjati;", "Pjanta ta' art tal-Gvern fir-Ramla tal-Bir fil-Marfa li ngħatat lill- privat għal skop turistiku, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 11846;", "Tagħrif dwar fondi allokati lill-kunsilli lokali f'Malta u Għawdex għas-sena finanzjarja 2005/2006, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 12213; u", "Dettalji dwar il-kunsilli lokali, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 12214.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (Segretarju Parlamentari): F'isem il-Ministru għat- Turiżmu u Kultura nqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar turisti f'Malta bejn Jannar u Marzu tas-snin bejn l-2003 u l-2005, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 12278;", "f'isem il-Ministru għal Għawdex inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar impjegati ġodda fid-dipartimenti, aġenziji u entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħt ir-responsabbilta` tal-Ministru għal Għawdex, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 12168;", "f'isem il-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunita` nqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru. 129 ta' l-2005 – Regolamenti ta' l-2005 dwar is- Swimming Pools; u", "Avviż Legali Nru. 133 ta' l-2005 – Regolamenti ta' l-2005 dwar il-Ġbir ta' Drittijiet mill-Kumitat għall-Approvazzjoni ta' Speċjalisti; u", "f'isem il-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l- Informazzjoni inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Rapport Annwali u l-Financial Statements tal-Malta Enterprise Corporation għas-sena li għalqet fil-31 ta' Diċembru 2004;", "Rapport Annwali u l-Financial Statements tal-Malta Development Corporation għas-sena li għalqet fil-31 ta' Diċembru 2004;", "Avviż Legali Nru. 132 ta' l-2005 – Regolamenti ta' l-2005 li jemendaw ir-Regolamenti fuq il-Provvista tal-Kurrent Elettriku; u", "Tagħrif dwar spejjeż li saru fuq il-vapur tal-Gozo Channel MV Melita, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 12224.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "FRANCIS AGIUS (Segretarju Parlamentari): F'isem l-Onor.", "George Pullicino inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar impjegati ġodda fid-dipartimenti, aġenziji u entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tal-ministeru għall- affarijiet rurali u ambjent, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 12169.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IS-SĦUBIJA TA' MALTA FIL-BANK EWROPEW GĦAR-RIKOSTRUZZJONI U L-IŻVILUPP", "MALTA MEMBERSHIP OF THE EUROPEAN BANK FOR RECONSTRUCTION AND DEVELOPMENT (AMENDMENT) BILL", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "TONIO FENECH (Segretarju Parlamentari): Sur President, nipproponi t- Tieni Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Att dwar is- Sħubija ta' Malta fil-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp, Kap.347\".", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "MARIO GALEA: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Sur President, dan l-Abbozz ta' Liġi huwa qasir ħafna u fil-fatt kulma għandu huwa erba' klawsoli, u l-għan tiegħu hu biex isiru żewġ affarijiet.", "L-ewwelnett li nirratifikaw deċiżjoni li ħa l-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp - li Malta hi membru tiegħu u hi gvernatur – li l-Mongolia tiġi aċċettata bħala pajjiż li dan il-bank jista' jopera fih.", "U t-tieni hu li nemendaw l-att prinċipali b'tali mod li meta jkun hawn dawn iċ-ċirkostanzi jew emendi oħra fl-operat ta' dan l-istess bank, ma jkunx hemm il-ħtieġa li kull darba jkollna nagħmlu att għalih innifsu biex inkunu nistgħu nirrattifikaw, imma l-ministeru tal-finanzi jkun jista' jingħata l-poter sabiex ikun jista' jirratifika dawn l-emendi kif jeħtieġ minn żmien għal żmien permezz ta' ħruġ ta' legal notice.", "Ikun tajjeb li nifhmu x'inhu dan il-bank u x'inhu l-għan prinċipali tiegħu.", "Tajjeb li infakkar li pajjiżna daħal membru ta' dan il-bank fil-25 ta' Jannar, 1991, jiġifieri 'l fuq minn 14-il sena ilu.", "Pajjiżna jipparteċipa f'dan il-bank flimkien mal-pajjiżi kollha msieħba ta' l-Unjoni Ewropea.", "L- għan prinċipali ta' dan il-bank huwa li jgħin fl-iżvilupp u fir- rikostruzzjoni ta' l-ekonomiji tad-dinja kollha.", "Il-konċett ta' solidarjeta` fl-Unjoni Ewropea m'huwiex biss konċett li huwa mħaddan f'dik li hija l-għaqda tal-25 pajjiż, imma din tirrikonoxxi li hi timxi 'l quddiem jekk magħha jimxu 'l quddiem il-pajjiżi ġirien tagħha li għadhom lura fl-iżvilupp.", "Dan jagħmel ħafna sens anke fl-isfond tar-realitajiet li pajjiżna qiegħed jaffaċċja f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-immigrazzjoni illegali.", "Fir- realta` dawn in-nies ikunu qegħdin jaħarbu mhux sempliċement għax fil- pajjiż tagħhom ikun hemm xi tip ta' persekuzzjoni, imma għaliex il-qagħda ekonomika tagħhom tkun ħażina u allura jħossu l-ħtieġa li jmorru jfittxu futur aħjar f'pajjiżi oħra.", "Mod konkret kif l-Unjoni Ewropea tilqa' għal din l-isfida huwa li mhux sempliċement tirrimedja billi żżomm u twaqqaf dan l-influss, imma li tgħin sabiex in the long run l-ekonomiji ta' dawn il-pajjiżi jikbru, u flimkien ma' l-ekonomija jikbru wkoll l-libertajiet tal-bniedem u r-rispett lejn id- demokrazija.", "Għaldaqstant dan il-bank huwa wieħed minn dawk l-għodod li l- Unjoni Ewropea tista' tuża biex tilħaq il-mira tagħha li proprju tkattar l- iżvilupp f'dawn il-pajjjiżi sabiex tikkombatti l-faqar u l-inġustizzji fid- dinja.", "Illum qed nitkellmu dwar riżoluzzjoni speċifika, u cjoe` li l-Mongolia tkun aċċettata minn dan il-bank u jkun jista' jsellef biex jittieħdu inizjattivi għall-iżvilupp ta' dan il-pajjiż.", "Ir-relazzjoni ta' dan il-bank mal- Mongolia bdiet fis-sena 2000 fejn il-gvern Malti wkoll kien ivvota favur riżoluzzjoni mill-istess bank biex jibda l-proċess sabiex dan il-pajjiż jiġi integrat flimkien mal-pajjiżi l-oħra.", "Fis-27 ta' Jannar 2004, il-bord tal-gvernaturi kien approva formalment din r-rikkomandazzjoni, pero` din ir- rakkomandazzjoni ma tkunx tista' tiġi implimentata u meqjusa bħala kompluta jekk din ma tkunx ukoll ratifikata mill-pajjiżi li huma membri bħala gvernaturi fuq dan il-bank.", "Billi l-liġi ma kinitx tipprovdi bi strument speċifiku kif dan jista' jkun ratifikat, kellna bilfors niġu quddiem din il-Kamra għall-approvazzjoni tar- ratifika ta' din is-sħubija.", "Għaldaqstant, qed inressqu din il-liġi biex nirratifikaw d-dħul tal-Mongolia fl-ambitu ta' dak li jista' jaħdem fih il- Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u Żvilupp u qed nagħmlu emenda biex mil- lum 'l hemm, meta jerġa' jkun hemm ċirkostanzi simili, ma jkunx meħtieġ li niġu quddiem din il-Kamra, imma li nirratifikaw dan b'legal notice.", "Dan qed nagħmluh ukoll għaliex hu importanti li dawn it-tip ta' deċiżjonijiet ikunu jistgħu jiġu implimentati malajr billi hemm pajjiż li jiddependi minn din l- għajnuna.", "Tajjeb ngħid li partikolarita` fil-liġi nnifisha hi li l-artiklu 5 ta' dan l-abbozz huwa bl-Ingliż anke fil-verzjoni Maltija, u dan għaliex il-liġi oriġinali, dik li kienet saret proprju fil-25 ta' Jannar 1991, għajr l-introduzzjoni, hi kollha kemm hi bl-Ingliż billi din hija kuntratt.", "Sur President, issa se nanalizza ftit is-sitwazzjoni fil-Mongolia u l- iżvilupp li sar biex illum din qed tiddaħħal bħala parti minn dan il- ftehim.", "Il-ftehim li kien sar f'Mejju ta' l-1990 li taħtu twaqqaf il-Bank għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp kien jipprovdi li l-operat ta' dan il-bank kellu jkun limitat għall-pajjiżi ta' l-Ewropa ċentrali li dak iż-żmien lanqas biss kien għadu beda l-proċess tas-sħubija tagħhom fl-Unjoni Ewropea u kien għadhom kif ħarġu mill-komuniżmu, u bdew jaddottaw sistemi aktar ta' swieq aktar liberalizzati.", "Dak iż-żmien, l-Unjoni Ewropea kienet ħasset il- ħtieġa li jitwaqqaf dan il-bank biex dawn il-pajjiżi jiġu assistiti fl- iżvilupp tagħhom.", "Kienu wkoll imdaħlin f'dan l-ambitu l-pajjiżi tal-Ewropa tal-Lvant, b'mod partikolari dawk li kienu jagħmlu parti mill-Unjoni Sovjetika.", "Meta l- Unjoni Sovjetika ġiet xolta, kien hemm qbil fil-bord tad-diretturi tal-bank sabiex dan jirrikonoxxi lil kull wieħed minn dawn il-pajjiżi ġodda indipendenti bħala pajjiż eliġibbli għal sħubija ta' dan il-bank, u allura li jkunu meqjusa fit-termini tal-bank bħala recipient countries.", "Iżda sfortunatment meta twaqqaf dan il-bank, il-Mongolia la kienet tifforma parti mill-Unjoni Sovjetika u lanqas ma kienet fil-lista tal-pajjiżi Ewropej taċ-ċentru u tal-lvant.", "Maż-żmien inħass li din kienet xi ftit jew wisq sistema anomala, u peress li prattikament f'dan ir-reġjun kienet il- Mongolia biss li ma ġietx inkluża, beda l-proċess biex din tidħol ukoll.", "Malli l-Mongolia bdiet dan il-proċess, il-bank beda jimmoniterja l-iżvilupp ekonomiku li kien qed isir f'dan il-pajjiż proprju biex jara li jekk se tibda tingħata l-għajnuna, din tmur fis-setturi li huma meħtieġa sabiex l- ekonomija ta' dan il-pajjiż tqum u timxi 'l quddiem.", "Tajjeb ngħidu li l- Mongolia nidiet numru ta' riformi ekonomiċi.", "Din għaddiet ukoll minn ċertu perijodu ikrah, pero` jidher li issa dan il-pajjiż qed jibda jirkupra speċjalment minn meta beda s-suq ħieles li ta l-frott tiegħu.", "Din hija kondizzjoni li jpoġġi l-bank fuq dawn it-tip ta' pajjiżi li ovvjament jħaddmu prattiċi ta' ekonomija aktar miftuħa u aktar bbażata fuq prinċipji ta' suq ħieles, u li jibdew iħarsu u jaraw li jkollhom ekonomija li hija aktar sostenibbli proprju biex l-għajnuna li tingħata - il-bank jagħti numru ta' soft loans b'interessi li huma vantaġġjużi - tassew twassal għal żvilupp ekonomiku li imbagħad eventwalment iwassal għal ambjent soċjali u għal kwalita` ta' ħajja aħjar f'dak il-pajjiż.", "U b'hekk jintlaħqu l-miri ta' l-Unjoni Ewropa li l-pajjiżi ġirien ikunu jgħixu fil- paċi.", "Aħna nafu li meta jkun hemm żvilupp ekonomiku, ikun hemm aktar opportunita` u jkun hemm aktar ċans li ma jinqalax inkwiet u tensjonijiet li naraw is-soltu f'pajjiżi mhux żviluppati.", "Mill-1990 'l hawn, il-Mongolia tat bidu għal numru ta' riformi bbażati fuq il-prinċipji tas-suq ħieles.", "Il-progress fil-bidu ġab miegħu numru ta' diffikultajiet iżda nistgħu ngħidu li l-akbar problema li kienet taffaċċja l-Mongolia kienet proprju l-politika li kienet qed taddotta, li tiffinanzja anke l-istrutturi soċjali tagħha, b'deficits persistenti u qawwijin b'konsegwenza li l-istess politika fiskali tagħha kienet qed tiddgħajjef, u din wasslet għal sitwazzjoni fejn id-dejn pubbliku kien f'livell li ma kienx sostenibbli.", "Minn dak iż-żmien 'l hawn, il-Mongolia bdiet tieħu miżuri biex tibda tindirizza proprju dawn il-problemi, u jidher li din bdiet tasal.", "Il- munita tal-Mongolia, it-Togrog baqgħet fuq livelli stabbli b'mod partikolari meta mqabbla mad-dollaru.", "Eventwalment ir-rata tal-kambju bdiet tissaħħaħ mis-sena 2001, u issa qegħda fuq livell ħafna aktar aċċettabbli.", "Tajjeb ngħidu li l-ekonomija tal-Mongolia kienet qed taffaċċja numru ta' pressjonijiet anke minħabba l-fatt li n-nefqa tal-gvern dak iż-żmien kienet eċċessiva ħafna, u l-pagi fis-settur pubbliku u l-pensjonijiet kienu qed jitilgħu b'medja ta' 20%.", "Tajjeb wieħed jgħid li l-pressjoni li kien qed joħloq anke l-bank Ewropew tar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp xprunat lill- gvern tal-Mongolia sabiex jirrimedja s-sitwazzjoni li kellu quddiemu, biex jibda jitrażżan l-iżbilanċ u allura jibda jieħu l-għajnuna sabiex isiru r- riformi li kienu meħtieġa f'dan il-pajjiż.", "Kif għidt qabel, l-għan prinċipali għaliex l-UE tagħżel li tagħti għajnuna speċifika lill-pajjiż, hi li mhux sempliċement tirrimedja għal sitwazzjoni ta' deficit li jkollu dak il-pajjiż imma sabiex dak il-pajjiż ikollu tkabbir ekonomiku għax ovvjament, jekk dan iseħħ, id-dipendenza ta' dan il- pajjiż mill-assistenza internazzjonali tonqos, u jiġu evitati sitwazzjonijiet ta' kriżi u ta' faqar li sfortunatament għadna naraw f'numru ta' pajjiżi tat-tielet dinja, b'mod partikolari meta dawn jintlaqtu minn xi diżastru.", "Aħna nafu li diffiċli li tevita d-diżastri, imma l-faqar estrem jista' jitneħħa biss jekk titħaddan politika effettiva li tgħin dawn il-pajjiżi, u li ma tkunx penalizzanti fuq il-futur tagħhom.", "Għalhekk dan il-bank issellef b'rati tassew baxxi f'dawn il-pajjiżi biex ir-ritmu ekonomiku jkun jista' jikber, u allura jkun hemm l-iżvilupp meħtieġ.", "Tajjeb ngħid li fil-qasam ta' l-immaniġġjar tas-settur pubbliku, dan il- pajjiż llum qed jagħmel numru ta' riformi biex ikunu razzjonalizzati r- relazzjonijiet - anke fiskali - inter-governattivi rigward VAT u taxxi oħra.", "Tajjeb ngħid li l-Unjoni Ewropea tqis li dan huwa importanti wkoll, u tikkonsidrah qabel ma tibda tagħti l-għajnuna.", "Ovvjament l-Unjoni Ewropea tkun trid li jkollha moħħha mistrieħ li flusha mhux qegħdin hemm biex jieħdu post id-dover li għandu l-istess pajjiż li jiffinanzja l- iżvilupp tiegħu.", "Għalhekk huwa importanti li dak il-pajjiż juri wkoll li għandu sistemi effettivi kif jiġbor il-flus mit-tassazzjoni biex anke hu jikkontribwixxi għall-iżvilupp tiegħu.", "Pass importanti li qed jagħfas fuqu dan il-bank huwa l-privatizzazzjoni ta' numru ta' azjendi kbar li sal-lum għadhom ikaxkru magħhom telf sostanzjali, partikolarment fis-settur ta' l- enerġija li sal-lum għadu jhedded is-sostenibilita` fiskali u estera ta' dan il-pajjiż.", "Dwar dan, anke l-IMF qiegħed jagħti l-kontribut tiegħu b'mod attiv fejn qed jiġu diskussi l-qagħda ta' dan il-pajjiż b'mod partikolari r-riformi li huma meħtieġa fi-settur tal-pagi u l-pensjonijiet.", "Tajjeb ngħid li l-IMF fl-2002 irrikonoxxa l-progress li dan il-pajjiż qiegħed jagħmel.", "B'numru ta' riformi, dan irnexxielu jnaqqas ir-rata ta' l- inflazzjoni, isaħħaħ r-riservi internazzjonali tiegħu, irpilja mill-kollass totali li kellu fid-disgħinijiet u għamel progress fir-riformi istituzzjonali li huma meħtieġa biex dan il-pajjiż jitqies li qed jersaq lejn l-iżvilupp.", "Il-fond innifsu kompla jinkoraġixxi l-awtoritajiet tal- Mongolia biex ikomplu jsaħħu dan il-progress u b'mod partikolari biex itejbu t-trasparenza fil-pajjiż u li jkun hemm aktar demokrazija.", "Jidher li l-passi qed jittieħdu, u għal dan il-għan anke numru ta' pajjiżi ta' l- UE, b'mod partikolari l-Olanda u l-Lussemburgu flimkien mal-Ġappun, għamlu bejniethom kontribuzzjoni sostanzjali lejn fond imsejjaħ il-Mongolia Cooperation Fund li qed ikun amministrat mill-Bank Ewropew għar- Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp.", "Dan għamluh sabiex ikomplu jinċentivaw dan l- iżvilupp billi jiffinanzjaw programmi ta' koperazzjoni teknika sabiex jgħinu fl-iżvilupp tas-settur privat fil-Mongolia.", "Illum kulħadd jirrikonoxxi li jekk inti trid tara l-ekonomija tiegħek tikber, trid tagħti ħafna iktar spazju lis-settur privat, u ma jagħmilx sens li nibqgħu nistennew li l-ekonomija tiġi ġġenerata min-nefqa tal- gvern.", "Dan ma japplikax biss għall-Mongolia, imma japplika għal kull pajjiż li jrid jara aktar tkabbir ekonomiku.", "Allura f'dan il-pajjiż qed jittieħdu numru ta' inizjattivi permezz ta' dan il-fond biex ikun hemm ħafna iktar kummerċjalizzazzjoni fl-istess entitajiet tal-gvern, u f'dawk l-azjendi u kumpanniji pubbliċi li jistgħu jrendu aħjar jekk jiġu privatizzati, jibda l- proċess ta' privatizzazzjoni ta' dawn l-entijiet.", "Tajjeb ngħidu li fl-2003, it-Taiwan ukoll tat l-kontribuzzjoni lejn dan il- fond, u kien hemm numru ta' pajjiżi oħra li komplew jagħtu l-assistenza tagħhom.", "Il-ftehim eżistenti - jiġifieri l-ftehim li għamel dan l-istess bank - ma kienx jippermetti li l-Mongolia tkun ikkonsidrata a country of operations, jiġifieri pajjiż li fih il-bank imsemmi jista' jagħmel l- operazzjoni tiegħu.", "Għaldaqstant il-bord tad-diretturi kien irrakkomanda unanimament li l-Mongolia kellu jiġi meqjus bħala pajjiż li jaqa' taħt ir- remit ta' dan il-bank.", "Din kienet ġiet mogħtija b'effett ta' riżoluzzjoni li ittieħdet fil-bidu tas-sena mill-bord tal-gvernaturi tal-banek, li fuqu tpoġġi Malta wkoll, u li llum dan il-Parlament qed jiġi mitlub jirratifika.", "L-emenda l-oħra li qed inressqu permezz ta' dan l-abbozz hija emenda li tagħti l-poteri meħtieġa lill-ministru responsabbli għall-finanzi biex meta jinqalgħu sitwazzjonijiet simili - fejn ikollok pajjiż ieħor li jiġi meqjus bħala pajjiż li fih dan il-bank jista' jopera jew fejn il-bank ikun qed jitlob għal xi emendi oħra f'dak li huwa l-ftehim oriġinali ta' kif jista' jopera – dan jgħaddihom b'legal notice flok joqgħod itella' l-emendi quddiem il-Parlament.", "L-għan prinċipali ta' dan hu biex ma noqogħdux inqajmu diskussjonijiet fil-Parlament li forsi ma jidhrux daqshekk rilevanti għalkemm ovvjament tajjeb li pajjiżna jidher li qed jagħmel l- isforzi tiegħu fuq livell internazzjonali.", "Dan ma jnaqqas xejn mis-saħħa tal-Parlament f'dik li hija ratifikazzjoni, għax meta l-Ministru tal-Finanzi joħroġ legal notice, aħna nafu li dik il- legal notice trid titressaq quddiem il-Parlament, u min irid jista' jitlob dibattitu fuq dik il-legal notice.", "Għaldaqstant inħossu li fl-istess spirtu orġinali tal-liġi li kien jippermetti għal numru ta' affarijiet li jiġu ratifikati f'termini ta' regolamenti meta jkun hemm sitwazzjonijiet simili, issa qed nitolbu, permezz ta' artiklu 6, biex il-Parlament jagħti lill- Ministru tal-Finanzi l-awtorita' li jirratifika billi joħroġ legal notice.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Charles Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Sur President, il-liġi li għandna quddiemna hemm qbil fuqha għax pajjiżna ilu membru tal-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp mill-1991, pero` jiena nixtieq kjarifika fuq il-bżonn tat-tieni parti tal-liġi.", "L-ewwel parti ta' din il-liġi hi dwar li aħna nirrikonoxxu l-Mongolia, peress li issa ġiet aċċettata bħala pajjiż ieħor min-naħa tal-Lvant li jikkwalifika biex jieħu għajnuna regolata u strutturata minn dan il-bank.", "Dwar dan, l-Onor.", "Fenech ta espożizzjoni sħiħa ta' kif żviluppat l-istorja u għalfejn il-Mongolia ġiet inkluża.", "Fit-tieni parti tal-liġi, il-Ministru tal-Finanzi qed jingħata d- diskrezzjoni li joħroġ legal notices, u fuq din nixtieq kjarifika.", "Għaliex qed isir dan?", "Hija konswetudni li fl-implimentazzjoni tal-liġi u tal- policy li toħroġ minn dik il-liġi, il-ministru jingħata ċertu diskrezzjoni, pero` l-artiklu 6 fl-att prinċipali, li kien ġie in vigore fl-25 ta' Jannar, 1991, jgħid hekk :", "\"The minister may, by order, make such provisions as are necessary for carrying into effect any of the provisions of the agreement.\".", "Fl-att prinċipali, l-agreement in kwestjoni huwa definit bħala:", "\"The agreement signed in Paris on the 29th May, 1990 establishing the European Bank for Reconstruction and Development as set out in the schedule to this act and for the purposes of section 4 and 6 of this Act as from time to time amended.\".", "Dan ifisser li l-Ministru diġa` għandu l-fakulta` li joħroġ legal notice meta dan l-agreement jiġi amended.", "Allura għaliex qed nagħtu poteri lill- Ministru li fl-opinjoni tiegħi diġa` għandu?", "L-artiklu 6 l-antik jgħid li l-Ministru jista' jagħti ordni skond dan il-ftehim.", "Fl-aħħar mill-aħħar, dan qisu trattat internazzjonali li ġie ratifikat.", "Issa l-artiklu 6 l-ġdid jgħid :", "\"The Minister may make regulations as maybe necessary for carrying into effect any of the provisions of the agreement and in particular, but without prejudice to the generality of the foregoing, for the amendment of schedule to this act for the purpose of aligning it to the agreement as it may be amended from time to time.\".", "Prattikament hawnhekk qed nikkonfermaw il-poteri li kellu mill-1991 'l quddiem.", "Qed ngħid dan iżjed bħala punt ta' kurżita' għaliex kif diġa` għidt, fl-Att prinċipali il-Ministru diġa` għandu dan il-poter u jkun tajjeb li wieħed jikkjarifika għaliex inħass il-bżonn li tiġi proposta din l-emenda.", "Dejjem jibqa' l-fatt li jekk l-emenda tal-lum qed tagħti poteri aktar lill- Ministru konċernat, ikun dejjem għaqli li l-Ministru jaċċerta li dan il- Parlament ikun mgħarraf b'legal notice li titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Kif intqal, il-Bank Ewropew tar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp kien intiż primarjament biex jgħin lill-pajjiżi Ewropej tal-lvant u taċ-ċentru.", "Fil- fatt, l-agreement li huwa anness ma' l-att prinċipali, jgħid hekk:", "\"To fulfil on a long term basis its purposes on fostering the transition of central and eastern European countries towards open market orientated economies and the promotion of private and entrepreneurial intiative.", "The bank shall assist the recipient member countries to implement structural and sectorial economic reforms including demonopolisation, decentralisation and privatisation to help their economies become fully integrated into the international economy by measures....\".", "Imbagħad din tkompli billi tagħti elenku tat-tip ta' inizjattivi li jkunu jridu jittieħdu.", "L-għan ta' dan il-bank huwa għan speċifiku, u cjoe` biex jgħinu lil dawn l-ekonomiji li jkunu għadhom qed jiżviluppaw biex jintegraw irwieħhom fis-swieq Ewropej.", "Tajjeb li jingħad li skond l-aħħar rapport, jidher li r-riżultat kien wieħed pożittiv.", "Fil-fatt, it-transition report għas-sena 2004 jgħid li l-progress matul is-snin 2003 u 2004 bħala riżultat tal-kontribut li ta dan il-bank, kien jinħass ħafna fin-naħa t'isfel tal- Lvant ta' l-Ewropa.", "Dawn il-pajjiżi gawdew mill-għajnuna kkontrollata u ppjanata li kienet komplimentata b'miżuri regolatorji li l-pajjiżi reċipjenti stess ħadu.", "Hawnhekk mhix kwestjoni li we are throwing good money after bad.", "Ikun hemm programm ta' rikostruzzjoni fil-pajjiż konċernat u l-gvern ta' dak il- pajjiż partikolari jkun irid jimplimenta ċertu tibdil u riformi, u man mano, il-bank ikun qiegħed jgħinu primarjament fis-settur bankarju biex jiffaċilitalu l-kreditu ħalli jqajjem l-attivita` ekonomika li tkun immirata mhux biss bħala credit biex jikber il-konsum intern, imma aktar u aktar biex tiġi żviluppata l-bażi ekonomika fl-aspetti kollha tagħha, kemm f'dik li hija manifattura, agrikoltura u servizzi.", "Ta' min jgħid li huwa mistenni li t-tkabbir ekonomiku f'dawn il-pajjiżi matul is-sena 2004 kien ta' xi 6%.", "Meta tikkompara dan mat-tkabbir fil-kumplament tal-pajjiżi oħra tad-dinja, dan huwa pożittiv ħafna.", "Jingħad ukoll, anke skond dan l-executive summary tal-progress li sar, li l- aktar qasam li donnu dam biex jiġi żviluppat kien il-qasam governattiv, il- qasam ta' l-amministrazzjoni pubblika.", "Jingħad li dawn waqgħu lura f'dak li huma strutturi regolatorji li jassiguraw amministrazzjoni pubblika trasparenti, accountable u effiċjenti, u din hi responsabbilta` bażika ta' min qed imexxi.", "Hawnhekk jiġi kkonfermat kemm il-konċett ta' good governance hija xi ħaġa bżonnjuża biex kwalunkwe pajjiż jimxi 'l quddiem.", "Ovvjament, il-fatt li dawn il-pajjiżi qed jimxu 'l quddiem, u wħud minnhom diġa` integraw ruħhom mal-25 pajjiż ta' l-UE, waqt li oħrajn qegħdin fil- proċess li jintegraw, juri l-kontribut li ta dan il-bank.", "Tajjeb li wieħed jinnota li l-kontribut, għalkemm fil-maġġor parti tiegħu jkun jikkonsisti fi credit b'imgħaxijiet baxxi għal żmien fit-tul u li jkun hemm monitoring prattikament kontinwu, jinkludi wkoll transfer tat- teknoloġija u t-tagħlim.", "Wieħed ma jistax ma josservax il-fatt li l- progress kbir li seħħ fil-pajjiżi ex-kommunisti ta' l-Ewropa ċentrali u tal- lvant ma kienx dovut biss għall-fatt li dawn kellhom il-volonta` li jgħaddu minn proċess ta' ristrutturazzjoni, imma kien dovut ukoll għall-fatt li dawn huma pajjiżi li ħafna minnhom kellhom struttura edukattiva b'saħħitha, u għalkemm ma kinitx tinkludi l-aħjar teknoloġija, pero` din kellha bażi soda ta' tagħlim fuq suġġetti xjentifiċi, u dan ċertament għen biex it- tkabbir ekonomiku jimxi b'ritmu mgħaġġel f'dan il-pajjiż.", "Sur President, forsi xi nies li qed jisimgħuna qed jistaqsu x'se jibbenefika minn dan kollu pajjiżna.", "Xi kultant il-benefiċċju jkun li bl- iżvilupp ekonomiku li dawn jagħmlu, tista' tikber id-domanda għall-prodotti tagħna – inkluż it-turiżmu - u jkun hemm potenzjal akbar ta' kummerċ.", "Jekk imbagħad l-affluwenza ta' dawn il-pajjiżi tikber iżjed, iċ-ċittadini tagħhom jistgħu jużaw servizzi li pajjiżna joffri u anke jidħlu f'ċertu tip ta' negozju.", "Aħna nistgħu wkoll nesportaw hemmhekk dak li nimmanifatturaw u nagħmlu xi forom ta' partnership f'dik il-linja.", "It-tkabbir ta' l-ekonomiji ta' partijiet oħra ta' l-Ewropa jew ta' pajjiżi li jinsabu madwarna dejjem ikun ta' benefiċċju għalina, għax dan iwassal għal domanda akbar ta' prodotti u servizzi ta' kwalita` minn swieq ġodda.", "Allura dan huwa l-għan aħħari ta' dan il-bank.", "Fil-fatt, l-għanijiet kif ġew elenkati hawnhekk juru ċar u tond x'inhuma l-ħsibijiet wara l-għajnuna li dan il-bank jagħti.", "Naħseb li huwa tajjeb li wieħed jagħtihom daqqa t'għajn, għax kif se nispjega aktar 'il quddiem, dawn huma aspetti li għar- reġjun tal-Mediterran jistgħu jfissru xi ħaġa għalina.", "Meta wieħed jara l-artiklu 2 tal-ftehim li waqqaf dan il-bank, wieħed jifhem mal-ewwel kif għandha tiżviluppa ekonomija minn waħda kontrollata għal waħda orjentata lejn is-suq.", "F'dan l-artiklu hemm miktub:", "(i) to promote, through private and other interested investors, the establishment, improvement and expansion of productive, competitive and private sector activity, in particular small and medium sized enterprises.", "Mela anke 14-il sena ilu, meta twaqqaf dan il-bank, wieħed mill-għanijiet kien li jiffoka fuq l-entrapriżi medji u żgħar fil-pajjiżi konċernati.", "U dan għaliex jekk wieħed, per eżempju, jħares lejn l-istruttura tan-negozji ta' pajjiżna, isib li 95% mill-azjendi tagħna huma kollha konsidrati żgħar jew medji, u wħud minnhom tant huma żgħar li jissejħu micro. ,Dan juri kemm huwa importanti li f'pajjiżna nagħtu attenzjoni partikolari lil dan is- settur speċjalment fejn jidħol il-credit u dwar kif nistgħu niffaċilitaw il- ħajja ta' xi ħadd li jkollu idea kummerċjali u jkun irid jiżviluppaha.", "Hawnhekk tajjeb li niċċara li meta nitkellmu fuq għajnuna, aħna ma nkunux qed nitkellmu fuq hand outs.", "Il-hand outs mingħajr ma jkollna pjan ċar ta' x'irid isir bihom ma jagħmlux ġid.", "L-għajnuna trid tgħin il-proċess ta' riforma, ristrutturar, innovazzjoni u taħriġ f'dawk l-azjendi partikolari ħalli tgħinhom jikkompetu fid-dinja globalizzata li ma jista' jevitaha ħadd, la dawn il-pajjiżi ta' l-Ewropa ta' l-lvant jew ċentrali, u lanqas aħna u l-pajjiżi l-oħra ta' madwarna.", "Forsi pajjiżi żgħar huma aktar esposti, għax jistgħu jintlaqtu aktar, pero` dawn jistgħu jkunu wkoll aktar flessibbli minn pajjiżi kbar.", "Allura li niffokaw fuq small and medium sized enterprises, kif jgħid ukoll dan l-agreement, huwa fl-interess tagħna, u għalhekk irridu nħeġġuh mhux biss bil-kliem imma bil-fatti.", "It-tieni għan tal-bank huwa u nikkwota:", "\"To mobilize domestic and foreign capital and experience management to the end described in (i).\"", "Il-(i) jiġi l-artiklu li qrajt qabel.", "Mela hawnhekk qed jgħid li apparti l- għajnuna finanzjarja u apparti l-fiduċja fis-suq, biex ikun hemm kemm investiment domestiku kif ukoll barrani, dan qed jgħid li l-management effiċjenti huwa wieħed mill-proċessi li jgħin biex pajjiż jilħaq il-livell ta' żvilupp u ristrutturar li wieħed ikun jixtieq.", "Hawnhekk nenfasizza il-frażi \"to mobilize domestic\", għax fiċ-ċirkostanzi tal-lum nemmen li din għandha rilevanza partikolari għal pajjiżna, u qed ngħid dan għaliex nafu li bħalissa s-sitwazzjoni ekonomika tagħna ma tidhirx tant sabiħa.", "U ara ma jkunx hawn xi ħadd jaħseb li din xi ħaġa li tagħti gost jew pjaċir lil xi ħadd!", "Qegħdin naraw li dawk l-investituri li f'dawn l-aħħar 30 sena nvestew tant speċjalment fil-qasam tat-turiżmu kif ukoll fil-qasam tal-manifattura, qed jaqtgħu qalbhom minn aktar żvilupp f'pajjiżna, u qed jittrasferixxu l-kapital tagħhom barra l-pajjiż.", "Dan hu fenomenu li wieħed irid jikkonsidrah.", "Hawn tajjeb li niċċara lili nnifsi.", "Li entita` lokali tkabbar l-attivita` tagħha billi tmur f'pajjiżi oħra ma fiha xejn ħażin.", "L-agħar meta dawn jagħlqu l-attivita` tagħhom minn hawn u jmorru f'pajjiż ieħor.", "Naħseb din hija waħda mill-affarijiet li wieħed irid jiffoka fuqha, u jara x'inhi r- raġuni għaliex ikun qed jiġri dan.", "Ikun tajjeb li niffokaw l-enerġiji tagħna ħalli ma nħallux din it-trend tkompli tiżviluppa.", "Aħna rajna numru ta' lukandi jingħalqu biex jiġu żviluppati f'appartamenti.", "Tgħidli: X'fiha ħażin li qed jiġu żviluppati f'xi ħaġa oħra bħalma huwa l-bini u l-bejgħ ta' appartamenti u l-iżvilupp ta' l-industrija tal-kostruzzjoni f'pajjiżna?", "Jiena mhux ngħid li dan m'għandux isir, imma meta għandek qasam ekonomiku, bħalma huma l-lukandi, li jingħalqu għax id-demand għas-servizzi tagħhom ikun naqas u l-prospetti ma jkunx għadhom sbieħ, mhux sinjal tajjeb.", "Jekk jiġri dan, dawn ma jkollhom l-ebda interess li jinvestu biex itejbu l- prodott tagħhom, u allura tispiċċa tara detorjorament sħiħ fis-servizz li jkun qed jingħata.", "Il-mobilizzazzjoni ta' l-investiment lokali huwa importanti u meta qed nirreferu għall-investiment lokali, huwa importanti li ninkludu u nsemmu dawk l-interessi barranin, il-foreign investment, li stabilixxew ruħhom f'pajjiżna snin ilu u għamlu ħafna investiment biex kabbru u mmodernizzaw.", "Allura jekk dawn l-azjendi – li m'għandniex ħafna minnhom – qed isibu d- diffikultajiet biex ikomplu joperaw u jinvestu f'pajjiżna, ikun tajjeb li nifhmu x'ikun qed jiġri bl-għan li dawn iħossu l-prospett f'pajjiżna huwa tajjeb minkejja d-diffikultajiet.", "Diffikultajiet dejjem se jkollna, u dawn dejjem jinbidlu mas-sitwazzjoni internazzjonali.", "Ma nistgħux nikkontrollaw dan il-fatt.", "L-ekonomija tagħna hija ekonomija miftuħa beraħ u allura ċertu impatt ikun hemm.", "Pero` li qegħdin nassistu għalih issa huwa li t-trend ta' l-ekonomiji internazzjonali - ta' l-Amerika, ta' l-Ewropa tal-Lvant u anke ta' l-Asja - matul is-sena li għaddiet ma kienx negattiv, u kienu qed jikbru anke jekk mhux bir-rata li wieħed jixtieq.", "Allura jeħtieġ li tingħata l-attenzjoni kollha meħtieġa fuq il-fatt li l-investituri, kemm Maltin u kemm barranin, jaf qed jaraw li l-prospetti li jibqgħu joperaw minn pajjiżna m'humiex sbieħ anke f'ċirkostanzi li internazzjonalment huma pożittivi.", "Dan qed ngħidu anke fid-dawl ta' dak li qal il-managing director ta' waħda mill-aktar kumpanniji li bdiet hawn Malta u li għamlet suċċess.", "Dan qal li għandhom jiġu indirizzati l-problemi lokali, fosthom il-burokrazija, għax jekk il-pajjiż joffri prospett pożittiv ta' tkabbir, dak ikun l-aqwa reklam biex iġġib investituri barranin.", "Hawn wieħed irid jagħmel parentesi meta wieħed ikun qed ifittex investituri barranin.", "Ġeneralment, min ikun ġej minn barra biex jinvesti jingħata ċertu attenzjoni u għajnuna tramite l- entitajiet tal-gvern.", "Din hija xi ħaġa tajba u meta konna qed niddiskutu l- Business Promotion Act, kien hawn qbil unanimu u kulħadd jaqbel li jkun hemm pakkett ta' inċentivi biex nistumulaw l-investiment dirett.", "F'dan ir-rigward, jien ngħid li rridu niffokaw ħafna fuq dawk li diġa` qegħdin joperaw, għax dawk li qegħdin joperaw hawnhekk diġa` għandhom il- commitment għal snin twal li joperaw minn dan il-pajjiż.", "Allura huma stess għandhom ċerta rabta diretta li żviluppat u jeħtiġilhom attenzjoni partikolari.", "Mhux qed ngħid li għandna niffokaw fuqhom biss, imma għandna nagħtuhom l-attenzjoni li jixirqilhom.", "M'għandniex niffokaw biss biex inħajru l-investituri jiġu hawn, imma once li jiġu, għandna nibqgħu nieħdu ħsiebhom.", "Qrajna lbieraħ fuq il-gazzetti dwar kumpannija li twaqqfet sena ilu b'ħafna projections, b'ħafna studji u b'ħafna business plans u li kienet se tħaddem 300 ruħ, imbagħad spiċċat għamlet sena, ħaddmet tmienja min-nies, ħafna minnhom lanqas ħallsithom kull ma kellha tħallashom, u issa hija dikjarata bankrupt.", "Sur President, dawn huma kollha aspetti li wieħed irid jara fl-għanijiet ta' dan il-bank, u dawn huma rilevanti għall- pajjiżna wkoll.", "Għan ieħor ta' dan il-bank hu:", "\"to provide technical assistance for the preparation, financing and implementation of relevant projects.\".", "Mela hawnhekk it-transfer of technology meqjus bħala wieħed mill-aktar elementi importanti, u naħseb li waħda mill-aktar affarijiet li rridu nħarsu lejha u nippreparaw rwieħna għaliha hija dwar kif nistgħu, bl-aktar mod agressiv – fis-sens pożittiv tagħha – nieħdu mill-fondi u mill- istrutturi li hemm fl-UE għajnuna teknika f'oqsma fejn aħna ma għandniex in- nies u t-teknika neċessarja.", "Ovvjament, iċ-ċokon ta' pajjiżna jippreżenta ċertu limitazzjonijiet, u allura rridu nfittxu wkoll li jkun hemm it- transfer of technology, it-transfer of knowledge u t-transfer ta' l- affarijiet li huma innovattivi.", "Hawnhekk tidħol l-kwestjoni ta' investiment fl-innovazzjoni li jrid isir avolja bil-limitazzjoni finanzjarja.", "Sfortunatament, is-sena li għaddiet kien prattikament zero u din is-sena ma tantx jidher li se jkun hemm.", "Imma għallinqas, jekk minħabba l- limitazzjonijiet finanzjarji li pajjiżna jinstab fiha ma nistgħux ninvestu direttament fl-innovazzjoni, dak li nistgħu ninvestu, ninvestuh bil-għaqal u nipprovaw nieħdu minn dawk l-istrutturi u l-assistenza li hi available għalina bħala membru ta' l-EU.", "Dan qed ngħidu għax f'żewġ esperjenzi li kelli x-xahar li għadda fi Brussels, rajt kemm pajjiżi ġodda oħra qed jagħmlu enfasi u qed jiffokaw biex jieħdu dik l-għajnuna kollha li jistgħu jieħdu, finanzjarja jew le.", "Ovvjament, kulħadd jimmobilizza r-riżorsi u n-nies tiegħu lejn l-għajnuna finanzjarja, pero` l-assistenza teknika għall-proġetti speċifiċi m'għandiex tiġi traskurata.", "F'dan ir-rigward, huwa importantissimu li Malta jkollha programm ta' proġetti li hija trid tiffoka fuqhom għall-ġid ta' l-ekonomija ta' pajjiżna, u b'mod partikolari fil-qasam turistiku, li huwa l-aktar settur li nistgħu niżviluppaw u nkabbru fi żmien qasir.", "Bih nistgħu nċaqilqu sew l-attivita` ekonomika mhux biss f'dak li jaffettwa l- hospitality industry li hija labour intensive imma anke bl-ispill-over effect li din jkollha fuq ir-ristoranti, il-ħwienet tas-souvenirs u r- retail industry.", "Ċertament jeħtieġ li aħna jkollna pjanijiet ċari ta' x'irid dan il-pajjiż, u l-gvern irid jaħdem ħafna f'dan ir-rigward ħalli jibda jidentifika dawn il-proġetti li għalina jagħtu imbottatura serja u 'l quddiem l-attivita` ekonomika f'pajjiżna.", "Għan ieħor ta' dan il-bank huwa:", "\"to give support to sound and economically viable projects.\".", "Din ukoll torbot ma' l-argument li kont qed nitkellem fuqu, u cjoe` li jeħtieġ li aħna jkollna l-proġetti li jkunu maħsuba u ppjanati tajjeb u nnaqqsu l-ħela ta' ħin u ta' flus fuq rapporti ta' konsulenza.", "Hawnhekk ma rridx niftiehem li qed ngħid li m'għandux ikun hemm rapporti u konsulenza, pero` l-ewwel nett il-konsulenza tfittixha fejn hemm l-aktar possibilta` li jagħtuk l-aħjar parir, u jagħtuk ukoll programm ta' kif il-proġett ikun jista' jitwettaq b'time frame u b'financial parameters, u li l-monitoring fuqha jkun tajjeb.", "Sur President, dan jeħtieġ u huwa ta' neċessita` f'pajjiżna għaliex sfortunatament ilna nassistu għal ħafna proġetti li jinbdew b'targets ta' tlestija u finanzjarji mod, u kull sena jinbidlu.", "Każ klassiku huma t-toroq f'pajjiżna.", "Jekk wieħed jara kemm intefqu flus fuq it-toroq bejn is-sena 1990 u s-sena 2004, u ma nikkalkulawx it-toroq li qed isiru mill-protokoll Taljan, wieħed jara li nfaqna medja ta' Lm8 miljuni fis-sena.", "Mela qegħdin nitkellmu li f'temp ta' 12-il sena, infaqna madwar Lm80 jew Lm100 miljun fuq it-toroq.", "Minkejja din in-nefqa, l-istat tat-toroq tagħna kulħadd jaf kif inhu, u allura wieħed jistaqsi: Fejn marru dawk il-flus kollha?", "Jekk wieħed iħares ukoll lejn l-affarijiet bażiċi, bħal per eżempju, is-sistema tad-drenaġġ, naraw li minkejja li ntefqu tant flus fuq l-upgrading tas- sistema tad-drenaġġ, xorta bqajna nassistu għal waħda mill-akbar umiljazzjonijiet, u cjoe` li ma jkunx hawn bajja waħda f'Malta u Għawdex li ma tkunx ikkontaminata bid-drenaġġ.", "Allura meta inti għandek dawn ir-realtajiet kollha, wieħed jistaqsi: X'ħa minnu l-pajjiż dak it-titjib li sar fis-sistema tad-drenaġġ?", "Għalhekk huwa importanti li kull proġett ikun economically viable.", "Hu insult li aħna pajjiż imdawrin bil-baħar u jiġi l-eqqel tas-sajf, u ma nkunux nistgħu mmorru ngħumu għax ħlief notices ta' overflow tad-drenaġġ wieħed ma jaqrax!", "Din hija xi ħaġa li hija nkwetanti!", "Sur President, dan huwa importanti speċjalment għaliex issa qegħdin nitkellmu dwar żvilupp u titjib fit-turiżmu.", "Jekk irridu niżviluppaw f'dan is-settur, irridu dawk li huma l-blue bays, li jkunu bajjiet bil-garanzija li dawn m'għandhomx kontaminazzjoni u huma nodfa.", "Jekk għandna l-qafas ta' l-istruttura anke tad-drenaġġ li ma tistax tiggarantixxi li dan ma jmurlekx il-baħar, kif nistgħu nippromwovu l-bajjiet tagħna bħala attrazzjonii?", "Anke jekk nirranġaw il-bajjiet, bħall-każ ta' Birżebbuġa.", "Sar l-investiment fi Pretty Bay, u din ġiet irranġata u x'ħin taraha kemm matul il-ġurnata, u anke filgħaxija, tgħidx kemm tidher sabiha, imma mbagħad jekk f'nofs is- sajf, ikollok overflow tad-drenaġġ li nieżel il-baħar, għidli x'gost se jibqagħlek li tmur hemmhekk!", "Dan huwa fatt, u qiegħed insemmi hemmhekk b'mod partikolari għax is-sajf prattikament inqattgħu hemm, u din hi waħda mill-affarijiet li ddejjaq lin-nies u t-turisti.", "Din m'hijiex xi ħaġa iżolata, għaliex f'Ta' Sliema tisma biha u anke f'bajjiet fin-naħa ta' fuq ta' Malta.", "Sur President, hawnhekk qegħdin naraw kif l-għanijiet ta' dan il-bank li jrid jippromwovi dawn il-pajjiżi hekk imsejjħin sotto-żviluppati, għandhom rilevanza ukoll għal pajjiżna.", "Aħna ma nistgħux nibbenefikaw minn dan il- bank għax ovvjament l-għan ta' dan il-bank huwa li jgħin il-pajjiżi tal- lvant.", "Għaldaqstant, la qed ngħidu li pajjiżna ma jistax jibbenefika minn din l-għajnuna hekk strutturata u ffokata, għax m'huwiex intiż li l-pajjiżi tal-Meditteran jibbenefikaw minnha, jiena naħseb li bħala pajjiż f'nofs il- Meditteran u bħala l-aktar membru ta' l-Unjoni Ewropea li qiegħed fis- south, aħna għandna nieħdu inizjattiva - inizjattiva li jkollha l-backing ta' l-Oppożizzjoni - biex issir xi ħaġa simili bħal din li tkun immirata għar-reġjun tal-Mediterran.", "Issa wieħed huwa konxju li r-reġjun tal-Mediterran għandu potenzjal qawwi u diġa` huwa attiv ħafna fis-settur turistiku.", "Għandek potenzjal ta' attivita` kbira bħala baħar bejn iż-żewġ trufijiet, ħa ngħidu hekk, tal- Lvant u tal-Punent anke għaliex għandu klima li hija mild, hi sabiħa u allura tinkoraġġixxi l-attivita` turistika u ekonomika, pero` hemm anke problemi kbar.", "Waħda mill-problemi kbar hija l- immigrazzjoni llegali, kemm mill-aspett soċjali, għax li bniedem", "jasal sabiex jagħmel dawk il-mili kollha u jidħol fi vjaġġ daqshekk perikoluż minħabba li jkun irid jaħrab minn pajjiżu, ċertament li dak il- vjaġġ li jgħaddi minnu huwa nfern kbir, pero' sabiex wieħed jidħol għal dak l-infern ikun qed jgħix f'infern akbar f'pajjiżu stess!", "Ilha tinħass il- ħtieġa li jekk irridu nrażżnu dan l-influss ta' immigranti llegali, liema immigranti jikkreaw problemi soċjali mhux biss f'pajjiżna iżda anke fil- kontinent Ewropej kollu, hemm bżonn li jsir żvilupp fil-pajjiżi tan-naħa ta' isfel tal-Mediterran.", "Fil-fatt kien hemm association agreement ma' numru ta' pajjiżi iżda llum qed naraw li dan mhux biżżejjed.", "Ma kenitx qed issir attivita' biżżejjed f'dawn il-pajjiżi ħalli n-nies li jgħixu fihom jibdew jaraw futur aħjar għal pajjiżhom, u għalhekk ma jkollhomx għalfejn jaħarbu minnu.", "Għalhekk naħseb li huwa fl-interess ta' Malta li meta tiġi diskussa l-Euro- Med partnership fi ħdan l-Unjoni Ewropea, tiżviluppa ruħha u tingħata ċerta prominenza.", "Din hija xi ħaġa essenzjali għal Malta, Ċipru, l-Italja u n- naħa ta' isfel tagħha,' għal Spanja kif ukoll għall-Portugall għaliex kollha kemm huma jinteressahom li jkun hemm dan l-iżvilupp sħiħ fil- Mediterran.", "Li jkun hemm xi ħaġa simili bħal dan il-bank, li jagħti għajnuna ffokata u professjonali lil dawn il-pajjiżi, naħseb li għandna tiġi kkonsidrata u studjata b'mod tajjeb.", "Ninsab ċert li din hija xi ħaġa pożittiva ħafna u li żgur ikollha l-appoġġ taż-żewġ naħat.", "Barra minn hekk, l-għan li jkollok attivita' ekonomika madwar il-Mediterran li hija mkabbra u msaħħa se tkun xi ħaġa li pajjiżna jkun jista' jibbenefika minnha, u pajjiżna se jkun fiċ-ċentru sabiex ikun jista' jtellaq 'il quddiem din l-inizjattiva.", "Naħseb li issa jeħtieġ li pajjiżna, ladarba qegħdin membri fl-Unjoni Ewropea, fiċ-ċokon tagħna nsemmgħu leħinna billi nitkellmu b'mod partikolari fl-aħjar interess ta' l-iżvilupp f'dan ir- reġjun.", "L-idea ta' kif għandhom jiżviluppaw il-pajjiżi tal-Lvant ilna li tkellimna fuqha sa mill-1991, u naħseb li hija xi ħaġa li aħna, bħala pajjiż f'dan ir-reġjun, għandna ninsistu fuqha u nippromwovuha ħalli pajjiżna jkun in the forefront.", "Strateġikament il-pożizzjoni tagħna tagħtina lok sabiex minn hawnhekk inkunu nistgħu nippromwovu ideat simili.", "Sur President, punt ieħor li xtaqt nagħmel huwa li hawnhekk qed nitkellmu fuq is-sistema bankarja u fuq bank internazzjonali.", "Pero' xtaqt nistaqsi ftit x'qed jiġri fis-sistema bankarja Maltija.", "Dan qiegħed ngħidu l-aktar fid-dawl ta' l-intenzjoni tal-gvern li jrid ibigħ is-sehem minoritarju li għandu fil-Bank of Valletta, bil-konsegwenza li f'ekonomija relattivament żgħira bħalma hija l-ekonomija tagħna mhux se jħalli dawk l-għodod neċessarji sabiex ikun jista' jikkontrolla ċertu attivita' ekonomika li tkun tiffittja fil-politika tiegħu għat-tkabbir fis-setturi varji li jikkomponu l-istess ekonomija!", "Għalhekk nistaqsi lill-gvern x'inhi l- politika tiegħu f'dan ir-rigward?", "Il-gvern qalilna se jipprivatizza dan il-bank.", "L-ewwel ħaġa naħseb li jkun tajjeb li nsiru nafu kif se jkun ipprivatizzat dan il-bank, u jgħidilna jekk hux se jkun miftuħ għall-Maltin in ġenerali jew inkella jekk għandux il-ħsieb li jbigħ l-azzjonijiet tiegħu lil xi strategic partner.", "Madankollu fl-opinjoni tiegħi, l-aktar ħaġa ta' importanza mil-lat strateġiku hi, li bħala gvern, ikun min ikun, jibqagħlu ċertu ammont ta' influwenza fuq is-settur bankarju.", "U tajjeb li wieħed janalizza l-mod ta' kif qegħdin jinqasmu l-faċilitajiet ta' kreditu fil-banek Maltin.", "Waħda mill-fatturi li għenet fit-tkabbir tal-pajjiżi tal-Lvant kienet proprju l- availability ta' kreditu lil min xtaq jiżviluppa u jinvesti.", "Fil-fatt tawha importanza kbira u anke fl-executive summary u fl-updates ta' l- iżvilupp hemm enfażi qawwi dwar li jkollok credit facility għall-istrutturi varji ta' l-ekonomija.", "Allura tajjeb li wieħed jara daqsxejn x'qed jiġri fl-ispread tal-credits facility mill-banek Maltin lill-industrija lokali.", "Sur President, f'dan il-kontest naraw li minħabba li l-banek qed jaraw li l-qasam turistiku m'għandux daqshekk prospetti sbieħ qegħdin jissikkawlu ħafna l-faċilitajiet.", "Dan qed jagħmluh billi jgħollu r-rati ta' l-imgħax u billi ma jagħtux estensjonijiet ta' faċilitajiet.", "Barra minn hekk, safejn naf jien, s'issa l-ebda bank ma ħa xi inizjattiva ta' venture capital ħalli min ikollu xi idea innovattiva jkun jista' jimbottaha 'l quddiem.", "U r- raġuni għal dan hija waħda sempliċi.", "Filwaqt li l-banek - speċjalment il- banek ewlenin – qed jagħmlu profitti kbar mill-ekonomija Maltija, dawn m'humiex qed jagħmluh għaliex qed jinvestu fl-ekonomija Maltija!", "Meta titkellem magħhom jgħidulek li huma m'humiex interessati fil-manifattura, u dan jistgħu jikkonfermawh min qiegħed fil-qasam tal-manifattura, għaliex jafu kemm huwa diffiċli sabiex jieħdu xi self!", "L-aktar li jikkonċentraw il-banek huwa fuq l-inizjattivi jew inkella fuq il- programmi finanzjarji tagħhom, jiġifieri dawk il-fiscal packages li jagħmlu sabiex iħajru lin-nies jinvestu fihom.", "U minn hemmhekk iġibu ħafna qligħ.", "Imbagħad parti kbira oħra mill-faċilita' bankarja tmur fuq il-home ownership.", "Din m'hijiex xi ħaġa ħażina għaliex tgħin lil ħafna sabiex jakkwistaw djarhom b'imgħaxijiet baxxi, u għenet ukoll lill-industrija tal- bini.", "Pero' f'oqsma oħra li jikkomponu l-ispectrum ekonomiku tagħna, il- banek ma tantx kienu propensi li jagħtu dik l-għajnuna metħieġa.", "Il-bank of Valletta huwa forsi l-aħħar influwenza limitata li biha l-gvern jista' jiggerja l-politika tiegħu ma' dik tal-bank.", "Qegħdin nisimgħu anke min-nies b'fehmiet politiċi differenti li qed jgħidu lill-gvern li m'huwiex rakkomandabbli li titlef kwalunkwe nfluwenza - b'minority shareholding influwenza biss ikollok - fuq is-settur bankarju meta dan is-settur huwa daqshekk importanti għall-ekonomija tagħna.", "Qiegħed ngħid dan kollu bl- aktar sens pożittiv u kostruttiv, għaliex jeħtieġ li d-deċiżjonijiet li nieħdu ma nerġgħux nibdew nikkonsidrawhom wara!", "Ma nistgħux ngħidu li begħna dak il-bank b'mod tajjeb, u mbagħad ftit tas-snin wara nibdew naraw il-qligħ li jibda jagħmel u nibdew nindunaw li setgħet kienet deċiżjoni żbaljata ta' dakinhar!", "Qiegħed ngħid dan kollu bl-aktar sens kostruttiv u bl-aktar sens ta' responsabbilta' lejn il-fatt li l-awqa u l-akbar konsiderazzjonijiet fid- deċiżjonijiet politiċi li nieħdu għandna neħduhom fl-interess nazzjonali.", "Għalhekk mhux kemm taqbad u tgħid li għandek programm ta' privatizzazzjoni!", "L-għan tal-privatizzazzjoni huwa minħabba li hemm problema kbira ta' dejn, u fil-fatt dan ilaħħaq għal 75% tal-GDP!", "Għandek problema għaliex ma tistax tilħaq il-konverġenzi li ntrabatt magħhom, u allura sabiex tindirizza dik il-problema tipprivatizza at all costs!", "Dan it-tip ta' raġunar mingħajr ma naraw u mingħajr ma nassessjaw bis-serjeta' l-għan strateġiku ta' kull deċiżjoni li nieħdu huwa żbaljat, u żgur li m'huwiex fl- aħjar interess nazzjonali.", "Huwa f'dan is-sens li jien qed ngħid li hija xi ħaġa tajba li qegħdin nitkellmu fuq il-bank Ewropew, u fuq kif Malta ma tibbenefika xejn minnu imma tikkontribwixxi biss, u kemm huwa importanti li nagħtu daqqa t'għajn lejn is-sistema bankarja f'pajjiżna.", "Naħseb li m'għandniex nitilfu kull influwenza li għandna f'dan il-bank, u li mbagħad sabiex nieħdu ċerti inizjattivi jkollna nitolbu l-għajnuna tal-Malta Enterprise!", "Jekk irridu ngħinu l-innovazzjoni u r-riċerka, u jekk irridu nagħmlu ċertu venture capital, jeħtieġ li l-gvern jibqagħlu l-influwenza tiegħu fis-settur bankarju!", "Din l-influwenza m'għandux jarmiha mar-riħ ħalli forsi jdaħħal ammont ta' flus issa, imma mbagħad wara jiddispjaċih b'dik id-deċiżjoni li jkun ħa.", "Sur President, nammetti li meta qed nitkellmu fuq liġi relettivament żgħira u innokwa bħal din, fejn ċertament pajjiżna mhux se jibbenefika b'mod dirett għaliex huwa aktar intiż li jgħin lill-pajjiżi tal-Lvant.", "Pero' rbatt dan kollu għaliex minn dawk l-għanijiet li għalih twaqqaf dan il-bank madwar 14-il sena ilu, nistgħu nieħdu inizjattivi dwar dak li nistgħu nagħmlu u ma nagħmlux.", "Minn din l-inizjattiva li llum qed naraw li tat riżultat pożittiv, pajjiżna għandu jara li jkun minn ta' quddiem sabiex fl- Unjoni Ewropea jinsisti fuq inizjattiva li tiġi minn Malta.", "Għandna nkomplu ninsistu fuq il-proċess ta' l-Euromed, nagħtu direzzjoni ġdida u nipprovaw nikkonvinċu, għaliex dak li jagħmel sens, dak li jkun ippreparat b'mod tajjeb, jitmexxa 'l quddiem bil-konvinċiment u bl-argumenti.", "Inħoss li din hija xi ħaġa li għandna nikkonsidrawha, u nista' nassigurah li xi ħaġa bħal din ikollha l-appoġġ taż-żewġ naħat.", "Fl-aħħar u mhux l- anqas għandna nagħtu daqqa t'għajn lejn is-sistema bankarja Maltija u lejn il-ħsieb tal-gvern sabiex jipprivatizza l-aħħar shares li fadallu fil-bank of Valletta.", "Dan huwa bank kbir f'pajjiżna, iżda ma rridx noqgħod nidħol fil-polemika ta' min hu l-akbar bank f'pajjiżna.", "Pero', dan il-bank għandu influwenza kbira fuq l-ekonomija Maltija, u għalhekk il-gvern għandu jirrikonsidra bis-serjeta' dwar jekk għandux ibigħ l-aħħar shares li għandu f'dan il-bank.", "Il-gvern m'għandux iħares lejn l-interess immedjat, iżda għandu jħares lejn l-istrateġija long term, u dan qed ngħidu fl-aħjar interess ta' pajjiżna.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Jose' Herrera.", "ONOR.", "JOSE' HERRERA: Sur President, kif qal il-kollega tiegħi, din m'hijiex xi liġi daqshekk ikkomplikata jew tant vasta li timmerita xi analiżi profonda.", "Madankollu, meta wieħed qiegħed jitkellem fuq banek u istituzzjonijiet finanzjarji żgur li se jqajjem ċertu interess, għaliex illum il-ġurnata dan is-settur sar wieħed sensittiv.", "Fil-fatt din il-liġi li għandna quddiemna qiegħda hemmhekk sabiex nemendaw l-Att dwar European Bank for reconstruction and development.", "Ta' min jgħid li dan m'huwiex xi trattat ġdid, u bażikament aktar qed nikkwalifikaw trattat milli qegħdin nirratifikawh.", "B'mod ġuridiku jien qiegħed nifhimha li aħna qegħdin nikkwalifikaw jew nagħmlu addenda għal trattat multi- laterali li Malta daħlet fih bosta snin ilu.", "Għal min ma jafx, Malta m'għandhiex xi sehem kbir f'dan il-bank.", "Milli jidher dan il-bank huwa kompost minn sħab tal-banek ċentrali fid-diversi pajjiżi.", "Ħafna nies jaħsbu li dan il-bank huwa kompost minn membri ta' l-Unjoni Ewropea, iżda dan m'hu veru xejn.", "Dan għaliex f'dan il-bank hemm diversi membri jew azzjonisti mill-Awstralja, il-Kanada, l-Ġappun, il-Messiku, in- New Zealand u l-Istati Uniti.", "Imbagħad għandek pajjiżi sotto-żviluppati bħall-Eġittu u l-Marokk, u pajjiżi mill-Unjoni Ewropea u mill-Eastern Europe.", "Issa Malta għandha 100 share f'dan il-bank.", "U meta wieħed jikkompara dan l-ammont ta' ishma li għandna ma' dak li għandhom per eżempju, il-Ġermanja, li għandhom 15,500 sehem, jinduna li aħna żgur m'għandniex majority shareholding f'dan il-bank.", "Sur President, il-partit Laburista m'huwiex se jivvota kontra dan it- trattat avolja m'huwiex xi trattat li se jagħmel xi ġid kbir lill-pajjiż.", "It-trattat diġa' qiegħed hemm u l-iskop dwar jekk Malta għandiex tidħol f'dan il-bank konna ddiskutejnih meta ffirmajna oriġinarjament it-trattat.", "Dak iż-żmien, il-parlament kien deherlu li għandu jirratifika t-trattat, sirna membri u ħadna a nominal shareholding f'dan il-bank.", "Il-partit Laburista qiegħed juri bil-fatti li huwa partit serju u mhux qiegħed hemm sabiex isabbat saqajh jew li jiġi hawnhekk sabiex jiddibatti biss dak li jaqbillu, iżda se jimxi man-normi internazzjonali u mas-serjeta' internazzjonali.", "Għalhekk, ġaladarba pajjiżna permezz ta' dan il-parlament għoġbu jgħid li aħna għandna nkunu parti minn dan il-bank, il-partit Laburista mhux se jagħmilha ta' xi partit isteriku u allura, kif jgħidu l-Ingliżi, \"we play by the rules\".", "Issa jekk din l-organizzazzjoni dehrilha - għal raġunijiet li tafhom hi għaliex sinċerament jien ma nafx x'inhuma - li ddaħħal lill- Mongolja bħala area of influence jew bħala area li se tibbenefika, żgur mhux se nkunu aħna li nkunu kontra jew li nipprovaw nfixklu t-tkabbir ta' din l-organizzazzjoni finanzjarja.", "Jekk nagħmlu hekk inkunu qed nuru nuqqas ta' serjeta'.", "Minkejja l-miljun difett li għandu pajjiżna, aħna pajjiż serju.", "Aktar ma jgħaddi ż-żmien u aktar ma nsiru pajjiż serju, il-parlamentari tagħna iridu juru aktar maturita' u serjerta' ħalli dan il-parlament jilleġiżla kif suppost, u b'hekk tikber il-fiduċja fih.", "Għaldaqstant ladarba qegħdin f'din l-istituzzjoni aħna se nivvotaw favur.", "Dan għaliex ma rridux nagħmlu ostaklu għall-iżvilupp ta' dan il-bank internazzjonali.", "Nerġa' ngħid li xorta waħda ma jablilniex, għaliex kif qal tant tajjeb l-Onor.", "Mangion, l- iskop ta' dan il-bank internazzjonali m'huwiex biex jgħin lil pajjiżna jew lin-naħa ta' isfel ta' l-Italja jew lill-pajjiżi tal-Mediterran imma l- iskop oriġinali huwa dak li jgħin the transition of central and European countries towards a more market oriented economy.", "Jiġifieri t-terms of reference ta' dan il-bank huma li l-Unjoni Sovjetika żmantellat ruħha u m'għadhiex aktar tħaddem politika komunista.", "Ħafna mill-pajjiżi fi ħdan l-Unjoni Sovjetika m'għadhomx parti minnha, iżda saru stati indipendenti.", "Naturalment dawn abbraċjaw il-prinċipji ekonomiċi \"kapitalisti\" tal-pajjiżi tal-West, u għalhekk il-pajjiżi tal-West dehrilhom li għandhom jagħtuhom palata ħalli jemanċipaw ruħhom u jintegraw l-ekonomiji u l-istituzzjonijiet fiskali tagħhom fil-vesti ta' l-ekonomija Ewropea, jew l-ekonomija Amerikana u tal-Ġappun.", "Allura ngħaqdu flimkien ċerti pajjiżi, u kkreaw dan il-bank.", "Issa f'Malta qatt ma ħaddanna xi politika komunista, u dejjem konna nħaddnu suq ħieles.", "Pajjiżna huwa wieħed Ewropew u rridu ngħixu mal-pajjiżi Ewropej.", "Ovvjament mhux dejjem se tkun tmiss lilna sabiex niggwadanjaw minn dawn it-trattati u minn dik il-farka tagħna rridu ngħinu aħna wkoll.", "Hekk għandu jkun, għaliex ma tistax tiġbed dejjem lejn in-naħa tiegħek u ma tkunx disponibbli li tiffirma trattati jew tidħol f'arranġamenti sabiex tingħata għajnuna lil pajjiżi oħra.", "Allaħares kulħadd jimxi hekk!", "Għaldaqstant, l-idea ta' dawn il-pajjiżi kienet li jagħtu palata lil dawk il-pajjiżi li kienu taħt madmad komunista.", "Fiċ-ċokon tiegħu pajjiżna għandu 100 share u nagħtu l-kontribut żgħir tagħna lejn dan l-iżvilupp.", "Fil-fehma tiegħi din m'hijiex xi ħaġa ħażina, aħna dħalna f'dan il-bank u qbilna dwaru f'din il-Kamra.", "Sur President, issa xtaqt nagħmel ftit tal-kritika fuq dak li bażikament qed nemendaw f'din il-liġi.", "Kif semmejt aktar qabel, hawnhekk m'aħniex qed nidħlu fi trattat ġdid iżda qisna qegħdin nagħmlu addenda fi trattat li diġa' jeżisti.", "Pero' nixtieq nistaqsi jekk huwiex minnu li qed nagħmlu dan jew inkella aħniex qed immorru oltre?!", "Dan għaliex aħna qed inbiddlu klawsola 6 ta' l-artiklu orġinali.", "Issa jekk wieħed jara u janalizza klawsola 6 ta' dan it-trattat u l-liġi li abbraċċjat u rratifikat dan it- trattat, naraw li l-ministru diġa' għandu l-poteri kollha meħtieġa.", "L- unika ħaġa differenti li l-ministru għandu llum huwa li se jingħata d-dritt li jirratifika l-addenda sabiex fl-iskeda tkun tista' tidħol ukoll il- Mongolja.", "Din bilfors ikollha ssir, peress li dan it-trattat huwa wieħed multi-laterali u għalhekk il-Mongolja trid tidħol f'din l-iskeda.", "F'Malta għandna sistema fejn it-trattati jridu jiġu affermati u rratifikati minn dan il-parlament.", "Hija xi ħaġa tajba li l-parlament jirratifika dawk l-acts of states li jitqiesu ta' importanza kbira għaliex tagħtina aktar trasparenza u ssaħħaħ l-aspetti demokratiċi ta' pajjiżna.", "Pero' mhux il- pajjiżi kollha għandhom din il-prassi.", "Hemm pajjiżi li jmorru fl-estrem, tant li biex jirratifikaw trattat ikollhom kważi jagħmlu referendum, u hemm pajjiżi oħra fejn il-gvern stess jista' jittratta ma' pajjiżi oħra mingħajr il-bżonn ta' ratifika parlamentari.", "Imbagħad hemm pajjiżi bħal Malta fejn ir-ratifiki tat-trattati jridu jgħaddu tramite l-parlament.", "Fil-fehma tiegħi din hija sistema tajba u hija sistema li writniha mill- Ingliżi.", "Dan huwa prinċipju li meta pajjiżna jintrabat f'arranġament u f'kuntratti ma' pajjiżi oħra, tkun xi ħaġa tajba li l-parlament jissindika, janalizza u jgħid il-veduti tiegħu.", "Allura b'mod korrett, is-Segretarju Parlamentari Tonio Fenech u l-ministru tiegħu ressqu din l-addenda għall- approvazzjoni tal-parlament.", "Naħseb li l-parir sabiex jagħmel hekk ingħata mill-avukat ġenerali minħabba li qed jiżdied pajjiż ieħor, u li kif diġa' għedt aktar qabel, il-ministru diġa' kellu l-poter li jinnegozja u jiffirma kwalunkwe bdil fir-regolamenti permezz ta' klawsola 6.", "L-unika fakulta' li ma kellux kienet li jerġa' jittratta ma' pajjiż ieħor.", "Sur President, l-oġġezzjoni tiegħi qed nagħmilha mhux biex inkun antipatiku għaliex il-partit Laburista ma jridx ifixkel.", "Aħna m'aħniex xi pajjiż tat- tielet dinja fejn l-iskop tal-parlament huwa dak li noqogħdu nokorbu ħalli naraw x'se naħtfu, u fejn ma nistgħux naħtfu ma niffirmawx.", "Aħna pajjiż matur, u nafu li daqqa tieħu u daqqa trid tagħti.", "Kemm ilni li dħalt fil- parlament tgħallimt li l-arti tal-politika hija dik li tilħaq il- kompromessi.", "Nitwieldu b'ideoloġiji u ideali fundamentali - niftakar li l- istudenti ta' qabli kienu kollha ffissati f'Che Guevera, mentri llum iffissati f'ideoloġiji oħra - iżda mbagħad meta noħorġu mill-bankijiet ta' l-universita' u nidħlu fil-professjoni rispettivi tagħna nibdew nirrealizzaw li qed ngħixu f'dinja mista, b'ideat u ideoloġiji differenti.", "Għaldaqstant, fil-ħajja trid timxi b'kompromess, b'mod ibbilanċjat u moderat.", "Jekk inti tkun estremista żżejjed jew iffissat iż-żejjed fl- ideoloġiji se ssib ruħek f'konfront mas-setturi l-oħra tas-soċjeta' u li ma jħossux lilhom infushom komdi b'dak li tkun qiegħed tgħid.", "U proprju f'dan il-parlament qegħdin nagħmlu kompromess għaliex qed nivvotaw favur liġi li mhux se taffettwa jew tivvantaġġja lilna.", "Hija liġi li turi li aħna lesti sabiex nilagħbu fl-ambitu tar-regoli internazzjonali u li għandna dik il- maturita' sabiex nagħmluha.", "Sur President, x'inhuma r-riservi tiegħi fuq din il-liġi?", "Kif għedt aktar qabel is-sistema kostituzzjonali ta' pajjiżna tirrikjedi li t-trattati jiġu rratifikati f'dan il-parlament.", "Pero' qiegħed inqajjem ir-riserva tiegħi għaliex hawnhekk m'aħniex qed nirratifikaw biss dik il-parti tat-trattat ħalli ndaħħlu pajjiż ieħor fl-iskeda, iżda addiritturra qed nagħtu poter lill-ministru li, jekk iridu jiżdiedu aktar pajjiżi fl-iskeda, ma jkollux għalfejn jiġi f'dan il-parlament u jitlob il-permess tiegħu.", "Hawnhekk il- ministru mhux qed jgħidilna biss li naċċettaw li tidħol il-Mongolja, iżda qed jgħidilna biex nagħtuh il-poter bħala ministru tal-finanzi ħalli jekk għada pitgħada jiddeċiedu li jdaħħlu liż-Żimbabwe f'dan it-trattat multi- laterali, ma jkollux għalfejn jiġi quddiem dan il-parlament!", "Issa jien nixtieq nistaqsi, mingħajr ma nqajjem xi issue fuq il-kwestjoni, kemm din il-ħaġa hija kostituzzjonali.", "Nerġa' ngħid li din m'hijiex xi liġi li se tiskossa l-ekonomija Maltija, u hija liġi li l-effetti tagħha huma de minimis, jiġifieri l-effetti tagħha huma kważi żero.", "Dan għaliex 100 share f'mijiet ta' eluf ta' shares li għandu dan il-bank żgur li tagħmel il-kontribuzzjoni tagħna waħda minima.", "Tista' tgħid li meta tqabbilha ma' paga ta' bniedem qisek qed toħroġ 10 ċenteżmi mill-paga tiegħu, jiġifieri l-impatt huwa kważi null.", "Pero' xtaqt nistaqsi jien kemm huwa tajjeb jew aċċettabbli fis-sistema kostituzzjonali tagħna li niddelegaw lill-ministru d-dritt li jikkontratta ma' pajjiżi oħra fi trattat simili bħal dan mingħajr ma joqgħod imur il-parlament?", "Din hija issue fundamentali, għax jista' għada pitgħada l-ministru jiġi hawn - u mhux iġibilna liġi bħal din, li biha u mingħajrha m'hu se jiġri xejn - u jgħid lill-parlamentari biex jagħtuh il-poter li meta jinnegozja mal-pajjiżi Ewropej u jidħol f'xi trattati mal-pajjiżi Ewropej, per eżempju, fuq fishing rights jew territorial rights, hu jiffirma mingħajr l- approvazzjoni tal-parlament.", "Għalkemm hija kwestjoni de minimis u llum lest li nikkonċediha, ta' min wieħed ifakkar u jafferma li kwestjonijiet ta' trattati huma materja u kompetenza esklussiva ta' dan il-parlament.", "Dik hija issue akkademika iktar minn xi ħaġa oħra.", "L-Onor.", "Charles Mangion għamel żewġ kummenti li huma mportanti.", "Qal li fuq kwestjonijiet tal-pajjiżi ta' l-Ewropa tal-Lvant dejjem qisu hemm focus fuqhom, għaliex fl-ekonomiji tas-suq huma pajjiżi ġodda, u huma pajjiżi li kulħadd jikkonċedi li għandhom bżonn ċertu impetus fiskali biex jgħinhom jintegraw ruħhom fil-pajjiż.", "Jien ngħid li huma korretti dawk l-ekonomisti li jgħidu li hemm periklu ċar li dawn il-pajjiżi ex-sovjetiċi, li tant huma kbar u tant għandhom popolazzjonijiet kbar, li se jibilgħu l-credits kollha ta' dan il-bank.", "Dan qed ngħidu biex nuri li wieħed ma jistax joħroġ bl- argument li wieħed jista' jibqa' jbill subgħajh f'dan il-bank, għax dawn il- pajjiżi tant huma kbar li l-credits ta' dan il-bank se jibilgħuhom kollha huma.", "Mela kif qal l-Onor.", "Mangion, jekk Malta trid issib istituzzjoni finanzjarja biex tbill subgħajha, din l-istituzzjoni żgur m'hijiex dan il- bank.", "Dan qed ngħidu biex naraw kemm hu rilevanti dan il-bank għal pajjiżna.", "Totalment irrilevanti !", "Sur President, imbagħad l-Onor.", "Mangion – u fuq din ukoll għandu raġun - mar oltre minn hekk.", "Aħna għandna għal qalbna u dejjem inħambqu fuq il- kwestjoni ta' l-Euromed process.", "Jien m'iniex xi wieħed li nsiefer kull xahar, pero' jien membru fil-foreign affairs committee, u mhux biss ġieli nattendi l-COSAC tad-deputati parlamentari ta' l-Ewropa, imma nsiefer ukoll fuq delegazzjonijiet.", "Dan l-aħħar jien, l-Onor.", "Mario De Marco, l-Onor.", "Jason Azzopardi u l-Onor.", "Leo Brincat morna l-Libja u l-Amerika u dejjem qajjimna l-kwestjoni ta' l-Euromed process.", "Issa, il-Euromed process għamel aċċenn kbir fuqu l-Onor.", "Mangion, għandu raġun dwar dak li qal, u jiena naqbel miegħu mhux 100% imma 100,000%.", "Tan-naħa l-oħra jaqblu daqsna fuqu, għax l-Onor.", "De Marco huwa ffissat fuqu u l-Onor.", "Jason Azzopardi ukoll.", "Ta' din in-naħa ilna ffissati fuqu minn żmien Mintoff.", "Jiena niftakar li l-ex prim ministru Mintoff kien delegat ta' din l-IPU, pero' ma kienx imur hu għax kien xjaħ, u kien imur xi ħadd floku, u ġieli mort jien ukoll.", "Fi ħdan l-IPU għandek ic-CSCE li mbagħad żviluppat f'din il- kwestjoni ta' l-Euromed process.", "Il-politiċi tagħna dejjem enfasizzaw fuq il-Euromed process, u dan għaliex huwa minn hemm li nistgħu niggwadanjaw xi ħaġa.", "Dan qed ngħidu għax l-affarijiet ġeneralment jiżviluppaw b'mod reġjonali, u dan il-bank huwa ntiż l-aktar għar-reġjun ta' l-Eastern European countries.", "Sfortunatament fih m'hemmx entużjażmu għall-Euromed process.", "Jien għextha din.", "Mort konferenza l-Greċja, u meta tqajjem il-kwestjoni tal-Euromed process issib li ħadd m'għadu jagħti kasu.", "Qisu m'hemmx enerġija lejn il- Euromed process u qisu aħna biss nagħtuh importanza.", "Lanqas iridu jidħlu fih il-Libjani dan.", "Taparsi għandna l-assemblea, pero' jsir kif kienu jagħmlu s-senaturi Rumani wara li spiċċat ir-repubblika.", "Joqogħdu jpaċpċu kemm jifilħu, imma mbagħad jiddeċiedi kollox l-imperatur.", "Hawn ta' min igħid li din il-ħaġa issa ilha għaddejja, din m'hijiex xi ħaġa li twieldet il-bieraħ.", "Jgħidulek li l-movimenti u l-proċessi fid-dinja politika internazzjonali jimxu bil-mod, u għoxrin sena jkunu qishom jumejn.", "Fil-verita' l-UE għaddiet fast track.", "Fis-sebgħinijiet lanqas kien hawn UE.", "Kien hemm il- common market u l-ideat politiċi ta' unjoni politika sa ċertu livell lanqas kienu jeżistu.", "Imbagħad fi ħmistax jew għoxrin sena l-EEC żviluppat, u għandek l-UE kif inhi llum.", "Il-Euromed process jew hemm min qed jagħtih gambetti, jew m'hemm entużjazmu ta' xejn fih.", "U għandu raġun l-Onor.", "Mangion jgħid li aħna rridu ngħaddu liġijiet bħal din bi prijorita'.", "Wara kollox, aħna qed ngħixu fid-dinja, mhux qed ngħixu waħedna.", "Aħna m'aħniex pajjiż li rridu ndaħħku n-nies bina.", "Aħna rridu niskorjaw points billi nuru kemm aħna pajjiż serju, pajjiż li nilqgħu l-obbligazzjonijiet internazzjonali tagħna, imma xi kultant – u jien inħossha din - għandna wisq ewforija biex nintogħġbu.", "Hawn m'hu qed inwaħħal f'ħadd, għax din l- inferiority complex hija riżultat taċ-ċokon tagħna.", "Jien ġieli tiġrili, inkun onest magħkom, u nipprova naħbiha.", "Ġieli tkun qiegħed f'forum ma' nies li jirrappreżentaw pajjiżi ta' 50 miljun jew 70 miljun ruħ, u li l- ibliet tagħhom ikbar minn pajjiżek.", "Inti kif tista' tgħaddi bil-bulldozer minn fuqhom ?", "L-iżvantaġġ naturali tagħna hu li aħna pajjiż żgħir ħafna, u allura nbatu bid-difett li rridu nintgħoġbu.", "Sur President, dak li qal l-Onor.", "Mangion nixtieq norbtu mal-politika ġdida Laburista.", "Qabel aħna konna kontra li nidħlu fl-EU.", "Dik kienet il-politika tagħna.", "L-għada li tan-naħa l-oħra b'mod demokratiku rebħu l-elezzjoni ta' l-1998 u l-poplu ddeċieda, kif kellu kull dritt, li post Malta huwa fl-UE, aħna b'mod matur, għax aħna demokratiċi, aċċettajna dan il-verdett.", "Ma tistax tibqa' ssabbat saqajk, jew idawwar l-arloġġ, pero' għamilna wegħda u għedna li issa aħna bħala partit irridu naħdmu fuq żewġ binarji.", "Aħna ridna naħdmu biex innaqqsu kemm jista' jkun l-aspetti negattivi tas-sħubija - u hemm aspetti negattivi li qed iħossuhom in-nies – u mill-banda l-oħra nippruvaw nieħdu l-optimum mill-aspetti pożittivi ta'sħubija.", "Li qed jgħid l-Onor.", "Mangion hu li issa li dħalna fl-UE għandna ċertu poter, għandna kummissarju, għandna say fil-parlament Ewropej, say fil-kunsill tal- ministri u għandna say f'kollox, u li rridu nagħmlu hu li nkunu daqsxejn aktar egoisti.", "Huwa veru li m'għandniex say li għandha l-Ġermanja u Franza, u anqas qatt ma jista' jkollna!", "U lanqas ma jkun demokratiku u korrett li jkollna.", "Għax ma jistax pajjiż ta' 400,000 ruħ ikollu say daqs pajjiż ta' 60 miljun ruħ.", "Il-fatt li inti sovran diġa` jagħtik ftit points, imma imbagħad inaqqashomlok minħabba l-popolazzjoni.", "Pero` l-clout tagħna hemm qiegħed, u forsi rridu nitgħallmu nkunu aktar egoisti, kif qal l-Onor.", "Mangion.", "Din ngħadduha, imma jekk tiġi opportunita`, wieħed għandu jagħti palata lill-proċess ewro-mediterranju u jissuġġerixxi li anke għal din iż- żona importanti tad-dinja jkun hawn istituzzjonijiet finanzjarji simili, għax għandna bżonnhom dawn.", "Ħafna drabi lilna jinsewna, għax 'il fuq minn Malta kollha pajjiżi żviluppati, ilhom kapitalisti snin twal u ma kinux taħt xi madmad komunista.", "Tmur lejn il-lvant issib lil Ċipru, u imbagħad għandek il- Balkani.", "Il-verita` hi li lilna jinsewna u xi kultant, jarawna insinifikanti.", "Fil-fatt, kif qal tajjeb l-Onor.", "Mangion, il-bżonnijiet ta' Malta, għalkemm m'humiex daqstant kbar għaliex aħna diġa` għandna a market economy, xorta qegħdin hemm.", "Huwa veru li kellna protezzjoniżmu kbir fl- aħħar tas-sebgħinijiet u fit-tmenijiet, pero` l-verita hi li qatt ma qtajna l-għeruq u dejjem bqajna pajjiż ħieles f'dak li huwa suq.", "Aħna għandna problemi partikolari li m'għandhomx pajjiżi oħra.", "Għalhekk irridu wkoll nemancipaw ruħna u irridu ninżgħu il-mantell li ilna nilbsu għal ħafna snin.", "Sa ċertu punt, aħna wkoll kellna aspetti mis-sistemi soċjalisti li kellhom dawn il-pajjiżi, għaliex kellna suq protett kważi kompletament u kellna ħafna azjendi fejn il-gvern kellu interess fihom, u kienu jiddependu minnu.", "Dan ifisser li Malta kellha bżonn tirristruttura b'mod eżaġerat, anke jekk mhux daqs dawk il-pajjiżi li ma kellhomx lanqas nifs wieħed ta' suq ħieles.", "Malta kellha tradizzjoni ta' 20 sena ta' protezzjoniżmu qawwi, u l-Onor.", "Mangion qal li għandna nippruvaw niffokaw ftit fuq ir-reġjun tagħna għax ir-reġjun tagħna mhux qed jagħtu kasu.", "Il-Euromed process miexi jzappap, u dan ngħidu mill-esperjenza personali tiegħi.", "Aħna għalhekk insiefru fuq xogħol parlamentari, biex ikollna l-esperjenza personali tagħna, u niġu hawn ngħidu dwar dak li hemm behind the scenes.", "Dawk ir-rapporti li jiġu ppubblikati u li jkunu tant sbieħ mhux bilfors jirrispekkjaw l-entużjazmu jew il-feeling veru li jkun hemm.", "Il-feeling veru li hemm huwa li fuq il-Euromed process m'hemm entużjazmu ta' xejn, u anqas ma jiżviluppa, aktar ibati pajjiżna, għax Malta hi pajjiż mediterranju par excellence, għax qiegħed fin-nofs tal-mediterran.", "Għall- grazzja t'Alla, ideoloġikament iż-żewġ naħat tal-Kamra jaqblu perfettament fuq din l-issue.", "Sur President, issa ngħaddi biex nitkellem fuq il-banek f'Malta.", "Indubjament, wieħed mill-iktar chairmen ta' bank rispettati li kellna f'Malta kien FX Zahra.", "Dan kien bniedem li minkejja li kellu post sensittiv, kien kapaċi jispiċċa b'eloġju allavolja ġieli qala' kritika kemm minn naħa u kemm minn oħra.", "Kulħadd qal li dan kien chairman tajjeb, u jien stess ktibt fuqu dan.", "Ir-raġuni għaliex irriżenja qatt ma ħarġet biċ- ċar, u mhux ser inkun prużuntuż u ngħid li Zahra rriżenja minħabba hekk.", "Pero` jingħad - u anke intqal pubblikament fil-gazzetti u dan qatt ma ġie rifjutat minnu - li waħda mir-raġunijiet għalfejn irriżenja kienet proprju għaliex dan ma qabilx li l-Bank of Valletta jiġi kompletament privatizzat.", "Jiena tkellimt ma' dak u ma' l-ieħor, għax kultant l-affarijiet issir tafhom mhux minn fuq l-internet jew minn fuq il-kotba, imma billi tagħmilha man-nies.", "Qatt m'hu se jasal żmien fejn flok fil-Parlament, noqogħdu fl- uffiċini tagħna nivvotaw bl-internet jew tiftaħ kawża bil-computer.", "Qatt m'hu se tiġi hekk, għax il-ħajja trid tgħixha, u l-kuntatti personali huma importanti.", "Il-ħsieb tiegħi għaliex is-Sur Zahra rreżenja hu li dan ma qabilx li jipprivatizzaw l-uniku bank li baqa' f'Malta - veru għandek il- Lombard u għandek il-bank tal-Knisja imma dawn żgħar – li fih il-gvern għandu influwenza sostanzjali, anke għaliex iċ-chairman jagħżlu l-gvern, minkejja li m'għandux il-majority shareholding.", "Il-biża' hi li f'pajjiż żgħir bħal tagħna, li inti ma jkollokx xi forma ta' kontroll fl-ebda bank f'Malta, tista' twassal biex titlef ir-riedni ta' l- ekonomija tal-pajjiż.", "Ma tistax iddaħħal politika soċjali f'dan is-settur, u lanqas ma tista' tippromwovi xi politika biex tgħin ċerti setturi bħal, per eżempju, dawk li joħorġu b'ideat ġodda.", "F'Malta m'għandniex ideat, u għandna bżonn dawn l-ideat.", "L-entrepreneurs tagħna qed jibżgħu.", "L- ewwelnett hemm bżonn li nbiddlu l-liġi tagħna tal-bankruptcy fuq livell personali, għaliex din li jekk inti tfalli darba tibqa' għal għomrok fallut hija ħażina, u allura dik tbeżża lin-nies milli jinvestu anke personalment.", "Xi darba nitkellem dwar dan u nipproponi wkoll emendi.", "Apparti hekk, jekk il-banek ma jagħtux garanziji fuq proprjeta` eżorbitanti, u kull kumpannija trid bilfors tinvolvi lid-diretturi u l-azzjonisti personalment, ma jsirx żvilupp.", "Imkien fid-dinja ma jkollok kumpanniji li taħt kwalunkwe ċirkostanza, l-azzjonisti u d-diretturi jkunu direttament responsabbli għall-business.", "Allura jekk wieħed jabbanduna l-banek kollha għall-privat, wieħed ma jistax b'xi mod jagħfas favur ċerta politika, u din hija perikoluża, Sur President.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Jekk m'hawnx iktar rimarki, nitlob lis-Segretarju Parlamentari biex jagħmel il-winding up.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Sur President, smajt b'interess dak li ntqal, u issemmew numru ta' punti validi li tqajjmu kemm mill-Onor.", "Herrera u kemm mill-Onor.", "Mangion, speċjalment dwar l-enfasi li rridu nagħtu fuq il- proċess euro-mediterranju, u kif dan il-proċess jista' jiġi ffinanzjat aħjar.", "Jiena naħseb li dawn huma kummenti validi u pertinenti wkoll għad- diskussjoni li qed nagħmlu dwar dan l-att innifsu.", "Għalkemm dan hu att li xi ftit jew wisq jillimita ruħu għall-fatt sempliċi li qed nirrattifikaw l- aċċettazzjoni tal-Mongolia bħala żona ta' fejn dan il-bank jista' jagħmel l- attivita` tiegħu, naħseb li l-punt kardinali li qajmet in-naħa l-oħra dwar li għandu jsir aktar sforz biex istituzzjonijiet simili jgħinu l-pajjiżi tal-parti t'isfel tal-mediterran, hu tajjeb u importanti.", "Iżda tajjeb ngħidu wkoll li diġa` hemm istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali li jagħmlu dan bħall-World Bank u l-International Fund For Cooperation.", "Hemm fondi u istituzzjonijiet oħrajn li proprju għandhom remit li jidħlu f'dawn il-pajjiżi.", "Inżid ngħid li reċentement pajjiżna formalment applika biex jissieħeb f'wieħed minn dawn l-istituzzjonijiet finanzjarji li għandu proprju dan ir-remit, u għandi pjaċir ngħid li anke bank lokali li twaqqaf dan l-aħħar qiegħed iħares kif jista' jutilizza l-faċilita` biex ikun jista' jagħti l-kontribut tiegħu f'dan is-settur.", "Fil-fatt, tajjeb ngħidu li l-gvern Malti applika biex jidħol fl-IFC, il- Korporazzjoni Finanzjarja Internazzjonali, u din l-applikazzjoni ġiet milqugħa mill-bord tad-diretturi u qed nistennew it-tweġiba finali sa nofs Mejju.", "L-għan ta' dan il-bank huwa proprju li jippromovi l-iżvilupp ekonomiku billi jħajjar is-settur privat fil-pajjiżi li huma membri u f'pajjiżi li huma anqas żviluppati fl-istess ambitu li jaħdem il-bank internazzjonali ta' rikostruzzjoni u żvilupp.", "Dan il-bank jaħdem tramite banek oħrajn u joffri faċilitajiet b'rati ta' interessi baxxi, u imbagħad ikun hemm banek li jaħdmu f'dawn il-pajjiżi li jiffinanzjaw il-proġetti.", "Imma dan il-bank jaġixxi anke ta' garanti u ta' provvediment ta' kapital b'livell baxx ta' interess.", "Fost il-pajjiżi li ser jibbenefikaw, jien naf li diġa` hemm faċilita` li se tgħaddi tramite pajjiżna minn bank lokali li se tmur biex tgħin l-Eġittu, li fid-definizzjoni tagħna huwa a euromed country.", "Naqbel ma' l-Onor.", "Herrera u ma' l-Onor.", "Charles Mangion li Malta kienet waħda minn dawk il-pajjiżi Ewropej li ppromoviet kemm jista' jkun din il-kawża.", "Forsi huwa veru li mhux kull pajjiż iħoss l-urġenza li nindirizzaw il-pajjiżi li jagħmlu parti mill-Mediterran, u li għandhom ċerta instabbilita`, u għalhekk hu fl-interess ta' pajjiżna li dawn jimxu 'l quddiem fl-iżvilupp ekonomiku tagħhom, għax dan jista' jwassal għal aktar stabbilita`.", "Il-fatt li għandna influss qawwi ta' klandestini mhux qed jinħass biss f'Malta imma anke f'diversi pajjiżi oħrajn bħall-Italja u Franza, u allura din ir-realta` qed tinħass iżjed.", "Se nirrispondi wkoll għal xi kummenti li saru.", "Kif qal tajjeb l-Onor.", "Charles Mangion, il-liġi diġa` kienet tagħti, permezz ta' Klawsola 6, il- possibilita` li l-Ministru tal-Finanzi b'ordni jagħmel dawk id- dispożizzjonijiet li jkunu meħtieġa biex jagħti effett għal kull waħda mid- dispożizzjonijiet tal-ftehim.", "Li ġara hu li meta ġejna għar-ratifika tal- pajjiż inniffsu, l-attorney general ta parir li kif kienet imqiegħda l- klawsola, din kienet ristretta għall-ftehim u mhux għall-annexes tal- ftehim.", "Dan kien ifisser li għal sempliċi ratifikazzjoni għax se jidħol pajjiż ġdid, se jkollna mmorru l-Parlament, u naħseb li din ma kinitx l- intenzjoni oriġinali tal-leġiżlatur.", "Hawn mhux qed inbiddlu l-ftehim innifsu, imma qed inwessgħu r-remit tal-bank, u m'għandniex għalfejn noqogħdu nmorru fil-Parlament.", "Allura l-emenda qed tgħid:", "''B'mod partikolari, iżda mingħajr preġudizzju, għall-ġeneralita` hawn qabel imsemmija, biex tiġi emendata l-iskeda li tinsab ma' dan l-Att għall-fini li dan ikun konformi mal-ftehim skond l-emendi li jistgħu jsiru minn żmien għal żmien.''.", "Jiġifieri hawnhekk qed inwessgħuha biex tinftiehem aħjar, u ma jkollniex għalfejn noqogħdu niġu l-Parlament.", "(Interruzjonijiet) Jiena bħala accountant noqgħod fuq il-pariri li jagħtina l-attorney general, u ma nażżardax nagħti interpretazzjoni legali f'dan is-sens.", "Hawn mhux qed ningħataw poteri ġodda, imma just niċċaraw l-affarijiet biex ma jkunx hemm dubji.", "Jiena naqbel ma' numru ta' konklużjonijiet li għamel l-Onor.", "Charles Mangion dwar il-ħtieġa li nżommu l-interess fil-pajjiż f'dak li huwa tkabbir ekonomiku u investiment barrani.", "Il-parteċipazzjoni ta' pajjiżna f'din l-istituzzjoni tgħin ukoll.", "L-Onor.", "Herrera qisu tkellem xi ftit jew wisq b'mod li jnaqqas ir-rilevanza ta' pajjiżna f'dan il-bank għax qal li kulma għandu 100 shares u m'għandu l-ebda poter sinifikanti.", "Minkejja dan, biex il-Mongolia tipparteċipa riedet ir-ratifikazzjoni ta' dan il- Parlament, u fuq livell ta' bord ta' gvernaturi, aħna stajna m'aċċettajniex.", "Ovvjament ma kienx jagħmel sens li aħna ma naċċettawx, imma lanqas ma ngħid li aħna insinifikanti.", "Is-sinifikanza tal- parteċipazzjoni tagħna f'dawn l-istituzzjonijiet hi li aktar minn kollox, ikunu parteċipi u rispettati fil-fora internazzjonali.", "Aħna bħala pajjiż ma nistgħux noffru xi kapital kbir biex imur għas-sostenn ta' dawn l- ekonomiji bħalma jistgħu jagħmlu pajjiżi kbar, imma almenu ngħinu mill-ftit li nistgħu.", "On a side issue, l-Onor.", "Charles Mangion tkellem fuq id-drenaġġ, u qal li ntefqu ħafna flus, u ma jafx fejn spiċċaw dawn il-flus.", "Mill-1987 'l hawn, intefqu mas-Lm47 miljun, u xorta tmur f'xi bajjiet u ssib li għandek tabella li tgħidlek li l-bajja hi kontaminata.", "Jien nagħti raġun lill- Onor. Mangion li juri dik il-preokkupazzjoni.", "Forsi mhix sitwazzjoni daqshekk allarmanti daqskemm pinġiha hu, pero`, iva, ir-realta` hi li kellna drabi fejn għax kien hemm ħsarat, kellhom jingħalqu ċertu bajjiet minħabba l-kontaminazzjoni li saret.", "Pero` hawnhekk tajjeb ngħidu għaliex.", "S'issa l-investiment li affordjajna bħala pajjiż kien li jkollna sistema ta' drenaġġ effiċjenti, pero` s-soluzzjoni dejjem kienet li naqbdu dak l- istess drenaġġ u nippumpjawh 'il barra kemm jista' jkun mingħajr ma nittrattawh.", "Allura malli jkollok ħsara fil-pompa, dak ma joħroġx biżżejjed 'il barra, u l-bajjiet jispiċċaw ikkontaminati.", "MR SPEAKER : L-Onor.", "Mangion bil-permess tas-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Apparti l-ħsara tal-pompi li jippompjaw 'il barra, il-ħsara ħafna drabi tkun fl-infrastruttura li tkun għaddejja minn quddiem il-baħar, u li tkun ilha bil-leakages żmien twil.", "MR.", "SPEAKER: Grazzi, Ikompli s-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Napprezza li qed jgħid l-Onor.", "Charles Mangion, pero` l-punt tiegħi hu li l-vera żvilupp li rridu nagħmlu biex insolvu din il- problema b'mod permanenti hu li nittrattaw u nsaffu d-drenaġġ biex meta dan jintefa' fil-baħar, ma jagħmel l-ebda ħsara.", "Din hi l-vera soluzzjoni, u tajjeb ngħidu li permezz tal-fondi tal-protokoll Taljan, se jibda x-xogħol fuq l-impjant ta' tisfija għal Għawdex, u se jsir impjant ta' tisfija fit- tramuntana ta' Malta bis-saħħa tal-fondi ta' l-UE.", "Apparti dawn, irid isir impjant ta' tisfija ieħor biex inkunu mmaniġjajna s-sistema kollha.", "Dawn se jiswew miljuni ta' liri, u tajjeb ngħidu li hemm għajnuna sostanzjali mill-UE għalihom.", "Tqajmet imbagħad il-kwestjoni tal-privatizzazzjoni tal-BOV.", "Jien napprezza l-kummenti li qed tagħmel l-Oppożizzjoni, pero` kultant dawn l-argumenti jinkwetawni ftit.", "L-Onor.", "Mangion staqsa x'se jagħmel eżatt il-gvern b'din il-privatizzazjoni; se jmur għall-imsieħeb strateġiku jew se jifflowtja x- shares li fadallu billi joffrihom lill-pubbliku?", "Naħseb li l-gvern ilu li għamilha ċara il-pożizzjoni tiegħu, u anke għidniha fl-aħħar budget, u cjoe` li d-direzzjoni li biha qed jimxi l-gvern għall-privatizzazzjoni tal- BOV hi li jmur għal imsieħeb strateġiku.", "Il-gvern jaf li x-shareholding li għandu ta' 25% m'huwiex biżżejjed biex idaħħal imsieħeb strateġiku.", "Fil- fatt qed isir ftehim mal-Banco di Sicilia – li għandu x-shares – biex hu wkoll jingħaqad f'dan il-proċess billi jiġu offruti 40% tax-shares, u b'hekk ikun jagħmel sens li jkollok imsieħeb strateġiku.", "Issa l-Onor.", "Mangion iddeskriva din id-deċiżjoni bħala waħda mgħaġġla, qisna qed nagħmluha għax aħna rridu nagħmlu din il-privatizzazzjoni biex insolvu l-problema tad-dejn nazzjonali kemm jista' jkun malajr.", "Ma naqbel assolutament xejn ma' din il-konklużjoni.", "Kieku veru dak kien l-oġġettiv tal-gvern, l-eħfef ħaġa kienet tkun li jaqbad dawk it-25% li fadallu u jifflowtjahom fuq l-istock exchange.", "Il-fatt li qed noqogħdu nfittxu u nidħlu fi proċess biex infittxu msieħeb strateġiku se jtawwal l-affarijiet, u allura juri li dan mhux minnu.", "Pero` jiena nittama li meta naslu biex niġbru dawn il-flus, niġbruhom biex jagħmlu ftit effett fuq id-dejn fil- pjan ta' konverġenza.", "Imma dan mhux garantit, għax ovvjament imbagħad inti tidħol fi proċess ta' negozjati li jistgħu jieħdu ż-żmien.", "Jiġifieri bla dubju ta' xejn, kieku l-gvern ried imur għall-aktar soluzzjoni mgħaġġla u faċli, kien ibigħ ix-shares fuq il-Borza ta' Malta.", "Imma dan mhux qed nagħmluh proprju għaliex għandna l-istess strateġija fil- banek u fl-ekonomija tagħna.", "L-ewwelnett, l-argument li qed tpoġġi l- Oppożizzjoni - semmiha xi ftit kemm l-Onor.", "Mangion u anke l-Onor.", "Jose` Herrera – hu dak li nżommu kontroll fuq l-uniku bank Malti li fadal.", "(Interruzzjonijiet) L-Onor.", "Herrera uża l-kelma kontroll, u hawn ngħid li qed iħawdu xi ftit.", "Illum l-gvern bl-ebda mod ma jikkontrolla l-bank, u lanqas naħseb huwa deżiderabbli li jkollna xi gvern li jikkontrolla l- banek.", "Minn meta ġew nazzjonalizzati l-banek, għamilna passi kbar 'il quddiem, u żgur li ħadd ma jrid li nerġgħu nmorru għal dawk iż-żminijiet.", "(Interruzzjonijiet) Ir-realta` hi ftit differenti.", "Ma jfissirx li nieħu l- affarijiet ta' ħaddieħor biex nagħmilhom tiegħi biex imbagħad nipprivatizzahom, għax kieku nistgħu nagħmlu hekk f'kull settur tan- negozju.", "Pero` dik diskussjoni oħra.", "Għalkemm ngħidu li l-gvern għandu influwenza, fir-realta` l-gvern qatt ma jinfluwenza d-deċiżjonijiet tal-bank, anke għaliex il-liġi tgħid li l-bord tad-diretturi ma jistgħux iħarsu lejn l-interess ta' shareholder wieħed imma d-deċiżjonijiet iridu joħduhom fl-interess tax-shareholders kollha.", "Il-gvern, għalkemm għandu ċ-chairman, kulma għandu huwa 25% u żgur ma setax jitqies bħala dak ix-shareholder li jiġi mogħti l-aktar importanza, u fil- fatt il-bank qatt ma aġixxa b'dak il-mod.", "Jiġifieri l-gvern lanqas illum ma għandu influwenza fuq il-bank.", "Irridu nirrikonoxxu li l-BOV illum ser ikollu jikkompeti f'suq finanzjarju ħafna aktar kompetittiv bid-dħul ta' pajjiżna fl-UE, u eventwalment anke bid-dħul tal-munita ta' l-Euro, fejn imbagħad is-self ikun jista' jsir faċilment minn kull istituzzjoni finanzjarja fi ħdan l-UE.", "Allura, biex veru nassiguraw is-sostenibilita`, il-vijabilita` u l-profitabilita` ta' l- istess bank li għandu 60% tax-shareholders tiegħu li huma Maltin - u allura qed inħarsu l-istess interess tagħhom – aħna rridu mmorru għall-imsieħeb strateġiku li jagħti lil dan il-bank dak is-sostenn, id-direzzjoni u n- network li hi meħtieġa biex dan jibqa' jkun rilevanti fl-ekonomija Maltija.", "Tkun ħasra jekk il-BOV jitlef minn din ir-relevanza.", "Din hi d-deċiżjoni kif motivata mill-gvern, li proprju jimxi fit-triq li jara li jmur għall-imsieħeb strateġiku li jassigura dan.", "Jiena mhux se nikkumenta dwar l-interpretazzjoni ta' l-Onor.", "Jose` Herrera fuq ir-riżenja ta' l-ex-chairman tal-BOV, li kemm jiena u kemm il-gvern għandna rispett kbir lejh.", "Dan dejjem mexxa l-bank bl-akbar lealta`, u anke meta kien chairman tal-Maltacom u ta' entitajiet oħra fil-passat, dan dejjem mexxa b'diliġenza kbira u b'korretezza kbira, u dejjem mexxa 'l quddiem l-azjendi li kien fihom.", "Jiġifieri id-deċiżjoni tas-Sur Zahra bl-ebda mod ma kienet motivata minn xi disgwid kbir jew xi allegazzjoni li semma l-Onor.", "Herrera.", "Pero` iva, hawn min jagħmel l-argument li dan għandu jibqa' bank Malti.", "Aħna rridu nkunu realistiċi u naraw jekk dan hux prattikabbli fid-dinja liberalizzata tal-lum.", "Illum 60% tax-shares huma fuq il-Borza ta' Malta, u għada jista' jiġi xi bank kbir u jibda jixtri x-shares u jieħdu over jekk irid.", "Jiġifieri, hija illużjoni li għaliex il-gvern ser imur għal imsieħeb strateġiku, dan se jitlef xi ħaġa.", "(Interruzzjonijiet) M'għandux 50% il- gvern, imma 25% għandu, xi tridu jżomm?", "(Interruzzjonijiet) Dan qed jgħidli biex nerġa nixtri dak li pprivatizzajt!", "Id-direzzjoni hi li l-gvern, f'dawk li huma azjendi purament kummerċjali, jipprivatizza, u dan qed nagħmluh mhux biex insolvu l-problema tad-dejn.", "L- għan primarju tal-privatizzazzjoni ma kienx sempliċement għax ried ibigħ l- assi biex isolvi xi problema ta' dejn, imma għax dejjem rajna li dawn l- azjendi jitmexxew b'ħafna aktar effiċjenza u profitabilita` meta jkunu f'idejn il-privat.", "At the end of the day, dawn jagħmlu ħafna aktar ġid lill-ekonomija anke f'dawk li huma mpjiegi li joħolqu.", "Issa hawn min joqgħod jibki għax il-gvern biegħ l-HSBC, u issa l-HSBC qed tagħmel Lm30 miljun profitt.", "Skużi, aħna meta begħna konna nafu li qed inbiegħu, għax il-filosofija tagħna dejjem kienet li l-privat kapaċi jmexxi b'ħafna iktar effiċjenza mill-gvern, u mhux qed nissorprendi ruħi li llum li l-HSBC qed jagħmlu dawk il-profitti.", "Tgħidli: Intom ma kontux kapaċi tagħmlu dak il-livell ta' profitti.", "Imma kulħadd jgħidlek, u hu rikonoxxut mad-dinja kollha, li t-tmexxija statali ta' ażjendi kummerċjali qatt ma tista' twassal għall-istess livell ta' profittibilita`.", "Dwar il-prezz, naħseb li kkummentajna kemm-il darba li l- prezz kien ġustifikat fuq kull miżura ta' kalkolu li wieħed jista' jagħmel.", "Sur President, nagħlaq billi nirringrazzja lill-Oppożizzjoni tal- kooperazzjoni li wriet dwar din il-liġi nnifisha.", "Pero` bla dubju ta' xejn, waqt li hemm punti li naqbel dwarhom – bħal dak li nagħfsu aktar fuq il-programmi tal-Euromed biex inwasslu l-progress fiz-zona tagħna – ma naqbel xejn fuq punti oħra li għaddew b'mod partikolari dwar il- privatizzazzjoni tal-BOV.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-mistoqsija hija li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Att dwar is-Sħubija ta' Malta fil-Bank Ewropew għar- Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp, Kap. 347\" ikun moqri t-Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tieni Darba.", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Sur President, nipproponi li dan l-istess Abbozz ta' Liġi jiġi ttrattat mill-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Sħubija ta' Malta fil-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp jiġi ttrattat mill-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi, maħtur skond il-Mozzjoni Nru. 54 tas-17 ta' Ġunju 2003.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Nitlob lis-Segretarju Parlamentari biex, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR TONIO FENECH: Nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tlieta, 10 ta' Mejju 2005 fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:-", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar Arkivji Nazzjonali – Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Bank Ċentrali ta' Malta - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kummissjoni ċinematografika ta' Malta - Tielet Qari; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Kriminali - Tielet Qari.", "-----------------------------------", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Reġistru Ċentrali - Kumitat Permanenti.", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Sħubija ta' Malta fil-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "FRANCIS AGIUS: Mr Speaker, xtaqt nirribatti xi punti ta' kritika li tqajmu dan l-aħħar min-naħa ta' l-oppożizzjoni, partikolarment għal dak li għandu x'jaqsam mas-settur ta' l-agrikoltura u sajd.", "Għadni niftakar lill-kelliem ewlieni ta' l-oppożizzjoni jtambar li fil-qasam tal-biedja u s- sajd se jkun hawn diżastru u se jkun hawn kollass totali – dan it-tip ta' diskors kien beda jingħad ħafna qabel ma Malta ssieħbet fl-Unjoni Ewropea – imma issa li ilna sena li dħalna fl-Unjoni, nistgħu naraw kemm kien żbaljat seħibna u mhux waħdu jkolli ngħid.", "Fil-fatt se nibda proprju b'interpellanza li l-Onor.", "Leo Brincat għamel lill-ministru għall-affarijiet rurali u ambjent - u se naqraha għax jien assolutament ma nixtieqx li jitpoġġa kliem f'ħalqi u lanqas li jingħadu ċerti espressjonijiet - fejn staqsa hekk:", "\"Jista' il-ministru jikkonferma li meta s-segretarju parlamentari fi ħdan il-ministeru ...\"", "- jiġifieri hawn qed jirriferi għalija -", "\"... dan l-aħħar iltaqa' mal-ministru ta' l-ikel, biedja u sajd tad- Danimarka, ta' l-ewwel stqarr miegħu li Malta qed tiffaċċja problemi fil-produzzjoni tal-majjal u l-poultry minħabba l-importazzjoni ta' dawn il-prodotti, kif ukoll minħabba l-proċess ta' ristrutturar u l- waste management fejn tidħol l-industrija tal-majjal?\".", "Sur President, irrid ngħid mill-ewwel li qabel ma attendejt għal-laqgħa tal- FAO li fiha ġie diskuss is-sajd illegali, il-ministru Daniż kien diġa' wera x-xewqa li jiltaqa' miegħi – jiġifieri jien kelli talba min-naħa Daniża u ħassejt li kont inkun qed nonqos kieku m'aċċettajthiex - u r-raġuni prinċipali għala dan Hans Christian Schmidt ried jiltaqa' miegħi hija sempliċi.", "Għax kellu jagħmel żjara uffiċjali f'pajjiżna iktar kmieni din is- sena, għal ħabta ta' Frar, pero' minħabba raġunijiet magħrufa – dak iż- żmien fid-Danimarka kellhom l-elezzjonijiet ġenerali - dan bagħat jgħidilna li kien se jipposponi ż-żjara tiegħu f'Malta.", "Veru li wara r-rebħa elettorali ta' Rasmussen, l-inkarigu ta' ministru ta' l-ikel, biedja u sajd reġa' ingħata lil Schmidt, imma nerġa' ngħid li kienet proprju din ir- raġuni ewlenija għala dan ried ikellimni, bil-għan li nagħmlu l- arranġamenti u naraw meta jkun l-aktar f'waqtu li ssir żjara f'Malta.", "U għax ma nixtieq bl-ebda mod illi nidħol f'xi kontroversja fuq din il-ħaġa, se npoġġi fuq il-mejda tal-Kamra statement illi ntbagħatli mill-istess uffiċċju ta' Hans Christian Schmidt fuq dan il-każ, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "FRANCIS AGIUS: Ngħid għalija l-ispirtu ta' l-interpellanzi għandu dejjem jirrifletti dak li għandu jagħmel min ipoġġi l-mistoqsija u mhux nippruvaw b'xi mod noħolqu xi allarm bħallikieku teżisti xi problema partikolari meta m'hemmx.", "Fuq kollox, f'dan il-parlament stess iddiskutejna dawn id-diffikultajiet u ma nħossx li għandna nibqgħu nippersistu fuq xi ħaġa li ma ġratx.", "U nappella dwar il-mod kif isiru ċerti interpellanzi għax għandi interpellanza oħra ta' l-istess Onor. Brincat fejn qed jistaqsi f'liema skala jinsab il-communications co- ordinator sew dak ta' l-Onor.", "George Pullicino u sew tiegħi.", "Dawn huma mistoqsijiet li t-tweġiba għalihom hija ċara u mingħajr ambigwita'.", "L- iskala hija dik stabilita għal communications coordinator, la inqas u lanqas iżjed u allura bilfors ikolli nikkwerja l-iskop ta' dawn it-tip ta' domandi, Sur President.", "Għax anke jekk stess jiġu diskussi ċerti affarijiet bejn żewġ membri ta' gvernijiet differenti ta' pajjiżi differenti, jien inħoss li dak li għandu joħroġ minn dawn il-laqgħat huwa dak li joħroġ b'mod uffiċjali, jiġifieri min-naħa ta' dawk li jkunu qegħdin jiltaqgħu u bl-ebda mod m'għandha tingħata l-impressjoni li aħna b'xi mod qegħdin nitkarrbu jew li qegħdin nuru li għandna xi diffikultajiet insormontabbli f'xi settur partikolari.", "U jien ngħid li f'dan ir-remit li wieħed għandu jirrispondi l- interpellanzi, mhux biex naħarbu minnhom, anzi jien qed nagħmilha ċara u tonda li m'hemm xejn.", "Fil-fatt l-Onor.", "Brincat fid-diskors tiegħu qal li ma jara xejn ħażin li kieku jiena għidt dawk l-affarijiet.", "Jien mhux qed ngħid li hemm xi ħaġa ħażina jew li m'hemmx, pero' nerġa' ngħid li mhux sewwa li wieħed jipprova jpoġġi kliem f'ħalq f'ħaddieħor.", "Sur President, jien fil-bidu tad-diskors tiegħi għidt li se nirrispondi għal xi punti ta' kritika li tqajmu mill-oppożizzjoni, imma l-ewwelnett irrid nistaqsi x'inhi attwalment il-pożizzjoni tal-partit Laburista fuq settur tant sensittiv.", "Jien hawn nistqarr li għadni ma skoprejtx x'inhi din il-pożizzjoni.", "Għaliex l-MLP f'dokument ta' Awissu li għadda ħareġ jgħid li hemm futur għall-biedja u s-sajd meta sa ftit qabel dawn kienu għadhom jgħidu li l-biedja ma jistax ikollha futur.", "Ngħid għalija nieħu gost nikkonstata li hemm minnhom li qed jaraw li iva hemm futur għaliex, bħala l- bniedem responsabbli minn dan is-settur, jien nista' ngħid li qegħdin nagħmlu l-almu kollu tagħna bħala partit Nazzjonalista fil-gvern, b'politika li prattikament hija l-politika agrarja ta' l-Unjoni, imfassla u adattata għaċ-ċirkostanzi partikolari tagħna.", "Dażgur li għandna ċirkostanzi partikolari tagħna u dan huwa rikonoxxut.", "Imma x'insibu iktar fil-kritika ta' l-oppożizzjoni, Sur President?", "Insibu, per eżempju, il-fehma ta' \"l-orizzont\" li għamlet kjass sħiħ u ppruvat tirredikola lill-Onor.", "George Pullicino u lili b'mod partikolari għaliex ħadna sehem f'attivita' fejn tqassam ir-ross u issa se jitqassam anke l-għaġin.", "Din il-gazzetta qalet li hija tal-mistħija li aħna nqassmu r-ross lill-foqra u lil dawk b'ċerti bżonnijiet.", "Jien ngħid li mhux sew li lill-poplu ngħaddulu ċerta informazzjoni u nqabblu din l-iskema tal-lum ma' dik ta' wara l-gwerra.", "Kif tista' tqabbel dak li qed jiġri fil-pajjiżi membri ta' l-Unjoni llum mas-sitwazzjoni soċjo-ekonomika li kellna f'pajjiżna wara l-gwerra?", "Dażgur li m'hijiex l-istess sitwazzjoni!", "Kumbinazzjoni llum qegħdin niċċelebraw is-60 sena mit-tmiem tat-tieni gwerra dinjija, dik il-gwerra li fl-Ewropa ġabet ħerba sħiħa, b'mod partikolari fil-qasam agrikolu.", "U waħda mill-affarijiet ewlenin li riedu jagħmlu l-pajjiżi ta' l-Ewropa tal-Punent - dak iż-żmien kienu jiffurmaw il- European Economic Community, l-EEC, l-Ewropa tas-sitta kif konna nsejħulha - kienet proprju li jkollhom komunement dik il-politika agrikola li sal-lum għadna qed infittxu soluzzjonijiet għaliha biex tkun iktar ġusta u aktar effiċjenti, biex jitqassam aħjar dak li jitkabbar, illum il-ġurnata politika iffukata aktar fuq il-pilastru li jitħares l-ambjent.", "Imma x'inhu r-riżultat ta' din il-politika?", "Ikollna nammettu, rridu jew ma rridux, li r-riżultat ta' din il-politika rrifletta ruħu matul dawn l-aħħar 50 sena fi produzzjoni u effiċjenza assoluta li, minkejja n-numru ta' bdiewa, operaturi u raħħala li jaħdmu fis- settur, dawn qed jirnexxielhom jipproduċu ikel f'aktar abbundanza u huwa proprju għalhekk li l-Unjoni għandha dawk li jissejħu intervention stocks, fejn il-pajjiżi kollha tal-komunita' huma mitlubin jaraw kif dan l-ikel jitqassam għall-benefiċċju ta' dawk li huma fil-bżonn.", "Mela l-pajjiżi ta' l-Unjoni mhux biss jgħinu lil pajjiżi terzi, hekk imsejħa tat-tielet dinja, imma jagħtu wkoll għajnuna interna għax il-kunċett ta' solidarjeta' mħaddem tajjeb ifisser li charity begins at home.", "Jien tal-fehma li dawn għamlu kjass sħiħ bla bżonn.", "U nista' nsemmi pajjiżi li żgur li m'humiex foqra, bħall-Belgju, per eżempju, li fl-annual distribution plan għall-2005 ġew allokati euro 3 miljun.", "Il-Greċja hija intitolata għal euro 5.7 miljun, Spanja ngħatat euro 42 miljun u Franza ngħatat euro 48 miljun.", "Min se jiġi jgħidli li dawn huma pajjiżi foqra?", "Kif tista' qatt tniżżilha li ta' l-oppożizzjoni jagħtu servizz lill-poplu meta fil-gazzetta tagħhom jippruvaw jirredikolaw skema li permezz tagħha l-Italja qed tieħu euro 60 miljun għal sena waħda u l- Lussemburgu, wieħed mill-iżgħar pajjiżi wara Malta u l-aktar pajjiż sinjur fl-Ewropa kollha, jieħu euro 68,000?", "Malta ħadet euro 347,000, jiġifieri ftit inqas minn Lm150,000 imma, kif jgħid il-proverbju, Malta qatt ma rrifjutat qamħ u aħna m'għandniex għalfejn nistħu li Malta wkoll applikat.", "U wżajna l-Caritas u wżajna l-parroċċi biex kemm jista' ikun nippruvaw innaqqsu l-indħil politiku, ħalli minn din l-iskema jgawdi kulmin jista' jibbenefika minnha.", "U rrid ngħid li Malta ħadet 1,383 tunnellata ċereali għal din is-sena filwaqt li se tkun anke ħadet 553 tunnellata ross.", "Anke l- kummissarju tal-pulizija ngħata bi Lm15,000 f'għaġin biex dawn jgħaddihom lill-immigranti irregolari fid-detention centres.", "X'għandu xi jgħid il- poplu fuq dak li kitbet \"l-orizzont\"?", "Allura hija xi ħaġa tal-mistħija li Malta tuża fondi ta' l-Unjoni?", "Dan hu programm li qiegħed hemm minn sena għal sena u llum għax aħna msieħba fl-Unjoni, qegħdin niggwadanjaw minnu.", "Allura tal-mistħija li jien u l-Onor.", "Pullicino ppruvajna nagħmlu ftit coverage, ħalli żgur ma jkun hemm ħadd li jgħid li lilu ma kkonsidrajnihx?", "Forsi jgħidulna: Għaliex mortu biss għand tal-Caritas u għand tal-MAS u għand xi żewġ organizzazzjonijiet oħrajn li jaħdmu fost nies b'ċerti diffikultajiet?", "Naturalment hemm faqar u hemm faqar!", "Kif tista' tikkompara dak li kien jeżisti 60 sena ilu mas-sitwazzjoni tal-lum?", "Forsi ta' l-oppożizzjoni dan qegħdin jagħmluh biex mingħalihom jirredikolaw lill-gvern?", "Nerġa' ngħid li din l-iskema hija parti essenzjali mill-politika li għandha l-Unjoni Ewropea għaliex dan m'huwiex xi ikel skartat.", "Dan huwa ikel li ġej mill- istess pajjiżi ta' l-Unjoni, ross ta' l-ifjen kwalita' li jikber fl-Italja u ċereali oħra ġejjin mill-Ġermanja.", "Sur President, għall-benefiċċju ta' sħabi qabel nagħlaq se npoġġi fuq il- mejda tal-Kamra l-official journal of the European Union li jagħti dettalji dwar kif tqassmu l-flus, dejjem skond l-EU Commission decision tal-5 ta' Novembru, 2004, naturalment ibbażata fuq it-talbiet li kienu daħlu.", "MR SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "FRANCIS AGIUS: U hawn irrid nirringrazzja lill-istaff ta' l-IACS li jaħdem fl-Għammieri, b'mod partikolari dawk li ħadmu f'din l-iskema - din s'intendi għalina kienet l-ewwel darba għaliex din hi l-ewwel sena li stajna nibbenefikaw minnha – li permezz tagħha ffrankajna ħafna flus għaliex ikkordinajna l-ħidma tagħna mal-ministeru ta' l-agrikoltura ta' l- Italja.", "Huwa importanti li ma naħlux flus fl-amministrazzjoni għax il-flus għandhom imorru għand min verament għandu bżonnhom.", "Bħala segretarju parlamentari responsabbli mis-sajd, ma nistax ma nsemmix li l-gvern huwa mpenjat li jkompli jottjeni r-riżultati mixtieqa fl- interess nazzjonali ta' dak li ddikjarat il-Libja rigward iż-żona għall- konservazzjoni tas-sajd.", "Malta għadha qed tfittex x'inhuma l-coordinates ħalli nkunu nafu bl-eżatt x'inhi l-pożizzjoni li se tieħu l-Libja fejn il- Libjani qegħdin jgħidu li se jagħmlu conservation area.", "Aħna pajjiżi ġirien, pajjiżi ħbieb, infetħu relazzjonijiet ġodda f'dawn l-aħħar xhur bis- sitwazzjoni internazzjonali u beħsiebna nkomplu mexjin f'din it-triq b'attenzjoni.", "Nixtiequ li ningħataw l-informazzjoni mitluba ħalli lis- sajjieda nkunu nistgħu nħalluhom joperaw fil-mestier tagħhom, jiġifieri dak li jistadu għall-ħut madwar l-ibħra tagħna.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Franco Galea.", "ONOR.", "FRANCO GALEA: Mr Speaker, illum xtaqt nitkellem fuq ir-relazzjoni li teżisti bejn Malta u l-Libja u x'nistgħu nagħmlu bħala pajjiż biex intejbu s-sitwazzjoni, suġġett għal qalb bosta individwi u intrapriżi Maltin u żgur li hemm lok għal titjib f'dawn ir-relazzjonijiet għall-ġid taż-żewġ popli.", "Il-politika barranija minn dejjem kienet qafas importanti għal pajjiżna minħabba ċ-ċokon tagħna u minħabba r-rwol Ewropew u Mediterranju li dejjem isselitna għalih.", "Pajjiżna dejjem għamel enfasi fuq il-pożizzjoni strateġika tiegħu u kif seta' ikun interlokatur u medjatur bejn l-Ewropa u d-dinja Għarbija, bejn il-pajjiżi tan-naħa ta' fuq u tan-naħa t'isfel tal- Mediterran u sa ftit snin ilu bejn il-qawwiet tal-Punent u tal-Lvant.", "Dejjem fittixna li nżommu relazzjonijiet bilaterali tajbin ma' kulħadd, speċjalment mal-ġirien tagħna l-Italja u l-Libja u dan issarraf f'akkwisti kbar għall-pajjiż kollu.", "Bil-ħidma twila li saret sabiex Malta tieħu l-post li ħaqqha fl-Unjoni Ewropea – din il-ħidma kellha l-qofol tagħha meta pajjiżna sar membru – ir- relazzjonijiet bejn Malta u l-Libja kesħu xi ftit u fl-opinjoni tiegħi qalbu għall-agħar mad-dħul effettiv ta' Malta fl-Unjoni.", "Dan huwa ironiku, speċjalment meta wieħed iqis li aħna nistgħu nkunu vuċi qawwija favur il- politika Mediterranja fi ħdan l-għaqda Ewropea.", "L-introduzzjoni ta' visa għal min jivvjaġġa bejn iż-żewġ pajjiżi kien punt kważi ta' insult lejn il- poplu Libjan li kien iqis lil Malta - u nittama li għadu - bħala pajjiż ħabib kbir.", "Ninsab informat li minkejja li s-sistema tal-ħruġ tal-visas tjiebet f'dawn l-aħħar xhur, hemm ċerti fatturi importanti li wieħed għandu jżomm quddiem għajnejh, partikolarment x'se jkun l-impatt ta' Schengen fuq viżitaturi mil-Libja.", "Nistaqsi: Kemm huwa minnu li l-Libjani mhux se jkunu jistgħu jitilqu lejn pajjiżi oħra ta' l-Unjoni b'visa Maltija?", "Jien naħseb ukoll li forsi wasal iż-żmien li wieħed iħares lejn it-taqsima ta' l-immigrazzjoni u jara jekk hemmx lok ta' immodernizzar qawwi, ħalli ndaħħlu sistema ta' border control visa screening aktar effiċjenti u kompluta għax ma jistax ikun li nkomplu nużaw sistemi ta' żmien il-qedem.", "Ta' min jgħid li għadna niddependu fuq fax machine u m'għandniex idea ta' min qed jidħol u joħroġ f'pajjiżna, imbagħad nippretendu li niġu hawn u niddettaw lil ħaddieħor x'sistemi għandu juża, jew ingergru kontra l-Ewropa għax ma tafdaniex fejn jidħlu l-fruntieri!", "Il-kwestjoni tal-visas hija waħda mill-issues li għandna nħarsu lejhom b'ottika li dawn għandhom jissolvew, pero' dejjem jibqa' l-fatt li għandna nikkonvinċu lill-poplu Libjan li Malta kienet, għadha u se tibqa' l-ikbar pajjiż ħabib tiegħu fl- Ewropa u l-Mediterran.", "L-opinjoni tiegħi hi li min-naħa tal-Libja llum mhux qegħdin niġu fdati daqskemm konna qabel ma bdejna l-ħidma sabiex nidħlu fl-Unjoni Ewropea.", "Din mhix materja li xi partit jew ieħor għandu biex jiftaħar biha, speċjalment issa meta anke l-partit Laburista qed iħaddan it-triq ta' l- Unjoni.", "Jien inħoss li bħala nazzjon qed nitilfu bosta opportunitajiet u s- sinjali juru li ma nistgħux nitilfu l-opportunita' li ngħinu lil-Libja fit- triq ta' immodernizzar ta' l-infrastruttura finanzjarja, edukattiva, sanitarja jew kummerċjali.", "It-tmiem tas-sanzjonijiet ra qawmien mill-ġdid tas-suq Libjan.", "Meta nara x'qegħdin jagħmlu l-Amerikani, l-Ingliżi, il- Franċiżi, il-Koreani, it-Taljani u ċ-Ċiniżi fil-Libja taqbadni għafsa ta' qalb għax l-esperjenza tagħna fit-twaqqif ta' ċerti setturi hija ferm ogħla minn ta' ċerti pajjiżi oħra.", "U hawn niġi biex nuri ċerti punti li aħna bħala Maltin għandna għax nistħu minnhom.", "Per eżempju, l-issue ta' Lockerbie għadha tinħass.", "Għal min imur il-Libja jaf li meta jiġi biex itir lejn Malta jkollu jidentifika l-bagalji tiegħu minn fuq it-tarmac qabel ma dawn jittellgħu fuq l-ajruplan.", "Dan iseħħ biss fuq titjiriet lejn Malta, skond l-informazzjoni li għandi, minkejja li l-bagalji jgħaddu minn makni apposta għal kontra l-isplussivi.", "Għaliex din l-umiljazzjoni, dejjem jekk l-informazzjoni tiegħi hija tajba?", "Kemm hawn ditti Maltin li jgħidu li jesportaw il-prodott tagħhom lejn il- Libja!", "Imbagħad wieħed isib li dawn lanqas biss id-dritt li jesportaw lejn il-Libja m'għandhom, aħseb u ara kemm jagħtu xi forma ta' after-sales service lill-klijenti!", "U hawnhekk tajjeb li navża lill-intrapriżi Maltin li b'seħħ mill-1 ta' Lulju, biex prodott jidħol ġol-Libja, jekk ma jkunx importat minn aġent uffiċjali – u dan allura jfisser li bilfors trid tkun kumpannija Libjana li tagħmel dan ix-xogħol - il-prodott se jintbagħat lura.", "Kull prodott li jidħol għandu jkun kopert minn garanzija ta' servizz u parts fil-Libja.", "Ċertament spiċċa ż-żmien tal-cowboys li jmorru lejn il- Libja jbiegħu l-prodotti minn ġol-bagalja!", "Min-naħa l-oħra, kemm hawn Maltin li esprimew il-ħtieġa li Malta tisfrutta ċerti setturi fil-Libja u ġew injorati minn ċerti kwartieri f'Malta stess?", "Li hu ċert huwa li fil- qasam kummerċjali, bosta ditti Maltin taw sehem importanti fl-iżvilupp tal- Libja u wrew bil-fatti x'jista' jagħmel in-negozjant u l-ħaddiem Malti meta jingħata l-opportunita' li jaħdem u li jibni partnership ma' intrapriżi Libjani.", "Ix-xenarju fil-Libja qed jinbidel b'qafas leġislattiv ġdid għall- investiment, kummerċ u servizzi finanzjarji.", "Fil-fatt jien nemmen li dan il-qafas huwa sinjal pożittiv ħafna għad-dħul tal-Libja f'għaqdiet bħad-WTO u għat-tkattir ta' relazzjonijiet speċjali ma' l-Unjoni Ewropea.", "U hawn pajjiżna jista' jgħin bis-sħiħ.", "Fil-qasam bankarju Malta tista' toffri ħafna sabiex dan is-settur jilħaq livell internazzjonali u l-istess jista' jingħad għat-twaqqif ta' stock exchange bħala riżultat tal- privatizzazzjoni ta' madwar 400 intrapriża statali.", "Din il- privatizzazzjoni hija opportunita' unika għal konsulenti, banek u investituri Maltin u l-gvern għandu jgħaġġel biex ipoġġi lil Malta bħala partner ewlieni għat-twaqqif ta' dawn il-programmi.", "Is-settur tat-turiżmu rridu nħarsu lejh bħala opportunita' unika, Sur President.", "Ma ninsewx li l-Libja huwa pajjiż sinjur, b'wirt arkeoloġiku u naturali.", "Siti bħal Sabratha, Leptis Magna u Ghadames huma magħrufa mad- dinja kollha u fihom madwar 1,200 kilometru ta' xtajtiet tar-ramel li huma verament meravilja u li wieħed irid jarahom b'għajnejh biex jemmen.", "F'dawn ix-xhur diġa' inbdew u tkomplew bosta proġetti turistiċi jew kummerċjali u dan mhux biss fi Tripli.", "Imma aħna l-Maltin li għandna l-esperjenza f'dan il-qasam u fl-oqsma kollha li jmissu miegħu, x'qegħdin nagħmlu?", "Din is-sena hija importanti ħafna għal-Libja għaliex għall-ewwel darba se jidħlu f'portijiet Libjani numru ta' cruise liners u dan għandu jittieħed bħala spunt sabiex naraw x'qed jiġri f'Malta f'dan il-qasam.", "Għandna nqisu kif nistgħu namalgamaw il-prodott Malti ma' dak Libjan għax nemmen li din hija t-triq tal-futur.", "Jien nara potenzjal kbir li Malta u l-Libja jaħdmu flimkien.", "L-ewwel oġġettiv għandu jkun li niġbru f'qafas wieħed id- diskussjonijiet dwar l-immigrazzjoni illegali, il-ġlieda kontra d-droga, il- kuntrabandu, il-visas, iż-żona tas-sajd u s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewopea.", "Il-kultura Libika tħares lejn dawn l-affarijiet bħala kapitli marbuta f'qafas wieħed, fejn sabiex jissolva wieħed għandna nħarsu lejn kollox f'salt.", "Jien nemmen li għandna nagħmlu front komuni f'din il-ħidma mal-Libja li għandha tinkludi delegazzjoni komuni bejn żewġ partiti fuq livell għoli ħafna sabiex insaħħu r-relazzjonijiet u jiġu megħluba d-diverġenzi.", "Ejjew naħdmu għall-interess nazzjonali u nieqfu darba għal dejjem mid-diskorsi partiġjani għax bihom qed inxebbgħu lil kulħadd.", "Jien naħseb li wasal iż- żmien li fil-każ tar-relazzjonijiet bejn Malta u l-Libja għandna npoġġu bil- qiegħda mar-rappreżentant tal-poplu Libjan u nitkellmu, ħalli jekk hemm xi affarijiet li wieħed jista' jirranġa jkun jista' jagħmel dan.", "Jien naħseb li ż-żona tas-sajd li l-Libja qed tirreklama hija tip ta' protesta simbolika - forsi jien żbaljat, pero' din hi l-opinjoni tiegħi - pero' hemm bżonn li nitkellmu mal-poplu Libjan biex jara x'affarijiet wieħed jista' itejjeb, Sur President.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada t-Tlieta, 10 ta' Mejju, 2005 fis-6.00 p.m., bl-aġenda kif komunikata mis-Segretarju Parlamentari.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "EDUCATION OFFICER (SPEC.", "EDUC.)", "11853.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid għal liema raġuni wara l- iskomparsa tas-Sur Frank Mallia, għadu ma nħatar l-ebda education officer u kap taċ-ċentru u dan wara tliet snin li dan il-post ilu vakanti?", "Kemm se ddum din is-sitwazzjoni?", "Jista' jgħid min qed jieħu ħsieb it-tmexxija taċ- ċentru?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li wara li ġiet vakanti l-pożizzjoni ta' education officer (special education), id-diviżjoni ħadet il-passi neċessarji li normalment jittieħdu sabiex post bħal dan jimtela u nħarġu żewġ ċirkolarijiet, AE13/2003 datata 23 ta' April, 2003 u AE12/2004 datata 7 ta' Mejju, 2004.", "Minkejja dawn iż-żewġ sejħiet ħadd ma applika għal dan il-post.", "TA' XBIEX - MANUTENZJONI TA' FLAT", "11857.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid meta se jiġi rranġat il-bejt ta' flat li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Għaddejt it-talba ta' l-Onor.", "Interpellant lid- dipartiment tal-bini u tiswija ta' djar għal azzjoni meħtieġa.", "RIŻERVI TAL-BANK ĊENTRALI", "11858.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid x'kienu r-riżervi f'dawn l-aħħar għaxar snin?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant hija informazzjoni pubblika u tinsab fit-tabelli tar-rivista ta' kull tliet xhur tal-bank ċentrali, kif ukoll fuq il-website tal-bank.", "PERSUNI BOARDED-OUT", "11859.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid kemm persuni ġew boarded-out is-sena l-oħra?", "Kemm minnhom huma mpjegati u kemm minnhom huma self- employed?", "Kemm hu t-total minn Għawdex meta kkomparat ma' dak ta' Malta?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Dwar l-ewwel u t-tielet parti tal-mistoqsija nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 10789.", "Ninsab informata li ma tinżammx statistika dwar l-informazzjoni mitluba fit- tieni parti tal-mistoqsija.", "GOVERNMENT REVENUE", "11860.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm daħħal flus il-gvern mill-VAT u l-income tax is-sena l-oħra?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "LOGĦOB TA' L-ISPARAR", "11862.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid għaliex il-kumitat olimpiku Malti ppermetta li persuna li m'għandhiex liċenzja biex tuża arma tan-nar, tirrappreżenta lil Malta f'kompetizzjonijiet lokali u internazzjonali?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-kunsill għall-isports m'għandux informazzjoni dwar it-tagħrif mitlub u dan peress li l-KOM ma jaqax taħt il- KMS.", "LOGĦOB TA' L-ISPARAR", "11864.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Billi persuna li ma kellhiex liċenzja biex tuża arma tan-nar tħalliet mill-pulizija tittrejnja u tispara u anke tirrappreżenta lil Malta fl-isparar, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid għaliex dan tħalla jsir?", "Billi dan ix-shooter allegatament tħalla jispara minn meta kellu għaxar snin, jidhirlu forsi l-Viċi Prim Ministru li l-eta' ta' l-isparar għandha tiġi minn għaxar snin 'il fuq?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi ma jirriżultax li l-pulizija tat xi permess kif indikat mill-Onor.", "Interpellant.", "Informat ukoll illi fil- liġi l-ġdida dwar l-armi ser ikunu proposti tibdiliet sabiex f'każi speċjali, tkun tista' tingħata liċenzja lil żgħażagħ taħt it-18-il sena iżda li jkunu għalqu s-16-il sena, għall-ġarr u pussess ta' armi li jintużaw għall-isparar bħala sports.", "Ovvjament dan ikun taħt salvagwardji meħtieġa sabiex ma jsirux abbużi.", "RAĦAL ĠDID - DAR GĦALL-ANZJANI", "11897.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li tinfetaħ dar għall-anzjani ġewwa Raħal Ġdid?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li mhux il-ħsieb tal-gvern li tinfetaħ dar għall-anzjani f'Raħal Ġdid.", "RAĦAL ĠDID - ĊENTRU TAS-SAĦĦA", "11900.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid jekk iċ-ċentru tas-saħħa ta' Raħal Ġdid hux se jiċċaqlaq għal xi post ieħor?", "Jista' jispeċifika?", "X'se jsir minnu fejn illum hemm iċ-ċentru?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Għaddejjin diskussjonijiet rigward il-possibbilta' li jinbena ċentru tas-saħħa ġdid ġewwa Raħal Ġdid, iżda s'issa m'hemm xejn konkluż.", "TIGNE' – BINI TA' MINA", "11924.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Jista' il-Ministru jgħid meta se titlesta l-mina li kellhom jagħmlu l-konsorzju MIDI ġewwa Tigne'?", "Meta kellha titlesta?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Skond it-termini tal-kuntratt bejn il-gvern u MIDI iffirmat fil-15 ta' Ġunju, 2000, il-mina kellha titlesta erba' snin wara l-ħruġ tal-permess relattiv - dan il-permess fil-fatt inħareġ fit-23 ta' Settembru, 2004 - u huwa ppjanat li din tkun lesta sa nofs l-2007.", "GAS PIPELINE", "11925.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin: Billi hemm diskussjonijiet għaddejjin bejn l-Italja, il-Libja u l-Unjoni Ewropea dwar medda ta' gas pipeline li tista' tkun ta' interess u benefiċċju għall-qasam ta' l-enerġija f'pajjiżna, jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 11248 u jgħid jekk sarux jew kienx hemm xi attentat min-naħa tal-gvern biex forsi Malta tkun tista' tieħu sehem f'dan l-investiment?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi l- mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "ADT - ROAD SERVICING", "11953.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 11266 u jispjega x'tip ta' kordinazzjoni teżisti bejn il-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma, l- Enemalta, il-Maltacom u d-dipartiment tat-toroq biex ikun hemm sens fl- immaniġjar tas-servizzi u t-toroq?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-ministru għall-iżvilupp urban u t-toroq li hu responsabbli mill- awtorita' dwar it-toroq.", "RAĦAL ĠDID - SKOLA PRIMARJA", "11970.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jikkonferma l-każ ta' tifel li mar l-iskola b'sikkina ġol-basket u dan fl-iskola primarja A ta' Raħal Ġdid?", "X'passi ttieħdu?", "Jista' ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tar-rapport dwar il-każ?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li dan il-każ ġara sitt xhur ilu fl-iskola primarja A ta' Raħal Ġdid u mill-ewwel ittieħdu l-passi meħtieġa mill- għalliema u l-kap ta' l-iskola.", "GĦAWDEX – UPGRADING TAL-BIĊĊERIJA", "12024.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' il- Ministru tgħid għaliex ix-xogħol fil-biċċerija l-ġdida ta' Għawdex ma tlestiex?", "Meta huwa previst li jitlesta?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Jien informata li x-xogħlijiet ta' upgrading fil- biċċerija ta' Għawdex għadhom ma tlestewx minħabba diffikultajiet tekniċi li nqalgħu waqt li kien għaddej ix-xogħol ta' kostruzzjoni, kif ukoll minħabba li riedu jsiru diversi konsultazzjonijiet qabel il-ħruġ ta' offerta għad-disinjar, provvista, istallar, ittestjar u ikkummissjonar ta' tagħmir għas-slaughtering line u servizzi anċillari fil-biċċerija ċivili, ix-Xewkija u proċeduri oħra relatati mal-ħruġ ta' din l-offerta.", "Ix-xogħol mistenni jitlesta għall-aħħar ta' din is-sena.", "GĦAWDEX - PRODUZZJONI TAT-TJUR", "12025.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' il- Ministru tinformana f'liema livell hi l-produzzjoni tat-tjur tas-simna?", "X'kienet il-produzzjoni fl-ewwel tliet xhur ta' din is-sena kif ukoll fl- ewwel tliet xhur tas-snin 2002, 2003 u 2004?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Jien informata li bħalissa t-trobbija tat-tjur tas-simna hija ta' madwar 79,000 fellus.", "Informata wkoll li skond l-uffiċċju nazzjonali ta' l-istatistika, il-qatla tat-tjur f'Għawdex fl-ewwel tliet xhur tas-snin 2002, 2003 u 2004 kienet ta' 268,098, 231,500 u 341,041 ras rispettivament.", "L-informazzjoni għas-sena 2005 għadha ma ġietx pubblikata.", "BIĊĊERIJA – LINJA TAĊ-ĊANGA", "12026.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jinformana liema huma x-xogħlijiet li jonqos isiru biex il-linja tal-qatla taċ-ċanga fil-biċċerija tkun konformi mar- regoli u standards ta' l-Unjoni Ewropea?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Ninsab informat li l-biċċerija ngħatat numru ta' approvazzjoni M001 fl-aħħar tas-sena 2004 iżda dan ma jfissirx li minn żmien għal żmien u skond l-esiġenzi tar-regoli ta' l-Unjoni Ewropea, ma jibqax isir xogħol fuq manutenzjoni u upgrading tal-linja taċ-ċanga.", "MEDIĊINI GĦAT-TJUR U L-BHEJJEM", "12027.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jinformana jekk investigax l-għoli fil- prezzijiet tal-mediċini għat-tjur u l-bhejjem matul l-aħħar għaxar xhur?", "Jista' jinformana bir-riżultati?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel il- mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "DĦUL FI DJAR TA' L-ANZJANI", "12028.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jagħti breakdown tan-numru ta' anzjani mir-Rabat, l-Imtarfa, l-Imġarr u l-Mellieħa li għandhom talba pendenti sabiex jiġu akkomodati f'dar ta' l-anzjani?", "Meta se jiġu milqugħa dawn it-talbiet ?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li n-numru ta' anzjani fil-lokalitajiet indikati li għandhom talba pendenti sabiex jiġu akkomodati f'dar ta' l-anzjani hu hekk:", "|Rabat |119 | |Imtarfa | 3| |Imġarr | 2| |Mellieħa| 10 |", "Dawn it-talbiet jiġu milqugħa skond il-merti tagħhom, jiġifieri skond l- assessment mediku u soċjali u skond kemm ikun hemm postijiet vakanti.", "BIĊĊERIJA - PAGAMENTI PENDENTI", "12029.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jagħti breakdown tal-pagamenti li l-biċċerija għandha tħallas fil-preżent, bħal fil-każ ta' kontijiet tad-dawl, ilma, mobile phones, xogħlijiet fil-bini, testijiet tal-BSE, residwi, eċċ., diesel, makkinarju u dak kollu li jinvolvi l-operat tal-biċċerija, inkluż overtime tal-ħaddiema u/jew time-off-in-lieu?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Mhijiex etika li tingħata informazzjoni dwar pagamenti li għad iridu jsiru għax numru minnhom huma dovuti lil azjendi privati li dwarhom jista' ikun hemm kontestazzjoni dwar xogħlijiet jew supplies.", "ŻVILUPP URBAN U TOROQ - ĦADDIEMA ĠODDA", "12165.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew impjegati persuni ġodda fid- dipartimenti, aġenziji u enti pubbliċi li jaqgħu taħtu tul l-2004 u anke din is-sena?", "Minn fejn ġew impjegati?", "X'kien il-grad tagħhom u kif saret is-sejħa għall-impjieg?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ninsab informat li ma' l-enti li jaqgħu taħt il- ministeru tiegħi ġew impjegati 47 persuna ġdida tul l-2004 sal-lum, sebgħa minnhom mad-dipartiment filwaqt li l-40 l-oħra ma' l-awtorita' dwar it- trasport.", "Is-sejħa għall-impjieg ta' persuni ġodda ma' l-awtorita' saret skond il-proċess stabilit mill-gvern stess, jiġifieri mal-Mimcol u l-ETC.", "L-impjegati mad-dipartiment ġew mis-servizz pubbliku u l-grad ta' dawn il- persuni u minn fejn ġew impjegati hu kif jidher hawn taħt:", "|Kwant|Grad |Kumpannija | |ita' |Preċedenti |Preċedenti | |11 |ETC |N/A | | 1 |Advertising |Standard | | |Executive |Publications | | 1 |Senior |Servizz | | |principal |Pubbliku | | 5 |N/A |Minn barra u | | | |bl-eżami | | 3 |Quantity |Agric.", "Dept. | | |surveyor | | | 1 |Driving |Self-employed| | |instructor | | | 3 |N/A |Self-employed| | 1 |A&CE |Coastal | | | |Management | | 1 |Executive |Medigrain | | |chairman | | | 1 |Language |Language | | |instructor |centre | | 1 |Vehicle |Works | | |evaluator |division | | 1 |Draughtsman |Works | | | |division | | 3 |Unemployed |N/A | | 1 |Managing |Thompson | | |director |Company | | 1 |Quantity |Scicluna & | | |surveyor |Associates | | 1 |Driver/messe|Global Group | | |nger | | | 1 |IT manager |Zammit Group | | 2 |Pustier |Maltapost | | 1 |Land |Coastal | | |surveyor |Management | | 1 |IT/test |Dedicated | | |technician |Micros | | 1 |Financial |Resort Sales | | |controller | | | 1 |Chief |Corinthia | | |security |Group | | |officer | | | 1 |General |Medwear | | |manager |Clothing | | 1 |Case office |MEPA | | 1 |N/A |Sponsorship | | 1 |Għalliem ta'|Mill-ETC | | |l-Ingliż | |", "RIŻORSI U INFRASTRUTTURA - ĦADDIEMA ĠODDA", "12167.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew impjegati persuni ġodda fid-dipartimenti, aġenziji u enti pubbliċi li jaqgħu taħtu mill-2004 sal- lum?", "Minn fejn ġew impjegati?", "Xi grad kellhom u kif saret is-sejħa għall- impjieg?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Jien informat li mill-2004 sal-lum ġew impjegati 29 ħaddiem ġdid li l-informazzjoni dwarhom hi kif ġej:", "|Grad |Kif impjegati | |3 projects |Wara sejħa għal | |officers |applikazzjonijiet | |2 principals|Wara sejħa għal | | |applikazzjonijiet | |8 skrivani |Wara sejħa għal | |ġodda |applikazzjonijiet | |13-il |Wara sejħa għal | |skrivan |applikazzjonijiet | |każwali | | |2 konsulenti|Ingaġġati | |p/time | |", "GĦAWDEX - ĦADDIEMA ĠODDA", "12168.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' il- Ministru tgħid kemm ġew impjegati persuni ġodda fid-dipartimenti, aġenziji u enti pubbliċi li jaqgħu taħtha mill-2004 sal-lum?", "Minn fejn ġew impjegati?", "X'kien il-grad tagħhom u kif saret is-sejħa għall-impjieg?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "AFFARIJIET RURALI U AMBJENT - ĦADDIEMA ĠODDA", "12169.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew impjegati persuni ġodda fid- dipartimenti, aġenziji u enti pubbliċi li jaqgħu taħtu mill-2004 sal-lum?", "Minn fejn ġew impjegati?", "X'kien il-grad tagħhom u kif saret is-sejħa għall- impjieg?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Waqt li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra, nista' ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fost dawn l- impiegi hemm uħud li qed jissostitwixxu mpjegati li spiċċaw mis-servizz pubbliku.", "LANDS - XIRI TA' PROPRJETA'", "12173.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li ssir xi ħaġa sabiex proprjeta' mibnija fuq art bit-titlu ta' possession and use, tkun tista' tinxtara mill-inkwilin?", "ONOR.", "TONIO BORG: Il-bejgħ ta' postijiet li jinsabu fuq proprjeta' li ġiet akkwistata bit-titolu ta' possession and use jista' isir billi t- titolu jinfeda skond l-emenda ta' l-Ordinanza dwar Akkwist ta' Proprjeta' għal Skopijiet Pubbliċi (Kap. 88) li daħlet fis-seħħ f'Marzu 2003.", "Ninsab informat li d-dipartiment ta' l-artijiet qiegħed fil-proċess li jifdi proprjeta' taħt possession and use.", "BORMLA - MINA TA' STA.", "LIENA", "12176.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Peress li ftit tas-snin ilu sar xogħol ta' restawr fuq il-mina ta' Sta.", "Liena, Bormla u ngħatat dehra kif jixirqilha, jaħseb il- Viċi Prim Ministru li wasal iż-żmien li din tingħalaq u ma tibqax tiġi abbużata?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nitlob lill-Onor.", "Membru jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "HAL QORMI: TRIQ ID-DEHEB FIN - ISTALLAR TA' LIFT FI BLOCK FLATS", "12184.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid meta se jinbeda l-bini ta' lift fi block 5, Triq id-Deheb Fin, Qormi?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Ninsab informata li għaddej il-proċess biex jiġu aġġudikati l-offerti għall-istallar ta' lift fil-block indikat.", "HAL QORMI : TRIQ ID-DEHEB FIN – BDIL TA' APERTURI", "12185.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid jekk it-twieqi fil-komun ta' block 2, Triq id-Deheb Fin, Ħal Qormi jistgħux jinbidlu mill-ġdid u jsiru ta' l-aluminium?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Għaddejt it-talba ta' l-Onor.", "Interpellant lid- dipartiment tal-bini u tiswija ta' djar għall-azzjoni meħtieġa.", "EUROPEAN SPATIAL DEVELOPMENT PERSPECTIVE", "12188.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk il-ministeru jew id- dipartimenti fi ħdanu kellhomx diskussjonijiet mal-Kummissjoni Ewropea in konnessjoni mal-European spatial development perspective?", "Jista' jgħid jekk ġewx sottomessi xi proposti jew proġetti marbuta ma' dan il-pjan?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "EUROPEAN SPATIAL DEVELOPMENT PERSPECTIVE", "12189.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid jekk il-ministeru jew id-dipartimenti fi ħdanu kellhomx diskussjonijiet ma' l- Unjoni Ewropea in konnessjoni mal-European spatial development perspective?", "Jista' jgħid jekk ġewx sottomessi xi proposti jew proġetti marbuta ma' dan il-pjan?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Le.", "EUROPEAN SPATIAL DEVELOPMENT PERSPECTIVE", "12190.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid jekk il-ministeru tiegħu jew id- dipartimenti fi ħdanu kellhomx diskussjonijiet ma' l-Unjoni Ewropea in konnessjoni mal-European spatial development perspective?", "Jista' jgħid jekk ġewx sottomessi xi proposti jew proġetti marbuta ma' dan il-pjan?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Ninsab informat li l-awtorità ta' Malta dwar l- ambjent u l-ippjanar tipparteċipa fi tliet inizjattivi li huma relatati mal- European spatial development perspective.", "Dawn huma l-European spatial planning observatory network (ESPON), l-intermetrex u l-polymetrex, bl- ewwel inizjattiva għandha l-għan li tippromwovi koperazzjoni f'riċerka relatata mal-prinċipju ta' polycentricity, filwaqt li ż-żewġ proġetti l- oħra jagħrfu l-aspetti ta' koperazzjoni bejn livelli reġjonali differenti u bejn bliet li għandhom sistemi differenti ta' ippjanar.", "ŻEJTUN - PARKING SIGNS", "12197.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 11441, possibbli l- Ministru tinformana x'passi ħadet s'issa l-kummissjoni nazzjonali persuni b'diżabilita' dwar dan l-ilment?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Ninsab informata li wara d-diskussjonijiet li l- kummissjoni nazzjonali persuni b'diżabilita' kellha ma' l-awtorita' dwar it- trasport, l-awtorita' talbet lill-kunsill lokali konċernat biex it-tabelli in kwestjoni jinbidlu.", "Il-kummissjoni tat żmien definit lill-awtorita' li fih tistenna li din it- talba tiġi implimentata.", "RABAT: GĦAR BARKA – FIDI TA' ĊNUS", "12198.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jilqa' it-talba tar- residenti ta' Għar Barka fir-Rabat li ffirmaw petizzjoni li kopja tagħha qed tintbagħat separatament?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġibiet ta' mistoqsijiet parlamentari 995 u 4779.", "SVPR - ĦLAS MAQTUGĦ MILL-PENSJONI", "12212.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid l-ex deputati residenti f'San Vincenz de Paule x'qed iħallsu lill-gvern mill-pensjoni?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-ex deputati jħallsu bħal kull pensjonant ieħor rikoverat ġewwa l-SVPR.", "FONDI ALLOKATI LILL-KUNSILLI LOKALI", "12213.", "L-ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'fondi ġew allokati lil kull kunsill lokali għas-sena finanzjarja 2005/2006?", "ONOR.", "TONIO BORG: Tabella li turi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "LISTA TAL-KUNSILLI LOKALI", "12214.", "L-ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra lista aġġornata tal-kunsilli lokali li tinkorpora fiha l- indirizzi, it-telefon, il-fax u l-e-mail address tagħhom, kif ukoll l- ismijiet tas-sindki u s-segretarji esekuttivi?", "ONOR.", "TONIO BORG: L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal- Kamra.", "LANDS – FILE NO L/578/70", "12215.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jispjega kif id- dipartiment ta' l-artijiet wasal biex jiżgombra persuna mill-fond li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi l-fond in kwestjoni mhux qiegħed jiġi wżat għall-iskop li għalih ġie mikri u minkejja li d-dipartiment ta' l- artijiet ilu għal żmien twil jikkomunika ma' l-inkwilin rigward dan, xorta waħda l-fond baqa' jintuża għal skop differenti minn dak li għalih ġie mikri.", "Fil-bidu ta' din is-sena, l-inkwilin ġie informat illi l-kirja mhux se tiġġedded wara l-31 ta' Marzu, 2005 u ġie mitlub biex ibattal il-fond u jikkonsenja ċ-ċwievet jew inkella jittieħdu passi legali kontrih, inkluż dak ta' żgumbrament.", "ĦLAS LILL-KUNSILLI LOKALI MID-DIRETTORAT TAL-LIĊENZJI", "12216.", "L-ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jgħid kemm hi s-somma attwali li d- direttorat tal-liċenzji għandu jagħti lill-kunsilli lokali?", "Kemm għandhom jieħdu lokalita' b'lokalita'?", "Kemm ilha dovuta s-somma?", "Meta hemm il-ħsieb li dawn il-pagamenti jitħallsu?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "ADT - ASFALTAR TA' TOROQ", "12217.", "L-ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jgħid jekk l-awtorita' dwar it-trasport ġabretx l-informazzjoni dwar toroq li għad iridu jsiru?", "Jista' ipoġġi din il-lista aġġornata fuq il-mejda tal-Kamra?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant illi saret konsultazzjoni mal-kunsilli lokali f'dan ir-rigward u bħalissa qed isiru spezzjonijiet fuq it-toroq li ġew indikati biex tiġi vverifikata l- informazzjoni mibgħuta u jsiru stimi preliminari.", "ADT – KOSTRUZZJONI TA' TOROQ", "12218.", "L-ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jgħid jekk tlestewx il-proġetti ta' bini ta' toroq ġodda u anke bini mill-ġdid ta' toroq li kienu qed jitħejjew mill-periti u uffiċjali tekniċi ta' l-awtorita' dwar it-trasport bl- għajnuna ta' konsulenti Ġermaniżi?", "Jista' ikollna lista aġġornata?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "GĦAWDEX - SKOLA TAL-MUŻIKA", "12219.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 11999 u r- risposta relattiva, senjatament għall-iskeda, jista' il-Ministru jispjega l- ewwa skeda ta' għalliema full-time, fejn hemm għalliem li m'għandux klassijiet u m'għandux studenti?", "Jista' jgħid kemm jitħallas fix-xahar u kemm ilu jgħallem hemm?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-għalliema li tidher fl-ewwel skeda ta' għalliema full-time fir-risposta li għaliha qed tirriferi l-Onor.", "Membru u li m'għandhiex klassijiet u studenti, qiegħda taqdi d-doveri ta' kap ta' skola tal-mużika.", "Din l-għalliema qiegħda fuq skala 7.6.", "ADT - LISTA TA' PRIORITAJIET", "12220.", "L-ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jgħid il-prioritajiet tat-toroq lokali tlestewx mid-direttorat tat-toroq?", "Jista' jagħtina lista aġġornata?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: L-Onor.", "Interpellant mitlub jirriferi għar- risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 12217.", "GĦARB: TRIQ BIRBUBA - XOGĦLIJIET", "12222.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għal Għawdex: Tista' il-Ministru tgħid meta se jiġu ffinalizzati x-xogħlijiet fi Triq Birbuba, Għarb?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Jien informata li x-xogħlijiet fi Triq Birbuba qegħdin isiru mill-kunsill lokali ta' l-Għarb u għalhekk nitlob lill-Onor.", "Interpellant tirriferi l-mistoqsija tagħha lill-ministru konċernat.", "RAPPORTI TA' SERQ", "12223.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm serqiet twettqu matul April 2005 u jikklassifikahom?", "Jista' jgħid kemm każi ta' serq ġew solvuti matul l-istess xahar?", "ONOR.", "TONIO BORG: Filwaqt li l-pulizija solviet 64 każ ta' serq matul April 2005, ninsab informat illi matul l-istess xahar ġew irrapportati dawn il-każi kif jidher hawn taħt:", "|Hold up | | | |1 | |Pick pocketing | 25| |Snatch & grab | 12| |Serq minn dgħajjes | | | |3 | |Serq ta' dgħajjes | | | |2 | |Serq ta' karozzi | 64| |Serq minn karozzi | 320 | |Serq minn residenzi| 94| |Serq minn | 47| |barijiet/lukandi | | |Serq minn xtajtiet | | | |1 | |Serq minn fabbriki | | | |8 | |Serq minn ħwienet | 28| |Serq ieħor | 248 |", "MV MALITA", "12224.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 12021, jista' il-Ministru jagħti breakdown ta' l-ispejjeż li saru fuq il-MV Malita?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal- Kamra.", "RAPPORTI TA' REATI", "12225.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm reati twettqu matul April 2005 u jikklassifikahom?", "Kemm każi ġew solvuti matul l-istess xahar?", "ONOR.", "TONIO BORG: Filwaqt li f'April 2005 kien hemm 73 persuna misjuba ħatja ta' reati kriminali, ninsab informat illi matul l-istess xahar ġew irrapportati lill-pulizija r-reati kif jidher hawn taħt:", "|Abandonment of child | 1| |Against morals/honour of | 2| |family | | |Arson | 6| |Attempted offences |105 | |Bodily harm | 82 | |Administration of | 2| |Justice, etc | | |Damage |321 | |Drugs | 6| |Forgery | 2| |Fraud | 11 | |Homicide | | | |1 | |Illegal Immigration | 14| |Prostitution | | | |3 | |Sexual offences | | | |8 | |Theft | 853 | |Threats and private | | |violence |5 | |Violation of places of | | |confinement |1 | |Violence against public | | |officers |4 |", "TRIBUNAL GĦALL-INVESTIGAZZJONI TA' INĠUSTIZZJI", "12226.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk kumpens mogħti mit-tribunal għall-investigazzjoni ta' inġustizzji hux suġġett għat-taxxa ta' l-income?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "INJEZZJONI KONTRA L-HEPATITIS A", "12227.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid għal liema raġuni vaccine tal- Hepatitis A ma tingħatax b'xejn mill-polyclinics, vaccine li tiswa Lm17 u li min imur il-polyclinic irid jixtriha hu?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li tilqim li mhux fl-iskeda stabilita mid-diviżjoni tas-saħħa qatt ma kien jingħata b'xejn iżda dejjem sar bi ħlas, ħlief għal każi eċċezzjonali li jiġu eżentati, ngħidu aħna nies sejrin għall-missjoni.", "It-tilqima kontra l-Hepatitis A mhijiex waħda mit-tilqim fl-iskeda.", "QORTI TA' GĦAWDEX – NUQQAS TA' STAFF", "12228.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid għal liema raġuni l-Maġistrat Consuelo Scerri Herrera ma ngħatatx staff biex tkun tista' tkompli l-ħidma siewja tagħha f'Għawdex, bil-konsegwenza li l-kawżi li kien hemm fuq il-lista ġew differiti?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li l-Maġistrat Consuelo Scerri Herrera dejjem ingħatat l-istaff li kellha bżonn biex taqdi d-dmirijiet tagħha fil- qrati ta' Għawdex u dan mir-riżorsi umani li jeżistu f'dawk il-qrati.", "TEKNOLOĠIJA RIPRODUTTIVA", "12230.", "L-ONOR.", "JOSEPH CASSAR staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Minħabba li jidher li leġislazzjoni komprensiva li tkopri l-bioetika fit-teknoloġija riproduttiva se tieħu ħafna żmien u peress li hawn min qed jinvesti flejjes kbar f'dan il-qasam u hemm oħrajn li jixtiequ jinvestu, il-gvern iħoss li għandha tiġi introdotta liġi b'urġenza li tkun tippermetti, taħt sorveljanza jew regolamenti speċifiċi, li jsir fil-laboratorju dak li hemm kunsens ġenerali dwaru u dan filwaqt li ma jiġix permess li jsiru interventi jew esperimenti li sal-lum id- diskussjoni fuqhom hija kontoversjali jew mhux ċara?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ma nħossx li hemm urġenza.", "Naħseb li jkun aktar għaqli li ssir diskussjoni matura bejn dawk kollha involuti - għaliex din hi materja komplessa b'ħafna żvolti ta' natura etika u soċjali - sabiex naslu għal consensus dwar l-aħjar soluzzjoni li tgħodd fl-ambjent kulturali ta' pajjiżna.", "HAL QORMI: TRIQ ID-DEHEB FIN – BDIL TA' MADUM", "12231.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid għaliex id-dipartiment tal- manutenzjoni qed jirrifjuta li jibdel il-madum tal-kontrabejt ta' block X3 fi Triq id-Deheb Fin, Ħal Qormi meta dan ma jirrikjedix iktar minn tlett ijiem xogħol?", "Tista' tgħid għaliex ġie injorat rapport mill-perit tal- kunsill lokali dwar il-ħsarat li hemm?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Ninsab informata li l-bejt li qed jagħmel riferenza għalih l-Onor.", "Interpellant jenħtieġ manutenzjoni, liema xogħol hu responsabbilta' ta' l-inkwilini.", "Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija, mhux il-każ li ġie injorat ir-rapport indikat iżda f'dawn il-każi d-deċiżjoni aħħarija hi tad-dipartiment tal- bini u tiswija tad-djar.", "SPTAR SAN LUQA – PARKING FACILITIES", "12234.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid jekk il-parking tat-tobba u l- konsulenti fl-isptar San Luqa għadux f'idejn id-diviżjoni tas-saħħa inkella għaddiex f'idejn il-kunsill lokali ta' Tal-Pieta'?", "Jista' jispjega l-bidla li seħħet fis-sistema tal-parking ġewwa l-isptar San Luqa?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "ĦAŻ-ŻABBAR - FENEK IMQAXXAR ĦAJ", "12235.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 11827, dwar fenek li allegatament ġie mqaxxar ħaj f'ħanut ġewwa Ħaż-Żabbar, jista' il- Viċi Prim Ministru jgħid jekk iż-żewġ persuni identifikati mill-pulizija ġewx arrestati u jekk intalbux jagħmlu statement?", "Meta ġew arrestati u liema uffiċjal tal-pulizija qed imexxi l-istħarriġ?", "Ladarba l-pulizija identifikat liż-żewġ persuni allegatament indikati f'dan l-att krudili, meta hemm il-ħsieb li jitressqu l-qorti?", "Billi l-poplu Malti u Għawdxi fil-maġġoranza l-kbira tiegħu jħobb l- annimali u każi bħal dawn mhux biss jistmerrhom iżda jkun jixtieq li ssir ġustizzja ma' dawk responsabbli, jista' jara li dan il-każ jingħata l- importanza li tixraqlu?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li wara rapporti li dehru fil- gazzetti, il-pulizija ta' Ħaż-Żabbar kienet bdiet investigazzjoni.", "Fil-kors ta' din l-investigazzjoni, il-pulizija interrogat żewġ persuni li kienu suspettati li kienu involuti.", "Dawn iż-żewġ persuni ġew akkużati quddiem il-qorti talli ġiegħlu annimal isofri uġigħ, tbatija jew dwejjaq mingħajr bżonn, b'mod li ma kienx hemm l-inqas tbatija fiżika u mentali għall-annimal kif kien xieraq fiċ-ċirkostanzi.", "Il-każ tagħhom ġie deċiż nhar it-2 ta' Mejju, 2005 fejn ġew liberati mill- akkużi miġjuba kontra tagħhom.", "ADT - DOUBLE-DECKER BUSES", "12238.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Possibbli l-Ministru jgħid meta l-ADT kitbet lid-directorate general for transport and energy tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-problema tad- double-deckers?", "Jista' ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal- korrispondenza li għaddiet bejn l-ADT u l-Kummissjoni Ewropea dwar dan is- suġġett?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "BIR TA' SKART", "12239.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' il-Ministru jgħid kemm skart inġabar tul l-2004 u l- 2005 wara li ġie dumped fil-kampanja u t-toroq?", "X'kienet l-ispiża?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Jien informat li l-iskart li nġabar matul l-2004 mit- toroq u l-kampanja hu ta' 20,000 tunnellata, bi spiża ta' Lm600,000; filwaqt li minn Jannar sa April ta' din is-sena nġabru 4,725 tunnellata bi spiża ta' Lm141,750.", "Din l-ispiża tkopri wkoll il-pagi tal-ħaddiema.", "SKART TAL-KOSTRUZZJONI", "12240.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid kemm-il tunnellata skart huwa kkalkolat li ġiet iffrankata mill-Magħtab kemm ilu li l-gvern preżenti ħa deċiżjoni biex skart tal-kostruzzjoni ma jibqax jintrema hemm?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li minn meta l- gvern ma baqax jaċċetta skart tal-kostruzzjoni fil-Magħtab, il-volum depożitat f'contractor sites tela' għal 1,980,996 tunnellata u dan ikopri l- perijodu mit-23 ta' Marzu, 2004 sa April 2005.", "TARZNA – IMPJEGATI TAL-KUNTRATTUR", "12243.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 12008, jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 12159 u jgħid kemm hemm impjegati tal-kuntrattur fit-tarzna u kemm hemm impjegati fuq kuntratt definittiv Maltin u barranin?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jien informat li bħalissa fit-tarzna hemm jaħdmu 63 impjegat tal-kuntrattur li 28 minnhom huma barranin.", "Rigward impjegati tat-tarzna li qegħdin fuq kuntratt definittiv, jien informat li bħalissa hemm 83 - minn dawn 71 huma apprendisti lokali, tlieta huma barranin u disgħa huma Maltin.", "NEFQA KAPITALI FUQ IT-TOROQ", "12244.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 12010 u 12170 u jagħti rendikont tan-nefqa kapitali fuq toroq mill-1988 sal-lum?", "Kemm minn din in-nefqa saret fuq proġetti ta' toroq partikolari u liema huma dawn il-proġetti?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "TISĦIĦ TAS-SIGURTA' FIL-FREEPORT", "12247.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kienx hemm xi żmien li fih l-awtoritajiet Amerikani offrew għajnuna għat- tisħiħ tas-sigurta' tal-freeport u tali għajnuna ġiet rifjutata?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Minn informazzjoni li għandi ma jirriżultax li l- freeport qatt ġie offrut xi għajnuna għat-tisħiħ tas-sigurta mill- awtoritajiet Amerikani u din l-għajnuna ġiet rifjutata.", "GĦAWDEX – QUEUING GĦAL-LIĊENZJI", "12248.", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 12059 dwar queues fid-dipartiment tal-liċenzji, jista' il-Ministru jgħid jekk il- miżuri li ħadet l-awtorita' tat-trasport ġewx introdotti wkoll fl-uffiċċju ta' Għawdex?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "ĦRUĠ TA' VISAS – INVESTIGAZZJONI TAL-PULIZIJA", "12249.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid fiex waslu l- investigazzjonijiet tal-pulizija dwar il-kwestjoni ta' l-allegati irregolaritajiet fil-ħruġ ta' visas mill-Ambaxxata Maltija f'Beijing?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi t-tweġiba li tajt għall- mistoqsija parlamentari 11550 għadha tgħodd.", "AFFARIJIET RURALI U AMBJENT - COMMUNICATIONS CO-ORDINATOR", "12251.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid f'liema skala jinsab il-communications co- ordinator tiegħu kif ukoll il-communications co-ordinator tas-segretarju parlamentari fi ħdan il-ministeru tiegħu?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Ninforma lill-Onor Interpellant li l-uffiċjali msemmija qegħdin f'dawk l-iskali skond il-linji gwida li hemm fid-dokument \"Engagement of Staff for Ministerial Secretariats\", pubblikat fit-2 ta' Mejju, 1999 u aġġornat fit-8 ta' Mejju, 2003.", "SPTAR MATER DEI - INĊINERATUR", "12252.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid meta se jkun istallat l-inċineratur fl-isptar Mater Dei?", "Hemm ħsieb li dan jibda jitħaddem qabel ma jiftaħ l- isptar ħalli jitnaqqas l-inkonvenjent għar-residenti?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninsab informat li r-rapport ta' proċess ta' pre- kwalifikazzjoni għax-xiri ta' l-impjant ta' dekontaminazzjoni ta' skart kliniku għall-isptar Mater Dei kien tlesta fit-8 ta' Novembru, 2004.", "Madankollu żewġ kumpanniji li ma kenux shortlisted appellaw mid-deċiżjoni u l-bord ta' appell tal-kuntratti, f'deċiżjoni pubblikata fit-8 ta' Frar, 2005 talab lill-bord ta' aġġudikazzjoni sabiex jevalwa mill-ġdid is- sottomissjonijiet ta' kumpannija minnhom.", "Il-bord bagħat ir-rapport tiegħu ta' evalwazzjoni fid-19 ta' April, 2005.", "Sakemm ma jiġix reġistrat xi appell ieħor, jinbeda l-proċess li jwassal għall-aġġudikazzjoni finali u eventwalment ix-xiri u stallar ta' l-impjant.", "Taħt ċirkostanzi normali huwa mistenni li dan il-proċess kollu jieħu madwar 12-il xahar.", "Huwa l-ħsieb li dan l-impjant jitħaddem qabel ma jinfetaħ l-isptar il-ġdid.", "MULTI MINN TAXXI", "12253.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm daħlu flus f'multi u interessi matul is-sena li għaddiet mid-dipartiment tat-taxxi interni, mid- dipartiment tal-VAT u mit-tax compliance unit fuq taxxi u VAT dovuti rispettivament?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "EDUKAZZJONI - ICT CENTRE", "12254.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jikkonferma l-Ministru li hemm koppja miżżewġa fl-ICT centre li mhux talli jaħdmu flimkien, talli qegħdin ukoll fuq l-istess mejda?", "Jikkonferma li l-mara żammet kunjomha ta' xebba?", "Veru li fil- preżent hi qiegħda fuq parental leave għal sena u għalhekk mhux suppost li taħdem, waqt li r-raġel qed jaħdem courses filgħaxija għal martu u din ta' l-aħħar kemm tiffirma għalihom?", "Jista' jgħid dawn kif qegħdin jaħdmu flimkien meta mhux suppost li membri ta' l-istess familja jagħmlu dan?", "Jista' jgħid ukoll kif ir-raġel qed jaħdem courses għal martu u hi tiffirmahom?", "Jista' jgħid jekk hux minnu jew le li r-raġel qed jagħti lectures l- universita' lill-istudenti tal-B.Educ.?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li minn stħarriġ fid-dipartiment konċernat ma jirriżultax korrett it-tagħrif fil-mistoqsija.", "BINI FI STAT PERIKOLUŻ", "12255.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' il-Ministru jgħid x'irid jagħmel il-pubbliku biex jirrapporta bini perikoluż li jkun qed jikkaġuna periklu lil terzi?", "Min hu intitolat għal dan is-servizz?", "Min huma l-periti involuti li joffru dan is- servizz?", "Xi proċedura jadotta d-dipartiment tal-building and engineering?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li biex jirrapporta bini perikoluż, il-pubbliku jrid jinforma lill-pulizija fl-għassa tal- lokal.", "F'każi fejn dan il-bini jirrappreżenta periklu għall-pubbliku in ġenerali, il-pulizija tagħmel talba lit-taqsima tax-xogħlijiet biex jintbagħat perit mill-istess taqsima biex jagħmel rapport dwar il-każ.", "Dan isir ukoll f'dawk il-każi fejn inkwilini ta' bini li jkun fi stat perikoluż ikun intitolat għall-għajnuna soċjali.", "F'kull każ ieħor, terzi persuni jridu jipproċedu kontra s-sid tal-bini li jkun qiegħed jikkaġuna l-periklu billi jqabbdu perit privat biex jagħmlilhom rapport u intimazzjoni biex jitneħħa l-periklu.", "Fejn jidħlu każi li jikkonċernaw il-pubbliku in ġenerali u dawk li huma intitolati għall-għajnuna soċjali, id-dipartiment tal-bini u inġinerija huwa d-dipartiment responsabbli mit-tħaddim ta' l-iskema ta' dangerous structures fir-rigward ta' formulazzjoni ta' rapporti tekniċi.", "Teżisti skeda fost il-periti kollha tat-taqsima tax-xogħlijiet li titħaddem fuq bażi ta' roster ta' kull sitt xhur.", "KONTIJIET TAD-DAWL", "12272.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jara kif tliet kontijiet separati tad-dawl hawn mehmuża jġibu l-ammonti rispettivi ta' Lm119.52, Lm106.66 u Lm233.13 – dawn ikopru l-perijodi 31 ta' Diċembru, 2004 sat-22 ta' Frar, 2005, il-31 ta' Awissu, 2004 sal-31 ta' Diċembru, 2004 u t-3 ta' Mejju, 2004 sal-31 ta' Awissu, 2004 rispettivament - meta s- soltu kont ma jaqbeżx il-Lm100 u dan għal perijodu ta' erba' xhur u mhux xahrejn?", "Jista' jara li dawn il-kontijiet jiġu investigati u din il- familja tħallas dak li verament għandha tħallas?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-informazzjoni għadha qed tinġabar.", "XGĦAJRA - FTUĦ TA' TRIQ", "12273.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 10965, jista' il-Ministru jagħti tweġiba issa li l-pjanta mitluba qed tintbagħat separatament?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "MEPA – HOTEL DEMOLITION", "12277.", "L-ONOR.", "ROBERT ARRIGO staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jinformana jekk bħalissa hemmx applikazzjonijiet quddiem il-MEPA minn lukandi jew stabilimenti ta' akkomodazzjoni li jridu jibdlu l-ġeneru tax-xogħol, fis-sens li titwaqqa' il-lukanda u minflokha jinbnew appartamenti?", "Jista' jinformana kemm huma fit-total?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: L-informazzjoni qegħda tinġabar u risposta tingħata aktar 'il quddiem.", "STATISTIKA FUQ TURIŻMU", "12278.", "L-ONOR.", "ROBERT ARRIGO staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Fl-isfond ta' l-istatistika li toħroġ kull xahar fuq turisti li jitilqu minn Malta, jista' il-Ministru jispjega għaliex hemm numru dejjem jikber ta' \"others\"?", "Hemm raġuni għal dan?", "Jista' jgħid jekk dawn in-nies joqogħdux Malta għal iżjed minn ġurnata jew ikunux hawn in transit?", "X'tagħmel l-MTA għall-marketing ta' dawn l-\"others\"?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li l-NSO fl-2003 biddlet il- mod ta' kif tiġbor l-istatistika tat-turiżmu.", "L-istatistika qabel Marzu 2003 kienet ibbażata fuq kemm jiġu turisti Malta, statistika li kienet tinġabar mid-disembarkation cards u kienet tinkludi l-għadd ta' kull turist li jiġi Malta.", "Fl-2003 l-istatistika bdiet tinġabar permezz ta' survey u bbażata fuq it-turisti li jitilqu minn Malta.", "Statistika ta' l-NSO qed tiġi ppubblikata għal dawn il-pajjiżi: Awstrija, Belġju, Danimarka, Franza, Ġermanja, Italja, Olanda, Svezja, Ingilterra, Norveġja, Svizzera, Russja, Libja u l-Amerika, filwaqt li l-pajjiżi l-oħra huma inklużi taħt others, skond it-tabella mqiegħda fuq il-mejda tal-Kamra.", "Dawn il-pajjiżi l-oħra jinkludu l-pajjiżi kollha li mhumiex imsemmija fil- lista provduta mill-NSO, li allura tinkludi pajjiżi bħal Spanja, Portugal, Ġappun, Ċina, Greċja, Fillandja, Kroazja u pajjiżi oħra.", "Naturalment iċ- ċifra ta' others bilfors tikber għax l-ammont ta' turisti li jitilqu minn Malta għal dawn il-pajjiżi l-oħra qiegħed jikber u nista' ngħid ukoll li d- definizzjoni ta' turist tinkludi dawk in-nies li joqogħdu Malta mill-inqas lejl wieħed.", "L-awtorita' Maltija għat-turiżmu tagħmel marketing u promotion f'diversi pajjiżi li jinkludu l-Ingilterra u l-Irlanda, il-Ġermanja, l-Ewropa tal- Lvant, l-Awstrija, l-Isvizzera, l-Olanda, il-Belġju u l-Lussemburgu, l- Italja, Spanja, il-Portugal, Franza, ir-Russja, l-Ukranja u l-Istati Baltiċi, l-Iskandinavja u l-Ġappun.", "Il-marketing jinkludi diversi attivitajiet, fosthom: fieri u esebizzjonijiet, l-użu ta' l-internet u l- website, press campaigns, roadshows, kampanji ta' reklamar, brochures, hosting ta' ġurnalisti u oħrajn.", "ĦAMRUN – FTUĦ TA' ĦANUT", "12279.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid fiex wasal l-appell dwar liċenzjar ta' persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li l-każ huwa xi ftit kumplikat u ġie riferut għall-konsiderazzjoni tal-bord ta' appell wara konsultazzjoni ma' l- uffiċċju ta' l-avukat ġenerali.", "Il-bord ġie mitlub jittratta dan il-każ mill-aktar fis possibbli.", "DAR IL-MEDITERRAN", "12288.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet li l-bord ta' Dar il-Mediterran ċaħad l-użu tal-faċilitajiet biex tittella' wirja/attivita' ta' travestiti?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Hija l-proċedura tal-ministeru li bħala regola ma jindaħalx f'deċiżjoni ta' natura ordinarja fi ħdan l-enti fid- dekasteru tiegħu.", "Din id-deċiżjoni kienet waħda li ħa l-bord responsabbli mit-tmexxija ta' Dar il-Mediterran fid-diskrezzjoni tiegħu.", "KAĊĊA U NSIB", "12290.", "L-ONOR.", "CLYDE PULI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jagħti dettalji dwar id-diskussjonijiet li qegħdin isiru ma' l-Unjoni Ewropea dwar il-kaċċa u l-insib?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Il-pożizzjoni tal-gvern dwar il-kaċċa u l-insib hija dejjem ibbażata fuq dak li kien ġie negozjat u maqbul ma' l-Unjoni Ewropea.", "Fejn tidħol kaċċa fir-rebbiegħa, bis-saħħa tat-tħaddim tad-deroga li kiseb il-Gvern Malti – din tinsab fid-dokument maħruġ fi tmiem in-negozjati bejn Malta u l-Unjoni - il-gvern għadu jsostni d-diversità ġenetika ta' l-ispeċi mgħammra fil-magħluq.", "L-intenzjoni tal-gvern hi li f'dawn il-parametri jippermetti l-insib għall-għasafar ta' l-għana wara dik id-data.", "Pero' l-impenn tal-gvern jibqa' dak li jagixxi bil-qawwa kontra l-prattiċi illegali li sfortunatament jitfgħu dawl ikrah fuq il-kaċċa u l-insib f'pajjiżna.", "HANDYMAN SERVICE FOR THE ELDERLY", "12291.", "L-ONOR.", "CLYDE PULI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid kemm-il talba daħlet lid- dipartiment ta' l-anzjani għal handyman service matul l-aħħar sentejn?", "Jista' jagħti rendikont ta' x'tip ta' xogħol kien rikjest, ngħidu aħna xogħol ta' l-ilma, xogħlijiet ta' l-elettriku, xogħol ta' mastrudaxxa, eċċ.?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li f'dawn l-aħħar sentejn, in-numru ta' talbiet li daħlu fid-dipartiment ta' l-anzjani u kura fil-komunita' biex jagħmlu użu mis-servizz tal-handyman hu ta' 2,334, bix- xogħol jikkonsisti l-iktar f'dak ta' plumbing, dawl u xogħol ta' mastrudaxxa.", "ĦARSIEN TAL-WIRT NAZZJONALI", "12292.", "L-ONOR.", "ROBERT ARRIGO staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Wara l-inċidenti ta' Portes des Bombes, ma jaħsibx il-Ministru li jkun aħjar li jkun hemm cctv cameras f'postijiet ta' wirt nazzjonali minflok li nduru għal kontravenzjonijiet tal-parking, ġaladarba l-ħarsien ta' dan il- wirt jiswa iktar flus mill-ftit mijiet li jinġabru mill-multi?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li diġa' jeżistu diversi tipi ta' sistemi ta' sigurta' f'diversi siti u mużewijiet li għalihom huwa responsabbli l-ministeru għat-turiżmu u kultura.", "Siti oħrajn huma mgħassa b'riżorsi umani.", "Il-ministeru qed jinvesti f'aktar sistemi avanzati skond il-prioritajiet u riżorsi li għandu għad-dispożizzjoni tiegħu.", "Infakkar ukoll lill-Onor.", "Interpellant li s-cctv cameras mgħammra għal- kontravenzjonijiet tat-traffiku mhumiex la stallati u lanqas operati mill- gvern ċentrali iżda mill-kumitati konġunti li jirrappreżentaw il-kunsilli lokali.", "FGURA: TRIQ IL-MERĦBA - ASFALTAR", "12293.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jgħid meta se tiġi asfaltata Triq il-Merħba fil- Fgura?", "Hija mniżżla fil-lista ta' prioritajiet?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "ĦAL QORMI: TRIQ L-IMDINA – TINDIF TA' CULVERTS", "12294.", "L-ONOR.", "CLYDE PULI staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Jista' il-Ministru jgħid jekk hijiex responsabbilta' ta' l-awtorita dwar it-trasport li tieħu ħsieb it-tindif tal-culverts fi Triq l-Imdina, Ħal Qormi?", "Meta l-aħħar li tnaddfu?", "Meta jmiss li jerġgħu jitnaddfu?", "Jistgħu jitnaddfu mingħajr dewmien?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "KORDIN – UFFIĊJALI TAL-ĦABS", "12295.", "L-ONOR.", "CLYDE PULI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm għandu jkun il- complement ta' l-uffiċjali u l-ħaddiema oħra fil-ħabs?", "Kemm fil-fatt hu llum?", "Meta hu maħsub li jimtela?", "Kemm kienu dawk li bdew il-kors ta' taħriġ għal uffiċjali tal-ħabs?", "Kemm minnhom temmew il-kors?", "Meta hu maħsub li jiġu ngaġġati t-TCOs li fis-27 ta' Marzu li għadda temmew il- kors ta' taħriġ għal uffiċjali tal-ħabs?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi fil-preżent l-istaff complement tal-ħabs hu kif ġej:", "|Direttur | 1| |Assistant Correctional| 3| |Officer | | |Senior Correctional | 22 | |Officer | | |Correctional Officer | 148 | |Trainees C.O | 38 |", "Hemm ukoll 29 membru tal-korp tal-pulizija assenjati fuq xogħol fil-ħabs kif ukoll erba' impjegati ċivili.", "In-nuqqas ta' staff se jimtela fil-ġranet li ġejjin billi t-trainees isiru tal-post.", "Informat ukoll illi għall-kors li rrifera għalih l-Onor.", "Interpellant kien hemm 45 trainees, li minnhom 38 temmew il-kors b'suċċess.", "KUNSILL LOKALI ĦAŻ-ŻEBBUĠ – SEGRETARJU ESEKUTTIV", "12296.", "L-ONOR.", "CLYDE PULI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jinvestiga jekk it- terminazzjoni ta' l-impjieg tas-segretarju esekuttiv tal-kunsill lokali ta' Ħaż-Żebbuġ saretx skond il-liġi u l-proċeduri stabiliti?", "F'liema laqgħa u f'liema data ġie deċiż li jiġi tterminat il-kuntratt tax-xogħol tas- segretarju esekuttiv?", "X'kien l-eżitu tal-vot fuq ir-riżoluzzjoni tat- terminazzjoni?", "Meta fil-fatt kienet l-aħħar ġurnata tax-xogħol tas- segretarju esekuttiv?", "Kien diġa' hemm ir-riżoluzzjoni tal-kunsill meta nħarġet l-ittra tat- terminazzjoni ta' impjieg?", "Jekk le, fuq liema awtorita' aġixxiet is-sindku biex tittermina dan l-impjieg?", "Jekk it-terminazzjoni ta' l-impieg ma seħħitx skond il-proċeduri stabiliti, x'passi se jieħu d-dipartiment tal- kunsilli lokali?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li l-kuntratt tas-segretarju esekuttiv tal-kunsill lokali ta' Ħaż-Żebbuġ skada fl-1 ta' Mejju, 2005 u s'issa ma ttieħdet ebda deċiżjoni fuq it-tiġdid jew le mill-kunsill.", "KUNSILL LOKALI ĦAŻ-ŻEBBUĠ – AMMINISTRAZZJONI TA' FONDI", "12297.", "L-ONOR.", "CLYDE PULI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Ministru jgħid jekk id-dipartiment tal- kunsilli lokali investigax lill-kunsill lokali ta' Ħaż-Żebbuġ dwar amministrazzjoni ħażina ta' fondi?", "X'inhu l-eżitu ta' din l- investigazzjoni?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li d-dipartiment għall-kunsilli lokali kien ikkummissjona lid-direttur ta' l-awditjar intern u l- investigazzjonijiet sabiex jinvestiga numru ta' allegazzjonijiet dwar amministrazzjoni ħażina ta' fondi mill-kunsill lokali ta' Ħaż-Żebbuġ.", "Ir-rapport hu lest u qiegħed jiġi studjat sabiex jittieħdu passi ulterjuri skond il-każ."]} {"filename": "20060208_351d_par.doc", "date": "2006-02-08", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Uffiċjali u Rivedut) L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 351 L-Erbgħa, 8 ta' Frar 2006 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 351", "L-Erbgħa, 8 ta' Frar 2006", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.02 p.m.", "Talba", "Seduta Nru. 351", "L-Erbgħa, 8 ta' Frar 2006", "WERREJ", "MINUTI 410", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 410", "TQEGĦID TA' KARTI 416", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IS-SIGURTA' SOĊJALI", "SOCIAL SECURITY (AMENDMENT) BILL 417", "AĠĠORNAMENT 435", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 439", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 350 li saret fis-7 ta' Frar, 2006 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "WSC", "14202.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm service applications daħlu għand id-WSC?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni): Ninsab informat li l-ammont ta' service applications li l-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma rċeviet fl-2004 kien jammonta għal 4,433, waqt li l-ammont sa l-aħħar ta' Awissu 2005 kien ta' 2,802.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Azzopardi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JASON AZZOPARDI: Sur President, jekk il-Kamra tippermettili nagħmel domanda li m'hijiex marbuta direttament mal-mistoqsija oriġinali, xtaqt inkun naf fiex wasal il-proċess ta' privatizzazzjoni tal-Maltacom, anke in vista ta' dak li ntqal riċentement fil-ġurnali.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Kif tħabbar ġimgħatejn ilu, gruppi tekniċi li isimhom tħabbar fil-ġurnali qegħdin janalizzaw il-bids li nxteħtu sabiex isir il- proċess ta' privatizzazzjoni tal-Maltacom.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: X'inhi r-raġuni li l-Maltacom ħadet sena u nofs biex tiddeċiedi li tibgħat kont lil dawk li għandhom linja fissa oħra - fis-sens li għandhom extension mid-dar għal x'imkien 'il bogħod – u dan wara li r- regolatur kien ta l-permess li togħla r-rata li minn xi Lm18 issa telgħet għal Lm230 fis-sena?", "Ma jidhirlux il-Ministru li l-Maltacom kien imissha avżat mill-bidu li kien se jiġri hekk għax b'din ir-rata l- ġdida, is-subscriber qed jiġi penalizzat u jaqbillu jdaħħal linja oħra milli jeħel dawn l-ispejjeż?", "X'se tkun il-pożizzjoni ta' dawk is- subscribers li ilu ma jintbagħtilhom kont u issa ntbagħtilhom kont kontun f'daqqa?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Sur President, l-Onor.", "Membru jrid japprezza li d- domanda supplimentari li qed jagħmilli hija totalment differenti minn dik preċedenti, fejn irrispondejt dwar il-proċess ta' privatizzazzjoni li għalih huwa responsabbli l-bord.", "Id-domanda ta' l-Onor.", "Mizzi tirriferi għall-operat tal-Maltacom u hu jaf li gvern Laburista kien poġġa l- Maltacom fuq l-istock exchange u minħabba dawn ir-raġunijiet, jien impedut milli nitlob din it-tip ta' informazzjoni lill-Maltacom u d-diretturi huma mpeduti bil-liġi milli lili fil-Parlament jagħtuni din it-tip ta' informazzjoni.", "Jekk l-Onor.", "Mizzi jidhirlu xieraq, jista' jagħmel id-domanda tiegħu direttament lill-Maltacom.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Ma jidhirlux il-Ministru li bil-mod kif weġibni issa donnu li qiegħed jipprova jaħrab mir-realta'?", "Għax fi żmien gvern Laburista kienu jsiru mistoqsijiet ta' dan it-tip u l-uffiċjali tal- Maltacom kienu jagħtu l-informazzjoni - veru li xi kultant ma kenitx tiġi żvelata ċertu tip ta' informazzjoni għal raġunijiet ta' natura kummerċjali - u barra minn hekk jien anke poġġejt dokumentazzjoni fuq il-mejda tal- Kamra biex nuri li l-Maltacom lill-ministru tgħaddilu t-tagħrif kollu meta tiġi hekk mitluba.", "Allura għalfejn il-Ministru qed jibqa' iwebbes rasu u ma jagħtix l-informazzjoni li nitolbuh, anke meta jaf li t-tagħrif xorta waħda qed jiġi żvelat, għalkemm indirettament?", "Sur President, fuq xi ħaġa kompletament differenti, jista' il-Ministru jgħidilna jekk humiex se jintbagħtu l-kontijiet tad-dawl u l-ilma qabel l- elezzjonijiet tal-kunsilli lokali?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nibda bl-aħħar domanda u nassigura lill-Onor.", "Mizzi li aħna assolutament ma nikkupjawx lill-partit Laburista f'dawn l- affarijiet.", "Il-kontijiet tal-dawl u l-ilma se noħorġuhom u nassigurah li l-fatt li se jsiru l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali, ma jagħmel l-ebda differenza għalina, Sur President.", "L-unika differenza bejnna u l-partit Laburista hi li l-poplu Malti llum fehem ir-raġuni tan-neċessita' li ndaħħlu s-surcharge, għalkemm nista' naħseb li ħadd ma jieħu gost biha.", "Ir-reazzjoni pubblika hija totalment differenti minn kif kienet fi żmien meta l-partit Laburista kien fil-gvern, meta huma kienu għollew il-kontijiet daqskemm għollejnihom aħna u aktar u b'riżultat t'hekk kien waqa' il-gvern ta' Dr. Alfred Sant.", "Issa mhux talli ma ġarax hekk talli l-poplu fehem għaliex kellu jiġri hekk.", "(Interruzzjonijiet) Nassigurak li m'inti se tara xejn għax il-gvern m'huwiex se jaqa'.", "Aħna se nagħmlu t-term tagħna kollu għax hemm differenza kbira bejn kif imexxi Lawrence Gonzi u kif imexxi Alfred Sant.", "Il-kwalita' ta' leadership hi kemmxejn differenti u allura se nagħmlu t-term kollu u m'aħniex se nispiċċaw wara sentejn żgur.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom, inżommu l-ordni u nitlob lill-Ministru jindirizza lis-Sedja.", "ONOR AUSTIN GATT: Rigward il-Maltacom, ir-risposta li tajt hija r-risposta li għandha tingħata.", "Nassigura lill-Onor.", "Mizzi li fil-każ eċċezzjonali fejn darba l-uffiċċju tiegħi kien bi żball bagħat id-domandi lill-Maltacom, kont ġbidtilhom l-attenzjoni li dawn id-domandi lanqas biss għandhom għalfejn imorru għand il-Maltacom.", "U safejn naf jien minn dakinhar id- domandi qatt ma marru iktar għand il-Maltacom, Sur President.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Ma jidhirlux il-Ministru li għallinqas għandu jieħu l- inkarigu li jwassal dan l-ilment lill-Maltacom bit-tama li tikkonsidra l- pożizzjoni tagħha mill-ġdid.", "Għax bejn il-permess mogħti mir-regolatur biex jgħollu r-rata u l-ħruġ tal-kontijiet bir-rata l-għolja għaddew xi sena u nofs.", "Nerġa' intenni li kieku n-nies kienu jafu x'se jiġri, kien aktar jaqblilhom li jdaħħlu linja ġdida tat-telephone għax kienet tiġihom ħafna irħas.", "Kif beħsiebu jilqa' għal din il-problema l-gvern ladarba n- nies ġew żvantaġġati b'dan il-mod?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Lill-Onor.", "Mizzi diġa' ssuġġerejtlu biex jikteb lil Maltacom direttament.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jiġifieri l-Ministru ma jrid jieħu l-ebda nota ta' dak li qed ngħidlu?", "Għax allura dan li qed jgħid hu jfisser li m'għandniex għalfejn niġu hawn u nagħmlu l-mistoqsijiet supplimentari, imma nistgħu naqbdu u nitolbu l-informazzjoni mingħand l-ente li tkun.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Fil-każ tal-Maltacom jista' ma jagħmilx domandi la supplimentari u lanqas oriġinali għax se jkollu dejjem l-istess risposta.", "Din is-sitwazzjoni ġabha b'idejh gvern Laburista u dan spjegajtu b'mod dettaljat għal darba, tnejn, tlieta.", "Kien gvern Laburista li ddeċieda li jpoġġi l-Maltacom fuq l-istock exchange - u sewwa għamel - meta r-regoli ta' l-istock exchange huma ċarissimi għax għandek il-protezzjoni tal- minoranzi li m'hemmx fil-każi l-oħra u hemm wkoll regoli speċifiċi li jimpedixxu milli jsiru dawn it-tip ta' affarijiet.", "Jien m'iniex responsabbli mill-Maltacom daqskemm jien responsabbli f'kumpanniji oħra, bħal fil-każ tal-MIMCOL, fejn il-gvern għandu mija fil- mija tax-shares.", "Jiena shareholder daqs kull shareholder ieħor fil- Maltacom.", "Min għandu share għandu l-istess poter li għandu Austin Gatt bħala ministru li jirrappreżenta lill-gvern fil-Maltacom.", "M'hemm l-ebda differenza assolutament u għalhekk li r-risposti ma jingħatawx, Sur President.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Imma għaliex dan il-kambjament radikali llum meta fiż- żmien li aħna konna fil-gvern u konna ġejna biex nipprivatizzaw parti mill- Maltacom, tal-partit Nazzjonalista, li dak iż-żmien kienu fl-oppożizzjoni, kienu talbu li jibda jkun hemm diskussjoni fuq il-Maltacom u fil-prinċipju konna aċċettajna din it-talba?", "Allura issa għaliex ma jriduhiex issir din id-diskussjoni?", "Bħalma huma qablu li l-Maltacom għandha tiġi floated fuq l- istock exchange u qablu wkoll li għandu jkun hemm diskussjoni dwarha, issa għalfejn qegħdin jiċħdulna d-dritt li niddiskutu u lanqas biss iridu jagħtuna ċ-ċans nistaqsu dwarha?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jiena qatt ma kelli talba biex issir diskussjoni fuq il-Maltacom u nerġa' ngħid li domandi fuq il-Maltacom ma nistax inweġibhom jien għax id-diretturi huma obbligati li dik it-tip ta' informazzjoni lili ma jagħtuhilix.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mario Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Bil-permess tal-Kamra, iktar milli mistoqsija xtaqt nagħmel suġġeriment dwar xi ħaġa kompletament differenti minn dak li qed jitqajjem bħalissa.", "Meta f'xi lokalita' jinqata' id-dawl minħabba xi ħsarat, bħalma ġara l-bieraħ f'Wied il-Għajn, dak li jkun ħafna drabi jsibha diffiċli biex jaqbad ma' l-Enemalta biex jirrapporta l-ħsara.", "Fil- fatt jien personalment domt madwar siegħa sakemm irnexxieli naqbad magħhom il-bieraħ, Sur President.", "Nifhem li dawn jiġu inondati bit-telefonati u għalhekk nissuġġerixxi li jew l-Enemalta iżżid il-linji tagħha jew inkella tara x'tista' tagħmel, peress li huwa frustranti ħafna għal min ikun qed jiffaċċa din it-tip ta' problema.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Naqbel perfettament ma' l-Onor.", "Galea.", "Il-problema m'hijiex tant il-linji tat-telephone li huma faċli biex iżżid, pero' in- nuqqas ta' effiċjenza fil-call centres li jieħdu ħsieb id-WSC kif ukoll l- Enemalta.", "In-nies li qegħdin f'dawn il-call centres għandhom jiġu mħarrġa aħjar, Sur President.", "Fil-fatt ilna x-xhur li tlabna l-permess ta' l-uffiċċju ċentrali li għandu l-gvern fl-uffiċċju tal-prim ministru biex nirreklutaw 15-il persuna speċifikatament biex jiġu mħarrġa sabiex iħaddmu l-call centre, imma s'issa dan il-permess għadu ma ġiex.", "Għax għalkemm hemm nies żejda kemm ma' l- Enemalta kif ukoll mad-WSC, ma jidhrilniex li dawn jistgħu jiġu ttrenjati biex jaħdmu b'mod effiċjenti fuq call centre.", "Meta jkollok call centre ma jfissirx li wieħed għandu sempliċement jirrispondi t-telephone u ejja ħa mmorru.", "Din irid ikollok fiha nies li jkunu kapaċi jwieġbu għad-domandi li jsirulhom minn min iċempel, speċjalment meta jinqalgħu xi diffikultajiet.", "Jidhirli li jekk verament irridu nikkonċentraw fuq customer service, dawn iż-żewġ korporazzjonijiet li jservu lill-poplu Malti għandu jkollhom call centre suret in-nies, Sur President.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Galea.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Sur President, nafu wkoll li kien hawn kontroversja dwar l-allegat skarsezza ta' ċilindri tal-gass.", "Il-Ministru jikkonferma li bħalissa hawn iktar provvista milli hawn domanda?", "Apparti minn hekk, x'feedback kellu l-Ministru għall-miżuri li ħadet l-Enemalta li jkun hemm numru ta' bejjiegħa reġjonali f'diversi postijiet imxerrdin ma' Malta u Għawdex?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Skond informazzjoni li ngħatajt ftit tal-ġranet ilu, nikkonferma li hawn provvista adegwata ta' ċilindri ġodda biex jimtlew.", "Nikkonferma wkoll li kunsinni ta' gass qegħdin jaslu regolarment, kif ordnati mill-Enemalta, ħlief għal dawk l-erbat ijiem ta' maltemp fejn il- vapur kien qiegħed barra u ma setax jidħol.", "Hija sfortuna li ġurnal partikolari - qed nirriferi għal \"l-orizzont\" - ipprova joħloq paniku diversi drabi u minkejja li kull darba ċħadna bl-iktar mod kategoriku dawn it-tip ta' asserzjonijiet, baqgħet tingħata l-impressjoni li kien se jerġa' ikun hawn xi tip ta' skarsezza.", "Il-bejgħ tal-gass din is-sena żdied sostanzjalment, Sur President.", "L-Enemalta ħadet ħsieb li tordna ċilindri aktar milli qatt kienet ordnat qabel, kif ukoll ħadet ħsieb li ġġib kunsinni ta' gass b'mod iktar frekwenti milli qatt kienet iġġib qabel u nqabeż ukoll dak li konna qed nipprevedu bħala żieda fis-supply.", "L-impjant tħaddem b'mod effiċjenti, anke minħabba l-arranġamenti li għamilna mal-GWU dwar kif għandu jitħaddem u llum qegħdin ċertament inlaħħqu mad-domanda.", "Is-suċċess tal-bejjiegħa reġjonali jidher mill-fatt li kuntrarjament għal dak li kien qiegħed jiġri s-sena l-oħra, kollha qed imorru lura bit-trakk tagħhom mgħobbi b'ċilindri ssiġillati, jiġifieri dejjem qed tibqagħlhom supply li ma tkunx għadha nbiegħet.", "Naħseb ukoll li ċerta sezzjoni ta' konsumaturi laqgħet din il-miżura b'mod tajjeb għax in-nies issa jistgħu jmorru jixtru bil-kumdita' kollha, anke jekk iġorru ċ-ċilindru huma stess.", "Irrid ngħid li din hija miżura addizzjonali għax il-bejgħ fid-djar bieb bieb baqa' għaddej u se jibqa' għaddej għax ċertament huwa servizz neċessarju u uniku għax ma tantx issibu f'pajjiżi oħra.", "Nieħu hawn din l-okkażjoni biex nirringrazzja lid-distributuri, b'mod partikolari l-GRTU, li kkoperaw ma' l-uffiċjali ta' l-Enemalta minn xhur qabel biex niżguraw li d-distribuzzjoni ssir bl-inqas problemi possibbli u li nespanduha kemm jista' ikun.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jista' il-Ministru jgħid kemm il-ġurnata trid tistenna bejn wieħed u ieħor sabiex tieħu ċilindru tal-gass ġdid?", "Jista' jgħidli wkoll jekk iċ-chief executive li kien hemm qabel fl-Enemalta tkeċċiex jew telaqx minn jeddu?", "Jista' jgħid ukoll jekk ingħatax somma flus?", "Jekk iva, kemm ingħata u x'inhi r-raġuni?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Dwar l-ewwel parti tad-domanda m'għandix informazzjoni u għalhekk nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmilha bil- miktub.", "Dwar l-ex-chief executive ta' l-Enemalta m'għandix dettalji, pero' naf li kien intlaħaq ftehim bejnu u l-Enemalta li kellu jispiċċa.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Azzopardi.", "ONOR.", "JASON AZZOPARDI: Wara li l-bieraħ qrajna li sar l-ewwel vjaġġ tal- vapur \"Malta Motorways of the Sea\", jista' il-Ministru jikkonferma li dan is-servizz qed ikopri l-ħteġijiet ta' l-importaturi u esportaturi Maltin?", "Jista' jgħid kif il-public service obligations huma koperti bis-servizz li beda jingħata minn dan il-vapur?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nikkonferma illi r-rotta Malta-Salerno, kif qed titħaddem bħalissa minn dan il-vapur, tolqot il-bżonnijiet ta' l- importaturi u l-esportaturi tagħna għas-sempliċi raġuni li it is in line ma' dak li kien ġie miftiehem bejn il-linja Grimaldi u ċ-chamber of commerce, l-FOI u l-GRTU.", "Dawn it-tlieta stqarrew pubblikament li huma sodisfatti bl-arranġamenti", "ġodda li bdew jitħaddmu madwar xahar u nofs ilu.", "Ta' min jgħid li minn mindu dawn bdew jitħaddmu, jiena ma rċevejt l-ebda complaint mingħand dawn l-organizzazzjonijiet.", "Dwar il-public service obligations, strettament m'għandix nirrispondi jien imma l-Ministru Ċensu Galea għax il-PSO joħroġ minn taħt l-MMA.", "Pero' nista' nikkonferma li l-kuntratt temporanju li ngħata għal sena lill-Malta Motorways of the Sea - għax it-tender għall-PSO irid joħroġ, pero' huwa kopja ta' l-intended PSO - jobbligah li jagħmel it-trip Malta-Salerno b'ċerta frekwenza u b'ċertu tip ta' vapur li jassigura li jġorr fuqu l- hazardous cargo kollu li għandna bżonn u jobbligah li jagħmel żewġ trips fil-ġimgħa, wieħed minn Salerno u l-ieħor minn Catania, bl-istess prezz li kienet tiċċarġja s-Sea Malta.", "U dan minkejja li s-Sea Malta kienet tmur biss sa Reggio Calabria, li allura tiġi madwar 200 kilometru iktar south minn Salerno.", "Allura min imur mal-Malta Motorways of the Sea qed jitla' iktar north u bl-istess flus qed jiffranka vjaġġ ta' 200 kilometru.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Dwar il-bejgħ tal-bastimenti tas-Sea Malta suppost kellha ssir inkjesta u kellu jinħatar xi ħadd biex jinvestiga.", "Jista' il- Ministru jgħid jekk din il-persuna nħatretx?", "Hemm xi riżultati?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Dwar ir-riżultati mhux lili jrid jistaqsi imma lill- prim ministru għax hu appunta l-inkjesta.", "Li nista' ngħidlu hu li fuq il- gazzetti qrajt li ġie appuntat l-Imħallef Manche'.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Azzopardi.", "ONOR.", "JASON AZZOPARDI: Jista' il-Ministru jgħid kemm mill-ħaddiema tas- Sea Malta sabu mpjieg?", "Kemm minnhom ġew impjegati mill-Malta Motorways of the Sea?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jiddispjaċini imma ma nistax nagħtih din l- informazzjoni għax il-proċess qed jiġi ddirezzjonat, ikkontrollat u mmexxi mill-uffiċċju tal-prim ministru.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jista' il-Ministru jgħid x'sar mill-bastimenti tas-Sea Malta?", "Peress li jiena stess rajt wieħed mill-bastimenti jixxiftja min- naħa għal oħra fil-port, jista' il-Ministru jgħid ix-xogħol li kien qed jagħmel id-dockyard min qed iħallas għalih?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ir-responsabbilta' għall-bastimenti, bħal fil-każ ta' l-assi kollha li kellha s-Sea Malta, għaddew f'idejn il-likwidatur.", "Jiġifieri jekk l-Onor.", "Interpellant irid ikun jaf x'qed jiġri u mhux jiġri, nitolbu jagħmilli domanda speċifika ħalli nistaqsi lil-likwidatur.", "Safejn naf jien iż-żewġ bastimenti huma ankrati fil-Port il-Kbir u ovvjament jekk hemm xi spejjeż, ikunu jridu jitħallsu mil-likwidazzjoni.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Carmelo Abela, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Jista' il-Ministru jgħid jekk ċertu xogħol ta' tħammil li qed isir in-naħa tal-freeport jaqax taħt ir-responsabbilta' tiegħu?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR AUSTIN GATT: Le, m'humiex taħt ir-responsabbilta' tiegħi.", "MIX-XATT GĦAĊ-ĊENTRU TAL-BELT", "14203.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jgħid x'inhuma l-aħħar żviluppi dwar l- applikazzjoni għal fondi taħt l-Interreg III biex ikun hemm escalator mix- Xatt tal-Belt Valletta għal Kastilja?", "Xi kemm huwa maħsub li se jqum dan il- proġett u kemm minnhom ser toħroġ l-Unjoni Ewropea?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT (Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq): Ninsab informat li l-applikazzjoni għal fondi taħt l-Interreg III B biex ikun hemm mezz ta' komunikazzjoni mid-Dwana għal Kastilja ġiet", "sottomessa fl-ewwel ġimgħa t'Awissu fejn trid tiġi evalwata fil-ġimgħat li ġejjin mill-awtorita' Griega ta' l-Interreg III B. Il-budget totali tal-proġett huwa ta' €2.400,000 u Malta mistennija toħroġ l-ammont ta' €237.500.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Azzopardi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JASON AZZOPARDI: In vista ta' l-aħbar li ħarġet fil-media li l- proġett ta' cable car connection jinsab imwaħħal u li l-gvern donnu li qiegħed jaħseb f'termini oħra, jista' il-Ministru jgħid x'inhu l-istat ta' fatt u x'inhuma t-timeframes applikabbli f'dan il-każ?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Il-konsorzju Viset is-sena li għaddiet issottometta talba lill-gvern biex ikun hemm cable car connection bejn il- cruise passenger terminal u l-Barrakka.", "Fil-fatt anke talab biex ikun hemm kollegament bejn il-cruise passenger terminal u l-parti fejn ġejja l-park & ride.", "F'diversi okkażjonijiet din is-sottomissjoni ġiet evalwata kemm mill- kumitat tal-kabinett għal proġetti nazzjonali u xi drabi anke telgħet quddiem il-kabinett proprja.", "L-aħħar pożizzjoni hi li għalkemm m'hemm l- ebda diffikulta' għall-connection bejn il-park & ride u l-cruise passenger terminal, m'aħniex għal kollox konvinti bil-connection kif proposta bejn il- cruise passenger terminal u l-Barrakka.", "Minkejja wkoll li saru xi modifiki anke fejn il-landing station tal-Barrakka, il-pożizzjoni ma nbidletx u allura l-approvazzjoni biex dak il-proġett jimxi mill-cabinet jew mill- cabinet committee għall-proġett kollu kif mitlub mill-Viset, ma setgħetx tingħata.", "Apparti minn dan il-proġett, il-ministeru tiegħi, b'ċerta sinerġija mal- cabinet committee, beda jesplora mezzi u alternattivi oħra għal kif jista' ikun hemm konnessjoni vertikali bejn in-naħa t'isfel tal-Belt, fejn hemm id- dwana u d-ditches, u n-naħa ta' fuq tal-Belt, il-parti fejn hemm City Gate, u ġie żviluppat proġett.", "Il-project brief dwar dawn il-kollegamenti huwa diġa' lest, saru wkoll xi studji ta' feasibility u bħalissa qiegħda tinkiteb it-tender biex issir sejħa pubblika għal tali proġett.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Il-periti involuti f'dan ix-xogħol huma tal-Viset jew ġew maħtura periti apposta?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: It-talba tal-Viset għal cable car hija pjuttost privata.", "Fil-fatt il-Viset għamlet ukoll applikazzjoni lill-MEPA - ma nafx jekk hux outline jew full - għal dak l-iżvilupp u x-xogħol sar kollu mill- periti privati tagħha.", "Id-design brief li tkellimt fuqu sar kollu min-nies tal-ministeru, b'involviment ta' xi nies mill-MIMCOL.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mario Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Jista' il-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol fuq it- toroq t'Għawdex?", "Fuq kemm-il kilometru ta' toroq qegħdin nitkellmu?", "Meta hu maħsub li jitlesta x-xogħol u kemm se jiġi jiswa?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: F'Għawdex hemm żewġ tenders, wieħed li jinkludi t- triq mill-Imġarr sa Għajnsielem, li huwa ta' madwar kilometru u nofs u l- ieħor mir-Rabat għal San Lawrenz, li huwa ta' madwar erba' kilometri.", "Bl- amment ma nistax ngħid kemm se tkun l-ispiża, imma bejn wieħed u ieħor se tlaħħaq madwar it-€8 miljun bejn iż-żewġ proġetti.", "Nistgħu ngħidu li t- tender għat-triq ta' bejn ir-Rabat u San Lawrenz ingħatat, waqt li t-tender l-oħra ta' bejn l-Imġarr u Għajnsielem marret quddiem l-appell u malli din il-kwestjoni tiġi riżolta, tkun tista' toħroġ il-letter of award.", "F'Għawdex jonqos it-tielet proġett finanzjat mill-fondi ta' l-Unjoni Ewropea u li jinkludi t-triq bejn ir-Rabat u x-Xlendi.", "It-tender biex isir dan ix-xogħol għadha qed tinkiteb u se tinħareġ iktar tard din is-sena.", "Iżda barra minn hekk, il-ministeru għal Għawdex, bl-għajnuna ta' l-awtorita' dwar it-trasport, qed joħroġ numru ta' tenders oħra biex isiru xogħlijiet residenzjali.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sur President, meta l-bieraħ jiena irriferejt għal dawn ix-xogħlijiet, il-Ministru weġibni li hu u l-minsiteru tiegħu m'għandhom x'jaqsmu xejn magħhom ħlief fil-preparament tat-tenders, imma llum donnu li qed jagħti impressjoni totalment differenti.", "X'inhi r-raġuni?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Sur President, dan m'hu veru xejn.", "L-Onor.", "Mario Galea talabni dettalji fattwali li nzertajt nafhom.", "It-tender preparation, li tinkludi l-iddisinjar tal-pjanti u t-tħejjija tad-dokument tat-tender, saret mill-ADT.", "Imma l-ministeru tiegħi jew l-ADT m'għandhom x'jaqsmu xejn mat-tender evaluation tat-triq li tagħti mir-Rabat għal San Lawrenz.", "Jekk l-Onor.", "Interpellant jara t-transcript tal-bieraħ jinduna li jien għedt li hija t-technical evaluation tat-tender bejn l-Imġarr u Għajnsielem li saret mill-ADT.", "Fil-fatt jiena lill-Onor.", "Mizzi għedtlu li waħda ħariġha l-ministeru għal Għawdex, bit-technical evaluation jagħmilha l-istess ministeru għal Għawdex u mbagħad tmur għand il-contracts committee, filwaqt li t-technical evaluation tat-triq bejn l-Imġarr u Għajnsielem issir mill-ADT u mbagħad tmur għand id-dipartiment tal-kuntratti għall-aġġudikazzjoni proprja u l- għoti tat-tender.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Azzopardi.", "ONOR.", "JASON AZZOPARDI: Sakemm m'huwiex ta' preġudizzju, jista' il- Ministru jgħid fiex waslu d-diskussjonijiet mas-sidien tal-karozzi tal- linja?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Għadna 'l bogħod milli nilħqu ftehim, Sur President.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-Mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti u nsejjaħ lill-Ministru Louis Galea.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impiegi): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar visiting professors fl-Universita` ta' Malta, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 16948.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru George Pullicino.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO (Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar taxxi, tariffi u miżati fid-dipartimenti, awtoritajiet, istituzzjonijiet u enti fid-dekasteru tiegħi, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari 16483.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Jesmond Mugliett.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tabella li turi l-ammont ta' sussidju mogħti lis-sidien tal-karozzi tal-linja, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 14206.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Is-Segretarju Parlamentari..", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI (Segretarju Parlamentari): F'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern inqiegħed fuq il-mejda tal- Kamra:", "Tagħrif dwar taxxi, tariffi u miżati fid-dipartimenti, awtoritajiet, istituzzjonijiet u enti fid-dekasteru tal-ministeru tal-ġustizzja u intern, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 16481; u", "Lista li turi l-ispiża globali fuq safar li sar matul l-2005 mill- ministeru, segretarjat privat u dipartimenti taħt ir-responsabbilta' tal-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 16879.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal- Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IS-SIGURTA' SOĊJALI", "SOCIAL SECURITY (AMENDMENT) BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mis-7 ta' Frar 2006.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "MR SPEAKER: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Marie Louise Coleiro.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Mr Speaker, ikolli nistqarr li dan l-abbozz jiddiżappuntani għaliex huwa abbozz li jekk tieħdu kif inhu, huwa reattiv aktar minn kollox.", "Fil-fehma tiegħi, qed naqbdu xi ħaġa minn denbha minflok minn rasha.", "Hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq is-setgħat legali li se jingħata l-bord jew id-direttorat tal-frodi u l-investigazzjoni u l- kwestjoni ta' emendi fil-liġi fir-rigward tal-pensjoni għall-invalidita`.", "Fil-fehma tiegħi, leġislazzjoni dejjem irid ikollha arja pożittiva u mhux arja reattiva.", "Kont inkun ħafna aktar kuntenta u ħafna aktar pożittiva fuq dawn l-emendi li qed jitressqu li kieku flimkien ma' dawn l-emendi għal dan l-Att, il-gvern ressaq ukoll programm ta' kif se ngħinu ħalli tinbidel il- kultura.", "Kien hemm bżonn ta' pjan ta' kif se jinbidlu ċerti policies u ta' kif se nagħmlu s-sistema tal-welfare f'pajjiżna li verament tkun tirrifletti l-bżonnijiet li għandu pajjiżna llum fid-dawl tal-bidliet soċjali u ekonomiċi li seħħew matul is-snin.", "Kif qalet il-ministru fl- introduzzjoni għal dan l-abbozz, is-sistema tal-welfare tagħna llum għadha msejsa fuq il-leġislazzjoni soċjali li bdewha gvernijiet Laburisti madwar 30 jew 40 sena ilu.", "Fortunatament gvernijiet oħra baqgħu jibnu fuq dan pero` fl-istess ħin għandna quddiemna sitwazzjoni fejn għandna liġi b'miżuri ta' welfare li mhux dejjem qed jilqgħu lil dawk kollha li huma fil-bżonn u m'humiex jirriflettu l-bżonnijiet attwali tal-lum skond ir-realtajiet li qed ngħixu.", "Il-Ministru Cristina semmiet xi ħaġa żgħira fil-bidu pero` jiena ma kontx nippretendi li l-gvern – li xbajna nisimgħuh jgħid minn sena għal oħra li jrid jagħmel ir-riformi fil-welfare – se jiġi hawn u l-uniċi riformi li jippreżenta fil-qasam tal-welfare jkunu dawk biex jara kif se jaqta' minn hemm u minn hawn.", "Mr Speaker, irrid nagħmilha ċara li jiena m'iniex qed ngħid li m'għandniex inwaqqfu l-abbuż.", "Il-ministru qalet li dan mhuwiex abbuż imma frodi u jiena ngħid li min jieħu benefiċċji li mhux tiegħu għalija qed jisraq lis- soċjeta` Maltija.", "Żgur li ħadd minna ma jrid lil min jisraq mit-taxxi tal- poplu pero` sadanittant irridu wkoll ninsistu li mhux kull min qed jiġi maqbud huwa ħalliel għaliex ikun hemm każijiet ġenwini.", "Sfortunatament, għaliex is-sistema tal-welfare qiegħda teskludi u mhux tgħin lil ċerti nies, skond il-liġi ċerti nies li għandhom bżonn ma jkunux intitolati u allura mhux kull min qiegħed jinqabad huwa frodist jew qed jagħmel xi att kriminali.", "Mr Speaker, xtaqt insemmi ftit sitwazzjonijiet li jiena ltqajt magħhom u li ġew maqbudin mill-investigation team tad-dipartiment tas-sigurta` soċjali.", "Dawn tneħħewlhom il-benefiċċji għal xhur sħaħ, marru fil-proċeduri ta' l-appell u batew ħafna.", "Jiena ma nistax ngħid li dawn kienu qed jiffrodaw u għalhekk nixtieq li jkolli risposti fuq dawn in-nies ħalli naraw kollox fil-perspettiva tiegħu.", "Jiena nistaqsi: Għaliex mara separata li għadha qed trabbi t-tfal żgħar u li l-kuntratt tas-separazzjoni neżżagħha minn kollox – għandna każi ta' kuntratt ta' separazzjoni li huma oxxeni - b'konsegwenza li spiċċat tgħix bl-għajnuna soċjali għax la kellha manteniment u lanqas affarijiet oħra, ma tistax tagħmel impjieg ta' ċertu tip għax jekk tagħmel dan, din tispiċċa mingħajr benefiċċju soċjali jew inkella jonqsilha?", "Jekk din il-mara issib xi ġurnata tmur tnaddaf xi dar, tmur biex taqla' xi ħaġa.", "Aħna rridu nifhmu li Lm40 fil-ġimgħa bħala għajnuna soċjali hija somma miżera biex trabbi żewġt itfal.", "Allura jekk din tinqabad taħdem, għandi nikkundannaha moralment?", "Għandek diversi aspetti ta' dan il-każ.", "Għandek l-aspett li din il-mara daħlet fil-black economy, jiġifieri sfortunatament qed titlef ukoll ċerti benefiċċji oħra u hemm ukoll nuqqas ta' għarfien sħiħ taċ-ċirkostanzi ta' dawn il-familji u l- bżonnijiet finanzjarji li għandhom biex ikunu jistgħu jgħixu kif suppost.", "Jiena nista' ngħid lil din il-mara li qed tisraq?", "Mr Speaker, ħalli nagħti eżempju ieħor.", "Raġel tal-familja li ilu s-snin ifittex ix-xogħol u ma rnexxielu qatt għax għandu 'l fuq minn 45 sena.", "Dan jgħidlek li se tagħtih rasu għax ma jistax imantni familja b'Lm40 fil- ġimgħa u allura jekk isib xi ġurnata 'l hemm u 'l hawn imur jagħmilha.", "Lil dan ir-raġel nista' ngħidlu li qed jisraq?!", "Nixtieq inkun naf x'jaħsbu dwar dan il-Membri l- oħra ta' din il-Kamra.", "Jiena bħala parent dawn it-tip ta' ċirkostanzi jġegħluni nagħmel il-kalkoli biex nara hux qed jgħid il-verita` jew le.", "Mr Speaker, jiena ngħid li qed jgħid il-verita` għax illum ma tistax tgħajjex familja b'Lm 40.", "Insemmi każ ieħor ta' mara li spiċċat armla kmieni u tieħu l-pensjoni tar- romol li tkun maħduma fuq il-kontribuzzjonijiet li jkun ħallas żewġha matul il-ħajja tax-xogħol tiegħu.", "Din toħroġ taħdem u sakemm għandha t-tfal żgħar, tgawdi l-pensjoni u l-paga mingħajr ma jkunu mimsusa.", "Jekk ikollha t-tfal li jagħlqu s-16-il sena - u dan meta ninsistu kemm hu importanti li tfal jibqgħu għaddejjin bl-istudju – trid tagħżel jekk tibqax fl- impjieg u titlef il-pensjoni jew iżommx il-pensjoni u titlef l-impjieg.", "Issa jekk armla jkollha xi tliet ġuvintur id-dar li għadhom l-iskola pero` għalqu s-16-il sena, jiena nista' ngħidilha li qed tisraq?", "Dawn huma każijiet li ġraw u jekk xi ħadd għandu xi dubju dwarhom, jiena nista' nsemmihomlu b'mod konfidenzjali.", "Fl-aħħar parti ta' l-intervent tagħha, il-Ministru Cristina qalet li mill- ID Card jistgħu jkunu jafu ċ-ċaqliq tan-nies u jistgħu jkunu jafu kif persuna filli tkun qed tgħix f'post u filli tmur tgħix f'post ieħor biex tieħu l-għajnuna soċjali.", "Jiena hawnhekk se nsemmi każ ieħor.", "Armla li għadha qed trabbi ħamest itfal, għandha guvni, kien jaħdem bil-kuntratt, spiċċalu l-kuntratt u ilu bla xogħol madwar sena u nofs.", "Mhux se noqgħod ngħid li kien hemm ukoll kwestjoni ta' unfair dismissal minkejja li kien kuntratt definit.", "Il-punt hu li l-omm waslet f'sitwazzjoni li lil binha tgħidlu li hi ma tistax tkompli trabbih.", "Issa dan hu ġuvni bil-għaqal ta' 26 sena u mhux wieħed minn dawk li jrid il-liri fil-but biex jiġri 'l hemm u 'l hawn.", "Dan jipprova jaħdem f'kollox imma ommu kważi stednitu biex jitlaq 'il barra mid-dar.", "Issa kieku dan il-ġuvni spiċċa bla dar u mar joqgħod f'xi post ieħor u japplika għall-għajnuna soċjali, ngħidulu li qed jisraq?", "Mr Speaker, irridu noqgħodu attenti li ma npoġġux lil kulħadd f'keffa waħda.", "Jiena kont nippretendi li f'dan l-abbozz ta' liġi niddiskutu pjan ta' riformi fil-qasam tal-welfare tagħna biex naraw l-affarijiet fil-kontest veru tagħhom.", "Ma kontx nippretendi li l-ministru timminimizza s-sitwazzjoni tal-faqar f'Malta u tgħid li aħna għandna rata ta' faqar baxxa.", "Ovvjament dan hu bbażat fuq l-aħħar household budgetary survey ta' l-1995 fejn jingħad li r-rata ta' faqar kienet ta' 15%, wara li jieħdu l-benefiċċji soċjali.", "Dawn huma sitwazzjonijiet f'Malta fejn konna ngħidu li ħadd m'hu f'riskju tal-faqar jew inkella fil-faqar.", "Fil-fehma tiegħi, ir-rata ta' 15% mhijiex baxxa.", "Issa rridu naraw x'indikazzjonijiet se joħorġu miċ- ċensiment il-ġdid fejn naħseb li se jkollna stampa agħar.", "Imma anke jekk is- sitwazzjoni tibqa' kif inhi, xorta ngħid li hija rata għolja u anke jekk ikun hawn fqir wieħed, inħoss li bħala soċjeta` u bħala politiċi m'aħniex qed nagħmlu xogħolna sewwa!", "Mr Speaker, f'dan il-kontest kollu nħoss li l-gvern ma jistax iġibilna biss liġi biex inwaqqfu direttorat kontra l-frodi imma jrid iġibilna wkoll il- proposti tiegħu fuq riformi fil-welfare ħalli dan il-qasam jiġi aġġornat u joffri koperatura aħjar.", "Jiena nista' nsemmi ħafna każijiet bħal dawn li semmejt aktar qabel u ma nistgħux noqogħdu ndaħħlu rasna fir-ramel qisu dan kollu ma jeżisitix biex ma nidhrux koroh.", "Huwa fatt li qed ikollna spluzjoni ta' koppji li qed jikkoabitaw – hawnhekk niftaħ parentesi biex ngħid li jiena mhux qed nagħmel promotion għal dan it-tip ta' lifestyle – u allura hemm bżonn li l-fatti nibdew naffaċċjawhom b'mod dirett għax inkella se nibqgħu naħarbu mill-affarijiet u fl-aħħar mill-aħħar l-iżjed li jbatu se jkunu t-tfal u l-aktar nies li huma vulnerabbli f'pajjiżna.", "Per eżempju, għandna bżonn naraw x'qed jiġri fuq il-kwestjoni tas-single mothers għax dawn qed jiżdiedu ħafna.", "Ngħid biss li mill-2003 għall-2004 kellna żieda ta' 14%.", "Għandek numru ta' single mothers fejn il-missier ma jagħrafx it- tarbija biex jieħdu l-assistenza soċjali.", "Hemm bżonn ta' bidla fil-kultura għax din għandha implikazzjonijiet soċjali u finanzjarji qawwija anke fuq din il-familja partikolari.", "L-ewwelnett tiela' ġenerazzjoni ta' tfal li ma jafux lil missierhom jew almenu legalment missierhom ma jkunx magħruf.", "Imma sadanittant, kultura insulari ta' din ix-xorta qed tiġġenera ġenerazzjoni ta' fqar għax bl- assistenza soċjali, anke jekk inżiduha iżjed, xorta mhux se nagħtu lil dak li jkun dik il-motivazzjoni biex itejjeb il-kondizzjoni tiegħu u għalhekk kollox jibqa' kif inhu.", "Aħna qed nonqsu lejhom għax mhux qed nagħtuhom biżżejjed imma huma wkoll qed jonqsu lejhom u lejn it-tfal tagħhom.", "Verament xtaqt li l-gvern ġie hawnhekk bi programm sabiex inbiddlu din il- kultura.", "Fl-Ingilterra, waħda mill-ewwel inizjattivi ta' Tony Blair kienet li joħloq inċentivi għas-single mothers ħalli dawn joħorġu mid-dar, jiġu mħarrġa fid-dinja tax-xogħol u jiġu mogħtija opportunitajiet ta' xogħol u fl-istess ħin, sakemm jingranaw fid-dinja tax-xogħol, ma jitilfux il- benefiċċju soċjali.", "Dan qisu speċi ta' welfare to work scheme imma b'mod pożittiv u b'mod li jagħti dinjita` lil dik il-persuna biex jgħinha tqum fuq saqajha għall-ġid tagħha u ta' dik it-tarbija li tkun ġabet fid-dinja.", "Aħna għandna bżonn nieħdu dawn it-tip ta' inizjattivi f'pajjiżna speċjalment in vista ta' dak li qed jiġri.", "Xi ħaġa oħra li jiena dejjem nistenna li l-gvern jiċċaqlaq fuqha hija l- kwestjoni tad-differenza żgħira li hemm bejn il-minimum wage u dak li popolarment in-nies isejħulu r-relief.", "Jekk bniedem jieqaf jaħseb jinduna li jekk mill-paga tal-minimum wage inaqqas it-trasport u spejjeż oħra, id- differenza bejn il-paga u r-relief tkun ta' ftit liri u allura dak li jkun kważi kważi jagħżel li jibqa' d-dar.", "Għalhekk hemm bżonn li nħarsu lejn dawn l-aspetti.", "Aħna dejjem ngħidu li għandna l-ikbar rata ta' nies inattivi pero' jiena ngħid ukoll li allaħares dawk li m'humiex attivi jkunu jridu jkunu attivi f'daqqa għaliex lanqas għandna opportunitajiet tax- xogħol għal dawk li jridu jkunu attivi, aħseb u ara kemm għandna għal dawk li huma inattivi.", "Jiena nittama li din is-sitwazzjoni xi darba noħorġu minnha u nibdew inħarsu lejn sitwazzjoni fejn ninċentivaw lil kulħadd biex ikun attiv.", "Inizjattiva oħra li ħa Tony Blair kienet it-twaqqif ta' low wage commission biex proprju tanalizza din il-kwestjoni ħalli tiġi kkorreġuta.", "Dan il-gvern issa ilu 18-il sena jmexxi lil dan il-pajjiż u ilna nisimgħu b'ħafna riformi imma sfortunatament l-uniċi riformi li saru huma half-baked.", "Għalhekk nixtieq insemmi xi affarijiet f'din il-liġi li fil-fehma tiegħi huma inkwetanti.", "Huwa tajjeb li jkollna direttorat li jkun professjonali u tajjeb li ngħidu li l-investigation team fid-dipartiment tas-social security ma twaqqafx illum.", "Ingħata t-titlu tad-direttorat minn xi sena 'l hawn u issa se nagħtuh ukoll il-forma legali.", "Imma fil-verita` d- dipartiment tas-social security kellu spetturi ta' l-investigazzjoni għal għexieren ta' snin.", "Jiġifieri m'aħniex qed nivvintaw ir-rota llum u kulma qed nagħmlu huwa re-engineering ta' dak li diġa` hemm b'mod aktar formali.", "F'din il-liġi qed ngħidu li d-direttorat li issa ilu sena mwaqqaf, se nagħtuh is-setgħa daqs id-direttur.", "Fejn qabel id-direttorat jew inkella t- team ta' l-investigazzjoni kontra l-frodi kien jaħdem taħt id-direttur tad- dipartiment tas-sigurta` soċjali, issa se naqilgħu minn dan id-direttorat u se jmur fuq l-istess livell.", "Dik hi l-emenda ewlenija fejn għandu x'jaqsam dan id-direttorat.", "Jiena jinkwetani l-fatt li d-direttur tas-sigurta` soċjali fil-kontest tal- liġi għandu ċertu omnipotenza.", "Issa hawnhekk se nagħmel parenteżi oħra għaliex jien nibża' mill-miżinterpretazzjonijiet u mhux l-ewwel darba li ġejt miżinterpretata.", "Jien mhux qed nipponta subgħajja lejn in-nies imma qed nitkellem fuq il-pożizzjonijiet, jiġifieri the posts u mhux the people holding the position.", "Id-direttur tad-dipartiment tas-social security fil- liġi li għandna għandu poteri estensivi tant li jekk xi ħadd jinqatagħlu l- benefiċċju soċjali, dan jista' joħroġlu benefiċċju speċjali.", "Jien ninkwieta meta l-poteri ta' din ix-xorta jintefgħu f'idejn persuna waħda allavolja sakemm niftakar jiena, id-diretturi tas-sigurta` soċjali dejjem kienu nies integri.", "Pero` fid-dinja kollox jista' jiġri u meta qed nilleġislaw dejjem irridu naħsbu f'dak li jista' jiġri.", "Barra minn hekk, anke f'sistema demokratika hija inkwetanti li jkollok dawn it-tip ta' poteri ċentralizzati daqshekk qawwija.", "Issa dan id-direttorat li twaqqaf sena ilu kontra l-frodi qed jingħata l-istess poteri eżekuttivi daqs id-direttur tad-dipartiment tas-sigurta` soċjali.", "Issa mhux qed nagħmel question marks fuq l-integrita` tan-nies u jien nifhem iċ- ċirkostanzi li jkunu qed jaħdmu fihom - u lanqas se noqgħod nagħmel jien question marks fuq diskriminazzjoni - pero` se nkompli nitkellem fuq fatti li seħħew.", "Se nsemmi każijiet reali li jekk trid il-ministru nista' ngħaddihomlha u tiċċekkjahom faċilment kemm mad-direttorat innifsu kif ukoll ma' l-arbitru.", "Kien hemm sitwazzjonijiet fejn għax intbagħtet ittra anonima fuq xi ħadd, marru jinvestigaw.", "Daħal rapport li mara qed tgħix fi stat ta' koabitazzjoni ma' raġel.", "Din hija mara separata u għadha trabbi erbat itfal, għandha tlett itfal miż-żwieġ u tarbija minn din il-persuna.", "Marru tad-direttorat u sabu missier it-tarbija d-dar.", "Dan qallhom ċar u tond li hu jaħdem fil-qrib u jmur jara lit-tifla regolarment.", "Biex ma ntawwalx iż- żejjed qallhom ukoll li kellu xi ħwejjeġ f'dik id-dar u lil din il-mara qatgħulha l-benefiċċji.", "Dan id-diskors inqala' anke quddiem l-arbitru u jiena għandi l-permess mingħand din il-mara biex insemmi dawn id-dettalji u saħansitra riditni nsemmi isimiha imma għidtilha li ma kienx il-każ.", "Qed insemmi dan il-każ biex wieħed jiftaħ ftit għajnejh u l-investigazzjonijiet isiru b'mod aktar profond ħalli ma jkunx hemm min joqgħod ibati bla bżonn.", "Meta din il-mara ġiet quddiemi biex nagħmlu l-appell quddiem l-arbitru, spjegatli li wara 17-il sena tissawwat mir-raġel li kellha, b'sebat itfal għaliex kulma fadal tlieta minn taż-żwieġ għaliex l-oħrajn kibru u dabbru rashom, ħadet ir-ruħ għaliex żewġha ntefa' l-ħabs.", "Issa għaliex iItaqgħet ma' dan ir-raġel li jirrispettaha u kellha tarbija mingħandu, qatgħulha l- benefiċċji.", "Din il-mara spjegatli wkoll li hi ma tistax ddur fuq dan ir- raġel biex imantni tfal li mhux tiegħu ħlief taż-żgħira li hija tiegħu.", "Aħna għamilna l-appell quddiem l-arbitru u l-proċedura kollha ħadithilna seba' xhur.", "Din il-mara lanqas ġiet mogħtija l-ispecial ta' l-SAB li jikkonsidra l-każ minn fuq ir-rapport li jsir mid-dipartiment għax qatt ma jibgħat lil ħadd janalizza sewwa l-affarijiet.", "It-tfal tagħha spiċċaw għamlu seba' xhur jieklu l-ħobż u l-perżut li ġġibilhom oħtha u lanqas setgħet tibgħathom skola għaliex ma kienx ikollha x'tagħtihom bħala lunch.", "Apparti minn hekk, kellha tiddejjen minn fuq l- idejn biex tħallas il-kera tal-post bir-riskju li tispiċċa vittma ta' l- użura.", "Issa rebħet il-każ quddiem l-arbitru u għandha bil-miktub li din trid tibqa' tiġi kkonsidrata bħala l-kap ta' familja.", "Minkejja dan, din ġiet informata mid-dipartiment li l-istess dipartiment se jappella l-qorti.", "Jiena għidtilha li se jappella fuq punt ta' liġi u l-probabbilta` hi li se jappella fuq il-kwestjoni tal-kap tal-familja.", "Jien nistaqsi: Dawn it- tip ta' każijiet huma ġusti?", "Bniedem irid jerfa' dak li hu responsabbli għalih imma ħadd b'rasu fuq għonqu ma jista' jdur fuq raġel u jgħidlu biex imantni tlett itfal li lanqas huma tiegħu!", "Sadanittant dawn it-tfal spiċċaw qishom numri, ma jeżistux.", "Lil din il-mara ġabuha f'sitwazzjoni terribbli li lanqas tista' tibgħat it-tfal l-iskola.", "Matul dawn is-seba' xhur, dawn mhux biss batew il-ġuħ imma batew f'aspetti oħra u 'l quddiem se jħossuh.", "Dan hu l-mod ta' kif ittrattajna ma' din il-familja.", "Jien nista' nibqa' nsemmi każijiet ta' kif saru ċerti investigazzjonijiet.", "Jiena niddefendi lin-nies quddiem l-arbitru u mhux l-ewwel darba li nnotajt li l-affarijiet ikunu saru ta' kafkaf.", "Jiena ma nafx x'ikunu ċ-ċirkostanzi tan-nies li jkunu qed jaħdmu fuq il-każijiet, pero` meta joħorġu l-karti fuq il-mejda ħalli ssir id-difiża għall-persuna, ikun jidher ċar li l-affarijiet ikunu saru ta' kafkaf.", "Id-dipartiment dejjem għandu ħafna iktar saħħa mill-benefiċjarju u r-raġuni hi li l-liġi tas- sigurta` soċjali tant saret top heavy illum u tant għandha interpretazzjonijiet li anke jekk taqbad erba' uffiċjali u tistaqsihom l- istess punt, ħafna drabi tisma' verżjonijiet differenti.", "Fil-fehma tiegħi, ċerti verżjonijiet li joħorġu dejjem qegħdin jirbħu fuq l- imsieken.", "F'idejja għandi każ ieħor ta' mara li bagħtitli diversi messaġġi biex ngħinha.", "Din il-mara ġiet abbandunata minn żewġha b'tarbija u apparti dan, kellha tħarbat il-ftit flus li kellha biex tħallas id-djun li ħallielha żewġha.", "Meta marret biex tapplika għall-għajnuna soċjali, qalulha li ma tistax tapplika għaliex l-ammonti ta' flus li kellha jġibuha ineliġibbli biex tieħu l-għajnuna soċjali.", "Issa ilna sitt xhur għaddejjin b'dan il-każ imma għad m'għandniex risposta mill-arbitru mhux għaliex l-arbitru ma pprovax iħaffef il-każ imma għaliex l-uffiċjali tad-dipartiment tas- sigurta` soċjali ġew mitluba jivverifikaw il-patafjun ta' riċevuti li tathom xhur ilu.", "Din il-mara b'tarbija ġo appartament mikri qed tkampa grazzi għall-karita` ta' xi ħbieb li jitimgħu lilha u lit-tarbija għaliex min-naħa tad-dipartiment m'hu qed jiġri xejn.", "Dawn huma każijiet ġenwini u l-ministru għandha l-aċċess għall- informazzjoni iżjed milli għandi jiena, mhux biss fid-dipartiment imma anke għal nies li qed jagħmluha ta' arbitru u jiena ninsab ċerta li dawn jistgħu jagħtuha indikazzjonijiet ta' l-affarijiet li qed iseħħu.", "Mr Speaker, hemm bżonn li nkunu serji u jiena ninsab diżappuntata li b'din il-liġi se nwaqqaffu direttorat b'omnipotenza legali.", "Min se jkun fuq dan id- direttorat?", "Se jkun responsabbli lejn xi ħadd fl-eżekuttiv?", "Qed nagħmel dawn il-mistoqsijiet għaliex fil-liġi m'hawn xejn indikat.", "Kif għidt iktar qabel, id-direttur tas-sigurta` soċjali għandu omnipotenza assoluta, imma issa se jkollu d-direttorat u dan jista' jagħmel fouls ħafna ikbar milli jista' jagħmel id-direttur tas-sigurta` soċjali.", "Semmejt żewġ każijiet biex nagħti eżempju, imma nista' nsemmi każijiet ta' nies li weħlu u ġew ikkastigati minħabba l-ineffiċjenzi tad-dipartiment.", "M'iniex nipponta subgħajja lejn in-nies għaliex mill-esperjenza li għandi fuq dan id-dipartiment, nista' ngħid li hu wieħed mill-aqwa dipartimenti fejn insib nies kif jgħidu l-Ingliż with a heart u b'kuxjenza.", "Imma jekk is-sistema ma", "tkunx qiegħda sew, ma tistax taħdem sew.", "Nista' nsemmi każ ieħor ta' armla li taħdem u li t-tifel tagħha qabad jaħdem ukoll.", "Din marret tirrapporta lid-dipartiment li t-tifel tagħha qabad jaħdem pero` baqgħet tirċievi ċ-ċekk normali għax l-affarijiet ma ġewx reġistrati.", "Issa wara xi tmien snin bagħtulha biex tirrifondi lura lid- dipartiment madwar Lm8,000!", "Din il-mara kważi ġiet suicidal case u dan kien kollu tort ta' xi ħaġa li marret ħażin fil-proċedura fid-dipartiment.", "Dan m'huwiex sewwa, Mr Speaker.", "Sfortunatament l-iżbalji li jsiru mid-dipartiment qed iħallsu għalihom in- nies b'mod għoli ħafna għaliex jinqatgħulhom il-benefiċċji, iċ-children's allowance, il-pensjoni u benefiċċji soċjali oħra.", "Nagħmlu żball jekk noqogħdu ngħidu li n-nies huma preżunti li jafu l-liġi għaliex biex tkun taf il-liġi tas-sigurta` soċjali trid tkun altru minn ġenju għax anke computer ikollu problema biex jissortja din il-liġi.", "Din il-liġi spiċċajna dejjem nraqqgħuha.", "Meta l-Prim Ministru kien ministru tal-politika soċjali, kien jgħid li jrid jagħmel review tajba ta' din il-liġi imma din qatt ma saret.", "Hemm bżonn li jkun hemm review ħalli din il-liġi tkun aktar friendly, u mhux kif għidt iktar qabel titkellem ma' erba' uffiċjali u jagħtuk verżjonijiet differenti għaliex kulħadd jinterpreta kif jidhirlu hu.", "B'dawn l-emendi kollha li saru f'din il-liġi saret xi ħaġa kważi impossibli li tifhimha.", "Mr Speaker, każ ieħor li nixtieq insemmi huwa ta' mara armla anzjana li ġiet imċaħħda mill-għajnuna medika għal xhur sħaħ għaliex din kellha garaxx ta' żewġha, it-tifel tagħha kellu bżonn il-flus u biegħuh għal Lm6,000.", "Nofs dawn il-flus kienu tat-tifel għaliex hekk kien jgħid it- testment li ħalla l-missier u hi kulma ħadet Lm3,000.", "Pero' d-dipartiment qabad u qatagħha li din qalgħet aktar minn Lm7,000 – għaliex barra s- Lm6,000 kellha xi ħaġa oħra mwarrba għall-funeral - u qatgħulha l- għajnuna medika.", "Id-dipartiment ma tax kas li t-Lm3,000 kienu ġejjin minn wirt imma qata' bir-riga għax l-aqwa li jiffranka l-flus, Mr Speaker.", "Din l-anzjana li lanqas hi mid-distrett tiegħi - fil-fatt ħafna mill-każijiet li semmejt lanqas huma mid-distrett tiegħi, jiġifieri taħsbux li qed nitkellem għall-kostitwenza tiegħi biss, imma qed nitkellem fuq każijiet minn madwar Malta - qaltli li lanqas talbuha xejn u ġiet informata biss billi ma ħaditx iċ-ċekk u meta marret tistaqsi qalulha l-istorja kollha.", "Jiġifieri wieħed għandu jassumi li din il- mara mhux biss tkun taf il-liġi tas-sigurta` soċjali imma anke dak li għandu x'jaqsam ma' suċċessjoni?!", "Mr Speaker, jiena nixtieq inkun naf jekk hux se nibqgħu f'sitwazzjoni fejn minħabba l-iżbalji tad-dipartiment jibqa' jbati l-miskin.", "Jiena lanqas nemmen li fejn jidħlu l-benefiċċji soċjali, hawn dawn il- ħallelin kollha għaliex l-ewwelnett min ikun jiddependi mill-benefiċċji soċjali verament ikollu bżonn u ma jkunx irid iħossu li qed jieħu l- karita`.", "Ovvjament m'iniex qed nitkellem fuq dawk li jieħdu gost jagħmluha tal-bums imma qed nitkellem fuq min hu vulnerabbli fis-soċjeta` tagħna u jeħtieġ l-appoġġ u l-wens tagħna fit-twettiq tal-ġustizzja soċjali.", "Issemmiet il-kwestjoni ta' l-invalidity pension u se nerġa' nsemmi każijiet li huma reali u li nixtieq li jkunu fil-viżjoni ta' min qed jagħmel l-affarijiet għax inkella minflok inkunu bastun ta' sapport għan-nies li għandhom bżonn se nkunu bastun li jsawwat lil min għandu bżonn.", "Għandna għadd ta' xebbiet ta' madwar 55 sena li jkunu għexu għall-familja tagħhom u apparti li jkunu seftru d-dar lil ħuthom ikunu daru b'ommhom u missierhom.", "Sfortunatament meta ommhom u missierhom imutu wkoll jispiċċaw waħedhom.", "Meta jkunu qegħdin iduru b'ommhom u missierhom ikollhom il-pensjoni tal-wens imma malli jmutu ommhom u missierhom, dawn jispiċċaw ma jkollhomx dħul u ħafna minnhom ikunu exhausted kemm physically u kemm mentally u jsibuha diffiċli biex jorjentaw ruħhom f'dinja li lanqas jafu biha.", "Ikun tajjeb kieku lil dawn in-nies nirriabilitawhom, nagħtuhom retraining u nġibuhom attivi imma rridu noqogħdu attenti li ma nkunux qegħdin inwaddbuhom f'kondizzjonijiet tqal għalihom għaliex dawn in-nies irid ikollhom ċerti konsiderazzjonjiet partikolari.", "Mr Speaker, qabel nagħlaq nappella li ma' dawn l-emendi jkollna programm maħsub biex jibdel il-kultura u fuq kollox riformi adatti għall-qasam tal- welfare li jirriflettu l-bżonnijiet u r-realtajiet ta' min hu vulnerabbli fis-soċjeta` tal-lum.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joseph Cassar.", "ONOR.", "JOSEPH CASSAR: Mr Speaker, irrid infakkar lill-Kamra li llum qegħdin nitkellmu fuq emendi għall-abbozz ta' liġi tas-sigurta` soċjali fuq il-pensjoni ta' l- invalidita` għax jista' jagħti l-każ li din ma kenitx ċara.", "Xtaqt nibda dan id-diskors tiegħi billi nitkellem fuq ix-xogħol għax ħafna drabi l-pensjoni ta' l-invalidita` tingħata għax dak li jkun ma jkunx tajjeb għax-xogħol.", "Kif nafu għal ħafna minna x-xogħol jagħtina sens ta' identita` u jagħtina sens għal xiex ngħixu.", "Diversi nies tkellmu fuq dan u qalu li għalihom ix-xogħol huwa importanti ħafna.", "Fil-fatt naraw ħafna każijiet fejn nies meta jagħlqu l-61 sena - li hija l-eta` pensjonabbli - taqbadhom dipressjoni.", "Jiġifieri għall-parti l-kbira tan-nies, ix-xogħol huwa essenzjali għaliex jidentifikahom bħala bnedmin li qed jagħtu kontribut lis-soċjeta`.", "Meta nkunu għadna żgħar u noħorġu mill-universita` ħafna minna joħorġu b'entużjażmu kbir.", "Jiena niftakar li ħafna minna kienu jħossu li jridu jbiddlu d-dinja u din taraha f'tobba, f'teachers, f'avukati, f'periti u f'ħafna professjonisti oħra.", "Ħafna drabi l-ħajja tagħhom tkun challenge kontinwu għaliex huma jkunu jridu jagħtu kontribut lis-soċjeta` bix-xogħol li jagħmlu.", "Dan huwa l-ewwel punt kardinali.", "Ħafna minna tant jintilfu f'dan l-entużjażmu li jintefgħu b'qawwa biex jagħmlu dak ix-xogħol li jista' jagħti l-każ li l- istess entużjażmu jaħdem kontrihom u jsofru fenomenu li Herbert Freudenberger, psikologu Amerikan, sejjaħlu burn-out.", "X'inhu dan il-burn- out?", "Id-definizzjoni ta' Freudenburger hija li huwa stat ta' għejja jew frustrazzjoni li jiġi minn sitwazzjoni fejn persuna hija ddedikata għal xi kawża u jidħol għaliha b'mod qawwi biex ikollu r-riżultati.", "Min-naħa l-oħra, Elliot Aronson tagħti din id-definizjoni għal burn-out: A state of physical, emotional and mental exhaustion caused by long-term involvement in emotionally demanding situations.", "Jiena ċert li ħafna nies li qed jisimgħuni jħossu li xi darba jew oħra l-bniedem jista' jispiċċa f'dawn is-sitwazzjonijiet.", "Nerġa' nfakkar l-ironija tal-burn-out fiha nnifisha hija li din tiġri lin-nies li huma entużjasti ħafna, nies li jridu jagħtu kontribut kbir lis-soċjeta` u kontribut kbir f'dak li qed jagħmlu.", "Liema huma dawk it-tliet affarijiet fix-xogħol tagħna li huma relatati mal- burn-out?", "Dawn huma r-role conflict, jiġifieri fejn persuna jkollha responsabilitajiet konfliġġenti waħda kontra l-oħra u ċioe` jkollok persuna mġebbda minn ħafna naħat; it-tieni sitwazzjoni hija r-role ambiguity jiġifieri fejn ikollok individwu li ma jafx eżatt wieħed x'qed jistenna mingħandu u t-tielet sitwazzjoni hija r-role overload, jiġifieri persuna li jkollha responsabilitajiet li ma tlaħħaqx magħhom jew ma tasalx għalihom.", "Dawn huma tliet sitwazzjonjiet li jistgħu jwasslu persuna għal burn-out.", "X'inhuma s-sintomi ta' burn-out?", "L-ewwelnett il-persuna tħossha eżawsta, tħoss li emozzjonalment hija drained u tħoss a sense of alienation, jiġifieri tħossha maqtugħa.", "Imbagħad jibdew jidħlu ċerti affarijiet li huma kontradittorji.", "Per eżempju, il-persuna tibda ssir ċinika fuq ix- xogħol, jibda jkun hemm nuqqas ta' paċenzja, jibda jitlagħlha malajr u kultant tiġi f'sitwazzjoni fejn tibda tara l-affarijiet b'mod negattiv u tibda tinqata' mill-kollegi tagħha tax-xogħol u tibda ssir persuna li tobgħod tmur għax-xogħol.", "Irrid nagħmilha ċara li hawnhekk qed nitkellem fuq sitwazzjoni psikoloġika u mhux fuq mard psikjatriku.", "Din hija sitwazzjoni komuni li ħafna nies fix-xogħol iħawduha ma' mard psikjatriku.", "Fid-dinja tal-lum il-burn-out – u nixtieq li f'dan il-Parlament inkunu maturi biżżejjed li minn dak li se ngħid ma niġbdux extrapolations politiċi u ma jkunx hemm xi ħadd min-naħa ta' l-Oppożizzjoni li jgħid li hawn Malta hawn iktar burn-out minħabba gvern Nazzjonalista għax il-burn- out qed jiżdied fid-dinja kollha – qed jiżdied fid-dinja tax-xogħol u ħafna drabi qed jiżdied għax aħna bħala bnedmin inpoġġu parametri fuqna nfusna sforz l-entużjażmu tagħna stess li mbagħad jaħdem kontrina.", "Fl-opinjoni tiegħi, din is-sitwazzjoni tista' twassal biex bniedem jibda jaqta' qalbu mix-xogħol.", "Naħseb li minn dan il-Parlament kollu, jiena l-iktar wieħed li nara nies bi problemi ta' invalidita` għax narahom biex niċċertifikahom u allura naf x'jiġi għandi.", "Irrid ngħid li jiġu għandi nies li fis-sitwazzjoni tagħhom jkunu burnt out, qisek għandek xemgħa li tintefa.", "Il-burn-out tista' tolqot kull professjoni għax kull professjoni tista' twassal għal sitwazzjoni fejn dik ix-xemgħa tintefa, dik li fl-antik konna ngħidulha vokazzjoni, u tibda tħoss dlam kbir.", "Fil-fatt hawn min jibda jqum filgħodu u ma jkollux aptit imur għax-xogħol.", "Jeżisti screening technique li jgħidulu burn-out inventory u jeżisti ieħor famuż, il-Maslach Burn-out Inventory li jintuża fir-riċerka biex jikkalkulaw kemm persuna tista' tiġi burnt out fuq ix-xogħol.", "Aħna naraw numru sostanzjali ta' nies b'din il- kondizzjoni.", "Dawn in-nies ma jkunux jistgħu jibqgħu jaħdmu fil-pożizzjoni tagħhom tax-xogħol u jiena nifhem li jekk għandek għalliem li huwa burnt out ma tistax tħallih fi klassi jgħallem meta ma jistax jgħallem jew meta qed jibża' jgħallem.", "Ħafna drabi l-ewwel pass li jsir huwa li dawn joħorġu bis-sick leave.", "Hawnhekk nistaqsi: Dan hu l-ewwel pass li għandu jsir jew l-ewwel pass li jsir għandu jkun li aħna bħala komunita` nibdew napprezzaw x'inhu burn-out u nipprovaw ma nħallux lil min jasal fl-istadju li jiġi għandek u jgħidlek li, per eżempju, fil-każ ta' għalliem, ma jistax jibqa' jgħallem?", "Jista' jkun li bniedem nagħtuh dak li jgħidulu sabbatical jiġifieri jagħmel sena fejn ma jibqax jgħallem fi klassi imma jmur jagħmel riċerka jew imur jaħdem f'post ieħor biex jaqta' minn fuq ix-xogħol.", "Hemm diversi affarijiet li jistgħu jsiru fejn dipartiment jew ieħor - mhux bilfors tal-gvern - jidentifika li qed ikun hemm dan il-livell ta' burn-out u taqbad dik il- persuna u tipprova tevitalha milli tispiċċa għand psikjatra għax tkun depressed.", "Sfortunatament jekk persuna tispiċċa depressed u toħroġ bis- sick leave, din tgħaddi mill-ewwel fażi li huwa l-bord mediku.", "Dan il-bord mediku m'huwiex il-bord ta' l-invalidita` għax il-bord mediku jgħidlek biss li din il-persuna m'hijiex kapaċi tagħmel ix-xogħol tagħha.", "Naħseb li rridu naħsbu ftit fil-fażi li jmiss wara li jgħaddi dan l-abbozz ta' liġi biex nipprovaw nagħlqu l-gap bejn il-bord mediku u l-bord ta' l- invalidita`.", "Għalfejn qed ngħid hekk?", "Ħafna nies meta joħorġu bil-bord mediku jsibu lilhom innifishom ġewwa vacuum.", "Immaġinaw persuna ta' 50 sena, li tkun għexet ħajjitha kollha bħala għalliem, ġiet burnt out, qabditha dipressjoni u f'daqqa waħda ġiet boarded out fuq livell mediku.", "Għal din il-persuna huwa importanti li terġa' tmur tirreġistra biex issib xogħol alternattiv u hawnhekk jidħol ir-rehabilitation tal-persuna u jidħol ukoll bridge bejn x'nistgħu nagħmlu biex lil dawn in-nies ngħinuhom ma jħossux an ego blow fil-livelli psikoloġiċi, jiġifieri ma nippretendix li persuna li tkun għexet ħajjitha kollha bħala avukat f'daqqa waħda tmur fil-queue tirreġistra.", "Huwa importanti li dak il-gap bejn il-bord mediku u l-bord ta' l-invalidita` nagħlquh b'tali mod li jkollna ħafna nies li jirrifjutaw li jagħmlu dak il-pass billi, per eżempju, bniedem jieqaf minn teacher imma s-sistema tgħinu biex jagħmel xogħol ta' librar jew xi ħaġa oħra.", "Hawnhekk nistgħu naħdmu ma' l-ETC u naf li wieħed mill-proġetti li qed tagħmel huwa t-TEES li kellhom subscription enormi għal dawk il-persuni over 40 years li jispiċċaw bla xogħol u dan il-proġett mill-Unjoni Ewropea se jgħinhom jidħlu fil-ħajja tax-xogħol għax huwa żmien diffiċli.", "Allura jiena qed ngħid li nagħmlu extrapolation ta' dawn it-tip ta' programmi flimkien ma' l-ETC biex dawk in-nies li jiġu medically boarded out ikollhom sitwazzjoni fejn nistgħu nirriabilitawhom għal xogħol differenti.", "Dan huwa essenzjali u jorbot integralment mal-liġi ta' l-invalidita` għax imbagħad jiġi l-proċess ta' l-invalidita`.", "Nemmen li l-proċess ta' l-invalidita` nistgħu nnaqqsuh sostanzjalment if we bridge dawk in-nies li joħorġu medically boarded out u ngħinuhom isibu xogħol alternattiv u jiena ċert li jekk ikun hemm ħafna ħsieb kemm ma' l-ETC kif ukoll mad-dipartiment tas- sigurta` soċjali, nistgħu nilħqu dan il-għan u nassigurakom li żgur ikollna nies - u din qed ngħidha mill-esperjenza għax narahom jien – li jkunu lesti li lanqas biss jikkontemplaw il-bord ta' l-invalidita`.", "Niġi issa għall-bord ta' l-invalidita`.", "Din il-liġi hija importanti.", "Jiena niltaqa' ma' ħafna tobba u anke speċjalisti u kultant anke aħna nħossuna f'sitwazzjoni diffiċli.", "Hawnhekk irrid ngħid - u minn hawn irrid insellem lill-kollegi tiegħi t-tobba u l-ispeċjalisti – li l-parti l-kbira tagħna ġenwinament nipprovaw ngħinu lill-individwi u rrid ngħid li speċjalment f'affarijiet ta' mard mentali m'hijiex faċli li tgħin individwu u se ngħid għaliex.", "Meta individwu jaqta' qalbu u jibda jara kollox iswed, meta individwu lanqas ikollu saħħa jqum mis-sodda m'huwiex faċli li tikkonvinċih fuq miljun proġett li jista' jkollok f'moħħok għax l-ewwel trid tfejjaq id-dipressjoni.", "Għalhekk huwa importanti li din il-liġi naħsbuha tajjeb.", "Issa mhux qegħdin nitkellmu fuq il-bord mediku imma qed nitkellmu fuq l- invalidita` mix-xogħol.", "Lill-pazjenti tiegħi biex jifhmuni ngħidilhom li l- bord ta' l-invalidita' kif inhu llum għalihom ifisser li jekk, per eżempju, dak li jkun ikun teacher, lanqas ikun kapaċi jirrispondi telephone għax il-kliem li nużaw fiċ-ċertifikati huma \"not able to do any gainful employment\".", "Jiġifieri dan m'hu kapaċi jagħmel xejn.", "Għalhekk naqbel mal- liġi li għandu jkun hemm perjodu ta' sitt xhur fejn persuna tkun qed tara speċjalista - u", "hawnhekk nisħaq li għandu jkun speċjalista – u jkun dan l-ispeċjalista li li fl-aħħar ta' dawn is-sitt xhur jgħid li din il-persuna ma ċċaqilqitx u hemm sitwazzjoni ta' invalidita`.", "Huwa importanti wkoll f'dawn is-sitt xhur, l-ispeċjalista jara lill-persuna jew jekk ma jkunx jista' jaraha l- ispeċjalista, at least jkun hemm xi forma ta' komunikazzjoni mat-tabib tal- familja biex naraw li din l-evalwazzjoni qed issir.", "Waħda mill-problemi żgħar li kelli kienet fuq il-medical records.", "Irrid ngħid li m'għandniex inqisu li l-medical records bħala l-uniku mod ta' kif wieħed juri li persuna tkun qiegħda taħt il-kura tiegħu.", "Il-medical records tiegħi li għandhom x'jaqsmu mal-psikjatrija normalment ikollhom ħafna sigrieti.", "Fil-fatt fl-Isptar San Luqa, il-file tal-psikjatrija huwa separat mill-file tal-mediċina, jiġifieri pazjent li jara psikjatra fl- isptar San Luqa jew l-isptar ta' Għawdex għandu file psikjatriku differenti mill-file għal kull ħaġa oħra għaliex f'dawn il-files ikun hemm affarijiet delikati u sensittivi li m'għandux għalfejn jarahom kulħadd.", "Fil-files personali jkun hemm ċerti affarijiet li huma irrelevanti għall-invalidita` pero` huma importanti għall-psikjatrija.", "Per eżempju, il-fatt jekk bniedem kellux partner oħra jew jekk ġiex abbużat meta kien żgħir insibuhom f'file psikjatriku u allura jiena ngħid li - forsi nistgħu niddiskutuha meta niġu għall-istadju ta' Kumitat – minflok ngħidu medical records, nistgħu ngħidu li meta nimlew il-formola ġdida ta' l-invalidity pension, jiġi mniżżel bid- data u l-ġurnata kemm-il darba tkun rajt lill-pazjent.", "Ovvjament irid ikun hemm livell ta' integrita` sabiex titniżżel il-verita` fil-formola pero` jekk noqogħdu ninkwetaw fuq din il-ħaġa ma naslu qatt għax fl-aħħar mill- aħħar min irid ibagħbas fid-dati jista' jaqbad file u jikteb dak li jrid.", "Jiena nemmen li bejn li tikteb id-dati u bejn li turi medical records ma naħsibx li se jkun hemm xi differenza u allura nissuġġerixxi li jkun hemm id-dati miktubin.", "Mr Speaker, nerġa' ngħid li naqbel li jrid ikun hemm dawk is-sitt xhur ta' evalwazzjoni minn speċjalista li jara l-pazjent minimament darba fix-xahar biex wara sitt xhur ikun jista' jgħid ġenwinament jekk il-pazjent huwiex invalidu jew le.", "Naqbel ukoll li wara sena għandu jkun hemm l-istess bord li jidentifika jekk pazjent hux lest għax-xogħol jew għadux invalidu u din hija wkoll importanti.", "Għandi riżerva żgħira fuq it-tobba li se jkun hemm fil-bord.", "Qed jingħad li se jkun hemm żewġ tobba u l-unika riżerva li għandi hija li, per eżempju, fuq problemi psikjatriċi, għandu jkun hemm xi ħadd li jiċċekkja l-validita`.", "Jiena naqbel li m'hemmx għalfejn ikun hemm iktar minn tnejn, pero` għal kull GP għandu jkun hemm speċjalista.", "Nemmen li jekk, per eżempju, għandek pazjent bi problemi ortopediċi, jagħmel aktar sens li t-tabib amministrattiv ikun orthopaedic surgeon milli kieku jkun a general practitioner pero` din hija xi ħaġa li wieħed irid jiddiskutiha u jekk għandek pazjent bi problema psikjatrika, forsi tagħmel iktar sens li jkollok speċjalista fil-psikjatrija allavolja fil-livell amminstrattiv.", "Niġi issa għall-problema tar-rehabilitation.", "Nemmen li r-rehabilitation hija importanti imma rridu ndaħħluha fil-parametri ta' x'tista' tagħmel il- persuna.", "Waħda mill-affarijiet, per eżempju, li qed tiġini f'moħħi hija s- suċċess kbir li kellna f'dawn l-aħħar snin fl-Isptar Monte Carmeli bir- riabilitazzjoni ta' pazjenti li jidħlu l-isptar għal perjodu qasir jew għal perjodu twil u fl-Isptar Monte Carmeli hemm sistema fejn dawn il-pazjenti jibdew jaħdmu f'dan l-isptar fuq diversi xogħlijiet.", "Hemm min jagħmel xogħol ta' ġardinar, hemm min jagħmel xogħol klerikali u hemm min jagħmel xogħol ta' librar.", "Ovvjament ikunu limitati fis-sens li ma jaħdmux 40 siegħa fil-ġimgħa imma jeħduha bil-mod u jkun hemm ċertu riabilitazzjoni fix-xogħol.", "Kull persuna taqa' taħt il-parametri ta' occupational therapist jiġifieri għandek persuna li hija dedikata fuq ix-xogħol għal din il-ħaġa u r-riabilitazzjoni qed issir bil-mod.", "Fil-fatt dan il-programm huwa over- subscribed u għandna ħafna pazjenti li huma kuntenti ħafna u meta jispiċċalhom it-terminu ta' sena li jkunu ilhom fir-riabilitazzjoni kważi jiġu jibkulna biex ikomplu jagħmlu dan ix-xogħol.", "Naħseb li fuq dawn il- parametri wieħed jista' jaħseb fuq xogħol ieħor alternattiv.", "Jiena nemmen li bl-għajnuna professjonali min-naħa ta' l-ETC fejn idealment ikun hemm occupational therapists, aħna nistgħu ngħinu lil dawn in-nies jagħmlu forma ta' rehabilitation.", "Mr Speaker, jiena nemmen li meta qed tirriabilita lil xi ħadd lura lejn ix- xogħol wara problema ta' burn-out, ikun tajjeb li toffrilu alternattivi li jerġgħu jdaħħlu l-fervur lejn il-ħajja tax-xogħol mingħajr ma terġa' ddaħħallu l-biża' li se jerġa' jmur lura lejn l-istess xogħol li ħassu li kien qed jitkisser fih.", "Allura wieħed minn dawn il-pjanijiet jista' jkun, per eżempju, li dawn in-nies jiġu riabilitati f'xogħol li ma jkunx relatat max-xogħol ta' qabel.", "Waħda mill-affarijiet li kont nara fl-Istati Uniti hija l-flessibilita` kbira li kellhom il-ħaddiema f'dan il-pajjiż.", "Jiena kont naħdem bejn żewġ sptarijiet u kien hemm xi żewġ mili bogħod bejniethom u kien ikun hemm shuttle li kienet tmur minn sptar għall-ieħor u kienet titlaq kull nofs siegħa.", "Jien għadni niftakar li d-driver li kien isuq ix- shuttle tagħna kien mechanical engineer li wara ċertu żmien kien iddejjaq dejjem jagħmel l-istess xogħol u ddeċieda li jibda jagħmel dan ix-shuttle service bejn sptar u ieħor.", "Ovvjament ħa dik id-deċiżjoni fl-ambitu li tonqoslu l-paga - qatt ma tkellimt fuq paga miegħu imma nassumi li hekk hu – pero' kien jidher verament bniedem kuntent.", "Din il-flessibilita` fix-xogħol m'hijiex parti mill-kultura ta' pajjiżna.", "Aħna bħala pajjiż diffiċli ħafna li bniedem ikun ilu, per eżempju, 30 sena jgħallem u f'daqqa waħda jgħidlek li jrid jibda jsuq il-karozzi tal-linja jew il-private buses.", "Huwa importanti li nifhmu li l-flessibilita` hija xi ħaġa li tgħin lill-bniedem psikoloġikament.", "M'hijiex xi ħaġa degradanti.", "Meta bniedem ibiddel minn ħaġa għall-oħra, hija xi ħaġa pożittiva u allura jiena nissuġġerixxi li waħda mill-alternattivi lejn riabilitazzjoni tista' tkun li niftħu l-parametri li kellna qabel u nibdew inħarsu b'wide angle.", "Hemm bżonn li nibdew nagħtu alternattivi ta' xogħlijiet interessanti u moderni li wieħed jista' jkun li qatt ma ħaseb li jista' jagħmel.", "Jiena nemmen li speċjalment f'nies li jkunu burnt out, din tista' tkun xi ħaġa pożittiva ħafna.", "Xtaqt ngħaddi kelma fuq xi ħaġa li wieħed irid joqgħod attent fuqha.", "Issemma li jkun hemm anke auditing ta' dak li ġara fil-passat.", "Jiena naqbel li għandu jkun hemm ċertu auditing pero` naħseb li dan għandu jsir b'ħafna ħsieb.", "Per eżempju, m'hemmx għalfejn li l-pazjenti jerġgħu jmorru quddiem bord u jiena naħseb li dawn l-affarijiet m'humiex kontemplati li se jsiru.", "(Interruzzjonijiet) Jiena qed ngħid li jiġri hu li meta xi ħadd jisma' affarijiet fuq il-gazzetti li ħafna drabi jkunu rrapportati b'ħafna sensazzjonaliżmu, il-pazjenti psikjatriċi jinkwetaw ħafna.", "Jiena jkolli ħafna pazjenti nevrotiċi li meta jisimgħu sentenza – u hawnhekk nappella biex il-ġurnalisti joqogħdu attenti kif jirrapportaw l- affarijiet – jinkwetaw ħafna.", "Jiena naħseb li aktar minni ħadd ma jista' jgħidhom dawn l-affarijiet għax diġa` jiġu għandi nies li huma morda u li qed jinkwetaw.", "L-ironija tal-ħajja hi li min ikun ġenwin normalment huwa dak li l-iktar jinkwieta għax min mhux ġenwin lanqas biss ikun qed jaqrahom il-gazzetti!", "Jiġifieri fl-aħħar mill-aħħar ir- realta` hija li n-nies ġenwini jinkwetaw b'mod intens u pessimist għall- aħħar, dik li fil-psikoloġija ngħidulha catastrophic thinking.", "Dawn jibdew jimmaġinaw li meta se jidhru quddiem il-bord, se jibdew jiddubitaw mill- marda tagħhom.", "Jiena naħseb li r-realta` hija totalment differenti u nemmen li d- dipartiment huwa sensittiv biżżejjed biex ma jagħmilx dawn l-affarijiet u għalhekk huwa importanti li l-ġurnalisti u anke n-nies in ġenerali joqogħdu attenti x'jgħidu għaliex fl-aħħar mill-aħħar kif jinqraw l-affarijiet jinkwetaw ħafna nies, speċjalment nies li għandhom problemi psikjatriċi.", "Fil-fatt fuq din il-biċċa xogħol ta' l-auditing il-ministru kkonfermatli li l-auditing se jsir fuq il-każijiet il-ġodda filwaqt li d-direttur jista' jidħol fuq każijiet antiki.", "Dan kien importanti li ngħidu għaliex, kif għidt, diġa` qed nara nies li qed jinkwetaw u naħseb li importanti li nserrħulhom moħħhom li din hija liġi li fl-aħħar mill-aħħar qiegħda hemm biex tgħin lill-poplu u biex tgħin lin-nies ġenwini u lin-nies li qed ibatu.", "Ovvjament meta niltaqgħu f'kumitat jiena ċert li se niddiskutu din il-liġi sentenza sentenza u jiena nemmen li aħna bħala gvern miftuħin biżżejjed biex nisimgħu u nagħrblu kull ħaġa li għandna bżonn nagħrblu.", "Fl-aħħar mill-aħħar naħseb li kulħadd jaqbel li din il-liġi kellha bżonn tiġi riveduta.", "Nemmen li r-reviżjoni li se ssir anke fl-affarijiet kollha li għidt hija reviżjoni pożittiva u hija reviżjoni li fl-aħħar mill-aħħar se tispiċċa f'sitwazzjoni fejn in-nies se jħossuhom iktar stmati, se jħossuhom iktar emmnuti u se jħossu li hemm proċess li kemm jista' jkun qed iqarreb biex jgħinhom jaslu għal dak il-punt u allura nemmen li se nitkellmu fuq irqaqat u fuq affarijiet żgħar li wieħed jista' jikkoreġi pero` importanti li liġi bħal din nagħtuha s-sapport totali tagħna u minn hawn nixtieq anke nagħti prosit lill-ministru li kellha l-kuraġġ toħroġ b'liġi bħal din.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Jose` Herrera.", "ONOR.", "JOSE` HERRERA: Mr Speaker, ħadt pjaċir nisma' d-diskors tal- kollega tiegħi, l-Onor.", "Cassar, li daħal b'mod tekniku f'din il-liġi u ta overview mill-aspett tekniku ta' kif titħaddem il-liġi kif inhi llum mill- esperjenza tiegħu personali u anke kif jara li għandha titħaddem fil-futur b'dawn l-emendi.", "Jiena la se nitkellem b'mod tekniku u lanqas se nidħol fuq kull klawsola.", "Intqal ħafna fuq xi tfisser il-liġi, il-poplu jaf xi tfisser il-liġi u allura se ngħid x'naħseb jien.", "L-ewwelnett jiena nemmen li f'ċerti deċiżjonijiet li jkunu jridu jittieħdu minn dan il-Parlament, huwa tajjeb li ma jkunx hemm konfrontazzjoni bejn il-partiti għax jekk ikun hemm konfrontazzjoni f'ċerti leġislazzjonijiet sensittivi, allura dak il-partit li jkun qed jipproponi l-liġi, jista' addirittura jsib ruħu rikattat minn ċertu settur ta' l-elettorat u dak ikun ħażin.", "Il-Parlament qiegħed hemm biex jagħmel ħaqq mal-poplu kollu.", "Pero' ħafna drabi jkun diffiċli għall- gvern li jilleġisla b'ċertu mod minħabba li tista' tingidem xi persuna 'l hawn u 'l hemm.", "Dan huwa ħażin u għalhekk jiena dejjem tkellimt u emmint li f'ċerti deċiżjonijiet ta' interess nazzjonali huwa fl-interess ta' kulħadd li kemm jista' jkun ikun hemm consensus politiku bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra.", "Dak huwa l-ewwel punt tiegħi.", "Illum m'għadniex niddibattu l-konċett tal-welfare state għaliex dan qiegħed hemm u għandna nagħmlu l-almu tagħna bħala politiċi u bħala parlamentari sabiex nippreservaw il-welfare state fil-pajjiż.", "Pero` madanakollu dan mhux dejjem kien il-każ għaliex kien hemm żmenijiet fil-passat, mhux daqstant remot, fejn kellek tendenzi anke reazzjonarji f'dan il-Parlament u f'assemblei leġislattivi oħra f'dan il-pajjiż fejn il-konċett ta' welfare u l-konċett ta' emanċipazzjoni totali tal-poplu ma kienx milqugħ minn kulħadd.", "Anzi kien hemm żmien meta kellek sezzjoni tal-klassi politika li ma kenux jemmnu fiha.", "Mentri llum kulħadd jemmen li jrid ikollok għajnuna provduta mill-istat biex almenu kulħadd ikun jista' jgħix f'ċertu livell.", "Dak naqblu miegħu.", "Pero` mill-banda l-oħra, u din hija importanti, lanqas huwa sewwa illi jiġi ppremjat min jabbuża.", "Mhux sewwa li jkollok sezzjoni ta' nies li għax iridu huma jew minħabba l-egoiżmu tagħhom jippretendu li ħaddieħor jaħdem għalihom u jippretendu li huma jieħdu l- pensjoni ta' l-invalidita` - għax aħna qegħdin nitkellmu fuq l-invalidita` - meta ma jkunx jistħoqqilhom.", "Qegħdin jieħdu l-flus ta' min qed jaħdem u flok ma qed jiġu rinvestiti għall-aħjar tal-pajjiż, qed jiġu minfuqa fuq ċerti nies li ma jridu jagħmlu xejn u taparsi huma morda.", "Naturalment iż-żewġ partiti jaqblu li dan m'huwiex aċċettabbli.", "Kieku Malta kellha xi introjtu minn xi riżors naturali bħalma huwa ż-żejt jew il-gass, kieku forsi naffordjaw li noqogħdu d-dar naraw it-television filwaqt li l- gvern jibgħatilna ċ-ċekk tas-sigurta` soċjali imma dan mhuwiex il-każ.", "Tobba li kienu jaħdmu l-Kuwajt jgħiduli li kien hemm żmien meta dan il- pajjiż tant kellu introjtu li n-nies tal-Kuwajt ma kenux jaħdmu, kienu joqogħdu d-dar, jeħduha easy u n-nies mill-Asja kienu jagħmlu x-xogħol kollu huma.", "Dawn kienu jieħdu ċertu drittijiet u ċerti allowances u ma jagħmlu xejn pero` f'Malta ma nistgħux nagħmlu hekk.", "Aħna m'għandniex riżorsi naturali u allura jekk hemm xi ħadd li qed jisraq, dan m'huwiex qed jisraq il-Kaxxa ta' Malta, qed jisraq lili li qed inħallas it-taxxa, qed jisraq lill-Ministru Dolores Cristina, qed jisraq lill-Viċi President tal- Kamra u qed jisraq lil kulħadd.", "Li tieħu pensjoni meta jkollok 35 sena għax għandek daqsxejn uġigħ f'dahrek li jgħaddilek wara xahar meta sieħbek ta' 35 sena li għandu tlett itfal, irid iqum fis-6.00 a.m. u jaħdem daqs bagħal sas-6.00 p.m. u mbagħad minn fuq iħallas it-taxxa u parti minn dik it-taxxa qed tmur biex inti toqgħod id-dar paxxut, m'huwiex aċċettabbli.", "Li jkollok ftit abbużi f'kollox huwa aċċettabbli.", "Jiena naf negozjanti li jgħidu li min jaħdem magħhom xi ftit iħawwad.", "Per eżempju, jekk suppost jitlaq fil-5.00 p.m u s-sid ma jkunx hemm, jitlaq fl-4.30 p.m. Min qiegħed fis-settur tal-catering jgħid li ġieli ħadulu xi biċċa laħam jew xi ftit chips.", "Dan huwa ħażin ukoll, pero` dment li jkun kontrollabbli, huwa tollerabbli għax ħadd m'huwa perfett.", "Pero` jibda jdoqq l-allarm meta l-abbuż isir abitudini u jibqa' jiżdied.", "Meta jiġri dan, huwa d-dover tal-gvern li jgħid li l-abbużi jridu jieqfu akkost li jkun hemm min ma jivvotalux għaliex jekk xi ħaġa tkun ħażina, jagħmel tajjeb li jilleġisla biex iwaqqaf dak li huwa ħażin.", "M'għadux iż- żmien li nagħmlu lip service imma qegħdin hawnhekk biex nagħmlu l-ġid lill- pajjiż.", "Mhux qegħdin hawnhekk biss biex nilagħbu għall-gallarija u għall- gwadann tagħna mil-lat ta' voti imma qegħdin hawnhekk biex nitkellmu b'serjeta`.", "Issa x'inhuma l-istatistiċi?", "L-istatistiċi juru li minn 130,000 ruħ għandek 'il fuq minn 9,000 ruħ li qed jieħdu l-pensjoni ta' l- invalidita`.", "Dan ifisser li madwar 7% tal-popolazzjoni f'Malta m'humiex kapaċi jaħdmu għal għomorhom.", "Din hija inkwetanti.", "Kif semmiet il- Ministru Cristina, f'sitt snin il-ħlas ta' pensjonijiet minn Lm9 miljun fis-sena tela' għal kważi Lm17 miljun.", "Jien ngħid li min jistħoqqlu jieħu din il-pensjoni, għandu jibqa' jeħodha u għandu dritt jeħodha u m'għandix dubju li l-maġġoranza tan-nies li qegħdin jieħdu din it-tip ta' għajnuna soċjali - għax għalkemm insejħulha \"pensjoni\" m'hi pensjoni xejn imma tabilħaqq hija tip ta' għajnuna soċjali – huma ġenwini.", "L-istat irid jgħin u jikkumpati lill-marid all the way.", "Nista' nkun jien li allaħares qatt inkun ħiereġ minn hawn u nimrad, tista' tkun il-ministru u jista' jkun kulħadd li jqum filgħodu u ma jkunx jiflaħ iqum.", "L-istat irid jgħin lil min hu marid u jekk ma jgħinux, ikun stat diżonest u bla kuxjenza soċjali.", "L-istat huwa dejjem obbligat politikament, moralment u legalment li jgħin lin-nies li għandhom bżonn l- għajnuna.", "Jiena niltaqa' ma' nies barranin li f'pajjiżhom la għandhom social assistance, la għandhom relief, la għandhom pensjonijiet, la għandhom social housing u lanqas sptarijiet b'xejn.", "Sinċerament titbellah meta tisma' dawn l-affarijiet!", "Jiena darba mort holiday l-Indoneżja u kien hemm wieħed li beda jidħak meta bdejt ngħidlu li l-isptar tagħna b'xejn.", "Meta għidtlu wkoll li jekk ma taħdimx, tingħata għajnuna fil-ġimgħa biex tkun tista' tgħix, ħasibni li qed ngħaddih biż-żmien!", "Jiġifieri f'ċerti pajjiżi fejn joqogħdu miljuni kbar ta' nies, il-bażi ta' l-għajnuna soċjali lanqas teżisti.", "Aħna rridu nkunu kburin u kuntenti li f'pajjiżna għandna l- welfare state u l-għajnuniet soċjali.", "Naħseb li aħna wieħed mill-aktar pajjiżi li noffru dan is-servizz.", "Per eżempju, għandna l-edukazzjoni b'xejn.", "Mhux talli għandna l-edukazzjoni b'xejn, talli nissussidjaw l- edukazzjoni bl-istipendji wkoll.", "Fejn issib fl-Ewropa kollha din it-tip ta' għajnuna soċjali?", "Għandek għajnuniet li ma jispiċċaw qatt!", "Għandek social housing, jekk ikollok ħsara fid-dar jirranġawhielek, jekk inti tiżżewweġ jagħtuk ċekk għall-ewwel xahar u jekk għandek it-tfal jagħtuk iċ- children's allowance.", "Sur President, għandna sistema ta' għajnuna soċjali li hija tajba u li żviluppat matul is-snin u minn hawnhekk irrid insellem lil dawk il-politiċi li matul il-milja tas-snin stinkaw, tħabtu u rsistew biex lill-poplu Malti joħorġuh mill-faqar li kien isofri.", "Ħafna drabi aħna niġu attakkati u mgħajra fil-gazzetti pero` kieku ma kenux il-politiċi Maltin u dan il- Parlament - li jien kburi li nagħmel parti minnu - kieku qegħdin ferm agħar.", "Sa 40 sena ilu biss, in-nies kienu jiġru fit-toroq ħafjin, kienu jittallbu l-flus fuq iz-zuntier u ma kenux jieħdu pensjoni.", "Kien hawn faqar, miżerja u kwalita` ta' ħajja li llum lanqas toħlomha.", "Fil-Belt hawn triq għadhom jgħidulha \"nix mangiare\" li tfisser li m'għandix x'niekol u dan għaliex kienu jpoġġu lin-nies jittalbu hemmhekk.", "F'din it- triq kont issib lil dawk li għalqu s-60 sena jew min jimrad bil-bott f'idejh jittallab.", "Jien kburi li nagħmel parti minn dan il-Parlament li matul din il-milja ta' snin irnexxielu joħloq qafas leġislattiv daqshekk tajjeb u daqshekk b'saħħtu biex f'Malta ma jkunx hawn iktar dan it-tip ta' faqar.", "Din kienet waħda mill-affarijiet li spiratni li nkun parti mil-Labour Party għaliex – m'iniex qed ngħid li n-Nazzjonalisti m'humiex illum - minn dejjem kellu din il-viżjoni li jagħmel gwerra sfrenata kontra l-faqar fil-pajjiż u rebaħha.", "U jgħidu x'jgħidu fuqna, il-parlamentari matul il-milja tas-snin irnexxielhom itejbu lil dan il-pajjiż.", "Imma mill-banda l-oħra jrid ikun hemm bilanċ.", "Sur President, l-isfortuna hija li s-sistema politika tagħna - u llum qed nitkellem b'mod apert u qed ngħid dak li nħoss - għextha u ddejjaqni.", "U se ngħid għaliex.", "Biex titla' fil-Parlament jew biex tirnexxi jew timxi 'l quddiem fil-politika and you get the people to vote for you, irid ikollok il-klijenteliżmu.", "Tista' tkun l-aqwa professur tad-dinja għax jekk ma jkollokx a client base b'saħħtu ma titlax u jekk tkun illitterat u kapaċi ddur id-djar u tagħmel il-favuri żgħar lin-nies, tispiċċa fil-Parlament.", "Jekk ma tkunx kapaċi tagħmel dan, anke jekk ikollok viżjoni u jkollok ċerti ħiliet pero` ma tkunx lest li tikkomprometti lilek innifsek, ma titlax.", "F'dan il-pajjiż il-klijenteliżmu kien dejjem konduċenti u din ngħidha bla tlaqliq għaliex iddejjaqni.", "Fil-passat il-klijenteliżmu kien aktar mil-lum meta kollox kien jiddependi fuq il-ministri u dan kien konduċenti biex isiru ċerti abbużi.", "Jien nifhem il-kummenti li għamel l-Onor.", "Antoine Mifsud Bonnici fejn wera li ħa għalih ftit fuq dak li qalet il-ministru meta qalet li l-klassi medika qed tabbuża żżejjed.", "Huwa hekk fehmek u anke jien hekk fhimt.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Carmelo Abela): Ippermettili, Onor. Herrera.", "Il-Ministru.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: L-Onor.", "Herrera qed jirrepeti dak li qara fir- rapport ta' dak li qal l-Onor.", "Mifsud Bonnici dwar dak li għidt jien.", "Jiġifieri noqogħdu ftit attenti għaliex hawn għandna l-detto del detto del detto.", "Jien dejjem kont qiegħda nitkellem fl-ambitu ta' ċertifikazzjoni dwar il-pensjoni ta' l-invalidita` u mkien ma rriferejt għall-professjoni medika in ġenerali, anke meta wżajt il-frażi \"in ġenerali\" kont dejjem fl- ambitu ta' ċertifikazzjoni.", "Irrid nagħmilha ċara għax nobgħod niġi miżinterpretata kif ġejt miżinterpretata.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, ma kienx l-Onor.", "Herrera li mmiżinterpreta lill-Ministru għax kif sar l-intervent qisu l-Onor.", "Herrera mmiżinterpretaha.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru, bil-permess ta' l-Onor.", "Herrera.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Jekk inqast fil-konfront ta' l-Onor.", "Herrera nagħmillu apoloġija pero` jiena għidt li l-Onor.", "Herrera qed jirrepeti dak li qara f'rapport ta' dak li suppost għidt jiena u allura hawn miżinterpretazzjoni pero` ma għidtx li l-Onor.", "Herrera mmiżinterpretani.", "Jiena ġejt immiżinterpretata mill-Onor.", "Mifsud Bonnici lbieraħ biex nagħmilha ċara.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Mifsud Bonnici, bil-permess ta' l-Onor.", "Herrera.", "ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI: Sur President, il-bieraħ ikkwotajt preċiż il-kliem li qalet il-Ministru Dolores Cristina fil-Parlament u mhux tajt spjegazzjoni oħra.", "Għalhekk ma naħsibx li kkwotajt ħażin.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Sur President, hemm mod u manjiera kif tikkwota l-affarijiet.", "Jekk taqla' sentenza out of the context ta' speech sħiħ allura hemm lok ta' miżinterpretazzjoni.", "Ilbieraħ ħassejtni li ġejt ikkwotata out of context.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-ispjegazzjonijiet saru.", "Issa jkompli l- Onor. Herrera.", "ONOR.", "JOSE` HERRERA: Sur President, qalitx hekk jew le ma nafx għax ma kontx preżenti f'din il-Kamra meta sar id-diskors mill-ministru u għalhekk se nkun leali lejn kulħadd u ngħid li jiena qed nirreferi għal dak li qalu l-ġurnali.", "M'għandix dubju li l-klassi medika hija waħda mill-iktar klassi ta' professjonisti rispettata fil-pajjiż u jistħoqqilha kull ġieħ u naħseb li kieku kellhom jagħmlu vox pop f'Malta u jistaqsu lin-nies liema hija l- iktar professjoni li l-poplu għandu fiduċja fiha jew jistma, it-tobba jiġu l-ewwel.", "It-tobba għandhom ċertu rispett fis-soċjeta` u allaħares ma jkunx hekk għax tabib jaħdem fuq l-iżjed ħaġa importanti għalina li hija s-saħħa.", "Kien hemm okkażjonijiet li tobba abbużaw u naħseb li l-Onor.", "Antoine Mifsud Bonnici kien korrett meta qal li jekk kien hemm suspetti f'dan ir-rigward, allura messu sar rapport lill-medical council.", "Per eżempju, meta jkun hemm xi avukat li jiżgarra, isir rapport lill- kummissjoni għall-amministrazzjoni tal-ġustizzja.", "Dawn il-professjonijiet ta' ċertu livell kollha huma self-regulating u kollha għandhom l-istrutturi interni tagħhom biex iżommu l-etika pero` li tinkwetani m'hijiex dik.", "Issa se nitkellem ċar u nagħmilha ċara li m'iniex qed nirreferi għall-ministru b'mod partikolari, pero` mill-esperjenza tiegħi t'għaxar snin bħala membru parlamentari u mill-esperjenza tiegħi bħala bniedem kważi pubbliku, jirriżultali bl-aktar mod ċar - mhux qed ngħid fuq Nazzjonalisti jew Laburisti - li ma kenitx l-ewwel darba u ma kenitx se tkun l-aħħar darba li t-tobba ssir pressjoni fuqhom mill-forzi politiċi fil-pajjiż biex jgħaddu ċerti nies bord u jieħdu l-pensjoni.", "Din hija l-verita` u m'għandniex nistħu ngħiduha.", "Aħna l-politiċi niżbaljaw ukoll u qegħdin nitilfu ċertu rispett fil-pajjiż minħabba l-klijenteliżmu.", "Meta ddur id-djar u tiltaqa' mal-kostitwenti mhux kulħadd ikun ta' ċertu livell ta' edukazzjoni u jkun hemm min jippretendi ċerti affarijiet mingħandek u jekk ikollok politiċi u kandidati mhux ta' livell integru kif suppost allura dawn se jieħdu an unfair advantage fuq kandidati politiċi u parlamentari oħrajn li joqogħdu attenti li jimxu kif suppost u dan huwa ħażin.", "Huwa ħażin li jkun hemm l-influwenza politika f'dawn it-tip ta' deċiżjonijiet u mhux li jkollok xi tabib 'l hawn u 'l hinn li jiżgarra imma li jkollok l-influwenza politika qawwija speċjalment tal-gvern tal- ġurnata li jagħmel pressjoni fuq min għandu jiġġudika biex jiġġudika b'ċertu mod.", "Għalina l-avukati jeżisti kodiċi ta' etika u twaqqfu kummissjonijiet fejn lanqas nistgħu niċċaqalqu.", "It-tobba għandhom il-medical council u jidhirli li anke l-periti u l-ġurnalisti għandhom xi ħaġa simili.", "Minħabba dawn iċ- ċirkostanzi u minħabba l-politika kif inhi, fuq il-lista tal-kandidati ta' l-istess partit, mhux kulħadd huwa ta' l-istess integrita` u din hija l- kritika li rrid nagħmel fuq in-neputiżmu u l-klijenteliżmu sfrenat.", "Hemm bżonn isir kodiċi ta' etika għall-membri parlamentari u għall-politiċi u jekk hemm bżonn nagħmlu board of censors ħalli niddixxiplinaw lilna nfusna għax aħna qegħdin esposti għal dawn it-tip ta' tentazzjonijiet aktar minn ħaddieħor fil-kilba u fil-ġirja tal-kampanja elettorali u fil-pressjoni persistenti li niltaqgħu magħha fil-kostitwenza u fl-uffiċini tagħna.", "Jekk jitla' membru parlamentari u jgħidli li qatt ma żgarra jew qatt ma pprova jirranġa kostitwent ngħidlu giddieb.", "Kulħadd jipprova jaqdi lill- kostitwenti tiegħu u nagħmlu sew u fejn ħaqqu kostitwent li taqbeż għalih tkun diżonest li ma taqbiżx għalih u jekk għandek tiġġieled għad-drittijiet tal-kostitwenti tiegħek bħala deputat parlamentari, trid tiġġieled pero` mhux li ssir pressjoni biex ma jsirx il-ħaqq jew biex ma ssirx il-ġustizzja għax dak huwa skorrett u jiġri wisq ta' spiss f'pajjiżna.", "Nistgħu ngħidu li mhux veru imma bil-poplu tidħak darba jew darbtejn pero` ma tibqax tidħak bih u dik hija r-raġuni għaliex il-poplu in ġenerali tilef il-fiduċja f'forsi l-iktar klassi nobbli fil-pajjiż li hija l-klassi politika għaliex kif diġa' għidt matul is-snin bid-difetti kollha tagħha u bil-konfrontazzjonijiet kollha tagħha rnexxielha minn pajjiż tat-tielet dinja ġġibu pajjiż modern li tieħu pjaċir tgħix fih.", "Imma fl-istess nifs, dak li huwa tajjeb trid tgħid li huwa tajjeb imma dak li huwa ħażin trid tgħid li huwa ħażin ukoll.", "Din hija xi ħaġa li tinkwetani ħafna, li tipprova taqdi d-dmirijiet tiegħek u tiġi ffaċċjat minn din it-tip ta' pressjoni fuq livell ta' kostitwenza li tgħejjik għax jekk bniedem m'għandux ċertu livelli, m'għandux ċertu background, u qiegħed fil-politika ma jafx x'inhu tajjeb jew le.", "L-ixprunar tal-kandidaturi huwa importanti mhux biss fuq livell akkademiku imma anke f'dik li hija integrita` morali għax hawnhekk aħna d-deputati għandna ċertu responsabilita` u llum deherli li kelli nieħu l-okkażjoni li nagħmel kritika tal-klassi politika ħalli nuru iktar serjeta`.", "Għalkemm din il-liġi fiha d-difetti tagħha ma ddejjaqnix, anzi nieħu pjaċir li l-gvern qed jgħaddiha għax qed jagħmel sewwa bħalma aħna għamilna sewwa meta konna fil-gvern li ma bżajniex ngħaddu ċerta leġislazzjoni biex insaħħu l-infrastruttura u l-management tad-drydocks.", "Dakinhar fl-interess ta' Malta l-Onor.", "Alfred Sant deherlu li kellu jipproponi dik il-liġi b'urġenza u għamel sewwa.", "L-Onor.", "Alfred Sant bħala Prim Ministru ta' dakinhar ħa dan il-pass għall-ġid ta' Malta u llum li għandna l-Onor.", "Lawrence Gonzi bħala Prim Ministru finalment qed jipperpetwa l-ġid għall- futur u fl-aħħar mill-aħħar se niġu ġġudikati fuq dawn l-affarijiet.", "Nagħmlu żball jekk naħsbu li l-maġġoranza assoluta tan-nies jieħdu pjaċir bl-abbużi.", "Il-maġġoranza assoluta tal-poplu Malti – u jiena naf għax indur id-djar kullimkien - huma nies onesti ħafna li jaħdmu meta għandhom jaħdmu u disposti li jgħinu lil ħaddieħor meta jkun każ ġenwin.", "Il-poplu Malti huwa poplu karitevoli ħafna, l-aħjar razza li hawn għax qalbhom jagħtuhielek!", "U l-maġġoranza assoluta tal-poplu Malti tagħmel pressjoni fuqna bħala klassi politika biex ngħaddu leġislazzjonijiet li jwasslu għal aktar serjeta` fil-pajjiż.", "Nagħlaq billi ngħid li huwa tajjeb li wieħed jilleġisla pero` fl-aħħarnett f'każijiet bħal dawn il-leġislazzjoni m'hijiex suffiċjenti.", "Sur President, irid ikun hemm il-goodwill, il-ħila u l-kapaċita` ta' min se jimplimenta l- liġi.", "Din il-liġi xorta tħalli ċerta diskrezzjoni għax it-tobba se jiġu magħżula mill-ministru.", "Jekk il-ministru trid, għandha d-diskrezzjoni li tagħżel lil min trid hi.", "Mhux qed ngħid li se tagħmel hekk u persważ li mhux se tagħmel hekk.", "Pero` kif qal ukoll l-Onor.", "Karl Chircop, il- ministru għandha dritt tagħżel lil min trid mill-klassi medika biex tieħu parir u m'hemm l-ebda kriterju lil min trid tagħżel fuq suġġett u mhux fuq suġġett ieħor.", "Jiġifieri kif kien jista' jsir abbuż qabel, għalkemm forsi issa rranġajniha xi ftit, xorta jista' jsir l-abbuż.", "M'iniex qed ngħid li l- ministru se tabbuża u allaħares kont nemmen li se tabbuża, pero` kif inhi l-liġi llum xorta jista' jsir abbuż.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru, on a point of order.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Sur President, it-tobba ma jiġux nominati imma ssir a call for applications li hija totalment differenti.", "ONOR.", "JOSE` HERRERA: Fil-liġi nsibu miktub hekk:", "\"...maħturin mill-Ministru għall-fini li jagħtu pariri fuq każi bħal dawn skond l-artiklu 106\".\"", "Mhux qed nikkritika l-liġi kif inhi.", "Il-perfezzjoni ħadd ma jista' jagħmilha.", "Ħadd ma jista' jiġi b'liġi perfetta li tagħlaq kull toqba għax finalment il-liġi aħna nagħmluha.", "Mhux qed ngħid li l-liġi hija ħażina imma qed ngħid li biex din il-liġi titmexxa tajjeb irid ikollok ministri u politiċi ta' integrita`.", "Dak li qed nawgura jien.", "Aħna bdejna hawn u hemm ħafna aspetti wkoll oħra fil-kamp soċjali li wieħed irid jirrivedi.", "Hemm min ħaqqu u mhux qed jieħu u hemm min ma ħaqqux u jieħu.", "Dik hi l- ħajja!", "Min jimbotta u għandu l-ħbieb f'dan il-pajjiż kultant jirnexxilu f'ħafna affarijiet, mhux biss fil-kamp soċjali imma anke fuq livelli oħra.", "Bir-rispett kollu, jien niftakar lill-Onor.", "Michael Frendo fl-1987 jikkwota poster li kellu l-partit Nazzjonalista: \"Mhux pjaċiri imma drittijiet\".", "Dik kienet l-għajta tiegħu u naħseb li b'dik l-għajta tela' l-Onor.", "Michael Frendo dak iż-żmien.", "Issa bir-rispett kollu - u niddejjaq ngħidha għax illum ma kellix aptit nikkritika naħa jew oħra - kuxjenżjożament matul dawn il-kważi 20 sena, dejjem kollox ingħata bi dritt?", "Pjaċiri ma sarux?", "Lucrative contracts ma ngħatawx?", "Encroachments ma sarux?", "In-nies iddejqu b'dawn l-affarijiet!", "Għandna erba' nies bil-konnessjonijiet li mingħalihom ma jista' għalihom ħadd u aħna l-politiċi bla guts - biex ma ngħidx kelma oħra għax darba meta għidtha fuq it-television, tgħidx kemm għajruni biha – għaliex inċedu għal kollox.", "Jekk ikun hemm it-tali, allura tgħaddi tiegħu qisu l-politiku biċċa ta' l-art, biċċa żibel, bla guts u bla poter ta' xejn.", "Jiena ma nafx għalfejn ivvotawlna n-nies!", "Irid ikollna l-guts nieħdu ċerti deċiżjonijiet!", "Hemm klassi ta' nies li jagħmlu li jridu bikom u qed nindirizza lin-naħa l-oħra għaliex bħalissa huma qegħdin fil-gvern.", "Għandkom erba' min-nies reqdin u ċerti nies jagħmlu bihom li jridu!", "Dik hija l-verita`!", "Dan huwa d-diskors li jsir min-nies in ġenerali, tmur fejn tmur, tattendi fejn tattendi u tiltaqa' ma' min tiltaqa'.", "Jiena naf nies li biex jagħmlu ċerti proġetti u biex jagħmlu ċertu negozju, idaħħlu partner magħhom għax jekk ma jagħmlux hekk, ma jimxux.", "Dan huwa sewwa?", "Dawn m'humiex pjaċiri mad-drittijiet?!", "Dik hija s-sistema politika f'dan il-pajjiż u trid tkun bigotta biex tgħid li mhux veru u biex tinnega li din hija r-realta' ta' dan il-pajjiż u llum huwa l- mument meta qed niddiskutu leġislazzjoni bħal din li wieħed jgħid il- verita`.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Michael Asciak.", "ONOR.", "MICHAEL ASCIAK: Sur President, qegħdin niddiskutu abbozz ta' liġi li jemenda l-Att dwar is-Sigurta` Soċjali, li bażikament jitkellem fuq it- tneħħija ta' l-abbużi minn din is-sistema.", "Jeżistu abbużi fis-sistema tas- sigurta` soċjali?", "Hawnhekk għandi ftit statistika dwar in-numru ta' applikanti riferuti għall-eżami mediku minn bord mediku u naraw li għal dawn l-aħħar snin kien hawn numru sostanzjali ta' nies li applikaw għall- pensjoni ta' l-invalidita`, għall-pensjoni ta' l-invalidita` taħt ftehim reċiproku milħuq ma' pajjiżi oħra, għall-benefiċċju tal-mard, għal żjajjar fid-dar, għall-għajnuna soċjali, għall-pensjoni għad-diżabilita`, għall- benefiċċju għall-korriment u benefiċċji oħra.", "Bażikament fl-2005 kien hemm total ta' kważi 12,000 ruħ li applikaw għal dawn is-servizzi.", "Jekk naraw in-nefqa annwali fuq il-pensjoni ta' l-invalidita` biss, insibu li sal-ġurnata tal-lum għandek bejn wieħed u ieħor 9,000 persuna li qegħdin fuq il-pensjoni ta' l-invalidita` u dawn jiswew lill-Kaxxa ta' Malta Lm16.2 miljun fis-sena.", "Din hija somma konsiderevoli li naħseb li hija minfuqa tajjeb pero` wieħed irid jistaqsi dejjem jekk hijiex minfuqa b'mod effiċjenti u mingħajr ħela.", "Naħseb li hija xi ħaġa li jismagħha kulħadd u jiena li ilni tabib 21 sena nista' ngħid li hemm ċerti affarijiet li tmisshom u tarahom b'għajnejk li jindikaw li hemm ammont ta' frodi f'dan il-qasam.", "Meta ngħid frodi ma rridx nimplika lit-tobba.", "Ovvjament ma neskludi lil ħadd għax mis-sema 'l isfel kulħadd jagħmel żbalji pero` l- parti l-kbira ta' frodi li nisma' bihom jien isiru mill-istaff li m'huwiex mediku u ħafna drabi lanqas ma jkun l-istaff tad-dipartiment tas- sigurta` soċjali.", "Jiena niftakar li kelli żewġ każijiet u se nsemmihom ħalli nuri kif f'moħħ il-poplu hemm din l-idea illi biex tgħaddi bord trid tħallas il-flus.", "Meta jiġi xi ħadd marid għandi u jgħidli li għandu problema b'dahru, b'moħħu jew b'qalbu, u jistaqsini kif se jagħmel biex jgħaddi bord, jgħidli wkoll li jkun lest li jħallasni l-flus.", "Jiena ngħidlu li jekk verament ikun marid m'għandux għalfejn iħallas flus.", "Pero` hemm min jilgħab din il- logħba.", "Naf anke b'każijiet fejn nies li m'għandhomx x'jaqsmu xejn mad- dipartiment - biex taraw safejn tasal il-biċċa xogħol - u nies li m'humiex tobba imma nies li jew ikunu viċin il-poter jew jafu lil xi ħadd fil-poter imorru fuq", "individwu u jgħidulu li jekk jagħtihom Lm500 jirranġawlu biex jgħaddi mill- bord ta' invalidita` u jekk jgħaddi mill-bord iżommu l-Lm500 u jekk jeħel mill-bord, jagħtuh il- Lm500 lura.", "Jiena kont nindaga daqsxejn meta l-pazjenti kienu jiġu jgħiduli dawn l-affarijiet biex nara min kienu l-individwi u x'kien hemm u ma kienx hemm.", "Imbagħad kont insib li din kienet proprja logħba, kien mezz faċli ħafna ta' kif individwu li m'għandu x'jaqsam xejn mas-sistema jagħmel il-flus.", "Issa nerġa' ngħid li ma nistax neskludi li jkun hemm min qiegħed fis-sistema u jkun irid jagħmel il-flus għax il-bniedem huwa bniedem.", "Pero` naħseb li l-iskop ta' din il-liġi huwa skop tajjeb u ċioe' li l-flus li qegħdin jintnefqu għal għan tajjeb, għandhom jintnefqu b'mod iktar effiċjenti u b'inqas piż fuq it-taxxi tal-Maltin.", "Sur President, jiena rrid ngħid ukoll li kemm jista' jkun ma noqgħodux nisimgħu wkoll ħafna għajdut foloz li jkunu qed jiġru.", "Dan l-aħħar meta l- ministru poġġiet dan l-abbozz fuq il-mejda tal-Kamra, ġew ruxxmata pazjenti fuqi u qaluli li l-gazzetti qalu li dawk li għaddew bord se jerġgħu jarawhom kollha.", "Ma jidhirx li din hija l-intenzjoni tal-ministru għax iċċekkjajt magħha, pero` dan ma jfissirx li fejn il-ministru jidhrilha li hemm l-abbuż, ma tiċċekkjahx.", "L-ewwelnett biex dan isir, m'hemmx għalfejn tgħaddi din il-liġi għax fil-liġi l-oħra hemm id-dritt li l-ministru tas- sigurta` soċjali jista' jinvestiga frodi jew anke progress fil-pazjent.", "Kultant pazjent jagħmel għaxar snin ma jiflaħx u mbagħad jgħaddilu.", "Per eżempju, wieħed ikollu fractured spine, jagħmel żmien twil inkapaċitat pero' mbagħad maż-żmien jgħaddilu.", "Sempliċement m'huwiex veru li kulmin għadda bord se jerġa' jittella', pero` l-ministru żżomm id-dritt, kif għandha dritt tagħmel, li fejn tħoss li hemm abbużi tas-sistema, dak l- abbuż twaqqfu.", "Aħna nafu wkoll li jkun hemm nies li huma boarded out u fil- fatt ikunu qegħdin jaħdmu, jiġifieri nafu li hemm numru ta' nies taħt l-40 sena li taparsi huma invalidi pero` mbagħad qegħdin imorru għax-xogħol mhux reġistrat.", "Irrid nagħmilha ċara li m'iniex qiegħed ngħid għall-invalidi kollha imma qiegħed ngħid għal dawk li huma invalidi u qegħdin jabbużaw.", "Jiġifieri l-parti l-kbira tan-nies li għandhom invalidity pension huma verament morda, pero` mbagħad issib numru li qegħdin jabbużaw, anke taħt l- 40 sena.", "Meta għidt li dawn ikunu qed jaħdmu m'iniex qiegħed nirriferi li jkollhom biċċa xogħol tal-kitba", "jew ikun hemm kamra fid-dar tagħhom stess u jbajduha, imma qiegħed nirriferi għal xogħol bi qligħ, jiġifieri xogħol regolari, xogħol li minnu dawn qegħdin idaħħlu ammont sostanzjali ta' flus u għalhekk naħseb li wieħed għandu jinvestiga din il-biċċa xogħol.", "Naħseb li t-tir tal-liġi huwa li la tkun liġi laxka wisq u lanqas iebsa wisq.", "Il-liġi għandha tkun fair u għalhekk għandna nagħmlu liġi li la tħalli l-abbuż u lanqas tħalli lil min verament ikun marid ibati konsegwenzi għalxejn.", "Kultant ikollok każ fejn pazjent japplika għall-invalidita` u jkollok dubju jekk ikunx verament invalidu jew le u kultant ma tkunx kwestjoni daqshekk straightforward u għalhek tajjeb li tħalli lill-bord jiddeċiedi din il- biċċa xogħol.", "Jiena kelli każijiet ta' pazjenti morda b'qalbhom li jkunu jridu jiġu invaliditati qabel l-eta` tal-pensjoni u jiena kelli suspetti serji illi dawn kienu qegħdin jilagħbu logħba biex jiġu invalidati qabel iż- żmien u mbagħad f'daqqa waħda nisma' li mietu jew inkella li ħasshom ħażin.", "Jiġifieri veru li jkunu morda u għalhekk għidt li l-liġi trid tkun fair.", "Meta jkun hemm dubju fondat, dak id-dubju jrid jaqa' fuq in- naħa tal-marid.", "Huwa importanti li jkollna proċedura iktar trasparenti biex jekk jista' jkun, inneħħu din l-omerta` u din l-għagħa kollha fuq din il-kwestjoni tal-pensjonijiet.", "Jiena xbajt nisma' b'din il-ħaġa li hija ingrained f'moħħ in-nies li trid tħallas biex tgħaddi bord u hemm bżonn naqtgħuha.", "Dik hija ossessjoni u għandna nuru lil kulħadd li għandna sistema trasparenti fejn l-affarijiet qegħdin isiru sew.", "Irridu noqogħdu attenti wkoll li ma jkollniex nies li jkunu in their late fifties u fl-aħħar snin qabel ir-retirement pension jiġu validated.", "M'huwiex faċli li nies ta' 58 jew 59 sena jerġgħu jiġu reintegrated fis-sistema tax-xogħol u allura wieħed irid iżomm f'moħħu l- eta` ta' l-individwu.", "Jidhirli li l-fatt li 36% of retiring civil servants are invalidated huwa persentaġġ għoli.", "Dan ifisser li li għandna kważi 40% taċ-Ċivil tagħna kollu li qabel jirtira, jiġi invalidat.", "Issa jiena nixtieq naħseb li l-flus li qed nagħtu liċ-Ċivil, sija jekk ikun ħaddiem manwali u sija jekk ikun ħaddiem tal-moħħ, qegħdin nużawhom b'mod produttiv u b'mod tajjeb u allura naħseb li importanti li jekk għandna din il-problema fiċ-Ċivil tagħna, niċċekkjaw daqsxejn għax sinċerament inħoss li jekk il-figura m'hijiex għolja daqshekk fil-private retirements allura hemm xi problema fiċ-Ċivil.", "Nafu li l-problema fiċ-Ċivil hija li ħafna drabi l-ħaddiema fil-middle", "management ma jkunux interessati u motivati biex jaħdmu.", "Din hija problema kbira u qiegħda tiġi rranġata.", "Jiena naqla' l-kappell lill-Uffiċċju tal-Prim Ministru, pero` sinċerament inħoss li rridu nagħfsu daqsxejn iżjed u naħseb li l-iktar ħaġa li rridu ndaħħlu hija l- flessibbilta`.", "Irridu ndaħħlu iktar audit fuq l-ammont ta' xogħol li jsir jew il-kwalita` tax-xogħol li jsir iktar milli l-ħin.", "Jiena ma tantx nemmen fiha li tidħol tippanċja f'ħin u toħroġ f'ħin ieħor għax naħseb li llum hemm metodi iktar effiċjenti, anke b'sistemi ta' awditjar li wieħed ikun jaf preċiż il-ħaddiema taċ-Ċivil x'qegħdin jagħmlu.", "Il-ħaddiem jista' jidħol fis-7.00 a.m. u joħroġ fl-4.00 p.m. u ma jagħmel xejn il-ġurnata kollha.", "Aħjar ħaddiem ieħor li jidħollok, għall-fini ta' l-argument, ħames sigħat u jtellagħlek xogħol ta' għaxra.", "Jiġifieri huwa importanti li din il-kwestjoni narawha fil-fond.", "Il-bieraħ l-Onor.", "Chircop ikkritika d-deċiżjoni li fuq il-bordijiet ikun hemm biss żewġ tobba.", "L-ewwelnett kif għadha kemm irrispondiet il- ministru dawn mhux se jiġu impjegati by direct order mill-ministru imma ssir sejħa għall-applikazzjonijiet, isiru l-bordijiet u jiġu impjegati fis- settur.", "Issa jiena ma nafx x'se jkunu t-terms of reference, pero` kultant l- oppożizzjoni ġġegħilni nidħak.", "L-Onor.", "Chircop qalilna li jispera li ma jkunx hemm politiċi involuti f'dawn il-bordijiet meta nafu li, per eżempju, għandna ex-politiċi u wieħed minnhom insemmih, Dr. Vincent Moran, li jpoġġu proprju fuq dawn il-bordijiet, jiġifieri ma naħsibx li l-kritika li qed jagħmel l-Onor.", "Chircop lill-gvern hija ġustifikata.", "Jiena naħseb li dak il-bniedem, bħat-tobba l-oħra kollha, għamlu xogħolhom kif għandhom jagħmluh, irrispettivament mill-passat jew mill-futur għax jista' jkun hemm tobba fuq il-bord li joħorġu għall-politika fil-futur.", "Naħseb li din kienet kwestjoni ta' the pot calling the kettle black.", "Irrid ngħid xi ħaġa fuq iċ-ċertifikati tas-sick leave.", "F'Malta joħorġu madwar 900,000 ċertifikat tas-sick leave fis-sena.", "Għalkemm issir ħafna kritika fuq it-tobba fuq dawn iċ-ċertifikati tas-sick leave, dan l-ammont huwa wieħed mill-inqas persentaġġi fl-Unjoni Ewropea kollha.", "In-numru ta' sick leave li jieħdu l-ħaddiema Maltin jikkompara tajjeb ħafna ma' dak li jeżisti fil-kumplament ta' l-Ewropa.", "Naħseb li allura wieħed mill-ewwel jinduna li ħafna mill-kritika li ssir fuq it-tobba u anke fuq il-ħaddiema minn dan l-aspett m'huwiex ġustifikat.", "Pero', kif tkellimt fil-każ ta' l- invalidity, ma jfissirx li ma jsirux abbużi u naħseb li hemm affarijiet li wieħed jista' jiċċekkjahom b'mod faċli ħafna.", "Per eżempju, mnejn safejn tabib joħroġ sick leave certificate mingħajr ma jkun lanqas biss ra l-pazjent?", "Jekk il-mara tal-pazjent tispjega l-istat tar-raġel lit-tabib, dan għandu jmur jiċċekkja lill-pazjent jew almenu l- individwu jmur biex jeżaminah it-tabib.", "Jien ma togħġobni xejn l-użanza li daħlet li dak li jkun inkarigat mill-ispiżerija jieħu f'idejh numru kbir ta' ċertifikati biex isiru mit-tabib mingħajr ma t-tabib ikun investigahom.", "Jien naħseb li din għandha tiġi mit-tabib.", "M'iniex qed ngħid li kultant ma jkunx hemm raġuni għalfejn jiġri dan għaliex ikun hemm każijiet fejn tkun rajt lill-pazjent u jkollok bżonn iġġeddidlu ċ- ċertifikat għax ikun għadu ma jiflaħx, kultant il-pazjent ikun well-known mat-tabib u t-tabib ikun jaf bis-sitwazzjoni kronika tiegħu u allura forsi ma jkunx hemm bżonn li t-tabib jara l-pazjent.", "Pero` by and large it- tabib għandu dejjem jeżamina lill-pazjent għaliex inkella ovvjament jista' jitlef il-kredibilita` tiegħu.", "Sur President, naħseb li l-kwestjoni tas-sick leave certificates ġejja mill-qagħda li waqa' fiha s-servizz tal-general practitioner f'Malta.", "Ngħid waqa' fiha mhux b'disprezz lejn il-general practitioners għax naħseb – jien wieħed minnhom – li dawn f'pajjiżna huma fost l-aħjar li hawn fid- dinja u huma fost l-aktar li jagħtu servizz tajjeb u mill-kuxjenza.", "Is- servizz tal-general practice f'Malta ma jidher inferjuri għall-ebda pajjiż ieħor pero` naħseb li għandna numru ta' general practitioners li jabbużaw mis-sistema għaliex ikunu qed jaqilgħu l-flus minn qasam ieħor.", "Ma ninsewx li l-parti l-kbira tal-general practice f'Malta ssir fuq bażi privata pero' hemm ukoll il-general practitioner service tal-gvern.", "Pero` l-parti l- kbira tal-general practice ssir fuq bażi privata u sfortunatament ikollok tobba li jaħdmu l-isptar jew jaħdmu fil-general practitioner service mal- gvern, imbagħad jaħdmu privat u jkunu lesti li jiċċarġjaw fees baxxi.", "Issa jiena m'iniex qieħed ngħid li tabib m'għandux juri rispett lejn id- dħul finanzjarju tal-pazjent u jkollu kuxjenza lejn il-pożizzjoni tal- pazjent pero` li tabib arbitrarjament jagħmel undercutting tat-tobba fid- distrett ma nistax naċċettaha.", "Jekk inħarsu lejn dak li jiċċarġjaw il- general practitioners f'pajjiżi oħra nsibu li, per eżempju, f'Ċipru, tmur għand general practitioner jiċċarġjak Lm10 u biex jiġi d-dar jiċċarġjak id- doppju.", "M'iniex qed ngħid li għandna nkunu hekk, pero` naħseb li hija disgrace li in this day and age għadek issib tobba li għadhom jaħdmu bil- Lm1 u biż-Lm2 fid-dar!", "Sfortunatament dawn it-tobba jiġu jaqgħu u jqumu minn kulħadd għax l-aqwa li jgħixu huma u ma jimpurtahomx li jagħmlu undercutting sever u jħallu lil kulħadd jiżfen.", "Jiena dejjem għidt li din il-kwestjoni ta' undercutting hija tort tal-gvern għaliex mill-indipendenza 'l hawn l-ebda gvern ma kellu l-guts jippubblika l-minimum fee – m'iniex qed nirreferi għall-ministeru mmexxi mill-Ministru Cristina - u għadha dik li kienet fl-1939 ta' 45c fid-dar u xi 25c fl- ispiżerija.", "L-ebda gvern ma kellu l-guts iħares lejha u allura hemm ħafna abbużi fis-sistemi.", "Il-medical council ma jgħidlekx li tista' tiċċarġja massimu imma jgħidlek li ma tistax tiċċarġja inqas mill-minimu u dak il- minimu huwa stabbilit mill-gvern fuq rakkommandazzjoni tal-medical council.", "Fil-fatt il-medical council ilu jinsisti mal-gvern biex jippubblika r-rata minima ta' general practitioner service żmien twil u dan qatt ma sar.", "Imbagħad il-gvern joqgħod jinkwieta għaliex qed isiru numru eċċessiv ta' ċertifikati!", "Bir-rispett kollu, hemm differenza bejn li tmur għand tabib u trid iħallas Lm3 biex tagħmel ċertifikat u bejn ieħor li jieħu biss 50c!", "Dan huwa tort tal-gvern għaliex kif inhi r-regulation issa t-tabib huwa ġustifikat li jiċċarġja 50c.", "M'iniex qiegħed ngħid għal dawk li ma jistgħux iħallsu jew li m'għandhomx flus għaliex f'dak il-każ jew ma tiċċarġjahom xejn jew tagħtihom discount sostanzjali skond kemm jifilħu.", "Pero` dik hija l-eċċezzjoni u mhux ir- regola u mhux ikollna tabib b'ringiela nies jistennewh wara l-bieb biex jagħmlu ċertifikat għax jeħdilhom 50c!", "Lill-avukati naqlagħlhom il-kappell għax għandhom il-miżata minima u kapaċi jbiddluha minn żmien għal żmien.", "(Interruzzjonijiet) Huwa importanti li ma nfixklux l-ispeċjalisti mal- general practitioners għaliex dawn meta tmur għandhom ma teħilx inqas minn Lm25.", "Ir-realta` hi li l-miżata ta' l-avukati tiġi revised kull tant snin u sewwa jagħmlu għax dawn għandhom dritt jaqilgħu x'jieklu, pero` tat-tobba qatt ma ssir u allura l-gvern ma jistax joqgħod jistagħġeb li jsiru l- abbużi.", "Dażgur li jsiru l-abbużi jekk min suppost qed jirregola ma jirregolax!", "Jekk il-gvern irid jimxi bis-serjeta`, għandu jerfa' l-piż tiegħu u jagħmel l-aġġustament fit-tariffi mediċi, mhux dawn qatt ma saru.", "Issa ma ninsewx li kemm ilna li dħalna fl-Unjoni Ewropea, il-general practitioner service sar speċjalita`, għandu r-reġistru tiegħu u m'għadux bħal qabel.", "Huwa tajjeb li l-gvern għandu s-servizz tas-saħħa tiegħu pero` sfortunatament qed tidħol l-abitudini li dawk it-tobba li jaħdmu fiċ- ċentri tas-saħħa, jaħdmu wkoll bħala tobba part-time u jagħmlu undercutting bl-addoċċ.", "Barra minn hekk, qed tidħol il-mentalita` li general practitioner irid jikkompeti ma' dawk it-tobba li qed jaħdmu fiċ- ċentri tas-saħħa li ovvjament ma jiċċarġjaw xejn u hawnhekk jibda l-inkwiet kollu.", "Jekk il-gvern mhux lest li jagħmel revision of tariffs, ovvjament kulħadd se jiċċarġja l-prezz li jrid u jiena naħseb li wasal iż-żmien li ssir din ir-reviżjoni.", "Din mhijiex l-ewwel darba f'dan il-Parlament li qed nitkellem fuq il-fatt li t-tariffi tat-tobba qatt ma ġew revised u niskuża ruħi li bqajt sejjer imma I got carried away għax għalija it's a sore point, jien tabib tal-familja u naf xi jkun qed jiġri madwari.", "Jiena qed ngħid l-affarijiet kif narahom mil-lenti tiegħi, bħal dak is- suldat fuq l-għalqa tal-battalja għaliex niltaqa' ma' dawn l-affarijiet kuljum u allura naħseb li l-problema ta' l-abbużi m'hijiex biss problema min-naħa tat-tobba li jabbużaw jew min-naħa ta' l-impjegati taċ-Ċivil li kultant jistgħu jabbużaw jew minn nies oħra li m'għandhomx x'jaqsmu xejn ma' dawn it-tnejn, pero` hija dovuta għall-fatt li r-regolatur qatt ma għamel reviżjoni tat-tariffi.", "Jiena kont fil-bidunett fil-medical council u kemm ilni tabib, 21 sena, dejjem kienet issir talba biex jiġu riveduti t- tariffi pero' din qatt ma saret.", "Kultant tistħajlek San Ġwann il-Battista tgħajjat fid-deżert!", "L-ebda gvern, la dak Laburista u lanqas gvern Nazzjonalista ma ħa ħsiebha u it's about time li jkun hemm gvern li jkollu l-kuraġġ li jgħid li teżisti problema għax hawn lok għal abbuż.", "Għandna bżonn nipproteġu lill-general practitioner li jaħdem b'kuxjenza u b'serjeta`.", "M'għandix dubju li jekk issir mhux se ssolvi l-problema kollha, pero` għallinqas tgħin biex ittaffi l-problema.", "Mr Speaker, problema oħra li qed tinkwetani hi li minħabba s-sitwazzjoni fil-livell ta' general practice illum ftit tobba jagħżlu li jidħlu fis- servizz tal-general practice.", "Fl-opinjoni tiegħi, trid tkun miġnun biex tidħol għal din il-professjoni!", "Jekk it-tfal tiegħi jiġu jgħiduli li jridu jsiru tobba hija affari tagħhom, good luck to them għaliex bir-rispett kollu din hija waħda mill- iktar professjonijiet diffiċli biex tiggradwa u hija waħda mill-iktar professjonijiet diffiċli biex taqla' x'tiekol u m'iniex qiegħed nipprova nkun komparattiv ma' professjonijiet oħra, pero` jiena ngħallem kemm lill- istudenti tal-mediċina kif ukoll lill-istudenti tal-liġi u d-differenza nista' naraha.", "Jien ngħallem il-liġi wkoll għax għandi degree fil-liġi Ewropea pero` hemm differenza fis-sustanza iktar u iktar meta wieħed jiggradwa.", "Ovvjament suppost li wieħed jaħdem mhux għax jitħallas, imma għas-sodisfazzjon li jieħu mix-xogħol, pero` żgur li f'din il-biċċa xogħol għandna problema u din qed twassal għal nuqqas ta' general practitioners f'Malta.", "Fil-fatt diġa` għandna nuqqas ta' tobba fil-pajjiż u jekk irridu nindirizzaw din il-problema, irridu nindirizzaw il-problema tar-regulation.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joseph Abela.", "ONOR.", "JOSEPH ABELA: Mr Speaker, qed nitkellmu fuq l-emendi għall-Att dwar is-Sigurta` Soċjali, emendi li suppost għandhom iwasslu biex il- benefiċċji soċjali jeħduhom dawk li l-aktar għandhom bżonn.", "L-istatistika li ġiet ippubblikata dan l-aħħar turi li għandna kważi 9,000 persuna bil- pensjoni ta' l-invalidita` li jiswew lill-pajjiż aktar minn Lm16 miljun u li 60% minnhom ħadu l-pensjoni ta' l-invalidita` fuq problemi psikjatriċi.", "Din is-somma li fl-1999 kienet ta' Lm9 miljun sparat 'il fuq b'Lm7 miljun.", "Qed ngħidu wkoll li fir-riforma li qed tipproponi l-Ministru Dolores Cristina se jinbidel il-mod kif niġġudikaw lil dawk in-nies li jkunu se jiġu ddikjarati bħala invalidi u allura jkollhom dritt għall-pensjoni.", "Skond din ir-riforma qed jiġi propost li t-43 tabib li kienu qed jieħdu ħsieb biex jassessjaw u jagħmlu l-evalwazzjoni ta' dawn il-pazjenti, jinżlu għal żewġ tobba.", "Fost l-istatistika li ġiet ippubblikata wkoll sirna nafu li dawn it-tobba kienu qed jiswewlna Lm45,000.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Se tibqa' in possession, Onor. Abela?", "ONOR.", "JOE ABELA: Iva, nibqa' in possession.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Insejjaħ lill-Viċi Prim Ministru biex, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "TONIO BORG (Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern): Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tnejn, 13 ta' Frar, 2006 fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:-", "Mozzjonijiet", "L-Ewwel Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi biex jipprovdi għar-Ratifika tal- Konvenzjoni ta' Adeżjoni ta' l-14 ta' April 2005 għall-Konvenzjoni ta' Ruma ta' l-1980 fuq il-liġi li tapplika għal obbligazzjonijiet kuntrattwali u għall-Ewwel u t-Tieni Protokolli relattivi; u", "L-Ewwel Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi dwar id-Demm Uman u Trapjanti.", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali - Tieni Qari (Kont); Abbozz ta' Liġi biex jimplimenta Miżuri ta' l-Estimi - Kumitat (Kont.); Abbozz ta' Liġi dwar is-Securitisation – Tieni Qari; u Xi aġenda oħra li tista' tiġi komunikata aktar tard. ----------------------------------- Abbozz ta' Liġi dwar ir-Reġistru Ċentrali - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "Il-Ministru George Pullicino.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Mr Speaker, fil-21 ta' Jannar seħħ inċident fejn kien hemm xi ċaqliq ta' materjal, jew kif inhu magħruf bħala mudslide ġewwa x-Xemxija.", "Fil-post fejn seħħ dan l-inċident jidher li kien qed isir xogħol ta' skavar u xi xogħol ieħor.", "Jirriżulta li mhux ix-xogħlijiet kollha kienu koperti bil-permessi meħtieġa u għalkemm inħarġet enforcement notice mill-MEPA, mill-ewwel investigazzjonijiet jirriżulta li ma tteħdux il-passi kollha possibbli biex ix-xogħol li kien għaddej jitwaqqaf.", "Nifhem li min kien qed jagħmel ix-xogħlijiet baqa' għaddej bit-tħammil biex ineħħi l-periklu li kien hemm.", "Kemm dan kien fil-fatt meħtieġ biex inaqqas il-periklu għad irid jiġi stabbilit.", "Qabel ma nkompli rrid nagħmel xi kjarifiki dwar xi kummenti li saru fil- jiem li għaddew dwar dan l-inċident, speċjalment meta dan l-inċident kien ippubblikat fuq il-mezzi tax-xandir tagħna.", "Irrid ngħid li tajt attenzjoni għal dan il-każ għaliex huwa każ li jinkwetani.", "Kulħadd irid japprezza li f'każijiet bħal dan mhux dejjem wieħed ikun jista' jitkellem jew jaġixxi bil-mod immedjat li wieħed ikun jixtieq.", "L-ewwelnett f'gieħ is-serjeta' wieħed għandu d-dmir li jinvestiga bir-reqqa dak li ġara u jara x'inhuma l- aktar soluzzjonijiet vijabbli u li jistgħu tabilħaqq jagħtu l-frott.", "Fl- istess ħin nixtieq nikkoreġi l-impressjoni li qed tingħata f'xi kitbiet fil- ġurnali.", "Mr Speaker, dan qed ngħidu għax kien hemm min, per eżempju, li fl-istampa ta l-impressjoni li l-awtorita' ta' l-ippjanar hija responsabbli għas- sigurta' tal-ġirien.", "Ir-risposta hija sempliċi u ċara ħafna.", "Il-MEPA m'hijiex responsabbli mis-sigurta' ta' strutturi ta' terzi persuni.", "M'hemm xejn fil-liġi ta' l-ippjanar jew f'liġi oħra li b'xi mod tagħti r- responsabbilta' lill-MEPA biex tissalvagwarda l-proprjetajiet l-oħrajn.", "Dik ir-responsabbilta' taqa' fuq min jagħmel ix-xogħol.", "Huwa l-perit li jieħu responsabbilta' għal dak ix-xogħol, u dan skond il-warrant li huwa għandu.", "Dan huwa fatt li joħroġ mil-liġi speċjalment mill-Kodiċi Ċivili.", "Irrid ngħid għall-kjarifika ħalli kulħadd ikun jaf il-fatti, li skond il-liġi, il- MEPA m'għandha xejn x'taqsam ma' kwestjonijiet ċivili bħalma huma s- sigurta' tal-kostruzzjoni, il-ħsara potenzjali għall-proprjeta' ta' terzi, kwestjonijiet li għandhom x'jaqsmu mat-titlu tal-proprjeta', passaġġi u servitujiet oħra bħal aċċessi u materji simili.", "Il-ġuridisdizzjoni li tikkontrolla l-operat tal-MEPA hija waħda limitata u m'għandha x'taqsam xejn ma' kwestjonijiet ċivili.", "Il-materji li jirregolaw ħitan u drittijiet tal-ġirien fil-kontest tal-kostruzzjoni jew xogħlijiet li jkunu qegħdin isiru fil-fondi adjaċenti huma regoli fit-titlu 4 ta' l- ewwel parti tat-tieni ktieb tal-Kodiċi Ċivili u nsibuhom minn artiklu 402 'l quddiem.", "Hawnhekk wieħed isib, per eżempju, il-qisien u l-mod ta' kif għandu jinbena ħajt diviżorju, il-mod li bih jista' jintuża l-ħajt diviżorju bħal, per eżempju, id-dritt li l-ġar jappoġġja l-bini tiegħu mal- ħajt diviżorju u tiswijiet.", "Wieħed isib ukoll id-distanzi li jridu jinżammu mill-ħitan diviżorju", "meta, per eżempju, jinżergħu siġar jew isir xogħol ta' skavar.", "Mr Speaker, qed ngħid dan għaliex sfortunatament kien hemm anke ġurnalisti u kummentaturi li qed iħalltu l-kwestjoni ta' responsabbiltajiet ta' skavar mal-kwestjoni ta' inforzar.", "Irrid inkompli ngħid li artiklu 420 tal-Kodiċi jipprovdi li kull min jagħmel ħsara lill-bini tal-ġar minħabba xogħol ta' skavar, anke jekk tiġi osservata d-distanza msemmija f'artiklu 439, dak li jkun għamel ix-xogħol huwa responsabbli għad-danni.", "Oltre minn dan min ikun se jagħmel xogħol ta' skavar jista' jitlob lill-qorti biex din tiffissa d- distanza hi qabel ma effettivament isir ix-xogħol.", "Apparti minn dan, artiklu 538 tal-Kodiċi jagħti d-dritt lil kull persuna li tkun tippossjedi proprjeta' li titlob lill-qorti biex din twaqqaf kull xogħol jekk hija taħseb li permezz ta' dan ix-xogħol se tiġi kkawżata ħsara fil-fond li hija tippossjedi.", "Sfortunatament xi kultant il-persuni ma jkunux aware ta' dawn id-drittijiet.", "M'hemmx dubju wkoll li minbarra dawn id-drittijiet speċifiċi jeżisti d-dritt li kull min isofri ħsara ifittex għad-danni lil min ikun ikkaġuna dik il-ħsara.", "Dawn huma kollha drittijiet ċivili li bil-liġi huma riservati għall-qrati tal-ġustizzja u meta l-istess provvedimenti jitressqu quddiem il-qrati tal-ġustizzja, jitqabbdu esperti tekniċi biex jiġi vvalutat l-aspett tekniku tal-materja.", "Irrid ngħid ukoll li Parti 5 tal-Kodiċi tal-Pulizija, Kap. 10, artiklu 97 jipprovdi fost l-oħrajn għan-nomina ta' perit f'xogħlijiet ta' kostruzzjoni.", "Wieħed jista' jirriferi wkoll għal artiklu 103 ta' l-istess Kodiċi fejn insibu riferenza għar-responsabbilta` kriminali kemm tas-sid kif ukoll tal-perit u l-bennej.", "Il-MEPA tesiġi li dawn il-provvedimenti ta' Kapitlu 10 jiġu applikati u, per eżempju, l-ebda applikazzjoni ma tiġi aċċettata jekk ma jkunx hemm perit li jiffirma l-istess applikazzjoni u jiddikjara li x-xogħlijiet se jsiru taħt is-superviżjoni tiegħu.", "Mr Speaker, tajjeb li f'dan il-kontest insemmi wkoll il-building regulations.", "Hawn irrid ngħid li dawn m'humiex responsabbilta' tal-MEPA.", "Ix-xogħol fuq dawn ir-regolamenti f'pajjiżna ilu għaddej is-snin mid- dipartiment dwar l-industrija tal-kostruzzjoni tal-bini.", "Jien informat li dawn ir-regolamenti effettivament tlestew u nittama li fi", "ftit ta' żmien jidħlu fis-seħħ, allavolja bħalissa bħala perit m'iniex prattikanti.", "Dan qed ngħidu għax ilna nisimgħu żmien twil li dawn ir- regolamenti qed jiġu updated.", "Meta xi ħadd jaħseb li l-MEPA naqset malajr ikun hemm argumenti fil-ġurnali kontra din l-awtorita'.", "Mr Speaker, tajjeb li wieħed iżomm skrutinju fuq il-MEPA u jiena l-ewwel wieħed li rrid nanalizza b'mod oġġettiv l-operat tal-MEPA, pero' huwa tajjeb ukoll li l- iskrutinju jkun fuq kulħadd.", "Mr Speaker, apparti l-kwestjoni tas-sigurta' li kif diġa' spjegajt ma taqax taħt il-kompetenza tal-MEPA, saru diversi domandi f'kitbiet li dehru fil- ġurnali dwar l-aġir tal-MEPA f'dan il-każ.", "Jiena wkoll għandi numru ta' domandi għax ikolli nammetti li m'iniex sodisfatt għal kollox bl-ispjegi li saru fil-media min-naħa tal-MEPA fuq dan il-każ u fil-fatt nixtieq nagħmel tliet mistoqsijiet: Jista' jkun li l-għodda li għandha t-taqsima ta' l-inforzar m'humiex adegwati f'sitwazzjonijiet fejn hemm bini jew terren perikolanti?", "Jista' jkun li hemm xi uffiċjali li qagħdu lura milli jagħmlu użu mill-għodda legali li diġa' tagħtihom il-liġi?", "Jekk kien hemm żvilupp illegali, għaliex il-MEPA ma ħaditx il-miżuri kollha li tagħtiha l- liġi biex dan ix-xogħol jieqaf?", "Mr Speaker, bħaċ-ċittadini kollha jien nixtieq ukoll inkun naf x'ġara eżatt u għandi kull intenzjoni nsir naf bil-preċiż ir-risposti għal dawn il- mistoqsijiet u għal mistoqsijiet oħrajn.", "Għaldaqstant bi qbil mal-Prim Ministru qed inħabbar it-twaqqif ta' bord ta' inkjesta biex jivverifika u jistabbilixxi dan li se nsemmi.", "L-ewwelnett dan il-bord irid jiddetermina l- entitajiet tax-xogħlijiet li saru maġenb is-sit in kwestjoni u jekk dawn ix- xogħlijiet sarux fit-termini ta' permessi għall-iżvilupp maħruġa mill-MEPA.", "It-tieni nett għandu jistabbilixxi x'passi ħadet il-MEPA u jiddetermina jekk dawn il-passi kenux adegwati fiċ-ċirkostanzi biex tassigura li x- xogħlijiet in kwestjoni saru skond il-permessi relattivi.", "It-tielet nett dan il-bord għandu jistabbilixxi jekk il-proċeduri ta' l-inforzar kif imfassla fil-liġi, speċjalment proċeduri ta' avviż ta' twaqqif u twettiq, dak li jissejjaħ stop and enforcement notice, u l-mod li bih jiġu ammistrati humiex adegwati u effettivi biex jindirizzaw każijiet simili.", "U fl-aħħarnett dan il-bord jrid jagħmel dawk ir-rakkommandazzjonijiet li jidhirlu xierqa lill-ministru.", "Irrid ngħid li dan il-", "bord se jingħata perjodu ta' sitt ġimgħat biex iħejji r-rapport tiegħu.", "Bħala chairman ta' dan il-bord innominajt lill-Perit Joe Falzon li apparti li huwa l-awditur tal-MEPA huwa wkoll id-dekan tal-fakulta' ta' l- arkitettura ta' Malta.", "Il-membri l-oħra tal-bord huma l-Perit Victor Torpiano, li għandu jkun ukoll id-deputy chairman ta' dan il-bord, il-Perit Peter Zammit u hemm ukoll il-Perit Kevin Gatt u Dr. Kevin Aquilina.", "Irrid infakkar li fuq inizjattiva tal-ministeru tiegħi, il-management efficiency unit fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru għamel reviżjoni ta' l-operat tat-taqsimiet tad-development control kif ukoll ta' l-inforzar.", "Permezz taċ- change management team li twaqqaf abbażi tar-rapport tal-management efficiency unit qed isir tibdil li nittama li jkolli l-opportunita' nirrapporta dwaru fl-iqsar żmien possibbli.", "Qed insemmih għaliex dan il- bord ta' inkjesta li qed inħabbar illum jorbot tajjeb ma' l-oġġettivi wkoll taċ-change management team.", "Kien għalhekk li jien innominajt liċ-chairman taċ-change management team, jiġifieri lill-Perit Kevin Gatt, biex ikun wieħed mill-membri tal-bord ta' l-inkjesta.", "Mr Speaker, irrid infakkar ukoll li f'okkażjonijiet oħra f'dan il- Parlament jiena espremejt ruħi mhux sodisfatt għal kollox bl-inforzar tal- liġi li qed isir min-naħa tal-MEPA.", "F'Novembru li għadda kont tkellimt f'dan il-Parlament meta kellna quddiemna l-estimi tal-MEPA u kont aċċennajt għall-fatt li, per eżempju, hemm 3,000 żvilupp illegali li qed jistenna azzjoni diretta mit-taqsima ta' l-inforzar tal-MEPA.", "Jien stess ktibt ittra lill-bord tal-MEPA f'Novembru li għadda fejn tlabt lill-bord jikkonsidra diversi proposti b'mod partikolari dak li jirrigwarda illegalitajiet barra ż-żona ta' żvilupp.", "F'dik l-ittra kont għidt lill-bord li għandha tintuża l-istop notice iktar spiss inkluż biex fejn ikun il-każ, dak il-post illegali jiġi ssiġillat.", "Ħeġġiġt ukoll lill-bord tal-MEPA biex iżid in- numru ta' azzjonijiet diretti biex jitwaqqa' bini illegali.", "Minkejja li matul l-aħħar snin kien hemm żieda fl-attivita' ta' inforzar ċertament ħafna iktar milli qatt kien hemm qabel, xorta rrid ngħid li għadni nemmen li l-MEPA trid tkun aktar effikaċi u aktar effettiva f'dan biex isservi ta' deterrent għal min irid jabbuża.", "Il-MEPA għandha wkoll il-faċilita' li tirrifjuta applikazzjonijiet fejn jirriżulta li x-xogħol illegali fuqhom baqa' għaddej minkejja l-ħruġ ta' enforcement notice.", "Irrid ngħid li jien esiġejt li l- MEPA tagħmel użu minn din il-faċilita' li tagħtiha l-liġi.", "Jien informat li dawn il-proprosti ġew diskussi mill-MEPA u sar xi titjib f'dan is-sens.", "Fi ftit ġranet oħra għandha tidħol fis-seħħ emenda fil-liġi li permezz tagħha l-ogħla multa għal sanzjonar ta' bini illegali se tiżdied minn Lm1,000 għal Lm10,000.", "Hawnhekk irrid ngħid li l-kelma \"sanzjonar\" tfisser li qed tissana bini li", "jista' effettivament isir legali skond ir-regolamenti u l-policies, jiġifieri mhux qed nirreferu għal bini li huwa illegali u li m'huwiex skond ir-regolamenti.", "Mr Speaker, nagħlaq billi ngħid li bħala ministru f'dan il-gvern nemmen li l-liġi trid tkun inforzata fuq kulħadd, kbir jew żgħir.", "Din hija l-kultura li komplejna nżidu, imma ċertament irridu nkomplu nsaħħu u nisħqu fuqha fis- snin li ġejjin.", "Il-liġi trid tkun inforzata mhux b'kapriċċ imma għaliex nemmnu li l-iżvilupp regolat tajjeb u skond il-policies joffri fuq kollox l- aqwa garanzija għall-ġid komuni f'pajjiżna.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Franco Galea.", "ONOR.", "FRANCO GALEA: Mr Speaker, nixtieq nifraħ lill-Ministru Pullicino għal dan id-diskors u nittama li din l-inkjesta tagħtih il-frott li jixraqlu.", "Biss illum, fil-ftit tal-ħin li għandi, xtaqt nitkellem fuq diversi punti.", "Ma tkunx xi news item meta kelb jigdem persuna, iżda meta raġel jigdem kelb allura dak jagħmel l-aħbarijiet.", "Wara l-party li kien hemm f'Dar il-Mediterran lejliet l-ewwel tas-sena fejn tfajla tilfet ħajjitha b'mod traġiku kien hemm ħafna nies li riedu jagħtu l-verżjoni tagħhom.", "Saru ħafna insinwazzjonijiet, allegazzjonijiet u press releases imma mbagħad meta wasal il-ħin biex insibu target ġdid - u ġeneralment dan it-target ikun xi politiku – allura mbagħad din il-kwestjoni tibda tintesa u tmajna.", "Mr Speaker, aħna dejjem ngħidu li mill-iżbalji nitgħallmu u f'ħafna każijiet nistgħu ngħidu li jrid jiġri xi ħaġa biex nieħdu azzjoni sabiex nevitaw inċidenti fil-futur.", "Ftit ġranet wara li għadda dan il-każ ħassejt li kelli mmur fuq is-sit tal-Mediterranean Conference Centre, li faċċata ta' l-entratura tiegħu hemm it-taraġ biex tinżel għan-naħa tal-bajja, ħalli nara x'riskju hemm.", "Hemm isfel hemm rocky beach u hemm anke xi huts.", "Jien mort hemmhekk anke f'ħinijiet differenti tal-ġurnata u xi drabi ħadt anke xi ritratti.", "Irrid ngħid li qatt ma rajt lil ħadd bilqiegħda fuq is-sur, iżda jiena nnotajt li man-naħa tas-sur fuq il-bankina kien hemm kantun kbir li jista' jservi bħala tarġa", "biex dak li jkun jitla' fuq l-istess sur.", "Jekk għall- argument jien inkun għaddej u nkun irrid nittawwal l' isfel, kulma rrid nagħmel huwa li ntella' saqajja fuq dan il-kantun.", "Dan il-kantun jinsab ftit 'il bogħod mill-entratura.", "Mr Speaker, jiena ma nistax nifhem għalfejn dan il-kantun ilu dak iż-żmien kollu hemmhekk, min jaf kemm intuża bħala tarġa u dan meta nafu li hemmhekk hemm il-periklu.", "Din hija inkompetenza ta' ċerti nies u hawn irrid ngħid li f'dan il-pajjiż għandna problema biex nidentifikaw in-nies li għandhom jagħmlu dawn ir-risk assessments.", "Issa meta wieħed jikkonsidra li f'din l- area kien hemm inċident serju, possibbli li dan il-kantun ħadd ma rah?", "Barra minn hekk, inti u nieżel in-naħa tal-bajja biex tiġi on the rocky beach qisek nieżel ġo bir tas-skieken.", "Għalfejn?", "Hemm poġġaman li ma naħsibx li qiegħed skond ir-regolamenti tal-health and safety.", "Jiena nifhem li poġġaman irid ikun imqiegħed f'ċertu għoli pero' dan m'huwiex għaliex f'ċerti partijiet għandu wkoll żewġ ħadidiet xi sitt pulzieri 'l fuq mill-art li qegħdin sporġuti 'l barra, jiġifieri jekk bniedem jaqa' t-taraġ jista' jew iċarrat idu jew possibbilment iferi ruħu.", "Barra minn hekk, aktar 'l isfel, parti mill-poġġaman hija nieqsa wkoll, u hemmhekk hemm drop mhux ħażin.", "Issa hawn irridu nqisu li f'dan il-post hemm il-huts u jinżlu s-sajjieda matul il-ġurnata.", "Jinżlu wkoll nies biex jiddevertu u jinżlu anke xi namrati.", "Insomma dan huwa post fejn il-ħin kollu b'mod jew ieħor f'xi ħin jew ieħor matul il-ġurnata jkun hemm in-nies għaddejjin.", "Jien ma nistax nifhem kif wara inċident bħal dak ħadd ma ra dawn l-affarijiet.", "Għallinqas kellu jinħareġ report fuqhom ukoll.", "Safejn naf jien s'issa mkien ma rajt li ħareġ xi risk assessment report ta' dik l- area.", "Mr Speaker, nixtieq insemmi wkoll l-inċident li kellna fil-Ġnejna s-sena l- oħra fejn tifel żgħir mis-Swieqi flimkien ma' ommu u xi persuna oħra kważi tilfu ħajjithom.", "Fil-fatt it-tifel għadu mweġġa' sal-lum u għad għandu xi diffikultajiet.", "Jien naħseb li hemm bżonn li l-health and safety department jiċċekkja dawn l-areas għaliex l-areas aċċessibbli għan-nies iridu jkunu ta' ċertu livell.", "Dan qed ngħidu għax ma naħsibx li fil- kunsilli lokali hemm nies li huma esperti biex jagħmlu dawn l-affarijiet.", "Wasal iż-żmien li dawn l-affarijiet jiġu identifikati.", "Ma jistax ikun li jkollna każijiet bħal dawn.", "Lanqas ma tistax taċċetta li ssib affarijiet bħal dawn fil-belt kapitali ta' Malta, li suppost hija ġawhra tal-pajjiż u attrazzjoni unika għat-turisti.", "Hawn nixtieq ngħid ukoll li jekk bniedem jaqa' l-baħar f'ċertu post, anke l-Belt u ħafna postijiet oħra, m'hemmx aċċess għalih.", "Jekk wieħed waqa' l-baħar, iċ-chances huma jew li jrid jgħum safejn isib l-ewwel biċċa minn fejn ikun jista' jitla' jew inkella jara x'jagħmel.", "Dawn l-affarijiet irridu narawhom bis-serjeta'.", "Mr Speaker, kif qed nitkellem fuq is-safety, nixtieq insemmi każ fejn kien involut kunsill lokali.", "Jiena kemm-il darba kont ġbidt l-attenzjoni dwar bandli li kien jidhirli li huma perikolużi għat-tfal.", "Saħansitra kont ġibt ukoll persuna partikolari iżjed espert minni u minn xi kunsillier li jista' jkun involut rigward dan il-każ u kont tlabt anke lil xi craftsman biex isewwihom għaliex kien hemm periklu għat-tfal imma mbagħad wara sentejn iddeċidew li jneħħuhom.", "Dan kien wieħed mill-kunsilli li bħala punti ħa cento e lodi!", "U s-sabiħa hi li dawn neħħewhom pero' l-bravi reġgħu qegħduhom ħdejn ħames skejjel.", "Jiġifieri neħħewhom minn post li forsi kienu milħuq minn xi 20 tifel jew tifla għal post fejn ikunu aċċessibbli għal mijiet ta' studenti.", "Il-verita' hija li dawk il-bandli neħħewhom biex ipaxxu ċerti nies għaliex it-tfal kienu jdejquhom jgħajtu wara l-bieb tagħhom, pero' l-fattur ta' safety qatt ma ġie mħares.", "Mr Speaker, f'dan il-pajjiż ma nistgħux inkomplu nħarsu lejn il-ministru u nwaħħlu fil-ministru qishom il-ministri għandhom xi bakketta maġika u jagħmlu kollox huma.", "F'dan il-pajjiż kulħadd irid jerfa' r-responsabilita' tiegħu.", "Irid jinqata' ż-żmien li kulħadd bilqiegħda u jkun hemm numru ta' nies li suppost huma responsabbli u noqogħdu, inkluż jien, bil-mug tat-te' jew kafe' quddiemna u nistennew li ħaddieħor jagħmel xogħolna.", "Ma nistgħux nibqgħu nippuntaw subgħajna lejn xi ministru jew segretarju parlamentari u nitfgħu r-responsabilita' fuqu.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it- Tnejn, 13 ta' Frar, 2006 fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra ġiet aġġornata mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "MFSA", "14204.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm-il avviż ta' twissija lil investituri ħarġet l-MFSA fl-2004 u l-2005 li kienu joriġinaw minn regolaturi barranin?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ngħarraf l-Onor.", "Interpellant li l-MFSA ippubblikat dawn it-twissijiet lil investituri li kienu joriġinaw minn regolaturi barranin: 73 fl-2004 u 71 sat-12 ta' Settembru, 2005.", "Dan isir permezz tal-website u n-newsletter ta' l-MFSA li tiġi ppubblikata kull xahar.", "DWIELI", "14205.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn uċuħ bid-dwieli?", "Jista' ikolli din l-informazzjoni mill-1998 'il hawn?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Ninsab informat li t-taqsima tal-vitikultura u l- enoloġija bdiet tiġbor l-informazzjoni dwar l-uċuh bid-dwieli mill-2003 'il hawn.", "Iċ-ċifri uffiċjali huma dawn li ġejjin:", "2003 – 616-il ettaru jew madwar 5,500 tomna; 2004 – 710-il ettaru jew madwar 6,340 tomna; u 2005 – 840-il ettaru jew madwar 7,500 tomna", "TAL-LINJA", "14206.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jgħid kemm sussidji ta l-gvern lis-sidien tal- karrozzi tal-linji f'dawn l-aħħar għaxar snin?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il- mejda tal-Kamra.", "MOBILE BLOOD UNIT", "14207.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jagħti tagħrif dwar donazzjonijiet ta' demm lill-mobile blood unit f'dawn l-aħħar tliet snin?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-informazzjoni mitluba hi kif ġej:", "| 2003 |3535 | | 2004 |3604 | | 2005*|2450 |", "*sal-25 ta' Settembru, 2005", "REVIŻJONI TAT-TARIFFI", "16481.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid liema taxxi, tariffi jew miżati ddaħħlu jew ġew riveduti mid-dipartimenti, awtoritajiet, istituzzjonijiet u aġenziji li jaqgħu taħtu minn Ottubru 2004 sal-lum?", "Jista' jindika wkoll kemm kienu qabel ma għolew u kemm saru issa?", "ONOR.", "TONIO BORG: It-tagħrif mitlub qed jitpoġġa fuq il-mejda tal- Kamra.", "REVIŻJONI TAT-TARIFFI", "16482.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' il-Ministru jgħid liema taxxi, tariffi jew miżati ddaħħlu jew ġew riveduti mid-dipartimenti, awtoritajiet, istituzzjonijiet u aġenziji li jaqgħu taħtu minn Ottubru 2004 sal-lum?", "Jista' jindika wkoll kemm kienu qabel ma għolew u kemm saru issa?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Jien informat li ma kien hemm l-ebda taxxi, tariffi jew miżati li ddaħħlu jew ġew riveduti minn Ottubru 2004 sal-lum.", "REVIŻJONI TAT-TARIFFI", "16483.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid liema taxxi, tariffi jew miżati ddaħħlu jew ġew riveduti mid-dipartimenti,", "awtoritajiet, istituzzjonijiet u aġenziji li jaqgħu taħtu minn Ottubru 2004 sal-lum?", "Jista' jindika wkoll kemm kienu qabel ma għolew u kemm saru issa?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il- mejda tal-Kamra.", "REVIŻJONI TAT-TARIFFI", "16484.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid liema taxxi, tariffi jew miżati ddaħħlu jew ġew riveduti mid-dipartimenti, awtoritajiet, istituzzjonijiet u aġenziji li jaqgħu taħtu minn Ottubru 2004 sal-lum?", "Jista' jindika wkoll kemm kienu qabel ma għolew u kemm saru issa?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "REVIŻJONI TAT-TARIFFI", "16485.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' il- Ministru tgħid liema taxxi, tariffi jew miżati ddaħħlu jew ġew riveduti mid- dipartimenti, awtoritajiet, istituzzjonijiet u aġenziji li jaqgħu taħtha minn Ottubru 2004 sal-lum?", "Tista' tindika wkoll kemm kienu qabel ma għolew u kemm saru issa?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Ma hemm l-ebda taxxi, tariffi jew miżati li ddaħħlu jew ġew riveduti mid-dipartimenti li jaqgħu taħt il-ministeru tiegħi minn Ottubru 2004 sal-lum.", "REVIŻJONI TAT-TARIFFI", "16486.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid liema taxxi, tariffi jew miżati ddaħħlu jew ġew riveduti mid-dipartimenti, awtoritajiet, istituzzjonijiet u aġenziji li jaqgħu taħtu minn Ottubru 2004 sal-lum?", "Jista' jindika wkoll kemm kienu qabel ma għolew u kemm saru issa?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Waqt li nirriferi l-Onor.", "Interpellant għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 9353, nitolbu jirriferi għall-istqarrijiet maħruġa minn dak iż-żmien 'il hawn fir-rigward taż-żidiet tan-noll tal-Gozo Channel, tal-fuel oils u tas-surcharge tad-dawl u l-ilma.", "KAVALLIER TA' SAN ĠAKBU", "16845.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid x'xogħlijiet saru fil-Kavallier ta' San Ġakbu fls- 2005?", "Kemm ġew jiswew?", "X'hemm ippjanat għal din is-sena u kemm se jintnefqu flus?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Matul l-2005 ma sar l-ebda xogħol strutturali fil-Kavallier ta' San Ġakbu Ċentru għall-Kreattività.", "Bħalissa qed jitwettqu xogħlijiet fis-sistema ta' arja kondizzjonata, liema xogħlijiet se jiswew madwar Lm18,000.", "HERITAGE MALTA", "16846.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid fuq fuq x'ħidma wettqet Heritage Malta matul l- 2005?", "Jista' jgħid ukoll x'inhu maħsub u ppjanat li jsir matul din is- sena?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Il-ħidma li twettqet fl-2005 se tkun ippubblikata u ppreżentata fid-dettal mill-ministeru sa nofs Frar 2006 permezz ta' l-annual report ta' l-aġenzija li mbagħad jitqiegħed fuq il- mejda tal-Kamra.", "Ir-rapport ikun jinkludi l-proġetti kapitali, esibizzjonijiet u ħidma oħra bejn Ottubru 2004 u Settembru 2005.", "Għall-2006, Heritage Malta għamlet pjan ta' ħidma li jinkludi t-tisħiħ u konsolidazzjoni ta' l-aġenzija u l-organisation structure, pjan ta' edukazzjoni fil-wirt kulturali għal kull eta' - tfal ta' l-iskola, kunsilli lokali, studenti ta' l-MCAST u l-universita' - korsijiet qosra ta' apprezzament ta' oġġetti antiki fost oħrajn, tkabbir u iktar varjeta' fil- programm ta' lectures, attivitajiet, esperjenza ta' hands-on għat-tfal u iktar parteċipazzjoni fil-proġetti ta' l-EU, proġetti ma' l-iktar numru possibbli ta' stakeholders.", "Wieħed jista' jara iktar dettalji ta' dan il-pjan fl-uffiċċju ta' Heritage Malta u dan minbarra proġetti ta' restawr u interpretazzjoni f'numru ta' siti importanti li se jitkompla jew jibda matul din is-sena, fosthom il-proġett ta' Ħaġar Qim u l-Imġarr, Ġgantija u t-Tempji ta' Ħal Tarxien.", "DAR IL-MEDITERRAN GĦALL-KONFERENZI", "16847.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16655 u jpoġġi fuq il- mejda tal-Kamra kopja tal-pjan tal-perit dwar kif kienet se tintuża s-sala u partijiet oħra ta' Dar il-Mediterran waqt il-party ta' lejlet l-Ewwel tas- Sena u li kienet waħda mill-kondizzjonijiet imposti fuq l-organizzaturi?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Dar il-Mediterran għall-Konferenzi huwa post kummerċjali li jrid jikkompeti għax-xogħol ma' enti oħrajn.", "Kull informazzjoni li jitlob dan iċ-ċentru mingħand ażjendi privati trid titqies li għandha valur kummerċjali u jkun ta' ħsara għaċ-ċentru jekk din l- informazzjoni tibda tiġi ppubblikata.", "L-effett ta' dan jista' ikun li kumpanniji jiddeċiedu li ma jersqux aktar lejn iċ-ċentru.", "GĦENEB GĦALL-GĦASIR", "16860.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' il- Ministru tgħid kemm kienet il-produzzjoni ta' l-għeneb għat-tagħsir reġistrata f'Għawdex matul l-2005?", "Jista' jagħti l-istess informazzjoni għal dawn l-aħħar għaxar snin?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: L-informazzjoni dwar il-produzzjoni ta' għeneb għall-għasir f'Għawdex fl-2005 qiegħda tinġabar u titpoġġa fuq il-mejda tal- Kamra meta tkun lesta.", "Dwar il-produzzjoni għal dawn l-aħħar għaxar snin, jien informata li fl- 2004 din kienet tammonta għal madwar 350,000 kg.", "Qabel din is-sena ma kenitx tinżamm statistika.", "SVPR", "16865.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid liema huma s-swali ġewwa l- SVPR li talbu biex issirilhom maintenance ?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Il-manutenzjoni fis-swali f'San Vincenz de Paule issir b'mod regolari kull fejn u meta jkun hemm bżonn.", "Manutenzjoni ġenerali ssir skond il-kondizzjoni ta' l-istess swali u tingħata priorita' lil dawk li jkunu l-aktar fil-bżonn.", "Tingħata wkoll konsiderazzjoni jekk f'xi sala partikolari jkun hemm ippjanat xi xogħol ieħor fil-futur qarib.", "DJAR TA' L-ANZJANI", "16866.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid kemm impjegati hemm ġod-djar ta' l-anzjani u x'inhu l-grad tagħhom?", "Kemm hemm persuni bil-kuntratt u x'inhu xogħolhom?", "Kemm jitħallsu?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ġewwa d-djar ta' l-anzjani hemm 171 impjegat kif spjegat hawn taħt:", "|Grad |Ħaddiem| | |a | |Head of homes | 5 | |Nursing officer | 1 | |Deputy nursing | 1 | |officer | | |Principal | 1 | |Senior tradesmen| 4 | |Staff nurses | 3 | |P/T staff nurse | 1 | |Enrolled nurses |10 | |P/T enrolled | 3 | |nurses | | |Nursing aide |21 | |Senior | 2 | |careworkers | | |Careworkers |28 | |Ass.", "Careworkers|17 | |Supervisor | 1 | |Cooks | 2 | |Hospital | 1 | |auxiliary | | |Health assistant| 1 | |Health attendant| 1 | |Casual health | 1 | |ass. | | |General hand | 1 | |Operative | 1 | |Charwomen | 5 | |Part-time social|60 | |assistants | |", "L-ebda mpjegat ma jaħdem bil-kuntratt.", "DJAR TA' L-ANZJANI", "16868.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid jekk tqassmux rigali fid-", "djar ta' l-anzjani u ġewwa l-SVPR matul iż-żmien tal-Milied?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninforma l-Onor.", "Interpellant li bħalma jsir kull sena, matul il-festi tal-Milied 2005 tqassmu rigali lill-anzjani kollha residenti f'San Vincenz de Paul u fid-djar ta' l-anzjani.", "PERSUNI B'DIŻABILITA'", "16870.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid kemm persuni b'diżabilita' applikaw biex jidħlu f'xi home fl-2005/2006?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Jekk l-Onor.", "Interpellant qed jirriferi għas- servizz residenzjali għal persuni b'diżabilita' ipprovdut mill-aġenzija Sapport, ninsab informata li fl-2005 u din is-sena s'issa din l-aġenzija rċeviet 23 applikazzjoni għal dan is-servizz.", "RIABILITAZZJONI TAL-WIDIEN", "16871.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' il-Ministru jgħid għaliex qed jintuża l-konkos f'xogħlijiet ta' riabilitazzjoni tal-widien u mhux metodi sostenibbli li jħallu anqas impatt fuq l-ambjent u fuq l-ekoloġija?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: L-użu tal-konkos fix-xogħlijiet ta' riabilitazzjoni tal-widien qed ikun ristrett għal dawk il-partijiet fejn ikun meħtieg għal raġunijiet strutturali, il-partijiet fejn hu meħtieg li l-ilma jgħaddi bla xkiel u biex ikun faċli li jsir tindif u manutenzjoni bl-inġenji.", "Ovvjament il-ġebla Maltija, inkluż ħitan tas-sejjieħ, jiddaħħlu kulfejn ikun teknikament possibbli.", "SVPR", "16872.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid fil-każ ta' liema swali fl- SVPR hemm talba mir-residenti biex ikollhom l-air-conditioning?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninforma l-Onor.", "Interpellant li ma jsirux talbiet mir-residenti biex isiru air-conditioners fi swali partikolari.", "L-air- conditioners isiru skond il-bżonn partikolari tal-ward.", "Bħalissa qed isiru proċeduri biex issir sistema ġdida ta' air-conditioning fis-sala 5/6 irġiel.", "TRANSFERS MAL-GVERN", "16873.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm transfers saru fid-dipartimenti kollha tal-gvern matul l-2005?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: In-numru ta' transfers li saru matul l-2005 bejn ministeru u ieħor u li ġew approvati mill-management and personnel office huwa ta' 113.", "Kien hemm ukoll 34 impjegat li kienu f'dipartimenti tal- gvern u ġew trasferiti biex jagħmlu xogħol f'segretarjati privati ta' ministri u segretarji parlamentari jew viceversa.", "Barra minn hekk, kien hemm 25 transfer li ġew approvati bejn dipartimenti li jaqgħu taħt id- dekasteru tiegħi.", "Transfers bejn dipartimenti ta' l-istess ministeru jiġu approvati mis- segretarju permanenti rispettiv u għal aktar informazzjoni dwar dawn it- transfers, l-Onor.", "Interpellant hu mistieden jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-ministri rispettivi.", "BEACH CLEANERS", "16874.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' beach cleaners mad- dipartiment?", "Liema bajjiet u xtut huma responsabbli li jnaddfu?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: In-numru ta' nies inkarigati li jnaddfu x- xtut hu ta' 103, li minnhom 85 huma mpjegati tal-gvern u 18 huma ġejjin mill-IPSL.", "Għaxar persuni mill-grupp totali jagħmlu xogħol ta' manutenzjoni u manifattura fuq slielem u dustbins fil-workshop.", "Il-bajjiet u x-xtut li jiġu mnaddfa huma kif ġej:", "Iċ-Ċirkewwa, it-Torri l-Abjad, Little Armier, l-Armier, Ta' Kejli, l- Għadira, il-Gerbulin, l-", "Imġibaħ, il-Mistra, Golden Sands, Riviera Bay, ix-Xemxija, il-Ġnejna, Taħt il-Veċċa, San Pawl il-Baħar, Buġibba, il-Qawra, is-Salini, Baħar iċ-Cagħaq, Pembroke, il-Bajja tal-Magħtab, San Ġiljan, il-Bajja ta' San Ġorġ, Tas- Sliema, il-Belt Valletta, l-Isla, il-Birgu, il-Kalkara, Rinella, ix- Xgħajra, Wied il-Għajn kollu, Delimara, il-Kalkara, St Peter's Pool, Xrob il-Għaġin, Marsaxlokk, Birżebbuġa, Wied il-Buni u Għar Lapsi.", "SAFAR UFFIĊJALI", "16877.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid x'kienet l-ispiża globali tal- ministeru, dipartimenti, kumpanniji u enti oħra taħt ir-responsabbilta' tiegħu f'safar matul l-2005?", "Xi tħallas s'issa?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "SAFAR UFFIĊJALI", "16879.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'kienet l-ispiża globali tal-ministeru, dipartimenti, kumpanniji u enti oħra taħt ir- responsabbilta' tiegħu f'safar matul l-2005?", "Xi tħallas s'issa?", "ONOR.", "TONIO BORG: It-tagħrif mitlub qed jitpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "SAFAR UFFIĊJALI", "16880.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid x'kienet l-ispiża globali tal-ministeru, dipartimenti, kumpanniji u enti oħra taħt ir-responsabbilta' tiegħu f'safar matul l-2005?", "Xi tħallas s'issa?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li matul l-2005 l-ispiża globali fuq safar tal-ministeru, dipartimenti, kumpanniji u enti oħra fid- dekasteru tiegħi kienet ta' Lm154,091, liema ċifra tħallset kollha.", "UNIVERSITA'", "16948.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm visiting professors fl-Universita' ta' Malta?", "Min huma?", "Minn liema pajjiż ġejjin?", "F'liema suġġett qed jagħtu lectures?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif mitlub qed jitpoġġa fuq il-mejda tal- Kamra.", "INTERNATIONAL SCHOOL OF ENGLISH", "16949.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid kemm studenti nkitbu biex jattendu xi kors fl-international school of English ta' l-universita' fl- 2005?", "Minn liema pajjiż ġejjin?", "Dan in-numru kif jikkompara ma' ta' l- 2004?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li kien hemm 430 student li fl-2005 inkitbu biex jattendu xi kors fl-ISE - mill-Belġju, Brażil, Bulgarija, Franza, Turkija, Svizzera, Fillandja, Norveġja, Paragwaj, Polonja, Spanja, Italja, Ġermanja, Marokk, Ungerija, Ġappun, Awstrija u Slovakkja – u meta tikkompara n-numru ta' applikanti mas-sena ta' qabel issib li kważi qegħdin fl-istess livell.", "KORS TAT-TEFL", "16950.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid meta se jsir kors tat-TEFL fl- universita' biex jieħu post dak li tħassar fl-aħħar mumenti xi ġimgħat ilu?", "Meta sar l-aħħar wieħed u kemm attendew għalih?", "Minn dawn, kemm kienu wżati mill-international school of English?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li dawn il-korsijiet se jsiru f'Marzu jew April 2006.", "Informat ukoll li l-aħħar wieħed kien beda fis-27 ta' April, 2004 u għalih kienu attendew 15-il persuna.", "Persuna waħda ħadmet fis-sajf.", "TAL-ĦAWLI FIL-BIRGU", "17002.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li l-karozza tal-linja tibda tgħaddi regolarment minn Tal-Ħawli?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Informat li s-servizz baqa' kif kien, jiġifieri r-residenti fil-lokalita' Tal-Ħawli huma moqdija permezz ta' Rotta Nru 1.", "Din ir-rotta titlaq mill-venda tal-Birgu u tgħaddi minn Tal-Ħawli mis-6.00 a.m. sa l-10.00 a.m. Mill-10.00 a.m. sas-9.40 p.m. ix-xarabank titlaq mill-Belt u tgħaddi lura minn tal-Ħawli.", "Jien informat li l-awtorita' dwar it-trasport se tiċċekkja li r-rotot qed isiru kif suppost u dan permezz ta' l-enforcement officers tagħha.", "AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA", "17003.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid x'possibbilta' hemm li persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, tiġi pprovduta b'post alternattiv?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: L-applikazzjoni qed tiġi kkonsidrata flimkien ma' oħrajn simili.", "SKOLA ĠIUSEPPI DESPOTT F'BORMLA", "17004.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid x'inhu l-ħsieb u l-pjan għall- futur rigward l-iskola Ġiuseppi Despott f'Bormla?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-gvern se jimmodernizza l-junior lyceum tas-subien Giuseppi Despott fi skola ta' għada u se jibni kulleġġ ġdid għall-Kottonera li jkun jista' iservi l-bżonnijiet edukattivi għal dan ir-reġjun fis-snin li ġejjin.", "APPARTAMENT TAL-GVERN", "17005.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid meta mistennija ssir ispezzjoni mill-ħaddiema tad-dipartiment tal-bini u tiswija ta' djar fil- fond li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Għaddejt it-talba ta' l-Onor.", "Interpellant lid- dipartiment tal-bini u tiswija ta' djar biex jiġi spezzjonat il-fond indikat.", "CARE & REPAIR", "17006.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tara li jiġi rranġat fond ta' anzjana miż-Żejtun li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament u li jinsab f'kondizzjoni xejn tajba?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Il-każ tal-persuna indikata nġieb għall- attenzjoni ta' l-awtorita' tad-djar fis-16 ta' Jannar, 2006 u ntbagħat perit li ċċertifika li s-saqaf irid jinbidel u l-post għandu bżonn xi xogħlijiet oħra.", "Il-persuna konċernata ġiet informata b'dan u immedjatament intbagħtitilha applikazzjoni taħt skema Z flimkien ma' ittra dettaljata li turi d- dokumenti li l-persuna kellha bżonn tipproduċi.", "Pero' sfortunatament din il-ġimgħa l-persuna konċernata informat lill-awtorita' li m'għadhiex interessata li tirranġa l-post.", "AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA", "17007.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid x'tama hemm li xebba omm li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, tieħu post mid-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Id-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali m'għandu l-ebda applikazzjoni pendenti mill-persuna indikata."]} {"filename": "20060724_423d_par.doc", "date": "2006-07-24", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Uffiċjali u Rivedut) L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 423 It-Tnejn, 24 ta' Lulju 2006 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 423", "It-Tnejn, 24 ta' Lulju 2006", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.02 p.m.", "Talba", "Seduta Nru. 423", "It-Tnejn, 24 ta' Lulju 2006", "WERREJ", "MINUTI 73", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 74", "TQEGĦID TA' KARTI 79", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "REVIŻJONI PARZJALI TAL-PJAN TA' STRUTTURA 80", "AĠĠORNAMENT 103", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 108", "MINUTI", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): Nistaqsi jekk hemmx korrezzjonijiet għall-Minuti tas-seduta ta' dalgħodu?", "L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sur President, jien dalgħodu oġġezzjonajt għat-tqegħid ta' karti min-naħa tal-ministru għall-affarijiet rurali u ambjent u allura jiddispjaċini ngħidlek li l-Minuti kif inhuma ma jistgħux jiġu kkonfermati għax id-dokument li hemm imniżżel bħala P.L. 5303, żgur ma setax jitqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra ġaladarba jien ressaqt oġġezzjoni.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni): Jekk niftakar sew, id-dokumenti minn P.L. 5304 'il quddiem tpoġġew fuq il-mejda tal-Kamra fil-ħin li beda d-diskors tiegħu l- Ministru George Pullicino u f'dak il-mument ikolli ngħid li l-Onor.", "Mizzi ma kienx preżenti fil-Kamra, Sur President.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Bir-rispett kollu, m'għandniex għalfejn noqogħdu ngħawġu l-affarijiet.", "L-ewwelnett jien kont hawn, għalkemm stajt ħriġt f'xi ħin ukoll imma, meta kienet għadha lanqas biss tressqet il-mozzjoni, ma seta' qatt ipoġġi d-dokumenti l-ministru.", "Jien wara tlabt għal ruling.", "Kif qegħdin il-Minuti tiġi li l-ministru għall-affarijiet rurali u ambjent poġġa d-dokumenti, l-iSpeaker ta d-deċiżjoni tiegħu wara li jien ressaqt l- oġġezzjoni tiegħi u mbagħad tressqet il-mozzjoni.", "Sakemm kien hemm il- mozzjoni, jien kont qiegħed hawn żgur u mhux kif qed jgħid il-Ministru, Sur President.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jien għamiltha ċara li kont qed nirriferi għad- dokumenti minn P.L. 5304 'il quddiem u għedt li dawk tpoġġew.", "(Interruzzjonijiet) Mela ma ftehemniex, skużani!", "MR SPEAKER: Onor. Mizzi, jekk għandek xi emenda ressaqha u nieħdu nota tagħha.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sur President, hawnhekk m'aħniex qegħdin biex nieħdu n- noti imma rridu nikkonstataw il-fatti kif ġraw!", "Fejn hemm P.L. 5303 jien oġġezzjonajt u dak id-dokument ma tpoġġiex, mhux kif hemm imniżżel fil- Minuti.", "Jista' ikun li sar xi ħaġa wara, imma żgur mhux qabel għax jiena oġġezzjonajt.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Naħseb li dan faċilment verifikabbli, Mr Speaker.", "Jekk mit-tape jirriżulta li l-Onor.", "Mizzi oġġezzjona għat-tqegħid ta' P.L. 5303, din għandha tiġi nnotata fil-Minuti.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: U anke meta l-ministru għall-affarijiet rurali u ambjent ressaq l-emenda, hemmhekk ukoll kien hemm oġġezzjoni, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Dik l-emenda ġiet aċċettata mis-Sedja, Onor. Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Imma fil-Minuti għandu jitniżżel li kien hemm oġġezzjoni u li inti tajt ruling wara l-oġġezzjoni tiegħi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Mela titniżżel ukoll fil-Minuti li naturalment jiġu kkonfermati f'ħin ieħor.", "Ngħaddu għall-Mistoqsijiet.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "DJAR TA' L-ANZJANI", "20273.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Silvio Parnis) staqsa lill- Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' l-Ministru jgħid kemm anzjani hawn jistennew biex jidħlu fl-SVPR u fi djar tal-gvern?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita'): Tagħrif dwar in-numru ta' anzjani li qed jistennew biex jidħlu fl-SVPR u fid-djar l-oħra ta' l-anzjani u s-sena li fiha applikaw huwa kif ġej:", "|Sena |SVPR |Djar | | | |Oħra | |1991 | - | 1 | |1992 | - | 2 | |1993 | - | 3 | |1994 | - | 5 | |1995 | 1| 7 | |1996 | -| 13 | |1997 | 2| 23 | |1998 | 2| 27 | |1999 | 2| 43 | |2000 | 3| 63 | |2001 | 15 | 63 | |2002 | 23 |103 | |2003 | 82 |158 | |2004 |102 |140 | |2005 |167 |231 | |2006 |270 |283 |", "Tajjeb li wieħed isemmi li ċerti anzjani jkunu jridu jibqgħu huma stess fil- waiting list, minkejja li t-talba tagħhom biex jiġu rikoverati tkun ġiet milqugħa.", "PODOLOĠISTI", "20275.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Silvio Parnis) staqsa lill- Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid kemm podoloġisti hawn jaħdmu mal-gvern?", "Fejn jaħdmu?", "Hemm talba għal aktar podoloġisti?", "Kemm hemm podoloġisti bil-lawrea li qed jistennew li jidħlu mal-gvern?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: In-numru ta' podoloġisti li jaħdmu fid-diviżjoni tas- saħħa huwa kif ġej:", "|Manager |1 | |Principal |1 | |podologist | | |Assistant |4 | |podologist | | |Senior |20 | |podologist | |", "Dawn il-podoloġisti jaħdmu fil-primary healthcare u f'St. Vincent de Paule.", "Bħalissa qed jiġi rivedut il-complement tal-podoloġisti fis-servizzi tas- saħħa u meta jitlesta dan l-eżerċizzju, jiġu mpjegati podoloġisti skond il- vakanzi li jirriżultaw.", "Id-diviżjoni tas-saħħa m'hijiex f'pożizzjoni tgħid kemm podoloġisti hemm bil-lawrea li qegħdin jistennew biex jidħlu jaħdmu mal-gvern.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mario Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Sur President, dalgħodu għamilt mistoqsija lill- Ministru, li għaliha weġibni l-Ministru Francis Zammit Dimech, dwar jekk il- kiropodisti li jaħdmu fiċ-ċentri tas-saħħa ingħatawx istruzzjonijiet biex jibdew jaqtgħu d-dwiefer f'dawk il-każi biss ta' pazjenti u anzjani li jkunu dijabetiċi jew inkella li jkunu jbatu minn xi kondizzjoni oħra li tpoġġihom f'high risk ta' infezzjoni, f'każ li jippruvaw jaqtgħu d-dwiefer huma stess.", "Il-Ministru weġibni li pazjenti li ma jkunux f'riskju - ikun hemm ċertu element ta' riskju minħabba nuqqas ta' ċirkolazzjoni, eċċ. - għandhom imorru għand in-nurses.", "Jien sinċerament qatt ma smajtha din li l-qtugħ tad-dwiefer ġewwa l-isptar huwa xogħol in-nurse, apparti mill-fatt li n-nurses diġa' huma overstretched b'ħafna affarijiet oħra li m'humiex proprjament tagħhom u għalhekk, fl-opinjoni tiegħi, ma jagħmilx sens li ngħabbuhom b'dan ix- xogħol.", "Nifhimha li jekk hemm waiting list minħabba li s-servizz qed jiġi abbużat, allura wieħed għandu jara x'inhi l-problema.", "Imma li l-Ministru fit-tweġiba tiegħu jiġi jgħid li dan huwa xogħol in-nurses ma naqbilx u anke għandi l-impressjoni, għalkemm subject to correction, li f'erba' snin kors li jagħmlu n-nurses, ftit li xejn jingħataw taħriġ dwar il-kura tad- dwiefer u kif għandhom jaqtgħuhom.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Jiddispjaċini jekk ftehimna ħażin, Sur President.", "L- ewwelnet dawn id-direttivi ħarġu min-naħa tal-podoloġisti stess li l-job description tagħhom tindika ċar u tond li xogħolhom huwa li jieħdu ħsieb il- kura tas-saqajn, jiġifieri s-swaba' u d-dwiefer, partikolarment fil-każ ta' dawk il-pazjenti li jkunu jbatu minn mard bħal dijabete u mard ieħor fejn iċ-ċirkolazzjoni tkun batuta fit-truf tas-saqajn.", "Issa li kien qed jiġri hu li maż-żmien il-podoloġisti kienu dejjem jaċċettaw kull persuna li titlobhom li tiġi trattata, fosthom għall-qtugħ tad-dwiefer, anke jekk dan mhux strettament in konformita' mal-kriterji li jorbtu lill-ispeċjalisti tas-saqajn.", "Effettivament fuq medda ta' żmien, in- numru ta' dawk li bdew jinqdew b'dan is-servizz kiber tant li l-podoloġisti kienu qegħdin jiddedikaw ħafna mix-xogħol tagħhom għal xogħol ta' rutina.", "Dan ovvjament ma setgħux ilaħħqu miegħu u b'hekk bdew ibatu dawk il- pazjenti bi bżonn reali ta' servizz ta' podoloġija.", "Naturalment il-podoloġisti bdew jinsistu min-naħa tagħhom mad-dipartiment li dak m'huwiex xogħolhom, jagħmlu min jagħmlu.", "Ma rridx ninftiehem ħażin għax in-nurses m'humiex qegħdin hemmhekk biex jagħmlu xogħol li ma jridx jagħmel ħaddieħor.", "Pero' irridu nifhmu wkoll li l-podoloġista huwa persuna li xogħolha m'huwiex li taqta' d-dwiefer, imma li tieħu kura tas-swaba' u tad-dwiefer f'każi fejn jekk ma tingħatax kura speċjalizzata, jistgħu jinqalgħu komplikazzjonijiet.", "U allura ovvjament dan ix-xogħol ingħata lin- nurses, Sur President.", "M'għandi l-ebda dubju li n-nurses għandhom ħafna x'jagħmlu u jekk ikollna back-up services aħjar, dan is-servizz m'hemmx għalfejn iwassluh huma.", "Naħseb iva wasal iż-żmien li d-dipartiment jittrenja paramediċi oħrajn biex ikunu jistgħu jagħmlu dan it-tip ta' xogħol mingħajr ma ngħabbuh fuq in-nurses.", "Pero' sal-lum sfortunatament għadna ma wasalniex biex inwettqu dan.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Galea.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Bir-rispett kollu, ma rridx nippunta subgħajja lejn il- Ministru għax nifhem li t-tweġiba jkun kitibhielu ħaddieħor, imma jien bħala membru tal-professjoni tan-nurses, li biex iggradwajt għamilt erba' snin l-universita', bilfors nieħu għalija b'din it-tip ta' tweġiba.", "Bir- rispett kollu, min kitibha ma jafx x'inhu jgħid, Sur President.", "In-nurses m'humiex ittrejnjati biex jaqtgħu d-dwiefer u jekk il-podoloġisti qed joġġezzjonaw għax ma jistgħux ilaħħqu ma' l-ammont ta' xogħol li għandhom, is-soluzzjoni mhix li tagħti x-xogħol lin-nurses għaliex inkella niġu li qegħdin ninvestu l-flus ħażin, b'mod illi l-gvern iħarreġ in-nurses l-universita', fejn jitgħallmu ħafna iktar affarijiet milli jaqtgħu d- dwiefer u, għax il-kiropodisti għandhom waiting list twila, nagħtu dan ix- xogħol lin-nurses.", "Biex insostni dan li qed ngħid - u naħseb li l-Ministru jaqbel miegħi – f'parti mit-tweġiba jingħad li l-qtugħ tad-dwiefer huwa xogħol ta' pedicurist jew l-aktar ta' nurse.", "Issa bir-rispett kollu, naħseb li nurse m'huwiex pedicurist u pedicurist m'huwiex nurse.", "U apparti li dan m'huwiex xogħol in-nurses, li diġa' għandhom duties iktar minn biżżejjed x'jagħmlu, nappella lill-Ministru biex ġentilment jidħol fiha din il-kwestjoni għax naħseb li dan huwa ħela ta' riżorsi, apparti li n-nurses m'humiex ittrenjati biex jagħmlu dan it-tip ta' xogħol.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Naħseb li diġa' tajt indikazzjoni ċarissima li naqbel perfettament.", "Tant hu hekk li għidt li wasal iż-żmien li d-diviżjoni tas- saħħa tinvesti billi tittrejnja paramediċi ta' grad ferm inqas min-nurse biex ikunu jistgħu jagħmlu dan ix-xogħol.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Galea.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Imma sadanittant ma jaħsibx il-Ministru li għandhom jibqgħu jagħmluh il-kiropodisti dan ix-xogħol u mhux in-nurses?", "Għax jekk hemm xi ħadd li huwa overworked huma n-nurses fl-isptar, bħat-tobba u bħal kull professjoni oħra u assolutament ma jagħmilx sens li tagħtihom xogħol li kapaċi jirriżulta f'iktar ħsara milli ġid għax they are simply not trained to do it.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nifhem il-preokkupazzjoni tal-kollega tiegħi u nista' nikkonfermalu li s-suġġeriment tiegħu se narah mad-diviżjoni, ħalli noħorġu bl-aħjar soluzzjoni fl-aħjar interess tal-pazjent.", "Imma rridu ngħidu wkoll li jekk m'għamel xejn dan il-gvern f'dak li għandu x'jaqsam man-nurses, lil dawn l-impjegati poġġihom fuq livell ta' professjonisti ta' l-ogħla kwalita'.", "Ma naħsibx li hemm għalfejn noqgħod ngħid x'għamel f'dak li għandu x'jaqsam mas-settur u mal-professjoni tan-nurses.", "Li wieħed iddelega dan ix-xogħol lin-nurses, ġej primarjament mill-fatt li l-job description tal-kiropodisti hija dik li hi u ma tinkludix il-qtugħ tad-dwiefer ta' pazjenti li m'għandhomx komplikazzjonijiet.", "U kif għidt, dan ix-xogħol xi ħadd irid jagħmlu, jekk il-podoloġisti bil-job description tagħhom m'humiex obbligati li jagħmluh huma.", "Naqbel ukoll li m'hemmx għafejn ikollok nurse biex tagħmel dan it-tip ta' xogħol u nerġa' ngħid li wasal iż-żmien li jkollna paramediċi oħrajn f'livell inqas biex ikunu jistgħu jagħmlu dan ix-xogħol.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Galea.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Waqt li b'risposta għall-battuta ta' sieħbi niddikjara li iva għandi konflitt ta' interess - fil-fatt mill-bidu għedtha li jien ġej mill-professjoni tan-nurses - naħseb li l-Ministru jifhem ukoll li f'dan il-parlament hawn iktar min biżżejjed biex iħarsu l-interessi tat- tobba.", "Pero' biex iħarsu l-interessi tan-nurses hawn jien waħdi u għandi d- dmir li nitkellem fuq dawn l-issues, Sur President.", "Il-Ministru qal fit-tweġiba tiegħu li m'hijiex fil-job description tal- kiropodisti.", "Allura kif id-diviżjoni tas-saħħa ddeċidiet li din qiegħda fil-job description tan-nurses?", "Assolutament m'hijiex fil-job description tan-nurses u ġentilment nissuġġerixxi lill-Ministru, jekk jaqbel, biex jibgħat din il-materja quddiem il-council of nurses ħalli jiddeċiedu huma jekk hijiex fil-job description tan-nurses.", "Għax nerġa' ngħid - subject to correction - li dan ix-xogħol mhux biss m'huwiex fil-job description tan- nurses, imma lanqas biss huma trained biex jagħmluh, Sur President.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Waqt li nserraħ moħħ il-kollega tiegħi li r- rappreżentanza f'dan il-Parlament hija bbażata iktar fuq il-kwalita' milli fuq in-numru - u nikkonferma li l-Onor.", "Mario Galea qiegħed jagħmel xogħol tajjeb ħafna - nista' ngħidlu li l-job description tal-podoloġisti hija specific.", "Sfortunatament fil-job description tan-nurses hemm imniżżel li n-nurse tista' tiġi mġiegħla tagħmel kull xogħol biex ittejjeb il-kwalita' tas- servizz lill-pazjent.", "U allura taħt dik li m'hijiex speċific jaqa' kważi kollox, għalkemm ma naħsibx li għandha tiġi abbużata.", "ONOR MARIO GALEA: Allura qabbadhom jaħslu l-art!", "ONOR LOUIS DEGUARA: Le, ma tistax tqabbadhom jaħslu l-art għaliex hemm ħaddieħor biex jagħmel dak ix-xogħol.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Lill-Ministru kont għamiltlu mistoqsija dwar ċerti pilloli li l-anzjani m'humiex jingħataw mill-isptar meta jaqbżu ċerta eta' u kien weġibni li d-WHO irrakkmandat li dawn il-pilloli jibqgħu jingħataw.", "Jista' jgħidli x'inhi s-sitwazzjoni dwar dawn il-pilloli?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-Onor.", "Interpellant huwa korrett f'dan li qed jgħid.", "Is-suġġerimenti tal-kumitat qed jiġu evalwati u naħseb li minn hawn u ftit ta' żmien ieħor, inkunu nistgħu noħorġu b'deċiżjoni favorevoli għax jidher ċar u tond li l-gvern għandu jerġa' jestendi s-servizz ta' l-għoti ta' mediċini għal dawk li għandhom ċertu livell għoli ta' xaħam fid-demm, anke dawk li għandhom 'il fuq minn 75 sena.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Leo Brincat, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Billi dan l-aħħar kien hemm taħditiet, anke ma' diversi korpi kostitwiti fuq il-kwestjoni tar-reġistrazzjoni ta' mediċini, speċifikament maċ-chamber of commerce and enterprise, jista' il-Ministru jgħid jekk kienx hemm eżitu pożittiv dwar dan kollu?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Li nista' ngħid hu li d-diskussjonijiet għadhom għaddejjin anke sa din il-ġimgħa u nisperaw li nkunu nistgħu noħorġu l- pożizzjoni finali minn hawn u ftit jiem oħra.", "GERIATRIC NURSES", "20276.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Silvio Parnis) staqsa lill- Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru", "jgħid kemm hawn geriatric nurses kwalifikati u fejn jaħdmu?", "Hemm talba għal aktar geriatric nurses?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ma jeżistu l-ebda reġistri speċjali ta' geriatric nurses.", "Fil-qasam tal-ġerjatrija hemm numru ta' nurses li għamlu korsijiet speċjali fil-ġerontoloġija, iżda l-maġġoranza tan-nurses huma bi kwalifiki ġenerali li biż-żmien jitgħallmu jieħdu ħsieb l-anzjani.", "TA' QALI CRAFTS VILLAGE", "20278.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' persuni li joperaw fil-crafts village ta' Ta' Qali li ma ffirmawx il-kuntratt propost mill-gvern?", "X'inhuma r-raġunijiet u x'qed isir biex il-problemi jiġu rrimedjati?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (f'isem il-Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni): L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jara r-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 20014.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Nista' inkun naf jekk il-Ministru Ċensu Galea jinsabx imsiefer?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Iva, il-ministru qiegħed barra.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: X'inhi r-raġuni li issa ilni ħmistax li għamilt mistoqsija dwar min huma l-membri tas-selection board li mexxew l- intervisti għall-għażla ta' manager, records office tal-maritime authority u sal-lum għadni ma ngħatajtx risposta?", "Daqshekk diffiċli biex ningħata risposta?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Problemi b'mod speċifiku ma jkunx hemm, pero' billi ħafna drabi l-interviews ma jiddependux mill-ministeru - ikun hemm nies mill-OPM li jidderieġu l-interviews kollha, anke fl-enti - allura tkun trid tistaqsi lid-dipartimenti l-oħra wara li tinġabar l- informazzjoni.", "Nista' nassigura lil kulħadd li din in-naħa tagħmel l-almu kollu tagħha biex tirrispondi l-mistoqsijiet fiż-żmien.", "Meta tikkonsidra li kien hawn diġa' iktar minn 20,000 interpellanza, naħseb li r-record huwa wieħed tajjeb.", "Naturalment meta tkun tiddependi minn ħafna files minn dipartimenti differenti, sfortunatament jittieħed ftit taż-żmien.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Ma naħsibx li dan huwa l-każ għax din hija kwestjoni ta' l-MMA - naf ukoll li r-risposti ngħataw mill-MMA – u ma nistax nifhem kif risposta għadni ma ħadtx.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nagħmel l-almu tiegħi biex malli jiġi lura l-Ministru Ċensu Galea, b'mod speċifiku nidderiġieh għal din id-domanda u nagħmillu premura kbira biex iġibha f'dan il-Parlament.", "VAPURI TA' GĦAWDEX", "20279.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għal Għawdex: Tista' il-Ministru għal Għawdex tgħid kemm-il darba l-vapuri tal-Gozo Channel ma żammewx il-ħin tar-rotta skond kif programmat matul l-ewwel sitt xhur tas-sena?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (f'isem il-Ministru għal Għawdex): L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "MAKNI TAL-FUEL", "20280.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm hi ċ-ċifra fi flus li nġabret abbażi ta' l- agreement li kien sar bejn l-Enemalta u l-pompi tal-petrol, sabiex titnaqqas il-maintenance and repair fee", "tal-makni tal-pompi tal-petrol/diesel, eċċ?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jien informat li ċ-ċifra fi flus li nġabret bejn l-1 ta' April, 2003 u l-31 ta' Diċembru, 2005 abbażi ta' l-agreement hi ta", "Lm817,557.53, waqt li għall-perijodu mill-ewwel ta' din is-sena sal-31 ta' Mejju 2006 tammonta għal Lm144,253.23.", "WIED TA' BURMARRAD", "20281.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Għaliex il-gvern se jċaqlaq ir- rotta oriġinali tal-wied ta' Burmarrad?", "Min huma l-esperti li tawh dan il- parir?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (f'isem il-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura): Jien informat li r-rotta tal-kanal li hi proposta minħabba l-problema ta' l- għargħar fil-pjanura ta' Burmarrad ġiet imfassla minn periti tat-taqsima tax-xogħlijiet, b'konsultazzjoni ma' uffiċjali mid-dipartiment ta' l- agrikoltura.", "Biex intgħażlet din ir-rotta ttieħdu in konsiderazzjoni t- topografija eżistenti, il-qlib neċessarju kif ukoll il-frammentazzjoni ta' l-għelieqi.", "WIED TA' BURMARRAD", "20282.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura: Jista' il-Ministru jgħid għaliex il-gvern ma kkomunikax mal-bdiewa biex jgħarrafhom li se jċaqlaq u jbiddel ir-rotta oriġinali tal-wied ta' Burmarrad?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (f'isem il-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura): Jien informat li uffiċjali mill-works division, regolarment jikkonsultaw ma' uffiċjali tad-dipartiment ta' l-agrikoltura fuq kull żvilupp fuq ir-rotta tal-kanal.", "L-uffiċjali ta' l-agrikoltura min-naħa tagħhom informaw lill- bdiewa konċernati wara li madwar sena ilu kienet ħarġet notifika fil- gazzetta tal-gvern, rigward it-terminu tal-qbiela fuq l-art li se jsir il- proġett.", "MTARFA BYPASS", "20283.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jinvestiga għala t-tarmac fil-bypass ta' l-Imtarfa nqasam, bir-riżultat li reġgħet sfrundat parti mit-triq?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT (Ministru għall-Iżvilup Urban u t-Toroq): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li kienu saru investigazzjonijiet fuq it-triq imsemmija madwar sena ilu, meta kienu ffurmaw l-ewwel qsim fuq il-parti ta' ġewwa tat-triq.", "Minn dawn l-investigazzjonijiet irriżulta li peress li l- parti ta' ġewwa nbniet qabel ma kien inbeda x-xogħol tal-ħajt, waqt l- iskavar tal-parti ta' barra tat-triq, fejn kien hemm mases ta' tafal, dik ċediet u b'hekk inħolqu l-qsim li partijiet minnhom ġew irranġati bix- xogħlijiet ta' manutenzjoni f'din il-parti.", "Bħalissa l-ADT qed tagħmel monitoraġġ ta' l-area biex wieħed ikun jista' jevalwa kif u fejn qed jiżdiedu dawn il-qsim, ħalli jsir intervent ta' tiswija fuq partijiet tal-karreġġata ta' ġewwa.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jista' il-Ministru jgħid x'irriżulta mill-istħarriġ li sar dwar it-triq li tinsab 'il fuq minn Villa Portelli, fil-Kalkara peress li qed tisfronda?", "Jista' jgħid ukoll x'irriżulta dwar it-triq li tinsab fl-area ta' l-iskola ta' Ħaż-Żabbar fejn qed iżomm l-ilma?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JESMOND MULGIETT: Il-periti ta' l-ADT għamlu indaġni fuq it-triq li tinsab 'il fuq minn Villa Portelli u r-rapport flimkien ma' numru ta' ritratti wasal għandi iżda ma jirriżultax li din it-triq sfrundat, għalkemm hemm xi ħsarat fil-wiċċ.", "Għalhekk ma nistax nifhem kif l-Onor.", "Interpellant qed jgħid li din it-triq ċediet jew ikkollassat.", "Jekk l-Onor.", "Interpellant għandu xi indikazzjoni dwar xi area partikolari, anke jekk jagħtini xi ritratti speċifiċi, nerġa' indur fuq il-", "periti.", "Fil-fatt tlabthom jevalwaw dawn il-ħsarat mal-konsulent Ġermaniż Prof. Muller u jekk ikolli xi indikazzjonijiet speċifiċi, inkun nista' nindikahomlhom.", "Dwar it-triq ta' Ħaż-Żabbar għadni qed nistenna risposta mingħand il-perit, Sur President.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Probabbilment qabel kien hemm xi ħofra jew xi ġiebja taħt din it-triq għax kemm-il darba niżlet.", "Fil-fatt naħseb li r-raba' darba li ġrat kemm ili li naf jien.", "Qed nirriferi għal dik il-biċċa ta' fuq, fejn il-bypass tieħu għall-mina tas-Salvatur.", "Issa nieħu ritratt u nġibu hawn biex il-Ministru jkun jista' jinvestiga aktar u jara x'għandu jsir.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-Mistoqsijiet għadda.", "Tqegħid ta' Karti?", "Il-Ministru Austin Gatt.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar kumpanniji parastatali, korporazzjonijiet jew awtoritajiet taħt ir-responsabbilta' tiegħi li matul dawn l-aħħar ħames snin għamlu użu mill-kumpanniji Cyberspace Solutions Ltd, Digital Signage Cyberspace Solutions, Wicked Promo u/jew Cyberspace Medical, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 20341.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "REVIŻJONI PARZJALI TAL-PJAN TA' STRUTTURA", "Ikompli mill-24 ta' Lulju, 2006.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Roderick Galdes huwa in possession.", "ONOR.", "RODERICK GALDES: Sur President, dalgħodu kont qiegħed ngħid li l- partit Nazzjonalista akkużana li l-free vote li aħna ħabbarna li se nieħdu f'dan il-Parlament rigward id-deċiżjoni ta' l-ODZ, jiġifieri fuq il-konfini ta' l-iżvilupp, kienet sempliċement gimmick.", "Madanakollu jiena nerġa' nsostni li din id-deċiżjoni m'hi gimmick xejn u għalhekk nerġa' nistieden lin-naħa tal-partit Nazzjonalista sabiex jekk għandhom il-kuraġġ politiku jagħmlu bħalna.", "Jiena konvint li hemm deputati Nazzjonalisti li m'humiex jaqblu mal-gvern u li internament ilmentaw ukoll mhux biss mal-ministri involuti imma anke mal-Kabinett innifsu dwar id-deċiżjoni li ttieħdet min- naħa tal-gvern Nazzjonalista.", "Jien nixtieq inkun naf kif jaħsbuha ċerti deputati Nazzjonalisti dwar din il-materja, fosthom l-Onor.", "Pullicino Orlando li s-soltu jkun minn ta' l- ewwel li jitkellem favur l-ambjent.", "Il-Perit Joe Falzon jaqbel ma' din id- deċiżjoni?", "Dan suppost li għandu wkoll kredenzjali ambjentali u għalhekk nixtieq inkun naf kif jaħsibha dwar din id-deċiżjoni.", "Jiena ninsab ċert li hemm ħafna deputati min-naħa tal-partit Nazzjonalista li m'humiex qegħdin jaqblu ma' din il-miżura li ħa l-gvern Nazzjonalista.", "Jiena ċert li dawn jimmeritahom li jitkellmu wkoll fuq kwestjonijiet bħal dawn.", "Id-deputat Nazzjonalista Joe Cassar - li wkoll attenda għal-laqgħa li kellhom l-NGOs għad-dimonstrazzjoni li għamlu ftit tal-jiem ilu – jaqbel ma' din id- deċiżjoni?", "Per eżempju, għalfejn dawk id-deputati Nazzjonalisti li marru għall-ewwel protesta ma reġgħux attendew l-aħħar protesta li saret min-naħa ta' l-NGOs?", "Jiena konvint li meta bħala partit nitkellmu fuq free vote qegħdin nuru ċertu kuraġġ.", "Nafu xi rridu bħala Oppożizzjoni u nafu kif għandna min-naħa tagħna nivvotaw individwalment.", "Jiena konvint li min għandu sens komun jaf li din il-miżura min-naħa tal-gvern Nazzjonalista ma tirrispekkjax l-esiġenzi ambjentali ta' pajjiżna.", "Għaldaqstant jeħtieġ li wieħed isemma' leħnu anke fuq kwestjonijiet bħal dawn.", "Issa ħalli niġi għall-kritika l-oħra li saret.", "Sur President, meta qegħdin nintroduċu proċess bħal dan għad-deċiżjoni li se nieħdu f'dawn il-jiem li ġejjin fil-Parlament, għalfejn il-partit Nazzjonalista jrid bilfors iqabbel ma' dak li kien isir fl-imgħoddi u jerġa' jeħodna lura għall-1987?", "Safejn naf jien dawk kienu sitwazzjonijiet differenti għall-aħħar.", "Illum il-ġurnata għandna istituzzjonijiet demokratiċi f'dan il-pajjiż li twaqqfu sabiex ikunu huma li jieħdu d- deċiżjonijiet u mhux aħna l-membri parlamentari.", "Dak iż-żmien f'pajjiżna lanqas biss kienu jeżistu l-istituzzjonijiet bħall-MEPA u istituzzjonijiet oħra li ċertament jaħdmu favur ippjanar bil-għaqal f'pajjiżna.", "Nafu wkoll li qabel kienu jsiru l-iżbalji, pero' li naf fiċ-ċert huwa li gvern Laburista tas-snin tmenin, ħa d-deċiżjonijiet li ħa mir-riżorsi li kellu dakinhar.", "Ċertament dak iż-żmien il-prezz ta' l-art kien mod ieħor u żgur li ma kontx trid Lm100,000 jew Lm150,000 biex tixtri plot.", "Dak iż-żmien il-ħaddiem kien jixtri plot bi ftit mijiet tal-liri.", "Allura x'kien qiegħed jiġri fis-sittinijiet?", "La se mmorru lura ma nitkellmux biss fuq is-sebgħinijiet u fuq it-tmenijiet imma nitkellmu wkoll fuq is- sittinijiet.", "Jiddispjaċini ngħid li hawnhekk ma tistax tipparaguna.", "Kien il-gvern Nazzjonalista stess li kien wiegħed lill-poplu Malti u Għawdxi li bid-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea kien se jagħmel ċertu tibdil f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-ambjent u li kien se jieħu wkoll deċiżjonijiet li suppost kellhom jobdu d-direttivi ta' l-Unjoni Ewropea.", "Madanakollu mbagħad kien il-gvern stess li jiġi jiftaħar fuq Net Television u anke jistaqsi lili bħallikieku se jħammarli wiċċi - filli ministru ta' l-ambjent u mbagħad spiċċa ministru ta' l-iżvilupp – fuq jekk irridux li mmorru għas- SEA Directive.", "Din lili ħallietni litteralment skantat.", "Allura dan huwa l- istess gvern li wegħidna li se jobdi d-direttivi ta' l-Unjoni Ewropea b'risq l-ambjent u llum il-ġurnata qiegħed ikun hu stess li jiksirhom sfaċċatament b'dannu għall-ambjent ta' pajjiżna?", "Sur President, li jkollok ministru ta' l-ambjent li suppost jiddefendi l- interessi ta' pajjiżna f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-ambjent u mbagħad jieħu deċiżjonijiet li jorbot miegħu l-istituzzjonijiet demokratiċi ta' pajjiżna bħall-MEPA u jġegħilha tmur kontra d-direttivi ta' l-Unjoni Ewropea, huma affarijiet li ma tistax tifhimhom.", "Per eżempju, wara 18-il sena tnikkir sabiex nieħdu deċiżjoni fuq kwestjonijiet ta' anomaliji li kien hemm fit-temporary provision schemes, illum f'sitt ġimgħat biss għaġġilna l-proċess kollu, bażwarna kemm flaħna sabiex nipprovaw nitterminawh qabel ma tidħol fis-seħħ id-direttiva ta' l-Unjoni Ewropea.", "Allura dawn huma l-wegħdiet li tana l-partit Nazzjonalista qabel ma dħalna fl-Unjoni Ewropea?", "Dawn huma l-commitments li wegħduna li se jagħmlu fi ħdan l-Unjoni Ewropea meta aħna sirna membri?", "Il-kollegi tiegħi tan-naħa l-oħra qajmu l-kwestjoni fuq dak li kien jiġri fil-passat.", "Jiena rrid ngħid biss li dak iż-żmien veru li ttieħdet l-art għall-iżvilupp pero' dak iż-żmien kien dieħel l-investiment produttiv f'pajjiżna u kien qed isir progress fl-industrija.", "Kieku kif stajna nibnu l-fabbriki fir- Rikażli, fil-Marsa u f'Ħal Far?", "Dawn bnejnihom minħabba li kien ġej l- investiment u għalhekk kien qiegħed jittieħed numru ta' kilometri ta' art kull sena!", "Kien hemm ukoll xi ħaġa oħra li ma semmiex l-Onor.", "Pullicino.", "Ma qalilniex li l-gvern Laburista ta' dak iż-żmien kien ta d-dinjita' lill- ħaddiema li setgħu jibnu d-dar tagħhom.", "Illum il-ġurnata x'qed tagħtuhom liż-żgħażagħ u lill-koppji tagħna?", "Qed ikollhom jimtlew tilja dejn li jridu jdumu għomorhom kollu sabiex iħallsuh.", "Dik hija d-differenza meta tiġi biex tikkompara llum il-ġurnata - meta suppost qegħdin nieħdu deċiżjonijiet bil-għaqal u li suppost qegħdin immexxu 'l quddiem l-użu ta' l-art sostenibbli - ma' dak iż-żmien!", "Dak iż-żmien kellna l-art u aħna ridna nużawha sabiex immexxu 'l quddiem l-iżvilupp ekonomiku ta' pajjiżna.", "M'iniex qed ngħid li ma sarux żbalji dak iż-żmien fl-ippjanar imma għallinqas il-ħaddiem gawda wkoll.", "Ħafna mid-deputati żgħar li hawn fostna f'dan il-Parlament, inkluż jiena, naħsbu li kieku ma ttieħdux id-deċiżjonijiet li ħadu dak iż-żmien missirijietna jew inkella l-kollegi tagħna li forsi llum m'għadhomx f'dan il-Parlament, kieku aħna ma konniex inkunu hawnhekk illum.", "Lanqas kien ikollna edukazzjoni aħjar milli kellna dak iż-żmien u lanqas kien ikollna standard of living tajjeb bħalma għandna llum.", "Pero', bir-rispett kollu, xorta ma tistax tqabbel illum il-ġurnata ma' dak iż-żmien għaliex illum għandna staġnar ekonomiku, staġnar fl-investiment u prezzijiet għolja immens f'dak li għandu x'jaqsam mal-proprjeta'.", "Allura jagħmel sens li testendi l-konfini?", "Min-naħa tal-gvern qalulna li b'dan il-mod se nistabbilizzaw il-prezzijiet tal-proprjeta' iżda ġimgħa wara l-bank għolla l-imgħax.", "Araw daqsxejn min qiegħed jagħmel il-kalkoli u min qiegħed jieħu d-deċiżjonijiet f'pajjiżna!", "Qalulna li se jitbaxxa l-prezz tal-proprjeta' meta liż-żgħażagħ tal-lum qed jgħidulhom li se jkollhom iħallsu aktar imgħax minħabba li l-Bank Ċentrali se jgħolli l-imgħax.", "Kif tista' tgħid li se tbaxxi l-prezz tal-proprjeta' b'din id-deċiżjoni meta nafu li l- effetti diġa' qegħdin ikunu bil-kontra?!", "X'garanzija għandu l-poplu Malti li se jitbaxxa l-prezz tal-proprjeta' b'din id-deċiżjoni?", "Insomma dan huwa wieħed mill-argumenti flawed li s-soltu nisimgħu min-naħa tal-gvern sabiex jipprovaw jiġġustifikaw l-iżbalji u l-bużullotti ambjentali li qegħdin iseħħu f'pajjiżna.", "Sur President, irrid nerġa' nsostni dak li qalilna l-Ministru Pullicino, fejn l-ewwel qalilna li ma kienx minnu li l-gvern għażel l-artijiet hu stess, imbagħad ftit tal-jiem wara joħroġ jgħid li l-gvern għażel ċerti artijiet bi skop soċjali.", "Fil-fatt f'intervista li saritlu minn \"The Times\" dan l-aħħar il-ministru qal li mhux veru li l-gvern għażel hu stess l-artijiet.", "Imbagħad ftit tal-jiem wara ddikjara li l-gvern għażel ċerti artijiet bi skop soċjali.", "Issa f'ċerti każijiet partikolari x'kien l-iskop soċjali warajhom?", "L-aktar li jiskantani huwa l-fatt li sa ftit tal-jiem ilu l-istrateġija tagħhom kienet differenti.", "Fil-fatt sa tliet xhur ilu hawnhekk kienu jiġu jgħidulna li m'humiex se jestendu l-iskemi ta' żvilupp f'pajjiżna.", "Imbagħad mid-dehra wara l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali l- affarijiet inqalbu.", "Dak li kienu ilhom jgħidu għal 14-il sena sħaħ sfuma fix-xejn.", "Illejla beħsiebni nagħti l-provi ta' dak li kienu jgħidu tal- partit Nazzjonalista fil-gvern.", "F'daqqa waħda marru kontra dak li kienu jgħidu u bidlu l-istrateġija tagħhom.", "Per eżempju, fl-1999 kien hemm artiklu fil-gazzetta \"The Times\" li kien jgħid li fis-sena 2001 kien se jiġi mniedi l-proċess tal-pjan lokali ta' Għawdex u Kemmuna.", "Ara daqsxejn kemm domna!", "Xi darba kienu jgħidu li sa l-1997 dawn iridu jkunu kollha lesti u approvati mill-Parlament!", "Skond artiklu ieħor, din id-darba fil-gazzetta \"L-Orizzont\" tal-Ġimgħa, 5 ta' Frar, 1999 kien intqal li l-pjani lokali kellhm jitlestew sa l-2001.", "Mis-seba' pjani lokali li tħejjew u li jaħsbu għall-iżvilupp ta' daqstant reġjuni fil-pajjiż, għadu tlesta pjan wieħed biss, dak ta' Marsaxlokk, Birżebbuġa u Ħal Far, filwaqt li l-pjani lokali tal-Belt Valletta, Floriana, Marsa, Kordin u Kottonera waslu fl-aħħar stadju.", "Ara kemm karkarna!", "Artiklu ieħor fil-gazzetta \"Il-Mument\" tal-Ħadd, 17 ta' Ottubru, 1999 kien tkellem dwar pjan lokali għaż-żona ċentrali ta' Malta.", "F'dan l- artiklu kien tkellem ukoll l-Onor.", "George Pullicino, li dak iż-żmien kien segretarju parlamentari fil-ministeru għall-intern fejn kien qalilna li fuq l-estensjoni ta' skemi ta' żvilupp, il-gvern huwa deċiż li jirrevedihom sabiex mhux biss ikunu eliminati xi anomaliji iżda sabiex jiddefinixxu aħjar il-periferija ta' l-iskemi, b'mod speċjali fejn hemm il-pockets.", "(Interruzzjonijiet) Oqgħod attent għaliex dakinhar għidtu pockets u mhux in-fill zones.", "L-Onor.", "George Pullicino kien qal li l-idea tal-gvern kienet li fejn kien hemm bżonnijiet veri għall-estensjonijiet tal-housing, dawn isiru biss għal perjodu limitat ħalli ma jkunx hemm spekulazzjoni ta' l-art.", "Altru milli spekulazzjoni qiegħda ssir illum il-ġurnata!", "Fis-sena 2000 kien hawn dibattitu fil-Kamra dwar l-estensjoni ta' l- ischemes fejn rajna lill-Ministru Tonio Borg joġġezzjona dwar l-estensjoni ta' l-ischemes.", "Hawnhekk qiegħed nitkellem fuq dak li nkiteb fil-gazzetta \"The Independent\" tat-3 ta' Marzu, 2000.", "Is-Sibt, 4 ta' Marzu, l-Onor.", "Tonio Borg kien qal li l-pjani lokali tan-north harbours u tan-north-west kienu fi stadju avvanzat ħafna u wara li jintemm il-proċess ta' konsultazzjoni, kienu se jkunu jistgħu jiġu approvati mill-awtorita' ta' l- ippjanar.", "Huwa spjega li jekk kien se jkun hemm diskussjoni dwar jekk kellniex nestendu l-ischemes jew le, kien proprju f'dak il-mument.", "Issa llum il-ġurnata dawn għadhom lanqas biss ġew mitmuma.", "Mentri dak iż- żmien konna qegħdin ngħidu li jekk għandna nagħmlu l-extension ta' l- ischemes, l-ewwel għandna naraw x'inhu l-eżitu tal-pjani lokali u mhux lanqas biss spiċċaw u diġa' qegħdin nestendu l-ischemes.", "Araw daqsxejn kif ibiddel il-verżjoni tiegħu l-partit Nazzjonalista!", "Sur President, għandna sensiela sħiħa ta' artikli li jikkonfermaw kemm il- politika tagħhom inbidlet.", "(Interruzzjonijiet) Dawn l-artikli se npoġġihom fuq il-mejda tal-Kamra.", "Imbagħad il-Ministru Pullicino qalilna li l-pjani lokali ma kenux konsistenti, li ma kenux tajbin u li x-xogħol li sar ma kienx tajjeb.", "Allura għalfejn faħħarhom il-pjani lokali?", "Għalfejn iddeċidejt li tagħmel il-launching tagħhom u għidt li dawn huma l-mira tal- futur?", "La għidt hekk sinjal li kienu tajbin.", "Allura kif issa qiegħed jingħad li dan huwa proċess żbaljat u rridu nbiddluhom?", "(Interuzzjonijiet)", "Riċentement smajna wkoll fuq l-indħil fil-proċess ta' l-ippjanar.", "U kien hawnhekk li beda l-inkwiet.", "Jiena kont sostnejt li l-uniku ministru li l- aktar li ndaħal fil-proċess ta' l-ippjanar kien il-Ministru Pullicino.", "Issa fil-gazzetta \"The Times\" tas-16 ta' Marzu, 2001, kien qalilna hekk:", "\"The proposal in the Maltese law is to extend in a limited manner the Cabinet's powers with respect to appeals from development applications which at present can be used only in the case of developments proposed by a government department or body corporate established by law.", "The proposal is that if an application is refused by the Planning Authority then the minister can refer to it to the Cabinet only if an appeal is lodged against the decision of the PA.\".", "Madanakollu l-ministru m'għamilx hekk, anzi għamel bil-kontra.", "Issa anke fl-artijiet indaħal il-ministru!", "Dak iż-żmien forsi kellhom il-ħsieb li d- Development Planning Act tagħti s-saħħa lill-ministru jew inkella lill- Kabinett sabiex jindaħal fl-applikazzjonijiet.", "Pero' llum qegħdin jindaħlu wkoll fir-rigward tal-konfini.", "Għandna sensiela sħiħa ta' artikli li jikkonfermaw kemm il-politika Nazzjonalista tbiddlet anke fir-rigward tal- pjani lokali.", "Rajna wkoll dak li kien qiegħed jingħad fir-rigward tas- central Malta local plan.", "F'dan il-pjan lokali nsibu hekk:", "\"Potential supply of dwelling units within scheme for the central zone localities is estimated to satisfy the demand to beyond 2010 and therefore there is no need for further land allocation for housing at present.\".", "Sur President, dan huwa x'kienu jgħidu erba' snin ilu.", "Insibu l-istess ħaġa fuq il-Gozo local plan.", "Fil-fatt kien intqal hekk:", "\"It is noted that the potential supply of dwelling units within the development zone is estimated to satisfy the demand to beyond 2012 and therefore there is no need for further land allocation for housing.\".", "Fir-rigward tal-pjan lokali għas-south ta' Malta kien intqal hekk:", "\"There are approximately 4000 permanently vacant properties in the South Malta local plan area which represent some 12.1% of the total dwelling stock.\".", "Imbagħad insibu ċifra ta' kemm suppost għad hemm artijiet vojta f'dawn iż- żoni partikolari.", "Ikompli jgħid li l-istrateġija ewlenija tas-south Malta local plan kienet:", "\"To contain and build development within the limits of the development boundaries and make efficient use of existing undeveloped land within such boundaries.\".", "Ċertament dan juri l-istrateġija tal-gvern anke fir-rigward tal-pjani lokali.", "Allura wieħed bilfors ikollu jistaqsi dwar kif inbidlet id- deċiżjoni tal-gvern Nazzjonalista f'temp ta' ftit xhur sabiex issa ddeċieda li għandu jestendi l-konfini ta' l-iżvilupp.", "Irrid inkompli nikkummenta fuq dak li qalu esponenti u uffiċjali tal-gvern li ċertament ħassew li għandhom isemmgħu leħinhom fir-rigward tad-deċiżjonijiet ta' l-ippjanar.", "Per eżempju, irrid nirriferi għad-diversi artikli li nkitbu mid-direttur ġenerali tal-MEPA fil-gazzetta \"The Times\" dan l-aħħar.", "L-artiklu ntitolat \"Stairway to Heaven\" jindika biċ-ċar - anke minn statistika uffiċjali tal- MEPA stess - kemm l-iżvilupp f'pajjiżna qiegħed jinbidel u anke huwa stess jiddikjara f'dan l-artiklu li l-politika tal-MEPA hija li tipprova kemm jista' jkun tirrestrinġi l-iżvilupp anke f'żoni urbani.", "L-istess ħaġa tista' tingħad fir-rigward tad-deċiżjonijiet li ttieħdu matul dawn l-aħħar xhur.", "Nafu li dan kien l-istess ministru li flimkien mal-Prim Ministru Gonzi, fit-23 ta' April, għamel il-launching tad-dokument li tnieda mill-kummissjoni nazzjonali għall-iżvilupp sostenibbli ntitolat \"Forging a strategy of sustainable development\".", "Fir-realta' dawn id- dokumenti qegħdin jiġu attwati?", "Dawn l-affarijiet qegħdin jittieħdu in konsiderazzjoni?", "Fit-22 ta' April l-Onor.", "George Pullicino reġa' kiteb artiklu ieħor fejn qalilna \"Responsability today, sustainability tomorrow\".", "Allura fid-dawl ta' dan il-kliem sabiħ li kien jingħad, għalfejn illum ħadna deċiżjonijiet li jmorru kontra dan il-konċett?", "Bilfors ikollok tagħmilhom dawn il-mistoqsijiet.", "Jiena rrid inkompli nsemmi d-diversi gabirjoli li għamel il-partit Nazzjonalista b'mod speċjali fil-qasam ta' l- ippjanar u fil-kwestjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-konfini ta' l- iżvilupp.", "Aħna m'għandna xejn kontra l-iżviluppaturi, anzi rridu li jkollna l-iżvilupp fil-pajjiż.", "Barra minn hekk, jekk hemm xi inġustizzji huwa tajjeb li jissewwew.", "Madanakollu hemm mod ta' kif issewwi l- affarijiet u mhux wara 18-il sena sħaħ, tiġi issa u f'temp ta' sitt ġimgħat toħloq pandemonju fil-pajjiż ħalli tipprova ssolvi l-problema kollha!", "Naħseb li kien hemm ukoll żmien biżżejjed sabiex wieħed seta' jindirizza l- problema fil-pjani lokali.", "Fid-diskors tiegħu l-ministru staqsiena x'beħsiebna nagħmlu bħala partit Laburista fuq din il-kwestjoni.", "Jiena ngħidlu li proprju ftit tax-xhur ilu, il-partit Laburista nieda dokument ambjentali li fih hemm sezzjoni sħiħa dwar l-użu ta' l-art u kif beħsiebna nimmaniġġjaw dawn ir-riżorsi naturali b'risq pajjiżna.", "Per eżempju, f'punt 6.5 għidna li:", "\"Ilha tinħass il-ħtieġa li l-pjan ta' struttura jkun rivedut kif jixraq sabiex ikun jirrifletti tassew il-ħteġijiet soċjali, ekonomiċi u ambjentali ta' pajjiżna.", "Pass bħal dan għandu jitqies bħala prijorita' mill-entitajiet kompetenti.", "Ir-reviżjoni ta' pjan ta' struttura jeħtieġ li jkun akkumpanjat minn aġġornament tal-pjanijiet lokali.", "Dan għandu jsir b'kollaborazzjoni kontinwa bejn il-gvern ċentrali, il-kunsilli lokali u l-għaqdiet mhux governattivi.\".", "Fil-punt 6.7 għidna li:", "\"Huwa neċessarju li l-proprjeta' vojta tal-gvern, li ma tkunx utilizzata, tiġi identifikata u possibbilment flimkien mal-privat u ma' l-NGOs jeħtieġ li nagħmlu dak kollu possibbli sabiex proprjeta' bħal din tiġi riabilitata fl-aħjar interess taċ-ċittadin.\".", "Sur President, dawn huma kollha proposti li ttieħdu mid-dokument tagħna u qiegħed jindika biċ-ċar li aħna qegħdin ngħidu li jekk għandu jkun hemm reviżjoni tal-pjani lokali, allura għandna nagħmluhom.", "Jekk għandna nagħmlu reviżjoni tal-pjan ta' struttura, naqbdu u nagħmluha u mhux kull darba niġu hawnhekk nagħmlu reviżjoni żgħira u mbagħad nerġgħu nibqgħu għaddejjin bl-istess pjan ta' struttura li ilu li skada għal numru ta' snin!", "Jekk hemm bżonn nieħdu ċerti deċiżjonijiet, għandna neħduhom.", "Fl- istess waqt m'għandux ikun hemm instabilita'.", "Il-gvern għandu jagħti direzzjoni imma m'għandux jindaħal fil-proċess ta' l-ippjanar innifsu.", "Per eżempju, riċentement fil-kumitat tal-Kamra staqsejna għalfejn iċ-ċifra ta' 2.4% ġiet imnaqqsa għal 2.3% meta suppost li b'dawn il-kriterji kellhom iżidu ż-żona ta' żvilupp.", "Huwa minnu li kien hemm deċiżjonijiet li ċarrtu lil xi artijiet, pero' xtaqt inkun naf jekk kienx hemm xi manuvri sabiex din iċ-ċifra ma tinbidilx u nibqgħu mat-2.4%?", "Fl-opinjoni tiegħi, ċerti żviluppaturi kellhom dritt jaħsbu li - skond dawn il-kriterji - kellhom jiftħulhom l-art għall-iżvilupp.", "Naħseb li dawn indunaw li ġew maqrusa u dan rajnieh ukoll fil-kumitat tal-Kamra, fejn ċerti artijiet li kienu jikkwalifikaw skond il-kriterji li għamel il-gvern stess, tħallew litteralment barra.", "Mid-dehra kien hemm xi ċaqliq min-naħa tal-gvern u rajna kif artijiet li kellhom skopijiet industrijali u mixed uses oħra ġew maqtugħa kompletament ħalli ċ-ċifra ma tittellax aktar minn 2.3%.", "Allura dawk mhux żieda tal-konfini wkoll?", "Per eżempju, rajna kif l- ODZ categories li kien hemm fil-local plans u li kienu meqjusa wkoll bħala estensjoni ta' l-ischemes, ġew maqtugħa kompletament ħalli ma jidhrux maċ- ċifra ewlenija.", "Madanakollu l-iżvilupp hemm qiegħed u dawn huma kollha estensjonijiet.", "Allura x'kienu dawn il-manuvri min-naħa tal-partit Nazzjonalista?", "Dawn għamilnihom sabiex nilagħbu kemm jista' jkun maċ-ċifra ta' 2.4%?", "Sur President, xtaqt inkompli nistaqsi fuq dawn il-kriterji.", "Aħna rajna wkoll il-kriterji u għalhekk xtaqt nistaqsi kif saru u min għamilhom dawn il-kriterji.", "Nisperaw li għallinqas min kien involut fil-kriterji ħa in konsiderazzjoni l-ħtieġa li dan il-proċess ilu għaddej 15-il sena u kien jeħtieġ li jsir bis-serjeta'.", "Mir-rapporti li għandi hawnhekk kien hemm diversi affarijiet li wieħed irid jistaqsi fuqhom.", "Xtaqt nieħu wkoll dan l- ispunt sabiex insemmi daqsxejn kif saru l-kriterji u kif wieħed seta' jinterpretahom jew inkella kif wasal għal ċerti konklużjonijiet li stajna naraw fihom.", "Ċertament li kieku kellna kriterji ġusti għal kulħadd, kont nimmaġina li l-proċess kien ikun aktar wieħed ekwu u ġust u ma joħloqx problemi ta' anomaliji.", "Per eżempju, rajna kif numru ta' artijiet bi skop soċjali lanqas biss ġew ikkonsidrati meta suppost dan il-proċess sar bl- iskop li jiġu maqtugħa dawk l-anomaliji li tant kienu qegħdin ikiddu lil diversi persuni.", "Naturalment wieħed jista' jibqa' jsemmi dawn il-problemi li nħolqu.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Jeffrey Pullicino Orlando, bil-permess ta' l-Onor.", "Galdes.", "ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO: Qiegħed nipprova nsegwi dak li qed jgħid l-Onor.", "Galdes, pero' jkolli nistqarr li ma nistax nifhem xi jrid jgħid.", "Fil-fatt ma nistax nifhem jekk huwiex kontra dawn l-emendi li qegħdin nagħmlu jew inkella huwiex favur li jsiru aktar emendi għal aktar żvilupp fuq area aktar vasta.", "Sinċerament ma nistax nifhem it-train of thought, Sur President.", "ONOR.", "RODERICK GALDES: Sur President, fil-kumitat tal-Kamra ġejna akkużati li aħna ridna nkunu favur l-iżvilupp.", "Aħna xogħolna kien dak li nistaqsu l- mistoqsijiet kif fil-fatt għamilna.", "Għalhekk staqsejna dwar kif ċerti żoni tħallew barra meta skond il-kriterji suppost li kienu jikkwalifikaw ukoll.", "Li jinħolqu anomaliji ġodda f'dan il-proċess m'huwiex ġust fil-konfront ta' dawk li kellhom id-dritt li japplikaw sabiex l-art tagħhom tidħol f'din l- iskema u li tħallew barra.", "Ma naħsibx li b'daqshekk qegħdin infissru li aħna favur l-iżvilupp assolut u li għandna nibnu kullimkien, bħalma qegħdin jipprovaw ipinġu tal-partit Nazzjonalista.", "Aħna qed ngħidu bil-kontra.", "Jekk kien hemm kriterji stabbiliti u kriterji li kienu ġusti għal kulħadd, allura suppost li taw konsiderazzjoni ta' l-artijiet kollha involuti.", "Xtaqt ukoll nagħmel riferenza għar-rapport fuq l-istat ambjentali.", "Naħseb li huwa insensittiv min-naħa tal-gvern li lanqas biss ħa in konsiderazzjoni r-riżultati li nħarġu mir-rapport ta' l-istat ambjentali ftit tax-xhur ilu meta nafu li minn dan ir-rapport li ħareġ il-gvern stess, ħarġu problemi inkwetanti ħafna.", "Fil-fatt jgħidilna li fir-rigward ta' l-ODZ, minkejja li kien hemm il-MEPA, minkejja li kien hemm il-policies u minkejja li l-gvern suppost kien qiegħed jirrestrinġi f'dan ir-rigward, matul dawn l-aħħar snin l-iżvilupp baqa' għaddej xorta waħda f'dawn iż-żoni.", "Għalhekk nixtieq li jkollna ċifra tar-rata ta' żvilupp li seħħet f'din iż-żona partikolari ta' l-outside development zones matul dawn l-aħħar snin.", "Dan ir-rapport qiegħed jindika biss li r-rata ta' żvilupp fil-konfini żdiedet mhux ħażin meta kkomparata mal-permessi li kienu qegħdin jinħarġu minn sena għal sena.", "Xorta jibqa' l-fatt li minkejja li suppost kellna t- temporary provision schemes u minkejja li kellna l-pjan ta' struttura, jidher b'mod ċar li kien hemm żvilupp abbundanti li sar ukoll barra mill- konfini ta' l-iżvilupp.", "X'inhi l-politika tal-gvern dwar dawn iż-żoni u se jkun hemm aktar espansjoni ta' bini f'dawn iż-żoni partikolari wara li issa ntemm dan il-proċess u li allura se naslu sabiex nieħdu d-deċiżjoni dwar dawn il-konfini?", "Dan huwa punt kruċjali u naħseb li l-aktar ħaġa li qiegħda tinkwieta lill-għaqdiet ambjentali u anke lil diversi persuni oħra huwa kif minkejja li ħafna nies investew fil-proprjeta' tagħhom u investew flushom f'ċerti żoni partikalari, xorta għad hemm numru ta' każijiet ta' żvilupp li seħħew barra miż-żona ta' l-iżvilupp.", "Ovvjament dan jista' joħloq problemi mhux biss ambjentali iżda anke ta' natura infrastrutturali.", "Sur President, dan huwa punt importanti u ta' min wieħed jisħaq fuqu.", "Jeħtieġ li nistaqsu lill-ministru dwar kif se tkun il-politika tal-gvern fir-rigward ta' l-infrastruttura meħtieġa għall-iżvilupp li se jseħħ fis- snin li ġejjin f'dawn iż-żoni li qed nestendu.", "M'huwiex biżżejjed li ngħidu li se jkun hemm iż-zoning u li se jkun hemm l-estensjoni tal- konfini, imma wieħed irid jistaqsi wkoll kif se jseħħ iż-zoning fil-pjani lokali.", "Dawn se jittellgħu qabel ma jsir il-proċess tal-pjani lokali ħalli b'hekk tkun tista' tittieħed deċiżjoni minn qabel min-naħa tal-MEPA?", "Naturalment irrid nikkummenta wkoll fuq il-kwestjoni ta' l-indħil fil- proċess ta' l-ippjanar.", "Riċentement konna akkużati li fir-rapport tagħna konna qed ngħidu li se jkun hemm l-indħil politiku fuq il-proċess ta' l- ippjanar.", "Madanakollu ma konniex qed nistennew li ftit tal-jiem wara se jiġi l-istess ministru Nazzjonalista li jiżmantella l-vision statment tal- MEPA u jibqa' jirrombla fuq istituzzjoni partikolari bħal din.", "Naħseb kien insensittiv min-naħa tal-gvern fil-kritika li għamel kontra l- Oppożizzjoni fir-rigward tad-dokument li konna nidejna, meta mbagħad kien l- istess gvern li għamel agħar minna.", "Fil-fatt aħna ma kellniex l- opportunita' li mmexxu dan il-qasam u żgur li ħadd ma kien qed jistenna li wara biss ftit tal-jiem kien se jkun il-Ministru Pullicino li se jiġi kkritikat kemm mill-Oppożizzjoni u kfi ukoll mill-ambjentalisti dwar id- deċiżjoni li ħa f'dan il-konfront.", "Ċertament m'hijiex serjeta' min-naħa tal-gvern li jipprova jirrombla fuq istituzzjonijiet bħal dawn meta nafu li llum irriduċejna istituzzjoni bħalma hija l-MEPA f'ballun politiku.", "Wieħed jawgura li l-affarijiet ma jibqgħux sejrin hekk għaliex hemm diżgwid sħiħ mhux biss fost l-ambjentalisti iżda anke fost in-nies li qed iħossuhom aggravati bil-mod ta' kif qiegħed jaġixxi l-gvern ma' dawn l- istituzzjonijiet.", "Riċentement rajna għaqdiet li kkritikaw lill-gvern f'dan ir-rigward.", "Fil- fatt kellna lil Malta Chamber of Planners fejn fl-istqarrijiet tagħha għar- rigward ta' din id-deċiżjoni qalu li l-gvern mhux biss iddeċieda li jagħmel dan il-proċess iżda li għażel ukoll is-sit minn qabel u ma ħalliex lill- MEPA sabiex toħloq il-miżuri kollha neċessarji ħalli l-proċess seta' jsir b'mod ekwu u ġust għal kulħadd.", "Il-gvern injora l-policies tal-MEPA u injora dak li konna ilna ngħidu għal dawn l-aħħar 20 sena sabiex f'temp ta' ftit ġimgħat, ħalla deċiżjoni rampanti bħal din li tibqa' għaddejja mingħajr ma ħa in konsiderazzjoni dak kollu li kien seħħ f'dawn l-aħħar 20 sena.", "Niftakar li meta twaqqfu l-pjani lokali u beda jsir ix-xogħol tal- pjani lokali kienu nġabu xi konsulenti minn barra u l-Ministru Pullicino kien qalilna li kienet l-Unjoni Ewropea li ħallset lil dawn il-konsulenti.", "Madanakollu dawk il-flus kienu tal-poplu Malti u l-Unjoni Ewropea ma tathomlniex biex noqogħdu nixxalaw bihom imma tathomlna sabiex nipprovaw nużawhom bil-għaqal u b'risq l-ambjent.", "L-Unjoni Ewropea kienet tatna pariri interesanti ħafna ta' kif għandna mmexxu 'l quddiem il-pjani lokali u żgur li ma tatniex il-pariri sabiex nerġgħu nestendu l-iskemi.", "MR SPEAKER: Il-Ministru, on a point of order.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO (Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent): Sur President, fil-kumitat tal-Kamra diġa' kont tajt ir-risposta tiegħi, imma xorta waħda l-Onor.", "Galdes jerġa' jiġi hawnhekk u jgħid li l-MEPA ġabet xi konsulenti barranin bil-flus ta' l-Unjoni Ewropea għall-pjani lokali.", "Dan m'huwiex minnu.", "Il-MEPA ġabet konsulenti barranin mħallsin mill-fondi ta' l-Unjoni Ewropea għall-pjan ta' struttura.", "ONOR.", "RODERICK GALDES: Sur President, jien nerġa' nsostni li x-xogħol fuq il-pjani lokali huwa parti mill-pjan ta' struttura.", "Apparti minn hekk, niftakar sew li kien hemm konsulenti li kienu jaħdmu fil-local plans unit u li ta' dan ix-xogħol kienu jitħallsu l-belli liri.", "Dawn ma kenux jitħallsu bl-istess mod li bih kienu jitħallsu l-uffiċjali Maltin u għal diversi snin baqgħu jaħdmu fl-awtorita'.", "Kellu jkun gvern Laburista li deherlu li konna ħadna esperjenza biżżejjed fl-ippjanar u għalhekk fl-1997 iddeċieda li dawn il-konsulenti jibgħathom lura.", "B'hekk it-tmexxija tal-pjani lokali ngħatat lura lill-professjonisti Maltin.", "Allura l-investiment li sar dak iż-żmien ġie abbandunat illum il-ġurnata?", "Fl-opinjoni tiegħi, huwa proprju dan li ġara.", "Niġu hawnhekk u ngħidu li l-pjan lokali ta' Marsaxlokk ma kienx sew u li ma ħax in konsiderazzjoni l-ħteġijiet tal-konfini ta' l-iżvilupp.", "Intqal ukoll li l-pjan lokali taż-żona tal-Port il-Kbir ma kienx konsistenti bħalma ntqal fir-rigward tal-pjani lokali l-oħra.", "Allura l- ministri Nazzjonalisti ma kenux preżenti u lanqas kienu jafu xi strateġija jrid il-gvern f'dak li għandu x'jaqsam mal-pjani lokali?", "Jiena konvint li kif sar dan il-proċess mhux qiegħed jirrifletti l- ħteġijiet ambjentali ta' pajjiżna u lanqas qiegħed jieħu in konsiderazzjoni b'mod serju l-eżitu tar-rapport fuq l-istat ambjentali li tant ftaħar bih il-Ministru Pullicino f'dawn l-aħħar xhur.", "Barra minn hekk, ikompli jikkonferma l-gabirjoli li qed jagħmel il-partit Nazzjonalista fil-gvern f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-ambjent.", "Dan huwa proċess li ma sarx b'mod ekwu u ġust ma' kulħadd.", "Tant hu hekk li anke minn dak li ħareġ mill- kumitat tal-Kamra, juri li kienu ħafna dawk in-nies li ppretendew li dan il- proċess kien se jsir b'mod miftuħ għal kulħadd u li anke huma kellhom iċ- ċans li jingħataw l-opportunita' li jaġġustaw l-anomaliji li kienu nħolqu f'dawk iż-żminijiet. llum il-ġurnata għad fadal każijiet soċjali ta' familji li għandhom artijiet li sfortunatament f'dan il-proċess lanqas biss ittieħdu in konsiderazzjoni u nemmen ukoll li dan il-proċess huwa biss xkora ta' korruzzjoni oħra li jafu jagħmlu l-partit Nazzjonalista, speċjalment meta nafu li waslu fl-aħħar taż-żmenijiet tagħhom u m'għandhomx aktar x'joffru lil pajjiżna.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Jeffrey Pullicino Orlando.", "ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO: Sur President, illum qegħdin niddiskutu mozzjoni li jekk tiġi approvata se twassal sabiex ikun hemm reviżjoni sħiħa tal-pjan ta' struttura b'tali mod li jiġu inklużi diversi pockets jew żoni li kienu tħallew barra mill-iskemi temporanji ta' żvilupp li kienu ġew introdotti fl-1988 bl-iskop li titrażżan il-firxa ta' żvilupp li kienet karatteristika ewlenija ta' l-aħħar snin tal-leġislatura Laburista.", "Illum il-ġurnata huwa aċċettat minn kulħadd li għal diversi snin il-partit Laburista fil-gvern kien iqassam artijiet pubbliċi bl-addoċċ f'attentat iddisprat biex ikompli jiggranfa mal-poter minħabba l-fatt li kien jaf li qiegħed jiggverna kontra r-rieda tal-maġġoranza tal-poplu.", "Madanakollu ma setax ikun li nibqgħu aktar f'sitwazzjoni temporanja.", "(Interruzzjonijiet) Jiena ma interrompejt lil ħadd u min irid jirrispondini, kulħadd għandu jieħu l-ħin għad-dispożizzjoni tiegħu.", "Onor. Vella, jiena ma nterrompejt lil ħadd.", "MR SPEAKER: Inżommu l-ordni, jekk jogħġobkom.", "ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO: Sur President, hemm min ikkritikana li messna qatt ma ħallejna sitwazzjoni li suppost kienet sempliċement stop gap measure tipperpetwa għal kważi 20 sena sħaħ.", "U hawnhekk naqbel li din kienet inġustizzja fejn miżura temporanja li daħħalna fl-1988 sabiex inrażżnu l-iżvilupp bl-addoċċ li kien qiegħed isir f'dawk iż-żmenijiet nibqgħu nipperpetwawha ad infinitum.", "Nerġa' ngħid li kien hemm min ikkritikana bis-sħiħ mill-kamp ta' l-Oppożizzjoni talli aħna domna daqshekk.", "Naturalment ma kienx proċess faċli dak li wassalna għall-istadju li fih qegħdin illum.", "Kien proċess li minkejja li tkun taf li qed tipprova tkun rett u ġust, taf ukoll li se ssib min jikkritikak.", "Ovvjament ikun hemm min jikkritikak b'mod sinċier għaliex iħoss li qiegħed tonqos u jkun hemm min jikkritikak b'mod opportunistiku għall-fini ta' ftit propaganda rħisa.", "Jekk kien hawn min stenna li d-diversi għaqdiet ambjentali kienu se joħorġu favur dan il-proċess, kien qiegħed jiżbalja u ma kienx qiegħed japprezza s- sentimenti ġenwini li jikkaratterizzaw lil dawn l-istess entitajiet.", "Qatt ma jista' jkun li organizzazzjoni li taħdem sabiex tissalvagwarda l-ambjent tkun favur li aktar art agrikola – li hija limitata - tiġi mnaqqra sabiex tiġi żviluppata.", "Ovvjament meta tkun qed tiggverna trid tipprova ssib bilanċ fin ħafna bejn il-ħarsien ta' l-ambjent prezzjuż u li diġa' huwa sfruttat tagħna u interessi soċjali oħra.", "Mill-kuntatti li kelli ma' każijiet li qed jiġu proposti li jiġu nklużi fil-pjan ta' struttura nħoss li dawn kienu każijiet diffiċli li tkompli tittratjeni sabiex tagħmel il-ħaqq magħhom għaliex b'hekk kont tkompli tippersisti f'inġustizzji li ilhom pendenti għal diversi snin.", "Mill-kuntatt wiesa' li kelli ma' diversi nies li l-artijiet tagħhom ma ġewx inklużi fil-proċess ta' razzjonalizzar, naf ukoll li hemm ħafna minnhom li jħossuhom inġurjati u jħossu li saret inġustizzja fil- konfront tagħhom.", "Sur President, huwa diffiċli li tfiehem lil min ikun li ma stajniex ninkludu lil kulħadd.", "Fil-fatt kien hemm applikazzjonijiet sabiex jiġu inklużi ma' l-għaxar kilometri kwadri fil-proċess li minnhom ġew inklużi biss 1.34 kilometri kwadri.", "Tista' timmaġina kemm ħarġu nies diżappuntati.", "Għalhekk assolutament ma nistax nifhem kif hawn min jipprova jgħid li din kienet xi mossa ddisprata min-naħa tagħna sabiex nirbħu ftit voti.", "Nerġa' ngħid li kien hemm min kien qed jistenna li jiġu inklużi madwar għaxar kilometri kwadri madwar Malta u Għawdex kollu meta aħna spiċċajna ninkludu biss 1.34 kilometru kwadru.", "U allura meta tara dan l-eżerċizzju tinduna li kien biss eżerċizzju sabiex jiġi finalizzat proċess li ilu pendenti madwar 18-il sena.", "Għalhekk jekk għandha ssir il-kritika, trid issir fuq kemm domna sabiex niffinalizzaw dan il-proċess.", "Mal-protesti u l-ilmenti ġustifikabbli għal raġunijiet differenti minn ambjentalisti u ċittadini milqutin b'mod personali, issib ukoll id-dmugħ tal-kukkudrilli mill-kamp ta' l-Oppożizzjoni li f'dan il-każ, bħal f'diversi każijiet oħra, qiegħda turi bl-aktar mod ċar li d-driving force tagħha huwa l-opportuniżmu politiku u mhux il-ġid komuni.", "Dan rajnieh ukoll mid-diskorsi li qed isiru hawnhekk fil-Parlament b'mod partikolari mid-diskors li għadu kif għamel il-ħabib tagħna l-Onor.", "Galdes.", "Fil-fatt rajna Oppożizzjoni li min-naħa tipparteċipa f'dimostrazzjoni organizzata minn entitajiet ambjentali ġenwini kontra dawn l-emendi u mbagħad min-naħa l-oħra, permezz tar-rappreżentanti tagħha, b'mod partikolari l-Onor.", "Galdes u l-Onor.", "Buhagiar li fil-parteċipazzjoni tagħhom fil-kumitat dwar l- ippjanar ta' l-iżvilupp, issuġġerew li għandhom isiru diversi żidiet.", "Dan l-ilment fil-fatt reġa' għamlu l-Onor.", "Galdes waqt id-diskors tiegħu.", "(Interuzzjonijiet)", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Roderick Galdes, on a point of order.", "ONOR.", "RODERICK GALDES: Sur President, aħna ma ssuġġerejniex li jiżdiedu xi artijiet.", "Min-naħa staqsejna biss x'kienu l-kriterji fir-rigward tal- konfini.", "ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO: Sur President, sal-lejla stess issuġġerixxa hekk l-Onor.", "Galdes!", "Naħseb li kulmin semgħu llejla, fehem dak li fhimt jien.", "Jiġifieri l-Onor.", "Galdes qal li hemm diversi pockets ta' art li messhom ġew inklużi.", "Issa jekk fhimtu ħażin qegħdin jifhmuh ħażin l-oħrajn ukoll għaliex dan huwa l-messaġġ li qed nirċievu mill-Onor.", "Galdes u mill-Onor.", "Buhagiar meta kienu qegħdin jitkellmu f'dan il-kumitat.", "Huma tawna x'nifhmu li hemm diversi artijiet oħra li messhom ġew inklużi.", "Dak li fhimna aħna.", "Il-membri ta' l-Oppożizzjoni filli jgħidu ħaġa u filli jgħidu xi ħaġa oħra.", "X'ħin smajt id-diskors tiegħu stħajjiltni qiegħed nisma' lil xi persuna li tbati bl-iskiżofrenija għaliex filli jgħid ħaġa u filli jgħid oħra.", "Filli jitkellem qisu xi paladin ta' l-ambjent u filli jitkellem favur l-iżviluppatur.", "Għalhekk jekk ma fhimnihx mhux tort tagħna imma għaliex wassal messaġġ ambigwu.", "L-Onor.", "Galdes beda l-messaġġ tiegħu mod u spiċċah mod ieħor sabiex mingħalih jitħabbeb ma' kulħadd.", "Dawn l- affarjiet ma jaħdmux.", "Naturalment jista' jgħid li jrid imma żgur li mhux se jidħak bin-nies.", "Sur President, l-Oppożizzjoni, permezz tar-rappreżentanti tagħha, filli vvotat favur li jsir żvilupp f'żoni bħal Tal-Papa f'Birżebbuġa u filli jmorru jwerżqu kontra l-iżvilupp ta' din iż-żona.", "Fil-fatt il-Kap ta' l- Oppożizzjoni għamel kruċjata sħiħa f'dan ir-rigward.", "L-Oppożizzjoni konvenjentement insiet li meta kienet fil-gvern kienet issuġġeriet li area wisq akbar minn din iż-żona tintuża għal social housing u mbagħad f'daqqa waħda għaliex pocket minn dik l-art ġiet inkluża sabiex nirrazzjonalizzaw din iż-żona, qed jgħidu li sar ħażin.", "Qisu sar xi dnub mejjet!", "Dan it-tip ta' opportuniżmu politku seta' rebbaħ l-elezzjoni lill-partit Laburista fl- 1996 imma l-poplu mhux iblah.", "Il-poplu jagħraf lil min jipprova jitmellaħ bih u meta tasal is-siegħa tal-prova jagħraf ukoll jagħmel l-għażliet tiegħu bil-galbu.", "Smajna diversi argumenti mill-Onor.", "Galdes fejn wieħed sabha diffiċli sabiex jieħu xi forma ta' idea.", "Fost l-oħrajn tkellem fuq il-postijiet battala.", "Din l-għajta konvenjentement nisimgħuha minn diversi entitajiet u individwi.", "Allura x'qed jissuġġerixxi l-Onor.", "Galdes?", "Jaf li hawn Malta l- aktar investiment sod – mhux Malta biss imma fid-dinja kollha – huwa fil- proprjeta'?", "Qiegħed", "jissuġġerixxi li forsi dak il-missier li jkun xtara biċċa proprjeta' lil ibnu, niġu aħna u nikkonfiskawhielu?!", "Dawn l-affarijiet kienu jsiru fil- passat.", "Kemm sar abbuż mill-att tar-rekwiżizzjoni mill-partit Laburista!", "Kienu jirrekwiżizzjonaw proprjetajiet minħabba skop soċjali - għaliex finalment dak kien l-iskop tal-liġi tar-rekwiżizzjoni - u mbagħad dawk il- proprjetajiet kienu jispiċċaw każini tal-partit Laburista!", "Dan li jrid l- Onor. Galdes?", "(Interruzzjonijiet) Tridu li l-vacant properties, bl-iskuża li aħna għandna bżonnhom għal skopijiet soċjali, nikkonfiskawhom kif kien isir fil- passat?", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "RODERICK GALDES: Jiena mkien m'għidt dan il-kliem.", "ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO: Allura l-Onor.", "Galdes ma jiftakarx li semma l-kwestjoni tal-postijiet battala?", "Jekk ma jiftakarx veru li ma kienx jaf x'qiegħed jgħid!", "ONOR.", "RODERICK GALDES: Hija parti mill-politika tagħna li ħaddanna fid- dokument ambjentali sabiex dawn nikkonfiskawhom.", "Imbagħad fil-każ ngħidulu x'se nagħmlu!", "ONOR.", "MEMBRU: Mela dan xi sigriet?", "ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO: Sur President, smajna wkoll lill-Onor.", "Galdes jitkellem fuq il-famuż dokument ambjentali li huwa kien wieħed mill- ħafna awturi tiegħu.", "Fil-fatt tinduna li f'dan id-dokument kien hemm diversi persuni involuti fih.", "Jekk dan ma kienx hekk, allura dawk li ħadu sehem fih kienu jbatu minn xi forma ta' skiżofrenija.", "F'dan il-famuż dokument ambjentali l-Onor.", "Galdes jgħid hu stess li kemm jista' jkun għandna nagħlqu l-pjani lokali.", "Il-pjan għall-ambjent tal-partit Laburista jgħid speċifikament li dawn it-tip ta' anomaliji għandhom jingħalqu.", "(Interruzzjonijiet) Ma ndaħħkux nies!", "Jien insostni li l-argument tiegħek huwa tipiku ta' skiżofrenija politika għax għamilt argument nofsu favur l-ambjent u nofsu favur l-iżviluppatur!", "Għidulna xi tridu u tipprovawx tidhru gustużi ma' kulħadd!", "(Interruzzjonijiet) Jien m'iniex se nirtira dak li għidt għaliex kulmin sema' d-diskors tiegħek jista' jgħid li dan huwa minnu.", "Nofs id-diskors għamiltu favur l-ambjent u n-nofs l-ieħor għamiltu favur l-iżviluppatur.", "Inti trid titħabbeb ma' kulħadd?", "Dak id- diskors jien se nibqa' nsostnih.", "Fil-fatt issa qed naraw ukoll Oppożizzjoni li qiegħda tinfexx f'gimmicks, bħal din tal-free votes.", "Qegħdin nisimgħu li l-Oppożizzjoni se tagħti din l-indulġenza speċjali fuq dan il-każ.", "Kont sorpriż ukoll meta jumejn ilu ċempilli ġurnalist tas-Super One sabiex jistaqsini jekk nemminx li għandu jkun hemm free vote fuq din il-kwestjoni min-naħa tal-partit Nazzjonalista.", "Qishom riedu jinkluduni fil-gimmicks tagħhom!", "Ir-risposta tiegħi kienet Ii lili ħadd qatt ma ndaħalli fuq kif għandi nivvota.", "Dan nista' nixhdu jien stess kif jistgħu jixhduh il-fatti li ġraw matul l-aħħar snin.", "Bħala deputat fil-partit Nazzjonalista qatt ma kelli min ipprova jindaħalli fuq kif għandi nivvota f'dan il-Parlament.", "Jiena nħoss li f'dan il-Parlament dejjem irrid inżomm quddiem għajnejja li jien rappreżentant tal-poplu Malti.", "Allura m'għandix bżonn lil min jagħtini l-free vote għaliex il-vot tiegħi dejjem liberu jkun.", "Jiena dejjem se nivvota kif inħoss li għandi nivvota għall-ġid komuni u għall-ġid tal-poplu Malti.", "Finalment jiena qiegħed hawnhekk l-ewwel u qabel kollox bħala rappreżentant tal-poplu Malti u Għawdxi u mhux ta' partit.", "M'għandix bżonn lil min joqgħod jipprova jagħmilha tal-gustuż u joqgħod ixandar li se jagħtini l-free vote.", "Nerġa' ngħid li jien m'għandix bżonn din l- indulġenza għaliex il-vot tiegħi dejjem huwa free.", "Ikolli nistqarr li skantajt meta smajt lil min jipprova jagħmilha tal- bravu u jiżżattat bil-konċett tal-free vote min-naħa tal-partit Laburista.", "Ftakart kif f'aktar minn okkażjoni waħda meta xi deputat min-naħa ta' l- Oppożizzjoni ħass li għandu jmur kontra xi aspett - insinifikanti kemm huwa insinifikanti - tal-partit tiegħu, dan spiċċa politikament distrutt.", "Nista' nsemmi diversi okkażjonijiet fejn dan seħħ u l-aktar ċar huwa dak tat-Tabib Buhagiar li seħħ fl-aħħar leġislatura.", "Lil dan kissruh u raw kif għamlu sabiex ma jerġax jiġi elett.", "Fil-fatt meta ma telax ma' l-ewwel count ipprovaw ikomplu jkissruh billi ċaħdulu l-opportunita' li jċedulu d- distrett ħalli forsi jitla' bil-by-elections.", "(Interruzzjonijiet) Dan kien bniedem li forsi ftit jew wisq dar kontra t-train of thought in ġenerali tal-partit Laburista fuq xi ħaġa verament insinifikanti.", "Imbagħad x'għamlu lis-salvatur ta' Malta?!", "Kemm għajtu li s-salvatur ta' Malta huwa l-Perit Duminku Mintoff!", "X'għamlulu meta dan ipprova jiddefendi d-drittijiet tal-Kottonera?", "Marru fuq ix-xatt tal-Kottonera u bdew jgħajruh traditur.", "L-ewwel kien salvatur u mbagħad sar traditur!", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Nitlob lill-Onor.", "Membri jżommu l-ordni.", "Ikompli l-Onor.", "Pullicino Orlando.", "ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO: Sur President, l-ex-deputat Joe Abela kien tkellem daqsxejn kontra t-train of thought tal-partit Laburista u allura raw kif għamlu sabiex ma jerġax jitla' fil-Parlament.", "Dan ma seħħx fl-elezzjoni li għaddiet imma fl-elezzjoni ta' qabel!", "Jekk xi ħadd jiftaħ daqsxejn ħalqu jkissruh.", "Imbagħad biex indaħħku n-nies noqogħdu noffru l- free vote.", "Il-vot dejjem għandu jkun liberu.", "Issa jekk hawn deputati bħall-Onor.", "Galdes li fil-kumitat jinsistu li għandna nżidu aktar żoni għall-iżvilupp, imissu jkun onest u jumejn oħra jivvota favur l-emendi.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Mizzi, on a point of order.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sur President, fi free vote kull persuna tagħmel id- dikjarazzjoni tagħha.", "Is-Sedja taf li kemm-il darba ngħata free vote u għalhekk il-kollega tiegħi huwa skorrett f'dak li qed jgħid.", "ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO: Sur President, jiena nibqa' insostni li m'għandix bżonn ta' free votes u jekk irrid nivvota kontra xi ħaġa li fil- kuxjenza tiegħi nħoss li m'għandix nivvota favuriha, naqbad u nivvota kontriha.", "M'għandix bżonn lil min jiddikjarali jew jagħtini xi permess speċjali sabiex nivvota.", "U nibqa' insostni dak li qiegħed ngħid.", "Dan l- aħħar rajna wkoll battibekk sħun bejn id-deputata Laburista Marie Louise Coleiro u l-partit Laburista.", "Din spiċċat saħansitra ċċensurata u ħasset li kien hemm attentat sfaċċat sabiex l-eżekuttiv tal-partit Laburista jkun imċaħħad mill-verita' kollha fir-rigward tas-sitwazzjoni li qiegħed jiffaċċja pajjiżna fil-konfront tal-pensjonijiet.", "Imbagħad noqogħdu nagħmluha tal-bravi, nagħmluha tad-demokratiċi u nippużaw b'dawn il- gimmicks bħal din il-biċċa xogħol tal-free vote!", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Mizzi, on a point of order..", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sur President, nista' ngħid b'ġurament li din m'hijiex gimmick.", "Jien għandi free vote u li jiġi jgħid li din hija xi gimmick għandu jirtiraha.", "Kulħadd għandu free vote u jiena kont fil-grupp parlamentari li tiegħu s-segretarju u kien hemmhekk li ħadna din id- deċiżjoni.", "Aħna tajna free vote lill-membri kollha.", "MR SPEAKER: Ikompli l-Onor.", "Pullicino Orlando bl-intervent tiegħu.", "ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO: Sur President, jien qatt ma stennejt li xi ħadd se joħroġli b'tali free vote għaliex jien inħossni obbligat li l- ewwel u qabel kollox nivvota favur l-interessi komuni u mhux favur l- interessi tal-partit.", "M'għandix bżonn lil min joqgħod iġebbidni minn imnieħri sabiex qisu jagħtini l-permess.", "Jien dejjem nivvota kif inħoss li għandi nivvota.", "Fil-każ tal-pensjonijiet rajna wkoll li l-oppożizzjoni ħalliet l-ispirtu opportunistiku tal-mexxejja tagħha jmexxiha minn imneħirha u minkejja l- kritika minn kull settur tas-soċjeta' tagħna, l-Oppożizzjoni għamlitha ta' humpty-dumpty sabiex mingħaliha tidher gustuża ma' kulħadd.", "Irrid infakkar lill-Onor.", "Membri f'dak li ġralu l-famuż humpty-dumpty tan-nursery rhyme, fejn dan ipprova joqgħod gallarija fuq il-ħajt u spiċċa waqa' u tfarrak.", "Imbagħad ħadd ma rnexxielu jsewwih u hekk se jiġrilha l-Oppożizzjoni.", "(Interruzzjonijiet) Qiegħed nieħu pjaċir nara lill-Onor.", "Galdes kuntent u nixtieq nerġa' nistaqsih xi ħaġa.", "Għalfejn ma jgħidilniex jekk huwiex favur l-ambjent jew inkella huwiex favur li jiġu inklużi aktar pockets ta' art?", "S'issa għadna ma nafux u se nibqgħu ma nkunux nafu.", "Ħalli ngħid għalfejn.", "L-Onor.", "Galdes fil-kumitat li kien hemm sabiex jiddiskuti dawn l- emendi, seta' ta l-input tiegħu.", "Pero' dan ma tax l-input tiegħu, anzi meta pprova jagħti l-input tiegħu, reġa' rtirah.", "Għalfejn?", "Dan m'għamiltux għaliex bħala partit qegħdin terġgħu tipprovaw bħas-soltu tidhru gustużi ma' kulħadd imma mhux se jirnexxilkom.", "Il-poplu Malti m'huwiex ċuċ.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Ippermettili ftit, Onorevoli, għaliex għandi talba għal point of order.", "Insejjaħ lill-Onor.", "Roderick Galdes.", "ONOR.", "RODERICK GALDES: Sur President, min-naħa tiegħu l-Onor.", "Pullicino Orlando qiegħed jgħid li jiena ssuġġerejt li jidħlu xi pockets ta' artijiet oħra fl-iskemi meta jien kulma għamilt huwa li staqsejt.", "ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO: Sur President, jien nibqa' nsostni li fil- kumitat tal-Kamra l-Onor.", "Galdes issuġġerixxa li jiġu nklużi aktar pockets ta' artijiet u mbagħad dan ma sostnihx aktar.", "Naħseb li dan għamlu għaliex min issuġġerielu li għandu free vote, qallu wkoll sabiex ma jkomplix fuq dik il-vena ħalli jkompli jitħabbeb u jidher gustuż ma' kulħadd!", "F'dawn l- aħħar jiem saru diversi allegazzjonijiet, fosthom dik li aħna konna qegħdin ngħaġġlu.", "Issa din ma nistax nifhimha għaliex dawn l-iskemi ilhom pendenti mill-1988.", "Anzi hawnhekk irrid nagħmel ftit ta' l-awto-kritika fuq il- gvern tiegħi stess billi ngħid li ilna ż-żejjed sabiex naslu fejn wasalna!", "Kien about time li nagħmlu dak li għandna nagħmlu f'ġieħ il-ġustizzja.", "Issa ma jiġux tan-naħa l-oħra jgħidu li huma ma jafux bl-inġustizzji li kien hemm.", "Ma naħsibx li n-naħa tagħna biss taf bl-inġustizzji li kien hemm u li ġew perpetwati għal snin sħaħ minħabba li qgħadna nkarkru saqajna.", "Kien hemm l-inġustizzji li fl-aħħar sewwejnihom.", "Għalhekk jekk għandha ssir il-kritika, għandha ssir fuq kemm domna m'għamilnihom u mhux għaliex għamilnihom.", "Ħarġu wkoll bil-famuża allegazzjoni fejn qalu li aħna konna qegħdin ngħaġġlu minħabba li kien se jasal il-21 ta' Lulju, f'liema data kien se joħroġ il-famuż SEA directive min-naħa ta' l-Unjoni Ewropea.", "Għalhekk sabiex naqbżu dik id-direttiva ridna nippreżentaw l-emendi neċessarji fil-Parlament tagħna qabel il-21 ta' Lulju.", "Ovvjament din kienet gidba totali għaliex il-21 ta' Lulju għadda u għadna qegħdin niddiskutu dawn l-emendi u se jiġu mressqa għall-vot xi jumejn oħra.", "U żgur li ma ġewx imressqa għall-vot qabel il-21 ta' Lulju.", "Sur President, ta' min wieħed jgħid ukoll li l-audit team tas-SEA saħansitra taw raġun lill-MEPA.", "Ta' min ifakkar li l-ġimgħa li għaddiet il- MEPA approvat il-pjanijiet kollha kif inhuma emendati.", "Il-MEPA meta ppreżentat lis-SEA audit team kif ġew emendati l-pjanijiet u spjegat ukoll ir-razzjonarizzar li kien hemm f'pajjiżna, is-SEA audit team taw raġun lill- MEPA f'dan ir-rigward.", "Voldieri dawn il-ħafna allegazzjonijiet saru għal xejn.", "Intqal ukoll li konna qegħdin noqogħdu lura milli nippubblikaw il- benefiċċjarji ta' dawn l-iskemi l-ġodda.", "Fil-fatt din qalha kemm-il darba Dr. Alfred Sant.", "Issa llum jiena nformat li l-Onor.", "Alfred Sant ġie ppreżentat b'hard copy li fih hemm l-ismijiet kollha tal-benefiċċjarji ta' dawn l-artijiet il-ġodda li issa ġew approvati li se jkun hemm l-iżvilupp fuqhom.", "Voldieri din hija gidba oħra li xejjinniha totalment.", "Dawn huma gidbiet li saru waħda wara l-oħra min-naħa ta' l-Oppożizzjoni.", "Ċerti persuni privati ssemmew li bbenefikaw minħabba l-aġġustament kif hawn fl-iskemi u mbagħad ħareġ il-fatt li dawn l-allegazzjonijiet jew kienu frott tal-fantażija jew frott tal-qerq jew inkella kienu kombinazzjoni tat- tnejn.", "Madanakollu fl-aħħar mill-aħħar iż-żejt jitla' f'wiċċ l-ilma u qiegħed joħroġ aktar ċar - partikolarment minħabba l-atteġġjament ta' l- Oppożizzjoni - li dan huwa każ ieħor fost il-ħafna fejn il-gvern kellu jaqbad il-barri minn qrunu ħalli jagħmel id-doveri tiegħu bħala amministratur.", "Dan kellu jagħmlu għall-ġid komuni u kellu jagħmlu minkejja l-intoppi u l-ostakoli kollha li ġew mitfugħin quddiemu.", "Nerġa' nsostni li l-kritika ġenwina li saret minn xi wħud, għandha tiġi aċċettata u meqjusa bħala tali.", "Għall-grazza t'Alla dan il-pajjiż illum huwa ħieles u kulħadd - se naċċenna għall-kelma \"illum\" – jista' jorganizza dimostrazzjoni llum jekk iħoss li għandu jagħmel hekk.", "Illum min irid jikkrtika lill-gvern jista' jikkritikah.", "U jekk xi ħadd irid jagħmel ċerti allegazzjonijiet li forsi xi drabi jkunu xi ftit goffi, jista' jagħmilhom mingħajr ma jkun qiegħed jistieden xi daqqa ta' lembuba f'nofs moħħu kif kien isir fil-passat.", "Kulħadd għandu dritt li jagħmel id-dimostrazzjonijiet li jħoss li għandu jagħmel u jiena nilqa' l-kritika ta' min hu ġenwin.", "Li ma nilqax hija l- kritika opportunista ta' l-Oppożizzjoni li, fl-opinjoni tiegħi, għandha tiġi injorata bħala attentat ieħor iddisprat sabiex jintrebħu xi ftit tal- punti politiċi minn partit li huwa karatterizzat minn assenza totali ta' ideat konkreti f'dak li għandu x'jaqam mat-tmexxija tal-pajjiż.", "L-Oppożizzjoni mingħaliha li se timpressjonana bil-gimmicks u bil-pantomini u hija ħasra li llum il-ġurnata għandna Oppożizzjoni li rriduċiet lilha nnifisha f'dan l-istat miskin.", "Illum il-ġurnata l-partit fl-Oppożizzjoni sar famuż biss għall-gimmicks, għall-pantomini u għax-xeni kif fil-fatt stajna naraw illelja stess.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Evarist Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Sur President, il-kollega li għadu kif tkellem akkuża lill-kollega tiegħi u anke lill-Oppożizzjoni bi skiżofrenija politika għaliex qed nipprovaw – skond hu – ningħoġbu ma' kulħadd.", "Għalhekk qiegħed jgħid li l-partit Laburista qiegħed juri diżordni fil- personalita' politika tiegħu billi qegħdin nipprovaw inżommu ma' pożizzjonijiet differenti jew kontradittorji ma' xulxin.", "Issa safejn naf jien hemm marda aktar serja u gravi mill-iskiżofrenija, li hija l- ischizoid.", "Naħseb li l-gvern Nazzjonalista huwa schizoid politiku għaliex jinsab frammentat u tilef il-kordinazzjoni bejnu u mal-bqija tas-soċjeta'.", "Dan qiegħed ngħidu mhux biex sempliċement noqogħdu nagħmlu l-battibekki u nkejlu l-politika fuq kemm aħna kapaċi ngħajru lil xulxin.", "Sfortunatament hawn sezzjoni tal-poplu li tieħu gost mhux meta nressqu proposti tajbin jew meta nagħmlu l-kritika għal dak li jkun qiegħed isir imma jieħdu gost fuq kemm aħna kapaċi ngħajru lin-naħa l-oħra.", "Naħseb li min qiegħed isegwi dan id-dibattitu, qiegħed jistenna minna xi ħaġa aktar milli sempliċement noqogħdu nagħmlu xi kompetizzjoni tat-tgħajjir kontra xulxin.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Jeffrey Pullicino Orlando, bil-permess ta' l-Onor.", "Bartolo.", "ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO: Sur President, naħseb li l-Onor.", "Bartolo japprezza li jien sempliċement kont qiegħed nagħmel kritika politika u fl- ebda mument ma kont qiegħed nattakka lil xi ħadd b'mod personali.", "L-uniċi attakki personali li smajt u li jiddispjaċini għalihom kienu min-naħa ta' l- Oppożizzjoni.", "ONOR EVARIST BARTOLO: Sur President, jiena xorta naħseb li meta nkunu qegħdin nagħmlu dibattitu ta' dan it-tip, għandna responsabilita' lejn il- poplu li nirrappreżentaw.", "Naħseb li b'lealta' lejn iċ-ċittadini li nirrappreżentaw f'mument fejn qed niddiskutu qasam importanti ħafna għall- futur ta' pajjiżna u", "għall-futur ta' wliedna, il-kwalita' tad-diskussjoni li għandha ssir f'din il-Kamra għandha tkun proprju ċċentrata fuq dan il-qasam tant importanti.", "Wara li lkoll diġa' għandna jdejna mċappsa daqsxejn u wara li diġa' ħassarna ħafna minn dawn il-gżejjer, għandna nistaqsu bis-serjeta' jekk din ir-riżoluzzjoni li għandna quddiemna hijiex se tgħin sabiex tibda tfejjaq din il-ħsara li saret.", "Għandna nistaqsu jekk hijiex se tgħin sabiex din il- ħsara żżidha jew inkella f'partijiet hijiex se tfejjaq mentri f'partijiet oħra hijiex se tħassar.", "Fil-bidu tad-diskors tiegħi għamilt il-kumment tal-frammentazzjoni tal- gvern u tan-nuqqas ta' kordinazzjoni u qabbiltha ma' kondizzjonijiet ta' schizoid.", "Jiena kont wieħed minn dawk li aktar kmieni din is-sena ħadt gost meta ħareġ l-istate of the environment report għas-sena 2005.", "L-aktar li ħadt gost kien bir-rakkommandazzjonijiet li kien fih.", "Bejni u bejn ruħi għidt li jekk aħna se nibdew insegwu x'fih dak l-istate of the environment report li jistudja l-istat ta' l-ambjent f'pajjiżna, fejn hu ħażin ħafna, fejn għamilna passi 'l quddiem u x'passi hemm bżonn jittieħdu sabiex insalvaw aktar is-sitwazzjoni, għallinqas konna se nibdew niċċaqilqu fid- direzzjoni t-tajba.", "Sfortunatament f'pajjiżna l-ispirtu pront qtajnieh biss mill-għana għaliex ħafna mill-policies u deċiżjonijiet jittieħdu b'mod improvizzat u mhux b'mod ippjanat u b'sens ta' direzzjoni.", "Hawnhekk nixtieq infakkar f'waħda mill-konklużjonijiet ta' dan l-istate of the environment report tas-sena 2005 u se nikkwota kelma b'kelma:", "\"Landscape is threatened by increasing built-up area, industrial and coastal development, taller buildings on urban fringes obstructing views of historical centres ....\".", "Sur President, dan ir-rapport jgħid li se tkompli l-pressjoni sabiex aktar mill-gżejjer tagħna jindifnu taħt iżjed bini u se jkomplu jiżdiedu l-bini vojt li għandna f'pajjiżna.", "It-theddida għall-pajesaġġ, għall-ambjent rurali u urban tagħna kif ukoll il-qerda taċ-ċentri storiċi kienet se tikber jekk wieħed ma jeħux il-passi meħtieġa ħalli jibda jwaqqafha u jreġġagħha lura.", "Għalhekk jiena nistaqsi: Ir-riżoluzzjoni li għandna quddiemna kif torbot ma' din il-konklużjoni ta' niket fir-rapport għall- ambjent għas-sena 2005?", "Din se tgħin sabiex insalvaw mill-kampanja li fadlilna?", "Se tgħin biex ittejjeb l-impatt fuq il-pajesaġġ kemm urban u kif ukoll rurali jew se titfagħha iżjed lura?", "Ir-rapport jgħid xi ħaġa li dan il-gvern s'issa għadu ma bediex jagħmel ħlief xi kultant b'ċerti sforzi sporadiċi fid-dokumenti, dik li hemm bżonn ta' pjan ta' żvilupp sostenibbli fl-oqsma differenti li jikkordina flimkien l-użu ta' l-art, il-ġenerazzjoni ta' l-enerġija, is-setturi tat-trasport u tat-turiżmu u kif il-miżuri jistgħu jintisġu flimkien sabiex nagħtu kas l- aspetti soċjali, ambjentali u ekonomiċi.", "Irrid nerġa' nikkwota minn dan ir- rapport innifsu għaliex għandu rabta kompleta u totali ma' dan li qed niddiskutu llum.", "Fil-fatt jitkellem dwar il-bini ta' aktar djar u l-bini ta' aktar żoni.", "Dan ir-rapport jgħid hekk:", "\"Malta will need to map out a sustainable development plan for the energy generation, transport and tourism sectors, as well as develop a basket of measures to address the nexus of social, environmental and economic issues, surrounding house building and housing quality, availability and affordability.\".", "Sur President, meta l-Kabinett ħa d-deċiżjoni li ħa u qed jimponi fuq il- MEPA u fuq istituzzjonijiet oħra li suppost qegħdin hemm bħala strumenti ta' ippjanar, ta kas ta' din ir-rakkommandazzjoni tant importanti fir- rapport għall-istat ambjentali għas-sena 2005?", "Fl-opinjoni tiegħi, ma naħsibx li ta kas.", "Ma jistax ikollna min jikkwota rapport ta' l-audit unit sabiex qisu jagħti ċertifikat lill-gvern li l-affarijiet saru b'mod tajjeb, meta safejn naf jien in-nies li qegħdin f'dan il-unit huma impjegati tal- gvern stess u li jaqgħu taħt l-istess ministeru.", "Allura x'tip ta' moniteraġġ, x'tip ta' imparzjalita' u x'tip ta' indipendenza jista' jkollhom dawn l-impjegati ħalli jgħaddu ċertifikat fuq il-ministeru u l- ministru li huma stess impjegati tiegħu?", "Is-serjeta' żgur li ma titlobx dan.", "It-talba li kien hemm sabiex jibda jsir ippjanar integrat tas-setturi kollha flimkien, jidher li s'issa għadna mingħajru.", "U għalhekk pajjiżna jinsab f'sitwazzjoni diffiċli f'ħafna mill-oqsma differenti tiegħu.", "Min- naħa tiegħi se nsemmi biss il-qasam li nsegwi b'aktar attenzjoni minn oqsma oħra, li huwa l-qasam tat-turiżmu.", "F'dan il-qasam għadna mingħajr pjan strateġiku nazzjonali, kif m'għandniex f'ħafna oqsma differenti.", "Għalhekk imbagħad meta l-gvern jieħu inizjattiva bħal din tidher li hija inizjattiva skonnettjata mill-bżonnijiet tal-pajjiż u mill-aspirazzjonijiet ta' dawk li jixtiequ li pajjiżna jkun ħafna aħjar milli hu, speċjalment meta nafu x'rabta importanti hemm bejn kwestjonijiet u aspetti ambjentali u l-oqsma tas-saħħa.", "Fil-fatt din hija xi ħaġa oħra li tissemma fir-rapport ta' l-istat ambjentali għas-sena 2005; cioe' li għandu jkun hemm aktar apprezzament tar-rabta intima li hemm bejn l-ambjent u s-saħħa.", "Id-deċiżjonijiet fuq kemm se nkomplu nibnu f'dan il-pajjiż, fejn se nkomplu nibnu u x'se nkomplu nibnu mhumiex biss kwestjonijiet ambjentali imma huma wkoll kwestjonijiet ta' saħħa.", "Ħafna mid-deċiżjonijiet kontradittorji li qed jittieħdu huwa proprju wkoll minħabba nuqqas ta' ippjanar integrat fl-oqsma differenti.", "Iċ-ċokon ta' pajjiżna, li joffri ħafna żvantaġġi minħabba l-istess ċokon tiegħu, jagħtina vantaġġ wieħed li aħna ma nużawhx.", "Dan iċ-ċokon suppost li jgħinna sabiex inkunu kapaċi nippjanaw b'mod aktar strateġiku, b'mod aktar komprensiv u b'mod aktar nazzjonali ħalli nikkordinaw policies u inizjattivi f'oqsma differenti.", "Naturalment dan isir wara li jkun hemm konsultazzjoni awtentika, wiesgħa u fonda mas-settur privat, mas-sieħba soċjali u anke mas-soċjeta' ċivili.", "Madanakollu dan il-vantaġġ taċ-ċokon il-gvern preżenti mhux qiegħed jużah għaliex mhux qed isir ippjanar komprensiv, strateġiku u nazzjonali.", "Mhux veru li l-gvern qiegħed jimmobilizza l-enerġiji kollha tiegħu ħalli b'mod iffokat u kordinat jiffaċċa l-isfidi kbar li għandna quddiemna.", "Punt ieħor interessanti li sar mir-rapport ambjentali għas-sena 2005 u li għandu rabta speċifika mar-riżoluzzjoni li qed niddiskutu llum, kien jgħid kemm hemm bżonn ta' investigazzjoni fonda dwar id-dinamika soċjali u ekonomika, dwar il-kontradizzjoni li għandna f'pajjiżna bejn prezzijiet għolja ta' djar, rati għolja ta' bini vojt u kif dan jaffettwa l-miri ta' konservazzjoni.", "Barra minn hekk, jgħid li dan huwa meħtieġ b'mod urġenti.", "Nerġa' ngħid li mkien ma nsibu indikazzjoni fuq kif meta l-gvern ħareġ b'dawn l-estensjonijiet ta' żvilupp ġodda, għamel xi in-depth investigation urgently needed li jirriferi għalih ir-rapport ta' l-ambjent tas-sena 2005.", "Aktar interessanti minn hekk, ir-rapport ta' l-ambjent tas-sena 2005 jitkellem dwar kemm kienet tajba d-deċiżjoni li ttieħdet sabiex jiġu kontenuti ż-żoni ta' żvilupp u b'hekk ikun limitat – fejn il-gvern qed jgħid li b'din ir-riżoluzzjoni jrid jikkoreġi l-inġustizzji tad- deċiżjonijiet li ttieħdu fl-1988 - fejn jista' jinbena u x'nistgħu nsalvaw mill-ambjent tagħna.", "Dan l-istudju jkompli jgħid li anke bil- limitazzjonijiet li saru fl-1988, il-kampanja tagħna għadha mhedda bi żvilupp urban intensiv li qiegħed ikompli jinfirex mat-truf tal- komunitajiet tagħna.", "Isemmi kif issa fis-soċjeta' tagħna hemm iktar ċittadini li saru japprezzaw il-kampanja, li jridu jieħdu gost igawduha billi jagħmlu l-passiġġati fiha u billi jmorru ma' ħbiebhom u mal-familji tagħhom.", "Għalhekk għandha tittieħed l-opportunita' sabiex inħarsuha aħjar u sabiex nimmaniġġjawha aħjar.", "Fid-dawl ta' konklużjoni bħal din, meta r-rapport ta' l-ambjent għas-sena 2005 diġa' qiegħed jgħidilna li l-kampanja tagħna - minkejja l- limitazzjonijiet taż-żoni ta' żvilupp li saru fl-1988 - xorta tinsab mhedda minn intensifikazzjoni ta' żvilupp urban, id-deċiżjoni ta' din ir- riżoluzzjoni li ressaq il-gvern sejra tgħin sabiex innaqqsu t-theddida għall-kampanja tagħna jew inkella se nżiduha?", "Jiena ngħid li se nżiduha għaliex jekk wieħed jara fejn se nkomplu nestendu, isib li se nħassru ħafna mill-ambjent ta' dawn il-gżejjer.", "U mhux imbilli noqogħdu nikkwotaw persentaġġi żgħar sabiex nagħtu l-impressjoni li l-impatt se jkun wieħed minimu.", "Ma tistax tkejjel l-impatt ambjentali sempliċement billi tgħid li l-impatt se jkun 1%, 2% jew 3%.", "Ftit xhur ilu kellna wkoll l-aħbar li meta tismagħha tieħu gost biha, fejn b'inizjattiva tal-Ministeru tat-Turiżmu, tal-Patrimonju Malta u tal-Kamra tal-Periti beda proġett sabiex titfassal politika nazzjonali għall- arkitettura f'pajjiżna u b'hekk jitqajjem l-għarfien dwar kemm huwa importanti l-kwalita' ta' l-ambjent urban li ngħixu fih.", "Wieħed jista' jgħid li sfortunatament qomna tard wisq għal dan il-bżonn.", "Dan il-proġett huwa ispirat mid-dokument tal-Kunsill ta' l-Ewropa fuq l-arkitettura u l- kwalita' tal-ħajja, li ġie ppubblikat ftit aktar minn sentejn ilu u jsemmi kif is-saħħa taċ-ċittadini, kemm is-saħħa fiżika kif ukoll is-saħħa mentali, kemm is-sentimenti tagħhom u kif ukoll il-mod ta' kif jgħixu, għandu ħafna u ħafna x'jaqsam ma' l-ambjent li jgħixu fih; kemm jekk inhuwa urban – u allura kif ikun iddisinjat – kif ukoll jekk hemmx spazju biżżejjed ta' rikreazzjoni fejn iċ-ċittadini jistgħu jistrieħu u jistgħu joħorġu għall-arja.", "Dan għandu x'jaqsam ħafna ma' l-indiċi ta' mard differenti u mal-parteċipazzjoni attiva fis-soċjeta', jiġifieri kif taffettwa s-saħħa tagħhom u kif taffettwa l-produttivita' tagħhom fuq ix- xogħol u l-kwalita' tagħhom anke bħala persuni.", "Sur President, aħna diġa' nisimgħu kummenti minn dawk li jiġu minn barra li jweġġgħuk.", "Meta jiġu ħbieb minn barra u tkun qiegħed tipprova ddawwarhom f'aspetti differenti tal-gżejjer tagħna, malli jinżlu mill-ajruplan ta' spiss tismagħhom jgħidu li l-Malta hija mibnija ħafna.", "U dawn jistaqsuk għalfejn ħallejna lil Malta tinbena daqshekk.", "Għaldaqstant ma nistgħux minn naħa ngħidu li rridu ambjent ta' kwalita' kemm għalina li ngħixu s- sena kollha hawnhekk u kif ukoll għal dawk li jiġu jżuruna xi ftit jiem tas- sena, imbagħad min-naħa l-oħra nkomplu neqirdu mill-ambjent rurali li fadlilna.", "Ma jistax ikun li nkomplu nifirxu iżjed bini u ma jistax ikun li nkomplu nidfnu u nordmu aktar mill-gżejjer tagħna taħt iżjed u iżjed bini.", "F'ħin minnhom l-Onor.", "Pullicino Orlando qal li hija xi ħaġa ovvja li s- settur tal-kostruzzjoni jiġbor fih investiment għoli.", "Madanakollu jiena ngħid li din m'hijiex daqshekk ovvja daqskemm hija f'Malta.", "Jekk wieħed iqabbel l-ammont ta' flus li jintefgħu fil-bini f'pajjiżna ma' dak li jitfgħu pajjiżi oħra, issib li aħna qegħdin ferm aktar ogħla minnhom.", "L- ammont ta' flus li jintefgħu fil-bini f'pajjiżna sabiex jinżammu anke vojta huwa ħafna ogħla minn ta' pajjiżi oħra.", "Waħda mir-raġunijiet ta' din ir-rata għolja hija minħabba l-fatt li f'pajjiżna qiegħda tinħass li attivita' ekonomika oħra mhux qiegħda trendi u l-unika waħda li tinħass li tista' tkun żgura hija dik li tkompli titfa' l-flus tiegħek f'iżjed bini.", "Fl-opinjoni tiegħi, dan qiegħed iħalli impatt negattiv kemm fuq l-ekonomija tagħna kif ukoll fuq l-ambjent tagħna.", "Naturalment bħalissa jidher li qed joħloq ix-xogħol u jidher li qed joħloq il-ġid, pero' fl-aħħar mill-aħħar xi darba se jkollna nistaqsu għal min tiela' dan il-bini kollu.", "Min se jixtrih?", "Sur President, meta mbagħad tisma' fuq kif qiegħed jinbiegħ u jinxtara ħafna mill-bini, tibda tinduna li qegħdin ngħixu fl-illużjoni li din il- bużżieqa ta' prosperita' m'hu se tinfaqa' qatt.", "Issa din mhux l-ewwel darba li ntefħet f'pajjiżi oħra u mbagħad infaqgħet u kien hemm min weġġa'.", "Donnu li f'pajjiżna se nibqgħu ngħixu fl-illużjoni li dawk ir-regoli ta' kif tinfaqa' l-bużżieqa ta' l-ispekulazzjoni u tal-prosperita' artifiċjali u falza, qatt ma tista' tiġri fil-każ ta' pajjiżna.", "Għalhekk din il- mistoqsija qatt ma nistaqsuha u naħseb li nkunu qed nagħmlu ħażin li ma nistaqsuhiex.", "Suppost li issa bdiet titfassal il-politika nazzjonali dwar il-wirt arkitettoniku tagħna.", "Sfortunatament naħseb li huwa tard wisq li qed nagħmluh dan, pero' aħjar tard milli qatt.", "Għadna qed nistennew x'se jkun l-impatt veru u effettiv tat-tħaddim ta' din il-politika.", "Ngħid li minn dak iż-żmien li tħabbret din l-inizjattiva żgur li żdied - anke fost il-Kamra tal-Periti - id-diżappunt minħabba l-fatt li minflok qed nagħmlu pass 'il quddiem f'dan il-qasam, aktar qed nagħmlu passi lura.", "Il-Kamra tal-Periti kienet fost dawk li ħarġet tikkritika lill-gvern għall-pass li qed jieħu fejn min-naħa qed ngħidu li se nibdew nagħmlu ippjanar integrat u li se jorbot flimkien l- aspetti kulturali, soċjali, ekonomiċi u ambjentali, imbagħad min-naħa l- oħra qegħdin naqbdu u nħabbru deċiżjonijiet bħal dawn li jħallu effett ħażin fuq dawn l-aspetti kollha mingħajr ma jkun sar tassew studju serju u integrat ta' l-aspetti kollha.", "Pajjiżna għandu fost l-aktar popolazzjoni densa fid-dinja u l-parti urbana ta' pajjiżna hija ogħla minn dik ta' pajjiżi oħra.", "Din tifhimha minħabba ċ- ċokon ta' pajjiżna u minħabba l-użu qawwi li jrid isir mill-istess territorju għal residenzi, postijiet ta' tgawdija, postijiet ta' xogħol u postijiet għall-investiment.", "L-akbar sfida li għandu pajjiżna minħabba ċ- ċokon tiegħu huwa kif minn din ir-roqgħa art se jissodisfa tant talbiet kontradittorji minn aspetti differenti tas-soċjeta' tagħna u kif se nimmaniġġjawha.", "Jekk din l-isfida ma nagħmluhiex b'mod kordinat, b'mod ippjanat u b'mod nazzjonali, se nibqgħu bil-ħsarat li għamilna lill-gżejjer tagħna meta ħallejna lil min hu b'saħħtu jħawwel u jimponi aktar milli rajna kif nimmaniġġjaw u nikkordinaw aħna stess.", "Meta ma tippjanax u ma tużax ir-riżorsi limitati li għandek se ssib li dawn in-nies tal-flus se jħaddmu l-forzi tagħhom u se jużaw il-konnessjonijiet li għandhom sabiex iġibuha żewġ fl-affarijiet li jkunu jridu jagħmlu.", "Naturalment dawn it-tip ta' nies jiġu jaqgħu u jqumu mill-interessi nazzjonali.", "Jiena ngħid li permezz ta' din ir-riżoluzzjoni l-gvern qiegħed aktar iħassar milli jfejjaq dak li għandna nfejqu.", "Nemmen li għandna nwaqqfu l- qerda li qed inkomplu nagħmlu fil-gżejjer tagħna.", "Nerġa' ngħid li dan mhux qed ngħidu minn xi pożizzjoni astratta, romantika, ambjentali jew ideali, imma qiegħed ngħidu għall-ġid tagħna stess.", "Inħoss li l-mod ta' kif ħallejna lil pajjiżna jindifen b'ħafna bini bl-addoċċ u bla gost, qiegħed imarrad lilna li ngħixu hawnhekk is-sena kollha kif ukoll qiegħed ibiegħed minn pajjiżna lil dawk li jiġu jżuruna u li jkunu qed jistennew ambjent differenti minn dak li jsibu ma' wiċċhom.", "Fil-fatt l-impressjoni tagħhom meta jaslu f'pajjiżna hija li qishom neżlin fuq xi lant tax-xogħol għaliex isibu bini minn tarf sa ieħor tal-gżira tagħna.", "Sur President, insibu min beda jitkellem kontra dawn l-affarijiet.", "Fil- fatt anke fl-aħħar ġimgħat rajnihom jagħmlu l-petizzjonijiet u joħorġu fit- toroq sabiex jipprotestaw.", "Ovvjament dawn jidhru li huma numru żgħir għal pajjiż ċkejken bħal tagħna fejn kulħadd jaf lil kulħadd.", "Ilkoll kemm aħna nafu kemm huwa diffiċli sabiex in-nies jidentifikaw ruħhom – allavolja żviluppajna f'dak li għandu x'jaqsam ma' ambjent demokratiku ta' tolleranza - u jitkellmu fuq l-affarijiet li jkunu għaddejjin minnhom.", "Jekk tabilħaqq irridu ngħinu fl-iżvilupp tas-soċjeta' ċivili rridu naraw li dik il-parti tas-soċjeta' li ma tridx tkun għodda ta' l-ebda partit politiku jew ta' l- ebda għaqda ta' negozju, tittieħed ħafna aktar bis-serjeta' waqt il- proċess ta' parteċipazzjoni, konsultazzjoni u tfassil tad-deċiżjonijiet li jittieħdu.", "Personalment inħoss li f'ħafna każijiet s'issa hawn il-liberta' li titkellem iżda min-naħa l-oħra hawn il-liberta' li tiġi injorat.", "Immorru npaċpċu fit-toroq, intaptpu fuq l-ispallejn u noqogħdu ngħidu kemm aħna demokratiċi għaliex inħallu lil min joħroġ jipprotesta fit-toroq imma mbagħad ninjorawhom u ma nagħtux kashom!", "Jekk irridu li s-soċjeta' tagħna ssir iżjed demokratika b'mod matur irridu nagħtu aktar kas ta' dak li jkunu qed jgħidu dawn in-nies.", "Nerġa' ngħid li dik il-parti tas-soċjeta' li tħossha ħielsa mill-manipulazzjoni tal-partiti politiċi jew ta' xi għaqdiet tan-negozju hija xi ħaġa diffiċli fis-soċjeta' tagħna.", "Sfortunatament minħabba ċ-ċokon tagħna huwa diffiċli ħafna li tiżviluppa din is-soċjeta' ċivili u huwa diffiċli ħafna għall-għaqdiet non-governattivi li jsibu l- ispazju tagħhom sabiex jiżviluppaw is-saħħa u l-personalita' tagħhom u jitkellmu.", "Kien interessanti l-kumment li għamel soċjologu Olandiż ftit tax-xhur ilu.", "Dan ilu jistudjana għal dawn l-aħħar 50 sena.", "Fir-rigward ta' l- inizjattivi li ħadu dawk il-persuni li ffirmaw ittra miftuħa lill-gvern sabiex tieqaf il-qerda ta' l-ambjent urban u rurali tagħna ħalli nibdew nieħdu wkoll dawk il-passi meħtieġa sabiex infejqu din il-problema, dan is- soċjologu sejħilha l-aktar inizjattiva sinifikanti li ttieħdet fix-xena politika soċjali Maltija fl-aħħar għaxar snin.", "Dan is-soċjologu jaf li l- kultura dominanti għal ħafna snin f'pajjiżna hija l-kultura tal-ħbieb tal- ħbieb, il-kultura ta' kif min hu b'saħħtu juża l-kuntatti tiegħu sabiex iġibha żewġ mentri ċ-ċittadin iż-żgħir li huwa vulnerabbli jibqa' bla difiża.", "Nerġa' ngħid li jekk irridu li s-soċjeta' tagħna tiżviluppa b'mod matur u nagħtu aktar spazju għall-iżvilupp tas-soċjeta' ċivili m'għandniex inkunu kuntenti biss li jistgħu jsiru d-dimostrazzjonijiet u li jistgħu jinkitbu l-ittri fil-ġurnali imma jridu jkunu involuti bis-serjeta' fil- proċessi ta' konsultazzjoni.", "Madanakollu din mhux qiegħda ssir.", "Il-gvern injora u ma ta assolutament l-ebda kas ta' dak li qed jgħidu l-għaqdiet tas- soċjeta' ċivili f'pajjiżna.", "Sur President, smajna lil min jgħid li d-deċiżjoni li qed jieħu l-gvern sabiex iħalli iżjed bini qiegħed jagħmilha bħala xi miżura ta' ġustizzja soċjali.", "Is-sabiħa hi li fuq il-kalkoli li saru nstab li Malta għandha bżonn ta' 200 unit ta' akkommodazzjoni kull sena.", "Issa fl-aħħar sena kien hemm madwar 9,000 unit ta' akkommodazzjoni approvati u fis-sitt snin ta' qabel kien hemm 6,000 unit ta' akkommodazzjoni kull sena.", "Allura huwa dan li qiegħed iwassal sabiex 23% tal-bini f'pajjiżna jkun vakanti.", "Nerġa' ngħid li fir-rapport ta' l-ambjent għas-sena 2005 saret rakkommandazzjoni dwar il-ħtieġa li dan jiġi analizzat u mifhum ħalli naraw x'nistgħu nagħmlu fuqu.", "Il-gvern minflok ħa dan il-parir qiegħed ikompli jgħarraq is- sitwazzjoni bid-deċiżjoni li ħa.", "Għalhekk ikun interessanti li l-ministru jagħtina ftit ta' l-informazzjoni x'ħin jiġi biex jagħmel l-għeluq ta' din id-diskussjoni fuq meta ġew deċiżi ċerti żoni ta' żvilupp għaliex din l- informazzjoni ħadd għandu ma jaf biha.", "Qiegħed ngħid hekk għaliex hemm elementi ta' kważi insider information u insider trading dwar ċerti żoni ta' żvilupp.", "Madanakollu sabiex nirrispetta l-kunfidenzjalita' ta' minn fejn ġibt dan it- tagħrif, se ngħid biss li ġibtha mingħand kollega parlamentari tan-naħa l- oħra.", "Pero' mhux se ngħid iżjed minn hekk.", "Kien hemm persuna li kellha biċċa art f'Għawdex li ma kienet tiswa xejn minħabba li ma kenitx fiż-żona ta' żvilupp.", "Madanakollu marret persuna oħra fuq dan ir-raġel u qaltlu li kienet lesta tagħtih Lm10,000 ta' dik l-art, allavolja kienet taf li hemmhekk ma jistax jinbena.", "Naturalment dan biegħ dik l-art u issa ġiet tiswa qrib il-Lm0.25 miljun għaliex daħlet fiż-żona ta' l-iżvilupp.", "Allura meta ttieħdu d-deċiżjonijiet - lil hinn mill-ġudizzju ta' jekk kellhiex tidħol jew le din il-biċċa art bħala żona ta' żvilupp ġdid – kemm kienet laħqet iċċirkolat l-informazzjoni?", "MR SPEAKER: Il-Ministru Pullicino, on a point of order.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Sur President, l-għażla tas-siti li daħlu fiż-żona ta' l-iżvilupp ma sarux mill-gvern imma mill-MEPA.", "Dawn saru abbażi ta' kriterji li ta l-Kabinett u mbagħad il-MEPA għażlet dawk l-artijiet.", "Is-siti l-oħra li ndika l-gvern huma kollha siti li kienu multiple ownership, jiġifieri fejn kellek plots individwali.", "Għalhekk nappella lill-Onor.", "Bartolo sabiex jissostanzja dak li qed jgħid - għandu l-immunita' parlamentari kollha – għaliex inkella jkolli ngħid li qiegħed jitfa' t-tajn sabiex jipprova jħammeġ.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Sur President, dan ma jbiddel xejn minn dak li għidt jien u l-Ministru m'għandux għalfejn jeħodha b'dan il-mod.", "(Interruzzjonijiet) Jekk irid aktar informazzjoni, il-Ministru jista' jistaqsi lil xi backbencher li għandhom fuq in-naħa tagħhom.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Sur President, jien diġa' għidt li l-gvern ta biss il-kriterji u mbagħad l-uffiċjali tal-MEPA nterpretaw dawk il-kriterji.", "Kien hemm min ikkritikana minħabba li l-perjodu kien qasir ħafna.", "It- tweġiba tagħna hi li l-perjodu kien qasir ħalli dak li qed jipprova jalludi għalih l-Onor.", "Bartolo ma jseħħx.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Sur President, jiena ma tantx niddelitta bl-irqaqat ta' l-iStanding Orders, pero' jidhirli li dan li qed iqajjem l-Onor.", "Pullicino huwa aktar point of interruption milli point of order!", "Dan ma jbiddel xejn minn dak li għidt jien għaliex dan il-punt jgħodd kemm jekk id-deċiżjonijiet ta' żoni ħadhom il-gvern u kemm jekk ħadithom il-MEPA.", "Jekk ħadithom il-MEPA, minn meta ħadithom sakemm tħabbru, min kien jaf b'dan it-tagħrif?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Sur President, jekk l-Onor.", "Bartolo ma jridx jgħid min tah l-informazzjoni għandu jżomm dik l-informazzjoni għalih.", "Pero' b'rispett lejn din il-Kamra u b'rispett lejn in-nies involuti fil-proċess, għandu jgħid għal liema art qiegħed jirreferi.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Le, ma tarax!", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Sur President, x'jiġifieri jiġi hawnhekk l-Onor.", "Bartolo u jitfa' t-tajn bl-adoċċ!", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: M'iniex se ngħid liema hi l-art!", "Ma tarax li mhux se ngħidlek liema art u lanqas m'hu se nidentifika lil min qalli.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Sur President, mhux sewwa li joqgħod jitfa' t- tajn.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Jien m'iniex qiegħed nitfa' t-tajn imma qiegħed nagħmel mistoqsija.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "GEORGE PULLCINO: Onor. Bartolo, tista' tgħid lili waħdi min qallek dan id-diskors?", "ONRO.", "EVARIST BARTOLO: Kulma nista' ngħidlek huwa sabiex tagħmel l- investigazzjonijiet tiegħek.", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom, no cross-debate.", "L-Onor.", "Bartolo ikompli bid- diskors tiegħu.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Sur President, jien qiegħed ngħid lill-Ministru sabiex jinvestiga dik l-informazzjoni ta' meta kienu qed jittieħdu d- deċiżjonijiet.", "Sakemm ittieħdet id-deċiżjoni u sakemm ħarġet, kemm inferxet dik l-informazzjoni, min kien jaf b'dik l-informazzjoni u jekk kienx hemm każijiet fejn minbarra l-MEPA kien hemm ħaddieħor li sar jaf b'dik l- informazzjoni u għamel użu minn dik l-informazzjoni sabiex jinnegozja fl- artijiet?", "U għalhekk jien qiegħed ngħidlu sabiex jinvestiga.", "Jekk irid jista' jsib il-kollegi min-naħa tiegħu stess li jgħinuh f'din l- informazzjoni.", "Meta l-affarijiet jsiru b'dan il-mod tkun qed issir ħsara mhux biss lis-saħħa u lill-ambjent tagħna imma tkun qed issir ħsara lill- proċess politiku u lill-proċess ta' deċiżjonijiet f'pajjiżna għaliex inkomplu nagħtu l-impressjoni li d-deċiżjonijiet mhux veru qed jittieħdu bil-għaqal u għall-ġid tal-pajjiż imma jittieħdu bis-saħħa ta' min għandu diġa' s-saħħa tal-flus, is-saħħa tar-rabtiet u s-saħħa tal-konnessjonijiet.", "Suppost li l-partit Nazzjonalista fl-aħħar sentejn għamel eżerċizzju sabiex jifhem għaliex beda jitlef mill-appoġġ tiegħu.", "Fil-fatt għandu rapport intern fuq dak li għamel ħażin u li bih weġġa' tant nies.", "Il-votanti tiegħu daru kontrih u fl-elezzjoni ta' Ġunju tas-sena 2004 dan deher biċ- ċar għaliex mis-sena ta' qabel kienu tilfu 50,000 vot.", "Dik il-kummissjoni maħtura mill-partit Nazzjonalista stess għamlet sensiela ta' rakkommandazzjonijiet fuq x'għandu jagħmel il-partit sabiex jerġa' jirpilja u jikkoreġi l-iżbalji li għamel.", "Madanakollu l-gvern għamel bil-maqlub.", "Dik il-kummissjoni qaltilhom li l-aktar ħaġa li weġġgħet lill-votanti Nazzjonalisti u li ġegħluhom jabbandunaw lill-partit Nazzjonalista kien minħabba l-fatt li l-middle class qiegħda tiġi mweġġa' u mkissra b'ħafna taxxi u b'ħafna piżijiet.", "Barra minn hekk, kienet qiegħda tħossha traduta għaliex kienet ġiet imwiegħda ħafna affarijiet li mbagħad saru bil-maqlub.", "B'hekk il-votanti ddeċidew li ma jivvotawx.", "Issa, Sur President, fl-opinjoni tiegħi, ma' dak l-uġigħ, il-partit Nazzjonalista qiegħed iżid weġgħa oħra għaliex ħafna min-nies li qed iqumu kontra l-partit Nazzjonalista fuq din id-deċiżjoni li qed jieħu huma parti minn dik l-istess middle class li qiegħda tweġġa' bit-taxxi, b'miżuri oħra u li qed iħossuhom traduti mill-partit tagħhom.", "Minkejja l-ħafna paroli li jingħad fuq protezzjoni ambjentali u fuq affarijiet oħra, dan il-gvern qiegħed jittradixxi dak il-ħafna diskors sabiħ li kien għamel qabel.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joe Cassar.", "ONOR.", "JOSEPH CASSAR: Sur President, nixtieq nibda d-diskors tiegħi billi nirriferi għal żewġ okkażjonijiet li fihom ġabuni fuq is-Super One.", "Sfortunatament ġabuni minn ċertu angolu fejn indunajt kemm ħxint dan l- aħħar u għalhekk kelli nibda nagħmel l-eżercizzji.", "Ġabuni fuq l-aħbarijiet tagħhom għaliex fl-10 ta' Ġunju flimkien mal-kollegi tiegħi morna nimmarċjaw favur l-ambjent u mbagħad fit-tieni marċ, li kienet fuq protesta għall-konfini, ma konniex attendejna.", "Għalhekk nixtieq nikkoreġi lil tas- Super One għaliex għamlu żball oħxon.", "Irrid ngħid li fl-10 ta' Ġunju jiena flimkien mal-kollegi tiegħi morna nirrappreżentaw lill-partit Nazzjonalista u ma morniex bħala individwali biss.", "Morna wkoll b'konoxxenza tal-Ministru George Pullicino li konna qegħdin nitkellmu miegħu ġurnata qabel.", "Dakinhar morna nimmarċjaw f'isem partit li huwa favur l-ambjent u f'isem partit li jappoġġja l-programm ta' l-ambjent.", "Fid-diskors tiegħi se nagħti xi spunti li semma l-president tal-kunsill ġenerali, Dr. Victor Scerri, fl- istqarrija li ta fl-10 ta' Ġunju.", "Dan se nagħmlu sabiex nuri li l-partit Nazzjonalista minn dejjem kien partit favur l-ambjent.", "Irrid infakkar li l-partit Nazzjonalista - kif qalet l-istqarrija - kien l- ixprun sabiex l-ambjent jittella' 'l fuq fl-aġenda tal-pajjiż u m'hemm ħadd li jista' jiċħad li f'dawn l-aħħar snin il-gvern Nazzjonalista żied il- kuxjenza tiegħu favur l-ambjent.", "Kien il-partit Nazzjonalista li f'dawn l- aħħar snin beda bil-proġett eko-skola li għen lill-partit iżid l- aspettattivi dwar dan il-qasam u grazzi għall-partit Nazzjonalista f'dan il-pajjiż il-gruppi ambjentali jħossuhom liberi sabiex joħorġu jipprotestaw fit-toroq.", "Il-partit Nazzjonalista kien partit li xpruna u mexxa l-ambjent fuq quddiem.", "Issa xtaqt infakkar ftit affarijiet li l-partit Nazzjonalista għamel favur l-ambjent.", "L-ewwelnett il-partit Nazzjonalista ried li l-miżbliet f'pajjiżna jingħalqu; ried investiment qawwi ta' miljuni ta' liri f'faċilitajiet moderni għall-immaniġġjar ta' l-iskart u ried li jingħata qafas għall-inċentivi għar-riċiklaġġ ta' l-iskart anke mis-settur privat stess.", "Huwa partit li emmen f'bilanċ sostenibbli u ried strutturi fejn il-poter jitneħħa minn idejn il-politiċi u jingħata f'idejn iċ- ċittadin.", "Għalkemm l-Onor.", "Galdes għoġbu jgħidilna li m'għandniex noqogħdu mmorru lura fl-istorja ta' pajjiżna, jien se nerġa' nfakkarha daqsxejn għaliex huwa importanti li ċerti affarijiet ma ninsewhomx.", "Sur President, qabel l-1987 id-deċiżjonijiet fuq il-konfini ta' żvilupp kienu jiġu meħuda minn persuna waħda, li kien il-ministru.", "Illum dawn id- deċiżjonijiet qed jittieħdu mill-Parlament wara li jkunu approvati mill- MEPA.", "(Interruzzjonijiet) Qabel l-1987 id-deċiżjonijiet kienu jittieħdu mingħajr konsultazzjoni ta' ħadd mentri wara l-1987 id-deċiżjonijiet bdew jittieħdu wara żewġ proċessi ta' konsultazzjoni; wieħed waqt il-pjan lokali u t-tieni waqt ir-review parzjali tal-pjan ta' struttura.", "Qabel l-1987 id- deċiżjonijiet kienu jittieħdu wara bibien magħluqa mentri wara l-1987, id- deċiżjonijiet bdew ikunu soġġetti għal skrutinju pubbliku.", "Qabel l-1987 id- deċiżjonijiet kienu jittieħdu bla ebda konsiderazzjoni ta' issues tekniċi mentri wara l-1987, kienu jittieħdu b'input tekniku sostanzjali min- naħa tal-MEPA.", "Qabel l-1987 id-deċiżjonijiet kienu jittieħdu bla ebda riferenza għal konsiderazzjonijiet ambjentali mentri wara l-1987, kien jingħata kont tal- konsiderazzjonijiet ambjentali.", "B'dan l-aġir il-gvern Nazzjonalista wera li ried ineħħi s-saħħa minn idejn il-politiċi u jitfagħha f'idejn iċ-ċittadin.", "Infakkar ukoll li kien il- partit Nazzjonalista fil-gvern li wera li se jibda jintuża żejt b'livell baxx ta' kubrit li jagħmel inqas ħsara lill-ambjent tagħna u kellu l- kuraġġ li jdaħħal dan iż-żejt f'pajjiżna.", "Infakkar ukoll li din il-miżura qiegħda tiġi tiswa lil pajjiżna Lm7 miljun fis-sena.", "Dan huwa partit li jħobb l-ambjent.", "Il-partit Nazzjonalista fil-gvern imbarka fuq proġett ambizzjuż ta' afforestation bi sħab ma' l-NGOs.", "Huwa gvern li meta Malta daħlet fl-Unjoni Ewropea kien jaf li se jkollna konsiderazzjonijiet ambjentali u għalhekk bi sħubija, għollejna l-istandards ambjentali u dan għamilnieh biss għall-ġid tal-poplu Malti.", "Jiena u sħabi fl-10 ta' Ġunju morna nimmarċjaw favur l-ambjent.", "U dan qed ngħidu ħalli nwieġeb għall- mistoqsija li saritli kemm mis-Super One kif ukoll f'din il-Kamra.", "(Interruzzjonijiet)", "Il-ġimgħa li għaddiet ma ħassejtx li kelli nattendi għall-protesta għas- sempliċi raġuni li l-marċ ma kienx favur l-ambjent imma kien kontra l- Ministru Pullicino.", "Għalhekk jien ma ħassejtx li kelli mmur nipprotesta kontra l-kollega tiegħi.", "Peress li llejla ssemmiet il-marda ta' l- iskiżofrenija u anke l-marda ta' l-ischizoid, jien se nsemmi kondizzjoni oħra li hija d-dementia għaliex naħseb li l-partit Laburista qiegħed jinsa li fl-1988, meta l-Onor.", "Michael Falzon kien ipprova jnaqqas il-postijiet mill-konfini ta' dak iż-żmien, kien proprju l-partit Laburista li vvota kontriha.", "(Interruzzjonijiet) Sur President, ma nistax niffoka fuq id- diskors tiegħi għaliex qiegħed niġi kull darba mfixkel mill-Kap ta' l- Oppożizzjoni.", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom, m'hemmx interruzzjonijiet.", "ONOR.", "JOSEPH CASSAR: Sur President, nitlob lis-Sedja sabiex twaqqaf lill- Kap ta' l-Oppożizzjoni mill-għajjat tiegħu ħalli nkun nista' nkompli bid- diskussjoni tiegħi.", "MR SPEAKER: Nerġa' niġbed l-attenzjoni tal-Membri għall-ordni.", "L-Onor.", "Cassar.", "ONOR.", "JOSEPH CASSAR: Sur President, kien il-kuraġġ tal-gvern Nazzjonalista li fl-1988 ħareġ bit-temporary provisions scheme.", "Jiena ngħid li jekk kellu jkun hemm kritika kontra l-gvern kellha tkun minħabba li aħna domna ħafna biex nimxu 'l quddiem minn pjan temporanju għal pjan definittiv.", "F'dak il-każ kien ikollhom raġun biex ibigħu.", "Pero' issa li l-gvern għandu l-kuraġġ li dak il-pjan temporanju jagħmlu pjan definittiv, kont nippretendi li l-partit Laburista se jkun magħna u jgħidilna prosit talli fl-aħħar konna se nagħmlu xi ħaġa definittiva.", "Issa hawnhekk irrid infakkar li l-partit Nazzjonalista fl-1998 f'punt 174 iddikjara li dan l- eżerċizzju għandu jservi sabiex żoni mdawra sew bl-iżvilupp, partikolarment meta l-art m'hijiex tajba għall-biedja, ikunu kkonsidrati għall-iżvilupp.", "Dak iż-żmien fil-programm elettorali l-partit Nazzjonalista kien qal li hemm biċċiet ta' artijiet li tħallew barra mill-iskemi temporanji tal-bini u li b'reviżjoni tal-konfini jistgħu jidħlu ma' l-arja ta' l-iżvilupp.", "Issa ta' min jgħid li l-gvern jirrikonoxxi li hemm żoni biżżejjed fl-iskemi ta' l-iżvilupp imma l-gvern jirrikonoxxi wkoll li huwa importanti li jkun hemm ġustizzja, ekwita', ġid komuni u konsiderazzjonijiet soċjali.", "It- tibdil fil-konfini ta' l-iżvilupp jistgħu jiġu kkonsidrati fuq dawn l-erba' binarji; fuq il-binarju tal-ġustizzja, fuq il-binarju ta' l-ekwita', fuq il- binarju tal-ġid komuni u fuq il-binarju tal-konsiderazzjonijiet soċjali.", "Fl-aħħar mill-aħħar il-kriterji huma importanti għaliex dan huwa gvern li jemmen li dak li sar b'mod temporanju seta' sar b'ċertu għaġġla u issa jrid jiġi rivedut darba għal dejjem.", "Irrid infakkar li dan kien proċess li sar 17-il sena ilu u dan il-proċess li qed isir se jorbot għal għaxar snin.", "Għalhekk wieħed jista' jgħid li fi żmien 30 sena se jkun hemm reviżjoni ta' xi ħaġa li kienet temporanja.", "U allura nixtieq inkun naf x'hemm ħażin f'dan kollu.", "Nixtieq inkun naf għalfejn qegħdin jgħidu li hemm xi ħaġa ħażina f'dak li qed ngħidu.", "Barra minn hekk, nixtieq infakkar li fl-1988, meta l-gvern ipprova jnaqqas iż-żoni ta' żvilupp, il-partit Laburista vvota kontra.", "Allura x'qiegħed jiġri?", "X'inhu l-punt tal-partit Laburista?", "Fuq l- 1988 nistgħu niġu akkużati li qegħdin ngħixu fil-passat imma issa qed ngħixu fl-2006 u nixtieq nagħmel din il-mistoqsija: Fil-kumitat tal- Kamra, liema kienu dawk iż-żoni li l-partit Laburista permezz tar- rappreżentanti tiegħu talab li joħorġu mill-iskemi?", "Sur President, sabiex inkun korrett mort inġib il-minuti tas-sitt laqgħa tal-kumitat permanenti għall-ippjanar ta' l-iżvilupp u mal-minuti ġibt ukoll it-traskrizzjoni.", "Safejn nista' naqra - forsi ma nifhimx tajjeb il- Malti - il-partit Laburista, permezz tar-rappreżentanti tiegħu, talbu għal żieda u mhux għal tnaqqis fiż-żoni ta' l-iżvilupp!", "Allura min hu favur l- ambjent?", "U jekk veru huma favur l-ambjent, liema huma l-postijiet fiż-żoni li huma talbu li jitnaqqsu?", "Kif għidt quddiemi għandi l-minuti tas-sitt laqgħa ta' dan il-kumitat u se nsemmi xi ħaġa minnhom.", "Hawnhekk hawn imniżżel li mappa 7, jiġifieri dik ta' Ħad-Dingli, ġiet approvata unanimament.", "Minn mappa 8 sa mappa 16 ġew approvati unanimament.", "Safejn naf jien il-kelma \"unanimament\" tfisser li ż-żewġ partiti qablu magħhom.", "Naturalment jista' jkun li l-partit Laburista għamel żball u jista' jkun li kien", "hemm lapsus min-naħa tal-partit Laburista, pero' għallinqas jgħidulna li ħadu żball.", "Mela mhux kulħadd jieħu żball!", "Imma mhux sewwa li jgħidulna li dan mhux minnu għaliex kollox huwa dokumentat fil-minuti, liema minuti ġew approvati wkoll.", "Sur President, fil-laqgħa ta' wara l-partit Laburista kellu l-fakulta' kollha li jgħid li dawk il-minuti ma kenux korretti.", "Il-fatt li lanqas ikkoreġewhom juru li huma jaqblu magħhom unanimament.", "Jiġifieri mhux talli ma tawniex idea ta' liema postijiet iridu jnaqqsu, talli hawnhekk għandna l-provi bil-miktub li huma pprovaw iżidu u mhux inaqqsu.", "Imbagħad mingħajr l-ebda mistħija marru fil-marċ tal-Belt li kien favur it-tnaqqis fil- konfini ta' l-iżvilupp meta huma stess ipprovaw iżidu l-konfini.", "B'min tridu tidħku?", "Jien nifhem li l-Oppożizzjoni ġiet hawnhekk u pprovat tfixkel imma r-realta' hi li l-poplu Malti jaf li l-partit Nazzjonalista m'għamilx dan l-eżerċizzju sabiex jirbaħ xi voti.", "Anzi permezz ta' dan l- eżerċizzju l-partit Nazzjonalista tilef il-voti.", "Dan l-aħħar ġew bosta persuni għandi sabiex jagħtuni l-ideat tagħhom fuq ir-reviżjonijiet u nista' ngħid li jekk ġew madwar 50 ruħ, kien hemm persuna waħda biss li qaltli li hija kienet kontra t-tkabbir.", "Il-kumplament kollha pprovaw iżidu iżda l-ebda wieħed minnhom ma żdiedlu xejn.", "Imbagħad tiġu tgħidu li aħna qed nagħmlu dan l-eżerċizzju biex nirbħu l-voti!", "Jekk kien hemm xi ħaġa li l-gvern wera l-kuraġġ tiegħu – bħall-eżerċizzju li għamilna fl-abbozz ta' liġi li emenda l-pensjonijiet - allavolja kien jaf li se jaqlagħha anke min-nies tiegħu, kien proprju b'dawn il-passi li qed jieħu.", "Kif wiegħed, illum il-Ministru Pullicino poġġa fuq il-mejda tal-Kamra u fuq il-website, l-ismijiet ta' dawk li għamlu s-sottomissjonijiet tagħhom.", "(Interruzzjonijiet) X'jiġifieri mhux vera?", "Iċċekkjajt jien stess fuq il- website qabel ma dħalt hawnhekk u sibthom.", "Nitlob lill-Onor.", "Galdes biex jerġa' jmur jiċċekkja għaliex hemm qegħdin.", "Wara dan kollu nixtieq li tindikawlna l-benefiċċjarji tal-partit Nazzjonalista li akkużajtuna bihom.", "B'min tridu tidħku?!", "Issa la qegħdin nitkellmu fuq id-daħk u fuq l- inkonsistenzi nixtieq nagħmel din il-mistoqsija lill-Onor.", "Galdes: Jiena fhimt tajjeb, meta darba minnhom semmejt li l-istate of the environment report għidt li kien eżerċizzju kożmetiku?", "Kont", "għidtha din il-kelma jew inkella fhimtek ħażin?", "ONOR.", "RODERICK GALDES: Le, jien qatt m'għidtha!", "ONOR.", "JOSEPH CASSAR: Mela allura ħadt żball u niskuża ruħi.", "(Interruzzjonijiet) Jekk mhux veru nirtiraha.", "Kelli idea żbaljata.", "ONOR.", "RODERICK GALDES: Onor. Cassar, nixtieq ninformak li jien kont għamilt diskors b'riferenza għall-istqarrija li għamel il-Ministru Pullicino fejn kien iddeskriva l-konklużjonijiet tar-rapport dwar l-istat ambjentali bħala xi ħaġa li aħna m'għandniex għalfejn ninkwetaw mill- ambjent li għandna bħalissa.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "JOSEPH CASSAR: Sur President, jiena għidt li jekk dan m'huwiex minnu, allura nirtira dak li għidt.", "X'nista' nagħmel aktar minn hekk?", "Pero' l-Onor.", "Galdes ma qalx li l-affarijiet li fuqhom ivvota unanimament se jirtirahom.", "Jiena staqsejt mistoqsija biss u niskuża ruħi jekk għidt xi ħaġa li m'hijiex minnha.", "Issa jekk se nitkellmu fuq korrettezza politika nixtieq nistaqsi jekk huwiex minnu dak li qrajt fuq il-Manikata.", "Safejn naf jien fuq il-Manikata l-gvern żied żona verament żgħira imma kien hemm xi ħadd li qal li b'din iż-żona l-Manikata se tikber b'200%.", "Issa forsi l- kalkoli ġeometriċi tiegħi huma ħżiena u jekk inhuwa hekk nirtiraha wkoll.", "(Interruzzjonijiet) Onor. Debono Grech, ma nirtirax kollox!", "Infakkar li aħna qegħdin f'din il-Kamra sabiex nipprovaw nikkonvinċu lill- poplu Malti li fil-mozzjoni li qed iressaq il-gvern m'hemmx xejn ħażin fiha.", "Fil-fatt qegħdin nikkustinjaw fuq 2.3% ta' dak li llum diġa' qiegħed fiż-żona ta' żvilupp.", "Pero' nixtieq infakkar li din l-arja mhux kollha se tkun mibnija għaliex fiha se jkun hemm it-toroq, se jkun hemm art li diġa' hija mibnija, se jkun hemm art tal-gvern u se jkun hemm art li hija maħsuba li tintuża sabiex fuqha jsiru spazji pubbliċi miftuħa.", "Nixtieq infakkar li f'żewġ postijiet li llum qegħdin fil-kostitwenza tiegħi, l-Imtarfa u Ħad- Dingli, hemm ftit mill-bini li huwa diġa' kopert bil-permessi.", "Per eżempju, għal xi raġuni jew oħra l-Imtarfa qatt ma kienet inkluża fil-konfini ta' l-iżvilupp, allavolja kienet żviluppata skond permessi maħruġa.", "Issa l-gvern qed jipproponi li l- Imtarfa għandha tkun inkluża fil-konfini ta' l-iżvilupp.", "L-istess ħaġa jista' jingħad għal numru ta' djar f'Ħad-Dingli.", "Dawn inħarġilhom permess qabel l-1988 u jinsabu eżatt maġenb il-konfini ta' l- iżvilupp.", "Għalhekk ma jagħmilx sens li jitħallew barra miż-żona ta' żvilupp.", "Dan it-tibdil huwa skond il-kriterji u tajjeb li wieħed jinnota li parti mhux żgħira mill-art li se tidħol fil-konfini f'dan il-proċess hija art li diġa' kienet żviluppata bil-permessi meħtieġa.", "Allura anke fuq din l-art qegħdin jikkritikawna?", "Qegħdin tikkritikawna anke li l-Imtarfa tidħol fiż-żona ta' l-iżvilupp?", "Qegħdin tikkritikawna għaliex irridu ndaħħlu dawk id-djar f'Ħad-Dingli fiż-żona ta' l-iżvilupp?", "Nerġa' ngħid li dawn kienu bil-permessi meħtieġa.", "Ta' min ifakkar ukoll x'kienu l-kriterji prinċipali.", "Għal Malta kien hemm kriterju li s-sit irid ikun imiss mal- konfini eżistenti fuq tlieta minn erba' naħat, jew tnejn minn tlieta, skond il-każ, u li l-inklużjoni fil-konfini jirriżulta f'arja żviluppata ta' mhux aktar minn 17,000 metru kwadru.", "Allura ħlief għal xi eċċezzjonijiet li skond il-fehma tiegħi jagħmlu ħafna sens, kien hemm xi ħaġa li hawnhekk nistgħu nikkritikaw f'din is-sitwazzjoni?", "U kemm intqal fuq Għawdex?", "Issa jien m'iniex perit imma jekk fhimt tajjeb dak li qrajt, l-iżvilupp f'Malta kien differenti mill-iżvilupp f'Għawdex.", "U allura minħabba din id- differenza, il-kriterji ta' Għawdex kellhom ikunu differenti.", "Madanakollu anke fuq din ġejna kkritikati.", "Sur President, sfortunatament meta niġu għal dibattitu bħal dan fil- Parlament, qegħdin nipprovaw nippolitiċizzaw kollox.", "Il-fatti huma li fl- 1988 kellna partit li vvota sabiex iżid il-konfini; fl-2006 għandna partit li f'kumitat tal-Kamra vvota unanimament ma' dawn il-konfini u għandna partit li ma talabx li jitnaqqsu l-konfini.", "Barra minn hekk, għandna partit li s'issa ma qalilniex liema huma l-postijiet li jridu jitnaqqsu imma għamel mozzjoni fil-Kamra sabiex iżidu l-postijiet.", "Dan il-partit Laburista li llum qiegħed fl-Oppożizzjoni, qiegħed jipprova jikkonvinċi lill-poplu Malti li huwa l-partit favur l-ambjent.", "Pero' minn dak kollu li għidt jien s'issa u minn dak kollu li qalu sħabi, nixtieq inkun naf kif qiegħed jikkonvinċi lin-nies li huwa partit favur l- ambjent?", "L-unika ħaġa li għamel kienet li attenda għat-tieni - għaliex għall-ewwel morna aħna wkoll għaliex kienet favur l-ambjent – protesta peress li din kienet kontra l-gvern sabiex jitnaqqsu ż-żoni ta'", "l-iżvilupp.", "U dan għamlu meta kien hu stess li ried iżid iż-żoni ta' l- iżvilupp.", "Issa jekk din m'hijiex dikotomija maqsuma fi tnejn – ħalli ma nerġax insemmi mard ma jmorrux jerġgħu jagħmlu xi xahrejn iġibuni fuq it- television – ma nafx x'tista' tgħidilha aktar.", "Hemm bżonn li nkunu serji u naraw verament dak li huwa miktub abjad fuq l-iswed.", "Jien illejla kkwotajt mill-minuti tal-Kamra li ġew approvati wkoll u meta qed ngħid li żiedu u għamlu mozzjoni qiegħed nikkwota mit-transcript ta' laqgħa sitta.", "Għalhekk m'iniex inħawwad fid-diskors tiegħi imma qiegħed nikkwota minn dak li hemm miktub.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joseph Brincat, bil-permess ta' l-Onor.", "Cassar.", "ONOR.", "JOSEPH BRINCAT: Sur President, f'din id-diskussjoni ngħataw ħafna titli li ma naħsibx li huma parlamentari.", "Issemmiet l-iskiżofrenja u d- dementia.", "Għallinqas kont nistenna li jgħidulna li aħna nymphomaniacs ħalli għallinqas inkunu nafu li jkollna xi ħaġa tajba.", "Pero' nerġa' ngħid li, fl-opinjoni tiegħi, dan m'huwiex diskors li jgħodd għal din il-Kamra.", "ONOR JOSEPH CASSAR: Sur President, il-partit Nazzjonalista huwa partit li bil-provi juri li huwa favur l-ambjent u li jħares biss lejn l-interessi nazzjonali.", "Barra minn hekk, dan l-eżerċizzju ta' reviżjoni m'għamlux sabiex jirbaħ il-voti.", "Anzi jekk hemm xi ħaġa li l-partit", "Nazzjonalista għamel b'kuraġġ għaliex ħares lejn in-nazzjon fuq livell ħolistiku - kelma li jużawha ħafna min-naħa ta' l-Oppożizzjoni - u li biha tilef il-voti kien proprju dak li qed niddiskutu llum.", "Għalhekk nistaqsi lill-poplu Malti; Min huwa l-partit favur l-ambjent?", "Ir-risposta hija ċara; huwa l-partit Nazzjonalista.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joe Debono Grech.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Sur President, f'din il-mozzjoni kien hawn min semma l-antik pero' ż-żgħażagħ li hawn fostna żgur li ma jiftakruhx dak iż- żmien.", "Jekk toqgħod issemmi ż-żmien ta' qabel l-1987 u għal kif saru l- affarijiet taħt gvernijiet Nazzjonalisti, ħafna miż-żgħażagħ li hawn fostna lanqas biss jiftakruh għaliex lanqas kienu twieldu.", "Kien hawn min qal li l- partit Laburista kien jagħmel ir-requistions sabiex jagħmilhom każini tiegħu.", "Jien staqsejtu lil sieħbi jekk kienx qed jgħid għall-każin ta' Raħal Ġdid.", "Min-naħa l-oħra nixtieq nistaqsih jekk jafx kif ittieħdet l- istamperija jew il-headquarters tal-partit Nazzjonalista meta kien sar ftehim ma' Hamilton Hill.", "Huwa minnu li l-gvern Laburista ħa l-art dak iż- żmien.", "Fis-snin sebgħin qabel ma tela' fil-gvern il-partit Laburista, kien hemm ministri min-naħa l-oħra, li llum għadhom hawnhekk, li kienu ħarġu jimmarċjaw għaliex il-poplu Malti kien għadu joqgħod fil-kerrejjiet.", "Issa dak iż-żmien sabiex tieħu post b'żewġt ikmamar kont trid tħallas xi Lm500, Lm600 jew Lm800 rigal.", "Dawn l-affarijiet kienu jsiru fis-snin sittin qabel ma tela' gvern Laburista meta l-paga ta' ħaddiem kienet ta' Lm3 u ħames xelini u n-nisa kellhom Lm1 u 17-il xelin, l-aktar l-aktar Lm2.", "Għidli kif seta' ħaddiem dak iż-żmien iħallas rigal bħal dak - taċ- ċavetta kienet - sabiex jieħu post fejn joqgħod?", "Il-gvern Laburista veru ħa l-art imma kien il-gvern ta' l-1955 li bena l-ewwel belt f'Santa Luċija ħalli l-ħaddiem ikollu fejn joqgħod.", "Dakinhar il-gvern kien ħa l-art tal- Knisja sabiex bena belt.", "Illum tmur il-knisja, jagħtuk karta u f'waħda minnhom kien hemm il-parroċċa tax-xahar li kienet il-parroċċa ta' Santa Luċija.", "Issa dawn stħaw iniżżlu fiha li wara l-gwerra l-bini f'Santa Luċija beda jikber.", "X'bini kiber!", "Hemmhekk kollu gvern Laburista bnieh għaliex ħadd ma kellu fejn joqgħod.", "Imbagħad wara li nbniet Santa Luċija, il-Knisja ħasset il-kuxjenza tniggiżha u għalhekk kienet bniet il-flats tar- Rerum Novarum fil-Blata l-Bajda.", "Huwa veru li ħadna l-artijiet.", "Meta tela' l-gvern Laburista fl-1971 il- ħaddiem kien għadu joqgħod fil-kerrejjiet.", "Kien il-gvern Laburista li beda jtella' il-flats u mbagħad beda jtella' d-djar ukoll.", "Wara beda jagħti wkoll il-plots sabiex il-ħaddiem ikollu fejn joqgħod.", "U f'din il-Kamra kienu ġew jgħidu li mhux sewwa li l-partit Laburista qiegħed jibni u jtella' l-flats għaliex kien qiegħed iwaqqa' l-prezz ta' l-art u fuq dan il- partit Laburista kellu gwerra sħiħa.", "Veru li ħadna l-artijiet madwar Malta kollha imma jekk inħarsu lejn Birkirkara, per eżempju, insibu li gvern Laburista tella' erba' housing estates; Ta' Paris, Tal-Qattus, Tal-Laqxija u dik li hemm wara l-knisja.", "Jekk immorru Ħal Qormi nsibu li gvern Laburista bena l-palazzi sabiex il-ħaddiem ikollu fejn joqgħod u nsibu ħames estates.", "F'Għawdex kien beda jtella' l-kunsill u mbagħad kompla l- partit Laburista jtella' l-housing estates ma' Malta kollha.", "Mela ma ħadniex artijiet!", "U kienu jgħajruna talli konna nagħmlu hekk.", "Sur President, kien hemm min semma r-requisitions!", "Imma jekk wara l-gwerra ħadd ma kellu fejn joqgħod, mhux bilfors li l-gvern Laburista ried jagħmel liġi ħalli l-ħaddiem ikollu fejn joqgħod!", "Jekk taqraw ir-rapport li għamel il-partit Nazzjonalista stess sabiex ikun jaf għalfejn tilef l- elezzjoni ssibu li waħda mir-raġunijiet kienet li żamm il-permessi ta' l- artijiet.", "Ħafna nies kienu qed imorru għand il-gvern sabiex joħorġilhom l- permessi.", "Jekk inti ftaħt bieb kulħadd ikun irid idaħħal il-biċċa plot li għandu.", "Ħalli nsemmilkom skandlu li sar f'Għawdex.", "Fil-gżira Għawdxija ingħatat biċċa art - u skond min ikun il-perit – bil-permess ħalli min kien seta' jibni ħalli jiġi sal-konfini.", "L-art l-oħra ma redux jagħtuh il- permess u minflok tawh biċċa ġnien.", "Imbagħad min staqsih kif tawh ġnien biss, dan qallu li dak il-ġnien kien se jagħmlu garaxx aktar 'il quddiem.", "Issa ħalli nitkellmu ftit fuq il-MEPA.", "Jien m'għandix fiduċja fil-MEPA.", "Kif jista' ikollok fiduċja fil-MEPA meta bniedem jitlob permess u jiġi mċaħħad minnu għaliex m'għandux 20 pied meta ħaddieħor seta' jibni fuq art tal-gvern u mbagħad taparsi waħħluh xi ħaġa sabiex ikun jista' jżomm dik l- art?", "Dak l-ammont li ħallas anke jien kont inħallsu.", "Art li tiswa Lm2 miljuni u tagħha ħallas Lm200,000 multa!", "Trid tkun miġnun jekk ma taċċettax.", "Inti sfurzajt lill-MEPA sabiex tagħmel hekk u mela noqogħdu nwaħħlu fl-imgħoddi għaliex kien hemm ministru li kien jagħmel dawn l- affarijiet minn wara l-ħitan!", "Mela nesa l-partit Nazzjonalista li anke huma kellhom ministru li kien jagħmel dawn l-affarijiet minn wara l-ħitan?", "Kien hawn ieħor li qalilna - ma bsarthiex minnu – li l-Professur Buhagiar ma telax fil-Kamra minħabba li kien ivvota kontra tagħna.", "X'għandha x'taqsam?", "Allura Borg Olivier kien ivvota kontra tagħkom meta ltqajtu ġo kantina fis-satra tal-lejl sabiex tneħħuh minn leader?", "Dak qatt ma vvota kontra tagħkom imma xorta waħda neħħejtuh.", "Insejtuh lil Mario Felice?", "Minħabba li darba l-Perit Mintoff kien talbu sabiex jidħol bħala medjatur kontu kissirtuh l-għada!", "L-istess ħaġa lill- Onor. Dalli.", "X'għamlilkom l-Onor.", "Dalli?", "Ġibdilkom l-attenzjoni u qalilkom sabiex toqogħdu attenti u bagħat ittra lill-Kabinett li m'hemmx flus.", "Min-naħa tagħkom bqajtu sakemm kissirtuh.", "Lit-Tabib Josie Muscat insejtuh ukoll?", "Meta ġejna biex niddiskutu r-repubblika u l-Kostituzzjoni, it-Tabib Josie Muscat kien qal li l-mozzjoni li kienet qed titressaq kienet ħrafa u li wara dik il-mozzjoni Alla biss seta' jgħin lill-poplu Malti.", "Jien naqbel ma' dak li qal l-Onor.", "Pullicino Orlando meta qal li aħna nippreżentaw l-ewwel u qabel kollox lill-poplu Malti u mhux lill-partit.", "Mela allura dakinhar, meta l-partit Laburista kellu d-deputati allavolja ma kellux il-voti, konna qegħdin skond il-Kostituzzjoni.", "Fil-fatt din kienet tgħid li s-siġġijiet jgħoddu.", "Sur President, dan l-iżvilupp sar biex jinqdew xi erba' min-nies.", "Fil- fatt fir-rapport tagħkom għidtu li tliftu l-voti għaliex kien hemm min ma nqediex.", "Mhux dawn l-affarijiet għamel il-partit Nazzjonalista!", "Issa se noqogħdu ngħidu li dan il-pjan ilu ġej imma issa għaġġiltuh għaliex hekk kien jaqblilkom.", "Għalkemm l-elezzjoni fadlilha sena u nofs oħra, xorta trid iż-żmien sakemm tilħaq tirranġa u tingrana l-affarijiet.", "Inti ma tistax toħroġ il-permessi llum u lil dak li jkun tgħidlu se noħroġlok il- permessi wara l-elezzjoni.", "Min jista' jitkellem favur l-ambjent?", "Min mar għamel power station sabiex taqdi lil kulħadd u mbagħad lanqas spare parts ma sibna għaliha?", "Li ma kenux dawk it-turbini li kien ġab il-partit Laburista kieku llum Malta kollha fid-dlam qiegħda.", "Tafu li nfaqtu 'l fuq minn Lm29 miljun sabiex għamiltu dik il-power station u issa sibtu li lanqas hija tajba?!", "Dan l-ambjent li ssemmu?", "Tħobbu l-ambjent meta tgħidu li dik l-art m'hijiex tas-saqwi u mbagħad wara tindunaw li hija art saqwi?", "Xi ħadd daħak bil-ministru f'dawn l-affarijiet.", "Min iħobb l-ambjent jeqred dawk is-siġar tal-ħarrub kollha minħabba l-isptar il- ġdid f'Tal-Qroqq?", "Hemmhekk kien hemm bosta siġar tal-ħarrub u kien hemm wied sabiħ li tkisser kollu.", "Pero' meta mbagħad ġejna biex nagħmlu ċ-ċimiterju ta' Birkirkara, il-permess inżamm tliet darbiet; l-ewwel minħabba s-siġar tal-ħarrub, imbagħad qalu li kien ġej qrib in-nies u mbagħad ma nafx x'qalu aktar.", "Issa f'daqqa waħda reġa' qam dan iċ-ċimiterju ta' Birkirkara għaliex daħal wieħed tal-partit Nazzjonalista u allura taparsi jridu jidhru li għamluh huma.", "Imma meta kitbet is-Soċjeta' Don Filippo Borgia sabiex isir ċimiterju f'Birkirkara, ħadd ma ta kas.", "Imma mbagħad bdejna ndaħħlu n-nies min-naħa tal-partit Nazzjonalista ħalli taparsi dan iċ-ċimiterju jkun għamlu l-partit Nazzjonalista!", "Ara dawn l-affarijiet ħadd ma jgħidhom.", "Kien hawn xi ħadd li qal li l-partit Laburista kellu ministru li kien jagħmel l-affarijiet minn wara l-ħitan.", "Allura nsejtuh lil Paulson?", "Insejna kemm kien jiftaħar li l-partit Nazzjonalista għamel l-Imġarr f'Għawdex u mbagħad meta mort jien fil-planning authority fl-1971 kont sibt li m'hemm xejn.", "Meta mort hemmhekk sibt li s-siment li suppost kien imniżżel lanqas biss deher.", "Lanqas kien hemm ġebla waħda mqiegħda u kellu jkun il-partit Laburista biex ilesti x-xogħol.", "Issa ħalliha li llum erġajna kabbarnieh u għidna li se jiswa madwar Lm2 miljun imma ħadd ma jaf kemm se jiġi jiswa.", "Sur President, dawn huma l-affarijiet li jmissna nsemmu u mhux jiġu tan- naħa l-oħra jgħidu li l-gvern Laburista ta' dak iż-żmien ma kienx jaf x'inhu jagħmel.", "Dażgur li konna nafu x'aħna nagħmlu.", "Mela n-naħa l-oħra taf x'inhi tagħmel meta tiġi f'din il-Kamra u tgħidilna li f'ġimgħa trid teħilsu!", "Illum il-ministru kien mitlub jagħti l-ismijiet u issa qed jgħidilna li l-ismijiet ħarġu pubblikament.", "Jien ma jinteressanix jekk l- ismijiet humiex ta' partitarji Nazzjonalisti jew ta' partitarji Laburisti imma li jinteressani huwa li dan huwa skandlu.", "Imbagħad ġie l-Onor.", "Cassar jgħidilna li mar jimmarċja fl-ewwel protesta iżda mbagħad għat-tieni waħda ma marx minħabba li kienet kontra l-ministru.", "Allura jekk kien ħażin l- ewwel darba mhux xorta se tibqa' ħażin fit-tieni?", "Kien hawn membru ieħor li qalilna li lill-Perit Mintoff konna għaddejnieh ġuri.", "Allura dawn se jitkellmu fuq Mintoff!", "Insew kemm kien jgħajtu: \"Sallbu, sallbu!\".", "Sur President, aħna qed ngħidu li din m'hijiex sewwa u li l-ministru għandu jerġa' jirrevediha.", "Fl-aħħar nixtieq ngħid li aħna għandna l-free vote.", "Ħadd m'hu marbut kif jivvota f'din il-mozzjoni u jekk hemm min irid jivvota mal-gvern jew hemm min-naħa tal-gvern li jrid jivvota magħna, kulħadd għandu jitħalla fil-liberta'.", "Jien lin-naħa l-oħra nistaqsihom kemm-il darba l-Kabinett iltaqa' mal-grupp parlamentari qabel ma wasal għal dan?", "Min-naħa tagħna ltqajna 17-il darba.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "KUMITATI PERMANENTI", "MR SPEAKER: L-Onor.", "David Agius.", "ONOR.", "DAVID AGIUS (President tal-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi): Sur President, bil-permess tal-Kamra nirrapporta li l-Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili u l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Liġijiet dwar il-Protezzjoni tal- Konsumatur ġew mgħoddija mill-istess kumitat b'emendi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Insejjaħ lill-Ministru biex, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament tal-Kamra .", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impiegi) : Sur President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal għada t-Tlieta, 25 ta' Lulju 2006, fid-9.00 a.m. b'din l-agenda:", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Intermedjarji fl-Assigurazzjoni - Tielet Qari;", "Riżoluzzjoni dwar tibdil parzjali tal-Pjan ta' Struttura - Kontinwazzjoni;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali (Emenda Nru 2) - Tieni Qari (Kont);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi tal-Liġijiet tal-Pulizija - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Edukazzjoni - Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Liġijiet dwar il-Protezzjoni tal-Konsumatur - Tielet Qari; u", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili - Tielet Qari.", "-----------------------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Kriminali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Reġistru Ċentrali - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Adrian Vassallo.", "ONOR.", "ADRIAN VASSALLO: Sur President, tajjeb jew ħażin u jixtiequ jew ma jixtiequx in-nies, Malta llum hija parti mill-Unjoni Ewropea u rridu noqogħdu għal-liġijiet kollha li joħorġu minnha.", "Ma nistgħux fejn jaqblilna ndaħħlu xi liġi u fejn ma jaqblilniex nagħlqu għajnejna u nħallu kollox għaddej.", "Ladarba qegħdin hemm, irridu noqogħdu għal dak kollu li tgħid l-Unjoni Ewropea.", "Wara kollox fil-gvern illum hemm l-istess partit li ħadem u rnexxielu jbella' lill-poplu Malti li jaqblilna nkunu fl-Unjoni Ewropea.", "Issa qegħdin hemm u ladarba l-gvern stess ried li nidħlu fl- Unjoni Ewropea, irid joqgħod għal-liġijiet tagħha għax wara kollox intrabat li josservahom.", "Sur President, jiena niskanta kif sentejn ilu, qabel ma dħalna fl-Unjoni Ewropea, kellna madwar 2,000 barrani jaħdem f'Malta bil-permess tal-gvern u meta aħna konna ngħidu li jekk nidħlu fl-Unjoni Ewropea konna se nżidu dan l-ammont, kulħadd kien jidħak bina u kienu jgħidulna li ma konniex nafu x'qegħdin ngħidu, li dan ma ġara mkien u li ħadd ma jrid jiġi jaħdem hawn.", "Illum - din mhux jien qed ngħidha imma l-istess gvern b'risposta għal mistoqsija parlamentari li għamilt - hawn ftit inqas minn 8,000 barrani jaħdem f'Malta.", "Jiġifieri f'temp ta' sentejn in-numru ta' barranin mhux talli rdoppja imma talli rdoppja u reġa' rdoppja għax għandna erba' darbiet aktar in-numru ta' barranin li kellna qabel ma dħalna fl-Unjoni Eworpea.", "Ħaġa ta' l-iskantament kif dawn l-affarijiet ħadd ma jgħidhom, Sur President, qisu m'hu qed jiġri xejn.", "Addio għal ħafna affarijiet li kienu jgħidu dwar il-portijiet, ir-regolarizzazzjoni tat-taxis u bosta affarijiet oħra.", "Bil-mod il-mod kollox qed jiġi liberalizzat allavolja kienu jgħidulna li 'l quddiem naraw.", "Ħalli nerġa' nitkellem dwar il-kaċċa, Sur President.", "Veru li l-maġġoranza tal-Maltin huma kontra l-kaċċa u l-insib, speċjalment kontra l-kaċċa tar- rebbiegħa, imma min jifhimha hekk m'hemmx x'tagħmel.", "Tajjeb li wieħed ifakkar li qabel ma dħalna fl-Unjoni Ewropea, gvern Nazzjonalista kien wiegħed li ladarba nissieħbu fl-Unjoni Ewropea kollox kien se jibqa' kif inhu, anzi r-regolamenti dwar il-kaċċa u l-insib kienu se jitjiebu u mhux imorru għall-agħar.", "Issa jien qed ngħid x'qal il-gvern għal elf darba, għax din il-mistoqsija parlamentari elf darba għamiltha biex inkun naf x'se jiġri u kull darba ngħatajt l-istess risposta, li m'hu se jiċċaqlaq xejn u li se jibqa' kollox kif inhu.", "Dan hu li ġie mwiegħed, Sur President.", "Issa jew inwiegħdu jew nigdbu għaliex jekk inti twiegħed xi ħaġa li taf li ma tistax tiġri, tkun qed tigdeb.", "Illum is-sitwazzjoni hi totalment differenti minn kif qalha l-gvern dak iż-żmien.", "Terġa' dak iż-żmien kellna l-uffiċċju ta' l-MIC li kien immexxi minn Simon Busuttil, li lum huwa membru Parlamentari Ewropew.", "Dan qatt qal illi l-gvern qed jigdeb f'din il- ħaġa?", "L-ambaxxatur li kien residenti f'Malta qatt qal li l-gvern qiegħed jgħid il-kuntrarju u li filwaqt li qiegħed iwiegħed li kollox se jibqa' kif inhu, dan m'hu minnu xejn?", "Il-kummissarju għall-ambjent ta' dak iż-żmien jew Verheugen, li ġie hawn u saħansitra tkellem f'din il-Kamra, qatt qalu li l-gvern f'dan il-qasam u f'ħafna affarijiet oħra m'huwiex qed jgħid il- verita'?", "Dawn qablu mal-gvern f'kollox.", "Kulma qal il-gvern għalihom kien ben fatt mentri llum il-pożizzjoni hija totalment differenti.", "Jiena ma naħsibx li din hija irġulija.", "Min forsi llum qiegħed jieħu pjaċir għax mhux is-sena d-dieħla imma ta' wara - għax is-sena d-dieħla tiġi l-elezzjoni u allura l-gvern m'huwiex se jiċċaqlaq żgur - il-kaċċa fir-rebbiegħa tieqaf u l-insib jieqaf ukoll, ngħidlu biex almenu jġib quddiem għajnejh li meta n-nies ivvotaw, kellhom f'moħħhom li l-kaċċa u l-insib se jibqgħu għax hekk kienu ġew imwiegħda.", "Issa f'daqqa waħda inbidel totalment kollox.", "Hemm min jikteb fil-gazzetti u jgħid li l-kaċċaturi jinsabu rrabjati u hemm gazzetti, speċjalment \"The Times\", li dejjem titkellem kontra l-kaċċa u l-insib.", "Ikun hemm diversi ittri u karikaturi biex ipinġu lill-kaċċaturi qishom qegħdin kollha f'sitwazzjoni ħażina.", "Imma ħalli ngħidu l-verita' issa.", "Jien m'iniex qed ngħid li m'hawnx min jabbuża, lanqas qed ngħid li l-kaċċa tar-rebbiegħa hija tajba, m'iniex qed ngħid li l-insib huwa tajjeb, allavolja kulħadd jaf li jien kaċċatur, pero' qed ngħid li l-kaċċaturi u n-nassaba ġew imwiegħda li s-sitwazzjoni se tibqa' kif inhi u m'hu se jinbidel xejn.", "Issa l-Unjoni Ewropea qed tgħidilna li jekk sa l-2007 m'aħniex se nwaqqfu dan l-isport - li ilu jeżisti f'Malta minn dejjem - se ttellagħna l- qorti.", "Tajjeb li wieħed ifakkar ukoll lil min qiegħed jiftaħar u jieħu pjaċir bid-deni ta' ħaddieħor li Franza, per eżempju, tħallas il-multa lill- kaċċaturi tagħha, li jlaħħqu għal madwar 3 miljun persuna.", "Dawn huma nies li jiddefendu d-drittijiet bil-preżenza tagħhom fit-toroq u kullimkien.", "Issa Franza hija waħda mill-founding members, jiġifieri ilha mill-bidu hemmhekk u mhux bħalna dħalna l-bieraħ.", "Minkejja li fi Franza ħadd ma jista' jikkaċċja fir-rebbiegħa u ħadd ma jista' jonsob matul is-sena kollha, il-gvern fehem il-pożizzjoni tagħhom, iħallihom jagħmlu dan l- isport u jħallsilhom il-multi.", "Issa aħna se niġu f'din is-sitwazzjoni jew f'daqqa waħda wara li tiġi l-elezzjoni kulħadd jgħidilna li aħna daqshekk, hard luck u bellgħuhielna?", "Sur President, jien fejn nista' dejjem nosserva l-liġi u ma rridx inkun f'sitwazzjoni fejn niksirha - la ta' Malta, la ta' l-Unjoni Ewropea u lanqas ta' Alla - biex imbagħad min-naħa l-oħra jiġu jgħidulna li nistgħu nkomplu għaddejjin u li se jħallsulna l-multi.", "Ma naħsibx li din lanqas hija fair fuq il-poplu Malti.", "Għaliex il-poplu Malti għandu joqgħod iħallas il-multi għal min ikun qiegħed jikser il-liġi?", "Jekk il-gvern Malti wiegħed li kollox se jibqa' kif inhu u ħadd min-naħa ta' l-Unjoni Ewropea ma nnega dan, nippretendi li l-irġulija tirrikjedi li kollox jibqa' kif inhu.", "Għax bla irġulija - nafu li llum l-irġulija f'Malta nieżla 'l isfel anke skond surveys li saru - x'fiduċja jibqa' f'dan il-pajjiż?", "Illum kulħadd qed jaqta' qalbu minħabba dawn il-ħafna kummiedji, li waħda minhom qegħdin niddiskutuha hawnhekk illum - din m'iniex se nitkellem fuqha għax ovvjament ma nistax - imma ma jistax ikun li nibqgħu sejrin hekk.", "Hawn nuqqas ta' serjeta', ħadd m'hu accountable, kulħadd jagħmel li jrid, kulħadd ardit, ħadd ma jrid jaħdem bl-onesta', min jisraq lil dak u lill- ieħor, korruzzjoni fil-qrati, fil-pulizija, fl-ADT, fil-MEPA u kullimkien!", "Sirna korruzzjoni weħidna!", "Ħadd ma jerfa' responsabbilta' ta' xejn u l- poplu dejjem ibati.", "Jekk nibqgħu sejrin hekk, ħafna se jitilqu minn dan il- pajjiż.", "Jiena naf ħafna li qegħdin jagħmlu hekk, Sur President.", "Kulmin hu edukat, kulmin studja, kulmin jaf jaqra u jikteb se jitlaq minn Malta u kulma se jibqa' huma l-illitterati, l-anzjani - għax m'għandhomx fejn imorru - u l-immigranti illegali li qegħdin jiġu hawn.", "Hekk se jispiċċa dan il-pajiż minn hawn u ftit tas-snin oħra.", "Issa ħalli nkompli fuq suġġett li għandu x'jaqsam ma' dan li qed ngħid għax tan-naħa l-oħra smajnihom jiftaħru kemm huma favur l-ambjent, li jħobbuh u li se jipproteġuh!", "Allura se nerġa' naqbad fuq l-istess ħaġa li qbadt ftit tal-jiem ilu, cioe' fuq is-santwarji ta' l-għasafar, fuq l-areas protetti u fuq l-areas li llum jaqgħu taħt skema ta' l-Unjoni Ewropea, dik li jgħidulha NATURA 2000, li l-gvern stess għażilhom.", "Dawn m'għażilhomx il- partit Laburista u lanqas m'għażlithom l-Unjoni Ewropea.", "Meta sseħibna, l- Unjoni Ewropea talbet lill-gvern jagħtiha lista tas-santwarji ta' l- għasafar li hawn fil-pajjiż, lista ta' l-areas li huma protetti biex hi tkun tista' tgħinna ħalli nkomplu nipproteġuhom u lista ta' areas li jaqgħu taħt l-iskema li għandha l-Unjoni Eworpea li jgħidulha NATURA 2000.", "U l- gvern", "qabad u għażel il-postijiet.", "Jekk wieħed jidħol fl-internet isib lista twila ta' dawn il-postijiet, anzi ngħid li hemm uħud li jmisshom qegħdin hemm u li m'humiex.", "Pero' mbagħad dawn kif se tipproteġihom?", "Għax jew qed tipproteġihom jew m'intix!", "Dan hu l-argument li qed nipprova nġib, Sur President, u mhux sew li noqogħdu ngħidu bħalma kien hemm min kiteb u qal li jien dilettant tal-kaċċa u allura ma nistax nipproteġi l-ambjent!", "Hawnhekk hawn differenza totali.", "Jien qed nitkellem issa fuq law enforcement.", "Il-gvern Malti għażel numru ta' areas - jiġifieri ħadd ma ġie jbellagħhomlu - fosthom Paradise Bay, in-naħa ta' ġewwa tal-Mellieħa fejn illum hemm Popeye's Village, fejn hemm il-cliff side areas kollha ta' Malta, in-naħa ta' Ħaġar Qim, il-Buskett u l-area ta' madwar ir-residenza uffiċjali tal-Prim Ministru u fejn joqgħod il-President fis-sajf ġol-palazz li hemm u areas oħra li jaqgħu taħt is-santwarju ta' l-għasafar, fosthom Ta' Qali u Manoel Island, li erbat ijiem oħra se tinbena wkoll.", "L-unika biċċa art ħadra li baqa' ġewwa l-inner harbour area, in-naħa ta' fejn noqgħod jien, se tispiċċa.", "Issa whether we like it or not, dawn l-areas huma santwarji ta' l- għasafar, huma areas protetti, huma areas li jaqgħu taħt il-protezzjoni ta' l-iskema ta' l-Unjoni Ewropea ta' NATURA 2000 u mhux l-Unjoni Ewropea qaltilna biex nagħżluhom imma għażilnihom aħna.", "Aħna għidnilhom li dawn huma l-areas li aħna se nipproteġu, pero' ġurnata wara l-oħra - dan qed jgħidu l-gvern stess minn domandi parlamentari li għamilt u minn domandi parlamentari oħra li l-ministru ma jridx jirrispondi bis-serjeta' u issa niġi għaliha din ukoll - kważi ta' kuljum, qed inħallu attivitajiet tal- massa, parties kbar, storbju, karozzi deħlin u ħerġin, sal-5.00 a.m. dwal u mużika, fis-santwarji ta' l-għasafar, Sur President!", "Lanqas fl-Afrika ma jsiru dawn l-affarijiet, li jgħidu li huma lura.", "F'dawn l-affarijiet qegħdin iktar 'il quddiem minna żgur.", "Jiġifieri f'santwarju ta' l- għasafar, li hija area protetta tippermetti li jsiru dawn l-attivitajiet?", "Jekk trid tħalli dawn l-attivitajiet isiru, trid tgħid li dawn m'għadhomx santwarji jew inkella tgħid li kaċċa ma tistax issir fih u l-bqija jista' jsir li jrid.", "Jiena m'iniex qed ngħid li għandha ssir il-kaċċa hawnhekk, ħalli ħadd ma jifhimni ħażin, għax la hu santwarju, għandu jintuża bħala santwarju.", "Jiena nemmen li lill-għasfur għandek tagħtih iċ-ċans tiegħu, li dan għandu jkollu fejn jistrieħ u li n-nies li jħobbu l-għasafar għandhom ikollhom fejn imorru jarawhom.", "Jiena m'iniex xi wieħed minn dawk li kull għasfur li nara rrid nisparalu, anzi kważi kważi llum sirt iktar nieħu pjaċir inrabbi għasfur milli mmur għall-kaċċa għax meta tmur għall-kaċċa kważi ma tara xejn.", "Sur President, jiena qed nipprotesta għall-mod kif qed jiġu risposti ċerti domandi.", "Per eżempju, meta lill-Prim Ministru staqsejtu jekk fil- Buskett kellhomx isiru dawn it-tip ta' parties, ir-risposta tiegħu kienet li l-pulizija ma kellha l-ebda talba għal party ġewwa l-Buskett.", "Jiena ma staqsejtux jekk il-pulizija kellhiex talba jew le!", "Hemm jew m'hemmx stabbiliment ġewwa l-Buskett li tista' tgħid kważi ta' kuljum isiru dawn ir- rave parties fih in the open?", "Ir-risposta hija \"iva\".", "Kulma għandek tagħmel, Sur President, int u sejjer lejn id-dar għal Għawdex, tgħaddi mill-Imsida, tittawwal jekk għadx hemm it-truck ħdejn il-monument tal- ħaddiem, għax kuljum ikun hemm, u tara avviż dwar party li jkun se jsir u dan mhux party wieħed, kull ġimgħa jinbidel.", "Kulħadd jorganizza l-parties hemmhekk, anke komunitajiet, li mhux se noqgħod insemmihom għax inkella jgħidu li jiena kontrihom ukoll, parties għall-istudenti, parties għal dak u parties għall-ieħor ġo nofs il-Buskett fil-miftuħ!", "Din hija kontra l- liġi ta' l-Unjoni Ewropea, Sur President.", "F'Manoel Island, per eżempju, li sal-lum għadu santwarju ta' l-għasafar, anke international fashion shows ġieli saru.", "U daqqa ġie jkanta dak, daqqa ġie jkanta l-ieħor, karozzi deħlin, karozzi ħerġin, kulħadd iħawwad u jgerfex u ġieli jtellgħu l-murtali minn hemm ukoll minħabba xi festa.", "Dan huwa santwarju jew le?", "Inkella nneħħuh minn santwarju!", "F'Ta' Qali tajna biċċa art lill-Amerikani għall-ambaxxata, it-trade fair se jibda jsir hemmhekk, hemm il-ground tal-football u hemm in-national park.", "Allura dan żgur li m'huwiex santwarju!", "Għax santwarju qiegħed għall-għasafar biss u għal dawk in-nies li jridu jmorru jgawdu l-għasfur, jidħlu bil-permess ta' min qiegħed jieħu ħsiebhom kif qed isir - kif għandu jkun - fiż-żewġ santwarji veri li għandna llum, dak tas-Simar u dak ta' l-Għadira, li tieħu ħsiebhom il-Birdlife.", "Għaliex il-Birdlife m'hijiex qed titkellem fuq dawn l-affarijiet li qed insemmi jien illum?", "Din tgħid li tħobb l-għasafar u tobgħod il-kaċċaturi, pero' l-għasafar tħobbhom kif jidhrilha hi, donnha l- kaċċa biss hija ħażina u tagħmel il-ħsara!", "Ma jistax ikun li nibqgħu mexjin b'dan il-mod.", "Sur President, jiena llum iddeċidejt li nikteb ittra - għax issa xbajt nistaqsi domandi, nikteb fil-gazzetti u naqla' t-tgħajjir u din mhux se nagħmilha biex nieħu prosit imma għax il-verita' ngħidha u se nibqa' ngħidha - li se npoġġi kopja tagħha fuq il-mejda lal-Kamra, biex navża u niġbed l-attenzjoni tal-kummissarju għall-ambjent fil-Kummissjoni Ewropea biex dak li aħna ma rridux nagħmlu jew ma nistgħux nagħmlu għax hemm ċerti interessi, almenu jekk issa qegħdin fl-Unjoni Ewropea jieħu l-affari f'idejh, jinvestiga u jieħu l-passi kollha li hemm bżonn kontra min m'huwiex qiegħed jerfa' r-responsabbiltajiet li llum dħalna għalihom u li suppost qegħdin nosservaw.", "Nirringrazzjak.", "Sur President, nitlob il-permess tal-Kamra biex inqiegħed dan id-dokument fuq il-mejda tal-Kamra.", "MR SPEAKER: Hawn il-permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "ADRIAN VASSALLO: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' ittra mibgħuta fl-14 ta' Lulju, 2006 lill-Kummissjoni Ewropea dwar il-provvedimenti ta' NATURA 2000.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Roderick Galdes.", "ONOR.", "RODERICK GALDES: Sur President, xtaqt li fil-ftit ħin li fadalli f'dan l-Aġġornament insemmi xi problemi u esiġenzi li hemm fiż-żona tad- distrett elettorali li nikkontesta jien.", "Xtaqt nirriferi partikolarment għal Ħal Qormi u għax-xogħlijiet relatati mal-wied ta' din il-lokalita'.", "Kważi ta' kull sena nagħmel Aġġornament f'dan il-Parlament biex inqajjem il- kuxjenza tal-gvern, speċjalment f'din iż-żona partikolari, meta tajna l- impressjoni li l-problema ta' l-għargħar ġiet solvuta bix-xogħlijiet li saru f'dawn l-aħħar snin, pero' mill-esperjenza tiegħi, anke bħala ex- sindku ta' din il-lokalita', anke issa bħala membru parlamentari u anke minn dak li nisma' min-nies li jgħixu f'din iż-żona, żgur li din il- problema għadha ma ġietx solvuta.", "Għad hemm problemi kbar infrastrutturali, ta' skart li qed jintefa' fil-qalba ta' Wied is-Sewda u anke f'Wied il-Kbir, li ċertament jkompli jxekkel l-proċess ta' l-ilma li jmur lejn il-baħar u żgur li għad hemm uħud mir-residenti li jinsabu fil- periklu f'każ li allaħares qatt jerġa' jseħħ l-għargħar li seħħ fis-snin li", "għaddew.", "Meta jkollna sħana tremenda kif qed tagħmel bħalissa, wieħed jistenna li jkun hemm maltempati qawwija għall-ħabta ta' Settembru.", "Għalhekk nerġa' nappella lill-gvern li s-sajf li qegħdin fih huwa l-mument biex jitkomplew ix-xogħljiet li kien wiegħed lilna l-Qriema f'dawn l-aħħar snin u li sal-lum il-ġurnata għadhom ma sarux, partikolarment fiż-żoni ta' Wied is-Sewda, in-naħa ta' ġewwa, fejn prattikament ma sar l-ebda xogħol ħlief fin-naħa ta' barra tal-wied lejn il-Marsa, pero' għad jonqos ħafna xogħol ta' tindif li suppost kellu jsir min-naħa ta' Ħ'Attard u jibqa' dieħel għall-wied ta' Ħal Qormi, fejn kien hemm l-aktar problemi ta' inblokk ta' ilma li seħħ bejn il-bridges.Nixtieq inqajjem ukoll il-problema tar-residenti ta' Triq il-Kbira, f'Ħal Qormi, b'mod partikolari t-triq li tagħti fejn l-għassa ta' din il-lokalita'.", "Nafu li hemmhekk hemm diversi residenti li qegħdin ibatu b'konsegwenza ta' l-ilma tax-xita li kontinwament jidħlilhom fid-djar għax il-livelli tat-triq kollha jxaqilbu lejn dawn in-naħat.", "Mill-esperjenza u anke minn dak li stajt nifhem hemm bżonn li jsir ċertu xogħol infrastrutturali li l-kunsill lokali ta' Ħal Qormi żgur m'għandux il-mezzi finanzjarji meħtieġa biex jagħmilhom.", "Hemm bżonn li l-ADT jew id-dipartiment inkarigat minn dawn ix-xogħlijiet, jagħti l-assistenza tiegħu sabiex tkun tista' tiġi solvuta din il-problema sabiex ir-residenti ma jibqgħux jħabbtu wiċċhom mal-problema ta' l- għargħar.", "Nieħu spunt minn dan l-Aġġornament ukoll biex insemmi xogħlijiet oħra li kienu mwiegħda lilna mill-awtoritajiet f'dawn l-aħħar snin u li sal-lum il- ġurnata għadhom ma sarux f'Ħal Qormi.", "B'mod partikolari nirriferi għall- proġetti ta' embellishment tar-roundabouts u s-soft areas li kellhom jinbdew diversi snin ilu, partikolarment għall-ħabta ta' l-elezzjoni li għaddiet, fejn kellna diversi wegħdiet anke mid-diretturi ta' l- environmental consortium, li ċertament kien ħa l-inkarigu li dawn ir- roundabouts u dawn is-soft areas jingħataw dehra ġdida, speċjalment f'ċerti żoni partikolari.", "Nifhem li dawn il-proġetti jirrikjedu finanzi kontinwi biex tkun tista' tibqa' għaddej bihom, pero' ħaġa ta' l-iskantament dan l- aħħar dan ix-xogħol infrastrutturali ġdid, dan ix-xogħol ta' embellishment donnu waqaf, jew għax m'hijiex ġejja l-elezzjoni jew minħabba xi raġuni oħra, forsi minħabba raġunijiet finanzjarji.", "Pero' ċertament il-gvern m'huwiex qed jgħin sabiex dawn il-proġetti jibqgħu għaddejjin u allura", "baqgħu ma tlestewx.", "B'mod partikolari niftakar li l-kunsill lokali ta' Ħal Qormi kien ġie mwiegħed li se jsir xogħol ta' embellishment totali fir-roundabout ta' l-Erba' Qaddisin biex din tiġi tixbah il-proġett li sar aktar 'il fuq minnha għall-ħabta ta' l-elezzjoni li għaddiet u nittama li ma jitħalliex iż-żmien li toqrob xi elezzjoni oħra biex nibdew naraw xi xogħol fiha kif ġie mwiegħed lil dawn ir-residenti.", "F'dawn l-aħħar ftit minuti li għandi xtaqt insemmi l-problema ta' diversi għaqdiet sportivi f'Ħal Qormi li sal-lum għad m'għandhomx post fejn jistgħu jipprattikaw l-isport partikolari tagħhom.", "Din il-problema teżisti fil- club tal-ħamiem, li ilu għal diversi snin jiġbor fih numru ta' membri u li kien għamel it-talbiet tiegħu lill-awtoritajiet, anke lill-kunsill lokali, biex isibulu post ċentrali fejn ikun jista' jlaqqa' lill-membri tiegħu ħalli jkunu jistgħu jipprattikaw dan id-delizzju.", "Sal-lum din l-għaqda, flimkien ma' diversi għaqdiet oħra, fosthom il-club tal-basketball ta' Ħal Qormi u oħrajn, għadha qed tfittex kenn min-naħa tal-gvern f'xi post jew abitazzjoni antika li tista' tiġi riabilitata ħalli tkun tista' sservi bħala premises għal dan il-għan.", "Kien hemm pjanijiet għal proġett ta' kumpless sportiv f'inħawi ta' Triq l-Imdina f'Ħal Qormi.", "Il-kunsill lokali għamel ix-xogħol tiegħu f'dawn l-aħħar snin għax applika għall-permessi lill-MEPA u dawn ħarġu.", "Kien hemm sejħa għal offerti imma sfortunatament l-iżviluppaturi privati li kienu interessati li jidħlu għal dan il-proġett qatgħu qalbhom minħabba l- kondizzjonijiet restritti li għamel id-dipartiment ta' l-artijiet fuq dawn l-offerti.", "U ċertament hija ħasra li proġett bħal dan ma jistax jimxi 'l quddiem minħabba dawn ir-restrizzjonijiet.", "Nemmen li kieku dawn ir- restrizzjonijiet jistgħu jiġu emendati żgur li proġett bħal dan jiswa mitqlu deheb anke għal-lokalita' tagħna.", "Jien inħoss li dawn il-bżonnijiet għandhom jiġu indirizzati anke fid-dawl tal-proġett li għaddej bħalissa fuq l-iskola tal-Ħandaq fl-istess lokalita', li ċertament se jkollha diversi faċilitajiet sportivi u nemmen li l-għaqdiet sportivi ta' Ħal Qormi, peress li dan huwa fil-lokal tagħhom stess, għandhom jingħataw prijorita' biex ikunu jistgħu jużaw dawn il-faċilitajiet sportivi huma wkoll, partikolarment il-gymnasium u jekk jsita' jkun ikun hemm il-konċett ta' dual use minn filgħodu sa filgħaxija ta' din l-iskola biex b'hekk il- faċilitajiet sportivi tagħha jkunu jistgħu jintużaw mill-għaqdiet sportivi tal-lokal.", "Jiena konvint li t-talbiet li għandhom iressqu dawn l-għaqdiet sportivi, bħall-club tal-basketball li xtaq li jkollu l-opportunita' li juża l- faċilitajiet u jkompli juża kif ilu juża għal dawn l-aħħar snin, tingħatalu l-opportunita' li jkun jsita' jibqa' jagħmel użu minnha b'nuqqas ta' riżorsi finanzjarji minħabba l-problema ta' finanzi li jkollhom dawn l- għaqdiet.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada, it-Tlieta, 25 ta' Lulju, 2006 fid-9.00 a.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "TESTIJIET TAS-SEWQAN", "20325.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Jista' il-Ministru jgħid x'arranġamenti hemm ma' skejjel tas- sewwieqa biex l-eżamijiet isiru s-Sibt?", "Meta daħal dan l-arranġament u għaliex?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: L-ADT f'Settembru ta' l-2004 kienet irċeviet talba mill-kumitat tas-sezzjoni li tirrappreżenta l-iskejjel tas-sewqan, fi ħdan il-GWU, fejn l-awtorita' intalbet sabiex it-testijiet tal-vetturi jibdew isiru nhar ta' Sibt ukoll, liema talba ġiet milqugħa mill-ewwel u minn dak iż-żmien 'il hawn it-testijiet bdew isiru s-Sibt ukoll.", "Kandidati li jkunu jridu jagħmlu t-test nhar ta' Sibt, jiġu mitluba jħallsu Lm10 żejda sabiex inkopru l-ispejjeż ta' l-overtime ta' l-impjegati ta' l- ADT.", "TRAĠEDJA TA' LEJLET L-EWWEL TAS-SENA", "20327.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'passi ttieħdu wara l-konklużjonijiet ta' l-inkjesta dwar il-mewt ta' tfajla fil-lejl ta' l- Ewwel tas-Sena fil-Belt?", "Meta għalaqha l-inkjesta l-Maġistrat u meta għaddew l-atti għand l-avukat ġenerali?", "ONOR.", "TONIO BORG: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jirriferi għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 18963, peress li l-pożizzjoni għadha l-istess.", "FOND TAS-SOĊJETA' ĊIVILI", "20329.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' il-Ministru jgħid liema huma l-NGOs, korpi", "kostitwiti u individwi li gawdew minn xi forma ta' sussidju mill-fond tas-soċjeta' ċivili bejn l-2005/2006?", "X'ingħataw?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Tagħrif dwar korpi kostitwiti u għaqdiet mhux governattivi li bejn l-2005 u l-2006 gawdew minn xi forma ta` sussidju mill- fond tas-soċjeta` ċivili, huwa dan li ġej:", "* Lm750 lill-association of anaesthesiologists * Lm3,000 lill-association of farmers * Lm450 lill-association of speech language pathologists * Lm1,500 lill-assoċjazzjoni ħwienet Wied il-Għajn * Lm750 lill-Ceratonia foundation * Lm4,000 lill-commission for the church in Malta & Europe * Lm8,000 lill-confederation of Malta trade unions * Lm1,000 lid-dental association of Malta * Lm500 lill-eurolinks foundation * Lm5,500 lill-European movement * Lm2,000 lill-federation of hotels, pensions & catering establishments * Lm2,000 lill-federazzjoni kaċċaturi nassaba konservazzjonisti * Lm500 lill-fondazzjoni Reggie Miller * Lm500 lill-fondazzjoni Temi Zammit * Lm25,000 lill-GWU * Lm500 lill-Genista foundation * Lm1,000 lill-għaqda bdiewa progressivi * Lm1,000 lill-għaqda tal-konsumaturi * Lm3,000 lill-Gozo business chamber * Lm500 lill-hotel and catering international management association * Lm1,000 lill-institute of financial services chartered institute of bankers * Lm1,000 lill-kamra tal-periti * Lm1,000 lill-kunsill studenti universitarji * Lm1,000 lill-chamber of pharmacists * Lm500 lid-dental technologists association * Lm4,000 lill-federation of professional associations * Lm1,000 lill-institute of accountants * Lm3,000 lill-institute of management * Lm1,500 lir-resource centre * Lm500 lir-resuscitation council * Lm500 lit-tourism society * Lm1,000 lill-union of bank employees * Lm750 lill-union of professional psychologists *Lm4,000 lill-union of teachers * Lm500 lill-medecology * Lm2,500 lill-medical association * Lm1,500 lin-national council of women * Lm1,000 lin-national student travel foundation * Lm750 lir-Richmond foundation * Lm500 lis-solidarity overseas service.", "Il-flus ingħataw wara sejħa pubblika lil dawk l-għaqdiet interessati, bl- idea li jkunu jistgħu jiffinanzjaw parti mill-attivitajiet marbuta ma` l- Unjoni Ewropea, bħal fil-każ ta' parteċipazzjoni f'konferenzi.", "Il-proposta ta` kull għaqda ġiet miflija minn kumitat maħtur mill-ministeru.", "Ebda flus ma ngħataw minn dan il-fond lil individwi.", "L-ebda korp din is-sena għadu ma gawda minn xi sussidju mill-fond tas- soċjeta' ċivili.", "KARTUNA S-SAFRA", "20332.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid kemm persuni għandhom il- kartuna s-safra?", "Kemm minnhom huma bejn is-60 u l-75 sena u 'l fuq minn 75 sena?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Fl-20 ta' Lulju, 2006 kien hemm 160,946 kartuna valida schedule V, b'57,833 minnhom fil-każ ta' persuni bejn is-60 u l-75 sena u 25,406 oħra ta' persuni 'l fuq minn 75 sena.", "Ta' min jgħid li hemm min ikollu aktar minn kartuna waħda ta' schedule V, minħabba n-natura tal-mard li jkun isofri minnu.", "LUXOL GROUND", "20336.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jara li jittieħdu l-passi biex tal-Luxol ma jingħatawx permess jużaw l-entratura l-ġdida ġewwa Falaise Road, St Andrews minħabba inkonvenjent għar-residenti ta' l-inħawi?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "LUXOL GROUND", "20338.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid x'ħin suppost jinxtegħlu l- floodlights tal-Luxol ground?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-kunsill għall-isport m'għandu l-ebda involviment fil- ħinijiet ta' l-użu tal-Luxol ground.", "LUXOL GROUND", "20339.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Billi dan l-aħħar ġie inawgurat uffiċjalment il-Luxol ground, jista' il-Ministru jgħid meta nħarġulu l-permessi meħtieġa?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "CYBERSPACE SOLUTIONS", "20340.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 20239 u jgħid jekk il-ministeru, kumpanniji parastatali, korporazzjonijiet jew awtoritajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu, qattx f'dawn l-aħħar ħames snin għamlu użu minn Cyberspace Solutions Ltd jew mill-kumpanniji sussidjarji tagħha Digital Signage Cyberspace Solutions, Wicked Promo jew Cyberspace Medical?", "X'inhu x-xogħol u għal kemm jammonta?", "Ix-xogħol ingħata wara sejħa għal offerti jew b'direct order?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Il-ministeru u l-enti kollha li jaqgħu taħti qatt ma għamlu użu mill-kumpanniji msemmija f'dawn l-aħħar ħames snin.", "CYBERSPACE SOLUTIONS", "20341.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 20236 u jgħid jekk il-ministeru, kumpanniji parastatali, korporazzjonijiet jew awtoritajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu, qattx f'dawn l-aħħar ħames snin għamlu użu minn Cyberspace Solutions Ltd jew mill-kumpanniji sussidjarji tagħha Digital Signage Cyberspace Solutions, Wicked Promo jew Cyberspace Medical?", "X'inhu x-xogħol u għal kemm jammonta?", "Ix-xogħol ingħata wara sejħa għal offerti jew b'direct order?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal- Kamra.", "CYBERSPACE SOLUTIONS", "20342.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 20230 u jgħid jekk il-ministeru, kumpanniji parastatali, korporazzjonijiet jew awtoritajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu, qattx f'dawn l-aħħar ħames snin għamlu użu mill-kumpannija Cyberspace Solutions Ltd jew mill- kumpanniji sussidjarji tagħha Digital Signage Cyberspace Solutions, Wicked Promo jew Cyberspace Medical?", "X'inhu x-xogħol u għal kemm jammonta?", "Ix- xogħol ingħata wara sejħa għal offerti jew b'direct order?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "KAĊĊA U NSIB", "20347.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Peress li kemm qabel kif ukoll wara d-dħul ta' Malta fl- Unjoni Ewropea, il-gvern kien wiegħed li r-regolamenti tal-kaċċa u nsib mhux se jinbidlu u dan bi ftehim mal- Kummissjoni Ewropea, jista' il- Ministru jgħid għaliex issa qed jingħad li l-kaċċa trid tieqaf fir- rebbiegħa u l-insib is-sena kollha?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jirriferi għat- tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 20064.", "SKEJJEL TAL-KNISJA", "20354.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid kemm studenti qagħdu għall- eżami tad-dħul fl-iskejjel tal-knisja?", "Kemm minn dawk li għaddew daħlu f'xi skola tal-knisja?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Qagħdu għall-eżamijiet tad-dħul ta' l-iskejjel tal- knisja 1,381 student, bil-proċess ta' l-għażla għadu għaddej.", "HOST FAMILIES", "20355.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid kemm iħallsu għal-liċenzja dawk il-familji li jospitaw studenti barranin?", "Kemm kien hemm liċenzjati sat-30 ta' Ġunju?", "Kien", "hemm min applika u ma ġiex aċċettat ?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Il-ħlasijiet għal-liċenzji ta' host family huma ta' Lm20 jekk il-liċenzja tkun biex tospita żewġ studenti u Lm40 jekk il-liċenzja tkun biex tospita minn tlieta sa erba' studenti.", "F'kull każ hemm ukoll kontribuzzjoni ta' Lm25 pagabbli lill-awtorita' tat-turiżmu, liema kontibuzzjoni tiġi ridotta għal Lm20 jekk titħallas fi żmien tliet xhur.", "Sat-30 ta' Ġunju, 2006 l-awtorita' tat-turiżmu ħarġet 1,102 liċenzji u nista' ngħid ukoll li din is-sena applikazzjoni waħda biss ġiet rifjutata.", "ASSISTENT KAP TA' SKOLA", "20356.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid jekk assistent kap ta' skola li jkun ġej minn ex-trade school, għandux id-dritt japplika biex isir kap ta' skola f'livell sekondarju ġenerali?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Id-diskussjonijiet mal-unions dwar din il-materja għadhom għaddejjin.", "SKEJJEL INDIPENDENTI", "20357.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx skejjel indipendenti li informaw lid-diviżjoni ta' l-edukazzjoni li mis-sena skolastika li jmiss se jgħollu l-miżata?", "Liema skejjel huma?", "Jistgħu jingħataw aktar dettalji?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sa l-20 ta' Lulju, 2006 kien hemm tliet skejjel indipendenti li informaw lill-ministeru ta' l-edukazzjoni b'żieda fil- miżati għas-sena skolastika 2006/2007.", "Dawn huma Little Angels, St Cecilia kindergarten u Oranges and Lemons kindergarten.", "Il-miżati għas-sena skolastika 2005/2006 se jkunu hekk:", "|Little |Kindergart|Lm115 | |Angels |en | | | |Year 1 | | | | |175 | | |Year 2 | | | | |185 | | |Year 3 to | | | |6 |190 | |St Cecilia |Kindergart| | | |en |110 | |Oranges and |Kindergart| | |Lemons |en |105 |", "EDUKAZZJONI OGĦLA", "20358.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid kemm jitħallsu l-persuni li jifformaw parti mill-kummissjoni nazzjonali għall-edukazzjoni ogħla?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: S'issa l-membri tal-kummissjoni nazzjonali għall- edukazzjoni ogħla ma kellhom l-ebda remunerazzjoni.", "Il-materja tiġi stabilita meta l-kummissjoni titwaqqaf skond il-liġi l-ġdida.", "ĦLAS TA' TAXXA", "20359.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk student ta' 16-il sena li jagħmel xogħol part-time matul is-sajf, huwiex suġġett li jħallas it- taxxa?", "Kemm hu intitolat li jaqla' student f'sena mingħajr ma jħallas taxxa?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: It-taxxi li wieħed hu obbligat iħallas mhux marbut la ma' l-eta' u lanqas mat-tul taż-żmien li fih jaħdem, imma ma' l-ammont li jaqla' f'sena.", "Kull persuna tkun obbligata tħallas it-taxxa meta taqbeż it-threshold relattiv tat-taxxa, jiġifieri Lm3,100 f'każ ta' persuna waħidha u Lm4,300 f'każ ta' persuna miżżewġa.", "IMMIGRANTI IRREGOLARI", "20369.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm immigranti irregolari hemm miżmuma fi closed centres amministrati mill-armata?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-Onor.", "Membru huwa mitlub jirriferi għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 20066.", "PROFESSJONISTI", "20374.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 20157, jista' il- Ministru jgħid liema huma l-professjonisti li tinħarġilhom liċenzja mill- President tar-Repubblika?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Il-professjonisti li tinħarġilhom liċenzja mill- President tar-Repubblika huma t-tobba, id-dentisti, l-ispiżjara u l- qwiebel.", "KALKARA MARRIED QUARTERS", "20375.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jara li titnaddaf iz-zona, fejn il- Kalkara married quarters, mill-bosta siringi u ġrieden li qed joħolqu inkonvenjent kbir għar-residenti tal-madwar?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Minn investigazzjonijiet li saru, ma jirriżultax li hemm siringi jew evidenza ta' ġrieden madwar il-married quaters tal-Kalkara u lanqas m'hemm akkumulu ta' skart li jista' iġib il-ġrieden.", "Pero' fil-21 ta' Lulju, 2006 bħala prekawzjoni sar trattament minn uffiċjali tad- dipartiment.", "Is-sitwazzjoni se tibqa' tiġi sorveljata u trattament ieħor isir jekk ikun hemm bżonn, anke jekk wieħed irid jgħid ukoll li l-ilment qatt ma kien twassal lid-dipartiment tas-saħħa pubblika.", "Rigward l-ilment l-ieħor dwar siringi u l-abbuż konness magħhom, l-Onor.", "Membru huwa mitlub jirriferih lill-ministru konċernat.", "DGĦAJJES FIL-KALKARA", "20376.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid hemmx il-ħsieb li d-dgħajjes li hemm ħdejn il-klabb tal-boċċi tal-Kalkara, jitpoġġew b'mod li jkunu jistgħu jitniżżlu u jittellgħu mill-baħar?", "Min hu ntitolat li jpoġġi d- dgħajjes qrib il-baħar?", "Neċessarju li jkollhom permess jew liċenzja?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "FLUS TAR-RELIEF", "20377.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tara li persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, tingħata lura l-flus li ġiet imċaħħda minnhom?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Waqt li nagħmilha wara li din il-persuna ma ġietx imċaħħda mill-għajnuna soċjali li kellha dritt għaliha, inżid ngħid li d- dewmien fil-ħlas kien b'riżultat li din il-persuna ma kenitx qed tirreġistra għax-xogħol.", "Issa li ngħatat priorita' fir-reġistrazzjoni, id- dipartiment tas-sigurta' soċjali diġa' ħallas l-ammont dovut b'lura.", "TRIQ A.G. CHESNEY, IX-XGĦAJRA", "20378.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jgħid meta mistenni jibda x-xogħol fi Triq A.G. Chesney, ix-Xgħajra?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: It-triq imsemmija giet inkluża fil-programm ta' toroq li jridu jsiru.", "TRIQ IL-BAĦRIJA, ĦAŻ-ŻABBAR", "20379.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jgħid meta hu mistenni li jibda x-xogħol fi Triq il-Baħrija, Ħaż-Żabbar?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: It-triq imsemmija qiegħda fil-programm ta' toroq li jridu jsiru.", "TRIQ IS-SANTWARJU, ĦAŻ-ŻABBAR", "20380.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Xi żmien ilu tlabt biex isir traffic management assessment fi Triq is-Santwarju, Ħaż-Żabbar.", "Jista' il-Ministru jgħid jekk sarx dan ir- rapport?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: It-triq imsemmija hija responsabbilta' tal-kunsill lokali ta' Ħaż-Żabbar u għaldaqstant sta għall-kunsill biex jipproponi jekk hemmx bżonn li jsir xi tibdil.", "SIGURTA' FIL-QORTI", "20387.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġiet tiswa s- sistema ta' sigurta' fil-bini tal-qorti?", "Min hu l-kuntrattur li għamel dan ix-xogħol?", "ONOR.", "TONIO BORG: L-Onor.", "Interpellant hu mitlub jirriferi għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 19944.", "QORTI TA' L-APPELL", "20388.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk inġabetx a konjizzjoni tiegħu l-osservazzjoni tal-qorti ta' l-appell, li qed isiru numru ta' appelli minn ċerti avukati ta' l-għajnuna legali ta' natura frivola, liema appelli jkunu saru bi skop uniku li jiżdiedu d-drittijiet professjonali?", "X'passi ħa jew beħsiebu jieħu?", "ONOR.", "TONIO BORG: Meta jkun hemm ilment dwar ħidmet avukat fl-elenku ta' l- għajnuna legali, dan imur direttament għand l-avukat ta' l-għajnuna legali maħtur skond il-liġi, Dr Joseph Mifsud.", "INKJESTA DWAR PRIĠUNIER", "20389.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Peress li wara ħafna insistenza jidher li l-inkjesta inizjata mill-Maġistrat Carol Peralta fl-1 ta' Frar, 2002 dwar allegat trattament ħażin ta' priġunier ġiet trasferita quddiem maġistrat ieħor, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk din l-inkjesta ġietx konkluża?", "ONOR.", "TONIO BORG: L-inkjesta li għaliha qed issir riferenza ġiet trasferita mingħand il-Maġistrat Carol Peralta għal quddiem il-Maġistrat Michael Mallia fl-4 ta' April, 2006, liema inkjesta għadha ma ntbagħtitx għand l-avukat ġenerali."]} {"filename": "20040720_154d_par.doc", "date": "2004-07-20", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) L-GÓAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 154 It-Tlieta, 20 ta' Lulju, 2004 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 L-GÓAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 154 It-Tlieta, 20 ta' Lulju, 2004", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgóet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6:01 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "154", "It-Tlieta, 20 ta' Lulju, 2004", "WERREJ", "MINUTI 586", "MISTOQSIJIET - TWEÍIBIET ORALI 586", "MOZZJONIJIET", "SOSTITUZZJONI TA' MEMBRU FIL-KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET", "BARRANIN U EWROPEJ.", "594", "ORDNIJIET TAL-ÍURNATA", "ABBOZZ TA' LIÍI DWAR L-EKO-KONTRIBUZZJONI (IT-TIENI QARI)", "ECO-CONTRIBUTION BILL (SECOND READING) 594", "AÍÍORNAMENT 617", "MISTOQSIJIET GÓAL TWEÍIBIET ORALI MWIEÍBA BIL-MIKTUB 622", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 153 li saret fl-20 ta' Lulju, 2004 íew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEÍIBIET ORALI", "WSC - QARI TA' METERS", "6617.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Chris Cardona) staqsa lill- Ministru ta' l-Investiment, Industrija u Teknoloíija ta' l-Informatika: Jista' il-ministru jgóid x'inhuma l-perijodi li fihom qed isir qari ta' meters tad-dawl u ta' l-ilma?", "Jista' jgóid ukoll x'inhuma r-rati tal-ólas relattivi?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru ta' l-Investiment, Industrija u Teknoloíija ta' l-Informatika): Jiena nformat li l-perjodi li fihom qed isir il-qari tal-meters tad-dawl u ta' l-ilma huma bejn wieóed u ieóor ta' erba' xhur.", "Ir-rati tal-ólasijiet tal-meters tad-dawl u ta' l-ilma huma kif íej:", "Rata domestika: Lm12 dawl Lm12 ilma", "Rata kummerðjali Lm24 dawl Lm24 ilma", "Góal aktar dettalji dwar it-tariffi, nirriferi lill-Onor.", "Interpellant góall-avviú legali numru 58/99.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Mizzi, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, peress li bid-direttiva ta' l-Unjoni Ewropea l-Enemalta u l-Water Services Corporation iridu jiíu liberalizzati u mhux se jingóata sussidju, jista' il-ministru jgóid kif se jiíi effettwat il-konsumatur fir-rati tad-dawl u l-ilma?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Speaker, naóseb li l-informazzjoni li góandu l- Onor. Interpellant hija skorretta góax m'hemm l-ebda regola fl-Unjoni Ewropea li tgóidlek li l-Water Services Corporation jew l-Enemalta bilfors iridu jkunu tal-privat.", "Ir-regola hi li dak li huwa msejjaó common infrastructure - dan ma japplikax biss góall-Enemalta u l-Water Services Corporation imma japplika wkoll góat-telecoms, per eúempju - ma jirduppjax u allura inti tiftaó il-common infrastructure tiegóek góal competing players.", "Jiíifieri jekk ikun hemm xi óadd ieóor li jkun qed jipproduði l- ilma hawn Malta, il-Water Services Corporation, kontra fee stabbilita mill- Malta resources authority, tkun trid tóallih jippompja l-ilma tiegóu fil- pajpijiet ta' l-iEnemalta.", "F'dan is-sens ta' liberalizzazzjoni m'hemm l- ebda obbligu ólief góad-dikjarazzjoni tal-common infrastructure biex wieóed ma jeríax jibni infrastruttura oóra.", "It-tieni nett, ma nistgóux ngóidu li skond id-direttivi ta' l-Unjoni Ewropea mhux se jingóata sussidju imma li dan irid ikun above board u accounted for separatament.", "Góalhekk íie úviluppat il-kunðett ta' public service obligation.", "Dan diía' wúajnih fil-kaú tal-Gozo Channel u tas-Sea Malta u jekk ikun hemm il-ótieía jista' jkun li s-sussidju indirett li qed jingóata fuq il-kontijiet, jingóata permezz ta' public service obligation contract bejn il-gvern u l-operaturi.", "Jiíifieri dan is-sussidju se jingóata xorta waóda imma b'mod differenti u fil-prattika din il-proðedura ma tagómillu l-ebda differenza lill-konsumatur.", "Jiíifieri d-deðiújoni dwar il-livell ta' sussidju u lil min jingóata, hija óaía permessa mill-Unjoni Ewropea sakemm dan jingóata above board u jkun ugwali góal kulóadd.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Ladarba l-ministru qed jgóid li m'aóniex bilfors marbutin li nagómlu liberalisation, ma jaósibx li góandu jieóu vantaíí biex isaóóaó lill-Enemalta u dik il-parti li tagómel profitt, b'mod partikolari s-section tal-petroleum?", "Ma jaósibx li jekk din tingóata f'idejn óaddieóor, il-kompetittivita' tista' tkisser lill-Enemalta imbagóad nispiððaw bi problemi akbar fil-pajjiú?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jiddispjaðini ngóid li l-Onor.", "Mizzi úgwidani xi ftit góax hu semma' l-Enemalta mhux il-petroleum section.", "(Interruzzjonijiet) Bir-rispett kollu, aóna l-uniku pajjiú fid-dinja li minóabba t-teorija li kellu l-perit Duminku Mintoff, l-electricity degenerating company hija wkoll l-uniku operatur fil-pajjiú li timporta petroleum products.", "Aóna l- eððezzjoni fid-dinja, mhux ir-regola!", "L-Onor.", "Mizzi semma' lill-Enemalta u forsi jien úvijjajt lili nnifsi – biex ma npoííihiex fuqu ma jmurx jieóu góalih – góax ósibtu qed jgóid góall- electricity degeneration.", "X'inhi s-sitwazzjoni fil-petroleum division?", "F'dan il-kaú ma japplikax dak li góedt góall-Enemalta.", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq prodott u fuq kif irid jiíi lliberalizzat is-suq ta' l- importazzjoni tal-gass.", "Din m'hijiex kwestjoni ta' electricity degeneration jew water - u góalhekk íejt úvijjat jien góax id-domanda kienet fuq il-Water Services Corporation u hu semmieli l-Enemalta u jiena assoðjajthom flimkien - u allura meta s-suq ikun íie lliberalizzat sa l-1 ta' Jannar, 2006, kulóadd ikun jista' jimporta l-petroleum products.", "L-Onor.", "Mizzi staqsieni x'se jiíri peress li din hija sezzjoni ta' l- Enemalta li tagómel profitt.", "Ir-risposta jien diía' spjegajtha fil-press conference li tajt.", "Il-cross subsidies ma jistgóux jibqgóu jsiru u allura l-profitti li jsiru minn naóa ma jistgóux imorru biex jissussidjaw naóa oóra.", "Is-sistema hi li jekk inti góandek profitt dieóel minn naóa, tissostitwixxih bil-public service obligation contract, jiíifieri ddawwar il-metodoloíija tal-flus.", "U din m'hijiex xi óaía daqshekk diffiðli.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, góalkemm il-ministru ma qabilx magóha, din is-sezzjoni kienet importanti góall-pajjiú u tat óafna frott góax li kieku l-Enemalta ma kellhiex il-petroleum taótha, úgur li ma kenux jiíu mpjegati daqshekk nies, ma kienx ikollna daqshekk profitt u l-qasam soðjali ma kienx ikun daqshekk b'saóótu.", "Imma issa min se jíorru l-burden li jingóata sussidju biex ma jogólewx il-kontijiet tad-dawl u l-ilma ladarba tispiðða din is-sezzjoni?", "Góax jekk issa l-Enemalta stess mhux se jibqagólha sezzjoni li tagómel introjtu u tagómel tajjeb biex tpatti góal parti mis- sussidju, dan se jitóallas mit-taxxi tal-poplu, jew hemm xi óadd li se jagótina ammont ta' flus?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Speaker, óalli nipprova nispjegalu bi kliem sempliði metodu finanzjarju u faðilissimu.", "Jekk l-Enemalta tagómel profitt ta' Lm1 miljun fis-sena mill-petroleum, dik is-somma taqlibha f'taxxi fuq min jimporta l-petroleum, imbagóad l-istess somma tmur góand il-gvern u l- gvern jissussidja l-istess ammont permezz tal-public service obligation lill-Enemalta.", "Jiíifieri kulma ssir hija a back to back operation li ma tolqot xejn lill-konsumatur.", "Kulma qed tagómel iddawwar il-flus b'metodoloíija differenti.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Veru li hija sempliði biex tispjegaha imma fir-realta' l-affarijiet huma differenti.", "Skond kif qed jgóid il-ministru, it-taxxa li tidóol mill-petroleum xorta waóda se tibqa' tidóol mingóand il-privat.", "Jista' jassigurana li ladarba l-petroleum section tinqata' mill-Enemalta, se jkollna l-garanzija li r-rati tad-dawl u l-ilma mhux se jiíu effettwati u allura s-servizz m'huwiex se jogóla?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: It-taxxa m'hijiex se tidóol mill-privat imma se tiníabar mill-gvern u se titóallas tramite l-public service obligation.", "Huwa veru li metodoloíija ídida ta' kif jiíi móaddem l-asset tal-petroleum m'hi se jkollha l-ebda effett fuq ir-rati tad-dawl u l-ilma imma jien ma nistax nagóti garanzija ...", "Darba s-Sur Lino Spiteri, ex-ministru tal- finanzi, kien qal li min jidóol hawnhekk u jagóti l-garanzija li 'l quddiem it-taxxi m'humiex se jogólew, ma jkunx jaf x'inhu jgóid!", "U jien bóalu ngóid.", "Pero' bl-operazzjoni li se ssir m'humiex se jiíu effettwati r-rati tad-dawl u l-ilma.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Allura kif jispjega l-fatt li f'dawn il-15-il sena li l- partit Nazzjonalista ilu fil-gvern, it-tariffi tad-dawl u l-ilma góolew?", "Góax meta l-partit Laburista kien fil-gvern u kien se jirranía t-tariffi kienu saru óafna protesti.", "Il-gvern preúenti kien qal li t-tariffi kien se jíibhom góalli kienu, imma mhux talli m'góamilx hekk, talli dawn góolew aktar minn kif kien qal li se jagómilhom gvern Laburista.", "Jista' il- Ministru jagóti spejgazzjoni góal dan?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Speaker, jekk niftakar sew, meta l-Onor.", "Mizzi kien ministru, hu wkoll kien parteðipi fl-góoli tar-rati tad-dawl, l-ilma, eðð., u dak iú-úmien kien approva li jogólew.", "Jien ma nafx góalfejn qed jagómel din id-domanda lili góax safejn naf jien, mill-1998 'il hawn ir- rati ta' l-ilma raóóasnihom góalli kienu jew forsi kien hemm xi differenza úgóira filwaqt li tad-dawl baqgóu kif kienu.", "Aóna qegódin nagómlu improvement fil-mod kif isiru r-readings u qegódin nikkontrollaw - iktar milli góamlu huma fis-sentejn li góamlu fil-gvern - is-serq li hemm.", "Ladarba jsir il-kontroll fuq is-serq kif ukoll fuq it-technical losses, jiíifieri l-óela li jkun hemm bejn il-power station u s-substations, u tikkonsidra li f'dawn l-aóóar seba' snin l-istandard of living góola, issib li r-rati baqgóu prattikament l-istess ólief góal xi ðaqliq úgóir fil- balance.", "Lill-Onor.", "Mizzi ngóidlu óaía waóda li sirt nafha jumejn ilu.", "Minkejja li góandna l-impressjoni li f'dan ix-xahar li qegódin fih m'hijiex qed tagómel sóana enormi, f'jumejn partikolari minnu diía' konna lóaqna l-peak li konna lóaqna f'Awissu tas-sena l-oóra meta kellna dak il-failure fid-distribution network.", "Din is-sena lóaqna l-istess peak góal íurnata u ma kellniex dawk il-failures.", "Naturalment m'iniex qed nagóti garanzija góall-futur imma s'issa bix-xogóol li góamlu l-iníiniera ta' l-Enemalta fuq il-maintenance tas-sistema u l-implimentazzjoni, speðjalment fid-distribution centre tal- Mosta, u bix-xogóol li góamlu fuq ma nafx kemm-il biðða xogóol oóra, flimkien mal-bord il-ídid u ðertament il-óaddiema li qed jimpenjaw ruóhom bis-sóió biex ma jiírix dak li íara s-sena l-oóra, naóseb li diía' kellna l- ewwel test u góaddejna minnu.", "Irrid ngóid ukoll li l-iníiniera kellhom il-foresight li din is-sena, bil- kwiet - jien m'iniex xi wieóed li noqgóod immur nieóu ritratt góal kull biðða xogóol li ssir - góaddew cable mill-wied bejn l-isptar il-ídid li qed jinbena biex jagóti servizz lil Ta' Sliema u li kieku dan il-cable m'góaddewhx fix-xitwa, din is-sena diía' kellna l-problemi, speðjalment f'Lulju.", "Nería' ngóid li jien m'iniex qed nagóti xi garanzija – ma jmurx imbagóad l-Onor.", "Mizzi jibda jaqbeú - pero' s'issa sar test u min óadem biex jipprevjeni dak li íara s-sena l-oóra u s'issa rnexxielu, óaqqu l- prosit ta' din il-Kamra.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, il-Ministru semma li sar ix-xogóol fid- distribution centre tal-Mosta.", "Nixtieq infakkru li din kienet íiet imóabbra li se ssir mill-partit Nazzjonalista 16-il sena ilu, pero' nawgura li jkompli jsir aktar xogóol góax aktar ma jsir xogóol aktar jonqsu l- problemi.", "Peress li l-Ministru huwa perswaú li l-kontijiet tad-dawl u l- ilma reígóu íew lura góal dak li kienu qabel il-partit Laburista kien se jgóollihom - apparti li kien ta konðessjonijiet lil min kien bl-góajnuna soðjali u affarijiet bóal dawn - jista' lill-poplu Malti u Góawdxi jagótih garanzija li se jóallas bir-rata kif kienet qabel?", "Ladarba huwa daqshekk perswaú li baqa' kollox l-istess, se jerfagóha din ir-responsabilita'?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Speaker, milli jidher l-Onor.", "Mizzi jrid jibqa' góaddej b'din id-domanda.", "Il-garanzija li rrid nagóti lill-Onor.", "Mizzi hija waóda, li ma rridux noqogódu ngóaddu biú-úmien lil min qed jismagóna.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jien jidhirli li d-domandi qed nagómilhom fl-interess nazzjonali u se nistaqsi issa domanda dwar entita' li wkoll taqa' taót ir- responsabilita' tal-Ministru Gatt.", "Qed nirriferi góall-Maltapost.", "Illum wasluli lmenti li l-parcels mhux qed jiíu delivered mill-Maltapost u li hemm xi óadd b'xi kuntratt li qed iwassalhom hu fid-djar.", "In-nies li jirðievu dawn il-pakketti qed jiíu charged Lm3 plus il-VAT.", "Jista' il- ministru jispjega din is-sitwazzjoni?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Speaker, din hi l-ewwel darba li qed nismagóha u assolutament ma naf xejn dwarha.", "Góalhekk nitlob lill-Onor.", "Mizzi jagómilli domanda bil-miktub óalli nkun nista' níiblu l-informazzjoni.", "PBS - CO-ORDINATOR FINANCE", "6640.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru góal Investiment, Industrija u Teknoloíija ta' l-Informatika: Jista' il-ministru jgóid xi kwalifiki akkademiði góandha s-sinjura li góadha kif ingóatat il-óatra ta' co-ordinator finance fil-qasam ta' l-accounts u l-bookkeeping?", "Kemm-il sena ilha taódem fil-PBS din il-persuna u kemm ilha tagómel xogóol ta' accounts?", "X'kien il-grad ta' din l-istess persuna qabel ingóatat il-kariga ta' co-ordinator finance?", "Kemm-il grad telgóet biex laóqet co-ordinator finance?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Is-sejóa góall-applikazzjoni tablet, jew góal kwalifiki akkademiði jew góall-esperjenza.", "Din is-sejóa qatt ma qieset kwalifiki akkademiði bóala mandatorji góall-óatra.", "Ma nistax nifhem kif l- Onor. Interpellanti qed titlob góal informazzjoni fuq kriterju wieóed minn óafna li ntuúaw góall-góaúla.", "L-impjegata konðernata ilha tagómel xogóol fl-accounts department tal-PBS mill-14 ta' Marzu, 1995.", "Il-grad tagóha kien ta' clerk II u fl- istruttura l-ídida tal-kumpannija qabúet grad wieóed.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Helena Dalli, domanda supplimentari.", "ONOR.", "HELENA DALLI: Mr Speaker, il-Ministru qal li ma jistax jifhem kif qed nistaqsi góal informazzjoni dwar kriterju wieóed fost óafna li ntuúaw.", "Jien góamilt il-mistoqsija fuq dan il-kriterju góax góandi informazzjoni li f'dan id-dipartiment hemm nies li góandhom iújed kwalifiki akkademiði, ilhom hemmhekk iújed, góandhom esperjenza aktar u allura globalment jidher li aktar kien jimmerita lilhom li jieódu dan il-grad fil-post imsemmi.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jien nieóu pjaðir li l-Onor.", "Dalli tant hija ðerta mill-opinjonijiet tagóha fuq il-kwalifiki u íudizzji relattivi fuq in-nies li jien lanqas naf.", "L-Onor.", "Dalli taf li din il-persuna ma óaqqhiex issir pero' óaddieóor óaqqu jsir.", "Mr Speaker, jiddispjaðini óafna imma jien assolutament m'góandix din ið-ðertezza f'óajti.", "L-iktar li jista' jkolli huma opinjonijiet, pero' dawn huma suííetti góall-opinjonijiet u l- konvinzjonijiet ta' óaddieóor.", "Jien óaía waóda naf, li meta íejna biex nagóúlu l-kriterji, konna góamilna ftehim mal-GWU - qed ngóid hekk góax il-ftehim góamiltu jien stess magóhom – li qabel ma jsiru l-interviews, ninfurmawhom bil-lista tal-kriterji u l- weighting li se tintuúa góal kull kriterju partikolari.", "U qabel ma óaríu l-applikazzjonijiet – jew jista' jkun li kienu óaríu imma kienu góadhom ma sarux l-interviews - il-bord tad-diretturi bagótu l-lista tal-kriterji lill-GWU.", "Il-GWU kienet taf ukoll min huma s-selection boards kollha u ftehemna wkoll magóha li min jidhirlu jista' jistaqsi góar-riúultat biex ikun jaf kif íabu kriterju kriterju.", "Dan ifisser li kollox kien miftiehem mal-GWU fuq kif issir il-proðedura.", "Issa saru l-interviews, saru l-góaúliet u kulmin jidhirlu li góandu jara r- riúultat tiegóu jista' jagómel dan liberament.", "Pajjiúna góandu l- metodoloíija tiegóu góax skond il-liíijiet tagóna, jekk xi óadd ióossu aggravat, jista' jagómel rikors permezz ta' l-ombudsman, tal-qrati jew tal- kummissjoni ta' l-impjiegi.", "Jiíifieri aóna góandna l-istrutturi u dak li jkun góandu l-góaúla.", "L-unika óaía li m'góandix hija ð-ðertezza li góandha l-Onor.", "Dalli dwar min kellu jintagóúel.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Dalli.", "ONOR.", "HELENA DALLI: Mr Speaker, il-kwalifiki akkademiði huma fatti, l- esperjenzi ta' tul ta' snin fuq il-post tax-xogóol huma fatti u r-rapporti dwar óaddiema ma jista' jmerihom óadd.", "Jiíifieri filwaqt li l-Ministru semma' l-arbitrarji biex mingóalih iwaqqa' l-affarijiet góað-ðajt – góax m'góandux triq oóra ólief li jwaqqa' l-affarijiet góar-redikolu – jien semmejtlu tliet kriterji li tista' tarahom u tmisshom b'idejk.", "U dawn m'huma suííettivi xejn, Sur President.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Speaker, jekk niftakar sew, f'risposta oóra li se nagóti iktar 'il quddiem - pero' naóseb li jekk nibqgóu sejrin b'din ir- rata m'iniex se nasal góaliha - ma kienx hemm biss tliet kriterji imma kien hemm xi sitta jew seba' differenti.", "(Interruzzjonijiet) Onor. Dalli jiena noqgóod bi kwieti nisimgóek; agómilli pjaðir u oqgóod bi kwietek bla ma tinterrompini jekk jista' jkun!", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Inúommu l-ordni jekk jogóíobkom.", "Ikompli l-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Bir-rispett kollu lanqas fuq din ma naqbel ma' l- Onor. Dalli.", "Jiena avukat u se nitkellem fuq l-avukati.", "L-Onor.", "Tonio Borg u l-Onor.", "Anílu Farrugia huma avukati daqsi.", "(Interruzzjonijiet) Imbilli ííib id-degree ta' avukat ma jfissirx li inti avukat tajjeb!", "Inkunu qed nilludu ruóna jekk naósbu li kulmin góandu degree wara ismu laóaq is-sema!", "(Interruzzjonijiet) Imbilli tkun ilek taódem f'ðertu post góal numru ta' snin, ma jfisser xejn, anzi óafna drabi jfisser inqas.", "Jiena li qed ngóid huwa dan.", "Jien m'iniex lest li nagómel il-íudizzju u jekk l-Onor.", "Dalli tippreferi li jiíi magóúul óaddieóor, tgóidilna min fl- opinjoni tagóha kellu jiíi magóúul.", "Góandha kull dritt tagómel dan.", "Pero' il-funzjoni ta' dan il-parlament u tal-ministru m'hijiex dik.", "Dan il- parlament ta l-poter lil kull individwu li jóossu agrieved minn dik it-tip ta' deðiújoni, biex jagómel rikors.", "U jiena nappella biex kulmin jidhirlu li l-poter tal-bord ta' l-góaúla u l-poter tal-bord tad-diretturi li jagómlu r-reviewing ta' dik id-deðiújoni íiet uúata óaúina, jagómel rikors lill-ombudsman jew imur il-qorti.", "Dawn l-appelli ma jiddeðidihomx il- ministru kif kien isir fi úmenijiet oóra!", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Dalli.", "ONOR.", "HELENA DALLI: Sur President, donnu l-Ministru ma jixbax jirredikola l-affarijiet u reía' góamel l-istess issa góax filwaqt li jien semmejt il-kwalifiki akkademiði u l-esperjenza, semmejt ukoll it-track record tax-xogóol tagóhom f'din l-azjenda u x-xogóol proprju li góalih kienu qegódin japplikaw.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Bir-rispett kollu r-risposta hija simili óafna.", "Óa níib eúempju ieóor.", "Jekk inti tmur tfittex fil-files tal-óaddiema tal- gvern mhux se ssib, ólief fl-eððezzjonijiet kbar, xi rapport ta' dimeritu fuq xi óadd góax dik m'hijiex is-sistema Maltija.", "Pero' l-argument tiegói m'huwiex dan.", "Tidher li l-Onor.", "Dalli waslet góall-konkluújoni ta' min kellu jsir – bilfors hekk nifhimha góax kieku ma tattakkax lil din il-persuna li saret u tgóid impliðitament li m'hijiex tajba – u allura jista' jkun li l-iúball li góamel il-bord tad-diretturi tal-PBS kien li m'góamilx lill-Onor.", "Dalli fuq il-bord ta' l-góaúla u óalliha weóida biex tagóúel hi lil min trid.", "(Interruzzjonijiet) Jekk l-Onor.", "Dalli taóseb li jiena noqgóod nidóol f'dawn l-góaúliet, góandha úball.", "Irrid inkun imbeðilli jekk nipprova nidóol f'dawn l-góaúliet meta naf li hemm xi óadd fuqi li se jbiddilli d- deðiújoni jekk jidhirlu li nkun mexxejt óaúin!", "Mr Speaker, l-appell tiegói huwa wieóed.", "F'dan il-parlament, wara óafna battibekki ta' kif u come, wasalna li l-aójar óaía f'dawn l-affarijiet hi li jkun hemm l-ombudsman.", "Safejn naf jien, it-tnejn li aóna naqblu anke fuq il-persuna ta' l-ombudsman u fuq l-uffiððju tiegóu góalhekk nappella li jsir rikors lill-ombudsman óalli jiííudika min góandu jiííudika!", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Anílu Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "ANÍLU FARRUGIA: Jien qgóadt nisma' b'interess l-argument tal- Ministru u naóseb li probabbilment diía' waslulu rapporti mill-GWU u minn individwi li numru kbir ta' nies ma ntagóúlux b'mod diúonest anke minóabba l-fatt li rrispondew id-domandi kollha ta' l-interview.", "Kien hemm min irrisponda d-domandi b'mod perfett u oórajn li kellhom inqas esperjenza jew lanqas kienu addirittura f'dik il-poúizzjoni li kienu qed jiíu mistoqsija u ntagóúlu minflokhom.", "Il-ministru ma jaósibx li f'íieó is-sewwa, apparti milli qed jgóid li hemm rimedji legali - li m'hemmx góax ir-rimedji legali huma biss li wieóed jiskopri jekk kemm-il darba verament kienx hemm min kellu intenzjonijiet oóra fost il-bord ta' l-góaúla biex jagóúel ðerti nies – góandha ssir inkjesta interna, kif diía' íiet imsejóa, b'mod indipendenti minn nies serji biex janalizzaw id-domanda u r-risposta ta' kulmin resaq góall-bord ta' l-góaúla, óalli minn din l-inkjesta joóroí jekk ir-riúultat kienx íust fil-konfront ta' min daóal quddiem dan il-bord ta' l-góaúla?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-ewwelnett, óalli nneóóu ftit illuújonijiet.", "Jiena ma rðevejt l-ebda rapport mill-GWU li l-interviews li saru kienu diúonesti.", "Dalgóodu ltqajt mas-section secretary li huwa responsabbli mill-PBS u ma qalli xejn minn dan, Onor. Farrugia!", "Nería' ngóid li dan iltqajt miegóu dalgóodu u fil-preúenza tad-deputat segretarju íenerali u ma qallix hekk!", "It-tieni nett, ma nafx kif xi óadd jista' jallega li kien hemm diúonesta' fil-bordijiet ta' l-góaúla – ma nafx góal liema qed jirriferi góax kien hemm sitta jew sebgóa differenti - u ma jkunx lest jippruvah.", "U b'liema wiðð dan il-parlament jiddeðiedi li l-ombudsman ...", "(Interruzzjonijiet) Issa ma noqogódux nitfgóu l-búar fl-góajnejn góax nafu li l-ombudsman huwa kompetenti f'din il-óaía u ma jiíi l-ebda avukat u jipprova jgóaddi bi úmien lil din il-Kamra u jgóid li l-ombudsman m'huwiex kompetenti!", "Góax l- ombudsman huwa kompetentissimu f'din il-materja.", "U kif niíu f'dan il-parlament, niftehmu li l-metodoloíija ta' l-appelli, tar-review u ta' l-administrative discretion li jsiru hawn, isiru permezz ta' l-ombudsman, imbagóad niíu ngóidu li l-bordijiet ta' l-góaúla differenti kienu mhux biss diúonesti – dik il-kelma li ntuúat góax hekk góoíobna ngóidu góall-gallarija – imma mmanifatturaw kif jagómlu l- interviews!", "It-tielet asserzjoni hi li dawk li góoíbu liú-úewí membri tan-naóa l-oóra huma qaddisin, bravi u jmisshom íew magóúula u dawk li deherlu l-bord ta' l- góaúla li góandhom jintgóaúlu, huma injoranti.", "Góax l-Onor.", "Farrugia u l- Onor. Dalli góandhom is-sapjenza t'Alla dwar min kellu jintagóúel!", "U minflok f'dan il-parlament ...", "(Interruzzjonijiet)", "L-Onor.", "Dalli nterrompietni u qalet li jiena góandi s-sapjenza t'Alla.", "Nería' nirrepeti li jiena m'góandix is-sapjenza t'Alla góax jiena l-góaúla nóalliha f'idejn in-nies li qegódin fuq il-bord.", "U jekk dawn jagómlu óaúin, ikollhom it-tumakka ta' l-ombudsman, jiíifieri la tiegói u lanqas tan-naóa l-oóra.", "Imma aóna jew góandna pajjiú ibbaúat fuq il-liíijiet ...", "(Interruzzjonijiet) Kemm iddefendejtuh l-ombudsman meta qal li l-gvern mhux qed jagóti kasu!", "Kemm faóóartuh u góedtulna li jmissna nistóu u tellajtuh is-sema!", "(Interuzzjonijiet) U issa qed ngóidilkom biex tmorru góand l-ombudsman u m'intomx kuntenti tmorru góandu!", "Daúgur góax intom bóal-lastiku!", "Tridu tuúaw is-serjeta' fejn jaqblilkom!", "U dak li intom tippruvaw titfgóu ...", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, on a point of order.", "ONOR.", "ANÍLU FARRUGIA: Mr Speaker, il-ministru qed jitkellem fuq l- ombudsman meta hu stess jaf li mal-PBS kellhom ordni fil-collective agreement li góamlu, li góad iridu joóoríu d-deðiújonijiet tat-tribunal!", "MR SPEAKER: Dan m'huwiex point of order.", "Nitlob lill-Ministru jkompli u jikkonkludi góax sar il-óin.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Speaker, nería' nirrepeti li jiena lil dan il- parlament nirrispettah u nirrispetta lið-ðittadin Malti li jimxi mal- liíijiet.", "Min jidhirlu li góandu xi grievance amministrattiva, góandu l- liíijiet magómula mill-partit Nazzjonalista fil-gvern biex jimxi magóhom.", "(Interruzzjonijiet) U jien ðert li jsib avukati biex jaódmulu b'xejn!", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-óin tal-mistoqsiiet góadda.", "Ngóaddu issa góal Tqegóid ta' Karti.", "Il-Ministru Austin Gatt.", "TQEGÓID TA' KARTI", "ONOR AUSTIN GATT: Mr Speaker, inqiegóed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Avviú Legali Nru 360 ta' l-2004 – Regolamenti ta' l-2004 dwar in- Nomina ta' Awtorita' Kompetenti (Ordinanza dwar il-Kummissarju ta' l- Artijiet);", "Avviú Legali Nru 361 ta' l-2004 – Regolamenti ta' l-2004 dwar Trasferiment ta' Jeddijiet u Responsabbiltajiet (Ordinanza dwar il- Kummissarju ta' l-Artijiet);", "Tagórif dwar kriterji li ntuúaw góall-góaúla ta' finance coordinator u administration coordinator mal-Public Broadcasting Services (PBS), bi tweíiba góal mistoqsija parlamentari 6642;", "Tagórif dwar kriterji li ntuúaw góall-góaúla ta' journalist/editor u news coordinator mal-Public Broadcasting Services (PBS), bi tweíiba góal mistoqsija parlamentari 6645;", "Tagórif dwar min góamel l-intervisti góal diversi karigi fid- dipartimenti tal-Public Broadcasting Services (PBS), bi tweíiba góal mistoqsija parlamentari 6647;", "Tagórif dwar kriterji li ntuúaw góall-góaúla ta' manager corporate services mal-Public Broadcasting Services (PBS), bi tweíiba góal mistoqsija parlamentari 6649;", "Tagórif dwar kriterji li ntuúaw góall-góaúla ta' manager operations mal-Public Broadcasting Services (PBS), bi tweíiba góal mistoqsija parlamentari 6650;", "Tagórif dwar kriterji li ntuúaw góall-góaúla ta' manager programming mal-Public Broadcasting Services (PBS), bi tweíiba góal mistoqsija parlamentari 6651; u", "Tagórif dwar kriterji li fuqhom se ssir l-góaúla ta' manager news and registered editor mal-Public Broadcasting Services (PBS), bi tweíiba góal mistoqsija parlamentari 6652.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Insejjaó issa lill-Onor.", "Anthony Abela.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (Segretarju Parlamentari): Mr Speaker, f'isem il- Ministru ta' l-Edukazzjoni, Úgóaúagó u Impjieg, inqiegóed fuq il-Mejda tal- Kamra:", "Avviú Legali Nru 362 ta' l-2004 – Regolamenti ta' l-2004 góall-Góaúla ta' l-Applikanti góad-Dóul fil-Kors góall-Grad ta' Bachelor of Dental Surgery – B.Ch.D.;", "Avviú Legali Nru 363 ta' l-2004 – Statut biex jemenda l-Istatut 1 (Emenda Nru. 2) ta' l-Universita' ta' Malta – Íenerali, 2004;", "Tagórif dwar l-góadd ta' studenti li góamlu l-eúamijiet fil-livell tas- SEC f'Mejju 2004 fid-diversi suííetti u r-riúultati miksuba, bi tweíiba góal mistoqsija parlamentari 6680; u", "f'isem il-Ministru góall-Familja u Solidarjeta' Soðjali, inqiegóed fuq il- Mejda tal-Kamra:", "Tagórif dwar il-Kummissjoni Nazzjonali Familja, flimkien ma' kopja tar- rapport maóruí mill-istess Kummissjoni f'Íunju 2004 intitolat \"Ngóinu fil-Óolqien ta' Bilanð bejn ix-Xogóol u d-Dar – Proposti góal Politika\", bi tweíiba góal mistoqsija parlamentari 6737; u", "f'isem il-Ministru góall-Affarijiet Barranin inqiegóed fuq il-Mejda tal- Kamra:", "Kopja ta' ittra (tradotta mill-Íermaniú) mibgóuta mill-Ambaxxata Maltija f'Berlin, il-Íermanja, b'risposta góal artiklu dwar Malta li kien íie ppubblikat fil-íurnal Íermaniú 'STERN', liema ittra íiet ippubblikata fil-óaría ta' Íunju ta' l-istess íurnal, bi tweíiba góall- mistoqsija parlamentari numru 6540.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet.", "Il-Viði Prim Ministru.", "PERMESS TAL-KAMRA", "ONOR.", "TONIO BORG (Viði Prim Ministru u Ministru tal-Íustizja u l-Intern): Mr Speaker, nitlob il-permess tal-Kamra biex inressaq mozzjoni mingóajr avviú.", "MR SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingóata.", "MOZZJONIJIET", "SOSTITUZZJONI TA' MEMBRU FIL-KUMITAT PERMANENTI DWAR L-", "AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, nipproponi li:-", "Billi b'riúoluzzjoni tagóha tad-29 ta' Marzu 2004, din il-Kamra kienet innominat lill-Onorevoli John Dalli fil-kwalita' tiegóu ta' Ministru ta' l-Affarijiet Barranin membru fil-Kumitat Permanenti dwar l- Affarijiet Barranin u Ewropej;", "Billi l-Onorevoli John Dalli m'góadux jokkupa l-kariga ta' Ministru ta' l-Affarijiet Barranin;", "Din il-Kamra tirriúolvi li l-Onorevoli Michael Frendo jiíi nominat membru tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej minflok l-Onorevoli John Dalli.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "MARIO GALEA: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi l-mozzjoni kif imressqa u moqrija mill-Viði Prim Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni góaddiet nem.con.", "MR SPEAKER: Ngóaddu issa góall-Ordnijiet tal-Íurnata.", "ORDNIJIET TAL-ÍURNATA", "ABBOZZ TA' LIÍI DWAR L-EKO-KONTRIBUZZJONI", "ECO-CONTRIBUTION BILL", "L-Ordni góat-Tieni Qari íie moqri.", "Ikompli mill-20 ta' Lulju, 2004.", "Il-mistoqsija reígóet tqiegódet.", "MR SPEAKER: Rimarki? l-Onor.", "Jeffrey Pullicino Orlando.", "ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO: Mr Speaker, l-ebda gvern ma jistenna xi xita ta' tifóir jew xi applaws li jtarrax meta jintroduði skemi íodda ta' kontribuzzjoni, góax ovvjament dawn dejjem jispiððaw iúidu l-piúijiet amministrattivi jew finanzjarji fuq l-elettorat.", "L-ebda gvern ma jieóu pjaðir ikollu jispjega góalfejn kellu jintroduði dawn il-piúijiet, pero', gvern li jkollu viújoni ðara góal pajjiúu, bilfors li jsib ruóu obbligat li jintroduði miúuri bóal dawn óalli jkun jista' jiffinanzja x-xogóol tiegóu.", "Wieóed ikollu jammetti li fil-qasam ta' l-ambjent, dan il-pajjiú góadu lura ferm.", "Ikollna nammettu li f'dawn l-aóóar snin akkomodajna l-iúvilupp mgóaííel li rajna jsir fil-gúejjer tagóna, u óallejnih inessina li kien qiegóed iíib miegóu problemi ambjentali kbar, li issa waslu biex jilóqu livelli allarmanti.", "Xbajna nisimgóu lil min jikkritika lill-gvern preúenti minóabba l-problemi kbar ambjentali li góandna madwarna.", "Il-miúbliet-muntanji huma s-suííett favorit.", "GÓalkemm l-ibóra ta' madwarna u l-arja li niíbdu ma' kull nifs isostnuna, f'dawn l-aóóar snin ftit konna qegódin nagótu kas ta' miúuri li stajna óadna biex intaffu mit-tniííis tagóhom.", "Ikolli nammetti li xbajt naqbel ma' kull min ikkritikana dwar il-fatt li f'dan ir-rigward ma konniex qegódin naódmu biúúejjed.", "Mr Speaker, xtaqt nagómel dan l-intervent mhux biss bóala membru parlamentari tan-naóa tal-gvern iúda anke bóala ðittadin Malti li naóseb li l-gvern ma kienx qiegóed jaódem biúúejjed biex jieóu ósieb lill-ambjent.", "Huwa preðiúament góalhekk li jiddispjaðini ferm meta nara li ðerta kritika diretta li qiegóda ssir fil-konfront tal-miúuri konkreti li qegódin nieódu issa, biex naíixxu qabel ikun tard wisq, hija purament partiííjana u distruttiva, li m'hi se twassalna mkien.", "Irrid nippreðiúa ruói, biex ma jkunx hemm min jifhimni óaúin.", "Billi nikkritika lil min jikkritika ma jfissirx li qiegóed nirriferi góal kulmin wera t-tóassib íenwin tiegóu fir-rigward ta' l-iskema ta' l-eko- kontribuzzjoni.", "Bl-ebda mod ma rrid nirriferi góal dawk in-nies li forsi kellhom xi ósieb íenwin, u npoííihom fl-istess xkora ma' dawk li seta' kellhom xi skopijiet ulterjuri, iúda meta nara esponenti ewlenin tal-partit Laburista jikkritikaw mingóajr ma jagótu alternattivi realistiði, jiddispjaðini, iktar u iktar góaliex jien wieóed minn dawk li nóoss li pajjiúna ma jistax jimxi 'l quddiem f'sitwazzjoni bóal din.", "Iva, hemm búonn ta' input, u min-naóa ta' l-oppoúizzjoni hemm min hu kapaði jagóti dan l-input, iúda l-klima politika ta' antagoniúmu bla búonn qiegóda xxekkel milli jsir dan.", "Din il-klima m'hijiex qiegóda tagómel íid lil pajjiúna, fl-ebda aspett, partikolarment f'dak ambjentali.", "Eúempju ðar nistgóu narawh mhux biss permezz tal-kritika li qegódin nisimgóu f'dan id-dibattitu, iúda anke bil-kritika li rajna fir-rigward tat- temporary engineered landfill li l-gvern waqqaf fil-Magótab, sakemm titlesta l-permanent landfill fl-GÓallis.", "M'góandix góalfejn infakkar fil- kontroversja sóióa li kellna f'dawn l-aóóar xhur.", "Góamilna sena nisimgóu lill-oppoúizzjoni tgóid li kellna nabbandunaw l-idea ta' engineered landfills f'siti oórajn u nestendu l-óajja tal-Magótab.", "Issa li góamilna preðiúament dan, iúda b'mod ordnat u b'mod modern, mhux bil-mod diúorganizzat li konna mdorrijin naraw tul dawn l-aóóar snin, xorta sibna ruóna affaððjati bi kritika distruttiva, li ma twassal góal imkien.", "Issa qiegóed jingóad li dak li qiegóed isir huwa ta' dannu góar-residenti li joqgóodu fil-viðinanzi tal-Magótab.", "Bl-istess óaía li kien jissuííerixxi hu stess, il-partit Laburista qiegóed jgóid li se ssir il- ósara.", "Fl-opinjoni tiegói, dan huwa attentat sfaððat li huwa intiú sempliðement to score cheap political points, pero' naóseb li b'din it- tattika, l-oppoúizzjoni se ssib li l-points li se tiskorja se jkunu sempliðement own goals.", "Jiena naqbel li f'din iz-zona qiegóed isir dannu lill-ambjent, u nifhem it- tóassib tar-residenti li joqgóodu fil-viðinanzi tagóha, pero' nóoss li m'huwiex íust li l-oppoúizzjoni tikkritika xi óaía li ssuííeriet hi stess, filwaqt li tikkritika wkoll miúuri li in the long term se jkunu ta' benefiððju anke góal dawn l-istess residenti.", "Hija diúonesta politika li l-oppoúizzjoni tikkritika skema li taf li hija intiúa biex tgóin fil-íbir ta' fondi óalli nkunu nistgóu mmexxu lis-siti li fihom niddisponu mill- iskart tagóna b'mod organizzat, filwaqt li tipprova ssaóóan l-irjus tað- ðittadini milquta direttament b'din il-problema.", "Ta' min wieóed jgóid – anke góaliex ðerti artikolisti wkoll kienu wrew ðertu tóassib dwarha – li ð-ðittadin irid ikun assigurat li l-flus li qegódin jiníabru permezz ta' l-iskema ta' l-eko-kontribuzzjoni se jintuúaw direttament biex ngóollu l-livell ta' l-ambjent f'pajjiúna.", "Iva, nikkonferma li hekk se jsir.", "Il-flus li se jiníabru permezz ta' din l- iskema ídida se jmorru direttament fl-environmental fund li kien maósub fil- budget li góadda.", "Ovvjament, dan il-fond se jkun qiegóed hemm biex jintuúa góal skopijiet ambjentali.", "Nafu li waóda mill-iktar miúuri li se tneffaqna flus f'dak li góandu x'jaqsam ma' l-ambjent hija s-sistema ta' l- immaniííjar ta' l-iskart.", "Il-flus li qegódin nipproíettaw li niíbru permezz ta' l-iskema ta' l-eko-kontribuzzjoni m'humiex se jkunu biúúejjed biex niffinanzjaw l-immaniííjar ta' l-iskart, pero' úgur li se jkunu ta' góajnuna.", "Sur President, f'dan l-istadju nixtieq nappella lill-partit Laburista biex jispjega lir-residenti tal-Magótab kif kienu se jissolvew il-problemi li qiegóed ibeúúagóhom bihom, kieku íara kif ried hu u ma sseóibniex fl-Unjoni Ewropea.", "Huwa fatt ikkonfermat li l-Unjoni Ewropea se tagótina 24 miljun Ewro mit-32 miljun Ewro li góandna búonn biex norganizzaw il-íbir u l- immaniííjar ta' l-iskart tagóna.", "Iva, l-Unjoni Ewropea se tiffinanzja úewí terzi ta' din l-ispiúa.", "GÓalhekk nería' nappella lill-opppoúizzjoni biex mhux biss tispjega lir-residenti tal-Magótab u tal-viðinanzi, iúda tispjega lill-poplu Malti u GÓawdxi kollu minn fejn kienet biósiebha ííib dawn l-24 miljun Ewro, kieku ma sseóibniex fl-Unjoni Ewropea.", "Il-partit Laburista jgóid li jekk ikun fil-gvern, ma júidx it-taxxi.", "Talli qal hekk, íie saóansitra mðanfar minn ex-ministru Laburista tal-finanzi.", "F'pajjiúna ma jistax ikun li jkollna kollox.", "Ma nistgóux nagómlu skema moderna ta' immaniííjar ta' l-iskart, jekk ma jkonniex flus.", "Il-partit Laburista ma jistax ikun kredibbli jekk ma jispjegax minn fejn kien se jíib dawn il-flus.", "Jekk l-oppoúizzjoni trid tkun kredibbli mar-residenti tal- Magótab, trid tispjegalhom kif se tirranía l-preokkupazzjonijiet tagóhom, mingóajr ma jkollha fondi íejjin minn x'imkien.", "Il-Malti jgóid li bejn il-kliem u l-fatti, hemm baóar jikkumbatti.", "Il- partit Laburista góandu óabta juúa kliem sabió biex jimpressjona, imma l- fatti juru li ma kellux pjanijiet serji f'dan ir-rigward.", "Se ngóaddi issa biex nirrispondi góall-kritika li íiet minn bnadi oóra, u li turi tóassib íenwin.", "Kien hemm min issuííerixxa li diversi aspetti tal- liíi li qegódin niddiskutu góandhom jiíu fine tuned biex jirriflettu aójar is-sitwazzjoni lokali u biex jgóinu sabiex aktar konsumaturi juúaw prodotti li huma environmentally friendly.", "Finalment, dan huwa wieóed mill- iskopijiet ta' din il-liíi.", "Jien naqbel ma' min wera dan it-tip ta' tóassib.", "Iva, f'dak li huwa fine tuning ta' din il-liíi, hemm xi jsir u fil-fatt, il-ministru inkarigat diía wiegóed li se titwaqqaf kummissjoni biex tidóol f'din l-iskema fid-dettal, filwaqt li tipprepara rapport sa Ottubru li íej.", "Din il-miúura góandha góan ewlieni, u ðioe' li ddaóóal kultura ta' apprezzament akbar tal-problemi ambjentali ta' pajjiúna.", "Dan huwa pass kbir fid-direzzjoni t-tajba.", "S'issa, dan ma kienx jeúisti fil-liíi Maltija, u issa li íiet introdotta miúura bóal din, góandna naraw il-poúittiv tagóha, mhux nippruvaw inkissruha bi kritika distruttiva.", "Nafu - u din hija miúura li ta' min wieóed ifaóóarha - li 5% tad-dóul mill-iskema ta' l- eko-kontribuzzjoni se jintuúaw biex jgóinu lill-importaturi u lill- produtturi óalli jintroduðu return systems.", "Fid-dinja moderna teúisti l- kultura li wieóed jarmi, mingóajr ma jagóti kas tal-konsegwenzi li jista' jkollu r-rimi bl-addoðð ta' l-iskart.", "GÓalhekk din il-miúura se tkun qiegóda tinkoraííixxi lill-importaturi u lill-produtturi biex jieódu din l- inizjattiva óalli jgóinu lill-gvern fix-xogóol tiegóu f'dan ir-rigward.", "Nista' nsemmi wkoll il-fatt li din il-miúura qiegóda tinkoraííixxi l-uúu ta' sistemi ta' ibbottiljar ta' minerali fi fliexken tal-óíieí, li jintuúaw góal iktar minn darba.", "Ilbieraó il-Ministru spjega kif skond studji li saru, il-fliexken tal-óíieí góall-minerali jintuúaw madwar góaxar darbiet.", "Ovvjament, il-kontribuzzjoni fuq dawn il-fliexken se titóallas darba biss u allura, awtomatikament, peress li l-istess flixkun se jintuúa góal góaxar darbiet, il-kontribuzzjoni li se jkollha titóallas se tirriúulta li tkun ferm inqas.", "GÓalhekk, permezz ta' din il-miúura wieóed góandu jara li l- minerali fi fliexken tal-óíieí ikunu iróas minn dawk fi fliexken tal- plastik, li jikkawúaw problemi kbar f'dak li hu immaniííjar ta' l-iskart, góax ma jistgóux jintuúaw iktar minn darba.", "L-unika soluzzjoni biex ma ssirx ósara ambjentali minóabba l-kontenituri tal-plastik hi li dawn jiíu riðiklati, iúda dan l-eúerðizzju jinvolvi spejjeú enormi.", "Fl-opinjoni tiegói, dan huwa pass góaqli 'l quddiem f'dak li góandu x'jaqsam mal-kultura l-ídida li nixtiequ li tidóol f'pajjiúna, pero' hemm miúuri oóra li wieóed jista' jieóu.", "Jien nissuííerixxi biex kemm jista' jkun, anke permezz tal-poteri li góandu, dan il-ministeru jkompli jinkoraíixxi biex il-pieni eúistenti góal min iniííeú jibdew jiíu attwati.", "Qiegóda ssir kritika b'mod regolari - u jien ikolli nammetti li naqbel magóha - góall-fatt li l-gwardjani lokali m'humiex qegódin jintuúaw biex jgóinu fil-óarsien ta' l-ambjent.", "Il-wardens m'góandhomx ikun hemm biss biex iwaóólulna ð-ðitazzjonijiet minóabba xi traffic infringement, iúda góandhom ikunu wkoll f'zoni magórufa góar-rimi ta' l-iskart b'mod illegali.", "Hemm búonn li min jagómel hekk jinqabad u jiíi mmultat óalli kemm jista' jkun, jiíi skoraííut milli jkompli jaíixxi b'dan il-mod irresponsabbli.", "Minbarra l-gwardjani lokali, góax ovvjament dawn ma jistgóux ikunu f'kull post f'kull óin, f'areas partikolari jistgóu jiíu stallati xi cameras.", "Fil- fatt jidhirli li hemm skema intiúa biex tagómel dan.", "Nirrepeti li hemm búonn li l-pieni eúistenti jibdew jiíu attwati, bil-flus li jiníabru jmorru direttament fl-environmental fund.", "Xi óaía li m'góandix dubju li kull min qiegóed idur fit-triqat ta' pajjiúna, qiegóed jiltaqa' magóha huwa x-xogóol estensiv ta' restawr tat- toroq.", "Dan ix-xogóol, minbarra li qiegóed joóloq inkonvenjent, qiegóed jiswa lill-gvern, u allura lið-ðittadin Malti, flejjes kbar.", "Naóseb li m'iniex l-unika persuna li ninsab inkwetat dwar il-fatt li minn toroq íodda fjamanti, jgóaddu vetturi li jkunu mgóobbija ú-úejjed.", "Mingóajr ma rrid se jkolli niíbed l-attenzjoni ta' din il-Kamra góall-fatt li b'mod regolari, f'pajjiúna qiegóed isir abbuú minn nies li jivvjaííaw bi trakkijiet mgóobbijin bil-íebel góall-kostruzzjoni.", "F'ðerti kaúijiet ikun ovvju li t-trakkijiet ikunu mgóobbijin iúúejjed.", "Nagómlu x'nagómlu f'dik li hi kostruzzjoni tat-triqat ta' pajjiúna, dawn it-trakkijiet xorta se jagómlu l-ósara.", "Ma jistax ikun li nibqgóu nippermettu li dawn it- trakkijiet ikunu mgóobbijiet iúúejjed.", "Ma jistax ikun li l-gwardjani lokali jaraw lil dawn il-vetturi góaddejjin minn quddiem góajnejhom, u ma jieódux passi kontrihom.", "GÓalkemm jeúistu liíijiet li jirregolaw lil dan it-tip ta' attivita', fl- opinjoni tiegói naóseb li góandna nimmultaw lil min jabbuúa f'dan ir- rigward b'mod aktar aórax, óalli niskoraííixxu lil min jagómel il-ósara lit- triqat li jkunu góadhom kemm íew irraníati.", "Barra minn hekk il-gwardjani lokali góandhom jintuúaw ukoll biex joqogódu attenti góal min isuq vetturi li jikkawúaw tniííiú ogóla mil-livelli aððettabbli.", "Once again, il-flus li jiníabru minn dawn ið-ðitazzjonijiet jistgóu jintefgóu fl-environmental fund óalli kemm jista' jkun inkomplu ntejbu l-ambjent ta' madwarna.", "Mr Speaker, góandna nkomplu ninkoraííixxu s-separazzjoni ta' l-iskart.", "Dan m'huwiex biss ir-rwol tal-gvern iúda anke ta' kull wieóed u waóda minna, bóala ðittadini.", "Ilbieraó il-Ministru qal li japprezza l-búonn li l- impjant ta' Sant' Antnin jiíi modernizzat óalli jitratta persentaííi ogóla ta' skart.", "Dawn huma fatti li óadd ma jista' jiðóad.", "Kulóadd qiegóed jara x-xogóol li qiegóed isir fl-impjant ta' Sant' Antnin, kulóadd qiegóed jara l-bring-in sites li íew introdotti, u li sas-sena d-dieóla, minn 50 huwa mistenni li jitilgóu góal 300.", "Pero' dan biss m'huwiex biúúejjed.", "Hemm búonn tal-kooperazzjoni ta' kull wieóed u waóda minna.", "Is-separazzjoni ta' l-iskart, anke fid-djar, se tkompli tiíi nkoraííuta, anke permezz ta' mezzi pubbliðitarji.", "F'dan l-istadju nixtieq nagómel appell.", "F'laqgóa li kelli ma' l-awtoritajiet involuti fil-íbir ta' l- iskart, qbilna li m'góandniex naqtgóu qalbna.", "Ilkoll nafu li l-pilot projects li kien íie mniedi fis-Swieqi kellu success rate ta' madwar 40%.", "Dan ifisser li 40% ta' l-iskart ta' dik il-lokalita' íie mnaqqas mill-waste cycle.", "Mr Speaker, góal snin twal, it-terrapien kien jintefa' fil-muntanja tal- Magótab.", "Issa qiegóed jintefa' fil-barrieri u allura la qegódin inkabbru l- problema tal-Magótab u lanqas qegódin nirriskjaw li fil-futur jería' jkollna dik it-tip ta' problema.", "Fil-futur imbiegóed, meta l-barrieri jimtlew, forsi nkunu nistgóu nikkunsidraw ir-reklamazzjoni ta' l-art mill- baóar, biex il-problema dejjiema ta' l-iskart tal-bini ma teríax titóalla tinfluwenza lill-problema ta' l-immaniííjar ta' l-iskart.", "It-terrapien jikkontribwixxi góal 80% tal-problema tal-Magótab, jiíifieri jekk dan ma jibqax jintrema fil-Magótab, ikun fadal biss l-20% skart domestiku, li jekk imbagóad, permezz tas-separazzjoni ta' l-iskart, jitnaqqas bin-nofs, fil-Magótab jibqa' jiddaóóal biss 10% ta' dak li jiddaóóal illum.", "Il-problema tal-landfills dejjem se tibqa' hemm, pero' se tkun 10% tal-problema ta' dawn l-aóóar snin.", "GÓalhekk is-separazzjoni ta' l-iskart hija inizjattiva li ta' min wieóed jinkoraííiha, góax kif qal tajjeb il-Ministru Pullicino, jekk nilóqu livelli – kif fil-fatt góamilna f'ðerti lokalitajiet – ta' 40%, inkunu lóaqna l-livelli tal-Íermanja, li góandha l-ogóla success rate ta' separazzjoni ta' l-iskart.", "Fl-Ingilterra, is-success rate hija ferm iktar baxxa.", "Bil-prova li góamilna, wara ftit xhur ksibna l-istess success rate tal-Íermanja.", "GÓalhekk m'góandniex naqtgóu qalbna.", "Il-gvern jista` jagómel óafna iktar minn hekk.", "Minbarra li jinkoraííixxi s- separazzjoni ta' l-iskart domestiku - xi óaía li góandha d-diffikutajiet tagóha góax tinótieí il-kooperazzjoni ta' numru kbir óafna ta' nies – jista' jesiíi li fid-dipartimenti governattivi, immedjatament jibda jkun hemm separazzjoni ta' l-iskart.", "Jekk inóarsu lejn il-waste paper bins li hawn f'din il-Kamra naraw ammonti kbar ta' karti.", "Úgur li m'hu qiegóed isir xejn biex dawn il-karti jiíu riðiklati.", "Din hija óasra.", "GÓalhekk il- gvern góandu jesiíi li góallinqas fid-dipartimenti tiegóu, b'mod immedjat tibda ssir is-separazzjoni ta' l-iskart b'mod effettiv.", "Aóna nistgóu ninkoraííixxu wkoll il-waste separation u waste recycling f'entitajiet bóalma huma l-lukandi.", "Fil-fatt diía' hawn lukandi li góandhom forom ta' separazzjoni u riðiklaíí ta' l-iskart fihom infushom.", "GÓalhekk góandna ninkoraííixxu, anzi nesiíu, li jkun hemm dan it-tip ta' skemi, filwaqt li norbtu skemi bóal dawn ma' permessi góall-bini ta' lukandi, fabbriki u stabbilimenti oórajn.", "Mr Speaker, qabel nikkonkludi nixtieq ngóid li nagómlu x'nagómlu, góandna dejjem inúommu f'moóóna din il-kwotazzjoni: We are not the bosses of taxpayers, they are ours.", "Din il-fraúi kien qalha d-direttur ta' l-IRS Amerikan, fl-1955.", "Kull min ióallas góal servizz, joóroí sodisfatt jekk jieóu value for money.", "Óadd ma jieóu pjaðir ióallas, imma jekk wieóed jieóu value for money góas-servizz li jkun qiegóed ióallas góalih, se joóroí sodisfatt.", "Jien ninsab konvint li ð-ðittadin Malti, li se jóallas biex flimkien intejbu l-ambjent, se joóroí sodisfatt bil-miúuri ambjentali li se jiíu ffinanzjati permezz ta' din il-kontribuzzjoni.", "Finalment, din il- kontribuzzjoni se twassal góal titjib fil-livell ta' l-góixien tagóna lkoll, ta' uliedna u tal-íenerazzjonijiet futuri.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Anílu Farrugia.", "ONOR ANÍLU FARRUGIA: Mr Speaker, óadt pjaðir óafna nisma' d-diskors ta' l- Onor. Pullicino Orlando góax f'dak li góandu x'jaqsam mal-óarsien ta' l- ambjent, l-oppoúizzjoni ma ssib l-ebda problema f'li jkun hemm politika serja u f'li jiíu indirizzati l-problemi kollha relatati ma' l-ambjent.", "Óadt pjaðir li propju l-Onor.", "Jeffrey Pullicino Orlando, membru parlamentari fil-gvern, óa poúizzjoni kontra l-partit tiegóu stess fir- rigward tal-kwestjoni tal-landfills.", "L-inizjattiva tiegóu kienet waóda ta' min ifaóóarha góax il-politika tal-gvern li jagómel landfill ódejn it- tempji ta' l-Imnajdra u Óaíar Qim kienet politika úbaljata, li íiet ikkritikata internazzjonalment u allura, fl-aóóar mill-aóóar íiet skartata.", "Riðentement, f'artiklu li ktibt f'\"The Times\", staqsejt dwar min se jagómel tajjeb góall-Lm100,000 li óallasna lil min góamel ir-rapport dwar il- proíett tal-landfill fl-Imnajdra.", "Staqsejt dan góax min jibgóat l-income tax return tard, jeóel Lm5, u jkollu jóallasha.", "Min se jagómel tajjeb góal dawn il-Lm100,000?", "Ormai, lill-gvern Nazzjonalista drajnih.", "Jekk jiúbalja hu, ma jimpurtax, u jekk jikkawúa l-problemi minóabba politika óaúina ta' tmexxija, jara kif jitfagóhom fuq il-óaddiem, fuq iú-úgóir.", "Huwa góalhekk li l-partit Laburista ma jaqbilx li l-eko-kontribuzzjoni góandha ssir taxxa.", "Dan il-poplu ma jiflaóx jibqa jiíi ntaxxat.", "L- oppoúizzjoni temmen li góandu jsir xi óaía biex dan il-poplu jitneúúa' mill- piúijiet kbar ta' taxxi li góandu.", "Ma ninsewx li ftit xhur ilu, il-VAT telgóet minn 15% góal 18%.", "Issa, kif jgóidu t-Taljani, sopra corna bastonata, minbarra li wieóed ióallas 18% fuq il-prodott jew servizz, irid ióallas ukoll l-eco-contribution.", "In-Nazzjonalisti góandhom dan il-fine tuning, li iúda huwa falz, góax eco-contribution ma tfisser xejn ólief taxxa, góax óadd ma jista' jagóúel li ma jóallashiex.", "Din m'hi kontribuzzjoni xejn, iúda hija taxxa oóra fuq il-konsumatur, fuq il- óaddiema middle class u lower class Maltin u GÓawdxin.", "Mr Speaker, dan kollu mhux il-partit Laburista biss qiegóed jgóidu.", "Anke hawn, wieóed irid joqgóod attent góal dak li kienu qegódin jgóidu n- Nazzjonalisti ftit tax-xhur ilu.", "Jien inóobb inúomm óafna diskorsi li jagómlu ðerti persuni, góalhekk nitlob il-permess tal-Kamra biex inpoííi fuq il-Mejda tal-Kamra intervista dwar l-eco-tax li kien ta Fabio Pirotta, uffiðjal góoli ta' l-MIC, il-famuú ðentru góall-informazzjoni dwar l-Unjoni Ewropea, fi úmien Simon Busuttil.", "Ma ninsewx li din l-intervista kienet ingóatat fiú-úmien meta kienet qiegóda ssir kampanja feroði biex il-poplu jivvota favur li Malta tidóol fl-UE.", "F'dak iú-úmien kienu jsiru óafna intervisti lil persuni mill-MIC, góax dak li kienet tgóid il-MIC kien vaníelu.", "F'din l-intervista, lil Fabio Pirotta, il-gazzetta \"The Malta Independent on Sunday\" staqsietu hekk:", "\"Will I have to pay some form of eco-tax imposed by the EU because of its high environmental standards?\"", "Ir-risposta ta' Fabio Pirotta kienet din:", "\"Even though there are high environmental standards in the EU, it does not have any environmental tax and EU citizens are not required to pay environmental tax or eco-tax or green tax imposed by the EU.", "There is no such tax.\".", "Fil-kampanja elettorali góar-referendum, in-Nazzjonalisti kienu qegódin jgóidu li góal dak li góandu x'jaqsam ma' l-ambjent, ma kellniex góalfejn noqogódu naósbu li se jkun hemm xi taxxa.", "Kellha tkun il-politika tal- gvern li kellha tindirizza lill-problema ambjentali.", "Aóna nafu li l-Onor.", "Zammit Dimech, li f'dak iú-úmien kien il-ministru responsabbli mill- ambjent, ma kellux rapport wieóed jew tnejn dwar kif l-ambjent kellu jiíi rraníat, iúda kellu pataflun ta' rapporti u konsulenzi li lkoll íew iffinanzjati mit-taxxi tal-poplu.", "Iúda minkejja dawn ir-rapporti kollha, fejn wasalna?", "Ma wasalna mkien.", "U din hija xi óaía recurring, li tirrepeti ruóha sena wara l-oóra.", "Bejn l-1996 u l-2001, ma nafx kemm-il rapport sar, iúda minkejja kollox, ma íara xejn.", "Mr Speaker, aóna bóala l-partit Laburista, x'qegódin ngóidu?", "L-ewwelnett aóna kellna politika li kienet tindirizza lill-problema tal-Magótab.", "Fil- perjodu qasir ta' amministrazzjoni Laburista, konna diía' qbadna lill-barri minn qrunu billi konna góamilna politika dwar fejn góandu jiíu depoúitat il- materjal tal-kostruzzjoni.", "F'din il-Kamra kemm-il darba ssemmiet il-kwestjoni tal-land reclamation.", "GÓaliex qatt ma qbadna dak it-terrapien li jammonta góal madwar 80% ta' l- iskart li jiííenera pajjiúna, u uúajnih góal-land reclamation?", "Kull pajjiú úgóir li jmiss mal-baóar, bóal Íibilta' u Singapore, jagómlu land reclamation, anke jekk ma jkollhomx proíett ippjanat.", "Ðipru huwa tletin darba ikbar minn Malta, u waóda mill-affarijiet li góamel hi li kabbar il- bajjiet.", "Óafna mit-turisti Ingliúi ma jinteressahomx mill-knejjes u l- katidrali, iúda jinteressahom biss mix-xemx u mill-bajjiet.", "GÓalhekk ið- Ðiprijotti kabbru x-xtut ta' pajjiúhom biex bajjiet ta' nofs kilometru wessgóuhom góal tlieta jew erba' kilometri.", "Aóna fl-ebda mument m'góamilna dan, anzi góamilna proíett f'San Íiljan, fejn infaqna óafna flus biex íibna r-ramel mill-Íordan, u óadulna kollox.", "Rigward il-kwestjoni tad-direttivi ta' l-Unjoni Ewropea, il-harmonisation eðð., pajjiúi serji li kienu kapaði jinnegozjaw, akkwistaw eúenzjonijiet minn ðerti tipi ta' eco-tax fuq prodotti u servizzi partikolari.", "Per eúempju l-gvern Ingliú iddeðieda li biex jipproteíi ðerti eneríiji li qiegóed jieóu servizz minnhom, ma jdaóóalx eco-tax fuqhom.", "Ovvjament, l-UE ikkritikatu góal dan l-aíir imma l-gvern Ingliú irraíuna li dawk li jissejóu greener energies m'góandhomx jaqgóu fil-bracket ta' the new ecological tax.", "Il-gvern Ingliú irraíuna li dawn il-forom ta' eneríija, they do not breech EU rules on state aid, góax ovvjament, l-eúenzjoni ta' ðerti prodotti jew servizzi mill-eco-tax hija forma ta' state aid.", "Mr Speaker, jekk inóarsu lejn il-lista li góandna quddiemna, lejn id- deskrizzjoni bil-pre-code li qiegóda fl-ewwel skeda, fejn hemm it-tariffa ta' l-eko-kontribuzzjoni, insibu li anke fir-rigward tar-riðiklaíí ta' ðerti prodotti, fejn allura, úgur li mhux se tkun qiegóda ssir ósara lill- ambjent....", "Kif nafu, f'pajjiúna hawn min jirriðikla t-tyres tal-karozzi, fejn minflok jintremew, dawn jerígóu jinbnew mill-ídid.", "Fil-code number 4012 tal-liíi qiegóed jingóad li góal \"retreated or used pneumatic tyres of rubber, solid or cushion tyres, tyre threads, tyre flaps or rubber\", l-eko- kontribuzzjoni se tkun ta' Lm2, daqs il-kontribuzzjoni góal tyres íodda.", "Din x'serjeta' hi, li min jixtri recycled tyres irid ióallas l-eco-tax daqs min jixtri tyres íodda?", "Il-gvern preúenti góandu problema ta' flus.", "Peress li ma qgóadx bil-góaqal u kellu politika úbaljata, issa jinsab fi stat ta' paniku kbir u allura, fejn jista' jaótaf, qiegóed jaótaf.", "Fejn jista' jagómel it-taxxi, qiegóed jagómilhom.", "Dan il-gvern lanqas kellu d-diðenza li mill-15% VAT fuq ðerti servizzi, jindirizza ðerti problemi ambjentali, anzi, wara l-elezzjoni íenerali úied il-VAT góal 18%.", "Issa, to top it all, introduða l-eco-tax.", "B'dawn it-taxxi kollha, kif jista' l-poplu Malti jibqa' miexi 'l quddiem?", "Din is-sistema m'hijiex qiegóda tagómel distinzjoni bejn min verament góandu kuxjenza favur l-ambjent u min m'góadux.", "Fejn huma l-inðentivi góal min irid jagómel sistema ta' eneríija solari fid-dar jew fil-fabbrika tiegóu?", "Úgur li f'pajjiúna nistgóu nuúaw din it-tip ta' eneríija bl-iktar mod massimu.", "Waóda mill-affarijiet li jistgóu jsiru hi li fir-reclaimed land isiru s-solar fields fejn ikunu jistgóu jitpoííew il-panels li jiííeneraw l-eneríija.", "Mill-iskart nistgóu noóolqu sistema li tipprovdi l- eneríija mingóajr spejjeú.", "Minkejja li f'pajjiúna góandna x-xorti li ngawdu x-xemx góal óafna sigóat matul il-íurnata, m'hu qegódin nagómlu xejn biex nibbenefikaw minnha.", "F'Ðipru, 40% tal-popolazzjoni, li tammonta góal madwar 600,000 persuna, juúaw is-solar energy, filwaqt li l-gvern jissussidja l-importazzjoni tal- prodotti li jiííeneraw din l-eneríija.", "Ormai, il-partit Nazzjonalista ilu 17-il sena fil-gvern, f'liema snin m'góamel assolutament xejn fir-rigward ta' alternative energy resources li seta' juúa.", "Madwar óames snin ilu, studenti universitarji, illum iníiniera, kienu góamlu proíetti kbar dwar l- uúu ta' l-eneríija solari, jiíifieri r-riðerka f'dan ir-rigward, saret.", "Iúda minkejja dan, il-gvern baqa' lura milli jottempra ruóu billi jagómel proíett li jkun jagómel sens.", "Óadt gost nisma' lill-Onor.", "Pullicino Orlando jirriferi góas-separazzjoni ta' l-iskart fis-Swieqi.", "Fl-opinjoni tiegói, dan kien pilot project tajjeb, li góandu jiíi nkoraííit f'areas oórajn.", "Fir-rigward ta' l- ambjent, minbarra li wieóed irid jara li jissepara l-iskart, irid joqgóod attent dwar xi prodott juúa biex jieóu l-eneríija.", "Iktar ma wieóed inaqqas mill-uúu taú-úejt, tal-faóam u ta' kull tip ta' riúors ieóor, iktar ikun qiegóed isaóóaó lill-pajjiú, anke mil-lat finanzjarju.", "Meta wieóed jonfoq inqas fuq iú-úejt, iktar flus se jibqgóu fil-pajjiú u iktar flus se jkunu jistgóu jintefqu f'affarijiet oórajn.", "Meta l-Íermaniúi ssieóbu fl-Unjoni Ewropea, ma qabdux u daóólu l-eco-tax fuq kollox, iúda qagódu attenti li meta per eúempju servizz ikun shared, wieóed ióallas inqas.", "Jekk tliet persuni juúaw taxi waóda, ikunu qegódin joóolqu inqas pollution milli kieku juúaw karozza kull wieóed biex imorru fl-istess destinazzjoni.", "Il-Íermaniúi qagódu attenti li jagómlu distinzjoni f'affarijiet bóal dawn, biex b'hekk bnew politika serja u raffinata.", "Il-politika ambjentali tal-Íermanja hija politika eððellenti.", "Il-Íermaniúi tant huma konxji mill-búonn tal-protezzjoni ta' l-ambjent, li waóda mill-affarijiet li góamlu kienet li jekk il-óaddiem iú-úgóir kien se jkollu jóallas taxxa úejda – bóalma se jiíri f'pajjiúna, permezz ta' din il- liíi li qiegóed jgóaddi l-gvern Nazzjonalista – ta' l-inqas kulóadd ióallas skond kemm joóloq pollution.", "Il-Íermaniúi rraíunaw li min m'góandux x'jaqsam mal-pollution m'góandux ióallas l-istess rata bóal min jimporta prodotti li jistgóu jagómlu ósara lill-ambjent.", "Il-Íermaniúi óolqu sistema ta' kumpens biex filwaqt li kulóadd ióallas l-eco-tax fuq ðerti prodotti, it-tax burden góandha tagómel tajjeb biex persentaíí minn din it-taxxa jintuúa óalli jnaqqas il-kontribuzzjoni soðjali.", "Il-óaddiem Malti, minbarra li qiegóed ióallas bejn 10% u11% tal-paga f'kontribuzzjoni soðjali, issa se jkollu jóallas ukoll l-eco-tax, mentri fil-Íermanja, lill- óaddiema ú-úgóar tnaqqsilhom il-persentaíí ta' kontribuzzjoni soðjali li kien ikollhom ióallsu, biex jagómel tajjeb góall-ólas ta' l-eco-tax.", "GÓalkemm mhux kull pajjiú góamel dan, il-Íermaniúi góamluha, filwaqt li baqgóu jirrispettaw l-istate aid rules ta' l-over-compensation.", "Ovvjament, la qegódin fil-klabb ta' l-UE, irridu noqogódu attenti fir-rigward tal- gadgets li ma nistgóux niððaqalqu minnhom, imma rigward il-parti fejn nistgóu niððaqalqu, allura nagómlu hekk.", "Qiegóed ngóid dan bóala eúempju, góax anke jekk inóarsu lejn il-bio-fuels....", "Nafu li f'pajjiúna hawn kumpannija li qiegóda tipproduði l-bio-diesel, u ðioe' úejt riðiklat li jería' jinóadem bóala diesel.", "Din hija xi óaía tajba, li góandna ninkoraííuha.", "J'Alla jkun hawn iktar kumpanniji li jinvestu biex joóolqu prodotti mill-iskart.", "Jekk inóarsu lejn l-iskeda li góandna quddiemna naraw li fejn jissemmew il- gear oil, il-white oil eðð., m'hemm l-ebda indikazzjoni dwar jekk dan huwiex úejt riðiklat jew le.", "\"Petroleum oils under the following headings\" qiegóda b'mod íenerali.", "Nista' nkun úbaljat.", "(Interruzzjonijiet) Onor. Fenech, j'Alla jien úbaljat.", "Qiegóed nitkellem b'mod oííettiv.", "Lil dawk il-kumpanniji f'pajjiúna li as a main producer jimmanifatturaw prodott li jkun il-konsegwenza ta' góaqal ambjentali, góandna ngóinuhom biex mhux biss ma jóallsux l-eco-tax meta qegódin jipproduðu, imma lanqas il-konsumatur jew min ikun qiegóed iqassam ix-xogóol ma jóallasha at the final point jew at any point in between.", "Fir-rigward tal-problemi ambjentali, il-Íermaniúi qalu li l-iktar problema li tinkwetahom kienet ir-riduzzjoni tal-carbon dioxide.", "Dan beda jiíri góax l-emissions mill-óruq tal-fuel, mill-power stations, mill-óruq tal- faóam tal-ferroviji kienu ta' aktar minn 35%.", "GÓalhekk il-Íermaniúi ddeðiedew li din il-problema ambjentali kienet waóda ewlenija, li kellha tiíi indirizzata b'mod immedjat.", "F'dan il-pajjiú, x'góamilna?", "Hawnhekk se jkollna nóallsu l-eco-tax anke jekk inqaxxru l-leója, jiíifieri biex filgóodu nagómlu ftit aftershave, irridu nóallsu t-taxxa.", "Ilkoll nafu li n-nisa jidilku wiððhom bil-creams filgóodu u filgóaxija, mhux b'kapriðð iúda biex iúommu wiððhom nadif.", "Anke fuq dawn il-creams, trid titóallas l-eco-tax.", "Ma nafx jekk huwiex se jkun hemm eco-tax fuq it-toilet paper ukoll, xi óaía li wieóed ma jistax ma juúax.", "Il-politika serja titlob li wieóed jindirizza lill-problema ambjentali, pero', filwaqt li jagómel it-taxxa, jara kif inaqqas it-tbatija taú-úgóir.", "Dan l-abbozz ma jagómel l-ebda distinzjoni bejn min huwa komdu u min qiegóed ibati.", "Il-Íermaniúi u l-Isvediúi, x'góamlu?", "Fir-rigward ta' l- elettriku ííenerat permezz tal-wave energy – li m'huwiex il-kaú ta' Malta, avolja jekk irridu, nistgóu nagómlu dan, góax il-gúejjer tal-Karibew, li óafna minnhom huma iúgóar minn pajjiúna, jiííeneraw 60% ta' l-eneríija li jeótieíu permezz tal-mewí - (Interruzzjonijiet) Jien m'iniex qiegóed ngóid li se ntellgóu 60%, u hawnhekk naqbel miegóek.", "Onor. Pullicino.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: M'góandekx wave energy biúúejjed.", "ONOR.", "ANÍLU FARRUGIA: GÓandek wave energy f'ðerti kosti, m'góandekx biúúejjed biex ittella' ðerta produzzjoni, imma jien nista' ngóidlek - u inti taf daqsi – li hawnhekk lanqas biss sar pilot project wieóed, meta kien hawn min irid jagómlu, biex jipprova jara jekk il-produzzjoni ta' l- eneríija tistax issir permezz tal-mewí tal-baóar.", "Fil-Karibew, kif qiegóed jgóid tajjeb l-Onor.", "Pullicino, hemm óafna tidal waves li jipproduðu iktar eneríija, iúda f'Malta, fil-grigalati ta' Jannar u Frar, jista' jkollna......", "Meta qegódin ngóidu nipproduðu l-eneríija, ma jfissirx li biex nuúawha dak il-óin iúda biex nerfgóuha.", "(Interruzzjonijiet) Le, mhux il-grigalati biss.", "Huwa góalhekk li jsir l-istudju.", "Qiegóed ngóid dan góax int il- ministru responsabbli, u góalhekk naóseb li taf li ðerti affarijiet jistgóu jsiru.", "Fil-fatt, góalhekk jeúisti l-kulleíí tax-xjenza, biex dawn l- affarijiet jiíu studjati.", "Fir-rigward tas-solar energy ma sar xejn, u jekk kien hemm xi óaía li kellha ssir, din kellha ssir mill-gvern.", "Jaf il-Ministru li f'pajjiúna m'hawnx lanqas uffiðju wieóed governattiv li juúa l-eneríija solari?", "Issa m'iniex qiegóed nitkellem dwar eneríija li tintuúa fil-Karibew, iúda fil- Mediterran.", "(Interruzzjonijiet) Mhux din hija l-problema f'dan il- parlament, Onor. Pullicino!?", "Aóna rridu nnaqqsu t-taxxi, mhux inúiduhom, biex noóolqu iktar íid.", "Kif nistgóu núidu l-kompetittivita' ta' pajjiúna meta nafu li mill-1 ta' Awwissu, hekk kif tgóaddi din il-liíi, se jogólew il-prezzijiet?", "Kemm ftaóru tal-partit Nazzjonalista li góax se nissieóbu fl-Unjoni Ewropea, il-prezzijiet tal-household appliances se jorósu!", "Issa, góax góadda kollox, il-prezzijiet ta' dawn il-prodotti se jerígóu jogólew, u mhux b'Lm1 jew b'Lm 2.", "Per eúempju television jista' jogóla bi Lm12, skond it-tubu.", "Il-microwave ovens kollha se jogólew b'Lm10, kemm dawk li jiswew Lm23 kif ukoll dawk li jiswew óafna iktar.", "Dawn iú-úidiet se jinóassu l-iktar miú-úgóir, minn min góadu jibda l-óajja.", "U x'se jieóu lura?", "Xejn, sempliðiment se jinóoloq fond.", "Mr Speaker, góall-income tax hemm l-inland revenue department u góall-VAT hemm id-dipartiment tal-VAT.", "Issa, góall-eco-tax se tinóoloq awtorita', mela din it-taxxa li se tiíi mposta .....", "(Interruzzjonijiet) U iva, awtorita` kompetenti.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO (Ministru góall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent): Jimporta ngóid xi óaía biex góallinqas ma niúgwidawx lin-nies li qegódin jisimgóuna?", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Pullicino, bil-permess ta' l-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Kemm fis-seduta tal-bieraó kif ukoll f'dik ta' dalgóodu, kemm jien kif ukoll l-Onor.", "Tonio Fenech góedna li m'aóna se noóolqu l-ebda awtorita' oóra biex tamministra l-eko-kontribuzzjoni.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Farrugia jista' jkompli bl-intervent tiegóu.", "ONOR.", "ANÍLU FARRUGIA: Filwaqt li nirringrazzja lill-Ministru ta' din l- ispjegazzjoni, irrid ngóid li úgur li se jkun hemm amministrazzjoni biex tenforza lil din il-liíi ídida.", "Ma naósibx li góal dan ix-xogóol se jintuúaw l-istess spetturi tal-VAT jew ta' l-income tax.", "(Interruzzjonijiet) Se tuúaw lill-ispetturi tad-dipartiment tal-VAT?", "Qiegóed nistaqsi dan biex ikun on record.", "Kollox sew, se jintuúaw l- ispetturi tad-dipartiment tal-VAT.", "Mr Speaker, nafu wkoll li l-piena amministrattiva, u mill-aspett legali, din hija farsa fuq il-fares, on failure to pay se ssir awtomatikament piena kriminali.", "Din il-piena amministrattiva, li tista' titla' góal eluf ta' liri, tista' wkoll tiíi konvertita f'piena ta' óabs, góax minbarra n-nuqqas tagóha......", "Óalli nikkwota:", "\"L-awtorita` timponi piena....\"", "Mr Speaker, l-Onor.", "Pullicino se joqgóod jinterrompini kull darba?", "MR SPEAKER: Onor. Ministru, l-Onor.", "Farrugia huwa in possession.", "Issa jekk jagótik permess. ...", "ONOR.", "ANÍLU FARRUGIA: Iva, nagótih permess, basta ma jeóodlix óafna óin.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Il-punt huwa dan, u spjegajtu l-bieraó fl- introduzzjoni tal-liíi.", "Huwa veru li hemm miktub hekk, pero' ilbieraó iddikjarajt li dak kollu li góandu x'jaqsam mal-pieni se jiíi lined mal- pieni li hemm fil-liíi tal-VAT.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "ANÍLU FARRUGIA: Kollox sew, nirringrazzjak.", "Ejjew naraw x'inhuma l- pieni in kwestjoni.", "Jekk dawn il-pieni se jiíu lined ma' dawk fil-liíi tal- VAT, se jkollna nies li góax ma jóallsux din il-piena amministrattiva, jispiððaw fil-óabs, góax kif jaf il-Ministru, min ma óallasx il-piena dwar il-VAT, spiðða fil-óabs.", "Kulma jagómel il-kummissarju tal-VAT hu li jagóti perjodu ta' úmien ðans biex wieóed ióallas, u jekk dan jibqa' ma jóallasx, jitressaq quddiem il-qorti tal-maíistrati, jeóel multa ta' Lm6 kuljum talli ma óallasx, u jispiðða fil-óabs.", "U mhux wieóed u tnejn spiððaw fil-óabs minóabba f'hekk!", "Issa hawnhekk......", "(Interruzzjonijiet) Óu paðenzja.", "Issa ngóidlek x'suppost nagómlu.", "Góallinqas ióallsu t-taxxa li nafu biha s'issa, mhux nimponulhom taxxi li qabel l-elezzjoni góednilhom li m'humiex se jiddaóólu f'pajjiúna.", "Diía' góedt x'qal is-Sur Fabio Pirotta, uffiðjal ta' l-MIC.", "U se npoííi dak li qal is-Sur Pirotta fuq il-mejda tal-Kamra óalli l-Ministru jaqraha, góax ma naósibx li góandu kopja tagóha.", "Fabio Pirotta qiegóed jgóid li there is no such tax.", "(Interruzzjonijiet) Issa kellmu wara, ðempillu bil-mobile u avúah...", "MR SPEAKER: Jekk jogóíobkom, no cross debates.", "Onor. Farrugia, nitolbok tindirizza lis-Sedja.", "ONOR.", "ANÍLU FARRUGIA: Aóna qegódin ngóidu li dwar dak li góandu x'jaqsam ma' l-infurzar, il-piena amministrattiva wkoll hija faúulla, u se ngóid góaliex.", "Il-bord ta' l-appell jinóatar mill-Ministru, jiíifieri l-Ministru stess ipoííi president li jkun avukat u membri oórajn fuq il-bord.", "Il-liíi tgóid li jekk kemm-il darba l-membri fuq dan il-bord jinóatru góal tliet snin, jistgóu jerígóu jinóatru góal tliet snin oóra, jiíifieri jekk jagómlu xogóolhom tajjeb, jerígóu jinóatru fuq il-bord.", "Din xi trasparenza hi, Mr Speaker?", "(Interruzzjonijiet) Napprezza li l-Onor.", "Pullicino huwa perit tajjeb u ta' l-affarijiet tiegóu, pero' dan huwa punt legali u góalhekk ikun aójar kieku jgóajjat lil xi óadd ieóor biex jitkellem dwar dan.", "Jien qiegóed ngóid li l-bord ta' l-appell se jkun maótur mill-Ministru, bil- president ikun avukat li jkollu s-setgóa li jisma' eðð.", "Dan il-bord irid jirrivedi deðiújonijiet ta' l-awtorita', skond kif jipprovdi dan l-att.", "U s-sorpriúi fir-regolamenti góad irridu narawhom la jaslu l-legal notices!", "Barra minn hekk, skond klawsola 27, dan il-bord ta' l-appell jista' jería' jinóatar góal tliet snin oóra, mill-istess ministru.", "Allura dan huwa tajjeb?", "Jiena ngóid li hawnhekk góandna ksur lampanti tad-dritt tal-bniedem li jkollu a fair hearing.", "Kif jista' jkun hemm a fair hearing meta l-membri tal-bord se jkunu politically appointed?", "Il-membri tal-bord úgur li m'humiex se jkunu persuni indipendenti, góax l-indipendenza ííib magóha s- security of tenure.", "Fejn hi s-security of tenure jekk il-Ministru jiddetermina jekk persuna tiíix appuntata góal tliet snin oóra jew le?", "Mr Speaker, mhux talli óriína óaúin bil-mod ta' kif qegódin nintroduðu lil din it-taxxa iníusta, taxxa uncalled for, taxxa li hija r-riúultat tal- politika óaúina tal-gvern Nazzjonalista, talli issa qegódin nagómlu wkoll dawn il-faúulli legali.", "Fir-rigward ta' l-administration fee, min se jkun responsabbli minnha se jiíi jaqa' u jqum minn min jeóel l-administration fine, li tista' tammonta góal eluf ta' liri, góax b'sempliðiment ittra uffiðjali, mingóajr ma jressaq lill-persuna konðernata quddiem il-qorti biex din tiííustifika jekk id-dejn ikunx dovut jew le....", "Klawsola 18 tgóid hekk:", "\"Bl-avviú imsemmi, kull persuna soííetta góal piena penali amministrattiva góandha tiíi avúata bil-miktub bl-ammont ta' penali dovut u bix-xorta tal-kontravvenzjoni.", "Malli l-persuna indikata b'notifika permezz ta' att maóruí mill-qorti, dan ikollu effetti ðivili u eúekuttivi.\".", "Dan ifisser li persuna, kiesaó u biered tirðievi karta ...", "Din hija fotokopja ta' dak li jiíri fir-rigward ta' l-income tax.", "Issa se jkollna l- eco-tax li se timxi fuq l-istess proðeduri ta' l-income tax, u ðioe' li meta persuna tirðievi ittra uffiðjali bl-ammont dovut, qisha rðeviet sentenza mill-qorti, góax ma tkunx tista' tikkontesta.", "Trid tóallas l- ammont indikat bilfors, imbagóad tista' tiftaó kawúa kontra l-gvern talli góamel din il-proðedura.", "Allura dan huwa tajjeb, Mr Speaker?", "Hekk irid il- poplu Malti?", "B'dan il-mod irridu mmexxu lil dan il-pajjiú, billi nimponu taxxi óalli nkomplu nkissruh, innaqqsu l-inðentivi minflok inkabbruhom, u billi jekk persuna tiúbalja b'mod amministrattiv, ma jkollha l-ebda difiúa quddiem bord, góax dan ma jkunx indipendenti, u jekk tingóata piena amministrattiva, issir eúekuttiva permezz ta' ittra uffiðjali?", "Mr Speaker, dan kollu jfisser li l-gvern preúenti huwa assolutament arroganti.", "Din hija liíi ta' arroganza kbira, mingóajr ebda fruntieri.", "Il- poplu Malti qiegóed jinduna b'dak li qiegóed jiíri.", "Il-poplu Malti jaf li qabel l-elezzjonijiet, óadd ma semmielu l-eco-tax fuq it-tyres tal-karozzi.", "Il-poplu Malti jaf li sa ftit xhur ilu, óadd ma qallu li se jkollu jóallas l-eco-tax fuq il-fliexken tal-plastik.", "Issa m'hemmx lok góal diskussjoni, góax it-taxxa fuq il-fliexken tal-óíieí, li jintuúaw góaxar darbiet, u t- taxxa fuq il-fliexken tal-plastik, li jintuúaw darba, se tkun l-istess.", "Fejn hi d-distinzjoni?", "(Interruzzjonijiet) F'code no. 2201 qiegóed jingóad li t-tariffa se tkun fuq \"Waters, including natural or artificial mineral waters and aerated waters, not containing added sugar or other sweetening matter nor flavoured; ice and snow\"", "irrilevanti minn jekk dan l-ilma jkunx fi fliexken tal-plastik jew tal- óíieí.", "Peress li xorta se titóallas taxxa fuq il-fliexken tal-óíieí, li huma environmentally friendly, in-nies se jibqgóu jixtru l-fliexken tal- plastik.", "M'iniex qiegóed ngóid li góandu jkun hekk, pero', peress li m'hijiex qiegóda ssir distinzjoni, hekk se jiíri.", "Il-Íermaniúi qagódu attenti!", "ONOR.", "MEMBRU: Góandek úball.", "ONOR.", "ANÍLU FARRUGIA: Il-Íermaniúi qagódu attenti.", "Issa jekk góandi úball, ikkoreíini.", "Anke fuq l-inbid prodott f'Malta minn fresh grapes imkabbrin f'Malta rridu nóallsu l-eco-tax!", "Din x'serjeta' hi, Mr Speaker?", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Jekk jogóíobkom, inúommu l-ordni.", "Onor. Farrugia, nitolbok tikkonkludi.", "ONOR.", "ANÍLU FARRUGIA: Jien góandi óafna iktar xi ngóid, imma m'iniex se nitlob extension góax naf bið-ðert li l-Ministru m'huwiex se jagótihieli.", "GÓalhekk se nóalli lill-kollegi tiegói biex ikomplu b'dan id-dibattitu.", "Ngóid biss li din hija liíi iníusta mill-bidu sa l-aóóar, góalhekk l- oppoúizzjoni se tivvota kontra, f'division.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Hawn permess biex l-Onor.", "Farrugia jqiegóed xi dokumenti fuq il-mejda tal-Kamra?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingóata.", "ONOR.", "ANÍLU FARRUGIA: Mr Speaker, inqiegóed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' artiklu li kien deher fil-óaría ta' \"The Malta Independent on Sunday\" tat-23 ta' Diðembru 2001, miktub minn uffiðjal tal-Malta-EU Information Centre (MIC), intitolat \"The Taxpayer\".", "MR SPEAKER: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Carmelo Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Show us the way and we will take up the challenge.", "Din hija l-aóóar sentenza tad-diskors li góamel tifel mill-iskola primarja Dun Íuúepp ta' San Íiljan, fl-okkaújoni tal-launching ta' l-eco-schools pilot project li kien sar fid-29 ta' Ottubru, 2002, fejn kienu pparteðipaw sitt skejjel.", "Show us the way and we will take up the challenge.", "Dan it- tifel kien qal din is-sentenza bóala appell lil min kien preúenti góal dan il-launching, fosthom membri mill-MEPA u l-Ministru ta' l-Edukazzjoni.", "Mr Speaker, il-gvern preúenti kif qiegóed jagótih dan ið-ðans lil dan it- tifel?", "Din hija l-mistoqsija li rridu nistaqsu.", "Il-gvern qiegóed jagóti ð- ðans lill-poplu Malti biex jidóol góall-isfida fil-qasam ambjentali billi jdaóóal taxxi íodda marbuta ma' l-ambjent.", "L-isfortuna iúda hi li t-taxxi li qegódin jiíu ntrodotti permezz ta' dan l-abbozz ta' liíi, m'humiex se jagómlu íid lill-ambjent.", "Kieku se nóallsu, u fl-aóóar mill-aóóar se naraw ir-riúultati, kieku góandna miri ta' fejn se naslu fi ftit snin oóra, allura nkunu nistgóu ngóidu li góal dak li se nóallsu, fi úmien sena se jkollna ðertu tnaqqis minn prodotti li m'humiex environmentally friendly.", "Ið-ðans li qiegóed jagóti l-gvern lill-poplu Malti hu li b'mod óaúin qiegóed iíiególu jóallas taxxi íodda.", "Jekk inóarsu lejn l-góanijiet u r-raíunijiet ta' dan l-abbozz ta' liíi nsibu li l-góan hu:", "\"Biex isir ólas ta' eko-kontribuzzjoni fuq prodotti li jispiððaw fi skart u li jagómlu ósara lill-ambjent\".", "L-uniku góan ta' dan l-abbozz ta' liíi hu li jsir ólas ta' eko- kontribuzzjoni.", "Minflok \"kontribuzzjoni\", aóna bóala partit Laburista qegódin nuúaw il-kelma \"taxxa\", góax fl-aóóar mill-aóóar, dan hu dak li qiegóed jipproponi dan l-abbozz ta' liíi.", "L-istess góanijiet u raíunijiet ta' dan l-abbozz ta' liíi qegódin jikkonfermaw li l-uniku skop tiegóu huwa l-íbir ta' iktar taxxi, mhux ta' inðentivi favur l-ambjent, bóal per eúempju li wieóed ióajjar li jintuúaw prodotti environmentally friendly.", "Dan l-abbozz qiegóed jgóid li jekk persuna m'hijiex konxja, allura trid tóallas.", "Dan l-abbozz ma joffrix inðentivi veri u proprji li fi úmien qasir, fil-medium term jew anke aktar fit-tul, nibdew nuúaw prodotti li huma iktar environmentally friendly.", "Mr Speaker, dan id-diskors m'huwiex qiegóed jingóad biss minna bóala oppoúizzjoni, biex óaddieóor ikun jista' jgóid li bóas-soltu, l- oppoúizzjoni qiegóda tgóid il-kontra ta' dak li qiegóed jgóid il-gvern.", "Dan m'huwiex il-kaú, góax fejn qbilna mal-gvern, góedna li qbilna u vvutajna favur dak li kien qiegóed jipproponi.", "Dan li qegódin ngóidu huwa l-fehma tal-poplu Malti b'mod iníenerali.", "F'dawn il-jumejn kelli ð-ðans li nitkellem mal-kollegi tiegói tax-xogóol, u meta staqsejt persuna partikolari dwar x'jidhrilha dwar dan l-abbozz ta' liíi qaltli biex nissostitwixxu l-kelma \"eco\" bil-kelma \"consumer\", góax fl-aóóar mill-aóóar din hija taxxa fuq il-konsum.", "Minbarra l-pubbliku in íenerali, li forsi segwa d-dibattiti jew qara l- íurnali, anke l-GRTU u l-FOI huma ta' l-istess fehma.", "Fil-fatt, fi stqarrija li óaríu, kemm il-GRTU kif ukoll l-FOI qalu ðar u tond li huma jinsabu konðernati bis-sóió dwar dak li qiegóed jipproponi l-gvern, li ma jaqblux mal-mod ta' kif l-affarijiet qegódin jiíu proposti u li peress li t- tassazzjoni f'pajjiúna diía' laóqet livell góoli óafna, din it-taxxa ídida se tkompli tnaqqas il-kompetittivita' tagóna bóala pajjiú.", "Fil-fatt, anke meta mqabbla mal-pajjiúi membri ta' l-Unjoni Ewropea, aóna wieóed mill- pajjiúi li l-iktar li qegódin nintaxxaw, a paragun mal-GDP tagóna.", "GÓalhekk, il-fehma b'mod íenerali hi li dan il-pajjiú ma jiflaóx góal iktar taxxi.", "Ðertament li din il-kwestjoni ta' iktar aktar taxxi tinkwadra ruóhu fis- sitwazzjoni ekonomika preúenti.", "Ma nistgóux naraw lil dan l-abbozz fi kwadru góalih waódu u ninsew il-kumplament tas-sitwazzjoni ekonomika ta' pajjiúna.", "Il-gvern góandu búonn jagóti kas tas-sitwazzjoni ekonomika f'pajjiúna.", "Kieku góandna sitwazzjoni ekonomika tajba jew kieku l- prospetti huma tajbin óafna, ngóidu li ma jimpurtax góax il-íid li jkun qiegóed jiíi ííenerat, fl-aóóar mill-aóóar se jissarraf fi dóul akbar góall- gvern, u allura l-gvern ma jkollux búonn li jkabbar l-introjtu tiegóu billi jintroduði taxxi íodda.", "Pero', il-fatt li qiegóed jintroduði taxxi íodda huwa inkwetanti góax minkejja li s-sitwazzjoni ekonomika m'hijiex waóda feliði, il-gvern qiegóed ikompli jikkontribwixxi b'mod negattiv biex din is- sitwazzjoni ma tiíix irraníata.", "Nería' ngóid li kemm il-GRTU kif ukoll l- FOI qegódin iwissu lill-gvern biex joqgóod attent góax is-sitwazzjoni hija óaúina u ma tidhirx li tista' tiíi rraníata f'qasir úmien.", "GÓalhekk il- gvern m'góandux ikun hu li jkompli jikkontribwixxi biex nibqgóu kif qegódin bóalissa, jew addirittura mmorru góall-agóar.", "Mr Speaker, meta nitkellem dwar affarijiet ta' natura finanzjarja, kemm-il darba nappella lill-gvern - s'issa mingóajr suððess imma dejjem bit-tama li xi darba, xi óadd jipprova jagóti kas - biex jagóti kas tal-karbiet li óeríin minn fomm dawk in-nies li jaódmu f'dan il-qasam u biex jagómel eúami tal-politika fiskali tiegóu, ta' kif it-taxxi li ntroduða tul is-snin wassluna góas-sitwazzjoni ekonomika li ninsabu fiha.", "Hemm búonn li l-gvern jikkonsidra jekk wasalx iú-úmien li jagóti ftit tan-nifs biex forsi s- sitwazzjoni ekonomika taqbad ir-ritmu mixtieq u biex it-tkabbir ekonomiku jkun wieóed reali.", "Góalhekk nería' nappella lill-gvern biex jagómel eúami tal-politika fiskali.", "B'dak li qiegóed jipproponi f'dan l-abbozz ta' liíi, qiegóed ikompli jitfa' lil dan l-argument lura.", "Úgur li permezz ta' din it- taxxa, il-klima ekonomika se tintlaqat b'mod óaúin u l-pajjiú ma jiflaóx góal dan kollu.", "Fl-introduzzjoni tiegóu, il-Ministru qal li l-gvern jinsab impenjat bis- serjeta' fir-rigward ta' l-ambjent.", "Jiena nemmen li l-Ministru Pullicino góandu góal qalbu lill-ambjent u li qiegóed jagómel il-parti tiegóu, pero' hu semma' lill-gvern.", "Allura l-mistoqsija hija awtomatika.", "Dan huwa minnu?", "Meta wieóed jiftakar li l-partit Nazzjonalista ilu fil-gvern mill- 1987 - góax kieku tela' fil-poter sentejn ilu biss, wieóed jifimha, imma kwaúi l-maííoranza tal-membri tal-Kabinett ilhom hawn mill-1987 jew minn ftit wara – bilforsi jistaqsi kemm dan il-gvern huwa verament impenjat bis- serjeta' fir-rigward ta' l-ambjent, góax kieku tul is-snin kien verament impenjat bis-serjeta' fir-rigward ta' l-ambjent, kieku llum góandna óafna inqas problemi – m'iniex se ngóid li kieku m'góandniex problemi, góax dawn ma jistgóux jiíu eliminati kompletament – milli fil-fatt góandna.", "Meta wieóed jara x'sar b'mod konkret biex l-ambjent jiíi verament protett u mtejjeb, sfortunatament il-mistoqsija tiíi mwieíba weóidha.", "It-track record ta' dan il-gvern jixhed li l-gvern Nazzjonalista, tul is-snin ma kienx verament impenjat bis-serjeta' fir-rigward ta' l-ambjent.", "J'Alla li r-rotta tinbidel u j'Alla li l-ministru l-ídid – góax dan m'huwiex l-ewwel ministru ta' l-ambjent, mill-inqas kien hemm tnejn oóra li kienu responsabbli mill-ambjent u li naóseb li nbidlu góax ma tawx ir-riúultati li wieóed kien qiegóed jistenna – responsabbli mill-ambjent u mill- implimentazzjoni ta' politika ambjentali, twassal biex il-gvern ikun verament impenjat bis-serjeta' f'dan ir-rigward.", "Mr Speaker, hemm imbagóad argument ieóor.", "Kif jista' jkollna fiduðja li dan l-abbozz, li l-iskop tiegóu huwa li jdaóóal taxxa fuq l-ambjent, se jtejjeb lill-qasam ta' l-ambjent, meta l-iskop primarju tiegóu , biex ma ngóidx l-uniku skop, huwa li l-gvern idaóóal iktar flus biex jonfoqhom, skond hu, fi proíetti marbuta ma' l-ambjent?", "Il-Ministru qal li se jkun hemm fond dedikat góall-ambjent u li l-flus li se jidólu minn din it-taxxa l-ídida se jmorru f'dan il-fond, biex jintefqu proprju f'dan il-qasam.", "Dan huwa dak li qal il-Ministru fl-introduzzjoni tiegóu.", "L-Onor.", "Pullicino rrifera wkoll góall-flus li íejjin mill-Unjoni Ewropea, liema flus m'humiex se jkunu biúúejjed biex il-gvern iwettaq il-proíetti ppjanati, filwaqt li jkompli góaddej bir-running tagóhom, li ovvjament jinvolvi spejjeú li m'humiex úgóar.", "Jiena ngóid li huwa tajjeb li íejjin il-fondi mill-Unjoni Ewropea.", "Allaóares ma jkunx hekk, iktar u iktar wara l-probaganda kollha li saret dwar li l-Unjoni Ewropea se ssolvielna l-problemi ambjentali ta' pajjiúna!", "Ilkoll niftakru xi propaganda kienet saret qabel kull elezzjoni u qabel ir- referendum dwar li kwaúi kwaúi aóna nistgóu noqogódu bil-qiegóda góax l- Unjoni Ewropea se issolvielna kollox hi.", "Dawn huma l-messaííi li waslu góand il-poplu.", "Jekk kenux intenzjonati jew le, ma nafx, pero' dawn huma l- messaííi li waslu góand in-nies.", "Fil-fatt, Mr Speaker, meta aóna nitkellmu mal-poplu niltaqgóu ma' bosta ðittadini li kienu jittamaw li dak li m'góamlux il-gvernijiet Maltin tul is- snin, f'dak li góandu x'jaqsam ma' l-ambjent, se tagómlu l-Unjoni Ewropea hekk kif insiru nissieóbu fiha.", "Din kienet it-tama ta' kull ðittadin Malti u GÓawdxi li góandu góal qalbu l-ambjent.", "Jien nería' nistaqsi kif iððaqlaq il-gvern wara din il-propaganda kollha u wara li sirna membri fl-Unjoni Ewropea.", "Iððaqlaq billi se jintroduði taxxi íodda.", "Meta wieóed jagósar kollox jirrealizza li wara ftit xhur mis- sóubija tagóna fl-Unjoni Ewropea, l-ewwel pass tal-gvern fir-rigward ta' l- ambjent kien li jintroduði taxxi íodda.", "Mr Speaker, minn fejn íie l-ósieb ta' dan l-abbozz ta' liíi?", "Din il-liíi ssemmiet fl-aóóar budget, u issa, lejliet budget ieóor, se naraw l- introduzzjoni tagóha.", "GÓalhekk huwa tajjeb li niffriska ftit il-memorja billi naraw x'intqal f'paína 41 tad-diskors tal-budget góas-sena 2004, u ðioe':", "\"Il-prattika trid tkun li nnaqsu l-iskart u t-tniííiú kemm jista' jkun.", "Dan jista' jsir bi tliet modi: 1. b'tagólim kostanti, li jfisser l-góaúliet li góandna quddiemna u kif inkunu aktar attenti góal kulma jaffetwa l-ambjent; 2. bi ólas adegwat li jsir minn min jinkwina, biex l-inkwinament jitnaqqas kemm jista' jkun u jissewwa meta jsir; 3. b'investiment biex nipproduðu eneríija b'mod aktar effiðjenti u nadif u biex noóolqu prodotti li meta jiíu skartati, joóolqu l-inqas inkwinament possibbli.\".", "Din il-liíi suppost li hija mnebbóa minn dan id-diskors li góamel il- Ministru tal-Finanzi fl-aóóar budget, fir-rigward ta' l-ambjent.", "GÓal darb'oóra, minn dak li góedna m'hemm xejn.", "Jekk inóarsu lejn dawn it- tliet punti nsibu li l-ebda waóda ma teúisti f'dan l-abbozz li góandna quddiemna.", "Nistgóu ngóidu li minbarra l-VAT, li mill-aóóar budget údiedet bi tliet punti perðentwali, góandna issa introduzzjoni ta' taxxa oóra fuq il-konsum, li qiegóda tissejjaó eko-kontribuzzjoni iúda fl-opinjoni tagóna hija eko-taxxa.", "Fil-budget li góadda, il-Ministru tal-Finanzi qal li t-tnaqqis ta' l-iskart u t-tniííiú irid isir b'tagólim kostanti.", "Fejn jirriúulta f'dan l-abbozz ta' liíi li se jkun hemm xi kampanja ta' edukazzjoni?", "Il-Ministru Pullicino fl-ebda óin ma qal li se ssir kampanja edukattiva jew poíía paper fuq il-mejda tal-Kamra biex isir pjan serju ta' edukazzjoni, mill-kbir saú- úgóir, óalli jkabbar il-kuxjenza fil-qasam ambjentali.", "Mela dwar dak li góandu x'jaqsam ma' tagólim kostanti, s'issa ma smajna xejn.", "Fil-budget intqal li jrid iris ólas adegwat minn min jinkwina, mhux mill- konsumatur.", "Forsi hawn min qiegóed jgóid li min jinkwina huwa wkoll konsumatur, pero' jiena nifhem li meta wieóed juúa ðerti kriterji ta' green taxes ta' pajjiúi barranin, ir-riúultat ikun li l-industrija l-kbira, li tinkwina l-aktar, trid tóallas l-aktar, biex tiíi míiególa ssib miúuri alternattivi góal dak l-inkwinament.", "It-tielet proposta tal-budget li góadda góat-tnaqqis ta' l-iskart u t- tniííiú kienet permezz ta' investiment biex nipproduðu eneríija b'mod aktar effiðjenti u nadif.", "S'issa, minn dan ukoll smajna ftit li xejn, ólief lista ta' xewqat.", "Dwar kif se jseóóu dawn ix-xewqat, fuq il-karta ma deher l-ebda pjan partikolari.", "Jekk imbagóad inóarsu lejn ktejjeb ieóor li íie ppreúentat mal-budget, li huwa l-preúentazzjoni tal-punti ewlenin, f'paína 44 insibu úewí punti partikolari li jikkonðernaw dak li qiegóed jingóad f'dan l-abbozz ta' liíi.", "Dawn huma l-punti ewlenin li fuqhom il-gvern kien qiegóed ixejjer il- bandiera tal-budget tiegóu.", "L-ewwel punt jgóid li góandna nóarsu l-ambjent \"b'tagólim kostanti, li jfisser l-góaúliet li góandna u kif inkunu aktar attenti f'kulma jaffettwa l-ambjent\".", "Dan l-abbozz ta' liíi qiegóed jagóti kas ta' dan il-punt?", "It-tweíiba hija le.", "It-tieni punt li nixtieq nikkwota, li huwa r-raba' fil-lista tal-punti ewlenin tal-budget góas-sena 2004, jgóid li góandna nóarsu l-ambjent \"bi ólas adegwat li jsir minn min jinkwina ...\" – góal darb'oóra, dan suppost li huwa punt kardinali – \"... biex l-inkwinament jiíi newtralizzat\".", "Imbagóad, b'tipa iúgóar insibu li \"se ndaóólu kunðett ídid ta' eco-contribution fuq il-kontenituri, biex inóeííu l-uúu ta' kontenituri li jerígóu jintuúaw\".", "Jiena niftakar li ftit qabel l-elezzjoni jew ir-referendum, kienet inqalgóet kwestjoni dwar l-uúu tal-fliexken tal-plastic, minóabba direttiva li tgóid li jridu jintuúaw il-fliexken tal-plastik.", "Meta góedna li dawn se jikkreaw Magótab ieóor, qlajna ftit ðanfir mhux óaúin min-naóa tal-gvern, fejn qalilna li qegódin ngóaííbuha góax se jkun hemm min jiíbor dawk il- fliexken biex jiíu riðiklati eðð., meta l-kaú hu li flixkun tal-óíieí huwa iktar environmentally friendly minn flixkun tal-plastik.", "Kif nisimgóu fir- reklami, il-passat m'huwiex mera tal-futur, pero', fil-kwestjoni ta' l- ambjent, wisq nibúa' li iva, il-passat jista' jkun mera tal-futur.", "Iktar 'il quddiem nixtieq insemmi xi kriterji li wieóed kellu juúa biex jintroduði l-eco-tax, pero' nixtieq inkompli nitkellem dwar xi punti oórajn, imbagóad niíi lura góal dawn il-kriterji li forsi l-gvern seta' óares lejhom qabel introduða din l-eco-tax.", "F'dan l-istadju nixtieq nistaqsi dwar x'kampanja edukattiva íiet imóejjija biex fuq skala nazzjonali, wieóed jeduka lill-poplu.", "Ilkoll nafu li l- kurrikulu nazzjonali kultant jitkellem b'mod kemmxejn vag dwar il-qasam ta' l-ambjent.", "Naóseb li hemm búonn li anke permezz ta' reviújoni tal- kurrikulu nazzjonali, naraw li fl-iskejjel tagóna jkun hemm edukazzjoni ambjentali bis-serjeta', sa mið-ðokon.", "Jekk irridu verament nibdlu l- kultura jew indaóólu kultura ídida f'pajjiúna biex inkunu iktar konxji ta' l-ambjent, ma nistgóux ma nibdewx mill-iskejjel.", "Góalhekk hemm búonn li l- kurrikulu nazzjonali jitkellem b'mod ðar dwar il-qasam ta' l-ambjent, u li dan jiíi nkluú fl-iskejjel b'mod regolari.", "Jiena ppruvjat infittex anke fuq l-internet góal dak li góandu x'jaqsam ma' edukazzjoni ambjentali biex nieóu xi ideat ta' x'jista' jsir u sibt affarijiet li jistgóu jkunu attraenti kemm góat-tfal kif ukoll góall-kbar.", "Hemm búonn li nagófsu aktar fuq l-iskejjel tagóna góax óafna drabi t-tfal jedukaw lill-íenituri tagóhom, anke jekk ikunu ta' ðerta eta' góaliex kultant il-problema m'hijiex kif se nedukaw lit-tfal imma kif se nedukaw lill-kbar.", "Jien naóseb li jekk ma nibdewx mill-edukazzjoni fl-iskejjel tagóna ma naslux.", "Mr Speaker, tul iú-úmien rajna li kull gvern, kien min kien, úied is-sisa fuq is-sigaretti bit-tama li jonqos it-tipjip pero' sfortunatament mill-istatistika naraw li dan ma seóóx góaliex óafna nies góadhom imutu kaíun tat-tipjip.", "Jekk fl-ambjent se nimxu bl-istess riga, wisq nibúa' li l-problemi ambjentali se jikbru u ma nkunu qed insolvu xejn billi ndaóólu t-taxxi fuq l-ambjent góaliex is-soluzzjoni hija l- edukazzjoni bis-serjeta'.", "Pero' trid tkun edukazzjoni bis-serjeta' mið- ðokon u fuq skala nazzjonali.", "Góalhekk nería' nappella li fil-qasam ta' l- edukazzjoni l-kurrikulu góandu jiíi emendat biex jitkellem b'mod ðar u jkun hemm skemi apposta kif din l-edukazzjoni ambjentali tista' ssir.", "Barra minn hekk, trid issir ukoll kampanja edukattiva fuq skala nazzjonali óalli l-poplu Malti jiíi edukat fuq l-ambjent.", "Ma nistgóux nibqgóu nitkellmu fl- ajru imma rridu bilfors naslu biex inbiddlu din il-kultura b'edukazzjoni.", "U hawnhekk nixtieq insemmi punt fuq il-wardens.", "Jekk niftakar sewwa meta kienu íew introdotti l-wardens kien intqal li góall-ewwel tliet xhur kienu se jibdew biex jedukaw u jwiddbu lill-poplu u allura ma kellhomx jagótu ðitazzjonijiet.", "Ma naósibx li góadda xahar li ma bdejniex nirðievu lmenti li persuni qed jingóataw ðitazzjonijiet mill-wardens.", "Jiíifieri l-konðett ta' edukazzjoni ma jridx ikun biss xi óaía fl-ajru imma rridu nuruh bil- fatti.", "Góalkemm góidna li l-ewwel rwol tal-wardens kellu jkun li jedukaw lill-poplu, fil-verita' dan m'góamluhx.", "Ladarba qed nitkellem fuq il- wardens nixtieq nagómel parenteúi úgóira u ngóid li l-wardens góandhom jikkonðentraw fuq affarijiet li huma marbuta ma' l-ambjent iktar milli moóóhom biex jagótu ð-ðitazzjonijiet li huma marbuta mat-traffiku góaliex óafna drabi minkejja li góandna liíijiet fuq l-ambjent, bóall-Litter Act u diversi liíijiet oóra, nispiððaw qisna qed ngóixu on a no man's land fejn óadd ma jagóti kas l-ambjent.", "Kultant ninnota li l-wardens joqogódu wkoll f'toroq arterjali biex jagótu ð-ðitazzjonijiet, fejn naóseb li mhux suppost ikunu góax ma jkunux fil-konfini tal-kunsill lokali li miegóu jkunu assenjati biex jagómlu x-xogóol tagóhom.", "Jien nemmen li l-wardens góandhom jaraw li jikkonðentraw iktar fuq affarijiet li huma marbuta ma' l- ambjent fil-lokalita' li jkunu u iktar milli jieódu gost jagótu ð- ðitazzjonijiet góandhom iktar jieódu gost jedukaw u jwiddbu lill-poplu.", "Óafna drabi ðertu nies tant draw, per eúempju, jarmu l-pakkett tas- sigaretti mill-karozza, li jagómluha mingóajr ma jindunaw pero' jekk wieóed jiíbdilhom l-attenzjoni forsi góada pitgóada jikkonvertu u ma jibqgóux jagómlu dawn il-ómerijiet li góadna narawhom isiru fit-toroq tagóna.", "Góalhekk nería' nisóaq fuq l-edukazzjoni.", "Jien nistaqsi wkoll x'politika góandu l-gvern fil-qasam ambjentali b'mod óolistiku?", "Ma jidhirlix li jeúisti xi dokument li juri l-policy tal-gvern f'dan il-qasam u fejn irid jasal b'mod íenerali u b'mod sóió fil-qasam ta' l-ambjent.", "Jien infakkar li ftit tas-snin ilu l-partit Laburista kien góamel dokument dwar l-ambjent li kien jismu \"Ambjent b'Saóótu góal Saóóitna\" u hawn l-Onor.", "Joe Mizzi li jista' jikkonferma dak li qed ngóid góaliex kien wieóed minn ta' quddiem nett biex dan id-dokument sar.", "Kienet saret kritika góal dan id-dokument góaliex kien hemm min qal li ma kienx fattibbli jew li ma stajniex nagómluh jekk ma nsirux membri ta' l- Unjoni Ewropea.", "Pero' l-fatt jibqa' li l-politika ambjentali tal-partit Laburista hija dikjarata f'dan id-dokument u nemmen ukoll li dan id- dokument hemm búonn jibqa' jiíi aííornat u míedded skond iú-úmenijiet.", "Naturalment l-element ta' edukazzjoni mið-ðokon insibuha wkoll f'dan id- dokument u allura min jgóid li l-partit Laburista fl-oppoúizzjoni jikkritika mingóajr ma joffri alternattivi, ma jkunx qed jgóid il-verita'.", "Nixtieq li l-gvern ikollu dokument ambjentali óalli nkunu nafu fejn se jasal, kif beósiebu jasal u f'liema oqsma.", "Mr Speaker, irrid infakkar li fis-sena u ftit xhur li l-partit Laburista góamel fil-gvern bejn l-1996 u l-1998 wera li kien gvern impenjat favur l-ambjent u se nsemmi ftit eúempji.", "Konna ilna snin nisimgóu fuq l-impjant ta' riðiklaíí ta' Wied il- Góajn, speðjalment mir-residenti tan-naóa t'isfel ta' Malta, cioe' Wied il- Góajn, iú-Úejtun, Óaú-Úabbar li huma l-lokalitajiet fejn nikkontesta jien.", "Niftakar li meta kkontestajt l-ewwel darba fl-elezzjoni ta' l-1996 kienet saret laqgóa góar-residenti ta' Wied il-Góajn f\"Marsascala stess fuq dan l- impjant ta' riðiklaíí u wara ftit li sar ministru responsabbli mill-ambjent l-Onor.", "George Vella, kienet instabet soluzzjoni.", "Góalkemm kultant góadha tinxtamm ðertu rióa, pero' jidhirli li sal-lum is-soluzzjoni góall- impjant tar-riðiklaíí góadha tiíi mplimentata.", "Dan juri l-gvern Laburista bejn l-1996 u l-1998 kien verament impenjat u fil-ftit úmien li góamel fil- gvern - góax fl-aóóar mill-aóóar wieóed irid jirrikonoxxi li sena u nofs m'humiex 15-il sena - beda jaffronta l-problemi ambjentali waóda wara l- oóra.", "Per eúempju, kien hemm diffikulta' fuq kif wieóed jieóu kejl tad-dóaóen u jidhirli li kien hemm xi makkinarju li ma kienx qed jintuúa li fl-aóóar ra d-dawl u beda jintuúa.", "Inutli noqogódu nitkellmu dwar id-dóaóen u l- emissions jekk meta niíu biex nitkellmu ma nsibux statistika biex inkunu nafu fejn qegódin u kif se nieódu l-passi neðessarji!", "Kellna wkoll il- biðða xogóol tal-barrieri li óafna minnhom kienu mitluqin u kienu saru biss óofra kbira u gvern Laburista kien iddeðieda li l-iskart li jkun íej mill-qasam tal-kostruzzjoni li jekk m'iniex sejjer úball, jammonta góal 85% jería' jibda jintefa' f'dawn il-barrieri vojta.", "Niftakar li dak iú- úmien kien hemm xi oííezzjoni mill-planning authority góax qalu li kienet se tiíi affettwata l-water table.", "Pero' jien ma nistax nifhem kif tista' tagómel ósara lill-water table meta qed titfa' skart li jkun íie mill- barrieri u titfgóu lura f'barrieri vojta!", "Imma xi kultant ma tistax tifhem kif jirraíunaw ðertu nies u la m'iniex espert ma nista' nagómel xejn.", "L- esperti kienu qalu hekk u tawlu l-proðess biex kwaúi 85% ta' l-iskart tagóna li íej mill-bini tal-kostruzzjoni jintefa' lura minn fejn oriíinarjament ikun íie.", "Dawn kienu ftit mill-inizjattivi li kien beda jieóu gvern Laburista bejn l- 1996 u l-1998.", "Mr Speaker, ma nistgóux nibqgóu nillapazzaw fil-qasam ta' l-ambjent.", "Ólejna wisq úmien, góandna wisq problemi u naóseb li f'ðerti oqsma diía' qegódin tard wisq.", "Góalhekk ma nistgóux nibqgóu nillappazzaw billi nintroduðu l-eko-kontribuzzjoni – li fl-opinjoni tagóna hija eko- taxxa - li l-iskop ewlieni tagóha huwa li ndaóólu aktar flus biex nitfgóuhom fil-óofra finanzjarja tal-gvern.", "L-istess ex-prim ministru ta' dan il-pajjiú qal li hemm búonn nieódu d-deðiújonijiet u ma nistgóux nibqgóu nillappazzaw.", "L-isfortuna hi li dan id-diskors qalu wara li kien ilu 14-il sena fil-gvern.", "Góalhekk ma nistgóux nkunu konvinti li l-gvern huwa impenjat bis-serjeta' fil-qasam ambjentali l-ewwelnett góaliex dejjem illappazza u t-tieni nett góaliex dak li qed jiíi propost ma jikkonvinðiniex li l-affarijiet qed jitteódu bis-serjeta'.", "Wara li qrajt l-abbozz ta' liíi li góandna quddiemna, nixtieq nagómel ftit mistoqsijiet biex il-ministru jkun jista' jwieíeb fl-góeluq tiegóu góaliex forsi jista' jkun li fhimt óaúin.", "Jekk niftakar tajjeb fl-introduzzjoni tiegóu l-ministru qal li l-ósieb tal-gvern huwa – u fil-fatt dan huwa mniúúel ukoll fil-liíi - li l-produttur ióallas din l-eko-kontribuzzjoni u mhux il-konsumatur.", "Pero' jien nixtieq nistaqsi jekk il-produttur hux se jgóaddiha fuq il-konsumatur.", "Ma nixtieqx li l-ministru jirrispondini li jittama li ma jiírix hekk imma nixtieq li l-gvern jagóti garanzija lill- konsumatur li m'huwiex se jkun hu li jíorr il-piú ta' din it-taxxa li qed tissejjaó kontribuzzjoni.", "Il-liíi tgóid b'mod ðar li se jkun il- produttur li se jóallas il-kontribuzzjoni bit-tama li din ma tgóaddix fuq il-konsumatur pero' aóna nafu li ma jiírix hekk.", "Klawsola 5 tgóid li f'kaú ta' irkupru ta' skart l-awtorita' kompetenti tista' tóallas lura l-eko-kontribuzzjoni u l-produtturi:", "\"jistgóu jingóataw kreditu tal-kontribuzzjoni móallsa fuqhom bóala eko- kontribuzzjonijiet li jistgóu jkunu dovuti fil-futur skond dawk ir- regolamenti li l-Ministru jista' jagómel.\".", "Jiíifieri f'kaú li l-eko-kontribuzzjoni tgóaddi fuq il-konsumatur, meta l- produttur jingóata lura dan il-kreditu, se jería' jmur góand il- konsumatur?", "Qed nagómel dawn il-mistoqsijiet góax dan l-aóóar smajna li suppost kien hemm ðertu roós ta' prodotti imma r-roós tal-prodotti mhux dejjem jgóaddi lill-konsumatur.", "Riðentement góamilt mistoqsija parlamentari fuq it-tneóóija tal-levies fuq l-inbejjed – din m'góandhiex x'taqsam ma' l-ambjent; góalkemm jekk ikun hawn inqas nies fis-sakra jkollna ambjent aójar fis-soðjeta' tagóna – u l- aóóar sentenza tat-tweíiba tal-ministru kienet tgóid hekk:", "\"Góalkemm huwa s-suq li jistabbilixxi l-prezz fil-kaú ta' tnaqqis tal- levies mill-inbejjed importati minn pajjiúi ta' l-Unjoni Ewropea, dan góandu jwassal góal tnaqqis fil-prezzijiet ta' dawn l-inbejjed.\".", "Imma fil-verita' dan ir-roós qed narawh meta mmorru nieklu f'restaurants?", "Jeúisti xi mekkaniúmu li meta jkun hemm xi roós fuq il-prodott inkunu ðerti li l-konsumatur qed igawdi minnu?", "Meta l-prodotti jogólew il- konsumatur dejjem jiblagóha pero' óafna drabi meta jkun hemm roós fil- prodotti, il-konsumatur ma jgawdix minnu.", "Jien naóseb li huwa fl- interess tagóna li naraw li l-poplu mhux dejjem jiíi mitlub iíorr il-piú u meta jkun hemm roós fil-prezzijiet, igawdi minnhom ukoll.", "Inutli li noqogódu niftaóru li tneóóew il-levies jekk fl-aóóar mill-aóóar ma narawx kif dawn affettwaw il-bwiet tan-nies.", "Naóseb li bóala pajjiú - óalli ma nwaddabx biss il-piú fuq il-gvern góalkemm fl-aóóar mill-aóóar huwa l-gvern li qed jamministra l-pajjiú - góandna naósbu fuq xi mekkaniúmu góal dawn l-affarijiet.", "Nammetti li m'huwiex faðli pero' naturalment irridu nipprovaw inkella ma naslux.", "Mr Speaker, nixtieq inkun naf ukoll x'jistimula f'dan l-abbozz ta' liíi l- uúu ta' prodotti environmental friendly.", "Jekk jien nuúa ðerti prodotti, bóala konsumatur se ngawdi minn xi óaía?", "Il-fatt li 14-il klawsola mit-28 klawsola li fih dan l-abbozz ta' liíi – apparti ú-úewí skedi - huma marbuta ma' infurzar u sanzjonijiet jikkonferma li dan m'huwa xejn ólief money bill.", "Seba' klawsoli oóra huma marbuta mal-poteri ta' l-awtorita' li se tkun id-dipartiment tal-VAT u mal-poteri tal-ministri.", "Sabiex inkun korrett, ma' dawn is-seba' klawsoli qed ninkludi wkoll l-ewwel u t-tieni klawsola li huma t-tifsir u t-titolu fil-qosor u s-seba' klawsoli oóra li jibqa' huma marbuta ma' Taqsima II u Taqsima III li jitkellmu fuq l- impoúizzjoni u l-ólas ta' l-eko-kontribuzzjoni.", "X'hemm f'dan l-abbozz ta' liíi li jistimola lill-ambjent, ólief li se jintroduði taxxa ídida?", "Dan jikkonferma li l-abbozz ta' liíi li góandna quddiemna m'huwa xejn ólief introduzzjoni ta' taxxa oóra.", "Góalhekk tqum il-mistoqsija: Góaliex qed jiíi ppreúentat mill-ministru responsabbli mill-ambjent minflok mill- ministru responsabbli mill-finanzi meta huwa marbut purament ma' miúura fiskali biss?", "Peress li l-óin dalwaqt jgóaddili nixtieq nagómel xi mistoqsijiet oóra fil- qosor.", "Per eúempju, fl-Iskeda nsibu li l-prodotti ta' protezzjoni kontra x-xemx se jogólew.", "Dan jagómel sens meta nagómlu reklami biex il-poplu jipproteíi l-íilda tiegóu mill-qilla tax-xemx u issa dawn il-prodotti se jiíu ntaxxati?", "Forsi t-taxxa fuq prodotti ta' sbuóija nifhimha góax dak huwa lussu imma mhux tintaxxa xi óaía li nagómlu r-reklami biex inóajru lill-poplu juúahom!", "It-tyres li huma recycled u li góandhom HS Code 4012 qed jiíu ntaxxati daqs tyres íodda.", "Imma dan jagómel sens?", "Qed ngóid dan góaliex il-ministru fl-introduzzjoni tiegóu semma ðerti white goods li l- HS Code tagóhom ma jagómlux distinzjoni bejn jekk hemmx xi affarijiet recyled fihom jew le.", "Imma f'dan il-kaú hemm HS Code differenti u allura setgóet íiet eúentata.", "Xtaqt insemmi xi kriterji li l-gvern imissu uúa jekk ried idaóóal taxxa fuq l-ambjent u góalkemm aóna ma vvintajniex ir-rota imma hemm ðerti affarijiet li ta' min nagótu kashom.", "Nixtieq insemmi, per eúempju, il- konðett tal-principal of revenue neutrality.", "Jekk verament nemmnu fl- ambjent u ma rridux li dan ikun ifisser dóul akbar góall-gvern, il-gvern kellu jgóid li la se jdaóóal tant miljuni permezz ta' dan l-abbozz ta' liíi ta' l-eko-kontribuzzjoni, kien se jóaffef il-piú tat-taxxi minn x'imkien ieóor li jiíi bejn wieóed u ieóor ugwali góall-ammont li se jdaóóal minn dan l-abbozz ta' liíi.", "B'dan il-mod kien ikun kredibbli li ma kienx qed idaóóal taxxa ídida.", "Xtaqt insemmi wkoll il-green tax criteria pero' l-óin tiegói skada.", "Nagólaq dan id-diskors tiegói billi ngóid li j'Alla f'dan il-pajjiú nifhmu l-importanza ta' l-ambjent góaliex wara kollox din hija responsabbilta' tal-poplu Malti u Góawdxi kollu u rridu niftakru din li jekk ikollna ambjent b'saóótu jaqbel lilna u lil saóóitna.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Silvio Parnis", "ONOR.", "SILVIO PARNIS: Mr Speaker, jien ukoll óassejt li góandi nitkellem fuq din il-liíi góaliex tmur fejn tmur óafna jitkellmu fuqha.", "Huwa veru li tieóu pjaðir meta l-gvern joóroí b'xi miúura li tagótik xi cheque extra góaliex óadd ma jieóu pjaðir bit-taxxi u trid tkun iblah biex tieóu pjaðir li xi óadd jimponi miúura ta' taxxa, pero' fl-istess óin it- taxxi huma importanti biex dan il-pajjiú ikun jista' jimxi 'l quddiem.", "Mr Speaker, jien nemmen li huwa importanti li nkunu nafu kif qed ióossuhom in-nies meta jdaóólu jdejhom fil-but u jaraw li kellhom nuqqas fid-dóul tagóhom.", "Jien inóoss li l-politiku jrid jirraíuna u dak li huwa tajjeb jgóid li huwa tajjeb u dak li huwa óaúin jgóid li huwa óaúin.", "Tkun politiku aktar onest meta tikkritika xi óaía jew tkun kontra xi óaía u jekk tinduna li tkun úbaljajt, tammetti li tkun úbaljajt.", "Meta dóalt f'dan il- Parlament jien kont góidt li ma jistax ikun li noqgóod nikkritika dak kollu li jagómel il-gvern jew ngóid li dak li tagómel l-oppoúizzjoni huwa kollu tajjeb u dak li jagómel il-gvern huwa kollu óaúin.", "Min jimxi fuq dan il- binarju ma jiíix emmnut.", "Huwa importanti li jkollok oppoúizzjoni li tikkritika b'mod kostruttiv u oppoúizzjoni li tiltaqa' u tiddjaloga mal-gvern, pero' wieóed irid joqgóod attent góal dak li jkun qiegóed jiíri fil-pajjiú u jkun fuq l-offensiva góaliex inkella n-nies li jkunu qegódin isegwu dak kollu li jkun qiegóed jiíri, ma japprezzawx dak li nkunu qegódin nagómlu.", "U llum xtaqt nagóti ftit eúempji.", "Jekk il-gvern jgóid li se jaódem bis-serjeta' biex il- problema tad-droga f'pajjiúna tiíi solvuta, l-oppoúizzjoni ma tistax tgóid li dan huwa óaúin u vice versa, jekk l-oppoúizzjoni toóroí bi proposti li trid tiííieled bis-serjeta' il-problema tad-droga, il-gvern ma jistax joqgóod jikkritika lill-oppoúizzjoni góaliex min ikun barra, sew jekk ikun Nazzjonalist u sew jekk ikun Laburist, jgóid li m'aóniex nies serji.", "Mr Speaker, ilni ftit ma nsemma' leóni f'dan il-Parlament pero' óassejt li wasal il-mument li nerígóu nitkellmu bis-serjeta' u niddefendu lil dawk li l-aktar qegódin ibatu.", "Jien nemmen li f'pajjiúna góandna nies li góaddejjin minn úmenijiet diffiðli pero' jemmnu li fina jistgóu jsibu refuíju u góalhekk jippretendu li minn dan il-Parlament niddefenduhom u ma nkunu kompliði ma' óadd góaliex huma jinsabu fil-búonn.", "Meta titressaq xi liíi li tkun se timponi xi tip ta' taxxa, bóall-eco-tax li góandna quddiemna, tkun xi ftit kontroversjali u wieóed ma tantx jieóu pjaðir biha.", "Fil-fatt jidher ðar li din hija taxxa li m'hijiex popolari u taxxa li ma óadux pjaðir biha n-nies.", "Pero' góandna gvern li huwa bravu óafna biex l-affarijiet li jkunu ebsin ióallihom góaddejjin u liíijiet li jkunu ta' kontroversja jressaqhom lejn l-aóóar íranet qabel ma dan il- Parlament jieqaf góall-vaganzi tas-sajf meta n-nies tkun mehdija fis- safar, fil-villeííjaturi u fil-mistrieó!", "Pero' aóna ta' l-oppoúizzjoni nkunu qed nonqsu bil-kbir jekk nibilgóu l-lixka tal-kollegi tagóna tan- naóa l-oóra u ngóidu li fis-sajf se noqogódu xxamplati, se nieqfu mill- óajja politika, kulóadd góall-baóar, kulóadd isiefer u kulóadd bil- vaganzi u mbagóad din it-taxxa tintesa mar-rió.", "Irridu niftakru li góandna nies li qegódin ibatu.", "Jien qiegóed fil-partit Laburista góax nemmen li dan huwa l-uniku partit li dejjem óadem góaú-úgóir f'pajjiúna u nería' ngóid, li ma nistgóux niíu f'dan il-Parlament u nibqgóu góaddejjin b'dawn il-liíijiet li qed jimponu taxxi li m'humiex popolari.", "Il-gvern qatt semma dawn l-affarijiet qabel l-elezzjoni jew qabel ir-referendum jew l- elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew?", "Il-gvern dejjem kien jgóid li l- qgóad nieúel, li l-investiment fil-pajjiú miexi 'l quddiem u li m'góandniex óaddiema biúúejjed biex jaódmu fil-qasam tal-bini.", "Dawn l- affarijiet kien jisma' l-poplu tagóna min-naóa tal-gvern.", "Pero' f'sena l- poplu nduna bl-ingann tal-partit Nazzjonalista u fl-elezzjonijiet tal- Parlament Ewropew u tal-kunsilli lokali, tah tbeúbiúa u tagólima bóalma íieli ta lilna u t-telfiet óadnihom aóna wkoll.", "F'din is-sena li góaddiet il-partit Laburista fiehem lill-poplu li dak li kien qiegóed jgóidlu kien tajjeb u góalhekk wasalna fejn wasalna llum.", "Mr Speaker, il-poplu tagóna góandu kuxjenza favur l-ambjent u l-partiti flimkien ma' l-góaqdiet li jaódmu favur l-ambjent, góandhom ikomplu jsaóóu din il-kuxjenza.", "Jekk inwarrbu u nkissru l-ambjent tagóna, inkunu qegódin nagómlu l-ikbar fjask li qatt nistgóu nagómlu góaliex ta' warajna ma jsibu xejn.", "Pero' jiddispjaðini ngóid li l-ambjent f'pajjiúna ftit tajnih l- importanza li jixraqlu.", "Issa f'daqqa waóda qomna u góidna li hemm búonn li nagómlu din it-taxxa biex l-ambjent tagóna jimxi 'l quddiem u jkollna úoni b'ambjent frisk u nadif!", "Issa rridu nagómluhom dawn l-affarijiet?!", "Mr Speaker, irrid insemmi t-telqa li kellna fil-qasam ta' l-ambjent.", "Per eúempju, it-trab li joóroí mill-power station tal-Marsa jilóaq in-naóat tagóna kollha, fosthom Raóal Ídid, Óal Tarxien, Santa Luðija, il-Gudja, il- Marsa, il-Birgu, Bormla, l-Isla, ix-Xgóajra, il-Kalkara u dawk in-naóat kollha.", "Góalkemm fllimkien mal-kunsilli lokali u mas-sindki mmarðjajna biex forsi f'pajjiúna nieódu azzjoni, bit-trab iswed konna u naóseb li bit-trab iswed se nibqgóu!", "Jien nappella lill-poplu óaddiem biex ma jóallix l-affarijiet jorqdu góaliex is-saóóa hija l-iktar óaía importanti li góandu l-bniedem.", "Aóna naqblu li l-ambjent tagóna góandna nkomplu nimbuttawh 'il quddiem imma l-gvern ma jistax l-ewwel jitlaq kollox imbagóad f'daqqa waóda jiíi hawn biex infittxu ngóaddu din il-liíi malajr, malajr qabel nieqfu góall-vaganzi tas-sajf.", "Se nsemmi issa s-siíar li jagómlu parti mill-ambjent ta' madwarna.", "Sur President, min siefer jista' jikkonferma li barra minn Malta ma tarax siíra waóda mgóawía mentri f'Malta taóseb li kien hawn il-gwerra góaliex rari biex tara siíra dritta.", "Góaliex?", "Góaliex is-siíra trid tibúa' góaliha minn meta tkun góadha úgóira.", "Allura ma jistax ikun li wara l- óerba li saret fil-qasam ta' l-ambjent, issa l-gvern qisu jrid jgóid li din l-eco-tax se titóallas óalli l-ambjent tagóna jimxi 'l quddiem.", "Kemm óasbu íifa u kemm óasbu li jibla' kollox il-poplu tagóna!", "Jekk lill- poplu trid iííibu miegóek aójar tgóidlu l-verita', cioe' li pajjiúa jinsab f'xifer l-irdum góaliex góandu óafna problemi finanzjarji.", "(Interruzzjonijiet) Góallinqas góandna segretarju parlamentari li qed jammetti li góandna problema ta' deficit.", "(Interruzzjonijiet) Se tindirizzah bit-taxxi?", "(Interruzzjonijiet) Inti fuq kollox góamilt it- taxxa fuq it-telephone ....", "THE DEPUTY SPEAKER: Ippermettuli, ma rridx interruzzjonijiet.", "Onor. Parnis jekk jogóíbok, indirizza lis-Sedja.", "ONOR.", "SILVIO PARNIS: Jien qed nindirizza lilek imma huma qed jindirizzaw lili.", "Nitlobhom ma jfixklunix.", "THE DEPUTY SPEAKER: M'hemmx interruzzjonijiet.", "Onor. Parnis kompli u ndirizza lis-Sedja.", "ONOR.", "SILVIO PARNIS: Qegódin jitniggúu xi ftit, Sur President!", "Góallinqas qegódin nifhmu li f'dan il-pajjiú tagóna góandna deficit li óadd ma jieóu pjaðir bih.", "Jien dejjem ngóid li dan il-pajjiú la huwa tal- partit Nazzjonalista u lanqas tal-partit Laburista imma Malta hija tagóna lkoll u meta góada pitgóada nkunu aóna fil-gvern úgur li ma neódux pjaðir li nirtu pajjiú mimli dejn.", "Kif trid timxi 'l quddiem jekk ma jkollokx flus fil-but?", "U dan li qed jiíri fil-pajjiú tagóna.", "Dawn it-taxxi li qegódin nintroduðu, bóall-eco-tax, mil-liema but se teóodhom?", "Jekk tgóakkes liú-úgóir, ma jkollux flus biex jiííenera l- ekonomija u biúúejjed góandna problemi f'dan il-pajjiú.", "Sal-bieraó stess kont qed nitkellem ma' bniedem li góandu lukanda u qalli li s-sena l-oóra kellu 500 ruó fiha u kienet mimlija mentri llum jekk góandu 350 ruó.", "Jekk il-ministru qed jaóseb li qed nigdeb aktar tard nista' ngóidlu liema hi din il-lukanda.", "Issa min jaódem f'dan il-qasam jaf li l-qligó jibda jsir meta taqbeú it-300 klijent.", "Aóna nafu li pajjiúna m'góandux biss problemi finanzjarji, imma góandu wkoll problemi ambjentali pero' ma jistax ikun li l-gvern jaqbad u jressaq il-liíijiet f'dan il-Parlament u nikkritikaw kemm nikkritikaw ikun góalxejn góaliex jibqa' góaddej biex ifittex jgóaddi dawn il-liíijiet.", "Ma rridux ninsew li l-poplu jiííudika lill-gvern fuq il-óames snin li jkun góamel imexxi.", "Jekk il-qasam ta' l-ambjent m'aóniex se neóduh bis-serjeta' u ma ndaóólux id-dixxiplina, m'aóniex se naslu.", "Sieóbi l-Onor.", "Carmelo Abela semma l- wardens.", "Jien ngóid li l-wardens qegódin lesti biss góal min jaqbeú il- line, góal min ikun ikun qed isuq b'xi mobile f'idu jew góal min ma jkunx liebes is-seat belt pero' góal min ióammeí l-ambjent billi jwaddab xi óaía mill-karozza qisu ma íara xejn.", "Illum stess kont góaddej bil-karozza minn tas-Sliema ódejn il-Balluta u wieóed qabad u waddab íelat mit-tieqa tal- karozza.", "Lil ta' quddiemi tah ðitazzjoni góax kien bla seat belt u lill- ieóor m'góamillu xejn.", "(Interruzzjonijeit) Nagómel xogóol il-gwardjan lokali biex jgóid li qed neóodlu postu?!", "Dak góandu jarah hu.", "Lili jagótini ðitazzjonijiet ukoll.", "Góalija min iwaddab pakkett jew kwalunkwe óaía mit- tieqa tal-karozza mhux ðitazzjoni ta' Lm5 óaqqu imma ferm iktar!", "Jiena dejjem ngóid li jekk dawn il-wardens se jibqgóu b'dawn it-teatrini m'humiex se jiksbu l-fiduðja tan-nies.", "Il-poplu tagóna huwa konxju mill-ambjent u góalhekk jeótieí li nkomplu nedukawh.", "Pero' l-importanza ta' l-ambjent trid tiíi mgóallma mið-ðokon meta t-tfal ikunu góadhom l-iskola u trid tibda b'affarijiet sempliði li, per eúempju, lit-tfal tgóallimhom jibúgóu góall-fjuri óalli nibdew kampanja favur l-ambjent.", "Jekk tmur passiííata l-Óamrun tkun se tifga bil-pollution ta' l-arja mentri jekk tmur xi passiííata l-Bidnija u dawk l-inóawi tieóu r-ruó u tieóu pjaðir.", "Hemm búonn li lill-poplu tagóna ngóallmuh biex jekk ikun irid imur x'imkien fl-istess lokal tiegóu góandu jmur bil-mixi.", "Góaliex m'góandniex nonfqu flus biex nedukaw lit-tfal, liú-úgóaúagó u lill-familji tagóna( Hawnhekk nixtieq nagómel parentesi úgóira u nsemmi xi óaía li taqbeú ftit 'il barra minn dan is-suííett ta' l-ambjent pero' se nsemmiha biex nuri l-ótieía ta' l-edukazzjoni fost il-poplu tagóna.", "Kif kulóadd jaf, l-isptar tagóna jonfoq miljuni ta' liri fuq mediðini u n- nies jixtru óafna mediðini.", "Mr Speaker, naf x'qed ngóid góax jiena jkolli óafna x'naqsam ma' l-anzjani u meta jiíu neqsin issibilhom kxaxen mimlija mediðini.", "Góaliex lill-poplu ma ngóallmuhx li rridu nieódu ósieb saóóitna minn meta nkunu góadna úgóar óalli meta nilóqu ðertu eta' ma nimirdux b'ðertu mard?", "Dawn huma affarijiet li pajjiúi oóra jagómluhom.", "Issa óalli nería' niíi góall-qasam ta' l-ambjent.", "Sur President, huwa inutli li noqogódu ngóidu li se ndaóólu taxxa biex l- ambjent ikun iktar nadif jekk minkejja dan kollu ma jirnexxilniex ngóallmu lil-poplu dwar l-importanza ta' l-ambjent.", "Dawn huma affarijiet baúiði u góalhekk huwa importanti li t-tagólim jibda mill-iskejjel.", "Il-kollega ta' qabli semma l-importanza li nedukaw, nagómlu pubbliðita` u ngóallmu lit- tfal u liú-úgóaúagó óalli naslu.", "L-ipokrezija hi li qabel l-elezzjoni minn dan kollu ma ssemma xejn u llum il-íurnata qegódin nimponu dawn it-taxxi fuq il-poplu.", "Nería' ngóid li rridu noqogódu attenti u jiena nóossni fid-dmir u nkun qed nonqos bil-kbir lejn min eleííieni f'dan il-Parlament jekk ma nwassalx it- tbatijiet li ðerti nies góaddejjin minnhom fejn il-faqar moóbi dejjem tiela' iktar.", "Góandek sezzjoni ta' nies li ma tistax timponi iktar taxxi fuqhom u hawnhekk irrid insemmi b'mod partikolari lil dawk li jinsabu bla xogóol, sew jekk tilfuh fi úmien il-gvern Nazzjonalista u sew jekk tilfuh fi úmien gvern Laburista.", "Illum stess qabel ma dóalt il-Parlament kelli telefonata mingóand missier ta' sebat itfal li tilef ix-xogóol tiegóu u qed jgóix fuq l-assistenza soðjali.", "Dawn in-nies jistgóu jgóixu l-óajja kif qed ngóixuha aóna( Ma jistax ikun li f'dan il-pajjiú nibqgóu góaddejjin qisu m'hu qed jiíri xejn!", "Xi nkun qed nagómel f'dan il-Parlament jekk ma nwassalx it-tbatijiet ta' dawn in -nies li m'góandhomx leóen pero' li kienu huma li eleííew lil kull wieóed u waóda minna hawn íew( Irridu nifhmu li meta ngóaddu l-liíijiet minn dan il-Parlament ma nkunux qed ngóadduhom góalina imma rridu núommu quddiem góajnejna lil min verament qiegóed ibati.", "Ma rridx nagómel insinwazzjonijiet pero' minn din it-taxxa se jidólu l-flus bóalma jidólu mil-liðenzji kollha li nóallsu u mill-insurances kollha.", "Pero' nixtieq nistaqsi kemm mill-flus li nóallsu góal-liðenzji u góall- insurances jiíu allokati biex ikollna toroq fi stat aójar( Dawn il-miljuni ta' liri li se jidólu minn din it-taxxa, l-ambjent se jimxi 'l quddiem( Meta l-poplu jóallas jippretendi li jara l-effett ta' dak il-ólas.", "Góaliex f'pajjiúna nbnew óafna knejjes u óafna kaúini tal-banda( Góaliex in- nies tar-raóal dejjem ikkontribwew biex jaraw il-kaúini u l-knejjes jinbnew.", "Góalhekk l-poplu jrid jara r-riúultati ta' din it-taxxa l-ídida li suppost qed issir biex l-ambjent jimxi 'l quddiem.", "X'qiegóed isir fuq il-power station tal-Marsa?", "Nafu jew ma nafux li mhux l-ewwel darba li t- tfal ikollhom jitilqu mill-iskola minóabba r-rióa tal-power station tal- Marsa( Jien m'iniex l-ewwel darba li ressaqt petizzjoni u tkellimt f'diversi aííornamenti f'isem il-poplu kollu tal-Marsa, hu min inhu, u góalkemm dejjem jgóidulna li se jbiddlu t-turbini, ir-residenti tal-Marsa góadhom bl-istess problema u fis-sajf jagómlu íranet ma jistgóux jiftóu tieqa.", "Din il-problema se tiíi ndirizzata jew se nistmaw lir-residenti tal- Marsa qishom m'humiex ðittadini bóal nies ta' postijiet oóra( Ma rridux ninsew li aóna tlajna f'dan il-Parlament bil-voti ta' dawn in-nies.", "Ilna snin nitkellmu fuq dawn l-affariijet u jibqa' ma jsir xejn.", "Kemm se jdum il-poplu juri fiduðja fina jekk minn dan il-Parlament ma nagómlu xejn( Inutli li noqogódu nimmarðjaw flimkien mas-sindki kollha tan-naóa t'isfel ta' Malta biex nipprotestaw dwar it-trab iswed li joóroí mill-power station tal-Marsa jekk nibqgóu ma nagómlu xejn dwarha.", "Nería' nappella lill- kunsilli lokali biex iqajmu dawn il-problemi ambjentali li góandna f'pajjiúna.", "Lilna jsibuna warajhom mhux góaliex illum ninsabu fl- oppoúizzjoni imma anke meta nkunu fil-gvern góaliex aóna nifhmu li din hija issue nazzjonali u m'hijiex xi issue politika.", "Kif nistgóu nakkwistaw il-kredibilita' tan-nies jekk ma nirrispettawx l- opinjoni tagóhom( Ma naósibx li l-kredibilita' takkwistaha billi tkun góaddej fit-triq u góax tkun membru parlamentari qisu óadd ma jista' góalik!", "Jekk xi membru parlamentari jaóseb li góaliex qiegóed f'dan il- Parlament góandu n-nies taótu u mhux miegóu, sejjer úbaljat.", "Inkunu qed nagómlu óaúin jekk qabel l-elezzjoni noqogódu nóabbtu l-bibien u nitkellmu man-nies imbagóad góax ikun fadal erba' snin oóra góall-elezzjoni ðerti issues ma nsemmuhomx.", "Fil-fatt illum jien se nwiegóed lin-nies tad- distrett tiegói, cioe' l-Marsa, Raóal Ídid, Óal Tarxien, Santa Luðija u l- Gudja li l-problemi ambjentali m'aóniex se nóalluhom jorqdu u se nuúaw kull opportunita' li jkollna - bóalma ódimna grazzi góal dawk kolha li óadmu qabilna, kienu min kienu - biex insalvaw Wied Garnaw.", "Mr Speaker, jagómel óaúin min idaóóal il-politika fil-qasam ta' l- ambjent.", "Meta ngóaqqadna f'front wieóed fuq il-problema ambjentali tal-Wied Garnaw li kienet tikkonðerna lin-nies ta' Óal Tarxien, Raóal Ídid, il- Gudja, Óal-Luqa sew jekk kienu kunsilliera Nazzjonalisti, sew jekk kienu kunsillieri Llaburisti, sindki Laburisti, deputati u xi góaqdiet li bdew jinbtu biex jaódmu óalli jiíi salvat dan il-wied, imxejna u b'dan il-mod irridu naódmu biex insolvu l-problema tat-trab iswed li joóroí mill-power station tal-Marsa.", "Aóna m'aóniex qegódin f'dan il-Parlament biex noqogódu nippuppaw imma l-65 membru li hawn íie emmnut min-nies li kapaði jwassal messaíí poúittiv.", "Kieku din it-taxxa góamilha gvern Laburista tan-naóa l-oóra kienu jgóidu li aóna m'góandniex kuxjenza soðjali imma góaliex góamluha huma qed jgóidu li din hija investiment favur l-ambjent - ma nafx kif ma qalux li huwa xi tip ta' benefiððju soðjali góall-óaddiem Malti góaliex biex juúa l-fraúi sbieó lill-partit Nazzjonalista ma jirbaólu óadd.", "Il-GRTU li fejn huwa abjad tgóid li huwa abjad u fejn huwa iswed tgóid li huwa iswed góamlitha ðara li b'din il-liíi l-gvern wera li góandu búonn il- flus.", "Aóna nafu li minóabba d-djun li góandu pajjiúna u minóabba l- impoúizzjoni ta' l-Unjoni Ewropea li qiegóda tgóid li d-dejn huwa wisq f'pajjiúna, il-gvern irid jagómel xi óaía.", "Il-Federazzjoni ta' l- Industrija qalet li t-taxxi f'pajjiúna huma diía' góoljin u din il-liíi se tagóti isem óaúin lit-tassazzjoni f'pajjiúna.", "Aóna qegódin ngóidu l-poplu tagóna ma jiflaóx góal aktar taxxi.", "Jekk se nkomplu nimponu iktar taxxi se nkomplu nkissru l-industrija u l-kummerð f'pajjiúna.", "L-Alternattiva Demokratika qalet li din il-liíi hija U-turn mill-gvern Nazzjonalista.", "Allura biex issaóóaó l-ambjent trid bilfors timponi taxxa?", "Góaliex ma nóarsux lejn riúorsi oóra?", "Aóna rridu naraw din it-taxxa lil min se taffettwa u kif góidt fil-bidu, bóala oppoúizzjoni Laburista ma nistgóux inóallu s-sajf jgóaddi - tan-naóa l-oóra jagómlu li jridu u góandhom kull dritt jieódu l-vaganzi – u ma nibqgóux qrib in-nies.", "Meta bqajna qrib in- nies, imxejna man-nies, dóalna fi djarhom u óassejna dak kollu li kien qed ióoss il-poplu tagóna, f'sena óadna r-riúultati.", "Meta fi ftit tal- íranet oóra din il-liíi tidóol fis-seóó u jibdew jidólu t-taxxi góall- poplu tagóna, ma nistgóux inóalluh waódu.", "Bóala partit Laburista nkunu qed nagómlu suwiðidju politiku jekk fix-xhur li íejjin ma nkomplux inwasslu l- messaíí tagóna lill-poplu góaliex kif qalu diversi elementi fil-pajjiú, fosthom il-GRTU, l-Alternattiva Demokratika u l-FOI, din hija taxxa li l- poplu tagóna ma jiflaóx góaliha.", "Ma rridux ninsew li dawn l-affarijiet qed jgóiduhom elementi fil-pajjiú li ftit tax-xhur ilu kienu spalla ma' spalla mal-partit Nazzjonalista u forsi hawnhekk tajjeb li nsellmu lil dawk kollha li góalkemm ma jaqblux mal-kulur politiku tal-partit Laburista qed jaraw x'inhuwa l-interess tal-poplu tagóna.", "F'din il-liíi góandna lista sóióa tar-rati tat-taxxi ambjentali li se jidólu fosthom fuq il-bottijiet, il- flixken tax-xorb, it-tyres, il-batteriji u l-prodotti kosmetiði.", "Bóala l- kelliem tal-partit Laburista fuq l-anzjani, irrid ngóid li din it-taxxa se tolqot ukoll lis-settur ta' l-anzjani.", "Sa ftit tas-snin ilu konna ngóidu li l-anzjani tagóna ma jonqoshom xejn, imma llum il-íurnata íejna f'sitwazzjoni ...", "Issa min irid jisma' óa jisma' u jifhem u min irid jibqa' jgóix fl-ironija affari tiegóu, imma jien ma nafx x'kuxjenza soðjali jrid ikollok biex timponi dawn it-tip ta' taxxi fuq dak il-íuvni jew xebba li jduru b'ommhom u b'missierhom, illum pensjonanti, u li jieódu xi Lm130 fix- xahar mis-sigurta' soðjali!", "Jiena niltaqa' ma' dawn in-nies bóalma jiltaqgóu sóabi u nagómlu óaúin jekk ma niltaqgóux magóhom u ma nressqux il- problemi tagóhom fl-ogóla istituzzjoni tal-pajjiú.", "Sfortunatament f'pajjiúna min huwa b'saóótu finanzjarjament qed ikompli jissaóóaó u mbagóad góandek nies li jilagóqu taót il-mejda.", "Aóna bóala partit Laburista ma nistgóux noqogódu b'idejna marbuta fuq din it-taxxa allavolja l-liíi se tgóaddi minn dan il-Parlament góaliex in-naóa l-oóra góandha deputati aktar minna imma aóna góandna s-saóóa tat-toroq, góandna s-saóóa tal-poplu li fil-maííoranza kbira tiegóu huwa wara l-partit Laburista.", "Qatt ma setgóet tiíri din il-óaía kieku ma sarux l- elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u tal-kunsilli lokali imma llum il- íurnata aóna obbligati - bóalma huma obbligati huma u góandhom id-dritt li f'dan il-Parlament jgóadduna - li nitkellmu f'isem il-poplu Malti li f'maííoranza kbira huwa wara l-partit Laburista.", "Nería' ngóid li dak li jsir tajjeb irridu ngóidu li huwa tajjeb pero' fil-kaú ta' din il-liíi aóna se nivvotaw kontra b'division góax ma nistgóux inkunu kompliði man- naóa l-oóra u liú-úgóir inkomplu ngóakksuh.", "Aóna bóala partit Laburista rridu niddefendu lil dik il-kategorija ta' nies bi dóul baxx góaliex tan-naóa l-oóra úgur li mhux se jiddefenduhom.", "Meta tlajna fil-gvern fl-1996 u l-leader tagóna kien qal li l-pajjiú kellu problemi finanzjarji kienu jidóku bina.", "Góallinqas illum kellna segretarju parlamentari li ammetta li góandna problemi finanzjarji li qegódin niffaððjawhom.", "Imma l-problemi finanzjarji ma tiffaððjahomx billi tkompli tkisser lil min hu fil-búonn.", "Jiena kont qed nistenna li l-aktar li jiíu ntaxxati huma dawk li góandhom l-yachts u l-industriji l-kbar fis-sens li huma b'saóóithom finanzjarjament óalli óadd ma jipprova jinterpretani li qed ngóid xi óaía biex nipprova nkisser l-industrija.", "Jekk se tagómel taxxa fuq il-flixken tax-xorb se taffettwa lil kulóadd góaliex kulóadd jixrob, imma mhux kulóadd kapaði jixtri fabbrika.", "Min jgóid li f'pajjiúna m'hawnx min hu fil-búonn jew mhux qiegóed jgóix f'pajiúna jew inkella qiegóed jgóix fl-ajru u min ikun qiegóed jgóix fl-ajru ma jistax imexxi l- pajjiú góaliex biex tmexxi l-pajjiú trid tkun saqajk ma' l-art.", "Illum aóna qegódin fuq in-naóa ta' l-oppoúizzjoni u góandna ð-ðans li nidólu fid-djar tan-nies u nitkellmu magóhom pero' jekk nitilgóu fil-gvern u naóarbu mir- realta' u ninsew li xi darba konna ma' dawn in-nies, inkunu qed nagómlu fjask u suwiðidju politiku.", "Mr Speaker, fil-ftit sekondi li fadalli nixtieq ngóid li f'dan il- Parlament ma nistgóux nibqgóu góaddejjin qisu m'hu qed jiíri xejn.", "L- oppoúizzjoni Laburista qiegóda hawn biex tiddefendi u twassal il-messaíí poúittiv tagóha u lesta li tivvota favur liíijiet li huma favur il-poplu tagóna imma m'hijiex lesta li tkun kompliði mal-gvern f'liíijiet li jimponu taxxi fuq il-poplu tagóna.", "Jekk il-gvern stenbaó issa li jrid jagómel xi óaía favur l-ambjent lilna se jsibna warajh pero' mhux b'dawn it- tip ta' liíijiet.", "Kif qal il-kollega ta' qabli, il-partit Laburista óadem fuq dokumenti favur l-ambjent u nittama li fl-erba` snin li fadallu l- partit Nazzjonalista jagóti priorita` lill-ambjent góaliex l-ambjent huwa importanti u l-poplu Malti llum góandu kuxjenza kbira favur l-ambjent.", "Nagólaq billi ngóid li nittama li l-poplu tagóna jifhem li dak li qed jagómel il-partit Laburista fl-oppoúizzjoni qed jagómlu góall-íid tal- poplu Malti u Góawdxi kollu.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-óin.", "Nitlob lill-Ministru George Pullicino sabiex, jekk jogóíbu, iressaq l-Aííornament.", "Fid-9:00 p.m. id-diskussjoni íiet interrotta u baqgóet aííornata.", "AÍÍORNAMENT", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Nipproponi l-Aííornament tal-Kamra góal nhar l- Erbgóa, 21 ta' Lulju, 2004, fid-9:00 a.m. b'din l-aíenda:", "Ordnijiet tal-Íurnata", "Abbozz ta' Liíi dwar l-Eko-Kontribuzzjoni - Tieni Qari (Kont);", "Abbozz ta' Liíi dwar il-Membri Parlamentari u l-Impjieg Pubbliku - Tieni Qari; u", "Abbozz ta' Liíi biex Jemenda Liíijiet dwar il-Komunikazzjoni - Tielet Qari.", "------------------------", "Abbozz ta' Liíi li jemenda l-Att dwar ir-Rifuíjati – Kumitat Permanenti.", "Abbozz ta' Liíi li jemenda l-Kodiði ta' Organizzazzjoni u Proðedura Ðivili - Kumitat Permanenti.", "Abbozz ta' Liíi li jemenda l-Kodiði Ðivili (Emenda Nru 2) - Kumitat Permanenti.", "Abbozz ta' Liíi dwar ir-Reíistru Ðentrali – Kumitat Permanenti.", "Abbozz ta' Liíi dwar il-Professjoni tal-Psikoloíija – Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Rimarki?", "L-Onor.", "Roderick Galdes.", "ONOR.", "RODERICK GALDES: Sur President, f'dan l-aííornament nixtieq inqajjem xi punti ta' diskussjoni li, fil-fehma tiegói, bóalissa hemm búonn li jiíu ndirizzati góaliex nemmen li pajjiúna góaddej minn problemi kbar f'oqsma differenti li jikkonðernaw lið-ðittadini Maltin u Góawdxin.", "Qed nirriferi góad- deðiújoni tal-gvern li f'nofs is-sena finanzjarja reía' naqqas il-fondi allokati lill-kunsilli lokali fil-budget ta' kull sena.", "F'dawn l-aóóar íranet kelli l-opportunita' li nitkellem ma' ex-kollegi tiegói fil-kunsilli lokali u anke sindki li lkoll esprimew id-dwejjaq tagóhom góaliex qed ióossu li qed jiíu abbandunati jew inkella l-gvern m'huwiex qed japprezza biúúejjed il-óidma tagóhom minóabba dan it-tnaqqis fil-fondi allokati lilhom.", "Sur President, ma rridux ninsew li l-kunsilli lokali f'pajjiúna jiddependu góal kollox minn income wieóed li jgóaddilhom il-gvern matul is-sena u jekk jintmissilhom dan il-budget ma jkollhomx minn fejn jikkreaw fondi óalli jkunu jistgóu jwettqu l-proíetti u x- xogóol normali tal-kunsilli lokali.", "Mill-esperjenza li kelli bóala sindku ta' Óal Qormi fl-aóóar tliet snin naf x'jiíifieri meta l-gvern jgóaddilek il-finanzi matul is-sena maqsuma fuq erba' xhur li minnhom kull kunsill jipprova juúa l-góaqal tiegóu sabiex ifaddal kemm jista' óalli meta jaqta' l-ispejjeú li jkollu matul is-sena, in kwantu ta' kuntratti u spejjeú oórajn li jirrikjedu servizzi ta' amministrazzjoni tal-kunsill lokali, jipprova joóloq proíetti u inizjattivi fil-lokal.", "M'hemmx dubju li dan it-tnaqqis fil-fondi se jfisser tbatija góar-residenti li se jiíu mðaóóda minn aktar proíetti fil-lokalitajiet tagóna.", "Qed ngóid dawn l-affarijiet góaliex ðerti lokalitajiet bóalissa góaddejjin minn problemi góaliex milli jidher il-gvern ma tantx qed jissapportjahom fix- xogólijiet u fil-proíetti tagóhom u l-uniku wens li kellhom kien dak li kien jalllokalhom il-gvern fil-budget tal-kunsill lokali.", "Fid-distrett tiegói hemm ðertu róula li f'dawn l-aóóar snin kienu qegódin jaspiraw li jwettqu xi proíetti essenzjali li jindirizzaw il-búonnijiet tar-residenti li jgóixu f'dawn il-lokalitajiet.", "Wara dawn is-snin ma kenux qed jistennew li góat-tieni sena konsekuttiva bóal-leóóa ta' berqa l-gvern kien se jería' jóabbar tnaqqis ta' 5% fl-allokazzjoni ta' fondi lill-kunsilli lokali.", "Fil-fatt ðerti lokalitajiet intlaqtu óaúin óafna góaliex l-ammont li tnaqqsilhom kien ilaóóaq eluf ta' liri u saóansitra kien hemm min kellu tnaqqis ta' aktar minn Lm9,000.", "Dan ifisser li l-kunsilli lokali jridu joqogódu lura minn ðertu nfiq jew minn ðerti búonnijiet li kienu qed jippjanaw li jagómlu matul din is-sena finanzjarja.", "Irrid ngóid ukoll illi l-problema tkompli tikber góaliex il-gvern mhux qed jipprovdi alternattivi oórajn.", "Niftakar li fid-diskussjonijiet li kien ikollna bóala sindki ma' l-assoðjazzjoni tal-kunsilli lokali u anke ma' rappreúentanti oóra tal-gvern, inkluú il-ministru responsabbli mill- kunsilli lokali u s-segretarju parlamentari tal-kunsilli lokali, konna nitkellmu dwar forom oóra sabiex il-kunsilli lokali jiíu ffinanzjati b'mod aójar.", "Per eúempju, bóalissa qed jiíuni f'moóói l-artijiet u l-postijiet li góandu l-gvern f'ðerti lokalitajiet.", "Li kieku l-gvern jgóaddi proprjeta' jew inkella art pubblika lill-kunsilli lokali li jkunu jistgóu juúawha biex jiffinanzjaw il-proíetti tagóhom jew inkella joóolqu inizjattivi ta' income ídid, úgur illi l-piú finanzjarju tal-kunsilli lokali ma jibqax jiddependi biss fuq dak li jallokalhom l-gvern fil-budget matul is-sena finanzjarja.", "Qed ngóid dawn l-affarijiet góaliex naf li kien hemm kunsilli lokali li xtaqu joóolqu proíetti li jkunu self-financed u li permezz tagóhom ikunu qed jagótu servizz lir-residenti tal-lokalita' tagóhom.", "Pero' góalkemm saru d-diskussjonijiet, ma ssolvietx il-problema tal-burokrazija min-naóa tad-dipartimenti tal-gvern, fosthom il-land department li biex tipprova tieóu xi óaía jew inkella l-kunsill lokali jasal góal xi ftehim miegóu jridu jgóaddu snin sóaó.", "Ðertament dan inaqqas mill-óidma li l-kunsill lokali jkun irid iwettaq fil-lokalita' tiegóu.", "Biúúejjed niftakru li l-óajja leíislattiva ta' kunsill lokali hija ta' tliet snin - dment li l-gvern ma jidhirlux li góandu jbiddilha fis-snin li íejjin – u allura f'dawk it-tliet snin kull kunsill jipprova jagómel milli jista' biex iwettaq ðerti deðiújonijiet.", "Allura f'dan iú-úmien qasir bilfors li l-gvern ma jaffordjax jinóela f'burokrazija úejda sabiex jiffinanzja ðerti proíetti jew inkella jgóin lill-kunsill lokali jagómel ðerti proíetti.", "Minn tweíiba góal mistoqsija parlamentari dwar toroq mhux asfaltati li góoíbu jagótini fis-seduta tal-bieraó l-Ministru Mugliett, li wara l-bidla fil-Kabinett inóatar Ministru góall-Iúvilupp Urban u t-Toroq, sirna nafu li li l-ministru ta' qablu, l-Onor.", "Ðensu Galea, kien ftiehem ma' numru ta' kunsilli lokali sabiex joóoríu somma dovuta dwar xogóol ta' toroq asfaltati li suppost kellu jagómel il-gvern u matul dawn it-tliet snin dawn il-flus kienu se jingóataw lura mill-gvern sabiex ikun hemm il-ólas góal dawn it- toroq.", "Fil-fatt kien hemm kunsilli lokali li laqgóu b'feróa din l-iskema góaliex kien hemm min minnhom irnexxielu jíemma' xi ftit sabiex jindirizza dawn il-problemi ta' priorita' fil-lokalita' tagóhom.", "Iúda l- Ministru Jesmond Mugliett góal xi raíuni deherlu – u fil-fehma tiegói óa deðiújoni úbaljata - li ried ibiddel il-policy forsi góaliex m'góoíbitux jew inkella kien hemm xi problemi oóra.", "Ma rridx nikkummenta iktar pero' nixtieq li jirrispondini góall-mistoqsijiet li góamiltlu din il-íimgóa.", "Hemm góajdut persistenti li minóabba l-problemi finanzjarji min-naóa ta' ðerti ministeri, dawn il-kuntratti ma setgóux jibqgóu góaddejjin.", "Dan ifisser li ðerti kunsilli lokali íew diskriminati anke fl-iskema ewlenija li nieda l-gvern matul is-sena li góaddiet góaliex issa twaqqfet u dawn il- kunsilli lokali baqgóu b'xiber imnieóer.", "Qed insemmi dawn il-problemi f'dan l-Aííornament góaliex nemmen li sóabi l-kunsilliera jixtiequ jgóinu lir- residenti tal-lokalita' tagóhom.", "M'hemmx dubju li dan it-tnaqqis huwa mossa perikoluúa óafna li taf tóalli riperkussjonijiet qawwija f'ðerti lokalitajiet góaliex jiena nemmen li l-komunita' góandha tiíi ndirizzata b'mod sostenibbli min-naóa tal-gvern fir-rigward tad-deðiújonijiet li jieóu.", "Kull komunita' góandha l-problemi tagóha u góandna komunitajiet li góandhom problemi kbar fil-qasam ambjentali u fil-fatt il-bieraó tkellimt dwarhom fl-aííornament li kelli.", "Jiena nemmen li l-kunsilli lokali jeótieíu iktar finanzi u ma nistgóux nerígóu níibuhom f'sitwazzjoni li dawn ikunu responsabbli sempliðement mit-toroq u milll-bankini u jagótu l-kuntratti normali li jkollhom matul is-sena.", "Filwaqt li min-naóa tagóhom jeótieí li jkunu proattivi jridu jingóataw is-sapport meótieí óalli jsibu r-riúorsi kollha meótieía biex ikunu jistgóu jwettqu l-ideat íodda li góandhom dawn il-kunsilliera u s-sindki.", "Mr Speaker, xtaqt insemmi wkoll problema li tirrigwarda wkoll id-distrett elettorali li nikkontesta jien.", "U hawnhekk qed nirreferi góall-problema ta' l-góargóar f'Óal Qormi, il-Marsa u Ó'Attard.", "Ninsabu fl-20 ta' Lulju u filwaqt li l-gvern qed jagómel li jista' biex jindirizza l-problemi li suppost indirizzahom óafna snin ilu góadu lura óafna milli jsolvi l- problema ta' l-góargóar qabel Settembru li íej.", "Kulóadd jiftakar l- esperjenza qarsa li góaddejna minnha f'Settembru li góadda fejn kulóadd baqa` ððassat bix-xeni xejn sbieó illi rajna fuq it-televiújoni.", "In-nies milquta mill-góargóar góaddew minn óafna tbatijiet.", "Lanqas konna naósbu li dawn il-problemi ambjentali jistgóu jiíru f'pajjiúna iúda meta íraw kulóadd seta' jara bið-ðar dak kollu li tista' tagómel in-natura jekk aóna noóonquha.", "Jiena dejjem ngóid li jekk ma nagótux kas in-natura jew inkella nipprovaw noóonqu dak li góamel il-Óallieq, ðertament li xi darba jew oóra l-bniedem se jbati l-konsegwenzi ta' dak li jkun góamel.", "Góaldaqstant nemmen li jekk il-gvern, permezz tal-fondi illi jingóataw mill-Unjoni Ewropeja ma jsolvix din il-problema ta' l-góargóar, dawn il-familji jistgóu jerígóu jsibu ruóhom f'periklu kbir fil-íejjieni qarib.", "Jekk sa Settembru li íej ma jilóqux jitlestew ix-xogólijiet li góaddejjin bóalissa fil-Marsa u f'ðerti nóawi fin-naóat ta' fuq ta' Óal Qormi u ta' Ó'Attard nistgóu nerígóu ngóaddu mid-diúastru naturali li seóó f'Settembru li góadda.", "Mr Speaker, ix-xogóol fil-Marsa issa ilu góaddej góal xhur sóaó u milli jidher, skond tweíiba li tani llum il-ministru góall-mistoqsija parlamentari illi góamiltlu, it-tender sabiex jitnaddaf il-menqa tal-Marsa fejn Cassar Shipyard - ma rridx nagómel xi reklam pero' biex infiehem góal liema area qed nirreferi - góadha ma ngóatatx.", "Dan il-wied jibda wiesa' óafna min- naóa ta' Ó'Attard u mbagóad ikompli jidjieq góaliex sfortunatament matul is- sekli sa minn úmien il-kavallieri l-Maltin bnew fil-widien u allura l- kanal ta' l-ilma li minnu jrid jgóaddi l-ilma tax-xita jibqa' jidjieq sakemm jiúbokka kollox wara l-Marsa sports ground.", "Jiena nemmen li jrid ikun hemm ukoll impenn b'time frame ðar min-naóa tad-dipartiment tax- xogólijiet biex isir tindif ta' dawn il-widien u din il-problema tibda tissolva bis-serjeta'.", "Settembru qiegóed magóna, is-sajf jibqa' góaddej ukoll u ðertament it-taqlib fl-arja jista' jikkawúa wkoll diúastri naturali ta' góargóar.", "J'Alla dak li íara f'Settembru ma jeríax iseóó pero' bilfors kelli nsemma' leóen ir-residenti li jgóixu f'dan il-wied góaliex huma jinsabu mbeúúgóin.", "Fil-fatt góaddew minn trawma psikoloíika li se tóalli effett fuqhom u wisq qed jibúgóu li se jerígóu jgóaddu mill-istess esperjenza qarsa.", "Mr Speaker, fil-fehma tiegói, il-gvern góandu jagómel minn kollox biex sa Settembru li íej imexxi ix-xogóol 'il quddiem.", "Aóna min- naóa tagóna se nibqgóu nqajmu dawn l-issues góaliex nemmnu li l-búonnijiet tal-komunitajiet tagóna góandhom jiíu indirizzati mill-gvern.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Jose' Herrera.", "ONOR JOSE` HERRERA: Mr Speaker, matul dawn l-aóóar xhur jiena ma tantx qbilt mad-deðiújonijiet li óadu s-Segretarju Parlamentari Carmelo Mifsud Bonniði u l-Ministru tal-Íustizzja.", "Fil-fatt kelli okkaújoni li nikkritika bil-kbir ðerti emendi illi íew proposti lil din il-Kamra u saóansitra ktibt u tkellimt b'ðertu fervent kontra ðerti emendi proposti.", "Pero' dan l-aóóar sieóbi l-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonniði íie intervistat minn wieóed mill-íurnali prominenti ta' dan il-pajjiú u góamel suííeriment illi jiena mhux talli naqbel miegóu talli ilni nóabbaq fuqu matul dawn l- aóóar snin.", "Tkellimt bosta drabi fuq dan is-suííett; ktibt fuqu bosta drabi u góamilt ukoll ir-rakkmandazzjonijiet tiegói.", "L-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonniði qal li fil-viújoni tiegóu ta' emendi li jixtieq jagómel fil-kamp ta' l-amministrazzjoni tal-íustizzja qal li wasal iú-úmien illi f'Malta jkollna qorti amministrattiva.", "Jien nabqel miegóu u ngóid li góandu raíun.", "Malta, flimkien ma' l-Ingliterra, hija l-uniku pajjiú fi ódan l-Unjoni Ewropea illi m'góandhiex organu íudizzjarju illi jilqa' ilmenti ta' natura purament amministrattiva. u dan huwa óaúin.", "Aóna nsegwu l-proðedura Ingliúa fejn m'góandekx qrati amministrattivi per se imma huma l-qrati ordinarji li assumew fuqhom infushom il-poter illi jissindikaw l-amministrattiv.", "F'Malta góandna wkoll sentenzi ðari mill-qrati tagóna li jgóidu li fuq dawn il-kwestjonijiet insegwu l-proðedura Ingliúa.", "Pero' fejn hi d-differenza?", "Filwaqt li fl-Ingliterra kellek úvilupp interessanti, grazzi góal ðertu imóallfin ta' ðertu kalibru, bóal, per eúempju, Lord Denning fejn il-kamp amministrattiv úviluppa b'tali mod u manjera li llum ið-ðittadini Ingliúi góandhom rimedju ðar, f'Malta íara l- oppost u l-imóallfin tagóna, bir-rispett kollu lejhom, matul is-snin óadu poúizzjoni restrittiva óafna fejn affermaw id-dritt li l-qrati tagóna jissindikaw l-amministrattiv pero' dejjem taw interpretazzjoni restrittiva óafna ta' x'inhuma l-poteri tagóhom.", "U jkolli ngóid li gvern wara l-ieóor, kemm il-partit tiegói stess meta kif il-gvern fit-tmeninijiet u kif ukoll il-partit Nazzjonalista fil-gvern, góaddew liíijiet illi kienu intenzjonati li jirrestriníu l-poteri tal-qrati li jirrivedu l-amministrattiv.", "Fil-fatt illum il-qrati tagóna baúikament góandhom biss úewí areas fejn jistgóu jissindikaw l-amministrattiv: Góandhom id-dritt jissindikaw l- amministrattiv jekk ministru jew kap ta' dipartiment jieóu deðiújoni jew jagóti xi ordni illi tkun manifestament kontra xi liíi, jiíifieri jekk il- liíi tagóti poter lill-ministru jagómel ðerti regolamenti jew jagóti ðerti ordnijiet jista' jagómilhom pero' meta jagóti ordni jew jieóu deðiújoni li ma jkunx kopert bil-liíi, jiíifieri jkun qed imur oltre il-liíi u jekk irridu insejóulu ultra vires fuq livell amministrativ, allura l-qrati tagóna jwaqqgóu dik l-ordni biex jaffermaw il-prinðipju tas-sovranita' tal- Parlament.", "Pero' sfortunatament – u hawnhekk tgóallimni s-Sedja - meta ngóaddu l-liíijiet minn dan il-Parlament u nagótu poter lill-ministru li jista' jagómel ðerti regolamenti, per eúempju, taót sitt klawsoli, imbagóad ikun hemm saving clause oóra li tagóti l-poter lill-ministru li jagómel dak kollu li jidhirlu hu in konnessjoni mas-suííett.", "Allura din tfisser li l-ministru baúikament qed jingóata carte blanche biex jagómel qualsiasi regolament jew jagóti qualsiasi ordni li jrid fl-ispirtu tas-suííett in kwestjoni.", "Allura l-qrati tagóna jsibu ruóhom f'diffikulta' góaliex jekk il-liíi qed tagótih il-fakulta' li jagómel li jrid, kif jistgóu l-qrati jissindikaw?", "Jeúisti provvediment ieóor meta d-deðiújoni tal-ministru tkun manifestament irraíjonevoli pero' anke hawnhekk suppost li l-qrati tagóna góandhom baóar fejn jespandu l-interpretazzjoni biex dejjem jagótu iktar drittijiet lið- ðittadini.", "Pero' sfortunatament góalkemm hemm il-kwestjoni ta' dak li hu raíjonevoli jew le, il-qrati tagóna dejjem góandhom tendenza li jgóidu illi dak li jagómel il-ministru huwa iktar kwaúi dejjem raíonevoli milli m'huwiex.", "Naóseb li dan jagómluh minóabba l-prinðipju tas-separazzjoni tal- poter góaliex ma jistax ikollok organu íudizzjaru illi jassumi wisq poter illi jissindika lill-gvern u lill-ministri daqskemm ma jistax ikollok gvern li jindaóal wisq fix-xogóol tal-qrati jew il-qrati li jindaólu wisq fix- xogóol tal-Parlament u vice versa.", "Pero' sfortunatament il-funzjoni ewlenija tal-qrati tagóna m'hijiex biss illi tiddeðiedi fuq kwestjonijiet purament personali u ðivili bejn l-individwi imma l-qrati qegódin hemm biex jissalvagwardaw ir-rule of law fil-pajjiú u jipproteíu lið-ðittadini kontra l-poteri vasti u kbar ta' l-amministrattiv.", "Dik hija l-funzjoni tagóhom u, bir-rispett kollu, meta wieóed janalizza l-performance tal- qrati tagóna f'dan ir-rigward nsibu ðerti móallfin illi kellhom l-kuraíí jieódu ðerti deðiújonijiet pero' nsibu wkoll li l-maííoranza assoluta tagóhom dejjem úammew lura milli jasserixxu din il-funzjoni tal-qrati.", "Góalkemm ipprovajna nimitaw lill-Ingliterra f'dan ir-rigward, ikolli ngóid li ð-ðittadini fl-Ingliterra góandhom rimedju filwaqt li f'Malta óafna nies jóossu li m'góandhomx rimedju amministrattiv.", "F'dawn l-aóóar 16-il sena gvernijiet rispettivi f'pajjiúna pprovaw jindirizzaw din il-problema pero' jiena naóseb illi ndirizzawha b'mod óaúin.", "Il-gvern Nazzjonalista ta' bejn l-1987 u l-1996 kien waqqaf kummissjoni biex tissindika lmenti amminstrattivi li setgóu saru bejn l-1971 u l-1987 taót amministrazzjoni Laburista u tagóti biss pariri lill-gvern.", "Imbagóad kellek l-esperiment tal-gvern Laburista ta' l-1996 illi kkrea tribunal illi kien aqwa mit-tribunal preðedenti góaliex dan kien qisu qorti ppresedut ukoll minn imóallef biex jissindika l-abbuúi li kienu saru bejn l-1987 u l-1996.", "Meta wieóed jifli d-deðiújonijiet kemm tat-tribunal li kien ippresedut mill-Imóallef Farruíia Sacco u kif ukoll id-deðiújonijiet tal- kummissjoni li kienet ippreseduta min dak li wara sar Prim Imóallef, Joe Said Pullicino, jirriúulta illi m'hijiex xi fissazzjoni tað-ðittadini Maltin illi jkun hemm malamministrazzjoni jew xi abbuúi góax kien hemm eluf ta' kaúijiet fejn íie ppruvat li kienu saru abbuúi amministrattivi jew malamministrazzjoni fil-konfront ta' ðittadini.", "Allura l-góajta tað- ðittadini kienet íusifikata.", "Huwa veru li f'dan il-pajjiú úgóir tagóna huma frekwenti wisq il-kaúi ta' abbuúi mil-lat ta' l-amministrazzjoni u góalkemm ðerti abbuúi huma úgóar pero' ðerti abbuúi huma grossolani.", "Issa llum dawn it-tribunali spiððaw góaliex it-term of office tagóhom spiðða u allura l-abbuúi li saru mill-1998 sal-lum m'hemmx qorti góalihom.", "Forsi hawn min malajr jirrispondini li góandna l-ombudsman.", "Huwa veru li góandna l-ombudsman pero' l-ombudsman iddikjara bóalma iddikjarajna aóna stess fil- Parlament u kif iddikjara l-ombudsman ta' l-Ewropa meta íie f'pajjiúna li l-funzjoni ta' l-ombudsman m'hijiex biex tuúulpixxi l-funzjoni tal-qrati imma biex tagómel ir-rakkmandazzjonijiet lill-Parlament.", "Fil-fatt l-ombudsman huwa l-uffiðjal tagóna l-parlamentari u qiegóed hemm biex jiíbdilna l-attenzjoni ta' xi iníustizzji li jkunu qegódin isiru óalli aóna nqajmuhom f'din il-Kamra, nitkellmu fuqhom u nagómlu pressjoni biex l- affarijiet jinbidlu.", "Pero' l-qrati huma organu ta' l-istat u qegódin hemm bi dritt biex jimplimentaw il-íustizzja fil-pajjiú.", "U hawnhekk góandna lakuna kbira u l-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonniði góandu raíun biex ibigó fuq dan il-punt.", "Jien nería' nirrikkmanda – u dan qed nagómlu fuq livell personali - li f'dan il-pajjiú ikollna forum ta' organu íudizzjarju fuq l- amministrativ.", "Jien ma naqbel assolutament xjen ma' dak li qal l-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonniði meta qal li wasal iú-úmien li nikkreaw tribunal ad hoc.", "Kellna tribunali u bir-rispett kollu lejn min ippresedihom, peress li kienu biss tribunali u mhux parti mill-organu íudizzjarju, l-impact tagóhom fis-soðjeta' kien wieóed minimizzat.", "Jiena dejjem góedt, u nería' ngóidha llum, li jien nemmen li wasal iú- úmien li bóalma fil-qrati tagóna góandna – fil-fatt qabel kellna d- diviújonijiet fil-qrati, imbagóad neóóejnihom u issa eríajna daóóalnihom – d-diviújoni tal-qorti tal-familja, id-diviújoni tal-qorti volontarja, id- diviújoni tal-Prim'Awla tal-qorti Ðivili u d-diviújoni tal-qorti kostituzzjonali góandu jkollna d-diviújoni amministrattiv u mhux nikkreaw tribunal.", "Kif kulóadd jaf jien ma nemminx fit-tribunali u dejjem ngóid kemm hu óaúin li tispettezza l-poteri tal-qrati ordinarji tagóna góaliex b'dan il-mod tkun qed iððekkinhom u ddgóajjifhom u l-konðett ta' organu íudizjarju bóala wieóed mit-tliet pilastri ta' l-istat jispiðða.", "Huwa importanti li jkollok it-tliet organi fl-istat bóalma nsibu fid-dinja kollha.", "Franza u l-Italja kellhom tribunali amministrattivi ad hoc, góamlu emendi biex ineóóuhom u assorbewhom fil-kompetenza tal-qrati ordinarji pero' taót diviújoni góalihom u hija l-maíistratura Taljana u l- maíistratura Franðiúa li tieóu konnessjoni ta' dawn it- tip ta' lmenti.", "Jiíiferi huwa organu íudizzjarju u mhux xi tribunal ippresedut min xi chairman li min jaf min ikun.", "Jien ngóid li wasal iú-úmien li f'pajjiúna jkollna qorti ðivili b'diviújoni góall-qorti amministrattiva.", "Huwa veru li l-qrati ordinarji góandhom dan il-poter imma góandu jkollna qorti b'aktar poteri u bid-dritt li tagóti ðerti rimedji – naturalment wieóed jara kif jillimita meta nitkellmu fuq kumpens góax óafna drabi l-kumpens jkun ta' natura morali li kultant ma tistax tikkwantifikah fi flus, pero' billi ddaóóal l-idea ta' moral damages kif góandna fil-Kostituzzjoni ma fiha xejn óaúin, basta tagómel ceiling raíjonevoli u tagóti poteri aktar wiesgóa lill-qrati amministrattivi – lið-ðittadin.", "Hawnhekk m'iniex qed nitkellem fuq kwestjonijiet ta' sindikar ta' drittijiet tal-bniedem góaliex dawk jaqgóu taót il-kompetenza tal-qorti kostituzzjonali pero' jien ngóid li f'dan il-pajjiú wasal iú-úmien li jkollna din id-diviújoni ta' qorti amministrattiva góaliex góad góandna lakuna f'dan ir-rigward.", "Óadt pjaðir ninnota li l-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonniði qajjem din il- kwestjoni f'intervista li saritlu kif ilni nqajjimha jien matul dawn l- aóóar óames snin u qed nosserva l-poúizzjoni tiegói f'dan il-Parlament, kif wara kollox huwa d-dover tiegói, biex nería' nenfasizza l-qbil tiegói ma' dan l-argument u l-konvinðiment morali tiegói li góall-íid tað- ðittadini Maltin góandu jkun hemm forum íudizzjarju fejn bniedem li jóoss li íie abbuúat mill-gvern, minn xi aíenzija governattiva, minn xi ministru jew minn xi kap ta' dipartiment jew minóabba negliíenza jew minóabba xi óaía oóra, bóal, per eúempju, inkun inqabeú f'xi promotion jista' jirrikorri u jitlob rimedju, mhux bi pjaðir imma bi dritt.", "Jekk ikollu raíun, il-qorti tordna r-rimedju u l-istat ikollu jobdi dik l-ordni.", "Naóseb illi din hija l-inqas óaía li jaspetta ð-ðittadin f'pajjiú emanðipat, modern u trasparenti bóal tagóna.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-óin.", "Il-Kamra hija aííornata góal nhar l- Erbgóa, 21 ta' Lulju, 2004 fid-9:00 a.m. bl-aíenda kif kommunikata mill- Ministru.", "Fid-9:30 p.m. il-Kamra aííornat mingóajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GÓAL TWEÍIBIET ORALI MWIEÍBA BIL-MIKTUB", "PBS - CO-ORDINATOR ADMINISTRATION", "6641.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru góal Investiment, Industrija u Teknoloíija ta' l-Informatika: Jista' il-Ministru jgóid kemm ilha taódem fil-qasam tar-riúorsi umani l-persuna li ngóatat il-kariga ta' co-ordinator administration fil-PBS?", "X'kien il-grad tagóha sal-lum?", "F'liema uffiððju kienet taódem?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Is-sejóa góall-applikazzjoni ta' administration co- ordinator talbet góall-kwalifiki fl-amministrazzjoni jew seba' snin esperjenza f'xogóol relatat.", "Il-persuna li ngóatat din il-kariga tissodisfa dawn iú-úewí kriterji.", "Il-grad tagóha kien ta' executive secretary fl-uffiðini tað-chairman u ð- chief executive.", "Il-persuna ilha f'dan ix-xogóol góal dawn l-aóóar 17-il sena.", "PBS - CO-ORDINATOR FINANCE/CO-ORDINATOR ADMINISTRATION", "6642.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru góal Investiment, Industrija u Teknoloíija ta' l-Informatika: Jista' il-Ministru jgóid xi kriterji ntuúaw fl-intervisti góall-óatriet ta' co-ordinator finance u co- ordinator administration fil-PBS?", "Kemm kienu jíorru marki kull wieóed minn dawn il-kriterji?", "Kemm íabu marki l-kandidati li applikaw góal dawn iú- úewí postijiet, góal kull kriterju?", "X'kienu r-rakkmandazzjonijiet tal-bord ta' l-góaúla góal dawn iú-úewí gradi?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-informazzjoni mitluba tpoííiet fuq il-mejda tal- Kamra aktar kmieni fis-seduta.", "PBS - CO-ORDINATOR NEWS", "6643.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru góal Investiment, Industrija u Teknoloíija ta' l-Informatika: Jista' il-Ministru jgóid xi kwalifiki akkademiði góandha s-sinjura li góadha kif ingóatat il-óatra ta' co-ordinator news fil-PBS?", "Kemm-il sena ilha taódem fil-PBS?", "Kemm ilha tagómel xogóol ta' aóbarijiet fl-istess kumpannija?", "X'kien il-grad tagóha qabel ingóatat il-kariga ta' co-ordinator news?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Is-sejóa góall-applikazzjoni talbet jew góal kwalifiki akkademiði jew góall-esperjenza.", "Din is-sejóa qatt ma qiset kwalifiki akkademiði bóala mandatorji góall-óatra.", "Il-kriterji l-oóra kienu dawk diía' imsemmija fit-tweíiba góall-mistoqsija parlamentari 6645.", "Ma nistax nifhem kif l-Onor.", "Interpellant qed titlob góall-informazzjoni fuq kriterju wieóed minn óafna li ntuúaw góall-góaúla.", "L-impjegata li qed tirriferi góaliha l-Onor.", "Interpellant ilha taódem max- xandir mill-1 ta' April 1987 u minn dejjem óadmet fid-dipartiment ta' l- aóbarijiet.", "Il-grad tagóha kien ta' news executive.", "PBS - ÓADDIEM", "6644.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru góal Investiment, Industrija u Teknoloíija ta' l-Informatika: Jista' il-Ministru jgóid xi kwalifiki akkademiði góandu l-óaddiem tal-PBS, li d-dettalji dwaru qed jintbagótu separatament?", "Kemm-il sena ilu jaódem fil-PBS?", "Kemm ilu jagómel xogóol fil-qasam ta' l-aóbarijiet fl-istess kumpannija?", "X'inhu l- grad tiegóu fil-PBS?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Is-sejóa góal applikazzjoni talbet jew góal kwalifiki akkademiði jew góall-esperjenza.", "Din is-sejóa qatt ma qiset kwalifiki akkademiði bóala mandatorji góall-óatra.", "Ma nistax nifhem kif l-Onor.", "Interpellant qed titlob góal informazzjoni fuq kriterju wieóed minn óafna li ntuúaw góall-góaúla.", "Il-persuna msemmija beda jaódem max-xandir fil-15 ta' Marzu 1976 u minn dejjem góamel xogóol fit-taqsima ta' l-aóbarijiet.", "Il-kariga tiegóu hija ta' assistant manager current affairs.", "PBS – JOURNALIST/EDITOR AND NEWS CO-ORDINATORS", "6645.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru góal Investiment, Industrija u Teknoloíija ta' l-Informatika: Jista' il-Ministru jgóid min kienu l-persuni li applikaw góall-íurnalisti/news co-ordinators fil-PBS?", "Xi kwalifiki akkademiði jew xi studji qed jagómlu fil-qasam íurnalistiku?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-informazzjoni mitluba tpoííiet fuq il-mejda tal- Kamra aktar kmieni fis-seduta.", "PBS - PERSUNI NKARIGATI BIEX JAGÓMLU L-INTERVISTI", "6646.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru góal Investiment, Industrija u Teknoloíija ta' l-Informatika: Jista' il-Ministru jgóid min kienu l-persuni mqabbda sabiex jagómlu l-intervisti fid-dipartiment ta' l- aóbarijiet fil-PBS?", "Xi kwalifiki u x'esperjenzi góandhom fil-qasam íurnalistiku?", "Fuq liema kriterji íew assessjati u sussegwentement magóúula mill-istess bord ta' l-góaúla l-persuni li se jibqgóu fil-kamra ta' l- aóbarijiet tal-PBS?", "X'relazzjoni diretta jew mhux diretta kellhom dawn il- persuni mað-ðentru ta' l-aóbarijiet?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Il-persuni mqabbda sabiex jagómlu l-intervisti fid- dipartiment ta' l-aóbarijiet kienu dawn: Josef Said - HR Consultant - MISCO Oliver Lautier - MIMCOL Michael Gonzi - MIMCOL Laurence Mizzi - Persuna b'esperjenza twila fil-qasam tax-xandir Andrew Psaila - Chief Executive - PBS", "Il-kriterji li fuqhom íew magóúula l-persuni li se jibqgóu fil-kamra ta' l- aóbarijiet huma dawk imsemmija fit-tweíiba góall-mistoqsija parlamentari 6645.", "PBS - PERSUNI NKARIGATI BIEX JAGÓMLU L-INTERVISTI", "6647.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru góal Investiment, Industrija u Teknoloíija ta' l-Informatika: Jista' il-Ministru jgóid min kienu l-persuni mqabbda sabiex jagómlu l-intervisti fid-dipartimenti kollha tal-PBS?", "Xi kwalifiki u x'esperjenzi góandhom f'kull qasam relattiv?", "X'relazzjoni diretta jew mhux diretta kellhom dawn il-persuni mad- dipartimenti konðernati fil-PBS?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-informazzjoni mitluba tpoííiet fuq il-mejda tal- Kamra aktar kmieni fis-seduta.", "PBS - CO-ORDINATOR ADMINISTRATION", "6648.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru góal Investiment, Industrija u Teknoloíija ta' l-Informatika: Jista' il-Ministru jgóid kemm ilha taódem fil-qasam tar-riúorsi umani l-persuna li ngóatat il-kariga ta' co-ordinator administration?", "X'kien il-grad tagóha sal-lum?", "F'liema uffiððju kienet taódem fil-PBS?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant góat-tweíiba ta' mistoqsija parlamentari 6641.", "PBS - MANAGER CORPORATE SERVICES", "6649.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru góal Investiment, Industrija u Teknoloíija ta' l-Informatika: Jista' il-Ministru jgóid min hu/hija l-manager corporate services fil-PBS?", "Fuq liema kriterji ntgóaúel/intgóaúlet?", "Min kienu l-persuni li applikaw góal dan il-grad?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-informazzjoni mitluba tpoííiet fuq il-mejda tal- Kamra aktar kmieni fis-seduta.", "PBS - MANAGER OPERATIONS", "6650.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru góal Investiment, Industrija u Teknoloíija ta' l-Informatika: Jista' il-Ministru jgóid min hu/hija l-manager operations fil-PBS?", "Fuq liema kriterji ntgóaúel/intgóaúlet?", "Min kienu l-persuni li applikaw góal dan il-grad?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-informazzjoni mitluba tpoííiet fuq il-mejda tal- Kamra aktar kmieni fis-seduta.", "PBS - MANAGER PROGRAMMING", "6651.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru góal Investiment, Industrija u Teknoloíija ta' l-Informatika: Jista' il-Ministru jgóid min hu/hija l-manager programming fil-PBS?", "Fuq liema kriterji ntgóaúel/intgóaúlet?", "Min kienu l-persuni li applikaw góal dan il-grad?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-informazzjoni mitluba tpoííiet fuq il-mejda tal- Kamra aktar kmieni fis-seduta.", "SLIEMA: TRIQ IL-KULLEÍÍ L-ANTIK – ÓSARA FIS-SISTEMA TAD-DRENAÍÍ", "6701.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru góal Investiment, Industrija u Teknoloíija ta' l-Informatika: Jista' il-Ministru jieóu l- passi kolha meótieía biex isiru l-ispezzjonijiet u t-tiswijiet neðessarji fi Triq il-Kulleíí l-Antik, f'Tas-Sliema, minn bieb numru 3 sa bieb numru 13, peress li r-residenti li joqogódu f'dawn id-djar qed jidólilhom ilma jew drenaíí mill-óitan tagóhom, liema ilma jew drenaíí íej minn xi leakage tas-sistemi ta' l-ilma jew drenaíí li góaddejjin mill-istess triq jew f'xi triq fil-viðinanza?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Wara investigazzjonijiet preliminari li saru mill- korporazzjoni góas-servizzi ta' l-ilma íie stabilit li l-ilma msemmi íej mis-sistema tad-drenaíí.", "Góaldaqstant se ssir investigazzjoni bis-CCTV biex tiíi lokalizzata l-ósara fis-sistema tad-drenaíí.", "DWANA - KUNTRABANDU TAD-DIESEL", "6535.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgóid fiex waslu l-investigazzjonijiet tad- dwana flimkien mal-pulizija dwar l-allegat kuntrabandu tad-diesel?", "Meta hu mistenni li Malta jkollha l-apparat meótieí sabiex tinduna b'dan id-diesel illegali fil-pront?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-investigazzjonijiet góadhom góaddejjin minóabba l-komplessità tal-kwestjoni.", "Góat-tieni parti tad-domanda góandi informazzjoni li dan l-apparat hu mistenni jasal Malta fil-íimgóat li íejjin.", "KUMMISSJONI EWROPEA – WORKING TIME DIRECTIVE", "6536.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin: Jista' il-Ministru jgóid jekk sarx xi lobbying min-naóa tar-rappreúentant permanenti ta' Malta góall-Unjoni Ewropea kontra l-proposti tal-Kummissjoni Ewropea sabiex titneóóa l-flessibbilta' dwar l-implimentazzjoni tal-working time directive?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Din il-kwestjoni hi ta' importanza góal Malta u li kemm il-Ministru konðernat kif ukoll ir-rappreúentanza permanenti ta' Malta góall-Unjoni Ewropea qegódin isegwu mill-viðin.", "Nista' nassigura lill-Onor.", "Membru li qed isir kull sforz f'kull livell, mhux biss fil-livell tar-rappreúentanza permanenti imma anke f'livell ministerjali, sabiex nassiguraw li l-flessibbilta' dwar l-implimentazzjoni tal-working time directive ma titneóóiex.", "SATELLITE DISHES LICENCES", "6537.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru góall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgóid meta hu mistenni li l-Gvern Malti jieóu deðiújoni formali dwar il-liðenzji fuq id-dishes tas-satelliti?", "Jikkunsidra attivament il-Gvern Malti li jagóti refunds fejn applikabbli?", "Ma jóossx il-Ministru illi l-Gvern Malti góandu jaíixxi unilateralment flok joqgóod jistenna l-Unjoni Ewropea tiððensurah dwar dan?", "ONOR.", "ÐENSU GALEA: Din il-kwestjoni qiegóda tiíi kkunsidrata u nista' nassigura lill-Onor.", "Interpellant li mhux il-kaú li l-gvern qed jistenna xi ðensura.", "Madankollu qabel jittieódu deðiújonijiet bóal dawn iridu jiíu kkunsidrati diversi fatturi.", "QASAM TA' L-INFORMATIKA", "6538.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru góal Investiment, Industrija u Teknoloíija ta' l-Informatika: Jista' il-Ministru jgóid jekk hemmx xi forma ta' koperazzjoni ma' Iúrael fil-qasam ta' l-informatika fid- dawl ta' l-avanzi kbar li góamel dan il-pajjiú f'dan is-settur partikolari?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Bóalissa l-ministeru qiegóed jiddiskuti programm ta' koperazzjoni teknika f'dan il-qasam mal-Gvern Iúraeljan.", "Id-diskussjonijiet qegódin isiru permezz ta' l-Ambaxxata Maltija góal Iúrael.", "ÚJARAT LIL KUMPANNIJI ÐINIÚI HI-TECH", "6539.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin: Jista' il-Ministru jgóid x'kien l-iskop taú-újarat lil góadd ta' kumpanniji Ðiniúi hi-tech li saru mill-Ministru ta' qablu íewwa Bejing u Shanghai?", "Kien hemm xi follow-up góal-laqgóa li saret mill-istess Ministru mað-China Shipping Group Company dwar is-sehem prospettiv ta' dawn ta' l-aóóar fil- consortium li mistenni jmexxi l-freeport terminal?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Il-Ministru predeðessur tiegói kien responsabbli wkoll góall-promozzjoni ta' l-investiment.", "Góar-rigward tat-tieni parti tal-mistoqsija, l-Onor.", "Interpellant hu mitlub jirrivolíi d-domanda lill-ministru kompetenti.", "ÍURNAL ÍERMANIÚ 'STERN' - ARTIKLU OFFENSIV DWAR MALTA", "6540.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin: Il-Gvern Malti irreaíixxa góall-artiklu offensiv dwar Malta li deher fil- íurnal influwenti Íermaniú 'STERN' tas-6 ta' Mejju 2004?", "Jekk iva, jista' jippubblika t-tweíiba uffiðjali ta' l-ambaxxata?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Nikkonferma illi l-Ambaxxata Maltija f'Berlin irreaíixxiet góall-artiklu dwar Malta li kien íie ppubblikat fil-íurnal Íermaniú billi kitbet lura lill-istess íurnal ittra ta' protesta, liema ittra íiet ippubblikata fil-óaría ta' Íunju 2004 u tpoííiet fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni fis-seduta.", "KUMPANNIJI TA' L-ASSIGURAZZJONI - PREMIUMS", "6599.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Íaladarba biex wieóed isuq vettura jrid ikollu polza ta' l- assigurazzjoni, il-gvern góamel xi óaía biex jiúgura li l-kumpanniji ta' l- assigurazzjoni, li bil-liíi góandhom suq maóluq góalihom, ma jeódux vantaíí minn din is-sitwazzjoni askapitu tal-konsumatur?", "Il-gvern góandu kontroll fuq il-premiums li l-kumpanniji ta' l-assigurazzjoni jitolbu?", "X'inhi l- poúizzjoni tal-gvern dwar l-ilmenti, li jidhru íustifikati, ta' sewwieqa tal-muturi dwar úidiet esaíerati mitluba góall-polza tal-muturi?", "Il-gvern indaga dwar din is-sitwazzjoni?", "X'inhu r-riúultat ta' din l-indaíini, jekk saret?", "Jaf il-gvern li l-assoðjazzjoni tal-konsumaturi jidhrilha li l- kumpanniji ta' l-assigurazzjoni góandhom tendenza li joóolqu cartel?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ngóarraf lill-Onor.", "Interpellant illi s-suq Malti ta' l-assigurazzjoni huwa wieóed li jimxi fuq il-prinðipju ta' kompetizzjoni bejn il-kumpannija u góaúla tal-konsumatur.", "Is-suq ta' l- assigurazzjoni huwa miftuó góal kulmin hu interessat li jaódem fih u li huwa f'poúizzjoni li jaqdi l-obbligazzjonijiet kollha taót il-liíi sakemm ikompli f'dan il-kummerð.", "Il-premium huwa wieóed maódum mill-kumpannija ta' l-assigurazzjoni u hemm fatturi varji fuqxiex jiíi bbaúat, per eúempju, it-tip ta' riskju, tibdil fil-liíijiet li jkabbru r-riskju góall-assiguratur, il-claim records tad- detentur tal-polza, eðð.", "Din hija prattika li teúisti f'kull suq finanzjarju internazzjonali li hu óieles u liberu.", "L-ilmenti li rðeviet l-awtorità góas-servizzi finanzjarji ta' Malta minn sidien ta' muturi íew investigati.", "Mill-investigazzjoni tagóha jidher li dawn iú-úidiet huma riúultat ta' varji fatturi, bóal tibdil fil- leíislazzjoni li góamlet obbligatorja l-ótieía li l-pillion rider ikun kopert mill-polza ta' l-assigurazzjoni, il-ótieía li kull kuntratt ta' l- assigurazzjoni ta' vetturi bil-mutur góar-riskji tat-terzi persuni jkun awtomatikament estiú biex ikopri inðidenti li jiíru íewwa l-Ewropa u EEA states.", "Numru ta' kumpanniji barranin ta' l-assigurazzjoni li jiktbu dan it-tip ta' riskju m'góadhomx joperaw f'Malta.", "L-indaíini tal-prezzijiet tal-premiums hija materja li taqa' taót l- uffiððju dwar kompetizzjoni íusta.", "L-awtoritajiet finanzjarji ma jistgóux jieódu azzjoni dwar spekulazzjonijiet ta' preúunt kartel u barra minn hekk il-liíi tassenja responsabbilta' góal din il-materja lill-uffiððju dwar kompetizzjoni íusta.", "KUMPANNIJI TA' L-ASSIGURAZZJONI - POLOZ TA' L-ASSIGURAZZJONI", "6600.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Peress li góal óabta ta' April l-awtorita' Maltija dwar is- servizzi finanzjarji, l-MFSA, kienet qalet li kienet talbet lil waóda mill- kumpanniji ta' l-assigruazzjoni biex tispjega l-pricing policy tagóha, u dan minóabba úidiet fenomenali fil-poloz ta' l-assigurazzjoni tal-muturi li din il-kumpannija bdiet titlob u góadha qed tesiíi, jista' il-Prim Ministru jgóid din l-ispjega ngóatatx?", "Jekk le, l-MFSA fakkritha lill-kumpannija dwar l-ispjega li l-MFSA talbet?", "Jekk l-MFSA ngóatat din l-ispjega, aððettatha?", "Jekk aððettatha, l-MFSA se tgóid x'inhi din il-policy biex il- konsumaturi jkunu jafu góaliex qed jiíu mitluba dawn il-premiums, li saru ogóla góal mutur milli góal karozza?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Minn investigazzjonjiet li góamlet l-awtorità Maltija góas-servizzi finanzjarji jirriúulta li dawn iú-úiedet íew imposti mill-prinðipal barrani ta' dan l-aíent Malti.", "L-aíenti tal-kumpanniji ta' l-assigurazzjoni huma marbuta bl-istruzzjonjiet li joóoríu l-prinðipali tagóhom.", "Mill-investigazzjonijiet jidher ukoll li fis-suq hawn numru ta' kumpanniji ta' l-assigurazzjoni oóra li qegódin joffru assigurazzjoni góall-muturi u l- premium ivarja minn kumpannija góal oóra.", "Il-premium li jiíi mitlub minn kumpannija huwa bbaúat fuq fatturi differenti, fosthom hemm tip ta' mutur li qiegóed ikopri l-claims experience tas-sewwieq, l-età tas-sewwieq, eðð.", "UÚU TA' MUTURI MINFLOK KAROZZI", "6601.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Peress li kont góedt li l-ambjent hu wieóed mill-prioritajiet tal- gvern tiegóek, tista' tgóid jekk tarax aójar jew agóar góall-ambjent il- muturi mill-karozzi?", "Tista' tgóid jekk hux beósiebek tagómel xi óaía biex tinkoraííixxi l-uúu ta' muturi, bóalma jagómlu gvernijiet oóra fl-Ewropa u b'hekk tgóin lill-ambjent?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-ambjent huwa ðertament priorità góal dan il- gvern.", "Dan intwera bil-fatti tul dawn l-aóóar xhur.", "Góaldaqstant kull inizjattiva li hija fattibbli tiíi kkunsidrata.", "F'dan il-kaú partikolari hemm diversi kunsiderazzjonijiet li góandhom jiíu eúaminati qabel ma wieóed jikkonkludi li jista' juúa muturi minflok karozzi.", "MALTA INSURANCE ASSOCIATION/MFSA - INÐIDENTI LI JINVOLVU MUTURI", "6602.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' jingóata ójiel dwar meta se jitlesta r-rapport li íie kkummissjonat mill-Malta Insurance Association u l-awtorita' Maltija dwar servizzi finanzjarji li se jistabilixxi l-loss records dwar inðidenti li jinvolvu muturi?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ir-rapport íie kkummissjonat mill-Malta Insurance Association u huwa ko-sponsorizzat mill-MFSA.", "Ir-rapport qiegóed isir bil- góan sabiex fost affarijiet oóra jiíi stabilit il-loss records dwar inðidenti li jinvolvu muturi.", "F'dan ir-rigward nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li x-xogóol fuq dan ir-rapport góadu góaddej minóabba li hemm involut óafna xogóol sabiex tiníabar din l-informazzjoni mill-membri ta' l- MIA.", "L-góan huwa li dan ix-xogóol jitlesta fl-iqsar úmien possibbli.", "KUMPANNIJI TA' L-ASSIGURAZZJONI - MUTURI ASSIGURATI", "6603.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jagóti statistika, not extrapolated, ta' l- aóóar óames snin fuq muturi dwar talbiet li íew milqugóa u oórajn li góadhom qed jiíu kkunsidrati?", "Jista' f'din l-istatistika jgóid kemm kien hemm ósara lil mutur assigurat fejn dan kien assigurat comprehensively, ósara ta' proprjeta' lil third parties u korrimenti kkaíunati lil third parties?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ngóarraf lill-Onor.", "Interpellant illi l-awtorità góas-servizzi finanzjarji ta' Malta ma úúommx l-istatistika fil-format li qiegóed jintalab.", "L-awtorità góandha biss informazjoni fuq il-premium u l- claims li jirrigwardaw is-settur kollu tal-vetturi bil-muturi (motor vehicles) li fiha tinkludi l-premium u l-claims tal-muturi - motorcycles.", "Din l-istatistika ma tiíix maqsuma fit-tip ta' polza ta' l-assigurazzjoni, jiíifieri comprehensive, ósara ta' proprjeta' lil third parties u korrimenti kkaíunati lil third parties.", "EDUKAZZJONI - INSTRUCTORS", "6606.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Úgóaúagó u l-Impjiegi: Jista' il-Ministru jgóid jekk persuna li hu instructor u m'góamilx kors fil-pedagoíija jkunx intitolat góall-increments fil-paga tiegóu?", "Kemm hemm instructors li m'góamlux il-kors fil-pedagoíija?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-grad ta' instructor, bóal gradi oórajn, hu marbut ma' skala ta' paga b'minimu u massimu fuq baúi inkrementali.", "L-interim measures agreement, iffirmat fl-20 ta' Mejju 1993 dwar il-gradi ta' l-instructor, jirrikjedu li instructor I jiíi promoss góal instructor II jekk ikun góamel b'suððess il-kors tal-pedagoíija kif rikonoxxut mid- diviújoni ta' l-edukazzjoni.", "Il-classification, regarding and assimilation agreement ta' l-instructors, iffirmat fit-3 ta' Ottubru 1996, jirristriníi d-dóul fil-grad ta' instructor góal min jippossjedi ð-ðertifikat tal-pedagoíija maóruí mid- diviújoni jew ðertifikat ekwivalenti.", "Naturalment dan apparti kwalifiki oóra.", "Jidher li góad hemm 15-il instructor li qatt ma temmew b'suððess xi wieóed mill-korsijiet tal-pedagoíija organizzat mid-diviújoni ta' l-edukazzjoni.", "SAÓÓA - ÓLAS PENDENTI LILL-KUNTRATTURI", "6632.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tas-Saóóa, l-Anzjani u l- Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgóid kemm góandu jagóti flus ta' xogóol li góamlu l-kuntratturi u li góadhom ma tóallsux?", "Kemm tammonta l- ispiúa góal kull kuntrattur sal-lum?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant ikun aktar speðifiku u jiððara góal liema tip ta' kuntratturi qed jirriferi.", "INVESTIMENT, INDUSTRIJA U TEKNOLOÍIJA TA' L-INFORMATIKA - ÓLAS PENDENTI LILL-KUNTRATTURI", "6633.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru góal Investiment, Industrija u Teknoloíija ta' l-Informatika: Jista' il-Ministru jgóid kemm góandu jagóti flus ta' xogóol li góamlu l-kuntratturi u li góadhom ma tóallsux?", "Kemm tammonta l-ispiúa góal kull kuntrattur sal-lum?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nitlob lill-Onor.", "Membru li jkun aktar speðifiku u jiððara góal liema tip ta' kuntratturi qed jirriferi.", "AFFARIJIET RURALI U AMBJENT - ÓLAS PENDENTI LILL-KUNTRATTURI", "6634.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru góall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgóid kemm góandu jagóti flus ta' xogóol li góamlu l-kuntratturi u li góadhom ma tóallsux?", "Kemm tammonta l-ispiúa góal kull kuntrattur sal-lum?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Nitlob lill-Onor.", "Membru jkun aktar speðifiku u jiððara góal liema tip ta' kuntratturi qed jirriferi", "ÚVILUPP URBAN U T-TOROQ - ÓLAS PENDENTI LILL-KUNTRATTURI", "6635.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru góall-Iúvilupp Urban u t- Toroq: Jista' il-Ministru jgóid kemm góandu jagóti flus ta' xogóol li góamlu l-kuntratturi u li góadhom ma tóallsux?", "Kemm tammonta l-ispiúa góal kull kuntrattur sal-lum?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Nitlob lill-Onor.", "Membru jkun aktar speðifiku u jiððara góal liema tip ta' kuntratturi qed jirriferi.", "FAMILJA U SOLIDARJETA' SOÐJALI - ÓLAS PENDENTI LILL-KUNTRATTURI", "6636.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tal-Familja u tas- Solidarjeta' Soðjali: Tista' il-Ministru tgóid kemm góandha tagóti flus ta' xogóol li góamlu l-kuntratturi u li góadhom ma tóallsux?", "Kemm tammonta l- ispiúa góal kull kuntrattur sal-lum?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant ikun aktar speðifiku u jiððara góal liema tip ta' kuntratturi qed jirriferi.", "BAJJIET MHUX TAJBIN GÓALL-GÓAWM", "6637.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tas-Saóóa, l-Anzjani u l- Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgóid liema huma l-bajjiet li bóalissa ma jistax isir góawm fihom?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Informat li l-bajjiet popolari kollha f'Malta, f'Góawdex u f'Kemmuna sal-lum kienu kollha tajbin góall-góawm.", "PBS - MANAGER NEWS AND REGISTERED EDITOR", "6652.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru góal Investiment, Industrija u Teknoloíija ta' l-Informatika: Jista' il-Ministru jgóid min hu/hi l-manager news and registered editor fil-PBS?", "Fuq liema kriterji ntgóaúel/intgóaúlet?", "Min kienu l-persuni li applikaw góal dan il-grad?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-informazzjoni mitluba tpoííiet fuq il-mejda tal- Kamra aktar kmieni fis-seduta.", "PBS - MANAGER NEWS AND REGISTERED EDITOR", "6653.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru góal Investiment, Industrija u Teknoloíija ta' l-Informatika: Jista' il-Ministru jgóid jekk hux minnu li ma nstab óadd b'esperjenza íurnalistika sodisfaðenti minn dawk kollha li applikaw biex jieódu l-kariga ta' manager news and registered editor fil-PBS?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-informazzjoni li góandha l-Onor.", "Interpellant mhijiex korretta.", "EÚAMIJIET TAL-MATSEC", "6680.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Úgóaúagó u l-Impjiegi: Jista' il-Ministru jgóid kemm studenti góamlu l- eúamijiet tal-MATSEC, livell ordinarju, din is-sena skond kull suííett?", "Jista' jgóid kemm minnhom góaddew u kemm m'góaddewx?", "Jista' jaqsam l- informazzjoni fi studenti bniet u studenti subien?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li n-numru ta' studenti li góamlu l- eúamijiet fil-livell tas-Sec skond kull suííett u kemm minnhom góaddew bi gradi 1 sa 5, jew bi gradi 1-7 u kemm ma góaddewx jidhru f'Tabella 1 li tpoííiet fuq il-mejda tal-Kamra iktar kmieni fis-seduta.", "Tabella 2 turi l- istess informazzjoni maqsuma bejn bniet u subien, din it-tabella wkoll tpoííiet fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni fis-seduta.", "MEPA – TAS-SLIEMA - PROÍETT TAX-CHALET", "6719.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru góall-Affarijiet Rurali u Ambjent: B'riferenza góall-proíett tax-Chalet íewwa Tas-Sliema, jista' il-Ministru jgóid jekk íietx sottomessa applikazzjoni lill-MEPA mill- iúviluppatur magóúul góal dan il-proíett?", "Jekk fl-affermattiv, f'liema stadju wasal l-ipproðessar ta' din l-applikazzjoni?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: L-applikazzjoni relattiva hija PA486/02 u íiet sottomessa f'Jannar 2002.", "Kif jista' japprezza l-Onor.", "Interpellant l- iúvilupp propost hu f'sit sensittiv u n-negozjati ma' l-applikant góadhom góaddejjin.", "TIGNE' - TRIQ TAX-XATT", "6733.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru góall-Iúvilupp Urban u t- Toroq: Jista' il-Ministru jgóid jekk jistax ikun hemm aððess góal dik il- parti tax-xatt ta' Tigne' li tinsab magóluqa, minfejn hemm il-lukanda Fortina, góal skop ta' sajd minn fuq il-moll billi hemm min góandu dan id- delizzju u ilu snin twal jipprattikah?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Tweíiba tingóata f'xi seduta oóra.", "POWER STATION - BREAKWATER", "6734.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru góall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgóid meta hemm ósieb li jiíi rraníat il- breakwater tal-power station peress li ilu mkisser?", "Billi hemm riskju li l-maltemp ikisser xi opri tas-sajd tas-sajjieda Xlukkajri, possibbli dan jingóata priorita'?", "ONOR.", "ÐENSU GALEA: Dan il-moll kien inbena mill-korporazzjoni Enemalta li hija responsabbli wkoll góall-manutenzjoni tiegóu.", "Góaldaqstant nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi din il-mistoqsija lill-ministru konðernat.", "ÚABBAR: GARDEN ROAD - MASÍAR TAÚ-ÚEBBUÍ", "6735.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru góall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgóid meta se jitkompla u jitlesta l-masíar taú- úebbuí li hemm f'Garden Road, Úabbar?", "Billi jekk jiíi rraníat dan il- masíar ikun jista' jidgawda mhux biss miú-Úabbarin imma anke mill-komunita' tal-Kottonera, possibbli jsir sforz biex dan jitlesta?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Dan il-masíar jaqa' taót ir-responsabbilta' tal- kunsill lokali ta' Óaú-Úabbar.", "Góalhekk nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi l-mistoqsija lill-ministru konðernat.", "UNIVERSITA' - FAKULTA' TA' L-INÍINERIJA ELETTRIKA", "6736.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Úgóaúagó u l-Impjiegi: Jista' il-Ministru jgóid jekk ir-riðerki góat-teúi ta' l-istudenti tal-fakulta' ta' l-iníinerija elettrika hux se jiíu ffinanzjati mill-Universita' ta' Malta bóas-snin ta' qabel jew hux se jiíu imposti fuq l-istudenti stess?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Tweíiba tingóata f'xi seduta oóra.", "KUMMISSJONI NAZZJONALI FAMILJA", "6737.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru tal-Familja u tas- Solidarjeta' Soðjali: Tista il-Ministru tgóid kif inhi ifformata l- kummissjoni nazzjonali familja?", "X'inhu l-brief tagóha u góal kemm úmien?", "Min huma l-membri u kemm jitóallsu?", "Tista' il-Ministru tpoííi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tar-rapport li l- kummissjoni nazzjonali familja góadha kemm ippreúentat?", "Tista' tgóid min kiteb dan ir-rapport jekk hux ibbaúat fuq xi riðerka li saret?", "Jekk saret riðerka, min ordnaha?", "X'kien il-brief?", "Min góamilha u kemm tóallas biex saret?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: L-informazzjoni mitluba fl-ewwel óames partijiet tal-mistoqsija, kif ukoll kopja tar-rapport ippubblikat mill-kummissjoni nazzjonali familja, li góamlet riferenza góalih l-Onor.", "Interpellant, tpoííiet fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni fis-seduta.", "L-awturi ta' dan ir-rapport huma dawk murija f'paína 4 u nkiteb wara proðess ta' konsultazzjoni ma' diversi entitajiet u dokumenti kif indikat fl-istess rapport.", "Ninsab informata li l-uniði spejjeú biex inkiteb u íie ppubblikat ir-rapport kienu dawk marbuta ma' l-istampar li sar fl-istamperija tal- gvern.", "ÓAL QORMI - WIED IT-TIÍIEÍ", "6738.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Ministru góar-Riúorsi u Infrastruttura: Jista' il-Ministru jgóid meta se jitkompla t-tindif ta' Wied it-Tiíieí f'Óal Qormi - il-wied li jinsab biswit Triq l-Imdina u Tal- Óandaq - liema tindif kien inbeda wara l-góargóar tal-15 ta' Settembru li góadda u baqa' ma tlestiex góaliex il-óaddiema tal-public works li kienu assenjati fuq dan ix-xogóol ittieódu fuq xogóol ieóor fuq il-proíett ta' Paceville?", "Jista' jagóti l-konferma tiegóu jekk dan ix-xogóol hux se jitlesta qabel Settembru li íej?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: L-Onor.", "Interpellant góandu jiftakar li x-xogóol ta' tisbió ta' Paceville kien ipproggrammat qabel il-15 ta' Settembru, liema xogóol kien jitlob óaddiema tas-sengóa.", "Rigward ix-xogóol fil-water course tal-Marsa/Qormi, ix-xogóol ta' tindif li kien ilu jiníema góal dawn l-aóóar 30 sena nbeda immedjatament hekk kif góaddiet il-maltempata.", "Sussegwentement íie mfassal programm ta' manutenzjoni, bini ta' mollijiet, twessiegó tal-water course u saóansitra twaqqigó u bini mill-ídid ta' pontijiet fost oórajn, liema xogólijiet fil-preúent góaddejjin kif ippjanat.", "It-tindif ta' Wied it-Tiíieí, ta' Wied is-Sewda u ta' Wied il-Kbir huma parti minn dan il-programm estensiv ta' xogólijiet.", "ÓAL QORMI - WIED IS-SEWDA", "6739.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Ministru góar-Riúorsi u Infrastruttura: Jista' il-Ministru jgóid meta se jinbeda x-xogóol ta' tindif u tóammil fl-inóawi ta' Wied is-Sewda f'Óal Qormi - minn Ó'Attard sa Triq il-Wied - liema xogóol kien imwiegóed lill-kunsill lokali ta' Óal Qormi f'Jannar li góadda?", "Jista' jgóid jekk hux se jiíu rraníati dawk it-toroq mhux urbani, fosthom Triq tal-Ólas u Triq Ó'Attard, li tkissru wara l-góargóar tal-15 ta' Settembru li góadda?", "Jista' jikkonferma jekk dawn ix-xogólijiet hux se jinbdew qabel Settembru li íej?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant góat-tweíiba ta' mistoqsija parlamentari 6738.", "ÓAL QORMI/MARSA - XOGÓOL KONNESS MAL-PROÍETT TA' L-GÓARGÓAR", "6740.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Ministru góar-Riúorsi u Infrastruttura: Jista' il-Ministru jgóid kemm, bejn wieóed u ieóor, se jdum sejjer ix-xogóol konness mal-proíett ta' l-góargóar fl-inóawi ta' Óal Qormi u l-Marsa, peress li milli jidher dan ix-xogóol jinsab lura óafna u l- partijiet fil-widien tan-naóiet ta' fuq góadhom ma nbdewx?", "Jista' jgóid jekk bóala parti minn dawn ix-xogólijiet hux se titnaddaf il- Menqa fil-Marsa biex l-ilma tax-xita jkun jista' imur lejn il-baóar mingóajr ebda problema?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ix-xogóol konness mal-proíett ta' l-góargóar fl- inóawi ta' Óal Qormi u l-Marsa jikkonsisti fit-twessiegó tal-korsa ta' l- ilma tax-xita bejn Triq Manwel Dimech, Óal Qormi u Triq Aldo Moro, Marsa.", "Qed isir ukoll it-twessiegó tal-pont ta' Triq l-Iljun biex jitnaqqsu l- ostakli góall-passaíí ta' l-ilma tax-xita.", "Dan ix-xogóol mistenni li jkun lest matul din is-sena.", "Rigward it-tindif tal-Menqa fil-Marsa, ninforma lill-Onor.", "Interpellant illi x-xogóol ingóata b'offerta u dan mistenni li jinbeda fil-futur qarib.", "PROGRAMM \"L-ISTRINA\" - FONDI LILL-GÓAQDIET VOLONTARJI", "6741.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Ministru góal Investiment, Industrija u Teknoloíija ta' l-Informatika: Jista' il-Ministru jgóid jekk kienx hemm xi góaqdiet volontarji li qed jaódmu b'risq l-annimali li bbenefikaw minn fondi li níabru mill-programm tal-PBS \"L-Istrina\"?", "Jekk iva, liema kienu l-góaqdiet?", "Kemm kien l-ammont ta' fondi li ngóataw?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-ebda góaqda volontarja li taódem b'risq l-annimali ma bbenefikat mill-fondi li níabru mill-programm tal-PBS \"L-Istrina\".", "REVERSE OSMOSIS - PRODUZZJONI TA' ILMA", "6742.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Ministru góal Investiment, Industrija u Teknoloíija ta' l-Informatika: Jista' il-Ministru jgóid kemm hi l-ispiúa góall-produzzjoni ta' l-ilma permezz tar-reverse osmosis góal kull metru kubu?", "Jista' jgóid ukoll kemm kienet l-ispiúa globali góall-produzzjoni ta' l- ilma permezz tal-proðess tar-reverse osmosis góas-snin 2002 u 2003?", "Kemm minn din l-ispiúa kienet issussidjata?", "Jista' jgóid ukoll kemm minn dan l-ilma li íie prodott permezz tar-reverse osmosis íie mitluf?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Tweíiba tingóata f'xi seduta oóra."]} {"filename": "20051110_316d_par.doc", "date": "2005-11-10", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Uffiċjali u Rivedut) L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 316 Il-Ħamis, 10 ta' Novembru, 2005 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 316 Il-Ħamis, 10 ta' Novembru, 2005", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-9.01 a.m.", "Talba", "Seduta Nru. 316", "Il-Ħamis, 10 ta' Novembru, 2005", "WERREJ", "MINUTI 672", "TQEGĦID TA' KARTI 672", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "KUMITAT TA' PROVVISTA", "ESTIMI ĠENERALI 2006 - L-EWWEL JUM STABILIT", "MINISTERU GĦALL-INVESTIMENT, INDUSTRIJA U TEKNOLOĠIJA TA'", "L-INFORMAZZJONI 673", "AĠĠORNAMENT 709", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 709", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 315 li saret fid-9 ta' Novembru, 2005 ġew konfermati.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Carmelo Abela): Skond il-mozzjoni ta' proċedura tal-31 ta' Ottubru, 2005 il-ħin tal-Mistoqsijiet ta' din is- seduta ma jitteħidx.", "Ngħaddu mill-ewwel għal Tqegħid ta' Karti u nsejjaħ lill-Ministru Austin Gatt.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar overtime li sar fl-Enemalta, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 13912; u", "Tagħrif dwar overtime li sar fl-Airmalta, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 13917.", "u f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impiegi nqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar programmi li qed jitwettqu taħt l-EDRC, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari 15417.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "KUMITAT TA' PROVVISTA", "ESTIMI ĠENERALI 2006", "L-EWWEL JUM STABILIT", "MINISTERU GĦALL-INVESTIMENT, INDUSTRIJA U TEKNOLOĠIJA", "TA' L-INFORMAZZJONI", "L-ordni għall-Kumitat ġie moqri", "FIL-KUMITAT", "L-Onor.", "Carmelo Abela, President tal-Kumitat, jippresjedi", "THE CHAIRMAN: Nixtieq ninforma lill-Kumitat li skond il-mozzjoni tal-31 ta' Ottubru, 2005 il-ħin tad-diskussjoni tal-lum għandu jinqasam indaqs bejn kelliema tal-gvern u kelliema ta' l-oppożizzjoni, bl-aħħar nofs għall- gvern.", "Jekk jogħġbu l-Ministru jressaq ir-riżoluzzjonijiet tiegħu.", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru għall-Investiment, Industrija u teknoloġija ta' l-informazzjoni): Sur President, nipproponi dawn ir-Riżoluzzjonijiet:", "VOT 41 - MINISTERU GĦALL-INVESTIMENT, INDUSTRIJA U TEKNOLOĠIJA TA' L-INFORMAZZJONI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 40,533,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 41 - Ministeru għall- Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2006.", "VOT X - MINISTERU GĦALL-INVESTIMENT, INDUSTRIJA U TEKNOLOĠIJA TA' L- INFORMAZZJONI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 26,552,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot X - Ministeru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2006.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sur President, nipproponi din l-emenda:", "VOT 41 - MINISTERU GĦALL-INVESTIMENT, INDUSTRIJA U TEKNOLOĠIJA TA' L-INFORMAZZJONI", "Personal Emoluments", "Item 11 - Holders of Political Office", "Ħassar iċ-ċifra \"Lm15,067\" u ssostitwixxi minflok iċ-ċifra \"Lm15,066\".", "Delete the figure \"Lm15,067\" and substitute therefor the figure \"Lm15,066\".", "Sur President, jien indur lejn il-poplu u nistaqsih: Wara l-budget, int mort aħjar?", "Int li għandek l-impjieg mhedded, wara l-budget mort aħjar?", "Int li wara li l-gvern kien qallek li x-xogħol jiġri warajk, inti mort aħjar?", "Ix-xogħol qed jiġri warajk jew int qed tiġri wara x-xogħol biex forsi ssibu?", "Inti li għandek bżonn kura fl-isptar, tinsab sodisfatt minn din il-kura jew qed ikollok tistenna ħafna żmien biex imissek?", "Jien nistaqsi lill-poplu jekk wara dan il-budget għandux moħħu mistrieħ fuq il- futur ta' uliedu kif ġie imwiegħed wara l-elezzjoni waħda wara l-oħra.", "Int li tirċievi l-kontijiet tat-telefon, wara dan il-budget mort aħjar?", "Inti li għandek industrija, wara dak li sar rigward il-kontijiet tad-dawl u ta' l- ilma mort aħjar?", "Dawk l-impjegati li jaħdmu fl-industrija se jmorru aħjar?", "Dawk li qed jirċievu l-kontijiet id-dar tad-dawl u l-ilma marru aħjar?", "Dawn il-mistoqsijiet mhux se nweġibhom jien, għalkemm naf li forsi hemm xi sangisugi tal-qalba li marru aħjar.", "Jien se nħalli f'idejn il-poplu biex dawn iweġibhom fil-kwiet ta' daru.", "Wara kollox jiena ma rridx inkun prużuntuż bħall-prim ministru nipprova ngħid li l-poplu mar aħjar.", "Dan qed ngħidu għax il-prim ministru l-bieraħ enfasizza li bħala pajjiż morna aħjar.", "Minflok qagħad jispjega kif morna aħjar u x'inhi l-viżjoni ta' dan il-gvern dwar kif se jsolvi l-problemi biex il-familji Maltin u Għawdxin jgħixu aħjar, kulma għamel hu li qagħad jilgħab biċ-ċifri u jżeblaħ lill- kap ta' l-oppożizzjoni.", "Jiena jkolli ngħid li l-bieraħ il-pajjiż bħala nazzjon mar għall-agħar għaliex il-prim ministru ta' Malta ma aġixxiex ta' prim ministru imma aġixxa ta' wieħed li li m'għandux viżjoni dwar kif se nsolvu l-problemi ta' pajjiżna.", "Għall-prim ministru l-unika problema li hawn f'dan il-pajjiż hi Dr. Alfred Sant.", "Dan qed ngħidu għax il-bieraħ wieħed kien jistenna li l-prim ministru jsemmi modi kif se jiġu tackled il-problemi bla ma jbatu l-familji Maltin u Għawdxin, imma sfortunatament għalih il-problema li hawn f'pajjiżna hija proprju Dr. Sant.", "L-Onor Gonzi ried jagħti x'jifhem li l-fatt li rebħu l- elezzjoni darbtejn wara xulxin juri li f'għajnejn il-poplu il-partit fil- gvern għandu viżjoni, imma hawnhekk tajjeb ngħidu wkoll li l-poplu vvota darbtejn wara xulxin lill-partit Nazzjonalista għaliex ġie ngannat.", "Il- poplu Malti u Għawdxi ġie ngannat għax ġie mwiegħed li x-xogħol kien se jiġri warajh.", "Dak iż-żmien l-Onor.", "Alfred Sant kien qed jgħid lill-poplu li l-Partit Nazzjonalista qed jipprova jingannah, u llum qed jirriżulta li dak li qal Alfred Sant huwa kollu korrett.", "L-unika viżjoni li kellu l- partit Nazzjonalista kienet li jħallu d-dejn jikber u jħallsuh ulied uliedna.", "Sur President, jien infakkar ukoll fil-plejtu li għamlu tan-naħa l-oħra meta l-partit Laburista fl-1996/1998 ried jirranġa t-tariffi tad-dawl u l- ilma.", "Għaliex dak iż-żmien il-gvern Laburista ried jirranġa t-tariffi tad- dawl u l-ilma?", "Ried jirranġa t-tariffi minħabba s-sitwazzjoni mwiegħra li sab fl-Enemalta.", "Din il-korporazzjoni kienet tinsab f'sitwazzjoni tal-biki u ħadna passi biex ma naslux fejn wasalna llum.", "Dak iż-żmien kien hemm żbalji fil-metodu kif jinħadmu l-kontijiet tad-dawl u l-ilma u aħna konna rġiel biżżejed u rrevedejnihom u tkellimna fuqhom.", "Illum x'qed jgħid il- gvern Nazzjonalista?", "Qed jiġġustifika l-għoli tad-dawl u l-ilma billi jgħid li dan hu dovut biss minħabba li ż-żejt qed jogħla minn barra.", "Din m'hijiex il-verita' kollha, u jiena nistaqsi lill-poplu Malti jekk hu jemminx jekk din hijiex il-verita'.", "Huwa veru li għola ż-żejt, imma mhux minħabba din ir- raġuni biss li wasalna f'din is-sitwazzjoni, u jiena se nispjega għaliex qed ngħid hekk.", "Sur President, l-ewwelnett il-gvern Nazzjonalista m'għamel ebda strateġija dwar l-enerġija u issa ilu snin kbar fil-gvern.", "Il-gvern Nazzjonalista nefaq miljuni kbar biex għamel power station, dik ta' Delimara, li suppost kellha tilqa' d-domanda kollha anke' għaż-żmien tal-lum.", "Minkejja dan spiċċajna fis-sitwazzjoni li minħabba d-domanda qed jintużaw inġenji li suppost jintużaw biss f'każ ta' emerġenza jew meta jinqala' inċident.", "Il- konsegwenza hi li qed ikun hemm ħela ta' fuel żejjed b'konsegwenza li għandna konsum kbir ta' żejt fil-power station.", "Dan juri b'mod ċar li hemm nuqqas ta' ippjanar min-naħa ta' l-Enemalta.", "Min-naħa l-oħra wkoll hemm nuqqas serju fejn tidħol viżjoni dwar enerġija sostenibbli u nuqqas ta' viżjoni fejn tidħol l-effiċjenza.", "Rigward renewable energy dan il-gvern m'għamel xejn minkejja li nħolqot ir- resources authority.", "Din suppost kellha tagħmel pjani snin ilu pero' dawn baqgħu ma sarux.", "Kien biss il-bieraħ li l-prim ministru ftaħar li se jittieħdu passi f'dan ir-rigward.", "Jiena ngħid li messu ilu li qabbad ir- resources authority biex tibda tħejji pjan.", "Dawn huma affarijiet li ma jitwemmnux.", "Irrid ngħid ukoll li l-ammont ta' flus li ntefqu s-sena l-oħra minħabba ineffiċjenza kien ta' Lm8.9 miljun u għas-sena d-dieħla huwa stmat li dan se jerġa' jkun l-istess.", "Il-fatt li qed nerġgħu nistmaw li l- ineffiċjenza se tqum l-istess daqs kemm qamet is-sena l-oħra juri li f'dan ir-rigward ma sar assolutament xejn, li l-gvern wasal biex ikollu jgħolli r- rati tad-dawl u l-ilma.", "Huwa minħabba dawn ir-raġunijiet ukoll li l-gvern kellu jgħolli t-tariffi.", "Insemmi wkoll il-hedging agreements li kien għamel il-gvern Laburista fuq xiri taż-żejt u li l-gvern Nazzjonalista neħħa permezz ta' Prof. Josef Bonnici meta kien ministru.", "Dan kien żeblaħ il-partit Laburista fil-gvern u qabad u neħħa dawn il-hedging agreements b'kapriċċ.", "Illum jirriżulta li min għamel hedging agreements qed jagħmel aktar profitt u fost dawk li għamlu dawn it-tip ta' agreements nista' nsemmi l-linji ta' l-ajru bħall-British Airways u Ryanair u anke l-Lufthansa.", "Aħna hawnhekk Alla jbierek konna għedna li l-hedging agreement m'huwiex tajjeb għaliex huwa riskjuż u ġabu l- iskuża li ż-żejt jista' ma jibqax jogħla.", "Fid-diskors tal-prim ministru wieħed isib li l-indikazzjoni hija li ż-żejt se jibqa' jogħla.", "Issa ħalliha li l-prim minsitru fid-diskors tiegħu qal li ż-żejt se jibqa' jogħla.", "Dan il-gvern qed jagħmel kontradizzjoni waħda wara l-oħra.", "Sur President, nixtieq ngħid ukoll li aħna ilna nisħqu li hemm bżonn li ndaħħlu l-effiċjenza f'dan il-qasam u saħansitra tajna eżempji ta' x'wieħed jista' jagħmel biex wieħed jilħaq dan il-għan.", "Hemm bżonn li l-gvern jara li f'kull bini ġdid li jinbena jkun hemm l-obbligu li jiġu stallati s-solar water heaters.", "Il-gvern għandu jagħti sussidju bla dazju fuq din is- sistema.", "Hemm bżonn li l-gvern jippromwovi s-solar panels mhux bid-diskors biss.", "Wara kollox dawn huma affarijiet li suppost saru snin ilu, u allura l- gvern għandu jagħmel forma ta' infurzar biex dawn l-affarijiet isiru.", "Hemm bżonn ukoll li l-equipment ta' l-industrja u equipment ieħor li jiġi importat ikun effiċjenti.", "Hemm bżonn ukoll li l-gvern jikkonsidra li ċertu xogħol minn bi nhar jibda jsir bil-lejl meta l-load tkun baxxa, għax meta qed jaħdem f'ħinijiet fejn ma tantx ikun hemm load wieħed ikun qed iżid l- effiċjenza.", "Anke l-mod kif nibnu hemm bżonn li jinbidel.", "Il-bini għandu jibda' jkun mibni b'ċertu mod li wieħed ma jkollux għalfejn juża ammont kbir ta' enerġija biex wieħed ikun jista' jkessaħ jew isaħħan.", "Dawn huma affarijiet li messhom saru żmien ilu.", "Aħna qed nisħqu biex dawn mil-lum ikunu compulsory.", "Immedjatament irid ikun hemm regolament ukoll biex fil- bini li jinbena ġdid ikun hemm ġibjun jew bir fejn jinġabar l-ilma.", "Ħaġa oħra li l-gvern imissu jagħmel immedjatament hi li jagħti l-ewwel eżempju hu billi fl-uffiċini tiegħu jdaħħal dawn is-sistemi f'perijodu qasir.", "Il-gvern għandu jara li jbiddel ċerti lampi ma lampi oħrajn li jkun iktar effiċjenti.", "Dawn huma affarijiet li jridu jsiru immedjatament.", "Huma affarijiet li suppost saru snin ilu, u ġejna f'din is-sitwazzjoni llum għax għadhom ma sarux.", "Dan kollu li qed ngħid juri li mhux veru li l-gvern għolla t-tariffi minħabba li għola ż-żejt biss.", "Sur President, il-ministru ħareġ jgħid li l-Enemalta ħadmet is-surcharge b'tali mod li tirrifletti l-għoli taż-żejt u ried jagħti x'jifhem li din kienet l-unika raġuni għaliex għolew dawn it-tariffi.", "Hawnhekk ngħidlu li m'huwiex korrett.", "Dan m'hu veru xejn.", "Il-gvern kemm-il darba kien jgħid li se jkollu jagħmel power station li se tiswa madwar Lm300 miljun.", "Il- gvern qal ukoll li din se jkollha tagħmel tajjeb għalih l-Enemalta għax se tissellef hi.", "Wara l-ministru stess qal li l-Enemalta skond kemm tonfoq trid iddaħħal, jiġifieri biex tinvesti bilfors trid iddaħħal minn x'imkien u dan kollu se jispiċċa jħallas għalih il-konsumatur.", "L-iżbalji li saru għax ma kienx hemm strateġija qed ikollu jħallas għalihom il-konsumatur.", "Nixtieq issa ngħid xi ħaġa dwar it-tariffi tad-dawl u ta' l-ilma.", "Hawnhekk tajjeb li ngħid li dan il-gvern jiftaħar ħafna bit-trasparenza, jiftaħar ħafna li għandu jkun hemm ir-regolatur u l-operatur.", "Jemmen li r- regolatur jikkontrolla, imbagħad insibu li fejn jidħlu t-tariffi tad-dawl u l-ilma, r-regolatur li hija r-resources authority ma kellha l-ebda involviment.", "U għaliex qed ngħid hekk?", "Għax kien il-ministru li ħabbar is- surcharge, u l-MRA ma tkellmet xejn.", "Dan meta hi r-regolatur, meta hi għandha tindaga dwar il-mod kif inħadmu dawk ir-rati u jekk humiex korretti.", "Hi trid tkun sodisfatta biex imbagħad tagħti l-go ahead jekk dawn ir-rati għandhomx jidħlu jew le.", "Hawnhekk ta' min jgħid ukoll li l-awtorita' trid tara wkoll l-aspett soċjali, plus li trid tara l-verita' fl-informazzjoni li tkun ingħatatilha.", "Imma le, f'dan il-każ insejniha t-trasparenza, insejna li r-regolatur u l- operatur huma separati u spiċċajna biex il-gvern baqa' għaddej bla ma l- ebda awtorita' ma rat kif inħadem dan il-persentaġġ tas-surcharge.", "Hawn tajjeb wieħed ifakkar dwar ir-rapport li l-kap ta' l-oppożizzjoni poġġa fuq il-mejda tal-Kamra li juri li l-affarijiet m'humiex kif qed jgħid il-gvern.", "Il-gvern qed igħid li dak is-surcharge jirrifletti l-għoli taż-żejt li kien hemm, pero' dan m'huwiex minnu.", "Issa ħalli mmur biex inqabbel daqsxejn dawn it-tariffi li dan l-gvern introduċa ma dak li kien se jdaħħal il-gvern Laburista fl-1998.", "L-ewwelnett, ir-rata li kien se jintroduċi l-gvern Laburista fl-1998 kienet se tkun ta' 5c4 per unit.", "Illum ir-rata se tkun ta' 7c per unit.", "Issa dan, il-gvern Laburista kien introduċieh biex jagħmel tajjeb għad- diżastru li sab fl-Enemalta meta daħal fil-gvern.", "Per eżempju fl-1998, għal persuna waħda l-kont tad-dawl u l-ilma kien jiġi jiswa Lm67.26.", "F'Jannar ta' din is-sena, l-istess konsum għal persuna waħda kien ta' Lm71.33 u minn Novembru ta' din is-sena minn Lm67.26 se jitla għal Lm86.71.", "Issa f'Diċembru tas-sena 2007, għax is-surcharge se jibqa' jogħla, dan se jitla' għal Lm98.44.", "Ara x'qabża hemm!", "Fl-1998 għal żewġ persuni l-kont kien jiġi Lm95.71 u f'Jannar ta' din is- sena għall-istess konsum kien jitla' għal Lm108.13.", "F'Novembru ta' din is- sena se jitla' għal Lm135.46 u fl-2007 meta se jibqa' tiela' s-surcharge il- kont se jitla' għal Lm204.", "Issa ta' dan jiena mhux qed inwaħħal fil- ħaddiema imma fin-nuqqas ta' ppjanar li kien hemm min-nies li daħħal, nies li qal kienu esperti u li setgħu jmexxu din il-korporazzjoni 'l quddiem.", "Ippjanar ma kienx hemm u issa hemm paniku sħiħ għaliex anke d-domanda se jkollhom problema biex jilħquha, u allura se jkollhom jagħmlu ċerti affarijiet malajr.", "Issa ejja naraw il-kont kif se jiġi għal erba' persuni.", "Fl-1998 il-kont għal erba' persuni kien se jiġi Lm137.62, fl-aħħar ta' Novembru ta' din is-sena se jiġi Lm206.62, u fl-2007 se jitla' għal Lm240.79.", "Mela minn Lm137 fl-1998 se jitla' għal Lm240 f'Diċembru tas- sena 2007.", "Ara x'qabża hemm.", "Imbagħad il-gvern jiġi jgħidilna li l- affarijiet kienu aktar għoljin fi żmienna!", "Dan huwa ingann.", "Jiena lill- poplu ngħidlu li l-problemi għadhom qed jikbru, u dan il-gvern m'hu qed isolvi l-ebda problema.", "Il-problemi għalih m'huma xejn għax il-problema hija Alfred Sant biss!", "Illum il-poplu jaf mill-esperjenza li dan il-gvern dejjem qed jurih id- debba u jqabbżu l-ħmara, u għalhekk il-poplu m'għadx għandu fiduċja fih, u dan rajnieh fl-aħħar elezzjonijiet ta' l-MEPs u tal-kunsilli lokali li taw sfiduċja lill-gvern.", "Dawn ir-riżultati juru b'mod ċar li l-poplu nduna bl- ingann tal-gvern Nazzjonalista.", "Il-poplu nduna li dan il-gvern kien jgħidlu mod u llum qed jagħmel mod ieħor.", "Induna li kien jgħidlu li l- ħofra ħrafa meta din ma kienet ħrafa xejn.", "Induna li kontra dak li kien jgħidlu l-partit Nazzjonalista llum il-poplu ma jistax iserraħ rasu.", "Il- poplu nduna wkoll li meta qal li se jsib partner strateġiku biex il-posta ta' Malta tkun iktar effiċjenti, l-gvern kien qed jidħak bih.", "Dwar dan x'kien qallu l-Onor.", "Alfred Sant?", "Qallu illi l-partner li sabu ma kellux reputazzjoni tajba.", "X'irriżulta llum?", "Illum rriżulta li l-posta minn simbolu ta' l-effiċjenza, minn simbolu ta' kif għandhom jaħdmu l-affarijiet spiċċat l-ikbar daħka li hawn fil-pajjiż.", "Sur President, jiena bgħatt ittri li se mmur indur il-kostitwenti, u dawn l- ittri rċevewhom wara li żorthom.", "Issa dawn bgħatthom ħamest ijiem qabel, u mhux waħda biss waslet wara dan iż-żmien kollu imma kollha kemm huma.", "Dawn barra l-ittri mitlufa, is-serq u ittri li jmorru għand ħaddieħor.", "Issa s-sabiħa hi li fid-diskors tal-budget kellna l-ammissjoni illi falliet għaliex il-gvern qal li se jsib strategic partner ieħor biex idaħħlu ma' dak li hemm.", "Naħseb li ammissjoni ikbar minn din ma' nistgħux insibu.", "Issa għaliex se jerġa' jdaħħal strategic partner ieħor.", "Min jaf forsi biex jaqbdu xi erba' min-nies?", "L-ironija l-oħra hi - u tajjeb li nsemmiha hawnhekk għax fil-posta jiġru affarijiet li ma jitwemmnux - li ċ-chief executive irreżenja u issa reġa' laħaq l-istess wieħed.", "Jekk l-affarijiet mhux mexjin sew, dawn se jimxu sew issa?", "Dawn huma affarijiet li ma jitwemmnux.", "Sur President, nixtieq insemmi wkoll il-Maltacom.", "Il-gvern semma l- privatisation rigward din il-kumpannija u qal li jrid isib il-mument opportun, isib l-aħjar żmien biex kemm jista' jkun tinbiegħ bl-aħjar valur.", "Din hija daħka fil-wiċċ ukoll.", "Jekk inti veru trid li tipprivatizza, l- ewwel ħaġa li tipprova tagħmel hi li ssaħħaħ il-kumpannija in kwestjoni ħalli din ikollha valur ikbar, pero' l-gvern għamel bil-kontra.", "Qed ngħid hekk għax per eżempju l-gvern għamel sussidjarji fil-Maltacom li permezz tagħhom qed ikun hemm xogħol duplikat.", "Aħna konna għednielu li din hija tbażwira u fil-fatt irriżulta li kienet tbażwira għax reġa' neħħa dawn is- sussidjarji u reġa' tefagħhom mal-gvern.", "Sur President, x'inhi r-raġuni li għamilhom?", "Probabbilment dan għamilhom biex idaħħal xi erba' nies tal- qalba.", "Ma tax kas il-job evaluation li konna għamilna aħna fil-Maltacom biex meta 'l quddiem ikun hemm bżonn isir restructuring fil-Maltacom ma jintilfux l- impjiegi.", "Minflok mexa fuq dak il-job evaluation daħħal nies ġodda bil- konsegwenza li issa spiċċajna li għandna rebus u hemm apatija kbira fost il- ħaddiema tal-Maltacom minħabba li hemm theddida kbira għall-impjieg tagħhom.", "Jidher ċar li ammont sostanzjali ta' ħaddiema se jkollhom jispiċċaw mix-xogħol.", "Hawnhekk għandha raġun il-GWU li tiddefendi l- ħaddiema tal-Maltacom u tgħidilhom li ħadd m'hu se jitlef postu.", "Dan qed ngħidu għax minflok ħa l-ħaddiema tal-Maltacom fis-sussidjarji, il-gvern qabad u daħħal ħaddiema ġodda.", "Sur President, irrid ngħid ukoll li l-Maltacom kienet qed tipprova timxi 'l quddiem fil-qasam diġitali pero' l-gvern żammha milli tagħmel hekk.", "Issa f'daqqa waħda tawha l-go ahead biex timxi f'dan il-qasam, pero' issa it is too late.", "Dan żgur ma jawgurax tajjeb fejn tidħol il-kwestjoni tal-bejgħ tal-Maltacom.", "Kif jista' jkun wieħed jemmen li l-Maltacom qiegħda fuq sisien sodi u miexja f'direzzjoni tajba meta għandek chief executive ilu sospiż żmien?", "Issa jiena ma nafx għaliex dan qiegħed sospiż pero' naf li saret manuvra biex biddilna s-segretarju tal-bord biex daħħalna ieħor tal- qalba.", "Barra minn hekk ingħataw promozzjonjiet f'ċerti pożizzjonijiet lil nies tal-qalba meta dawn lanqas biss jafu jimxu.", "Imbagħad jiġu jgħidu li m'hemmx indħil fil-Maltacom, li din il-kumpannija hija awtonoma, li hi tifflowtja fl-istock exchange u ħafna affarijiet minn dawn.", "Anke fejn jidħlu studenti tas-sajf biex jaħdmu part-time, is-sistema li kien hemm qabel fejn il-ħaddiema kienu jdaħħlu l-familji tagħhom li huma kwalifikati għal part-time tas-sajf spiċċat biex issa qed jiddaħħlu jaħdmu nies part- time b'mod politiku u b'indħil dirett.", "Dawn huma affarijiet li ma jitwemmnux.", "Din hija s-sitwazzjoni li jinsab fiha pajjiżna, u dan żgur ma jawgurax tajjeb.", "Sur President, kieku għandi l-ħin kont nitkellem ukoll dwar il-water services corporation u dwar it-theddid li qed isibu ma' wiċċhom il-ħaddiema ta' l-Enemalta u tal-Maltacom.", "F'dawn l-entijiet hemm tnaqqis fis-sahra u tnaqqis fil-pagi.", "Hemm ukoll theddida serja għall-ħaddiema tal-water services corporation u dan minkejja li qabel l-elezzjoni l-prim minstru kien qalilhom biex iserrħu moħħhom.", "Hawnhekk jiena nixtieq nerġa nistaqsi l-mistoqsijiet li għamilt fil-bidu tad-diskors tiegħi.", "Wara dan il-budget il-ħaddiema fl-Enemalta, fil-Maltacom u fil-fabbriki marru aħjar jew għandhom l-impieg tagħhom għadu mhedded?", "Il-gvern lil dawn tahom xi soluzzjoni li tiggarantixxi li l-impjieg ma jitilfuhx?", "Din il-garanzija ħadd ma jagħtiha, u hemm differenza kbira bejn il-paroli u l-fatti.", "Jekk ma npoġġux fuq quddiem liċ-ċittadin inutli nparlaw, inutli ngħidu li se nagħmlu l-affarijiet jekk fi ħsiebna ma nżommux l-għixien diċenti taċ- ċittadin Malti u Għawdxi.", "Grazzi.", "Sur President.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Chris Agius.", "ONOR.", "CHRIS AGIUS: Mr Chairman, jien xtaqt niddedika l-ħin li għandi allokat għalija għall-industrija u xi enti pubbliċi u kif se jkunu affettwati kemm bil-miżuri tal-budget kif ukoll b'miżuri oħra li tħabbru ftit tal-ġranet qabel.", "Jiena naħseb li dan il-budget żgur ma wassalx għal dak li xtaqu l-operaturi ta' dan is-settur.", "Iż-żmien li għaddejjin minnu m'huwiex żmien mill-isbaħ għal dawn l-operaturi u allura kienu jippretendu li jkun hemm miżuri biex dan is-settur daqshekk importanti għall-ekonomija ta' pajjiżna jerġa' jsib postu bħala pilastru ewlieni fl-iżvilupp ekonomiku ta' pajjiżna.", "Jekk hemm qasam li tul dawn l-aħħar snin ta' tmexxija Nazzjonalista ħa daqqa 'l isfel dan huwa żgur il-qasam ta' l-industrija.", "Ħadd ma jista' jiċħad li f'dan is-settur assistejna għal riżultati negattivi sena wara l- oħra u li għal snin sħaħ kellna gvern li ma semax l-ilmenti dwar id- diffikultajiet li kien għaddej minn dan is-settur.", "Il-gvern ħaseb li l-ġid se jkompli jinħoloq anke jekk sena wara l-oħra dan is-settur nibqgħu ngħabbuh b'ħafna piżijiet li ma jiflaħx għalihom fosthom liċenzji, taxxi u burokrazija żejda.", "Illum ir-riżultati li qegħdin naraw huma frott tan- nuqqas ta' attenzjoni li tajna lil dan is-settur li għal snin sħaħ kien sors ta' ħolqien ta' impjiegi, sors ta' munita barranija u sors ta' ġid ekonomiku għal pajjiżna.", "Sur President, huwa veru li d-diffikultajiet qegħdin hemm, iżda mill-banda l-oħra għandna gvern li għalkemm jiltaqa' ma' min hu involut, tul is-snin ma wettaq xejn mit-talbiet, mill-karbiet li għamlulu dawn l-istess operaturi sabiex is-settur tagħhom jibqa' jikber u għal uħud minnhom jibqa' jeżisti.", "Dan qed ngħidu għax għadna ħafna operaturi li qegħdin jagħlqu n- negozji tagħhom wara ħafna snin joperaw f'pajjiżna.", "L-industrja qed tħabbat wiċċha ma' diffikultajiet kbar u dan minkejja li n-naħa tal-gvern jipprovaw jirredikolawna meta ngħidu l-verita' u meta nnsemmu l-figuri li jiġu preżentati mill-uffiċċju nazzjonali ta' l-istatistika, li wara kollox huwa uffiċċju governattiv, kif ukoll l-eurostat.", "Kultant naħseb li qed ngħix f'dinja oħra meta nisma' l-membri tan-naħa l-oħra jgħidu li l- affarijiet sejrin tajjeb u li m'għandniex problemi.", "Per eżempju, il-bieraħ bqajt mistgħaġeb meta smajt lill-prim ministru jsemmi figuri pożittivi f'kollox.", "Dawn huma figuri differenti minn dawk uffiċjali li qed jiġu ppreżentati lilna.", "Sur President, jekk sar xi sforz min-naħa tal-gvern biex nibdlu r-rotta ħalli ntejbu r-riżultati żgur li dan ma rnexxiex, għax in-niżla 'l isfel ta' dan il-qasam għadna qed narawha sal-lum.", "F'dan il-qasam għandna nuqqas ta' ppjanar fit-tul, nuqqas ta' ippjanar bis-serjeta' u nuqqas ta' strateġija industrjali li tgħin u tħares l-investiment.", "F'pajjiżna spiċċa ż-żmien li nippruvaw inħajru investiment ġdid barrani billi noffru inċentivi.", "Kif nistgħu nimxu 'l quddiem meta l-ministru responsabbli minn dan il-qasam hekk importanti u sensittiv spiċċa biex inbidel tliet darbiet f'perjodu qasir?", "Mela l-ewwel kellna lil Prof. Josef Bonnici li vara l- ideat tiegħu sabiex iwelled il-Malta Enterprise, iżda mbagħad qabel ma din twieldet inħatar l-Onor.", "John Dalli li kellu ideat differenti dwar kif kellha tinħoloq il-Malta Enterprise.", "Imbagħad wara ftit xhur kellna bidla oħra u nħatar l-Onor Austin Gatt li sal-lum għadu responsabbli minn dan il- qasam.", "Dan it-tibdil li seħħ f'perijodu daqshekk qasir m'huwiex healthy għal qasam daqshekk importanti.", "Issa ta' min igħid li l-Malta Enterprise kellha tkun one stop shop għal min irid jiġi jinvesti f'pajjiżna u għal min investa f'pajjiżna u nittama li din l-entita' ma terġax tħabbat wiċċha ma' tibdil fl-operat tagħha minħabba bdil fil-persuna responsabbli min-naħa tal-gvern.", "U fejn hu l-impenn tal-gvern?", "Qed ngħid hekk għax jiena nara differenza enormi bejn dak li jingħad u dak li fir-realta' jiġi mwettaq.", "Mhux ta' b'xejn li niltaqgħu ma' investituri li għandhom qtigħ ta' qalb.", "Dawn kollha jgħidulek li m'hemmx impenn min- naħa tal-gvern biex jitjiebu l-affarijiet.", "Bil-kliem ngħidu li rridu ngħinu lill-industrija ssir iktar kompetittiva, imbagħad nibqgħu naraw il-gvern, xahar wara l-l-ieħor, sena wara l-oħra jgħabbiha b'piżijiet ġodda.", "Jien se nsemmi eżempju żgħir mill-aħħar budget ta' proġett li ilna nisimgħu bih ħafna anke f'mistoqsijiet parlamentari.", "Dan huwa proġett li forsi ħafna jqisuh insinifikanti imma kieku jitwettaq bis-serjeta' jista' jkun ta' ġid għas-settur industrjali f'pajjiżna.", "Fil-budget għas-sena 2004, il-ministru tal-finanzi ta' dak iż-żmien kien beħsiebu jniedi proġett u qal hekk:", "\"Qed nieħdu miżuri biex ngħinu kemm nistgħu riċerka u l-innovazzjoni f'pajjiżna.", "Il-Malta Enterprise se tiżgura t-tħaddim tajjeb tat- technology venture fund li ġie mwaqqaf is-sena li għaddiet u issa tlestew it-tħejjijiet kollha biex ikun jista' jibda jaħdem\".", "Imbagħad il-budget għas-sena kurrenti tressaq mill-prim ministru, pero' f'dan il-każ jidher li nbidlu l-affarijiet għax qal hekk:", "\"Għalhekk il-gvern se jinvesti Lm900,000 fuq medda ta' tliet snin biex jinħoloq venture capital fund.\"", "X'sar minnhom dawn iż-żewġt ideat?", "Sar xi ħaġa dwarhom?", "Twettqet waħda minnhom?", "Ftit ilu jien għamilt mistoqsija parlamentari lill-Ministru Austin Gatt dwar x'sar minnha l-idea tat-technology venture fund u l-unika risposta li rċevejt kienet li din m'hijiex technology venture fund iżda hija venture capital fund.", "Jiena ngħid li f'dan il-pajjiż donnu għandna d- drawwa li jekk jinbidel il-ministru allura jinbidlu l-ideat ukoll.", "Ħalli ndur issa fuq il-vot tal-Malta Enterprise, Sur President.", "Hawnhekk qed naraw li għas-sena li ġejja l-gvern qed iżid il-vot b'Lm450,000 li hija ħaġa tajba, iżda jien nistaqsi kemm verament qed ikollna suċċessi f'dan il-qasam.", "Jien kont nistenna li l-Malta Enterprise jew il-gvern jiffissaw targets bħalma sar għall-MTA.", "Kont nistenna li jkollna statements dwar jekk hux se jikber dan is-settur u x'qed nistennew li jkollna għal dawn is-sena jew sentejn li ġejjin.", "Kont nistenna li jingħad ukoll kemm dawn l-inċentivi li qed nipproponu se jħallu frott, kemm se jkollna proġetti ġodda u kemm se jinħolqu impjiegi ġodda fuq perijodu ta' żmien.", "Minflok dawn l-affarijiet insibu ħafna kliem fl-arja biex bħas- soltu nippruvaw noħolqu xi ftit feel-good factor billi ngħidu li l- affarijiet sejrin tajjeb.", "Mhix dik ir-realta'.", "Ir-realta' kif proġettata mill-gvern hija differenti minn dak kollu li qed ngħixu għaliex il-qasam tal-manifattura qiegħed jiċkien sena wara l-oħra.", "Trid tiltaqa' ma' min hu involut fis-settur, kif qed nagħmlu aħna ġimgħa wara l-oħra sabiex tisma' dwar il-kumpanniji li jinsabu għaddejjin minn diffikultajiet.", "Ħafna minnhom dawn qed iżommu miftuħin b'miraklu.", "Ħafna nies bħali jisimgħu ta' spiss ftaħir dwar proġetti approvati u espansjonijiet, iżda jien inħoss li jekk irridu nkunu kredibbli rridu ngħidu wkoll kemm se joħolqu impiegi dawn il-kumpanniji li qed ngħidu li se jespandu.", "Fid-diskors tal-budget, il-prim ministru sempliċement qal li sat- 30 ta' Settembru li għadda l-Malta Enterprise kienet approvat 52 applikazzjoni għall-proġetti ta' investiment f'Malta.", "Imbagħad kompla qalilna li dawn il-proġetti mistennija jissarrfu f'investiment ta' Lm23.6 miljun u joħolqu 632 impjieg.", "Li ma qalilniex il-prim ministru - u naħseb li din kienet tkun informazzjoni interessanti – hu meta se jibdew dawn il- proġetti, meta se tibda topera l-ewwel kumpannija, kif se jibqa' għaddej il- proċess, kemm se jkun hemm impjegati ma' kull kumpannija f'dawn it-52 proġett, meta se jintlaħqu t-targets u wara kemm snin se jinħolqu dawn is- 632 impjieg.", "Li huwa żgur huwa li r-riżultati miksuba tul dawn l-aħħar xhur m'humiex dak li qed jgħidilna l-gvern.", "Huwa żgur li dawn m'humiex riżultati li nistgħu niftaħru bihom.", "Aħna nitkellmu dwar dawn ir-riżultati għaliex irridu li l- affarijiet jirranġaw, għaliex irridu naraw dan is-settur jerġa' jsir mutur ewlieni għat-tkabbir ekonomiku ta' pajjiżna u mhux kif ipprova jagħti l- impressjoni l-prim ministru fid-diskors tiegħu meta qal li hawn min jogħxa li jpinġi lil pajjiżna bħala wieħed sejjer lura.", "Aħna ngħixu man-nies u nafu li d-diffikultajiet huma realta'.", "Min ġej minn lokalitajiet fejn il- maġġoranza tal-kostitwenti tiegħu huma ħaddiema ta' l-id ma jeħux pjaċir jara lill-kostitwenti tiegħu jitilfu l-impjiegi, u allura hija ħrafa li xi ħadd jgħid li f'din il-Kamra hawn min jogħxa meta jkollna riżultati negattivi.", "Meta aħna naraw dawn is-sensji nħossu għafsa ta' qalb.", "Aħna ta' kuljum niltaqgħu ma' nies li jiġu għandna jitolbu l-għajnuna, pero' din l-għajnuna ma tantx nistgħu nagħtuha.", "X'ma tingħafasx qalbek meta tiltaqa' ma' ħaddiema li għandhom imdendla ma' għonqhom il-mażżra tas-sensji!", "Ftit tal-ġranet ilu, flimkien mal-kap ta' l-oppożizzjoni, anke biex nuru solidarjeta' magħhom, iltqajna mal-ħaddiema tad-denim kollha.", "Dawn jinsabu mbikkmin.", "Dawn huma kollha żgħażagħ u kapijiet tal-familja li kollha daħlu għal xi commitment.", "Hemm minnhom li għandhom committment li jħallsu karozza u min dar.", "Jiena naqbel mal-prim ministru li kull impjieg li jintilef huwa traġedja għal min jitilfu u għall-pajjiż, iżda x'qed nagħmlu biex nieħdu ħsieb il-kumpanniji li qed joperaw f'pajjiżna u li jinsabu għaddejjin minn diffikultajiet?", "X'għamel il-gvern biex jipprova jsib mezz kif l-impjiegi tad-Denim ma jintilfux u x'se jiġri u x'qed jagħmel il-gvern biex ma jkollniex iktar stejjer diżastrużi?", "Ikun interessanti kieku nkunu nafu għax it-theddida ta' iktar sensji teżisti.", "Minn Jannar sa Awissu ta' l-2005 diġa' kellna 1,199 sensja u għalhekk naħseb li f'mumenti diffiċli bħal dawn, jagħmel ħafna sens l-appell li għamel l-Onor.", "Mangion li appella lill- prim ministru biex titwaqqaf task force bil-għan li jkun jista' isir dak kollu li hu possibbli biex jinstab impjieg alternattiv għal dawn il- ħaddiema.", "Pajjiżna qed jitlef kumpanniji li ilhom joperaw ħafna.", "Jiena naħseb li tant ħadna dan is-settur for granted li mhux talli ma għenniehx talli bqajna ngħabbuh.", "Il-fatt li ċerti kumpanniji jitilqu għax isibu post b'pagi baxxi naċċettawh, imma dan konna ilna nafu li se jiġri u messna lqajna għalih.", "Konna nafu li x-xogħol li hu labour-intensive kien se jemigra lejn pajjiżi fl-Asja u fl-Afrika ta' fuq.", "Kemm ħejjejna għal din l- eventwalita' inevitabbli?", "Ikun tajjeb li ngħid hanwhekk li l- kompetittivita' ma tiddependix biss mil-labour costs.", "Kieku kien hekk ma ssibx pajjiżi bħall-Fillandja, l-Isvezja u d-Danimarka fuq quddiem nett tal- lista tal-kompetittivita'.", "Dawn huma pajjiżi li għandhom pagi u kondizzjonijiet li aħna u ħafna pajjiżi bħalna lanqas biss noħolmu dwarhom, u għalhekk aħna rridu naraw il-gvern jgħin biex f'pajjiżna ma tibqax tintilef il-battalja tal-kompetittivita' .", "Dan kollu qed ngħidu għax għal sena oħra erġajna waqajna 'l isfel fil-gradwatorja tal-kompetittivita' mħejjija mill-world economic forum u dan meta pajjiżi li ssieħbu magħna f'Mejju fl-Unjoni Ewropea kollha tejbu l-pożizzjoni tagħhom.", "Fost dawn nixtieq insemmi s-Slovakkja, ir-Repubblika Ċeka u l-Polonja li kollha avvanzaw post, tnejn jew tlieta iżda aħna, li konna ilna nippreparaw snin biex inħejju lil pajjiżna għall-isfidi ġodda, sena wara l-oħra ninsabu neżlin 'l isfel fil-battalja tal-kompetittivita'.", "Sur President, jidher ukoll li lanqas fil-qasam ta' l-impiegi m'hawn stabilita'.", "Fil-perijodu li ilha mwaqqfa', il-Malta Enterprise kellha 13-il persuna li spiċċaw mill-impjieg.", "Dawn fil-maġġoranza assoluta tagħhom huma top officials fosthom erba' managers u anke analisti.", "Għaliex telqu dawn?", "Hemm xi raġuni wara dan in-numru tant kbir ta' ħaddiema li jitilqu minn mal- Malta Enterprise?", "Li hu żgur hu li posthom imtela' malajr.", "Irrid ngħid ukoll li jidher li l-Malta Enterprise reġgħet adottat il-microtargeting bħala metodu ta' promozzjoni għall-investiment barrani.", "Jiena nittama li dan ma jsirx bil-kliem biss, u dan qed ngħidu għax meta konna fil-gvern fl- 1996 aħna konna adottajna dan il-metodu u kien suċċess, iżda mbagħad dan kien twaqqaf fiż-żmien meta bħala chairman ta' l-MDC kien inħatar is-Sur Francis Vassallo.", "Kif għedt issa se terġa' tibda tintuża din is-sistema u nawgura li tibqa' tintuża bis-serjeta' u mhux bil-paroli biss.", "Barra minn hekk, jekk verament il-Malta Enterprise qed taħdem fuq il-metodu ta' microtargeting jiena nixtieq nistaqsi liema huma dawk in-niċeċ li qiegħda tiffoka fuqhom barra dik tal-farmaċewtika.", "Sur President, xtaqt issa nagħmel ftit kummenti fuq rapporti li jidhru fl- economic survey li tqassam mal-budget u mmur għal dik il-parti li titkellem fuq il-qasam tal-manifattura.", "Hawnhekk insibu informazzjoni dwar impjiegi, bejgħ, investiment u esportazzjoni.", "Ħalli nibda bl-impjiegi.", "Bħala total ta' impjiegi, fil-qasam tal-manifattura sa Settembru li għadda kien hemm 24,291.", "Dan juri li sena wara l-oħra kellna tnaqqis fin-numru ta' persuni li jaqilgħu l-għajxien tagħhom mill-industrija tal-manifattura.", "Fis-sena 2001 dan in-numru kien jammonta għal 28,874, jiġifieri fuq perijodu ta' erba' snin kellna tnaqqis ta' 4,500 impjieg.", "Din it-trend ilha għaddejja, u jien ngħid li ma sar xejn sabiex inbiddlulha r-rotta.", "Minn dawn l-4,500 impjieg li ntilfu f'erba' snin, l-akbar ammont kien ġej minn settur li konna nafu li mhux se jibqa' daqshekk b'saħħtu f'pajjiżna.", "Qed nirreferi għas-settur tat-tessuti fejn hawnhekk rajna tnaqqis ta' 1,300 impjieg.", "Sur President, xtaqt nagħmel aċċenn żgħir ukoll fuq l-impjiegi part-time għaliex anke hawnhekk ftaħarna ħafna bl-impjiegi part-time.", "Figuri juruna li f'Settembru 2005 kellna 23,138 persuna li l-uniku impjieg tagħhom kien ġej minn impjieg part-time.", "Jiena naħseb li m'hijiex għażla tal-ħaddiem li l-uniku sors ta' dħul li jkollu ikun dak minn part-time.", "Jiena ngħid li dan żgur juri li l-ekonomija tagħna m'hijiex tikber biżżejjed u qed toħloq impjiegi part-time biss.", "Fis-sena 2000 in-numru ta' persuni li l-mezz ta' għejxien tagħhom kien ġej minn impjieg part-time biss kien ilaħħaq għal 14,914.", "Dan ifisser li fuq perijodu ta' ħames snin kien hemm żieda ta' 8,224 persuna li l-uniku dħul tagħhom kien ġej minn xogħol part-time.", "Irrid ngħid ukoll li f'pajjiżna qed naraw miġja ġdida fil-farmaċewtika.", "Dawn huma sinjali nkoraġġanti, iżda jkun tajjeb li jkollna żgħażagħ ippreparati għal dawn l-impjiegi li qed noħolqu.", "Qed ngħid dan għax ilment li niltaqgħu miegħu ta' spiss huwa li għadna niltaqgħu ma' ħafna każi ta' skills mismatch.", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq impjiegi li għandhom valur miżjud għoli pero' dan huwa settur li ma jimpjegax il-mijiet imma jimpjega ftit għaxriet u allura żgur li mhux se jkun biżżejjed sabiex itaffi t-telfien ta' impjiegi fosthom is-700 tad- Denim.", "Rigward l-industrija tal-farmaċewtika nixtieq ngħid li sal-lum għad għandna inċentiv importanti ħafna, dak li hu msejjaħ il-bolar exemption, li jiena nittama li nibqgħu ngawduh.", "Għalkemm għandna dan l-inċentiv li qed iressaq lejna investiment ta' dan it-tip minflok f'pajjiżi oħra, hemm ħafna iktar xi rridu nirranġaw sabiex ma nkomplux inxekklu l-kompetittivita' tagħna.", "Din il-ħaġa ilna nisimgħuha, pero' mhux talli ma sar xejn, talli qegħdin inwebbsu rasna u qed nagħmlu affarijiet li jfixkluna fil-battalja tal-kompetittivita'.", "Kull meta tiltaqa' ma' min ġej mis-settur tibda' tisma' lmenti dwar piżijiet ġodda maħluqa mill-gvern inkluż taxxi, liċenzji, dewmien fejn jidħlu l-Malta Enterprise u dewmien fejn jidħlu l- MEPA.", "Dawn huma kollha affarijiet li jfixklu l-operat.", "Wieħed ma jistax ma jsemmix ukoll il-mod kif il-gvern qed iwaddab iż-żidiet fil-prezz ta' l-enerġija u l-fuel.", "Il-prezzijiet tal-petrol u d-diesel rajnihom jitilgħu u xi kultant forsi jinżlu ftit, u din il-ħaġa se tibda tiġri aktar ta' spiss.", "Hawn nixtieq insemmi daqsxejn it-thin fuel oil li hu wżat ħafna mill-industrija tal-produzzjoni ta' l-ikel u ta' l-agro industry.", "Il-prezz ta' dan il-fuel illum huwa d-doppju tal-prezz li kellu f'Jannar li għadda.", "Barra minn dan issa kellna wkoll id-daqqa enormi għas- setturi kollha tal-popolazzjoni f'pajjiżna, il-prezz tad-dawl.", "Għandna gvern li qabad u npona surcharge esaġerata li barra l-piż li se toħloq fuq il-familji, żgur se tkompli taffettwa ħażin il-kompetittivita' ta' l- industrija tagħna.", "Minkejja l-fatt li f'dan il-budget il-gvern żied il- capping għal Lm21,000, għandna ħafna kumpanniji żgħar u SME's li m'huma se jibbenefikaw xejn minn din il-capping.", "Il-gazzetta \"The Times\" ta' jumejn ilu ħadet kummenti mingħand persuni li jmexxu l-kumpanniji f'pajjiżna u rriżulta li dawn huma kollha tal-fehma li din iż-żieda se tagħmlilhom ħafna ħsara.", "Hawnhekk jiena nixtieq nikkwota tnejn minnhom.", "Is-Sur Joe Pace, managing director tal-Consolidated Biscuits qal hekk:", "\"This surcharge would deal a heavy blow to the company's exports and potentially it drives several companies out of business.\"", "Imbagħad Dr Josie Muscat, managing director ta' l-Isptar St James qal hekk:", "\"\"Most of us have to raise prices or slash costs and if we cut costs, isn't it the worker who will ultimately suffer?\"", "He emphasised that the surcharge would inevitablly have a ripple effect and could lead to redundancies in various sectors\".", "Naħseb li ħadd ma jista' jinnega li għola l-prezz tal-fuel fuq livell internazzjonali, pero' hawnhekk diġa' kellna okkażjoni nisimgħu x'seta' għamel il-gvern sabiex nilqgħu għal dan l-għoli.", "L-iżbalji li saru fil- passat minn min kien jieħu ħsieb l-enerġija f'pajjiżna qed ikollu jħallashom il-poplu u l-oqsma kummerċjali kollha li għandna f'pajjiżna.", "Jiena ngħid li jmissu kien il-gvern li refa' l-akbar piż f'dawn iż-żidiet.", "Jiena nemmen li l-gvern għandu jkejjel bis-serjeta' kemm se tkun kbira din id-daqqa kemm fuq il-familji tagħna kif ukoll fuq l-industrija.", "Jekk isib verament li hemm diffikultajiet, għandu jieħu miżuri korrettivi.", "Pero' ħalli nkompli ftit fuq ir-riżultati fis-settur tal-manifattura.", "Il-bejgħ totali tas-settur bejn Jannar u Settembru 2005 kien ilaħħaq Lm700.9 miljuni.", "Sena qabel fl-istess perijodu l-bejgħ kien jammonta għal Lm766.8 miljun li jfisser tnaqqis ta' Lm66 miljun.", "Jekk imbagħad nagħtu ħarsa lejn x'ġie esportat insibu li fl-istess perijodu nsibu li bejn Jannar u Settembru 2005 kellna esportazzjoni ta' Lm540 miljun li jfisser tnaqqis ta' Lm64 miljun minn dak li kellna sena qabel.", "F'dak li għandu x'jaqsam ma' bejgħ lokali dan kien Lm2 miljun anqas minn sena qabel.", "L-investiment li sar fil-manifattura fis-sena 2005 kien jammonta għal Lm33 miljun, tnaqqis ta' Lm7.8 miljun minn dak li sar sena qabel.", "Dawn huma figuri li ħadt mill- economic survey li tqassam mal-budget.", "F'dan il-budget imbagħad ukoll kien hemm aċċenn fuq appoġġ lill-intrapriżi ż-żgħar u ta' daqs medju, iżda minkejja ħafna paroli u diskussjonijiet anke f'din il-Kamra dwar kif nistgħu ngħinu aħjar lil dawn il-muturi ta' l-ekonomija tagħna, dawn xorta għadhom isibu tfixkil u piżijiet.", "Waħda minnhom, kif għidt, hija s- surcharge fuq il-kont tad-dawl u l-ilma.", "Jissemmew ukoll il-crafts village Ta' Qali u s-seba' żoni industrijali għall-intrapriżi ż-żgħar.", "Jiena nistaqsi x'se tkun id-designation ta' dawn is-seba' żoni industrijali ġodda, jekk hux fuq is-servizz, jekk hux added value jew hi-tech.", "Ikun tajjeb li nkunu nafu.", "Issemma wkoll il-crafts village Ta' Qali.", "F'dan ir-rigward ilna nisimgħu diskussjonijiet u target dates, waħda wara l-oħra u issa erġajna ġejna hawn u smajna l-Prim Ministru jgħidilna li se joħorġu sejħiet għall-involviment tas-settur privat f'PPPs għall-bini ta' crafts village ġdid f'Ta' Qali.", "Hawnhekk għandna sidien ta' negozji żgħar li jiftakru żmenijiet aħjar.", "Illum dawn jaħdmu waħedhom meta sa ftit snin ilu kienu jħaddmu magħhom numru ta' impjegati.", "Għandna sidien li issa ilhom is-snin jgħixu f'tensjoni, ma jafux x'se jiġri minnhom.", "Lil dawn daqqa' jgħidulhom ħaġa u ftit wara jinbidel il-programm kollu.", "Jiffirmaw kuntratt għall-kiri ta' l-art u qisu ma kien xejn.", "Hemm minnhom li minkejja d-diffikultajiet li għaddejjin minnhom jixtiequ li jkollhom ambjent aħjar x'joffru lit-turist, iżda issa naħseb kważi qatgħu qalbhom li dan il-proġett isir.", "Dan huwa proġett li issa ilu fuq il-karta għal aktar minn għaxar snin.", "Sur President, xtaqt nagħmel parentesi żgħira fuq is-settur tal-lukandi.", "Dan hu settur li joħloq ħafna impjiegi, huwa mutur ieħor importanti għall- ekonomija tagħna u minn mistoqsija parlamentari li għamilt ftit ilu rriżulta li hemm tmien lukandi li se jitwaqqgħu sabiex minflokhom jinbnew proprjetajiet.", "Hawnhekk minbarra t-telfien ta' l-impjiegi se jkollna tnaqqis fin-numru ta' sodod li noffru lit-turisti.", "Hawn xtaqt nistaqsi dwar x'se jiġri fil-każ ta' lukandi mibnija fuq art li kienet ingħatat esklussivament mill-gvern sabiex fuqha tinbena lukanda.", "Nittama li jsir kollox b'mod regolari fil-bdil ta' l-użu.", "Inkompli fuq l-industrija u ndur għall-gżira Għawdxija.", "Fejn jidħol Għawdex, il-prim ministru semma l-użu tax-Xewkija Industrial Estate sabiex jaqdi l-esiġenzi u l-ħteġijiet ta' l-industrija żgħira u artiġjanali.", "Li ma nistax nifhem huwa kif meta f'Ġunju kellna diskussjoni f'din il-Kamra dwar żvilupp ta' SME parks, din iż-żona qatt ma ssemmiet.", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq żona li sa Jannar ta' l-2002 kien hemm 840 persuna impjegata fiha.", "Illum dan in-numru niżel għal 458 f'Settembru u reġa' kompla nieżel f'Ottubru li għadda, u issa jlaħħaq 427 ħaddiem fiz-zona tax-Xewkija.", "Jien ngħid li l-poplu għandu jkun jaf eżattament x'se jsir fix-Xewkija fejn, kif għedt, għal ħafna familji Għawdxin kien post fejn jaqilgħu l-għajxien tagħhom.", "Hemm ukoll il-crafts village f'Ta' Dbiegi, Għawdex.", "Tajjeb li fl-aħħar beda x-xogħol hemmhekk, u j'Alla nżommu mat-target li x- xogħol ikun lest sa Mejju li ġej.", "Dan huwa proġett li issa ilu ffriżat għal sitt snin u ma nistax nifhem kif għadu ma ġiex deċiż kif u kemm se jkunu l-kirjiet u l-kondizzjonijiet marbuta ma' min se jkun qed jopera f'dan il-crafts village.", "Naħseb li dan m'huwiex il-mod kif noffru support u għajnuna lil dawn il-crafts persons.", "L-MIP f'Għawdex għandha tkun taf aħjar x'qed jiġri.", "Jien smajt storja li naħseb li hawn m'huwiex il-lok li nsemmiha.", "Kienu qed jaħdmu f'Ta' Dbiegi, il-kuntrattur qabad u waqqa' kamra u mbagħad indunaw li waqqgħuha bi żball u kellhom jerġħhu jtellgħuha.", "Jiena nixtieq nistaqsi fejn huma l-pjanijiet serji sabiex ix-xogħol f'Ta' Dbiegi jlaħħquh sat-timeframes li kienu ġew iffissati.", "Ħaġa oħra li qed tinkwieta lill-industrijalist Għawdxi hija s-sussidju li jingħata bħala Gozo transport grant.", "Din hija għajnuna li tingħata sabiex l-industrija Għawdxija jitnaqqsulha ftit mill-ispejjeż marbuta ma' l- insularita' tal-gżira.", "Jingħata refund fuq il-ħlasijiet li jagħmlu għat- traġitt bejn Malta u Għawdex kemm għal dawk li huma raw materials kif ukoll meta jerġgħu jibagħtu l-prodott lest lejn Malta.", "Tajjeb ngħid li dawn l- industrijalisti jistennew xhur jekk mhux snin biex jieħdu dawn il-grants, pero' l-mistoqsija hija li meta saru n-negozjati ma' l-Unjoni Ewropea qatt ma ssemma dan it-tip ta' state aid lil dan is-settur.", "L-industrijalist Għawdxi jrid jara abjad fuq l-iswed, li l-Unjoni Ewropea aċċettat li dan is- sussidju jista' jibqa' jingħata.", "Jien naf li qed isir tentattiv sabiex ikun aċċettat il-fatt ta' state aid lill-gżejjer li jappartjenu għal stati gżejjer, iżda jkun tajjeb jekk il-ministru jserraħ ras l-industrijalist Għawdxi li dan is-sussidju jista' jibqa' jingħata.", "La qed nitkellem fuq Għawdex nixtieq insemmi l-ineżistenza ta' impenn min- naħa tal-gvern sabiex iressaq xi investiment ġdid lejn Għawdex.", "Ilna s-snin ma nisimgħu li bdiet topera xi kumpannija f'din il-gżira.", "Jista' l- ministru jgħidilna meta beda jopera l-aħħar investiment barrani f'Għawdex.", "Jekk verament irridu investiment anke f'Għawdex, x'inhi r-raġuni li ma kien hemm ebda inċentiv speċifiku li jħajjar l-investiment lejn Għawdex?", "Hawnhekk tajjeb li wieħed jgħid li forsi seta' kien hemm titjib f'avviż legali numru 331 li ħareġ dan l-aħħar sabiex jingħata inċentiv aħjar għal min iwaqqaf xi back-office operation minn Għawdex.", "Sur President, irrid ngħid ukoll li f'paġna 43 ta' dan il-budget speech insibu wkoll numru ta' inċentivi.", "Hemm tliet skemi ta' inċentivi fiskali, waħda hija tat-tax credits għar-riċerka u żvilupp, l-oħra għat-twaqqif ta' back-office operation u l-oħra għat-twaqqif ta' servizzi ta' e-business.", "Tajjeb infakkar li dawn l-inċentivi diġa' ssemmew fil-budget ta' sena ilu, allura kellha tgħaddi sena oħra sabiex dawn l-inċentivi jiġu preparati u attwati?", "Dan huwa riċiklaġġ ta' xi ħaġa li suppost ilha sena li bdiet topera.", "Huwa fatt li tax credits ta' dan it-tip huma inċentiv tajjeb, iżda żgur li m'huwiex xi cutting edge għall-industrija.", "Fid-diskors tiegħu, il-prim ministru qal li l-gvern ippubblika erba' avviżi legali li nixtieq insemmihom.", "Għall-avviż legali numru 330 dwar deductions u tax credits fuq research and development il-gvern qed jivvota Lm4 miljun.", "Se tingħata tax credit lil dawk li jġibu xi kwalifika bħal masters jew Ph.D. fl-R&D. Section 14 ta' l-istess avviż legali tgħid li jibbenefikaw dawk li jġibu a general qualification which is awarded after a full-time course.", "Jien nistaqsi min huma dawk li jagħmlu course ta' masters jew Ph.D. full-time u nixtieq inkun naf ukoll liema huma dawk il-courses li jistgħu jikkwalifikaw għal din it-tax credit.", "Naħseb li jkun tajjeb li nkunu nafu x'qed nittamaw li jkun l-ammont li se jittieħed, minkejja li hemm dik is-somma vvotata.", "Fil-budget speech jissemma wkoll avviż legali numru 331 li jagħti inċentivi lil dawk li joffru servizz ta' back-office operations.", "Anke hawnhekk ikun interessanti kieku nkunu nafu kemm kumpanniji se jibbenefikaw u x'ammont ta' kumpanniji se jikkwalifikaw għalih.", "Avviż legali ieħor huwa dwar tax credit għal kumpanniji li jwaqqfu servizzi ta' e-business.", "Anke hawn ikun tajjeb li nkunu nafu kemm qed nittamaw li tkun effettiva din l-iskema.", "Dan qed ngħidu għax minn dak li qrajt fl-avviż legali, l-capping għall-infiq permessibbli huwa żgħir ħafna u jfisser biss tax credit ta' Lm175.", "Jiena naħseb li dan m'huwiex xi ammont li jista' jinċentiva industrija ġdida lejn pajjiżna.", "Hemm ukoll avviż legali 334 li jitkellem dwar skema għar-re-investment tax credit.", "Din l-iskema diġa' teżisti taħt l-IPSE u nemmen li sar tibdil żgħir, iżda naħseb li ma kenitx xi skema popolari ħafna ma' l- industrijalist.", "Dawn l-iskemi mħabbra mill-gvern huma kollha skemi ta' tax credits li m'humiex xi spiża diretta fuq il-gvern.", "Tajjeb li ngħidu wkoll li kumpannija tibda tgawdi minn tax credits meta tibda tagħmel profitti u dawn żgur li ma jiġux ma' l-ewwel sena, iżda jridu jgħaddu sentejn u ġieli anke aktar.", "Ninsabu f'pożizzjoni fejn minħabba s-sitwazzjoni finanzjarja xejn tajba ta' pajjiżna ma nistgħux noffru grants li żgur ikunu aktar effettivi u jistimulaw aktar malajr l-attivita' ekonomika.", "Hawnhekk xtaqt nagħmel riferenza għall-e-gaming li fih qed ikollna ħafna suċċess f'pajjiżna.", "Dan hu settur li qed jikber ħafna u naħseb li jkun importanti li dan is-settjur nindukrawh bis-serjeta' u naraw li dawk il-vantaġġi li għandna fuq pajjiżi oħra fl-Ewropa nibqgħu ngawduhom għax huwa settur li qed jikber ħafna, qed joħloq ħafna impjiegi u qed iħalli wkoll ħafna dħul għal pajjiżna.", "Nixtieq nikkummenta ftit fuq l-MIP u l-oqsma industrijali għax fid-diskors tiegħu ta' sena ilu, il-prim ministru kien qal hekk:", "\"Diġa' hemm impenn għall-bini ta' fabbriki ġodda li jlaħħqu għal Lm17- il miljun, għalhekk irid jinstab mezz alternattiv kif mhux niffinanzjaw l-impenji eżistenti fl-inqas żmien possibbli iżda li nsibu metodi aħjar biex ninvestu f'fabbriki ġodda.\"", "Illum jidher li għadna qed nagħmlu studju dwar kif se nilħqu dan l-għan u dan għax fid-diskors tal-ġimgħa l-oħra l-prim ministru qal hekk:", "\"Il-gvern qed jeżamina l-possibilita' li jinstab finanzjament permezz ta' ftehim fit-tul ma' istituzzjonijiet finanzjarji u kif nistgħu nużaw il-fabbriki li għandna biex jiġu kkreati fondi ta' investiment.\"", "Dawn huma studji u aktar studji li m'huma qed iwassluna mkien.", "Anzi jien ngħid li dan in-nuqqas fil-provvista ta' fabbriki qed ikomplu jxekkluna fil- ġlieda tagħna li nressqu lejn pajjiżna investiment ġdid.", "Nixtieq insemmi wkoll it-telqa esaġerata li jinsabu fiha wħud miż-żoni industrijali, barra dik tat-Technopark.", "Hemm bżonnm li dawn jingħataw aktar attenzjoni.", "L- ambjent tal-madwar żgur jaqtagħlek qalbek meta tersaq 'l hemm.", "Hemm bżonn naraw kif qed jitħaddem il-Mosta Technopark għax hemmhekk insibu eżempju tajjeb ta' kif għandu jkun post li fih iridu jqattgħu ħajjithom il-ħaddiema tagħna.", "Huwa wkoll tip ta' post xieraq li fih nistgħu mingħajr mistħija nressqu investituri li jitħajru jinvestu f'pajjiżna.", "Kien interessanti wkoll id-diskors dwar il-business parks, iżda għal darba oħra ma nsibu xejn konkret ħlief li se jibda xogħol ta' stħarriġ.", "Jien iltqajt ma' persuni li nvestew sabiex jibdew joperaw f'oqsma fix-xjenza, fit-teknoloġija, riċerka, u l-maġġoranza tagħhom jemmnu fil-konċett ta' business parks fejn ikunu miġbura kollha flimkien industriji relatati.", "Jekk tmur sa l-inkubatur ta' Kordin issib eżempju mill-isbaħ ta' kif għandna numru ta' start-ups li kważi kollha ġejjin minn setturi relatati.", "Anke dawn jemmnu f'dan il-konċett.", "Dawn, għalkemm qed jingħataw l-ispazju fl- inkubatur iħossu li jista' jsir aktar ġid kieku kellhom jinġabru f'area riservata għal oqsma partikolari f'ambjent isbaħ li jilqa' aktar kemm lill- ħaddiema kif ukoll lil min iżurhom.", "Xtaqt ukoll nagħmel kumment fuq l- industrija tal-films.", "Ftit tax-xhur ilu din il-Kamra approvat liġi dwar il-film commission u film commissioner.", "Din l-industrija kienet ilha tistenna l-għajnuna u naħseb li t-twaqqif tal-film commission u l-inċentivi li ġew varati żgur li għenu sabiex f'dawn l-aħħar xhur kellna numru sostanzjali ta' produzzjonijiet li nġibdu f'pajjiżna.", "Li nittama huwa li ma nkissrux dawn l-inċentivi bid- dewmien u bil-burokrazija.", "Naħseb li dawn iż-żewġ ingredjenti huma l-għadu prinċipali ta' l-industrija ċinematografika.", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq industrija li għandha multiplier effect mill-akbar.", "Jien nemmen li b'aktar marketing din l-industrija tal-films tista' tkompli tikber u tkun sors ta' impjieg is-sena kollha għal ammont sostanzjali ta' ħaddiema Maltin.", "Nixtieq ukoll nagħmel kumment qasir fuq ċerti entitajiet pubbliċi.", "Żgur li sħabi f'ministeri oħra se jkollhom iċ-ċans li jsemmu dawn l- entitajiet li jaqgħu taħt id-dikasteru tagħhom, pero' rigward dawn jiena nixtieq infakkar li l-prim ministru qal li se jkompli bil-proċess ta' privatizzazzjoni ta' ċerti entitajiet governattivi.", "Jien naqbel ma dak li qal il-prim ministru li m'għandux ikollna għaġġla biex inbiegħu u li għandna nbiegħu biss meta s-suq jirrendilna l-aktar.", "Naħseb li dan kien statement tajjeb għax huwa importanti li nieħdu ħsieb l-assi tal-poplu bl- istess mod li nieħdu ħsiebhom li kieku jkunu proprjeta' tagħna.", "Jiena naħseb li lanqas il-prim ministru ma kien kuntent bl-esperjenzi li għaddejna minnhom tul dawn l-aħħar snin dwar ċerti privatizzazzjonijiet li seħħew.", "Dawn żgur li ma kenux xi ħaġa li niftaħru biha.", "Tajjeb li dak li se jsir f'intrapriżi oħra bħal Tug Malta u Kordin grain terminal isir b'konsultazzjoni u nittama wkoll li l-ħaddiema ta' dawn l-entitajiet ikunu nformati wkoll dwar dak li jkun qed jiġri.", "Sur President, nagħlaq billi ngħid li dan kien budget li żgur li ma jistimolax il-qasam industrijali.", "Għandna qtigħ il-qalb kullimkien u naħseb li l-poplu stenna affarijiet aħjar.", "Iż-żgħażagħ, il-familji, il- pensjonanti, in-nies fin-negozju u l-imprendituri huma kollha ta' l-istess fehma li f'dan il-pajjiż għad hawn l-istagħġnar Jien nappella sabiex in- naħa tal-gvern jiltaqgħu mas-setturi differenti.", "Hemmhekk biss jistgħu jkunu jafu dak li hu għaddej f'pajjiżna.", "Dan il-pajjiż għandu poplu b'ħiliet u talenti li għandhom ikunu strumentali sabiex pajjiżna jimxi 'l quddiem, iżda l-poplu għandu bżonn ukoll ta' gvern li jkun kapaċi jmexxih fit-triq it-tajba b'inizjattivi ġodda li joħolqu l-impjiegi u l-ġid ekonomiku.", "Grazzi.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Leo Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, qabel nidħol għall-qagħda fl-IT, tajjeb li nfakkar li għalkemm spiss issir kritika lill-gvern Laburista li qatt m'għamel xejn f'dan il-qasam, hawn irrid ngħid li fil-budget li kont ippreżentajt f'Novembru ta' l-1997 kien hemm riferenza speċifika għall- qasam ta' l-informatika fis-sens li konna qed nallokaw Lm6.5 miljun mifruxa fuq il-ministeri kollha biex ikompli l-iżvilupp ta' sistemi ta' tqegħid ta' infrastruttura, ta' xiri ta' tagħmir u ta' manutenzjoni.", "Dan qed ngħidu sempliċement for the record, u biex nagħti risposta lil dawk li jħobbu jgħidu li aħna konna kontra l-IT u li m'għamilna xejn meta konna fil-gvern fis-snin disgħin.", "Niġi issa għall-budget għas-sena 2006.", "Ma' l-ewwel daqqa t'għajn wieħed jista' jieħu l-impressjoni li t-teknoloġija ta' l-informatika se tkun parti integrali mill-programm ta' ħidma tal-gvern f'din is-sena finanzjarja ġdida li qed niddiskutu llum, iżda jekk wieħed jiżganċja xi ftit il-kliem kollu li qal il-prim ministru fid-diskors tiegħu minn dak li qed jiġri attwalment on the ground, wieħed isib li l-aktar ħaġa li għandna bżonn bħalissa huwa żmien ta' konsolidament u kontinwita' ta' dak kollu li seta' sar tajjeb taħt diversi amministrazzjonijiet fis-snin li għaddew.", "Ħalli nagħti eżempju.", "Fil-viżjoni l-ġdida tiegħu dwar l-IT, il-prim ministru qal li l- MITTS m'hijiex se tibqa' tipprovdi servizz ta' manteniment fuq personal computers u li dan ix-xogħol se jinfetaħ għas-settur privat.", "Aħna naqblu ma dan, iżda din id-deċiżjoni hija deċiżjoni ta' tliet snin ilu għaliex din l- inizjattiva kienet imniżżla fil-business plan tal-MITTS tas-sena 2002.", "Għalhekk, bir-raġun kollu nixtieq nistaqsi għaliex il-gvern ħa dan iż-żmien kollu biex id-desktop support jiġi divested lill-privat.", "Anke sena ilu kienet tħabbret riforma f'dik li hija xjenza u teknoloġija, speċjalment fejn jidħol il-Malta council for science and technology.", "Iżda għalkemm il-gvern issa donnu ddeċieda x'se jagħmel, kellna sena oħra mitlufa minħabba li l-gvern naqas li jiddeċiedi liema entita' kienet se tkun responsabbli għar-riċerka u l-iżvilupp.", "Fil-fehma tiegħi din għandha taqa' taħt il-MITI, imma primarjament id-dilemma li kellu l-gvern kienet sa sena ilu jekk din kenitx se tkun l-MCST, l-Universita' ta' Malta jew il- Malta Enterprise.", "Li hu żgur huwa li ma ngħatatx l-attenzjoni meħtieġa wara li rriżenja s-Sur Wilfred Kenely minn CEO tard fis-sena 2004.", "Minn dakinhar 'l hawn l-MCST baqa' mingħajr CEO, tant li bħalissa kulma hemm huwa l-management team temporanju.", "Li hu żgur ukoll huwa l-fatt li l-MCST se jaqa' taħt il-prim ministru, u dan huwa vot ta' sfiduċja fil-ministru konċernat.", "Irrid ngħid ukoll li huwa tajjeb li l-MCST ġie mitlub, kif hemm fil-budget, li jippreżentaw lill-gvern environment technology action plan, iżda dawn għadhom fi stat transitorju u niddubita kemm se jaslu sas-sena d- dieħla.", "Dwar il-Mediterranean institute of training and innovation nittama li dan jitwaqqaf tajjeb u ma jkunx biss paraventu għal aktar jobs for the boys.", "Meta fis-sajf tas-sena 2004 il-ministeru responsabbli mill-informatika ppubblika d-dokument tal-gvern għall-istrateġija nazzjonali ta' l- informatika u l-komunikazzjoni li għandha twassalna sa tmiem is-sena l- ġdida li deħlin fiha, ta' oppożizzjoni serja li aħna, filwaqt li faħħarna l- ispirtu ta' konsultazzjoni li kien hemm meta tħejja dan id-dokument, konna wrejna t-tħassib tagħna li l-gvern seta' kien qed jorbot lilu nnifsu ma' targets ambizzjużi ż-żejjed li flok jintlaħqu fuq medda ta' żmien medju jew fit-tul, jiġifieri medium to long term, iridu jintlaħqu sa tmiem is-sena d- dieħla.", "Hawnhekk nixtieq nistaqsi jekk il-gvern għamilx benchmarking biex jara jekk dawn l-għanijiet u targets humiex se jintlaħqu kif maħsub u anke kif oriġinarjament ippjanat.", "Nixtieq nistaqsi wkoll jekk sa tmiem is-sena d-dieħla 90% tan-negozji kollha inklużi l-SMEs humiex se jkunu on-line.", "Daqstant ieħor nistaqsi jekk 60% tad-ditti ta' l-esportazzjoni jkunux, kif maħsub, qed jagħmlu n- negozju tagħhom permezz ta' l-hekk imsejjaħ e-commerce.", "Nixtieq nistaqsi wkoll jekk, kif inhu mwiegħed, hijiex se tinżamm il-wegħda li sa tmiem is- sena d-dieħla kulħadd se jkollu l-medical history tiegħu fil-but b'mod elettroniku.", "Dan qed ngħidu meta t-tender ta' l-IT system tal-Mater Dei għad irid jiġi ġġudikat, aħseb u ara kemm se jkun f'qagħda li jibni l-IT system li tipprovdi l-history medika ta' kull wieħed u waħda minna.", "Nixtieq nistaqsi wkoll jekk sa tmiem is-sena d-dieħla 50% ta' l-internet users Maltin humiex se jkunu qed jiffirmaw b'mod elettroniku.", "Dan qed ngħidu għaliex għalkemm dan il-proġett ġie promoss fl-IT fair, ma nafx kemm hemm Maltin li fil-fatt huma EID.", "Sejjer jintlaħaq l-għan li 60% ta' l- internet users ikollhom connection broadband sa tmiem is-sena d-dieħla?", "Dan qed ngħidu għaliex sa Diċembru 2004 il-figura kienet ta' 37% u sa Settembru li għadda kienet ta' 47%.", "Ċajta ħelwa li qaluli ċerti ħaddiema nazzjonalisti diżillużi fil-MITTS hi li hemmhekk qed isiru kummiedji li ma jitwemmnux, speċjalment meta jsiefer il-prim ministru.", "Tgħiduli: x'għandu x'jaqsam is-safar tal-prim ministru mal-MITTS?", "Għandu x'jaqsam għax qed tinħareġ struzzjoni li meta l-Prim Ministru jkun barra l-pajjiż kull tibdil li jkun ippjanat fuq xi waħda mill- mijiet ta' sistemi tal-gvern, xi ħaġa li fil-fatt issir kontinwament u ta' kuljum, m'għandux isir u x-xogħol fil-fatt kollu jsir wara li l-prim ministru jiġi lura minn barra.", "Tafu għaliex dan kollu?", "Biex ma jmurx il- prim ministru jew il-kontinġent tiegħu, meta jkunu msefrin, ma jkunux jistgħu jibagħtu e-mails minħabba xi tibdil fis-sistema li jista' jeffettwa l-aċċess fl-infrastruttura tal-gvern.", "L-istess se jiġri waqt il-ġimgħa taċ-CHOGM fejn diġa' ġie deċiż li x-xogħol kollu tal-MITTS li kellu jsir fuq tibdiliet tas-sistema fil-gvern jiġi ffriżat għal wara l-konferenza.", "Bħalissa huwa fatt magħruf li l-MITTS qed titmexxa bi stil ta' terrur u taħt kultura ta' min jiżbalja jaqlagħha, għax kif jgħidulhom ta' fuqhom, il-lastiku nqatgħet.", "Din hija l-espressjoni li ntużat meta l-head tal-MITTS dan l-aħħar indirizza s-senior managers tal- korporazzjoni.", "Dan ħareġ ċar mil-laqgħa li saret mill-executive chairman tal-MITTS mal-managment kollu li apparti li uża ħafna kliem mhux f'loku, beda jhedded li m'hu se jaċċetta l-ebda żball, u min ma jaqbilx ma' dan kollu jitlaq 'il barra.", "Sur President, jiena bl-ebda mod ma rrid niġi miftiehem li qed ninkoraġġixxi xogħol ħażin, skartar jew inkompetenza imma n-nies tal-MITTS huma umani wkoll, u xi darba jistgħu jiżbaljaw iktar u iktar meta bħalissa qed jaħdmu fi klima ta' crisis managment u qed jaħdmu taħt expectations esaġerati mill-irjus il-kbar fis-segretarjat tal-ministru.", "X'jiswa mbagħad li naqraw ħafna artikli ta' eloġji fuq il-progess tal-MITTS fil-gazzetti li jsiru ħafna team-building exercises u jitwaħħlu inkwadri mal-ħitan ta' company values.", "Wara l-famuża stqarrija u riforma fl-ICT li ħabbar il- gvern din is-sena u wara l-attentat ta' l-executive chairman biex jipprova jtaffi l-impatt ta' din id-daqqa, l-atmosfera tal-MITTS tant ħżienet li qed ikun hemm kważi riżenja kull ġimgħa.", "Naf li dan huwa ministeru tar-riżenji, naf li l-ministru dieħel fil-Guinness book of records bħala l-iktar ministru li kellu riżenji fit-term of office tiegħu, kif rajna reċentement fil-każ tal-PBS.", "Imma biex nibqa' mas-suġġett, bil-brain drain li għaddej bħalissa, il-MITTS se tiġi f'pożizzjoni li ċertu xogħol sensittiv tal-gvern ikollu, trid jew ma tridx, isir minn persuni forsi mhux ta' l-ogħla livell iktar u iktar meta min kiteb il-parti tal-budget speech dwar l-IT qagħad attent li toħroġ ċara li s-sistemi strateġiċi se jibqgħu jiġu żviluppati u mantnuti mill-MITTS.", "Irrid ngħid ukoll li fil-MITTS qed isaltan ukoll ħafna nepotiżmu.", "Ma rridx insemmi l-persuna b'isimha la m'hijiex persuna politika, imma każ klassiku huwa bniedem li jiġi r-raġel tat-tifla ta' J.V. Tabone, ex chairman tal- MITTS u chairman tal-MCA, li l-ewwel ingħata kuntratt ta' servizz part-time mal-MITTS, wara ġie impjegat bħala manager bla ebda call for applications, imbagħad ġie appuntat direttament bħala acting department manager ta' wieħed mill-ikbar dipartimenti biex issa biex tgħaxxaq kollox ħarġet call for applications biex jimtela' l-post.", "Din hija mossa evidentement intiża biex tirregolarizza dan il-manuvrar kollu.", "Lanqas nista' nifhem kif nies tal-MITTS qed jingħataw xogħol li iktar jaqa' taħt il-management efficiency unit bħal kitba tar-riforma tal-pensjonijiet, proof-reading ta' dokumenti tal-gvern, xogħol propagandistiku għas-segretarjat tal-ministeru u presentations lil tal-hotels dwar kif għandhom jimxu mal-ġurnalisti waqt il- jiem taċ-CHOGM.", "Saħansitra hemm min kiteb partijiet mil-budget speech.", "Dawn x'għandhom x'jaqsmu mal-mission statement tal-MITTS?", "Tajba din, min xogħlu fuq l-ICT jikteb il-budget u min xogħlu suppost fuq governance u riformi jilgħab bil-laptop!", "Interessanti li nkunu nafu jekk sa tmiem is-sena d-dieħla s-sistema edukattiv tagħna tkunx qed tipproduċi u żżomm mal-wegħda li jkollna 500 speċjalista ġdid kull sena fit-teknoloġija ta' l-informatika għall- industirja ta' l-IT.", "Ftit jiem ilu kelli laqgħa li kellha korteżija kbira ma' l-ogħla uffiċjali tal-GRTU inklużi d-diriġenti tat-taqsima tagħhom ta' l-IT u dawn urew preokkupazzjoni serja u ġenwina dwar il-fatt li fl- universita' għadhom jgħallmuhom computer languages skaduti bir-riżultat li minkejja li jkunu gradwati, meta ħafna minnhom isibu ruħhom fuq il-bank tax- xogħol dawn ikunu mitlufin mingħajr ma jafu minn fejn se jibdew.", "Personalment inħoss li għalkemm il-MITI qed jagħmel ċertu sforzi biex jimbotta 'l quddiem l-IT, xi ħaġa dejjem acknowledged pubblikament kemm ġewwa l-parlament kif ukoll barra, ma nħossx li qed jagħmlu dan b'mod kordinat mad-diversi istituzzjonijiet edukattivi.", "Dan qed ngħidu b'mod partikolari vis-á-vis l-Universita' ta' Malta fejn sfortunatament għadhom jaħdmu u jsaltnu metodi arkajiċi u metodi divorzjati mill-ħteġijiet vera ta' l-industrija ta' l-informatika.", "Mira oħra tal-gvern kienet li jkun hemm għaxar start-ups fis-sena fit- teknoloġija ta' l-informatika.", "Jiena nixtieq li l-ministru fil-winding up tiegħu jgħidilna jekk dan it-target intlaħaqx u x'kien ir-response għall- hekk imsejjaħ kick-start programme li tħabbar ftit tax-xhur ilu.", "Għal dak li għandu x'jaqsam mat-trustmark scheme, veru li dan sal-lum għadu biss fil- fażi ta' working progress u allura nixtieq nistaqsi dwar meta mistenni li dan jiġi implimentat kompletament.", "Għalkemm naqbel mal-pjan tal-budget li wasal biex jiskadi li għandha tiġi miġġielda s-cyber crime, sal-lum kulma smajna hu li jista' jkun hemm xi tibdiliet għal-liġi u li twaqqfet e-crime task force.", "Jiena nitlob lill-Ministru biex ġentilment jelabora dwar dan u jgħidilna fis-sena 2006 x'għandna nistennew dwar il-ġlied kontra s-cyber crime li aħna lkoll solidari magħha.", "Irrid ngħid ukoll li l-gvern kien qed jaħseb li sa tmiem is-sena d-dieħla Malta tkun saret ukoll a donor country billi tgħin pajjiżi oħra fl-iżvilupp tat-teknoloġija ta' l-informatika.", "Naf li kien hemm xi kollaborazzjoni mal- Bermuda, imma tajjeb li fil-winding up il-ministru jaġġornana dwar dan kollu b'mod partikolari dwar it-targeting li qed jagħmel biex inkunu nafu l- focus tiegħu u l-prijoritajiet tiegħu fejn huma.", "Nixtiequ nkunu nafu jekk dawn humiex vis-á-vis l-pajjiżi ġirien tagħna tal-Maghreb li għandhom għatx kbir għat-teknoloġija ta' l-informatika jew inkella humiex vis-á-vis l-pajjiżi tal-commonwealth li magħhom għandna nagħmlu n-networking meħtieġ.", "Aspett ieħor għal pjan nazzjonali li l-gvern żamm lura milli jitfa' dawl fuqu u anke jwieġeb dwaru kien meta l-ministru f'Lulju tas-sena 2004 kien qal li l-gvern kien beħsiebu juża l-ICT bħala mekkaniżmi għall-hekk imsemmi whistle-blowing fis-settur pubbliku.", "Biex ma niġix interpretat ħażin, nixtieq ngħid li l-MLP dejjem kien favur il-whistle-blowing fis-settur pubbliku, anzi aħna ġieli kkritikajna l-gvern talli ma kienx hemm leġislazzjoni dwar dan, imma jkun tajjeb li l-ministru jelabora iktar dwar kif fuq livell prattiku, fuq livell realistiku, l-ICTs se jintużaw bħala mekkkaniżmu ħalli 'l hekk imsejjaħ whistle-blowing fis-settur pubbliku jkun jista' jiġi attwat.", "Irrid ngħid ukoll li jiena m'għandi xejn kontra dak li hemm fil-budget li l-MITTS tiġi mogħtija l-inkarigu li tippilota accountability framework fis-settur pubbliku, imma nixtieq nistaqsi jekk dan l-inkarigu jagħmilx sens at this given point in time meta l-MITTS bħalissa għandha crisis management, qiegħda fi stadju ta' transizzjoni, u meta l-MITTS għadha qed tiġi ristrutturata.", "Jiena mhux qed ngħid li l- MITTS m'għandhiex tidħol għal din il-biċċa xogħol, anzi għandha tkun challenge għall-MITTS, imma nixtieq nistaqsi biss jekk it-timing huwiex propizju.", "Nixtieq ukoll li l-ministru jitfa' ftit dawl fuq il-mod kif beħsiebna nagħmlu networking ma' pajjiżi li huma t-tigri l-ġodda fl-informatika bħalissa.", "Hawn qed nirreferi b'mod partikolari għall-Indja u għaċ-Ċina.", "Tajjeb li l-poplu jkun jaf li llum fl-Indja mhux biss pajjiżi jinvestu għandha, iżda l-Indja qed tinvesti f'pajjiżi oħrajn fl-informatika u f'pajjiżi fid-dinja żviluppata.", "Per eżempju skond l-aħħar informazzjoni li għandi bħalissa fir-Renju Unit hemm 440 ditta Indjana li bdiet topera u li 75% minnhom huma kollha fil-qasam ta' l-information and communicataions technology.", "Dan qed ngħidu biex nuri li min qed jaħseb li l-Indja qiegħda hemmhekk sempliċiment biex ninvestu fiha għaċ-cheap labour sejjer żbaljat, għax l-Indja nnifisha mill-banda l-oħra qed tinvesti hi f'pajjiżi oħra ta' l-Unjoni Ewropea.", "Din hija niċċa li għandna niġġieldu u nissieltu għaliha anke f'pajjiżna.", "Dan iktar u iktar fid-dawl tad-dikjarazjzoni tal-ministru f'Settembru li għadda li s-sena 2006 se tkun sena importanti u sena pożittiva għall-investiment barrani fit-teknoloġija f'Malta, ħaġa li nawgura li sseħħ u tirnexxi.", "Sur President, fost is-suġġerimenti li konna għamilna meta ħareġ id- dokument strateġiku tal-gvern konna għedna li l-partit Laburista jħoss li l- informatika għandha tintuża bħala katalista għar-riforma effettiva taċ- ċivil.", "Wieħed m'għandux jikkonċentra biss fuq l-użu ta' l-internet imma wkoll fuq channels oħrajn li jinkludu 'l hekk imsejjaħ contact centres kif ukoll face to face interaction.", "Għalkemm saru sforzi tul is-snin biex inqarrbu l-informatika dejjem iktar lejn iċ-ċittadin inħoss li għad jonqos dak il-pass ta' ġgant li jagħmel il-proċess ta' l-informatika verament citizen-centric.", "Jiena nemmen li minħabba l-pożizzjoni strateġika li għandna aħna nistgħu ngawdu minn vantaġġi kompetittivi fuq pajjiżi oħrajn.", "Li rrid nara delineat b'mod aktar ċar huwa wkoll kif se jiżviluppa b'mod prattiku r-rwol tal-gvern u s-settur privat fil-provvediment tat-taħriġ ta' l-ICT.", "Naf li l-gvern intrabat li jippubblika dokument konsultattiv dwar dan iżda la ngħatajna time frame dwar meta se jagħmel dan u lanqas meta se jilleġiżla, jekk se jkollu bżonn jagħmel dan.", "Irrid niġbed ukoll l-attenzjoni tal-gvern għall-mod insensittiv u diskriminatorju li bih iddaħlet l-SMGB students card system.", "Naħseb li fejn jidħlu t-traders, l-aktar punt importanti li hemm bżonn jiġi ċċarat darba għal dejjem huwa li t-traders ta' l-IT qed jiġu mhedda illi jiġu awtomatikament skwalifikati jekk jinqabdu jbiegħu items li ma jaqgħux taħt is-saleable items eliġibbli għalihom.", "Għaliex qed ngħid hekk?", "Għax kultant ma jkunx hemm demarcation line ċara.", "Dan huwa punt li m'huwiex dejjem ċar.", "Per eżempju jista' jkollok trader illi jbiegħlek internet camera ma' PC system li jikkwalifika iżda biex jagħmel dan mingħajr PC system jiġi skwalifikat.", "Dan qed jitfa' piż u responsabilita' żejda fuq is- salespersons tal-ħwienet ta' l-IT u għalhekk inħeġġeġ lill-gvern li jilqa' it-talbiet li ilhom pendenti mill-korpi kostitwiti għallinqas biex isiru taħdidiet dwar dan is-suġġett ħalli jiġu ċċarati għall-benefiċċju ta' kulħadd.", "Jiena nagħlaq billi nagħmel sensiela ta' awguri għas-sena amministrattiva u għas-sena finanzjarja illi ġejja.", "L-ewwelnett nawgura li jseħħu l- istrategic alliances vertikali li ilna nisimgħu dwarhom ma' l-IBM u l-SAP, għax safejn naf jien ta' l-SAP kellu jiġi ffirmat sa Lulju li għadda.", "Nittama li f'dan il-każ ma jkunx hemm repetizzjoni tad-deal ta' l-HP li ffavoriet outlet partikolari dwar lower price PCs li qanqlet tant protesti mill-GRTU.", "Il-ministru jħobb isemmi ħafna t-talking shops, qal li l-MCESD hija talking shop, qal li l-parlament ukoll huwa talking shop u jiena nawgura li ċ-CHOGM ma jkunx talking shop.", "Jiena nawgura li joħroġ minnu xi ħaġa tanġibbli dwar id-digital divide, speċjalment wara n-nefqa kbira li se jkollna fuqu.", "Nawgura wkoll li jitħaffef il-proċess biex sistemi mhux strateġiċi tal-MITTS jiġu effettivament divested lill-privat biex b'hekk il- kumpanniji privati Maltin verament jieħdu sehem attiv fir-riforma ta' l-ITC f'Malta.", "Min-naħa l-oħra naqblu u naħseb li tagħmel ħafna sens li s- sistemi strateġiċi u sensittivi għandhom jibqgħu jiġu żviluppati u mantnuti mill-MITTS.", "Fl-infrastruttura tal-gvern għandu jintuża l-prinċipju ta' consolidation u mhux centralisation.", "Din hija kritika li diġa' għamilt lill-gvern aktar kmieni din is-sena għax din ta' l-aħħar fil-fehma tagħna hija strateġikament perikoluża.", "Inħoss ukoll li l-prinċipju li l-MITTS għandha timxi fuqu hu li l-business imexxi l-IT u mhux l-IT imexxi l-business tal- gvern.", "Nixtieq ngħid ukoll li fi tmiem is-sena d-dieħla jintemmu tliet snin ta' l-istrategic plan tal-gvern għall-qasam ta' l-informatika.", "Jiena nissuġġerixxi b'mod mill-iktar pożittiv u b'mod mill-iktar kostruttiv illi l-gvern jikkonsidra serjament illi fi tmiem is-sena d-dieħla ssir konferenza nazzjonali dwar l-IT li tkun tista' tinvolvi l-istakeholders kollha ħalli l-ewwelnett isir stock take tal-miri li kellna quddiemna u flimkien, il-partijiet kollha konċernati, l-istess partijiet li qegħdin rappreżentati fuq il-consultative body ta' l-IT, inkunu nistgħu niddiskutu flimkien u noħorġu bl-ideat kostruttivi tagħna dwar kif għandna nilqgħu u naffaċċjaw l-isfidi u l-opportunitajiet għall-ġejjieni fil-qasam ta' l- informatika.", "Nirringrazzjak.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Insejjaħ lill-Onor.", "Joseph Cuschieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Sur President, f'dan il-ftit ħin li għandi xtaqt nitkellem dwar il-kumpannija nazzjonali ta' l-ajru l-Air Malta.", "Meta nitkellmu fuq il-kumpannija nazzjonali ta' l-ajru ta' Malta ma nistgħux ma niftakrux kif din il-kumpannija mix-xejn u fost ħafna tfixkil tal-partit Nazzjonalista, waslet għal suċċess enormi u spiċċat bħala ġojjell nazzjonali fis-snin passati.", "Sfortunatament dan il-ġojjell ġie mriegħed u mheżżeż minn deċiżjonijiet strambi lejn nofs is-snin disgħin meta fil-gvern kien hemm il-partit Nazzjonalista.", "Il-pajjiż kollu jaf li ż-żmien li fih l-Air Malta ġarrbet l-ikbar telf finanzjarju kien proprju fi żmien meta din kienet immexxija miċ-chairman maħtur mill-istess gvern Nazzjonalista, is-Sur Joe N. Tabone, bejn l-1992 u l-1996.", "F'dak il-perijodu l-Air Malta kienet imġiegħla tixtri bi prezz aktar minn dak normali flotta sħiħa ta' ajruplani Avroliners, li mill-bidunett urew li kienu se joħolqu problemi kbar kemm fl- użu kif ukoll fil-manutenzjoni tagħhom.", "Minkejja l-pariri kontra u l- insistenza ta' l-aqwa esperti fil-kumpannija, Tabone xorta baqa' għaddej u xtara aktar minnhom.", "Pass ieħor falz kien l-investiment ta' 49% fl-Azzurra Air li qatt ma ħadet ruħ, anzi spiċċat b'falliment bi kredituri jiġru warajha u wara min kien imexxiha, anke saħansitra fil-qrati Taljani, ħalli jiġbru flushom.", "Biex tkompli tagħqad, l-Air Malta kienet iżżattet ukoll li tixtri lil Azzurra Air ajruplani Avroliners ukoll minkejja li kellha biss ishma minoritarji.", "Dawn iż-żewġ frejjeġ strateġiċi wasslu biex għall-ewwel darba l-Air Malta bdiet tagħmel it-telf u ħarbtet l-assi finanzjarji tagħha li kienu nbnew b'għaqal kbir tul is-snin qabel waqgħet fit-tmexxija ta' Tabone u xi ħbieb tiegħu li hu kien ġab mill-Bank of Valletta fejn kien chairman qabel ingħata t-tmexxija ta' l-Air Malta f'Mejju ta' l-1992.", "Kien iż-żmien li fih għall-ewwel darba l-Air Malta bdiet tirreġistra telf minflok miljuni kbar ta' profitt u li minnhom ikkontribwiet sew lill-Kaxxa ta' Malta.", "Kien ukoll żmien ta' taqlib industrijali kbir li wassal biex kien hemm irjus li saħansitra riedu jagħlqu l-ajruport u li llum ġew ippremjati b'karigi ta' chief officers.", "Il-mod kif sar 'l hekk imsejjaħ ristrutturar fl-aħħar sena u nofs jixhed biċ-ċar li gvern ieħor Nazzjonalista ma tgħallem xejn minn dawk l-iżbalji, imma saħansitra jidher li jrid jippremja lil dawk li l-aktar kienu qrib l-istess Tabone bejn l- 1992 u l-1996.", "Infatti jekk iħares lejn il-lista ta' dawk li laħqu chief officers, wieħed jara fiha bosta minn dawk li kienu qrib tiegħu jew li huma b'mod jew ieħor qrib il-partit Nazzjonalista jew xi entita' qribu bħalma hi l-AZAD.", "Minkejja li suppost kollox sar b'mod trasparenti, il-ħatriet jistgħu faċilment jissejħu bħala political appointments.", "Din hija s- sistema li l-ministru responsabbli kien iddikjara pubblikament li jemmen fiha meta dan kien għadu segretarju ġenerali tal-partit Nazzjonalista.", "Biex donnu l-borma tkun dejjem imħawra, il-partit Nazzjonalista, f'ċerti każi warrab għal kollox nies kapaċissimi li ilhom iservu b'ħila kbira għal snin twal f'din il-kumpannija.", "Dan sar biex posthom ingħata lil persuni li kienu jaħdmu fl-MDC wara sejħa esterna fejn għal diversi snin kien hemm iċ- chairman attwali Lawrence Zammit.", "Interessanti kif mil-lista oriġinali ta' group heads sa l-2003, dawk magħrufa għall-kulur politiku tagħhom ingħataw ħatra bħala chief officers filwaqt li oħrajn magħrufin għall-kapaċita' tagħhom imma għax meqjusin bħala Laburisti, twarrbu għal kollox.", "Tant hu hekk li xejn inqas minn ħamsa ġew offruti early retirement waqt li tnejn laħqu mietu qabel setgħu jobsru x'kien ġej għalihom.", "Ieħor li kien inġieb minn Tabone u ngħata patafjun ta' promozzjonijiet f'ħakka t'għajn, għażel li jgħaddi bord mediku u jirtira.", "Mill-bqija, jiġifieri ħamsa, kollha nħatru chief officers b'salarji esorbitanti jew ingħataw karigi tajbin biex b'xi mod ikunu akkomodati.", "Sur President, nixtieq nispeċifika wkoll il-fatt li dawk kollha li kienu fit-tmexxija ta' l-Azzurra Air issa ngħataw l-ogħla karigi fl-Air Malta minkejja d-disfatta ta' din il-kumpannija sussidjarja li żvinat il-qligħ kollu li kienet bdiet tistejqer bih l-Air Malta fil-corporations tagħha u ta' xi sussidji oħra bejn l-1997 u l-2003.", "Huwa kurjuż kif nies bħal dawn ġew inkarigati saħansitra mill-ippjanar strateġiku ta' l-Air Malta.", "Dan wara li kienu nvoluti fl-istrateġija intrinsikament żbaljata ta' l-Azzurra Air.", "Meta titkellem dwar l-Air Malta taħt il-partit Nazzjonalista ma tistax ma ssemmix lil dak li huwa meqjus bħala l-alla ta' l-Air Malta, jiġifieri t- tuptup.", "Oriġinarjament dan it-tuptup kien involut sew fis-segretarjat ħaddiema tal-partit Nazzjonalista qabel twaqqfet l-UHM.", "Kien segretarju ta' l-Avukat Joe Fenech u aktar tard ta' Prof. Josef Bonnici.", "Imbagħad dan inħatar bħala group head tar-riżorsi umani u amministrazzjoni.", "Meta saret l-għażla taċ-chief officer f'dan il-qasam it-tuptup kellu jaċċetta li l-post jingħata lil wieħed qrib iċ-chairman attwali meta kien għadu fl-MDC imma dan kien biss mument temporanju, Sur President, għax ma damx biex it-tuptup inħatar chief officer airport operations.", "B'hekk dawk li skond il-pjan ta' ristrutturar kellhom ikunu seba' chief officers, fil- fatt saru tmienja.", "Irrid ngħid ukoll li fit-tieni fażi ta' 'l hekk imsejjaħ ristrutturar saret l-għażla tal-general managers.", "Hawn ukoll ġew ippremjati dawk ta' kulur politiku li jogħġbu lill-gvern attwali.", "Fejn ma nstabux nies b'għajnejhom blu nħarġu xejn inqas minn ħames sejħiet biex jintagħżlu nies minn barra mill-Air Malta, anzi kien hemm mill-inqas żewġ każi fejn kariga waħda, dik tal-general manager, inqasmet fi tnejn biex setgħu jkunu akkomodati erbgħa tal-qalba.", "Ta' min jinnota wkoll li għadd ta' impjegati ilhom fis-servizz ta' l-istess kumpannija u l-istess kumpannija nvestiet fihom biex itejbu l-ħila tagħhom billi ppermettietilhom li jkomplu bl-istudju tagħhom li saħansitra wassalhom għal grad akkademiku relatat max-xogħol li kienu jwettqu.", "Dawn issa tħallew imwarrbin, anzi ntqalilhom li issa m'humiex fil-pjani l-ġodda tal-kumpannija.", "Dan 'l hekk imsejjaħ ristrutturar sar b'mod li llum għandek tmien chief officers, 21 general manager u erba' group heads mill-antiki li tħallew imdendlin bla ma jafu x'se jsir minnhom.", "Fil-fatt fadal jimtlew żewġ vakanzi għal general manager fejn minkejja li hemm għażla ovvja, kemm għall-ħila kif ukoll għall-esperjenza, inzertaw li l-individwi m'humiex tal- kulur preferut u allura l-proċess qed jiġi mtawwal kemm jista' jkun.", "Wieħed ma jistax jinsa lanqas il-ħatra ta' Ernest Funk, ex Swiss Air, kumpannija li kienet falliet, bħala chief executive officer ta' l-Air Malta b'pakkett salarjali li jqarreb il-Lm1 miljun.", "Din il-ħatra kienet qajmet għagħa kbira fil-pajjiż.", "L-indikazzjonijiet huma li dan Funk, wara li donnu qdihom biex sar il-massakru sottili tal-Laburisti, se jtemm il-ħatra fi tmiem din is-sena, għad li żgur mhux se jitlef xejn mill-pakkett li kien imwiegħed minn gvern Nazzjonalista.", "Hawn nistaqsi dwar x'inhi r-raġuni li l- kuntratt ta' Funk ma ġiex imġedded.", "Jekk hemm raġuni valida, allura għaliex dan ingħata l-inkarigu in the first place?", "Il-ħaddiema ta' l-Air Malta, l-aktar dawk li għal aktar minn 25 sena bnew u stinkaw biex ikabbru din il-linja nazzjonali ta' l-ajru, qed jaraw dan kollu jseħħ meta huma ġew imġiegħla jagħmlu sagrifiċċji finanzjarji kbar u b'daqqa ta' pinna tilfu ħafna mill-kondizzjonijiet tax-xogħol li gawdew bi dritt u frott is-suċċess li kienu kisbu sena wara l-oħra bħalma kienu n-nofs ta' nhari tas-sajf.", "Huwa ovvju li meta dawk kollha li gawdew minn dawn il-promozzjonijiet li semmejt qed ifittxu l-koperazzjoni tal-ħaddiema, dawn qed isibu ma' wiċċhom ħaddiema demotivati.", "Dan kollu semmejtu biex min mingħalih ma nafux x'qed jiġri fl-Air Malta jkun jaf li aħna nafu u nafu sew.", "Min hu responsabbli għandu jkun jaf ukoll li ż-żmien tal-kontijiet għad irid jasal u jrid iħallas u jwieġeb għal dak li qed jagħmel.", "Għandu jkun jaf ukoll li kulmin ġie b'mod partiġġjan imwarrab, għad trid issir ġustizzja miegħu.", "Dan qed ngħidu għax qed jikber il-biża' fost il-mijiet ta' ħaddiema li bilkemm jistgħu jitniffsu għal dak li ħaqqhom minħabba t-theddida li hemm nies żejda.", "Il-ħaddiema ta' l-Air Malta għadhom ma jistgħux jinsew kif kien hemm min pinġihom bħala ħallelin għax kellhom pagi, allowances u kondizzjonijiet mill-aqwa.", "Fil-fatt ħalliel kien min kapriċċożament u b'deċiżjonijiet żbaljati u dubjużi wassal lil din il-kumpannija f'xifer l- irdum, u hawn nixtieq nagħmel numru ta' domandi ċari li jimmeritaw tweġibiet ċari, Sur President.", "L-ewwelnett nixtieq nistaqsi dwar ir-revenue management system.", "Kemm kienet effettiva din?", "Kemm fil-fatt kien hemm lok għaliha?", "Kif it- ticketing on-line irid isir ħamest ijiem qabel u l-ebda klijent ma jista' jagħmel booking from day to day?", "L-Air Malta se tibqa' maħkuma minn din is- sistema?", "Imbagħad dwar il-Lufthansa Technik.", "Mela l-Air Malta kellha 49% sehem f'din il-kumpannija qabel immuvjat kompletament lejn Malta.", "B'investiment ta' ftit eluf is-sehem ta' l-Air Malta għas-servicing kien jikber, imma kien hemm xi bravu li ta ordni diretta biex dan l-investiment ma jsirx bi skuża li dan m'huwiex il-core business tal-kumpannija.", "Illum il-Lufthansa Technik fetħet is-second line għas-servicing u x-xogħol huwa enormi u ovvjament il-profitt li qed isir huwa enormi wkoll.", "U l-Air Malta baqgħet b'xejn bl-iskuża li dan m'huwiex il-core business tagħha.", "Issa biex nagħti eżempju 18% tar-revenue ta' Ryanair ġej minn operazzjonijiet li m'humiex core business.", "Nistaqsi mbagħad kif il-kumpless ta' Ħal Far u l-Crowne Plaza Hotel se nbiegħuhom b'mod dirett u bi prezz baxx meta dawn setgħu jinbiegħu b'open market li żgur kien iġib prezz aħjar għalihom.", "U la qed nitkellmu fuq dawn iż-żewġ lukandi, jista' l-ministru jgħidilna x'se jiġri mill-ħaddiema tagħhom ladarba dawn jgħaddu f'idejn min għandhom jgħaddu?", "Dwar il-lukandi sussidjarji ta' l-Air Malta xbajna nisimgħu kemm huma piż fuq il- kumpannija, allura l-loġika ġġiegħlek issaqsi: Għaliex ittieħed dan iż- żmien kollu biex jittieħdu d-deċiżjonijiet dwarhom?", "U l-istramberija hi li filwaqt li dawk li kienu meqjusa bħala mażżra ma' għonq il-kumpannija, investimenti oħra li kellha l-Air Malta u li kienu qed jirrendu ġew mibjugħa ferm qabel.", "Qed nirriferi għall-investimenti fil-BOV, fil- Middlesea u s-SITA fost l-oħrajn.", "Jista' xi ħadd iwieġeb għal dawn il- frejjeġ, Sur President?", "Xtaqt ukoll nitkellem fuq is-servizz tal-helicopter bejn Malta u Għawdex.", "Wara ħafna ftaħir issa qed jirriżulta li dan is-servizz huwa falliment totali.", "Fil-fatt minn 800 vjaġġ scheduled qed isiru bejn tlieta u erba' vjaġġi biss kuljum u xi kultant inqas.", "Dan huwa frott tal-prezz għoli għas- servizz.", "Id-diskors sabiħ tas-servizz soċjali issa ntesa', anzi l-Air Malta qed iġġorr il-piż soċjali ta' dan is-servizz hi.", "Fil-fatt l-Air Malta għas- servizz tal-handling tirċievi mingħand il-kumannija li topera dan is- servizz Lm25 kuljum jew aħjar Lm3 għal kull flight.", "Dawn huma affarijiet tal-mistħija.", "Quddiem it-theddida tal-low-cost airlines li sabu s-sodda diġa' mifruxa, l-Air Malta trid taqdef b'ħaddiema darhom mal-ħajt u bla ebda għażla u bla ebda ħajt għall-kenn, biex ma nsemmux it-taxxi u s- soprataxxi li l-gvern għabba bihom lill-istess Air Malta li minħabba fihom ma tistax tikkompeti ma' min joffri prezzijiet verament baxxi u attraenti.", "Fid-diskors tal-budget il-punt dwar il-low cost airlines ġie msemmi f'paġna 50, imma l-gvern qagħad ferm attent li ma jieħu pożizzjoni la naħa u lanqas oħra.", "L-Air Malta suppost hija azjenda tal-poplu, fuq kollox ħadd ma jista' jinsa li dan il-gvern huwa magħmul mill-istess nies li tgħidx kemm għajru lil Air Malta bl-għasafar taċ-ċomb meta twaqqfet fl-1977.", "Iż-żmien meta l-ħaddiema fl-Air Malta kienu jħosshom familja kbira, ferħanin u kburin donnu spiċċa.", "Illum donnu ħadd ma jafda lil ħadd.", "Kulħadd idabbar rasu kif jista' u jara kif se jsalva ġildu.", "Sparixxa l-famuż team spirit.", "Illum il-kumpannija mtliet b'nies b'karigi għoljin ħafna li qatt qabel ma kienu jafu xi tfisser linja ta' l-ajru u li llum iridu jordnaw fuq min għandu għexieren ta' snin esperjenza.", "Quddiem dan kollu, Sur President, il-poplu bir-raġun jistaqsi: X'fadlilhom jagħmlu biex jeqirdu l-Air Malta?", "Jew hemm xi pjan biex iħalluha titfarrak u mbagħad ibiegħuha jew jagħquha?", "Sfortunatament is-Sea Malta ħadet daqqiet minn dan it-tip ta' ta' minġel diġa'.", "Nirringrazzjak.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Skada l-ħin disponibbli għan-naħa ta' l- oppożizzjoni u issa l-ħin kollu li fadal huwa għan-naħa tal-gvern.", "L-Onor.", "John Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Grazzi, Mr Chairman.", "Jiena smajt b'attenzjoni kbira lill-kap ta' l-oppożizzjoni jagħmel ir-replika tiegħu dwar il-budget u nistqarr illi mmeraviljajt ruħi.", "Immeraviljajt ruħi l-ewwelnett bil- kapaċita' tal-kap ta' l-oppożizzjoni li jikteb novelli sbieħ.", "Biex tikteb in-novelli biċ-ċifri, trid tkun kapaċi ħafna kif ċifra ddawwarha, taqlibha, tonfoħha u tiġbidha biex isservik fi plot li inti tkun trid twassal għalih minn qabel.", "Din għalija hija kapaċita', pero' mbagħad min-naħa l-oħra wieħed irid jgħid li fil-kapitolu finali bilfors li n-nies jindunaw illi kienet novella ta' fantasija illi m'għandha xejn mir-realta'.", "Impressjonajt ruħi għaliex il-kap ta' l-oppożzizzjoni reġa' pprova jagħmel ir-rikonċiljazzjoni ta' l-impossibbli.", "Ipprova jirrikonċilja żewġ xmajjar li hawn fil-pajjiż u jitfagħhom fl-istess baħar meta dawn ix-xmajjar kienu għaddejjin fuq linji opposti.", "Smajnih jagħmel diskors fejn fih ikkastiga lill-gvern għaliex qed jiġbor it-taxxi ta' ħafna.", "Għamel ukoll ħafna complaints fuq taxxi differrenti li kienu qegħdin isiru u li saru fil- passat.", "Jiena nassumi li la qiegħed igerger fuqhom, sinjal li ma jaqbilx magħhom u se jneħħihom, pero' mbagħad fl-istess nifs qed nisimgħuh jikkastiga lill- gvern għax mhux qed jonfoq ħafna iktar fuq ħafna setturi.", "Mela minn banda qed jikkastiga lill-gvern għax qed idaħħal u mill-banda l-oħra qed jikkastiga lill-gvern għax mhux qed jonfoq biżżejjed.", "Qed jipprova jirrikonċilja xi ħaġa li ma tistax tirrikonċilja.", "Dan huwa eżerċizzju fl- assurd, għax inti ma tistax minn banda waħda tgħid li trid tagħti iktar pero' mbagħad ma jkollokx mezz kif se tiffinanzja dak li se tagħti.", "Trid tagħmel eżerċizzju fejn tirrikonċilja dak li qed tiġbor ma' dak li tonfoq, u dan l-eżerċizzju ma jsirx bil-mod kif qed jagħmel il-kap ta' l- oppożizzjoni, fejn qed jikkritika kulma tiġbor u jikkritika kulma tonfoq fuq bażi opposti, imma trid tara li dak li qed niġbru qed niġbruh tajjeb, bis-sens u b'ekwita'.", "Trid tara li l-piżijiet qegħdin ikunu hemm biex iġorrhom min jiflaħhom u fl-istess ħin pero' ma jfixklux lil min qed jaħdem.", "Mill-banda l-oħra, meta nonfqu qegħdin niffokaw fuq investiment veru u fuq li nagħtu għajnuna lil min veru għandu bżonn.", "Dawn huma d- dibattiti li rridu nagħmlu f'pajjiżna llum u mhux ngħidu le għal kulma jagħmel ħaddieħor.", "Immeraviljajt ruħi l-aktar meta l-kap ta' l- oppożzizjoni, per eżempju, kien qed jitkellem fuq il-hedging.", "Jiena kelli l-okkażjoni ngħid f'wieħed mill-programmi tat-television li l- hedging huwa mħatra u xejn iktar.", "Qed tagħmel imħatra ma' ħaddieħor fejn tgħidlu: Jiena naħseb li l-prezz se jogħla, inti qed taħseb li l-prezz se jitbaxxa, ejja nagħmlu mħatra u min għandu raġun jirbaħ.", "Dak huwa l- hedging.", "Issa kif inti tippożizzjona ruħek tirbaħ jew titlef.", "Meta ppożizzjona ruħu l-gvern Laburista fuq il-hedging, dan tilifha l-imħatra.", "L- Air Malta għamlet imħatra u rebħitha!", "(Interruzzjonijiet) Imma jekk iffrankat, din iffrankat għax għamlet imħatra u rebħitha.", "(Interruzzjonijiet) Pero' tibqa' imħatra.", "Tibqa' illi min qed jamministra jrid jieħu pożizzjoni, issa jekk jirbaħ ngħidulu bravu u jekk jitlef ngħidulu kemm hu njorant.", "Jekk mill-banda l-oħra wieħed jibda jaħseb fuq options u mhux hedging, għalija dik mhux imħatra.", "Dik hija xi ħaġa li jista' jkollha iktar sens għaliex hija an insurance.", "Dik qed tħallas premium ta' option li qed tieħu u jekk il-prezz niżel, allura ma jaqbillekx tixtri b'dak il-prezz li inti kkommettejt ruħek li se tieħu, allura ma tiħux l-option, u tixtri bil-prezz irħis, imma meta l-prezz ikun tela' u allura jaqbillek tieħu dik l-option, teħodha.", "Dan ifisser li inti qiegħed tiffissa l-prezz b'insurance.", "Qed tieħu insurance fuq il-prezz li se tħallas fil-futur.", "Jiena l-parir li nagħti huwa illi tilgħabx imħatri imma ħu l-insurance.", "Dak hu l-parir li nagħti jiena lil min ikun qiegħed jamministra f'dawn l- affarijiet.", "Dan ngħidu għax permezz ta' insurance inti qiegħed tagħmel deċiżjoni kummerċjali, qed tagħmel deċiżjoni li taf il-cost tagħha x'inhu u inti tista' tikkwantifika preċiż l-affarijiet kif se jkunu fil-futur.", "Dan qed ngħidu għax irridu naqtgħuha din li qisu l-hedging issa sar xi torċa illi turi d-dawl lil kulħadd.", "Dan l-aħħar spiss qed nisimgħu li dak għamel hedging u rebaħ u l-ieħor għamel hedging u tilef!", "Dawn huma ħmerijiet.", "M'għandniex noqogħdu nitkellmu l-politika f'dan is-sens.", "Dawn bażikament, kif qal il-ministru, huma deċiżjonijiet kummerċjali u mhux deċiżjonijiet politiċi u finalment irridu neħduhom in vista ta' deċiżjoni kummerċjali.", "Sur President, meta kien qed jitkellem fuq il-hedging, il-kap ta' l- oppożizzjoni qal li meta kien għamel il-hedging, kellhom rapporti li kienu qed jagħtuh viżjoni ta' 20 sena ta' x'se jiġri fis-sitwazzjoni politika- ekonomika tad-dinja u kellu indikazzjoni ta' kif se jmur il-prezz taż-żejt.", "Issa ħalliha li meta l-prezz taż-żejt kien bi 13-il dollaru hu beda jixtrih bi 22-il dollaru jew 23-il dollaru bil-hedging, pero' jiena skandalizzajt ruħi dak il-ħin, Sur President, għax jiena niftakar id- diskors mhux fuq il-hedging imma dak fuq il-pensjonijiet.", "Meta aħna konna qegħdin ngħidu illi għandna bżonn nibdew naħsbu għal 20 sena oħra biex ikollna pensjonijiet reali u tajbin fil-pajjiż, tan-naħa l-oħra kienu jgħidulna li għadu m'huwiex iż-żmien biex naħsbu fuq dawn l-affarijiet u li dawn l-affarijiet huma 'l bogħod.", "Mela l-hedging taż-żejt kien jaħseb għal 20 sena oħra, imma fil-każ tal-pensjonijiet tal-poplu Malti ma jridx jaħseb għal 20 sena oħra l-kap ta' l-oppożizzjoni.", "Dak huwa skandaluż, Sur President u f'din l-istorja tal-hedging tifhem min għandu vera idea ta' x'inhi l-politika tal-pajjiż.", "Il-politika m'hijiex manipulazzjonijiet, m'hijiex gideb fuq in-nies u lanqas ma hi logħob biċ-ċifri, imma hija vera l-benessere tal-poplu kollu Malti li lilna poġġiena hawn ġew biex naħdmu fl-interess tiegħu.", "Ladarba l- kap ta' l-oppożizzjoni qal li kien qed jieħu viżjoni ta' 20 sena, fuq il- prezz taż-żejt imissu allura ħa viżjoni wkoll ta' 20 sena fuq il- pensjonijiet li se jitħallsu ċ-ċittadini Maltin f'dan il-pajjiż 20 sena oħra.", "Pero' jidher ċar illi l-oppożizzjoni għadha ma aġġustatx ruħha għar- realtaijiet tal-lum, u dik hija waħda mill-problemi kbar li għandha l- oppożizzjoni.", "Meta tismagħhom jitkellmu jidher ċarissimu illi għadhom jgħixu fil-passat.", "Meta jippruvaw jikkritikaw lill-gvern fuq xi azzjoni li ħa jew li ma ħax, tarahom iġibu soluzzjonijiet u kunċetti tal-passat, qisu d-dinja ma nbidlitx mill-bidu tas-sebgħinijiet u t-tmenijiet.", "Qisna għadna f'dik it-tip ta' atmosfera.", "Fir-realta' d-dinja nbidlet ħafna, u jekk wieħed irid jibni viżjoni għall-futur, anke jekk wieħed irid jibda jsolvi l- problemi tal-preżent li jinqalgħu kull sekonda u kull minuta, irid almenu jagħraf u jifhem il-pożizzjoni x'inhi.", "Irid jifhem minn fejn se jitlaq.", "Issa meta jkollok lil xi ħadd li lanqas biss qed jifhem il-pożizzjoni u l- problema x'inhi, li lanqas biss qed jiddefinixxi l-problema, kif jista' jsib is-soluzzjoni?", "U jekk jgħid li sab soluzzjoni, kif din is-soluzzjoni tista' tkun tajba, Sur President jekk lanqas biss ikun fehem il-problema?", "L-oppożizzjoni llum jekk titkellem fuq privatizzazzjoni, jekk titkellem fuq id-drittijiet tal-ħaddiema, jekk titkellem fuq il-finanzi tal-gvern, jekk titkellem fuq sistemi ta' tassazzjoni, għadha tidher li għadha ma rrikonċiljatx lilha nnifisha, għadha ma fehmitx u ma aġġustatx ruħha għas- sitwazzjonijiet preżenti.", "Per eżempju llum smajna fuq l-industrija.", "Fl- 1987, meta bdejna bl-ewwel gvern tal-partit Nazzjonalista u li fih kont jiena responsabbli mill-industrija, jiena kont għedt li s-sitwazzjoni ta' l- industrija f'Malta hija prekarja għaliex biex inżommu t-tip ta' industrija li kienu bnew tan-naħa l-oħra u li flimkien ma' l-unions kienu riedu jżommu, ridna bilfors nagħmlu politika ta' pagi baxxi.", "Dakinhar jiena u l- gvern li kont parti minnu konna kontra li nagħmlu politika ta' pagi baxxi għall-ħaddiema tagħna f'pajjiżna.", "Aħna konna favur kwalita' ta' ħajja għolja għall-Maltin u allura ridna nbiddlu dak li kien hemm.", "Meta jiena dak iż-żmien kont ngħid li fil-każ ta' l-industrija f'Malta ma nistgħux inkomplu għaddejjin b'dak il-mod u kont nittargitja s-settur tat-tessuti, il-gazzetti ta' dakinhar kienu jifflaġellawni.", "Aqra' l-gazzetti tal-lum x'qed jgħidu fuq il-Ministru Austin Gatt.", "L-istess ħaġa.", "Jiena jiddispjaċini li qed jiġi flaġellat bl-istess affarijiet, imma din hi r- realta'.", "Meta tipprova tiftaħ għajnejn in-nies u tgħidilhom il-viżjoni tiegħek tal- futur, u tgħid li hemm bżonn tibdel u tbiddel, min ikun komdu jippretendi li d-dinja se tieqaf għalih.", "Jgħidu li Ġożwe kien waqqaf ix-xemx, pero' dawk huma mirakli li llum ma jsirux.", "Ix-xemx mhux se nwaqqfuha u d-dinja mhux se tieqaf iddur.", "Aħna rridu naġġustaw mad-dinja għax id-dinja mhux se taġġusta magħna hi.", "Din il-ħaġa jrid jifhimha kulħadd.", "Hawnhekk dejjem insemmu l-industrija.", "Imma nifhmu x'qed jiġri fid-dinja globali tal-lum?", "L- Onor. Brincat semma l-mod kif qed tinvesti l-Indja llum u għandu raġun, pero' fl-Indja qed jintilfu l-impjiegi fl-IT u jagħmlu sewwa l-Indjani li kif qal tajjeb l-Onor.", "Brincat qed jinvestu barra, u dak hu li rridu nagħmlu aħna wkoll.", "Għax din il-ħaġa għamluha l-Indja, ma jfissirx li aħna se nimxu fuq l-istess passi u nagħmluha aħna wkoll bl-istess mod.", "Wara kollox aħna m'għandniex il-critical mass li għandha l-Indja, pero' r- realta' hija li l-Indjani bdew ġo l-Indja, bdew bil-pagi baxxi u issa l- pagi qed jogħlew.", "U jagħmlu sewwa li jgħollu l-pagi, għax dik hi l- politika.", "Il-politika m'hijiex il-matematika imma hija n-nies.", "In-nies huma l-politika u mhux il-matematika u l-istatistika.", "L-Indja raw li lin-nies ikomplu jispeċjalizzawhom, iridu jżidulhom l-pagi, qed jitilfu l-employment ġo l-Indja imma qed jinvestu barra mill-Indja.", "Dan huwa l-mod kif tħaddem l- ekonomija għax l-industrija tagħna, Sur President, għandha l- limitazzjonijiet tagħha.", "Aħna għandna ċertu livell ta' pagi u d-direzzjoni u l-viżjoni tagħna trid tkun li dawk il-pagi jridu jibqgħu jogħlew.", "Jiena ma naqbilx ma min jgħid li rridu nrażżnu l-pagi.", "Irridu nrażżnu u nnaqqsu u neliminaw is-sigħat mhux produttivi, il-ħafna pagi li jitħallsu għalxejn.", "Dik iva, imma mhux innaqqsu l-pagi.", "Il-pagi rridu nkomplu nżiduhom.", "Biex inkomplu nżidu l-pagi rridu nagħmlu żewġ affarijiet.", "Irridu nbidlu l-kulturi tagħna, irridu nibdlu dak li naħdmu fih u nġibu lejn pajjiżna attivita' ekonomika li għandha aktar added value u allura tista' tħallas pagi aktar.", "Irridu - u dak li qed nagħmlu, u aħna bdejna minn snin ilu - naħdmu fuq l-industrija tal-farmaċewtika.", "Niftakar lil seħibna Josef Bonnici jibda l-proċess fuq dawn il-fabbriki tal-farmaċija.", "Konna nitkellmu fil-kabinett fuq dan il- proċess għaliex dawn il-kumpanniji nistgħu nattirawhom lejn Malta.", "Hawnhekk irrid ngħid li ma kienx faċli biex iġġib dawn il-fabbriki lejn Malta.", "L- ewwelnett ridna nibnu fabbriki li jkunu idonei għalihom.", "Dawn ma kinux ġejjin fl-istock ta' fabbriki li kellna u dak jieħu ż-żmien.", "Aħna lil dawn il-kumpanniji ridna nipperswaduhom li l-affarijiet, il-benefiċċji li għandhom, huma benefiċċji li għandhom ċertu tul ta' żmien.", "Wara li dħalna fl-Ewropa, dawn assiguraw ruħhom li vera se jkollhom ċertu longevity fil- vantaġġi li għandna f'pajjiżna, u għalhekk ġew issa u qed jiftħu issa f'pajjiżna.", "Dik hi r-realta' tal-ħajja, Sur President, pero', rridu li jkollna ħafna aktar ideat u rridu nbiddlu.", "Issemmew in-nies tad-Denim u hawnhekk nixtieq nagħmel kumment li mhux se jintgħoġob.", "Jiena se nsemmi r-realta' li se jifflaġellawni fuqha.", "Jiena għandi dahri mimli daqqiet u mimli linji, u billi jkun hemm oħra ma jimpurtax.", "Fuq id-Denim jiena wkoll bħal kulħadd, tagħfasni qalbi.", "Tagħfasni qalbi nara dan in-numru ta' ħaddiema jispiċċaw fejn spiċċaw u tagħfasni qalbi għax jiena ma' dawn it-tip ta' nies trabbejt u ħdimt.", "Jiena f'din it-tip ta' universita' tgħallimt.", "Jiena f'dawn il-fabbriki mxejt.", "Din hi r-realta'.", "L-Onor.", "Leo Brincat kien jaħdem fl-istess ambjent li kont naħdem jiena.", "Jiena nifhimhom lil dawn in-nies, pero' jiena ngħid li dak li qed jiġri d-Denim illum irridu nħarsu lejh għax hija kundanna għas-sistema li għandna f'pajjiżna.", "Hi kundanna għat-tip ta' żewġ klassijiet ta' ħaddiema li għandna fil-pajjiż, hija kundanna għat-tip ta' żewġ statuti, kostituzzjonijiet tad-drittijiet li għandhom il-ħaddiema fis-settur pubbliku u l-ħaddiema fis-settur privat.", "Qishom dawn mhux ċittadini ta' l- istess pajjiż.", "Illum naraw nies bħal tad-Denim u bħalhom għandna eluf ta' nies jaħdmu f'pajjiżna li jikkontribwixxu għall-pajjiż, li jaħdmu għal kull lira li jaqilgħu, pero' meta jiġri xi ħaġa ħażina, isibu x-xafra ma' rashom.", "Mill- banda l-oħra għandna n-nies tas-settur pubbliku li jaħdmu b'etika ta' xogħol ħafna inferjuri minn dawn in-nies.", "Issa meta qed ngħid hekk qed nitkellem b'mod ġenerali, imma hekk hi r-realta'.", "Meta tieħu l-average hekk huma l-affarijiet.", "Dawn it-tip ta' impjegati aktar jieħdu milli jagħtu lill- ekonomija f'pajjiżna, Sur President.", "Pero' minkejja dan, dawn għandhom il- garanziji.", "Għal dawn l-impjegati tas-settur pubbliku m'hemmx profit motives u m'hemmx swieq li jistgħu jitilgħu u jinżlu.", "Jiena ilni ngħidhom u ilni niktibhom fil-budgets dawn l-affarijiet.", "Dan mhux qed ngħidu llum l-ewwel darba.", "Dan huwa miktub fil-budgets li kont nikteb jiena.", "Ma jistax ikun inkomplu għaddejjin b'din l-inġustizzja f'pajjiżna fejn għandna żewġ klassijiet ta' ħaddiema bi drittijiet differenti.", "Għandu jkollna l-istess klassi f'dan il-pajjiż.", "Għandu jkollna l-istess drittijiet f'dan il-pajjiż u għandu jkollna l-istess umbrella ta' protezzjoni.", "Issa meta ngħid protezzjoni jiena mhux qed nirreferi għall-garanzija tax- xogħol li hemm fis-settur pubbliku, pero' għall-garanzija ta' protezzjoni meta l-affarijiet imorru ħażin.", "Jiena kont nitkellem, għadni nitkellem u se nibqa' nitkellem fuq il-patt soċjali, u dawn huma l-affarijiet li jiena rrid nara f'patt soċjali.", "Dawn irrid nara mhux iż-żefżifiet li nagħmlu.", "Dawn huma s-safety nets li jrid ikun hemm għall-ħaddiema.", "L-ewwelnett nixtieq nara l-flessibilta' tal-ħaddiema biex siegħa xogħol tkun imħallsa aktar imma tipproduċi aktar.", "Nixtieq nara li parti mill-profitti li jkunu qed isiru, jkunu investiti mill-kumpanniji f'safety net għall-ħaddiema meta l-affarijiet imorru ħażin, biex almenu jkun hemm breathing space ta' transizzjoni biex l-affarijiet ikunu għaddejjin tajjeb.", "Dan hu li jiena nawgura lill-pajjiż.", "Dan minflok noqogħdu nitkellmu f'talking shops, bħalma qal l-Onor.", "Gatt, fuq affarijiet ta' x'jaqbilli u x'nista' nbigħ u kif se nidher sabiħ biex jerġgħu jeleġġuni l-membri tiegħi Sur President.", "Dan qed ngħidu għax mhux il-politiċi biss għandhom l-elezzjonijiet, imma hemm ħafna nies oħra li jiġu eletti permezz ta' l-elezzjonijiet, u dawn ħsiebhom biss ikun biex jerġgħu jkunu eletti fil-postijiet li jkunu.", "Minflok nagħmlu hekk għandna bżonn nidħlu daħla fina nfusna u naraw kif se nibdlu r-regoli ta' dan il-pajjiż biex verament nibdew mexjin 'il quddiem.", "Grazzi.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Sur President, bħala ministru jiena responsabbli għal ħames oqsma li tlieta minnhom issemmew u tnejn minnhom ma ssemmewx.", "Jiena ilna responsabbli mis-sena 2000 għat-teknoloġija ta' l-informazzjoni.", "Minn Mejju ta' l-2003 ingħatajt ir-responsabbilita għall-investimenti tal-gvern u minn Lulju ta' l-2004 ingħatajt ir-responsabilita' għall-promozzjoni ta' l-investiment u għall-proċess tal-privatizzazzjoni.", "Dwar dawn ma ssemma xejn illum ħlief il-proċess tal-privatizzazzjoni.", "Barra minn hekk minn April ta' l-2004, jiena nħtart ukoll chairman tal-kumitat tal-kabinett responsabbli mill-proġetti nazzjonali li wkoll ma ssemma xejn dwarhom hawnhekk illum.", "Jiena għandi wkoll responsabbilta' għal 60 kumpannija, parti huma holding companies u parti huma sussidjarji.", "Fi 13 minnhom għandna interess minoritarju bħala gvern u f'47 għandna interess maġġoritarju.", "B'kollox għandi aktar minn 250 direttur u chairperson f'dawn il-kumpanniji kollha.", "Jiġifieri naħseb li wieħed m'għandux għalfejn jistagħġeb wisq għax xi kultant jirreżenja xi ħadd minnhom jew ikolli xi ngħid ma' xi wieħed minnhom.", "Jekk taqbad it-turnover tal-kumpanniji kollha ssib li fil- ministeru tiegħi hemm turnover ta' aktar minn Lm 350 miljun fis-sena u bejniethom dawn il-kumpanniji jirċievu sussidji tal-gvern li jammontaw għal Lm 25 miljun fis-sena.", "Qed insemmi s-sussidji b'mod partikolari għaliex parti kbira mix-xogħol politiku tiegħi huwa kif dan is-sussidju jkompli jonqos sena wara l-oħra.", "B'kollox il-ministeru tiegħi hu responsabbli għal 9,800 impjegat u bejn wieħed u ieħor il-kumpanniji bejniethom iħallsu aktar minn Lm 87 miljun lira f'pagi.", "Qed ngħid hekk għax f'din is-siegħa u kwart li għandi għad-disposizzjoni tiegħi, barra li nirrispondi għall-kritika ta' l-oppożizzjoni nixtieq ukoll, issa li qegħdin bejn wieħed u ieħor nofs triq f'din il-leġislatura, nagħti rendikont ta' x'wettaqna f'dan l-ewwel nofs tal-leġislatura.", "Hawn irrid ngħid mill-ewwel li fl-opinjoni tiegħi, saret kritika b'mod ġust kemm min-naħa ta' l-Onor.", "Mizzi kif ukoll mill-Onor.", "Brincat, pero' mbagħad, l-Onor.", "Cuschieri, bħas-soltu deherlu li għandu jippersonalizza kollox u attakka personalment nies li m'humiex f'dan il-parlament.", "Wasal ukoll biex reġa' semmgħalna l-frażi li ilna ma nisimgħu f'dan il-parlament li ż-żmien tal-kontijiet għad jasal u min hemm illum irid iħallas.", "Kont ili ma nisma' politiku jgħidha din.", "Forsi l-aħħar li smajtha kien meta l-partit Laburista kien fil-gvern fit-tmenijiet, pero' l-Onor.", "Cuschieri, being l- Onor. Cuschieri, reġa uża din il-frażi u wriena verament x'tip ta' politiku hu.", "Nixtieq issa ngħid xi ħaġa dwar ir-ristrutturazzjoni ta' ħafna mill- kumpanniji li għandu l-gvern.", "Kif jaf kulħadd, jiena għaddejt ħafna ħin nindirizza kumpanniji li kellhom il-problemi.", "M'inix se noqgħod nidħol fir-raġuni għaliex kienu qed jaffaċċjaw il-problemi.", "Parti jista' jkun tort tal-gvern, parti jista' jkun tort tal-management, parti tort ta' affarijiet kummerċjali li jiġru fid- dinja u parti oħra tort ta' pressjonijiet ta' dinja li qed tinbidel.", "Jiena m'iniex se nidħol f'dak l-argument, għax fl-opinjoni tiegħi l-argument għandu jkun: Kellna suċċess fir-ristrutturazzjonijiet li għamilna jew le?", "U dan huwa li jiena se nipprova nindirizza.", "Min jafni biżżejjed jaf li jiena għal din id-domanda se nirrispondi li f'parti minnhom kellna suċċess, f'oħrajn kellna suċċess anqas u f'oħrajn fallejna.", "Din hi r-realta' u jekk dan ma nirrikonoxxuhx aħna stess u nibqgħu naħsbu bħall-Onor.", "Cuschieri li jekk inti Laburist, allura bilfors kollox tajjeb u jekk inti Nazzjonalist kollox ħażin, allura m'aħniex se nimxu.", "Jiena nirrifjuta li ngħid li fis-sena 2005 għandna bżonn politiċi bħal dawn f'dan il-parlament.", "Dan il-parlament għandu bżonn politiċi li huma realistiċi.", "Din hija r-realta'.", "Nafu li l-affarijiet kultant imorru tajjeb u kultant imorru ħażin.", "Speċjalment fil-politika ma jiddependix biss mill- politiċi imma jiddependi ħafna mill-burokrati li jkollok taħtek.", "Kultant ikollok l-intenzjonijiet tajbin u jkollok pjani tajbin li jmorru ħażin minħabba l-burokrati u kultant ikollok affarijiet u ideat ħżiena li jġibuhomlok tajba l-burokrati.", "Jiena naħseb li l-assolutiżmi fil-politika ma jeżistux, bħalma wara kollox ma jeżistux fil-ħajja.", "Meta jiena nindirizza l-problema tar-ristrutturazzjoni, nitlaq mill-premessa li tlaqna b'ċerti ideat, uħud minnhom waslu, uħud minnhom għad baqgħalna x'naqdfu ħafna biex jaslu.", "Sur President, jiena nixtieq nibda bl-Air Malta, pero' qabel ma nirrispondi lill-Onor.", "Cuschieri, nixtieq ngħid x'inhuwa bottomline ta' din il-kumpannija.", "Fis-sena finanzjarja 2002/3, l-Air Malta kellha operating loss ta' Lm 9 miljun u fl-aħħar sena finanzjarja dawk niżlu għal Lm 3 miljun.", "Dan minkejja li l-Air Malta kellha żieda fil-prezz taż-żejt ta' Lm 4 miljun.", "Mela hawnhekk naħseb li mexjin fil-linja t-tajba.", "Issa meta tara l- accounts, l-operating loss huwa l-aktar importanti, għax l-exceptional items jiġu u jmorru u tagħmel financing għalihom.", "Din darba kitibha Lino Spiteri f'wieħed mill-artikli tiegħu, li meta taqra l-accounts insihom l- exceptional items, għax il-qalba ta' l-accounts huwa l-operating loss.", "Biex tara jekk il-business huwiex sejjer sew jew le, huwa l-operating loss li trid tara, u minn dan jidher li ninsabu mexjin fil-linja t-tajba.", "Mexjin fil-linja t-tajba wkoll għax permezz tal-patt ażjendali li għamilna mal- unions kollha, iffrankajna lill-Air Malta Lm 2.5 miljun f'sena u nofs.", "Naqqasna l-overtime bin-nofs u ffrankajna nofs miljun lira milli konna nonfqu fl-outstations biss.", "Dan mhux biżżejjed, għax il-mira hija li sa l- 2007 irridu nżidu s-savings li nagħmlu b'Lm 1.5 miljun.", "Dan kollu qed nagħmluh għaliex ir-riforma li aħna nagħmlu fl-Air Malta m'hijiex dik li joqgħod jilgħab biha l-Onor.", "Cuschieri.", "L-Onor.", "Cuschieri semma hawnhekk lit-tuptup, lil Joe Tabone u lil Ernst Funk u kemm jaqla' dan.", "Taf x'ma semmiex?", "Ma semmiex li l-MEP tagħhom kien jaqla' Lm 60,000 fis-sena, din ma semmihiex.", "Ma semmiex li l-MEP tagħhom, meta kien chairman, kien jonfoq fuq il-credit card tal-kumpannija ma' l-Lm 20,000 fis-sena.", "Ma jgħidx li meta ċ-chairman, li llum hu l-MEP tagħhom, kien imur Ruma dan kien isib il-limousine tiġri warajh u jmur ukoll bil- familja tiegħu.", "Issa jiena ma rridx noqgħod naħli l-ħin tal-parlament biex noqogħdu nitgħajru b'dan il-mod, għax dan m'għandux x'jaqsam mal-futur ta' l-Air Malta.", "Il-futur ta' l-Air Malta kien jiġi kkonsidrat kieku l-Onor.", "Cuschieri ġie jistaqsini x'se nagħmlu bir-revenue management system.", "Dan qed ngħidu għax aħna l-unika airline fid-dinja li lanqas kellha revenue management system.", "Naħseb li l-Onor.", "Cuschieri lanqas jaf x'inhi revenue management system u jiena nisfidah jiġi hawn u jgħidli xi tfisser revenue management system u kif taffettwa is-seat-load factor.", "Jiena naħseb li lanqas dwar x'inhu s- seat-load factor m'għandu idea!", "(Interruzzjonijiet) Issa jmur jistaqsi lil xi ħadd biex jiġi jgħidli!", "Airline mingħajr revenue management system taf x'jiġrilha?", "Jiġrilha dak li ġralna f'dan is-sajf meta l-British Airways u l- kompetituri l-oħra tagħna minn Londra tefgħu kemm Alla ħalaq seats fuq ir- rotta u aħna ma kellniex l-informazzjoni mir-revenue management system, għax kienet għadha dieħla biex aħna nċaqilqu l-prezzijiet tagħna.", "Dik hija r-revenue management system pero' l-Onor.", "Cuschieri jiġi hawnhekk jikkritika għax daħħalna revenue management system flok noqogħdu naħdmu bit- tickets bl-idejn.", "Qal ukoll li fuq l-internet aħna biss irridu nibbukkjaw it-ticket minn ħamest ijiem qabel.", "Dażgur li dan m'għandux ikun, pero' jiena naħseb li l- informaturi tiegħu huma minn dawk l-antiki li lanqas jafu x'jiġifieri computer.", "Dan qed ngħidu għax messu jaf li ilna li ħriġna tender biex naqilbu kollox rigward l-IT tagħna.", "Issa nispera li ma jiġix igorr meta jkollna internet system tajba daqs ta' kulħadd, fejn tista' tibbukkja u tagħmel l-e-check-in.", "Qed ngħid hekk għax permezz ta' din is-sistema se jkollna n-nies żejda.", "Lil dawn mhux se nkeċċuhom imma se nċaqalqu nies minħabba din ir-raġuni.", "Issa ma jiġix igorr u jiġi jgħidli li dawn saru bl- għażliet politiċi.", "Fi żmienkom saru l-għażliet politiċi u hawnhekk mhux se noqgħod ngħid kemm intrebħu kawżi dwar dan.", "Qabel l-Onor.", "Cuschieri jiġi jitkaża dwar min sar chief officer, aħjar jara min applika għal chief officer.", "Għaliex ma jarax li min kien hemm qabel kulħadd jew ħafna minnhom ħatfu l-flus u telqu 'l hemm!", "Għaliex ma jgħidx dan kollu!", "Jew inkella jiġi jgħid fuq il-Lufthansa Technik.", "X'jiġifieri?", "Jiġifieri f'dan il-każ l-Onor.", "Cuschieri qed jikkritikana u qed jgħid li missna nidħlu f'affarijiet li m'humiex il-core business tagħna, pero' meta dħalna fil-core business ta' l-Azzurra hemmhekk ikkritikana xorta waħda.", "Dan ikkritikana għax marret ħażin.", "Allura jekk il-Lufthansa Technik tmur ħażin x'jiġri?", "X'jiġri jekk jiġu tar-Ryanair, li jridu jagħmlu bażi teknika hawn Malta u Lufthansa Technik tagħlaq?", "Allura dak f'daqqa waħda jsir ħażin?", "Lufthansa Technik hi kumpannija tajba.", "Aħna għandna s-shareholding tagħna u m'għandna ebda intenzjoni li nżiduh għaliex dak m'huwiex il-core business tagħna.", "Iva, dik hi d-deċiżjoni.", "Ara ma jmurx jgħid ukoll, per eżempju, li d-deċiżjoni li l-Azzurair taqleb minn Swiss Air għal ma' l-Alitalia, li kienet id-deċiżjoni li eventwalment falliet lill-kumpannija, ħadha Joe Tabone!", "Dik id-deċiżjoni kien ħadha ċ- chairman li llum huwa l-MEP Laburista.", "Mhux Joe Tabone ħadha dik id- deċiżjoni u kien minn hemm li l-Azzurair bdiet sejra ħażin.", "Jiena xorta ma nikkritikax la d-deċiżjoni strateġika ta' l-Azzurrair u wisq anqas id- deċiżjoni strateġika ta' l-ajruplani pero' dak m'huwiex l-argument.", "L- argument hu sempliċi.", "Jekk hawnhekk nibqgħu nużaw dak li hu essenzjalment kummerċjali bħala ballun politiku, allura verament wasal iż-żmien li l- gvern joħroġ minn kollox li huwa kummerċjali.", "Jekk l-Onor.", "Cuschieri sar xi Donald Trump ta' Malta u se nħallu f'idejh biex jieħu d-deċiżjonijiet kummerċjali u jagħmel second-guessing ta' l-aħjar nies li kapaċi joħduhom, allura verament dan il-pajjiż waqa' fl-aktar pożizzjoni baxxa li jista'.", "It-tieni kumpannija li xtaqt insemmi, Sur President, hija l-PBS.", "Hawn ukoll finanzjarjament definittivament mexjin 'il quddiem.", "Irrid infakkar li sa Settembru ta' l-2003, li hija l-għeluq tas-sena finanzjarja, il-PBS, bejn sussidju dirett u telf, kienet tieħu Lm 2.3 miljuni fis-sena.", "F'Settembru 2005, jiġifieri meta għalaqna din is-sena finanzjarja, il-PBS se tkun ħadet Lm0.5 miljun bis-sussidju, u għamlet telf minimu ta' bejn Lm 30, 000 u Lm 40,000.", "Dan ifisser li ffrankajna Lm 1.8 miljun għall-Kaxxa ta' Malta u dan għamilnih waqt li żammejna, jekk mhux żidna wkoll, l-udjenzi kollha skond kull survey.", "Din bħall-politika.", "Ngħidu x'ngħidu dwar kemm aħna tajbin, kull ħames snin jiġġudika l-poplu jekk aħniex tajbin jew le.", "Fil-PBS huma s- surveys li jgħidu min qed jarak li jiddeterminaw dan, u jiena nippreferi noqgħod fuq is-surveys milli noqgħod fuq il-kritiċi.", "Sur President, irrid ngħid ukoll li t-tarzna fl-2003 ħadet Lm23 miljun f'sussidji diretti mill-gvern u din is-sena se tkun ħadet Lm 9 miljun sussidji.", "Dan hu improvement ta' Lm 14 miljun.", "M'aħniex out of the woods kif jgħidu l-Ingliżi, għax għadna qegħdin niffaċċjaw il-problemi, pero' ta' min igħid li sar ħafna din is-sena.", "Biss biss għandna order book mimli sa Jannar jew Frar pero' għad baqa' xi jsir u dwar dan nitkellem aktar 'il quddiem.", "Hemm ukoll il-water services corporation, li fl-opinjoni tiegħi hija waħda mis-success stories li għandna fil-livell ta' korporazzjonijiet.", "Fl- 2002/3 din kienet tieħu sussidju ta' Lm 10 miljun.", "Fl-estimi li qed nippreżentaw din is-sena, jiġifieri għal din is-sena li tagħlaq is-sena d- dieħla 2005/6, niżżilnih għal Lm 4.8 miljun.", "Dan hu improvement għall-Kaxxa ta' Malta ta' Lm 5.2 miljun.", "Bit-team tal-management kollu li hemm u bil- ħaddiema kollha li hemm mill-kbir sas-żgħir, naħseb li din hija waħda mill- korporazzjonijiet li uriet kif korporazzjoni tal-gvern tista' wkoll tkun effiċjenti jekk mhux aktar, għallinqas daqs il-privat.", "Din hija korporazzjoni li taf timmaniġġja l-flus tagħha kemm rikorrenti kif ukoll kapitali.", "Fil-Gozo Channel ukoll qegħdin naraw titjib sostanzjali f'dawk li huma finanzi.", "F'din il-kumpannija fis-sena 2002/2003 għamilna operating loss ta' Lm 1 miljun.", "Din is-sena ingħalqet b'operating profit minimu ta' circa Lm0.4 miljun, li huwa differenza pożittiva ta' Lm1.5 miljun.", "Irrid ngħid li fl-aħħar sena żidna t-trips li jaħdmu l-vapuri.", "Għall-ewwel darba hemm schedule trip bil-lejl mit-Tnejn sal-Ħadd li qatt ma kien jeżisti qabel.", "Irrid ngħid li kien hemm ukoll żieda fin-nollijiet biex jagħmel tajjeb għall-ispejjeż żejda li għandha l-Gozo Channel.", "Żdiedet fl-opinjoni tiegħi l-effiċjenza wkoll, u n-numru ta' passiġġieri ċċaqlaq marġinalment.", "Fuq sena naqsu madwar 40,000 passiġġier li huwa aktar pero' mas-sena preċedenti.", "Is-sena preċedenti fejn naqsu elfejn.", "Jekk tikkompara l- financial year 2005 ma' dik ta' l-2004 naqsu 40,000 passiġġier, u jekk tikkompara l-2005 ma' l-2003, allura żdiedu l-passiġġieri.", "Irridu nifhmu wkoll – u nispera li almenu hawn nies f'din il-Kamra li m'humiex bħall-Onor.", "Cuschieri - li waqt li l-Gozo Channel għandha effett fuq in-numru ta' nies li jmorru Għawdex, mhux hi biss tiddetermina x'jiġri u kemm imorru nies Għawdex.", "In-nies li użaw is-servizz mhux fis-sajf naqsu imma fix-xitwa.", "Hemm żewġ xhur partikolari, Frar u f'Mejju meta naqsu l- passiġġieri mill-Gozo Channel.", "Il-bqija kull xahar żdiedu, u dan ifisser li n-nuqqas m'huwiex marbut mal-fares.", "L-ammont ta' nies li naqsu mill-Gozo Channel naqsu f'xahrejn partikolari, fi Frar u f'Mejju, u allura hemm raġunijiet li jmorru 'l hemm min-nollijiet.", "Jiena qed ngħidha biss għall- operaturi kollha, biex ma jilludux ruħhom li jekk tnaqqas in-noll bilfors iġġib in-nies.", "Sur President, fl-opinjoni tiegħi, anke fit-Tug Malta kellna suċċess.", "L- operating loss fis-sena 2003/2004 ta' Lm 22,000 illum iddawar f'operating profit ta' madwar Lm0.5 miljun.", "Rigward is-Sea Malta naħseb li m'għandix għalfejn noqgħod insemmi l-kwestjonijiet kollha tal-privatizzazzjoni.", "Dawn huma reċenti biżżejjed biex nista' niġi eżentat milli noqgħod nitkellem fuqhom, pero' tajjeb li nerġa' nfakkar li l-privatizzazzjoni tas-Sea Malta ffrankat lill-gvern exposure finanzjarju ta' bejn Lm 3 u Lm 4 miljuni.", "Kieku s-Sea Malta ma ġietx ipprivatizzata, il-gvern kien ikollu jkopri d- djun li għandha s-Sea Malta u kien ikollu joħroġ bejn Lm3 u Lm 4 miljun.", "Sur President, jiena ma qgħadtx nipprova nagħti interpretazzjonijiet.", "Dawn li semmejt huma kollha fatti, joħorġu mill-kontijiet tal-kumpanniji u huma kollha verifikabbli.", "B'kollox bejn l-2004 u l-2006 se nkunu ffrankajna lill- Kaxxa ta' Malta bejn wieħed u ieħor Lm22 miljun.", "Dak huwa xogħol il- ministeru tiegħi.", "Ovvjament, meta aħna ffrankajna dawn il-flus, iffrankajnihom ħafna drabi f'atmosfera politika sħuna u qalb ħafna kontroversji, f'atmosfera fejn ħafna drabi l-ħaddiema kienu ostili, kontra dak li ġara fl-Air Malta fejn ma kinux ostili anzi kienu koperattivi ħafna.", "Hawn irridu nirrealizzaw li dawn il-flus iffrankajnihom mhux biex taru mar-riħ, imma kien mezz essenzjali kif naqas id-deficit u t-tieni, il- gvern kellu aktar flus available biex verament jonfoq f'oqsma importanti bħalma huwa l-qasam soċjali, l-qasam ambjentali u l-qasam ta' l- edukazzjoni.", "Parti prinċipali mill-filosofija ta' dan il-gvern hija proprju li s-sussidji m'għandniex indaħħluhom fil-kummerċ, anżi l-kummerċ m'għandux jiġi sussidjat biex is-sussidji veri jmorru għand min verament għandu bżonn.", "Jiena nsostni b'dawn in-numri li l-kumpannji li jiena responsabbli għalihom ħadmu bis-sħiħ biex din il-filosofija nħaddmuha.", "Il-valur jagħmlu l-istock exchange, Sur President.", "F'Diċembru ta' l-2003, il-prezz tax-share tal-Maltacom kien Lm1.05, il- bieraħ kien Lm1.76.", "Dan ifisser li t-taħwid kollu li qed jagħmlu d- diretturi fil-Maltacom żied il-valur ta' kull sehem b'71c!", "Ma naħsibx li dan huwa riżultat ħażin, kif ma naħsibx li huwa riżultat ħażin dak li għamilna fl-MIA fejn f'Diċembru ta' l-2003 l-ishma kienu valutati 70c u llum huma valutati Lm1.60.", "Hemm ħafna affarijiet oħra x'nagħmlu.", "Jien per eżempju m'iniex kuntent b'dak li qed jiġri fil-Maltapost.", "M'iniex kuntent, mhux tant bl-amministrazzjoni tal-lum, imma għaliex m'aħniex attrezzati biżżejjed biex inkunu nistgħu nħarsu lejn il-futur.", "Il-futur hija posta mingħajr ittri, togħġobna jew ma togħġobniex.", "U rridu nibdew nitkellmu fuq dan għax kif qal l-Onor.", "Dalli qabli, ir-realta' ma tistax taħrabha.", "Imma issa ħalli ngħid xi ħaġa dwar l-Enemalta għax jiena l-ewwel wieħed li ngħid li f'dan il-każ għadna lura sew, Sur President .", "Jiena darba kellimni l-Onor.", "Brincat, fiż-żmien meta hu kien responsabbli minn din il-korporazzjoni u jiena kont stqarrejt miegħu – ma ngħidx x'qalli hu – li t-tarzna hija aktar faċli biex tiħħandilja milli l-Enemalta.", "Din hija l-verita'!", "Illum l-Enemalta hija l-akbar korporazzjoni mil-lat ta' nies, l-akbar korporazzjoni mil-lat li tonfoq il-flus u l-aktar korporazzjoni li għad baqgħalha xogħol xi jsir kemm f'ristrutturazzjoni kif ukoll f'organizzazzjoni.", "M'huwiex minnu dak li jgħid il-kap ta' l- oppożizzjoni li aħna ma rristrutturajnihiex.", "Dażgur li għamilna ristrutturar.", "Kulma sar f'dawk is-sentejn meta kien prim ministru hu li jimpjegaw CEO fejn qabel kellhom executive chairman.", "Jien ma naqbel assolutament xejn ma dan.", "Wara wkoll, fiż-żmien meta Prof. Bonnici kien ministru, kien hemm executive chairman.", "Jien ma naqbel assolutament xejn ma' dan u waħda mill-ewwel ordnijiet li tajt meta sirt responsabbli minn dan il-qasam kienet li m'għandux ikun hemm executive chairman.", "U domna biex sibna CEO u għandna l- problemi wkoll, pero' llum almenu nistgħu ngħidu li għall-ewwel darba għandna top management structure u għandna middle management structure li għad irid jiġi raffinat.", "Irrid ngħid ukoll li fl-aħħar, wara ħafna xogħol, bdejna d-diskussjonijiet mal-union biex nibdew inbiddlu l-work practices li huma essenzjali ħafna.", "Jekk ma nbiddlux il-work practices m'aħniex se nirristrutturaw l-Enemalta.", "It-tibdil tal-work practices u t-tibdil tal- collective agreement, li d-diskussjonijiet dwarhom iridu jibdew sa l-aħħar tas-sena, huma essenzjali u huma ċ-ċavetta, għaliex tant hemm tradizzjonijiet, tant hemm side agreements, tant hemm side letters li m'humiex eżistenti fil-collective agreement u tant hemm collective agreement li huwa mxaqleb favur il-ħaddiema li l-management illum m'għandux saħħa biex jaħdem!", "U jekk mhux se nkissru din, allura l-Enemalta qatt m'hi se ssir effiċjenti.", "Sur President, meta nitkellem jiena ma noqgħodx indur mal-kantunieri u hawn irrid ngħid li ma nistgħux nitkellmu fuq effiċjenza fl-Enemalta jekk m'aħniex lesti li nbiddlu l-metodi tax-xogħol, u għalhekk fadlilna ħafna biex naslu.", "Bdejna, imma baqgħalna ħafna.", "Ma rridx ngħid li m'għamilna xejn.", "Per eżempju din is-sena mill-accounts li se nkun qiegħed nippreżenta l-ġimgħa d-dieħla jirriżulta li l-ispejjeż fuq il-ġenerazzjoni ta' l- elettriku naqsu b'Lm1.3 miljun.", "Jirriżulta li fit-taqsima tal-human resources fuq is-sena l-oħra ffrankajna Lm250,000.", "Jirriżulta wkoll li l- isforzi li għamilna biex niġbru l-kontijiet l-antiki kellu suċċess kbir għaliex naqqasna sostanzjalment l-uncollected bills.", "Barra minn hekk, barra li żidna l-cash flow iffrankajna mal-Lm250,000 f'interessi li konna nħallsu.", "Naqqasna l-interessi fuq il-loans tagħna minħabba l-credit rating tajjeb li ġibna s-sena l-oħra b'Lm1.7 miljun fis-sena.", "Illum Standard & Poor għadhom kemm għalqu l-credit rating check ta' l-Enemalta u bi pjaċir inħabbar li dawn reġgħu kkonfermaw l-istess rating li kellna s-sena l-oħra, li jfisser li s-savings li għamilna fuq il-loans li għandna ta' Lm1.7 miljun se nerġgħu neħduh is-sena d-dieħla.", "Hawn irrid ngħid li dawn ir-ratings inżommuhom biss jekk inkunu kapaċi niffinanzjaw l-Enemalta b'mod li jagħmel sens fiskali u finanzjarju.", "U rrid ngħid li dan ir-rating ingħata in full view tat-tibdil kollu li sar fuq is-surcharge, inkluż li l-Enemalta se tieħu l-loan hi ta' Lm20 miljun biex tiffinanzja parti mis-surcharge.", "Minkejja dan li qed ngħid, jonqos ħafna u ħafna xi jsir aktar fl-Enemalta.", "Jonqos li jsir, pero' fost l-affarijiet li saru ta' min wieħed isemmi li l- Enemalta, f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-ambjent, għamlet pass importanti ħafna.", "Qed nirreferi għad-deċiżjoni li ttieħdet minn dan il-gvern li jaqleb minn high sulphur fuel oil għal low sulphur oil li kienet l-aktar deċiżjoni importanti ambjentali li ttieħdet fl-aħħar snin f'dan il-pajjiż.", "Din id- deċiżjoni ma tteħditx leġġerment, għaliex fiha hemm implikazzjonjiet finanzjarji kbar.", "Jiena nsemmi ħaġa waħda biss.", "F'dawn l-aħħar tliet xhur id-differenza bejn il-prezz tal-high sulphur kontra l-prezz tal-low sulphur kienet ta' madwar $42 kull tunnellata.", "Aħna qegħdin inħallsu $42 kull tunnellata aktar għaliex nixtru l-low sulphur.", "Din tagħmel differenza ta' bejn wieħed u ieħor Lm9 miljuni fis-sena lil Enemalta.", "Hawnhekk aħna nitkellmu fuq wind energy u solar heating li kollha huma tajbin u rridu nsostnuhom f'dan il-budget.", "J'Alla jkollna l-flus biex insostnu aktar dawn it-tip ta' inizjattivi.", "Jiena ngħid li aktar ma naqtgħu mis-sussidji li l- gvern jagħti lill-entitajiet kummerċjali aktar inkunu nistgħu nagħtu sussidji għal dan il-għan, pero' mbagħad wieħed ma jridx jinsa li l-akbar kontribut favur l-ambjent qiegħda tagħmlu l-Enemalta li qed toħroġ Lm9 miljun biex ma tkomplix taħraq il-high sulphur.", "Sur President, kontribut ieħor rigward l-ambjent kienet id-deċiżjoni li ma nkomplux bl-impjant ta' Birżebbuġa.", "Inizjalment aħna konna ħadna deċiżjoni li minflok Birżebbuġa mmorru f'Ħal Saptan.", "Minħabba f'hekk kellna diversi protesti u jiena deherli li għandi nidħol ftit ħalli nara x'inhi r-raġuni għal dawn il-protesti.", "Tkellimna wkoll mal-kunsilli lokali tal-post, u jiena qabbadt lill-Enemalta biex jaraw jekk jistgħux isibu metodu differenti kif jistgħu jagħmlu l-iżvilupp jew inkella jekk hemmx xi siti alternattivi.", "Illum nista' ngħid li wara ħafna riċerka u studji, l- Enemalta ddeċidiet li tirriloka t-tankijiet tal-petrol għal Kordin u mhux għal Ħas-Saptan.", "Għal dan il-għan se nagħmlu applikazzjoni mal-MEPA biex l- impjanti li diġa' għandna eżistenti f'Kordin, fejn hemm żewġ tankijiet li m'humiex qed jintużaw, jitkissru u flokhom jiġu rilokati t-tankijiet il- kbar filwaqt li jitkabbru wkoll il-pumping stations li għandna taħt Kordin fuq in-naħa ta' fejn hemm il-port, u hemmhekk jibda jintuża bħala l-post minn fejn jitqassam id-diesel u l-petrol lil min jiġi jixtri.", "B'dan il-mod mhux biss se nkunu solvejna l-problema għan-nies ta' Birżebbuġa imma se nkunu solvejna l-problema għan-nies tal-Gudja u Ħal Għaxaq ukoll.", "Irrid ngħid ukoll li b'dan il-ħsieb għadna qegħdin niġru wara l-permess biex immorru mill-Qajjenza għal Bengħajsa.", "F'dan ir-rigward ukoll hemm ħafna problemi, speċjalment minħabba oġġezzjonijiet li saru fuq l-applikazzjoni tagħna, pero' aħna bħala Enemalta rridu nifhmu l-problemi ambjentali li l-impjant tal-gass jikkrea fil-Qajjenza u beħsibna nkomplu x- xogħol tagħna biex immorru f'Bengħajsa.", "Bħala Enemalta aħna nibqgħu nsostnu kemm il-proġetti għas-solar water heaters, u iktar u iktar l-inċentivi għall-PVC.", "L-Enemalta m'għandha l- ebda problema biex tinċentiva naħa jew oħra u li tgħin b'inċentivi għal dawn iż-żewġ sistemi pero' rridu nifhmu wkoll li m'huwiex il-kompitu primarju ta' l-Enemalta li toħroġ l-inċentivi.", "Huwa kompitu primarju tal- MRA jew tal-gvern li jkollu flus biżżejjed biex hu jagħmel is-sussidju neċċessarju.", "U hawn irridu nifhmu li l-flus biex jingħataw is-sussidji neċċessarji għal dawn is-sistemi jiġu billi nnaqqsu jew inneħħu darba għal dejjem is-sussidji fuq affarijiet kummerċjali li ma jagħmlux sens.", "Aħna ma nistgħux nikkreaw il-flus mill-arja imma nikkreaw il-flus billi niffrankawhom minn sussidji li qed isiru u li m'għandhomx isiru.", "Sur President, kif stennejna, dan kien budget fejn tkellimna ħafna fuq il- prezz taż-żejt.", "Jiena m'inix beħsiebni nidħol f'ħafna dettalji għaliex minn hawn u ftit ieħor se jkollna ċans nitkellmu fuq dan fid-dibattitu fuq l- Enemalta li se jkun fuq jumejn, pero' ma nistax ma nirrispondix għal ħafna misconceptions li jibqgħu jiġu ripetuti.", "Dawn jirrepetuhom barra u jiktbuhom, imma f'dan il-parlament nixtieq li ma jibqgħux jiġu ripetuti.", "Meta jsemmi l-prezz taż-żejt wieħed irid jinsa darba għal dejjem il-prezz tal-crude oil.", "L-Enemalta ma tixtrix crude oil imma tixtri fuel oil.", "Hawnhekk ma nistax ma ngħaddix rimarka lill-Onor.", "Mizzi li sikwit isemmi l- crude oil.", "Jiena ppubblikajt tabella li turi li l-prezz taż-żejt kien Lm59 it- tunnellata f'Diċembru ta' l-2004 u f'Settembru li għadda sar Lm117 it- tunnellata.", "Dawn huma ċifri ppublikati u verifikabbli fuq l-internet.", "Aktar minn irdoppja!", "Dawn huma numru li l-Onor.", "Mizzi jista' jivverifika.", "M'iniex qiegħed nipprova nbellagħhomlu jien.", "Għaldaqstant, m'għandhom x'jaqsmu xejn il-gas turbines, ir-renewables u l-ineffiċjenzi.", "Id- differenza hija bejn dak li ntefaq sa Settembru ta' din is-sena, meta għalqet is-sena finanzjarja, u dak li qed nistennew li se jintefaq is-sena d-dieħla.", "Kieku l-Enemalta ilha għal dawn l-aħħar 20 sena tagħmel profitt ta' Lm1 miljun fis-sena – issa l-Enemalta m'għandhiex riservi għax ebda gvern qatt ma ħalliha tagħmel ir-riservi, anke meta kienet tagħmel il-flus il-gvern kien jeħodhomlha - dan is-surcharge kien irid isir, għaliex id- differenza m'hijiex il-profittabilita' l-antika, imma d-differenza hi li din is-sena se nonfqu Lm50 miljun iktar biex nixtru l-istess ammont ta' żejt u niġġeneraw l-istess ammont ta' elettriku!", "Dan qisu xtrajt fridge li qamitli Lm10, ġara xi ħaġa u x-xahar ta' wara dik il-fridge saret tqum Lm100.", "Dan huwa l-eżempju, xejn aktar u xejn anqas.", "La għandhom x'jaqsmu l- alternatives, la għandhom x'jaqsmu r-renewables u lanqas għandu x'jaqsam kemm hi effiċjenti jew m'hijiex l-Enemalta.", "Dan huwa prezz li huwa differenti, u l-prezzijiet huma verifikabbli internazzjonalment.", "Irrid ngħid ukoll, ħalli nkun ftit politiku, li aħna m'għamilniex din it- tibdila kollha meta ż-żejt kien fil-baxx storiku tiegħu kif għamilha l- partit ta' l-oppożizzjoni meta kien fil-gvern!", "Meta tbiddlu t-tariffi f'Novembru 1997, iż-żejt kien laħaq il-baxx storiku tiegħu.", "Aħna għamilna dan it-tibdil meta l-prezz taż-żejt huwa fl-ogħla livell storiku tiegħu.", "Aħna differenti mill-partit Laburista għax la missejna l-meter u lanqas daħħalna s-sewage charge, li tolqot lill-fqir daqskemm tolqot lis-sinjur!", "Anzi aħna qgħadna attenti li jibqgħu eżenti dawk it-13,000 li huwa eżenti.", "Intom ma ħadtux dik il-briga.", "Ma kenitx tagħmel differenza jekk bniedem kienx fuq is-social assistance jew le, għaliex xorta ried iħallasha!", "Dik hija l-kuxjenza soċjali!", "Aħna qassamna l-impatt fuq sentejn meta intom għamiltuh kollu f'daqqa.", "Sur President, aħna konna attenti wkoll li nagħmlu capping ħalli niżguraw li l-industrija ma taqlax daqqa kbira.", "Min qed jikteb illum fil-gazzetti dwar l-impatt fuq l-industrija ngħidlu li lill-istess industrija qed niffrankawlha mat-Lm8 miljuni fis-sena u dawn qed iħallashom il-konsumatur domestiku biex inżommu l-postijiet tax-xogħol!", "Lm8 miljuni qed niffrankaw bil-capping!", "Sur President, niġu attakkati wkoll għaliex għola t-thin fuel oil.", "Min qed jikkritikana jaf għaliex għola.", "Dan għola għax ilna s-snin inbiegħuh taħt il-prezz li jiġina.", "It-thin fuel oil aħna nixtruh Lm150 kull tunnellata metrika.", "Għal snin begħnieh għal Lm75 u minflok jgħidulek grazzi li ilek dawn is-snin kollha tbiegħu b'dak il-prezz jispiċċaw jikkritikawk għax qed tbiegħu b'mod li taqla' biss, Lm5 kull tunnellata!", "Jew inkella tiġi kkritikat għaliex waqt li l-industrija qed tiffranka Lm8 miljuni bil- capping, żidna l-RPI b'50c biex nikkompensaw lill-familji!", "Ir-realta' hija waħda.", "Xogħol il-gvern huwa li jħares lejn l-interess nazzjonali u nemmen li s-soluzzjoni li sibna hija soluzzjoni bilanċjata.", "M'hijiex soluzzjoni settorjali u għalhekk ikkritikajt lill-MCESD, għaliex jew niltaqgħu biex insibu soluzzjonijiet nazzjonali li la rbaħt int u lanqas rebaħ ieħor, jew inkella immorru hemmhekk, kulħadd jagħmel il-parti ta' l-avukat ta' l- interessi tiegħu, il-gvern qisu l-imħallef jisma' lil dan u jisma' lill- ieħor u mbagħad jiddeċiedi.", "Ejjew niddeċiedu x'irridu mill-MCESD!", "Sur President, dan il-pajjiż ma jistax jibqa' miexi bis-sussidji u l- protezzjoniżmu.", "Ma jistax ikun li nibqgħu ngħidu li l-gvern għandu jassorbi xi ħaġa li qed tiġri internazzjonalment.", "Forget it!", "Illum m'għadniex f'dawk iż-żmenijiet.", "Jekk xi ħaġa jogħla minn barra, hawn Malta rridu ngħolluha wkoll.", "Tista' tassorbi xi ħaġa temporjanjament, imma in the long term ma tistax tibqa' tossorbi.", "Imbagħad issemma' wkoll il- kunċett li l-petrol jissussidja d-diesel.", "Allura f'dan il-pajjiż għadna għaddejjin hekk, fejn nużaw prodott biex nissussidjaw ieħor!", "Sur President, dan huwa l-operat tas-suq?", "Din hija l-kompetittivita'?", "Jiena nifhem lil min jipprotesta għax għandu l-prezz kontrollat u ma jistax jgħolli kemm irid minħabba n-natura tas-servizz, bħal per eżempju l-buses, li ma tistax tgħolli kemm trid.", "Jiena nifhimha li dawn jipprotestaw u li jridu jsibu soluzzjoni pero' ma nifhimx lil min qiegħed jikkompeti f'suq ħieles u qiegħed jipprotesta.", "Ma jistax ikun li għaliex jogħla d-diesel, allura l-operaturi li jikkompetu bejn xulxin - u forsi hawn wisq operaturi fis-suq - jippretendu li nagħtuhom is-sussidji!", "Is-suq ma jaħdimx hekk u m'għandux jaħdem hekk.", "Hawn Malta ma rridux ir-regoli.", "Hawn Malta rridu nagħmlu l-kompetizzjoni bis-sussidju!", "Din dejjem tfakkarni fl-ewwel problema li kellna fl-1987 malli tlajna fil-gvern wara l-famuża liberalizzazzjoni taċ-ċikkulata.", "Dakinhar kellna l-protesta ta' żewġ importaturi ewlenin li qalulna biex ma niftħu s-suq xejn għax qabel kienu jġibu huma u allura ppretendew li jibqgħu jġibu huma biss!", "Sfortunatament dik hija l-mentalita'.", "Ma rridux nifhmu li l-kompetizzjoni ma tiġix issussidjata.", "Sur President, nixtieq ngħid xi ħaġa wkoll fuq il-hedging.", "M'inix se nipprova naħli ħin fuq il-hedging, pero' xtaqt nirrispondi ftit lill-Onor.", "Brincat fl-intervista li ta fil-Business Today, fejn qal, u se nikkwota l- kliem preċiż:", "\"It would be a mistake to hedge now, but it would have made much sense to hedge in April or May.\"", "Jien hawnhekk se npoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-prezzijiet kif ġew mis- sena l-oħra sa din is-sena fuq il-fuel oil u gas oil.", "Kif wasal għall- konklużjoni li f'April u Marzu kien aħjar li nagħmlu hedging ma nafx, għaliex f'Marzu l-fuel oil kien Lm80, f'April kien Lm88 u f'Mejju niżel bi Lm3 u ġie Lm85 u mbagħad sar Lm94, Lm101, Lm103 u Lm117.", "Il-prezz tal-gas oil mexa l-istess.", "Illum naf li kieku għamilt hedging kont niffranka, pero' għax naf li tela' Lm117, pero' dak iż-żmien ħadd ma kien qed jgħid li se jitla' Lm117.", "Wara kollox ir-rapport taċ-chairman ta' l-IMF uffiċjalment ippreveda f'Diċembru tas-sena l-oħra li l-prezz taż-żejt ma kienx se jibqa' tiela'.", "Dan il-kliem mhux jien għedtu imma l-IMF, pero' madankollu l-prezz ma waqaf assolutament xejn milli jibqa' tiela'.", "Jiena ma nistax nifhem kif l-Onor.", "Brincat u l-kap ta' l-oppożizzjoni jgħidu li kieku għamilna l- hedging konna nagħmlu l-flus żgur.", "Sur President, f'din l-intervista l-Onor.", "Brincat qal ukoll li:", "\"...", "Government has to be transparent about the recommendations made by the hedging committee and which of these were taken up or discarded.\"", "Jiena naħseb li bħali ma jaqrax il-gazzetta tal-partit għaliex din l- istqarrija ta' l-Enemalta ġiet ippublikata u l-unika gazzetta li għamlitha kienet il-KullĦadd.", "Din se nerġa' nqiegħda fuq il-mejda tal-Kamra, għandek preċiż meta saru r-rakkomandazzjonijiet, kif saru, what was taken up and what was discarded.", "Din ġiet ippublikata fil-gazzetti.", "Aktar trasparenti minn hekk naħseb li ma nistgħux inkunu!", "L-Onor.", "Brincat qal ukoll li", "\"Unfortunately we do not have much information how Enemalta is purchasing its oil.", "It is important to be transparent.\"", "Hawnhekk nixtieq ngħid li l-Onor.", "Brincat jaf li aħna għamilna stedina lill- partit Laburista sabiex jinnomina ekonomista, mhux biex jiġi joqgħod jgħid x'qed jiġri.", "L-Onor.", "Brincat qal li hu kien ingħata hedging recommendation u għamel sew li staqsa l-parir ta' Alfred Mifsud u ta' xi ħadd mis-Central Bank.", "Għamel sew għaliex din m'hijiex deċiżjoni tal-politiċi.", "Alla ħares jiena jew int jew min ikun hemm ministru jibda jiddeċiedi hux tajjeb jew le l-parir li nieħdu fuq il-hedging.", "Aħna totalment inkompetenti biex nagħmlu din it-tip ta' ħaġa.", "U meta hemm kumitat tekniku, x'hemm ħażin jekk l- oppożizzjoni jinnominaw ekonomista biex ikun fuqu wkoll.", "L-Onor.", "Brincat semma' lil Alfred Mifsud.", "Il-partit Laburista jgħid li hu għandu fiduċja f'Alfred Mifsud, allura x'hemm ħażin li hu joqgħod fuq il-kumitat?", "Wara kollox jiena jiena diġa' semmejt min huma l-membri.", "Dawn huma Prof. Joe Falzon li huwa tekniku għall-aħħar, xi ħadd nominat mill-gvernatur tas- central bank u Godwin Debono li huwa l-head of oil exploration u issa beħsibna nżidu tnejn oħra biex insaħħuh, pero' dawn se jkunu nies tekniċi wkoll.", "Issa jekk nitfgħu lil xi ħaddieħor x'differenza se tagħmel?", "Dawn ilhom hemm minn Jannar u hawnhekk għandek id-deċiżjonijiet li ħadu.", "Issa lill-Onor.", "Brincat jiena ngħidlu li jagħmel sew jekk lanqas hu ma jaqra l- gazzetta KullĦadd!", "Sur President, irrid ngħid ukoll li hedging agreements saru u mhux ma sarux u fil-gazzetta Kullħadd hemm imniżżla l-hedgings li saru, meta saru u għaliex saru.", "(Interruzzjonijiet) Jekk l-Onor.", "Bartolo huwa tajjeb daqshekk biex jilgħab b'dan il-logħob finanzjarju, allura jien stess ninnominah fuq il-kumitat biex jibda jagħtihom il-pariri!", "Imma allura toqgħod tagħmilli l-mossi għaliex m'hawnx il-cameras biex jarawk!", "Ejjew nittrattawha bis-serjeta' din il-ħaġa.", "Ejja ma nitkellmux dwar il-hedging.", "Ejja nħallu din il-kwestjoni f'idejn in-nies tekniċi.", "Ejja ma ntellgħux l- aspettattivi tan-nies li jaħsbu li għandna xi bakketta maġika li biha se nnaqqsu l-prezz taż-żejt jew inkella agħar minn hekk, nagħmluha impossibbli għad-decision takers li jieħdu d-deċiżjonijiet u jagħtu l-pariri għaliex jibżgħu li jiġu kkritikati hawn ġew.", "Din hija l-agħar ħaġa li tista' tiġri.", "Għaliex ir-realta' hija waħda.", "Il-hedging kulma jista' jagħmlilna llum f'din it-tip ta' atmosfera hija li jkollok stabbilita' fiż-żidiet.", "Żidiet se jkollok dejjem, pero' jkollok stabbilita' fiż-żidiet.", "Minflok inti taqbeż kull darba 5%, tinżel 3% u titla' 10% ikollok averaging out ta' 3%, 3% u 3%.", "Bażikament dan li jista' jagħmillek illum il-hedging.", "Il-kap ta' l-oppożizzjoni qal li l-BA u l-Lufthansa ffrankaw il-flus bil- hedging.", "Dażgur li ffrankaw il-flus, pero' ma qalx ukoll li waqt li ffrankaw il-flus, il-BA u l-Lufthansa introduċew fuel surcharge ta' euro 12 għax-short haul u euro 44 għal-long haul.", "L-orizzont ma qalitx ukoll li waqt li l-Airmalta veru ffrankat il-flus, xorta daħħlet fuel surcharge ta' euro 16 fuq kull ticket.", "Dik hija r-realta' għaliex bil-hedging, bl- iswaps u bil-ħafna kliem tekniku li hemm, ir-realta' hija waħda.", "Li kieku hawn xi bakketta maġika li xi ħadd jeħles minn dan l-inkwiet li hawn, ibqa' żgur xi ħadd diġa' sabha u ma naħsibx li għandna noqogħdu nistennew lil xi kap ta' l-oppożizzjoni biex jiġi jagħtihielna!", "Id-diffikulta' hija dik tad- deċiżjoni.", "Ċifri faċli!", "Fid-29 ta' Ottubru l-futures tal-fuel oil kien $330 u fit-8 ta' Novembru kien $340, differenza ta' $10 f'ġimgħa waħda, li tfisser $7 miljun għall-Enemalta.", "Issa jekk teħodha t-Tnejn tiġik mod, jekk teħodha t-Tlieta tiġik mod ieħor u jekk teħodha l-Erbgħa terġa' tiġi mod ieħor.", "Sur President, jekk nieħu perjodu itwal, mill-1 ta' Settembru sal-31 ta' Ottubru, il-futures varja minn $326 għal $371.", "L-akbar spread hija ta' $30 miljun għall-Enemalta.", "Dawn huma deċiżjonijiet ebsin li trid tieħu jekk trid tagħmel il-hedging.", "Kif qal sew l-Onor.", "Dalli, tagħmel x'tagħmel huwa riskju, il-vantaġġ li għandu l-hedging huwa biss li tistabilixxi l-forward price tiegħek, pero' mbagħad jista' ikun li tkun qed tonfoq ħafna aktar milli s-suq jagħtik.", "Naħseb li dwar dan is-suġġett, anqas ma nitkellmu huwa aħjar, forsi darba għal dejjem il-hedging, l-options, l-iswapping u l-mezzi finanzjarji l-oħra kollha li hemm biex wieħed jikkawtela ruħu kontra l- prezz taż-żejt, jibdew jintużaw fl-Enemalta bil-mod kif jintużaw professjonalment fl-Airmalta.", "Sur President, jiena m'inix se naħli wisq ħin fuq il-kontroversja dwar min għamel l-ogħla kontijiet, pero' se npoġġi fuq il-mejda tal-Kamra studju tal- KPMG, ditta magħrufa biżżejjed, fejn jiġu kkomparati l-prezzijiet ta' l- 1995, il-prezzijiet ta' Novembru 1997 u l-prezzijiet kif se jkunu bil-55% surcharge u eventwalment b'84% surcharge.", "Jekk tieħu inflation index u taġġustah, anke b'84% surcharge, f'kull livell it-tariffi se jibqgħu orħos minn dawk li kien se jintroduċi l-gvern Laburista.", "Jekk tieħu termini nominali f'livell ta' 55%, partijiet mit-tariffi li kien introduċa gvern Laburista huma orħos minn tagħna u partijiet tagħna huma orħos minn tagħhom, pero' f'termini reali, anke b'84% surcharge li qed nagħmlu aħna jibqgħu orħos minn dawk li kien se jdaħħal gvern Laburista.", "Dan qed tgħidu l-KPMG u jekk xi ħadd irid jikkontesta dak li qed ngħid għandu jikkontesta lil din il-kumpannija.", "Having said that, jiena m'inix se noqgħod naħli aktar ħin dwar dan is-suġġett ħlief li npoġġi fuq il-mejda tal-Kamra analiżi waħda reali.", "Kif għamilna meta għamilna l-analisi ta' 17% surcharge, qed inpoġġi fuq il- mejda tal-Kamra n-numru ta' l-accounts kollha li għandha l-Enemalta, ovvjament mingħajr ismijiet, maqsumin f'kategoriji.", "L-Enemalta għandha 184,000 account holder li jinkludu kollox, commercial, domestic, industrial u garaxxijiet.", "Tajjeb li ninforma lill-Kamra li 88,000 account, jiġifieri 48% ta' l-account holders, se jkollhom żieda li ma taqbiżx il-Lm31 fis- sena; 33% ta' l-account holders jew 61,000 se jħallsu bejn Lm32 u Lm95 fis- sena; 15% jew 28,000 account iħallsu bejn Lm95 u Lm200 filwaqt li l-oħrajn, 7,000 iħallsu aktar minn Lm200.", "Dan huwa l-effett reali, li 48% se jħallsu anqas minn Lm31.", "Jekk ngħodd l-ewwel żewġ brackets flimkien, 80% ta' l- account holders se jkollhom żieda massima ta' Lm95 fis-sena.", "Dawn huma numri reali ħalli issa ma noqogħdux ngħidu min huwa l-irħas u min huwa l- aktar.", "Sur President, it-tieni settur li xtaqt nitkellem fuqu huwa l- privatizzazzjoni.", "L-ewwelnett il-privatizzazzjoni m'huwiex biss bejgħ imma privatizzazzjoni hija kull forma ta' proċess fejn il-gvern ineħħi l- kontroll minn taħt idejh.", "Nemmnu fermament li l-gvern m'għandux ikun f'oqsma kummerċjali u nuri aktar 'il quddiem kif fil-fatt tlaqna mill-oqsma kummerċjali kollha u se nibqgħu nitilqu.", "Aħna nemmnu li l-produzzjoni ta' l-interessi strateġiċi ma jsirux billi l-gvern imexxi kumpannija, pero' billi gvern jagħmel kuntratti ma' kumpanniji privati li jipproteġu dawk l- interessi.", "Hekk għamilna mal-Gozo Channel fejn daħħalna PSO, hekk għamilna mas-SeaMalta fejn għandna PSO u hekk għamilna mal-PBS fejn għandna PSO.", "Ngħidha ċara u tonda li m'għandniex nissussidjaw kumpanniji tal-gvern li jagħmlu t-telf.", "Is-sussidji għandhom imorru għall-oqsma soċjali, l-oqsma ambjentali u l-edukazzjoni.", "Is-sussidji għandhom jmorru għand nies li huma fil-bżonn u mhux biex insostnu kumpanniji li ma jagħmlux sens.", "Nemmnu li s- settur privat fl-aħħar mill-aħħar jagħti aktar effiċjenza mis-settur tal- gvern u nemmnu li l-privatizzazzjoni hija mezz kif inkabbru l-ekonomija u kif nittrasferixxu jobs minn mal-gvern għal mal-privat.", "Din ngħiduha bla tlaqliq, u r-reżistenza li kien hemm tas-Sea Malta kienet minħabba li nippreferu nibqgħu mal-gvern.", "Din dejjem jikkumbattuha, huma min huma l- ħaddiema nvoluti.", "Dan huwa prinċipju li nemmen li jiddistingwina bil-kbir min-naħa l-oħra tal-Kamra.", "Sur President, aħna x'għalaqna bħala kumpanniji?", "Għalaqna kumpannija li kienet taħdem fl-insurance u li kienet proprjeta' tal-gvern bla ebda problemi ta' xejn.", "Illum l-industrija ssib insurance mis-suq kif sabet.", "Għalaqna l-Medigrain, again settur li mar fis-settur privat.", "Għalaqna wkoll il-Kalaxlokk.", "F'dan il-każ konna nikkompetu għat-tenders tal-bini mal- privat.", "Ara x'ġenn.", "Għalaqna l-Interprint, kumpannija li tistampa l-kotba qisna qed nistennew lill-gvern biex jistampa l-kotba.", "Għalaqna l-Gozo Heliport Limited, kumpannija li kienet timpjega persuna waħda li ġiet transferita għal kumpannija oħra, li ma kienet tagħmel xejn ħlief tmexxi Heliport magħluq li jintuża mill-privat.", "Il-Freeport għalqet il-coastal management company li kienet tikkompeti mal-privat biex tagħti konsulenza u għalaqna Brindisi li niġi għaliha aktar 'il quddiem.", "L-Air Malta għalqet il- Malta Air Charter fejn daħal il-privat, il-Flight Catering li hu tal- privat, Ħal Ferħ u l-Azzura li nsemmi aktar 'il quddiem.", "B'kollox għalaqna 11-il kumpannija li kienu kollha fis-settur privat.", "X'ikkonkludejna f'dawn is-sentejn u nofs?", "Ikkonkludejna l-privatizzazzjoni tal-Malta Freeport Terminals u din ikkonkludejniha billi ġibna Malta l- ħames kumpannija l-akbar fid-dinja fis-shipping.", "Hawnhekk ma morniex ma' xi ħadd tal-ħabbagozz.", "Ġibna l-ħames l-akbar kumpannija fid-dinja fis- shipping, li hi c- CMACGM bi prezz US $331 miljun fuq 30 sena.", "Issa hawn ngħid li għalija l-prezz hu l-anqas ħaġa importanti f'dawn l-affarijiet, imma l-investiment ta' euro 40 miljun fis-sena, b'mira li nitilgħu għal 3 miljun TEU.", "Dak huwa l-investiment, u mela l-prezz biss!", "Għandek tagħmel mill-aħjar biex iġġib prezz tajjeb, pero' jekk ikollok xi ħaġa strateġika, nippreferi l-isem milli l-prezz.", "Dwar l-MIA iva għandkom xi tgħidu wkoll!", "Ma ridniex inbigħuha Dr. Sant, 20% float ma ridniex nagħmluha.", "Din hija kumpannija li ħloqniha mix-xejn.", "Fl-1987 konna sibna l-airport ta' Ħal Luqa u ħloqna kumpannija li llum tiswa 'l fuq minn Lm 70 miljun.", "Il-market price tagħha huwa ta' Lm 70 miljun.", "Daħħalna 4,000 shareholder ġdid f'din il-kumpannija.", "Begħna s- shares kważi Lm 20 miljun, miljun u nofs aktar mill-market value li kellhom.", "Ħriġnihom bil-Lm1.40, l-ogħla prezz li kien hemm fis-suq u l-ogħla prezz li begħnihom għal Lm1.62.", "Iva fuq din ukoll għandkom x'tikkritikaw!", "Ipprivatizzajna għal kollox is-sehem tal-gvern fil-Middlesea Insurance.", "Begħna din is-sena 16% u lil min begħnihom?", "Mhux għax daħħalna Lm 6 miljuni.", "Dawk ħallihom.", "Begħnihom lil Munich Re, l-akbar kumpannija ta' reinsurance fid-dinja u l-korporazzjoni Mapfre, l-akbar kumpannija ta' insurance fi Spanja u l-akbar kumpannija ta' reinsurance fil-Latin America.", "Dawn huma l-partners li rridu u dawn huma l-added value li nġibu.", "Dwar is- Sea Malta nafu biżżejjed u mhux se nirrepeti imma ngħid ħaġa waħda biss.", "Fis-Sea Malta minn falliment u kumpannija b'żewġ vapuri daqqa se jegħrqu u daqqa mhux se jegħrqu, illum għandna futur ma' l-akbar ro operator tad- dinja, ma' l-akbar armatur Taljan, ma' l-akbar armatur tal-Mediterran u l- futur tas-Sea Malta hu ħafna aħjar milli qatt kien.", "Din is-sena wkoll l-Air Malta biegħet l-iSterling Air Services u l-Air Supplies.", "Fuq Brindisi mhux se noqgħod naħli ħafna ħin.", "Sempliċiment biex inkun on record, Brindisi kienet idea tajba li spiċċat ħażin.", "Brindisi kienet bħas- soltu a commercial decision li bħalma jiġri fil-kummerċ, kultant ma tirnexxiex.", "Jiena ma nikkundannax lill-partit Laburista li kien ħa d- deċiżjoni li jagħmilha.", "It-telf pero', kontra dak li jgħid u jibqa' jirrepeti Dr. Sant, mhux veru huwa ffinanzjat mill-gvern imma se jiġi ffinanzjat mill-freeport corporation.", "Dan għalxejn noqgħod nagħtih dokumenti fuq dokumenti għaliex xorta se jibqa' jirrepetiha.", "Mhux veru li Pender Place se tintuża biex tiffinanzja t-telf ta' Brindisi.", "Nerġa' ngħidlu Pender Place mhux veru li begħniha Lm6 miljun, imma begħniha Lm10 miljun, se ndaħħlu Lm500,000 mill-bolli plus minn jaf kemm għad irridu ndaħħlu f'capital gains tax fuq il-bejgħ li jsir minn hemmhekk.", "Sur President, il-bieraħ il-prim ministru poġġa xi dokumenti fuq il-mejda tal-Kamra biex juri l-konnessjoni tal-partit Laburista ma' Brindisi.", "Biex din il-kwestjoni nagħlquha darba għal dejjem, se npoġġi dokument wieħed li ma poġġiex.", "Dan huwa l-ispeech ta' Dr. John Attard Montalto f'dan il- parlament fis-seduta tat-28 ta' Ġunju tas-sena 2000.", "Minn dan se naqra l- aħħar paragrafu:", "\"Pass importanti li kien inbeda taħt gvern Laburista kienet il-letter of intent li konna għamilna mal-port ta' Brindisi.", "Kulħadd għandu japprezza li wieħed mill-iżvantaġġi li għandu pajjiżna f'dan il- qasam....\".", "Dr. John Attard Montalto, ex-ministru ta' l-industrija, ex-ministru responsabbli mill-freeport qal f'dan il-parlament li hu kien għamel letter of intent.", "Issa jekk l-Avukat Attard Montalto qalx ħażin ma nafx, pero' jiena qed nikkwota mir-records uffiċjali tal-parlament.", "Issa jekk Dr. Sant ma jemminx lil Dr. Attard Montalto jagħmel hu, dik affari tiegħu!", "Issa s- sena d-dieħla x'irridu nagħmlu?", "Is-sena d-dieħla rridu nkomplu b'din il- politika, inkomplu b'din il-politika b'kuxejnza soċjali li se tibqa' tiddomina u nibqgħu nagħmlu PSOs fejn hemm bżonn kif għamilna mal-PBS, mal- Gozo Channel u mas-SeaMalta.", "Irrid ngħid ukoll li dawn il-privatizzazzjonijiet isiru b'kuxjenza soċjali anke mil-lat ta' kondizzjonijiet ta' xogħol.", "Jiena per eżempju ma nistax ma nfaħħarx ix-xogħol li qed jagħmel is-CBU biex jekwipara l-kondizzjonijiet tax-xogħol bejn il-korporazzjonijiet differenti.", "X'jiġifieri jiġi jiftaħar l-Onor.", "Cuschieri għaliex qed innaqqsu l-benefiċċji tal-ħaddiema ta' l- AirMalta meta charwoman fl-AirMalta titħallas darbtejn daqskemm titħallas charwoman fiċ-ċivil jew titħallas darba u nofs aktar milli titħallas l- istess persuna fil-water services!", "Dan huwa ġust fost il-ħaddiema?", "Jiena naħseb tajjeb li nifhmu li dan kollu qiegħed jittieħed in konsiderazzjoni meta jkollna d-diskussjonijiet mal-union.", "Kultant m'huwiex faċli pero' rridu nifhmu li d-dinja qiegħda tinbidel.", "Irridu nifhmu li ż-żidiet ma jistgħux jiġu b'mod awtomatiku, li ż-żidiet iridu jintrabtu ma' inċentivi.", "Jena ngħid li t-triq li bdejna fejn il-ħlas ta' bonus lill-management tagħna jkun marbut ma' performance hija triq importanti.", "Dak huwa kunċett tajjeb.", "L-inċentivi li qegħdin nipprovaw indaħħlu fil-Gozo Channel huma relatati ma' kemm inti ġġorr passiġġieri.", "Dan huwa huwa importanti għaliex huwa dħul għall-kumpannija imma huwa dħul għall-ħaddiema wkoll.", "Rigward l-ICT rrid ngħid li jiena ħadt pjaċir bid-diskors ta' l-Onor.", "Brincat, pero' rrid ngħid li anke hawnhekk għamilna ħafna.", "Huwa talab għar- riżultati u jiena se nagħtihomlu.", "Irrid ngħid li f'dawn l-aħħar erba' snin l-użu tal-broadband ittrippla, raħas il-prezz tal-connectivity, u raħas ukoll il-prezz tas-software u tal-hardware.", "L-ECDL illum huwa l-istandard f'kull skola.", "L-internet centres jeżistu f'kull lokal u f'kull lokal tista' tmur taħdem b'xejn u titgħallem b'xejn l-użu tal-computer.", "Għamilna internet training centres aktar iffokati fuq ċerti areas.", "Għandna wieħed jaħdem ma' l-Aċċess, ieħor mal-kunsill nazzjonali tan-nisa u ieħor ma' l- Eden Foundation.", "Ħloqna internet training centres fl-industrial estates, u llum għandna l-ewwel wieħed li qed jaħdem fl-uffiċċji tal-Playmobil.", "Permezz tal-My Web għallimna aktar minn 10,000 persuna.", "Iffirmajna strategic alliances mal-Microsoft, mal-HP u ma' l-Oracle.", "Waqqafna akkademiji tal-Microsoft, ta' l-Oracle u tas-Sisco.", "Naħdmu id f'id ma' l- MCAST fejn minn ftit studenti, illum joħorġu bejn wieħed u ieħor 150 fis- sena.", "Hawn irrid ngħid li għadna 'l bogħod minn dak li nixtiequ pero' mexjin tajjeb f'dan ir-rigward ukoll.", "Għamilna riformi kbar ukoll fil- gvern.", "Jiena naqbel ma' l-Onor.", "Brincat li għandna nħarsu lejn il-konsolidazzjoni u mhux il-konċentrazzjoni u qegħdin naħdmu biex nintegraw dak li għandu jiġi integrat biex inneħħu d-duplikazzjoni.", "Fl-istess ħin irridu nsaħħu d- deċentralizzazzjoni fejn irridu nagħtu iktar awtonomija lill-ministeri u lill-branki kollha taħthom, pero' rridu nżommu għan strateġiku li jibqa' ċar.", "Irridu wkoll naqilbu l-funzjoni tal-MITTS minn waħda fejn tiżviluppa u tagħmel management hands on għal waħda li tkun contract manager u strategic thinker.", "Irridu wkoll inħajru iktar lis-settur privat jaħdem f'dawn l- oqsma.", "Fejn irridu naslu?", "Bażikament irridu naslu illi jkollna orizzont strateġiku ċar li nilħqu l-għanijiet li poġġejna fil-pjan tagħna ta' l-IT bejn l-2004 u l-2006 u meta jasal iż-żmien nagħtu rapport sħiħ.", "Irridu naslu wkoll li nnaqqsu l-ispejjeż.", "Jiena nsemmi ċifra waħda biss.", "Bl- agreement li għamilna fuq il-liċenzji tal-PCs tad-desktop u fuq il-liċenzji tas-servers, fuq medda ta' ħames snin iffrankajna lill-gvern is-somma ta' Lm5.5 miljuni.", "Din irridu nagħmluha f'oqsma oħra, pero' biex nagħmluha f'oqsma oħra jridu jitbiddlu l-metodoloġiji kif naħdmu u jridu jitbiddlu wkoll il-mentalitajiet.", "L-isfortuna kultant hija li nibqgħu naħsbu li l- MITTS huwa dipartiment tal-gvern u min jagħti informazzjoni dwar ċerti affarijiet jippretendi li jibqa' jaħdem kif kien jaħdem bejn l-1996 u l- 1998.", "Nixtieq insemmi wkoll il-Malta Enterprise u MIP.", "Jiena hawn ukoll kultant nistgħaġeb fuq il-mod kif jitkellmu xi wħud.", "Jiena ma nistax nifhem kif l- Onor. Agius jgħid li dan il-budget huwa nieqes minn miżuri favur l- industrija meta dan il-budget għandu vot ta' Lm15-il miljun bejn tax credits u voti lill-Malta Enterprise.", "L-Onor.", "Agius qal li ma jafx x'inhuma s-seba' areas fejn aħna qegħdin nikkonċentraw.", "Ma nafx kemm-il darba semmejthom u se nerġa' nsemmihom illum.", "Aħna qed nikkonċentraw fuq farmaċewtika u medicinary products, avjazzjoni, marittimu, elettronika, films, ITC back office u precision engineering.", "Dawn huma l-core areas.", "Hawnhekk kulħadd jitkellem fuq il-farmaċewtika, pero' hawn ukoll irridu noqogħdu attenti.", "Fi żmien tliet snin se jkollna ħafna farmaċewtika hawn Malta u rridu minn issa nibdew naħsbu li nibdew ngħidu le meta nilħqu ċertu livell ta' investiment.", "Dan qed ngħidu għaliex daqskemm hu tajjeb li tiġi l- farmaċewtika, daqstant ieħor ikun ħażin li nsiru overdependent mill- farmaċewtika għall-manifattura tagħna.", "Din hi r-realta', bħalma hi realta' li jinjora għal kollox l-Onor.", "Agius meta jikkwota ċ-ċifri.", "Ejja naraw x'qed jiġri u ma noqogħdux nistaħbew wara subgħajna.", "Sur President, x'qed jiġri fil-manufacturing?", "Aqbdu paġna 116 sa 120 tal- economic survey u ssibu iċ-ċifri kollha li għandhom x'jaqsmu mal- manifattura maqsuma settur b'settur.", "Issib li l-uniċi żewġ setturi li marru lura mill-2002 sa l-2005 huma dak imsejħin wearing apparel and clothes u leather.", "Il-bqija kulħadd żied fis-sales, fl-esportazzjoni u fil- produzzjoni tiegħu.", "U għalhekk kien tajjeb l-argument li kien qed jagħmel l-Onor.", "Dalli li m'għandniex nitmellħu bin-nies.", "L-agħar ħaġa li għamel il- kap ta' l-oppożizzjoni hija li min qiegħed fit-tessuti lludieh li se jibqa' fit-tessuti.", "Rigward id-Denim Wear nistgħu forsi nsolvu temporanjament parti mill-problema, pero' lest nilgħab il-flus li tliet snin oħra jew sentejn oħra jkollna l-istess problema.", "Jiena lest li nilgħab il-flus li sa żmien għaxar snin oħra ma jkollniex fabbrika waħda tat-tessuti hawn Malta, għaliex ma jistax ikollna dik it-tip ta' manifattura.", "Mhux ma jistax ikollna l-manifattura, imma ma jistax ikollna dak it-tip ta' manifattura.", "U min huwa veru politiku li jħares 'il quddiem u mhux politiku li jilgħab għall-voti ma jridx jaħrab dawn ir-realtajiet.", "Issa billi l-Onor.", "Agius jiġi jsemmi t-topline figures fejn jgħid li s- sales naqsu b'Lm66 miljun u li l-esportazzjoni naqsu b'Lm64 miljun fil- manifattura!", "Jiena nistenna ħafna aħjar mingħand l-Onor.", "Agius.", "Dan qabad is-subdivision ta' radio, TV and communication fejn għandu l-ST u ra li s- sales naqsu bi Lm80 miljun u l-exports bi Lm80 miljun.", "U ma nafux li meta tiċċaqlaq l-ST, tajjeb jew ħażin, jiġi rifless fuq il-manifattura kollha?", "Ir-realta' hija li l-oqsma l-oħra tal-manifattura għadhom mexjin.", "Hawn mhux qed ngħid li m'għandniex fejn nirranġaw pero' apparti l-oqsma tat-tessuti u tal-ġild li m'humiex sostenibbli f'Malta, l-oqsma l-oħrajn għadhom mexjin sew.", "Sur President, il-politiku serju jrid jipprova jagħmel pjan dwar kif se neqilbu minn tessuti u ġild għal affarijiet oħra li jagħmlu l-flus.", "Dan hu li qed nagħmlu u għalhekk għandna l-microtargeting.", "U mela jiġi jgħidilna li l-farmaċewtika ma timpjegax nies!", "Il-farmaċewtika fi żmien erba' ħames snin oħra se tkun timpjega 750 ruħ.", "Barra minn hekk il-farmaċewtika kapaċi timpjega nies diversi u differenti, jiġifieri ejja ma noqogħdux nilagħbu għall-gallerija minflok verament inkunu politiċi li nippjanaw għal pajjiżna.", "Sur President, hawnhekk irrid ngħid li kontra dak li jgħidu tan- naħa l-oħra, ir-riżultati jidhru u mhux ma jidhrux.", "Tan-naħa l-oħra jridu jinjoraw dawn ir-riżultati pero' jien se nkompli nsemmi xi wħud minnhom.", "Per eżempju l-Malta Enterprise f'dawn l-aħħar tliet snin approvat estensjoni jew fabbriki ġodda għal 149 kumpannija b'capital investment ta' Lm79 miljun.", "Dan mhux veru se jżid l-employment.", "L-employment fil- manifattura se jibqa' jonqos, ninvestu kemm ninvestu.", "L-Onor.", "Agius qal li hu ġej minn distrett li għandu ħafna nies li jaħdmu biss dak li huwa msejjaħ labour-intensive.", "Lill-Onor.", "Agius ngħidlu biex jgħid lil dawk in-nies biex imorru jitħarrġu għal xi ħaġa oħra, għaliex m'humiex se jiġu fabbriki għal-labour-intensive.", "Jiena ngħidlu biex lil dawn in-nies ma jipprovax jilludihom billi jgħidilhom li jekk il-partit tiegħu jkun fil-gvern se jġibilhom il-fabbriki li huma labour intensive, għax m'humiex ġejjin hawnhekk, u jekk wieħed jara n-numri jinduna b'dak li qed ngħid.", "F'dawn l-aħħar erba' snin il-jobs fil-manifattura naqsu b'4,500 li minnhom 1,008 naqsu mit-tessuti u mill-ġild, pero' dawn kollha sabu x- xogħol.", "Dan qed ngħidu għax mit-tabella tas-servizzi jirriżulta li dawn żdiedu b'4,000 impjegat.", "Hawnhekk għandna shift ovvju u allura għalfejn nipprovaw ngħaddu n-nies biż-żmien?", "Ejja ngħidu x'inhuma l-veritajiet u naħdmu fuq il-bażi ta' dawn il-veritajiet.", "L-Onor.", "Agius staqsieni wkoll fuq l-MIP.", "Is-sena l-oħra aħna konna għedna li rigward l-MIP se nieħdu loan ta' Lm11-il miljun u din il-loan ħadniha.", "Kellna suċċess, bdejna ninvestu, din is-sena nfaqna madwar Lm4 miljun fuq capital projects fl-MIP u allokajna 94,000 square metres f'fabbriki ġodda.", "Staqsa wkoll għal informazzjoni oħra, pero' jiena ma nistax niġi hawnhekk u nibda ngħidlek li dak jismu hekk u jimpjega hekk.", "Ir-realta hija waħda.", "Ir- realta' hi li għandna sfidi quddiemna u rridu niffaċċjawhom ilkoll flimkien b'saqajna ma' l-art.", "Irridu niffaċċjaw l-isfidi infrastrutturali li għandna għax dawn jagħmlu differenza għall-added value ta' dan il-pajjiż.", "Irridu niffaċċjaw l-isfida fiskali li għandna għaliex il-fatt li nnaqqsu d- deficit jilliberalna l-flus biex nallokawhom sew.", "Ejja niftiehmu darba għal dejjem fiex irridu nikkompetu u mhux nibqgħu marbutin ma' suq antik u naħsbu li nikkompetu għaliex id-dinja owes us a living.", "Aħna rridu jew ma rridux xogħolna huwa li nipproteġu l-employability tan- nies tagħna permezz tar-retraining u mhux li nipproteġu jobs li llum huma insostenibbli.", "Ejja nifhmu darba għal dejjem illi hawn Malta huwa suq żgħir wisq biex niddependu fuqu, u jekk irridu nikbru, dan irridu nagħmluh billi nżidu l-produttivita' tagħna u nesportaw iktar.", "U nżidu l- produttivita' tagħna jekk inkissru l-ideat antiki ta' kif isir ix-xogħol.", "Nesportaw jekk inkunu kapaċi nagħtu iktar sigħat ta' xogħol b'iktar effiċjenza u fi swieq fejn nistgħu nikkompetu.", "M'aħniex se nżidu l- esportazzjoni billi nagħmlu l-jeans u billi nagħmlu ż-żraben.", "F'dawn l- oqsma ma nistgħux nikkompetu iktar, u allura ejja nonfqu l-flus fir- retraining u mhux immorru nagħmlu d-demonstrazzjoniijet barra d-Denim biex ngħaddu n-nies biż-żmien.", "Il-problema tad-Denim se tiġi ripetuta kull fejn għandna fabbrika ta' dak it-tip.", "Aħna m'għandniex bżonn noqogħdu nitkellmu fuq iċ-Ċina u nitkellmu fuq investituri li telqu minn hawn Malta b'raġuni ġusta.", "It-tarzna trid tifhem - u din qed jifhmuha l-ħaddiema tat-tarzna - li l-pagi tat-tarzna m'humiex il-pagi tal-Kroazja u t-Turkija.", "Għalhekk investejna l-kapital din is-sena fit-tarzna biex nibdew nagħmlu handling għal LNG ships, għaliex l-LNG ships għadhom ma jaħdmuhomx il-Kroazja u t- Turkija, pero' l-Kroazja u t-Turkija ħadulna kemm Alla ħalaq xogħol fix- shipbuilding u fix-shiprepair tradizzjonali.", "Aħna m'aħniex se nikkompetu magħhom jekk il-ħaddiema ma jkunux lesti jtajru l-pagi tagħhom bin-nofs.", "Din hija r-realta', u allura għalfejn għandi noqgħod nipprova nilludi lill-ħaddiema tat-tarzna li se nagħmel il-mirakli?", "Huwa veru li l-order book tat-Tarzna huwa mimli u sa Frar għandna xogħol wieħed fuq l-ieħor f'kull baċir, pero' l-produzzjoni għadha baxxa u jew se ngħollu l-produzzjoni jew m'aħniex se jirnexxielna.", "Is-sena d-dieħla rridu nerġgħu nnaqqsu t-telf għal Lm7 miljun.", "Dan m'aħniex se nnaqqsuh billi nġibu l-ordnijiet biss.", "Din is-sena kellna kważi ordnijiet dejjem mill-bidu sa l-aħħar, pero' t-target xorta lanqas ilħaqnieh, għax qbiżnieh b'kemm kemm.", "Is-sena d-dieħla l-ikbar challenge hu li ngħollu l-produttivita', u dan japplika għal kollox.", "Sur President, irridu ekonomija li tifhem li se tiġi effettwata mill- fatturi esterni.", "Jekk l-Amerika ma tiddeċidix il-futur tagħha għaliex iċ- Ċina tiddeċiedi mod ieħor, aħseb u ara kemm Malta se tiddeċiedi hi l-futur ekonomiku tagħha.", "Dan irridu ndaħħluh f'rasna u inutli noqogħdu nsabbtu saqajna u nagħmlu d-demonstrazzjonijiet.", "Jekk noqogħdu nparlaw biss u nagħmlu ħafna statements m'aħniex se nbiddlu r-realtajiet ekonomiċi, u r- realtajiet ekonomiċi jgħidulek illi s-suq tagħna llum m'għadux lower end manufacturing u high volume, imma s-suq tal-manifattura tagħna tbiddel.", "Irridu nirrealizzaw ukoll li meta nitkellmu fuq foreign direct investment illum il-Malta Enterprise saret player żgħir.", "Illum il-flus mhux ġejjin mill-Malta Enterprise u mill-investiment industrijali imma llum jiġu mill- back office, jiġi mill-ICT.", "Jiena ma nafx kif dan il-pajjiż għadu mhux qed ikejjel per eżempju, min jiġi jaħdem hawn Malta f'back office operations jew ICT.", "M'hemm ebda sistema kif ikejjilha.", "Dawn jiġu għandna biex ikun jafu ċerti affarijiet, pero' ħadd ma jkejjilhom, u l-FDI minn hemm ġej.", "L-importanti llum m'għadux li tiġi industrija li tagħmel il-ħadid, imma dak li jrid ix-xogħol tas- servizzi.", "U m'huwiex veru li dawn ma jimpjegawx lill-illitterat, għax lil dan jimpjegawh bħala driver, jimpjegawh bħala messaġġier, jimpjegawh bħala ġardinar u jimpjegah id-dar personali tiegħu.", "Dan huwa xogħol differenti mill-fabbriki pero' xogħol li ħafna drabi jitħallas iktar mill-fabbriki, u rridu nirrealizzaw li qed isseħħ din il-bidla.", "Jekk m'aħniex se nirrealizzaw li qed isseħħ din il-bidla allura m'aħniex se nimxu 'l quddiem.", "Sur President, jiena xtaqt ngħid ħafna iktar pero' m'għandix ħin.", "Għandna programm għas-sena d-dieħla mas-SISCO li hu interessanti ħafna.", "Dan il- programm huwa targeted lejn in-nisa li kienu jaħdmu fil-fabbriki tat- tessuti jew fabbriki ta' dan it-tip li għandhom ftit li xejn skola.", "Lil dawn se nipprovaw ngħallmuhom il-basics ta' l-ICT.", "Se nipprovaw xjentifikament kif lil dawn in-nies tista' tagħmilhom employable għal xi ħaġa oħra.", "Pero' l-ħażin huwa li dan il-pajjiż jew uħud f'dan il-pajjiż jibqgħu jilludu ruħhom li nistgħu nibqgħu ngħixu fl-ekonomija l-antika.", "Jien jiddispjaċini ngħid li l-ekonomija l-antika llum spiċċat u huwa għalhekk li l-brief li għandha il-Malta Enterprise hu li tibqa' timbotta għal dawn l-areas il-ġodda.", "Irrid ngħid ukoll li jiena nixtieq li s-sena d-dieħla il-players kollha niżviluppaw flimkien politika nazzjonali dwar l-industrija u l-manifattura, pero' biex nagħmluha ma nistgħux nitilqu mill-premessa li kulħadd trid tgħaddi tiegħu.", "Ma nistgħux nitilqu mill-premessa li xejn m'hu immutabbli u ma nistgħux nitilqu mill-premessa li dak li konna nagħmlu rridu nibqgħu nagħmluh.", "Ma nistgħux nibqgħu fis-sitwazzjoni li jekk ngħidu xi ħaġa ġdida kulħadd jibda jsawwatna.", "Jekk irridu politika nazzjonali, allura verament irridu naħdmu b'mod nazzjonali lkoll.", "Sur President, irridu nattakkaw ukoll il-burokrazija u jiena ħadt gost ħafna meta fil-pre-budget document hemm commitment ċar tal-gvern li se nagħmlu studju sew fuq il-burokrazija.", "Jiena nispera li dan id-dokument ikollu l-azzjoni miegħu.", "Dan se jkun studju kemm dwar kif nistgħu nnaqqsu ċerti tariffi kif ukol dwar kif nistgħu nbiddlu s- sistema ta' tassazzjoni ta' pajjiżna.", "Nispera li dawn ma jkunux studji biss, pero' jekk s'issa pprovajna xi ħaġa din hi li dan il-gvern mhux jistudja biss imma jieħu l-azzjonijiet ukoll.", "Irrid ngħid ukoll li jien tlabt lill-Malta Enterprise żewġ affarijiet li fl- opinjoni tiegħi huma kruċjali għall-futur ta' pajjiżna.", "Is-sena d-dieħla nistenna mingħandhom rakkomandazzjonijiet dwar l-inċentivi ġodda li għandu jkollna f'pajjiżna mill-2007 almenu sa l-2010.", "Id-dinja qed titbiddel u rridu nirristrutturaw l-inċentivi tagħna bil-mod kif qed titbiddel.", "Nistenna wkoll mill-Malta Enterprise ħsieb ġdid dwar l-użu ta' l-industrial estate f'Għawdex u x'tip ta' industrija u manifattura nistgħu nattiraw lejn Għawdex.", "Ir-realta' hi li ma nistgħux nibqgħu nilludu ruħna li Għawdex jista' tattira ċertu tip ta' industrija u aħjar nammettu dak li huwa realta' u noħorġu b'ideat ta' kif verament nistgħu naħdmu sew biex nattiraw industrija jew manifattura li tagħmel sens f'Għawdex.", "Aħjar naraw ir- realta' flok noqogħdu nilludu ruħna li għad nistgħu nieħdu xi fabbrika tat- tessuti hemmhekk.", "Mr Chairman, dan huwa gvern li ma jixtieqx jagħti lin-nies l-idea li dak li ma jistax jintlaħaq allura għaliex inti politiku tilħqu.", "Jiena nemmen li parti essenzjali mill-make up tal-politiku trid tkun mhux biss l-onesta' personali imma l-onesta' ma' l-elettorat.", "L-agħar ħaġa li nistgħu nagħmlu hi li nipprovaw nilludu lill-elettorat illi d-dinja mhux se titbiddel, illi dak li kien komdu jagħmel fil-passat se jibqa' jagħmlu fil-futur.", "Dan huwa pajjiż kbir għaliex qatt ma beża' mill-isfidi.", "Dan huwa pajjiż kbir għaliex il-ħaddiema tiegħu huma ħaddiema ħawtiela, ħaddiema illi storikament kellhom jitgħallmu ħafna snajja' differenti biex ilaħħqu ma' tibdiliet li ta' spiss ġew fuqhom.", "Dan il-pajjiż ipproduċa ħaddiema li ħadmu ma' ħakkiema differenti pero' dejjem ħarġu rebbieħa, u l-agħar ħaġa li llum għandu dan il-poplu huwa l-partit ta' l-oppożizzjoni li jaqtagħlu qalbu konstantement.", "Il-viżjoni tal-partit ta' l-oppożizzjoni huwa d- dwejjaq, huma s-siparji neżlin ma' wiċċu, il-mannara li se taqtagħlek rasek.", "Dan minflok jagħtih il-viżjoni ta' pajjiż kapaċi, ta' nies ħawtiela, ta' nies li kapaċi jbiddlu l-metodu kif jgħixu.", "Sur President, illum il-problema tan-nies m'hijiex għax qed jitilqu t- tessuti, m'hijiex problema ta' faqar imma hi problema ta' ġid.", "Il-ħaddiema li kienu jaħdmu d-Denim jien infakkarhom ħaġa waħda.", "Meta ġew hawn Malta oriġinarjament ir-Wrangler, dawn ġew għax għalqu fabbrika l-Ingilterra, għax l-Ingilterra kienet too expensive biex jaħdmu fiha.", "Dawn ġew Malta għax konna cheap.", "Il-fatt li qed imorru l-Kroazja u t-Tuneżija huwa parti mill-problema, pero' hija parti mis-suċċess ukoll, għax illum aħna m'għadniex cheap u m'għandniex inkunu cheap u m'għandniex inbiegħu lilna nfusna bħala cheap.", "Aħna pajjiż li hu kapaċi, pajjiż li kieku ningħaqdu aktar flimkien lejn deċiżjoni waħda minflok inparlaw ħafna, verament nistgħu ngħixu ħafna u ħafna aħjar.", "Sur President, jiena ma nistax nifhem l-illużjoni li għaliex ikun hemm partit jew ieħor fil-gvern dan se jbiddel l-ekonomija dinjija.", "Imma kif l- Onor. Sant jista' jippretendi li se jbiddel dak li qed jiġri fiċ-Ċina jew fl-Indja?", "Kif jista' jippretendi li l-fabbriki tat-tessuti f'daqqa' waħda se jsiru vijabbli għal hawn Malta?", "Dan hu li jrid il-poplu?", "Hija din l- illużjoni li jrid il-poplu?", "Jiena ngħid li le, u allura l-mistoqsija jekk wara dan il-budget inix qed ngħix aħjar lanqas se nirrispondiha jien imma nħalliha f'idejn il-votanti fid-distrett tiegħi.", "Ir-risposta li nieħu għal din il-mistoqsija se tkun: Iva, għaliex sakemm l-Onor.", "Sant jibqa' fl- oppożizzjoni bilfors nibqa' ngħix aħjar!", "(Agħjat) (Interruzzjonijiet).", "Dik hija formula maġika għal dan il-pajjiż, hija garanzija perenni, għax il- qassatat li għamel l-Onor.", "Sant f'sentejn ma rnexxilniex nagħmluhom f'20 sena.", "It-taħwid tat-tmexxija ta' sentejn sħaħ tal-partit Laburista fil- gvern jindika ħaġa waħda, jindika li biex inti tgħix aħjar bilfors irid ikollok il-partit Nazzjonalista fil-gvern!", "Sur President, nitlob il-permess biex inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra d- dokumenti li rreferejt għalihom waqt id-diskors.", "THE CHAIRMAN: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Kopja tad-diskors li kien għamel Dr John Attard Montalto waqt l- aġġornament tas-Seduta Parlamentari Nru 330 tat-28 ta' Ġunju 2000;", "Tabella li turi l-impatt fuq il-konsumatur domestiku wara d-dħul ta' surcharge ta' 55% fuq il-kont ta' l-elettriku;", "Kopja ta' kjarifika dwar il-funzjoni tal-Fuel Procurement Advisory Committee fil-Korporazzjoni Enemalta maħruġa fis-27 ta' Ottubru 2005 flimkien ma' kopja ta' artikolu intitolat \"Kjarifika mill-Enemalta\" li dehret fil-gazzetta \"KullĦadd\" tas-6 ta' Novembru 2005 u artikolu li deher fil-gazzetta \"The Malta Independent\" tas-27 ta' Ottubru 2005 intitolat \"Petrol increase is 3c9 and not 3c per litre\"; Graph li turi l-movimenti fi prezzijiet ta' gas oil u fuel oil bejn Ottubru 2004 u Settembru 2005; Sommarju tar-riżultati tal-patt ażjendali ta' l-Air Malta għall- perijodu bejn Mejju 2004 u Settembru 2005;", "Kopja tar-rapport annwali tal-Public Broadcasting Services għas-sena 2004;", "Kopja ta' Draft year-end management accounts tal-Public Broadcasting Services għas-sena li għalqet fit-30 ta' Settembru 2005;", "Sommarju tar-riżultati finanzjarji tal-Gozo Channel Co Ltd għall- perijodu bejn l-2003 u Settembru 2005 u dak stmat għal Settembru 2006;", "Rapport maħruġ mill-KPMG intitolat \"Corporate Finance: Comparison of the cost of utilities to residential customers under various retail tariffs applicable since October 1995\" datat 9 ta' Novembru 2005;", "Tabella li tqabbel it-tarznari f'diversi pajjiżi barranin skond indikatur ta' l-ispejjeż tal-produzzjoni;", "Tabella li turi l-investigazzjonijiet u sejbiet ta' serq minn meters ta' l-elettriku bejn l-2000 u l-2005 bejn l-2001 u l-2005; u", "Tabella li turi t-tnaqqis fl-użu ta' posta lokali u dik għal barra bejn l-2001 u l-2005.", "THE CHAIRMAN: Skada l-ħin tad-diskussjoni fil-Kumitat ta' Provvista.", "Il- mistoqsija hi l-emenda għall-vot 41 imressqa mill-Onor.", "Joe Mizzi.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Negatived.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "THE CHAIRMAN: Skond il-mozzjoni ta' proċedura tal-31 ta' Ottubru, 2005 din id-division tittieħed minn hawn u ħames minuti oħra.", "Billi ntalbet votazzjoni l-Kumitat ġie sospiż fin-12.30 a.m. u rriżuma ħames minuti wara", "THE CHAIRMAN: Se nerġa' npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi l-emenda għall-vot 41 imressqa mill-Onor.", "Joe Mizzi.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "THE CHAIRMAN: L-Onor Frederick Azzopardi.", "ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI: Mr Chairman, għan-naħa tal-gvern se jiġu paired l-Onor Michael Frendo u l-Onor Mario Galea.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR JOE MIZZI: Mr Chairman, għan-naħa ta' l-oppożizzjoni se jiġu paired l-Onor Roderick Galdes u l-Onor Karmenu Vella.", "VOTAZZJONI NRU.", "102", "FAVUR : 24 L-Onor. | | | |Abela Carmelo |Dalli Helena | |Abela Joseph |Debono Grech Joe| |Agius Chris |Farrugia Angelo | |Bartolo Evarist |Farrugia Michael| |Brincat Joseph |Farrugia Noel | |Brincat Leo |Gulia Gavin | |Buhagiar Charles |Mangion Charles | |Buontempo Stefan |Mizzi Joe | |Cardona Chris |Parnis Silvio | |Caruana Justyne |Refalo Anton | |Chircop Karl |Sant Alfred | |Cuschieri Joseph |Vella George |", "KONTRA : 32 L-Onor.", "|Abela Anthony |Fenech Antonio | |Agius David |Galea Censu | |Agius Francis |Galea Franco | |Arrigo Robert |Galea Louis | |Asciak Michael |Gatt Austin | |Azzopardi |Gonzi Lawrence | |Frederick | | |Azzopardi Jason |Gonzi Michael | |Borg Tonio |Mifsud Bonnici | | |Antoine | |Cassar Joseph |Mifsud Bonnici | | |Carmelo | |Cristina Dolores |Mugliett Jesmond| |D'Amato Helen |Puli Clyde | |Dalli John |Pullicino George| |de Marco Mario |Pullicino | | |Orlando Jeffrey | |Debono Giovanna |Vassallo Edwin | |Deguara Louis |Zammit Ninu | |Falzon Joseph |Zammit Dimech | | |Francis |", "L-emenda m'għaddietx.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi.", "VOT 41 - MINISTERU GĦALL-INVESTIMENT, INDUSTRIJA U TEKNOLOĠIJA TA' L-INFORMAZZJONI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 40,533,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 41 - Ministeru għall- Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2006.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "THE CHAIRMAN: Din il-votazzjoni tittieħed immedjatament.", "VOTAZZJONI NRU 103 FAVUR : 32", "L-Onor.", "|Abela Anthony |Fenech Antonio | |Agius David |Galea Censu | |Agius Francis |Galea Franco | |Arrigo Robert |Galea Louis | |Asciak Michael |Gatt Austin | |Azzopardi |Gonzi Lawrence | |Frederick | | |Azzopardi Jason |Gonzi Michael | |Borg Tonio |Mifsud Bonnici | | |Antoine | |Cassar Joseph |Mifsud Bonnici | | |Carmelo | |Cristina Dolores |Mugliett Jesmond| |D'Amato Helen |Puli Clyde | |Dalli John |Pullicino George| |de Marco Mario |Pullicino | | |Orlando Jeffrey | |Debono Giovanna |Vassallo Edwin | |Deguara Louis |Zammit Ninu | |Falzon Joseph |Zammit Dimech | | |Francis |", "KONTRA : 24 L-Onor. | | | |Abela Carmelo |Dalli Helena | |Abela Joseph |Debono Grech Joe| |Agius Chris |Farrugia Angelo | |Bartolo Evarist |Farrugia Michael| |Brincat Joseph |Farrugia Noel | |Brincat Leo |Gulia Gavin | |Buhagiar Charles |Mangion Charles | |Buontempo Stefan |Mizzi Joe | |Cardona Chris |Parnis Silvio | |Caruana Justyne |Refalo Anton | |Chircop Karl |Sant Alfred | |Cuschieri Joseph |Vella George |", "Ir-Riżoluzzjoni taħt Vot 41 għaddiet.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi:", "VOT X - MINISTERU GĦALL-INVESTIMENT, INDUSTRIJA U TEKNOLOĠIJA TA' L- INFORMAZZJONI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 26,552,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot X - Ministeru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2006.", "Dawk favur?", "Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt Vot X għaddiet.", "Fi 12.43 p.m. il-Kamra rriżumiet u l-President tal-Kumitat irrapporta li r- Riżoluzzjonijiet taħt Voti 41 u X tal-Ministeru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni kienu ġew approvati mill- Kumitat ta' Provvista.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Viċi Prim Ministru, jekk jogħġbu, iressaq l- Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "TONIO BORG (Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern): Sur President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar il-Ħamis, 10 ta' Novembru 2005, fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:-", "1.", "Kumitat ta' Provvista - Estimi Ġenerali 2006", "It-Tieni Jum", "Voti tal-Ministeru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impieg.", "Infakkar lill-Kamra li skond il-mozzjoni ta' proċedura tal-31 ta' Ottubru 2005 il-ħin tad-diskussjoni fuq dan il-ministeru m'għandux jieħu aktar minn tliet sigħat u nofs.", "Jiġifieri l-ħin tal-mistoqsijiet ma jitteħidx u l- mistoqsijiet jidhru xorta waħda fuq l-aġenda u kollha jingħataw tweġiba bil- miktub.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Kamra hija aġġornata għal-lejla l-Ħamis, 10 ta' Novembru, 2005 fis-6.00p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fis-12.45 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "SAHRA FL-ENEMALTA", "13912.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm sar overtime fl-Enemalta fis-snin 2002, 2003, 2004 u 2005?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.", "MONITORAĠĠ TA' L-ARJA", "13913.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid x'inhuma r-riżultati ta' dawn l- aħħar sentejn tal-monitoraġġ ta' l-arja daparti tal-MEPA?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Il-monitoraġġ ta' l-arja mmexxi mill-pollution prevention and control unit fi ħdan il-MEPA ilu għaddej għal bosta snin.", "Is-sommarju pprovdut f'dan id-dokument jittratta riżultati minn monitoraġġ li sar fl-2003 u 2004.", "Dan il-monitoraġġ jikkonsisti fid-diffusion tube network li jsir f'44 lokalità u real time monitoring permezz ta l-air monitoring station fi Triq Sant'Anna fil-Floriana.", "Dawn huma r-riżultati b'mod ġenerali:", "*Il-kwalità ta' l-arja titqies bħala tajba għal moderata, b'livelli ta' trab fin (PM10) u sulphur dioxide li jridu jingħataw iżjed attenzjoni.", "L- effetti ta' l-ozone fuq is-saħħa tal-bniedem u fuq il-veġetazzjoni wkoll għandhom bżonn ta' l-attenzjoni.", "*Kien hemm tnaqqis sostanzjali fil-livelli tas-sulphur dioxide u benzene fl- arja minn meta beda l-użu ta' fuel nadif fil-power stations (April 2004) u petrol bla ċomb (Jannar 2003) fis-settur tat-trasport.", "*Il-kwalità ta' l-arja f'toroq dojoq u traffikużi hija ta' kwalità inferjuri f'toroq oħra fil-viċinanzi.", "*Meta nikkonsidraw il-pożizzjoni ġeografika ta' pajjiżna, xi livelli ta l- ozone, sulphur dioxide u trab fin (PM10) jistgħu jiġu importati minn pajjiżi oħra u dan jiddependi mill-meteoroloġia li f'każi tista' tiffavorixxi dan il-long range transport", "*Studji inizjali jidentifikaw livelli kemmxejn għoljin ta' trab fin għalkemm iktar studju jrid iseħħ f'dan ir-rigward, speċjalment fil- komponenti ta' dan it-trab u sorsi possibbli.", "*F'żoni partikolari hemm tendenza ta' livelli għoljin ta nitrogen oxides li jistgħu jiġu mnaqqsa b'użu sostenibbli fis-settur tat-trasport u konsum ta' l-enerġija.", "Iktar dettalji ta' dan l-istudju li sar għal sentejn sħaħ ikunu nklużi fl- istate of the environment report 2005 li se joħroġ aktar tard din is-sena.", "SAHRA FIT-TARZNA", "13914.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm sar overtime fiz-żewġ tarznari fis-snin 2002, 2003, 2004 u 2005?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "FONDI MILL-UNJONI EWROPEA", "13915.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid liema huma dawk l-enti jew dipartimenti fid-dekasteru tiegħu li applikaw għal xi forma ta' fondi mill- Unjoni Ewropea?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: L-enti jew dipartimenti fil-ministeru għall- affarijiet rurali u ambjent li applikaw għal xi forma ta' fondi mill-Unjoni Ewropea kienu: id-dipartiment ta' l-agrikoltura bi tliet proġetti taħt l- INTERREG, li wieħed minnhom ġie aċċettat u żewġ proġetti oħra – wieħed mill- WasteServ u ieħor mill-parks unit - li ġew sottomessi lill-awtorità kompetenti nazzjonali tal-programm LIFE fi ħdan il-ministeru tiegħi u kienu mibgħuta lill-kummissjoni.", "Dawn it-tnejn ma ġewx ikkonsidrati għall- għajnuna.", "Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.", "FONDI MILL-UNJONI EWROPEA", "13916.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' il-Ministru jgħid liema huma dawk l-enti jew dipartimenti fid-dekasteru tiegħu li applikaw għal xi forma ta' fondi mill- Unjoni Ewropea?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: L-enti li jaqgħu taħt il-ministeru tiegħi li għamlu applikazzjoni formali għall-fondi mill-Unjoni Ewropea matul din is-sena huma d-diviżjoni tax-xogħlijiet (taqsima tar-restawr) l-awtorita' ta' Malta dwar ir-riżorsi u l-programm għar-riabilitazzjoni tal-Belt Valletta.", "L-applikazzjonijiet saru fil-kuntest tal-programmi INTERREG u twinning light.", "L-eżitu għadu mhux magħruf.", "SAHRA FL-AIR MALTA", "13917.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm sar overtime fl-Airmalta fis-snin 2002, 2003, 2004 u 2005?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.", "BEJGĦ TA' KOTBA MILL-ISKEJJEL", "15220.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid jekk matul din is-sena, il- ministeru jew id-diviżjoni ta' l-edukazzjoni rċevewx ilmenti dwar bejgħ ta' kotba minn skejjel?", "Jikkonferma li bejgħ ta' kotba mill-iskejjel mhux permess li jsir?", "Jista' jgħid jekk dan japplikax ukoll għall-past papers?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: F'din is-sena skolastika, il-ministeru rċeva lment wieħed dwar bejgħ ta' kotba minn skejjel.", "Nikkonferma li mhux permess isir bejgħ ta' kotba mill-iskejjel ħlief għall- past papers ta' l-eżami tal-junior lyceum stampati mill-istamperija tal- gvern.", "KUNTRATTURI FIL-BIĊĊERIJA", "15362.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jinformana għaliex fil-biċċerija hemm kuntratturi jaħdmu fuq proġetti li mhumiex koperti mill-permessi tal-MEPA?", "Jista' jinformana għaliex qed tinkiser il-liġi f'dan ir-rigward?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jispeċifika għal liema proġett jew proġetti qed jirriferi.", "FAĊILITAJIET SPORTIVI", "15363.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jinformani liema huma l- faċilitajiet sportivi li se jiġu upgraded?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "KORP TAL-PULIZIJA", "15364.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' pulizija fil-korp bħalissa u x'kienet il-pożizzjoni fl-erba' snin ta' qabel?", "ONOR.", "TONIO BORG: In-numru globali ta' membri fil-korp tal-pulizija sal- 31 ta' Ottubru , 2005 kien jammonta għal 1,798, filwaqt li fl-erba' snin ta' qabel kien kif ġej:-", "|31 t'Ottubru, 2001 |1,730 | |31 t'Ottubru, 2002 |1,804 | |31 t'Ottubru, 2003 |1,855 | |31 t'Ottubru, 2004 |1,784 |", "KORP TAL-PULIZIJA", "15365.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jinformana meta huwa maħsub li jkun hemm ingaġġ ieħor fil-korp tal-pulizija?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 15194.", "ESTENSJONI TAĊ-ĊNUS", "15369.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jara li jressaq l-iskema għall-estensjoni taż-żmien taċ-ċnus ta' l-irziezet tat-tjur?", "ONOR.", "TONIO BORG: Is-suġġeriment ta' l-Onor.", "Interpellant se jiġi studjat.", "ĦADDIEMA TAS-SEA MALTA", "15370.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jinformana bl-aħħar żvilupp dwar il-pożizzjoni tal-ħaddiema tas-Sea Malta?", "Kemm huwa minnu li dawn il-ħaddiema huma miżmuma milli jmorru ma' xi dipartiment governattiv?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "AKKOMODAZZJONI GĦAL ĦADDIEMA BARRANIN", "15393.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: B'riferenza għall- mistoqsijiet parlamentari 14899 u 15143, jista' il-Ministru jgħid jekk din is-sena t-tarzna ħassritx proċess ta' għażla għal servizz ta' akkomodazzjoni għall-ħaddiema barranin u reġgħet bdiet il-proċedura mill- ġdid?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "COMMONWEALTH YOUTH FORUM", "15396.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' il-Ministru jgħid għaliex il-youth workers association mhix tingħata l-opportunita' li tkun involuta fil-Commonwealth youth forum?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: L-Onor.", "Interpellant hu mitlub jagħmel il- mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "GĦALLIEMA FI SKEJJEL TA' L-ISTAT", "15414.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm għalliema f'kull skola primarja, sekondarja u post-sekondarja fl-iskejjel ta' l-istat?", "Jista' jgħid kemm hemm tfal f'kull klassi fi skejjel primarji u dawk sekondarji?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li n-numru ta' għalliema fl-iskejjel tal- gvern huwa ta' 885 fil-primarji, 1,992 fis-sekondarji u 196 fil-post- sekondarji.", "Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija, nirriferi l-Onor.", "Membru għat-tweġibiet ta' mistoqsijiet parlamentari 14513 u 14514.", "RAPPORT DWAR L-ISTIPENDJI", "15415.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid jekk f'dawn l-aħħar xhur kienx hemm xi rapport dwar l-istipendji qabel ma l-gvern ħabbar tnaqqis f'din is-sistema?", "Jista' ipoġġi kopja ta' dan ir-rapport fuq il-mejda tal- Kamra?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Kif jaf l-Onor.", "Membru, wara r-rapport Chalmers li diġa' ġie ppubblikat, kien hemm xhur ta' diskussjonijiet mal-kunsill studenti universitarji dwar ir-reviżjoni tas-sistema ta' l-istipendji.", "PERSUNI ILLITTERATI", "15416.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 14977, jista' jgħid jekk jeżistix xi mekkaniżmu ieħor sabiex isir magħruf kemm nies hawn illitterati minbarra ċ-ċensiment li jsir kull għaxar snin?", "Għallinqas hemm xi statistika dwar kemm jista' ikun dan in-numru?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li apparti ċ-ċensiment li se jibda jitwettaq dan ix-xahar, l-uffiċċju nazzjonali ta' l-istatistika minn żmien għal żmien jirriċerka r-rata ta' illitteriżmu fl-istħarriġ li jorganizza.", "Fi stqarrija maħruġa mill-uffiċċju nazzjonali ta' l-istatistika f'Lulju 2004 ir-rata ta' litteriżmu reġistrata hija ta' 92.8%.", "PROGRAMMI TAĦT L-EDRC", "15417.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid xi programmi qed jitwettqu taħt l-EDRC minn meta Malta saret membru ta' l-Unjoni Ewropea?", "Kien hemm xi bidla minn meta sirna membri?", "Fiex kienet tikkonsisti din il-bidla?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif mitlub qed jitpoġġa fuq il-mejda tal- Kamra.", "SENIOR ENFORCEMENT OFFICER MA' L-ADT", "15425.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jikkonferma l-Ministru li minkejja li senior enforcement officer ma' l-ADT ilu sospiż għal diversi xhur, għadu sal-lum jitħallas il-paga sħiħa?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ninsab informat li s-senior enforcement officer li ġie sospiż diversi xhur ilu m'għadux jitħallas il-paga sħiħa."]} {"filename": "20050711_289d_par.doc", "date": "2005-07-11", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Uffiċjali u Rivedut) L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 289 It-Tnejn, 11 ta' Lulju, 2005 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 289 It-Tnejn, 11 ta' Lulju, 2005", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.02 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "289", "It-Tnejn, 11 ta' Lulju, 2005", "WERREJ", "MINUTI 393", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 393", "TQEGĦID TA' KARTI 400", "MOZZJONIJIET", "ABBOZZ TA' LIĠI BIEX JIĠU STABILITI IBĦRA TAS-SAJD U ĠURISDIZZJONI", "MARITTIMA ESTIŻA (L-EWWEL QARI)", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IL-PATRIMONJU KULTURALI (IT-TIENI QARI)", "CULTURAL HERITAGE BILL (SECOND READING) 402", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IL-LIĊENZI TAL-KUMMERĊ (IT-TIENI QARI)", "TRADING LICENCES (AMENDMENT) BILL (SECOND READING) 419", "AĠĠORNAMENT 426", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 432", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 288 li saret fis-6 ta' Lulju, 2005 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "VETTURI SELF-DRIVE U GARAGE-HIRE", "12998.", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI (f'isem l-Onor.", "Franco Galea) staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jgħid kemm vetturi self-drive bl-ittra \"K\" u vetturi garage-hire bl-ittri \"GY\" ġew reġistrati bejn l-1999 u l-2004?", "Jista' jgħid ukoll kemm minn dawk li ġew reġistrati bejn l-1999 u l-2001 inbidlitilhom il-pjanċa minn dik tal-kiri għal waħda privata?", "Jista' jgħid x'inhu l-mudell ta' dawn il-vetturi?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT (Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq): Waqt li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra, xtaqt ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-vetturi li nbidlitilhom il-pjanċa minn dik tal-kiri għal waħda privata bejn l-1999 u l-2001 jammontaw għal 2061.", "QERDA TA' DROGA", "13122.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk id-droga li tinqabad mill-pulizija tiġix ittestjata qabel ma tiġi distrutta?", "Kif isir il-proċess ta' distruzzjoni u min ikun preżenti?", "X'ġie distrutt is-sena l-oħra u din is-sena?", "Kien hemm diskrepanzi fil-purita' bejn meta saret is-sejba u qabel ma nqerdet?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (Segretarju Parlamentari) (f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern): Filwaqt li nirriferi lill- Onor. Interpellant għat-tweġiba li jien tajt għall-mistoqsija parlamentari 8974, ninsab informat illi d-distruzzjoni tad-droga ssir skond l-ordni tal- qorti.", "Wara jsir rapport tal-proċeduri kollha - proċess verbal - għas- sodisfazzjon tal-qorti skond il-liġi.", "Qatt ma rriżultaw id-diskrepanzi intavolati fid-domanda.", "KORP TAL-PULIZIJA", "13126.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hawn pulizija u x'rank għandhom?", "Kemm ilhom fil-korp?", "Kemm hemm li ilhom aktar minn 25 sena u f'liema skwadra qegħdin?", "ONOR.", "TONIO BORG (Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern): Fil-preżent hemm 1,726 membru fil-korp tal-pulizija mqassmin kif ġej, b'168 minnhom b'aktar minn 25 sena servizz.", "| |Irġie|Nisa |25 | | |l | |sena+ | |Kummissarju | | - | 1 | | |1 | | | |Deputat | | - | 1 | |Kummissarju |1 | | | |Assistent | | - | 7 | |Kummissarji |9 | | | |Supretendenti| | 1|10 | | |20 | | | |Spetturi | | 15 | 9 | | |76 | | | |Surġent | | - | 1 | |Maġġur |1 | | | |Surġenti | | 25 |49 | | |282 | | | |Kuntistabbli |1,086|209 |90 |", "Ma nħossx li tagħrif aktar dettaljat dwar l-operat tal-korp tal-pulizija għandu jkun ippubblikat.", "INFERMIERA MAL-GVERN", "13127.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn nurses impjegati mal-gvern u fejn huma stazzjonati?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita`): Ninsab informat li n-numru ta' nurses impjegati mal-gvern huwa ta' 1918, stazzjonati kif ġej:", "|Sptar San Luqa |1130| |Sptar Monte | | |Karmeli |218 | |Sptar Sir Paul | | |Boffa |69 | |Anzjani u Kura | | |fil-Komunita' |312 | |Blood Transfusion| | |Centre |9 | |Primary | | |Healthcare |163 | |Policy and | | |Planning |2 | |Corporate | | |Services |1 | |Directorate | | |Health | | |Information |4 | |Nursing Service | | |Directorate |4 | |Public Health | | | |6 |", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, riċentement persuna minn Ħal Qormi ngħatat xi kura tal-ġilda ġewwa l-poliklinika ta' l-istess lokalita'.", "Meta din marret biex tkompli tikkura ruħha fil-poliklinika ta' Bormla, peress li ma baqgħetx toqgħod Ħal Qormi, qalulha li ma setgħux jikkurawha għax ma kellhomx biex.", "Il-Ministru jikkonferma li mhux il-polikliniċi kollha huma attrezzati biex jagħtu l-istess servizz?", "Jekk dan huwa minnu, jista' dan l- individwu jingħata servizz fil-poliklinika ta' Bormla?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Iva, nikkonferma li hemm diversi ċentri tas-saħħa li ma jipprovdux is-servizzi kollha.", "Aħna nagħtu s-servizzi skond id- domanda li jkollna u mpenjajna ruħna biex nagħmlu l-aħjar użu mir-riżorsi umani li għandna.", "Għandi nifhem li l-Onor.", "Interpellant qed jirriferi għall-kliniċi li jittrattaw l-ulċeri.", "Mill-memorja nista' ngħid li hemm żewġ health centres li żgur joffru dan is-servizz, dak tar-Rabat u dak ta' Ħal Qormi, pero' ma neskludix li jista' ikun hemm xi health centre ieħor li wkoll jipprovdi għal dan.", "Meta pazjent ikun joqgħod f'post bħal Ħal Qormi u jmur għall-villeġjatura f'Birżebbuġa, per eżempju, dan jiġi riferut għall-catchment area ta' Birżebbuġa mingħajr ma jkun staqsa jekk tali servizz huwiex available hemmhekk.", "Ma neskludix li jista' ikun staqsa lin-nurse u forsi din ma tkunx taf twieġbu, pero' nerġa' nikkonferma li jeżistu health centres fejn ċerti servizzi ma jingħatawx.", "Ovvjament jekk it-talba għal ċerti servizzi tiżdied, ikollna nikkonsidraw jekk nibdewx nipprovduhom f'health centres oħra, Sur President.", "Per eżempju, mhux kull ċentru tas-saħħa joffri servizz ta' podoloġija jew kura tal-glaucoma.", "Lanqas faċilita' ta' X-rays ma nsibu f'kull ċentru tas- saħħa.", "Dan jiddependi mill-workload li jkun hemm fil-health centres innifishom.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Peress li n-naħa t'isfel ta' Malta hija eskluża minn dan is-servizz, jista' il-Ministru jikkonsidra li almenu f'Raħal Ġdid, jekk mhux f'Bormla, fejn hemm numru ta' każi bi problemi soċjali, jibda jingħata dan it-tip ta' servizz?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Jiena wkoll naraha stramba li f'health centre daqstant kbir ma jingħatax dan is-servizz, pero' se nindaga għax dan ma neskludihx.", "Li naf żgur hu li kien hemm min jinqeda biċ-ċentru tas-saħħa tal-lokalita' tiegħu u meta mar joqgħod San Pawl il-Baħar, ipprovdewlu t- trasport biex ikun jista' imur fil-health centre tar-Rabat.", "Pero' se niċċekkja u nkun nista' ngħaddilu l-informazzjoni f'xi ħin ieħor, Sur President.", "TOBBA BARRANIN MAL-GVERN", "13128.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Billi tobba barranin li jaħdmu f'Malta għandhom paga ogħla minn dik tal-Maltin, jista' il-Ministru jgħid jekk dawk li ġejjin minn pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea għadhomx igawdu xi vantaġġ?", "Kemm telqu minħabba f'hekk?", "Kemm hawn tobba minn pajjiżi barra mill-Unjoni Ewropea?", "X'pagi u perks għandhom?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tobba barranin kollha li jaħdmu f'Malta, minbarra wieħed, għandhom l-istess paga bħal tobba Maltin.", "Minbarra dan jitħallsu expatriate allowance ta' Lm1,400 fis-sena.", "Ma titħallasx taxxa fuq is-salarju u l-imsemmija allowance, xi ħaġa li tapplika għat-tobba barranin kollha, kemm dawk li ġejjin minn pajjiżi ta' l- Unjoni Ewropea kif ukoll oħrajn.", "Hemm 25 tabib barrani li ġejjin minn pajjiżi barra l-Unjoni Ewropea.", "Tobba barranin għandhom ukoll dritt għal biljett ta' l-ajru - kemm għalihom kif ukoll għall-familjari tagħhom – biex ikunu jistgħu iżuru pajjiżhom b'kuntratt ta' sena.", "Bħalissa qegħdin isiru t-taħditiet biex dawn il-kuntratti jiġu riveduti.", "Dawk it-tobba li temmew l-impjieg tagħhom ma tawx raġuni għala għamlu dan.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Marie Louise Coleiro, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Jista' il-Ministru jgħidli kemm hemm anzjani jistennew biex jidħlu f'St. Vincent de Paule jew f'xi residenza oħra tal- gvern?", "X'qed jagħmel il-gvern biex inaqqas in-numru ta' dawn l-anzjani, li ħafna minnhom ma jistgħux jgħixu indipendentement ġewwa djahom u qed jistennew b'ħerqa li jiġu ammessi f'waħda minn dawn id-djar?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Mr Speaker, jekk niftakar sew, hemm bejn 700 u 750-il applikazzjoni ta' anzjani li qed jistennew biex jidħlu f'St. Vincent de Paule jew f'xi residenza oħra tal-gvern.", "L-ewwel m'għamilna kien eżerċizzju biex naraw kemm minn dawn il-persuni qegħdin jidhru fuq iż-żewġ listi, u cioe' dik li tinkludi persuni li jridu jidħlu f'xi home u oħra li tinkludi persuni li jridu jidħlu f'St. Vincent de Paule.", "Għaddejin ukoll bi proċess fejn b'koperazzjoni mas-settur privat, qed naraw kif nistgħu nissupplimentaw il-pensjoni ta' dawn in-nies biex ikunu jistgħu jużaw ukoll faċilitajiet li llum joffri l-privat.", "Barra minn hekk, l-Onor.", "Coleiro taf li dalwaqt tibda d-dar ta' l-anzjani tal-Mellieħa – din se titħaddem b'sistema ta' public private partnership - u qed noffru wkoll sistemi għax nemmnu li l-aħjar post fejn wieħed jista' jikkura lill-anzjani huwa ġewwa l-komunita'.", "Għalhekk nidejna numru ta' servizzi biex dan nagħmluh kemm jista' ikun possibbli.", "Irridu wkoll nqajmu kuxjenza soċjali fost il-qraba u ulied ta' anzjani biex kemm jista' ikun, huma wkoll jagħtu s-sehem u l-kontribut tagħhom għax wara kollox dawn il-persuni jixirqilhom li jiġu apprezzati għal dak kollu li jkunu għamlu ma' uliedhom.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Coleiro.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Meta hu maħsub li dawn is-700 anzjan u anzjana jiġu ammessi f'xi waħda mir-residenzi li għandu l-gvern?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Għalkemm jiena għedt li hemm madwar 700 anzjan u anzjana fuq il-waiting list, ma jfissirx li dawn kollha għandhom il-bżonn immedjat li jidħlu f'xi residenza tal-gvern.", "Barra minn hekk, dawk li ilhom li applikaw mhux bilfors li għandhom priorita' fuq ħaddieħor.", "Xi ġimgħatejn ilu, meta kont qed nitkellem fuq l-istess suġġett, semmejt każ ta' anzjana li kienet fuq il-lista biex tidħol ġewwa St. Vincent de Paule u meta bgħatna għaliha, qaltilna biex nistennew ftit ieħor għax kienet beħsiebha tqatta' xahrejn il-Canada ħdejn it-tifel!", "Jiġifieri minbarra l- eżerċizzju li qed nagħmlu biex naraw kemm minn dawn l-applikazzjonijiet huma dupplikati, qed naraw ukoll l-urġenza ta' kull każ fuq bażi individwali.", "Qabel, biex wieħed jidħol f'San Vincenz, kien jgħaddi minn bord li primarjament kien janalizza u jara biss il-bżonnijiet mediċi tiegħu.", "Dan il-bord wessajnih iżjed billi poġġejna fih rappreżentanza tal-pazjenti nfushom u fih hemm ukoll l-input tas-social workers.", "Issa ħafna drabi meta wieħed janalizza dawn l-applikazzjonijiet isib li hemm diskrepanza bejn it- talba li jkun għamel it-tabib li jkun mela' dik il-formola, jiġifieri t- tabib privat ta' l-individwu, li ovvjament ikun aktar suġġett għall- pressjoni biex jagħmel l-applikazzjoni urġenti u l-analisi li ssir mill- ġdid mit-tobba tad-dipartiment meta nibagħtu s-social workers biex jaraw każi individwali.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Coleiro.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Imma x'tip ta' fast track teżisti għal dawk l-anzjani li jinsabu abbandunati u għandhom bżonn jiġu ammessi f'dar ta' l- anzjani kemm jista' jkun malajr?", "Mhux neċessarjament qed nirriferi għal dawk il-persuni li l-qraba tagħhom ma jagħtux kashom għax ma jridux jerfgħu r-responsabbilta' tagħhom.", "Jista' ikun li dawn ma jkunux f'pożizzjoni li jieħdu ħsieb l-anzjani li jiġu minnhom għax huma stess ikollhom ċerta eta', u anke, għax forsi jkunu jbatu minn xi kondizzjoni medika u allura ma jkunux jistgħu jduru bihom.", "Jiena personalment ġieli ġbidt l-attenzjoni għal dan l-istat ta' fatt imma sfortunatament, minħabba nuqqas ta' spazju, il-ħaġa qed tieħu fit-tul, naturalment għad-detriment ta' l-anzjani nfushom.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Naħseb li fast track teżisti, fis-sens li wieħed jistenna li meta jkun hemm każ urġenti, it-tabib li jimla' il-formola jċempel lis-supretendent jew lill-uffiċjal inkarigat u jkellmu ras' imbras dwar l-urġenza tal-każ.", "Imma wieħed irid jifhem li m'għandniex 700 post available u allura trid tara x'inhuma l-prioritajiet.", "Qegħdin naħsbu wkoll biex kemm jista' ikun intawlu l-iskema, Sur President.", "Fil-fatt konna ħriġna somma sostanzjali biex nissussidjaw ir-residenzi fil- privat biex jieħdu aktar anzjani, pero' nafu wkoll li r-rata ta' anzjani qiegħda dejjem tiżdied u nistgħu ngħidu li fi żmien 20 sena oħra, se tkun madwar 20% tal-popolazzjoni.", "Kif għedna, l-aktar ħaġa importanti li nixtiequ nagħmlu hi li noffru aktar servizzi biex kemm jista' ikun inżommu lill-anzjani jgħixu fil-komunita'.", "Ħaġa oħra li d-dipartiment qiegħed jaħseb fuqha hi kif nistgħu ngħinu lill- carers u lill-ulied ta' l-istess anzjani billi niffaċilitawlhom iżjed ħajjithom meta jkunu qegħdin jduru bil-ġenituri tagħhom.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Coleiro.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Mr Speaker, jiena personalment naf b'ħafna każi ta' anzjani li għandhom bżonn urġenti li jinġabru f'xi waħda mir- residenzi tal-gvern.", "Jista' għalhekk il-Ministru jgħidli x'inhuma l- kriterji tal-fast track peress li milli jidher, dan il-proċess mhux qed jassorbi lil dawn it-tip ta' nies?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nerġa' nirrepeti li għalkemm jeżistu kriterji ġenerali, kull każ jiġi analizzat fuq il-merti individwali tiegħu.", "Jekk l- Onor. Membru taf b'xi każi li jidhrilha li huma urġenti, każi li ma ngħatawx l-attenzjoni li suppost ingħataw, nitlobha tgħaddihomli ħalli nkun nista' niċċekkja dwarhom.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Coleiro.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Nirringrazzja lill-Ministru u nieħu pjaċir ngħaddilu l-informazzjoni li għandi, Sur President.", "Jista' il-Ministru jgħidli wkoll x'passi qegħdin jittieħdu b'mod konkret fir-rigward ta' dak li tkellem dwaru l-awditur ġenerali fil-performance audit on the quality of life for the elderly at St. Vincent de Paule?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Sur President, bi pjaċir ngħid li aħna ma qgħadniex nistennew li joħroġ ir-rapport, anzi dak li hemm irrakkmandat diġa' qiegħed jitwettaq.", "L-awditur qal li hemm bżonn li jkun hemm sistema ta' admission li tkun iktar trasparenti u jien fil-fatt għadni kemm semmejt illi l-kostituzzjoni ta' l-admission board inbidlet biex tħares mill-ġdid lejn ċerti kriterji li forsi mhumiex qegħdin jingħataw attenzjoni biżżejjed u naħseb li r-riżultat qiegħed jibda jidher ukoll.", "Nerġa' ngħid li neħħejna l-predominanza tat- tobba minn fuq il-bord u daħħalna elementi ġodda biex inkunu qegħdin inħarsu lejn il-każi li jiġu quddiemna b'mod aktar sħiħ.", "Għal dak li għandu x'jaqsam ma' ċerti nuqqasijiet ta' servizzi, naħseb li l-kollega tiegħi taf ukoll illi saru stqarrijiet, anke ġewwa dan il- Parlament, illi huwa l-ħsieb tal-gvern li fir-riforma tas-saħħa, jikkonċentra l-ħidma tiegħu l-iktar fuq dawk li ngħidulhom il-core services, jiġifieri l-għoti tas-servizzi, mentri servizzi anċillari bħalma huma l-catering, il-cleaning, it-trasport u affarijiet oħra bħal dawn, jiġu farmed-out.", "Naħseb li hawnhekk f'ċerti aspetti mxejna mingħajr ma qgħadna noqogħdu nistennew ir-rapport ta' l-awditur.", "Per eżempju, fejn għandu x'jaqsam ma' laundry, St. Vincent de Paule diġa' jagħmel użu minn sistema ta' koperattiva li tagħti servizz lill-isptar San Luqa, l-isptar Boffa u l-isptar t'Għawdex.", "Il-ġimgħa li għaddiet anke ħarġet it-tender għall-catering ta' l-isptar San Luqa, ta' l-isptar Mater Dei u ta' l-isptar Boffa.", "U t-tieni tender li naturalment toħroġ wara li tingħata l-ewwel waħda, se tkun dik li tkopri kemm il-homes kif ukoll ir- residenza St. Vincent de Paule.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Coleiro.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Jista' il-Ministru jgħid min ikun qed jagħmel monitoring ta' l-ikel li jingħata lill-anzjani biex jara li tinżammilhom id-dieta?", "Peress li St. Vincent de Paule m'huwiex farmed-out, id-dieta li jingħataw l-anzjani żgur li m'hijiex skond id-dieta tagħhom.", "Imma jekk dan is-servizz se jiġi farmed-out, min se jkun qed jagħmel il- monitoring neċessarju?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-ewwelnett wieħed irid ikun aktar preċiż qabel ma jgħid li l-anzjani m'humiex qegħdin jingħataw id-dieta.", "In fatti waħda mill- affarijiet ġewwa r-residenzi ta' l-anzjani li l-iktar li tolqot lill- pazjenti tagħna hija d-dijabete.", "Illum id-dijabetiċi jistgħu jieklu li jridu basta jikkontrollaw l-ammont ta' ikel li jieklu.", "Issa ħafna drabi meta anzjan tipprova tikkontrollalu d-dijabete billi tagħtih porzjonijiet żgħar, jibda jgergirlek li mhux qed jiekol biżżejjed.", "Jiġifieri ma jfissirx li għax ikollok anzjan ibati biz-zokkor irid bilfors jingħata dieta speċjali meta jista' jiġi kkontrollat bil-kwantita' ta' ikel li jieħu.", "Ħaġa li qegħdin naħsbu fuqha wkoll u fil-fatt se tkun attwata hi li meta joħroġ it-tender ...", "Fil-fatt tlett ijiem oħra se ssir l-ewwel laqgħa għal kulmin hu interessat li jitfa' l-offerta għall-isptar Mater Dei, għall- isptar San Luqa u għall-isptar Boffa u dan sabiex jiġi ċċarat dak li qed nesiġu mit-tenderer.", "Fost dawn il-kondizzjonijiet hemm li l-caterer irid jipprovdi menus differenti kif identifikati minn nutritionists, li nkunu nafu pressappoco l-kaloriji ta' l-ikel u ovvjament se jkun hemm dieti differenti skond il-mard li wieħed ikun ibati bih.", "Pero' irrid nerġa' nenfasizza li ma jfissirx li għax hemm id-dijabetiċi, trid tipprovdi dieta speċifika għalihom, Sur President.", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "HELEN D'AMATO (Segretarju Parlamentari): Nixtieq inżid xi ħaġa ma' dak li għadu kif qal il-Ministru, u cioe' li meta kienu ġew set il-menus għal San Vincenz kien hemm l-input ta' dietician.", "Per eżempju, fil-preżent hemm meals board – hemm ukoll nutritionist fuq il-board - li qed jara li l- menus li jkunu qegħdin jiġu ppreparati jirrispettaw ċerti requirements.", "Pero' nerġa' nenfasizza li l-iktar li aħna nisimgħu hija dwar id-dijabete, kif spjega tajjeb il-Ministru, li tiġi kkontrollata at ward level.", "Jiġifieri min ikun qed iqassam l-ikel - normalment in-nursing officer jew id-deputy nursing officer - ikun jaf eżattament min huma l-pazjenti u x'jistgħu u ma jistgħux jieklu u allura jkun jista' isir ċertu kontroll f'dak il-livell, Sur President.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Coleiro.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Jiena mhux fuq il-menus qed nitkellem imma fuq what is actually given lir-residenti għax il-familjari ta' l-anzjani jitkellmu fuq l-ikel li attwalment jingħataw lil qrabathom.", "Darba minnhom, niftakar li kien is-Sibt, kont qiegħda fil-Mosta home u stajt ninnota li l-anzjani kellhom party platter.", "Fil-fatt qaluli li l- anzjani jingħataw sausage rolls u dawn it-tip ta' affarijiet kull nhar ta' Sibt u għalmin għandu d-dijabete ma nafx kemm verament qed jingħata d-dieta li suppost, Sur President.", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "HELEN D'AMATO: Għandha raġun l-Onor.", "Coleiro tgħid li s-Sibt inzertat il-party platter.", "Skond l-għażla tar-resident jekk jagħżilx il- party platter jew le, għax dakinhar l-anzjan ikun jista' jagħżel xi ħaġa oħra ta' l-ikel.", "Il-party platter huwa parti mill-għażla.", "Jekk l-anzjan jagħżel li jieħu l-party platter jingħata l-party platter, imma jekk jagħżel li dakinhar jieħu t-tiġieġ jingħata t-tiġieġ, Sur President.", "ĦADDIEMA F'AZJENDI PARASTATALI", "13129.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm impjegati f'azjendi parastatali li huma intitolati għal karozza?", "X'job għandhom u fejn jaħdmu?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni): Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.", "PERFORMANCE BONUS LIL UFFIĊJALI PUBBLIĊI", "13130.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hemm membri tas-servizz civili li ngħataw performance bonus is-sena l-oħra?", "Kemm hemm li ma ngħatawx il-bonus?", "Min huma dawk intitolati għalih?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li għas-sena 2004 tħallset is-somma globali ta' Lm254,383 lil dawk l-impjegati tal-gvern li huma intitolati għall-performance bonus, inkluż dawk fl-armata.", "Dawn il-performance bonuses jitħallsu fuq kriterji stabiliti u abbażi ta' riżultati miksuba skond kif provdut fil-kuntratt li għandhom, f'pożizzjoni jew bi ftehim ta' klassifikazzjoni li jirregola l-grad tagħhom kif applikabbli.", "JUNIOR LYCEUM TAL-HANDAQ – EŻAMI TA' L-ISTORJA", "13371.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid jekk huwiex minnu jew le li partijiet sostanzjali mill-karta ta' l-eżami ta' l-istorja ta' form IV fil- junior lyceum, Tal-Ħandaq ma ġiex magħmul fil-klassi matul is-sena skolastika?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi): Informat li l-ilment imqanqal ma jirriżultax.", "L-eżami ta' l-istorja tal- form IV li għalih qed jirriferi l-Onor.", "Interpellant huwa l-eżami annwali għall-junior lyceums kollha, bil-karta ta' l-eżami konformi mas-sillabu.", "In-nuqqas ta' ilmenti mill-junionr lyceums l-oħra jixhdu dan.", "Skond l-informazzjoni li għandi kien hemm problema fil-junior lyceum f'Tal- Ħandaq f'eżerċizzju wieħed u mhux f'partijiet sostanzjali tal-karta.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-Mistoqsijiet għadda.", "Insejjaħ lill- Ministru George Pullicino.", "KUMITATI PERMANENTI", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO (Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent): Sur President, bħala President tal-Kumitat Permanenti għall-Ippjanar ta' l- Iżvilupp, nixtieq nirrapporta li ltqajna wara nofsinhar sabiex niddiskutu r- riżoluzzjoni fuq il-partial review tal-pjan ta' struttura għall-użu ta' art mill-micro enterprises u SMEs.", "Irrid ngħid li dik ir-riżoluzzjoni ġiet approvata iżda mhux unanimament u għalhekk se titressaq quddiem din il-Kamra.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "TONIO BORG: Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru. 242 ta' l-2005 - Regolamenti ta' l-2005 li jemendaw ir-regolamenti dwar skema ta' reġistrazzjoni dwar l-investimenti;", "Rapport finanzjarju għas-sena 2004; u", "K.L.B.L. 49/7/2005 – Bye-Laws ta' l-2005 dwar reklami fuq għamara tat- toroq (Qrendi).", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Louis Deguara.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:-", "Tagħrif dwar impjegati fid-djar residenzjali tal-Gżira, Floriana, Mosta, Msida u Mtarfa, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 13480.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Austin Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar impjegati li ġew sospiżi/mkeċċija jew immultati f'dipartimenti, enti u kumpanniji taħt ir-responsabbilta' tal- ministeru, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 13457; u", "f'isem il-Ministru għall-Kompetittivita` u Komunikazzjoni nqiegħed fuq il- mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru. 243 ta' l-2005 - Cosmetic products (Amendment) (No. 2) Regulations, 2005.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru George Pullicino.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru. 241 ta' l-2005 - Regoli ta' l-2005 dwar il-metodi għat-teħid ta' kampjuni u metodi ta' analisi għall-kontroll uffiċjali ta' diossini u d-determinazzjoni ta' PCB fl-għalf simili għad- Diossina.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Dolores Cristina.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA (Ministru tal-Familja u Solidarjeta` Soċjali): Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tabelli li juru l-kontribuzzjonijiet miġbura minn anzjani fi djar residenzjali tal-gvern, f'San Vincenz de Paule u fi djar residenzjali tal-privat taħt il-private/public partnership bejn Jannar u Mejju 2005, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 13513.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sur President, fis-27 ta' Ġunju, fil-laqgħa tal-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra kont tlabtek sabiex tagħti ruling dwar script tal-laqgħa tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali.", "Nixtieq infakkrek li minn dik il-ġurnata għadni ma ngħatajtx kopja ta' l- iscript u inħoss li bħala membru parlamentari, qiegħed niġi mċaħħad milli nagħmel ix-xogħol tiegħi kif suppost.", "Issa, qed navżak li ma nistax naqdi dmiri kif suppost!", "Suppost li dan il-Parlament huwa l-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż u fejn jipproteġi d-demokrazija vera tal-pajjiż sabiex l-affarijiet iseħħu b'mod trasparenti.", "Pero' nerġa'", "ngħidlek li sal-lum għadni ma nistax nagħmel xogħli, Sur President.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Is-Sedja se tagħti ruling fil-ġranet li ġejjin.", "Ngħaddu issa għal Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Il-Ministru Frendo.", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO (Ministru ta' l-Affarijiet Barranin): Sur President, nitlob il-permess tal-Kamra sabiex inressaq mozzjoni mingħajr avviż.", "MR SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata", "MOZZJONIJIET", "ABBOZZ TA' LIĠI BIEX JIĠU STABILITI IBĦRA TAS-SAJD U ĠURISDIZZJONI MARITTIMA ESTIŻA", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Sur President, nipproponi l-Ewwel Qari ta' l- Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att ta' l-2005 biex jiġu stabiliti Ibħra tas-Sajd u Ġurisdizzjoni Marittima Estiża\".", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "MARIO GALEA: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att ta' l- 2005 biex jiġu stabbiliti Ibħra tas-Sajd u Ġurisdizzjoni Marittima Estiża\" jiġi moqri l-Ewwel Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri l-Ewwel Darba.", "MR SPEAKER: Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IL-PATRIMONJU KULTURALI", "CULTURAL HERITAGE BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri Ikompli mill-5 ta' Lulju, 2005 Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet", "MR SPEAKER: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sur President, naħseb li kulħadd huwa konxju li f'pajjiżna għandna wirt storiku u kulturali kbir, pero' qiegħed nibża li dan il-wirt kulturali għandu għomru qasir jekk kemm-il darba ma niħdux ħsiebu u ma jkollniex istituzzjonijiet serji sabiex iħarsuh.", "Irrid ngħid ukoll li f'dawn l-aħħar 20 sena gvern Nazzjonalista ħoloq ħafna entitajiet li suppost kellhom iħarsu l-wirt nazzjonali tagħna iżda ħafna drabi dawn spiċċaw iħarsu biss l-interessi ta' xi persuni partikolari!", "Konsegwenza ta' dan rajna sensiela ta' restawr jew interventi żbaljati, frott ta' l-inkompetenza li biha ħadmu dawn l-istituzzjonijiet.", "Nibda billi nsemmi l-bini mill-ġdid ta' parti minn Scamps Palace fil-Birgu.", "Hawnhekk kienet intużat ġebla li m'għandha x'taqsam xejn mat-tip ta' ġebla reżistenti li kienu wżaw il-kavallieri meta kienu bnew dak il-palazz.", "Niftakar li din il-kwestjoni kont qajjimtha wkoll meta kont membru fi ħdan l-Awtorita' ta' l-Ippjanar iżda xorta waħda l-ħneżrija tal-bini baqgħet għaddejja!", "Sur President, irrid insemmi wkoll l-użu tal-kimika EDTA sabiex jitnaddfu l- affreski fil-palazz ta' Verdala.", "Din hija kimika aggressiva ħafna u hija xi ħaġa oħra li wieħed irid jikkundannaha.", "Hemm ukoll il-pavimentar ta' l- Imdina fejn inġabet ġebla minn Sqallija li ma kenitx tajba għal dan l-użu!", "Allura nista' ngħid li minflok ma rajna koperazzjoni bejn l-entitajiet li nħolqu mill-gvern u mill-Universita', rajna biss kompetizzjoni negattiva bejniethom li saħansitra wasslet sabiex ikun hemm sparpaljar ta' riżorsi umani u ta' għodda.", "Madankollu naħseb li l-agħar każ ta' ħela ta' riżorsi u flus jibqa' dak li għamel iċ-Ċentru Malti għar-Restawr li jinstab fil-Kalkara.", "Dan iċ-ċentru suppost li jagħti eżempju f'dan il-qasam, imma minflok qed insibu ħafna affarijiet ta' kritika fuqu!", "Naħseb li kulħadd jaf li f'dawn l-aħħar tliet snin jiena tkellimt u ktibt bosta drabi fuq il-mismanagement u fuq l-abbużi li kienu qed iseħħu f'dan iċ-ċentru.", "Per eżempju, irrid insemmi l-bini llegali li sar ġewwa dan iċ-ċentru għar-restawr f'Bighi.", "Dan il-bini ttella' bla permess miċ-ċentru stess meta dan suppost qiegħed jagħti l- eżempju ta' kif jiġu rrestawrati postijiet storiċi u antiki!", "Pero' l- eżempju li ta kien wieħed ħażin!", "Sur President, dak l-iżvilupp li sar ma kellux isir, iżda xorta waħda sar!", "Mhux hekk biss, imma nbena b'mod illegali minn min suppost qiegħed jagħti eżempju sabiex l-affarijiet isiru kif suppost!", "Madankollu, minħabba li dawn ħasbu li huma 'l fuq mil-liġi ħasbu li setgħu jagħmlu li jridu!", "Is- Sur Cannataci, iċ-chairman ta' dan iċ-ċentru, qabad u ħa l-liġi b'idejh u bena mingħajr permess.", "Meta mbagħad ġie mistoqsi fuq dan l-aġir, is-Sur Cannataci beda jġib ħafna skużi u daqqa jwaħħal fl-Awtorita' ta' l-Ippjanar u daqqa jwaħħal f'xi ħaġa oħra.", "Beda jġib l-iskuża li hu kien ilu ħafna li applika għal dan l-iżvilupp imma l-Awtorita' ta' l-Ippjanar baqgħet titnikker.", "Madankollu l-awtorita' kienet irrispondietu li hu ma ressaqx l- affarijiet li kellu jressaq quddiemha, iżda s-Sur Cannataci xorta waħda baqa' jġib l-iskużi.", "Tajjeb li ngħid ukoll li fl-Awtorita' ta' l-Ippjanar kien ġie deċiż li dak il-bini kellu jitwaqqa'.", "Pero' għaddew kważi ħames snin minn dik id- deċiżjoni u l-bini għadu ma twaqqax!", "Ix-xogħol fuqu waqaf iżda dak li laħaq sar ma twaqqax!", "Ara li kieku kien xi wieħed li m'huwiex xi bażużlu, hemmmhekk kienu jwaqqgħulu kollox u kienu jġibuh fuq l-ewwel paġni tal- gazzetti kollha!", "Pero', peress li dan huwa b'saħħtu u huwa Nazzjonalist, ma jimportax u nixtiequ li jkollna ħafna oħrajn bħalu!", "Meta kont ġbidt l- attenzjoni fuq din l-irregolarita', il-ministru kien qalli li j'Alla jkollu xi tużżana oħra bħalu!", "Sur President, allura l-gvern preżenti qiegħed jassumi r-responsabbilta' tas-Sur Cannataci u ta' dawn il-ħneżrijiet kollha li qiegħed insemmi.", "U mhux l-ewwel darba li ktibt fuqhom fil-gazzetti, iżda ħadd ma kellu l-guts li jagħmilli libell għaliex dak li għedt huwa kollu minnu.", "Per eżempju, kont semmejt kif kien hemm watchman li jitħallas minn dan iċ-ċentru ta' restawr meta din il-persuna kienet qiegħda tirreġistra għax-xogħol!", "Din il- persuna kienet qed titħallas b'mod mhux kif suppost ħalli l-affarijiet ma jidhrux.", "Jiena kont ġbidt l-attenzjoni wkoll fuq din il-ħaġa, u ħadd m'għamilli libell jew ħa xi passi kontra tiegħi għaliex kienu jafu li kont qiegħed ngħid il-verita'.", "M'hemmx għalfejn ngħidu li din il-persuna kienet ukoll bażużlu Nazzjonalista.", "Semmejt ukoll il-kwestjoni tal-catering tal-canteen, fejn kien hemm ħela ta' flus, u kienu qed isiru ċerti abbużi serji, għaliex għalmin riedu huma kien hemm minn kollox, u għal ċertu ħaddiema ma kien hemm xejn!", "Semmejt il- każ ta' dawk il-barranin li ngħataw ċerta kariga li ma kenux kapaċi jwettquha.", "U minkejja li keċċew lil dawn il-ħaddiema, xorta waħda kellhom iħallsuhom l-eluf ta' liri minħabba li kienu marbuta bil-kuntratt.", "Min- naħa l-oħra, ħaddiema Maltin li kienu aktar kapaċi mill-barranin ma tpoġġewx f'din il-kariga!", "Sur President, jiena semmejt ukoll il-każ ta' l-istudenti u l-għalliema ġewwa dan iċ-ċentru.", "Hawnhekk spiċċajna f'sitwazzjoni fejn kien hemm aktar studenti milli kien hemm ħaddiema, iżda xorta waħda dan iċ-ċentru ddeċieda li jdaħħal disa' għalliema oħra meta ma kienx hemm il-bżonn tagħhom!", "Dawn huma ħneżrijiet li wieħed ma jistax jinsihom kif ġib u laħaq.", "Kien hemm sitwazzjoni fejn f'dan iċ-ċentru kien hemm aktar għalliema milli kien hemm studenti, u l-flus li kienu qed imorru għaċ-ċentru kienu qed jiġu mqassma b'mod abbusiv.", "Sintendi, ħokkli dahri u jien inħokk tiegħek!", "Barra minn hekk kien hemm ukoll konflitti ta' interess li s-Sur Cannataci ħallihom għaddejin.", "Jien tajt l-eżempju ta' l-ittra li s-Sur Ray Bondin mill-kumitat ta' riabilitazzjoni tal-Kottonera, kien kiteb lis-Sur Joe Cannataci.", "Din l-ittra se naqraha eżattament kif inhi ħalli tkunu tafu x'kien fiha.", "L-ittra tgħid hekk;", "\"Thank you for your letter dated 13/04/2001 which reached me on Monday 7th May 2001.", "The reason why I am requesting this project to be considered by MCR, besides my desire to really start doing project with MCR, is that it would make an ideal call up centre since it is so close to MCR itself and historically forms part of MCR premises.", "The report was actually written by architect David Mallia who is a conservation architect working with the planning authority and in his private work he uses the signature of his architect father.\".", "Sur President, dan juri li missieru qed jiffirma għax-xogħol li jkun qed jagħmel hu!", "U s-Sur Cannataci jaf li hemm dan il-kunflitt ta' interess iżda jħalli kollox kif inhu.", "Għalfejn ħallihom għaddejjin dawn l- affarijiet?", "Ovvjament is-Sur Cannataci ħalla dawn l-affarijiet għaddejjin għaliex l-interess tiegħu kien li jkollu l-klikkek tiegħu ħalli jberbaq l- eluf ta' liri u jżomm ruħu fuq kulħadd!", "Nixtieq nerġa' infakkar li jien kont semmejt kif ħafna nies ikkwalifikati kienu qed jitilqu minn dan iċ- ċentru, għaliex ma setgħux jissaportu t-tmexxija ħażina tas-Sur Cannataci.", "Semmejt ukoll kif dan iċ-ċentru ntuża' għall-benefiċċju personali ta' ċertu nies, fosthom ħbieb tal-ħbieb li rrestawraw oġġetti personali ta' l-arti fiċ-ċentru bi prezz irħis u mbagħad wara nbiegħu bi prezz tajjeb!", "Huwa għal dawn ir-raġunijiet li qed ngħid li r-responsabbilta' ta' dawn l- abbużi hija fuq l-ex-chairman, is-Sur Cannataci!", "Madankollu meta ssemmi dawn il-każijiet kollha mal-gvern, l-unika risposta li ningħatat min-naħa tiegħu hija li kellu bżonn li l-gvern kellu xi tużżana oħra bħas-Sur Cannataci!", "Dawn it-tip ta' nies irid miegħu l-gvern?!", "Nerġa' ntenni li minkejja dak kollu li għedt fil-gazzetti u semmejt dawn il-każijiet barra minn din il-kamra, ħadd ma kellu l-guts sabiex jagħmilli libell u b'hekk tkun tista' toħroġ aktar il-verita'.", "Sur President, fuq dan kollu ma rċevejt l-ebda libell iżda ngħatajt risposta mingħand Dr Cannataci f'artikolu li kiteb fil-gazzetta tat-\"The Times\".", "Ir-risposta kienet li dan iċ-ċentru għar-restawr ġewwa l-Bighi huwa l-aġenzija li għamlet l-akbar suċċess f'dan il-pajjiż!", "U s-Sur Cannataci rrifera għaċ-ċentru bħala \"The best managed and most successful agency in this country.\".", "F'dan l-artikolu kien għamilli stedina sabiex immur inżur iċ-ċentru għar-restawr iżda jiena kont weġibtu li ma kellix għalfejn immur inżuru għaliex kont noqgħod tefa' ta' ġebla miċ-ċentru u ma kellix x'nara fih.", "Jien mhux iċ-ċentru ridt nara imma d-dokumenti u dak kollu li s-Sur Cannataci kien qiegħed jaħbi!", "Jiena ridt nara l-provi ta' dawk il-każijiet kollha li semmejt ħalli b'hekk jitwaqqaf dak l-isparpaljar ta' liri u jitwaqqfu darba għal dejjem dawk l-abbużi kollha li kienu qed isiru.", "Madankollu, din l-istedina qatt ma ġiet aċċettata u jien ma stajtx immur nara d-dokumenti.", "Mhux hekk biss, iżda meta kien qam battibekk f'dan il- parlament mal-Ministru Mugliett u jien kont għedltu sabiex jiftaħ inkjesta fuq it-tmexxija tas-Sur Cannataci, beda jdurli mal-lewża sabiex jaħrab minn dawn l-affarijiet.", "Fil-fehma tiegħi dan m'huwiex il-mod ta' kif insolvu l-problemi u l-abbużi li qed iseħħu.", "Għalhekk kont tlabt pubblikament sabiex issir inkjesta pubblika mill-gvern dwar it-tmexxija ta' dan iċ-ċentru u anke dwar it- tmexxija ta' l-ex-chairman Dr. Cannataci.", "U li kieku dan il-gvern ried juri s-serjeta' tiegħu kien jaċċetta din il-proposta, iżda min-naħa tiegħu ma aċċettax u m'għamel xejn!", "Pero' issa jidher li l-gvern induna bl-abbużi u bil-mismanagement li kien qiegħed isir f'dan iċ-ċentru.", "Fil-fatt, il- Prim Ministru kkonferma dan kollu fid-diskors tal-budget, fejn kien ħabbar li ċ-ċentru għar-restawr mhux se jibqa' mmexxi minn bord imma se jaqa' taħt Heritage Malta.", "Allura b'din il-miżura li kien se jieħu l-gvern kien qiegħed juri n-nuqqas ta' fiduċja tiegħu fiċ-chairman u fil-bord ta' dan iċ-ċentru!", "Sur President, il-gvern kien qiegħed juri sfiduċja f'dik il-persuna li sa ftit taż-żmien qabel kien qiegħed jgħidilna li jixtieq tużżana oħra bħalu!", "Li kieku ma kienx qed juri sfiduċja fih allura kien jagħtih aktar poteri u kien iħalli lilu f'dik il-kariga, u mhux jiġi sfiduċjat!", "Għalhekk nerġa' nirrepeti dak li kont qed ngħid sentejn ilu, jiġifieri li hemm bżonn li ssir inkjesta fuq it-tmexxija ta' dan iċ-ċentru taħt l-ex-chairman Cannataci.", "Fil-fehma tiegħi, issa li l-gvern qiegħed jaqbel ma' l-Oppożizzjoni u wera' sfiduċja fit-tmexxija tas-Sur Cannataci, ma naħsibx li għandu jkun hemm problema sabiex din l-investigazzjoni ssir.", "Fil-frattemp naf li sar xi audit report, u nemmen li fih hemm partijiet mill-affarijiet li semmejt jien u li għad hemm il-ħabi dwarhom.", "Hawnhekk irrid infakkar li meta kien ġie għad-diskussjoni wieħed mill-audit reports ta' dan iċ-ċentru quddiem il- public accounts committee, is-Sur Cannataci kien inganna lill-kumitat u ma qalx il-verita' ta' ċertu abbużi li kienu qed isiru f'dak iċ-ċentru!", "Huwa ma qalx li anke mill-aħħar audit report jirriżulta li ġraw ċerti affarijiet.", "Jien lill-ministru mhux se noqgħod ngħidlu li se nikteb lill- Public Accounts Committee, f'isem sħabi, biex dan jiskrutina dak ir-rapport li tħejja u li hu stess ikkonferma.", "Jien nitolbu biex dan ir-rapport igħaddih lill-PAC ħalli jiġi diskuss hemmhekk – jien persważ li dan jagħmlu, imma f'dan ir-rapport xorta hemm affarijiet mistura – pero` minbarra dan ir-rapport xorta rridu niskrutizzaw l-abbużi li semmejt jien.", "U rridu naraw x'informazzjoni se tinġieb.", "Nispera li meta mmorru quddiem il-PAC ma nostakolawx kull informazzjoni li wieħed jista' jġib dwar l- abbużi li semmejt jien.", "Sur President, jien nemmen li f'dan il-qasam ta' restawr u ħarsien ta' wirt nazzjonali hemm bżonn nifs ġdid.", "Jien liċ-chairman il-ġdid Dr Tabone, li issa għandu aktar responsabbilta`, ngħidlu biex jaħdem ħalli fiċ-ċentru ta' restawr li jinsab f'Bighi, il- Kalkara, iwettaq ir-riformi meħtieġa.", "Nispera li minn fejn noqgħod jien ma nibqax nara affarijiet li ma jagħmlux ġieħ lil dak iċ-ċentru.", "(Interruzzjonijiet) Qed nirriferi għal dak il-bini illegali li għadu hemmhekk meta suppost twaqqa', u liċ-chairman il-ġdid nitolbu biex f'ġieħ is-serjeta` jinvestiga.", "Per eżempju, nitolbu biex jinvestiga kif taħt it- tmexxija ta' Dr Cannataci, ċerti nies laħqu kapijiet ta' dipartimenti fiċ- ċentru tar-restawr meta ma kienx jistħoqqilhom din il-kariga.", "Jien ngħid ukoll li fost dawn il-kapijiet ta' dipartimenti hemm min għadu hemm sal- lum, u hemm minnhom li kienu aċċettaw l-abbużi u l-istil ta' tmexxija ħażina ta' l-istess Dr Cannataci.", "Lil Dr Tabone nixtieq nistaqsih għalfejn l-akbar ċentru ta' restawr f'pajjiżna m'għandux dipartiment esklużiv fuq ir-restawr u studju tal-ġebla Maltija.", "Kulħadd jaf li ħafna mill-wirt storiku ta' pajjiżna huwa magħmul mill-ġebla.", "Hawnhekk nixtieq nistaqsi wkoll jekk kienx hemm konflitt ta' interess minn membru ta' l-ex-bord taċ-ċentru ta' restawr li nzerta wkoll li huwa l-kap ta' l-istitut fl-universita` dwar il-qasam tar-restawr tal- ġebla.", "Jista' jkun li dan xtaq li jkollu monopolju fil-qasam tar-restawr tal-ġebla u monopolju fil-kuntratti ta' restawr tal-bini u għalhekk ċaħħad liċ-ċentru ta' restawr milli jagħti importanza lill-qasam tant importanti tar-restawr tal-ġebla?", "Jien lil Dr Tabone nitolbu biex jispjega kif iċ-ċentru ta' restawr għandu dipartiment esklużiv fuq ir-restawr tal-karta u mbagħad m'għandux dipartiment speċjalizzat u esklużiv fuq l-istudju tar-restawr tal-ġebla meta nafu li ħafna mill-wirt li għandna huwa magħmul mill-ġebla.", "Per eżempju, hawnhekk ikun tajjeb li ngħid li s-swar u ċerti palazzi qed jitmermru.", "Tant hu hekk li fi tmiem il-ġimgħa, mingħalija, marru jduru bil-baħar u qagħdu jduru s-swar u l-fortifikazzjonijiet fejn raw f'liema sitwazzjoni tal-biki dawn jinsabu.", "Sfortunatament ħafna minn dawn is-swar qegħdin fil-periklu li jiġġarrfu u ħafna minnhom iġġarrfu, pero` ironikament ukoll il-fortizza Ricasoli, li tinsab f'dan l-istat, qiegħda faċċata taċ-ċentru tar-restawr f'Ta' Bighi.", "Hija ironija li faċċata ta' dawn is-swar jitmermru hemm iċ-ċentru tar- restawr pero` minkejja dan ma jsir xejn.", "Per eżempju, mill-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż, li huwa l-parlament, jien kemm-il darba ġbidt l- attenzjoni li wirt storiku bħal dak se nitilfuh għax qed jaqa'.", "Hemm ċerti partijiet li jekk ma nagħmlux manutenzjoni tagħhom jistgħu jiġġarrfu pero` ħadd ma ta kas u fil-fatt ċerti partijiet waqgħu wkoll.", "Hemm partijiet oħra li dalwaqt jiġġarrfu, u allura se nispiċċaw f'sitwazzjoni fejn partijiet kbar mis-swar tal-fortizza Ricasoli jispiċċaw darba għal dejjem.", "Din hija xi ħaġa tal-biki!", "Għalhekk jien nemmen li ċ-chairman tal-Heritage Malta, Dr Tabone, għandu jwettaq riforma fis-sistema ta' tmexxija u fil-missjoni ta' dan iċ-ċentru ta' restawr.", "Jien nemmen li jekk dan ma jsirx, din il-bidla fit-tmexxija li tħabbret mill-prim ministru tkun biss kosmetika u bżar fl-għajnejn, biex taparsi sar xi ħaġa.", "Jekk jiġri hekk, jien ngħid li f'dan il-każ l- oppożizzjoni terġa' tagħmel il-kritika kostruttiva li għamlet fil-passat dwar dan iċ-ċentru ta' restawr, li tajjeb li ngħid li fuqu qed jintnefqu madwar Lm0.5 miljun.", "Dawn l-affarijiet huwa ta' min jistmerrhom u allura huwa importanti li l-affarijiet isiru bis-serjeta` u ma jkunux biss kosmetiċi.", "Naħseb li jkun tajjeb ukoll li wieħed jagħti daqsxejn ħarsa lejn l-ibliet storiċi ta' pajjiżna.", "Jien nemmen li hawnhekk il-Heritage Malta għandha responsabbilta` kbira, aktar u aktar meta l-ħidma ta' dan il-gvern fuq il- wirt nazzjonali mhux qed tkun effettiva.", "Hawnhekk ikun tajjeb li nfakkar li gvernijiet Laburisti ma kenux jintilfu fuq xinxilli iżda kienu ħadu passi konkreti biex jitħarsu dawn l-ibliet storiċi.", "Per eżempju, fis-snin sebgħin gvern Laburista kien għamel restrizzjonijiet fuq karozzi li jidħlu fil-Belt Valletta, u din il-miżura kienet salvat il-bini tal-Belt mill- ħsarat kbar li jiġu kkawżati mit-tniġġis tal-karozzi.", "Fost affarijiet oħra nista' nsemmi swidija perikoluża mal-faċċata tal-bini.", "Infakkar kif il-gvern Laburista fl-1996 għamel investigazzjonijiet biex insiru nafu l-kawża tat-tiġrif tas-swar ta' l-Imdina li wasslu biex parti mill-palazz ta' Vilhena jaqa'.", "Hawnhekk b'dispjaċir ngħid li bħalissa l- Imdina tinsab fi stat tal-biki.", "It-toroq inqalgħu u qed jitqiegħed pavimentar, magħmul minn ġebla importata li m'hijiex tajba għall-użu ta' pavimentar u nfaqna ħafna flus għaliha.", "Tajjeb li ngħid li dan il-paviment qed jitqiegħed fuq sodda tal-konkos, u lili nies tekniċi qaluli bil-ħsara kbira li l-konkos jagħmel lill-ġebla Maltija, speċjalment il-melħ li joħroġ minnu.", "Fil-fatt dan jidħol anke fil-ġebel tal-palazzi antiki ta' l-Imdina.", "Barra minn hekk, il-pavimentar antik taż-żonqor li kien hemm ħdejn il- katidral inqala' u ntrema.", "Din hija xi ħaġa tal-mistħija.", "Ikun tajjeb li l-poplu jkun jaf ukoll li madwar kwart tas-swar ta' l-Imdina u l-palazzi li hemm ħdejhom qegħdin f'riskju kbir li jaqgħu.", "Dan kien ġie żvelat minn studju li kien sar waqt l-amministrazzjoni Laburista li kienet sabet il-kawża ta' din il-problema.", "Sur President, meta l-gvern Nazzjonalista tela' fil-poter injora kollox, u reġa' għamel l-istess studju li fuqu kien nefaq madwar 20 darba iżjed milli kien ħallas gvern Laburista.", "Minkejja dan kollu, minn dawn l-istudji ma rriżulta xejn u ma sar xejn.", "Pero` jien nemmen li l-Heritage Malta għandha tara li l-lmdina tiġi mħarsa ħalli ma nitilfux parti minn din il-belt storika.", "Minbarra l-iskandli li saru fiċ-ċentru ta' restawr li hemm f'Bighi, nixtieq insemmi wkoll il-ħneżrijiet li saru dwar il-flus li ntnefqu minn fuq dahar il-poplu Malti, u allura wieħed għandu jara bis-serjeta` li kulħadd jieħu dak li ħaqqu.", "Wara kollox min jisparpalja jew jisraq flus il-poplu jkun qed jagħmel att kriminali.", "Allura għalfejn ma jitteħdux passi kontra dawn in-nies?", "Għalfejn il-gvern ma jaċċettax li ssir investigazzjoni indipendenti?", "Mhux għax għandu l-faħam miblul?", "Kieku żgur jaċċetta!", "Sur President, il-gvern jiftaħar ħafna bit-trasparenza u jgħidilna li hemm il-PAC.", "Pero` daqqa jgħidilna biex ma mmorrux quddiem dan il-kumitat u daqqa jgħidilna li dak mhux xogħlu.", "Per eżempju, meta kont qajjimt il-każ tal-Kottonera kienu qaluli li dan ma kellix inressqu quddiem il-PAC, imbagħad irriżulta li jista' jersaq quddiemu.", "Dan ifisser li meta jridu dawn jużaw il-PAC kif iridu huma.", "Pero` jien nerġa' ntenni li min ma jkunx imdaħħal fil-ħmieġ jaċċetta li jsiru inkjesti, aktar u aktar meta jibdew isiru rapporti li jindikaw li jkun hemm affarijiet jintnu.", "Hawnhekk niġi għal dak li kont qed ngħid qabel.", "Kif jista' jkun li ma kienx hemm tberbiq fiċ-ċentru ta' restawr li hemm f'Bighi meta ftit li xejn sar xogħol.", "Jekk wieħed ifittex fejn marru l-flus isib li dawn marru biex jaġevolaw nies li ma kenux kapaċi.", "Jien ngħid li m'għandniex nibqgħu għaddejjin hekk f'dan il-pajjiż.", "Min hu kapaċi jaħdem f'dan il-qasam u min jagħmel xogħlu kif suppost għandna nafdaw f'idejh, hu x'inhu t-twemmin politiku tiegħu.", "Imma mhux inpoġġu nies għax jaqblilna, fejn min iħokkli dahri, inħokklu dahru.", "U lanqas hu sew li niġu fl-ogħla istituzzjoni tal- pajjiż nitolbu, f'isem il-poplu, biex ninvestigaw ċerti affarijiet, u noqogħdu nduru mal-lewża, kif għamilli l-Ministru Mugliett.", "U hawnhekk lill-Ministru Mugliett nistaqsih: Onor. Mugliett, inti għandek x'taħbi u qed tiġi rikattat biex ma għamiltx l-investigazzjoni li kont għedt li se tagħmel?", "Qed ngħid dan għax il-Ministru Mugliett kien wegħedni li se jagħmel investigazzjoni u ma kien għamel xejn.", "Allura dan ukoll għandu x'jaħbi?", "Lill-Ministru Mugliett dalwaqt insemmilu ċerti affarijiet, għax l- affarijiet issa ħerġin.", "Jidher li l-affarijiet qed isiru ma' tal-qalba.", "M'hemmx għalfejn insemmi li f'dak li għandu x'jaqsam ma' toroq, il- kumpannija tiegħu hija involuta f'kuntratti u f'bejgħ u dawn isiru b'mod li taparsi ma jidhrux.", "Per eżempju, kulħadd jiftakar il-każ li kont qajjimt jien dwar l-avukat tal-MEPA, Dr Degaetano.", "Fil-fatt, illum fil-qorti rriżulta kemm kelli raġun jien għax dan il-bniedem sar frame-up kontrih.", "Jirriżulta wkoll kemm abbuża l-Ministru Mugliett.", "Allura l-ministru għalhekk m'għamilx l-inkjesta li kien wegħedni li kien se jagħmel?", "Jista' jkun li dan il-pajjiż jibqa' miexi hekk?", "Sfortunatament jidher li dan il- pajjiż hekk se jibqa' miexi, għax min-naħa tal-gvern hekk mexjin.", "Sur President, f'dan il-pajjiż kulħadd huwa imdejjaq għax kulħadd jaf li qed isiru l-abbużi, il-ħneżrijiet u t-tberbiq ta' flus bl-addoċċ, pero` ħadd ma jista' jagħmel xejn.", "Jitolbu biex jittieħdu passi, u kulma jkun hemm huwa camouflage, fejn lil dak li jkun jipprovaw igħattulu.", "Mid-dehra kulħadd irid ibill daqsxejn subgħajh u kulħadd qed jibża' mill-affarijiet.", "Kieku ma jkunx hemm biża', ma nafx għalfejn m'għandhomx isiru inkjesti.", "Imbagħad igħaddi ż-żmien, u dak li tkun għedt f'dan il-parlament – u dan ma tkunx għedtu bl-addoċċ, imma tkun għedtu għax tkun persważ għax tkun rajt dokumenti u ċerti affarijiet u allura titkellem u tagħmel xogħlok bħala membru parlamentari, kif nagħmel jien – jirriżulta li ......!", "Hawnhekk nixtieq nerġa' nsemmi l-kawża li kien hemm ma' l-avukat ta' l- Awtorita` ta' l-Ippjanar, fejn is-segretarju tal-bord tal-MEPA u uffiċjali oħra għamlulu frame-up u Alla jbierek dan il-gvern, wara li l-affarijiet joħorġu ċari fil-qorti, ma jitkellem xejn, ma jagħmel xejn u ma jieħu ebda passi għax ikun hemm affarijiet jintnu.", "Kieku m'hemmx affarijiet jintnu kieku diġa` ħadu passi kontra s-segretarju tal-bord tal-MEPA.", "Kieku l- membri tal-bord li huma involuti huma ta' l-affari tagħhom, diġa` talbu biex jirriżenjaw, pero` dawn huma pupazzi wkoll.", "Xi bażużli kbar lil dawn jiġbdulhom l-ispaga biex jekk ikun hemm xi ħaġa illegali u jkun hemm mijiet ta' eluf ta' liri involuti, joħorġulhom il-permess, u mbagħad lil xi ħadd li jkollu xi kamra jsallbuh, iġibuh front page fuq il-gazzetta, u jxerrduh ma' Malta u Għawdex kollha.", "Hekk mexjin l-affarijiet!", "Din hija s- sitwazzjoni tal-biki li jinsab fiha pajjiżna!", "Pero` din is-sitwazzjoni ma nistgħux inħalluha għaddejja, imma rridu naraw x' se nagħmlu.", "Sur President, meta nkunu fil-gvern aħna dawn l-affarijiet narawhom bis- serjeta`.", "Irridu naraw x'poteri tagħtina l-liġi ħalli l-passi li nistgħu nieħdu bil-liġi neħduhom.", "Ma jistax ikun li nħallu dawn il-ħneżrijiet għaddejjin.", "Kif jista' jkun!", "Mela min suppost jagħti eżempju fuq ir- restawr ikun hu li jagħmel skandlu u jikser il-liġi!", "U minkejja dan kollu, qisu ma ġara xejn.", "Tant hu hekk li għaddew ħames snin minn fuq bini illegali fiċ-ċentru ta' restawr f'Bighi.", "Minkejja li kienet ħarġet ordni biex dan il-bini jitwaqqa', s'issa għadu ma twaqqax.", "Jien ma kontx beħsiebni nitkellem fuq dan is-suġġett, imma ma stajtx ma nitkellimx meta hemm dawn il-ħneżrijiet u l-iskandli kollha għaddejjin u qisu ma ġara xejn għax, kif diġa` għedt, hemm xi ħaġa tinten.", "Kieku kienu jittieħdu passi.", "Ara kontra John Dalli ttieħdu passi għax riedu jeħilsu minnu.", "Anke kontra Lawrence Gatt kienu ttieħdu passi imma kontra ħaddieħor ma tteħdux.", "Jien ma rrid niddefendi lil ħadd, imma din hija r-realta`.", "Ladarba ma jitteħdux passi, sinjal li hemm xi ħadd rikattat, u min jaqla' daqqa jagħti tnejn.", "Meta nkunu f'sitwazzjoni bħal din ma nafx kemm nistgħu nimxu 'l quddiem f'dan il-pajjiż.", "Sur President, meta nħares lejn l-operat tal-gvern ma tantx jien persważ kemm l-affarijiet jistgħu jimxu 'l quddiem.", "Jidher li f'dan il-pajjiż il- poplu għandu r-rieda li l-affarijiet għandhom jitranġaw, imma min qiegħed fit-tmexxija m'għandux din ir-rieda.", "L-affarijiet qed jimxu waħedhom, daqqa jmorru 'l hemm u daqqa jmorru 'l hawn.", "Igħidulna li l-affarijiet sejrin tajjeb, imma kulħadd jibki.", "Illum ninsabu f'sitwazzjoni fejn minflok ix-xogħol qed jiġri wara l-ħaddiema, il-ħaddiema qed jiġru wara x- xogħol, u ma jsibux.", "Min imur ifittex ix-xogħol isib nies barranin illegali li qed jieħdu x-xogħol u li qed jitħallsu bi ftit flus.", "Qed isiru ħafna abbużi u l-Maltin huma bla xogħol.", "Nistgħu nibqgħu sejrin hekk f'dan il-pajjiż?", "Għalhekk, għalkemm jien nawgura li l-affarijiet jimxu sew, ma tantx jien persważ meta nħares madwari u nara din is-sitwazzjoni.", "M'iniex qed ngħid hekk għax jien Joe Mizzi u qiegħed in-naħa ta' l-oppożizzjoni, imma għax jien nitkellem kemm ma' Nazzjonalisti, kemm ma' Laburisti, u kemm ma' min ma jagħtix kas tal-politika, u l-istess qanpiena nisma' minn kull naħa, li s-sitwazzjoni li jinsab fiha l-pajjiż hija mwiegħra.", "It-telqa li hawn fil- wirt storiku, fil-bini storiku u f'kollox hija kbira!", "Imbagħad meta nagħtu xi flus u ngħidu li se nirrestawraw x'imkien, nibdew indoqqu t-trombi fuq it-television bħalma ġara fil-każ tal-Bieb tal-Polverista.", "Għamilna biċċa minnu għax kienet waslet l-elezzjoni u l-biċċa l-oħra nsejniha, m'għamilnihiex.", "Din tad-daħk!", "Jekk trid tagħmel l-affarijiet bis- serjeta`, għandek tirrestawra l-iktar parti li se taqa' malajr u mhux tagħmel il-parti li ma tantx għandha ħsara, kif ġara ġewwa Bormla.", "Irranġaw parti li kellha ftit ħsara u l-biċċa l-oħra, fejn hemm il-married quarters ta' San Nikola, se taqa' u m'għamluhiex.", "L-istess fil-każ tal-kappella tas-Salvatur ġol-Kalkara.", "Kemm ftaħarna li dalwaqt tkun lesta.", "Ilha s-snin li ħadha f'idejh biex jirranġaha ċ-ċentru tar-restawr!", "Jekk tmur taraha tinduna li dalwaqt se taqa' u nispiċċaw niġbru l-ġebel tagħha.", "Din hi s-sitwazzjoni!", "Allura kif jista' jkun nemmnu lil dan il-gvern!", "U din hija xi ħaġa importanti għal pajjiżna, għax il-wirt storiku jattira t-turisti lejn pajjiżna.", "Aħna diġa` qegħdin f'sitwazzjoni tal-biki imma jekk nispiċċaw nitilfu dawk ukoll, is- sitwazzjoni mhux tal-biki tkun imma tad-disprament!", "Ara n-naħa ta' l-oppożizzjoni, għax nafu li l-Kottonera għandha ħafna x'toffri bħala bini u wirt storiku, għamilna kumitat konġunt tal-Kottonera li qed jagħti spinta biex nippromwovu l-Kottonera.", "Il-Kottonera rridu nġibuha 'l quddiem għax tista' toffri ħafna, u hemm bżonn li niġbdu iktar turisti lejn dawk l-inħawi għax b'hekk jibbenefikaw kemm in-nies li joqogħdu hemmhekk u anke l-pajjiż.", "Aħna qed nagħmlu l-isforzi tagħna kif għandu jagħmel kulħadd.", "Ma jistax ikun li naħa tagħmel sforz biex tippreserva u n-naħa l-oħra ħlief paroli sbieħ ma tagħmilx, u fir-realta` huma stess jispiċċaw ikissru l-wirt storiku ta' pajjiżna.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Justyne Caruana.", "ONOR.", "JUSTYNE CARUANA: Mr Speaker, nibda billi nirringrazzja lill-Onor.", "Mizzi tad-diskors animat li għadu kemm għamel.", "Kif qal tajjeb fil-bidu tad- diskors tiegħu, naħseb li kemm ta' din in-naħa kif ukoll tan-naħa l-oħra naqblu li pajjiżna għandu potenzjal kbir f'dak li għandu x'jaqsam ma' patrimonju kulturali.", "Meta nqisu ċ-ċokon ta' pajjiżna, ir-rikkezzi, is- siti uniċi u l-eqdem fid-dinja, naħseb li għandna għalfejn inkunu kburin.", "Għalhekk ilkoll kemm aħna għandna mmiddu għonqna biex nippreservaw u ngawdu iktar il-patrimonju li għandna.", "Minkejja li għandna dawn ir-rikkezzi kollha li jattiraw eluf ta' nies minn madwar id-dinja kollha, sfortunatament f'pajjiżna stess għad jonqos dak is- sens ta' apprezzament għall-patrimonju tagħna.", "Dan jixhduh id-diversi atti ta' vandaliżmu li sofrejna fl-Imnajdra, fuq Bieb il-Bombi u f'postijiet oħra madwar Malta u Għawdex, atti li m'huma xejn ħlief manifestazzjoni ta' l-injoranza ta' min wettaqhom.", "Naħseb ta' min isemmihom fil-kontest ta' l- abbozz ta' liġi li għandna quddiemna.", "Mr Speaker, fl-abbozz li għandna quddiemna nsibu li waħda mill-funzjonijiet ta' l-aġenzija msemmija f'paragrafu (e) ta' subartikolu (4), kif propost fi klawsola 4, hija proprju \"li tippromwovi konoxxenza, edukazzjoni, apprezzament u tgawdija pubblika tal-patrimonju kulturali.\"", "Fil-fehma tiegħi din hija funzjoni importanti ħafna.", "Fl-intervent tiegħu s- segretarju parlamentari Carmelo Mifsud Bonnici, qal li meta kien jagħmel il- mistoqsijiet parlamentari kien jistaqsi kemm kienu dawk in-nies li żaru diversi siti storiċi u mużewijiet.", "Kien jistaqsi wkoll l-etajiet tagħhom biex jara kemm kienu iż-żgħar li qed jattendu dawn il-postijiet.", "Jeħtieġ nippromwovu iktar il-patrimonju tagħna fost iż-żgħar biex inrawmu fihom sens ta' apprezzament ta' dak li jkunu qed jaraw quddiemhom.", "Għal dan il-għan nemmen bis-sħiħ li hemm bżonn ta' approach differenti ta' kif iż-żgħar tagħna jitgħallmu dwar dawn is-siti storiċi u mużewijiet.", "Mhux jistudjaw dwarhom għall-eżami biss imma tkun education for life, u jissawwar fihom is-sens ta' apprezzament.", "Naħseb kulħadd jaf li hemm differenza kbira bejn l-adulti u ż-żgħar, fis-sens li biex tattira l- attenzjoni taż-żgħar ċertament l-oġġett trid tagħmlu iktar attraenti u iktar interessanti.", "Xi ħaġa li tista' ssir f'dan is-sens - u li barra minn Malta ilha ssir u tat riżultati pożittivi ħafna – hija li jkun hemm interaction bejn dak li jkun qed jiġi espost u l-persuna li tkun qed tara l- oġġetti esebiti fil-mużew jew sit storiku.", "Riċentement kont f'mużew fl-Irlanda - xejn spettakolari bħalma għandna aħna, sempliċement mużew li kien qed juri kif evolviet is-soċjeta` Irlandiża - fejn kien hemm ċerti gadgets li tista' tużahom biex tkun tista' tifhem aħjar kif kienu jgħixu dawn in-nies matul iż-żmenijiet.", "Per eżempju, fis-section tal-Vikingi kien hemm Vikingu bil-monitor, li tagħfaslu l-buttuna u jkun hemm animation u jibda jirrakkonta l-istorja.", "Kien hemm grupp ta' tfal li nġabru madwar il-Vikingu interessati ħafna minn dak li kien qed jgħid.", "Stajt nara li kienu qed jifhmu u japprezzaw ħafna iktar milli kieku kienu għaddejjin bħas-soltu jaraw l-affarijiet esebiti.", "Naħseb li dawn huma esperjenzi utli ħafna li nesplorawhom, u jekk inhu possibbli nattwawhom f'pajjiżna wkoll.", "Il-parti finali tal-paragrafu (e) tgħid \"tgawdija pubblika tal-patrimonju kulturali\".", "Dan huwa wirt tagħna lkoll li ġej mingħand missirijietna, u allura kull wieħed minna għandna d- dritt li ngawdu dan il-patriomonju.", "Hawnhekk qed nirriferi in partikolari għall-fdalijiet uniċi u imprezzabbli tal-Brockdorf Circle li nstabu f'Għawdex.", "Sfortunatament dawn il-fdalijiet ilhom magħluqin għal snin twal ġol-kaxxi ġewwa Malta.", "Il-gvern ilu żmien twil iwiegħed li dawn il-fdalijiet se jiġu esebiti b'mod permanenti fil-mużew ta' l-arkeoloġija f'Għawdex ġo vetrini state of the art, imma daqqa jgħidilna fl-2005, daqqa fl-2006, u daqqa jgħidilna li għadhom ġejjin il-fondi.", "Pero` din il-wegħda għadha ma mmaterjalizzatx ruħha, u allura la nistgħu ngawduhom aħna u lanqas jistgħu jgawduhom it-turisti li se jżuruna matul dan is-sajf.", "Li kieku dawn l- esebiti tal-Brockdorf Circle ġew esebiti, it-turisti kien ikollhom one-off experience li jaraw fdalijiet uniċi, u ċertament kien ikun ħafna iktar utli milli nħalluhom ġewwa l-kaxxi.", "Meta nitkellmu dwar il-kultura u t-turiżmu aħna lkoll naqblu li hemm link qawwija bejn dawn iż-żewġ setturi.", "Irridu noffrulhom l-attrazzjonijiet lit- turisti, għax xemx u bħala mhux aħna biss għandna, imma għandhom pajjiżi oħrajn.", "Jekk tkun kapaċi toffri esperjenza unika lit-turisti billi turihom li dak li għandna aħna ma ssibu mkien fid-dinja, tkun qed tagħtihom esperjenza li ovvjament tħalli impressjoni tajba fuqhom, u tkun qed tippromwovi iktar lil pajjiżna bħala destinazzjoni turistika, partikolarment f'dan iż-żmien, meta kif spjega tajjeb l-Onor.", "Mizzi, l- affarijiet sejrin daqshekk ħażin.", "Paragrafu (d) ta' l-istess subartikolu 8(4) jgħid li funzjoni oħra ta' l- aġenzija hija:", "\"... li tikkoordina ma' l-Awtorita` tat-Turiżmu ta' Malta, l-Awtorita` ta' l-Ippjanar u ma' korpi oħra involuti, dwar miżuri li jitqiesu meħtieġa biex oġġett, siti u bini li jagħamlu parti mill-patrimonju kulturali jkunu protetti u jsiru aċċessibbli permezz ta' kull konservazzjoni, manutenzjoni, restawr, esibizzjoni u promozzjoni meħtieġa.\"", "Hawnhekk qed tissemma l-Awtorita` tat-Turiżmu u peress li f'Għawdex għandna l-fair share tagħna ta' patrimonju kulturali u peress li għandna l-Gozo Tourism Association, li kemm il-ministru tat-turiżmu u kemm il-ministru għal Għawdex jirrikonoxxu, skond mistoqsijiet parlamentari li għamilt jien stess, allura nippretendi li f'dan il-paragrafu tal-liġi għandha tidħol ukoll il-GTA bħalma għandha tidħol f'liġijiet oħrajn li għandhom x'jaqsmu mat-turiżmu.", "Dan dejjem jekk ir-rikonoxximent li jgħidu li jagħtu dawn il- ministri lill-GTA huwiex for the record biss, jew inkella mod ieħor.", "Mr Speaker, rigward il-kordinazzjoni li qed issir riferenza għaliha min- naħa tal-MEPA, nixtieq ngħid li l-MEPA toqgħod attenta ħafna għall-bini ta' valur arkitettoniku jew storiku.", "Essenzjalment, din hija xi ħaġa tajba ħafna biex dejjem nippreservaw dak li għandna, pero` li qed jiġri huwa li filwaqt li l-MEPA qed tiċħad applikazzjonijiet għat-twaqqigħ tad-djar li, bir-rispett kollu, ngħid li ma tantx huma meqjusa bħala ta' valur, fl- istess ħin qed tagħlaq għajnejha għal siġra tal-ħarrub li tħalliet tinqala' illegalment mill-buffer zone tal-Brockdorf Circle fix-Xagħra.", "Hawnhekk qed nikkwota lill-Viċi President ta' Din l-Art Ħelwa meta ntervistawh fuq il- ġurnal \"Malta Today\" fit-8 ta' Mejju, 2005.", "It-titlu ta' dan l-artikolu huwa \"Killing Malta's heritage softly\".", "Tajjeb li l-ministru jarah u jiflih sewwa.", "Minn hawnhekk nieħu l-okkażjoni sabiex insellem lil Din l- Art ħelwa, lil Patrimonju Malta u anke lil Wirt Għawdex għax-xogħol siewi li jagħmlu.", "Nirringrazzjahom minn qalbi.", "Is-Sur Scicluna jsemmi wkoll li hemm applikazzjoni għal żvilupp pendenti fil-buffer zone madwar il-Brockdorf Circle, u jirriferi wkoll għal diversi siti f'Malta li qegħdin fi stat prekarju ħafna.", "Waqt li kont qed nipprepara għal dan l-ispeech, xi ħadd ġibidli l-attenzjoni wkoll għal xogħol f'ħajt tas-sejjieħ li qed isir madwar il-Ġgantija, u staqsieni jekk dan ix-xogħol huwiex kopert bil-permessi tal-MEPA.", "Kumbinazzjoni llum stess il-Ministru Zammit Dimech irrispondieni għal mistoqsija parlamentari numru 13475, fejn qal li saret site inspection mill-uffiċjali tal-MEPA, u kien hemm qbil li jkun aħjar li tiġi sottomessa applikazzjoni waħda għall- bini tal-ħitan tas-sejjieħ kollha.", "Jiġifieri x-xogħol diġa` beda, pero`l- applikazzjoni għadha se tiġi sottomessa, hux hekk Ministru?", "Qed insemmi dawn l-affarijiet għaliex huwa tajjeb li jkollok awtorita` li tirregola, pero` għandek tirregola fejn għandek tirregola, u għandek timxi ma' kulħadd l-istess, mhux two weights, two measures.", "Xtaqt insemmi wkoll xi ħaġa fuq Heritage Malta u xi figuri li ġew irrapportati fir-rapport annwali 2003 u 2004 li qegħdin f'paġna 75.", "Minn dawn il-figuri jirriżulta b'mod ċar li bejn Jannar/Ottubru 2003 u Jannar/Ottubru 2004, filwaqt li rreġistrajna żieda fin-numru ta' viżitaturi fil-Ġgantija, f'siti oħrajn f'Għawdex irreġistrajna tnaqqis sostanzjali.", "Jekk wieħed jara l-figuri jsib li għandu għalfejn jitħasseb.", "Per eżempju, f'Ta' Kola windmill minn 15,727 viżitatur fl-2003 niżlu għal 11,195 fl- 2004.", "Fil-Mużew tal-Folklor minn 13,309 niżlu għal 10,822, fil-Mużew ta' l- Arkeoloġija minn 14,759 niżlu għal 9,594, fil-Mużew tax-Xjenzi Naturali minn 7,307 viżitaturi fl-2003 niżlu drastikament għal 4,660 fl-2004.", "Jien ippretendejt li se nisma' xi reazzjonijiet għal dawn il-figuri, għax meta tarahom trid tixgħel il-bozza l-ħamra.", "Għalfejn qed jiġri dan?", "X'kienet ir-raġuni għal dan it-tnaqqis sostanzjali?", "Bir-rirspett kollu, jien nitkellem ma' nies, naqra u nevalwa l-affarijiet u nnotajt li filwaqt li f'Malta l-Heritage Malta forsi qed tingrana ftit ftit, f'Għawdex għadna ma qbadniex art.", "Dan qed jinħass kontinwament u qed jinħass in-nuqqas ta' pjan strateġiku bis-serjeta` u bis-sens għall- mużewijiet u s-siti storiċi u arkeoloġiċi f'Għawdex.", "Dan in-nuqqas jixhdu r-rapport annwali li semmejt, u l-figuri li hemm indikati, u anke l-fatt li fl-istess rapport ftit li xejn issemma Għawdex.", "Dan ma tantx jawgura tajjeb.", "Nerġa' ngħid li hemm bżonn ta' pjan li jidentifika l-prijoritajiet għal proġetti ta' natura urġenti, u x-xogħlijiet għandhom jibdew kemm jista' jkun malajr.", "Qed isiru xi xogħlijiet, pero` nistgħu nsejħulhom ta' natura kosmetika.", "Imbagħad xogħlijiet ta' natura urġenti ta' preservazzjoni qed jitħallew fuq l-ixkaffa.", "Per eżempju, hemm ħsarat estensivi fil-ħitan taċ- Cittadella, fejn aħna ngħidulu ta' taħt is-sur, inti u sejjer lejn iż- Żebbuġ.", "Hemm ġebliet kbar li qed jinqalgħu mill-ħitan tas-sur li jistgħu jkunu ta' periklu.", "Jien għamilt mistoqsijiet parlamentari lill-ministru għal Għawdex, pero` s'issa għadha ma ttieħdet ebda azzjoni.", "Il-Ġgantija, li hija l-ġawhra tagħna, saret ħafna pubbliċita` dwarha u l- importanza tagħha, imbagħad wara dak id-daqq tat-trombi kollha ġejna ppreżentati b'digital survey li lanqas biss għamlitu l-Heritage Malta.", "Qed jgħidulna li se jsiru x-xogħlijiet fuq il-parti tal-Ġgantija li twaqqgħet bil-maltemp fl-2003.", "Mhux dik il-parti biss għandha bżonn il-manutenzjoni, imma l-Ġgantija kollha.", "Bir-rispett kollu, hija ħaġa tal-mistħija - u ngħidha b'wiċċi minn quddiem - li l-ħsarat li ġarrbet il-Ġgantija fl-2003 qed jiġu indirizzati issa, sentejn wara.", "Hija irresponsabbilta` kbira, u hija xi ħaġa tal-mistħija li struttura ta' valur imprezzabbli bħal dak nittrattawha b'dan il-mod!", "Dnub ieħor sar meta ngħalqet l-Armerija biex Heritage Malta tagħmel l- uffiċini tagħha.", "Kumbinazzjoni rċevejna l-invit għall-opening li se jsir il-Ħamis li ġej biex immorru naraw desks, computers u telephones minflok l- affarijiet li kien hemm esebiti li issa qegħdin ġol-kaxxi għax, Alla jbierek, aħna bil-kontra tal-barranin nagħmlu.", "Barra minn Malta jaraw kif jittrasformaw xi ħaġa minima f'attrazzjoni, u aħna niddilettaw inqiegħdu l- attrazzjonijiet fil-kaxxi.", "Għalhekk qed ngħid li hemm bżonn ta' sens ta' direzzjoni f'Għawdex.", "Il-fatt li f'Għawdex ma ġiex appuntat kuratur, kif jixraq f'settur bħal dan, ikompli jagħti bixra ta' nuqqas ta' professjonalita`.", "Huwa veru li ġie appuntat manager, pero` manager nassoċjah ma' fabbrika u ma' bank, u mhux ma' mużew jew sit storiku.", "Nemmen li huwa grad li huwa inkompatibbli man-natura ta' dan is-settur li jixraqlu kuratur bħalma hemm Malta.", "Dan ikun pass utli biex ngħollu l- livell.", "L-aħħar punt tiegħi jirrigwarda paragrafu (b) ta' subartikolu 18(4) tal- Cultural Heritage Act, proprju li jgħid li ħaddiema li ġew detailed mal- Heritage Malta kellhom iżommu l-istess drittijiet li kellhom qabel meta kienu mal-gvern.", "On paper hekk jingħad, pero` jien smajt diversi ilmenti daparti ta' ħaddiema tal-Heritage Malta f'Għawdex dwar il-mod kif qed jiġu trattati, li m'huwa xejn dinjituż u ma jawgurax tajjeb għall-operat tal- Heritage Malta ġewwa Għawdex.", "Naf b'każ partikolari fejn għal xi raġuni jew oħra dan l-artikolu żgur ma ġiex osservat, u anke ttieħdu xi proċeduri.", "Qed ngħid dawn l-affarijiet Mr Speaker, għaliex il-ħaddiem m'għandu qatt ibati minħabba mismanagement jew nuqqas ta' policies ċari fi ħdan Heritage Malta.", "Fl-aħħarnett nixtieq nirringrazzja lil dawk kollha li għandhom għal qalbhom il-patrimonju kulturali.", "Nirringrazzja lill-ħaddiema ta' Heritage Malta li għadhom qed jambjentaw ruħhom, pero` naf li qed jagħmlu l-almu tagħhom kollu biex jintegraw ruħhom, u jagħmlu xogħolhom tajjeb.", "Nerġa' nirringrazzja minn qalbi lil dawk l-NGOs li jaħdmu bis-serjeta` u jaħdmu bis-sħiħ, li jemmnu fil-valur tal-wirt storiku tagħna u jagħmlu l-almu kollu biex dan il-wirt jiġi preservat, biex igawduh ta' warajna u ta' warajhom.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Francis Zammit Dimech, jekk jogħġbu, jagħlaq id-dibattitu.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (Ministru għat-Turiżmu u Kultura): Sur President, nirringrazzja lid-diversi kelliema miż-żewġ naħat tal-Kamra li pparteċipaw f'din id-diskussjoni li meta tagħsarha, issib li ż-żewġ naħat tal-Kamra qed jaqblu ma' l-abbozz ta' liġi anke jekk dan jinstema ironiku wara li tkun smajt diversi kelliema ta' l-oppożizzjoni jitkellmu.", "Iż-żewġ naħat tal-Kamra qed jaqblu li llum jagħmel sens li wara l- esperjenza li aħna kellna f'dan is-settur, fejn kellna diversi entitajiet jaħdmu fih għax hekk kien hemm bżonn, anke biex ikun hemm l- ispeċjalizzazzjoni, issa żewġ entitajiet differenti marbuta mal- konservazzjoni tal-wirt kulturali tagħna, jiġu integrati f'entita` waħda.", "Dan isir billi Heritage Malta tintegra ġewwa fiha liċ-Ċentru Malti għar- Restawr.", "Pero`, kif jiġri f'diskussjonijiet simili, il-fatt li hawn il-qbil fuq l-abbozz ta' liġi ma fissirx li ma sarux diversi punti ta' kritika li jiena fl-intervent tiegħi se nirreferi għalihom.", "Meta nindirizza dawn il-punti ta' kritika, se nipprova nsegwi s-sekwenza tal-kelliema li kellna f'din il-Kamra.", "L-ewwel kelliem wara l-introduzzjoni tiegħi kien l-Onor.", "Carmelo Abela, u dan qal li skond id-diskors tal- budget, dan huwa proċess li l-gvern għandu jkompli japplikah għal entitajiet oħra, u jiena nista' nassigura lill-Onor.", "Carmelo Abela li hekk se nagħmlu.", "Il-proċess li nintegraw fejn nistgħu biex ikun hemm proċess li jkun aktar effettiv mil-lat ta' spejjeż, mil-lat ta' management u mil-lat ta' riżorsi umani, se jibqa' jsir fil-ġimgħat u fix-xhur li ġejjin.", "L-Onor.", "Abela – u kelliema oħra ta' l-oppożizzjoni – semma r-rapporti li qed isiru min-naħa ta' Heritage Malta issa li għandha din il-missjoni li tassorbi ġewwa fiha ċ-Ċentru Malti għar-Restawr, u staqsa x'se jagħmel il-gvern b'dawn ir-rapporti.", "Jiena rrid nibda billi ngħid, u hawnhekk se nirreferi mhux biss għad-diskorsi li saru f'dan il-Parlament imma anke għad-diskors – kif irrapurtat fil-media – li għamel il-Kap ta' l-Oppożizzjoni l-bieraħ, għax qed jingħadu żewġ gidbiet sfaċċati.", "L-ewwel waħda hi li kien hemm xi flus mogħtija għal skop ta' proġetti ta' restawr, u li dawn il-flus intużaw għal għanijiet li mhux suppost bħal ħlas ta' salarji u safar.", "Sur President, din hi gidba sfaċċata.", "Ma kien hemm ebda flus li ngħataw għal proġetti ta' restawr li b'xi mod ġew użati għal xi skop ieħor.", "It-tieni gidba sfaċċata kienet li l-gvern qiegħed jirrifjuta li qed jippubblika r-rapporti.", "Sur President, sakemm f'dan il-pajjiż m'hawnx nies li jitkellmu b'Malti differenti minn xulxin, jiena meta naqra fuq il-backpage ta' l-Independent li l-Onor.", "Sant qal li \"Government refuses to publish reports\" , jiena nifhem li xi ħadd ikun għamel talba lill-gvern u l-gvern irrifjuta dik it-talba.", "Jiena nisfida l-Oppożizzjoni biex jgħiduli fejn lili għamluli xi talba - ħlief fil-kuntest ta' dan id- dibattitu u kif taf l-Oppożizzjoni, li skond ir-regoli tal-Parlament, il- ministru jwieġeb fil-winding up – li jiena rrifjutajt.", "Jiena dort il- mistoqsijiet parlamentari ta' l-Oppożizzjoni, u dort naqra biex nara għamlux xi talba b'xi mod ieħor, imma ma sibt xejn.", "Kif dawn jistgħu jgħidu li l-Gvern qed jirrifjuta xi ħaġa meta dawn anqas biss talbu dik il-ħaġa!", "Jiena t-tweġiba tiegħi hi li meta l-gvern qal lil Heritage Malta biex tassorbi ċ-Ċentru Malti għar-Restawr, kif jiġri minn entitajiet li jimxu b'managment professjonali u serju, din għamlet numru ta' rapporti – u ngħid li dawn ma jissejħux inkjesti imma evaluation reports u audits, u issa nirreferi għal dak li qed isir, għax dawn lanqas huma rapporti li fit- totalita` tagħhom huma konklużi – biex ikollha stampa indipendenti u oġġettiva dwar min fejn telqet fl-operat ġdid tagħha.", "Dan jissejjaħ due diligence report.", "Jekk inti għandek absorption ta' kumpannija minn oħra, isiru r-rapporti kollha meħtieġa biex inti tara s-sitwazzjoni għar-rigward tad-diversi oqsma ta' l-operat ta' dik l-entita` li tkun qed tassorbi, biex inti jkollok l- istampa ċara, u taġixxi fuqha.", "Sur President, jiena nwiegħed lil din il-Kamra li ladarba dawn ir-rapporti jkunu konklużi, mhux se jkolli diffikulta` biex ngħaddihom lill-Public Accounts Committee, u li nistieden lil dak il-kumitat li huwa mmexxi minn membru ta' l-Oppożizzjoni mhux biss biex jeżamina dawn ir-rapporti kollha, imma jagħmel kwalunkwe indaġini li jrid.", "Jekk hemm xi mistoqsijiet għar- rigward ta' l-operat ta' Dr. Cannataci, naħseb li dan għandu jingħata kull opportunita` biex jagħti l-ispjegazzjonijiet tiegħu fuq kwalunkwe audit jew evalution report li jorbot ma' meta hu kien chairman taċ-Ċentru Malti għar- restawr.", "Hekk se jimxi l-gvern, Sur President.", "Il-gvern qed jagħmel l-affarijiet bl-akbar serjeta`.", "Jiena la ġejt hawnhekk bħala prosekutur u lanqas bħala l-avukat difensur ta' xi ħadd.", "Hemm bżonn li l-Oppożizzjoni tkun konsistenti wkoll, għaliex jiena nara differenza kbira bejn l-istil u t-ton użat mill-Onor.", "Bartolo u l-istil u t-ton użat mill-Kap ta' l-Oppożizzjoni skond kif kien irrapurtat ilbieraħ u diskorsi oħra li saru llum, b'mod partikolari mill-Onor.", "Joe Mizzi.", "Dan ħlief inkjesti ma semmiex, u ħin minnhom anke \"atti kriminali\" semma.", "Issa jiena hawnhekk għandi d-diskors ta' l-Onor.", "Bartolo li fost affarijiet oħra, u nikkwota verbatim mid-diskors tiegħu, qal:", "\"Aħna dan mhux qed nagħmluh b'xi kurjosita' morbuża biex inkunu nafu kif mexxa Dr. Cannataci, dawn huma learning experiences għall-pajjiż kollu.\".", "Aktar tard qal:", "\"Jiena bħala membru parlamentari għandu jkolli aċċess għal rapporti bħal dawn għax il-bqija f'pajjiżna se nkompli nxerrdu l-idea li la l- informazzjoni ma ġġibiex b'mod uffiċjali, allura imbagħad tipprova ġġiba f'mod ieħor.\".", "Jerġa, aktar tard reġa' għamel l-istess punt u qal:", "\"Nerġa' ngħid li la biex nippersegwitaw lil ħadd u anqas biex indenlu lil ħadd u anqas biex insallbu lil ħadd, imma biex nitgħallmu mill- esperjenza\"", "Issa jiena nistieden lil min iħobb isegwi dawn id-dibattiti biex jgħid jekk id-diskors ta' l-Onor.", "Mizzi llejla jikkwalifikax taħt dawn it-tliet statements li għamel l-Onor.", "Bartolo.", "Dan ma semmiex atti kriminali!", "Dan qal u nerġa' nikkwota:", "\"Nerġa' ngħid li la biex nippersegwitaw lil ħadd u anqas biex indenlu lil ħadd u anqas biex insallbu lil ħadd, imma biex nitgħallmu mill- esperjenza\"", "Issa jiena naħseb li l-Onor.", "Mizzi kien aktar viċin il-vera intenzjonijiet ta' l-Oppożizzjoni, għaliex din minn żmien għal żmien tagħmel il-witch hunting u tara lil min se tippersegwita.", "Jiena ngħid lill-Oppożizzjoni li jekk trid tgħaddi learning experience, jew trid tagħmel persekuzzjoni, dik hi deċiżjoni politika tagħha, imma aħna bħala gvern, qed nimxu bl-akbar irġulija u trasparenza, u kif diġa` għidt, la darba konklużi, aħna stess se ngħaddu r-rapporti lill-Public Accounts Committee u nitolbu li kull min għandu jingħata l-opportunita` li jirrispondi għal kwalunkwe aspett ta' l- operat tiegħu, tingħatalu dik l-opportunita`.", "Iva, Sur President, hekk l- Oppożizzjoni li tmexxi dak il-kumitat tkun tista' tagħmel l- investigazzjonijiet kollha li trid.", "Imma, Sur President, jiena issa qed nagħlaq dan id-dibattitu u issa qed inwieġeb.", "Jiena ma naħsibx li għandi għalfejn noqgħod nagħmel il-points of order waqt id-dibattitu biex inwieġeb għall-affarijiet mhux korretti li jingħadu.", "Iva, issa jiena nista' ngħid x'inhi l-pożizzjoni tal-gvern, li b'mod pro-attiv qiegħed jagħmel il-proċess għall-integrazzjoni serja tal- funzjonijiet taċ-Ċentru Malti għar-Restawr fil-Heritage Malta.", "Allura, li b'xi mod xi ħadd jakkuża lill-gvern li qed jiċħad talba li lanqas biss tkun qagħda saritlu, jew li nkella l-gvern ma kellux ċans jwieġeb għax għadu ma għalaqx dan id-dibattitu, mhux aċċettabbli, u anqas hu aċċettabbli li jsiru headlines fejn jintqal li kien hemm flus li suppost intużaw għar-restawr, u minflok ġew użati għal affarijiet oħra.", "Dawn huma żewġ ġidbiet sfaċċati li joħorġu mill-magni tal-ġideb ta' nies li jaħsbu li f'dan il-pajjiż jistgħu jgħidu li jridu, u jibqgħu jirrepetuh sakemm jidħol f'moħħ xi nies.", "Jiena ngħid x'inhuma t-tliet tipi ta' rapporti li l-Heritage Malta qed tagħmel.", "Wieħed minnhom huwa evalution tal-proġett Ikonos, li huwa proġett li għandu wkoll monitoring għaddej għaliex hu proġett finanzjat mill-Unjoni Ewropea u allura hu proġett li għandu monitoring indipendenti mill-Unjoni Ewropea.", "Jiena informat mill-Heritage Malta li sa l-aħħar ta' Awwissu jrid isir ukoll monitoring report lill-Unjoni Ewropea.", "Jiena nispera li dan l- operat nistgħu nagħmluh bil-mod professjonali u serju li jixraq lil dan il- pajjiż, u li ma nsibux oppożizzjoni li b'xi mod qiegħda tipprova tagħmel parallel monitoring għall-iskopijiet tagħha.", "Aħna se nimxu bil-proċeduri kollha ta' monitoring, u nagħmlu l-evaluation reports kollha li hemm bżonn, u kif għidt, la darba dawn ikunu konklużi, ngħadduhom lill-Public Accounts Committee.", "Il-Heritage Malta talbet kumpannija ta' awdituri indipendenti, il- PriceWaterhouse biex tagħmel l-awditjar.", "Din hi kumpannija ta' awdituri differenti mill-kumpannija ta' awdituri li kienet tintuża qabel biex isir financial audit komprensiv fuq l-operat taċ-Ċentru Malti għar-Restawr.", "Dan ukoll kien parti mill-proċedura ta' take over, kif isir f'kumpanniji madwar id-dinja meta huma jkunu qed jagħmlu l-proċess ta' due diligence bħala parti mill-merger jew bħala parti mill-absorption.", "Apparti hekk, nista' ngħid ukoll – għalkemm dan għadu ma bediex, imma nħabbru bil-quddiem – li l- Heritage Malta se jagħmlu wkoll academic audit, jiġifieri jkollok evalwazzjoni tal-kontenut akkademiku - u dan jsir ukoll bil-koperazzjoni ta' l-Universita` ta' Malta – tal-korsijiet akkademiċi li ċ-Ċentru Malti għar-Restawr kien jagħmel sabiex naraw l-effettivita` tagħhom, kemm kien hemm studenti, fejn tista' żżid il-korsijet u fejn tista' tnaqqas.", "Fi kliem inqas, kif wieħed jista' jwassal għall-aħjar servizz mil-lat akkademiku.", "Ladarba jiġu konklużi dawn it-tliet rapporti, il-gvern jgħaddihom lill- Public Accounts Committee u l-Oppożizzjoni tista' tagħmel kwalunkwe indaġini li hi jidhrilha xierqa.", "Sur President, aħna m'għandniex x'naħbu.", "Pero` rrid ngħid ukoll li mhux sew li jintefgħu d-dubji fuq min fil-pajjiż ikun ħadem u stinka biex f'Malta ikollna ċentru ta' eċċellenza f'dik li hi għodda ta' restawr mingħajr ma wieħed jara l-fatti kollha.", "Jiena rrid infakkar x'kienu l-funzjonijiet prinċipali taċ-Ċentru Malti għar-Restawr.", "Kienu li jkollna ċentru nazzjonali ta' eċċellenza fil-konservazzjoni.", "Dan iċ-ċentru kellu jipprovdi korsijiet akkademiċi u vokazzjonali li jwasslu għal persuni li jkunu jistgħu jagħmlu karriera fil-qasam tal-wirt storiku.", "Dan iċ-ċentru kellu wkoll bħala għan li jagħmel xogħlijiet ta' restawr u ta' konservazzjoni fuq kriterji sodi u xjentifiċi fir-rigward ta' oġġetti li jinsabu f'kollezzjonijiet nazzjonali, kemm f'livell ta' gvern kif ukoll fil-livell tas-settur privat, u fejn ikun hemm l-okkażjoni, anke f'pajjżi oħrajn.", "Dan iċ-ċentru kellu jakkwista u jopera bl-aktar teknoloġija avvanzata sabiex ikun jista' jilħaq dawn l-għanijiet skond l-għodda li llum id-dinja tat-teknoloġija toffri lil min irid jaħdem f'dan il-qasam b'mod professjonali u xjentifiku.", "Sur President, jiena konvint li ċ-Ċentru Malti għar-Restawr laħaq dawn l- għanijiet.", "Issa meta qegħdin nintegraw, aħna m'aħniex qed nintegraw biss biex ikollok cost savings u biex il-human resource management ikun aħjar.", "M'aħniex qed nintegraw biss għalhekk, imma qed nintegraw ukoll biex l- aspett operattiv ikun l-aħjar possibbli.", "Qegħdin nintegraw ukoll biex ikun hemm l-akbar konsistenza possibbli f'pajjiżna fis-sistemi operattivi tagħna, u ma jkollokx min jopera b'mod u min jopera b'mod ieħor.", "Kif smajt minn din il-Kamra, min qiegħed imexxi l-Heritage Malta, kemm bħala board, kemm bħala chief executive u kemm bħala impjegati, għandhom għalfejn ikunu kburin ħafna għax qalgħu l-kumplimenti miż-żewġ naħat tal-Kamra.", "Nirreferi għal xi aspetti oħra li ssemmew hawnhekk.", "F'ħin minnhom saret referenza għal rapport dwar li għandna bżonn Lm150 miljun biex nirranġaw diversi siti fuq medda ta' 15 jew 20 sena.", "Bla ebda dubbju, dan il-pajjiż għandu l-vantaġġ - jiena vantaġġ insejjaħlu, għax mil-lat finanzjarju biss jista' jkun żvantaġġ - li għandu l-akbar konċentrazzjoni ta' wirt storiku u kulturali per square kilometre.", "Hemm min jgħid li qegħdin it-tieni wara Ruma u hemm min jikkontesta dak ukoll u jgħid li Malta hi l-ewwel.", "Jiena mhux se noqgħod nargumenta fuq dan u nħalli f'idejn in-nies li huma iżjed tekniċi biex jagħmlu analiżi preċiża, imma li hu żgur hu li Malta hi minn ta' quddiem nett fejn tidħol konċentrazzjoni ta' wirt storiku u kulturali.", "Kif għidt fil-bidu tad-diskors tiegħi, dan jitfa' fuqna piż wisq akbar milli kieku ma kellniex dan kollu, jew li kieku ma kellniex it-tempji megalitiċi, bħalma għandna f'Għawdex, li huwa l-eqdem tempju tal-kwalita` tiegħu fid-dinja.", "Dan huwa l-ewwel free standing architectural structure u għalhekk huwa importanti mhux biss mil-lat arkeoloġiku, imma anke mill- aspett arkitettoniku, u kieku dan ma kienx hemm, ma kienx ikollna l-obbligu li nikkonservawh u nippreservawh.", "Ma kienx ikollna nagħmlu line item għalih fil-budget, u nagħmlu tapping ta' riżorsi oħrajn bħalma għamlet Heritage Malta billi għamlet tapping mill-fondazzjoni tal-Vodafone, u qed tipprova tagħmel tapping minn xi sorsi internazzjonali, kif ukoll minn ħbieb ta' Malta li jħobbu l-wirt tagħna.", "Hemmhekk irid ikun hemm proġett għall-aqwa konservazzjoni u preservazzjoni tiegħu, u għall-interpretazzjoni tiegħu.", "Dak huwa parti mill-wirt tagħna u għaliex huwa parti mill-wirt tagħna huwa parti mill-wirt ta' l-umanita` u rridu nippreżervawh għall-umanita' kollha u għall-ġenerazzjonijiet futuri kollha.", "Aħna għandna dan l-obbligu kif fil- fatt għandna l-istess obbligu għal Ħaġar Qim u l-Imnajdra.", "Barra minn dawn għandna saffi oħra ta' storja, bħal per eżempju, is-saff Ruman.", "Hawnhekk nafu xi proġett għamlet il-Heritage Malta fuq id-Domus Romana.", "Sur President, għandna wkoll is-saff Puniku u dak kollu li ħallewlna l- Ordni tal-Kavallieri.", "Jekk tħares lejn il-belt kapitali tagħna u lejn il- Kottonera, ma tistax ma tarax l-arkitettura barokka li hemm f'dawn iż-żewġt ibliet.", "Ma tistax ma tarax dik il-linja ta' palazzi storiċi ġewwa l-Birgu u ma tgħidx li dan huwa l-wirt kulturali tagħna kif ukoll ta' l-umanita' kollha u li għandna l-obbligu li nippreżervawh.", "Ħarist lejn iċ-ċifri ta' kemm intnefqu flus fuq dan il-qasam bejn l-1987 u l-2005.", "U meta tħares lejn il-pagi u lejn proġetti ta' restawr insibu li fuq medda ta' dawn is- snin infaqna aktar minn Lm68 miljun!", "Hawnhekk ma tistax ma tgħoddx is-salarji kollha li jaqgħu taħt il-kultura u l-arti, il-kontribut li għamilna meta kien hemm id-dipartiment tal- mużewijiet, il-proġetti ta' restawr kbar, fosthom il-proġett sabiex il- Kavallier ta' San Ġakbu, li llum huwa funzjonabbli, mhux bħala stamperija tal-gvern iżda bħala ċentru ta' kreattivita'..Wieħed isemmi wkoll ix-xogħol ta' restawr li għamilna fuq l-istess Malta centre for restoration ġewwa l- Bighi.", "Jien kont nippretendi li l-Onor.", "Joe Mizzi se jifraħ lill-gvern tal-proġetti li wettaq, fosthom dak tal-Kalkara, tad-Dar tal-konferenzi tal- Mediterran u proġetti oħra li saru anke minn ministeri differenti!", "Sur President, meta tgħodd it-total ta' dan kollu ssib li kellna nefqa totali ta' Lm68 miljun.", "Pero' jekk xi ħadd jgħidli jekk kontx nonfoq id- doppju li kieku kelli l-flus kont ngħidlu li iva, kont nonfoqhom ukoll, għaliex il-wirt kulturali tagħha huwa wieħed immens.", "U l-verita' hi li dan il-gvern preżenti qiegħed jalloka iżjed fondi u impenn favur il-wirt kulturali ta' pajjiżna.", "Issa hawnhekk irrid nagħti waħda lura lill-Onor.", "Mizzi il-għaliex fil-bidu ta' l-intervent li għamlet l-Onor.", "Justyne Caruana, irringrazzjatu għad-diskors animat li għamel ftit qabel.", "Meta smajt dan il-kumment għaddili l-ħsieb minn rasi, u għedt li anke l- cartoons ikunu animati!", "Pero' fil-ħajja huwa importanti li nitkellmu bis- serjeta'!", "Fost l-affarijiet li semma l-Onor.", "Joe Mizzi qalilna li fis-snin '70, il-gvern Laburista kien għamel proġett sabiex ineħħi t-tniġġis tal- karozzi mis-swar ta' pajjiżna.", "Huwa veru li dan il-proġett kien għamlu l- gvern Laburista, pero' dan għamlu billi fetaħ is-swar tal-Belt sabiex jgħaddu l-karrozzi minn bejniethom!", "Dan huwa l-proġett li kien qed jirriferi għalih l-Onor.", "Joe Mizzi?", "Qalilna li l-proġett kien sar sabiex inneħħu t-tniġġis tal-karrozzi mis-swar, u dan għamluh b'mod sempliċi, billi jwaqqgħu s-swar!", "(Interuzzjonijiet)", "Sur President, taf x'għamel il-gvern Laburista sabiex ineħħi t-tniġġis mill- karrozzi?", "Waqqa' s-swar u fetaħ triq minn ġo nofshom!", "Irrovina l-forti ta' Sant Anġlu billi għamel diskoteka fihom!", "L-Onor.", "Joe Mizzi semma' l- Kottonera.", "Jien kont nippretendi li l-Onor.", "Mizzi jew ma jgħid xejn, jew inkella jagħtina l-grazzi u jgħidilna prosit talli għamilna l-proġett ġewwa l-Kottonera u li se nkabbruh bil-Baċir Nru. 1.", "Kien imissu qalilna prosit li fiċ-ċentru ta' Bormla għamilna proġett ta' konservazzjoni storika ta' dar importanti ħafna sabiex saret id-dar ta' l-anzjani, dar li hija waħda mill-isbaħ li hawn fil-pajjiż.", "Kont nippretendi li jgħidilna prosit talli għamilna proġett ieħor lil fih ukoll aspett ta' konservazzjoni sabiex ġbarna l-aġenziji bħas-Sedqa f'ċentru wieħed, prosit talli għamilna ċentru u kumpless sportiv, prosit talli għamilna l-mużew marittimu ġewwa l-Birgu, u dan qiegħed jiffunzjona kif suppost.", "Kont nippretendi li jagħtina prosit talli l-Heritage Malta għamlet il-palazz ta' l-inkwiżitur jiffunzjona, u jiġi kkonservat ferm aħjar sabiex ikun jista' jilqa' ħafna aktar nies fih milli qatt kien jagħmel qabel.", "Jien dan li kont qiegħed nippretendi mill-Onor.", "Mizzi, pero' jekk ma jridx jagħtina prosit hija affari tiegħu!", "Imma issa ma jiġix u jipprova jaqleb l-istorja ta' taħt fuq, għaliex inkella bilfors ikolli nwieġbu bit-ton li għamel użu minnu hu stess!", "Sur President, irrid insellem, bħalma għamlet l-Onor.", "Justyne Caruana, lill- għaqdiet volontarji bħal Din l-Art Ħelwa, li kont magħhom is-Sibt li għadda fl-okkażjoni ta' l-40 anniversarju.", "Il-gvern preżenti issa tahom anke l- inkarigu tal-konservazzjoni tat-torri ta' Kemmuna li żgur huwa importanti bħala parti mil-legat tal-Granmastru Wignacourt.", "L-Onor.", "Justyne Caruana sellmet ukoll lill-Fondazzjoni Wirt Artna u lil Wirt Għawdex li nagħmlu wkoll proġetti ta' konservazzjoni magħhom.", "Dawn insellmilhom kollha, għax aħna naħdmu magħhom bis-serjeta`, mhux taparsi nfaħħruhom u mbagħad żgur ma nistmawx dak li jkunu qegħdin jagħmlu bħala ħidma fil-pajjiż.", "(Interruzzjonijiet) Dan huwa l-mod kif nimxu bis-serjeta`.", "Sur President, nixtieq nagħmel ukoll il-ħsieb - għax naħseb huwa rilevanti u importanti - li f'Malta ngħixu esperjenza li jien insejħilha inverse proportion, għax għandna l-ikbar konċentrazzjoni ta' wirt storiku u kulturali, pero` ma nispjegawx biżżejjed dak li għandna anke għal skop ta' turiżmu.", "Imbagħad, mingħajr ma nkun speċifiku, tmur pajjiżi oħra li jkollhom ferm inqas minna, u ddum tara tabelli u ddum tara spjegi u ddum tara visitors' centres u jdumu jgħidulek minn ma nafx kemm qabel għax kburin b'li għandhom.", "U hekk għandu jkun, kulħadd għandu jkun kburi b'dak li għandu.", "Aħna għandna ħafna iżjed wirt storiku u nippreżentawh inqas u niftaħru inqas bih.", "Pero` dan bdejna nindirizzawh bis-serjeta`, u nirringrazzja lil Heritage Malta għal dak li qed tagħmel f'dan ir-rigward.", "Naħseb li din hija inverse proportion li rridu nindirizzaw bħala pajjiż wieħed, għax fl- aħħar mill-aħħar meta nitkellmu fuq il-wirt storiku u kulturali ta' pajjiżna qed nitkellmu fuq dak li hu tagħna lkoll.", "Allura hawnhekk nippretendi li l-livell ta' diskussjoni jkun livell li jixraq lis-suġġett li għandna quddiemna.", "Dan m'huwiex suġġett fejn noqogħdu nipprovaw nitkellmu b'ħafna retorika u b'ħafna attakki, meta l-gvern qed jagħmel il- proċess li jikkonsolida bl-aħjar mod l-istrutturi tagħna biex nieħdu ħsieb il-wirt storiku ta' pajjiżna.", "Naturalment meta nirriferi għal diversi aspetti tad-diskorsi l-oħra li saru, irrid nagħmel din l-enfasi għax naf li Heritage Malta tassew qed tibni pedamenti soda - u llum b'numru ta' suċċessi kbar - sabiex tagħti valur addizzjonali mhux biss lill-ekonomija ta' pajjiżna imma wkoll lill-istess identita` nazzjonali tagħna.", "Għax dak kollu li jifforma parti mill-wirt storiku tagħna jagħtina l-identita` tagħna.", "Meta konna flimkien mal-Prim Ministru fil-Ġgantija, f'Ħaġar Qim u l- Imnajdra u fil-proġett tad-Domus Romana tibda tgħid: Dawn huma l-ġojjelli ta' dan il-pajjiż, dan huwa dak li sawwar il-ġens Malti u Għawdxi, dan huwa dak li jagħtina identita` partikolari.", "Allura qed nagħmlu l-istrutturi biex inħarsu din l-identita` u nagħtuha valur addizzjonali, għax huwa valur li qiegħed hemm.", "Dan m'huwiex valur li għandna bżonn nivvintaw, li rridu noqogħdu nimmaġinaw, imma qiegħed hemm, tmissu b'idejk.", "Iżda, kif kont qed nispjega qabel, ħafna drabi trid tippreżentah aħjar, trid tkun konxju tiegħu, trid tagħmel programmi biex inkunu iktar interattivi mal- ġenerazzjoni żagħżugħa u mal-Maltin mhux biss mat-turisti.", "Għaldaqstant huma importanti ħafna programmi bħal ħarġiet kulturali li qed jagħmel il-ministeru u l-open days li tagħmel Heritage Malta favur il-poplu kollu ta' Malta u ma' nies oħrajn li jistgħu jkunu hawnhekk.", "Għalhekk huma importanti ħafna proġetti bħalma għamlet Heritage Malta ġewwa l-palazz ta' l-inkwiżitur ġewwa l-Birgu.", "Quddiemi għandi t-\"Teachers resource book\" biex meta t-tfal imorru hemmhekk, jgħixu verament l-esperjenza ta' l- istorja ta' dak il-palazz.", "Waqt li qegħdin hemmhekk, jistgħu jipparteċipaw b'mod proattiv u mhux sempliċement xi ħadd qed jagħmlilhom lecture, jippridkalhom u ma jgħidilhom xejn iżjed.", "Qed nagħmlu dan kollu u rridu nħaddmu rasna lkoll flimkien, għax aħna fdati b'dan il-wirt li dan il- pajjiż irid jieħu ħsieb, mhux biss għalih innifsu, imma għall-umanita` kollha.", "Irrid infakkar li aħna diġa` rrikonoxxuti bħala pajjiż b'konċentrazzjoni għolja ta' siti li huma ta' wirt storiku magħruf internazzjoanlment mill- UNESCO.", "X'qegħdin nagħmlu għall-mużewijiet ġewwa l-Belt, fir-Rabat, fl- Imdina u fil-Birgu, li diġa` semmejt?", "X'qegħdin nagħmlu għal Għawdex?", "L- Onor. Justyne Caruana tkellmet f'dan ir-rigward ukoll.", "Jien nista' nassiguraha li l-impenn mill-gvern preżenti u l-impenn permezz ta' Heritage Malta favur Għawdex huwa impenn ferm iktar serju minn meta, fi żmien gvern preċedenti, l-affarijiet ġewwa Għawdex kienu tħallew verament abbandunati u ma kien isir xejn dwarhom.", "Issa, kemm bħala struttura ta' nies kif ukoll bħala proġetti, qed naħdmu bis-serjeta` biex inħarsu dak li jirrappreżenta Għawdex, kemm jekk huwa l-mużew tal-folklor, iċ-Ċittadella, it-tempji tal- Ġgantija, il-ħabs il-qadim, il-mużew tax-xjenza naturali, u s-siti l-oħrajn kollha.", "L-Onor.", "Justyne Caruana tkellmet ukoll dwar id-drittijiet tal-ħaddiema li kienu mal-gvern u mbagħad ġew detailed mal-Heritage Malta.", "Id-drittijiet tal-ħaddiema huma għeżież ħafna għalina, pero` mad-drittijiet jeżistu doveri kbar.", "U dawk id-doveri aħna ninkorporawhom mhux biss billi nitkellmu dwarhom, imma billi Heritage Malta nnegozjat ftehim kollettiv ġdid għar-rigward ta' l-impjegati tagħha.", "F'dak il-ftehim ħassejna li ma nistgħux napplikaw ċerti regoli li f'Malta u f'Għawdex japplikaw b'mod tradizzjonali fil-qasam tas-civil service jekk tassew irridu nkunu kustodji serji ta' dak li huwa fdat lilna fil-qasam tal-wirt storiku ta' pajjiżna.", "Naturalment l-ikbar eżempju f'dan ir-rigward huwa li - se neħodha bil- kappell tat-turiżmu u mhux biss bil-kappell tal-kultura - jien ma nista' qatt niġġustifika li ġewwa Malta jew ġewwa Għawdex meta jkollok l-ikbar numru ta' turisti fostna, jekk dawn imorru wara nofsinhar biex iżuru mużew ngħidulhom: Le, sorry, hawn magħluq għax hawnhekk naħdmu bil-half days.", "Kif nistgħu nagħmlu hekk meta qegħdin nitkellmu dwar din ir- responsabbilita` kollha li għandna fuq spallejna?", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq responsabbilita` li biex inti taqdiha tajjeb irid ikollok l-metodi kif terfagħha billi tinnegozja, titkellem mal-union jew unions konċernati, pero` mbagħad tagħti s-servizz li jkollok bżonn tagħti sabiex inkunu qed nagħtu valur aħjar lil dak li aħna fdati biex nippreżentaw.", "Jien ma nafx jekk l-Onor.", "Caruana kenitx qed tirriferi għal dan l-aspett tad-drittijiet tal-ħaddiema jew għal xi qasam ieħor.", "Pero` aħna kburin li bdilna s-sitwazzjoni, u filwaqt li qabel, meta kien jibda is- sajf, jiġifieri bejn is-16 ta' Ġunju u t-30 ta' Settembru, il-mużewijiet kienu jiftħu fit-8.00 a.m. u jagħlqu fis-1.30 p.m. u f'kull public holiday kienu jkunu magħluqa, issa l-mużewijiet qegħdin jiftħu fid-9.00 a.m. u jibqgħu miftuħa sa l-4.30 p.m. is-sena kollha.", "L-uniċi ħamest ijiem fejn dawn ma jiftħux sakemm ma jkollhomx talba speċifika huma l-Millied u lejlietu, l-ewwel tas-sena u lejlet l-ewwel tas-sena u l-Ġimgħa l-Kbira.", "Dan huwa l-mod responabbli u l-mod serju kif irridu nimxu 'l quddiem.", "Possibbli li hawn xi ħadd, bi skuża jew oħra, li jrid li nitfgħu l- affarijiet lura?", "Ma naħsibx, onestament ma naħsibx, għax kieku ma kienx ikun hawn dak il-kliem ta' ħajr li b'mod ġenerali sar għall-mod kif qed titmexxa Heritage Malta.", "Ladarba hawn din il-fiduċja fl-operat ta' Heritage Malta mill-parlament kollu, u mhux biss min-naħa tal-gvern, almenu kif fhimt jien, hawn is-sinjal ċar li qed ngħidu lil Heritage Malta: Tajniek it-talenti u wżajthom tajjeb u kabbarthom, u issa b'din l-liġi qed nagħtuk iktar talenti biex tkompli tkabbarhom.", "Qed nagħmlu dan mhux biex nagħmlu xi kritika lil xi ħaddieħor, jew biex nippersegwitaw lil ħaddieħor imma għax issa, wara proċess ta' speċjalizzazzjoni f'diversi entitajiet, irridu l-aqwa konsolidament, l-aqwa integrazzjoni, u operat bl-iktar mod trasparenti u effiċjenti favur dak li hu ta' pajjiżna kollu u favur ir- responsabbilita` li għandna lkoll lejn pajjiżna.", "Jien nawgura minn qalbi lil Heritage Malta l-akbar suċċess fil-missjoni li qed napprovawlha permezz ta' din il-liġi.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-mistoqsija hija li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Att dwar il-Patrimonju Kulturali, Kap. 445\" ikun moqri t-Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tieni Darba.", "MR SPEAKER: Il-Ministru Zammit Dimech.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Sur President, nipproponi li dan l-Abbozz ta' Liġi jiġi ttrattat mill-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi maħtur skond il-Mozzjoni Nru. 54 tas-17 ta' Ġunju 2003.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hija li l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Patrimonju Kulturali jiġi trattat mill-Kumitat Permanenti għall- Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IL-LIĊENZI TAL-KUMMERĊ", "TRADING LICENCES (AMENDMENT) BILL", "MR SPEAKER: Il-Ministru Dolores Cristina.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Sur President, f'isem il-Ministru għall- Kompetittivita` u Komunikazzjoni nipproponi t-Tieni Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Liċenzji tal-Kummerċ.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO (Segretarju Parlamentari): Nissekonda.", "MR SPEAKER: Rimarki?", "Is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO: Mr Speaker, il-bieraħ waqt li kont qed nara stazzjon Ingliż, u waqt li uffiċjal għoli Ingliż kien qed jappella biex il- ħajja f'Londra terġa' tiġi għan-normal, uża l-kliem li min jaf kemm-il darba nużawh u qal: \"London is open for business.\"", "Meta uża dak l-kliem f'dak il-kontest irrealizzajt kemm il-kliem \"open for business\" fihom sinifikat kbir.", "Li kieku ma kienx seħħ dak li ġara, naħseb li s-sinifikat ta' dak il-kliem ma kienx ikun l-istess għalija.", "Dan ġegħelni nirrifletti u nasal għall-konklużjoni li belt tkun ħajja daqskemm hija miftuħa għan- negozju, u pajjiż huwa b'saħħtu, huwa ħaj daqskemm għandu attivita` kummerċjali b'saħħitha.", "Għaldaqstant, qed inressqu dan l-abbozz ta' liġi li jemenda l-Att dwar il-Liċenzji tal-Kummerċ li qed nerġgħu nemendawh wara sentjen proprju sabiex tiġi simplifikata aktar l-amministrazzjoni tiegħu.", "Permezz ta' l-emendi li konna għamilna sentejn ilu l-gvern ried inaqqas il- proċeduri burokratiċi biex tiżdied l-attivita` kummerċjali fil-pajjiż.", "Il- gvern ried li jagħmilha iktar faċli li wieħed jiftaħ negozju, li n-negozju jbiddel l-idejn fejn ikun hemm bżonn, jew li jinbidel il-ġeneru tan- negozju.", "Għaldaqstant, għamilha possibbli li jkun hemm liċenzja iżjed ċentrali, iżjed informattiva u li toffri iktar direzzjoni.", "Bħalma għamel dak l-uffiċjal għoli Ingliż il-bieraħ, jien irrid nappella li Malta hija wkoll open for business, imma f'kontest ieħor milli qal l-uffiċjal Ingliż.", "Aħna gvern li rridu nkomplu ngħinu biex tikber l-attivita` kummerċjali f'pajjiżna.", "Għaliex irridu nkunu iktar open for business?", "Ħalli nibda l- intervent tiegħi billi nitlaq minn dan il-ħsieb.", "Iżjed ma jkollna attivita` kummerċjali wiesgħa, ħajja u dinamika iktar jiżdiedu l-impjiegi.", "L-attivita` kummerċjali fiha nnifisha mhux biss toħloq numru kbir ta' impjiegi, imma fl-istess ħin il-konsumaturi jkollhom garanzija ta' għażla aħjar ta' prodotti, is-servizzi jitjiebu, u b'mod ġenerali jitjieb il-livell ta' l-għajxien.", "Għalhekk jien jiddispjaċini li b'mod ġenerali mal-kelma negozju, mal-kelma suq, mal-kelma kummerċ, ħafna jiġuhom f'moħħhom konnotazzjonjiet negattivi.", "Jeħtieġ li nħarsu lejn il- kummerċ bħala dik l-attivita` li tkattar il-ġid tal-pajjiż.", "Pajjiż fejn m'hemmx attivita` kummerċjali nsibu li jkun pajjiż fqir, filwaqt li pajjiż li għandu ħafna attivita` kummerċjali huwa sinjur.", "Issa nixtieq nissustanzja dak li kont qed ngħid bi ftit figuri.", "Jekk inħares lejn l-istatisitka ta' Jannar sa Marzu ta' l-2004 insib li s-self- employed li ma kellhomx impjegati magħhom kienu jlaħħqu l-14,381, jiġifieri 9.7%.", "Jekk wieħed iħares lejn is-sena 2005 isib li dawn żdiedu għal 14,838, jiġifieri telgħu għal 9.9% tal-workforce.", "Fl-2004 in-numru ta' self-employed bl-impjegati kien ta' 7,047 jiġifieri 4.7% ta' dawk li huma gainfully occupied f'dan il-pajjiż.", "Fl-2005 dan in-numru naqas għal 6,799, jiġifieri niżel għal 4.6%.", "Pero` skond l-istatistika tas-COS, meta wieħed iħares lejn it-total ta' persuni impjegati jsib li minn Jannar sa Marzu ta' l-2004 kien hemm 127,227 ruħ, li jammontaw għal 85%, u fl-istess xhur ta' l- 2005 dan in-numru żdied għal 128,099.", "Issa jekk wieħed iħares lejn it-totali tas-sena 2004 u 2005, dejjem bejn Jannar u Marzu, ta' dawk li huma self-employed without employees, self- employed with employees u l-employees, isib li fl-2004 kien hemm148,655 u fl-2005 kien hemm 149,736.", "Jiġifieri t-total ta' self-employed without employees, self-employed with employees u employees minn Jannar sa Marzu ta' din is-sena huwa bejn wieħed u ieħor 1,000 iktar mis-sena l-oħra.", "Meta nħarsu lejn din l-istatistika, li hija fost l-ogħla f'dawn l-aħħar ftit snin, nistgħu ngħidu li hija pożittiva, imma ma nistgħux nieqfu hemm.", "L-istatistika fiha nnifisha jien dejjem rajtha bħala responsabbilita`.", "M'hijiex bħal meta team tal-football rebaħ logħba l-Ħadd li għadda, u issa moħħu mistrieħ.", "Fit-tellieqa tal-ħolqien ta' l-impjiegi l-gvern m'hu rebbieħ qatt, jakkwista kemm jakkwista riżultati tajbin irid ikompli jaħdem bla waqfien, għax il-poplu hemm barra jrid itejjeb kontinwament l-income u l-livell ta' għajxien tiegħu.", "Għaldaqstant, il-gvern irid jara li jibqa' jiżdied in-numru ta' dawk li qegħdin jipprovdu l-impjiegi u anke n-numru ta' dawk li jissejħu self-employed li, fil-biċċa l-kbira tagħhom, ikunu nies fin-negozju.", "Hawnhekk wieħed jara kemm huwa importanti li naħdmu biex intejbu l-loġistika, il-postijiet fejn qegħdin jaħdmu dawn in-nies, u niżviluppaw mentalita` imprenditorjali fejn niffaċilitaw il-ħajja ta' min qiegħed fin-negozju.", "Irridu kontinwament nagħmlu ħilitna biex nissimplifikaw il-proċeduri, cioe` titnaqqas il-burokrazija, għax biex nikbru fl-Unjoni Ewropea, irridu niffaċilitaw in-negozju.", "Il-kummissarju responsabbli mill-Pulizija tat-trasport ġewwa Londra qal hekk ilbieraħ: As from tomorrow London is open for business.", "Dak għandu jkun l-ispirtu f'pajjiżna.", "Pajjiżna għadu kemm għalaq l-ewwel sena fl- Unjoni Ewropea, u jiena ngħid li nkunu dħalna ta' xejn fl-Unjoni Ewropea jekk m'aħniex se niffaċilitaw il-kondizzjonijiet li fihom qed jaħdem min qiegħed fin-negozju.", "Is-self employed jistgħu jkunu f'setturi differenti.", "Meta wieħed jieħu s-sena 2005 u jħares lejn dawk li kienu qegħdin qed jaħdmu bħala service workers jew shop and sales workers, jiġifieri ħaddiema fil-lant tax-xogħol, fi ħwienet jew f'setturi oħrajn ta' servizz, wieħed jifhem li meta qegħdin niffaċilitaw in-negozju, qegħdin noħolqu l-impjiegi.", "Fl-2005, is-service workers u s-shop and sales workers kienu 15% tal- gainfully occupied u cioe` 22,490.", "Fil-ħwienet u f'setturi kummerċjali oħra ta' ċerti servizzi, is-settur kummerċjali kien kapaċi jħaddem madwar 22,000 persuna.", "Fl-artiġjanat u fix-xogħol ta' ċerti snajja', kellna 21,100 ħaddiem li jiġu kważi 14.1%.", "Naraw ukoll li bejn Jannar u Marzu, il-ħaddiema fil-manifattura f'dan il- pajjiż kienu jammontaw għal 19.3% tal-gainfully occupied, jiġifieri 28,952 persuna.", "Fil-wholesale u retail għandna 21,669 ħaddiema.", "Jiġifieri minn 22,490 service workers li semmejt, 21,669 minnhom jaħdmu direttament fis- settur tal-bejgħ bl-imnut u l-ingrossa.", "Dan huwa settur li qed jiġġenera l- impjiegi, u nappella biex dan is-settur ma nagħtuhx bis-sieq.", "Ejjew nagħtuh l-istima li jixraqlu, ġejjin minn fejn ġejjin u qegħdin f'liema responsabbilita` qegħdin, kemm jekk aħna mill-gvern, kemm jekk aħna awtorita` u kemm jekk aħna kunsill lokali.", "Int min int u taħdem fejn taħdem, inti għandek tagħti servizz biex dan in-numru ta' impjiegi joktor, u dan isir billi nnaqqsu l-burokrazija.", "Jekk wieħed iħares lejn ir-real estate, renting and business activities oħra, jara li dawn jiġġeneraw madwar 7,662 impjieg, jiġifieri madwar 5.1%.", "Dawn huma kollha ċifri u statistiċi Sur President.", "Kieku kellna nilagħbu l-logħba tal-kliem, nerġa' ntenni li għalija din tfisser responsabbilita`.", "Jien m'iniex kuntent b'dawn iċ-ċifri u rridhom jiżdiedu, minkejja li dawn huma fost l-ogħla f'dawn l-aħħar snin, pero` rridu nkomplu naħdmu b'insistenza ż-żewġ naħat tal-Kamra sabiex naraw li l-attivita` kummerċjali f'dan il-pajjiż tikber.", "Sur President, qed nagħmel dan it-tip ta' diskors għax jiena se nressaq emendi fuq il-liġi li permezz tagħha jinħarġu l-liċenzji tan-negozji, u li tirregola l-kondizzjonijiet b'mod ġenerali ta' l-attivita` kummerċjali f'dan il-pajjiż.", "Irridu naċċertaw li dan ikun dibattitu li jgħin sabiex f'dan il-pajjiż nifhmu li aħna, iż-żewġ naħat tal-kamra, impenjati biex inħaffu l-ħajja ta' dan is-settur.", "Sentejn biss wara li ressaqna għall- ewwel darba l-emendi ġenerali li permezz tagħhom irrivoluzzjonajna l- affarijiet f'dan is-settur, issa wasalna biex inkomplu ntejbu.", "Kont jien li ppilotajt u li ressaqt dawn l-emendi li kienu ġew fis-seħħ fit-2 ta' Mejju 2002, u dawn għenu ħafna s-settur kummerċjali għax issimplifikajna u serraħna l-proċess tal-ħruġ tal-liċenzji.", "Konna wkoll illiberalizzajna l- ħinijiet ta' ċerti negozji u għamilnihom eħfef biex ċerti negozji jkunu jafu meta suppost jiftħu u meta suppost jagħlqu, u x'attivita` kummerċjali rridu.", "Aħna rrivoluzzjonajna b'xi mod jew ieħor il-mod ta' kif bniedem illum iħares lejn x'inhi l-liċenzja tan-negozju.", "Dak iż-żmien kont wegħedt li fi żmien sentejn wara li ppubblikajna liġi ġdida, li prinċipalment tneħħi r-reġim tal-ħruġ tal-liċenzji tan-negozju minn idejn il-Pulizija, kont se nerġa' niġi fil-Parlament biex nemendaw l-istess liġi skond dak li nkunu tgħallimna f'dawk is-sentejn.", "Jien personalment nemmen li liġi mhux ippubblikajtha u imbagħad tħalliha hekk.", "Jiena għext kważi tfuliti u żgħożiti f'negozju żgħir, u għalhekk il- politika li nagħmel jiena, nagħmilha b'mod imprenditorjali.", "Meta mara tad- dar tmur tixtri, m'hijiex se tixtri prodott li jkun skadut, u kull prodott għandu l-expiry date.", "Kull meta nagħmel liġi, jiena nagħti deadline lili nnifsi biex fi żmien numru ta' snin, nerġa' nirrevediha sabiex nemendaha fejn hemm bżonn, għax il-kummerċ ma jistax jibqa' jopera b'liġijiet li jkunu saru numru ta' snin qabel, speċjalment meta nafu li l-kummerċ ibiddel ir-regoli tal-logħba sikwit.", "Min jagħmel il-liġijiet irid jifhem kif jaħdem il-kummerċ u jaddotta l- liġijiet għall-attivita` kummerċjali.", "Inżommu r-riedni fejn nistgħu nżommu, pero` rridu jkollna mentalita` fejn inkunu qegħdin nifhmu l- attivita` kummerċjali 'il fejn hi sejra, u nipprovaw naddottaw - sakemm ma naslux fl-estrem li jbigħ il-prinċipji tagħna lis-suq - il-proċeduri ta' min qiegħed fin-negozju u naddottaw il-proċeduri tal-konsumatur.", "Dan għandu jsir mingħajr ma nbigħu l-valuri ewlenin tagħna, għax inkella nippermettu li l-konsumiżmu jsir il-prinċipju ewlieni fil-ħajja tagħna.", "Dak huwa l-bilanċ li rridu nsibu.", "Kif se nħaffu l-ħajja ta' min qiegħed fin-negozju u l-ħajja tal-konsumatur u fl-istess ħin inżommu ċertu bilanċ?", "Dawn iż-żewġ setturi huma bla xaba', bir bla qiegħ.", "Jekk jista' jkun, jgħidulek biex tneħħilhom kull regolamentazzjoni, pero' aħna responsabbli li nsibu l-bilanċ bejn dak li s-sistema titlob u dak li suppost isir.", "Jiena nifhem li huwa dmiri li nipprova nsib il-bilanċ sabiex dan il-pajjiż ma jitlifx ruħu u jinqabad f'xibka ta' konsumiżmu eżaġerat fejn l-identita` umana tal-bniedem fis-suq titlef l-identita` tagħha għax is-suq jirbaħ fuq kollox.", "Sur President, j'Alla li ma nkunx jien li nwassal għal din ir-rovina, imma nittama li f'dan il-gvern inkun jien li nifhem eżatt xi jkun għaddej, u fejn nibda nara li għandna liġijiet li m'għadhomx jagħmlu sens, nitkellem u naħdem biex jitbiddlu sakemm ma nbidlux il-valuri tagħna.", "Allura jiena sodisfatt li wara sentejn qed nerġa' niġi hawn fuq din l-istess liġi, għaliex nemmen li bħal kull prodott fuq l-ixkaffa ta' supermarket, il- liġijiet ukoll għandhom l-expiry date ta' meta wieħed iħares lejhom biex jaġġornahom.", "Liġi li tirregola l-attivita` kummerċjali tista' teskadi f'ħakka t'għajn, Sur President.", "Forsi ma lħaqniex il-perfezzjoni fl-emendi tagħna, pero` naħsbu li qegħdin inressqu l-aħjar emendi possibli.", "Jekk matul id-dibattitu nindunaw li nistgħu intejbuhom, dawn sejrin intejbuhom.", "Sur President, b'dawn l-emendi l-ħsieb tagħna huwa wkoll li nkomplu nkattru l-attivita` ekonomika f'pajjiżna.", "Iżjed ma nagħmluha faċli li toħroġ liċenzja tan-negozju, aktar se nżidu l-kompetittivita` tagħna.", "Issa hawn nagħmel full stop, għax meta nżid il-kompetittivita` jfisser li se nkun qed nippermetti li jiżdiedu n-numru ta' dawk li jipparteċipaw fil-ħajja kummerċjali.", "Meta jiżdiedu n-numru ta' dawk li jipparteċipaw fil-ħajja kummerċjali, il-konsumaturi jirringrazzjaw għax jifhmu li l-kompetizzjoni twassal għal għażla akbar ta' prodotti aħjar u irħas.", "Imma għal min qiegħed fin-negozju imbagħad il-qanpiena tibda ddoqq noti oħrajn.", "Meta tiżdied il-kompetittivita`, min kien qiegħed waħdu fin-negozju mhux li se jieħu pjaċir.", "Meta ngħaddi minn Birkirkara - għax il-ministeru qiegħed Santa Venera – biex nagħmel is-survey tiegħi, l-ewwel ħaġa li ninnota hi li fil-wied ta' Birkirkara qatt ma kien hemm daqshekk ħwienet daqs kemm hemm illum.", "Minn wara l-Knisja ta' Santa Tereża sa kważi l-każin tal-Labour tara ħanut imiss ma' l-ieħor.", "(Interruzzjonijiet) Ma naħsibx li hemm magħluqin f'dik it- triq, għax fetħu aktar milli għalqu!", "Dan ma jgħoddx biss għal Birkirkara.", "Ftit ilu kont iż-Żurrieq u ż-Żejtun, u n-numru ta' ħwienet li hemm illum żgur li huwa iżjed minn dak li kien hemm qabel.", "Sur President, għalxiex qed nagħmel din ir-riferenza?", "Għaliex bħalma qed jiġri f'pajjiżi oħra barra minn Malta, is-self employment qabad dan ir-ritmu u ma naħsibx li nistgħu nerġgħu mmorru lura minnu.", "Ġieli kien hawn l-argument li meta l- manifattura, kif nafuha aħna, tonqos, ma jkunx hemm żvog ieħor ħlief li wieħed imur f'attivita` kummerċjali.", "Imma l-attivita` kummerċjali tal- manifattura kif konna nafuha żgur li mhux se terġa' tiġi lura, għax dik kienet fażi li issa għaddiet.", "Illum qegħdin f'fażi oħra fejn anke l-istudenti li qegħdin fl-iskejjel qed jaħsbu fis-self employment.", "Jiena nħobb immur inkellem l-istudenti tas- sixth form li jkunu qed jieħdu sehem f'xi skema bħalma hi l-Young Enterprise, l-iScoops jew Start-up Malta u ngħidilhom: Qatt ħsibtu li intom għada pitgħada mhux bilfors se tkunu bil-ktieb tax-xogħol imma tistgħu tkunu self employed, freelancers?", "Id-dinja tan-negozju 'l hemm qiegħda tixħet l-opportunitajiet ta' l-impjiegi ġodda, u allura mhux qed nagħmlu hekk għax m'għandniex triq oħra, imma għaliex numru kbir ta' impjiegi qegħdin jinħolqu hemmhekk, u allura ma nistgħux nagħtuhom bis-sieq.", "Min- naħa l-oħra lanqas nistgħu ngħidu: Viva hekk la x-xitan irid hekk!", "Din hija ċ-ċirkostanza li qegħdin fiha, irridu jew ma rridux.", "Din bħall- istaguni.", "Issa qegħdin fl-istaġun sajfi, u ma nistgħux noqogħdu nistennew li jasal l-istaġun xitwi.", "Bħalissa qegħdin f'dan l-istaġun ekonomiku, u fih irridu naħdmu.", "Sur President, se ngħaddi issa biex inħares lejn l-emendi li qegħdin nipproponu, li huma pressoche emendi amministrattivi.", "Se jkun hemm emendi li se jkomplu jbiddlu u jirregolaw il-ħajja kummerċjali ta' l-istreet hawker, tal-market hawker, ta' dak li hemm fis-suq, ta' dak li jbigħ bil- vann u ta' dak li jaħdem il-Ħandaq, u l-bidliet se jinħassu fit-trade licensing regulations li se nemendaw.", "Il-ħsieb tagħna hu li meta nlestu anke mit-tielet qari u nippubblikaw dan l-avviż, ftit ġranet wara nippubblikaw ukoll ir-reviżjoni fit-trade licensing regulations.", "Il-ħsieb tagħna hu biex inkomplu nilliberalizzaw aktar l-attivita` kummerċjali f'dan il-pajjiż.", "Kif għidt, dawn huma emendi li jagħmlu differenzi żgħar, pero` fl-amministrazzjoni jgħinu ħafna speċjalment biex sussegwentement inkunu nistgħu nagħmlu emendi fit-trade licensing regulations li jirregolaw aktar l-attivita` kummerċjali fil-ħajja ta' kuljum.", "Per eżempju, għandna l-ewwel bidla f'tifsira ta' dik li hija \"fiera kummerċjali\" u qegħdin ngħidu li \"fiera kummerċjali\" tfisser kull attivita` kummerċjali li tinkludi l-esibizzjoni ta' oġġetti jew il-bejgħ ta' oġġetti bl-imnut.", "Għandna ħafna nies li bl-iskuża biex ibigħu jgħidulek: Aħna qegħdin nagħmlu esibizzjoni ta' ġojjelli jew ta' karozzi u mhux biex inbigħuhom.", "Allura aħna qegħdin ngħidu li fiera kummerċjali tinkludi kemm l-esibizzjoni kif ukoll il-proċedura li permezz tagħha dak il- ħin qed tbiegħ bir-retail jew bl-imnut.", "Allura qegħdin inżidu mad- definition li kien hemm, li qabel kienet tgħid:", "\"Commercial fair means any fair irrespective of the name by which it is called where a commercial activity is exercised. \".", "Qegħdin ninżlu aktar fil-ħajja ta' kuljum għaliex din id-definition naħsbu li issa tolqot aktar dak li se jkun qiegħed jiġri.", "Ngħaddi issa għal emenda oħra.", "Fl-artiklu 3 qed ngħidu li minflok il-kliem \"dawk ir-reġistri\" għandhom jidħlu l-kliem \"dawk ir-reġistri, records jew databases\" u dan għaliex aħna intenzjonati li bil-proċeduri tal-ħruġ tal- liċenzji, nilħqu aktar negozji li m'humiex liċenzjati u nagħmluhielhom faċli biex dawn jilliċenzjaw ruħhom.", "Bħala gvern m'għandniex interess li dawn inħalluhom bla liċenzja, pero` rridu nsibu r-raġuni għaliex m'humiex illiċenzjati u naraw li jekk jista' jkun ikollna numru akbar ta' attivitajiet kummerċjali rreġistrati ħalli nkunu nafu x'għandna u x'ma għandniex f'pajjiżna.", "Il-liċenzja għalina hija l-ID card tan-negozju li permezz tagħha kull negozju jkun jista' jippreżenta lilu nnifsu quddiem awtoritajiet oħrajn, anke f'pajjiżi oħrajn.", "F'emenda oħra qegħdin ngħidu li, minflok il-kliem \"ma' awtoritajiet oħra\", għandhom jidħlu l-kliem \"ma' kull awtorita` jew entita` oħra\", għax mhux bilfors li dak li jkun ikun qed jitkellem ma' awtorita' biss.", "Wieħed jista' jkun qed jiddilja ma' entitajiet oħra li ma jaqgħux taħt id- definition ta' awtorita`.", "Qegħdin nemendaw ukoll il-kompożizzjoni tal- licensing advisory committee.", "Fil-liġi prinċipali ta' sentejn ilu, konna ħloqna kumitat li jkun qed jgħin lill-ministru responsabbli mill-kummerċ, pero` huwa kumitat rappreżentattiv ta' l-attivita` kummerċjali f'dan il- pajjiż.", "Sentejn ilu aħna konna poġġejna bħala kap ta' dak il-kumitat, persuna miċ- ċivil sabiex il-kap ta' l-awtorita` regolatorja, jiġifieri l-kap tal- commerce division, jkun id-director general.", "Issa qegħdin nagħtu l- opportunita` biex minflok bilfors jkun dan il-kap, jista' jkun ukoll persuna oħra mill-attivita` kummerċjali.", "Dan qed nagħmluh biex ikollna aktar flessibilta` bħala gvern, sabiex jekk insibu persuna aħjar u iktar imprenditorjali u rivoluzzjonarja, inpoġġu lilha.", "Dan għaliex aħna rridu nies mhux tant li jaraw li s-sistema tajba u jibqgħu jaħdmu fiha, imma nies li kapaċi jagħtuna s-suġġerimenti fuq kif inbiddlu dik il-proċedura għall- aħjar.", "Għidna wkoll:", "\"Iżda għandu jkun hemm membru addizzjonali fil-kumitat li jista' jkun il-kap ta' l-awtorita` regolatorja.\".", "Il-kap ta' l-awtorita` regolatorja xorta rriduh ikun preżenti f'dan il- kumitat.", "Qed ngħidu wkoll li dan il-kumitat għandu jaħdem b'aktar flessibilta`, u għalhekk il-membri għandu jkollhom is-sostituti tagħhom għaliex jista' jiġri li xi drabi jkollok rappreżentant minn xi entita`, u jekk bil-liġi dan ma jistax ikollu sostitut, jew jattendi hu, jew ma jattendi ħadd.", "Allura qegħdin nagħtu ċ-ċans li jkun hemm is-sostituti ta' dawn il-membri.", "Apparti hekk, sentejn ilu konna għidna li biex dan il- kumitat konsultattiv jwassal xi proposta lill-Ministru, irid jittieħed vot, u tgħaddi tal- maġġoranza.", "Illum qegħdin inbiddluha dik, u qed ngħidu li l-kap li jkun qed imexxi dan il-kumitat jitla' għand il-Ministru b'rapport li juri x'qed tgħid il-maġġoranza u x'qed tgħid il-minoranza.", "Allura l-ministru li jkun qed jieħu parir mingħand dawn in-nies, se jkollu f'idejh anke l-opinjoni ta' min ma qabilx.", "Amministrazzjoni, xejn iktar, imma qed naħsbu li għandha tkun amministrazzjoni li fl-aħħar mill-aħħar tgħin.", "Allura qed ngħidu:", "\"Meta l-kumitat jintalab parir, il-konklużjonijiet li jippreżenta lill- Ministru għandhom ikunu jirriflettu l-opinjonijiet kollha tar- rappreżentanti ta' kif dawn jiġu espressi fil-kumitat.\".", "Imbagħad għandna proposta oħra li tgħid:", "\"Fejn kien hemm il-kliem jgħidu li \"l-awtorita` regolatorja relevanti\", għandhom jidħlu l-kliem \"jew lill-kunsilli lokali skond il- każ li jkun\". \"", "Dan għaliex il-kunsilli lokali llum huma fihom infushom awtoritajiet li joħorġu l-liċenzji tan-negozji.", "Hawnhekk għandna esperjenza oħra.", "Ħafna huma dawk il-kunsilli lokali li jobdu l-liġi.", "Hemm uħud li jimxu kelma b'kelma mal-liġi, u hemm oħrajn li jaqbdu l-ispirtu tal-liġi u jinterpretawh kif iridu huma.", "Allura ssib li wħud mill-kunsilli lokali ta' sindki Nazzjonalisti u ta' sindki Laburisti - nisma' stejjer ġejjin miż- żewġ naħat - joħolqu regolamenti li skond huma jagħmlu sens, u li skond il- parir ta' l-avukati tagħhom jistgħu jagħmlu hekk.", "Dawn jeżiġu pagamenti minn fuq iċ-ċittadini tagħhom jew minn fuq nies li jkollhom l-attivita` kummerċjali fil-lokalitajiet tagħhom.", "Ħafna drabi tibda tgħid: Dawn il- kunsilli lokali 'il fejn sejrin?", "B'mod ġenerali l-kunsilli lokali jimxu tajjeb mal-liġi, pero` jkollok dawk li wieħed ikollu jkellem għax jaħarbu mill-ispirtu tal-liġi.", "It-tmien proposta għall-emendi taqra hekk:", "\"Bla ħsara għad-dispożizzjoni ta' artiklu 4, ħadd ma jista' jiftaħ jew jiġġestixxi xi post kummerċjali kemm-il darba ma jkunx id-detentur tal- liċenzja dwar dak il-fond mill-awtorita` regolatorja.\".", "Jiġifieri hawn qegħdin nuru fi kliem ieħor il-ħtieġa ta' kemm hu importanti li kull min għandu negożju, fl-aħħar mill-aħħar, huwa lliċenzjat.", "Jiena nagħmel dan l-appell, Sur President.", "Iżjed ma qed jgħaddi ż-żmien, iżjed qegħdin nagħmluha faċli biex kull min għandu attivita` kummerċjali, ikollu l-liċenzja tan-negozju.", "Dan il-fatt huwa magħruf, u llum hu eħfef biex ikollok liċenzja tan-negozju.", "Irrid nagħmel l-appell biex kull min għandu negozju ma jibżax jersaq 'il quddiem u jilliċenzja l-attivita` kummerċjali tiegħu.", "Jekk ma jilliċenzjahiex l- attivita` kummerċjali tiegħu, se jagħti lil min jaħseb ħażin fuqu.", "Se jkun hemm awtoritajiet li se jibdew jgħidu: Imma dak x'għandu ħażin?", "Għaliex mhux illiċenzjat?", "Qiegħed fil-black economy?", "Aħna nikkalkulaw li għandna mas-60% ta' l-attivita` kummerċjali li għandha liċenzja effettiva.", "L-40% l- oħra jista' jkollhom VAT jew le.", "Parti minnha tista' tkun parti mill-black economy, u parti minnha ma jkolliex liċenzja imma jkollha VAT.", "Irridu nżidu n-numru ta' dawk li jista' jkollhom liċenzja, u qegħdin nagħmluha eħfef biex persuna jkollha liċenzja.", "L-interess tal-gvern huwa li jara li iżjed nies ikollhom il-liċenzja tan- negozju.", "Ftit ilu ġiet persuna u qaltli: Jiena reġistrata ma' l-MFSA għax għandi kumpannija, xorta għandi bżonn il-liċenzja tan-negozju?", "Oħra qaltli: Imma jien għandi l-VAT, mela xorta għandi bżonn il-liċenzja tan- negozju?", "Issa jiena wieħed li l-ħin kollu nitkellem u niġri minn belt għal oħra biex ngħarraf lin-nies, u xorta nibqa' nsib nies – li ċertament m'humiex fil-livell t'isfel tas-soċjeta` – li ma jkunux jafu ċerti affarijiet.", "Insibu diretturi ta' kumpanniji li jgħidulek: Mela aħna għandna bżonn il-liċenzja tan-negozju?", "Iva, tridu l-liċenzja tan-negozju, ngħidilhom, Sur President.", "Aħna naħsbu li meta nitkellmu, Malta kollha tkun qed tismagħna, imma dan mhux minnu, u ħafna drabi rridu nagħmlu sforz ikbar milli nkunu qegħdin nagħmlu biex kulħadd verament ikun qiegħed jismagħna.", "Għalkemm nerġa' ngħid li dawn ir-regolamenti fihom infushom huma regolamenti li jemendaw l-amministrazzjoni, pero` fl-istess ħin qegħdin nemendaw it-trade licensing regulations li 'l quddiem ukoll ikunu pubblikati, u għaldaqstant is-sodisfazzjon tiegħi huwa li l-ħidma li qegħdin nagħmlu hija kollettiva, Sur President, u nikkonkludi b'dan il- ħsieb.", "Qegħdin naħdmu biex innaqqsu l-burokrazija u jirnexxielna, għalkemm taqta' kemm taqta' ħdejn dak li jiżdied, ma tkunx qisek qed taqta'.", "Imma qed jirnexxielna.", "Is-suċċessi huma żgħar, u ħafna drabi lanqas ikunu magħrufa, pero` qed iseħħu.", "Ħafna drabi qed jirnexxielna naqtgħu l- burokrazija qabel ma titwieled ukoll.", "Għaldaqstant, illum jiena sodisfatt li qed naħdem ukoll f'kabinett fejn nara l-Prim Ministru u l-Ministri konxji li jridu jkunu inqas burokratiċi, u jrid ikollhom proċeduri iżjed effiċjenti.", "Sur President, qegħdin naħdmu wkoll fuq kif intejbu l-loġistika ta' minn fejn jaħdem is-settur tan-negozju.", "Hu ta' sodisfazzjon għalija li għada l- Ministru George Pullicino se jressaq ir-riżoluzzjoni li ħdimna flimkien fuqha jiena u hu għal dawn l-aħħar numru ta' snin, għax ilna kważi mill- 2002 naħdmu fuqha.", "Daqshekk ħaditilna żmien.", "Għada l-Ministru se jgħid li se ndaħħlu seba' żoni industrijali biex jiġu mdaħħla permezz ta' partial review ta' l-istructure plan fl-ischeme tal-bini.", "Sur President, hu ta' sodisfazzjon għalija wkoll li ftit tal-ġranet ilu, kkonkludejna ma' ħafna mis-sidien ta' Ta' Qali fuq il-proġett ta' Ta' Qali.", "Issa hemmhekk nafu fejn qegħdin ma' dawk is-sidien.", "Għandna s-serħan tal- moħħ li qegħdin kollha flimkien, u se nkomplu għaddejjin bil-proġett tagħna biex Ta' Qali jkun villaġġ ta' l-artiġjanat.", "Għaldaqstant jiena nħares lejn il-ħidma ta' dan il-gvern li qisha għandna tliet pilastri, u waħda minnhom hi dik tal-bidla fil-mentalita` imprenditorjali sabiex niffokaw aktar fuq x'irid is-settur kummerċjali.", "Dwar dan, j'Alla l-oppożizzjoni timxi warajna kif imxiet fuq ħafna affarijiet oħrajn, għaliex dan il-pajjiż għandu jkompli fuq il-linja imprenditorjali u ma jagħtix skossi lil dan is- settur.", "Sur President, nittama li bħalma għandna consensus fuq l-Unjoni Ewropea, jkollna consensus fuq il-politika imprenditorjali.", "J'Alla nisfidaw lil xulxin fuq min se jkun l-aktar imprenditorjali fl-atteġġjamenti tiegħu u fil-mod ta' kif jagħmel il-liġijiet.", "Hawnhekk għandna sfida miftuħa.", "Aħna qed innaqqsu l-burokrazija u fil-fatt, ftit ilu kien hawn l-Onor.", "Mifsud Bonnici jitkellem dwar il-liġi fuq l-insurance.", "Aħna kontinwament qed nipprovaw nagħmlu l-ħajja aktar faċli.", "Għada se jsiru madwar seba' kuntratti mal-gvern ta' seba' sidien li se jagħmlu garanzija finanzjarja - ħa ngħid hekk - permezz tal-kambjala, u dan b'riżultat ta' emenda li kien għadda l-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici biex ta iżjed saħħa lill-kambjala.", "Dan hu t-tnaqqis ta' burokrazija fil-prattika.", "Dan iffaċilita l-garanzija finanzjara, għax issa mhux bilfors tkun garanzija bankarja, imma tista' tkun kambjala li llum għandha s-saħħa wkoll.", "Sur President, hekk irridu nħarsu lejn il-ħidma tal-gvern biex naraw kemm din hija ħidma kollettiva.", "Jista' jkun hawn min ma jaqbilx, u jista' jkun hawn min jistenna aktar, imma ħadd ma jista' jinnega li l-ħidma qed issir, u jiena l-ħidma rridha tidher.", "Kif iħobb jgħid il-Prim Ministru, in-nies għandhom jiġġudikawna mhux minn dak li ngħidu, imma minn dak li nagħmlu.", "Għaldaqstant nawgura li dan id-dibattitu li se jkompli fil-ġranet li ġejjin, ikun dibattitu li jgħin biex din il-mozzjoni ta' emendi nkomplu ntejbuha u nagħmluha aħjar.", "Jiena lest li nisma' l-proposti miż-żewġ naħat tal-Kamra, u jekk ikun hemm proposti li jtejbu dawn l-emendi, indaħħluhom fil-liġi fl-istadju ta' Kumitat qabel ma jibda r-recess tas-sajf, u nagħtu lis-settur kummerċjali tagħna emendi li jirrispettaw ir-realta` ta' l- attivita` kummerċjali f'dan il-pajjiż.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Nitlob lis-Segretarju Parlamentari biex, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO: Sur President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal għada t-Tlieta, 12 ta' Lulju 2005, fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Mozzjonijiet", "Mozzjoni dwar tibdil parzjali fil-Pjan ta' Struttura.", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Liċenzi tal-Kummerċ - Tieni Qari (Kont.); u", "Abbozz ta' Liġi dwar Azzjonijiet Ġudizzjarji (Miżuri Varji) - Tieni Qari.", "-----------------------------------", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Vjolenza Domestika - Kumitat Permanenti.", "Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet – Kumitat Permanenti.", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Armi – Kumitat Permanenti.", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Reġistru Ċentrali - Kumitat Permanenti.", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Kodiċi Ċivili - Kumitat Permanenti.", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att dwar il-Patrimonju Kulturali - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Mario Galea.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Sur President, ftit ġimgħat ilu l-Malta Union for Midwives and Nurses kisbet responsabbiltajiet u dmirijiet ġodda din id- darba fix-xena internazzjoanli.", "Il-president tal-MUMN, is-Sur Rudolph Cini, li huwa ħabib kbir tiegħi – fil-fatt konna studenti flimkien, konna involuti fin-nurses and midwifery board flimkien, u konna involuti wkoll fl- assoċjazzjoni ta' l-istudenti flimkien, jiġifieri għandna storja ta' ħbiberija bejnietna - ġie elett sabiex jirrappreżenta lin-nurses ta' 129 pajjiż madwar id-dinja fl-elezzjoni li kien hemm ftit ġimgħat ilu f'Taipei fit-Taiwan.", "Is-Sur Cini kkontesta għal din l-elezzjoni taħt il-bandiera tal-Malta Union of Midwives and Nurses u ġie elett f'bord tad-diretturi ta' l-International Council of Nurses li, kif diġa` għedt, jirrappreżenta lin-nurses ta' madwar 129 pajjiż differenti madwar id-dinja.", "Ikun tajjeb li ngħid li għal din l-elezzjoni kkontestaw 25 kandidat li minnhom jiġu eletti 14.", "Għalhekk is-Sur Cini kien wieħed mill-14-il kandidat li rnexxielu jiġi elett.", "S'issa dan il-post kien okkupat minn Ċipru, pero` din id-darba ġie elett is-Sur Cini f'isem il-Malta Union of Midwives and Nurses.", "Din l-elezzjoni ssir kull erba' snin u allura din hija kariga għal erba' snin.", "Ikun tajjeb li wieħed igħid ukoll li bħala president ta' l-International Council of Nurses ġiet eletta nurse mill- Ġappun u din kienet ikkontestata minn Ċipru.", "Huwa interessanti l-fatt li Malta hija l-iżgħar pajjiż minn 129 pajjiżi li qegħdin fl-International Council of Nurses.", "Fil-fatt hemm nurses minn pajjiżi ħafna ikbar minna, fosthom l-Amerika, il-Ġappun u l-Awstralja.", "B'kumbinazzjoni, is-Sur Rudolph Cini mhux biss ġej mill-iżgħar pajjiż, imma jien informat li huwa wkoll l-iżgħar kandidat elett fuq l-International Council of Nurses.", "Sur President, ħafna drabi nkunu pronti biex nikkritikaw dak li ma jkunx sejjer daqstant tajjeb jew dak li ma jkunx qed isir kif inkunu nixtiequ aħna, imma donna noqogħdu ftit lura biex napprovaw u nifirħu lil xi ħadd f'Malta meta dan jagħmel xi ħaġa u jikseb kariga importanti.", "Naħseb li bil- mod il-mod f'diversi fora qed nuru li għalkemm aħna pajjiż żgħir, fl-aħħar mill-aħħar aħna kapaċi nikkontestaw u nikkompetu ma' pajjiżi ħafna ikbar minna u niksbu responsabbiltajiet u fiduċja ta' pajjiżi ħafna ikbar minna.", "Naħseb li l-fatt li l-president ta' l-union tal-midwives u n-nurses ta' Malta jiġi elett f'dan il-kunsill huwa wieħed sinifikanti.", "Jien inħoss li għandi d-dmir - apparti l-privileġġ, bħala l-uniku nurse elett f'dan il- parlament - li nifraħ lill-MUMN kif ukoll lis-Sur Cini għas-suċċess li kiseb.", "X'ifisser dan għall-MUMN?", "L-ewwelnett ta' min igħid li l-MUMN hija union żgħira ħafna, imma għandha storja kbira.", "Fil-fatt, fid-19 ta' Settembru ta' din is-sena l-MUMN tkun ilha mwaqqfa disa' snin, imma matul dan iż- żmien qasir irnexxielha tikseb il-maġġoranza assoluta tan-nurses u midwives.", "Tant hu hekk li llum din il-union għandha 98.6%, kważi 99% tan- nurses u l-midwives bħala membri tagħha.", "Din hija xi ħaġa sinifikanti u xi ħaġa ta' min jikkumplimentaha.", "Jien kont wieħed minn dawk li minn dejjem emmint li n-nurses u l-midwives għandu jkollhom il-union tagħhom, mhux għax ma kenux moqdijin b'unions oħra, imma għax huwa importanti li dawn ikollhom il-union tagħhom.", "Minn hawn irrid insellem nies li ġejjin mill-qasam trejdjunjonistiku.", "Jien immilitajt fis-sezzjoni ta' l-isptarijiet tal-UĦM, u naf l-impenn u s- sagrifiċċju li jagħmlu dawn in-nies.", "Naħseb li l-każ tal-MUMN wera li huwa storja ta' suċċess.", "Xi ħaġa li nħobb ngħid hija li l-agħar ħaġa li tista' tagħmel union ta' professjoni hija – kemm jekk din tkun union ta' tobba, ta' nurses, ta' midwives, ta' għalliema eċċ – li tikkonċentra biss fuq l-aspett finanzjarju, fuq kondizzjonijiet tax-xogħol u fuq collective agreements.", "Naħseb li ma' dan kollu union trid iddaħħal u tagħti importanza lill-iżvilupp professjonali tal-professjonisti tagħha.", "Kulħadd jaf li llum in-nurses u l-midwives Maltin qegħdin jinsistu - baqgħalna x'naqdfu imma għamilna triq twila diġa`, grazzi għall-impenn u x- xogħol li sar taħt gvern immexxi mill-partit Nazzjonalista, għalkemm ma rridx inkun politiku f'mumenti bħal dawn - biex jiksbu a professional status u jitilqu minn dak il-madmad ta' meta kienu qishom servjenti fl- isptar.", "Huwa xieraq li dawn jiksbu a professional status, għax illum kull nurse u midwife tiggradwa wara kors ta' erba' snin fl-universita` ta' Malta.", "Illum għandna nurses u midwives li għandhom il-Masters, u hemm ukoll min għandu l-Ph.D, inkluż lecturers fl-Institute of Healthcare li jaqa' taħt l-universita` ta' Malta, u li fost affarijiet oħra jieħu ħsieb it-taħriġ tan-nurses u l-midwives.", "Naħseb li bla dubju ta' xejn il- professjoni tan-nurses u tal-midwives għamlet triq twila.", "Jien xi ħaġa li nikkumplimenta u li togħġobni fl-MUMN hija li minbarra li din tieħu ħsieb l-aspett ta' kondizzjonijiet tax-xogħol u ta' financial rewards tan-nurses u l-midwives, tagħti daqstant ieħor importanza lill- iżvilupp professjonali tan-nurses u l-midwives.", "Fil-fatt irrid ngħid li mertu ta' dan il-gvern u ta' l-MUMN għandna nurses li huma speċjalizzati.", "Jien kont l-MS2, u nista' ngħid li għandna nurses li huma speċjalizzati fin- nutrition, għandna tissue viability nurse, għandna orthopaedic nurses u għandna paediatric nurses li huma professjonali fil-qasam tagħhom.", "Għall- ewwel darba, per eżempju, qed isir degree għall-mental health nurses.", "B'dan il-mod ma nibqgħux aktar bil-konċett illi nibagħtu nurse jaħdem Mount Carmel biex neħilsu minnu, imma nibagħtuh jaħdem hemmhekk għax ikun trained, ikun għamel postgraduate course jew degree fl-universita` dwar il- mental health.", "Jien informat – din hija xi ħaġa pożittiva - li għall-ewwel darba kien hemm nurses li talbu biex imorru jaħdmu l-isptar Monte Carmeli, għax hemmhekk ikunu jistgħu jaħdmu fil-linja li jkunu qed jispeċjalizzaw fiha, jiġifieri anke l-konċett qed jinbidel.", "Illum il-konċett hu li mhux biss tiggradwa bħala nurse, imma li tmur l-universita`. llum in-nurses qed imorru l- universita` biex jieħdu degree, biex ikomplu bl-istudji tagħhom u biex jiggradwaw f'linji u f'dixxiplini partikolari, imbagħad jagħtu kontribut f'dik id-dixxiplina.", "Qabel lanqas konna noħolmuha li jkollna nurses li jispeċjalizzaw.", "Ftit ilu għadni kemm għedt li għandna nurse li tispeċjalizza fuq it-tissue viability.", "Din tara l-ulċeri, bħal diabetic ulcers, u tkun taf x'tip ta' dressing, kura u speċjalizzazzjonijiet oħrajn ikun hemm bżonn.", "U fejn tidħol l-MUMN?", "L-MUMN tikkonċentra ħafna fuq l-iżvilupp professjonali tan-nurses, għax in-nurse tinkoraġġixxi li jkun hemm dan l- iżvilupp professjonali.", "Fil-fatt, l-MUMN tagħti l-għajnuna kollha possibbli lill-membri tagħha li jkomplu jistudjaw.", "Per eżempju, fil- pubblikazzjoni li toħroġ l-MUMN ikun hemm artikli interessanti miktubin min- nurses li huma gradwati fil-psikoloġija jew f'xi linja partikolari oħra, u minn hemm wieħed jinduna li din hija union li tinteressa ruħha ħafna fl- iżvilupp professjonali tan-nurses.", "Hawnhekk irrid nirringrazzja u nifraħ lill-Ministru Louis Deguara għall- impenn tiegħu, lid-direttur tan-nurses, il-kollega tiegħi s-Sur Jesmond Sharples u lill-ħbieb tiegħi ta' l-Institute of Healthcare, l-aktar dawk li naħdem magħhom mill-qrib u li huma involuti fit-training tan-nurses u l- midwives, għall-impenn, għall-ħidma u għad-dedikazzjoni tagħhom.", "Kieku ma kienx għall-impenn u għad-dedikazzjoni ta' dawn in-nies, kieku m'għandniex l-ammont ta' studenti nurses li qegħdin fl-universita`, fil-qasam tal- mental health jew inkella f'oqsma oħrajn, u kieku wħud minnhom ma ħadux l- inizjattiva li jistudjaw, ħafna minnhom b'sagrifiċċji personali kbar.", "Dawn huma nies li jagħtu ħafna aktar milli jistgħu, u ma jħarsux lejn l-arloġġ biex x'ħin isir il-ħin jitilqu lejn id-dar.", "Fil-fatt magħhom dawn jieħdu x- xogħol biex jikkoreġu u jippreparaw il-lectures.", "Dawn huma nies li jaħdmu b'ċerta dedikazzjoni, u minn hawn nixtieq nifraħ lill-istaff kollu ta' l- Institute of Healthcare.", "Sur President, l-MUMN għandha aspetti oħrajn, fosthom aspett soċjali għall- membri u l-familjari tagħhom.", "Hawnhekk qed nirriferi għall-Florence Nightingale Benevolent Fund li jgħin u jissapportja lin-nurses, lill- midwives u lill-familjari tagħhom li sfortunatament jiġu f'mumenti diffiċli u jkollhom bżonn kura barra minn pajjiżna.", "Din hija l-unika union fil- qasam tas-saħħa li tagħmel ħaġa bħal din, u minn hawn tinduna kemm din il- union qed tifrex il-ħidma u l-appoġġ li tagħti.", "Darba jien kont qrajt artiklu li jgħid: \"Who cares for the carers?\"", "Wieħed psikologu darba qal – din kien qalha għall-psikologi imma tapplika wkoll għan-nurses u għall- midwives - li \"these are imperfect human beings trying to help imperfect human beings\".", "Fil-fatt anke n-nurses u l-midwives għandhom bżonn min jgħin lilhom, u għandhom bżonn il-counselling għall-istress.", "Fil-fatt l- MUMN għamlet ftehim ma' l-Appoġġ biex dawn joffru servizz ta' counselling lin-nurses u lill-midwives li jkunu għaddejjin minn mumenti ta' stress.", "Hawnhekk ikun tajjeb li ngħid li minn studju li sar fl-Amerika rriżulta li l-istress tan-nurses huwa ħafna akbar minn tal-coal miners.", "In-nurses iħabbtu wiċċhom ma' mard, ma' mewt, ma' feriti koroh u ma' pressure ta' xogħol.", "Bħalissa qed niftakar fit-traġedja tal-kamra tan-nar ta' Ħaż- Żebbuġ, u minn hawn irrid insellem lill-familjari tal-vittmi u nixtieq fejqan ta' malajr lil dawk li huma l-isptar.", "Traġedji bħal dawn bilfors imissulek qalbek.", "Imma x'qed nipprova ngħid?", "Qed nipprova ngħid li din hija union li toffri servizz ħolistiku lill-membri tagħha.", "U minbarra li l- ħidma tagħha hija mferrxa sew fil-qasam lokali, issa din ġiet estiża għar- responsabbiltajiet internazzjonali, għax issa l-MUMN qed tirrappreżenta nurses ta' 129 pajjiż.", "Kif għedt aktar qabel, dan huwa avveniment storiku għan-nurses f'pajjiżna, għax hija l-ewwel darba li union ta' nurses u midwives Maltin kisbu responsabbiltajiet globali barra minn Malta f'dan il-livell.", "Dan jirrifletti r-rispett u l-appoġġ illi l-union tal-midwives u n-nurses Maltin kisbu barra minn Malta.", "Dan huwa frott ukoll ta' ħidma li għamlu assoċjazzjonijiet tan-nurses u l-midwives qabel it-twaqqif tal-MUMN, u anke wara.", "Pero` bla dubju ta' xejn dan juri li l-MUMN illum hija stabbilita bħala union anke barra minn Malta.", "Ta' min igħid li fi ħdan l-International Council of Nurses qed jiġu diskussi u stabbiliti rwoli li n-nurses għandu jkollhom madwar id-dinja.", "Dan qed isir kemm fl-interess tan-nurses kif ukoll fl-interess tal-kura li nipprovdu.", "Huwa importanti li n-nurses jagħmlu dak ix-xogħol li verament huwa tagħhom.", "Jien niddejjaq nisma' li n-nurses għadhom jagħmlu ċertu xogħol li m'huwiex ix-xogħol tagħhom.", "Ma jagħmilx sens li bħala stat tħallas eluf kbar ta' liri biex tħarreġ nurse fl-universita`, u dan jagħmel xi erba' snin jew ħamsa jaħdem biex iġib degree, Masters jew Ph.D fin- nursing, imbagħad imur jagħmel xogħol li m'huwiex tiegħu.", "Pero` bil-mod il- mod anke f'Malta n-nurses qed jagħmlu xogħol li huwa tagħhom.", "Sur President, uħud mit-temi li qed jiġu diskussi fl-International Council of Nurses huma l-prevenzjoni u l-kura ta' l-AIDS u l-HIV, titjib fil-kura fuq livell primarju u n-numru ta' nurses li għandu jkun hemm f'kull pajjiż komparat mal-popolazzjoni.", "Jien informat ukoll li l-International Council of Nurses jaħdem ħafna mill-qrib mal-World Health Organization u ma' l- International Confederation of Midwives.", "Irrid nagħlaq billi ngħid li f'reception li kien hemm ta' l-MUMN biex tfakkar il-kisba storika, fejn il-president tagħha ġie elett fl- International Council of Nurses – għal din ir-reception kien hemm il-prim ministru, il-kap ta' l-oppożizzjoni li għamel diskors tajjeb ħafna, il- Ministru Deguara, l-Onor.", "Michael Farrugia, l-Onor.", "Clyde Puli, li naf li jaħdem mill-qrib ma' l-MUMN, u rrid nirringrazzjah għas-sapport u l- għajnuna li jagħtihom, kif ukoll jien; minn hawnhekk irrid nirringrazzjahom ta' l-istedina - il-prim ministru qajjem punt, u qal li huwa mertu ta' l- integrita` u tas-serjeta` ta' l-MUMN, imma qal ukoll li it says a lot ukoll fuq l-integrita` u l-karattru tal-persuna li ġiet eletta, f'dan il-każ il- President Rudolph Cini.", "Jekk ma tippreżentax kandidat tajjeb li għandu l- kariżma u li hu professjonali u serju, jkun aktar diffiċli li jiġi elett.", "F'dik ir-reception sar diskors tajjeb ukoll mill-president tal-union.", "Sur President, bħalissa qegħdin lejlet deċiżjonijiet diffiċli li rridu nieħdu fil-qasam tas-saħħa biex il-livell ta' kura li qed nagħtu nkunu nistgħu nibqgħu nagħtuh u jkun sostenibbli.", "Jien nixtieq inħares lejn dawn il-problemi bħala sfidi aktar milli problemi.", "Wieħed psikologu darba qal: \"I'd rather look at a problem as a bridge I need to cross than as a cross I need to bear\".", "Aħjar inħares lejn il-problema bħala pont li rrid naqsam milli salib li jkolli nġorr.", "Jien konvint li dan huwa l-approach ta' l- MUMN.", "Irrid nagħlaq billi nifraħ lill-membri ta' l-MUMN għall-ħidma li qed jagħmlu, nifraħ ukoll lill-familji tagħhom għas-sagrifiċċji li jagħmlu kif ukoll lill-President Rudolph Cini u l-familja tiegħu għall-ħidma u l-impenn f'dan il-qasam.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Clyde Puli.", "ONOR.", "CLYDE PULI: Sur President, l-ewwelnett nixtieq ningħaqad u nikkondividi ħafna l-ħsebijiet li għadu kif semma l-Onor.", "Mario Galea dwar l-MUMN.", "Ovvjament, minħabba kwestjoni ta' ħin m'iniex se nirrepeti ħafna minn dak li qal, pero` nixtieq nifirħilhom għas-suċċess ieħor li kisbu fil- ħidma tagħhom.", "Dan mhux biss jirrifletti l-professjoni tan-nurses imma, kif qal tajjeb l-Onor.", "Galea, jirrifletti wkoll fuq in-nies li qegħdin imexxu l-MUMN.", "Lil dawn insellmilhom minn hawnhekk.", "Ma nistax ma nagħmilx riferenza jien ukoll għal dak li ġara ftit tal-ġranet ilu fl-isplużjoni tal-kamra tan-nar ta' Ħaż-Żebbuġ.", "Minn hawnhekk nixtieq insellem lill-vittmi u lill-familjari kollha tagħhom, b'mod partikolari l- familjari ta' Charles Farrugia, li kien persuna minn Ħaż-Żebbuġ imma li l- familja tiegħu kienet toqgħod Ħal Qormi, u li hija ħabiba tagħna.", "Charles Farrugia kien attiv f'ħafna oqsma.", "Ma kienx attiv biss fil-festa, imma kien ukoll viċi president tal-każin tal-Labour ta' Ħal Qormi.", "Charles Farrugia kellu tbissima u kelma tajba għal kulħadd, u kellu kariżma kbira.", "Għalhekk it-telfa tiegħu kienet waħda kbira għal dawk kollha li jafuh, u anke għal dawk li mhux neċessarjament jaqblu ma' l-opinjonijiet kollha li kellu.", "Dan kien rispettat ħafna f'Ħal Qormi fejn kien igħix għal żmien twil, u minn hawn insellmulu u nagħti s-solidarjeta` tagħna lill-vittmi kollha.", "Fil-ftit minuti li għandi nixtieq nikkummenta ftit fuq affarijiet li diġa` tkellimna dwarhom, imma naħseb li jkun tajjeb li kultant nerġgħu nsemmuhom.", "Nhar l-Erbgħa li għaddew dan il-parlament approva r-ratifika tal- Kostituzzjoni Ewropea.", "Fl-opinjoni tiegħi, dan huwa s-siġill ta' era ġdida.", "Għalhekk, Sur President, ippermettili mmur ftit lura għal dak li inti rriferejt għalih meta ċċelebrajna s-Sette Giugno li għadda.", "Era ġdida tirrikjedi li jkollha sistemi ġodda.", "Jekk din l-era qed inlaqqmuha bħala era moderna, aħna wkoll irid ikollna sistemi moderni.", "Tlabna lil kulħadd biex jaġġorna ruħu, tlabna ristrutturar f'kumpanniji privati, fl-azjendi pubbliċi u fiċ-ċivil innifsu, imma nħoss li neħtieġu aktar konvinzjoni.", "Irridu nikkonvinċu aktar nies li hemm bżonn ta' ristrutturar anke fil-mod ta' kif jaħdem dan l-istess parlament.", "Jien nerġa' ntenni li f'din l-era ġdida hemm bżonn ikollna parlament awtonomu għax ma jistax ikun li l-istruttura organizzattiva tiegħu tkun tiddependi mill-gvern.", "Il-parlament irid ikun totalment awtonomu biex ikun jista' tassew jiskrutinizza x-xogħol ta' l-istess gvern.", "Ma jistax ikun li l-parlament ikun totalment part and parcel mill-istess gvern li huwa suppost jiskrutinizza.", "Illum anke l-entitajiet sirna naqsmuhom bis-service provider u bir-regulator għalihom.", "Pero`, biex dan il-parlament ikun awtonomu jeħtieġ wkoll li jkun attrezzat tajjeb u aħjar milli huwa llum, b'mod speċjali f'dik li hija l-infrastruttura organizzattiva tiegħu.", "Bl- ebda mod dan li qed ngħid - dan għidnieh kemm-il darba – ma jirrifletti fuq l-istaff li hawn hawn ġew.", "Fortunatament dan il-parlament għandu staff tajjeb ħafna, staff li jagħti ħafna mill-enerġiji tiegħu għal dan il- parlament, imma huwa ċar li dak li qegħdin nagħmlu llum m'huwiex biżżejjed.", "F'din l-era, fejn kollox qed isir aktar professjonali, jeħtieġ li dawn il- karti kollha li ġejjin quddiemna jkollna riċerka tajba dwarhom.", "Jeħtieġ illi jkollna assistenza f'kull attivita` parlamentari li għandna.", "Jien ilni f'dan il-parlament sentejn, u nista' ngħid li l-qabża li kien hemm minn wara li dħalna bħala membri ta' l-Unjoni Ewropea, li bir-ratifika ta' nhar l-Erbgħa issa hija aċċettata b'mod unanimu f'din il-Kamra, fissret li qed ikun hemm impenn akbar u ħafna aktar laqgħat milli qatt kien ikun hemm qabel.", "Jien ngħid li anke qabel ma dħalna fl-Unjoni Ewropea seta' kien hemm aktar laqgħat, fl-opinjoni tiegħi, u kieku kien jaħdem aħjar dan il-parlament, imma issa l-Unjoni Ewropea mhux sempliċement qed tgħid li nistgħu nagħmlu aħjar, imma qed teżiġi li naħdmu b'dan il-mod attiv.", "Bħalissa f'dan il- parlament qegħdin 65 membru parlamentari bejn gvern u oppożizzjoni, li 19 minnhom għandhom kariga ta' ministri jew segretarji parlamentari, u wieħed ieħor għandu l-kariga ta' Mr Speaker.", "Dan ifisser li jekk tneħħi dawn l-20 membru parlamentari, il-kumplament tax-xogħol irid jinqasam bejn il-membri parlamentari l-oħrajn li huma part-time u li għandhom attivita` professjonali oħra xi jwettqu.", "Dan joħloq pressjoni akbar fuq in-naħa tal- gvern għax il-backbench tal-gvern irid iġorr, f'dak li huwa ħin u laqgħat, piż doppju minn dak li qed iġġorr in-naħa ta' l-oppożizzjoni.", "Ovvjament għada pitgħada trid tinbidel is-sitwazzjoni.", "Jien ma kont qed ninferixxi xejn, imma dan huwa stat ta' fatt. U llum meta għandek il- kumitati li qegħdin jimbottaw biex ikunu dak li Mr Speaker stess sejħilhom ir-roti ta' dan il-parlament, naħseb li hemm limitu safejn wieħed jagħti l- kontribut tiegħu.", "Qed ngħid dan għax umanament m'huwiex possibbli li tagħti aktar minn dak li fil-fatt tista' tagħti jekk ma jkollokx l- assistenza neċessarja, u jekk ma tinvolvix ruħek b'mod sħiħ f'dan il- parlament.", "Mela parlament attrezzat, fl-opinjoni tiegħi, jinkludi l-impenn sħiħ tal-membri ta' din l-assemblea leġislattiva.", "Għalhekk fl-opinjoni tiegħi, il-membri parlamentari ma jistgħux jibqgħu part-time, imma jridu jkunu full-time.", "Min jikkontesta għal dan il-parlament ovvjament irid jagħmel l-għażliet tiegħu.", "Forsi l-onorarja li hawn illum m'hijiex aċċettabbli.", "Nifhem li jrid ikun hemm xi ħaġa li tkun aktar diċenti għax naħseb li s-servizz li wieħed jista' jagħti minn hawnhekk għandu jattira biżżejjed l-ispirtu politiku li wieħed għandu jkollu fih.", "Irid ikun hemm pakkett diċenti ħalli wieħed ikun jista' jgħix b'mod diċenti.", "Sur President, jien ngħid li r-rwol parlamentari jiġi interpretat ħażin.", "Ngħid ukoll li dan ir-rwol jinqasam fi tlieta.", "Għandek ir-rwol tal- parlament innifsu f'dak li għandu x'jaqsam ma' kumitati, safar, laqgħat u affarijiet oħra, ir-rwol ta' l-integrazzjoni ta' l-istess deputat fil- partit - għax id-demokrazija tagħna hija liberali, bbażata fuq il-partiti – u r-rwol tal-kostitwenza.", "Jien nemmen li bis-sistema ta' part-time kif inhi, aħna ma nistgħux naqdu din il-funzjoni tagħna b'mod sew.", "Għalhekk naħseb li wasal iż-żmien illi nkunu membri parlamentari full-time biex inkunu nistgħu naqdu r-rwol tagħna aħjar, mhux għalina, imma għall-poplu.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada t- Tlieta, 12 ta' Lulju 2005 fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mis- Segretarju Parlamentari.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "CLUB HOUSES TA' TIGNE'", "13372.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 13295 u jgħid min se jieħu l-club houses ta' Tigne', li jiffurmaw parti mill-istess proġett u li kellhom jgħaddu għand l-għaqdiet li kienu jifformaw parti mill- assoċjazzjoni sportiva Tigne`?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "SALA FL-ISKOLA PRIMARJA TA' MARSAXLOKK", "13373.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Wara li nħareġ il-permess mill-MEPA għall-bini ta' sala fl-iskola primarja ta' Marsaxlokk, jista' il-Ministru jgħid meta se tinbena din is-sala?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ix-xogħol fuq din is-sala mistenni jibda wara li jsiru l-proċeduri meħtieġa konnessi mal-kuntratti involuti.", "PERSUNI JAĦDMU ILLEGALMENT", "13384.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid kemm saru spezzjonijiet mill- ETC f'postijiet fejn qed isiru proġetti kapitali kbar sabiex jinqabdu persuni li qed jaħdmu b'mod illegali?", "Kemm persuni nqabdu jaħdmu illegalment f'dawn l-aħħar sentejn?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "PREZZIJIET GĦOLJIN TAL-MEDIĊINI", "13389.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 13296 u jgħid x'passi qed jittieħdu rigward abbużi fl-għoli ta' ċerti pilloli importati mill-kumpannija li isimha qed jintbagħat separatament?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Meta l-uffiċċju tal-kompetizzjoni ġusta jasallu xi lment li jista' ikun hemm xi abbuż fil-prezz ta' xi mediċina partikolari, tittieħed l-azzjoni neċessarja biex il-prezz jinżel għal wieħed ġustifikat.", "FULJETT DWAR L-IMPJANT TA' SANT'ANTNIN", "13392.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid kemm tammonta n-nefqa għall-fuljett imqassam bieb bieb f'Wied il-Għajn, \"Titjib ta' l-Impjant għar-Riċiklaġġ ta' Sant'Antnin\"?", "Min se jagħmel tajjeb għal din l-ispiża?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: L-ispiża għall-fuljett \"Titjib ta' l-Impjant għar- Riċiklaġġ ta' Sant'Antnin f'Wied il-Għajn\" tammonta għal Lm1,695 (VAT inkluż), liema spiża tinkludi l-istampar u l-pustaġġ tal-fuljett.", "L-ispejjeż ittieħdu minn fondi allokati għall-public relations fl-estimi għas-sena 2005.", "ŻRADIKAR TA' SIĠAR", "13421.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid kemm qala' siġar mill-Buskett l- environmental landscapes consortium matul din l-aħħar sena u kemm tħawlu siġar ġodda fl-istess post?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: B'mod regolari, l-environmental landscapes consortium neħħew siġar mejta jew qed jaqgħu, fosthom siġar bħas-Sumakka li mhux suppost jitkabbru f'pajjiżna.", "Hemm pjani biex jitħawlu diversi siġar.", "GOLF COURSE STUDY", "13422.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja ta' l-istudji li saru mill-uffiċjali tal-MEPA dwar il-golf course?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Niġbed l-attenzjoni ta' l-Onor.", "Interpellant li din l-informazzjoni hi aċċessibbli għall-pubbliku mill-website tal-MEPA.", "PARK AND RIDE FIL-FLORIANA", "13423.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jgħid kemm se tkun l-ispiża għas-sewwieqa bis- sistema tal-park and ride fil-Floriana?", "Jista' jgħid jekk sarx xi arranġament għall-ħaddiema tal-MEPA u tal-Maltacom li bħalissa jipparkjaw f'din l-area.", "Kemm se jkun il-ħlas għalihom peress li dawn jużawh kuljum?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Il-parkeġġ fis-sit park and ride se jkun operat minn operatur privat magħżul wara sejħa pubblika għal offerti.", "Il- prezzijiet għal dan is-servizz ta' parkeġġ se jkunu stabiliti u mibdula biss bi ftehim bejn l-operatur u l-awtorita' dwar it-trasport.", "Hu maħsub li nies li jipparkjaw il-karozza ta' spiss ikunu jistgħu jixtru biljetti bil-quddiem għal tul ta' żmien u bi prezz imraħħas.", "GOLF COURSE F'GĦAJN TUFFIEĦA", "13424.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid jekk il-gvern irrakkmandax is- sit ta' Għajn Tuffieħa għal studju mill-MEPA dwar il-possibbilta' ta' golf course?", "Jekk mhux il-gvern għamel din ir-rakkmandazzjoni, jista' jgħid min għamilha?", "Jista' ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-minuti tal-bord tal-MEPA fejn ġie diskuss dan is-sit?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 13399.", "GOLF COURSE F'GĦAJN TUFFIEĦA", "13425.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid min ħallas lil Hawtree għar- rapport dwar is-sit ta' Għajn Tuffieħa?", "Kemm ġie jiswa r-rapport?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Il-MEPA ħallset lil Hawtree Ltd euro 7,219.83 għall-produzzjoni ta' rapport fuq sitt siti proposti bħala korsa tal-golf.", "INTERNAL VACANCIES FIL-MALTA ENTERPRISE", "13426.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li meta jkun hemm xi internal vacancy fil-Malta Enterprise, mhux l-applikazzjonijiet kollha li jintefgħu jiġu milqugħa?", "Fuq liema kriterji jintlaqgħu u jintgħażlu l-applikazzjonijiet, peress li jien informat li f'eżerċizzju bħal dan ikun hemm min għandu l-kwalifiki neċessarji, imma l-applikazzjoni tiegħu ma tiġix aċċettata u dan mingħajr ebda spjegazzjoni jew raġuni?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "KAŻ TA' BENEFIĊĊJI SOĊJALI", "13427.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Possibbli l-Ministru tara għalfejn persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, ilha ma tieħu relief/children allowance minn Jannar 2005 meta din għad għandha t-tfal żgħar?", "Possibbli xi ħadd jara l- każ tagħha bit-tama li din terġa' tibda titħallas fi żmien qasir?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Il-persuna indikata ġiet mgħarrfa mid- dipartiment tas-sigurta' soċjali bil-qagħda attwali.", "XEMXIJA BYPASS", "13428.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Kemm huwa favur jew kontra l-ministeru għall-affarijiet rurali u ambjent li tinfetaħ u tiġi żviluppata triq fil-Manikata fuq raba' saqwi?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: It-triq in kwestjoni tirrigwarda bypass għat- triq eżistenti li tgħaddi mix-Xemxija.", "Għalkemm saru diversi diskussjonijiet bejn l-awtorità tat-trasport u l-MEPA fuq din it-triq, għad m'hemmx applikazzjoni għall-iżvilupp għaliha.", "Dan ifisser li pożizzjoni u deċiżjoni finali fuq it-triq għad m'hemmx.", "Il-ministeru jirrikonoxxi l-bżonn ta' bypass li tgħaqqad it-tramuntana ta' Malta maż-żona ta' San Pawl il-Baħar mingħajr ma' tgħaddi miż-żona konġestjonata tax-Xemxija.", "Dan għandu jsir b'mod sensittiv għall-ambjent u l-attivitajiet agrikoli tal-madwar.", "Min-naħa tiegħu, id-dipartiment ta' l-agrikoltura għadu ma rċieva l-ebda korrispondenza dwar il-proġett ta' twessigħ ta' toroq eżistenti u l- formazzjoni ta' mina taħt il-Manikata.", "Meta jkun il-mument id-dipartiment jikkummenta.", "XEMXIJA BYPASS", "13429.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' il-Ministru jinformana bil-pożizzjoni tal-ministeru dwar il-proposta li fil-Manikata tinfetaħ u tiġi żviluppata triq fuq raba' saqwi?", "Il-ministeru huwa favur jew kontra dan l-iżvilupp?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jindirizza l- mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "XEMXIJA BYPASS", "13430.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Jista' il-Ministru jinformana għaliex il-ministeru se jiżviluppa triq fil-Manikata fuq raba' saqwi?", "Jista' jbiddel il-policy tal-ministeru li jiftaħ u jiżviluppa toroq ġodda minn fuq raba' saqwi?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Il-bypass tax-Xemxija hija maħsuba bħala triq alternattiva sabiex tnaqqas il-konġestjoni tat-traffiku fit-telgħa tax- Xemxija, kif ukoll biex ittejjeb l-ambjent f'dik iż-żona.", "Din il-proposta tagħmel parti minn proġett li hu ppjanat biex tittejjeb it-triq arterjali bejn iċ-Ċirkewwa u Marsaxlokk, li tagħmel ukoll parti mit-transEuropean transport road network.", "Din il-bypass proposta tikkonsisti fit-twessigħ u t-titjib ta' toroq eżistenti - Xemxija, Għajn Tuffieħa, id-daħla għall-Manikata u t-triq bejn il-Manikata u Ta' Pennellu, fil-Mellieħa - kif ukoll il-bini ta' mina ta' 499m taħt il-Manikata.", "It-tul ta' din it-triq huwa ta' 6km.", "Ħafna alternattivi oħra ġew studjati minn kumpannija ta' konsulenti Franċiżi, BECOM, flimkien ma' l-awtorita' dwar it-trasport u l-MEPA.", "Ġie wkoll valutat l-impatt ambjentali u ekonomiku ta' kull proposta.", "Din ir- rotta kienet meqjusa bħala l-inqas waħda li għandha impatt ambjentali negattiv.", "Bħalissa għaddejjin konsultazzjonijiet mal-pubbliku fuq dan il- proġett kif ukoll fuq il-proġetti l-oħra proposti għat-titjib tat-TEN-T Network.", "Il-ministeru m'għandu l-ebda policy jew preferenza għal policy li jibni toroq fuq raba' saqwi.", "Is-soluzzjoni proposta ġiet mgħarbla sew anke ma' uffiċjali mis-sezzjoni ta' l-ambjent tal-MEPA.", "L-impatt tat-triq proposta fuq raba' saqwi għandu jkun minimu.", "Fir-rigward ta' titjib u ppjanar ta' toroq ġodda, l-awtorita' dwar it- trasport dejjem tipprova tibqa' mal-linja ta' triq eżistenti fejn tista', iżda kultant ċertu titjib ta' toroq u junctions ikun neċessarju sabiex tittejjeb is-sigurta' tas-sewwieqa u l-pedestrians.", "Il-proposta għad trid tgħaddi minn proċess ta' studju ta' impatt ambjentali.", "XEMXIJA BYPASS", "13431.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid għaliex il-lands ħareġ il-permessi għall-użu ta' art fuq raba' saqwi għal żvilupp ta' triq?", "Jista' jinformana meta d-dipartiment iltaqa' jew kellem lill-bdiewa li jaħdmu r-raba' in kwestjoni?", "ONOR.", "TONIO BORG: It-toroq jikkonċernaw l-awtorita' dwar it-trasport, bil-lands jittermina l-kirja ta' art tal-gvern jew jesproprja art privata li tiġi indikata mill-awtorita' dwar it-trasport bħala meħtieġa għal triq.", "F'dan il-każ, l-art indikata fuq il-pjanti hija art privata u s'issa l- lands ma rċieva l-ebda talba għal esproprju.", "MOSTA - XOGĦOL TA' BANKINI FI TRIQ IL-KOSTITUZZJONI", "13432.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid f'liema stadju waslet l-applikazzjoni għal xogħol fuq bankini fi Triq il-Kostituzzjoni, il- Mosta?", "Jista' jgħid meta se jkunu approvati l-fondi relattivi?", "Jista' jgħid ukoll jekk ingħatax permess sabiex ġot-triq stess u fl-istess naħa ssir kaxxa tal-parking li nżebgħet safra?", "ONOR.", "TONIO BORG: Il-kunsilli lokali huma korpi statutorji ta' gvern lokali b'personalita' legali distinta u għalhekk nissuġġerixxi lill-Onor.", "Interpellant biex jirriferi l-mistoqsija tiegħu lill-kunsill lokali konċernat.", "SIX GENERATIONS OF MALTESE CONTEMPORARY ARTISTS", "13433.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: B'riferenza għall-esibizzjoni \"Six Generations of Maltese Contemporary Artists\" organizzata mill-kunsill Malti għall-kultura u l-arti, jista' il- Ministru jgħid xi kriterji oħra ntużaw biex jintgħażlu l-artisti?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-esibizzjoni \"Six Generations of Maltese Contemporary Artists\" kienet imtella' mill-kunsill Malti għall-kultura u l- arti fuq tliet kriterji kif ġej:", "*Il-validita' ta' kull biċċa xogħol magħżula;", "*Perspettiva wiesgħa kemm jista' ikun ta' l-istorja u l-kontribut għal spettru ta' l-aħjar xogħlijiet fl-arti viżwali f'Malta llum; u", "*Selezzjoni proporzjonata ta' artisti kontemporanji attivi f'kull wieħed mis-sitt ġenerazzjonijiet ta' l-esibizzjoni.", "SIX GENERATIONS OF MALTESE CONTEMPORARY ARTISTS", "13434.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: B'riferenza għall-esibizzjoni \"Six Generations of Maltese Contemporary Artists\" organizzata mill-kunsill Malti għall-kultura u l-arti, jista' il- Ministru jgħid jekk l-artisti ġewx magħżula minn panel ta' esperti?", "Jista' jgħid min huma?", "Jekk ġew magħżula minn persuna waħda, min hi din il- persuna u xi kwalifiki għandha biex tagħmel din l-għażla?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-esibizzjoni \"Six generations of Maltese Contemporary Artists\" organizzata mill-kunsill Malti għall-kultura u l-arti kienet fdata f'idejn is-Sur George Glanville, membru tal-kunsill.", "Huwa fatt magħruf illi s-Sur Glanville għandu track record impressjonanti ħafna f'dik li hi organizzazzjoni ta' esibizzjoni ta' l-arti.", "KUNSILL MALTI GĦALL-KULTURA U L-ARTI", "13435.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid jekk il-kunsill Malti għall-kultura u l-arti jikkordinax ma' soċjetajiet oħra ta' l-arti biex avvenimenti ta' l-arti, speċjalment meta jkunu jittrattaw fuq l-istess materja u li fihom jieħdu sehem l-istess artisti, ma jsirux fl-istess ġranet?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Teżisti kordinazzjoni qawwija bejn il- kunsill Malti għall-kultura u l-arti u soċjetajiet oħra ta' l-arti.", "Dan ma jeskludix iżda li minħabba li l-attivita' artistika qed tiżdied ħafna, jinzerta li jkun hemm żewġ esibizzjonijiet fl-istess ġurnata.", "ĦADDIEMA TA' L-INTERPRINT", "13436.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-ħaddiema ta' l-Interprint ma ġewx offruti job alternattiv bħalma sar ma' ħaddiema oħra f'azjendi parastatali oħra?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "ĦADDIEMA TA' L-INTERPRINT", "13437.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid jekk hux minnu li wara li fl-2004 spiċċaw 15-il ħaddiem mill-Interprint, il- gvern ma tax pjan ta' restructuring bħalma sar mal-PBS u l-Malta Drydocks?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "DIRETTUR TA' L-INTERPRINT", "13438.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid jekk jagħmilx sens li wieħed mid-diriġenti ewlenin ta' l-Interprint ikun ukoll konsulent ma' kompetitur dirett ma' l-istess Interprint?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "GĦELUQ TA' L-INTERPRINT", "13439.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid jekk hux minnu li d-deċiżjoni li jiġi tterminat l-impjieg ta' 15-il ħaddiem fl- Interprint ittieħdet sena qabel?", "Jista' jgħid jekk kienx hemm ħsieb politiku sabiex din id-deċiżjoni tiġi attivata sena tard u dan sabiex jilħqu jgħaddu kemm ir-referendum kif ukoll l-elezzjoni ġenerali?", "Jista' jgħid jekk hux minnu li din id-deċiżjoni swiet lill-Interprint Lm95,000?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "ESPORTAZZJONI MILL-INTERPRINT", "13440.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid x'kienet f'ċifra l-esportazzjoni ta' l-Interprint mill-1995 sal-lum?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "INVESTIMENT FL-INTERPRINT", "13441.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid għaliex il-gvern ma nvestiex fl-Interprint sabiex issir aktar kompetittiva, jekk verament kellu f'moħħu li din tinbiegħ?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "FISHING ZONE AWTO-DIKJARATA MIL-LIBJA", "13444.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin: Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li ma ħassx il-ħtieġa li jiddiskuti l-kwestjoni dwar il-fishing zone mal-ministru għall-affarijiet barranin tal-Libja meta dan kien Malta għall-konferenza ministerjali 5+5, dejjem skond kif ġie rrapportat mill-media lokali?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Il-laqgħa tal-5+5 hija waħda informali bejn il- ministri ta' l-affarijiet barranin ta' għaxar pajjizi tal-Mediterran, b'abbozz ta' aġenda miftiehma bejn il-partijiet kollha.", "Kwestjoni bħalma hija l-fishing zone iddikjarata mil-Libja ma tqumx waqt forum multilaterali bħal dan.", "Naturalment l-Onor.", "Interpellant żgur jifhem li minħabba s-sensittivita' ta' ċerti materji u fl-aħjar interess nazzjonali, ma nkunx dejjem nista' nirrapporta fil-media dwar kull diskussjoni bilaterali informali li jkolli ma' diversi ministri barranin waqt laqgħat tal-5+5.", "Fil-fatt eżatt wara l- konferenza stampa tal-5+5, kelli laqgħa privata one-on-one mal-ministru ta' l-affarijiet barranin tal-Libja, Abdel Rahman Shalgam.", "QTUGĦ MIR-REĠISTRU TAX-XOGĦOL", "13445.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew maqtugħa nies mill- ewwel parti tar-reġistru tax-xogħol matul dawn l-aħħar ħames snin?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "TRIQ TA' TAĦT SANT'ANĠLU FIL-BIRGU", "13446.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 13402 u jgħid jekk it-triq li tagħti mit-Toqba tal-Birgu - Kalkara Creek - għal taħt Sant'Anġlu - Dockyard Creek - minn taħt il-fortifikazzjonijiet, li ġiet magħluqa mill-consortium Cottonera Waterfront, hix se terġa' tinfetaħ?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Il-mina hija miftuħa bħala passaġġ bir-riġel.", "FREEDOM OF INFORMATION ACT", "13447.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk il-gvern għandux il-ħsieb jintroduċi freedom of information act, kif irrikkmandat mill-Ombudsman?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Effettivament jien kont diġa' tajt struzzjonijiet lis-segretarju permanenti ewlieni biex jinbeda l-proċess sabiex tiġi evalwata l-viabilità li tiġi promulgata freedom of information act u dan qabel ma l-Ombudsman għamel din ir-rakkmandazzjoni.", "LUKANDA HOLIDAY INN", "13448.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 13319 u jgħid kienx hemm xi żviluppi li jirrigwardaw il-lukanda Holiday Inn f'dawn l-aħħar xhur?", "Din għadha proprjeta' ta' l-Air Malta?", "X'hemm ippjanat għal din il-lukanda fil- ġejjieni qarib?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-Air Malta għamlet ftehim mal-gvern sabiex il-bejgħ ta' l-art in kwestjoni, li hi proprjeta' tal-gvern, tinbiegħ mil-lands u l- bejgħ ikun jinkludi l-ishma tal-kumpannija proprjeta' ta' l-Air Malta.", "L- art qatt ma kienet proprjeta' ta' l-Air Malta peress illi t-titolu relattiv kien wieħed ta' ċens temporanju.", "ĦAL TARXIEN – ĊEKK TAĊ-CHILDREN ALLOWANCE", "13449.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tara għaliex iċ-ċekk taċ-children allowance tal-familja li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, għadu ma wasalx?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Il-persuna li rrifera għaliha l-Onor.", "Interpellant ġiet informata mid-dipartiment tas-sigurta' soċjali dwar il- każ tagħha.", "XOGĦOL TA' KONSULENZA MAL-BANK ĊENTRALI", "13450.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 13376 u jgħid jekk il-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, għamlitx xi xogħol ta' konsulenza għall-bank ċentrali minn mindu irriżenjat mill-bank?", "Kemm tħallset sena b'sena u x'kien ikopri x-xogħol?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ix-xogħol ta' konsulent huwa relatat mar- responsabbiltajiet tal-bank fil-qasam tar-riċerka ekonomika u huwa ntiż biex jassisti u jagħti pariri lill-gvernaturi, lill-monetary policy advisory council u lill-bank.", "B'mod speċifiku, il-konsulent qed jassisti u jagħti pariri f'dawn l-oqsma:", "* Żvilupp tal-mudell ekonometriku;", "*Tbassir ta' l-ekonomija u projections għall-monetary policy advisory council;", "*Updating fuq l-ekonomija lokali u globali;", "*Riċerka fuq suġġetti relatati mal-politika monetarja;", "*Diskorsi tal-gvernatur fuq aspetti finanzjarji u ekonomiċi; u *Xogħol ieħor relatat li jista' jiġi mitlub li jagħmel, fosthom żvilupp tar- rikors uman fid-dipartiment ta' l-ekonomija tal-bank.", "Il-konsulenza mal-bank ċentrali bdiet b'effett mill-15 ta' Ottubru, 2001 u l-ftehim tal-ħlas tal-konsulenza huwa dak kif spjegat hawn taħt:", "*15 ta' Ottubru 2001 sa l-14 ta' Ottubru 2002 - Lm4,000 (eskluż VAT)", "*15 ta' Ottubru 2002 sa l-14 ta' Ottubru 2003 - Lm4,126 (eskluż VAT) *15 ta' Ottubru 2003 sal-31 ta' Ottubru 2004 - Lm5,000 (eskluż VAT)", "*1 ta' Novembru 2004 sal-31 ta' Ottubru 2005 - Lm5,125 (eskluż VAT)", "Fl-2003 il-konsulent tħallas is-somma ta' Lm1,700 (eskluż VAT) għal xogħol fuq l-iżvilupp tal-mudell ekonometriku u preparazzjoni ta' riċerka fuq l- istrateġija tal-euro.", "Dan involva tliet xhur xogħol full-time.", "KAŻ TA' BENEFIĊĊJI SOĊJALI", "13452.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tara li jinħareġ iċ-ċekk supplimentari lill-anzjana li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Il-persuna li rrifera għaliha l-Onor.", "Interpellant ġiet informata bil-miktub mid-dipartiment tas-sigurta' soċjali dwar il-każ tagħha.", "RAĦAL ĠDID – ĊEKK TAĊ-CHILDREN ALLOWANCE", "13453.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tara li jinħareġ iċ-ċekk taċ- children allowance lil single mother li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Il-persuna ndikata mill-Onor.", "Interpellant ġiet informata dwar il-każ tagħha mid-dipartiment tas-sigurta' soċjali.", "KAŻ TA' ARRETRATI", "13454.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 13387 u jgħid jekk humiex se joħorġu l-arretrati ta' ċerta persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-individwu indikat qatt ma kien pensjonant tat- teżor u għaldaqstant m'hemm l-ebda arretrati li jridu jinħarġu mid- dipartiment.", "RAĦAL ĠDID - KONT TAD-DAWL U L-ILMA", "13455.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jara li tiġi solvuta l-problema li teżisti fuq il-kont tad-dawl u l-ilma ta' anzjan li qed jirċevi l-kont bħala estimate?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "RAĦAL ĠDID – KAŻ TA' PENSJONI", "13456.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jara li tiġi milqugħa t-talba ta' anzjana li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "TKEĊĊIJA TA' ĦADDIEMA", "13457.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 13169 u jgħid kemm ħaddiema/uffiċjali, etc., f'enti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, tkeċċew jew ġew sospiżi mix-xogħol jew immultati matul l-ewwel xhur tas-sena?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal- Kamra.", "KAŻI QUDDIEM IL-PSC", "13458.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Jista' il-Ministru jgħid kemm każi tressqu quddiem il-PSC fil- preżent?", "Kemm ilha l-aktar talba pendenti?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Fil-ministeru ma hemm l-ebda każ li fil-preżent tressaq quddiem il-PSC.", "BEJJIEGĦA TAL-MONTI", "13461.", "L-ONOR.", "MICHAEL ASCIAK staqsa lill-Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kif dawk li għandhom posta fuq il- monti jistgħu jassiguraw ruħhom li ħaddieħor ma jarmalhomx fuq il-post?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jindirizza l- mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "ĦAŻ-ŻABBAR - IRWEJJAĦ FI TRIQ SAN ĠUŻEPP", "13472.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Possibbli d-diviżjoni tad- drenaġġ tieħu bis-serjeta' u tinvestiga r-raġuni għar-riħa ta' drenaġġ li ta' spiss qed ikun hemm fi Triq San Ġużepp, Ħaż-Żabbar?", "Billi din ir-riħa ġejja minn ċumnija li hemm f'din it-triq, possibbli li l-inġiniera nkarigati jippruvaw isibu soluzzjoni għal din il-problema li qed tkun ta' inkonvenjent kbir għar-residenti?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "PREZZ TAZ-ZOKKOR", "13473.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid jekk hux vera li l-prezz taz-zokkor mistenni jiċċaqlaq fil-ġimgħat li ġejjin?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Jekk l-Onor.", "Interpellant qed jirriferi għal ċaqliq ta' prezzijiet internazzjonali, dan jiddependi minn żviluppi internazzjonali u għaldaqstant tweġiba definittiva ma nistax nagħti.", "MESH UŻATA FL-ISPTAR ĠENERALI TA' GĦAWDEX", "13474.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għal Għawdex: Tista' il-Ministru tpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra rapport dettaljat ta' l-inkjesta dwar il-mesh ta' kwalita' inferjuri li ntużat fl-isptar ġenerali ta' Għawdex, liema rapport għandu jinkludi l-mod ta' kif saret l-inkjesta, min għamilha, x'irriżulta u x'passi ttieħdu u fil-konfront ta' min?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Ma saret l-ebda inkjesta dwar mesh ta' kwalita' inferjuri fl-isptar ġenerali ta' Għawdex.", "ĦITAN TAS-SEJJIEĦ FIL-ĠGANTIJA", "13475.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid jekk ix-xogħlijiet ta' twaqqigħ ta' ħitan tas-sejjieħ, eżattament 'il ġewwa mill-fence fil-buffer area, fil-Ġgantija kenux koperti bil-permessi tal-MEPA?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li fil-buffer area tal- Ġgantija m'hu qed jitwaqqa' l-ebda ħajt tas-sejjieħ.", "Bħala parti mill-pjan sħiħ għall-konservazzjoni u t-tgawdija aħjar ta' dan is-sit uniku, Heritage Malta bdiet issewwi u tibni mill-ġdid il-ħitan tas- sejjieħ kollha li jinsabu fl-imsemmija buffer area.", "Dan qed isir bil-għan li jiġi restawrat il-kuntest ambjentali tal-Ġgantija, li jitwaqqaf il- process ta' l-erożjoni tal-ħamrija u li tittejjeb is-sistema ta' sigurta` mingħajr l-istallazzjoni ta' strutturi mhux kompatibbli ma' l-ambjent pittoresk ta' l-inħawi.", "F'dan il-kuntest, f'April li għadda l-ħaddiema ta' Heritage Malta bdew jibnu mill-ġdid ħajt tas-sejjieħ ta' madwar metru għoli mad-dawra tal- masġar taż-żebbuġ li jinsab fuq in-naħa tat-tramuntana tal-Ġgantija, filwaqt li f'dawn il-ġranet qed tiġi aġġudikata tender għar-restawr tal- ħajt tas-sejjieħ li jinsab max-xifer ta' l-irdum fuq in-naħa tax-xlokk tal- Ġgantija.", "F'ċirkostanzi oħra dan ix-xogħol m'għandu bżonn ta' ebda permess, iżda wara site inspection minn uffiċjali tal-MEPA kien hemm qbil li jkun aħjar jekk tiġi sottomessa applikazzjoni waħda għall-bini tal-ħitan tas-sejjieħ kollha.", "IMPJEGATI FIL-KAJSELLI ĠEWWA X-XEWKIJA", "13476.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għal Għawdex: Tista' il-Ministru tgħid għal liema raġuni mhux qed jingħata time-off-in-lieu lill-ħaddiema tal-gvern stazzjonati l-Kajselli?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Id-direttur konċernat qiegħed jara li kulmin huwa intitolat għal time-off in lieu jieħdu.", "TERMINAL TA' L-IMĠARR", "13479.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għall- Kompetittivita' u Komunikazzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 12930 li għaliha l-Ministru rrisponda li risposta se tingħata f'seduta oħra u dan b'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari 13360 u 13361 imwieġba fl- 4 ta' Lulju, 2005, jista' il-Ministru jgħid allura għal liema raġuni ma rrispondiex għall-mistoqsija parlamentari 12930 li saret xahar ilu?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Normalment domanda li tiġi mwieġba fis-sens li \"risposta tingħata f'seduta oħra\", terġa' titqiegħed mill-istess membru li jkun għamilha.", "Fil-fatt mistoqsijiet parlamentari 13360 u 13361 huma domandi li saru b'riferenza għall-mistoqsijiet 13341 u 13342, li t-tnejn li huma ġew imwieġba fis-27 ta' Ġunju 2005.", "Dawn id-domandi reġgħu saru fis-27 ta' Ġunju, 2005 u sa meta waslu għar- risposta, l-informazzjoni kienet inġabret u ngħatat lill-Onor.", "Evarist Bartolo..", "ĦADDIEMA FI DJAR TA' L-ANZJANI", "13480.", "L-ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jagħti lista ta' l- impjegati fid-diversi gradi, kemm full-time kif ukoll part-time, li jiffurmaw l-istaff tad-djar residenzjali tal-Floriana, l-Imsida, il-Gżira, il-Mosta u l-Imtarfa?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-Informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "ASSISTENTI SOĊJALI F'DAY CENTRES GĦALL-ANZJANI", "13481.", "L-ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm part-time social assistants fid-day centres għall-anzjani?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Hemm 59 part-time social assistants fid-day centres imqassmin kif ġej:", "|Birżebbuġa |5 | |Birkirkara |4 | |Bormla |4 | |Dingli |3 | |Ħamrun |6 | |Luqa |5 | |Mosta |3 | |Imtarfa |3 | |Qormi |5 | |Sliema |5 | |San Pawl |2 | |il-Baħar | | |Santa Venera |3 | |Żejtun |6 | |Żurrieq |5 |", "ASSENTEIŻMU FL-ISKEJJEL", "13482.", "L-ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid kemm ġenituri tressqu l-qorti mill-2000 sa Mejju 2005 għax ma bagħtux lil uliedhom l- iskola?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: In-numru ta' każi li tressqu l-qorti kull sena mill- 2000 sa Mejju 2005 huwa skond it-tabella ta' hawn taħt, anke għaliex wieħed irid jiċċara li ċ-ċifri jirriferu għan-numru ta' kontravenzjonijiet u mhux għan-numru ta' ġenituri li tressqu, għax jista' ikollok l-istess ġenitur li jkun tressaq aktar minn darba.", "|2000 |4,370 | |2001 |4,457 | |2002 |3,572 | |2003 |4,445 | |2004 |3,778 | |2005 |2,470 |", "TALBIET GĦAL AKKOMODAZZJONI SOĊJALI", "13483.", "L-ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid kemm daħlu applikazzjonijiet għall-akkomodazzjoni soċjali mill-2000 'il hawn?", "Minn liema lokalitajiet kienu?", "Kemm-il applikazzjoni ġiet akkomodata u minn liema lokalita'?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "BARRANIJA TITLOB BIEX ISSEGWI KORS TA' STUDJU", "13484.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Tista' persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, tingħata l-permessi meħtieġa mill-awtoritajiet ta' l- immigrazzjoni biex tkun tista' issegwi kors ta' studju f'pajjiżna li ħallset, applikat u ġiet aċċettata għalih, meta anke qrabatha lesti li jżommuha magħhom?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ir-raġuni li ngħatat fit-talba oriġinali sabiex il- persuna msemmija tingħata visa hi li din kienet ġejja għal btala u sabiex iżżur lil ħuha li jgħix Malta, talba li ġiet milqugħa.", "Wara biss 20 ġurnata li din il-persuna kienet ilha għal btala f'Malta, talbet estensjoni tal-visa sabiex issegwi kors ta' studju, liema talba fid- dawl ta' dawn iċ-ċirkostanzi ma ġietx aċċettata u ġie mogħti żmien sa l- aħħar ta' Mejju sabiex titlaq minn Malta.", "Għaldaqstant jekk il-persuna msemmija għadha Malta qiegħda hawn bi ksur tal- liġi.", "SKOLA PRIMARJA F'PEMBROKE", "13485.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol fuq ir- riabilitazzjoni u t-tkabbir ta' l-iskola primarja ta' Pembroke issa li ħareġ il-permess tal-MEPA?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-proġett dwar l-iskola primarja f'Pembroke huwa fost il-prioritajiet tad-diviżjoni ta' l-edukazzjoni li qed tqis il- proposta ta' bini ta' skola ġdida.", "KWESTJONI DWAR LINJI SOFOR F'TAS-SLIEMA", "13493.", "L-ONOR.", "ROBERT ARRIGO staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Jista' il-Ministru jintervjeni fil-kwestjoni dwar linji sofor fix- xatt ta' Tas-Sliema għad-detriment tar-residenti li diġa' għandhom problema bil-parking, peress li jien informat li l-kunsill lokali huwa kontra dawn il-linji?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Qatt ma kellu jkun hemm kwestjoni fuq dawn il- linji sofor għax kemm is-segretarju esekuttiv kif ukoll is-sindku tal- kunsill lokali ta' Tas-Sliema, ġew informati kemm bil-miktub kif ukoll verbalment fuq il-pjani ta' titjib u tiġdid tas-sinjali tat-traffiku, bil- għan illi wieħed jimminimizza r-riskji u l-periklu għall-istess residenti u turisti li jżuru l-inħawi.", "L-awtorita' dwar it-trasport imbarkat fuq skema sabiex coaches, minibuses u taxis ikollhom bays quddiem il-lukandi ħalli jwaqqfu lill-klijenti tagħhom b'mod korrett u bla periklu, kemm għall-istess klijenti kif ukoll għat- traffiku li jkun għaddej fl-inhawi.", "Saru sinjali quddiem il-lukandi f'dan ir-rigward b'allowance ta' ħames minuti biex tgħabbi jew tniżżel il- klijenti.", "Dan hu apposta ħalli l-ispazju jiġi wżat kif xieraq bla waqfien u dewmien żejjed u, fl-istess ħin, kull tip ta' trasport turistiku jkun jista' jinqeda sew.", "Illum b'din is-sistema l-moniteraġġ tat-traffic flow qed isir aħjar u qed jelimina l-konġestjoni li qabel kienet tiġi kkreata b'abbuż mit-trasport turistiku li jipparkja fejn jidhirlu.", "Huwa b'dan l-istess għan illi l- awtorita' dwar it-trasport ħadet passi biex iġġib l-ordni fix-xatt ta' Tas- Sliema fejn ħafna minibuses u coaches kienu qed jipparkjaw addoċċ u b'double parking għad-detriment tat-turisti u tar-residenti ta' l-inħawi.", "Il-bays li saru fix-xatt għandhom ħin stipulat.", "Vannijiet u coaches iridu jieqfu jniżżlu jew jgħabbu lin-nies f'ċertu ħin li jaqbel ma' l-iskeda tat- tluq tal-cruise boats li joperaw ix-xatt.", "Fil-ħin li jibqa' mill-ġurnata, dawn il-bays jirritornaw għall-użu tar-residenti.", "Minħabba dawn l- arranġamenti ġodda fix-xatt, qegħdin isiru diskussjonijiet mal-kunsill lokali biex fi żmien qasir ħafna fl-istess xatt ikun hemm residential parking li jibbilanċja mal-ħteġijiet l-oħra ta' l-inħawi.", "Skond para.", "4 (e) ta' l-awtorita' dwar it-trasport, tali awtorita' hija responsabbli li tipprovdi u tippromwovi s-sigurta' fis-sistemi tat- trasport.", "Id-double parking li kien qed isir fix-xatt ta' Tas-Sliema kien qed joħloq periklu lil kull individwu li juża t-triq u l-awtorita' dwar it- trasport qed tistudja jekk l-arranġamenti li saru f'San Ġiljan u Tas- Sliema, jistgħux jitħaddmu wkoll f'postijiet oħra fejn hemm konġestjoni tat- traffiku.", "REVIEW OF THE ELECTRONIC COMMUNICATIONS FRAMEWORK PROJECT", "13495.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 13418 u jgħid x'inhu s-sehem u l-input tal-MITI fil-proġett 2010 - The EC review of the electronic communications framework?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "SIDIEN TAL-BAQAR F'GĦAWDEX", "13497.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid għaliex is-sidien tal-baqar Għawdxin ilhom erba' snin ma jitħallsu sussidju ta' Lm5 fuq kull ras ta' bhima li tinġarr minn Għawdex għal Malta?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Dik l-iskema kienet iddaħħlet għal perijodu temporanju u ilha li twaqqfet mis-sena 2001.", "BIRKIRKARA - SERVIZZ TA' CARE AND REPAIR", "13498.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tara li persuna b'diżabilita' tibbenefika mis-servizz ta' care and repair ta' l-awtorita' tad-djar?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: L-awtorita' tad-djar m'għandha l-ebda applikazzjoni dwar care and repair mill-persuna indikata, iżda xorta waħda se tagħmel ispezzjoni tal-fond biex jiġi vverifikat jekk din il-persuna tistax tibbenefika minn din l-inizjattiva.", "FGURA – ĦLAS TAĊ-CHILDREN ALLOWANCE", "13499.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid għaliex persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, m'għadhiex tibbenefika miċ-children allowance?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Il-persuna indikata ġiet avviċinata mid- dipartiment tas-sigurta' soċjali u mgħarrfa bis-sitwazzjoni.", "FGURA - SERVIZZ TA' CARE AND REPAIR", "13500.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tara l-każ ta' anzjan mill-Fgura li jixtieq jibbenefika mis-servizz tal-care and repair?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Ninsab informata li l-awtorita' tad-djar m'għandha l-ebda applikazzjoni dwar l-inizjattiva ta' care and repair mill- persuna indikata, iżda xorta waħda l-awtorita' se tagħmel spezzjoni tal- fond biex jiġi vverifikat jekk din il-persuna tistax tibbenefika minn din l- inizjattiva.", "TAS-SLIEMA – ĦLAS GĦAS-SERVIZZ TAT-TELECARE", "13501.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tara li jiġi vverifikat jekk anzjana li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, għandhiex tħallas il-kont kollu tat-telecare?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi l- mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "ARRETRATI LILL-PENSJONANTI TA' L-ENEMALTA", "13502.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid meta hu maħsub li l-pensjonanti ta' l-Enemalta jieħdu l-arretrati dovuti?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "SLIPWAY F'PEMBROKE", "13503.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' il-Ministru jgħid x'passi se jieħu dwar l-ittra tal- kunsill lokali ta' Pembroke tas-6 ta' Ġunju, 2005 dwar slipway?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Wara diversi konsultazzjonijiet mal-MEPA, id-WSC u l- kunsill lokali fost oħrajn, ġie deċiż li jinstab sit alternattiv għas- slipway, sit propost mill-kunsill lokali nnifsu u fil-preżent qed jiġi mfassal id-disinn tas-slipway.", "Sussegwentement dan jiġi ppreżentat lill-MEPA u jkompli l-proċess sabiex eventwalment joħrog il-permess meħtieg.", "XOGĦOL TA' MARKETING GĦALL-MTA", "13504.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid liema kumpanniji għamlu xogħol ta' marketing għall-MTA matul l-2004 u l-2005?", "Xi tħallsu tiegħu?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "RESIDENTI TA' TIGNE'", "13505.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jgħid meta hu maħsub li jingħataw iċ-ċwievet lir-residenti li se jerġgħu jmorru jgħixu Tigne', skond il-ftehim li sar magħhom u ma' l-iżviluppaturi?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "ĦAL-LUQA - AKKOMODAZZJONI SOĊJALI", "13507.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid jekk il-fond imsemmi separatament huwiex tal-housing?", "Meta ġie mogħti lill-inkwilini?", "F'liema lokalita' kienu jgħixu?", "Għaliex ġie mogħti lil din il-familja u mhux lil applikanti oħra?", "Kemm għandha points quddiem id-dipartiment għall- akkomodazzjoni soċjali?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Il-fond indikat hu proprjeta' tal-gvern, iżda mhuwiex amministrat mid-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali u għaldaqstant dan il-fond ma kien allokat lil ħadd mill-istess dipartiment imsemmi.", "APPARTAMENT TAL-GVERN ĠEWWA SANTA LUĊIJA", "13508.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tikkonferma li l-fond indikat separatament ġewwa Santa Luċija ġie mogħti lil iben impjegat tad- dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali?", "Kemm kien ilu li applika?", "Kemm għandu snin?", "Kemm għandu kmamar tas-sodda l-appartament u kemm nies se jgħixu fih?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Mhux veru li l-post li meta tbattal kellu bżonn tiswijiet estensivi, ġie allokat lil iben impjegat tad-dipartiment.", "Fil- fatt ġie allokat lil familja bi tlett itfal, bil-missier li nzerta jaħdem fid-dipartiment, għandu 43 sena u hu, martu u t-tliet uliedu sejrin jgħixu fl-appartament malli jitneħħa l-periklu eżistenti.", "Huma se jagħtu lura l- post li joqogħdu fih, li hu miżmum tajjeb iżda fih biss żewġ kmamar tas- sodda.", "L-applikazzjoni saret f'Lulju 2004.", "PROĠETT TA' IMMODERNIZZAR FL-SVPR", "13509.", "L-ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid għaliex ix-xogħol fuq phase-two tal-proġett ta' immodernizzar f'San Vincenz de Paule miexi daqstant bil-mod, speċjalment meta mqabbel maż-żmien li fih tlestiet phase- one tal-proġett?", "Tista' tingħata data approssimattiva meta phase-two, li minbarra l-block tas-swali tikkomprendi wkoll l-upgrading u r-restawr tal- kappella u l-upgrading u l-immodernizzar tal-bitħa ta' quddiem il-kappella u l-arkati tal-faċċata, se titlesta?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-Onor.", "Interpellant m'huwiex korrett meta jgħid illi x-xogħol fuq phase two tal-proġett ta' immodernizzar ġewwa San Vincenz miexi bil-mod, anzi dan ix-xogħol għaddej b'ritmu sostenut.", "B'differenza għal phase-one, dan il-proġett jinvolvi aktar xogħol.", "L-ewwel raġuni għalfejn ix-xoghol fuq it-tieni fażi qed jieħu aktar fit- tul hija waħda purament teknika.", "L-ewwel fażi primarjament kienet tikkonsisti fil-bini ta' San Piju wards u l-irranġar tal-bitħa ta' quddiemu.", "Fit-tieni fażi, ix-xogħlijiet jikkonsistu fil-bini ta' wards, l- upgrading u r-restawr tal-kappella, l-immodernizzar tal-bitħa u t-twaqqigħ u l-bini mill-ġdid tal-passaġġ li jgħaqqad iż-żewġ fażi tal-proġett.", "Apparti dan hemm numru ta' limitazzjonijiet tekniċi oħra li ma kenux preżenti fl-ewwel fażi, li allura kkontribwew biex ix-xogħol fuq it-tieni fażi jieħu aktar fit-tul mill-ewwel fażi.", "Fost dawn ta' min isemmi d- decommissioning ta' substation antika, bdil ta' cables qodma u tibdil fuq is-sistema tad-drenaġġ.", "L-akbar raġuni teknika hi dik tar-restrizzjoni tas- sit.", "Iżda minkejja dawn il-problemi kollha, ninsab fiduċjuż li x-xogħlijiet se jibqgħu mexjin bir-ritmu li għaddejjin bih bħalissa, bil-proġett mistenni jkun lest sas-sajf ta' l-2006.", "Meta dan il-proġett ikun lest inkunu nistgħu nilqgħu 108 resident anzjan u nakkomodawhom fil-block il-ġdid.", "FOND DEREKWIŻIZZJONAT F'BORMLA", "13510.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid jekk fond f'Bormla li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, huwiex tal-housing jew le?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Il-fond indikat ma baqax rekwiżizzjonat minn wara Lulju ta' l-2004.", "ASSISTENT PERSONALI FL-ADT", "13511.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Jikkonferma l-Ministru li f'dawn l-aħħar ġranet fl-awtorita' dwar it-trasport, wieħed mill-impjegati nħatar assistent personali taċ-chief executive mingħajr ma ħarġet sejħa għal applikazzjonijiet?", "Meta bdiet taħdem ma' l-awtorita' din il-persuna?", "F'liema kariga u b'liema salarju?", "Jista' jgħid kemm-il ħatra ngħatat minn dak iż-żmien 'il hawn u x'żidiet ħadet fis-salarju?", "Kemm hu s-salarju li se tieħu fil-kariga l-ġdida tagħha?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Il-persuna indikata bdiet taħdem ma' l-awtorita' dwar it-trasport fis-6 ta' Jannar, 2004.", "Ma ngħatatilha l-ebda żieda fis-salarju u ma saret l-ebda sejħa għal applikazzjoni għar-raġuni li din il-kariga hija waħda ta' persuna ta' fiduċja u l-pożizzjoni ġiet ikkreata għal proġetti speċifiċi u moniteraġġ b'għajnuna lill-kap esekuttiv.", "IMPJEGAT TA' L-ADT", "13512.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Jista' il-Ministru jgħid kemm ilha ma tidħol għax-xogħol ma' l- awtorita' dwar it-trasport il-persuna li isimha qed jintbagħat separatament?", "Din il-persuna baqgħet titħallas minkejja li ma baqgħetx tidħol għax-xogħol?", "Din għadha tidher fuq il-kotba ta' l-awtorita'?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Il-persuna li qed jirriferi għaliha l-Onor.", "Interpellant m'għadhiex impjegata ta' l-awtorita' dwar it-trasport.", "KONTRIBUZZJONIJIET MILL-ANZJANI", "13513.", "L-ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 13267, tista' il-Ministru tagħti l-ammont miġbur speċifikament mill- kontribuzzjoni ta' l-anzjani ta' kull dar ta' l-anzjani?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: It-tagħrif mitlub qed jitpoġġa fuq il-mejda tal- Kamra.", "SOĊJETA' LA STELLA F'GĦAWDEX", "13514.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 12668, ladarba l-Ministru jaf li hemm substation u hemm cable, jista' jgħid għaliex l-istess cable ma ġiex attivat jew komunikat?", "X'inhu jżomm milli jsir dan ix-xogħol?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "RAPPORTI TA' SERQ", "13515.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm serqiet twettqu matul Ġunju, 2005?", "Jista' jikklassifikahom?", "Jista' jgħid kemm każi ġew solvuti matul l-istess xahar?", "ONOR.", "TONIO BORG: Każi ta' serq irrapportati lill-pulizija matul Ġunju 2005 huma kif jidher hawn taħt.", "|Hold up | | | |1 | |Pick pocketing | | | |24 | |Snatch & grab | | | |14 | |Serq minn | | |dgħajjes |7 | |Serq ta' | | |dgħajjes |5 | |Serq ta' karozzi| | | |49 | |Serq minn |246| |karozzi | | |Serq minn | | |residenzi |78 | |Serq minn | | |bars/lukandi |65 | |Serq minn | | |xtajtiet |83 | |Serq minn | | |fabbriki |2 | |Serq minn | | |ħwienet |26 | |Serq ieħor |251|", "Matul l-istess xahar il-pulizija solviet 61 każ.", "RAPPORTI TA' REATI", "13516.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm reati twettqu matul Ġunju 2005?", "Jista' jikklassifikahom?", "Jista' jgħid kemm każi ġew solvuti matul l-istess xahar?", "ONOR.", "TONIO BORG: It-tagħrif mitlub fl-ewwel u fit-tieni parti tal- mistoqsija huwa kif jidher fit-tabella t'hawn taħt, waqt li ninsab informat illi kien hemm 31 persuna misjuba ħatja ta' reati kriminali matul Ġunju 2005.", "|Against morals/honour –| | |family |6 | |Arson | | | |15 | |Attempted offences | | | |97 | |Bodily harm |108| |Damage |332| |Drugs | | | |5 | |Forgery | | | |6 | |Fraud | | | |16 | |Illegal immigration | | | |18 | |Pretended right | | | |1 | |Prostitution | | | |5 | |Sexual offences | | | |3 | |Theft |851| |Threats & private | | |violence |4 | |Violation of places of | | |confinement* |1 | |Violence against public| | |officers |5 | | | |", "*Irregular immigrant escaped on 16.06.05 whilst for treatment at St Luke's hospital.", "XOGĦOL TA' TOROQ", "13517.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 13124 u 13416 u b'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 12934, ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-kuntratt jew kuntratti iffirmati bejn il-periti u l-ADT?", "Jista' jgħid min huma l-persuni li approvaw lill-periti in kwestjoni, b'indikazzjoni tal-kariga ta' kull persuna u f'liema lokal jgħixu?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "REKLAMAR MILL-MTA", "13518.", "L-ONOR.", "FRANCO GALEA staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 13347, jista' il-Ministru jgħid x'reklamar sar fuq gazzetti Ingliżi għall-perijodu Jannar/Lulju 2005 mill- MTA?", "Kemm ġew iqumu dawn ir-reklami, meta saru u fuq liema gazzetti saru?", "Jista' ipoġġi kopja tagħhom fuq il-mejda tal-Kamra?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra."]} {"filename": "20050418_255d_par.doc", "date": "2005-04-18", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Uffiċjali u Rivedut) L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 255 It-Tnejn, 18 ta' April, 2005 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 255 It-Tnejn, 18 ta' April, 2005", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6:03 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "255", "It-Tnejn, 18 ta' April, 2005", "WERREJ", "MINUTI 645", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 645", "TQEGĦID TA' KARTI 652", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR ARKIVJI NAZZJONALI (KUMITAT)", "NATIONAL ARCHIVES BILL (COMMITTEE STAGE) 654", "AĠĠORNAMENT 674", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 679", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 254 li saret fit-13 ta' April, 2005 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "MELLIEĦA - DAR TA' L-ANZJANI", "10980.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li d-dar ta' l- anzjani ġewwa l-Mellieħa sal-lum għadha ma nbnietx minkejja li l-partit Nazzjonalista fil-gvern ilu żmien iwiegħed li se jwettaq it-tali proġett?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (Segretarju Parlamentari) (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li għalkemm il- proġett tal-bini tad-dar ta' l-anzjani fil-Mellieħa għadu ma nbediex strutturalment, xorta waħda jinsab miexi skond il-pjan previst.", "Wieħed irid japprezza wkoll li proġett ta' ċertu kobor jirrikjedi żmien ta' konsulenza u preparazzjoni serja.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jista' is-Segretarju Parlamentari jispjegalna x'ifisser dan li huwa qed isejjaħ \"pjan previst\"?", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: L-Onor.", "Interpellant jifhem u jaċċetta li qabel ma jinbeda proġett ta' dan it-tip, apparti li tkun trid il-permessi meħtieġa, irid isir ċertu studju sabiex meta d-dar titlesta, tkun tista' titmexxa b'mod li jkun ta' sodifazzjon għar-residenti li se jmorru jgħixu fiha.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Imma x'inhi r-raġuni li l-proġett issa ilu għaddej għaxar snin?", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Mr Speaker, li naf żgur hu li għal xi żmien kien hemm affarijiet li kienu ta' iżjed importanza fil-lista ta' prioritajiet tal-gvern, pero' dan issa se jingħata spinta u x-xogħol se jinbeda fi żmien qasir.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, ġaladarba qegħdin insemmu d-djar ta' l- anzjani, jista' xi ħadd jgħidli x'inhuma l-kriterji sabiex applikazzjoni tiġi aġġudikata u dak li jkun jintgħażel biex jidħol f'dar ta' l-anzjani?", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Jien naħseb ikun aħjar jekk l-Onor.", "Interpellant jagħmel din id-domanda bil-miktub lill-ministru konċernat, Sur President.", "GĦOLI TAL-ĦAJJA", "10981.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jistħarreġ mill-ġdid iċ-ċirkostanzi u l- problemi ta' spejjeż ġodda li qed jifnu lil dawk il-familji li jkollhom imorru barra minħabba l-fatt li l-pagi qegħdin dejjem jinxfu quddiem l- ispejjeż ta' l-għoli tal-ħajja?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): L- istatistika turi li l-għoli tal-ħajja m'huwiex barra mil-livelli ta' l- għoli tal-ħajja ta' pajjiżi oħrajn.", "Lanqas jirriżulta li familji Maltin qed imorru barra għar-raġunijiet imsemmija mill-Onor.", "Interpellant.", "RIABILITAZZJONI TAL-WIDIEN", "10982.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' il-Ministru jinformana liema huma dawk ir-regoli ta' l-Unjoni Ewropea li jħeġġu l-użu tal-konkos f'xogħlijiet ta' riabilitazzjoni jew manutenzjoni tal-widien, bħalma ġara fil-każ tal-Marsa?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura): Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 10685.", "MELLIEĦA BYPASS - CONCRETE PANELS", "10983.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jinformana għaliex filwaqt li l-MEPA waqqfet xogħol ta' żvilupp ta' panewijiet tal-konkos fil-parti tal-Wied ta' Binġemma, fl-istess ħin approvat li jsiru l-istess tip ta' panewijiet fil- bypass tal-Mellieħa?", "ONOR.", "FRANCIS AGIUS (Segretarju Parlamentari) (f'isem il-Ministru għall- Affarijiet Rurali u Ambjent): Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jindika għal liema parti tal-bypass qed jirriferi?", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jista' s-Segretarju Parlamentari jgħidli jekk kienx hemm xi tibdil fl-uffiċjali tal-MEPA?", "(Interruzzjonijiet) Qed nirriferi għas-Sur Ellul li kien jokkupa kariga għolja f'wieħed mid-direttorati.", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "FRANCIS AGIUS: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jekk ma jimpurtax biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu bil-miktub u nagħtih l-informazzjoni li jrid.", "MEPA - XOGĦLIJIET RURALI", "10984.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Peress li fi żmien il-gvern Laburista ta' bejn l-1996 u l-1998, flimkien ma' l-istitut agronomiku ta' Bari u oħrajn, fosthom il-CODRA ta' Padova, kien ġie aċċettat il-prinċipju li l-ilqugħ fl-irdumijiet, widien u toroq rurali jinbnew bis-sistema introdotta fiċ-Chadwick Lakes minn dawn l- istess esperti, x'inhi r-raġuni li kemm ilu responsabbli mill-MEPA l- ministru attwali, din l-istrateġija nbidlet tant li ġew applikati sistemi fejn purament sar il-kuntrarju, bħal fil-każ tax-xogħlijiet fuq il-bypass ta' l-Imtarfa u dawk f'Ħal Qormi, Ħaż-Żebbuġ u l-Wied tal-Marsa?", "ONOR.", "FRANCIS AGIUS (f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent): Nitlob lill-Onor.", "Membru jinnota li dan il-ministeru ma applikax u lanqas wettaq xogħlijiet fil-postijiet indikati.", "INVESTIMENT, INDUSTRIJA U TEKNOLOĠIJA TA' L-INFORMAZZJONI - MOBILE PHONES", "11076.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 10560 u jgħid kemm kienet l-ispiża totali tal-ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħtu għal mobile phone calls u l-kirjiet jew xiri tagħhom matul l-2004?", "Xi tħallas minn din l-ispiża?", "Kemm hu n-numru ta' mobile phones li fil-preżent il-ministeru hu responsabbli għall-pagament tagħhom u kemm kien fl-2004?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni): Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Peress li din il-mistoqsija kienet diġa' saret fil-23 ta' Frar, ma jaħsibx il-Ministru li għadda żmien biżżejjed biex setgħet tinġabar l-informazzjoni mitluba?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Le, assolutament ma naqbilx ma' dak li qed jgħid l- Onor. Interpellant għax l-informazzjoni li qed tintalab hija vasta ħafna.", "Din tirrikjedi l-ispiża totali tal-mobile phones tal-kumpanniji kollha li għandu l-gvern, tas-sussidjarji u l-assoċjati tagħhom għas-sena 2004, x'ammont tħallas minn din l-ispiża u n-numru ta' mobile phones li fil- preżent il-ministeru huwa responsabbli għall-pagament tagħhom.", "Għaldaqstant ma jihdirlix li kien hemm żmien biżżejjed biex din l- informazzjoni setgħet tinġabar kollha, apparti li fl-opinjoni personali tiegħi dan kollu ħela ta' ħin.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Peress li l-Ministru ta' spiss jiftaħar bl-użu ta' l- IT u min jaf kemm-il darba smajnih jgħid li llum kemm tagħfas buttuna u tingħata l-informazzjoni kollha meħtieġa, jista' jkun li din il-buttuna din id-darba ma ħadmitx!?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Billi huwa magħruf li l-użu ta' l-IT min-naħa ta' l- Onor. Mizzi huwa prattikament zero, nista' nifhem għala qed jagħmel din it- tip ta' domanda, Sur President!", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR JOE MIZZI: Il-Ministru qed jgħid li jien zero fl-IT.", "Naturalment dak x'jaħseb hu għax wieħed jista' jgħid li ħaddieħor huwa injorant jekk hu stess ikun espert ta' l-injoranti!", "Peress li l-Ministru huwa għaref ħafna fl-IT, jista' għallinqas jagħti l-informazzjoni mitluba?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Sur President, lill-Onor.", "Mizzi għedtlu li hu ma jużax l-IT mhux b'disprezz imma sempliċement għax meta nibgħatlu xi e-mail, hu stess jammetti li qatt ma jaqraha.", "Issa jien għandi xi ftit informazzjoni dwar dak li jrid ikun jaf - għax hemm min irrispondieni u hemm min ma rrispondinix - imma qabel ma jkolli l-informazzjoni kollha ma nistax nagħtih ir-risposta.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Il-Ministru qal li l-ġbir ta' din it-tip ta' informazzjoni huwa ħela ta' ħin.", "Jista' almenu jassigurana li ebda vot li ġie approvat minn din il-Kamra għadu ma ġie eżawrit u li għad hemm fondi biżżejjed biex jagħmlu tajjeb sa Diċembru 2005?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Speaker, ma naħsibx li nista' nirrispondi din id- domanda hekk su due piedi u jkun aħjar jekk l-Onor.", "Interpellant jagħmilli mistoqsija bil-miktub ħalli nitlob risposta dettaljata mingħand id-DCS li għandi fil-ministeru.", "Jien għaddejt ir-rimarka dwar ħela ta' ħin minħabba l-fatt li kieku l-Onor.", "Interpellant talab informazzjoni dwar kemm hi l-ispiża tal-mobile phones, ma kienx ikun daqstant diffiċli biex nirrispondih, anke peress li din l- informazzjoni tingħata b'mod globali kull tliet xhur internament fil-gvern, imma hu talab breakdown ta' kemm nefqet kull entita'.", "Wieħed irid ukoll jirrealizza li biex infittxu tali informazzjoni jinħela numru eċċessiv ta' man-hours, meta fl-aħħar mill-aħħar dak li jinteressah ikun jaf l-Onor.", "Farrugia hu sempliċement jekk is-somma allokata għall-kiri jew xiri ta' mobile phones ġietx eċċeduta jew le.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joseph Cuschieri, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Peress li bl-istanding orders tal-Kamra aħna marbutin li ningħataw risposta fi żmien tlett ijiem, x'passi qed jieħu l- Ministru biex jara li anke d-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħtu jimxu ma' din ir-regola?", "MR SPEAKER: Onor. Cuschieri, m'huwiex preċiżament il-każ imma xorta waħda nsejjaħ lill-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Niġbed l-attenzjoni ta' l-Onor.", "Interpellant li skond l-istanding orders tal-Kamra, non-risposta hija risposta wkoll u noqgħod fuq id-diversi rulings li ngħataw mis-Sedja.", "Skond ir-regolamenti li għandna nista' nħalli r-risposta kif inhi.", "SERVIZZ TA' DRENAĠĠ", "11271.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Silvio Parnis) staqsa lill- Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 10812 u jgħid fiex wasal il-file dwar drenaġġ li n-numru tiegħu qed jintbagħat separatament, dokument li jinsab fil-legal office tal-korporazzjoni għas-servizzi ta' l- ilma?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jien informat li l-korporazzjoni għas-servizzi ta' l- ilma għamlet talba lid-dipartiment ta' l-artijiet biex isir l-easement ħalli jkun jista' jsir ix-xogħol neċessarju.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Xi tkun il-pożizzjoni ta' l-Enemalta u tad-WSC biex jgħaddu s-servizzi meħtieġa f'każ li t-triq tkun inbniet, eccetto ngħidu aħna plot waħda li tkun għad trid tinbena?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Safejn naf jien il-policy hi li s-servizzi jingħaddu meta t-triq tkun substantially built.", "Ovvjament din il-policy saret bl- iskop li l-persuna konċernata tiddeċiedi hi x'inhu \"substantially built,\" pero' il-loġika tgħidlek li jekk ikun baqa' plot waħda biss it is substantially built.", "Madanakollu jkun aħjar jekk l-Onor.", "Interpellant jagħmilli domanda bil- miktub biex inkun nista' nagħtih tweġiba aktar preċiża, Sur President.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT (Kap ta' l-Oppożizzjoni): Jista' il-Ministru jgħidilna kif tinsab l-istruttura tad-WSC vis-à-vis l-inkorporazzjoni tas-sistema tas- servizz tad-drenaġġ?", "Kif qed jiġu managed u kif qed jiġu nkorporati fil- tkomplija u fil-bqija ta' l-operat tad-WSC?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Vis-à-vis l-organisation structure, it-taqsima tad- drenaġġ saret il-waste water section u din titmexxa minn inġinier, jekk m'iniex sejjer żball.", "Imma aktar milli ħaġa oħra, bħalissa qed isir assessment fuq il-metodoloġija ġdida ta' xogħol li trid iddaħħal fid- diversi taqsimiet tagħha għalkemm sostanzjalment bħala organigramma, il- waste water division għadha ma tbiddlitx.", "Wara li jsir l-assessment neċessarju dwar il-metodu ta' xogħol kif ukoll dwar ix-scheduling, eċċ., wieħed ikun jista' jistabilixxi organigramma interna biex din tkun tikkombaċja mad-WSC, kif ukoll mad-diversi prattiċi ta' xogħol li ntirtu minn mindu din it-taqsima kienet mal-gvern.", "L-għan aħħari hu li possibbilment ikun hemm integrazzjoni ma' l-organigramma u mal-metodoloġija tax-xogħol tad-WSC.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jista' il-Ministru jgħid jekk il-finanzjament tas- servizz tad-drenaġġ hux qiegħed isir direttament b'line item vote min-naħa tal-gvern li jmur fuq id-WSC?", "Dan il-line item vote għadu sempliċement kif kien qabel u qed jiġi amministrat mill-bord jew direttament mit-teżor?", "Qiegħed isir xi complementing exercise dwar il-mod ta' kif qed jiġu nkorporati l-istrutturi tad-drenaġġ mad-WSC?", "Jekk iva, fiex wasal dan il- complementing exercise?", "Qiegħed isir xi eżerċizzju biex il-personnel li għandu x'jaqsam mad- drenaġġ, jiġi armonizzat mal-bqija tad-WSC f'dak li għandu x'jaqsam ma' grad?", "Jista' jgħid kif il-kap tas-sistema tad-drenaġġ jirrelata mal-managers l- oħra fil-WSC vis-à-vis l-istruttura in ġenerali?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Il-finanzjament qed isir tramite l-estimi.", "Fil-fatt jekk wieħed jara l-aħħar estimi approvati minn dan il-parlament isib li l- line vote fuq id-drenaġġ u sussegwentement l-amministazzjoni tiegħu hija f'idejn il-bord tad-WSC u mhux iktar tat-Teżor.", "Bl-amment ma nistax inwieġeb fuq liema livell qiegħed il-kap tal-waste water division, pero' żgur li huwa relatat ma' l-iskala interna tal-water services division.", "Huwa minnu li qed isir complementing exercise bl-għajnuna tal-union li tirrappreżenta lill-ħaddiema u eventwalment dan l-exercise jrid jieħu in konsiderazzjoni dak li qal l-Kap ta' l-Oppożizzjoni, u cioe' li jekk hemm gradi differenti minn dak li ntiret mid-drainage section, iridu jsiru arranġamenti biex issir amalgamazzjoni bejniethom.", "Eventwalment irridu niżguraw ruħna li ma jkunx hemm diskrepanza fil-gradi.", "Ħafna drabi dawn il-problemi jiġu thrashed out mal-union on an individual basis, pero' irridu kemm jista' jkun namalgamaw kollox flimkien biex ikollna struttura waħda.", "Fejn ikun hemm problemi individwali - dawn niltaqgħu magħhom diversi drabi, każ tipiku meta għamilna l-amalgamazzjoni tat-tarzna u x-shipbuilding - tkun trid tittrattahom waħda waħda mal- unions.", "Ovvjament il-complementing exercise irid jindika jekk hemmx nies żejda u llum bil-metodoloġija ġdida ta' telemetrija, il-probabbilta' tindika li jkun hemm nies żejda fis-section tad-drenaġġ, pero' l-iktar li jista' jiġri hu li jerġgħu jmorru lura f'dipartimenti oħra tal-gvern ġaladarba huma kollha ħaddiema tal-gvern.", "ENEMALTA - SUSSIDJU", "11272.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Silvio Parnis) staqsa lill- Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 11017 u jagħti spjegazzjoni għaliex ċerta anzjana li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, tneħħilha s-sussidju fuq id-dawl?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jien informat li l-kont imsemmi kien u għadu jinħadem bir-rati ta' l-assistenza soċjali.", "Is-sussidju tad-dawl kif ukoll ta' l- ilma qatt ma tneħħa.", "RAĦAL ĠDID – KONT TAD-DAWL", "11273.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Silvio Parnis) staqsa lill- Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 11016 u jgħid x'inhi r-raġuni li żewġ pensjonanti li dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament, irċevew kont tad-dawl li jammonta għal Lm207 meta qabel dan ma kienx jaqbeż il-Lm25?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Wara investigazzjoni li saret ġie stabbilit li l-kont minn Ġunju 2004 sa Novembru 2004 huwa riżultat ta' konsum akkumulat.", "Fil- fatt, il-post qatt ma nqara mill-meter reader bejn Jannar 1999 u Ġunju 2004.", "Matul dawn il-ħames snin il-kontijiet kienu bbażati fuq stimi li kienu relattivament baxxi.", "Matul dan il-perjodu, il-konsumaturi ġew mitluba jħallsu Lm251.51 li jinkludu konsum ta' dawl u ilma kif ukoll kirjiet ta' arloġġi.", "Għaldaqstant id-differenza fil-konsum ħarġet fl-aħħar kont skond il-qari li ttieħed mill-meter reader fil-25 ta' Novembru, 2004.", "SAĦĦA – APPROVAZZJONI TA' PILLOLI ĠODDA", "11274.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Silvio Parnis) staqsa lill- Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': B'riferenza għall- mistoqsija parlamentari 10814, jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi policy li l-awtoritajiet tas-saħħa ma japprovawx pilloli ġodda fuq il-karta s-safra jew roża jekk qabel qatt ma kien iġibhom il-gvern?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita`): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li ma hemm l-ebda policy ta' natura kif deskritta fil-mistoqsija.", "TOROQ - TALBA GĦAL YELLOW LINES", "11275.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Silvio Parnis) staqsa lill- Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tara li jsiru yellow lines quddiem ir-residenza ta' persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA (Ministru għall-Familja u Solidarjeta` Soċjali): Ir-reserved parking huwa xi ħaġa li taqa' taħt l-ADT u allura ma taqax taħt il-ministeru tiegħi u għaldaqstant nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi l-mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "RAĦAL ĠDID - KONT TAD-DAWL U L-ILMA", "11276.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Silvio Parnis) staqsa lill- Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jara li jsir stħarriġ fuq il-kont tad-dawl u l-ilma ta' persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament u li qed tirċievi kontijiet esaġerati?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Fil-fond imsemmi jgħixu seba' persuni.", "Wara spezzjoni li saret irriżulta li f'dan il-post hemm tliet air-conditioners li jintużaw regolarment u għaldaqstant il-kont huwa meqjus bħala wieħed raġonevoli.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jista' jgħid il-Ministru kemm kontijiet tad-dawl u ilma ħarġu din is-sena u kif kienu maqsuma?", "Meta jirriżulta li jkun hemm xi ħadd li l-kont jiġih esaġerat aktar mis-soltu, l-Enemalta tieħu konsiderazzjoni tal-fatt li seta' kien hemm xi ħsara fil-meter?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Naf li f'Jannar u l-bidu ta' Frar ħarġu l-kontijiet ta' l-industriji, f'nofs Frar ħarġu dawk tal-hotels u l-commercials u fil- bidu ta' April ħareġ l-ewwel batch tad-domestic, pero' m'iniex f'pożizzjoni li ngħid kemm hu l-ammont.", "Naturalment jekk l-Onor.", "Mizzi jagħmel domanda bil-miktub inkun nista' inġiblu l-informazzjoni kollha.", "Dwar it-tieni parti tad-domanda, billi l-ewwel kont huwa estimated reading u l-actual reading isir sitt xhur wara, jekk l-actual reading ikun ogħla minn dak li jkun ġie stmat, il-kont jiġi aġġustat fil-perijodu ta' wara.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: S'issa l-prattika kienet li meta post ikun magħluq għal ċertu perijodu, il-kont tad-dawl u l-ilma jintbagħat fuq stima.", "X'jiġri f'każ li l-meter jiġi biex jinqala' u jinstab li l-kont kif stmat kien iktar għoli jew iktar baxx?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-ewwelnett l-Enemalta u d-WSC għamlu l-almu tagħhom biex sa l-aħħar ta' Diċembru jaqraw kull arloġġ - hawnhekk qed nitkellmu dwar 400,000 arloġġ tad-dawl u l-ilma u allura żgur li għandek xi wieħed 'l hawn u 'l hemm li jibqa' estimated – u fil-każ ta' dawk l-arloġġi li kienu għadhom estimated as at the end of December u r-reading isir f'April 2005 u mir-reading joħroġ li dak l-estimate kien ħażin, isir arranġament mit-31st December lura u l-istima li tkun ħarġet from January onwards issir skond ir- reading it-tajjeb u mhux skond l-istimi.", "TA' QALI - RAĦAL TAS-SNAJJA'", "11388.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 10933 u jgħid meta se jibda x-xogħol fuq il-bini ta' raħal tas-snajja' f'Ta' Qali?", "Fejn waslu l-pjani għal dan?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni): Jien informat li għadhom qegħdin isiru t-taħditiet bejn il-partijiet konċernati u għaldaqstant id-dettalji jitħabbru meta jkun il- waqt.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Abela, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Mr Speaker, ftit tax-xhur ilu, l-Onor.", "Edwin Vassallo ħabbar li kien hemm xi forma ta' ftehim u li kienu qed jistennew li l-applikazzjoni tiġi pproċessata mill-MEPA.", "Jista' is-Segretarju Parlamentari jgħid jekk kienx hemm xi żviluppi?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Safejn naf jien ġiet proċessata l-applikazzjoni min-naħa tal-MEPA, pero' baqagħlu jiġi ffirmat xi ftehim ma' dawk li se jibbenefikaw minn din l-iskema għax is-sistema qiegħda tinħadem skond kif isir il-ftehim peress li hemm xi affarijiet li jimxu parallel.", "MEPA – INGAĠĠ TA' PERSONNEL", "11508.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Stefan Buontempo) staqsa lill- Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid meta se toħroġ sejħa min-naħa tal-MEPA biex jiġu ngaġġati inspectors u enforcement officers?", "Meta kien l-aħħar reklutaġġ?", "ONOR.", "FRANCIS AGIUS (f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent): Il-MEPA għaddejja b'reklutaġġ intern għall-pożizzjoni ta' inspector u bħalissa m'hijiex f'pożizzjoni li toħroġ sejħiet għal enforcement officers.", "L-aħħar reklutaġġ għal inspectors kien fi Frar 2003, filwaqt li l-aħħar reklutaġġ għal enforcement officers kien sar f'Ottubru 2003.", "BORMLA – FOND DEREKWIŻIZZJONAT", "11509.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Stefan Buontempo) staqsa lill- Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid jekk il-fond li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, huwiex tal-gvern jew le?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Ninsab informata li r-rekwiżizzjoni minn fuq il- fond indikat mill-Onor.", "Interpellant ilha li tneħħiet mill-1980.", "WIED IL-GĦAJN - SKOLA PRIMARJA", "11520.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li fl-iskola primarja ta' Wied il-Għajn qed isir xi xogħol waqt li jkun hemm it-tfal u l- għalliema fil-klassijiet u dan meta x-xogħol qed isir fuq is-soqfa ta' l- istess klassijiet?", "Jista' jgħid xi prekawzjonijiet dwar saħħa u sigurta' qed jittieħdu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjieg): Nirriferi l-Onor.", "Membru għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 11323.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru. 104 ta' l-2005 – Ordni ta' l-2005 dwar ir-Ratifika tal-Konvenzjoni dwar l-Elaborazzjoni tal-Farmakopea Ewropea;", "Avviż Legali Nru. 105 ta' l-2005 – Regoli ta' l-2005 li Jemendaw ir- Regoli dwar Xogħol Part-Time;", "Avviż Legali Nru. 106 ta' l-2005 – Prevention of Financial Markets Abuse (Fair Presentation of Investment Recommendations and Disclosure of Conflicts of Interest) Regulations, 2005;", "Avviż Legali Nru. 107 ta' l-2005 – Prevention of Financial Markets Abuse (Market Practices and Manipulative Behaviour) Regulation, 2005;", "Avviż Legali Nru. 108 ta' l-2005 – Prevention of Financial Markets Abuse (Disclosure and Notification) Regulations, 2005;", "Avviż Legali Nru. 110 ta' l-2005 – Regoli ta' l-2005 dwar Kreditu ta' Taxxa li jingħata lil Nisa li Jirritornaw għall-Impieg;", "Rapport Annwali ta' l-Awtorita` ta' Malta dwar Servizzi Finanzjarji għas-sena 2004; u", "Rapport u financial statements ta' l-Awtorita` ta' Malta dwar Servizzi Finanzjarji għas-sena li għalqet fil-31 ta' Diċembru 2004.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Louis Deguara.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Lista li turi l-għadd ta' tobba li ngħataw study leave biex isiefru sabiex jistudjaw barra minn Malta bejn l-2000 u l-2005, flimkien ma' l- ispeċjalizzazzjoni tagħhom, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 11709; u", "Tagħrif dwar il-menu ta' ikel li jingħata lill-pazjenti ġewwa St Vincent de Paule u fid-djar ta' l-anzjani, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 11760.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Austin Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru. 109 ta' l-2005 – Regolamenti ta' l-2005 li jemendaw ir-Regolamenti dwar l-Ipproċessar ta' Data Personali fis-Settur tal- Komunikazzjonijiet Elettroniċi; u", "Tabella li turi l-ammont ta' flus minfuqa fuq Delimara Power Station bejn l-1987 u l-2004, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 11794.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Dolores Cristina.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru. 102 ta' l-2005 – Regolamenti ta' l-2005 li jemendaw ir-Regolamenti dwar Tfal u Żgħażagħ (Ordnijiet għall-Ħarsien).", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Is-Segretarju Parlamentari Carmelo Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNCI (Segretarju Parlamentari): F'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru. 103 ta' l-2005 – Avviż ta' bidu fis-seħħ ta' ċerti disposizzjonijiet ta' l-Att ta' l-2005 li jemenda l-Att dwar Kunsilli Lokali (Att Nru. 1 ta' l-2005).", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Is-Segretarju Parlamentari Anthony Abela.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: F'isem il-Ministru għall-Kompetittivita` u Komunikazzjoni, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru. 111 ta' l-2005 – Regolamenti ta' l-2005 dwar il- Proċedura tal-Bord ta' l-Appelli dwar il-Komunikazzjonijiet;", "Avviż Legali Nru. 112 ta' l-2005 – Regoli ta' l-2005 li jħassru r- Regoli dwar Liċenzji għat-Telegrafija mingħajr Fili fuq Bastimenti;", "Avviż Legali Nru. 113 ta' l-2005 – Regolamenti ta' l-2005 li jħassru l-Avviż Ġenerali dwar Liċenzji għar-Riċezzjoni tax- Xandir;", "u f'isem il-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' l-iskeda tal-karozza tal-linja fuq ir-rotta Nru 59, Valletta- Bugibba-Valletta, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 11727.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR ARKIVJI NAZZJONALI", "NATIONAL ARCHIVES BILL", "L-ordni għall-Kumitat ġie moqri.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor Carmelo Abela, President tal-Kumitat, jippresjedi", "(Ikompli mit-13 ta' April 2005)", "Klawsola 21 – Poter ta' self ta' kapital", "Clause 21 – Power to borrow capital", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru Louis Galea.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, nhar l-Erbgħa qabel ma aġġornajna saret referenza, fil-kuntest tal-ħidma fuq l-arkivji, għall-mibki Guze Cassar Pullicino.", "Fil-fatt, proprju dak il-ħin li kienet qed issir ir-referenza għalih, kienet ukoll qed isir lejla ta' tifkira fuq inizjattiva tiegħi, kif ukoll wirja ta' kotba u dokumenti ta' Guze Cassar Pullicino.", "Din saret fiċ- ċentru Robert Sammut fil-Floriana u kien hemm attendenza eċċezjonali għaliha u dan jixhed kemm din il-figura hija figura maħbuba u stmata għall- ħidma tagħha fil-qasam sew ta' l-ilsien Malti, sew tal-folklor u sew ta' l- arkivistika.", "Għalhekk jiena ngħid li kien tajjeb li sew l-Onor.", "Evarist Bartolo u l-Onor.", "Joe Brincat irreferew għal din il-figura importanti.", "Jiena naħseb li barra li Guze Cassar Pullicino għamel isem għal din l- ispeċjalita tiegħu fil-folklor, din hi figura li għandha tinżamm bħala eżempju għas-servizz pubbliku kollu għaliex il-karriera ta' dan il-bniedem kienet proprju karriera fis-servizz ċivili.", "Dan għamel erbgħin sena sħaħ fis-servizz pubbliku u spiċċa bħala direttur fil-ministeru ta' l- industrija.", "Fil-ħin liberu tiegħu rnexxielu mhux biss jagħmel bosta pubblikazzjonijiet u anke jsir l-istudjuż ewlieni tal-folklor u l-kitba tal- Malti, imma irnexxielu jieħu sehem sew fl-istudji bl-ischolarship li kien ħa anke barra minn Malta, u kien ukoll membru ta' l-Għaqda tal-Malti u tal- kunsill ta' l-Akkademja tal-Malti.", "Dan kien persuna li interessa ruħu wkoll fl-arkivistika u anke fil-librerija.", "Dan issemma l-aħħar darba meta kien qed isir il-punt fuq xi tariffa li l- arkivji nazzjonali jistgħu jagħmlu, għax dan jista' jiskoraġġixxi lin-nies li jridu jagħmlu r-riċerka.", "M'hemm dubbju li wieħed mill-iskopijiet f'din il-liġi ta' l-arkivji nazzjonali hi dik li wieħed jiġbor dawn id- drittijiet, rati u ħlasijiet oħra preskritti, jew li jitqiesu li jkunu preskritti, minn jew taħt dan l-att jew kull liġi oħra.", "Ovvjament m'għandniex f'moħħna li bl-arkivji nazzjonali niskoraġixxu lir-riċerkaturi, imma biss li jkun hemm servizzi li jiġu mitluba minn dipartimenti oħrajn jew organizzazzjonijiet kummerċjali u li għal dan is-servizz jkun hemm il- ħlas.", "Fi Klawsola 21, aħna qegħdin nitkellmu fuq poter li aħna nixtiequ li nagħtu lill-arkivji nazzjonali biex ikunu jistgħu, anke bl-approvazzjoni bil- miktub tal-Ministru tal-Finanzi, jissellfu jew jiksbu flus għall-affarijiet li huma jista' jkollhom bżonn.", "Nerġa' nfakkar li hawn qed nitkellmu fuq organizzazzjoni li għandha l- personalita` ġuridika tagħha u li qegħda tiġi afdata bit-tmexxija ta' dan is-settur importanti mhux biss fl-amministrazzjoni ta' pajjiżna, imma anke fil-konservazzjoni ta' dan il-wirt ta' dokumentazzjoni li nġabar matul is- snin dwar l-amministrazzjoni pubblika.", "Bħala organizzazzjoni li għandha din il-personalita` ġuridika, din tista' tagħmel kuntratti ta' diversi tipi, u għalhekk se tkun tista' tagħmel kuntratti li permezz tagħhom tista' tissellef flus għall-proġetti kapitali li hi tista' tiddeċiedi li tidħol għalihom.", "Naturalment, il-gvern ikun irid li jikkontrolla u allura, minkejja li din l-organizzazzjoni għandha l-personalita` ġuridika tagħha, u minkejja li għidna li l-arkivji nazzjonali jkun korp b'personalita` ġuridika distinta - li jkun kapaċi, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet ta' dan l-att, jagħmel kuntratti, jikseb, jżomm u jneħħi kull proprjeta` għall- iskop tal-funzjonijiet tiegħu - dan ma jfissirx li aħna qed nagħtu xi blank cheque lill-arkivji nazzjonali biex jaqbdu u jidħlu għall-proġetti, anke jekk ikunu proġetti validi, mingħajr ma jiksbu l-awtorizzazzjoni meħtieġa.", "Minħabba f'hekk, aħna qegħdin nimponu li l-arkivji nazzjonali ma tkunx tista' tagħmel dan is-self jekk ma jkunx hemm l-approvazzjoni bil-miktub, l- ewwelnett tal-ministru responsabbli mill-arkivji - li fil-mument huwa l- Ministru ta' l-Edukazzjoni - u tal-ministru responsabbli għall-finanzi.", "Dawn huma affarijiet li bilfors irid ikun hemm l-approvazzjoni fuqhom.", "Naturalment meta tingħata din l-approvazzjoni, ma tingħatax fl-ajru.", "Il- proġett għandu jitressaq quddiem il-gvern, u l-gvern irid iqis il-validita` tiegħu u jekk finalment japprova, allura l-proġett ikun proġett pubbliku ieħor li jkun qed jiġi ġestit minn din l-organizzazzjoni.", "Fit-tieni paragrafu ta' din il-klawsola qegħdin ngħidu li barra li tista' tissellef għar-raġunijiet ta' kapital, l-organizzazzjoni tista' wkoll tiftaħ kont ta' overdraft ma' l-istituzzjonijiet finanzjarji kif jiġri fl- organizzazzjonijiet oħra anke kummerċjali.", "Anke f'dan il-każ, irid ikun hawn l-approvazzjoni tal-gvern.", "U anke hawnhekk, l-gvern ikun irid jara l- proġett li jkun qed jiġi propost jew ir-raġuni għaliex qed jinfetaħ dan il- kont.", "Jekk ikun il-każ li l-gvern japprova, allura din ssir parti integra mill-ħidma tal-gvern u tkun koperta bil-liġijiet u birr-regolamenti normali tal-finanzi li jirregolaw dan is-settur.", "Jekk wieħed jistaqsini: Huwa previst li fil-futur immedjat jew fil-futur medju, l-arkivji nazzjonali jirrikorru għal dan it-tip ta' finanzjament?", "Mingħajr ma nippreġudika d-deċiżjonijiet futuri, minn dak li nsegwi f'dan is-settur, naħseb li mhux se jkun il-każ.", "Is-settur ta' l-arkivji nazzjonali huwa settur li jrid l-ewwel iwaqqaf l-organizzazzjoni interna tiegħu, u anke kieku stess l-gvern jaqbel in prinċipju, xorta non e ditto, għax bejn li taqbel fil-prinċipju u bejn li tgħaddi biex tirrealizza fil- fatti, hemm baħar jaqsam.", "Fil-prinċipju diġa` naqblu li Malta u Għawdex għandhom bżonn faċilitajiet ta' bini u spazji aħjar li huma aktar secure mhux biss fis-sens ta' sigurta` minn xi dħul minn barra, imma anke minn aspett ta' safety kontra l-ħruq u l-umdita', li jagħmlu ħsara lil dawn id- dokumenti.", "Pero` minkejja dan, jiena ngħid li sakemm wieħed jasal sabiex jagħmel dan l-investiment qawwi biex ikollna bini ta' arkivji nazzjonali kif inhu meħtieġ, għad irid jgħaddi ż-żmien, għaliex hemm prijoritajiet importanti oħrajn li jridu jiġu kkunsidrati, u allura mhux previst li naqgħu fuq din il-klawsola fi żmien qasir.", "Madanakollu ladarba qed noħolqu din il-personalita` ġuridika tal-arkivji nazzjonali wieħed ikun irid li jipprepara minn issa għal din il- possibilta`.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Anġlu Farrugia.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Sur President, hemm żewġ osservazzjonijiet li xtaqt nagħmel, u nixtieq li l-Ministru jelabora fuqhom.", "Nifhem li taħt l-artikolu 20 se jkun hemm l-awtorizzazzjoni ta' xi budget biex ikun hemm il-funzjonament ta' dan l-arkivju nazzjonali, u anke fuq id- dħul, għax dan se jiġġenera d-dħul.", "L-applikazzjoni tal-poter li jkun jista' jieħu self ikun oltre dak il-budget li jkun diġa` awtorizzat minn din l-Kamra biex jagħmel il-funzjonament tiegħu?", "L-artiklu jsemmi wkoll \"konsultazzjoni oħra\" apparti dik tal-Ministru ta' l-Edukazzjoni u dak tal- finanzi.", "Ma min se tikkonsultaw?", "Jiġifieri intom l-Ministri se tikkonsultaw li tawtorizzaw aktar self?", "Apparti dawk, hemm il-kwestjoni ta' l-overdraft.", "Din tiġi wara jew qabel li jsir is-self taħt is-subinciż (1) ta' l-artikolu 21.", "Which comes first ?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Kif se naraw aktar 'l quddiem, Sur President, l- arkivji nazzjonali, bħall-entijiet pubbliċi li huma mwaqqfa b'liġi, huma entijiet li jkollhom il-budget tagħhom mgħoddi minn dan il-Parlament.", "Dan huwa budget li jiġi preżentat fl-estimi, jingħaqad ma' l-estimi, f'dan il-każ ta' entijiet pubbliċi oħrajn li jkunu qed jaqgħu fi ħdan l-istess ministeru, imbagħad jersaq il-vot tal-ministeru għad-diskussjoni u għall- approvazzjoni ta' dan il-Parlament.", "L-ewwel mistoqsija ta' l-Onor.", "Farrugia kienet: Allura jekk din l-entita` pubblika se jkollha budget mogħti mill-Parlament, din se tkun tista' tagħmel self ieħor anke bl-approvazzjoni tal-Ministru?", "Issa l-prattika hi li organizzazzjoni, bħalma hi l-arkivji nazzjonali, jkollha l-estimi tagħha, jiġu preżentati u approvati mill-Parlament, u li l-liġi stess qed tgħid li l-arkivji nazzjonali jridu joperaw fil-parametri ta' dawk l- estimi.", "Infatti, aktar qabel approvajna li l-arkivji nazzjonali tkun trid timxi fil-parametri ta' l-ammonti li l-Parlament ikun approvalha.", "Pero`, ejja nkunu prattiċi u nieħdu eżempju biex ma nibqgħux nitkellmu fl-ajru.", "X'inhu dak il-każ fejn l-arkivji nazzjonali jista' jkollhom bżonn nefqa kapitali li għaliha jista' jkun hemm bżonn li jirrikorri għand istituzzjonijiet finanzjarji bħalma huma l-banek.", "L-uniku każ li jiena narah fattibli u possibli huwa fil-każ li l-arkivji nazzjonali tiġi biex tibni l-bini tagħha.", "Illum, l-arkivji nazzjonali joperaw minn Santu Spirtu fir-Rabat.", "Hemm ukoll xi annexes oħrajn fejn jiġu stored xi affarijiet u f'Għawdex joperaw minn faċilita` ċkejkna.", "Hija l-fehma ta' kulħadd li dan il-bini li minnu qed ninqdew bħalissa assolutament mhux idoneu biex fih inwettqu l-funzjoni ta' l-arkivji nazzjonali.", "M'hemmx dubbju li xi darba fil-futur, dan il-gvern jew xi gvern ieħor, se jasal biex japprova l-bini ta' faċilitajiet adegwati għall-arkivji nazzjonali.", "F'dak il-każ, il-gvern normalment ma jgħidx lill- arkivji nazzjonali biex jisselfu, għax jista' jieħu ħsieb hu stess.", "Ovvjament dan jiddependi mis-sitwazzjoni finanzjarja pubblika pero` m'hemm xejn ħażin li wieħed ipoġġi fil-liġi klawsola li tippermetti lill-arkivji nazzjonali li jkunu jistgħu jidħlu huma għal dawn l-arranġamenti finanzjarji, anke jekk ikunu koperti mill-gvern, għaliex finanzjarjament ikun hemm ċirkostanzi fejn wieħed jista' jgħid li, ladarba hemm l- approvazzjoni tal-gvern biex din il-biċċa xogħol issir, allura jissellef direttament.", "Sur President, sabiex niġi mifhum tajjeb, nemfasizza li mhux il-ħsieb, lanqas fil-medium term, li l-gvern jagħti l-approvazzjoni tiegħu għal din id-direzzjoni, u dan għaliex fil-medium term, il-ħsieb tal-gvern hu li naħdmu fuq l-organizzazzjoni l-ġdida li qed tinħoloq.", "Hemm ħafna aktar xogħol x'isir fid-diversi dipartimenti u entijiet pubbliċi bin-nomina tad- Departmental Records Officer li għad iridu jinħolqu u jiġu trained.", "Mela, l- ewwel xogħol li jrid isir mhux xogħol fis-sede ċentrali ta' l-arkivji nazzjonali, imma fid-dipartimenti u fl-entijiet pubbliċi fejn hemm ir- registries, sabiex hemmhekk l-affarijiet jibdew jiġu organizzati kif suppost, għax finalment wieħed minn hemm irid jibda.", "Id-domanda l-oħra ta' l-Onor.", "Farrugia kienet fuq x'jiġi l-ewwel bejn is- self kapitali u l-overdraft.", "Jiena ngħid li mhix kwestjoni ta' x'jiġi l- ewwel, imma kwestjoni ta' kif ikunu qed jiżviluppaw l-arkivji nazzjonali.", "Aħna nafu li l-overdraft facility tintuża normalment għall-ħlasijiet ta' natura kurrenti milli ta' natura kapitali.", "Kultant, wieħed jista' jagħmel l- ewwel is-self kapitali, u imbagħad s-self kapitali jpoġġih ġo l-overdraft u minn hemm jibda' jieħu biex jagħmel il-pagamenti li jkunu deħlin regolari.", "Pero` kif għidt, bħalissa m'hemmx ċirkostanzi li jindikaw li l-arkivji nazzjonali se jiġu bżonn l-overdraft, u dan għaliex il-klawsola stess tgħid li dan kollu, jekk isir, isir biss bl-approvazzjoni tal-gvern u kif għidt, il-gvern m'għandux il-ħsieb li jirrikorri għal dan it-tip ta' finanzjament, imma se jkompli jmexxi l-finanzjament ta' l-arkivji nazzjonali bis-sistemi ta' l-estimi li jkunu ġew preparati mill-arkivji nazzjonali, bħala entita għaliha.", "Dawn l-estimi jiġu approvati mill-Ministru konċernat u mill- Ministru tal-Finanzi, u imbagħad jersqu għall-approvazzjoni tal-Kamra meta jitressqu l-estimi tal-gvern.", "MR SPEAKER: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joseph Brincat", "ONOR.", "JOSEPH BRINCAT: Sur President, il-Ministru għandu raġun jgħid li dan hu standard fl-aġenziji, pero` meta tkellimt, staqsejt għalfejn din hi aġenzija.", "Jiena qed ngħidha ċar u tond, din waħda mill-aktar affarijiet li ddejjaqni fl-aġenziji li jiġu preżentati mill-gvern.", "Issa anke l-Uffiċċju ta' l-Avukat Ġenerali sar aġenzija.", "Kollox spiċċa aġenzija.", "L-esperjenza li hawn f'dan il-Parlament meta jkollok il-budget tad-diversi awtoritajiet, aġenziji, eċċ hija li mhux veru ningħataw stampa ċara ta' x'qed jiġri fihom.", "Jistgħu jgħidulna wkoll li din hi operazzjoni kummerċjali li tkun sub-agency ta' l-aġenzija, u nibqgħu sejrin hekk ad infinitum u li fiha m'humiex se jidħlu.", "Jiena nipparteċipa fil-MEPA u hawnhekk jidhru l-accounts tagħha, imma iżjed issir diskussjoni fuq il- politika tagħha milli fuq effettivament x'qed isir u ma jsirx.", "Wieħed mill- aspetti li lili jdejjaqni hu dak fuq ir-rati differenti li jitħallsu bihom is-servizzi.", "Per eżempju, għal ċertu xogħol, aġenzija tħallas Lm20 fis- siegħa, aġenzija oħra tħallas Lm30 fis-siegħa u oħra -Lm40 fis-siegħa, u din id-differenza kollha fi gżira żgħira bħal tagħna.", "Aħna veru domna biex iddeċidejna fuq l-arma tar-repubblika sabiex inħallu dejjem l-istess waħda - għax qabel konna nbiddluha kull darba – imma issa għandna repubbliki ġodda, dawn l-aġenziji kollha għandhom repubblika għalihom.", "Hawn fejn ninkwieta, Sur President.", "Jiena m' iniex qed nirreferi għal ta' l-arkivji nazzjonali biss.", "Sur President, hemm l-aspett ta' l-overdraft.", "Ma nistgħux niġu fis- sitwazzjoni li dawn l-aġenziji jagħmlu d-dejn, għax fl-aħħar mill-aħħar dan id-dejn kollu se jispiċċa dejn tal-poplu Malti kollu.", "Waqt li wieħed jifhem li jkun hemm ċertu bżonnijiet, xorta ma nistgħux nagħmlu dan il-paraventu - u jiena mhux qed ngħid għal din biss, għax se noqgħod fuq il-kliem tal-Ministru - li jippermetti li jkollok aġenzija li tagħmel ir-regoli u tħallas bir-rati kif jidhrilha hi, mingħajr ebda konsistenza ta' xejn.", "Allura x'jiswa li niġu quddiem il-Parlament bil- budget u niskrutinizzaw kemm nefqu jekk jistgħu jagħmlu hekk?", "Jekk dawn għamlu overdraft, dan m'għamluhx ix-shareholders għax ix-shareholders huma ċ-ċittadini Maltin.", "Sur President, il-biża' tiegħi - u ma naħsibx li hija infondata – hi li m'hemmx biżżejjed kontroll fuq dawk l-oqsma.", "Ftit ilu ddiskutejna l- Heritage Malta, u wieħed jibda jinduna kemm ċerti affarijiet huma magħmulin b'mod ballerin fejn wieħed juża sistema mod u l-ieħor juża sistema mod ieħor.", "Aħna qegħdin ngħidu li dawn l-aġenziji għandu jkollhom il-budget tagħhom, imma finalment, kemm qed ikun hemm kontroll ta' dan il-budget minn dan il-Parlament?", "Jekk se nagħmlu kollox aġenziji, x'se jkollu bħala power over the purse dan il-Parlament?", "Il-kontroll tan-nefqa suppost hija l-aktar ħaġa importanti li jagħmel dan il-Parlament għax finalment kollox ġej mit- taxxi li jħallsu ċ-ċittadini.", "Sur President, jiena qed nitlob li fuq dawn l-aġenziji jkun hawn co- ordinated control, anke fir-rati jew pagi li jagħtu, għax ma jistax ikun li PRO f'aġenzija jingħata somma u PRO f'aġenzija oħra jingħata tliet kwarti ta' dik is-somma, anke jekk iż-żewġ aġenziji huma tal-gvern.", "Peress li din il-liġi hi fuq l-arkivji, nissuġerixxi li jinġabru l-armi kollha tar-Repubblika ta' Malta u imbagħad insibu ftit armi oħrajn - għax kulħadd repubblika għalih hawnhekk - ħalli jkollna biżżejjed armi.", "Sur President, ma jistax ikollok aġenzija tal-gvern mod u aġenzija oħra tal- gvern mod ieħor.", "Din ma tagħmilx sens speċjalment f'pajjiż żgħir bħal tagħna.", "Kieku dan isir fl-Ingilterra, fejn f'Londra hemm rati tal-kera għolja u fil-periferija jkunu irħas, nifhimha li n-nies jitħallsu b'mod differenti għall-istess xogħol, imma dan mhux il-każ ta' Malta.", "Ma jistax ikun li fl-istess ħolqa u bl-istess xogħol, wieħed jaqla' Lm20,000 u l- ieħor irid jgħaddi bi Lm12,000.", "Sur President, din hija waħda mill-affarijiet li sinċerament qed idejjaqni fis-sistema ta' l-amministrazzjoni pubblika.", "Fuq l-affarijiet l-oħrajn, naqblu.", "Il-ministri jħobbu l-arkivji u aħna nħobbuhom ukoll u rriduhom li jimxu 'l quddiem.", "Hi s-sistema ta' l-amministrazzjoni li lili ddejjaqni bil-goff.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, l-ewwelnett inserraħ ras l-Onor.", "Brincat li filwaqt li jien wkoll naqbel miegħu li għandu jkun hemm il- kontroll kordinat tad-diversi setturi li huma involuti fil-ħidma tal-gvern, fl-istess ħin jidhirli li m'hemmx raġuni għaliex wieħed ma jimxix b'sistemi ta' organizzazzjoni ta' dan it-tip.", "Jien naf li dan huwa punt ta' ħsieb differenti ta' kif wieħed jopera, pero` l-esperjenza turi, anke jekk wieħed jara l-Heritage Malta, li l-fatt li hemm dik l-aġenzija li għandha din il- personalita` ġuridika u li għandha din il-possibilita` li anke tintervjeni ma' operaturi kummerċjali fit-turiżmu u affarijiet simili bħal dawn, qed jiswa ta' ħafna ġid, anke għall-preservazzjoni u għall-preżentazzjoni tal- patrimonju kulturali u l-użu tiegħu għall-finijiet tat-turiżmu.", "Hawnhekk m'aħniex qed nitkellmu fuq operazzjoni kummerċjali, fis-sens li l-funzjoni ta' l-arkivju nazzjonali bl-ebda tiġbid ta' immaġinazzjoni ma tiġi funzjoni kummerċjali.", "Jiena lanqas ma naqbel li m'hawnx kontroll assolut u sħiħ tan-nefqa pubblika.", "Issa meta ngħidu kontroll, qed ngħidu skrutinju, mhux biss l- iskrutinju tal-Parlament bħala kamra sħiħa imma hemm ukoll l-iskrutinju tal- Kumitat permanenti dwar il-Kontijiet Pubbliċi, ta' l-awdituri interni tal- gvern, ta' l-awdituri ta' l-istess organizzazzjoni u ta' l-Uffiċċju Nazzjonali ta' l-Awditur.", "Jiġifieri hemm iktar minn biżżejjed kontrolli u skrutinji biex l-affarijiet jimxu b'mod serju u b'mod tajjeb.", "Lanqas ma naqbel li llum l-pożizzjoni hija li wieħed jista' jagħmel xi forma ta' repubblika fis-sens li l-gvern, anke fuq dan, ħa diversi miżuri li llum l- ġurnata qed jiffrankaw liċ-ċittadini miljuni ta' liri.", "Fil-fatt, kif il- gvern kellu l-opportunita` jispjega dan l-aħħar, hemm dak li jissejjaħ il- Collective Bargaining Unit, li huwa taqsima fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, u li jieħu ħsieb jistabilixxi l-pagi ta' l-uffiċjali.", "Issa, wieħed qiegħed dejjem jirrikorri għal dan l-uffiċċju proprju biex jiġi assigurat li jkun hemm dan il-kordinament.", "Barra minn hekk, jekk ikun hemm sitwazzjoni fejn ikun hemm il-bżonn oġġettiv li wieħed ikun jista' jħallas il-pagi li jitlob is-suq, il- ġustifikazzjoni għal dan tiġi mgħarbla sew min-nies kompetenti tal-gvern b'mod u manjiera li l-affarijiet isiru bis-serjeta`.", "Aħna ma nistgħux ngħidu li għaliex dan l-empowerment ta' l-organizzazzjoni jista' b'xi mod joħroġ 'il barra mill-kontroll assolut tagħna, allura ma nagħmluhx.", "Dan ikun żball kbir.", "Jien konvint li biex is-servizz pubbliku jkun servizz li jkun iktar effettiv, iktar flessibbli, jasal aktar malajr għand in-nies u jkun aktar ta' value for money, hawn bżonn dawn it-tipi ta' organizzazzjoni, u għalihom aħna nistgħu noħolqu kemm irridu oqfsa ta' verifika, ta' kontroll u ta' kordinament F'dan il-każ partikolari, il- gvern se jibqa' responsabbli, għax ma jista' jsir xejn jekk mhux bl- approvazzjoni tal-gvern.", "ONOR.", "JOSEPH BRINCAT: F'kollha jkun hemm.", "Jekk il-ministru jgħidli li wasal iż-żmien li jkun hemm kordinament, se naqblu.", "Għallinqas ikun hemm konsistenza.", "Ħalli imbagħad fl-affarijiet ta' l-operat ikollhom mano libera biex ikunu jistgħu jaġixxu bi kriterji anqas burokratiċi, pero` f'dak li huwa kontroll u f'dik li hija konsistenza, jiena nippretendi l-kordinament.", "Jien ma nippretendix li taħt l-istess ministeru jkun hemm żewġ aġenziji li jħallsu rati differenti għall-istess servizz?", "Dan l-istess bħalma kont nikkritika żmien ilu fejn kien ikollok triq maqsuma bejn kunsill lokali u ieħor, wieħed jagħmel il-fanali u jiġuh bi prezz, u l-kunsill l-ieħor jagħmel l-istess fanali n-naħa l-oħra u jiġuh bi prezz differenti.", "Dan qed ngħidu bħala eżempju.", "Jiena din idejjaqni, għax ma jistax ikun li taqbad u tagħti din il-liberta` kollha lil dawn l-aġenziji kollha mingħajr ma tistabilixxi l-kriterji sabiex ikun hemm naqra konsistenza.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Roderick Galdes.", "ONOR.", "RODERICK GALDES: Jiena, fuq spunt li ħadt minn esperti, xtaqt nitkellem dwar din il-klawsola li tippermetti self min-naħa ta' l-arkivji nazzjonali sabiex l-arkivista nazzjonali jħaddem b'mod professjonali dan l- qasam.", "Kif inhi l-klawsola hawnhekk, anke għat-twettiq tal-funzjonijiet tagħha, qegħda daqsxejn vaga għax forsi tinkludi wkoll l-ispiża rikorrenti li tista' tħalli effetti negattivi minħabba dan is-self.", "Allura jien naħseb li l-Ministru għandu jeżerċita l- kontroll tiegħu b'mod iżjed fond, u mhux biss billi jkun hemm bżonn l-approvazzjoni tiegħu.", "Għandu jkun hemm proġett li jiġi preżentat bil-quddiem fejn l-arkivista nazzjonali jgħid x'ser jagħmel, kemm se jonfoq, x'possibilitajiet hemm ta' entrojtu u kif se jiġu managed l-affarijiet.", "B'hekk, jintefa' aktar dawl fuq l-element ta' l- overdraft sabiex isiru proġetti bħal dawn.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Iva, irrid ngħid li dan li qed jgħid l-Onor.", "Galdes isir preċiżament kif qed jgħid hu, pero` naturalment ma noqgħodux ngħiduh fil-liġi.", "L-ewwelnett aħna qegħdin nagħmlu parti fil-liġi li bħalha daħħalna f'diversi liġijiet oħrajn.", "Dawn ngħidulhom template clauses, li jkunu għaddew mill-għarbiel ta' l-Avukat Ġenerali u jiġu applikati waħda wara l-oħra f'dawn it-tip ta' liġijiet.", "Ara ma naħsbux li l-arkivista nazzjonali jista' jqum filgħodu u jgħid li se jmur il-bank u jissellef.", "Kull proġett irid jiġi preżentat, u fil-prattika lanqas il-Ministru waħdu ma japprova għax dan irid jgħaddi mill-iskurtinju tal-kabinett.", "Nassigura lill-Onor.", "Galdes li dawn ikunu ħwejjeġ li jiġu miflija b'ċertu dettall, kompetenza u serjeta`.", "Mhux l-ewwel darba li nitolbu l-esperti finanzjarji jattendu għal-laqgħat tal-kabinett biex ikun hemm l-ispjegi kollha meħtieġa.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 21.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 21 għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 22 – Flus li jingħataw bil-quddiem mill-Gvern.", "Clause 22 - Advances from Government.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, din ukoll hija klawsola li nsibuha fil- politika ta' budget tal-gvern, mhux ta' dan il-gvern biss imma tal- gvernijiet kollha kemm huma.", "B'din il-klawsola, il-Ministru responsabbli mill-finanzi ikun jista' jgħaddi lill-arkivji nazzjonali ammonti bil- quddiem li din tista' tkun teħtieġ biex tkun tista' taħdem.", "Dan jgħaddihom mill-fond konsolidat basta jkun hemm l-awtorizzazzjoni ta' l-accountant general.", "Din il-klawsola qed ngħadduha għax hija waħda mit-template clauses li ġeneralment ninkludu, anke jekk fil-prattika, x'aktarx ma nirrikorrux għaliha għaliex fl-estimi ta' din is-sena, aħna poġġejna line item apposta - arkivji nazzjonali - li ġie approvat minn dan il-Parlament.", "Jiġifieri f'dan il-każ mhux il-Ministru se jaqbad u jgħaddi mill-fond konsolidat sempliċement fuq l-approvazzjoni ta' l-accountant general, għax il-line item li hemm fl-estimi ta' din is-sena hija diġa' approvata mill- Parlament in previżjoni tat-twaqqif ta' l-arkivji nazzjonali.", "THE CHAIRMAN : Rimarki ?", "L-Onor.", "Joseph Brincat.", "ONOR.", "JOSEPH BRINCAT: Sur President, jien nagħmel referenza għal dak li għidt fuq l-artiklu 21.", "Jiena ma nħossx li fuq il-kwestjoni ta' budget, hemm regoli omoġeneji biżżejjed.", "L-accountant general jgħaddi dak li jkun għadda l-Parlament.", "Din ħafna drabi tkun subvention mill-ministeru li taqa' fil-budget, u l-ministru jgħid li din hija s-subvention u imbagħad tara x'tagħmel biha dik l- organizzazzjoni.", "B'dan il-mod m'għandniex omoġeneita`.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 22.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri : Aye) Dawk kontra?", "Agreed,", "Klawsola 22 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 23 – Estimi ta' l-arkivji nazzjonali.", "Clause 23 – Estimates of the national archives", "ONOR.", "LOUIS GALEA : Din hija l-klawsola li tispjega li l-arkivji nazzjonali jrid ikollhom estimi ta' dħul u infiq - kif għandhom l-entijiet pubbliċi u d-dipartimenti pubbliċi l-oħrajn - li jridu jiġu mħejjija kull sena finanzjarja u li imbagħad jiġu preżentati lill-Ministru tal-Finanzi.", "Aħna nafu fuq liema format isiru dawn l-estimi għax din hija prattika li hija stabbilita u ilha stabbilita.", "Kopja ta' dawn l-estimi għandhom jgħaddu għand il-gvern biex il-gvern ikun jista' japprovahom billi imbagħad iressaqhom fl-estimi globali tiegħu għas-sena konċernata.", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "L-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "JOSEPH BRINCAT: Sur President, dak li għedt qabel japplika għal din il-klawsola wkoll.", "Hawnhekk għandna miktub u nikkwota:", "\"A copy of the estimates shall, upon their adoption by the National Archivist, be sent forthwith to the Minister and to the minister responsible for finance.\".", "Jiġifieri hawnhekk se jkun hawn anqas kontroll, għax mhux se jkun hemm il- kontroll tal-Parlament.", "Veru li l-Ministru tal-Finanzi suppost jirregola kollox, imma nerġa' ngħid li l-konsistenza ma teżistix.", "Xi darba nieħu paċenzja u noqgħod nagħmel comparison ta' ċertu affarijiet u imbagħad nitkellem fuqhom u naraw.", "Hemm inkonsistenza fl-organizzazzjonijiet, saħansitra fuq impjegati full-time u dan apparti l-invenzjoni sabiħa tal- consultants, għax illum kważi jaqbillek tidħol bħala consultant.", "Għalfejn qed ngħid hekk ?", "Għax consultant jagħmel l-istess xogħol ta' impjegat full-time u r-rata ta' ħlas ta' consultant hija akbar.", "Għalija dan ma jagħmilx sens mil-lat ta' amministrazzjoni, u sta a vedere jekk jagħmlux sens mill-lat ta' focusing.", "Fuq il-kwestjoni tal-finanzi, b'dispjaċir ngħid li faqqset il-moda ta' ħafna konsulenzi ta' konsulenti u li dawn huma sistemi li jirrendu lil xi individwi u mhux lill-pajjiż.", "Jiena mhux qed ngħid fuq din il-liġi partikolari, għax qabel ma naraha titħaddem, ma nistax ngħid.", "Imma din tal- konsultent qed naraha kullimkien, u mhux tgħoġobni.", "Il-moda hi li taqbad konsulent - ġeneralment ikunu nies li kienu mpjegati ma' l-istess dipartiment – u dawn biex jagħmlu x-xogħol trid tħallashom iżjed mill- ħaddiema normali.", "Qisu l-isptar spiċċajna, allavolja l-konsulenti fl- isptarijiet huma mħallsin b'rata ħafna inqas mill-konsulenti fuq affarijiet anqas essenzjali.", "Dan huwa d-dnub ta' dawn l-aġenziji taħt kull gvern.", "M'aħniex se noqogħdu nargumentaw.", "Dawn saru taħt gvern Laburista u saru taħt gvern Nazzjonalista pero` issa qed isiru bil-kwantita`.", "Veru jew mhux veru dan li qed ngħid?", "Issa jekk inti tkun għamilt xi ħaġa li l- intenzjoni tagħha kienet mod u qed tiżviluppa mod ieħor, inti għandek iżżomm il-brejk sabiex tara eżattament x'mar ħażin u x'qed jiġri u ma jiġrix.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Jien naħseb li l-Onor.", "Brincat, bir-rispett kollu, mhux qiegħed ipoġġi l-affarijiet f'perspettiva korretta.", "Jiena naħseb li hu żbaljat.", "M'għandix dubju li kieku kellu jkun fil-gvern hu u japplika dak li qed jgħid hu, il-gvern tiegħu jiġġammja u ma jkunx jista' jopera.", "Għaliex jekk tagħmel il-mudell standardizzat li qed jissuġerixxi l-Onor.", "Brincat, inti ssib ruħek f'sitwazzjoni ta' riġidita` li ma tkunx tista' tapplika.", "Jekk dak kien possibbli meta l-amministrazzjoni pubblika kienet ċkejkna u magħmula minn ftit dipartimenti, u l-ekonomija tal-pajjiż ma kinitx l-ekonomija kif nafuha llum, din mhux possibbli llum għal diversi raġunijiet.", "Meta ngħid dan ma rridx jien ninftiehem li s-sitwazzjoni tal- lum hija xi sitwazzjoni perfetta.", "Tant mhix perfetta, Sur President, li l- gvern ħass il-bżonn li jdaħħal il-brejkijiet u daħħalhom.", "Dan għamel il- collective bargaining unit, u għandu diversi kwestjonijiet ma' diversi unions proprju biex iġib uniformita` bejn l-iskali ta' salarji li jitħallsu l-uffiċjali u l-impjegati ta' aġenżiji u entijiet pubbliċi differenti.", "Dan kollu proprju biex nersqu lejn sitwazzjoni ta' aktar kordinament kif issuġġerixxa l-Onor.", "Brincat.", "Apparti hekk, il-Prim Ministru ħass il-bżonn li fl-uffiċċju tiegħu jkollu uffiċjali b'inkarigu speċjali li josservaw kif tkun qed isir in-nefqa pubblika u dan minkejja li diġa` hemm il-Parlament, il-public accounts committee, l-Awditur Ġenerali u l-Uffiċċju Nazzjonali ta' l-Awditur.", "Apparti hekk, mhux veru li f'din il-klawsola qed nissuġerixxu xi ħaġa li teżawtora lil dan il-Parlament.", "Din il-klawsola ma tridx taqraha waħedha.", "Il-klawsola ta' warajha tibda billi tgħid :", "''M'għandha ssir jew tiġġarrab ebda nefqa mill-arkivji nazzjonali kemm- il darba din ma tkunx ġiet approvata mill-Kamra.''.", "Allura kif jiġi l-Onor.", "Brincat jgħid li l-klawsola li qed niddiskutu bħalissa ma tagħtix vuċi in kapitolu lill-Kamra.", "Ma jafx l-Onor.", "Brincat li mhux kif qed jgħid hu isiru l-affarijiet?", "Dan huwa l-proċess ta' kif jinbnew l-estimi.", "Jiġifieri hawn għadna fl-istadju li d-dipartiment jew l- entita` pubblika konċernata trid tipprepara l-estimi.", "Min se jagħmilhom l- estimi?", "Il-Ministru?", "Is-Segretarju Permanenti?", "Le, l-Arkivista Nazzjonali irid jagħmilhom, u għalhekk qed nobbligawh bil-liġi li jħejjihom għal kull sena finanzjarja.", "Hawnhekk qed nagħtuh terminu ta' żmien.", "Qed ngħidulu li dawn trid tippreżentahom mhux iktar tard minn tmien ġimgħat qabel tmiem kull sena finanzjarja.", "Is-sena finanzjarja ta' l-arkivji nazzjonali hija bħal tal-gvern, jiġifieri sal-aħħar ta' Ottubru dawn l- estimi jridu jkunu lesti.", "Għaliex irid iħejjihom dawn l-estimi ta' dħul u infiq minnufih?", "Għaliex dawn iridu jmorru għand il-gvern biex il-gvern jeżaminahom, jevalwahom u jara għaliex qed jintalbu u kif jinkwadraw ruħhom fl-estimi nazzjonali.", "Allura kif l-Onor.", "Brincat jiġi jagħmel diskorsi hawnhekk li ma jirrispekkjawx il-proċedura li ilna nsegwu ġo dan il-Parlament għal dawn l- aħħar 40 sena.", "Hawn m'aħna ngħidu xejn ġdid assolutament, la f'din il- klawsola u lanqas fil-klawsola ta' wara.", "Dawn huma stqarrija tal-prattika li l-entijiet pubbliċi, inkluż l-gvern nnifisu u d-dipartimenti tal-gvern, isegwu.", "Issa l-Onor.", "Brincat qal li wieħed jitħallas mod u l-ieħor jitħallas mod ieħor.", "Jien il-pożizzjoni tiegħi fuq dan l-argument hija li wieħed għandu jimmira għall-akbar armonizzazzjoni u uniformita` possibbli, u għandu jkun hemm kriterji li jispjegaw l-affarijiet.", "Issa tista' tgħidli: Għax ic-chief executive ta' tali entita pubblika kummerċjali ta' importanza nazzjonali, li jista' jkun barrani, qed jitħallas ma nafx kemm aktar minn xi ħaddieħor li qiegħed fl-istess pożizzjoni f'xi aġenzija oħra.", "Kif jista' l-gvern minn qabel jorbot idu u jgħid li huma x'inhuma ċ-ċirkostanzi, daqshekk biss se jħallas u mhux aktar ?", "Jiddependi, għax wieħed irid jara naqra l-affarijiet kif inhuma.", "Jista' jkun hemm ċirkostanzi partikolari fejn fl-interess pubbliku, dawn l- affarijiet isiru.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "JOSEPH BRINCAT: Il-Ministru qalli li ma nafx kif isiru l- affarijiet, u jista' jkollu raġun, pero` ħalli ngħid x'naf li jseħħ fid- dipartimenti.", "Kull dipartiment jipprepara l-estimi tiegħu u jissottomettihom lid-dipartiment tal-finanzi, imbagħad wara Awissu jibda ħafna haggling u kulħadd sejjer, jiena għandi bżonn hekk u l-ieħor għandu bżonn hekk.", "Niftakar li meta Chalmers kien responsabbli tal-finanzi, dan kont tippreżentalu l-budget u kien jaqtagħlek daqshekk.", "Darba għidtlu: Imn'Alla ma kontx il-ħajjat tal-Papa, għax bil-mini skirt kien jispiċċa.", "Dan kien jaqta' mill-budget ta' kulħadd, għax dik kienet it-tendenza.", "Kull dipartiment irid jipprepara l-budget tiegħu, anke l-istess Parlament u jridu jgħadduh lill-finanzi.", "Jiġifieri m'aħniex qegħdin nivvintaw xi ħaġa ġdida hawnhekk.", "Il-Ministru bil-mod il-mod qiegħed jinduna li jrid ikun hemm ċertu konsistenza.", "Ovvjament CEO ta' korporazzjoni li għandha elf impjegati għandu iżjed responsabbilta` minn CEO ta' waħda li timpjega tletin, u allura jitħallsu salarju differenti, mhux bħas-sindki li jitħallsu l-istess.", "Is-sindku ta' Birkirkara li fiha 18,000 ruħ żgur li għandu responsabbiltajiet iżjed mis-sindku ta' l-Imdina jew tal-Fontana imma xorta skond il-liġi għandhom jitħallsu l-istess.", "Dik ġustizzja?", "Ngħidlek li dik hija questionable.", "Imma tiġix tgħidli li jkun hemm rati differenti tas-segretarji jew tal-full- time employees bejn aġenziji differenti.", "Il-collective bargaining kif isir?", "Kull aġenzija tinnegozja għaliha?", "Il-collective bargaining japplika right across the board bl-aġenziji b'kollox?", "Jew veru li kulħadd repubblika għalih f'dan il-pajjiż, u ssib aġenziji lesti li jaċċettaw ċertu affarijiet u aġenziji oħrajn li ma jaċċettahomx.", "Dan biex ma nsemmix il-kwestjoni ta' l-employment li fuqha hemm l-artikoli 110 sa 115 tal-Kostituzzjoni fuq il- public service commission, filwaqt li fejn jidħlu dawn l-aġenziji, hemm sistema differenti.", "Hemmhekk addio public service, addio regoli u addio fair play u kollox isir kif wieħed jidhirlu għax dawn hu entitajiet, morali jew immorali, għalihom.", "X'kontroll hemm fuq kif jiġu mpjegati n-nies f'dawn l-aġenziji.", "L-istess bħalma hemm fuq il-public service commission?", "Iva jew le?", "Jew inkella, l-aġenzija, sakemm ma tmurx over the budget, tista' tagħżel lin-nies kif trid hi?", "Jien nara kif jiġu mpjegati n-nies fl-organizzazzjoni li qiegħed fiha.", "Ma naħsibx li dawn josservaw ir-regoli preċiż li hemm tal-public service commission.", "Sur President, għandna gvern li għandu dikotomija.", "Jekk inti se tkun mal-gvern għandek regoli mod, u jekk inti se tkun mal-gvern imma l- gvern ikun imsejjaħ aġenzija, għaliex tkun personalita` ġuridika differenti, għandek regoli mod ieħor.", "Allura se jkollna regoli differenti b'konsegwenza li jkollna il-konsulenzi, l-impjegati ad hoc, in-niċeċ eċċ. Meta konna qed niddiskutu fuq Heritage Malta, wieħed mid-diretturi kien qed jidher li kien qed jirċievi remunerazzjoni, mhux l-onorarju, imma kien qiegħed under contract wkoll.", "Lil Dr Tabone għidtlu: Għallinqas semmu min hu, bħalma jagħmlu barra.", "Dawn ħafna drabi lanqas kif iżommu l-accounts m'huma konsistenti.", "Sur President, ħa ngħid din, għaliex jien kelma ma nżommhiex.", "Meta kont fuq in-naħa tal-gvern u kont qed nagħmel l-accounts tal-Housing Authority, wasluli l-accounts iffirmati b'timbru mill-kumpannija.", "Jien għidtlu lill- awditur: Inti tippretendi li jien se nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra u nitlob l-approvazzjoni ta' dawn l-accounts mingħajr ma ħadd jiffirmahom b'ismu u jieħu r-responsabbilita`?", "Semmejtha hawnhekk għax reġgħet ġrat.", "Kien hemm wieħed min-naħa tagħna li kien ħabib ta' l-awditur, u qalli: U ejja, għalfejn se toqgħod taqlagħlu l-affarijiet.", "U dar fuqu u qallu: Ħa, iffirmahhomlu lil dan, għax se joqgħod jiġi bix-xaħam.", "Veru jew mhux veru li l-bord irid jinnomina u japprova l-awdituri tiegħu?", "M'iniex qiegħed ngħid li ma jagħmlux ix-xogħol sewwa, imma kulħadd iħossu obbligat lejn min ikun innominah.", "Tista' tgħidli li anke fil-kumpaniji privati jiġri hekk.", "Imma skużi, il-kumpaniji privati jagħmlu l-audit fl-interess tagħhom, filwaqt li hawnhekk l-awdituri jagħmlu l-audit fl-interess tal-poplu Malti u mhux tal-bord li jkun innominahom.", "Jekk ikun hemm xi ħaġa ħażina, dan se jaħsiba darbtejn biex jimbarazza l- bord.", "Tgħidli: Imma nkella x'indipendenza jkollhom ?", "Jien I am all for it l-indipendenza, basta n-nies ikunu qegħdin jinvestu flushom fiha u mhux flus ħaddieħor.", "Biex ħadd ma jinterpretani ħażin, nemfasizza li jiena m'iniex qiegħed nattakka l-persuni li hemm f'din l-organizzazzjoni tal-lum.", "Qiegħed ngħid dan kollu għaliex il-Ministru qalli bl-istandard clauses f'dawn l-organizzazzjonijiet kollha.", "Jien right across the board qed nitkellem.", "Jien nippretendi li l-awdituri jkollhom central authority fl- uffiċċju tal-Prim Ministru li jgħidilhom: Sur Awditur, l-appointment tiegħek ma jiddependix mill-bord li inti se toqgħod tfittxlu.", "Jekk jagħmel dan, ngħidlu prosit lill-Prim Ministru.", "Din l-awtorita' imbagħad tiddeċiedi hi minn huma l-awdituri u kemm jitħallsu, biex b'hekk l-awdituri ma jħossuhomx obbligati lejn il-bord li jkunu qed jagħmlu l-awditjar tiegħu.", "Dawn l-affarijiet nafuhom, allura għalfejn se nibqgħu b'rasna fir- ramel, Sur President?", "Aħna nafu x'ġara internazzjonalment anke f'ditti kbar u rinomati bħall-Enron u l-Parmalat.", "Qed nistennew li tiġri xi waħda hawn f'pajjiżna u imbagħad noqogħdu ningħu?", "Jiena mhux qed ngħid li dawn nies diżonesti, imma ma tistax tpoġġi spettur jgħasses u jinvestiga lil xi ħadd jekk dan ix-xi ħadd jagħżlu proprju hu l- ispettur.", "Li jiġri hu li jekk l-awditur jibqa' jsib l-affarijiet, id-darba ta' wara ċ-chairman u l-board ikunu jridu wieħed li jagħlaq iżjed għajnejh.", "Sur President, waqt li ċerti affarijiet on paper ikunu qed jidhru tajbin, wieħed irid jarahom fil-prattika.", "Per eżempju hemm l-interess privat.", "Se tgħiduli li qed immur out of subject, pero` se ngħidha.", "F'dawn l-affarijiet jista' jkollu interess privat li minflok awtur tal-qedem jinteressah awtur ieħor.", "X'differenza se tagħmel?", "F'affarijiet oħrajn jista' jkun hemm interess privat dirett jew indirett u l-borma titħawwad iżjed.", "Imbagħad mur għamel query fuq xi ċertifikat fil-Parlament!", "Dan apparti li jkollok ħafna rapporti li lanqas ikunu qed jirrispekkjaw il-verita`.", "Tistaqsi l-Ministru fuqhom u ma jkollux ir-risposti, għax lanqas hu ma jkun jaf kif qegħdin isiru l-affarijiet minħabba din l-awtonomija!", "Jekk il-Ministru jgħid li Prim Ministru qed jagħmel il-collective bargaining għal kulħadd u li se jibda jkun hemm ċerta konsistenza, ikun tajjeb, u jkun aħjar jekk jgħid li se jibda jkun hemm ċerti kontrolli u li dak li tiċċekkjalu l-accounts ma jkunx jista' jneħħik.", "Jiena ngħid, la l- finanzi pubbliċi huma tal-Ministru tal-Finanzi, għaliex ma jkunx proprju dan il-ministru li jikkonduċi l-audit eċċ?", "Veru li jiġu preparati l- budgets, imma meta jiġu preparati l-budgets, mhux neċessarjament li dawn jintefqu b'mod li jkun hemm value for money.", "F'dan il-pajjiż rajt ifaqqsu kwantita` ta' karozzi tal-gvern mikrijin.", "Meta kont nitla' Għawdex, kont nara karozza ta' Ministru, żgur li ma kienx ikun il-Ministru, għax naf li ma kienx wieħed li jħobb iqum kmieni, ipparkjata l-Għadira fis-7.00 am. Issa l-Ministru in kwestjoni ma joqgħodx hemmhekk.", "Kemm hawn karozzi llum li verament ikunu utli?", "Illum hawn aġenziji li jonqoshom jagħtu karozza lill-kelb ta' l-għassa daqs kemm jagħtu karozzi lill-impjegati tagħhom, għax inkella ma jkollhomx status.", "Dawn huma affarijiet li ma jwasslux għall- funzjonament aħjar ta' l-aġenziji.", "Qabel kien hawn il-kwestjoni ta' l-impressed u taf kemm inqalgħu kwestjonijiet biex inneħħuhom għax kienu ħela, imma illum tixba tara karozzi bil-\"K\" ħdejn l-agenziji.", "U biex tara kemm verament dawn huma repubbliki għalihom, anke fejn jidħlu regoli strettissimi tal-liġi li ma jistgħux jitolbu flus - mhux korruzzjoni qed ngħid – dawn imorru out of proportion ma' dak li hu permess bil-liġi.", "Jien għandi każ ta' entita` pubblika li vvintat li għandha dritt tagħmel blackmailing, għax qed tgħid lil ċittadin li jekk ma jagħtihiex dawn il- flus, ma tagħtihx l-awtorizzazzjoni li m'għandha l-ebda dritt tagħtiha.", "Jien staqsejt: Possibbli?!", "Dan fuqu japplika l-artiklu 112 tal-Kodiċi Kriminali dwar l-extortion fejn hu reat li public officer jitlob flus li m'humiex dovuti miċ-ċittadin għall-gvern stess.", "Dan qed ngħidu għax tajjeb li jkun hemm organizzazzjonijiet focused fuq ċerti affarijiet, imma fejn jidħlu l-flus, la huma flus il-poplu, għandu jkun responsabbli l-Ministru tal-Finanzi.", "Ħadd m'għandu jieħu għalih, jekk qed jimxi kif suppost, li jibagħtulu l-ispetturi mill-finanzi.", "U jiena nemmen li jekk isir dan, ikollna riżultati aħjar.", "Mhux qed ngħid li għandhom jaqtgħu lill-awdituri in private practice, imma n-nomina tagħhom għandha tkun mill-Ministeru tal- Finanzi u jirrapportaw lilu, u mhux jirrapportaw lill-aġenzija li qabbdithom u qisu ma ġara xejn, jew issib lil xi financial controller u jgħidlek li l-awditur ma fehem xejn, u qed jgħid iċ-ċuċati, għax anke din smajt jiena!", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, jiena nagħti kas ħafna anke ta' l- opinjoni personali u l-ġudizzju li l-Onor.", "Brincat jista' jagħmel, anke meta ma naqbilx miegħu jew inħoss li hu oġġettivament żbaljat.", "Meta wieħed ikun qed jagħmel dan it-tip ta' diskussjoni, naħseb li jrid jiddistingwi għax fuq l-abbuż, tagħmel liema liġi tagħmel u tipprovdi kemm tipprovdi kawteli, dejjem se jkollok każ ta' ksur ta' liġi, u għalhekk il- liġijiet dejjem ikollhom parti li tikellem dwar il-kastigi li l-qrati u tribunali jistgħu jagħtu f'każ li l-liġi tinkiser .", "Ma nistgħux noqogħdu nagħmlu d-diskussjoni ta' kif torganizza, tamministra u timmaniġġja l- affarijiet u tipprova ssib l-aktar mod li jagħtik organizzazzjoni valida u moderna, u imbagħad ngħidu le għax jista' jsir l-abbuż, u allura aħjar inħallu kollox dipartiment tal-gvern.", "Ma jafx l-Onor.", "Brincat li anke fid-dipartimenti tal-gvern ikollna minn dawn in-nuqqasijiet u minn dawn l-abbużi?", "M'għandix ukoll uffiċjali pubbliċi tad-dipartimenti tal-gvern li tressqu quddiem il-qrati, daqqa fuq ħaġa u daqqa fuq oħra, akkużati bi ksur tal-Kodiċi Kriminali ta' l-artikli li jirrigwardjaw l-uffiċjali pubbliċi?", "Għalhekk ukoll li f'din il-liġi qed ngħidu li n-nies ta' l-arkivji nazzjonali, allavolja hija entita` pubblika li m'hijiex dipartiment tal-gvern, xorta jintlaqtu mill-implikazzjonijiet ta' l-artikli tal-Kodiċi kriminali li jaggravaw ir-reati u jaggravaw il- piena meta dawn isiru minn persuni li huma uffiċjali pubbliċi.", "Mela, dan huwa wieħed mill-punti li rridu noqogħdu attenti għalih, għax faċli li noqgħodu naħsbu f'dak kollu li jista' jsir taħt il-kappa tax-xemx li jirrigwarda il-ksur tal-liġijiet.", "Dażgur!", "M'hawn l-ebda liġi li ma tistax tinkiser, u għalhekk ma nistgħux ngħidu għax il-liġi tista' tinkiser, allura ma nagħmlu xejn u inħallu kollox dipartment bħallikieku b'hekk inkunu solvejna kollox!", "L-Onor.", "Brincat qal ukoll li kulħadd sar repubblika, għax hawn aġenziji li huma awtonomi, imma meta nitkellmu fuq awtonomija ma jfissirx li qed nitkellmu fuq li xi ħadd sar repubblika.", "Dan mhux veru.", "(Interruzzjonijiet) Dażgur li hemm parametri u kontrolli!", "L-awtonomija hija awtonomija fi ħdan qafas ċar ta' delega ta' funzjonijiet li tagħti l- liġi.", "Nerġa' ngħid li Alla biss hu perfett, u allura se ssib nuqqasijiet, difetti u żbalji għax l-organizzazzjonijiet kollha huma magħmulin mill- bnedmin, imma ma nistgħux nattakkaw il-konċett għax il-bnedmin jiżbaljaw.", "Dan mhux il-metodu ta' kif wieħed għandu jagħmel l-analiżi tas-sitwazzjoni.", "Veru li aħna noħolqu organizzazzjoni u qed nagħtuha personalita` ġuridika, u allura qed nagħtuha empowerment sabiex tiffunzjona b'iktar aġilita`, b'iktar flessibilita`, b'iktar focus u b'inqas burokrazija, imma l- kontrolli li qegħdin nibnu anke f'din il-liġi huma l-istess kontrolli li għandhom id-dipartimenti tal-gvern.", "U jiena nsostni li hemm kontabilita` aktar milli hemm fl-anonimita` tad-dipartimenti tal-gvern.", "Jiena lanqas ma naqbel li dawn l-organizzazzjonijiet ma jwettqux aħjar il- funzjonjiet tagħhom.", "Malta għandha l-esperjenza twila ta' entitajiet pubbliċi li m'humiex dipartimenti tal-gvern.", "Naturlament dawn l-entitajiet pubbliċi kellhom l-ups and downs tagħhom fejn kellhom mumenti fejn kien hemm episodji mhux pjaċevoli u mumenti fejn irrendew ħafna.", "Imma dan japplika għall-entitajiet pubbliċi biss?", "Dawn l-ups and downs ma japplikawx għad-dipartimenti?", "Dawn l-ups and downs ma japplikawx għall- organizzazzjonijiet tas-settur privat?", "Għaliex fil-privat ukoll jiġru ċerti affarijiet minkejja l-prekawzzjonijiet kollha li wieħed jieħu?", "M'għandi l- ebda interess partikolari nipproponi din l-istruttura ħlief għaliex jiena nemmen li b'dik l-istruttura, is-settur se jimxi aktar 'il quddiem u li, in the long run, din l-istruttura se twassal għal servizz aħjar.", "Jiena ma nemminx lil min jgħid li b'din is-sistema, il-funzjonjiet mhux se jitjiebu, u mhux waħdi naħseb hekk.", "Jiena ħa nieħu l-eżempju ta' l-arkivji nazzjonali.", "Aqraw ir-rapporti kollha sa minn żmien twelidu u araw kif ir-rapporti kollha jgħidulek li l-arkivji nazzjonali anqas jinħelsu mill-ġakketta riġida tal-burokrazija ta' dipartiment tal-gvern.", "Dan qaluh anke esperti li ġab il-gvern Laburista.", "Wieħed jista' jgħid, b'mod żbaljat, li jgħidulu x'jgħidulu l-esperti ma jinteressahx, għax ma jridx nuqqas ta' kontroll u allura jħalli l-arkivji bħala parti mid-dipartiment tal-libreriji u l-arkivji.", "Xi provi għandna li jekk nagħmlu dak li qed jgħid l-Onor.", "Brincat, li nżommu s-sistema għal kollox taħt dipartiment tal-gvern, l-affarijiet se jimxu aħjar?", "L- esperjenzi tiegħi juru li hemm ħwejjeġ li aħjar jibqgħu taħt dipartiment tal-gvern - speċjalment fejn hemm affarijiet ta' natura regolamentari, pero` anqas din ma tinkludi kollox – u hemm attivitajiet u servizzi oħra li nemmen b'qawwa kbira li jekk ma jingħatawx minn dipartiment tal-gvern, ikun aħjar.", "Jiena ma nagħmilx statement ġeneralizzat u ngħid dejjem hekk.", "Jiena ngħid li kull qasam ta' attivita` trid teżaminah skond il-merti, il- kwalita`, il-klijenti u s-servizz tiegħu.", "L-Onor.", "Brincat staqsa dwar il-finanzi.", "Jiena nistaqsih: F'liema ministeru tal-finanzi ta' pajjiż demokratiku ma jkollokx Ministru tal-Finanzi li jaqta' minn hawn u jaqta' minn hemm meta jkun qed jagħmel il-budget?", "Fejn ma jsirx haggling?", "Fl-Amerika?", "Żgur li le!", "Kemm-il darba l-Presidenti Amerikani, biex jgħaddulhom il-budgets tagħhom mill-kungress, kellhom jagħmlu haggling?", "X'fiha ħażin li ngħidu li kull dipartiment għandu jipprepara l-estimi?", "X'qed nagħmlu f'dan il-qasam li mhux eżattament kif kważi dejjem sar jew kif suppost isir kullimkien?", "L-Onor.", "Brincat semma l-agenziji u l-kwestjoni ta' min jimpjegaw u min ma jimpjegawx, u kif nużaw l-artiklu 110 tal-Kostituzzjoni u l-PSC.", "L- ewwelnett irrid ngħid li m'iniex impressjonat bir-riżultati effettivi li jagħti l-proċess ta' għażla kkontrollat mill-public service commission.", "Jekk trid tkun taf kemm wieħed ma jistax joqgħod b'għajnejh magħluqa, ara kemm il-każ hemm quddiem l-Ombudsman, biex ma nsemmix tribunali u kummissjonijiet ta' inġustizzji oħrajn, u ara naqra x'aħna ngħidu.", "Jien nistaqsi x'riżultat jagħti l-proċess ta' għażla li jsir fis-servizz pubbliku.", "Apparti li kull individwu jista' jħoss li l-proċess kien jew ma kienx fair, trasparenti u meritevoli, x'garanzija għandek li l-proċess ta' l-għażla se jagħtik dak li huwa fl-interess tal-poplu?", "Jgħid li għandna dikotomija għax fis-settur pubbliku għandna kategorija ta' mpjegati li jintgħażlu bi proċedura li hija regolata mill-kummissjoni għas-servizz pubbliku u għandna kategorija oħra li jintgħażlu kif tgħid il-Kostituzzjoni fl-artikolu 110, jew b'eżami pubbliku jew inkella b'referenza mill-ETC.", "So what?", "Dażgur li hemm dikotomija ta' dan it-tip.", "Imma ma nagħtux l-impressjoni li mhix tiġi osservata l-Kostituzzjoni.", "Kien hemm żmien meta l-artikolu 110 ma ġie osservat xejn.", "Kien hemm żmien ukoll meta l-public service commission kienet biċċa plasticene f'idejn il-gvern tal-ġurnata - rubber stamp assoluta – u kulħadd jiftakar kif kienet timxi din !", "Mhux se noqgħod infakkar storja ta' żminijiet oħrajn.", "Dak iż-żmien kien hemm public service commission ukoll, u kellna l-artikolu 110 tal-Kostituzzjoni wkoll, imma meta ġie l-mument tal-gate crashing, wieħed għadda minn fuqhom.", "Issemmiet il-kwestjoni ta' l-accounts.", "Jien m'għandi l-ebda diffikulta' jekk xi gvern, dan jew ta' warajh, jgħid: L-awdituri li jridu jagħmlu verifika tal-kontijiet ta' l-aġenziji pubbliċi m'għandhomx jiġu nominati mill-bord ta' dawk l-aġenziji imma għandhom jiġu nominati mill-Ministru tal- Finanzi.", "Apparti li dan huwa tluq mill-prattika ta' kif isiru l- affarijiet imma, nerġa' nappella jiena, ejja naraw naqra l-affarijiet biex ma nħalltux ħaġa ma' oħra.", "X'inhi l-funzjoni ta' l-awditur li jagħmel il- verifika tal-kontijiet ta' kumpannija, ta' entita` pubblika jew ta' aġenzija tal-gvern?", "M'hijiex il-funzjoni li kien qed jimplika l-Onor.", "Brincat.", "Din hi professjoni regolata b'liġi apposta u anke b'liġjiet oħrajn bħal-liġi tal-kumpaniji.", "Jekk ikun hemm xi awditur, li għax jara liċ-chief executive ħelu, jiddipartixxi mid-dmirijiet tiegħu, dik responsabbilta` tiegħu.", "Imma wieħed ma jistax jgħidha bħallikieku din hi xi ħaġa across the board u kull min jagħmel il-verifiki ta' l-aġenziji pubbliċi tal-gvern, inkluż dawk kummerċjali, jimxi skond ix-xewqat ta' min jinkarigahom.", "Jien naħseb li dan ma jiriflettix il-verita`, u lanqas m'hu possibli li tista' taqbad tagħmel dawn l-affarijiet.", "L-ewwelnett, biex jintgħażlu dawn il-kumpanniji tal-verifika, l-ewwel iridu jkunu għaddew minn proċess ta' tendering skond ir-regolamenti għall-akkwist tas-servizzi tal-gvern.", "Hawnhekk japplika l-ħin kollu l-prinċipju quis custodiet ipsos custodes.", "Jiġifieri dan mhux billi jkollok kumpannija u din għamlet il-verifika tal- kontijiet ta' l-estimi u daqshekk, għax imbagħad ikun hemm il-proċess kollu ta' skrutinju.", "Issa jekk l-iskrutinju ma jsirx bis-serjeta` minn min għandu jagħmel dak l-iskrutinju, bir-rispett kollu, jien ma ngħidx li t- tort huwa ta' min jagħmel il-verifika fl-ewwel stadju.", "Illum anke fis- settur privat għandek l-Awtorita` dwar is-Servizzi Finanzjarji li wkoll għandha ċerta mansjoni biex tassigura s-serjeta` f'dan il-qasam, u dan huwa kruċjali.", "Ovvjament dan ma jfissirx li m'hawnx individwi li jiżbaljaw u jiksru l- liġi, u kif qal l-Onor.", "Brincat, dan ġara f'pajjiżi fejn l-affarijiet suppost laħqu livell għoli ta' sofistikazzjoni u standards.", "Iva, dawn saru u inqabdu, u jekk isiru f'Malta, jinqabdu wkoll.", "Imma hija ħaġa li jkun hemm il-każijiet speċifiċi fejn jinkisru l-affarijiet, u jista' jkun wkoll li meta jinkisru l-affarijiet b'dan il-mod, l-awtoritajiet jiftħu għajnejhom għal ċertu prattika li tkun inbniet maż-żmien, u ħaġa oħra li nitkellmu bil-manjiera pjuttost ġeneralizzata li biha kien qiegħed jitkellem l-Onor.", "Brincat.", "Meta wieħed iħares lejn l-affarijiet, jista' jimmaġina kollox u jista' jitkellem fuq l-affarijiet li ġraw, imma meta wieħed jitkellem fuq il-qafas legali fil-każ ta' din l-organizzazzjoni ġdida li qed noħolqu, irid jara jekk il-mekkaniżmu ta' audit trail u ta' skrutinju humiex sodisfaċenti jew le.", "Issa meta inti għandek organizzazzjoni li trid tipprepara l-estimi, mhux ovvja li meta se tipprepara l-estimi, se titlob mill-anqas id-doppju li vvutajnielha din is-sena?", "Allura b'daqshekk ifisser li l-Ministru tal- Finanzi se jgħidlu kemm hu bravu?", "Mhux ovvja li jiena u hu irridu naffaċċjawhom u niġġustifikaw?", "Aħna diġa` nafu l-parametri x'inhuma f'dan il-każ.", "Din għidtha fis-second reading.", "Aħna m'aħniex nikkonsidraw żieda fl- ispiża ta' l-arkivji nazzjonali, imma din trid tikber, tikkonsolida u titgħallem minn żbalji li għamlu oħrajn, bħal dawk li semma l-Onor.", "Brincat, għax ma rridx ninstema bħallikieku qatt ma saru żbalji u ksur ta' liġi.", "Jien qed ngħid li jekk saru żbalji, dawn saru kemm taħt is-sistema tad- dipartimenti u kemm taħt is-sistema ta' l-entitajiet pubbliċi.", "Jien ma naħsibx li hawn xi ħadd li malli jkun fil-gvern, se jgħid li la issa hawn jien fil-gvern, dawn l-iżbalji m'huma se jsiru qatt.", "Mhux dak l-argument li aħna qegħdin nippruvaw nagħmlu, Sur President.", "Aħna qegħdin ngħidu li hawn din is-sistema ta' kif wieħed jiżviluppa l- estimi, estimi li jridu jsiru fi żmien li suppost isiru biex jilħqu jiġu evalwati mill-proċess ta' evalwazzjoni li jsir fil-ministeru fl-ewwel stadju, u wara li jsir dan, imbagħad jerġgħu jiġu evalwati fil-Ministeru tal-Finanzi.", "Għalhekk hemm bżonn li jintbagħtu lill-Ministri.", "Wara dan, dan jidħol fil-qafas kollu tal-gvern u imbagħad niġu għall-approvazzjoni tal- Kamra, imma dan iżjed jirrigwarda l-klawsola li jmiss.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "JOSEPH BRINCAT: Il-Ministru semma kemm ilhom dawn l-enti pubbliċi, u ftakart li ċerti anomaliji bdew proprju minn dak iż-żmien.", "Niftakar li avukati b'ċerta responsabbilta` u li jgawdu ċertu rispett, bdew jitilqu mill-Uffiċċju ta' l-Avukat Ġenerli - li qabel kont tiġi meqjus bħala you are worth something la qiegħed f'dak l-uffiċċju - biex imorru ma' l-MDC, għaliex din kellha l-awtonomija u kienet toffri kondizzjonijiet finanzjarji aħjar.", "Issa ħalli nkompli nitkellem fuq il-qasam legali.", "Nippretendu li junior li jmur ma' enti pubbliku fil-qasam legali jkollu aktar mill-attorney general jew li konsulent part-time jieħu iżjed minn Prim Imħallef?", "Hawn qegħdin l-anomaliji li jfixkluk.", "Kif jista' jkun li jkollok konsulent legali li jmur ftit sigħat fil-ġimgħa ma' organizzazzjoni li xi darba kienet dipartiment, u jingħata iżjed mill-President tal-Qorti?", "Jiena dawn l-affarijiet ifixkluni.", "Jiena mhux qed nattakka l-ħolqien ta' entitajiet, imma li jispiċċaw dawn l- anomaliji għaliex nerġa' ngħid, dawn huma flus il-poplu.", "Jekk tgħidli li jkun hemm l-ups and downs fil-qasam privat u li jsiru żbalji fil-qasam privat, nifhimha, imma taf kemm ikunu attenti għal dawn l-iżbalji fis- settur privat!", "F'Malta, wara kollox, ma hawnx ħafna public companies fejn id-diretturi jkunu tellgħuhom ix-shareholders, u li dawn ix-shareholders tant ikunu maqsumin li kważi jiġu anonimi u xorta f'dawn se ssib xi ħadd b'saħħtu.", "Dażgur li saru żbalji fis-settur privat, imma kulħadd qiegħed jinvesti u jirriskja flusu, għalkemm kultant ikunu l-amministraturi li jagħmlu l-iżbalji bil-flus tax-shareholders.", "Meta tiġi fuq il-kwestjoni tal-flus tal-gvern, irridu nammettu, iva jew le?", "Jiena qiegħed ngħid right across the board, u mhux qed nikkritika xi persuna f'dan il-qasam avolja għandi l-parliamentary privilege biex nagħmel dan.", "Lanqas kieku rrid ma nista', għax din l-aġenzija għadha lanqas twieldet, jiġifieri żgur m'hu qed nattakka lil ħadd.", "Sur President, il-major shareholder ta' dawn l-aġenziji huwa l-gvern.", "Issa żbalji jistgħu jsiru, imma min għandu jikkontrolla?", "Il-gvern.", "Dawn il- kontrolli għandhom isiru għax inkella nispiċċaw f'sitwazzjoni fejn wieħed imexxi u ħaddieħor iħallas, u faċli li wieħed ikun galantom bi flus ħaddieħor.", "Nafuha din, Sur President.", "Jiena ġieli sifirt fuq delegazzjonijiet u rajt nies fuq delegazzjonijiet.", "Meta jsiefru huma, privatament, naħseb li qamla jqaxxruha, biex ngħid l-espressjoni Maltija, imma imbagħad taf kemm ifittxu l-istatus meta jsiefru minn fuq il-gvern.", "L- espressjoni li smajt biex jiġġustifika dan hu li altrimenti jwaqqgħu l- pajjiż 'l isfel.", "Mela sakemm qed iħallas il-gvern, all is fair.", "M'iniex qed ngħid biex ma nagħmlux dik jew ma nagħmlux l-oħra imma ejja naħsbu fuq dan li qed ngħid għaliex ma rridx naqla' iżjed fwiedi fuq li jkun hemm organizzazzjonijiet li jieħdu ħsieb li l-finanzi pubbliċi ma jiġux sparpaljati.", "Ma jistax ikun li f'din id-daqsxejn ta' gżira, għaliex xi ħadd ikollu l-budget f'idejh, jixtrilek karozza lussuża.", "Kważi kważi helicopter biex imur id-dar ikun jonqsu!", "Ħafna drabi jkun hawn ħafna kritika fuq xi Ministru għaliex jixtri xi karozza lussuża, imma kultant tara l-karozza ta' l-entijiet – mhux qed ngħid li se jagħmlu hekk ta' l- arkivji tafux, għax naħseb li dawn waħda tal-Flintstones se jkollhom isibu - tkun karozza ferm iżjed lussuża minn dik tal-Ministru, u din ma trendi xejn aktar servizz liċ-ċittadin.", "Issib xi ras kbira f'xi aġenzija tgħidlek li hi m'għandha xejn anqas minn dak u mill-ieħor.", "Jgħidulek: Mela aħna bħala organizzazzjoni għandna jkollna inqas minn dak?", "Le, mela tagħna rridu nbiddluha u rridu nagħmlu budget ta' Lm25,000 biex ta' fuq ikollu l-karozza bħal ta' aġenzija oħra.", "Forsi tgħidli: Allura dan m'għandux ikollu karozza?", "Waħda mill-affarijiet li kienu għamlu t-Taljani kienet li qatgħu l-karozzi blu, għax qalu li għandhom bżonn inaqqsu l- karozzi blu.", "F'Malta ma nistgħux nibqgħu ngħabbu minn hawn u minn hemm fuq affarijiet li mhux se jgawdihom kulħadd.", "Kieku se nagħmlu xi ħaġa li se jgawdiha kulħadd ngħidlek nagħmluha, anke jekk irridu niddejnu.", "Ma jistax ikun li jkollok expenditures biex xi ħadd igawdi waħdu, avolja tkun xi ħaġa within the budget.", "Issa jekk imorru over the budget, se jkun hemm l- overdraft li għadna kemm għaddejnilhom.", "Faċli tidħol għall-overdraft għaliex il-gvern jidħol garanti għalih!", "L-intenzjonijiet ikunu tajbin, imma l-fsied u l-lussu qatt m'għamlu nies.", "Kien l-għaqal li għamel ħafna nies.", "L-Onor.", "Ministru jifhimni għax missieru kien raġel bil-għaqal, u jiena f'dawk it-tip ta' nies nemmen.", "Ma nistgħux nibqgħu għaddejjin bil-mentalita` li la l-flus huma tal-gvern, ejja ngawdiha.", "Dan huwa ħażin u jrid jiġi kontrollat f'kull qasam.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Galdes.", "ONOR.", "RODERICK GALDES: Sur President, naħseb li dan il-punt li qajjem l- Onor. Brincat, u anke t-tweġibijiet li ta l-ministru, jidħlu f'kunċett importanti.", "Kulħadd jaqbel li l-arkivji nazzjonali jitmexxew b'mod professjonali u li jkun hemm impetus aktar qawwi favur din l- organizzazzjoni ġdida, pero` l-punt ta' l-Onor.", "Brincat kien biex ma mmorrux fl-estrem l-ieħor.", "Huwa fatt evidenti, meta wieħed jikkonsidra wkoll iċ-ċirkostanzi li jinstab fihom finanzjarjament pajjiżna, li ħafna minn dawk l-entitajiet pubbliċi li twaqqfu matul dawn l-aħħar għaxar snin jew ħmistax-il sena żbaljaw il- prijoritajiet fl-operat tagħhom.", "Ikolli ngħid li llum hemm entitajiet li sfortunament huma imballati b'numru ta' impjegati, u għandhom fi ħdanhom stess impjegati li m'humiex utilizzati biżżejjed.", "Hemm mismanagement qawwi f'organizzazzjonijiet li sfortunatament qed iwasslu għal piżijiet finanzjarji fuq il-pajjiż.", "Ma nemminx li l-arkivji nazzjonali għandha tkun organizzazzjoni li tispiċċa bħalma spiċċaw dawn l-organizzazzjonijiet li qed insemmi, u għalhekk għandna nisħqu fuq il-fatt li għandu jkun hemm kontroll assolut, anke jekk fl-istess ħin irridu naħsbu għall-futur.", "Jiena xtaqt nistaqsi lill- Ministru jekk sarx xi forma ta' studju fuq x'differenza se jkun hemm fil- bżonnijiet finanzjarji ta' l-arkivji nazzjonali biex tkun tista' topera, issa li se titwaqqaf bħala entita` pubblika.", "X'differenza se jkun hemm fil- pagi tal-ħaddiema, u x'differenza se jkun hemm fl-ispejjeż f'dawk l-irwoli li qabel kien jagħmilhom id-dipartiment tal-libreriji?", "Se jkun hemm rwoli doppji, fis-sens li jkun hemm impjegat partikolari li forsi qabel kien impjegat tad-dipartiment u illum l-arkivji nazzjonali se jkollu jqabbad impjegat ieħor biex jagħmel l-istess xogħol?", "Allura jien nħoss li l-prijorita` assoluta ta' din l-entita` hija li tinvesti fil-faċilitajiet tagħha għaliex nieqsa minn dawk il-faċilitajiet li hemm bżonn biex dawn l-arkivji nazzjonali jitmexxew b'mod professjonali.", "Ma nemminx li għandha tiżdied l-ispiża fuq l-operat li tista' twassal għal nefqiet eżaġerati li ma jirrispekkjawx il-bżonnijiet ewlenin ta' l-arkivji nazzjonali.", "Sar xi forma ta' studju li bih inkunu nafu d-differenzi fl-ispejjeż li se jkun hemm għallinqas fl-ewwel sena ta' l-operat tagħha?", "Jekk iva, kemm se jitilgħu dawn?", "X'differenza hemm fl-ammont li kien iħallas qabel il-gvern u l-ammont li se jkollu jħallas issa biex ikollna l-arkivji nazzjonali jaħdmu b'mod aktar professjonali milli hu llum?", "Grazzi.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, se nagħmel xi kummenti fuq dawn il- punti li għamel l-Onor.", "Galdes.", "M'hemmx dubbju li għandna esperjenzi ta' mismanagement fis-settur pubbliku.", "Fis-settur privat, il-konsegwenzi tal- mismanagement iħallashom l-investitur privat, u ħafna drabi anke l-ħaddiema li jkunu taw is-servizz tagħhom lil dak l-investitur privat, mentri fis- settur pubbliku, il-konsegwenzi tal-mismanagement ikollu jħallas għalihom il-poplu Malti u Għawdxi.", "In-nies kollha li għandhom responsabbilta` fil-gvern għandhom jipprovaw il- ħin kollu jmexxu b'għaqal – biex nuża l-kelma li uża l-Onor.", "Brincat - daqslikieku flus il-poplu huma l-flus tal-familja tagħhom.", "Sur President, irrid ngħid li minn dawn l-uffiċjali li jmexxu b'għaqal għandna ħafna fil- gvern.", "Hawn kwantita` ta' uffiċjali pubbliċi fid-dipartimenti u ta' nies li jaħdmu f'entitajiet pubbliċi u kumpanniji kummerċjali li jaħdmu b'intenzjoni retta, b'integrita`, b'kompetenza u m'hemmx kliem ieħor ħlief li tgħid li dawn jaħdmu beyond the call of their duties.", "Issa rridu naħdmu biex din l-organizzazzjoni li se tkun ġdida ma jkollhiex minn dawn l-ineffiċjenzi li semma l-Onor.", "Galdes.", "Pero` l-ewwelnett ejja npoġġu kollox fil-perspettiva.", "Mhux mistenni li din se tkun organizzazzjoni kbira, anke meta tilħaq il-massimu tal-potenzjal tagħha.", "Naqbel ħafna mal-kumment ġenerali li għamel l-Onor.", "Galdes meta qal li l- importanti hu li ma mmorrux fl-estrem.", "Jiena naqbel perfettament ma dan, u naqbel ukoll ma' dak li qiegħed isostni l-Onor.", "Brincat li inti għandu jkollok ċerti parametri ta' konsistenza u ta' kordinament u li kemm jista' jkun kulħadd jibqa' f'dawk il-parametri.", "Issa x'inhi d-differenza li se jkun hemm bżonn bejn l-arkivji nazzjonali meta kienu parti mid-dipartiment ta' l-arkivji u l-libreriji, u issa li se jsiru organizzazzjoni għalihom?", "Immedjatament xejn, għaliex nerġa' ngħid, is-sitwazzjoni finanzjarja pubblika hija tali li l-gvern, avolja hemm aġenda valida, ma jistax jgħidilhom: Se nagħtikom miljun lira extra sabiex tibdew twettqu l-aġenda tagħkom.", "Naħseb li hawn qbil li se jkun hemm fażi fejn il-finanzi m'humiex se jiżdiedu b'xi rittmu sostanzjali.", "Aħna għaddejna emenda fil-liġi ta' l-ETC biex inkunu nistgħu nwettqu redeployment aħjar tan-nies fis-settur pubbliku milli wettaqna sal-lum.", "Jekk l-arkivji nazzjonali llum għandhom Lm600,000 u s-sena d-dieħla nagħmluh Lm1.2 miljun, wieħed malajr jista' jgħid: X'waħda din, irdoppjalhom il-budget!", "Imma l-mistoqsija valida trid tkun: Kif għamluh dan?", "Billi qabbad impjegati li diġa` huma fis-settur pubbliku u poġġihom x'imkien ieħor peress li dan il-gvern għandu l-politika li, kemm jista' jkun, ma jiddikjarax redundancies, almenu mid-dipartimenti tal- gvern, imma li jagħmel redeployment u l-budget iċaqilqu min-naħa għal oħra.", "Għaliex jekk isir hekk – u mhux bi spiża akbar għall-pubbliku Malti - se nimxu 'l quddiem fl-arkivji nazzjonali għax se jkun hemm użu aktar effettiv tar-riżorsa umana li diġa` teżisti u li diġa` qed titħallas mill-poplu Malti.", "Filwaqt li ma nipprevedix li dan ir-redeployment isir fuq xi skala kbira, nawgura li l-arkivji nazzjonali jattiraw nies li diġa` huma impjegati fis- servizz pubbliku u li jkunu jistgħu jħarrġuhom u allura nkunu nistgħu ngħaddu l-paga ta' dawn l-uffiċjali lill-arkivji nazzjonali.", "J'Alla li l- arkivji nazzjonali - meta jibdew jaħdmu u meta jistabilixxu l-kriterji tal- funzjonijiet tagħhom u joħorġu l-applikazzjonijiet ristretti għal dawk li diġa` huma impjegati fis-servizz pubbliku - jirnexxilhom isibu nies tajbin li jridu jittrejnjaw sabiex jiġu magħġuna fis-sengħa ta' l-arkivji.", "F'dan is-sens, mhux qed nistenna żieda fin-nefqa.", "Barra dan, jiena qed nistenna li l-aktar li jsir xogħol fis-sentejn li ġejjin huwa fuq id-departmental records officers.", "Dawn iridu jiffinalizzaw il-funzjonijiet tagħhom eżatt kif tgħid il-liġi biex imbagħad jispjegawhom b'mod iktar ċar.", "Anke hawn, ma nibqgħux fis-sitwazzjoni li jintbgħatu fir- records office ta' kull dipartiment jew enti pubblika, lil min wieħed irid, imma jintbgħatu nies li jkunu ġew magħżula wara sejħa.", "U dawn se jiġu magħżula minn fost in-nies li diġa` qegħdin fis-settur tas-servizz pubbliku, u allura mhux se jinħolqu impjiegi ġodda.", "Dawn jiġu mħarrġa a karigu tal-budget ta' kull dipartiment, imma għallinqas l-arkivji nazzjonali se jkollhom point of reference f'kull dipartiment li jafu eżatt min hu, u r-responsabbilta` li qed tagħti din il-liġi fuq l-inkarigu tagħhom.", "Għalhekk, nerġa' ngħid, m'iniex qed nistenna li tiżdied l-ispiża fl-operat ħlief b'mod limitat u raġonevoli.", "Dwar dak li qal l-Onor.", "Brincat, jien nerġa' nagħmel statement.", "L-ewwelnett fuq mismanagement, abbużi u ksur tal-kodiċi kriminali, jien nisma' kollox, imma fl-aħħar mill-aħħar niġġudika l-każ u mhux il-ġeneralizzazzjoni.", "Jekk għandi każ bil-fatti u biċ-ċirkostanzi tiegħu, niġġudika dak il-każ, u m'hemmx dubbju li każijiet kien hawn, jista' jkun li hawn, u jibqa' jkun hawn, għax ma nemminx li fejn hemm il-bnedmin, ma jibqax ikun hemm ċerti affarijiet.", "Ingħad ukoll dwar każ ta' xi ħadd li jmur part-time consultant x'imkien u jitħallas iktar mill-Prim Imħallef.", "Jiena wkoll ma narahiex f'lokha li xi avukat junior jitlaq mill-Uffiċju ta' l-Avukat Ġenerali, jidħol f'enti pubblika u jispiċċa jitħallas aktar mill-attorney general bil-pagi kif konna nafuhom ta' l-attorney general.", "Jiena naf li dawn il-każi ġraw, kien hemm min telaq minn ma' l-Avukat Ġenerali sabiex mar mal-korporazzjoni ta' l-iżvilupp, u kellu salarju aħjar.", "Pero` ma naħsibx li dawn affarijiet ħżiena.", "(Interruzzjonijiet) Mhux hekk trid tirraġuna!", "Il-korporazzjoni għall-iżvilupp kellha bżonn l-expertise legali - u naħseb li nafu għal min qed ngħidu, naħseb li kien ta servizz importanti – dan seta' jitħallas dik ir-remunerazzjoni.", "Kieku ġie offrut remunerazzjoni fil-livell ta' l-iskali li kienu jeżistu dak iż-żmien, probabbilment kien jiġi attirat xi avukat.", "Imma kien ikun avukat li seta' jagħti lill-korporazzjoni ta' l-iżvilupp is- servizzi professjonali li kellha bżonn f'dak il-mument partikolari?", "Meta jiena kont Ministru tas-Saħħa, ġejt f'sitwazzjoni li l-iżvilupp f'pajjiżna kien jirrikjedi li nġibu f'Malta konsulent ta' speċjalita` partikolari, u ridt nagħżel bejn nibqax nibgħat il-pazjenti barra minn Malta jew inħallas lil dan il-konsulent erba' darbiet daqs kemm inħallas il- paga ta' konsulenti lokali biex dan jiġi u jagħmel l-operazzjonijiet f'Malta.", "Kieku nirraġuna strettament mingħajr ma nżomm il-linja ta' possibilita` ta' flessibbilita`, kif qed jgħid l-Onor.", "Brincat, ma kontx inġibu, u fil-fatt kelli reżistenza.", "Kienu jgħiduli li se noħloq preċedent għax se nġib Malti minn barra, se naqbeż l-iskali stabbiliti tal-gvern u se noħloq rebus.", "Veru inħoloq preċedent, imma rebus ma nħoloqx, u dan kien preċedent tajjeb għax il-poplu Malti u Għawdxi kollu jaf x'serva u x'iffrankajna in the long run.", "Għalhekk importanti li nkunu flessibli, u hawnhekk qal tajjeb l-Onor.", "Galdes li ma rridux immorru fl-estrem ħlief fejn il-każ jiddettalek hekk.", "Jien insib ruħi f'sitwazzjonijiet - anke llum – fejn l-irħis huwa għali.", "Veru li ġġib in-nies bil-pagi stabbiliti tad-dipartimenti tal-gvern, imma ma tattirax il-kwalita` tan-nies ta' niċċa partikolari u fi bżonn partikolari.", "Qiesna ngħidu li min jiġi impjeġat bħala part-time consultant bħallikieku kienet xi ħaġa ħażina!", "Jekk dan għandek bżonnu għal sitt xhur biex jagħmel biċċa xogħol partikolari, timpjega uffiċjal pubbliku?", "Jiena naqbel ma' ħafna mill-affarijiet li b'mod ġenerali qal l-Onor.", "Joe Brincat.", "Iva, hemm bżonn ta' ċerti armoniji u ċerti parametri.", "Naqbel miegħu li hemm it-tendenza li għax huma flus pubbliċi, allura wieħed jista' jabbuża.", "Il-frażi \"Din mhux tar-Reġina?\" ilna nafuha.", "Dak li hu tar-Reġina mhux qed joħroġ minn butek, u allura tista' tisparpalja, taħli, tuża ħażin jew tieħdu lejn id-dar.", "Issa flok ir-Reġina, hemm il-gvern.", "Jiena ma rridx niftiehem li m'iniex favur il-kontrolli adegwati u li l-gvern irid jaħseb fihom ukoll, inkluż fl-attwazzjoni tal-budget.", "Pero` jekk nara x'qed jiġri llum, nerġa' ngħid jekk wieħed jiġi biex jistabbilixxi s-salarji ta' ċerti karigi għoljin, per eżempju fl-MCAST, dawn ma jiġux stabbiliti mill-bord tal- gvernaturi ta' l-MCAST.", "Dawn kellhom jibagħtu l-proposti lill- collective bargaining unit fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, u damu jqattgħu fihom lanqas naf kemm-il xahar.", "Fil-fatt jekk tikkumpara l-pretenzjonijiet li ġew fl-ewwel istanza u x'aċċetta l-collective bargaining unit, jinduna bid-differenza li hemm.", "Jiena naqbel ma' l-Onor.", "Brincat li kien hemm żmien meta ma kienx hemm dan it-tip ta' proċedura, u allura kien hemm żmien meta nħolqu - u se nuża l- kelma tiegħek - anomaliji inġustifikati, imma llum il-ħabel qed jinġibed minn ħafna lati.", "Illum, anke biex timpjega nbidlet il-proċedura.", "Illum il- gvern daħħal politika li l-ebda entita` tal-gvern ma tista' tingaġġa nies minn barra jekk ma tgħaddix minn proċess biex tassorbi l-ewwel in-nies li diġa` hemm fis-settur pubbliku.", "Mela hemm il-kontroll ġdid tal-collective bargaining unit, u l-kontroll ġdid l-ieħor li ġej minn proċess ta' redeployment ta' l-impjegati pubbliċi kollha.", "Dawn huma miżuri prattiċi li l-gvern qed jieħu biex jikkontrolla l-affarijiet waqt l-attwazzjoni tal- budget.", "Aktar kmieni l-Onor.", "Brincat kien qal li trid il-konsistenza, għax ma jistax ikun li għandek żewġ kunsilli lokali, din in-naħa tat-triq ta' kunsill u n-naħa l-oħra tat-triq ta' kunsill ieħor, u hawn jagħmlu l-bozoz bi prezz differenti li jagħmlu tan-naħa l-oħra.", "Nassigurah li jekk imur ifittex isib li dak huwa r-riżultat tal-proċess trasparenti tat-tenders li jsiru, fejn tali kunsill lokali ħareġ offerta, japplikaw diversi kumpaniji, u imbagħad jintgħażlu dawk il-prezzijiet.", "Seta' jintgħażel l-irħas.", "Forsi ta' l-irħas t'hemm kien ikun daqs ta' l-irħas hawn?", "Ma nafx.", "Meta nitkellmu fuq armonija, ejja nitkellmu fuq parametric, imma l- flessibbilita` fi ħdan dawn il-parametri trid tagħmilha.", "Nerġa' ngħid li l- esperjenza tiegħi hi li hemm ħafna proċessi ta' passaturi u ta' skrutinju li meta jiġu applikati, jiġu applikati b'mod li wieħed jipprova jsib il- fattur oġġettiv, ħalli ma jagħtix spjega tipo fuq liema wieħed huwa l- irħas.", "Issa jiena nistedinkom teżaminaw kull fejn intgħażel l-irħas, ibdew mill- punt fejn intgħażel l-irħas, imma tħarsux lejn hemm biss.", "Morru lura, araw meta spiċċa kollox u ngħalaq kollox, u araw fejn tiġu in terms ta' nefqa, ta' cost effectiveness, ta' kwalita` u ta' project management.", "Illum tant kien hawn konsistenza li min għandu jiddeċiedi kważi jibża' jiddeċiedi bl- intelliġenza, jibża' jiddeċiedi abbażi tal-curriculum vitae ta' kumpanija partikolari, tal-past performance tal-kuntratti ta' kif ġabet ruħha meta għamlet kuntratti mal-gvern, għax biex tispjegahom hemm element soġġettiv.", "L-eżerċizzju tas-soġġettivita` dejjem jiġi interpretat bħallikieku min iddeċieda, ddeċieda għax kellu interess.", "U allura x'jiġri?", "Jiġri li wieħed jagħżel l-irħas, għax hekk ħadd ma jgħidlek xejn, la l-Ombudsman u lanqas l-awditur nazzjonali.", "Imma by the time li l-poplu Malti jkun ħa dak li kellu bżonn jieħu, allura hemmhekk nibdew niltaqgħu ma' ħafna problemi, u fuq dak ħadd ma jwieġeb għax hu jgħidlek li ra l-file, u fil-file kollox preċiż.", "Billi kollox preċiż fil-file!", "Mela lin-nies nagħtuhom il-proġetti fil-files?", "In-nies nagħtuhom il-proġetti biex jużawhom.", "Dan qed ngħidu għax filwaqt li naqbel ma' l-Onor.", "Joe Brincat li hawn bżonn il-kontroll kordinat, pero` ngħid li rridu nagħtu wkoll l-empowerment biex tnaqqas kemm jista' jkun il- burokrazija biex tinċentiva lill-individwi.", "Ejja nieħdu l-każ ta' l-arkivji nazzjonali, li japplika għal każijiet oħrajn ukoll.", "Kultant tinċentiva n-nies li jaħdmu fl-arkivji nazzjonali mhux billi tagħtihom paga aħjar, imma billi tagħtihom iċ-ċans jaħdmu.", "Billi tagħti ċ-ċans li jekk wieħed se jieħu inizjattiva within l-parametri tal- funzjonijiet tiegħu, u minn din l-inizjattiva tista' tibbenefika l- istituzzjoni tiegħu, inkluż b'mod finanzjarju, tħallih jagħmilha.", "Per eżempju, fil-budget nagħmlu li d-direttur tad-dipartiment tal-libreriji jrid ikollu revenue ta' madwar Lm1,000.", "Issa jekk dan iħaddem skema li minflok Lm1,000 jaqla' Lm3,000, dan irid jgħaddihom fil-kaxxa ta' Malta.", "Ma jistax jgħid li dawn it-Lm3,000 qalagħhom bl-inċentiva tiegħu u tal- ħaddiema li għandu miegħu, u allura se jirrinvestihom biex il-librerija takkwista, għall-argument, photocopier moderna.", "Dawk irid jgħaddihom lill- fond konsolidat, imbagħad irid imur jagħmel haggling ħalli jara kif se jġib il-flus sabiex jixtri photocopier li jkollu bżonn.", "Jiena ngħid li l-ħin kollu rridu nirfinaw il-mekkaniżmi tagħna tal- kontroll, u nemmen li l-gvern miexi f'din id-direzzjoni f'ħafna oqsma biex iġib dan il-kontroll.", "Irridu nikkordinaw iktar, u naqbel ma' l-Onor.", "Brincat li dan il-kontroll kordinat irid isir waqt l-attwazzjoni tal- budget, għax imbagħad ikun too late.", "Imma fl-istess ħin, l-esperjenza tiegħi turini li hemm numru ta' oqsma ta' attivita` pubblika li l-poplu jinqeda aħjar jekk jinħoloq spazju ta' empowerment f'dawn l-oqsma.", "Naturalment, meta tagħti l-awtonomija, trid toqgħod attent li mhux tajtha u tlaqtha - ġieli jsiru dawn l-iżbalji – imma l-gvern irid jibqa' jmexxi billi jibqa' jkollu kontroll tas-sitwazzjoni fi kwadru ta' empowerment u ta' liberta` li jkollha l-organizzazzjoni partikolari.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Roderick Galdes.", "ONOR.", "RODERICK GALDES: Sur President, huwa tajjeb li l-Ministru llum qed iserrħilna rasna bl-argumenti tiegħu li mhux se jkun hemm problema fir- rigward ta' tmexxija finanzjarja.", "Pero` sfortunatament ikolli ngħid li anke mill-esperjenza ta' matul dawn l-aħħar snin, numru ta' entitajiet pubbliċi li twaqqfu marru lil hemm mill-funzjonijiet tagħhom.", "Niftakar, per eżempju, meta twaqqfu l-kunsilli lokali.", "Din kienet esperjenza ġdida u sabiħa għal ħafna minnhom, pero` fl-ewwel snin tagħhom, għax riedu jaħdmu b'risq il-komunita` tagħhom, bdew jirrikorru għal ħafna spejjeż bla bżonn li tefgħu fuqhom ċerti piżijiet.", "U kien proprju l-partit Laburista li beda jisħaq fuq il-konċett ta' value for money.", "Fil-fatt, imbagħad anke l-gvern Nazzjonalista stess kien ftiehem bħala partit li għandu jkun hemm kontroll sabiex innaqqsu l-ispiża li kienet għaddejja f'dan il-qasam.", "Kellek ukoll numru ta' entitajiet oħrajn, fosthom il-MEPA, li bdiet b'50 impjegat fil-bidu, u llum għandna 350.", "Sar mismanagement kbir f'ċerti oqsma, u llum il-budget ta' din l-awtorita` tela' għal Lm1.5 miljun.", "M'iniex qed ngħid li l-arkivji nazzjonali se jkun hekk, anzi għandi fiduċja kbira fit-tmexxija eżistenti ta' din l-entita`, u jidher li min qed imexxi bħalissa jaf x'irid.", "Pero`, l-biża' tiegħi huwa li f'ċerti każi meta nafu li għandek diparitment jew entita` ġdida li trid input minn esperti barranin, kultant imorru fl-estrem.", "Nerġa' nsostni dak il-punt, għax din ġarrabniha u qed inġarrbuha f'ċerti dipartimenti, u l-gvern huwa konxju ta' ċerti problemi li għaddejjin f'agenziji bħal dawn, speċjalment meta nafu li anke l-arkivji nazzjonali jista' jagħti l-każ li jkollu bżonn ta' input ta' expertise li sfortunatament f'pajjiżna m'għandniex biżżejjed.", "Għaldaqstant, meta ngħid li m'għandniex immorru fl-estrem l-ieħor, irrid infisser li m'għandniex nagħmlu kif għamilna fil-passat u nġibu konsulenti minn barra b'Lm25,000 paga, nitilfu l-kontroll ta' l-ispiża, u imbagħad nispiċċaw innaqqsu mill-bżonnijiet veri, jiġifieri milli ninvestu fil- faċilitajiet, biex nagħmlu tajjeb għal dik in-nefqa żejda li saret.", "Hu tajjeb li nsostniha din, għax din rajniha fir-rigward tal-Fondazzjoni ta' l- Iskejjel t'Għada.", "Konna ġejna hawnhekk, tkellimna favur din il-fondazzjoni u imbagħad wara xi sentejn, rajna x'sarrfet din.", "Allura importanti li nsostnu dan il-punt.", "Ejjew naħdmu ħalli din l-entita` nagħtuha dak li jixirqilha u dak li għandha bżonn, ħalli anke fl-ewwel estimi li tippreżenta lil dan il-Parlament, ikunu estimi li jirrispekkjaw il- bżonnijiet tagħha biex ma niġux wara għaxar snin u nindunaw li kellna problema fil-management ta' l-awtorita` jew fondazzjoni.", "Għandu jkun hemm ċertu kontroll li jassigura li jkollna tmexxija professjonali fis-settur finanzjarju marbut mat-tmexxija ta' din l-organizzazzjoni.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "JOSEPH BRINCAT: Sur President, waqt li konna qegħdin nitkellmu għadda l-Ministru Tonio Borg, u dan fakkarni li meta jiena u hu konna mmorru Strasbourg flimkien ma' ex-Clerk Assistant tal-Kamra, John Tonna, aħna konna noqogħdu fir-Relais de Strasbourg.", "Ovvjament, kien iħallas il- gvern għal din il-lukanda u għalkemm ma kenitx xi lukanda gran che, kienet komda, deċenti u taqdina għax-xogħol li konna nagħmlu.", "Kien hemm ħaddieħor pero`, li kien irid imur f'lukanda fejn għandhom is- swimming pool, u ovvjament anke f'dak il-każ iħallas il-gvern.", "Ċertament li l-gvern ma kienx iħallas għall-lukanda tagħna daqs kemm iħallas għal- lukandi oħra, u allura mhux kull irħis hu għali.", "Kont sorpriż ħafna fil- bidu meta konna mmorru fl-aqwa lukanda li kien hemm, is-Sofitel, fejn kienu jmorru l-konservattivi Ingliżi.", "Issa aħna konna nitkellmu fuq is- sitwazzjoni ta' Malta ma' l-Ingliżi - li kienu jmorru l-lukanda de France li kienet bħal Relais de Strasbourg - u mal-Ġermaniżi - li kien l-aktar pajjiż sinjur li kien hemm – u dawn qalulna: Intom titkellmu b'dan il- mod meta l-Membri tagħkom imorru s-Sofitel?", "Issa huma kienu qegħdin f'lukanda deċenti imma ċertament mhux lussusa.", "Kien jeħodielhom il-gvern, u jpoġġi l-membri tiegħu hemm.", "Jekk tmur tara l- United Nations, tinduna li l-aktar ambaxxati li jarmu l-flus u jarmaw bil- lussu huma dawk ta' l-iktar pajjiżi fqar li hawn fid-dinja.", "La qed tamministra flus il-poplu, trid tagħti rendikont lill-poplu daqs li kieku qed tonfoq minn tiegħek stess.", "Issemmiet photocopier għal-librerija pubblika.", "Dażgur li jkun hemm bżonn photocopier, imma imbagħad issib photocopier daqs dinja għal uffiċċju ta' ħamsa min-nies, u imbagħad f'uffiċċju li għandu bżonn photocopier għal mitt persuna, ma tkunx hemm, jew tkun dejjem out of order.", "Ix-xeħħa m'hijiex għaqal, imma l-għaqal huwa għaqal, u hawn hi d-differenza.", "Jiena veru li forsi nitkellem b'mod goff meta ngħid li kulħadd reppublika għalih u kulħadd president ta' dik ir-repubblika.", "Jiena qed ngħid li dawn huma flus il-poplu, dawn se jkollhom il-bord tagħhom jiddeċiedi għax awtonomu, imma awtonomi fil-qasam tagħhom.", "Fil-finanzi tagħhom mhux awtonomi dawn, u ċerta konsistenza għandu jkun hemm.", "Anke fil-familja hekk isir.", "Jekk għandek tlett itfal, ma tistax lit-tifla l-kbira tixtrilha kollox tad-ditta, għax hekk trid, u liż-żgħir tixtrilu mill-monti, għax ma jgħid xejn.", "Għandu jkun hemm ċertu konformita`, u dak li għandu jsir irid isir.", "Semma l-isptarijiet il-Ministru, u ngħid li iva, hemm bżonn li ċerti affarijiet fl-isptarijiet ikunu l-aħjar li jistgħu jkunu.", "Imma ma niħux gost nisma li ċerti affarijiet essenzjali ta' l-isptar ma jinxtrawx, u imbagħad l-istess sptar imur jikri s-servizz mingħand sptar privat, għax ġo l-isptar m'hemmx l-apparat għalih.", "Dawn l-affarijiet m'għandhomx isiru, u kollox għandu jsir bil-galbu u bil- għaqal skond is-sitwazzjoni tal-pajjiż, u mhux kulħadd jaħseb li ladarba ingħata l-budget, jista' jagħmel li jrid u ħadd jgħidlu xejn.", "Grazzi.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Mario Galea.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Sur President, naqbel ma' dak kollu li kien qed igħid l-Onor.", "Brincat, ħlief meta semma l-biċċa ta' l-isptar.", "Sa fejn jien informat, u naħseb li għandi kuntatti mhux ħażin fl-isptar, l-okkażjonijiet meta l-gvern jikri s-servizz mingħand il-privat huwa meta l-apparat tiegħu jkun bil-ħsara.", "Per eżempju, dan ġara meta l-MRI kienet bil-ħsara - riedu jiġu technicians minn barra biex isewwuha u issa ġiet upgraded - u allura l- MRIs li kienu urġenti għamluhom fil-privat.", "Imma din m'hijiex regola, hija eċċezzjoni li ssir meta l-apparat ikun bil-ħsara.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 23.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 23 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra rriżumiet u l-President tal-Kumitat talab il-permess sabiex il- Kumitat jerġa' jiltaqa'.", "MR SPEAKER: Sar il-ħin.", "Il-Viċi Prim Ministru, jekk jogħġbu, iressaq l- Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "TONIO BORG (Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern): Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tlieta, 19 ta' April 2005 fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar Arkivji Nazzjonali – Kumitat (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Sħubija ta' Malta fil-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp - Tieni Qari; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Kriminali - Kumitat Permanenti.", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Reġistru Ċentrali - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Roderick Galdes.", "ONOR.", "RODERICK GALDES: Mr Speaker, illum fid-diskors tiegħi se nikkonċentra dwar bżonnijiet li jirrigwardaw il-kostitwenza tiegħi.", "Qed nirreferi b'mod partikolari għal area fil-lokalita' ta' Ħal Qormi li fil- fehma tiegħi għandha bżonn li aħna bħala parlamentari nindirizzaw il- bżonnijiet tagħha, speċjalment meta nafu l-problemi li għaddiet minnhom f'dawn l-aħħar snin.", "Qed nirriferi għall-area tal-Wied ta' Ħal Qormi u t- toroq tal-madwar.", "Pjuttost ikolli ngħid li hemmhekk jgħixu numru ta' familji li matul iż-żmien għaddew minn problemi fir-rigward ta' l-għarar li seħħ f'dawk in-naħat u ġarrbu diversi ħsarat mhux biss fil-proprjeta' tagħhom, iżda anke fil-każ tat-trawma psikoloġika li għaddew minnha.", "Apparti minn hekk, din l-area fl-2003 ġarrbet ħsarat infrastrutturali konsiderevoli, tant li l-kunsill lokali ma setax jieħu l-miżuri meħtieġa għax ma kellux il-finanzi disponibbli.", "Dak iż-żmien jien kont sindku ta' din il-lokalita' u niftakar li konna ħadna l-inizjattiva li niltaqgħu ma' diversi ministri li kienu nkarigati kemm mix-xogħol infrastrutturali li kellu jsir b'emerġenza minħabba din il-kwestjoni u anke minħabba li l- ministru li dak iż-żmien kien inkarigat mill-arterji u mit-toroq li jgħaddu minn dawn l-akkwati, kien għamlilhom numru ta' proposti li kellhom jittieħdu sabiex isseħħ riġenerazzjoni infrastrutturali ta' dan il-post.", "Matul is-snin diversi ministri taw il-commitment tagħhom f'dan ir-rigward, imma minkejja dan baqa' ma sar xejn - illum il-ġurnata ħafna minnhom niltaqa' magħhom f'dan il-parlament – jew nistgħu ngħidu ftit li xejn ma twettaq minn dawk il-wegħdiet li saru meta kont għadni sindku ta' din il- lokalita'.", "In-numru ta' proposti li kien ressaq il-kunsill lokali dak iż-żmien kienu jinvolvu l-introduzzjoni ta' water culvert li kellu jilqa' l-ilma tax-xita' li ma jkunx nieżel bi kwantita' qawwija bħall-għarar, iżda li jkun għaddej kontinwament minn din l-akkwata li ċertament ikun ta' inkonvenjent kontinwu għal dawk li jkollhom bżonn jaqsmu minn din iż-żona.", "L-iskop ta' dan il- culvert hu li kemm jista' jkun inaqqas l-impatt ewlieni minn fuq ir- residenti nnifishom.", "B'din il-proposta kien se jiġi mtaffi ħafna minn dan l-inkonvenjent għaliex kien se jnaqqas ħafna minn dak l-ilma li kien jgħaddi fit-triq billi jidħol f'dan il-culvert u awtomatikament jintefa' lejn in-naħa tal-Marsa biex ikompli għaddej ma' l-ilma tax-xita'.", "Min-naħa tiegħu, il-ministru responsabbli mit-toroq dak iż-żmien l-Onor.", "Ċensu Galea kien ta l-commitment tiegħu li dawn ix-xogħlijiet isiru.", "Tant hu hekk li l- awtorita' kienet ħarġet l-approvazzjoni tagħha għal dawn ix-xogħlijiet bi stimi u nbeda l-proċess tal-ħruġ ta' numru ta' tenders.", "Niftakar ukoll li fil-każ tal-footbridge li kien twaqqa' bl-għarar, kienet saret talba formali min-naħa tal-kunsill lokali sabiex dan jerġa' jinbena mill-ġdid.", "Dak iż-żmien kienu saru diversi laqgħat mal-Ministru Ċensu Galea li kkommetta ruħu sabiex isiru dawn ix-xogħlijiet, iżda għal xi raġuni l- awtorita' dwar it-trasport li suppost hija nkarigata mill-aspett infrastrutturali li jikkonċerna t-triq ewlenija li hemm f'dawn in-naħat, waqfet fil-proċess tat-tendering u ma baqgħetx għaddejja bix-xogħlijiet.", "Jiddispjaċini li żona bħal din li sa minn żmien il-Kavallieri kienet żona residenzjali kwieta li ma tilqax dak l-ammont ta' traffiku li jeżisti llum, żviluppat f'wied li sar arterja prinċipali li minnu qed jgħaddu diversi vetturi.", "Kif taf l-awtorita', l-ammont ta' vetturi li jgħaddu kuljum minn din iż-żona jlaħħaq madwar 6,000 vettura fil-perijodu ta' 24 siegħa u ninsab żgur li din iċ-ċifra tikkompara ma' ħafna by-passes ewlenin f'pajjiżna.", "Dan jindika li hemm problema akuta ta' traffiku li tista' tħalli effetti negattivi fuq ir-residenti li jgħixu f'din l-akkwata, imma jkolli ngħid li kemm il-ministeru u kif ukoll l-awtorita' dwar it-trasport dejjem injoraw dan il-fatt.", "Illum il-ġurnata smajna li l-awtorita' beħsiebha tiċċaqlaq fuq il-kwestjoni tal-pedestrian crossings li hemm bżonn isiru f'din l-akkwata, iżda żgur li dan m'huwiex biżżejjed in kwantu tax- xogħlijiet li hemm bżonn li jsiru.", "Il-proposti li kienu tressqu fil-kunsill lokali f'dawk iż-żmenijiet u li saru diversi drabi minn ministri konċernati differenti - hawn irrid insemmi l-Ministru Ninu Zammit li kienet saritlu proposta biex il-mogħdijiet tal- widien li hemm f'Wied is-Sewda ssirilhom manutenzjoni minħabba l-ħsarat li kienu ġarrbu wara dan l-għarar - sal-lum għadhom ma twettqux.", "Dawn il- wegħdiet saru biss bil-fomm, pero' meta l-ministru jkun qed jitkellem ma' awtorita' jew ma' kunsill lokali, li huwa gvern lokali, jeħtieġ li għallinqas ikollu ċertu commitment li jorbot bi żmien partikolari meta għandu jsir ix-xogħol.", "Jien bilfors irrid insemma' l-karba tar-residenti meta naf li f'dawn is-snin ta' tmexxija ta' gvern Nazzjonalista din l-area baqgħet tingħata l-ġenb.", "Kif nafu jeħtieġ li din l-area tingħata l- importanza li jixirqilha kemm fir-rigward ta' infrastruttura u anke minħabba ħteġijiet soċjali li qegħdin iwasslu għal problemi kbar.", "Inkompli nisħaq fuq il-punt li anke f'dan il-proġett li kien ġie ppreżentat min-naħa tal-kunsill lokali jeħtieġ li jimxi 'il quddiem.", "Ma nistgħux nibqgħu fis-sitwazzjoni – fil-fatt fil-ġimgħat li għaddew għamilt diversi mistoqsijiet parlamentari - fejn din l-awtorita' għadha ma tatx risposta definittiva ta' x'se jsir f'dan il-wied partikolari li llum sar problema kbira għar-residenti nnifishom minħabba l-ammont ta' traffiku li jgħaddi minn dawn in-naħat.", "Għalhekk jeħtieġ li b'mod konkret ikun hemm policy ċara fejn tittieħed azzjoni u tingħata direzzjoni dwar dan il-wied.", "Fil-jiem li għaddew konna qed nitkellmu fuq l-arkivji nazzjonali u kelli l- okkażjoni li mmur sa Santu Spirtu fejn qallibt il-pjanti u l-mapep l-antiki li jmorru lura sa żmien il-Kavallieri u l-bidu ta' żmien l-Ingliżi u sibt li l-infrastruttura ta' din l-area partikolari ma kenitx ippjanata għal triq bħal din.", "Din pjuttost kienet meqjusa bħala river area għaliex minn hemm kien jgħaddi wied li llum huwa wieħed mill-akbar widien li għandu pajjiżna.", "Ċertament li l-bidliet li għaddiet minnhom din l-area f'dawn l- aħħar għaxar snin wassluha għal żieda fl-impatt qawwi li qegħdin iġarrbu r- residenti bħalissa.", "Jien inkompli nisħaq li ma jistax ikun li r-residenti tal-wied jibqgħu jgħixu f'din is-sitwazzjoni fejn lanqas għandhom miżuri tajbin sabiex ikunu jistgħu jaqsmu minn naħa għall-oħra ħalli jmorru fiċ- ċentru tal-lokal fejn il-Knisja ta' San Ġorġ.", "Ma nistgħux inħallu sitwazzjoni fejn l-ammont ta' traffiku f'dawn in-naħat qed ikompli jiżdied, meta nafu li x-xogħlijiet ta' Triq l-Imdina għaddejjin b'mod kajman u qegħdin iwasslu għal traffic diversions qawwija li qed ħallu impatt negattiv mhux biss in kwantu ta' air pollution iżda wkoll ta' ħsara u periklu għas-saħħa ta' dawn ir-residenti.", "Min-naħa tiegħi qiegħed nisħaq dwar il-bżonn li l-gvern jieħu azzjoni.", "Ma nistgħux niġu hawnhekk niftaħru dwar kemm l-affarijiet mexjin sew, anke fil- qasam ta' l-ambjent, meta nafu li ċerti żoni li huma ta' importanza għall- ambjent Malti li servew lill-pajjiż għal diversi snin mill-aspett ambjentali, illum il-ġurnata warrabnihom u tajnihom il-ġenb.", "Il-problema hi li min-naħa tal-gvern ma rajniex commitment serju f'dak li għandu x'jaqsam max-xogħlijiet.", "Għaldaqstant nisħaq li dawk il-proposti li saru f'dawk iż-żmenijiet u l-commitments li taw id-diversi ministri għandhom jibdew jitwettqu.", "L-obbligi li għandha l-awtorita' dwar it-trasport huma li tibda toħroġ it-tenders fuq xogħlijiet li huma diġa' ppjanati u stmati.", "Jeħtieġ li fix-xhur li ġejjin din l-area partikolari tingħata l-importanza meħtieġa min-naħa tad-dipartiment għax dan m'huwiex xogħol li jista' jagħmel il-kunsill lokali minħabba l-limitazzjoni finanzjarja li għandu.", "Ma nistgħux inħallu sitwazzjoni fejn għandek wied bħal dan li llum sar arterja prinċipali, bħalma hija t-triq li kienet il-Wied ta' Birkirkara, fejn minn naħa hemm wied li tajnih ir-riżorsi u l-miżuri kollha f'dak li għandu x'jaqsam mat-traffic calming measures, fosthom it-traffic lights u s- sistema ta' storm water alarm li għabbejnih biha għax huwa ċentru kummerċjali, imbagħad minn naħa oħra għandek wied li apparti li huwa traffikuż u għandu importanza ndustrijali – f'dawn in-naħat hemm ċerti warehouses u l-inġenji għaddejjin kontinwament - m'għamilnilux il-miżuri meħtieġa sempliċement għaliex qegħdin ngħidu li huwa wied u allura ma jreġix.", "Dan huwa argument li ġabet l-awtorita' dwar it-trasport f'dawn l- aħħar snin fejn wieħed mill-widien qed tgħidlu li huwa wied, imbagħad it- triq ta' Birkirkara li huwa wied proprja qed tgħidlu li huwa triq.", "Naħseb li dan jikkonfliġġi ħafna, speċjalment mal-policies li jeħtieġ tieħu din l- awtorita' dwar it-trasport.", "Mr Speaker, ma rridx indum għax warajja hawn il-kollega tiegħi li jrid jagħmel l-aġġornament tiegħu.", "Għaldaqstant nixtieq nerġa' nisħaq fuq il- punt li l-commitments li daħal għalihom il-gvern jew li ta lill-kunsill lokali bil-miktub, għandhom jitwettqu mill-aktar fis possibli b'risq is- saħħa u l-bżonnijiet ta' dawn ir-residenti partikolari.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Anġlu Farrugia.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Mr Speaker, nibda biex ngħid li l-bieraħ spiċċa l- kunsill ġenerali tal-partit Nazzjonalista u jien bħal kull Malti ieħor li nħobb lil dan il-pajjiż – ovvjament qiegħed fil-bankijiet ta' l- oppożizzjoni, pero' ċertament għandi interess biex nara x'inhu jsir ukoll fil-kamp l-ieħor – ħassejtha stramba li bħala pajjiż fejn se niffaċċjaw deċiżjoni dwar it-trattat kostituzzjonali ta' l-Unjoni Ewropea, li bilfors irid jiġi dibattut bl-aktar mod serju, bl-aktar mod oġġettiv u bi mħuħ li janalizzaw dokument ta' aktar minn 300 faċċata ta' provvedimenti ta' natura kostituzzjonali ...", "Aħna bħala partit Laburista fl-oppożizzjoni jidhrilna b'mod ġust illi din għandha tkun diskussjoni matura li tilħaq il-livell tagħha meta finalment jiġi deċiż kif għandu jittieħed il-vot fil-konfront ta' dan it-trattat kostituzzjonali, iżda l-partit Nazzjonalista fil-gvern ma jħossx li għandu jiftaħ id-diskussjoni fost il-kunsilliera parlamentari u fost il-membri ta' l-esekuttiv.", "Wara t-tlett ijiem xogħol tal-kunsill ġenerali tal-partit Nazzjonalista, ħadd minnhom ma lissen kelma waħda dwar dan it-trattat kostituzzjonali, filwaqt li pajjiżi oħra qegħdin fl-aqwa tal-kampanja tagħhom jiddiskutu dwar x'deċiżjoni se jieħdu fuq dan it-trattat.", "U jien nistaqsi għaliex din l-attitudni hekk laxka min-naħa tal-partit Nazzjonalista, fejn kollox qed jittieħed for granted mingħajr ma qed jagħtu ċans lin-nies tagħhom jiddiskutu kif se tkun il-kostituzzjoni Ewropea għall- 25 pajjiż membru.", "Jien ngħid li huwa nuqqas serju ta' demokrazija li partit ma jagħtix ċans lin-nies tiegħu jiddiskutu t-trattat kostituzzjonali ta' l-Unjoni Ewropa.", "Ma niddejjaqx ngħid li naf b'backbenchers minn dan il-parlament li għandhom riservi kbar fuq ċerti affarijiet.", "Min-naħa l-oħra, din l-attitudni hija a feather in our cap għalina tal-partit Laburista li qed niddibattu bl- iktar mod serju u bl-iktar mod miftuħ.", "Dan id-dibattitu matur se jkompli għaddej fil-ġimgħat u fix-xhur li ġejjin biex finalment bħala partit nieħdu deċiżjoni fl-interess nazzjonali u fis-salvagwardja tal-kostituzzjoni ta' pajjiżna.", "Dan żgur se jseħħ wara diskussjonijiet serji fi ħdan il-partit Laburista, Sur President.", "Għalija li jiġi l-prim ministru jgħid li hu lest li jitlef basta jagħmel il- ġid ma tagħmilx sens.", "Lill-Onor.", "Gonzi ngħidlu li m'għandux għalfejn jinkwieta għax ġid m'hu ġej xejn waqt li l-problemi qegħdin dejjem jikbru.", "Dalwaqt jasal l-1 ta' Mejju li jfakkar Jum il-Ħaddiem, meta kulħadd jaf x'inhi l-qagħda ekonomika tal-ħaddiema.", "Dawn in-nies xogħolhom huwa mhedded u ma jistgħux jitkellmu għaliex jibżgħu li jitkeċċew mix-xogħol.", "U dan wara li naqqsulhom il-ġranet tal-leave u qatgħulhom l-overtime.", "Allura ngħid jien: Għaliex il-gvern mhux qed iħalli l-affarijiet għal diskussjoni serja fost il-partitarji u n-nies tiegħu?", "Ovvjament ir-risposta hija waħda, Sur President.", "Fil-kunsill ġenerali tal-partit Nazzjonalista - dak il-partit popolari li tant nisimgħuh jgħid li jemmen li għandu jabbraċċa l-klassijiet kollha, il- klassijiet tan-nofs, tal-ħaddiema eċċ. – lanqas biss smajna li każi li issa tqajmu f'sede Ewropea – dawn il-każi ressaqthom jien stess personalment u ġibthom għad-diskussjoni ma' sħabi fil-Parlament Ewropew u mal-grupp Soċjalista Ewropew - fejn l-Ewropej tkażaw li dan il-pajjiż għad baqagħlu residue ta' kawżi li huma deċiżi mill-qrati tagħna li dan il-gvern għoġbu ma jimplimentax ...", "Mhux biżżejjed li jkun hawn min iġib l-iskuża li minħabba kwestjoni ta' provvediment kostituzzjonali - għax uħud minnhom ikunu jridu jgħaddu mill-PSC u l-PSC tista' ma taqbilx mad-deċiżjoni tat- tribunal għall-investigazzjoni ta' l-inġustizzji – m'għandniex nipproċedu.", "Ir-rimedju xorta qiegħed hemm għaliex jekk ma tistax tagħti rimedju ta' backdated promotion tista' tagħti kumpens fi flus, bħalma rnexxielu jagħmel il-partit Nazzjonalista fil-gvern dwar dawk il-każi li kienu tressqu quddiem il-kummissjoni għall-investigazzjoni ta' inġustizzji.", "Għax sarulu complaints minn dawk in-nies li dehrilhom li ma ħadux biżżejjed, fil-budget ta' tliet snin ilu imressaq mill-Onor.", "John Dalli, kienet ġiet ivvotata s- somma ta' Lm300,000 biex jitqassmu f'ċekkijiet ta' Lm5,000-il wieħed lil dak u lill-ieħor.", "Allura għal dawk hemm, imbagħad dawn il-ftit Laburisti - uħud minnhom forsi m'humiex Laburisti imma żgur m'humiex Nazzjonalisti attivi - qed jiġu njorati, Sur President.", "Meta jien u sħabi ta' l-oppożizzjoni għamilna l-press conference wara li ġejna mill-Parlament Ewropew, stedinna lill-Onor.", "Lawrence Gonzi u għamilnihielu ċara li dawn huma każi li hu m'għandux x'jaqsam magħhom għax dawn huma wirt mill-gvern ta' qablu.", "Il-prim ministru għandu jibda carta bianca mal-poplu Malti jekk verament jippreferi jitlef l-elezzjoni basta jagħmel il-ġid lill-poplu Malti.", "U din tkun a feather in his cap li huwa jonorahom u jgħid: Isma', tibqgħux tmorru l-Ewropa, m'għandkomx għalfejn ittellgħu iktar każi bħalma hemm fil-lista - fil-fatt diġa' tellajna l- ewwel 19-il kawża u għad fadal numru akbar minn dawk li tellajna - u hekk Dr Gonzi joħroġ ta' raġel mal-Maltin kollha u f'dan il-pajjiż naqtgħu l- inġustizzji kollha u nibdew with a clean slate.", "Hekk jixraqlu dan il- pajjiż, bħalma jixraqlu li ċerti anomaliji - l-Onor.", "Roderick Galdes tkellem fuq id-distrett ta' Ħal Qormi u semma diversi każi u nifraħlu għall- ħidma li qed jagħmel hemmhekk - ċerti bye-laws, ċerti avviżi legali li ma jagħmlux sens ...", "Jien immur fil-ġżira t'Għawdex b'mod regolari għaliex huwa wieħed mir- reġjuni f'Malta li nħobb inżur, kemm minħabba x-xogħol tiegħi mil-lat professjonali u anke minħabba li nammira l-poplu Għawdxi għall-mod kif imexxi, poplu ħawtiel u għandu l-inġenwita' li joħloq fih innifsu.", "Ngħid għalija mhux sew li waqt li tkun tiela' t-telgħa tax-Xemxija, tiela' mhux nieżel, jagħmlulek speed camera biex jaraw jekk taqbiżx il-45km/hr.", "Għaliex biex titla' t-telgħa tax-Xemxija ma tistax issuq b'iktar minn 45km/hr?", "Dan l-ispeed limit jagħmel sens jekk tkun nieżel 'l isfel, minħabba l- probabbilta' li toħloq inkonvenjent għat-traffiku, imma mhux meta tkun tiela'!", "U din mhix multa ta' Lm5 jew Lm10 imma ta' Lm30.", "Dawn l- affarijiet ma jagħmlux ġid lil pajjiżna.", "U min qed jagħmilhom dawn?", "Qed ngħid għall-kunsill lokali ta' San Pawl, qed ngħid għall-awtorita' dwar it- trasport u qed ngħid għall-gwardjani lokali.", "Meta xi ħaġa tkun inġusta hija inġusta dejjem.", "Aħna l-avukati ngħidu: Liġi inġusta iksirha!", "Dan mhux sew għax qed isofru ħafna ħaddiema li fil-parti l-kbira tagħhom ikunu fuq xogħol.", "Kieku tkun xi Sunday driver din tagħmel sens, imma dan l- ispeed limit m'hu abbinat ma' l-ebda ġurnata partikolari u se teħilha dejjem.", "Għalhekk jien niġbed l-attenzjoni ta' dan il-parlament biex l- awtoritajiet konċernati jaraw li jieħdu l-passi meħtieġa.", "Mr Speaker, l-istess ikolli nirrimarka dwar il-European Court of Justice.", "Jien bħal sħabi kollha irċevejt korrespondenza wara li għamilt kuntatt ma' l-avukat Taljan Alfonso Luigi Marra u dan id-dokument bgħattu lill-membri parlamentari kollha.", "Huwa tajjeb li wieħed jirrifletti dawn il-ħsebijiet mingħajr ma ssir l-ebda kritika lill-istituzzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea għaliex jien wieħed minn dawk li nemmen li ladarba pajjiżna qiegħed fl- Unjoni jrid jaħdem.", "Din m'għadhiex kwestjoni fejn irridu niddeċiedu jekk nidħlux jew le.", "Issa wara li l-poplu tkellem, aħna sirna membri attivi ta' l-Unjoni Ewropea, fejn niġu mistiedna nagħtu l-preżentazzjoni tagħna fil- parlament nazzjonali u jkollna l-opportunita nieħdu sehem anke barra minn Malta, per eżempju fil-committee of civil liberties fi ħdan il-Parlament Ewropew.", "Per eżempju, dan l-aħħar kont mistieden għal seminar internazzjonali dwar iż-żamma ta' l-ordni pubbliku li kien indirizzat minn Franco Frattini, fejn anke tajt il-veduti tiegħi dwar il-kwestjoni tar- regional court of justice u dwar nies li jkunu ssuspettati li jkunu nvoluti fit-terroriżmu.", "Hawnhekk bilfors ikolli nagħmel riferenza għall-paragrafu fejn fil-qorti tal-Prim'Istanza tal-European Court, minn kull mitt kawża li jiġu ppreżentati biex il-qorti tiddeċiedi għandhiex tidħol biex tisma' l-kawża jew le – jiġifieri kawżi li jkunu kontra l-Istat, ngħidu aħna Anġlu Farrugia kontra Malta - tmienja biss qegħdin jiġu aċċettat, sistema which is raising a few eyebrows legali, anke min-naħa ta' Alfonso Luigi Marra u oħrajn.", "Jekk kemm-il darba rridu li l-Unjoni Ewropea b'dan il-poter li għandha li tagħmel ġustizzja ...", "Naturalment irridu ngħidu li l-ġustizzja li wieħed jistenna li jkollu minn din l-istituzzjoni, trid tingħata ġustifikazzjoni tagħha.", "Għax jista' jkollok każi bħal dawk li aħna ngħidulhom short tales, favoli qosra li ma jkunux spjegabbli, fejn pajjiż ikun iktar b'saħħtu minn ieħor dwar jekk partikolari issue għandhiex tkun waħda minn dawk it-tmienja li jiġu aċċettati jew le.", "Irridu nammettu li hemm il-preżenza ta' mħallfin minn kull pajjiż u dan l-element ta' negative approach ma tistax tinjorah.", "Iva, Sur President, jien nemmen li dan il-pajjiż għandu jaħdem bi sħiħ fl- Unjoni Ewropea, imma m'għandniex noqogħdu lura milli nagħmlu l-kritika tagħna biex nippruvaw intejbu dawk l-istituzzjonijiet li nipparteċipaw fihom.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada t-Tlieta, 19 ta' April 2005 fis-6.00p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "SKEJJEL – GĦALLIEMA GRADWATI", "11521.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx għalliema gradwati fil-qasam tal-primarja li qed ifittxu xogħol?", "Jista' jgħid kemm hemm għalliema gradwati fil-qasam sekondarju u f'liema suġġett qed ifittxu xogħol?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li sa l-aħħar ta' Jannar 2005 kien hemm sitt għalliema gradwati jfittxu xogħol u li qed jirreġistraw ma' l-ETC.", "Il- preferenza ta' xogħol li qed ifittxu hija:", "|KWALIFIKA |PRIFERENZA TA' | | |XOGĦOL | |B.ED.HONS |teacher in sec educ | |B.ED.HONS. |teacher in sec educ | |P.G.C.E. |care worker | | |institution based | |P.G.C.E. |Manager human | | |resources | |P.G.C.E. |sales representative| |P.G.C.E. |teacher in sec educ |", "ĊENTRI SPORTIVI", "11522.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid liema huma ċ-ċentri sportivi li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tal-gvern jew tal-kunsill għall-isport jew xi korp ieħor maħtur mill-gvern?", "Kemm hemm impjegati full-time u part-time ma' kull ċentru sportiv?", "Kemm kienet l-ispiża f'pagi u salarji matul dawn l-aħħar erba' snin, inkluż overtime?", "Jista' jgħid kemm kienet l-ispiża totali sabiex inbnew iċ-ċentri?", "Jista' jgħid ukoll kemm kienu l-ispejjeż marbuta ma' maintenance?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li ċ-ċentri sportivi li jaqgħu taħt ir- responsabbilta' tal-kunsill għall-isport huma dawk tal-Marsa u tal- Kottonera, kif ukoll il-pixxina nazzjonali f'Tal-Qroqq.", "Fil-kumpless sportiv tal-Marsa hemm 24 impjegat full-time, wieħed minnhom impjegat direttament mill-IPSL.", "Fil-kumpless sportiv tal-Kottonera hemm għaxar ħaddiema full-time, tnejn minnhom impjegati direttament mill-IPSL.", "Fil-pixxina nazzjonali f'Tal-Qroqq hemm 26 persuna full-time u wieħed part- time, wieħed minnhom impjegat direttament mill-IPSL.", "Il-kunsill għall-isport irċieva l-ewwel tranche ta' flus mingħand il-gvern fid-9 ta' Lulju 2003 u għaldaqstant kien minn din id-data li l-kunsill għall-isport beda jħallas il-pagi.", "Bejn Lulju u Diċembru 2003 intnefqu Lm108,661 f'pagi, maqsumin hekk:", "|Kumpless sportiv |Lm 6,958 | |Cottonera | | |Kumpless sportiv Marsa| | | |74,228 | |Pixxina nazzjonali | | | |27,475 |", "Fis-sena 2004 ntnefqu Lm299,276 f'pagi, maqsumin hekk:", "|Kumpless sportiv |Lm 32,376| |Cottonera | | |Kumpless sportiv Marsa| | | |137,947 | |Pixxina nazzjonali | | | |128,953 |", "Bejn Jannar u Marzu 2005 intnefqu Lm70,693 f'pagi, maqsumin hekk:", "|Kumpless sportiv |Lm 10,749 | |Cottonera | | |Kumpless sportiv Marsa| | | |28,918 | |Pixxina nazzjonali | | | |31,026 |", "Informat ukol li fil-perjodu bejn l-1 ta' Marzu u t-30 ta' Settembru, 2003 il-kunsill għall-isport kellu spiża globali ta' Lm16,798 fuq maintenance, filwaqt li fit-12-il xahar ta' wara l-ispiża kienet ta' Lm90,985.", "Fir-rigward ta' maintenance u upkeep mill-1 ta' Marzu sat-30 ta' Settembru, 2003 kien hemm din l-ispiża:", "|Kumpless sportiv |Lm12,265 | |Cottonera | | |Kumpless sportiv Marsa | | | |4,319 | |Pixxina nazzjonali | | | |214 |", "Mill-1 ta' Ottubru sat-30 ta' Ottubru, 2004 kien hemm din l-ispiża:", "|Kumpless sportiv |Lm16,008 | |Cottonera | | |Kumpless sportiv Marsa | | | |29,877 | |Pixxina nazzjonali | | | |45,100 |", "ĊENTRI SPORTIVI", "11579.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid liema huma ċ-ċentri sportivi li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tal-gvern jew ta' xi korp ieħor maħtur mill-gvern, bħall-kunsill għall-isport?", "Jista' jgħid ukoll kemm hemm impjegati full-time u part-time ma' kull wieħed separatament?", "X'kienet l-ispiża f'pagi u salarji, inkluż overtime, matul dawn l-aħħar tliet snin?", "Kemm kienet l-ispiża totali sabiex dawn iċ-ċentri ġew imwaqqfa?", "Kemm kienu l-ispejjeż ta' maintenance?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nirriferi lill-Onor.", "Membru għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 11522.", "MARSAXLOKK - RMIĠĠI", "11580.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm sajjieda full-time li m'għandhomx irmiġġ max-xatt f'Marsaxlokk?", "Jista' jgħid x'inhu jsir sabiex kull sajjied ikollu irmiġġ xieraq, speċjalment meta dan hu l-għajxien tiegħu?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel il- mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "MSIDA - APPARTAMENTI TAL-GVERN", "11610.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid x'qed iżomm lill-awtorita' tad-djar milli tagħti ċ-ċwievet ta' l-appartamenti l-ġodda fil-qasam tad-djar ta' l- Imsida?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Ninsab informata li s'issa ngħataw iċ-ċwievet tat-tmien appartamenti ta' block III A li jagħtu għal fuq Triq il- Kunċizzjoni.", "Ninsab informata wkoll li ċ-ċwievet ta' l-appartamenti li jagħtu għal fuq Triq il-Wied jingħataw kif jiġu stallati s-servizzi tad-drenaġġ, dawl u ilma wara li titlesta s-service road quddiem il-blocks.", "It-tender biex issir is-service road mistennija tingħata fil-futur immedjat.", "SAN ĠWANN: TA' ŻWEJT - PROVVISTA TA' L-ILMA", "11611.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Tista' il-korporazzjoni għas- servizzi ta' l-ilma tinvestiga qtugħ fil-provvista ta' l-ilma li spiss isofru minnu r-residenti ta' Binja Msieraħ, Entrance F, Triq Salvu Gatt, Ta' Żwejt, San Ġwann, l-aktar dawk li joqogħdu fil-għoli?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ir-residenti li l-Onor.", "Interpellant qed jirriferi għalihom ikollhom problema ta' nuqqas fil-provvista ta' l-ilma biss meta jkun hemm xi problemi fir-reverse osmosis ta' Pembroke għax meta dan l- impjant ikun jopera normali ma jkun hemm l-ebda problema ta' dan it-tip.", "Sabiex din il-problema tispiċċa għal kollox jenħtieġ li jinbena ġibjun kbir fl-inħawi tax-Xwieki, li allura jkun iservi ta' riserva għall-inħawi ta' Tas-Sliema, San Ġiljan, San Gwann, eċċ. Iżda l-ispiża biex jinbena dan il- ġibjun hija ferm kbira.", "Sadanittant il-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma qiegħda tagħmel xi tibdil fis-sistema tad-distribuzzjoni ta' l-ilma ta' l-akkwata biex tnaqqas l-inkonvenjenza lill-konsumaturi meta jkun hemm problemi fl-impjant ta' Pembroke, sistema li mistennija titlesta sa l-aħħar ta' din is-sena.", "BORMLA - GĦAJNUNA GĦALL-MARD", "11674.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid għaliex persuna anzjana li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, qed tiġi mċaħħda milli tieħu l-għajnuna tal-mard?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Il-persuna indikata mill-Onor.", "Interpellant ġiet informata bil-miktub dwar il-każ tagħha mid-dipartiment tas-sigurta' soċjali.", "FGURA - AKKOMODAZZJONI SOĊJALI", "11675.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Meta se jagħmlu żjara fil-fondi li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, il-housing inspectors tad-dipartiment għall- akkomodazzjoni soċjali?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Ninsab informata li l-ispezzjoni li għamel riferenza għaliha l-Onor.", "Interpellant saret fit-12 ta' April 2005.", "DELIMARA POWER STATION", "11679.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm kien stmat li kien jiġi jiswa impjant ta' fuel gas desulphurisation, dak iż-żmien li nbniet il-power station ta' Delimara?", "Kemm hu stmat li jiġi jiswa kieku kellu jiġi stallat illum?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jien informat li l-prezz tal-fuel gas desulphurisation equipment għall-power station ta' Delimara fiż-żmien meta din kienet qed tinbena 15-il sena ilu, ma nħadimx peress li ma kienx sar studju.", "Fl-1993 kien ġie stmat li apparat bħal dan għaż-żewġ boilers li kien hemm u għal tlieta oħra li kienu qed jiġu kkonsidrati dak iż-żmien, kien se jiġi jiswa bejn US$50 miljun u US$100 miljun.", "Skond rapport tal- world bank, apparat għaż-żewġ boilers li hemm Delimara jiswa minn Lm14-il miljun sa Lm18-il miljun.", "Ta' min jgħid li bid-daqs ta' boilers li hemm Delimara m'hemmx bżonn ta' fuel gas desulphurisation equipment biex jintlaħaq il-livell ta' emissjoni, skond id-direttivi ta' l-Unjoni Ewropea, billi l-użu ta' fuel b'1% sulphur hu suffiċjenti.", "L-użu ta' fuel b'iżjed sulphur hu illegali.", "INTRAPRIŻI INDUSTRIJALI - EMAS/ISO1401", "11680.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn fabbriki jew intrapriżi industrijali li għandhom ċertifikazzjoni internazzjonali bħall- EMAS jew l-ISO1401?", "Jista' jgħid liema huma?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi din il- mistoqsija lill-ministru konċernat.", "DAR IL-MEDITERRAN", "11682.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jgħidli jekk kienx hemm xi ħadd mill-bord ta' Dar il-Mediterran preżenti waqt attivita' li saret is-Sibt 2 ta' April u li baqgħet sejra sas-2.30 a.m. ta' l-għada, b'mużika għolja li kienet ta' inkonvenjent għar-residenti tal-madwar?", "Jista' jara li dak li r-residenti ġew imwiegħda jitpoġġa fis-seħħ – ara r- risposta ta' mistoqsija parlamentari 9763 – peress li skond l-istess residenti assolutament ma sar xejn?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat illi ma kien hemm l-ebda membru tal-bord jattendi l-attivita' tas-Sibt 2 ta' April 2005.", "Naturalment jekk l-Onor Interpellant għandu informazzjoni mod ieħor nitolbu jgħaddihieli.", "Ma naqbilx ma' l-Onor.", "Interpellant li ma sar xejn minn dak li kien indikat fit-tweġiba li jien tajt għall-mistoqsija parlamentari 9763.", "DAR IL-MEDITERRAN", "11683.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 9763, jista' il-Ministru jgħid meta se jiġu stallati l-air conditioners tat-tip silent?", "Fejn se jitwaħħlu?", "Kif se jonqos l-inkonvenjent għar-residenti?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat illi l-air conditioners ġew ordnati wara li ġie konkluż il-proċess kollu tas-sejħa għal offerti u dan l- apparat mistenni li jkun f'postu fis-sala La Vallette sal-31 ta' Mejju 2005.", "L-inkonvenjent għar-residenti huwa mistenni li jonqos peress li t-tip ta' makkinarju li nxtara huwa l-aktar tip silent li jeżisti fis-suq sal-lum u għaliex iċ-chillers ser jiġu rilokati minn fejn jinsabu preżentement għal fuq il-bejt ta' Dar il-Mediterran.", "XEMXIJA SPEED CAMERAS", "11701.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Jista' il-Ministru jgħid l-ispeed cameras iridx ikollhom l- approvazzjoni tat-transport authority qabel jiġu introdotti?", "Dik tax- Xemxija meta ġiet awtorizzata?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Il-kunsilli lokali għandhom il-poter li jinfurzaw ir-regolamenti tat-traffiku fuq toroq arterjali u distributorji.", "Il-liġi tippermetti l-użu ta' makkinarju biex tikkalkola l-veloċita'.", "TA' XBIEX HOUSING ESTATE", "11702.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Wara li ċedew l-istrutturi perikolużi f'uħud mill-gallariji ta' block D4, Ta' Xbiex housing estate, tista' il-Ministru tgħid jekk il- gallariji ta' l-appartamenti fil-qrib, li ġew mibnija fl-istess żmien, ġewx ivverifikati mill-awtoritajiet konċernati, ħalli wieħed jistabilixxi s- sigurta' u n-nuqqas ta' periklu tagħhom, aktar u aktar jekk jirriżulta li l- inċidenti li ġraw fi block D4 kienu ġejjin minn bad workmanship, fejn l- istrutturi setgħu kienu ilhom difettużi miż-żmien tal-kostruzzjoni tagħhom?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Ninsab informata li t-tliet gallarijiet li ġarrbu ħsarat fl-inċident fil-post li qed jirriferi għalih l-Onor.", "Interpellant bdew jinbidlu l-ġimgħa l-oħra.", "Informata wkoll li perit mid-dipartiment tal-bini u tiswija ta' djar għandu jispezzjona l-gallarijiet l-oħra ta' l-istess block biex jiġi stabilit jekk dawn għandhomx periklu.", "HEAVY FUEL OIL AND GAS OIL", "11703.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħidilna kemm kienet l-ispiża għax-xiri ta' heavy fuel oil u gas oil għall-użu fil- power stations tal-Marsa u Delimara fil-perijodi 2002/2003 u 2003/2004?", "X'differenza għamlet f'termini ta' spiża l-introduzzjoni ta' low sulphur fuel għall-użu fil-power stations?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "POWER STATIONS - FLY ASH", "11704.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jagħti breakdown ta' l-ammont annwali ta' fly ash iġġenerat mill-power stations tal-Marsa u Delimara bejn l-1990 u l-2004?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "MARSA POWER STATION – ELECTROSTATIC PRECIPITATOR", "11705.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid x'teknoloġija qed tintuża mill-power stations tal-Marsa u Delimara sabiex titnaqqas l-emissjoni ta' particulates?", "X'inhi l-effiċjenza ta' din it- teknoloġija?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jien informat li l-apparat li jintuża biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' particulates huwa l-electrostatic precipitator li jeżisti biss ma' boilers 6, 7 u 8 fil-Marsa.", "L-effiċjenza ta' dan l-apparat hija ta' bejn wieħed u ieħor 85%.", "POWER STATIONS - CARBON MONOXIDE EMISSIONS", "11706.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jagħti breakdown ta' carbon monoxide emissions mill-power stations tal-Marsa u Delimara bejn l-1990 u l-2004?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jien informat li l-carbon monoxide li joħroġ miċ- ċmieni tal-power stations hu ta' livell baxx - tipikament ta' inqas minn 3mg/Nm.3 - u għalhekk ma jinħassx il-bżonn li l-livelli jitkejlu regolarment u lanqas li jinżammu records.", "WORK PERMIT", "11707.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid fiex waslet applikazzjoni u fiex wasal l-ipproċessar ta' work permit ta' persuna li tgħix Malta u li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li l-persuna indikata mill-Onor.", "Interpellant għandha liċenzja valida sat-30 ta' Ġunju, 2005.", "Ninsab informat ukoll li d-dipartiment taċ-ċittadinanza u expatriates s'issa ma rċeva ebda talba biex din il-liċenzja tiġi mġedda.", "LIĊENZJA TAL-KAĊĊA", "11708.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid għaliex sal-lum għada ma ħarġetx liċenzja tal-kaċċa lil wieħed li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, meta dan għadda mill-eżami u għandu kollox in order?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi applikazzjoni għal-liċenzja tal- kaċċa mill-persuna li rrifera għaliha l-Onor.", "Interpellant kienet ġiet irrifjutata u fil-preżent m'hemm l-ebda talba pendenti mal-pulizija għal- liċenzja tal-kaċċa minn din l-istess persuna.", "BRAIN DRAIN", "11709.", "L-ONOR.", "JOSEPH CASSAR staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid kemm-il tabib siefer biex jistudja barra mill-2000 sa l-2005?", "Fiex marru jispeċjalizzaw dawn it- tobba?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "BRAIN DRAIN", "11710.", "L-ONOR.", "JOSEPH CASSAR staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid kemm-il tabib mill-grad ta' registrar 'il fuq, ħalla l-impjieg tiegħu mal-gvern biex isiefer mis- sena 2000 sa l-2005?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninsab informat li d-dipartiment tas-saħħa, anzjani u kura fil-komunita' ma jingħatax raġunijiet meta mpjegati, inkluż registrars, iħallu l-impjieg tagħhom.", "SAĦĦA - IMPJEGATI B'KUNTRATT", "11711.", "L-ONOR.", "JOSEPH CASSAR staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid x'sar dwar impjegati li kienu fuq kuntratt mad-dipartiment tas-saħħa li skada din is-sena?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninsab informat li r-rakkmandazzjonijiet tad- diviżjoni tas-saħħa biex jiġġeddu l-kuntratti li skadew din is-sena - fil- każ ta' adviser wieħed Malti u medical physicist wieħed, medical officer wieħed u sitt enrolled nurses, kollha barranin – qed jiġu pproċessati mill- uffiċċju tal-prim ministru u mill-kummissjoni dwar is-servizz pubbliku.", "Il-kuntratti ta' l-ispeċjalisti barranin li skadew din is-sena u li ġew imġedda għal sena oħra jirrigwardaw 14-il senior registrar u konsulent wieħed.", "Wara li skada l-kuntratt ta' speċjalista barranija fil-grad ta' konsulent, din applikat għall-post ta' konsulent fuq bażi permanenti wara li ħarġet sejħa għal applikazzjonijiet mill-kummissjoni dwar is-servizz pubbliku.", "Il- proċess ta' l-għażla għadu għaddej.", "Kien hemm kuntratt ta' persuna fil-grad ta' principal medical officer li skada din is-sena u ma ġiex imġedded.", "FABBRIKI LI TTERMINAW L-OPERAT", "11712.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm- il fabbrika waqqfet l-operat tagħha f'Malta minn Jannar 1999 sal-lum?", "Liema huma u kemm kienu jimpjegaw nies?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "PIXXINA TAL-QROQQ", "11713.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid min hu l-manager il-ġdid tal- kumpless tal-pixxina f'Tal-Qroqq?", "Minfejn hu?", "Jista' jgħid xi proċedura ġiet segwita fl-għażla u l-ħatra ta' dan l-individwu?", "X'esperjenza għandu fil-management u tmexxija ta' pixxina?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li George A. Whelpdale huwa l-manager tal- pixxina nazzjonali f'Tal-Qroqq, maħtur facility manager f'Novembru 2004.", "Mr Whelpdale ġie magħżul minn bord ta' għażla minn fost lista ta' applikanti mibgħuta mill-ETC, skond job descripition maħruġ mill-istess KMS.", "Informat li l-bord ta' l-għażla kien sodisfatt bil-kwalifiki u l-esperjenza ta' Mr Whelpdale fir-rigward ta' management.", "Ma kien hemm l-ebda applikant li kellu kwalifiki direttament fuq it-tmexxija ta' pixxina.", "TA' QALI CRAFTS VILLAGE", "11714.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 11299 u jgħid kemm huma l-kirjiet tal-proprjeta' li hemm f'Ta' Qali crafts village?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-viċi prim ministru u ministru tal-ġustizzja u intern.", "TA' QALI CRAFTS VILLAGE", "11715.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 11300 u jgħid kemm hemm negozji reġistrati f'Ta' Qali crafts village?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "TA' QALI CRAFTS VILLAGE", "11716.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 11298 u jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-pjani għal Ta' Qali crafts village?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "SERVIZZ PUBBLIKU – NGAĠĠ TA' IMPJEGATI", "11717.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati persuni mas- servizz pubbliku matul is-snin 2003 u 2004?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab informat illi matul is-sena 2003 ġew impjegati 609 persuna fi gradi permanenti fis-servizz pubbliku filwaqt li spiċċaw 909.", "Fis-sena 2004 ġew impjegati 642 persuna filwaqt li spiċċaw 1,065.", "BIRKIRKARA: TRIQ IL-QATTUS - ASFALTAR", "11726.", "L-ONOR.", "MICHAEL ASCIAK staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jara li jsir xogħol ta' kisi fi Triq il-Qattus, Birkirkara u t-toroq tal-madwar?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Parti minn Triq il-Qattus għadha mhijiex asfaltata u b'hekk taqa' taħt ir-responsabbilta' tal-gvern ċentrali.", "Din il-parti ta' triq il-Qattus u toroq oħra li rrifera għalihom l-Onor.", "Interpellant huma nklużi fil-programm ta' toroq li jridu jsiru.", "Id-direttorat qed iħejji programm għall-bini ta' toroq ġodda u dawn se jsiru skond il-prioritajiet li jirriżultaw.", "BUS ROUTE 59", "11727.", "L-ONOR.", "MICHAEL ASCIAK staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jieħu nota, b'risposta għall-mistoqsija parlamentari 11030, li rotta 59 mhix qed tgħaddi b'mod regolari minn Triq il-Pijunieri għal Birkirkara u l-Belt?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Waqt li kopja ta' l-iskeda li tappartjeni għal rotta 59 qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra, ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-awtorita' se tibgħat enforcement officers biex jaraw li rotta 59 issir regolarment kif skedat.", "CHOGM", "11728.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin: Huwa minnu li l-gvern diġa' irriżultalu li l-flus ivvotati fil-budget 2005 mhux se jkunu adegwati biex ilaħħqu ma' l-ispiża taż-żamma tal-Commonwealth Heads of Government aktar tard din is-sena?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Mhux possibbli li f'dan l-istadju nagħti tweġiba preċiża għal din il-mistoqsija peress li għad baqa' xi spejjeż li jridu jiġu stabiliti.", "GĦAWDEX: SPTAR ĠENERALI - ENT", "11729.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għal Għawdex: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 11529, tista' il-Ministru tgħid x'kienu ċ-ċirkostanzi li taw lok għal dawn ir-riżenji u meta ngħataw?", "Tista' tgħid ukoll x'passi qed jittieħdu u jekk ħarġux calls for application?", "Ma taħsibx li sakemm tiġi rimedjata s-sitwazzjoni għandu jmur ENT specialist minn Malta biex jara l-pazjenti Għawdex u mhux l- Għawdxin jiġu Malta?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Dwar is-suġġerimenti ta' l-Onor.", "Interpellant biex imorru speċjalisti ta' l-ENT minn Malta jaraw il-pazjenti f'Għawdex, dan kien diga' qed isir.", "Infatti s-servizz f'Għawdex minn dejjem kien offrut bi speċjalisti minn Malta.", "Dan is-servizz waqaf għaliex bir-riżenji li kien hemm f'Malta, id-dipartiment tas-saħħa ħass li ma setax jibqa' joffri dan is-servizz f'Għawdex.", "Il-proċess ta' reklutaġġ ta' dawn l-ispeċjalisti qiegħed isir mill- ministeru tas-saħħa.", "SANNAT - SKOLA TAL-MUŻIKA", "11730.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għal Għawdex: Tista' il-Ministru tgħid kemm hemm teaching staff fl-iskola tal-mużika ta' Sannat?", "Tista' tgħid ukoll kemm jgħallem sigħat fil-ġimgħa u kemm għandu studenti kull għalliem f'din l-iskola?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Nitlob lill-Onor Interpellant tirriferi din il- mistoqsija lill-ministru konċernat.", "SANNAT - SKOLA TAL-MUŻIKA", "11731.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għal Għawdex: Peress li l-iskola tal-mużika f'Ta' Sannat għandha bżonn manutenzjoni, tista' il- Ministru tgħid meta se jsiru dawn ix-xogħlijiet?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Jien informata li l-offerta għax-xogħlijiet meħtieġa tinsab fil-fażi ta' adjudication u x-xogħlijiet huma ppjanati li jibdew hekk kif dan il-proċess ikun konkluż.", "SKOLA TAL-QALA - ŻVILUPP", "11732.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għal Għawdex: B'riferenza għall-iżvilupp li se jsir fl-iskola tal-Qala, tista' il- Ministru tgħid jekk hux se jintmess bini b'valur arkitettoniku?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: L-iżvilupp maħsub għall-iskola tal-Qala se jsir biss wara li jkun hemm il-permessi kollha meħtieġa tal-MEPA.", "QORTI T'GĦAWDEX - COMPUTERS", "11733.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għal Għawdex: Peress li fil-qorti ta' Għawdex hemm bżonn computers ġodda, tista' il-Ministru tgħid meta se jiġi fornut dan l-apparat?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Jien informata li m'hemm l-ebda nuqqas ta' computers fil-qorti ta' Għawdex.", "GOZO CHANNEL", "11734.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jara jekk hux possibbli li meta l-vapur ikun se jopera minn Sa Maison, jitwaħħal avviż fl-ajruport ta' Malta biex min ikun ġej minn barra ma joqgħodx imur iċ-Ċirkewwa, bħalma ġara fl-10 ta' April 2005?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Is-suġġeriment huwa utli u uffiċjali tal-Gozo Channel se javviċinaw lill-MIA biex jaraw kif dan jista' isir.", "PRODUZZJONI TAL-MAJJAL", "11739.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jikkonferma li meta s-segretarju parlamentari fi ħdan il-ministeru tiegħu dan l-aħħar iltaqa' mal-ministru ta' l-ikel, biedja u sajd tad-Danimarka, ta' l-ewwel stqarr miegħu li Malta bħalissa qed tiffaċċja problemi fil-produzzjoni tal-majjal u l-poultry minħabba l- importazzjoni ta' dawn il-prodotti, kif ukoll minħabba l-proċess ta' ristrutturar u l-waste management ta' l-industrija tal-majjal?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Is-segretarju parlamentari fi ħdan il-ministeru jiċħad li ddiskuta l-produzzjoni tal-majjal u l-poultry waqt laqgħa li kellu mal-ministru ta' l-ikel, biedja u sajd Daniż.", "SALINA BAY DREDGING WORKS", "11744.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid jekk ġewx ikkonsultati l-entitajiet turistiċi dwar dredging li se jsir fil-bajja tas-Salini fl-istaġun turistiku?", "Jaqbel il-Ministru li xogħol li inevitabbilment se jħammeġ il- bajja m'għandux isir fl-istaġun turistiku?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li dan id-dredging hu tkomplija tal-proġett biex jitnaddaf is-sikkorsju li hemm madwar is-Salini.", "Dan is-sikkorsju hu kanal li jippermetti ċ-ċirkolazzjoni tal-baħar madwar is-Salini, liema kanal huwa mblukkat bil-ħaxix.", "Minħabba n-natura tax- xogħol, kif ukoll minħabba l-fatt li l-blockage jikkostitwixxi periklu għall-familji li jiffrekwentaw Kennedy Grove, ġie deċiż li jkun aħjar li dawn ix-xogħlijiet jitwettqu bħalissa.", "Dawn ix-xogħlijiet għandhom il-permessi meħtieġa mill-MEPA.", "SALINA BAY DREDGING WORKS", "11745.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' il-Ministru jgħid x'hemm ippjanat li jsir għad- dredging tal-bajja tas-Salina?", "Meta se jsir dan ix-xogħol?", "Sar studju dwar x'impatt se jħalli fuq il-baħar fi żmien l-istaġun turistiku f'post fejn hemm tliet lukandi u għadd ta' ristoranti?", "Għaliex ix-xogħol ma jsirx f'xhur ta' inqas turiżmu, ngħidu aħna bejn Ottubru u Diċembru?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninsab informat li bħala parti mix-xogħlijiet ta' flood relief, ix-xogħol ta' dredging fis-Salini għandu skop li titnaddaf il- fairway ħalli din tkun tippermetti dħul u ħruġ ta' braken żgħar għal ġewwa s-sikkorsju.", "Dan id-dredging huwa kkonsidrat li ma jirrikjedix studju u għaldaqstant il-mariners notice li dehret fil-gazzetta tal-gvern ma kenitx immirata għal xogħol kbir, imma biex tippermetti manuvrar ta' braken mingħajr xkiel waqt it-traġitt tagħhom bejn is-sikkorsju u l-offshore dumping site.", "Ix-xogħlijiet huma mmirati li jsolvu l-problema ta' staġnar tas-sikkorsju u l-problemi ta' svog ta' l-ilma tax-xita li hemm marbuta ma' dawn l-inħawi.", "Studju għal dan il-għan ma kienx neċessarju peress li m'hemm xejn ġdid, ħlief li se terġa' tibda titħaddem sistema ta' ċirkolazzjoni naturali li kienet taħdem snin ilu.", "Dan ix-xogħol l-aħjar li jsir meta l-baħar ikun kalm u għaldaqstant ma jkunx prudenti jekk jitħalla għax-xhur minn Ottubru sa Diċembru.", "WIED IL-GĦAJN - TRIQ IT-TIBEN", "11746.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11573 u jgħid jekk fil-lista ta' toroq li se jsiru f'Wied il-Għajn, hix se ssir Triq it- Tiben?", "Kif jista' ikun mod ieħor meta din ilha ifformata u abitata ħafna aktar minn ċerti toroq oħra li se jsiru jew li qed isiru jew li diġa' saru?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ninsab informat li Triq it-Tiben, f'Wied il- Għajn hija inkluża fil-lista ta' toroq li se jsiru mill-awtorita' dwar it- trasport.", "WIED IL-GĦAJN – ASFALTAR TA' TOROQ", "11747.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 11574 u jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra lista ta' toroq li qed isiru jew li se jsiru f'Wied il-Għajn?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Toroq li saru riċentement f'Wied il-Għajn u li qed isiru mill-awtorita' dwar it-trasport huma: Triq ir-Roża, Triq il- Ħamrija, Triq l-Aħdar, Triq Hurd's Bank, u bini ta' culvert fi Triq P.Vendomme.", "Toroq li se jsiru f'Wied il-Għajn matul din is-sena huma: Triq Patri Wistin Born, Triq l-Aħmar u Triq Kannella.", "LIĊENZJI GĦALL-KAROZZINI", "11748.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11618 li tgħid hekk: B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari oħrajn dwar il-problema tal-liċenzji tal-karozzini, jista' jgħid jekk hemmx il-ħsieb li dawk li għandhom karozzin u qed jaħdmu bla liċenzja, jingħataw iċ-ċans li jirregolarizzaw il-pożizzjoni tagħhom?", "Kemm huwa informat il-Ministru li hemm min għandu liċenzja imma m'għandux la karozzin u wisq anqas żiemel u qed jispiċċa jbigħ il-liċenzja għal eluf ta' liri jew inkella jikriha lil terzi?", "Biex jinqata' dan l-abbuż, jaqbel il-Ministru li dawk li għandhom karozzin u żiemel u qed jaħdmu bla liċenzja għandhom jingħataw ċans, imqar għal darba waħda, biex jiġu regolarizzati u liċenzjati?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: L-awtorita' dwar it-trasport m'għandhiex ħsieb li toħroġ liċenzji ġodda għall-karozzini.", "Dawk il-persuni li għandhom karozzin u żiemel u qegħdin jaħdmu bla liċenzja qed jiksru l-liġi.", "L-awtorita' dwar it-trasport se tassigura li l-liġi ma tinkisirx u għalhekk twaqqafhom milli jagħmlu dan.", "L-awtorita' m'hijiex informata li hemm min għandu liċenzja u m'għandux karozzin.", "ŻEJTUN - PARKING SIGNS", "11749.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 11441, tista' il- Ministru tgħid x'inhu l-eżitu ta' l-investigazzjoni li għamlet il- kummissjoni nazzjonali persuni b'diżabilita' u x'passi ħadu jew beħsiebhom jieħdu?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Ninsab informata li mill-investigazzjonijiet li għamlet il-kummissjoni nazzjonali persuni b'diżabilita', jidher li s- sinjali li għamel riferenza għalihom l-Onor.", "Interpellant huma diskriminatorji fil-konfront ta' persuni b'diżabilita'.", "Ninsab informata wkoll li l-kummissjoni informat lill-awtorita' dwar it- trasport b'dan u bdiet diskussjonijiet ma' l-awtorita' biex din id- diskriminazzjoni tieqaf mill-aktar fis possibbli.", "PENSJONI MILL-AMERIKA", "11757.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid jekk persuna li ħadmet bejn is-snin imsemmija separatament, hijiex intitolata għall-pensjoni mill- Amerika?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Ninsab informata li d-dipartiment tas-sigurta' soċjali kkomunika direttament bil-miktub mal-persuna indikata mill-Onor.", "Interpellant dwar il-każ tagħha.", "VAT - STUDENTI BARRANIN", "11758.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk titħallasx VAT fuq dħul finanzjarju minn żamma ta' studenti barranin ġewwa djar ta' familji Maltin?", "Jekk le, il-gvern għandu ħsieb li jagħmel dan?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li fil-każ ta' studenti barranin li jintbagħtu fi djar minn skejjel tal-lingwi, il-VAT fuq il-parti ta' l-akkomodazzjoni titħallas lid-dipartiment mill-iskola għaliex tkun tifforma parti mill-pakkett sħiħ li l-istudent iħallas lill-iskola għas-servizz li jingħata.", "KIRI TA' POSTIJIET MILL-PRIVAT", "11759.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Billi ħafna persuni li jkunu krew post mhumiex intitolati għal sussidju għax is-sid ma jkunx irid jiffirma – ħalli l-post ma jkunx jidher għal skopijiet ta' taxxa - tista' il-Ministru tgħid x'passi qed jieħu d-dipartiment fuq dan?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Ninsab informata li biex persuna tapplika taħt Skema R ta' l-awtorita' tad-djar għal sussidju fuq il-kera ta' dar mill- privat, trid tipproduċi kopja tal-kuntratt tal-kera u l-irċevuti tal-kera.", "Applikazzjoni li ma tkunx akkumpanjata minn xi wieħed minn dawn id- dokumenti ma tistax tiġi pproċessata.", "Min-naħa tagħha, l-awtorita' titlob lis-sid jikkonferma li l-applikant ikun fil-fatt qed jikri mingħandu u bl-ammont ta' kera kif muri fl- applikazzjoni.", "Meta għal xi raġuni sid jonqos li jagħmel dan, l-applikant jintalab jikkonferma bil-ġurament l-informazzjoni mogħtija fl- applikazzjoni.", "DJAR TA' L-ANZJANI - MENU", "11760.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jelenka l-menu tar-residenti ġewwa St Vincent de Paule u d-djar ta' l-anzjani għall-breakfast, l-ikla ta' nofsinhar u l-ikla ta' filgħaxija din il-ġimgħa?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-menu ta' San Vincenz u d-djar ta' l-anzjani qed jitpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "Il- breakfast tad-djar ta' l-anzjani u San Vincenz hu l-istess, jiġifieri għażla bejn toast, perżut, ġobon, bajd mgħolli, te' jew kafe'.", "Tajjeb li wieħed jgħid li l-ikel tad-djar tal-Mosta, l-Imsida u l-Gżira hu provdut minn kuntrattur privat.", "CARE ORDERS", "11761.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid kemm hawn tfal illi nħarġitilhom care order?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: In-numru ta' care orders li nħarġu fl-2004 u din is-sena sat-12 ta' April kien 86 u 17 rispettivament.", "Care orders jinħarġu għax it-tfal konċernati jkollhom bżonn ta' ħarsien, protezzjoni jew kontroll kif stabilit fl-Att dwar Tfal u Żgħażagħ (Ordnijiet għall-Ħarsien).", "FOSTER CHILDREN", "11762.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid kemm hawn tfal li huma fostered?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Ninsab informata li skond ir-records miżmuma mill-aġenzija Appoġġ, in-numru ta' tfal li qed jiġu fostered fil- preżent hu 170.", "TAS-SLIEMA - PERMESS GĦAL RISTORANT", "11790.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Tista' l-MTA tagħmel l-investigazzjonijiet kollha meħtieġa biex tara jekk ristorant li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, għandux il-kċina kif suppost biex minnha ma joħorġux irwejjah qawwija?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "EQUAL PARTNERS - PERSUNI B'DIŻABILITA'", "11791.", "L-ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jikkonsidra li jirrikkmanda li Equal Partners, li qed tagħmel xogħol siewi fis-settur ta' persuni b'diżabilita', tibda tingħata għajnuna mill-gvern biex tkun tista' tlaħħaq aħjar ma' l-ispejjeż li għandha?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Inħoss li f'dan l-istadju jkun aħjar li wieħed jistenna r-rakkmandazzjonijiet tal-working group li qed jaħdem fuq edukazzjoni inklussiva.", "ĦAŻ-ŻEBBUĠ: TRIQ MAMO – XOGĦOL TA' L-ELETTRIKU", "11792.", "L-ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO staqsa lill-Ministru għall- Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: B'riferenza għat- tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 11367, jista' il-Ministru jindaga għala għadu ma sarx it-tibdil meħtieġ fi Triq Mamo minkejja diversi rapporti li saru lil-uffiċjali ta' l-Enemalta?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "ŻEBBUĠ: MDINA ROAD – TWAQQIGĦ TA' BINI", "11793.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jgħid jekk il-junction proposta ħdejn ix- showroom ta' Cortis, f'Mdina Road, Żebbuġ tinvolvix twaqqigħ ta' bini eżistenti?", "Jista' ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-pjanta ta' din il-junction?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "DELIMARA POWER STATION", "11794.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Minsitru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 10072 u 10197 u jgħid kemm intnefqu flus għall-bini tal-power station ta' Delimara?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal- Kamra.", "KORDIN – BINI TA' UFFIĊINI", "11796.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid jekk ix-xogħol li qed isir mid- diviżjoni tax-xogħlijiet f'bini ta' uffiċini ġodda f'Kordin, hux kopert bil- permessi meħtieġa ta' l-iżvilupp?", "Ix-xogħol qiegħed isir skond il-pjanti approvati?", "Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal- permess?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "SIGURTA' SOĊJALI – DRITT GĦAR-RELIEF", "11797.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' persuna taħdem part-time mingħajr ma titlef id- dritt għar-relief?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Skond l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali, meta kap ta' familja tkun persuna li m'hijiex miżżewġa u li ma tistax taħdem bi qligħ full-time għax tkun trid tieħu ħsieb it-tarbija tagħha, jista' ikollha dritt għall-għajnuna soċjali skond il-provvedimenti u l- kondizzjonijiet elenkati f'Artiklu 30(7) ta' l-imsemmi Att jekk taħdem part- time.", "F'kull każ ieħor persuna ma tistax taħdem u tirċievi l-għajnuna soċjali, lanqas part-time.", "TARZNA – ĦADDIEMA MHUX REGOLARI", "11798.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm nies li mhumiex impjegati regolari jaħdmu fit-tarzna?", "Kemm minnhom huma Maltin u kemm huma barranin?", "Ta' liema nazzjonalita' huma?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "XGĦAJRA PROMENADE", "11799.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jikkonferma jekk ix-xogħol li qiegħed isir mid-diviżjoni tax-xogħlijiet fuq il-promenade tax-Xgħajra hux kopert bil-permessi meħtieġa ta' l-iżvilupp?", "Ix-xogħol qiegħed isir skond il- pjanti approvati?", "Jista' il-Ministru jpoġġi kopja tal-permess fuq il-mejda tal-Kamra?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "FONTANA: TREJQA WARA L-IBJAR - ASFALTAR", "11801.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' il- Ministru tinformana bl-aħħar żviluppi dwar meta għandha ssir trejqa wara l- Ibjar fil-Fontana, meta hemm residenti li ilhom li ħallsu l- kontribuzzjonijiet kollha meħtieġa għal dawn l-aħħar seba' snin?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Jien informata li l-offerta għax-xogħol ta' asfaltar fi trejqa ta' wara l-Ibjar, fil-Fontana qiegħda tiġi aġġudikata.", "VICTORIA – DWALIJIET FIL-KARNIVAL", "11802.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' il- Ministru tgħid kemm kienet l-ispiża globali għat-tisbiħ bid-dawl elettriku ta' Triq ir-Repubblika u Pjazza Indipendenza, Victoria matul il-jiem tal- karnival?", "Lil min ġiet awarded l-offerta?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Jien informata li l-ispiża globali għat-tisbiħ bid-dawl elettriku ta' Triq ir-Repubblika u Pjazza Indipendenza matul il- jiem tal-karnival 2005 kienet ta' Lm480.", "Is-sejħa għal offerta ġiet pubblikata fil-gazzetta tal-gvern tat-13 ta' Awissu 2004 u kien hemm tliet offerti b'kollox.", "L-orħos offerta kienet ta' Lm480 mitfugħa minn Joseph Azzopardi li fil-fatt ingħata x-xogħol.", "VICTORIA – DWALIJIET FIL-MILIED", "11803.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' il- Ministru tgħid kemm kienet l-ispiża għat-tisbiħ bid-dawl elettriku ta' Triq ir-Repubblika, Victoria fil-jiem tal-Milied?", "Lil min ġiet awarded l- offerta?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "KONKORS PREMJU LETTERARJU 2002", "11805.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 10927, jista' il-Ministru jgħid x'inhu l-livell mitlub biex ktieb jingħata sussidju?", "Għal liema difetti l-ktieb \"Meta l-Madonna tidher jew tibki\", ma laħaqx il-livell mitlub?", "Min kienu l-ġudikanti f'dan il-każ?", "Jaqbel il- Ministru li l-pubbliku Malti għandu dritt għal din l-informazzjoni?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li fil-fehma tal-bord ta' l-għażla magħmul minn Dr. Robert Attard bħala chairman flimkien ma' Dr. Carol Jaccarini u s-Sur Joe Borg, ix-xogħlijiet in kwestjoni ma laħqux il-livell mixtieq, ġudizzju li ma jistax ikun sindakabbli minni.", "Nemmen ukoll li l-pubbliku Malti jinteressah li jkollu l-assigurazzjoni li l-evalwazzjoni ssir biss fuq ħwejjeġ li għandhom x'jaqsmu mat-tema, l- istil, l-oriġinalita', il-Malti, il-preżentazzjoni u ħwejjeġ simili.", "Għandi fiduċja sħiħa li l-evalwazzjoni f'dan il-każ kienet integra, anke jekk hu naturali li jkun hemm min ma jaqbilx magħha, speċjalment jekk ikun involut personalment.", "ŻEJTUN: TRIQ TAL-BARRANI – TRAFFIC LIGHTS", "11807.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 11681 li tgħid hekk: Peress li bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 9437 tad-29 ta' Novembru 2004 il-Ministru ġie informat li x-xogħlijiet fil-proġett tat- traffic lights fi Triq il-Barrani, Żejtun kellhom jitlestew fi żmien ħames ġimgħat u li kienu se jiġu jiswew madwar Lm45,000, jista' il-Ministru ġentilment jispjega għaliex din is-somma nqabżet bil-bosta?", "Ma jidhirlux il-Ministru li qabża ta' Lm22,462 hi waħda esaġerata?", "Jista' jgħid fiex intnefqet id-differenza bejn l-istima u s-somma attwali?", "Fiex kien jikkonsisti x-xogħol għall-agrikoltura ta' madwar Lm1,462?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 9437 tad-29 ta' Novembru, 2004 l-istima għax-xogħlijiet fil-proġett tat-traffic lights kienet ta' madwar Lm45,000.", "Din kienet stima dipartimentali, magħmula bir-rati li kienu jintużaw mid-dipartiment tat-toroq, stima li kienet saret f'April 2003.", "It-tender għal dan ix-xogħol ġiet ippubblikata f'Jannar 2004 u wara li għalqu l-offerti u ġew evalwati, l-orħos offerta kienet dik ta' Lm63,307.23.", "Wara diskussjonijiet ma' l-orħos tenderer ingħata roħs ta' Lm2,639.47 biex allura t-tender ingħatat għall-valur ta' Lm60,667.76.", "Rigward ix-xogħol għall-agrikoltura, l-ammont ta' Lm1,462 jinkludi kumpens għal diversi tipi ta' siġar u dwieli kif ukoll għall-irrigation pipes u goodwill loss.", "Din l-istima nħadmet mid-dipartment ta' l-agrikoltura.", "PIETA': MARINA STREET – ŻBIR TA' SIĠAR", "11809.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jinnota li s-siġar li hemm f'Marina Street, Pieta' - ossia minn quddiem il-knisja tad-Duluri sa ħdejn il-ġnien ta' Sa Maison - qed jikkaġunaw inkonvenjent sostanzjali lir-residenti li joqogħdu f'dawn l-akkwati, peress li gguffaw ħafna u apparti milli qed joħonqu l- vista ta' dawn in-nies, il-weraq qed iħammġu l-gallariji, il-bjut, il- btieħi tad-djar u anke qed isoddulhom il-katusi?", "Jista' jara li dawn is-siġar jinżabru kif imiss u jitnaqqas ftit mill-volum tagħhom?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Ninsab informat li xogħol taż-żabra fuq is-siġar li hemm f'Marina Street, Pietà – minn quddiem il-knisja tad-Duluri sa ħdejn il-ġnien ta' Sa Maison - huwa ppjanat li jsir skond il-programm ta' żabra ta' l-environmental landscaping consortium mill-aktar fis possibbli.", "INFERMIERA", "11811.", "L-ONOR.", "ROBERT ARRIGO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jinformana x'inhu n-numru ta' infermiera li laħqu f'dawn l-aħħar tliet snin?", "Kemm infermiera telqu f'dan l-istess perijodu?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: In-numru ta' infermiera li laħqu f'dawn l-aħħar tliet snin u li telqu matul l-istess perjodu huwa kif ġej:", "Dipartiment tas-Saħħa", "|Sena|Laħqu|Boarded|Irtir|Irriżen| | | |out |aw |jaw | |2002| 85 | 7 | 10 | 13 | |2003| 91 | 9 | 9 | 12 | |2004| 95 | 8 | 22 | 12 | |2005| 17 | 7 | 1 | |", "Dipartiment ta' l-Anzjani", "|Boarded out| | | | |Irtira|Irriże| | |w |njaw | | 13 | 9 | | | | |1 |", "XOGĦOL TA' VOLONTARJAT", "11814.", "L-ONOR.", "ROBERT ARRIGO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tikkonsidra li nies li jaħdmu fil- volontarjat u għalhekk ma jitħallsux u allura ma jħallsux il-bolla, ikunu jistgħu jħallsu parti mill-bolla u b'hekk ikunu eliġibbli għall-pensjoni?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Persuna li tkun tagħmel xogħol ta' volontarjat bla ħlas f'Malta mhux neċessarjament li ma tkunx dovuta tħallas il- kontribuzzjoni tas-sigurta' soċjali għaliex skond il-provvedimenti ta' l- Att dwar is-Sigurta' Soċjali, persuna bi dħul minn xi sorsi oħra minbarra xogħol li:", "\"Ma jkunx jaqbeż is-Lm630 fis-sena, fil-każ ta' raġel miżżewweġ li jkun imantni għal kollox lil martu li ma tkunx taħdem għaliha nnifisha jew f'impjieg assigurabbli; jew jekk dan id-dħul ma jkunx jaqbeż l- Lm430 fil-każ ta' kull persuna oħra;\",", "tista' titlob li tiġi eżentata mill-ħlas tal-kontribuzzjoni tas-sigurta' soċjali.", "Fir-rigward ta' xogħol ta' volontarjat barra minn Malta fuq proġetti fl- oqsma ta' assistenza u żvilupp soċjali u tħaris ta' l-ambjent, il-persuna konċernata jkollha dritt għall-kontribuzzjonijiet akkreditati għal perijodu massimu ta' ħames snin f'perjodu ta' għaxar snin.", "M'hemmx ħsieb li jinbidlu dawn il-provvedimenti tal-liġi msemmija.", "PEMBROKE: TRIQ IL-MEDITERRAN - ASFALTAR", "11817.", "L-ONOR.", "ROBERT ARRIGO staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Jista' il-Ministru jinformana jekk ix-xogħol fuq Triq il-Mediterran, Pembroke, liema xogħol qed isir mill-gvern ċentrali, hux on schedule u f'liema data mistenni jitlesta?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ix-xogħol beda fis-7 ta' Marzu u kien mistenni jitlesta fi żmien seba' ġimgħat.", "Minħabba diffikultajiet li nqalgħu fit- tip ta' kostruzzjoni tat-triq, se jkollu jingħata cement stabilisation layer taħt l-asfalt.", "Ix-xogħol hu mistenni jitlesta għall-bidu ta' Mejju 2005.", "TOBBA", "11820.", "L-ONOR.", "ROBERT ARRIGO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jinformana x'inhu n-numru ta' tobba li laħqu f'dawn l-aħħar tliet snin?", "Kemm telqu tobba f'dan l-istess perijodu?", "Għal liema raġuni?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: In-numru ta' tobba li laħqu bejn l-2002-2005 u li telqu mis-servizz fl-imsemmi perijodu huwa kif ġej:", "Dipartiment tas-Saħħa |Sena |Tobba li |Tobba li | | |laħqu |spiċċaw | |2002 |30 |15 | |2003 |34 |21 | |2004 |65 |26 | |2005 |1 |2 |", "Dipartiment ta' l-Anzjani u Kura fil-Komunita' F'dawn l-aħħar tliet snin telaq tabib wieħed li rtira mis-servizz", "Dwar it-tielet parti tal-mistoqsija, id-diviżjoni tas-saħħa ma tingħatax raġuni meta tobba jagħżlu li jħallu l-impjieg tagħhom u għaldaqstant m'iniex f'pożizzjoni li nwieġeb għaliha.", "MINISTRI U SEGRETARJI PARLAMENTARI", "11926.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hu d-dħul annwali, inkluż bonuses u allowances, tal-prim ministru; ta' kull ministru fil-kabinett u ta' kull segretarju parlamentari?", "Minbarra dan id-dħul, huma intitolati għal faċilita' ta' karozza jew aktar?", "Jekk aktar, kemm?", "F'kull każ kemm kienet l-ispiża annwali għal kull karozza, għall-provdiment u l-manutenzjoni tagħha fis-sena 2004?", "Il-prim ministru, kull ministru u kull segretarju parlamentari huma intitolati għal xufier jew aktar?", "Għal kemm-il xufier?", "Fil-preżent min huma x-xufiera tal-prim ministru, ta' kull ministru u tas-segretarji parlamentari?", "Fuq liema bażi kuntrattwali huma mpjegati?", "Kemm għandhom salarju, bonuses u allowances kull wieħed ix-xufiera?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Dwar l-ewwel parti tal-mistoqsija, jiġifieri dwar id-dħul annwali tal-prim ministru, ministri u segretarji parlamentari, nirriferi lill-Onor.", "Membru għat-tweġiba li kont tajt f'Novembru tas-sena l- oħra għall-mistoqsija parlamentari 8736.", "Naturalment is-salarji indikati f'dik it-tweġiba jridu jiġu aġġustati minħabba ż-żieda għall-għoli tal- ħajja (COLA) imħabbra fl-aħħar budget.", "Dwar il-faċilità ta' karozza, barra l-karozza ministerjali, il-prim ministru, ministri u segretarji parlamentari huma intitolati wkoll għal karozza oħra għall-użu privat tagħhom.", "L-informazzjoni dwar l-ispiża għal kull waħda minn dawn il-karozzi trid tinġabar u tingħata tweġiba f'xi seduta oħra.", "Dwar ix-xufiera tal-ministri u tas-segretarji parlamentari, ninforma lill- Onor. Membru li skond guidelines stabiliti dwar l-ingaġġ ta' impjegati fis- segretarjati ta' ministri u segretarji parlamentari, il-prim ministru, ministri u segretarji parlamentari huma intitolati għal żewġ xufiera/uffiċjali tas-sigurtà li s-salarju tagħhom ma jistax jeċċedi skala 14 ta' l-iskali tas-salarji fis-servizz pubbliku u li huma intitolati wkoll għal allowance ekwivalenti għal 35% ta' din l-iskala minflok ħlas għal overtime.", "Dawn ix-xufiera jiġu mpjegati fuq bażi ta' kuntratt jew ta' ftehim li jvarja skond jekk ix-xufier ikunx diġà impjegat fis-servizz jew is-settur pubbliku, jew jekk ikunx ġie mpjegat minn barra.", "Kopja ta' dan il- ftehim/kuntratt jinsab fil-guidelines imsemmija hawn fuq.", "Ma naħsibx li huwa l-każ li noqgħod nagħti l-ismijiet ta' dawn ix-xufiera.", "OPM – GĦOTJIET U GĦAJNUNA OĦRA LIL NGOs", "11929.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: B'żieda mat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 10290, jista' il- Prim Ministru jgħid jekk id-dipartimenti u l-entitajiet fid-dekasteru tiegħu jagħtux xi għajnuna lil għaqdiet volontarji u organizzazzjonijiet mhux governattivi, fi kwalunkwe forma, bħalma huma għotjiet ta' flus, materjal, użu ta' proprjeta', self ta' ħaddiema, benefiċċji minn skemi, eżenzjonijiet, eċċ.?", "Lil liema għaqdiet u organizzazzjonijiet?", "Kienet għotja ta' darba biss jew tingħata perjodikament?", "Kemm hu stmat li tiswa l- għajnuna?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "ĠUSTIZZJA U INTERN – GĦOTJIET U GĦAJNUNA OĦRA LIL NGOs", "11930.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: B'żieda mat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 10290, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk id-dipartimenti u l- entitajiet fid-dekasteru tiegħu jagħtux xi għajnuna lil għaqdiet volontarji u organizzazzjonijiet mhux governattivi, fi kwalunkwe forma, bħalma huma għotjiet ta' flus, materjal, użu ta' proprjeta', self ta' ħaddiema, benefiċċji minn skemi, eżenzjonijiet, eċċ.?", "Lil liema għaqdiet u organizzazzjonijiet?", "Kienet għotja ta' darba biss jew tingħata perjodikament?", "Kemm hu stmat li tiswa l-għajnuna?", "ONOR.", "TONIO BORG: Għal dak li jikkonċerna d-dipartiment tal-protezzjoni ċivili u d-dipartiment tas-servizzi korrettivi, nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 11313.", "Ninsab informat ukoll illi d-dipartiment għall-gvern lokali għandu żewġ skrivani assenjati ma' l-assoċjazzjoni tal-kunsilli lokali u s-salarju tagħhom hu a karigu ta' l-istess dipartiment.", "EDUKAZZJONI, ŻGĦAŻAGĦ U IMPJIEGI – GĦOTJIET U GĦAJNUNA OĦRA LIL NGOs", "11931.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: B'żieda mat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 10290, jista' il-Ministru jgħid jekk id-dipartimenti u l-entitajiet fid-dekasteru tiegħu jagħtux xi għajnuna lil għaqdiet volontarji u organizzazzjonijiet mhux governattivi, fi kwalunkwe forma, bħalma huma għotjiet ta' flus, materjal, użu ta' proprjeta', self ta' ħaddiema, benefiċċji minn skemi, eżenzjonijiet, eċċ.?", "Lil liema għaqdiet u organizzazzjonijiet?", "Kienet għotja ta' darba biss jew tingħata perjodikament?", "Kemm hu stmat li tiswa l- għajnuna?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-kunsill nazzjonali taż-żgħażagħ jirċievi għotja ta' Lm6,000 kull sena mill-voti tal-ministeru ta' l- edukazzjoni, żgħażagħ u xogħol.", "Barra minn hekk, il-ministeru jirċievi għadd ta' talbiet minn għaqdiet volontarji u organizzazzjonijet mhux governattivi għal għajnuna finanzjarja u dawn jiġu kkonsidrati fuq il- merti tagħhom.", "Informat ukoll li lista ta' għajnuna finanzjarja li ngħatat matul is-sena 2004 qed tinġabar u tingħata aktar 'il quddiem.", "AFFARIJIET BARRANIN – GĦOTJIET U GĦAJNUNA OĦRA LIL NGOs", "11932.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin: B'żieda mat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 10290, jista' il- Ministru jgħid jekk id-dipartimenti u l-entitajiet fid-dekasteru tiegħu jagħtux xi għajnuna lil għaqdiet volontarji u organizzazzjonijiet mhux governattivi, fi kwalunkwe forma, bħalma huma għotjiet ta' flus, materjal, użu ta' proprjeta', self ta' ħaddiema, benefiċċji minn skemi, eżenzjonijiet, eċċ.?", "Lil lil liema għaqdiet u organizzazzjonijiet?", "Kienet għotja ta' darba biss jew tingħata perjodikament?", "Kemm hu stmat li tiswa l-għajnuna?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: L-informazzjoni qiegħda tinġabar.", "TURIŻMU U KULTURA – GĦOTJIET U GĦAJNUNA OĦRA LIL NGOs", "11933.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: B'żieda mat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 10290, jista' il- Ministru jgħid jekk id-dipartimenti u l-entitajiet fid-dekasteru tiegħu jagħtux xi għajnuna lill-għaqdiet volontarji u organizzazzjonijiet mhux governattivi, fi kwalunkwe forma, bħalma huma għotjiet ta' flus, materjal, użu ta' proprjeta', self ta' ħaddiema, benefiċċji minn skemi, eżenzjonijiet, eċċ.?", "Lil liema għaqdiet u organizzazzjonijiet?", "Kienet għotja ta' darba biss jew tingħata perjodikament?", "Kemm hu stmat li tiswa l- għajnuna?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "KOMPETITTIVITA' U KOMUNIKAZZJONI – GĦOTJIET U GĦAJNUNA OĦRA LIL NGOs", "11934.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni: B'żieda mat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 10290, jista' il-Ministru jgħid jekk id-dipartimenti u l-entitajiet fid-dekasteru tiegħu jagħtux xi għajnuna lill-għaqdiet volontarji u organizzazzjonijiet mhux governattivi, fi kwalunkwe forma, bħalma huma għotjiet ta' flus, materjal, użu ta' proprjeta', self ta' ħaddiema, benefiċċji minn skemi, eżenzjonijiet, eċċ.?", "Lil liema għaqdiet u organizzazzjonijiet?", "Kienet għotja ta' darba biss jew tingħata perjodikament?", "Kemm hu stmat li tiswa l- għajnuna?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "PROĠETTI MINN SORSI EWROPEJ", "11942.", "L-ONOR.", "GEORGE VELLA staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jinformana kemm kien hemm applikazzjonijiet għal fondi marbuta ma' proġetti mitluba minn sorsi Ewropej, bħall-EST, ERDF, ecc?", "Min kienu l-applikanti?", "Saret l-għażla minn dawn l-applikazzjonijiet?", "Liema proġetti ġew magħżula u kif hu maħsub li jitqassmu l-flus miksuba għal dawn il-proġetti?", "Min iddeċieda liema applikazzjonijiet jiġu magħżula?", "Jekk ċerti applikazzjonijiet instab li ma kenux mimlijin sewwa u kif suppost, saru l-isforzi jew għajnuna biex ċerti proġetti proposti f'dawn l- applikazzjonijiet ma jiġux skartati fuq punti tekniċi u allura jintilfu flus li setgħu ġew mogħtija?", "Meta jerġgħu jinfetħu l-applikazzjonijiet, dawk li ma ntgħażlux jistgħu jerġgħu jiġu kkonsidrati jekk jipproponu l- istess proġett?", "L-applikazzjonijiet - jew aħjar il-proġetti magħżula - jistgħu jiġu mxandra fuq ġurnali ta' kuljum?", "Kemm hu stmat li jkun il-valur totali ta' għajnuna li tista' tingħata biex jitwettqu l-proġetti magħżula u kemm iridu joħorġu aktar flus il-promuturi biex tiġi koperta l-ispiża involuta?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab informat li l-applikanti għas-sejħa ta' proġetti għall-fondi strutturali li saret f'Marzu 2004 kienu 71.", "Fil- maġġoranza l-kbira tagħhom l-applikanti kienu entitajiet pubbliċi - ministeri, awtoritajiet, korporazzjonijiet, istituzzjonijiet edukattivi u soċjali.", "Kien hemm żewġ applikazzjonijiet minn kunsilli lokali u applikazzjoni waħda mill-imsieħba soċjali.", "Il-lista tal-proġetti magħżula tinsab fuq il-website www.ppcd.gov.mt. u l- proġetti jinkludu infrastruttura pubblika fil-qasam tat-trasport, ambjent, turiżmu, edukazzjoni u taħriġ, skemi ta' għajnuna lill-bdiewa, sajjieda u l- industrija u skemi ta' taħriġ u mpjieg.", "Il-proġetti ġew magħżula fuq kriterji approvati mill-kumitat ta' sorveljanza.", "Il-kumitat ta' l-għażla tal-proġetti evalwa l-proġetti skond dawn il-kriterji u għamel ir- rakkmandazzjoni lill-kabinett tal-ministri li approva l-proġetti.", "Il-kumitat ta' l-għażla tal-proġetti għamel kull sforz, laqgħat kif ukoll korrispondenza bil-miktub ma' l-applikanti u ma' esperti esterni, biex kemm jista' ikun ma jiġux skartati applikazzjonijiet eliġibbli.", "L-applikanti tal-proġetti li ma ġewx magħżula ġew informati bir-raġunijiet għalfejn il- proġett ma ġiex magħżul.", "Sejħa ġdida għal proġetti tkun marbuta ma' miżuri partikolari tal-programm u għalhekk wieħed irid jara jekk il-proġett hux eliġibbli taħt il-miżura li tkun miftuħa għall-proġetti.", "Il-valur totali tal-fondi strutturali għall-proġetti magħżula kollha hu €61,387,411.", "Ma' dan, fil-każ ta' proġetti pubbliċi, il-gvern irid joħroġ madwar €19,270,750, li hu bejn wieħed u ieħor 26% ta' l-ispiża eliġibbli ta' dawn l-istess proġetti, u l-VAT, fejn din mhijiex spiża eliġibbli.", "Fil-każ ta' skemi ta' għajnuna lis-settur privat - miżuri 1.3, 3.1, 3.2 u parti minn miżura 3.3 - il-gvern qed joħroġ madwar €3,395,118 ta' l-ispiża eliġibbli u s-settur privat €9,852,859 ta' l-istess spiża.", "UNIVERSITA' - KORS ERASMUS MUNDI", "11943.", "L-ONOR.", "GEORGE VELLA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 10977 u jgħid jekk l-Universita' ta' Malta qattx applikat biex tagħmel kors fil-livell ta' masters taħt l-iskema Erasmus Mundi?", "F'liema oqsma kienu dawn il-masters u x'kienet ir-raġuni li s'issa għad ma ġietx magħżula?", "Hemm ħsieb li wieħed ikun aktar aggressiv f'applikazzjoni oħra stante li huwa maħsub li f'korsijiet oħra fil-futur, mistennija li jieħdu parti eluf ta' studenti mid-dinja kollha li se jiġu biex jistudjaw fl- Ewropa għal madwar sentejn?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-Universita` ta' Malta kellha erba' applikazzjonijiet iżda ġew aċċettati 13-il applikazzjoni biss mill-pajjiżi kollha.", "Għalkemm ma ntlaqgħet l-ebda applikazzjoni minn pajjiżna, l- Universita` ta' Malta xorta se tipparteċipa b'mod indirett f'erba' oqsma li huma liġi, inġinerija, drittijiet tal-bniedem u teknoloġija informatika.", "UNIVERSITA' - STAFF AKKADEMIKU", "11944.", "L-ONOR.", "FRANCO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 11656, jista' il-Minsitru jagħti lista ta' min huma l-full-time academic staff ta' l-universita' li fil-fatt għandhom permess jagħmlu xogħol ieħor privat jew pubbliku?", "Kif qed tiġi kkumpensata l-universita' talli dawn il- persuni qed jagħmlu xogħol għad-detriment ta' sħabhom, ta' l-istudenti u tar-riżorsi ta' l-universita'?", "Jista' jgħid x'inhuma l-kriterji li fuqhom jiġu kkonsidrati t-talbiet?", "Kemm-il talba ġiet miċħuda mill-1998?", "X'jgħid il-collective agreement ta' l-istaff akkademiku dwar xogħol privat jew pubbliku?", "Jista' ipoġġi t- taqsimiet rilevanti fuq il-mejda tal-Kamra?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ma nħossx li għandi nagħti informazzjoni ta' natura privata kif mitluba mill-Onor.", "Membru, iżda ninsab assigurat li min għandu permess jagħmel xogħol ieħor dan ma jkunx ta' detriment għall-universita'.", "Naf ukoll li b'hekk jingħata kontribut lis-settur ekonomiku u dak soċjali tal-pajjiż.", "Informat li l-ftehim kollettiv jipprovdi li l-għoti tal-permessi meħtieġa jingħataw sakemm arranġamenti adegwati jiġu magħmula biex ix-xogħol barra l- universita' ma jkollux effett negattiv fuq ix-xogħol akkademiku fl- universita'.", "UNIVERSITA' - STAFF AKKADEMIKU", "11945.", "L-ONOR.", "FRANCO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari preċedenti dwar university full-time academic staff li jaħdmu wkoll mal-privat jew mas- servizz pubbliku, jidhirlu l-Ministru li huwa l-każ li din il-materja għandha tiġi regolata b'mod apert u trasparenti, billi ċerti persuni jokkupaw karigi kemm pubbliċi kif ukoll privati ta' relevanza nazzjonali li ħafna drabi jistgħu jkunu ta' konflitt mhux biss minħabba l-istatus tagħhom bħala uffiċjali mħallsa mill-erarju pubbliku, iżda fuq kollox moralment ipoġġu l-istess persuni - u l-gvern - suġġetti għal akkużi ta' nuqqas ta' sensittivita' lejn l-universita' stess minħabba l-impenn neċessarju fix-xogħol magħżul?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nirriferi l-Onor.", "Membru għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 11944.", "UNIVERSITA' - STAFF AKKADEMIKU", "11946.", "L-ONOR.", "FRANCO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid kemm-il każ instab ta' membri ta' l-istaff akkademiku li kienu qed jaħdmu f'postijiet oħra bla permess tul l-aħħar ħames snin?", "Min hu responsabbli minn dan l-istħarriġ?", "X'inhi l-pożizzjoni uffiċjali tal-ministeru dwar dan it-tip ta' xogħol fid-dawl tas-sitwazzjoni ta' l-ispejjeż ta' l-universita', l-issue ta' l-istipendji u fuq kollox il-ħaqq soċjali?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li m'hemm l-ebda struttura fl-universita' responsabbli biex tistħarreġ jekk impjegati akkademiċi humiex qed jaħdmu privatament mingħajr permess.", "Dwar il-pożizzjoni ta' l-universita' u tal-ministeru fuq xogħol minn akkademiċi barra l-universita', nirriferi l-Onor.", "Membru għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 11944.", "PBS - FILMAT DWAR PROTESTA NAZZJONALI", "11947.", "L-ONOR.", "GEORGE VELLA staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Issa li nħass li għadda żmien biżżejjed, jista' il-Ministru jagħti risposta għall-mistoqsija parlamentari 11108 li tgħid hekk: Wara d-dikjarazzjoni li kien għamel Fr. Joe Borg li kien talab lill-awtorita' tax-xandir biex tagħmel inkjesta biex toħroġ il- verita' dwar dak li kien seħħ fin-news room tal-PBS biex kien ħareġ il- filmat tal-protesta nazzjonali li saret fuq il-Fosos tal-Floriana fit-13 ta' Frar, jista' il-Ministru jgħid jekk il-membri li se jagħmlu l-inkjesta ġewx innominati?", "X'inhuma t-terms of reference li ngħataw?", "Kemm huwa maħsub li jdumu biex jagħmlu rapport?", "Għandux ħsieb li dan ir-rapport isir pubbliku billi jitqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi l-mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat", "MFSA", "11948.", "L-ONOR.", "FRANCO GALEA staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk l-awtorita' Maltija għas- servizzi finanzjarji u l-bank ċentrali matul l-aħħar ħames snin ikkonstatawx jew kellhomx rapporti dwar l-użu mingħajr il-permessi jew liċenzji meħtieġa ta' proprjeta' bħala uffiċini ta' xi bank kummerċjali?", "F'każi simili, x'passi jittieħdu u x'inhuma l-implikazzjonijiet għall-bank jew banek in kwestjoni?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "MEPA - TALBIET MINN BANEK KUMMERĊJALI GĦAL CHANGE OF USE", "11949.", "L-ONOR.", "FRANCO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid liema talbiet saru minn banek kummerċjali lill-MEPA għal change of use minn proprjeta' residenzjali għal proprjeta' għall-użu bħala uffiċini fl-area tal-Mosta tul l-aħħar sitt snin?", "Jista' jgħid x'inhuma l-implikazzjonijiet fil-każ li proprjeta' residenzjali ġiet użata għall-għanijiet imsemmija mingħajr il-permessi meħtieġa?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Skond is-sistema ta' l-informatika tal-MEPA, irċevejna applikazzjoni waħda minn bank kummerċjali għal change of use minn proprjetà residenzjali għal proprjetà għall-użu bħala uffiċini fl-area tal- Mosta tul l-aħħar sitt snin.", "In-numru ta' din l-applikazzjoni huwa PA 01302/02.", "Din l-informazzjoni toħroġ mis-sistema ta' l-informatika ta' l-awtorità bil- kriterji hawn taħt imsemmija: cioe' applikazzjonijiet li fil-proposta għandhom il-kelma \"bank\" jew li l-isem ta' l-applikant jinkludi l-kelma \"bank\"; applikazzjonijiet li rċevejna mill-ewwel ta' Jannar tas-sena 1999; u applikazzjonijiet li l-kunsill lokali tagħhom huwa l-Mosta.", "MFSA", "11950.", "L-ONOR.", "FRANCO GALEA staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk qatt sarx stħarriġ mir- reġistratur tal-kumpanniji jew l-ispettorat għas-servizzi finanzarji fi ħdan l-awtorita' Maltija għas-servizzi finanzjarji jew mill-board ta' l- accountancy, dwar xi irregolaritajiet relatati ma' każi fejn uffiċjali (chairpersons, diretturi jew kapijiet eżekuttivi) ikollhom uliedhom jew qraba immedjati tagħhom fl-ingaġġ ta' l-istess awdituri tal-kumpannija tagħhom?", "Jekk fl-affermattiv, kien hemm każi relatati ma' banek kummerċjali u x'passi ttieħdu?", "X'inhuma r-riperkussjonijiet ta' każi simili, b'mod speċjali fid-dawl tal-liġi tal-kumpanniji u tal-liġi dwar il- professjoni ta' l-accountancy?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra."]} {"filename": "20051212_336d_par.doc", "date": "2005-12-12", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Uffiċjali u Rivedut) L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 336 It-Tnejn, 12 ta' Diċembru, 2005 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 336 It-Tnejn, 12 ta' Diċembru, 2005", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.02 p.m.", "Talba", "Seduta Nru. 336", "It-Tnejn, 12 ta' Diċembru, 2005", "WERREJ", "MINUTI 635", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 635", "KONDOLJANZI 640", "TQEGĦID TA' KARTI 643", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ORDINANZA DWAR L-AKKWIST TA' ARTIJIET", "GĦAL SKOPIJIET PUBBLIĊI (IT-TIENI QARI)", "LAND ACQUISITION (PUBLIC PURPOSES) (AMENDMENT) BILL (SECOND READING) 644", "MOZZJONIJIET", "ĦATRA TA' OMBUDSMAN 659", "AĠĠORNAMENT 663", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 668", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB 680", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 335 li saret fis-7 ta' Diċembru, 2005 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "EX-PROPRJETA' TAL-KNISJA", "14108.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm għad baqa' applikazzjonijiet biex jiġu pproċessati taħt id-diversi skemi ta' xiri jew fidi ta' ex-proprjeta' tal-knisja?", "ONOR.", "TONIO FENECH (Segretarju Parlamentari) (f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern): Ninsab informat li sat-30 ta' Settembru, 2005 il-proċess ta' l-applikazzjonijiet ta' l-iskemi u inizjattiva ta' xiri jew fidi ta' proprjeta' li kienet tal-knisja, huwa kif indikat fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.", "PROPRJETA' RESIDENZJALI", "14109.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm daħħal flus il-gvern mill-iskemi ta' xiri tad-dipartiment ta' l-artijiet taħt kull skema, sad-data li tiġi mwieġba din l-interpellanza?", "ONOR.", "TONIO FENECH (f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern): Ninsab informat illi mill-iskema ta' bejgħ tad-dirett dominju ta' proprjeta' residenzjali, jiġifieri mill-pubblikazzjoni ta' l-avviż nru.", "1002 ta' l-20 ta' Settembru 2004 sal-lum, id-dipartiment ta' l-artijiet daħħal is-somma ta' Lm4,500.", "Ma kienx hemm skemi oħra ta' xiri ta' djar.", "AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA", "14110.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tikkwantifika n-numru ta' applikazzjonijiet pendenti għall-akkomodazzjoni alternattiva, maqsuma skond il-belt jew raħal ta' l-applikant?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA (Ministru tal-Familja u Solidarjeta` Soċjali): Ninsab informata li t-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant hu kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Azzopardi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JASON AZZOPARDI: L-awtorita' tad-djar għandha l-ħsieb li tagħmel skema simili għal dik li kellna dan l-aħħar ta' shared ownership, liema skema kienet suċċess kbir?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: L-iskema ta' shared ownership bdiet fuq proġett pilota ta' disa' appartamenti ġewwa Ħal Qormi u mill-ewwel dehret li kienet se tkun suċċess.", "Matul is-sajf ħarġet sejħa oħra għal 132 unit li kien hemm 660-il applikazzjoni għalihom.", "Kif qed jgħid l-Onor.", "Azzopardi, din l-iskema hija fiha nnifisha indikazzjoni ċara ta' suċċess u m'hemmx dubju li se tkun popolari ħafna peress li tagħti l-opportunita' li nies li għandhom dħul relattivament baxx, isiru sidien ta' djarhom.", "Dawn qed jingħataw l-opportunita' li jixtru biss parti mill-fond tagħhom filwaqt li jserrħu moħħhom li fil-futur ikunu jistgħu jixtru l-parti l-oħra ta' l-istess fond b'pass tagħhom, mingħajr ma ħadd jgħaġġilhom u fl-istess ħin ikunu qed jagħmlu investiment tajjeb.", "Il-fondi huma ssussidjati bir-rata ta' madwar 28% jew 30%.", "Preżentement ġew proċessati l-applikazzjonijiet kollha u ħarġu l-punti ta' l-applikanti kollha li huma miftuħin għall-pubbliku biex jarahom.", "AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA", "14111.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tikkwantifika n-numru ta' applikazzjonijiet milqugħa għal akkomodazzjoni alternattiva minn applikanti minn Raħal Ġdid, Ħal Tarxien, Ħal Għaxaq, il-Marsa, il-Gudja u Sta Luċia?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Filwaqt li nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li jien tajt għall-mistoqsija parlamentari 7251, nitolbu jispeċifika l-perijodu li dwaru qed tintalab l-informazzjoni.", "PERSUNI BID-DIJABETE", "14112.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' pazjenti li jsofru mid-dijabete u li qed jingħataw l-insulina?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita'): Ninsab informat li n-numru ta' pazjenti li jsofru mid-dijabete u li qegħdin fuq l-insulina huwa ta' 3,450.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Noel Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Hemm xi talbiet pendenti quddiem id-dipartiment tas- saħħa mill-organizzazzjoni li tieħu ħsieb id-drittijiet u l-ħteġijiet ta' dawk li jbatu bid-dijabete?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Dawn it-tip ta' talbiet ma jsirux biss mill- assoċjazzjoni ta' dawk li jbatu bid-dijabete imma jsiru wkoll minn assoċjazzjonijiet oħrajn.", "Illum kull grupp ta' nies li jbatu minn xi marda, iwaqqfu assoċjazzjoni u l-appell tagħna hu li filwaqt li dawn għandhom kull dritt jitolbu li l-kondizzjoni tagħhom tiġi ffokata aktar, iridu jikkonsidraw ukoll il-firxa ta' servizzi u ta' talbiet li wieħed ikollu quddiemu.", "Naħseb li d-dijabetiċi qegħdin f'pożizzjoni ftit aktar vantaġġata minn pazjenti oħrajn li jieħdu inqas milli jieħdu d-dijabetiċi.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Hemm xi kummissjoni li tistħarreġ it-talbiet li jsiru?", "Jew hi proċedura li dawn jintefgħu mal-korrispondenza li d- dipartiment jirċievi on a daily basis?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ma jeżisti l-ebda kumitat speċifiku biex jara dawn it-talbiet.", "Ħafna minnhom isiru permezz ta' laqgħat li jkollna bejn l- assoċjazzjonijiet u l-policy makers, jitqassmu skond il-prioritajiet u mbagħad wieħed jikkonsidra l-fatturi kollha.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Allura jista' il-Ministru jara li jinħatar kumitat apposta biex janalizza t-talbiet ta' asssoċjazzjonijiet oħra li fi kliem il- Ministru, huma żvantaġġati fil-konfront ta' dawk li jbatu bil-marda tad- dijabete, bil-għan li jinqdew aħjar?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Sur President, ma jidhirlix li hemm għalfejn jinħatar xi kumitat partikolari għal dan il-għan.", "Dan huwa eżerċizzju li jiġi analizzat meta jkun qed jiġi fformulat il-budget, għax f'dak l-istadju wieħed ikollu diġa' f'moħħu kif se jqassam il-flus biex kemm jista' ikun kulħadd igawdi fuq l-istess livell.", "Ħafna drabi l-assoċjazzjonijiet ikunu f'assoċjazzjoni akbar minnhom, pero' l-assoċjazzjonijiet il-ġodda jkunu aktarx qegħdin jitħabtu biex itejbu l- interessi ta' sitta min-nies biss.", "Jiġifieri wieħed irid jifhem li dan it- tip ta' kumitat li qed jissuġġerixxi l-kollega jeżisti imma mhux bħala xi ħaġa formali, Sur President.", "Kull meta jkollna t-talbiet naraw kif l-aħjar li nanalizzawhom u nilqgħu għalihom kollha.", "DJAR SUB-STANDARD", "14113.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tikkwantfika n-numru ta' djar sub- standard f'Malta u Għawdex?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Ninsab informata li ebda dipartiment jew ente taħt id-dekasteru tiegħi ma jżommu statistika kif mitluba.", "Jekk l-Onor.", "Interpellant qed jirriferi għan-numru ta' applikazzjonijiet għal akkomodazzjoni alternattiva minn inkwilini ta' postijiet sub-standard, ninsab informata li n-numru ta' applikazzjonijiet huwa ta' 342 f'Malta u tnejn minn Għawdex.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Noel Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Tista' il-Ministru tgħidli fejn waslet it-talba biex jiġi maħtur Braille instructor?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Naf li kellha toħroġ call for applications, imma din kellha tinżamm lura xi ftit sakemm niddeċiedu jekk għandniex bżonn a full-timer jew part-timer.", "Jista' ikun li d-deċiżjoni tkun favur part- timer fid-dawl tas-sitwazzjoni attwali, pero' l-iktar ħaġa importanti hi li naraw li jkollna nies imħarrġa biżżejjed biex jagħtu dan is-servizz.", "L-Onor.", "Farrugia kien kellimni dwar ċerta persuna li kienet imħarrġa u fil- fatt għamilna kuntatt magħha, pero' din għandha xogħol ieħor għax diġa' qiegħda tagħti dan is-servizz.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: L-enti konċernati qegħdin iħarrġu nies adatti sabiex pajjiżna jkollu dan it-tip ta' servizz?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Ġieli ppruvaw iħajru nies biex jidħlu għal dan ix-xogħol, imma ma tantx kien hemm tweġiba entużjasta.", "Għalhekk jidhilri li hemm bżonn li ninċentivaw lin-nies biex ikunu mħarrġa.", "Wieħed irid jikkonsidra wkoll jekk bit-teknoloġija li teżisti llum għandniex nibqgħu mexjin fuq l-istess sistema ta' qabel.", "Jien preparata nitkellem mal-kummissjoni persuni b'diżabbilta' u nagħmlu dak li ngħidulu long-term panel, li kultant insibu ruħna daqsxejn neqsin minnu u kull meta jkollna persuna li timla' l-post u tagħti s-servizz, ma naħsibx li minn hawn u ftit snin oħra se nerġgħu niġu bżonn dawn it-tip ta' persuni u ma nsibux.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Ladarba l-Ministru qed tirriferi għall-avvanz fit- teknoloġija, xi pjani għandha, anke fid-dawl tar-rapport li sar riċentement minn Lino Spiteri?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Fir-rigward tar-rapport Spiteri li sar riċentement, il-ministeru ħares l-aktar lejn il-parti li għandha x'taqsam ma' l-adult training centres u rajna xi pjani hemm.", "Allura hawnhekk forsi qegħdin on the right track.", "Kif għedt diġa', jiena nixtieq nitkellem mal-kummissjoni persuni b'diżabilita' u anke ma' l-għaqdiet li huma kkonċentrati b'mod partikolari fuq persuni nieqsa mid-dawl.", "Naħseb li huma l-aktar li jistgħu jagħtuna feedback u minn hemmhekk imbagħad inkun nista' nagħmel il-pjani tiegħi, Sur President.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Il-Ministru għandha kuntatt dirett mal-ministeru ta' l-edukazzjoni biex tara li studenti li għandhom xi diżabilita' u li jattendu l-iskejjel tal-knisja, ikollhom l-istess faċlitajiet li għandhom studenti bħalhom li jattendu skejjel tal-gvern?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Kellna kuntatt ma' studenti b'diżabilita' li qegħdin fl-iskejjel tal-knisja u għalkemm dawn is-sitwazzjonijiet jaqgħu aktar taħt il-ministeru ta' l-edukazzjoni, fl-aħħar mill-aħħar aħna gvern wieħed u jekk qed inħarsu lejn persuni b'diżabilita', irridu nħarsu lejn il- bżonnijiet tagħhom ħolistikament.", "S'issa ppruvajna nsolvu każ każ kif tinqala' il-problema u għalkemm dan mhux dejjem hu possibbli, wieħed isib li indirizzajna ħafna mill-problemi li kellhom bosta studenti f'dawn l-aħħar xhur.", "Ħaġa waħda li verament nixtieq hi li l-ministeru ta' l-edukazzjoni u l-ministeru tiegħi jibqgħu jaħdmu dejjem flimkien kif qed jagħmlu u nemmen li r-rapport ta' Lino Spiteri se jkompli jgħin anke minn dan il-lat.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Dan ifisser li l-gvern qiegħed jestendi l-għajnuna ta' facilitators ukoll meta tinħass il-ħtieġa urġenti fl-iskejjel tal- knisja?", "Jekk le, xi ftehim ikun qed jintlaħaq f'dan il-każ?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Iva, fl-iskejjel tal-knisja hemm facilitators għal tfal b'diżabilita'.", "Ġieli jiġu ġenituri għandi għax jassumu li s- settur tad-diżabilita' jaqa' taħt il-ministeru tiegħi, jiena mbagħad nirriferihom lill-ministeru ta' l-edukazzjoni u dan imbagħad jipprovdi facilitator jew a shared facilitator skond l-okkażjoni kif tkun.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Issir xi distinzjoni fir-rigward tal-livell sekondarju u f'livell primarju?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Naturalment hemm l-istatementing board li attwalment jagħmel l-assessments u jara l-ħteġijiet tat-tfal partikolari.", "Pero' min-naħa tiegħi, qatt ma rajt distinzjoni jew differenza bejn il- primarja u s-sekondarja.", "QORTI TA' L-APPELL", "15745.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kawżi nqatgħu fil-qorti ta' l-appell din is-sena?", "Kemm minnhom kellhom is-sentenza mnaqqsa u kemm miżjuda?", "X'kien ir-reat?", "ONOR.", "TONIO BORG (Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern): It-tagħrif mitlub dwar kawżi ta' appell maqtugħa din is-sena, sal-31 ta' Ottubru, hu kif jidher mit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.", "PULIZIJA U GWARDJANI TAL-ĦABS", "15746.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' pulizija jew gwardjani tal-ħabs li ttellgħu l-qorti f'dawn l-aħħar ħames snin u għaliex?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi l-membri tal-korp tal-pulizija u gwardjani tal-ħabs li nbdew proċeduri kriminali kontra tagħhom tul dawn l- aħħar ħames snin huwa kif ġej:", "| |2001|2002|2003|2004|2005| |Pulizija| 14| 11| 16| 9| 7| |Gwardjan| -| -| -| 1| 2| |i | | | | | |", "IMĦALLFIN, MAĠISTRATI U ASSISTENTI ĠUDIZZJARJI", "15747.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hawn imħallfin, maġistrati u assistenti ġudizzjarji?", "X'paga u allowance għandhom?", "ONOR.", "TONIO BORG: It-tagħrif mitlub hu kif jidher mit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Sar xi progress dwar dak li l-Viċi Prim Ministru kien spjega f'din il-Kamra dwar il-poteri limitati li għandhom l-imħallfin fuq l-assistenti ġudizzjarji?", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Peress li ħafna drabi l-assistenti ġudizzjarji jassistu lill-imħallfin fil-ġbir tal-provi, aħna nvolvejna lill-istess imħallfin fir- reklutaġġ tagħhom għax peress li se jassistu lilhom, dehrilna li għandhom igawdu l-fiduċja tagħhom.", "Dawn bil-liġi jaqgħu taħt is-superviżjoni ta' l-imħallef u fil-fatt ġieli kien hemm assistenti ġudizzjarji li ma baqgħux iservu minħabba li saru rapporti minn imħallfin kontra tagħhom.", "Il-kontroll dwar ir-reklutaġġ u t- tiġdid ta' l-inkarigu ta' l-assistenti ġudizzjarji jinsab f'idejn l- imħallfin.", "L-assistenti ġudizzjarji għandhom fee preċiża kull sena li titħallas mill- gvern irrispettivament minn kemm-il kawża jagħmlu.", "SULDATI MKEĊĊIJA MILL-ARMATA", "15748.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm suldati jew ranks oħra tkeċċew mill-armata fdawn l-aħħar ħames snin u għaliex?", "ONOR.", "TONIO FENECH (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Filwaqt li nirriferi lill-Onor.", "Membru għat-tweġiba li kont tajtu għall- mistoqsija parlamentari 11866 tas-16 ta' Mejju, 2005, inżid ngħid li matul din is-sena tkeċċew żewġ gunners oħra mill-armata minħabba kondotta militari ħażina.", "SENTENZA TA' COMMUNITY SERVICE", "15749.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm sentenzi ingħataw ta' community service din is-sena u s- sena l-oħra?", "X'kien ir-reat u x'kellhom jagħmlu l-ħatja?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi ma tinżammx statistika dwar is- suġġett tal-mistoqsija.", "REĠISTRAZZJONI TA' ANNIMALI", "15750.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn tjur, baqar, nagħaġ, mogħoż, żwiemel u annimali oħra reġistrati mad- dipartiment ta' l-agrikoltura?", "ONOR.", "TONIO FENECH (f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent): Ninsab informat li n-numru ta' bovini huwa ta' 19,000, in-numru ta' kaprini u ta' ovini huwa ta' 15,000, in-numru ta' broilers huwa 743,500 u n-numru ta' layers huwa ta' 575,500.", "Ma jinżammux figuri dwar żwiemel u annimali oħra.", "PREZZ TAL-PRODOTTI TA' L-IKEL", "15907.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jinformana kemm kien il-prezz medju ta' l- għasel fl-ewwel disa' xhur tas-sena at farmgate level?", "Jista' jipprovdi l- istess informazzjoni għall-istess perijodu għal dawn l-aħħar ħames snin?", "ONOR.", "TONIO FENECH (f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent): Mill-istatistika ta' xi sentejn ilu li ħarġet min-national statistics office, il-prezz medju ta' l-għasel kien jammonta għal Lm 4.72- il kilo u l-prezz medju ta' din is-sena kien ta' Lm 5.50-il kilo.", "Fuq is- suq il-prezz ta' l-għasel idur bejn il-Lm5 u s-Lm7 il-kilo u dan il-prezz ilu hekk għal diversi snin.", "Ma ssirx distinzjoni bejn Malta u Għawdex f'dan ir-rigward u dawn il-figuri huma għal għasel Malti u Għawdxi biss.", "Fil-fatt, fis-suq hemm ħafna għasel - jew hekk imsejjaħ għasel - li jinbiegħ ħafna orħos.", "PREZZ TAĊ-ĊANGA", "15908.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jinformana kemm kien il-prezz medju taċ-ċanga friska fl-ewwel disa' xhur tas-sena at farmgate level?", "Jista' jipprovdi l- istess informazzjoni għall-istess perijodu għal dawn l-aħħar ħames snin?", "ONOR.", "TONIO FENECH (f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent): Tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "IMPORTAZZJONI TA' TIĠIEĠ", "15909.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jinformana jekk ġietx investigata l-aħħar sitwazzjoni fejn tiġieġ ġew importati b'dumped price, bir-riżultat li l- produzzjoni lokali ġiet affettwata ħażin?", "ONOR.", "TONIO FENECH (f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent): Il-ministeru kontinwament, permezz tas-servizzi veterinarji, jagħmel monitoraġġ tal-prezzijiet u l-kwantitajiet ta' prodotti ta' tiġieġ.", "Issir analisi regolari ta' prezzijiet ta' prodotti jew landed prices.", "Mill-analisi li saret riċentement, il-ministeru ħa passi biex jinforma lill- ministeru tal-kompetizzjoni biex jinvestiga dawn il-prezzijiet.", "F'dan il-kuntest, nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi din il- mistoqsija parlamentari lill-ministeru konċernat.", "PROMOZZJONI TA' PRODOTTI LOKALI", "15910.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra, il-file tat- tender għall-promozzjoni ta' prodotti agrikoli li ħareġ il-ministeru?", "ONOR.", "TONIO FENECH (f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent): L-Onor.", "Interpellant jaf li m'huwiex possibbli li files governattivi jitpoġġew fuq il-mejda tal-Kamra.", "Madankollu ma nsib l-ebda diffikultà li l-Onor.", "Interpellant jingħata aċċess sabiex imur fid- dipartiment konċernat biex jara l-informazzjoni kollha li jixtieq.", "UFFIĊJALI/DIRETTURI", "15911.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid matul din is-sena kienx hemm uffiċjali, diretturi, eċċ. li ngħataw extension sabiex wara l-61 sena, ikomplu jservu d-dipartiment?", "Jista' jgħid xi kwalifiki għandhom?", "Jista' jagħtina l- istess informazzjoni għal dawn l-aħħar ħames snin?", "ONOR.", "TONIO FENECH (f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent): Ninsab informat li matul is-sena 2005 kien hemm uffiċjal wieħed biss li ngħata extension sabiex jibqa' iservi d-dipartiment wara l-61 sena, li għandu advanced national certificate in agriculture.", "Ir-raġuni hija sabiex dan ikompli jaqdi dmirijietu bħala kap tas-segretarjat.", "Fil-fatt matul dawn l-aħħar ħames snin kien hemm tliet uffiċjali li ngħataw estensjoni wara l-61 sena.", "*Officer in grade 5 b'esperjenza u tagħrif dwar l-esportazzjoni tal-patata;", "*Senior technical officer b'esperjenza fil-manutenzjoni u fault finding fis- sistemi tar-refriġerazzjoni;", "*Senior fisheries officer b'esperjenza fil-qasam tal-fisheries protection", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-Mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għall- Kondoljanzi u nsejjaħ lill-Viċi Prim Ministru.", "KONDOLJANZI", "ONOR.", "TONIO BORG: Sur President, fil-11 ta' Diċembru tħabbret il-mewt tas- Sur Louis Bartolo li jiġi missier id-deputat ta' l-oppożizzjoni, l-Onor.", "Evarist Bartolo.", "Jien ma kellix ix-xorti li nkun nafu ħafna lis-Sur Bartolo, għalkemm lill-mara tiegħu, li ġiet nieqsa xi snin ilu kont nafha xi ftit.", "Meta wieħed jiġbor l-informazzjoni dwar is-Sur Bartolo jinduna mill-ewwel li minbarra li kien attiv ħafna fil-qasam soċjali u tar-raħal li tant kien iħobb, il-Mellieħa, kien ukoll rabba familja ta' sebat itfal li ma naħsibx li hija xi ħaġa faċli.", "Nista' nimmaġina f'mumenti bħal dawn xi jħoss il-kollega tagħna l-Onor.", "Bartolo għaliex kif dejjem ngħid f'okkażjonijiet bħal dawn, dawn l-affarijiet tkun taf xi jfissru u x'dieqa jġibu magħhom meta tgħaddi minnhom personalment.", "Aħna bħala politiċi minjaf kemm-il funeral immorru pero` mbagħad meta l- mewt tolqot lil xi ħadd viċin tagħna, l-ewwelnett nibdew napprezzaw aktar lin-nies li kienu jħobbuna u li minjaf kemm ikunu batew magħna fil-ħajja politika tagħna u t-tieni meta tolqot lilna nkunu verament nindunaw xi tlifna.", "Jien niftakar meta mietet il-mama ta' l-Onor.", "Bartolo, fil- kondoljanzi kien qalilna li ommu kellha qalb kbira biżżejjed li kienet kapaċi tħobb liż-żewġ uliedha, wieħed minnhom deputat Laburista u l-ieħor kunsillier Nazzjonalista.", "Nimmaġina li d-dimensjoni ta' qalb is-Sur Bartolo kienet ta' l-istess daqs tal-mara tiegħu u jien konvint li kien kburi b'uliedu kollha, imma wkoll biż-żewġ uliedu li kienu għadhom attivi fil-politika f'oqsma u fuq naħat differenti ta' l-ispettru politiku.", "Naf li dawn huma mumenti diffiċli għal kulħadd pero` naħseb li ż-żewġ affarijiet li forsi jtaffu xi ftit mid-dieqa li qed iħoss seħibna l-Onor.", "Evarist Bartolo hija l-fidi nisranija u fl-istess ħin, li jkun jaf li anke f'dan il-mument meta donnok tħoss li d-dinja qed taqa' madwarek, teżisti dik is-solidarjeta` tal-ħbieb u tal-ħbieb veri li ttaffi xi ftit mid-dieqa ta' dan il-mument.", "Għalhekk għan-nom ta' din in-naħa tal-Kamra nixtieq nestendi l-kondoljanzi lill-Onor.", "Bartolo kif ukoll lil ħutu Roża, Joe, Marija, Envin, Bernardette u Natalina.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Charles Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Sur President, ċertament jien ningħaqad mal- kollega tiegħi, l-Onor.", "Tonio Borg, u għan-nom tiegħi personali kif ukoll tal-kollegi kollha ta' din in-naħa ta' l-oppożizzjoni, nixtiequ nestendu l- kondoljanzi tagħna lill-kollega tagħna, l-Onor.", "Evarist Bartolo għat-telfa tal-papa` tiegħu.", "Telfa ta' ġenitur hija xi ħaġa li rridu ngħaddu minnha lkoll kemm aħna pero` nifhmuha biss meta tolqotna direttament.", "Għalkemm ma kontx naf lill-papa` ta' sieħbi, l-Onor.", "Evarist Bartolo, xorta jibqa' l-fatt li tisma' fuq il-persuna għaliex il-ġid li persuna tagħmel jibqa' jiġri warajh u jibqa' jinstema' ħafna aktar man-nuqqas tiegħu.", "Naf li għamel ħafna ġid kemm bħala għalliem u kemm bħala bniedem attiv soċjalment fil-Mellieħa u naħseb li din hija xi ħaġa li tagħmel unur lill- familja Bartolo u hija ta' sodisfazzjon kbir għalihom.", "Għalhekk f'dan il- mument diffiċli ta' sieħbi Evarist u tal-familja kollha tiegħu, nixtieq għal darb'oħra nestendi l-kondoljanzi ta' din in-naħa tal-Kamra lilu, lil ħutu kollha u lil uliedu.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Evarist Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Sur President, kont qiegħed ngħid li llum ħadt gost li kien temp sabiħ għaliex ippermetta li niċċelebraw il-ħajja ta' raġel tajjeb, missier mill-aqwa, nannu meraviljuż u edukatur eċċellenti.", "Edukatur mhux għaliex għamel snin twal jgħallem il-Malti, is-somom u l- Ingliż iżda għaliex għallem bl-eżempju tiegħu u b'ħajtu.", "Kif diġa` għedt, għal snin twal kien edukatur f'diversi skejjel primarji ta' Malta u Għawdex u fi żmien il-gwerra, flimkien mal-mibki Ġanni Cilia, kienu jieħdu ħsieb in- naħa ta' fuq ta' Malta sabiex lill-bdiewa ma jgħafsuhomx ħafna meta jiġu sabiex jieħdulhom il-ħsad tagħhom.", "Fl-istess ħin kien jara li jieħdu biżżejjed ħsad ħalli jitimgħu lill-bqija tal-komunitajiet ta' hemmhekk.", "Fil-fatt għadni nidħol fi djar ta' anzjani llum li jgħiduli b'liema mod strett kien isegwi r-regoli, pero` fl-istess ħin b'liema mod uman kien jaġixxi.", "Għalija personali l-akbar kwalita` ta' missieri, li ironikament kien bniedem privat ħafna u żgur li qatt ma mmaġina li fil-mument ta' mewtu kien se jkun qiegħed isir persuna daqsxejn pubblika, -", "missieri dejjem għex fil-kwiet u qatt ma fittex il-pubbliċita`, anzi kien jaħrabha - kienet li minkejja li kien edukatur mill-aqwa u missier mill- aqwa qatt ma ried li jien u ħuti nkunu imitazzjoni tiegħu.", "Jien minn meta kont żgħir niftakru dejjem wara l-iskrivanija jaħdem u warajh kien ikollu librerija.", "Fuq il-ħġieġa ta' din il-librerija kien hemm ritratt bl- awtografija ta' Nerik Mizzi.", "Dejjem hemm niftakru dak ir-ritratt.", "Minbarra li kien ħabib ta' Nerik Mizzi kien ħabib ukoll ta' Dr George Borg Olivier.", "F'Jannar ta' l-1992 meta missieri kien diġa` kellu 72 sena, niftakar li kienet bdiet il-kampanja elettorali ta' l-1992.", "Bħas-soltu ommi marret għall-mass meeting Nazzjonalista pero` missieri ma tantx kien jiflaħ u allura ma setax imur.", "Hekk kif kien fis-sodda għedt bejni u bejn ruħi li dan kien il-mument propizju sabiex immur intarraflu xi ħaġa.", "Poġġejt bil- qiegħda ħdejn is-sodda tiegħu u għidtlu: \"Pa, jiena se noħroġ bħala kandidat mal-partit Laburista.\".", "Missieri qalli: \"Sewwa sewwa.", "Għidli x'għandi nagħmel sabiex ngħinek.", "Kulma ngħidlek biss huwa li dak li għandek tagħmel agħmlu bis-serjeta`, idħol għalih bis-serjeta`.", "Jew se tagħmel xi ħaġa tajba jew inkella tidħol għaliha xejn.\".", "Fl-opinjoni tiegħi dak huwa l-kobor ta' missieri, li filwaqt li edukalna qalbna u moħħna, ma ġebbidniex minn imneħirna.", "Ħalliena nsibu lilna nfusna u għalkemm nassumi li nkwetajtu mhux ħażin f'ħajtu, pero` dejjem tani l- ispazju u l-liberta' li niżviluppa kif deherli jien, allavolja jekk mhux bilfors kif xtaq hu.", "Madankollu nittama li xi ftit mill-kwalitajiet tiegħu ħadthom jien ukoll.", "Sur President, nixtieq nirringrazzja lill-prim ministru u lill-kap ta' l- oppożizzjoni, kif ukoll lill-kollegi miż-żewġ naħat tal-Kamra.", "Nixtieq ngħid kelma speċjali għall-istaff ta' l-isptar fit-taqsima ta' l-M5, fejn matul dawn l-aħħar tlett ijiem sirt naf daqsxejn aħjar minn xiex jgħaddu.", "Ċertament ikun hemm minn xiex tgerger minn xi staff ta' l-isptar għaliex ma naħsibx li dawn huma kollha eżemplari bħall-bnedmin kollha, pero` l-impenn li rajt kien wieħed kbir.", "U dan ma naħsibx li għamluh għaliex kien hemm missier deputat għaliex rajthom kif kienu jimxu man- nies l-oħra.", "F'mumenti diffiċli nixtieq ngħid grazzi lilhom u nixtieq li nibdew napprezzaw aktar ix-xogħol tagħhom.", "Nixtieq nirringrazzja lilek, Sur President, kif ukoll lill-aġent president tar-repubblika.", "Fl-aħħarnett nixtieq ngħid grazzi ħafna lil dawk kollha li wrew solidarjeta` miegħi.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Naturalment is-Sedja tingħaqad mas-sentimenti espressi miż-żewġ naħat tal-Kamra u titlob lill-Iskrivan tal-Kamra sabiex iwassal il-kondoljanzi lill-familjari ta' l-Onor.", "Bartolo.", "Issa se nerġa' nsejjaħ lill-Viċi Prim Ministru sabiex jagħti l-kondoljanzi lill-familjari tas-Sur John J. Borg li fiż-żmien kien membru ta' din il- Kamra.", "ONOR.", "TONIO BORG: Sur President, fl-10 ta' Diċembru tħabbret il-mewt ta' ex-deputat tal-partit Laburista, is-Sur John J. Borg, fl-eta` ta' 69 sena.", "Is-Sur Borg niftakru ftit għaliex kien ħareġ kemm-il darba fuq id-distrett tal-Belt u kont narah l-aktar fuq il-posters, pero` kont iltqajt xi darba miegħu personalment.", "Kien bniedem tan-negozju u żgur li ma kellux bżonn il- politika pero` bil-mod tiegħu kien ħa sehem attiv kemm fil-partit Laburista kif ukoll f'dan il-parlament.", "Fil-fatt kien ġie elett darbtejn, fil- leġislatura ta' l-1976 kif ukoll fil-leġislatura ta' l-1982.", "Minbarra li kien deputat, is-Sur Borg kien serva wkoll fil-qasam pubbliku għaliex kien chairman tal-MDC, tas-Sea Malta, kif ukoll direttur tal-bank ċentrali, tal-Malta Countertrade u tal-Malta Freeport.", "Għaldaqstant inħoss li tkun xi ħaġa ġusta li nsemmu l-memorja tiegħu għaliex is-Sur Borg ma kienx biss deputat ta' din il-Kamra imma ta s-sehem tiegħu wkoll fil- qasam pubbliku billi kien jaħdem f'dawn il-korporazzjonijiet pubbliċi li għadni kemm semmejt.", "Nixtieq infakkar lill-membri ta' din il-Kamra li l- funeral tiegħu se jsir għada fil-Furjana.", "Nixtieq nitlob lilek, Sur President, sabiex testendi l-kondoljanzi tal-Kamra kollha lill-membri tal- familja tiegħu.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Charles Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Sur President, jien ukoll nixtieq ningħaqad mal- Kamra ħalli f'ismi u f'isem l-oppożizzjoni kollha nestendi l-kondoljanzi tiegħi lill-familjari tas-Sur John J. Borg, li frankament kien wieħed mill- politiċi li ltqajt magħhom u sirt naf jien meta bdejt il-karriera politika tiegħi lejn l-aħħar tas-snin sebgħin.", "Mill-ewwel mumenti kien laqatni l- karattru tiegħu u għalkemm kont naf li kien negozjant kapaċi, fil-politika kien ukoll bniedem kif inħobbu ngħidu \"down to earth\".", "Kien bniedem mingħajr pretensjonijiet żejda, anzi ma kellu pretensjonijiet xejn, imma kien ukoll bniedem li kellu insight u kien jaqra l-karattru ta' bniedem malli kien jiltaqa' miegħu.", "Ippressjonatni wkoll l-onesta` u l-integrita` tiegħu.", "Il-fatt li meta kien jagħti parir, għalkemm ma kienx jimponi l-ideat tiegħu jew dak li kien qed jaħseb, kien jagħtik jew kien iġiegħlek tixtarr dak li jkun qed jgħid għaliex kien ikun parir jew suġġeriment mogħni b'ċerti insights ta' esperjenza.", "Dan kemm meta kien jesprimi opinjoni politika kif ukoll jekk wieħed kien jitkellem miegħu fuq livell personali.", "Fil-fatt mhux darba u tnejn li jien kont immur inkellmu anke fuq dan il-livell.", "U s-sabiħ tiegħu kien li inti kont toqgħod fuq il-parir tiegħu jew tagħti kas sew il-parir tiegħu għaliex tkun taf li kien ikun parir onest, ikunu x'ikunu ċ- ċirkostanzi.", "Barra minn hekk wieħed japprezza l-ħidma politika tiegħu fi ħdan il-partit Laburista li hu kien iħobb ħafna u baqa' sa l-aħħar leali ħafna lejn il- partit.", "Wieħed japprezza wkoll il-ħidma tiegħu bħala membru parlamentari għaliex kienet ħidma eżemplari kif ukoll il-ħidma pubblika tiegħu f'diversi bordijiet għax ċertament sabiex qeda dmiru lejn il-pubbliku kellu jissagrifika wkoll jew inaqqas mill-attenzjoni li ried jagħti lejn in- negozju personali tiegħu.", "Madankollu dejjem għamel xogħlu mhux b'interess personali imma fl-aħjar interess tal-pajjiż.", "Fl-opinjoni tiegħi, din hija xi ħaġa li kull wieħed minna għandu japprezza fi bniedem.", "Għaldaqstant Sur President, ningħaqad mal-Viċi Prim Ministru u nitolbok sabiex testendi l-kondoljanzi ta' l-oppożizzjoni lill-familjari kollha tas- Sur John J. Borg u j'Alla l-Bambin jagħtihom il-konsolazzjoni li jixirqilhom f'telfa ta' din in-natura.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Is-Sedja terġa' tingħaqad mas-sentimenti espressi miż-żewġ naħat tal-Kamra u titlob lill-Iskrivan tal-Kamra sabiex iwassal il- kondoljanzi lill-familjari tas-Sur Borg.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' Karti u nsejjaħ lill-Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:-", "Dikjarazzjoni għall-finijiet tas-subartikolu 14(5) ta' l-Att ta' l- 1996 dwar is-Servizz tas-Sigurta` kif ukoll kopja tar-Rapport Annwali tal-Kumitat dwar is-Sigurta' għas-sena 2004; u", "Lista tad-delegati ta' kull pajjiż fil-Laqgħa tal-Kapijiet tal-Gvern tal-Commonwealth (CHOGM) li nżammet f'Malta f'Novembru 2005, lista tal- media akkreditata għal din il-laqgħa, u lista tal-parteċipanti tal- Commonwealth People's Forum, Commonwealth Youth Forum u Commonwealth Business Forum li saru b'rabta mal-Laqgħa tal-Kapijiet tal-Gvern.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru. 399 ta' l-2005 - Avviż ta' bidu fis-seħħ ta' Taqsima XII ta' l-Att ta' l-2005 li jemenda diversi liġijiet (Att Nru. XIII ta' l-2005); u", "f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Barranin inqiegħed fuq il-mejda tal- Kamra:", "Kopja ta' contracts of service li saru mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin bejn l-1 ta' Lulu 2004 u Diċembru 2005, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 16236.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Louis Deguara.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru. 398 ta' l-2005 - Regoli ta' l-2005 dwar Awtorizzazzjoni għad-Dispensa ta' Ossiġnu Mediċinali minn Postijiet li m'humiex Spiżerija.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet.", "Is- Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO (Segretarju Parlamentari): Sur President, ġibduli l- attenzjoni li tan-newsroom tas-Super One għoġobhom jikkwotaw xi parti mid- diskors tiegħi u anke semmgħu xi recording.", "Issa lili ma jdejqunix dawk il-ġurnalisti li jagħmlu xogħolhom u jikkwotawni, pero' nixtieqek tiġbed l- attenzjoni tal-ġurnalisti in kwestjoni li jekk se jagħmlu hekk għandhom jimxu mar-regolamenti ta' din il-Kamra.", "Jekk ir-regolamenti ta' din il-Kamra jgħidu li meta jiġi kkwotat xi ħadd, dak li jkun qed jikkwota għandu jġib is-sustanza sħiħa u mhux partijiet minnha, allura l-ġurnalisti għandhom jimxu ma' dawn ir-regoli.", "Għalhekk li issa jirriżulta dan in-nuqqas nixtieqek tara li tinġibed l-attenzjoni ta' dawn il-ġurnalisti.", "Aħna bħala deputati rridu noqogħdu għar-regolamenti, xi ħaġa li lili ma ddejjaqni xejn, imma daqstant ieħor ħaddieħor irid joqgħod għar-regolamenti.", "Stajt inqum hawnhekk u ngħajjat ksur ta' privileġġ u nitlob il-protezzjoni tas-Sedja.", "Madankollu kulma qiegħed nitlob huwa li tinġibed l-attenzjoni ta' dawn il-ġurnalisti ħalli aħna nagħrfu noqogħdu għar-regolamenti tagħna u l-ġurnalisti jagħrfu jagħmlu xogħolhom mill-Parlament skond ir-regoli ta' din il-Kamra.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Uffiċjalment qed niġbed l-attenzjoni ta' l-Iskrivan tal-Kamra sabiex ma' l-ewwel opportunita' li jkollu jagħmel transcript ta' dan id-diskors u jibagħtu lill-istazzjon televiżiv konċernat.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Sur President, jista' l-Onor.", "Membru jispeċifika x'inhi l-oġġezzjoni tiegħu ħalli għallinqas inkunu nafu fuqiex qiegħed jitkellem?", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom, ma noħolqux dibattitu.", "Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO: Sur President, xi ħames ġimgħat ilu, meta konna qegħdin nitkellmu f'diskors relatat mal-budget, in-newsroom tas-Super One Television għoġobhom jikkwotaw mid-diskors tiegħi u dan għamluh permezz tar- recordings li jixxandru regolarment mill-Parlament.", "Jien bilfors nieħu għalija għaliex dawn il-ġurnalisti ġabu biss dak li għoġob lilhom u ma ġabux id-diskors kollu tiegħi.", "Għaldaqstant jekk dan l- atteġġament imur kontra r-regolamenti ta' din l-istituzzjoni, nitolbok tiġbed l-attenzjoni ta' min hu konċernat, Sur President.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mangion, fil-qosor ħafna.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Sur President, is-Segretarju Parlamentari għandu jkun aktar ċar f'dak li qed jgħid.", "Għandu jgħidilna jekk il-ġurnalisti kkwotawhx ħażin jew inkella kkwotawhx tajjeb.", "Jekk dawn il-ġurnalisti qalu xi ħaġa li ma qalx hu f'dak id-diskors mod, pero` jekk ikkwotaw parti mid- diskors jew kliem li huwa qal mod ieħor.", "Naħseb li għandu jgħidilna eżatt x'inhi l-oġġezzjoni tiegħu ħalli anke s- Sedja tkun taf eżatt x'inhu jitlob.", "MR SPEAKER: Onor. Mangion, jien għalhekk tlabt lill-Iskrivan tal-Kamra sabiex jibgħat transcript ta' dak id-diskors lill-istazzjon konċernat.", "B'hekk wieħed ikun jista' jasal għall-konklużjoni minn hemmhekk.", "(Interruzzjonijiet)", "Safejn naf jien, is-Segretarju Parlamentari ma ressaqx ksur ta' privileġġ iżda qiegħed jitlob għal kjarifika.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO: Sur President, hija għażla tiegħi li f'dan il- mument ma nressaqx ksur ta' privileġġ.", "Pero` fuq dak li ġara stajt nitolbu faċilment.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Ngħaddu issa għall-Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ORDINANZA DWAR L-AKKWIST TA'", "ARTIJIET GĦAL SKOPIJIET PUBBLIĊI", "LAND ACQUISITION (PUBLIC PURPOSES) (AMENDMENT) BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri Ikompli mis-7 ta' Diċembru, 2005 Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari huwa in possession.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO: Sur President, il-Ministru Tonio Borg fl-aħħar seduta li kellna beda jressaq l-emendi li l-għan ewlieni tagħhom huwa li jistabbilixxu kriterji aktar ċerti u ekwi u li bihom jiġi stabbilit jekk art tkunx tajba għall-bini jew le.", "Dan qiegħed isir għal skopijiet ta' kumpens f'każ ta' akkwist obbligatorju u li jirregola l-valur ta' l-art meħuda qabel l-2003.", "Fi kliem ftit aktar sempliċi, il-parlament qiegħed jiddibatti emenda li permezz tagħha l-gvern se jkun qiegħed iressaq regolamenti ġodda li huma maħsuba li jgħinu aktar lill-istess dipartiment ta' l-artijiet meta dan jiġi biex jagħti valur lil dik l-art li tkun qiegħda tiġi meħuda mill- privat.", "L-akkwist obbligatorju jsir meta l-gvern ma jkollux triq oħra minn fejn jgħaddi u allura jkollu jieħu dik l-art sabiex jużaha għal xi skop jew ieħor.", "Għal dan il-għan il-gvern iddeċieda li jbiddel ir-regolamenti ta' kif huwa kien jasal għall-ħlas ta' dik l-art.", "Sur President, issa minflok ma l-gvern se joqgħod jirregola l-ħlas ta' dik l-art bid-distanza u skond kemm qiegħda 'l bogħod minn ċerti postijiet, fuq jekk hux se tinbena u dawn il-kriterji pjuttost antiki, se jagħmel kriterji aktar ċari.", "Kriterji li fuq kollox qegħdin imorru wkoll għal tip ta' raġunament li huwa aktar ċar u magħruf aktar minn kulħadd.", "Allura hawnhekk qegħdin indaħħlu l-iskema tal-pjan lokali kif ikun ippubblikat minn żmien għal żmien mill-MEPA.", "Minn żmien għal żmien il-MEPA toħroġ pjan ta' żvilupp għall-pjan lokali u fih wieħed ikun jista' jagħraf fejn hija l-art għall-bini jew fejn hija l- art li qiegħda barra mill-iskema ta' żvilupp.", "Permezz ta' din il- leġislazzjoni l-gvern qiegħed jintrabat u se nikkwota mill-emenda għall- artiklu 18:", "\"Art titqies li tkun art għall-bini għall-finijiet ta' din l-Ordinanza jekk tkun ġewwa l-limiti ta' skema ta' bini jew pjan lokali li jkun fis-seħħ minn żmien għal żmien taħt xi liġi dwar l-ippjanar.\".", "Hawnhekk nixtieq nirriferi għall-kummenti li għadda l-istess Ministru Borg meta qal li din hija xafra li taqta' minn żewġ naħat.", "Dan għaliex se jkun hemm ċirkostanzi fejn xi ħadd jista' jgawdi u jmur aħjar, f'termini ta' ħlas, għall-art li se tittieħed wara l-1 ta' Jannar ta' l-2005, u se jkun hemm min se jitħallas inqas meta kkomparat mar-regolamenti tal-lum.", "Mela l- benckmark ta' dak li se jsir b'dawn ir-regolamenti m'għandniex inkejjluhom billi nqabbluhom mar-regolamenti li kellna s'issa.", "Ejjew naraw li nibdlu r- regolamenti u l-proċeduri li kellna s'issa, inħarsu lejn il-ġejjieni u ngħidu li għandna għad-dispożizzjoni tagħna regolamenti ċari.", "Sur President, dawn ir-regolamenti qegħdin fil-pjan lokali kif ippubblikat mill-awtorita' tal-MEPA u kif għedt aktar qabel, f'dan il-pjan lokali wieħed jista' jsib fejn hija dik l-art tajba għall-bini u fejn hija l-art li m'hijiex tajba għall-bini.", "Hawnhekk il-gvern, permezz ta' dan il- ministeru, qiegħed jissimplifika l-proċeduri f'dan il-kontest ħalli jaqta' ftit mill-burokrazija u mid-dewmien fid-deċiżjoni tal-valutazzjoni ta' dik l-art in kwestjoni.", "Fis-sistema wżata s'issa kien hemm diversi kriterji li permezz tagħhom il-gvern seta' jasal għal diversi metodi ta' kif jikkalkola l-valur ta' dik l-art, pero' issa mhux se jibqa' l-każ.", "B'dawn ir- regolamenti mhux se jkun hemm deċiżjonijiet li jvarjaw minn ċirkostanza għall-oħra.", "Fil-fatt meta tittieħed xi art mill-gvern u allura l-gvern ikollu jirregola x'se jkun il-kumpens ta' dik l-art, il-persuna li tkun se titteħdilha l-art se tkun taf immedjatament b'liema kalkolu se tkun ikkalkolata l-valur ta' l- art in kwestjoni.", "Qiegħed nisħaq fuq dan l-eżempju għaliex hawnhekk qiegħed il-prinċipju fundamentali ta' din l-emenda kollha.", "Il-bniedem li se titteħidlu l-art se jħares lejn il-pjan lokali u jara jekk l-art tiegħu hijiex art fabbrikabbli jew le.", "Għalhekk jekk jien bniedem li għandi xi biċċa art li qiegħda fl-iskema tal-bini, se nitħallas bil-valur ta' art fabbrikabbli.", "Min-naħa l-oħra, jekk l-art tiegħi ma tkunx skond il-pjan lokali, m'għandix nistenna li se niġi mħallas ta' art fabbrikabbli.", "Għaldaqstant hawnhekk qed nagħmlu clear cut ċara ta' fejn, kif u meta persuna se titħallas ta' l-art tagħha u qed nagħmluha ċara wkoll għall- uffiċjali tad-dipartimenti, ħalli dawn ukoll ikunu jafu kemm u kif se jħallsu.", "Sur President, klawsola 5 ta' dan l-abbozz ta' liġi jgħid hekk:", "\"Minnufih wara l-artikolu 18 tal-liġi prinċipali għandu jiżdied l- artikolu ġdid li ġej: 18A.", "Minkejja kull disposizzjoni oħra ta' din l-Ordinanza jew ta' xi liġi oħra, il-valur ta' xi art - li fl-1 ta' Jannar 2005 tkun fil-proċess li tiġi akkwistata; li dwarha tkun inħarġet id-dikjarazzjoni taħt l-artiklu 3 qabel il-5 ta' Marzu 2003; u li dwarha ma jkunx inħareġ avviż għall-ftehim qabel l-1 ta' Jannar 2005 taħt id-disposizzjonijiet ta' din l-Ordinanza kif fis-seħħ qabel id-data msemmija f'dan il-paragrafu, għandu, bla ħsara għal kull imgħax li jkun dovut sal-pagament taħt is- subartikolu (3) ta' l-artikolu 12 ta' din l-Ordinanza, ikun il-valur tagħha kif ikun fl-1 ta' Jananr 2005.\".", "Għaldaqstant dawk l-artijiet li diġa` ttieħdu u li l-ftehim tal-ħlas tagħhom diġa` sar, se jibqgħu kif inhuma.", "Madankollu, minn ċerta data 'l quddiem, il-ħlas se jibda jiġi maħdum skond dawn l-emendi l-ġodda li qed nagħmlu.", "Kif għedt, dawn huma emendi ċari u ż-żewġ naħat tal-Kamra qegħdin naqblu dwarhom.", "Għas-suq li hemm hemm barra, dawn għandhom ikunu emendi li se jdaħħlu ġustizzja aktar ekwa.", "Barra minn hekk se jkunu ta' għajnuna wkoll għad-dipartiment ta' l-artijiet ħalli jkollu aktar trasparenza, ikun aktar ġust u forsi jkollu inqas opportunita` li jiddeċiedi mod jew ieħor.", "Għalhekk id-dipartiment jista' jħaffef aktar il-proċeduri tiegħu għaliex issa se jasal għall-konklużjoni tiegħu b'ħafna aktar faċilita` meta jiġi biex jagħti l-valur ta' dik l-art in kwestjoni.", "Kif intqal anke mill-kelliema tan-naħa ta' l-oppożizzjoni kif ukoll mill- Ministru Tonio Borg, din hija liġi li qed tirregola lill-gvern fuq kemm għandu jħallas ta' art li jkun qiegħed jieħu mingħand il-privat.", "F'mument minnhom l-Onor.", "Joseph Brincat qalilna li din hija liġi kostituzzjonali u qalilna illi kieku kienet qed tiġi dibattuta fl-Italja huwa żgur li kienu jsejħulha liġi kostituzzjonali.", "Madankollu l-Kostituzzjoni ma tirregolax il-mod ta' kif għandu jingħata l-kumpens, pero` l-gvern ikollu diversi liġijiet - u din hija waħda minnhom - li bihom jirregola l-mod ta' kif jingħata kumpens.", "Allura hawnhekk ngħid li permezz ta' din il-liġi, aħna se nsaħħu l-implimentazzjoni tad-dritt kostituzzjonali, li tagħti lil kull ċittadin Malti u Għawdxi d-dritt li jkollu kumpens xieraq meta l-gvern, b'mod obbligatorju jieħu l-art tiegħu għal skop bżonjuż.", "Sur President, issa ħalli ngħaddi għal xi kummenti li għandhom x'jaqsmu mal- ħajja ta' kuljum ta' din il-leġislazzjoni.", "Jien m'iniex se nitkellem aktar b'mod tekniku iżda se nitkellem fuq il-prattiċi li jitqanqlu b'din il- leġislazzjoni.", "Per eżempju, l-Onor.", "Buhagiar semma l-eżempju taż-żona industrijali ta' Ħaż-Żebbuġ.", "Qalilna li inizjalment, meta din iż-żona kienet maħsuba fil-pjan lokali, kienet maħsuba bħala żona semi- industrijali.", "Nafu li fi żmien l-imgħoddi l-awtoritajiet responabbli mill- ippjanar kienu jagħżlu li jew iħarsu lejn żona ta' art u jagħrfuha bħala art industrijali jew iħarsu lejn żona ta' art u jagħrfuha bħala art semi- industrijali.", "B'żona industrijali wieħed jistenna li jara biss fabbriki u bini li fih issir ċerta manifattura jew attivita` kummerċjali.", "Pero` aħna mdorrijin nisimgħu bil-frażi \"żona semi-industrijali\" wkoll għaliex l-awtorita` ta' l- ippjanar, matul iż-żmien - skond il-pjan lokali tagħha - kienet tippermetti sabiex f'dik iż-żona partikolari jinbnew taħlita ta' siti.", "F'dawn is-siti jkun hemm attivita` industrijali ħafifa, dik li tissejjaħ light industry, mentri fis-sulari ta' fuq joqogħdu s-sidien li jkunu jaħdmu f'dawk il- garaxxijiet.", "Kif qal tajjeb l-Onor.", "Buhagiar, dan it-tip ta' bini jkun qisu xi casa bottega, fejn fil-garaxx ikollok il-panel beater, il- mastrudaxxa jew xi ħaddieħor, mentri fuq il-garaxx ikollu d-dar tiegħu.", "B'hekk twieldu numru ta' żoni industrijali, fosthom fil-Mosta fejn bħalissa għaddejjin bl-aħħar fażijiet ta' xogħol sabiex inlestu t-toroq fihom.", "Dawk it-toroq qegħdin nibnuhom mill-ġdid, qed ngħaddulhom is-service culverts u qed nagħtuhom it-tarmac.", "Ġara l-istess ħaġa f'Ħaż-Żebbuġ, fl-Imrieħel u f'parti żgħira f'Tal-Ħandaq.", "Dak li tkellem dwaru l-Onor.", "Charles Buhagiar jolqot kważi lil dawn it-tliet żoni industrijali kif inhuma magħrufa llum.", "Jien qiegħed insejħilhom żoni industrijali għaliex ma tantx jagħmlu dik id- differenza kbira pero` għal min jgħix hemmhekk tista' tagħmlilhom differenza.", "Il-kummenti prinċipali li bihom kien qed jipprova jirraġuna l-Onor.", "Charles Buhagiar kienu kummenti ta' kritika kontra l-awtorita` ta' l-ippjanar.", "Qalilna li dawn in-nies li jgħixu fiż-żona industrijali ta' Ħaż-Żebbuġ, li inizjalment kienet żona semi-industrijali, qegħdin jilmentaw għaliex iridu jibqgħu kif inhuma.", "Dan għaliex il-MEPA qiegħda tħares lejn dik iż-żona bħala żona industrijali.", "Il-kritika ta' l-Onor.", "Buhagiar qiegħed jagħmilha f'isem numru ta' nies li ffirmaw petizzjoni għaliex ma jridux li l-MEPA tagħrafhom bħala żona industrijali iżda jridu jibqgħu jiġu magħrufa bħala semi-industrijali.", "Il-kummenti tiegħi f'dan ir-rigward huwa li ma naħsibx li għandna nagħtu importanza kbira lejn il-mod ta' kif se nagħrfu din iż- żona.", "Fil-fehma tiegħi wasal iż-żmien li ma nibqgħux nużaw aktar il-kelma \"semi- industrijali\" għaliex jekk se nagħmlu hekk, se nibqgħu nġorru minn ġenerazzjoni għal oħra t-taħwida - bla ebda ġudizzju fuq jekk kenitx tajba jew ħażina – li kien hawn fl-imgħoddi.", "Fl-imgħoddi ħadd ma kellu tort meta vvintaw iż-żoni semi-industrijali għaliex għal dak iż-żmien forsi kienet l- aħjar deċiżjoni li setgħet tittieħed.", "Madankollu llum ma naħsibx li għandna nibqgħu nużaw il-kelma \"semi-industrijali\".", "Illum irridu nużaw il- kelma \"industrijali\" biss u rridu nagħrfu liema huma ż-żoni residenzjali u ż-żoni industrijali.", "B'hekk fejn hu residenzjali rridu nagħrfu x'naċċettaw u x'ma naċċettawx.", "Min-naħa l-oħra, fejn hemm żona industrijali, irridu nkunu ċerti li ma nġorrux dak li ġara fl-imgħoddi u li llum qed jiġi kkritikat.", "Għalhekk m'għandniex nibqgħu nibnu aktar djar f'żoni industrijali jekk irridu li xi darba naslu f'sitwazzjoni fejn ma jsirux attivitajiet kummerċjali fejn ikunu qed joqogħdu n-nies.", "Għalhekk irid ikollna a clear-cut definition ta' fejn hija żona industrijali u fejn hija żona residenzjali.", "Għalhekk jien naqbel ma' l-awtorita' ta' l-ippjanar li qed tgħid din hija żona industrijali għaliex ma nistgħux nibqgħu ngħidu semi-industrijali u industrijali.", "Irridu nużaw kelma waħda u għandna nagħżlu dik ta' żona industrijali.", "Issa hawnhekk irrid indur lejn dawk li għandhom id-djar tagħhom f'dawn iż-żoni industrijali u ngħidilhom li skond il- kondizzjonijiet tal-liċenzji tan-negozji, minkejja li jgħixu f'żona industrijali, xorta waħda ma jistgħux jagħmlu dak li jridu.", "Min jaħdem f'żona industrijali għandu kondizzjonijiet li bihom jirregola l-imġiba tiegħu.", "L-ebda azjenda industrijali, kbira kemm hija kbira – nista' nsemmi azjenda kbira bħal dik tal-Playmobil f'Ħal Far - ma tista' tagħmel li trid għaliex hija wkoll għandha l-kondizzjonijiet li tirregola l-imġiba tagħha.", "Lanqas mastrudaxxa, żgħir kemm hu żgħir, ma jista' jagħmel li jrid f'żona li kienet tissejjaħ semi-industirjali.", "Huwa minnu li skond il-liċenzja tan- negozji, li tirregola wkoll il-ħinijiet tan-negozju, negozju f'żona industrijali għandu aktar ħin u anqas indħil min-naħa tal-gvern pero` l- kondizzjoni ewlenija li għandu kull negozju, qiegħed fejn qiegħed, ma jistax joħloq inkonvenjent għal ħaddieħor.", "Dak in-negozjant ma jistax joħloq inkonvenjent lil sid ta' negozju ieħor li jiġi l-ġar tiegħu.", "Issa meta qed ngħid il-ġar tiegħu, jista' jkun fuqu, ħdejh, warajh jew inkella quddiemu.", "Huwa veru li hija xi ħaġa skomda li tgħix f'żona semi- industrijali pero` l-attakk tagħna m'għandux ikun kontra l-MEPA li qed tagħmel dan iż-zoning meħtieġ.", "Sur President, l-attakk tagħna għandu jkun sabiex nirresponsabilizzaw u hawnhekk irrid ngħid li qegħdin nagħmlu ħilitna kollha sabiex nilħqu dan il- għan.", "Se noħroġ ftit mill-kontest tas-suġġett imma rrid insemmi dan li se ngħid.", "Is-segretarjat tiegħi jirregola l-imġiba tas-self-employed u għandna responsabilita` diretta fuq kif inżommu l-manutenzjoni taż-żoni industrijali Tal-Ħandaq, ta' l-Imrieħel, ta' Ħaż-Żebbuġ u tal-Mosta.", "Bħala segretarjat nagħmlu ħilitna kollha sabiex nirresponsabilizzaw dawk is- sidien tan-negozji ħalli jnaqqsu kemm jista' jkun mill-inkonvenjenza għal ħaddieħor.", "Min-naħa tagħna ma niddejqux li niftħu d-djalogu - bħal dak li għandna mas-sidien tan-negozji – mar-residenti li qed jgħixu f'dawn iż-żoni semi-industrijali.", "Kritika oħra kienet minħabba li xi toroq kienu nbnew ta' ċertu daqs mentri llum il-makkinarju kiber.", "Huwa minnu li l-makkinarju kiber pero` jien ma nafx x'se jkun id-daqs tal-makkinarju għaxar snin oħra.", "Naf li 20 sena ilu n-numru ta' containers u trakkijiet kbar li kienu jintużaw, kienu ferm inqas minn dak tal-lum.", "Persważ ukoll li fil-ġejjieni se jkollna aktar trakkijiet ġodda milli second-hand.", "Allura jekk l-attivita` kummerċjali se tkompli tikber, kif qegħdin nistennewha aħna, il-makkinarju se jkompli jiġi żviluppat u kull negozju se jkollu makkinarju ġdid.", "Illum it-toroq se jibqgħu dawk li huma fid-daqs tagħhom pero` l-makkinarju se jkompli jikber.", "Li huwa żgur hu li rridu nkunu ċerti li nilħqu bilanċ bejn ir-residenti u dawk li qegħdin jaħdmu f'dawn iż-żoni.", "F'dan il-pajjiż ma nistgħux niġu f'sitwazzjoni fejn ħadd ma jista' jaħdem.", "Min-naħa l-oħra lanqas nistgħu niġu f'sitwazzjoni fejn ħadd ma jista' jgħix bil-kwiet.", "Dan il-pajjiż qiegħed jiċkien u din hija problema li se jkollna nġorruha minn sena għall-oħra.", "Pajjiżna qiegħed jiċkien u din it-taħlita ta' attivita` kummerċjali mar-residenti se tibqa' problema li rridu nkomplu niffaċċjawha.", "Issa rridu niffaċċjawha billi nagħtu valur lin-negozju u naċċertaw ruħna li n-negozju ma jibqax isir kif ġie ġie imma naraw li ndaħħlu ċerta ordni.", "Għandna naraw li ndaħħlu d-dixxiplina u r- responsabilizzazzjoni.", "Min-naħa l-oħra rridu nipprovaw nilħqu aktar ftehim ma' dawk li jkunu f'residenzi ħalli dawn ikunu jistgħu jgħixu fil-paċi.", "Sur President, jiddispjaċini ninnota li ħafna drabi jkun hemm min inizjalment ikun applika sabiex ikollu casa bottega – hawnhekk qed nitkellmu fuq xi 15-il sena ilu - u llum m'għadux jaħdem fiha iżda hemm xi ħaddieħor minfloku.", "Allura tkun ħaġa tajba li din il-prattika ta' żona semi-industrijali tispiċċa darba għal dejjem.", "Irridu nipprovaw inżommu u nikkontrollaw l-abbużi min-naħa taż-żoni kummerċjali u anke min-naħa taż- żoni residenzjali.", "Irridu naraw kif insibu t-triq tan-nofs ħalli kemm jista' jkun dawn iż-żewġ żoni jsibu ftehim ġust u jkollna aktar nies li jkunu kapaċi jgħixu flimkien.", "L-aħħar argument li xtaqt nagħmel jirrigwarda l-ħidma tal-gvern fuq il-ftuħ ta' ċerti toroq ġodda.", "Il-ħidma ta' l-iżvilupp f'dan il-pajjiż hija sinonima ma' kemm nirranġaw it-toroq u ma' kemm ikollna kwalita` tajba ta' toroq.", "Per eżempju, il-ministeru li jien nifforma parti minnu ħadem ħafna mal-ministeru ta' l-Onor.", "Jesmond Mugliett u ma' l-awtorita` dwar it- trasport f'dan ir-rigward u rridu nkomplu naħdmu aktar magħhom.", "Issa meta ġejna sabiex nibnu toroq fiż-żona industrijali li għadni kif semmejt, iltqajna ma' sitwazzjonijiet fejn aħna xtaqna niftħu ċerti toroq pero` minħabba li s-sid ta' l-art minn fejn riedu jgħaddu t-toroq, kien għadu ma ddeċidiex, aħna konna qed insibu problema kbira sabiex nagħtu valur għall- art tiegħu.", "Għaldaqstant, permezz ta' din il-liġi, qiegħed inħares 'il quddiem b'fiduċja għaliex din il-liġi hija waħda prattika ħafna.", "B'din il- leġislazzjoni qiegħed nistenna li se jkollna ferm aktar kumdita`, kemm bħala gvern u kemm bħala awtorita`.", "Mhux hekk biss, imma se jkollu ferm aktar kumdita` dak is-sid li l-art tiegħu se titteħidlu mill-gvern għaliex issa se jkun jaf aħjar x'se jkun il-valur ta' l-art tiegħu.", "Is-sid issa jaf li l-valur ta' dik l-art m'hijiex se tkun aktar soġġetta fuq id- deċiżjoni ta' dak l-uffiċjal jew perit li jiġi jivvaluta l-art imma l-valur tiegħu se jkun skond iż-zoning tal-pjan lokali.", "Allura se nkunu nistgħu niffaċilitaw aħjar il-ftuħ ta' toroq ġodda kif ukoll l-irranġar ta' toroq preżenti.", "Sur President, b'din il-leġislazzjoni mhux se jkollna aktar toroq li ma jkunux uniti.", "Mhux sew li filli tara triq wiesgħa mod u mbagħad, f'daqqa waħda tidħol f'cul-de-sac jew fi triq one lane minħabba li jkollok biċċa għalqa li s-sid tagħha jtellagħlha ħajt tas-sejjieħ u allura inti ma tkunx tista' tidħol fiha u minflok tagħmel biċċa xogħol tajba, tispiċċa traqqa' l- pannu bil-qargħa aħmar.", "Veru rridu nkunu tajbin ħafna f'dan il-pajjiż meta niġu biex immexxu.", "Dan għaliex trid tkun tajjeb x'ħin tiġi biex tagħmel l- affarijiet ġodda u trid tkun tajjeb ukoll meta tiġi biex traqqa' l-pannu bil-qargħa aħmar.", "Madankollu jien qiegħed inħares 'il quddiem u permezz ta' din il-liġi qiegħed inħoss li se jkollna aktar tnaqqis fil-burokrazija.", "B'din il-leġislazzjoni se jkollna aktar ċarezza, aktar direzzjoni ekwa u aktar ġustizzja li tagħmel sens kemm għan-naħa tal-gvern u kemm għan-naħa tas-sid ta' l-art.", "B'dan il-mod se jkollna inqas min iraqqa' l-pannu bil- qargħa aħmar u jkollna eżerċizzji akbar ta' kif nagħmlu xogħol ta' kwalita`.", "Fil-fehma tiegħi huwa proprju dan ix-xogħol li jixraq lil pajjiżna jekk verament irridu li l-attivita' kummerċjali tkompli tikber u li r-residenti jkollhom ukoll kwalita` tajba ta' toroq.", "Fl-aħħar mill- aħħar, permezz ta' leġislazzjonijiet bħal dawn, il-gvern ikun jista' jaħdem mingħajr ma jkollu l-istess regolamenti li jżommuh lura milli jwettaq il- pjan tal-ħidma tiegħu u li jkun jixtieq jagħmel.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-onor.", "Jose` Herrera.", "ONOR.", "JOSE` HERRERA: Sur President, kif intqal tajjeb, l-oppożizzjoni Laburista taqbel perfettament ma' dan l-abbozz ta' liġi għaliex huwa wieħed f'waqtu.", "Issa l-aktar parti li tinteressani jew li tinteressa lill-poplu b'mod ġenerali hija l-ewwel parti tal-liġi għaliex din titkellem fuq it-tip ta' kumpens li se tingħata lil dik il-persuna li titteħdilha xi art mill- gvern.", "Fil-fatt hemm formolarju ta' kif jinħadem il-kumpens u f'dan il- formolarju nsibu distinzjoni bejn art li ma jkollhiex permess u li titqies bħala raba' jew mogħxa u art li jkollha l-permess fuqha.", "Ovvjament din it- tip ta' art tingħata stima u valur differenti minn dik li tkun meqjusa bħala raba' jew mogħxa.", "Din hija l-loġika u l-buon sens u naħseb li Allaħares ma kienx hekk.", "Ħafna drabi jista' jkun dibattibbli jekk għandekx permess jew le għaliex insibu differenza bejn art li tkun fi skema u art li jkollha l-permessi ut sic.", "Għalhekk qegħdin naqtgħu għad-dritt ħalli l-gvern ikun jaf fejn hu u anke l- individwu jkun jaf fejn qiegħed.", "Jekk l-art tkun qiegħda fi skema li tkun stabbilita mill-awtorita` ta' l-ippjanar, allura dik l-art għandha titqies bħala art fabbrikabbli.", "Min-naħa l-oħra jekk l-art ma tkunx fl-iskema ta' l-awtorita` ta' l-ippjanar, allura tiġi preżunta li m'hijiex art fabbrikabbli.", "Madankollu dan ma jfissirx li dejjem se jkun il-każ għaliex jista' jkollok art li m'hijiex fl-iskema ta' l-awtorita` ta' l-ippjanar u minħabba ċirkostanza straordinarja xorta waħda jista' jkollok ċertu żvilupp li jkun jista' jsir fiha.", "Din l-art hija soġġetta għall-kontestazzjoni pero` b'dan l-abbozz ta' liġi qegħdin niċċaraw aktar l-affarijiet.", "Sur President, fuq dan is-suġġett għandi ħafna aktar xi ngħid.", "Hemm ilment ġenerali fuq l-ordnijiet ta' rekwiżizzjoni u dan l-ilment ġenerali tal- pubbliku jinqasam fi tliet biċċiet.", "L-ewwelnett il-metodu ta' kif jinħadem il-kumpens huwa wieħed inġust fl-opinjoni tiegħi.", "Huwa veru li l- Kostituzzjoni tagħna tgħid li l-gvern irid jagħti kumpens meta jagħmel xi esproprjazzjoni pero` l-istess Kostituzzjoni qiegħda ssalva l-formolarju li kien eżistenti qabel.", "Mela hawnhekk qed ngħidu li l-gvern għandu jagħti kumpens pero` mbagħad qed ngħidu li dak il-kumpens għandu jiddeċidih il- gvern stess.", "Allura jkolli ngħid li matul is-snin, il-formola li jopera l- gvern fuq kemm jiġi allokkat kumpens lil sid ta' art, qatt ma kienet tirrifletti s-suq kummerċjali jew il-kumpens reali.", "Għalhekk din hija xi ħaġa li rrid nikkritika.", "Huwa minnu li hemm il-land arbitration board, fejn min jirċievi notice to treat u jħoss li l-valur li qed jistabbilixxi l-gvern bħala kumpens, m'huwiex wieħed xieraq, ikun jista' jidher quddiem dan it-tribunal.", "Kien hemm żmien fejn dan it-tribunal kien ippresedut minn imħallef u kien hemm żmien fejn kien ippresedut minn maġistrat.", "Madankollu xorta waħda, l- ammont ta' kumpens li jistabbilixxi t-tribunal m'huwiex ibbażat fuq il- valur kummerċjali imma jinħadem fuq formolarju matematiku.", "Allura kulma tista' tagħmel huwa li tikkontesta jekk dan il-formolarju tħaddimx sewwa jew le.", "U din hija t-tieni kritika tiegħi għaliex fis-sustanza hemm nies li m'humiex qegħdin jiġu kumpensati ġustament għall-proprjeta` li qed titteħdilhom mill-gvern.", "Issa din il-kritika m'iniex qiegħed nagħmilha kontra l-Ministru Borg jew kontra l-gvern Nazzjonalista.", "Nafu li din hija sistema li ilha teżisti għal għexieren ta' snin.", "Fil-fatt kienet teżisti diġa` fis-snin ħamsin, baqgħet tippersisiti fis-snin sittin u baqgħet tippersisti sal-lum.", "Għalhekk min ikun sfortunat u l-gvern jirrikjedi li jieħu l-proprjeta` tiegħu għall-iżvilupp jew għal xi skop pubbliku, il-kumpens li jingħata ma jkunx dak kummerċjali u għalhekk inħoss li din hija inġusta.", "Huwa veru li hemm limitu ta' kemm-il gvern jista' jħallas għal dik il-proprjeta` pero` mill-banda l-oħra, huwa inġust li sid ta' proprjeta` li titteħidlu mill- gvern, jispiċċa jieħu inqas flus milli kieku dik il-proprjeta` baqgħet għandu u jiddisponi minnha skond kif jidhirlu hu.", "L-akbar kritika tiegħi tmur għall-funzjonament tal-land arbitration board.", "Jien għandi ftit kawżi pendenti quddiem dan it-tribunal u naħseb li anke l- Onor. Gavin Gulia għandu xi kawżi pendenti quddiemu.", "Jiddispjaċini ngħid li dan it-tribunal m'huwiex jiffunzjona kif suppost.", "Għamel snin sħaħ mingħajr ma jagħti deċiżjoni waħda u fil-fatt hemm kawżi li ilhom pendenti sa mill-1968.", "Possibbli li dan it-tribunal irid idum 30 sena sabiex jasal għal deċiżjoni fuq kawża li qiegħda quddiemu?!", "Dan huwa skandlu!", "Għandek il-frustrazzjoni ta' dik il-persuna li jkollha l-proprjeta` tagħha li tteħditilha unilateralment mill-gvern for a public purpose, imbagħad sopra corna bastonate, meta s-sid imur quddiem it-tribunal sabiex jieħu raġun u jitħallas, ikollu jqatta' snin sħaħ jiġġieled għad-drittijiet tiegħu u din għalija m'hijiex aċċettabbli.", "Mhux hekk biss imma anke meta persuna tieħu deċiżjoni, xorta waħda ddum ma titħallas lura.", "Jibdew jgħidulek sabiex iġġib il-prova ta' dak ix-xhud, ta' dak l-eredi u mitt skuża oħra.", "Jien għandi każ partikolari fejn sentenza ngħatat favur persuna u xorta waħda, din il-persuna damet is-snin sabiex ingħatat iċ-ċekk ta' rimborż u għalija din hija xi ħaġa ħażina ħafna.", "Ftit tas-snin ilu, f'dan il-parlament – din kienet idea tal-gvern Nazzjonalista u idea li kienet tajba - kien ġie deċiż li kemm jista' jkun, ċerti tribunali ġudizzjarji jiġu ppreseduti minn maġistrat jew imħallef irtirat minflok minn maġistrat jew imħallef sedenti.", "Fil-fatt għandek il-bord tal-kera, il-land arbitration board, ir-rural leases board u dawn it-tip ta' boards li huma ppreseduti mill-membri tal- ġudikatura sedenti.", "Għalhekk kienet l-idea tal-gvern preżenti li għadda emenda sabiex il-gvern jingħata dan il-poter ħalli meta jispiċċa ċ-chairman tal-bord tal-kera, per eżempju, minflok jinħatar maġistrat sedenti, ikun hemm maġistrat jew imħallef irtirat li jingħata dik il-kariga.", "B'hekk inti jkollok persuna ddedikata biss għal dak ix-xogħol.", "Allura kien imissna nagħmlu hekk ukoll f'dan il-każ partikolari għaliex dan ix-xogħol huwa wieħed tedjanti.", "Tali xogħol jieħu ħafna ħin u l-ebda maġistrat jew imħallef sedenti ma jieħu gost jagħmel dan ix-xogħol żejjed għaliex iħossu li jkun twikka bih.", "L-esperjenza wrietna li meta jkollok maġistrat jew imħallef għaddej in full swing bix-xogħol ordinarju tiegħu, se jarah żejjed li joqgħod jippresjedi wkoll dawn il-kawżi u għalhekk iħallihom fuq l- ixkaffa.", "Issa fl-opinjoni tiegħi, din hija problema serja u rridu naraw kif insolvuha.", "Sur President, punt ieħor li xtaqt nagħmel huwa fuq il-fatt li l-art li tittieħed mill-privat tkun for a public purpose.", "Għal snin sħaħ l-għan tal- public purpose ma setax jiġi ssindikat mill-qrati tagħna.", "Fil-fatt niftakar f'bosta kawżi li kienu saru fis-snin sebgħin u tmenin fejn dan il- konċett kien jiġi kkontestat.", "Pero` kien biss dan l-aħħar li l-qrati tagħna wrew ċertu kuraġġ sabiex jgħidu li m'huwiex biżżejjed li jkollok dikjarazzjoni tad-direttur li l-art se tittieħed for a public purpose.", "Il- qrati tagħna għamluha ċara li huma għandhom id-dritt, bħala judicial review, li jaraw jekk attwalment hemmx a public purpose jew le.", "Sussegwentement għal din is-sentenza ngħataw ruxxmata ta' sentenzi, uħud minnhom ta' portata kbira ħafna u li jiswew il-belli liri.", "Fost dawn is- sentenzi nista' nsemmi l-art li fuqha hemm mibni l-freeport illum.", "Bħal din hemm siti oħrajn fejn addirittura, saru kawżi ad hoc u l-qorti ddikjarat li parti sostanzjali mill-art li tkun ittieħdet, ma kenitx ittieħdet for a public purpose u allura dik l-art għandha tingħata lura lis- sidien.", "Hemm żewġ kawżi importanti li jien naf bihom.", "Kif ġara fil- freeport hemm ukoll sentenzi oħrajn li jikkonċernaw siti differenti.", "Per eżempju, il-gvern jieħu medda ta' art li minnha jiżviluppa 40% mentri s-60% l-oħra jżommom għandu u ma jiżviluppahomx.", "Għalhekk saru kawżi quddiem il- qorti u fejn ittieħdet art for a public purpose imma laħqu għaddew numru ta' snin mingħajr ma sar xejn fuq dik l-art, il-qorti ddeċidiet li dik l- art ma tteħditx for a public reason.", "Għalhekk il-qorti ordnat li l-art tingħata lura lis-sidien.", "Madankollu jiddispjaċini ngħid li minkejja li l-qorti tagħti dawn is- sentenzi favur is-sidien ta' l-artijiet, xorta waħda x'ħin tiġi biex tieħu lura l-art tiegħek, trid tieħu saħħtek ħalli teħodha lura.", "Jien kont involut f'każ partikolari fejn wara li ħadna s-sentenza mill-qorti ta' l- appell sabiex nieħdu l-art lura, domna kważi erba' snin u nofs ninnegozjaw mad-dipartiment ta' l-artijiet, qisu d-dipartiment se jagħmlilna xi pjaċir talli se jagħtina lura dik l-art.", "Dan huwa ħażin għaliex hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq drittijiet privati.", "Id-drittijiet pubbliċi u l-poteri ta' l- istat qegħdin hemmhekk, pero` d-drittijiet taċ-ċittadin u d-drittijiet privati rridu nissalvagwardjawhom ukoll.", "Sur President, xi ngħidu mbagħad għall-public purpose?", "Fejn dahri public purpose seta' jfisser mod u kellu interpretazzjoni aktar wiesgħa, illum minn meta ffirmajna u rratifikajna l-konvenzjoni Ewropea tad-drittijiet tal- bniedem, ma baqax l-istess tifsira.", "Allura issa meta l-gvern jiġi biex jesproprja l-artijiet, irid juri ferm aktar kawtela minn qabel.", "L-aħħar punt li xtaqt nagħmel huwa aktar f'forma ta' suġġeriment.", "Nixtieq ngħid lill-Ministru Borġ li hemm ċerta proprjeta' li fuqha ressaqt żewġ petizzjonijiet u għamilt ukoll diversi interpellanzi.", "F'pajjiżna għandna medda kbira ta' art fejn il-gvern ikun ħadha in possession and use.", "Issa fuq din l-art inbnew housing estates u tqassmu fi plots pero` din l-art la hija tal-gvern, għaliex qatt ma sar ir-requisition order, u lanqas hija ta' l-inkwilini.", "B'hekk min bena dawn il-plots, illum huwa ffrustrat għall-aħħar għax 20 sena ilu akkwista art mingħand il- gvern, bena villa, nefaq Lm30,000, Lm40,000 jew Lm50,000 u l-villa li bena m'hijiex tiegħu.", "Għalhekk la jista' jissellef mill-bank, la jista' jħalliha lit-tfal tiegħu bħala wirt u ma jista' jagħmel xejn biha.", "Għalhekk għandna din il-proprjeta` kollha li qiegħda in a very grey area at law!", "Minn dawn għandna kemm proprjetajiet li kienu nbigħu bħala plots li fuqhom sar l-investiment, kif ukoll dawk li huma housing estates sħaħ, fejn għandek nies li qegħdin jibku sabiex jixtru l-proprjetajiet tagħhom.", "Madankollu dawn ma jistgħu jagħmlu xejn għaliex la huma u lanqas il-gvern ma jista' jixtrihom.", "Mela hawnhekk għandek il-gvern li qed jitlef il-flus għaliex ma jistax ibigħhom u għandek is-sidien oriġinali ta' dawn il-proprjetajiet li qiegħed jibqa' b'xejn ukoll.", "Fil-fehma tiegħi dan huwa skandlu għaliex għandek ċittadini Maltin li ġew imċaħħda mill-art tagħhom, art li ħafna drabi tiswa' ħafna flus u dawn baqgħu ma ħadux one cent compensation.", "Mhux talli ma ħadux kumpens talli lanqas kien hemm in-notice to treat u allura lanqas għandhom id-dritt li jmorru quddiem il-lands arbitration board!", "Dawn għandhom l-art tagħhom li tteħditilhom mingħajr ma ngħataw kumpens u ġie kkreat dak li jissejjaħ recognition rent, li qiegħed iżomm lill-gvern u lis-sidien milli jieħdu xi ħaġa lura.", "Sur President, anke min xtara dik l-art qiegħed isofri l-preġudizzju għaliex dan għamel l-investiment tiegħu wkoll.", "Min xtara dik l-art għamel il-kalkoli tiegħu u qiegħed jiġi sfruttat.", "Per eżempju, qegħdin insibu problemi fil-kawżi tas-separazzjonijiet.", "Għandek dar mixtrija 15-il sena ilu u llum il-koppja li tgħix fiha għandha bżonn taqsam il-valur tad-dar.", "Ta' min hi dik id-dar?", "Hawnhekk qed tinħoloq babilonja sħiħa.", "Per eżempju, meta jmut wieħed mill-ġenituri min se jiret id-dar?", "Dawn il- każijiet qed joħolqu diżgwid esaġerat.", "Madankollu hawnhekk irrid inkun ġust mal-ministru għaliex din il-kwestjoni ilni ntambar fuqha anke fi żmien il-gvern Laburista ta' bejn l-1996 u l-1997.", "Sur President, xorta waħda jibqa' l-fatt li m'huwiex faċli li din il- kwestjoni tissolva għaliex fiha hemm ċertu taħwid burokratiku.", "Per eżempju, problema oħra hija li issa ma tkunx taf min huma s-sidien għaliex laħaq għadda ħafna żmien u s-sid oriġinali jkun laħaq miet u minflok ikollok l-eredi u s-sotto-eredi.", "Għalhekk hemm taħwid sħiħ.", "Soċjalment huwa perikoluż ħafna li inti jkollok medda kbira ta' art li ħadd ma jkun jaf ta' min hi u tkun qiegħda tiġi okkupata biss minn squatters.", "Fil-fatt hemm blokk ta' appartamenti f'Merchants Street, il-Belt li nbena fl-1973.", "F'dan il-blokk appartamenti joqogħdu 12-il familja li qed iħallsu r- recognition rent.", "Il-kera tagħhom ġiet iffissata billi l-housing department għamel rikors quddiem il-bord tal-kera sabiex jiffissa l-kera xierqa.", "Allura dawn il-familji qegħdin jabitaw f'dawn l-appartamenti billi jħallsu l-kera mitluba.", "Issa f'daqqa waħda rċevew intimazzjoni mill- housing department fejn qed jgħidulhom li huma qed jgħixu f'dawk l- appartamenti bħala squatters.", "Sur President, tista' timmaġina minn xiex għaddejjin dawn in-nies.", "Dawn il- familji ilhom jgħixu hemmhekk mill-1973 u kienu qed iħallsu r-recognition rent fuq il-proprjeta` tagħhom.", "Issa f'daqqa waħda, minħabba li s-sidien qegħdin jintavolaw proċeduri l-qorti ta' natura kostituzzjonali għaliex huma ġew żvestiti mill-proprjeta` tagħhom mingħajr ma ħadu kumpens, id- dipartiment tas-social housing qiegħed jippanikja u qiegħed jintima lill- istess inkwilini, li ilhom hemmhekk għal 30 sena u aktar, sabiex jiżgumbraw mill-proprjetajiet tagħhom Allura wieħed jista' jimmaġina l-konfużjoni u l- paniku li bħalissa hemm fost dawn il-familji.", "Għaldaqstant nixtieq li kemm jista' ikun malajr il-Ministru Tonio Borg iressaq abbozz ta' liġi li permezz tiegħu nkunu nafu kif il-gvern beħsiebu jindirizza din il-problema monumentali.", "Ovvjament din il-problema wiritha l-ministru preżenti u m'hijiex problema li ħoloqha hu nnifsu.", "Lanqas m'hija problema li ħoloqha l-gvern tiegħu ta' dawn l-aħħar żewġ leġislaturi, pero' hija problema li ntirtet miż- żmien l-antik.", "Issa llum din il-problema ma tistax tiġi posposta aktar għaliex se jkun hawn konfużjoni kbira ta' proprjetajiet li ħadd ma jaf ta' min huma.", "Din hija xi ħaġa inkwetanti ħafna.", "Sur President, il-kawża li semmejt ta' Merchants Street inħolqot minħabba li s-sid tal-proprjeta` qed jagħmel kawża kostituzzjonali sabiex jieħu l- proprjeta` tiegħu lura.", "Din hija xi ħaġa preokkupanti għaliex kif dan qiegħed jiġri f'Merchants Street jista' jiġri wkoll f'Kings Gate, in-naħa tas-Swatar u jista' jiġri kull fejn hemm art taħt possession and use.", "Issa jekk tintrebaħ kawża waħda mill-qorti kostituzzjonali, in-nies kollha li qed jokkupaw dawn il-proprjetajiet - li jammontaw għal eluf - se jispiċċaw bla dar.", "Din hija a pressing issue u għalhekk nistieden lill-ministru sabiex jikkonsidraha bis-serjeta`.", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru, bil-permess ta' l-Onor.", "Herrera.", "ONOR.", "TONIO BORG: Sur President, fuq il-possession and use konna għamilna liġi li tagħti dritt lill-gvern anke fuq l-artijiet antiki.", "Il- gvern jista' jiddepożita somma li tkun ir-recognition rent jew ir- requistion rent kapitalizzata.", "Din illum hija favorevoli aktar minn qatt qabel għaliex qiegħda bir-rata ta' 1%.", "Jiġifieri għal kull lira li tħallas kera, il-gvern se jagħti Lm100 u awtomatikament il-gvern isir sid ta' dik il-proprjeta' bil-possession and use.", "L-unika problema hija li xi ħaġa bħal din ma tistax issir f'daqqa għaliex tant hemm possession and use - li ħafna minnhom saru wara l-gwerra għaliex illum m'għadhomx joħorġu hekk – li s-somma titla' għal madwar Lm7 miljun.", "Allura li bdejna nagħmlu huwa li nwarrbu xi ħaġa mill-vot annwali u fejn ikun l-akbar numru ta' nies li se jgawdu minn din l-offerta, aħna nifdu dik il-parti.", "Madankollu naqbel ma' l-Onor.", "Herrera għaliex inqas ma jkollna possession and use, inqas ikollna problemi fil-futur.", "Pero` llum il- ġurnata l-gvern m'għadux jieħu proprjeta` bil-possession and use.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Herrera jista' ikompli bl-intervent tiegħu.", "ONOR.", "JOSE` HERRERA: Fil-fatt jien kont għamilt intervent fuq dik il- liġi u kont issottolinejajt xi diffikultajiet li l-gvern seta' jħabbat wiċċu magħhom minħabba l-mod ta' kif kienet dik il-liġi.", "Naħseb li d- dipartiment tal-ministru jgħidlu bid-diffikultajiet burokratiċi li jiltaqa' magħhom għaliex m'huwiex faċli li topera peress li xi kultant inti ma tkunx taf kontra min se tifdiha.", "Fl-opinjoni tiegħi m'hemmx makkinarju b'saħħtu biżżejjed.", "(Interruzzjonijiet) Jien informat li ftit li xejn sar f'dan ir- rigward.", "Naf li biċċa xogħol bħal din tqum il-flus pero` jekk il-ministru jara l-minuti ta' l-aħħar seduti fl-aħħar leġislatura, għandu jsib petizzjoni ffirmata minn madwar 50 sid ta' l-appartamenti ġewwa City Gate, fejn dawn is-sidien huma kollha lesti li jixtru l-proprjeta` tagħhom.", "Għalhekk jekk il-gvern se jikkapitalizza u jifdi bil-1% se jonfoq Lm100 pero` fl-istess nifs se jdaħħal Lm300.", "Dan għaliex is-sidien kollha ta' l- appartamenti msemmija, ilhom jadixxu lil dan il-parlament għal dawn is-snin kollha sabiex jixtru l-proprjeta` tagħhom.", "Allura jekk il-gvern ibigħha lilhom, se jonfoq Lm100 fil-bidu sabiex jifdi l-kera, imma mbagħad se jdaħħal Lm300.", "Għalhekk naħseb li fl-aħħar tal-ġurnata, il-gvern se jiggwadanja minn din l-affari.", "(Interruzzjonijiet) Huwa minnu li trid tagħmel arranġament intern, pero` din hija xi ħaġa li trid tiġi indirizzata.", "Jien ma nafx jekk il-ministru huwiex informat bil-possibilita` ta' kawża kostituzzjonali fuq il-proprjeta` ta' Merchants Street.", "Hemmhekk quddiem l- Anglo-Maltese hemm blokk ta' appartamenti li qiegħed in possession and use.", "Tant hu hekk li min qiegħed f'dak il-bini m'huwiex qiegħed iħallas kera.", "Issa s-sid qiegħed fi proċess li jiftaħ proċeduri kostituzzjonali sabiex jieħu l-art tiegħu lura.", "Għalhekk id-direttur tas-social housing kiteb ittra interpellatorja lin-nies li ġew allokati dik il-proprjeta` mill-gvern sabiex jiżgumbraw mill-proprjeta`!", "(Interruzzjonijiet) Le, dik l-art m'hijiex requisition.", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru, dejjem bil-permess ta' l-Onor.", "Herrera.", "ONOR.", "TONIO BORG: Sur President, hawnhekk naħseb li wieħed jista' jirranġa din il-kwestjoni li qed iqajjem l-Onor.", "Herrera.", "Jekk qed nirriferu għall-istess bini fejn fl-antik kien hemm il-Malta tourist board, jiena niftakar li kien hemm kawża kostituzzjonali fejn is-sid tilifha.", "Issa dik il-kawża kienet tittratta requisition u mhux possession and use.", "Meta l-gvern ħareġ lill-Malta tourist board minn hemmhekk, dak il-bini kien irrekwiżizzjonah u daħħal xi nies joqogħdu hemm.", "Is-sid ta' dik l-art kien beda jilmenta għaliex qalilna li l-ewwel l-art kienet f'idejn il-gvern, imbagħad meta l-gvern irrinunzjaha, ma reġax taha lura lis-sid imma taha lil dawn in-nies sabiex joqogħdu fiha.", "Dawn in-nies issa ilhom hemmhekk sa mill-1972.", "Dik il-kawża kostituzzjonali partikolari ntilfet għaliex is-sidien ipprovaw iġibuha li kull proprjeta` rekwiżizzjonata, una volta li jien, per eżempju, inkun is-sid tagħha, ma tistax iddaħħal in-nies fiha.", "Il-qorti kostituzzjonali qalet li tmur kontra l-kostituzzjoni tagħna meta jeħdulek id-dar tiegħek jew kwalunkwe proprjeta` okkupata minnek.", "F'dan il-każ kienet mikrija lin-nies u allura m'hijiex okkupata minnek.", "Issa jekk hemm xi kawża kostituzzjonali oħra ġdida jien ma nafx biha.", "Li se ngħid huwa li se ninvestiga mal-ministeru għall-familja u solidarjeta` soċjali ħalli nara mil-lat legali jekk żbaljawx li bagħtu dik l-ittra msemmija mill-Onor.", "Herrera.", "Din m'għandha x'taqsam xejn mal-lands department iżda għandha x'taqsam mal-housing.", "Għalhekk se nistaqsi daqsxejn ħalli wieħed jipproteġi wkoll l-interessi tal-gvern.", "ONOR.", "JOSE` HERRERA: Sur President, din hija xi ħaġa inkwetanti.", "Huwa minnu li rridu nipproteġu l-interessi tal-gvern pero` ma rridux ninsew lil dawn in-nies ukoll.", "Qabel nagħlaq id-diskors tiegħi nixtieq nistaqsi lill- gvern dwar jekk jistax jirrevedi b'mod ġenwin, anke permezz ta' bord, l- allokazzjoni ta' ċerti proprjetajiet li saru f'dawn l-aħħar 20 sena.", "Hawnhekk qiegħed ngħid għal dawk il-proprjetajiet b'kera u li jittieħdu b'requisition orders, jiġifieri fejn il-proprjeta` tittieħed u tingħata lill-persuna oħra b'kera.", "Għalhekk xtaqt nistaqsi lill-gvern fuq jekk jistax jinvestiga ilmenti ta' ċerti persuni li qed jgħidu li l-proprjeta` tagħhom ittieħdet b'abbuż minn squatters.", "Min-naħa tagħhom, dawn l- isquatters irnexxielhom jirranġaw internament mal-gvern u ġew rikonoxxuti a skapitu tas-sidien, liema sidien – u nista' nagħtih lista ta' nies – m'għandhomx proprjetajiet oħra.", "L-unika proprjeta` li kellhom is-sidien kienet ġiet vakanti iżda minflok ħaduha lura, daħlu l-isquatters fiha li bdew jużawha minflokhom.", "Issa minflok mal-gvern jew il-pulizija tefgħu l-isquatters 'il barra, din il- proprjeta` ġiet allokata lilhom b'kera miżera ta' inqas minn Lm20.", "Min- naħa l-oħra s-sid baqa' mingħajr l-unika biċċa proprjeta` li kellu.", "Hemm każi bħal dawn u hemm każi oħra fejn kien hemm abbuż skjaċċanti.", "Għalhekk illum li qed nitkellmu fuq ġustizzja ma' kulħadd ma nafx jekk għandniex naraw ukoll jekk huwiex il-każ li jkun hemm xi bord jew awtorita` dipartimentali li tieħu ħsieb dawn il-każijiet.", "Almenu meta jiġu jilmentaw magħna dawn is-sidien minħabba ċerti abbużi, minflok ma noqogħdu mmorru in estremis għal xi kawża kostituzzjonali jew għal xi judicial review, fejn ħafna drabi ma tasal imkien, ikollna bord apposta li jkun chaired minn persuna serja ħalli tinvestiga dawn l-ilmenti.", "Fuq kollox dawn l-ilmenti għandhom jiġu investigati bis-serjeta` u għandu jkun hemm ukoll rieda tajba min-naħa tal-gvern.", "Jekk isir hekk, naħseb li nnaqqsu xi ftit minn dawn l- inġustizzji li ġew sofferti matul iż-żmien minn ċerti sidien ta' proprjeta`.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Jekk m'hawnx aktar rimarki, insejjaħ lill-Viċi Prim Ministru sabiex jagħmel il-winding up.", "ONOR.", "TONIO BORG: Sur President, l-ewwelnett nixtieq nirringrazzja lil kulmin ipparteċipa f'dan id-dibattitu.", "Naħseb li kien dibattitu ħieles u dibattitu tajjeb ħafna.", "Dan m'iniex qiegħed ngħidu għaliex l-oppożizzjoni se tivvota favur imma qiegħed ngħidu għaliex għalkemm tkellimna fuq dan l- abbozz ta' liġi, tkellimna wkoll b'mod ġenerali, fuq il-liġi ta' l- esproprjazzjoni u x'titjib jista' jkun hemm aktar minn dak li hemm propost fil-liġi.", "Fil-fatt anke fid-diskors ta' l-Onor.", "Herrera, issemmew ċerti punti li aħna nafu bihom u li ilna naħdmu fuqhom.", "Issa hemm uħud minnhom li diġa` bdejna nsolvuhom u hemm oħrajn li huma xi ftit aktar iebsa.", "L-ewwelnett irrid ngħid li l-qasam tal-lands kien għamel xi żmien fejn kien abbanduna l-kwestjoni tal-kumpens.", "F'liema sens?", "F'pajjiżna kellna liġi konvenjenti li l-gvern kien jużaha kontinwament.", "Forsi l-gvern kien isaffar is-suffara xi ftit iż-żejjed, bil-konsegwenza li l-ewwel konna nużaw din il-liġi u mbagħad għall-kumpens konna naħsbu wara.", "Fil-fatt gvern wara ieħor, beda juża din il-liġi protetta mill-Kostituzzjoni, liġi li kienet saret fl-1931, bil-konsegwenza li l-kont pendenti għall- esproprjazzjonijiet antiki, illum il-ġurnata jammonta għal miljuni kbar ta' liri.", "Din is-somma ma nistgħux ngħidu kemm hija eżattament għaliex ħafna mill- artijiet huma kkontestati u jista' jkun li jien ngħid li għandna nagħtu lit- tali s-somma ta' Lm100,000 mentri l-qorti tagħtih Lm200,000.", "Għal dan il- għan ma nistgħux ngħidu b'eżattezza kemm huwa l-kont globali pero` żgur li jammonta għal miljuni kbar ta' liri.", "Niftakar li fl-1997 meta konna fl- oppożizzjoni kont staqsejt mistoqsija lill-gvern ta' dak iż-żmien u dan kien weġibni li s-somma kienet diġa` telgħet għal madwar Lm13 miljun.", "Issa mhux biex niftaħar imma rrid ngħid li meta ħadt f'idejja dan id- dipartiment, jien u d-direttur ġenerali, il-Perit Sciberras, bdejna naraw kif se nsolvu wħud minn dawn il-problemi.", "L-ewwelnett ridna li din l-emorraġija ta' flus, kemm a skapitu tan-nies kif ukoll a skapitu tal-gvern, tieqaf.", "M'huwiex sew li l-gvern, permezz tad- dipartimenti, jieħu l-proprjeta` u mbagħad jara wara x'inhu l-kumpens.", "B'dan l-aġir, il-gvern kien qed iħalli lin-nies jiġġieldu għall-kumpens tagħhom.", "Dan qiegħed ngħidu għaliex kuntrarjament għal dak li jaħsbu ħafna nies, meta jiġu jkellmuni fuq problemi bħal dawn, il-lands per se ma tesproprja xejn għaliha.", "Il-lands hija aġenzija lunga manus tal-gvern li topera f'isem id-dipartimenti kollha.", "Meta dipartiment ikollu xi proġett, jitlob lil-lands department sabiex jesproprja ċerta art li huwa jkollu bżonn għal dak il-proġett.", "Għalhekk il-lands department huwa l-awtorita` ċentrali li minnha jiġu channelled it-talbiet kollha li jsiru mid- dipartimenti differenti.", "Sur President, meta ġiet esproprjata l-art li fuqha nbena l-isptar tal- Mater Dei, ħafna nies bdew jgħidu li l-lands qiegħda teħdilhom l-art tagħhom.", "Fir-realta` dik l-art ħadha d-dipartiment tas-saħħa.", "Jekk għall- waste management hemm bżonn li nieħdu biċċa art, huwa d-dipartiment ikkonċernat mill-waste management li jkun qed jieħu dik l-art.", "Quddiem in- nies huwa l-lands department li jkun qiegħed jidher, imma fir-realta` huwa d-dipartiment tat-toroq li jkun qiegħed jitlob dik il-proprjeta`.", "Kien għalhekk li fis-sena 1993 il-lands department għamel pressjoni fuq il-gvern sabiex minn dik id-data lil hawn, meta ssir esproprjazzjoni, il-kumpens dovut lis-sidien jiġi depożitat f'below the line account fid-dipartiment stess u riżervat lis-sidien.", "Din kienet biss policy, jiġifieri mill-1993 lil hawn kien hemm xi każijiet, mhux ħafna, fejn saret l-esproprjazzjoni pero` ma ġewx depożitati l-flus minħabba li hekk kien jaqbel f'dak il-mument jew minħabba li kellha tittieħed azzjoni urġenti u d-diparitment ma kellux il-flus meħtieġa.", "Għalhekk ħarġet l-esproprjazzjoni xorta waħda.", "Madankollu għall-maġġoranza l-kbira ta' l-esproprjazzjonijiet li saru mill- 1993 lil hawn, il-flus mil- lands department ġew mogħtija.", "Jista' jkun li ma jkunx hemm l-ammont kollu li jkun ġie deċiż mil-land arbitration board għaliex jista' jagħti l-każ li dan il-bord jirdoppja l-ammont li jkun iffissa l-lands department.", "Għalhekk f'każ bħal dan, id-dipartiment ikun intrabat bil-miktub, ħalli meta jiġri hekk, joħroġ id-differenza li jkun hemm fl-ammont.", "Li għamilna fl-2002 kien li għamilna liġi - liema liġi ddaħħlet fis-seħħ fil-5 ta' Marzu 2003 - sabiex ma noħorġux aktar ordnijiet ta' esproprjazzjoni.", "Jiġifieri d-dikjarazzjoni tal-president ma toħroġx jekk qabel ma jiġix depożitat f'kont bankarju, favur is-sidien ta' dik il- proprjeta`, l-ammont li l-lands department jidhirlu li huwa xieraq bħala kumpens.", "B'hekk evitajna li l-gvern joħroġ expropriation orders mingħajr ma jkollu l-flus meħtieġa sabiex iħallas il-kumpens u jitfa' l-piż fuq il- ġenerazzjonijiet futuri.", "Barra minn hekk id-dipartiment se jibda joqgħod attent qabel ma jitlob esproprjazzjoni għaliex issa l-art m'għadhiex b'xejn għalih.", "Aħna nafu li qabel l-art esproprjata kienet b'xejn għad-dipartiment u allura jekk jista' jitlob art ta' ċertu daqs, illum mhux se jitlob għal biċċa art akbar għaliex ovvjament se jkollu jħallasha.", "L-aħħar ħaġa hija li dawk il-flus qed jiġu depożitati in an interest bearing bank account b'tali mod li s- sidien ma jiġux ippreġudikati u għall-gvern din is-sistema kellha vantaġġ għaliex malli jpoġġi l-flus fil-kont bankarju, kien qed jiffriża l-valur tal-proprjeta`.", "Allura m'hemmx għalfejn tkun taf min huma s-sidien tal- proprjeta` għaliex inti tista' tikkredita l-proprjeta` nnifisha.", "Jiġifieri l-interest bearing bank account ikun f'isem dik il-proprjeta` u għalhekk il- gvern ma kellux bilfors ikun jaf jekk hemmx 100 sid ta' dik l-art u min huma dawk is-sidien.", "Il-flus setgħu jiġu ddepożitati favur dik il- proprjeta` u b'hekk il-gvern ikun qed jakkwistaha mill-ewwel.", "Sur President, b'dan il-mod jispiċċaw dawk il-problemi li ġustament irrifera għalihom l-Onor.", "Herrera, fejn il-gvern jaqbad u jieħu l- proprjeta` bil-liġi ta' l-esproprjazzjoni pubblika.", "Nafu li wara 14-il ġurnata l-gvern għandu d-dritt li jidħol f'dik il-proprjeta' u jqisha bħala tiegħu.", "Għalhekk ikun jista' jibni housing estates fuq proprjeta' milquta b'ordni ta' esproprjazzjoni allavolja l-art tkun għadha m'hijiex tiegħu minħabba li ma jkunx għadu ħallas kumpens xieraq lis-sidien.", "Allura bis- sistema l-antika, il-gvern seta' jibni fuq dik l-art il-housing estates, seta' jikriha lil terzi persuni jew inkella jidħol f'konvenju u jbigħ dik l- art lill-koppji ħalli dawn jibnu l-vilel u d-djar tagħhom.", "Imbagħad dak il- konvenju jibqa' konvenju għal snin twal u l-kuntratt ma jsir qatt għaliex il-gvern ma jkunx akkwista dik il-proprjeta` minħabba li ma kellux il-flus neċessarji sabiex iħallas il-kumpens lis-sidien.", "Sur President, din il-problema solvejniha mill-1993 lil hawn u solvejniha b'tali mod li issa m'hemmx eċċezzjonijiet mill-2003 'l hawn.", "Dan għaliex illum ma tistax toħroġ ordni ta' esproprjazzjoni jekk ma jiġux depożitati l- flus favur is-sidien.", "Mela spiċċat dik il-possibilita` ta' abbuż jew dik il-possibilita` ta' prattika żbaljata li nieħdu l-art u mbagħad wara naraw x'inhu l-kumpens.", "Pero` xorta waħda għad fadal pockets kbar ta' artijiet li għadhom ma ġewx akkwistati mill-gvern.", "Allura huwa minnu li n-nies għadhom fuq il-konvenju għaliex il-gvern għadu m'akkwistax il-proprjeta` ta' l-art li fuqha kienu nbnew id-djar ta' dawn in-nies taħt il-home ownership scheme.", "Il-gvern kien qiegħed jipprova jsolvi din il-problema bil-liġi li kien għamel fl-2002 u li ġiet fis-seħħ fil-5 ta' Marzu ta' l- 2003.", "F'din il-liġi għedna li għall-expropriations l-antiki, il-gvern jista' joħroġ dikjarazzjoni ġdida tal-president li biha jiddepożita l-flus f'dan il-kont bankarju u b'hekk, l-expropriation l-antika tiġi rregolata bir-regoli l-ġodda.", "Madankollu din il-biċċa xogħol trid issir fid-diskrezzjoni tal-gvern għaliex ma jistax ikun li l-gvern iħallas il-kumpens ta' l-art kollha li ġiet esproprjata qabel l-1993 f'salt.", "Għalhekk il-lands department beda jara fejn ħa proprjeta` li għaliha l-kumpens m'huwiex għoli ħafna, bħal per eżempju, art li fuqha nbena housing estate li qiegħed barra mill-ischeme jew inkella, meta ttieħdet kienet ikkonsidrata bħala art agrikola.", "Fuq artijiet ta' din it-tip il-gvern iħallas somma relattivament żgħira u jekk m'iniex sejjer żball, is-somma hija ta' Lm4,000 għal kull tomna art agrikola.", "Issa meta tkun building site l-istorja hija ferm u ferm differenti.", "B'dan il-metodu bdejna bil-mod il-mod inħallsu l-kumpens għaliex ma nistgħux nagħmlu kollox f'salt.", "Ma ninsewx li din hija problema li ġiet trasferita minn gvern għall-ieħor pero` aħna bdejna naqbdu art fejn hemm xi housing estate u nifdu l-art tagħha.", "Dan għamilnih billi nħallsu l-kumpens f'kont bankarju u b'hekk il-gvern isir is-sid ta' dik l-art.", "Malli l-gvern isir is-sid ta' dik l-art ikun jista' jagħmel il-kuntratt jew inkella jbigħ il-proprjeta` lin-nies diversi.", "Issa l-aħħar darba l-Onor.", "Brincat staqsiena jekk għadx hemm bżonn li fl-2005 l-expropriation orders kollha jibqgħu jiġu ffirmati mill-president.", "Sur President, ħalli ngħid daqsxejn kif inhi l-proċedura llum il-ġurnata.", "Ejjew ngħidu li l-ministeru għall-iżvilupp urban jixtieq iwessa' xi triq jew inkella jixtieq jibni xi triq ġdida.", "Mela d-dipartiment jagħmel talba lil-lands department, jibgħatlu l-pjanti kollha ta' fejn jixtieq jesproprja l-art, ipoġġi l-flus għad-dispożizzjoni tal-lands department u mbagħad, il- lands department ipoġġi l-flus f'kont bankarju favur is-sidien ta' dik il- proprjeta` u joħroġ dikjarazzjoni mill-president.", "Id-dikjarazzjoni tiġi quddiemi bħala ministru u niffirmaha wara li jkunu spjegawli għalfejn hemm bżonn li tinħareġ dik l-esproprjazzjoni.", "Wara li niffirma nagħti parir lill-president ta' Malta – mentri qabel dan kien il-gvernatur – sabiex toħroġ l-ordni ta' esproprjazzjoni.", "Irrid ngħid li din il-proċedura hija segwita wkoll fi kwestjonijiet oħra li għandhom x'jaqsmu ma' art tal-gvern.", "Per eżempju, din il-proċedura tintuża wkoll għall-allokazzjoni ta' artijiet tal-gvern lill-housing authority sabiex din tkun tista' tagħmel social housing.", "Jerġa' f'dan il-każ hija aktar ikkomplikata mill-oħra.", "L-ewwel id-dipartiment jitlob l-art u mbagħad iridu jiffirmaw l-avukat ġenerali, il-ministru responsabbli mil- lands, il-prim ministru u l-president ta' Malta.", "Dan kollu sabiex biċċa art tgħaddi minn idejn il-gvern u tmur għand l-awtorita` tad-djar.", "Issa wieħed jista' jistaqsi jekk hemmx bżonn li ninvolvu lill-president.", "Fuq kollox meta toħroġ l-ordni ta' l-esproprjazzjoni fil-gazzetta tal-gvern, la jidher il-ministru u lanqas jidher id-dipartiment li jkun qed jitlob dik l- art imma jidher biss il-president u ħafna drabi n-nies jaħsbu li l- president qiegħed jeħdilhom dik l-art.", "Allura forsi meta niġu fl-istadju ta' Kumitat naraw jekk nistgħux insolvu din il-problema, basta jkun hemm alternattiva tajba għaliha.", "Dan għaliex l- argument favur li nħallu s-sistema kif inhi llum huwa li hija xi ħaġa serja li tieħu l-proprjeta` tan-nies u jista' jkun li l-president joġġezzjona għal dik l-esproprjazzjoni.", "Il-president jiffirma wkoll il-liġijiet tal- parlament u s'issa qatt ma naf li rrifjuta li jiffirma xi abbozzi ta' liġijiet li jgħaddu minn dan il-parlament.", "Pero` li kieku l-president jirrifjuta li jiffirma, allura dak l-abbozz ta' liġi ma jsirx.", "U hekk ukoll jista' jiġri fil-każ ta' ordni ta' esproprjazzjoni għax jista' jkun hemm każ fejn xi ministru jew xi ħaddieħor ikun qiegħed jabbuża u l- president huwa obbligat li joqgħod fuq il-parir tal-ministru pero` jista' jagħti l-każ li l-president jibda jistaqsi xi mistoqsijiet.", "Il-president jista' jdur fuq il-ministru u jgħidlu: \"Isma', intom tafu x'qed tagħmlu hawnhekk?\".", "Il-president jista' jgħid ukoll li din l-ordni hija waħda leġittima.", "Issa kemm ili ministru f'dan il-parlament, darba waħda biss niftakar li l-uffiċċju tal-president kien staqsa xi mistoqsija pero` xorta waħda kienet ħarġet l-ordni ta' l-esproprjazzjoni.", "Jiġifieri hawnhekk wieħed jista' forsi jagħmel l-argument li bħalma l-gvernatur kien forsi jista' jikkontrolla ċerti azzjonijiet tal-gvern fil-qasam tat-teħid ta' l-artijiet, hekk ukoll il-president jista' jagħmel dan il-kontroll illum.", "Għalkemm wisq nibża' li meta saret fl-1931, il-gvernatur daħal fiha minħabba li dak iż-żmien konna fi stat ta' kolonja u allura l-gvern Ingliż xtaq iżomm ċerta kontroll f'każ li l-gvern Malti jkun qiegħed jesproprja l- artijiet bl-addoċċ.", "Għalhekk illum il-ġurnata wieħed jista' jistaqsi jekk huwiex il-każ li nibqgħu nżommu din is-sistema.", "Sur President, illum ħadt gost ħafna li fid-diskussjoni ta' dan l-abbozz ta' liġi kien hawn qbil bejn iż-żewġ naħat fuq li għandu jkun hemm tibdil f'dawk li huma kriterji ta' dak li jiġi kkonsidrat bħala art fabbrikabbli jew art li m'hijiex fabbrikabbli.", "U tajjeb qalu diversi kelliema li għallinqas issa se jkollna ċertezza fuq id-deċiżjonijiet li jittieħdu.", "Huwa minnu wkoll li anke b'din iċ-ċertezza, xorta waħda se jqumu punti diskutibbli.", "Per eżempju, meta se tiġi esproprjata art li hija destinata għal bini ta' triq, se tiġi bejn ħaltejn kif se tikkalkolaha jekk dik l-art tikkwalifika bħala art li qiegħda fl-ischeme.", "Din l-art se tikkalkolaha daqslikieku hija art li tista' tibni fuqha jew se tikkalkolaha bħala art li ma tistax tibni fuqha għaliex biż-zoning hija ndikata bħala triq?", "Għalhekk jien għedt li għalkemm dan il-punt jista' jibqa' dibattibbli hawnhekk, aħna qegħdin nipprovaw naraw x'inhu ż-zoning.", "Dan irridu narawh kemm jekk iż-zoning se jżid il-kumpens, kif ukoll jekk se jnaqqas il- kumpens.", "Jiġifieri altru tieħu art li fuqha tista' tibni ċertu tip ta' żvilupp biss, altru tieħu art li fuqha tista' tibni s-serer biss u altru tieħu art li fuqha tista' tibni sa sular wieħed, sa żewġ sulari jew sa tliet sulari.", "Altru tieħu art li tkun qiegħda f'lokalita` partikolari, altru tieħu art li hija milquta mill-ischeme u li allura se jinħolqu ċerti toroq fiha u altru tieħu art li ż-zoning se jillimita l-użu tagħha jew inkella se jkabbru.", "Għaldaqstant naħseb li għandna nieħdu in konsiderazzjoni dawn l-affarijiet kollha.", "Issa wieħed jista' jiġih id-dubju fuq kemm huwa ġust li l-art tiegħu nzertat skedata u fuqha hemm ippjanat li ssir triq mentri l-art ta' ħaddieħor m'għandhiex din ir-restrizzjoni.", "Mill-banda l-oħra ma jistax ikollna bini jekk ma jkollniex toroq li jwasslu għal dak il-bini.", "Issa meta jidħlu toroq, il-gvern rari joħroġ il-kumpens minn butu, ħlief f'każijiet fejn it-triq tant tkun meħtieġa u bżonjuża li l-probabilita` tkun li din it-triq se tkun triq arterjali.", "Dan għaliex skond il-liġi ta' l-ippjanar, kemm dik antika kif ukoll dik tal-lum, biex wieħed jibni jrid qabel xejn jakkwista nofs il-proprjeta` tat-triq.", "Allura ħafna drabi s- sidien tal-plots li jridu jibnu, l-ewwel ma jridu jagħmlu huwa li jipprovaw jinnegozjaw mas-sid ta' l-art ħalli jakkwistaw dik it-triq.", "Ħafna drabi ma jirnexxielhomx jagħmlu dan u allura jeżisti dak li jgħidulu expropriation for the benefit of third parties.", "Hawnhekk il-gvern jistma' l-valur ta' dik l-art li fiha tkun se ssir it- triq, jiġbor il-flus mingħand is-sidien tal-plots li jkunu se jinbnew u li jkunu jagħtu għal dik it-triq u mbagħad, jesproprja u jħallas lis-sidien bil-flus li jkun ġabar mingħand is-sidien tal-plots li jkunu se jinbnew.", "Issa f'dan l-abbozz ta' liġi qegħdin ngħidu li fid-deċiżjoni dwar dak il- kumpens dovuta fuq art tajba għall-bini, għandu jittieħed qies ta' l-użu jew l-iżvilupp li jkun jista' jsir fuq jew madwar dik l-art skond dik l- iskema għall-bini jew pjan lokali.", "Sur President, kwestjoni oħra li tqajmet mill-Onor.", "Herrera kienet dwar xi kwestjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-possession and use.", "Jekk m'iniex sejjer żball, dan il-kumment għaddih ukoll l-Onor.", "Stefan Buontempo.", "Għalhekk ħalli nagħti daqsxejn ta' spjegazzjoni fuq l-ordnijiet ta' possession and use għall-benefiċċju ta' min qiegħed jismagħna.", "Taħt il- lands acquisition public purpose ordinance teżisti l-possibilita` li l- gvern jakkwista art għal skop pubbliku mhux biss b'titolu ta' outright purchase iżda anke permezz ta' possession and use, li tixbaħ ħafna lir- requisition order.", "F'dan il-każ il-gvern jeħodlok il-proprjeta` u jista' jużaha għal liema skop irid hu, basta jkun għal skop pubbliku, u minflok ma jħallas lis- sidien il-valur ta' dik il-proprjeta`, iħallashom kera li tkun – u din il- liġi għadha preżenti sal-lum – iffriżata skond il-liġi tal-kera.", "Jiġifieri jekk id-dar tkun inbniet qabel l-1939, titħallas il-kera skond il-valur ta' l-1939, mentri jekk tkun inbniet wara l-1939, titħallas b'ċertu persentaġġ fuq il-valur ta' l-art u fuq il-valur ta' l-ispejjeż sabiex tkun inbniet dik il-proprjeta`.", "Per eżempju, għandna proġetti kbar bħalma huma t-triq tal-Marsa jew il-proġett tal-Laqxija li kollha ttieħdu bil-possession and use.", "Fil-fatt niftakar li kien hemm raġel li kellu dar kbira fil-Laqxija u kienu ħaduhielu bil-possession and use.", "Din id-dar waqqgħuhielu u kienu tawh flat fil-Laqxija stess.", "Issa ta' dan il-flat kien qiegħed iħallas aktar milli kien qed jirċievi mingħand il-gvern tal-possession and use tad- dar kbira li waqqgħulu.", "Sur President, malli l-gvern Nazzjonalista tela' fl-1987 ħa deċiżjoni amministrattiva li ma joħroġx aktar ordnijiet tal-possession and use.", "Kien hemm xi eċċezzjonijiet żgħar fejn kellu bżonn jieħu l-proprjeta` malajr u għalhekk għamel użu mill-possession and use.", "Fil-fatt waħda minnhom hija l- area ta' fuq Santa Liena f'Bormla, meta l-gvern Nazzjonalista ried jibni housing estate hemmhekk u mbagħad, aktar tard ħallas il-valur ta' dik il- proprjeta` li kien ħa.", "Għalhekk b'mod temporanju, il-gvern ħareġ possession and use u mbagħad xtara dik il-proprjeta`, pero` bħala regola, ma ħarġux aktar possession and use wara l-1987.", "Madankollu xorta waħda tibqa' l-problema li hija xi ħaġa mpossibbli sabiex il-gvern jixtri l- artijiet kollha li qegħdin bil-possession and use li ħarġu bejn l-1931 u l- 1987.", "Din hija xi ħaġa impossibbli.", "Sur President, li kieku l-gvern kellu jixtrihom, irid jifqa' l-kaxxa ta' Malta minħabba li jkollu jħallas miljuni kbar ta' liri.", "Dan għaliex ħafna drabi, il-parti l-kbira tal- proprjeta` ilha mal-50 sena għand il-gvern bil- possession and use.", "Allura tkun ċifra enormi u naħseb li tiżboq jew tiġi viċin ħafna l-kumpens li għandu jagħti l-gvern għall-proprjeta` esproprjata b'outright purchase.", "Ħalli nagħti eżempju.", "Qabel il-gwerra, quddiem San Ġwann ma kienx hemm dik il-pjazza li hemm illum iżda minflokha kien hemm il- bini.", "Dak il-bini kien waqa' fil-gwerra bil-bombi u l-gvern ħadu bil- possession and use u għamel dik il-pjazza li hemm illum, kif ukoll bena dawk l-appartamenti li hemm quddiem San Ġwann.", "Immaġinaw kieku llum kellna nirtiraw il-possession and use u nħallsu l- valur tal-proprjeta` li hemm f'dik il-pjazza.", "Naħseb li anke ta' l-art biss, minjaf xi tkun is-somma dovuta.", "Għaldaqstant m'hijiex xi ħaġa prattika, aktar u aktar meta hemm hemm il-protezzjoni tal-kostituzzjoni li tikkonserva d-dritt tal-gvern li jżomm il-possession and use.", "Mela minkejja li l-gvern għandu dritt li joħroġ possession and use, iddeċieda li ma joħroġx aktar mill-1987 lil hawn.", "Pero` l-antiki hemmhekk iridu jibqgħu.", "Dak li pprovajna nagħmlu kien li nagħmluha possibbli li l-gvern iħallas prezz li ma jkunx daqs il-valur tal-proprjeta` tal-possession and use, iżda li jkun aktar favorevoli milli qatt kien sabiex jifdi dak il-possession and use.", "Għal dan il-għan konna għaddejna liġi fl-2002 li biha seta' jkun", "possibbli li fid-diskrezzjoni tal-gvern, ikun jista' jifdi l-proprjetajiet meħudin bil-possession and use b'kapitalizzazzjoni ta' 1%.", "Allura kien possibbli li l-gvern jaqbad art li tagħha qed iħallas Lm20 u jifdiha b'Lm2,000 jiġifieri għal kull Lm1 iħallas Lm100.", "Sur President, jien qiegħed nifhem l-ilment ta' l-Onor.", "Herrera li anke permezz ta' din il-liġi m'aħniex se nifdu f'daqqa l-proprjetajiet kollha li qegħdin bil-possession and use.", "Madankollu qegħdin nipprovaw nagħmlu ħilitna kollha sabiex mill-vot ta' kull sena nwarrbu parti żgħira ħalli nkunu nistgħu nifdu l-possession and use.", "Hawnhekk ikolli ngħid li matul dawn l-aħħar snin il-vot ta' Lm0.25 miljun tellajnih għal Lm1 miljun.", "Xorta waħda l-problema tal-possession and use m'hijiex se titlaqna malajr u li qed nipprovaw nagħmlu huwa li bil-mod il-mod innaqqsu l-effett tagħha u nifduhom, b'mod speċjali fejn il-gvern għandu interess li jagħmel dan.", "L-Onor.", "Herrera semma wkoll il-possibilita` li fejn hemm appartamenti mibnija fuq possession and use u hemm inkwilini li jixtiequ jixtru l- appartamenti tagħhom b'arranġamenti ma' l-awtorita` tad-djar, għandna naraw jekk huwiex possibbli li jekk il-flus imorru għand il-lands department, din tkunx tista' tifdi l-possession and use u l-inkwilini jkunu jistgħu jixtru l-proprjeta` tagħhom.", "B'hekk bil-flus li jinġabru mill-bejgħ ta' l- appartamenti jkunu jistgħu jitħallsu s-sidien ta' dawn il-proprjetajiet bil- possession and use.", "Madankollu hawnhekk jibqa' l-kwestjoni ta' kif għandhom jinħadmu l-imgħaxijiet jew aħjar, id-danni għall-okkupazzjoni.", "Ħalli nispjega ftit aħjar.", "Il-gvern, b'mod amministrattiv, kien iħallas u għadu jħallas sal-lum 5% fuq il-kumpens mid-data li tkun ħarġet id-dikjarazzjoni tal-president sal- mument li jsir il-kuntratt u l-kumpens jitħallas.", "Fl-2002 konna għamilna provvediment fil-liġi fejn il-kwestjoni ta' l-interessi jew tad-danni għall- okkupazzjoni ma baqgħetx titħallas b'mod amministrattiv biss, imma ddaħħlet klawsola fil-liġi fejn simple interest of 5% għandu jitħallas fuq il- kumpens.", "Issa dawn il-5% se jiġu kkalkolati fuq is-somma tal-kumpens dovut fil-mument li ttieħdet il-proprjeta`?", "Se jiġu kkalkolati fuq l-ammont tal- kumpens dovut minn meta tkun ħarġet in-notice to treat u ġie ffriżat il- valur tal-proprjeta` jew inkella se jiġu kkalkolati meta se tagħmel il- kuntratt?", "Sur President, qiegħed ngħid hekk għaliex jista' jkun li sadanittant laħqu għaddew għaxar snin minn fuq dik il-proprjeta` u dak li qabel kien iqum Lm10,000, illum se jkollok tħallas Lm20,000 tiegħu.", "Mela l-5% fuq liema ammont se jitħallsu?", "Se jitħallsu għal għaxar snin fuq Lm10,000, fejn jista' jkun li s-sid jgħid li dan m'huwiex ġust minħabba li llum il- proprjeta` tiegħu ġiet tqum Lm20,000, jew inkella se jitħallsu 5% b'lura għal għaxar snin fuq Lm20,000, fejn wieħed jista' jargumenta wkoll li għaxar snin ilu dik il-propjreta` ma kenitx tqum dak l-ammont?", "Għalhekk naħseb li tkun xi ħaġa tajba li wara li ngħaddu mill-istadju tas- second reading u niġu għall-istadju ta' kumitat, neżaminaw il-possibilita` li noħolqu formola ġusta kemm għall-individwu kif ukoll għall-gvern.", "B'hekk la l-individwu ma jitħallas bl-ammont il-baxx u lanqas il-gvern ma jħallas l-interessi fuq l-ammont għoli.", "Għalhekk irridu nipprovaw insibu t- triq tan-nofs li biha dawn l-interessi jitħallsu, pero` ma jitħallsux aktar milli suppost.", "Anke għaliex li tħallas interessi ta' 5% fuq l-ammont tal-lum retroattivament għal 20 jew 30 sena ilu, se jrendi investiment tajjeb ħafna.", "Kważi kważi dak li jkun, jibda jirringrazzja lill-Bambin li ma ħallsuhx dakinhar għaliex illum il-ġurnata huwa diffiċli li ssib investiment, ħlief fix-shares, li jagħtik return ta' aktar minn 5%.", "Għaldaqstant din hija kwestjoni li wieħed irid jeżaminaha aktar bir-reqqa u forsi jirnexxielna nsibu soluzzjoni għaliha fl-istadju ta' Kumitat.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Se npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi li l- Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Ordinanza dwar l-Akkwist ta' Artijiet għal Skopijiet Pubbliċi, Kap. 88\" ikun moqri t-Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tieni Darba.", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Sur President, nipproponi li dan l-Abbozz ta' Liġi jiġi ttrattat mill-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi maħtur skond il-Mozzjoni Nru. 54 tas-17 ta' Ġunju 2003.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (Segretarju Parlamentari): Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li dan l-Abbozz ta' Liġi jiġi riferut lill- Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "MR SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "PERMESS TAL-KAMRA", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sur President, nitlob il-permess sabiex jiġu sospiżi r-regolamenti tal-Kamra u titressaq mozzjoni mingħajr avviż.", "MR SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "MOZZJONIJIET", "ĦATRA TA' OMBUDSMAN", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sur President, nipproponi li:", "Billi Artikolu 3 ta' l-Att ta' l-1995 dwar l-Ombudsman jipprovdi li għandu jinħatar bħala Uffiċjal tal-Parlament Kummissarju għall- Investigazzjonijiet Amministrattivi li jissejjaħ Ombudsman, li jinħatar mill-President li jaġixxi skond riżoluzzjoni tal-Kamra tad-Deputati li tgħaddi bis-saħħa ta' voti ta' mhux anqas minn żewġ terzi tal-membri kollha li hemm fil-Kamra;", "Billi l-Prim Imħallef Emeritus Dottor Joseph Said Pullicino BA (Hons) LLD, għandu l-kwalifiki biex jinħatar bħala Ombudsman;", "Din il-Kamra tirrisolvi li titlob lill-President ta' Malta biex skond l- artikolu 3 ta' l-Att ta' l-1995 dwar l-Ombudsman, jaħtar lill-istess Joseph Said Pullicino, BA (Hons) LLD bħala Ombudsman.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "ALFRED SANT (Kap ta' l-Oppożizzjoni): Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sur President, bil-permess tal-Kamra xtaqt ngħaddi ftit rimarki fuq din il-mozzjoni.", "Naħseb li huwa xieraq li qabel ma ngħaddi sabiex nikkummenta fuq il-proposta tal-ħatra tal-Prim Imħallef Emeritus Dr Joseph Said Pullicino, ngħid żewġ kelmiet fuq min okkupa din il- kariga għal dawn l-aħħar għaxar snin, prattikament mat-twaqqif ta' l- istituzzjoni ta' l-ombudsman.", "Ovvjament qiegħed nitkellem fuq is-Sur Joe Sammut.", "Irrid nieħu din l-okkażjoni sabiex f'isem din il-Kamra nesprimi r- ringrazzjament tiegħi lis-Sur Joe Sammut, li f'żewġ okkażjonijiet inħatar b'mod unanimu f'din il-Kamra bħala l-ewwel ombudsman għall-ewwel ħames snin tal-kariga, imbagħad fit-tieni terminu tiegħu, fejn reġgħet ġiet imġedda l- kariga tiegħu għat-tieni perijodu ta' ħames snin oħra.", "Din il-Kamra, u naħseb il-pajjiż kollu, għandu jesprimi r-rikonoxximent tiegħu lejn is-Sur Sammut li welled din l-istituzzjoni u għen sabiex matul il-medda ta' għaxar snin, tistabbilixxi ruħha u taqdi l-funzjonijiet tagħha hekk kif inhi maħsuba fil-liġi.", "Is-Sur Sammut qeda din il-kariga b'impenn qawwi u b'fehma ta' pożizzjoni li kellha ċerta importanza.", "Irrid ngħid li l-istituzzjoni ta' l-ombudsman kienet esperjenza ġdida għal pajjiżna pero` naħseb li meta wieħed jiżen il- mod ta' kif twaqqfet din l-istituzzjoni u kif kibret matul iż-żmien jista' jgħid li llum il-ġurnata għandna istituzzjoni li fost l-istituzzjonijiet l- oħra taqdi funzjoni li hija importanti ħafna.", "Dan għaliex titlob għall- accountability min-naħa tal-gvern fir-rigward ta' ċerti deċiżjonijiet li jkunu qegħdin jittieħdu.", "Din m'hijiex xi ħaġa faċli u xi ħaġa li wieħed jista' jaqdiha b'daqshekk sempliċita`.", "Kultant ikun fiha ċerti aspetti kkomplikati pero` bla dubju ta' xejn, illum għandna istituzzjoni li żżomm lill-gvern accountable f'ċerti aspetti tiegħu.", "Fl-opinjoni tiegħi, naħseb li dan huwa tajjeb u pożittiv għall-pajjiż kollu.", "Għalhekk fl-okkażjoni tal-lejla għandna nagħtu kelma ta' ringrazzjament u ta' apprezzament għal dak kollu li sar matul dan il-perijodu u ovvjament dan għandna nindirizzawh direttament lis-Sur Joe Sammut.", "Sur President, irrid ngħid li s-Sur Sammut kien esprima xi ħaġa pożittiva li pprovajna nilħquha pero` ma rnexxilniex.", "Is-Sur Sammut kien qiegħed jirrealizza li kien qed jasal iż-żmien ta' l-għeluq tat-terminu tiegħu u kif taf din il-Kamra, il-liġi stess timponi massimu ta' żewġ terms fil- kariga ta' ombudsman.", "Għaldaqstant kienet xi ħaġa inevitabbli, skond il- liġi, li l-perijodu tas-Sur Joe Sammut jagħlaq.", "Allura min-naħa tiegħu, kien ipprova jħeġġeġ sabiex jekk jista' jkun, jiġi identifikat is-suċċessur tiegħu minn qabel l-iskadenza taż-żmien tiegħu ħalli jkun jista' jagħtih il- handover.", "Il-verita` hi li għalkemm iż-żewġ naħat – jiġifieri jien u l-kap ta' l-oppożizzjoni - ipprovajna nidentifikaw persuna addattata għal din il- pożizzjoni qabel l-iskadenza tal-perijodu li fiha kien nominat is-Sur Sammut, ma rnexxielniex nidentifikaw persuna li fuqha stajna niftiehmu.", "Naturalment naqblu t-tnejn li aħna illi kieku kien possibbli dan kien ikun ideali, pero` fiċ-ċirkostanzi - għalkemm ipprovajna ż-żewġ naħat bil- konsultazzjonijiet - ma stajniex, sa dak il-mument partikolari, nagħżlu persuna li tkun aċċettabbli miż-żewġ terzi tal-membri parlamentari.", "Nafu li l-ħajja m'hijiex sempliċi daqskemm wieħed ikun jixtieqha, madanakollu komplejna għaddejjin bil-proċess ta' konsultazzjoni.", "Dan il-proċess ma jiddispjaċini xejn minnu għaliex kien proċess ta' konsultazzjoni li fih ipprovajna nidentifikaw l-aħjar persuni possibbli għal din il-kariga u li jkollu l-appoġġ tal-Kamra.", "Sur President, għal din l-għażla importanti komplejna għaddejjin bil- konsultazzjonijiet anke matul ix-xhur tas-sajf, bil-parteċipazzjoni ta' grupp ristrett ta' deputati miż-żewġ naħat tal-Kamra.", "Għalhekk irrid nirringrazzja lil dawk id-deputati li ħadu sehem fil-proċess ta' konsultazzjoni li għamilna bejn iż-żewġ naħat sabiex inkunu nistgħu naslu għall-persuna addattata.", "U proprju llum stess, bi qbil bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra, wasalna sabiex inressqu għall-approvazzjoni ta' din il-Kamra l- isem tal-Prim Imħallef Emeritus Dr Joe Said Pullicino għal din il-kariga.", "Kulħadd jaf min hu Dr Said Pullicino għaliex diġa` qeda kariga importanti fil-pajjiż u qdiha b'mod li ta l-kontribut tiegħu għall-ġid ta' pajjiżna.", "Huwa bniedem li apparti milli qeda l-funzjoni tiegħu f'kariga ta' chairperson ta' l-awtorita` tax-xandir għal perijodu ta' żmien, kien ukoll il-prim imħallef ta' pajjiżna.", "Allura naħseb li m'għandix għalfejn noqgħod nispjega lil din il-Kamra l-merti li l-Imħallef Said Pullicino għandu sabiex ikun jista' jaqdi tajjeb u kif inhu xieraq, il-kariga importanti ta' ombudsman.", "Għaldaqstant min-naħa tiegħi, bi pjaċir u bi privileġġ qiegħed nistieden lil din il-Kamra sabiex tivvota favur in-nomina ta' l-Imħallef Said Pullicino għall-kariga ta' ombudsman, bil-konvinzjoni li l-kontribut tiegħu jkun wieħed li jkompli jibni fuq dak li diġa` bena s-Sur Joe Sammut meta kien f'din il-kariga.", "B'hekk inkunu nistgħu naraw din l-istituzzjoni tkompli tiżviluppa u tkompli taqdi l-funzjoni tagħha hekk kif inhi maħsuba fil-liġi.", "Dan l- uffiċċju kien twaqqaf bħala istituzzjoni li żżomm livell ta' accountability min-naħa tal-gvern, bil-ħsieb ukoll li finalment - għaliex dan huwa l- objettiv finali ta' l-ombudsman - min-naħa tal-gvern u min-naħa ta' l- amministrazzjoni in ġenerali, jingħata l-aħjar servizz possibbli liċ- ċittadini ta' dan il-pajjiż.", "Naħseb li ċ-ċittadini tagħna hekk jixiriqilhom u għandhom id-dritt li jkollhom dan l-element ta' trasparenza li wieħed jistenna min-naħa tal-gvern fid-deċiżjonijiet li jkun qiegħed jieħu.", "Għaldaqstant nitlob lil din il-Kamra sabiex tapprova din ir- riżoluzzjoni li għadni kif ippreżentajt.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, naħseb li jkun xieraq li f'isem l- oppożizzjoni nibda billi jien ukoll nagħti ġieħ lis-Sur Joe Sammut.", "Jien m'iniex se nsejjaħlu s-Sur Joe Sammut aktar iżda se nsejjaħlu Joe Sammut għaliex ilni nafu għal snin twal.", "Fil-fatt l-ewwel darba li ltqajt miegħu kien fi Brussell fl-1972 u kien introduċieni miegħu l-ambaxxatur ta' dak iż- żmien, is-Sur Joe Attard Kingswell għaliex kien tela' miegħu f'delegazzjoni li dak iż-żmien kienet qed tagħmel xi trattattivi mal-komunita` ekonomika Ewropea, illum l-Unjoni Ewropea.", "Joe Sammut kien inkarigat mill-ippjanifikar ekonomiku tal-gvern dak iż- żmien u jien stajt nitkellem miegħu u nisma' l-mod ta' kif kien iħares lejn l-iżvilupp tal-pajjiż.", "Huwa kien civil servant ta' fibra qadima imma b'mentalita` moderna.", "Minn dak iż-żmien żgur li apprezzajt il-mod ta' kif kien iħares lejn il-problemi tal-pajjiż u anke l-mentalita` tiegħu li kienet ta' xi ħadd li kien impenjat sabiex fi żmien ta' amministrazzjoni dejjem aktar attiva u aħjar, dan il-pajjiż jagħmlu aktar modern u ekonomikament aktar effikaċi.", "Sur President, minn dak iż-żmien għaddew 33 sena u f'kull fażi tal-karriera tiegħu, minn dak li stajt nosserva, Joe Sammut baqa' jżomm dawn il-valuri sodi, jipperfezzjonahom u jagħti xiehda tagħhom fid-diversi karrieri li kellu taħt gvernijiet differenti.", "Meta għedt li kien civil servant ta' fibra antika ridt infisser li kien uffiċjal pubbliku li jservi b'lealta` lill-gvernijiet kollha li demokratikament ikunu eletti f'pajjiżna u jagħmel dan mingħajr ma jlablab - u qiegħed ninftiehem tajjeb meta qed ngħid ilablab - u mingħajr ma jilgħabha tal-prima donna jew tal-faċċol.", "Joe Sammut dejjem kien persuna li inti tkun taf fejn qiegħed miegħu, dejjem kien xi ħadd li jagħti pariri fuq kif jaħseb li għandhom ikunu l- affarijiet.", "Meta mbagħad id-deċiżjoni toħroġ differenti mill-pariri tiegħu, xorta waħda jibqa' jaqdi b'lealta` l-funzjonijiet tiegħu.", "Dan għamlu fid-diversi karigi li serva, fosthom bħala uffiċjal pubbliku, bħala kap ta' dipartiemnt, bħala kap ta' ministeru, bħala kap taċ-ċivil, bħala ambaxxatur u mbagħad, meta ġie propost bħala ombudsman.", "Din il- kariga kien ifassalha huwa stess fuq il-bażi ta' l-istruzzjonijiet li kien ingħata u fassal wara l-konsultazzjonijiet wiesgħa barra minn Malta, fl- Ewropa u barra mill-Ewropa.", "U fassal b'mod professjonali, kif dejjem ħadem Joe Sammut.", "Għalhekk meta ġie propost bħala ombudsman, minn din in-naħa tal-Kamra kien hemm ukoll qbil awtomatiku mal-proposta tiegħu.", "Naħseb li l-fiduċja li wriet din il-Kamra f'Joe Sammut dak iż-żmien, imbagħad anke fit-tieni darba li reġa' ġie propost, kienet mija fil-mija ġustifikata u kienet ukoll tagħtih iċ-ċans, jekk kellu għalfejn jingħata dan iċ-ċans, li jkompli jipprova li kien bniedem li fiż-żmenijiet tal- karriera tiegħu ta l-aqwa xiehda ta' kif għandu jkun uffiċjal pubbliku, f'dan il-każ bħala ombudsman u bħala uffiċjal tal-parlament kollu kemm hu.", "Sur President, f'ismi u f'isem l-oppożizzjoni Laburista nixtieq nirringrazzja lil Joe Sammut tax-xogħol kbir li għamel fl-għaxar snin li dam bħala ombudsman, mhux biss għall-mod ta' kif fassal, mexxa u ggwida l- uffiċċju ta' l-ombudsman matul dawn l-aħħar għaxar snin, imma wkoll għall- mod ta' kif iġġudika l-każijiet differenti li kienu diffiċli, antipatiċi u kumplessi.", "Għaldaqstant Joe Sammut ta wirja wkoll ta' kif wieħed jista' jżomm triq li tkun triq dritta, triq soda, triq serja, triq onesta, triq li tiffittja u li tgħodd għaċ-ċirkostanzi li jkun għaddej minnhom pajjiżna.", "Naħseb ukoll li jkun tajjeb li wieħed jirrimarka li apparti mil-linja dritta u tajba li ta Joe Sammut bħala ombudsman, irnexxielu wkoll jibni uffiċċju li huwa amministrativament fost l-aħjar li huma mmexxija fis- servizz pubbliku bħalissa.", "Kien ukoll jagħti attenzjoni, kif dejjem deher, mill-estimi li tressqu quddiem din il-Kamra għall-impatt finanzjarju ta' l- uffiċċju tiegħu.", "Jien minn dejjem irrimarkajt li dan l-uffiċċju kien wieħed mill-ftit, jew forsi l-uniku uffiċċju taħt l-estimi, li sena wara l- oħra l-ministru tal-finanzi ppreżenta quddiem il-parlament, li kien jipprova jżomm l-ispiża livell u anke jnaqqas l-ispiża.", "Minkejja li dan kien jagħmel dan l-isforz, kien baqa' jaqdi dmiru kif suppost.", "Sur President, li kieku kelli nagħżel uffiċċju, fis-servizz kollu tal- gvern, li jillustra l-ħtieġa li b'anqas nagħmlu aktar u nħarsu lejn żmien sekwenzjali, jiġifieri mhux għal sena waħda imma fuq temp ta' ħames snin, sitt snin jew seba' snin, ċertament li kont nagħżel l-uffiċċju ta' l- ombudsman kif immexxi minn Joe Sammut.", "Aktar u aktar meta filwaqt li l- ispiża baqgħet tkun taħt kontroll strett u anke titnaqqas f'ċerti każi, dak li jwassal għar-riżultati kienu riżultati li kienu dejjem qegħdin jitjiebu minn sena għall-oħra.", "Tant hu hekk li ċerti deċiżjonijiet li ttieħdu mill- uffiċċju ta' l-ombudsman qanqlu r-rabja tal-gvern Nazzjonalista tal-prim ministru preċedenti.", "Pero` minkejja l-maltemp li nqala', Joe Sammut, bħala ombudsman, wera l-fibra li kellu u xorta waħda baqa' jżomm sod mad- deċiżjonijiet tiegħu.", "Huwa kien lest jikkritika lil kulħadd għaliex ikkritika liż-żewġ naħat tal-Kamra, bħal per eżempju, il-kritika fuq il- fatt li ma konniex nagħtu biżżejjed attenzjoni lir-rapporti tiegħu.", "Fil-fehma tiegħi hawnhekk kellu raġun.", "Forsi l-iżball huwa li din il-Kamra mhux qed tħalli biżżejjed spazju ħalli r-rapporti ta' l-ombudsman jingħataw diskussjoni li tkun anke fil-plenarja.", "Personalment nemmen li r-rapporti ta' l-ombudsman jixirqilhom diskussjoni plenarja u forsi s-Sedja tkun tista' tikkonsidra fiż-żmien li ġej sabiex ir-rapporti annwali ta' l- ombudsman jitpoġġew għad-diskussjoni plenarja quddiem dan il-parlament.", "B'hekk l-ilment li dejjem kien jagħmel Joe Sammut, li x-xogħol tiegħu jiġi ftit jew wisq injorat minn din il-Kamra, jiġi milqugħ u għallinqas, forsi r- rigal li nkunu tajnih illum bħala apprezzament tax-xogħol tiegħu, ikun proprju dak li smajna l-ilment tiegħu u ħadna passi fuqu.", "Sur President, issa ħalli niġi għan-nomina li għandna quddiemna.", "L- ewwelnett ma rridx inkun polemikuż - għalkemm it-tentazzjoni hija kbira - fis-sens li tawwalna wisq sabiex naslu għal din id-deċiżjoni.", "Jekk niftakar tajjeb bdejna l-ewwel konsultazzjonijiet fix-xahar ta' Marzu għaliex f'dak il-perijodu l-prim ministru kien ħa l-parir tas-Sur Sammut sabiex nibdew il-konsultazzjonijiet minn kmieni.", "U ġara kif għadu kemm stqarr il-prim ministru, fejn għal raġuni jew oħra d-deċiżjoni twalet.", "Issa jien għandi l-ispjegazzjonijiet tiegħi għaliex id-deċiżjoni twalet.", "L- ispjegazzjonijiet m'iniex se nagħtihom hawn pero` kieku rrid naf ikun polemikuż għaliex inħoss li m'huwiex sew li f'din il-Kamra nitkellmu b'mod paċifiku, meta mbagħad fuq in-Net Television jew fuq Radio 101 jipprovaw jippolemizzaw l-istorja.", "Li kieku rrid inkun polemikuż naf nagħti spjegazzjoni dettaljata fuq ir- raġuni talli domna daqshekk ma wasalna għal deċiżjoni.", "Nerġa' ngħid li ma tistax tiġi hawnhekk titkellem b'mod paċifiku, meta mbagħad il-mezzi tax- xandir jagħtu xejra differenti lid-diskussjoni.", "Fil-fatt kien hemm konferenza stampa li mbagħad ingħatat ċerta interpretazzjoni u spin qabel ma dħalna f'din il-Kamra.", "Allura bir-rispett kollu, jekk hemm bżonn inkunu kontroversjali nkunu kontroversjali.", "Madankollu ma nixtieqx inkun kontroversjali fuq din il-ħatra imma nerġa' ngħid li ma jistax ikun li niġi mbuttat mill-media b'dan il-mod, fejn minn naħa nitkellmu mod u mbagħad il- media tintuża sabiex tixpruna ċerti kontroversji.", "Lil hinn minn din il-ħaġa, naħseb li llum ikun xieraq li niċċara xi punti fuq dak li għandu x'jaqsam mal-ħatra ta' l-ex-Prim Imħallef Joseph Said Pullicino.", "Fil-fehma tiegħi naħseb li qed nagħmlu ħatra li tixraqlu u ħatra tajba.", "Jien m'iniex midħla tal-qrati, pero` sħabi nformawni u reġgħu kkonfermawli li matul il-karriera ġudizzjarja tiegħu, l-ex-Prim Imħallef Joseph Said Pullicino wettaq il-kariga tiegħu b'mod eċċellenti.", "Ovvjament xi ħaġa bħal din tiġi aktar ikkonfermata bl-imġiba tiegħu matul is-snin tal- ħatra tiegħu bħala chairman ta' l-awtorita` tax-xandir.", "Jien qiegħed ngħid dan kollu għal ta' l-apposta għaliex jien kont wieħed minn dawk li meta ġie propost bħala chairman ta' l-awtorita` tax-xandir l- ex-Prim Imħallef Said Pullicino esprimejt ċerti riżervi.", "Dawn ir-riżervi kont esprimejthom għar-raġunijiet li spjegajt dak iż-żmien u għalhekk m'iniex se nerġa' nidħol fihom illum.", "Madankollu jien wieħed minn dawk li nemmen ukoll li għandek tiġġudika persuna fuq l-aġir tagħha aktar milli fuq dak li taħseb dwarha jew li tisma' fuqha u xi kultant, aktar minn dak li tgħid hi stess dwarha nnifisha.", "Sur President, m'hemmx dubju li l-aġir u l-mod ta' kif mexxa l-awtorita` tax-xandir l-ex-Prim Imħallef Joseph Said Pullicino huwa eċċellenti u eżemplari.", "Hemm affarijiet li ma naqblux magħhom u din hija xi ħaġa li tifhimha għaliex ma tistax taqbel fuq kollox il-ħin kollu.", "Kien hemm ukoll affarijiet li n-naħa tal-gvern ma qablitx magħhom u naħseb li kienet anke ħarxa fuqhom b'mod mhux mistħoqq.", "Fuq kollox jien sibt li l-ex-Prim Imħallef Joseph Said Pullicino bħala chairman ta' l-awtorita` tax-xandir kien wieħed ġust u huwa għamel ħiltu kollha sabiex ikun ġust.", "Għalhekk ir- riżervi li kelli u li esprimejt meta nħatar għall-ewwel darba rtirajthom bla ebda riżerva.", "Għaldaqstant nemmen li din hija ħatra tajba, allavolja kien hemm ċertu dewmien sabiex naslu għal din il-ħatra.", "Issa li kieku rridu noqogħdu nispjegaw id-dinamika ta' kif saru t-trattattivi mal-gvern, nista' ngħid li jiena kont l-ewwel wieħed li ħassejtni xi ftit riluttanti li nara l-ex-Prim Imħallef Said Pullicino jħalli l-kariga ta' chairman fl-awtorita' tax- xandir sabiex jieħu l-kariga ta' ombudsman, kariga li wkoll hija mportanti ħafna.", "Min-naħa l-oħra dak li huwa ġust trid tgħidlu ġust u għalhekk trid tgħid l-affarijiet kif inhuma.", "Jien nemmen li qed nagħmlu ħatra li hija ħatra tajba ħafna, ħatra li se tkompli tagħti rankatura lill-uffiċċju ta' l- ombudsman.", "Grazzi għal din il-kariga se jkun hemm persuna li se tkompli tmexxi u tibni b'mod għaqli u utli fuq il-kisbiet li wettaq is-Sur Joe Sammut bħala ombudsman f'dawn l-aħħar għaxar snin.", "Nerġa' ngħid li jiddispjaċini li d-deċiżjoni tal-ħatra twalet daqshekk.", "Nifhem li hemm numru ta' nies li kienu ddemoralizzati dwar dan id-dewmien, liema nies xtaqu jagħmlu l-petizzjonijiet tagħhom lill-ombudsman iżda f'dawn l-aħħar ġimgħat kellhom jgħidulhom li ma jistgħux jagħmlu dan minħabba li l-kariga kienet għada vakanti.", "Kien hemm ukoll persuni fl- amministrazzjoni li ħassew il-ħtieġa li ma stajniex intawlu aktar fuq din id-deċiżjoni.", "Għaldaqstant nerġa' nirrepeti li din il-ħatra li qed nagħmlu llum hija ħatra tajba ħafna għall-kariga ta' l-ombudsman u hija tajba wkoll għall-andament tal-pajjiż.", "Fl-aħħarnett irridu nieħdu din l-okkażjoni wkoll sabiex nassiguraw lill- pubbliku Malti u Għawdxi kollu fuq din il-ħatra.", "Is-Sur Joe Sammut irnexxielu jakkwista fiduċja totali fl-uffiċċju ta' l-ombudsman u dan rajnih anke mis-surveys li saru matul dawn l-aħħar snin.", "Fil-fatt l- ombudsman sar l-aktar istituzzjoni fdata fil-pajjiż, saħansitra aktar minna l-politikanti, aktar mit-tobba u anke aktar mill-Knisja!", "Għalhekk l- ombudsman irnexxielu jsir l-aktar istituzzjoni fdata u apprezzata fil- pajjiż.", "Allura jkun tajjeb li nibagħtu lill-poplu Malti u Għawdxi sinjal ta' fiduċja li għandna fl-ombudsman il-ġdid u bħal dak ta' qablu, se jkompli miexi f'din it-triq sabiex l-istituzzjoni ta' l-ombudsman tibqa' l- aktar waħda fdata f'pajjiżna.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Ma nafx jekk il-Prim Ministru jixtieqx jagħlaq dan id- dibattiu.", "ONOR LAWRENCE GONZI: Le, m'għandix għalfejn, Sur President.", "MR SPEAKER: Jekk tippermettuli jien ukoll nixtieq insellem lill- Ombudsman.", "Bħalma nafu l-ombudsman huwa wkoll uffiċjal tal-Parlament u għaldaqstant irrid nirringrazzja lis-Sur Joe Sammut ta' l-impenn tiegħu.", "Fl-istess ħin nixtieq nagħti l-awguri tiegħi lill-Imħallef Dr Joseph Said Pullicino u nawguralu għall-kariga ġdida li se jieħu.", "Issa se nqiegħed il-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hija l-mozzjoni kif imressqa u moqrija mill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "MR SPEAKER: Issa peress li l-approvazzjoni ta' din ir-Riżoluzzjoni tirrikjedi l-approvazzjoni ta' żewġ terzi tal-Membri tal-Kamra, se nitlob lill-Iskrivan tal-Kamra ħalli jsejjaħ l-ismijiet tal-membri bħalma jsir fil- każ ta' division.", "Kull membru għandu jindika jekk huwiex favur jew kontra sabiex jiġi aċċertat li n-numru ta' dawk favur il-mozzjoni m'huwiex inqas minn żewġ terzi tal-membri kollha tal-Kamra, cioe' mhux anqas minn 44.", "FAVUR: 58", "L-Onor.", "Abela Anthony Abela Carmelo Abela Joseph Agius Chris Agius David Agius Francis Arrigo Robert Asciak Michael Azzopardi Frederick Azzopardi Jason Bartolo Evarist Borg Tonio Brincat Joseph Brincat Leo Cardona Chris Caruana Justyne Cassar Joseph Chircop Karl Coleiro Marie Louise Cristina Dolores Cuschieri Joseph D'Amato Helen Dalli Helena Debono Giovanna Debono Grech Joe Deguara Louis Falzon Joseph Farrugia Angelo Farrugia Michael Farrugia Noel Fenech Antonio Galdes Roderick Galea Franco Galea Louis Galea Mario Gatt Austin Gonzi Lawrence Gonzi Michael Gulia Gavin Herrera Jose' Mangion Charles Mifsud Bonnici Antoine Mifsud Bonnici Carmelo Mizzi Joe Mugliett Jesmond Parnis Silvio Puli Clyde Pullicino George Pullicino Orlando Jeffrey Refalo Anton Sammut Joseph Sant Alfred Vassallo Adrian Vassallo Edwin Vella George Vella Karmenu Zammit Ninu Zammit Dimech Francis", "MR SPEAKER: L-għadd ta' l-Onor.", "Membri preżenti u li qed jivvotaw favur huwa ta' 58.", "Issa nsejjaħ lill-Viċi Prim Ministru sabiex, jekk jogħġbu, iressaq l- Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "TONIO BORG: Sur President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tnejn, 9 ta' Jannar 2006, fis-6.00 p.m. b'aġenda li tiġi komunikata aktar tard.", "Qabel ma naġġornaw nixtieq li kif isir is-soltu f'dawn iż-żmenijiet, nawgura lill-membri kollha ta' dan il-parlament u lill-familji tagħhom Milied ħieni u sena mimlija risq.", "F'dawn it-tliet ġimgħat li mhux se jiltaqa' l-parlament, wieħed ikun jista' jqatta' aktar ħin mal-familja tiegħu jew inkella fil-ħin liberu tagħna, inkunu nistgħu niċċarġjaw ftit il- batterija, basta ma niċċarġjawhiex iż-żejjed meta nerġgħu nidħlu lura fil- parlament.", "Huwa xieraq ukoll li minbarra li nagħtu dan l-awgurju lilna nfusna u lill-membri tal-familji tagħna, nirringrazzjaw lil dawk kollha li jagħmlu x-xogħol tal-parlament eħfef għalina u għall-pubbliku in ġenerali.", "Is-soltu jien noqgħod insemmihom kollha bil-lista pero` nixtieq nirringrazzja kemm lil dawk li jidhru u kemm lil dawk li ma jidhrux.", "Ħafna drabi nsibu ħafna nies impjegati mal-parlament li ma narawhomx hawnhekk, fosthom tekniċi u oħrajn, li kollha huma bżonjużi sabiex dan il-parlament jiffunzjona tajjeb.", "Jien dejjem għedt li s-servizz tal-parlament huwa eżempju ta' kif b'ammont ristrett ta' nies u b'finanzi limitati, wieħed xorta waħda jista' joffri servizz tajjeb ħafna, servizz li jmur oltre dak li huwa normali.", "Fil-fatt l-impjegati li jaħdmu hawnhekk jaqdu lil 65 membru parlamentari li kollha għandhom karattru u bżonnijiet differenti minn ta' xulxin b'mod żeluż u naħseb li x-xogħol tagħhom huwa wieħed ammirevoli u ta' eżempju ta' kif għandhom ikunu d-dipartimenti l-oħra.", "Sur President, fl-aħħarnett nixtieq nirringrazzja lilek talli tieħu paċenzja bina, lill-impjegati kollha, lill-Iskrivan tal-Kamra, lin-nies tekniċi, lin-nies tas-security u lill-ġurnalisti, li għalkemm ma tantx jidhru, xorta waħda jirrapportaw dak li jkun qed jiġri f'din il-Kamra.", "Għalhekk nawgura lilhom ukoll Milied ħieni u sena mimlija risq.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Charles Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Sur President, nixtieq nieħu din l-okkażjoni sabiex nawgura lill-membri parlamentari kollha l-festi t-tajba u sena mimlija risq u hena.", "Huwa tajjeb li dan il-messaġġ jiġi trażmess b'mod ċar ħalli nuru lil kulħadd li minkejja li jkun hemm id-diversita` fl-opinjoni tagħna u għaldaqstant nesprimu ruħna b'mod voċiferu - xi ħaġa fl-opinjoni tiegħi li hija healthy għaliex tindika l-interess partikolari li kull naħa tesprimi fuq dak is-suġġett partikolari – pero` fl-aħħar mill-aħħar, fuq livell personali, xorta waħda jibqa' dak ir-rispett uman lejn xulxin.", "Din hija xi ħaġa li bħala esponenti u role models tas-soċjeta` għandna nuru dejjem lejn xulxin u nirrispettaw l-opinjoni ta' kulħadd.", "Għaldaqstant nawgura lill-familji kollha tal-membri parlamentari sena mimlija risq u hena.", "Ma nistax ma nieħux din l-okkażjoni sabiex ningħaqad mal-viċi prim ministru ħalli nirringrazzja lilek u lill-istaff kollu tal-parlament għall-ħidma li tagħtu hawnhekk, ħidma li tinvolvi sigħat twal, li ġieli jkunu wkoll irregolari, kemm sabiex tlaħħqu mal-Kamra fis-sessjoni plenarja, kif ukoll sabiex tlaħħqu mad-diversi kumitati u tlestu x-xogħol li jkun rikjest.", "Naħseb li wieħed irid japprezza l-ħidma tal-ħaddiema kollha f'dan il- parlament, liema ħidma ssir b'mod tajjeb, b'ċertu entużjażmu u effiċjenza.", "Naħseb li kieku dan l-eżempju jiġi estiż mas-settur pubbliku kollu jkollna effiċjenza ħafna akbar fil-ħidma ta' l-amministrazzjoni pubblika.", "Sur President, nixtieq nirringrazzja wkoll lill-ġurnalisti li jkunu qegħdin jirrapportaw dak li jkun qed jiġri fil-parlament u nħeġġiġhom sabiex iwasslu l-messaġġ li jkun qed jasal minn dan il-parlament.", "Kif nafu hawnhekk isir ħafna xogħol mhux biss fis-sessjoni plenarja imma anke fil- kumitati jkun hemm ħafna xogħol siewi għal pajjiż in ġenerali.", "Għalhekk tkun ħaġa tajba li l-poplu jkun konxju wkoll ta' din il-ħidma li tkun qed issir.", "Dan qed ngħidu għaliex l-aktar ħaġa li ddejjaq lil kulmin qiegħed fl-arena politika hija dik li xi kultant il-pubbliku jkollu impressjoni mhux daqstant tajba tal-ħidma li nagħmlu fil-parlament.", "Biex inkun għedt kollox, nemmen li dejjem nistgħu ntejbu l-performance tagħna u nistgħu nkunu ppreparati aktar, kif ukoll dejjem nistgħu nagħtu sehem aktar fil- plenarja kif ukoll fil-kumitati b'aktar diliġenza.", "Għalhekk irrid inħeġġeġ lil kulħadd sabiex nagħmlu l-aħjar sforzi li nistgħu.", "Min-naħa l-oħra huwa importanti wkoll li kulħadd japprezza x-xogħol li jkun qed isir hawnhekk.", "Bħala messaġġ ta' l-aħħar nemmen li x-xogħol ta' dan il-parlament, bil-mod il-mod qiegħed jinbidel u qegħdin naraw li r-rwol tal-kumitati qed jieħu żvolta importanti ħafna.", "Għaldaqstant inħeġġeġ lil sħabi membri parlamentari kollha sabiex jipparteċipaw aktar fil-kumitati u dan jagħmluh b'aktar diliġenza.", "Dan għaliex il-ħidma tal-parlament fuq livell tal- kumitati huwa importanti ħafna u aktar ma jgħaddi ż-żmien, din it- tranżizzjoni qiegħda ssir aktar importanti.", "Fl-aħħar mill-aħħar ningħaqad ma sieħbi l-Onor.", "Tonio Borg sabiex nawgura lill-membri kollha, lill-istaff kollu, lill-ġurnalisti u lill-poplu Malti u Għawdxi kollu sena mimlija risq u hena.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Jien ukoll inħossni fid-dover li ningħaqad maż-żewġ naħat tal-Kamra sabiex nesprimi x-xewqat tajba ta' Milied ħieni u sena ta' ġid u ta' sodisfazzjon għal kulħadd.", "Irrid nieħu din l-okkażjoni sabiex nirringrazzja lill-membri kollha tal-kontibut li taw matul din is-sena u nirringrazzja b'mod partikolari lil min għandu xi inkarigu speċifiku f'din il-Kamra.", "Għalhekk insellem lill-kap tal-Kamra u lid-deputy leader tan- naħa ta' l-oppożizzjoni kif ukoll lill-whips taż-żewġ naħat tal-Kamra, liċ- chairmen u lill-membri tas-sitt kumitati permanenti, kif ukoll lill-membri parlamentari li jifformaw parti mid-delegazzjoni fil-fora internazzjonali, fejn il-parlament tagħna għandu rabtiet regolari.", "Importanti li wieħed jinnota bħala statistika li l-parlament tagħna, matul din is-sena ltaqa' 115-il darba, bin-numru ta' interpellanzi jkun ta' 8,000.", "Il-kumitati permanenti ltaqgħu 139 darba u saru 22 laqgħa fil-working groups.", "Għaldaqstant wieħed jifhem li l-infrastruttura ta' dan il-parlament trid dejjem tinfirex u tissaħħaħ aktar.", "Għalhekk nieħu din l-okkażjoni sabiex nirringrazzja lin-nies li jaħdmu fl-uffiċċju tal-Clerk, lis-senior clerk asistant, lill-assistenti l-oħra tiegħu u lill-committee clerks.", "Tajjeb li nsemmu wkoll lill-istaff kollu b'mod ġenerali, b'mod partikolari dawk in- nies li jieħdu ħsieb it-typing u l-editing tad-dibattiti, lil dawk li jmexxu s-sezzjoni tal-mistoqsijiet parlamentari, ta' l-accounts, lir- research analysts, lill-istaff li għandu x'jaqsam mal-parti teknika, lill- messaġġiera, lill-pulizija, lill-armata, kif ukoll lir-reporters u l-istaff tal-media, li minn żmien għall-ieħor jagħmlu xogħol relatat mal-parlament.", "Nawgura lil dawn kollha, lill-membri ta' din il-Kamra u lill-familji tagħhom Milied ħieni u sena mimlija saħħa u ġid.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Michael Asciak.", "ONOR.", "MICHAEL ASCIAK: Sur President, jien ukoll nixtieq ningħaqad mal- kumplament tal-Kamra sabiex nagħti dawn ix-xewqat lil kulħadd.", "Pero` nixtieq nispiċċa din is-sena billi nagħmel ftit riflessjonijiet fuq kif sejjer l-andament fid-dinja.", "Jien membru tal-kumitat permanenti ta' l- affarijiet barranin u għalhekk nixtieq nagħmel kumment fuq is-sigurta` u affarijiet oħra.", "Naħseb li nistgħu nħarsu b'ċertu ottimiżmu lejn is-sena li għaddiet, kif ukoll nagħmlu mistoqsijiet fuq ċerti problemi li jew għadhom magħna jew li bħalissa qegħdin jgħollu rashom.", "Naħseb li fl-area tal-Mediterran, wieħed mill-aktar avvenimenti li wieħed jista' jgħidlu pożittiv huwa l-ftehim li l- Iżrael għamel sabiex joħroġ mill-parti okkupata.", "B'hekk il-poplu Palestinjan għandu aktar amministrazzjoni u sovranita` fuq l-artijiet li jamministra u j'Alla naslu għal żmien fejn il-poplu Palestinjan ikollu l- art tiegħu.", "Sfortunatament din ġabet kriżi fil-gvern Iżraeljan, pero` nispera li l-poplu Iżraeljan jagħraf ukoll il-vantaġġi u l-passi kbar li rnexxielhom jagħmlu kemm il-mexxej ta' Iżrael, Ariel Sharon, kif ukoll il- mexxej il-ġdid Mahmud Abbas.", "Minn hawnhekk nixtieq nifraħlu tal-metodu li qed juża – metodu li m'huwiex vjolenti - sabiex isolvi l-problemi li hemm bejn il-Lhud u l-Palestinjani.", "Barra minn hekk nixtieq nawgura li l- proċess ta' paċi fil-Lvant Nofsani jagħmel pass 'il quddiem.", "Sur President, rajna wkoll moviment fl-Eġittu, fejn għall-ewwel darba - u bħala membru tal-parlament Ewro-Mediterranju nixtieq nikkummenta fuq dan – l-poplu Eġizzjan kien imsejjaħ sabiex jivvota f'elezzjonijiet li ma kenux ta' partit wieħed bħalma sfortunatament jiġri f'ħafna pajjiżi Għarab, imma kienu miftuħa għall-partiti politiċi kollha.", "Ma naħsibx li wieħed jista' jaħseb li s-sitwazzjoni se tasal mill-iswed għall-abjad f'temp qasir imma żgur li dan huwa pass pożittiv 'il quddiem.", "Fl-opinjoni tiegħi huwa pass pożittiv ukoll fl-isfera Mediterranja l-fatt li l-Unjoni Ewropea aċċettat li t-Turkija tibda n-negozjati għal sħubija.", "Jien dejjem kont favur din is-sħubija - m'iniex se nidħol fid-dettalji issa - u naħseb li jekk nagħtu żmien lit-Turkija li timla l-kriterji ta' Copenhagen inkunu għamilna biċċa xogħol sew - anke jekk dan jieħu ż-żmien - jekk jirnexxielna ndaħħlu t-Turkija fil-familja ta' l-Unjoni Ewropea bil- kondizzjonijiet li aħna lkoll inżommu għal qalbna, cioe` li nħaddnu l- kultura Ewropea u sistemi demokratiċi.", "Naħseb li l-laqgħa li saret f'Malta taċ-CHOGM kienet pass kbir 'il quddiem u l-forum Malta, Ċipru u l-Ingilterra huma l-uniċi tliet pajjiżi li jistgħu jorbtu lill-Unjoni Ewropea mal-Commonwealth.", "Aħna nistgħu nilagħbu rwol importanti għaliex fi ħdan il-pajjiżi tal-Commonwealth hemm ħafna pajjiżi tat-tielet dinja u aħna nistgħu nkunu kanal importanti biex nagħmlu bridge fil-politika bejn l-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi tal-Commonwealth.", "Irrid insemmi wkoll l-anniversarju tal-proċess ta' Barċellona li huwa anniversarju importanti ħafna, li miexi lejn l-istabbilizzazzjoni ta' suq u ekonomija u politika komuni fir-reġjun tal-Mediterran.", "Naħseb li għad baqa' ħafna x'nagħmlu pero` l-fatt li jeżisti forum huwa pożittiv ħafna, bħalma huwa pożittiv ħafna wkoll il-fatt li l-gvern Malti qiegħed jitlob biex jospita s-segretarjat tal-parlament Ewro-Mediterranju pero` ta' l-IPU.", "Jien naqbel li għandu jkun hemm dan il-parlament Ewro-Mediterranju ta' l- IPU għax dawn huma concentric circles li jgħinu lil xulxin fil-ħidma li tkun qed issir.", "Fuq l-aspett negattiv, mhux fir-reġjun tal-Mediterran per se, naħseb li għadna għaddejjin bl-istess sitwazzjoni fl-Iraq.", "Nispera li tistabbilixxi ruħha s-sitwazzjoni fl-Iraq pero` sfortunatament għadna 'l bogħod milli dan isir.", "Waħda mill-iktar affarijiet li lili tinkwetani hija s-sitwazzjoni fl- Iran.", "Jien m'iniex wieħed li naqbel mat-teorija ta' Huntington fuq il- ġlieda bejn iċ-ċivilizzazzjonijiet.", "Jien nemmen li ċ-ċivilizzazzjonijiet kapaċi jagħmlu d-djalogu, pero` jrid isir sforz biex isir dan id-djalogu ħalli wieħed jirrispetta d-diverġenzi u jfittex ukoll dawk l-affarijiet li jgħaqqduna.", "Sfortunatament diskorsi bħalma qed isiru mill-president il-ġdid ta' l-Iran m'humiex diskorsi li jistgħu jwasslu biex tissaħħaħ is-sigurta` dinjija jew iwasslu għall-paċi dinjija u ftehim bejn nies ta' kulturi differenti.", "Inħoss li min jinsa t-tagħlimiet ta' l-istorja huwa kostrett li jirrepeti l- istess żbalji tal-passat.", "L-istorja ma tirrepetix ruħha, pero` min jinsa t- tagħlimiet ta' l-istorja huwa kostrett li jirrepeti l-iżbalji tal-passat.", "U l-aħħar dikjarazzjoni tal-president ta' l-Iran fejn qal b'mod kategoriku li l-Holocaust tal-poplu Lhudi li sar fl-Ewropa ma seħħx u li jkun aħjar li l-poplu Lhudi jisparixxi minn wiċċ id-dinja, huma żewġ sentenzi u żewġ espressjonijiet li għandhom jiġu kkundannati mill-popli kollha kif ukoll minn dan il-gvern u minn dan il-parlament.", "Kulħadd jaf li l-Holocaust seħħ u kulħadd jaf li mietu 6 miljun ruħ, Lhud, kattoliċi, protestanti u nies li ma kenux jaqblu mar-regime ta' Hitler u tal-faxxiżmu.", "Naħseb li huwa disprezz kbir lejn l-istorja li wieħed jgħid li l-Holocaust ma kien jeżisti qatt.", "Huwa disprezz kbir li nsibuh anke f'ċerti - sfortunatament hawn min ilissen l-istess ħsebijiet anke hawn Malta - għaqdiet tal-lemin estrem f'Malta u fil-kumplament ta' l-Ewropa, li jipprovaw jgħidu li l-Holocaust ma kienx jeżisti.", "Naħseb li huwa disprezz kbir lejn l-individwi li sofrew, lejn l-istati li sofrew u lejn l- organizzazzjonijiet li sofrew din it-traġedja umana.", "Kienet traġedja bażikament ta' nuqqas ta' rispett lejn id-drittijiet fundamentali tal- bniedem u naħseb illi li jingħad dak id-diskors minn kap ta' stat f'dak ir- reġjun partikolari huwa żball u disprezz kbir lejn l-istorja u lejn l- umanita`.", "Jien nawgura li jiżdied id-djalogu ma' l-Iran u mal-pajjiżi kollha, għalkemm milli jidher dan m'huwiex se jkun faċli.", "Nawgura li s-sena d- dieħla 2006 iġġib prospetti ta' paċi u ta' sigurta` f'dan ir-reġjun ħafna iktar milli kien hemm illum, u li d-diplomazija tieħu post l-użu tal-forza fiżika.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Franco Galea.", "ONOR.", "FRANCO GALEA: Sur President, jien se nkun kemm jista' jkun fil- qosor, iżda kif bdejt din is-sena fuq nota ta' kondoljanzi fl-ewwel aġġornament tiegħi, se nagħlaq ukoll fuq nota ta' kondoljanzi.", "Nixtieq nagħti l-kondoljanzi lill-familja ta' l-Onor.", "Evarist Bartolo għat-telfa tal-papa` tiegħu, lill-familja ta' l-ex-membru parlamentari John J. Borg kif ukoll lill-familja Borg Castelletti għat-telfa li kellhom il-ġimgħa l- oħra taċ-ċkejkna Angele li ħallietna fl-eta` ta' seba' snin biss.", "Dan iwassalni biex nitkellem fuq it-tfal f'pajjiżna u f'partijiet oħra tad- dinja li għandhom bżonn l-għajnuna tagħna.", "F'dawn iż-żmenijiet tas-sena ħafna għaqdiet jagħmlu fund-raising biex ikunu jistgħu jgħinu lit-tfal fil- bżonn.", "Waħda mill-attivitajiet li għandna hawn Malta hija l-Istrina, li hija attivita` fuq l-istazzjon televiżiv nazzjonali", "fejn isir ġbir biex ngħinu diversi nies fil-bżonn, inkluż it-tfal.", "Jien inħeġġeġ biex kemm jista' jkun kulħadd jipparteċipa u jgħin bl-aħjar mod li jista'.", "Jien persważ li f'dan il-pajjiż m'hawnx min hu kapaċi jerfa' tarbija jew iħares f'għajnejn il-marid u jgħidlu: Le, ma rridx ngħinek.", "Nixtieq insemmi wkoll li aktar kmieni din is-sena, għall-ħabta ta' Lulju, l- Onor. Jason Azzopardi kien ippropona li hawn Malta tidħol is-sistema, kif hemm fl-Italja, magħrufa bħala otto per mille.", "Bażikament din tikkonsisti li wieħed, b'għażla personali tiegħu, ma' kull Lm1,000 taxxa li jħallas - ċertament mhux a detriment lejn l-Istat - jagħti kontribuzzjoni żejda li tinġabar mill-gvern biex titqassam lil xi għaqda partikolari ta' l-għażla ta' min ikun qed iħallasha, bħal, per eżempju, ir- razzett tal-ħbiberija.", "Dan huwa mod kif nistgħu nagħmlu karita` matul is- sena kollha b'mod li bilkemm jinħass direttament mill-but.", "Jien nixtieq li wieħed jerġa' jara din il-proposta ta' l-Onor.", "Azzopardi li jien totalment naqbel magħha.", "Bħal dan iż-żmien tas-sena nagħmlu riflessjonijiet dwar l-iżbalji li stajna għamilna matul is-sena.", "Jien żgur li m'iniex xi eċċezzjoni.", "Minjaf kemm qegħdin naħsbu x'riżoluzzjoni se nagħmlu għas-sena d-dieħla iżda jien nixtieq naqsam ħsieb żgħir mal-ħaddiema ta' dan il-pajjiż.", "Jien nissuġġerixxi lil kull wieħed u waħda minna li n-new year's resolution tagħna għandha tkun li naħdmu iżjed, nibżgħu għall-jobs tagħna u nżommu l- politika kemm jista' jkun 'il bogħod minn ħobżna.", "Il-ħaddiema għandhom joqogħdu attenti li ma jqegħdux il-jobs tagħhom jew ta' ħaddieħor fir- riskju għax fl-aħħar mill-aħħar l-ebda partit politiku jew union m'hi se tagħtihom sostitut għall-job li jitilfu.", "Xi kultant naraw li min itellef b'mod involontarju jew volontarju l-jobs ta' dak li jkun, ġeneralment jibqgħu bil-qiegħda u jippuntaw subgħajhom lejn id-direzzjonijiet kollha.", "Dan mhux qed ngħidu għal xi persuna partikolari.", "F'dawn il-mumenti għandna naħsbu wkoll fil-familji ta' dawk il-ħaddiema li tilfu l-impjieg, speċjalment it-tfal tagħhom li huma l-vittmi ta' dawn it- traġedji.", "Għandna nżommu lit-tfal dejjem quddiem għajnejna u biex inżomm mas-suġġett nixtieq nirringrazzja wkoll lis-Sur Paul Vincenti u t-team tiegħu tal-gift of life għax-xogħol li għamlu din is-sena biex iħejju l- kampanja tagħhom ħalli", "jipproteġu lit-tfal mhux imwielda.", "It-tfal huma l-futur ta' dan il-pajjiż u għandhom jiġu protetti f'kull stadju ta' l-iżvilupp tagħhom.", "Nixtieq nirringrazzja wkoll lis-Sinjura Sonia Camilleri, il-kummissarju għat-tfal u t-team tagħha għax-xogħol kbir li għamlu din is-sena.", "Biżżejjed wieħed jara x-xogħol li sar fl-2004 biex jaqtagħlek nifsek.", "Fil- fatt dawn għamlu ħafna xogħol li wieħed għandu japprezza.", "Nixtieq ukoll nagħmel punt ieħor.", "Naf li l-qorti ta' Malta m'għandhiex xi bakketta maġika li taqta' l-kawżi b'mod express.", "Naf li hemm id- diffikultajiet u naf kemm kien hemm ħidma min-naħa tal-gvern biex il-każi jinqatgħu kemm jista' jkun malajr.", "Jien ma nifhimx fil-qorti, voldieri jekk qed niżbalja nagħmel apoloġija.", "Pero` fil-bidu ta' din is-sena kien hemm 'il fuq minn 40 każ ta' allegazzjoni ta' abbuż fuq it-tfal u sa l- aħħar ta' din is-sena fadal xi ħaġa 'l fuq minn 30 każ.", "Jien inħoss li fejn jidħlu każijiet ta' abbuż fuq it-tfal irid ikun hemm sistema fejn, jekk hemm bżonn, il-qorti tibqa' taħdem 24 siegħa biex dawn jinqatgħu.", "Fl-opinjoni tiegħi ma jawgurax daqshekk tajjeb il-fatt li fadlilna dawn il-każi kollha pendenti.", "Wieħed għandu jimmaġina li jekk hemm tarbija li qed tiġi abbużata din għandha bżonn l-għajnuna immedjata.", "Iżda xi ħadd li qed jiġi akkużat li abbuża b'xi mod lil xi tfal, dan għandu bżonn ukoll is-serħan tiegħu.", "Sur President, jien nittama li s-sena d-dieħla - din għandha tkun new year's resolution minn din in-naħa – l-każijiet ta' allegazzjonijiet ta' abbużi fuq it-tfal jibdew jinqatgħu kemm jista' jkun malajr.", "Nixtieq nikkonkludi billi nawgura l-festi t-tajba lil kulħadd.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it-Tnejn, 9 ta' Jannar, 2006 fis-6.00 p.m., bl-aġenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fid-9.20 p.m. il-Kamra Aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "SAJD F'IBĦRA LIBJANI", "15912.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' il-Ministru jgħid fiex waslu n-negozjati bejn il-Gvern Malti u l-Gvern Libjan dwar sajd mill-Maltin f'ibħra Libjani?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Il-Gvern Malti qed jistenna tweġiba mingħand il- Gvern Libjan għat-talba tiegħu biex isiru diskussjonijiet ħalli jintlaħaq ftehim mal-koperaturi tas-sajd.", "Il-Gvern Malti ma jistax bħala gvern jikkonkludi ftehim dwar il-fisheries mal-Libja jew ma' xi gvern ta' xi pajjiż ieħor.", "CARE AND REPAIR", "16036.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tieħu l-passi neċessarji biex anzjana li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, tibbenefika mis- servizz tal-care and repair?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: L-awtorita' tad-djar ma rċeviet l-ebda talba mill-persuna indikata biex tibbenefika mill-inizjattiva tal-care and repair.", "Minkejja dan, xorta waħda l-awtorita' se tieħu l-passi biex tivverifika jekk din il-persuna tistax tibbenefika minn din l-inizjattiva.", "AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA", "16037.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid x'possibbilta' hemm li persuna li tgħix f'post tal-gvern u li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, tieħu post ieħor in exchange?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: L-applikazzjoni qed tiġi kkonsidrata flimkien ma' oħrajn simili.", "SPEZZJONI F'POST TAL-GVERN", "16038.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid jekk id-dipartiment tal- maintenance and construction għamilx ispezzjoni f'fond tal-gvern li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, biex tiġi eżaminata l- kondizzjoni tas-saqaf?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Id-dipartiment tal-bini u tiswija ta' djar ispezzjona l-fond indikat u l-ħsara se tissewwa fil-futur immedjat.", "TWAQQIGĦ TA' BINI", "16039.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid jekk iż-żona li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, hijiex se titwaqqa' u tinbena mill- ġdid?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: M'hemmx ħsieb li jitwaqqa' l-bini indikat.", "FOND TAL-GVERN", "16040.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid fejn waslet it-talba ta' persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li applikat biex tixtri fond tal-gvern?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: It-talba waslet għand l-awtorita' tad-djar fid-9 ta' Novembru, 2005 u mill-ewwel intalbet l-approvazzjoni biex ikun jista' isir il-bejgħ mid-dipartiment ta' l-artijiet, bħala d-dipartiment responsabbli mill-amministrazzjoni ta' appartamenti mikrija mingħand il- gvern.", "L-awtorita' se tieħu wkoll il-passi biex tispezzjona l-fond ħalli jiġi stabilit il-prezz.", "CARE AND REPAIR", "16041.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tieħu l-passi neċessarji biex anzjan b'diżabilita' li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, jibbenefika mis-servizz tal-care and repair?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: L-awtorita' tad-djar ma rċeviet l-ebda talba mill-persuna indikata biex tibbenefika mill-inizjattiva tal-care and repair.", "Minkejja dan, xorta wada l-awtorita' se tieħu l-passi biex tivverifika jekk din il-persuna tistax tibbenefika minn din l-inizjattiva.", "MOBILE PHONES", "16057.", "L-ONOR.", "JOSEPH DEBONO GRECH staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' il-Ministru jgħid x'ammont ta' mobile phones jiġu wżati mill-istaff tiegħu?", "Minn min qed jintużaw?", "Min awtorizza tali użu u kemm huwa l-capping fuq kull mobile phone?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: L-ammont ta' mobile phones użati mill-istaff tiegħi huwa ta' 17 – dawn jappartjenu lill-membri tas-segretarjat tiegħi, lis-segretarju permanenti u d-diretturi – u kollha ġew awtorizzati mis- segretarju permanenti skond il-kariga jew kuntratt tagħhom.", "Minbarra s-segretarju permanenti, is-segretarja privata tiegħi, il-kap tas- segretarjat tiegħi, l-assistent segretarju tiegħi, il-communications coordinator tiegħi u l-membri l-oħra għandhom ceiling ta' Lm300 għal kull mobile phone.", "BMWs GĦAĊ-CHOGM", "16067.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Fid-dawl tat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 15842, jista' il- Ministru jgħid min hu responsabbli għall-arranġamenti li saru biex jintużaw BMWs għaċ-CHOGM?", "L-użu tal-karozzi kien miftuħ għad-diversi kumpanniji li jimportaw u jbiegħu l-karozzi f'Malta?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Fil-każ taċ-CHOGM, il-BMW offrew numru ta` karozzi bħala sponsorship għall-użu tal-kapijiet ta` stat li kienu se jattendu.", "Ma sar u ma ntalab l-ebda ħlas għal dawn il-vetturi.", "Din l-offerta l-BMW kienet għamlitha qabel f`CHOGMs oħrajn.", "INDUSTRIJA TURISTIKA", "16068.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jaħseb il-Ministru li għandha titwaqqaf task force biex tistudja b'mod konkret l-impatt li jista' ikollu d-dħul tal-euro fuq l-industrija turistika f'Malta u Għawdex u anke biex tirrifletti fuq l-esperjenza li kellhom gżejjer turistiċi ta' pajjiżi oħra li diġa' għandhom il-euro, biex kemm jista' ikun jiġu evitati riperkussjonijiet negattivi fuq it-turiżmu?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Il-ministeru qed jipparteċipa fil-proċess li qed jitmexxa b'mod ċentrali dwar il-bidla li trid isseħħ mil-lira Maltija għall-euro.", "KONFERENZA ANNWALI TA' L-MTA", "16069.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jaħseb il-Ministru li tkun idea tajba li proprju fil-konferenza annwali \"The Way Forward\", l-awtorita' tat-turiżmu tindika b'mod konkret il- miri u r-riżorsi finanzjarji li se tonfoq fuq il-promozzjoni ta' kull segment imsemmi f'mistoqsija parlamentari 15837?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Il-konferenza annwali ta' l-awtorita' tat- turiżmu saret fis-7 ta' Diċembru, 2005.", "WELFARE FUND", "16090.", "L-ONOR.", "JOSEPH DEBONO GRECH staqsa lill-Ministru għall- Kompetittivita' u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid x'se jsir mill- welfare fund li introduċa gvern Laburista flimkien mal-ħaddiema tax-xatt?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li qatt ma kien hemm welfare fund kif imsemmi mill-Onor.", "Interpellant.", "TRIQ L-GĦABEX F'BIRKIRKARA", "16091.", "L-ONOR.", "JOSEPH DEBONO GRECH staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jgħid x'inhuma l-pjani tal-gvern rigward l-għoti ta' tarmac fi Triq l-Għabex f'Tal-Qattus, Birkirkara?", "Jista' jagħti data ta' meta se jinbeda x-xogħol?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ix-xogħol fi Triq il-Għabex, f'Tal-Qattus, Birkirkara jikkonsisti f'bini ta' retaining wall, bini ta' bankini u asfaltar tat-toroq, liema xogħol se jsir f'diversi fażi.", "Infatti diġa' ħarġet l-ewwel fażi, jiġifieri l-bini ta' retaining wall.", "Dan it-tender qiegħed fil-fażi ta' aġġudikazzjoni u x-xogħol mistenni jibda fiż-żmenijiet li ġejjin.", "TRIQ LICARI F'BIRKIRKARA", "16092.", "L-ONOR.", "JOSEPH DEBONO GRECH staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jgħid jekk hux informat b'każ li hemm quddiem il-MEPA, fis-sens li jekk joħroġ il-permess kif mitlub fl- applikazzjoni 05565/05, ir-residenti ta' Triq Licari, Birkirkara jispiċċaw ikollhom joħorġu minn triq dejqa u, f'każ li jkun meħtieġ li tidħol ambulanza jew karozza tat-tifi tan-nar, ma jkunux jistgħu jidħlu?", "Ma jaħsibx li għandha tinfetaħ in-naħa l-oħra ta' l-imsemmija triq qabel ma jinħareġ tali peremss, kif fuq kollox jgħid il-kuntratt tar-residenti li xtraw post fl-istess triq?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: L-awtorita' dwar it-trasport għadha ma rċeviet l- ebda korrispondenza min-naħa tal-MEPA dwar applikazzjoni 05565/05 u għaldaqstant għadha m'hijiex f'pożizzjoni la li tagħti l-kummenti tagħha bħala parti mill-proċess ta' konsultazzjoni u lanqas li tieħu xi deċiżjoni dwar l-imsemmija triq, aktar u aktar meta mhux magħruf għal liema kuntratt qed jirriferi l-Onor.", "Interpellant.", "KONSUM TA' ENERĠIJA", "16093.", "L-ONOR.", "JOSEPH DEBONO GRECH staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 15823, jista' il- Prim Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li matul is-sena d-dieħla, ministeri u enti pubbliċi jnaqqsu l-ispiża fuq il-kontijiet tad-dawl billi jsir investiment f'apparat solari jew apparat ieħor li jipproduċi l- enerġija elettrika?", "Kemm hu maħsub li tiġi l-ispiża?", "Jista' jingħad li d-dipartimenti tal-gvern u enti pubbliċi oħra ngħataw istruzzjonijiet biex jibdlu l-bozoz f'energy savers?", "Meta ngħataw tali istruzzjonijiet?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Il-gvern għaddej b'numru ta' miżuri pożittivi fi ħdan id-diversi dekasteri biex titnaqqas l-ispiża fil-konsum ta' l-enerġija minn sors li ma jiġġeddidx.", "Permezz ta' green leaders f'kull ministeru qed jiġi ffinalizzat audit dwar il-konsum tad-dawl.", "Dan l-eżerċizzju għandu jħejji aħjar l-enti konċernati biex jattwaw miżuri aktar ambjentalment aċċettabbli.", "Barra minn hekk, qed jiġi utilizzat dejjem aktar il-biodiesel f'vetturi misjuqa minn uffiċjali tal-gvern u terġa', il-ministeru għall-affarijiet rurali u ambjent qed iħejji għal proġett pilota biex tiġi stallata photovoltaic panel ta' 2 kilowatts fuq il-bejt tal-ministeru.", "In-nefqa mistennija tkun ta' madwar euro 10,000.", "Proġett pilota ieħor imniedi mill-istess ministeru, jikkonsisti fit-tibdil tat-tubi ta' l-uffiċini b'teknoloġija imsejħa T5, fejn kull tubu jikkonsma 48% anqas minn tubu ordinarju.", "In-nefqa għal dan il-proġett hija ta' madwar euro 1,500.", "BLUE PLAN", "16112.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jikkonferma l-Ministru li l- aquifer fir-Rabat, minħabba l-użu ta fertilizzant, għandu nitrati eċċessivi sa 100mg u anke 300mg kull litru, kif jingħad fir-rapport ambjentali Blue Plan (2004) ta' Margat?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-Onor.", "Interpellant hu mitlub jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "MARINE CONSERVATION AREAS", "16125.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid fejn waslu l-ħolqien ta' marine conservation areas?", "Liema postijiet fil-baħar ta' madwar il-gżejjer Maltin huma indikati biex jibdew jitqiesu bħala marine conservation areas?", "X'se jkun permess li jsir f'dawn l-areas?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Bħalissa qed isir xogħol fuq tliet inħawi bil- għan li dawn ikunu żoni marittimi ta' konservazzjoni.", "It-tagħrif huwa kif ġej: Iż-żona ta' Irdum Mejjiesa sa Ras ir-Raħeb: Din iż-żona ġiet varata nhar il-Ġimġħa 18 ta' Diċembru, 2005 f'konferenza stampa li saret Għajn Tuffieħa fejn kienu mistiedna l-mezzi tax-xandir u ta' l-istampa.", "Matul din il- konferenza stampa ngħata tagħrif lil dawk kollha interessati fuq:", "*Id-dikjarazzjoni ta' din iż-żona bħala żona speċjali ta' konservazzjoni, li dehret fil-gazzetta tal-ġvern bħala avviż tal-gvern 1138/2005 u li ġiet ippubblikata fit-18 ta' Novembru , 2005;", "*Ix-xogħol xjentifiku li sar fiż-żona permezz ta' l-għajnuna ta' l-Unjoni Ewropea u anke permezz tal-pjan ta' azzjoni tal-Mediterran;", "*U wara numru ta' laqgħat ma' diversi enti, fosthom organizzazzjonijiet mhux governattivi volontarji li ġew mistiedna u li kollha kellhom iċ-ċans jattendu u jagħtu l-kummenti tagħħom, ġie wkoll varat qafas ta' immaniġġar taż-żona li ġie approvat mill-bord tal-MEPA, fejn hemm indikat il-miżuri ta' ħarsien differenti li se tingħata lil din iż-żona; u", "*Barra minn hekk, matul din il-konferenza stampa ġie wkoll varat DVD edukattiv u informattiv ta' madwar 20 minuta li juri għaliex intgħażlet din iż-żona u jispjega b'mod popolari r-rikkezzi ta' din iż-żona.", "Id-Dwejra, Għawdex: Wara konsultazzjoni mal-pubbliku u ma' enti interessati, ġie mfassal pjan dwar din iż-żona, liema pjan ġie approvat mill-bord tal-MEPA.", "Dan il-pjan jagħti tagħrif anke fuq l-attivitajiet li jistgħu jsiru u kif jistgħu jsiru.", "Dan il-proġett tnieda permezz ta' fondi tal-LIFE ta' l-Unjoni Ewropea u qiegħed jitmexxa man-nature trust u world wildlife fund, Italia (WWF), organizzazzjoni volontarja mhux governattiva flimkien mal-MEPA, il-kunsill lokali ta' San Lawrenz u l-ministeru għal Għawdex.", "Il-ġżira ta' Filfla: Kif jaf l-Onor.", "Membru, Filfla diġa' hija mħarsa bħala riżerva naturali sa mill-1988, imma għandi l-pjaċir inżid illi anke hawn inbeda studju bl-għajnuna strutturali ta' l-Unjoni Ewropea.", "Beda l- proċess għal studju fuq il-baħar ta' madwar il-gżira ta' Filfla wara sejħa pubblika.", "Minn dan it-taġħrif ikun jista' jitfassal abbozz ta' pjan ta' immaniġġar għad-diskussjonijiet mal-partijiet soċjali kollha interessati.", "UŻU TAL-HARPOONS", "16127.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid hemmx ħsieb li ssir liġi li tkun tipprojbixxi l-użu tal-harpoons għall-kaċċa tal-ħut?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ma naf bl-ebda ħsieb li dan isir minn xi dipartiment li jaqa' taħti.", "KAŻ TA' HOUSING", "16161.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tinvestiga każ urġenti ta' housing ta' familja li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, peress li toqgħod f'post bi strutturi perikolużi?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Id-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali m'għandu l-ebda applikazzjoni pendenti mill-familja indikata.", "FINANCE MALTA", "16162.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk hux minnu li l-gvern kien serjament qed jikkonsidra li jwaqqaf finance Malta bħala aġenzija li tippromwovi lil Malta bħala ċentru għas-servizzi finanzjarji - billi l-MFSA llum hija regolatur – iżda biddel fehmtu minkejja li kien ta x'jifhem lil xi financial practitioners li din kienet se tkun miżura tal-budget 2006?", "X'wassal verament għall-bdil fil-linja li ħa l-gvern?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "WHITE ROCKS", "16163.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jaqbel il-Ministru li għadda żmien biżżejjed biex jingħata l-go ahead għall- proġett tal-White Rocks, f'Pembroke?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Il-gvern għadu qed jikkonsidra x'ikun l- aħjar proġett għas-sit in kwestjoni.", "KUNTRATTI TA' KONSULENZA", "16164.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid liema dipartimenti governattivi u enti pubbliċi oħra taw kuntratt ta' konsulenza lill-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament matul l-2004 u l-2005?", "Kemm kienet l- ispiża ta' dawn il-kuntratti?", "Liema dipartimenti governattivi u enti pubbliċi oħra taw kuntratt ta' konsulenza lill-Island Consultancy Services matul l-istess medda ta' żmien?", "Kemm kienet l-ispiża ta' dawn il-kuntratti?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "KUNTRATTI TA' KONSULENZA", "16165.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid liema dipartimenti governattivi u enti pubbliċi oħra taw kuntratt ta' konsulenza lill-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament matul l-2004 u l-2005?", "Kemm hi l-ispiża ta' dawn il-kuntratti?", "Liema dipartimenti governattivi u enti pubbliċi oħra taw kuntratt ta' konsulenza lill-Island Consultancy Services matul l-istess medda ta' żmien?", "Kemm hi l-ispiża ta' dawn il-kuntratti?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Qatt ma saru pagamenti lill-Island Consultancy Services Ltd minn dan il-ministeru u/jew mid-dipartimenti li jaqgħu taħtu.", "Min-naħa l-oħra, matul l-2004 u l-2005, il-MEPA ikkummissjonat lis-Sur Gordon Cordina għal konsulenza dwar analisi ekonomika ta' l-użu ta' l-ilma tal-wiċċ, skond artikolu 5 u annex III ta' avviż legali 194/2004, liema konsulenza tammonta għal Lm5,000, inkluż il-VAT.", "Ma ngħata l-ebda xogħol lill-Island Consultancy Services matul l-istess medda ta' żmien.", "Ninsab informat ukoll li l-WasteServ ma kellha l-ebda kuntratt ta' konsulenza mas-Sur Gordon Cordina u/jew ma' l-Island Consultancy Services.", "KUNTRATTI TA' KONSULENZA", "16166.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid liema dipartimenti governattivi u enti pubbliċi oħra taw kuntratt ta' konsulenza lill-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, matul l-2004 u l-2005?", "Kemm hi l- ispiża ta' dawn il-kuntratti?", "Liema dipartimenti governattivi u enti pubbliċi taw kuntratt ta' konsulenza lill-Island Consultancy Services matul l-istess medda ta' żmien?", "Kemm hi l- ispiża ta' dawn il-kuntratti?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Matul l-2004 u l-2005, ma kien hemm l-ebda dipartiment governattiv jew ente pubblika li jaqgħu taħt il-ministeru li taw xi kuntratt ta' konsulenza lill-persuna li dettalji dwarha ngħataw separatament.", "Irrid ngħid ukoll li matul l-istess medda ta' żmien, l-ebda dipartiment jew ente pubblika ma taw kuntratt ta' konsulenza lill-Island Consultancy Services.", "Madankollu, fis-sena 2004 dan il-ministeru kien ingħata servizz ta' konsulenza minn Islands Consulting Services - l-ispiża li tħallset għal dan is-servizz kienet ta' Lm1,410, inkluż il-VAT – u ma nafx jekk din hijiex l- istess kumpannija li għaliha qed jagħmel riferenza l-Onor.", "Interpellant.", "FIDI TA' ĊENS", "16173.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jara b'liema kriterju nħadem iċ-ċens li għandu jiġi mifdi fuq ċerti plots li għandu f'idejh il- joint office fis-Sgħajtar, in-Naxxar/Mosta u f'Ta' Mlit, Mosta li oriġinarjament kienu b'ċens temporanju tal-knisja għal 150 sena mill-1979?", "Jista' jara taħt kemm kapitalizzazzjoni qed isir dan il-fidi ta' ċens offrut lil min irid jifdi?", "Jista' jispjega eżattament x'sistema qed tiġi adotta dwar dan il-fidi u jekk fil-fatt hux qed jinfeda?", "ONOR.", "TONIO BORG: L-uffiċċju konġunt qed ibiegħ id-dirett dominju temporanju rivedibbli ta' fondi residenzjali skond valutazzjoni peritali jew gwida dipartimentali, wara li jieħu in konsiderazzjoni t-tul taċ-ċens oriġinali kif ukoll jekk l-istess ċens jagħlaqx qabel jew wara l-21 ta' Ġunju, 1979.", "TRIQ FITENI FIL-MOSTA", "16174.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jara li Triq Fiteni fil-Mosta tiġi rranġata, peress li riċentement sar xi xogħol minn kuntrattur u tħalla kanal miftuħ fl-istess triq?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "TNEĦĦIJA TA' PARKING BAYS", "16177.", "L-ONOR.", "ROBERT ARRIGO staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Jista' il-Ministru jispjega kif parking bays li kien ilhom jeżistu għal tul ta' snin u li kienu jintużaw mir-residenti, tneħħew b'ordni ta' l- ADT wara li sar xogħol fuq l-istess triq?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li jeħtieġ l- isem tat-triq li fiha jinsabu dawn il-parking bays sabiex it-traffic management unit tkun tista' tagħti risposta korretta.", "TRIQ MUSCAT AZZOPARDI F'TAS-SLIEMA", "16178.", "L-ONOR.", "ROBERT ARRIGO staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jinformana jekk parti minn Triq Muscat Azzopardi, f'Tas-Sliema, fejn hemm il-ġonna, hijiex se titħalla tinbena fi dwellings bi dħul mill-istess triq?", "Ma jaħsibx li dan ikun ta' preċedent għal tul it-triq kollha?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: L-unika informazzjoni li setgħet tinġabar fuq dan is-sit hija li l-MEPA irċeviet talba sabiex jinbidlu s-soqfa - PA 3781/04 - liema talba ntlaqgħet fit-28 ta' Lulju, 2004.", "ĦADDIEMA TA' L-ENEMALTA", "16180.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 15851 u 15994 u jgħid għaliex il-pagi ta' l-impjegati ta' l-administration building (tar-raba' sular) tal- korporazzjoni Enemalta, fil-Marsa qed jinħadmu fil-magħluq u mhux mis- sezzjoni tal-pagi normali?", "Veru li ngħatat allowance lil ċerti mpjegati mill-istess sular biex jixtru l-ħwejjeġ?", "Fuq liema bażi ġie ingaġġat procurement manager ġdid u meta ħarġet il-call for applications?", "Kemm-il manager ġdid ġie mpjegat ma' l-Enemalta bejn l- 2004 u l-2005?", "X'inhu l-ammont tal-pagi tagħhom?", "Fuq liema bażi dan l- aħħar ħarġet call for applications għal executive officers ma' l-Enemalta?", "Kemm tiġi tiswa fix-xahar il-karozza tas-CEO u tas-CFO?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "ARBLU TAD-DAWL F'RAĦAL ĠDID", "16181.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 15992 u jara li jitneħħa arblu tad-dawl minn Triq il-Ġdida, Raħal Ġdid, quddiem ir-residenza \"Water Lily\"?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-arblu msemmi twaħħal biex ikun jista' isir xogħol mill-iżviluppatur konċernat.", "MEDIGRAIN", "16185.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 16124 u jgħid x'inhi l-funzjoni tal- Medigrain?", "Għad hemm persuni assenjati magħha?", "X'benefiċċji jgawdu?", "X'sar minnha l-proprjeta' ta' din il-kumpannija?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Illum il-Medigrain qiegħda fi stat ta' likwidazzjoni.", "Il-likwidituri huma Pricewaterhouse Coopers.", "KORDIN GRAIN TERMINAL", "16186.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 16128 u jgħid fiex waslu l- investigazzjonijiet wara l-ħruq fil-loaders ta' Kordin grain terminal?", "Jekk inhu konkluż, jista' ipoġġi kopja fuq il-mejda tal-Kamra?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Il-proċess verbal tal-maġistrat inkwerenti għadu mhux konkluż.", "KORDIN GRAIN TERMINAL", "16191.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 16126 u jgħid għal liema skop inbena garage fuq il-moll ta' Laboratory Wharf għall-Kordin grain terminal?", "Meta saru l-applikazzjonijiet mal-MEPA u meta ġew approvati?", "Għalxiex qed jintuża dan il-garage?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "DRENAĠĠ F'APPARTAMENT TAL-GVERN", "16192.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari 15565, 15722 u 15923, tista' il-Ministru tara li tiġi rranġata problema ta' drenaġġ li għandha koppja anzjana li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Għaddejt it-talba ta' l-Onor.", "Interpellant lid- dipartiment tal-bini u tiswija ta' djar biex jinvestiga.", "BARRIERA F'ĦAL FAR", "16193.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'passi qed tieħu l- pulizija biex ma jibqgħux jingħataw splussivi f'barriera tal-qawwi, numru 19, fis-sit magħruf bħala tal-Miżieb, Ħal Far?", "ONOR.", "TONIO BORG: Il-pulizija toħroġ biss il-permessi għall-użu ta' splussiv f'barriera u mhux sabiex tkun operata l-barriera.", "Tali permess jinħareġ wara li t-talba tiġi approvata mill-MEPA.", "Informat ukoll illi l-istess awtorita' qed timmonitorja l-użu ta' splussiv u l-aħħar li ġie wżat splussiv f'din il-barriera kien fl-24 ta' Awissu, 2005 u mill-monitoraġġ li sar dakinhar minn uffiċjali tal-MEPA, irriżulta li l-livell ta' vibrazzjoni kkawżat mill-isplussiv kien dak permess.", "Minkejja dan, jekk hemm xi terzi persuni li qed jikkontendu li qed isofru danni, dawn dejjem jistgħu jirrikorru għal rimedju legali kontra l- operaturi ta' din il-barriera.", "ĠBIR TAL-VAT", "16194.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 15658, jista' il-Prim Ministru jgħid jekk jeżistix breakdown tal-Lm427,121 li nġabru bħala VAT mill-edukazzjoni?", "Jista' jagħti d-dettalji?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "AIR SUPPLIES & CATERING", "16195.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Issa li tħabbar li l-Air Malta biegħet l-Air Supplies & Catering Co. Ltd, jista' il-Ministru jgħid meta ħarġet il-call for interest għax-xiri ta' din il-kumpannija?", "Il- privatisation unit kien involut fil-proċess?", "X'inhi l-pożizzjoni tar- regolatur responsabbli mill-kompetittivita' fir-rigward ta' dan il-bejgħ?", "X'inhu l-prezz li bih inbiegħet l-Air Supplies?", "Liema kienet l-aħjar offerta?", "Kien hemm diskussjonijiet ma' xi enti mis-settur privat li wkoll urew interess f'dan in-negozju?", "Qabel dan il-bejgħ, il-kumpannija Air Supplies investiet f'pajjiżi oħra fil- Mediterran biex tkabbar in-negozju tagħha?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "POLISHING PLANT F'GĦAWDEX", "16196.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 16077 u jgħid kemm ġiet tiswa l- polishing plant għall-ilma f'Għawdex?", "X'inhi l-kapaċita' ta' dan l- impjant?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "POWER DISTRIBUTION LOSSES", "16197.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 15123, 15383, 15438, 15582, 15797, 15939 u 16070 u jgħid x'kien il-persentaġġ ta' distribution losses ta' l- elettriku matul dawn l-aħħar ħames snin?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jispiega aħjar x'jifhem b'distribution losses ta' l-elettriku peress li qed tingħata aktar minn interpretazzjoni waħda.", "WSC CHIEF EXECUTIVE", "16198.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt taċ-chief executive tal-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Kopja tal-kuntratt tas-CEO tal-korporazzjoni għas- servizzi ta' l-ilma diġa' tpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra, b'risposta għall- mistoqsija parlamentari 30942 tal-21 ta' Jannar, 2002.", "MONUMENT TAL-GWERRA FIT-TOKK", "16199.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' il- Ministru tgħid", "għal liema raġuni l-ismijiet ta' l-Għawdxin li suppost kellhom jiddaħħlu fuq il-monument tal-gwerra li hemm fit-Tokk, Għawdex fl-okkażjoni tar- restawr ta' dan l-istess monument, ma ddaħħlux?", "Kemm ismijiet tħallew barra?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: L-ismijiet li qed jirriferi għalihom l-Onor.", "Interpellant ġew mgħoddija lill-ministeru minn studjuż ta' l-istorja tal- gwerra f'Għawdex, waqt li kien qed isir ix-xogħol ta' restawr fuq il- monument tal-gwerra.", "Peress li dan ir-restawr ġie inawgurat fl-okkażjoni ta' Remembrance Day u peress li kien għad hemm xi dubju dwar xi wħud minnhom, ma kienx hemm żmien biżżejjed biex dawn jitwaħħlu sa dik id-data.", "Fil-fatt ġie deċiż li jiżdiedu 38 isem ieħor u dan ix-xogħol se jsir fil- bidu ta' Jannar 2006.", "KORS TAT-TEFL", "16200.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 16094, jista' il-Ministru jgħid min hu l-lecturer li kien indispost?", "Kemm dam indispost?", "Kemm applikaw u kemm minnhom irtiraw u ddeċidew li ma jattendux il-kors tat-TEFL?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "KORS TAT-TEFL", "16201.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 16094, jista' il-Ministru jgħid jekk għal dan il-kors kienx hemm biss lecturer wieħed?", "Min huuma u x'kien se jkun is-suġġett tagħhom fil-kors tat-TEFL?", "Possibbli li kellu jitħassar il-kors għax wieħed minnhom kien indispost?", "Ma jaħsibx li dawk li applikaw u ddeċidew li jattendu ma kellhomx jiġu ddiżappuntati fl-aħħar sigħat qabel ma jibda l-kors?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "VJOLENZA FUQ L-GĦALLIEMA", "16202.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 16099 u jgħid kemm vjolenza ġiet irrapportata fuq għalliema fl-iskejjel ta' l-istat mis-sena 2000 sal-lum?", "Kemm twettqet minn studenti u kemm twettqet minn ġenituri jew persuni oħra?", "F'liema skejjel?", "X'passi ttieħdu kontra kulmin wettaq dawn l-atti vjolenti?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: F'dan l-istadju m'għandix x'inżid mat-tweġiba mogħtija oriġinarjament.", "LASTI TAL-FOOTBALL", "16203.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid jekk hux sodisfatt li l-lasti kollha li jintużaw fl-iskejjel għal-logħob tal-football huma kif kien ġie deċiż, cioe' li jkunu mwaħħlin ma' l-art u mhux magħmulin mill-ħadid?", "Kemm saru spezzjonijiet f'impjanti sportivi minn mindu bdiet din is-sena skolastika u f'liema skejjel?", "Ġiet innotata xi ħaġa mhux skond ir-regoli f'dawn l-impjanti?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mill-ispezzjonijiet li saru fl-iskejjel minn għalliema tal-health & safety, qed jiġu segwiti r-rakkmandazzjonijiet tal- bord ta' l-inkjesta interna mwaqqfa wara l-inċident traġiku li seħħ fl- iskola San Franġisk t'Assisi.", "F'kull skola ta' l-istat isiru żewġ risk assessments fis-sena bl-iskop li jiġu identifikati dawk l-affarijiet li jistgħu jippreżentaw periklu għas- saħħa tat-tfal u ta' l-għalliema u sussegwentement jittieħdu l-passi meħtieġa biex jiġu rrimedjati.", "S'issa ma jirriżultax li f'dawn l-impjanti ġiet innotata xi ħaġa mhux skond ir-regoli.", "LASTI TAL-FOOTBALL", "16204.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Għalkemm kull għaqda sportiva hija awtonoma, jista' il- Ministru jgħid jekk fejn jintlagħab il-football u fejn il-lasti jiċċaqalqu, tallabx rapport biex jissodisfa ruħu li l-lasti mhux magħmulin tal-ħadid u huma mwaħħla fl-art, biex ma jkunu ta' ebda periklu, speċjalment fejn jilagħbu t-tfal?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Kif qal l-Onor.", "Membru, kull għaqda sportiva hija awtonoma u l-ministeru m'għandux il-kompitu li qed jindika l-Onor.", "Membru.", "DAWL U ILMA", "16206.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm persuni li qed jingħataw għajnuna fuq kontijiet tad-dawl u l-ilma?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "WSC CAMERAS", "16207.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' cameras li twaħħlu fl-uffiċċji distrettwali tal- korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma tan-north u s-central?", "Kemm ġew jiswew?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "ACTING OFFICER FL-MIA", "16208.", "L-ONOR.", "JOSEPH DEBONO GRECH staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jiċħad jew jikkonferma l- Ministru li persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, tpoġġiet f'kariga ta' acting officer fl-MIA?", "Kemm ilha f'din il-kariga?", "Iħoss li din tista' tkun aġevolata meta tkun se tintgħażel il-persuna li se tingħata l-kariga uffiċjali ta' officer minflok l-uffiċjal preżenti?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "INCOMETAX RETURNS", "16213.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jagħti informazzjoni dwar id-dħul minn persuni miżżewġa li jimlew separate declaration, persuni miżżewġa u jimlew joint declaration u persuni mhux miżżewġa li jimlew individual declaration?", "Jista' jagħti l-informazzjoni għal kull kategorija hawn fuq indikata f'dawn l-income brackets minn dħul dikjarat: Lm0 - Lm4,200; Lm4,200 - Lm6,000; Lm6,000 - Lm8,000; Lm8,000 - Lm10,000; Lm10,000 - Lm12,000; u Lm12,000 u aktar?", "Jista' jagħti l-informazzjoni mitluba għas-snin 1995-2004?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "APPLIKAZZJONIJIET QUDDIEM IL-LANDS", "16221.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid fiex waslet applikazzjoni 2883 għand il-lands, in konnessjoni ma' applikant li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?", "ONOR.", "TONIO BORG: L-applikazzjoni li qed jirriferi għaliha l-Onor.", "Interpellant għadha qed tiġi pproċessata.", "SERVIZZ BIL-BAĦAR BEJN GĦAWDEX U KEMMUNA", "16222.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: B'riferenza għat-trasport li kien isir bil-lanċa bejn Għawdex u Kemmuna għall-qassis u l-pulizija, jista' il-Ministru jgħid jekk dan is-servizz hux se jkompli jingħata?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "LIBRERIJI ON-LINE", "16223.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid kemm-il librerija hawn on- line u f'liema lokalita' jinsabu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: In-numru ta' libreriji li sal-lum huma on-line huwa ta' 33.", "Dawn huma l-biblijoteka nazzjonali, il-librerija pubblika ċentrali, Floriana, il-librerija pubblika u dik ta' self ta' kotba ta' Għawdex, il-libreriji reġjonali ta' Birkirkara, Ħal-Luqa, il-Mosta, Raħal Ġdid u Ħal Qormi (San Bastjan), il-libreriji friegħi ta' Birżebbuġa, is- Siġġiewi, Ħaż-Żebbuġ, iż-Żejtun, iż-Żurrieq, il-Mellieħa, San Ġwann, in- Naxxar, Bormla, l-Imsida, il-Ħamrun, Ħaż-Żabbar, Tas-Sliema, il-Għargħur, San Pawl il-Baħar, l-Imġarr (Malta), il-Gżira, Ħal Qormi (San Ġorġ), Ħal Għaxaq, il-Gudja, l-Imqabba, Ħ'Attard, Ħad-Dingli u n-Nadur.", "ĦRUĠ TA' VISA", "16224.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid fiex waslet applikazzjoni għall-ħruġ ta' visa (C/35140)?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nissuġġerixxi li l-Onor.", "Interpellant jinforma lill- persuna msemmija biex tmur l-uffiċċju ċentrali ta' l-immigrazzjoni sabiex tivverifika l-pożizzjoni tagħha.", "ĦRUĠ TA' VISA", "16225.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 15981 u jispjega r-raġuni għar-rifjut ta' visa lil ċertu individwu li l-mara tiegħu taħdem hawn Malta?", "ONOR.", "TONIO BORG: Minn stħarriġ li għamlet il-pulizija dwar it-talba tal- persuna msemmija, s'issa għad mhux konfermat li din it-talba hija bona fide.", "MALTAPOST GENERAL MANAGER", "16226.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħarraf lil din il-Kamra għala l-post ta' general manager mal-Maltapost - okkupat mill-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - għadu vakanti wara li l-istess persuna ġiet maħtura bħala CEO?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: F'dan il-każ, il-pożizzjoni ta' general manager corporate services mal-Maltapost, bid-dmirijiet marbuta mal-kariga, ġiet inkorporata ma' dik tas-CEO.", "CEO MALTAPOST", "16227.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħarraf lill-Kamra għala l-kariga ta' CEO mal-Maltapost, ma baqgħetx okkupata mill- istess persuna biex issa hija okkupata minn persuna oħra, bl-ismijiet jintbagħtu separatament?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "TFAL NEQSIN MIS-SMIGĦ", "16228.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid għaliex żewġt itfal neqsin mis-smigħ, li jagħmlu użu mill-cochlear implant biex tgħinhom jisimgħu, ma ngħatawx għajnuna biex jixtru apparat bżonjuż ħafna, filwaqt li tlett itfal oħra li huma wkoll neqsin mis-smigħ u li jużaw il-hearing aid, ingħataw għajnuna biex jixtru l-istess apparat, anke jekk dawn applikaw wara ż-żewġt itfal l-oħra msemmija?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Il-kummissjoni nazzjonali persuni b'diżabilita' talloka s-somma ta' Lm62,000 fis-sena għas-servizz ta' għajnuniet speċjali biex tgħin persuni b'diżabilita' jixtru apparat li jgħinhom jgħixu ħajja aktar indipendenti.", "Peress li l-valur tat-talbiet ikun akbar mis-somma allokata, il-kummissjoni ħatret bord ta' ħames persuni biex kull xahar jeżamina l-applikazzjonijiet għal dan is-servizz, skond kriterji stabiliti u jiddeċiedi liema għandhom jirċievu l-flus u liema għandhom jitqiegħdu fuq il-waiting list għal sena.", "Dawk li t-talba tagħhom ma tiġix milqugħa fi żmien sena, jistgħu jerġgħu japplikaw.", "L-applikazzjonijiet taż-żewġt itfal li għamel riferenza għalihom l-Onor.", "Interpellant saru f'Jannar 2005 u qegħdin fuq il-waiting list ma' 56 oħra.", "Jekk it-talba tagħhom ma tkunx intlaqgħet sa Jannar li ġej jistgħu dejjem jerġgħu japplikaw.", "PERSUNI B'DIŻABILITA'", "16229.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid x'inhuma l-kriterji kif tingħata l-għajnuna lil dawk bi bżonnijiet speċjali?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Il-kummissjoni nazzjonali persuni b'diżabilita' tipprovdi diversi servizzi u għajnuna lil persuni b'diżabilita', dejjem suġġetti għal kriterji differenti.", "Jekk l-Onor.", "Interpellant qed jirriferi għas-servizz għajnuniet speċjali, ninsab informata li l-bord li jeżamina l-applikazzjonijiet jikkonsidra l- ħtieġa ta' l-għajnuna, ir-raġuni għala qed tintalab, il-benefiċċju u l- prattiċita' li tittieħed mill-għajnuna, il-mezzi finanzjarji ta' l- applikant u l-familja, l-aspett soċjali u x'assistenza finanzjarja hemm provduta minn sorsi oħra.", "XIRI TA' APPARAT MEDIKU", "16230.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: B'riferenza għall-informazzjoni li tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra dwar xiri ta' apparat għall-isptar Mater Dei nhar l-Erbgħa 28 ta' Settembru, 2005 – PL3740 - jista' il-Prim Ministru jagħti rendikont ta' l- apparat mediku li nxtara bejn Ġunju u Novembru 2005 u li ma kienx imniżżel fil-lista li tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra?", "Kemm hu l-valur ta' dan l- apparat?", "Jista' jagħti rendikont tad-ditti u kumpanniji li mmanifatturaw dan l- apparat?", "Jista' jagħti rendikont ta' l-apparat li nxtara mingħand kull ditta u l-ispejjeż involuti?", "Jista' jagħti rendikont ta' l-apparat li għad fadal jinxtara għal dan l-isptar?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "ĦWIENET TAX-XORB FIŻ-ŻURRIEQ", "16231.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk f'dawn l-aħħar erba' snin, kienx hemm okkażjonijiet fiż-Żurrieq fejn ħwienet tax-xorb instabu miftuħa wara s-1.00 a.m.?", "Ittieħdu passi kriminali fil-konfront ta' l-istess?", "Kemm minnhom instabu ħatja?", "Hemm bars fiż-Żurrieq li għandhom permess ta' imwejjed u siġġijiet barra?", "Liema huma u kemm ilhom jitħallsu?", "ONOR.", "TONIO BORG: Kien hemm ħanut tax-xorb wieħed fiż-Żurrieq li nstab li kien qed ikun miftuħ wara s-1.00 a.m. fi tliet okkażjonijiet separati - l-ewwel darba kien f'Marzu 2004 – u f'kull okkażjoni nbdew proċeduri kriminali li għadhom pendenti.", "Rigward it-tqegħid ta' imwejjed barra l-ħwienet, dawn il-permessi llum jinħarġu mill-aworita' tat-turiżmu, pero' minn tagħrif li kisbet il- pulizija jidher li hemm ħanut wieħed f'Wied iż-Żurrieq.", "Għal aktar tagħrif dwar din l-aħħar parti tal-mistoqsija, nissuġġerixxi li l-Onor.", "Interpellant jirriferi l-mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "SUBSTATION FIN-NIGRET", "16232.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Issa li l-kostruzzjoni ta' substation fin-Nigret, Bubaqra ilha x-xhur li tlestiet, jista' il-Ministru jgħid meta se jitwaħħal l-apparat biex tissaħħaħ il-provvista ta' l- elettriku fil-lokalita'?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "CONTRACTS OF SERVICE", "16236.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 15521, jista' il-Ministru jqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra lista ta' contracts of service li daħal għalihom il-ministeru bejn l-1 ta' Lulju 2004 sal-lum, billi għal kull kuntratt iffirmat jagħti r-remunerazzjoni li jkopri kull kuntratt, inkluż benefiċċji, allowances u perkaċċi oħra marbuta ma' l- istess kuntratt, kif ukoll it-tul ta' kull kuntratt u l-grad jew nomenklatura li ngħatat kull persuna biex tagħti servizz abbażi tal- kuntratt iffirmat, flimkien ma' l-isem tal-persuna indikata?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "UFFIĊJAL REVIŻUR F'GĦAWDEX", "16237.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Peress li f'Għawdex m'hemmx uffiċjal reviżur li jaqdi l-funzjonijiet rikjesti bil-liġi u allura dan qed joħloq ċertu inkonvenjent, jista' il-Viċi Prim Ministru jara jekk din is-sitwazzjoni tistax tiġi rrimedjata?", "ONOR.", "TONIO BORG: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "CHOGM", "16238.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ex-membri tal- korp applikaw biex jaħdmu bħala riżerva in konnessjoni maċ-CHOGM?", "Min applika u f'liema rank kien qabel spiċċaw mill-korp?", "Min ġie aċċettat?", "Dawn se jinżammu bħala riżerva jew kienu biss għal jiem ta' waqt iċ-CHOGM?", "ONOR.", "TONIO BORG: Kien hemm 11-il ex membru tal-korp tal-pulizija - żewġ ex-kuntistabbli nisa u disa' ex-kuntistabbli rġiel - li wieġbu għas-sejħa għal applikazzjonijiet għal reklutaġġ ta' kuntistabbli ta' riżerva, kif publikata fil-gazzetta tal- gvern tal-21 ta' Ottubru, 2005.", "Dawn kollha ġew ingaġġati, ħlief għal żewġ ex-kuntistabbli rġiel li rtiraw l-applikazzjoni tagħhom.", "Kif deskritt f'paragrafu 5 ta' l-istess sejħa għal applikazzjonijiet, dan l- ingaġġ kien għal perijodu definit li skada l-ġimgħa ta' wara l-25 ta' Novembru 2005.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB", "IMPORTAZZJONI TA' DIESEL", "W207 L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari W168 u jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-gvern jilliberalizza l-importazzjoni tad- diesel?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: L-importazzjoni tad-diesel se tiġi lliberalizzata matul l-ewwel kwart tas-sena 2006."]} {"filename": "20070502_520d_par.doc", "date": "2007-05-02", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Uffiċjali u Rivedut) L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 520 L-Erbgħa, 2 ta' Mejju, 2007 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 520 L-Erbgħa, 2 ta' Mejju, 2007", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.01 p.m.", "Talba", "Seduta Nru. 520", "L-Erbgħa, 2 ta' Mejju, 2007", "WERREJ", "MINUTI 817", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI 817", "TQEGĦID TA' KARTI 826", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IL-KUMPANNIJI (It-Tieni Qari)", "COMPANIES (AMENDMENT) BILL (Second Reading) 827", "AĠĠORNAMENT 848", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI IMWIEĠBA BIL-MIKTUB 852", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 519 li saret fit-30 ta' April, 2007 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "KIRI TA' DJAR MINGĦAND IL-PRIVAT", "24731.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Stefan Buontempo) staqsa lill- Ministru għall-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru tgħid minn meta bdiet li s-sidien privati li jridu jikru lill-Awtorita' tad-Djar?", "Kemm inkrew mingħandhom s'issa?", "F'liema lokalitajiet?", "B'kemm prezz?", "Tista' titpoġġa kopja tal-kuntratti fuq il-mejda tal-Kamra?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA (Ministru għall-Familja u Solidarjeta' Soċjali): Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 21999 f'seduta 461.", "Ma ġie konkluż ebda ftehim ieħor minn dak inhar.", "BDIL FIL-ĠENERU TAS-SESS", "24732.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Stefan Buontempo) staqsa lill- Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm saru talbiet minn persuni li għamlu bidla fis-sess biex ibiddlu l-karta ta' l-identita' minn raġel għal mara, mis-sena 2000, sena b'sena sal-lum?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni) (f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern): Minn naħa ta' l-Uffiċċju Elettorali ninsab infurmat li n-numru ta' persuni li applikaw biex jibdlu l-ġeneru tas-sess fil-karta ta' l- identita' kien kif ġej:-", "Sena Numru", "2002 1 2003 1 2005 3 2006 1 2007 1", "Dawn ta' hawn fuq mhux bilfors li kellhom bidla fis-sess, iżda jista' jkun li kien hemm żball fiċ-ċertifikat tat-twelid oriġinali.", "Mhux ta' min jeskludi li jista' jkun li persuni li għamlu bidla fis-sess ma applikawx biex jibdlu l-ġeneru tas-sess tagħhom fil-karta ta' l-Identita'.", "KIRI TA' UNITS", "24733.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Stefan Buontempo) staqsa lill- Ministru għall-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru tgħid kemm tqassmu units bil-kiri mill-Awtorita' tad-Djar lill-benefiċjarji li applikaw biex jikru post ta' l-Awtorita' tad-Djar, sena b'sena mis-sena 2000 sal-lum?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-awtorita' tad-djar ma tqassamx units għall-kiri hi direttament.", "KIRI TA' UNITS", "24734.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Stefan Buontempo) staqsa lill- Ministru għall-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru tgħid kemm tqassmu units bil-kiri mid-dipartiment ta' l-akkomodazzjoni soċjali lill- benefiċjari li għandhom applikazzjoni quddiem id-dipartiment għall- akkomodazzjoni soċjali, mis-sena 2000, sena b'sena, sal-lum?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: It-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.", "AMALGAMAZZJONI TAS-SETTUR TAL-HOUSING", "24735.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Stefan Buontempo) staqsa lill- Ministru għall-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru tgħid meta mistennija ssir l-amalgamazzjoni tad-dipartimenti tad-djar ma' l-awtorita' tad-djar?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Kif kelli l-okkażjoni li ngħid qabel, inkluż f'din il-Kamra u permezz ta' stqarrija għall-istampa maħruġa fis-16 ta' Novembru li għadda, il-proċess ta' l-amalgamazzjoni tas-settur tal-housing diġa' nbeda.", "Minn dak inhar, tkompla dan il-proċess bit-trasferiment ta' l-impjegati tad- dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali għal bini ieħor ta' l-awtorita u l- impjegati fit-taqsima tal-customer care ta' l-awtorita' u ta' l-imsemmi dipartiment qed joffru s-servizzi tagħhom mill-istess uffiċċju.", "Fl-istess ħin qed tiġi abbozzata l-leġislazzjoni meħtieġa li, meta tiġi approvata minn dan il-parlament, tipprovdi s-sisien legali biex ikun jista' jingħalaq il-proċess ta' amalgamazzjoni.", "PERSUNI LI GĦERQU FIT-TERRITORJU MALTI", "24736.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Stefan Buontempo) staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew irrappurtati li għerqu persuni fit-territorju Malti sena b'sena, mis-sena 2000 sal-lum?", "Jista' jgħid in-nazzjonalita' tagħhom?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (f'isem il-Viċi Prim MInistru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern): Matul il-perijodu mitlub sa l-aħħar ta' Marzu 2007 kien hemm 52 persuna li tilfu ħajjithom kawża ta' għarqa.", "Minnhom 32 kienu ta' nazzjonalita' barranija li kienu ġejjin mill-Awstrija, Renju Unit, Italja, Libja, Tuneżija, Olanda, Repubblika Ċeka, Eġittu u l- Ġermanja.", "QORTI - KAĊĊATURI", "24753.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Chris Agius) staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ittellgħu kaċċaturi l-qorti matul is-sena 2006?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (f'isem il-Viċi Prim MInistru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern): Matul is-sena 2006, il-pulizija ressqet 419 persuna l-qorti bi ksur tar-Regolamenti ta' l-1993 dwar il-Ħarsien ta' l-Għasafar u tal-Fenek Selvaġġ, kif emendat; Regolamenti ta' l-1993 dwar l-Għasafar u l-Fenek Selvaġġ (Dikjarazzjoni ta' Speċi Protetti u Riservi Naturali; ir- Regolamenti ta' l-2006 dwar il-Konservazzjoni ta' l-Għasafar Selvaġġi u l- Ordinanza dwar l-Armi (Kap. 66).", "ARMI LIĊENZJATI", "24756.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Chris Agius) staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hawn armi liċenzjati u jista' jgħid ta' liema tip huma?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (f'isem il-Viċi Prim MInistru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern): It-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant hu kif jidher fuq it- fabella li qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.", "SIGURTA' SOĊJALI - AREA OFFICES", "24758.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Chris Agius) staqsa lill- Ministru għall-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru tgħid kemm hawn area offices tas-sigurta' soċjali?", "F'liema lokalita' qegħdin u kemm hemm ħaddiema f'kull uffiċċju, skond il-grad?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: It-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.", "BORMLA - XOGĦLIJIET FUQ TRIQ", "24760.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Chris Agius) staqsa lill- Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jgħid meta jaħseb li se jibdew ix-xogħlijiet fuq it-triq madwar id-djar fl-areata' Sur Santa Liena Bormla, liema triq qatt ma saret minkejja li d-djar ilhom okkupati għal aktar minn 20 sena?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT (Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li tender għal dawn ix-xogħlijiet diġa' ħarġet u x- xogħlijiet mistennija jinbdew fil-ġimgħat li ġejjin.", "CLAMPING U TOWING TA' VETTURI", "24769.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Chris Agius) staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien hemm każi ta' clamping u towing matul is-sena 2006 skond il-lokalita'?", "Kemm inġabru flus minn dawn il-kontravenzjonijiet?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (f'isem il-Viċi Prim MInistru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern): Billi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar, tweġiba tingħta f'xi seduta oħra.", "NUMRU TA' FABBRIKI", "24770.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Chris Agius) staqsa lill- Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' fabbriki reġistrati mal-Malta Enterprise u mal-Malta Industrial Parks?", "Jista' jaqsamhom skond is-setturi differenti?", "Jista' jgħid ukoll kemm hemm impjegati f'kull settur?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ir-risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Noel Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Fil-ġimgħat li għaddew ġie kkomunikat lill-ministeru tiegħek mid-dipartiment ta' l-agrikoltura l-inizjattiva li tista' tattira fondi li jistgħu jiġu minn attivitajiet tal-volontarjat favur il-ħarsien ta' l-ambjent biex jiġi żviluppat mekkaniżmu li jirriċikla l-ilma tad- drenaġġ?", "Qed nistaqsi lill-Ministru Gatt peress li dan jaqa' taħt ir- responsabbilita' tiegħu.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jekk it-talba tkun saret mid-dipartiment ta' l- agrikoltura ma tkunx ġiet għandna.", "Id-dipartiment ta' l-agrikoltura ma jistax jitlob fondi f'isimna.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jiena qed nistaqsi jekk id-dipartiment ta' l- agrikoltura għarrafx lill-ministeru ta' l-Onor.", "Gatt dwar għajnuna li pajjiżna jista' jirċievi biex itejjeb il-proċess u jiżviluppa b'mod aktar sostenibbli dan il-impjant li jittratta l-ilma tad-drenaġġ.", "Jiena nixtieq inkun naf jekk sarx il-kuntatt li oriġinarjament ġie stabbilit mad- dipartiment ta' l-agrikoltura.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Dawn l-affarijiet ma jsirux fuq livell ta' ministeru, u probabbilment jista' jkun li saru fuq livell ta' dipartiment mal-WSC.", "Li nista' ngħid hu li l-pjan tat-trattament tad-drenaġġ huwa bbażat fuq tliet impjanti.", "Żewġ impjanti diġa' qed jinbnew u waslu biex jitlestew fix-xhur li ġejjin, u t-tielet impjant huwa dak li se jsir Ta' Bakrat li ħaġru t- tenders għalih.", "Jiġifieri ma nafx xi bżonnijiet oħra jista' jkun hemm.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jiġifieri jekk qed nifhem sew il-ministru ma jafx jekk il-ministeru għall-ambejnt u żvilupp rurali kkomunikax mal-ministeru tiegħu dwar finanzjament qawwi li jista' jinġieb biex jitjiebu impjanti tat- trattament tad-drenaġġ, inklużi dawk li semma l-ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jiena personalment assolutament ma nafx bl-ebda kuntatt, pero' nsibha diffiċli ħafna li jista' qatt ikun hemm kuntatt għar-raġuni li dawn l-impjanti li semmejt jien, tnejn minnhom huma fully funded, wieħed mill-protokoll Taljan u l-ieħor minn fondi ta' l-Unjoni Ewropea, u t-tielet wieħed issottomettejnieh għal fondi ta' l-Unjoni Ewropea wkoll, u kif għedt diġa' ħarġet it-tender.", "(Interruzzjonijiet) It-tielet wieħed għadu parti fil-proċess ta' l-aċċettazzjoni mill-Unjoni Ewropea.", "Pero' għad-domanda speċifika, lili personalment ħadd ma kellimni fuq xejn.", "Jista' jkun li kellmu li xi uffiċjali tiegħi mill-WSC or whatever.", "MANOEL ISLAND - FOOTBALL GROUND", "24916.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Leo Brincat) staqsa lill- Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Billi hemm l-obbligu kuntrattwali skond il-ftehim bejn il-Gvern Malti u l-promoturi tal-proġett ta' Tigne' u Manoel Island li jinbena ground tal-football f'Manoel Island, jista' l- Ministru jikkonferma li meta dan il-ground jinbena fiż-żmien miftiehem u diġa' kkomunikat lill-Gżira Nursery FC, it-titlu tal-ground se jiġi mgħoddi lill-Gżira Utd infushom?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Il-kuntratt bejn il-Gvern Malti u l-Midi jiddefinixxi l-bini ta' faċilitajiet sportivi primarjament futbol.", "Il- proċess, kif irrispondejt lill-Onor.", "Interpellant f'seduta numru 243 għall- mistoqsija parlamentari 11043, jinbeda meta jsir it-trasferiment lill-gvern u jgħaddih b'riżoluzzjoni parlamentari skond il-proċeduri stabbiliti.", "MEDIĊINA FOSAVANCE", "24917.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Leo Brincat) staqsa lill- Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' l-Ministru jgħid huwiex minnu li l-gvern m'huwiex jixtri supplies tal-mediċina Fosavance, u jekk iva meta mistenni li jibda jkollu din il-mediċina in stock?", "Dan l- aktar minħabba l-prezz eżorbitanti ta' din it-tip ta' mediċina.", "ONOR.", "AUSTIN GATT (f'isem il-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil- Komunita'): Il-mediċina Fosavance m'hijiex fil-formularju tal-gvern.", "KAŻ TA' PENSJONANT", "24918.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Leo Brincat) staqsa lill- Ministru għall-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru ġentilment tinvestiga l-qagħda ta' pensjonant li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li allegatament qed jirċievi nofs il-pensjoni tiegħu, dan kollu meta kellu biss l-aħħar sentejn tal-kontribuzzjoni ta' l-NI neqsin u li huwa kien dejjem offra li jħallas biex ma jsofrix dan it-tnaqqis?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Il-persuna indikata mill-Onor.", "Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-dipartiment tas-sigurta' soċjali dwar il-każ tagħha.", "WSC - TARIFFA SUSSIDJATA GĦALL-KONSUM TA' L-ELETTRIKU", "24920.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Leo Brincat) staqsa lill- Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk hux minnu li l-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma tħallas tariffa mnaqqsa (i.e. sussidjata) għall- elettriku li tikkonsma?", "X'inhi t-tariffa li tħallas l-korporazzjoni għas- servizzi ta' l-ilma għall-elettriku, u x'inhi l-ispiża ta' l-Enemalta biex tiġġenera u tiddistribwixxi l-elettriku bil-prezz taż-żejt illum?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ir-risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "RYANAIR – ROTOT ĠODDA", "24927.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Leo Brincat) staqsa lill- Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern Malti ħax jew hux beħsiebu jieħu xi pożizzjoni dwar it-talbiet pendenti ta' Ryanair biex jiftħu aktar rotot lejn Malta?", "U jekk iva, liema rotot ġodda beħsiebu jżid ma' dawk li għandhom?", "Destinazzjoni, destinazzjoni jista' jgħid kemm ġew turisti lejn pajjiżna permezz ta' dawn il-low cost airline flights - li ma jinkludux Maltin li kienu qed jagħmlu użu minn dawn il- faċilitajiet irħas?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (f'isem il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura): Il-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura iqis l-aċċess bl-ajru lejn pajjiżna bħala wieħed mis- sisien ta' l-industrija tat-turiżmu.", "Matul is-sena 2006, il-ministeru wettaq numru ta' inizjattivi sabiex ikabbar l-aċċess lejn pajjiżna billi jiżdiedu rotot u titjiriet lejn Malta.", "Fost dawn, ta' min isemmi x-xogħol li sar sabiex jibdew itiru lejn Malta low-cost carriers bħal Ryanair, German Wings, Meridiana u Click Air; il- ftehim li sar ma' l-Air Malta sabiex jiżdiedu b'25% is-seats mill-Ġermanja; u d-diskussjonijiet ma' GB Airways sabiex din tibda topera minn Manchester is-sena kollha.", "B'riżultat ta' dawn l-inizjattivi, s-seats lejn Malta dan is-sajf, komparat mas-sena l-oħra, ser jiżdiedu b'18%.", "Barra minn hekk, fuq inizjattiva tal-ministeru tiegħi għadha kif ħarġet sejħa sabiex jinfetħu rotot ġodda u b'hekk jitkompla r-ritmu pożittiv li qbadna anke wara s-sajf.", "F'din is-sejħa ħadna in konsiderazzjoni l- proposti li hemm minn kumpaniji bħal Ryanair.", "Huwa stmat li kull xahar Ryanair iġġorr 6,390 (one way), German Wings iġġorr 1,700 u Meridiana ġġorr 980 passiġġiera.", "Huwa stmat li 74% tal-passiġġieri ta' Ryanair huma turisti u li 70% tal- passiġġieri ta' German Wings kif ukoll ta' Meridiana huma turisti.", "AIR MALTA - LOW COST FLIGHTS", "24928.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Leo Brincat) staqsa lill- Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid s'issa x'kien l-impatt fuq il-volum tal-passiġġiera ta' l-Air Malta mill-introduzzjoni tal-low cost flights sal-lum?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-informazzjoni mitluba hi ta' natura kummerċjali u ma jidhirlix li għandi nippublikaha.", "UŻU TA' MOBILE PHONES MINN UFFIĊJALI", "24978.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joe Debono Grech) staqsa lill- Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid, f'każ li xi uffiċjal mill-ministeru, dekasteru jew enti tiegħu qabeż is-ceiling allokat għal mobile marbut mal-pożizzjoni tiegħu, ittieħdux passi fil-konfront ta' dawn l-uffiċjali matul Jannar, Frar jew Marzu 2007?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ir-risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "UŻU TA' MOBILE PHONES MINN UFFIĊJALI", "24979.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joe Debono Grech) staqsa lill- Ministru tal-Familja u tas-Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru tgħid f'każ li xi uffiċjal mill-ministeru, dekasteru u enti tagħha qabeż is- ceiling allokat għal mobile marbut mal-pożizzjoni tiegħu, itteħdux passi fil-konfront ta' dawn l-uffiċjali matul Jannar, Frar jew Marzu 2007?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Ma jirriżultax li fil-perijodu indikat kien hemm xi uffiċjal taħt id-dekasteru tiegħi li qabeż il-limitu stabbilit.", "XIRI TA' MOBILE PHONES", "24980.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joe Debono Grech) staqsa lill- Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk inxtrawx mobile phones ġodda fil-ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 u f'każ li fl-affermattiv, kemm-il mobile inxtara, b'liema prezz separatament u għal min kienu?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.", "NEFQA FUQ TELEFONATI MINN LINJI FISSI", "24981.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joe Debono Grech) staqsa lill- Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq telefonati minn linji fissi fil-ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 globalment?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.", "XIRI TA' MOBILE PHONES", "24982.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joe Debono Grech) staqsa lill- Ministru tal-Familja u tas-Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru tgħid jekk inxtrawx mobile phones ġodda fil-ministeru, dekasteru u enti tagħha matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007, u f'każ li fl-affermattiv, kemm-il mobile inxtara, b'liema prezz separatament u għal min kienu?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: It-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant hu kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.", "UŻU TA' MOBILE PHONES MINN UFFIĊJALI", "24983.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joe Debono Grech) staqsa lill- Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid, f'każ li xi uffiċjal mill-ministeru, dekasteru u enti tiegħu qabeż is-ceiling allokat għal mobile marbut mal-pożizzjoni tiegħu, ittieħdux passi fil- konfront ta' dawn l-uffiċjali matul Jannar, Frar jew Marzu 2007?", "ONOR.", "TONIO FENECH (Segretarju Parlamentari) (f'isem il-Ministru għall- Affarijiet Rurali u Ambjent): L-ebda uffiċjal mill-ministeru, dekasteru u enti tiegħu ma qabeż is-ceiling allokat għall-mobile marbut mal-pożizzjoni tiegħu skond iċ-ċirkulari tal-Finanzi MF 2/2006.", "INCOME TAX - KONTIJIET PENDENTI", "25071.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' persuni/kumpanniji/ households/intraprendituri (separatament) li fil- preżent għandhom arranġament sabiex iħallsu l-arretrati tal-kontijiet pendenti għat-taxxa ta' l-income?", "Jista' jipprovdi l-istess tagħrif għall-aħħar ħames snin, sena b'sena?", "Għal kemm snin imur lura l-aħħar pagament dovut?", "ONOR.", "TONIO FENECH (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "N.I. – KONTIJIET PENDENTI", "25072.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' persuni/kumpanniji (separatament) li fil-preżent għandhom arranġament sabiex iħallsu l-arretrati tal-kontijiet pendenti tal-N.I.?", "Għalkemm snin imur lura l-aħħar pagament dovut?", "Jista' jipprovdi l-istess tagħrif għall-aħħar ħames snin, sena b'sena?", "ONOR.", "TONIO FENECH (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "QRATI - ĦLAS TA' MULTI", "25073.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien id-dħul tal- gvern minn multi fil-Qrati ta' Malta u Għawdex separatament matul l-ewwel tliet xhur ta' din is-sena?", "Jista' jipprovdi l-istess tagħrif għall-aħħar ħames snin, sena b'sena?", "ONOR.", "TONIO FENECH (f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern): It-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.", "VAT REFUNDS", "25074.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jgħid fil-mument kemm hi ċ-ċifra ta' flus globali li d-dipartiment tal-VAT irid jirrifondi lura lit-taxpayer?", "Kemm minn din iċ-ċifra hija maħsuba li titħallas din is-sena?", "Għal kemm snin imur lura l-aħħar pagament dovut?", "ONOR.", "TONIO FENECH (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "TAX REFUNDS", "25075.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jgħid fil-mument kemm hi ċ-ċifra ta' flus globali li d-dipartiment tat-taxxa fuq l-income irid jirrifondi lura lit- taxpayer?", "Kemm minn din iċ-ċifra hija maħsuba li titħallas din is-sena?", "Għal kemm snin imur lura l-aħħar pagament dovut?", "ONOR.", "TONIO FENECH (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "ARTIJIET – KUMPENS GĦAL ART", "25076.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u l-Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hi ċ-ċifra ta' flus globali li fil-mument id-dipartiment ta' l-artijiet għandu jirrifondi lill-persuni/kumpanniji għall-valur tal-proprjeta' li ġiet esproprjata tul is-snin?", "Għal kemm snin imur lura l-aħħar pagament dovut?", "ONOR.", "TONIO FENECH (f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern): Il-ammont globali ta' kumpens għal art li d-Dipartiment ta' l- Artijiet għandu jirrifondi fil-mument huwa ta' Lm23,399,371.", "Dan l-ammont ma jinkludix żieda li jista' jkun hemm minħabba li f'ċerti każi jkun hemm il-ħtieġa illi ssir rivalutazzjoni tal-prezz ta' l-art u ukoll ma jinkludix l-imgħax dovut lis-sidien ta' l-art.", "KAŻ TA' TNAQQIS MILL-PENSJONI", "25407.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Silvio Parnis) staqsa lill- Ministru għall-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Peress li f'dan il-każ din il-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament ħadet Lm2.24c fil- ġimgħa u minħabba f'hekk se jeħdulha Lm40 mill-pensjoni tar-raġel, tista' l- Ministru tara li l-każ jiġi nvestigat u l-persuna tiġi nformata bl-aħħar żviluppi?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Id-dipartiment tas-sigurta' soċjali kkomunika bil- miktub mal-persuna ndikata mill-Onor.", "Interpellant dwar il-każ tagħha.", "BENEFIĊĊJU TAL-MARD", "25408.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Silvio Parnis) staqsa lill- Ministru tal-Familja u tas-Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru tara għaliex anzjana li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, qatgħulha l-benefiċċju tal-mard u supplimentari?", "Tista' din l-anzjana tiġi nformata bl-aħħar żviluppi?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Il-persuna indikata mill-Onor.", "Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-dipartiment tas-sigurta' soċjali dwar il-każ tagħha.", "PERSUNI DIJABETIĊI", "25409.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Silvio Parnis) staqsa lill- Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni dijabetiċi u kemm minnhom huma ta' eta' minn sena sa 18- il sena, sena b'sena, jiġifieri kemm ta' sena, kemm ta' sentejn, eċċ.?", "ONOR.", "TONIO FENECH (f'isem il-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil- Komunita'): L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant qiegħda tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "QRATI - MULTI FUQ TIPJIP", "25410.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Silvio Parnis) staqsa lill- Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm persuni weħlu multa jew se jitressqu quddiem il-qorti għaliex inqabdu jpejpu f'postijiet projbiti għat-tipjip?", "ONOR.", "ONOR.", "TONIO FENECH (f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u l-Intern): Minn meta ġew fis-seħħ ir-Regolamenti ta' l-2004 dwar it-Tipjip f'Postijiet għall-Pubbliku, sa l-aħħar ta' Marzu 2007, il- Pulizija sabet u ħadet passi quddiem il-Qorti kontra 1,439 persuna.", "Dwar x'sentenzi weħlu, din l-informazzjoni ma tinżammx taħt forma ta' statistika.", "XIRI TA' MEDIĊINI", "25411.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Silvio Parnis) staqsa lill- Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' l-Ministru jgħid minn fejn jinxtraw il-mediċini għad-dipartiment tas-saħħa u kemm kienet in- nefqa fuq dawn il-mediċini għas-snin 2005, 2006 u 2007 s'issa?", "ONOR.", "TONIO FENECH (f'isem il-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil- Komunita'): Ix-xiri tal-mediċini mid-Dipartiment tas-Saħħa isir skond il- proċeduri stabbiliti taħt il-Financial Administration and Audit Act, Kapitlu 174 tal-Liġijiet ta' Malta.", "Għaldaqstant jiġu mħabbra minn fejn il- mediċini nxtraw fuq il-Gazzetta tal-Gvern jew fuq in-Notice Board tad- Dipartiment Farmaċewtiċi tal-Gvern, u tad-Dipartiment tal-Kuntratti l- Furjana.", "It-tagħrif tan-nefqa hu kif ġej:", "|Sena |Ammont | |2005 |Lm21,898,723| |2006 |Lm24,062,248| |2007 |Lm9,941,594 | |Bejn 01/01/2007 | | |sa 31/03/2007 | |", "Jista' jkun hemm xi xiri ta' mediċini oħra li għadhom qed jiġu kkonfermati u li l-kontijiet għadhom ma ddaħlux fis-sistema ta' l-accounts.", "TWELID MINN OMMIJIET TAĦT L-ETA'", "25412.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Silvio Parnis) staqsa lill- Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunita': Jista' l-Ministru jgħid kemm kellha eta' l-iżgħar omm li welldet ġewwa l-isptar San Luqa matul l-2005, l-2006 u l-2007 s'issa?", "ONOR.", "TONIO FENECH (f'isem il-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil- Komunita'): L-iżgħar eta' ta' ommijiet li welldu f'Malta u Għawdex matul is- snin 2005 sa l-aħħar ta' Frar 2007 kien ta' 13-il sena.", "PONT TAL-MISTRA", "25434.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 24809 u 24643 u jgħid meta se jsir ix-xogħol meħtieġ biex jitranġa l-pont tal-Mistra?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "CRASH BARRIER", "25489.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 24773 x'sens jagħmel li titħalla fetħa fil- crash barrier meta l-familja għandha aċċess għall-art privata tagħha mid- dar u hija stess trid li ma jkunx hemm aċċess ta' triq għal terzi persuni mill-crash barriergħax ikunu qed jiksru l-liġi u jidħlu fi proprjeta' privata?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "FISHERIES - VAKANZI", "25491.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li jimtlew il-vakanzi li jeżistu fil-qasam tal-Fisheries li jaqgħu taħt il-ministeru tiegħu?", "X'vakanzi jeżistu?", "ONOR.", "TONIO FENECH (f'isem Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent): Diġà beda l-proċess biex jimtlew il-vakanzi eżistenti u approvati fil-qasam tal-Fisheries, u s-sejħiet għall-applikazzjoniet għal dawn il-ħames vakanzi mistennija joħorġu f'qasir żmien.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Noel Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Xtaqt nistaqsi lis-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-finanzi, li qed iwieġeb għan-nom tal-Ministru Pullicino, jekk hux infurmat dwar is-sitwazzjoni ftit stramba fejn il-ministeru għall- iżvilupp rurali għadu ma ssottomettiex lill-kummissjoni r-rapport meħtieġ biex jinġiebu l-fondi taħt ir-rural development schemes ta' l-istess dipartiment, u dan meta diġa' qegħdin f'Mejju u l-kummissjoni trid minn ta' l-inqas tlieta jew erba' xhur biex tevalwa u tapprova dan.", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Dwar ir-rapport innifsu naħseb li jkollok tagħmel domanda speċifika lill-ministru responsabbli.", "Li nista' ngħid huwa li dak li huwa n-national strategic reference framework u l-operational programmes fuq il-fondi strutturali ġew ippeżentati lill-kummissjoni Ewropea, u fuq l- istrategic reference framework document – il-qafas sħiħ – hemm diġa' l-qbil mal-kummissjoni dwar iż-żewġ programmi, l-ewwel u t-tieni, operattivi.", "L- ewwel programm jitkellem dwar il-fond soċjali, waqt li t-tieni programm jitkellem dwar il-fond tal-proġetti li jsiru.", "Dawn id-diskussjonijiet bħalissa għaddejjin b'mod intensiv.", "Jiena konxju li d-dokument innifsu min- naħa tal-ministeru huwa fi stadju avvanzat ħafna pero' m'għandix l- informazzjoni f'idejja biex nikkonferma, iva jew le, jekk diġa' ġiex ippreżentat lill-kummissjoni Ewropea.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jiena nirrispetta dak li qed jgħid l-Onor.", "Fenech, pero' ma jagħmilx sens li qegħdin f'Mejju u r-rapport għadu ma ġiex ikkomunikat lill-kummissjoni.", "Is-Segretarju Parlamentari bħala l-persuna responsabbli mill-finanzi għandu janalizza profondament din is-sitwazzjoni, u dan fid-dawl li jekk jeżisti nuqqas ta' personnel f'dawn id-dipartimenti konċernati naraw kif għall-ġid komuni ta' pajjiżna nirranġaw dawn in- nuqqasijiet.", "Jekk se nkomplu naqgħu luru meta rridu nitolbu fondi għal settur li diġa' huwa fraġli u għandu diffikultajiet enormi l-problemi jikbru jistgħu u mhux jiċkienu.", "Allura naħseb li jimmerita li wieħed janalizza profondament kif għandhom jitjiebu ċerti mekkaniżmi.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Ovvajment jiena se nitkellem dwar dan mal-ministru konċernat, pero' jkun tajjeb li l-Onor.", "Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu bil-miktub lill-ministru ħalli jkollu risposta għaliha.", "Pero' jiena se nindaga u niċċekkja wkoll dwar dan li qajjem l-Onor.", "Interpellant.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Xtaqt ngħid xi ħaġa dwar dawk li jissejħu n-nitrate directives fejn pajjiżna jrid ikun konformi sal-2008.", "S'issa għadhom biss saru applikazzjonijiet għal sussidju għal 6% ta' l-irziezet reġistrati f'Malta, u peress li dan mhux biss jirrigwarda l-iżvilupp sostenibbli imma jirrigwarda wkoll il-finanzi, xtaqt lis-Segretarju Parlamenatri janalizza daqsxejn din is-sitwazzjoni bil-ħsieb li forsi l-ministeru ta' l-iżvilupp rurali ma jkomplix idgħajjef l-istrutturi tiegħu, u dan b'detriment li numru ta' standards konformi ma' l-ambjent ma jkunux sostnuti.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Ma naħsibx li jiena kompetenti biżżejjed biex nirrispondi għal din id-domanda, niskuża ruħi ma' l-Onor.", "Interpellant, u allura napprezza jekk jagħmel id-domanda lill-ministru konċernat.", "PJAZZA TA' BUĠIBBA", "25493.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru għat-Turiżmu u Kultura: X'passi se jittieħdu biex il-pjazza ta' Buġibba ma titlifx l-ispazju miftuħ tagħha jekk tintlaqa' applikazzjoni li jsir kjosk tal-fjuri f'nofsha u allura ma jkunx jista' jiġi armat palk f'każ li tintuża għal attivitajiet kulturali?", "ONOR.", "TONIO FENECH (f'isem il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura) L-awtorita' tat-turiżmu ma tafx li hemm applikazzjoni għall-kjosk tal-fjuri f'dan il- lokal u f'kull każ ma tipproċessax applikazzjonijiet għall-operazjoni ta' dan it-tip ta' kjosk.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Tqegħid ta' karti.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "TONIO FENECH: Sur President, f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru. 116 ta' l-2007 – Regolamenti ta' l-2007 dwar Sanzjonijiet Ulterjuri tan-Nazzjonijiet Uniti fir-rigward ta' l-Iran;", "Avviż Legali Nru. 120 ta' l-2007 – Regolamenti ta' l-2007 li jemendaw ir-Regolamenti ta' l-2004 dwar Taxxa fuq il-Valur Miżjud (Formoli);", "Avviż Legali Nru. 121 ta' l-2007 – Regolamenti ta' l-2007 li jemendaw il-Ħames Skeda li tinsab ma' l-Att dwar it-Taxxa fuq il-Valur Miżjud;", "Avviż Legali Nru. 122 ta' l-2007 – Regolamenti ta' l-2007 li jemendaw is-Sitt Skeda li tinsab ma' l-Att dwar it-Taxxa fuq il-Valur Miżjud;", "Avviż Legali Nru. 123 ta' l-2007 – Regolamenti ta' l-2007 li jemendaw it-Tmien Skeda li tinsab ma' l-Att dwar it-Taxxa fuq il-Valur Miżjud;", "Avviż Legali Nru. 124 ta' l-2007 – Regolamenti ta' l-2007 li jemendaw it-Tielet Skeda li tinsab ma' l-Att dwar it-Taxxa fuq il-Valur Miżjud; u", "f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar każi ta' suwiċidju bejn l-1998 u l-2005, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 25553.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Louis Deguara.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita`): Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru. 118 ta' l-2007 – Regoli ta' l-2006 li jemendaw ir- Regoli dwar Sustanzi mhux mixtieqa fl-Ikel ta' l-Annimali; Avviż Legali Nru. 119 ta' l-2007 – Regoli ta' l-2007 li jemendaw ir- Regoli ta' l-2005 dwar Sustanzi mhux Mixtieqa fl-Ikel ta' l-Annimali (Emenda nru 2); u", "f'isem il-Ministru ta' l-Affarijiet Rurali u Ambjent inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru. 117 ta' l-2007 – Regolamenti ta' l-2007 li jemendaw ir-Regolamenti dwar l-Aċċettazzjoni għal Raġunijiet ta' Tnissil ta' Annimali ta' Speċi Bovina ta' Razza Pura.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IL-KUMPANNIJI", "COMPANIES (AMENDMENT) BILL", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Sur President, f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi nipproponi t-Tieni Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Kumpanniji.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "MARIO GALEA: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Rimarki?", "Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Sur President, quddiemna għandna abbozz ta' liġi ieħor li sfortunatament huwa kemmxejn tekniku u l-iskopijiet tiegħu huma li nżommu l-kompetittivita` ta' pajjiżna, b'mod partikolari f'dak li għandu x'jaqsam mas-settur tas-servizzi finanzjarji, u li jemenda żewġ liġijiet; il-liġi dwar il-kumpanniji u l-liġi dwar it-taxxa fuq id-dokumenti u t- trasferimenti.", "Ikun tajjeb li ngħid mill-ewwel li l-għan ta' dawn l-emendi li qed isiru huwa marbut intrinsikament ma' l-emendi illi diġa` għamilna għal-liġi tat- tassazzjoni ta' pajjiżna, wara l-ftehim illi pajjiżna laħaq mal-kummissjoni Ewropea u mal-code of conduct group for business taxation.", "Dan ifisser li t-tax refunds jitħallsu meta kumpannija tqassam il-profitti tagħha.", "Nafu li din is-sistema hija unika fl-Unjoni Ewropea u tagħti ċerti vantaġġi lil min jopera minn pajjiżna, anke biex jagħmel operazzjonijiet barra minn pajjiżna.", "Nista' ngħid li issa għandna l-green light ta' l-Unjoni Ewropea li nistgħu nkomplu nużaw din is-sistema f'qafas aċċettabbli ta' tassazzjonijiet ta' kumpanniji fi ħdan l-Unjoni Ewropea.", "Tajjeb nispjega li rigward il-materja ta' tassazzjoni pajjiż membru fl- Unjoni Ewropea jibqa' stat sovran, għajr deċiżjonijiet illi ftehmna bħala pajjiżi li neħduhom b'mod komuni, bħalma huma s-sistema tal-VAT, is-sistema tal-common excise tariff li għandha l-Unjoni Ewropea u sistemi oħrajn simili.", "Filwaqt li rigward il-liġijiet fiskali l-oħra ta' pajjiżna, minn żmien għal żmien il-kummissjoni Ewropea tista' tagħti xi opinjoni meta tara li jkun hemm xi sistema ta' tassazzjoni li b'xi mod tista' tkun diskriminatorja, min-naħa l-oħra jibqa' d-dritt ta' dak il-pajjiż membru illi jiddeċiedi fuq is-sistema tiegħu.", "Sur President, hemm strutturi, b'mod partikolari fis-sistema tal-kumpanniji bi qbil bejn pajjiżi differenti.", "Pero` minkejja li m'għandniex sistema armonizzata ta' kif nintaxxaw id-dħul tal-kumpanniji f'kull pajjiż membru b'mod komuni - għalkemm minn żmien għal żmien dejjem iqum dibattitu fuq livell Ewropew jekk hemmx lok illi dan isir - effettivament sal-lum diskussjoni dwar dan hija remota ħafna minħabba nuqqas ta' qbil li hemm bejn diversi pajjiżi dwar x'ifisser illi jkollna prinċipji komuni u kif dawn napplikawhom.", "Hemm ukoll il-code of conduct group for business taxation li r-rwol prinċipali tiegħu huwa li fuq livell volontarju janalizza d-diversi sistemi ta' tassazzjoni ta' kif nintaxxaw il-kumpanniji fid-diversi pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea, bil-għan li nassiguraw illi ma jkunx hemm xi pajjiż li jagħti vantaġġi b'mod diskriminatorju kontra xi prinċipji fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea u għaldaqstant il-problema ma tkunx it-tassazzjoni imma l-mod li biha din tkun qed tiġi applikata.", "Għaldaqstant l-Unjoni Ewropea ma tindaħalx dwar x'għandna nikkonsidraw li għandu jiġi intaxxat bħala dħul pero` jekk inti, per eżempju, tagħżel li tiddiskrimina bejn kumpannija u oħra u lil kumpannija tagħtiha rata favorevoli fuq l-oħra, hemmhekk il-kummissjoni Ewropea għandha dritt li tassigura li ma jkunx hemm dak li jissejjaħ state aid, għajnuna diskriminatorja li jagħti l-gvern direttament billi jagħti flus jew indirettament billi jaħfer xi taxxa għax inkella l-kompetizzjoni mixtieqa fis-suq intern tiġi mbagħbsa, biex ngħidu hekk, b'dan it-tip ta' intervent biex jittieħed xi vantaġġ minn dak il-pajjiż partikolari.", "Kif nafu, qabel ma sseħibna fl-Unjoni Ewropea pajjiżna kien għaddej b'dan il-proċess delikat ħafna pero` b'sodisfazzjon ngħid illi dan il-proċess ikkonkludejnieh lejn tmiem is-sena li għaddiet.", "Effettivament issa dan il- proċess qed iwassal lil pajjiżna f'pożizzjoni aħjar għaliex bl-emendi li diġa` għamilna u b'dawn l-emendi li qed nagħmlu f'din il-liġi li huma konsegwenzjali għal dak li emendejna fil-liġi ta' tassazzjoni, għandna l- possibbilta` li issa nagħlqu l-pakkett sħiħ ta' l-emendi li kienu meħtieġa biex nirriflettu fuq dan il-ftehim importanti li għamilna mal-kummissjoni Ewropea.", "Dan ifisser li issa nistgħu nippromwovu lil pajjiżna bħala destinazzjoni fejn mhux biss tinvesti fiha imma tista' tinvesti fiha b'rasek mistrieħa.", "Din hija meqjusa bħala ġurisdizzjoni serja fi ħdan l- Unjoni Ewropea, bl-implikazzjonijiet kollha li dan jagħti lil pajjiżna meta niġu biex nippromwovu s-settur tas-servizzi finanzjarji li bi pjaċir ngħid li għal sena wara sena, dejjem narawh jiżdied.", "Sur President, kif kelli okkażjonijiet ngħid f'diskorsi oħrajn, meta wieħed janalizza l-kontribut li dan is-settur qed jagħti għat-tkabbir ta' l- ekonomija ta' pajjiżna jsib li dan huwa wieħed minn dawk is-setturi, jekk mhux l-aktar settur, illi qed jikkontribwixxi b'rata għolja ta' tkabbir.", "Filwaqt li t-tkabbir ta' l-ekonomija ġenerali kibret bi 3% fuq is-sena 2005, il-kontribut dirett tas-settur tas-servizzi finanzjarji għat-tkabbir ta' l-ekonomija kien ta' madwar 30%.", "Dan juri r-rata mgħaġġla illi bih qed jikber dan is-settur u minn dan kollu ngawdu aħna lkoll permezz ta' postijiet tax-xogħol aħjar, pagi aħjar u opportunitajiet aħjar għalina u għal dawk kollha illi jridu jipparteċipaw f'dan is-settur, kemm jekk huma ħaddiema kif ukoll jekk huma operaturi.", "Mr Speaker, ikun tajjeb li hawnhekk ngħid li skond il-ftehim li għamilna mal-kummissjoni Ewropea, din is-sistema ġdida ta' tassazzjoni se tibda tapplika għal dawk il-kumpanniji kollha li se jkunu rreġistrati f'pajjiżna mill-1 ta' Jannar ta' din is-sena, waqt li kif konna għedna f'dak id- dibattitu - sempliċement biex infakkar il-kontest ta' dawn l-emendi li qegħdin nagħmlu llum - dan il-mekkaniżmu ġdid li qegħdin nilleġislaw se jibda jopera għal dawk il-kumpanniji li diġa` huma rreġistrati f'pajjiżna mis-sena 2010.", "Mela hemmhekk għandna perijodu ta' transizzjoni biex dawk il-kumpanniji li kienu qed joperaw taħt ir-reġime l-antik, biex ngħidu hekk, li tradizzjonalment konna nsejħulhom international trading companies - għalkemm ma kontx issib dan it-terminu fil-leġislazzjoni nnifisha - se jibqgħu bl-istruttura li għandhom illum sas-sena 2010.", "Kif għedt, hemm numru ta' emendi li qed isiru mhux biss għall-Att dwar il- kumpanniji nnifsu imma wkoll għall-Att dwar it-trasferiment tal-boll.", "Jien illum fid-diskors tiegħi m'inix beħsiebni nidħol fid-dettall għax jekk wieħed jipprova joqgħod jispjega dawn il-klawsoli nnifishom, il-pubbliku in ġenerali ftit japprezza s-sinifikat tagħhom billi huma emendi tekniċi ħafna, pero` min-naħa l-oħra fi stadju ta' Kumitat inkunu nistgħu nidħlu klawsola klawsola fejn niddiskutu l-emendi li qegħdin isiru u kif dawn se jkunu qed jgħinuna biex nilħqu l-għan li għalih innegozjajna l-pakkett sħiħ ma' l-Unjoni Ewropea.", "Sur President, mingħajr ma ndaħħal xi ftit jew wisq kontroversja fuq is- settur tas-servizzi finanzjarji, min-naħa l-oħra nixtieq nieħu l-okkażjoni biex niċċara ftit l-iżvilupp ta' dan is-settur f'pajjiżna anke fl-isfond ta' waħda miż-żjarat fuq il-postijiet tax-xogħol li għamel il-kap ta' l- oppożizzjoni fl-okkażjoni ta' Jum il-Ħaddiem.", "Fost l-oħrajn dan għamel żjarat lil kumpannija fis-settur tas-servizzi finanzjarji.", "Fil-fatt din kienet kumpannija ta' stockbroking.", "Hawnhekk nixtieq nenfasizza li f'dan is- settur l-oppożizzjoni dejjem ikkollaborat biex aħna naslu għat-tibdiliet li hemm bżonn isiru fil-leġislazzjoni b'mod li jagħti ċertu ċertezza lil min irid jiġi u jagħmel in-negozju b'ċertu serħan il-moħħ.", "Pero` jien inħoss li l-kummenti li għamel il-kap ta' l-oppożizzjoni - jien nixtieq li ma sarux, għax ma naħsibx li kienu kummenti ġusti lejn kulmin ħadem biex iġib is-suċċess illi għandna f'pajjiżna f'dan is-settur partikolari - ipprovaw jisirqu l-glorja tax-xogħol kollu li sar f'dawn l-aħħar 20 sena.", "Fil-fatt il-kap ta' l-oppożizzjoni donnu pprova jorbot is-suċċess kollu li qed naraw f'pajjiżna grazzi għal xi rapport li għamlet l-oppożizzjoni meta kienet fil- gvern, jiġifieri fl-1998.", "Sur President, jien nixtieq nissottolinea x'qal eżatt il-kap ta' l- oppożizzjoni - forsi anke l-oppożizzjoni fl-intervent tagħha tista' tiċċaralna aktar dwar dan - u x'ġie rapportat fil-ġurnali.", "Il-kap ta' l- oppożizzjoni qal illi s-suċċess illi għandna llum huwa grazzi għall- istrateġija illi kienet ġiet ippubblikata mill-oppożizzjoni meta kienet fil- gvern, strateġija li qal li sal-lum implimentajna 90% minnha.", "Onestament ngħid li mill-bieraħ sal-lum ipprovajt infittex ftit din l-istrateġija x'kienet.", "Jien ikkomunikajt anke ma' l-awtorita` tas-servizzi finanzjarji biex nistaqsi jekk l-istrateġija qattx għaddiet għandhom biex huma jkunu jistgħu jimplimentawha u waqt li ġie kkonfermat li kien sar xi tip ta' dokument, minn informazzjoni li għandi mill-awtorita` nnifisha, dan id- dokument qatt ma kien ġie ppubblikat mill-gvern u wisq inqas mgħoddi lill- awtorita` tas-servizzi finanzjarji biex din timplimentah.", "Għalhekk jien insibha diffiċli nifhem kif dan il-gvern seta' b'mod attiv jimxi fuq xi road map illi għamel il-partit Laburista fil-gvern fl-1998, meta dan id- dokument imsejjaħ strateġiku, effettivament qatt ma ġie ppreżentat lill- awtorita` nnifisha u safejn naf jien qatt ma ġie ppubblikat.", "Nerġa' nirriferi għad-dokument li semma l-kap ta' l-oppożizzjoni f'laqgħa li kellu ma' kumpannija ta' l-istockbrokers fl-okkażjoni ta' l-1 ta' Mejju.", "Dan qal li fi żmien gvern Laburista ġie ppubblikat dokument strateġiku dwar fejn għandu jmur is-settur tas-servizzi finanzjarji, imbagħad allega li 90% ta' dawk ir-rakkmandazzjonijiet ġew implimentati minn dan il-gvern, bħal donnu mxejna fuq din ir-road map.", "(Interruzzjonijiet) Allura għalfejn il-kap ta' l-oppożizzjoni għamel dan l-istatement?", "Sur President, jien mhux se nipprova nagħmel kontroversja minn din il-ħaġa pero` naħseb li jrid ikun hemm sens ta' ġustizzja meta nitkellmu fil- pubbliku dwar dan is-settur.", "Per eżempju huwa inġust li jkollna lill-kap ta' l-oppożizzjoni li jipprova jabroga fuq il-partit Laburista l-mertu assolut ta' l-iżviluppi li kien hemm.", "Kif qal l-Onor.", "Charles Mangion il- partit Laburista ikkollabora fit-tibdiliet li kien hemm f'dan is-settur imma rridu nirrikonoxxu f'dan il-parlament ix-xogħol kbir li għamlu – jien nista' ngħid li kont parteċipi fit-tibdliet illi kellhom bżonn isiru biex jikber dan l-iżvilupp fit-tliet snin li għaddew - l-predeċessuri li kienu nvoluti f'dan is-settur, inkluż Alla jaħfirlu, Dr Joe Fenech, li kien beda l-konċett ta' pajjiżna bħala ċentru ta' servizzi finanzjarji, dak iż-żmien bil-konċett tar-reġime' ta' l-offshore, li kien beda way back fl-1988.", "Imbagħad ovvjament kien hemm ir-riformi kbar li kienu saru fl-1992 mill- ministru tal-finanzi ta' dak iż-żmien, l-Onor.", "John Dalli.", "Wara kien hemm l-istrateġiji ta' l-MFSA li mis-sena 2002, meta saret awtorita`, ħadet ir- responsabbilta` fuqha jew aħjar il-gvern poġġa fiha b'mod ċentrali bħala single regulator.", "Għalhekk jien nixtieq, b'sens ta' ġustizzja lejn il-fatti kif ġraw f'pajjiżna, nieħu l-okkażjoni biex mingħajr kontroversja u mingħajr ma nipprova nitfa' xi ftit melħ fuq xi ħaġa li mbagħad tista' tisplodi, niċċara u nistaqsi għal dan ir-rapport innifsu.", "Jien nistieden lill-kap ta' l-oppożizzjoni biex jippubblika dan ir-rapport li kien sar u jgħidilna min kien għamlu.", "Min-naħa l-oħra jekk dan ir-rapport kien ġie ppubblikat, il-kap ta' l-oppożizzjoni għandu jirriferina għalih għax sfortunatament ngħid illi dan ir-rapport la jiena qatt ma rajtu u lanqas min kien responsabbli dak iż-żmien.", "Sur President, huwa diffiċli tifhem rapport bħal dan ta' gvern Laburista li ma riedx lil pajjiżna jissieħeb fl-Unjoni Ewropea meta nafu li ħafna mit- tibdiliet li saru f'dawn l-aħħar tmien snin saru wkoll b'rabta mal-ħtieġa li naġġornaw anke l-leġislazzjoni tagħna fl-isfond li pajjiżna kien se jissieħeb - u sussegwement issieħeb - fl-Unjoni Ewropea.", "Allura biex nibqgħu nżommu ġurisdizzjoni attraenti għall-investiment fis-settur tas- servizzi finanzjarji, kif nistgħu ngħidu li dak ir-rapport li sar fi sfond ta' politika kompletament u djametrikament opposta għall-politika li kien qed jippromwovi l-gvern ta' dak iż-żmien li nidħlu fl-Unjoni Ewropea, kien il-qafas li fuqu bnejna s-servizzi finanzjarji ta' pajjiżna?", "Jien din insibha bi tqila ħafna għaliex niftakar li wieħed mill-argumenti li kienu jsiru dak iż-żmien għalfejn ma kellniex nidħlu fl-Unjoni Ewropea kien li fis-settur tas-servizzi finanzjarji konna se nitilfu ħafna mill-vantaġġi li għandna bl-istruttura tagħna.", "Għalkemm kienet tidher regolata, kienet għadha tagħti ċerti vantaġġi u numru ta' pajjiżi kienu jqisuna wkoll li konna għadna xi ftit jew wisq bħala offshore regime'.", "Fil-fatt dak iż- żmien kien hemm min kien fil-kamp Laburista li kien qed jippromwovi li aħna m'għandniex nidħlu fl-Unjoni Ewropea għax aħna għandna nkunu ċ-ċentru offshore fl-Ewropa u allura nistgħu nibbenefikaw minn dan.", "Per eżempju kienu semmewlna l-eżempji ta' San Marino u pajjiżi oħrajn li ma kenux fl- Unjoni Ewropea pero` kienu qed jibbenefikaw b'mod qawwi f'dak li huwa s- settur tas-servizzi finanzjarji.", "Min-naħa l-oħra rrid inkun fair ma' l-oppożizzjoni.", "Ladarba pajjiżna daħal fl-Unjoni Ewropea nista' ngħid li l-oppożizzjoni dejjem ikkollaborat b'mod kostruttiv ma' kull leġislazzjoni li dan il-gvern ippropona biex ikollna l- aħjar pakkett li pajjiżna jista' joffri internazzjonalment.", "Biex inkun ġust ma' l-istorja wkoll irrid ngħid xi ħaġa dwar l-iżvilupp li sar f'pajjiżna u kif beda dan l-iżvilupp f'dawn l-aħħar 20 sena.", "Huwa tajjeb li nifhmu li dan il-proċess mhux fl-1998 beda, imma għaxar snin qabel.", "Nerġa' ngħid li dan kien beda fi żmien l-Onor.", "Joe Fenech, li kien il-ministru responsabbli mill-affarijiet marittimi u s-servizzi finanzjarji.", "Fil-fatt dan kien waqqaf dik li kienet il-Malta International Business Authority permezz ta' liġi li kienet għaddiet fl-1988 minn dan il-parlament.", "Din il-liġi kienet tagħmel minn pajjiżna ċentru offshore biex jattira ċerta attivita` internazzjonali.", "Fil-fatt ħloqna infrastruttura legali li kienet marbuta għal dik l-attivita` partikolari biss biex ikollna l-potenzjal li nagħmlu negozju internazzjonali minn pajjiżna, sakemm ir-riformi ekonomiċi li kienu jwasslu lil pajjiżna biex jikber fuq livell ekonomiku kien jasal li ma jkollux bżonn iktar dan is-sors ta' dħul u allura nkunu nistgħu ma nibqgħux b'dan it-tip ta' regime'.", "Tajjeb ngħid illi fl-1994, jiġifieri erba' snin qabel ma l-Onor.", "Alfred Sant qed jgħid li kien ippubblikat dan ir-rapport, ittieħdet deċiżjoni strateġika u importanti ħafna f'pajjiżna biex ma nibqgħux ċentru meqjus bħala offshore, għax li tkun meqjus bħala tali ċentri jista' jikkrea ċerti problemi anke fir-relazzjonijiet internazzjonali.", "Per eżempju li tkun meqjus bħala ċentru ma nafx kemm jista' jkollok ftehim ta' ħelsien mit- taxxa doppja, dawk li ngħidulhom double taxation agreements, ma' numru ta' pajjiżi.", "Dak iż-żmien, anke għaliex konna qed naraw lil pajjiżna li jrid jissieħeb fl-Unjoni Ewropea u jkollna pajjiż b'sistema fiskali aċċettabbli fuq livell Ewropew bħala mainstream legislation u mhux qisu xi ħaġa moħbija, konna ħadna d-deċiżjoni li fl-1994 issir riforma fis-sens li minflok nibqgħu bil-konċett tal-Malta International Business Authority, ikollna l-Malta Financial Services Centre li l-għan tagħha kien li tibda proċess fejn tagħmel riforma sħiħa fl-aspetti kollha regolatorji u fl- iżvilupp kollu ta' dawk li huma s-servizzi finanzjarji ta' pajjiżna.", "Dan sar biex ikun jista' jkollna struttura waħda komuni li tagħti l- flessibilita` li nibqgħu nattiraw ċertu vantaġġ milli nbigħu lil pajjiżna fuq livell internazzjonali.", "F'dan il-proċess importanti u f'din ir-riforma li ma kenitx bla uġigħ għas- settur tas-servizzi finanzjarji nnifsu, Malta kienet iddeċidiet li sa l- 1996 il-kumpanniji offshore - sa dakinhar kien għad fadal biss 1,500 kumpannija - ma setgħux jibqgħu joperaw fir-regime' offshore u allura – hawnhekk ikun tajjeb li ngħid li kellna erba' offshore banks ma' dawn il- kumpanniji - dawn kellhom, jekk riedu jibqgħu joperaw f'pajjiżna, japplikaw il-liġijiet ġodda li daħħalna fl-1994 biex b'hekk ikunu jistgħu jsiru onshore, jiġifieri kumpanniji regolari bħall-kumpanniji oħrajn.", "Dan minħabba li l-leġislazzjoni dwar il-kumpanniji kellha tgħaddi minn proċess ta' skrutinju kbir bi preparazzjoni għas-sħubija ta' pajjiżna fl- Unjoni Ewropea.", "Dan biex tkun konformi mal-leġislazzjoni ta' l-Unjoni Ewropea u jkollna rikonoxximent internazzjonali tal-qafas u ta' l- istrutturi legali ta' pajjiżna, kemm għal dawk li huma fondi, kemm għal dawk li huma banek kif ukoll għal dawk li huma securities.", "B'hekk ix-shares u dak kollu li għandu x'jaqsam ma' servizzi finanzjarji jkunu f'qafas li internazzjonalment jiġi rikonoxxut bħala qafas aċċettat, qafas stabbilit u qafas regolari u mhux wieħed li aktar ikun qisu leġislazzjoni offshore milli leġislazzjoni regolari f'pajjiżna.", "Sur President, kellna ndaħħlu numru ta' leġislazzjonijiet relatati mal- money laundering, professional secrecy, insider dealing, market abuse u numru ta' leġislazzjonijiet oħrajn biex inkunu nistgħu nagħmlu pajjiżna qafas leġislattiv illi jkun aċċettat fuq livell Ewropew u fuq livell internazzjonali mingħajr ma nitilfu l-vantaġġi li konna qed niggwadanjaw minn din l-attivita` internazzjonali f'pajjiżna.", "F'dan il-perijodu kienu nbdew numru ta' riformi relatati flimkien ma' numru ta' riformi ekonomiċi li kellhom impatt kbir fuq din l-attivita` f'pajjiżna.", "Per eżempju, kienet twaqqfet l-istock exchange f'pajjiżna, wettaqna u bdejna b'mod aggressiv il- privatizzazzjoni tal-banek, kellna numru ta' riformi fiskali, fost l-oħrajn l-introduzzjoni tal-VAT, is-sistema tal-final withholding tax fuq il- kontijiet bankarji, numru ta' tax exemptions għall-investment funds u l- ħolqien tal-konċett ta' l-international trading companies li nafu li ġab ħafna negozju lejn pajjiżna.", "Dawn huma kollha affarijiet li kienu ġraw f'dan il-perijodu li qed insemmi.", "Barra minn hekk, fuq livell aktar wiesa', il-gvern kien beda programm vast ta' liberalizzazzjoni tas-suq, investiment fl-informatika u l-promozzjoni ta' l-ICT f'pajjiżna.", "Bdejna nilliberalizzaw il-moviment tal-kapital f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-attivita` tal-bank ċentrali u ffaċilitajna l- attivita` li saret min-nies li nsejħulhom intermedjarji, li mhux neċessarjament ikunu banek, biex jagħtu ċerta attivita` ta' servizzi finanzjarji anke fis-suq kapitali.", "Allura hemmhekk bdejna naraw l-iżvilupp f'pajjiżna tal-ħiliet meħtieġa, tal-kompetenzi tekniċi u tal- professjonalita`.", "Dawn aħna rikonoxxenti lejhom.", "Fil-fatt waħda ħafna kumpanniji għadhom jiġu lejn pajjiżna mhux biss għax għandna sistemi fiskali li huma attraenti u għax għandna accountants, avukati, managers, ħaddiema, bankiera u nies li jifhmu fis-servizzi finanzjarji u fl-insurance li għandhom ċerta kompetenza teknika imma għax għandna wkoll il-prattiċita' ta' kif napplikaw ċerti regolamenti li jagħmlu minn pajjiżna ġurisdizzjoni attraenti ħafna.", "Hawnhekk nixtieq nirringrazzja b'mod partikolari lin-nies li jaħdmu f'dan is-settur innifsu.", "B'din il-leġislazzjoni l-gvern iffaċilita u ħoloq l- istrutturi regolatorji biex ikollna l-ħarsien anke tal-konsumatur kif inhu mixtieq f'settur stabbilit u b'sistemi aċċettabbli pero' nerġa' ngħid li jiena nirrikonoxxi l-ħidma kbira li saret mis-settur privat f'dan ir- rigward biex biegħ lil pajjiżna internazzjonalment u li ġab dan it-tip ta' negozju f'pajjiżna.", "Hawn irrid ngħid li mid-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea l'hawn qed nibdew naraw interess ħafna u ħafna ikbar, u kienet proprju l-istrateġija ta' dan il-gvern li sar dan.", "Veru li dan sar b'kollaborazzjoni ma' l-Oppożizzjoni, imma ħadd ma jista' jisraq ix-xogħol li għamel dan il-gvern!", "Aħna ilna 20 sena fil-gvern u dan is-settur twieled proprju f'dawn l-20 sena li fihom l- Oppożizzjoni kulma għamlet fil-gvern kienu 22 xahar.", "Dan juri li jkun inġust ħafna li jkun hawn min jipprova jisraq ix-xogħol kollu li għamel dan il-gvern u jorbtu mal-fatt li s-suċċess li kellu pajjiżna f'dan is-settur huwa dovut għar-rapport li sar x'imkien u li ma ġiex ippubblikat!", "Sur President, nafu li sar ħafna xogħol bi preparazzjoni għas-sħubija ta' pajjiżna fl-Unjoni Ewropea u saru wkoll bidliet kbar fil-liġijiet ta' taxxa, fil-liġijiet tal-kumpanniji, fil-liġijiet ta' banek, fil-liġijiet tal-Bank Ċentrali u f'numru ta' liġijiet oħra fejn ġew effettwati l- insurances u s-servizzi finanzjarji.", "B'hekk stajna npoġġu lil pajjiżna f'qafas li huwa rikonoxxut internazzjonalment bħala wieħed serju u fl- istess waqt nibqgħu nżommu l-vantaġġi u l-attrazzjonijiet li kellna.", "Aktar minn hekk qed noffru prodotti ġodda bħal trusts, securitisation u numru ta' prodotti oħra biex nibqgħu in the forefront f'dak li huwa żvilupp ta' servizzi finanzjarji.", "Dan kollu juri li ma jistax ikun li jitwemmen dak li qal il-Kap ta' l-Oppożizzjoni f'dak li qal dwar dan ir-rapport.", "Dan dejjem sakemm ma jiġix f'din il-Kamra, jaqralna dan id-dokument kelma b'kelma u jispjegalna kif wasal għall-konklużjoni li din ir-rivoluzzjoni li saret f'pajjiżna biex illum qed ingawdu minn settur ta' servizzi finanzjarji li tassew qed joħloq ix-xogħol u l-opportunitajiet għal kulħadd fil-pajjiż inħolqot minn dan l-istess rapport.", "Sur President, jiena ngħid b'mod kategoriku li dan ma jistax ikun.", "Insemmi fost l-oħrajn il-liberalizzazzjoni li saret fis-sistema tal-kontroll ta' l- exchange f'pajjiżna, ir-riforma li saret biex lill-Bank Ċentrali tajnih l- indipendenza tiegħu, tajnih l-istrutturi biex jista' jaħdem b'mod awtonomu f'dik li hija politika monetarja u biex pajjiżna jasal biex jaddotta l- munita ewro li kulmin hu fis-settur tas-servizzi finanzjarji, jirrikonoxxi li hija għodda oħra importanti biex inkomplu inbiegħu dan is-settur internazzjonalment.", "Ir-raġuni hi li dan jitfagħna paripassu ma' ġurisdizzjonijiet oħrajn li magħhom qed nikkompetu, fosthom dawk ta' l- Irlanda, ta' Lussemburgu u ta' Ċipru, li magħna wkoll hu mistenni li jaddotta l-munita ewro fl-1 ta' Jannar, 2008.", "Li kieku aħna ma wasalniex biex naddottaw l-istess munita fuq livell internazzjonali, il-messaġġ kien joħroġ li f'pajjiżna hemm xi ħaġa li m'hijiex tajba fis-settur tas-servizzi finanzjarji u li hemm xi ħaġa li fundamentalment għadha nieqsa.", "Sur President, bi pjaċir ngħid li proprju llum, it-2 ta' Mejju, sentejn wara li pajjiżna ssieħeb fil-mekkaniżmu ta' l-ERM2, issodisfajna l-aħħar kriterju li kien meħtieġ biex naddottaw il-munita ewro, jiġifieri l- kriterju li r-rata tal-kambju tagħna tibqa' stabbli għal perijodu ta' 24 xahar f'dan il-mekkaniżmu.", "Niftakar li din il-press conference kienet saret fit-3.00 p.m. proprju fit-2 ta' Mejju, 2005 u permezz tagħha qbiżna tragward ieħor importanti għal pajjiżna.", "Dan wassal biex meta aħna tajna l- indipendenza lill-Bank Ċentrali, tajna wkoll l-indipendenza għal dik li hija l-politika monetarja f'pajjiżna.", "Sur President, jiena m'għandix dubju li l-ikbar żvilupp kien - naħseb li dan ir-rapport ma rahx dan l-iżvilupp - ir-riforma kbira li saret f'dan is- settur fl-2002.", "Dak iż-żmien kienet ittieħdet id-deċiżjoni mill-gvern Malti li s-settur tas-servizzi finanzjarji jaddotta l-kunċett li kienu qed jaddottaw numru ta' pajjiżi avvanzati, fosthom l-Ingilterra, li huwa magħruf bħala s-single regulator.", "Dan kien ifisser li l-banek ma jibqgħux jiġu regolati mill-Bank Ċentrali.", "Kien ifisser ukoll li l-kumpanniji ta' insurance ma jibqgħux aktar jiġu regolati minn xi bord appuntat mill-gvern.", "Barra minn hekk ma jkollniex aktar strutturi, bħall-istock exchange, li jkunu regolati b'mod indipendenti, imma niġbru kollox taħt awtorita' waħda li hija l-Malta Financial Services Authority.", "Fil-fatt għaddiet leġislazzjoni proprju bil-għan li din l-awtorita' tiġi mogħtija r- responsabbilta' regolatorja fuq dak kollu li hu investiment u fuq dak kollu li huwa attivita' fis-settur tas-servizzi finanzjarji, kemm jekk hu bejgħ ta' insurance, kemm jekk hu bejgħ ta' prodotti minn stock brokers bħal stocks, shares, bonds fi swieq, l-attivita' ta' l-istock exchange nnifisha, il-listing li wieħed japprova liema kumpannija tista' tmur fuq l-exchange, tmur għand il-pubbliku u tbiegħ lilha nnifisha.", "L-ikbar riforma kienet dik tal-banek innifishom, li dawn ma baqgħux jiġu rregolati mill-Bank Ċentrali.", "Il-Bank Ċentrali sar responsabbli biss mill-politika monetarja u mhux mill- operazzjoni bankarja f'dik li hija regolamentazzjoni.", "Din għaddiet ukoll lil din l-entita'.", "Pero' din l-entita' ingħatat responsabbilta' ħafna ikbar illi tiżviluppa dan is-settur b'mod attiv u b'mod pro-attiv.", "Dan ifisser li mhux għax saret single regulator tkun kuntenta għax issa xogħolha għamlitu, imma li tħares dejjem 'il quddiem l-iżviluppi li qed isiru fis-settur tas- servizzi finanzjarji biex proprju toħroġ b'ideat ġodda ta' dak li għandu jsir.", "Fil-fatt l-ewwel dokument verament strateġiku li kien ġie ppubblikat f'pajjiżna fis-settur ta' servizzi finanzjarji ma kienx fl-1998, imma kien fl-2004.", "Dan b'rabta wkoll ma' l-aġenda ta' l-Ewropa għal tliet snin - mill-2004 sa l-2006 - fejn l-awtorita' innifisha, b'kollaborazzjoni ma' l- istakeholders f'dan is-settur, kienet fasslet pjan ta' żvilupp tal-qafas legali li għandna bżonn nimplimentaw wara li pajjiżna ssieħeb fl-Unjoni Ewropea, biex b'hekk ikollna aktar prodotti u aktar servizzi illi s-settur tas-servizzi finanzjarji jista' joffri b'mod internazzjonali.", "U hawnhekk nista' nsemmi ħemel ta' liġijiet li għaddejna mill-parlament, fosthom dik li tittratta r-redomiciliation tal-kumpanniji, li kienet għaddiet bejn l-2002 u l-2003.", "Insemmi wkoll ir-regolamenti dwar il- capital insurance u r-recognition tal-proċeduri fuq fund administration activity fl-2003, fejn daħħalna l-protected cell company legislation u l- guidelines tas-self-managed funds, id-distance selling regulations u l- passporting regulations fl-2004.", "Fil-perijodu meta jien kont responsabbli mis-settur tas-servizzi finanzjarji, għaddejna tliet leġislazzjonijiet importanti - fil-fatt għaddejna erbgħa imma hawnhekk għandi listed tlieta - li kienu l- leġislazzjoni dwar it-trusts, il-leġislazzjoni dwar is-securitisation li għaddejna fl-2006 u l-leġislazzjoni relatata mal-kumpanniji ta' l-insurance fejn ġbarna l-leġislazzjonijiet kollha li kellna f'pajjiżna - kellna żewġ leġislazzjonijiet li għaqqadnihom f'waħda - u daħħalna numru ta' requirements oħra minħabba l-aquis ta' l-Unjoni Ewropea.", "B'hekk stajna nibqgħu nħarsu lejn dan is-settur u naraw x'liġijiet ġodda ridna ngħaddu.", "Fil-fatt matul din is-sena hemm numru ta' leġislazzjonijiet li aħna qegħdin nikkontemplaw li ngħaddu, fosthom dawk dwar l-extraordinary investor funds.", "Sur President, proprju ftit tal-ġranet ilu kelli l-okkażjoni li flimkien maċ-chairman ta' l-awtorita' nnifisha nagħmel launching tal-pjan strateġiku għat-tliet snin li ġejjin.", "L-ewwel pjan kien għal tliet snin, jiġifieri sa l-2006, u hawnhekk niġbed l-attenzjoni tal-kap ta' l-oppożizzjoni li proprju fuq il-mejda tal-Kamra hemm pakkett - li m'huwiex żgħir - ta' koppji ta' l-istrategic plan li qed naraw għal pajjiżna fis-settur tas- servizzi finanzjarji mill-2007 sa l-2009.", "Jien qed ngħid dan għax nixtieq nuri li l-iżvilpp tas-servizzi finanzjarji f'pajjiżna m'huwiex xi ħaġa li ġiet b'kumbinazzjoni, imma hija xi ħaġa dinamika li l-gvern qiegħed jaħdem fuqha b'mod attiv.", "Sur President, jiena minn hawn nerġa' nirringrazzja lill-oppożizzjoni għall- kollaborazzjoni li dejjem sibna min-naħa tagħha meta ġejna biex nilleġislaw u m'għandix dubju li għal-leġislazzjoni tal-lum se nkomplu nsibu din il- kollaborazzjoni.", "Madankollu naħseb li rridu nkunu ġusti max-xogħol kollu li sar f'dawn l-aħħar 20 sena meta nitkellmu dwar l-iżvilupp tas-servizzi finanzjarji f'pajjiżna.", "Dan is-settur qiegħed tassew jagħti opportunitajiet ta' impjieg liż-żgħażagħ tagħna.", "Tajjeb ngħid li bejn l- 2005 u l-2006 fis-settur ta' banking biss, anke bl-attivita' ta' banek ġodda li fetħu f'pajjiżna biex operaw fuq livell internazzjonali, rajna żieda ta' madwar 500 impjieg, filwaqt li fuq l-istess sena, meta nitkellmu dwar insurances, investment services, accountancy u law firms li jaħdmu fis- settur tas-servizzi finanzjarji, fil-public sector within the financial services, jiġifieri l-entita' innifisha - fil-fatt hemmhekk l-impjiegi naqsu u mhux żdiedu, jiġifieri fis-settur tas-servizzi finanzjarji qegħdin inkomplu nirrazzjonalizzaw - ħolqot madwar 1000 impjiegi ġodda f'sena.", "Minn hawnhekk nixtieq nuri r-rikonoxximent tiegħi għal kulmin qed jaħdem f'dan is-settur għax dawn l-impjiegi qed joħloqhom is-settur privat innifsu.", "Meta tara ċerti ċifri tieħu impressjoni tajba ta' l-attivita' li qed tiġri fis-settur tas-servizzi finanzjarji.", "Per eżempju fl-2006, l-assi tas-settur bankarju laħqu d-€29 biljun ewro.", "Illum għandna 32 bank jew istituzzjoni finanzjarja f'pajjiżna, 90 intermedjarju ta' investiment u 270 notifikazzjoni ta' investment service passport biex jagħtu s-servizzi tagħhom f'pajjiżna.", "Għandna 200 collective investment schemes li huma domiċili f'pajjiżna, għandna 'l fuq minn 465 UCITS notification u għandna wkoll 79 operatur fl-insurance li 22 minnhom joperaw fl-Unjoni Ewropea u mhux biss f'pajjiżna.", "Anke f'dik li hija reġistrazzjoni ta' kumpanniji komplejna naraw żieda sostanzjali.", "Biżżejjed ngħid li bejn l-2005 u l- 2006, in-numru ta' kumpanniji żdiedu b'600, għax minn 2,347 telgħu għal 2,979.", "Dan juri illi l-attivita' qed tikber u qed tikber ukoll bil- leġislazzjonijiet li aħna implimentajna matul dan iż-żmien.", "Tajjeb li nsemmi li llum għandna 175 licensed nominees u 70 trustees li qed joperaw taħt il-leġislazzjoni l-ġdida f'pajjiżna, billi t-trusts kienu taħt il-leġislazzjoni ta' l-1988.", "Dan kollu jkompli jikkonferma kemm dan is- settur qed jikber u qiegħed jikkontribwixxi b'mod dirett għat-tkabbir ta' l-ekonomija tal-pajjiż, pero' irridu nħarsu 'l quddiem u naraw kif dan is- settur se nkomplu niżviluppawh biex naħtfu dawn l-opportunitajiet.", "Issa dħalna fl-Unjoni Ewropea, fl-1 ta' Jannar, 2008 se naddottaw il-munita ewro, għamilna t-tibdiliet meħtieġa u b'din il-leġislazzjoni qed nagħmlu l- aħħar ftit tibdiliet li kienu meħtieġa biex il-liġijiet ta' pajjiżna huma kollha konformi ma' l-Unjoni Ewropea u allura jagħtuna ċertifikat meta mmorru barra minn pajjiżna.", "Jibqa' leġislazzjoni x'ngħaddu?", "Dejjem jibqa' leġislazzjoni x'ngħaddu u aħna nibqgħu dejjem b'għajnejna miftuħa biex malli ninnutaw li qed jiżviluppa xi prodott ġdid jew xi opportunita' ġdida għal pajjiżna, mill-ewwel naħtfu dik l-opportunita' u ndaħħluha fil- liġijiet ta' pajjiżna.", "B'hekk inkunu nistgħu nbiegħu lil pajjiżna b'mod attiv biex inkomplu tassew niżviluppaw l-ekonomija tagħna f'dan is-settur li qiegħed dejjem jikber.", "Dan is-settur, fuq livell konservattiv u b'mod dirett ngħidu li jikkontribwixxi b'madwar 7% imma meta mbagħad tara l- ispillovers u l-attivita' li dan is-settur joħloq madwaru, issib li jikkostitwixxi ħafna iktar, anke sa 12% ta' dak li jipproduċi l-pajjiż innifsu.", "Sur President, meta tħares lejn il-leġislazzjonijiet li għandna llum, li jagħmlu l-qafas ta' dan is-settur, issib li kien gvern Nazzjonalista li mexxa t-trasformazzjoni tagħhom.", "Filwaqt li nerġa' nirringrazzja lill- oppożizzjoni għall-kollaborazzjoni tagħha, żgur li ħadd ma jista' jinnega l- fatt li dawn il-liġijiet kollha għaddew taħt gvernijiet Nazzjonalisti – dan huwa stat ta' fatt għax il-liġijiet qegħdin elenkati fil-kotba tal- parlament - jew qabel l-1996 jew wara l-1998.", "Dawn jikkonfermaw il-ħidma kbira li qed jagħmel dan il-gvern.", "Hawn nixtieq nirreferi għal xi ftit minnhom u nsemmi l-iSpecial Funds Regulations Act li għadda fl-2003 u l- Insurance Business Act u l-Insurance Intermediary Act li kienu daħlu fl- 1998.", "Imbagħad ġiet ir-riforma sħiħa f'dan is-settur b'mod leġislattiv fl- 2006.", "Insemmi l-Att dwar il-Banek, li kien ġie emendat fl-1994 u mbagħad reġgħu sarulu t-tibdiliet fl-2002.", "Insemmi l-Financial Institutions Act li kien għadda proprju fl-1994 u l-liġi dwar it-trust u t-trustees li għaddiet fl-2004.", "Insemmi wkoll id-diversi emendi li għamilna għall-Att dwar il-kumpanniji, fejn minn leġislazzjoni antika li kienet għadha fuq il- mudell Ingliż ta' l-1948, li kienet daħlet fil-kotba tagħna fl-1962, kienet saret l-ikbar riforma fl-1995.", "Insemmi wkoll il-Money Laundering Prevention Act li saret fl-1994; il-Prevention of Financial Markets Abuse Act li sar fl-2005, il-Professional Secrecy Act li sar fl-1994 u l-att innifsu dwar l-istruttura tal-Malta Financial Services Authority, liema leġislatura kienet għaddiet fl-2002.", "Insemmi wkoll numru ta' regolamentazzjonijiet li kienu ħarġu u li parti kbira minn dan is-suċċess kien l-iżvilupp ta' żewġ units.", "Waħda kienet fl-istruttura tad-dipartiment tat-taxxi f'pajjiżna, li hija meqjusa bħala l-international tax unit, li nies fis-settur tas-servizzi finanzjarji kollha jfaħħru l-effiċjenza li biha taħdem, kif ukoll il-business development unit, li r-rwol tagħha huwa tant importanti Ii tkompli tħares lejn l-iżvilupp ta' pajjiżna u kif nistgħu naħdmu biex inkomplu naraw dan l-iżvilupp iseħħ biex tassew igawdi kulħadd.", "Sur President, jiena naf li l-oppożizzjoni wkoll tħares lejn dan is-settur b'mod kostruttiv u bħala wieħed li jista' jkompli jikkontribwixxi għall- qafas kollu ta' ġid għal pajjiżna, anke f'dawk li huma opportunitajiet ta' xogħol u opportunitajiet tajbin.", "Nixtieq hawnhekk insemmi eżempju żgħir.", "Kelli l-okkażjoni li flimkien mal-Prim Ministru żort kumpannija li taħdem fis-settur tas-servizzi finanzjarji.", "Din tbiegħ is-servizz ta' private banking internazzjonalment minn fuq l-internet u l-klijenti tagħha fil-fatt huma l-Amerika, il-Kanada, l-Awstralja u l-Ingilterra u tagħti kreditu ta' mhux iktar minn $300.", "Din il-kumpannija llum timpjega madwar 100 ruħ li l- eta' tagħhom tvarja bejn 19 u 24 sena.", "Dawn ħarġu mill-MCAST, b'mod partikolari mill-kors tal-banking u l-istarting package tagħhom bħala salarji jlaħħqu mas-Lm6,500.", "Dan m'huwiex bidu żgħir għal xi ħadd li għadu ħiereġ mill-MCAST meta nafu li l-paga medja f'pajjiżna hija ta' madwar Lm5,500.", "Għaldaqstant joħroġ biċ-ċar kemm dan is-settur jista' joffri potenzjal.", "Is-sodisfazzjon tiegħi hu li meta morna niltaqgħu ma' din il- kumpannija, in-northern financial services, li tinsab fil-Plaza u għandha żewġ sulari, l-inkwiet tagħha hu kif se ssib żewġ sulari oħra biex tkun tista' tespandi b'mod immedjat u timpjega madwar 100 ħaddiem ieħor.", "Dak li qed iġib dan is-settur f'pajjiżna, Sur President.", "Illum qed nattiraw numru ta' attivitajiet pero' rridu nibqgħu nagħmlu dan kollu f'qafas ta' integrita', kontabilita', team work, b'mod partikolari wkoll mas-settur privat.", "Fil-fatt bħalissa għaddejjin diskussjonijiet dwar dan.", "Fi żmien qasir anke se jkollna konferenza ta' l-aħbarijiet biex inħabbru inizjattiva li rridu nagħmlu mas-settur privat għax issa li bnejna dan il-qafas kollu, huwa mportanti wkoll li nwassluh lil hemm mill-ixtut ta' pajjiżna.", "Hawnhekk mhux qed nitkellmu dwar marketing bħal meta nitkellmu meta nkunu se nbiegħu lil pajjiżna għat-turiżmu jew li nagħmlu r- reklamar u mmorru mat-tour operators, imma dwar kif għandna nidentifikaw operaturi internazzjonali li jista' jkollhom interess li jiġu f'pajjiżna.", "Dan nistgħu nagħmluh billi mmorru nagħmlu road shows u konferenzi lilhom, intellgħu esperti Maltin biex jitkellmu magħhom, ibiegħu s-servizzi tagħna u jħajruhom jiġu f'pajjiżna.", "B'hekk inkunu nistgħu naraw tkabbir ħafna iktar mgħaġġel għax għalkemm ninsabu kuntenti b'dak li għamilna s'issa, qatt m'aħna sodisfatti u dejjem rridu aktar.", "Anke l-Prim Ministru fid-diskors li għamel fl-okkażjoni ta' l-1 ta' Mejju qal li waħda mis-sitt pilastri li rridu naraw lil pajjiżna jibni lilu nnifsu bħala ċentru sa l-2015, huwa proprju s-settur tas-servizzi finanzjarji.", "Irridu nagħmlu minn pajjiżna ċentru ta' l-għejra, għalkemm nista' ngħid li ċ-ċentri tas-servizzi finanzjarji fl-Ewropa li jikkompetulna diġa' qed iħokku rashom minħabba s-sistemi li għandna, anke minħabba l-innovazzjoni ta' kif għaddejna ċerti liġijiet.", "Waħda minnhom hija proprju dik li għaddejna riċentement fejn nerġa' nirringrazzja lill- oppożizzjoni tal-koperazzjoni u l-għajnuna li tat fil-leġislazzjoni nnifisha.", "Biex dan isir, l-istrateġija titkellem dwar il-ħtieġa li s-settur tas- servizzi finanzjarji jsir mutur ħafna iktar importanti fit-tkabbir ta' l- ekonomija ta' pajjiżna, billi nkunu ħafna iktar flessibbli milli aħna u billi nirrispondu għas-swieqi internazzjonali li huma tant dinamiċi.", "Illum ma tistax tagħmel pjan ta' x'se jiġi żviluppat f'dan is-settur għalih.", "Trid tara x'qed jitwieled fis-settur u kif inti se tirrispondi għalih.", "Għaldaqstant irid ikollna setturi finanzjarji f'pajjiżna li jibdew jispeċjalizzaw ħafna iktar f'dak li huwa l-global environment li qegħdin fih u naraw strutturi ġodda li jitwieldu f'pajjiżna anke b'alleanzi ma' kumpanniji oħra barra minn Malta biex naraw iktar investiment.", "Jiena nemmen li l-iżvilupp tat-teknoloġija f'pajjiżna, kif tajt eżempju żgħir, jista' tassew joħloq l-opportunita' tax-xogħol għax meta titkellem fuq 100 ruħ, tradizzjonalment timmaġina fabbrika ġdida u mhux żgħira, imma minflok, is-settur tas-servizzi finanzjarji jokkupa ħafna inqas spazju u jagħti ħafna iktar valur miżjud lil pajjiżna.", "Allura rridu nkunu miftuħa għal innovazzjoni u għal teknoloġiji ġodda li qed jitwieldu biex inkunu nistgħu nagħmlu target tajjeb dwar min irridu naraw li jiġi lejn pajjiżna.", "Fpajjiżna jrid jibqa' jkollna strutturi regolatorji li jġibu l-għejra, strutturi tajbin, pero' irridu wkoll inkunu ħafna iktar aggressivi dwar il- mod kif inbiegħu lil pajjiżna' pero' b'ċertu għaqal.", "Għax jekk ovvjament tipprova tkun sfaċċat wisq - u dan huwa l-appell tiegħi lill-operaturi fis- settur - ir-riskju jkun li minflok lil pajjiżna nsaħħulu r-reputazzjoni tiegħu, nagħtuh isem ħażin.", "Dan il-pajjiż huwa xi ftit jew wisq offshore, xi ħaġa li aħna ma rridux, jiġifieri rridu nipproteġu r-reputazzjoni tagħna, waqt li nkomplu ninvestu fl-individwi Maltin u Għawdxin, biex tassew l-opportunitajiet li qed naraw jitwieldu, ikomplu joffru dawn il- postijiet tax-xogħol u pagi aħjar għal pajjiżna.", "Jiena niskuża ruħi ma' l-oppożizzjoni jekk ħassew li xi ftit jew wisq ħallejt lili nnifsi nitkellem ftit fuq kontroversji għax m'huwiex normali li aħna jkollna kontroversja fis-settur tas-servizzi finanzjarji.", "Jiena ma rridx inkun kontroversjali imma min-naħa l-oħra nħoss li rrid inkun ukoll ġust lejn l-istorja ta' l-iżvilupp tas-settur tas-servizzi finanzjarji f'pajjiżna u nirrikonoxxu x-xogħol kbir li għamel il-gvern Nazzjonalista matul dawn l-aħħar 20 sena biex lil dan is-settur iġibu pilastru ewlieni fl- ekonomija tagħna.", "Grazzi ħafna.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Jose' Herrera.", "ONOR.", "JOSE' HERRERA: Sur President, nibda biex ngħid li kieku konna qed niddibattu xi dekasteru ministerjali fil-budget f'dan is-settur partikolari, forsi kont nagħmel eċċezzjoni u ma nitlobx li lill-ministru titnaqqaslu Lm1 mis-salarju tiegħu.", "Jien inħobb inkun oġġettiv u naf li s- settur finanzjarju huwa wieħed mill-oqsma fejn matul dawn l-aħħar 20 sena il-pajjiż verament mexa 'l quddiem.", "Biex inkun serju, bħala kelliem ewlieni fuq dan is-suġġett, u naturalment tkellimt fuq il-liġijiet kollha li semma l-kollega tiegħi matul dawn l- aħħar snin, irrid inkun oġġettiv u rrid nirrikonoxxi dak li huwa tajjeb u ngħid dak li huwa tajjeb pero` fl-istess nifs ukoll il-gvern għandu jirrikonoxxi l-pożizzjoni ta' kawtela li dejjem imxiet biha l-oppożizzjoni għax tifhem li fuq kwestjonijiet ta' investiment finanzjarju jrid ikollok politika ta' qbil bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra.", "Ma jistax ikollna politika ta' konfrontazzjoni għax jekk jiġri hekk ingerrxu l-investiment.", "Min jinvesti jrid ikollu moħħu mistrieħ li jekk se jinvesti fl-istrutturi finanzjarji u fiskali ta' pajjiżna mhux se jkun hemm xi gvern li għada pitgħada jiskossa l-qafas legali li jkun jeżisti.", "Allura aħna, bħala oppożizzjoni, imxejna dejjem b'kawtela.", "Għaldaqstant kif il-gvern għandu jingħata r-rikonoxximent li vera ppromwova ċerti leġislazzjonijiet li xprunaw 'il quddiem din it-tip ta' industrija, fl-istess nifs l- oppożizzjoni trid tingħata l-istess tip ta' rikonoxximent, kif in all fairness jagħtiha s-segretarju parlamentari, li dejjem imxiet b'politika ta' qbil u kompromess mal-gvern tal-ġurnata.", "U b'hekk allura l- oppożizzjoni tat il-kontribut tagħha mill-bank ta' l-oppożizzjoni biex inkomplu nkattru l-investiment f'dan is-settur.", "Dan is-settur finanzjarju konna nsejħulu bħala niċċa qabel għax huwa settur innovattiv f'pajjiżna li forsi 20 sena ilu ma kienx jeżisti.", "Ma kienx jeżisti għax kienu żmenijiet differenti fejn dak li kien importanti għal skop ta' industrija u għal skop ta' ekonomija kien differenti minn dak li jipprevalixxi llum.", "Fil-fatt fis-snin sebgħin u anke fis-snin tmenin kien hemm industriji oħra li kienu jagħtu kontribut lill-ekonomija.", "Jekk il- gvern Nazzjonalista irid jingħata ċertu rikonoxximent għas-settur finanzjarju, partiti jew gvernijiet Laburisti fil-passat fl-istess nifs għandhom ukoll jingħatalhom rikonoxximent talli ntroduċew industriji Maltin fil-pajjiż.", "Infakkar li sa l-aħħar tas-snin sebgħin l-ekonomija Maltija kienet tiddependi kważi, jekk mhux għall-kollox, fuq l-introjtu mill-kiri ta' pajjiżna bħala bażi.", "Sa l-1979 kellna introjtu ta' kważi Lm19 miljun fis-sena mill-kirja ta' bażi.", "Lm19 miljun fl-1978 tfisser introjtu ta' Lm150 miljun tal-lum.", "Imbagħad kellna l-introjtu indirett li kien jidħol mill-fatt li kellna l- preżenza ta' l-Ingliżi f'pajjiżna għax kellna t-tarznari li, b'xi mod jew ieħor, kienu jiddependu fuq ix-xogħol ta' l-Ingliżi u kellna wkoll il- Maltin li kienu jaħdmu ma' l-armata Ingliża preżenti f'dan il-pajjiż.", "Kellna wkoll ħafna mill-aġenziji u ħafna mill-entitajiet governattivi jew kważi governattivi li, b'xi mod jew ieħor, kienu kollha jiddependu fuq l- Ingliżi.", "Allura kien pass kuraġġuż ħafna li kien ħa l-gvern Malti dak iż- żmien li jgħid li l-bażi militari ta' pajjiżna għandha tispiċċa f'ċerta data.", "Kien hemm min qal li l-gvern Laburista ta' dak iż-żmien ma kienx qed jimxi bil-għaqal, kien qed jgħaġġel jew addirittura kien qed jiġġennen għax jekk jispiċċaw l-Ingliżi jispiċċalna l-introjtu.", "Għaldaqstant irrid infakkar, kif għamel il-kollega tiegħi, li l-gvern dak iż-żmien mexa b'ċertu għaqal u xpruna l-investiment ta' l-ewwel industriji f'pajjiżna.", "Ġew ħafna investituri barranin u fetħu ħafna fabbriki f'Malta li kienu jimpjegaw eluf ta' nies.", "Dak iż-żmien il-mano d'opera f'Malta kienet kompetittiva, allura l-gvern Laburista ta' dak iż-żmien irnexxielu jattira ħafna kumpanniji barranin biex jinvestu f'pajjiżna.", "F'daqqa waħda kellna influss sħiħ ta' kumpanniji industrijali li ġew jiftħu l-fabbriki tagħhom f'Malta.", "Kellna żoni industrijali f'Bulebel, fl-Imrieħel u f'postijiet oħra li bdew iħaddmu ħafna u ħafna nies.", "Kien ukoll il-gvern Laburista li għall-ewwel darba ta spinta 'l quddiem lis- settur turistiku f'pajjiżna.", "Fil-fatt jekk wieħed jiftakar sewwa, fl-1971 l- ammont ta' turisti li kienu jiġu f'Malta ma kienx aktar minn 30,000 fis- sena u meta spiċċa l-gvern Laburista fl-1986 l-ammont ta' turisti li kienu jiġu f'Malta kien javviċina l-miljun ruħ.", "Jiġifieri kien il-partit Laburista fil-gvern tas-snin sebgħin u s-snin tmenin li rnexxielu jibni l- industrija tat-turiżmu.", "Kien ukoll il-gvern Laburista ta' dak iż-żmien li kien ikkrea numru ta' entitajiet Maltin li qabel ma kenux jeżistu bħall-Air Malta u ħafna korporazzjonijiet parastatali.", "Dawn kienu kollha frott ta' ħidma u għaqal ta' gvernijiet Laburista ta' dak iż-żmien li wara l-gvern Nazzjonalista deherlu li kellu jipprivatizza u rnexxielu allura jdaħħal – one-off, mhux introjtu rikorrenti – ammont sostanzjali ta' flus biex isodd xi ftit id-deficits li kienu jiġu ta' kull sena.", "Dan qed ngħidu biex nuri kemm il-gvern Laburista ta l-kontribut tiegħu għall-iżvilupp ekonomiku ta' pajjiżna.", "Iżda l-isfortuna hi li filwaqt li, bħala spokesperson fuq dan is-settur, jien ma nibżax u ma niddejjaqx niġi hawn fil-parlament ngħid li veru li l- gvern Nazzjonalista f'dawn l-20 sena kien kapaċi jikkrea din in-niċċa – jien ngħid li llum m'għadhiex niċċa u nispjega għaliex - u nagħti rikonoxximent, min-naħa l-oħra qatt ma nisimgħu fuq il-ġid li għamlu gvernijiet Laburisti.", "Jien ma nistħix niġi fil-parlament nagħmel dan, minkejja li ġieli niġi kkritikat li nfaħħar wisq lin-Nazzjonalisti u li m'iniex aggressiv biżżejjed.", "Meta jkunu qed jiġu proposti ċerti riformi hawn jien inkun aggressiv – l-iSpeaker stess jaf – u anke kważi isteriku, pero` meta rrid inkun oġġettiv u rrid nagħmel kritika kostruttiva nagħmiha wkoll.", "Allura ma nibżax niġi hawn u ngħid li f'dan is-settur morna tajjeb.", "Fil-fatt meta tressqu l-aħħar żewġ liġijiet importanti f'din il-Kamra rigward il-kumpanniji, l-ITCs, eċċ., jien azzardajt ngħid li kienet l-aqwa biċċa leġislazzjoni li ppropona u lesta l-gvern Nazzjonalista f'din il- leġislatura kollha.", "Għall-kuntrarju – u hawnhekk jiddispjaċik – il-ġid li sar minn gvernijiet Laburisti fil-passat qatt ma nisimgħu kelma dwaru min- naħa l-oħra.", "Il-kritika li ssir dwar il-perijodu bejn l-1971 u l-1987 dejjem tkun li dawk qishom kienu d-dark ages fil-pajjiż.", "Jissemmew biss ċerti inċidenti sfortunati.", "Veru kien hemm ċerti inċidenti sfortunati, jien stess nirrikonoxxi, pero` mbagħad mill-banda l-oħra ninsew il-ġid ekonomiku li kien għamel gvern Laburista dak iż-żmien.", "Sfortunatament il-gvern qatt ma jirrikonoxxi l-fatt li mix-xejn pajjiżna seta' jqum fuq saqajh u jgħid li hu verament pajjiż ħieles u li ma jiddependix fuq l-introjtu ta' Malta bħala bażi jew ma jiddependix fuq l- introjtu dirett jew indirett mill-Ingliżi, imma għandu għall-ewwel darba l- industriji tiegħu.", "Din hija l-isfortuna.", "Il-maturita` politika trid tkun li, iva, trid issir kritika - Allaħares ma ssirx kritika!", "Allaħares ma jkollokx oppożizzjoni u gvern għax kieku ma jkollokx demokrazija parlamentari! - pero` llum dawk iż-żmenijiet konfrontali żżejjed idejqu lil kulħadd.", "Fil-fatt għalhekk xi kultant l-appoġġ u s-simpatija tan-nies lejn din l-ogħla u l-aktar nobbli fost l-istituzzjonijiet ta' pajjiżna dejjem qed jonqos.", "Ħafna drabi n-nies jarawna bħala li niġu hawn, dejjem nilagħbu għall-gallarija, nipprovaw nisfruttaw l-okkażjoni biex nagħmlu ħoss u nagħmlu xi gwadann politiku biss, anke jekk biex nagħmlu gwadann politiku nagħmlu ħsara kważi kważi lill-pajjiż.", "Allura n-nies jibdew jitilfu l- fiduċja u l-interess f'din l-istituzzjoni.", "Jekk aħna l-parlamentari meta jkun il-mument inkunu aggressivi u nikkritikaw u meta jkun il-mument inkunu rikonċiljatorji, dan ikattar ir-rispett lejn dan il-parlament.", "M'għandniex nibżgħu nagħmluh dan.", "In-nies illum dan jippretenduh.", "Issa se ngħid għaliex din l-industrija finanzjarja m'għadhiex aktar niċċa.", "L-ewwelnett nibda biex ngħid li l-Onor.", "Tonio Fenech semma ċerti ministri ta' qablu, l-Onor.", "John Dalli u oħrajn, pero` nesa jsemmi lill-Onor.", "Joe Fenech.", "Jien inħobb insemmih għalkemm ma kontx naqbel miegħu f'kollox, anzi mhux dejjem kelli xi simpatija kbira lejh, imma bid-difetti tiegħu kollha - u kulħadd ikollu difetti –meta wieħed jagħmel xi diskors nostalġiku, kif għamel il-kollega tiegħi, u jsemmi lil ta' qablu, naħseb f'din il-materja jrid bilfors isemmi, tajjeb jew ħażin, lil Joe Fenech.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Fil-fatt semmejtu lil Dr. Fenech.", "ONOR.", "JOSE HERRERA: Semmejtu?", "Jiena ma smajtekx.", "Forsi kont aljenat.", "Jien qed insemmi lill-Onor.", "Joe Fenech għax kien l-ewwel politiku li kien ingħata segretarjat speċifiku - naħseb kienet idea tajba – li kien jinvolvi bażikament is-settur marittimu u s-settur finanzjarju, kważi kważi 80% minn dak li nsegwi jien fil-parlament.", "Ma kellu xejn fuqxiex jaħdem għax ma kienx hawn qafas legali.", "Kienet xi ħaġa ġdida.", "Dak iż-żmien l-industriji tradizzjonali kienu bdew jiżmantellaw ruħhom xi ftit għax il-qagħda politika ekonomika tad-dinja bdiet tinbidel.", "Bdew joħorġu għall-ewwel darba dawn il-pajjiżi bħaċ-Ċina, il-Korea, eċċ. li bdew jieħdu x-xogħol tal-fabbriki tradizzjonali ta' pajjiżi fl-Ewropa.", "F'Malta, grazzi għall- partit Laburista fil-gvern, il-livell ta' għajxien tal-Maltin beda jiżdied, is-salarji bdew jiżdiedu - u hekk kellu jkun – u naturalment ma baqgħux daqstant kompetittivi kif kienu qabel.", "Għaldaqstant fl-aħħar tas-snin tmenin inħass il-bżonn li nibdew nikkreaw niċeċ alternattivi biex nagħmlu tajjeb għat-telf li konna qed nibdew insofru minn bnadi oħra.", "Bdejna nesperimentaw u l-Onor.", "Joe Fenech – li kien espriment bażikament - ingħata segretarjat parlamentari biex jiżviluppa dan is-settur.", "U rnexxielu jikkrea l-pedamenti għal żewġ industriji importanti li huma s-settur tar-reġistrazzjoni tal-vapuri, fost affarijiet oħra, u rnexxielu jikkrea l-ewwel qafas legali għal servizzi finanzjarji.", "Kienu leġislazzjonijiet pjuttost primittivi, pero` kienu l- pedamenti.", "Fil-fatt fis-settur finanzjarju pur daħħalna l-kelma \"offshore\" għall-ewwel darba.", "Bdejna nirreġistraw offshore companies.", "Kien ikollna onshore u offshore.", "Naturalment il-liġi kienet flessibbli ħafna għax dak iż-żmien ma konniex fl-Unjoni Ewropea.", "Din it-tip ta' liġi bdiet tattira ħafna xogħol għax kienet l-aktar liġi flessibbli fid-dinja.", "Dak iż-żmien ir- Russja kienet għadha kif qed temerġi mill-komuniżmu u kienu ġew ħafna Russi biex jixtru l-vilel f'pajjiżna u jinvestu.", "It-Taljani bdew ġejjin ukoll.", "Mill-aspett marittimu kellna liġijiet flessibbli ħafna wkoll u bdew ġejjin ħafna vapuri biex jiġu reġistrati f'pajjiżna, speċjalment mill-Greċja.", "Li kien hemm tajjeb ukoll – u din semmiha l-Onor.", "Tonio Fenech u għamel sew – kien li għalkemm forsi ma kellniex qafas legali, kellna nies professjonisti ta' kalibru kbir bħal avukati, accountants, managers, dawn it-tip ta' nies.", "Malta minn dejjem kienet rinomata għall-professjonisti.", "Per eżempju, meta fil-passat kellna problema tat-tobba, it-tobba Maltin xorbuhom barra minn Malta għax kellhom fama li huma ta' kalibru kbir.", "U l-istess il- professjonist.", "Meta kkrea ruħu dan il-qafas legali għall-ewwel darba, il- professjonisti Maltin ma żammewx lura u rnexxielhom jibdew iġibu ħafna xogħol.", "Naturalment imbagħad bdejna nieħdu xi ftit isem ħażin ukoll għax, kif qal sewwa l-kollega tiegħi, bdejna nitqiesu bħala xi reġjun ta' l-offshore bħal ċerti pajjiżi.", "Ma kienx għad għandna leġislazzjoni fuq money laundering u kien hemm xi abbużi - mela ma kienx hemm abbużi! - allura pajjiżi oħra bdew iħarsu lejna bl-ikrah.", "Bdew ġejjin ħafna kumpanniji hawn u ċerti gvernijiet bdew jitilfu ntrojtu ta' taxxa.", "Huma bdew ġejjin hawn u kważi ma jħallsu xejn taxxa u naturalment morna tajjeb.", "Pero` ovvjament kien wasal iż-żmien li wieħed jirriforma u jemenda l-leġislazzjoni.", "U hekk ġara.", "Kif qal il-kollega tiegħi, il-gvernijiet sussegwenti ppropronew liġi wara l-oħra biex tajna aktar serjeta` lil dan is-settur.", "Dan is-settur sar wieħed aċċettat internazzjonalment u ħaġa ta' l-għaġeb xorta ma tlifniex ix- xogħol.", "Kien jonqos għal ftit, tibda tara ċ-charts tax-shipping neżlin, imbagħad jerġgħu jibdew jitilgħu għax għalkemm emendajna l-leġislazzjoni tagħna għal darba, darbtejn, tlieta, erbgħa, dejjem kellna f'moħħna li Malta jrid jibqa' a financial hub.", "Dejjem kellna f'moħħna li Malta riedet tibqa' ċentru ta' eċċellenza tas-servizzi.", "Allura la inti jkollok skop f'moħħok li pajjiżna jrid jibqa' ċentru finanzjarju, lest tikkonċedi l- emendi, lest li tagħmel upgrading tal-leġislazzjoni, lest li tneħħi l-fama ħażina li inti qiegħed xi cowboy state u kulħadd jiġi hawn biex jaħsel il- flus.", "Pero` fl-istess nifs tuża rasek biex dejjem tħalli dik l-inizjattiva biex dak li jkun ikollu skop biex jiġi jinvesti f'Malta.", "M'huwiex biżżejjed li jkollok l-aqwa avukati, l-aqwa accountants, l-aqwa ekonomisti, l-aqwa managers, u mbagħad ma jkollokx qafas leġislattiv li tagħti dak il-pakkett ta' inizjattivi neċessarji biex tattira.", "Il-leġislazzjoni tagħna matul is-snin saret bis-sens u l-partit Laburista dejjem ivvota favur dawn il-liġijiet kollha.", "Konna niddiskutuhom fil-grupp parlamentari u dejjem ivvotajna favur u dejjem urejna li aħna solidali mal- gvern f'dawn il-kwestjonijiet, anke meta kellna problemi internazzjonali fuqhom, li 'l quddiem nitkellem ftit fuqhom.", "Jiġifieri r-rikonoxximent lill-partit Laburista għandu jingħata.", "Dan l-aħħar kont mistieden nindirizza konferenza ġewwa lukanda f'Tas-Sliema, fejn kien hemm min ma setax jifhem - għax ovvjament aħna partit xellugi – kif aħna qed nagħtu din l-enfasi kollha lil dan is-settur.", "Pero` qed niddikjara hawn, bħala spokesperson fuq dan is-suġġett, li hija l-politika Laburista li nkomplu nippromwovu dan is-settur u li nagħmlu l-almu tagħna kollu biex intejbuh u nattiraw aktar investiment.", "Dik hija l-politika Laburista, nagħmilha ċara.", "Dan jirriżulta anke mill-mod kif aħna konna dejjem nivvotaw.", "Dejjem ivvotajna favur din il-leġislazzjoni.", "Aktar qabel għedt li issa m'għadniex nitkellmu fuq niċċa għax niċċa hija xi industrija żgħira biex issodd xi toqba u biex tikkrea ftit mijiet ta' impjiegi.", "Illum is-settur finanzjarju sploda.", "Għalkemm jekk wieħed jaqra l-budget jinnota li xi 6% mill-GDP joħroġ minn dan is-settur, fil-verita` – u dan ngħidu minn inkontri li kelli ma' nies interessati f'dan is-settur – l-ammont ta' flus li daħħal il-pajjiż, b'mod dirett jew indirett, huwa aktar minn 9%.", "Mela aħna qed nitkellmu li minn kull Lm100 għandek Lm9 ġejjin minn dan is-settur.", "Mela jekk inti għandek 9% ta' l-ekonomija tagħna diġa` qed tiddependi fuq dan is-settur, ma tistax tgħid li qed nitkellmu fuq niċċa għax 9% tal-GDP f'pajjiż altru li m'hijiex niċċa, imma hija industrija primarja.", "Jien informat li l-ammont ta' nies, b'mod dirett jew indirett, li jaħdmu f'dan is-settur huwa ta' madwar 6,000 ruħ.", "Again, meta inti qed titkellem fuq pajjiż żgħir bħal Malta, meta qed titkellem fuq 6,000 ruħ qed titkellem fuq ħafna.", "Ovvjament qatt ma se jkollok il- perċentaġġ ta' nies li jaħdmu f'dan is-settur ekwivalenti għall-perċentaġġ ta' GDP għax m'hijiex xi industrija li timpjega nies bil-grossa, biex ngħidilha hekk, imma timpjega nies tekniċi, professjonali u kwalifikati.", "Madanakollu xorta timpjega ħafna.", "Allura din hija industrija primarja li s'issa qiegħda tikber – skond sorsi li naf bihom u naħseb jaf bihom ukoll il-kollega tiegħi – b'rata ta' kważi 30% jiġifieri hija industrija li qiegħda tikber b'mod esaġerat.", "Il-kollega tiegħi għamel kritika fil-konfront tal-partit Laburista li ma naħsibx li kienet f'waqtha għax qal li ħafna mil-leġislazzjoni li għamilna għamilniha minħabba li Malta kellha l-intenzjoni li tissieħeb fl-Unjoni Ewropea u għalhekk għandna din il-leġislazzjoni state of the art li għandna.", "Kieku ma dħalniex fl-Unjoni Ewropea, kieku m'għandna xejn affattu.", "Allura qalilna: Kif jista' jkun li intom ħejjejtu xi rapport ta' strateġija fuq dan is-suġġett meta intom għal żmien twil kontu kontra li Malta tidħol fl-Unjoni Ewropea?", "Hawnhekk m'għandux raġun.", "L-ewwelnett ħafna mil-leġislazzjoni li saret ma saritx minħabba xi direttiva ta' l- Unjoni Ewropea imma saret minħabba pressjoni ta' pajjiżi oħra.", "Per eżempju, kif aħna daħħalna l-offshore regime, l-Amerka ħassret id-double taxation agreement li kellha ma' pajjiżna.", "Jien naf għax mort l-Amerka, flimkien ma' numru ta' deputati, fejn kellna laqgħat fuq dan is-suġġett bil- għan li nerġgħu niskattaw id-double taxation agreement.", "Dan kien spiċċa appuntu minħabba l-offshore regime li kellna.", "Mela ċerti riformi saru minħabba d-dettami ta' ċerti pajjiżi għax inti jista' jkollok leġislazzjoni, imbagħad jekk jaraw abbuż, il-pajjiżi jistgħu jilleġislaw huma stess u jgħidu: Jekk inti se topera b'dan il-mod aħna se nneħħu d- double taxation agreement.", "Allura għalxejn inti tkun qed toffri s-servizz finanzjarju, tkun qed tagħti inizjattiva fiskali f'forma ta' tassazzjoni baxxa, meta f'pajjiżhom jgħidulhom li dak l-agreement mhux se jirrikonoxxuh iżjed.", "Għalhekk kellna nagħmlu ċerti emendi.", "Hawn irrid ngħid li l-biża' li kellha l-oppożizzjoni li bid-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea seta' jkollna konsegwenzi drakonjani, drastiċi u negattivi fil-konfront tagħna, huwa veru u l-Onor.", "Tonio Fenech ma jistax jiċħdu.", "Infakkar lill-Onor.", "Fenech f'żewġ inċidenti, l-ewwel wieħed fuq ir- reġistrazzjoni ta' vapuri.", "Issa mhux qed nirriferi għall-kwestjoni li kellna nilleġislaw biex inneħħu ċertu ambigwitajiet bħal, per eżempju, li wieħed jista' jirreġistra vapur li għandu 25 sena, li ma jkollux double hull.", "Dawk kienu emendi li bilfors kellhom isiru għax inkella konna niġu qisna xi pajjiż ta' l-Afrika nirreġistraw ir-raċanċ u konna nitilfu l- kredibilita` kollha.", "Iżda fejn jidħol ix-shipping kien hemm il-biża' li l- Unjoni Ewropea tilleġisla li vapur reġistrat f'pajjiż membru ta' l-Unjoni Ewropea kien se jkun preġudikat meta kkomparat ma' vapur mhux reġistrat taħt l-Unjoni Ewropea.", "Għaliex?", "Għaliex riedu jgħaddu leġislazzjoni għal dak li jikkonċerna tniġġis, illi vapur reġistrat f'pajjiż membru seta' jeħel multi ħafna ikbar.", "Il-kaptan ta' vapur seta' jeħel personalment u kien hemm ikkontemplati anke pieni ta' ħabs, allura din kien se jkollha effett li dak li jkun jitħajjar jirreġistra ma' pajjiż ieħor bħall-Panama peress li aħna konna se mmorru oltre l-liġi marittima internazzjonali.", "L- insurance togħla wkoll jekk inti tirreġistra f'pajjiż bħal Malta udin kienet problema li konna qed niffaċċjaw għax qegħdin fl-Unjoni Ewropea.", "Jiġifieri l-biżgħat tagħna kienu jeżistu.", "Issa biex nitkellem ċar irrid ngħid li huwa veru wkoll li l-gvernijiet ta' Malta, Ċipru u l-Greċja f'dik l-istanza ħadu stand iebes.", "Jien stess għan-nom ta' l-oppożizzjoni ħriġt stqarrija għal darba, darbtejn, tlieta fejn issapportjajna lill-gvern u l- gvern kellu d-dritt ta' veto u dik it-tip ta' leġislazzjoni m'għaddietx.", "Dan kollu juri li l-biżgħat tagħna li se jkollok ċertu impatt negattiv qiegħed hemm u huwa reali.", "L-ikbar biża' li kellna kienet temerġi mill-fatt li għalkemm fuq il- prinċipju tas-sussidjarjeta` u anke skond il-kuntratt li aħna ffirmajna ma' l-Ewropa, it-tassazzjoni baqgħet prerogattiva tal-gvern tal-pajjiż, xorta waħda – u dan jista' jikkonfermah il-ministru – hemm drive qawwi, speċjalment mill-kummissarju tat-taxxa li għandna llum, biex ikollna armonizzazzjoni sħiħa tat-tassazzjoni fl-Ewropa.", "Thank God fl-acquis tagħna għandna prerogattiva, baqgħet hemm, pero` ma jfissirx li din ma tistax titnaqqar.", "Ma jistgħux jgħidulek kif tintaxxa, imma jistgħu jgħidulek li l-mod kif il-gvern qed jintaxxa, jew il-mod kif qed jagħti ċerti derogi fit-tassazzjoni, jew kif qed jagħti ċerti kickbacks fit- tassazzjoni, hija forma ta' state aid jew hija forma ta' sussidju jew hija addirittura diskriminatorja fil-konfront ta' sezzjoni oħra ta' l-attivita` kummerċjali.", "Issa kulħadd jaf li r-raġuni ewlenija li jiġu dawn il-kumpanniji fil-pajjiż kienet u għadha minħabba li at the end of the day, kumpanniji barranin reġistrati f'Malta li jkollhom il-foreign beneficiaries - mhux beneficiaries Maltin, Allaħares għax kieku jfalli l-pajjiż – iħallsu biss 4% taxxa.", "Bażikament, fl-opinjoni ta' ċuċ li jien, dik hija l-unika raġuni għaliex jiġu.", "Nitkellmu ċar hawn, ma noqogħdux inlaqalqu.", "Ara kemm għandna liġijiet u eċċellenza ta' professjonisti u l-Bambin jaf x'għandna, dik hija l-unika raġuni.", "U l-ministru jaf u allura għandu jiskuża ruħu u jgħid li kellna raġun aħna tal-partit Laburista.", "Jaf din tathom f'għajnhom fl-Ewropa, u għal dawn l-aħħar sena u nofs, sentejn il-kollega tiegħi li għandu għal qalbu b'mod ġenwin l-interessi ta' dan is-settur, żgur li kellu msarnu f'saqajh f'dan ir-rigward.", "Persważ li hekk hu għaliex kien hemm intriċċi kbar għaddejjin.", "Infatti ta' l-Unjoni Ewropea qalulna li l-liġi tagħna hija forma ta' state aid u m'hi xejn ħlief sussidju.", "Mhux hekk biss, sopra corna bastonate kważi ġejja diskriminatorja kontra l-Maltin.", "Issa din il-liġi qiegħda għall-Maltin, biex naqilgħu l-flus minn fuq dahar l-investiment barrani dirett.", "Imma ta' l-Unjoni Ewropea qalulna li qegħdin ibatu l-Maltin għax din il-liġi – ara l-ironija tal-ħajja! – hija diskriminatorja kontra l- Maltin.", "Jiġifieri msieken ta' l-Ewropa, biex jaqbżu għalina, riduna nbiddlu l-liġi u nitilfu l-industrija.", "Imma biex jaqbżu għalina!", "Ara l- ironija ta' l-argument politiku!", "Għalhekk dak li konna ngħidu aħna, qua oppożizzjoni, li jekk nidħlu fl-Unjoni Ewropea jista' ikollna maltemp u nitilfu din l-industrija.", "Din ma kenitx xi kritika frivola jew xi kritika vessatorja, imma kienet kritika bis-sens u f'waqtha.", "Madanakollu jkolli nikkonċedi li dan il-maltemp s'issa għaddejnih.", "U jiena rrikonoxxejtu dan u għedt prosit lis-segretarju parlamentari, lill-sħabu, lit-tekniċi kollha u lil kulmin b'xi mod ipparteċipa fin-negozjar, anke fuq livell ta' kummissarju ta' l-Unjoni Ewropea, għax b'xi mod salvajna l-kwestjoni.", "Għalhekk ġejt b'wiċċi minn quddiem biex ngħid prosit, għax kważi lanqas kont qed nemmen dak li qed naqra'.", "Jien naf fiex tikkonsisti din il-liġi u hawnhekk qisna konna qegħdin nilagħbu biż-żugraga.", "Fl-opinjoni tiegħi din kienet biċċa leġislazzoni li turi li aħna l-Maltin - hawn se nuża kelma ftit pastaża - m'aħniex ċwieċ daqskemm nidhru, għax irnexxielna nduru ma' din il-liġi u l-maltemp għaddejnih.", "Pero' l-maltemp hemm kien u ma jistax jiġi l-ministru u jgħidilna li l- kritika li konna nagħmlu aħna mill-Oppożizzjoni, li jekk nidħlu fl-Unjoni Ewropea se nbatu mill-aspett ta' servizzi finanzjarji hija kritika bażwija.", "Mhux talli stajna nbatu, talli b'miraklu, jew forsi bl-intervent divin ta' Alla nnifsu, ma tlifniex din l-industrija li tant ikkreat ruħha b'għaqal matul dawn l-20 sena!", "U tafu x'kienu jfissru l-konsegwenzi li nitilfu din l-industrija?", "Li żewġ terzi mill-avukati f'Malta kienu jispiċċaw unemployed u on the dole, li 50% ta' l-accountants kienu jispiċċaw on the dole u l- introjtu reali li jixpruna setturi oħra ta' l-industrija kien jispiċċa.", "Għax inti f'pajjiżek ma tridx li jkollok biss nies b'salarju imma jrid ikollok ukoll politika xellugija, fis-sens li inti tiggarantixxi life-line.", "Inti trid li teqred għal kollox il-faqar relattiv u kulħadd ikollu l-ħajja diċenti tiegħu, pero' fl-istess nifs trid ukoll nies jaqilgħulek il-flus.", "Jekk ma jkollokx dawn in-nies, ħadd m'hu se juża s-servizzi u jixtri karozzi għoljin.", "U min ibigħ il-karozzi għoljin mhux se jimpjega l- ħaddiema miegħu.", "Jekk ma jkollokx dawn in-nies, ma jkollokx min jixtri l- yachts, bil-konsegwenza li x-ship chandlers jagħlqu u min jaħdem f'dak is- settur ifalli.", "Jekk ma jkollokx dawn nies ma jkunx hemm min jixtri flat f'Portomaso u l-ħaddiema li jibnu dawn it-tip ta' flats jispiċċaw.", "Il- konsegwenzi li wieħed jitlef din l-industrija huma wkoll f'dan is-sens.", "Din hija industrija li hemm min qed jaqla' l-flus kbar fiha - well and good, nieħu pjaċir u ngħidilhom prosit – u l-flus tiegħu qiegħed dejjem jinvestihom f'dawn l-affarijiet.", "L-Onor.", "Fenech iltaqa' ma' stockbrokers.", "Anke jiena u l-Onor.", "Alfred Sant għamilna numru ta' laqgħat magħhom.", "Fil-fatt minn hawn nixtieq nirringrazzja lis-Sur Jesmond Mizzi talli tani tagħrif tekniku u nteressanti ħafna fuq il-qagħda ta' l-istockbrokerage f'Malta u tal-qagħda ġenerali tas-servizzi finanzjarji.", "Din kienet esperjenza pożittiva ħafna u meta jiena staqsejtu jekk teżistix armonizzazzjoni bejn is-settur finanzjarju qua kumpannija, eċċ., fejn għandek direct form investment u s- servizz ta' brockerage li huma qed jagħtu, qalli: Dażgur li hemm!", "Biex inkun onest, jien ħsibt li ma kienx hemm armonizzazzjoni.", "Is-Sur Mizzi qal li ħafna minn dawn il-kumpanniji li qed jiftħu l-uffiċini tagħhom hawnhekk, bħala kapital qed jużaw is-servizzi ta' l-istokebrokers f'Malta.", "Araw kemm hi nteressanti din il-ħaġa!", "Anke l-istockbrokerage illum huwa organizzat, qabel ma kienx jeżisti għax ma kienx hawn dan it-tip ta' investiment.", "Malta hija żgħira wisq.", "Hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq popolazzjoni ta' 400,000 ruħ.", "Kieku din il- liġi waqgħet, kienu jaqgħu dawn il-kumpanniji, kienu jaqgħu dawn is-service providers u kienu jaqgħu wkoll l-indirect service providers, l- istockbrokers, etc. Jiġifieri kieku ma rnexxilniex - bit-tajjeb jew bil- ħażin - ninnegozjaw b'saqajna ma' l-art ma' l-Unjoni Ewropea, kieku f'Malta kien ikollna a ripple effect u kien ikollna diżastru ekonomiku.", "Dan qed ngħidu biex nuri kemm tabilħaqq kellu raġun il-Kap ta' l-Oppożizzjoni li wera l-biżgħat tiegħu rigward dan is-settur jekk nidħlu fl-Unjoni Ewropea!", "Pero' fl-istess nifs ngħid prosit lill-Onor.", "Fenech għax irnexxielu jsalvana minn dawn il-biżgħat.", "Naturalment x'se jiġri 'il quddiem ma nafux, u l-biża' hemm tibqa'.", "Ma jfissirx li din il-kritika weħidha tal-partit Laburista tindika jekk kellniex nidħlu jew le, pero' d-difett tagħna l- politiċi meta konna fil-kampanja favur jew kontra l-Unjoni Ewropea, kien li konna jew nitkellmu biss kontra, jew nitkellmu biss favur u dik kienet il- problema!", "Aħna forsi konna nesaġerawha mod u intom tesaġerawha mod ieħor.", "Tridu tirrikonoxxu li l-Unjoni Ewropea m'hijiex all plain sailing u li għandna dawn il-problemi.", "U d-drive biex ikollok din it-tip ta' armonizzazzjoni qiegħda hemm.", "U d-drive biex ikollok reġistru wieħed biex fih jiġu rreġistrati l-vapuri għall-Unjoni kollha teżisti wkoll.", "Issa jekk jiġri hekk, x'se nagħmlu?", "Jekk ikollna reġistru wieħed għall-bnadar kollha ta' l-Unjoni Ewropea u n-niċċa tagħna li nirreġistraw il-vapuri u nagħtu dak it-tip ta' servizz amministrattiv jispiċċalna, dak mhux diżastru wkoll?", "Illum fix-shipping erġajna tlajna daqs l-ogħla li konna bejn l-1998 u l- 1999 u f'dan is-settur qegħdin fit-top five.", "Jekk wieħed jara l-estimi ta' l-awtorita' marittima ta' Malta jrid jara indirettament kemm hemm nies involuti.", "Jiena naf b'uffiċċju ta' avukati, per eżempju, li jimpjegaw kważi 100 ruħ magħhom u x-xogħol kollu tagħhom hu li jirreġistraw il-vapuri.", "Araw din in-niċċa kemm tiġġenera flus b'mod indirett!", "Jiġifieri l-problemi għadhom hemmhekk.", "Dan ifisser li l-kritika li kien jagħmel il-partit Laburista f'dan ir-rigward għadha tgħodd.", "Pero' il-membri taż-żewġ naħat tal-Kamra qed jitgħallmu u qed jittekiljaw dawn il-problemi bis-sens għax teżisti solidarjeta' bejn iż-żewġ partiti.", "Nieħdu l-każ ta' l-Erika, per eżempju.", "Jien ma ġejtx hawn biex noqgħod ngħajjar lill-gvern kemm il-Malta maritime authority hija diżorganizzata u għandha nuqqas ta' serjeta'.", "Ma ħadtx vantaġġ politiku minn dan u ġibt xi ħames canvassers biex joqogħdu fil-gallarija jċapċpu.", "Lanqas qgħadt insaħħan lin-nies li jkunu qed jisimgħu fuq ir-radju!", "Minflok, studjajt ir- rapport, dak iż-żmien ġie l-ambaxxatur Destremeau jagħtini ħasla fl- uffiċċju tiegħi stess li jiena ħadt il-pożizzjoni li ħadt u l-verita' li aħna ħriġna hija din.", "Jidher li l-gvern u l-aġenzija tiegħu, l-awtorita' marittima ta' Malta, ma kellha x'taħbi xejn fiha din.", "Iż-żmien tana raġun.", "Imma s-solidarjeta' bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra fuq dawn il-kwestjonijiet hija indispensabbli.", "It-turiżmu mhux se jispiċċa imma daqqa jinżel xi ftit u daqqa jitla' xi ftit.", "Irridu naħdmu għax għandna ħafna kompetizzjoni u din se tibqa' industrija primarja.", "Pero' din l-industrija tas-settur finanzjarju, jekk ma tegħlibx lill-industrija tat-turiżmu fis-snin li ġejjin, se tkun u ssir kważi importanti daqs it-turiżmu.", "Il-forecasts hekk jgħidu.", "Sur President, apparti li jiena u l-Kap ta' l-Oppożizzjoni ltqajna mal-MFSA, ma' l-institute of accountants u l-president tagħhom, eċċ., kellna wkoll laqgħa fil-kwartieri ma' nies interessati u l-informazzjoni nġibuha mingħandhom.", "Per eżempju, hemm previst li jekk nibqgħu nimxu u naħdmu t-tnejn id f'id mingħajr politika ta' konfrontazzjoni, din l- industrija tibqa' tiela' sa 21% tal-gross domestic product tal-pajjiż u dan jammonta għal kwart tal-flus ta' pajjiżna.", "Dan ifisser li nkunu eċċellenti daqskemm kienet l-Isvizzera fis-snin tletin u nkunu nistgħu niddependu fuq dan is-settur waħdu.", "Dan kollu juri li dan is-settur importanti huwa l- lifeline tal-pajjiż.", "Sur President, ħafna nies lanqas qed jirrealizzawha din u s-settur finanzjarju jeħduh b'mod ta' \"u iva\".", "Nerġa' ntenni li dan is-settur se jkun il-lifeline tal-pajjiż pero` daqstant ieħor qegħdin f'pożizzjoni prekarja minħabba dak li għedt qabel rigward l-Unjoni Ewropea.", "Għalhekk irridu nkunu fermi fin-negozjati tagħna għaliex inkella nkissru kollox.", "Irrid ngħid ukoll li lili rriżultali wkoll li għandna problema għax m'għandniex biżżejjed mano d'opera u personnel biex jimlew il-vakanzi li jkun hemm fl-uffiċini.", "Per eżempju, fl-universita` m'għandniex kors - din qaluhielna l-istokebrokers - li jgħallmek kif tkun stockbroker, għalkemm huwa veru li dawn huma professjonijiet ġodda.", "Per eżempju, min ikun liċenzjat ġieli lanqas ikollu kwalifiki imbagħad imur jagħmilha ta' salesman u jbellagħlek pakkett ta' investimenti u tmur lura bħall-granċ minflok 'il quddiem u dan jiskredita l-industrija.", "Fl-universita` m'hemmx kors lanqas li jgħallem lil dak li jkun biex ikun financial consultant.", "Issa hawnhekk mhux qed nirriferi għall-accountants għaliex l-accountants qed jaħdmu bl-accountants, bl-ekonomisti u b'nies f'dan il-qasam.", "Accountant huwa accountant u ekonomista huwa ekonomista pero` ma jfissirx li dak li jkun ma jkunx jifhem f'dak il-qasam partikolari.", "Per eżempju, avukat li jkun speċjalizza fil-liġi fiskali u fl-istockebrokerage ikun jifhem imma ma jkunx stockbroker.", "Kif jaf kulħadd fl-universita` għandna influss esaġerat ta' studenti fil- korsijiet tradizzjonali.", "Hemmhekk hemm 9,000 student u jien ngħid li verament f'dan il-pajjiż għandna l-għajnuna divina – fil-fatt ġieli nagħmel mistoqsijiet parlamentari dwar dan - għax kważi 99.9% tan-nies li jiggradwaw isibu jaħdmu.", "Din hija xi ħaġa inkredibbli meta wieħed iqis li f'pajjiż ta' 400 kilometru kwadru b'popolazzjoni ta' madwar 400,000 ruħ, dawk l-istudenti kollha li jieħdu korsijiet tradizzjonali jsibu jaħdmu.", "Għalija dan huwa miraklu kbir pero` ta' l-institute of accountants qalulna li qed jagħtu servizz barra għal bejn 150 u 200 accountant u dan huwa tajjeb ħafna.", "Per eżempju fil-kors tal-liġi hemm avukati li jaħdmu Brussells, f'diplomatic services u ma' kumpanniji li qed jagħtu servizzi għal barra, pero` meta nara li f'pajjiż daqshekk żgħir kulħadd isegwi korsijiet tradizzjonali u kulħadd isib jaħdem, niskanta ħafna.", "Hawnhekk nixtieq insemmi li hemm suq vojt li qed jikber b'rata ta' 30% u l- universita` mhux qed tipproduċi nies biex jimlew dawk il-vacancies.", "Dan mhux qed nivvintah jien imma qaluhulna n-nies.", "Trid tiltaqa' u titkellem man-nies biex tkun taf l-affarijiet u mhux billi taqra biss.", "Għalhekk jien inħajjar lill-universita` biex tqum ftit fuq saqajha u tirrealizza li hemm settur ġgant miftuħ li qiegħed jikber u jekk ikun hawn min jitgħallem il-professjonijiet direttament konnessi miegħu, għada pitgħada dawn jaħtfuhom mill-bankijiet ta' l-universita`.", "Sfortunatament irrid ngħid ukoll li l-universita` m'hijiex attrezzata għal dan.", "Issa hemm ukoll l-IT.", "Kollox sew, diġa` hemm korsijiet ta' l-IT u j'Alla l- konċett ta' SmartCity jkompli jiżviluppa u jiffjorixxi għaliex kif għedt, il-futur ta' dan il-pajjiż huwa fis-settur finanzjarju u fis-settur tas- servizzi.", "Issa jien ma rridx niġi miżinterpretat.", "Jien mhux qed ngħid li l- industriji tradizzjonali spiċċaw.", "Allaħares!", "Anzi l-partit Laburista diġa` għandu policy paper fuqha din u hemm dikjarat li aħna nixtiequ nippreservaw dak li għandna u nipprovaw inġibu iktar investiment.", "Pero` l- futur tal-pajjiż huwa fid-direzzjoni lejn is-servizzi u xejn iżjed.", "Huwa veru li llum Malta għandha istituzzjonijiet finanzjarji b'saħħithom, għandha indipendenza fiskali u għandha l-aġenzija tal-gvern regolatorja primarja, il-Malta Financial Services Authority li b'mod ġenwin ma nsibx x'nikkritika fuqha.", "Fil-fatt din hija flessibbli aktar mid-dipartimenti tal-gvern u tikkopera u tgħin jiġifieri jien, mill-feedback li jkolli, ma nistax nikkritikaha.", "Huwa tajjeb li jkollok one-stop shop bħala regolatur li jirregola kollox.", "U kellu raġun l-Onor.", "Tonio Fenech meta qal li mhux tajjeb li jkollok spezzettar f'organi regolatorji għall-istock exchange, għas-servizzi finanzjarji u għall-insurance.", "Ovvjament irid ikollok aġenzija ċentrali.", "Huwa veru wkoll li saru l-emendi għas-Central Bank Act li l-poter tagħha li tirregola l-muniti llum spiċċat għaliex ovvjament se nidħlu fil-euro zone u allura l-Bank Ċentrali Ewropew fil-Ġermanja se jiddetta l-ekonomija fiskali.", "Pero` naturalment Malta tipparteċipa għaliex il-gvernatur tagħna jkun wieħed mid-diretturi fuq l-istess bord.", "Jien irrid nagħlaq billi nenfasizza li l-universita` has to seize the moment.", "Veru li wieħed imur l-universita` mhux bilfors biex jaħdem.", "Forsi jkun hawn min irid jitgħallem l-antropoloġija, fuq il-Biżantini jew konċetti li jinteressawh jiġifieri mhux bilfors biex jaħdem bihom.", "Min irid jagħmel hekk jista' jagħmel hekk pero` jien naħseb li l-universita` llum għandha obbligu ewlieni u morali li timbotta 'l quddiem dawk il-korsijiet li għada pitgħada jissarrfu f'impjiegi għaliex m'hemm xejn aktar frustanti milli wieħed ikollu ħolma, jagħmel sitt snin jistudja u mbagħad isib li dak li jkun ħolom ma jkunx jista' jsarrfu f'xogħol.", "Għalhekk jien inħeġġeġ lill-universita` biex tħejji korsijiet aktar diretti u aktar attrezzati għal dan is-settur li dejjem qiegħed jikber.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Charles Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Sur President, quddiemna għandna liġi li m'hijiex kontroversjali, naqblu dwarha u hija konsegwenzjali għal ċerti tibdiliet fit-taxxa u fis-settur finanzjarju.", "Fil-bidu l-Onor.", "Fenech qanqal argument li ma fhimtux ħafna għax safejn naf jien, jekk kien hawn xi ħaġa li tradizzjonalment għamlet ġid lis-settur finanzjarju - dan mhux qed ngħidu jien imma jgħiduh il-practitioners kollha - kien meta Malta għamlet il-qabża minn offshore centre għal ċentru finanzjarju.", "Naħseb li dakinhar aktar immirajna biex pajjiżna jkun ikkonsidrat bħala ċentru finanzjarju internazzjonali milli xi haven tat- taxxa.", "Minn dakinhar 'il quddiem fuq kull liġi li ġiet ippreżentata hawn, mhux l-inqas il-liġi dwar il-kumpanniji, kien hawn qbil sħiħ.", "Niftakar li dik is-sena għaddejniha niddiskutu l-liġijiet finanzjarji li ġew introdotti mill-gvern Nazzjonalista ta' dakinhar.", "Dan il-qbil kien dovut għall-fatt li fuq l-aġenda taż-żewġ partiti kien hemm l-iżvilupp finanzjarju ta' pajjiżna bħala ċentru finanzjarju.", "Naħseb li immaterjalment minn min ikun fil-gvern, l-aktar ħaġa li rridu nippromwovu hija li f'dan is-settur għandha tibqa' l-prassi, ikun min ikun fil-gvern, li kull ħaġa li tkun proposta għandu jkun jaf biha kulħadd u tiġi diskussa minn qabel biex b'hekk ikun hemm qbil informali ħalli l-affarijiet jimxu 'l quddiem.", "Sur President, aktar milli jkollna template ta' kumpannija barranija mwaħħla hawnhekk biex taparsi din tkun qed topera minn hawnhekk imbagħad ftit li xejn tkun qed tagħti valur miżjud fil-pajjiż, aħna ridna li l- kumpannija jkollha s-sede u l-uffiċċju tagħha hawnhekk u tħaddem lin-nies direttament jew indirettament.", "Dan huwa l-aktar fattur importanti u għandu jaqbel miegħu kulħadd.", "Is-settur finanzjarju kiber b'ċertu ritmu għax kellna practitioners, ħaddiema u professjonisti mħarrġin li mill- ewwel laqgħu għal din l-isfida bl-aktar mod effettiv.", "Allura peress li kellek massa ta' nies li kienu diġa` ppreparati jew kellhom kompetenza professjonali f'dan ir-rigward, kien aktar faċli għax stajna noffru servizz bi prezzijiet jew rati aktar kompetittivi u servizz effiċjenti u effettiv fi żmien determinat.", "Fl-opinjoni tiegħi dan kien it-tieni fattur li kkontribwixxa għall-fatt li l-affarijiet imxew 'il quddiem.", "Illum dan is-settur għandu potenzjal li jista' jiġi żviluppat.", "Per eżempju, hawnhekk nista' nsemmi ż-żewġ banek ewlenin li fil-pakkett tagħhom qed jiżviluppaw l-idea ta' trust.", "It-trust hija xi ħaġa li għaddiet b'liġi ad hoc minħabba l-partikolarita` tal-konċett tat-trusts u minħabba l- partikolarita` tal-liġi ċivili li ma jaqblux flimkien.", "Fil-fatt il-konċett ta' trust huwa wieħed anglo-sassonu imma kif diġa` għedt, illum qegħdin naraw iż-żewġ banek ewlenin li qegħdin jippromwovu dan il-veikolu.", "Hawnhekk jidħol l-aspett ta' x'isir mill-assi jew minn xi estates tal-familji Maltin li forsi għandhom xi negozji żgħar li jkunu jridu jibqgħu tal-familja.", "Naħseb li f'dan ir-rigward l-użu tat-trust jista' jkun veikolu tajjeb biex jissodisfa ċertu bżonn soċjali aktar u aktar meta fil-familja jkun hemm persuna li forsi meta tilħaq ċerta eta` ma tkunx kapaċi tibqa' tieħu ħsieb l-assi tagħha.", "B'dan il-mod ikun jista' jitħaddem dan il-veikolu biex hi jkollha r-riżors finanzarju u tkun protetta.", "Riċentement fl-aħħar budget debate fl-Ingilterra, il-Kanċillier Ingliż Gordon Brown ippropona li s-sena d-dieħla jew is-sena ta' wara l-Ingliżi jagħmlu l-ewwel fund jew l-ewwel bond li jkun jirrispetta l-liġi musulmana.", "Dan se jagħmluh l-ewwelnett b'rispett lejn din il-komunita` li għandha ħafna riżorsi finanzjarji u biex ikunu minn ta' quddiem - għalkemm f'Londra diġa` qegħdin minn ta' quddiem bħala ċentru finanzajru – biex jiġu tapped ir-riżorsi finanzjarji kbar mhux biss mill-petrodollars imma anke minn riżorsi oħrajn li jiġu minn żvilupp ekonomiku kbir li qed isir lejn in-naħa ta' l-Indja u n-naħa ta' l-Asja fejn din il-komunita` hija tant kbira.", "Hawnhekk ikun tajjeb li ngħid li f'pajjiżna noffru servizz tajjeb u għandna sistema regolatorja tajba pero` jkun tajjeb li niżviluppawha wkoll.", "Tajjeb li ngħid ukoll li jekk fit-tassazzjoni kien hemm xi hurdle mal-kummissjoni Ewropea, din ġiet solvuta u m'ilux għaddejna liġi dwar dan ukoll.", "Fil-fatt kien hawn qbil sħiħ fuq dan.", "Għalhekk huwa tajjeb li issa nimbottaw u nħarsu lejn il-qasam edukattiv għax waħda mil- limitazzjonijiet li qegħdin jantiċipaw il-practitioners hija li ma jsibux studenti kwalifikati fl-accountancy biex ikunu jistgħu jaħdmu f'dan is- settur.", "Minkejja li jkollok l-istrutturi regolatorji u l-istrutturi leġislattivi li huma importanti u għandhom isiru in anticipation ta' dak li jista' jiżviluppa fis-snin ta' wara, jekk ma jkollokx ir-riżors uman imħarreġ u skilled, l-għanijiet tagħna ma jintlaħqux.", "Naħseb li din hija waħda mill-affarijiet li diġa` qed issir bħala programm ta' taħriġ mill-istittuzzjoni regolatorja, imma naħseb li għandu jkun hemm diskussjoni iktar bejn l-universita`, is-settur edukattiv, il-ministeru ta' l-edukazzjoni u l-MFSA ħalli nibdew sensiela ta' vocational guidance fil- livell sekondarju ħalli ndaħħlu fil-livell sekondarju dawn l- opportunitajiet futuri għaż-żgħażagħ tagħna, kif wara kollox qed isir f'dak li għandu x'jaqsam ma' teknoloġija u inġinerija.", "Jien kemm-il darba għedtha u nerġa' ntenni li fis-snin li għaddew il-gvern naqas li jagħti din id-direzzjoni f'dawn l-oqsma.", "Illum kulħadd qed jaqbel u anke l-gvern qiegħed jaċċetta u għamel tibdil fl-istipendji biex jinċentiva lill- istudenti ħalli jidħlu f'ċerti setturi.", "Naħseb li iktar minn hekk, irridu b'mod kordinat ikollna pjan - ikun min ikun fil-gvern - biex f'setturi ekonomiċi hekk importanti, fejn hemm opportunitajiet ta' xogħol u fejn għandek vakanzi għall-impjieg, ikollok ħaddiema skilled u ppreparati ħalli dawk l-opportunitajiet ikunu jistgħu jimtlew.", "Għax jekk dan ma jsirx, mhux se nilħqu l-għan tagħna minkejja x-xewqat li aħna nesprimu.", "Sur President, il-messaġġ tiegħi huwa wieħed mill-aktar ċar.", "Dan is-settur jitlob li jkollok stabilita' poltika u leġislattiva mingħajr konflitti politiċi u r-reġim leġislattiv irid ikun ċar ħalli kulmin ikun qiegħed jagħti parir u kulmin ikun qed ifittex minn barra biex juża lil pajjiżna bħala sede minn fejn jopera...", "Għax apparti l-vantaġġi li għandna, li xi kultant ninsew, bħalma hija l-kompetenza fil-lingwa Ingliża, il-klima u l- kwalita' ta' ħajja li hija aħjar minn ta' pajjiżi oħra, irridu naħdmu fuq kwalita' ta' ħajja aħjar.", "Il-fatt li dawn in-nies ikunu qed jersqu lejn Malta jikkontribwixxi biex dawn jużaw lil pajjiżna u aktar minn hekk irridu naraw ukoll id-demand f'dak li huwa manpower li dan is-settur se jkollu fil- futur qarib u anke fil-futur imbiegħed.", "Dan qed ngħidu biex is-sistema edukattiva tagħna tkun qed tipprepara għal dan.", "Sur President, mhux beħsiebni nieħu fit-tul imma hemm xi punti li xtaqt li l-Ministru jiċċarahom, forsi anke fi stadju ta' kumitat.", "Fi klawsola 2 ta' l-abbozz li għandna quddiemna il-kelma \"shares\" se tinbidel u ssir ''securities''.", "S'hemm kollox sew.", "Fi klawsola 8, qegħdin nitkellmu dwar ir-relazzjonijiet ta' holding u subsidiary.", "Subartiklu (5) ta' artiklu 114A f'din l-istess klawsola jgħid hekk:", "\"For the purposes of this article the term \"qualifying subsidiary\" shall mean a company in which the holding company holds at least an eighty per cent equity holding.\"", "Sur President, fil-liġi tad-duty on documents, ir-relazzjoni bejn holding u subsidiary, il-perċentwali huwa ta' 51% bħala minimum għal skopijiet ta' taxxa.", "Il-mistoqsija tiegħi hija din.", "Il-fatt li saret din l-emenda u r- rabta fejn issa kien hemm shares li daħħalnihom bħala securities u allura qed jidħol l-element ta' l-equity, se timpatta fuq dan il-fatt?", "Dan se jaffettwa dak li qegħdin nifhmu sal-lum, jiġifieri r-relazzjoni għal skopijiet tat-tassazzjoni meta jkollok trasferiment bejn kumpannija u oħra within a group?", "Fi klawsola 3 ta' dan l-abbozz qed nesiġu li jkun hemm iktar dettalji dwar id-diretturi u dwar is-sede tal-kumpannija.", "Sur President, dawn id- dettalji huma importanti, speċjalment illum li l-mezzi elettroniċi qegħdin jintużaw ħafna biex effettivament norbtu dawn id-dettalji ta' informazzjoni mal-problema ta' accountability li għandhom id-diretturi fil-kumpanniji.", "Nafu li taħt il-Companies Act teżisti l-kontabilita' u r-responsabbilta' tad-diretturi.", "Illum direttur ma jistax jgħidlek li ma kienx jaf x'qed jagħmel l-ieħor.", "Jekk id-direttur ippresta ruħu bħala rappreżentant tal- kumpannija, għandu wkoll ir-responsabbilta' personali u allura jista' jitlef l-element ta' limited liability illi l-liġi tal-kumpanniji tagħti għax imbagħad hemm ir-responsabbilita' tad-diretturi.", "Tissemma wkoll il-kwestjoni tal-likwidazzjoni tal-kumpanniji.", "Naħseb li waħda mill-affarijiet li qed tolqot lill-kumpanniji fin-negozju – qed nagħmel din l-osservazzjoni għax inġibdet l-attenzjoni dwarha minn ċerti setturi - huwa l-fatt tad-defaulting payers, fejn in-nies ikollhom l- obbligu li jagħmlu ċerti pagamenti u ma jagħmluhomx.", "Dan il-fatt qed jolqot ħafna negozji, primarjament negozji żgħar għax il-fatt li ma jaslilhomx il-pagament jaffettwalhom il-cashflow tagħhom b'mod serju u jikkrealhom ħafna kumplikazzjonijiet.", "Agħar minn hekk hu meta jkollok każijiet fejn isiru ħlasijiet u pagamenti permezz ta' ċekkijiet li ma jkunux jistgħu jissarrfu.", "Sfortunatament din il-problema qiegħda tikber u qed ikollha ħafna riperkussjonijiet anke minn min ikun in buona fede għax ikun qed jantiċipa li se jagħmel pagamenti bi ħlasijiet li se jirċievi.", "Jiena naħseb li huwa tajjeb li f'xi ħin jew ieħor wieħed jagħmel evalwazzjoni ta' kemm hi kbira din il-problema u kif nistgħu nilleġislaw ħalli ma titħallhiex tikber għax din tista' tagħmel ħsara lill-kumpanniji.", "Nirriferi wkoll għal klawsola 5 fejn f'subparagrafu (ii) ta' paragrafu (a) qed ngħidu li jekk ikollok a collective investment scheme li tkun approvata taħt l-Investment Services Act, żidna l-kliem \"and which qualifies as a collective investment scheme and is duly licensed, recognised and exempted or otherwise regulated in terms of the Investment Services Act''.", "Fil-fatt qabel fil-liġi kienet biss \"as duly licensed\".", "Jekk ikollok kumpannija li tikkwalifika taħt l-emenda l-ġdida, ir-responsabbiltajiet li jemanixxu kontra kull kumpannija mill-Companies Act, se jkunu overtaken mill- Investment Services Act?", "Jiġifieri jista' jkun hemm każ ta' konflitt bejn il-Companies Act u l-Investment Services Act fejn jidħlu ċerti responsabbiltajiet minħabba l-fatt li issa m'għadhiex li jkollok il- licence?", "Għax jekk tkun licensed taħt l-Investment Services Act that's one thing u mbagħad il-kumplament kien jaqa' taħt il-liġi tal-kumpanniji.", "Fl- opinjoni tiegħi kif kienet kien iktar ċar imma forsi sejjer żbaljat u għalhekk qed inqanqal dan il-punt.", "Imma peress li llum qed indaħħlu l-kliem \"recognised, exempted or otherwise regulated\", dan ifisser li jekk ikollok collective investment scheme u jkollok kumpannija inkorporata fih, dan allura se jkun regolat taħt l- Investment Services Act biss u mhux aktar taħt il-liġi tal-kumpanniji?", "Qed inqanqal dan biex wieħed jiċċaraha u ma jkollniex xi forma ta' konflitt bejn iż-żewġ kumpanniji.", "Jekk dan mhux il-każ ovvjament tajjeb li niċċarawh.", "L-aħħar punt li rrid nagħmel huwa dwar klawsola 16 ta' l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna.", "Qed jiġi ċċarat li se jkun hemm eżenzjoni mid-duty taħt id-Duty on Documents and transfers Act għal kumpannija li l-business interests tagħha jkunu barra mill-pajjiż.", "Dan qed nagħmlu iktar bħala statement.", "Ovvjament kumpannija li qed topera hawn Malta, għandha proprjeta` hawn Malta bl-ebda mod ma tkun tista' taħrab milli tħallas dak li għandha tħallas lill-fisku.", "Mr Speaker, prima facie, x'ħin qed nara l-abbozz, dawn kienu l-punti li xtaqt inqanqal, pero` l-iktar element importanti huwa l-fatt - naħseb li qatt ma kien hemm kontestazzjoni dwar dan - li s-settur finanzjarju u l- istrutturi leġislattivi li twaqqfu saru bi qbil bejn iż-żewġ naħat.", "Aħna nemmnu li l-istabilita` politika f'dan is-settur hija importanti ħafna għax inkella ma jkollokx iċ-ċertezza neċessarja għal min ikun irid jopera u jinvesti f'pajjiżna.", "Jien nawgura li jkun min ikun fil-gvern fl-interess nazzjonali definittivament, u mhux fl-interess ta' xi partit jew ieħor, din il-kollaborazzjoni f'dan is-settur tkompli u timxi iktar 'il quddiem.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "Insejjaħ lill-Onor.", "Tonio Fenech biex jgħaddi għall-winding up.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Sur President, jien nirringrazzja lill-oppożizzjoni tal- parteċipazzjoni tagħha f'dan id-dibattitu u anke tal-messaġġ li komplew jikkonfermaw li min-naħa ta' l-oppożizzjoni se jkomplu jikkollaboraw mal- gvern biex inkomplu nsaħħu dan is-settur tas-servizzi finanzjarji.", "Hawn irrid ngħid li kif ikkummenta l-Onor.", "Jose' Herrera, jiena dejjem tajt ir- rikonoxximent għall-fatt li l-oppożizzjoni f'din il-Kamra dejjem tat il- kollaborazzjoni f'kull liġi li aħna pproponejna f'dan is-settur.", "Sur President, l-Onor.", "Charles Mangion issolleva numru ta' punti li naħseb li huma validi ħafna.", "M'iniex se nipprova nidħol fit-teknika tal-liġi nnifisha għax, kif japprezza l-Onor.", "Mangion, kulma għandna huma 15-il minuta biex nirrispondi għan-numru ta' punti li tqajmu pero` fl-istadju ta' kumitat ikollna l-opportunita` li nidħlu b'mod tekniku f'issues bħal għaliex qed nużaw il-kelma \"securities\" minflok il-kelma \"shares\".", "Fil- qosor ngħid li dan qed nagħmluh sempliċement biex issa napplikaw id- direttiva tal-prospectus directive li tiddeskrivi x-shares iktar bħala securities.", "Qed nagħmlu dan biex nottemporaw ruħna ma' dan kollu.", "Dan ma jfissirx li se jkun hemm konflitt bejn il-liġi tal-kumpanniji u l- Investment Services Act.", "Dan ikollna ċans nitkellmu dwaru u jekk ikun hemm bżonn xi emendi m'għandix dubju li nsibu l-mod kif nistgħu naqblu kif għamilna dejjem.", "L-Onor.", "Charles Mangion issolleva wkoll problema li naħseb hija rilevanti u hija xi ħaġa li l-operaturi nfushom qed isemmulna b'mod regolari ħafna u hija realta`.", "Dan is-settur qiegħed jikber b'rata li għalkemm qed inħarrġu numru tajjeb ta' accountants u ta' avukati fis-settur tas-servizzi finanzjarji f'pajjiżna - fil-fatt hawn min jgħid li nipproduċu kemm nipproduċu accountants Alla jbierek l-accountants jibqgħu jsibu x-xogħol f'dan il-pajjiż – xorta jibqa' jkun hemm shortages f'numru ta' areas.", "Riċentement kelli diskussjoni ma' waħda mill-accounting firms il-kbar f'dan il-pajjiż u point blank qaluli li kieku nagħtihom mitt accountant għada, huma jimpjegawhom minħabba xogħol internazzjonali li qed jagħmlu imma anke għax-xogħol dirett li qed jaraw jiġi f'pajjiżna.", "Jiġifieri ma nistax ma naqbilx mal-kummenti li għamel l-Onor.", "Mangion u l-ħtieġa li nagħmlu iktar.", "Hawnhekk tajjeb li ngħid li qed isir aktar ukoll.", "Dan qed ngħidu biex ħadd ma jieħu l-impressjoni li qisu l-gvern m'għandux strateġija f'dan is-sens.", "Anzi proprju fid-dokument strateġiku li ppubblikat l-MFSA, il-pjan għas- sena 2007/2009 proprju ffoka fuq il-ħtieġa tat-taħriġ.", "Hawnhekk issemma l- fatt, per eżempju, li m'hawnx korsijiet relatati direttament ma' l- istockbroking waqt li nafu li għandna settur li qed jespandi fl-attivita` ta' l-istockbroking.", "Ir-realta` hi li meta għamilna d-diskussjonijiet ma' l- operaturi sibna li waqt li l-universita` tagħti bażi ġenerali ta' l- edukazzjoni fis-settur tas-servizz finanzjarju, jiġifieri liġi, l- accountancy, l-MA fil-financial services, u fuq livell ta' MCAST għandna l- banking, li tajt eżempju dwar kemm qed isibu postijiet tax-xogħol at operational level, ħafna mill-istudenti li qed joħorġu minn hemm...", "(Interruzzjonijiet) Għax inti mhux biss trid timla the top levels imma anke l-middle levels, xorta jibqa' shortages.", "Per eżempju waħda mill-inizjattivi internazzjonali li ħadna s-sena li għaddiet hija li dħalna fl-iSTEP, li huwa post-graduate course speċjalizzat li inti tieħdu biex timmaniġġja trust, li rrifera wkoll għaliha l-Onor.", "Charles Mangion.", "Jiġifieri qed nieħdu inizjattivi biex ikollna nies speċjalizzati u mħarrġin għal dik il-leġislazzjoni li mplimentajna fil- pajjiż biex tagħti opportunitajiet ġodda ta' prodotti u servizzi li aħna nagħtu.", "Fil-fatt dan huwa kors rikorrenti u nafu li hemm attendenza tajba ħafna għalih.", "Dan huwa kors post-graduate għan-nies li jridu jispeċjalizzaw fit-trusts.", "Irrid ngħid ukoll li qed naħsbu wkoll fuq livelli oħrajn.", "Fil-fatt tajjeb ngħid li l-MFSA innifisha, bħala regolatur imma li trid tkompli tippromwovi dan is-settur, waqqfet kumitat bejn l-operaturi u anke l-istituzzjonijiet edukattivi ta' pajjiżna, l-MCAST u l-universita`, biex naraw x'inhuma l- iskills speċjalizzati li issa rridu biex inkomplu nsostnu dan it-tkabbir.", "L- idea hi li mbagħad nagħmlu agreements internazzjonali - fil-fatt għandna diġa' numru li qegħdin in the pipeline - biex nagħtu korsijiet speċjalizzati.", "Wieħed jista' jispeċjalizza fuq kwalita` ta' insurance, fuq hedge funds, per eżempju, jispeċjalizza fuq stockbroking, konsulenza li inti tista' tagħti u kif tagħtiha.", "Jiġifieri nixtieq ngħid li l-gvern, l- MFSA, l-operaturi, l-universita` u l-MCAST huma proattivi ħafna biex mhux biss ikollna strateġija imma nirrispondu għall-iżvilupp mgħaġġel li qed jagħmel dan is-settur.", "Sur President, nixtieq insemmi wkoll inizjattiva oħra diretta li ħadna.", "Fil-fatt m'ilu xejn għamilna numru ta' sessions, li jien kelli okkażjoni li mmur niftaħ flimkien mal-Ministru Louis Galea fil-kwartieri ta' l-MFSA, fejn nidejna programm ta' informazzjoni ta' taħriġ għall-guidance teachers biex ifiehmu lill-istudenti, fuq livell sekondarju u anke terzjarju, x'inhuma l-opportunitajiet tas-servizzi finanzjarji.", "Dan għaliex għandna wkoll problema konċettwali li l-opportunitajiet fis-servizzi finanzjarji huma biss għall-accountants, għall-avukati jew għall-banking, mela mur għall-accountancy, għall-economics jew għal-liġi.", "Imma eżattament xi tfisser li tkun fund manager, li tkun manager ta' trust, li tkun stockbroker?", "Naħseb li jekk l-istudenti ta' 12, 13 jew 14-il sena jistaqsu lill-guidance teachers x'inhuma l-opportunitajiet tas-servizzi finanzjarji f'pajjiżna jsibu ftit problema.", "Għaldaqstant nidejna programm apposta mal-guidance teachers biex nipprovaw - għaliex mhux daqstant faċli lanqas - nispjegaw b'mod sempliċi x'ikun dak it-tip ta' xogħol, x'inhuma l-opportunitajiet biex ovvjament inħajru iktar tfal minn kmieni jagħżlu dan is-settur li nipproduċu, jew aħjar inħarrġu kemm inħarrġu fih għandna postijiet tax-xogħol għalihom.", "Irrid nibgħat dan il-messaġġ lil kulmin qiegħed jismagħna.", "L-opportunitajiet fis-settur tas- servizzi finanzjarji se jikbru, għandna bżonn iktar żgħażagħ jidħlu f'dan is-settur.", "Ejja nifhmu l-opportunitajiet u nidħlu għalihom.", "Ovvjament dan il-gvern qatt ma kien tal-fehma li ġġiegħel lin-nies imorru f'korsijiet billi tagħlaq l-opportunitajiet tagħhom u tgħidilhom li dawn biss hemm.", "Aħna qed naraw xogħol fis-settur tas-servizzi finanzjarji iktar milli għandna bżonn nies f' xi xjenza jew teknoloġija jew arti oħra, imma mbagħad mhux se nagħlqu dawk u nagħmlu dak is-settur biss.", "Qatt m'għamilna hekk, imma s-sistema ta' l-istipendji rranġajniha b'tali mod biex inħajru.", "U jista' jkun li rridu naraw kif se nħajru iktar nies jidħlu għas-settur tas- servizzi finanzjarji għax għandna bżonn ħafna iktar u l-opportunitajiet dejjem qegħdin jiżdiedu.", "Jien naqbel mal-kumment li għamel l-Onor.", "Jose' Herrera li għandhom jgħidulna n-nies tas-settur innifsu, pero` anke r-rata ta' tkabbir li għandna f'dan is-settur turi li dan huwa diġa` pilastru importanti u għad isir wieħed mis-sisien fundamentali ta' dan il-pajjiż f'dak li huwa kontribut għat-tkabbir ta' l-ekonomija.", "Jien ngħid li l-figura ta' 21% hija figura konservattiva meta nħarsu lejn kemm dan jista' effettivament jikber u x'impatt jista' jħalli fuq livell ekonomiku ta' pajjiżna.", "Għad jasal żmien ukoll li settur bħat-turiżmu jgawdi wkoll minħabba dan is- settur.", "Diġa` jgawdi minn dan is-settur, għax aħna ma tantx noqogħdu ngħoddu jekk it-turist ġiex Malta biex jagħmel in-negozju jew biex jara t- tempji jew is-swar jew il-belt.", "Barrani li jiġi Malta ngħodduh bħala turist.", "Fis-settur tal-5-star hotels illum hemm ħafna li jbigħu kmamar lin-nies li jiġu f'pajjiżna għal board meetings – għax il-kumpannija trid tiltaqa' Malta biex tagħmel board meeting - jew għal xi diskussjonijiet speċifiċi jew biex jagħmlu negozju, biex jiltaqgħu ma' ħaddieħor.", "Allura jużaw il- business centres tagħhom jew jikru postijiet biex joperaw, apparti li għandna dawk l-operazzjonijiet li huma ikbar, kif kelli l-okkażjoni nsemmi, fejn jidħlu l-call centres u anke servizzi ta' l-IT biex nagħtu s-servizzi on-line fis-settur tas-servizzi finanzjarji, fosthom l-on-line gaming, li jgawdi wkoll mill-istrutturi fiskali li għandna f'dan il-pajjiż.", "U tajjeb ngħidu li dan is-settur illum nikkalkolaw li jimpjega madwar 700 ruħ, jiġifieri huwa settur li qed jikber.", "Għaldaqstant naqbel li rridu naħdmu biex inħarrġu iktar nies ħalli jkollna l-ħiliet meħtieġa għal dan is-settur partikolari, biex ikompli jiżviluppa u jkompli jikber.", "Naqbel ukoll mal-kummenti li għamel l-Onor.", "Jose' Herrera dwar l-importanza ta' din il-liġi nnifisha, tal-liġi li għaddejna biex inkomplu naraw dan is- settur jiżviluppa.", "Għalkemm naqbel miegħu li dan is-settur wasalna għalih wara negozjati li kienu ebsin, irrid ngħid li meta ħares lejn l-Unjoni Ewropea l-gvern dejjem ra li dan is-settur seta' jikber b'rata exponentially ħafna iktar jekk nidħlu fl-Unjoni Ewropea milli jekk nibqgħu barra.", "Veru li n-negozjati ma kenux faċli u konna nafu li qed nidħlu fi struttura ta' dak li huwa l-code of conduct for business taxation fejn il- pajjiżi l-oħrajn jagħmlu l-pressjoni pero' hawn tajjeb ngħid ukoll li f'dan il-kumitat, il-vot li jittieħed irid ikun unanimu minn dak il-kumitat.", "Fuq kollox din hija pressjoni li għexu biha anke l-Lussemburgu u l-Irlanda li huma ċentri finanzjarji rinomati, u dawn irnexxielhom xorta waħda jikbru bħala setturi ta' servizzi finanzjarji minkejja li hemm dan il-qafas fl- Unjoni Ewropea.", "Allura filwaqt li fhimna li kien hemm sfida biex ninnegozjaw u naslu għal ftehim u nikkonvinċu li s-sistema tagħna hija tajba, qatt ma qtajna qalbna li din mhux se jirnexxilna nġibuha, għalkemm tajjeb ngħid li ma kenux negozjati faċli.", "U jien minn hawnhekk nerġa' nirringrazzja lil kulmin ta l-kontribuzzjoni tiegħu, kemm fuq livell tekniku - għax ovvjament kellhom isiru ħafna laqgħat tekniċi – kif ukoll fuq livell politiku biex naslu għal dan il-ftehim prinċipali.", "Nixtieq ukoll nirriferi għall-kumment li għamel l-Onor.", "Herrera dwar il- pressjoni dejjem tikber biex fl-Ewropa ikun hemm tax harmonisation.", "Jien dejjem nagħmel l-istatement li aħna m'aħniex kontra biex inkunu kontra.", "Aħna kontra dak li huwa kontra l-interess ta' pajjiżna u allura waqt li dejjem, fuq livell Ewropew, ngħidu li aħna lesti niddiskutu, lesti naraw, lesti nesploraw, pero` ħadd ma jista' jippretendi – u jiena m'għandix dubju li l-oppożizzjoni se tkun magħna kif dejjem kienet magħna fuq dan is-sens – li nagħmlu xi suwiċidju ekonomiku.", "Aħna ma rridux narmu settur li ilna nibnuh sempliċement għax hemm min jadvoka li huwa isbaħ jew aħjar li jkun hemm armonizzazzjoni ta' kollox.", "Aħna dejjem irridu naraw għaliex ħaddieħor qed jippromwovi dan il-konċett.", "Fil-laqgħat li jkollna tal-kunsill tal-ministri ta' l-Unjoni Ewropea, kull meta tqum din id-diskussjoni, jien ripetutament nagħmel l-enfasi li Malta, l-Ingilterra, l-Irlanda, il-Lussemburgu, l-Italja u l-Ġermanja mhux qed jikkompetu biss fl-Unjoni Ewropea.", "Aħna ma nistgħux inħarsu biss lejn l- Unjoni Ewropea u ngħidu li biex ikollna suq intern jaħdem b'mod iktar effettiv, biex il-kumpanniji ma jkollhomx iktar spejjeż, b'dik l-iskuża allura niżmantellaw ċerta kompetittivita` li hemm fil-pajjiżi biex jattiraw ċertu negozju lejn pajjiżhom.", "Ma jistax ikun li nirraġunaw b'mod daqshekk limitat, speċjalment pajjiżi li ovvjament huma maqtugħin u allura jista' jkollhom l-isfidi partikolari tagħhom u ma jibbenefikawx mill-istess vantaġġi ekonomiċi li inti għandek meta inti fuq l-istess art ma' ħaddieħor.", "Anke pajjiżi bħal-Lussemburgu u l-Irlanda li għandhom ċentri finanzjarji bħalna, jirraġunaw ħafna bl-istess mod.", "Għaldaqstant dejjem ngħidu li waqt li aħna lesti li niddiskutu, pero` l- kompetizzjoni trid tkun fl-interess ta' l-Ewropa sħiħa, biex inġibu l- kapital fl-Ewropa.", "Inkella jekk din neliminawha, jista' jkun li veri forsi jkun hemm min jgħid: Din it-taxxa baqgħet f'dan il-pajjiż u ma marritx f'pajjiż ieħor, imma min irid ifittex ġurisdizzjoni fejn iħallas ftit taxxa, jekk mhux se jsibha mkien fl-Ewropa il-konklużjoni tkun li jmur barra mill-Ewropa.", "X'imkien isib.", "Jiġifieri fuq livell Ewropew lanqas ma rridu nkunu daqshekk ristrettivi magħna nfusna li mbagħad nagħlqu kull opportunita` li għandna.", "Allura l-pożizzjoni tal-gvern m'hijiex qisna spoilsport, for the sake of objecting, imma we need to be convinced li jkun ta' benefiċċju għal pajjiżna wkoll li aħna nagħmlu dak il-pass jew nimxu lejn dik it-tip ta' armonizzazzjoni.", "Jien insemmi eżempju sempliċi.", "Fil-laqgħa tal-kunsill tal-ministri kien hemm id-diskussjoni fuq ir-reverse charge mechanism tal-VAT li l-Ġermanja u l-Awstrija kienu qed jadvokaw b'mod b'saħħtu li din hija fl-aħjar interess ta' kulħadd għax innaqqsu l-frodi - u probabbilment hija vera - u talbu li jkunu jistgħu jdaħħluha b'mod li jkun optional biex jipprovaw din is- sistema.", "Malta għedna li naqblu jekk iridu japplikaw din is-sistema jekk din m'hi se tolqot bl-ebda mod ħażin lilna.", "Dawn se jkunu qed jiġbru l-VAT u allura li ġabru minn ta' pajjiż ieħor jgħadduh huma minflok noqogħdu niġru warajh aħna.", "Jiġifieri m'hemm xejn ħażin biex innaqqsu l-frodi li qed isiru bil-carousel fraud intern.", "Pero` mbagħad jekk insibu li dik hi l- aħjar sistema, billi s-sistema tal-VAT kulħadd jaqbel li hija sistema armonizzata, għandha tkun komuni ma' kulħadd inkella r-riskju tal-frodi jikber għax ma jkun fl-interess ta' ħadd li jkollna sistema hawn u sistema differenti hemm.", "Jiġifieri nerġa' ngħid li bħala pajjiż m'aħniex kontra biex inkunu kontra.", "Aħna nkunu kontra jekk ma narawx li pajjiżna se jibbenefika b'xi mod pożittiv fih innifsu, kif semma l-Onor.", "Herrera, per eżempju, fuq ix-shipping register.", "Jien nagħlaq hawn billi nħeġġeġ lil kulmin jinteressah is-settur tas- servizzi finanzjarji biex jidħol fih għax huwa settur li tassew jista' jiftaħ opportunitajiet.", "Bħala gvern nemmnu li dan għandu jkun settur li rridu nibnu fuqu fis-snin li ġejjin biex ikun wieħed mill-pilastri ta' l- ekonomija tagħna, billi nagħmlu minn pajjiżna tassew ċentru ta' servizzi finanzjarji fost l-aqwa fl-Ewropa.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att ta' l-2007 li jemenda l-Att dwar il-Kumpanniji\" jkun moqri t-Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tieni Darba.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Tonio Fenech.", "ONOR TONIO FENECH: Mr Speaker, nipproponi li l-abbozz ta' liġi li jemenda l-Att dwar il-Kumpanniji jiġi ttrattat mill-Kumitat Permanenti għall- Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO (Ministru għal Għawdex): Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att ta' l-2007 li jemenda l-Att dwar il-Kumpanniji\" jiġi ttrattat mill-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Is-Segretarju Parlamentari Tonio Fenech, jekk jogħġbu, iressaq l-aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "TONIO FENECH: Sur President, nipproponi l-aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tnejn, 7 ta' Mejju 2007 fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Foster Care - Tieni Qari (Kont);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Organizzazzjonijiet Volontarji – Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta (Emenda Nru 2) – Tielet Qari; u", "xi aġenda oħra li tista' tiġi komunikata aktar tard.", "--------------------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili (Emenda Nru 2) - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili (Emenda Nru 2) - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Reġistru Ċentrali - Kumitat Permanent;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza li tneħħi l-Kontroll tad-Djar - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Kumpanniji - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki.", "L-Onor.", "Jose' Herrera.", "ONOR.", "JOSE' HERRERA: Sur President, illum xtaqt nitkellem fuq żewġ affarijiet u waħda minnhom tinteressa parti mill-kostitwenza tiegħi, dik tal-Belt, għax tressquli xi ilmenti minn dawn li jbigħu fuq il-monti.", "Illum hemm xi 120 jew 130 liċenzja biex nies ibigħu fuq il-monti u hemm ħafna nies jaħdmu magħhom, fosthom il-familji tagħhom jiġifieri hawnhekk qed nitkellmu fuq ammont sostanzjali ta' nies.", "Niftakar li waħda mill-ewwel kwestjonijiet li kelli bħala avukat meta bdejt il-karriera tiegħi kienet il- famuża kwestjoni tal-monti.", "Niftakar li dawn kienu qegħdin quddiem San Ġwann u kienu żbruffaw xi ftit fi Strada Merkanti u xi ftit f'Strada Reali.", "Dawn kienu ilhom hemm żmien twil.", "Kulħadd jieħu l-post tiegħu fejn ibigħ għax dawn huma fixed hawkers.", "Barra minn hekk in-nies kienu drawhom hemm u naturalment kienu jaqilgħu lira għax kien hemm kummerċ sostanzjali.", "Niftakar li kien għadhom kemm telgħu n-Nazzjonalisti fil-gvern, jien kont għadni avukat żgħir, għaliex jien ilħaqt fl-1986/87, u din kienet waħda mill-ewwel kwestjonijiet li kelli.", "Ġeneralment l-għaqdiet iqabbdu l-avukat tagħhom biex jagħmlilhom l-istatut u mbagħad tispiċċa qisek l-ispokesman tagħhom.", "Din mhux ħaġa purament legali imma dawn kienu qabbdu lili, kont għamiltilhom statut dak iż-żmien u konna bdejna ninnegozjaw biex jibqgħu fejn kienu.", "Niftakar li kont għamilt kumitat ta' azzjoni u kelli diversi laqgħat ma' l- ex-President tar-Repubblika Guido de Marco li kien kordjali ħafna magħna u konna anke wasalna f'ċerti arranġamenti miegħu b'mod li morna fi Strada Merkanti.", "Naturalment kien hemm sidien tan-negozji fi Strada Merkanti li beżgħu li jekk jiġu tal-monti se jgerrxulhom is-suq imma fil-verita', in- nies li jmorru dawk in-naħat żdiedu u b'hekk żdied anke s-suq.", "Ovvjament kien hemm min bata b' konsegwenza t'hekk u kien hemm min mexa 'l quddiem.", "Din is-sistema damu s-snin biex drawha anke għaliex il-Maltin huma nies konservattivi ħafna u ġeneralment dejjem jixtru mill-istess ħanut, għalhekk jekk tinbidel il-pożizzjoni ta' fejn tarma, ovvjament se ddum ftit biex il- klijenti jsibuk.", "Jiena nieħu minni, dejjem għand l-istess ħanut immur, kemm għall-ħwejjeġ li nixtri, kemm meta mmur għand parrukkier u kemm meta' mmur għand tabib.", "Allura biex in-nies draw il-pożizzjonijiet il-ġodda meta dawn marru Strada Merkanti ried jgħaddi ftit żmien.", "Fortunatament, matul is-snin irnexxielhom isolvu dawn il-problemi u d- disgwid li kien hemm bejn min irid joqgħod fejn u jekk iridux jagħtu aktar liċenzji jew le ġie settled u l-monti reġa' beda jiffunzjona, bit-tajjeb jew bil-ħażin tiegħu.", "U qed insemmi l-ħażin għaliex skond l-informazzjoni li jagħtuni tal-monti, is-suq bħalissa hu batut ħafna.", "Biex tgħaxxaqha issa f'daqqa waħda tal-monti se jiġu mġiegħla jiċċaqilqu minn Strada Merkanti u huma ferm aktar irrabjati milli kienu rrabjati fl-1987 meta kont l-avukat tagħhom.", "Jiena naf lil ħafna minn dawn in-nies u huma klijenti personali tiegħi.", "Ħafna minnhom jgħixu wkoll fid-distrett tiegħi u naturalment jien ġejt imħeġġeġ sabiex inqajjem dan l-ilment u nistieden lill-gvern biex jirrikonsidra din il-pożizzjoni.", "Wieħed irid japprezza li dan m'huwiex l- aħjar mument biex dawn jiċċaqalqu għaliex, kif għedt, qed ibatu min-nuqqas ta' bejgħ u l-qligħ tagħhom naqas sostanzjalment.", "Dawn għaddejjin minn żmenijiet diffiċli ħafna u għalhekk strateġikament m'huwiex tajjeb li jitneħħew minn hemm u jintbagħtu f'post li kummerċjalment hu ħafna agħar.", "Jiena nappella biex il-gvern juri ċerta simpatija ma' dawn in-nies.", "Idealment il-belt kapitali tagħna għandha tkun qisha ġnien pero' fil- verita' l-belt hija ħaġa ħajja u magħmula minn interessi diversi, dawk tar- residenti, dawk tal-ħwienet, dawk tal-monti, il-professjonisti eċċ. Allura l-gvern irid jagħraf jadotta l-interessi ta' kulħadd biex igawdi kulħadd u ħadd ma jinqaras.", "Jien ngħid - u nixtieq li din tiġi rapportata - li tal- monti qed jirreġistraw l-oġġezzjoni tagħhom u talbu lili biex inwassal leħinhom fl-ogħla istituzzjoni tal-pajjż.", "Jiena qed nitkellem għan-nom tagħhom u qed nistieden lill-gvern biex jerġa' jirrikonsidraha din il- pożizzjoni għaliex se jkollu l-inkwiet ma' dawn in-nies.", "Dawn in-nies qed imissilhom ħobżhom u ma naħsibx li se joqogħdu fil-kwiet u jħallu l- affarijiet għaddejjin qisu xejn m'hu xejn.", "Jeħtieġ għalhekk li l-gvern juża iktar kawtela u prudenza f'dan ir-rigward.", "Sur President, hemm ukoll l-problema tal-park and ride.", "Illum bdejniha u l- avukati li jaħdmu miegħi kollha ġew tard.", "Hemm problema ta' parking hemm isfel fejn trid tipparkja u tieħu l-van u dan hu inkonvenjent.", "Din gergru ħafna nies dwarha għax aħna drajna nidħlu, nipparkjaw viċin u ninqdew.", "Il- Maltin huma nies ftit għażżenin u ma jħobbux jimxu daqstant, Sur President.", "Wieħed għandu l-ewwelnett iżomm bilanċ.", "Veru li ċ-ċittadini tal- Belt isofru minħabba l-fatt li l-Belt tkun ippakkjata bin-nies matul il- ġurnata u allura dawn ma jsibux fejn jipparkjaw.", "Huwa veru wkoll li Belt mimlija karozzi mhux sabiħa imma ma rridux nesaġeraw għax il-Belt m'hijiex l-Imdina.", "Li tagħmel l-Imdina pedestrian zone tagħmel sens għax m'għandekx wisq attivita' kummerċjali u m'għandekx attivita' professjonali jew governattiva u għalhekk tista' żżommha qisha pittura imma l-Belt hija l- qalb tal-pajjiż u hija mimlija bl-attivita' kummerċjali, allura wieħed għandu jżomm bilanċ.", "Jien naħseb li se jinħoloq preġudizzju b'dan kollu u at the end of the day se jbatu anke ċerti ħwienet għaliex mod tgħid li aħjar m'hemmx karozzi għaliex in-nies għandhom aktar fejn jimxu u mod in-nies jibdew ma jmorrulekx in-Belt biex jixtru għax ma jsibux fejn jipparkjaw jew inkella jridu jħallsu biex jipparkjaw.", "Jien naf bi klijenti li għandhom ħwienet sbieħ pero' ma jmorrux nies għandhom għaliex m'hemmx fejn tipparkja.", "Imbagħad ħwienet anqas sbieħ li jkollhom fejn tipparkja jkunu mbullati bin- nies.", "Imaġinaw x'se jiġri issa li ma tistax tidħol bil-karozza l-Belt.", "Jien naħseb li l-miżuri li ttieħdu - fl-opinjoni tiegħi din u mhux qed nitkellem għan-nom tal-partit għax il-partit as such għadu ma ħax pożizzjoni fuq din il-ħaġa – huma ta' natura pjuttost drakonjani u jista' jkollhom riperkussjonijiet aktar negattivi mill-pożittivi.", "Jiena mhux qed nippretendi li l-gvern se jaqleb ta' taħt fuq dan il-proġett għax qed nitkellem jiena, imma diġa' hemm teething troubles u nabbina din ma' dak li qal il-ministru li l-proġett jista' jinbidel jekk hemm bżonn.", "Nispera li matul ix-xhur li ġejjin it-teething trouble jibda jindika x'hemm verament ħażin fis-sistema u l-gvern ma jkunx supperv meta jiġi biex jikkoreġi l-affarijiet għax dan hu d-difett tagħna l-politiċi.", "U hawn mhux qed ngħid għan-Nazzjonalisti biss.", "Nieħdu deċiżjoni u jekk ma tkunx tajba, is-suppervja tagħna ma tħalliniex nirranġawha u dan huwa ħażin, Sur President.", "Jekk il-gvern jirrealizza li hemm bżonn jirristruttura s-sistema għax ma tkunx qed taħdem, allura għandu jirristrutturaha u mhux għax għaddiha hu, tibqa' hekk.", "Ngħaddi issa biex nitkellem fuq suġġett differenti u li anke tkellem fuqu l- Onor. Jason Azzopardi ftit ġimgħat ilu.", "F'Malta hawn idea li nagħmlu riforma ulterjuri dwar il-ħabsin fejn dan il-parlament jintroduċi sistema mhux daqstant 'il bogħod minn sistemi ta' parole.", "Dan mhux xi sigriet għaliex żbruffat mal-gazzetti kollha li jien u l-Onor.", "Jason Azzopardi – deputat Laburista u deputat Nazzjonalista, forsi waħda mill-ewwel drabi – ikkoperajna flimkien fuq dan is-suġġett għaliex it-tnejn inzertajna penalisti u t-tnejn inzertajna nemmnu fir-riforma tal-ħabs.", "Dan hu suġġett li lili jinteressani u nemmen li l-ħabs f'pajjiżna irid jirriforma ruħu.", "Mhux qed ngħid dan għax ma nemminx li jrid ikun hemm ħabs.", "Anzi nemmen li jrid ikun hemm ħabs u nemmen li ċerti pieni għandhom ikunu aktar severi.", "Nemmen ukoll li l-ħabs irid iservi ta' deterrent l-ewwel u qabel kollox.", "Wara kollox jekk m'hemmx ħabs kulħadd jagħmel li jrid u jbatu n-nies innoċenti.", "Pero' nemmen ukoll li l-ħabs m'għandux ikun biss post ta' retribution, imma għandu jkun post fejn bniedem jirriforma ruħu.", "Din hi l- linja tal-ħsieb modern, Sur President.", "Fl-antik, il-ħabs kien qiegħed hemm għall-kastig biss u jekk priġunier stajt torbtu bil-ktajjen u tħallih fid-dlam sakemm imut, aħjar.", "Jekk tista' ssawtu kull xahar bil-frosta tant aħjar.", "Illum l-idea tal-ħabs inbidlet u filwaqt li r-retributive element baqa' hemm - għax id-deterrent huwa l- iktar ħaġa importanti biex in-nies jibżgħu jagħmlu r-reati - daħlu elementi oħraJiena nemmen bis-sħiħ li l-ħabs għandu jimmira biex jirriforma lin-nies ukoll u dan għall-ġid tas-soċjeta'.", "Jekk bniedem titfgħu l-ħabs u jerġa' joħroġ minn hemm agħar milli kien, se jagħmel iktar ħsara lis-soċjeta'.", "Jekk min-naħa l-oħra, jekk bniedem imur il-ħabs, jieħu l-kastig li ħaqqu u mbagħad joħroġ riformat, dan mhux se jagħmel ħsara lis-soċjeta'.", "Għalhekk jiena nemmen fl-aspett riformattiv tal- ħabs u nemmen bis-sħiħ fuqu dan.", "Fil-fatt anke l-pajjiż jemmen hekk u l- isem tal-ħabs tbiddel mill-ħabs ta' Kordin għall-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin.", "Tikkoreġi, tgħallem u tirrintegra, Sur President.", "Illum qegħdin f'soċjeta' fejn għandek probation officers.", "Il-partit Laburista kien fuq quddiem nett biex jintroduċi r-riformi fis-sistema penali u fl-1958, l- Onor. Ġuże Cassar ippilota l-liġi tal-probation u kien qam għagħa sħiħ.", "\"X'jiġifieri probation!\" bdew jgħidu n-nies \"Min jisraq ħabs għal għomru!\".", "Dik hija l-għagħa tan-nies pero' hawnhekk, Sur President, aħna nilleġislaw mhux għall-għagħa tan-nies, imma għal dak li huwa sewwa u ż-żmien jagħtik raġun.", "Illum ħadd ma jgħid kontra l-probation u dan minkejja li aħna domna biex introduċejna dan il-kunċett.", "F'pajjiżi oħra kienet teżisti minn 30 sa 40 sena qabel is-sena li daħħalniha aħna.", "Wara li daħlet il-probation, il-gvern Nazzjonalista daħħal il-konċett tas- suspended sentence u qam l-istess għagħa imma għal darb'oħra din ukoll ġiet aċċettata.", "Ovvjament dejjem nabbinaw dan mad-dritt li l-vittma tiġi kkumpensata.", "Qabel il-qrati kriminali ma kellhomx poter jordnaw il-kumpens lill-vittmi.", "Jiġifieri you give and take; maġistrat illum għandu poteri ħafna aktar milli kellu maġistrat fl-1900.", "Fl-1900 maġistrat kellu biċċa karta u jekk wieħed kien ħati, kien jeħel sentenza tali u full stop.", "Illum lill-maġistrati u l-imħallfin fdajnihom – u għamilna sew – b'aktar deskrizzjoni u aktar responsabbilta' biex jagħmlu ġid individwali u partikolari.", "Mela maġistrat u mħallef jista' jgħid lil ħalliel: Inti sraqt Lm3,000 pero' din hi l-ewwel darba tiegħek u se nagħtik ċans.", "Wieħed jaf ikun ħadem kif suppost f'ħajtu, jgħaddi minn żmien diffiċli u jispiċċa jikser il-liġi.", "Dak għandu jingħata ċans u iżjed jagħmel sens li tagħtih ċans milli tkissru u toħloq sitwazzjoni personali agħar.", "Allura maġistrat jew imħallef jista' jgħidlu: Nagħtik sentejn ħabs sospiżi għal erba' snin pero' trid tħallas it-Lm3,000 li ħadt.", "Jekk ma jkollux it-Lm3,000, tibgħatu jagħmel community service, Sur President.", "Jiġifieri probation ta' tingħatax qisu xejn m'hu xejn.", "Dak huwa l-bilanċ li hemm bżonn jintlaħaq.", "Dawn huma new ways of doing justice, Sur President u aħna għadna lura fihom.", "Sur President, dawn ir-riformi addirittura ġew suġġeriti mill-bank tal- ġudikatura u kien hemm esperimenti unilaterali mill-maġistratura fejn daħħlu l-konċett ta' community service.", "Għall-ewwel kien hawn għagħa mbagħad daħlet ukoll u saru bosta riformi oħra.", "Għandek per eżempju l- artiklu 31 fejn il-maġistrat jista' jgħid li lil persuna partikolari mhux se jagħtiha l-ħabs għax din għad għandha 17-il sena, trabbiet f'gallinar, missierha ma tafux u ommha prostituta.", "Dan veru li jkun żbalja imma soċjalment ma jkunx f'kundizzjoni tajba, la jkollu x'jilbes u anqas edukazzjoni.", "Allura l-maġistrat iwaħħlu multa jew jitfgħu taħt probation officer fejn ikun mġiegħel jimxi ma set ta' kundizzjonijiet, bħal dak li jipprova jsib job u li jagħti sample ta' l-urina kultant żmien.", "Mhux kulmin jiżbalja titfgħu l-ħabs, Sur President, qisu xejn m'hu xejn.", "Il- ħabs hija piena kiefra ħafna u ħafna nies ma japprezzawhiex din.", "Dan l- aħħar ġie wieħed mill-aktar nies importanti ġewwa l-Ingilterra f'Malta, il- Prim Imħallef ta' l-Ingilterra u Wales li fil-ġerarkija ġudizzjarja ta' l- Ingilterra jokkupa t-tieni l-ogħla kariga.", "L-ogħla kariga jokkupaha l-Lord High Chancellor li huwa l-president tal-legal committee tal-House of Lords, huwa wkoll il-president tal-House of Lords u huwa wkoll il-Ministru tal- Ġustizzja.", "Jiġifieri dan jokkupa kariga ta' prim imħallef u ministru f'daqqa.", "Issa l-Prim Imħallef jiġi warajh u jippresjedi l-ogħla qorti tal- kriminal.", "Dan qal ħaġa li lili interessatni fejn qal li għad jiġi żmien fejn kif aħna llum nitkażaw bil-pieni li kienu jagħtu fis-sekli li għaddew - fejn kienet tingħata per eżempju, il-piena tal-mewt għal kull każ ta' felony – hekk ukoll in-nies tal-futur jitkażaw bina.", "Illum żgur li jitkażaw jekk xi ħadd jinqatel għax jisraq ħobża u l-istess jiġri fil-futur, fejn ta' warajna jiġġudikawna kif aħna ġġudikajna lil ta' qabilna.", "Dan kien is- sens tad-diskors tal-Prim Imħallef Ingliż.", "Allura x'qed nipprovaw ngħidu jien u l-Onor.", "Jason Azzopardi?", "Aħna mhux qed nagħmlu liġi favur il-kriminali imma qed nagħmlu liġi favur is- soċjeta'.", "L-istatistika turik li 95% tan-nies li joħorġu mill-ħabs jerġgħu jaqgħu għall-iżbalji li jkunu għamlu l-ewwel darba filwaqt li 5% biss ta' dawk li jkunu ħarġu minn taħt il-kontroll ta' parole officer jerġgħu jaqgħu.", "Mela l-intenzjoni ta' din il-liġi m'hijiex favur il-priġunier imma favur iċ-ċittadin biex ikun hemm inqas relapsers, inqas serq.", "Meta sirt avukat fl-1986/87, kont immur il-ħabs għaliex kont bdejt nipprattika ftit fil-kamp kriminali u kienu jgħiduli li hemm wisq priġunieri u m'hemmx fejn inqegħduhom.", "Illum hemm kważi 400 priġunier u l-ħabs mimli.", "Mhux ħażin li jkun hekk pero' mbagħad għandek sistema, per eżempju, ta' remission awtomatiku fejn bniedem tnaqqaslu terz b'mod awtomatiku, allura m'għandekx sistema fejn tagħti karotta biex tħajjar lil xi ħadd jirriforma ruħu.", "Dik m'għandhiex tkun, Sur President.", "Jekk jien imħallef u tajtek ħames snin, ħames snin trid tagħmel, imma mbagħad billi wara nofs il-piena, wieħed jitla' quddiem parole board biex dan jiskrutinjah u jara jekk ħaqqux jinħareġ, tagħmel aktar sens milli b'mod awtomatiku joħroġ il-President – mhux qed ngħid għal dan jew għal ta' qablu – u fuq il-parir tal-Ministru jew tal-gvern – u naf li saru abbużi – lil dak jaħfirlu u lil dak le.", "X'sistema hi din tar-remission of punishment?", "Meta wieħed jieħu l-parole, ma jkunx liberat għax l-ewwelnett din m'hijiex awtomatika u jekk ikun hemm periklu lis-soċjeta' li r-reat jerġa' jiġi rikommess, il-parole officers preseduti minn maġistrat jew imħallef irtirat mhux se jagħtu l-parole.", "Pero' meta per eżempju bniedem jeħel sitt snin ħabs u wara tliet snin jista' jgħaddi parole, dan ma jfissirx li huwa ħeles.", "Fil-fatt il-parole tista' tkun itwal mill-perijodu li jkun baqgħalu l-ħabs u b'hekk dan ikollu ċerti restrizzjonijiet għal żmien twil bħal per eżempju li jiffirmaw darbtejn fil-ġimgħa, isibu job f'ċertu żmien, ma jkunux jistgħu jirrifjutaw impjieg, jiġu kkontrollati minn abbuż ta' droga, ma jistgħux isiefru mingħajr permess, ma jistgħux joqogħdu tard barra u jmorru f'ċerti areas.", "Jiġifieri xorta jkollok xi tip ta' kastiġ.", "Jekk imbagħad tkun għamilt tliet snin taħt dan il-kontroll ristrett u terġa' tmur lura l-ħabs, trid tagħmel it-tliet snin li baqgħalek kollha mingħajr remission.", "Jiġifieri veru li qed tagħtih nifs, imma fl-istess ħin jekk imbagħad jiżbalja taqtagħlu rasu.", "It-tajjeb ta' din is-sistema hu li l-bniedem, wara dawk is-snin taħt dan il-kontroll, jirriforma ruħu u dan l-istatistika turieh.", "Sur President, jiena mhux qed ngħid li se nippreżenta dan l-abbozz ta' liġi għada għax lanqas għadni ddiskutejtu mal-grupp tiegħi, imma peress li ntqal ħafna dwaru, ħassejt li kelli ngħid x'qed jiġri.", "Din ġiet diskussa bejni u bejn l-Onor.", "Azzopardi imma għadna ma ressaqnihiex u ma nafx jekk hux se nressquha anqas, għax għad irridu naraw x'iridu n-nies u ngħarblu kollox, pero' ċertament hu tajjeb li jkun hemm sforz komuni mid-deputati taż-żewġ naħat biex isir xi ħaġa.", "U hawn mhux qed ngħid fuq din tal-parole biss, jista' jkun fuq xi ħaġa oħra.", "Din li qatt ma jkollna private members' bill hawnhekk hija ħażina.", "X'hemm ħażin li d-deputati tagħna okkażjonalment jingħataw l-inizjattiva anke jekk jikkoperaw bejn iż-żewġ naħat u jressqu liġi huma?", "Sur President, nagħlaq billi ngħid li John Cole, li kien il-ministru ta' l- immigrazzjoni fi żmien il-gvern ta' Boffa meta kienu qed jirranġaw l- istanding orders għall-ewwel darba, kien ippropona li fl-istanding orders ikun hemm darbtejn fix-xahar - forsi esaġera ftit - ġurnata allokata għall-private members' bill biex id-deputati privatament setgħu jressqu l- abbozz tagħhom.", "Fl-istanding orders tagħna din ma kenitx għaddiet u qatt ma ttella' dibattitu jekk ma kienx stimulat minn xi mozzjoni jew xi bill ippreżentat mill-Kap ta' l-Oppożizzjoni jew minn xi kelliem għan-nom tal- grupp parlamentari.", "Jien naħseb li wasal iż-żmien li dan il-kunċett jiddaħħal fl-istanding orders għaliex b'hekk tissaħħaħ l-influwenza individwali tagħna d-deputati u b'hekk jissaħħaħ anke l-prestiġju ta' din l-istess istituzzjoni.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it- Tnejn 7 ta' Mejju, 2007 fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif ikkomunikata mis- Segretarju Parlamentari.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI IMWIEĠBA BIL-MIKTUB", "RAMEL MILL-ĠORDAN", "25494.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Kemm huwa mistenni li jiswa r-ramel li se jinġieb minn Aqaba fil- Ġordan f'kuntratt li l-offerta tiegħu CT 112/2007 ħarġet dan l-aħħar?", "X'ammont se jinġieb?", "Kemm se jqumu l-ispejjeż tat-trasport?", "X'tip ta' ramel se jinġieb?", "Huwa naturali jew prodott industrijali?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat illi l-ispejjeż tal- manifattura tar-ramel minn Aqaba, Ġordan huma ta' Lm34,665 waqt li l- ispejjeż tat-trasport u tifrix tar-ramel huma ta' Lm60,000.", "L-ammont tar-ramel li se jinġieb huwa ta' 1,700 metric tons.", "Ir-ramel huwa ta' l-istess tip u għamla u mill-istess barriera bħal dak miġjub sentejn ilu għall-istess bajja.", "Huwa ramel minn barriera tal-granit, prodott fuq speċifikazzjonijiet stretti mogħtija mill-konsulenti tal-MTA.", "TINDIF FIL-PONTA TAĊ-ĊIRKEWWA", "25496.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni: X'passi se tieħu l-Awtorita' Marittima Maltija biex tara li jinżammu nodfa l-inħawi fil-ponta taċ-Ċirkewwa fejn jinżlu jgħoddsu ħafna għaddasa u li bħalissa qed iservi ta' speċi ta' latrina pubblika?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant sabiex jagħmel il- mistoqsija tiegħu lill-ministru kkonċernat.", "DINGLI - XOGĦLIJIET FIT-TOROQ", "25529.", "L-ONOR.", "DAVID AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jgħid x'toroq saru jew qed isiru f'Ħad-Dingli?", "X'xogħol sar u x'fadal isir f'kull triq?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li f'Ħad Dingli saru xogħlijiet u tlestew fi Triq Daħlet is-Sienja.", "Ninsab infurmat ukoll li dalwaqt jibdew xogħlijiet fi Triq Dun Karm Azzopardi u parti minn Triq l-Irdum.", "SUWIĊIDJI", "25553.", "L-ONOR.", "DAVID AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: B'referenza għal mistoqsija parlamentari 18677 jista' l- Viċi Prim Ministru jagħti t-tweġiba fl-istess format li kien ta bħala tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 37089 tad-19 ta' Novembru 2002, u ċioe' l-istatistika uffiċjali f'dawn l-aħħar għaxar snin, sena b'sena separatament tal-kawża tal-mewt (method of suicide) f'kull każ individwali, inkluż is-sess u l-eta' tal-vittmi?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant hu kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal- Kamra.", "TA' XBIEX PROMENADE", "25568.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' l-Ministru jgħid meta se jitlesta x-xogħol kollu fuq il-promenade ta' Ta' Xbiex?", "X'xogħol baqa' xi jsir?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninsab infurmat li x-xogħol fuq il-promenade ta' Ta' Xbiex għandu jitlesta kollu matul Mejju.", "Jonqos li jitwaħħlu l-arbli dekorattivi tad-dawl u numru żgħir ta' bankijiet ta' l-injam.", "PERFORMANCE BONUSES", "25569.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ħallas flus il-gvern is-sena l- oħra f'performance bonuses?", "Min ħadhom?", "Kemm ħaduhom nies?", "Min ma ħadhomx, għaliex ma ħadhomx?", "Xi gradi kellhom dawk li ħaduhom?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab infurmat li l-proċess ta' l-għoti tal- performance bonuses għas-sena 2006 qiegħed fil-fażi finali u għaldaqstant għad ma jistax jingħata l-ammont totali li ser jitħallas.", "BEATIFIKAZZJONI TA' DUN GORĠ PRECA", "25570.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Fl-okkażjoni tal-Beatifikazzjoni ta' Dun Gorġ Preca jikkonsidrax il-Gvern li jagħti btala pubblika lill-poplu kollu ħalli kulħadd jista' jsegwi l-proċess?", "Din it-talba qed issir fid-dawl illi l-gvern ilu jgħid li l-ekonomija sejra tajjeb ħafna.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta li tajt f'mistoqsija parlamentari 24432.", "FINANZI PUBBLIĊI", "25571.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Fid-dawl ta' amnestiji li ta l-gvern dwar il-VAT u issa fid-dawl ta' l-iskema l-ġdida ta' reġistrazzjoni ta' flus mhux dikjarati, jista' l- Gvern jgħid kemm hu maħsub li se jitlef flus l-exchequer?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-Gvern Malti għandu programm ta' konverġenza finanzjarja li qed jimxi fuqu f'dak li jirrigwardja d-dħul u l-infiq pubbliku.", "Bl-iskemi msemmija mhux maħsub li se jintilef dħul li jirriforma parti minn dan il-pjan tal-finanzi pubbliċi.", "Pjuttost, apparti l-effett ekonomiku, id-dħul li jidħol permezz ta' tali inizzjattivi jtaffi l-bżonn ta' l-iffinanzjar ta' l-iżbilanċ bejn id-dħul u l-infiq pubbliku u l-imgħaxijiet neċessarji għal dak l-iffinanzjar.", "AMNESTIJA LILL-PRIĠUNIERI", "25572.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-Gvern hux beħsiebu jagħti amnestija lill-priġunieri fl-okkażjoni tal-Beatifikazzjoni ta' Dun Ġorġ Preca?", "Jekk iva, lil min?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ma ttieħdet l-ebda deċiżjoni dwar din il-materja.", "Fi kwalunkwe każ din m'hix materja li tiġi deċiża minn dan il-Ministeru, iżda mill-Kabinett.", "SISTEMA TA' PAROLE", "25573.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' l-Ministru jgħid hux qed jikkonsidra li tiddaħħal is-sistema ta' parole?", "ONOR.", "TONIO BORG: Il-Gvern hu lest li jisma` l-veduti ta' kulħadd dwar din il-materja; pero' ma ttieħdet l-ebda deċiżjoni dwar il-materja.", "KAŻI TA' BULLYING", "25621.", "L-ONOR.", "FRANCO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru jgħid, sakemm l-informazzjoni mhix kunfidenzjali, f'dawn l-aħħar sentejn kemm ġew irrappurtati każi ta' bullying u kemm minnhom ġew ivverifikati fi skejjel tal-knisja, fi skejjel privati u fi skejjel tal-gvern?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "XOGĦOL TA' LIFEGUARD", "25622.", "L-ONOR.", "FRANCO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru jgħid jekk ix-xogħol ta' lifeguard huwiex rikonoxxut ma' l-ETC u jekk hux qiegħed jikkonsidra li jdaħħal dan il-course l-MCAST?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-KXT taċċetta li tirreġistra persuna għax- xogħol ta' lifeguard.", "Informat ukoll li l-MCAST qatt ma ġie mitlub biex jorganizza dan il-kors.", "PEMBROKE - XOGĦLIJIET FUQ TOROQ", "25623.", "L-ONOR.", "FRANCO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta se jibdew ix-xogħlijiet fuq toroq madwar il-blokok il-ġodda f'Pembroke?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant illi x-xogħlijiet fuq it-toroq tal-madwar Triq Salvatore Castaldi Housing Estate ingħataw fit- 13 ta' April li għadda u x-xogħol ser jibda fil-ġimgħat li ġejjin.", "Ix- xogħlijiet ta' toroq madwar il-Housing Estate fi Triq d'Armenio qegħdin fil- programm ta' toroq ta' l-ADT u għaldaqstant għandhom ikunu lesti sa l-aħħar tas-sena 2008.", "BAJJA TA' SAN ĠORĠ - SLIPWAY", "25624.", "L-ONOR.", "FRANCO GALEA staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' l-Ministru jgħid jekk is-slipway li nbniet flimkien mal-proġett tal- bajja ta' San Ġorġ ġietx mgħoddija jew hi għall-użu speċifiku ta' persuna jew kumpannija waħda?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat illi s-slipway saret bħala parti mill-proġett tal-bajja ta' San Ġorġ sabiex tinbidel slipway oħra qadima li kien hemm.", "L-użu tas-slipway, għalkemm pubbliku, qiegħed l-aktar biex jintuża mid- dgħajjes li jagħtu servizz għall-fini tat-turisti jew xi dgħajjes żgħar tas- sajd.", "Huwa skoraġġut (għalkemm mhux projbit) li jinżlu dgħajjes oħra sabiex ma jingumbrawx l-użu tal-promenade.", "ATMS", "25625.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO PRECA staqsiet lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jara li l-ATMs li huma f'areas residenzjali, ma jkunux ta' inkonvenjent għall-istess residenti, minħabba konsegwenzi ta' parkingbl-addoċċ, ħsejjes u exhaustaktar eċċ., u wkoll minħabba li dawn l-istess ATMs li huma mħarsa bis-cctvs qed inaqqsu l- privatezza ta' dawn ir-residenti, u dan għaliex hemm każi li r-residenti talbu xi banek biex jikkunsidraw din il-pożizzjoni li ġew fiha, wara li twaħħlu l-ATMs u li sfortunatament, ma ġewx sodisfatti, meta fl-aħħar mill- aħħar ir-residenti kienu qabel ma ġew installati dawn l-ATMs?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "VAPUR OLANDIŻ - WOMEN ON WAVES", "25631.", "L-ONOR.", "FRANCO GALEA staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jgħid x'passi se jieħu l-istat Malti sabiex ma jitħalliex jidħol fl-ibħra territorjali Maltin u wisq inqas jitrakka fil- portijiet tagħna, vapur Olandiż ta' l-organizzazzjoni women on waves li hu intiż li għandu jiġi Malta u li mhux biss jippromwovi iżda li jwettaq l- abort?", "Jista' jikkunsidra li ma jħalliex dan il-bastiment jidħol anke jekk jiġu mogħtija assigurazzjonijiet mill-promoturi li ma jsirux aborti jew jitqassmu pilloli għall-abort?", "Jista' jgħid jekk l-awtoritajiet humiex se jieħdu passi kontra l-promoturi ta' din l-attivita' li fiha nnifisha qed tippromwovi l-qtil ta' trabi innoċenti?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Il-liġi Maltija hi applikabbli għal kulħadd.", "Għalhekk hu dmir tal-gvern li jiżgura li jittieħdu l-passi li tikkontempla l-liġi sabiex reati kriminali ma jitwettqux.", "BDIL TA' APPARTAMENTI", "25632.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru tispjega x'inhi l-proċedura sabiex żewġ familji jbiddlu l-appartament li jikru mingħand il-gvern ma' xulxin?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Ninsab infurmata li l-proċedura dwar il-każ indikat mill-Onor.", "Interpellant hi li kull waħda mill-familji jagħmlu applikazzjoni mad-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali fejn jindikaw li jixtiequ jibdlu l-post kif ukoll jagħtu l-indirizz alternattiv u r-raġuni għaliex jixtiequ jibdlu.", "Jekk dawn l-applikazzjonijiet jiġu kkunsidrati bħala ġustifikati, l-applikanti jiġu nfurmati u jsiru kuntratti ġodda tal- kirja.", "Ninsab infurmata wkoll li, f'dan il-każ, l-applikanti jiġu mitluba jikkonfermaw b'ġurament li m'għaddew l-ebda flus bejn parti u oħra biex issir il-bidla.", "SETTUR PUBBLIKU - SKRIVANI", "25633.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jgħid meta se jiġu ngaġġati l-iskrivani mas- settur pubbliku?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ir-reklutaġġ ta' l-iskrivani fis-Servizz Pubbliku jsir wara li jintemm il-proċess ta' l-għażla.", "ĦATRA TA' ASSISTENT DIRETTUR", "25634.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' l-Ministru jgħid x'sar mill-proċess tal-ħatra ta' Assistant Director Human Resources skond iċ-ċirkolari 1/2006", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninsab infurmat li l-ħatra ta' Assistant Director Human Resources skond iċ-Ċirkolari Nru. 1/2006 saret b'effett mill-21 ta' Marzu 2006.", "VRT STATIONS", "25635.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: B'referenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 25206 jista' l-Ministru jgħid kemm hemm VRT stations li jagħmlu testijiet fuq vetturi tat-tielet klassi?", "Kemm kellu vetturi li m'għaddewx mit-test (tat-tielet klassi) kull VRT station?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Jien infurmat li hemm ħames VRT stations li jagħmlu testijiet fuq vetturi tat-tielet klassi.", "Kien hemm 1,901 vettura tat-tielet klassi li m'għaddewx mit-test matul is- sena li għaddiet.", "Ma nħossx li din l-informazzjoni għandha tingħata għal kull VRT station.", "MTARFA BYPASS", "25636.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 24671 u 24846 u 25205 u jara li l-fetħiet li hemm fis-centre strip ta' Mtarfa bypass jingħalqu minnufih għax huma ta' periklu kbir għal kull min jgħaddi minn din it-triq?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "SAN PAWL IL-BAĦAR - BYPASS", "25637.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 24862 u 25203 u jgħid jekk hux ippjanat li jsir culvertgħall-ilma tax-xita fil- bypass ta' San Pawl il-Baħar?", "Jekk fl-affermattiv dan il-culvertgħandu l- permess tal-MEPA?", "Jista' jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra pjanta li turi r- rotta ta' dan il-culvert?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ix-xogħlijiet tal-bini mill-ġdid tal-bypass ta' San Pawl tinkorpora sistema ta' culverts għal ġbir ta' l-ilma tat-triq u l- ilmijiet li jiġu mill-egħlieqi.", "Qed tiġi wkoll mibnija sistema ta' French drains sabiex jinġabar l-ilma tax- xebgħa mill-egħlieqi u b'hekk dan ma jidħolx taħt il-pedamenti tat-triq.", "Is-sistema tal-ġbir ta' l-ilma tax-xita tinkorpora wkoll żewġ ġibjuni, wieħed fir-roundabout ta' l-Erba' Mwieżeb u ieħor fir-roundabout tax- Xemxija, li ser jintużaw għat-tisqija tas-siġar u pjanti fir-roundabouts.", "AZZJONIJIET INDUSTRIJALI", "25641.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' l-Ministru jikkonferma li l-union, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, qegħda thedded li tirrikorri għall- azzjonijiet industrijali f'każ li jitnaqqsu s-sigħat tax-xogħol bin-nofs ta' żewġ persuni li jaħdmu fit-taqsima li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament u li wieħed minnhom inzerta l-president ta' l-istess union?", "Jista' jgħid x'ser jagħmel l-Gvern biex jara li x-xogħol f'din it-taqsima jitqassam b'ġustizzja fil-modalita' li kienet maħsuba li tidħol fis-seħħ b'effett mit-2 t'April 2007 u li minħabba din it-theddida ġiet sospiża?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninsab infurmat li ma hemm l-ebda theddida ta' azzjoni industrijali mill-Union imsemmija dwar il-kaz imsemmi.", "Huwa ppjanat li l-qasam imsemmi jiġi diskuss mal-istess Union fil-ġejjieni qarib."]} {"filename": "20051011_302d_par.doc", "date": "2005-10-11", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Uffiċjali u Rivedut) L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 302 It-Tlieta, 11 ta' Ottubru, 2005 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 302 It-Tlieta, 11 ta' Ottubru, 2005", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.03 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "302", "It-Tlieta, 11 ta' Ottubru, 2005", "WERREJ", "MINUTI 56", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 56", "TQEGĦID TA' KARTI 62", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IR-RIFUĠJATI (IT-TIENI QARI)", "REFUGEES (AMENDMENT) BILL (SECOND READING) 63", "DISKUSSJONI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAĊ-ĊARTER EWROPEW GĦAN-NEGOZJI ŻGĦAR - X'SAR?(KONT) 82", "AĠĠORNAMENT 90", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 97", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 301 li saret fl-10 ta' Ottubru, 2005 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "ŻAMMA TA' IMMIGRANTI ILLEGALI", "13820.", "L-ONOR.", "JOSEPH FALZON (f'isem l-Onor.", "Jason Azzopardi) staqsa lill- Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hija l-ispiża medja li l-gvern iħallas għal kull immigrant illegali li jinsab detenut f'pajjiżna?", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI (Segretarju Parlamentari) (f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern): Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li jien tajt għall-mistoqsija parlamentari 2556.", "KORDIN – ŻAMMA TA' ĦABSIN", "13821.", "L-ONOR.", "JOSEPH FALZON (f'isem l-Onor.", "Jason Azzopardi) staqsa lill- Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hija l-ispiża medja li l-gvern iħallas għal kull priġunier fil-faċilita' korrettiva ta' Kordin?", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI (f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern): Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li jien tajt għall-mistoqsija parlamentari 11836.", "KORDIN – UFFIĊJALI FIL-FAĊILITA' KORRETTIVA", "13822.", "L-ONOR.", "JOSEPH FALZON (f'isem l-Onor.", "Jason Azzopardi) staqsa lill- Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' uffiċjali li hemm jaħdmu fil-faċilita' korrettiva ta' Kordin?", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI (f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern): Fil-preżent hemm 239 uffiċjal jaħdmu fil-faċilita' korrettiva ta' Kordin - 214 gwardjan, spettur tal-pulizija, tliet surġenti u 21 kuntistabbli.", "NISA FIL-KORP TAL-PULIZIJA", "13823.", "L-ONOR.", "JOSEPH FALZON (f'isem l-Onor.", "Jason Azzopardi) staqsa lill- Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm huwa l-persentaġġ ta' nisa ngaġġati fil-korp tal- pulizija?", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI (f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern): Fl-1 ta' Settembru, 2005 il-persentaġġ ta' nisa fil- korp tal-pulizija kien ta' 14.5%.", "KORP TAL-PULIZIJA", "13824.", "L-ONOR.", "JOSEPH FALZON (f'isem l-Onor.", "Jason Azzopardi) staqsa lill- Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' pulizija li hemm fil-korp fil-preżent?", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI (f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern): Ninsab informat li fl-1 ta' Settembru, 2005 kien hemm 1,713-il membru fil-korp tal-pulizija.", "UFFIĊJALI TAL-PULIZIJA MEDALJATI", "13825.", "L-ONOR.", "JOSEPH FALZON (f'isem l-Onor.", "Jason Azzopardi) staqsa lill- Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' uffiċjali tal-pulizija li ngħataw midalja għall-qadi tas-servizz fl-okkażjoni tal-police day 2005?", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI (f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern): Ninsab informat illi hemm 340 membru fil-korp tal- pulizija li ngħataw il-long and efficient service medal and clasps, b'seħħ mis-7 ta' Lulju, 2005.", "Tagħrif dettaljat kien ippubblikat fil-gazzetta tal-gvern tat-12 ta' Lulju, 2005.", "KORDINATURI TAL-KULLEĠĠI", "14510.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid min huma l-erba' kodinaturi li se jmexxu l-kulleġġi li twaqqfu bi prova?", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi): Il-kordinaturi huma dawn l-assistenti diretturi li ġejjin: Ms Marylin Sciortino - Kulleġġ San Benedittu; Ms Salvina Muscat - Kulleġġ Kottonera; Mr Frank Gatt - Kulleġġ Għawdex; u Mr George Borg - Kulleġġ Speċjali u Edukazzjoni Inklussiva.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Carmelo Abela): L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Is-Segretarju Parlamentari qiegħed f'pożizzjoni li jgħid xi tħejja s'issa skond il-programm stabilit?", "THE DEPUTY SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Jiddispjaċini ninforma lill-Onor.", "Interpellant li m'għandix aktar dettalji, pero' qed nara li mid-domandi li ġejjin se jingħata aktar informazzjoni f'dan ir-rigward.", "KULLEĠĠ SAN BENEDITTU", "14511.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid kemm ġie jiswa l-Kulleġġ San Benedittu?", "Kemm kien ippjanat li se jqum?", "X'xogħlijiet fadal isiru u kemm se jiġu jiswew?", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi): Informat li l-iskola l-ġdida sekondarja subien fil- Kulleġġ San Benedittu, f'Ħal Kirkop hi stmata li tqum Lm3 miljun.", "Ix- xogħlijiet li fadal huma l-kostruzzjoni u t-tlestija tas-sala u xi kmamar oħra.", "Tagħrif dwar l-ispiża li saret s'issa ikun jista' jingħata meta x-xogħol imwettaq ikun ċertifikat, verifikat u jingħalqu l-kontijiet.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jista' ikun li ċerti kalkoli nbidlu minn kif kienu previsti minħabba li l-ispiża ġiet aktar għolja?", "THE DEPUTY SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: F'dan l-istadju m'iniex f'pożizzjoni li nwieġeb peress li t-tieni parti tat-tweġiba tgħid li t-tagħrif dwar l- ispiża jingħata iktar tard meta jingħalqu l-kontijiet.", "STUDENTI TAL-PRIMARJA", "14513.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid kemm studenti hemm fil-livell primarju, mill-ewwel klassi sas-sitt klassi separatament, fi skejjel tal-gvern, skejjel tal-knisja u skejjel privati?", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazjzoni, Żgħażagħ u Impjiegi): Studenti fi skejjel primarji tal-gvern jammontaw għal 17,934; fil-każ ta' skejjel primarji tal-knisja jammontaw għal 7,148; u fil-każ ta' skejjel primarji indipendenti jammontaw għal 3,773, imqassmin kif ġej:", "Skejjel Primarji tal-Gvern YR1 YR2 YR3 YR4 YR5 YR6 YR7 2834 2658 2778 3037 3045 3194 388", "Skejjel Primarji Tal-Knisja YR1 YR2 YR3 YR4 YR5 YR6 1117 1170 1195 1208 1222 1236", "Skejjel Primarji Indipendenti YR1 YR2 YR3 YR4 YR5 YR6 593 576 670 630 652 652", "STUDENTI TAS-SEKONDARJA", "14514.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid kemm studenti hemm fil-livell sekondarju, mill-ewwel klassi sal-ħames klassi separatament, fi skejjel tal-gvern, skejjel tal-knisja u skejjel privati?", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi): Studenti fi skejjel sekondarji tal-gvern jammontaw għal 18,049, fil-każ ta' skejjel sekondarji tal-knisja jammontaw għal 7,518, u fil-każ ta' skejjel sekondarji indipendenti jammontaw għal 2,395, imqassmin kif ġej:", "Skejjel Sekondarji tal-Gvern Form 1 Form 2 Form 3 Form 4 Form 5 3594 3411 3592 3693 3759", "Skejjel Sekondarji tal-Knisja Form 1 Form 2 Form 3 Form 4 Form 5 1493 1484 1539 1547 1455", "Skejjel Sekondarji Indipendenti Form 1 Form 2 Form 3 Form 4 Form 5 469 486 488 501 451", "KULLEĠĠ SAN BENEDITTU", "14517.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm staff amministrattiv fil-kulleġġ San Benedittu?", "Jista' jgħid ukoll kemm hemm għalliema u x'suġġetti jgħallmu?", "Fil-każ ta' l-istaff amministrattiv, jista' jgħid jekk kenux qed jaħdmu jew jirreġistraw u fejn joqogħdu?", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi): Informat li l-istaff amministrattiv ta' din l-iskola huwa magħmul minn segretarja u uffiċjal esekuttiv li joqogħdu ż-Żurrieq u Ħal Safi rispettivament - iż-żewġ persuni kienu diġa' jaħdmu fi ħdan id- diviżjoni ta' l-edukazzjoni – b'informazzjoni oħra dwar għalliema, kap u assistenti kapijiet qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "PROĠETT TAL-GOLF COURSE", "14526.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid min huma l-periti u l-konsulenti li ġew maħtura għall-proġett tal-", "golf course?", "Kif ġew maħtura u kemm se jitħallsu għas-servizzi tagħhom?", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI (f'isem il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura): Ninsab informat li l-MTA appuntat żewġ konsulenti biex jaħdmu fuq il- proġett tal-korsa tal-golf.", "Il-konsulent tad-diżinn huwa Hawtree Ltd – l-istess konsulent li kellha l- MEPA għal dan il-proġett u allura kien jagħmel sens li l-MTA tkompli tuża s- servizzi tiegħu – u huwa stmat li din il-kumpannija se titħallas Lm30,000 għax-xogħol li se tagħmel.", "ADI associates qed tieħu ħsieb il-kordinament u l-preparament tal-proċess ta' l-environment impact assessment.", "Għal dan ix-xogħol l-ADI huwa stmat li se jitħallsu Lm10,000.", "Dawn il-ħlasijiet se jkunu nkorporati fil-prezz li se jħallas l- iżviluppatur tal-korsa tal-golf ladarba jintgħażel.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Meta se jiġu ffinalizzati dawn ir-rapporti u meta se jkun jista' jissottometti applikazzjoni l-iżviluppatur?", "THE DEPUTY SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Għalkemm m'hemmx data stabilita, ix-xogħol fuq din il-korsa diġa' nbeda u l-ħsieb hu - anke minn numru ta' dikjarazzjonijiet li saru biex wieħed ikollu idea ċara kif se ssir u fejn se ssir - li x-xogħol jitlesta kemm jista' ikun malajr.", "PERSUNI B'OVERDOSE", "14575.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid kemm daħlu persuni l-isptar b'overdose tad-droga u alkaħol din is-sena?", "X'eta' kellhom?", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI (f'isem il-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita'): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-persuni li ddaħħlu l-Isptar San Luqa b'overdose bejn Jannar u Settembru 2005 hu kif jidher hawn taħt.", "Dawn ikopru każi ta' overdose b'mediċini legali kif ukoll sustanzi illegali.", "|Eta' |Rġiel |Nisa | | Taħt | 4 | 3 | |15-il sena|(4.8%)|(2.9%)| | Bejn 15| 38 | 30 | |u 29 sena |(45.8%|(28.6%| | |) |) | | Bejn 30| 29 | 36 | |u 44 sena |(34.9%|(34.3%| | |) |) | | Bejn 45| 7 | 23 | |u 59 sena |(8.4%)|(21.9%| | | |) | | 'Il fuq | 5 | 13 | |minn 60 |(6.0%)|(12.4%| |sena | |) |", "Ma tinżamm l-ebda statistika dwar persuni li ddaħħlu l-isptar minħabba alkaħol.", "ŻVILUPP FIT-TRAMUNTANA TA' MALTA", "14576.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid jekk hux se jsir bini ta' vilel jew bini ta' appartamenti ġo xi area f'radius ta' żewġ mili mill-bajja tal-Mistra, biċ-ċentru ta' dawn iż-żewġ mili jkun in-nases tal-ħut li hemm fil-bokka ta' din il-bajja?", "X'se jsir?", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI (f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent): F'radius ta' żewġ mili mill-bajja tal-Mistra jinqabad kull żvilupp fill-Mellieħa, San Pawl il-Baħar, il-Qawra, Buġibba u l-Wardija u għaldaqstant nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex ikun aktar speċifiku.", "TAMIFLU", "14577.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid kif se titqassam il-mediċina Tamiflu kemm-il darba persuni jkollhom bżonnha?", "X'inhi l-proċedura li se jkollhom isegwu t-tobba privati?", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI (f'isem il-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita'): Peress li t-tqassim tal-mediċini jkun f'kuntest ta' pandemija u din ma tkunx sitwazzjoni normali, it-Tamiflu se titqassam b'xejn lil kulmin jiġi ddikjarat mit-tobba li għandu bżonnha.", "TWELID TA' TRABI LIL SINGLE MOTHERS", "14578.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid kemm tfal twieldu lil single mothers din is-sena?", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI (f'isem il-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita'): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li bejn Jannar u Lulju tas-sena 2005 ġew irreġistrati li twieldu 423 tarbija lil single mothers.", "PERMESSI GĦAL OUTDOOR PARTIES", "14579.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm parties saru f'postijiet mhux soltu liċenzjati din is- sena u fejn?", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI (f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern): Il-pulizija matul din is-sena ħarġet 18-il permess għal disco, ballu, party jew xi attivita' oħra simili f'dawn il- lokalitajiet: Belt, Birżebbuġa, Rabat, Nadur, Paradise Bay, Marsa, Qormi, St. Andrews, Għajnsielem, Wied il-Għajn, Baħar iċ-Ċagħaq, Qawra, Gudja u Mellieħa.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jista' is-Segretarju Parlamentari jgħid kemm applikazzjonijiet għal permessi ma ntlaqgħux mill-pulizija?", "THE DEPUTY SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Sur President, jiddispjaċini imma m'għandix l-ammont preċiż u jekk l-Onor.", "Interpellant jixtieq din l- informazzjoni, nitolbu jagħmel mistoqsija bil-miktub.", "KORDIN – PERSUNI FIL-FAĊILITA' KORRETTIVA", "14580.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm persuni hemm bħalissa fil-faċilita' korrettiva ta' Kordin?", "Għalfejn qegħdin hemm u kemm ilhom?", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI (f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern): Ninsab informat li fl-4 ta' Ottubru, 2005 kien hemm 295 persuna fil-faċilita' korrettiva ta' Kordin - qegħdin hemm jew biex jiskontaw sentenza jew taħt arrest preventiv – u bejniethom kollha ġew akkużati jew instabu ħatja ta' 520 akkuża.", "Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra tabella li turi l-akkużi fil-konfront ta' dawn il-persuni kif ukoll tabella li turi kemm ilhom miżmumin ġewwa l- ħabs.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Kemm huwa minnu li hemm 'il fuq minn 230 uffiċjal responsabbli biex jieħdu ħsieb dawn il-290 priġunier li jinsabu fil- faċilita' korrettiva ta' Kordin?", "THE DEPUTY SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Iva, pero' infakkar lill-Onor.", "Interpellant li għalkemm ix-xogħol ġewwa l-ħabs huwa ongoing lejl u nhar, dawn l-uffiċjali jaħdmu fuq sistema ta' tliet shifts.", "Barra minn hekk, għalkemm ikun hemm mumenti meta ċ-ċifra titla' iktar u jkun hemm mumenti meta tinżel xi ftit, is-sorveljanza min-naħa ta' dawn l-uffiċjali tkun waħda kontinwa.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Hemm xi ratio stabilit dwar kemm għandu jkun in- numru ta' persuni ta' sigurta' u dawk amministrattivi ma' kull persuna li tkun qed tiskonta xi sentenza ġewwa l-ħabs?", "THE DEPUTY SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Ratio stabilit minn qabel m'hemmx, pero' żgur li dawn il-persuni jkunu ġew impjegati skond il-kalkolu li jkun sar mill-amministraturi tal-ħabs, skond il-perijodi li jkollna u skond l-ammont ta' nies li jkunu ġewwa l-ħabs, speċjalment meta dan l-ammont ikun pjuttost qawwi.", "KAŻ TA' PENSJONI", "14642.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Chris Agius) staqsa lill- Ministru għall-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid jekk persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, hix tieħu l- pensjoni ġusta?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA (Ministru tal-Familja u Solidarjeta` Soċjali): Il- persuna indikata ġiet informata bil-miktub dwar il-każ tagħha mid- dipartiment tas-sigurta' soċjali.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Tista' il-Ministru tgħid f'liema stadju wasal l- ingaġġ ta' Braille instructor?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: S'issa għadha ħarġet call for applications għax sfortunatament m'għandniex ħafna nies kompetenti li jgħallmu l-Braille u allura d-dipartiment irid ikun ċert li l-persuna li tidħol għal din il- kariga għandha l-kompetenza meħtieġa.", "Irrid ngħid ukoll li m'huwiex suffiċjenti li persuna tkun taf tuża l-Braille imma trid tkun kapaċi tgħallmu wkoll, Sur President.", "Filwaqt li napprezza l-fatt li l-Onor.", "Interpellant diġa' għamilli żewġ mistoqsijiet oħra dwar dan l-ingaġġ - jien ukoll nixtieq li dan il-post jimtela' kemm jista' ikun malajr - irridu li l-persuna li tintgħażel tkun idonea u mhux indaħħlu lil xi ħadd biex sempliċement il-post ma jibqax vakanti.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Naħseb li l-Ministru daqsi hija konxja li fost il- persuni nieqsa mid-dawl hemm min hu kapaċi jikkomunika ħafna iktar minn ħaddieħor u hawn qed nirriferi b'mod partikolari għal ċerta persuna li bħalissa tinsab fl-Istati Uniti ta' l-Amerika, li marret hemm biex tkompli taġġorna ruħha fl-istruzzjoni tal-Braille, naturalment b'mod privat għax sfortunatament f'dan il-qasam ma tantx wieħed isib għajnuna.", "Jien nifhem ukoll li l-Ministru tirrapporta lill-Kamra skond ma jgħidulha l- uffiċjali tagħha, iżda nixtieqha tapprezza li f'pajjiżna jeżistu persuni neqsin mid-dawl li huma aktar minn kompetenti f'dan il-qasam u ma naħsibx li għandna nieħdu daqshekk fit-tul biex ningaġġaw lil xi ħadd minnhom, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Sur President, filwaqt li napprezza dak li qed jgħid l-Onor.", "Farrugia, nemmen li billi persuna nieqsa mid-dawl tkun taf tagħmel użu mis-sistema tal-Braille, b'daqshekk ma jfissirx li għandha neċessarjament il-kompetenza li tgħallem lil ħaddieħor.", "Waħda mill- affarijiet li nixtieq nara għall-futur hu li jkollna nies li verament ikunu kompetenti.", "F'dak il-każ ma jkunx hemm għalfejn indumu dan iż-żmien kollu biex insibu persuna idonea kull meta jkollna l-ħtieġa.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-Mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar il-prodott gross domestiku fi prezzijiet tas-suq f'Għawdex, bejn l-2000 u l-2003, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 14728.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Louis Deguara.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita`): Sur President, f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impiegi nqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar l-għadd ta' persuni li ngħataw sensji bejn Jannar u Awissu 2005, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 14682;", "f'isem il-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l- Informazzjoni nqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar fabbriki f'żoni industrijali, flimkien ma' l-għadd ta' ħaddiema f'kull fabbrika, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 14680; u", "f'isem il-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Lista ta' toroq li tlestew matul l-2005, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 14685.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IR-RIFUĠJATI", "REFUGEES (AMENDMENT) BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri Ikompli mill-10 ta' Ottubru, 2005 Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "THE DEPUTY SPEAKER: Rimarki?", "Il-Ministru Michael Frendo.", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO (Ministru għall-Affarijiet Barranin): Sur President, qegħdin nitkellmu fuq dan l-abbozz ta' liġi f'mument - kif anke semma l-Onor.", "George Vella fid-diskors tiegħu – li fih hemm emozzjonijiet differenti dwar dan is-suġġett li huma għaddejjin fil-pajjiż.", "Għalhekk ikun tajjeb li fuq suġġett bħal dan wieħed jieħu in konsiderazzjoni dawn l- emozzjonijiet.", "Tajjeb ukoll li kemm jista' jkun nikkonsidraw din il- materja mingħajr emozzjonijiet żejda u nħarsu lejn il-problema b'mod realistiku.", "L-ewwelnett irrid ngħid li ċ-ċaqliq tal-persuni huwa ċaqliq li ilu għaddej għal sekli sħaħ fl-istorja tal-bniedem u jekk kien hemm pajjiż li kellu moviment ta' persuni kien proprju pajjiżna.", "Kif jaf kulħadd, pajjiżna kellu wkoll politika ta' immigrazzjoni u kellna bosta persuni li telqu mill- pajjiż sabiex imorru jgħixu f'pajjiżi oħra.", "Tajjeb ngħidu li kull ċaqliq tal-persuni jrid jiġi regolat u dan iċ-ċaqliq li kellna f'pajjiżna kien wieħed regolat.", "Kellna immigrazzjoni organizzata u regolata bi ftehim mal- pajjiżi li fihom kienu se jmorru niesna.", "Allura l-fenomenu li qed insibu quddiemna llum huwa wieħed totalment differenti.", "L-immigrazzjoni li għandna llum hija marbuta wkoll mal-moviment tal- persuni, pero` qed issir b'mod li m'huwiex regolat mill-awtoritajiet rispettivi.", "Anzi xi drabi dan il-moviment ta' persuni qiegħed jiġi organizzat u kkontrollat mill-kriminalita` internazzjonali, li qed jagħmlu l-flus minn fuq ix-xewqat ta' dawn in-nies.", "Jien kont inħobb naqsam din il- materja fi tlieta.", "Għandek ir-rifuġjati li ħaqqhom status umanitarju, għandek l-immigranti ekonomiċi u illegali u mbagħad għandek l-iżvilupp.", "Mela hawnhekk nistgħu nibbażaw id-diskussjoni tagħna fuq trepied.", "Sur President, l-ewwel punt li rrid insemmi huwa dwar il-valuri u t-twemmin tagħna.", "Dan ifisser li jekk ikollna bniedem f'dan il-pajjiż li jkun rifuġjat skond il-konvenzjonijiet internazzjonali, allura għandu jkun l- obbligu morali u etiku tagħna li nagħtuh rifuġju mill-persekuzzjoni politika li jkun għaddej minnha.", "L-istess ħaġa għandna nagħmlu ma' min għandu l-humanitarian status.", "Jiġifieri min ħaqqu protezzjoni umanitarja - skond kif jiddeċiediha l-kummissarju - għandu jiġi protett.", "Ovvjament jiġi protett sakemm ikollu l-humanitarian status għaliex dan l-istatus jista' jinbidel skond iċ-ċirkostanzi tal-pajjiż li minnha tkun ġejja dik il- persuna.", "Mela abbażi ta' dawn il-prinċipji tad-drittijiet internazzjonali għandna l-obbligu li nagħtu rifuġju lil dawk il-perusni li huma meqjusa legalament fid-definizzjoni ta' rifuġjat bħala persuna li ħaqqha status umanitarju.", "Sfortunatament fid-diskors popolari nwaddbu lil kulmin huwa immigrant illegali, lil min huwa rifuġjat u lil min ħaqqu status umanitarju f'keffa waħda.", "Għaldaqstant naħseb li hija r-responsabilita` tagħna l-politiċi li ngħidu li ma nistgħux inpoġġu lil kulħadd f'keffa waħda għaliex iċ-ċivilta` tagħna hija marbuta fuq il-fatt li min veru qiegħed jaħrab mill- persekuzzjoni politika, allura verament ħaqqu r-rifuġju f'pajjiżna.", "Dan għamilnih diversi drabi fl-istorja tagħna u naħseb li għamilniha anke f'kontribut ta' l-unifikazzjoni ta' l-Italja.", "Jekk niftakru l-istorja riċenti tagħna nsibu li Malta kienet tat rifuġju wkoll lil dawn in-nies.", "Jien nemmen u nifforma parti minn ħsieb politiku - u nibqa' marbut ma' dan il-ħsieb - li bħala prinċipju għandna nagħtu bis-saħħa kollha li tagħtina l- liġi l-protezzjoni lil min verament ħaqqu.", "Sur President, sfortunatament dak li jiġri f'dibattitu emozzjonali u li jiġi enfasizzat huwa li meta nħarsu lejn din il-problema u nsemmu r- rifuġjati, inkunu qed nitkellmu fuq numru żgħir ta' nies, mentri n-numru kbir li għandna fostna m'humiex rifuġjati u allura l-maġġoranza m'għandhomx dritt għal status umanitarju.", "Pero` l-akbar numru ta' nies li għandna u li huma ta' problema kemm għalina kif ukoll għall-pajjiżi kollha li qegħdin fuq din in-naħa tal-Mediterran u l-pajjiżi Ewropej Mediterranji huma proprju n-nies li, fil-fehma tiegħi, jaqgħu taħt il-kategorija ta' immigranti illegali, jiġifieri dawk il-persuni li qegħdin ifittxu li jiċċaqilqu minn post għall-ieħor għal raġunijiet ekonomiċi.", "Mhux hekk biss imma dawn in-nies qegħdin jidħlu f'pajjiż b'mod irregolari u ggwidati minn gruppi kriminali li jeħdulhom il-flus sabiex iwassluhom minn pajjiż għall-ieħor.", "Imbagħad dawn il-gruppi kriminali jitilquhom għar- riħhom sabiex jidħlu waħedhom f'dak il-pajjiż li jista' jiġborhom.", "F'Malta bħala pajjiż mill-aktar serju, naġixxu b'tali mod li nagħtu l-ewwel għajnuna lil dawn il-persuni u nsalvawhom mill-perikli tal-baħar.", "Wara li jittellgħu mill-baħar naġixxu skond il-liġi u nieħdu dawn il-persuni f'ċentri apposta, b'kondizzjonijiet kemm jista' jkun li huma fil-mezzi tagħna, pero` kondizzjonijiet li huma aċċettabbli.", "Sur President, irridu ngħidu wkoll li dawn il-persuni qed jiġu utilizzati minn organizzazzjonijiet kriminali internazzjonali u minnhom qiegħed isir kummerċ sħiħ.", "Dan it-traffikar ta' persuni qiegħed jissarraf f'falliment tad-dritt internazzjonali jiġifieri l-kollass tad-dritt internazzjonali huwa rappreżentat mill-fatt li qed ikun hemm nies li jittraffikaw persuni li m'humiex rifuġjati u li wara li jsiru l-proċeduri neċessarji għal status umanitarju dawn ma jkunux intitolati għalih.", "U filwaqt li aħna f'pajjiżna għandna d-dover li dejjem nittrattaw lil dawn in-nies bl-aktar mod serju li pajjjiż ċivili joffri, kif ukoll bħala pajjiż li jemmen fil-valuri insara, għandna wkoll id-dover li ma nħallux lilna nfusna niġu rikattati mill- kriminalita` internazzjonali li qed torganizza dawn l-affarijiet.", "Għandna naqdu wkoll id-dover tagħna lejn il-poplu tagħna u dan id-dover irridu naqduh kollu.", "Sur President, f'din il-Kamra kont għedt li aħna bdejna kampanja sabiex noħolqu kuxjenza tal-problema fost il-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea.", "Pero` għamilna wkoll fuq livell internazzjonali kampanja sħiħa fuq il-problema kbira li qed tiffaċċja Malta.", "U naħseb li din hija t-triq għat-telgħa u għalhekk se nkomplu nsegwuha kollha.", "Għalhekk f'dan il-mument irridu nasserixxu, bl-aktar mod ċar, li se nkunu konsistenti u assidwi fix-xogħol diplomatiku tagħna fuq livell internazzjonali sabiex filwaqt li nagħtu l- protezzjoni kollha li titlob il-liġi lil dawk ir-rifuġjati u lil dawk li għandhom id-dritt għall-istatus umanitarju, bl-istess mod ma rridux inħallu li pajjżna jiġi rikattat mill-organizzazzjoni kriminali internazzjonali, li jagħmel lill-pajjiżna bħala dumping ground ta' immigranti llegali.", "Din m'hijiex xi ħaġa aċċettabbli għalina u hija xi ħaġa li rridu nkomplu niġġielduha pero` rridu nagħmlu distinzjoni ċara li ħafna drabi, fid- diskors popolari, din ma ssirx.", "Allaħares inħalltu ħaġa ma' oħra.", "Irridu nkunu b'saħħitna fil-protezzjoni daqskemm irridu nkunu b'saħħitna fid- difiża tal-fruntieri tagħna kontra l-kriminalita` internazzjonali.", "Il-ħidma tagħna trid tkompli għaddejja sabiex il-proċess tal-persuni li jkunu għamlu talba ta' asylum, issir kemm jista' jkun malajr.", "Din il-liġi tipprovdi sabiex ikun hemm aktar minn kummissarju wieħed tar-rifuġjati ħalli b'hekk il-proċess ta' dawn il-persuni jsir aktar malajr u d-drittijiet tagħhom jiġu identifikati aktar malajr.", "Fost affarijiet oħra, din il-liġi tipprovdi wkoll sabiex jekk applikazzjoni tiġi dikjarata bħala infondata, allura anke qabel ma jkun iffinalizzat l- istadju ta' l-appell, l-applikant jista' jiġi deportat minnufih minn pajjiżna.", "Fiċ-ċirkostanzi ta' pajjiżna din hija miżura bżonjuża u aħna qed nagħmluha bl-akbar responsabilita` għaliex nemmnu li huwa importanti li din il-materja tiġi indirizzata bl-aktar mod serju u bl-akbar urġenza possibbli.", "Ovvjament dan qiegħed isir fil-limiti u l-parametri li tagħtina l-liġi.", "Sur President, naħseb li huwa importanti li l-messaġġ li joħroġ ċar minn din il-Kamra jkun wieħed ta' qbil bejnietna u naraw li l-Kamra tingħaqad sabiex tiddefendi l-kollass tad-dritt internazzjonali.", "Hemm bżonn li l- Kamra tar-Rappreżentanti turi li qiegħda tagħti l-appoġġ tagħha lil dawn il- miżuri għaliex aħna rridu li filwaqt li nagħtu kenn lil min ħaqqu, nuru d- determinazzjoni tagħna -minkejja d-diffikultajiet u l-limitazzjonijiet li għandna - ħalli ma nħallux lil min irid jinqeda b'pajjiżna għall- iskopijiet kummerċjali tiegħu.", "Għandna nuru d-determinazzjoni tagħna kontra dawk l-organizzazzjonijiet kriminali li qed jittraffikaw il-persuni u jdaħħluhom f'pajjiżna bil-moħbi u kontra l-liġi.", "Naħseb li dan il-messaġġ ċar hemm bżonn li jingħata lil min qiegħed jorganizza dawn il-vjaġġi klandestini.", "Irridu nagħmluha ċara li dawn l- organizzazzjonijiet kriminali għandhom għajnejn u widnejn fil-postijiet li jirċievu l-immigranti.", "Dawn il-gruppi kriminali jafu li jekk isibu post dgħajjef aktar minn ieħor, allura jibdew jimmiraw il-vjaġġi tagħhom lejn dak il-pajjiż.", "Għalhekk il-messaġġ li jrid joħroġ minn din il-liġi, kif ukoll minn din il-Kamra għandu jkun messaġġ li pajjiżna m'huwiex a soft target!", "Pajjiżna jaf kif għandu jiddefendi ruħu u m'aħniex se nħallu lil min jikkritikana b'dan il-mod.", "Għal dan il-għan qegħdin inżidu l-impenn fid-diskorsi tagħna kemm fuq livell Ewropew kif ukoll fuq livell internazzjonali.", "Dan qed nagħmluh sabiex nassiguraw li jkun hemm żviluppi konkreti mill-organizzazzjonijiet li aħna qegħdin fihom.", "Meta ktibt lill-kummissarju għar-rifuġjati tan- Nazzjonijiet Uniti, semmejtlu kif fil-fehma tiegħi, anke l-UNHCR trid tingħaqad magħna fil-ġlieda kontra t-traffikar illegali tal-persuni.", "Dan għaliex sfortunatament l-immigrazzjoni llegali qiegħda tagħmel ħsara lil min għandu tassew dritt għar-rifuġju.", "Allura jekk irridu nkomplu nissalvagwardaw u nsaħħu d-drittijiet ta' min ġenwinament ħaqqu l-istatus umanitarju, irridu niġġieldu kontra l-immigrazzjoni illegali għaliex din qed toħloq preġudizzju għad-drittijiet ta' min verament ħaqqu jeħodhom.", "Fil-fatt fir-risposta tiegħu, il-kummissarju għar-rifuġjati qalli li huma impenjati sabiex jagħmlu dan.", "Dan id-diskors kont għamiltu wkoll fl- assemblea ġenerali tal-Ġnus Magħquda u huma fehmu u qablu ma' dak li għedt jien.", "Pero` ma rridux ninsew li fost l-immigranti illegali jista' jkun hemm ir-rifuġjati vera u dan huwa fatt li ma jista' jinnegah ħadd.", "Għalhekk għandna l-proċeduri tagħna u proprju f'dan l-abbozz ta' liġi qegħdin ngħidu li m'għandu jkun hemm l-ebda dubju fuq l-applikazzjoni.", "Jekk ikun hemm imqar l-iċken dubju u jkun hemm suspett li dik l- applikazzjoni jista' jkollha xi fondazzjoni ta' xi ħaġa, allura dak id- dubju jmur favur l-applikant.", "Min-naħa l-oħra jekk l-applikazzjoni tkun manifestament infondata u jekk jidher ċar li dan huwa proċess li wieħed qiegħed jieħu sabiex itawwal il- permanenza tiegħu f'pajjiżna, allura m'għandniex triq oħra ħlief dik li niddeportawh.", "Ħadd m'għandu jabbuża mill-proċess legali u lkoll kemm aħna nafu kemm jiġi abbużat dan il-proċess.", "Għandna diffikulta` reali fuq dan il-proċess.", "Fil-fatt meta nibagħtu għal xi konslu ħalli jkellem lil dawn il-persuni, anke lil dawk li jkunu tilfu l-każ tagħhom, insibu xorta waħda d-diffikultajiet sabiex noħorġu t-travel documents għalihom.", "Dan għaliex l- immigranti jiltaqgħu mal-konslu u dan min-naħa tiegħu jibda jkellimhom iżda huma ma jirisponduhx u jagħżlu li ma jitkellmux.", "Sur President, il-fatt li ma jkellmuhx jirriżulta li jkun ġie ta' xejn u għalhekk ma jkunux jistgħu joħorġu t-travel documents.", "U minkejja li dawn in-nies ma jkollhom l-ebda dritt li jibqgħu f'pajjiżna, ma nkunux nistgħu nibagħtuhom lura b'mod legali.", "Allura huwa importanti ħafna dawn il- bidliet li qed isiru fl-abbozz ta' liġi għaliex b'dan it-tibdil inkunu nistgħu nsaħħu u nħaffu l-proċess.", "B'hekk inkunu nistgħu nagħtu l-għajnuna lil min verament ikun ħaqqu u fl-istess ħin neżerċitaw l-obbligu tagħna lejn pajjiżna u ma nħallux persuni jidħlu illegalment f'pajjiżna.", "Dawn it- tip ta' nies m'għandhomx id-dritt għall-protezzjoni li tagħti l-liġi internazzjonali u dik Maltija.", "Sur President, l-iżvilupp huwa fattur importanti għaliex jekk irridu nidħlu fl-għeruq ta' din il-problema, nafu li hemm bżonn li tingħata l-assistenza ta' żvilupp ħalli l-ekonomiji ta' dawn il-pajjiżi jiżviluppaw.", "Ikolli ngħid li dawn il-persuni jitilqu minn pajjiżhom għaliex ikunu tilfu t-tama li jkollhom futur hemmhekk.", "Għaldaqstant wieħed irid jifhem ukoll il- pożizzjoni tagħhom.", "Għalhekk ikun tajjeb li pajjiżna jibda jdaħħal fih il- kultura li jagħti għajnuna għall-iżvilupp.", "Il-poplu Malti huwa poplu ġeneruż u bħala poplu għandna ħafna esperjenza ta' għajnuna li tajna lil kulmin kien fil-bżonn.", "Insemmi biss l-għajnuna li l-Maltin jagħtu lill-missjunarji li jkunu qed jagħmlu x-xogħol tagħhom fil-pajjiżi foqra.", "Insemmi wkoll l-għajnuna li l-Maltin taw meta kien hemm il-problemi fl-Albanija u l-appoġġ li tajna lill-vittmi tas-tsunami.", "Ħafna drabi din l-għajnuna tissejjaħ assistenza umanitarja immedjata li wieħed jibgħat lil dak il-pajjiż li jkun għadda minn xi katastrofi.", "U proprju bħalissa qegħdin naraw il-konsegwenzi li għaddej minnhom il-Pakistan li ġie milqut minn terremot kbir.", "Allura jkun tajjeb li wieħed jesprimi s- solidarjeta' tiegħu ma' pajjiż tal-Commonwealth.", "Rajna wkoll pajjiż ieħor tal-Commonwealth li huwa l-Indja, li wkoll intlaqat minn dan it-terremot, għalkemm mhux bis-severita` li ntlaqat bih il-Pakistan.", "Kif diġa` għedt, il-Maltin għandhom esperjenza ta' assistenza umanitarja u għalhekk ikun tajjeb jekk nibdew indaħħlu wkoll il-kultura ta' assistenza ta' żvilupp.", "Għandna ndaħħlu l-kultura tad-development aid ħalli nassistu lil dawn l-ekonomiji sabiex ikunu jistgħu jieħdu r-ruħ u jagħtu tama lin- nies tagħhom.", "Naħseb li dan huwa wieħed mill-modi ta' kif wieħed għandu jiġġieled kontra l-immigrazzjoni illegali.", "Pajjiż għandu jiġġieled kontra l-immigrazzjoni illegali billi jagħmel id-dover tiegħu skond il-liġi pero` jista' jiġġildilha wkoll billi jidħol fl-għeruq tagħha.", "Sur President, jekk wieħed iħares lejn l-Unjoni Ewropea jsib li hija l- akbar donor ta' development aid fid-dinja.", "Fil-fatt tagħti assistenza ta' żvilupp anke lil dawk il-pajjiżi li minnhom ikunu ġejjin l-immigranti illegali f'pajjiżna u din l-assistenza qed tingħata bil-qawwa u bis-saħħa kollha f'diversi pajjiżi mill-Unjoni Ewropea.", "Naturalment wieħed qatt ma jagħti biżżejjed u għalhekk huwa importanti li naraw lil dawn il-pajjiżi, b'mod partikolari lil dawk li jinsabu fl-Afrika ta' Isfel u li qegħdin taħt is-Sahara, jibdew jieħdu r-ruħ.", "Fil-fatt b'hekk inkunu nistgħu nindirizzaw din il-problema ta' moviment ta' persuni minn pajjiżhom.", "Dawn id- drittijiet iġibu l-obbligi wkoll.", "Meta wieħed iħares lejn il-ftehim li sar bejn il-pajjiżi Afrikani, il- pajjiżi tal-Karibew u l-pajjiżi tal-Paċifiku ma' l-Unjoni Ewropea, ftehim magħruf bħala ta' Kotonou, isib li dan jindirizza diversi aspetti.", "Fosthom insibu l-assistenza ta' żvilupp u l-aspetti ta' tariffi u ta' trasportazzjoni.", "F'artiklu 13 insibu l-obbligu ta' min iffirma dan il- ftehim li jerġa' jaċċetta lura persuni li jkunu telqu b'mod illegali mit- territorju tiegħu sabiex jidħlu f'pajjiż ieħor.", "Proprju fid- diskussjonijiet li kien hemm fuq Kotonou, din il-problema ta' immigrazzjoni illegali ġiet diskussa u kien hemm agreement li ġie ffirmat mill-Unjoni Ewropea u mill-pajjiżi membri ta' l-Afrika, il-Karibew u l-Paċifiku.", "Għalhekk jekk xi ħadd ikollu persuna min-nazzjonalita` tiegħu li tkun qiegħda b'mod illegali f'wieħed mill-pajjiżi membri tal-ftehim ta' Kotonou, dan għandu l-obbligu li jerġa' jaċċettah lura mingħajr ma jkun hemm bżonn ta' ftehim ieħor.", "Jiġifieri mingħajr ma jkun hemm bżonn ta' repatriation agreement partikolari, dan il-pajjiż għandu jerġa' jaċċetta lura nies tan- nazzjonalita` tiegħu.", "Aktar tard l-agreement ta' Kotonuou jgħid li jekk xi ħadd irid jagħmel agreement ta' ripatrijazzjoni, jista' jagħmlu għaliex dawn jinkludu third country nationals.", "Sur President, huwa dover tagħna li niddefendu lil pajjiżna f'materja bħal din.", "Huwa d-dover tagħna wkoll li niddefendu d-drittijiet ta' min hu verament rifuġjat u dawn iż-żewġ affarijiet se nagħmluhom flimkien.", "Irridu niddefendu lil min verament għandu dritt skond il-liġi u rridu niddefendu lil pajjiżna kontra dawk il-persuni li m'għandhomx dritt skond il-liġi.", "Meta kont qiegħed nitkellem f'laqgħa informali tal-ministri ta' l- affarijiet barranin f'Settembru li għadda, għamilt talba sabiex fuq l- aġenda jkun hemm l-item ta' l-immigrazzjoni illegali.", "Bl-appoġġ ta' l-Italja u bl-aċċettazzjoni tal-presidenza Ingliża jien semmejt li Malta trid li jkun hemm kondizzjonalita` fil-prinċipju ta' l- assistenza ta' l-iżvilupp ħalli dawk il-pajjiżi li minnhom ikunu ġejjin l- immigranti illegali, jerfgħu r-responsabilita' tagħhom u jerġgħu jieħdu lura ċ-ċittadini tagħhom li jinsabu illegalment f'pajjiżi oħra firmatarji ta' Kotonou.", "Għalhekk dawn il-pajjiżi jridu jaċċettaw u effettivament jattwaw dan l-artiklu, kif ukoll li l-assistenza ta' żvilupp tkun ikkondizzjonata għal dan.", "Din hija inizjattiva ta' Malta fi ħdan l-Unjoni Ewropea u se tkun telgħa għolja ħafna.", "Din hija inizjattiva li se tkun diffiċli li wieħed jaraha tieħu forma pero` huwa importanti li ssir.", "Hemm bżonn li ssir l-enfasi għall-fatt li hemm pajjiżi ta' oriġini minn fejn qed jiġu l-immigranti illegali - minn fejn qed jiġu persuni li m'humiex rifuġjati u allura m'għandhomx dritt għall-humanitarian status – u għalhekk dawn il-pajjiżi diġa` għandhom l-obbligu fit-trattat ta' Kotonou, li jieħdu lil nieshom lura mingħajr il-bżonn ta' ftehim ieħor.", "Aħna qegħdin nesiġu fi ħdan l-Unjoni Ewropea sabiex dan l-artiklu jiġi rispettat.", "Pero` mhux hekk biss imma l-Unjoni Ewropea għandha tagħmel kondizzjonalita` għall-assistenza ta' żvilupp abbażi ta' rispett tad- drittijiet tal-bniedem f'dawk il-pajjiżi u abbażi tar-rispett tar-rule of law, tagħmel l-istess kondizzjonalita` abbażi tal-fatt li l-artiklu 13 irid jiġi rispettat.", "Apparti minn hekk dan huwa pajjiż firmatarju ta' Kotonou.", "Sur President, m'għandix dubju li hemm id-diffikultajiet sabiex din tiġi aċċettata, pero` din hija l-pożizzjoni tagħna u qegħdin neħduha fl- istrutturi ta' l-Unjoni Ewropea.", "Se nkomplu nieħdu din il-pożizzjoni għaliex nemmnu li qed inkunu ġusti ma' kulħadd.", "Qegħdin inkunu ġusti ma' min ħaqqu l-protezzjoni legali u qegħdin ngħidu li huwa parti mill-valuri tagħna li jekk ikun hemm persuna rifuġjata u li qed taħrab il- persekuzzjoni, nagħtuha l-kenn u ma nibagħtuhiex lura fil-periklu.", "Huma l- valuri tagħna li jekk persuna ħaqqu jkollha humanitarian status ngħinuha f'dan il-mod.", "Pero` tant ieħor huwa l-obbligu tagħna li min qiegħed hawnhekk illegalment u mingħajr ebda ġustifikazzjoni - anke min jidħol illegalment fit- territorju ta' l-Unjoni Ewropea - jiġi meħud lura f'pajjiżu.", "Dan dejjem skond il-ftehim li diġa` ġie ffirmat fil-ftehim ta' Kotonou u għalhekk hemm bżonn li dawk l-artikli jiġu effettivament implimentati mill-Unjoni Ewropea.", "Aħna qegħdin nitolbu wkoll li fi kwalunkwe każ il-politika kollha ta' żvilupp ta' l-Unjoni Ewropea jkollha dan l-element ta' kondizzjonalita`.", "Trid politika kuraġġjuża sabiex tagħmel xi ħaġa bħal din pero` hija xi ħaġa neċessarja għaliex l-Ewropa trid tkun konxja wkoll li hemm min qiegħed jagħmel kummerċ illegali bit-trasport ta' dawn in-nies.", "Dawn qegħdin jiksru l-liġijiet tal-pajjiż, m'humiex jimxu skond id- drittijiet internazzjonali u allura m'humiex jirrispettaw il-pajjiżi li fihom qegħdin jidħlu.", "Sur President, aħna lesti li nagħmlu d-doveri tagħna, kif urew il-ministri responsabbli mis-setturi partikolari, li jaħdmu kontinwament sabiex jagħtu l-aħjar kondizzjonijiet lil min jiġi f'pajjiżna, pero` fl-istess ħin, lesti li nieħdu l-pożizzjonijiet tagħna b'mod ċar.", "Dan qegħdin nagħmluh ukoll internazzjonalment billi qed nitolbu lill-Unjoni Ewropea sabiex tingħaqad f'din il-materja.", "L-Unjoni Ewropea għandha tifhem li din hija problema ta' kulħadd u mhux biss problema għal dawk il-pajjiżi li qegħdin fuq il-kosta tal-Mediterran.", "Min jinsab 'il bogħod minn din il-problema għandu mhux biss juri s-solidarjeta` tiegħu imma hemm bżonn li jifhem li din hija materja ta' interess għalih ukoll.", "Din il-materja jridu jagħtu kasha wkoll dawn il-pajjiżi u aħna se nkomplu nwasslu dan il-messaġġ għaliex huwa wieħed li fil-fehma tagħna jagħmel ħafna sens fiċ-ċirkostanzi li qegħdin fihom illum.", "Tajjeb ukoll li nitkellmu fuq ir-ripatriju u ri-integrazzjoni ta' dawn il- persuni.", "Bħala Unjoni Ewropea u anke bħala pajjiżi individwali għandna l- kultura li ngħinu fir-ri-integrazzjoni ta' dawn il-persuni fis-soċjetajiet partikolari tagħhom.", "Ngħinuhom fil-politika ta' żvilupp ħalli dawk il- persuni li jkunu daħlu f'pajjiż illegalment u li jerġgħu jintbagħtu lura, ikollhom il-possibilita` ta' assistenza ta' żvilupp.", "B'hekk ngħinuhom ħalli tinħoloq attivita` ekonomika f'pajjiżhom u b'hekk il-kondizzjonijiet ta' ħajjithom jitjiebu.", "B'din l-azzjoni nkunu qegħdin nuru l-konsistenza tagħna billi nindirizzaw dawn it-tliet aspetti tal-problema.", "Sur President, bl-istess saħħa għandna nagħtu protezzjoni lil kulmin ħaqqu, bl-istess saħħa għandna nagħtu l-protezzjoni lir-rifuġjati u lil kulmin ħaqqu status umanitarju.", "Pero` bl-istess saħħa rridu niġġieldu kontra min jipprova jwaddab lil dawn il-persuni f'pajjiżna u rridu naħdmu ħalli jkun hemm ir-ripatriju tagħhom.", "Bl-istess saħħa rridu naħdmu favur politika ta' żvilupp fl-Afrika u fil-pajjiżi l-oħra li għandhom bżonn dan l-iżvilupp.", "U dan l-iżvilupp għandu jingħata mill-Unjoni Ewropea kif ukoll b'mod bilaterali bir-riżorsi limitati tagħna.", "Din hija politika li tħares lejn il-materja ta' l-immigrazzjoni llegali b'mod ħolistiku u mil-lati kollha tagħha.", "Hekk għandhom ikunu l-affarijiet u mhux naqbdu u nħalltu lil kulħadd flimkien.", "Hawn persuni li għandhom dritt għall-protezzjoni legali u għalhekk għandna naraw li dak id-dritt nagħtuhulhom.", "Pero` hawn ukoll persuni li ma ħaqqhomx dan id-dritt u f'pajjiż bħal tagħna rridu naħdmu sabiex nies ta' din il-kwalita` jiġu ripatrijati lura lejn il-pajjiż li minnu oriġinaw.", "Madankollu rridu naħdmu wkoll sabiex ikollna politika ta' żvilupp ħalli ngħinu lil dawk il-pajjiżi li verament għandhom bżonn l-għajnuna tagħna.", "Sur President, il-problema ta' l-immigrazzjoni llegali ilha teżisti f'diversi pajjiżi pero` f'pajjiżna teffettwana aktar minħabba li diġa` għandna popolazzjoni densa.", "Fil-fatt dan huwa pajjiż li għandu 1,200 persuna għal kull kilometru kwadru u għalhekk għandna densita` ta' popolazzjoni mill-aktar għolja fid-dinja.", "Problema bħal din se tħalli effetti mmedjati u drammatiċi fuq is-soċjeta` tagħna.", "Għalhekk huwa dover tagħna li nkunu b'saħħitna fid-difiża tal-liġi u fid-difiża tagħna kontra l- kriminalita` internazzjonali organizzata, liema organizzazzjoni qiegħda tutilizza x-xewqat tan-nies sabiex tittraffika b'mod illegali persuni minn pajjiż għall-ieħor.", "Irridu naħdmu lkoll kemm aħna sabiex nidħlu fl-għeruq tal-problema u għandna nagħtu l-assistenza tagħna għall-iżvilupp.", "Nemmen li l-messaġġ li se joħroġ minn din il-Kamra fuq dan l-abbozz ta' liġi huwa messaġġ ta' min għandu jieħdu.", "Il-messaġġ huwa li pajjiżna se jkompli jaħdem sabiex dan il- fenomenu jiġi indirizzat.", "Pajjiżna se jkompli jaħdem fi ħdan l-Unjoni Ewropea, fi ħdan l-organizzazjonijiet internazzjonali u se nkomplu naħdmu mal-ħbieb tagħna tar-reġjun sabiex ilkoll flimkien insibu soluzzjoni għal dawn il-problemi.", "Sur President, il-ħbieb tagħna fir-reġjun għandhom il-problemi wkoll pero` pajjiżna għandu problemi aktar akuti.", "Għalhekk irridu nfittxu nwasslu sinjali b'saħħithom ta' ħbiberija u permezz tal-ħbiberija tagħna ma' sħabna fir-reġjun u ma' sħabna membri fl-Unjoni Ewropea, inkunu nistgħu verament nindirizzaw din il-problema u nsibu s-soluzzjonijiet għaliha.", "Dan m'huwiex il-mument li fih noqogħdu ngħidu li għandna problema u daqshekk imma rridu naraw kif se nindirizzawha b'mod immedjat, kif ukoll naħsbu għal soluzzjoni fit-tul.", "Nemmen li għal kull problema hemm soluzzjoni u ninsab konvint li bl-appoġġ ta' din il-Kamra, inkunu nistgħu naslu għas-soluzzjoni ta' din il-problema.", "Nirringrazzjak.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Helena Dalli.", "ONOR.", "HELENA DALLI: Sur President, nixtieq nifraħ lill-Onor.", "Michael Frendo għad-diskors li għamel għaliex ħadt gost nisimgħu.", "Kien diskors interessanti u diskors ibbażat fuq livell internazzjonali, kif wara kollox huwa xieraq mill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin.", "Issa jien nixtieq niffoka d-diskors tiegħi aktar viċin id-dar tagħna għaliex nixtieq inwassal il-vuċi ta' ċerti nies li qegħdin imissu mal-problema ta' l-immigrazzjoni llegali.", "Għalhekk għandi xi mistoqsijiet li xtaqt nagħmel u li fil-winding up nittama li l-ministru jkun jista' jweġibhom qabel jagħlaq id-diskors fuq dan l-abbozz ta' liġi.", "Waħda mill-ewwel affarijiet li ridt insemmi huma s-suldati u l-pulizija Maltin, li f'din il-problema kollha li spjega tant tajjeb il-Ministru Frendo, m'hijiex biss problema ta' pajjiżna imma hija problema ta' ħafna pajjiżi oħra.", "Madankollu f'dan il-parlament irridu nwasslu wkoll il-vuċi ta' l-iċken persuni li qed ikunu effettwati minn din il-problema.", "Jien ninkwieta meta nisma b'ċerti affarijiet u sentimenti li jkunu għaddejjin f'pajjiżna.", "Hawn min qed iħoss li fid-dibattitu kollu li hawn fil-pajjiż m'humiex qed jissemmew dawn in-nies.", "U għalhekk se nsemmi lill-pulizija u lis-suldati.", "Sur President, nafu li s-suldati ma jistgħux jagħmlu parti minn xi union u lanqas jistgħu jipprotestaw.", "Għalhekk qed jiġu l-familjari tagħhom sabiex ikellmuna fuq il-problemi li jkunu għaddejjin minnhom.", "Fil-fatt lili qiegħed jirriżultali li ħafna suldati qed iħossuhom iddemoralizzati u mdejqa b'din is-sitwazzjoni.", "Qed ikollhom jaħdmu above the limit u qed ikollhom jaħdmu ħinijiet eċċessivi.", "Nies fl-armata li xogħolhom kien wieħed ta' snajja', bħal per eżempju, electricians, qegħdin jintbagħtu jagħmlu xogħol ma' dawn in-nies.", "B'hekk ix-xogħol ta' l-armata qiegħed imur lura minħabba din il-problema.", "L-aħħar darba smajt lill-ministru jgħidilna li għandna immigrant irregolari għal kull suldat.", "Din hija r-realta` li rridu nżommu quddiem għajnejna u dan qed iwassal sabiex is-suldati jibdew iħossuhom iddiskriminati.", "Filwaqt li rridu nirrispettaw lil dawn in-nies li qed jidħlu f'pajjiżna u ngħinuhom mill-aħjar li nistgħu, irridu nżommu quddiem għajnejna wkoll li s-suldati qed iħossu li hemm poter fuqhom.", "Jiġifieri jekk suldat qiegħed ma' immigrant illegali u dan jiddeċiedi li jmur x'imkien, is-suldat irid joqgħod idur warajh u jeskortah.", "Dawn huma affarijiet li rridu noqogħdu attenti għalihom u naħseb li hemm bżonn li jiġu ndirizzati.", "Sur President, huwa veru li l-pajjiż kollu għandu problema kbira pero` l- ewwel nies li qed imissu ma' l-immigranti llegali huma proprju s-suldati u l-pulizija tagħna.", "U fil-fehma tiegħi ma naħsibx li qed nagħtu biżżejjed importanza lil dan il-fattur.", "Għalhekk nittama li fil-winding up, il- ministru jittratta dan l-aspett ukoll.", "Nafu li din il-problema m'hijiex ta' pajjiżna biss imma hija problema li qed tolqot lil ħafna pajjiżi pero` minħabba ċ-ċokon tagħna, ma' l-ewwel qatra nafu li se negħrqu.", "Allura xi ħaġa li tkun tajba se ngawdu minnha mill-ewwel u se jgawdu ħafna nies għaliex minħabba ċ-ċokon tagħna ma tridx wisq biex tferraħna.", "Mill- banda l-oħra xi ħaġa li hija ħażina se nħossuha aktar gravi mill-pajjiżi l- oħra.", "Ovvjament dan għaliex kif semma tajjeb il-Ministru Frendo, id- densita` tal-popolazzjoni Maltija hija fost l-aktar waħda għolja fid-dinja u għalhekk fuq din il-biċċa blata, il-problema se tkun aktar compounded.", "Sur President, huwa inutli li noqogħdu ngħidu li anke l-Italja u l- Ingilterra għandhom din il-problema għaliex meta taraha mil-lenti ta' din il-biċċa blata, tinduna kemm tinħass aktar f'Malta.", "U allura l-piż fuq is- suldati u l-pulizija qiegħed ikun akbar għaliex il-korp tal-pulizija u dak ta' l-armata m'humiex kbar daqs ta' l-Italja jew ta' l-Ingilterra.", "Għaldaqstant nixtieq nistaqsi jekk is-suldati u l-pulizija humiex jingħataw it-taħriġ meħtieġ ħalli jkunu jafu kif għandhom jilqgħu għal din il- problema.", "Qegħdin jingħataw taħriġ fuq kif għandhom jittrattaw lil dawn in- nies li rridu ngħinu?", "Kemm huma ppreparati psikoloġikament sabiex jilqgħu din il-problema?", "Sur President, qiegħda nistaqsi dan kollu għaliex xi kultant niltaqa' ma' wħud mis-suldati li qed jagħmlu dan ix-xogħol u nista' ngħid li psikoloġikament jinsabu mfarrkin.", "Huwa veru li fost l-immigranti ssib minn kollox.", "Hemm minnhom li ħarbu minn pajiżhom minħabba problemi politiċi iżda hemm oħrajn li telqu minn pajjiżhom minħabba raġunijiet ekonomiċi u għaliex iridu jsibu ħajja aħjar.", "Kulħadd għandu l-problemi tiegħu.", "Min- naħa rridu nifhmu lil dawn in-nies li qed jaħarbu minn pajjiżhom imma min- naħa l-oħra rridu nifhmu wkoll lil min qed ikollu kuntatt dirett magħhom.", "Għalina forsi hija xi ħaġa faċli li niġu f'din il-Kamra jew immorru barra għal xi konferenza u noqogħdu nitkellmu fuq il-problema pero` min verament qed ikollu x'jaqsam magħhom ma tantx qegħdin nisimgħu fuqu.", "Jien ngħid li dawn in-nies huma l-aktar nies li jafu fuq il-problema ta' l-immigranti għaliex għandhom l-esperjenza tagħhom personali.", "Dawn in-nies qed iħabbtu wiċċhom magħhom kuljum għaliex proprju jaħdmu magħhom u għalhekk nerġa' nistaqsi: Miin qiegħed jismagħhom lill-pulizija u lis-suldati?", "Min qiegħed jara li dawn ikunu ppreparati għal dan it-tip ta' xogħol?", "Qiegħda nagħfas fuq il-fattur psikoloġiku għaliex qiegħed jinkwetani ħafna n-numru ta' nies li jinsabu demoralizzati u mkissra psikoloġikament.", "Dawn qegħdin f'dan l-istat mhux biss minħabba x-xogħol żejjed li qed ikollhom jagħmlu imma anke għall-mod li bih qed jiġu trattati.", "U għalkemm ninstab ċerta li l-ministru qiegħed jaħseb fuq dawn l-affarijiet, nixtieq nagħmillu appell żgħir għaliex ma naħsibx li qiegħda tingħata attenzjoni biżżejjed fuq dan il-fattur.", "Qiegħda niltaqa' ma' ħafna nies u l-familjari tagħhom li qegħdin jirrakkontawli bil-problema kbira li qed jiffaċċjaw.", "Saħansitra din il-problema qegħdin jispiċċaw iġorruha magħhom meta jmorru lura d-dar.", "Sur President, kif kont qiegħda ngħid qabel, f'din il-Kamra ngħaddu l- liġijiet sabiex l-affarijiet nagħmluhom aħjar, pero` m'aħniex qegħdin immissu r-realta` ta' x'inhi verament is-sitwazzjoni bħalma qegħdin imissuha s-suldati u l-pulizija.", "Kif diġa` għedt dawn qed ikaxkru din ir- realta` lejn id-dar tagħhom u qed jispiċċaw jitkellmu l-ħin kollu fuqha għaliex qegħdin igħixuha.", "Għalhekk nixtieq li ssir xi ħaġa sabiex dawn in- nies ikunu motivati fix-xogħol tagħhom.", "Għandhom ukoll jingħataw għajnuna permezz ta' taħriġ, kemm fiżiku kif ukoll psikoloġiku.", "Naħseb li ħafna mis- suldati u l-pulizija m'humiex ippreparati u b'hekk qed ikollna ħafna problemi.", "Waħda mill-problemi li qed tinħoloq hija li qed titrabba ċerta antipatija fost dawn in-nies li jridu jaqdu lill-immigranti irregolari.", "Din hija xi ħaġa ħażina għaliex qegħdin naraw x'qiegħed jiġri u żgur li ma rridux li dawn l-affarijiet iseħħu f'pajjiżna.", "Ejjew ma noqogħdux ngħidu li dak kollu huwa minħabba li ma jafx iħenn għal ħaddieħor imma ejjew nidħlu fl- għeruq tal-problemi ħalli nqaċċtuhom mill-għeruq.", "Aħna ma rridux naraw ir- riżultat tal-problema imma rridu naraw il-kawża tal-konsegwenza u neqirdu lilha.", "Inkella jkun inutli li noqogħdu nitkellmu fuq il-konsegwenzi jekk ma neżaminawx eżattament x'inhi l-kawża ta' dawn is-sentimenti.", "Sur President, għandna naraw x'inhi l-kawża u nagħtu l-għajnuna lil dawn in- nies għaliex bħalma għandhom bżonn l-għajnuna l-immigranti llegali, l- istess ħaġa għandhom bżonn is-suldati u l-pulizija li qed iqattgħu l-ħin tagħhom ma' dawn in-nies.", "Ma ninsewx li dawn qed jaqilgħu l-ħobża ta' kuljum billi jqattgħu l-ġurnata kollha ma' l-immigranti llegali.", "Allura huwa fid-dover tagħna li ngħinuhom ħalli jiksbu ħajja aħjar u ngħinuhom sabiex ikollhom ħajja suret in-nies u kif jixraq lil kull persuna umana.", "Sur President, ħadt daqsxejn fit-tul fuq dan il-punt għaliex sinċerament nixtieq li jkolli xi forma ta' tweġiba mill-ministru nkarigat.", "U proprju qiegħda nara li l-ministru qiegħed jaqbel miegħi fuq dan il-punt u nieħu gost jekk issir xi ħaġa għal dawn in-nies.", "Kulħadd jaf li għandna problema kbira u għalhekk irridu naħdmu flimkien sabiex ngħinu fejn hu possibbli lill-immigranti llegali.", "Pero` min-naħa l-oħra ma rridux ninsew lin-nies tagħna.", "Għalhekk għandu jkun hemm xi ħadd li jwassal leħinhom ukoll, wara kollox għalhekk qegħdin f'din il-Kamra.", "Il-ministru ta' l-affarijiet barranin tkellem b'mod tajjeb u bbaża d-diskors tiegħu fuq livell internazzjonali.", "Pero` jien irrid inwassal leħen is-suldati u l-pulizija Maltin għaliex anke huma jifformaw parti minn din l-equation li għandna quddiemna.", "U għaldaqstant irridu naraw kif nistgħu nagħtu l-għajnuna tagħna lilhom ukoll.", "Din l-għajnuna nistgħu nagħtuhielhom taħt forma ta' taħriġ bħalma jsir barra minn xtutna.", "B'hekk dawn ikunu mħarrġa f'sitwazzjonijiet bħal dawn.", "Fuq dan il-punt xtaqt nagħmel ukoll xi ftit tal-mistoqsijiet lill-ministru.", "Per eżempju, il-kummissarju għar-rifuġjati għadu jaħdem fuq bażi ta' part- time biss?", "Il-bord ta' l-appelli, bix-xogħol kbir li għandu quddiemu, għadu jopera fuq bażi ta' part-time ukoll?", "Allura hawnhekk, trid u ma tridx bilfors ikollok titkellem b'mod politiku għaliex quddiemna għandna realta` serjissima.", "F'din is-sitwazzjoni għandna nvoluti l-ħajja tal- bnedmin u għaldaqstant, meta qed nitkellmu fuq ħajjet in-nies, ma naħsibx li hemm fejn tasal aktar.", "Madankollu qegħdin niddijljaw ma' din il- problema u nipprovaw insolvuha bil-part-timers!", "Sur President, naf li dawn huma nies li jaħdmu ħafna b'mod ġenwin.", "Għaldaqstant xtaqt li minn din il-Kamra nagħtihom ħajr għax-xogħol ġenwin li qed jagħmlu.", "Pero` irrid ngħid ukoll lill-gvern sabiex jara liema huma l-prijoritajiet tiegħu.", "Kull sena naraw il-miljuni ta' liri li jingħataw lill-konsulenti tal-gvern, lill-aġenziji u lill-awtoritajiet, iżda mbagħad fuq problema bħal din, fejn kulħadd qiegħed jaqbel li rridu nkunu all hands on deck fuqha, inħallu kummissjonarju tar-rifuġjati u bord ta' l-appelli jitħaddem bil-part-timers.", "Ma naħsibx li dan jagħmel sens!", "Żgur li l- affarijiet ma jistgħux isiru kif suppost meta bord daqshekk importanti tħallih jaħdem bil-part-timers.", "Mistoqsija oħra li nixtieq nagħmel lill-ministru hija din.", "L-Onor.", "Frendo tkellem ħafna u b'ċerta qawwa fuq ir-ripatrijazzjoni u ssemmiet ħafna min- naħa tal-gvern il-ħbiberija li l-pajjiż tagħna għandu mal-pajjiżi ġirien.", "Allura kif il-gvern Malti ma kienx kapaċi jilħaq xi forma ta' ftehim bħalma għamlet l-Italja mal-Libja fuq ir-ripatrijazzjoni awtomatika ta' l- immigranti illegali?", "Diplomatikament qegħdin naħdmu biżżejjed?", "Għandna viżjoni ta' dak li rridu?", "Dan il-pajjiż għandu leadership b'saħħtu ħalli meta jmur jitkellem fil-Libja juri daqxejn il-clout tiegħu?", "Il-prim ministru ta' pajjiżna qiegħed ikun rikonnoxut bħala tali?", "Issemmiet ir-ripatrijazzjoni u ssemmiet ħafna l-ħbiberija li għandna mal- pajjiżi ġirien tagħna, pero` sinċerament ma nafx fejn qiegħda din il- ħbiberija kollha meta lanqas irnexxielna nagħmlu ftehim bħal dak li għamlet l-Italja mal-Libja.", "Suppost li mal-Libja għandna ħbiberija antika u allura suppost li a friend in need is a friend indeed.", "Ħabib ta' veru huwa dak li meta tiġi bżonnu ssibu!", "Huwa kollu ta' xejn li noqogħdu niġu hawnhekk u niftaħru bil-ħbiberiji li għandna mal-pajjiżi ġirien tagħna meta mbagħad, x'ħin tistaqsihom fuq dak li qed jagħmlu fir-rigward ta' din il-problema ma jagħtuk l-ebda risposta.", "X'inhu jwassal għal dan?", "Jaqaw m'hemmx political clout?", "M'hemmx viżjoni ta' leadership?", "Hemm bżonn li taraw fejn tridu taslu u xi tridu tagħmlu.", "Sur President, għalfejn m'aħniex qegħdin nagħmlu dawn l-affarijiet?", "Jew inkella jekk qegħdin nipprovaw nagħmlu xi ħaġa, għalfejn mhux qed naslu?", "Forsi qed immorru fuqhom bil-pulit wisq?", "Jien nixtieq li jkollna tweġiba għal dawn il-mistoqsijiet ħalli nkunu nafu x'qiegħed isir u ma jsirx.", "Fil- fehma tiegħi, ladarba waslet l-Italja għal dan il-ftehim mal-Libja, allura għandna naslu aħna wkoll sabiex ikollna xi ħaġa simili.", "Ilkoll kemm aħna nafu x'inhuma l-interessi ta' kulħadd f'din l-istorja kollha.", "Issemmiet ħafna wkoll is-solidarjeta` u għalhekk nixtieq nagħmel xi mistoqsija wkoll fuq dan il-punt.", "Is-solidarjeta` huwa valur li nisimgħu fuqu kontinwament, speċjalment fil-kontest ta' l-Unjoni Ewropea.", "Per eżempju, naf li l-Unjoni Ewropea bagħtet delegazzjoni sabiex tara x'inhi s- sitwazzjoni ta' l-immigrazzjoni illegali fi Spanja kif ukoll dik ta' Lampedusa.", "Allura kif l-Unjoni Ewropea għadha ma bagħtitx delegazzjoni hawn Malta ħalli tara wkoll is-sitwazzjoni ta' l-immigrazzjoni illegali f'pajjiżna?", "Nimmaġina li l-Unjoni Ewropea taf li pajjiżna b'qatra qiegħed jegħreq u allura ma nistax nifhem kif ma bagħtitx delegazzjoni f'pajjiża wkoll.", "Sur President, bl-ebda mod m'hu qiegħda ngħid li Spanja u Lampedusa m'għandhomx problema bl-immigrazzjoni illegali pero` lkoll kemm aħna napprezzaw li din hija kwestjoni where size really matters!", "Allura x'qiegħda tistenna l-Unjoni Ewropea sabiex turi s-solidarjeta` tagħha ma' pajjiżna billi tibgħat delegazzjoni ħalli jaraw eżattament x'inhi s- sitwazzjoni ta' pajjiżna?", "Sur President, ma tistax titkellem fuq din il-problema umana mingħajr ma titkellem fuq kif qiegħed jikber bla kontroll il-business tat-traffikar tal- persuni.", "Jien quddiemi għandi statistika li ħarġet min-national criminal intelligence service ta' l-Ingilterra.", "F'din l-istatistika nsibu li huwa kkalkolat li madwar 600,000 persuna tidħol fl-Unjoni Ewropea ta' kull sena b'mod illegali.", "Minn din iċ-ċifra nsibu 80% minnhom li jidħlu fl-Unjoni Ewropea permezz tat-traffikanti jew kif isejħulhom huma, l-isnakeheads.", "Tant sar popolari dan il-business li qiegħed fl-istess keffa ta' dawk li jittraffikaw id-drogi!", "Fil-fatt ikkalkolaw li dan il-business jiswa Stg 8 biljun!", "L-unika differenza hija li l-pieni għal dawk li jinqabdu jittraffikaw il-persuni għadhom ħafna aktar baxxi minn dawk li jinqabdu jittraffikaw id-droga.", "L-informazzjoni li toħroġ minn din l-istatistika hija xi ħaġa serja ħafna għaliex meta xi ħadd ikun qiegħed jittraffika d-droga jkun qiegħed joqtol lin-nies.", "Allura m'hemmx dubju li dan ħaqqu pieni ħorox ħafna pero` anke min jittraffika l-persuni qiegħed jispiċċa joqtol.", "Għalhekk il-pieni li jingħataw lil min jinqabad jittraffika l-persuni għandhom ikunu ħorox bħal dawk ta' min jinqabad jittraffika d-droga.", "Min jaf minn dawk il-persuni kollha li jaqsmu minn pajjiiż għall-ieħor, kemm ikun hemm minnhom li jitilfu ħajjithom u aħna ma nkunux nafu bihom.", "Ovvjament aħna nafu biss b'dawk li nisimgħu bihom pero` minjaf kemm imutu u lanqas biss inxommuhom!", "Lanqas biss inkunu nafu minn fejn ikunu telqu dawn u fejn waslu għaliex jispiċċaw mgħarrqin.", "Sur President, il-problema tat-traffikar m'hijiex biss mill-pajjiżi ta' l- Afrika iżda nafu li dawn qed jiġu wkoll minn pajjiżi bħalma hija r-Russja!", "Per eżempju, naf b'nisa li ġew imwiegħda li f'Malta kien se jkollhom xogħol ta' waitresses jew clerks ġo uffiċini, iżda meta waslu f'pajjiżna, sabu ruħhom fix-xogħol tal-prostituzzjoni!", "Imbagħad noqogħdu niskantaw minħabba li xi wħud mill-immigranti illegali li ġejjin mill-Afrika qegħdin jipprostitwixxu ruħhom!", "Jien ma nagħtix it-tort lilhom iżda nagħtih lil min imur magħhom.", "Ladarba dawn in-nisa jafu li hemm domanda għal dan ix- xogħol, allura se jidħlu għalih.", "Ma naħsibx li dawn in-nisa se jmorru jitlajjaw għall-flus jekk ikunu jafu li m'hemmx domanda għalihom.", "Għaldaqstant ejjew naraw l-affarijiet fil-perspettiva tagħhom għaliex il- problema tat-traffikar tal-persuni, b'mod partikolari traffikar ta' nisa, ilu għaddej għal bosta żmien.", "Imbagħad noqogħdu ngħidu li dawn in-nisa qed iġibu l-mard u li qed imorru ma' l-irġiel tagħna.", "Ladarba dawn in-nisa jsibu ma' min imorru żgur li se jibqgħu fix-xogħol tagħhom.", "Allura ma noqogħdux inbeżżgħu bil-babaw u ngħidu li se jiġri ma nafx xiex.", "Dawn in- nisa qed jispiċċaw f'sitwazzjonjiet estremi u allura ma jkollhomx għażla oħra ħlief dik li jipprostitwixxu ruħhom.", "Dik hija r-realta`!", "Ejjew ma noqogħdux nippontifikaw u nitfgħu t-tort kollu għal dak li qed jiġri madwarna fuq dawn in-nies u mbagħad aħna qisna xi qaddissin u qisu m'hu qed jiġri xejn!", "Sur President, din hija forma oħra ta' skjavitu` għaliex l-ewwel jiġu mwiegħda li se jsibu xogħol diċenti f'pajjiżna, imbagħad ladarba jdaħħluhom f'pajjiżna jispiċċaw jisfruttawhom għall-interessi tagħhom.", "Kif għedt, it- traffikanti tan-nies qed isiru miljunarji u miskin hu min jaqa' taħt idejhom!", "L-ewwel iwegħduhom li se jeħduhom f'ħajja aħjar u li se jkollhom ix-xogħol u mbagħad minn dan kollu ma jsibu xejn.", "Barra minn hekk nafu wkoll li l-problema m'hijiex biss fuq il-prostituzzjoni iżda anke bħala ħaddiema normali.", "Sur President, insibu bosta ħaddiema Maltin li qed igergru għaliex l- employers qed iħaddmu lill-immigranti illegali minħabba li lilhom iħallsuhom b'miżerja.", "Huwa ħażin li qiegħed isir dan kollu pero` lill- immigrant x'tort tagħtih jekk jaċċetta dak ix-xogħol?", "L-immigrant jgħidlek aħjar jaqla' 50c milli ma jaqla' xejn!", "Issa ħalliha li qed jinfilġu bix- xogħol li jkollhom jagħmlu.", "Il-ħażin qed jagħmlu min iħaddem u l-gvern għandu jinvestiga dawn in-nies.", "Dan l-aħħar rajna fuq it-televiżjoni l-mod ta' kif qed jinżammu ċerti ħaddiema fil-postijiet li lanqas għat-trobbija tal-majjali m'huma tajbin.", "Barra minn hekk, dawn il-ħaddiema qegħdin iġiegħluhom jaħdmu minn dlam sa dlam.", "Issa apparti li ħaddiem Malti mhux qed isib xogħol, min iħaddem qiegħed jinqeda' għaliex iħallas inqas f'pagi u jħaddem lil dawn in-nies mingħajr kondizzjonijiet ta' xejn.", "Allura fejn qiegħed il-gvern preżenti?", "Sur President, l-aktar ħaġa li tiskantani hija li kulħadd jaf li b'dak li qed jiġri madwarna imma ħadd ma jagħti kas!", "Forsi dawn l-employers huma xi ħbieb tal-gvern?!", "Kulħadd jaf b'dawn ir-realtajiet li jeżistu ġo Malta Kattolika Rumana!", "Allura fejn qiegħed il-gvern?", "Fejn qiegħda l-fraud squad?", "Il-fraud squad qiegħda hemm biex tmur tiġri wara xi single mother b'xi erbat itfal u jaqtgħulha r-relief u ċ-children's allowance għaliex jissusspettaw li din il-povra mara marret taħsel xi kamra f'dar u allura jgħidulha li qed taħdem!", "Imbagħad dak l-imprenditur li b'mod sistematiku u b'mod strutturat imexxi l-azjenda tiegħu b'dawn l-imsejkna nies u jħaddimhom mingħajr ebda kondizzjonijiet ta' xejn, dak ma jimportax!", "Lil dak ma nibgħatulux il-fraud squad warajh.", "Possibli li l-gvern mhux qed isib tarf dawn in-nies?", "Ara dik is-single mother li trid tara kif se tagħmel sabiex tlaħħaq mal-ħajja, dik insibu tarfha!", "Tarf ta' dik irridu nsibu?", "Dik faċli ssib tarfha għaliex hija dgħajfa u allura hemmhekk faċli li nuru l-muskoli tagħna magħha!", "Pero` mal- kbar ma nagħmlu xejn!", "Dawn tistgħu tarawhom għaddejjin fis-6.00 a.m. bil- minibus, kollha mitfugħin fuq xulxin u jmorru fuq il-post tax-xogħol tagħhom.", "Dawn ikollhom jaħdmu minn dlam sa dlam sabiex jaqilgħu xi ħaġa u m'għandhom l-ebda kondizzjonijiet.", "Imbagħad bir-raġun kollu li l-ħaddiema Maltin li qed jirreġistraw għax-xogħol ma jsibux għaliex dawn iridu jħallsu t-taxxi, in-national insurance u għandhom dritt għal ċerti kondizzjonijiet.", "Sur President, jiena ngħid li min iħaddem huwa bla qalb għaliex jekk xi ħadd għandu ftit tad-diċenza u rispett lejn l-umanita`, żgur li ma jagħmilx dawn l-affarijiet.", "Sa ftit taż-żmien ilu dawn l-affarijiet konna nisimgħu bihom fuq il-ġurnali ta' barra iżda issa qegħdin jiġru fostna wkoll.", "Għalhekk meta nitkellmu fuq ir-rispett lejn il-ħajja umana, nixtieq li kieku dan il-gvern jindaga ftit lil dawk l-imprendituri li m'għandhomx rispett lejn il-ħajja umana u li qed iħaddmu lil dawn in-nies.", "Jien ma nemminx li l-awtoritajiet ma jkunux jafu b'dawn in-nies.", "Żgur li jkunu jafu bihom għaliex lil dawn in-nies rajnihom aħna stess fuq it- televiżjoni.", "Rajna f'liema kondizzjonijiet kienu qed jgħixu fihom.", "Mhux l- ewwel darba li nisimgħu fuq l-aħbariijet b'xi barrani li miet fuq il-post tax-xogħol minħabba xi inċident li seta' kien evitat.", "Meta mbagħad jibdew isiru l-investigazzjonijiet isibu li din il-persuni kienet bla permess imma xorta waħda kienet qed tiġi mpjegata.", "Ovvjament min iħaddimha jħallasha fl- aħħar tal-ġurnata billi jagħtiha xi ħaġa żgħira f'idha u daqshekk!", "Sur President, qiegħda nsemmi dawn l-affarijiet kollha għaliex niskanta kif fi gżira daqstant żgħira jiġru dawn l-affarijiet kollha u ma jirnexxilniex nikkontrollawhom.", "Min-naħa l-oħra nixtieq insemmi ftit lil dawk in-nies li b'mod konkret jaħdmu favur il-ġid ta' dawn il-persuni.", "Għalhekk minn hawnhekk nixtieq nagħti ħajr lill-Patri Dijonisju Mintoff, lin-nies li għandu jgħinuh fil-laboratorju tal-paċi u lill-Ġiżwiti għax-xogħol siewi li jagħmlu sabiex igħinu lil dawn in-nies.", "Dawn in-nies jaħdmu bil-fatti u mhux bil-kliem.", "Pero` nixtieq inħeġġeġ lill-Knisja sabiex tagħti aktar għajnuna f'din il-problema għax ma naħsibx li qiegħda tagħmel biżżejjed.", "Per eżempju, naf li l-Knisja tkellmet u għamlet rapport fuq l-impjant tar- riċiklaġġ ta' Sant'Antnin imma jidhirli li ma tantx għamlet xogħol fuq il- kwestjoni ta' l-immigranti illegali.", "Għalhekk xtaqt inkun naf iżjed fuq dak li qed tagħmel il-Knisja fir-rigward ta' din il-problema.", "Bħalma nafu din hija problema umana u għaldaqstant irridu nħarsu lejha mil- lenti Kristjana.", "Irridu nħarsu lejn kulħadd u lejn kulmin huwa nvolut fil- kwestjoni.", "Fil-bidu tad-diskors tiegħi semmejt lis-suldati u lill- pulizija.", "Jien nemmen li hawnhekk ma rridux inħarsu biss lejn l-immigranti imma rridu nħarsu wkoll, b'lenti Kristjana, lejn il-pulizija u s-suldati li ta' kuljum qed iħabbtu wiċċhom ma' din is-sitwazzjoni.", "Nerġa' ngħid li għalina huwa forsi faċli li niġu hawnhekk f'dan il-parlament jew f'xi konferenza barranija u nitkellmu fuq din il-problema, pero` l-aktar li qed imissuha b'idejhom huma proprju s-suldati u l-pulizija tagħna.", "Sur President, semmejt il-kwestjoni tal-kummissarju għar-rifuġjati.", "Żgur li dan ma jistax jibqa' fuq bażi ta' part-time u allura rridu nħarsu lejn il-problema kollha b'mod serju u nħarsu lejha mill-angolu ta' kompassjoni lejn kulħadd.", "Żgur li ma nistgħux nagħlqu għajnejna lejn dak l-imprenditur li qiegħed japprofitta ruħu minn din is-sitwazzjoni u minn dawn in-nies!", "Għaliex qiegħed isir dan?", "Forsi nibżgħu li jekk inwaqqfuhom, dawn l- imprendituri jagħlqu l-bibien tagħhom u allura jkollna kumpannija oħra li għalqet il-bibien tagħha!", "Allura b'hekk nidhru koroh aħna?!", "X'inhu jiġri f'dan il-pajjiż?", "Fl-aħħar mill-aħħar naħseb li hija xi ħaġa tajba li se jkollna dan l-abbozz ta' liġi, huwa tajjeb li qiegħed ikun hawn diskussjoni nazzjonali u huwa tajjeb li qiegħed ikun hawn il-kooperazzjoni bejn il-gvern, l-oppożizzjoni u l-NGOs.", "Naħseb li ħafna mill-NGOs jistgħu jagħmlu aktar fuq din il- materja għaliex bid-diskors kulħadd jgħid dak li jrid.", "L-istess bħalma niġu aħna f'din il-Kamra u noqogħdu niddiskutu flimkien, pero` fir-realta` min qiegħed imiss mal-problema jaf bil-profondita` tagħha.", "Din il-problema qiegħda tolqot familji sħaħ, kemm il-familji ta' l-immigranti illegali u kemm il-familji tas-suldati u tal-pulizija.", "Jiġifieri hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq il-ħajja ta' kuljum ta' familji sħaħ.", "Hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq dawk l-immigranti li fis-6.00 a.m. isibu ruħhom rekbin fil-minibus sabiex imorru fuq il-lant tax-xogħol mingħajr protezzjoni ta' xejn!", "Imbagħad jekk xi ħadd minnhom imut ikun miet!", "X'health and safety qed ikollhom dawn in-nies?", "Apparti minn hekk hemm il- kwestjoni tal-ħaddiema Maltin li m'humiex qed isibu fejn jaħdmu.", "Ovvjament dan għaliex l-imprenditur jippreferi jħaddem lill-immigranti ħalli jħallashom bil-karawett!", "U allura hawnhekk qegħdin nittrattaw ħażin kemm lill-immigrant għaliex m'aħniex qed nagħtuh il-kondizzjonijiet xierqa li jixirqu lil bniedem uman, kif ukoll qegħdin nittrattaw ħażin liċ-ċittadini tagħna stess.", "Sur President, din hija r-realta` tas-sitwazzjoni li qed ngħixu fiha llum.", "Għalhekk nixtieq li l-gvern u l-ministri tiegħu jitkellmu aktar man-nies fuq din il-problema għaliex inkella jkun kollu ta' xejn li noqogħdu nibżgħu minn ċerti sentimenti li qed jixxettlu f'pajjiżna.", "Il-gvern għandu jara x'qiegħed jikkawża dawn is-sentimenti għaliex jekk ma neqirdux il-kawża, dawn is-sentimenti aktar se jkomplu jikbru.", "Ftit tal-ġranet ilu ġiet tkellimni membru minn familja ta' persuna li taħdem ma' dawn in-nies u qaltli: Lilna x'tort tagħtina jekk għandna din l-antipatija lejn ċerti nies meta minħabba fihom qegħdin inbatu aħna.", "Għaldaqstant wieħed irid jara għalfejn qegħdin ibatu dawn in-nies li qed jaħdmu ma' l-immigranti.", "Il-gvern irid jirranġa l-kondizzjonijiet jekk kemm-il darba jrid jelimina l-kawża.", "Jekk mhux se jagħmel dan, allura se jibqa' jkun hemm dawn il-konsegwenzi li huma koroh ħafna.", "Filwaqt li d- dibattitu jrid jiffoka fuq ir-repressjoni ta' l-attivita` kriminali konnessa ma' l-immigrazzjoni illegali, irridu naraw kif fl-istess ħin, fl- interess ekonomiku u nazzjonali, noħolqu opportunitajiet sabiex l- immigrazzjoni illegali nagħmluha legali f'soċjeta` tolleranti.", "Naħseb li b'hekk biss inkunu nistgħu nimxu 'l quddiem.", "Niringrazzjak.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Is- Segretarju Parlamentari, jekk jogħġbu, jgħaddi għall-winding up.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Sur President, dan id-dibattitu kien tassew wieħed interessanti, dibattitu li jixhed li llum hemm ċertu għarfien fuq numru ta' problemi u li qed nieħdu pożizzjoni ferm aktar matura sabiex nipprovaw insolvuha.", "F'dan id-dibattitu rajna wkoll ħafna deputati li taw il-kontribut siewi tagħhom.", "Għall-bidu ta' dan id-diskors kont xi ftit xettiku dwar is-sugu li kien se joħroġ minnu pero` fl-aħħar issorprendejt ruħi bid-diskorsi verament tajba li smajt matul il-jiem li dam għaddej dan id-dibattitu.", "Jien mhux se noqgħod nagħmel l-eloġji fuq id-diversi kelliema li ħadu sehem f'dan id-dibattitu imma ngħid biss li bażikament kien hawn qbil kbir fuq il- mod ta' kif qed immexxu din il-problema u ta' kif wieħed qiegħed iħares lejn id-diversi affarijiet li joħorġu minn din it-traġedja umana.", "Fl-aħħar mill-aħħar hawnhekk qed nitkellmu fuq traġedja umana.", "Meta tikkonsidra li hemm dawn il-persuni kollha li qed jitilqu pajjiżhom, jaqsmu d-deżert bi tbatija kbira sabiex jidħlu fil-Libja u mbagħad minn hemmhekk ikollhom jerġgħu jgħaddu minn martirju ieħor sabiex isibu bastiment jew dgħajsa li teħodhom lejn il-pajjiżi ta' l-Ewropa, ma naħsibx li hija xi ċajta.", "Dawn jagħżlu pajjiżi bħall-Italja għaliex ovvjament jagħtihom il-vantaġġ kbir li kif jinżlu fuq l-art, wara ftit taż-żmien ikunu jistgħu jidħlu ġo l-Ewropa kollha.", "Min-naħa l-oħra meta jiġu f'pajjiżna m'għandhomx dan il-vantaġġ u jispiċċaw magħluqa f'ċentri ta' detenzjoni.", "Sur President, naħseb li rreġistrajna qbil ukoll fuq dan is-suġġett u għedna li m'għandniex inħarsu biss lejn l-aspett legali imma għandna l- ewwel inħarsu lejn id-dmir tagħna bħala bnedmin.", "Fostna kien hawn membri li qalu li dan huwa d-dmir tagħna bħala insara, pero` hawnhekk qegħdin f'istituzzjoni lajka.", "Madankollu, indipendentement minn jekk aħniex insara jew le, aħna għandna dmir lejn l-umanita` u lejn dawk li huma verament batuti u ppersegwitati f'pajjiżhom stess.", "Għalhekk irridu nagħtu lil dawn in-nies l-aħjar għajnuna li nistgħu nagħtuhom.", "Wieħed irid jgħid ukoll li l-persuni li huma ġenwinament ippersegwitati f'pajjiżhom, hekk kif jaslu fi xtutna joqogħdu għall-kondizzjonijiet kollha li nagħmlulhom.", "Ovvjament għalihom l-importanti huwa li jkunu ħelsu mill- perikli koroh li kienu għaddejin minnhom f'pajjiżhom.", "Il-problema ta' l- immigrazzjoni illegali m'għandhiex soluzzjoni waħda għaliex kull persuna li tiġi fostna, iġġib magħha l-bagalja tal-ħajja tagħha u ġġib ukoll il- problema partikolari tagħha.", "Pero` jien ngħid li l-linja li wieħed qiegħed jieħu fuq din il-problema hija totalment fit-triq it-tajba.", "L-aktar ħaġa sabiħa huwa li għandna ż-żewġ naħat tal-Kamra li qegħdin jaqblu fuqha.", "Sur President, hawnhekk qiegħed nirriferi għad-diskorsi li għamlu l-Onor.", "Gulia, l-Onor.", "Leo Brincat, l-Onor.", "George Vella, l-Onor.", "Joe Debono Grech u l-Onor.", "Helena Dalli, li kollha kemm huma qablu ma' l-idea li hawnhekk għandna politika komuni, li ħarġet ukoll mill-esperjenza li ksibna fuq dan is-suġġett.", "Irridu ngħidu wkoll li bħalissa ninsabu f'din l-eta` partikolari, fejn għall-ewwel darba qed naraw dawn l-ammonti kbar ta' nies deħlin kemm f'pajjiżna kif ukoll fil-pajjiżi l-oħra ta' l-Unjoni Ewropea b'mod klandestin.", "Kif qal tajjeb l-Onor.", "Michael Frendo, din m'hijiex l-ewwel darba li pajjiżna qiegħed jara kwantita` kbira ta' persuni li qegħdin jidħlu hawnhekk.", "Jiġifieri jekk inħarsu lura daqs 100 sena ilu, naraw li kellna wkoll kwantita` kbira ta' nies li ġew bħala rifuġjati minn pajjiżi oħrajn.", "Pajjiżna minn dejjem kien magħruf bħala pajjiż li jaf juri qalb tajba mal- barrani.", "Jien mhux se noqgħod niċċita lil San Pawl mill-atti ta' l- appostli pero` f'dawn l-atti nsibu li pajjiżna minn dejjem kellu l-qalb li jilqa' għandu lill-barranin.", "Fil-fatt pajjiżna ma laqax biss lil San Pawl, iżda skond dak li hemm miktub fl-atti ta' l-appostli nsibu li pajjiżna minn dejjem laqa' għandu persuni li kienu ġejjin minn pajjiżi mbiegħda u li kellhom id-dwejjaq u t-tbatija tagħhom.", "Sur President, hawnhekk il-problema qiegħda f'dawk li jabbużaw mis-sistema.", "Dawn huma nies li m'humiex intitolati għall-istatus ta' rifuġjati jew għall-istatus umanitarju.", "Allura hemm varjeta` kbira ta' kif wieħed iħares lejn dawn l-immigranti għaliex insibu dawk li huma immigranti ekonomiċi u hemm dawk ukoll li jmorru minn post għall-ieħor sabiex ibiddlu l-post li fih ikunu qed jgħixu.", "Għalhekk minħabba d-diffikultajiet li dawn it-tip ta' persuni qegħdin jaqilgħu, kellna noħorġu b'abbozz ta' liġi li qiegħed jiġi ppreżentat f'din il-Kamra.", "F'dan l-abbozz ta' liġi qegħdin nipprospettaw numru ta' emendi u jidher li dawn l-emendi hemm qbil assolut fuqhom.", "Per eżempju, emenda minnhom tittratta n-nomina ta' aktar minn kummissarju wieħed u żgur li din hija emenda fid-direzzjoni t-tajba.", "Il-kummissarju għar-refuġjati huwa l-bniedem li jeżamina kull persuna b'mod individwali u jagħrbel kull każ li jiġi mressaq quddiemu.", "Jiġifieri kulmin jagħmel talba għall-istatus ta' rifuġjat irid imur għand il-kummissarju għar-rifuġjati ħalli jarahom, janalizzahom, jistaqsi d-domandi dovuti u wara ssir l- analiżi.", "Wara dan ix-xogħol il-kummissarju jiddeċiedi jekk kemm-il darba dak il-bniedem partikolari ħaqqux il-protezzjoni jew le.", "Allura aħna qegħdin ngħidu li għandu jkun hemm aktar minn bniedem wieħed li jservi ta' kummissarju għar-rifuġjati.", "S'issa bħala kummissarju għar-rifuġjati kellna lis-Sur Buttigieg, li minn hawnhekk wieħed irid jgħid li għamel ix-xogħol tiegħu b'metikolożita` u b'attenzjoni kbira.", "Kull darba li xi ħadd jitkellem miegħu, jibda jifhem aktar il-problemi involuti fiċ-ċirkostanzi partikolari ta' kull każ.", "Ovvjament dan sforz in-numru kbir ta' nies li spiċċaw daħlu f'pajjiżna matul dan l-aħħar żmien.", "Pero` ta' min wieħed ifakkar li n-nies li jidħlu f'pajjiżna ma jkunux iridu jiġu speċifikament hawnhekk, iżda minħabba li jinqalgħulhom ċirkostanzi li ma jkunux jistgħu jikkontrollawhom, bħal per eżempju, jispiċċalhom il-fuel jew inkella minħabba xi maltempata fuq il- baħar, dawn jispiċċaw fuq il-gżira tagħna.", "Sur President, il-maġġoranza tagħhom dawn igħaddu mill-ibħra territorjali ta' Malta u jibqgħu sejrin għall-Italja.", "Lil dawn in-nies aħna ma nżommuhomx, jiġifieri meta nisimgħu bi kwantita` ta' nies li spiċċaw fi Sqallija, dawn ikunu għaddew mill-ibħra territorjali Maltin.", "Pero` ladarba dan ikun bastiment u ma jkollu l-ebda problemi, aħna nħalluhom għaddejin mingħajr ma nkellmuhom.", "Madankollu xorta waħda nħasset il-ħtieġa li jkun hemm aktar minn persuna waħda li sservi ta' kummissarju għar-rifuġjati.", "Dan il-bżonn inħass sforz iċ-ċirkostanzi li nqalgħu u sforz il-kwantita` ta' persuni li daħlu f'pajjiżna.", "Barra minn dan żdiedet ukoll l-emenda fejn qed ngħidu li meta l-kummissarju jeżamina applikazzjoni u hu jidhirlu li dik il-persuna ma jkunx ħaqqha l- istatus ta' rifuġjat, jista' jagħżel li jieħu wkoll l-istess triq għal dawk il-persuni li jkunu ġew fl-istess ċirkostanzi li biha tkun ġiet dik il- persuna.", "Qegħdin ngħidu l-istess ħaġa fuq dawk il-persuni li ma jikkollaborawx mal-kummissarju.", "Dawn in-nies jinstabu ħatja mill-ewwel u b'hekk wieħed ikun jista' jieħu provvedimenti speċjali kontra tagħhom.", "Mela din il-liġi qiegħda tespandi fuq il-liġi li kellna qabel u qiegħda tespandi fuq l-esperjenza li ġiet akkumulata matul dawn is-snin partikolari.", "Żgur li b'dawn il-passi li qed nieħdu m'aħniex se nsolvu l- problemi kollha pero` huwa żgur li qegħdin nagħmlu pass 'il quddiem.", "B'dawn l-emendi qegħdin nidħlu aktar fid-dettall tal-problema u se nkunu nistgħu nipproteġu aktar lil min ħaqqu jiġi protett.", "Min-naħa l-oħra, ma' min ma ħaqqux din il-protezzjoni se nimxu b'mod differenti u ovvjament jibdew il-problemi sħaħ tar-ripatrijazzjoni.", "Sur President, wieħed irid jgħid ukoll li r-ripatrijazzjoni awtomatika ma tistax tiġi attwata b'mod immedjat għaliex ħafna min-nies li jiġu f'pajjiżna nkunu rridu neżaminaw il-każ tagħhom ħalli naraw jekk humiex verament rifuġjati jew le.", "Infakkar biss lil din il-Kamra li dan l-aħħar intbagħtu lura numru kbir ta' persuni li kienu ġew f'Malta mill-Eġittu.", "Ovvjament dawn in-nies ma kienx ħaqqhom l-istatus ta' rifuġjati u allura kellhom jintbagħtu lura lejn pajjiżhom.", "Pero` qabel ma' stajna nieħdu dan il-pass, ridna neżaminaw l-applikazzjonijiet ta' dawn in-nies.", "Hawnhekk wieħed irid igħid li saret l-identifikazzjoni taċ-ċittadinanza ta' dawn il- persuni f'temp qasir u allura stajna nibagħtuhom lura fl-iqsar żmien possibbli.", "Irridu nżommu quddiem għajnejna li ħafna mill-persuni li jidħlu f'pajjiżna jkunu qattgħu d-dokumenti tagħhom.", "Uħud minn dawk li jkunu ġenwini lanqas ikollhom dokumenti fuqhom, jiġifieri jaħarbu minn pajjiżhom mingħajr dokumenti ta' xejn għaliex dawn ma jkunux ingħatawlhom minn pajjiżhom.", "Pero` hemm numru sostanzjali ta' nies li jkollhom passaport u qabel ma jidħlu f'pajjiżna dawn iqattgħuh.", "Allura b'dan l-abbozz ta' liġi qegħdin nieħdu ħsieb ukoll għal din iċ-ċirkostanza.", "Wieħed irid igħid ukoll li għar-raġuni ma tridx forza u għalhekk din il- liġi qiegħda tappella għal aktar raġuni.", "Din il-liġi qiegħda tappella sabiex għal dawk il-każijiet li qamu matul iż-żmien u li fuqhom sibna diversi diffikultajiet, aħna nkunu nistgħu nħaddmu tajjeb il-mekkaniżmi li daħħalna fl-abbozz ta' liġi ħalli ma nċaħħdu lil ħadd mill-għajnuna tagħna jekk dan verament ikun ħaqqu.", "L-isforz kollu tagħna qiegħed immirat sabiex dejjem nagħżlu bejn min verament ħaqqu l-għajnuna tagħna u min ħa ħaqqux.", "Hemmhekk qiegħed il-piż u l-irġulija kollha.", "L-irġulija tagħmilha billi inti tipprova tagħżel lil min ħaqqu u lil min ma ħaqqux l-istatus ta' rifuġjat.", "Ovvjament għal min ma ħaqqux m'hemmx triq oħra ħlief dik li tibagħtu lura.", "Sur President, il-piż ta' dan kollu qiegħed fil-mod li tipprova twettaq ix- xogħol tiegħek b'mod metikoluż u li tipprova tieħu in konsiderazzjoni kull persuna li jkollok quddiemek.", "Jekk aħna qed ngħidu li kull bniedem huwa importanti, li d-dinjita` umana hija akbar minn kwalunkwe ħaġa oħra u li aħna għandna naderixxu għall-ħsieb li l-istat ta' pajjiżna m'huwiex stat falz imma huwa għaqda tal-korpi umani fejn qegħdin jaħdmu għall-ġid tal- persuni, allura aħna ma nistgħux nixħtu barra mit-tieqa l-protezzjoni li dawn in-nies ikun ħaqqhom u li għandhom dritt għaliha skond il-liġi.", "Lili jinkwetawni ħafna ċerti dikjarazzjonijiet jew ċerti ħmerijiet li nsibu fil-gazzetti dwar kif għandna nitrattaw lil dawn l-imsejkna nies li jaqsmu l-Mediterran sabiex isibu futur aħjar.", "Nafu li ħafna minn dawn in-nies imutu fil-Mediterran għaliex min iwassalhom ma jressaqhomx qrib ix-xatt iżda jħallihom 'il barra u b'hekk dawn jimbarmu mill-ibħriet.", "Dawn huma ċ- ċirkostanzi li bħala pajjiż għandna nuru l-istat għoli taċ-ċivilita` tagħna.", "Għandna nibqgħu leali għal dawk li kienu jemmnu fih missierijitna, jiġifieri li nilqgħu fostna lil dawk li jiġu minn pajjiżi oħra.", "Ovvjament aħna rridu nkunu intelliġenti biżżejjed li nagħżlu bejn dawk li verament ġew għaliex huma ppersegwitati jew minħabba li għandhom ċirkostanzi ta' ħruxija f'pajjiżhom għal dawk li qegħdin japprofittaw ruħhom mill-ġenerożita` tal-pajjiżi.", "Il-proċess ta' din l-għażla titlob li naħdmu b'ċerta attenzjoni u hawnhekk aħna kellna kummissarju li għamel dan ix-xogħol b'mod tajjeb ħafna.", "Pero` issa se jkollna nintroduċu persuni oħra li anke huma se jservu ta' kummissarji.", "Ovvjament dawn se jieħdu ż- żmien tagħhom sabiex jiġbru l-esperjenza neċċessarja u sabiex jifhmu l-mod rigoruż u dettaljat li wieħed irid jieħu sabiex jagħmel dawn l-affarijiet kif suppost.", "Irid infakkar ukoll l-isforzi internazzjonali li pajjiżna jrid jagħmel sabiex l-Unjoni Ewropea tagħtina aktar attenzjoni fuq din il-problema.", "Jien naħseb li mn'Alla qegħdin fl-Unjoni Ewropea għaliex b'hekk nistgħu nirċievu mingħandha rimedji u għajnuna u li kieku ma konniex fiha żgur li ma konniex neħduha.", "Dan qiegħed ngħidu għaliex nimxi fuq il-premessa li d- diversi persuni li jidħlu f'pajjiżna ma jkollhomx dik l-intenzjoni imma l- għan tagħhom ikun dak li jidħlu Lampedusa, Pantellerija jew inkella Sqallija.", "Huwa rari ħafna li jkollok minn dawn in-nies li jitilqu apposta sabiex jidħlu f'pajjiżna, imma l-maġġoranza tagħhom jiġu f'Malta bi żball jew sforz id-diffikultajiet li jiltaqgħu magħhom fuq il-baħar.", "Għalhekk inkunu jew ma nkunux fl-Unjoni Ewropea xorta waħda kien se jkollna din is-sitwazzjoni quddiemna.", "Pajjiżna kien wieħed li aderixxa mat- trattati tal-Ġnus Magħquda fuq ir-rifuġjati u allura żgur li kien se jkollna din il-problema.", "Il-kelliema ta' qabli qaltilna li l-Unjoni Ewropea bagħtet kummissjoni minn tagħha sabiex tara l-problema ta' Spanja mentri f'Malta ma bagħtet lil ħadd.", "Madankollu wieħed irid jgħid li l- Unjoni Ewropea bagħtet il-kummissjoni tagħha fi Spanja – fil-parti tal- Marokk - sabiex tara eżattament jekk Spanja naqsitx mid-dmirijiet internazzjonali tagħha u jekk hijiex qed tagħti trattament tajjeb lil dawn il-persuni.", "Dak kien l-iskop ewlieni li għalih l-Unjoni Ewropea bagħtet il- kummissjoni tagħha.", "F'pajjiżna ma kellniex din il-problema u għalhekk l-Unjoni Ewropea ma kellhiex għalfejn tibgħat il-kummissjoni tagħha hawnhekk.", "F'Malta kellna livell aktar superjuri ta' kif nittrattaw lil dawn in-nies.", "Nafu wkoll li f'Malta ġie Franco Frattini, il-kummissarju li se jieħu ħsieb li jagħmel il- politika tal-kummissjoni għar-rifuġjati.", "Franco Frattini ma qgħadx ikellimna minn Brussell imma ġie direttament hawn Malta sabiex jara x'inhi u x'm'hiijex il-problema tagħna.", "Fil-fatt meta Franco Frattini ltaqa' mar- rappreżentanti tal-partit Laburista, l-Onor.", "George Vella qallu li bħala partit ma setgħux jgħidu li l-programm li kien qiegħed jagħmel biex igħin f'dawn il-problemi kien wieħed ħażin.", "L-Onor.", "Vella kompla jgħidlu li aktar ma l-programm jiżviluppa malajr aktar ikun aħjar.", "Mela allura l-Unjoni Ewropea m'hijiex qed tinjorana.", "Ovvjament aħna bħala pajjiż ugwali daqs kwalunkwe pajjiż ieħor ta' l-Unjoni Ewropea pero` qegħdin insabbtu aktar saqajna minħabba li f'pajjiżna għandna problema partikolari.", "Qed ngħidulhom li pajjiżna qiegħed jaġixxi b'responsabilita` kbira f'din il-problema partikolari u allura issa hemm bżonn li anke l- Unjoni Ewropea tagħti l-attenzjoni u l-għajnuna neċessarja tagħha.", "Illejla smajt ukoll lill-Onor.", "Micheal Frendo jagħti r-resume' tiegħu fuq dawn l- affarijiet li qiegħed insemmi.", "Fid-diskorsi preċedenti ssemmiet ukoll il-kwestjoni tal-Libja u kien hemm min ipprova jwaqqa' għaċ-ċajt lill-Ministru Tonio Borg fuq din il- kwestjoni.", "L-ewwelnett xtaqt ngħid li l-ministru mhux qiegħed jagħmel il- winding up hu minħabba li qiegħed il-Lussemburgu għal-laqgħa tal-ministru tal-ġustizzja u l-intern.", "Pero` hawn min jaħseb li billi nkellmu lil xi ħadd viċin ta' Gaddafi huwa biżżejjed sabiex insolvu din il-problema li għandna.", "Dan huwa 'l bogħod minn hekk, pero` kulmin huwa midħla ta' kif taħdem is-sistema politika Libjana, jafu wkoll li l-widna, jiġifieri l-vuċi fil-kapitlu, isservi ħafna sabiex wieħed jindirizza l-problema aħjar.", "Sur President, ir-rappreżentazzjonijiet mal-Libja qegħdin isiru u l-Libja, min-naħa tagħha, qiegħda tagħti l-attenzjoni tagħha wkoll.", "Pero` ovvjament din tieħu ż-żmien tagħha wkoll.", "Issa nagħmlu x'nagħmlu bħala agreement mal- Libja, irridu nżommu quddiem għajnejna li m'hemmx automatic repatriation!", "Jiġifieri kulmin jidħol f'pajjiżna ma nistgħux naqbduh u nibagħtuh lura mill-ewwel.", "Il-persuni kollha li jidħlu f'pajjiżna b'mod illegali rridu nagħmlu l-iscreening tagħhom sabiex naraw min verament huwa rifuġjat u min ma jaqax taħt din il-kategorija.", "Irrid infakkar ukoll li l-Libja għandha l- fruntieri tagħha miftuħa u allura f'dan il-pajjiż stess għandek kwantita` kbira ta' persuni li kontinwament jidħlu u joħorġu minnu.", "Punt ieħor li tqajjem mill-Onor.", "Helena Dalli kien rigward is-suldati u l- pulizija li jaħdmu b'mod dirett ma' dawn il-persuni.", "Il-kollega tkellmet fuq l-istress u l-problemi li jinsabu għaddejin minnhom in-nies ta' l- armata.", "Ovvjament wieħed jieħu nota ta' dak li ntqal.", "Huwa minnu li wieħed jiltaqa' ma' ċirkostanzi ġodda u ċirkostanzi li huma barra min- normal pero` l-korp huwa wieħed dixxiplinat.", "Wieħed irid iżomm quddiem għajnejh li meta niġu għas-sigurta` ta' pajjiżna rridu nduru lejhom.", "Madankollu tajjeb li wieħed jidħol ftit aktar fil-fond tas-sitwazzjoni u jistudja kwalunkwe problema li jista' jkun hemm.", "Sur President, l-Onor.", "Helena Dalli tkellmet ukoll fuq il-kwestjoni tal- prostituzzjoni.", "Naħseb li fuq dan is-suġġett il-kollega tiegħi ma tantx hija au courant ma' dak li qed jipproponi l-gvern preżenti.", "Fil-fatt fid- dokument li ġie ppublikat minn din in-naħa tal-Kamra bit-titolu \"Lejn ġustizzja aħjar u eħfef\" insibu proposta fuq il-kwestjoni tal- prostituzzjoni.", "Hawnhekk qed ngħidu li l-pieni għall-prostituzzjoni se jiżdiedu, b'mod speċjali għal min jinqabad idaħħal ġo pajjiżna barranin għal dan l-iskop.", "Hemm numru ta' miżuri li jolqtu dan is-suġġett u nispera li fix-xhur li ġejjin f'din il-Kamra jitressaq abbozz ta' liġi ħalli din il- problema tiġi indirizzata aħjar.", "Kollox ma' kollox naħseb li dan l-abbozz ta' liġi li qed nippreżentaw hawnhekk se jkun pass 'il quddiem, pass li se jżid aktar fix-xogħol li jagħmel il-gvern.", "Fostna kien hawn min tkellem u ta x'jifhem li l-gvern ma kienx qiegħed jaħdem biżżejjed.", "Pero` dan ma kienx qed iżomm f'moħħu li l- gvern ħareġ dokument sħiħ dwar x'inhi l-politika tiegħu fuq l-immigrazzjoni llegali.", "Il-gvern għadu jsostni l-politika tiegħu dwar iż-żamma tad- detenzjoni.", "Bħala gvern nemmnu fiha din għaliex naħseb li jkun att ta' irresponsabilita` kbira lejn il-poplu tagħna u lejn kull ċittadin ieħor f'pajjiżna li kieku kellna nneħħu l-politika ta' detenzjoni.", "F'dan id-dokument li ħareġ il-gvern elenkajna wkoll numru kbir ta' punti dwar kif l-Istat għandu jġib ruħu fil-konfront ta' l-immigranti illegali li jidħlu f'pajjiżna.", "Elenkajna xi drittijiet għandhom u elenkajna wkoll x'għandhom jistennew minn pajjiżna.", "Issa ovvjament, f'ebda mument m'aħna se nkunu qegħdin f'pożizzjoni li noffru xi 5-star hotel treatment għal dawn in-nies u nimmaġina li ħadd m'hu qed jippretendih dan.", "Aħna noffru lil dawn il-persuni l-minimu possibbli sabiex inkunu nistgħu nagħtuhom id- dinjita` tagħhom.", "Issa aktar ma wieħed iżid f'din id-direzzjoni aktar ikun aħjar pero` kulħadd jaf li meta jiġu volumi kbar ta' nies, kif proprju ġew dan is-sajf, aktar se jiġu mġebbda r-riżorsi tagħna.", "Dan li għedt iwassalni għal punt importanti ħafna.", "Sur President, din hija problema li trid tibqa' tiġi indirizzata b'responsabilita` kbira, trid tibqa' tiġi indirizzata bil-bagalja ta' pajjiż li jirrispetta d-dinjita` umana u ta' pajjiż li jirrispetta lil kwalunkwe persuna, ikun ta' liema kulur ikun.", "Fuq dan il-punt xtaqt nagħmel parentesi żgħira għaliex jiddispjaċini ħafna meta nisma' lil xi ħadd jiġġudika lil dawn il-persuni fuq il-kulur tal-ġilda tagħhom.", "Issa ħafna drabi dawn in-nies ikunu ġejjin minn stati fejn huma magħrufin għall- onesta` kbira li n-nies tagħhom iħaddnu.", "Fil-fatt darba minnhom kelli każ fil-qorti u nzerta li kelli numru ta' xhieda li kienu ta' karnaġġjon iswed.", "Niftakar li l-interpretu qalli li dawn il-persuni kienu ġejjin minn pajjiż fejn jibżgħu ħafna mill-ġurament!", "Mhux hekk biss imma li ġeneralment dawn dejjem igħidu l-verita`.", "Hawnhekk qiegħed nara wkoll li ċerti drabi naqbdu u nikkategorizzaw lil dawn in-nies bħala li huma kollha ħżiena jew li minħabba li għandhom ideat differenti minn tagħna, allura se joħolqu ħafna inkwiet fil-pajjiż!", "Noqogħdu nibżgħu li se jirkbuna jew li se jeħdulna l-pajjiż, pero` dan m'hu xejn ħlief diskors fil-vojt, diskors allarmista u li ħafna drabi jirriżulta fix-xejn.", "Pajjiżna għandu dan is-salib fuq dahru bħalma seta' kellu slaleb oħra.", "Madankollu huwa salib li qed jiġi mmexxi b'mod tajjeb.", "Mhux hekk biss imma meta tisma' lill-Ministru Michael Frendo jitkellem, tibda tifhem aħjar kemm we are rising to the occasion.", "Sur President, pajjiżna mhux biss qiegħed igħid li għandu problema u allura għandna naraw kif infendu għaliha, pero` qegħdin inħarsu wkoll sabiex nagħtu s-sehem tagħna anke fuq livell internazzjonali u ninsistu ma' pajjiżi oħra ħalli jkun hemm aktar żvilupp f'dawn il-pajjiżi!", "Dan għaliex fl-aħħar mill-aħħar il-problema prinċipali ta' din il-kwestjoni kollha huwa l-faqar fid-dinja.", "Jiena niftkar li kont attendejt għal-laqgħa li saret f'Madrid bħala kommemorazzjoni tal-bombing li kien sar f'dik il-belt madwar sentejn ilu u għaliha kienu ġew diversi presidenti mill-pajjiżi tad-dinja Afrikana.", "Sur President, niftakar li l-enfasi prinċipali ta' dik il-laqgħa kien fuq suġġett wieħed.", "Fil-fatt ingħad li jekk dawn iridu li jinqata' t- terroriżmu u l-immigrazzjoni llegali, allura għandhom jindirizzaw il- problema tal-faqar.", "U din hija l-verita` kollha.", "Hawn pajjiżi sħaħ li għaddejjin minn stat ta' faqar totali.", "Fortunatament f'pajjiżna ma nħossux dan l-effett għaliex ngħixu fi stat aġevolat u fi stat fejn il-maġġoranza tan-nies għandhom is-servizzi u l-kumditajiet kollha.", "Pero` hemm pajjiżi sħaħ li minn dan kollu m'għandhom xejn.", "Għad hemm tfal li qegħdin imutu bil-ġuħ u aħna l-Ewropej ma nagħtux każ tagħhom!", "Qisu ladarba dan kollu qiegħed jiġri f'postijiet daqshekk imwarrba ma nagħtux kas.", "Kif jgħidu, 'il bogħod mill-għajn, 'il bogħod mill-qalb!", "Madankollu jekk kemm-il darba rridu verament nindirizzaw il-problema ta' l- immigrazzjoni llegali, irridu naraw kif naħdmu fuq bażi long-term.", "Irridu nagħmlu programm ta' ħidma u ta' żvilupp fid-diversi pajjiżi minn fejn dawn in-nies qed jitilqu.", "Fl-aħħar mill-aħħar meta dawn in-nies jitilqu minn pajjiżhom sabiex imorru lejn l-Ewropa ma jkollhom l-ebda ħsieb ieħor ħlief dak li jsibu xogħol u jaqilgħu l-flus.", "Meta jkollhom biżżejjed flus f'idejhom, jerġgħu jmorru lura lejn pajjiżhom u b'dawk il-flus jipprovaw jagħmlu xi ħaġa.", "L-istess ħaġa għamlu diversi Maltin u Għawdxin li nxterdu mad-dinja kollha u mbagħad reġgħu ġew lura hawn Malta bil-kapital li għamlu u nvestewhom hawnhekk.", "Sur President, huwa minnu li ċ-ċirkostanzi tal-ħajja ġabuna mwelldin fuq gżira li tgħix ħajja tajba fiha.", "F'din il-gżira għandna ħafna affarijiet tajbin; għandna klima sabiħa, għandna ċirkostanzi tajbin u n-nies għandhom qalbhom tajba.", "Pero' sfortunatament hemm nies f'pajjiżi oħra li jgħixu f'ambjent u f'atmosfera totalment differenti minn tagħna.", "Għalhekk bħala bnedmin għandna d-dmir li nuru solidarjeta` ma' dawn in-nies li qegħdin fid- diffikulta`.", "Jien niddejjaq li xi ħadd jipprova jibbanalizza l-affarijiet u jipprova jgħid li l-gvern m'hu qed jagħmel xejn.", "Fl-opinjoni tiegħi, din hija kritika vojta għaliex meta inti tiddiskuti d-dettalji u jkollok il- paċenzja sabiex taqra dak li jkun għaddej, tinduna li s-sitwazzjoni hija kompletament bil-kontra ta' dak li jgħidu xi wħud.", "Irrid ngħid li fuq dan is-settur tingħata attenzjoni partikolari l-ħin kollu u wieħed jipprova dejjem joħroġ b'miżuri ġodda sabiex kemm jista' jkun inżommu bilanċ.", "Irridu nżommu l-bilanċ u nieħdu ħsieb li nagħtu d- dinjita` li dawn in-nies jixirqilhom.", "Ma rridux ninsew mil-liema martirju jkunu għaddew dawn in-nies sabiex jaslu fostna.", "Għalina narawha ġennata li inti trid taqsam id-deżert f'dik is-sħana kollha, imbagħad wara trid trid tidħol fil-Libja – li għandha traġitt kbir – u minn hemmhekk trid taqsam il- baħar Mediterran!", "Żgur mhux forsi li trid determinazzjoni u kuraġġ kbir sabiex tasal biex tagħmel xi ħaġa simili.", "Jien inħoss li hemm element ta' nuqqas min-naħa ta' l-istati Ewropej sabiex verament jindirizzaw din il-problema.", "Huwa minnu li ħafna mill-immigranti li jidħlu f'xi pajjiż isibu l-impjieg.", "Fil-fatt meta dawn jidħlu fl- Ewropa, ħafna minnhom isibu xogħol u huwa minnu wkoll li dawn qed jitilgħu l-Ewropa għaliex jafu li fl-Ewropa se jsibu suq li fih jistgħu jaħdmu.", "Din hija d-diffikulta` kbira li pajjiżna qiegħed iħabbat wiċċu magħha għaliex aħna qegħdin fin-nofs tat-triq li qed jieħdu dawn in-nies sabiex jaqsmu l- Mediterran.", "Allura hemm bżonn li pajjiżna jkompli jsemma leħnu u jagħmel l- isforzi kollha tiegħu fil-fora internazzjonali kollha.", "Per eżempju, għadna kif smajna lill-Onor.", "Michael Frendo jgħidilna li huwa mar quddiem il-Ġnus Magħquda sabiex jindirizza din il-problema quddiem l-assemblea tagħhom.", "Sur President, jien naħseb li l-gvern qiegħed jindirizza din il-problema b'mod tajjeb u jkun hemm min ikun hemm fil-gvern, din il-problema bilfors trid tiġi indirizzata.", "Dawk li jaħsbu li hemm xi easy solution għal din il- problema, ngħidilhom li n-nies m'humiex oġġetti.", "Dawn in-nies li ġejjin min-naħa l-oħra tad-dinja m'humiex skjavi jew xi biċċa għamara li tista' ċċaqlaqha fejn trid jew inkella x'ħin ifettillek taqbad u tarmiha!", "Min jaħseb hekk qiegħed jaqbad it-triq il-ħażina, qiegħed isib it-triq ta' l- argumenti faċli u t-triq ta' dawk li m'għandhom xejn f'qalbhom.", "Min igħid hekk ma jkunx qiegħed jirrealizza li qed igħid il-ħmerijiet!", "Kulmin jaħseb li s-soluzzjoni qiegħda f'xi partit estrem qiegħed jiżbalja bil-kbir.", "Hawnhekk kellna lil min ipprova jgħid li f'xi mument partikolari l-partit Nazzjonalista kien jissimpatizza lejn il-faxxiżmu.", "Minn hawnhekk irrid ngħid li fl-ebda mument ta' l-istorja tal-partit Nazzjonalista ma kien hemm dan il-ħsieb.", "Anzi, il-partit Nazzjonalista dejjem żamm lilu nnifsu marbut mal-prinċipju importanti tad-difiża tal-patrija u fl-istess ħin id-difiża tar-reliġjon, skond l-enċikliċi tal-papiet li żgur jipproteġu d-dinjita` umana!", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Issa se nqiegħed il-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi li l-abbozz ta' liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Att dwar ir-Rifuġjati\" jiġi moqri t-Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem.con u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tieni Darba.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Sur President, nipproponi li dan l-istess Abbozz ta' Liġi jiġi ttrattat mill-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar ir-Rifuġjati jiġi kkonsidrat fil-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "DISKUSSJONI DWAR", "L-IMPLIMENTAZZJONI TAĊ-ĊARTER EWROPEW GĦAN-NEGOZJI ŻGĦAR - X'SAR?", "Ikompli mill-4 ta' Ottubru, 2005.", "MR SPEAKER: Infakkar lill-Kamra li skond il-ftehim milħuq meta tintemm id-diskussjoni ma titqiegħed l-ebda mistoqsija.", "L-Onor.", "Evarist Bartolo huwa in possession.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Sur President, ilkoll kemm aħna nafu li l- kumpanniji ż-żgħar u dawk medji huma s-sinsla ta' l-ekonomija Maltija.", "Nafu wkoll li sabiex dawn jirnexxu jiddependu ħafna mis-sitwazzjoni ekonomika ġenerali tal-pajjiż.", "Pero` sfortunatament is-sitwazzjoni ekonomika ġenerali tal-pajjiż tinsab f'sitwazzjoni diffiċli ħafna.", "L- istampa tad-diffikulta` ekonomika li qed jiffaċċja pajjiżna toħroġ kemm mill-istatistika pprovduta mill-gvern stess u kif ukoll mill-istatistika pprovduta minn diversi rapporti internazzjonali.", "Fil-fatt jekk wieħed iħares lejn ir-rapport li ħarġet il-World Trade Organisation, jara b'għajnejh stess kif l-ekonomija Maltija qiegħda tiċkien u mhux tikber.", "Jekk inħarsu lejn ir-rapport intitolat \"International Trade\" tad-WTO, li ġie ppubblikat fl-2004 naraw li bejn is-sena 2000 u s- sena 2003, is-sehem ta' Malta fl-esportazzjoni dinjija naqas bi 13%.", "Li kieku wieħed igħid li kellna tnaqqis fil-manifattura iżda mbagħad kellna żieda fil-qasam tas-servizzi, xi ħaġa li gvern Nazzjonalista ilu jgħidha ħafna, tgħid fiha u ma fihiex.", "Jingħalaq bieb u jinfetaħ ieħor.", "Pero` fl- istess rapport ta' l-għaqda dinjija tal-kummerċ insibu li anke l-qasam tas- servizzi f'pajjiżna naqas b'6% mis-sehem dinji.", "Sur President, ejjew naraw rapport ieħor li din id-darba nħareġ mill- UNCTAD, il-fergħa ta' l-iżvilupp u tal-kummerċ tal-Ġnus Magħquda.", "Mir- rapport tagħha li ħareġ is-sena li għaddiet jidher li mill-investiment kollu dinji, is-sehem ta' Malta naqas bi 22%.", "Din hija xi ħaġa inwketanti ħafna.", "L-uniku oġġett li kiber f'pajjiżna matul dawn l-aħħar snin - u hawnhekk m'hemmx għalfejn tkun xi ekonomiku għax kulħadd ħass l-effett tagħhom – kien proprju l-piż tat-taxxi!", "Statistika tal-gvern stess tgħidilna li bejn l-2000 u l-2004 il-piż tat-taxxa, mill-ġid nazzjonali, tela' minn 29% għal 35%.", "Mela f'sentejn il-ġbir tat-taxxi tela' minn Lm487 miljun għal Lm647 miljun!", "Hawnhekk qed ngħidu li f'erba' snin, il-familji Maltin u Għawdxin, in- negozji ż-żgħar u l-oqsma kummerċjali kollha kellhom iħallsu Lm160 miljun aktar f'taxxa u dan fi żmien meta l-ekonomija kienet qed tiċkien kemm fil- qasam tal-manifattura kif ukoll fil-qasam tas-servizzi.", "Allura dan kollu juri f'liema sitwazzjoni diffiċli qegħdin joperaw in-negozjanti tagħna u f'liema sitwazzjoni diffiċli qegħdin jgħixu l-familji tagħna.", "Għandna gvern li qiegħed iċekken l-ekonomija u l-iżvilupp tagħha filwaqt li qiegħed ikabbar it-taxxi u l-piżijiet fuq in-negozjanti u l-familji tagħhom.", "Sur President, ilkoll kemm aħna qegħdin naraw li l-gvern jinsab miexi mingħajr ebda pjan strateġiku u ekonomiku kemm fil-qasam tal-manifattura, kif ukoll fil-qasam tat-turiżmu.", "Biżżejjed naraw li suppost sa minn hawn u xahar ieħor kellu jkollna l-miri ewlenin tal-pjan strateġiku għat-turiżmu għat-tliet snin li ġejjin, iżda s'issa jidher li m'għandna l-ebda ħjiel ta' dan.", "Aħna rridu li dan il-pjan strateġiku ikun wieħed serju u mhux sempliċement kemm ngħidu li għandna ftit karti oħra.", "Aħna rridu naraw li tassew nilħqu l-miri li għandna quddiemna ħalli nerġgħu nagħtu l-ħajja lil dan is-settur li bħalissa jinstab f'agunija.", "Naħseb li kulħadd jifhem is-sitwazzjoni li jekk it-turiżmu f'pajjiżna jmur lura, se jmorru lura wkoll ħafna oqsma oħra.", "Nerġa' ngħid li anke f'dan il- qasam, sfortunatament jidher li l-gvern huwa aktar interessat li jkabbar it- taxxi milli li jkabbar is-settur.", "U hawnhekk nixtieq insemmi l-ġenn tal- gvern f'settur li nistgħu mmorru tajjeb u f'settur li żgur għandna nsaħħuħ.", "Qiegħed nirriferi għas-settur tat-tagħlim ta' l-Ingliż lill-barranin.", "F'dan is-settur insibu madwar 46 skola, li ħafna minnhom jaħdmu bħala kumpanniji żgħar fil-qasam tas-servizzi.", "Dawn iħaddmu 'l fuq minn 1,000 għalliem u għandhom magħhom madwar 1,600 familja li jżommulhom lill- istudenti fid-djar tagħhom.", "Dawn il-familji għandhom rwol importanti ħafna għaliex jospitaw lil dawn l-istudenti fil-familji tagħhom.", "F'dan is-settur insibu ħafna kompetituri, fosthom l-Irlanda, New Zealand u l-Awstralja.", "Pero` l-gvern minflok ma jara kif jista' jgħin lil dan is- settur ħalli jiżviluppa aktar it-tagħlim ta' l-Ingliż lill-barranin, aktar qiegħed jara kif se jkissirihom!", "Madankollu jidher li din is-sena kienet waħda tajba u dan minkejja l-iskoss kbir li qala' mingħand il-gvern.", "Il- gvern preżenti beda jiġri wara l-iskejjel u wara l-familji sabiex jiġbor mingħandhom seba' snin taxxa b'lura!", "Din hija ġennata sħiħa!", "Issa għandna indikazzjoni li s-sena d-dieħla tista' tkun aħjar minn din is-sena, pero` rridu naraw li nibżgħu għalih dan is-settur u mhux nipprovaw inkissruh.", "Madankollu l-ministeru tal-finanzi, li jaqa' taħt il-prim ministru, ħsiebu biss fuq kif se jagħsar lil dawn il-familji li qed jagħtu servizz importanti lis-settur tat-tagħlim ta' l-Ingliż lill-barranin.", "Minflok ma l- gvern jara kif jista' jinkoraġġihom ħalli jtejbu l-kwalita` ta' servizz li joffru, qiegħed iġenninhom u jgħidilhom li jrid jiġbor it-taxxi li suppost ħallsu mill-1998 sal-lum!", "Issa d-dipartiment tat-taxxi qiegħed jiġri wara l-iskejjel sabiex huma jagħtuh ċerta informazzjoni għal dawn l-aħħar tliet snin.", "Minn din l-informazzjoni rriżulta li ħafna mill-familji li jżommu xi studenti magħhom - li jimxu kif suppost u jimxu skond il-liġi – idaħħlu madwar Lm1,500 f'sena.", "Pero` din iċ-ċifra m'hijiex kollha qligħ għaliex minnha jridu jħallsu għall-ikel, id-dawl u l-ilma, kif ukoll bżonnijiet oħra li jista' ikollhom bżonn dawn l-istudenti.", "Sur President, mela hawnhekk qed ngħidu li s-somma ta' Lm1,500 m'hijiex kollha qligħ iżda minn dik is-somma, wara li jħallsu l-bżonnijiet ta' dawn l-istudenti jibqgħalhom biss ftit mijiet bħala qligħ.", "Intant il-gvern minflok ma jara kif jaħdem sabiex isaħħaħ lil dan is-settur u jkompli jkabbru aktar, moħħu biss minn fejn se jdaħħal taxxi ġodda u kif se jkisser lil dan is-settur.", "Nerġa' ngħid li dan is-settur qiegħed iħalli l-flus fostna.", "Fil-fatt ħalla madwar Lm36 miljun u jista' jħalli aktar jekk jirnexxielna nkabbruh iżjed.", "Problema oħra li qed joħloq il-gvern f'dan is-settur hija fir-rigward tal- visas.", "Din il-fissazzjoni tal-pulizija qed toħloq problema serja lil dan is-settur minħabba li qiegħda tkun iebsa ħafna fil-ħruġ tal-visas għall- pajjiżi li m'humiex fl-Unjoni Ewropea.", "Issa l-akbar suq fid-dinja li qed jikber f'dan is-settur ġej minn dawk il-pajjiżi li m'humiex fl-Unjoni Ewropea u l-bravu gvern tagħna qiegħed igħid lill-iskejjel sabiex iġibu l- istudenti tagħhom mill-Unjoni Ewropea u mhux minn pajjiżi oħra.", "Din hija ġennata għaliex jekk wieħed jara minn fejn qed jiżdied is-suq tat-tagħlim ta' l-Ingliż fid-dinja jsib li l-aktar li ġejjin huma mill-Amerika Latina, mill-Asja u mill-pajjiżi tal-Golf.", "Hawnhekk qegħdin nagħlqu l-bibien tagħna meta nafu li pajjiżi fl-Unjoni Ewropea stess, bħall-Irlanda u l-Ingilterra qegħdin jiftħu l-bibien tagħhom sabiex jagħmlu l-miljuni tal-liri minn dan is-settur partikolari.", "Issa l- Unjoni Ewropea nnifsiha qiegħda taħdem sabiex trattab u tiffaċilita l-ħruġ tal-visas għall-pajjiżi bħar-Russja, mentri aħna qegħdin nagħmluhielhom aktar diffiċli.", "Il-pulizija Maltija qiegħda tagħmilhielhom aktar diffiċli sabiex jinġiebu studenti mir-Russja għat-tagħlim ta' l-Ingliż.", "Din id- diffikulta` mhux qed nagħmluha biss lir-Russja iżda anke lill-Ukraina u lill-pajjiżi oħra.", "Sur President, għalhekk sinċerament nappella lill-gvern sabiex ma jkissirx lil dan is-settur.", "Dan għandu jagħmlu billi ma jimponix taxxi ġodda fuqu u billi niffaċilitaw il-ħruġ tal-visas għal dawk il-pajjiżi li m'humiex fl- Unjoni Ewropea.", "Dawn jinkludu l-istudenti li ġejjin miċ-Ċina, mill-Asja, mir-Russja, mill-pajjiżi tal-Golf u mill-pajjiżi tal-lvant nofsani.", "Settur ieħor li l-gvern qiegħed joħloq il-problemi fih huwa s-settur tar- ristoranti.", "Dan ukoll huwa settur importanti ħafna għat-turiżmu ta' pajjiżna.", "Pero` s'issa l-gvern għadu ma qalilna xejn fuq dak li se jagħmel dwar it-trattati tar-ristoranti.", "Fis-settur tat-turiżmu Malta huwa l-aktar pajjiż għoli u l-aktar li huwa ntaxxat mill-pajjiżi kollha ta' l-Unjoni Ewropea.", "Fil-fatt pajjiżna għandu kważi 18% VAT f'kull settur mentri pajjiżi oħra li jikkompetu magħna għandhom VAT ta' 5% fuq ir-ristoranti tagħhom.", "Sur President, jekk irid il-gvern għandu ċ-ċans sabiex jirranġa l-froġa li kien għamel meta nnegozja għal sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea.", "Nafu li pajjiżi oħra li nnegozjaw magħna sabiex jidħlu fl-Unjoni Ewropea - jiġifieri Ċipru, l-Ungerija, il-Polonja u s-Slovenja – irnexxielhom fit- trattati ta' adeżjoni, jinnegozjaw VAT ta' 5% fuq ir-ristoranti tagħhom.", "Dawn il-pajjiżi rebħuha sal-31 ta' Diċembru ta' l-2007 mentri l-gvern Malti lanqas biss ipprova jinnegozja xi ħaġa bħal din!", "B'hekk ħoloq problemi kbar f'dan is-settur għaliex għolla l-prezz tal-vaganzi kif ukoll il-prezz ta' l-ikel għat-turisti.", "B'hekk sirna inqas kompetittivi mill-pajjiżi l- oħra, bil-konsegwenza li t-turisti għażlu li jmorru f'pajjiżi oħra li jikkompetu magħna.", "Dawn il-pajjiżi daħlu magħna fl-Unjoni Ewropea iżda rnexxielhom jinnegozjaw VAT ta' 5%!", "Sal-31 ta' Diċembru ta' din is-sena, il-gvern Malti għandu ċans li jħaddem dak li qed jissejjaħ il-kompromess ta' Lussemburgu.", "Il-gvern għandu jindika lill-kummissjoni Ewropea f'liema oqsma jixtieq iniżżel ir-rata tal- VAT u b'hekk sal-31 ta' Diċembru tas-sena 2015, ikollna VAT iktar baxxa f'dawk is-setturi li nagħżlu aħna.", "Min-naħa tiegħi diġa` kont staqsejt lis- segretarju parlamentari fil-ministeru tal-finanzi sabiex iressaq dawn it- talbiet u fosthom li jbaxxi l-VAT fuq ir-ristoranti, pero` dak iż-żmien, is- segretarju parlamentari kien qalli li għadu kmieni wisq.", "Issa ż-żmien għaddej u għalhekk nixtieq nerġa' nitlob lill-gvern sabiex ibaxxi l-VAT fuq ir-ristoranti u b'hekk it-turiżmu f'pajjiżna jsir aktar kompetittiv.", "Fil-fatt hemm studju li juri li jekk inbaxxu l-VAT fuq ir- ristoranti u jsir inforzar bis-serjeta` ħalli tinġabar il-VAT mingħand dawk li jevaduha, il-gvern jispiċċa jdaħħal iżjed VAT milli qed idaħħal bħalissa bi 18%.", "Dan ikun ta' ġid għat-turiżmu tagħna u jkun ta' ġid għall-finanzi pubbliċi ta' pajjiżna.", "Madankollu s'issa jidher li l-gvern m'għandu l-ebda ħjiel fuq jekk huwiex se jbaxxi l-VAT minn fuq ir-ristoranti.", "Jidher li r- rapport li ressaq quddiemna s-segretarju parlamentari jitkellem biss fuq id- dettalji ż-żgħar u mhux fuq l-istampa kollha.", "Sur President, jekk irridu nagħtu ħajja ġdida lill-ekonomija tagħna, irridu naraw kif se nsaħħu l-kumpanniji ż-żgħar għaliex is-sinsla ta' l-ekonomija tagħna hija proprju magħmula mill-kumpanniji ż-żgħar.", "Allura jekk irridu nagħtuha ħajja ġdida, irridu ntaffu l-piżijiet li l-gvern stess qiegħed jimponi fuqha.", "It-taxxi taċ-ċittadini qegħdin hemm sabiex igħinu fl- iżvilupp u l-istimolu ta' l-ekonomija tagħna u mhux biex ikunu ta' piż fuqha u jkissruha.", "Ħaġa oħra inkwetanti hija dik li minn mindu dħalna fl- Unjoni Ewropea, tgħabbejna biss bil-piżijiet tagħha u dak li minnu stajna ngawdu ma ħadna xejn.", "Dan l-aħħar kellna laqgħa tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej fejn smajna ċar u tond fuq kemm qed nitilfu opportunitajiet ta' fondi mill-Unjoni Ewropea.", "Dawn il-fondi nistgħu nġibuhom ukoll għall- qasam tal-kumpanniji u n-negozji ż-żgħar iżda jidher li m'aħniex qed nagħmlu hekk.", "Jidher li l-gvern m'huwiex apprezzat.", "Fil-verita` jien kont qed nistenna lis-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo jurina kif l- uffiċċju tiegħu huwa armat b'xi tliet impjegati li xogħolhom ikun biss dak li jaraw x'fondi nisgħtu nġibu mill-Unjoni Ewropea.", "Hawnhekk m'aħniex qed nitkellmu fuq fondi tal-gvern Malti flimkien ma' fondi li ġejjin mill- Unjoni Ewropea.", "Sur President, dawn il-fondi ġejjin direttament mil-Lussemburgu u għalhekk għandu jkollna mpjegati li ħsiebhom biss biex jidentifikaw liema huma dawk il-fondi li jistgħu jġibu lejn pajjiżna.", "Pero` pajjiżna mhux hekk jaħdem iżda jaħdem bil-maqlub!", "L-uniċi uffiċjali li għandna fil-ministeri tagħna ħsiebhom biss li jgħidu signor si għal kollox!", "Ħsiebhom biss fuq kif se ndaħħlu r-regolamenti ta' sħubija u l-piżijiet tagħha mingħajr ma nieħdu l- benefiċċji li toffri l-Unjoni Ewropea.", "Dan huwa ħażin ukoll għas-settur li qed niddiskutu għaliex nafu li minn mindu dħalna fl-Unjoni Ewropea dan is- settur żdidulu biss ir-regolamenti u l-piżijiet.", "Pajjiżi oħra daħħlu wħud mir-regolamenti fuq medda itwal ta' snin filwaqt li aħna – il-bravi li aħna - daħħalnihom aktar malajr.", "Ovvjament dan ifisser aktar spejjeż u aktar problemi sabiex inħaddmuhom.", "Sadanittant il- fondi ta' programmi mill-Unjoni Ewropea għall-qasam tal-kumpanniji ż-żgħar u medji, m'aħniex qed nagħmluhom bis-serjeta`.", "Din hija xi ħaġa inkwetanti ħafna għaliex qiegħda titfa' lura settur tant importanti għall-ekonomija ta' pajjiżna u li minnu jiddependi l-għajxien ta' eluf ta' familji Maltin u Għawdxin.", "Il-gvern qiegħed ikun ta' xkiel u ta' piż kbir fuq dan is-settur minflok ma jara kif jista' jgħinu jiżviluppa.", "Sur President, nagħlaq id-diskors tiegħi fuq l-iskejjel ta' l-Ingliż.", "Kif għedt aktar qabel, f'dawn l-aħħar ġimgħat l-iskejjel ta' l-Ingliż kellhom iqattgħu l-ħin tagħhom jimlew il-karti għad-dipartiment tat-taxxi u jgħidulhom kemm taw lil kull familja li ospitat xi studenti fid-dar tagħha.", "Fil-fatt kien hemm tmien ħaddiema jaħdmu fuq dan ix-xogħol meta lil dawn il-ħaddiema stajna wżajnihom sabiex jagħmlu marketing għas-suq tagħna u jattiraw aktar studenti barranin.", "Stajna wżajnihom ħalli jlestu l-iskejjel għas-sena d-dieħla u sabiex jaraw kif se jkabbru dan is-settur.", "Minflok qegħdin naħlu ħafna enerġija u flus minn tal-kumpanniji ż-żgħar fuq regolamenti li qed jimponi fuqhom il-gvern preżenti.", "B'dan il-mod qegħdin nitfgħu l-ekonomija lura u qed inkissru lin-negozjanti ż-żgħar.", "Jekk irridu nitfgħu l-ekonomija 'l quddiem hemm bżonn li nagħmlu l-affarijiet kif suppost u nagħmlu l-affarijiet skond il-liġi.", "Naqbel li għandu jkun hemm il-ħlas tat-taxxa imma t-taxxi m'għandhiex tkun tali li tkisser lil dan is-settur għaliex meta nkissru lil dan is-settur, inkunu qed inwaddbu lill-pajjiż kollu lura!", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Chris Agius.", "ONOR.", "CHRIS AGIUS: Sur President, għal darba oħra qegħdin ningħataw l- opportunita` sabiex niġu f'din il-Kamra u nanalizzaw dak li ġie mplimentat miċ-ċarter Ewropew għan-negozji ż-żgħar.", "Dan ir-rapport ikopri s-sena li għaddejna minnha.", "Fih insibu l-analiżi ta' dak li sar u safejn wasal ix- xogħol fuq 46 inizjattiva li hemm elenkati fuq għaxar temi differenti.", "Insibu wkoll ir-rapport li għamlu ħames working groups waqt din il- konferenza.", "Allura jien se nkun qed nitkellem fuq xi punti differenti li joħorġu minn dan l-istess rapport li għandna quddiemna.", "Fil-fehma tiegħi diskussjoni bħal din għandha importanza kbira għaliex hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq settur li joħloq l-impjiegi u li jagħmel parti importanti mill-mutur ekonomiku ta' pajjiżna.", "Dan huwa settur li għandu bżonn kull attenzjoni għaliex huwa settur fraġli ħafna u kull ċaqliq fil-klima ekonomika, kemm lokali kif ukoll internazzjonali, jistgħu jeffettwawh bil-kbir.", "Hawnhekk qed ngħidu li anke l-iċken bidla fis-suq internazzjonali tista' teffettwa l-oqsma ekonomiċi tas-self-employed iż- żgħar kif ukoll lill-industrija tagħna.", "Illum il-ġurnata dan li qed ngħid igħodd aktar minn qatt qabel minħabba li pajjiżna qiegħed jikkompeti f'suq aktar miftuħ u fi swieq b'kompetizzjoni sfrenata.", "Meta qed nitkellmu fuq l-SMEs qed nitkellmu fuq il-maġġoranza assoluta tan-negozji kollha li nsibu f'pajjiżna.", "Allura toħroġ aktar ċara l-importanza li nieħdu ħsieb dak li għandna kif ukoll li ntejbu dak li qed noffru.", "Fl-istess waqt għandu jkollna klima ekonomika li tkun tista' tressaq lejn pajjiżna xogħol u investiment ġdid.", "Meta jitwettaq dak li hemm f'dan ir-rapport, żgur li dan is-settur ikun jista' jimxi aħjar u jkun jista' jaħdem aktar liberu.", "Sur President, il-fatt li dan iċ-charter ġie adottat ukoll mill-pajjiżi kollha membri ta' l-Unjoni Ewropea jurina kemm dan is-settur huwa l- pilastru ta' l-ekonomija in ġenerali, jiġifieri mhux biss ta' pajjiżna biss iżda anke ta' l-Ewropa kollha.", "Għalhekk għandna nagħtu l-importanza kollha liċ-charter Ewropew għall-SMEs.", "Naħseb li ħadd ma jista' jiċħad iż- żmenijiet diffiċli li bħalissa għaddej minnhom pajjiżna.", "Jidher li f'din is-sitwazzjoni issa ilna daqsxejn mhux ħażin, u naħseb li ħadd ma jista' jinnega s-slowdown kbir li hawn f'pajjżna.", "Ftit tax-xhur ilu kellna lill- Profs.", "Edward Scicluna li tkellem dwar dak li għaddej minnu pajjiżna.", "Fil- fatt f'rapport fuq ġurnal il-Profs.", "Scicluna qal hekk:", "\"Edward Scicluna does not miss his words in describing the prevailing economic situation.", "The country is experiencing one of the longest, if not a very deep one, recessions since world war II.\".", "Min-naħa l-oħra jkollna lil min qed imexxi lil pajjiżna li jipprova jagħti stampa kompletament differenti ta' dak li għaddej f'pajjiżna.", "Għal dawn in- nies m'għandniex sitwazzjoni ta' recession kif ukoll ta' slowdown ekonomiku f'pajjiżna.", "Għalihom kollox miexi tajjeb u kollox għaddej fuq ir-rubini!", "Qiegħed jinħoloq ix-xogħol u qiegħed jinħoloq investiment ġdid minn barra.", "Iżda meta titkellem man-nies tat-triq issib li s-sitwazzjoni hija totalment differenti.", "Sur President, għandna s-self-employed li qegħdin ukoll f'sitwazzjoni diffiċli.", "Forsi ssib min jgħidlek li minkejja s-sitwazzjoni li qegħdin fiha, is-self-employed xorta waħda ma jwaqqfux l-operat tagħhom.", "Fil-fatt jekk inħarsu lejn l-istatistika nsibu li n-numru tas-self-employed baqa' dejjem kostanti.", "Pero` kulmin ġej mis-settur jaf li m'hijiex xi ħaġa faċli li inti taqbad u tagħlaq il-bieb tan-negozju tiegħek.", "Ma rridux ninsew li dawn ikunu nvestew kull sold li kellhom fin-negozju tagħhom, kif ukoll għandek il-maġġoranza tas-self-employed iż-żgħar li jkunu marbuta ma' banek fuq loans li jkunu ħadu magħhom sabiex jiftħu u jkabbru n-negozju tagħhom.", "Sur President, ninsabu għaddejin minn żmenijiet fejn il-piżijiet tat-taxxi baqgħu jiżdiedu sena wara l-oħra, fejn il-flus fl-idejn naqqsu ħafna u allura naqas l-infiq tan-nies.", "Kif jista' jkun li l-ispending power tan- nies ma jonqosx meta t-taxxi dejjem jogħlew mentri l-pagi baqgħu l-istess?", "Kif jistgħu ma jonqsux il-flus fl-idejn meta jkollok pensjonanti li jieħdu ftit ċenteżmi bħala żieda u mbagħad il-ħajja togħlielhom daqs ħaddieħor?", "Xi ngħidu mbagħad għall-ispejjjeż tal-gvern li kulma jmur dejjem qed jogħlew?", "Għandna gvern li sabiex isodd il-ħofor li qiegħed joħloq huwa stess, qiegħed idur fuq il-poplu għaliex għalih dan huwa s-soluzzjoni ta' dawn il- problemi.", "Allura jibqa' jgħabbi lill-poplu bit-taxxi għal sena wara l-oħra u għal budget wara ieħor.", "Eżempju ċar ta' dan huwa l-każ tal-fuel.", "Kellna min ħaseb f'din il-Kamra li l-gvern għamel xi bravura meta neħħa l-hedging agreement pero` illum jidher li qed inbatu l-konsegwenzi ta' dik il- bravura.", "Fil-fatt illum il- ġurnata qegħdin nesperjenzaw ta' spiss żidiet fil-prezz tal-petrol, tad-diesel u anke ta' l-elettriku.", "Dan il-piż qiegħed jitgħabba bih il-poplu kollu kif ukoll is-setturi kollha li jħaddmu l-ekonomija ta' pajjiżna.", "Mela f'nifs wieħed ngħidu li rridu nżidu l-kompetittivita` tagħna ħalli nlaħħqu mal-kompetizzjoni li ġejja minn barra u mbagħad fl-istess nifs, inkomplu ngħabbu lill-industrija u lis- setturi tal-kummerċ b'dawn il-piżijiet ġodda.", "L-istess ħaġa nistgħu ngħidu għall-kontijiet tad-dawl u l-ilma.", "Dawn mhux talli qatt ma ġew bħalma kienu fl-1997 iżda baqgħu jisparaw 'il fuq, b'surcharge ta' 5% li qiegħda tiġi mwaddba fuq kulħadd, anke fuq dawk li ma jifilħuwhiex!", "Sur President, jien ġej minn distrett fejn il-maġġoranza tan-nies huma ħaddiema bil-paga minima, pensjonanti u b'persuni li ma jaħdmux.", "Għaldaqstant xbajt niltaqa' ma' familji li kollha jgħiduli bid-diffikulta` li qed isibu sabiex iħallsu l-kont tad-dawl u l-ilma.", "Dawn il-familji qegħdin jispiċċaw bla servizz tad-dawl għaliex mhux qed jirnexxielhom iħallsuh u dan mhux sewwa.", "Issa dawn ma jħallsux il-kontijiet tagħhom mhux b'kapriċċ iżda minħabba d-diffikultajiet li jkunu jinsabu fihom.", "Pero` milli jidher dawn id-diffikultajiet niltaqgħu magħhom biss aħna ta' l- oppożizzjoni!", "Madankollu jekk irridu naraw x'inhi r-realta` vera hemm bżonn li mmorru fid-djar tan-nies u nisimgħu dak li għandhom x'jgħidulna.", "Statistika li ħarġet ftit tal-ġranet ilu mill-uffiċċju nazzjonali ta' l- istatistika qiegħda turina kif għal darb'oħra hemm żieda oħra fir-retail price index.", "Din l-istatistika qiegħda titkellem fuq perjodu ta' 32 xahar.", "Minn dawn it-32 xahar insibu li kien hemm 22 xahar li fihom kien hemm żieda fil-prezzijiet, mentri fl-għaxar xhur l-oħra kien hemm ċaqliq 'l isfel.", "Minn dawn l-għaxar xhur li fihom rajna ċaqliq 'l isfel fil- prezzijiet insibu tliet xhur minnhom li kienu fix-xahar ta' Jannar.", "Ovvjament dan għaliex dan il-perijodu huwa magħruf għas-sales li jkun hawn u allura b'hekk il-prezzijiet jinżlu 'l isfel.", "Sur President, dawn l-affarijiet irridu nagħtu kashom jekk ma rridux nibqgħu naraw aktar familji fi stat ta' faqar.", "U din hija xi ħaġa li kulma jmur qiegħda tikber fostna l-Maltin u l-Għawdxin.", "Hija ħaġa ċerta li ż- żidiet li qed ikollna fil-prezz tal-fuel qegħdin jikkawżaw żieda fl- inflazzjoni u allura qed ikomplu jnaqqru l-livell ta' l-għajxien tal- familji tagħna.", "Dawn il-piżijiet tgħabba bihom kulħadd, jiġifieri familji, pensjonanti, is-setturi ekonomiċi u s-self-employed iż-żgħar.", "Bħala kelliem ta' l-oppożizzjoni għall-industrija xbajt niltaqa' ma' imprendituri li kollha jilmentaw miegħi fuq kif l-ispejjeż tal-gvern qegħdin dejjem jiżdiedu.", "U dan qiegħed jiġri minkejja li jkollna min jiftaħar li rridu nżidu l-kompetittiva` ta' pajjiżna u allura ta' l-industrija.", "Fil-fehma tiegħi l-gvern huwa fid-dover li ma jibqax rieqed fuq din il- kwestjoni.", "Ma jistax ikun li jkollna gvern li jum wara l-ieħor ikompli jgħabbi lill-industrija bi spejjeż ġodda.", "Donnu saret drawwa li kull tant ġranet noħorġu ngħidu li għola l-petrol, għola l-unleaded petrol u għola d- diesel, li tant huwa importanti għall-industrija.", "Fuq dan li qed ngħid xtaqt nikkwota dak li qal is-Sur Wilfred Kenely, id-direttur ġenerali tal- Federation of Industry f'Ġunju li għadda.", "Is-Sur Kenely qal hekk:", "\"The fuel price hike has had an unprecedented effect on local industry.", "To further aggravate matters, the increasing fuel costs has coincided with an increase in government induced costs.", "This has happened at a time when industry is still adjusting to new government induced costs such as the eco-contributions, water and electricity surcharges and airport taxes.\".", "Sur President, dan il-kliem ħareġ minn fomm persuna li taf b'dak li qed jiġri f'settur importanti ħafna għall-ekonomija ta' pajjiżna.", "Nitkellmu fuq kif se nżidu l-kompetittivita` tagħna iżda mbagħad naraw – kif qal is- Sur Kenely stess - li l-industrija tagħna qiegħda tiġi mxekkla u megħjuna mill-inqas.", "Ftit ġimgħat ilu l-World Economic Forum ippubblikat lista tal- pajjiżi fejn qed turi kif dawn marru matul din is-sena fil-growth competitiveness tagħhom.", "Għal darb'oħra pajjiżna qiegħed ikompli nieżel 'l isfel.", "Fis-sena 2003 Malta kienet tinstab fid-19-il post fil- kompetittivita` mentri s-sena l-oħra nżilna fit-32 post. Barra minn hekk din is-sena komplejna neżlin 'l isfel u ninsabu fil-35 post.", "Naħseb li dan m'huwiex sinjal inkoraġġanti, l-aktar meta tħares lejn dawk il-pajjiżi li ssieħbu magħna f'Mejju tas-sena l-oħra.", "Ovvjament dawn il- pajjiżi kollha tejbu l-pożizzjoni tagħhom u dan għamluh minkejja li telqu warajna.", "Fil-fatt Ċipru mxew 'il quddiem b'erba' pożizzjonijiet, ir- Repubblika Ċeka tejbet il-pożizzjoni tagħha b'żewġ postijiet, is-Slovakkja tejbet il-pożizzjoni tagħha b'żewġ postijiet u l-Polonja tejbet il- pożizzjoni tagħha b'disa' postijiet.", "Allura dawn il-pajjiżi kienu ppreparati aħjar minna għall-isfidi li offriet l-Unjoni Ewropea?", "Sur President, xtaqt nerġa' ndur ftit fuq il-prezz tal-fuel għaliex naħseb li bħalissa dan huwa suġġett li qiegħed fuq fomm kulħadd.", "Li jkollok karozza llum il-ġurnata m'għadhiex kapriċċ anzi saret bżonn.", "Barra minn hekk il-ħolma ta' kull żagħżugħ u żagħżugħa li jaqbdu jaħdmu hija li jkollhom karozza.", "Pero` b'dak li qed jiġri llum qiegħed jagħmilha aktar diffiċli li wieħed ikollu karozza u dan minħabba l-prezzijiet tal-fuel li dejjem qed jogħlew.", "Niftakar li 20 sena ilu konna nimlew it-tank tal- karozza b'Lm5, mentri llum b'Lm5 lanqas biss iċċaqlaq il-gauge tat-tank!", "F'Ottubru ta' l-2001 meta l-gvern iddeċieda li l-prezz tal-fuel għandu jitla' u jinżel skond il-prezz internazzjonali, konna nħallsu 20c1 għal kull litru diesel u 37c5 għal kull litru unleaded petrol.", "Minn dakinhar iż-żidiet fil-prezz tal-fuel kienu kontinwi, ġimgħa wara l- oħra u xahar wara l-ieħor.", "Fil-fatt l-aħħar żieda rajniha ftit tal-ġranet ilu, fejn illum trid tħallas 41c8 ta' litru diesel u 47c5 ta' litru petrol.", "Allura qed ngħidu li minn dikinhar 'il hawn id-diesel għola b'aktar minn 108%.", "Fil-fehma tiegħi, dawn huma żidiet esaġerati meta nqisu li l-petrol u d-diesel huma xi ħaġa ta' kuljum, li jużawha l-familji kollha, il-pensjonanti u l-industrija in ġenerali.", "Tajjeb ngħidu li mill- prezz tal-petrol u d-diesel irridu nħallsu l-VAT u d-dazju.", "Mir-riċerka li għamilt sibt li 50.7% ta' dak li jħallas il-konsumatur meta jixtri l- unleaded petrol imur għand il-gvern f'taxxi tal-VAT u dazji, filwaqt li 45% tal-petrol u tad-diesel imorru f'taxxi tal-VAT u dazji!", "Sur President, issa nixtieq nagħti ħarsa lejn dak li ġabar il-gvern minn fuq il-poplu.", "Illum ħarġet statistika min-National Statistics Office u se nikkwota daqsxejn minnha.", "It-total ta' taxxa li ġabar il-gvern fl-2004 kien ilaħħaq is-somma ta' Lm638 miljun.", "Erba' snin qabel l-ammont ta' taxxa li ġabar il-gvern kien ta' Lm481 miljun jiġifieri rajna żieda ta' 33% fuq perijodu ta' erba' snin.", "Bħala taxxi diretti, fl-2004 il-gvern ġabar is-somma ta' Lm227 miljun mentri fl-2000 ġabar is-somma ta' Lm157 miljun.", "Mela hawnhekk qed naraw żieda ta' 45% fuq perijodu ta' erba' snin.", "Minn taxxi indiretti mbagħad, bħall-VAT u taxxi relatati, il-gvern ġabar is- somma ta' Lm285 miljun matul is-sena li għaddiet mentri erba' snin ilu ġabar is-somma ta' Lm214 miljun.", "Dan ifisser żieda ta' 34% fuq perijodu ta' erba' snin.", "Bħala kontribuzzjonijiet tas-sigurta` soċjali, il-gvern ġabar is-somma ta' Lm126 miljun matul is-sena li għaddiet mentri erba' snin ilu ġabar is-somma ta' Lm109 miljun, li jfisser żieda ta' 16% fuq perijodu ta' erba' snin.", "Tajjeb li nfakkru wkoll fiż-żieda esaġerata fil-ħlas tal-bolla fil-perijodu ta' bejn l-1999 u l-2000.", "Dakinhar il-gvern iddeċieda li jgħolli l-bolla minn one-twelfth tal-paga għal one-tenth tal-paga.", "Illum il-ġurnata din iż-żieda qisha ntesiet.", "Sur President, issa ħalli naraw ftit x'kien il-ġbir ta' taxxi matul l-aħħar tmien xhur.", "Ħalli nibda bit-taxxa diretta, jiġifieri bl-income tax.", "Mela fl-ewwel tmien xhur tas-sena 2002 il-gvern kien ġabar Lm106.8 miljun pero` din baqgħet tiżdied għal sena wara l-oħra sakemm illum wasalna għas-somma ta' Lm121 miljun.", "Jekk nieħdu l-bolla tas-sigurta` soċjali, insibu li fuq l- istess perijodu kellna żieda ta' Lm2 miljun iktar.", "Imbagħad għandna l- famuża VAT, fejn matul l-aħħar snin għoliet minn 15% għal 18% għal fuq il- prodotti kollha.", "Fuq is-servizzi rajna li fl-ewwel tmien xhur tas-sena 2002 inġabru Lm75.4 miljun mentri din is-sena - minn Jannar sa Awissu – diġa` nġabru Lm104 miljun.", "Meta tara kemm żdied id-dħul tal-gvern mit-taxxi diretti u indiretti, tispiċċa tgħid li bilfors ikun hawn dawn l-islowdowns fl-ekonomija u fin- negozji ta' pajjiżna.", "Il-flus fl-idejn nixfu u jekk mhux se jsir tentattiv sabiex in-nies ikollhom aktar flus fl-idejn x'jonqfu, se jkun diffiċli ħafna sabiex ir-rota terġa' tibda ddur.", "Dan kollu li għadni kemm semmejt huwa kollu frott tat-tmexxija ta' gvernijiet Nazzjonalisti, wieħed wara l- ieħor, fejn il-kultura tagħhom dejjem kienet dik ta' money no problem u li d-djun li nagħmlu jħallsuhom uliedna, kif fil-fatt qiegħed jiġri llum.", "Fil- fatt id-djun li saru qed iħallsuhom uliedna u se jkomplu jħallsuhom huma għaliex il-ħofra tant kibret li jridu jgħaddu bosta snin oħra qabel ma jirnexxielna nħallsuhom.", "Gvern Nazzjonalista qiegħed iżid it-taxxi ma' kull nifs li jieħu, qiegħed ibigħ l-assi tal-pajjiż u qiegħed ikompli jissellef sabiex iżid id-dħul tiegħu.", "Fl-ewwel tmien xhur ta' din is-sena d-dħul tal-gvern kien jammonta għal Lm645.4 miljun.", "Fl-istess perijodu l-ammont ta' ġbir tal-gvern kien jammonta għal Lm467.4 miljun, jiġifieri kellna żieda ta' Lm178 miljun.", "Meta mbagħad nagħtu ħarsa lejn l-infiq tal-gvern insibu li fl-ewwel tmien xhur ta' din is-sena dan kien jammonta għal Lm627.6 miljun filwaqt li tliet snin ilu dan kien jammonta għal Lm533 miljun, jiġiferi żieda ta' Lm94 miljun.", "Sur President, parti minn din is-somma marret sabiex inħallsu l-interessi u l-ispejjeż fuq id-djun.", "Fil-fatt f'dawn l-ewwel tmien xhur tas-sena ħallasna Lm57 miljun f'debt servicing.", "Pero` xorta waħda ma naqbilx li niġbru t-taxxi bil-mod ta' kif qed niġbruhom sabiex imbagħad nonfquhom fuq imgħaxijiet, interessi u fuq debt servicing ta' djun li nkunu għamilna.", "Xtaqt ngħid ukoll xi ħaġa fuq il-mod ta' kif il-gvern qiegħed jonfoq flus il-poplu.", "Il-gvern qiegħed jonfoq dawn il-flus bla kontroll u bl-addoċċ.", "Il-poplu żgur li ma jridx jara hekk iżda jippretendi li flusu jintnefqu bil- għaqal u fl-aħjar interess ta' l-istess pajjiż.", "Madankollu t-tmexxija tal- gvernijiet Nazzjonalisti bid-diversi konsulenzi u awtoritajiet li ħolqu m'huma qed ifissru xejn għajr żieda esaġerata fl-ispiża ta-gvern.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Onor. Agius, se tibqa' in possession?", "ONOR.", "CHRIS AGIUS: Iva, se nibqa' in possession.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Issa nsejjaħ lis-Segretarju Parlamentari biex, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Sur President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar l-Erbgħa, 12 ta' Ottubru, 2005 fis-6.00 p.m. b'din l- aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Diskussjoni dwar l-Implimentazzjoni taċ-Ċarter Ewropew għan-Negozji Żgħar - X'sar? - Kontinwazzjoni;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Privattivi Industrijali u d- Disinni - Tieni Qari; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Taxxa tar-Reġistrazzjoni ta' Vetturi bil-Mutur - Tieni Qari.", "-----------------------------------", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Vjolenza Domestika - Kumitat Permanenti.", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Reġistru Ċentrali – Kumitat Permanenti.", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Liċenzi tal-Kummerċ – Kumitat Permanenti.", "Abbozz ta' Liġi dwar Azzjonijiet Ġudizzjarji (Miżuri Varji) - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sur President, naħseb li f'pajjiżna kulħadd huwa ppreokkupat bil-mod kif qed jogħla d-diesel, il-petrol u r-riżorsi l-oħra li jiġu miż-żejt u dan qed iħalli effett negattiv fil-pajjiż.", "Dan qed jeffettwa lill-familji għax filwaqt li l-ħajja u s-servizzi bħad-dawl u l- ilma dejjem qed jogħlew, il-pagi qed jibqgħu l-istess.", "Anke l-industrija qed ikollha piż żejjed fuqha u l-konsegwenza ta' dan kollu hi li l-pajjiż qed imur lura.", "Il-membri tan-naħa tal-gvern igħidu li dawn il-problemi ġejjin mill-għoli taż-żejt barra minn pajjiżna.", "Imma din hija verita`?", "Jien ngħid li din m'hijiex kollha verita`.", "Huwa veru li qed jogħla ż-żejt minn barra imma huwa veru wkoll li ma kienx minħabba dan il-fattur biss li l-gvern kellu jgħolli d-dawl u l-ilma, id-diesel u l-pitrolju.", "Il-verita` hi li snin ilu kien hemm ippjanar ħażin, nuqqas ta' ppjanar serju u nuqqas ta' viżjoni mill-gvern Nazzjonalista jiġifieri dan l-għoli fil-prezzijiet kien ikkawżat minħabba f'hekk ukoll.", "Per eżempju, kulħadd jiftakar li l-pjan li kellu gvern Nazzjonalista kien li f'Delimara jkollna power station li tkun kapaċi tilqa' għad-domanda li hemm bżonn.", "Saħansitra kien qal li kien se jagħlaq il-power station tal-Marsa u b'hekk niffrankaw anke mit-tniġġis li din tikkawża.", "Issa x'għandna llum?", "Fiex wasalna?", "Tant kien hemm pjan ħażin li llum qegħdin fi stat li l-generators li suppost jintużaw f'każ ta' emerġenza għal ftit żmien, meta jkun hemm ċerta domanda, dawn qed jintużaw b'mod regolari.", "Issa dawn jaħlu ammont kbir ta' fuel li m'huwiex vijabbli u minħabba f'hekk spiċċajna nimportaw ħafna aktar żejt biex inlaħħqu mad- domanda.", "Dan huwa nuqqas ta' ippjanar tajjeb li jfisser aktar spejjeż u dan kollu qed ibatih il-poplu.", "Sur President, każ ieħor ta' nuqqas ta' ippjanar hu meta l-gvern aċċetta li jilħaq ċerti standards rigward it-tniġġis ta' l-arja pero` matul iż- żmenijiet m'għamel xejn biex jibda jilqa għal din l-isfida.", "Il-gvern suppost li kien għamel filters għal dan il-għan pero` dawn ma sarux bil konsegwenza li biex nilħqu dawn l-istandards ta' l-Unjoni Ewropea qed ikollna nużaw żejt b'inqas sulphur li jiswielna madwar Lm4 miljun extra fis- sena.", "Mela dawn qed ikollna nħallsuhom għax ma kienx hemm ippjanar serju.", "Hemm ukoll il-kwestjoni tal-hedging agreement.", "Inti tagħmel il-hedging agreement meta tkun taf li l-prezz taż-żejt se jibda jogħla pero` l-gvern qal li ma kienx il-mument li dan jagħmlu.", "X'jiġifieri ma kienx il-mument?", "Jekk tkun taf li ż-żejt dejjem se jibqa' jogħla u l-esperti qed jgħidu li se jibqa' tielgħa sa 40 sena oħra, kif ma' tagħmilx hedging agreement?!", "Issa skond l-esperti ir-riżorsi taż-żejt se jispiċċaw ukoll.", "Pero` l- gvern donnu qed jieħu pjaċir illi għola ż-żejt għax b'hekk jieħu d-dazju fuqu.", "Aktar ma jogħla ż-żejt aktar idaħħal dazju pero` dak id-dazju mhux qed jagħti xi ħaġa lura lill-familji jew lill-industrija biex jagħmel tajjeb għall-għoli tad-dawl u tal-ħajja.", "Għalhekk spiċċajna f'sitwazzjoni fejn il-gvern qed jieħu pjaċir idaħħal dazju iktar minn fuq l-għoli taż- żejt pero` mbagħad m'hu qed jagħti xejn lura biex isolvi l-problemi serji li għandna fil-pajjiż.", "Fl-opinjoni tiegħi huwa mportanti li nħarsu 'l quddiem anke fejn jidħol hedging agreement.", "Dan qed ngħidu għax wieħed għandu jieħu vantaġġ minn din is-sitwazzjoni li għandna llum u jipprova jġib iż-żejt bi prezz irħis.", "Hawnhekk ta' min ikun jaf li l-gvern waqqaf kumitat biex jieħu ħsieb il- hedging imma dan qed jużah biex jinħeba warajh u jwaħħal fih u xejn iktar.", "M'hu veru xejn li qed jiffunzjona dan il-kumitat, imma issa ħalli mmorru għal qasam importanti fejn jidher ċar li dan il-gvern lanqas jaf x'inhu jiġri fih.", "Sur President, il-gvern m'għandu l-ebda strateġija fejn tidħol renewable energy.", "Aħna marbutin ma' l-Unjoni Ewropea li persentaġġ mill-enerġija li nipproduċu trid tkun renewable energy.", "Issa dan għandna nagħmluh mhux għax aħna marbutin biss li nipproduċu din it-tip ta' enerġija imma wkoll għax kif diġa` għedt, ir-riżors taż-żejt dejjem qed jonqos u allura rridu nsibu alternattivi oħra.", "Dan apparti li din it-tip ta' enerġija tħalli inqas impatt fuq l-ambjent.", "Għalhekk f'dan il-qasam irridu nibdew ninvestu minn issa biex imbagħad ma nsibux il-problemi kollha ma wiċċna minn hawn u ftit żmien ieħor minħabba li ma jkunx hawn żjut.", "Irrid insemmi xi ħaġa oħra li dan il-gvern seta' jagħmel pero` għadu m'għamilhiex.", "Issa jien nitolbu biex jagħmilha immedjatament f'ġieħ l- interess tal-poplu Malti u Għawdxi kollu, għax jekk ma jeħux passi issa f'dan il-pajjiż se nispiċċaw f'sitwazzjoni li ma nafx kif noħorġu minnha.", "Huwa importanti li wieħed jeduka dwar kif għandu jintuża l-elettriku u dwar it-tip ta' makkinarju li għandu jinġieb f'pajjiżna.", "Dan it-tip ta' makkinarju għandu jkun ċertifikat bħala wieħed effiċjenti u hawnhekk nixtieq nappella lill-gvern biex jieħu passi l-aktar fil-qasam li għandu x'jaqsam mal-heating u l-cooling, għaliex persentaġġ kbir ta' l-enerġija jinħela biex insaħħnu jew inkessħu permezz ta' heaters u air-conditioners.", "Jien nitlob lill-gvern biex immedjatament jieħu passi ħalli kulmin jibni bini ġdid jibda jagħmel użu mis-solar energy.", "B'dan il-mod nibdew innaqqsu mil-load fuq il-power station bir-riżultat li nixtru inqas żejt u l-poplu ma jkollux il-burden tas-surcharge li għandna bħalissa.", "Għalhekk dak li jkun jiffranka wkoll minn dak li jkollu jħallas għall-enerġija.", "Għaldaqstant wieħed irid jara li l-bini l-ġdid li għad irid jinbena jkun ippjanat b'tali mod li jaħseb għall-konsum ta' l-enerġija.", "Huwa mportanti wkoll li immedjatament nagħmlu mezz li kull bini jkollu l-bir tiegħu biex niffrankaw l-ilma.", "Wara kollox qed nużaw ħafna dawl biex nikkonvertu l- ilma baħar għall-ilma ħelu u allura b'dan il-mod inkunu wkoll qed nipproteġu l-aquifer.", "Huwa importanti ħafna li l-gvern juri li għallinqas fejn tidħol effiċjenza jaġixxi b'mod li jkun short-term u mhux long-term, biex jara li d-domanda tonqos minn fuq il-power station.", "B'dan il-mod jiffranka l-flus kemm il-gvern kif ukoll il-poplu Malti u Għawdxi.", "Huwa importanti li fejn tidħol effiċjenza ma noqogħdux nistennew imma nibdew immedjatament.", "Sfortunatament m'għandna l-ebda policy dwar renewable energy u dan minkejja li nparlaw ħafna dwarha.", "Għalhekk irridu nibdew minn issa nfittxu oqsma li jistgħu jintużaw f'pajjiżna bħala enerġija alternattiva.", "Hemm ċerti sistemi li m'humiex tajbin għal pajjiżna minħabba s-sitwazzjoni tagħna, minħabba l-pajjiż li huwa żgħir u minħabba ċerti affarijiet oħra pero` żgur li wieħed għandu jikkonsidra l-ġenerazzjoni tad- dawl mir-riħ u anke mis-sistema tas-solar energy.", "Huwa importanti li immedjatament ikollna policy u nibdew naħdmu ħalli naraw x'se nagħmlu.", "Per eżempju, jien ma nistax nifhem kif għandna ċentru ta' research ta' Awstrjak ma' l-Enemalta f'Birżebbuġa dwar is-solar energy u għadna ma ħriġna b'xejn ġdid.", "Ma nistax nifhem kif minkejja li għandna dan iċ-ċentru ma mxejna xejn 'il quddiem meta pajjiżi viċin tagħna mxew ferm f'dan il-qasam.", "Donnu li aħna qed nibqgħu nħarsu lejhom u ma nagħmlu xejn.", "Għalhekk huwa importanti li jkun hemm strateġija.", "Hawn irrid ngħid li ilu jintqal li se jkun hemm policy pero` dwar dan ma sar xejn.", "Tant m'hu qed jiġri xejn li f'diskors li kien sar min-naħa tal-gvern intqal li fil-power station - din suppost kellha tipprovdi l-enerġija għal dawn iż-żmeniijet - għandna problemi tant kbar li se jkollna nagħmlu power station oħra li tiġi tiswa bejn Lm250 miljun u Lm300 miljun.", "Din hi l-istrateġija, sempliċement qalu li se jkollna bżonn power station oħra!", "Ma kien hemm l-ebda pjani dwar enerġija sostenibbli.", "Lanqas policy dwar renewable energy m'għad għandna, jiġifieri żgur li ma ħasbux dwar din il-biċċa xogħol.", "Pero` issa x'inhi l- problema l-kbira li qed tikber u li se jkollha konsegwenza kbira fuq il- poplu u fuq l-industrija tal-pajjiż?", "Sur President, bħalissa l-Enemalta qed tistma li din is-sena se jkollha bżonn iddaħħal madwar Lm50 miljun aktar minħabba l-ispejjeż li se jkollha.", "Dawn minn fejn se ġġibhom?", "Min se jħallas għalihom?", "Jidher ċar li l- futur ma tantx huwa sabiħ għall-poplu Malti u Għawdxi.", "Jidher li se jħallas il-poplu għax meta jagħmel żball il-gvern - bħal meta għamel żball għax ma kellux strateġija meta għamel il-power station ta' Delimara li suppost laħħqet mad-domanda kollha tal-pajjiż - jispiċċa jħallas l- ispejjeż il-poplu.", "Meta għola ż-żejt, min ħallas għalih?", "Il-poplu.", "Mela tajjeb, il-poplu jħallas dejjem hu!", "Min hu responsabbli qatt ma jħallas, u dan m'huwiex sewwa!", "Xi ħaġa ta' l-aħħar li rrid insemmi hija li dan l-aħħar il-gvern kien indika li se jixtri generators li jaħdmu bid-diesel u issa ħarġet tender.", "Għaliex ħarġet din it-tender?", "Jien ma nafx x'inhu jiġri.", "Li rrid ngħid hu li m'hemm l-ebda ippjanar u hemm bżonn li nżidu d-domanda.", "Bilfors irridu nżidu d-domanda għax fil-power station hemm problemi kbar u ma tistax tlaħħaq għad-domanda.", "Kif diġa` għedt spiċċajna qed nużaw makkinarju b'mod kontinwu li suppost jintuża biss f'każ ta' emerġenza.", "Dan il-fatt juri li għandna problemi kbar.", "Rigward din it-tender għall-generators irrid ngħid li jien ma nistax nifhem kif ma kienx hemm imqar ħjiel li għandna nipprovaw immorru għal renewable power plant.", "Il-kelma \"renewable\" ma tidher imkien.", "Issa jien naħseb li kieku kien hemm xi ħaġa li tindika li se tiġi kkonsidrata r-renewable energy, forsi xi ħadd kien jagħżel biex jagħmel wind farm fuq il-baħar.", "Ftit tas-snin ilu dan ma kienx possibbli li jsir f'ċertu fond pero` llum huwa possibbli.", "Mela hemm il-possibilita` li Malta jkollha wind farm fuq il-baħar, u naħseb li din tkun move fid-direzzjoni t-tajba.", "Fl-istess ħin irridu wkoll niżviluppaw is-sistema tas-solar energy, għax fortunatament, f'pajjiżna xemx għandna ħafna.", "Għandna ħafna riħ ukoll u jekk mhux se nibdew nużaw dawn ir-riżorsi naturali, naħseb li se jkollna problemi kbar 'il quddiem.", "Qabel nagħlaq irrid ngħid li jidher li l-gvern qed juri li m'għandux strateġija.", "Tant m'għandux strateġija li ħareġ tender li tindika b'mod ċar li l-pajjiż qiegħed f'sitwazzjoni mwiegħra f'dak li għandu x'jaqsam ma' ġenerazzjoni ta' dawl.", "Kif diġa` għedt, minħabba d-domanda ninsabu f'sitwazzjoni fejn qed jintuża b'mod kontinwu makkinarju li suppost jintuża biss f'każ ta' emerġenza u dan qed jiġi jiswiena spejjeż kbar li se jkollu jħallas għalihom il-poplu.", "Barra minn hekk mhux qed naħsbu għall-quddiem meta jispiċċa l-fuel jew inkella meta dan ikun għoli ħafna.", "Mela jidher ċar li sfortunatament dan il-gvern m'għandux strateġija u allura f'isem il- poplu nitolbu biex iwarrab għax se jpoġġi lill-pajjiż u lill-poplu kollu f'sitwazzjoni li ma nafx kif se joħorġu minnha.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Leo Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, il-bieraħ il-prim ministru, kif kien fid-dmir li jagħmel, għamel stqarrija fuq iż-żjara tiegħu fl-Istati Uniti u jien, kif kien dmir min-naħa tiegħi, għamilt sensiela ta' mistoqsijiet dwar dan is-suġġett.", "Li kelli nagħsar dak li ntqal fit-tweġibiet ngħid li ċerti mistoqsiijet ġew imwieġba u oħrajn il-prim ministru dar magħhom b'mod pjuttost evażiv, Iżda li jinkwetani huwa li fir-rigward tal-mistoqsija li għamiltlu dwar id-double taxation agreement ma' l-Istati Uniti, saħansitra pprova, għallinqas fil-fehma tiegħi, jimmiżlijdja lill-Kamra.", "Biex niġġustifika l-akkuża li qed nagħmel se ngħid għaliex.", "Quddiemi għandi rough unedited transcript tad-diskors tal-prim ministru fejn qal li d-double taxation agreement waqa' għax dak iż-żmien kellna liġijiet finanzjarji taħt il-Malta Investment Business Act li kienu taħt ir-reġim l-antik.", "Qal ukoll li l-ex-ministru John Dalli dak iż-żmien kien telaq għal-laqgħa ma' Dr Guttentag, tax consultant jew counsellor tad- dipartiment tat-teżor Amerikan – qed nikkwota dejjem id-diskors tal-Prim Ministru – fejn ġie stabbilit li kien hemm id-diffikultajiet li fil-fatt kienu qegħdin jirriżultaw mill-Malta Investment Business Act.", "Iżda mbagħad – u hawnhekk qiegħed il-bużillis tagħha – il-prim ministru qal li effettivament li ġara hu li malli ġie identifikat dak li kien hemm ħażin, ġew ippreżentati l-liġijiet u l-emendi għal dik il-liġi biex inkunu nistgħu nindirizzaw il-problema tad-double taxation agreements u fil-fatt l- emendi għaddew.", "Mela l-prim ministru qed igħid li qabel ma niżel mill- poter, il-gvern Nazzjonalista laħaq emenda l-liġijiet finanzjari kif suppost.", "Imbagħad qal illi fl-1996 kien hemm bidla tal-gvern u se nikkwota:", "\"Sfortunatament f'dak iż-żmien jew f'dak il-perijodu, follow-up fuq din l-issue ma kienx hemm...\"", "- jiġifieri tort tagħna l-Laburisti –", "\"...u l-gvern Amerikan ma ġiex informat li l-problema li oriġinarjament kienet ġiet indikata kienet ġiet riżolta bl-emendi li kienu saru fil-parlament dak iż-żmien u llum qed nipprovaw nirkupraw dak li sfortunatament intilef.\".", "Il-prim ministru qal illi kieku kien hemm follow-up suret in-nies u b'mod qawwi dan kollu ma kellux għalfejn jintilef.", "Jiġifieri fil-qosor ħafna biex nagħmel summary, il-prim ministru qal li kien hemm problema, kien hemm liġi li kellha tiġi rimedjata, il-gvern Nazzjonalista rrimedjaha, Alla jbierek l- Amerikani ma kenux jafu, tlajna aħna fil-gvern u lanqas kellna d-diċenza ngħarrfuhom bit-tibdil li sar u ovvjament kollox baqa' fuq l-ixkaffa.", "Issa l-ewwelnett ikun tajjeb li for the record ngħidu li dan id-double taxation agreement ilu li spiċċa jew ġie notified li se jispiċċa mill-1995.", "Illum qegħdin fl-2005 u n-notification tiegħu se jagħlaq għaxar snin f'Novembru.", "Il-partit Laburista kulma għamel fil-gvern kienu 22 xahar, jiġifieri jekk hemm xi ħadd li għandu jerfa' r-responsabbilta` politika talli dan l- agreement baqa' ffriżat jew irtirat żgur li huwa l-partit Nazzjonalista.", "Apparti minn hekk, Sur President, irrid nenfasizza wkoll il-fatt illi l- gvern Laburista ma kienx raqad fuq din l-issue.", "L-ewwelnett imexxi l-MIBA jew il-Malta Financial Services Authority, dak iż-żmien kienet MFSC, kien hemm il-Professur Bannister li għal ċertu żmien aħna ħallejnih fil-post tiegħu.", "Dan baqa' jagħmel l-istess xogħol tajjeb li kien qed jagħmel taħt l- amministrazzjoni Nazzjonalista.", "Warajh kien daħal il-Professur Edward Scicluna u kompla jagħmel xogħol siewi huwa wkoll.", "Jien kelli first-hand information li dawn ħadmu kemm felħu t-tnejn li huma taħt l-amministrazzjoni Laburista biex id-double taxation agreement, jekk hu possibbli, jiġi riattivat.", "Fil-fatt anke jien stess, meta kont tlajt l- Amerika - ma tlajtx speċifikament għal hekk imma tlajt għal roadshow tal- financial services fl-Għid ta' l-1998 - iltqajt ukoll ma' l-istess konsulent li kien qed jiddilja miegħu l-gvern Malti u deher ċar li l- Amerikani dak iż-żmien ma ridux jiċċaqilqu.", "Issa ħalli nuri kemm kien żbaljat il-prim ministru l-bieraħ meta qal li rranġaw kollox in- Nazzjonalisti qabel ma niżlu mill-gvern imbagħad aħna ħallejna kollox iffriżat u kważi rqadna fuq il-proġett.", "Sur President, jien hawnhekk aktar 'il quddiem nixtieq inpoġġi fuq il- mejda tal-Kamra żewġ ittri, it-tnejn datati d-19 ta' Settembru, 1996.", "Dawn inkitbu kważi lejliet l-elezzjoni ta' l-1996, jiġifieri jekk kellhom jirranġaw xi ħaġa n-Nazzjonalisti bħala amministrazzjoni żgur li kienu laħqu rranġawha.", "L-ewwel ittra hija mid-Department of the Treasury ta' Washington indirizzata lill-Onor.", "John Dalli, dak iż-żmien ministru tal- finanzi, li titkellem ċar u tond miegħu dwar \"The termination of the Malta- US tax treaty\".", "Hawn mhux qed jingħad li kien hemm agreement u forsi konna se nipprovaw nerġgħu nagħtuh il-ħajja fid-dawl ta' l-emendi li saru fil- leġislazzjoni, imma qed jitkellem ċar u tond dwar the termination of the Malta-US tax treaty.", "Imma l-iktar ittra li hija, kif jgħidu l-Ingliżi, damning inkitbet minn Joseph H. Guttentag, li jien stess kelli l-okkażjoni li niltaqa' miegħu kemm f'Washington u anke sussegwentement meta tlifna l- gvern f'Malta għax kienet ġabitu hawnhekk l-ambaxxatriċi ta' l-Istati Uniti.", "Fil-fatt dan bagħat ittra lil Mr Edgar Wadge li huwa advisor fil- ministeru tal-finanzi fl-istess ġurnata li ntbagħtet l-ittra l-oħra.", "Jien nittama li l-prim ministru ma kienx briefed tajjeb dwar dan għax wara kollox lill-Onor.", "Lawrence Gonzi ma nafux bħala wieħed li jħobb jimmiżlijdja lill-Kamra.", "Is-soltu jipprova jkun preċiż kemm jista' jkun, imma f'dan il-każ jidher li ma kienx.", "Il-prim ministru l-bieraħ qal li ma ġewx artikolati t-tibdiliet li kien hemm u ma ġewx a konjizzjoni ta' l- Amerikani.", "Dan m'huwiex veru.", "Fil-fatt l-Amerikani fit-tweġiba li taw lis- Sur Edgar Wadge qalulu:", "\"Based on your explanation ...\"", "- jiġifieri l-ispjegazzjoni li ta l-gvern Malti -", "\"... it appears that we did not fully understand the technical operation of some of the provisions of Maltese tax law .. \"", "Mela l-Amerikani ammettew li jista' jkun li setgħu fehmu ħażin ċerti teknikalitajiet dwar l-operat tal-liġijiet ta' tassazzjoni tagħna.", "Wara dan imbagħad żiedu f'dawn il-preċiżi kelmiet", "\"... but we are satisfied, however, that in broad outline, our conclusions were correct.\".", "Jiġifieri l-gvern Amerikan lill-gvern Nazzjonalista lejliet l-elezzjoni qallu: Isma' nafu li qed tipprova tirranġa l-affarijiet għax ġejja elezzjoni ġenerali, imma għalkemm inti pprovajt tiċċara xi ftit l- affarijiet fl-interpretazzjoni tal-liġijiet tat-tassazzjoni Maltija, xorta nħossu li fil-qafas ġenerali, fil-konklużjonijiet tagħna konna korretti.", "Imma mbagħad forsi l-iktar paragrafu li jwaqqa' l-ġebla fuq saqajn l- amministrazzjoni Nazzjonalista huwa l-concluding paragraph ta' l-ittra ta' Dr Guttentag li se nikkwotaha verbatim imbagħad nagħmel summary biex jifhimni aħjar min qed isegwi dan id-dibattitu.", "Dr Guttentag qal hekk:", "\"Thus it appears that while our explanation of the operation of the Maltese law may not have been complete...\"", "- jiġifieri jista' jkun li aħna ma konniex korretti mija fil-mija fil-mod kif interpretajna l-liġi Maltija –", "\"...and possibly even incorrect in certain respects, the basic conclusions we drew as to how the law operates were correct.\".", "Mela dawn qalulu li jibqa' l-fatt li l-konklużjonijiet tagħhom dwar din il- liġi xorta waħda huma korretti.", "\"Indeed I do not believe that with your explanation in hand we would have made a decision different from the one we made last November.\".", "Lil Dr Wadge il-konsulent tal-gvern Amerikan qallu li għalkemm hu tahom spjegazzjoni dettaljata, hu personalment jemmen li xorta waħda kien ikun hemm l-istess deċiżjoni li ttieħdet f'Novembru ta' qabel, jiġifieri f'Novembru ta' l-1995 taħt aministrazzjoni Nazzjonalista, meta l- amministrazzjoni Amerikana ddeċidiet li tabbroga dan il-ftehim tad-double taxation.", "Imbagħad l-aħħar sentenza tgħid hekk:", "\"We remain satisfied that our assessment of the economic, legal and other relevant factors which caused us to give notice of termination was correct and we have not changed our view with regard to that action.\".", "Mela hawn qalulu li huma ċerti minnhom infushom li l-evalwazzjoni li għamlu tal-fatturi ekonomiċi, il-fatturi legali u kull fattur ieħor li jista' jkun relevanti għall-każ li seta' wassal biex fl-1995 taw notifika lill-gvern Malti tat-terminazzjoni tal-ftehim dwar it-tassazzjoni doppja, kienet korretta u li ma bidlux fehemthom dwar din id-deċiżjoni.", "Jiġifieri l-gvern veru għamel l-isforzi tiegħu biex jiċċara l-affarijiet għax kien hemm punti ta' dettall fejn forsi l-Amerikani fehmu ħażin, u dan qed jammettuh, imma dawn qalu li fil-konklużjoni kienu korretti kemm fl-1995 meta ħadu d- deċiżjoni li jitterminaw u anke wara li ġew iċċarati l-affarijiet wara l- ispjegazzjoni li tat l-amministrazzjoni Nazzjonalista.", "Issa hawnhekk, Sur President, nixtieq nitlob il-permess biex inqiegħed dawn id-dokumenti fuq il-mejda tal-Kamra.", "MR SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' żewġ ittri mibgħuta mid-Department of the Treasury f'Washington, l-Istati Uniti, lill-Ministru tal-Finanzi u lil Mr Wadge fil-Ministeru tal-Finanzi fid-19 ta' Settembru 1996.", "Jien dawn qed inqegħedhom fuq il-mejda tal-Kamra għax inħoss li l-bieraħ il-prim ministru immiżlijdja lill-Kamra u minn din il-korrispondenza joħroġ ċar li l-Istati Uniti mhux biss kienu determinati li jtemmu dan il-ftehim, iżda qalu ċar lill-gvern Malti li minkejja l-ispjegazzjonijiet ta' l- amministrazzjoni ta' Dr Fenech Adami kienu għadhom qed isostnu li l- konklużjonijiet tagħhom kienu korretti.", "Bil-kliem li qal il-prim ministru l-bieraħ minflok ma mbarazza lill-gvern Laburista għalija kien unfair kemm mal-Professur Bannister u anke mal- Professur Edward Scicluna għaliex huma t-tnejn kienu nvoluti direttament f'dawn it-trattattivi ma' l-awtoritajiet Amerikani.", "Naħseb li dan igħodd iżjed u iżjed fil-każ tas-Sur Bannister għax dan kien qed iservi kemm waqt l-amministrazzjoni Nazzjonalista u anke taħt l-amministrazzjoni Laburista.", "Irrid ngħid ukoll li jien kont iltqajt ma' Dr Guttentag u dan kien tennieli mill-ġdid dak kollu li hemm fil-korrispondenza.", "Niftakar li kont żortu fl- uffiċċju tiegħu f'Washington u kien qalli ċar u tond li din hija l- pożizzjoni u huwa diffiċli biex huma jiċċaqilqu minnha.", "Nerġa' ngħid li nkunu qegħdin inżebilħu l-pubbliku jekk aħna nipprovaw nagħtu l-impressjoni li kollox sar ħażin f'dawk it-22 xahar ta' gvern Laburista.", "Id-double taxation agreement ġie notifikat li se jintemm fl-1995.", "Huwa veru li ġiet fis-seħħ ir-revoka fil-1 ta' Jannar ta' l-1997 imma issa f'Novembru li ġej se jkun għalaq għaxar snin.", "L-unika assigurazzjoni li l-prim ministru kien kapaċi jagħti l-bieraħ fil-parlament kienet li sa tmiem is-sena kien se jitwaqqaf sempliċi working group tekniku.", "Dan saħansitra qal ukoll li ma jrid jintrabat fl-ebda medda ta' żmien dwar meta jista' jsir dan il-ftehim.", "Anzi l-bieraħ kont ma' l-Onor.", "Frendo fuq Smash Television u dan lanqas ried jagħti garanzija li dan il-ftehim xi darba se jiġi riattivat.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada l-Erbgħa, 12 ta' Ottubru, 2005 fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mis-Segretarju Parlamentari.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "TEMPORARY PROVISIONS SCHEME", "14649.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid jekk il-MEPA hix suppost tapplika l-policies tat-temporary provisions scheme jew dawk kif spjegati fid-draft local plan f'każ ta' konflitt?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Il-MEPA dejjem tapplika policies li jkunu ġew approvati u fejn ikun hemm konflitt bejn it-temporary provisions schemes u l-pjan lokali li jkun għadu fi stadju ta' abbozz u li jkun ħareġ għall- konsultazzjoni pubblika, jittieħdu in konsiderazzjoni ċ-ċirkostanzi tal- każ u jekk l-iżvilupp propost ikunx se jippreġudika l-pjan emerġenti.", "Jiġi wkoll mistħarreġ bir-reqqa kemm ikun kbir l-effett ta' dan il-preġudizzju fuq l-istess pjan emerġenti.", "Ta' min ifakkar li l-proċess ta' determinazzjoni ta' l-applikazzjonijiet għal żvilupp huwa wieħed trasparenti għall-aħħar u llum il-ġurnata wieħed jista' saħansitra jsegwi l-proċess kollu fuq l-internet.", "ĠIBJUN TA' L-ILMA F'TA' ĊENĊ", "14652.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Peress li saru diversi lmenti minħabba storbju kkawżat mill-pompa li hemm fil-ġibjun ta' l-ilma f'Ta' Ċenċ, jista' il-Ministru jara li din il-problema tiġi solvuta?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel din il- mistoqsija lill-ministru konċernat.", "XIRI TA' POST", "14653.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-post Ten.063510 jistax jinbiegħ lill-familja li toqgħod fih?", "ONOR.", "TONIO BORG: Il-post li qed jirriferi għalih l-Onor.", "Interpellant ma jistax jinbiegħ peress li l-art li hu mibni fuqha għad trid tiġi esproprjata.", "IKLIET U RIĊEVIMENTI", "14661.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid kemm flus tħallsu f'hospitality f'ristoranti u lukandi bejn Jannar 2004 u Settembru 2005?", "Kemm minnhom kienu jaqbżu l-Lm150?", "Min huma l-persuni li għalihom tħallsu dawn l-ikliet u riċevimenti u x'kienet l-okkażjoni?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "ĦADDIEMA FIS-SERVIZZ PUBBLIKU", "14662.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm ħaddiema ġew impjegati mal- gvern bejn Jannar u Settembru 2005?", "Kemm hemm minnhom li ngħataw xi forma ta' kuntratt?", "Fil-każ ta' dawk li ġew ingaġġati b'kuntratt temporanju, inkluż konsulenti, jista' jgħid fejn ġew impjegati?", "X'inhu ż-żmien li għalih ġew impjegati u x'remunerazzjoni għandhom?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "IKLIET U RIĊEVIMENTI", "14663.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid kemm flus tħallsu f'hospitality f'ristoranti u lukandi bejn Jannar 2004 u Settembru 2005?", "Kemm minnhom kienu jaqbżu l-Lm150?", "Min huma l-persuni li għalihom tħallsu dawn l-ikliet u riċevimenti u x'kienet l-okkażjoni?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "IKLIET U RIĊEVIMENTI", "14664.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' il-Ministru tgħid kemm flus tħallsu f'hospitality f'ristoranti u lukandi bejn Jannar 2004 u Settembru 2005?", "Kemm minnhom kienu jaqbżu l-Lm150?", "Min kienu l-persuni li għalihom tħallsu dawn l-ikliet u riċevimenti u x'kienet l-okkażjoni?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Ma nistax nifhem x'utilita' jista' ikollha l- informazzjoni dettaljata li qed jitlob l-Onor.", "Membru.", "Il-ħin estensiv li jkun meħtieġ sabiex tinġabar din l-informazzjoni jista' jintuża aħjar u għalhekk ma nħossx li hemm il-ħtieġa li tingħata l-informazzjoni mitluba.", "APPOINTMENTS FIS-SERVIZZ PUBBLIKU", "14665.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm appointments ingħataw jew iġġeddu minn Jannar sa Settembru 2005 ta' permanent secretary, direttur ġenerali, direttur u assistent direttur?", "Lil min ingħataw jew fil-każ ta' min ġew imġedda?", "Jista' jgħid jekk kienx hemm xi mpjegati minn dawk imsemmija hawn fuq li l-kuntratt tagħhom ma ġġeddidx?", "Min huma dawn l- impjegati u x'kienet ir-raġuni?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "IKLIET U RIĊEVIMENTI", "14666.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm flus tħallsu f'hospitality f'ristoranti u lukandi bejn Jannar 2004 u Settembru 2005?", "Kemm minnhom kienu jaqbżu l-Lm150?", "Min huma l-persuni li għalihom tħallsu dawn l-ikliet u riċevimenti u x'kienet l-okkażjoni?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "FABBRIKI F'ZONI INDUSTRIJALI", "14680.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 14411 u jgħid kemm fabbriki hawn f'kull zona industrijali?", "Jista' jgħid ukoll kemm kumpanniji hemm f'kull zona?", "Liema huma u kemm nies timpjega kull waħda minnhom?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal- Kamra.", "GĦELUQ TA' FABBRIKI", "14681.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 14414 u jgħid kemm fabbriki għalqu mis- sena 2004 sal-lum?", "Liema huma u kemm kien ilhom joperaw?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Fejn għandha x'taqsam il-Malta Enterprise, bejn l- 2004 u l-2005 għalqu 20 kumpannija li tlieta minnhom ġew reġistrati fis- snin '60, tlieta ġew reġistrati fis-snin '70, erbgħa ġew reġistrati fis- snin '80, disgħa ġew reġistrati fis-snin '90 u waħda ġiet reġistrata wara s- sena 2000.", "SENSJI", "14682.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 14417 u jgħid kemm sensji ngħataw din is-sena u f'liema settur?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: In-numru totali ta' sensji li ngħataw din is-sena kien ta' 1,199 sa Awissu, waqt li fl-istess perijodu sabu xogħol 838 persuna.", "It-tagħrif mitlub dwar is-sensji qed jitpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "VENTURE CAPITAL FUND", "14683.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 14452 u jgħid x'sar eżattament sal-lum?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-intenzjoni tal-gvern kif espressa fl-aħħar estimi hi li jwaqqaf venture capital fund u mhux technology venture capital fund.", "TOROQ ĠODDA", "14685.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 14434 u jagħti l-lista ta' toroq residenzjali li nbnew matul din is-sena?", "Liema huma dawk it-toroq li qiegħed isir xogħol fuqhom bħalissa?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il- mejda tal-Kamra.", "SPEED LIMIT F'IMRIEĦEL BYPASS", "14686.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Wara li ġiet istallata speed camera fil-bypass ta' l-Imrieħel, jista' il-Ministru jara li jitwaħħlu tabelli li juru l-speed limit?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Minn riċerka li saret jirriżulta li sinjali li jindikaw l-ispeed limit twaħħlu tul il-bypass ta' l-Imrieħel qabel ma ġiet istallata l-ispeed camera - is-sinjal juri ċirku iswed fuq sfond abjad maqtugħ b'faxxa sewda – b'veloċita' massima kif se ngħid:", "* 80km fis-siegħa għal karrozzi u muturi; * 60km fis-siegħa għal buses, coaches, minibuses u vetturi oħra li jintużaw għall-ġarr ta' merkanzija; * 30km fis-siegħa għal vetturi industrijali u agrikoli u għal vetturi li jiġbdu vetturi oħra.", "PROPRJETA' PRIVATA F'ĦAŻ-ŻEBBUĠ", "14687.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 14436 u jgħid kemm tammonta l-ispiża għall-bini mill-ġdid ta' proprjeta' privata li ġiet affettwata mir-rikostruzzjoni ta' Mdina Road, f'Ħaż-Żebbuġ?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: L-ispiża totali għall-bini mill-ġdid ta' dik il- proprjeta' privata li ġiet affetwata mir-rikostruzzjoni ta' Mdina Road hija stmata Lm50,000 circa, li allura tinkludi l-ispejjeż kollha fuq strutturi privati mill-junction ta' St. Dorothy's sa De Rohan junction, medda ta' 1,000 metru.", "Ix-xogħlijiet esegwiti jinkludu:", "*Kostruzzjoni ta' ġibjuni ta' l-ilma ta' bdiewa affettwati mir- rikostruzzjoni tat-triq;", "*Kostruzzjoni ta' rampi u modifikazzjoni ta' livelli ta' art affettwati minn modifikazzjoni fil-livelli tat-triq; *Twaqqigħ ta' strutturi;", "*Twaqqigħ u bini mill-ġdid ta' strutturi li kellhom jitwaqqgħu kawża taċ- ċaqliq tal-linja tat-triq; u", "*Kostruzzjoni ta' elementi strutturali nkorporati fi strutturi antiki milquta mir-re-alignment tat-triq biex kienu evitati li partijiet mill- istess strutturi jintradmu jew jitwaqqgħu.", "It-total ta' l-ispiża li ntnefqet fil-parti tal-proġett mill-junction ta' St. Dorothy's sal-junction li minn Ħaż-Żebbuġ tagħti għas-Siġġiewi, hija ta' Lm1,500,000 circa.", "Għalhekk is-somma li ntnefqet fuq dawn l-istrutturi hija ta' 3.3% ta' l-ispiża totali, persentaġġ żgħir li serva biex jittaffa' l-inkonvenjent li terzi kellhom jgħaddu minnu kawża ta' proġett ta' skala kbira, bħalma hu l-proġett in kwestjoni.", "PULIZIJA F'GĦAWDEX", "14690.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm pulizija hemm f'Għawdex u jindika r-rank tagħhom?", "Jista' in oltre jgħid kemm pulizija ħarġu bil-pensjoni f'dawn l-aħħar tliet snin?", "ONOR.", "TONIO BORG: In-numru ta' dawk fil-korp tal-pulizija stazzjonati f'Għawdex huwa kif ġej:", "|Supretenden| 1 | |t | | |Spetturi | 2 | |Surġenti |18 | |Kuntistabbl|74 | |i | |", "Informat ukoll illi bejn Jannar 2003 u Settembru 2005 kien hemm 213 li ħarġu bil-pensjoni.", "STUDENTI GĦAWDXIN JATTENDU L-UNIVERSITA'", "14692.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid kemm studenti Għawdxin hemm fl-universita' f'kull kors u jindika s-sess?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "WASTE TRANSFER STATION F'GĦAWDEX", "14694.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għal Għawdex: Tista' il-Ministru tgħid jekk hux se jsir waste transfer station ġewwa Għawdex?", "Tista' tgħid fejn ġej u f'liema stadju wasal il-proġett?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant tagħmel il- mistoqsija tagħha lill-ministru konċernat.", "MIŻURA DWAR IL-PROVVISTA TA' L-IKEL", "14695.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jinformana xi kwantita' ta' għaġin, ross, żejt tat-tisjir u dqiq talab il-gvern lill-Unjoni Ewropea għan-nom tal- familji Maltin li qed jesperjenzaw xi forma ta' faqar minn wara s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: L-Onor Membru aktarx li qed jirriferi għall- miżura ta' l-Unjoni Ewropea - regolament EEC reg.", "3149/1992 kif emendat b'regolament 1903/2004 - rigward il-provvista ta' ikel minn intervention stocks għal dawk l-aktar fil-bżonn fil-komunità.", "Il-proċedura hija li Stati Membri jintalbu jindikaw lill-Unjoni Ewropea sal- 15 ta' Frar tas-sena preċedenti jekk humiex se jipparteċipaw f'din il- miżura u f'każ affermattiv, l-Istati Membri għandhom sal-31 ta' Mejju ta' l- istess sena sabiex jinformaw lill-kummissjoni, fost l-oħrajn, bil-kwantita' ta' kull tip ta' prodott.", "Fil-każ ta' Malta fl-2004 intalbet din l-għajnuna: 2,500 tunnellata ross, 1,000 tunnellata għaġin, 100 tunnellata ħalib u 60 tunnellata laħam, iżda attwalment Malta ġiet allokata – b'deċiżjoni tal-kummissjoni C (2004) 4356 - 1,383 tunnellata ross, 553 tunnellata għaġin u 55 tunnellata ħalib jew aħjar euro 113,404 biex jinxtara ħalib mis-suq komunitarju.", "Il-valur totali tal-programm għas-sena 2005 huwa ta' euro 347,642, bil-kummissjoni tippubblika l-pjan ta' tqassim ta' ikel għas-sena li ssegwi fil-bidu ta' Ottubru.", "Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jiċċara jekk bil-mistoqsija parlamentari tiegħu hux qed jimplika li l-faqar tal-familji Maltin seħħ wara s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea.", "Nittama wkoll li l-Onor.", "Membru jaqbel li pajjiżna ma jitlef ebda opportunità mill-programmi li toffri l-Unjoni, inkluż dawk bi bżonnijiet partikolari.", "XOGĦOL TA' EMBELLISHMENT F'GĦAWDEX", "14696.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għal Għawdex: Tista' il-Ministru tgħid kemm xogħol ta' embellishment f'Għawdex sar f'dawn l- aħħar tliet snin u tindika fejn sar, kemm sewa flus u minn min sar?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 12972 dwar xogħol ta' tisbiħ li sar bejn l-1999 u l- 2004.", "Jien informata li l-ispejjeż għal tisbiħ f'Għawdex għall-perijodu Jannar/Settembru 2005 - inkluż l-ispiża tal-pagi tal-ħaddiema involuti - huma kif jidher hawn taħt:", "*Lm54,459 għall-bini ta' bankini f'diversi lokalitajiet;", "*Lm64,331 għall-bini ta' ħitan tas-sejjieħ f'diversi lokalitajiet;", "*Lm37,276 għal tkabbir ta' siġar u pjanti għall-użu f'postijiet pubbliċi;", "*Lm152,445 għal xogħlijiet ta' afforestazzjoni u manutenzjoni ta' ġonna pubbliċi, imsaġar, flowerbeds, roundabouts u traffic islands f'zoni pubbliċi, inkluż zoni f'lokalitajiet tal-kunsilli lokali.", "Għall-informazzjoni ta' l-Onor.", "Interpellant, ir-risposta għal din it-tip ta' mistoqsija kienet tirrikjedi illi ħaddiema fiċ-ċivil jieqfu għal ħin twil mir-rutina tax-xogħol tagħhom biex jiġbru l-informazzjoni mitluba, bil-konsegwenza li xogħol ieħor kellu jaqa' lura.", "SISTEMA TAD-DRENAĠĠ FIN-NADUR", "14697.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Peress li fi Triq Qala, fin- Nadur diversi residenti qed jilmentaw minħabba problemi ta' irwejjaħ qawwija u peress illi dan l-aħħar anke sbroffa d-drenaġġ u daħal fid-djar, jista' il-Ministru jara li din il-problema tingħata l-attenzjoni li jixirqilha?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "JUNIOR LYCEUM TAL-ĦANDAQ", "14698.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jinformana għaliex xi klassijiet tal-form 3 fil-junior lyceum, Tal-Ħandaq għadhom mingħajr għalliem ta' l- Ingliż?", "Jista' jara li din is-sitwazzjoni tiġi rrimedjata minnufih?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Is-sitwazzjoni ta' nuqqas ta' għalliem ta' l-Ingliż fil-junior lyceum, Tal-Ħandaq ġiet rimedjata għax intbagħtet għalliema.", "JUNIOR LYCEUM TAL-ĦANDAQ", "14699.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jara li 18-il student mill-Baħrija, l/o Rabat, li jmorru l-junior lyceum, Tal-Ħandaq jibdew jaslu bil-vann sa l-iskola u mhux nofs triq kif qed jiġri llum?", "Jista' jara li jkun hemm ħinijiet aktar diċenti billi għallanqas l-istudenti jitilqu għall-iskola fis -7.00 a.m. u mhux fis-6.15 a.m.?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Id-diviżjoni ta' l-edukazzjoni qed tieħu l-passi meħtieġa.", "IMPORTAZZJONI TAZ-ZOKKOR", "14704.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jagħti breakdown tas-sussidju li tħallas fuq l-importazzjoni taz-zokkor wara s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Wara s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, il-gvern s'issa ħallas Lm1,659,341 fl-2004 u Lm1,090,443 fl-2005 fuq is-sussidju taz-zokkor.", "IMPORTAZZJONI TA' LAĦAM AĦMAR", "14705.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jagħti breakdown tas-sussidju li tħallas fuq l-importazzjoni ta' laħam aħmar wara s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Isir ħlas erba' darbiet fis-sena kif ġej:", "*Sussidju fuq l-importazzjoni ta' bejn Jannar u Marzu jitħallas f'Ġunju;", "*Sussidju fuq l-importazzjoni ta' bejn April u Ġunju jitħallas f'Settembru;", "*Sussidju fuq l-importazzjoni ta' bejn Lulju u Settembru jitħallas f'Diċembru; u", "*Sussidju fuq l-importazzjoni ta' bejn Ottubru u Diċembru jitħallas f'Marzu tas-sena ta' wara.", "Fir-rigward ta' l-importazzjoni ta' laħam aħmar ninsab informat li fl-2004 saru dawn il-pagamenti kif se ngħid: bejn Mejju u Ġunju Lm23,181.14, bejn Lulju u Settembru Lm48,254.69 u bejn Ottubru u Diċembru Lm57,826.09.", "Fl-2005 s'issa saru dawn il-pagamenti: bejn Jannar u Marzu Lm53,423.14 u bejn April u Ġunju Lm66,966.79.", "Dan is-sussidju ngħata skond dak li l-Gvern Malti nnegozja ma' l-Unjoni Ewropea u għen sabiex il-prezzijiet għall-konsumatur ma jogħlewx ħafna.", "SUSSIDJU FUQ L-IMPORTAZZJONI TA' QMUH U ĊEREALI", "14706.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jagħti breakdown tas-sussidju li tħallas fuq l-importazzjoni ta' qmuħ u ċereali wara s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Ninsab informat li jsir ħlas erba' darbiet fis- sena kif ġej:", "Sussidju fuq l-importazzjoni ta' bejn Jannar u Marzu jitħallas f'Ġunju; Sussidju fuq l-importazzjoni ta' bejn April u Ġunju jitħallas f'Settembru; Sussidju fuq l-importazzjoni ta' bejn Lulju u Settembru jitħallas f'Diċembru; u Sussidju fuq l-importazzjoni ta' bejn Ottubru u Diċembru jitħallas f'Marzu tas-sena ta' wara.", "Fir-rigward ta' l-importazzjoni ta' xgħir ninsab informat li fl-2004 saru dawn il-pagamenti: bejn Mejju u Ġunju Lm81,846.05, bejn Lulju u Settembru Lm77,536.15 u bejn Ottubru u Diċembru Lm193,048.07.", "Għas-sena 2005 s'issa saru dawn il-pagamenti: bejn Jannar u Marzu Lm68,086.98 u bejn April u Ġunju Lm150,388.62.", "Fir-rigward ta' l-importazzjoni ta' qamħirrun ninsab informat li fl-2004 saru dawn il-pagamenti: bejn Mejju u Ġunju nil, bejn Lulju u Settembru Lm144,610.56 u bejn Ottubru u Diċembru Lm494,842.60.", "Għas-sena 2005 s'issa saru dawn il-pagamenti: bejn Jannar u Marzu Lm 42,330.70 u bejn April u Ġunju Lm130,640.73.", "Dan is-sussidju ngħata skond dak li l-Gvern Malti nnegozja ma' l-Unjoni Ewropea u għen sabiex il-prezzijiet għall-konsumatur ma jogħlewx ħafna.", "RYANAIR", "14709.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 14441, jista' il- Ministru jgħid fejn waslu n-negozjati mar-Ryanair biex il-linja ta' l-ajru tibda topera minn Malta?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nirriferi lill-Onor Interpellant għat- tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 13778 li magħha m'għandix x'inżid.", "RYANAIR", "14711.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid x'tip ta' sussidju qed jiġi kkonsidrat li jiġi offrut lil Ryanair biex din il-linja ta' l-ajru tibda topera minn Malta?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nirriferi lill-Onor Interpellant għat- tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 13778 li magħha m'għandix x'inżid.", "QORTI TA' COLORADO", "14720.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk l-uffiċċju tiegħu awtorizzax persuna li dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, tħejji affidavit biex tkun preżenti fil-qorti tad-distrett ta' Colorado fil-kawża bejn Kathryn L. Profitt u Bob Cornuke?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jien informat li l-affidavit kien sar biex jiġi ssalvagwardat l-isem tal-forzi armati ta' Malta u ta' l-uffiċjali tagħha, peress li dawn ġew ikkwotati ħażin fil-pubblikazzjoni ta' Bob Cornuke.", "RIĊERKA DWAR IN-NAWFRAĠJU TA' SAN PAWL", "14721.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid liema dipartimenti fi ħdan il-ministeru tiegħu kienu involuti f'riċerka dwar in-nawfraġju ta' San Pawl, stħarriġ li kien qiegħed jagħmel ċertu Bob Cornuke u t-team tiegħu?", "X'kien is-sehem tagħhom u meta kien?", "X'irriżulta minn dan l-istħarriġ?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "FDALIJIET FIL-BAJJA TA' SAN TUMAS", "14722.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'kienu ċ- ċirkostanzi li wasslu lill-gvern jirrikkmanda maħfra konnessa ma' fdalijiet fil-bajja ta' San Tumas li setgħu kellhom konnessjoni man-nawfraġju ta' San Pawl?", "X'irriżulta wara l-maħfra u min gawda minnha?", "ONOR.", "TONIO BORG: L-uffiċċju tal-prim ministru kien irrikkmanda din l- amnestija fit-23 ta' Settembru, 2002 fuq talba tal-ministeru tal-kultura.", "L-iskop tagħha kien sabiex jiġu rritornati lill-gvern l-oġġetti li nstabu fil-baħar.", "Fil-fatt hekk ġara u diversi oġġetti huma esebiti fil-mużew marittimu fil-Birgu.", "Iktar dettalji dwar l-esebiti u n-natura tagħhom tista' tingħata lill-Onor.", "Interpellant mill-ministru konċernat.", "L-UFFIĊĊJU TA' L-AVUKAT ĠENERALI U L-QORTI TA' COLORADO", "14723.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid meta u kif l-avukat ġenerali kien informat b'kawża fil-qorti tad-distrett ta' Colorado bejn l- ex-ambaxxatriċi Amerikana Kathryn L. Profitt u ċertu Bob Cornuke?", "L- uffiċċju ta' l-avukat ġenerali kien involut biex il-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, tħejji affidavit dwar is-sehem ta' l- armata f'dan il-proġett?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi mill-karti ta' l-uffiċċju ta' l- avukat ġenerali jidher li dan l-uffiċċju kien ġie informat bil-miktub dwar il-kawżi in kwestjoni b'ittra mill-uffiċċju tal-prim ministru bid-data tad- 19 ta' Mejju, 2005.", "Ma jistax jiġi eskluż li seta' kien hemm komunikazzjonijiet orali mal-predeċessur ta' l-avukat ġenerali preżenti.", "Mill-karti ta' l-uffiċċju ta' l-avukat ġenerali lanqas jirriżulta li l- istess uffiċċju kien involut fit-tħejjija ta' xi affidavit mill-persuna li rrifera għaliha l-Onor.", "Interpellant.", "ĠARR TA' PASSIĠĠIERI MILL-GOZO CHANNEL", "14724.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' il- Ministru tgħid kemm passiġġieri, weħidhom u bil-vettura, qasmu bejn Malta u Għawdex bis-servizz tal-Gozo Channel mill-1992 sa l-aħħar ta' Settembru, 2005, maqsuma safejn hu possibbli f'passiġġieri residenti Għawdex, residenti Malta u barranin residenti Malta?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel il- mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "NEGOZJU BANKARJU F'GĦAWDEX", "14725.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' il- Ministru tgħid kemm kienu d-depożiti u s-self fil-banek u mill-banek ta' Għawdex fl-aħħar ta' kull sena mill-1998 'il hawn u fl-aħħar ta' Ġunju ta' din is-sena?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel il- mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "PROTOKOLL TALJAN – XOGĦOL TA' TOROQ", "14726.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 14536 u jagħti breakdown tan-nefqa li saret għad-deviation in konnessjoni max- xogħlijiet ta' toroq li saru permezz tal-protokoll Taljan?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: L-informazzjoni mitluba se tingħata f'seduta oħra.", "POPOLAZZJONI F'GĦAWDEX", "14727.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm kienet il-popolazzjoni attiva ekonomikament u kemm kienet ir-rata ta' parteċipazzjoni f'Għawdex fl-aħħar ta' kull sena mill-1999 sal-lum?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "PRODOTT GROSS DOMESTIKU F'GĦAWDEX", "14728.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm kien il-prodott gross domestiku ta' Għawdex kull sena mill-1999 sal-lum fi prezzijiet tas-suq u prezzijiet kostanti ta' l-1999 u l-2000?", "Kemm kien ras għal ras fl-istess snin u fl- istess prezzijiet?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant illi l-prodott gross domestiku ta' Għawdex fi prezzijiet tas-suq u ras għal ras hu kif indikat fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "INDUSTRIJA TAL-MANIFATTURA F'GĦAWDEX", "14729.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm kien id-dħul medju fil-ġimgħa għal kull ħaddiem fid-diversi setturi ta' l- industrija tal-manifattura f'Għawdex mill-1999 'il hawn fi prezzijiet tas- suq u prezzijiet kostanti ta' l-1999 u l-2000?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi l-mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "GĦAŻLA TA' PROĠETTI GĦAL GĦAWDEX", "14730.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 14497 dwar proġetti li se jsiru f'Għawdex mill-fondi ta' l-Unjoni Ewropea għall-perijodu 2004-2006, tista' il-Ministru tgħid x'kienet il-proċedura pass pass għall-għażla tal-proġetti magħżula?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Il-proċedura għall-għażla ta' proġetti għal Għawdex hi dik stabilita fis-single programming document for Malta 2004- 2006", "PROPRJETA' TAL-GVERN", "14750.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 37455, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'passi se jieħu l- lands biex iwaqqaf kumpannija privata milli toħroġ biċċa art għall-bejgħ?", "B'liema jedd din il-kumpannija qed tbiegħ art pubblika?", "F'liema data kisbitha din l-art pubblika?", "B'liema mod?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi l-art indikata hija proprjeta' tal-gvern u qatt ma ġiet trasferita lil terzi.", "Għalkemm id-dipartiment ta' l-artijiet m'għandu l-ebda informazzjoni li xi kumpannija privata qiegħda tbiegħ parti minn din l-art, ser isir dak kollu possibbli biex tiġi investigata din l-allegazzjoni.", "IMMIGRANTI ILLEGALI", "14792.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li x-shift tas- suldati stazzjonati mal-klandestini f'Ħal Far u Ħal Safi inbidel minn wieħed ta' day/night/rest/off għal dak ta' three-shift, bis-suldati jiddaħħlu ġimgħa sħiħa night shift, ġimgħa sħiħa morning shift u ġimgħa sħiħa afternoon shift?", "Ma jidhirlux li dan iċ-ċaqliq hu diġa' inkonvenjenti ħafna għas-suldati u l-familjari tagħhom?", "Jista' il-Prim Ministru jara li ma jiġux stazzjonati klandestini eżatt biswit l-armerija ta' l-armata, peress li jekk dawn jirnexxilhom jaħarbu jista' ikollhom aċċess aktar faċli għal dawn l-armamenti, speċjalment meta huwa fatt magħruf li bħalissa qed ikun hemm shifts fejn mijiet ta' klandestini qegħdin ikunu mgħassa minn madwar ħames suldati biss?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jien informat li t-tibdil fix-shift ta' dawk li jagħmlu għassa ma' immigranti irregolari kien meħtieġ minħabba influss kbir ta' immigranti f'dawn l-aħħar ġimgħat.", "It-tibdil fix-shift ippermetta li n- numru ta' suldati li jagħmlu għassa jiżdied sabiex ikun jista' ilaħħaq ma' aktar postijiet fejn qegħdin jinżammu dawn in-nies.", "Is-sitwazzjoni rigward il-bżonn tax-shift preżenti tiġi riveduta minn żmien għal ieħor u jekk jinstab li m'għadx hemm bżonn ta' dan ix-shift - cioé dak imqassam fuq tliet ġimgħat - is-sistema ta' shift imqassam fuq erbat ijiem terġa' titħaddem.", "Fir-rigward ta' stazzjonar ta' immigranti irregolari ħdejn l-armeriji ta' l- armata, jien informat li dan ma jistax jiġi evitat fiċ-ċirkostanzi preżenti, bl-armata tieħu l-prekawzjonijiet kollha possibbli biex dawn l- armeriji jiġu protetti.", "ĦRUĠ TA' WORK PERMITS", "14793.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid kemm permessi ħarġet l-ETC għall-impjieg ta' persuni barranin matul dawn l-aħħar sitt xhur?", "Jista' jelenka minn liema pajjiżi kienu ġejjin u f'liema settur ta' l-industrija jew manifattura ġew impjegati?", "L-ETC qiegħda tissorvelja kemm minn dawn il- ħaddiema barranin fil-fatt qed jaħdmu fl-impjieg li ngħataw permess għalih, jew inkella humiex jaħdmu f'xi mpjieg ieħor li m'għandhomx permess għalih?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra."]} {"filename": "19921012_055d_par.doc", "date": "1992-10-12", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) IS-SEBA' PARLAMENT Seduta Nru. 55 It-Tnejn, 12 ta' Ottubru, 1992 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 IS-SEBA' PARLAMENT Seduta Nru. 55", "It-Tnejn, 12 ta' Ottubru, 1992", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.09 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "55", "It-Tnejn, 12 ta' Ottubru, 1992", "WERREJ", "MINUTI ..................................................", "983", "RULING TA' MR SPEAKER ...................................", "983", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI ..........................", "985", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA ..........................", "989", "MOZZJONIJIET", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR ID-DJAR", "HOUSING (AMENDMENT) BILL", "It-Tielet Qari .......................................", "990", "GĦOTI B'ĊENS TA' BIĊĊA ART F'RAĦAL ĠDID LILL-INFANTILE PARALYSIS REHABILITAION FUND ...........", "990", "GĦOTI B'ĊENS TA' FOND U ART FIL-MARFA LIMITI TAL-MELLIEĦA LIS-SOĊJETA' TAD-DUTTRINA NISRANIJA (M.U.S.E.U.M) ..................", "992", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LI LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR ID-DAZJI TA' IMPORTAZZJONI", "IMPORT DUTIES (AMENDMENT) BILL", "It-Tielet Qari .....................................", "999", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IL-ĦINIJIET TA' XOGĦOL TAL-ĦWIENET U TAL-BEJJIEGĦA FIT-TOROQ", "SHOPS AND HAWKERS (BUSINESS HOURS) (AMENDMENT) BILL", "Kumitat .............................................", "999", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-KODIĊI KRINIMALI", "CRIMINAL CODE (AMENDMENT) BILL", "It-Tieni Qari ........................................", "1014", "AĠĠORNAMENT .............................................", "1023", "MISTOQSIJIET IMWIEĠBA BIL-MIKTUB ........................", "1028", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 54 li saret fis-7 ta' Ottubru, 1992, ġew konfermati.", "RULING TA' MR SPEAKER", "MR SPEAKER (L-Onor.", "Lawrence Gonzi): Is-Sedja tirreferi għall-erba' każijiet ta' ksur ta' privileġġ li tressqu fis- seduta ta' nhar l-Erbgħa 7 ta' Ottubru kif ukoll għad-diversi punti ta' ordni li tqanqlu u tiddikjara dan li ġej:", "Fl-ewwel lok, is-Sedja tinnota illi diversi Membri ta' din il- Kamra qegħdin jistennew li hi tagħmel xi forma ta' investigazzjoni preliminari fuq il-fatti li jkunu ssemmew f'każijiet ta' ksur ta' privileġġ.", "L- interpretazzjoni li donnha qegħda tingħata hi li d-deċiżjoni tas-Sedja tkun l- ewwel indikazzjoni ta' ħtija f'każ li t-talba tintlaqa' jew deċiżjoni ta' nuqqas ta' ħtija f'każ li din ma tintlaqax.", "Is- Sedja tixtieq tagħmilha ċara li din hi interpretazzjoni żbaljata għal kollox għaliex hi m'għandha ebda poter la li tinvestiga l-fatti tal-każ imressaq u wisq inqas li tesprimi ruħha fuq il-ħtija jew nuqqas ta' ħtija ta' l- individwu li kontra tiegħu jkun tressaq il-każ ta' ksur ta' privileġġ.", "Dawn huma poteri u drittijiet li l-Kostituzzjoni ta' pajjiżna, l- Ordinanza dwar il- Privileġġi (Kap 113 tal- Liġijiet ta' Malta) u l- Ordnijiet Permanenti tal-Kamra jagħtu esklussivament lill- Kamra u mhux lill-iSpeaker.", "Dan jirriżulta b'mod ċar mill- artikoli kollha li jinsabu fl- Ordinanza kif ukoll fl-artikoli rilevanti ta' l-Ordnijiet Permanenti tagħna (ara OP 164) li kollha kemm huma jsemmu l- Kamra bħala l-awtorita' li għandha l-poteri li ssejjaħ xhieda, tiġbor l-evidenza, tiddibatti u tasal għal konklużjonijiet.", "Għalhekk, jekk l-iSpieaker jittanta jeżerċita hu xi waħda minn dawn il- funzjonijiet, huwa jkun qiegħed jusurpa l-poteri ta' l-istess Kamra - xi ħaġa li żgur ma tistax titħalla li ssir għaliex l- ewwel funzjoni ta' l-iSpeaker hija proprju li jipproteġi l- Kamra u l- poteri li għandha u mhux li jeħodhom hu f'idejh.", "It-tieni punt li għandu jiġi ċċarat darba għal dejjem, huwa li meta l- iSpeaker jasal għad- deċiżjoni tiegħu dwar jekk każ ikunx prima facie ksur ta' privileġġ, huwa bl-ebda mod ma jkun qiegħed jesprimi ruħu rigward il- ħtija jew l- innoċenza ta' l-individwu li kontra tiegħu jkun qed jitressaq il-każ.", "Il-kwestjoni kollha hija regolata bl-Ordni Permanenti 35 li fost ħwejjeġ oħra, jistabbilixxi li mozzjoni li tqanqal kwestjoni ta' priviliġġ m'għandhiex bżonn avviż ta' tlett ijiem.", "Dak l- Ordni Permanenti jkompli billi jagħti diskrezzjoni lill- iSpeaker li tawtorizzah jiċħad li jaċċetta mozzjoni sostanzjali bla avviż.", "Din id-diskrezzjoni llum ġiet assoċjata ma' deċiżjoni dwar jekk każ ikunx prima facie validu jew le.", "Għaldaqstant, fl-eżami li jrid jagħmel l- iSpeaker biex jasal għad- deċiżjoni tiegħu dwar il-każ, huwa jrid jara jekk (a) il- proċedura stabbilita fl- Ordnijiet Permanenti tal-Kamra, ġietx segwita jew le u (b) jekk il-fatt jew l-akkuża tistax taqa' taħt xi waħda mill-ħdax- il paragrafi elenkati fl- artikolu 11 tal-Kap 113 tal- Liġijiet ta' Malta.", "Jekk l- iSpeaker jiddikjara li każ partikolari huwa prima facie ksur ta' privileġġ, l- implikazzjoni tkun li l- proċedura hi korretta u allura l-Kamra tista' tgħaddi għad- diskussjoni fuq il-mertu tal- mozzjoni.", "It-tielet u l-aħħar punt li s-Sedja tħoss li għandha tenfasiżża huwa relatat mal- proċedura li għandha tintuża.", "Hawnhekk, is-Sedja terġa' tirreferi għall-Ordni Perma- nenti 35 li jgħid ċar u tond li kwestjoni ta' privileġġ titqanqal b'mozzjoni u li din il-mozzjoni sostanzjali għandha tingħata lill-Iskrivan tal- Kamra bil-miktub iffirmata mill-proponent qabel ma tiġi mressqa.", "Dan hu regolament li jrid jiġi segwit u ma hemm ebda raġuni għaliex il-Kamra għandha tippermetti li l-ftit regola- menti li għandha jiġu mwarrba b'mod li tidħol diżordni fil- proċeduri parlamentari.", "Dan ifisser ukoll illi d-drawwa li daħlet li ssir spjegazzjoni verbali minn xi naħa jew oħra fil-mument li jitressaq każ ta' ksur ta' privileġġ, mhuwiex skond ir-regolamenti tal-Kamra.", "Il-proċedura li għandha tintuża f'każijiet ta' mozzjoni ta' privileġġ, hija dik stabbilita fl-Ordni Permanenti 35 u jekk il-mozzjoni tiġi aċċettata mis-Sedja, allura l- Kamra trid issegwi dak li jgħid l-Ordni Permanenti 43.", "Dwar dan is-Sedja tirreferi għall- Ordni Permanenti 197 kif ukoll għal paġna 135 ta' Erskine May (edizzjoni 21) fejn jingħad ċar illi deċiżjoni tas-Sedja li ma tilqax mozzjoni ta' privileġġ, bl-ebda mod ma tipprikludi lil membru milli jagħmel użu minn proċeduri oħra li huma għad- dispożizzjoni tiegħu biex l- ilment jiġi vventilat.", "Is-Sedja hija determinata li tara li r-regolamenti tal-Kamra jiġu segwiti mhux biss għaliex dan huwa l-ewwel dover tagħha iżda għaliex huwa fl-aħjar interess ta' l-istess Kamra u tax-xogħol li jrid isir fiha.", "Għalhekk is- Sejda tiddikjara illi dawn huma l-prinċipji li se jiggwidawha fid- deċiżjonijiet li trid tieħu kemm issa u kemm fil-futur, sakemm naturalment il-Kamra ma tiddeċidix mod ieħor.", "Ngħaddi issa għar-rulings fuq il-każijiet imressqa.", "Nirreferi għal każ imressaq mill-Onor.", "George Vella rigward ir-risposta għal mistoqsija parlamentari numru 4728 mogħtija mill-Ministru għall- Ambjent fis-Seduta tal-5 ta' Ottubru.", "Skond l-Ordni Permanenti 36 l-ewwel opportunita' biex jitressaq dan il-każ kienet dak inhar li ngħatat it- tweġiba, u għalhekk il-kwestjoni ma setgħetx titqanqal fis-Seduta ta' l- Erbgħa 7 ta' Ottubru.", "Għalhekk il-mozzjoni ma tistax titressaq.", "Rigward il-każ imressaq mill- Onorevoli Ministru għall- Ambjent kontra l- Onor. Vella fl-istess seduta ta' 7 ta' Ottubru 1992, m'hemmx dubju illi l- każ ma jaqa' taħt l-ebda wieħed mis-subparagrafi li hemm għall-artikolu 11 tal-Kap 113.", "Għalhekk is-Sejda tiddikjara li l-mozzjoni ma tistax titressaq.", "Rigward il-każ imressaq mill- Prim Ministru kontra l-Kap ta' l- Oppożizzjoni għal diskors li allegatament intqal f'konferenza stampa li saret nhar l- Erbgħa, 7 ta' Ottubru 1992, is- Sedja tirrileva li l-każ ma ġiex inkwadrat taħt wieħed mis- sub artikolu (a) sa (k) ta' l- artikolu 11 tal-Kap 113.", "Għalhekk anke f'dan il-każ is- Sedja tiddikjara l-mozzjoni ta' privileġġ ma tistax titressaq.", "Rigward il-każ mressaq mill- Kap ta' l-Oppożizzjoni tal- konfront tal- Ministru tal- Finanzi, s-Sejda tirrileva li l-Erskine May f'pagna 381 ta' l- Edizzjoni 21 jagħmilha ċara li allegazzjoni bħal din ma tistax titressaq fil-forma li tressqet, apparti li l-każ ma ġiex inkwadrat taħt wieħed mis- subartikolu (a) sa (k) ta' l- artikolu 11 tal-Kap 113.", "Għalhekk il- mozzjoni ma tistax tiġi aċċettata.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "SKEJJEL TAS-SNAJJA - STUDENTI", "4513.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jagħti sena b'sena 1987-1992 l-figura ta' kemm studenti fl-iskejjel tas- Snajja' talbu li jitilqu mill- iskola qabel jagħlqu s-16-il sena u kemm minn dawn it- talbiet ġew milqugħa?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI (Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani): Matul is-snin skolastici 1986-1992 l-għadd ta' studenti fl-iskejjel tas- snajja' li talbu biex jitilqu mill-iskola qabel ma għalqu s- 16-il sena u l- għadd ta' talbiet li ntlaqgħu kien kif jidher hawn taħt:", "Sena Applikazzjonijiet Milqugħa", "1986/87 793 535 1987/88 757 378 1988/89 589 140 1989/1990 562 132 1990/91 754 255 1991/92 781 281", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Evarist Bartolo, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Għalkemm il-Ministru ma tanix kopja tat-tracer study, jien xorta għandi kopja tiegħu.", "Issa jien nixtieq inkun naf jekk il- Ministru huwiex kuntent bis-sitwazzjoni li hemm fit- trade schools.", "Dan it- tracer study jgħid hekk:", "\"The situation in the trade schools population is rather bleak.\".", "X'passi qed jieħu l-Ministru biex jirranġa d-diżastru li għandu fit-trade schools?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Fil-Ministeru m'hemmx diżastru u dan jidher miċ-ċifri li ħarġu.", "Iċ-ċifri juri li fl- aħħar sena ta' l-Amminstrazzjoni preċedenti ntlaqgħu 535 każ mentri ċ-ċifri ta' matul l- aħħar sena ċ-ċifra kienet turi 132 każ.", "Jekk tisaqsini jekk inix kuntent bit-trade schools, ngħidlek li m'inix għax dejjem hemm x'tirranġa, mhux għax hemm diżastru.", "Jekk Alla jrid, is- sitwazzjoni fit-trade schools għandha titranġa.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Alfred Portelli mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: La qed nitkellmu fuq l-iskejjel tas-snajja', jista' l-Ministru jagħtina ħjiel dwar meta se tissewwa l-Iskola Umberto Calosso wara li kienet qabdet?", "MR SPEAKER: Il-Ministru Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: B'kumbinazzjoni, l-Onor.", "Interpellant għadu kemm għamilli domanda fuqha u nista' ngħid li għadni kemm rajt il- file.", "Il-biċċa li nħarqet għadha mhix imbattla għal kollox u hemm żewġ tipi ta' pjanijiet - pjan minnhom jokkupa l-iskola kollha u l- pjan l-ieħor jaħseb biex ikun hemm gymnasium fejn isiru l- attivitajiet sportivi.", "Jien favur dan it-tieni pjan għax nixtieq li fl-Iskola Umberto Calosso barra milli jsiru klassijiet fil-parti li ma waqgħetx, isir gymnasium f'dik il-parti l- oħra fejn qabel kien hemm il-maħżen ta' l-MMU.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Il- Ministru li qed igħid li m'għandux diżastru fit-trade schools, li ħsiebu huwa aktar fil-high policy milli fl- attendenza tat-tfal fl- iskejjel, jista' wara li jkun ġie minn Franza, jgħidilna jekk il-persentaġġ ta' dawk l- istudenti li jattendu l- iskejjel huwiex 30%?", "Dan jista' jagħmlu billi jeżamina r-reġistru ta' l-iskejjel tas- snajja', bħalma għamilt jien -għalkemm dawn mhux suppost ikunu f'idejja.", "Dan l- assentejiżmu huwa forma oħra ta' dawk li jitolbu biex jitilqu mill-iskola?", "MR SPEAKER: Il-Ministru Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Kultant igħidu \"a little knowledge is a dangerous thing\", jew \"drink deep or taste not the Pierian spring.\".", "Jiġifieri billi taqbad parti biss mis-sena skolastika u tiċċita dik il- parti ...", "Jien nista' ngħid li l-pożizzjoni mhijiex hekk is-sena kollha.", "Hemm ċerti studenti tat-trade schools li meta tkun se tispiċċa s-sena skolastika, ma jibqgħux imorru l-iskola.", "L- ogħla absenteism rate kienet ta' 30% u din niżlet għal 12%.", "Jiġifieri allavolja nħoss li l- Ministru qiegħed għall-policy, kif fil-fatt qiegħed anke l- Opposition spokesman, ma niddejjaqx nara d-dettalji għaliex dawn id-dettalji jgħinuna biex nibnu l-policy fuqhom.", "Jiena nara kif inhuma sejrin l-iskejjel tas-snajja' anke billi nara l- andament ta' l- absenteeism.", "Per eżempju, l- iskola Ta' Bighi hija l-aktar waħda li nattendi u dalgħodu bgħatt lid-direttur li huwa responsabbli minnha biex jara ċerti problemi li fiha.", "Fi kwalunkwe skola ssib xi problemi, għalkemm f'Ta Bighi forsi hemm aktar problemi minn skejjel oħrajn.", "(Interruzzjonijiet) Jien nattendi hemmhekk ta' spiss sabiex nara għaliex qiegħed ikun hemm dawn il- problemi, pero' dan ma jfissirx li ma nagħtix kas skejjel oħra.", "Madanakollu rrid ngħid li hemm maħsuba politika ġenerali li biha titjieb is- sitwazzjoni kollha ta' l- iskejjel tas- snajja'.", "Dwar dan it-titjib għandu jsir rapport li se ngħaddih lill- Kamra - jista' jkun li dan ir-rapport diġa' qiegħed f'idejn l-Onor.", "Membru.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Lino Spiteri.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Mr Speaker, ma qomtx mill-ewwel għax kont se nistaqsi jekk il- Ministru qalx il-kliem għat- titjib jew għat-tindif, imma naħseb li għat-tindif qal.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Jien difetti għandi, pero' naħseb li l-kliem naf nippronunzjah.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Spiteri.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Mr Speaker, jien veru ma fhimtux.", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Jien għit għat-titjib.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Jekk qal għat-titjib, allura l- mistoqsija li kont se nagħmel nagħmilha mod ieħor għax jekk qal għat-tindif, jiġi qisu se jbajjad l-oqbra biss u mhux se jagħmel xi ħaġa ta' sustanza.", "Imma l-Ministru, qal x'qal, jidhirlu li flok it- trijonfaliżmu li qam bih biex iwieġeb l-ewwel supplementary question li saritlu - meta ta l- impressjoni li fi żmien il- Gvern Laburista kienu jiġu aċċettati ħafna mit- talbiet ta' żgħażagħ li riedu jitilqu mit- trade schools u mbagħad meta nbidel il-Gvern dawn it-talbiet ma baqgħux jiġu aċċettati - kien ikun iżjed relevanti għat- twettiq tar-responsabilita' tiegħu fid-dekasteru li għandu li jara għaliex konsistentement, sena wara sena, baqa' jkun hemm medja ta' 600 żagħżugħ li jitolbu li jitilqu mill-iskola tas-snajja' Il- Ministru jidhirlu li din hija indikazzjoni ċara li hemm xi ħaġa fundamentalment ħażina fil-qagħda ta' l-iskejjel tas- snajja li flok trijonfaliżmu titlob analiżi serja?", "Dan għaliex din il-branka tant importanti ta' l- edukazzjoni tagħna mhijiex sejra 'l quddiem daqskemm nixtiequ u meta l-Ministru jiġi hawn, flok joqgħod jagħmel il- qagħda tiegħu ta' partiġġjan u ta' politiku ta' sitt ħabbiet, imissu jwieġeb bħala Ministru ta' Malta kollha għax dak hu l- importanti.", "U nerġa' nistaqsih jekk bħala Ministru ta' Malta kollha, jħossx li hemm turija ta' nuqqas ta' fiducja fl- iskejjel tas-snajja' fiż- żmien meta qed nipprovaw nagħmlu quantum leap 'il quddiem fil- livell tal- ħaddiema tagħna - u dan essenzjali li jsir - liema attitudni mhijiex se sservi biex iġġib il-qagħda ta' l- edukazzjoni teknika 'il quddiem?", "MR SPEAKER: Il-Ministru Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Sur President, nieħu pjaċir li jsiruli l- priedki u naċċettahom, pero' ma kontx trijonfali u m'inix se nkun trijonfali, imma se ngħid il- verita'.", "Jien sibt skejjel tas-snajja' u pprovajt nirranġahom; f'certi affarijiet rranġaw u f'ċerti affarijiet għadni m'inix kuntent bis-sitwazzjoni.", "Jien qabbadt lil min jarali s- sitwazzjoni, għamluli rapport u eżaminajtu.", "Fil- fatt hemm pjanijiet biex dawn l-iskejjel jisswew ulterjorment u biex jagħmlu xogħol aħjar.", "Meta dawn il-pjani saru snin ilu, jien ma kontx qbilt magħhom għaliex għidt li l- ispeċjaliżżazzjoni qed issir malajr.", "Fil- fatt, ir-rapport li sarli min-nies li mhumiex partiġġjani tan-naħa tiegħi imma huma nies ta' l-iskejjel, insibu li għandna naraw proprju li m'għandux ikun hemm speċjaliżżazzjoni kmieni ż- żejjed.", "Minn hawn u ftit ieħor, mingħajr trijonfaliżmu imma biex jiġi eżaminat bl- iktar mod oġġettiv, inġib quddiem din il-Kamra dan ir- rapport li sarli dwar it-titjib li hemm bżonn li jsir fl- iskejjel tas-snajja'.", "MR SPEAKER: L-aħħar mistoqsija supplimentari.", "L- Onor. Portelli.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Mr Speaker, bħalma jaf il- Ministru, għandna t- technical institute ta' Corradino li fih jitgħallmu t-technical subjects, għandna s-Sixth Form miegħu fejn jitgħallmu banking eċċ., u mbagħad għandna t- technical institute tan-Naxxar fejn jgħallmu technical subjects li x'aktarx huma differenti minn dawk li jiġu mgħallma f'Corradino u barra minn hekk għandna wkoll il- kwestjoni dwar il-language courses li se jingħataw għas- sena skolastika l992/93.", "Allura f'dan il-każ il-Ministru ma jidhirlux li dan il-fatt awtomatikament qiegħed jirrifletti fin-nuqqas ta' studenti li għandhom jitgħallmu suġġetti tekniċi?", "Peress li l- Ministru f'dan ir-rigward għandu aċċess aħjar għall- figuri statistiċi u jaf aktar minni kif dawn l-affarijiet jinsabu sejrin, jista' jagħtini tweġiba?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Mr Speaker, din hija domanda li timmerita ċertu risposta u għaldaqstant nixtieq ngħid lill-Onor.", "Interpellant li l- idea hi li mhux inneħħu x-xewqa ta' dawk l-istudenti li jħobbu jistudjaw suġġetti tekniċi, imma li dan is-suġġett inkomplu nżiduh ħalli ngħollu l- livell u l-prestiġju tat-Technical Institute.", "Kif jaf l-Onor.", "Interpellant, dawk li fl- Ingilterra kienu jirreferu għalihom bħala l- Polytechnics illum dawn saru universitajiet mhux għal-fatt li fihom it- tagħlim kien tbiddel imma biex ma jkunx hemm aktar dan l- idealiżmu fejn allura dawk li qegħdin jistudjaw f'universita' jaħsbu li dawk l-istudenti li qegħdin fil-polytechnics mhumiex tajbin daqshom.", "Għaldaqstant jiena nixtieq li fil-livell ta' technical institutes, is-sixth forms u is-centres kollha li għandna jkunu f'post wieħed biex anke l-impressjoni pubblika tkun dik li dawn il-kulleġġi huma ta' l- istess livell.", "Dak huwa l- iskop li qiegħed nipprova nwettaq f'Kordin u dak huwa l- iskop li wieħed irid jipprova jwettaq anke fit-Technical Institute tan-Naxxar.", "MR SPEAKER: Il- ħin tal- mistoqsijiet issa għadda.", "Ngħaddu għat-tqegħid ta' karti.", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA", "ONOR.", "MICHAEL FALZON (Ministru għall-Ambjent): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 96 ta' l- 1992 - Regolamenti ta' l-1992 li jemendaw ir- Regolamenti dwar il- Kummerċ fi Speċi ta' Fawna u Flora;", "Abbozz ta' Ftehim bejn il- Gvern ta' Malta u l- Infantile Paralysis Rehabilitation Fund dwar għoti b'ċens ta' biċċa art f'Raħal Ġdid u Pjanta li turi l-art imsemmija;", "Abbozz ta' Ftehim bejn il- Gvern ta' Malta u s- Soċjeta' tad-Duttrina Nisranija (M.U.S.E.U.M.) dwar għoti b'ċens ta' fond u art fil-Marfa limiti tal-Mellieħa; u pjanta li turi l-art imsemmija; u", "Ir-Rapport Annwali tal- Korporazzjoni Enemalta għas-sena 1991/92.", "Kopja ta' dan ir-rapport tqassam lill-Onor.", "Membri", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet.", "MOZZJONIJIET", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR ID-DJAR", "HOUSING (AMENDMENT) BILL", "ONOR.", "GEORGE HYZLER (Ministru għas-Sigurta' Soċjali): Mr Speaker, nipproponi l-Ewwel Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att ta' l-1992 li jemenda l-Att dwar id-Djar, Kap. 125\".", "MR SPEAKER: Min jissekonda, jekk jogħġobkom?", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att ta' l- 1992 li jemenda l- Att dwar id-Djar, Kap. 125\" ikun moqri l-Ewwel Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri l-Ewwel Darba.", "GĦOTI B'ĊENS TA' BIĊĊA ART F'RAĦAL ĠDID LILL-INFANTILE PARALYSIS REHABILITATION FUND", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Mr Speaker, nipproponi li:", "Billi l-Gvern tar- Repubblika ta' Malta beħsiebu jagħti b'ċens lill- Infantile Paralysis Rehabilitation Fund, biċċa art f'Paola, deskritta aħjar fl-Abbozz ta' Ftehim imqiegħed fuq il-Mejda tal-kamra, għaż-żmien, biċ-ċens u taħt il- kondizzjonijiet li jinsabu fl-istess abbozz;", "U billi huwa maħsub fil- paragrafu (ċ) tas- subartikolu (1) ta' l- artikolu 3 ta' l-Att ta' l-1976 dwar it-Trasferiment ta' Artijiet tal- Gvern li art li tkun proprejta' tal-Gvern jew amministrata minnu tista' tiġi trasferita \"skond riżoluzzjoni speċjali tal- Kamra tad-Deputati li tkun fis-seħħ fil-ħin tat- trasferiment\";", "U billi huwa xieraq li t- trasferiment fuq imsemmi jsir skond riżoluzzjoni speċjali tal-Kamra tad- Deputati;", "Għalhekk huwa b'dan riżolut li l-art f'Paola deskritta aħjar fl-Abbozz ta' Ftehim li jinsab imqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tiġi mogħtija b'ċens lill-Infantile Paralysis Rehabilitation Fund għaż-żmien, għall- iskop u skond il-pattijiet u kondizzjonijiet imsemmijin fl-istess abbozz.", "MR SPEAKER: Min jissekonda, jekk jogħġobkom?", "ONOR.", "CLAUDE MUSCAT: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Rimarki, jekk jogħġobkom?", "Il-Ministru Falzon.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Sur Presidenti, kif kulħadd jaf l- Infantile Paralysis Rehabilitation Fund għandhom sit f'Raħal Ġdid li fil-fatt kien ingħata f'Jannar ta' l-1971 mill-Gvern ta' dak iż-żmien.", "Dan is-sit kien ingħata biex jintuża għall-bini ta' ċentru għal nies li sfortunatament huma vittmi ta' l-Infantile Paralysis - il- paraplegics.", "Dak iż-żmien dik kienet għadha b'ċens nominali ta' Lm15.00 għal 50 sena.", "Il- fond kien talab lill-Gvern biex ikabbar dan is-sit biex jestendu u jkabbru l- attivitajiet tiegħu.", "Illum, il-mozzjoni tirrigwarda s-sit ta' ħdejn is-sit li għandhom, li se jużawha bħala estenjoni u l-Gvern qed jipproponi li jitlob ukoll l-istess ammont nominali ta' Lm15.00 kif kien qed isir qabel.", "Ovvjament, dan il-fond jiddependi ħafna mid- donazzjonijiet tal-pubbliku.", "Dak kien l-iskop tal-Gvern meta f'Jannar 1971 kien ta din l-art b'ċens nominali ta' Lm15.00.", "Dan iċ-ċens ma jagħlaqx 50 sena mil-lum imma jagħlaq fl-2021 flimkien maċ-ċens li kien ingħata f'Jannar ta' l-1971.", "Dan minħabba li fl-2021, min ikun fil-gvern, jiddeċiedi jekk jestendix u jġeddidx iċ-ċens ta' dawn iż-żewġ biċċiet art f'Raħal Ġdid.", "Naħseb li m'għandi xejn iktar xi nżid.", "Din hija organiżżazzjoni li kulħadd jaf kemm tagħmel ġid u tuża l-art li għandha f'Raħal Ġdid proprju għall-iskop li ngħatalha u ma jidhirlix li għandu jkun hemm ebda oġġezzjoni minn din il- Kamra.", "MR SPEAKER: Hemm aktar rimarki?", "L-Onor.", "Buhagiar.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Mr Speaker, kuntrarjament għal dak li ddiskutejna fis-seduta preċedenti fejn kellna quddiemna riżoluzzjonijiet biex tingħata art lil sidien ta' lukandi u lil-Lohombus Corporation, din id-darba għandna riżoluzzjoni biex biċċa art tingħata lil għaqda, li kif qal il-Ministru, tagħmel ħafna ġid lill-komunita' Maltija.", "Għaldaqstant, ma naħsibx li minn din in-naħa għandna nsibu oġġezzjoni għal din l-għotja.", "Pero' nixtieq nikkoreġi l- idea li ngħatat l-aħħar darba meta tkellimna fuq il-biċċa art li ngħatat lil-Lohombus.", "Meta l-Ministru għamel il- winding up fir-riżoluzzjoni dwar dik l-art partikolari, kien qal li l- Lohombus għandu jagħti xi servizz soċjali lil dawn il- gżejjer.", "Fil-fatt dan m'hu korrett xejn għaliex il- Lohombus huwa bank kummerċjali u r-rati ta' sussidju li joħroġu fuq il-loans ma joħroġhomx il-Lohombus imma toħroġhom il-Housing Authority u għaldaqstant dak inhar ma konniex qed nagħtu biċċa art lil xi istituzzjoni filantropika jew li qed tagħmel xi attivita' soċjali mas-soċjeta' Maltija.", "Nixtieq intenni għal darb'oħra dak li ili ngħid f'din il-Kamra jiġifieri li wasal iż-żmien li f'dan il- Parlament naraw bis-serjeta' kif nirregolaw l-għoti ta' l- art mill-Gvern lid-diversi istituzzjonijiet u f'liema forma jsir dan għax kull darba qed niġu ffaċċjati b'sitwazzjoni fejn kull ġimgħa jew kull ħmistax hawnhekk issir riżoluzzjoni biex tingħata proprjeta' pubblika lill-privat jew lil xi istituzzjoni bħal din.", "Għaldaqstant jien għal darb'oħra nappella lill-Gvern biex ikun ċar u joħroġ policy ċara rigward trasferiment ta' art lill-privat u anke lil soċjetajiet bħal din, pero' irid ikun hemm policy ċara.", "Min-naħa tagħna ma naħsibx li għandna oġġezzjoni għall-għoti ta' din l-art.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No)", "Il-mistoqsija hi l-Mozzjoni Nru. 42 kif tidher fuq l-agenda u kif imressqa mill-Ministru għall-Ambjent.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "GĦOTI B'ĊENS TA' FOND U ART FIL-MARFA LIMITI TAL-MELLIEĦA LIS-SOĊJETA' TAD-DUTTRINA NISRANIJA (M.U.S.E.U.M.)", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Nipproponi li:", "Billi l-Gvern tar- Repubblika ta' Malta bi ħsiebu jagħti b'ċens lis- Soċjeta' tad-Duttrina Nisranija (M.U.S.E.U.M.), fond u art fil-Marfa limiti tal-Mellieħa, deskritta aħjar fl-Abbozz ta' Ftehim imqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra, għaż- żmien, biċ-ċens u taħt il- kondizzjonijiet li jinsabu fl-istess abbozz;", "U billi huwa maħsub fil- paragrafu (ċ) tas- subartikolu (1) ta' l- artikolu 3 ta' l-Att ta' l-1976 dwar it-Trasferiment ta' Artijiet tal- Gvern li art li tkun proprejta' tal-Gvern jew amministrata minnu tista' tiġi trasferita \"skond riżoluzzjoni speċjali tal- Kamra tad-Deputati li tkun fis-seħħ fil-ħin tat- trasferiment\";", "U billi huwa xieraq li t- trasferiment fuq imsemmi jsir skond riżoluzzjoni speċjali tal-Kamra tad- Deputati;", "Għalhekk huwa b'dan riżolut li l-art fil- Mellieha deskritta aħjar fl- abbozz tal-ftehim li jinsab imqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra tiġi mogħtija b'ċens lis- Soċjeta' tad-Duttrina Nisranija (M.U.S.E.U.M.) għaż- żmien, għall-iskop u skond il-pattijiet u kondizzjonijiet imsemmijin fl- istess abbozz.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "LOUIS CUSCHIERI: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Rimarki, jekk jogħġobkom?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Fl- inħawi tal-Marfa kien hemm dar li kienet magħrufa skond il- files tagħna bħala Jack's Home.", "Din fl-1970 kienet ingħatat lis-Soċjeta' tal-MUSUEM u bdiet tintuża bħala post fejn it-tfal ikollhom attivitajiet fis-sajf.", "Fis-sena 1972 dan it-titlu prekarju ta' encroachment ġie konvertit wara li kienet saret sejħa għal tenders mill- Gvern ta' dak iż-żmien li fiha s- Soċjeta' tal-MUSEUM kienet ingħatat ir- right of first refusal u kienet ġiet ikkonvertita f'kera ta' tmien snin liema kera wara li għaddew it-tmien snin baqgħet dejjem tiġi rinnovata awtomatikament fuq bażi ta' sena, sena.", "Jiġifieri l-istorja hi li fl- 1970 kellhom encroachment u fl-1972 permezz ta' tenders ingħatat għal tmien snin u dejjem awtomatikament tiġġedded għal sena, sena.", "Issa s-Soċjeta' tal-MUSEUM għamlet rappreżentazzjonijiet lill-Gvern li tixtieq tieħu l- post b'ċens ħalli jkun possibli li jagħmlu xogħlijiet tar- refurbishing u ta' reinstatement li hemm bżonn isiru għaliex fil-fatt wieħed jista' jara minn barra li l-post huwa fi stat dilapidat ħafna, f'ċerti postijiet irid jerġa' jinbena mill-ġdid.", "Is- Soċjeta' ma talbitx lill-Gvern biex isewwih u jirranġah, imma talbet li jkollha titolu ta' ċens ħalli l-ispejjeż u x-xogħol li tagħmel hi fil-post ikunu koperti billi s- Soċjeta' jkollha titolu aktar secure milli għandha llum li huwa kera li jiġġedded minn sena għal sena.", "Huma talbu wkoll li jkollhom spazju adizzjonali fuq wara biex iservi bħala area miftuħa bħala rikreazzjoni u din l-estenzjoni qed tingħata, pero' hemm kondizzjoni speċjali partikolari li parti ta' l-art li qed tingħata extra fuq wara għandha titħalla fl-istat naturali tagħha u ma jista' ssir l-ebda bini jew l-ebda estenzjoni.", "Is- Soċjeta' talbet illi ċ-ċens ikun wieħed nominali jew b'rati baxxi u l- Gvern ħaseb li jżomm il-kera ta' Lm150 li hemm illum u li jżomm iċ-ċens bl- istess rata għal 99 sena, pero' bil-patt u l-kondizzjoni li kull 25 sena, dan iċ-ċens jiġi rivedut skond l-index of inflation.", "M'hemmx għalfejn noqgħod ngħid lill-Kamra li s-Soċjeta' tal-MUSEUM taħdem fost ulied il-poplu u l-fatt li għandhom post fil-Marfa, żgur li se jagħtu l-opportunita' lit-tfal li l-aktar li ma jistgħux jaffordjaw, biex imorru jqattgħu ftit ġranet ħdejn il- baħar.", "Din is-Soċjeta' se terġa' tibni dan il-post mill- ġdid, u jekk wieħed iħares lejn dan il-post ikun jista' jara li huwa dilapidat.", "Għalhekk wieħed jifhem għalfejn is- Soċjeta', li trid tonfoq il- flus u tagħti x-xogħol tagħha biex tagħmel dan, talbet sabiex ikollha titlu daqsxejn aktar secure milli għandha llum.", "Naħseb li din hija l-istorja u l-background ta' din il- mozzjoni li qed nitlob lill- Kamra biex tapprova.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Charles Buhagiar.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Mr Speaker, din in-naħa wkoll taqbel ma' l-idea li din l-art tingħata lis-soċjeta' tal- MUSEUM.", "Bħalma qal il- Ministru, il-MUSEUM hija għaqda li tagħmel ħafna ġid fost it- tfal, speċjalment tal- ħaddiema.", "Dan il-ġid mhuwiex biss spiritwali u morali imma huwa soċjali u edukattiv.", "Għaldaqstant din is-Soċjeta' żgur li ħaqqha l-għajnuna ta' l- Istat biex tkompli tkabbar il-ħidma tagħha.", "Pero' xtaqt nagħmel xi żewġ kummenti fuq din ir-riżoluzzjoni fejn tgħid li se tingħata biċċa art li fuqha hemm bini eżistenti u biċċa art oħra li se tiġi adjoining magħha.", "Il-kumment li xtaqt nagħmel jien huwa li skond il-kuntratt ta' din l-art, din is-Soċjeta' tista' testendi bini ma' dak li hemm.", "Kif nafu, biex tagħmel estensjoni ma' bini eżistenti, il-bini eżistenti jrid ikun kopert bil-permess.", "Il-bini li qed jingħata lis-Soċjeta' tal- MUSEUM, huwa kopert bil-permess tal-bini?", "Għandna idea meta nbena dan il-bini li se jingħata lis-Soċjeta' u b'liema kondizzjonijiet kien inbena?", "Jekk wieħed jara dak li qiegħed jingħad f'din ir-riżoluzzjoni jsib li filwaqt li qed jingħata dan il-bini, qed tingħata biċċa art oħra li mhux se tkun żviluppabbli.", "Hawnhekk ta' min jistaqsi: Tinħass il-ħtieġa li din l-art u l-art ta' warajha jingħataw għall-bini?", "Jekk wieħed iqis li din l-art qegħda viċin ħafna tal-baħar, prattikament fuq il-foreshore, minn hawn joħroġ argument ieħor.", "Skond il-kuntratt, din l-art se tingħata lis-soċjeta' tal- MUSEUM sabiex il-membri u t- tfal li tieħu ħsieb, ikollhom post fejn jirrikreaw irwieħhom.", "Sa hawnhekk aħna naqblu, imma jekk dawn in-nies għandhom bżonn ta' post fejn jirrikreaw irwieħhom, allura nies oħra tas-soċjeta' tagħna, m' għandhomx bżonn li jirrikreaw irwieħhom?", "Naħseb li t-tweġiba għandha tkun li dawn għandhom bżonn ta' post bħal dan ukoll.", "Dan l-argument ifakkarni fil- Gvern li bħalissa għaddej b'kampanja kontra min għandu bini viċin tal-baħar - bħalma hija din id-dar partikolari - li jrid iwaqqagħhom għax inbnew mingħajr permess.", "Jien ngħid li l-bini mingħajr permess għandu jitwaqqa' kollu, pero' għandna nibdew mill-kbir u mhux miż- żgħir.", "Dan i-bini li se jingħata lil tal-MUSEUM inbena bil-permess jew mingħajr permess?", "Dan huwa bini legali jew illegali?", "Fil-każ ta' dawk li se nwaqqgħhulhom il-boat houses għax huma illegali, il-Partit Laburista stqarr li l-Gvern għandu jaħseb bis-serjeta' sabiex jipprovdi xi tip ta' alternattiva għal min irid iqatta' ftit żmien fejn il- baħar fix-xhur tas-sajf.", "Jekk wieħed jara l-Pjan ta' Struttura li jirregola l- iżvilupp, wieħed isib li m'hemmx alternattivi għal dawn in-nies li jridu jirikkreaw ruħhom ħdejn il-baħar.", "Permezz ta' din ir-riżoluzzjoni qisna qed noħolqu xi ħaġa fejn lil ċertu sezzjoni tas-soċjeta' tagħna qed napprovaw li jkollhom post fejn jikkreaw ruħhom fejn il-baħar u lil ħaddieħor mhux qed nagħtuh dan iċ-ċans.", "Jiġifieri qed noħolqu xi ħaġa li forsi hija kontradittorja.", "Mr Speaker, il-Gvern irid jaħseb f'dawn in-nies li fis- sajf iridu jmorru joqogħdu ħdejn il-baħar.", "B'daqshekk m'inix qed ngħid li għandna nħalluhom jibnu l-boathouses.", "Per eżempju, kull garage li nbena bil-permess f'Bugibba u fil-Qawra - qed ngħid għal dawk li jifformaw parti minn binja taħt flats - kollha jintużaw bħalma jintużaw il- boathouses u ġew konvertiti min-nies li joqogħdu fihom fis- sajf.", "Issa jien ngħid li mhux sewwa li familja tmur toqgħod f'garage għal ġimgħat sħaħ għaliex normalment lanqas ikollhom il-faċilitajiet sanitarji meħtieġa u skond il- liġi sanitarja ma tistax tabita f'bini fejn m'hemmx il- faċilitajiet sanitarji meħtieġa.", "Jiena naħseb li fil- każ ta' dawn in-nies li jridu jmorru joqogħdu f'dan it-tip ta' bini fis-sajf hija kwestjoni wkoll ta' edukazz- joni.", "Il-kelma \"boathouse\" ma tfissirx post tajjeb għall- abitazzjoni, imma post fejn wieħed iżomm id-dgħajsa tiegħu u l-affarijiet li juża mad- dgħajsa tas-sajd.", "Naħseb li hija kwestjoni kif teduka n- nies li mhijiex ħaġa umana li tmur tgħix f'garage, kif qed jagħmlu ħafna nies meta jibnu l- kmamar fejn il-baħar jew inkella joqogħdu f'xi container jew f'xi garage li għalkemm għandu permess mhuwiex tajjeb għall-abitazzjoni.", "Jien naħseb li l- Gvern huwa konxju li hawn nies li fis-sajf jixtiequ post ħdejn il-baħar, pero' m'għandhomx post diċenti.", "Jekk il-Gvern mhux konxju minn din il- problema naħseb li mhux qed iħoss il-polz ta' din il-parti tas-soċjeta'.", "Il-Gvern għandu dmir li jipprovdi alternattivi serji għal min jixtieq post ħdejn il-baħar fejn ikun jista' jirrikrea ruħu.", "Huwa veru li l-Gvern jippriedka li se jipprovdi alternattivi u fil- fatt meta neħħa l-caravans xi tliet snin ilu minn Qalet Marku - u għamel sew li neħħihom minn hemm - kien qalilhom lin-nies li kienu jikkampjaw fuq Qalet Marku li kien se jagħmlilhom camping site fl-area ta' Baħar ic-Cagħaq biex imorru jikkampjaw hemmhekk.", "Għaddew tliet snin, intnefqu eluf kbar ta' liri u din il-camping site pedament kienet u pedament għadha!", "U m'hemm xejn joqgħod fiha ħlief il-ġrieden għax ħlief imbarazz ma fihiex!", "Jiġifieri meta inti tgħid li se tipprovdi l-alternattivi għal dawn in-nies trid tkun serju f'dak li tgħid.", "Aħna nafu wkoll li l-Gvern ma jsibx diffikulta' biex joħroġ permessi għall-boathouses.", "F'dawn l-aħħar ġimgħat jiena naf li ħareġ mijiet ta' permessi għall-bini ta' boathouses ġewwa l-Qawra u jekk irid il-Ministru nista' nagħtih il-file numbers tagħhom u ngħidlu ta' min huma wkoll dawn il- permessi.", "Issa aħna nafu wkoll li dawn il-boathouses li se jinbnew bil- permessi se jintużaw min-nies biex joqogħdu fihom, mhux se jintużaw bħala boathouses.", "Mr Speaker, dan huwa l- kumment qasir li rrid nagħmel fuq dan il-punt li ħriġt minn din ir-riżoluzzjoni.", "Huwa tajjeb li nipprovdu post għar- rikreazzjoni tal-membri ta' din is-soċjeta', pero' huwa ħafna iktar tajjeb u hemm bżonn ħafna iktar x'isir ħalli nipprovdu alternattivi għal min irid jirrikrea ruħu bħalma qed jirrikreaw ruħhom dawn in-nies fejn il-baħar fix- xhur tas- sajf.", "Nirringrazzjak.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Aktar rimarki jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Mr Speaker, jekk hemm soċjeta' li jistħoqqilha li tingħata art fejn tista' tieħu lit-tfal u liż-żgħażagħ biex ikollhom fejn iqattgħu l-ħin ħieles tagħhom, din ċertament hija s- Soċjeta' tal-MUSEUM.", "Biżżejjed wieħed isegwi l-impenn u d-dedikazzjoni li l-membri ta' din l-għaqda għandhom fix-xogħol soċjali li jagħmlu fost setturi differenti tas-soċjeta', fost it-tfal fejn huma anke jagħtu eżempju bl- iskola tagħhom tas-St.", "Michael's li tassew hija b'xejn u l-għalliema dedikati li għandhom hemmhekk jaqilgħu ċertifikati mingħand il-familji li jibagħtu lil uliedhom f'din l-iskola.", "Din is-soċjeta' tagħmel ukoll xogħol fost il- morda, fost it-tfal u fost iż- żgħażagħ.", "Pero' jien irrid nieħu aspett ieħor ta' din ir- riżoluzzjoni.", "Jiena nħoss li hija ħasra, jekk mhux ukoll ta' mistħija, li għaqda reliġjuża u dedikata bħal din, ikollha bżonn l- artijiet mingħand il- komunita' permezz tal-Gvern meta l-Knisja Kattolika f'Malta tant kellha artijiet.", "Bħalissa l-Knisja qed tagħnmel disservice lilha nnifisha bil-mod kif qed tiddisponi mill-artijiet tagħha u bil-mod kif qed iġġib ruħha meta tgħolli ċ-ċnus u l-kirjiet li għandha - qed iġib ruħha b'mod xejn inqas differenti min-negozjanti l-oħra tal- proprjeta'.", "Il-fatt li n- nies din qed iħossuha ħafna - speċjalment dawk li ċ-ċnus tagħhom qed jiġu triplikati u anke dawk il-bdiewa li l-art tagħhom qed tiġi triplikata - lill-Knisja qed tagħmlilha ħafna ħsara u qed titfa' il- ġebla fuq saqajha hija stess għaliex qed tiġi konsidrata bħala negozjanta tal-proprjeta' mhux b'mod inqas differenti minn dawk li għandhom quddiemhom biss il-profitt kummerċjali.", "Nerġa' ngħid waqt li nieħu gost li s-Soċjeta' tal-MUSUEM tingħataha din l- art biex tkompli tagħmel il-ġid li qed tagħmel, il-Knisja imissha tirrifletti sew fuq l-isem ħażin li qed tagħti lilha nifisha bil-mod kif qed tinnegozja l-proprjeta' daqs kull negozjant ta' proprjeta' ieħor li jeżisti f'dawn l- gżejjer.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, meta kont żgħir kont fil-MUSEUM u niftakar kont imur dawk in- naħat magħhom fejn se jagħtu din l-art. .", "Illum nista' nara mill-viċin kemm din is- soċjeta' tagħmel ġid għal pajjiżna, fis-sens li jbiegħdu ħafna tfal minn certi vizzji - u dan bil-provi - u ħafna tal- MUSEUM mhux jakkwistaw imma joħorġu minn buthom.", "Għalhekk ħassejt li hu d- dover tiegħi bħala wieħed li għaddejt mill- esperjenza u bħala wieħed li għandi ħija fil-MUSEUM u nara kif jaħdem li ngħid li hija ħaġa tajba li din l-art għandha tingħata għax persważ li se tkun ta' ġid għal pajjiżna.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki, jekk jogħġokom?", "(Onor. Membri : No) Nistieden lill-Ministru biex jgħaddi għall-winding up.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Mr Speaker, naħseb li kull m'għandi nagħmel hu li ngħaddi ftit kummenti fuq dak li qal il-Perit Buhaġiar.", "L-ewwelnett fuq il-fatt jekk il-bini inbenix bil-permess jew le, irrid ngħid li mil-files tal-Lands Department, jirriżulta li l-bini ilu mibni żmien twil u jirriżulta hekk anke mis-survey sheets, jiġiferi din mhijiex xi ħaġa li nbniet f'dawn l-aħħar snin jew b'xi kontrabandu.", "Skond ir- records li għandi kien hemm biċċa art li kienet titqies bħala rural tenement u li kienet ingħatat lil xi ħadd b'ċens għal 99 sena.", "Dan iċ- ċens kien ingħata lil Salvatore Debono, fil-15 ta'Awissu, l855, u kien jagħlaq fil-15 ta' Awissu l954, u x'imkien matul dan il-perjodu, bejn Awissu ta' l-l855 u Awissu ta' l-l954 nstab li kienet inbniet din il- famuża Jack's Home Hotel.", "Meta fl-l954 iċ-ċens kien għalaq, il-Gvern ta' dak iż-żmien kien ta b'kera dak l-istess post lil min kien qiegħed jgħix hemm ġew, u dan li kien qiegħed jgħix hemm gew mill-1954 baqa' jokkupa dan il-post msemmi sa Ġunju ta' l-l960, sa meta fl- aħħar kien emigra lejn l- Awstralja.", "Dak li qed ngħid jirriżulta proprju mill-file.", "Minn dak iż-żmien 'il hawn kien hemm xi talbiet oħra, sakemm fl-l970, dan il-post kien ingħata on encroachment lis-Soċjeta tal-MUSEUM, u aktar tard fl-l972, il-Gvern ta' dak iż-żmien kien ħareġ tender fejn irriżulta li kien tahulhom b'kera u kien tahom ukoll ir-right of first refusal.", "Jigifieri ma naħsibx li huwa l- każ li wieħed jagħmel paragun ma' xi bini ieħor li nbena bla permess reċentement u ma naħsibx li huwa l-każ li dan il-post inbena bla permess.", "Jekk dan il-bini nbena qabel l- 1954, dak iż- żmien ma kienx hemm bżonn ta' permessi li hemm bżomm illum - kulma ridt tagħmel kien biss li tapplika għall-permess tas-sanita' u kien ikollok il- permess.", "Għaldaqstant nifmhu li f'dan il-każ m'hemm l-ebda paragun ma' l- affarijiet li llum qed niddeskrivu bħala bini illegali.", "Naħseb li jkun eżerċizzju inutli jekk noqogħdu nfittxu jekk qabel l-1954 is- Sur Debono li kellu f'idejh iċ- ċens qabel l-1954 kienx applika għal permess jew le.", "Hawnhekk qed ngħid li ċ-ċens kien mogħti għal 99 sena u meta fl-l954 dan l- istess ċens waqa' lura f'idejn il-Gvern, il-bini fuq din il-biċċa art kien diġa' qiegħed hemm.", "Jiġifieri m'hemmx paragun ma' l- affarijiet li qed insemmi.", "Naħseb li minn dan il-lat wieħed għandu jifhem li għal ċertu bini antik li kien nbena żmien ilu, speċjalment dawk il-kmamar li hemm ħdejn ix-xtut u li jidhru biss f'survey sheets antiki, mhuwiex il-każ li noqogħdu naraw jekk kienx hemm permess tal-bini jew le.", "Jien naħseb li din kienet ir- risposta għad-domanda li għamel il-Perit Buħagiar fejn staqsa jekk dan il-bini inbeniex bil- permess jew le.", "Jiena nassumi li nbena bil-permess pero' tant għadda żmien li m'għandix il- mezz biex verament niċċekkja jekk xi darba inħariġx permess.", "L-Onor.", "Membru semma wkoll l- caravan site.", "Huwa veru li aħna kellna nagħmlu caravan site, anzi ngħid li l-Pjan ta' Struttura mhux talli jsemmi caravan site waħda, imma talli jsemmi numru ta' caravan sites.", "F'dan il- Pjan hemm ukoll policy dwar dawn il-caravan sites li aħna beħsiebna nesegwuha.", "Bdejna nagħmlu l-caravan site ta' Baħar iċ-Ċagħaq u hawnhekk nixtieq ngħid li mhux sew li jingħad li għamilna pedament biss għaliex għamilna ħafna xogħol fuq dan is-site.", "Kellna nipposponu ċertu ammont ta' xogħol għaliex is-sistema tad-drenaġġ ta' Baħar iċ-Ċagħaq ma kenitx funzjonabbli pero' issa li din bdiet tiffunzjona u bdiet anke tintuża min- nies li joqogħdu f'Baħar iċ-Cagħaq se nqabbdu l-caravan site magħha wkoll.", "Fis-sajf li għadda, għalkemm b'mod informali, din il-caravan site intużat jiġifieri mhijiex daqshekk traġedja daqskemm semma l-Onor Buhagiar.", "Rigward il-boathouses li dwarhom l-Onor.", "Membru qal li ħarġu jew se joħorġu xi permessi fil-Qawra, nixtieq ngħid li dan huwa veru pero' rrid niġbed l-attenzjoni għal tliet affarijiet.", "L-ewwelnett dawn il-boathouses qegħdin 'il ġewwa mil-limiti temporanji ta' l-iżvilupp, jiġifieri s-sit tagħhom huwa 'l ġewwa mil- limiti temporanji ta' l- iżvilupp.", "It-tieni nett hemmhekk kien hemm sitwazzjoni fejn kellek numru ta' boathouses bil- permess u oħrajn bla permess fuq art privata.", "It-tielet punt li nixtieq insemmi hu li aħna esiġejna li dawk in-nies li bnew il- boathouses jagħtu xi ħaġa lill- Gvern.", "Il-Gvern għamel dak li aħna ngħidulu planning gain u esiġa li dawn in-nies iridu jagħmlu ċertu ammont ta' xogħol f'mollijiet u slipways f'dik l- area pubblika li se sservi mhux biss lin-nies tal- boathouses imma lil kulħadd.", "Lill-Onor.", "Buhagiar nista' ngħidlu li l- istima tax-xogħol li se jkollhom jagħmlu dawn id- developers f'area pubblika għal użu pubbliku ilaħħaq mal- Lm10,000.", "Barra minn hekk, biex inħareġ il-permess dawn li bnew il-boathouses kellhom jagħmlu garanzija bankarja ta' dan l-ammont - Lm10,000 - proprju biex nassiguraw li jekk ma jagħmlux il-parti tax-xogħol tagħhom f'din l-area pubblika il-Gvern ikun jista' juża din il-garanzija bankarja u jagħmel ix-xogħol hu b'dawk il- flus.", "Dan huwa kompromess għax f'dan il-każ seta' jiġi regolarizzat billi qiegħed 'il ġewwa mil-limiti temporanji ta' l-iżvilupp u fl-istess ħin, il- Gvern, il-poplu u l-pajjiż se jibbenefikaw minn dan kollu.", "La jkollna l- Awtorita' ta' l- Ippjanar aħna rridu nimxu iktar lejn din is-sistema li ngħidulha planning gain fejn min jagħmel ċerti żviluppi jingħata ċerti konċessjonijiet talli hu min-naħa tiegħu, jagħmel affarijiet li jkunu favur il-poplu u l-Gvern in ġenerali.", "Dik hi l-istorja tal-boathouses li qed isemmi l- Onor. Buhagiar.", "Rigward il-mertu ta' din il- mozzjoni, naħseb li kulħadd jaqbel u għalhekk nistieden lil kulħadd biex jivvota favur tagħha.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi l-Mozzjoni Nru 43 kif tidher fuq l-Aġenda u mressqa mill- Ministru għall-Ambjent.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR ID-DAZJI TA' IMPORTAZZJONI", "IMPORT DUTIES (AMENDMENT) BILL", "MR SPEAKER: IL-Ministru tal- Finanzi, jekk jogħġbu, jressaq it-Tielet Qari.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Speaker, nipproponi t-Tielet Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjah \"Att biex jemenda l- Att dwar id-Dazji ta' Importazzjoni\".", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nisse- konda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Att ta' l- 1989 dwar id-Dazji ta' Importazzjoni\" jkun moqri t- Tielet Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Il-mozzjoni għaddiet u l-Abbozz ta' liġi ġie moqri t-Tielet Darba u għadda.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IL-HINIJIET TA' XOGĦOL TAL-ĦWIENET U TAL- BEJJIEGHA FIT-TOROQ", "SHOPS AND HAWKERS (BUSINESS HOURS) (AMENDMENT) BILL", "L-ordni għall-Kumitat ġie moqri.", "Ikompli mill-5 ta' Ottubru, 1992.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor.", "Charles Mangion, President tal-Kumitati jippresjedi.", "Klawsola 4 - Emenda ta' l- Artikolu 9 ta' l-Att Prinċipali.", "Clause 4 - Amendment of Section 9 of the Principal Act.", "THE CHAIRMAN: Hemm rimarki?", "Il-Ministru.", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Klawsola 4 qed tbiddel kemm kemm l-affarijiet għar-rigward tal-bejjiegħa fit-toroq.", "Dawn il-bejjiegħa se jkunu jistgħu jaqdu lill-parruċċani tagħhom nhar ta' Ħadd sa nofs inhar għal dak li jirrigwarda l-Foss ta' San Ġakbu l-Furjana, Triq Santa Rita r-Rabat Malta, it- Tokk u Pjazza Sabina r-Rabat Għawdex u sa nżul ix-xemx fix- Xatt ta' Marsaxlokk.", "Kif kont qed ngħid meta konna qed nitkellmu fuq is-Second Reading ta' din il-liġi, kemm jista' jkun dawn tagħmilhom konformi mar-realta' għaliex is- swieq, speċjalment ta' barra, jkollhom popolarita' jew le mhux skond kif jiddeċiedi l-Gvern imma skond kif jiddeċiedu l-bejjiegħa u n- nies li jmorru jiffrekwentawhom.", "Fiż-Zejtun, ħdejn San Girgor kien isir suq u peress li n- nies ma baqgħux imorru jixtru minn hemmhekk, dan spiċċa.", "(Interruzzjonijiet) Pero' għas-suq ta' ħdejn San Girgor, il-liġi kienet tgħid ...", "Fix-Xatt ta' Marsaxlokk hemm suq li verament għandu l-ħajja u jiffrekwentawh in-nies sa nżul ix-xemx.", "Is-swieq tal- Foss ta' San Ġakbu ta' Santa Rita r-Rabat, tat-Tokk u ta' Pjazza Sabina r-Rabat Għawdex jibqgħu miftuħin sa nofs inhar.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Carmelo Vella.", "ONOR.", "CARMELO VELLA: Mr Chairman, jien nerġa' nirrepeti dak li għidt li din il-liġi ma ħarisniex lejha sew u bis- serjeta'.", "F'dan ir-rigward jien għandi tliet kummenti x'nagħmel prinċipalment.", "Fil-liġi li qed isemmi l- Ministru għad hemm imniżżel li l-ħwienet tal- laħam u tal-ħobż għadhom jistgħu jiftħu l-Ħadd fil-għodu wkoll.", "Issa jekk aħna qed nagħmlu emendi għal din il-liġi biex niġu mal- prattika, kif qal l- istess Ministru, allura jekk il- prattika li jiftħu l-ħwienet il-Ħadd fil- għodu kemm tal- laħam kif ukoll tal-ħobż spiċċat.", "Allura ta' min jirrevedi dan l-artiklu f'dan ir-rigward ukoll.", "Jekk se nżidu xi parti biex nirregolarizzaw il-hawkers u jekk irridu nġibu l-liġi l-ġdida mal- prattika tal-lum dawn għandna naqtgħuhom ukoll.", "Jiġifieri fejn f'subartiklu 9 1(a) għandna \"meat, poultry or bread up to 10.00 a.m.\" u \"bread by hawkers up to 12.00 noon\", għandha nneħħuhom, ladarba fil- prattika dawn mhumiex qed jiftħu fil-għodu u aħna qed inġibu din il-liġi skond il- prattika.", "Il-Ministru semma s-suq li kien jiftaħ iż-Żejtun u li issa m'għadux jiftaħ.", "Dan qabad u neħħih minn fuq il-lista u minfloku daħħal postijiet ta' swieq ġodda bħal Marsaxlokk.", "F'dan l-artiklu qed nittrattaw biss il- hawkers li jifformaw suq bejniethom nhar ta' Ħadd biss, pero' nafu - u din hija l-prattika - li f'ħafna irħula, fost il-ġimgħa ikun hemm l- istess attivita' għaddejja.", "Illum madwar 30 jew 35 hawker qed jiftiehmu bejniethom u f'kull ġurnata differenti tal- ġimgħa, jarmaw f'xi post differenti.", "Per eżempju, nhar ta' Tnejn, dawn il-hawkers jarmaw Ħal Luqa u nhar ta' Ħamis jarmaw iż-Żurrieq.", "Jiena ngħid li kif qed nirregolaw is- swieq li jiftħu l-Ħadd fil- għodu, ma' din l-emenda għandna nżidu parti biex nirregolaw ukoll dawk is-swieq li qed jifformaw bejniethom dawn il- hawkers u li jiftħu f'postijiet differenti fost il-ġimgħa wkoll.", "L-aħħar kumment fuq din il- klawsola, jirrigwarda d- diskrepanza jew id- diskriminazzjoni li hemm bejn il- hawkers u tal-ħwienet.", "Għalfejn, per eżempju, ġewwa Marsaxlokk hawker jista' jmur u jagħmel il-ġurnata kollha hemmhekk fix-xatt u mbagħad ħanut li qiegħed fl-istess triq u fl-istess xatt ma tagħtihx iċ-ċans li jiftaħ? .", "Għaliex b'din il-liġi qed ngħidu li hawker jista' jarma minn fil- għodu u jibqa' hemm sa' nżul ix-xemx?", "Imma ħanut huwa eskluż li jiftaħ fil-ġurnata tal-Ħadd anke jekk f'din l-area jkun hemm is-suq.", "Allura jien ngħid li f'dan l-artiklu għandna nagħmlu tliet affarijiet; l-ewwel waħda hi li nneħħu l-parti fejn il-ħwienet tal- laħam u tal-ħobż jiftħu l- Ħadd fil-għodu - u din diġa' neħħewha huma stess - it-tieni għandna ninkludu dawk is-swieq li jiftħu fost il-ġimgħa f'diversi rħula u t-tielet ħaġa li għandna nagħmlu hi li dawk il-ħwienet li jinzertaw fejn xi suq, għandhom ikollhom iċ-ċans li jiftħu wkoll.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Ħalli nibda biex nirrispondi t- tliet punti li qajjem l-Onor.", "Vella.", "Għalkemm il-parti fejn kien hemm li l-ħwienet tal- laħam, tal-ħobż u l-hawkers jistgħu jbigħu l-Ħadd sa nofs inhar qegħda in disuse, din ma waqgħetx għal kollox.", "Skond mhu qed jinfurmawni - għax jien ma mmurx nixtri la l-Ħadd u lanqas fi ġranet oħra ...", "Per eżempju, sa ftit żmien ilu, f'Wied il-Għajn nhar ta' Ħadd fil-għodu il-ħobż kien jinxtara mill-forn.", "(Interruzzjonijiet) Ħal Qormi ma nafx imma nimmaġina li hemm ibigħu l-ħobż matul il-ġurnata u matul il- lejl kollu u t-Tnejn joħduha leave.", "Jien naf żgur li għad hawn postijiet fejn il-ħobż għadu jinxtara il-Ħadd fil- għodu.", "Ir-raġuni għax ma nagħmlux is-swieq l-oħra, dawk ta' nhar ta' Tlieta, u ta' nhar ta' Ħamis, hija għax dawn huma milqutin minn parti oħra tal- liġi.", "Għalhekk is-suq li jsir bejn Bormla u l-Birgu nhar ta' Tlieta u s- suq li jsir iż- Żurrieq u bnadi oħra ta' Malta, mhumiex regolati b'din il- parti tal-liġi għax dawk għandhom ir- regola ġenerali tagħhom.", "L-aħħar punt huwa dan.", "Għalkemm aħna qed nipprovaw kemm jista' jkun li l-liġi nagħmluha skond ir-realta', m'aħniex qed nagħmlu review totali għar-raġuni li qabel ma nagħlu din il-liġi wieħed irid jiddjaloga ftit mal-bejjiegħa.", "Kif diġa' għidna dwar il- petrol kiosks, nistgħu nagħmlu l-enabling law biex inkunu nistgħu nittrattaw u nirregolaw b'regolamenti u mhux b'liġi.", "Fil-fatt naħseb li jkun aħjar li kieku ssib regolament għal din il-liġi, mingħajr ma tqanqal lill-Kamra kollha biex toqgħod tiddiskuti liġi bħal din.", "Dwar jekk dawk li jbigħu l- laħam, nhar ta' Ħadd għandhomx jiftħu fl- 10.00 a.m., naħseb li dawn huma affarijiet li jispiċċaw u nidħqu bihom bħalma qed nidħqu b'affarijiet oħra fil-liġi.", "Pero' forsi mhux il- waqt li tneħħi l-liġi kollha u tgħid li dawn isiru b'regolamamenti mid-Direttur tax- Xogħol, jew mil-Kummissarju tal- Pulizija.", "THE CHAIRMAN: Iktar rimarki?", "(Onor. Membir: No)", "Il-mistoqsija hija klawsola 4.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 4 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi", "Klawsola 5 - Emenda ta' l- Artiklu 10 ta' l-Att prinċipali", "Clause 5 - Amendment of Section 10 of the principal Act.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: L- ewwel parti ta' klawsola 5 qed testendi ż- żmenijiet tal- Milied.", "Illum il-Christmas period jibda mill-14 ta' Diċembru, l-għada tal-Festa tar-Repubblika.", "B'din l-emenda il-Christmas period se jibda minn lejlet il-Kunċizzjoni, mis-7 ta' Diċembru.", "L-iskop huwa li nestendu iktar il- ġranet biex innaqqsu iktar ir- rush.", "Barra minn dan, l-artiklu jagħti dritt lill-Ministru responsabbli għax- Xogħol li", "\"... jista' joħroġ regola- menti li bihom jeżenta l- ħwienet kollha jew xi kategorija minnhom li jkunu jinsabu f'lokalita' turistika li tiġi speċif- ikata wkoll fl-istess regolamenti, mid-diżpoż- izzjonijiet ta' l-artikoli 6, 7 u 9 ta' dan l-Att għal kull żmien stabbilit li jiġi matul is-sena u kif suġġett għal dawk il- kondizzjonijiet li jistgħu jigu preskritti.\".", "Din qed tissostitwixxi r-regola li kien hemm qabel li l- Ministru responsabbli għax- Xogħol jista', meta jidħlu l- vapuri tat-truppi, turisti u oħrajn jeżenta ċerti postijiet, ħwienet u ċerti lokalitajiet mill- artikoli 6, 7 u 9 tal-Liġi biex ikunu jistgħu jiftħu ħalli n-nies li jiġu bit-troop ships, eċċ. Fil-fatt hawnhekk qegħdin nissostitwixxu ħaġa b'oħra.", "L-Onor. l-ħabib tiegħi għadu kemm ikkummenta fuq Marsaxlokk.", "Il-ħwienet ta' Marsaxlokk qegħdin f'lokalita' turistika u l-ħwienet qed jiġu eżentati bħalma qed jiġu eżentati l- bejjiegħa għaż-żmien turistiku u dejjem meta jkun hemm il- bejgħ.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Vella.", "ONOR.", "CARMELO VELLA: Naħseb li fuq din il-klawsola ma tantx hemm xi tgħid ħlief forsi xi kumment żgħir.", "Il-Ministru donnu rabat l-14 ta' Diċembru ma' Jum ir-Repubblika.", "Probabbilment meta saret din il-liġi, lanqas kien għad kellna Jum ir-Repubblika.", "Ma nistax nifhem għalfejn inbiddlu l- għaxart ijiem ta' qabel il-Milied u ma nbiddlux l-għaxart ijiem ta' wara.", "Għaliex qabel kif kienet il- liġi kellek għaxart ijiem qabel il-Milied u għaxart ijiem wara, mentri issa estendejna ż-żmien ta' qabel il-Milied, u bl- istess argument naħseb li nistgħu nestendu ż-żmien ta' wara l-Milied ukoll.", "Dan għaliex wara l-bejgħ tal- Christmas, il-ħwienet jagħmlu s-sales u aktar jkollhom bejgħ, jiġifieri once li se nestendu b'ġimgħa aktar bil- quddiem, nistgħu nestendu wkoll b'ġimgħa oħra għal dak il-perjodu meta l- ħwienet ikollhom is-sales.", "Fuq l-aħħar parti ta' din il- klawsola fejn il-Ministru responsabbli jista' jagħmel regolamenti meta jiġi mitlub ...", "Jekk ikun hemm xi talba fejn in-nies ta' xi lokal partikolari jixtiequ li l-ħwienet ta' l-area tagħhom jiġu kkonsidrati biex itawlu l- ħinijiet tal-ftuħ tagħhom, dawn għandhom jiġu kkonsidrati wkoll anke jekk mhumiex areas turistiċi.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Refalo.", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Mr Chairman, fuq dak li għadu kif qal l-Onor. ħabib tiegħi nixtieq ngħid li din il-liġi kulma qed tagħmel hija li tilliberalizza.", "Issa jew nilliberalizzaw pass pass jew nilliberalizzaw kollox f'daqqa.", "F'din l-ewwel parti ta' l- emenda, wieħed irid jara x'inhi r-realta'.", "Ir-realta' hawnhekk hija li qed nestendu l-ħinijiet għal dak li jgħidulu late night shopping.", "Meta qed nestendu b'ġimgħa qabel meta suppost għandek tagħmel ix-shopping, qed nagħtu ċans lil min irid jixtri rigali tal-Christman etc. li minflok ikollu dak il- ftit ħin wara l-ħin ta' l- uffiċju. issa se jkollu anke ġimgħa qabel.", "Jiġifieri dan qed isir għall-konvenjenza tal- konsumatur ukoll.", "L-Onor.", "Vella qal: Għaliex ma nestendux ġimgħa wara wkoll?", "Jiena ngħid li dan ma tantx jagħmel sens fl-opinjoni tiegħi, għaliex jekk qed tixtri rigal għall-Christmas jew għall-Ewwel tas-Sena, dan ir-rigal m'intix se tixtrih fit-13 jew fl-14 ta' Jannar.", "L-Onor.", "Vella mbagħad qal li jkun hemm iż-żmenijiet tas- sales, pero' fiż-żmenijiet tas-sales il-konċett huwa kompletament differenti.", "Is- sale m'għandux jidħol bħala parti mill-konċett tal-late night shopping, għax fis-sale sid il-ħanut jara dak l-istock li jkun għad fadallu, jagħmel prezz iżjed konvenjenti fuqu għall-konsumatur u jagħmel perjodu li jtawlu u jqassru kemm irid biex il-konsumatur ikun jista' jmur għandu fil- ħinijiet kollha.", "Jiġifieri l- iskop tal-liġi huwa biex lill- konsumatur tiffaċilitalu l- opportunita' li jmur jixtri fit-tard anke ġimgħa qabel iż- żmien.", "Issa ħalli niġu għat-tieni parti.", "Jiena nixtieq nirrileva li apparti dak li qal sieħbi, l-Ministru Mifsud Bonnici, li din il-klawsola qegħda tissostitwixxi l-anakroniżmu li l-Ministru kellu l-opportunita' u d-dritt li jiddikjara fejn il-ħwienet jistgħu jiftħu barra l-ħinijiet li tistipola l-liġi meta jidħol xi troopship u cruiseship - u fil-fatt dik kienet ir- raġuni għaliex ma kellniex l-opportunita' li nressqu din il-liġi quddiem il- Parlament li ġiet utilizzata anke fil-verita' għax il- cruiseships qed jidħlu bi frekwenza akbar - b'din l- emenda qed ninsew l-iskop għaliex kienu jinfetħu l- ħwienet fl-antik u qed indaħħlu l-iskop tal-lum.", "Hawnhekk qed ngħidu li l-Ministru - u kif għidt fis-Second Reading dawn ir- regolamenti jistgħu jiġu impunjati, jiġifieri ma jkunx qed jilleġiżla fl- uffiċċju tiegħu - skond it- talba, iċ-ċirkostanzi, l- eżiġenzi u l- bżonnijiet jista' jiddikjara post li huwa lokalita' turistika u jeżenta l- ħwienet ta' dak il-lokal jew parti minnhom mill-provvediment ta' din il- liġi.", "Min segwa x'ġara qabel, forsi jiftakar li meta ħarġet in-notice taħt l- Article 10 kien hemm numru ta' postijiet imsemmija.", "Jekk niftakar sew, Marsaxlokk kien wieħed minnhom u l-iskop ta' dan kien li minn żmien għal żmien il-Ministru jista' jiddikjara liema l-ħwienet ta' liema lokalita' jistgħu jibqgħu miftuħin.", "Kif għidt qabel din mhijiex liġi li timponi, imma liġi li tiffaċilita u li tagħti l- opportnita', u dan dejjem qed isir għall-konvenjenza tal- konsumatur, sew jekk hu konsumatur Malti kif ukoll jekk hu barrani.", "L- iskop tal-liġi huwa dan.", "Jien naħseb li l- Onor. Vella qiegħed of one mind dwar din l-emenda iżda naħseb li bl-ispjegazzjoni li tajt - mhux spjegazzjoni ta' x'se nagħmlu imma spjegazzjoni li tirrifletti x'ġara taħt l- istess liġi - huwa sodisfatt.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Vella.", "ONOR.", "CARMELO VELLA: Mr Chairman, aħna mhux talli qed nifhmu l-ispirtu ta' din il- liġi talli qed immorru oltre minn hekk.", "L-Onor.", "Refalo għadu kemm qal li l-iskop ta' din il- liġi hija li tilliberalizza , imma aħna qed ngħidu li għalkemm l-iskop ta' din il- liġi huwa dan, din mhix qed tilħaq dan l-iskop biżżejjed.", "Fuq il-kwestjoni tal-ħinijiet, aħna diġa' ssuġerejna li minflok lil tal-ħwienet norbtuhom għal tliet sigħat oħra f'ġurnata waħda biss, nagħtuhom iċ-ċans li dawk it- tliet sigħat iqassmuhom kif iridu huma, u għidna wkoll li jekk ikun hemm il-bżonn, dawn is-sigħat jiżdiedu.", "Aħna qegħdin ngħidu wkoll li f'dan il-każ il-Gvern mhux qiegħed jilliberizza biżżejjed.", "Dan is- suġġeriment tagħna ma ntlaħaqx għaliex l- Onor. Mifsud Bonnici qalilna li huwa m'għandux awtorita' li jbiddel din il- liġi.", "Rigward il-klawsola ta warajha, klawsola li titratta fuq l-aġenziji ta' l- ivjaġġar, aħna konna għidna li din mhux veru se żżid il-ħinijiet tax- xogħol ta' l-aġenti ta' l- ivvjaġġar.", "Anzi aħna konna għidna lill- Ministru li din kienet se tnaqqas in-numru ta'sigħat li kien jaħdem l- aġent ta' l- ivjaġġar.", "Meta aħna konna għidna b'dawn l- affarijiet, dawn waqgħu fuq widnejn torox, imma meta l- Onor. Michael Refalo għamel xi ftit suġġerimenti oħra u qal li dawn l-affarijiet jimmeritaw aktar studju u aktar ħsieb, allura din il-klawsola pposponejniha.", "Mela hawnhekk nista' ngħid li din la qed iżżid u lanqas qed tilliberalizza.", "Il-klawsola li jmiss li tgħid li l-hawkers jistgħu jiftħu fuq il-Foss tal- Belt jew ġewwa Marsaxlokk, m'hu qed tilli- beralizza proprju xejn għax dawn diġa qegħdin jarmaw f'dawn il-postijiet.", "Kieku dawn l- affarijiet mhux qegħdin isiru diġa' u allura qegħdin nagħmlu liġi ġdida biex dawn l- affarijiet jibdew isiru, nista' ngħid li b'xi mod inkunu qegħdin nilliberalizzaw xi ħaġa.", "Imma dawn l-affarijiet diġa' qegħdin isiru u qegħdin nagħmlu liġi biex tlaħħaq mal- prattika, u mhux biex fil- prattika nġibu kollox skond il-liġi.", "Allura nerġa' ngħid li aħna m'hu qed nilliberalizzaw xejn għax m'hu qed noħorġu xejn ġdid.", "Issa jekk il-Ministru jinsab kuntent għax il-perjodu tal- Milied se jiżdied b'sebat ijiem tant li se jkun hemm aktar trade liberalisation - u allura l-kummerċ aktar għandu ċans jikber - allura għandu jkun aktar kuntent li jagħmel dak li ngħidulu aħna u mas-sebat ijiem ta' qabel il- Milied iżid ukoll is-sebat ijiem li jiġu wara l-Milied.", "Aħna mhux qed ngħidu li din il-liġi mhux qed tilliberalizza, imma qed ngħidu li jekk dan huwa l-iskop tagħha, allura din il-liġi mhix qed tilħaq dan l- iskop biżżejjed.", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Nixtieq nispjega x'inhu l-ħsieb ta' din in- naħa.", "Aħna rridu li kemm jista' jkun nilliberalizzaw pero' dan irridu nagħmluh gradwalment biex ma nġibux tibdil fuq il-komunita' kummerċjali mingħajr ma dawn ikunu jafu li ġej dan it- tibdil.", "Allura qegħdin nipprovaw nagħtu ċ-ċans li jiżviluppaw ħwejjeġ ġodda.", "Fil-fatt, kif qal tant tajjeb l-Onor.", "Membru, aħna qed nestendu ż-żmien tal-bejgħ bil- lejl fil-ġranet ta' qabel il- Milied.", "Wara l-Milied diżg- razzjatament ...", "Meta jiena kont għadni żgħir, kien ikollna l-Istrina waqt li llum l- Istrina spiċċat u kulħadd jixtri għall-Milied.", "Niftakar li f'dawk iż- żmenijiet r-rigali ma kenux jixtruhomlna għall- Milied imma għall-Istrina.", "(Interruzzjonijiet) Le, mhux qed insemmi użanza Taljana imma użanza Maltija antika.", "L- Istrina kienet il-ġurnata meta konna naqilgħu ir-rigali imma issa dak iż-żmien għadda, spiċċa u mar.", "Illum kulħadd għall-Milied jixtrihom ir- rigali.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Vella.", "ONOR CARMELO VELLA: Jiena naħseb li l-liġi li qed iressaq il-Ministru lanqas hu stess ma ħares lejha biżżejjed.", "Dan l- artiklu jgħidlek li l- bejgħ minflok jibda fl-14 ta' Diċembru se jibda fis-7 ta' Diċembru, jiġifieri għandek ġimgħa.", "Artiklu 10 jirreferik għall-artikli 6, 7 u 9 u l- uniku artiklu li jsemmi l- ħinijiet huwa artiklu 6.", "Artiklu 6 jgħidlek li fost il- ġimgħa l-ħwienet xorta sas-7.00 p.m. jiftħu - mela hemmhekk ma żidtilhom xejn - u nhar ta' Sibt jiftħu sat-8.00 p.m., jiġifieri żieda ta' siegħa.", "Mela għalkemm jidher li aħna estendejna b'ġimgħa, fil-fatt kulma se jirbħu tal-ħwienet b'din l-emenda ġdida huwa siegħa biss f'dik il- ġimgħa, għax f'ġimgħa Sibt wieħed għandek.", "(Interuzzjonijiet) Hekk qegħda.", "Mela aqra l- artiklu 6 għax forsi mhux qed nifhmu jien.", "L-artiklu 6 jgħid:", "\"Every shop shall close for the serving of customers at 8 p.m. on Saturdays and at 7 p.m. on any other day\".", "Jiġifieri għandek siegħa żejda kull nhar ta' Sibt, imma fost il-ġimgħa xorta fis-7.00 p.m. se jgħalqu.", "Kulma se tiżdied hija dik is-sigħa kull nħar ta' Sibt.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Mr Chairman, naħseb li mhux qed niftehmu.", "Ir- regola ġenerali hija li l-ħwienet igħalqu fis- 7.00 p.m. barra nhar ta' Sibt.", "Mingħajr din l-emenda li se nagħmlu, il-ħwienet xorta dawn l-istess ħinijiet għandhom.", "Anke issa li l-Milied għadu 'l bogħod, il-ħwienet nhar ta' Sibt għandhom id-dritt jibqgħu sat-8.00 p.m. u aħna se neżentawhom minnha biex ikunu jistgħu jdumu iktar.", "Jiġifieri matul dik il-ġimgħa jista' jkun li jkun hawn min jibqa' sa l- 10.00 p.m.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Freddie Portelli.", "ONOR.", "FREDDIE PORTELLI: Mr Chairman, il-Ministru qed igħid li tal- ħwienet għandhom id- dritt li nhar ta' Sibt idumu miftuħin sat-8.00 p.m. Il- Ministru jaf li hawn ħafna sidien tal-ħwienet li ilhom is- snin li għamlu ftehim bejniethom bil-kuntratt.", "U jekk ħanut jiftaħ is-Sibt, dan jeħel multa ta' Lm100 li tinqasam bejn is-sidien.", "Jien din ma nistax nifhimha.", "U meta l-Ministru jgħid li dan sar bi djalogu mas-sidien tal- ħwienet, jien ma nistax inġerraħha għax naf li fil-prattika s-sidien intrabtu b'kuntratt biex ma jiftħux is-Sibt wara nofs inhar.", "Jekk irid il- Ministru nista' niddubbalu kopja ta' kuntratt bħal dawn.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Jien naf li hawn ftehim ta' din ix-xorta.", "Apparti jekk dan hux legali jew le, l-Onor. ħabib tiegħi għandu jirrealizza li f'Malta għandek ċertu differenzi minn post għall- ieħor.", "Altru l- ħwienet, biex ngħidu hekk ta' Bormla u tal- Birgu u altru l-ħwienet tal- Belt.", "Is-sidien tal-ħwienet tal-Belt għandhom interess li meta jiġi l- Christmas season jiftħu fil-għaxija ħalli jbigħu.", "Ta' Bormla jista' jkun illi jkollhom l-istess interess, imma dan ma jfissirx li jista' jkollhom l- istess interess il-ħwienet tal-Birgu għaliex hemmhekk jista' jkun li huma magħmulin għan-nies tal-post u allura jiftehmu bejniethom biex ma jiftħux ħalli ma jbatux u n-nies tal- Birgu jerġgħu jixtru mingħandhom bilfors.", "Jekk imbagħad inħarsu lejn il- ħwienet tal-Belt, ta' Tas- Sliema u tax- shopping centres insibu li huma stess talbu biex fil-Christmas season nestendu l-istaġun.", "Per eżempju, il- ħwienet ta' Ħad-Dingli jew ta' l- Imqabba ma naħsibx li jinteressahom wisq, imma trid tagħmel leġislazzjoni biex tħalli l-liberta' li min irid jiftaħ u min ma jridx ma jiftaħx.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Portelli.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Fid- dawl ta' dak li qed igħid il- Ministru jidher iktar ċar li din hija liġi li kważi kważi se tħalli iktar lil dak li jkun jagħmel li jrid.", "Fir-realta' se jiġri li anke dawk is-sidien li jagħmlu kuntratt bil-kitba li ma jiftħux speċjalment is- Sibtijiet, issa se jaraw li ħaddieħor li m'għandux kuntratt jista' jdum iżjed, allura din iktar se toħolqilhom tbatija anke fl-istess raħal, apparti s-Sibt tal- Milied għax fil- kuntratt is-Sibt tal-Milied jew is-Sibt tal-festa ma jkunx inkluż.", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Jiena naf li f'Ħaż-Zabbar, għandek ċertu perjodu fis-sena meta tkun riesqa l-festa u n- nies tiżbogħ il-faċċata tad- dar u tixtri l-ħwejjeġ għax tkun qed tipprepara għall-festa; imbagħad matul is-sena l- ħwienet ibigħu kważi dejjem lill-istess nies, allura jkollhom l- interess li s-Sibt ma jiftħux.", "Imma l-ħwienet tal-Belt u ta' Tas-Sliema jaħdmu mod ieħor.", "Jiġifieri hawn interessi differenti u billi tagħti latitudni bħal din li qed insemmu hawn b'daqshekk m'intix tagħmel ħsara lil ħaddieħor.", "Jien ngħid biss li fil- Christmas season ikollok in- nies il-Belt li jridu jixtru fi ftit ġranet, jiffullaw fuq xulxin u jinħolqu ċerti diffikultajiet.", "Meta jkollok estensjoni taż-żmien ikun hawn min jibda jaħseb biex jixtri minn qabel.", "Mhux in-nisa kollha tad-dar jew l-irġiel kollha jmorru proprju fl-aħħar ġurnata; hawn min iħobb jaħseb daqsxejn iktar kmieni.", "Issa din li tagħti ċans li x-xiri tal-Milied isir minn lejliet il-Kunċizzjoni 'l quddiem, ma narahiex li hija ta' ħsara għal xi ħadd, anzi għal kuntrarju hija ta' konvenjenza għal ħafna nies.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Lino Spiteri.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Mr Chairman, il-Ministru qiegħed igħid li l-fatt li wieħed jagħmel provvedimenti għal ċentri kummerċjali nazzjonali bħall-Belt ma jaffettwax ċentri tal-villaġġ, ċentri lokali u sa ċertu punt, prima facie wieħed jaħseb li għandu raġun, imma jien naħseb li l-punt mhuwiex dak.", "Il-punt hu jekk wieħed meta ressaq dan l-Abbozz - u l-Ministru qalilna li dam tliet snin jikkonsidrah, kif juru ukoll ir-records tal- Parlament u saru anke diversi rappreżentazzjonijiet - ħax in konsiderazzjoni l-kultura kollha tax-xiri u l-bejgħ hawn Malta.", "Għax meta l-Ministru issa qiegħed jitkellem u jasserixxi li dak li tagħmel fuq bażi nazzjonali għal ċentri kummerċjali bħalma hu l-Belt - jew għallinqas kif kien il-Belt qabel - ma jaffettwax ċentri bħalma huma l-Imqabba, il- Birgu u postijiet bħal dawn, juri li ma rriflettiex biżżejjed.", "Il-kultura Maltija tal-bejgħ u xiri nbidlet tali f'dawn l-aħħar snin li l- ħwienet żgħar ta' l-irħula u ta' l-ibliet żgħar effettivament nqerrdu għax kellek migration lejn iċ-ċentri kummerċjali kbar bħalma huma l- Belt u tas-Sliema.", "Issa reġa' għandek żvilupp ieħor fejn għandek postijiet li qegħdin isiru ċentri kummerċjali huma stess, bħal, per eżempju, il- Ħamrun li minn post li kien magħruf bħala ċentru kummerċjali għall-ħwienet ta' l-għamara - mbagħad bl-iżvilupp ta' ċerti ditti li jipproduċu on a mass scale beda jmut minn dak il-lat - illum il-ġurnata qed jerġa' jirxoxta bħala ċentru kummerċjali reġjonali.", "U allura għandek din l-ebbing and flowing tal- kummerċ li meta wieħed iressaq liġi bħal din - li hija ristretta għall- ħinijiet - u nifhem għaliex il-liġi hija ristretta għall- ħinijiet - wieħed irid iressaqha fil-kontest ta' konsiderazzjoni ta' din l-ebb and flow totali tal-kummerċ.", "Waqt li dak li qed jingħad huwa interessanti, ma jirriflettix li kien hemm xi konsiderazzjoni wiesgħa biex dak li qiegħed jiċċaqlaq bħalissa - u aħna qbilna li għandu jsir ċaqliq għax ir-riġidita' żejda qatt ma tagħmel ġid lil ħadd - jiġi ambjentat f'attentat biex wieħed jagħti c-cans li karatteristiċi li Maltin igħixu - mhux li jġiegħelhom għaliex il-ħajja ma tistax iġġiegħelha, imma l-ħajja, partikolarment fis- suq, irid ikollha għallinqas iċ-ċans li tgħix.", "Biex nieħdu eżempju ieħor ta' dak li qiegħed ngħid insemmi interpellanza ta' l-Onor.", "Sandro Schembri Adami li saret ftit ilu, fejn staqsa jekk kemm- il darba l-Gvern jistax jieħu passi biex iqajjem Strada Stretta u bir-raġun kollu l- Ministru responsabbli wieġbu li peress li l-proprjeta' hemmhekk hija tal-privat, ma jistax jindaħal.", "Li kien qed jissuġġerixxi l- interpellant - u tan-naħa l-oħra qegħdin jitbissmu għax forsi jien poġġejtha ħażin - kien jekk tistax issir xi ħaġa biex dan il-lokal li għandu l- karatteristiċi tiegħu u li fil- passat kiseb isem ħażin - skond mil-liema lat tħares lejh għax aħna nħarsu lejh bħala r-Red Light District tagħna pero' minbarra r-red light kien fih ħafna attivita' ta' kultura tal- massa u tas-servizzi u llum il-ġurnata min għal kurżita' għadda minn ħdejn il-famuż bridge tas-sospiri tal-Qorti, anke min għandu l-uffiċini hemmhekk, seta' jinduna kemm ġie żdingat dan il-post - jiġi mogħti ċ-ċans jiżviluppa f'xi ħaġa differenti milli kien qabel.", "Jien qed invarja mis- suġġett imma qed nambjenta d- diskussjoni li trid issir dwar l-attivita' kollha kummerċjali u mhux fuq il-ħinijiet biss.", "Sfortunatament it-tweġiba xotta li ngħata l-Onor.", "Schembri Adami kienet li dik kienet proprjeta' privata.", "Din il- liġi li qed titressaq mhux dwar proprjeta' privata qed titkellem?", "Il-ħinijiet tal- ftuħ mhux għan-nies tas-settur privat qegħdin?", "Mhux qegħdin għad-dipartimenti tal-Gvern.", "Tajjeb li kieku wieħed jaħseb naqra sabiex jinkoraġġixxi - dawn is- suġġerimenti diġa' għamilthom fil-passat iżda mhux dejjem ġew attwati, u nerġa' nagħmilhom hawnhekk - ċerti nħawi bħal Strada Stretta, u triqat oħra li jinżlu għall- Port il-Kbir min-naħa tal-Belt, u xi nħawi mill- Kottonera, jsiru ċentri turistiċi.", "Il- Gvern Soċjalista pprova jressaq attivita' turistika u amministrattiva hemmhekk imma dan il-Gvern waqqafha u issa qed jipprova jikkumpensa bil- ftuħ ta' Mużew Marittimu u attivitajiet oħra.", "Wieħed għandu jħares f'dan il-kontest u jipprova jara x'nistgħu nagħmlu biex din il-kultura tal-bejgħ u xiri, li kienet tipikament Maltija terġa' tingħata ċ-ċans u terġa' tibda tifjorixxi.", "Ma jkunx aħjar milli nagħmlu sempliċi diskussjoni arida - imma li tjiebet bil-ħila ta' l-Onor.", "Karmenu Vella u l-Ministru li beda jwieġeb, u wara intervena bla mistenni, imma b'effett, is-Segretarju Parlamentari għat-Turiżmu madankollu, id- diskussjoni ma ġietx ambjentata f'atmosfera fertili - ...", "Allura jien qed nissuġġerixxi - waqt li nifhem li bħalissa ma jistgħux isiru affarijiet għax dawn huma emendi speċifiċi li ma jipprestawx ruħhom biex isir xi ħaġa minn dak li qed nindika jien - li l-Gvern għandu jaħseb iżjed dwar dan, billi jipprova joħroġ b'affarijiet li forsi mil-lat popolari jiggwa- danja xi vantaġġ politiku.", "Tajjeb li din il-kultura ta' ħwienet iż-żgħar tagħtiha ċ- ċans li terġa' tiżviluppa b'mod prattiku.", "Postijiet bħalma hija fost l-oħrajn Strada Stretta, li tistħi tgħaddi minnhom, jistgħu jinbidlu f'postijiet bħalma hi l-Plaka ta' Ateni li għandha karattru u ċ-ċokon innifsu jippresta ruħu għalhekk.", "Li kieku naħsbu fuq dawn l-affarijiet ma nkunux qed nimxu 'l quddiem, lejn Malta daqsxejn waħda aħjar milli hi llum?", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Sur President, nista' ngħid li ħadt pjaċir ħafna nisma' l- intervent ta' l-Onor.", "Lino Spiteri.", "Għax proprju waħda mill-affarijiet l-iktar importanti li hemm bżonn issir f'dan il-pajjiż hija li nintegraw fil-kultura tagħna dak li huwa attraenti f'pajjiżna.", "Per eżempju, jekk kien hawn ċerti abitudinijiet antiki, dawn jiġbdu t-turiżmu, għax dawn il- ħwejjeġ mhux biss huma quaint imma jagħmluna tipiċi.", "Per eżempju, dak li jinbiegħ fis-suq ta' Marsaxlokk, oġġetti ta' l- artiġġjanat lokali - huwa ta' attrazzjoni turistika.", "Rigward is-suq tal- Belt, jien kont għamilt suġġeriment biex Strada Stretta tiġi riabilitata', titqiegħed bħalha pedestrian area jiġifieri li tingħalaq kompletament għat- traffiku u lanqas ikunu jistgħu jgħaddu l-karozzi għal taħt il- Qorti, kif hawn f'diversi bliet antiki ta' l-Ewropa.", "Fil-fatt, kont għamilt din il- proposta lill-Valletta Rehabilitation Centre u qalulna li l-ewwel se jibdew minn Strada Zakkarija u mbagħad Strada Stretta.", "Tant hu hekk, din l- istrada diġa' ħadet ċerta riabilitazzjoni.", "Tajjeb li wieħed jinżel Strada Stretta u jirriabilita' għaliex hemm ħafna djar li jistgħu jissewwew u li anke jistgħu jiġu rivalorizzati jekk kemm-il darba jkun ċentru ta' kummerċ.", "Pero' biex dan iseħħ, din il- Liġi se tgħin mhux tnaqqas, speċjalment fi żmien tal-Milied fejn ċerti postijiet turistiċi jiftħu f'ħinijiet speċjali.", "Għad jasal il-waqt li Strada Stretta tiġi riabilitata' u jerġa' jsir paviment tajjeb u t-tidwir tat-traffiku madwarha jiġi rranġat b'mod li tista' tkun verament pedestrian strip.", "Kieku l-ħwienet ta' hemm tagħtihom aġevolazzjoni, taħt ir-regolamenti li l-Ministru jista' joħroġ, li jagħti kondizzjoni speċjali lil din il-parti, bħal ngħidu aħna bħal Plaka ta' Atene li tista' tibqa' hemm sa 12.00 a.m. - kif semma' huwa stess - jkollok strument f'idejk kif tagħtiha l-ħajja.", "Issa jekk kemm-il darba tgħidli l-ħwienet tal- Belt minn issa 'l quddiem iridu jagħlqu fl-10.00, p.m. pero' dawk il-ħwienet li se jiftħu Strada Stretta, u li se tkun pedestrian precinct, iridu jibqgħu sa 12.00a.m., allura jkun hemm raġuni għalfejn Strada Stretta terġa' tieħu l- ħajja, iżda f'funzjoni differenti tagħha u ma tibqax fl-istess funzjoni li kellha qabel.", "Kif qal anke l-Onor.", "Lino Spiteri ma tistax terġa' tagħtihielha għax kienet il- flotta Ingliża u dik Amerikana li f'ċertu żmien tawha ċertu ħajja.", "Il-bqija mhux se jkollok dik l-afluwenza ta' nies fil-ħwienet tal- baħrin kif kienu jgħidulhom dari u dawk il-kwalita' ta' restaurants ma tistax tqajjimhom għax kien hawn żmienhom u issa għadda.", "Illum li jista' jsir hu li tiġi riabilitata' u tkun parti kummerċjali.", "Pero' b'dan li qed nagħmlu f'din il-liġi tagħtina mod kif nagħmluha.", "Jiena qed napprezza s- suġġeriment ta' l-Onor.", "Spiteri għaliex naħseb li hu in line ma' l-intenzjonijiet tal-Gvern meta għamel din il-liġi li ma damitx tlett snin f'idejja għax kienet f'idejn il-predeċessur tiegħi u issa ilha seba' xhur f'idejja.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Spiteri.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Biex ma noffendix is-sensibilita' ta' ħadd Mr Chairman, meta jiena għidt li kienet ilha tiġi kkonsidrata tlett snin m'għidtx hekk bi kritika imma bħala statement of fact illi ħareġ mid- diskussjoni.", "Issa mill- banda l-oħra bħala fatt il- Ministru qed josservalna li l- preċedessur tiegħu dam sentejn u ħames xhur iħares lejha u hu għamilha f'seba' xhur; meno male li ma ħax xahrejn oħra għax kien ikollu daqs iż-żmien biex jagħmel tarbija.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Joe Fenech.", "ONOR.", "JOE FENECH (Ministru tal-Ġustizzja): Forsi mhux għal kollox attinenti għall- liġi preżenti.", "Kif qal l-Onor.", "Lino Spiteri u kif qal ukoll il-Ministru ta' l-Edukazzjoni, naħseb li huwa mportanti li l- Gvern jagħti spinta lil dan is- suġġeriment ta' riabilitazzjoni ta' ċerti żoni fl-ibliet antiki, li kien diġa' qed jiġi kkonsidrat f'diversi perjodi.", "Dan kien biex ċerti postijiet bħalma hi Strada Stretta u ċerti areas fil- Kottonera u forsi anke fl-Imdina li huma bliet antiki, kif sar f'diversi bliet ta' l-Ewropa, bhal l- Altstadt, fi bliet Tedeski, kif ukoll bħalma reċentement kelli okkażjoni nara f'Ċipru u anke f'Atene, l-areas li kienu mitluqa, illum żviluppaw f'ċentri importanti turistiċi.", "Dawk l-areas li fil-passat kienu jiġu wżati għal affarijiet oħrajn illum, ġew żviluppati b'mod interessanti u attraenti f'boutiques, rest- aurants u azjendi kummerċjali oħra simili konċentrati f'dik l-area fejn allura saru attrazzjoni turistika.", "Ta' min jikkonsidra - u dan forsi huwa xi ħaġa li l- Gvern jista' jieħu inizjattiva fiha - illi jagħmel proġett ta' kif jistgħu jiġu żviluppati ċerti areas bħal Strada Stretta, jagħti idea konkreta ta' kif jipprospetta li din għandha tiġi żviluppata u jiċċentiva lil dawk li jipparteċipaw fl-iżvilupp tal-proġett bil-mod kif ikun prospettat.", "Per eżempju min riċentement mar Champs Elysees f'Parigi kellu l-okkażjoni jara dawk il-bords kbar kif se jiżviluppaw ċerti partijiet tax-Champs Elysees.", "Din fiha nnifisha tikkrea dik l- awareness u l-inċentiv fl- entrapreneur u fil-pubbliku illi juri interess f'dak l- iżvilupp jew żvilupp simili.", "Kif qal tajjeb il-Ministru, barra minn dan wieħed jista' jagħti inċentivi f'faċilitajiet u fil-ħinijiet ta' ftuħ, forsi anke f'assistenzi oħrajn, għal min jikkonverti dawn l-areas f'iżvilupp jew fi proġett li jista' jkun ta' utilita' u attrazzjoni għall-pubbliku u għall-pajjiż.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Portelli.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Mr Chairman, nixtieq nistaqsi lill-Ministru jekk kemm-il darba meta kellu laqgħat mas- sidien - għax qal li saru laqgħat mas- sidien tal-ħwienet - saritx xi proposta fis-sens li għal quddiem ikun hemm areas fl-irħula indikati għan- negozju.", "Għaliex illum qed jiġri li f'toroq sbieħ li fihom bini ta' valur artistiku li qed jiftħu l-ħwienet żgħar li jħarbtu d-disinn tat-triq.", "Imbagħad nibdew naraw li wħud minnhom wara ftit taż-żmien jagħlqu.", "Jiġiferi jien nixtieq inkun naf jekk sarx xi suġġeriment f'dan is-sens u jekk il-Gvern hux qed jaħdem fuq din il-linja biex ikun qed jagħmel bidla radikali f'dan il-qasam.", "Illum huwa diffiċli biex ħanut żgħir jaqla' ammont sostanzjali ta' flus bħala net profit, speċjalment meta llum il-pagi għolew u qed jiftħu ħafna supermarkets fid- diversi irħula.", "Lanqas hija ħaġa sabiħa li l-ewwel tħalli diversi nies jiftħu l-persjani, jiġiferi jgħarrqu bini sabiħ f'toroq prominenti biex imbagħad wara ftit ta' żmien jagħlqu.", "Nixtieq inkun naf jekk dan is- suġġett ġiex trattat f'xi ħin jew bejn is- sidien u l-Gvern jew bejn dipartimenti tal-Gvern infushom.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Sur Presient, id-diversi punti li semma l- Onor. Portelli, jien ikkonsidrajthom fit-tul.", "Meta kont Ministru tal-Pulizija kienu ġew għandi għaqdiet tal- ħwienet, ta' mini markets u ta' diversi tipi oħrajn li qed jiftħu kullimkien, biex nifformolaw policy.", "Wieħed irid jifhem li ħafna drabi raġel tan-negozju jkun jixtieq li tillimitalu l-kompetizzjoni, pero' dan mhuwiex fl-interess pubbliku.", "Per eżempju, jistgħu jiġu għandek in- nies ta' l- ispiżeriji u jgħidulek biex tillimita spiżerija għal kull raħal għax qed jinfetħu ħafna spiżeriji u mhumiex qed jaqilgħu x'jieklu.", "Jien ma naħsibx li huwa għaqli li wieħed jillimita b'dan il-mod.", "Qabel wieħed jiftaħ spiżerija għandu jagħmel il-kalkoli tiegħu biex jara jekk jaqbillux jew le.", "Pero' ma naħsibx li huwa għaqli u ta' ġid għall- poplu li l-Gvern jagħti monopolju lil dawk li diġa' qegħdin fis-suq.", "Fin-negozju hemm certi riskji u min jidħol għalih irid jara jekk jaqbillux jagħmel dik il- kwalita' ta' negozju u jekk għandux mod kif isostni n- negozju tiegħu.", "Jekk ma jsostnihx se jkollu jagħlaq.", "Issa d-diffikulta' l-oħra hi jekk kemm-il darba jkun fetaħ tieqa u għamilha ħanut.", "Il- Kumitat ta' l-Antikitajiet ikollu quddiemu kwantita' kbira ta' talbiet għal dawn per eżempju min biex jagħmel garage, min biex jiftaħ ħanut u nista' ngħid li ġeneralment meta dawn it-talbiet jiġu quddiemi, indum naħseb fuqhom u aktarx li naqbel mal-Kumitat ta' l- Antikitajiet.", "Jekk kemm- il darba jagħtuni elf parir biex dawn l- affarijiet ma jsirux u elf parir ieħor biex isiru, insib li naqbel ma' 999 minn dawk l-elf biex ma jsirux u minn dawk l-elf biex isiru forsi naqbel ma' 890 jiġifieri iktar intendi biex ma jsirux għax ħafna drabi tħassar il-ġebel u ma tkunx tista' terġa' ġġibu lura, tħassar l-ambjent tal- post u ħwejjeġ li huma sbieħ u huma parti mill-wirt storiku ta' pajjiżna biex bniedem joqgħod jesperimenta ħalli jiftaħ garage ħafna drabi anke bi ħsara, mhux biss għall- arkitettura, imma anke għal flow tat-traffiku.", "Per eżempju, meta bniedem jiftaħ garage fuq triq prinċipali jista' jkollu interess individwali biex jagħmel dan, pero' ħafna drabi jkun imur kontra l-interess pubbliku.", "U għalhekk l-Kumitat ta' l- Antikitajiet - u nimmaġina anke l-PAPB - jagħmel dawn il- konsiderazzjonijiet.", "Irrid ngħid li dak li qal qablu l-Onor.", "Spiteri mhux għal kollox veru.", "Aħna nqisu the ebb and flow, jiġifieri aħna ma nixtiequx li jkun hawn konċentrazzjoni ta' kollox f'Tas-Sliema jew il-Belt jew x'imkien ieħor.", "Fil-fatt naraw li l-Belt naqset mill- importanza kummerċjali f'ċerti partijiet tagħha.", "Dan mhux sewwa għax il-Belt għandha ċertu vantaġġi.", "Per eżempju, il-linji tat-trasport pubbliku jaslu kollha l-Belt u allura huwa aktar faċli li l-pajjiż kollu jiġi jixtri mill-Belt u meta l-arja kummerċjali bdiet tisposta ruħha intilef dan il- vantaġġ li kien hawn.", "Issemmew postijiet oħrajn li tradizzjonalment kienu reġjon- alment importanti, bħal, per eżempju, il-Ħamrun.", "Kif qal tajjeb l-Onor.", "Spiteri, il- Ħamrun ra żmenijiet meta kien ċentru kummerċjali importanti, imbagħad waqa' daqsxejn lura u issa reġa' qed jieħu r-ruħ.", "Din hija ħaġa tajba.", "Naħseb li l-Gvern għandu politika li jagħti l-ħajja liċ-ċentri kollha.", "Dan ma jfissirx li tagħmel sforz biex tqajjem ċentru kummerċjali f'post imtarraf għaliex ma jagħmilx sens ta' xejn.", "Pero' huwa tajjeb ukoll li ma jkunx kollox konċentrat f'post wieħed.", "Dak li ġara f'ċertu żmien f'Paceville għaliex iż-żgħażagħ ta' Malta kollha kienu qed imorru hemm - aħna ma għandna xejn kontra Paceville - meta dan il-fatt stess kien qiegħed joħloq konġestjoni u problemi fih innifsu.", "Jien inħoss li huwa importanti li jkollok diversi postijiet bħalma huwa r-Reeds f'Wied il-Għajn u l- Vibes f'banda oħra u postijiet oħra li forsi jiffrekwenta l- Onor. Spiteri imma li jien m'inix qed niffrekwenta dan l- aħħar.", "Jiġifieri huwa tajjeb li wieħed għandu jikkonsidra l- iżvilupp ġenerali tal-pajjiż.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Portelli.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Nixtieq nistaqsi lill-Ministru li kien hawn xniegħa persistenti li kienet qed issir xi proposta lill-Gvern li min ikun se jiftaħ xi negozju, irid jagħmel wisa' għall-parking minħabba l- konġestjoni tat- traffiku.", "Nixtieq igħidli jekk kienx hemm xi ħaġa f'dan is- sens.", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Fil-konsiderazzjonijiet li jsiru għar-rigward ta' l-għoti ta' liċenzji din il-konsiderazzjoni issir.", "Tant hu hekk li min qed jiftaħ dawn il- markets jara li jkollu parking area.", "Per eżemepju, għadu kemm fetah wieħed f'Ħaż Żabbar.", "Naturalment kieku m'għandux dik il- parking area għalxejn għax ma jistax ikollok market fi triq li biex tmur għalih trid tmur bil-mixi mill-bogħod.", "Certi postijiet ta' negozju, la jirrekjedu li ħafna nies jiġu minn bnadijiet oħra biex jixtru, allura jrid ikollhom fejn jipparkjaw il-karozzi.", "Illum il-parking huwa essenzjali fi kwalunkwe attivita' kummerċjali.", "Per eżempj u, jekk irridu nagħtu certu ħajja lill-Triq ir- Repubblika, irridu nqisu li min jiġi minn barra il-Belt isib fejn jipparkja l-karozza.", "Veru li t-trasport pubbliku huwa ta' għajnuna, imma mhux kulħadd jista' jinqeda bih il-ħin kollu.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No)", "Il-mistoqsija hija klawsola 5.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 5 għaddiet nem.con. u ġiet orndata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 3 - Emenda ta' l- artikolu 8 ta' l-Att prinċipali.", "Clause 3 - Amendment of section 8 of the principal Act.", "(Posposta fis-Seduta Nru 52 tal-5 ta' Ottubru 1992.)", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Nipproponi din l-emenda:", "\"A\" Ħassar il-klawsola 3 kollha.", "\"A\" Delete the whole clause 3.", "Issa se nispjega għaliex.", "Din l-emenda kienet fis-sens li l- aġenziji ta' l-ivvjaġġjar ikunu jistgħu jiftħu kuljum sa l- 10.00 p.m. barra l- Ħdud.", "Pero' ġie relevat lili li l-Qorti ddeċidiet li aġenzija ta' l- ivvjaġġar mhuwiex ħanut u allura r-regoli kollha ta' dan l-Att ma jgħoddux.", "Kieku aħna daħħalna din il-klawsola konna se nġibu ftit tad-diffikulta'u diżgwid fil-ġurisprudenza tal- Qorti, l Ladarba l-Qorti ddeċidiet li l- uffiċji ta' l- aġenziji ta' l-ivvjaġġar mhumiex ħwienet.", "Jiena eżaminajt din il-kwestjoni u ġejt persważ li l-aħjar mod li wieħed jimxi hi li jirrinunzja għall-klawsola kollha kif inhi.", "THE CHAIRMAN: Hemm iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No)", "Il-mistoqsija hi l-emenda \"A\" għal klawsola 3.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"A\" għaddiet nem. con. u Klawsola 3 ġiet imħassra.", "Klawsola 1 u t-Titolu għaddew nem. con. u ġew ordnati biex isiru parti mill- Abbozz ta' Liġi.", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Nawtorizza lill-Clerk biex jikkoreġġi xi żbalji ta' l- ortografija u jagħmel ir- renumbering tal-clauses.", "THE CHAIRMAN ; Il-kumitat jaqbel?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-Kumitat qabel li jawtorizza lill-Iskrivan tal-Kamra biex jikkoreġi xi żbalji ta' l- ortografija u jagħmel ir- renumbering li jkun hemm bżonn.", "Il-Kamra rriżumiet u l- President tal-Kumitati rrapporta l-Abbozz ta' Liġi mgħoddi b'emenda.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-KODIĊI KRIMINALI", "CRIMINAL CODE (AMENDMENT) BILL", "ONOR.", "JOE FENECH: Nipproponi t-Tieni Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ Att li jemenda l- Att dwar il-Kodiċi Kriminali.", "MR SPEAKER: Min jissekonda jekk jogħġobkom?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO Nissekonda.", "ONOR.", "JOE FENECH: Mr Speaker, il-liġijiet illi jipproteġu l-copyright f'Malta, li jipproteġu d-drittijiet civili ta' l-awtur huma il- Copyright Act u l-Industrial Property Protection Ordinance.", "Fil-fatt f'Mejju tas- sena l- oħra, meta kienet qed tiġi mgħoddija mill-Parlament il- Liġi dwar ix-Xandir, kienet saret emenda għall-Kodici Kriminali permezz ta' l-Att XII ta' l-1991.", "Section 41 ta' dik il-liġi emendat il-Kodici Kriminali fis- sens illi kull forma ta' riproduzzjoni ta' xi artikoli bi ksur tal- jeddijiet - li joħorġu mid-drittijiet ta' l-awtur - li jkollha persuna oħra jeħel certa piena.", "Hemmhekk għall-ewwel darba fil- pajjiż inkludejna bħala delitt l-infrazzjoni tal-copyright.", "Biss dak iż-żmien, konna għidna li din l-emenda li daħlet fil- Kodici Kriminali mhix sejra tidħol fis-seħħ qabel Jannar l- 1995, u kien hemm certi pieni kontemplati.", "Malta, teknikament għadha waħda mill-ftit pajjiżi fejn din l-infrazzjoni tal-copyright ma hijiex kontemplata bħala delitt taħt il-Kodici Kriminali.", "Tant qed isiru abbużi u tant qed jiżdiedu l-abbużi tad-drittijiet tal- copyright ta' l-awtur, kemm lokali, kemm wkoll barrani li fid-dinja evoluta diversi pajjiżi qegħdin iħarrxu l-pieni biex jipprovaw jikkontrollaw din il-piracy ta' ħwejjeġ li għandhom id-drittijiet ta' l- awtur.", "Għalhekk u fil-pajjiżi evoluti qegħda dejjem tinħass iktar in- necessita' pressanti, mhux biss ta' kollaborazzjoni sħiħa biex jassiguraw kemm jista' jkun li jonqsu l- infrazzjonijiet tad-drittijiet tal-copyright iżda anke biex jinqabdu aktar pirati tad- drittijiet ta' l-awtur.", "Dan iwassal għal aktar kontroll u aktar deterrent.", "Illum qed nipproponu emenda għall-Kodiċi Kriminali li daħlet fl-istatut tagħna f'Mejju tas-sena l-oħra biex din tidħol fis-seħħ fl-ewwel ta' Jannar 1993.", "Aħna għamilna emenda wkoll fiż-żieda fil-massimu tal-pieni biex din isservi ta' aktar deterrent.", "Is-sena l-oħra konna għidna li din l-emenda tidħol fis-seħħ f'Jannar 1995 għax ridna nagħtu avviż lil kulħadd ħalli jibda jottempora ruħu mal-liġi, u jnaqqas u jassigura li jelimina l-abbużi biex id-drittijiet ta' l-awtur jkunu protetti kif imiss.", "Ridna wkoll li nagħtu ċertu żmien biex jinħoloq il- makkinarju neċessarju għal enforcement tal-liġi.", "Pero' fis-sena u nofs li għaddew dan l-avviż ma tantx ittieħed bis- serjeta' u l-informazzjoni li għandu l-Gvern hija li dawn l- abbużi kibru fl-apert għax mhumiex sanzjonati mil-Liġi Kriminali.", "Allura nħasset in- neċessita' li jsiru dawn l- emendi li ġab il-Gvern illum permezz ta' l-Abbozz ta' Liġi li l-Kamra qegħda tikkonsidra.", "Għalkemm wieħed jista' jgħid li din hija emenda żgħira - u veru hija emenda żgħira ħdejn l-emenda li saret is-sena l- oħra - biss din hija emenda importanti, għax huwa importanti li issa din is- sanzjoni tiġi fis- seħħ malajr kemm jista' jkun.", "Barra minn dan, biex il-Gvern ikompli jsaħħaħ din is-sitwazzjoni, qed jikkonsidra x'regolamenti għandhom jinħarġu taħt il- Police Licence Act, fis-sens illi l-pulizija tkun tista' - fil- kondizzjonijiet tal- liċenzja - timponi il- kondizzjoni li ma jistgħux jinbiegħu artikli li huma koperti bil-copyright u sanzjonati mil-liġi kriminali, u f'kas ta' infrazzjoni, l- liċenzja tiegħu tista' tiġi irtirata.", "Din tkun trid isservi bħala deterrent addizzjonali għal min jabbuża minn din il-liġi.", "Il-Gvern qed jistudja wkoll il-possibilita' li joħorġu r- regolamenti taħt is-Supplies and Services Act biex jassigura illi l-oġġetti mportati u li jitpoġġew għall-bejgħ, ma jivvjolawx id-drittijiet ta' l- awtur.", "Għalkemm il-computer software ma jaqax direttament taħt din il-liġi, fil- fatt qed jiġi kkonsidrat, bħala short term measure, biex forsi wieħed jinkludih taħt il-Copyright Act, partikolarment taħt l- artikli letterarji, li hemm dubju wkoll jekk dawn humiex koperti bil-Copyright Act kif inhi llum.", "M'hemmx dubju li l-copyright act trid tiġi studjata iktar fil-fond biex din tiġi aġġornata għaż-żmenijiet tal- lum u tassigura li jkun hemm liġi omogenea li tħaddan kollox.", "Jien persważ illi din mhijiex emenda kontroversjali u konvint illi n-naħa l-oħra taqbel ma' li qed jagħmel il- Gvern.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L- Onor. Carmelo Vella .", "ONOR.", "CARMELO VELLA: Mr Speaker, wieħed irid jagħti każ iktar ta' l- effett li se jkollha din il-liġi fuq pajjiżna milli l-prinċipju ta' din il- liġi.", "Kulħadd jaf li fil-prinċipju, għandek id- drittijiet tal-copyright.", "Barra minn Malta għandek two schools of thought u ċerti pajjiżi ma jidħlu xejn fuq din il- copyright.", "Per eżempju, l-Asian countries huma aperti għal kollox u l-pajjiżi Ewropej jinfurzaw ħafna dawn il- liġijiet u r- regolamenti li qed isemmi l-Ministru.", "Din il-liġi mhijiex qed titressaq hawnhekk bħala liġi ġdida għax jekk m'inix sejjer żball kienet tressqet liġi fl- aħħar ta' l-1991 liema liġi ma ġietx attwata għax kellha tibda tiġi attwata fl-1995.", "F'daqqa waħda, għal xi raġuni li jiena m'inix sodisfatt ħafna bl- ispjegazzjoni tagħha - ma nafx x' inhi r-raġuni ta' din l- għaġġla kollha li tibdel liġi meta din l- istess liġi għadha lanqas biss bdiet tiġi esegwita ...", "Din ir-raġuni ma semmihiex.", "Il-liġi tgħid li fejn jinkisru dawn id- drittijiet - u qed nitkellmu fuq tmien xhur ilu meta l-Gvern kien emenda din il-liġi, u mhux fuq xi snin 'il bogħod ħafna - il-piena għandha tkun ta' mhux iktar minn sitt xhur priġunerija u mhux iktar minn Lm1,000 penali.", "Dawn il- kondizzjonijiet kellhom jiġu in vigore fl-1995.", "Issa, tmien xhur wara, l- istess Gvern qed jerġa' jersaq quddiem il- Parlament u qed jgħidilna biex ninsew dak li qal tmien xhur ilu.", "Issa min jikser dawn id- drittijiet tal- copyright, minflok sitt xhur jista' jeħel sena, minflok Lm1,000 multa jista' jeħel Lm5,000 u minflok li l-liġi tiġi in vigore fl- 1995, din għandha tiġi in vigore malajr fl-1993, jiġifieri qed nitkellmu fuq xahrejn oħra.", "Dan hu n-notice li qed jagħti dan il-Gvern lil dawn in-nies armati, tajjeb jew ħażin, fuq il-prattika, biex nuża' l-istess terminloġija li konna għadna għaddejjin biha fil-każ tal-ħwienet.", "Issa jien għalfejn qed nitkellem l-iktar mil-lat ta' effett li se jkollha din il- liġi?", "Għalissa m'inix se ngħid jekk il-prinċipju ta' din il-liġi huwiex tajjeb jew ħażin.", "Għalfejn qed ngħid dan?", "Għaliex liġijiet li huma bis- sens tista' tapplikahom tajjeb ħafna għall-pajjiżi kbar, għal pajjiżi li għandhom sistemi differenti minn tagħna, imma l- istess liġi kultant ma tistax tapplikaha bl-istess mod f'pajjiż żgħar bħal tagħna.", "Il-Prim Ministru ma jridx japplika l-kelma \"newtralita'\" kif jinterpretawha l- Iżvizzera għax newtralita' għall- Iżvizzera tfisser mod u newtralita' għal Malta - għax aħna xi ħaġa differenti minn dak il-pajjiż - tfisser differenti.", "Għalhekk bl- istess kriterju, din il-liġi għal dawk il- pajjiżi għandha effett mod, mentri għal Malta biċ-ċokon tagħna kollu jista' jkollha effett differenti.", "Jekk l-Ingilterra ma timxix fuq din il- liġi, nista' nobsor is- suq Ingliż kif tkisser u x'effett diżastruz ikollu, per eżempju, fuq prodotti Ġermaniżi jew prodotti Taljani.", "Jekk joħroġ prodott minn ġewwa l-Italja u l-Ingliżi bis-suq kbir kollu tagħhom jgħidu li l- copyright fuq dan il-prodott mhux se jagħtu kasu, l-effett fuq il- producer, fuq ir-writer, u fuq l-oriġinal ta' dak il- prodott se jkun diżastruż, imma biċ-ċokon tagħna jien ma nistax nimmaġina kif dan is-suq ta' Malta jista' jaffetwa r-writer li ħareġ bi prodott fl-Amerika, fil- Ġermanja jew fl-Ingilterra.", "(Interruzzjonijiet)", "Issa ħalli nitkellem fuq writer f'Malta wkoll.", "Jien naħseb li l-effett li l-aktar qed nibżgħu minnu huwa li jkollna xi żewġt iħbieb tagħna Maltin li se jinqarsu.", "B'din il-liġi jekk aħna verament għandna għal qalbna t- talent Malti nistgħu - u jien naqbel u naħseb li din in-naħa kollha taqbel - nipproteġuh.", "Imma mbagħad wisq nibża' li peress li qed nagħtu rinforz qawwi fuq copyright ta' prodotti li ġejjin minn barra minn Malta - mhux ta' writers u ta' oriġini Maltin - qed nipproteġu lil xi ħadd lokali li mhux bilfors huwa writer.", "Mela jien ngħid li Malta, biċ-ċokon tagħha, m'għandiex dak l-effett diżastruż fuq producer jew writer li ġej minn barra, imma l-effett ta' din il-liġi jista' jkun kbir fuq il-poplu tagħna.", "(Interruzzjonijiet) Lil min tista' tolqot l-aktar din il-liġi?", "Din il-liġi tista' tolqot żewġ sezzjonijiet; tista' tolqot lis-sezzjoni ta' l- entertainment u tista' tolqot lis-sezzjoni edukattiva.", "Meta qed nitkellmu fuq is-sezzjoni ta' l-entertainment qed nirreferu għal diski, recordings, video tapes, films u affarijiet bħal dawn.", "Dawn nitfgħuhom ġol-keffa ta' l- entertainment.", "Meta niġu fuq il-keffa ta' l-edukazzjoni nsibu l-computer software li għadek kemm semmejt tajjeb int. Mela fuq l- entertainment, jekk int se timxi b'dawn il-miżuri riġidi ħafna, se jkollok effett ħażin għallinqas fuq żewġ kategoriji ta' nies.", "Fl-ewwel kategorija għandek dawk li huma diġa' armati bil-ħwienet b'dawn il-videos kollha kkuppjati.", "Issa jien mhux se nidħol fil- meritu jekk dawn humiex qegħdin tajjeb jew ħażin imma dan il-Gvern ħallihom ikunu ħażin ukoll għax mill- 1987 sal- lum qatt ma ttella' ħadd minnhom il-Qorti.", "(Interruzzjonijiet) Mela m'għandux x'jaqsam!", "Jekk jiena armajt b'video shop u għandi b'Lm10,000 films ġo fih issa u ħallejtni nikber ...", "Mela m'għandux x'jaqsam!", "U issa tiġi tgħidli li xahrejn oħra rrid inżarma għax se tfallini, għax se tieħu passi, għax tista' tibgħatni sena l-ħabs, għax tista' tagħmilli Lm5,000 multa, għax tista' tagħmilhomli t-tnejn f'daqqa wkoll!", "Mela din se jkollha effett fuq dawn tal-ħwienet.", "L-ewwel ħallejtuhom jiksru l-liġi ...", "L-effett l-ieħor se jkun fuq il-konsumatur.", "Illum issib min ikun iħobb jara l-films u ma jkollux kapriċċi oħra għax dan ma jistax imur jagħmel ikla u jonfoqlok Lm15 f'restaurant fil-weekend per eżempju, u għalhekk imur jikri film jew tnejn b'25c u jkun se jgħaddi l-weekend id-dar jagħmillek xi tlett siegħat quddiem it- television.", "Mela dan fil- weekend nefaq 50c fil- films u huwa kuntent għax dak huwa d- delizju tiegħu.", "U minn dawn għandna sezzjoni kbira tal- poplu għax kieku llum il- ġurnata m'għandniex xi 500 video shops għaddejjin kontinwament il-ġimgħa kollha!", "Jien nistaqsi lill- Ministru: Inti m'intix tara li din il- liġi, nerġa' ngħid tajba jew ħażina, se jkollha effett ħażin fuq il-konsumatur?", "Għaliex issa dan meta jmur għand tal- ħanut, tal-ħanut se jgħidlu: Isma jiena ma nistax nagħtik film bit-25c kif kont nagħtihulek qabel għax qabel kont nixtrih 80c jew Lm1 u issa lili qed jiġini Lm20, jew Lm15 jew Lm24.", "Mela l-prezzijiet tal- kiri ta' dawn il-video tapes ta' l-anqas se jirdoppjaw jew jittripplaw.", "Mela rridu nammettu li din se jkollha effett ħażin fuq il-konsumatur ukoll.", "Jiena ngħid li fejn jidħol entertainment, din lanqas hi uġigħ ta' ras kbira, imma fejn nidħlu fil-parti edukattiva issa, din ma tistax tgħid: Isma, m'għandix uġigħ ta' ras biha din.", "U ngħid għaliex.", "Illum il-ġurnata kważi l- computer biex ma ngħidx fid-dar daħal daqs il-videos, u dan qed iservi għal żewġ skopijiet.", "Meta jinxtara mit-tfal iż-żgħar qed iservi ta' entertainment imma għall-istudenti fl- Universita' qed jagħmlu użu tajjeb minnu.", "Issa x'inhi l- pożizzjoni tas-software illum?", "Illum jekk trid tixtri software oriġinali, hu x'inhu l- programm, għandek software li jvarja minn Lm50 sa Lm2,000.", "Jekk inti trid tixtri cut programme għandek l- upperscale tal-prezzijiet.", "Jekk trid tixtri wordprocessor normali għandek ir-range ta' Lm200 jew Lm300, database tajba għandek l-istess livell ta' prezzijiet, imma issa llum tgħidli llegalment bil-ħażen ta' ħafna studenti, 13 jew 14-il sena, diġa' jħaddmulek computer għax issib min diġa' jaf x'inhi spread sheet, word-processing jew data base.", "Li kieku mhux għax kienu dawn l-arranġamenti li jagħmlu tal-ħwienet stess, kieku l-istudenti tagħna lanqas biss kienu joħolmu bihom.", "Illum familja tissallab biex tixtrilek computer ta' Lm400 imbagħad se ssallabha iktar biex tgħidilha: Isma, trid tixtri Lm300 wordprocessor, Lm300 data base, ecc. Jiġifieri ħalli nerġa' ngħid ma nidħlux fil-principju tagħha, mhux qed ngħid: Isma, il- piracy hija xi ħaġa tajba, mhux qed ngħid dan jien imma qed ngħid li la qegħda hemmhekk u jekk se nneħħuha, l-effett fuq dawn in-nies ...", "Issa ġejna fil-pożizzjoni u nerġa' naqbad il-punt li qbadt inti jekk għandniex liġi kriminali jew liġi civili u ngħidlek li dan il-punt ireġi.", "Għalfejn?", "Jekk għandek lill- Warner Brothers li ħarġu film li ġie pirated fl-Ingilterra kollha, allura din id-ditta tibda tħokk rasha, għax meta tkun taf li l-film tagħha ġie pirated fl-Ingliterra kollha, din se tibda tfittex civilment għar-rights tagħha, għandha d- dritt u tista' tagħmlu dan u dawn dejjem għamluh.", "Kien hemm ħafna każi fil-bidu fejn dawn il-houses il-kbar bdew ifittxu civilment fuq il-prodotti tagħhom li ġew pirated.", "Imma f'Malta li kellu jiġri l-istess din il-kumpannija tgħidlek li lanqas huwa worth it li toqgħod tiftaħ kawża lill-Gvern għal market żgħir bħal tagħna.", "Din il-kwestjoni ġrat hawnhekk.", "Wieħed kien qed jgħidli l- ġimgħa l-oħra li ditta Ingliża ġiet Malta għaliex stampatur beda joħroġ il-pitazzi bir- ritratti tan-Ninja Turtles.", "Avukat minn Malta kiteb lil din id-ditta u għarrafhom li f'Malta qed jiġu stampati pitazzi ta' l-iskola bin-Ninja Turtles fuqhom.", "Naturalment dan l-avukat għamel hekk biex jidher ħelu ma' din id-ditta bl-iskop li jiġi xi ħadd minnhom hawn Malta u forsi tinfetaħ xi aġenzija.", "Dan l- istampatur qalli li kulma għamel stiednu għall-ikel biex fl-istess ħin joqogħdu jiddiskutu il-bejgħ tal-pitazzi hawn Malta.", "Meta l-istampatur qallu li b'kollox kull ma jbiegħ f'sena ma jaqbiżx il- Lm15,000, ir-rappreżentant beda jidħak u l-informazzjoni li għandi hi li dan spiċċa aktar ħbieb ma' l-istampatur milli ma' l-avukat li ġabu Malta.", "L- iskala li qed nitkellem fuqha treġi għall-Ġermanja, l-Italja u għall- Ingilterra, pero' li qed ngħid jien mhux bilfors irid ireġi għal hawn Malta.", "Hu x'inhu l-iskop ta' din il- Liġi rridu naqblu li l-effett fuq in- nies u l-istudenti tagħna mhux se jkun tajjeb.", "Issa ngħaddu għall-għaġġla ta' din il-liġi li qed tibdel liġi oħra li tressqet tmien xhur ilu li lanqas kienet daħlet in vigore.", "Lil dawn in- nies li huma armati llegalment, dawk li skond l-Onor.", "Fenech qed jisirqu, f'Diċembru li għadda ....", "(Interruzzjonijiet) Jien għidt hekk għax inti għidtha.", "Jien diġa' għidtlek li mhux qed nidħol fil- prinċipju tal-liġi imma qed nidħol fuq l-effett tal-liġi, issa mbagħad meta nidħlu fuq il- prinċipju tal-liġi ngħidlek jekk naqbilx miegħek jew le.", "Mela lil dawn in- nies li kienu qed jisirqu, f'Diċembru ġejna hawnhekk u għidnilhom li se nagħtuhom żmien sa l-1 ta' Jannar ta' l-1995 biex jirregolarizzaw ruħhom u li aħna fl-1 ta' Jannar 1995 se nibdew nieħdu dawk il-passi fejn jistgħu jmorru sa sitt xhur ħabs u jistgħu jeħlu sa Lm1,000 multa.", "Mela dak iż- żmien kien hemm min beda jirraġuna li jibqa' bil-ħanut tiegħu sa Diċembru 1995 u mbagħad jagħlaq.", "Issa llum qed ngħollu l-penali, imma agħar minn hekk lil dawn qed ngħidulhom biex jinsew dak li għidnilhom f'Diċembru li għadda għax issa xahrejn biss hemm żmien biex jirregolaw ruħhom.", "Jien naħseb li din hija unfair, mhux għax se tirranġahom imma għax l-ewwel għidtilhom li jistgħu jibqgħu sejrin hekk sa Jannar ta' l-1985 ...", "(Interruzzjonijiet) Mela x'għidtilhom, mhux hekk kienet il-liġi, imma ċivilment ħadd ma fittixhom għal dik ir-raġuni li qed ngħidlek jien u jekk hawn xi ditta li tħossha qed tiġi misruqa ...", "Għax int qed tgħid li dawn qed jisirqu.", "Jien kif nista' nippretendi li jekk bniedem qed jisraq lili nkun kuntent li ma neħux passi, imma l-pulizija lil min qed jipprova jisraqni jsallbuh?", "Ma tagħmilx sens.", "Jekk jien qed niġi misruq l-ewwel passi li għandi nieħu għandhom jiġu minni għax jien qed niġi misruq imbagħad tkompli l-pulizija.", "Aħna qed ngħidu li dawn in-nies għalkemm qed jisirqu, lil min qed jisirqu mhux interessat li jfittixhom għax il-ftit li qed jisraqhom m'hu xejn fil-keffa tal-miżien tagħhom, imma xorta rridu nġiegħlu lill-pulizija tibda twaqqafhom.", "Mela jien qed ngħid illi dan li qed nagħmlu mhux veru fl-interess ta' dawn ir-writers il-kbar meta qed nitħadded fuq ir- writers ta' xogħol li ġej minn barra.", "Meta nitħaddtu fuq writers u awturi ta' xogħol Malti nistgħu nagħmlu affarijiet oħra.", "Mela din inħossha unfair ukoll illi f'daqqa l-ewwel għidnilhom li se nagħtuhom ċans sa l-1995 u issa qed ngħidulhom biex jinsew dak iċ-ċans u li għandhom xahrejn biss u jekk mhux se jaqtgħuha sa dawn ix-xahrejn, il-penali fil- każ tal-ħabs se tirdoppja u fil-każ tal-multa se nagħmluha five times as much.", "Għalija dan huwa nuqqas ta' planning għax mill-1987 nista' ngħid li kważi nkorraġġihom il- Gvern stess, għaliex dawn l- iktar li kibru kien mill-1987 'l hawn minn meta bdew jidħlu l-videos.", "(Interuzzjonijiet) Jekk kien hawn xi ħadd li nkkoraġġixxa lil dawn in-nies kien dan il-Gvern, għax tant ried ikun liberu li qalilhom biex idaħħlu kemm iridu videos u la daħħlu kemm riedu videos daħħlu kemm riedu films u ħallejtuhom jikbru.", "U issa għax kibru u simnu ftit - mhux ħdejn dawk li forsi qed iġiegħlukom tagħmlu din - qed tagħmlu din il-Liġi.", "Dan ngħidlu nuqqas ta' ppjanar.", "In-neċessita' ta' din l-għaġġla kollha l-Ministru biss jafha, għalkemm jiena nista' naħseb minn fejn ġejjin imma ma nistax inkun cert.", "Meta l-Ministru qed igħid li nħasset in-neċessita' li għandna ngħaġġlu fuq din, ma qalx kif inħasset din in- neċessita'.", "Jista' jkun li minn dawn il-500 ħanut li jisilfu u jikru dawn il-films għandek wieħed li forsi għandu xi agreement ma' ta' barra u qed iġib l-oriġinal hu biss u fl-interess tiegħu li din il- Liġi tgħaġġel biex jeqred l- 499 u jibqa hu biss.", "Jista' jkollok minn dawn l-interessi u allura mhux veru li qed tkun ġenwin f'dak li qed tagħmel għall-interess ta' writer li ġej minn barra għax dan jista' jieħu r-rights tiegħu ċivilment u mhemmx għalfejn tagħtihomlu inti.", "Għandu jkollok il- kuraġġ li tgħid li din qed tgħaġġluha fl-interess ta' xi ħadd - forsi qed jimbuttawkom tas- cinemas ... (interruzzjonijiet)", "Ngħaddu issa fuq it-talent lokali.", "Naqblu li rridu nħarsu t-talent li hawn Malta u li ma rridux nagħtuh bis-sieq, imma m'hemmx għalfejn mbagħad biex noqtlu dubbiena noħorġu b'dawn il-kanuni kollha.", "Hemm metodi.", "Jiena ngħid għaliex ma ħallejniex din il-liġi fuq il- parti ċivili u mhux nistressjawha fuq il-parti kriminali.", "Għalfejn?", "Biex issa jibdew jagħżlu l-pulizija fuq liema minn dawn il-500 ħanut se jibdew jmorru l-ewwel?", "Jien nixtieq inkun naf il-Pulizija minn min se jibdew minn dawn il-500 ħanut tal- video li hemm, jekk hux minn dawk ta' għajnejhom blu jew minn dawk ta' għajnejhom ħomor.", "Aħna taparsi niġu hawnhekk biex noqogħdu nirranġaw l- affarijiet, naqbdu kanun daqsiex u nagħtuh f'idejn il- Pulizija, mbagħad sta għall- Pulizija fuq liema direzzjoni se jdawwar dan il-kanun.", "At this stage nispiċċa biex nagħlaq li għalkemm ma dħalniex s'issa fuq il- prinċipju u għalhekk qed ngħidu li l-effett ta' din il-liġi mhux se tkun tajba għal ħafna sezzjonijiet tal-poplu Malti, jiena ngħid li aħna ma nistgħux naqblu mal- penali kif inhi llum.", "U fuq din għad iridu jitkellmu iżjed sħabi.", "Li nista' ngħid jien huwa kif jista' jkun wieħed il- ġimgħa l- oħra kien involut fi qtil involontarju u l-Qorti waħħlitu Lm700 - talli qatel dan issa tort tiegħu u mhux tort tiegħu, weħel Lm700 - u issa talli wieħed jikkoppja video nwaħħluh Lm5,000 u nibgħatuh sena ħabs.", "U b'din il- liġi qed nirranġaw l- affarijiet!", "Jien ngħid li l- penali kif waslet u kif tqegħdet fuq din il-liġi hija redikola għall-aħħar.", "Jien ma nistax nimmaġina kif wieħed għax jikkoppja video tasal biex twaħħlu Lm5,000 u titfgħu sena l-ħabs meta qed naraw dawn il- ħneżrijiet kollha fil-Qorti.", "U sieħbi jaf iktar minni x'qed ngħid jien għax ....", "(Interruzzjonijiet) Imma la minn Lm1,000 tellajtha għal Lm5,000, mhux fuq il-massimu rridu nitkellmu?", "Mela għaliex ma ħallejtiex Lm1?", "MR SPEAKER: Tiddibattux bejnietkom.", "ONOR.", "CARMELO VELLA: Naħseb li min jismagħni qed jifhem x'qed ngħid fuq il-Qorti.", "Hawnhekk aktar qed nagħtuha fejn tgħaffeġ ...", "Il-każijiet li jittellgħu l-Qorti tafhom u taf kif ħadd ma jeħel xejn fejn ikun hemm bżonn li jsir hekk.", "Allura issa jien nista' nagħti arma f'idejn il- Pulizija u lil wieħed li m'għandix grazzja miegħu, u ngħidlu: Inti kkupjajt video u nista' nwaħħlek Lm5,000 u sena ħabs.", "Fl-opinjoni tiegħi, din hija redikola.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L- Onor. Charles Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Mr Speaker, l-emenda li għandna f'din il-liġi tidher emenda inokkwa, pero' tqanqal ħafna mistoqsijiet.", "Waħda mill-ewwel mistoqsijiet hija: X'kienet ir- raġuni li f'temp ta' inqas minn sena l- Gvern biddel fehemtu u qed jintroduċi din l-emenda?", "Qed ngħid li biddel fehemtu għax meta fl-1991 għamel emenda biex idaħħal aktar protezzjoni tal- copyright, il-Gvern ħass li fis-sitwazzjoni li qed tipprevali fil-qasam kummer- ċjali f'pajjiżna - u jekk niġu għall-istess argument ladarba llum il-Ministru qed igħid li dan hu serq, dak inhar kien serq ukoll - għandu jagħti phasing out u cans lil dawn in- nies li qegħdin f'dan il-ġeneru ta' negozju li jirregolarizzaw ruħhom.", "Sa hawnhekk wieħed jifhimha u jaċċettaha u rridu nagħmluha ċara li l- Partit Laburista bl- ebda mod ma jaqbel li jkun hemm serq ta' copyright.", "Pero' meta nħarsu lejn din il-liġi - u wieħed irid jikkonsidra li l- istess Gvern tmien xhur ilu ħass li għandu jimxi b'ċertu pass - illum il- mistoqsija ssir: Għaliex u x'ġiegħel lill- Gvern li jagħmel din l-emenda?", "X'inhuwa l-iskop u r-raison d'etre soċjali li m'għadux japplika llum biex din jintroduċiha?", "Għax is- sitwazzjoni għadha piu o meno l-istess.", "Anzi min hu progressiv f'dan il-qasam, min hu fin-negozju u jara u qed iħoss li l-affarijiet se jinbidlu minħabba din il-liġi, diga' beda jagħmel it-tibdil bil-mod il-mod biex ikollu dak iċ-ċans ta' transizzjoni.", "Illum f'daqqa waħda qed niġu hawnhekk u l-Gvern qed jippretendi li nappoġġjawh u lil dak li qed jagħmel pjanifikazzjoni għan-negozju tiegħu, kemm jekk hu negozju żgħir u kemm jekk hu negozju kbir fejn hemm l-għaraq ta' ġbinu, fejn hemm l-investiment tiegħu u fejn għandu l-interess tal-familja tiegħu, qed niġbdulu t-tapit minn taħt saqajh u ngħidulu li mill-1 ta' Jannar tas- sena d-dieħla irid ikun qaleb għal kollox il- ġeneru tiegħu, irid ikun neħħa l-istock tiegħu, irid ikun biddel dak li hu attrezzat għalih u jrid ikun aġġastja ruħu biex lill-klijenti li qed jaqdi minflok jagħtihom ċertu rata baxxa minħabba l-ammont ta' video shops li kien hawn jagħtihilhom b'rata iktar għolja.", "U l-mistoqsija tiġi weħidha: Allura x'kienet il- pressjoni biex malajr malajr nintroduċu din l-emenda?", "Jidher li kien hemm xi ħadd jew xi pressure warajha din, minħabba l-fatt ukoll li l- penali żdiedu minn dawk li kienu japplikaw sena ilu.", "U wieħed jistaqsi: Għaliex żdiedu?", "Kif kienu proposti sena ilu kienu tassattivi biżżejjed għax kellek multa sa Lm1,000 u sitt xhur ħabs, jew waħda jew l- oħra, jew it-tnejn flimkien.", "Illum għollejna l- multa sa Lm5,000, żidniha għal sena ħabs jew it-tnejn flimkien.", "Dan ovvjament jiddependi mill- gravita' tal- każ, u meta wieħed jikkonsidra dawn it-tliet fatturi flimkien, jikkonsidra l-għaġġla li biha qed tiġi imposta din l-emenda, jikkonsidra għaliex f'daqqa waħda minn perjodu ta' ħames snin sa l-1995 irriduċejnih għal xahrejn, u barra minn hekk inżidu magħha li l-penali hija iebsa biex min qiegħed f'dan il-ġeneru ta' xogħol iħaffef u jara x'se jagħmel - għax jekk jittieħdu passi kontra tiegħu dan żgur se jispiċċa bankrupt u jitkisser u anke bl-għaġġla m'għandux iċ-ċans li jirranġa u jibdel il-ġeneru tiegħu - allura l-mistoqsija hi: Min kien jew x'kienet il- pressjoni biex din l-emenda tiġi quddiem dan il-Parlament?", "U mhux joqgħod jgħidilna li dan serq u mhux serq.", "Jekk dan se ngħidu li kien serq, sena ilu kien serq ukoll.", "Dan huwa serq li fil-framework tas-soċjeta' Maltija - għalkemm la huwa ħażin ma tistax tittollerah u taqbel miegħu ...", "Imma hemm iktar każi serji ta' serq u jekk verament irridu nagħtu kontribut lis-socjeta', għandna nimmiraw l- attenzjoni tagħna lejn is-serq li qed iherri s-sigurta' tal-poplu Malti l- mistrieħ tal-moħħ tal- poplu Malti.", "Mr Speaker, illum ħadd ma jazzarda joħroġ minn daru għax inkella x'ħin jiġi lura jsib d- dar tiegħu mqallba ta' taħt fuq.", "Allura lil dawn in-nies filli qabel konna ngħidulhom biex jippjanifikaw ħalli jirranġaw il- pożizzjoni tagħhom fuq perjodu ta' erbgħa jew ħames snin u f'daqqa waħda qegħdin ngħidulhom li jridu jirranġaw kollox f'xahrejn jew jittempraw ruħhom mal-liġi, għax inkella xi ħadd li għandu l-interess, xi importatur tal- videos ...", "Imma taf x'ifisser dan għalih?", "Dan għalih ifisser bonanza mhux biss għax jispicca waħdu imma għax jispicca l-ammont ta' videos oriġinali li jiġu importati.", "U qed ngħid li dan se jiġri fi żmien qasir għax m'għandniex perjodu ta' phasing out u allura bilfors toħroġ il- konklużjoni li xi ħadd għandu interess li din tgħaddi tiġri.", "U din in-naħa tal-Kamra trid tkun taf x'inhu dan l-interess.", "Dan mhuwiex interess socjali għax sena ilu l-istess liġi għaddiet kif inhi qegħda llum u ma kienx inħass il-bżonn li jkun hemm dawn l-emendi li qed jiġu proposti.", "Jien nistaqsi: Aħna naħsbu li b'din l-emenda żidna xi pulzier ta' protezzjoni lill-copyright?", "Il-Ministru kien qal li hemm bżonn li l-liġi tal-copyright issir iktar komprensiva u jsiru l-emendi necessarji biex din tiġi aġġornata għaż- żmenijiet tal-lum.", "Jien ngħidlu li hekk missu għamel u nissuġġerilu li jieħu s-suġġeriment tiegħu stess biex inkunu qegħdin nagħtu kontribut ta' xi ħaġa.", "Per eżempju, għandna ħafna kantanti Maltin li ma nafux jekk humiex protetti b'xi forma ta' copyright.", "Suppost li jkollhom protezzjoni, pero' kemm hawn minnhom - u jien staqsejt lil xi wħud minnhom - li jekk is- songs jew kompożizzjonijiet tagħhom jiġu prodotti fuq mezzi tax-Xandir u d- diversi radjijiet, dawn jirbħu xi ħaġa jew jieħdu xi ħaġa ta' kumpens?", "Din il- kategorija ta' nies trid aktar protezzjoni, għax is-suq tagħha huwa limitat għal xi 300,000 ruħ.", "Allura aktar u aktar għandna nagħmlu xi ħaġa biex inħeġġu lil dawn in-nies u biex ninkoraġġixxu l-iżvilupp ta' din it-tip ta' kultura Maltija li għandha tiġi żviluppata.", "L-ewwel ħaġa hi li missna ħriġna biex nipproteġu lil dawk li kriminalment m'għandhomx protezzjoni neċessarja u allura kien ikun f'waqtu u kien ikollna qbil fuq din in-naħa.", "Imissha saret xi forma ta' protezzjoni lil dawn in-nies bl-iskop ulterjuri, soċjali u ta' ġid lill-kultura Maltija.", "Dan il-qasam tista' tgħinu billi tipproteġi l-element tal- copyright.", "Kieku rajna aktar fid-dettall kif jiġi protett il-qasam industrijali, biex naġġornaw irwieħna ma' l- iżviluppi li qed jiġru llum, kieku jkun tajjeb għax tkun qed tinkoraġġixxi lil xi ħadd li għandu l-intrapriża biex jivvinta u joħloq xi ħaġa li jista' jiżviluppa u jasplojtja u din tkun protetta.", "Li kieku f'din il-liġi hemm xi ħaġa li timmira għal xi skop soċjali allura l-emendi li qed jitressqu kienu jkunu ġustifikati u għalhekk ċertament konna nivvotaw u naqblu magħha.", "Pero' nerġa' ngħid li mis-sena l-oħra sal- lum, ir-raġuni soċjali għadha ma nbidlitx u allura m'aħniex konvinti x'inhi r-raison d'etre ta' din il-ħaġa.", "Hawnhekk naraw li hemm interess personali.", "MR SPEAKER: Sar il-ħin.", "L- Onor. Mangion jibqa' in possession.", "Il-Viċi Prim Ministru, jekk jogħġbu, jressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO (Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l- Affarijiet Barranin): Nipproponi l-Aġġornament tal- Kamra għal nhar it-Tlieta, 13 ta' Ottubru 1992, fis-6.00 p.m. b'din l-agenda:", "Mozzjonijiet", "Estimi ta' Dħul u Nfiq tal- Korporazzjoni Enemalta għas- sena finanzjarja 1992/93.", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l- Att dwar il-Ħinijiet tax-Xogħol tal-Ħwienet u tal-Bejjiegħa fit-Toroq - it-Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi biex iħassar l-Ordinanza dwar il-Fotografija minn Ajruplani - t-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l- Kodiċi Kriminali - t-Tieni Qari (Kont.)", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki, jekk jogħġobkom?", "L- Onor. George Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mr Speaker, jien ġejt magħmul bniedem daqsxejn kurjuż u minkejja kulma ntqal s'issa fuq il-każ tal-bini ta' Busietta Gardens u minkejja dak li għadda f'dan il-Parlament ftit tal-ġranet ilu, xorta għad għandi ħafna mistoqsijiet li qed jinkwetawni u nħoss fil- kuxjenza li għandu jkolli spjegazzjoni aċċettabbli għalihom.", "Il-mistoqsija li għamilt jien lill-Ministru Falzon kienet fuq dawk il-każi li wara li ġie miċħud il- building permit, appellaw lis- Select Committee.", "Kien proprju fuq dan li l- Ministru Falzon ħass li ma kellux - skond hu - jinkludi l- każ tal-kumpless ta' Busietta Gardens.", "Mela sirna nafu illi kien x'kien il-każ li tressaq quddiem is-Select Committee - u m'hemmx dubju li tressaq każ quddiem is-Select Committee - dan kien fuq talba tal- PAPB.", "Fil-mistoqsija tiegħi, jien m'għidtx li dan ried ikun imwassal minn persuna jew minn persuni.", "Is-Select Committee sab każ quddiemu li wasal għandu mill-PAPB.", "Dan il-każ kellu jkun quddiem il-PAPB għaliex kieku ma kienx hemm għalfejn, jien inħoss li s- Select Committee kien jerġa' jibagħtu lura bħalma sar f'każi oħra fejn hemm miktub \"referred to PAPB\" u mhux jagħmel \"approved\".", "Mela meta jien hawnhekk qed nara miktub \"approved\" jien qed nirraġuna - forsi żbaljat u forsi 'l quddiem insibu spjegazzjoni eżatta - illi dan is-Select Committee approva xi ħaġa.", "Mela allura dan iddiskuta l- problema li ġiet quddiemu u ra x'inhi il- pożizzjoni tiegħu.", "Mela allura mhux bħalma qal il-Ministru Falzon waqt press conference.", "F'handout li l- Ministru Falzon ta waqt konferenza stampa kien hemm miktub li fit-23 ta' Marzu il- PAPB:", "\"... sought the concur- rence of the Select Committee to issue a permit ...\".", "Mela s-Select Committee ġie mitlub li jagħmel xi ħaġa u dan intalab għaliex l-iżvilupp - u hawn ikompli jgħid -", "\"did not comply with number of units minimum size.\".", "Mela allura kien hemm xi ħaġa - biex ma nidħlux fid-dettall tekniku - li ma kenitx qegħda tissodisfa l-kuxjenza tal-PAPB u għalhekk il-PAPB tefagħha quddiem is-Select Committee.", "Hawnhekk jibdew il-mistoqsijiet.", "Jiena qed ngħid li jekk kemm-il darba ġiet approvata xi ħaġa, hemm żewġ affarijiet li setgħu ġraw - jew kienu u rridu nqisuhom bħala illegali jew inkella rridu naraw jekk fil-fatt daħalx il-konflitt ta' l-interessi tal- Ministru.", "Issa jien m'inix se noqgħod fuq min qed igħidli li fis-sajf ra lill-Ministru jippassiġġa l'hemmhekk fil-għaxijiet u beda jħares lejn il- kumpless u l- bini għax dan l-għajdut jista' jkun veru u jista' ma jkunx, imma jiena se nħalliha miftuħa.", "F'din l-intervista l-Ministru qed igħid li hu qatt ma vvota fuq affarijiet li ġew approvati mis-Select Committee rigward il-każ ta' Busietta Gardens u għalhekk nixtieq inkun naf min ivvota biex dak il-każ jiġi approved.", "Jekk kemm-il darba vvotaw it-tliet membri tas- Select Committee - għaliex aħna m'għandniex membri hemmhekk - il-liġi tgħid car li approval ifisser li jrid ikollok erba' minn ħames membri.", "Jien qed nifhem li jrid ikollok 80% approval.", "Jekk minn dawk it- tlieta - u jien nieħu l-kelma tal-Ministru li ma vvotax - il- vot inġarr bejn tnejn, dan mhuwiex skond il-liġi u dak l- approval huwa null għaliex għandek biss 66% tal-vot preżenti u m'għandekx it-80% li titlob il-Liġi Nru. X ta' l- 1988.", "Barra minn hekk, hawnhekk lanqas għandna jekk minflok il- Ministru, ivvotax xi sostitut.", "Dan m'hu msemmi mkien u l-liġi ma tippermettihx.", "Il- liġi hawnhekk veru tgħid li s- sostitut jista' jidħol meta membru jkun indispost jew għal xi raġuni oħra ma jkunx jista' jattendi.", "\"Xi raġuni oħra\" żgur mhijiex il-każ meta jkun hemm dak li jgħidulu conflict of interest jiġifieri jkun hemm konflitt bejn ix-xogħol professjonali tal- Ministru u ix-xogħol li huwa Ministerjali.", "Issa din hija xi ħaġa li wkoll qed tinkwetani.", "Nista' nassigura lill- Ministru li m'hu qed ngħid xejn personali kontrih, imma n-nies qegħdin jistaqsu u jekk aħna veru nemmnu fit-trasparenza, huwa importanti li dawn l- affarijiet niċċarawhom.", "Huwa fatt li anke l- Ministru qal li hu għadu jieħu ċertu ħlasijiet mill-uffiċċju tal-periti.", "Issa wieħed kif jista' jgħid jekk hemmx interess dirett jew indirett?", "Hawnhekk nerġa' ngħid li huwa importanti li wieħed ikun jaf kemm il- Ministru qed jieħu mill- uffiċċju u jekk hux marbut mal- volum tax-xogħol jew inkella huwiex qed jieħu retaining fee, għaliex l-uffiċċju għadu s'issa Falzon and Benċini.", "Dawn huma d-dubji li għadhom iduru ġewwa rasi u dawn id- dubju ħadd ma spjegahom allavolja nqala' dak kollu li nqala' u allavolja f\"Il-Gens\" tat-2 ta' Ottubru b'ħafna diskors tekniku, per eżempju, jingħad li l-PAPB irid jaċċerta ruħu dwar il-kondizzjonijiet li ntalbu fis-sottomissjoni li kienet saret mis-sidien ta' l- art wara li kienu pubblikati l- proposti tal-limiti temporanji ta' l-iżvilupp.", "Dan ma juri xejn ħlief li l-PAPB, kif għidt fil- bidu, ħass li mhux komdu li dawn it-talbiet li saru lilu għandu jiddeċiedi fuqhom.", "Allura nerġa' nsostni li meta bagħat il-kas quddiem is-Select Committee, dan kien qed jappella biex jiġi mgħejjun u biex jieħu d- deċiżjoni finali mingħand is-Select Committee.", "F'dan il-kontest il-każ ta' Busietta Gardens ġie trattat mis-Select Committee bħala każ li ġie appellat jekk mhux mill- owners, mill-PAPB.", "Sfortuna- tament aħna l-Maltin għandna l- idea li meta ngħidu nappellaw jiġifieri tipprova tbiddel id- deċiżjoni, pero' meta jien qed nappella lilek biex tagħmel xi ħaġa, jiġifieri qed nitolbuk biex taqbel miegħi jew biex ma tabqilx miegħi.", "U l- PAPB hawnhekk appella lis-Select Committee biex jieħu d- deċiżjoni li għandu jieħu.", "Jien nerġa' ngħid li l-aktar ħaġa li wieħed irid jipprova jiċċara huwa l- fatt li f'dan kollu u f'dawn il-ħafna affarijiet li jidhru dubjużi f'għajnejn in-nies, hemm anke l-fatt li fuq ir-rapport oriġinali fejn jidher li hemm id-deċiżjoni ta' \"approved\" għad hemm dan il-kumpless li ma ninsewx li qiegħed jippreżentah il-Perit Bencini, li huwa perit kollega tal- Ministru fl-istess uffiċċju tiegħu, għal tourist complex.", "Allura jien nistaqsi: Aħna għadna nitkellmu fuq l-istess proġett jew fuq proġett mibdul kompletament?", "Għaliex din l- aħħar approval li kien hemm hija għal tourist complex u l- proġett ta' Busietta - sa fejn naf jien - fuq il- gazzetti kollha qed jiġi rreklamat bħala high class residential quarters - jiġifieri vilel jew appartamenti - li żgur li mhumiex għat-turisti, jew għallinqas għal dawk li jiġu fuq package holidays.", "U sa fejn nista' nifhem jien - bl-injoranza teknika tiegħi - dawn lanqas nista' ngħidilhom clustered villas.", "Fil-handout li taw hawn imsemmi li permit number so and so was issued for the above on 20/6/90 to erect clustered villas.", "Mill- ftit Latin li kont naf, villa hi xi ħaġa li hija maqtugħa għaliha u li qed tgawdi certu arja.", "U jekk dawn il-vilel qed jiġu ppajljati fuq xulxin qishom dak li jkun hemm ġo hot dog, żgur li mhumiex clustered villas.", "Dawn huma appartamenti residenzjali pero' dan mhux l- isem li hemm fil-permess tal- bini.", "Dawn huma l-ħafna affarijiet li b'la dubju ta' xejn iġegħluk tissusspetta.", "Meta mbagħad ikun hemm dawn id-dubji kollha, wieħed bilfors igħid: Allura għaliex f'dan il-każ iddaħħlu dawn id-dubji kollha?", "Dan għaliex huwa proġett li jiswa Lm6 miljun?", "Għaliex inti meta jkollok biċċa faċċata u forsi l-imgħallem, inti u tibniha, igħidlek li nistgħu nagħmlu pilastru imma rridu mmorru għand il-PAPB, trid terġa' tagħmel il-pjanta u terġa' tistenna biex tara x'se tkun ir-risposta u jgħidulek jew iva jew le.", "Imma jidher li kull meta jkun hemm interessi kbar bħal ta' Birbal u affarijiet bħal dawn, jibdew deħlin dawn il-ħafna maniġġi, dubji u incertezzi u ħadd ma jkun jaf x'qed jiġri.", "Fejn irrid nasal b'dan, Mr Speaker?", "Jien f'dawn l-affarijiet m'inix perit, imma qed narawhom with a layman's eye, jiġifieri bħala cittadin komuni u nibda ndaħħal is-suspetti f'moħħi u nerġa' ngħid li dan mhux qed ngħidu biex nagħmel xi kapital politiku bħalma qalulna għaliex dan m'hu veru xejn.", "Irridu nkunu onesti u nistaqsu lilna nfusna: Veru se naraw li l-affarijiet jimxu bis-serjeta'?", "Veru li rridu t- trasparenza?", "Veru li rridu nkunu Gvern miftuħ?", "Jekk f'dan il-file, daqshekk diskuss u li ġab inkwiet u dubji fuqu hemm dawn il-ħafna question marks, jien ngħid li l-iktar ħaġa facli għall-Ministru tkun li jġib il- file tal-Busietta Gardens, ipoġġih fuq il-Mejda tal-Kamra ħalli kulħadd ikollu l- facilita' li jara l-file, jara jekk aħniex naraw bħalma kien jara Don Quixote, ħafna mtieħen li ma jeżistux, u nkunu rġiel li jekk kemm-il darba kellna xi dubji kbar u ma jirriżultawx ngħidu: Jiddispjacina konna mixjin ħażin.", "M'hemm l-ebda mistħija li tgħid: Aħna konna qegħdin nagħmluh u għadna qegħdin nagħmluh fl-interess tat-trasparenza, fl-interess tal-pubbliku in ġenerali u biex naqdu d-dmir sagrosant li għandna hawn ġew li naraw li l- affarijiet jimxu sew.", "Imma jekk min-naħa l-oħra mbagħad dan ma jirriżultax u naraw li hemm affarijiet li mhumiex korretti fil-file, għaliex m'għandniex inkunu rġiel u naraw għaliex saru dawn id-differenzi?", "Għaliex saru dawn l-eccezzjonijiet u jkun hemm riga li tkejjel mod għal certi każi u oħra li ma tkejjielx bl- istess mod għal każi oħra?", "M'inix qed ngħid li sar hekk, imma jekk ikollna l- file quddiemna, ikun iktar facli li nkunu oġġettivi, għaliex s'issa qegħdin qisna għandna xi ħaġa magħluqa f'borża, kulħadd imesmes minn hawn u minn hemm u min jaqbad sieq jgħid li hemm xi oġġett b'ħamest iswaba', u min jaqbad kurdun jgħid li hemm denb u ħadd m'hu qed jara l-iljunfant kollu li joħroġ minn din l- ixkora kbira.", "Dan hu li aħna qegħdin nitolbu issa meta l- affarijiet ġraw kif ġraw.", "Inqala' ħafna diskors, għad hemm ħafna dubji u għad hemm ħafna mistoqsijiet kbar li għaddejjin minn irjus in-nies u aħna qegħdin hawnhekk biex nippreżentaw l-opinjoni ta' certi nies.", "Jien m'għandi l- ebda interess personali f'Busietta Gardens imma għandi l- obbligu li jekk qed isir il-ħażin, nikxfu jew niġbed l- attenzjoni għalih u jekk l- affarijiet mhux mexjin sew, irrid nurihom.", "Nappella lill- Ministru li jekk kemm-il darba rridu li jitwarrbu dawn id- dubbji, għandna npoġġu fuq il- Mejda tal-Kamra l-file ta' Busietta Gardens ħalli flimkien naraw jekk hemmx bażi għal dawn l-allegazzjonijiet u għal dawn id- dubbji.", "Għandna naraw fejn saru affarijiet li mhumiex regolari, u jekk ma sarux ngħidu li dawk l-affarijiet li dehru ħżiena huma tajbin.", "Jiddispjaċini li se nibqa' ngħid li sakemm mhux se jkollna aċċess biex dawn l-affarijiet narawhom u forsi nkunu nistgħu nserrħu rasna li l-affarijiet mhumiex kif qed jidhru, ma nistgħux bil-kuxjenza kollha noqogħdu kwieti.", "Jien ngħid li kif qed jidhru l-affarijiet issa, jidhru li jista' jkun hemm interessi komuni.", "Jien mhux qed nallega kontra xi ħadd, imma qed ngħid biss illi jista' jkun hemm interessi li mhumiex tas-soltu għax il- proġett jiswa Lm6 miljun, jista' jkun hemm konflitt ta' interessi f'min irid jiddeċiedi u f'min irid jattwa l- affarijiet għaliex qed jagħmel il-pjanti tagħhom u jista' jkun hemm ukoll żbalji min-naħa ta' min qed jara l- affarijiet b'mod ħażin u fil-fatt ma jkunux.", "Għalhekk nitlob li biex din il-kwestjoni tinqata' darba għal dejjem u nipprovaw it-trasparenza li tant inħobbu niftaħru biha, inpoġġu l-file ta' Busietta Gardens fuq il- Mejda tal-Kamra ħalli jkun jista' jiġi vvettjat u magħrbul minn kulħadd.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Jien informat li hawn ftehim tal-Kamra li l- bqija tal-ħin ta' l-Aġġornament ma jitteħidx u għalhekk se naġġorna mingħajr ma nqiegħed il-mistoqsija.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it-Tlieta, 13 ta' Ottubru, fis-6.00 p.m. bl-agenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fid-9.20 p.m. il-Kamra aġġornat skond ftehim tal-Kamra.", "MISTOQSIJIET IMWIEĠBA BIL-MIKTUB", "Skejjel,Ghalliema bare,Skejjel,Ghalliema mifu,Skejjel,Ghalliema SKEJJEL - GĦALLIEMA", "4517.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Riżorsi Umani.", "Kemm għalliema ma' l-Istat ma baqgħux jgħallmu fis-snin bejn 1987-1992 jew:", "(1) għax mietu;", "(2) għax irtiraw bl-eta';", "(3) għax ingħataw promozzjoni;", "(4) minħabba li rriżenjaw jew;", "(5) għal xi raġunijiet oħra imqassmin skond:", "Skejjel Primarji; Skejjel Sekondarji; Skejjel tas-Snajja' Skejjel post-Sekondarji?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: It- tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant huwa kif se jingħad:-", "Primarji Sekondarji", "1. għax mietu 4 3 Total 7", "2. għax irtiraw bl-eta' 110 33 Total 143", "3. għax ingħataw promozzjoni 75 52 Total 127", "4. għax irriżenjaw 226 189 Total 415 *5. għal xi raġuni- (a) (b) jiet oħra 96 117 Total 213", "* 5 għal xi raġunijiet oħra", "Tas-Snajja Post Sekondarji", "1. għax mietu 1 2 Total 3", "2. għax irtiraw bl-eta' 16 9 Total 25", "3. għax ingħataw promozzjoni 11 17 Total 28", "4. għax irriżenjaw 91 29 Total 120 * 5. għal xi raġuni- (c) (d) jiet oħra 36 23 Total 62", "* 5 għal xi raġunijiet oħra", "(a) Primarji 96", "Boarded Out 53 F'Dipartimenti u Ministeri 24 Unpaid leave 12 Unpaid Study Leave 6 Paid Study Leave 1", "Total 96", "(b) Sekondarji 117", "Jagħmlu xogħol mhux ta' tagħlim fl'iskejjel u taqsimiet fid- Dipartiment ta' l-Edukazzjoni 24", "Jagħmlu xogħol mhux ta' tagħlim f' dipartimenti u Ministeri oħra 27", "Jagħmlu xogħol mhux ta' tagħlim fil-Ministeru ta' l-Edukazzjoni (9 minnhom inħatru Education Assistants fit-28 ta' April, 1992 11", "Fuq Borża ta' Studju 8", "Unpaid Study Leave/Special Unpaid Leave 24", "Boarded Out 18", "Contract/Services Terminated 5", "Total 117", "(c) Skejjel tas-Snajja' - 36", "Boarded Out 8 F'dipartimenti u Ministeri oħra 6 Unpaid Study Leave 4 Unpaid Leave 4 Fuq xogħol klerikali 4 Mislufa f'dipartimenti oħra 4 Taqsima ESTS 5 Services Terminated 1", "Total 36", "(d) Post Sekondarji - 23", "Jagħmlu xogħol mhux ta' tagħlim fid-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni 1", "Jagħmlu xogħol mhux ta' tagħlim f'dipartimenti u Ministeri oħra 7", "Jagħmlu xogħol mhux ta' tagħlim fid-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni (1 inħatar Education Assistant) 2", "Fuq borża ta' Studju (inħatar Education Assistant) 1", "Fuq Special Unpaid Leave (1 inħatar Education Assistant 7", "Boarded Out 4", "Contract Terminated 1", "Total 23", "Valletta,permessi tal-Bord ta' l-estetika schs,Valletta,permessi tal-Bord ta' l-estetika falm,Valletta,permessi tal-Bord ta' l-estetika Hamrun,permessi tal-Bord ta' l-estetika schs,Hamrun,permessi tal-Bord ta' l-estetika falm,Hamrun,permessi tal-Bord ta' l-estetika VALLETTA - PERMESSI TAL-BORD TA' L-ESTETIKA", "1744.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Kemm-il ħanut fil-Belt u l-Ħamrun applika għall- permess tal-Bord ta' l- Estetika għal tibdil fil- faccata tal-ħwienet tagħhom?", "X'passi ttieħdu kontra dawk li ma kellhomx il-permess meħtieġ u wettqu dan it-tibdil?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li statistika ta' applikazzjonijiet għat-tibdil fil-faċċati biss ma jirriżultax mill-applikazzjonijiet li jsiru.", "Minn Jannar 1991 sat-30 ta' Settembru 1992 ittieħdu passi legali kontra sidien ta' ħwienet li bidlu l-faċċata mingħajr permess hekk: Fil- Belt 11 u fil-Ħamrun 3.", "Valletta,Knisja tal-Gizwiti,restawr schs,Valletta,Knisja tal-Gizwiti,restawr falm,Valletta,Knisja tal-Gizwiti,restawr VALLETTA: KNISJA TAL-ĠIŻWITI - RESTAWR", "1745.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Lil min ingħata b'tender l-kuntratt biex tiġi restawrata l-Knisja tal- Ġiżwiti, il-Belt, Valletta?", "Meta beda x-xogħol?", "Meta ttamat li jispicca?", "X'inhi n-nefqa tax-xogħol?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Il- kuntratt sabiex tiġi restawrata l-faċċata tal- Knisja tal- Ġiżwiti ngħata b'tender lil Agius Stone Works Ltd Qrendi.", "Ix- xogħol kellu jinbeda mill- kuntrattur fl-20 ta' April, 1992.", "Ix-xogħol għandu jitlesta fi żmien 250 ġurnata mid-data li kellu jibda.", "Is- somma totali għar-restawr tal- faċċata kif stipulata fit- tender hi stmata Lm41,799.", "Pulizija,hlas ghal xoghol extra schs,Pulizija,hlas ghal xoghol extra gall,Pulizija,hlas ghal xoghol extra PULIZIJA - ĦLAS GĦAL XOGĦOL EXTRA", "1746.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMIstaqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: F'liema stadju waslu l- konsiderazzjonijiet tal-Gvern biex jipprova jtejjeb, kif diġa' tlabt jien b'interpellanza 322 ta' l-14 ta' April, 1992, ir-remunerazzjoni għal xogħol tal-pulizija?", "ONOR.", "LOUIS GALEA:F'dan l- istadju mhux opportun li nżid mat-tweġiba diġa' mogħtija għall-mistoqsija ċitata.", "Valletta Football Club schs,Valletta Football Club frem,Valletta Football Club VALLETTA - FOOTBALL CLUB", "1747.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMIstaqsa lill-Ministru għaż- Żgħażagħ u Kultura: B'referenza għat-tweġiba għall- interpellanza numru 579 tat-28 ta' April, 1992, kemm-il laqgħa ta' diskussjoni nżammu mal- Valletta Football Club?", "Min ħa sehem fid-decizzjonijiet u fejn inżammu l-laqgħat?", "Ġew trattati xi proposti ġodda?", "X'ġie sollevat fil-laqgħat?", "Kemm beħsiebu jkompli jiddiskuti mal-Valletta Football Club u f'liema stadju waslu dawn id-diskussjonijiet?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Jien informat li saru diversi laqgħat ma' uffiċjali tal- Valletta Football Club fejn ġew diskussi l-problemi eżistenti fil- ground Salinos, u fejn jista' jsir bini ta' ground ieħor.", "Id- diskussjonijiet għadhom sejrin.", "Awtorita' Marittima ta' Malta schs,Awtorita' Marittima ta' Malta zamf,Awtorita' Marittima ta' Malta MALTA MARITIME AUTHORITY - IMPJEGATI", "1753.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMIstaqsa lill-Ministru għat- Trasport u Kommunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' impjegati ma' l- Malta Maritime Authority u l- grad tagħhom?", "Kemm hemm ħaddiema minnhom seconded mill-Gvern u f'liema grad?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: In-numru ta' impjegati ma' l- Awtorita' Marittima ta' Malta sat-8 ta' Ottubru, 1992 kien ta' 93 u l-grad tagħhom huwa kif jidher hawn taħt:", "Executive Directors 3 Financial Controller 1 Harbour Master 1 Registrar 2 Operations Manager 1 Project Manager 1 Assistant Operations Manager 1 Human Resource Development Manager 1 Accountant 1 Administrative Manager 1 Marine Executive 1 Berthing Master 1 Assisting Berthing Master 1 Marine Technical Officer 1 Operations Executive 3 Draughtsmen/Surveyor 1 Secretary 2 Maintenance Supervisor 1 Pilotage Accounts Supervisor 1 Senior Clerk 5 Engine Driver/Fitter 1 Senior Port Inspector 3 Crane Driver/Messenger/ Driver 1 Senior Messenger Driver 1 Clerk 16 Port Inspector 5 Messenger/Driver 3 Seamen 4 Driver/Handyman 1 Electrical Fitter 1 Lighthouse Keeper 6 Berthing Assistants 14 Latrine Attendant 3 Cleaner 3", "Minn dan in-numru hemm 44 li huma mpjegati tal-Gvern u qegħdin allokati ma' l- Awtorita' Marittima.", "Il-grad tagħhom huwa kif jidher hawn taħt:-", "General Service Grades", "Assistant Head 3 Administrative Officers 4 Administrative Assistants 3 Executive Officers 5 Clerks (Grade 1) 1", "Messengerial Grades", "Messenger III 1", "Technical and Supervisory Grades", "Works Manager I 1 Dredging Master 1", "Departmental Grades", "Harbour Master 1 Management Duty Officer 1 Wharf and Ports Inspector 3 Wharf and Port Supervisor 4 Temporary Stern Wincham and HVD 1", "Industrial Grades", "Group D: Supervisor 1 Fitter 1 Marine/MT Fitter 1", "Group C: Lighthouse Keeper 6", "Group B: Skilled Labourer 1 Seamen II 3", "Group A: Labourer/Health Attendant 2", "Drug Free Hostel scas,Drug Free Hostel gal,Drug Free Hostel DRUG FREE HOSTEL", "1801.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMIstaqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Kemm ilha topera d-Drug Free Hostel għan-nisa?", "Kemm ibbenefikaw minnha?", "Għaliex jippartecipaw biss dawk li jkunu fit-tieni fażi tal- programm ta' rijabilitazzjoni tagħhom?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Id-Drug Free Hostel tan-nisa ilha topera mit-8 ta' Marzu 1991 u s'issa ibbenefikaw minnha 16-il residenta.", "Biex residenta tidħol fil-Hostel trid tkun drug free.", "Ninsab informat li l-istadju ta' l-iżvilupp tal-Hostel kien jippermetti l- parteċipazzjoni ta' dawk indikati mill-Onor.", "Membru.", "Wara x-xogħol estensiv li qed isir fuq il-lokal kif ukoll fuq ir-reklutaġġ ta' staff, isiru possibbli l- fażijiet kollha tat-trattament u riabilitazzjoni bħalma jeżistu fil-każ ta' l-irġiel.", "Skejjel,Junior Lyceum,Studenti sans,Skejjel,Junior Lyceum,Studenti mifu,Skejjl,Junior Lyceum,Studenti JUNIOR LYCEUM - STUDENTI", "3898.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Nirreferi għall-mistoqsija parlamentari numru 3462 u r-risposta mogħtija.", "Jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawk li għaddew għal Junior Lyceum Form 1, huma mill-Kottonera, l-Isla, Bormla u l-Birgu?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Aktar informazzjoni dwar dan l- eżami tingħata fir-rapport li jiena npoġġi ta' kull sena fuq il-Mejda tal-Kamra kif wegħedt lill-Onor.", "Interpellant fil- mistoqsijiiet numru 3331, 3462, 3657.", "Power Station,Delimara,Boilers sans,Power Station,Delimara,Boilers falm,Power Station,Delimara,Boilers POWER STATION - BOILERS", "3899.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jgħid jekk il-boilers tal-Power Station ta' Delimara humiex diġa' modified sabiex ikunu jistgħu jaħdmu bil-faħam u bil-fuel?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Il- boilers tal-Power Station ta' Delimara kienu ddisinjati biex jaħdmu bil-faħam u ż-żejt.", "Sejba ta' katavru sans,Sejba ta' katavru gall,Sejba ta' katavru KATAVRU TA' ARMLA", "3900.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Imbilli l- katavru ta' l-armla li nstabet mejta fil-baħar nhar il- Erbgħa 15 ta' Lulju, 1922 u kif ġie rrapportat li sa t-Tnejn 13 ta' Lulju, 1992 wara nofs inhar kienet għadha d-dar.", "Saret xi investigazzjoni sabiex jiġi stabbilit jekk il-katavru tal- mejta b'anqas minn 48 siegħa ikun wasal viċin Filfla fejn instab il-katavru?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Peress li hemm inkjesta maġisterjali għaddejja, ma jidhirlix li hu prudenti li tingħata informazzjoni f'dan l-istadju.", "Lukandi,Excelsior sans,Lukandi,Excelsior dalj,Lukandi,Excelsior EXCELSIOR HOTEL - FTUĦ", "3910.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Meta huwa mistenni li l-Hotel Excelsior tkun miftuħa mill- ġdid?", "Saru xi provvedimenti fil- kuntratt tal-bejgħ dwar meta tiftaħ kollha mill-ġdid?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Bħalissa il-pjanti tal-lukanda qegħdin jiġu kkonsidrata mill- awtoritajiet konċernati.", "Permess tax-xogħol lill-ħaddiem Marokkin sans,Permess tax-xogħol lill-ħaddiem Marokkin fene,Permess tax-xogħol lill-ħaddiem Marokkin PERMESS TAX-XOGĦOL LILL- ĦADDIEMA MAROKKIN", "3946.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Prim Ministru: B'refer- enza għar- rapport fil-gazzetti lokali tal-lum 22 ta' Lulju, 1992 dwar il-mewt traġika ta' Marokkin li kien qed jaħdem f'Tas-Sliema, dan kellu l- permessi meħtieġa sabiex jaħdem f'Malta?", "Jekk le, x'inhi r- responsabilita' ta' min ħaddmu?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Il-persuna barranija msemmija fid-domanda ma kelliex permess li taħdem f'Malta.", "Ittieħdu proċeduri kriminali kontra min ħaddem lil dik il-persuna u dawn instabu ħatja.", "Barranin mingħajr permessi tax-xogħol sans,Barranin mingħajr permessi tax-xogħol mifu,Barranin mingħajr permessi tax-xogħol QRATI - BARRANIN MINGĦAJR PERMESSI TAX-XOGĦOL", "3947.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Imbilli qed jittelgħu l-Qorti dawk il- barranin li jinqabdu jaħdmu mingħajr permessi, ftit huma l- każi ta' sidien li jitressqu l- Qorti u jinstabu ħatja, u imbilli l-Liġi ta' l-Impjiegi hi ċara biżżejjed li min iħaddem persuna jrid ikollu r- rekwiżiti meħtieġa sabiex dan iħaddmu, x'inhi r-raġuni li ftit nisimgħu b'każi ta' sidien li jinstabu ħatja?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Jittieħdu passi bil-Qorti kontra kull prinċipal li jinstab iħaddem xi persuna barranija mingħajr il-permessi meħtieġa.", "Matul is-sena 1992, 26 prinċipal instabu ħatja mill-Qorti ta' dan ir-reat.", "Awtorita' tax-Xandir calr,Awtorita' tax-Xandir frem,Awtorita' tax-Xandir AWTORITA' TAX-XANDIR - FTUĦ TA' STAZZJONI TAT-TV", "4318.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru għaż- Żgħażagħ u Kultura: Meta l- Awtorita' tax-Xandir snin ilu fetħet ir-radju tagħha kien sar plejtu sħiħ u kritika ħarxa mill-istess naħa li llum m'huma jgħidu xejn, anzi japprovaw illi l-istess Awtorita' dalwaqt se jkollha stazzjon tat-TV.", "Għaldaqstant jidhirlu l- Ministru illi l-funzjoni ta' l- Awtorita' bħala gwardjan tax- xandir kollu f'Malta hija konfliġenti ma' dak ta' detentur ta' stazzjoni u li issa l-Awtorita' se ssib ruħha f'qagħda li jkollha timmonitorja lilha nnifisha?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: L-Att tax-Xandir ta' l-1991, sezzjoni III (2) tagħti d-dritt li l- Awtorita' tax-Xandir jkollha stazzjoni tagħha.", "Dan id- dritt kien jeżisti ukoll fl-Ordinanza tax-Xandir fl-1961, jiġifieri li d- dritt l-Awtorita' jkollha stazzjoni tagħha ilu jeżisti 31 sena.", "Skond l-Att tax-Xandir ta' l- 1991 l-istazzjoni tat-TV ta' l- Awtorita' tax-Xandir huwa wieħed tal-Kommunita'.", "Universita',Stazzjon tar-radju calr,Universita',Stazzjon tar-radju frem,Universita',Stazzjon tar-radju UNIVERSITA' - FTUĦ TA' STAZZJONI TAR-RADJU", "4319.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru għaż- Żgħażagħ u Kultura: Il-Liġi tax-Xandir tipprovdi illi licenzja għal servizz ta' xandir tingħata biss lil socjetajiet kummercjali jekk dawn ikunu se jxandru mal- pajjiż kollu u li l-Gvern ma jistax jippartecipa f'pussess u jkollu sehem f'stazzjonijiet oħra ħlief permezz ta' kumpannija kif imsemmija f'artiklu 10 (5).", "Billi l-Awtorita' tax-Xandir issa għandha tliet applikazzjonijiet għal servizz ta' radju mal-pajjiż kollu li minnhom trid tagħżel tnejn, nitlob lill-Ministru jikklarifika jekk l-Universita' ta' Malta li għamlet applikazzjoni għal servizz ta' radju mal-pajjiż kollu tikkwalifikax għal din il-licenzja billi (a) l- Universita' ma tistax titqies qatt bħala kumpannija kummercjali u (b) billi hu l- Gvern illi jipprovdi l-finanzi u għalhekk jista' jitqies li għandu sehem fir-radju ta' l- Univerista' minkejja illi l- Universita' tqis ruħha awtonoma.", "Jista' għalhekk jagħmel din l-applikazzjoni f'konfront ma' dak li titlob il-Liġi f'Taqsima III?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: L- applikazzjonijiet għall- liċenzji għax-xandir bir-radju jitressqu lill-korp awtonomu li hu l-Awtorita' tax-Xandir li qabel tagħti liċenzja tieħu in konsiderazzjoni diversi fatturi.", "Għaldaqstant it- tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant jista' jinkiseb mill-Awtorita' tax-Xandir.", "Stazzjonijiet tar-radju calr,Stazzjonijiet tar-radju frem,Stazzjonijiet tar-radju STAZZJONIJIET TAR-RADJU - ĦLAS", "4320.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru għaż- Żgħażagħ u Kultura: Jista' l- Ministru jgħid x'se jkun il- ħlas kull sena illi l- istazzjonijiet tar-radji privati jrid jħallsu lill- Master Antenna, dan naturalment, barra l-ħlas tal-licenzja illi tammonta għal Lm5000 fis- sena?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Din il-materja taqa' taħt ir- responsabilita' tad- diviżjoni tat-telegrafija bla fili.", "Nissuġġerixxi l-Onor.", "Inter- pellant jgħaddi din id-domanda lill-Ministru kkonċernat.", "Sigurta' Nazzjonali,Kontribuzzjonijiet calr,Sigurta' Nazzjonali,Kontribuzzjonijiet hyzg,Sigurta' Nazzjonali,Kontribuzzjonijiet SIGURTA' NAZZJONALI - KONTRIBUZZJONIJIET", "4321.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru għas- Sigurta' Soċjali: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 2873, min huma dawk is- sidien li d-dipartiment ressaq isimhom quddiem l-ufficcju ta' l-Avukat ġenerali biex jittieħdu passi kontrihom għax ma ħallsux il-bolla tal- ħaddiema?", "Kemm fil-fatt min dawn it-13- il sid dehru quddiem il-Qorti?", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Mit-13- il employer li dwarhom id- Dipartiment irrefera l-każ lill-uffiċċju ta' l-Avukat tar- Repubblika bejn is-27 ta' Frar u t-30 ta' Ġunju, 1992 biex jittieħdu l-passi skond Artiklu 119 ta' l- Att dwar is-Sigurta' Soċjali, tlieta minnhom ħalsu kemm l-arretrati ta' kontribuzzjonijiet kif ukoll il-kontribuzzjoni addizzjonali.", "L-għaxar employers huma dawn:-", "1.", "Id-Direttur ta' Euromal Enterprises:- Domenic Cutajar", "2.", "Id-Direttriċi ta' J. & J. Garments:- Josephine Farrugia", "3.", "Id-Direttriċi ta' Christina Apart Holdings Ltd:- Christina Borg", "4.", "L-Uffiċjal Prinċipali tad-Ditta Fazol Garments Ltd:- Josephine Mifsud", "5.", "Id-Diretturi ta' Comino Holdings:- John Sullivan Hans Jorg Schwegler Peter Schwegler", "6.", "Id-Direttur ta' S. & A. Caterers:- Stephen Stagno Navarro", "7.", "Id-Diretturi ta' D. & Sc.", "Co. Ltd:- Anthony Scicluna Catherine Scicluna", "8.", "Id-Diretturi ta' Atlam Engineering Co. Ltd:- Alfred Petroni Edwin Petroni.", "9.", "Francis Azzopardi", "10.", "Carmel Cachia Castelletti", "Fil-każ ta' xi wħud mid- ditti/employers l-oħra, kien hemm xi diffikultajiet dwar il- partikolaritajiet li npedew milli jiġu notifikati bl-ittra ġudizzjarja.", "Id-dipartiment qed jieħu passi neċessarji flimkien ma' l-Uffiċċju ta' l- Avukat tar-Repubblika biex dawn id-diffikultajiet jiġu solvuti u d-ditti/employers konċernati jiġu notifikati bl-ittri ġudizzjarji.", "Skond l-Artiklu 119 ta' l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali, jekk l-employer konċernat jonqos li jisfida fil-Qorti Civili t- talba magħmula fl-ittra ġudizzjarja fi żmien ta' mhux aktar minn 30 ġurnata mid-data li din tiġi notifikata lilu, l- ammont mitlub mid-Direttur jiġi kkonsidrat bħala dejn ċivili.", "F'dan il-każ, l-uffiċċju ta' l- avukat tar-Repubblika jieħu l- passi biex joħroġ il-mandati neċessarji skond il-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili.", "Għalhekk mhux il-każ li employers li jonqsu li jħallsu quddiem il-Qorti jekk dawn ma jkunux sfidaw it-talba magħmula fl-ittra ġudizzjarja kif spjegat qabel.Pulizija,Imgieba ta' membri", "calr,Pulizija,Imgieba ta' membri gall,Pulizija,Imgieba ta' membri PULIZIJA - IMĠIEBA TA' MEMBRI", "4326.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Barra l-każ irrapportat fil- gazzetti dwar imġieba mhix korretta ta' ufficjal tal- pulizija waqt li kien imsiefer, jista' l-Ministru jikkonferma illi l-awtoritajiet tal- pulizija rċevew rapport ieħor mill- Interpol dwar każ ieħor pjuttost simili li jirrigwarda ufficjal ieħor fil- korp tal- pulizija illi wkoll kien fuq safar?", "Jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu jew hemm kontemplati?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nirreferi l-Onor.", "Membru għat-tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 4527 mogħtija fil-5 ta' Ottubru, 1992, Seduta Numru 52.", "Zurrieq,Twessigh/Tqattigh calr,Zurrieq,Twessigh/Tqattigh falm,Zurrieq,Twessigh/Tqattigh ZURRIEQ - TWESSIGĦ/TQATTIGĦ", "4333.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Jista' l- Ministru jgħid jekk il-kantuniera fil- bidu ta' Triq il-Ħaddiem, biswit it- terminus tal-karozzi taż-Żurrieq hiex se taqa' u titwessa' t-triq li tagħti għall-Armerija fl-istess raħal?", "Jekk iva meta se jibda x- xogħol?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Minkejja li l-lokalita' qegħda fil-qalba tar-raħal u bil- policy preżenti qed nevitaw twessiegħ bla bżonn f'areas antiki, din il-kwestjoni qed tiġi studjata peress li matul din it-triq diġa' nbena bini rtirat 'il ġewwa.", "Universita',Works Technical Officer pora,Universita',Works Technical Officer mifu,Universita',Works Technical Officer UNIVERSITA' - WORKS TECHNICAL OFFICER", "4553.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jaf il-Ministru li rigward l- applikazzjoni li ħarġet għal Works Technical Officer (intend call) ma' l-Universita' diġa' qed tissemma' persuna li se tkun hi li tingħażel minħabba l-kulur politiku tagħha u li qed tingħata ċertu allowance?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: F'dan il-pajjiż is-suspetti u l- ispekulazzjonijiet huma frekwenti.", "Ma naf xejn sinistru rigward din il- materja.", "Naf biss li kullimkien, mal-Gvern u parastatali, jidħlu jaħdmu u jieħdu promozzjoni nies tal- kuluri politici kollha.", "Mdina,Casa Magazzini,Ftuh ta' bar bare,Mdina,Casa Magazzini,Ftuh ta' bar falm,Mdina,Casa Magazzini,Ftuh ta' bar MDINA: CASA MAGAZZINI - FTUĦ TA' BAR", "4587.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Saret xi applikazzjoni lill-Ministeru ta' l- Ambjent biex jara jaqbilx li jinfetaħ restaurant/bar fil- post magħruf bħal Casa Magazzini fl-Imdina?", "Jekk iva, x'pariri ingħata?", "Jekk ma saret ebda talba għall- opinjoni tad- dipartiment, jista' l-Ministru jgħid x'beħsiebu jagħmel biex jipproteġi din il-belt antika u storika minn żvilupp li żgur mhux fil-karattru ta' din il- belt speċjalment fil-post indikat f'din il-mistoqsija?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "Jekk l-Onor.", "Interpellant jgħaddili site plan tal-post li qed jirreferi għalih, jgħin biex ikun jista' jsir l- istħarriġ meħtieġ.", "Sliema,Bini bla permess bare,Sliema,Bini bla permess falm,Sliema,Bini bla permess St.Julians,Bini bla permess bare,St.Julians,Bini bla permess falm,St.Julians,Bini bla permess Paceville,Bini bla permess bare,Paceville,Bini bla permess falm,Paceville,Bini bla permess Swieqi,Bini bla permess bare,Swieqi,Bini bla permess falm,Swieqi,Bini bla permess BINI BLA PERMESS", "4588.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Fl- inħawi ta' Tas- Sliema, San Ġiljan, Swieqi u Paceville - separatament - jista' l-Ministru jgħid kemm hemm bini li:", "(a) jitqies li tela' llegalment għaliex mhux kopert bil-permess tal-bini?", "(b) tela' bini li ma kienx konformi mal-permessi li nħarġu?", "X'passi ttieħdu/se jittieħdu f'kull każ?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-każ ta' (a) u (b) huma djar privati, ristoranti eċċ?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li:", "a) f'Paceville hemm seba' każi ta' bini ta' l-aħħar sular jew alterazzjonijiet bla permess u wieħed mhux skond il-pjanti approvati tal- permess - tmienja b'kollox.", "Sitta (6) minn dawn il-każi diġa' ttellgħu l-Qorti; it- tnejn (2) l-oħra se jittellgħu fis-seduta li jmiss.", "Minn dawn hemm: djar privati - waħda (1); blokki ta' flats - tlieta (3); restaurant - wieħed (1); lukanda - waħda (1) u żewġt (2) iħwienet.", "b) Fis-Swieqi hemm tliet (3) każi ta' djar privati mibnija bla permess u kollha ttellgħu l-Qorti.", "c) F'San Giljan hemm seba' (7) każi ta' bini ta' sular iżjed bla permess u ħames (5) każi ta' alterazzjonijiet bla permess.", "Il-każi kollha ttellgħu l- Qorti.", "Il-bini jikkonsisti f'żewġt (2) idjar privati, seba' (7) blokki ta' flats, żewġ (2) restaurants u ħanut.", "d) F'Tas-Sliema hemm tmintax- il (18) każ ta' sulari żejda bla permess, tnejn (2) talli bnew mingħajr il-permess tal- Lands Dept. u ma jistax joħroġ il-permess tal-PAPB u sittax (16) oħra alterazzjonijiet bla permess - 36 kollox.", "Il-każi kollha ttellgħu l- Qorti.", "Minn dawn il-każi hemm żewġt (2) iħwienet tat-take away u xorb u erba' w tletin (34) huma blokki ta' flats.", "Barra minn dawn hemm tmintax- il (18) każ ieħor li ħareġ il- permess wara ttieħdu passi legali pero' għadhom pendenti fil-Qorti.", "Skejjel,Tuck shops bare,Skejjel,Tuck shops mifu,Skejjel,Tuck shops SKEJJEL - TUCK SHOPS", "4589.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Kemm hemm tuck shops fl-iskejjel ta' l-Istat?", "Kemm minnhom huma mogħtija b'kuntratt u kemm qed jitmexxew minn għalliema u/jew minn membri tal-PTA's?", "Kif isir kontroll fuq il- prezzijiet f'dawn it-tuck shops?", "Fil-kuntratti jiġu indikati liema ikel/ħelu/xorb għandu jinbiegħ biex tiġi salvagwardata s-saħħa ta' l-istudenti fis- sens li jieklu ikel u jixorbu tajjeb għall-iżvilupp tagħhom?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Hemm tlieta u erbgħin (43) Tuck shops fl- iskejjel ta' l-Istat.", "Il-mira hi li t-Tuck shops kollha jingħataw b'kuntratt.", "Fejn dan ma jirnexxix jitmexxew mod ieħor.", "Minn żmien għal żmien fuq talba tad-Dipartiment ta' l- Edukazzjoni, it- Taqsima tal- Kontroll tal-Prezzijiet tad- Dipartiment tal-Kummerc tagħmel spezzjonijiet għal għarrieda fit-Tuck Shops.", "Rigward l-aħħar parti tal- mistoqsija l-Onor.", "Interpellant hu nformat li fil-kuntratti hemm kondizzjonijiet imposti mid-dipartiment li jipprojbixxu bejgħ ta' ikel li jista' jkun ta' dannu għas-saħħa ta' l- istudenti.", "Skejjel,Ta' l-Ingliz bare,Skejjel,Ta' l-Ingliz mifu,Skejjel,Ta' l-Ingliz SKEJJEL TA' L-INGLIŻ", "4590.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Biex ma tkomplix tinkiser il- liġi sfaċċatament fl- iskejjel li jgħallmu l-Ingliż peress li kulħadd jaf li dawn jimpjegaw nies li mhumiex kwalifikati biex jgħallmu u allura m'għandhomx warrant, il- Ministru ma jaħsibx li tkun ħaġa tajba li l-Gvern iniedi kors biex għalliema f'dawn l- iskejjel jkunu jistgħu jieħdu sehem fih u jiġu rikonoxxuti mill-Gvern?", "Jista' jsir kors magħruf bħala TEFL - Teaching English as a Foreign Language - biex min hu interessat jagħmlu u jekk jgħaddu jkun konformi mal- liġi?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Nagħti tweġiba f'xi seduta oħra.", "Skejjel,Ta' l-Ingliz bare,Skejjel,Ta' l-Ingliz mifu,Skejjel,Ta' l-Ingliz SKEJJEL TA' L-INGLIŻ", "4591.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Kemm saru spezzjonijiet - bejn Ġunju u Settembru - minn uffiċjali tad-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni fi skejjel li jgħallmu l-Ingliż lill-barranin biex jiġi żgurat li mhux qed tinkiser il-liġi ta' l- Edukazzjoni?", "Jista' l-Ministru jgħid f'liema skejjel marru dawn l- uffiċjali?", "Kemm sabu impjegati li kienu:", "(a) jgħallmu mingħajr warrant;", "(b) jgħallmu mingħajt ktieb tax-xogħol;", "(c) jgħallmu meta ma kellhomx permess jagħmlu dan għaliex mhumiex ċittadini Maltin?", "X'passi ttieħdu u kontra min?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Nagħti tweġiba f'xi seduta oħra.", "Skejjel,Ta' l-Ingliz bare,Skejjel,Ta' l-Ingliz mifu,Skejjel,Ta' l-Ingliz SKEJJEL TA' L-INGLIŻ", "4592.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Riżorsi Umani: X'inhu n-numru ta' nies/kumpanniji li għandhom liċenzja biex joperaw skejjel biex jgħallmu lill-barranin?", "Fejn jinstabu?", "Kemm hemm applikazzjonijiet pendenti għal ftuh ta' skejjel simili?", "Minn min saret kull applikazzjoni?", "Fejn ġie indikat li se tinfetaħ kull skola?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Hemm 21 persuni/kumpanniji li għandhom licenzja biex jgħallmu l-Ingliż lill-barranin.", "Dawn huma:", "Skola Indirizz Kap", "Revival English 70 Capuchin Str, Mr Raymond Language Instit- Floriana Cassar ute", "Institute of Manoel Court, Mrs Myra English Language Parisio Str, Grech Studies Gżira", "Institute of Il-Merill, Mattew Mrs Myra English Language Pulis Str, Sliema Grech Studies", "English Language 9 Tower Lane, Mr Anthony Academy Sliema Schembri", "Skola Indirizz Kap", "Inlingua School 9 Fawwara Lane, Acting of Languages Tower Rd, Sliema Head - Mrs Tessie Bonnici", "English Language C/O Charisma Mrs Rita Communication Travel Ltd, Zammit School Ta' Giorni Road St. Julians", "Students Travel C/O St Aloysius Mr Joseph School College, Mallia Birkirkara", "International 78 Tigne' Street Mr Paul English Language Sliema Fenech Centre", "Villa Torreggiani 38 Ta' Xbiex Sea Mrs M Front, Ta' Xbiex Cassar Torreggiani", "AM Language 14 Tigne' Str, Mrs Astrid Studio Sliema Xuereb", "National Students 220 St Paul Str, Mr Francis Travel Foundation Valletta Stivala", "Lasalle Institute 105 St Thomas Mrs Carmen Str, Floriana Degaetano", "Island Educat- 50 St Dominic Mr Charles ional School of Str, Sliema Calleja Languages", "School of 108 St. Thomas Mrs Alex- English Studies Str, Floriana andra Xuereb", "Elanguest Preluna Hotel Tower Road, Sliema Mr David E. West", "Live in English Grosvenor Hotel, Mr Dante Language Centre Grosvenor Apart Bondin Hotel, Pope Alex- ander VII Str, Balzan", "European Centre Villa Svedala Mrs Bernie of English Lang- Triq ir-Russett Mizzi uage Studies Kappara Skola Indirizz Kap", "English Language Streaked Sparus Ms. Pat Centre Str, St Paul's Gauci Bay Maistre", "St Clement & Sprachcaffe Club- Mrs. Anselm English Village, St. Victoria Language Centre Andrews Anastasi", "Secretarial 9A, Windsor Terrace Mrs Rosanna Training School Sliema Zammit", "Underwood Secret- 1 Garden Flats Ta' Mrs Jennifer arial College Xbiex Sea Front Scicluna", "*Għadhom jistennew licenzja:-", "Link School of 3 Valletta Build- Dr R G De- Languages ings South Str, Gaetano Valletta", "Word and Picture A/4 Water Str, Mr Dorian Communications Msd12, Ta' Xbiex Flores (to teach Art & Photography)", "Ripard's English Quenquireme 27 Mr Alex Language Campis Str, Xuereb Zebbug", "Kordin,Football ground cilj,Kordin,Football ground falm,Kordin,Football ground KORDIN - FOOTBALL GROUND", "4638.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jieħu l-passi biex ċerti toroq li jagħtu għall-grounds tal- Hiberians Football Club f'Kordin, jingħataw l-asfalt u jitnaddfu miż-żibel u terrapien?", "Japprezza l-Ministru li dan il- ground qed jintuża kull weekend minħabba logħob tal-Malta Football Association u b'hekk qed ikun hemm aktar traffiku?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Tlabt lid-dipartiment koncernat jara x'jista' jagħmel dwar l-ilment ta' l-Onor.", "Interpellant.", "MFA,Laqghat mal-Gvern cilj,MFA,Laqghat mal-Gvern frem,MFA,Laqghat mal-Gvern MFA - LAQGĦAT MAL-GVERN", "4639.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura: Kemm saru laqgħat matul ix-xhur tas-sajf ma' delegati tal-Malta Football Association skond it-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 3154?", "Ġew identifikati arej speċifiċi fejn il-Gvern jista' jgħin biex jitjieb il-livell tal-football?", "Ittieħdu xi deċizjonijiet?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Fit-12 ta' Awissu saret laqgħa ma' l- uffiċjali ta' l-MFA li għaliha kienu preżenti il-President u ż-żewġ Vici Presidenti.", "Ġew diskussi diversi punti fosthom l-użu u xogħol meħtieġ u li parti minnu diġa' sar minn dik il-laqgħa sal-lum - fil-ground ta' Kordin biex isir il- programm ta' l-MFA għal- logħbiet tal-kampjonat ta' l-I Diviżjoni, u konsiderazzjonijiet fuq ftehim ġdid bejn il- Gvern u l-MFA dwar football grounds.", "Ghawdex,Sannat,Ground cilj,Ghawdex,Sannat,Ground taba,Ghawdex,Sannat,Ground GĦAWDEX: SANNAT - GROUND", "4640.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għal Għawdex: X'inhu ix- xogħol estensiv li sar fil-ground tas-Sannat, Għawdex, skond it-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 3882?", "Kemm sewa dan ix-xogħol?", "Jekk ikollu jibda jsir logħob kompettittiv fih, huwa lest minn kollox?", "ONOR.", "ANTON TABONE: Jiena nformat li x-xogħol li sar fil- ground ta' Sannat Għawdex kien:", "- tneħħija ta' terrapien;", "- bini ta' turġien tul naħa tal-pitch biex iservi ta' spectator stand;", "- changing rooms għal żewġ timijiet;", "- changing rooms għar- referees;", "- kmamar għal public toilets;", "- ticket booth;", "- sala għall-konferenzi;", "- ħajt madwar il-pitch fejn kien meħtieġ;", "- wire fencing madwar il- pitch;", "- firxa bit-tarmac fuq l- ispectator stand fejn ikunu jistgħu jsiru tennis u basketball courts.", "Dawn il-facilitajiet saru b'mod li jkunu jistgħu jaqdu wkoll il-ħteġijiet ta' l- isports fir-raħal ta' Sannat.", "Għalkemm mhux ix-xogħol kollu huwa lest, il-qofol tax-xogħol meħtieġ sar.", "Ghawdex,Sannat,Football ground cilj,Ghawdex,Sannat,Football ground taba,Ghawdex,Sannat,Football ground GĦAWDEX: SANNAT - GROUND", "4641.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għal Għawdex: B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 3882, jista' l-Ministru jgħid:", "(a) min kienu l-esperti li saru konsultazzjonijiet magħhom?", "(b) Min fejn inġabu kapjuni ta' turf artifiċjali u naturali.", "Rigward (b) fil-fatt saru xi esperimenti biex wieħed jara jekk fil-fatt jista' isir pitch ta' turf naturali jew artifiċjali?", "ONOR.", "ANTON TABONE: Jiena nformat li l-esperti li magħhom saru konsultazzjonijiet dwar it-turf fil-ground ewlieni ta' Għawdex kienu kemm Maltin kif ukoll barranin li lkoll għandhom esperjenza tat-turf f'pajjiżna.", "Ma nġabux kampjuni ta' turf naturali u lanqas saru esperimenti iżda nġabu kampjuni ta' turf artificjali u katalogi minn ditti barranin.", "Ta' Qali,Football ground cilj,Ta' Qali,Football ground falm,Ta' Qali,Football ground Pace Grasso,Football ground cilj,Pace Grasso,Football ground falm,Pace Grasso,Football ground TA' QALI - FOOTBALL GROUND", "4642.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Nirreferi l- Ministru għat- tweġiba mogħtija fil-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 3883 mill-Ministru għa-Żgħażagħ u Kultura.", "Jista' l-Ministru jgħid x'talbiet saru mill-Malta Football Association biex isir xogħol fil-ground tal-Football fl-istadium Nazzjonali f'Ta' Qali u f'dak ta' Pace Grasso?", "X'progress sar fuq it- talbiet?", "ONOR.", "MICHAL FALZON: Ix- xogħol li l-MFA talbet biex isir fil-Ground Nazzjonali Ta' Qali hu:", "(a) it-tiswijiet neċessarji fin-naħa tal-ground magħrufa bħala Valletta Side;", "(b) il-manutenzjoni tat-tinda.", "Dwar l-ewwel talba din tkun tista' tintlaqa' meta jkun hemm il-vot neċessarju għal dan ix- xogħol.", "Dwar it-tinda, jidher li l- manutenzjoni tagħha hu r- responsabbilta' ta' l-MFA.", "Ma jirriżultalix li saru xi talbiet għal xogħol fil-ground ta' Pace Grasso.", "Peter Foster,Permess tax-xogħol cilj,Peter Foster,Permess tax-xogħol mifu,Peter Foster,Permess tax-xogħol PETER FOSTER - PERMESS TAX- XOGĦOL", "4643.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: B'referenza għat-tweġiba tal-Ministru għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 3291 tas-6 ta' Lulju, 1992 jista' l-Ministru jwieġeb l-aħħar parti tad- domanda tiegħi - x'kienet ir- raġuni li ngħatat għar-rifjut tal- liċenzja lil Mr Peter Foster biex jaħdem f'xi skola li jgħallmu lill- barranin f'Tas-Sliema peress li l- Ministru għadu ma weġibx din il-parti ta' l-istess mistoqsija parlamentari tiegħi?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Nagħti tweġiba f'xi seduta oħra.", "Zebbug,Telephones,AT1742/89 pora,Zebbug,Telephones,AT1742/89 zamf,Zebbug,Telephones,AT1742/89 ZEBBUG - TELEPHONES AT/1742/89", "4673.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI staqsa lill-Ministru għat- Trasport u Komunikazzjoni: Tista' l-Korporazzjoni Telemalta tipprovdi s-servizz tat- telefon lill-applikant Ref No 1742/89 li applika fl-10 ta' Marzu 1989, f'Ħaż-Żebbuġ?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Bħalissa mhux teknikament possibbli li jingħata s-servizz tat-telephone lill-applikant bir-referenza Nru. AT/1742/89.", "Dan is-servizz jista' jingħata meta x-xogħol fuq l- espansjoni tad- Distribution Cable, li jinstab fi stat avvanzat, ikun lest.", "Mosta,Qasam tad-Djar,Manutenzjoni pora,Mosta,Qasam tad-Djar,Manutenzjoni falm,Mosta,Qasam tad-Djar,Manutenzjoni MOSTA: TRIQ L-ISTIKATUR - QASAM TAD-DJAR", "4674.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Jista' d-dipartiment koncernat jieħu ħsieb dawn in- nuqqasijiet li minnhom qed jilmentaw l-inkwilini tal-Blokk B2, Triq l-Istikatur, Qasam tad-Djar, il-Mosta -", "1) tissewwa l-apramorta tal- bejt li tinsab fi stat perikoluż ħafna għax il-knaten tagħha nqatgħu minn xulxin;", "2) jissewwa l-ġenb tal-Blokk għax fih fili miftuħa li minnhom l-ilma tax- xita jidħol għan-naħa ta' ġewwa u jikkawża l-umdita';", "3) jiġu rranġati l- komunikazzjonijiet mikxufa li fih ix-shaft għax minnhom qed jitilgħu ġrieden kbar;", "4) tissewwa waħda mill- katusi tad-drenaġġ, ta' wieħed mill-flats fis- sular ta' fuq, li hija mxaqqa b'konsegwenza li d-drenaġġ qed jiżżerżaq mal- ħajt u jagħmel ħsara internament fi Flat Nru. 4?", "Jista' għalhekk, id- dipartiment jagħmel spezzjoni dwar dawn l-ilmenti u jibda jagħmel ix-xogħol meħtieġ biex il-ħsara ma tikbirx?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Ħadt nota ta' l-ilmenti ta' l-Onor.", "Membru biex jittieħdu l-passi meħtieġa mid-dipartiment konċernat.", "Nissuġġerixxi lill-Onor.", "Membru li meta jkollu lmenti bħal dawn jinforma lill- inkwilini biex jagħmlu t-talba tagħhom personalment lill- uffiċjal inkarigat mit-tiswija tat-tenements fi ħdan id- Dipartiment għall-Bini u Tiswija tad-Djar.", "Kumitat ta' l-Ifran pora,Kumitat ta' l-Ifran dalj,Kumitat ta' l-Ifran KUMITAT TA' L-IFRAN", "4715.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI staqsa lill-Ministru tal- Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid:-", "X'inhuma l-għanijiet (terms of ref.) ta' kumitat dwar l- Ifran (bakery committee)?", "Meta l-aħħar li ġie kompost?", "Għadu effettiv/jaħdem?", "Minn min hu llum kompost?", "Meta saret l-aħħar laqgħa ta' dan il-Kumitat?", "Illum għandu xi talbiet, ilmenti jew suġġerimenti biex jikkonsidralhom?", "Liema huma dawn, fil-qosor?", "Kif jista' ċittadin jressaq xi talba jew kwestjoni biex tiġi kkonsidrata min dan il- kumitat?", "X'inhu l-indirizz tiegħu?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Naħseb li l-Onor.", "Interpellant qed jirreferi għal kumitat magħmul minn rappreżentanti tal- Medigrain, Furnara u Sidien tal- Makni tad-Dqiq li ġie mwaqqaf f'Ġunju li għadda.", "L-għan prinċipali ta' dan il- Kumitat hu li jiżgura li l- karatteristiċi tal-ħobża Maltija tinżamm f'livell għoli.", "Minn mindu twaqqaf dan il- kumitat saru diversi laqgħat u sar ħafna xogħol.", "Hawn ta' min isemmi l-mawra ta' delegazzjoni mill-Furnara u sidien tal-makni tad-dqiq f'Londra f'Lulju fejn saru testijiet fuq kampjuni ta' dqiq midħun f'diversi makni lokali.", "Barra minn hekk f'Settembru ġew Malta żewġ esperti Amerikani.", "Dawn spezzjonaw diversi makni tad- dqiq kif ukoll ġew mehuda f'xi fran biex jaraw kif qegħda tinħema l-ħobża Maltija.", "Il- Kumitat issa qiegħed jistenna rapport minn dawn l-esperti biex ikun jista' jaħdem fuq il- pariri li jingħata.", "Hekk kif ikollu r-riżultati kollha f'idejh, il-Kumitat imbagħad għandu jissottometti rapport lill-Ministeru.", "Il-konsumatur għandu jissot- tometti xi lmenti jew suġġerimenti li jkollu lis- Sezzjoni tal-Ħarsien tal- Konsumatur fil-Ministeru ta' l- Ikel, Biedja u Sajd u mhux direttament lil dan il-Kumitat.", "Kacca,Dhul mill-licenzji pora,Kacca,Dhul mill-licenzji gall,Kacca,Dhul mill-licenzji KACCA - DĦUL MILL-LICENZJI", "4716.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid:-", "(a) Kemm tħallsu liċenzji tal- kaċċa f'Ħaż Żabbar, Wied il- Għajn, iż- Żejtun u Marsaxlokk rispettivament matul l-1991?", "(b) Kemm tħallsu liċenzji għall-insib fl-istess erba' rħula fuq imsemmija, sena b'sena mill-1987 sa l-1991?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat kif ser nghid:", "Licenzji ghall-kacca li thallsu fis-sena 1991", "Zejtun 630 M'Xlokk 444 Zabbar 605 M'Scala 106", "Licenzji ghall-Insib li thallsu fis-snin:", "1987 Zejtun 62 M'Xlokk 15 Zabbar 106 M'Scala 15", "1988 Zejtun 65 M'Xlokk 12 Zabbar 80 M'Scala 24", "1989 Zejtun 63 M'Xlokk 14 Zabbar 77 M'Scala 7", "1990 Zejtun 65 M'Xlokk 16 Zabbar 57 M'Scala 11", "1991 Zejtun 75 M'Xlokk 18 Zabbar 79 M'Scala 17", "Dingli,Xoghlijiet fl-inhawi ta' l-irdum farn,Dingli,Xoghlijiet fl-inhawi ta' l-irdum falm,Dingli,Xoghlijiet fl-inhawi ta' l-irdum DINGLI: INĦAWI TA' L-IRDUM - XOGĦLIJIET", "4732.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Jista' l- Ministru jgħid x-xogħlijiet qed isiru fl-inħawi ta' l-irdum ta' Ħad Dingli?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li għadhom kemm saru xi tiswijiet tat-toroq f'dawn l-aħħar ġimgħatejn.", "Mtarfa,Gym farn,Mtarfa,Gym hyzg,Mtarfa,Gym MTARFA - GYM", "4733.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas- Sigurta' Soċjali: Jista' l- Ministru jgħid x'ġara mill- proġett ta' l-Imtarfa?", "X'inhija l-pożizzjoni ufficjali dwar il-Gym ta' l- Imtarfa?", "Hemm xi target date għal dan il-proġett?", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Il- proġett ta' belt ġdida fl- Imtarfa miexi kif proġettat.", "Dwar il-bini li fih hemm il- gymnasium irrid ngħid li dan m'hemm l-ebda ħsieb li se jintmiss.", "Turizmu,Stitut farn,Turizmu,Stitut bong,Turizmu,Stitut INSTITUTE OF TOURISM STUDIES", "4734.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas- Servizzi Ekonomiċi: Jista' l- Ministru jgħid kemm kienu f'numru l-istudenti li applikaw għal front office u house keeping course organizzat mill- Institute of Tourism Studies?", "Kemm minn dawn ġew rifjutati minħabba numru limitat ta' dan il-kors?", "X'hemm ippjanat għal dawn iż- żgħażagħ li minħabba in-numru limitu tħallew barra?", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: 87 applikaw għal dan il-kors.", "36 minnhom bħala l-ewwel għażla u 51 bħala għażla sussidjarja.", "Minn dawn 56 ġew dikjarati ineliġibbli skond il-call for applications.", "Minn 31 li ġew imsejħa għall-interview tnejn ma attendewx u sitta ma għaddewx.", "Mit-23 magħżula erbgħa bidlu fehmithom.", "Għalhekk il-kors se jibda b'19- il student.", "Ħadd ma tħalla barra minħabba numru limitat.", "Trobbija tan-naħal farn,Trobbija tan-naħal gatl,Trobbija tan-naħal TROBBIJA TAN-NAĦAL", "4735.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għan- Nutrizzjoni, Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm huma dawk irreġistrati li jrabbu naħal f'Malta u Għawdex?", "Kemm huma dawk li rreġistraw li n-naħal tagħhom mardilhom u dawk li diġa' mitulhom?", "ONOR.", "LAWRENCE GATT: Sat-2 ta' Ottubru 1992, kien hemm 133 persuna f'Malta u 77 oħra f'Għawdex li rreġistraw li jrabbu n-naħal u ngħatatilhom l-għajnuna kontra l-marda li nqalgħet.", "Mill-ispezzjonijiet li saru minn uffiċjali tad-Dipartiment ta' l- Agrikoltura jidher li madwar 55% tan-naħal jew miet jew huwa infestat ħafna - dan il-persentaġġ jinkludi wkoll in-naħal kollu li jinżammu fil- qliel peress li fil-qliel il- marda ma tistax tiġi kkontrollata.", "Il-kumplament huwa jew infestat ftit, u hemm ċans li jiġi salvat, jew baqa' f'saħħtu.", "Importazzjoni ta' baqar farn,Importazzjoni ta' baqar gatl,Importazzjoni ta' baqar BAQAR IMPORTATI - KWARANTINA", "4736.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għan- Nutrizzjoni, Biedja u Sajd: Filwaqt li kelb idum sitt xhur kwarantina, jista' l-Ministru jgħid kemm idumu u kemm fil- fatt damu l-bhejjem (baqar) importati mill- Gvern qabel ma dawn tqassmu għand ir-raħħala ricentement?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm idum kwarantina żiemel qabel ma jitħallat ma żwiemel oħra?", "ONOR.", "LAWRENCE GATT: Perjodu tal-kwarantina jiddependi fuq il-pożizzjoni tal-mard infettiv ( jekk ikun jeżisti) fil-pajjiż minn fejn ikunu ġejjin l- annimali u wkoll fuq is-sistema u organizzazzjoni tal-kontroll tal-mard fl- istess pajjiż.", "Ninforma għalhekk l-Onor.", "Membru li mhux il-klieb kollha jagħmlu sitt xhur kwarantina.", "Il-baqar li ġew mill-Olanda (pajjiż li m'għandux mard tal- bhejjem bovini tal-Lista A tal- OIE/FAO/WHO) ma kellhomx bżonn jagħmlu perjodu fil- kwarantina, għalkemm dawn ġew imqassma mill-kwarantina.", "Il-parti kbira ta' dawn il-baqar marru f'irziezet vojta.", "Il-kwarantina taż-żwiemel tiddependi mill-pajjiż ta' l- oriġini ta' l- annimal.", "Vella,Sinjura Josephine,Akkomodazzjoni farn,Vella,Sinjura Josephine,Akkomodazzjoni hyzg,Vella,Sinjura Josephine,Akkomodazzjoni FILE NO.", "HD/262/85 - SINJURA JOSEPHINE VELLA", "4737.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas- Sigurta' Soċjali: Jista' l- Ministru jirrimedja għal problema ta' l-anzjana Mrs. Josephine Vella li għandha l- kas Nru HD262/85?", "Billi s-soltu r-risposta tkun li qed tiġi kkonsidrata flimkien ma' talbiet oħra, jista' d-dipartiment jgħid meta u għalkemm żmien se jdumu pendenti dawn it-talbiet?", "Jekk fl-affermattiv, meta?", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Is- Sinjura Josephine Vella applikat għall- akkomodazzjoni alternattiva u trid flat fl- ewwel sular fir-Rabat biss.", "L- applikazzjoni tagħha tiġi konsidrata meta jkun hemm din il-kwalita' ta' akkommodazzjoni u għalhekk ma nistax ngħid meta se nakkomodawha.", "Cittadinanza galm,Cittadinanza fene,Cittadinanza CITTADINANZA", "4769.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Prim Ministru: Tfajla ta' 23 sena li hi mwielda l-Canada, ommha u missierha huma Maltin u illum qed igħixu Malta u għandhom id- dual citizenship - din tista' tiġi taħdem Malta?", "Jekk fl-affermattiv, taħt liema kondizzjonijiet?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Filwaqt li nirreferi l-Onor.", "Interpellant għat- tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 2001, inżid ngħid li jekk il-persuna, li għandi nifhem mhix miżżewġa, tiġi toqgħod hawn mal- ġenituri tagħha jingħatalha permess biex taħdem Malta kif spjegat fl- aħħar paragrafu tat-tweġiba għall-mistoqsija hawn fuq imsemmija.", "Klieb mitluqa galm,Klieb mitluqa gall,Klieb mitluqa KLIEB MITLUQA", "4770.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 4107, jista' l-Ministru ġentilment jikkonsidra punt Nru 4 ta' din il-mistoqsija?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li Paragrafu VIII tal- Kodiċi tal- Pulizija, Kap 10, Sezzjoni 153-157 jitkellmu dwar offiżi u pieni li ghandhom x'jaqsmu mal-mohqrija ta' annimali.", "Ninsab informat ukoll li l- Att ta' l-1991 dwar Protezzjoni ta' l-Ambjent ukoll fih provvedimenti fuq dan is- suggett.", "Tibdil fil- legislazzjoni ghad irid jigi kkonsidrat fid-dawl ta' dawn il-provvedimenti.", "Zabbar,Triq is-Santwarju,Zebra crossing galm,Zabbar,Triq is-Santwarju,Zebra crossing gall,Zabbar,Triq is-Santwarju,Zebra crossing ZABBAR: TRIQ IS-SANTWARJU - ZEBRA CROSSING", "4771.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 4109, tista' tiġi riveduta r-risposta li ngħatajt minħabba li fi Triq is- Santwarju f'Ħaż-Żabbar m'hemm ebda blokk ta' l-iskola?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li ż-zebra crossings eżistenti kemm fi Triq is- Santwarju kif ukoll fi Triq il- Kunvent (ħdejn il-blokk ta' l- iskola) se jitpoġġew f'post ieħor aktar adekwat.", "Banek,Servizz ta' l-ATM galm,Banek,Servizz ta' l-ATM bong,Banek,Servizz ta' l-ATM BANEK - SERVIZZ TA' L-ATM", "4772.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għas- Servizzi Ekonomiċi: F'liema fergħat tal-Banek (kemm Mid-Med Bank kif ukoll Bank of Valletta) hemm is-servizz ta' Automated Teller Machine?", "Hemm il-ħsieb li dan is- servizz jiġi estiż f'fergħat oħra?", "Jekk fl-affermattiv, fejn?", "Hemm pjan biex dan is-servizz jiżdied b'mod specjali fin- naħat t'isfel ta' Malta?", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Is-Servizz ta' l-Automated Teller Machines qiegħed f'dawn il-lokalitajiet:-", "1 Mill-fergħat tal-Mid-Med Bank:", "Triq ir-Repubblika, Valletta", "Triq il-Kbira, Sliema", "San Giljan", "Santa Venera", "Hamrun", "Paola", "Victoria, Għawdex", "Birkirkara", "Gżira", "Bugibba", "Mosta", "\"On Campus\" fl-Universita' ta' Malta, Tal-Qroqq", "2 Mill-Bank of Valletta:", "Triq ir-Repubblika, Valletta", "Preluna Towers, Sliema", "The Strand, Sliema", "Fergħa tal-Gżira", "Victoria, Għawdex", "Fergħa tal-Hamrun", "Fergħa ta' San Giljan", "Fergħa ta' San Gwann", "Fergħa ta' Santa Venera", "Fergħa tal-Mosta", "\"BOV Club Agency\" fl- Universita' ta' Malta Tal-Qroqq", "Malta International Airport", "Bulebel Industrial Estate - \"Tree Standing\"", "Fergħa ta' Paola", "Fergħa ta' Ħaż Żabbar", "Mobile ATM - użata fil-Fieri u fil-Fergħat", "Mil-lokalitajiet imsemmija jidher li dan is-servizz qed jingħata sew fin- naħat t'isfel ta' Malta.", "Barra minn hekk, kmieni s-sena d-dieħla, il-Mid- Med Bank se jestendi dan is- servizz fil-Fergħat tiegħu fiż- Żejtun u f'Cospicua.", "Pulizija,Hatra ta' spetturi galm,Pulizija,Hatra ta' spetturi gall,Pulizija,Hatra ta' spetturi PULIZIJA - ĦATRA TA' SPETTURI", "4773.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Hemm xi ħsieb li jsiru spetturi tal- pulizija minn ġewwa l-Korp tal- Pulizija?", "Meta saru l-aħħar dawn l- ispetturi?", "Mill-ufficjali anzjani, jiġifieri minn Supretendenti 'l fuq, kemm hemm minn dawn l- ispetturi, jiġifieri li laħqu minn ġewwa?", "Jaqbel il-Ministru li l- ispettur li jilħaq minn ġewwa l-korp stess ikun jista' jifhem aktar ix-xogħol u l-problemi tal-pulizija?", "Jaqbel il-Ministru li jekk jilħqu l-ispetturi minn ġewwa, dan iservi ta' incentiv ukoll għall-pulizija biex jistinkaw u jkomplu jitħarrġu u jistudjaw?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: 1.", "Id-decizjoni dwar il- hatra ta' Ufficcjali, inkluz Spetturi, fil-Korp tal-Pulizija qed tigi kkonsidrata fid-dawl tat-tibdil u ri-organizazzjoni mahsub ghall-Korp.", "Tajjeb infakkar li diga' sar xoghol ta' sivi biex ir- reklutagg tal- bazi tal-Korp, li fuqu jiddependi l-gejjieni ta' l- istess Korp, jitpogga fuq linji aktar effettivi.", "Ghaddejna wkoll biex il-mili tal- postijiet ta' Surgenti jsir ukoll b'mod aktar effettiv.", "Fix-xhur li gejjin behsiebni nassigura li jitwettqu passi ohra biex il-Korp tal- Pulizija isir strument dejjem ahjar fis- servizz tac-cittadini taghna.", "2.", "L-ahhar li saru Spetturi minn gewwa l-Korp tal-Korp tal- Pulizija kien fil-15 ta' Marzu, 1990, u n-numru kien ta' sebgha (7).", "3.", "Minn uffiċjali anzjani hemm Supretendent wiehed biss li dahal bhala Spettur minn barra u wara lahaq Supretendent.", "Is-Supretendenti l-ohra kollha bdew bhala Kuntistabbli fil-Korp.", "4.", "Nemmen li r-rank ta' Uffiċjali tal-Pulizija ghandu jintela' minn persuni kwalifikati, preparati sew u impenjati.", "L-ebda persuna, inkluz membri tal-Korp mhux se jimlew postijiet ta' Uffiċjali jekk mhux wara li jissodisfaw il-korsijiet mehtiega fi hdan l-Akkademja tal-Pulizija li eventwalment se jkollha skemi ta' in-service training ghall- membri kollha tal-Korp.", "Sptarijiet,Uniformi ta' l-infermiera galm,Sptarijiet,Uniformi ta' l-infermiera gall,Sptarijiet,Uniformi ta' l-infermiera SPTARIJIET: NURSES FEMMINILI - ILBIES TA' BERITTA", "4774.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru ġentilment jikkonferma li ħarġet ordni biex in- nurses femminili jilbsu il-beritta (flimkien ma' l- uniformi)?", "Jekk fl-affermattiv, hu konxju d-Dipartiment tas-Saħħa li n-nurses ma jixtiequx li jibqgħu jilbsu il-beritta?", "Japprezza d-dipartiment li bil-mod kif il-beritta tan- nurses inbidlet maż-żmien tilfet l-iskop tagħha w illum tintlibes biss bħala ornament għall- apparenza tradizzjonali tan-nurse?", "Hu konxju d-dipartiment li f'diversi pajjiżi madwar id- dinja kollha il- beritta m'għadhiex tifforma parti mill- uniformi tan-nurses għaliex instab li m'għandha l-ebda funzjoni?", "Jaf id-Dipartiment tas-Saħħa li l-Institute of Health Care li hu mmexxi minn nurses Ingliżi ma jaqbilx ma' l-użu tal-beritta?", "Jaqbel id-Dipartiment tas- Saħħa li n-nurses (femminili) għandhom jiġu ordnati biss biex ma jmorrux għax-xogħol b'xagħarhom mitluq iżda mhux ordnati jilbsu l-beritta?", "Jaqbel id-Dipartiment tas- Saħħa li l-beritta tan-nurses f'Malta hi magħmula minn kartoncina w allura aktar tagħti dehra ta' traskuraġni?", "Fuq kollox meta qegħdin lejliet riforma sħiħa fil-qasam tan-nursing fejn in-nurses se jingħataw id-dritt li jmexxu il-professjoni tagħhom, għaliex deciżjoni bħal din ma titħalliex f'idejn min qed imexxi il-qasam tan-nurses u mhux tiġi imposta mid- Dipartiment tas-Saħħa li sfortunatament ma jafux biżżejjed x'jixtiequ in-nurses?", "Fid-dawl ta' dan kollu, jista' l-Ministru jassigura li deciżjoni bħal din tittieħed minn nurses u mhux minn xi tabib tad-Dipartiment tas- Saħħa?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Tlabt lid-Dipartiment tas-Saħħa jagħti konsiderazzjoni effettiva lill-kummenti u proposti ta' l-Onor.", "Membru.", "Zabbar,Triq id-Dliela,Servizz tad-drenagg buhc,Zabbar,Triq id-Dliela,Servizz tad-drenagg falm,Zabbar,Triq id-Dliela,Servizz tad-drenagg ZABBAR: TRIQ ID-DLIELA - SERVIZZ TAD-DRENAĠĠ", "4776.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid għalfejn id-drenaġġ ġo Triq id-Dliela Ħaż-Żabbar wasal san-nofs ta' din l-istess triq biss b'konsegwenza li għalkemm il-ħlas għas-servizz tad- drenaġġ sar aktar minn għaxar snin ilu, sal-lum għad hemm sitt familji mhux moqdijin bid- drenaġġ?", "Jista' l-Ministru jikkonferma li dan is-servizz se jsir peress li dawn il- familji jingħaqdu mal-main li għaddej minn Triq il-Baħrija u mhux mal-main eżistenti ta' Triq Dliela?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Ix- xogħol imsemmi ma setax isir peress li l-ewwel ried isir easement għax il-mains iridu jgħaddu minn proprjeta' privata.", "Issa li dan sar nbeda l- proċess biex toħroġ it-tender għax-xogħol necessarju.", "Zabbar,Triq il-Bahrija,Bini buhc,Zabbar,Triq il-Bahrija,Bini falm,Zabbar,Triq il-Bahrija,Bini ZABBAR: TRIQ IL-BAĦRIJA - BINI", "4777.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-bini kollu li sar fi Triq il-Baħrija, Ħaż- Żabbar inbeniex fuq il-linja ufficjali tat-triq?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jiena informat li fit-triq imsemmija mill-Onor.", "Membru hemm binja waħda li mhix fuq il-linja ufficjali.", "Passi legali se jittieħdu kontra l-persuna responsabbli.", "Garaxx tal-Gvern,Marsa buhc,Garaxx tal-Gvern,Marsa falm,Garaxx tal-Gvern,Marsa GARAGE TAL-GVERN - MARSA", "4778.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Meta jingħad li qegħdin jinħadmu bibien ta' l- injam fil-Marsa Garage għall- Management Services, fil-fatt għal min ikunu dawn il-bibien?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jiena nformat li x-xogħol li jinħadem fil-Marsa Garage għal Management Services ikun xogħol li ma jkunx mistenni li jsir ħlas għalih billi normalment ikun intiż għall-użu ntern tad- dipartiment.", "Garaxx tal-Gvern,Marsa buhc,Garaxx tal-Gvern,Marsa falm,Garaxx tal-Gvern,Marsa GARAGE TAL-GVERN - MARSA", "4779.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid lil min ġie kkonsidrat il-bieb li inħadem b'job number 92C413 ġewwa l-Marsa garage?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li l-bieb imsemmi sar għal Każin tal- Banda Maria Mater Gratiae ta' Ħaż-Żabbar bħala parti minn xogħol ta' tiswijiet li saru mill-Gvern fil-Każin wara li dan il-Każin kien suġġett għal attakk vandalu f'Ottubru 1990.", "Awtorita' tad-Djar,File No.465/92 buhc,Awtorita' tad-Djar,File No.465/92 hyzg,Awtorita' tad-Djar,File No.465/92 AWTORITA' TAD-DJAR - FILE NO.465/92", "4780.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas- Sigurta' Soċjali: Jista' l- Ministru jgħid f'liema stadju wasal l-ipproċessar ta' l- applikazzjoni għall-għotja għall-irranġar tad-dar Nru.465/92, Ħaż-Żebbuġ?", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: L- applikazzjoni ndikata mill- Onor. Interpellant qed tiġi pprocessata.", "Garaxx tal-Gvern,Marsa buhc,Garaxx tal-Gvern,Marsa falm,Garaxx tal-Gvern,Marsa GARAGE TAL-GVERN - MARSA", "4781.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li jinbidlu s-soqfa ta' l- uffiċini li qegħdin fl-ewwel sular tal- Marsa garage li qabel kienu jintużaw mill-general manager, peress li dawn is-soqfa huma strutturalment perikolużi u ta' periklu għal kull min juża dan il-bini?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li ebda ħaddiem fil- Marsa Garage m'hu obbligat juża l-parti tal-bini fejn is-saqaf mhux fi stat tajjeb.", "Se nieħu passi biex ikun hemm il-fondi necessarji biex ix- xogħol tat- tiswija necessarja jkun jista' jitkompla.", "Sptarijiet,San Vincenz De Paule,Health Assistant sana,Sptarijiet,San Vincenz De Paule,Health Assistant gall,Sptarijiet,San Vincenz De Paule,Health Assistant SPTARIJIET: SAN VINCENZ DE PAULE - HEALTH ASSISTANT", "4790.", "L-ONOR.", "ALFRED SANT staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' jsir xi ħaġa biex tintlaqa' t-talba (li ilha ssir) tas- Sur Emanuel Mifsud (Indirizz: 310 Pembroke, St Julian's) Health Assistant f'St. Vincent De Paule Hospital, biex jinbidillu r- roster?", "Il-mara tas- Sur Mifsud, Maria Estella, taħdem ukoll fl-isptar St. Vincent De Paule bħalha Health Assistant, u r-rosters tax-xogħol tagħhom huma tali li l- frank tagħhom qatt ma jkun fl-istess ħin, b'mod li mhux qed ikollhom ħajja tal-familja?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Se ninforma ruħi fuq il-każ imqanqal mill-Onor.", "Kap ta' l- Oppożizzjoni u nassigura li jingħata sodisfazzjon.", "Ta' Xbiex,Qasam tad-Djar,Zebra crossing bril,Ta' Xbiex,Qasam tad-Djar,Zebra crossing falm,Ta' Xbiex,Qasam tad-Djar,Zebra crossing TA' XBIEX: QASAM TAD-DJAR - ZEBRA CROSSING", "4791.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Jista' l- Ministru jgħid jekk il-Bord għall- Kontroll tat-Traffiku studjax is- suġġeriment li ssir zebra crossing fil-Housing Estate ta' Ta' Xbiex fl- inħawi ta' Abate Rigord Str, kif imfisser f'mistoqsija parlamentari numru 3598?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Il- Bord għall-Kontroll tat- Traffiku għadu qiegħed jikkonsidra t-talba msemmija.", "Ta' Xbiex,Qasam tad-Djar,Kaxxa ta' l-ittri bril,Ta' Xbiex,Qasam tad-Djar,Kaxxa ta' l-ittri zamf,Ta' Xbiex,Qasam tad-Djar,Kaxxa ta' l-ittri TA' XBIEX: QASAM TAD-DJAR - KAXXA TA' L-ITTRI", "4792.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għat- Trasport u Komunikazzjoni: Tista' tiġi kkonsidrata mill- ġdid it-talba ta' għadd kbir ta' residenti f'Ta' Xbiex Housing Estate għal letter box fl-inħawi ta' Abate Rigord Street billi dik li kienet twaħħlet biex taqdi il-Housing Estate tinsab ferm 'il bogħod mis-sit issuġerit?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: M'għandi xejn x'inżid mar- risposta mogħtija għall- mistoqsija parlamentari numru 3597 mogħtija fis-27 ta' Lulju, 1992.", "Msida,Tas-Swatar,Servizz ta' drenagg bril,Msida,Tas-Swatar,Servizz ta' drenagg falm,Msida,Tas-Swatar,Servizz ta' drenagg MSIDA: TAS-SWATAR - SERVIZZ TA' DRENAĠĠ", "4793.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Jaf il- Ministru li fl- inħawi ta' Plots 179-180 fis- Swatar l-Imsida qed isir bini fuq id-drenaġġ?", "Jaf ukoll li b'riżultat ta' l-inġenji tat-tħammil kien hemm mill-inqas żewġ każi fejn id- drenaġġ nkiser b'konsegwenzi xejn sbieħ għar-residenti ta' l-area?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li malli tiġi ffurmata t-triq ta' quddiem il-plots imsemmija huwa maħsub li ssir id-devjazzjoni neċessarja tal- katusi tad-drenaġġ.", "Turizmu,Rati tal-kambju bril,Turizmu,Rati tal-kambju bong,Turizmu,Rati tal-kambju TURIŻMU - RATI TAL-KAMBJU", "4794.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għas- Servizzi Ekonomiċi: Jista' l- Ministru jagħti dettalji dwar il-pjani tal-gvern (li aċċenna għalihom is-Segretarju Parlamentari għat-Turiżmu dan l-aħħar f'xandira fuq il-Bay Radio) biex pajjiżna ikun jista' jilqa' l-impatt li c- caqlieq recenti fir-rati tal- kambju kellu fuq il-kompetittivita' ta' pajjiżna vis a vis swieq oħra turistici fil- Mediterran?", "X'inhi r-raġuni li l- Gvernatur tal-Bank Ċentrali qal lill-ġurnal lokali li dan ic- caqlieq mhux se jkollu impatt serju fuq il-qasam turistiku?", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Nirrileva li fl-intervista li għaliha qiegħed jagħmel riferenza l-Onor.", "Interpellant, sieħbi s-Segretarju Parlamentari għat-Turiżmu, qal li kien qiegħed isegwi mill-qrib l- iżviluppi fis-swieq tal-kambju bil-għan li jiġu mkejla l- possibilitajiet ta' impatt fuq il-kompetitivita' tal-Gżejjer Maltin bħala destinazzjoni turistika.", "It-taqlib fis-swieq tal- Kambju għadu sejjer s'issa u mhux għaqli li jittieħdu xi deċiżjonijiet bil-għaġġla li l- effett tagħhom jista' jkun irriversibbli.", "Nista' niżgura lill-Onor.", "Interpellant li filwaqt li jiġu kkonsidrati fatturi oħra l- Gvern jimmira safejn hu possibbli u jiddependi minnu li jżomm il-kompetitivita' li hi element importanti, iżda mhux l-uniku, fl- industrija tat- turiżmu.", "Naħseb li kieku t-tieni parti tal-mistoqsija tiġi riferita lill-Ministru tal-Finanzi l- Onor. Interpellant ikollu tweġiba aktar informattiva milli nista' nagħti jien.", "Ngħid pero' li l-opinjoni tal- Gvernatur tal-Bank Cedntrali ssaħħaħ il-fehma li m'għandhomx jittieħdu deċiżjonijiet bil- għaġġla.", "Zejtun,\"Ta' Ganza\",Tindif pora,Zejtun,\"Ta' Ganza\",Tindif falm,Zejtun,\"Ta' Ganza\",Tindif ZEJTUN: TA' GANZA - TINDIF", "4795.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Jista' d- dipartiment koncernat jieħu ħsieb il-ħmieġ, l-iżdingar, ħaxix ħażin, ġrieden u toroq li jeħtieġ jitlestew, bil-bankini, fil- Qasam tad-Djar f'Ta' Ganza, fiż-Żejtun, billi kien hemm residenti li lmentaw miegħi dwar dawn in-nuqqasijiet, f'dan il-Qasam?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li x-xogħol mitlub mill-Onor.", "Interpellant diġa' nbeda.", "Tempji Arkeologici,Hagar Qim/Imnajdra bort,Tempji Arkeologici,Hagar Qim/Imnajdra mifu,Tempji Arkeologici,Hagar Qim/Imnajdra TEMPJI ARKEOLOĠIĊI: ĦAĠAR QIM/IMNAJDRA", "4797.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Hemm xi pjanijiet biex jissebbaħ l- ambjent f'Ħaġar Qim u l- Imnajdra, u forsi anke jitneħħa ħajt li jdawwar Ħaġar Qim?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Kif diġa' weġibt fis-Seduta Nru 35 tas-7 ta' Lulju, 1992 (Mistoqsija parlamentari numru 3070), il-Ministeru tiegħi qiegħed attwalment jikkollabora ma' dak tat-Turiżmu fuq proġett biex l- inħawi ta' Ħaġar Qim u l-Imnajdra jiġu żviluppati bħala Park Arkeoloġiku u Riżerva Naturali.", "L-ewwel fażi ta' dan il- proġett (l-esproprijazzjoni ta' l-art u d- delimitazzjoni tagħha b'ċint, mibni 'l bogħod sew mit-tempji biex jiġi żgurat l- ambjent naturali tagħhom) issa tlestiet.", "Ix-xogħol fuq it-tieni fażi tal-proġett il-kostruzzjoni ta' car park adegwat se jinbeda ma jdumx u mistenni li jitlesta sa l-ewwel xhur tas-sena d-dieħla.", "It-tielet u l-aħħar fażi tal- proġett (il-bini ta' Ċentru Interpretattiv, ippjanat biex jintegra tajjeb ma' l-ambjent naturali) għandha tinbeda s- sena li ġejja u huwa mistenni li titlesta fl-aħħar ta' l- 1994.", "Eventwalment sejjer jinħatt il-ħajt preżenti li jdawwar Ħaġar Qim, u għandu jsir ukoll landscaping biex jissebah l- ambjent fil-Park Arkeoloġiku,", "Dip tal-Muzewijiet,Oggetti ta' arti bort,Dip tal-Muzewijiet,Oggetti ta' arti mifu,Dip tal-Muzewijiet,Oggetti ta' arti DIPARTIMENT TAL-MUŻEWIJIET - OĠĠETTI TA' ARTI", "4798.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: F'dawn l- aħħar ħames snin, kemm-il darba id-Dipartiment tal- Mużewijiet uża d-dritt tiegħu li jixtri hu oġġetti ta' arti jew preġju li jkunu nbiegħu lil terzi?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li f'dawn l- aħħar ħames snin id-Dipartiment tal- Mużewijiet utilizza d-dritt tiegħu li jixtri xogħlijiet t'arti mibjugħa lil terzi persuni f'okkażjoni waħda biss.", "Dan għamlu biex jakkwista akkwarell ta' l-artist Malti Robert Caruana Dingli għall- Mużew Nazzjonali ta' l-Arti.", "Hal Saflieni,Hypogeum bort,Hal Saflieni,Hypogeum mifu,Hal Saflieni,Hypogeum ĦAL SAFLIENI - HYPOGEUM", "4799.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Kemm ilu magħluq il-Hypogeum ta' Hal Saflieni, u meta hu ppjanat li jerġa' jinfetaħ għall-pubbliku?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Minħabba xogħlijiet estensivi li qegħdin isiru ġewwa l- Hypogeum ta' Ħal Saflieni, dan ilu magħluq mill-aħħar ta' Awissu tas-sena l-oħra.", "Ix-xogħol strutturali ta' l- entratura l-ġdida wasal biex jitlesta; u bħalissa qegħdin ukoll jitlestew tenders għal sistema ġdia ta' dawl, u l- kontroll tat-temperatura u l- umdita' ġewwa s-sit biex tiġi garantita l- preservazzjoni tad- dekorazzjonijiet impinġija mal- ħitan tal-monument.", "L-Onor.", "Interpellant jifhem li dan ix-xogħol speċjalizzat neċessarjament jirrikjedi ċertu tul ta' żmien.", "Madankollu id- Dipartiment tal-Mużewijiet qed jagħmel dak kollu li jista' biex is-sit jinfetaħ fl-inqas żmien possibbli.", "Attard,Triq Kananea,Kaxxa ta' l-ittri bort,Attard,Triq Kananea,Kaxxa ta' l-ittri zamf,Attard,Triq Kananea,Kaxxa ta' l-ittri ATTARD: TRIQ KANANEA - KAXXA TA' L-ITTRI", "4800.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' d- Dipartiment tal-Posta jieħu passi biex ikun hemm letter box f'Kananea Street, Attard?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ma tinħassx il-ħtieġa li titwaħħal kaxxa ta' l-ittri fi Triq Kananea, Attard, minħabba li ftit 'il bogħod hemm żewġ kaxxi ta' l-ittri, waħda fi Triq Santa Katerina u oħra fi Triq il-Mosta, Kantuniera ma' Triq il-Linja.", "Port Hieles,Hsejjes bil-lejl bort,Port Hieles,Hsejjes bil-lejl bong,Port Hieles,Hsejjes bil-lejl PORT ĦIELES - ĦSEJJES BIL-LEJL", "4801.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministeru jinvestiga rapporti li waslu lili dwar ħoss kontinwu u tedjuż ta' newwieħa li jkun hemm kuljum, lejl u nhar fil- Freeport?", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: In-newwieħa li għaliha qed jirreferi l- Onor. Membru hija fil-fatt forma ta' sinjal li juri li l-makkinarju qed jiċċaqlaq u dan biex jiġu evitati diżgrazzji.", "Ittieħdu passi biex il-ħoss jitnaqqas kemm jista' jkun mingħajr ma titpoġġa fil- periklu ħajjet il-ħaddiem.", "Valletta,Tnehhija ta' wires bort,Valletta,Tnehhija ta' wires falm,Valletta,Tnehhija ta' wires VALLETTA - TNEĦĦIJA TA' WIRES", "4802.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Fiex waslu l- pjanijiet għat- tneħħija tal-wires kollha, huma x'inhuma mill-Belt Valletta?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Nassumi li l-Onor.", "Interpellant qiegħed jirreferi għall-wires tal- Korporazzjoni Telemalta.", "Il- Gvern kien kiseb parti mill- fondi neċessarji għal dan ix- xogħol mingħand il-Kommunita' Ewropea.", "Għadu qed isir studju kif dan ix-xogħol l-aħjar li jsir, peress li din mhix sempliċement tneħħija ta' wiring li jitqiegħdu taħt l-art iżda wieħed irid jara kif se jkunu mposti s-servizzi kollha f'din is-sistema.", "Preżentament l-Uffiċċju tal- Proġett għar-Riabilitazzjoni tal-Belt Valletta, qed jistudja b'mod partikolari l-parti ta' fuq ta' Triq ir- Repubblika.", "Iżda għad iridu jiġu finalizzati u maħruġa t-tenders biex dan ix-xogħol isir.", "Valletta,Triq Sant'Ursola,Twaqqigh ta' bini cusl,Valletta,Triq Sant'Ursola,Twaqqigh ta' bini falm,Valletta,Triq Sant'Ursola,Twaqqigh ta' bini VALLETTA: TRIQ SANT'URSOLA - TWAQQIGĦ TA' BINI", "4803.", "L-ONOR.", "LOUIS CUSCHIERIstaqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Jista' l- Ministru jara li l-bini 156, Triq Sant'Ursola l-Belt Valletta jiġi mwaqqa' immedjatament peress li qiegħed fi stat perikoluż ħafna?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: It- twaqqiegħ u l-bini mill-ġdid tal-post imsemmi qiegħed fil- programm tax-xogħol tad- Dipartiment kkonċernat għall- 1993.", "Sptarijiet,San Luqa,Ipparkjar gree,Sptarijiet,San Luqa,Ipparkjar gall,Sptarijiet,San Luqa,Ipparkjar SPTAR SAN LUQA - IPPARKJAR", "4844.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jindika x'passi qed jieħu d-Dipartiment tas- Saħħa biex inaqqas in-numru ta karozzi li jipparkjaw fl- isptar San Luqa biex kemm jista' jkun jitnaqqsu l-ħsejjes tal-vetturi u jingħata ambjent iżjed konformi ma' sptar?", "Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk il-personnel li jaħdmu l-isptar huma eliġibbli li jipparkjaw fil-grounds ta' l-isptar?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il- 'parking' fl-Isptar San Luqa huwa limitat hafna.", "Jezistu madwar 300 'parking bay' b'kollox.", "Il-gradi kollha tat- tobba u gradi sa 'Professional Officer I' huma eligibbli.", "In- 'nurses' sa grad ta' 'Administrative Nurse III' huma wkoll eligibbli.", "Il-vizitaturi ghandhom pass temporanju ta' ghoxrin minuta (sakemm inizzlu jew itellghu pazjenti).", "Qed jigi kkunsidrat jekk il- 'parking policy' ghandiex tigi riveduta.", "Sptarijiet,Zammit Clapp gree,Sptarijiet,Zammit Clapp gall,Sptarijiet,Zammit Clapp SPTAR ZAMMIT CLAPP", "4845.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jikkonferma li riċentement il-complement kollu ta' sodod f'Zammit Clapp Hospital infetaħ għall- użu?", "Jista' l-Ministru jagħti l- occupancy rate ġimgħa b'gimgħa fl-aħħar tlett xhur, ukoll ir- ratio ta' nisa u rġiel tal- pazjenti u l-mean stay tal- pazjenti?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Tlabt li t-tagħrif mitlub jinġabar biex tingħata tweġiba f'xi seduta oħra.", "Sptarijiet,Hinijiet tal-konsulenti gree,Sptarijiet,Hinijiet tal-konsulenti gall,Sptarijiet,Hinijiet tal-konsulenti SPTARIJIET - ĦINIJIET TAL- KONSULENTI", "4846.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-ħinijiet tax-xogħol kull ġurnata tal-ġimgħa (barra l-Ħadd) tal-konsulenti fl- isptarijiet - kemm ta' dawk li huma impjegati fuq 35 hour week jew iżjed?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Konsulenti bl-40 siegha fil- gimgha:", "Il-hinijiet tal-konsulenti huma mis-7.00 a.m. sas-2.30 p. m. mit-tnejn sal-gimgha.", "Is- Sibt dawn huma mis-7.30 a.m. sas-1.00 p.m. Ghalkemm jidher li hemm 30 minuta izjed, din qieghda sabiex jittiehdu 'breaks' ta' hames minuti kuljum.", "Konsulenti bil-35 siegha fil- gimgha:", "Il-hinijiet tal-konsulenti bil-35 siegha huma mit-8.00 a.m. sas- 2.30 p.m., mit-Tnejn sal-Gimgha u mit-8.00 a.m. sas- 1.00 p.m. nhar ta' Sibt.", "Darba fil-gimgha skond 'roster' stabbilit dawn il- konsulenti jispiccaw f'nofs in- nhar minflok fis-2.30 p.m. Din il-gurnata ma taqax meta jkollhom 'Outpatients' jew 'Theatre' jew 'General Ward Round'.", "Dip tal-Posta,Timbri uzati gree,Dip tal-Posta,Timbri uzati zamf,Dip tal-Posta,Timbri uzati DIPARTIMENT TAL-POSTA - TIMBRI UŻATI", "4847.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru għat- Trasport u Komunikazzjoni: Bosta mit-timbri li jintużaw fil-Post Offices fuq l-ittri li nirċievu bil-posta ma jitarfux.", "Jista' l-Ministru jara li dawn it-timbri jinbidlu minn żmien għal żmien, jew li jekk ma jkunx hemm bżonn li jsir hekk, jista' l-Ministru jara li dawn jiġu użati sewwa sabiex l- informazzjoni li dawn it-timbri suppost jagħtu tkun tista' tiġi moqrija?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Kif l-Onor.", "Interpellant japprezza, peress li l-volum ta' oggetti postali li jigu ttimbrati kuljum huwa kbir hafna, huwa difficli biex dawn it-timbri kollha johorgu cari u jinqraw.", "Id- Dipartiment minn zmien ghal zmien ifakkar permezz ta' Cirkulari biex l- impjegati jzommu t-timbri ndaf u li t-timbru li jinghata jkun car.", "Hija procedura normali li dawn it-timbri jinbidlu meta jinhass il-bzonn.", "Melita Cable TV gree, Melita Cable TV frem,Melita Cable TV MELITA CABLE TV", "4848.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru għaż- Żgħażagħ u Kultura: Jista' l- Ministru jwieġeb:-", "(a) Għaliex ħaddiema tal- Cable TV qed ikunu ta' ostakolu f'imblukkar ta' toroq fil-ħidma ta' tqegħid tal-cables u dan ta' dannu għat-traffiku u pedestrians li jkun fit-toroq?", "(b) Għaliex mhux qed isiru signs adekwati qabel kull triq fejn ikun se jinbeda xogħol fuq il-cables?", "(c) It-Traffic Control Board jiġi avżat li se jsiru xogħol mill-ħaddiema tal-Cable TV fit- toroq ta' Malta?", "(d) Għaliex ġew imblokkati Triq Sta.", "Elia u Triq Sant'Anglu (San Ġiljan) fejn anke residenti ma setgħux jidħlu f'darhom minħabba materjal u inġenji oħra fit- toroq imsemmija?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Il- Kumpannija tal-Cable TV hija waħda privata.", "Nissuġġerixxi lill-Onor.", "Interpellant jagħmel id-domanda tiegħu lill- Ministru responsabbli mill-Pulizija.", "Dip tas-Sahha,Maurice Zarb Adami gree,Dip tas-Sahha,Maurice Zarb Adami gall,Dip tas-Sahha,Maurice Zarb Adami DIPARTIMENT TAS-SAĦĦA - MAURICE ZARB ADAMI", "4849.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jikkonferma li l-ispiżjar Maurice Zarb Adami ġie appuntat Spiżjar/ Analista fid-Dipartiment tas- Saħħa?", "Jekk fl-affermattiv, dan l- appointment sar fl-aħħar għażla li saret għall-ispiżjara/ analisti?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il- Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku qed tikkonsidra r- riżultat ta' l-interviews ta' l-applikanti għal post ta' Spiżjar/Analista skond l-aħħar sejħa.", "L-ispiżjar Maurice Zarb Adami hu wieħed mill-applikanti.", "Social workers buhl,Social workers gall,Social workers SOCIAL WORKERS", "4850.", "L-ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Kemm saru home visits minn social workers liċ-ċittadini anzjani?", "X'kienet il-klassifikazzjoni ta' għajnuniet li saru b'riżultat ta' dawn il-visti?", "Kemm minn dawn saru fuq bażi ta' rutina mingħajr ma kienet inċentivata mill-anzjan innifsu, familjarji tiegħu jew health care professionals?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li f'dawn l-ahhar tliet xhur, is- 'social workers' li jahdmu fid-Dipartiment ghall-Kura ta' l-Anzjani ghamlu 735 'home visits' lic-cittadini anzjani.", "Il-klassifikazzjoni ta' ghajnuniet li saru b'rizultat ta' dawn il-visti hija:", "1.", "'Assessments' biex anzjani jigu ammessi fid-Djar ta' l- Anzjani - 79 zjara.", "2.", "'Assessments' biex anzjani jinghataw is-servizz ta' Kura u Ghajnuna fid- Dar - 434 zjara.", "3.", "'Assessments' biex persuni jinghataw il-Pensjoni tal-Wens - 44 zjara.", "4.", "'Assessments' biex persuni jinghataw is-servizz tat- 'Telecare' - 45 zjara.", "5.", "Kazijiet meta anzjani jirritornaw lura d-dar mill- isptar - 31 zjara.", "6.", "Kazijiet socjali ta' natura generali - 102 zjara.", "Minn dawn iz-zjarat, 273 zjara fuq bazi ta' rutina minghajr ma kienu ncentivati mill-anzjani nfushom, mill- familjari taghhom jew minn 'health care professionals'.", "Zurrieq,Wied Fulija,Mizbla buhl,Zurrieq,Wied Fulija,Mizbla falm,Zurrieq,Wied Fulija,Mizbla ZURRIEQ: WIED FULIJA - MIŻBLA", "4851.", "L-ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Hemm xi ħsieb jew pjanijiet biex jinstab post alternattiv għall-miżbla ta' Wied Fulija limiti taż-Żurrieq, li hija ta' nkonvenjenza kbira liċ-ċittadini tal- ħames distrett?", "Jekk iva, meta dawn se jiġu mħaddma u attivati?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Mhux il-ħsieb li l-miżbla ta' Wied Fulija tingħalaq għalissa iżda żgur li l-inkonvenjent, li rrefera għalihom l-Onor.", "Membru dalwaqt jonqsu jekk mhux jispiccaw.", "Hekk kif jibda jaħdem l- impjant tal-composting ta' Sant'Antnin, se tkun biss il- parti inorganika ta' l-iskart domestiku li se tispicca fil- fulija, preciżament dik il- parti li mhix tajba biex isir compost.", "Din il-parti inorganika (l- aktar ħġieġ, injam u plastic) ma tantx tippreżenta problemi ta' riħa u m'għandiex l-istess tendenza, li għandu ż- żibel organiku, li tieħu n-nar faċilment.", "Skejjel,Junior Lyceum,Ghalliema musp,Skejjel,Junior Lyceum,Ghalliema mifu,Skejjel,Junior Lyceum,Ghalliema SKEJJEL: JUNIOR LYCEUM - GĦALLIEMA", "4852.", "L-ONOR.", "PHILIP MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Kemm hemm teachers neqsin u t- tfal għadhom mingħajr tagħlim tas-suġġett rispettiv f'kull Junior Lyceum separatament bniet/subien?", "F'liema huma dawn is-suġġetti u f'liema forms?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Nagħti tweġiba f'xi seduta oħra.", "Dredging works spil,Dredging works falm,Dredging works DREDGING WORKS", "4853.", "L-ONOR.", "LINO SPITERI staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: X'xogħol ta' dredging works sar għall-gvern f'dawn l- aħħar ħames snin, sena sena?", "Min għamlu?", "Kemm kien il-ħlas f'kull każ?", "Għaliex ingħata xogħol lill- kumpanniji barranin meta seta' sar minn Maltin?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "Dredging works spil,Dredging works zamf,Dredging works DREDGING WORKS", "4854.", "L-ONOR.", "LINO SPITERI staqsa lill-Ministru għat- Trasport u Komunikazzjoni: X'xogħol ta' dredging works sar għall-gvern f'dawn l-aħħar ħames snin, sena sena?", "Min għamlu?", "Kemm kien il-ħlas f'kull każ?", "Għaliex ingħata xogħol lill- kumpanniji barranin meta seta' sar minn Maltin?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ix-xoghlijiet ta' \"dredging\" li saru matul dawn l-ahhar hames snin, fuq ordni tad-Dipartiment tal-Portijiet jew ta' l- Awtorita' Marittima ta' Malta, flimkien ma' l-ammonti li thallsu lill- kuntratturi, huma kif jidhru hawn taht:", "Is-snin imsemmija huma meta sar ix-xoghol, izda mhux bilfors meta thallas.", "SENA 1988", "LOKAL HLAS", "Gun Wharf Lm 92,486 Moll tal-Faham Lm 14,360 Fuel Wharf Lm151,850 Il-Maghluq (Marsaxlokk) Lm 77,375", "SENA 1989", "Gun Wharf Lm 45,986 Moll tal-Faham Lm 6,500 Moll tal-Kurcifiss Lm 13,680", "SENA 1990", "Fuel wharf Lm363,150 Moll tal-Kurcifiss Lm 80,000 Mgarr, Gozo Lm 76,000", "SENA 1991", "Gun Wharf Lm 50,278 Old Customs/Lab Wharf Lm 60,800 Moll tal-Kurcifiss Lm103,000 Moll ta' Lazzarett Lm111,393", "SENA 1992", "Old customs/Lab Wharf Lm 39,900 Xatt ta' Pinto Lm 48,000", "F'zewg kazi biss, jigifieri il-Maghluq ta' Marsaxlokk u l- Imgarr, Ghawdex, il-kuntratturi kienu Kalaxlokk Company Ltd.", "Fil-kazi l-ohra kollha, il- kuntratturi kienu Dredging Works Company Limited.", "Bhalma jidher hawn fuq, l- ebda xoghol li nghata mid- Dipartiment tal- Portijiet jew mill-Awtorita' Marittima ta' Malta f'dawn l-ahhar hames snin ma nhadem minn kumpaniji barranin.", "Power Station,Marsaxlokk velg,Power Station,Marsaxlokk zamf,Power Station,Marsaxlokk POWER STATION - MARSAXLOKK", "4855.", "L-ONOR.", "GEORGE VELLA staqsa lill-Ministru għat- Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'tagħbija għandu fuqu dak il- vapur li hemm sorġut max-xatt tal-Power Station ta' Marsaxlokk?", "Jista' l-Ministru jserraħ moħħ in-nies li t-tagħbija mhijiex ta' natura velenuża, għaliex fejn huwa sorġut, jinsab f'periklu li jekk jidħol maltemp qawwi u l-vapur jiġrilu xi ħsara, dan jirrovina l-port ta' Marsaxlokk?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Il-vapur li hemm sorgut max- xatt tal-Power Station ta' Marsaxlokk ghandu fuqu taghbija ta' \"urea formaldehyde resin\" u \"phenol formaldehyde resin\" kif ukoll 40 barmil tal- plastika \"formaldehyde (polifor 37)\".", "Skond taghrif lokali kif ukoll minn informazzjoni miksuba mill- International Maritime Organization, din il- merkanzija m'hijiex imnizzla fil-Kodici Internazzjonali ta' Tghabija Marittima Perikoluza (IMDG), u lanqas ma hija ta' theddid ghat-tniggis tal-bahar.", "Marsaxlokk,Bunkering fil-port velg,Marsaxlokk,Bunkering fil-port zamf,Marsaxlokk,Bunkering fil-port MARSAXLOKK - BUNKERING FIL-PORT", "4856.", "L-ONOR.", "GEORGE VELLA staqsa lill-Ministru għat- Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk ir-regolamenti li ma jippermettux bunkering ta' żjut 'il ġewwa minn ċertu bogħod mix-xtut tagħna tbiddlux?", "Għaliex qiegħed isir bunkering proprju fil-port ta' Marsaxlokk?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIEMCH: Ma jezistux regolamenti li ma jippermettux bunkering ta' zjut 'il gewwa minn certu boghod mix-xtut.", "Permessi biex isir bunkering fil-port ta' Marsaxlokk jinghataw biss ghal raguni valida, bhal nghidu ahna maltemp qawwi barra l-port.", "Kull kaz jigi ttrattat ghalih, u l-bunkering isir taht kundizzjonijiet specifici maghmula mill-Awtoritajiet kompetenti biex jizguraw li jigu osservati l-mizuri kollha xierqa, fosthom assigurazzjoni ghall-hlas ta' danni f'kaz ta' tniggis ta' ibhra u xtut.", "Child Day Centres bril,Child Day Centres gall,Child Day Centres CHILD DAY CENTRES", "4859.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Fiex waslu l-pjani tal-Gvern li jintroduci c-Child Day Centres?", "Dawn se jitwaqqfu fl- industrial estates jew fl- ibliet u l-irħula fejn jgħixu l-ħaddiema li huma ommijiet?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: S'issa l- Gvern waqqaf 'Child-Day Care Centre', fl- Isptar Zammit Clapp u qed ilesti li jiftah iehor fl-Isptar San Luqa.", "Il- ftuh ta' dawn ic-centri huwa mizura ohra biex tghin lill-infermiera nisa jkomplu fl-impieg taghhom ukoll meta jkunu qed irabbu t- tfal zghar.", "Il-bini ghac-'Child-Day Care Centre' fil-Qasam Industrijali f'Bulebel tlesta u bhalissa qieghed fil-fazi ta' l- arredament.", "Il-'Working Committee' lesta wkoll 'guidelines' li ser iservu bhala bazi ghar- regolamenti li jirregolaw it-tmexxija ta' 'Child-Day Care Centres'.", "Il- preparazzjonijiet ghal din il- legislazzjoni waslu kwazi fit- tmiem taghhom qabel ma jitressqu ghall-approvazzjoni tal-Kabinett.", "F'dawn l-ahhar sentejn fil- pajjiz tqanqal certu dibattitu dwar 'Child- Day Care Centres' ghat-tfal taht it-tliet snin.", "Izda, minkejja d-diskors li sar s'issa, xorta wahda jidher li ghad m'hawnx qbil generali dwar fejn u kif ghandhom jitwaqqfu dawn ic-centri, u minn min ghandhom ikunu ffinanzjati.", "F'Settembru li ghadda, gie ippublikat rapport fuq 'In-Nisa fl-Oqsma Industrijali'.", "Dan sar wara stharrig dwar aspetti tal-qaghda u l-htigijiet ta' dawn in-nisa mic-'Centru ghall- Izvilupp tal-Partecipazzjoni tal- Haddiema' ta' l-Universita' ta' Malta, fuq talba tal- 'Kummissjoni ghall- Avvanz tal- Mara'.", "Minn dan ir-rapport johrog li mhux in-nisa kollha huma unanimi dwar il-htiega ta' dawn ic-centri.", "Lanqas ma jidher li ghandhom idejat ghal kollox cari dwar min ghandu jmexxi dawn ic-centri u min ghandu jhallas ghalihom.", "B'dankollu hafna mill-haddiema li jahdmu 'full time' fl- oqsma industrijali lesti li jhallsu mizata ghall-uzu tac-centri basta din tkun ragonevoli.", "Mill-istharrig johrog ukoll li l-parti l-kbira tal- haddiema jippreferu li c-centri jitwaqqfu fl-ibliet u rhula fejn jghixu l- haddiema li huma ommijiet, u mhux fl-oqsma industrijali.", "Ta' min jinnota li ser isir 'seminar' fil-31 ta' Ottubru, organizzat mill- 'Kummissjoni ghall-Avvanz tal-Mara', proprju biex jiddiddiskuti r-rapport u r-rakkomandazzjonijiet fuq - 'In-Nisa fl-Oqsma Industrijali'.", "Skejjel,Junior Lyceum,Kotba musp,Skejjel,Junior Lyceum,Kotba mifu,Skejjel,Junior Lyceum,Kotba SKEJJEL - JUNIOR LYCEUM - KOTBA", "4860.", "L-ONOR.", "PHILIP MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jgħid hemmx studenti fil-Junior Lyceums (bniet u subien separatament) li għadhom mingħajr kotba?", "Liema huma dawn il-kotba u f'liema forms?", "Se jittieħdu passi sabiex dan in-nuqqas jispicca?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: L- uffiċjali kompetenti tad- dipartiment għarrfuni li ma jafu bl-ebda skola leċeali li fiha ma tqassmux il-kotba kollha.", "Registrazzjoni ghax-xoghol refa,Registrazzjoni ghax-xoghol Registrazzjoni ghax-xoghol REĠISTRAZZJONI GĦAX-XOGĦOL", "4861.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Kemm kien hemm nies Għawdxin jirreġistraw taħt l-ewwel parti u t-tieni parti f'Jannar ta' l- 1990, f'Dicembru ta' l-1990, f'Jannar ta' l-1991 f'Dicembru ta' l-1991, f'Jannar ta' l- 1992, f'Mejju ta' l-1992 u f'Settembru ta' l-1992?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Iċ-ċifri mitluba mill-Onor.", "Interpellant huma dawn:-", "JAN'90 DIĊ'90 JAN'91 DIĊ'91", "L-ewwel parti tar-reġistru 517 569 576 851", "It-tieni parti tar-reġistru 28* 20* 18* 15*", "JAN'92 MEJ'92 SET'92", "L-ewwel parti tar-reġistru 854 897* 821*", "It-tieni parti tar-reġistru 16* 32* 34*", "*Dawn il-figuri ma ġewx ippubblikati.", "Gozo Agricultural Products refa,Gozo Agricultural Products mifu,Gozo Agricultural Products GOZO AGRICULTURAL PRODUCTS", "4862.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jispjega kif ħaddiema regolari li kienu ddaħħlu mill-Labour Office f'Għawdex biex jaħdmu fil-GAP f'Għawdex, meta din il- kumpannija ngħatat lill-privat, lil dawn naqsilhom il-paga u l- istess ħaddiema li kienu regolari ħarġu jirreġistraw?", "Jidhirlu l-Ministru li dawn il-ħaddiema regolari kien jixirqilhom aħjar u l-gvern preżenti messu sabilhom xogħol bħal dawk il-ħaddiema irregolari li kienu jaħdmu ma' l-istess kumpannija?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Il-kumpannija Gozo Agricultural Products ġiet likwidata wara konsultazzjonijiet li saru mill-MIMCOL mal-Union li tirrappreżenta l-ħaddiema.", "Il- MIMCOL offriet li tgħin lill- ħaddiema konċernati isibu impieg alternattiv, iżda dawn ma laqgħux l-offerta.", "Il-ħaddiema irregolari bħal ħaddiema oħrajn irregolari qed issirilhom offerta ta' impieg mal-Gvern fi Grupp \"A\" skond il-policy imħabbra fil- Budget.", "Gozo Agricultural Products refa,Gozo Agricultural Products bong,Gozo Agricultural Products GOZO AGRICULTURAL PRODUCTS", "4863.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għas- Servizzi Ekonomiċi: X'inhi r- raġuni li l-Gozo Agricultural Products Ltd ingħatat lill- privat?", "Ħarġu xi forma ta' tenders?", "Jista' l-Ministru jispjega kif l-individwu koncernat iddaħħal jaħdem hemm qabel ma fil-fatt ħarġet l-offerta relattiva?", "Sar il-kuntratt relattiv, u jekk sar, x'inhuma l- kondizzjonijiet li jirregolaw dan il-kuntratt?", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Bħalissa l-kumpannija Gozo Agricultural Products Ltd qegħda f'stat ta' likwidazzjoni u qegħdin isiru sforzi kbar mil-likwidatur flimkien mal- kummissarju ta' l-Artijiet sabiex sew l-assi tal- kumpannija kif ukoll l-art ikkonċernata jiġu offruti b'tender.", "Ghawdex,Rabat,Latrina refa,Ghawdex,Rabat,Latrina falm,Ghawdex,Rabat,Latrina GĦAWDEX: RABAT - LATRINA", "4864.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Jidhirlu l- Ministru illi l-post fejn qiegħed jiġi rranġat biex jintuża bħala public convenience fejn ic- Cittadella, f'Għawdex huwa post inadegwat?", "Ta min kienet l-idea li l- istess public convenience issir fejn fil-fatt qiegħda ssir?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "Sptarijiet,Craig,Spizjara refa,Sptarijiet,Craig,Spizjara gall,Sptarijiet,Craig,Spizjara SPTARIJIET: CRAIG - SPIŻJARA", "4865.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: X'inhija r-raġuni illi t-tlett Għawdxin li ħadu d-diploma ta' spiżjara din is-sena, ma ġewx accettati li jaħdmu fl-Isptar Craig f'Għawdex u minflokhom intbagħtu f'Għawdex persuni residenti f'Malta?", "Jaf il-Ministru illi dawn kellhom jmorru jirreġistraw?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L- Ispizjara msemmija mill-Onor.", "Membru ghad iridu japplikaw biex l-ewwel jigu mpjegati mal- Gvern.", "Diga' ttiehdu passi biex tohrog sejha ohra ghall- applikazzjonijiet ghall-mili ta' postijiet ta' spizjara fuq bazi permanenti.", "Ghawdex,Xewkija,Qasam industrijali refa,Ghawdex,Xewkija,Qasam industrijali mifu,Ghawdex,Xewkija,Qasam industrijali GĦAWDEX: XEWKIJA - QASAM INDUSTRIJALI", "4866.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Kemm kien hemm ħaddiema jaħdmu fil-Qasam industrijali tax- Xewkija, Għawdex f'Jannar, f'Mejju, u f'Settembru ta' din is-sena?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: L- għadd ta' ħaddiema jaħdmu fil- Qasam Industrijali tax-Xewkija hu dan:-", "Jannar 1992 - 909 Mejju 1992 - 774 Settembru 1992 - 773", "Sptarijiet,Comb fid-demm farm,Sptarijiet,Comb fid-demm gall,Sptarijiet,Comb fid-demm SPTARIJIET - COMB FID-DEMM", "4872.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Kemm-il survey sar fuq ic-comb fid-demm f'Malta f'dawn l- aħħar ħames snin?", "Kienu ġew ippubblikati r- riżultati?", "Jekk le, jistgħu jiġu ppubblikati?", "X'passi ttieħdu fuq dawn ir- riżultati?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ma saru ebda 'surveys' fuq ic-comb fid- demm f'Malta fl-ahhar hames snin.", "F'dawn l-ahhar snin, l-enfasi fuq il-problema tac-comb f'Malta inghatat aktar sabiex jigu mnaqqsa jew eliminati r- ragunijiet ghal comb gholi fil- poplu Malti.", "Mix-xoghol li sar instab li l-uzu fil-fran ta' injam mizbugh b'zebgha bic-comb u ta' zejt uzat tal-karozzi kien qieghed jikkontamina l- hobs bic-comb.", "Saret 'survey' fuq il-fran ta' Malta u Ghawdex fejn instab li hafna mill-fran kienu kontaminati bic-comb.", "Ghaldaqstant dawn il-fran gew l-ewwelnett imnaddfa.", "Saru wkoll proposti li bil-mod il- fran ghandhom jinqalbu ghal sistemi ohra.", "Bhala mizuri, gew introdotti regolamenti li jipprojbixxu l- uzu ta' dawn il-materjali fil- fran u xi furnara ttellghu l- qorti.", "Giet organizzata (mill- Ministeru ta' l-Ambjent) sistema sabiex jingabar iz-zejt uzat mill- garaxxijiet sabiex dan jinharaq fil-'Power Station', sakemm jinstabu mezzi aktar adattati ghal kif wiehed jista jiddisponi minn dan il- materjal.", "Giet imwaqqfa l- importazzjoni u l-manifattura ta' zebgha bic-comb ghal uzu domestiku u beda jigi ntrodott il-'petrol' bla comb.", "Ser isir 'survey' ghal tard din is-sena sabiex wiehed jista' jarbel l- effett tal- mizuri li ttiehdu.", "Dan ma setax isir qabel peress li jridu snin sabiex il-mizuri jkollhom xi effett.", "Skejjel,Mosta,Primarji farm,Skejjel,Mosta,Primarji mifu,Skejjel,Mosta,Primarji MOSTA - SKEJJEL PRIMARJI", "4873.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Tfal li jattendu l-iskola Primarja ta' Grognet Str, Mosta u li joqogħdu taż-Żokrija l- Mosta m'għandhomx trasport mid- dar għall-iskola u lura.", "Hemm xi ħsieb li dan l- inkonvenjent jonqos?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Ir-residenti li joqogħdu taż- Żokrija il-Mosta m'għandhomx trasport għall-iskola u lura għax id-distanza mhix waħda li tirrikjedi l-provvista ta' trasport.", "Skejjel,Specjali,Fizjoterapisti farm,Skejjel,Specjali,Fizjoterapisti mifu,Skejjel,Specjali,Fizjoterapisti Skejjel,Specjali,Speech Therapists farm,Skejjel,Specjali,Speech Therapists mifu,Skejjel,Specjali,Speech Therapists SKEJJEL SPEĊJALI - FIŻJOTERAPISTI", "4874.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Riżorsi Umani: F'dawn l-aħħar ħames snin kemm saru korsijiet u kemm iggradwaw fiżjoterapisti u speech therapists għall-iskejjel specjali?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Tlabt lill-Universita' tgħad- dili l- istatistika relattiva.", "Skejjel,Ezamijiet medici farm,Skejjel,Ezamijiet medici mifu,Skejjel,Ezamijiet medici SKEJJEL - EŻAMIJIET MEDIĊI", "4875.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Tfal li ġew eżaminati l-ewwel darba mill-ischool medical officers u li kien hemm il- possibilita' li kellhom jagħmlu xi tip ta' operazzjoni ġew riferuti għand specjalisti li jaħdmu fil-privat biss, mingħajr ma' tawhom l-option li jagħżlu bejn vista fil-privat jew vista f'dipartiment governattiv.", "Hemm xi regola fuq ir-Referrals għand specjalisti mill-ischool medical officers?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Naħseb li hemm xi diżgwid.", "It- tobba fis- servizz mediku ta' l- iskejjel huma impjegati mal- Gvern fid-Dipartiment tas-Saħħa u joperaw fl-ambitu tas-servizz sħiħ mogħti mill-Gvern fl- isptarijiet u l-polikliniċi tiegħu.", "Qormi,Permess tal-bini manc,Qormi,Permess tal-bini falm,Qormi,Permess tal-bini QORMI - PERMESSI TAL-BINI", "4876.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: B'referenza għall- applikazzjoni PAPB 3235/91 dwar permess tal-bini f'Ħal Qormi, jista' l-Ministru jispjega x'inhi r-raġuni għaliex il-PAPB qed jirrifjuta li l-kantuniera jagħmilha fi splay bħal ma hija il-kantuniera fil-qrib fl- istess triq jew akwata?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "Qormi,Triq l-ahwa Zammit,Bini ta' garages manc,Qormi,Triq l-ahwa Zammit,Bini ta' garages falm,Qormi,Triq l-ahwa Zammit,Bini ta' garages QORMI: TRIQ L-AĦWA ZAMMIT - BINI TA' GARAGES", "4877.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid:", "(1) kif f'zona residenzjali fi Triq l-Aħwa Zammit, Qormi ngħata permess għall-bini ta' garages kbar għolja madwar 16- il filata għall-skopijiet industrijali?", "(2) Jaf il-Ministru illi dan l-internal development li jinsab fi triq imsemmija huwa mibni fuq żewġ sulari, u issa tfasslet rampa biex jinbena it- tielet sular ta' garages u dan meta internal development, aktar minn sular wieħed ma jistax jinbena?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Ix- xogħol in kwestjoni nbena skond il-pjanti approvati mill-PAPB bin-numru PB 3726/82 bid-data ta' 30 ta' Settembru, 1992.", "Ebda rampa ma nbniet għall- livell tat-tieni sular.", "L- unika rampa li teżisti hi sa l- ewwel sular biss.", "Din l-area fejn ħareġ dan il- permess hi kkonsidrata bħala semi- industrial.", "Trade Description Act farm,Trade Description Act gatl,Trade Description Act TRADE DESCRIPTION ACT", "4899.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għan- Nutrizzjoni, Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsijiet parlamentari numri 3374/3921 li kienet saret lill-Ministru tal-kummerċ?", "ONOR.", "LAWRENCE GATT: In- nies li tressqu l-Qorti taħt it-Trade Descriptions Act kienu wieħed fl-1987, erbgħa fl-1989 u wieħed fl-1990.", "Hemm każ wieħed pendenti.", "Din il-liġi hija komplessa u wieħed jieħu riżultati aħjar u aktar malajr jekk il-bejjiegħ maħsub li kiser il-liġi flok jittella' il-Qorti jingħata twessijiet biex jaġġorna ruħu jew jintlaħaq ftehim bonarju miegħu fl-interess tal-konsumatur.", "Każi bħal dawn li ġew irrekordjatai kien hemm:-", "1986 - 3 1987 - 6 1988 - 5 1989 - 8 1990 - 8 1991 - 53 1992 - 58 (sa Settembru)", "Direttament fuq dan ix-xogħol kien hemm dejjem, Enforcement Officer wieħed.", "Il-Ministeru beħsiebu japponta aktar uffiċjali fuq xogħol simili hekk kif jgħaddu liġijiet ġodda mill-Parlament dwar il-Ħarsien tal- Konsumatur.", "Mqabba,Church Square,Ipparkjar velk,Mqabba,Church Square,Ipparkjar gall,Mqabba,Church Square,Ipparkjar IMQABBA: CHURCH SQUARE - IPPARKJAR", "4900.", "L-ONOR.", "KARMENU VELLA staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Nixtieq niġbed l-attenzjoni għall-mistoqija parlamentari numru 31891 fejn kont staqsejt jekk il-Ministru jistax jieħu ħsieb biex ma jsirx parking ta' karozzi fi sqaq Numru 2 Church Square, Mqabba, peress li dan il-parking ta' karozzi barra li hu skomdu għall-abitanti ta' dan l-isqaq jista' jimblokka d- dħul ta' vetturi oħra bħal ambulanza, eċċ.", "Peress li għaddew tmien xhur minn mindu saret din il- mistoqsija parlamentari, ma ttieħdu l-ebda passi, jista' l- Ministru jara biex jieħu passi mill-aktar fis possibbli?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Id- Dipartiment tax-xoghlijiet diga' gie mitlub iwahhal tabelli 'No Parking' f'din il- lokalita'.", "Pulizija,SAG f'Ghawdex abew,Pulizija,SAG f'Ghawdex gall,Pulizija,SAG f'Ghawdex GĦAWDEX - PULIZIJA SAG", "4901.", "L-ONOR.", "WISTIN ABELA staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid għalfejn group ta' l-SAG qegħdin ta' spiss jitilgħu Għawdex bi tliet vannijiet, żewġ muturi u helicopter jagħmel sorveljanza kontinwa, anke matul il-vjaġġ tal-vapur bejn Malta u Għawdex?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk hux sewwa li Personnel Armati bil-machine guns, revolvers u lbies bullet proof vest jitilgħu fuq l-istess vapur li jkun personnel ċvili Maltin u Għawdxin u aktar u aktar turisti?", "Jista' l-Ministru jassigura lil pubbliku ġenerali li wieħed mill- vannijiet li jkun imsakkar u mingħajr twieqi ma jkunx iġorr munizzjon u esplussiv li jistgħu jkunu perikolużi?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ma jaghmilx sens li wiehed jaghti taghrif minn qabel dwar xoghol li tkun qed taghmel il-Pulizija b'mod li jistghu jiehdu vantagg il-kriminali u dawk li jkunu qed jiksru l-ligi.", "Ninsab assigurat li l- prezenza ta' membri ta' l- S.A.G. u l-vetturi taghhom fuq il-vapur t'Ghawdex ma huma ta' l-ebda periklu.", "Forzi Armati ta' Malta,Patrol boats abew,Forzi Armati ta' Malta,Patrol boats fene,Forzi Armati ta' Malta,Patrol boats AFM - PATROL BOAT", "4902.", "L-ONOR.", "WISTIN ABELA staqsa lill-Prim Ministru: Liema huma l-Patrol boats li nbiegħu dawn l-aħħar sentejn, kemm inbiegħu u lil min?", "Jista' l- Prim Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li jinbiegħu oħrajn fil-futur qarib?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI:L- informazzjoni mitluba mill- Onor. Membru qed tingħata hawn taħt:", "P.C. 25 Lm6,750 - Messrs S.P.& D. Co.Ltd", "P.C. 22 Lm1,505.50 - Mr Francis Cremona", "P.C. 26 Lm6,175 - Messrs S.P.& D. Co.Ltd", "Il-bejgħ sar wara sejħa għall-offerti skond il- proċedura normali.", "Irrid ngħid ukoll li nbdew il-proċeduri meħtieġa biex patrol boat oħra, il-P.C. 28, tkun tista tinbiegħ.", "Forzi Armati ta' Malta,Patrol boats abew,Forzi Armati ta' Malta,Patrol boats fene,Forzi Armati ta' Malta,Patrol boats AFM - PATROL BOATS", "4903.", "L-ONOR.", "WISTIN ABELA staqsa lill-Prim Ministru: Peress li ż-żewġ patrol boats condor plus li nxtraw dan l- aħħar mill-Germanja mhumiex adattati għall-shore patrols u għalhekk ma jistgħux jintużaw fuq xogħol li soltu jsir mill- Maritime Unit tal-Forzi Armati ta' Malta (tant li s'issa dawn għadhom ma tħaddmux ħlief għall-Sea Trial Runs ta xi siegħa), jista' l- Prim Ministru jgħid x'se jkun ix-xogħol tagħhom?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab informat li dawn il- vapuri tat-tip KONDOR fil-fatt ma nxtrawx biex jagħmlu xogħol ta' inshore patrols li għalih huma aktar adattati l-patrol boats l-oħra ta' l-Iskwadra Marittima tal-Forzi Armati ta' Malta.", "Il-vapuri nxtraw għal skopijiet ta' sorveljanza fil- bogħod, għal skopijiet ta' salvataġġ f'każ ta' xi inċident serju fuq il-baħar u għal attivitajiet oħra.", "Naħseb li l-Onor.", "Membru japprezza kemm kienu meħtieġa dawn il-vapuri għas-sigurta' tal-pajjiż.", "Irrid ngħid li mhijiex korretta l-asserzjoni li għamel l-Onor.", "Membru li dawn il- vapuri għadhom ma tħaddmux ħlief għal sea trial runs ta' xi siegħa.", "Għal kuntrarju, dawn qed jaħdmu regolarment skond programm imfassal għalihom.", "Forzi Armati ta' Malta,Maritime Unit abew,Forzi Armati ta' Malta,Maritime Unit fene,Forzi Armati ta' Malta,Maritime Unit AFM - MARITIME UNIT", "4904.", "L-ONOR.", "WISTIN ABELA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx staff biżżejjed fil- Maritime Unit biex jitħaddmu l- Patrol boats kollha li hemm fil-Forzi Armati ta' Malta?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jien informat li l-iskwadra Marittima tal-Forzi Armati ta' Malta għandha membri biżżejjed biex tħaddem il-patrol boats kollha li għandha, naturalment sakemm dawn il-boats ma jitħaddmux kollha f'daqqa.", "Fil-fatt, m'hemm l-ebda ħtieġa biex il-boats jitħaddmu f'daqqa.", "B'danakollu rrid ngħid li biex jimtela' l-establishment li hemm stabbilit għal din l- Iskwadra, iridu jiġu ngaġġati aktar nies.", "Qed jittieħdu l- passi meħtieġa biex, b'mod ġenerali, ir-rata ta' l-ingaġġ fil-Forzi Armati ta' Malta titjieb.", "Forzi Armati ta' Malta,Riorganizzazzjoni abew,Forzi Armati ta' Malta,Riorganizzazzjoni fene,Forzi Armati ta' Malta,Riorganizzazzjoni AFM - RIORGANIZZAZZJONI", "4905.", "L-ONOR.", "WISTIN ABELA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk ir-ri-organizzazzjoni tal- Forzi Armati ta' Malta tant imwiegħda saritx, u jekk saret meta u x'tibdil sinifikanti sar b'din ir-ri- organizzazzjoni?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ir- riorganizzazzjoni tal-Forzi Armati ta' Malta mhix xi proċess li jista' jitwettaq mil-lum għal għada, iżda fuq medda ta' żmien li matulha jridu jinkisbu r-riżorsi meħtieġa għal din il- bidla, jiġifieri n-nies, it-tagħmir, u l-opportunitajiet għat-taħriġ.", "B'danakollu diġa' sar ħafna u nirreferi lill-Onor.", "Membru għat-tweġiba li tajt għall- mistoqsija parlamentari numru 434.", "Minn meta tajt dik it-tweġiba kien hemm aktar żviluppi:", "(i) ir-ridistribuzzjoni tal- membri ta' l-Armata skond il-ħteġijiet ta' l- istruttura l- ġdida issa twettqet;", "(ii) il-Kap Kmandant ħatar numru ta' Bordijiet ta' Fizzjali li qed jieħdu ħsieb ir-ridistribuzzjoni fejn din hija meħtieġa ta' l-armi, tat- tagħmir u ta' l-istores;", "(iii) saru numru ta' eżerċizzji għar-reklutaġġ ta' nies meħtieġa skond il- pjan tar-riorganizzazzjoni, per eżempju għall-Iskwadra ta' l- Ajru, għar- Revenue Security Corps, għall-Air Traffic Control Corps u għall-Fire Section ta' l-Airport Company.", "Illum stess, ġew ingaġġati 61 suldat ġdid;", "(iv) wasal aktar tagħmir (patrol boats u helicopters) għall-Iskwadra Marittima u għall-Iskwadra ta' l-Ajru u ngħata l-kuntratt għar- riabilitazzjoni tal-helicopters tat-tip ALOUETTE li kien ilhom weqfin għal snin twal;", "(v) intbagħtu aktar ufficjali u NCOs għal taħriġ barra minn Malta fuq suġġetti marbuta mar-riorganizzazzjoni.", "Forzi Armati ta' Malta,Xiri ta' radios abew,Forzi Armati ta' Malta,Xiri ta' radios fene,Forzi Armati ta' Malta,Xiri ta' radios AFM - XIRI TA' RADIOS", "4906.", "L-ONOR.", "WISTIN ABELA staqsa lill-Prim Ministru: B'referenza għall- mistoqsija parlamentari tiegħi numru 3698 tal-15 ta' Lulju 1992 u għar- risposta tal-Prim Ministru tas- Seduta Nru. 40, b'mod partikolari parti (ii) tal- mistoqsija parlamentari tiegħi, jista' l-Prim Ministru jikkonferma li qed jittieħdu passi biex jinxtraw ir-radios UHF li jkunu adattati biex jikkomunikaw fuq il-frekwenza 118.9 MHz tat-torri tal- kontroll ta' Hal Luqa?", "Jaf li s'issa dawn ma kellhomx din il- frekwenza ħlief fuq ir-radios portable?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab informat li qed jittieħdu passi biex jinxtraw radios VHF AM fuq frekwenza ta' 118 sa 13 MHz għall-ajruplani Cessna Birddog, sabiex jiġu sostitwiti l-mezzi preżenti ta' komunikazzjoni bejn dawn l- ajruplan u l-Control Tower.", "Għalkemm ir-radios li għandhom fil-preżent dawn l- ajruplani ma joperawx fuq frekwenza ta' 118.9 MHz, u kif diġa' semmejt fir-risposta li tajt għall- mistoqsija parlamentari numru 3698, minkejja li r-radios preżenti huma mudelli antiki, dawn jistgħu jikkomunikaw (u fil- fatt ikkomunikaw) mal- Control Tower fuq frekwenza oħra.", "Madanakollu, inħass li jkun prudenti li sa ma' jiġu stallati r-radios il-ġodda, jintuża wkoll fuq it-Test Flights, set portable.", "Birzebbugia,Triq it-Trunciera,Xoghol velk,Birzebbugia,Triq it-Trunciera,Xoghol falm,Birzebbugia,Triq it-Trunciera,Xoghol BIRZEBBUGIA - XOGĦOL FI TRIQ IT-TRUNCIERA", "4908.", "L-ONOR.", "KARMENU VELLA staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Jista' l-Ministru jindaga rigward ix-xogħol ta' triq li qed issir fi Triq it- Trunċiera, Birżebbuġia?", "Jien informat illi r- residenti ġibdu l-attenzjoni illi hemm xi kanen ta' l-ilma miksurin, qabel ma beda x- xogħol fuq it-triq, u dawn ingħataw risposta illi dawn il-kanen jissewwew wara li titlesta t-triq.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Minn investigazzjoni mid-Direttur tad-Dipartiment tat-Toroq irriżulta li waqt li kien qiegħed isir xogħol ta' asfaltar ta' din it-triq il- kuntrattur witta ż-żrar qabel ma laħqu tlestew diversi house connections ta' l-ilma.", "Il- Perit inkarigat ħa passi sabiex fejn kien hemm il-bżonn li jsiru dawn ix-xogħlijiet dawn isiru qabel it-triq tiġi asfaltata u nġibu nies tal- Water Services Corporation biex jagħmlu x- xogħol meħtieġ.", "Madanakollu, mhux eskluż li xi nies irresponsabbli qalu d- diskors indikat mill-Onor.", "Interpellant.", "Id-Dipartiment tat-Toroq jinsab informat li sa nhar l- Erbgħa 14 ta' Ottubru dan ix- xogħol tal-House Connections jitlesta u t-triq tkun tista' tiġi asfaltata.", "Birzebbugia,Triq l-Imnarja,Manholes velk,Birzebbugia,Triq l-Imnarja,Manholes falm,Birzebbugia,Triq l-Imnarja,Manholes BIRZEBBUGIA - MANHOLES FI TRIQ L-IMNARJA", "4909.", "L-ONOR.", "KARMENU VELLA staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Jista' l- Ministru jindaga fuq ix-xogħol tat-triq li qed isir fi Triq l-Imnarja, Birżebbuġia fejn jien informat illi xi manholes eżistenti ġew mirduma mill- kuntrattur?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Is- sistema wżata mid-Dipartiment tat-Toroq rigward manholes f'toroq li jkunu qed jiġu asfaltati għall-ewwel darba hi kif ġej: 1 Kaptelli tal-konkos jiġu mqegħda fuq il-manholes f'livell 'l isfel daqs il-ħxuna tar-road surfacing taħt il- livell propost tat-triq.", "Dan isir biex iż-żrar kollu jkun jista' jiġi mwitti mingħajr ma jitwaqqgħu l- kaptelli.", "2 Iż-żrar jinfirex fuq dawn il-manholes u t-triq tiġi asfaltata kollha.", "3 Is-Sezzjoni tad-Drainage tidħol fuq it-triq wara li din tkun lesta u tpoġġi manholes covers tal-ħadid fondut.", "Għalhekk seta' kien il-każ li ngħatat l-impressjoni li l- manholes kienu qed jintradmu mill-kuntrattur meta fil-fatt dan ma kienx qiegħed isir.", "Servizz Civili,Attivisti partiggjani spil,Servizz Civili,Attivisti partiggjani fene,Servizz Civili,Attivisti partiggjani SERVIZZ CIVILI - ATTIVISTI PARTIĠĠJANI", "4919.", "L-ONOR.", "LINO SPITERI staqsa lill-Prim Ministru: Għaliex meta f'kull partit politiku jidher biċ-ċar li hemm attivisti li huma impjegati pubblici, bla ma l-partiti għadhom jagħmlu plejtu dwar dan, f'certi każi - per eżempju biex teacher jew grad simili - jagħmilha ta' segretarju ta' każin politiku l-pulizija għadha ticcita l-Estacode u tgħid li dan hu pprojbit?", "Jista' l-Prim Ministru jieħu passi remedjali?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI:", "1) Ir-regolamenti dwar l- attivitajiet politici minn impjegati pubblici din is-sena ġew emendati bic-Cirkolari li ħarġet fl-14 ta' Jannar 1992.", "Dawn jipprovdu li waqt li tinżamm in-newtralita' politika tas-Servizz Pubbliku bħala fattur fundamentali, fl-istess ħin tingħata lill-impjegati tal-gvern aktar liberta' sabiex jeżercitaw id-drittijiet li jgawdu cittadini oħra fil-qasam ta' attivitajiet politici.", "2) Dawn ir-regolamenti ġodda jagħtu l-liberta' lill- impjegati kollha mill- grad ta' Assistent Kap 'l isfel, li joħorġu bħala kandidati għall- Elezzjonijiet Ġenerali.", "3) Taw ukoll iktar liberta' lill-impjegati ta' certi gradi li jieħdu sehem f'attivitajiet politici.", "Dawk l-impjegati mill-grad ta' Ufficjal Eżekuttiv 'l isfel jistgħu, mingħajr ma jitolbu permezz mingħand il-Prim Ministru, jieħdu sehem f'diversi attivitajiet politici li jinkludu wkoll li jkunu ufficjali ta' partit politiku, bħalma hu s-Segretarju ta' każin politiku.", "4) Il-grad ta' teacher huwa għola minn dak ta' Ufficjal Eżekuttiv.", "Għalhekk skond dawn ir-regolamenti li jagħmlu parti mill-Estacode, teacher ma jistax ikun segretarju ta' partit politiku, u l-pulizija għalhekk ma' tistax toħroġ il- licenzja ta' każin f'isem teacher.", "Qormi,Permess ghal hanut spil,Qormi,Permess ghal hanut gall,Qormi,Permess ghal hanut QORMI - PERMESS GĦAL ĦANUT", "4920.", "L-ONOR.", "LINO SPITERI staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jara fiex waslet l-applikazzjoni għal permess ta' ħanut (f'Hal Qormi) (Ref.", "PAPB Pol 378/92)?", "Billi dan hu biss każ ta' ri- lokazzjoni ta' ħanut eżistenti kantuniera bogħod, jista' jekk jogħġbu l-Ministru jara l- ipproċessar ta' l- applikazzjoni jistax jitħaffef?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li din ir-referenza hija ta' l- applikazzjoni mal-PAPB għar- reġistrazzjoni u bdil ta' użu ta' post, biex jiġi wżat kummercjalment.", "Informat ukoll li l-applikazzjoni għadha ma saritx mal-Pulizija.", "Għaldaqstant nitlob lill- Onor. Interpellant biex jagħtini aktar tagħrif biex inkun nista' ngħaddih lill- Pulizija.", "Sigurta' Socjali,Kontribuzzjoni spil,Sigurta' Socjali,Kontribuzzjoni hyzg,Sigurta' Socjali,Kontribuzzjoni SIGURTA' SOCJALI - KONTRIBUZZJONI", "4921.", "L-ONOR.", "LINO SPITERI staqsa lill-Ministru għas- Sigurta' Soċjali: Kif inhi l- qagħda llum ta' mara miżżewġa li taħdem u tikkontribwixxi għas- Sigurta' Socjali?", "Xi drittijiet għandha, per eżempju, għal pensjoni kontributorja, pensjoni ta' l- irtirar bikrija, pensjoni ta' l-invalidita' eċċ?", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Il-lum bis-saħħa ta' emendi fil-liġi li kien ressaq dan il-Gvern, il-qagħda ta' mara miżżewġa li taħdem u tikkontribwixxi għas- Sigurta' Socjali nistgħu ngħidu li hi l-istess bħal dik ta' kull kontribut ieħor.", "Dawn mhux biss huma ntitolati għal pensjonijiet kontributorji kollha iżda llum ma jitilfu xejn mill-kontribuzzjonijiet li jkunu ħallsu qabel iż-żwieġ bħalma kien isir qabel.", "Għandhom ukoll il-vantaġġ li fejn mara miżżewġa tkun qed trabbi lill-uliedha waħedha, din titħallas b'rata ogħla.", "Niġbed l-attenzjoni ta' l-Onor.", "Interpellant li l-pensjoni ta' l- irtirar bikrija mhix waħda mill-pensjonijiet li titħallas taħt l-Att ta' l- 1982 dwar is- Sigurta' Socjali, iżda hi fl- iskema tal-pensjoni tat-Tarzna.", "Kacca,Regolamenti spil,Kacca,Regolamenti gall,Kacca,Regolamenti KAĊĊA - REGOLAMENTI", "4922.", "L-ONOR.", "LINO SPITERI staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Biex għall-inqas kulħadd ikun jaf fejn hu, jista' l-Ministru jagħti d-dettalji kollha possibbli dwar kif inhi regolata l-kaċċa skond il- liġijiet tagħna, imfissra f'termini ta' kuljum?", "Meta tista' ssir kaċċa u għal xiex?", "Hemm il-ħsieb li jsir xi tibdil f'dan kollu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-Kaċċa u l-Insib huma regolati mil- kodiċi tal- liġijiet tal- Pulizija u l-Avviż Legali 68 ta' l-1980 dwar il-Protezzjoni ta' l-għasafar u tal-fniek slavaġġ.", "L-Att V ta' l-1991 biex iħares l-ambjent fih ukoll provvedimenti fuq dan is- suġġett.", "Peress li dawn il- liġijiet huma ċari, speċjalment għal min jifhem is-suġġett, ikun tajjeb li wieħed jikseb kopja ta' dawn il-liġijiet.", "Barra minn hekk nara jistax isir xi ħaġa biex ikun hemm pubblikazzjoni ta' tagħrif.", "Dan irid isir b'konsultazzjoni mas-Segretarjat għall-Ambjent.", "Skejjel,Zejtun,Junior Lyceum mizj,Skejjel,Zejtun,Junior Lyceum mifu,Skejjel,Zejtun,Junior Lyceum ŻEJTUN: SKEJJEL - JUNIOR LYCEUM", "4924.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Fuq liema kriterji ttieħdet id-deciżjoni li biex tgħallem il- Physics fil-Junior Lyceum, Carlo Diacono, iż-Żejtun, tintbagħat teacher li għadha kemm ikkwalifikat B. Educ fil-Malti, u li bħala subsidary għadu early and middle years?", "Minn min kien kompost il-Bord ta' l-Għażla?", "Kien hemm applikanti biex jgħallmu l-Physics li għandhom B. Educ speċifikament f'dan is- suġġett, jiġifieri B. Educ Physics?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Tlabt lid-Dipartiment ta' l- Edukazzjoni dettalji dwar il- każ.", "Marsaxlokk,Moll velg,Marsaxlokk,Moll zamf,Marsaxlokk,Moll MARSAXLOKK - MOLL", "4925.", "L-ONOR.", "GEORGE VELLA staqsa lill-Ministru għat- Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jara li tiġi msewwija dik il-biċċa moll f'Marsaxlokk magħmul mil-ġebla tal-franka li jinstat bejn is- slip li kien ta' l-RAF u dak li jiġbdu l-laneċ il-kbar fuqu, għaliex qiegħed jieħdu l- baħar u jista' jiġi rovinat fi żmien qasir?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nixtieq ngharraf lill-Onor.", "Membru li s- suggeriment tieghu qed ikun ikkonsidrat.", "Bahar,Tingiz velg,Bahar,Tingiz zamf,Bahar,Tingiz BAĦAR - TINĠIŻ", "4926.", "L-ONOR.", "GEORGE VELLA staqsa lill-Ministru għat- Trasport u Komunikazzjoni: Jaf il-Ministru li kull meta qed jidħol xi tanker u jħott iż- żejt għal Power Station, qiegħed spiss jinxtered iż-żejt fil-baħar?", "Għaliex qiegħed jintuża detergent u mhux booms mechanical methods biex jiġabar iż-żejt imxerred?", "Jaf il-Ministru li l-użu tad- detergent irriżulta f'ammont ta' ħut żgħir mejjet jifflowtja fil-wiċċ?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ngħarraf lill-Onor.", "Membru li l-uzu tad- dispersant hu wzat fuq skala vasta f'diversi pajjizi.", "Hija biss konċentrazzjoni qawwija ta' dispersant li jikkaguna ħsara lill-ħajja fil- baħar.", "Meta kien hawn l-aħħar tanker, gie nnotat li kien hemm xi żejt fil-baħar.", "Ġew eżaminati l-pajpijiet u l- intake valves ta' l-Enemalta u nstab li ma kien hemm ebda ħsarat fil-Power Station.", "S'issa ghad m'hemm l-ebda prova li ż-żejt gie kkawżat mill-ħatt tat- tanker u li ma setax iddaħħal gol-port minn barra permezz tal-kurrent.", "San Giljan,Triq Lapsi,Grieden bril,San Giljan,Triq Lapsi,Grieden falm,San Giljan,Triq Lapsi,Grieden SAN ĠILJAN: TRIQ LAPSI - ĠRIEDEN", "4927.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Jista' l- Ministru jinvestiga l-ilment dwar problema akuta ta' ġrieden kif definit fil-petizzjoni magħmula mir-residenti tal-Maisonette Block, Lapsi Street, San Ġiljan?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Ingħataw struzzjonijiet lill- uffiċjal inkarigat mid-distrett biex isir tindif.", "Dwar il-qerda tal-ġrieden u t-tħawwil ta' siġar u fjuri għaddejna t-talba lid- Dipartiment tas-Saħħa u d- Dipartiment ta' l-Agrikoltura rispettivament.", "Skejjel,Għaqdiet Sportivi farm,Skejjel,Għaqdiet Sportivi mifu,Skejjel,Għaqdiet Sportivi SKEJJEL - GĦAQDIET SPORTIVI", "4929.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Għaqdiet sportivi fi grad ta' amateurs jiġu mitluba jħallsu biex jużaw premises tal-Gvern, per eżempju skejjel.", "Jidhirlu l-Ministru li biex inħajjar aktar għaqdiet simili, il-premises għandhom jingħataw b'xejn ħalli niġbdu aktar żgħażagħ lejn l-isports?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Il-policy tad-dipartiment kienet u għadha li faċilitajiet li jeżistu fl-iskejjel ta' l- istat għandhom safejn hu possibbli jitpoġġew għad- dispożizzjoni tal-kommunita'.", "Permessi għall-użu ta' dawn il- faċilitajiet jingħataw regolarment.", "Minn mindu twaqqfu l- kunsilli fl-iskejjel dawn ingħataw il-faċilita' li jikkontrollaw l-użu tal- faċilitajiet ta' l-iskejjel tagħhom.", "Fejn ikun hemm każijiet li jintalbu donazzjonijiet dawn jitqiegħdu f'fond skolastiku u jintużaw għat-titjib ta' l- istess skola u l-faċilitajiet.", "Naħseb li huwa tajjeb li ż- żgħażagħ fl-għaqdiet sportivi jidraw jieħdu ħsieb il- postijiet pubbliċi li jużaw.", "Ghawdex,Servizz tat-telephone bork,Ghawdex,Servizz tat-telephone zamf,Ghawdex,Servizz tat-telephone GĦAWDEX - SERVIZZ TAT-TELEPHONE", "4940.", "L-ONOR.", "KARMENU BORG staqsa lill-Ministru għat- Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti għas-servizz tat-telephone mir- residenti ta' Għawdex?", "Meta hemm il-ħsieb li dawn it-talbiet jiġu milqugħa?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Sa l-ahhar ta' Settembru f'Ghawdex kien hemm 1,246 applikazzjoni pendenti ghas- servizz tat-telefon kif jidher fil- lista annessa.", "Bhalissa qieghed isir xoghol ta' trinek u tqeghid ta' Cables biex tigi estiza u riabilitata s-sistema tad-distribuzzjoni.", "Dan ix-xoghol huwa mistenni li jkun lest s-sena d-diehla.", "Huwa 'ppjanat li l-maggoranza l- kbira ta' l-applikanti pendenti jinghatalhom is- servizz matul l-1993.", "GOZ0", "WAITING LIST AS AT END SEPTEMBER 1992", "Locality New App.", "Transfers Total", "Comino 38 - 38 Fontana 21 2 23 Ghansielem 72 8 80 Gharb 31 2 33 Ghasri 16 2 18 Kercem 23 2 25 Marsalforn 170 15 185 Mgarr 20 1 21 Munxar 38 2 40 Nadur 79 2 81 Qala 48 6 54 San Lawrenz 9 1 10 Sannat 99 6 105 Sta.", "Lucia 11 - 11 Ta' Cenc 19 - 19 Victoria 176 17 193 Xaghra 77 10 87 Xewkija 83 4 87 Xewkija H.E. 5 - 5 Xlendi 72 4 76 Zebbug 52 3 55", "Total 1159 87 1246", "Ghawdex,Mgarr,Opri tal-bahar bork,Ghawdex,Mgarr,Opri tal-bahar zamf,Ghawdex,Mgarr,Opri tal-bahar GĦAWDEX: MĠARR - OPRI TAL-BAĦAR", "4941.", "L-ONOR.", "KARMENU BORG staqsa lill-Ministru għat- Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jagħti tweġiba fuq il-mistoqsija parlamentari numru 4717?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Fuq ilmenti li kienu saru minn xi sajjieda, ittiehdu passi biex fejn inhass il-bzonn twessghu d-distanzi bejn il- \"mooring rings\" fuq Pontoon D fl-Imgarr, Ghawdex.", "Fl-opinjoni ta' ufficjali li ghandhom esperjenza twila fuq il-pontoons, id-dghajjes ta' Pontoon D fl-Imgarr issa ghandhom bizzejjed spazju biex jirmiggaw, jekk jorbtu kif suppost.", "Ghawdex,Nadur,Djar ghall-anzjani bork,Ghawdex,Nadur,Djar ghall-anzjani gall,Ghawdex,Nadur,Djar ghall-anzjani GĦAWDEX: NADUR - DJAR GĦALL- ANZJANI", "4942.", "L-ONOR.", "KARMENU BORG staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid hemmx il-ħsieb li f'ċerti rħula ta' Għawdex speċjalment fir-raħal tan-Nadur jiġu provduti djar għall-anzjani?", "Jekk fl-affermattiv, meta beħsiebu jinbeda x-xogħol fuq dawn id-djar?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Kif tħabbar fil-Budget għal din is- sena finanzjarja, il-Gvern se jissieħeb mal-Moviment Azzjoni Soċjali sabiex jinbena proġett ta' abitazzjoni għall-anzjani f'Għajnsielem f'Għawdex.", "Il- preparamenti meħieġa jinsabu fi stadju avvanzat.", "Qormi,Triq Mdina,Xoghlijiet bonm,Qormi,Triq Mdina,Xoghlijiet falm,Qormi,Triq Mdina,Xoghlijiet QORMI: TRIQ MDINA - XOGĦLIJIET", "4943.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Jista' l-Ministru jinvestiga għaliex it-Triq N/S of Mdina Road, Qormi (wara s- showroom ta' Maruti) ma tkomplitx meta hemm diversi xogħlijiet fiha lesti?", "X'kienet ir-raġuni li l- concrete tal-bankini ġie mqiegħed a spejjeż tar- residenti?", "Jista' l-Ministru jagħti ordni li dan ix-xogħol jitwettaq mill- aktar fis possibbli?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li x-xogħol fi N/S off Mdina Road, Qormi ma tkomplix minħabba prioritajiet ta' xogħol fil-proġett ta' Santa Venera.", "Dan kien xogħol ta' konkos li kien se jitħallat bl-idejn.", "Ir-residenti sabu żrar u ramel li ħalla d-Dipartiment għal dan il-għan u wżawh biex għamlu l- konkos bis-siment li pprovdew huma stess.", "Ix-xogħol għandu jitlesta fi ftit żmien ieħor."]} {"filename": "20040615_139d_par.doc", "date": "2004-06-15", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 139 It-Tlieta, 15 ta' Ġunju, 2004 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 139 It-Tlieta, 15 ta' Ġunju, 2004", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.02 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "139", "It-Tlieta, 15 ta' Ġunju, 2004", "WERREJ", "MINUTI 794", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI 794", "TQEGĦID TA' KARTI 801", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR L-ILSIEN MALTI (KUMITAT)", "MALTESE LANGUAGE BILL (COMMITTEE STAGE) 802", "AĠĠORNAMENT 823", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 829", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 138 li saret fl-14 ta' Ġunju, 2004 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "VALLETTA: SKOLA PRIMARJA - KOMUNIKAZZJONI PERMEZZ TA' E-MAIL", "5349.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid meta se jsir ix-xogħol ta' network li huwa meħtieġ għall-komunikazzjoni permezz ta' l-e-mail fl-iskola primarja ta' Sant'Iermu fil-Belt Valletta?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għall-Kompetittivita' u l-Komunikazzjoni) (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjieg): Informat li x- xogħol tan-network li hu meħtieġ għall-komunikazzjoni permezz ta' l-e-mail fl-iskola Primarja ta' Sant'Iermu fil-Belt Valletta kien komplut f'Ġunju tas-sena 2003.", "KUNSILL MALTI GĦALL-ISPORT – SELF TA' FLUS", "5350.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid kemm issellef flus il-kunsill Malti għall-isport mit-twaqqif tiegħu minn wara li għaddiet il-liġi dwar l-isport?", "Jekk fl-affermattiv, x'kien l-iskop għal dan is-self?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi): Informat li l-kunsill Malti għall-isports bl-approvazzjoni tal- ministeru tal-finanzi ssellef Lm250,000 fil-bidu ta' din is-sena.", "L-iskop tas-self kien biex jitħallsu l-kredituri li kellha il-pixxina nazzjonali qabel ġiet mgħoddija lill-kunsill Malti għall-isports u l-kredituri tad- dipartiment ta' l-isports qabel ma' ġie xolt.", "KUNSILL MALTI GĦALL-ISPORT - DIRETTURI", "5351.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid x'xogħol qed jagħmlu d-diretturi li huma fil-bord tal-kunsill Malti għall-isport?", "Xi ħlas qed jieħdu kemm bħala diretturi kif ukoll għal ħidma oħra li jistgħu qed iwettqu?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi): Informat li d-diretturi li huma fuq il-bord tal-kunsill Malti għall-isports qed iwettqu dmirijiet skond il-liġi ta' l-Isport.", "Il-ħlas tad-diretturi huwa ta':", "Chairman - Lm6,000 fis-sena Membri - Lm1,000 fis-sena", "Ħidma oħra li mhux parti mill-obbligu tagħhom ta' diretturi kien hemm:-", "Ms Kethryn Borg - acting facility manager - pixxina nazzjonali - Lm583.33 fix-xahar għal tliet xhur.", "Mr Euchar Camilleri - acting facility manager - Cottonera sports complex reimbursement għal spejjeż ta' telekomunikazzjonijiet u transport - Lm400 fis-sena.", "TAL-QROQQ - PIXXINA NAZZJONALI", "5352.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid kif qed titmexxa l-pixxina nazzjonali f'tal-Qroqq fil-preżent?", "Kemm hemm ħaddiema u x'inhu x-xogħol tagħhom?", "Jista' jgħid ukoll meta ġew impjegati dawn il- ħaddiema?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi): Informat li l-pixxina nazzjonali qed titmexxa mill-KMS.", "Fil- preżent, sakemm jinħatar facililty manager, il-pixxina qed titmexxa minn acting manager.", "|Kariga |Nru |Data ta' | | | |l-Ingaġġ | |Front office |3 |29/03/2004| |staff | | | |Maintenance |2 |29/03/2004| |Maintenance |1 |29/03/2004| |assistant | | | |Gym manager |1 |29/03/2004| |Sports |3 |29/03/2004| |attendant | | | |Sports |1 |19/01/2004| |attendant | | | |Sports |1 |01/03/2004| |attendant | | | |Watchman |1 |Pre-KMS | | | |1998 | |Watchman |2 |Pre-KMS | | | |2001 | |Paint room |6 |Pre-KMS | |operators | |1993 | |Part-time |1 |Pre-KMS | |clerk | |2003 | |Timekeeper |1 |10/01/2004|", "TAL-QROQQ - PIXXINA NAZZJONALI", "5353.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid x'xogħol sar jew qed isir mill-ewwel tas-sena sal-preżent fil-pixxina nazzjonali?", "Min qed jagħmel dan ix-xogħol u kemm se jigi jiswa?", "Saret xi sejħa pubblika għal dan ix-xogħol?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi): Ix- xogħol li sar u li qed isir mill-ewwel tas-sena sal-preżent fil-pixxina nazzjonali kien jikkonsisti fi:", "Qlugħ ta' madum mill-art tal-main pool u minflok isir surface ġdid – Rea Ceramics;", "Irranġar ta' floodlighting - Ħaddiema tal-KMS", "Irranġar tad-deck floor - Ħaddiema tal-KMS", "Roof maintenance ta' partijiet fl-east block - Ħaddiema tal-KMS", "Tibjid tad-dressing rooms - Ħaddiema tal-KMS", "Tiswija tal-gym equipment - Skond l-original supplier", "Barra minn hekk il-kunsill Malti għall-isport qed jagħmel evalwazzjoni dettaljata tal-bżonnijiet tal-manteniment tal-pixxina.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Silvio Parnis, domanda supplimentari.", "ONOR.", "SILVIO PARNIS: Jista' il-Ministru jgħid x'sar mill-iskola tal- kindergarten in-naħa ta' Lourdes fi Triq Brittannia ġewwa Raħal il-Ġdid peress li madwar sentejn ilu intqal li kienet se tinfetaħ?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ma naħsibx li l-Onor.", "Interpellant huwa nformat tajjeb għax skond it-tagħrif li ngħatajt min-naħa tad-diviżjoni ta' l-edukazzjoni għadha ma tteħditx id-deċiżjoni li tinfetaħ skola tal-kindergarten fil-post indikat minnu.", "Peress li ma jidhirx li hemm żieda partikolari fin-numru ta' tfal li qegħdin jiġu assenjati fl-iskejjel primarji ta' Raħal il-Ġdid, f'dan l-istadju d-diviżjoni ma ħassitx il-bżonn li tbiddel il-pjanijiet tagħha.", "Pero' biex inkun onest u b'saqajja fl-art se nerġa' nindaga biex ikolli informazzjoni aktar aġġornata dwar dan il-punt li jien ċert li jinteressa ħafna lill-Onor.", "Parnis.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, madwar tmien xhur ilu kont għamilt domanda supplimentari fejn informajt lill-ministru li fl-entratura tas-section tal- kindergarten fl-iskola primarja tal-Kalkara, jeżisti ċertu periklu.", "Il- Ministru kien wegħedni li se jindaga u għalkemm jista' jkun li ndaga, sal- lum dan il-periklu għadu hemm.", "Jista' jara li din il-ħsara tiġi rranġata?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Speaker, għada stess se nitlob biex jirrapportawli sew x'inhi s-sitwazzjoni u li jittieħdu l-passi kollha li hemm bżonn.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Parnis.", "ONOR.", "SILVIO PARNIS: Peress li fir-risposta tiegħu l-Ministru tani x'nifhem li t-tfal ta' din il-lokalita' qegħdin jiġu moqdija, jista' jgħidli x'se jsir mill-proprjeta' li l-kunsill lokali kien interessat li jiżviluppa għal dan il-għan?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Speaker, minħabba li din il-kwestjoni mhux l- ewwel darba li tqanqlet, ikun aħjar li ssir domanda bil-miktub ħalli nkun naf x'inhi l-pożizzjoni tad-diviżjoni u nkun nista' nirrelataha lill-Kamra kollha.", "TAL-QROQQ - PIXXINA NAZZJONALI", "5354.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid jekk il- pixxina nazzjonali tissellifx flus jew inkella tieħux biss il-fondi allokati lilha mill-gvern ċentrali fil-budget?", "F'kaz li l-pixxina tissellef, jista' jgħid kemm isselfet f'dawn l-aħħar sentejn?", "X'inhi r- raġuni għal dan is-self u min ta l-awtorizzazzjoni tiegħu għal dan?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-pixxina nazzjonali ma tissellifx flus iżda tingħata fondi allokati lilha mill-gvern ċentrali fil-budget.", "B'effett mill-1 ta' Marzu, 2004, il-pixxina nazzjonali ġiet mgħoddija lill-kunsill Malti għall-isport.", "PERSUNI LI KISBU ĊITTADINANZA MALTIJA", "5708.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li ngħataw iċ-ċittadinanza Maltija s-sena l-oħra u din is-sena u mil-liema pajjiż oriġinarjament kienu?", "ONOR.", "TONIO BORG (Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern): Ninsab informat li n-numru ta' persuni barranin li akkwistaw iċ- ċittadinanza Maltija s-sena l-oħra u din is-sena huwa kif jidher fit- tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Silvio Parnis, domanda supplimentari.", "ONOR.", "SILVIO PARNIS: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħidilna fuq liema kriterji jingħataw iċ-ċittadinanzi?", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Nirringrazzja lill-Onor.", "Interpellant talli tani l- opportunita' li nwieġeb għal din id-domanda peress li jistaqsuhieli ħafna nies u allura jkun tajjeb li tiġi rreġistrata pubblikament.", "L-ewwelnett tista' takkwista ċ-ċittadinanza fil-mument tat-twelid tiegħek jekk titwieled Malta jekk almenu wieħed mill-ġenituri tiegħek ikun Malti, u f'każ li titwieled barra minn Malta, mhux biss wieħed mill-ġenituri jrid ikun Malti imma jrid ikun ukoll imwieled Malta.", "Jiġifieri meta inti titwieled barra minn Malta għandek l-ostakolu li mhux biss missierek jew ommok iridu jkunu Maltin imma jridu jkunu mwielda Malta wkoll.", "Meta titwieled Malta huwa biżżejjed li wieħed mill-ġenituri jkun Malti, u dan bl- emendi li konna ntroduċejna fl-1989.", "Imbagħad fis-sena 2000 kienu ġew introdotti emendi oħra li permezz tagħhom jekk tikkwalifika għal ċittadinanza oħra, jiġifieri jkollok żewġ ċittadinanzi, tista' żżommhom it-tnejn.", "Qabel kienet li fl-eta' ta' 18-il sena kellek sena żmien sabiex tiddeċiedi jekk iċċedix waħda jew l-oħra u jekk ma ċċedix iċ-ċittadinanza Awstraljana, per eżempju, kont titlef dik Maltija.", "Imbagħad tista' takkwista ċ-ċittadinanza b'reġistrazzjoni, jiġifieri ma takkwistahiex awtomatikament bħal f'dawn il-każijiet li semmejt imma trid tapplika għaliha u bħala regola teħodha kważi awtomatikament.", "Hawnhekk nirriferi l-aktar għal każijiet taż-żwieġ.", "Per eżempju jekk persuna ta' nazzjonalita' barranija tiżżewweġ Malti, wara ħames snin li tkun ilha miżżewġa u tgħix ma' dik il-persuna, takkwista ċ-ċittadinanza Maltija.", "Din ukoll daħlet permezz ta' l-emendi li konna ntroduċejna fl-2000.", "L-unika eċċezzjoni hi meta jkun hemm raġuni ta' sigurta' jew interess pubbliku, jew għax il-pulizija tissuspetta li inti ġġielidt mal-mara, jew bil-maqlub, jew inkella jkun hemm ċerti indikazzjonijiet li dik il-persuna tista' tkun kriminali u affarijiet bħal dawn.", "Pero' bħala regola teħodha awtomatikament.", "(Interruzzjonijiet) Le, m'hemmx għalfejn tkun qed tgħix Malta, biżżejjed li tkun ilek tgħix fiż-żwieġ ma' persuna Maltija għal ħames snin.", "Dak jintitolak li tieħu ċ-ċittadinanza Maltija, anke jekk tiżżewweġ u tmur tgħix l-Amerka.", "Wieħed jistaqsi: Kif tinforzaha din?", "Ħafna drabi huwa diffiċli li tinforzaha għax mhux se toqgħod tibgħat il- pulizija kull sena biex tara jekk din il-koppja għadhomx jgħixu flimkien.", "Ħafna drabi l-inforzar tagħha jsir billi wieħed mill-konjuġi jikxef lill- ieħor meta dawn jiġġieldu.", "Imbagħad tista' takkwista ċ-ċittadinanza b'naturalisation, jiġifieri għalkemm ma tkunx miżżewweġ Malti u lanqas twelidt Malta, tapplika biex issir ċittadin Malti.", "Fl-1987 il-gvern kien ħareġ lista ta' każijiet bħal dawn.", "Fosthom hemm każijiet fejn għalkemm la ommok u lanqas missierek ma jkunu Maltin, għandek dixxendenza Maltija.", "Jista' jkun ukoll li xi darba kellek iċ-ċittadinanza Maltija u għal xi raġuni tliftha, allura terġa' tapplika għaliha.", "Imbagħad hemm l-aħħar raġuni, dik ta' każijiet umanitarji.", "S'issa d- dipartiment interpreta dawn il-każijiet bħala meta xi ħadd ma jkollux nazzjonalita'.", "Kellna xi ftit mill-Jugoslavja li nqabdu f'pajjiżna, ma nafx x'ġara f'pajjiżhom, neħħewlhom il-nazzjonalita' u allura tajnihilhom.", "Dawn il-każijiet ikunu ftit ħafna u ġeneralment jingħataw wara ċertu numru ta' żmien.", "Fil-liġi m'għandna xejn indikat kemm għandu jkun dak iż-żmien, dik imbagħad hija fid-diskrezzjoni tal-gvern jew tal-ministru.", "L-uniku requirement li hemm fil-liġi hi li trid tkun ilek ħames snin tgħix f'Malta biex tapplika.", "Issa din ħafna nies iħawduha u jaħsbu li wara ħames snin għandhom dritt jeħduha mentri fil-fatt wara ħames snin għandhom dritt japplikaw.", "Ir-regola ġenerali bħala politika interna li wieħed isegwi hi li jekk għandek tfal Maltin ...", "Għax hawn min hu barrani pero' it-tfal tiegħu huma Maltin għax twieldu f'Malta qabel l-1989.", "Għax ta' min jgħid li min twieled f'Malta qabel l-1989, anke jekk missieru u ommu kienu mill- Pakistan, huwa Malti.", "Allura lil dawk ġeneralment wara 15-il sena nagħtuhom iċ-ċittadinanza.", "Ir-regola ġenerali għal persuni oħrajn hi li jridu jkunu ilhom jgħixu f'Malta għal 20 sena.", "Naturalment sena 'l hemm u sena 'l hawn m'hijiex se tagħmel differenza għax fil-liġi m'hemm xejn stipulat, tista' tagħtihielu wara sitt snin jekk trid, imma biex ikun hemm ċerta ordni, għamilniha b'dan il-mod.", "Issib każijiet fejn persuni jkunu ilhom jgħixu seba' snin biss f'Malta jew clubs tal-football li biex iżidu player barrani jkunu jridu jagħmluh Malti.", "Pero' wieħed irid jifhem li f'pajjiż żgħir bħala tagħna ma nistgħux noqogħdu nimxu b'dan il-mod.", "Nisperaw li spjegajt it-tliet metodi ta' kif wieħed jista' jakkwista n- nazzjonalita' b'mod sempliċi kemm jista' jkun.", "AMBAXXATI MALTIN F'PAJJIŻI TAL-UE", "5709.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u Promozzjoni ta' l-Investiment: Jista' il-Ministru jgħid kemm għandna ambaxxati Maltin ġo pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea u fejn?", "Xi pjani futuri għandu l-ministeru biex jinfetħu oħrajn, meta u fejn?", "ONOR.", "JOHN DALLI (Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u Promozzjoni ta' l- Investiment): Malta għandha ambaxxata fi 13-il pajjiż ieħor ta' l-Unjoni Ewropea.", "Dawn huma l-Awstrija, il-Belġju, id-Danimarka, Franza, il-Greċja, il-Ġermanja, l-Irlanda, l-Italja, l-Olanda, ir-Renju Unit, Spanja, l- Isvezja u l-Ungerija.", "Il-ftuħ ta' ambaxxati Maltin f'pajjiżi oħra isir fuq programm studjat li jieħu in konsiderazzjoni diversi fatturi bħala importanza strateġika u ekonomika fost oħrajn.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jista' il-Ministru jgħidli jekk għandniex ambaxxata jew konslu fl-Iran?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Safejn naf jien fl-Iran la għandna ambaxxata u lanqas konslu.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Silvio Parnis.", "ONOR.", "SILVIO PARNIS: Jista' il-Ministru jgħid kemm qegħdin jiswew lill- gvern Malti l-ambaxxati li semmejna fid-domanda oriġinali?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Naturalment wieħed ma jistax jaqta' linja u jgħid kemm qed jiswew dawn l-ambaxxati.", "Li jista' jagħmel jara x'kienu l-accounts tagħhom tas-sena l-oħra u jikkalkula, pero' quddiemi m'għandix dawn id- dettalji.", "Imbagħad trid tqis li għandna ċerti ambaxxati li jkunu ta' ċertu kobor.", "Dan huwa dovut għall-fatt li dawn l-ambaxxati jkunu qegħdin f'post li fih jew ikunu joqogħdu ħafna Maltin jew minnu jgħaddu numru ta' Maltin.", "B'hekk ikun hemm bżonn ta' aktar assistenza konsulari, bħal fil-każ tar- Renju Unit.", "Imbagħad meta niġu għal ambaxxati oħrajn, bħal dik tad- Danimarka, insibu li m'hemmx din it-tip ta' popolazzjoni u allura s- sitwazzjoni tkun differenti u ma jsirx daqshekk użu minnhom.", "Fir-Renju Unit hemm ħafna Maltin u allura jagħmlu ħafna użu mis-servizz ta' l-ambaxxati.", "Barra minn hekk numru kbir ta' Maltin jgħaddu minn dan il-pajjiż u wħud minnhom jiltaqgħu ma' ħafna problemi.", "Ikun hemm min jitlef il-passaport jew xi flus, oħrajn ikollhom xi problemi mal-liġi u allura dawn il-każijiet kollha jispiċċaw fl-ambaxxati.", "B'hekk hemm il-ħtieġa li jkollok ċerta manning ta' nies biex jagħtu l-assistenza tagħhom skond il-bżonn.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Parnis.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Għandna statistika ta' kemm Maltin jaħdmu f'dawn l- ambaxxati?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Din it-tip ta' informazzjoni teżisti pero' jkun aħjar jekk l-Onor.", "Interpellant jagħmilli d-domanda bil-miktub ħalli nkun nista' nagħtih l-informazzjoni kollha.", "DWANA - KAŻI TA' KUNTRABANDU", "5710.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm inqabad kuntrabandu din is-sena?", "X'tip ta' oġġetti kienu u x'kien il-valur tagħhom?", "ONOR.", "TONIO FENECH (Segretarju Parlamentari) (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra t-tabella bit-tagħrif mitlub.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jista' is-Segretarju Parlamentari jgħidli għadux pendenti l-każ tal-container li nqabad bil-whisky meta dan suppost kien qed iġorr ilma?", "Jista' jkun li dan huwa inkluż f'din il-lista?", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Tonio Fenech.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Mr Speaker, peress li l-lista hija twila, huwa diffiċli li nivverifika jekk dan il-każ huwiex qiegħed imniżżel fiha jew le.", "Għalhekk ikun aħjar li wieħed janalizzaha u f'każ li ma jkunx sodisfatt, jerġa' jagħmel id-domanda.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Peress li la jien u lanqas il-poplu Malti u Għawdxi m'aħna sodisfatti, jista' is-Segretarju Parlamentari jispjegali x'inhi r- raġuni li dan il-każ li ilu s-snin li seħħ, għadu pendenti?", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Fenech.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Filwaqt li m'iniex konxju li għandna ħafna każijiet li huma pendenti nfakkar lill-Onor.", "Interpellant li d-domanda oriġinali kienet proprju dwar il-kuntrabandu li nqabad din is-sena u ma naħsibx li dan il-każ ġara din is-sena.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, jien m'għedtx li dan il-każ ġara din is- sena, anzi għedt li ilu s-snin pendenti.", "Jien xtaqtu jispjega lill-poplu Malti u Għawdxi jekk huwiex ġustifikat li każijiet kbar bħal dan li semmejtlu, fejn minflok ilma instab whisky u każijiet oħra fejn instabu ammonti kbar ta' sigaretti, idumu pendenti għal snin kbar u ma naslu għal ebda konklużjoni.", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Mr Speaker, ħafna drabi dawn il-każijiet ikunu spiċċaw f'idejn il-pulizija u mhux f'idejn id-dipartiment tad-dwana.", "Għaldaqstant ma naħsibx li nista' nagħtih tweġiba ħlief li jkun sar rapport lill-pulizija min-naħa tad-dwana.", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Il-każijiet kollha li jiġu nvestigati mbagħad imorru l- qorti.", "Issa kif spjegajt diversi drabi, għalkemm jien ministru tal- ġustizzja, m'għandix kontroll fuq kemm il-kawżi jdumu l-qorti.", "Xtaqt kieku kelli dan il-kontroll imma m'għandix.", "Naturalment jekk xi ħadd jidhirlu li l-każijiet personali tiegħu qed idumu - u naħseb li l-akkużat li jkun fi proċedura kriminali ma jeħux gost li l-każ tiegħu idum - għandu rimedji legali biex ikun jista' jħaffef l-affarijiet.", "Imma l-gvern ma jistax iħaffef il-proċessi hu.", "Il-pulizija tagħmel ix-xogħol tagħha u għal xi raġuni jew oħra - jew għax l- avukati, speċjalment meta jkun hemm ħafna akkużati, iqajmu eċċezzjonijiet jew kawżi kostituzzjonali - il-proċess idum.", "Imma fil-parlament daqshekk nistgħu nagħtu informazzjoni dwar x'inhi r-raġuni li każ qed idum jew ma jdumx u bl-ebda mod m'hu responsabbli, la jiena u lanqas xi ministru hawnhekk, kemm idumu l-kawżi l-qorti.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, jiena ma staqsejtx x'inhi r-raġuni għala l- kawżi jdumu l-qorti imma jekk jidhirlux li l-poplu għandu dritt jistenna li affarijiet bħal dawn jinqatgħu malajr.", "Għax hemm ħafna kawżi fejn itellgħuk malajr il-qorti, jakkużawk u jsibuk ħati jekk iridu.", "Ma jidhirlux li l-poplu għandu raġun igerger għax joqgħod jistenna dawn is- snin kollha mingħajr ma jkun jaf x'inhu r-riżultat?", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, jiena se nsemmi kawżi fejn kont involut jien u fejn domt is-snin sabiex ħadt dak li ħaqni.", "Riċentement kont irbaħt Lm900 talli kienu qaluli li jien kont l-aktar wieħed li nfaqt fil-karozzi.", "Imbagħad meta mort niċċekkja sibt li għoddew il-karozzi kollha tal- pulizija, qisni l-karozzi tal-pulizija noqgħod nużahom jien!", "Erba' snin domt biex ħadt Lm900 u għandu jkun – ma nafx issa jekk appellawx jew le – għadna qed nistennew ukoll.", "Ma tistax tagħmel photocopy ta' każ u tgħid li l-każijiet l-oħra kollha jridu jimxu bħalu għax jiddependi minn ħafna affarijiet.", "Per eżempju f'ċerti każijiet tad-dwana – nifhem li dan il-każ qam fuq tad-dwana – id- difiża tinsisti li jixhdu nies li jkunu bagħtu l-affarijiet huma.", "Issa lil dawn in-nies ma nistgħux inkaxkruhom u nġibuhom Malta biex jixhdu.", "Allura hemm sistema kkumplikata u li ddum, sabiex wieħed jitlob ix-xhieda ta' dawn in-nies barra minn Malta.", "Din ma tistax tqabbilha ma' kawża oħra fejn xi ħadd jagħti daqqa ta' ponn lil xi ħadd, kulħadd rah, itellgħuh il-qorti u jeħel.", "Jiġifieri dan huwa impossibbli!", "Skond l-esperjenza tiegħi fil-qorti huwa mpossibbli li wieħed joqgħod jikkompara kawża ma' oħra.", "Naqbel ma' l-Onor.", "Interpellant li hemm ċerti kawżi li m'għandhomx idumu daqstant, speċjalment kawżi tat-traffiku u huwa għalhekk li fl-abbozz li qed jemenda l-Kodiċi ta' l-Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili qed nipproponu żewġ emendi li nittama li l-oppożizzjoni tissapportjahom għax hawn min tkellem favur tagħhom u hawn min qisu għadu qed jittituba.", "L-ewwelnett jekk jiena għandi nieħu sa Lm5,000 u lid-debitur nibagħtlu ittra uffiċjali u ma jweġibnix f'xahar, allura m'hemmx għalfejn immur il- qorti, nassumi li m'huwiex qed jikkontestaha u allura qisni erbaħt il-kawża l-qorti – ħalliha li mbagħad jekk hu jipprova li dik l-ittra ma rċevihiex jista' jwaqqa' dik is-sentenza - u t-tieni li f'ċerti kawżi ta' kollużjoni tat-traffiku, fejn ma jweġġgħux in-nies imma ssir biss ħsara lill-vetturi, minflok noqogħdu nibagħtu lin-nies il-qorti, dawn imorru kollha fiċ-ċentru ta' l-arbitraġġ.", "Issa nispera li meta niġu għad-diskussjoni tagħha, l-oppożizzjoni tissapportjana ħalli f'affarijiet li jolqtu ħafna nies, ma jkunx hemm dewmien.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, il-Ministru qal li hu kellu kawża ta' libell li damet erba' snin.", "Jien ukoll kelli kawża ta' libell li damet ħames snin – u ma kenitx dwar kemm kelli karozzi imma kienet li peress li jien kont fil-politika ppruvaw ikeċċuni mix-xogħol – pero' dan m'għandu x'jaqsam xejn mal-kwestjonijiet li semmejt.", "Nerġa' ngħid li hemm kwestjonijiet li veru qegħdin idumu minħabba l-qrati imma mbagħad hemm oħrajn fejn id-dipartimenti tal-gvern stess jew ma ġabux dokumenti jew ma ġabux ċerta evidenza.", "Ma jidhirlux li din hija inġusta u m'għandhiex tkun?", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, ma nafx liema huma dawk il-każijiet fejn id-dipartimenti stess ma jġibux id-dokumenti.", "Issa m'iniex qed ngħid li kollox jimxi pinna u bilfors li xi ħadd irid jipproduċi d-dokument mal- ewwel għax forsi dan ma jinstabx jew għal xi raġuni oħra.", "Pero' jien naf b'ħafna każijiet fejn jiġu jilmentaw għandi, jiena nibda naħseb li d- dipartiment tiegħi jkollu tort u mbagħad niskopri li għax id-difiża tkun qed tqajjem ċerti oġġezzjonijiet jew argumenti, ma nkunx nista' inwieġeb fl- ajru.", "Ma neskludix li jista' jkun hemm xi dipartiment li ma jkunx diliġenti biżżejjed u minħabba f'hekk ma timxix il-kawża, imma hemm diversi raġunijiet.", "U jista' jkun sempliċement dewmien daparti tal-ġudikant, m'iniex se noqgħod nistħi ngħidha!", "Jien niftakar li kien hemm kawża qabel ma sirt ministru, ħallejtha, sirt ministru, spiċċajt minn ministru u nsibha fl-istess pożizzjoni li ħallejtha qabel ma sirt ministru!", "Ma nistax ngħid li dawn huma affariiet tajbin, imma mill-banda l-oħra hawn ħafna ġudikanti oħrajn li jaqtgħu l-kawżi malajr, huma tal-kuxjenza u jemmnu li jekk ittawwal l-affarijiet, ikun hemm aktar kumplikazzjoni, apparti li din hija nġustizzja fiha nnifisha.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' Karti.", "L-Onor.", "Helen D'Amato.", "TQEGĦID TA' KARTI", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari Helen D'Amato.", "ONOR.", "HELEN D'AMATO (Segretarju Parlamentari): Mr Speaker, f'isem il- Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita` nqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra:", "Tagħrif dwar l-għadd ta' spezzjonijiet li saru fi stabbilimenti ta' l- ikel u xorb bejn Jannar u Mejju tas-snin bejn l-2002 u l-2004, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 6035.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "PERMESS TAL-KAMRA", "ONOR.", "TONIO BORG: Sur President, wara li l-ftehim li sar ma' l- oppożizzjoni biex l-item li jidher fuq l-aġenda, jiġifieri d-diskussjoni fi stadju ta' Kumitat fuq l-abbozz ta' liġi dwar ir-reġistru ċentrali, ma jibqax jidher fl-ordnijiet tal-ġurnata minkejja li għandu l-messaġġ tal- President ̧ nipproponi li dan imur quddiem il-kumitat permanenti għall- konsiderazzjoni ta' abbozzi ta' liġi.", "Ftehemna wkoll li dan bl-ebda mod ma joħloq preċedent imma japplika biss għal dan il-każ partikolari.", "MR SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR L-ILSIEN MALTI", "MALTESE LANGUAGE BILL", "L-ordni għall-Kumitat ġie moqri.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor.", "Mario de Marco, Viċi President tal-Kumitat, jippresjedi.", "(Ikompli mill-14 ta' Ġunju, 2004)", "Klawsola 8 - Kumitati Tekniċi.", "Clause 8 - Technical Committees.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Qabel ma ngħaddi biex nitkellem dwar din il-klawsola, nixtieq ngħid li wara d-diskussjoni li kellna l-bieraħ fuq the Malta press club, eżattament fuq il-punt li kien qed jagħmel il-kollega tiegħi l-Onor.", "Abela dwar jekk jinbidel l-isem, waslitli informazzjoni li fil-fatt dan m'għadux jismu \"the Malta press club\" imma jismu \"il-kunsill tal-ġurnalisti Maltin\" jew xi ħaġa hekk.", "Għalhekk jien tlabt li jikkomunikawli l-isem bl- istatut formalment ħalli nkun nista' ngħaddi kopja lill-oppożizzjoni u mbagħad qabel ma nagħlqu d-dibattitu dwar dan l-abbozz ta' liġi nagħmlu recommittal u ma jkollniex din it-tip ta' problema.", "Sur President, klawsola 8 qed twaqqaf il-kumitati tekniċi, u fil-fehma tiegħi, fil-kwadru ta' dan l-abbozz ta' liġi dawn il-kumitati huma organi li għandhom funzjoni importanti.", "Bħal f'ħafna affarijiet oħrajn, huwa x- xogħol mirqum li jirrikjedi l-preparazzjoni li finalment jagħmel il- kwalita` tad-deċiżjonijiet li jkunu jridu jittieħdu.", "Jekk ikollna kunsill li mhux se jkun appoġġjat b'mod tajjeb minn dawn il-kumitati tekniċi, allura ħafna mill-iskopijiet, mill-funzjonijiet u mill-prinċipji li dan l- abbozz ta' liġi qiegħed jippromwovi ma jkunux jistgħu jitwettqu b'mod tajjeb.", "Fil-fatt din il-klawsola tipprovdi biex ikun hemm iffokar b'manjiera esperta u konsistenti fuq id-diversi aspetti li jitkellmu fuqhom il-prinċipji li għandhom il-ħsieb li jħarsu l-lingwa Maltija, jikkonservawha u jżommuha ħajja.", "Għalhekk huwa mportanti li l-kumitati tekniċi li jkollna jkunu speċjalizzati.", "Għal dawk li huma funzjonijiet ta' dan l-abbozz ta' liġi rrid ngħid li x- xogħol li dan l-abbozz ta' liġi jrid jara li jitwettaq jolqot lil diversi oqsma, fosthom ̧ per eżempju, lill-qasam tat-traduzzjonijiet tal-liġijiet, li dan l-aħħar kien fuq l-aħbarijiet, lill-qasam tax-xandir, lill-oqsma tar- riċerka lingwistika u lill-iżvilupp tal-Malti fl-informatika.", "Illum il- ħidma ġurnalistika, il-ħidma li għandha x'taqsam ma' l-amministrazzjoni pubblika, il-ħidma tas-settur kummerċjali u l-ħidma fid-dinja tax-xogħol qed issir bil-mezzi tat-teknoloġija ta' l-informatika, u huwa għalhekk li l- kunsill qed jiġi mogħti l-obbligu u l-funzjoni li jaħtar lil dawn il- kumitati tekniċi u jiddefinilhom it-termini tal-ħidma tagħhom.", "In-natura ta' dawn il-kumitati hija ta' natura konsultattiva, u dawn l-organi konsultattivi se jiddiskutu x'politika għandha tiġi addottata f'diversi oqsma, fosthom ̧ per eżempju, fl-oqsma tat-terminoloġija partikolari, kif jgħid l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna.", "Mal-milja taż-żmien wieħed jistenna li l-kunsill jista' jħoss il-ħtieġa li jwaqqaf kumitat tekniku għal xi qasam partikolari li m'huwiex imsemmi fost l-eżempji li tagħti din il-klawsola.", "Hawnhekk qed nagħtu bħala eżempju l-qasam tat-terminoloġija partikolari.", "Iktar 'il quddiem wieħed jista' jgħid li huwa importanti li jkollna glossarju tat-terminoloġija bil-Malti fil-qasam mediku, fil-qasam ta' l-inġinerija jew fil-qasam tal-verifika finanzjarja.", "Iktar ma jgħaddi ż-żmien iktar qed tikber l-importanza wkoll tat-traduzzjoni fil-kamp tat- tifsil tal-liġijiet u tat-traduzzjoni ta' dokumentazzjoni li tista' tkun xjentifika.", "Qasam ieħor li żgur li iktar ma jgħaddi ż-żmien, iktar se jsir importanti huwa l-qasam tal-media, jiġifieri l-ġurnaliżmu, il-mezzi tal- komunikazzjoni, ix-xandir, ir-reklamar u dawk l-affarijiet kollha li għandhom x'jaqsmu.", "Ħassejna wkoll li l-kunsill ta' l-ilsien Malti għandu jiffoka fuq ir- riċerka lingwistika, mhux għax din ma tkunx diġa` qiegħda ssir mill- istudjużi, speċjalment minn dawk li qegħdin jaħdmu kemm fil-qasam ta' l- edukazzjoni kif ukoll minn dawk li qegħdin jaħdmu fil-qasam ta' l- universita`, imma għax irridu li dan il-kunsill mhux biss jara li din ir- riċerka qiegħda ssir ...", "Ħafna drabi - u dan ma japplikax biss għal dan il- kamp - issir ħafna riċerka u mbagħad ma nkunu nafu xejn dwarha.", "Per eżempju, fil-qasam ta' l-edukazzjoni ssir riċerka fuq il-politika li tkun qed tiġi segwita, fuq il-metodoloġija, fuq ir-riżultati li jkunu qed jinkisbu u fuq l-attitudni tan-nies lejn l-edukazzjoni, mil-liema riċerka mbagħad aħna nkunu nistgħu nisiltu informazzjoni importanti ħafna.", "Għalhekk huwa importanti li anke f'dan il-kamp, il-kunsill mhux biss jara li hemm moviment konsistenti ta' riċerka lingwistika imma jara wkoll li meta din ir-riċerka ssir huwa jifliha, janalizzaha u jara x'irid jislet minnha, kemm biex ikun jista' jidderieġi l-ħidma tiegħu kif ukoll biex ikun jista` jikkomunikaha mal-poplu.", "L-istess nistgħu ngħidu għall-ortografija u għal-letteratura.", "Huwa importanti ħafna li nkunu qegħdin niffokaw ukoll fuq x'qed jiġri fil-qasam tal-letteratura Maltija u fuq x'qed jiġri fil-qasam tat-teatru Malti, bħal ̧ per eżempju, xi drammi u kummiedji qed jinkitbu.", "Huwa importanti ħafna wkoll li jkun hawn iffokar biex nassiguraw li jeżisti moviment dinamiku f'dan il-kamp.", "Sur President, fl-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna qegħdin ngħidu li l- kumitati tekniċi li jiġu maħtura mill-kunsill għandhom ikunu magħmula minn dak li qed jissejjaħ \"kap tal-kumitat\", u aħna qed insejħulu \"kap tal- kumitat\" għax irridu li fil-liġi dan ikun il-katalist ta' din it-taqsima partikolari, jiġifieri jkun il-persuna responsabbli f'dak il-kamp partikolari biex tassigura li l-kunsill għandu l-appoġġ kollu meħtieġ.", "Il- liġi qed tgħid li dan il-kap tal-kumitat irid ikun studjuż speċjalizzat f'dan il-qasam partikolari u jrid ikun propost minn fost persuni kkwalifikati li jiġu rrakkmandati mill-akkademja tal-Malti u mid- dipartiment tal-Malti fl-universita`, bl-għażla tal-persuna f'idejn il- kunsill.", "Mela hawnhekk qegħdin nipprospettaw dak li diġa` prospettajna, per eżempju, fil-każ ta' l-għażla ta' president tal-kunsill u qed nitolbu lill-akkademja tal-Malti u lid-dipartiment tal-Malti fl-universita` biex jissuġġerixxu xi ismijiet u mbagħad il-kunsill jaħtar kap minn fost dik il- lista.", "Sur President, qegħdin ngħidu wkoll li għandu jkun hemm speċjalista li jiġi propost mill-kummissjoni fuq parir tal-kap tal-kumitat konċernat.", "Il-kap tal-kumitat qed jingħata figura partikolari f'dan l-abbozz ta' liġi u qed ngħabbuh ukoll bir-responsabbilta` li dan jissuġġerixxi persuna oħra lill- kummissjoni fejn imbagħad din, min-naħa tagħha, tirrikmandaha lill-kunsill.", "Ta' min jgħid ukoll li mbagħad il-kunsill ikun irid jaħtar żewġ membri oħra li jkunu magħżula għall-kontribut li jkunu taw fil-qasam partikolari tal-ħajja li għalih ikun twaqqaf il-kumitat propost mill-kummissjoni fuq parir tal-kap tal-kumitat, jiġifieri f'ċertu sens dan il-kumitat tekniku għandu żewġ persuni li x-xeħta tagħhom hija teknika u żewġ persuni oħra li huma magħrufa għall-kontribut li taw fil-qasam partikolari.", "Dawn mhux neċessarjament għandhom ikunu esperti lingwistiċi f'dan il-kamp imma bla dubju ta' xejn għandhom ikunu nies li taw kontribut f'dak il-kamp.", "Il- kumitat se jkun jista' wkoll jagħmel co-option ta' persuni oħra bħala membri osservaturi bid-dritt li jattendu iżda mhux bid-dritt li jivvotaw.", "Imbagħad għar-rigward tal-funzjonijiet, ix-xogħol ta' dan il-kumitat huwa li josserva l-qagħda ta' l-ilsien Malti fuq bażi regolari, jiddiskuti liema huma dawk il-miżuri meħtieġa għall-iżvilupp ta' dan l-ilsien u jfassal il- politika lingwistika fil-qasam li għalih ikun ġie maħtur dan il-kumitat.", "Xogħol ieħor li se jagħmel dan il-kumitat hu li jagħti l-fehma tiegħu lill- kummissjoni dwar kwestjonijiet li jkunu marbuta mal-qasam partikolari li għalih ikun twaqqaf.", "Issa hawnhekk, mad-daqqa ta' għajn, qed naraw binja li tidher ftit komplessa, imma meta wieħed iqis in-natura tas-suġġett li qed nittrattaw, jiġifieri lingwa li l-ħin kollu qed tiżviluppa u li hija mifruxa fl-għeruq ta' l-attivita` kollha tagħna l-Maltin u l-Għawdxin, għalkemm tidher li hija komplessa, fil-fehma tiegħi u anke ta' dawk li abbozzaw ir-rapport, hija binja meħtieġa jekk irridu li l-affarijiet isiru bil-kwalita` li jixraq f'dan il-qasam.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Sur President, nixtieq nagħmel kumment żgħir fuq dak li qal il-ministru dwar the Malta press club.", "Min-naħa tagħna aħna m'aħniex se nsibu diffikulta` biex iktar 'il quddiem nerġgħu mmorru lura biex niddiskutu dak li għandu x'jaqsam ma' l-isem tal-Malta press club.", "Fi klawsola 8 qed nitkellmu dwar il-kumitati tekniċi, u jien m'iniex se noqgħod nerġa` nispjega l-funzjonijiet ta' dawn il-kumitati għax dawn diġa` spjegahom tant tajjeb il-ministru.", "Naturalment irridu nifhmu li bażikament dak li jissejjaħ il-groundwork se jibda proprju minn dawn il-kumitati tekniċi, u allura huwa importanti li l-kumitati li jitwaqqfu jkunu meħtieġa u mhux inwaqqfu dawn il-kumitati biex sempliċement ngħidu li waqqafna kumitat.", "Minħabba f'hekk, huwa importanti li l-kumitati jitwaqqfu skond il- ħtieġa u fil-liġi ma nistabbilixxux numru speċifikat ta' kemm għandu jkun hemm kumitati biex ma norbtux lill-kunsill dwar il-kumitati li għandu jkun hemm.", "Huwa tajjeb li jkun hemm ċerta flessibbilta` f'dan is-sens biex jekk għada pitgħada tinħass il-ħtieġa li jkun hemm xi kumitat fuq xi ħaġa differenti li m'hijiex imsemmija fl-abbozz ta' liġi, ikun hemm il- flessibbilta` neċessarja biex dan isir.", "Li hu tajjeb ukoll huwa li għallinqas hemm ċerti linji gwida dwar kif jintgħażlu l-membri.", "Dan huwa pożittiv għax peress li bażikament ix-xogħol se jibda mill-kumitati tekniċi, huwa importanti li n-nies li jkunu maħtura bħala membri f'kumitat tekniku jkunu esperti.", "Il-kumitati se jkollhom ukoll il-possibbilta` li jkunu ikbar fin-numru fis-sens li jistgħu jsejħu persuni oħrajn li jistgħu jagħtu l-kontribut tagħhom bid-dritt li jieħdu sehem fid-diskussjoni, iżda mingħajr il-vot.", "Il-kummissjoni se jkollha wkoll rwol importanti fil-ħatra tal-membri tal- kumitati tekniċi.", "Fil-fatt il-kummissjoni, fuq parir tal-kap tal-kumitat konċernat, se tipproponi speċjalista u żewġ membri oħra magħżula għall- kontribut tagħhom fil-qasam partikolari.", "Naturalment imbagħad il-kumitat tekniku jista' jikkooptja persuni oħra bħala membri osservaturi.", "Sur President, hawnhekk naraw li kull kumitat se jkun maħtur mill-kunsill u jirrapporta lill-kummissjoni.", "Qisna għandna trepied, biex ngħid hekk; għandek lill-kumitat li jirrapporta lill-kummissjoni u l-kummissjoni mbagħad se tgħaddi x-xogħol tagħha lill-kunsill.", "Issa x'se jiġri meta kumitat tekniku jlesti x-xogħol tiegħu u jgħaddih lill-kummissjoni teknika?", "X'tip ta' feedback qed ikun mistenni mill-kummissjoni?", "Filwaqt li wieħed jifhem li m'għandux jillimita ż-żmien li fih il-kummissjoni tagħmel l- eżerċizzju tagħha fuq rapport li jkun għaddielha xi kumitat tekniku, mill- banda l-oħra naħseb li għandna nesiġu li meta tiddeċiedi l-kummissjoni għandha tgħaddi xi feedback lill-kumitat tekniku ħalli b'hekk iċ-ċirku jkun ingħaqad.", "Barra minn hekk inħoss li m'għandhomx jinħatru iktar sotto-kumitati, jiġifieri għandek il-kunsill nazzjonali, il-kummissjoni teknika u mbagħad għandek il-kumitati tekniċi, ikunu kemm ikunu.", "Pero` ma nħossx li għandna noħolqu iktar minn dawn it-tliet strutturi u naħtru sotto-kumitati eċċ. Qed ngħid dan għax fir-rapport ta' Mejju ta' l-2001, li naturalment ġie ppreżentat lill-ministru, kien hemm anke suġġeriment li dan jista' jsir jekk xi kumitat iħoss il-bżonn.", "Jien naħseb li spiċċa l-bżonn li jkun hemm sotto-kumitati tal-kumitati tekniċi għax issa hemm il-possibbilta` li l- kumitat tekniku jikkooptja persuni bħala membri osservaturi li jistgħu jagħtu l-kontribut tagħhom iżda mingħajr dritt għall-vot.", "B'dan il-mod nevitaw li noħolqu iktar sotto-kumitati għax imbagħad ma nispiċċaw qatt.", "Barra minn dan nixtieq nistaqsi wkoll min se jaqdi l-funzjonijiet ta' segretarju tal-kumitat.", "Aħna għadna ma tkellimniex fuq ħaddiema tal- kunsill, imma qed nistaqsi dan għax filwaqt li fil-kummissjoni se jkun id- direttur eżekuttiv li se jieħu dan ix-xogħol f'idejh, fil-każ tal-kumitati tekniċi qed ngħidu li se jkun hemm il-kap, speċjalista kif ukoll żewġ membri oħra, pero` mbagħad m'għandniex lil xi ħadd li se jkun responsabbli biex jara kif se jimxi x-xogħol, bħalma għandna lid-direttur eżekuttiv fil- każ tal-kummissjoni.", "Wieħed irid jagħmilha ċara li se jkun hemm xi ħaddiema oħrajn, li nitkellmu iktar 'il quddiem fuqhom, li jistgħu jkunu marbuta ma' xi kumitat tekniku biex jagħmlu proprju x-xogħol u l- funzjonijiet ta' segretarju tal-kumitat.", "Naturalment is-suċċess tal-kunsill u ta' dawn il-kumitati tiddependi fuq kemm il-kumitati tekniċi, ikun x'ikun is-suġġett tagħhom, jaħdmu tajjeb u jaħdmu b'mod professjonali.", "L-awgurju tagħna huwa li ġaladarba wieħed isolvi l-problemi tal-bidu, il-kumitati tekniċi fl-oqsma differenti jaħdmu biex verament il-qasam tal-lingwa Maltija jimxi 'l quddiem.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru Louis Galea.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Filwaqt li napprezza ħafna l-ispirtu u l-iskop tal- kumment tal-kollega tiegħi dwar termini ta' żmien biex il-kummissjoni tirrispondi għar-rapporti, għas-suġġerimenti jew għar-rakkmandazzjonijiet tal-kumitati tekniċi, naħseb li m'għandniex nidħlu fid-dettall fil-liġi, għallinqas f'dan l-istadju.", "Nerġa` nfakkar li r-regolamenti jridu jsiru biex wieħed ikun jista' jirregola l-proċeduri amministrattivi u organizzattivi li għandhom jiġu segwiti mill-kunsill, mill-organi tiegħu u mid-direttur eżekuttiv.", "Allura naħseb li hawnhekk bilfors irid ikun hawn proċess ta' esperjenza li minnha wieħed irid jitgħallem kif se jaħdmu dawn l-organi.", "Is-sens komun jgħidli: \"ejjew nitgħallmu nimxu qabel ma nibdew niġru\", kif jgħidu l-Ingliżi.", "Ma naħsibx li wieħed għandu jispeċifika dan it-tip ta' dettall fil-liġi f'dan l-istadju.", "L-istess dwar kif se jkunu servuti dawn il-kumitati, min se jżomm il- minuti, min se jżomm in-noti, x'appoġġ amministrattiv se jkollhom u affarijiet oħra li għandhom x'jaqsmu ma' dawn il-kwestjonijiet.", "Naħseb li hemm ukoll wieħed irid iwaqqaf l-organi, jagħtihom il-bażi amministrattiva meħtieġa mill-aħjar li wieħed jista' u mbagħad wieħed jara kif se jiżviluppaw l-affarijiet.", "M'hemmx dubju li l-ingranaġġ kollu se jkun jiddependi - ħaġa li enfasizza ħafna l-bieraħ l-Onor.", "Abela - mit-tipi ta' nies li se jkun hawn.", "Jekk dawn se jkunu nies li huma mpenjati, li huma ġenwini se nimxu, imma jekk le jkollna d-diffikultajiet.", "Sur President, wieħed irid jenfasizza wkoll li l-kwalita` tan-nies li se jaħdmu f'dawn l-organi jridu jkunu qed jiddistingwu ruħhom mill-kapaċita` tagħhom li jaħdmu flimkien.", "Aħna l-bnedmin di natura għandna t-tendenza li naħdmu għal rasna, irridu l-ispazju tagħna u nsibuha diffiċli li nikkollaboraw u naħdmu flimkien.", "Il-bniedem, forsi minħabba li ġġieled biex jissopravvivi, ikollu din id-diffikulta`.", "U f'dan il-kamp ta' l- ilsien Malti mhux il-politiċi se jkunu qegħdin jaħdmu, imma se jkunu l- esperti, in-nies tal-letteratura, in-nies li huma speċjalizzati fid-diversi oqsma.", "Jekk mhux se nkunu kapaċi naħdmu flimkien bħal aħwa għax aħna ispirati minn interess komuni, allura mill-ewwel nibdew nitfixklu f'saqajn xulxin.", "Jien għandi l-esperjenza fil-qasam ta' l-edukazzjoni, bħalma għandu l- kollega tiegħi, u suppost li l-mimmi ta' għajnejna huma l-istudenti, huma t- tfal, imma kultant kemm inħallu interessi personali jew aspirazzjonijiet jew ambizzjonijiet tagħna jikkonfliġġu ma' din il-mira komuni!", "Hawnhekk huwa importanti ħafna li nies li ġejjin minn għaqdiet differenti, minn interessi differenti jkollhom il-kapaċità li d-differenzi li jista' jkun hemm - għax kulħadd għandu l-punto di vista tiegħu - mhux jirrinunzjaw għalihom imma jesprimuhom b'manjiera li nassiguraw atmosfera li fl-ebda mument ma ċċajpar l-iskopijiet ewlenin li għalihom qegħdin nagħmlu din il- ħidma.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Carmelo Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Hawnhekk wieħed jifhem li l-kumitat tekniku huwa kumitat konsultattiv, jiġifieri r-rwol tiegħu as such huwa differenti minn dak tal-kummissjoni, li m'hijiex kummissjoni ta' natura konsultattiva.", "Għalhekk ir-relazzjoni bejn il-kummissjoni u l-kunsill u r-relazzjoni bejn il-kumitat tekniku u l-kummissjoni hija xi ftit jew wisq differenti, fis- sens li hawnhekk qegħdin ngħidu li huma kumitati tekniċi imma fuq bażi konsultattiva.", "Jien bl-ebda mod ma rrid ngħid li għandna nistabbilixxu perijodu ta' żmien li fih għandha tittieħed deċiżjoni.", "Anzi, l-argument tiegħi kien pjuttost għal wara li tittieħed id-deċiżjoni, kif kien l- argument il-bieraħ bażikament.", "Però ladarba l-ministru qed jgħid li, iktar 'il quddiem, fi klawsola 24, se nitkellmu dwar ir-regolamenti li se jirregolaw il-mod kif issir il-ħidma bejn dawn l-organi ta' l-istess kunsill, aktar u aktar f'dan il-każ fejn il-kumitati tekniċi huma aktar konsultattivi milli ta' natura oħra, allura wieħed jista' jaċċetta l-punt li wieħed ikun jista' jirregola aħjar wara li dawn jibdew jaħdmu.", "Naħseb li dawk huma l-kummenti li kelli nagħmel.", "Fl-aħħar mill-aħħar dawn il-membri kollha mhux se jinħatru minn xi ministru jew minn xi ħaddieħor, imma huwa l-kunsill, wara li jieħu l-pariri tal-kummissjoni u tal-kap tal- kumitat, li se jaħtar dawn il-kumitati tekniċi li kif qed ngħidu jistgħu jkunu fuq diversi suġġetti u oqsma.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 8.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 8 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-abbozz ta' liġi.", "Klawsola 9 - Provvedimenti komuni għall-Kunsill u l-organi tiegħu.", "Clause 9 - Common provisions to the Council and its Organs.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Louis Galea.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Din il-klawsola tirregola ħwejjeġ ta' ċerti prinċipji li mhumiex sempliċement proċeduri amministrattivi ta' kuljum, imma huma l- parametri prinċipali li fi ħdanhom il-kunsill irid jaħdem.", "L-ewwelnett qegħdin ngħidu għal kemm żmien se jinħatru l-membri tal-kunsill.", "Ġieli kien hawn l-użanza li ma jiġix iffissat terminu jew jiġi ffissat terminu li m'huwiex preċiż u definit.", "Hawn ħadna l-linja li l-aħjar ħaġa hija li nkunu definiti.", "Qegħdin ngħidu li kulmin se jservi f'dawn l-organi - u l-organi huma tlieta, il-kunsill, il-kummissjoni teknika u l-kumitati tekniċi - se jservi għal tliet snin, sew jekk jiġi nominat u sew jekk ikun membru elett kif tistabbilixxi l-liġi.", "Naturalment jistgħu jerġgħu jiġu maħtura f'dik il-kariga għal perijodu ieħor ta' tliet snin meta jiskadilhom it-terminu oriġinali.", "F'subklawsola (2) qed ngħidu min huma dawk li ma jistgħux ikunu maħtura bħala membri.", "Hija pjuttost politika standard li membri parlamentari, segretarji parlamentari, ministri, imħallfin u maġistrati normalment m'għandhomx iservu f'dawn it-tip ta' organizzazzjonijiet sew pubbliċi u anke ta' xi natura oħra.", "Qed jingħad ukoll li f'każ li jkun hemm xi post vakanti fil-kunsill jew fl- organi tiegħu l-vakanza sseħħ meta jiskadi t-terminu li għalih wieħed ikun ġie elett jew nominat jew inkella jekk ikun hemm ċirkostanzi li jwasslu għall-iskwalifika tiegħu għaliex il-liġi nnifisha tiskwalifika.", "Per eżempju, jekk xi ħadd jitla' fil-parlament, isir imħallef jew isir maġistrat, allura f'dan il-każ awtomatikament jiskadi mill-kariga tiegħu.", "Il-kariga ta' membru tal-kunsill ssir vakanti wkoll jekk dak li jkun jirriżenja minn dik il-kariga għal raġunijiet li jidhirlu xierqa.", "Jista' jagħti l-każ ukoll li wieħed jiddekadi jekk konsistentement juri nuqqas ta' interess fil-ħidma u l-laqgħat tal-kunsill jew l-organi tiegħu.", "Jekk xi ħadd li jispiċċa ma jmur qatt għal-laqgħat, ifalli u ma jieħu l-ebda interess ta' xejn, l-awtorità kompetenti li tkun ħatritu tkun tista' taħtar persuna oħra bħala membru minfloku fil-kunsill jew fl-organu fejn il-post tiegħu jkun ġie vakat.", "Subklawsola (4) ta' din il-klawsola titkellem dwar kwestjonijiet ta' konflitt ta' interess u qegħdin ngħidu li:", "\"Membru tal-Kunsill li jkollu xi interess dirett jew indirett f'xi kuntratt magħmul jew propost li jiġi magħmul mill-Kunsill, li ma jkunx interess li jiskwalifika lil dak il-membru milli jibqa' membru, għandu jistqarr ix-xorta ta' l-interess tiegħu fl-ewwel seduta tal-Kunsill wara li jkun sar jaf bil-fatti relevanti.", "Din l-istqarrija għandha mbagħad tiġi reġistrata fil-minuti tal-Kunsill, u l-membru li jkollu interess kif hawn qabel imsemmi għandu jirtira minn kull seduta li fiha jiġi diskuss dak il-kuntratt.\"", "Il-ministru konċernat għandu jiġi nformat ukoll b'din id-dikjarazzjoni ta' konflitt ta' interess.", "Qed ngħidu wkoll li:", "\"Meta l-interess tal-membru jkun tali li jiskwalifikah milli jibqa' membru, huwa għandu jirrapporta l-fatt minnufih lill-Ministru u jagħti r-riżenja tiegħu.\".", "Din ukoll hija klawsola pjuttost standard fil-liġijiet tagħna biex nirregolaw dawn iċ-ċirkostanzi fejn jista' jkun hemm konflitt ta' interess.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Klawsola 9 hija klawsola standard f'liġijiet bħal dawn ħlief għal xi ftit tibdil bħal dak li nsibu f'paragrafu (iv) ta' subklawsola (2) fejn jingħad li:", "\"jekk konsistentement juri nuqqas ta' interess fil-ħidma u l-laqgħat tal-Kunsill jew l-organi tiegħu ...\"", "bl-eċċezzjoni ta' ftit oħrajn.", "Rigward l-esklużjoni ta' persuna li tkun imħallef jew maġistrat li nsibu f'paragrafu (b) ta' subklawsola (2), jien naħseb li f'dan il-pajjiż m'għandniex il-lussu li neskludu dawn in-nies.", "Jista' jkun hemm oqsma fejn għandek ħafna nies li huma esperti jew li jistgħu jagħtu kontribut, imma meta neskludu l-imħallfin u l-maġistrati ...", "M'għandi l-ebda dubju li għandhom jiġu esklużi ministri, membri parlamentari jew segretarji parlamentari.", "M'iniex qed insemmi dawk, imma fejn jidħlu imħallfin u maġistrati ma nħossx li għandna neskluduhom.", "L-ewwelnett dawn għandhom status li b'mod ġenerali jgawdu rispett mhux biss lokalment imma anke b'mod internazzjonali.", "GĦalhekk jien naraha daqsxejn ambigwa li neskludu imħallef jew maġistrat.", "Wisq probabbli din tgħodd ukoll jekk maġistrat jew imħallef ikun irtirat għax xorta fl-aħħar mill-aħħar jibqa' maġistrat jew imħallef.", "Qed ngħid dan għax fil-passat kellna persuni – hawnhekk nista' nsemmi lill-Imħallef Wallace Gulia li ta kontribut u li forsi kieku għadu magħna naturalment forsi seta' wkoll ikun wieħed minn dawk li jista' jiġi kkonsidrat - u hemm oħrajn li jistgħu jagħtu kontribut f'dan il-qasam.", "Jidhirli li f'dan il-parlament darba kellna liġi fejn tqajjem dan il-punt u kien hemm nuqqas ta' qbil bejn il-gvern u l-oppożizzjoni.", "Però meta għaddejna għall-istadju ta' kumitat, jekk m'iniex sejjer żball, dik il- klawsola ġiet irtirata min-naħa tal-gvern.", "Dan qed ngħidu għax uħud minnhom, li jista' jkollhom interess f'dan il-qasam, jistgħu jagħtu kontribut validu f'dan is-sens.", "Aħna mhux qed ngħidu li taħtar jew tinnomina persuna sempliċement għax ikun maġistrat jew imħallef imma għax ikun kompetenti fil-qasam, f'dan il-każ ̧ fejn jidħol l-ilsien Malti.", "Naħseb li pajjiżna m'għandux il-lussu li joqgħod jirrestrinġi aktar speċjalment meta jkun hemm nies ta' ċerta validità.", "Dak huwa l-kumment tiegħi fuq din il-klawsola.", "Wieħed jittama li dawk li jkunu maħtura, eletti jew inkella nominati juru interess mill-bidu għax jekk jaċċettaw fil-bidu u mbagħad b'mod konsistenti juri nuqqas ta' interess u ma jeħdux sehem b'mod attiv ...", "Inħoss li min jidħol għal din ir- responsabbiltà għax jiġi elett, nominat jew inkella għax jiġi maħtur għandu jidħol għal dan l-impenn b'determinazzjoni li jaħdem, inkella jirrifuta mill-bidu ħalli ħaddieħor jagħmel ix-xogħol li jkun mitlub li jagħmel.", "Però nitlob lill-ministru jikkonsidra l-pożizzjoni dwar l-esklużjoni ta' l- imħallfin u l-maġistrati bħala membri.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-gvern għandu politika – li naħseb li hija sewwa – li l-imħallfin u l-maġistrati kemm jista' jkun għandhom ikunu ristretti għall-funzjoni tagħhom ta' imħallfin u maġistrati.", "Kif rajna fil-passat riċenti, il-gvern ħadem biex kemm jista' jkun, min hu mħallef u min hu maġistrat ma jkunx involut f'attività li m'hijiex dik biss ta' imħallef u ta' maġistrat.", "Kieku wieħed kellu jmur lura fiż-żmenijiet isib li t-tradizzjoni tal- ġudikatura Maltija hija tradizzjoni ta' personalitajiet li dejjem ħadmu fuq il-bank tal-ġudikatura u l-maġistratura mill-qorti għad-dar u mid-dar għall- qorti, u naturalment fil-qadi ta' l-attivitajiet oħra soċjali, kif għandha dritt kull persuna u l-membri tal-familja tal-ġudikanti tagħna.", "Però jekk wieħed imur lura fiż-żmien isib li kien hemm dejjem ċerta kultura u attenzjoni biex l-imħallfin u l-maġistrati jżommu kemm jista' jkun lilhom infushom ftit imbiegħda mill-kurrenti tal-bqija tas-soċjetà.", "Filwaqt li matul iż-żmien din il-prattika llaxkat xi ftit, ġie mument meta l-gvern beda jħoss li din donnha se tillaxka wisq għax anke l-gvern innifsu ġieli kien qed jinnomina imħallfin u maġistrati f'ċerti pożizzjonijiet li - għalkemm ma kenux ipoġġu lill-ġudikatura direttament f'konflitt mal-qadi tad-dmirijiet tagħha - ma kienx biżżejjed ċar li ma setgħux jitqanqlu ċirkostanzi li jdaħħlu xi dubju.", "Aħna dejjem ngħidu li l-ġustizzja mhux biss għandha ssir imma għandha tidher li qed issir, u naħseb li kull gvern irid jaħdem biex jassigura kemm jista' jkun ċirkostanzi - almenu safejn dawn ikunu jiddependu minnu - fejn il-ġustizzja tkun tidher li qed issir.", "Issa wieħed jista' jgħid: Imma fl- ilsien Malti fejn tista' tiġi ppreġudikata l-amministrazzjoni tal- ġustizzja?", "Jekk wieħed jieħu l-ilsien Malti biss jista' jasal għall- konklużjoni li ma jkunx hemm dawn it-tip ta' ċirkostanzi.", "Kif irrileva l- kollega tiegħi, kellna mħallfin li ddistingwew ruħhom fil-qasam tal- letteratura Maltija, u fosthom issemma l-Imħallef Wallace Gulia.", "Personalità oħra hija l-ex-prim imħallef J.J. Cremona, li minbarra l- esperjenza u l-expertise tiegħu fil-kamp tal-liġijiet Maltin u f'dak kostituzzjonali huwa poeta bi dritt u huwa persuna li ta l-kontribut letterarju tiegħu kemm bl-ilsien Malti, kemm bl-ilsien Ingliż kif ukoll b'ilsna oħra.", "Madankollu jaqbel li wieħed ma jibqax jipprovdi għan-nomina ta' mħallfin u maġistrati fl-organizzazzjonijiet, huma x'inhuma, għax wieħed jista' jgħaddi mingħajrhom sakemm f'dik in-nomina li jkollok ma jkunx irid ikollok bilfors imħallef jew maġistrat.", "Per eżempju, jista' jkun hemm bżonn ta' inkjesta jew affarijiet oħra li diġà huma speċifikati fil-liġijiet tagħna.", "Ovvjament meta liġi titkellem fuq imħallef jew maġistrat ma tkunx qed titkellem fuq xi ħadd li rtira għax min ikun irtira minn imħallef jew maġistrat ma jissejjaħx imħallef jew maġistrat.", "Huwa veru li n-nomina tibqa' u wieħed jista' jibqa' jgħidlu \"Sur imħallef\" jew \"Sinjura maġistrat\", pero` fil-verita` dan ma jkunx imħallef jew maġistrat.", "Qed niċċara dan il-punt fid-dibattitu biex fil-futur ma jinqalax xi ekwivoku.", "Nerġa` nagħmilha ċara li meta l-liġi tirriferi għal imħallef jew maġistrat, dan ikun dak sedenti li jkun qed jeżerċita l-kariga tiegħu dak iż-żmien għax dawk li jkunu rtiraw minn dawn il-karigi ma jkunux ikkwalifikati biex jingħataw dawn l-inkarigi minħabba li wieħed ma jkunx jista' jsejħilhom iktar bħala imħallfin jew maġistrati.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Jien m'iniex se nagħmel xi punto di battaglia fuq din il-ħaġa, pero` ġaladarba, kif intqal diġa`, il-ġustizzja trid tkun tidher li qed issir, ikollok tentazzjoni li tikkummenta fuq ċerti affarijiet b'mod ġenerali.", "Madankollu din it-tentazzjoni jien se nirreżistiha, jew almenu se nipprova nirreżistiha.", "Per eżempju, hemm ċirkostanzi fejn ikun hemm min qed jgħallem l-università.", "Jien naħseb illi li nillimitawhom għall-maġistrati jew għall-imħallfin biss ...", "Għax anke l-politiċi, in a way jekk ikunu involuti f'ċertu xogħol dawn jista' jkollhom ċertu konflitt jew inkella influwenzi f'dawk il-postijiet fejn jistgħu jinfluwenzaw.", "Għalhekk kif qed taraw, wieħed jista' jwessa' ħafna dan l-argument, pero` l-punt jibqa' li għandna ċerti ċirkostanzi fejn mhux dejjem ikollna l-lussu ta' l-għażla, u li nkomplu nirrestrinġuha f'pajjiż ta' ftit inqas minn 400,000 ruħ biex nagħżlu verament l-aħjar nies ...", "Issa jista' jkun - għalkemm jien ma nafx, u ma jien qed nipponta subgħajja lejn ħadd - li fil-preżent m'hemm ħadd minn fost l-imħallfin jew il-maġistrati li huwa espert f'dan il-qasam.", "Issa jien ma naf lil ħadd minn dawn il-persuni jiġifieri mhux qed ngħid dan b'xi diżrispett lejn xi ħadd minnhom.", "Madankollu jista' jkun li għada pitgħada jkollok persuna li tkun qiegħda f'pożizzjoni ta' mħallef jew maġistrat u li l-expertise tagħha tkun meħtieġa f'ċertu qasam.", "Wieħed jifhem li jekk xi darba jintgħażel xi mħallef jew maġistrat, dan jintgħażel mhux għax ikun imħallef jew maġistrat imma għax ikollu kompetenza f'dak il-qasam, u naturalment il- professjonalita` titlob - u jien nemmen li din kulħadd għandu jifhimha - li waqt il-qadi ta' dmirijiethom dawn ikunu ġudikanti professjonali fis-sens li ma jħalltux ħaġa m'oħra, hekk kif aħna l-politiċi m'għandniex inħalltu l- professjoni jew ix-xogħol tagħna meta niġu biex niddeċiedu fuq ċerti liġijiet.", "Naturalment jekk ikun il-każ, aħna wkoll għandna d-dover li niddikjaraw l- interess li jista' jkollna, pero` kif għedt diġa`, jien m'iniex se nagħmel dan il-punt bħala l-punto di battaglia.", "Fil-bidu jien għedt li din hija klawsola standard u li anke l-kumment tiegħi huwa standard, pero` ma stajtx ma nagħmilx il-kumment tiegħi fuq klawsola 9, li tirrigwarda lill- maġistrati u l-imħallfin.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "(Onor. Membri: No) Il- mistoqsija hi klawsola 9.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 9 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-abbozz ta' liġi.", "Klawsola 10 - Dispożizzjonijiet dwar proċedimenti tal-Kunsill u ta' l- organi tiegħu.", "Clause 10 - Provisions relating to proceedings of the Council and of its Organs.", "THE CHAIRMAN: Hawn rimarki?", "Il-Ministru Galea.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Anke hawnhekk, Sur President, il-ħsieb m'huwiex li nidħlu fid-dettall tal-proċeduri, ta' l-amministrazzjoni tal-kunsill, tal- kummissjoni jew tal-kumitati tekniċi imma li nassiguraw illi dak li huwa fundamentali u ta' ċerta importanza ma jkunx soġġett għall-bdil bir- regolamenti tal-ministru imma jkun inkorporat fil-liġi.", "Per eżempju, aħna qed nitolbu li l-kunsill u l-organi jiltaqgħu skond il-ħtieġa fuq sejħa tal- president rispettiv tagħhom jew fuq talba ta' tnejn mill-membri l-oħra.", "B'hekk qed nassiguraw li jkun hemm il-mekkaniżmu meħtieġ biex il-kunsill u l-organi jkunu jistgħu jiltaqgħu.", "Jekk għall-grazzja ta' l-argument xi president jiddeċiedi li ma jsejjaħx lill-kunsill, żewġ membri - li huwa numru relattivament żgħir - jistgħu jitolbu bi dritt li l-kunsill jissejjaħ.", "Imbagħad qegħdin nistabbilixxu anke x'inhu l-quorum.", "Bħalma huwa f'ħafna tipi ta' kumitati, il-quorum huwa nofs l-għadd u wieħed tal- membri li jkunu qegħdin jikkostitwixxu l-kunsill jew l-organu konċernat.", "Sur President, subklawsola (3) ta' klawsola 10 għandha ċerta importanza għax tistabbilixxi b'liema maġġoranza jridu jittieħdu d-deċiżjonijiet jew inkella b'liema maġġoranza d-deċiżjonijiet tal-kunsill, tal-kummissjoni jew tal-kumitati jkunu validi skond il-liġi.", "L-ewwel aħna qegħdin nistabbilixxu r-regola ġenerali, u r-regola ġenerali hi li d-deċiżjonijiet ikunu validi jekk il-voti tal-membri preżenti li jivvotaw jittieħdu b'maġġoranza sempliċi.", "Fejn imbagħad ikun hemm deċiżjonijiet ta' natura tekniko- xjentifika lingwistika wieħed ma jridx ikun qed jiddeċiedi abbażi tal-gosti ta' dak li jkun jew tal-fehmiet li jistgħu jvarjaw, imma jrid ikun qed jiddeċiedi abbażi ta' kriterji ta' riċerka, ta' kriterji ta' xjenza u ta' kriterji akkademiċi.", "Dawn m'humiex eżattament kwestjonijiet matematiċi fejn wieħed u wieħed bilfors jagħmlu tnejn u m'hemmx kwestjonijiet ta' dibattitu dwarhom, imma hemm ċerta oġġettivita` li trid tiġi salvagwardata, u dan qiegħed isir billi f'dak li għandu x'jaqsam ma' deċiżjonijiet ta' natura tekniko-xjentifika lingwistika qegħdin nimponu maġġoranzi kkwalifikati.", "Għalhekk f'dan il-każ id-deċiżjonijiet jistgħu jittieħdu biss mill-kunsill b'maġġoranza assoluta tal-membri.", "Mela meta l-kwestjoni tibda tiġi fil- kunsill, hawnhekk m'aħniex qed nitkellmu fuq maġġoranza sempliċi ta' dawk li huma preżenti u li jivvotaw.", "Għall-grazzja ta' l-argument, minn kunsill ta' 11 jista' jkollok preżenti sebgħa, u l-maġġoranza sempliċi ta' sebgħa hija erbgħa.", "Għalhekk jekk is-sebgħa l-oħra kienu assenti, kemm b'mod ġustifikat kif ukoll b'mod li mhux, id-deċiżjoni tittieħed.", "Madankollu hawnhekk qed ngħidu li l-maġġoranza tal-membri trid tkun waħda assoluta, u għalhekk jekk il-kunsill huwa magħmul minn 11, il-maġġoranza trid tkun ta' sitta, jiġifieri nofs u wieħed.", "Ta' min igħid ukoll li l-maġġoranza assoluta tal-membri ma tridx tkun ta' dawk li huma preżenti imma tan-numru ta' membri li jikkomponu lill-kunsill.", "Fil-każ tal-kummissjoni l-maġġoranza trid tkun ta' żewġ terzi tal-membri filwaqt li fil-każ tal-kumitat il-maġġoranza trid tkun ta' tliet kwarti tal- membri rispettivi.", "X'inhu l-iskop ta' dan il-mekkaniżmu komplikat, Sur President?", "L-iskop hu li fejn jidħlu deċiżjonijiet lingwistiċi nassiguraw li kemm jista' jkun id- deċiżjonijiet isiru bl-unanimita` ta' l-esperti u tan-nies li għandhom l- esperjenza f'dan il-qasam.", "Aħna qegħdin inkunu riġidi ħafna fil-kumitati tekniċi tant li qed ngħidulhom li kemm jista' jkun dawn għandhom ikunu unanimi, imma mbagħad qed inħallu spazju għal xi ħadd li jista' ma jaqbilx, għalkemm qed ngħidu wkoll li d-deċiżjonijiet iridu jittieħdu b'maġġoranza ta' tliet kwarti tal-membri tal-kumitati tekniċi.", "Meta ġejna għall- kummissjoni, aħna naqqasna ftit din ir-riġidita` u għedna li l-maġġoranza trid tkun ta' żewġ terzi tal-membri, pero` meta mbagħad ġejna għall-kunsill qed ngħidu li l-maġġoranza m'hemmx għalfejn tkun ta' żewġ terzi imma trid tkun għallinqas maġġoranza assoluta tal-membri tal-kunsill.", "Bħalma jiġri f'ħafna kumitati, aħna qed nagħtu d-dritt ta' vot oriġinali u vot deċiżiv lill-president jew lil min ikun qiegħed jagħmilha ta' president f'każ li l-voti jiġu ndaqs, li hija ħaġa mill-iktar normali, u mbagħad qegħdin ngħidu wkoll li apparti minn dak kollu li għedna s'issa, l-ebda deċiżjoni tal-kunsill ma tkun valida jekk ma tkunx appoġġjata mill-inqas minn tliet membri tal-kunsill.", "Għaliex qed ngħid dan?", "Qed ngħid dan għaliex ħafna mid-deċiżjonijiet tal-kunsill li ma jkunux ta' natura lingwistika jkunu jridu jittieħdu b'maġġoranza sempliċi tal-membri, pero` jista' jkollok membri li huma assenti u allura qegħdin ngħidu li l-ebda deċiżjoni m'għandha tkun appoġġjata minn inqas minn tliet membri.", "Anke hawnhekk, aħna qed nagħtu d-dritt li jiġu mistiedna persuni biex jagħtu parir espert dwar xi ħaġa li tkun qed tiġi diskussa, imma naturalment bl- enfasi li dak li jkun ma jibdiex jiġi mistieden fuq bażi regolari imma jibda jiġi mistieden għal numru limitat ta' seduti fuq suġġett speċifiku u dejjem mingħajr id-dritt għall-vot.", "F'dan l-abbozz ta' liġi qegħdin ngħidu li nistgħu nagħmlu regolamenti li jirregolaw ċerti proċeduri, pero` l-kunsill u l-organi għandhom jirregolaw il-proċeduri tagħhom infushom.", "Imbagħad qegħdin ngħidu wkoll li jekk ikun hemm vakanza ta' xi membru, sakemm timtela' dik il-vakanza l-kunsill u l- organi xorta waħda għandhom jiltaqgħu għax dawn jistgħu jiltaqgħu mingħajr ma jippreġudikaw il-validita` tad-deċiżjonijiet tagħhom.", "Min-naħa tagħha subklawsola (9) tgħid li:", "\"Kull att magħmul minn persuna li taġixxi bonafidi bħala membru tal- Kunsill jew ta' xi organu tiegħu jkun validu bħallikieku kien membru minkejja li wara jiġi skopert xi difett fil-ħatra jew kwalifiki tiegħu.\".", "Fuq din il-ħaġa hawn ftit legaliżmu, pero` ġaladarba l-avukat ġenerali laħaq daħħalha, wieħed mhux se joqgħod jargumenta fuqha.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Iktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Abela.", "ONOR CARMELO ABELA: Jien m'iniex se noqgħod nispjega klawsola 10 għax il- ministru għamel dan b'mod tajjeb ħafna, pero` nixtieq nagħmel żewġ kummenti.", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq il-votazzjonijiet li jsiru kemm fil-kunsill, kemm fil-kumitati kif ukoll fil-kummissjoni.", "Bażikament il-votazzjonijiet għandhom jiġu evitati, u jien inħoss li fuq materja bħal din kemm jista' jkun wieħed għandu jfittex li jkun hemm consensus fid-deċiżjonijiet li jkunu qed jittieħdu, naturalment dejjem fl-aħjar interess ta' l-ilsien Malti.", "Għalhekk filwaqt li huwa tajjeb li fil-liġi nirregolaw biex f'każ ta' nuqqas ta' qbil ikollhom ma' xiex jimxu permezz tal-liġi, jien naħseb li l-aħjar ħaġa tkun li fl-aħħar mill-aħħar id-deċiżjonijiet, speċjalment dawk li huma l-iktar importanti, jittieħdu b'mod li jkun hemm qbil u consensus ġenerali mingħajr ma noqogħdu nidħlu fil-votazzjonijiet li qed insemmu hawnhekk.", "It-tieni kumment li nixtieq nagħmel jirrigwarda subklawsola (5) fejn qed ngħidu li d-deċiżjoni tal-kunsill ma tkunx valida jekk ma tkunx appoġġjata mill-inqas minn tliet membri tal-kunsill.", "Issa hawnhekk wieħed jista' joqgħod jargumenta, kif jiġri normalment, fuq liema numru huwa l-aktar wieħed tajjeb, pero` fiċ-ċirkostanzi jien inħoss li meta qed nitkellmu fuq tliet membri minn 11-il membru tal-kunsill, li tittieħed deċiżjoni li tkun appoġġjata biss minn tliet membri, in-numru ta' tlieta huwa żgħir wisq u allura naħseb li jkun tajjeb jekk dan in-numru jikber almenu għal ħamsa.", "Huwa veru li kif qal il-ministru, jista' jkollok lil min huwa assenti u allura naturalment in-numru jkun inqas minn 11, pero` nistgħu nimmaġinaw il- kontroversji li jinqalgħu f'dawn iċ-ċirkostanzi u għalhekk ikun xieraq jekk id-deċiżjoni tkun appoġġjata mill-inqas minn ħames membri minn kunsill ta' 11.", "M'għandix iktar kummenti dwar din il-klawsola.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, dwar it-tliet membri forsi wieħed jista' jgħid li hawn restrizzjonijiet pjuttost qawwija, u allura filwaqt li hemm biżżejjed garanzija li d-deċiżjonijiet se jittieħdu bil-maġġoranzi meħtieġa fejn il- kwestjonijiet huma ta' sustanza, fejn il-kwestjonijiet jistgħu jkunu ta' amministrazzjoni ta' kuljum jew ta' ħwejjeġ li m'humiex daqshekk fundamentali, fl-istess ħin wieħed irid jippermetti li l-kunsill jiffunzjona b'mod kemm jista' jkun prattiku.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: F'subklawsola (3) qed ngħidu:", "\"Iżda deċiżjonijiet ta' natura tekniko-xjentifika lingwistika jittieħdu biss mill-Kunsill b'maġġoranza assoluta tal-membri, ...\".", "Issa jekk għal xi raġuni jew oħra ma jkunux preżenti l-11-il membru, qed ngħidu li l-maġġoranza assoluta għandha tkun ta' dawk preżenti?", "Dan bħal meta nieħdu l-vot tal-Kostituzzjoni hawnhekk, fejn ma jitteħdux iż-żewġ terzi tal-Membri preżenti fil-Kamra imma tal-65 membru.", "(Interruzzjonijiet) Jiġifieri l-maġġoranza assoluta hija tal-11-il membru?", "ONOR LOUIS GALEA: Iva.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Iktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 10.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 10 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 11 - Forum Nazzjonali.", "Clause 11 - National Forum.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Din il-klawsola konna daħħalniha fl-abbozz ta' liġi dwar il-patrimonju kulturali u mbagħad daħħalniha kemm fil-liġi dwar l-arti u l- kultura kif ukoll, jekk m'iniex sejjer żball, fil-liġi dwar l-isport.", "Din il-klawsola qed iddaħħal il-possibbilta` li minbarra l-organi eżistenti jkun hawn forum nazzjonali li jiltaqa' darba kull tliet snin fejn issir assemblea ta' dawk kollha direttament jew indirettament interessati fil- qasam ta' l-ilsien Malti bl-iskop li jkun hemm rapport tal-ħidma tal- kunsill u ta' l-organi tiegħu, ikun hemm diskussjoni dwar l-istat ta' l- ilsien Malti b'mod ġenerali u jkun hemm anke diskussjoni tal- politika li tkun qed tiġi segwita f'dan il-qasam.", "Dan joffri l-opportunita` li dejjem jibqa' jkun hemm din ir-rabta mhux biss ta' dawk li huma akkademikament u xjentifikament kompetenti bejniethom imma anke rabta li jkollha ċerta rilevanza fil-ġeneralita` tal-poplu tagħna.", "Naturalment dan ikun forum li jitlaqqa' mill-ministru konċernat b'avviż pubbliku li jingħata bil-quddiem, għallinqas minn xahar qabel, u li mbagħad il-proċeduri, id-diskorsi u r- rapporti li jkunu saru jkunu ppubblikati biex jinżammu bħala rekord ta' dan il-forum nazzjonali.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Carmelo Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Fil-fatt, kif qal tajjeb il-ministru, din kienet ukoll l-esperjenza li tkellimna fuqha meta konna qegħdin niddiskutu l-liġi dwar il- patrimonju kulturali.", "Dan il-forum jaħbat mal-bidu u fit-tmiem tal-ħatra tal-kunsill u se jkollu mhux biss l-importanza li huwa forum nazzjonali li se jisma` u jilqa` l-opinjonijiet ta' diversi għaqdiet u persuni li juru interess u jattendu, imma jista' jiggwida l-ħidma tal- kunsill skond is-suġġerimenti li jsiru.", "Naturalment l-ewwel darba tkun bħala kick-start għall-kunsill, u meta jgħaddu l-ewwel tliet snin ikun hemm aktar fuqiex wieħed jista` jitkellem għax il-kunsill jagħmel ir-rapport ta' ħidma ta' tliet snin.", "Għalhekk għandu jitħejja rapport minn qabel għal dan il-forum li jiġi wkoll ċirkolat minn qabel ħalli tingħata l-opportunità li ssir diskussjoni fuqu.", "Qed ngħid dan għax, kif qal tajjeb il-ministru, minkejja li fil-liġi dwar il-patrimonju ddaħħlet il-klawsola biex jitlaqqa' forum nazzjonali, sfortunatament meta sar dan il-forum ir-rapport li sar ġie ppreżentat dakinhar stess u allura jitlef ħafna mis-sens tiegħu għax inkunu tlifna okkażjoni tajba biex jiġi diskuss ir-rapport ta' ħidma peress li ma jkunx ċirkolat minn qabel.", "Wieħed għandu joqgħod attent li din il- ħaġa ma tirrepetix ruħha hawnhekk.", "Sur President, subklawsoli (3) u (4) ta' klawsola 11 ma tantx huma ċari, għallinqas għalija, għax f'subklawsola (3) qed ngħidu li l-ministru għandu jirregola l-proċeduri tal-forum u jaħtar il-president tiegħu u subklawsola (4) tgħid li l-proċeduri tal-forum għandhom jiġu ppubblikati u jintbagħtu lill-ministru.", "Jekk il-ministru se jagħmel il-proċeduri, għalfejn qed ngħidu li għandhom jintbagħtu lill-ministru?", "Hemm xi ħaġa li mhix iddoqqli hemmhekk u naħseb li subklawsola (4) mhix qiegħda in line ma' subklawsola (3).", "Meta qed ngħidu li jiġu ppubblikati rridu nfissru li jiġu ppubblikati b'avviż fil-gazzetta tal-gvern jew inkella jippubblikahom permezz ta' press release biss?", "Forsi din nistgħu nirranġawha ftit.", "Subklawsola (5) tgħid li l-ministru għandu jagħti avviż pubbliku bil- quddiem mill- inqas xahar qabel ma jlaqqa` l-forum.", "Allura bil-kliem \"avviż pubbliku\" qed nifhmu press release u mhux avviż fil-gazzetta, għax kieku insemmu l-gazzetta tal-gvern.", "Jiġifieri jista' jkun biżżejjed li joħroġ avviż f'gazzetti li joħorgu ta' kuljum jew ta' nhar ta' Ħadd għax dak ikun avviż pubbliku, biex ngħidu hekk.", "M'għandix aktar rimarki f'dan l- istadju.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Louis Galea.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-ewwelnett il-kliem \"proċeduri tal-forum\" f'subklawsola (4) ma jfissirx kif jivvota jew min jista' jitkellem u affarijiet oħra bħal dawn.", "Bl-Ingliż ngħidu \"the proceedings\", u forsi lanqas il-kelma li hawn fit-test Ingliż tal-liġi m'hija l-kelma proprja għax qiegħda \"procedures\".", "Hemmhekk bħal meta ngħidu li ġew ippubblikati l- proceedings tat-tali konferenza jew tat-tali seminar.", "Bi proceedings nifhmu l-papers u r-rapporti li jkunu nqraw.", "L-idea hija biex ikun hemm rendikont u normalment dawn jiġu anke mitbugħa biex jinżammu.", "Kif qiegħda hawnhekk jista' jkun li ma tinftihemx hekk, u anke t-test Ingliż għandu jkun \"the proceedings of the forum shall be published and a copy shall be transmitted to the minister.", "Fir-rigward tat-test Malti wieħed jista' jgħid \"l-atti\", imma anke \"l-atti\" tirriferi għal ħwejjeġ iktar formaIi minn sempliċement paper jew inkella rendikont tad-dibattitu li jkun sar.", "Per eżempju, dan id-dibattitu li qed nagħmlu bħalissa jiġi ppubblikat u allura dawk ikunu l-proceedings ta' din id-diskussjoni li qed issir f'dan il-parlament.", "Forsi nistgħu norqmuha, imma jien ngħid li għandna nħalluha kif inhi għax huwa ċar li hekk qegħdin ngħidu.", "Jekk dan mhuwiex ċar hawnhekk, probabbli mhuwiex ċar fil-liġijiet l-oħra li semmejt għax hemm l- istess ħaġa.", "Imma dan hu dak li rridu nifhmu hawn.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Jiġifieri bil-kelma \"proċeduri\" f'subklawsola (4) qed nifhmu li l-outcome tal-forum għandu jiġi ppubblikat u jintbagħat lill- ministru.", "Imma l-istess kelma \"proċeduri\" qed nużawha f'subklawsola (3) u (4) meta tfisser ħaġa differenti.", "Għalkemm fit-test Ingliż f'subklawsola (3) u (4) qiegħda \"procedures\", però f'subklawsola (3) qed nifhmu li hija procedures u f'subklawsola (4) qed nifhmu li hija proceedings.", "Jiġifieri bl-Ingliż iktar faċli li nirranġawha għax sibna l-kelma, imma bil-Malti għadna ma sibniex il-kelma.", "Forsi ngħidu xi tip ta' rapport u forsi xi ħadd mill-uffiċċju ta' l-avukat ġenerali jkun jista' jsib il-kelma iktar addattata milli qed tiġi f'moħħna bħalissa.", "Dak li qed jgħid il-ministru huwa tajjeb u m'għandix diffikultà fuqu, però meta taqraha ma tifhimhiex kif qed ngħidu.", "Naturalment hija l-kelma li mhux qed naqblu fuqha u mhux il-ħsieb.", "Jiġifieri rridu nsibu kelma differenti għal \"proċeduri\" f'subklawsola (4), jew inkella nbiddlu l-kelma \"proċeduri\" f'subklawsola (3) ħalli tiġi tinftiehem kif qed jgħid il-ministru.", "Naturalment fit-test Ingliż tinbidel skond kif nibdluha fit-test Malti.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, bi ftehim ma' l-Onor.", "Carmelo Abela, nipproponi din l-emenda għal klawsola 11:", "\"B\" Subklawsola (4) ta' klawsola 11 għandha tiġi sostitwita b'din is- subklawsola ġdida li ġejja: \"(4) Il-proċedimenti tal-Forum għandhom jiġu pubblikati u jintbagħtu lill-Ministru.\".", "\"B\" For subclause (4) of clause 11 there shall be substituted the following new subclause:", "\"(4) The proceedings of the Forum shall be published and a copy shall be transmitted to the Minister.\".", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija l-emenda kif imressqa u moqrija mill-ministru.", "Dawk favur?", "Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"B\" għaddiet nem. con.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 11 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 11, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-abbozz ta' liġi.", "Klawsola 12 – Tmexxija ta' l-affarijiet tal-Kunsill u ta' l-organi tiegħu.", "Direttur Eżekuttiv.", "Clause 12 – Administration of the Council affairs and of its organs.", "Executive Director.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru Louis Galea.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, s'issa f'dan l-abbozz ta' liġi tkellimna dwar il-kunsill, il-kummissjoni teknika, il-kumitati tekniċi, il- kompożizzjoni tagħhom, u kif inhuma regolati l-funzjonijiet tagħhom.", "Però jekk ma jkunx hemm infrastruttura amministrattiva għal dan il-kunsill jista' jiġri li n-nies li se jkunu fuq dan il-kunsill u dawn l-organi li m'humiex intenzjonati li jkunu nies li qed jaħdmu full-time imma jkunu part- time u jkunu qegħdin proprju minħabba l-amor proprju tagħhom f'dan is- suġġett, ma jkunux jistgħu jwettqu l-funzjonijiet li qed nagħtuhom.", "GĦax il-funzjonijiet tal-liġi jipprevedu ċertu impenn kostanti fuq bażi ta' kuljum b'ċerta konsistenza.", "GĦaldaqstant qegħdin ngħidu ċar f'idejn min qiegħda d-direzzjoni, min se jkun iċ-chief executive u min se tkun il- persuna li se tkun responsabbli fuq bażi ta' kuljum.", "Qed ngħidu li filwaqt li t-tmexxija ta' l-affarijiet u l-ħidma tal-kunsill huma responsabbiltà tal-kunsill innifsu, it-tmexxija eżekuttiva tal-kunsill u l-organi tiegħu, inkluż l-amministrazzjoni, l-organizzazzjoni, il- kontroll amministrattiv ta' l-uffiċjali u l-impjegati se jkunu responsabbiltà ta' l-uffiċjal ewlieni li qed insejħulu direttur eżekuttiv li, barra l-poteri li qed jiġu stabbiliti fil-liġi, ikollu wkoll il-poteri u l-funzjonijiet li jgħaddilu l-kunsill minn żmien għal żmien.", "Dan id- direttur eżekuttiv se jkun maħtur mill-kunsill bi ftehim mal-ministru għal perijodu ta' tliet snin u dak il-perijodu jista' jiġġedded għal perijodi oħrajn ta' tliet snin.", "Jiġifieri huwa uffiċjal li se jkun impjegat fuq bażi ta' kuntratt u abbażi ta' performance sodisfaċenti u l-ewwel direttur eżekuttiv se jinħatar mill-ministru għal perijodu ta' tliet snin.", "Naturalment id-direttur ikollu d-dritt li jattendi l-laqgħat tal-kunsill imma ma jkollux id-dritt tal-vot u l-kunsill dejjem jista' jitlob lid- direttur li ma jattendix għal xi seduta jew għal xi parti minn xi laqgħa.", "Mhux l-ewwel darba li dawn it-tipi ta' bordijiet jew kunsilli jkunu jixtiequ jiddiskutu xi ħwejjeġ mingħajr ma jkollhom lil ħadd mill-impjegati ta' l-organizzazzjoni preżenti.", "Il-kunsill naturalment għandu jkollu dan id-dritt li jitlob lid-direttur joħroġ mil-laqgħa jew li ma jattendix għal xi seduta partikolari.", "Il-funzjoni tad-direttur hija li jkun responsabbli għat-twettiq tal- funzjonijiet tal-kunsill fl-eżerċizzju ta' dmirijietu u jrid li jkun responsabbli għall-amministrazzjoni u l-kontroll amministrattiv ta' l- uffiċjali u l-impjegati u jista' naturalment jassenja l-uffiċjali tiegħu biex isegwu dawn id-dmirijiet.", "GĦandu wkoll l-obbligu li jiżviluppa l- istrateġija meħtieġa u jwettaq il-pjani tal-kunsill, li jagħti parir lill- kunsill u l-organi fuq kull ħaġa li jistgħu jirreferulu jew fuq kull ħaġa li huwa jqis li jkun meħtieġ u għandu r-responsabbilta' li jfassal pjan ta' ħidma u tħejjija ta' estimi finanzjarji għat-tħaddim, dħul u ħruġ ta' fondi taħt id-direzzjoni dejjem u bl-approvazzjoni tal-kunsill u li jżomm record dettaljat ta' dħul u ħruġ ta' fondi.", "Fit-tħaddim tal-fondi u ż-żamma tar- records għandu jkun iggwidat mir-regolamenti finanzjarji tal-gvern.", "Barra minn hekk id-direttur eżekuttiv irid jaqdi dawk id-dmirijiet l-oħra li l- kunsill jista' jassenjalu minn żmien għall-ieħor.", "Aħna qegħdin nitkellmu fuq il-kap ta' din l-organizzazzjoni.", "Dan huwa kap li huwa soġġett għad-direzzjoni tal-kunsill u x-xogħol tiegħu huwa x-xogħol ta' persuna li se tkun responsabbli mill-uffiċċju tal-kunsill u mill- impjegati, pero` qed ngħidu wkoll li dan id-direttur eżekuttiv m'għandux ikun xi ħadd li huwa passiv u li jagħmel biss dak li jgħidlu l-kunsill, imma l-liġi stess qiegħda tgħid li jrid ikun persuna b'kapaċita` proattiva u jrid ikun xi ħadd li m'huwiex civil servant fis-sens passiv tal-kelma, imma jrid ikun eżekuttiv - għalhekk qed ngħidulu eżekuttiv - għaliex irid ikun hu li jieħu u jipproponi l-inizjattivi u li jassigura li hemm preparati d-dokumenti meħtieġa.", "Dan irid ikun proattiv f'kull sens u jrid ikun persuna li f'ċertu sens ikun l-aktar wieħed impenjat biex jara li l- iskopijiet ta' din il-liġi qegħdin jitwettqu.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Carmelo Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Nifhem li għall-ħatra ta' direttur eżekuttiv jew se ssir sejħa pubblika jew inkella wieħed jista' jikkonsidra persuna li diġa` qiegħda fiċ-ċivil u li tista' tiġi maħtura direttament bħala direttur eżekuttiv.", "Bdejna naħdmu fuq dan?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Din nista' nweġibha minn issa.", "Il-ħsieb huwa li tinstab persuna adatta minn fost l-uffiċjali pubbliċi biex b'hekk nevitaw li nimpjegaw lil xi ħadd.", "Anke n-nies li se jkunu mpjegati f'dan il-kunsill iridu jiġu minn fost dawk li llum diġa` huma jew uffiċjali pubbliċi, jew inkella qegħdin fis-settur pubbliku biex kemm jista' jkun l-ispiża tibqa' kontenuta fil-limiti li nafuha llum.", "Il-metodu ta' l-għażla mhuwiex speċifikat u jien ma jkolli l-ebda diffikulta` li wieħed jagħmel xi forma ta' xi sejħa.", "Jien naħseb li meta wieħed jiġi biex jaħtar l-ewwel direttur, wieħed irid jagħmel dak li bl-Ingliż ngħidulu head shopping, jiġifieri rridu naraw min huma n-nies f'ċertu livelli li wieħed jista' jidentifikahom u jgħid li dawn ikunu l-persuni adatti.", "Jien nieħu gost ferm li niddiskuti anke l-għażla tal-persuna mal-kollega tiegħi l-Onor.", "Abela biex naraw li nsibu persuna tajba.", "Jien m'għandix dubju li fost l-uffiċjali pubbliċi ta' ċertu grad, insibu aktar minn persuna waħda li għandha ċertu għożża magħrufa għall- ilsien Malti, pero` hawn qed infittxu mhux biss persuna li kemm jista' jkun tkun konoxxenti, imma jrid ikollha wkoll ċerti kapaċitajiet amministrattivi u li taf x'inhuma l-proċeduri tal-gvern.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Jien staqsejt dan għax m'hawn xejn dwar kif jista' jintagħżel.", "Jien naqbel mal-ministru li l-ewwel m'għandna nfittxu huwa f'dawk li huma diġa` impjegati pubbliċi.", "Jekk aċċidentalment wieħed ma jsibx jew inkella l-persuni li jiġu avviċinati ma jaċċettawx, hemmhekk wieħed jista' joħroġ sejħa pubblika.", "It-tieni ħaġa li nixtieq insemmi hija dwar dak li nsibu f'subklawsola (3) fejn insibu li:", "\"(3) Id-Direttur Eżekuttiv għandu jattendi kull laqgħa tal-Kunsill iżda mingħajr jedd għall-vot:\"", "- s'hemmhekk m'hemmx problemi –", "\"Iżda l-kunsill jista', jekk iqis xieraq, jitlob lid-Direttur Eżekuttiv biex ma jattendix għal xi seduta jew parti minn xi laqgħa.\".", "Issa jien nifhem dak li qal il-ministru u f'ċerti ċirkostanzi naqbel miegħu wkoll.", "Il-problema hija li din hija miftuħa wisq u jiddependi ħafna mis- sens komun u mill-persuni involuti.", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq id-direttur eżekuttiv li se jmexxi l-ħidma tal-kunsill u dan mhux jista' jattendi l- laqgħat tal-kunsill mingħajr il-jedd tal-vot imma għandu jattendi l-laqgħat tal-kunsill għax fl-aħħar mill-aħħar huwa importanti li jkun jaf x'inhu jiġri u x'inhu jiġi diskuss għax imbagħad hu jrid jimbotta 'l quddiem dak li jiġi deċiż.", "Dan qisu għandek kunsill lokali u għandek segretarju eżekuttiv li jismu d-direttur eżekuttiv u l-kunsill jgħidlu: Inti ma tiġix għal-laqgħat.", "Għalhekk wieħed għandu jispjega ftit għal-liema ċirkostanzi wieħed qed jirriferi meta qed ngħidu \"jekk iqis xieraq\" għaliex din hija miftuħa wisq.", "Ejja ngħidu li jkun hemm – ovvjament, nisperaw li ma jiġrix hekk imma aħna nġebbdu l-argument biex naħsbu fil-ħażin sabiex it-tajjeb ma jonqosx – xi konflitti bejn xi membri jew inkella mad-direttur eżekuttiv, dawn jistgħu jinqdew biha biex ipoġġu d-direttur eżekuttiv f'sitwazzjoni fejn jispiċċa maqtugħ u jħossu mdejjaq biex fl-aħħar mill-aħħar jitlaq u jġibu lil ħaddieħor.", "Għal din ir-raġuni naħseb li jkun aħjar kieku nkunu ftit aktar preċiżi u nispeċifikaw fuq liema materji d-direttur eżekuttiv ma jistax jattendi l- laqgħat bħal, per eżempju, meta jkun qed jiġi diskuss il-pakkett ta' rimunerazzjoni tiegħu.", "Pero` meta jkunu qed jiġu diskussi materji oħra rilevanti max-xogħol li jrid isir, id-direttur eżekuttiv għandu jkun hemmhekk u ma jiġix eskluż.", "Il-problema li għandi hi li din il-subklawsola hija miftuħa u ġenerika wisq u nħoss li tista' tkun counter productive għax- xogħol li d-direttur eżekuttiv hu mistenni li jagħmel fi ħdan il-kunsill.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ir-reazzjoni tiegħi għal dawn il-kummenti hija li naturalment iċ-ċertezza dejjem hija isbaħ milli wieħed iħalli ċertu interpretazzjoni imma naħseb li s-sens komun jitlob li bilfors irridu nafdaw fis-sens komun, fir-rieda tajba u fil-ġenwinita` tal-membri li jkunu qed jikkomponu l-kunsill.", "Id-direttur eżekuttiv huwa impjegat tal-kunsill.", "Veru li huwa l-aktar u l-ogħla impjegat u kieku kien impjegat komuni lanqas daqshekk ma kien jingħata dan l-impjegat.", "Qed jingħata din il- funzjoni li jattendi l-laqgħat għaliex kif qal il-kollega tiegħi l-Onor.", "Abela, jekk wieħed qed jistenna li dan iwettaq l-istrateġija tal-kunsill, bilfors irid ikun preżenti biex jifhem din l-istrateġija x'inhi.", "Min-naħa l-oħra huwa għaqli li l-kunsill għandu jkun fis-sitwazzjoni li jiddelibera mingħajr il-preżenza tad-direttur eżekuttiv u wieħed irid jassumi li r- raġuni hija raġuni valida u li tinkwadra ruħha fl-aqwa interessi li din il- liġi tixtieq li tipproteġi.", "Għal dawn ir-raġunijiet, il-kunsill għandu jkollu din il-liberta` li jiddelibera mhux fil-preżenza tad-direttur eżekuttiv.", "Sur President ̧ l-aktar ħwejjeġ ovvji li jkollok bżonn f'din it-tip ta' klawsola huwa jekk, per eżempju ̧ il-kunsill irid jiddelibera fuq il- kondizzjonijiet tax-xogħol, is-salarju tad-direttur eżekuttiv, l-imġiba tad- direttur, xi konflitt tad-direttur ma' l-impjegati tiegħu jew konflitt mal- kumitat tekniku jew mal-kummissjoni u dan għaliex wieħed ikun jista' jagħmel diskussjoni aktar oġġettiva u b'inqas rispett uman jekk jagħmilha fl-assenza ta' dak li jkun.", "Issa jekk noqogħdu nipprovaw nispeċifikaw liema huma dawn iċ-ċirkostanzi xierqa, jien naħseb li ma naslux u allura wieħed irid igħid li filwaqt li jien napprezza l-iskop ta' l-intervent ta' l-Onor.", "Abela, nifhem li ma nistgħux ma nafdawx fis-sens komun tal-membri tal-kunsill.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Jien naħseb li għandu jkun hemm għallinqas linja gwida għall-kunsill u mhux jaqbad u b'mod kapriċċjuż jgħid li ma jridx li d- direttur eżekuttiv jidħol.", "Irid ikun hemm raġuni valida u ċirkostanzi li ma jkunux spissi imma rari u għalhekk naħseb li huwa f'dan l-ispirtu li bejn iż-żewġ naħat għandu jkun hemm linja gwida għall-kunsill dwar liema huma ċ- ċirkostanzi xierqa fejn id-direttur eżekuttiv ma jistax jattendi l-laqgħat tal-kunsill.", "Jien ma kontx qed ngħid li għandna nneħħu l-flessibbilta` imma kont qed ngħid li għandna niċċarawha ħalli ma jkunx hemm abbużi minnha.", "Fl-aħħar mill-aħħar, kif qed ngħidu t-tnejn li aħna, id-direttur eżekuttiv għandu rwol ċentrali u għax għandu rwol ċentrali, qed jingħata d-dritt li jattendi kull laqgħa tal-kunsill mingħajr il-jedd tal-vot.", "Jien nifhem li huwa diffiċli li wieħed joqgħod jispeċifika dawn iċ-ċirkostanzi punto e virgola pero` l-iskop tiegħi kien li anke bid-diskussjoni tagħna hawnhekk, noffru linja gwida għall-kunsill u nittama li jagħti xi ftit kas ta' dak li qed ngħidu hawnhekk meta jiġi biex jibda jaħdem.", "Punt ieħor li nixtieq insemmi huwa dwar dak li għandu x'jaqsam mal-finanzi fejn f' paragrafu (d) subartikolu (4) hemm miktub li:", "\"Fit-tħaddim tal-fondi u ż-żamma tar-rekords għandu jkun iggwidat mir- regolamenti finanzjarji tal-Gvern.\".", "Fl-opinjoni tiegħi, il-kelma \"iggwidat\" hija daqsxejn liberali u forsi aħjar nużaw il-kelma \"josserva\".", "B'hekk l-obbligu tal-kunsill ikun l- osservanza tar-regolamenti finanzjarji tal-gvern.", "Il-ministru jaqbel li l- kelma \"iggwidat\" għandha tkun mibdula bil-kliem \"għandu josserva r- regolamenti finanzjarji tal-gvern\"?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Jien naqbel ma' l-Onor.", "Abela li nemendaw din il- klawsola u għalhekk nipproponi din l-emenda:", "\"C\" F'paragrafu (d) ta' subklawsola (4) ta' klawsola 12 minflok il- kliem \"Fit-tħaddim tal-fondi u ż-żamma tar-rekords għandu jkun iggwidat mir-regolamenti finanzjarji tal-Gvern; u\" għandu jidħol il- kliem \"Fit-tħaddim tal-fondi u ż-żamma tar-rekords id-Direttur Eżekuttiv għandu josserva r-regolamenti finanzjarji tal-Gvern; u\".", "\"C\" In paragraph (d) of subclause (4) of clause 12 for the words \"In the utilisation of funds and the keeping of records he shall be guided by Government financial regulations; and\" there shall be substituted the words \"In the utilisation of funds and the keeping of records the Executive Director shall observe the Government financial regulations; and\".", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija l-emenda \"C\" kif imressqa u moqrija mill-ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-Emenda \"C\" għaddiet nem. con.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 12 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 12, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 13 – Relazzjonijiet bejn il-Ministru u l-Kunsill.", "Clause 13 - Relations between the Minister and the Council.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Klawsola 13 hija pjuttost standard li nsibuha f'ħafna mil-liġijiet ta' dan it-tip fejn jiġu stabbiliti l-parametri għar- relazzjonijiet bejn il-ministru u, f'dan il-każ, il-kunsill.", "F'din il- klawsola qiegħed jiġi ċċarat li l-ministru jifdallu d-dritt li jagħti lill- kunsill dawk id-direttivi bil-miktub li huwa jista' jqis meħtieġa dwar il- politika li għandha tiġi segwita mill-kunsill fit-twettiq tal-funzjonijiet tiegħu.", "Naturalment qed nitkellmu fuq il-policy ġenerali sakemm dawn id- direttivi ma jkunux konsistenti ma' l-objettivi ta' dan l-att.", "Barra minn hekk, il-kunsill huwa obbligat li jagħti lill-ministru l- faċilitajiet għall-ksib ta' informazzjoni dwar il-proprjeta`, l- attivitajiet u l-organi tal-kunsill u jipprovdilu prospetti, kontijiet u kull informazzjoni oħra f'dak ir-rigward, kif ukoll kull faċilita` għall- verifika ta' kull informazzjoni skond kif ikun meħtieġ.", "Naturalment din hija xi ħaġa minn ewl id-dinja imma huwa dejjem tajjeb li wieħed jirrepetiha f'dawn il-liġijiet għaliex il-ministru jista' jiggarantixxi l-kontabilità politika billi jkun jista' jagħti ċerta direzzjoni ta' natura ġenerali u billi jkollu aċċess għall-informazzjoni jkun jista' jagħti wkoll rendikont lill-parlament, lill-gvern u lil kull awtorità oħra li tista' tirrikjedi dik l-informazzjoni.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn rimarki?", "L-Onor.", "Carmelo Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Sur President, jien nixtieq nagħmel żewġ punti fil- qosor.", "Naturalment l-ebda ministru m'għandu jindaħal fi ħwejjeġ li huma tekniċi, u dan diġà għednih fl-abbozz ta' liġi.", "Fil-fatt qalu anke l- ministru stess.", "Naturalment kull ministru, ikun min ikun u jkun ta' liema gvern ikun, għandu joqgħod attent li jagħti biss direttivi li huma ta' natura politika bħala policy tal-gvern.", "Hawnhekk xtaqt li l-ministru jagħti xi ftit eżempji ta' fejn il-ministru għandu l-poter jagħti dawn id- direttivi.", "Naturalment irridu nagħmluha ċara li l-ebda politiku u l-ebda gvern m'għandu say fuq materja teknika.", "Dwar subklawsola (2) ta' klawsola 13 qed nifhmu li l-parlament għandu dritt jikseb l-informazzjoni.", "Anke l-awditur ġenerali għandu dritt jagħmel dan jew fuq inizjattiva tiegħu jew inkella permezz tal-proċeduri li huma stabbiliti fil-parlament - jiġifieri bil-permess tal-kumitat tal-kontijiet pubbliċi - biex imbagħad jagħmel il-verifika tiegħu wkoll.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, l-ewwelnett hawn jingħad li d-direttivi ma jistgħu qatt ikunu inkonsistenti ma' l-iskop ta' din il-liġi u mad- diversi provvedimenti tagħha.", "Apparti dan, il-kunsill, l-organi u l- uffiċjali pubbliċi jistgħu jiġu f'ċirkostanzi fejn ikunu jirrikjedu sens ta' direzzjoni u l-liġi taħseb għal dan ukoll.", "Din it-tip ta' direzzjoni tista' tingħata għal ħafna skopijiet fosthom għal skopijiet ta' amministrazzjoni pubblika, kwestjonijiet ta' kif isir budget, kwestjonijiet ta' livelli ta' nfiq, kwestjonijiet ta' reklutaġġ ta' nies u kwestjonijiet ta' regolamentazzjoni komuni.", "Jista' jkun hemm ukoll kwestjonijiet essenzjalment politiċi li dwarhom gvern partikolari jkun irid jidderieġi lil dan il-kunsill.", "Qed ngħidu li d-direttivi li jagħti l-ministru jsiru bil-miktub biex ikun hemm record tagħhom u jkun hemm manjiera trasparenti ta' kif jistgħu jiġu verifikati.", "Imbagħad naturalment sta għad-dibattitu pubbliku u għad- dibattitu fil-parlament jekk dawn id-direttivi humiex direttivi għaqlin, idonei jew kellhomx isiru jew ma jsirux.", "Hemmhekk imbagħad jidħol wieħed fid-dominju tal-ġudizzju politiku.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Wieħed ma jħossx il-ħtieġa li d-direttivi li jsiru bil-miktub għandhom jiġu ppubblikati wkoll fil-każ tal-gvern?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ir-risposta hi li dawn normalment isiru jew permezz ta' ittri jew permezz ta' minuti fil-files relattivi.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il- mistoqsija hi klawsola 13.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 13 għaddiet nem.con u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 14 – Ħatriet ta' Personal.", "Clause 14 – Staff appointments.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Louis Galea.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: F'din it-taqsima ta' dan l-abbozz ta' liġi qed insegwu ħafna l-mudell ta' diversi liġijiet oħrajn dwar kif din l-organizzazzjoni ġdida taħtar il-personell meħtieġ biex tkun tista' twettaq id-dmirijiet tagħha.", "Bażikament hawn qegħdin ngħidu li l-ewwelnett huwa l-kunsill li dejjem se jibqa' responsabbli għall-ħatra ta' l-uffiċjali u ta' l- impjegati.", "Huwa l-kunsill imbagħad bil-ftehim mal-ministru li se jistabbilixxi l-pattijiet u l-kondizzjonijiet ta' dawn l-uffiċjali u l- impjegati.", "Fl-abbozz ta' liġi qed ngħidu li dawn il-pattijiet u kondizzjonijiet iridu jkunu fil-qafas tal-pattijiet u l-kondizzjonijiet li huma applikati għall- impjegati fis-servizz pubbliku għal dawk li huma uffiċjali pubbliċi.", "Din hija politika li l-gvern isegwi f'ħafna mill-entijiet pubbliċi tiegħu bħall- korporazzjonijiet fejn kemm jista' jkun jipprova jqarreb il-kondizzjonijiet ta' ħlasijiet u kondizzjonijiet oħra ta' l-impjegati ma' dawk fis-settur pubbliku.", "Nafu li hemm distinzjoni bejn is-servizz pubbliku, l-uffiċjali pubbliċi u l-impjegati l-oħra fis-settur pubbliku, fil-korporazzjonijiet, fl-awtoritajiet u entitajiet oħrajn pubbliċi, pero' l-gvern qiegħed jipprova bil-mod il-mod joħloq qafas li kemm jista', jkun komuni għal kulħadd.", "Dan qed isir għal ħafna raġunijiet fosthom għal raġunijiet ta' spiża pubblika, imma anke għal raġunijiet ta' trasparenza ta' kif jiġu ffissati dawn l-affarijiet.", "Din hija xi ħaġa li qed nispeċifikaw f'din il-klawsola biex wieħed ikun jaf eżattament il-parametri x'inhuma.", "L-ewwelnett l-ingaġġ isir mill-kunsill.", "Il-kunsill jistabbilixxi l-pattijiet u l-kondizzjonijiet, pero` l-liġi qed tagħti żewġ kondizzjonijiet.", "Waħda li dawn iridu jsiru bi ftehim u bl- approvazzjoni tal-ministru u t-tieni nett li dawn iridu jkunu fl-istess qafas ta' l-impjegati tas-servizz pubbliku.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Carmelo Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Kif qal il-ministru din it-taqsima, minn klawsola 14 sa klawsola 17, titkellem dwar l-impjegati tal-kunsill.", "Kumment ġenerali li nixtieq ngħaddi huwa li nħoss li dan il-kunsill m'għandux jitgħabba b'ħafna nies imma għandu jkollu nies biżżejjed biex ikun jista' jaħdem u fuq kollox nies dedikati u kompetenti fil-qasam tagħhom.", "GĦandna nkunu daqxejn attenti fl-għażla tan-nies u wieħed m'għandux jagħmel dumping ta' persuni - forsi l-kelma \"dumping\" hija daqxejn goffa - fil-kunsill biex inkunu nistgħu ngħidu li għandu ħafna nies.", "Nixtieq nistaqsi wkoll jekk hemmx xi ħsieb dwar xi persuni li jistgħu jmorru mal-kunsill u dwar kif se ssir l-għażla.", "GĦal dak li għandu x'jaqsam mad-direttur eżekuttiv diġà kellna indikazzjoni mill-ministru li l-ħsieb huwa li jkun fi ħdan iċ-ċivil stess.", "Qed ngħid dan għax nafu li kellna liġijiet oħra, per eżempju ̧ dik tal-kunsill Malti għall-isport fejn qabel kellek id-dipartiment ta' l-isport ̧ u allura stajt tagħżel in-nies minn hemm.", "Fil każ tal-kultura wkoll kellek id-dipartiment tal-kultura pero' f'dan il-qasam m'għandniex dipartiment u n-nies minn dan id-dipartiment se jmorru fil-kunsill jew inkella jkollhom iċ-ċans jagħżlu jekk imorrux jew le mal-kunsill.", "GĦal din ir-raġuni jista' l-ministru jagħti ħjiel dwar kif il- ħaddiema se jiġu magħżula?", "Se ssir xi sejħa interna?", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Grazzi.", "L-Onor.", "Louis Galea.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Iva, id-direzzjoni hija ċara.", "Id-direzzjoni hija li jkun hawn team ċkejken ta' impjegati u uffiċjali li jridu jkunu nies Ii diġà huma impjegati tal-gvern jew fis-settur pubbliku.", "Naturalment m'għandix idea min se jkunu n-nies u kif se jintagħżlu għax għadni ma ħsibt assolutament xejn.", "Ovvjament ma tistax tibgħat nies li jkunu kontra qalbhom pero` taqta' d-direttur eżekuttiv li jrid ikun xi ħadd li għandu affinita` ma' dan il-qasam ̧ l-oħrajn iridu jkunu nies impjegati li huma kwalifikati għal dak li hemm bżonn; per eżempju ̧ xi ħadd f'livell ta' uffiċjal eżekuttiv, xi ħadd fuq livell ta' skrivan jew skrivana u xi messaġġier.", "Dan jekk il-kunsill ma jkunx qiegħed f'post fejn diġà jkun hemm impjegati u allura jkun jista' jkun hemm anke tisħib tas-servizzi li jkunu qed jagħtu impjegati oħrajn.", "Naħseb li fuq hekk qed nitkellmu.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Carmelo Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Jien ma staqsejtx fuq persuni imma fuq id- direzzjoni li qed jaħseb fuqha l-ministru bħalissa.", "Jiġifieri hawnhekk qed ngħidu li l-istess kondizzjonijiet li għandhom illum se jibqgħu.", "Qed ngħid hekk għax xi kultant kien hemm ċerta biża' li l-job security se tispiċċa jekk minn dipartiment bniedem imur mal-kunsill.", "F'dan il-każ qed ngħidu li jekk inti qiegħed maċ-ċivil u se tmur taħdem mal-kunsill ̧ l-istess kondizzjonijiet se jibqgħu hemmhekk inkluż li jekk il-kunsill iħoss li m'għandux bżonn aktar tas-servizzi tiegħek inti se tmur lura maċ-ċivil.", "Hawnhekk qed ngħidu li l-pattijiet u l-kondizzjonijiet se jibqgħu l-istess minkejja li wieħed ikun qiegħed jaħdem mal-kunsill?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Iva THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il- mistoqsija hija klawsola 14.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 14 għaddiet nem.con u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz tal-Liġi.", "Klawsola 15 – Inkarigu ta' uffiċjali pubbliċi għal xogħol mal-kunsill.", "Clause 15 – Detailing of public officers for duty with the Council", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn rimarki?", "Il-Ministru Louis Galea.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Din it-tip ta' klawsola tispjega l-mod prattiku kif l- amministrazzjoni pubblika tkun tista' tgħaddi impjegati pubbliċi lill- kunsill.", "Dan huwa l-proċess li permezz tiegħu l-prim ministru jkun jista' jidentifika uffiċjali pubbliċi u jordnalhom biex iservu mal-kunsill u hawn ukoll speċifikat id-dettalji ta' kif isiru dawn l-affarijiet.", "Din hija klawsola standard li wżajniha fi kwantita` kbira ta' liġijiet.", "Dan huwa l- proċess li bl-Ingliż ngħidulu l-proċess ta' detailing fejn uffiċjali pubbliċi jiġu detailed biex iservu mal-kunsill.", "Naturalment jibqgħu uffiċjali pubbliċi għall-finijiet tad-drittijiet tagħhom u tal- kondizzjonijiet tagħhom - dan huwa speċifikat fid-dettall – sakemm ma jiddeċidux li jagħżlu ̧ kif naraw aktar tard, impjieg permanenti mal- kunsill.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il- mistoqsija hija klawsola 15.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 15 għaddiet nem. con u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz tal-Liġi.", "Klawsola 16 – Status ta' uffiċjali pubbliċi inkarigati li jagħmlu xogħol mal-kunsill.", "Clause 16 – Status of public officers detailed to work with the Council.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn rimarki?", "Il-Ministru Louis Galea.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Din ukoll hija klawsola li minjaf kemm il-darba ddiskutejna f'kumitati ta' diversi liġijiet.", "Hija proprju l-klawsola li tiggarantixxi d-drittijiet ta' pensjoni li l-uffiċjali pubbliċi li kienu mpjegati mal-gvern qabel l-1979 setgħu akkwistaw.", "Qegħdin ngħidu li għalkemm ikunu taħt l-awtorita` amministrattiva u l-kontroll tal-kunsill, xorta jibqgħu bl-istatus ta' uffiċjali pubbliċi, xorta jistgħu jibqgħu japplikaw għal transfer, xorta jistgħu japplikaw biex jokkupaw gradi ta' promozzjoni u qatt ma jistgħu jiġu mogħtija kondizzjonijiet tas-servizz inqas favorevoli minn dawk li għandhom skond il-ħatra tagħhom mal-gvern.", "Fil-fatt hawn il-manjiera regolata biex dawn id-drittijiet tagħhom jibqgħu.", "Jiġifieri se jibqgħu impjegati bħal dawk li normalment insejħulhom impjegati tal-gvern imma taħt l-awtorita` amministrattiva u taħt il- kontroll tal-kunsill, jiġifieri anke taħt id-dixxiplina tal-kunsill.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 16.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 16 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz tal-Liġi.", "Klawsola 17 – Offerti ta' impjieg permanenti mal-kunsill u l-uffiċjali pubbliċi inkarigati li jagħmlu xogħol mal-kunsill.", "Clause 17 – Offer of permanent employment with the Council made to public officers detailed with the Council.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn rimarki?", "Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Din il-klawsola, li bħalha hemm klawsoli simili f'liġijiet oħra, qed tippermetti li jista' ikun hemm applikazzjonijiet mal- kunsill b'ċerti kondizzjonijiet u l-uffiċjal pubbliku jista' jagħżel jibqax iktar fuq dak li nsejħulu l-kotba tas-servizz pubbliku jew imurx direttament fuq il-kotba tal-kunsill.", "Hawnhekk qed ngħidu li dan ikun possibbli imma b'salvagward għad-drittijiet akkwiżiti li jkollu, speċjalment fil-qasam tal-pensjonijiet.", "Dawn dejjem japplikaw għal dawk l- uffiċjali li jkunu daħlu mal-gvern qabel l-1 ta' Jannar 1979, għaliex kulħadd jaf li dawk li daħlu wara din id-data ma akkwistawx drittijiet ta' pensjoni taħt l-ordinanza dwar il-pensjonijiet.", "Irrid ngħid ukoll li aħna qed naraw kunsill bi grupp verament ċkejken ta' uffiċjali u mhux qed nara li din il-klawsola xi darba tista' tapplika.", "Madankollu qatt ma tista' tgħid u allura la jeżisti dan il-mudell li bqajna napplikawh anke f'dan il-każ.", "Dan bqajna napplikawh anke jekk m'huwiex previst li jkun hawn uffiċjali pubbliċi li jitilqu mill-istatus ta' uffiċjal pubbliku biex isiru impjegati tal-kunsill avolja d-drittijiet tagħhom tal-pensjoni huma salvagwardati.", "Inħass li din il-possibbiltà għandha tingħata lill-kunsill li fil-futur jista' jiżviluppa ftit iktar milli qegħdin naħsbu li se jiżviluppa fis-snin immedjati li ġejjin u allura jista' jkun hemm raġuni għaliex xi ħadd li huwa uffiċjal pubbliku jgħid li l-applikazzjoni li qed joħroġ il-kunsill u l-pattijiet u l-kondizzjonijiet marbutin ma' dan ix-xogħol itellgħuh fl-istatus u allura huwa lest li jitlaq l-istatus tiegħu u jmur impjegat tal-kunsill.", "Biex dan ikun jista' jiġi faċilitat qegħdin ngħidulhom li jekk għandhom drittijiet ta' pensjoni dawn huma garantiti.", "THE CHAIRMAN: Hawn rimarki?", "L-Onor.", "Carmelo Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Fil-fatt il-mistoqsija tiegħi kienet se tkun din imma weġibha l-ministru fl-aħħar parti ta' l-intervent tiegħu.", "Irrid ngħid li hawn jista' jkollna ċirkostanzi fejn xi ħadd li għandu impjieg permanenti jagħżel li jċedi xi ħaġa biex imur impjegat tal-kunsill.", "Kif għedna dawn huma differenti minn dak li għamilna f'liġijiet oħra u għalhekk din sa ċertu punt setgħet tistona ftit.", "Li għamilna f'liġijiet oħrajn kien li sa ċertu punt il-job security - għax dak l-iktar li jsemmulek - se tintilef jekk minn dipartiment bniedem imur mal-kunsill minħabba li wara sena jinbidlu ċ-ċirkostanzi.", "Naturalment persuna tista' tapplika għax forsi finanzjarament l-offerta tkun aktar vantaġġjuża pero` dak jista' jfisser li jitlef ċerti kondizzjonijiet biex jieħu pakkett finanzjarju aħjar.", "Kif spjega l-ministru, wieħed jista' jifhimha dik iċ- ċirkostanza.", "Jien nixtieq nistaqsi jekk din tapplikax ukoll f'każ li l- kunsill jagħmel sejħa pubblika jiġifieri jiddeċiedi li jimpjega mhux minn ħdan is-servizz pubbliku imma b'kuntratt.", "Jista' jagħti l-każ li wara li jispiċċa l-kuntratt ta' tliet snin – u forsi hawnhekk hawn liġijiet jew regolamenti oħrajn tax-xogħol li m'inix intiż fihom - il-kunsill joffri impjieg permanenti lil dak ix-xi ħadd li daħal b'kuntratt( Ejja ngħidu li dan daħal b'kuntratt ta' tliet snin, u wara tliet snin minflok jiġġedded il- kuntratt joffrulu impjieg permanenti.", "Jista' jiġri dan il-każ permezz ta' din il-klawosla(", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, l-ewwelnett irridu nifhmu li l-liġi qed tagħti d-dritt lill-kunsill li jaħtar l-uffiċjali tiegħu.", "Kieku l-kunsill għall-argument jiddobba grant ta' Lm100,000 fis-sena għal għaxar snin u allura ma jkollux bżonn il-budget tal-gvern, dan il-kunsill għandu kull dritt li jgħid li l-istruttura ta' nies li għandu bżonn hija ta' dan id- daqs.", "F'dan il-każ jista' joħroġ l-applikazzjonijiet sakemm josserva l- artiklu 110(6) tal-Kostituzzjoni ta' Malta għar-rigward ta' reklutaġġ minn aġenziji pubbliċi.", "Għalhekk il-kunsill ikun jista' jagħmel sejħiet kemm għal ingaġġ full time b'kuntratt kif ukoll għal ingaġġ full time indefinit.", "Issa hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq xi ħadd li huwa uffiċjal pubbliku li jagħżel li jimla vakanza reklamata mill-kunsill b'mod u manjiera li jgħid li m'għadux uffiċjal pubbliku.", "Każ li nafuh it-tnejn li aħna huwa ta' l- MCAST, il-kulleġġ vokazzjonali.", "Hemmhekk għandna min iddeċieda li jitlaq l- impjieg tiegħu bħala għalliem li kien impjiegat tad-dipartiment ta' l- edukazzjoni u jmur direttament impjegat ta' l-MCAST.", "Naturalment dan ikun ħa in konsiderazzjoni kollox; il-fatt li hemm ftehim kollettiv mal-union ̧ il-fatt li l-liġi dwar relazzjonijiet industrijali u x-xogħol tgħid li wara ċertu perijodu il-kuntratt irid isir indefinit eċċ. Ikun hemm dawn il- fatturi kollha.", "Hemm ukoll il-fatt li jista' jkun hemm ħlas aħjar.", "Barra minn hekk, dawk l-individwi li kelhom drittijiet taħt l-ordinanza tal- pensjonijiet, bil-liġi kif qed nispjegawha hawnhekk, jistgħu jibqgħu jgawdu dawk id-drittijiet.", "Eventwalment, meta nagħmlu liġi ġdida dwar l- edukazzjoni u nirregolawha, dawn it-tip ta' klawsoli se nsibuhom f'dik il- liġi wkoll biex inkunu nistgħu nissalvagwardaw il-pożizzjoni ta' dawn l- impjegati.", "Il-kunsill jista' jagħti impjieg permanenti lil uffiċjal pubbliku li jiddeċiedi li jmur fuq il-kotba tal-kunsill.", "Issa \"permanenti\" xi tfisser?", "Hawnhekk qed ngħidu li l-kunsill ikun regolat mil-liġi dwar il- kondizzjonijiet tax-xogħol u relazzjonijiet industrjali, jiġifieri se japplikaw il-prinċipji tal-ġusta kawża, prinċipji tar-redundancy u dawn it- tip ta' prinċipji.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Pero` f'każ li l-kunsill iħaddem persuni mhux mis- servizz pubbliku ma jkunx regolat mill-public service commission.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Le, assolutament.", "Jekk ikunu uffiċjali pubbliċi japplikaw dawn il-provvedimenti, jiġifieri jkun taħt il-kontroll u l- amminsitrazzjoni tal-kunsill.", "Għall-finijiet ta' dixxiplina ma jkunux taħt il-public service commission, imma taħt ir-regoli u proċeduri ta' dixxiplina tal-kunsill.", "Jekk addirittura ikun xi ħadd li m'huwiex uffiċjal pubbliku u jiġi ngaġġat minn barra wara li tiġi osservata sejħa għall- applikazzjonijiet li tmur għand il-korporazzjoni tax-xogħol u taħriġ, dawn ikunu bħalma huma l-impjegati f'kull settur ieħor privat jew pubbliku.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Jiġifieri r-regoli taċ-ċivil ma japplikawx għall- kunsill, bħalma ma japplikaw għall-ebda kunsill ieħor.", "Hawnhekk qed ngħidu l-istess.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Iva.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il- mistoqsija hija klawsola 17.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 17 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 18 - GĦotjiet bil-quddiem mill-Gvern.", "Clause 18 - Financial advances by the Government.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, din hija t-taqsima li titkellem dwar id-disposizzjonijiet finanzjarji jiġifieri minn fejn se jiġu l-flus ta' dan il-kunsill, il-budget tiegħu, x'rendikonti jrid jagħti u affarijiet bħal dawn.", "Dawn ukoll huma artikli meħuda testwalment minn liġijiet oħrajn.", "M'humiex dettaljati daqskemm huma, per eżempju, fil-liġi dwar il-patrimonju kulturali jew fil-liġi dwar l-isport għax m'huwiex maħsub li dan il-kunsill ikun daqshekk ikkomplikat f'dan ir-rigward, imma għandna l-istess prinċipji.", "Din il-klawsola tgħid li l-ministru tal-finanzi jista' jagħmel għotjiet bil- quddiem li jidhirlu li jkunu meħtieġa biex il-kunsill iwettaq id-dmirijiet tiegħu u li kull għotja ssir mill-fond konsolidat u mingħajr ebda approprjazzjoni ulterjuri.", "Nisperaw li nkunu nistgħu nwaqqfu dan il- kunsill f'Lulju.", "Aħna ma kellniex budget għal dan il-kunsill, imma mhux se noqogħdu niġu nagħmlu budget għal dan il-kunsill.", "Allura f'dan il-każ il- ministru responsabbli mill-finanzi jista' jgħid li se nagħtuh dan l-ammont ta' flus bil-quddiem ħalli jkun jista' jaħdem mingħajr il-bżonn li niġu hawnhekk b'liġi ta' approprjazzjoni.", "L-accountant general joħroġ iċ-cheque li l-gvern ikun qabel li għandu jkollu dan il-kunsill biex huwa jkun jista' jibda jaħdem.", "Din il-klawosla hekk tfisser bażikament.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Id-diskussjoni fuq din il-klawsola ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "Fid-9.00 p.m. il-Kamra rriżumiet u l-Viċi President tal-Kumitati rrapporta progress u talab il-permess sabiex il-Kumitat jerġa' jiltaqa'.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Nitlob lill-Ministru Galea biex, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar l-Erbgħa, 16 ta' Ġunju 2004, fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Ilsien Malti – Kumitat (Kont.); u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili - Tieni Qari.", "-------------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili (Emenda Nru 2) - Kumitat Permanenti.", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili - Kumitat Permanenti.", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar ir-Rifuġjati – Kumitat Permanenti.", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Professjoni tal-Psikoloġija – Kumitat Permanenti.", "Abbozz ta' Liġi biex Jemenda Liġijiet dwar il-Komunikazzjoni - Kumitat Permanenti.", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Reġistru Ċentrali – Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Hawn rimarki?", "L-Onor.", "Mario Galea.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Sur President, l-ewwelnett nixtieq nagħmel xi kummenti dwar ir-riżultat ta' l-elezzjoni għall-parlament Ewropew.", "Ċertu Thomas Edison darba kien qal:", "\"Just because something does not go as you planned, it does not mean that it was useless\".", "Din tfisser li jekk xi ħaġa ma tmurx kif tkun ippjanajt inti ma jfissirx li tkun saret għalxejn.", "L-Onor.", "Jason Azzopardi sellifli ktieb li fih diversi quotes u siltiet minn diversi diskorsi ta' Churchill, u għalhekk beħsiebni nirriferi għal xi ftit minnhom peress li dawn il-quotes għadhom attwali.", "Per eżempju ̧ waħda minn dawn il-quotes li sibt f'dan il-ktieb tiegħu hija:", "\"Politics are almost as exciting as war and perhaps even more dangerous.", "In war you can only get killed once but in politics many times.\".", "Din tfisser li l-politika hija eċitanti u perikoluża daqs il-gwerra.", "Imma filwaqt li fil-gwerra tista' tinqatel darba, fil-politika tista' tinqatel aktar minn darba.", "Irrid nagħmilha ċara li dawn huma kummenti purament personali.", "Bħala deputat inħossni fid-dmir li nagħmel dawn il-kummenti, fejn l-agħar ħaġa li jista' jiġri lill-partit u lill-gvern – u jien konvint li mhux se jsir hekk – hija li dawn inħalluhom jgħaddu qisu ma ġara xejn.", "Bħalma dejjem sar, se jkun hemm analisi fil-partit u naħseb li ma jkun fiha xejn ħażin li nkun wieħed minn ta' l-ewwel li nikkummenta hawnhekk.", "L-ewwel osservazzjoni li rrid nagħmel hija li f'din l-elezzjoni ivvotaw 82% ta' dawk eleġibbli għall-vot.", "Dan ifisser li minn fost l-għaxar pajjiżi ġodda li ssieħbu fl-1 ta' Mejju bħala parti mill-Unjoni Ewropea, Malta kellha l-akbar turnout ta' nies li ħarġu jivvotaw.", "Meta din tiġi mqabbla mal-25 pajjiż li vvotaw, Malta tinsab fit-tielet post, bil-Belġju u l- Lussemburgu jieħdu l-ewwel u t-tieni post. Din hija xi ħaġa pożittiva wkoll għaliex il-fatt li kien hawn turnout daqshekk għoli juri ̧ jew almenu wieħed jittama ̧ li issa ngħalqu l-feriti tal-passat.", "Dan ifisser li issa l-partit Laburista ma fadallu l-ebda dubju dwar l-Unjoni Ewropea u forsi dan il-kapitlu nistgħu nagħlquh.", "Sur President, m'hemmx dubju li nhar is-Sibt li għadda, il-poplu tkellem bil-vot tiegħu u wassal diversi messaġġi bħalma jagħmel dejjem.", "Aħna rridu nbaxxu rasna għad-deċiżjoni li jkun ħa l-poplu.", "Min ivvota għall-partit fil- gvern wassal messaġġ, min ivvota għall-Alternattiva Demokratika wassal messaġġ, min ivvota lill-kandidati indipendenti wassal messaġġ u min baqa' d-dar wassal messaġġ billi baqa' d-dar.", "Kien hemm ukoll 40,000 ruħ li ġabru d-dokument tal-vot u ma marrux jivvotaw.", "Aħna rridu nipprovaw nifhmu, ninterpretaw u nanalizzaw dawn il-messaġġi b'umilta`.", "Mhux qed ngħid li kulħadd kellu raġun f'kollox imma qabel nibdew naraw ħaddieħor fejn naqas u nibdew inwaħħlu f'dak u fl-ieħor, jien ngħid - u dan huwa kummenti personali - li aħna rridu naraw fejn inqasna u xi stajna għamilna aħjar.", "L-agħar ħaġa li nistgħu nagħmlu hija li noqogħdu nwaħħlu f'kulħadd ̧ qisna m'għamilna xejn ħażin.", "Naħseb li rridu nagħmlu eżerċizzju u nistaqsu lilna nfusna xi stajna għamilna aħjar u fejn jeħtieġ li nbiddlu u jkollna l-kuraġġ li nbiddlu għax dejjem hekk għamilna wara kull telfa.", "Din għamilniha fl-1996 u għamilniha fis-sena 2002 wara li tlifna l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali u mbagħad ġiet l-elezzjoni ġenerali u rbaħniha.", "Għalhekk naħseb li rridu nagħmlu hekk issa wkoll.", "Jien inqabbel dak li ġara ma' logħba football fejn aħna qisna team li lgħabna l-ewwel half u spiċċajna l-ewwel half minn taħt.", "Issa jekk nidħlu fid-dressing room u noqogħdu nwaħħlu fir-referee u fil-linesman nispiċċaw nitilfu l-logħba.", "Jekk min-naħa l-oħra nidħlu fid-dressing room u naraw fejn żbaljajna u x'jeħtieġ nagħmlu biex inbiddlu, aħna noħorġu għat-tieni half, inġibu d-draw u nirbħu l-logħba.", "Jien nifhem li dan id-diskors ma jagħmilnix aktar popolari għax forsi huwa ftit riskjuż u nifhem ukoll li hawn min jista' jużah kontrija u kontra l- partit tiegħi imma xorta nsostni li dan jeħtieġ li jsir.", "Jien ngħid li l- poplu, bir-riżultat ta' din l-elezzjoni, ta yellow card lill-partit fil- gvern u issa kellux raġun f'kollox jew le hija xi ħaġa oħra.", "Issa darb'oħra tiġi elezzjoni u l-poplu jaf jurina r-red card kif għamel mal-gvern Laburista wara 22 xahar, pero' aħna konna ffortunati għax il-poplu wriena l-yellow card.", "Qed ngħid dan biex inkompli t-taqbila fuq il-football ladarba bħalissa għaddej il-logħob u kulħadd - u jagħmlu sew in-nies - ħsiebu hemm.", "Pero' hawnhekk hawn Kamra mimlija u kulħadd qed jismagħni!", "Sur President ̧ jien għadni nemmen li dan il-partit għad għandu ħafna x'jagħti u nixtieq nerġa' narah fil-gvern.", "Jien inħobb lil dan il-partit u allura nkun l-ewwel wieħed li nbaxxi rasi quddiem il-karta safra u ngħid fejn nistgħu nirranġaw u kif nistgħu nkunu aħjar.", "Għalhekk ejja b'umilta` neżaminaw il-fouls li għamilna u nipprovaw nilagħbu aħjar.", "Nerġa' ngħid li huwa privileġġ li lilna l-poplu wriena l-karta safra l- ewwel għax lill-partit Laburita kien urieh il-karta ħamra mill-ewwel.", "Pero' jien nistaqsi: Kif nistgħu nilagħbu aħjar( B'dak kollu li għamilna f'dan il-pajjiż ma jixirqilniex nitilfu l-elezzjoni.", "Jien ngħid li dan il- partit, on his merits, jixraqlu jirbaħ l-elezzjoni u naħseb li huwa mportanti li nipprovaw nifhmu x'messaġġ iridu jwasslulna n-nies.", "Hemm min forsi jirraġuna u jgħid li din m'għandniex inġibuha bi kbira għax gvernijiet oħra fl-Ewropa hekk ġralhom pero' dan l-argument huwa wieħed perikoluż.", "Hemm min igħid li l-Prim Ministru Tony Blair, il-Kanċillier Ġermaniż Schroeder u l-President Franċiż Jacques Chirac hekk ġralhom.", "Pero' jien l- ewwel ma jimpurtani hu mill-partit li nifforma parti minnu u li nirbħu l- elezzjoni li ġejja għax nemmen li għad għandna kontribut x'nagħtu lil dan il-pajjiż.", "Jien ma nserraħx rasi għax f'pajjiżi oħrajn Ewropej ġara hekk imma rrid inkun naf għalfejn ġara hekk lilna.", "Ma rridx inkun fatalista imma jistgħu joħorġu diversi messaġġi.", "Irrid ngħid ukoll li l-partit Laburista għamel żball li nterpreta dan il- vot bħala xi vot favur tiegħu, għax aktar minn hekk ̧ dan kien messaġġ indirizzat lejn il-partit li hemm fil-gvern.", "Għalhekk jagħmel żball min jaħseb li dan kien vot favur il-partit Laburista għax kulħadd jaf li m'huwiex hekk.", "Jagħmel żball ukoll il-partit Laburista meta jgħid, kif qal il-mexxej tiegħu - jew kif fhimtu jien, imma hekk ġie rapportat fuq il- gazzetti, fosthom \"l-orizzont\" - li dan huwa l-bidu ta' kampanja elettorali li se twassal għal rebħa oħra Laburista.", "L-ewwelnett, jekk il-partit Laburista jiddikjara minn issa li se jagħmel erba' snin kampanja se jagħmel ħsara lill-pajjiż.", "Apparti minn hekk, jekk jagħmel hekk nista' naċċertah li l-maġġoranza assoluta tan-Nazzjonalisti li ma vvotawx jew li vvotaw lill- Alternattiva Demokratika, elezzjoni oħra jkunu minn ta' quddiem biex jerġgħu jmorru jivvotaw lill-partit Nazzjonalista.", "Imma dan m'huwiex importanti.", "L-importanti hu li l-partit Laburista – nittama li ntqal hekk fl-ewforja tar-riżultat – ma jibqax sejjer bil-kampanja elettorali sa l- elezzjoni li ġejja għax ikun qed jagħmel ħsara lill-pajjiż.", "Nittama li minflok ma jagħmel kampanja elettorali l-partit Laburista jibda jipparteċipa fil-MEUSAC għax s'issa ma kienx qed jipparteċipa.", "Issa li qed jaqbel ma' l-Unjoni Ewropea tant li kkontesta l-elezzjonijiet tal-parlament Ewropew, nittama li mill-ġimgħa d-dieħla jibda jipparteċipa hemmhekk ukoll.", "Kont qed ngħid li f'din l-elezzjoni l-poplu seta' wassal diversi messaġġi.", "Per eżempju, ma neskludix li din kienet elezzjoni fejn il-poplu ħassu safe illi jipprova partiti oħrajn, fosthom l-Alternattiva Demokratika.", "Kellu d- dritt li jagħmel hekk u aħna se nirrispettaw din id-deċiżjoni.", "Fil-fatt din tiġri fil-pajjiżi kollha Ewropej.", "Kif qalli xi ħadd ħabib tiegħi ġara li l-Alternattiva Demokratika ̧ għalkemm m'għandhiex is-saħħa li ttella' siġġu, għandha s-saħħa li ttellifna t-tielet siġġu.", "U jista' jkun li ġara hekk.", "Naħseb li dan huwa wieħed mill-messaġġi u mill-interpretazzjonijiet, imma ma nistgħux noqogħdu nserrħu rasna billi ngħidu li l-poplu esperimenta bil-vot tiegħu, għalkemm għandu d-dritt li jagħmel hekk.", "Aħna jekk hemm xi ħaġa li nistgħu nbiddlu, naħseb li għandu jkollna l-kuraġġ li nagħmluha.", "Sur President, din kienet elezzjoni tal-messaġġi u ta' l-ironiji u hawnhekk nixtieq nagħti messaġġ fil-qosor.", "Waqt li konna qed ninnegozjaw u nipprovaw nikkonvinċu lill-poplu Malti biex nidħlu fl-Unjoni Ewropea, il- partit Laburista ̧ inkluż il-kandidati tiegħu li ġew eletti bħala MEPs kienu qegħdin igħidu lill-poplu Malti biex ma jivvotax favur l-Unjoni Ewropea għax ma jaqblilniex.", "Waqt li aħna konna qed ninsistu u ninnegozjaw għall-ħames siġġijiet, il-membri ta' l-oppożizzjoni - għadni nismagħhom issa, uħud minnhom aktar minn oħrajn - bdew jgħidulna: Intom qed toħolmu, mhux se jkollkom ħames siġġijiet u dan hu ħolm tagħkom.", "U ħallewna waħedna kemm biex nipprovaw nikkonvinċu lill-poplu biex nidħlu fl-Unjoni Ewropea kif ukoll waqt li konna qed ninnegozjaw biex ikollna ħames siġġijiet.", "Illum dawk il-ħames siġġijiet rebħu tlieta minnhom.", "Ma ġara xejn għax din hi deċiżjoni tal-poplu, imma jfakkarni fil-qawl Malti li jgħid: Ħobż il- bieżel kielu l-għażżien.", "Dan veru kien il-każ.", "Tan-naħa l-oħra pprovaw jaqtgħulna qalbna u qalb il-poplu Malti.", "Dħalna fl- Unjoni Ewropea, ġibna ħames siġġijiet u l-ironija hi li ħobż il-bieżel kielu l-għażżien.", "Ma ġara xejn.", "Ma ġara xejn li l-kandidati kollha vvotaw le fir-referendum għall-Unjoni Ewropea, inkluż dawk li telgħu fil- parlament, biex jobdu l-leader tagħhom.", "Dawn lanqas biss kienu għamlu kampanja u issa f'daqqa waħda saru jemmnu fl-Unjoni Ewropea.", "Sur President ̧ meta rajt il-kandidati Laburisti li telgħu għall-parlament Ewropew ftakart f'dak li kien qal Churchill meta kien qal hekk:", "\"Some people have to change their party because of their principles, others have to change their principles because of their party.\".", "Hemm uħud li jbiddlu l-partit minħabba l-prinċipji u hemm oħrajn li jbiddlu l-prinċipji minħabba l-partit.", "Ma nafx għalfejn meta qrajt din il-quote ftakart fi sħabna tal-Malta labour party li llum ikkontestaw l-elezzjoni għall-parlament Ewropew.", "Minkejja dan nifirħilhom, kif nifraħ lil dawk kollha li kkontestaw, huma min huma, minbarra lil dak ir-razzista ta' Norman Lowell għax naħseb li dak għamel diżunur lill-pajjiż.", "Mhux talli ma nifraħlux talli nkun grat jekk darb'oħra ma jerġax joffri s-servizzi tiegħu għax għamlilna diżunur bħala pajjiż, m'iniex se noqgħod inlaqlaq.", "Nifraħ lil dawk kollha li kkontestaw, inkluż lil dawk indipendenti, u nifraħ lil dawk li rnexxielhom jitilgħu.", "Kont qed ngħid li din kienet elezzjoni ta' messaġġi.", "Kien hemm xi ħadd li qalli Ii dan kien messaġġ kontra l-arroganza.", "Jien għandi l-opinjoni tiegħi, imma m'iniex prużuntuż.", "Naħseb li nkun prużuntuż jekk ngħid: \"Min, aħna arroganti?", "Kif qed tarawna arroganti?\"", "Meta jkollok messaġġ bħal dan quddiem realtà bħal din, jien ngħid li għandna neżaminaw u nipprovaw nifhmu dan il-messaġġ qabel ma niddeċiedu li m'għandhomx raġun.", "Aħna partit arroganti?", "Aħna l-partit li tajna vuċi liċ-ċittadin u li ntroduċejna l-kunsilli lokali!", "Meta kont dieħel nivvota kien hemm xi ħadd u qalli: Spiċċajna nivvotaw kull sena.", "Minn darba kull ħames snin – u l-vot tagħna mhux dejjem kien igħodd għax kellna gvern li ggverna mingħajr maġġoranza, imma ejjew ninsewhom dawk l-affarijiet – spiċċajna nivvotaw kważi kull sena.", "Apparti l-elezzjoni għamilna wkoll ir-referendum u llum tixgħel ir-radju u t- televiżjoni u tisma' liċ-ċittadin jitkellem, jagħti l-opinjoni tiegħu u jikkritika u sew jagħmel.", "Allura aħna arroganti?", "Lilna tant jinteressana li nkunu nafu x'jgħid il-poplu li ħloqna l-istrutturi biex nisimgħuh.", "Allura għaliex nistgħu nidhru bħala arroganti?", "U jiena ngħid, bl-umiltà kollha: Jista' jkun li l-poplu jarana arroganti għax iħoss li m'aħniex nisimgħuh biżżejjed?", "Forsi huwa veru li bħala gvern u bħala partit irridu nisimgħu aktar lill-poplu.", "Jista' jkun li forsi aħna l-ministri medhijin fix-xogħol tagħna u mhux qed insibu ħin biżżejjed biex immorru qalb in-nies u nisimgħuhom.", "Aħna għandna xi ngħidu, imma l-poplu għandu xi jgħid u daqskemm hu importanti li nitkellmu hu importanti li nisimgħu.", "Jista' jkun li l-poplu għandu xi jgħid u allura huwa importanti li mhux biss inkellmuh imma nisimgħuh.", "U jien ngħid: Li kieku veru qed nisimgħu biżżejjed lill-poplu, kellu jistenna l-elezzjoni biex jibagħtilna messaġġ?", "Naħseb li kieku konna qed nisimgħuh biżżejjed, ma kellux għalfejn jistenna l-elezzjoni biex jibagħtilna messaġġ.", "U allura qed nistaqsi bl-umiltà kollha: Jista' jkun li hemm bżonn nisimgħu iktar lin-nies?", "Din hija osservazzjoni personali tiegħi.", "Hemm uħud li forsi jarawna arroganti għax qed nagħmlu tibdiliet kbar u m'aħniex qed nispjegawhom biżżejjed.", "Jack Hannan darba kien qal li you have to lead from the middle.", "Trid tipprova tbiddel minn qalb in-nies u mhux minn fuq.", "Il-partit Nazzjonalista kien l-akbar aġent tal-bidla.", "Dan il-parlament inbidel grazzi għall-partit Nazzjonalista u grazzi għall- kooperazzjoni tal-partit Laburista.", "Saret bidla totali fix-xandir, introduċejna l-kunsilli lokali, għamilna r-referendum u dħalna fl-Unjoni Ewropea.", "You name it and you have it.", "L-akbar tibdiliet li saru f'dan il- pajjiż dejjem kien aġent tagħhom il-partit Nazzjonalista.", "Aħna partit tal- bidla u hekk hemm bżonn li nibqgħu.", "Għalhekk irbaħna l-elezzjoni u għalhekk nemmen li għandna nirbħu l-elezzjoni li ġejja, imma aħna gvern li rridu niddeċiedu long- term.", "Sur President ̧ bħalissa qed nieħdu deċiżjonijiet long-term li mhux bilfors jagħmluna popolari pero' hekk għandu bżonn il-pajjiż.", "Irridu naraw x'se jiġri mill-Air Malta, mit-tarzna, mill-Gozo channel u minn postijiet oħra sa ħames snin oħra, sa sitt snin oħra, jew sa għaxar snin oħra.", "Bħala gvern bilfors irridu niddeċiedu.", "Jekk ma niddeċidux ma nkunu gvern xejn, imma nkunu pressure group elett.", "Kif qal il-prim ministru aħna ma stennejniex it-12 ta' Ġunju biex ħadna d-deċiżjonijiet.", "Aħna d- deċiżjonijiet ebsin li kellna nieħdu, ħadnihom anke qabel it-12 ta' Ġunju u naħseb li għandna mertu.", "Jien sodisfatt li nagħmel parti minn gvern li kellu kuraġġ jieħu deċiżjonijiet ebsin qabel l-elezzjoni.", "Jien ngħid li tkun konvint kemm tkun konvint mill-bidla li tkun qed tagħmel - bl-umiltà kollha qed nipponta subgħajja lejja, l-ewwel wieħed - l-ewwel irid ikollok il-paċenzja li tipprova tbigħha lin-nies li tkun se tolqot.", "Bil-kelma t- tajba u bil-paċenzja jista' jkun li lil dawk li tkun se tolqot iġġibhom miegħek ħalli tnaqqas ir-reżistenza.", "U din hija teorija pprovata.", "Tipprovax tbiddel bl-insistenza imma pprova biddel bil-konvinzjoni, billi tikkonvinċi lin-nies għalfejn qed tbiddel.", "B'ħafna paċenzja trid tirripeti u terġa' tirripeti u forsi jkun hemm min ġustament jgħid li aħjar nibqgħu ma nagħmlu xejn, imma dan huwa ħażin.", "Li tibqa' ma tagħmel xejn huwa ħażin daqskemm huwa ħażin jekk tagħmel xi ħaġa bl-għaġġla.", "Aħna qed nagħmlu bidliet kbar u tajbin imma dawn irridu nbigħuhom aktar lin- nies.", "Darba xi ħadd qalli: Meta messaġġ tkun qed tiddardar tirrepetih, hemm barra jkun hemm nies li jkunu għadhom qed jisimgħuh għall-ewwel darba.", "Għalhekk irridu nirrepetu u rridu ngħidu għalfejn inkunu qed nagħmlu ċerti bidliet.", "B'hekk inġibu n-nies magħna u nsibu l-kooperazzjoni tagħhom.", "Jista' jkun li l-bidliet kbar li qed nagħmlu li huma bidliet tajbin, bidliet kuraġġjużi, bidliet għall-ġid ta' dan il-partit u bidliet li huma inevitabbli, irridu nbigħuhom aktar.", "U hawn irrid nibda minni għax forsi jien ukoll irrid nibda nfiehem iktar.", "Lil dawk li jiġu jilmentaw trid tfehemhom aktar pero' mbagħad apparti dan irridu l-umiltà.", "L-umiltà fil-politika hija virtu'.", "Irridu niftakru kuljum li l-fatt li aħna ġejna eletti deputati m'aħna nagħmlu pjaċir lil ħadd.", "M'aħniex nagħmlu pjaċir lin-nies, iebsa kemm hi iebsa l-ħajja tal-politika.", "Li tkun magħżul biex tirrappreżenta lill-poplu bħala deputat f'dan il-Parlament huwa wieħed mill-akbar privileġġi li jista' jagħtik il-poplu Malti.", "Li tkun magħżul u tingħata ċ-ċans biex bħala partit politiku twettaq il- programm tiegħek bħala gvern, huwa piż imma huwa wieħed mill-akbar privileġġi li jista' jagħtik il-poplu ta' pajjiżek.", "Dan ma rridux ninsewh.", "Mhux aħna qed nipprovaw nagħmlu pjaċir lill-poplu Malti imma l-poplu Malti għamel pjaċir lilna meta tagħna l-privileġġ li nservuh u tellagħna fil- gvern.", "Ejjew ma ninsewhx dan.", "Iebsa kemm hi iebsa l-ħajja tal-politika u ingrata kemm hi ingrata, jien dejjem ngħid li l-ewwel lezzjoni li titgħallem fil-politika hija l-lezzjoni ta' l-ingratitudni.", "Messaġġ ieħor li xtaqt inwassal huwa li l-poplu vvota għalina biex immexxu aħna u mhux biex imexxi xi kap taċ-ċivil li ma jmur iħabbat l-ebda bibien.", "Jien wisq nibża' li d-deċiżjonijiet m'għadhomx jittieħdu min-nies li tella' l-poplu, imma qed jittieħdu minn xi kap taċ-ċivil li fl-elezzjoni joqgħod kwiet, iħares lejn it-television b'xi tazza te' f'idejh u jien u sħabna mmorru nħabbtu l-bibien.", "Dak ma jiffaċċjax lin-nies u probabbilment lanqas telefonati ma jieħu.", "Għandna diversi kapijiet taċ-ċivil – mhux kollha – imma qed jiġini f'moħħi wieħed partikolari li lanqas jitkellem man- nies.", "Mela ma tagħmilx appuntamenti Ċetta ta' warajna!", "Mela ma tmurx taħlilu l-ħin!", "Ara Ċetta ta' warajna tiltaqa' miegħi, tiltaqa' mal- ministru, tmur tkellem lill-prim ministru, imma dak le, ma jkellimhiex.", "U naħseb li hawn min għandu interess – qed ngħid dan b'risponsabbilta' personali – li jbaxxi lilna r-rappreżentanti tal-poplu ħalli jżomm il-poter f'idejh.", "Is-sabiħa hi li għad-deċiżjonijiet li jieħu hu aħna nispiċċaw inħallsu l-prezz politiku.", "U dan mhux tajjeb.", "Il-poplu għażel lilna biex immexxu.", "Iċ-ċivil għandu rwol importanti u fih hemm ħafna nies.", "Minn hawn nixtieq insellem lill-ħaddiema ta' dan il-parlament u jien minn dejjem ngħid li jekk tridu eżempju ta' kemm hemm min jaħdem fiċ-ċivil ejjew araw il-ħaddiema ta' dan il-parlament għax naħseb li huma effiċjenti u jaħdmu.", "Imma s-sitwazzjoni m'hijiex kullimkien hekk.", "Xtaqt inwassal dan il-messaġġ għalkemm forsi huwa żbaljat.", "Nemmen li bħala deputat għandi dritt nagħmel dan id-diskors u f'ismi personali nwassal dan it-tip ta' messaġġ għaliex dawn huma nies li ma jiffaċċjawx lill-poplu, qatt ma jinżlu fit-triq u qatt ma jħabbtu bibien.", "Imbagħad aħna nispiċċaw inbatu l-konsegwenzi tad-deċiżjonijiet li jieħdu huma.", "Għandna bżonn gvern li joħlom ukoll.", "Issa nisperaw li għada fuq \"l- orizzont\" ma jingħadx li għandna bżonn gvern li joħlom.", "Pero' se nispjega għalfejn kull partit għandu bżonn li jkollu min joħlom.", "Darba xi ħadd qal hekk:", "\"If you always do what you've always done, you will always be where you've always been.\".", "Mela għandna bżonn nesperimentaw, għandna bżonn nieħdu deċiżjonijiet ġodda u għandna bżonn noħolmu.", "Għandna bżonn partit li jkompli jiġġedded, partit akbar, partit li joħlom.", "Il-ħolm tal-bieraħ huwa l-aġenda politika tal-lum.", "Ħalli nagħti eżempju reali.", "Il-bieraħ u l-bieraħt lura konna qed noħolmu li Malta tissieħeb fl-Unjoni Ewropea u kien hawn nies li bdew igħidulna li din kienet ħolma u fissazzjoni tagħna.", "Konna qed noħolmu li xi darba ssir elezzjoni f'dan il- pajjiż u jkollna ħames membri parlamentari fil-parlament Ewropew jitkellmu bil-Malti u jirrappreżentaw lill-poplu Malti.", "Pero' min-naħa l-oħra sħabna bdew igħidulna li konna qed noħolmu, li ma konniex nafu x'qed ngħidu u li ma kenux se jagħtuhomlna.", "Minkejja dan kollu l-ħolma li kellna l-bieraħ hija l-aġenda politika tal-lum.", "Kieku ma ħlomniex la dħalna fl-Unjoni Ewropea u lanqas għandna l-ħames membri għall-parlament Ewropew.", "Illum fuq il-programm Bondiplus se jidher il-prim ministru u s-suġġett huwa fuq l-elezzjoni tal-parlament Ewropew li saret nhar is-Sibt li għadda.", "Din hija l-aġenda politika tal-lum, dak li ħlomna l-bieraħ.", "Allura l-partit Nazzjonalista jrid ikompli joħlom għaliex il-ħolm tal-lum se jkun l-aġenda politika ta' għada.", "Biex ninvestu f'għada rridu noħolmu llum għax il-ħolma tal-lum se tkun il-viżjoni tagħna għal għada.", "Il-partit Laburista li ddieħak bina u qalilna li qed noħolmu jixtieq li dak id-diskors li qal kien biss ħolma kerha u li ma qalu qatt għax issa l-ħolma tagħna qed issir realtà.", "Illum minjaf kemm jixtiequ li tliet kwarti tad-diskors li qalu fuq il-kunsilli lokali, fuq il-liberalizzazzjoni tal-kummerċ u fuq l-Unjoni Ewropea ma qaluh qatt.", "Għalhekk irridu nikbru bħala partit billi noħolmu u billi jkollna viżjoni.", "Il-psikologu magħruf William James jgħid li: The minute a man ceases to grow ̧ no matter what his years are, that minute he begins to be old.", "Allura rridu nibqgħu partit b'viżjoni u partit organizzat.", "Mistoqsija oħra li nixtieq nagħmel hi: Konna organizzati biżżejjed f'din l- elezzjoni?", "Forsi konna u għalhekk irridu nkunu attenti biex naraw x'għamilna ħażin ħalli nipprovaw nagħmluh aħjar.", "Darba xi ħadd mhux magħruf qal kwotazzjoni li veru laqtitni.", "Dan qal hekk: If you manage to find a path with no obstacles it probably doesn't lead anywhere.", "U bħala partit fil-gvern nemmen li għad għandna destinazzjoni, viżjoni u futur.", "L- esperjenza fil-ħajja mhux tant dak li tgħaddi minnu, imma x'jirnexxilek tagħmel minn dak li tgħaddi minnu.", "Jien ngħid li bħala gvern u bħala partit għandna ċans li dak li ġara nhar is-Sibt ma jibqax problema, ma jibqax diffikultà, imma ndawruh f'opportunità.", "Dan nistgħu nagħmluh billi nxammru l-kmiem u nkomplu naħdmu flimkien bħala team wieħed.", "Irid nkunu umli u naraw li fejn stajna żbaljajna nammettu li żbaljajna.", "Ma naħsibx li għamilna kollox tajjeb.", "Min jagħmel kollox tajjeb?", "L-ikbar żball li tista' tagħmel hu li temmen li qed tagħmel kollox tajjeb.", "F'xi ħaġa żbaljajna.", "Mela ejjew nipprovaw nindunaw x'kienet u nipprovaw nagħmluha aħjar.", "Sur President, irid ikollna l-umiltà bħala gvern u nitgħallmu min- nuqqasijiet tagħna stess.", "Irridu nirringrazzjaw lill-poplu Malti li wasslilna dan il-messaġġ, għax jista' jkun li fl-2002 wassalulna u għamilna l-homework tagħna u fl-2003 irbaħna l-elezzjoni.", "Dan jista' jkun providenzjali.", "Sur President ̧ jien bdejt bi kwotazzjoni ta' Churchill u se nagħlaq bi kwotazzjoni oħra.", "Darba Churchill qal hekk:", "\"Difficulties mastered are opportunities won.\".", "Irid ikollna l-għaqal li naħdmu biex ir-riżultat ta' nhar is-Sibt ma jibqax diffikultà, imma jirnexxielna ndawruh f'opportunità.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada l-Erbgħa, 16 ta' Ġunju, 2004, bl-aġenda kif komunikata mill-Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "PERSUNI TA' NAZZJONALITA` MALTIJA F'ĦABSIJIET BARRA MINN MALTA", "5711.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm Maltin miżmuma ġo ħabsijiet barra minn Malta?", "Fejn qegħdin?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "PERSUNI LI TALBU GĦAL ESTRADIZZJONI", "5712.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew estraditi persuni minn Malta s-sena l-oħra u din is-sena?", "Kemm-il talba ta' estradizzjoni saret?", "Minn min?", "Kemm ġew rifjutati?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 3722.", "Ninsab informat illi ma kienx hemm bdil mindu ngħatat dik it-tweġiba.", "L-estradizzjoni indikata fl-2003 kienet lejn l-Italja.", "ARMATA - FIZZJALI", "5713.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid illum kemm hemm fizzjali fl-armata?", "X'rank għandhom?", "Kemm minnhom marru f'kulleġġi militari barranin biex ħadu l-commission u fejn marru?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-ammont u r-rank ta' fizzjali li qegħdin iservu fil-forzi armati ta' Malta, sal-11 ta' Mejju 2004, huwa kif jidher hawn taħt:", "|Brigadier |1 | |Kurunell |1 | |Tenent Kurunell |1 | |(Tabib) | | |Tenent Kurunell|5 | |Maġġur |23 | |Kaptan (Tabib) |1 | |Kaptan |27 | |Logutenent |28 | |Total |87 |", "Minn dawn 68 marru f'kulleġġi militari barranin b'konnessjoni ma' l-għoti tal-kummissjoni.", "Il-kummissjonijiet ittieħdu mill-Ingilterra, l-Italja, l- Istati Uniti u l-Ġermanja.", "GĦAWDEX - SAFAR", "6030.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' il- Ministru tagħti breakdown tas-safar li sar mill-ministeru tagħha, mid- dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħtha għall-ewwel ħames xhur tas- sena?", "Tista' tipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perjodu matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Waqt li ma jkolli l-ebda diffikulta' sabiex nipprovdi lill-Onor.", "Membru bl-informazzjoni mitluba għal din is-sena u għas-sena li għaddiet, ma nara l-ebda bżonn li tingħata l-informazzjoni mitluba għal ħames snin wara xulxin.", "Il-ħin li jkun hemm bżonn sabiex tinġabar din l-informazzjoni jista' jintuża aħjar.", "TURIŻMU U KULTURA - SAFAR", "6031.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jagħti breakdown tas-safar li sar mill-ministeru tiegħu, mid-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħtu għall-ewwel ħames xhur tas- sena?", "Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perjodu matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Waqt li ma jkolli l-ebda diffikulta' sabiex nipprovdi lill-Onor.", "Membru bl-informazzjoni mitluba għal din is-sena u għas-sena li għaddiet, ma nara l-ebda bżonn li tingħata l-informazzjoni mitluba għal ħames snin wara xulxin.", "Il-ħin li jkun hemm bżonn sabiex tinġabar din l-informazzjoni jista` jintuża aħjar.", "OPM - SAFAR", "6032.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jagħti breakdown tas-safar li sar mill- uffiċċju tiegħu, mid-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħtu għall- ewwel ħames xhur tas-sena?", "Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall- istess perjodu matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Waqt li ma jkolli l-ebda diffikulta' sabiex nipprovdi lill-Onor.", "Interpellant bl-informazzjoni mitluba għal din is-sena u għas-sena li għaddiet, ma nara l-ebda bżonn li tingħata l-informazzjoni mitluba għal ħames snin wara xulxin.", "Il-ħin li jkun hemm bżonn sabiex tinġabar din l-informazzjoni jista' jintuża aħjar.", "AFFARIJIET BARRANIN - SAFAR", "6033.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u Promozzjoni ta' l-Investiment: Jista' il-Ministru jagħti breakdown tas- safar li sar mill-ministeru tiegħu, mid-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħtu għall-ewwel ħames xhur tas-sena?", "Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perjodu matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Waqt li ma jkolli l-ebda diffikulta' sabiex nipprovdi lill-Onor.", "Membru bl-informazzjoni mitluba għal din is-sena u għas-sena li għaddiet, ma nara l-ebda bżonn li tingħata l-informazzjoni mitluba għal ħames snin wara xulxin.", "Il-ħin li jkun hemm bżonn sabiex tinġabar din l- informazzjoni jista' jintuża aħjar u l-ispiża ta' ġbir ta' informazzjoni bħal din hi sostanzjali.", "RIŻORSI U INFRASTRUTTURA - SAFAR", "6034.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' il-Ministru jagħti breakdown tas-safar li sar mill- ministeru tiegħu, mid-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħtu għall- ewwel ħames xhur tas-sena?", "Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall- istess perjodu matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Waqt li ma jkolli l-ebda diffikulta' sabiex nipprovdi lill-Onor.", "Membru bl-informazzjoni mitluba għal din is-sena u għas-sena li għaddiet, ma nara l-ebda bżonn li tingħata l-informazzjoni mitluba għal ħames snin wara xulxin.", "Il-ħin li jkun hemm bżonn sabiex tinġabar din l- informazzjoni jista' jintuża aħjar.", "SAĦĦA - SPEZZJONIJIET FI STABBILIMENTI TA' L-IKEL", "6035.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l- Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jinformana kemm kien in-numru ta' stabbilimenti ta' l-ikel u tax-xorb li d-dipartiment tas-saħħa spezzjona bejn Jannar u Mejju 2004, kull xahar separatament?", "Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għas-snin 2000, 2001, 2002 u 2003 separatament?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-mejda tal- Kamra aktar kmieni fis-seduta.", "L-informazzjoni għall-istess perjodu indikat għas-sena 2000 ma tistax tingħata peress li f'dik is-sena tali statistika kienet tinġabar b'mod differenti.", "AFFARIJIET BARRANIN - SAFAR FUQ XOGĦOL", "6056.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u Promozzjoni ta' l-Investiment: Jista' il-Ministru jgħid minn kemm ilu Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u Promozzjoni ta' l-Investiment kemm-il darba siefer fuq xogħol governattiv?", "Minn min kienet komposta d- delegazzjoni ministerjali f'kull okkażjoni?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mill- 24 ta' Marzu 2004 'l hawn sifirt fuq xogħol kif se ngħid:", "|Data |Destinazzjo|Membri Oħra | | |ni |tad-Delagazzjo| | | |ni | |25/3 |Brussels |Is-Sur Robert | |sa | |Aquilina | |27/3 | | | |9/4 sa|Tripoli |Is-Sur Robert | |12/4 | |Aquilina | |14/4 |Dublin |Is-Sur Frank | |sa | |Zammit, is–Sur| |17/4 | |John Inguanez | |18/4 |Pariġi |Waħdi | |sa | | | |20/4 | | | |22/4 |Siracusa |Waħdi | |sa | | | |24/4 | | | |25/4 |Luxembourg |Is-Segretarju | |sa | |Parlamentari | |28/4 | |Dr. Michael | | | |Frendo, is-Sur| | | |Frank Zammit, | | | |is-Sur John | | | |Inguanez | |5/5 sa|Dublin |Is-Sur Alfred | |6/5 | |Zarb, is-Sur | | | |Frank Zammit, | | | |is-Sur John | | | |Gatt Rutter | |8/5 sa|Ruma |Waħdi | |9/5 | | | |11/5 |Catania |Dr. Mario | | | |Costa, is-Sur | | | |Jonathan | | | |Muscat | |12/5 |Strasbourg |Is-Sur Frank | |sa | |Zammit | |13/5 | | | |16/5 |Brussels |Is-Sur John | |sa | |Inguanez, | |29/5 | |is-Sur Pierre | | | |Mallia | | |Washington/|Is-Sur Frank | | |London |Zammit, Dr. | | | |Mario Costa | | |China |Is-Sur Frank | | | |Zammit, Dr. | | | |Mario Costa, | | | |is-Sur Chris | | | |Baldacchino |", "ENEMALTA - CEO", "6083.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għat-Teknoloġija ta' l- Informazzjoni u Investiment: Jista' il-Ministru jgħid x'pakkett finanzjarju għandu s-CEO tal-korporazzjoni Enemalta?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jien informat li s-CEO tal-korporazzjoni Enemalta għandu dan il-pakkett finanzjarju:", "|Salarju |Lm23,00| | |0 | |Expense allowance |Lm | | |500 | |Disturbance |Lm | |allowance |500 | |Total |Lm24,00| | |0 |", "Hu jgawdi wkoll minn benefiċċji oħra, bħal użu ta' karozza, ħlasijiet ta' kontijiet ta' telefon u internet.", "Hu kopert ukoll minn poloz ta' assikurazzjoni.", "TARZNA", "6085.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għat-Teknoloġija ta' l- Informazzjoni u Investiment: Jista' il-Ministru jgħid it-telf li qed isir illum fit-tarzna, wara li tnaqqsu dawk in-nies kollha bl-early retirement u wara li daħlu fis-seħħ il-provvedimenti tal-ftehim kollettiv il-ġdid, kemm qed ivarja minn dak li kien proġettat u approvat mill-management innifsu?", "Mit-telf kollu li sar f'dawn l-aħħar tliet snin, kemm minnu hu dovut għall- penalitajiet minħabba li l-management naqas li jilħaq l-obbligi tiegħu?", "Kemm minnhom kienu bad debts li qatgħet it-tarzna dwar flejjes li l- management ma ġabarx?", "Kemm tħallsu flus lil barranin u/jew lill-kuntratturi barranin mis-sena 2002 'il quddiem?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Minkejja l-provvedimenti tal-ftehim kollettiv ġdid, l- aktar f'dak li għandu x'jaqsam mar-riformi fil-prattiċi tax-xogħol, għadhom ma ġewx implimentati kollha minħabba direttivi ta' azzjonijiet industrijali.", "Il-varjazzjoni ta' telf attwali kontra l-budget hu biss ta' 2.5% ogħla minn dak budgeted.", "Rigward it-tieni parti tad-domanda, irrid ngħid li l-ammont totali ta' penalitajiet fl-aħħar tliet snin (2001 sa 2003) kien biss ta' Lm87,000.", "Il-provision for bad and doubtful debts tat-tarzna f'dawn l-aħħar snin kien kif ġej:", "Sena 2001", "Lm5.3 miljun - dawn jirriferu l-aktar għal debitu kbir li kien ilu jakkumula għal ħafna snin minn klijent wieħed kbir partikolari.", "Il-biċċa l- kbira ta' dan id-debitu nġabar fl-2004 wara negozjati konklużi b'suċċess mill-management tat-tarzna ma' dan il-klijent.", "Dawn in-negozjati solvew ukoll kwestjonijiet oħrajn pendenti ma' dan il-klijent li kellu claims sostanzjali kontra t-tarzna.", "Sena 2002", "Irkuprar ta' bad debts ta' Lm364,206 l-aktar wara li l-management tat- tarzna ġabar flus mingħand klijent lokali li kien qed jirrifjuta li jħallas debitu antik minħabba kwestjoni li kellu mat-tarzna fl-imgħoddi.", "Sena 2003", "Irkuprar ta' bad debts ta' madwar Lm2 miljun.", "Dan l-aktar minħabba l- ftehim milħuq ma' klijent partikolari li laħaq ftehim mal-management tat- tarzna biex iħallas l-ammont dovut minnu, kif ukoll biex isir ftehim fuq kwestjonijiet oħra pendenti bejn il-klijent u t-tarzna.", "Dan il-klijent kellu claims sostanzjali kontra t-tarzna marbuta ma' inċident li sar ħafna snin ilu iżda li t-tarzna kienet għadha m'għamlitx provisions għalih fil- kotba tagħha.", "Għadhom qed isiru diskussjonijiet ma' l-awdituri fuq il- figuri finali għal din is-sena.", "L-informazzjoni l-oħra mitluba mill-Onor.", "Interpellant hi meqjusa bħala ta' natura kummerċjali.", "LIBERALIZZAZZJONI TAS-SETTUR TAT-TRASPORT PUBBLIKU", "6092.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jgħid jekk issa li Malta saret membru ta' l- Unjoni Ewropea, hemmx il-ħsieb li jiġi liberalizzat is-settur tat-trasport pubbliku, b'mod partikolari n-numru ta' karozzi tal-linja, minibuses u taxis?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: L-informazzjoni għadha qed tinġabar u risposta tingħata f'seduta oħra.", "ELEZZJONIJIET TAL-PARLAMENT EWROPEW - OFFERTA GĦALL-PROVVISTA TAT-TRASPORT", "6093.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid min tefa' l-offerta għall-provvista tat-trasport lill-kummissjoni elettorali għall-elezzjonijiet tat-12 ta' Ġunju 2004?", "Min rebaħ din it-tender?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tingħata tweġiba hekk kif l-informazzjoni mitluba tasal mingħand il-kummissjoni elettorali.", "AFFARIJIET BARRANIN - BILJETTI TA' L-AJRU", "6094.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u Promozzjoni ta' l-Investiment: Jista' il-Minstru jgħid minn fejn inqatgħu l- biljetti ta' l-ajru għad-delegazzjonijiet li mexxa hu kemm ilu Ministru ta' l-Affarijiet Barranin?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Jien informat li fil-każ ta' xiri ta' biljetti ta' l- ajru d-dipartiment responsabbli jitlob kwotazzjonijiet mill-Air Malta u minn aġenzija privata u jordna l-biljett minn fejn jirriżulta l-irħas.", "B'dan mhux biss id-dipartiment qed ikollu servizz aħjar talli f'dawn l- aħħar xahrejn ġew iffrankati 'l fuq minn Lm5,000.", "Issa qegħdin nidentifikaw possibbilta' oħra ta' iffrankar ta' flus.", "Is-sistema li qed tintuża s'issa mill-ministeru hi li fejn għandna ambaxxati jkunu nies mill-ambaxxati li jagħmlu l-arranġamenti fil-lukandi meħtieġa waqt vjaġġar ta' uffiċjali.", "Qed insibu li f'dan il-każ nistgħu nġibu prezzijiet aħjar jekk nużaw is-servizzi ta' l-Air Malta jew ta' aġenziji privati lokali.", "Għalhekk qegħdin nagħtu struzzjonijiet lid- dipartiment fil-ministeru li jieħu ħsieb l-ivjaġġar biex jibdel is-sistema u jibda jitlob kwotazzjonijiet kif jagħmel fil-każ tal-biljetti ta' l-ajru, iqabbel dawn mal-prezzijiet li jkollhom l-ambaxxati u jagħti struzzjonijiet lil min ikun l-irħas biex jagħmel l-allokazzjoni.", "Ikun tajjeb jekk jirnexxielna nġibu l-istess servizz bi prezz inqas.", "Inħeġġeġ liċ-chairman tal-public accounts committee biex jitlob lill- awditur ġenerali jagħmel eżerċizzju fejn jara l-prezzijiet li bihom jinxtraw il-biljetti ta' l-ajru fis-settur pubbliku kollu, iqabbilhom mal- prezzijiet li qed jitħallsu mill-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin u jara jekk hux il-każ li kulmin mhux qed juża s-sistema li qed tintuża f'dan il- ministeru fil-fatt jagħmel hekk.", "TURIŻMU U KULTURA - ŻJARAT BARRA MINN MALTA", "6095.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid kemm-il żjara għamel barra l-pajjiż fix-xahar ta' Mejju u x'kien l-iskop ta' kull żjara?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Fil-perjodu msemmi, jiġifieri bejn il-5 u s- 7 ta' Mejju, kont Berlin għall-konferenza The Cultural Year of the Accession Countries li għaliha attendew il-ministri tal-kultura mill-għaxar pajjiżi ġodda fl-Unjoni Ewropea.", "Bejn is-17 u t-22 ta' Mejju kont fi Franza u l-Italja.", "Fl-ewwel każ, għal-laqgħa tal-ministri tal-kultura tal-pajjiżi membri fl- Unjoni Ewropea, fil-kontest tal-Cannes Film Festival u fit-tieni każ għal għadd ta' avvenimenti li jippromwovu lil Malta mil-lat kulturali u turistiku f'Cervia.", "PULIZIJA - ARMI MINGĦAJR LIĊENZJA", "6096.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew konfiskati armi bla liċenzja mingħand individwi f'Għawdex fis-snin 2003 u 2004?", "Kemm minnhom ġew ritornati lura lis-sidien?", "ONOR.", "TONIO BORG: Matul is-sena 2003 il-pulizija qabdet 12-il arma tan- nar inkonnessjoni ma' xi ksur ta' liġi f'Għawdex.", "Dawn kollha ġew esebiti l-qorti fi proċeduri kriminali li ttieħdu kontra l-persuni rispettivi, li f'għaxar każi minnhom il-qorti ordnat konfiska, f'każ ieħor ġie liberat u l- ieħor għadu mhux deċiż.", "Informat ukoll illi matul din is-sena ġew maqbuda 12-il arma tan-nar oħra.", "Arma minnhom ġiet esebita u l-qorti ordnat il- konfiska, filwaqt illi l-11-il arma l-oħra għad iridu jiġu esebiti quddiem il-qorti.", "UŻU TA' ILMA RIĊIKLAT", "6113.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l- Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid jekk sarux xi testijiet biex jikkonfermaw li l-użu ta' l-ilma riċiklat li qed jintuża għat-tisqija mhux qed ikun ta' dannu għas-saħħa pubblika u għall-ambjent?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Peress li l-użu ta' ilma riċiklat li se jintuża għat-tisqija jaqa` taħt ir-responsabbilta` tad-dipartiment ta' l- agrikoltura, nitlob lill-Onor.", "Interpellant jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "ŻABBAR - TRIQ IN-NISSIEĠ", "6118.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li titwessa' Triq in- Nissieġ f'Ħaż Żabbar - il-parti d-dejqa li tagħti għal Triq San Ġużepp - għaliex fi Triq in-Nissieġ hemm sidien tal-karozzi tal-linja ġodda li għandhom il-garages tagħhom f'din it-triq u qed isibu problema biex jidħlu għall-garages tagħhom minħabba l-parti dejqa tat-triq?", "Saret talba mill-kunsill lokali ta' Ħaż-Żabbar biex din il-parti tat-triq titwessa'?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: It-triq imsemmija ġiet spezzjonata minn perit ta' l-awtorita' dwar it-trasport u nstab illi biex din tkun tista' titwessa' trid tittieħed parti minn għalqa li tinsab faċċata ta' l- imsemmija garages.", "L-awtorita' mistennija tibda t-taħditiet mal-MEPA sabiex jiġi stabilit x'inhu l-aħjar li jsir biex ikun jista' jitneħħa l-inkonvenjent għar- residenti.", "ZONA INDUSTRIJALI GĦALL-INTRAPRIŻI LOKALI", "6119.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid fiex wasal il-pjan tal-gvern, imħabbar mis-segretarjat għas-self-employed, li jipprovdi li biċċa art tiġi żviluppata f'zona industrijali għall-intrapriżi lokali li jkunu jridu jkabbru?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Il-bord tal-MEPA approva 14-il sit madwar Malta filwaqt li se jitressaq appell quddiem il-bord biex terġa' tkun ikkunsidrata t-talba għal sit f'Għawdex.", "Sadanittant qegħdin isiru tħejjijiet mis-segretarjat għas-self employed u intrapriżi ż-żgħar biex is- sidien ta' l-artijiet magħżula jiffirmaw ftehim mal-gvern qabel ma titressaq it-talba għal partial review ta' l-istructure plan fil-parlament."]} {"filename": "20061106_456d_par.doc", "date": "2006-11-06", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Uffiċjali u Rivedut) L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 456 It-Tnejn, 6 ta' Novembru 2006 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 456", "It-Tnejn, 6 ta' Novembru 2006", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.02 p.m.", "Talba", "Seduta Nru. 456", "It-Tnejn, 6 ta' Novembru 2006", "WERREJ", "MINUTI 649", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 649", "TQEGĦID TA' KARTI 657", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "KUMITAT TA' PROVVISTA", "ESTIMI ĠENERALI 2007 - IT-TNAX-IL JUM STABILIT", "MINISTERU GĦAR-RIŻORSI U INFRASTRUTTURA 657", "AĠĠORNAMENT 684", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 685", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 455 li saret fis-6 ta' Novembru 2006 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "RESTAWR TAL-FORTIFIKAZZJONIJIET", "21659.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Charles Buhagiar) staqsa lill- Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' l-Ministru jgħid jekk kenitx ġiet ippreżentata l-proposta għall-proġett ta' restawr tal- fortifikazzjonijiet għall-fondi mill-UE?", "Kemm ġiet tiswa din il-proposta u f'liema stadju waslet?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura): Il-proposta għall-proġett ta' restawr u manutenzjoni tas-swar ġiet ippreżentata biex tkun ikkunsidrata għall-finanzament mill-fondi strutturali ta' bejn l-2007 u l-2013 ta' l-Unjoni Ewropea.", "Il-proġett jinkludi r-restawr u l- konsolidazzjoni ta' partijiet tas-swar fil-Belt Valletta, il-Birgu, l- iMdina u ċ-Ċitadella f'Għawdex.", "L-istima globali hija ta' €30 miljun.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Mizzi, mistoqsija supplimenetari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jista' l-Ministru jgħid meta se jsir ir-restawr fl-area ta' St. Nicholas Married Quarters peress li partijiet mis-swar qegħdin jitmermru, u apparti li dan huwa wirt nazzjonali li jinsab f'sitwazzjoni tal-biki, huwa wkoll ta' periklu kbir?", "Jista' jgħid ukoll meta se jsir ix-xogħol in-naħa tal-fortizza tar-Ricasoli peress li x-xewka li tagħti għal mal-breakwater tinsab f'sitwazzjoni ħażina, bil-periklu li jekk din tiġġarraf, jiġġarfu magħha tliet kwarti tas- swar?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Għalkemm l-Onor.", "Mizzi għandu raġun jitkellem b'dan il- mod, tajjeb li ngħid li l-ħtieġa ta' restawr fuq is-swar ilha tinħass għal bosta snin.", "Il-gvern beħsiebu jagħmel manutenzjoni ġenerali tas-swar kollha li għandna fil-pajjiż imma naturalment dan ix-xogħol jirrikjedi ammont sostanzjali ta' flus.", "Fil-fatt jekk wieħed iħares lejn il-weak points li hemm fis-swar taċ-Ċittadella, Għawdex, tal-fortifikazzjonijiet tal-Belt, tal-Furjana, ta' l-Imdina u tal-Kottonera - li b'kollox jlaħħqu għal madwar 25 kilometru - isib li l-istima tlaħħaq għal bejn wieħed u ieħor €30 miljun, jiġifieri madwar Lm12 miljun.", "U hawn qed nitkellem biss dwar il- critical parts, fosthom iż-żewġ postijiet li rrifera għalihom l-Onor.", "Mizzi.", "Il-programm li jinkludi dawn ix-xogħlijiet ġie sottomess lill-gvern biex jiġi kkunsidrat għall-finanzjament mill-fondi ta' l-Unjoni Ewropea u jekk Alla jrid, meta dan il-finanzjament jiġi approvat, ix-xogħol ikun jista' jinbeda.", "Anke l-manutenzjoni tas-swar li jinsabu fl-Imdina ilha tinħass għal numru ta' snin u issa wasal iż-żmien biex mill-fondi ta' l-Unjoni Ewropea jsir ix- xogħol neċessarju li jieħu madwar seba' snin biex jitlesta.", "Barra minn hekk irid ikollok nies imħarrġa, għax m'huwiex faċli li ssib bennejja li kapaċi jagħmlu dan it-tip ta' xogħol, li huwa inkrepattiv ħafna.", "Jiena ġieli rajt dan ix-xogħol isir u nista' ngħid li biex wieħed jagħmel replacement ta' ċerti partijiet tas-swar irid ikun verament bennej ta' stoffa u ta' guts.", "SEA RECLAMATION", "21660.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Charles Buhagiar) staqsa lill- Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: F'liema stadju waslu l-istudji li qegħdin isiru mill-MEPA fuq żewġ sites proposti għas-sea reclamation?", "ONOR.", "FRANCIS AGIUS (Segretarju Parlamentari) (f'isem il-Ministru għall- Affarijiet Rurali u Ambjent): L-evaluation committee imwaqqaf apposta fi ħdan il-MEPA kien ta rakkmandazzjoni lid-dipartiment tal-kuntratti dwar l- għoti ta' din it-tender.", "Kien hemm oġġezzjoni waħda għal din ir- rakkmandazzjoni.", "Id-dipartiment tal-kuntratti, wara li fela bir-reqqa l- argumenti miġjuba minn min oġġezzjona, kif ukoll l-argumenti miġjubin mill- evaluation committee, b'korrispondenza bid-data ta' l-24 ta' Ottubru, 2006, iddeċieda favur il-parir oriġinali ta' l-evaluation committee.", "Il-pass li jmiss hu l-iffirmar tal-kuntratt mill-kumpannija li rebħet it-tender.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Fejn jinsabu dawn is-sites?", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "FRANCIS AGIUS: M'għandix din l-informazzjoni quddiemi u għalhekk nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel il-mistoqsija bil-miktub sabiex jingħata tweġiba.", "VETTURI LI JAĦDMU BIL-BIODIESEL", "21661.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Charles Buhagiar) staqsa lill- Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' l-Ministru jgħid jekk il- vetturi li jintużaw minn dipartimenti fid-dekasteru tiegħu jużawx il- biodiesel?", "Jekk fl-affermattiv, x'inhu l-ammont ta' biodiesel li ntuża matul din is-sena?", "X'inhi r-rata li qiegħed jinxtara biha l-biodiesel?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Id-dipartimenti fil-ministeru qed jużaw il-biodiesel għal 20 pick-up van tal-gvern.", "L-ammont ta' biodiesel li ntuża mill-bidu ta' din is-sena sa l-aħħar ta' Settembru 2006 kien ta' 13,542 litri.", "Ir- rata li biha jinxtara l-biodiesel tvarja skond il-prezz tas-suq tal-fuel.", "MCAST - KORS FL-IT", "21662.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Charles Buhagiar) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Meta se jibdew bl-istudji tagħhom kif ġew imwegħda l-istudenti li applikaw għall-kors ta' l-IT fl- MCAST?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (Segretarju Parlamentari) (f'isem il-Ministru ta' l- Edukazzjoni, Żgħażagħ u lmpjiegi): L-ewwelnett m'huwiex veru li dawk li applikaw biex jagħmlu l-kors ta' l-ICT fl-MCAST ġew imwegħda li se jibdew l- istudji tagħhom.", "B'danakollu jien informat li qegħdin isiru l-arranġamenti meħtieġa biex dawn l-istudenti jingħataw l-opportunita' li jsegwu l-kors fl- iqsar żmien possibbli u qegħdin jintalbu jikkonfermaw l-applikazzjoni tagħhom biex jibdew il-kors.", "GREEN WARDENS", "21663.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Charles Buhagiar) staqsa lill- Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Kemm inħarġu ċitazzjonijiet mill-green wardens minn meta bdew jaħdmu sal-lum?", "ONOR.", "FRANCIS AGIUS (f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent): Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-ministru konċernat.", "FLORIANA - PELICAN LIGHTS", "21665.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Charles Buhagiar) staqsa lill- Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jara li l-pelican lights fi Triq Sant'Anna, il-Furjana, jiġu kkontrollati mill-wardens waqt ir-rush hours biex jiġu evitati traffic jams kawżati minn użu kontinwu ta' dawn il-lights?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq): B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari ta' l-Onor.", "Interpellant it- taqsima għall-immanniġġjar tat-traffiku hija nfurmata li l-pelican lights li hemm fit-triq Sant'Anna, l-Furjana, sa mill-lum, is-6 ta' Novembru, 2006 ġew sinkronizzati mas-sistema mat-traffic lights junction li hemm biswit il- funtana ta' l-iljun sabiex il-kontroll tat-traffiku jkun integrat u għaldaqstant is-sistema tat-traffiku tkun iktar effiċjenti u jitnaqqsu l- queues u d-delays tat-traffiku.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: X'inhi l-proċedura f'każ li triq li ma tkunx fil-lista ta' prijoritajiet għal dik is-sena partikolari u din ikollha l-ħtieġa uġenti li tiġi rranġata jew tingħata wiċċ ġdid?", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Ovvjament, f'każ li din ma tkunx triq prinċipali, ir- responsabblita' tagħha taqa' taħt il-kunsill lokali.", "Jekk l-Onor.", "Interpellant qed jirriferi għal xi triq partikolari nissuġġerilu jgħidli liema hi biex jekk naraw li għandha bżonn tiswijiet urġenti jittieħdu l- passi neċessarji biex dawn it-tiswijiet isiru.", "PRODUTTURI TAL-ĦALIB FRISK", "21686.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Noel Farrugia) staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Kemm hu kkalkulat li żdiedet bħala perċentwali l-kompetittivita' fil-produzzjoni tal-produtturi lokali tal- ħalib frisk minn wara l-1 ta' Mejju 2004 sal-lum abbażi tas-sussidji li ngħataw?", "ONOR.", "FRANCIS AGIUS (f'isem il-Ministru għall-Affarijiet u Ambjent): Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba mogħtija għal mistoqsija parlamentari 21684.", "PRODUTTURI TA' BROILERS", "21687.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Kemm hu kkalkulat li żdiedet bħala perċentwali l-kompetittivita' fil-produzzjoni tal-produtturi lokali tal-broilers minn wara l-1 ta' Mejju 2004 sal-lum abbażi tas-sussidji li ngħataw?", "ONOR.", "FRANCIS AGIUS (f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent): Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba mogħtija għal mistoqsija parlamentari 21684.", "PRODUTTURI TAL-BAJD FRISK", "21688.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) Staqsa lill- Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Kemm hu kkalkulat li żdiedet bħala perċentwali l-kompetittivita' fil-produzzjoni tal-produtturi lokali tal-bajd frisk minn wara l-1 ta' Mejju, 2004 sal-lum abbażi tas-sussidji li ngħataw?", "ONOR.", "FRANCIS AGIUS (f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent): Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba mogħtija għal mistoqsija parlamentari 21684.", "PRODUTTURI TAL-LAĦAM TAL-FENEK", "21689.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Kemm hu kkalkulat li żdiedet bħala perċentwali l-kompetittivita' fil-produzzjoni tal-produtturi lokali tal-laħam tal-fenek minn wara l-1 ta' Mejju, 2004 sal-lum abbażi tas- sussidji li ngħataw?", "ONOR.", "FRANCIS AGIUS (f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent): Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba mogħtija għal mistoqsija parlamentari 21684.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Is-Segretarju Parlamentari waslulu xi lmenti li s-soya bean, li hija parti mis-sustanza li titħallat ma' l-ikel tal-fniek, qed tkun ta' kwalita' ħażina?", "Isir xi tip ta' kontroll fuq iż-żrieragħ li jintużaw biex isir il-ġwież sabiex jiġi assigurat li dan ma jkunx ta' kwalita` ħażina?", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "FRANCIS AGIUS: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel din il- mistoqsija bil-miktub ħalli nkun nista' nagħtih tweġiba iktar xjentifika rigward il-kontrolli li jsiru u li huma stabbiliti li jsiru fuq dan it-tip ta' għalf.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Ħalli nkun aktar speċifiku.", "Jiġu ċċekkjati ż-żrieragħ li minnhom isir il-ġwież tal-fniek biex jiġi assigurat li jkunu ta' kwalita' tajba?", "Huwa minnu li kien hemm partijiet minnhom, b'mod speċifiku s-soya bean, li kienu mmuffatti u kkawżaw numru ta' mwiet fuq il-fniek?", "ONOR.", "FRANCIS AGIUS: Normalment isir iċċekkjar biex naraw li ċerti prodotti jkunu jaqblu ma' l-ispecifications tal-manufacturer, pero' xorta waħda se nieħu nota ta' dak li rrimarka l-Onor.", "Interpellant.", "PRODUTTURI TAL-FAQQIEGĦ", "21690.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Kemm hu kkalkulat li żdiedet bħala perċentwali l-kompetittivita' fil-produzzjoni tal-produtturi lokali tal-faqqiegħ minn wara l-1 ta' Mejju, 2004 sal-lum abbażi tas-sussidji li ngħataw?", "ONOR.", "FRANCIS AGIUS (f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent): Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba mogħtija għal mistoqsija parlamentari 21684.", "SERER", "21691.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni tas-serer matul l-2005 skond ir-records tad- dipartiment?", "X'varjeta' ta' prodotti ġiet reġistrata f'Malta?", "ONOR.", "FRANCIS AGIUS (f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-produzzjoni tas-serer hi magħduda mal-produzzjoni ta' ħxejjex u frott li tinbiegħ minn sorsi uffiċjali bħall- pitkalija.", "Parti mill-produzzjoni tinbiegħ direttament u m'hijiex reġistrata.", "Ta' min iżid jgħid ukoll li l-produzzjoni mis-serer tista' tinkludi figuri li m'humiex neċessarjament ħxejjex jew frott.", "Minn żmien għal żmien isiru surveys minn naħa ta' l-uffiċċju nazzjonali ta' l- istatistika u f'dawn is-surveys issir stima tal-produzzjoni mis-serer u l- varjetajiet li jitkabbru fihom.", "L-aħħar survey sar qabel l-2005.", "KAVALLIER TA' SAN ĠAKBU", "21811.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-allokazzjoni għall-Kavallier ta' San Ġakbu għas-snin 2003, 2004, 2005 u 2006 u kif dawn l-allokazzjonijiet ġew minfuqa separatament?", "Kien hemm xi fondi addizzjonali allokati għal din l- ente?", "Tista' l-informazzjoni tingħata għall-ispiża rikorrenti u kapitali separatament?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (f'isem il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura): L- informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant tinsab fl-audited accounts li kopja tagħhom kienet tqiegħdet fuq il-mejda tal-Kamra.", "TEATRU MANOEL", "21812.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-allokazzjoni għat-Teatru Manoel għas- snin 2003, 2004, 2005 u 2006 u kif dawn l-allokazzjonijiet ġew minfuqa separatament?", "Kien hemm xi fondi addizzjonali allokati għal din l-ente?", "Tista' l-informazzjoni tingħata għall-ispiża rikorrenti u kapitali separatament?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (f'isem il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura): L- informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant tinsab fl-audited accounts li kopja tagħhom kienet tqiegħdet fuq il-mejda tal-Kamra.", "OFFERTA GĦAL XI SERVIZZ MARBUT MAL-KARNIVAL", "21822.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Ħarġet xi tender jew expression of interest għal xi servizz marbut mal- karnival?", "Jekk fl-affermattiv, jista' ipoġġihom fuq il-mejda tal-Kamra?", "Jekk din għadha ma ħarġitx, hemm xi ħsieb li dan isir fil-futur qarib?", "Jista' jgħid ukoll jekk sarux kuntatti formali jew informali mal-kumpannija \"Where's Everybody\"?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (f'isem il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura): Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "ORKESTRA NAZZJONALI", "21823.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-allokazzjoni finanzjarja ta' l- orkestra nazzjonali għas-snin 2003, 2004, 2005 u 2006?", "Kif ġiet minfuqa din l-allokazzjoni kull sena?", "Jista' jagħti din l-informazzjoni għall-allokazzjoni rikorrenti u kapitali separatament?", "Kien hemm allokazzjonijiet addizzjonali?", "Jekk fl- affermattiv, kemm kienu?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (f'isem il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura): L- allokazzjoni finanzjarja ta' l-Orkestra Nazzjonali għas-snin 2003, 2004, 2005 u 2006 kienet kif jidher hawn taħt:", "|2003 |Lm | | |235,000 | |2004 |Lm | | |270,000 | |2005 |Lm | | |290,000 | |2006 |Lm | | |290,000 |", "L-allokazzjoni ta' kull sena ntefqet biex tkopri parti sostanzjali tal-pagi tal-mużiċisti u l-impjegati ta' l-orkestra nazzjonali.", "Ta' kull sena, il- kumplament tal-pagi li ma koprietx l-allokazzjoni finanzjarja allokata lill- orkestra flimkien ma' spejjeż oħra u dawk kapitali ġew koperti minn dħul ieħor li ġej minn kunċerti u attivitajiet oħra simili organizzati mill-bord tad-diretturi.", "MASTERPIECES OF EUROPEAN ART", "21824.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: X'inhu l-vot għall-Masterpieces of European Art li għandu allokazzjoni ta' Lm43,000 għas-sena 2007?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (f'isem il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura): Il-vot jirrelata għal attività kulturali inter-komunitarja li se tiġi organizzata biex tikkomemora l-50 anniversarju ta' l-iffirmar tat-trattat ta' Ruma.", "L- istati membri ta' l-Unjoni Ewropea ntalbu jikkontribwixxu s-somma ta' €100,000 kull wieħed kif ukoll jiffinanzjaw l-ispejjeż biex jintbagħat artist magħruf lokali biex jirrappreżenta lil Malta f'din l-attività.", "Għaldaqstant, il-gvern iddeċieda li jivvota s-somma ta' Lm43,000 biex ikopri kemm l-ispejjeż tal-kontribuzzjoni kif ukoll l-ispejjeż tal- parteċipazzjoni ta' l-artist.", "Ta' min iżid jgħid li l-unjoni fdat l- organizzazzjoni ta' dan il-proġett f'idejn Europalia International, li hi non-profit making organisation, li l-għan ewlieni tagħha hu li tinxtered il- kultura ta' l-istati membri ta' l-Unjoni Ewropea u l-ġirien tagħhom.", "VILLAĠĠ TAL-KARNIVAL", "21825.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' l-Ministru jgħid x'ġie deċiż mill-kumitat tal-Kabinett dwar il- villaġġ tal-karnival?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (f'isem il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura): Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "FEMALE GENITAL MUTILATION", "21831.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Marie Louise Coleiro Preca) staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': X'se jagħmel il-gvern biex jilqa' għall-prattika kulturali li teżisti fil-pajjiżi ta' Lvant ta' l-Afrika, fosthom is-Somalja, l-Etjopja, l-Eritrea u s-Sudan, jiġifieri l-female genital mutilation, f'każ li dan jibda iseħħ f'Malta?", "Qatt ġie rrapportat xi każ simili?", "Il-gvern qiegħed jippjana xi leġislazzjoni bħal dik li saret fi Franza, l-Isvizzera, l-Isvezja, l- Ingilterra u l-Iskozja biex iqiegħed il-female genital mutilation fil- kodiċi kriminali Maltija bħala reat?", "ONOR.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (f'isem il-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil- Komunita'): Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi l-mistoqsija lill- ministru konċernat.", "GĦALLIEMA - FTEHIM KOLLETTIV", "21834.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Chris Agius) staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il- mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim kollettiv li sar ma' l-għalliema?", "Jista' jpoġġi wkoll kopja tal-conditions of work ta' l-istess għalliema?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi): Il-ftehim kollettiv dwar l-impjegati fis-servizz pubbliku, inkluż l-għalliema, huwa responsabbilta' ta' l-MPO fl-uffiċċju tal-prim ministru.", "SEA MALTA", "21835.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Chris Agius) staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Il- kumpannija li ħadet is-Sea Malta għandha public service contract?", "Jekk fl- affermattiv, jista' jispjega x'fih u għal kemm żmien jgħodd?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li ebda kumpannija ma ħadet is-Sea Malta.", "QORTI TAD-DRITTIJIET TAL-BNIEDEM", "21836.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Jose' Herrera) staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jispjega dettaljament x'ġara min-nomina ta' l-imħallfin għall- qorti tad-drittjiiet tal-bniedem, fi Strasbourg u għal xiex din ġiet rifjutata?", "Jista' jgħid jekk il-gvern reġax innomina mħallfin oħra u jekk fosthom hemmx nominata mara?", "Meta jagħlaq iż-żmien għal Giovanni Bonello?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern): Il-Gvern ma rċieva ebda komunikazzjoni mill-kunsill ta' l-Ewropa li t-tliet nomini tiegħu għal imħallef tal-qorti Ewropea tad-drittijiet tal- bniedem ġew rifjutati.", "F'każ li dan jiġri, il-gvern jieħu deċiżjoni wara li jeżamina liema kienu r-raġunijiet ta' rifjut, jekk dan isir.", "Sadanittant skond il-provvedimenti tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, l-Imħallef Malti attwali fuq il-qorti, li għalaq 70 sena fil- 11 ta' Ġunju, 2006, jibqa' fil-kariga sakemm tinħatar persuna oħra li tissostitwih mill-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill ta' l-Ewropa.", "MCAST", "21837.", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI (f'isem l-Onor.", "Jason Azzopardi) staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: B'riferenza għat- tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 21580, jista' l-Ministru jgħid x'inhuma t-time frames maħsuba?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l- Impiegi): Għalkemm l-MCAST ipprovda spazju u riżorsi biex fih isiru ċ- ċelebrazzjonijiet tal-quddiesa u attivitajiet reliġjużi oħra, s'issa għad m'hemm l-ebda kappella għad-dispożizzjoni ta' dan il-kulleġġ.", "Dan minħabba l-fatt li meta d-diviżjoni ta' l-edukazzjoni ħadet is-sit li fuqu hemm mibni l-MCAST, kien ġie identifikat sit 'il barra mill-campus għall-użu ta' kamra ta' meditazzjoni u talb.", "Mal-publikazzjoni tal-permess tal-MEPA tat- 18 ta' Awissu, 2006, għall-bidla mill-użu ta' bar għal kamra ta' meditazzjoni u talb, inbeda xogħol ta' alterazzjoni, ix-xogħol fuq l-art u s-saqaf jinsab għaddej filwaqt li qed jiġu proċessati tenders fuq installazzjoni mekkanika u elettrika.", "Il-mira hija li x-xogħol jitlesta fl- 2007.", "Informat ukoll li minn mindu fil-kulleġġ ġie appuntat kappillan f'Ottubru ta' l-2004, il-kamra temporanja kienet u għadha magħmula għad-dispożizzjoni tiegħu fi Blokk B ta' l-istitut għan-negozju u l-kummerċ.", "Il-kamra msemmija hi adegwament attrezzata b'computer u telephone.", "TA' PARIS - ŻBIR TA' SIĠRA", "21838.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Chris Cardona) staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 21013 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent u jara li tinżabar jew titneħħa s-siġra li hemm f'Ta' Paris wara block C1 quddiem il-MUSEUM tat- tfal, peress li din qed tkun ta' inkonvenjent enormi minħabba li r- residenti qed ibatu minn invażjoni ta' nemus u wirdien?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern): Bħalma jaf l-Onor.", "Interpellant, il-kunsilli lokali huma korpi statutorji ta' gvern lokali b'personalita' legali distinta u għalhekk nissuġġerilu jirriferi l-mistoqsija tiegħu lill-kunsill lokali konċernat.", "BEJGĦ TA' PROPRJETA' TAL-GVERN", "21839.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Kap ta' l-Oppożizzjoni) staqsa lill- Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti risposta għall-mistoqsija parlamentari 20643 dwar bejgħ ta' proprjeta' tal-gvern ippreżentata fil-5 ta' Settembru, 2006?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern): Ir-riċerka li kien hemm bżonn biex jinġabar it-tagħrif li ntalab mill-Onor.", "Interpellant fil-mistoqsija parlamentari 20643 dwar bejgħ ta' proprjeta' tal-gvern fl-aħħar għaxar snin waslet fl-istadju finali.", "Huwa ppjanat li din titlesta għall-aħħar ta' dan ix-xahar.", "KANĊELLAR TA' FLIGHTS", "21840.", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI (f'isem l-Onor.", "Mario Galea) staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: X'inhi r-raġuni li meta individwu jibbukkja u jħallas flight u mbagħad jikkanċellaha ma jiħux lura l-ammont kollu ta' taxxi mħallsa fuq it-ticket?", "Meta t-tour operators iżommu parti minn din it-taxxa, din tasal għand il-gvern?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): L- informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant għadha qed tinġabar u għaldaqstant tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "SISTEMA TAD-DRENAĠĠ", "21841.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Silvio Parnis) staqsa lill- Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 21241 u jara li tiġi solvuta problema tad-drenaġġ ta' persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (f'isem il-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni): Il-korporazzjoni ħadet l-passi meħtieġa billi nadfet is-sistema tad-drenaġġ fl-inħawi riferut u b'hekk il-problema setgħet tiġi solvuta.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, mistoqsija supplimenetari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jista' l-Ministru jinvestiga x'qed jikkawża l-fawrien ta' drenaġġ f'tarf Triq Dawret ix-Xatt, ix-Xgħajra, li saħansitra ġieli anke jiżbroffa għal ġol-btieħi tan-nies?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ovvjament se ngħaddi dan l-ilment lill-ministru konċernat.", "JUNIOR COLLEGE/UNIVERSITA' - STUDENTI", "21842.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Silvio Parnis) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 21251 u jgħid kemm studenti li jattendu l-junior college u l-universita' huma minn Marsaxlokk, Birżebbuġa, Wied il- Għajn, Ħaż-Żabbar, Kalkara, Birgu, Bormla, Isla u Raħal Ġdid?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi): In-numru ta' studenti li jattendu l-ewwel u t-tieni sena fil- junior college huwa kif ġej:", "|Lokalita'|L-ewwe|Tien|Total| | |l Sena|i | | | | |Sena| | |Marsaxlok|20 |14 |34 | |k | | | | |Birżebbuġ|54 |34 |88 | |ia | | | | |Wied |43 |33 |76 | |il-Għajn | | | | |Haż-Żabba|62 |60 |122 | |r | | | | |Kalkara |12 |13 |25 | |Birgu |54 |34 |88 | |Bormla |5 |4 |9 | |Isla |3 |3 |6 | |Raħal |21 |18 |39 | |Ġdid | | | |", "Tagħrif dwar l-universita' għadu qed jinġabar.", "SAN ĠWANN – ROTTA NRU 41", "21846.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Leo Brincat) staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: X'inhi r-raġuni li bus 41 m'hijiex tgħaddi minn San Ġwann regolarment kull nofs siegħa?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (f'isem il-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq): Preżentement din ir-rotta qed issir kif suppost, jiġifieri kull nofs siegħa.", "Nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex jekk jaf b'xi każ speċifiku, jinfurmana bid-data u l-ħin sabiex l-ADT tkun tista' tagħmel spot checks fuq din ir-rotta.", "KAPPARA - SLIEMA ROAD", "21847.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Leo Brincat) staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Meta hu maħsub li tiġi asfaltata Sliema Road, Kappara?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (f'isem il-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq): Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 21791.", "DAR IL-MEDITERRAN GĦALL-KONFERENZI", "21850.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Stefan Buontempo) staqsa lill- Ministru għat-Turiżmu u Kultura: X'passi qegħdin jieħdu l-awtoritajiet dwar il-fatt li f'ċerti ħinijiet bil-lejl, waqt li f'Dar il-Mediterran għall- Konferenzi jkunu għaddejjin xi attivitajiet, il-bibien li jinsabu fuq in- naħa ta' ħdejn il-palk jinfetħu għal min ikun jixtieq ipejjep u dan qed joħloq inkonvenjent lir-residenti ta' l-inħawi, anke għaliex dawn il- persuni qed iħallu ħafna ħmieġ warajhom?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (f'isem il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura): Il-bibien ta' Dar il-Mediterran jinfetħu skond il-bżonn u l-esiġenzi tas-saħħa u s- sigurta'.", "Ma teżisti l-ebda liġi li tipprojbixxi l-ftuħ ta' xi bieb wara ċertu ħin.", "Nikkonferma iżda li internament il-bord ta' tmexxija jimplimenta regoli stretti dwar il-ftuħ ta' uħud mill-bibien sabiex jevitaw inkonvenjenza lill-ġirien.", "Madanakollu ma jirriżultax li hija korretta l- allegazzjoni li f'dik l-akwata qed jitħalla ħafna ħmieġ.", "KUMPANNIJI TAL-VAPURI", "21853.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Kemm kumpanniji tal-vapuri għażlu l-port tagħna bħala l-home port tagħhom?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (f'isem il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura): Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "MTA - ŻIEDA FIT-TURISTI", "21854.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' l-Ministru jgħid kif f'April li għadda hu flimkien maċ-chairman ta' l-Awtorita' Maltija tat-Turiżmu, waslu għall-kalkoli li t-turiżmu kien se jaqbad xejriet pożittivi fis-sena 2006 u li kien se jiżdied b'aktar minn 40,000 persuna?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (f'isem il-Ministru għat-Turiżmu u l-Kultura): Dawn il- kalkoli kienu ibbażati fuq l-assunzjoni li l-performance tas-swieq Ingliżi u Ġermaniżi kienet se tkun pożittiva aktar ma l-istaġun jipprogressa.", "Din kienet se tibni fuq ir-riżultati pożittivi li kienu ġejjin mill-Italja, il- Benelux, Spanja, ir-Russja, in-Norveġja u d-Danimarka.", "Li ġara kien li s- suq Ingliż tal-package holidays intlaqat minn dak li qed jiġi deskritt bħala wieħed mill-agħar sjuf li qatt kien hemm fl-Ingilterra.", "Mil-lat tas-suq Ġermaniż irriżulta li nħolqu bottlenecks serji ta' airline capacity fix-xhur tar-rebbiegħa u l-ħarifa meta dan is-suq tradizzjonalment jilħaq l-ogħla livell tiegħu, bir-riżultat li Malta kellha tirrifjuta bookings attwali li jlaħħqu l-eluf turist għax ma kienx hemm ajruplani għalihom.", "Din is-sitwazzjoni kienet tkun ferm agħar kieku ma kienx għall- Air Malta li niedet mal-100 titjira addizzjonali bejn Malta u l-Ġermanja u dan wara ftehim li sar f'dan is-sens ma' l-awtorita' tat-turiżmu.", "PBS – PRODUZZJONIJIET FARMED-OUT", "21855.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 21041, 21249, 21525 u 21746 u jgħid kemm qed toħroġ flus fi produzzjonijiet farmed-out il- PBS?", "X'persentaġġ huma dawn il-flus tan-nefqa tal-PBS fuq produzzjoni ta' programmi għall-iskeda kurrenti tagħha?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (f'isem il-Ministru għall-Investiment, Industija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni): Ir-risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-Mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' karti u nsejjaħ lill-Onor.", "Anthony Abela.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (Segretarju Parlamentari): Sur Preisdent, f'isem il- Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:-", "Kopja tal-kuntratt bejn il-Gvern u l-Mediterranean Film Studios Ltd għall-għoti b'ċens tar-Rinella Film Studios fil-Kalkara, datat 2 ta' Ottubru 1995, bi tweġiba għall-mistoqija parlamentari numru 21864.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "KUMITAT TA' PROVVISTA", "ESTIMI ĠENERALI 2007", "IT-TNAX-IL JUM STABBILIT", "MINISTERU GĦAR-RIŻORSI U INFRASTRUTTURA", "L-ordni għall-Kumitat ġie moqri.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor.", "Carmelo Abela, President tal-Kumitat, jippresjedi.", "THE CHAIRMAN (Onor. Carmelo Abela): Il-Kumitat għandu quddiemu l-voti tal- Ministeru għar-Riżorsi u Infrastruttura.", "Skond il-mozzjoni ta' proċedura 258 tad-9 ta' Ottubru, 2006 il-ħin tad-diskussjoni tal-lum huwa ta' tliet sigħat u għandu jinqasam indaqs bejn kelliema tal-gvern u kelliema ta' l- oppożizzjoni, bl-aħħar nofs għall-gvern.", "Jekk jogħġbu, il-Ministru jressaq ir-riżoluzzjonijiet tiegħu.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Sur President, nipproponi:", "VOT 37 - MINISTERU GĦAR-RIŻORSI U INFRASTRUTTURA", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm22,265,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 37 - Ministeru għar-Riżorsi u Infrastruttura, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2007.", "VOT VII - MINISTERU GĦAR-RIŻORSI U INFRASTRUTTURA", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm3,681,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot VII - Ministeru għar-Riżorsi u Infrastruttura, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2007.", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "L-Onor.", "Charles Buhagiar.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Sur President, kif inhi l-konswetudini se nressaq din l-emenda:", "VOT 37 - MINISTERU GĦAR-RIŻORSI U INFRASTRUTTURA", "Personal Emoluments", "Item 11 - Holders of Political Office", "Ħassar iċ-ċifra \"Lm15,513\" u ssostitwixxi minflok iċ-ċifra \"Lm15,512\".", "Delete the figure \"Lm15,513\" and substitute therefor the figure \"Lm15,512\".", "Sur President, kull meta niddibattu l-voti ta' dan il-ministeru, il- ministru tista' tgħid li f'kull okkażjoni jiftaħar ħafna bix-xogħol li jsir mill-ħaddiema tal-gvern.", "U huwa tajjeb li l-ħaddiema fid-dipartiment tax- xogħlijiet pubbliċi jiġu motivati sabiex iwettqu x-xogħlijiet li jkun hemm bżonn isiru.", "Pero` biex timmotiva lill-ħadidema trid jew tinċentivahom b'mod finanzjarju jew inkella trid tara li jingħataw il-materjal u l- makkinarju meħtieġ ħalli jkollhom biex jaħdmu.", "Li ma nistax nifhem hu kif meta dan il-ministeru kien ħafna ikbar milli hu llum - anke meta kont responsabbli minnu jiena - kien hemm diviżjoni waħda u direttur ġenerali wieħed, u llum, ma nafx għaliex, dan id-dipartiment inqasam f'żewġ diviżjonijiet u hemm żewġ diretturi ġenerali.", "Onestament ma nistax nifhem - jekk għallinqas ma kienx hemm xi ħsieb li jiġu aġevolati xi nies, u nittama li dan mhux il-każ - għaliex inħasset il-ħtieġa li jiżdied direttur ġenerali ieħor meta konna ilna għal ħafna snin b'direttur ġenerali wieħed u x-xogħol kien isir, u kien isir tajjeb.", "Sur President, fid-dibattitu tas-sena li għaddiet il-Ministru Ninu Żammit kien qal hekk:", "''Sur President, irrid ngħid li ttieħdu miżuri effettivi biex f'dan il- ministeru tkompli tiġi eliminata l-ħela u l-abbuż fl-infiq ta' fondi pubbliċi.", "Komplew jiġu mnedija programmi ta' kontroll finanzjarju u bi pjaċir ngħid li anke fejn jidħlu s-servizzi ta' l-ilma, dawl u telephone, in-nefqa matul din is-sena tnaqqset b'25% ikkomparata mas- sena l-oħra.''.", "Issa jekk wieħed iħares lejn l-estimi għal din is-sena u jara l-vot tal- utilities isib li l-vot għal din is-sena kien ftit inqas minn dak tas-sena ta' qabel.", "Fil-fatt għall-2006 ġew ivvotati Lm280,000 mentri fl-2005 kienu ntnefqu Lm296,967.", "Hawn għandi nifhem li d-differenza fil-vot, għalkemm m'hijiex daqstant kbira, fir-realta' hija inqas minħabba s-surcharge.", "Għas- sena d-dieħla n-nefqa fuq il-utilities minn Lm280,000 se titla' għal Lm330,000.", "Issa safejn naf jien is-surcharge fuq dawl u l-ilma naqas u allura ma jistax ikun hemm l-iskuża li l-utilities se jogħlew is-sena d- dieħla.", "Għaliex il-vot tal-utilities żdied b'Lm50,000 meta qed niftaħru kemm qed inkunu effiċjenti f'dak li qed nagħmlu?", "Jekk naraw il-vot tat-travel insibu li s-sena li għaddiet il-vot fuq dan l- item kien ta' Lm40,000.", "Jekk tara x'kienet in-nefqa s-sena l-oħra fuq safar issib li kienu intnefqu Lm26,564.", "Mela jekk din is-sena ntnefqu l-Lm40,000 kollha li kien hemm ivvotati fuq safar - u issa ngħid jekk intnefqux – kien hemm nefqa ta' Lm14,000 iktar mis-sena ta' qabel.", "Jiena għamilt mistoqsija parlamentari biex inkun naf kemm fir-realta` ntefqu flus fuq travel fl-2005 minn dan il-ministeru.", "Mit-tweġiba għal din il-mistoqsija – PQ 16,885 – jirriżulta li n-nefqa globali fuq safar minn dan il-ministeru kienet ta' Lm57,682, li minnom ġew rifonduti Lm14,800 u allura l-ammont totali ta' infiq għas-sena 2005 kien ta' Lm42,832.", "Hawnhekk jiena nistaqsi: Jekk fit- tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 16,885 li għamilt fi Frar li għadda qed jingħad li fl-2005 intnefqu Lm42,832, kif fl-estimi li ġew ippreżentati mal-budget qed tgħidu li ntnefqu Lm26,564?", "L-estimi qed juru madwar Lm16,000 inqas fi spejjeż fuq safar.", "Liema hi l-figura korretta, dik li ngħatat fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari jew dik li qed naraw l- estimi?", "Issa huwa veru li diġa' sibna żball f'dawn l-estimi, u forsi dan huwa xi żball ieħor!", "Sur President, jekk naraw kif qed jintnefqu l-flus fuq il-fuel f'dan il- ministeru nsibu li fl-ewwel erba` xhur tal-2004 in-nefqa fuq il-fuel kienet tammonta għal Lm90,509.", "Imbagħad fl-ewwel erba` xhur tal-2005, għax kien hemm żieda fil-prezz tal-fuel, din telgħet għal Lm98,801, u fl-ewwel erba' xhur tal-2006 telgħet għal Lm102,336.", "Jiġifieri minn sena għall-oħra din in-nefqa dejjem żdiedet bi ftit, u dan naħseb ġara minħabba l-fatt li l- fuel kien dejjem qiegħed jogħla.", "Pero` mbagħad meta tara kif inhuma mqassma dawn il-figuri ssib li fil-ministeru nnifsu fl-2005 intnefqu Lm666.49 u fl- 2006 intnefqu Lm1,012.34 imbagħad fil-building industry consultative council (BICC), fl-2005 intnefqu Lm361.22 u fl-2006 intnefqu Lm772.13, żieda 72%.", "Nafu li l-fuel għola pero' ma naħsibx li għola tant li minn sena għall-oħra l-BICC kellu iktar milli jirdoppja n-nefqa fuq il-fuel.", "Fil-fatt jekk wieħed jara x'intefaq fuq fuel fid-dipartimenti li jaqgħu taħt dan il- ministeru isib li fl-2005 intnefqu Lm96,800 u fl-2006 intnefqu Lm98,925, jiġifieri ċ-ċifra kważi baqgħet l-istess.", "Mela ż-żieda fl-infiq fuq il-fuel tirrifletti ruħha, kollha kemm hi, fuq il-ministeru u fuq il-BICC.", "Imbagħad jiġi l-ministru jgħid kemm qegħdin jaħdmu biex iġibu l-effiċjenza fid- dipartimenti!", "Ngħaddi issa biex ngħid xi ħaġa dwar il-makkinarju, għax jekk inti trid li l-ħaddiema tiegħek jaħdmu trid tagħtihom il-makkinarju u l-materjal.", "Fid- dibattitu tal-budget fuq dan il-ministeru tas-sena li għaddiet il-ministru kien qal hekk:", "''Inxtara ħafna makkinarju ġdid peress li matul iż-żmien dan il- ministeru b'mod gradwali neħħa ammont ta' inġenji li kellu, naturalment mhux b'kapriċċ imma għax kienu qdiemu.''.", "Biex jiena nara x'makkinarju għandha d-diviżjoni tax-xogħlijiet fi ħdan dan il-ministeru, fil-31 ta' Ottubru, 2006 għamilt mistoqsija parlamentari 21540 u l-ministru tani lista tal-makkinarju li hemm f'din id-diviżjoni.", "Imbagħad jiena pparagunajt dik il-lista tal-makkinarju ma' x'makkinarju kien hemm fid-diiviżjoni tax-xogħlijiet pubbliċi fl-1992, 13-il sena ilu.", "U x'insibu?", "Insibu li llum id-diviżjoni għandha 37 trakk, mentri fl-1992 kellha 49 trakk.", "Insibu wkoll li llum għandha żewġ bowsers ta' l-ilma u ieħor tal-fuel, mentri fl-1992 kellha 11-il bowser.", "Tipi ta' inġenji oħra bħal graders, dumpers, rombli, gafef, bulldozers, illum hemm 137 mentri fl- 1992 kien hemm 286.", "L-uniku tip ta' vetturi li żdiedu mill-1992 sal-lum kienu l-karozzi.", "Fl- 1992 kien hemm 31 karozza u illum hemm 38 karozza.", "Dan ifisser li l- makkinarju li għandek bżonn biex taħdem naqas bin-nofs u l-karozzi, li ma nafx kemm jistgħu jgħinuk biex tkun produttiv fix-xogħol, żdiedu.", "Sur President, il-vot kapitali ta' dan il-ministeru qiegħed minn sena għal oħra dejjem jonqos.", "Din id-darba hemm item li forsi mbagħad jispjegali x'inhu l-ministru, pero' jiena qed nassumi li huwa xi għotja li ġejja mill- Unjoni Ewropea.", "Il-budget kapitali mill-fondi tal-gvern Malti matul l-2006 kien Lm2 miljun.", "Matul l-2005 bħala vot kapitali - u dan huwa reali – intnefqu Lm2,777,000.", "Għas-sena d-dieħla mill-fondi tal-gvern Malti għandek Lm977,000, imbagħad għandek perċentaġġ li huwa miżjud mal-fondi li suppost se jiġu mill-Unjoni Ewropea, li b'kollox jammontaw għal Lm1,320,000.", "Mela bħala vot kapitali mill-fondi tal-gvern Malti fl-2005 kellek Lm2.7 miljuni, fl-2006 kellek Lm2 miljun u din is-sena se jkollok Lm1.3 miljun, u mbagħad il-gvern daħħal is-somma ta' Lm2,340,000 għal urban regeneration.", "Hawnhekk jiena nixtieq nistaqsi lill-ministru dwar kemm hija reali din is-somma.", "Ċerti li se nirċevuhom dawn il-fondi?", "Ċerti li se jkollna dawn il-fondi biex nonfqu minnhom?", "Fil-każ li m'aħniex ċerti ma naħsibx li nistgħu norbtu wisq fuqhom.", "Sur President, issa jkun tajjeb li nitkellmu ftit fuq l-operat ta' dan il- ministeru, fejn fost id-dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabbilita` tiegħu nsibu dak tal-public cleansing.", "Ngħid mill-ewwel li jiena kontra u nikkundanna bil-kbir lil kulmin iħammeġ li dan il-pajjiż.", "Għandna pajjiż ġojjell sabiħ u rridu nibżgħu għalih u mhux sewwa li jkollna lil min hu irresponsabbli u jħammeġ.", "Il-ministru, f'xi intervista kien qal li f'sentejn il-gvern nefaq Lm1 miljun biex il-widien u l-kampanja tnaddfu mill-ħmieġ li ntefa` min-nies irresponsabbli, u din hija somma kbira li l- gvern seta` nefaq fuq xi ħaġa oħra kieku ma kellniex nies li jaġixxu b'dan il-mod.", "Biex nipprovaw nikontrollaw dan l-abbuż, fit-28 ta' Awissu, 2004 kien intqal li –", "\"Government is considering a substantial increase in littering fines in an attempt to crack down on the ever increasing headache of waste.", "Prime Minister Lawrence Gonzi and Minister for Resources and Infrastructure, Ninu Zammit, will be meeting to find the best possible means of introducing some law and order and propose changes in the the Litter Act.\".", "Imbagħad, sena wara, fil-31 ta' Lulju 2005, il-Ministru George Pullicinio ħabbar li mill-1 ta' Jannar, 2006 il-multa kontra min iħammeġ minn Lm10 kellha titla` għal Lm25 u Lm50, skond il-każ, u li kellhom jiddaħħlu l- famużi green wardens.", "Fil-fatt kien sar eżerċizzju li baqa` sejjer sa l- aħħar ta' l-2005, biex in-nies jiġu responsabbilizzati.", "Issa li mill-1 ta' Jannar ta' din is-sena ġew introdotti dawn il-multi u l-green wardens, jista` l-ministru jgħidli jekk kellhomx xi effett?", "Jiġifieri meta d- dipartiment reġa` ġabar il-ħmieġ mill-kampanja u mill-widien, hu ġabar l- istess ammont li kien jinġabar is-snin ta' qabel, issa li hemm multi ikbar u anke l-green wardens?", "Sur President, la qed insemmi l-widien ngħaddi issa biex ngħid xi ħaġa dwar il-flood relief project.", "Nisimgħu ħafna diskors dwar x'għandu x'jsir, imma donnu li qatt ma jsir xejn.", "Per eżempju fit-12 ta' Ottubru, 2004 fi tweġiba għal mistoqsija parlamentari, l-ministru kien qal hekk:", "\"Ġewwa Ħ'Attard kellu jitwaqqa' l-pont fi Triq il-Linja u jinbena pont ieħor ta' tmien metri wisa`.", "Ix-xogħol fuq il-widien ta' Ħ'Attard se jifforma parti mil-programm tax-xogħol tat-taqsima tax-xogħlijiet għas- sena 2005.\".", "Sal-lum dan ix-xogħol ma jidhirlix li sar.", "Imbagħad għall-mistoqsija parlamentari 9438 dwar il-proġett li kellu jsir f'Burmarrad il-ministru kien irrisponda hekk:", "\"Għaddej ukoll xogħol preparattiv in konnessjoni mal-proġett tal-ftuħ mill-ġdid tal-parti tal-wied ta' Burmarrad li tinstab mirduma, ċioe' l- fergħa tal-wied minn Għajn Riħana sa Kennedy Grove.", "Dan qed jitqies bħala wieħed mill-proġetti ewlenin tat-taqsima tax-xogħlijiet għas- sena 2005.\".", "Jiena għamilt daqsxejn ta' rèsumé dwar dak kollu li sar x'issa, għax din il- kwestjoni ilha għaddejja, fuq il-każ ta' Burmarrad.", "F'2003 kienet għamlet maltempata kbira u Ħal Qormi u Burmarrad kienu ġarrbu ħsarat kbar.", "Din ġrat minħabba li sa dakinhar ħafna mill-widien ma kenux imnaddfin sew bil- konsegwenza li l-ilma ma sabx minn fejn jgħaddi u għamel ħafna ħsara.", "Wara li ġara dan, niftakar li f'Burmarrad u fis-Salini kellhom isiru xogħlijiet partikolari.", "Hemmhekk, madwar is-Salini hemm kanal li kien ġie mblukkat b'dak li niżel mill-wied matul ħafna snin u ried jiġi mnaddaf.", "Apparti minn hekk il-wied l-antik li kien jgħaqqad Għajn Riħana mas-sukkursu kien ġie mirdum bil-konsegwenza li l-wied ġie interrott, u allura meta jinżel l-ilma minn Għajn Riħana jispiċċa jgħarraq l-għelieqi kollha li hemm f'Burmarrad.", "F'Lulju 2004 saret applikazzjoni lill-MEPA biex isiru d-dredging works tas- sukkursu li hemm madwar is-Salini, imbagħad fil-3 ta' Diċembru, 2004 il- Ministru Ninu Zammit kien stqarr li saru preparamenti biex jerġa' jinfetaħ il-wied li jgħaddi minn Għajn Riħana sa Kennedy Grove, u li dawn ix- xogħlijiet se jsiru bejn Marzu u Settembru, 2005.", "F'Jannar il-MEPA kienet approvat l-applikazzjoni għad-dredging works.", "Fil-fatt kienet saret mistoqsija parlamentari dwar dak ix-xogħol u l-Ministru Francis Zammit Dimech kien stqarr li d-dredging li qed isir fis-sukkursu kien kopert bil- permessi tal-MEPA.", "Fit-30 ta' Mejju, 2006 il-Ministru Ninu Zammit kien qal li d-dredging works fuq il-kanal li kellu tul ta' 875 metru se jqumu Lm90,000.", "Kien qal ukoll li l-bini mill-ġdid tal-water course ġewwa Burmarrad, minn Għajn Riħana sas-sukkursu, kellu jibda fil-ġimgħat li ġejjin.", "Fid-9 ta' Lulju, 2005, wara li kienet qamet id-domanda għaliex se jinbena water course ġdid minn Għajn Riħana sas-sukkursu, kienu qalulna li kien hemm bżonn li jinbena water course ġdid għax f'dak il-qadim kienu nbnew xi strutturi mill-bdiewa u allura biex jiġi evitat it-twaqqigħ tagħhom kellu jinbena wieħed ġdid.", "Fl-1 ta' Diċembru, 2005 kien beda d- dredging biex jinfetaħ mill-ġdid s-sukkursu.", "Fit-22 ta' Mejju ta' din is- sena l-ministru kien qal li l-bini mill-ġdid tal-watercourse kien se jiġi jiswa Lm900,000 u x-xogħol se jdum 12-il xahar biex isir.", "Sadanittant kien hemm problema fuq id-dredging tas-sukkursu għax milli nista' nifhem il-kanal ma kienx mibni sew minħabba li meta twessgħet it- triq, il-ħajt tat-triq inbena fuq il-kanal.", "F'Lulju li għadda l-ministeru kkummissjona environment impact assessment dwar il-watercourse, imma fl- istess waqt kellna għaqdiet ambjentali li kienu qegħdin jgħidu li l- applikazjzoni dwar il-watercourse li saret lill-MEPA kienet misleading għax fl-applikazzjoni kien hemm miktub li se jitnaddaf il-watercourse il-qadim li jgħaqqad Għajn Riħana mas-Salini u fir-realta' kien se jsir watercourse ġdid.", "Imbagħad fid-19 ta' Lulju ta' din is-sena l-gabillotti u l-bdiewa ta' dawk in-naħat bdew jopponu li jsir dan ix-xogħol għax fl-opinjoni tagħhom ix-xogħol kif kien propost kien se joħolqilhom problema.", "Huma kienu qed jgħidu li peress li ħafna mill-area ta' Burmarrad hija viċin tal-baħar, jekk l-ilma ma jitħalliex litteralment jgħerreq dik l-area u jnizzel il- baħar 'l isfel, kien se jkollhom problema ta' salinita` fl-għelieqi tagħhom.", "Ftit tal-jiem ilu f'risposta għal domanda parlamentari l-Ministru Ninu Zammit qal li d-dregding ta' l-aħħar 200 metru tas-sukkursu kellu jsir is- sena d-dieħla u l-permess għall-bini ta' watercourse ġdida bejn Burmarrad u s-Salini s'issa għadu ma ħariġx u allura x-xogħol ma bediex.", "Meta s-sena li għaddiet konna qegħdin niddiskutu dawn l-istess voti u l-ministru tkellem fuq dan il-proġett kien qal hekk:", "\"Tħejjew il-pjanti neċessarji għal dan il-proġett u saret applikazzjoni biex ikunu jistgħu jsiru x-xogħlijiet.", "Huwa maħsub li x- xogħlijiet jibdew għal ħabta ta' Frar/Marzu tas-sena 2006.\".", "Kif il-ministru jista' jikkommetti ruħu li se jibda x-xogħol f'Frar/Marzu ta' din isena meta lanqas permessi ma kellu?!", "Imbagħad fuq Burmarrad qal hekk:", "\"Issa sakemm ma jinqala' xejn, ix-xogħol fuq din il-korsa li l- embankment tagħha ġej twil kilometru u nofs mis-Salini sa Burmarrad, se jinbeda għal Marzu.\".", "Se jinbeda f'Marzu meta lanqas applikazzjoni l-MEPA m'għandek?!", "Issa jiena naf li dan il-ministru huwa magħruf ħafna li jieħu x-shortcuts fejn tidħol il-MEPA, jiġifieri jaqbad u jagħmel ix-xogħlijiet imbagħad japplikaw wara.", "Kultant ma nagħtihx tort għax nafu kemm idumu tal-MEPA biex joħorġulek permess, imma ma tistax tagħmel dejjem hekk.", "Per eżempju, naf li bdejtu x- xogħol fuq Villa Francica sitt xhur ilu u l-applikazjzoni daħħaltuha issa, imma l-affarjiet ma jsirux hekk.", "Sur President, ngħaddi għax xi ħaġa oħra, u minn Burmarrad immorru l-Marsa.", "Fuq il-proġett tal-flood relief li kellu jsir il-Marsa, fid-dibattitu tal- budget tas-sena li għaddiet il-ministru kien qal hekk:", "\"Issa meta niġu għan-naħa tal-Marsa din il-fergħa trid tinqala' t-triq kollha u jrid jiġi pont ieħor wiesa' hemmhekk.\".", "Milli nista' nifhem dan il-pont qed isir bħalissa, u forsi hawnhekk l- affarijiet mexjin 'il quddiem.", "Matul din is-sena sar ħafna diskors fuq proġett ieħor ta' flood relief , u qed nirreferi għall-proġett li għandu jsir fiċ-ċentru ta' Malta.", "Naħseb bħalma wieħed japprezza fiċ-ċentru ta' Malta hawn problema kbira ta' għargħar għax l-ilma li jkun mill-Mosta u n-Naxxar jgħerreq Birkirkara u Ħ'Attard u jibqa' nieżel u jgħerreq ukoll lill-Imsida.", "Fil-fatt il-gvern nazzjonalista ta' l-1992 kien beda jagħmel xi ħaġa fl-Imsida.", "Jiena li issa ili fil-parlament mhux ħażin sibt mistoqsija parlamentari ta' l-1992 li kont għamilt jiena dwar il-proġett ta' flood relief fl-Imsida li fiha l- ministru - dakinhar jidhirli li kien Michael Falzon – qalli hekk:", "\"Dan il-proġett qed jitwettaq fuq firxa ta' numru ta' snin biex ix- xogħol isir b'inqas inkonvenjent kemm għat-traffiku kif ukoll għall- pubbliku.\".", "Veru li qed isir fuq firxa ta' numru ta' snin għax għaddew 13-il sena u ma sar xejn!", "Fil-25 ta' Awissu tas-sena li għaddiet il-ministru kien qal li l- ministeru għandu pjan biex jibni sistemi ta' mini ta' 10 kilometri taħt l- art fiċ-ċentru ta' Malta biex jinħaħen l-ilma fihom.", "Din hija xi ħaġa li kien irrepeta fid-debate tal-budget tas-sena li għaddiet meta tkellem fuq il-problema tal-flooding li għanda fiċ-ċentru tal-pajjiż.", "Dakinhar kien qal hekk:", "\"Għalhekk se ssir ħażna permezz ta' mini taħt l-art fejn ikun jista' jinġabar dan l-ilma li wara li jiġi kemmxejn polished, ikun jista' jintuża għall-agrikoltura u għal-landscaped areas.", "Dan huwa proġett li lestejna l-abbozz tiegħu u se jiġi nkluż fil-programmi li għandhom jiġu magħżula għall-finanzjament mill-fondi ta' l-Unjoni Eworpea tal- budget għas-sena 2007/2013.\".", "Imbagħad proprju sitt xhur wara d-debate li kellna fil-parlament, f'Ġunju ta' din is-sena l-ministru kien qal li -", "\"The government is in the process of drawing up calls for tenders and environmental studies in a bid to alleviate the flooding problem in the centre of the island.\".", "Allura dawn is-sejħiet għall-offerti biex isiru dawn l-istudji ambjentali ħarġu?", "F'Ottubru ta' din is-sena, proprju x-xahar li għadda, fi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari tiegħi numru 21512 dwar il-proġett kontra l- għargħar ġewwa l-Imsida, il-ministru qal hekk:", "\"Jien infurmat li l-ministeru ħejja proġett kontra l-għargħar fl-area ta' l-Imsida, Birkirkara, Iklin u Mosta.", "Dan il-proġett li se jiswa l- għexieren tal-miljuni ta' liri qed jiġi evalwat mill-gvern u mill-UE sabiex jekk hu possibbli jkun finalizzat mill-fondi parzjalment mill- fondi strutturali ta' l-UE.", "Dan il-proġett jikkonsisti f'madwar 15-il kilometru ta' mini taħt l- art u servizzi anċillari li jkunu kapaċi jiġbru l-ilma tax-xita mill- inħawi li jwasslu għal Birkirkara u l-Imsida u li mbagħad dan l-ilma, wara li jkun imsaffi, ikun jista' jintuża għal diversi skopijiet bħal tisqija u tindif ta' toroq.\".", "Imbagħad ikompla jgħid hekk f'risposta oħra dwar l-istess suġġett il- ministru qal hekk:", "\"Ninsab infurmat illi l-proposta għall-proġett kontra l-għargħar f'Birkirkara u l-Imsida ġiet ippreżentata biex tkun ikkunsidrata mal- proġetti għall-fondi ta' l-Unjoni Ewropea.", "L-istima hija ta' Euro 70 miljun.\".", "Mela suppost li għandna stima ta' €70 miljun biex nippruvaw insolvu din il- problema ta' l-għargħar fiċ-ċentru ta' Malta.", "Jista` l-ministru jgħidilna fiex waslu n-negozjati li qed isiru fuq dan il-proġett ma' l-Unjoni Ewropea?", "Din hija problema serja ħafna u hemm bżonn li nagħtu kasha, għax minkejja x-xogħlijiet li saru s'issa f'Diċembru tas-sena li għaddiet kellna maltempata li kkawżat ħafna ħsarat.", "Sur President, irrid ngħid xi ħaġa wkoll dwar il-kumitati ta' riabilitazzjoni.", "Il-vot kapitali għall-kumitati ta' riabilitazzjoni qiegħed dejjem jonqos.", "Din is-sena kulma hemm ivvotat għal dawn il-kumitat huwa biss Lm50,000.", "Jekk tara x'kien hemm provdut fi snin oħrajn issib li dawn dejjem kellhom vot ħafna iktar minn hekk.", "Per eżempju, fl-2005 kien hemm budgeted Lm250,000 għal dawn il-kumitati u l-actual expenditure kien ta' Lm221,225.", "Issa għas-sena d-dieħla qtajnilhom Lm200,000.", "Jekk tmur iżjed lura u tara attwalment x'nefqu dawn il-kumitati ssib li fl-2001 nefqu Lm653,000, fl-2002 nefqu Lm550,000, fl-2003 nefqu Lm570,000 u fl-2004 nefqu Lm585,000.", "Jiġifieri dawn kien ikollhom mijiet ta' eluf ivvotati għalihom u f'daqqa waħda niżżilniehulhom għal Lm50,000.", "Ħalli issa naraw ftit ix-xogħol ta' restawr li għamel dan id-dipartiment.", "Dan id-dipartiment jagħmel xogħol ta' restawr mhux biss permezz tar- rehabilitation committees imma anke permezz tat-taqsima tar-restawr tiegħu.", "Jien ngħid li jsiru proġetti interessanti u tajbin bħal, per eżempju, ir- rerstawr li sar fuq l-akkwedott ġewwa l-Imrieħel, li huwa xogħol tajjeb u kellhom bżonn isiru aktar xogħlijiet bħal dan.", "Ikun hemm xogħlijiet oħra li jinbdew u jintelqu nofs leħja.", "Per eżempju, f'Diċembru, 2002 kont għamilt mistoqsija parlamentari lill-Ministru Zammit Dimech dwar ir-restawr ta' victoria lines.", "Fit-tweġiba tiegħu dan kien qalli hekk:", "\"Saru u għadhom qegħdin isiru diversi studji bil-għan li jitfassal pjan dettaljat tax-xogħol meħtieġ għar-restawr tal-victoria lines\".'", "Proprju f'April ta' din is-sena, tliet snin u nofs wara, saret l-istess domanda minn kollega tiegħi lill-Ministru Ninu Zammit u dan irrisponda hekk:", "\"Jien infurmat li bħalissa s-sezzjoni tar-restawr tal-ministeru għar- riżorsi u infrastruttura qed tipprepara pjan ta' xogħlijiet biex il- linja ta' fortifikazzjonijiet matul il-victoria lines tiġi riabilitata.\".", "Jiġifieri għaddew tliet snin u nofs minn mindu għamilt l-ewwel mistoqsija u dawn l-istudji għadhom m'humiex lesti.", "Sur President, nixtieq ngħid xi ħaġa wkoll dwar is-swar li għandna f'pajjiżna.", "Dawn huma parti mill-wirt importanti li għandna u hemm bżonn nieħdu ħsiebhom ħafna.", "Dawn huma xi ħaġa li lilna tagħmilna uniċi fid-dinja għax ma tantx hawn pajjiżi li għandhom is-swar li għandna aħna.", "F'Mejju tas- sena li għaddiet il-prim ministru qal li r-restawr fuq is-swar huwa parti minn proġett tal-gvern biex jindokra l-fortifikazzjonijiet madwar pajjiżna b'tali mod li jintużaw għall-ġid ta' l-ekonomija tal-pajjiż.", "U sa hemmhekk aħna naqblu.", "Imbagħad fil-budget debate tas-sena li għaddiet meta kien qed jitkellem fuq is-swar il-Ministru Ninu Zammit kien qal hekk: \"Il-periti ta' dan il-ministeru fasslu programm u lestew rapport li ġie sottomess biex jiġi magħżul ħalli ningħataw għajnuna finanzjarja mill-fondi ta' l-Unjoni Ewropea fil-budget li jmiss għas-snin 2007/2013.\".", "Imbagħad, proprju f'Lulju ta' din is-sena, il-Ministru Zammit qal hekk:", "\"Fix-xhur li ġejjin se jitkompla ix-xogħol ta' restawr mhux biss fuq il-monumenti, iżda se jimbarka fuq il-proġetti ta' tisħiħ tas-swar, fortifikazzjonijiet u bastjuni li jdawru l-belt kapitali.\".", "Dan kollu kliem sabiħ, imma sadanittant x'qegħdin nagħmlu?", "Qed nistennew ir-risposta mingħand l-Unjoni Ewropea biex forsi nibdew nagħmlu xi ħaġa?!", "Jiena naf li hemm bżonn ta' ħafna u ħafna flus biex tirranġa s-swar, imma naħseb ukoll li hija kwestjoni ta' prioritajiet.", "Jekk aħna nafu li s-swar huma importanti - u kkwotajt dak li qal il-Prim Ministru għax naqbel ma' dak li qal, li s-swar huma importanti għalina – irridu nagħtuhom priorita` fix-xogħol tagħna, u mhux inħalluhom jaqgħu biċċiet kif fil-fatt qiegħed jiġri.", "Sur President, il-kunsill lokali tal-Belt Valletta għamel studju dwar il- pavimentar li hemm fil-Belt u rriżultalu li 80% tal-pavimentar irid jinbidel.", "Fil-fatt fir-rapport tagħhom qed jgħdu li dan il-pavimentar huwa perikoluż.", "Sar ħafna diskors dwar il-bżonn li jinbidel il-pavimentar fil- Belt.", "Per eżempju, Fis-26 ta' Ġunju ta' din is-sena, fil-ġurnal \"The Malta Independent\", il-ministru ġie rrapportat li qal hekk:", "\"Paving will soon be done in St. John's Square with granite slabs imported from abroad.\".", "Imbagħad fid-debate tal-budget tas-sena li għaddiet kien wiegħed u qal hekk:", "''Ix-xogħol fuq il-pavimentar ta' Triq Merkanti kif ukoll tal-biċċa ta' quddiem San Ġwann u tal-ġnub se jinbeda s-sena d-dieħla.''.", "Mela din is-sena suppost li sar il-pavimentar ta' Triq Merkanti u ta' quddiem San Gwann.", "Jien ngħaddi minn hemm kuljum, u ma jidhirlix li ġew pavimentati dawk in-naħat.", "Kellu jkun il-gvern laburista ta' bejn l- 1996/1998 biex sar pavimentar b'ċerta serjeta' ġewwa l-Belt.", "Hemm bżonn urġenti li dan il-pavimentar fil-belt kapitali jitkompla ħalli nagħtu dehra aħjar lil din il-belt storika.", "Matul din is-sena ġewwa l-Belt tlesta x-xogħol fuq il-ġnien ta' Hastings.", "Kienet inizjattiva tajba, ħalliha li ma tlestiex fiż-żmien stipulat li kellu jitlesta u li kellu jiġi jiswa Lm220,000 u ġie jiswa Lm350,000.", "Imma nsomma, skond tan-naħa l-oħra Lm1 miljun 'l hemm u Lm1 miljun 'l hawn ma jagħmilx differenza aħseb u ara Lm100,000 'l hemm u Lm100,000 l'hemm!", "(Interruzzjonijiet) Le, fiż-żewġ figuri hemm inklużi l-pagi tal-ħaddiema.", "Fil-fatt waqt li kien għaddej ix-xogħol fuq dan il-ġnien kien intqal li x- xogħol beda f'Jannar tas-sena 2005 u se jiġi jiswa Lm220,00 li Lm109,00 huma salarji tal-ħaddiema.", "Imbagħad meta ġie inawgurat kien intqal li x- xogħol sar fiż-żmien stipulat b'investiment ta' madwar Lm350,000 li jnkludi l-pagi tal-ħaddiema.", "Jiġifieri fiż-żewġ każi hemm inklużi l-pagi tal- ħaddiema, mhux f'wieħed biss.", "Sur President, kienu qalulna li kellu jinbeda x-xogħol ta' tisbieħ tal-ġnien magħruf bħala l-Mall tal-Furjana.", "Nistaqsi lill-ministru jekk dan ix-xogħol inbedix u xi programm għandu għal dan il-ġnien.", "Sur President, ngħaddi issa biex nitkellmu ftit fuq xi xogħol ta' restawr li kellu jsir fil-Kottonera u nibda bil-pavimetnar li kellu jsir fil-mina Santa Liena.", "F'Marzu 2004, il-ministru kien qal li sar rapport fuq din il- mina ta' Santa Liena u abbażi ta' dan ir-rapport tħejja d-disinn tal- pavimentar u x-xogħol kien mistenni li jibda aktar tard dik is-sena.", "Imbagħad f'Ottubru tas-sena 2005, b'risposta għal domanda parlamentari oħra, il-ministru qal li f'Bormla se jitkompla x-xogħol fuq il-bieb ta' Santa Liena, bil-pavimentar ta' madwar il-mina.", "Hawnhekk mhux qed nitkellmu fuq affarijiet kbar għax qed nitkellmu fuq area li m'hijiex ikbar minn kwart ta' din il-Kamra.", "Jiġifieri f'Marzu, 2004 konna tkellimna dwar il- bżonn li x-xogħol fuq il-bieb ta' Santa Liena u sena u nofs wara qed ngħidu li għad irid isir ix-xogħol.", "Imbagħad b'risposta għal domanda parlamentari oħra, il-ministru qal li huwa informat li x-xogħol fuq dan il- proġett, jiġifieri fuq il-mina ta' Santa Liena, se jitkompla f'Jannar tas- sena 2006.", "Dwar is-sistema tad-dawl fuq dan il-proġett qalulna li dan ix- xogħol huwa pprogrammat li jitlesta fl-ewwel erba' xhur ta' din is-sena, imbagħad f\"Mejju qalulna li huwa pprogrammat li s-sistema tad-dawl tiġi stallata sa nofs Awissu, u sal-lum għadu mhux lest.", "Imbagħad kellna l-famuż proġett tal-pjazza ta' Santa Margerita.", "F'Ġunju tas- sena 2003, għall-mistoqsija parlamentari dwar dan il-proġett il-ministru rrisponda hekk:", "\"Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-proġett tal-pjazza ta' Santa Margerita se jitkompla s-sena d-dieħla, wara li jinħarġu l-permessi meħtieġa mill-MEPA.\".", "Fi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari oħra qalilna hekk:", "\"Ninsab infurmat li xogħlijiet ta' din in-natura jiġu inklużi fi programm ta' riabilitazzjoni skond il-prioritajiet.\".", "Sena wara, f'Marzu tas-sena 2004, għal interpellanza fuq l-istess proġett, il-ministru rrisponda hekk:", "\"Ix-xogħlijiet fuq it-toilets ġodda se jibdew f'Ġunju.", "Il-kumplament tal-proġett se jitkompla s-sena d-dieħla.\".", "Imbagħad f'Mejju, 2005 għal domanda oħra fuq dan l-istess proġett tal- pjazza ta' Santa Margerita, il-ministru rrisponda hekk:", "\"Fil-preżent m'hemm l-ebda ħsieb li jitkompla dan il-proġett, bl- eċċezzjoni tal-latrina pubblika, li mistennija ssir s-sena d-dieħla.\".", "Fl-2006 terġa` ssir domanda oħra u l-ministru qalilna:", "\"Ninsab infurmat li x-xogħol fuq il-ġnien fi Pajzza Santa Margherita, Bormla huwa maħsub li jibda f'Settembru ta' din is-sena u jintemm għal ħabta ta' April, 2007.\".", "Imbagħad kien hemm domanda parlamentari 21479 ta' l-Onor.", "Chris Agius li staqsa liema huma x-xogħlijiet identifikati li se jsiru mill-kumitat ta' riabilitazzjoni tal-Kottonera u fir-risposta li ta l-ministru lanqas biss kien imsemmi xogħol fuq il-Pjazza Santa Mergerita.", "Ix-xogħlijiet imsemmija fit-tweġiba tal-ministru huma Bieb Sant'Anna, l-Isla, kontinwazzjoni tal- Bieb Santa Liena, Bormla, restawr tal-kappella tas-Salvatur, Kalkara, xogħol ta' restawr fl-armerija tal-Birgu u restawr ta' l-istatwi ta' San Lawrenz u San Duminku.", "Jiġifieri għal darb'oħra Pjazza Santa Margerita mid-dehra se jkollha tistenna xi sena oħra.", "Niġi issa għall-Imdina, u fuq din il-belt hemm ħafna xi tgħid.", "Għall-Imdina hemm ħafna proġetti mwegħdin, fosthom hemm imwiegħed - u dan qalu l- Ministru Zammit meta inawgura l-pavimentar ta' l-Imdina - ir-restawr tal- bieb prinċipali, ir-restawr ta' parti mis-swar taħt il-palazz Vilhena, kif ukoll proġett ambizzjuż ta' restawr tas-swar kollha ta' l-Imdina.", "Imma ħalli nibda fuq il-pavimentar li sar fl-Imdina.", "Din ukoll sceneggiata li ilha għaddejja s-snin.", "Il-kumitat ta' riabilitazzjoni ta' l-Imdina twaqqaf f'Awissu,1999.", "Dakinhar il-Ministru Zammit Dimech kien qal li l-priorita` assoluta kienet li nagħmlu l-paving ta' l-Imdina.", "Dan il-proġett kien jinvolvi t-tneħħija tal-wires, li kellhom jgħadduhom minn taħt l-art, imbagħad kellu jsir il-pavimentar.", "F'Ġunju, 2002 il-Ministru Zammit Dimech kien qal li x-xogħol tal-pavimentar kellu jibda hekk kif jitneħħew il- wires.", "F'Lulju tas-sena 2002 saret applikazzjoni lill-MEPA sabiex isir dan ix-xogħol ta' pavimentar.", "F'Diċembru tas-sena 2002 l-Ministru Zammit Dimech kien qal li x-xogħol ta' pavimentar se jibda fi Frar 2003, u dan se jdum sejjer għal sentejn u ġej jiswa Lm800,000.", "Fi Frar tas-sena 2003 il- Ministru Zammit Dimech reġa` qal li x-xogħol tal-pavimentar se jibda f'April, 2003.", "F'Mejju tas-sena 2003 ħarġet it-tender għal dan ix-xogħol ta' pavimentar u f'Ġunju 2003, il-ministru, din id-darba Ninu Zammit, kien qal li x-xogħlijiet se jibdew f'Settembru u se jqumu Lm500,000.", "Kien hemm differenza ta' Lm300,000 bejn dak li qal il-Ministru Zammit Dimech u li dak qal il-Ministru Ninu Zammit.", "F'Ottubru ta' l-2003 kienet ġiet awarded it-tender u bdew jitpoġġew il- cables taħt l-art.", "F'Diċembru ta' l-2003 l-Ministru Ninu Zammit kien qal li x-xogħol tal-pavimentar se jibda f'Jannar, 2004, imma x-xogħol ma setax jibda dakinhar għax it-tender ġiet aġġudikata fi Frar, 2004.", "Imbagħad fit- 13 ta' April, 2004 il-Ministru Ninu Zammit kien qal li x-xogħol għandu jinbeda fl-aħħar ta' April 2004, u qal ukoll li l-proġett kollu se jqum Lm1 miljun.", "Mela fl-2002 intqal li se jiġi jiswa Lm800,000 fl-2003 intqal li se jiġi jiswa Lm500,000 u issa Lm1 miljun.", "Fis-26 ta' April, 2004 il- Ministru Zammit qal li x-xogħol tal-pavimentar se jibda, u fil-fatt beda f'Mejju 2004.", "Imbagħad f'Settembru 2004 qal:", "\"The paving of Mdina's streets is expected to be completed by the middle of next year at a cost of Lm0.6 million\".", "F'Novembru, 2004 l-executive secretary ta' l-Imdina rehabilitation committee qal li l-proġett se jqum Lm1 miljun.", "Jiġifieri erġajna tlajna għal Lm1 mijun.", "Fl-20 ta' Novembru, 2004 il-Ministru Ninu Zammit qal li dan ix-xogħol huwa mistenni li jkun lest sa l-aħħar ta' Settembru, 2005 u hu stmat li se jqum Lm1 miljun.", "Fis-26 ta' Mejju, 2005 qal li xogħlijiet se jitlestew sa Lulju 2005 at a cost of Lm500,000.", "Imbagħad fl-14 ta' Lulju, 2005 qalilna li x-xogħlijiet se jitlestew sa l-aħħar ta' Lulju, 2005.", "F'Awissu waqafna mix-xogħol għax ma kellniex materjal u l-ministru reġa` qalilna li x-xogħlijiet se jkunu lesti sa l-aħħar ta' Ottubru, 2005.", "Imbagħad f'Diċembru, 2005 qalilna li x-xogħlijiet mexjin kif ippjanat u se jkunu lesti fil-bidu tas-sena 2006.", "F'Marzu, 2006 qalulna li x-xogħlijiet se jqumu Lm600,000 – reġgħu biddlu l-figura - u fl-aħħar, f'April 2006, dan il-proġett ġie inawgurat.", "Sur President, qtajt nifsi nitkellem u ngħid minn kemm-il fażi għadda dan il-proġett biex fl-aħħar tlesta.", "(Interruzzjonijiet) Imma l-punt kollu huwa li meta inti qed taħdem f'belt bħalma hija l-Imdina ma tistax tieħu ħames snin jew sitt snin biex tlesti l-paving work u x-xogħol l-ieħor relatat miegħu.", "Kif jista' jkun?!", "Kull turist li jiġi Malta jmur l-Imdina.", "Jista` jkun li inti ddaħħal lil dawn it-turisti f'dak il-ħmieġ kollu li kien hemm?", "Imma għamilna sitt snin indaħħlu lit-turisti l-Imdina f'dak it-trab u l- ġebel u mbarazz ieħor li kien hemm.", "Ma naħsibx li din kienet xi ħaġa tajba.", "Jekk f'dawn il-ħames snin li għaddew kellek 5 miljun turist li żaru l- Imdina kollha marru lura bl-idea li żaru belt maqlugħa u traskurata.", "Naħseb li kellna turisti li ġew iżuruna għal sena wara l-oħra u lill-Imdina dejjem sabuha f'dan l-istat.", "Dan mhux aħna biss għednieh imma qaluh ukoll il-hotels and restaurants association u l-assoċjazzjoni tat-turiżmu.", "Dawn ukoll qalu ma jistax ikun li jsir xogħol b'dan il-mod.", "Issa ara x'ġej bil- proġett ta' pavimentar ġewwa l-Belt Valletta!", "Fl-Imdina dam sejjer ħames snin ix-xogħol fuq il-pavimentar, aħseb u ara kemm se ndumu biex nippavimentaw il-Belt!", "Il-Bambin biss jaf meta nispiċċaw!", "Naħseb nieħdu 20 sena biex inlestu l-pavimentar ġewwa l-Belt!", "(Interruzzjonijiet) Jalla ma ddumux, anzi nieħu pjaċir jekk meta tagħmlu Merchants Street tiksru r- record tagħna, li f'erba' xhur għamilna l-paviment kollu ta' Republic Street.", "Sur President, ħaġa li ma nistax nifhem hi li waqt li kien qed isir il- pavimentar ta' l-Imdina ma ħadux ħsieb idawwluha ftit.", "Hemm ċerti sqaqien li huma fi dlam ċappa, lanqas tara timxi.", "Jien kont nippretendi li kif konna fid-daqqa, u għaddejna l-cables kollha minn taħt l-art, konna nagħmlu dawl adegwat ħalli l-Imdina tidher saħiba bil-lejl ukoll u mhux fil-għodu biss.", "Biex inkompli fuq l-Imdina se ngħid xi ħaġa wkoll fuq is-swar.", "Fis-sena 2000 kien sar studju mill-universita` ta' Bologna fuq is-swar ta' l-Imdina u abbażi ta' dan l-istudju kellhom isiru x-xogħlijiet.", "Fil-15 ta' Diċembru, 2003 għall-mistoqsija parlamentari li saritlu, il-Ministru Ninu Zammit kien qal li hu maħsub li matul is-sena 2004 titħejja sejħa għall-offerti biex lejn l-aħħar tas-sena jkun jista' jinbeda x-xogħol tal-konsolidament meħtieġ fiż-żona ta' bejn il-palazz ta' Vilhena u x-Xagħra Palace Hotel.", "Jigifieri fl-2004 suppost sar ix-xogħol ta' konsolidament tas-swar f'dik l- area.", "Imbagħad f'Lulju ta' din is-sena, sentejn u nofs wara, il-Ministru Zammit li ġie kkwotat li qal li lejn tmiem din is-sena, 2006, jew kmieni s- sena d-dieħla se jinbeda x-xogħol tal-konsolidament fuq l-aktar partijiet kritiċi tas-swar fl-Imdina.", "Jiġifieri minn meta tħabbar li se jinbeda x- xogħol u sal-lum għadu ma sar xejn.", "Dawn affarijiet li jinkwetawk, għax dawn huma problemi li jekk ma tilqlagħhomx aktar se jikbru.", "Jiena ippruvajt infittex dwar x'hemm ivvotat għas-sena d-dieħla fuq rehabilitation committees biex isir ir-restawr fuq is-swar ta' l-Imdina pero` ma stajt insib xejn.", "Li sibt hu li hemm żewġ voti li minn wieħed se jsir masterplan għall-Belt Valletta u mill-ieħor se ssir it-tkomplija tar- restawr fil-knisja tal-Vittorja u r-restawr fil-knisja ta' Santu Rokku.", "Imbagħad hemm vot ieħor li bih se jsir xi xogħol ieħor, pero' ma jidher imkien li se jsir ix-xogħol fuq is-swar ta' l-Imdina.", "Imma forsi l-ministru jista' jikkoreġini għax jista` jkun li hemm xi vot ieħor li lili qabiżli.", "Sur President, ngħaddi biex ngħid xi ħaġa fuq l-embellishment li qed isir fil-qalba ta' l-irħula.", "Dan huwa proġett utli għax jiena nemmen li t- turisti m'għandhomx iżuru biss il-Belt Valletta u l-Imdina u l-Birgu, imma għandhom iżuru wkoll fl-irħula tagħna, u għalhekk huwa tajjeb li jsiru proġetti ta' dan it-tip.", "Bħalissa qed isiru diversi proġetti ta' dan it- tip f'diversi rħula.", "Fil-fatt din is-sena sar xogħol ta' tisbiħ f'Bormla, Birżebbuġa, Ħal Kirkop, Ħal Lija u jekk niftakar tajjeb iż-Żurrieq.", "Jiġifieri minn ħames postijiet, tlieta fid-distrett tal-ministru.", "Imma nsomma ma jimportax, għax kif jgħidu charity begins at home.", "Ma jimportax, isiru hemm u jsiru hawn l-importanti li jsiru.", "Niġi issa għall-embellishing project f'areas turistiċi, proġett li kien inbeda minn gvern laburista – fil-fatt konna għamilna Buġibba – u nagħti daqqa t'għajn lejn x'hemm ivvotat għal dan il-proġett.", "Din is-sena, għall- embellishment f'areas turistiċi kulma hemm ivvotat hija s-somma ta' Lm300,000.", "Fi żmien gvern laburista fl-1997 fuq embellishment kienet intnefqet is-somma ta' kważi Lm2 miljuni u fl-1998 kienet intnefqet, bejn wieħed u ieħor l-istess somma.", "Imbagħad jekk tara x'intnefaq f'dawn l-aħħar snin issib li s-somma bdiet dejjem nieżla.", "Per eżempju, fl-2005 intnefqet is-somma ta' Lm614,000 u fl-2006 intnefqet is-somma ta' Lm731,000.", "Din hija ħasra għax dawn huma areas li rridu nindukrawhom u għandna bżonn nieħdu ħsiebhom.", "Sur President, kellhom isiru ħafna xogħlijiet fl-areas turistiċi.", "Per eżempju, fil-budget tas-sena l-oħra ntqal se jsir xogħol f'Xatt is-sajjieda f'Marsaxlokk, u li se ssir xogħol fuq il-promenade ta' Ta' Xbiex - mingħalija dan ix-xogħol inbeda – u kien hemm ħafna xogħol ieħor imwiegħed li għandu jsir.", "L-uniku proġett li sar – dan ma kienx imsemmi u ma nafx kif għamluh - kien ix-xogħol f'Għar id-Dud.", "Sar ukoll xi xogħol fix-Xemxija, imma mbagħad f'daqqa waħda dawn ix-xogħlijiet f'areas turistiċi ma baqgħux jagħmluhom il-ħaddiema tal-public works, bdew isiru minn ħaddiema ta' ministeri oħrajn.", "Per eżempju, din is-sena l-bajja bir-ramel li saret f'Buġibba għamilha l-ministeru għat-turiżmu.", "Ma nistax nifhem għaliex, għax dan huwa xogħol infrastrutturali li suppost jaqa' taħt il-Ministru Ninu Zammit.", "Dwar dan il-proġett li nbeda proprju din is-sena kienu qalulna li kellu jitlesta għal ħabta tas-sajf u li kien se jiswa Lm400,000.", "Kienu qalulna wkoll li dan il-beach se jiġġenera dħul ta' Lm18.8 miljun għall- ekonomija.", "Meta wasal ir-rameI qalulna li l-proġett qiegħed fi stadju avvanzat u dalwaqt ikun lest, u f'Lulju ta' din is-sena bdiet tintuża din il-famuża bajja bir-ramel f'Buġibba li spiċċat qamet Lm451,000 u ngħalqet f'Awissu għax kien hemm drainage leak li kkontaminaha.", "Niftakar li meta kienu fetħuha konna morna nżuruha u sibna li din għadha under construction, b'ħaddiema jadħmu bil-krejnijiet għaddejjin minn qalb in-nies.", "Ma kien hemm xejn lest.", "Basta ftaħniha!", "Issa dan l-aħħar għamlet maltempata u ġarret nofs ir-ramel ta' din il-bajja, u bil-mod il-mod qiegħda tisparixxi.", "Dwar il-proġett ta' Għar id-Dud f'ta' Tas-Sliema pero' interessanti li wieħed jgħid li meta fit-2 ta' Frar 2004, l-Onor.", "Robert Arrigo kien staqsa lill-ministru jekk għandux xi ħsieb li jagħmel il-promenade bejn Qui- si-Sana u l-fortizza, il-ministru kien qallu li t-taqsima tax-xogħlijiet m'għandha l-ebda pjanijiet għas-sit imsemmi, u li l-proposti ta' żvilupp għal dan is-sit qed tieħu ħsiebhom il-MEPA.", "F'Jannar, 2005 l-Onor.", "Arrigo reġa' staqsa lill-ministru biex jgħid jekk hemmx xi ħsieb li jsir il- pavimentar f'Għar id-Dud ħdejn ix-Chalet, u l-ministru reġa` qallu li t- taqsima tax-xogħlijiet m'għandha l-ebda ħsieb li jsir ix-xogħol imsemmi.", "Jiġifieri sa Jannar 2005 la kellhomx ħsieb li jagħmlu l-paviment f'Għar id- Dud u lanqas kellhom il-ħsieb li jagħmlu dan il-promenade.", "Imbagħad f'daqqa' waħda fl-2006, għax kienet ġejja l-elezzjoni tal-kunsill lokali ta' Tas-Sliema ħassew li għandhom jagħmlu dan ix-xogħol.", "Hekk isir l- ippjanar!", "Sa sena qabel ma jkollok l-ebda ħsieb li tagħmel ċertu xogħol, imbagħad f'daqqa waħda tħoss dan il-bżonn u tibda x-xogħol!", "Din is-sena sar il-promenade ta' Wied Babu.", "Għal min ma jafx dan qiegħed fiż-Żurrieq, u l-ministru jħobbhom ħafna dawk in-naħat.", "Ara fix-Xgħajra, għamlulhom biċċa promenade ta' 500 metru, imbagħad qalulhom li se jkolmpluh din is-sena u ma resaq ħadd iktar 'l hemm.", "Ovvjament ix-Xgħajra ma tagħmilx parti mid-distrett elettorali tal-ministru allura ma jimportax billi nħalluhom jistennew ftit ieħor biex jitkompla x-xogħol.", "L-istess ħaġa għamlu fil-bajja ta' San Tumas.", "Qalulhom li dan il-proġett se jsir f'żewġ fażijiet, għamlulhom l-ewwel fażi u t-tieni fażi ma saret qatt.", "Hekk isiru l-proġetti, nagħmlu biċċa u ma nkomplux!", "Sur President, irrid ngħid xi ħaġa wkoll fuq l-industrija tal-kostruzzjoni.", "Anke hawnhekk, ma nafx kemm ilna Ilna ngħidu se jsiru r-regolamenti fl- industrija tal-bini.", "F'Novembru, 2004 il-Ministru Ninu Zammit fi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari qal li hu ppjanat li l-abbozz ta' liġi dwar ir-regolamenti ġodda fl-industrija tal-bini se jiġi diskuss fl-istadji kollha fil-bidu tas-sena 2005, imma naturalment fil-bidu tas-sena li għaddiet dawn ir-regolamenti ma ġew diskussi xejn.", "Imbagħad tkellimna - u din importanti li nitkellmu fuqha – dwar regolamenti biex tiżdied l- effiċjenza fl-użu ta' l-enerġija fil-bini.", "Fuq din hemm direttiva ta' l- Unjoni Ewropea wkoll issa.", "Dwar dan il-Ministru Ninu Zammit qal li tnieda dokument ta' konsultazzjoni dwar il-konservazzjoni ta' fuel, enerġija u riżors naturali marbuta ma' l-industrija tal-bini.", "Imbagħad f'Diċembru 2005 fi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari qal qiegħed ifassal abbozz ta' avviż legali li se jdaħħal dawn ir-regolamenti fis-seħħ fis-sena 2006.", "Fuq il-building industry consultative committee (BICC), li kien waqqaf gvern Laburista, u għamel tajjeb li żammu l-partit Nazzjonalista fil-gvern, irrid ngħid li dan qiegħed jaħdem tajjeb.", "Minn hawn irrid insellem lill- ħabib tiegħi l-perit Robert Musumeci li jieħu ħsieb il-BICC għax naħseb li qed jagħmel xogħol tajjeb.", "Il-problema li għandu l-BICC hi li ħafna drabi jagħtu pariri li jaqgħu fuq widnejn torox.", "Per eżempju, qalu li hemm bżonn li ssir ħidma ħalli nadottaw il-construction products directive ta' l-EU.", "Jidhirli li din hija xi ħaġa li sal-lum għadha ma saritx.", "Meta naraw kif qed isir il-bini f'pajjiżna nsibu li 60% tal-bini li jitla`, qiegħed jitla` minflok bini qadim li qiegħed jitwaqqa`, u dan qed iħalli sfreġju ambjentali sħiħ minħabba t-trab li jinqala` u anke minħabba l-ħsejjes li jiġġenera.", "Allura wieħed kien jippretendi li dawn il-problemi jiġu indirizzati.", "Imbagħad kellna l-BICC u anke l-Ministru Pullicino – ma nafx kif daħal fiha – li qalu li se jipproponu xi regolamenti dwar management għall-construction sites u li suppost għandhom jidħlu diversi regolamenti.", "J'Alla jidħlu, imma mhux billi jidħlu għax il-problema dejjem kemm se ninfurzaw bis-serjeta' dawn ir-regolamenti.", "Fuq is-siti tal-kostruzzjoni qed isiru ħafna inċidenti.", "Hawnhekk għandi lista ta' nies li weġġgħu matul is-sena fuq is-siti ta' kostruzzjoni.", "Hemm bżonn li naraw x'nistgħu nagħmlu fuq safety fejn ikun qed isir xogħol ta' kostruzzjoni ħalli kemm jista` jkun innaqqsu dawn l-inċidenti.", "Kellna nagħmlu l-classification of contractors, xi ħaġa wkoll li baqgħet ma saritx.", "Sur President, fid-dibattitu tal-budget tas-sena l-oħra, fost affarijiet oħra l-Ministru Zammit wiegħed li din is-sena se jsir il-proġett ta' recreation area f'Ħal- Far, li se jibena t-torri ta' l-arloġġ fil-Birgu, u li se titlesta l-promenade l-ġdida f'Ta' Xbiex.", "Minn dawn it-tlieta liema tlesta s'issa?", "Jew għallinqas kemm inbdew jekk ma tlestewx?", "Hemm bżonn li bis-serjeta' li dak li nwegħdu nwettquh, u ma nagħmlux kif għamel il- Ministru Zammit iwiegħed u ma jwettaqx.", "Mhux biżżejjed li niġu hawn u nwiegħdu l-affarijiet, l-importanti li dak inwiegħdu nwettquh.", "Nirringrazzjak.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sur President, awtorita` importanti ħafna f'pajjiżna li taqa' taħt dan il-ministeru hija l-Malta resources authority.", "Din suppost li taġixxi ta' regolatur, pero' fir-realta' m'hi xejn ħlief stampatur għax qiegħda tintuża bħala rubberstamp.", "Jien mhux qed ngħid hekk biex sempliċement inkun għedt xi ħaġa, imma għax hemm fatti li juru li din l- awtorita' qed tintuża mill-gvern tal-ġurnata u tagħmel dak li jgħidilha l- gvern tal-ġurnata.", "Per eżempju meta l-gvern qal li peress li għola taż-żejt minn barra se jkollu bilfors jagħmel is-surcharge fuq il-kontijiet tad-dawl u l-ilma, din l-awtorita' m'għamlet xejn biex tara jekk dak l-ammont ta' surcharge li daħħal kienx ġustifikat, u jekk itteħdux in konsiderazzjoni l- aspett soċjali u dak ekonomiku.", "Imbagħad wara ħafna pressjoni min-naħa tagħna qalet xi ħaġa biex tkun qalet xi ħaġa.", "Dan l-aħħar meta raħas iż- żejt ħareġ ċar li din l-awtorita` għandha jdejha marbutin.", "Hija awtorita' li mhux qed taħdem kif jidhrilha hi, imma l-gvern jagħtiha l-formula kif għandha taħdem biex toħroġ bir-riżultati li jrid hu.", "Sur President, għaliex qed ngħid hekk?", "Għax meta wieħed jara kif nieżel il- prezz taż-żejt f'dawn l-aħħar xahrejn, is-surcharge fuq il-kontijiet tad- dawl u l-ilma suppost kellu jinżel, anke bil-metodu li jaħdem il-gvern, għal 51% u mhux għal 59% imma l-awtorita' taħdem kif jgħidilha l-gvern u mhux kif taħseb hi li għandhom isiru l-affarijiet.", "Meta l-Ministru Ninu Zammit tkellem dwar is-surcharge – jiena persważ li dak li qal qaluhulu nies esperti fl-awtorita` - qal li jekk indaħħlu ftit effiċjenza jkun hemm użu inqas ta' l-elettriku u għaldaqstant awtomatikament il-kontijiet tad- dawl u l-ilma ma jkunux daqshekk għoljin, u fl-istess ħin jonqos it-tniġġiż fl-arja u jonqsu wkoll l-ispejjeż infrastrutturali, u dan għall-benefiċċju tal-konsumatur u l-pajjiż.", "Qal ukoll li jekk nużaw generators li jadħmu bid- diesel imbagħad naqilbu għal xi sistema oħra nistgħu niffrankaw bejn 10% u 12%.", "Jiġifieri l-ministru qed jirrikonoxxi li jekk indaħħlu l-effiċjenza, il-kontijiet tad-dawl u l-ilma jorħsu.", "Aħna spjegajna wkoll kif dawn il- kontijiet jistgħu jorħsu.", "Barra li semmejna l-VAT li hemm fuq iż-żjut, spjegajna li jekk indaħħlu l-effiċjenza fuq il-makkinarju li hemm fil-power station il-kontijiet ikunu jistgħu jorħsu.", "Aħna nafu li hemm sistemi oħrajn u ladarba għadna ġejniex konformi mad-direttivi ta' l-Unjoni Ewropea fejn jidħol tniġġiż bilfors se jkollna nbiddlu l-makkinarju.", "Allura la se jkollna nbiddlu l-makkinarju rridu naħsbu biex indaħħlu makkinarju effiċjenti biex inkunu nistgħu iktar u iktar inraħħsu s-surcharge.", "Dawn huma affarijiet l-awtorita' dwar ir-riżorsi trid tagħti kashom u mhux qisu m'hu qed jiġri xejn.", "Għal ħafna snin sar xejn u ma kien hemm l-ebda pjan għall-enerġija.", "Hemm bżonn ukoll nedukaw lill-poplu biex indaħħlu tip ta' effiċjenza oħra, billi, per eżempju, nuruh x'tip ta' lampi għandu juża.", "Apparti li nedukaw il-poplu rridu ndaħħlu ċerti regolamenti, u mhux indaħħluhom biss imma nenforzawhom ukoll.", "Per eżempju jkun tajjeb li ngħidu li f'postijiet ġodda bilfors iridu jiġu nstallati s-solar water heaters.", "Għandna naraw ukoll, u din hija responsabbilita` tar-resources authority, li l-Enemalta tuża l-enerġija b'iktar effizjenza.", "Bil-lejl meta d-domanda hija baxxa għandha tuża makkinarju b'mod li jlaħħaq mad-domanda mingħajr ma jkun hemm ħela, u bi nhar meta ikollok domanda ikbar tuża xi makkinarju ieħor ħalli l-effiċjenza ma tmurx għall-agħar.", "Pajjiżi oħra, għax jafu kif għandhom ikunu effiċjenti jiffrankaw bejn 20% u 30% mill-importazzjoni taż- żjut.", "Allura ahħna m'aħniex kapaċi nagħmlu bħal pajjiżi oħra?", "Sur President, lill-awtorita` dwar it-trasport mhux l-ewwel darba li attakkajthom minħabba ħneżrijiet li ġieli saru, pero` fejn jagħmlu tajjeb irrid ngħid li hu tajjeb.", "Għaliex qed ngħid dan?", "Għax l-ADT introduċiet l- energy efficiency lighting system, li hi inizjattiva tajba u naqbel magħha.", "Fil-fatt dawn qalu li \"the benefit of the modules includes the overall reduction of operating and maintenance costs, with up to 90% energy saving.\".", "Dan qed ngħidu biex nuri kemm hu veru li bl-effiċjenza tnaqqas il-konsum u tiffranka.", "Jiġifieri dak li qed ngħid mhux qed nivvintah.", "Anzi dan qalu wkoll il-Ministru Zammit u għedtlu li l-esperti tawh parir tajjeb.", "Pero' mbagħad l-Ministru Austin Gatt jaħsibha mod ieħor.", "Għalih l- effiċjenza qisha ma teżistix, u jipprova jdawwar id-diskors minn hawn u minn hemm.", "Dawn huma affarijiet li jistgħu jsiru u b'dan il-mod inkunu kapaċi li s- surcharge nniżżluh bejn 40% u 50% inqas milli hu llum.", "Il-gvern jista' jagħmilha immedjatament, pero' dan il-gvern malajr isolviha l-problema għax jaqbad u jgħabbi lill-poplu bis-srucharge.", "Jogħla u ma jogħliex il-prezz taż-żejt xorta hemm il-problema ta' l-ineffiċjenza li qed tirrifletti fil- kontijiet tad-dawl u l-ilma.", "Imma l-gvern ma jimpurtahx.", "Dan jaqbad u jitfa` l-piż kollu fuq il-poplu.", "Sur President, riżors ieħor li din l-awtorita` hija responsabbli għalih huwa dak taż-żejt.", "Hawnhekk nerġa' nakkuża lill-gvern li bil-provi ċaħħad lill-poplu minn dan ir-riżors.", "M'iniex se noqgħod indur mal-lewża, u se ngħid kif inhuma l-affarijiet.", "Fis-6 ta' Marzu, 2006 il-Ministru ta' l- Affarijiet Barranin, l-Onor.", "Frendo, għamel stqarrija f'dan il-parlament, li biha ta' wieħed x'jifhem li bil-ftehim li sar mat- Tuneżija se nsibu ż- żejt flimkien.", "Il-Ministru Frendo f'din l-istqarrija qal hekk:", "\"Sa qabel dan il-ftehim, konna qed nimxu bil-mudell fejn iż-żewg partijiet jasserixxu l-pretensjonijiet rispettivi tagħhom għar-rigward tal-blata kontinentali bejn Malta u t-Tuneżija.", "B'dan il-ftehim għażilna mudell differenti, jiġifieri li nagħmlu esplorazzjoni u esplojtazzjoni konġunta f'żoni miftehma bejnietna.", "Naturalment dan mingħajr preġudizzju għall-pretensjonijiet rispettivi tagħna.", "Dan il- ftehim huwa frott ta' ħidma diplomatika u politika intensiva, liema ħidma għadha għaddejja sal-lum issa li dħalna fl-istadju ta' l- implimentazzjoni tiegħu.", "Dan huwa ftehim politiku li jixhed għażla ta' sħubija strateġika bejn dawn iż-żewġ pajjiżi ġirien tal-Mediterran ċentrali.\".", "Qal issa se jsibu areas fejn jista' jsir dan it-tħaffir u fi żmien tliet xhur jibda x-xogħol.", "Mhux tliet xhur għaddew, imma għaddew iktar, u nista' ngħid li ma waslux.", "Nerġa' nisfida lill-ministru jinforma lill-poplu bil- verita' għax aħna dejjem hekk għamilna.", "Aħna wkoll għamilna diskussjonijiet fuq l-istess linja mat-Tuneżija, imma beżqulna s-sunnara.", "Ma nistħix ngħid li beżqulna s-sunnara.", "Meta lill-ministru tlabtu jpoġġi l-minuti tal- laqgħat li saru bejn il-Gvern Malti u dak Tuneżin fuq il-mejda tal-Kamra qagħad jilgħabli bid-diskors u jdurli mal-lewża.", "Dakinhar kien qalli hekk:", "\"Ma naħsibx li huwa għaqli li niġu f'din il-Kamra u noqogħdu nperrċu quddiem kulħadd il-minuti tal-laqgħat li saru bejn stat u ieħor.", "Irridu nkunu attenti li l-affarijiet bħal dawn nittrattawhom fuq livell ta' stat u jkollna sens ta' nazzjon.\".", "Imbagħad ġie dalgħodu u beda jikkwota mill-minuti tal-laqgħat li saru fi żmien gvern Laburista u jgħid affarijiet biex jagħti x'jifhem li meta kien hemm il-partit Laburista fil-gvern kien tkellem biss fuq il-il-continental shelf mhux biex ikun hemm joint exploration.", "Mela filli qed jgħid li mhux sew li nperrċu l-minuti tal-laqgħat li saru bejn stat u ieħor, filli f'daqqa waħda ġie f'dan il-parlament jikkwota dak li jaqbillu minn dawn il- minuti - ma qal kollox - biex jieħu vantaġġ politiku.", "Filli sigrieti u filli m'humiex!", "Dawn x'affarijiet huma?!", "Mela hawnhekk qegħdin nilagħbu bit-ticketing machines?!", "Il-ministru jaf li hemm il-minuti tal-laqgħat li kienu saru mal-Gvern Tuneżin fi żmien il-gvern Laburista meta l-Onor.", "George Vella ministru ta' l-affarijiet barranin.", "Il-Ministru Frendo dalgħodu kkwota parti mill- minuti tal-laqgħa li kellu l-prim ministru, pero' l-minuti tal-laqgħa li l- Onor. George Vella kellu l-ġurnata ta' qabel mal-ministru ta' l-affarijiet barranin Tuneżin ma kkwotahomx.", "Ħalli nikkwotahomlu jiena.", "F'dawn il-minuti jingħad hekk:", "\"The Deputy Prime Minister reiterated the proposal of joint development of the area in dispute between Malta and Tunisia only.\".", "X'ifisser dan?", "Ifisser li hemm riferenza għal dawn l-affarijiet.", "(Interuzzjonijiet) Jekk il-ministru qed jgħid li m'hemmx minuti nisfidah jgħid hekk ħalli mbagħad dan li qed nikkwota jiena mill-minuti npoġġihom fuq il-mejda tal-Kamra.", "Dik hi l-verita`.", "Għaliex niġu hawn u biex ninqdew b'dawn l-affarijiet nieħdu vantaġġ politiku?!", "Jiena nixtieq li nsibu ż- żejt.", "Tant nixtieq li meta kont ministru rsistejt ħafna biex il-ministru ta' l-affarijiet barranin jiftaħ kuntatti mat-Tuneżija u anke mal-Libja fuq l-istess lijna, biex isir joint venture ħalli nibdew it-tiftix għaż-żejt.", "Ara meta telgħu fil-gvern huma, d-diskussjonijiet li konna bdejna aħna mal- Libjani fl-1998 ma tkomplewx.", "Hawnhekk irrid infakkar li meta f'Novembru, 2004 telgħet delegazzjoni mill-kumitat ta' l-affarijiet barrranin l-Libja, lil-Libjani kienu qalulhom:", "\"In 1998 the Maltese government had proposed to Libya co-operation in oil exploration and exploitation.\".", "Din hija kwotazzjoni minn dokument li l-Ministru Frendo ta' lill-foreign affairs committee.", "Dan biex nuri kemm il-partit Laburista fil-gvern kien qed jieħu bis-serjeta' l-kwestjoni taż-żejt.", "F'dan l-istess dokument jingħad li -", "\"In January 2004 Libya ruled out the proposal for joint development.\".", "Mela l-gvern laburista beda dawn it-taħdidiet u dan kissirhom.", "Ara dan ma jgħidux il-Ministru Frendo.", "Aħna rridu li jkun hemm joint venture kemm mat- Tuneżija kif ukoll mal-Libja ħalli naħdmu flimkien, iktar u iktar issa meta din il-materja prima dejjem qiegħed togħla fil-prezz u għalhekk huwa iktar viabbli li wieħed jasal fi ftehim biex inħaffru għaż-żejt.", "Aħna dejjem konna u se nibqgħu onesti fuq din il-kwestjoni tat-tħaffir għaż- żejt għax nemmnu li din hi xi ħaġa li tista' ssalva l-pajjiżna.", "Nemmnu wkoll, u mhux biss nemmnu imma hemm il-provi, li fit-territorju ta' Malta hawn iż-żejt, u ħadd ma jista' jiċħad dan.", "Issa l-importanti hu kif se tagħmel biex ittellgħu.", "Jekk m'hemmx ħeġġa jew hemm mottiv ulterjuri, dan iż-żejt mhux se ntellgħuh.", "Ejja nsemmu t-tħaffir li kien qed isir fil-bir ġewwa Għawdex.", "Kellna l-partit Laburista li kien konsistenti u jinforma lill-poplu ġurnata b'ġurnata x'inhu jiġri u min-naħa l-oħra kellna l-partit Nazzjonalista jivvinta l-gideb.", "Ara dakinhar ma qalulniex li aħjar ma nitkellmux fuq din il-materja għax tista' ssir ħsara lill-pajjiżna!", "Ma tarax!", "Dakinhar bdew jgħidulna li qed nisfurzaw lit-Taljani biex ikomplu jħaffru bilfors, qalulna li ġibna kimika u daħħalniha bla permess biex nużawha f'dan il-proċess, u qalulna wkoll li qed nidħku bin-nies għax kien hemm expert li qal li m'hemmx żejt.", "Imbagħad wara l-elezzjoni, hekk kif daħlu fil-gvern, inqalbet il-folja u komplew iħaffru biex isibu ż-żejt u l-prim ministru ta' dak iż-żmien kien diġa` lest jgħid li dik il-ħofra li ħaffirna aħna saret bir biż-żejt.", "Imma jiena kont għedt minn qabel x'se jsir u kont tlabt inkjesta ħalli toħroġ il- verita` u naraw jekk hux veru dak li għedt jien, li marru orizzontali, biex ċerti nies jieħdu l-commission fil-but, bil-konsegwenza li spiċċajna li ma kienx hemm pressjoni biex jitla' ż-żejt u tlifnieh.", "Kien hemm u tlifnieh!", "Ċaħħadtuh lill-poplu, pero' ma nagħtukomx ċans darb'oħra tagħmlu hekk!", "Sur President, il-kumpanniji barranin tat-tiftix għaż-żejt ma tantx għandhom fiduċja f'pajjiżna għax jafu x'għamel il-gvern Malti fil-każ tat- tħaffir fil-bir ġewwa Għawdex, u għalhekk ma tantx qed jitħajru jiġu f'pajjiżna.", "Issa ma jiġix xi ħadd u jgħidli li ġimagħtejn oħra ġej bastiment biex jagħmel is-seismic survey.", "Fuq il-kwestjoni għat-tiftix taż- żejt spiċċajna nidħku bil-poplu.", "Għaliex qed ngħid hekk jien?", "Għax kulħadd beda jidħol fl-internet, u hawn għagħa kbira li pajjiżna mimli biż-żejt u li se nsibu ż-żejt - u veru hawn iż-żejt - biex il-Maltin imorru jinvestu.", "Imbagħad kien hawn ħafna Maltin li nvestew u ma bdewx iħaffru Malta, imma marru ħaffru f'pajjiż ieħor.", "Ħadd ma jitkellem fuq dawn l-affarijiet.", "Spiċċajna biex hemm area li ma nistgħux nagħmlu ċertu survey fuqha għax kien hemm clashes ma' ħaddieħor, u area oħra li fuqha kellu jitħaffer bir esploratorju, skond ftehim li kien għamel il-gvern Laburista, li baqa` ma tħaffirx", "Sur President, biex nerġa' niġi għall-kwestjoni tal-bir ġewwa Għawdex, kien hemm min żeffen fin-nofs lil Mintoff.", "Dan m'hu veru xejn, għax l-istorja kollha kienet tittratta biss kummissjoni.", "Dik kienet l-istorja kollha, u xejn iktar.", "Min kellu l-apparat hawn Malta safejn kellu jħaffer?", "Kellu imur orizzontali?", "Għaliex mar orizzontali biex swielna Lm8 miljuni?", "Kif saru t- testijiet?", "Ma sarux kif suppost u morna orizzontali u kkrakkjajna.", "Dik hi l-verita`.", "(Interruzzjonijiet) Għaliex m'għamiltux investigazzjoni.", "Imisskom għamiltu investigazzjoni, għal darba, tnejn, tlieta jekk ikun hemm bżonn.", "Sur President, jiena nista` ngħid li għad hawn min hu interessat li jiġi fit-territorju tagħna biex itella` ż-żejt għax jaf li hemm iż-żejt pero' mhux lest li jiġi issa għax m'għandux fiduċja fil-gvern preżenti.", "Aħna persważi li kif jinbidel il-gvern u nitilgħu aħna, dik il-materja prima nsibuha.", "Persważ minnu dan.", "Tant jien persważ li jekk ma jkunx hekk nirriżenja.", "Ma jkollix għalfejn nibqa' hawn.", "Jiena persważ li, iva, taħt il- gvern Laburista għax hemm is-serjeta` din il-ħolma li nsibu ż-żejt issir realta`.", "Diġa' hemm min hu interess li meta jkun hemm il-partit laburista fil-gvern jiġi biex jagħmel ix-xogħol bis-serjeta`.", "Din hija kwestjoni delikata u aħna lill-poplu ngħidulu l-verita', mhux bħalkom li meta kontu fl-oppożizzjoni għedtuli li m'hemmx żejt, imbagħad meta tlajtu fil-gvern komplejtu tħaffru u bdejtu tgħidu li hemm.", "Aħna konna ngħidu li hemm, għadna ngħidu li hemm u nibqgħu ngħidu li hemm allavolja qegħdin fl-oppożizzjoni.", "Aħna qatt ma wżajna l-arma tal-gideb.", "L- arma tal-gideb intużat bil-provi dak iż-żmien, meta kien qed isir it- tħaffir fil-bir f'Għawdex, u għamlet ħafna ħsara.", "Ċertifikat ta' min juża l- arma tal-gideb meta tkun qed toqrob xi elezzjoni tatulna l-qorti meta sabet lill-prim ministru ta' dak iż-żmien ħati li gideb.", "Jiġifieri anke fuq kwestjoni delikata bħal din, għall-propaganda tal-partit lesti li jingannaw lill-poplu billi jigdbu.", "Sur President, meta kien qed isir it-tiftix għaż-żejt fil-bir ġewwa Għawdex, aħna konna l-ħin kollu qed ngħidu lill-poplu Malti x'inhu jiġri.", "Dakinhar kien hemm min daħal fl-uffiċċju b'mod illegali u seraq dokument.", "Dak id-dokument ma tantx kellu informazzjoni, għax kien dokument li jien insistejt li jitħalla hemmhemm għax kelli suspetti li kien hemm min qed jidħol fl-uffiċċju u jgħaddi xi karti lill-partit Nazzjonalista.", "Fil-fatt skoprejna dan meta l-prim ministru qal li ma kienx hemm żejt għax dik l- informazzjoni kienet f'dak id-dokument.", "Imma d-dokument oriġinali tal- kumpannija Ingliża, esperta iktar mit-Taljani, Ii jgħid jekk kienx hemm jew le kien ġewwa Kastilja.", "Dak Kastilja daħal, l-ieħor li ma kienx fih ċerta informazzjoni ma daħalx Kastilja.", "Dawn huma affarijiet moqżieża u ngħid li dwarhom għandhom isiru l-inkjesti.", "Qed nitkellem b'mod ċar, m'iniex indur mal-lewża.", "Agħmlu inkjesta ħalli taraw jekk dan li qed ngħid jien huwiex veru.", "Nagħlaq billi ngħid li l-gvern preżenti qed iċċaħħad lill-poplu minn din il-materja prima li l-pajjiż tant għandu bżonn, speċjalment illum li jinsab f'sitwazzjoni tal-biki.", "Nerġa' ngħid li, iva, la jkun hemm il-partit Laburista fil-gvern se jkun hemm kumpanniji privati li lesti li jiġu jħaffru fit-terittorju tagħna u jibqgħu jinstinkaw sakemm din ir-riżorsa jtellgħuha.", "U jien persważ li fil-leġislatura li jmiss, meta jkun hemm il- partit Laburista fil-gvern din il-materja prima nsibuha u ntellgħuha.", "Grazzi.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Skada l-ħin disponibbli għall-oppożizzjoni.", "Issa l-ħin kollu li fadal huwa għall-gvern.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Michael Asciak.", "ONOR.", "MICHAEL ASCIAK: Mr Chairman, jien m'iniex xi espert f'dan il-qasam, pero' l-asserzjonijiet li għamel l-Onor.", "Joe Mizzi ma tantx jagħmlu sens, għax kieku hemm ċans li jkollna xi naqra żejt naħseb il-gvern imur jiġri kemm jiflaħ biex itellgħu.", "Jiġifieri għandna nżommu naqra l-affarijiet fil- perspettiva tagħhom.", "Jien nixtieq nitkellem ftit fuq dan il-ministeru għaliex huwa ministeru li għandu funzjoni importanti fl-ambjent ukoll.", "Kif stqarr il-prim ministru, t- trepied ta' dan il-gvern huwa l-ekonomija, l-edukazzjoni u l-ambjent, u l- Ministru Ninu Zammit għandu funzjoni importanti fil-qasam ambjentali bin- numru kbir ta' proġetti li qegħdin isiru - m'iniex se noqgħod insemmihom għax ċert li l-ministru se jitkellem fuqhom - li qed iwasslu biex l- estetika, jiġifieri dak li huwa viżwalment aċċettabbli għal pajjiżna, tisbieħ.", "Biss irrid nirringrazzja lill-ministru ta' dawn il-proġetti li qegħdin jgħinu mhux biss lill-qasam turistiku bis-sbuħija tagħhom, pero' anke lill-fabric soċjali Malti.", "Għaliex?", "Għaliex meta l-Maltin ikollhom postijiet iktar fejn jirrikreaw ruħhom, postijiet iktar fejn jista' jkollhom svog estetiku u svog sportiv, dan żgur li jwassal biex il-kwalita' tal-ħajja tal-familji Maltin titjieb.", "Sur President, hawnhekk irrid insemmi proġett li nista' nassigura lill- ministru li kellu fall-out importanti fuq il-kwalita` tal-ħajja tal-Maltin li jgħixu f'dik l-akkwata.", "Qed nirriferi għall-proġett ta' l-akkwedott li issa kważi tlesta u l-inħawi qed jiġu mixgħula.", "Nista' nassigura li dan mhux biss huwa proġett estetikament sabiħ, pero' qed iservi wkoll biex ħafna nies joħorġu bil-lejl jimxu jew inkella jagħmlu l-jogging.", "Fejn qabel kien ikun hemm dlam ċappa u n-nies kienu jistkerrħu joħorġu biex jagħmlu xi tip ta' eżerċizzju, illum, proprju għaliex hemm din l-akkwata mixgħula, qegħdin joħorġu jimxu jew jagħmlu l-jogging b'moħħhom mistrieħ li almenu hemm ammont ta' dawl f'area li qabel kienet proprju kompletament mudlama.", "Jiena li noqgħod Birkirkara rrid ukoll nirringrazzja lill-ministru għax- xogħlijiet li qed isiru f'dak li huwa storm water management għaliex din kienet waħda mill-areas l-iktar milquta mill-għargħar.", "Irrid ngħid li minn meta saru dawn ix-xogħlijiet m'għadhomx iseħħu dawk id-diżgrazzji li kienu jseħħu meta kienet tagħmel xi maltempata.", "Meta kont sindku jien, fl-1997, kienu jmutu tnejn, tlieta min-nies fis-sena.", "Minn meta saru ċerti proġetti ta' prevenzjoni li daħal għalihom mhux biss il-public works imma anke s- civil protection department, għadu ma miet ħadd.", "U nisperaw li s- sitwazzjoni tibqa` hekk.", "Irrid nitkellem ukoll ftit fuq ċertu xogħol li jagħmel il-BICC, il-kunsill konsultattiv dwar l-industrija tal-bini.", "Dan il-kunsill, li jiġbor fih is- social partners kollha u l-vuċijiet kollha ta' l-industrija tal- kostruzzjoni, qiegħed jagħmel xogħol tajjeb ħafna fi ħdan il-ministeru.", "Nafu li din l-industrija kienet sejra l-baħar u l-agħar żmien tagħha kien proprju meta fl-1997 l-Onor.", "Charles Buhagiar kien ministru ta' dan is- settur.", "Dak iż-żmien bażikament kellna stagħġnar sħiħ kemm f'dawk li huma impjiegi kif ukoll f'dak li huwa dħul minn dan is-settur.", "Illum insibu li l-industrija tal-bini fil-fatt reġgħet irpiljat u jekk inħarsu ftit lejn l- istatistika naraw li kemm l-ammont ta' flus li jrendu għall-ekonomija kif ukoll l-ammont ta' nies li jaħdmu f'dan is-settur żdiedu b'mod sostanzjali.", "Dan jirriżulta mill-istate of the construction industry report tas-sena l- oħra.", "Skond l-istatistika li toħroġ min-national statistics office f'dik li hija compensation of employees, jiġifieri paga li jieħdu l-impjegati, fis-sena 2000 f'dik li hija quarrying and mining, xogħol tal-barrieri, l-impjegati kienu jiġbru bejniethom kollha Lm1.4 miljun, mentri llum, sitt snin wara, dan l-ammont tela` għal Lm2 miljuni.", "F'dak li huwa xogħol ta' kostruzzjoni fl-2000 il-ħaddiema kollha kienu qalgħu Lm28 miljun, mentri llum din il- figura taqbeż l-Lm40 miljun, jiġifieri kważi d-doppju.", "L-istess, f'dak li huwa renting and business activities and real estate, fis-sena 2000 kien hemm kumpens ta' Lm36 miljun, u llum is-somma taqbeż l-Lm44 miljun.", "Jiġifieri qegħdin naraw li f'temp ta' ħames snin kien hemm żieda sostanzjarja fil-kumpens f'dan is-settur.", "Jekk inħarsu lejn l-impjiegi naraw li f'Diċembru ta' l-2001 it-total ta' nies jaħdmu f'dan is-settur kien ta' ftit inqas minn 18,000 ruħ.", "Sa sena ilu - għax l-istatistika ta' din is-sena għadha ma ħarġitx - naraw li din il-figura telgħet għal 22,000 ruħ.", "Saħansitra nsibu wkoll żieda fl-ammont ta' nisa jaħdmu f'dan is-settur li huwa settur normalment assoċjat ma' l- irġiel.", "L-ammont ta' nisa jaħdmu f'dan is-settur minn 2,000 tela` għal kważi 3,000.", "Kif nafu, għat-tieni sena l-BICC se joħroġ l-istate of construction industry report, fejn qed jagħmel suġġerimenti lill-gvern u lill-MEPA biex jaġġornaw il-mod kif topera l-MEPA.", "Barra minn hekk nafu li dan il-kusnill ta l-pariri meta ġew biex jinbdilu l-konfini tal-pjan strutturali u għamel xogħol għall-pjan lokali għan-nofsinhar ta' Malta.", "Għamel ukoll is- suġġeriment biex ikun hemm iżjed minn DCC u hemm input qawwi, u issa meta joħroġ l-istate of construction industry report ta' din is-sena naraw li dawn se jkomplu jiżdiedu.", "Il-BICC qed tagħmel xogħol tajjeb anke biex tinkorpora l-finanzi ta' l- Unjoni Ewropea.", "Per eżempju hemm il-Valletta rehabilitation project biex jiġu rranġati s-swar u hemm programmi ta' l-Unjoni Ewropea, it-training and employment exposure scheme (TEES) li fihom jistgħu jitħarrġu nies fir- restawr.", "Importanti ħafna t-twaqqif ta' dak li huma l-middle management fil- kostruzzjoni.", "F'Malta, mhux fil-kostruzzjoni biss inbatu mill-problema ta' middle management.", "Issib managers u general managers u l-ħaddiema, imma ħafna drabi m'għandniex strutturi ta' middle management fuq construction sites.", "Issa jien m'iniex xi espert tal-kostruzzjoni, pero' jien għamilt sitt xhur naħdem bħala technical officer fl-occupational health and safety authority u waħda mill-funzjonijiet tiegħi kienet li ndur proprju dawn il- construction sites.", "Nista' ngħidilkom li hija biċċa ta' uġigħ ta' ras kbira.", "Għaliex?", "Għax biex tagħmel daqsxejn inspection f'construction site trid tagħmel spezzjoni ta' tliet sigħat, erba' mill-inqas, u ħafna drabi la ssib koperazzjoni mingħand sid is-sit tal-konstruzzjoni u wisq inqas mill- ħaddiema.", "Sakemm qed tiftiehem mas-sid biex tipproteġi lill-ħaddiema, il- ħaddiema stess ikunu qed jidħku minn wara dahrek għaliex ma jkollhom l-ebda intenzjoni li jdaħħlu fis-seħħ il-miżuri li inti tkun qiegħed tissuġġerixxi.", "Dan qed ngħidu biex nuri li huwa importanti li jkollna dan il-middle management fil-kostruzzjoni fuq l-immaniġġar tas-sit, l- immaniġġar tar-riżorsi umani u anke fuq kordinazzjoni ta' proġetti.", "Sur President, irrid ngħid xi ħaġa fuq il-problema li qegħdin niltaqgħu magħha meta jsir skavar ma' party walls.", "Is-sena l-oħra kellna inċident fatali f'San Pawl il-Baħar, u jien naf b'inċident ieħor li seħħ viċin fejn noqgħod jiena, fejn xi ħadd kien qiegħed iħaffer, baqa' nieżel mal-pedament u sfronda l-garaxx.", "Din qiegħda ssir problema dejjem ikbar ovvjament għar- raġuni li llum, meta xi ħadd ikun qed jibni, iħaffer ħafna iktar fil-fond milli kienu jħaffru qabel.", "Qabel forsi kienu jinżlu sular, imma illum jinżlulek tlieta jew anke erba' biex jirbħu l-ispazju għall-bini li jkun qed isir.", "Ovvjament din hija problema tal-kobor demografiku ta' pajjiżna.", "L-ispazju hu limitat, ma nistgħux nikbru iktar la ġenba, allura bilfors irridu nitilgħu 'l fuq jew ninżlu 'l isfel.", "Il-BICC qiegħed jissuġġerixxi li jsir policy document qabel ma jsir tħaffir ta' pedamenti ħdejn djar.", "Qed naraw anke l-ġimgħa l-oħra fil-Fgura kien hemm inċident li seta' kellu konsegwenzi serji.", "Il-BICC qiegħed jgħid li għandu jiġi introdott il- kunċett ta' method statements.", "Dan il-method statement irid isir minn min ikun qiegħed jagħmel ix-xogħol, u jagħti d-dritt lill-ġirien li jeżaminaw dan il-method statement ħalli jekk ikollhom problema mal-kuntrattur li jkun qed jagħmel ix-xogħol ikunu jistgħu jqabbdu perit jew avukat biex fil-fatt iwaqqfu x-xogħol f'każ li ma jkunx qed isir sew.", "Dan huwa guiding framework li jorbot lill-kuntrattur li jkun qed jagħmel ix-xogħol joħroġ dan il-method statement, u qabel ma jibda, dan ix-xogħol għandu jiġi supported b'insurance policy biex jagħmel tajjeb jekk kemm-il darba jkun hemm xi ħsarat infrastrutturali fil-bini ta' ħdejh.", "Illum hemm ukoll ir- regola li meta tħaffer għall-pedament trid tħalli żewġ piedi u nofs jew 0.76 metri bejn bini u ieħor, u ħafna darbi din mhux qiegħda tiġi osservata għax ovvjament min iħaffer ikun irid jirbaħ l-ispazju għall-garaxx jew għall-bini ieħor li jsir fil-basement.", "Pero' importanti issa li bil-method statement din id-distanza tibda tinżamm u li l-ġirien ikollhom il- possibbilta' li jispezzjonaw dan il-method statement qabel ma jibda x- xogħol.", "Irrid insemmi wkoll li l-obbligi tal-kuntrattur f'dik li hija health and safety m'humiex biss mal-ħadidema tiegħu fuq il-lant tax-xogħol, imma huwa wkoll obbligat li jikkonserva d-drittijiet tal-pubbliku billi jagħmel passaġġ minn fejn jgħaddu l-pedestrians u jippreżerva l-bini tal-ġar mhux biss minn dak li huwa periklu ta' tħaffir, imma anke, per eżempju, minn dak il-ħafna trab li jtir waqt li jkun qed jinqata` l-ġebel.", "F'pajjiżna, speċjalment fin-naħa t'isfel ta' Malta lejn il-Fgura u ż-Żejtun, għandna ħafna nies ibatu bl-asthma.", "L-asthma hija kkawżata partikolarment minħabba l-particulate matter li huwa inqas minn 2.5 microns.", "Dan tant huwa żgħir li jidħol fil-pulmun u jiġi assorbit fid-demm u jikkawża l-asthma, dik li ngħidulha asthma intrinsika.", "Jiġifieri l-kontroll tat-trab huwa essenzjali f'pajjiżna.", "Imbagħad għandna wkoll il-problema tal-ħsejjes.", "Ma jistax ikun li jkun hemm ix-xogħol tal-kostruzzjoni għaddej għal disa' xhur jew sena u l-ġirien tas-sit fejn ikun qed isir ix-xogħol ma jkunux jistgħu jistrieħu minħabba l-istorbju u kulħadd jiġi jaqa' u jqum minn dak li jkun qed jiġri madwaru.", "Il-ġimgħa l-oħra ġbidt l-attenzjoni ta' xi ħadd u għedtlu: Dan l- istorbju kollu, għadhom is-6.30 a.m. qajjimt lil kulħadd.", "Fil-pront qabeż u qalli: Lili qed tara, għax ma tmurx tara x'inhu jagħmel it-tali!", "Dan l- argument huwa irrelevanti, il-punt għandu jkun li għandna nagħmlu policy li tikkonserva l-pożizzjoni tal-ġirien ukoll.", "Punt ieħor li tqajjem mill-BICC huwa dak dwar property affordability.", "Fil- fatt għamel numru ta' rakmandazzjonijiet, li ma nistax noqgħod nidħol fihom, li l-gvern għandu jħares lejhom, b'mod partikolari lejn kif is-suq tal-proprjeta' f'Malta jista' jorħos.", "Punt ieħor li rrid insemmi huwa dak li għandu x'jaqsam ma' pubblikazzjonijiet tal-BICC.", "Tajjeb li nkunu nafu li l-BICC se joħroġ serje ta' manwali tekniċi bil-Malti għall-kuntratturi.", "Dawn se jkunu jirrigwardaw il-liġi ta' l-ippjanar u l-appell, il-pedamenti, id-drenaġġ u servizzi sanitarji, saħħa u sigurta' fuq il-post tax-xogħol, il-konkors pre-fabbrikat, ir-restawr, id-disinn ta' l-infrastruttura, id- disinn favur l-effizjenza fl-enerġija, il-prevenzjoni mill-umdita' li fil- binja Maltija hija sostanzjali.", "Fuq is-saħħa u sigurta' diġa' semmejt xi ħaġa meta għedt li naqsu l-inċidenti fatali.", "Fil-fatt fl-2004 kellna 12-il inċident fatali, u fl-2005 dawn niżlu għal ħamsa.", "Imma dan xorta mhux aċċettabbli, u nkunu sodisfatti meta dan jinżel għal zero.", "Tajjeb li ngħidu li l-BICC għandha numru ta' health and safety tools li wieħed jista` jakkwistahom b'xejn u l-kuntratturi għandhom jaraw li l-ħaddiema tagħhom jmorru anke jieħdu sehem f'diskussjonijiet dwar kif wieħed jista' jevita traġedji fuq il-post tax-xogħol.", "Nagħlaq billi ngħid xi ħaġa dwar il-kwestjoni ta' l-enerġija fil-bini ta' djar Maltin.", "Aħna, fid-djar tagħna, għanda sistema kompletament ineffiċjenti, u nafu li iktar ma tikkonsma dawl u ilma aktar wieħed irid iħallas allura huwa importanti li jidħol il-kunċett ta' energy efficiency fil-bini tagħna.", "Il-gvern diġa` bena blokk ta' appartamenti f'Birkirkara fejn daħħal dan il-kunċett ta' effiċjenza biex jiġu ffrankati flus fuq it- tariffi tad-dawl u ta' l-ilma.", "Nixtieq infaħħar lill-gvern, partikolarment lill-Ministru, tal-proġetti u tal-ħidma li qed issir biex dan is-settur jitpoġġa f'qafas legali, li jkun salv kemm għall-ħaddiema kif ukoll għall- ġirien tas-sit fejn ikun qed isir ix-xogħol tal-kostruzzjoni, u li jwassal biex din l-industirja tkompli tikber f'sinerġija ma' l-ambjent soċjali tagħha.", "Grazzi.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "Il-Ministru Zammit.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Sur President, nibda billi l-ewwel nirringrazzja lill- kelliema kollha li ħadu sehem f'dan id-dibattitu llejla pero` rrid ngħid lill-Onor.", "Joe Mizzi, li waqt li kien qed jitkellem fuq il-kwestjoni tat- tħaffir għaż-żejt beda jsemmi commission u mhux commission, li jekk jaf b'xi ħaġa nisfidah joħroġha bil-miktub u aħna ninvestigaw.", "(Interruzzjonijiet) Jien irrid nisma` xi ħaġa minn xi ħadd li jaf u jifhem sew is-suġġett – tiħux għalik - u jgħidli hemmhekk sar hekk, hekk u hekk, imbagħad nagħmluha l-inkjesta.", "L-Onor.", "Mizzi qed jgħid li huwa jinsab ċert li hawn iż-żejt fit-territorju tagħna – u j'Alla hawn - imma ma nafx jekk f'dan il-pajjiż hawnx xi ħadd miġnun biżżejjed li jisma' minnu.", "(Interruzzjonijet) Meta qed nitkellmu fuq iż-żejt, min se jħaffer għaż-żejt irid jara li jiġbor flusu.", "Għalhekk dan jagħmel dak li nsejħulu seismic survey ta' l-area - two dimension u three dimension – permezz ta' vapuri apposta li jgħaddu u jagħtu ċ-charges u jibnu mudell tal-blat ta' taħt l- ilma kif ifforma 60, 80, 90, 120 miljun sena ilu.", "B'dan il-mod jara jsibx dik li tissejjaħ il-kċina.", "Issa x'inhi din il-kċina?", "Il-kċina hija dak il-blat poruż li jkun fih iż- żejt li jimxi waħdu fil-pori biex isib il-cap-rock, li huwa blat qawwi forma ta' qanpiena.", "Iż-żejt li huwa eħfef mill-ilma joħroġ mill-kċina, isib il-via tiegħu u jinġabar f'dak li jgħidulu bir.", "Issa min se jidħol għal dan ix-xogħol irid ikun jaf, jekk jista` jkun 100% - u qatt ma tista' tkun taf 100% għax tista' ssib dry well - li se jsib iż-żejt.", "Illum biex tikri rig u tħaffer f'dak il-fond trid madwar US$400,000 kuljum.", "Min se jidħol għal dan ix-xogħol ma jiġix hawnhekk għax jisma' lill-Onor.", "Mizzi jitkellem u jgħid mela żgur li hawn iż-żejt.", "Ma jgħidx kemm huma bravi l-Maltin għax ifaqqgħu subgħajhom u jsibu ż-żejt!", "Kieku ż-żejt issibu daqshekk faċli, kull gvern jagħmel minn kollox biex itella' ż-żejt u jneħħi kull taxxa li hawn fil- pajjiż.", "Sur President, smajt ukoll lill-Onor.", "Charles Buhagiar u nista' ngħid li veru ħadt gost nisimgħu allavolja beda jħawwad id-dati ta' proġetti ma' dati ta' proġetti oħra.", "Fil-konklużjoni tad-diskors tiegħu semma x'wegħedt jiena s-sena l-oħra u semma l-proġett ta' Ħal Far.", "Il-proġett ta' Ħal Far ma sarx għax dik l-area ridniha għal skop ieħor.", "Fil-fatt hemmhekk sar bażi fejn inżommu l-klandestini.", "Peress li għandna din il-problema ta' influss ta' klandestini u l-pajjiż tagħna huwa limitat f'dak li hu spazju, il-gvern ħass li dik l-area ta' Ħal Far għandna nużawha bħala bażi għall-immigranti irregolari.", "Semma wkoll it-torri ta' l-arloġġ tal-Birgu.", "Dwar dan jiena tkellimt mas- sindku tal-Birgu, tajtu l-mudell, u qed nistenna l-feedback mingħand il- poplu tal-Birgu biex nara x'irid eżatt.", "Għamilna mudell to scale ta' dan it- torri, issa jekk il-poplu tal-Birgu jgħidilna li nistgħu mmexxu, dan nidħlu għalih ukoll.", "L-Onor.", "Buhagiar semma wkoll il-proġett ta' Ta' Xbiex u nista' ngħidlu li hemmhekk ix-xogħol diġa` beda.", "Qal xi ħaġa wkoll dwar il- fuel, is-safar u affarijiet oħra li se nirrispondi għalihom waqt li nkun għaddej bid-diskors tiegħi.", "Sur President, għal min ma jafx dan il-ministeru għandu bħala parti mir- responsabbilita` tiegħu l-Malta resources authority, li hija r-regolatur ta' l-enerġija, ta' l-ilma u tal-minerali - l-oil exploration division li rrefera għaliha l-Onor.", "Joe Mizzi - il-qasam ta' l-infrastruttura li hija sezzjoni kbira li tieħu ħsieb it-tisbieħ, il-manutenzjoni, ir-restawr ta' l- ambjent naturali li għandna f'pajiżna u l-cleansing section li tieħu ħsieb it-tindif tal-pajjiż.", "Dan il-ministeru, bejn wieħed u ieħor, iħaddem madwar 3,000 ruħ.", "Il-budget għas-sena d-dieħla ta' dan il-ministeru jikkonsisti f'madwar Lm17 miljun f'dawk li huma pagi u affarijiet oħra relatati u Lm5 miljuni għall-PSO.", "Imbagħad, fejn jidħol il-vot kapitali, għandek madwar Lm3.6 miljuni, li Lm1.3 miljun minnhom joħroġhom il-gvern u t-Lm2.3 miljuni l-oħra huma fondi li jiġu mill-Unjoni Ewropea.", "Dawn huma flus li għalkemm m'humiex kontanti, huma flus li jaslu.", "Hawnhekk irrid infakkar li fil-passat, tan-naħa l-oħra kienu jgħidulna li mill-Unjoni Eworpea mhux se nieħdu iktar minn Lm1.5 miljun, pero' r-realta' wrietna li mhux Lm1.5 miljun biss nieħdu mill- Unjoni Eworpea.", "Ħadna madwar Lm80 miljun pre-accession funds, u issa fuq perijodu ta' seba' snin bejn l-2007 u l-2013 se nieħdu s-somma qawwija ta' €805 miljun.", "Jien mhux se noqgħod nidħol u ngħid x'għamilna fl-2002, l-2003 u l-2004 bħalma għamel l-Onor.", "Buhagiar, għax aħna qegħdin ngħixu fl-2006.", "Per eżempju, fl-2006 għamilna proġetti li ma kenux imsemmija fil-budget tas- sena l-oħra.", "Dan jiġri għax jinqala' l-bżonn ta' ċertu xogħol u xogħlijiet ikunu jridu jsiru.", "Aktar 'il quddiem ngħid x'kienu dawn ix-xogħlijiet.", "Irrid ngħid li mill-2003, meta dħalt f'dan il-ministeru, bdejna bir- ristrutturar.", "Aħna rridu ħaġa oħra, li kulħadd, minn fuq s'isfel mingħajr eċċezzjoni, jagħti l-ġurnata tax-xogħol tiegħu.", "Jiena persważ li bir-ritmu li qbadna f'dan ir-ristrutturar qegħdin nagħmlu ġid lill-pajjiż.", "Ovvjament għad hemm ħafna x'isir, imma mexjin biex nilħqu l-mira tagħna.", "Hawn nerġa` ngħid li għad baqa' ħafna x'isir, għax aħna gvern li ma nkunux kuntenti jekk immorru għall-eżami u nġibu 50 marka.", "Meta mmorru għall-eżami nimmiraw għal 100 ħalli jekk imbagħad inġibu 80 ngħidu li morna mhux ħażin, jekk inġibu 85 ngħidu aħjar u jekk inġibu 90 ngħidu li jekk inġibu iżjed aħjar.", "Dak huwa t-target tagħna, li nsiru kemm jista' jkun possibbli teknikament effiċjenti.", "Sur President, ħalli issa ngħaddi biex nitkellem ftit fuq il-Malta resources authority.", "Din l-awtorita`, regolatur fuq l-enerġija, l-ilma u l- minerali għadha kemm titwieled u tagħmel ħafna xogħol utli għall-pajjiż.", "Dan ix-xogħol tagħmlu minn wara l-kwinti għax aħna ma tantx inħobbu noqogħdu ndoqqu t-trombi.", "Per eżempju, matul l-aħħar sentejn, il-Malta resources authority għamlet konsultazzjoni sħiħa dwar il-liberalisation of the inland fuel market, jiġifieri l-mod kif is-suq taż-żejt se jiġi liberalizzat.", "Issa dan ma jsirx billi tfaqqa` subgħajk u tagħmel xi miraklu.", "Trid tipprepara rapporti li mbagħad jiġu miflija bir-reqqa u trid issir konsultazjzoni ma' min hu involut f'dan is-settur.", "Nista' ngħid li fejn tidħol din il-liberalisation tas-suq taż-żejt diġa` tlesta l-qafas leġislattiv, ġie ppubblikat id-dokument tal-konsultazzjoni li saret u fil- preżent qed isiru l-aħħar irtokki.", "Fil-ġimgħat li ġejjin dan id-dokument jitla` quddiem il-kabinett sabiex jiġi approvat.", "Hekk kif dan jiġi approvat tibda sseħħ il-liberalizzazzjoni tas-suq tal-fuel u mbagħad jiddaħħlu l-liċenzji u r-regolamenti marbuta ma' kull settur tal-fuel.", "Ovvjament meta qed nitkellem fuq fuel qed nirreferi għal-fuel raffinat bħal diesel, petrol, light fuel oil u gass.", "L-MRA qed tagħmel ukoll studju u monitoring biex tara f'ammonti u x'tipi ta' żjut jidħlu f'pajjiżna kull sena ħalli tassigura li jkollna l- provvista li pajjiżna jkollu bżonn.", "Tagħmel ukoll il-monitoring fuq il- prezzijiet ta' l-istess prodotti.", "Irrid ngħid ukoll li l-MRA qiegħda tipprepara t-tenders dwar il-proġetti li l-gvern jixtieq li jseħħu f'dan il- qasam u qed jagħmlu l-istudju fuq l-electricity cable connection li jgħaqqad lil Malta man-network ta' l-Ewropa fejn tidħol il-provvista ta' l- enerġija elettrika.", "Qiegħda wkoll tistudja option oħra biex tara jekk jaqbilx li jsir gas pipeline li jiġi magħqud man-network ta' l-Ewropa, kif ukoll jekk jaqbilx li f'pajjiżna ssir stallazzjoni għal-liquified natural gas (LNG) biex fil-każ ikun jista' jiġi importat dan il-liquified natural gas li jkun jista' jintuża għal diversi skopijiet, fosthom għall- ġenerazzjoni ta' l-enerġija.", "Issa rrid ngħid xi ħaġa dwar ir-renewable energy, jiġifieri l-enerġija li tiġi mir-riħ u mix-xemx.", "Hawn irrid nagħmilha ċara li kemm jiena kif ukoll il-gvern naqblu ma' kull forma ta' renewable energy sakemm din ma tħallix impatt negattiv fuq l-ambjent tagħna.", "L-affarijiet li jidhru tajbin għal pajjiżna huma l-enerġija li tiġi mir-riħ, dik li tiġi mix-xemx u dik li tiġi mill-biomass, jiġifieri mill-waste.", "Fir-rigward ta' l-enerġija li tiġi mir-riħ l-MRA ħadet ħsieb li tqabbad ditta speċjalizzata f'dan il- qasam biex tagħmel rapport dwar il-possibilita` li nibdew niġġeneraw l- enerġija elettrika permezz tar-riħ.", "Dan ir-rapport sar u jindika li fiċ- ċirkostanzi ta' pajjiżna, minħabba d-densita` ta' abitazzjoni u ċ-ċokon tiegħu, jekk jista` jsir, jaqbel li dan il-wind farm isir fuq il-baħar għax b'hekk jagħtina iktar potenzjal.", "Għaldaqstant l-MRA ħarġet sejħa għall- expression of interest għall-bini ta' wind farms fuq il-baħar b'kapaċita` ta' iżjed minn 100 megawatt, jiġifieri jkollu kapaċita` daqs wieħed minn ħamsa tal-kapaċita` li għandna fil-power station tal-Marsa u f'dik ta' Delimara.", "Irrid ngħid li minn mindu ħarġet is-sejħa għall-expression of interest daħlu sottomissjonijiet li wħud minnhom huma interessanti, u l- MRA, din l-awtorita' li taħdem bil-kwiet, qiegħda tifli u tevalwa dawn is- sottomissjonijiet biex minn hemmhekk immorru għall-fażi li jmiss.", "Ngħaddi issa għas-solar energy.", "Meta nitkellmu fuq solar energy l-ewwel ħaġa li tiġi f'moħħ dak li jkun hija s-solar water heaters.", "Anke hawnhekk il-gvern qed jagħti l-imbuttatura tiegħu biex il-poplu jaqleb għal din is- sistema.", "Hawn ta' min jgħid li għall-Unjoni Ewropea din is-sistema ta' enerġija fil-proċess biex issaħħan l-ilma m'hijiex meqjusa bħala enerġija bħal dik li tiġi mill-photovoltaic system li minnha tipprovdi l-enerġija elettrika.", "L-MRA qiegħda wkoll attenta biex tara x'inhu jsir fir-rigward tal-biomass, l-enerġija li toħroġ mit-trattament tal-waste.", "Hawnhekk nitkellmu dwar digesters kif ukoll dwar diversi teknoloġiji li għad iridu jiġu żviluppati bħalma hi is-sistema tal-pyrolysis li permezz tagħha l- iskart jiddaħħal f'reċipjent kbir, japplikaw pressa u temperatura għoljin u joħroġ il-gass li imbagħad jitfugħuh f'turbina u jissarraf f'enerġija elettrika.", "L-MRA qiegħda tara wkoll li jiddaħħlu kemm jista' jkun il- biofuels għall-ġid ta' l-ekonomija u tal-pajjiż.", "Irrid ngħid ukoll li l-MRA qiegħda taħdem ukoll biex ikollna aktar użu tal- photovoltaic system, is-sistema ta' platti li jinżlu r-raġġi tax-xemx fuqhom u mbagħad tiġi prodotta l-enerġija, imma kif jaf kulħadd din is- sistema għadha expensive.", "Sur President, l-MRA għamlet l-isforz tagħha biex il-gvern fil-budget tas- sena l-oħra daħħal fondi apposta biex ikompli jgħin ħalli jidħlu sistemi bħal dik tas-solar water heaters kif ukoll tal-photovoltaic.", "Fil-fatt permezz tal-budget tas-sena l-oħra s-sussidju li kien hemm fuq l- introduzzjoni tas-solar water heaters minn 15% tela' għal 25%, u l-meter ta' l-Enemalta għal single phase, li jiswa Lm70, ingħata b'xejn.", "Imbagħad fejn tidħol il-photovoltaic system inħareġ sussidju ta' 20% fuq il-valur tal-prodott tal-photovoltaics sa massimu ta' Lm500.", "Ingħata wkoll b'xejn il- meter meħtieġ, li permezz tiegħu l-enerġija żejda li ssir minn dawn il- photovoltaics tkun tista` tgħaddi għall-grid u terġa' tinbigħ lill- Enemalta bil-prezz ta' 3c pkw/h.", "Xogħol ieħor li l-MRA qiegħda tagħmel hu dak in konnessjoni mad-direttivi li jinħarġu mill-Unjoni Ewropea, per eżempju, id-direttiva li titkellem dwar l-effiċjenza fl-użu ta' l-enerġija.", "Ovvjament l-MRA għamlet ukoll il- policy document dwar l-enerġija in ġenerali fil-pajjiż, jiġifieri dokument fuq ġenerazzjoni u distribuzzjoni ta' enerġija elettrika, kif ukoll fuq iż- żjut li nużaw fil-pajiż.", "L-MRA qiegħda taħdem ukoll fuq il-proġett tal-wind farms.", "Meta ngħidu li rridu nagħmlu wind farm ta' 'l fuq minn 100 megawatt wieħed irid jiftakar li bil-lejl f'pajjiżna d-domanda għall-enerġija elettrika tkun baxxa u tkun madwar 150 megawatt.", "Allura meta inti permezz tal-wind farm għandek 100 megawatt li jistgħu jiġu ġġenerati bil-lejl, inti ma tistax toqgħod titfi l-power station tal-Marsa jew ta' Delimara kull darba, allura jrid ikollok cable connection għall-barra li permezz tiegħu, kemm-il darba jseħħ dan il-proġett tal-wind farms li jkun jista' jagħti mal- 100 megawatt, dik l-enerġija żejda li jkollok bil-lejl tkun tista' tesportaha lejn pajjiż ieħor li jkollu ħtieġa ta' dik id-domanda.", "Sur President, l-MRA ovvjament tieħu ħsieb u tara wkoll li r-riżors ta' l- ilma kollu jkun sostenibbli.", "Trid tara li jkun hemm l-integrated management fil-qasam ta' l-ilma kollu, kemm l-ilma tax-xita, kemm dak tax-xorb li jiġi mir-reverse osmosis kif ukoll l-ilma mill-impjanti tas-sewage li jkun għad irid jiġi msaffi kif suppost.", "Overall, fejn jidħol ir-riżors ta' l-ilma kif ukoll dak ta' l-enerġija, l-MRA trid tara li dawn jiġu mħaddma b'tali mod li ma jkunx hemm ħela.", "Anzi bil-kuntrarju, irridu naħdmu biex minflok ikun hemm il-ħela jkun hemm l-effiċjenza.", "Irridu niftakru li aħna ngħixu f'pajjiż fejn 50% ta' l-ilma li nipproduċu ġej mir-reverse osmosis u dan il-proċess jinvolvi spiża kbira.", "Huwa għalhekk li kull wieħed u waħda minna rridu naraw li l-ilma nużawh b'effiċjenza kbira u mingħajr ħela.", "Sur President, nerġa` niġi daqsxejn għat-tiftix taż-żejt.", "Dan huwa suġġett sensittiv u delikat għall-aħħar.", "Irrid ngħid li matul l-2006 tkompla t- tiftix għaż-żejt u komplew isiru dawk li jissejħu exploration study agreements.", "Fl-ibħra territorjali tagħna qed ikomplu jsiru s-surveys.", "Hemm vapuri apposta li jgħaddu u jagħtu ċ-charges u mbagħad jibnulek mudell tal- blat ta' taħt l-ilma li jindika l-qxur tal-blat kif inhu u jindika ż- żmenijiet ta' meta fforma l-blat.", "Dawn l-indikazzjonijiet imorrulek lura għal 60, 90 u anke 120 miljun sena.", "Imbagħad min jifhem, il-ġeoloġisti u l- fiżiċisti - mhux jien, u ma nafx jekk hawnx xi ħadd li jifhem - ikunu jistgħu jagħtuk idea ta' x'hemm hemm taħt.", "Minn hemmhekk imbagħad, wara li jagħmlu l-analisi ta' kemm hu poruż il-blat, tal-capping u tal-kċina fejn jiġi ffurmat iż-żejt jgħidulek li hawnhekk nistgħu nsibu ż-żejt.", "Wara li jsiru dawn l-affarijiet kollha, imbagħad trid issib lil min għandu l- finanzi biex iħaffer il-bir.", "Aħna ovvjament nagħmlu l-almu tagħna biex dawn l-affarijiet ikomplu jimxu fid-direzzjoni t-tajba u j'Alla jkollna l- fortuna li nsibu u ntellgħu ż-żejt.", "Irrid ngħid ukoll li aħna għad għandna problemi mal-ġirien tagħna fuq id- delimitation ta' l-area li ilhom magħna mill-1971.", "Jiġifieri mhux billi niġu ngħajtu hawnhekk, irridu li bil-għaqal aħna nkomplu naħdmu flimkien mal-ġirien u l-ħbieb ħalli dawn il-problemi nsolvuhom kemm għall-ġid tagħna kif ukoll għall-ġid tal-ġirien tagħna.", "Ovvjament dan l-aħħar kien hemm żviluppi ġodda mat-Tuneżija u kif qal tajjeb dalgħodu l-Ministru Michael Frendo, għadhom għaddejjin diskussjonijiet biex isir joint-venture fl- esplorazzjoni u tħaffir għaż-żejt.", "Kif diġa` għedt dan huwa suġġett sensittiv u naħseb li aħjar jekk inkunu kawti milli noqogħdu nparlaw żejjed u nagħtu l-impressjoni li żgur hawn iż-żejt.", "Jien nemmen li hawn iż-żejt ukoll imma ma nafx fejn hu, għax kieku naf fejn hu mmur niġri biex inħaffer u ntellgħu minn hemm.", "Hawnhekk ma rridux ninsew li inti għandek ir-riskju kbir li jinvolvi miljuni ta' dollari, u għalhekk l-għaqal jitlob li nimxu bil-galbu, isiru s-surveys, isiru l-istudji u meta jkun il-waqt jittella' dan iż-żejt.", "Sur President, smajt b'attenzjoni dak li kien qed jgħid l-Onor.", "Buhagiar dwar il-finanzi vvotati għal dan il-ministeru.", "Irrid ngħid li f'dan il- ministeru qegħdin nissikkaw daqsxejn iċ-ċintorin.", "Jekk naraw x'jintefaq għat-trasport insibu li bejn l-2003 u l-2006 naqqasna l-ispiża b'76% li m'hijiex ċajta.", "L-ispiża għall-kiri tal-karozzi bejn l-2003 u l-2006 tnaqqset bi 72% għax inkrew 68 karozza inqas.", "Il-konsum tal-fuel fuq l- istess perijodu tnaqqas b'14%.", "Ovvjament qed isir kontroll strett u rigoruż fuq in-nefqa tal-materjal.", "Anke fejn għandek id-distretti jrid ikun hemm follow-up ta' dak il-materjal kollu li jinħareġ.", "Ħa nkun ċar, m'iniex ngħid li għandna kollox eżatt, għax aħna nagħmluha man-nies umani, imma qegħdin niċċekkjaw li kemm jista' jkun ma jkunx hemm abbuż u l-ħela ta' materjal.", "Fir-rigward ta' allowances u overtime irrid ngħid li għalkemm ċerti ħaddiema li jipproduċu baqgħu jagħmlu u jitħallsu ta' l-overtime, l-ammont xorta ġie mrażżan.", "Fil-fatt bejn l-2003 u l-2006 dan tnaqqas b'40%.", "L- ispiża fuq konsum ta' dawl u ilma mill-2004 sal-2006 naqqasniha b'21%.", "Jekk naraw l-ispiża tat-telefon, din l-istess, meta nqabblu dak li ntnefaq fl- 2003 ma' dak li ntnefaq fl-2006 insibu li kien hemm tnaqqis ta' 20%.", "Issa irrid ngħid xi ħaġa dwar il-building construction industry department.", "Dan id-dipartiment ukoll jagħmel diversi xogħlijiet li ma tantx jidhru.", "Din is-sena ħareġ rapport u ħarġet il-legal notice dwar l-energy performance of buildings.", "Din fiha diversi aspetti, imma aħna bdejna napplikaw il-minimum requirments li huma dwar id-dawl, is-sħana u l-kesħa li jidħlu jew joħorġu minn kull bini.", "Allura qegħdin ngħidu li fejn għandek 20% tal-ħajt exposed għat-twieqi, f'dawk l-20% tista' tagħmel tieqa bi ħġieġa waħda.", "Fejn għandek bejn 20% u 40% ħajt mikxuf għat-twieqi hemmhekk inti trid tagħmel double glazing, imbagħad fejn inti għandek iżjed minn 40%, hemmhekk trid tuża double glazing jew amalgamazzjoni ta' double glazing ma' affarijiet oħra.", "Fejn għandek il-ħitan esposti għal barra, il- minimu tagħna huwa l-ħajt dobblu b'cavity fin-nofs.", "Imbagħad fejn għandek id-double cavity bricks tad-disa', fihom irid isir insulation u tingħata kisja apposta.", "Dan huwa li qed napplikaw minn din il-legal notice dwar l- energy performance of buildings.", "Qegħdin napplikaw il-minimu u tliet snin oħra napplikaw affarijiet oħra.", "Niġi issa għar-ristrutturar ġenerali li sar f'dan il-ministeru, b'mod partikolari fejn tidħol il-works division.", "Ovvjament biex inti tagħmel capacity building irid ikollok nies imħarrġa fil-livelli kollha.", "Hawnhekk isiru korsijiet apposta anke fil-middle management ħalli kulħadd ikun attrezzat aħjar.", "Meta niġu għall-industrial grades, bl-ammont ta' xogħol li għaddej bilfors irid ikollok grupp ta' nies imħarreġ tajjeb fuq il-mod kif isir ix-xogħol, u dawn iridu jkunu nies li mhux imorru biss għax-xogħol għax jafu li jaqilgħu l-paga, imma jridu jkunu nies li jagħmlu dak ix- xogħol minn qalbhom.", "Meta għandek in-nies jaħdmu għal qalbhom il-kwalita' tax-xogħol tkun aħjar.", "Sur President, issa nixtieq nagħti ħarsa qasira lejn id-diversi sezzjonijiet li hemm fil-works division.", "F'din id-diviżjoni hemm il- manifacturing and services department li huwa kompost mill-mastrudaxxi, ħaddieda, electricians, plumbers u nies ta' snajja` oħra.", "Dawn huma n-nies li prattikament ikunu nvoluti f'kull proġett ta' embellishment u f'kull proġett ieħor li l-works division ikun involut fih.", "Dawn in-nies ma jaħdmux biss fuq xogħol tal-works division biss, imma jaħdmu wkoll fuq proġetti oħra ta' ministeri oħra.", "Per eżempju dan l-aħħar dawn in-nies għamlu xogħol tajjeb ħafna – u minn hawn ngħidilhom prosit - fir-residenza San Vincenz fuq il-blokk magħruf bħala ta' Madre Tereża.", "F'dan id-dipartiment insibu wkoll sezzjonijiet li jieħdu ħsieb il-lifts u l-airconditioning, sezzjoni oħra tal-koperattiva li tagħmel is-sinjali tat-traffiku, u mbagħad għandek il-garaxx tal-gvern ġewwa Kordin fejn isiru t-tiswijiet ta' l-inġenji.", "Dwar l-inġenji – għax l-Onor.", "Buhagiar qal li d-dipartiment nieqes ħafna mill-inġenji - tal-works division jiddispjaċini ngħid li għandna ħafna minnhom li huma qodma u wħud li qegħdin biss fuq il-karta għax lanqas biss jintużaw.", "Irridu bil-mod il-mod narmaw, u meta mgħidu narmaw irridu narmaw sew u bis-serjeta`.", "L-Onor.", "Buhagiar jaf daqsi, għax hu perit tal-lant ukoll, li llum m'għadux iż-żmien li jkollok trakk li jesa` erba' jardi, imma jrid ikun trakk li jieħu 15 jew 18-il jarda.", "Irridu niftakru wkoll li meta inti tkun qed tarma b'inġenji moderni trid il-mijiet ta' l-eluf tal- liri.", "Meta inti tmur biex tixri crane, anke jekk ikun second-hand, trid Lm40,000 jew Lm50,000.", "Imma bil-mod il-mod qegħdin narmaw bi trakkijiet, bobcats, cranes u inġenji oħra għax biex tagħmel ix-xogħol trid l-inġenji.", "Mingħajrhom il-ħaddiema tagħna ma jkunux jistgħu jsiru iżjed effiċjenti.", "Sur President, irrid ukoll nagħmel riferenza għall-cleansing department.", "Nisimgħu u naraw ir-ritratti fuq il-gazzetti li juruk postijiet mimlijin bil-ħmieġ.", "Jiena ngħid li veru li hawn xi postijiet li jkun fihom il-ħmieġ, imma naħseb li it's about time li naslu għal strateġija ta' name and shame.", "Xi ħadd ikun qed iwaddab dak il-ħmieġ f'dawk il-postijiet li jkunu qed juru r-ritratti.", "Mhux sew li nwaħħlu dejjem fil-gvern, għax illum hemm aħna u għada jkun hemm intom.", "Xi ħadd qed iħammeġ u dawn huma affarijiet tal- mistħija.", "Ma nistax nifhem kif illum, fis-sena 2006, għad hawn nies jitfgħu l-imbarazz fil-kampanja.", "Ġieli nnaddfu areas sħaħ fil-kampanja, jgħaddu erbat ijiem u jerġgħu jagħmluhom miżbla.", "Għaliex dan?", "Din is-sena, sa Settembru nġabru madwar 12,000 tunnellata skart mormi illegalment.", "Tafu kemm ġie jiswa lit-taxpayer il-ġbir ta' dak l-iskart?", "Ġie jiswieh Lm400,000 u dawn huma Lm400,000 moħlija fix-xejn.", "Hawnhekk irrid ngħid u nappella li min ikollu xi bulky refuse, bħal ngħidu aħna xi salott jew xi saqqu, kulma għandu jagħmel hu li jċempel lill- kunsill lokali fil-lokalita` tiegħu u jibgħatlek in-nies u jeħilsek minnu mingħajr spejjeż ta' xejn.", "Hemm għalfejn inħammġu lil pajjiżna?", "Hemm għalfejn noqogħdu nitkażaw bejnietna u ndaħħku lit-turisti li jiġu jżuruna?", "Għalija hija xi ħaġa tal-mistħija meta fuq il-gazzetti nġibu ritratti ta' postijiet maħmuġin.", "Jiena ngħid li għandna nċanfru, allavolja ma tistax twaħħal f'dak jew fl-ieħor, lil dawk in-nies li b'mod irresponsabbli jħammġu l-ambjent.", "Sur President, il-cleansing department għandu wkoll sezzjoni li tieħu ħsieb il-manutenzjoni u t-tindif tal-widien.", "Din tagħmel it-tiswijiet u t-tindif neċessarji fir-retentions tal-widien biex l-ilma li jinġabar fihom ma jsibx ostakli u jibqa` jinżel biex jagħmel ir-recharge ta' l-aquifer.", "Matul din is-sena din is-sezzjoni għamlet xogħlijiet f'Wied is-Sewda u f'Wied il- Kbir f'Ħal Qormi, f'Wied ta' l-Isqof fis-Siggiewi, f'Wied Inċita u f'Wied Rmiedi f'Ħ'Attard, f'Wied il-Qlejgħa fil-Mosta, f'Wied Ħesri fis-Siggiewi u f'Wied Qirdi f'Ħaż-Żebbuġ u t-tunnellaġġ tal-materjal li nġabar minn dawn il-widien kien ta' madwar 2,000 tunnellata.", "Din is-sezzjoni tal-cleansing, flimkien ma' l-awtorita` tat-turiżmu, għamlet xogħol ta' tindif f'żoni turistiċi fosthom f'San Pawl il-Baħar, Bugibba, Sliema, Gżira, San Ġiljan, Paceville, Birżebbuġa, Marsascala, l-Imdina, il-Belt Valletta u anke Wied iż-Żurrieq.", "Sur President, niġi issa biex ngħid xi ħaġa dwar l-istormwater project.", "Din is-sena tkomplew ix-xogħlijiet relatati mal-prevenzjoni mill-għargħar.", "Jiena nitbissem meta nisma` lill-Onor.", "Charles Buhagiar jgħid li għandna nżommu t-target dates.", "Kieku jista' jkun ix-xogħol inlestih, mhux għada, imma l-bieraħ!", "Jiena hekk magħmul pero' kultant tiltaqa` ma' ċerti intoppi li ma jkollokx kontroll fuqhom.", "Per eżempju meta konna qed naħdmu fuq il-watercourse tal-Marsa, fl-aħħar biċċa sibna ħajt Ruman.", "Allura x'nagħmlu?", "Nibqgħu għaddejjin?", "Le, ma stajniex nibqgħu għaddejjin u għamilna żmien weqfin.", "Din is-sena tkompla t-twessigħ tal-watercourse bejn Ħal Qormi u l-Marsa għax l-ewwel parti tax-xogħol fuq dan il-watercourse, minn Ħal Qormi, fejn hemm il-fabbrika tal-Lowenbrau, sa Triq Aldo Moro fil- Marsa konna diġa` lestejnieh.", "Kien jonqosna l-aħħar biċċa, minn Triq Aldo Moro sal-Menqa.", "Dan ix-xogħol tkompla wkoll, u wara li sar it-taħmil neċessarju tpoġġew il-precast units tal-concrete u beda x-xogħol fuq bini ta' pont fil-Menqa.", "Hawnhekk irrid ngħid li sabiex jinbena dan il-pont kellu jiddaħħal kuntrattur għax m'għandiex l-inġenji neċessarji biex nagħmlu l-piling.", "Issa sar il-piling li fit-tul tagħhom ivarja bejn 12 u 18-il metru, tpoġġew it-travi fuqhom mill-ħaddiema tal-works division, issa jitpoġġew travi oħra bil-kontra, jixxiftjaw il-cables, tingħata t-triq u dan il-pont ikun lest.", "Diġa` tħammel taħt, jonqos biss il-ħajt lejn il-Marsa fejn hemm l- ilma u jekk Alla jrid dan il-proġett kollu ta' twessigħ ta' watercourse u bini ta' water course ġdida jkun ġie konkluż.", "Irrid ngħid ukoll li peress li l-watercourse l-antik ma kienx wiesa` biżżejjed kellna nagħmlu bħal furketta miegħu u issa hemm tul ta' 120 metru b'16-il metru wisa` u l-parti l-oħra, ta' wara, ġiet wiesgħa tmien metri.", "Issa għandna l-ilma kollu jinżel minn Ħal Qormi għal Marsa, jgħaddi minn taħt il-bridge fi Triq Aldo Moro u jinqasam f'forma ta' furketta u jibqa' sejjer għall-Menqa tal-Marsa.", "Dan il-proġett kollu qam madwar Lm1 miljun.", "Hawnhekk irrid nerġa` nagħti prosit lill-ħadidema kollha li ħadmu fuq dan il-proġett, b'mod partikolari lis-Sur Joe Abela li llum m'għadux magħna għax il-Bambin sejjaħħlu għad- dinja l-oħra.", "(Interruzzjonijiet)", "Sur President, l-Onor.", "Galdes qed jgħidli li abbandunajna Ħal Qormi.", "F'Ħal Qormi, fil-watercourse il-ġdid bnejna ħames bridges ġodda.", "Fil-fatt fejn qabel kif kienet tagħmel daqsxejn xita l-Marsa u Ħal Qormi jgħerqu, f'dawn l-aħħar tliet snin ma kellniex din is-sitwazzjoni għax l-ilma mexa u ħadna r-riżultat tax-xogħol li għamilna.", "M'hemmx għalfejn jiġi l-Onor.", "Galdes jgħidilna x'ġara u ma ġarax għax kulħadd għandu għajnejh f'wiċċu.", "Lill- poplu aħna ma nipprovawx inbellgħulu r-ross bil-labra bħalma hu mdorri jagħmel l-Onor.", "Galdes.", "Irrid ngħid xi ħaġa wkoll fuq il-catchment area ta' Wied il-Għasel, liema area tibda min-naħa ta' l-Imtaħleb, tkompli sejra għal Ħad-Dingli, l- Imdina, il-Mosta, u Burmarrad u tiżbokka fis-Salini.", "Hawnhekk kellna l- problemi għax meta ġejna biex innaddfu s-sukkursu ma stajniex nibqgħu għaddejjin bit-tindif fit-tul kollu tiegħu għax meta saret il-coast road kien hemm xi bravu li biex bniha ħareġ fuq is-sukkursu.", "Allura ma stajniex inħammlu s-sukkursu minn taħt, l-ewwel irridu nagħmlulu l-underpinning, u dan ix-xogħol se jsir fil-bidu tas-sena d-dieħla.", "Issa ġejna biex nagħmlu l-wied il-ġdid mis-sukkursu għall-Burmarrad.", "Hawnhekk kien hawn wied li sa 1956/1957 kien jidher fis-survey sheets.", "L- Onor. Buhagiar qalilna li messna ftaħnieh.", "Imma jiena ma nistax naqbad u niftħu għax irrid nimxi mar-regoli tal-MEPA.", "Aħna applikajna għall-permess f'Diċembru, 2004 biex nagħmlu watercourse ġdid, imma l-ewwel qalulna li rridu nagħmlu l-EIA u mbagħad kellna l-bdiewa li pprotestaw għax ma jridux li jsir il-watercourse il-ġdid.", "Issa dawn il-bdiewa li ma jridux il- watercourse il-ġdid huma l-istess bdiewa li kienu talbu għall-kumpens meta kellna l-maltempata fl-2003.", "Ma nafx x'wiċċ għandhom li jipprotestaw kontra proġett li se jsolvi din il-problema.", "Hawn irrid rrid ngħid li l-permess tal-MEPA għal dan il-watercourse ma jdumx ma joħroġ.", "Dan huwa watercourse li ġej twil madwar kilometru u nofs.", "L-embankments tal-precast concrete units taż-żewġ naħat tiegħu diġa` huma maħduma.", "Ovvjament qegħdin nistennew il-ħruġ tal-permess biex inkunu nistgħu nidbew bix-xogħol.", "Dan ix-xogħol jinkludi tħammil ta' madwar 60,000 metru kubu ta' ħamrija, jitpoġġew il-precast concrete units li l- ħaddiema tal-works division diġa` lestew, u mbagħad isiru ħitan bil-ġebel.", "Ma' dan il-watercourse, fuq in-naħa li minn Burmarrad tagħti għall-Imtarfa u Ħad-Dingli sar it-tindif tal-widien li fihom saru diversi riċenzjonijiet fejn jinġabar l-ilma li jipperkola u jagħmel recharge biex jissaħħu l- aquifers li għandna fil-pajjiż.", "Proġett ieħor ambizzjuż huwa dak li jirrigwarda l-catchment area fiċ-ċentru tal-pajjiż, jiġifieri Birkirkara, Ħal Balzan, Ħ'Attard, Ħal-Lija, l-Iklin, il-Mosta, in-Naxxar u l-Imsida.", "Din l-area fiha 11.8 kilometru kwadru, li 65% minnha hi area urbana u 35% area rurali.", "Huwa kkalkolat li meta tagħmel maltempata u jinżlu tliet pulzieri xita f'daqqa, f'din l-area jinġabar madwar 160 miljun gallun ilma.", "Minħabba f'hekk it-tekniċi ħasbu biex isiru galleries, mini kbar taħt l-art.", "Dan il-proġett se jiġi jiswa madwar €70 miljun, u applikajna biex dan il-proġett jiġi kkonsidrat għall- finanzjament mill-Unjoni Ewropea.", "Dan il-proġett qegħdin nagħmluh biex nevitaw l-għargħar u biex ikollna integrated use ta' l-ilma.", "X'ifisser integrated use?", "Ifisser li jinġabar is-second class water f'dawn il- galleries, li mbagħad jiġi ppumpjat għall-areas rurali.", "Mela fl-areas agrikoli se jkollna iżjed second class water għat-tisqija, u allura ladarba jkollhom dan is-second class water li huwa aħjar minn dak ta' l-aquifer, il-bdiewa jtellgħu inqas ilma mill-aquifer.", "Wieħed irid jiftakar li għall-agrikoltura rridu madwar 4,600 miljun gallun ilma fis-sena u għal dan il-għan intellgħu 1,800 miljun gallun ilma minn taħt l-art.", "Il-proġett tal-water catchment fiċ-ċentru ta' Malta se jagħmel tajjeb biex ma nibqgħux intellgħu dak l-ilma kollu minn taħt l-art għax se nkunu nistgħu nużaw l-ilma li jinġabar fil-galleries li se jinbnew.", "B'dan il-mod il-bdiewa jkollhom ilma aħjar u ma jkollhomx għalfejn itellgħu dak l- ammont ta' l-ilma bla rażan mill-aquifer.", "Imbagħad ladarba nkunu qed nagħtu ċans lill-ilma ta' aquifer joqgħod ikun hemm iżjed potable water available, u meta nkunu qed nużaw iżjed dan il-potable water ma jkollniex għalfejn nipproduċu dak l-ilma kollu mir-reverse osmosis.", "B'dan il-mod awtomatikemant jonqos il-bżonn li niġġeneraw l-elettriku għar-reverse osmosis, allura nimpurtaw inqas fuels u nnaqqsu wkoll l-emissions fl-arja.", "Dan huwa proġett ħolistiku li meta jkun lest ikun jipprovdi provvista ta' ilma li tintuża għat-tisqija u fl-istess ħin insolvu l-problema ta' l- għargħar f'din l-area ċentrali ta' Malta li bħalma jaf kulħadd ilha magħna s-snin.", "Ngħaddi issa biex nitkellem daqsxejn fuq ir-restawr.", "Irrid ngħid, bħalma qal tajjeb sieħbi l-Onor.", "Buhagiar, li aħna għandna pajjiż sinjurun fejn jidħol il-wirt storiku.", "Għandna ġojjelli arkitettoniċi u opri ta' arti imprezzabbli li ovvjament irridu nindukrawhom, nippreservawhom u nirrestawrhom kemm għalina, kemm għall-ġenerazzjonijiet futuri kif ukoll għat-turisti li jżuruna.", "Din is-sena s-sezzjoni tar-restawr fi ħdan il- ministeru ħadmet fuq diversi xogħlijiet, li ħafna minnhom ma kenux imsemmija fil-budget, fuq kappelli u bini storiku.", "Nista' nsemmi x- xogħlijiet li saru fuq il-kappella ta' Ċeppuna fil-Marsa, il-kappella ta' San Bert fiż-Żurrieq, il-kappella ta' Santu Rokku fl-Imdina, it-tliet knejjes f'Ħal Balzan, il-kappella ta' Santa Luċija fl-Imtarfa, il-kappella tad-Duluri f'Tal-Pieta', il-faċċata tal-ġnien tar-Re Gorġ V fil-Furjana u l- villa ta' Fransija f'Ħal-Lija.", "Barra dawn ix-xogħIijiet, bħalissa għaddejjin bil-konservazzjoni tal-knisja l-qadima tas-Siggiewi.", "Din hi knisja qadima sabiħa mmens, parti minnha mwaqqa', li ħafna nies ma jafux biha għax kienet magħluqa ġo ġnien u miksija bil-pal tal-bajtar tax-xewk u siġar oħra.", "Issa naddafna l-post u se jibda l-konservazzjoni fuq il-pedamenti ta' dan il-bini, li baqa' minnu, u jsir ir-restawr meħtieġ.", "Qed isir ukoll ir-restawr u konsolidazzjoni tal-bastjun ta' taħt il-Barakka t'isfel, restawr fil-knisja ta' San Girgor fiż-Żejtun, fil-kappella ta' San Mikiel fl-Imqabba, fil-knisja ta' Sarria fil-Furjana, fil-kappella tas- Salvatur fil-Kalkara, fil-faċċata tal-portiku fil-Bibjoteka Nazzjonali, fil- kappella ta' San Pawl tal-Qlejja tal-Mosta - hawn ix-xogħol wasal fl-aħħar - u restawr fi knisja f'Raħal Ġdid li għandha problema fis-sagristija tal- ġenb.", "Ovvjament sar xogħol ta' restawr ieħor.", "Per eżempju, sar ir-restawr ta' l-orgni tal-konkatidral ta' San Gwann, li jekk m'iniex sejjer żball għandu xi 200 jew 300 sena.", "Dan kien orgni spiċċut għall-aħħar u ġie restawrat bi spiża totali ta' Lm115,000 u issa reġa` beda jiffunzjona.", "Sur President, irrid insemmi wkoll il-proġett tal-manutenzjoni u konservazzjoni tal-25 kilometru ta' swar li għandna fl-Imdina, fil- Kottonera, fil-Belt Valletta, fil-Furjana u fiċ-Ċittadella.", "Dan huwa proġett li hu stmat li se jiswa €30 miljun u applikajna biex dan jiġi ffinanzjat mill-fondi ta' l-Unjoni Ewropea.", "Diġa` ġew identifikati l- partijiet li fuqhom għandhom isiru l-interventi ta' manutenzjoni, u hekk kif il-proġett jiġi approvat jinbeda x-xogħol.", "Irrid ngħid ukoll li s-sena d-dieħla se jsir proġett ieħor iffinanzjat mill-fondi tal-European economic area li tipprovdi n-Norveġja.", "Għalkemm in-Norveġja m'hijiex membru ta' l- Unjoni Eworpea, peress li din iddaħħal il-prodotti tagħha fis-suq ta' l- Unjoni Ewropea tipprovdi dawn it-tip ta' fondi.", "Il-ministeru approfitta ruħu u b'dawn il-fondi li se jakkwista se jagħmel parti mir-restawr tas- swar li hemm l-Imdina fil-parti taħt il-Vilhena.", "Kif qal tajjeb l-Onor.", "Buhagiar kien sar studju mill-universita` ta' Bologna li fih kienu indikaw il-ħsarat li kien hemm, pero` ma tawx soluzzjoni ta' kif għandu jsir ix- xogħol.", "Sur President, irrid insemmi daqsxejn ix-xogħlijiet ta' embellishment li saru matul din is-sena f'żoni turistiċi, fil-qalba ta' l-irħula, f'żoni ta' rikreazzjoni kif ukoll f'żoni storiċi u f'żoni rurali.", "Issa drajna nisimgħu lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni u l-Onor.", "Charles Buhagiar isemmu l-proġett ta' Buġibba, li għamlu huma f'dawk it-22 xahar li damu fil-gvern.", "Dak hu l- uniku proġett li għamlu fi 22 xahar, u dan ġie jiswa Lm3.4 miljuni.", "L-Onor.", "Buhagiar qalilna li meta kien qed isir ix-xogħol ta' pavimentar fl-Imdina kien hemm ħafna varjazzjonijiet fl-istima tax-xogħol.", "Meta dħalt jien u bdejt nara l-istima tax-xogħol fl-Imdina sibt li kien se jkun hemm variation ta' Lm100,000 fuq it-tilari tal-manhole covers.", "Imbagħad qabbadna n-nies tal-MSD biex jagħmlu dawn it-tilari u b'Lm35,000 għamilna festa.", "Jiġifieri fejn nistgħu, ix-xogħol nagħmluh bin-nies tal-gvern, imma meta ma jkollokx makkinarju bilfors trid tmur għand il-privat, u għalhekk l-istimi jvarjaw.", "Sur President, jekk naqbad insemmi l-proġetti li saru f'dawn it-tliet snin u nofs lanqas nieqaf.", "Biex insemmi xi ftit minnhom nista` nirreferi dak tal- gżejjer f'Buġibba, ta' Paceville u anke dak tal-bajja ta' San Tumas.", "Il- bajja ta' San Tumas lestejna parti minnha, imma aħna mhux se nirranġaw fejn hemm il-bini illegali.", "Għamilna s-sit arkeoloġiku tal-mitħna tax-Xarolla, il-ġnien tal-Barraka t'isfel, il-ġnien tal-Barrakka ta' Fuq, il-ġnien fl- Imqabba, il-pjazza ta' Ħal Safi, il-pjazza ta' Ħal Kirkop, id-dormitorju tal-klandestini, il-ġnien ta' Hastings, l-embellishment mill-airport sal- Belt Valletta u l-promenades tax-Xagħra, tax-Xemxija u tal-bajja ta' San Tumas.", "Dawn huma kollha xogħlijiet li saru mill-ħaddiema tal-gvern fi ħdan dan il-ministeru.", "Din is-sena tkompla x-xogħol fuq l-promenade tax-Xemxija u tlestiet il- parti min-naħa ta' San Pawl il-Baħar sax-Xemxija.", "Issa jonqos minn wara l- iskola ta' San Pawl sal-Veċċa.", "Din il-biċċa żgħira li baqa` bdejniha wkoll u b'hekk il-pajjiż se jkollu promenade li tibda minn ħdejn il-knisja tax- Xemxija, tibqa` tibqa' sejra minn wara tal-Veċċa għal San Pawl il-baħar u tibqa' sejra san-naħa tal-Qawra.", "Dan ix-xogħol sar xogħol kollu min-nies tal-works division flimkien mal- kunsilli lokali li pprovda ċertu materjal.", "Il-ġnien ta' Hastings kien ġnien mitluq għall-aħħar.", "Meta dħalna biex nagħmlu x-xogħol neċessarju fuq dan il-ġnien sibna l-problemi, għax meta tagħmel xogħol ta' din in-natura ma tistax taqbad tidħol bl-inġenji u tibda tkisser u tfarrak.", "Trid toqgħod attent għas-siġar u trid tara kif se taħdem.", "Inbena l-perimeter wall fuq it-triq kollha, kien hemm ġiebja kbira forma ta' qanpiena li ħadd ma kien jaf biha, tħammlet u ġiet ibbattmata biex tilqa' l-ilma tax-xita fiha u dan nużawh għat-tisqija.", "Dan il-ġnien ta' madwar 6,000 metru ġie rranġat b'mod li dak li jkun jieħu pjaċir imur iqatta` siegħa fih.", "Immorru issa għall-proġett ta' l-Imdina.", "Hemmhekk ried isir pavimentar ta' iżjed minn 10,000 metru kwadru.", "Meta dħalt jien kien hemm parti mis- sezzjoni tan-network ta' taħt l-art kienet lesta, imma kien hemm partijiet oħrajn ma kenux lesti.", "Per eżempju fi Triq San Pawl u Triq Inguanez kellna nagħmlu d-drenaġġ mill-ġdid.", "Imbagħad fil-pjazza kien qed isir xogħol ta' skavar għax kienu nstabu xi fdalijiet storiċi.", "X'nagħmel, nibqa' għaddej bil-gaffa jew bil-bulldozer?", "Mhux bilfors trid tieqaf!", "Taħsbu li jien nieħu pjaċir nieqaf, noqgħod stand by u ma nagħmlu xejn?", "Hemmhekk kien qed isir xogħol ta' skavar li ħa ż-żmien.", "Hemm bżonn li meta jkun hemm dan it-tip skavar ma neħdux daqshekk fit-tul, imma nagħmluh fl-iqsar żmien teknikament possibbli.", "Huwa veru wkoll li kellna l-problemi bil-materjal.", "Meta dħalt jiena sibt li t-tender kienet diġa` ngħatat - ovvjament kelli nibqa` magħha għax mhux għax jidħol ministru ġdid twaqqa` t-tender - u sibna li l-materjal li kien qed jiġi ma kienx skond kif miftiehem.", "Biżżejjed ngħid li waħda minn kull seba` madumiet li ġiet importata - ara kemm-il maduma kien hemm! – kellha tiġi skartata.", "B'hekk kien hemm perijodu fejn waqafna, għax aħna, għall- flus tajba li ħallasna ma ridniex madum tar-raċanċ.", "Dik kienet l-istorja, mhux imbilli kkritikawna fuq id-dewmien.", "X'tagħmel jekk għandek il-madum ħażin?", "Tqiegħdu biex l-oppożizzjoni ma tparlax?!", "Le, l-oppożizzjoni tparla kemm trid, l-importanti li x-xogħol isir bis-serjeta'.", "U hekk għamilna fl- Imdina, u tajna risposta lil kulħadd għax għandna l-ewwel belt li hija pavimentata kollha u l-ewwel belt li għandha s-servizzi kollha tad-dawl u l- ilma underground.", "L-ispiża totali fuq dan il-proġett kienet ta' madwar Lm1.1 miljun.", "Nerġa' ngħid li hawnhekk ix-xogħol sar mill-kuntrattur u n- nies tal-gvern.", "Fejn stajt indaħħal in-nies tal-gvern daħħalthom.", "In-nies tal-gvern jitħallsu talli jagħmlu x-xogħol u barra minn hekk qegħdin jgħinu fl-overall efficiency ta' kif għandu jsir il-proġett.", "Sur President, barra dan il-proġett ta' l-Imdina saru xogħlijiet fiċ-ċentri ta' diversi rħula.", "Fiċ-ċentru tar-raħal tipiku Malti dejjem għandek issib il-pjazza, il-knisja u l-każini tal-baned.", "Hija l-planċier, biex ngħid hekk, fejn għandek il-kultura tal-festa tar-raħal.", "Jien nħoss li dawn iċ- ċentri ta' l-irħula għandna nkomplu nirranġawhom.", "Din is-sena għamilna xogħol fil-pjazza ta' Ħal-Lija fejn għamilnilha illuminazzjoni ġdida u street furniture taqbel ma' l-ambjent tal-post.", "Irranġajna wkoll iz- zuntier u l-pjazza ta' Ħal Kirkop - Ħal Kirkop kien daqsxejn minsi – billi għamilna pavimentar ġdid, bdilna l-balavostri taz-zuntier u għamilna illuminazzjoni minn isfel – up-lighters - li veru taw dehra sabiħa lill- knisja.", "Sar ukoll xogħol fil-pjazza fil-ġenb tal-knisja, li ġiet pavimentata mill-ġdid u għamilnilha ċertu garden furniture u ħawwilna s- siġar.", "Irrid ngħid li l-kunsill lokali ħareġ parti żgħira mill-ispiża li saret għal dan ix-xogħol.", "Bħalissa għaddej ukoll xogħol fuq il-pavimentar taz-zuntier tal-knisja ta' Birzebbuga u fuq il-ġnien ta' wara l-knisja.", "Dan ix-xogħol inbeda fil-bidu tas-sena.", "Bdjena u lestjena l-ġnien ta' wara l-knisja, imma mbagħad kellna niefqu minħabba l-festa.", "Issa li għaddiet il-festa ta' San Pietru qbadna l- pavimentar taz-zuntier, proprju l-parti ta' quddiem il-knisja.", "Iz-zuntier qed isir b'materjal tal-qawwi li hu importat u vera ġej zuntier kif jixraq u kif suppost.", "Ix-xogħol huwa wieħed ta' paċenzja kbira għax għandek ħafna materjal xi tpoġġi, pero' meta jkun lest żgur li l-faċċata tal-knisja se tkun tidher ferm isbaħ, speċjalment meta z-zuntier ikun mixgħul bil-lejl.", "Sur President, qed isir ukoll proġett fid-distrett taż-Żurrieq fejn qed nibdlu l-paviment taz-zuntier u t-taraġ tal-knisja.", "Niftakar li meta kont żgħir kien hemm taraġ tal-ġebla, dak iż-żmien kellna l-Arċipriet Dun Pawl Pace, li kien kesa z-zuntier b'kisja tas-siment, pero` r-raġġijiet fil- kurvaturi ma kenux baqgħu.", "Issa qlajna l-madum kollu u t-taraġ taz-zuntier u għaddejjin bil-kostruzzjoni ta' taraġ tal-granit bir-raġġ maħdum apposta mill-fabbrika u bil-pavimentar tal-granit.", "Se jsiru wkoll up-lighters u floodlighting fuq il-knisja u f'din il-parti tal-pjazza taż-Żurrieq qed isir l-embellishment adattat.", "Proġett ieħor huwa r-restawr ta' l-akkwedott ta' Wignacourt.", "Is-sena l-oħra sar ir-restawr fuq it-361 arkata ta' dan l-akkwedott u din is-sena sar il- pavimentar mal-ġnub ta' taħt kull ħnejja, saru l-up-lighters ma' kull ħnejja, u issa kulħadd jista' jitpaxxa bl-effett tad-dawl fuq dan l- akkwedott.", "Qegħdin ukoll inbiddlu l-pavimentar u t-turġien taz-zuntier tal- knisja tal-Qrendi u qiegħed isir xogħol ta' embellishment fil-pjazza prinċipali quddiem il-knisja, fil-pjazza quddiem il-kazin ta' Lourdes u quddiem il-pjazza fejn hemm il-kazin il-ġdid ta' Santa Marija.", "Sur President, huwa mistenni li din il-ġimgħa nlestu wkoll l-ewwel fażi tal- proġett tal-promenade ta' Wied Babu.", "Minkejja li fil-bidu kien hawn min kellu xi objections għal dan il-proġett, nista' ngħid li llum il-ġurnata dan il-proġett intlaqa` tajjeb tant li meta mmur nara x-xogħlijiet tgħidx kemm nara nies jippassiġġaw u jagħmlu l-jogging fuq din il-promenade.", "Din il-promenade, li l-ewwel parti tagħha hija lesta, għandha tul ta' 750 metru u wisa` ta' tliet metri.", "Il-mira tagħna hi li s-sena d-dieħla nagħmlu l- kumplament tal-promenade minn Wied iz-Zurrieq sa Ħaġar Qim.", "Proġett ieħor li għaddej bħalissa u li m'huwiex fid-distrett tiegħi huwa dak tal-mixtla ta' Bormla.", "Dan il-proġett b'madwar 55 tomna art irid ikun lest sa l-aħħar ta' din is-sena.", "Hemmhekk ġew iddisinjati erba' pjazez b'passaġġi bejniethom.", "It-tip ta' materjal li qed jintuża għall-pavimentar huwa l-franka u l-granit.", "Ix-xogħol huwa fi stadju avvanzat.", "Fil-fatt hemm żewġ pjazez fil-pjazza l-kbira bil-lest minn kollox.", "Dawn huma miksija bil- granit, u msebbħa b'water feature, dwal u madwar erbatax-il gazebo.", "Lil din l-area qegħdin nagħtuha d-dehra li jixirqilha biex isservi ta' post ta' rikreazzjoni u ta' pulmun għall-akkwata kollha tal-Kottonera.", "Jiena perswaz li l-iskop tagħna jintlaħaq, u din l-area, minn miżbla kif kienet sal-lum, u minn post fejn tiġi abbuzata d-droga, issir post fejn wieħed imur jirrilassa u jqatta` l-ħin liberu tiegħu.", "Sur President, ovvjament għandna xogħol ieħor għaddej bħalissa, u dan ma kienx imnizzel fil-budget tas-sena l-oħra.", "Qed nirriferi għall-promenade ta' Għar id-Dud.", "Din se tiswa madwar Lm200,000 u daħħalniha fix-xogħlijiet għas-sempliċi raġuni li meta qlajna c-Chalet u nżilna 'l isfel sibna li r- retaining wall ta' din il-promenade kien kollu spiċċut.", "Minħabba f'hekk kellna naqilgħu dan ir-retaining wall, għamilna travu tal-konkos biex jorbot, għalaqna l-faċċata u erġajna bdejna x-xogħol kollu minn isfel.", "Dan ir-retaining wall tlesta fl-aħħar ta' Ottubru u issa bdejna bil-pavimentar tal-promenade.", "Ta' min jgħid li hemmhekk hemm tliet kiosks kollha b'shape differenti – l-Onor.", "Buhagiar huwa l-perit ta' wieħed minnhom - u tlabna lis-sidien tagħhom biex jagħmluhom l-istess shape u ma ndumux ma nirranġaw magħhom biex kollox jiġi uniformi u kif suppost.", "Huwa mistenni li din il-promenade tkun lesta sa Marzu, 2007.", "Irrid ngħid li hemm biċċa xogħol oħra ta' tisbiħ fuq il-promenade ta' Ta' Xbiex.", "Dan huwa proġett ta' Lm150,000 li wkoll ma kienx imniżżel fil-budget tas-sena l- oħra.", "Nista' ngħid li x-xogħol fuq dan il-proġett inbeda u miexi, u nisperaw li sa nofs is-sena d-dieħla jkun lest.", "Beda wkoll ix-xogħol fuq il- ġnien tal-Mall fil-Furjana li wkoll ma kienx imniżżel fil-budget tas-sena l- oħra.", "Proġett ieħor li għandna għas-sena d-dieħla huwa dak ta' Strada Merkanti l-Belt Valletta u l-parti ta' quddiem San Gwann.", "Għal dan il- proġett huwa mistenni li jkollna l-fondi ta' l-Unjoni Ewropea, imma anke jekk ma jkollniex dawn il-fondi xorta waħda jrid isir.", "Se nibdew bil- pavimentar ta' Strada Merkanti, jiġifieri minn Triq l-Arċisqof tibqa` tiela` sal-knisja ta' Santa Katerina f'Merchant Street u ngħaddu wkoll b'dik l-area kollha ta' quddiem San Gwann.", "Irrid ngħid li l-area kollha tal-Belt li se tiġi pedestrianized fiha madwar 36,000 metru kwadru.", "S'issa hemm lest madwar 8,000 metru kwadru u l-parti li se nagħmlu s-sena d-dieħla hija ta' madwar 10,000 metru kwadru.", "Apparti dan, is-sena d-dieħla se jsir ukoll ix-xogħol fuq Xatt is-Sajjieda f'Marsaxlokk.", "Hawnhekk ma stajniex nibdew qabel għax ridna niddiskutu mal- kunsill lokali u man-nies ta' l-area biex insibu soluzzjoni dwar kif l- aħjar li jsir dan il-proġett u dan ma kienx faċli.", "Imbagħad kellna diskussjoni bejnietna, bħala tekniċi, biex naraw xi prodotti u materjal l- aħjar li nużaw.", "Issa ddeċidejna, saret l-ordni u kif jaslu l-prodotti nibdew ix-xogħlijiet.", "Ovvjament hemm xogħlijiet oħra maħsuba li jsiru.", "Per eżempju fiz-Zurrieq hemm area mitluqa bejn il-housing estate tal-Bebbux u l- bini fi Blue Grotto Avenue li fiha se nagħmlu multi-purpose sports complex u five-a-side football ground.", "Sur President, il-perit Buhagiar semma l-fondi li jingħataw lir- rehabilitation committees u qal li b'dawn il-fondi ma jistax ikun li jidħlu biex jagħmlu ċerti proġetti.", "Aħna llum qed naħdmu b'mod li r-rehabilitation committees ma nħalluhomx jidħlu għall-ispejjeż kollha waħedhom.", "Per eżempju l-mixtla ta' Bormla mhux se jagħmilha l-Cottonera rehabilitation committee waħdu, imma din se ssir flimkien mal-gvern u l-kunsill lokali.", "Aħna ma nippretendux li r-rehabilitation committees jidħlu għal ċerti proġetti, għalhekk il-ministeru jaqbad u jidħol, jorganizza lil kulħadd, nutilizzaw ir-riżorsi kollha li għandna, kulħadd jaħdem għal għan wieħed u b'hekk inwettqu x-xogħlijiet li għandna bżonn nagħmlu.", "Mr Speaker, dan ix-xogħol kollu li semmejt seta` jsir u se jkompli jsir billi f'dan il-ministeru kulħadd jaħdem u jiġbed ħabel wieħed.", "Nagħlaq billi nirringrazzja lill-ħaddiema kollha, mill-kbir saż-żgħir.", "M'jiena se nsemmi lil ħadd biex ma nħalli lil ħadd barra.", "Grazzi minn qalbi lil kulħadd.", "L-għan tiegħi għas-sena d-dieħla hu li nkomplu bir-ritmu li qbadna, ix-xogħol nagħmluh iżjed minn qalbna, u ladarba x-xogħol nagħmluh iżjed minn qalbna r-riżultat ikun xogħol li jpaxxi iżjed lill-għajnejn u xogħol li jiġi apprezzat aktar mill-pubbliku.", "Grazzi.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Grazzi.", "Skada l-ħin tad-diskussjoni fil-kumitat ta' provvista.", "Il-mistoqsija hi l-emenda għal Vot 37 kif mressqa mill-Onor.", "Charles Buhagiar.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "L-emenda m'għaddietx.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Skond il-mozzjoni ta' proċedura numru 258 tad-9 ta' Ottubru, 2006 din id-division tittieħed minn hawn u ħames minuti oħra.", "Billi ntalbet votazzjoni l-Kumitat ġie sospiż fid-9.30 p.m. u rriżuma ħames minuti wara.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Se nerġa` npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi l- emenda għal Vot 37 kif mressqa mill-Onor.", "Charles Buhagiar.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "L-emenda m'għaddietx.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Mario Galea.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Għan-naħa tal-gvern se jiġu paired l-Onor.", "Lawrence Gonzi, l-Onor.", "Louis Galea, l-Onor.", "Censu Galea, l-Onor.", "Tonio Fenech u l- Onor. Helen D'Amato.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Għan-naħa ta' l-Oppożizzjoni se jiġu paired l-Onor.", "Chris Cardona, l-Onor.", "Justyne Caruana, l-Onor.", "Gavin Gulia, l-Onor.", "Joseph Cuschieri u l-Onor.", "Evarist Bartolo.", "VOTAZZJONI NRU.", "156", "FAVUR : 24", "L-Onor.", "|Abela Carmelo |Farrugia | | |Michael | |Abela Joseph |Farrugia | | |Noel | |Agius Chris |Galdes | | |Roderick | |Brincat Joseph |Herrera | | |Jose' | |Brincat Leo |Mangion | | |Charles | |Buhagiar |Mizzi Joe | |Charles | | |Buontempo |Parnis | |Stefan |Silvio | |Chircop Karl |Refalo Anton| |Coleiro Preca |Sammut | |Marie Louise |Joseph M. | |Dalli Helena |Sant Alfred | |Debono Grech |Vassallo | |Joseph |Adrian | |Farrugia Angelo|Vella George|", "KONTRA : 28", "L-Onor.", "|Abela Anthony|Frendo Michael| |Agius David |Galea Franco | |Agius Francis|Galea Mario | |Arrigo Robert|Gatt Austin | |Asciak |Gonzi Michael | |Michael | | |Azzopardi |Mifsud Bonnici| |Frederick |Antoine | |Azzopardi |Mifsud Bonnici| |Jason |Carmelo | |Borg Tonio |Mugliett | | |Jesmond | |Cassar Joseph|Puli Clyde | |Cristina |Pullicino | |Dolores |George | |de Marco |Pullicino | |Mario |Orlando | | |Jeffrey | |Debono |Vassallo Edwin| |Giovanna | | |Deguara Louis|Zammit Ninu | |Falzon Joseph|Zammit Dimech | | |Francis |", "L-Emenda m'għaddietx.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi:", "VOT 37 - MINISTERU GĦAR-RIŻORSI U INFRASTRUTTURA", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm22,265,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 37 - Ministeru għar-Riżorsi u Infrastruttura, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2007.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "THE DEPUTY CHARIMAN: Skond il-mozzjoni ta' proċedura numru 258 tad-9 ta' Otturbru, 2006 din id-divison tittieħed minnufih, bl-istess arranġament ta' pairing.", "VOTAZZJONI NRU.", "157", "FAVUR : 28", "L-Onor.", "|Abela Anthony|Frendo Michael| |Agius David |Galea Franco | |Agius Francis|Galea Mario | |Arrigo Robert|Gatt Austin | |Asciak |Gonzi Michael | |Michael | | |Azzopardi |Mifsud Bonnici| |Frederick |Antoine | |Azzopardi |Mifsud Bonnici| |Jason |Carmelo | |Borg Tonio |Mugliett | | |Jesmond | |Cassar Joseph|Puli Clyde | |Cristina |Pullicino | |Dolores |George | |de Marco |Pullicino | |Mario |Orlando | | |Jeffrey | |Debono |Vassallo Edwin| |Giovanna | | |Deguara Louis|Zammit Ninu | |Falzon Joseph|Zammit Dimech | | |Francis |", "KONTRA : 24", "L-Onor.", "|Abela Carmelo |Farrugia | | |Michael | |Abela Joseph |Farrugia | | |Noel | |Agius Chris |Galdes | | |Roderick | |Brincat Joseph |Herrera | | |Jose' | |Brincat Leo |Mangion | | |Charles | |Buhagiar |Mizzi Joe | |Charles | | |Buontempo |Parnis | |Stefan |Silvio | |Chircop Karl |Refalo Anton| |Coleiro Preca |Sammut | |Marie Louise |Joseph M. | |Dalli Helena |Sant Alfred | |Debono Grech |Vassallo | |Joseph |Adrian | |Farrugia Angelo|Vella George|", "Ir-Riżoluzzjoni taħt Vot 37 għaddiet.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi:", "VOT VII - MINISTERU GĦAR-RIŻORSI U INFRASTRUTTURA", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 3,681,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot VII - Ministeru għar-Riżorsi u Infrastruttura, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2007.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt Vot VII għaddiet.", "Il-Kamra rriżumiet u l-Viċi President tal-Kumitat irrapporta li r- Riżoluzzjonijiet taħt Voti 37 u VII tal-Ministeru għar-Riżorsi u l- Infrastruttura kienu ġew approvati mill-Kumitat ta' Provvista.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Viċi Prim Ministru, jekk jogħġbu, iressaq l-aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "TONIO BORG: Nipproponi l-aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tlieta, 7 ta' Novembru 2006, fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:-", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi tal-Liġijiet tal-Pulizija - Tieni Qari (Kont);", "Abbozz ta' Liġi li jirregola l-Infurzar ta' Drittijiet ta' Proprjeta' Intellettwali - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali (Emenda Nru 2) - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta (Emenda Nru 2) - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili (Emenda Nru 2) - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Organizzazzjonijiet Volontarji - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li Jimplimenta Miżuri ta' l-Estimi - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Ġustizzja Amministrattiva - Tieni Qari; u", "Diskussjoni miftuħa dwar rapport maħruġ mis-Segretarjat għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed - Kontinwazzjoni.", "--------------------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili (Emenda Nru 2) - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Reġistru Ċentrali - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada t-Tlieta, 7 ta' Novembru, 2006 bl-aġenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fid-9.43 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "OPERATURI TA' L-IVJAĠĠAR", "21856.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu stmat li ngħataw flus operaturi ta' l-ivjaġġar biex iġibu turisti lejn Malta u Għawdex matul is-sena 2006?", "Kemm kienu obbligati jġibu turisti biex jingħataw din l-għajnuna?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "SALINI - VULTAĠĠ BAXX TA' L-ELETTRIKU", "21857.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid għaliex fl-inħawi tas-Salini d-djar qed ikollhom vultaġġ baxx ħafna ta' l- elettriku?", "X'passi se jittieħdu?", "Meta se jiġu indirizzati dawn il- problemi?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Matul dawn l-aħħar snin, f'dawn l-inħawi partikolari kien hemm problemi ta' vultaġġ baxx, speċjalment fix-xhur tas-sajf, minħabba ż-żieda fid-domanda ta' l-elettriku.", "Sabiex jiġu rinforzati dawn l- inħawi, l-Enemalta qiegħda tibni substation ġdida.", "ŻVILUPP TAL-KULTURA NAZZJONALI", "21858.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' l-Ministru jgħid x'fondi pubbliċi ntużaw mill-ministeru għall-iżvilupp tal-kultura nazzjonali matul is-sena 2005?", "Lil min ingħataw dawn il-fondi u għal liema inizjattivi ngħataw?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "TRIQ WIED SARA, RABAT", "21861.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għal Għawdex: Peress li Triq Wied Sara, Rabat, Għawdex għandha bżonn manutenzjoni immedjata, tista' l-Ministru tara li dan ix-xogħol isir?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Il-manutenzjoni fuq parti sostanzjali minn Triq Wied Sara diġa' saret filwaqt li fuq il-bqija għaddej ix-xogħol li se jitlesta dalwaqt.", "TRIQ BEJN IL-MADLIENA U L-GĦARGĦUR", "21863.", "L-ONOR.", "ROBERT ARRIGO staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jikkonsidra li t-triq bejn il-Madliena u l- Għargħur, ħdejn Busietta Gardens, tidħol fl-iskema tax-xogħlijiet peress li din hi l-unika biċċa li ma saritx?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: It-triq imsemmija mhijiex residenzjali, għaldaqstant ma setgħetx tiġi inkluża fil-lista ta' 450 triq li jridu jsiru sas-sena 2008.", "Madanakollu din it-triq se tiġi kkonsidrata biex tiġi inkluża fil-programm ta' toroq li se ssirilhom rideability u għaldaqstant ix-xogħol isir skond il-prioritajiet li jirriżultaw.", "RINELLA FUN AND FILM PARK", "21864.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid fil-preżent ir- Rinella fun and film park/s jew studios minn min qed jitmexxew u b'liema kondizzjonijiet?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ir-Rinella film studios għadhom qed jiġu mmexxija mill- Mediterranean film studios ltd. taħt il-kondizzjonijiet taċ-ċens tat-2 ta' Ottubru, 1995 li kopja tagħhom qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "F'dan il-mument hemm kawża mill-gvern kontra l-kumpannija sabiex jiġi tterminat il-kuntratt taċ-ċens."]} {"filename": "20040614_138d_par.doc", "date": "2004-06-14", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 138 It-Tnejn, 14 ta' Ġunju, 2004 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 138 It-Tnejn, 14 ta' Ġunju, 2004", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.03 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "138", "It-Tnejn, 14 ta' Ġunju, 2004", "WERREJ", "MINUTI 745", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI 745", "TQEGĦID TA' KARTI 751", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR L-ILSIEN MALTI (KUMITAT)", "MALTESE LANGUAGE BILL (COMMITTEE STAGE) 753", "AĠĠORNAMENT 774", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 779", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 137 li saret fit-2 ta' Ġunju, 2004 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "ĦADDIEMA ĠODDA MAS-SERVIZZ PUBBLIKU", "5544.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Chris Agius) staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati impjegati ġodda mas-servizz pubbliku u ma' aġenziji u korporazzjonijiet li jaqgħu taħtu fil-perjodu Jannar/April 2003?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (Segretarju Parlamentari) (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra skeda li turi l- informazzjoni mitluba.", "OPM - INFIQ TA' FLUS FUQ KIRI TA' KAROZZI", "5867.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Charles Mangion) staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm intnefaq fuq kiri ta' karozzi mill-ministeru tiegħu, mid-dipartimenti u mill-entitajiet pubbliċi li huwa responsabbli għalihom u li jaqgħu taħt id- dekasteru tiegħu fis-snin 2002, 2003 u 2004 s'issa?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra tabella li turi l-informazzjoni mitluba.", "UNIVERSITA' - GRADWATI FIL-B.Ed.", "5343.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid kemm għad fadal gradwati li ħadu l-B.Ed. is-sena li għaddiet u baqgħu ma ġewx impjegati bħala għalliema?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi): Informat li n-numru ta' persuni li gradwaw fil-B.Ed. is-sena li għaddiet u li għadhom jirreġistraw għax-xogħol huwa ħamsa.", "POSTIJIET STORIĊI - VIŻITATURI", "5344.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid kemm viżitaturi żaru l- mużewijiet f'Malta u Għawdex bejn Jannar u April ta' din is-sena?", "Kemm minnhom kienu gruppi organizzati mill-iskejjel?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (Ministru għat-Turiżmu u Kultura): Ninsab informat li n-numru ta' viżitaturi li żaru l-mużewijiet f'Malta u Għawdex bejn Jannar sa April ta' din is-sena kien ta' 137,861, li 27,825 minnhom kienu studenti.", "Ma tinżammx statistika li turi kemm minnhom kienu gruppi organizzati mill-iskejjel.", "SKEJJEL - ŻJARAT F'POSTIJIET STORIĊI", "5345.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid liema kienu dawk l- iskejjel ta' l-Istat, indipendenti u tal-Knisja li ħadu gruppi organizzati biex iżuru mużewijiet u kemm kien hemm studenti minn kull skola?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li ma tinżammx statistika mqassma kif mitluba mill-Onor.", "Membru.", "Madanakollu nista' ngħid li matul l- 2003 kien hemm 46,741 student taħt it-12-il sena li żaru l-mużewijiet ta' Heritage Malta.", "M'hemmx statistika li turi kemm kien hemm studenti bejn it- 13 u t-18-il sena.", "HERITAGE MALTA - TURIŻMU RELIĠJUŻ", "5346.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid jekk Heritage Malta għandhiex pjani konkreti biex tħajjar it-turiżmu reliġjuż?", "Japprezza li pajjiżna għandu patrimonju rikk ħafna f'dan il-qasam?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Kemm l-awtorita` tat-turiżmu ta' Malta kif ukoll Heritage Malta jqisu l-patrimonju reliġjuż bħala komponent importanti ta' l-istrateġija promozzjonali u dan bil-għan aħħari li jitkattru r- raġunijiet li għalihom it-turisti jżuru il-gżejjer tagħna.", "Ninsab informat li bdew taħdidiet ma' l-awtoritajiet u organizzazzjonijiet konċernati biex jitfassal pjan ta' ħidma msejjes proprju fuq it-turiżmu reliġjuż.", "5-STAR HOTELS", "5347.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid liema huma dawk il-lukandi li huma magħrufa bħala ta' ħames stilel?", "X'inhu n-numru totali ta' sodod li fihom?", "Jista' jgħid ukoll jekk kienx hemm lukandi ta' din il-klassi li tnaqqsitilhom xi stilla?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li l-lukandi ta' ħames stilel huma dawn:", "|Lukanda |Sodod | |Corinthia |316 | |Palace | | |Corinthia San |500 | |Ġorġ | | |Corinthia |400 | |Marina | | |Crowne Plaza |364 | |Hilton |588 | |International | | |Intercontinenta|902 | |l | | |Kempinski San |214 | |Lawrenz | | |L-Imġarr |158 | |Le Meridien |270 | |Phoenica | | |Radisson Bay |504 | |Point | | |Ta' Ċenċ |166 | |Westin |624 | |Dragonara | | |Xara Palace |34 | |Total |5040 |", "Ma kien hemm l-ebda lukanda ta' din il-klassi li tnaqsitilha stilla f'dawn l-aħħar snin.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Mizzi, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Peress li ġie mħabbar li l-Crowne Plaza Malta kellha tagħlaq jew tinbiegħ f'Ottubru li ġej, jista' il-Ministru jgħid x'kienet id- deċiżjoni tal-Kabinett f'dan ir-rigward u jekk hu min-naħa tiegħu intervjeniex għal din id-deċiżjoni?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Naturalment jekk l-Onor.", "Interpellant irid ikun jaf jekk ittieħditx xi deċiżjoni mill-Kabinett dwar il-Crowne Plaza Malta, nitolbu jagħmel id-domanda lill-Prim Ministru.", "Li nista' ngħidlu hu li dwar dan il-każ kont ġejt avviċinat bħala ministru responsabbli mit- turiżmu peress li l-kumpannija li topera din l-istess lukanda kienet resqet applikazzjoni quddiem l-awtorita' Maltija għat-turiżmu sabiex ikollha l- fakulta' li tkabbar il-faċilitajiet tagħha u żżid in-numru ta' sodod.", "Safejn naf jien – qed nitkellem mill-memorja għax m'għandix din l- informazzjoni quddiemi – din l-applikazzjoni kienet ġiet approvata.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi ONOR.", "JOE MIZZI: Ladarba l-Ministru jaf b'dan kollu, jista' jgħidilna jekk il-Crowne Plaza Malta hijiex se tibqa' topera jew le?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Naturalment meta lukanda tagħmel applikazzjoni biex tkabbar, il-preżunzjoni tkun li se tkompli topera.", "Pero' ikun hemm każijiet – nifhem li dan jista' jkun wieħed minnhom - fejn l-applikazzjoni tkun saret sabiex f'każ li min jopera dik il-lukanda jkun se jidħol f'diskussjonijiet ma' partijiet interessati li jixtru l-istess operat tal-lukanda, ikunu jistgħu jitkellmu dwar investiment li fl-entita' tiegħu jkun akbar.", "Pero' kemm jekk il-Crowne Plaza Malta tagħmel dan hi direttament skond it- terminu tal-permess li applikat għalih lill-awtorita' Maltija għat-turiżmu, kemm jekk hi tuża dak il-permess ma' entitajiet oħra li tidħol f'negozjati magħhom sabiex isir it-trasferiment tal-proprjeta' in kwestjoni, dak li ġie għand il-ministeru għat-turiżmu u l-kultura u dak li ġie għand l-awtorita' Maltija għat-turiżmu, hija applikazzjoni ta' operat ta' lukanda mhux biss fil-format preżenti tagħha imma fit-tkabbir tagħha.", "Jiġifieri hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq il-kontinwazzjoni ta' operat ta' lukanda jew semai ta' lukanda ġdida b'faċilitajiet akbar u b'sodod aktar.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Billi l-lukanda Crowne Plaza Malta hija tal-poplu Malti u Għawdxi u allura l-gvern għandu r-responsabilita' tagħha indirettament, jista' il-Ministru għat-Turiżmu u l-Kultura jgħid jekk sarux diskussjonijiet miegħu biex jiġi deċiż x'se jsir minnha u jekk għandhiex tinbiegħ jew le?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ma ntalab l-ebda parir lili u ma nafx li ntalab ebda parir lil persuni oħra fil-ministeru jew fl-awtorita' għat- turiżmu dwar jekk il-lukanda għandhiex tinbiegħ jew le.", "Normalment dan il- parir ma jintalabx għax din il-konsiderazzjoni hija purament kummerċjali.", "Kif diġa' spjegajt, il-ministeru għat-turiżmu jidħol fl-aspett li jżomm il- proċess ta' liċenzjar tal-lukandi attwali.", "Jekk is-sid ta' lukanda jkun irid hu direttament, jew għax ikun qiegħed f'diskussjonijiet ma' operatur potenzjali ġdid ikun hemm il-ħsieb li jkabbar, u allura jkollu bżonn ta' permessi ġodda kemm fil-livell ta' l-awtorita' Maltija ta' l-ippjanar kif ukoll ta' compliance certification mill-awtorita' għat-turiżmu, it-talba ssir lilna biex dak il-permess ikun jista' jingħata.", "Fil-każ tal-Crowne Plaze Malta, it-talba għall-permess saret u safejn jien informat, fil- livell ta' l-awtorita' Maltija għat-turiżmu, il-permess ingħata.", "Naturalment, jekk l-Onor.", "Interpellant għandu mistoqsijiet oħra li jirrigwardaw l-operat dirett ta' dik il-lukanda, għandu jagħmel il- mistoqsijiet tiegħu lill-ministru konċernat.", "LUKANDI", "5348.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm lukandi ta' erba' stilel, tliet stilel, żewg stilel u stilla waħda?", "Kemm hemm sodod f'kull klassi?", "Kemm hemm lukandi li f'dawn l-aħħar ħames snin tnaqsitilhom il-klassi?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li l-pożizzjoni hija kif murija hawn taħt:", "|Klassi ta' |Numru |Sodod | |Hotel u | | | |Aparthotel | | | |4 Stilel |55 |17,848 | |3 Stilel |63 |13,716 | |2 Stilel |33 |3,581 |", "Lukandi ta' stilla waħda m'għadhomx aktar jagħmlu parti mis-sistema ta' klassifikazzjoni tal-lukandi.", "Ma jirriżultax li f'dawn l-aħħar ħames snin kien hemm xi lukanda li tnaqqsitilha stilla.", "SPTAR SAN LUQA - PERSUNI FUQ IL-WAITING LIST BIEX ISSIRILHOM OPERAZZJONI", "5702.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm persuni fuq il-waiting list jistennew biex issirilhom operazzjoni ġewwa l-isptar San Luqa?", "X'inhi t-tip ta' operazzjoni f'kull każ u kemm ilhom jistennew kull wieħed minnhom?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil- Komunita'): L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant qiegħda tinġabar u r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "Mr Speaker, nieħu l-okkażjoni biex infakkar lill-Onor.", "Interpellant li risposta dettaljata għal din l-istess domanda ingħatat f'Diċembru u proviżorjament jista' jirriferi għaliha sakemm nagħtih update ta' din l- informazzjoni.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joseph Abela, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOSEPH ABELA: Mr Speaker, fid-dawl tar-rapporti li kien hemm fl- istampa Ingliża dwar il-kumpannija Glaxo Smith Kline – għalkemm naf li din id-domanda m'għandhiex x'taqsam mad-domanda oriġinali – li qed tiffaċċja akkużi kriminali quddiem l-awtoritajiet tas-saħħa Ingliżi u anke quddiem il- qrati Ingliżi minħabba l-pillola Seroxat, liema pillola m'hijiex qiegħda titħalla tingħata liż-żgħażagħ fl-Ingilterra, jista' il-Ministru jgħid x'tip ta' azzjoni qed jieħu d-dipartiment tas-saħħa f'pajjiżna dwar l- istess pillola?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Mr Speaker, kif ippreċiża l-kollega tiegħi, s'issa hemm biss akkużi li l-kumpannija setgħet ħbiet xi rapporti fuq l-inċidenza ta' suwiċidju meta dan il-prodott ingħata lill-pazjenti ta' ċerta eta'.", "Dawn l-akkużi għadhom ma ġewx ippruvati u naturalment dawn ir-rapporti, kif qrajthom jiena kif ukoll il-kollega tiegħi min-naħa ta' l-oppożizzjoni, qrawhom ukoll il-psikjatri u t-tobba lokali.", "Allura qabel ma jiġi kkonfermat jekk dawn il-pilloli humiex ħżiena jew le, għandhom jibqgħu jiġu preskritti b'aktar attenzjoni.", "Irrid ngħid ukoll li meta jkun hemm suspett li qegħdin jiġu preskritti pilloli li jistgħu jkunu ta' ċertu periklu jew li għandhom xi side effect li sal-lum għadu mistur, l-għaqda dinjija tas-saħħa tagħti guidelines dwarhom.", "Fir-rigward ta' dawn il-pilloli l-għaqda dinjija għadha ma tatx guidelines.", "Nemmen li llum, f'dinja fejn kulħadd qed jikkontesta u kulħadd qiegħed jagħmel defensive medicine, wieħed ma jridx jaqbeż għal ċerti konklużjonijiet għax żgur li jekk kumpannija jkollha suspett li tista' tiġi mfittxija minħabba li ħbiet xi rapporti fuq danni li l-pilloli tagħha jistgħu jagħmlu, b'sens ta' responsabilita' is-soltu tirtirahom mis-suq.", "Il-kumpannija li qed isemmi l-kollega tiegħi hija waħda mill-ikbar, jekk mhux l-ikbar waħda li hawn fid-dinja u naħseb li hija konxja minn dan kollu li qed ngħid.", "Pero' sal-lum, minkejja dan kollu, għadha ma ħassitx il- bżonn li tirtira dan il-prodott.", "Il-kollega tiegħi jrid jiftakar ukoll li din il-pillola tintuża ferm aktar minħabba n-numru ta' popolazzjoni li hemm ġewwa pajjiżi differenti u s'issa l-ebda pajjiż fl-Ewropa ma ħareġ warnings biex din ma tintużax.", "Ovvjament, meta jkun hemm dan it-tip ta' alert dwar xi pilloli, wieħed joqgħod iżjed attent li jippreskrivihom, pero' lanqas rridu naqbżu għall- konklużjonijiet.", "Niftakru wkoll li meta xi ħadd ikun qiegħed ikkontrollat fuq tip ta' pillola, lanqas hu għaqli li f'daqqa waħda jaqbad u jwaqqafha jew jibdilha għal mediċina oħra għax din tista' tippreċipita affarijiet li huma ferm aktar koroh.", "Allura f'dan ir-rigward ikun aħjar li wieħed iħalli f'idejn l-esperti – li hawn ġew għandna wieħed minnhom - u jimxi mal-parir tagħhom.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "JOSEPH ABELA: Jien qed ngħid li r-regolatur tal-mediċina Ingliża, jiġifieri l-Medicines and Health Care Products Regulatory Agency, ħarġet direttiva biex dawn il-pilloli ma jiġux preskritti.", "Simili għaliha kien hemm ukoll l-Amerika.", "Allura ngħid jien ...", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Mr Speaker, il-domanda saret lili, meta kont qed nirrispondi ppruvajt nuri li din hija xi ħaġa teknika, pero' għall-grazzja t'Alla semmejt ukoll li ġo din il-Kamra għandna espert dwar din il-materja u allura, bil-permess tal-Kamra, naħseb li jkun għaqli li nħallu lil dan l- espert jagħtina l-opinjoni tiegħu.", "MR SPEAKER: Jiddispaċini imma ma naħsibx li l-Onor.", "Membru jista' jwieġeb b'dan il-mod.", "Li jista', jagħmel xi forma ta' domanda lill- Ministru.", "(Interruzzjonijiet) Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Mr Speaker, minkejja x'għamlet u m'għamlitx aġenzija oħra, illum hemm l-obbligu fuq il-parent company li jekk ikollha l-iċken dubju dwar xi ħaġa, hi stess għandha tirtira l-prodott.", "Naħseb li l-ebda kumpannija serja u mondjali m'hi se tħalli mediċina fis-suq mingħajr ma tgħarraf bis-side effects qawwija li din jista' jkollha.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "JOSEPH ABELA: Jista' il-Ministru jgħidilna għallinqas jekk hawn Malta jeżistix xi body regolatorju indipendenti, bħalma jeżisti fl- Ingilterra, li jevalwa dawn l-affarijiet biex għallinqas il-pazjent ikun informat dwar il-periklu li jeżisti?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Mr Speaker, sal-lum qgħadna dejjem fuq il-pariri li jingħataw f'popolazzjonijiet ferm ikbar minn tagħna.", "Wieħed irid jiftakar li huwa diffiċli ħafna li tasal għal konklużjonijiet dwar l-effett jew is- side effect ta' din il-pillola fuq popolazzjoni ta' 400,000 ruħ.", "Pero' nassigura lill-Onor.", "Interpellant li kull darba li kien hemm health warning minn xi diviżjoni tas-saħħa dwar l-effetti ħżiena li jista' jkollha xi pillola partikolari, id-diviżjoni tas-saħħa dejjem ħadet il-prekawzjonijiet kollha.", "S'issa ma jidhirx li hemm suspetti b'saħħithom biżżejjed li jiġġustifikaw xi health warning li toħroġ fuq din il-mediċina partikolari.", "Naturalment jekk din toħroġ internazzjonalment, aħna nirtirawha, pero' fl-istess ħin, meta jkun hawn dawn it-tip ta' suspetti ...", "Irrid infakkar lill-Onor.", "Interpellant li meta kien hawn ħafna għajdut dwar il-vaċċin tal-mumps, din mill-ewwel ġiet irtirata.", "U ġiet irtirata mhux għax kien hemm avviż biex tiġi rtirata imma għax kulħadd kien tal-parir li sakemm jinqata' d-dubju li din setgħet tkun ta' periklu jew ta' ħsara, ma kellhiex tibqa' tintuża.", "Irrid ngħid ukoll li s-side effects tal-pillola li qed isemmi l-Onor.", "Membru, fosthom is-suwiċidju, ma ġewx avżati across the board imma meta din il-pillola tintuża f'etajiet żgħar.", "Fil-fatt jekk wieħed jaqra s-side effects ta' din il-pillola jsib li m'hijiex rikkmandata li tintuża f'etajiet żgħar.", "SAĦĦA - PERSUNI LI TILFU ĦAJJITHOM KAWŻA TAT-TIPJIP", "5703.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid kemm mietu persuni kawża tat-tipjip is-sena l-oħra?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: In-numru ta' każijiet ta' mwiet irreġistrati fir- reġistru nazzjonali ta' l-imwiet matul is-sena 2003 u li huma meqjusa li kienu kkaġunati minħabba t-tipjip fiż-żewġ sessi, huwa ta' 362 residenti Malta u Għawdex.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Jason Azzopardi.", "ONOR.", "JASON AZZOPARDI: In vista tad-dikjarazzjoni li saret riċentement fejn esponent uffiċjali tal-GRTU ġie rrapportat li qal li għal din il-union l-ekonomija tiġi qabel is-saħħa, il-Ministru jaqbel miegħi li dikjarazzjoni bħal din, jekk inhi minnha, hija preokkupanti u li argument ta' dan it-tip ma jgħinx sabiex ikun hawn sforz kollettiv biex it-tipjip illegali f'postijiet esposti għall-pubbliku, jiġi indirizzat?", "U dan in vista tal- fatt li dan il-kumment intqal f'nofs id-dibattitu li sar bejn il-Malta standards authority u l-GRTU dwar l-air purifiers minħabba d-dħaħen tat- tipjip.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Mr Speaker, naħseb li kulmin qara dan l-istatement kien ixxukjat bl-irresponsabilita' tiegħu.", "Meta jiena kelli d- diskussjonijiet mal-GRTU kont għedt, anke fil-pubbliku, li l-interessi tal- GRTU u dawk tad-diviżjoni tas-saħħa żgur li m'humiex l-istess u allura ovvjament kien se jkun hemm ċertu diskordju.", "Il-fatt li b'effiċjenza kbira jumejn wara d-direttur tal-GRTU ċaħad jew ipprova jagħti spjegazzjoni differenti minn dik li kien għadu kemm għamel is-Sur Philip Fenech, jidher ovvju li d-dikjarazzjoni tas-Sur Fenech mhux biss inkwetat lill-pubbliku in ġenerali imma saħansitra nkwetat lid- direttur tal-GRTU.", "Tant hu hekk li d-direttur tal-GRTU ħass li b'urġenza kbira kellu jirtira dik id-dikjarazzjoni jew jipprova jbenġilha b'mod li ma tidhirx daqshekk offensiva għall-pubbliku.", "Mr Speaker, il-mod kif irrispondew ċerti opinion leaders fil-gazzetti tal- Ħadd juri li r-reazzjoni kienet waħda massiċċa u jiena m'għandix dubju li se jkun hemm numru ta' ittri li se jikkundannaw id-dikjarazzjoni li kien għamel is-Sur Fenech.", "Naħseb li l-aħjar ħaġa kienet tkun li minflok ma jaqbeż id-direttur biex jipprova jbenġilha lis-Sur Fenech, ikun is-Sur Fenech stess li jammetti pubblikament li dik kienet stqarrija li ma tagħmilx sens.", "M'huwiex sew li noqgħodu nsemmu ċ-ċifri ta' l-imwiet u min- naħa l-oħra ma nagħmlux kull sforz biex dawk l-imwiet, jekk jista' jkun innaqsuhom.", "Saritli domanda dwar kemm mietu nies bil-kanċer u fir-risposta tiegħi għedt li s-sena l-oħra mietu 362 ruħ b'din il-marda.", "Pero' huwa inkwetanti wkoll, jekk mhux aktar, in-numru ta' persuni li jgħixu ħajja miżera u li l- kwalita' ta' ħajja tagħhom hija ferm inqas minn dawn l-imwiet li qegħdin insemmu.", "Kieku wieħed kellu jistabbilixxi t-tnaqqis fil-kwalita' ta' ħajja kkaġunat mit-tipjip, isib li għandna għexieren ta' eluf.", "Allura ovvjament wieħed irid joqgħod attent li meta aħna ffaċċjati b'xi ħaġa li hija prevedibbli u prevenibbli, tkun irresponsabbilta' min-naħa ta' kulħadd, anke ta' dawk li għandhom interess pekunjarju u finanzjarju f'dawn l- affarijiet, li ma nagħmlux l-almu tagħna kollu biex inwaqqfuha jew inrażżnuha.", "L-Onor.", "Membru semma wkoll il-purifiers u apparat ieħor li jkun jista' jnaddaf l-arja.", "Fil-fatt meta jiena rajt li s-Sur Vince Farrugia kien tant deċiż u stqarr li hu konvint li hawn apparat li jista' jelimina l-ħsara kkaġunata mis-sigaretti fil-magħluq għax ġie ppruvat quddiemu – fil-fatt talab lill-gvern biex jgħin lill-membri tal-GRTU finanzjarjament biex ikun jista' jiġi stallat dan l-apparat - b'sens ta' responsabbilta' jien tawwalt iż-żmien li fih il-bars u r-restaurants jistgħu jikkonformaw biex nagħti ċans li din id-dikjarazzjoni tas-Sur Farrugia tiġi ppruvata.", "Fl-istess ħin qbilna - u dan kien l-uniku qbil li sar bejn il-GRTU u d-diviżjoni tas- saħħa - li nagħmlu kumitat ippresedut mill-Malta standards authority, fejn ikun irrappreżentat mill-key players kollha, fosthom il-pulizija, il-MAM, l- MSA, il-GRTU u d-dipartiment tagħna, biex flimkien jaslu ħalli jistabbilixxu jekk hemmx apparat li jista' jiggarantixxi kwalita' ta' arja tajba.", "In the meantime xi ħadd beda jipprova jbellagħha lill-bar owners u lir- restaurant owners u beda jbegħilhom dan l-apparat.", "U l-għada stess li d- diviżjoni tas-saħħa saret taf li din il-persuna kienet qed tbigħ dan it-tip ta' apparat u tgħid li dan kien jikkonforma ma' dak li kienet qed titlob id- diviżjoni tas-saħħa, aħna ħriġna stqarrija pubblika fejn tajna parir lill- bar owners u lir-restaurant owners biex ma jixtru l-ebda apparat sakemm jiġu stabbiliti l-livelli tal-kwalita' ta' l-arja.", "Fl-istess ħin il-GRTU u l-membri l-oħra kkollaboraw u kkoperaw biex jiġu stabbiliti dawn il-livelli, pero' skond l-informazzjoni li għandi, meta l- GRTU bdiet tinduna li l-livelli li kienu qegħdin jiġu kkonstatati u stabbiliti ma kenux qed jogħġbu lill-bar owners u lir-restaurant owners, dawn dabbru rashom.", "Meta ħriġna din l-istqarrija, minkejja numru ta' theddid u affarijiet oħra li ġew levied lejn id-diviżjoni tas-saħħa, jiena kont stqarrejt fil-press release li ħriġna, li l-interess tad-diviżjoni tas-saħħa żgur m'huwiex wieħed pekunjarju.", "L-interess tad-diviżjoni hu li tibqa' tieħu ħsieb is- saħħa tal-pubbliku u kemm jista' jkun juża l-miżuri u l-mezzi kollha biex ma ssirx iktar ħsara mit-tipjip.", "Aħna ntrabatna bħala diviżjoni - kif konna ntrabatna fil-bidu meta ftehemna li jitwaqqaf dan il-kumitat - li jkunu xi jkunu r-riżultati ta' l-istandards li se jiġu stabbiliti, konna sejrin nobduhom.", "Ovvjament hemm min diġa' għamel dikjarazzjoni ndiretta li dawk l-istandards ma jogħġbuhx u allura ħass li jkun iżjed kredibbli jekk jirtira minn dan il- kumitat.", "Ir-reazzjoni tal-pubbliku hija dik li hi u m'għandix dubju li fl- aħħar mill-aħħar jirrenja l-bon sens.", "Pero' irrid niddikjara hawnhekk li aħna tajna żmien ta' sitt xhur għal dawk il-ħwienet li huma iktar minn 60 metru kwadru, tajna sena żmien lill-ħwienet li huma inqas minn 60 metru kwadru u xejn m'hu se jċaqlaqna minn dan it-time frame.", "Jiġifieri jintlaħaq jew ma jintlaħaqx akkordju mal-GRTU jew ma' kulmin hu involut, m'aħniex se niċċaqilqu mit-time frames li tajna.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "TONIO BORG (Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l- Intern): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali numru 320 ta' l-2004 - Ordni ta' l-2004 dwar Pajjiżi Barranin Appuntati dwar l-Estradizzjoni;", "Avviż Legali numru 325 ta' l-2004 - Avviż ta' bidu fis-seħħ ta' ċertu disposizzjonijiet ta' l-Att ta' l-2004 biex jemenda diversi liġijiet (Att Nru. III ta' l-2004);", "Avviż Legali numru 326 ta' l-2004 - Regolamenti ta' l-2004 li jemendaw l-Għaxar Skeda li tinsab ma' l-Att dwar Kunsilli Lokali ̧ Kap. 363;", "Avviż Legali numru 333 ta' l-2004 - Avviż ta' bidu fis-seħħ tat- Taqsima XV ta' l-Att ta' l-2004 biex jemenda diversi liġijiet (Att Nru. III ta' l-2004); u", "Kopja ta' pjanta li turi art tal-gvern mhux żviluppata u art li fuqha għad hemm kawża pendenti fix-Xatt ta' Spinola, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 6069.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Galea.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali numru 324 ta' l-2004 - Regolamenti ta' l-2004 dwar il- Kunsill Ewropew tax-Xogħol; u", "f'isem il-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u Promozzjoni ta' Investiment inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Lista tal-membri fis-segretarjat tal-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u Promozzjoni ta' Investiment u tas-Segretarju Parlamentari fl-istess ministeru skond il-kariga li jokkupaw, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 6017.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għall-Kompetittivita` u l-Komunikazzjoni): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali numru 314 ta' l-2004 - Regolamenti ta' l-2004 dwar in- Nollijiet għal Servizz tal-Passiġġieri u Merkanzija għal Għawdex;", "Avviż Legali numru 323 ta' l-2004 - Further Provisions for Product Withdrawal and Recall Regulations, 2004;", "Avviż Legali numru 327 ta' l-2004 - Avviż ta' bidu fis-seħħ ta' ċertu disposizzjonijiet tal-Kodiċi ta' Prattika għas-Sigurtà ta' Bastimenti Kummerċjali skond l-Att dwar l-Awtorita` Marittima ta' Malta (Kap.352);", "Avviż Legali numru 331 ta' l-2004 - Ordni ta' Tħassir ta' l-Ordni ta' Eżenzjoni għall-finijiet ta' l-artikolu 30 ta' l-Att dwar il- Kompetizzjoni;", "Avviż Legali numru 332 ta' l-2004 - Avviż ta' bidu fis-seħħ ta' ċertu disposizzjonijiet tat-Taqsima VI ta' l-Att ta' l-2003 dwar Tpaċija u Netting f'Każ ta' Insolvenza (Att Nru. IV ta' l-2003); u", "f'isem il-Ministru għat-Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u l-Investiment inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Kopja tas-sejħa għal expression of intent għall-bini ta' l-impjant tat- trattament tad-drenaġġ fit-tramuntana ta' Malta taħt il-ħames Protokoll Finanzjarju bejn Malta u l-Italja, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 6090.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Deguara.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali numru 315 ta' l-2004 - Regolamenti ta' l-2004 dwar l- Ikkummerċjar;", "Avviż Legali numru 316 ta' l-2004 - Regolamenti ta' l-2004 dwar l- Elezzjonijiet tal-Kumitat ta' l-Appelli;", "Avviż Legali numru 334 ta' l-2004 - Ordni ta' l-2004 dwar delega lill-Awtorita` dwar il-Mediċini;", "Lista li turi l-għadd ta' sodod okkupati fl-Isptar San Luqa u l-Isptar Karen Grech fil-21 ta' Mejju 2004, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 5704;", "Lista ta' impjegati fid-Dipartiment tas-Saħħa li qed jaħdmu fuq reduced hours, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 5707; u", "Lista ta' pilloli out of stock fl-ispiżeriji tal-gvern, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 6072.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Cristina.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA (Ministru għall-Familja u Solidarjeta` Soċjali): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali numru 317 ta' l-2004 - Avviż ta' bidu fis-seħħ tad- disposizzjonijiet kollha ta' l-Att ta' l-2003 dwar il-Professjoni tax- Xogħol Soċjali (Att Nru. XVII ta' l-2003).", "MR SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Mr Speaker, f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi nqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali numru 318 ta' l-2004 - Regolamenti ta' l-2004 dwar Taxxa fuq il-Valur Miżjud (Aġġustamenti li għandhom x'jaqsmu ma' Oġġetti Kapitali);", "Avviż Legali numru 319 ta' l-2004 - Regolamenti ta' l-2004 dwar Taxxa fuq il-Valur Miżjud (Ħlas lura lil Persuni mhux Residenti);", "Avviż Legali numru 321 ta' l-2004 - Ordni ta' l-2004 dwar l-UE (Tħassir ta' Kap. 75 tal-Liġijiet ta' Malta);", "Avviż Legali numru 322 ta' l-2004 - Insurance Business (Companies Accounts) (Amendment) Regulations, 2004;", "Avviż Legali numru 329 ta' l-2004 - Avviż ta' bidu fis-seħħ tad- disposizzjonijiet tat-Taqsima XXI ta' l-Att ta' l-2004 biex jemenda Diversi Liġijiet (Att Nru. III ta' l-2004);", "Avviż Legali numru 330 ta' l-2004 - Regolamenti ta' l-2004 li jemendaw ir-Regolamenti dwar il-Bank Ċentrali ta' Malta (Penalitajiet għal Reati u Ksur ta' Regolamenti);", "Lista li turi l-għadd ta' impjegati tal-gvern li qegħdin fuq maternity leave u parental leave fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru u l-Ministeru tal- Finanzi, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 5706; u", "f'isem il-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq inqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra:", "Avviż Legali numru 328 ta' l-2004 - Regolamenti ta' l-2004 dwar il- Votazzjoni (Restrizzjoni ta' Aċċess).", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR L-ILSIEN MALTI", "MALTESE LANGUAGE BILL", "L-ordni għal Kumitat ġie moqri.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor.", "Mario de Marco, Viċi President tal-Kumitat, jippresjedi.", "(Ikompli mit-2 ta' Ġunju, 2004.)", "Klawsola 2 - Tifsir.", "Clause 2 - Interpretation.", "(Posposta fit-2 ta' Ġunju, 2004)", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, konna pposponejna d-diskussjoni li konna qed nagħmlu dwar klawsola 2 fuq żewġ punti; fuq id-data tal- fondazzjoni ta' l-akkademja tal-Malti u fuq id-definizzjoni ta' \"politika lingwistika\".", "Kif kont indikajt dakinhar tad-diskussjoni, ipprovajt infittex ftit x'inhi s-sitwazzjoni fuq iż-żewġ punti.", "Dwar id-data tal-fondazzjoni ta' l- akkademja tal-Malti, l-għaqda tal-kittieba tal-Malti, jekk wieħed jara l- ktieb li jismu \"Tagħrif fuq il-Kitba Maltija\", edizzjoni uffiċjali aġġornata u riveduta ta' l-akkademja tal-Malti prodott minn Klabb Kotba Maltin, isib li f'dan il-ktieb hemm riprodotta ittra ta' Ġuże` Muscat Azzopardi, il-president ta' l-għaqda tal-kittieba tal-Malti, iffirmata wkoll mis-segretarju ta' din l-għaqda, is-Sur F.S. Caruana.", "F'din l-ittra joħroġ ċar li d-data tat-twaqqif ta' l-akkademja hija marbuta mad-data kif ġiet iċċitata f'dan l-abbozz ta' liġi.", "Jirriżulta li għalkemm qabel din l-ittra tas-Sur Ġuże` Muscat Azzopardi, il- president ta' l-għaqda tal-kittieba tal-Malti, suppost hemm dokumenti oħra li kienu bdew jinżammu sa mill-ewwel laqgħat ta' din l-għaqda, kif jiġri ħafna drabi f'għaqdiet li jkunu fi proċess ta' żvilupp bħal din l-għaqda, id-dokumentazzjoni tisparpalja xi ftit ruħha u ma jibqgħux jinstabu d- dokumenti oriġinali.", "Għalhekk jien naħseb li hija d-data li għandna hawnhekk li wieħed għandu joqgħod fuqha.", "Fil-fatt meta l-għaqda tal-kittieba tal-Malti ġiet biex tippubblika r-regoli ta' l-ilsien Malti, Ġuże` Muscat Azzopardi kiteb hekk u se nikkwota:", "\"Wasal fl-aħħar iż-żmien li nagħtu f'idejkhom dan ix-xogħol li intom stess għandkom taraw u tiżnu x'jiswa.", "Għadda ħafna żmien mindu l- ġemgħa tagħkom fl-14 ta' Novembru 1920 ħatret il-kummissjoni biex tħejjih.", "Għad illi x-xogħol kien tqil, il-kummisjoni malajr ħadet ħsiebu u ħallietu f'idejn is-Sur Ninu Cremona biex jaħdmu f'sura ta' ktieb.", "Is-Sur Cremona megħjun mis-Sur Ġanni Vassallo b'sabar u dehen liema bħalhom, lestieh fl-anqas żmien li seta'.\".", "U l-ittra tkompli.", "Jien ikkwotajt dan il-paragrafu fejn hemm din id-data ta' l-14 ta' Novembru 1920 għaliex jien informat li din hija d-data li hija aċċettata b'kunsens minn kulħadd bħala d-data tat-twaqqif ta' l-akkademja tal-Malti li oriġinarjament kien jisimha \"l-Għaqda tal-Kittieba tal-Malti\".", "Dwar il-punt l-ieħor tad-definizzjoni tal-politika lingwistika naħseb li l- manjiera kif ipprovajt infissirha jien hija wkoll it-tifsira f'kontest korrett u hawnhekk naħseb li wieħed ma tantx għandu x'jista' jżid ma' dak illi kont nispjega jien, Sur President.", "Nirringrazzjak.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Grazzi.", "L-Onor.", "Carmelo Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Fil-fatt dwar il-politika tal-lingwistika u s- suġġeriment dwar jekk għandniex indaħħlu tifsira ġdida oħra dwar lingwistika ġenerali, jien ukoll għamilt daqsxejn homework mill-aħħar seduta u naqbel mal-ministru li l-affarijiet għandhom jibqgħu kif inhuma.", "Pero' huwa mportanti li nkunu ċċarajnihom.", "L-ewwelnett huwa veru li jien semmejt id-data ta' meta twaqqfet l-akkademja tal-Malti - fil-fatt l-ittra waslet għandi llum u jidher li din diġa` ntbagħtet b'xi noti lill-avukat ġenerali tar-repubblika - pero' t-tifsira f'dan l-abbozz ta' liġi tgħid hekk:", "\"''L-Akkademja\" tfisser l-Akkademja tal-Malti magħrufa qabel bħala l- Għaqda tal-Kittieba tal-Malti ...\".", "Minn hawnhekk jidher li l-akkademja tal-Malti tissejjaħ ukoll \"l-għaqda tal- kittieba tal-Malti\".", "Dan ifisser li din hija parti mill-isem integrali u mhux li qabel kienet magħrufa hekk u mbagħad tbiddlet għall-akkademja tal- Malti.", "Jidher li dak huwa l-punt li forsi qiegħed joħloq xi problema.", "Jien naf li s-Sur Anton Agius Muscat - dan qed insemmih għax huwa magħruf - kiteb lill-avukat ġenerali fuq dan.", "Ma nafx jekk il-ministru kienx informat b'din l-ittra u jekk kellux xi feedback f'dan is-sens.", "Dawk huma l- kummenti li għandi għalissa ̧ Sur President", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Louis Galea", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, naf li l-ħabib tiegħi, is-Sur Anton Agius Muscat għandu din l-interpretazzjoni ta' kif żviluppaw l-affarijiet fi ħdan l-għaqda tal-kittieba tal-Malti pero` din hija verżjoni li mhijiex uffiċjalment sostnuta mill-istess akkademja tal-Malti.", "Allura filwaqt li din mhijiex kwestjoni ta' xi dibattitu ta' prinċipju, nippreferi li jekk l- akkademja tal-Malti għandha din it-tip ta' pożizzjoni, wieħed jirrispettaha mingħajr ma nippreġudikaw is-sorsi ta' informazzjoni li jista' għandu s-Sur Anton Agius Muscat.", "Ikun tajjeb li wieħed jgħid li għalkemm fid-definizzjoni tal-liġi qegħdin ngħidu li l-\"l-Akkademja\" tfisser l-Akkademja tal-Malti magħrufa qabel bħala l-Għaqda tal-Kittieba tal-Malti li twaqqfet fl-14 ta' Novembru 1920, ma jfissirx li din il-liġi se tbiddel fis-sustanza l-istorja ta' kif evolvew l-affarijiet.", "Waħda mill-problemi fuq dan il-punt li tqanqal, almenu safejn nista` nifhem jien, huwa n-nuqqas ta' dokumenti oriġinali li fuqhom wieħed jista` jibbaża l-affarijiet.", "Id-dokument li huwa l-aktar attendibbli huwa l-ittra ta' Ġuże' Muscat Azzopardi, il-president u tas-Sur Caruana, is-segretarju kif riprodotta fil-ktieb li semmejt.", "Donnu li dan huwa l-ewwel dokument li l-akkademja għandha f'idejha li miegħu tista' torbot id-data tal-fondazzjoni.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Fil-fatt jien m'għandi l-ebda ħsieb li hawnhekk nagħmlu xi punt li ma naqblux fuqu.", "Jien sempliċement ġbidt l- attenzjoni għal dak li rċeva l-avukat ġenerali biex għada pitgħada ma jkunx hemm diffikultajiet.", "Jidher li s-Sur Agius Muscat tkellem fuq xi azzjoni ulterjuri f'dan is-sens pero` min-naħa tiegħi m'hemmx diffikultà li l- affarijiet jibqgħu kif inhuma.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn akar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il- mistoqsija hija klawsola 2.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 2 għaddiet nem.con u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 3 – Prinċipji u Dmirijiet.", "Clause 3 – Principles and Duties.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn rimarki?", "L-Onor.", "Carmelo Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Din il-klawsola titkellem fuq prinċipji u dmirijiet u kif qal il-ministru u kif kont bdejt ngħid jiena wkoll, dawn huma prinċipji u dmirijiet li huma importanti u essenżjali għal dan l-abbozz tal- liġi minkejja li dawn m'humiex esegwibbli f'xi qorti tal-ġustizzja.", "Minkejja dan kollu, wieħed m'għandux jeħodhom qishom dawn qegħdin hemmhekk għalxejn imma għandna nagħtu, bħala ċittadini li nħobbu lsien art twelidna, kull attenzjoni għalihom.", "Fil-fatt kont qiegħed ngħid li din fl-aħħar mill-aħħar mhijiex xi ħaġa tal-kunsill imma hija xi ħaġa ta' dawk kollha involuti.", "Semmejt b'mod partikolari li l-qasam tal-media, speċjalment l-awtorita` tax- xandir, għandha tkun alleata importanti tal-kunsill.", "Semmejna diversi punti dwar il-mod ta' kif l-ilsien Malti għandu jkun użat mhux biss fil-qasam ta` l-edukazzjoni - semmejna anke l-curriculum nazzjonali li jippermetti li ċertu tagħlim ta' ċertu suġġetti jsir bil-Malti – imma wkoll fix-xandir, fl- istampa, fil-qrati, fil-ħajja politika u f'dak li għandu x'jaqsam ma` liġijiet.", "Il-liġijiet iridu jkunu aktar aċċessibbli għan-nies fis-sens li jkunu miktubin b'lingwa li jifhmuha aktar in-nies u mhux li jifhmuha biss l- avukati.", "Kultant lanqas l-avukati kollha ma jifhmuha!", "Mhux qed ngħid dan b'xi diżrispett lejn iż-żewġ avukati li jinsabu f'din il-Kamra bħalissa pero` naturalment huwa pass importanti li l-liġijiet li jsiru propju għan- nies ikunu jistgħu jinqraw u jinftiehmu aħjar min-nies u nittamaw li anki l- kunsill jidħol f'dan ix-xogħol u jaħdem flimkien ma' l-avukat ġenerali u ma' min jiddraftja l-liġijiet sabiex ikollna liġijiet li verament ikunu jistgħu jinkitbu b'Malti aħjar u b'Malti li jifhmu kulħadd.", "Jien ma nixtieqx intawwal fuq din il-klawsola għax qed naqblu fuq is-sustanza tagħha pero` nerġa' nagħmel enfasi partikolari fuq dan biss.", "Il-fatt li m'humiex esegwibbli f'xi qorti tal-ġustizzja ma jfissirx li dawn għandna ninjorawhom anzi dawn huma l-flus, biex ngħid hekk ̧ li fuqhom din il-liġi hija mibnija u naħseb li waħda mill-preokkupazzjonijiet li ssemmiet meta kien hemm seminar għall-għaqdiet kienet proprju din il-klawsola u għalfejn m'humiex esegwibbli f'xi qorti.", "Fl-aħħar seduta l-ministru spjega wkoll għalfejn huwa mportanti li ż-żewġ naħat jagħmlu dan l-enfasi li għandna nagħmlu ħilitna kollha biex il-lingwa Maltija jew il-wirt nazzjonali tagħna nippromwovuh u mmexxuh 'il quddiem ħalli naturalment il-lingwa tagħna tkun lingwa li dejjem timxi maż- żmenijiet fis-sens li mhux tibqa' lingwa statika pero` tkun lingwa ħajja li timxi 'l quddiem.", "Allura huwa mportanti li l-Malti jkollu d-dinjita`, u d- dinjita` tinkiseb billi jkompli jiżviluppa l-ilsien nazzjonali tagħna.", "F'dan l-abbozz ta' liġi qed ngħidu li m'għandniex inżommu l-Malti f'pajjiżna biss imma dan għandu jinfirex 'il bogħod minn xtutna b'mod partikolari ̧ ngħid jien, fejn hemm komunitajiet Maltin.", "Ċertament wieħed malajr isemmi l-Awstralija, l-Ingliterra, il-Kanada u postijiet oħrajn, fejn il-Maltin emigraw u fil-fatt dawn jitolbu huma stess li jkollhom din ir-rabta.", "U l-ilsien Malti hu dak li ċertament jorbotna flimkien.", "Allura għandna nżommu quddiem għajnejna l-karba tagħhom li dawn ikunu nvoluti b'mod jew ieħor f'dak li qegħdin nagħmlu hawnhekk u li l-kunsill iżomm dan quddiem għajnejh fil-ħidma li se jwettaq.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Bħala l-aħħar kumment fuq din il-klawsola, irrid ngħid kemm naqbel ma' l-Onor.", "Abela fuq il-punt ta` l-importanza li l- istituzzjonijiet u l-awtoritajiet - speċjalment id-dipartimenti u l- aġenziji pubbliċi - għandhom jagħtu lil dawn il-prinċipji.", "Naħseb li huwa mportanti wkoll li aħna ̧ bħala Kamra tad-Deputati, ma nitilqux dawn il- prinċipji minn taħt għajnejna hekk kif din il-liġi tkun għaddiet imma naħseb li jkun tajjeb li kull tant żmien niddiskutuha quddiem il-kumitat permanenti dwar l-affarijiet soċjali tal-parlament.", "Dan għaliex filwaqt li l-liġi qiegħda tpoġġi responsabilitajiet ċari fuq il-kunsill u fuq oħrajn li għandhom interess dirett f'dan is-suġġett, naħseb li xorta jibqa` dmir tagħna bħala deputati tal-poplu li l-ħarsien ta' l-ilsien Malti nqisuh ukoll bħala wieħed mill-oqsma li fuqu għandna nibqgħu nissorveljaw.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il- mistoqsija hija klawsola 3.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 3 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 4 – Twaqqif tal-Kunsill Nazzjonali ta' l-Ilsien Malti.", "Clause 4 – Establishment of the National Council of the Maltese Language.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, hawnhekk issa bdejna nidħlu fil-ħwejjeġ li huma aktar prattiċi u aktar konkreti.", "Qed nitkellmu fuq l- istituzzjonijiet li qed jiġu fdati bl-applikazzjoni ta` dawn il-prinċipji u dmirijiet li għadna kif approvajna fil-klawsola 3.", "Ħassejna li hemm bżonn li l-iżvilupp u l-ħarsien ta' l-ilsien Malti għandu jiġi fdat minna lill- kunsill nazzjonali ta' l-ilsien Malti li qed naħsbu li għandu jkun kompost b'mod u manjiera li jkun jidher ċar li dan il-kunsill mhuwiex għodda tal- gvern jew għodda ta' xi parti politika jew ta' xi grupp interessat partikolarment f'dan is-suġġett u allura se jiddomina b'ċertu mod u manjiera imma l-kompożizzjoni tiegħu hija frott ta' diskussjoni twila ħafna bejn nies fi ħdan il-bord ta' l-ilsien Malti li kien twaqqaf, b'konsultazzjonijiet ma' l-akkademja, ma' l-għaqdiet tal-Malti, man-naħa tal-gvern u ma' inħawi politiċi oħra.", "Fil-fatt il-kunsill se jkun magħmul minn 11 il-membru.", "Issa jekk neżaminaw kif se jiġu maħtura dawn il-11 il- membru, insibu kemm il-poter tal-gvern huwa ridott għall-inqas possibbli.", "L-ewwelnett il-president, għalkemm maħtur mill-Prim Ministru, irid ikun magħżul minn fost persuni stabbiliti u kwalifikati fl-istudju tal-Malti li jiġu rakkmandati mill-istess akkademja u mid-dipartiment tal-Malti fl- universita`.", "Mela hawnhekk qed nipprospettaw li jkun hemm lista ta' ismijiet li jiġu mingħand l-akkademja tal-Malti u mingħand id-dipartiment tal-Malti fl-universita` u l-għażla tal-Prim Ministru hi ristretta għal din il-lista ta' dawn l-ismijiet.", "Imbagħad hemm ukoll żewġ persuni li se jinħatru mill-Prim Ministru imma minn fost persuni nominati minn fost il- membri tal-kummisjoni teknika.", "Issa aktar tard ̧ Sur President, naraw kif inhi magħmula din il-kummissjoni teknika li hija magħmula b'mod u manjiera li d-diskrezzjoni tal-gvern hija mill-inqas.", "In-nies fil-kummissjoni teknika se jkunu nies bi kredenzjali tekniċi, xjentifiku-lingwistiċi u akkademiċi u dawn juru li dawn huma nies li wrew kemm huma kapaċi f'dan il- qasam.", "Apparti dawn, hemm tliet persuni oħra li jirrappreżentaw rispettivament lill- akkademja tal-Malti, lid-dipartiment tal-Malti fl-universita` u l- istitut tal-lingwistika fl-universita`.", "Hawn l-għażla hija kollha kemm hi f'idejn dawn it-tliet entijiet.", "Hemm imbagħad rappreżentant tad-diviżjoni ta` l-edukazzjoni li għandu jiġi mill-qasam tal-curriculum nazzjonali għax f'dan il-kunsill huwa mportanti li jkun hemm xi ħadd f'kuntatt kontinwu mas- sillabi li jkunu qed jiġu żviluppati f'dan il-kamp.", "Għandu jkun hemm ukoll rappreżentant tal-kunsill Malti għall-kultura u l-arti għaliex l-ilsien Malti wkoll huwa parti mill-identita` u mill-kultura tagħna u allura l- kunsill Malti għall-kultura u l-arti għandu jkollhom rappreżentant.", "Ħassejna li f'dan il-kunsill għandu ̧ jekk jista' jkun, ikun hemm anke l- avukat ġenerali jew ir-rappreżentant tiegħu.", "Waħda mill-affarijiet importanti huwa t-tifsir tal-liġijiet u l-Malti li jiġi wżat fil-liġijiet u fir-regolamenti tagħna, speċjalment meta niġu għat- traduzzjoni.", "Din hija xi ħaġa li akkwistat ċerta mportanza, l-aktar minħabba s-sħubija tagħna fl-Unjoni Ewropea u minħabba l-bżonn li ssir traduzzjoni ta' liġijiet, regolamenti u direttivi ta' l-istess unjoni.", "Allura huwa mportanti ħafna li l-użu ta' l-ilsien Malti fil-qasam legali jkun xi ħaġa li l-uffiċċju ta' l-avukat ġenerali tar-repubblika jkun involut b'mod mill-aktar dirett fiha.", "Ridna wkoll li jkun hemm rappreżentant ta' l-għaqdiet tal-Malti li huma msemmija fl-iskeda, jiġifieri l-għaqda tal-Malti (Universita`) li twaqqfet fl-1931, l-għaqda letterarja Maltija mwaqqfa fl-1951, l-għaqda tal-poeti Maltin imwaqqfa fl-1975 u l-għaqda ta` l-għalliema tal-Malti li twaqqfet fl- 2000.", "Dawn għandhom ikollhom ir-regolamenti ta' kif jiltaqgħu bejniethom biex jeleġġu r-rappreżentant.", "Minħabba l-importanza, kif tiġi ntqal f'din il-Kamra, tax-xandir u tal-ġurnaliżmu fil-pajjiż, ridna wkoll li jkun hawn rappreżentant ta' the Malta press club li jkun ukoll nominat minnhom.", "Din hija l-kompożizzjoni ta' dan il-kunsill u naturalment, qegħdin ngħidu li l- kunsill għandu l-personalita` ġuridika tiegħu u jkun rappreżentat legalment mill-president u minn direttur eżekuttiv, ħlief li l-kunsill dejjem għandu d-dritt li jista' jaħtar lil xi ħadd mill-membri tiegħu biex jidher f'ismu fi proċeduri ġudizzjarji u oħrajn legali.", "Naħseb li dawn huma l-aspetti ta' dan il-kunsill, Sur President ̧ u aktar tard inkunu nistgħu nidħlu aktar fid- dettall tal-funzjonijiet tiegħu.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nixtieq li jkollna xi kjarifiki aħjar anke f'dan il- mument.", "Naf li l-funzjonijiet jidħlu aktar tard imma kien ikun aktar xieraq li nagħmluha ċara x'se jkun l-għan ta' dan il-kunsill sabiex meta mbagħad nitkellmu dwar ir-rappreżentanza tiegħu, nifhmu aħjar kif ir-rappreżentanza tirrifletti l-funzjonijiet.", "Naħseb li jkun aktar xieraq li qabel nitkellmu fuq ir-rappreżentanza, nitkellmu fuq il-funzjonijiet sabiex imbagħad, jekk dan se jkollu dawn il-funzjonijiet, allura naraw huwiex addattat li jkollu din ir-rappreżentanza.", "Apparti minn dan, l-emigranti u l-għaqdiet ta' l-emigranti ma jidhru mkien fir-rappreżentanza tal-kunsill li semmejna.", "Nafu li hemm aġenda sħiħa mibgħuta mill-Awstralja - u mibgħuta anke min-nies oħra fl-Ingilterra u fil- Kanada – u allura huwa mportanti li jkun hemm xi forma ta' kanal li bih, l- għaqdiet u n-nies li jinteressaw ruħhom fil-lingwa Maltija fl-Awstralja u f'postijiet oħra, ikollhom xi sejħa hawnhekk.", "Għal din ir-raġuni għedt li għandna niddiskutu r-rappreżentanti skond il-funzjonijiet.", "Barra minn hekk ̧ f'daqqa waħda qed nisimgħu li hawn rappreżentant ta' the Malta press club.", "Dan ir-rappreżentant għandu rikonoxximent mill-gvern?", "Għandu statura legali?", "L-akkademja tal-Malti għandha peress li ilha dawn is-snin kollha topera f'dan il-qasam.", "Għalhekk naħseb li għandu jkun hemm rikonoxximent ċar għax jidhirli li the Malta press club qiegħed hemm biex jirrappreżenta l-istampa.", "Pero' din qed naraha ftit żbilanċjata.", "Dwar dak li għandu x'jaqsam ma' l-avukat ġenerali u r-rappreżentant tiegħu nixtieq nistaqsi dan: F'liema qasam jidħol l-avukat ġenerali f'dak li għandu x'jaqsam ma' traduzzjonijiet tal-legislazzjoni aktar u aktar issa li qed niftħu għalqa ġdida - din semmiha l-ministru wkoll – minħabba t- traduzzjonijiet tal-legislazzjoni ta' l-Unjoni Ewropea?", "Nafu bit-taħwida li dħalna fiha u qegħdin nidħlu fiha.", "Għaliex għandu jkun l-avukat ġenerali jew ir-rappreżentant tiegħu u ma jkunx hemm xi ħaddieħor jew xi ħaġa oħra li tirrappreżenta din l-għalqa ġdida?", "Hawnhekk għandna sotto-rappreżentanza qawwija ta' xi ħaġa li tinħass bil-kbir u se jkun hemm bżonnijiet kbar għaliha.", "Jien naħseb li huwa mportanti li l-ewwel ikollna l-funzjonijiet definiti ċari biex imbagħad nitkellmu dwar ir-rappreżentanza.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, jekk naqbad mill-aħħar punt li huwa dwar l-avukat ġenerali, jien naħseb li mhux ta' b'xejn li r-rappreżentanza ta' dan l-uffiċċju hija definita bil-mod kif inhi fl-abbozz ta' liġi, fejn qed ngħidu li jkun l-avukat ġenerali jew ir-rappreżentant tiegħu, liema rappreżentant ikun persuna esperta u involuta fit-tifsir u t-traduzzjoni tal-legislazzjoni.", "Issa jekk wieħed jieħu t-tifsir, aħna nafu li hemm it- taqsima ta' l-abbozzar tal-liġijiet u tat-traduzzjoni tal-liġijiet u ma ridniex li aħna, meta qed nagħmlu l-abbozz ta' liġi, mill-ewwel ngħidu li jkun xi ħadd ta' dik it-taqsima għaliex is-sens igħidlek li l-ewwelnett inti trid, kemm jista' jkun ̧ ikollok il-persuna l-aktar awtorevoli li tkun qiegħda tipparteċipa f'din id-diskussjoni.", "It-tieni nett nifhmu li l- avukat ġenerali mhux bilfors se jkun hu li se joqgħod jattendi l-laqgħat kollha tal-kunsill, li jkollu rappreżentant li jkollu dawn il-kompetenzi li qegħdin insemmu fil-liġi.", "Jiġifieri l-bżonn ta' xi ħadd li għandu esperjenza u kompetenza legali, sew fit-tifsir tal-liġijiet u sew fit- traduzzjoni, hija evidenti.", "Il-kap ta' l-oppożizzjoni staqsa: X'rikonoxximent għandu l-Malta press club mill-gvern?", "Il-Malta press club huwa enti mhux governattiva, għandu l- istatut tiegħu ̧ għandu l-proċeduri tiegħu ta' kif jiltaqa`u ta' kif imexxi l-iskopijiet li għalihom hu mwaqqaf u l-gvern jirrikonoxxih kif jirrikonoxxi tant u tant għaqdiet oħrajn.", "Ma jirrikonoxxihomx fis-sens legali, fis-sens li l-gvern m'għandux liġi tal-volontarjat li permezz tagħha, wieħed jista' jgħid: L-għaqdiet tal-volontarjat għandhom jirreġistraw għal dawn l-iskopijiet stabbiliti fil-liġi.", "Issemmiet ħafna drabi l-liġi tal-volontarjat pero` s'issa għadna ma wasalniex biex nagħmlu waħda.", "Minkejja dan, il-gvern jirrikonoxxi lil dawn l-għaqdiet volontarji li hawn kwantita` kbira minnhom anke fil-kamp sportiv fejn aħna ġieli niddiskutu hawnhekk, per eżempju, kif ngħaddu xi art lil xi assoċjazzjoni sportiva li ma tkun imsemmija fl-ebda liġi u ma jkunx hemm l-ebda att formali ta' rikonoxximent.", "Ir-rikonoxximent qed jingħata f'ċertu sens formalment f'dan l-abbozz ta' liġi, billi qegħdin ngħidu li għall-finijiet u l-iskopijiet ta' dan l-abbozz tal-liġi, ikun rappreżentant ta' din l- organizzazzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Il-kumment tiegħi m'huwiex li ma jkunx rikonoxxut il- Malta press club, far from it.", "L-ewwelnett il-Malta press club jidħol qisu Pilatu fil-kredu f'din il-liġi.", "Għaliex qed ngħid hekk?", "Qed ngħid hekk għax dan ġie parachuted f'daqqa waħda.", "Il-punt li xtaqt nagħmel, u se nagħmlu issa, hu illi meta qegħdin nitkellmu fuq l-istampa rridu nifhmu li din hija l-aktar area fejn jintuża l-Malti, u li jkollok rappreżentant wieħed mill-istampa ma tagħmilx sens, bir-rispett kollhu.", "Issa qegħdin ngħidu rappreżentant wieħed mill-Malta press club meta dan m'għandux rikonoxxament legali, uffiċjali or whatever.", "Kieku kien hemm liġi ta' l-NGOs nifhimha.", "Imma x'inhu l-Malta press club għall-finijiet tal-liġijiet li qegħdin nitkellmu dwarhom?", "L-akkademja tal- Malti għandha standing.", "Id-dipartiment tal-Malti fl-universita` għandu standing u jiftiehem.", "L-avukat ġenerali jiftiehem bħala xi ħadd li huwa responsabbli għat-traduzzjoni tal-liġijiet.", "Imma l-Malta press club f'daqqa waħda ġiet parachuted fil-liġi b'rappreżentanza baxxa għax naħseb li l- ġurnalisti għandu jkollhom rappreżentanza ogħla.", "Barra minn dan, naħseb li l-isem jistgħu jbiddluh u għandhom kull dritt jagħmlu dan.", "Allura x'inhu jiġri", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, fl-opinjoni tiegħi ma naħsibx li dan waqa` mis-sema jew inkella daħal bħal Pilatu fil-kredu.", "L-ewwelnett the Malta press club jeżisti u huwa istituzzjoni li issa wkoll ilha teżisti.", "Tista' ma tfissirx ħafna jew tista' ma tfisser xejn għal ħafna Maltin u Għawdxin, imma żgur li għandha tifsira li għandha rilevanza għal kulmin jaħdem fil-qasam tal-mezzi tal-komunikazzjoni.", "Safejn naf jien din hija organizzazzjoni mhux governattiva rikonoxxuta minn kulħadd.", "Issa meta ngħid rikonoxxuta ma jfissirx li hi rikonoxxuta f'xi atti formali.", "Imma hija rikonoxxuta mill-gvern, mill-awtorita` tax-xandir u mill-mezzi kollha tal- komunikazzjoni.", "Tant hu hekk li l-biċċa l-kbira, sa fejn naf jien, tal- ġurnalisti sew fil-qasam tax-xandir kif wkoll tal-mezzi tal-komunikazzjoni stampati huma membri ta' the Malta press club.", "Din hija organizzazzjoni li tinkwadra ruħha fid-diskussjoni fejn jidħlu l-mezzi tal-komunikazzjoni.", "Issa apparti r-realta` ̧ li din hija organizzazjoni mhux governattiva li għandha l-istorja, l-istatut, l-organi, l-identita` u l-awtonomija tagħha legali fil-liġi, fis-sens li taħt il-liġi ċivili tagħna jistgħu jiġu organizzati bi statut tagħhom dawn l-organizzazzjonijiet - jekk il-Malta press club tagħmel xi affarijiet li jistgħu jiġu sanċiti taħt il-liġijiet tagħna wieħed ifittex il-president u s-segretarju tagħhom – taħt il-parti tal-prinċipji fi klawsola 3 konna diġa` qegħdin ngħidu li l-Istat Malti jippromwovi b'kull mezz possibbli l-akbar użu ta' l-ilsien Malti fl- edukazzjoni, fix-xandir u fl-istampa.", "Jiġifieri diġa` qed inpoġġu l-użu ta' l-ilsien Malti fix-xandir u fl-istampa bħala xi ħaġa ta' importanza primarja.", "Issa meta wieħed igħid li membru wieħed biss huwa ftit bħala rappreżentanza ta' the Malta Press Club ....", "(Interruzzjonijiet) Imma b'dan ir-raġunament rappreżentant wieħed ta' erba` għaqdiet tal-Malti mhux ftit ukoll!", "Imma diġa` kien hawn min għamel kritika li dan il-kunsill bi 11-il membru huwa ftit kbir.", "Infatti oriġinarjament fir-rapport tal-bord innifsu kien maħsub li jkun magħmul minn 13-il membru, u dan mhux għax dak ir-rapport lill- Malta press club kien qiegħed jagħtihom aktar minn rappreżentant wieħed, imma għax kien hemm personaġġi oħrajn, inkluż li l-gvern kien se jkollu aktar nies skond dak ir-rapport.", "Meta ġejt biex nipprova nagħmel il-kunsill għedt li l-aħjar ikun wieħed bi 11-il membru.", "Issa ma rridux ninsew li fuq il-kwestjoni tax-xandir u l-istampa se jkun hemm kumitat apposta.", "(Interruzzjonijiet) Dażgur li għandu x'jaqsam.", "Għandu x'jaqsam għax l-iktar xogħol utli f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-użu ta' l-ilsien Malti fix- xandir u fl-istampa se jsir f'dak il-kumitat taħt il-kumissjoni teknika.", "U hemmhekk mhux se jkun hemm rappreżentant wieħed, imma se jkun skond kemm ikun hemm bżonn li jkunu.", "Jiġifieri naħseb li l-kap ta' l-oppożizzjoni japprezza li l-kunsill ma jistax ikun kunsill li tant ikun fih nies li jispiċċa ma tkunx tista` tħaddmu.", "(Interrruzzjonijiet) M'hemmx civil servant.", "Bir-rispett kollu, ma naħsibx li huma civil servants.", "Ma naħsibx li n-nies ta' l-universita`, ta' l-akkademja, ta' l-istitut lingwistiku, tal-Malta press club u ta' l-għaqdiet l-oħra huma civil servants.", "Is-civil servants li se jkollu l-gvern huma min se jintgħażel minn fost id-diviżjoni ta' l-edukazzjoni biex jirrappreżenta d-dipartiment tal-curriculum u lill- avukat ġenerali tar-repubblika, jekk tista` tqisu bħala civil servant.", "Il- bqija ma nafx min hemm civil servants iktar.", "Jigifieri fuq dan il-punt ma jidhirlix li wieħed jista` jgħid li dan is-settur mhux qed jiġi rappreżentat tajjeb.", "Fir-rigward ta' l-għaqdiet ta' l-emigranti l-ewwelnett l-Istat Malti jagħraf l- importanza li fil-qafas tal-firxa tal-poplu Malti fid-dinja l- ilsien Malti jibqa` magħruf u jservi bħala mezz ta' rabta bejn il-Maltin.", "Issa naturalment meta qegħdin ngħidu hekk, ma naħsibx li wieħed jista' jkollu rappreżentanza ta' dawk l-għaqdiet li jippromwovu t-tixrid u l- ħarsien ta' l-ilsien Malti fost il-komunitajiet tagħna emigranti li qegħdin barra mill-pajjiż.", "Sur President, mhuwiex daqstant prattiku li wieħed ikollu rappreżentanza ta' għaqdiet li qegħdin fl-Awstralja, l-Ingliterra, l- Amerka jew il-Kanada.", "Jiġifieri naħseb li dan huwa qasam importanti, pero` b'saqajna ma' l-art ngħidu li huwa qasam li mhuwiex faċli li wieħed iġibu 'l quddiem kif jixtieq.", "Allura naħseb li trid tkun ir-responsabbilita` tal- kunsill innifsu li jara` kif jibni dawk l-inizjattivi li jistgħu jilqħu dak l-iskop.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Sur President, jien se niffoka biss fuq l-argument ta' the Malta Press Club.", "Aħna ilna nitkellmu fuq l-importanza li x-xandir u l-istampa u l-media kollha, fl-aħħar mill-aħħar, fil-qasam tal- promozzjoni tal-Malti għandu jkollhom promozzjoni ta' Malti tajjeb.", "Issa l- argument huwa li aħna qed nitkellmu fuq qasam li t-tnejn li aħna qed naqblu li huwa mportanti li għandu jkun rappreżentat.", "Jiġifieri l-argument min- naħa tagħna mhuwiex għalfejn hemm il-Malta press club, imma x'ġurisdizzjoni għandu l-Malta press club.", "Jiġifieri jekk aħna nfittxu xi standing legali għandu.....", "(Interruzzjonijiet) Illum għandna liġi li tirregola l-għaqdiet sportivi, federazzjonijiet eċċ. Jiġifieri llum hemm liġi li l-għaqdiet sportivi jistgħu jirreġistraw u allura huma rikonoxxuti bħala tali legalment.", "Hawnhekk tajjeb niftaħ parentesi żgħira u ngħid kemm huwa mportanti li jkollna liġi tal-volontarjat malajr kemm jista' jkun.", "Għaliex qed ngħid hekk?", "Qed ngħid hekk għax għandek għaqdiet oħrajn volontarji li jistgħu jibbenefikaw minn ċerti fondi minn barra minn Malta, pero' minħabba li m'għandhomx dan l-istanding ċertament ma jistgħux japplikaw u jiggwadanjaw minn dawn il-fondi.", "Għalhekk huwa mportanti li kemm jista' jkun malajr, ikollna din il-famuża liġi li ilha ġejja żmien u ma tasal qatt.", "Rigward the Malta Press Club nifhmu li dan ma waqax mis-sema u kif qal il- ministru, hemm ċerta tradizzjoni għalkemm mhux tradizzjoni twila daqs ta' l- akkademja.", "Issa l-akkademja qed tiġi rikonoxxuta bil-liġi li għandna quddiemna u fil-fatt fi klawsola 2 għamilniha ċara għal-liema akkademja qed nirriferu, kif kienet magħrufa qabel, meta twaqqfet eċċ. Legalment the Malta press club, għalkemm nifhmu r-rwol tagħha fis-soċjeta` ̧ m'għandhiex bażi legali, u dik hija waħda mid-difetti li għandna bħalissa.", "Issa ż-żewġ naħat qed jagħmlu enfasi dwar kemm dan huwa qasam importanti u kemm jinfluwenza anke l-użu tal-Malti b'mod ġenerali, għax fl-aħħar mill-aħħar naħseb li huma ħafna l-Maltin li jsegwu l-istazzjonijiet tar-radju u tat- televiżjoni u jaqraw il-gazzetti u naturalment, minn hemmhekk ġejja l-akbar influwenza.", "Barra minn hekk, ikun tajjeb li wieħed isemmi li għandna l-awtorita` tax- xandir li mhux talli għandha bażi legali, talli għandha bażi kostituzzjonali u din ċertament għandha rwol importanti.", "Issa f'dan il- kunsill din m'għandhiex rappreżentanza.", "Aħna mhux qed ngħidu biex il-gvern ineħħi the Malta press club mill-kunsill imma qed nagħmlu enfasi biex ikollna liġi tal-volontarjat biex fl-aħħar mill-aħħar dawn id- diffikultajiet ma jibqgħux jinqalgħu meta jkollna liġijiet bħal dawn.", "Nifhem ukoll li se jkun hemm kumitat li se jħares b'mod partikolari lejn dak li jkun għaddej fuq il-mezzi tax-xandir u allura nifhem li jkollok rappreżentant ta' the Malta press club imma ma nifhimx għalfejn mhux se jkun hemm rappreżentant ta' l-awtorita tax-xandir.", "Probabbli l-ministru se jgħidilna biex noqogħdu attenti għax jekk nibqgħu sejrin hekk, se nispiċċaw inkabbru wisq il-kunsill pero` naħseb li dan l-argument huwa wieħed sempliċi u ta' min jagħti kasu.", "Aħna m'aħniex kontra li jkun hemm rappreżentant ta' the Malta press club pero` nifhmu wkoll li dan m'għandux bażi legali għalkemm huwa rikonoxxut u aċċettat mis-soċjeta` Maltija.", "Dwar dak li għandu x'jaqsam ma' l-awtorità tax-xandir naħseb li din għandha rwol importanti x'tilgħab f'dak li għandu x'jaqsam max-xandir f'pajjiżna u tajjeb li nerġa' ngħid li din hija mwaqqfa bil-Kostituzzjoni.", "Dawn huma l- punti tagħna f'dak li għandu x'jaqsam mar-rappresentanza ta' the Malta press club u ta' l-awtorità tax-xandir.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, jien naħseb li wieħed irid jiċċara ftit id-diskors u ma naħsibx li għandna ngħidu li l-NGOs, għax mhux rikonoxxuti legalment mil-liġi, allura huma tollerati.", "Dan m'għandux jiġi spjegat b'dan il-mod.", "Aħna hawnhekk minjaf kemm nitkellmu dwarhom, daqqa nsemmu l-caritas, daqqa l-eden foundation u daqqa għaqdiet oħra bħal dawn.", "Dawn huma parti mis-soċjeta` ċivili li aħna nirrikonoxxuhom mhux għaliex hawn xi liġi li tispeċifika t-twaqqif tagħhom imma għax hawn liġi waħda - cioe` hawn tnejn f'ċertu sens – il-Kostituzzjoni, li tiggarantixxi l- liberta` ta' l-assoċjazzjoni li hu dritt fundamentali ta' bniedem u t- tieni, għax hemm il-kodiċi ċivili li jgħidilna li tnejn jew tlieta jew iktar jistgħu jinġabru flimkien għal kwalunkwe skop li huwa legali u leċitu u li jistgħu jifformaw assoċjazzjoni li tkun assoċjazzjoni ċivili, jista' jkun għal skop ta' profitt jew le.", "Ma naqbilx ma' min jgħid li the Malta press club m'għandux bażi legali.", "The Malta press club, fl-ordinament ġuridiku Malti, għandu bażi legali li joħroġ mill-Kostituzzjoni ta' pajjiżna li tagħti d-dritt fundamenali tal-liberta` ta' l-assoċjazzjoni u joħroġ mill-kodiċi ċivili li jagħti din il-libsa ġuridika lil dawn l- għaqdiet li jifformaw ruħhom b'din il-materja.", "Naħseb li fuq dan il-punt tal-Malta press club, ma naħsibx li għandi aktar xi ngħid.", "Nixtieq ngħid xi ħaġa fuq il-punt li tqanqal dwar l-Awtorita` tax-Xandir.", "Hawnhekk ukoll wieħed irid joqgħod attent.", "L-awtorita` tax-xandir hija korp kostituzzjonali li huwa korp indipendenti u għandi d-dubji tiegħi kemm din tieħu sehem f'dan il-kunsill għax probabbli tgħid li tippreferi tibqa' pass 'il bogħod minn dan id-dibattitu minħabba l-awtonomija u l-indipendenza tagħha.", "Għalhekk probabbilment ma tkunx trid li jkollha r-rappreżentanti tagħha li b'xi mod jistgħu jaffettwaw din l-awtonomija.", "Sur President, fil-pajjiż ikollok dawk li nsejħulhom checks and balances.", "Jista' jagħti l-każ li għal ċertu skop, l-awtorita` tax-xandir anke fil- kamp ta' l-ilsien Malti, għandha l-mansjoni tagħha u ma naħsibx li hija mansjoni li l-awtorita` tax-xandir se ċċedi faċilment jew li tkun lesta li taqsamha ma' organi oħrajn.", "Irridu nifhmu l-ewwelnett in-natura ta' din il- liġi għax in-natura ta' din il-liġi m'hijiex waħda li se timponi s- soluzzjonijiet fuq l-ilsien Malti imma hija waħda li se tiffaċilita, se tinkoraġġixxi, se tippromwovi u se teduka anke fil-kamp tal-media tagħna.", "M'hawnx manjiera kif tgħid lil xi ġurnalista li hu bilfors irid jikteb \"inċident\" u mhux \"aċċident\" u qed insemmi din għax hija waħda mill- affarijiet li l-ħin kollu ninnota fil-ġurnali tagħna.", "Mhux l-ewwel darba li naraw il-kelma \"aċċident\" miktuba jew mitkellma f'każi fejn ikollha tintuża l-kelma \"inċident\".", "Jien nifhem li eventwalment se tingħata gwida dwar xi kliem għandna nużaw - jekk hux \"inċident\" jew \"aċċident\" ̧ per eżempju - u xi ħadd se jgħidilha liema waħda rridu nużaw.", "Minkejja dan, la l-awtorita` tax-xandir, bis-saħħa kostituzzjonali li għandha, u lanqas dan il- kunsill ̧ bis-saħħa ta' din il-liġi m'huma se jaslu fl-istat li jistgħu jikkastigaw lil xi ħadd għax minflok il-kelma li tiġi deċiża li għandha tintuża, juża kelma oħra.", "Għalhekk naħseb li l-kompożizzjoni tal-kunsill kif inhi tirrifletti l- bżonnijiet u l-funzjonijiet li għalih qed jiġi mwaqqaf.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Aktar kummenti, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Sur President, nixtieq niċċara punt.", "Jien ma kontx qed nitkellem b'diżrispett lejn l-NGOs imma kont qed nitkellem fuq bażi legali.", "Ovvjament l-NGOs għandhom rwol importanti ħafna, u żgur li m'hemm ebda dubju fuq dan, anzi ħafna drabi aħna ngħidu li mn'Alla jkunu huma għax kieku ċerta ħidma ma ssirx.", "Il-punt tiegħi huwa dan: X'garanzija hemm li għada pitgħada the Malta press club ma jbiddilx l-isem u ma jbiddilx l- istatut kif inhu llum?", "Jien naħseb li jekk the Malta press club ibiddel l- isem u l-istatut ta' kif inhu fformat, se jinħolqu ċerti problemi u diffikultajiet.", "Filwaqt li aħna nafu xi tfisser l-akkademja għax hija marbuta b'ċerti affarijiet permezz ta' dan l-abbozz ta' liġi stess, m'hemmx ċerta rabta ma' the Malta press club.", "Issa f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-awtorita` tax-xandir, jien nifhem il- punt li semma l-ministru li din hija awtorita` indipendenti u li allura m'għandhiex tkun involuta f'ċerta ħidma b'mod li tista' tkun qed tidher li qed tipparteċipa f'xi ħaġa li mbagħad toħonqilha l-liberta` li taġixxi kif tħoss li għandha taġixxi.", "Jien ma kontx qed ngħid hekk imma kont qed ngħid li l-awtorita` tax-xandir tista' tibgħat rappreżentant - issa wieħed għad irid jara jekk dan ikunx mill-bord jew le, u jekk jieħu s-sens li tkellem bih il-ministru wieħed jikkonkludi li jkun aħjar jekk ma jkunx mill-bord u li r-rappreżentant ma jkunx membru ta' l-awtorita` as such - li jkun speċi ta' guardian biex jara dak li jkun għaddej fil-kunsill.", "Huwa dan li għandna nagħmlu jekk verament inħossu li l-awtorita` tax-xandir għandu jkollha rwol iktar primarju biex tgħin lill-kunsill fil-ħidma tiegħu.", "Issa probabbilment waħda mid-diffikultajiet li se tinqala' hija kif il- kunsill jista', b'xi mod jew ieħor, jorbot u jinforza ċerti deċiżjonijiet tiegħu.", "Il-ministru staqsa jekk għandhiex tintuża l-kelma \"aċċident\" jew \"inċident\".", "Din bħall-kelma \"xelta\".", "Il-kelma \"xelta\" hija kelma purament Taljana li ddaħħlet dan l-aħħar, pero` naħseb li l-kelma Maltija proprja hija \"għażla\" u mhux \"xelta\", jiġifieri wisq probabbli jekk wieħed jikteb il-kelma \"xelta\" f'eżami, l-eżaminatur se jimmarkahielek ħażina.", "Forsi l-awtorita` tax-xandir tista' tikkontribwixxi billi tgħin u tiffaċilita l-ħidma tal-kunsill, jiġifieri mhux bilfors irid ikun hemm rappreżentant mill-bord, anzi kif qal il-ministru, awtorita` m'għandhiex tkun marbuta li ma tiħux ċerti deċiżjonijeit għax kif igħidu t-Taljani, mano in pasta, fis-sens pożittiv naturalment.", "Għalhekk kif għedt diġa`, l- awtorita` tax-xandir għandha tibgħat rappreżentant li jkun the guardian ta' l-interessi li għandhom x'jaqsmu mal-media f'dak li għandu x'jaqsam mal- media.", "Għal dak li għandu x'jaqsam mal-Malta press club jien diġa` għamilt il- punti tiegħi.", "Jekk wieħed qed jirrikonoxxi għaqda, din qed jirrikonoxxiha bl-istatut u bl-isem li għandha llum, u naturalment jekk l-istatut jew l- isem ikun se jinbidel, għandu jkun hemm provvediment f'dan is-sens ukoll, kif kellna fil-passat.", "Dawn huma l-kummenti li għandi x'nagħmel f'dak li għandu x'jaqsam ma' the Malta press club.", "Kif qal il-kap ta' l-oppożizzjoni - dan huwa punt li jien kont se nsemmih ukoll - ħafna mill-komunitajiet Maltin li għandna 'l barra minn xtutna, b'mod partikolari fl-Awstralja, urew ix-xewqa li huma wkoll ikollhom sehem importanti f'dan il-kunsill.", "Għalhekk ikun tajjeb jekk naraw ftit kif dawn il-komunitajiet Maltin jistgħu jkunu rappreżentati f'dan il-kunsill.", "Naturalment ir-rappreżentazzjoni għandha tkun minn xi ħadd li għandu kuntatt kontinwu ma' dawn il-komunitajiet, u aħna min-naħa tagħna għandna naraw kif dawn jista' jkollhom ir-rappreżentanza tagħhom f'dan il-kunsill.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Iktar rimarki, jekk jogħġobkom? |l-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, l-ewwelnett nixtieq nitkellem għal darb'oħra dwar il-kwestjoni ta' x'jiġri jekk the Malta press club jibdel ismu jew l-istatut tiegħu, u dan l-argument japplika għall-akkademja mija fil-mija.", "L-akkademja għandha kull dritt li tibdel isimha u li tibdel l- istatut tagħha, u bil-liġi aħna m'aħniex qegħdin inżommuha milli tagħmel dan.", "Irridu napprezzaw li hawnhekk qegħdin insemmu entitajiet u organizzazzjonijiet li huma awtonomi.", "Illum dawn jeżistu, u jekk għada pitgħada dawn ma jibqgħux jeżistu, ma jkun ġara xejn.", "Il-liġi ma ssirx invalida jekk the Malta press club jiddeċiedi li jillikwida l-organizzazzjoni jew l-akkademja tal-Malti.", "Wieħed irid iħares lejn l-ipotesi ta' jekk the Malta press club jibdel ismu jew l-istatut tiegħu jekk xi darba din tavvera ruħha.", "Jekk jiġri dan, f'dak il-każ jista' jkun hemm il-bżonn li wieħed jiġi fil-parlament u jerġa` jibdel il- liġi biex din tkun tirrifletti ċ-ċirkostanzi li jkunu evolvew f'dak il- mument.", "Irridu nifhmu wkoll li hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq għaqdiet li l- missjoni tagħhom hija li l-membri tagħhom jirregolaw lilhom infushom.", "Dawn huma self-regulating professions, u allura fil-mument li wieħed jipprova jidħol fl-organizzazzjoni interna, naħseb li ma jkunx qed jifhem biżżejjed x'inhu l-iskop tal-preżenza tal-membri f'dan is-settur.", "Lanqas ma nista' naqbel li l-awtorita` tax-xandir tagħżel lil xi persuna tal-fiduċja tagħha li ma tkunx membru ta' dik l-awtorita`u tgħidlu li huwa r-rappreżentant tagħha għaliex inkella jkun hawn xi ftit kontradizzjoni fit-termini; jew hija l-awtorita` tax-xandir li se tkun tista' tipparteċipa direttament jew inkella se tqabbad lil xi ħadd ...", "U dan kif se jintagħżel u x'se tkun eżattament il-funzjoni tiegħu?", "Jien naħseb li m'għandniex inħalltu l- organizzazzjonijiet u l-kompetenzi tagħhom.", "L-awtorita` tax-xandir għandha l-kompetenzi partikolari tagħha, bir-regolamenti tagħha u bil-liġijiet u tista' tagħti direzzjoni u toħroġ provvedimenti partikolari, inkluż fil- kamp ta' l-ilsien Malti, kif wara kollox għamlet ftit taż-żmien ilu, u naħseb li dak huwa proċess li m'għandniex niddisturbawh.", "Għar-rigward ta' l-għaqdiet ta' l-emigranti ma naħsibx li nistgħu nitħaddtu fl-ajru imma għandna nitħaddtu b'saqajna fl-art u l-abjad għandna ngħidulu abjad filwaqt li l-iswed għandna ngħidulu iswed.", "Huwa inutli li ngħidu kif se ninvolvu lill-għaqdiet ta' l-emigranti.", "L-ewwelnett jien nistaqsi: X'għaqdiet ta' emigranti jeżistu f'dan il-kamp?", "Liema huma dawk l-għaqdiet ta' l-emigranti li huma dedikati għal dan l-iskop, per eżempju għall- akkademja, għall-għaqda tal-poeti Maltin, għall-għaqda tal-letteratura u għall-għaqda ta' l-għalliema tal-Malti?", "F'liema pajjiżi ta' l-emigranti jeżistu dawn l-għaqdiet?", "Ħija huwa wieħed minn dawk li huwa dedikat għat- tagħlim tal-Malti, u fil-fatt huwa jgħallem l-ilsien Malti fil-livell ordinarju ġewwa Sydney fejn iressaq lil studenti Maltin tat-tieni u t- tielet ġenerazzjoni għall-\"O\" level, bħal Rigu Bovington u oħrajn dedikati għal dan is-suġġett, imma l-kwestjoni ta' kif se nippromwovu l-ilsien Malti fost il-komunitajiet Maltin barra l-pajjiż, anke fost dawk il-komunitajiet li l-Malti ma jitkellmuhx, m'għandhiex tkun mansjoni ta' xi rappreżentant li ma nafx kif irid jipparteċipa f'dan il-kunsill.", "Qed ngħidu li għandna nagħżlu lil xi ħadd biex jirrappreżentahom, imma dan kif se jintgħażel, min se jagħżlu, minn fost min se jagħżlu u x'kompetenzi jrid ikollu?", "Jien naħseb li din ix-xewqa għal preżenza ta' għaqdiet ta' emigranti f'dan il-kunsill hija xewqa li trid tiġi milqugħa mhux tant bir- rappreżentanza ta' xi ħadd li hemm id-diffikulta` dwar kif għandek tidentifikah, teleġġih u tinnominah imma permezz tal-kunsill, li fost il- funzjonijiet tiegħu għandu jwettaq id-dmir li jsib x'inizjattivi għandhom jitwettqu biex jintlaħaq dan il-għan.", "Issa hawnhekk ma rridx li noqogħdu ninħbew wara subgħajna għax dawn jista' jkollok tliet rappreżentanti tagħhom u mhux wieħed, imma jekk m'humiex se jinstabu l-mezzi materjali u finanzjarji biex inkunu nistgħu nsostnu l- promozzjoni ta' l-ilsien Malti u tal-letteratura Maltija, jista' jkollok ħafna affarijiet għax xorta waħda ma tasalx.", "Il-verita` x'inhi, Sur President?", "Il-verita` hi li ħadd qatt ma ġie minn fost il-komunitajiet Maltin fl-Ingilterra, fil-Kanada jew fl-Amerka li wrew xi interess.", "L-uniċi komunitajiet li juru interess f'din il-ħaġa huma l- komunitajiet ta' l-emigranti li għandna f'Sydney u f'Melbourne fl- Awstralja.", "Għalhekk wieħed irid jippromwovi dan is-suġġett billi jimbotta kemm jista' dawn il-prinċipji u l-iskopijiet li għandna skond il-mezzi.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Iktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Sur President, rigward l-argument ta' the Malta press club, irrid ngħid li meta aħna qed ngħidu li dawn għandu jkollhom ċerta rabta legali bl-ebda mod m'aħna qed ngħidu li se jkun hemm indħil dwar jekk dawn għandhomx jibdlu l-isem jew l-istatut.", "Dik il-liberta` se tibqa' hemmhekk b'mod assolut.", "Ħalli nsemmi eżempju, u hawnhekk se nerġa' nsemmi l-liġi ta' l-isport.", "Fil-liġi ta' l-isport aħna rrikonoxxejna lill- kumitat olimpiku Malti.", "Naturalment il-kumitat olimpiku Malti ilu jmexxi lilu nnifsu għal diversi snin, u huwa għalhekk li jien inxebbhu ma' l- akkademja.", "Kif qal il-ministru, qabel ma għaddiet il-liġi ta' l-isport, il- kumitat olimpiku Malti kien rikonoxxut bħal kull għaqda oħra, pero` biex nagħmluha ċara, dan ma kellux bażi legali.", "Naturalment il-kumitat olimpiku Malti għandu l-istatut tiegħu u l-membri tiegħu għandhom kull liberta` li meta jridu u x'ħin iridu, naturalment b'mod demokratiku fi ħdan il-kumitat olimpiku Malti stess, jibdlu l-istatut kif l-aħjar li jħossu.", "Issa jien nistaqsi: Il-liġi ta' l-isport li għaddejna minn dan il-parlament lill- kumitat olimpiku Malti ħonqitu milli jmexxi lilu nnifsu u li jagħmel anke emendi għall-istatut?", "Le.", "Terġa` f'dik il-liġi morna pass ieħor għax mhux biss semmejna lill-kumitat olimpiku Malti, bħalma semmejna lill-akkademja fi klawsola 2, imma l-istess statut kif kien dak iż-żmien kien anness mal- liġi, jiġifieri jekk dawn laħqu biddluh sakemm għadda t-Tielet Qari ta' din il-liġi mill-parlament, l-aħħar verżjoni ta' l-istatut biddluh mingħajr indħil ta' ħadd, la bl-indħil tal-ministru u lanqas tal-parlament.", "Fil- fatt jekk niftakar sew, kien hemm problema jew biex dan l-istatut jiġi tradott għall-Malti jew inkella biex jiġi tradott bl-Ingliż, għax kif nafu, il-liġijiet ikunu kemm bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż.", "Għalhekk ma nafx tkunx idea tajba jekk anke l-istatut ta' l-akkademja jkun anness ma' l- abbozz ta' liġi li għandna quddiemna, hekk kif l-istatut tal-kumitat olimpiku Malti ġie anness mal-liġi ta' l-isport.", "Dan assolutament mhux se jfisser li se jkun hemm indħil fl-operat ta' l-akkademja.", "Fil-fatt lanqas fl-operat tal-kumitat olimpiku Malti m'hemm indħil, u lanqas jista' jkun hemm għax naturalment dawn iridu jirrispondu lill-għaqda internazzjonali olimpika.", "Jekk l-istatut ta' l-akkademja jiġi anness ma' din il-liġi, il- membri jibqgħalhom kull dritt li jibdlu l-istatut kif iridu huma u kif l- aħjar li jħossu, jiġifieri bl-ebda mod m'hu se jkun hemm indħil.", "Li se jkun hemm hija biss ċerta rabta fis-sens li jekk ikun hemm tibdil fl- istatut li jġib il-maġġoranza tal-membri, dak l-istatut jieħu post dak li jkun hemm anness mal-liġi u jiġi aċċettat sempliċement b'avviż legali.", "Xi kultant fl-istadju ta' Kumitat insemmu diffikultajiet pjuttost estremi, pero` wara kollox aħna għalhekk immorru għall-istadju ta' Kumitat; biex kemm jista' jkun nipprevjenu milli jkun hemm problemi meta tidħol il-liġi fis-seħħ.", "Fl-aħħar mill-aħħar l-għaqdiet isiru mill-bnedmin, u allura kemm jista' jkun wieħed jipprova jnaqqas id-diffikultajiet li jistgħu jinqalgħu għada pitgħada.", "Dik hija l-importanza li jkun hemm rabta legali; mhux biex toħnoq jew biex tindaħal - assolutament li le - imma biex ma jinqalgħux diffikultajiet.", "Per eżempju, aħna nafu li ġieli tant kien hemm inkwiet li nħolqu anke splinter groups.", "Ejjew ngħidu li jkun hemm xi nkwiet bejn il- membri tal-Malta press club u mbagħad xi ħaddieħor jgħid li se joħloq għaqda oħra li tirrappreżenta lill-ġurnalisti, għax fl-aħħar mill-aħħar dik hija għaqda tal-ġurnalisti.", "Imbagħad x'se nagħmlu?", "Għalhekk wieħed jixtieq li jkun hemm rabta legali mhux għax m'huwiex rikonoxxut tal-ħidma li jagħmel imma biex il-liġi - u naħseb li intom, bħala avukati, tgħallmuni fuq dan - tkun iktar ċara.", "Issa f'dan l-istadju nixtieq ngħaddi xi kumment ta' natura ġenerali għax hekk jew hekk issa l-punti saru u jien niddejjaq nerġa` nirripeti l-istess argumenti.", "Nixtieq nikkummenta fuq l-għażla tal-persuni biex nenfasizza fuq l-importanza li jkun hemm attenzjoni u reqqa.", "Jien naf li quddiem il- ministru jew il-prim ministru se titpoġġa lista ta' ismijiet biex jagħżel minnhom u jara lil min l-aħjar jinnomina jew jaħtar, pero` l-għażla tibqa' kruċjali, u dan l-appell se nagħmlu b'mod ġenerali mhux biss lill-gvern, jiġifieri lil min se jaħtar, imma anke lill-istess għaqdiet.", "Dawn għandhom joqogħdu attenti li jqisu l-ewwel u qabel kollox l-interess li l-kunsill jaħdem bl-aħjar mod possibbli, u għalhekk huwa importanti li nagħżlu l- aħjar nies li huma lesti li jagħtu l-kontribut tagħhom f'dan il-qasam u ma nħallux problemi ta' personalita` ...", "Problemi ta' personalita` jkun hemm dejjem, f'kull qasam, imma aħna għandna nwarrbu l-problemi ta' natura personali jew inkella l-piki li jista' jkollna.", "Aħna f'dinja qed ngħixu, u nafu li dawn l-affarijiet jiġru, imma huwa importanti li l-għażla tkun ibbażata fuq x'jaqbel lill-ilsien nazzjonali u lill-ħidma tal-kunsill nazzjonali li qegħdin nitkellmu fuqu.", "Għalhekk nerġa' nsostni l-appell tiegħi li mhux biss il-gvern, il-prim ministru jew il-ministru għandhom iqisu dan l-interess imma anke dawk l- għaqdiet li permezz ta' dan l-abbozz ta' liġi qegħdin jiġu mitluba jinnominaw lil xi persuni għandhom joqogħdu attenti għall-persuni li jiġu magħżula.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Iktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, nixtieq nenfasizza l-aħħar punt li kien qed jagħmel l-Onor.", "Abela dwar l-għażla tal-persuni.", "Kif għedt diġa`, l-abbozz ta' liġi jirrestrinġi d-diskrezzjoni tal-gvern kważi b'mod assolut, u aħna se nkunu niddependu ħafna mis-suġġerimenti, mill-proposti u min-nomini li se jsiru mid-diversi organizzazzjonijiet.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Sur President, nixtieq nenfasizza li jekk l-istatut ta' l-akkademja tal-Malti jiġi anness mal-liġi, kif sar fir-rigward tal- liġi ta' l-isport, bħalma għedt diġa` m'hu se jkun hemm indħil ta' xejn minn ħadd, jiġifieri d-diskrezzjoni xorta tibqa' f'idejn l-akkademja u l- membri tagħha jkunu jistgħu jibdlu l-istatut x'ħin iridu u kif iridu, naturalment skond ir-regoli li jirregolaw lill-akkademja.", "Forsi jkun tajjeb li l-ministru jagħti r-reazzjoni tiegħu dwar dan.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, jien naħseb li dan ma jaqbilx li jsir, anke għax għad irid jgħaddi ż-żmien biex inkunu nafu jekk l-esperiment li wieħed ipoġġi statut ta' għaqda mhux governattiva f'liġi huwiex l-aħjar esperjenza.", "F'liġi ta' dan it-tip, li nerġa` ngħid m'hijiex liġi ta' applikazzjoni preċiża min-naħa ta' l-istat Malti, ...", "Aħna hawnhekk m'aħniex fil-kamp penali, fil-kamp kummerċjali jew fil-kamp fiskali imma qegħdin f'kamp fejn niddependu ħafna mill-bon sens, mis-sens komun, mill- integrita`, mill-buona volonta` u mill-kompetenza akkademika u xjentifika tan-nies konċernati.", "Dan huwa kamp fejn irridu nirregolaw lilna nfusna b'irġulija u b'motivazzjonijiet ġenwini.", "Li qegħdin nagħmlu hawnhekk huwa li qed noħolqu qafas aħjar milli kellna sal-lum biex inkunu nistgħu nilħqu l-iskopijiet li għandna f'dan il-qasam.", "Mill-bqija, almenu minn dak li naf sal-lum u skond kif jidhru ċ-ċirkostanzi sal-lum, ma jkunx ta' xi ġid jew ta' xi vantaġġ partikolari li wieħed jagħmel anness mal-liġi xi statuti ta' għaqdiet tal-Malti jew ta' għaqdiet oħra.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Iktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 4.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 4 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 5 - Funzjonijiet tal-Kunsill.", "Clause 5 - Functions of the Council.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hemm rimarki?", "Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, fil-funzjonijiet tal-kunsilll ridna nipprovaw nirriflettu l-prinċipji kif fissirnihom fi klawsola 3.", "Naturalment l-ewwel hemm il-funzjoni ta' natura ġenerali.", "Fil-fatt qed ngħidu li:", "\"Tkun il-funzjoni u jkun id-dmir tal-Kunsill li jippromwovi l-Ilsien Malti kemm f'Malta kif ukoll barra minn Malta billi jaħdem bis-sħiħ biex iqanqal għarfien u rispett għall-prinċipji msemmija fl-artikolu 3 ta' dan l-Att.\".", "Qed ngħidu li xogħol il-kunsill huwa li jaqbad dawn il-prinċipji u dmirijiet u jrid jara hu - fil-liġi m'aħniex se noqogħdu nidħlu f'ħafna dettalji - liema huma l-programmi u l-proġetti li jrid jagħmel biex ikun jista' jwettaq dawk il-prinċipji.", "Imbagħad għandna t-tieni funzjoni - u din hija funzjoni kruċjali - li hija ta' ċerta rilevanza immedjata ta' kuljum.", "Qed ngħidu li:", "\"Il-Kunsill għandu wkoll jagħmel kull aġġornament li jkun meħtieġ fl- ortografija ta' l-Ilsien Malti, u minn żmien għal ieħor, skond il- ħtieġa, jistabbilixxi l-mod kif għandu jinkiteb il-kliem ġdid fil- Malti u l-kitba korretta ta' kliem u frażijiet li jidħlu fil-Malti minn ilsna oħra.\"", "Hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq kwestjoni ta' natura xjentifika, ta' natura lingwistika u akkademika.", "Se nitkellmu iktar fuq it-tieni funzjoni meta niġu għall-kummissjoni teknika u l-kumitati tekniċi.", "Subklawsola (3) ta' din il-klawsola tgħid li:", "\"Fil-qadi tal-funzjonijiet u d-dmirijiet tiegħu l-Kunsill għandu –", "(a) jiżviluppa, jimmotiva u jtejjeb l-għarfien u l-espressjoni ta' l-Ilsien Malti; (b) jippromwovi l-iżvilupp dinamiku ta' dawk il-karatteristiċi lingwistiċi li jidentifikaw lill-poplu Malti;", "(c) b'konsultazzjoni ma' l-organi mwaqqfa b'dan l-Att, jadotta politika, pjan u strateġija lingwistika xierqa u jara li dawn ikunu mwettqa u osservati f'kull qasam tal-ħajja Maltija;", "(d) jara li l-politika lingwistika deċiża mill-kummissjoni titqiegħed fil-prattika billi jiżgura l-implimentazzjoni effettiva u fidila tagħha;", "(e) jivvaluta u jikkoordina x-xogħol li jsir minn għaqdiet u individwi fil-kamp ta' l-ilsien Malti u jrawwem atmosfera ta' kooperazzjoni bi pjan miftiehm;", "(f) jiġbed l-attenzjoni ta' kulmin jista' jikkontribwixxi fl- iżvilupp tal-Malti għall-ħidma biex titwettaq il-politika lingwistika u, fejn ikun meħtieġ, jagħti parir lill-Ministru biex jikkummissjona xogħol meħtieġ;", "(g) ifittex riżorsi finanzjarji li jistgħu jinġabru lokalment u minn barra biex ikun jista' jsaħħaħ l-attivita` tiegħu, u b'mod speċjali dawk ir-riżorsi li diġa` huma aċċessibbli minn organizzazzjonijiet lokali u internazzjonali għal skopijiet ta' riċerka, promozzjoni ta' l-ilsna mitkellma minn popli żgħar, u proġetti oħra ta' skambji ta' esperti u studjużi;", "(h) jikkoopera ma' persuni, korpi u organizzazzjonijiet fl-oqsma diversi tal-ħajja biex iżid u jkabbar l-għarfien u l- apprezzament ta' attivitajiet lingwistiċi u kulturali b'riżq l- ilsien Malti;", "(i) iwaqqaf Ċentru Nazzjonali ta' l-ilsien Malti li, minbarra li jservi bħala s-sede tal-Kunsill, joffri riżorsi stampati u awdjoviżivi meħtieġa lil-membri ta' l-għaqdiet tal-Malti, istituzzjonijiet u persuni oħra interessati.", "(j) jiżgura aċċess sħiħ għal statistika u informazzjoni disponibbli għall-użu tal-Kunsill u l-organi tiegħu fil-qadi ta' dmirijiethom taħt dan l-Att.\".", "U fl-aħħarnett subklawsola (4) tgħid:", "\"Il-Kunsill għandu joħloq u jżomm kuntatti regolari u frekwenti ma' għaqdiet lokali, nazzjonali u internazzjonali li jkollhom funzjonijiet tal-Kunsill, u magħhom jistabbilixxi skambji ta' ideat u riżorsi.\".", "Naħseb li l-promoturi ta' din l-inizjattiva u aħna li qegħdin hawn fil- fehma tiegħi qegħdin nispjegaw tajjeb ħafna x'inhuma l-parametri ta' l- azzjonijiet u inizjattivi tal-kunsill.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Carmelo Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Sur President, il-funzjonijiet huma mifruxa u wesgħin u ma jistax jonqos li jkunu hekk.", "GĦalhekk meta niġu biex nitkellmu fuq il-kummissjoni teknika u fuq il-kumitati tekniċi ċertament li wieħed jidħol iktar fid-dettall dwar kif se jaħdmu.", "F'din il-klawsola qed nitkellmu fuq il-ħidma li l-kunsill mistenni li jwettaq, però tajjeb wieħed jgħid li għal diversi snin kienu bosta dawk l-għaqdiet u dawk il-persuni li b'mod individwali pprovaw jagħmlu bosta minn dak li qed jiġi propost li għandu jwettaq il-kunsill f'dawn il-funzjonijiet.", "GĦaldaqstant tajjeb li aħna, bħala parlament, niżżu ħajr lil dawn kollha li matul is-snin għamlu din il-ħidma li issa se taqa' taħt il-kappa tal-kunsill li qegħdin nipproponu f'dan l-abbozz ta' liġi.", "Il-ktieb li ħejjew \"l-akkademja tal-Malti\" flimkien mal-\"klabb kotba Maltin\" u bl-involviment tal-ministru - qed nirriferi għall-ktieb \"tagħrif fuq il-kitba Maltija\" li għadu kif ġie ppubblikat - huwa frott il-ħidma li qed insemmi fost affarijiet oħra li saru.", "Sur President, waħda mill-funzjonijiet importanti tal-kunsill hija li jaħdem b'kollaborazzjoni ma' akkademji oħra barra minn Malta.", "Naturalment il-konċentrazzjoni se tkun fuq il-ħidma f'pajjiżna għax hemm ħafna xogħol x'isir f'dan il-qasam, pero` huwa importanti li l-kunsill ma jingħalaqx f'pajjiżna.", "Jeħtieġ li aħna naqsmu l-ħsebijiet tagħna ma' akkademji oħrajn u nistgħu nitgħallmu minn ħidma li ħaddieħor ilu jagħmel f'qafas ftit jew wisq differenti minn dak li qed nagħmlu aħna.", "GĦalhekk importanti li filwaqt li jikkonċentra fuq il-ħidma tiegħu hawn Malta, il-kunsill ma jingħalaqx fi xtutna biss imma jiftaħ il-ħidma tiegħu u jikkollabora ma' akkademji oħrajn.", "Dan iservi wkoll biex il-lingwa Maltija tkun iktar magħrufa u jitqajjem ċertu interess fil-letteratura Maltija li jistgħu jiggwadanjaw minnu l-pubblikaturi u l-awturi Maltin.", "F'paragrafu (i) ta' subklawsola 5(3) jingħad li l-kunsill għandu jwaqqaf ċentru nazzjonali ta' l-ilsien Malti li, minbarra li jservi bħala s-sede tal-kunsill, joffri ċerti riżorsi lill-membri ta' l-għaqdiet tal-Malti, istituzzjonijiet u persuni oħra interessati.", "Jien inħoss li dan il-post għandu jkun bini prestiġjuż, mhux biex ngħidu li għandna post sabiħ, imma fis-sens li jkun jixraq lill-ħidma tal-kunsill.", "Iktar milli biex ikollna post sabiħ, biex nuru rispett, nagħtu dinjita` iktar lill-ilsien nazzjonali tagħna.", "Naħseb li l-fatt li jkollok istituti kulturali ta' pajjiżi barranin f'Malta li għandhom bini prestiġjuż, bini sabiħ, allura f'pajjiżna m'għandux ikollna bini prestiġjuż għal dak li jirrappreżenta l-lingwa Maltija( Naħseb li hawnhekk tajjeb li naħsbu fuq post prestiġjuż li jkun jilqa' fih il-ħidma tal-kunsill nazzjonali dwar l-ilsien Malti.", "Il-kunsill għandu jiffoka l-ħidma tiegħu fuq għajnuna u support lil min jipproduċi xogħol bil-Malti jew li jaqleb xogħol bil-Malti għal xi lingwa oħra u anke għal produzzjonijiet oħrajn bil-Malti.", "Dan jiddependi mir- riżorsi kemm umani imma kultant iktar u iktar dawk finanzjarji biex ikun jista' jagħmel din I-ħidma.", "Naturalment fis-sitwazzjoni finanzjarja tal- pajjiż dan m'huwiex faċli, pero` wieħed għandu jara li mhux biss inwaqqfu dan il-kunsill imma nagħtuh riżorsi biżżejjed biex jaħdem.", "Mhux se noqgħod nerġa' nsemmi l-funzjonijiet u d-dmirijiet tal-kunsill għax diġà semmihom il-ministru.", "Il-kunsill ma jistax iwettaq dawn id-dmirijiet kollha waħdu imma jkollu jirrikorri għal istituzzjonijiet oħrajn bħalma l- iskejjel.", "Ċertament il-ħidma fl-iskejjel għandha tkun fuq quddiem nett tal- prijoritajiet tal-kunsill.", "Ħaġa li nħoss li hija importanti ħafna hija l-ġbir ta' statistika.", "Fil- fatt dan għednieh meta konna qed niddiskutu mhux biss il-liġi li waqqfet l- uffiċċju nazzjonali ta' l-istatistika, imma anke f'liġijiet oħrajn.", "GĦax ħafna drabi nitkellmu mingħajr ma jkollna statistika li tista' tissostanzja dak li nkunu qed ngħidu u nimxu biss fuq il-perception.", "Hawnhekk qed ngħidu li l-kunsill għandu jiżgura aċċess sħiħ għal statistika u informazzjoni disponibbli għall-użu tal-kunsill u l-organi tiegħu fil-qadi ta' dmirijiethom taħt dan l-Att.", "Jiġifieri bażikament il-kunsill se jagħmel użu minn statistika li qed jagħmel ħaddieħor, pero` naħseb li ġaladarba jsib saqajh u jibda jiffunzjona daqsxejn aħjar, il-kunsill stess għandu jara kif hu jista' jiġbor ċerta statistika li tista' tgħin fl-iżvilupp ta' l-ilsien Malti.", "Kif diġa` għedt, huwa mportanti li l-kunsill jifrex il-ħidma tiegħu ma' oqsma oħrajn.", "Semmejt il-ħidma fl-iskejjel, imma ovvjament dan m'għandux jieqaf hemmhekk għax għandna numru ta' għaqdiet li jaħdmu fil-qasam tal- Malti, gruppi li huma interessati fil-qasam tal-Malti, u gruppi tad-drama.", "Ċertament li dawn ukoll għandhom rwol x'jilagħbu u l-kunsill għandu jaħdem ma' dawn l-istituzzjonijiet.", "Fejn jidħol it-tiftix ta' riżorsi finanzjarji naħseb li fuq quddiem nett għandna nsemmu l-Kunsill ta' l-Ewropa kif ukoll l-Unjoni Ewropea minn fejn nistgħu nipprovaw inġibu fondi biex il-kunsill ikabbar ir-riżorsi finanzjarji tiegħu.", "Minbarra li l-gvern Malti jgħaddi ċerti riżorsi lill- kunsill mill-budget tal-pajjiż, ċertament il-kunsill għandu jagħmel sforz biex iġib fondi għall-ħidma tiegħu minn barra l-pajjiż.", "Kif qed ngħidu dawn jgħinu biex ikun hemm għarfien iktar tax-xogħol Malti u nittamaw li jkun hemm anke talbiet li xogħlijiet Maltin jiġu tradotti f'ilsna differenti.", "Naturalment dan jgħin biex mhux biss ikun hemm introjtu għall- kunsill imma anke għal dawk li jkunu qegħdin jagħmlu dan ix-xogħol.", "Nawgura li l-ħidma li se jwettaq il-kunsill fil-funzjonijiet li għandu tkun ħidma li tagħti l-frott għall-ilsien nazzjonali tagħna.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Grazzi.", "Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nixtieq ngħid biss li għal darb'oħra naqbel ħafna ma' l-impostazzjoni tal-kollega tiegħi u nittama li d-diskors li qiegħed jgħid jinqabad ukoll mill-kunsill li eventwalment jiġi mwaqqaf.", "Dwar is-sede tal-kunsill jiena diġà qiegħed naħseb biex naraw li jkun hemm post li huwa xieraq u naħseb li jkun possibbli li nsibu akkomodazzjoni li, għallinqas għall-ewwel fażi tal-ħajja ta' dan il-kunsill, tkun akkomodazzjoni aċċettabbli.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il- mistoqsija hija klawsola 5.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 5 għaddiet nem. con. u ġiet orndata biex issir parti mill-abbozz ta' liġi.", "Klawsola 6 – Poteri tal-Kunsill.", "Clause 6 - Powers of the Council.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, din il-klawsola titkellem dwar il- poteri tal-kunsill.", "Dawn m'humiex xi poteri eżekuttivi kif nitkellmu fuq poteri ta' xi korpi oħrajn, għalkemm naturalment huma poteri li għandhom effett li huwa morali ħafna.", "L-ewwelnett qegħdin nassoġġettaw inizjattivi meħudin bis-saħħa ta' din il-liġi għad-deċiżjoni tal-kunsill, jiġifieri m'huwiex il-każ li xi organu, xi kumitat jew xi kummissjoni tista' taqbad u tieħu inizjattivi mingħajr ma ġġib il-kunsens tal-kunsill li qed nitkellmu fuqu.", "Kif diġà ndikajt meta konna qegħdin niddiskutu klawsola 5, fi kwestjoni ta' natura lingwistika tekniko-xjentifika, il-kunsill irid jaġixxi fuq il-parir tal-kummissjoni.", "Dan ifisser li fejn jidħlu kwestjonijiet ta' ortografija, ta' kif jinkiteb kliem ġdid fil-Malti, ta' kitba korretta ta' kliem u frażijiet li jidħlu fil-Malti minn ilsna oħra, il-kunsill irid jaġixxi fuq il-parir tal-kummissjoni teknika.", "Naturalment il-mistoqsija hi x'jiġri jekk il-kunsill ma jaqbilx mal- kummissjoni teknika u fil-liġi qegħdin ngħidu li fejn ma jkunx hemm qbil mal-kummissjoni teknika dwar deċiżjonijiet ta' natura lingwistika tekniko- xjentifika, il-kunsill għandu biss il-jedd li ma jaċċettax il-pożizzjoni tal-kummissjoni, imma m'għandux dritt ibiddel dik il-fehma tal-kummissjoni teknika.", "Dan huwa l-proċess ta' checks and balances li jien irriferejt għalih aktar kmieni fid-diskussjoni ta' dan l-istadju ta' l-abbozz ta' liġi, Sur President.", "Jiġifieri hawnhekk aħna qed nagħmlu distinzjoni netta u ċara bejn l- inizjattivi kollha li għandhom x'jaqsmu ma' l-ilsien Malti li huma ta' natura akkademika, lingwistika tekniko-xjentifika u oħrajn li m'humiex.", "Fejn si tratta kwestjonijiet ta' natura lingwistika tekniko-xjentifika l- kelma deċiżiva hija tal-kummissjoni teknika, tan-nies li għandhom il- kompetenza akkademika, il-kompetenza lingwistika tekniko-xjentifika.", "Jiġifieri mhux kif wieħed jaħsibha, x'wieħed jippreferi, x'tista' tkun il- moda, jew x'jaqbel l-aktar, imma l-kummissjoni teknika, li naturalment tkun ħadet anke parir tal-kumitati tekniċi, trid tasal għal deċiżjoni u tagħti r- rakkmandazzjoni tagħha lill-kunsill.", "Il-kunsill irid jew jaċċetta dik ir- rakkmandazzjoni u allura jkun jista' jgħid x'inhija l-pożizzjoni fuq xi argument ta' l-ortografija jew tat-traduzzjoni, jew inkella jekk il-kunsill ma jaqbilx, ikollu biss iħalli l-pożizzjoni kif inhi.", "Naturalment lanqas ma tgħaddi tal-kummissjoni teknika imma l-pożizzjoni tibqa' kif tkun f'dak il-mument.", "Naturalment qed ngħidu wkoll li dawn id-deċiżjonijiet dwar il-kwestjonijiet ta' natura lingwistika tekniko-xjentifika jidħlu fis-seħħ bis-saħħa ta' avviż ippubblikat mill-kunsill fil-gazzetta.", "Jekk ikun hemm aġġornament ta' l-ortografija, jekk ikun hemm deċiżjoni dwar it-traduzzjoni fil-Malti ta' ċertu kliem barrani jew kif wieħed għandu jikteb ċertu kliem, wara li jkun għadda mill-proċess kollu, bħalma l-liġijiet jidħlu fis-seħħ biss meta jkunu ġew ippubblikati fil-gazzetta tal-gvern, hekk ukoll id-deċiżjonijiet tal-kunsill ikunu effettivi meta jiġu ppubblikati fil-gazzetta tal-gvern.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Grazzi.", "L-Onor.", "Carmelo Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Sur President, jien nixtieq inkompli fuq dak li kien qed jgħid il-ministru, jiġifieri li l-politiku jrid joqgħod attent dwar x'poter se jżomm għalih meta qed nitkellmu fuq affarijiet li huma ta' natura teknika fl-ilsien Malti għax dawn id-deċiżjonijiet għandhom jittieħdu biss min-nies li huma esperti.", "Naħseb li fuq dan il-qasam qed naqblu.", "Naturalment dawn l-esperti se jieħdu d-deċiżjoni tagħhom wara li jkunu studjaw u qablu flimkien fuq il-materja li tkun ta' natura lingwistika tekniko-xjentifika.", "Ma nafx jekk il-kelma hijiex qiegħda tajba hawnhekk.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: 'Il quddiem il-kunsill jgħidilna.", "S'issa l-esperti legali hekk jiktbuha.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Meta niġu għal klawsola 13 tajjeb li wieħed jispjega aħjar x'inhuma s-setgħat tal-ministru peress li klawsola 13 titkellem dwar ir-relazzjoni bejn il-ministru u l-kunsill.", "Naturalment hawnhekk qed nitkellmu dwar xi ħaġa differenti, però meta niġu għaliha wieħed irid jiċċaraha ftit ħalli tkun ċara d-distinzjoni bejn dak li huwa tekniku u dak li m'huwiex.", "Il-politiku m'għandu qatt jidħol f'xi kwestjoni ta' natura lingwistika tekniko-xjentifika, jiġifieri l-gvern, hu min hu, ma jistax jgħid li xi ħaġa trid issir b'dan il-mod.", "Kwestjonijiet ta' natura lingwistika tekniko-xjentifika huma prerogattiva biss ta' nies esperti li naturalment ikunu għamlu l-istudju tagħhom.", "Sur President, f'subklawsola 6(1) qegħdin ngħidu li f'dak li għandu x'jaqsam ma' kwestjonijiet ta' natura lingwistika tekniko-xjentifika se tkun il-funzjoni tal-kummissjoni teknika - li se nitkellmu aktar tard fuqha – li tagħmel il-proposti tagħha u tressaqhom lill-kunsill nazzjonali.", "Il-kunsill għandu l-jedd li ma jaċċettax il-pożizzjoni tal-kummissjoni teknika, imma m'għandux dritt ibiddilha.", "S'hemmhekk naqblu wkoll.", "Imma ta' min jiċċara x'se jiġri minn hemm 'il quddiem, fis-sens li jekk qed nitkellmu fuq kwestjoni ta' natura lingwistika tekniko-xjentifika jista' jkollna sitwazzjoni jew ċirkostanza fejn materja ta' ċerta importanza tibqa' mdendla għax ma jkunx hemm qbil bejn il-kummissjoni teknika u l- kunsill nazzjonali, fis-sens li l-kummissjoni tressaq il-każ tagħha u l- kunsill ma jaqbilx - għandi nifhem li dan jagħti r-raġunijiet tiegħu għalfejn ma jaqbilx – pero' m'hemmx speċifikat jekk din hijiex mistennija li tmur lura għand il-kummissjoni u l-kummissjoni terġa' tagħmel il- proposti tagħha abbażi ta' dak li jkun qal il-kunsill.", "Naturalment il- kunsill m'huwiex se jiddeċiedi iva jew le b'kapriċċ imma se jagħmel il- ġudizzju tiegħu b'mod studjat ukoll.", "Allura nifhem li jista' jkollok xi deċiżjoni partikolari li tibqa' mdendla minħabba nuqqas ta' qbil bejn il- kummissjoni teknika u l-kunsill nazzjonali.", "X'se jiġri jekk ikun hemm proposta tal-kummissjoni li ma tkunx aċċettata mill-kunsill wara li dan ta' l-aħħar jagħti r-raġunijiet tiegħu?", "Huwa mistenni, per eżempju, li l- kummissjoni terġa' tikkonsidra biex terġa' tressaq il-każ tagħha lill- kunsill jew ma jiġri xejn u forsi dak li jkun ġie propost jintesa'?", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, it-tweġiba għal din il-mistoqsija hija preċiżament li f'nuqqas ta' qbil is-sitwazzjoni tibqa' kif inhi.", "Issa jista' jgħaddi ftit taż-żmien, ikun hemm aktar diskussjoni u l-kummissjoni teknika terġa' tipproponi r-rakkmandazzjoni tagħha.", "Imma jista' jagħti l- każ li s-sitwazzjoni tibqa' kif inhi.", "Ħalli nerġa' nġib dan l-eżempju li semmejna.", "Ejja ngħidu li jkun hemm kontroversja dwar wieħed għandux jgħid \"inċident\" jew \"aċċident\".", "Ejja ngħidu li l-kummissjoni teknika tiddeċiedi u tgħid: Isma', il-kelma għandha tkun \"inċident\" u mhux \"aċċident\".", "Tmur quddiem il-kunsill u l-kunsill ma jaqbilx.", "X'jiġri?", "Jiġri li nibqgħu fis- sitwazzjoni inċerta fejn wieħed jista' jibqa' jgħid \"aċċident\" u l-ieħor jgħid \"inċident\", sakemm xi darba l-kummissjoni teknika forsi jkollha xi studju partikolari u mbagħad il-kunsill finalment jaċċetta.", "Il-proposta hawnhekk dejjem kienet li l-kunsill, minħabba li għandu rappreżentanza varja....", "Wieħed jista' jkollu rappreżentant li ġej mill- uffiċċju ta' l-avukat ġenerali tar-repubblika li jkun jaħsibha b'ċertu mod.", "Dan jista' jkollu raġun u jista' jkollu esperjenza imma ma jkollux il- kompetenza rikonoxxuta fis-suġġett tal-lingwistika biex ikun jista' jagħti parir.", "Allura wieħed irid iħalli dan il-bilanċ bejn iż-żewġ organi biex jiġi assigurat li l-ortografija u kif jinkiteb il-Malti jkun biss il-frott ta' eżerċizzju pur, lingwistiku u xjentifiku u xejn aktar.", "Ma jkun hemm l- ebda influwenza, la ta' xi dell politiku u lanqas ta' xi preġudizzju partikolari, imma jkun l-essenza ta' riċerka, ta' studju u ta' diskussjoni xjentifika.", "Għal dan l-iskop, fil-każ ta' nuqqas ta' qbil nibqgħu nużaw il- Malti skond kif ikun qed jintuża sa dak il-mument, sal-mument li mbagħad wieħed jista' jipperswadi għal raġunijiet validi li l-ħaġa għandha tinbidel.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Grazzi.", "L-Onor.", "Carmelo Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Mr Chairman, jekk ikun hemm nuqqas ta' qbil, il- kunsill għandu jagħti raġunijiet u jinforma eċċ. Imma allura għandna norbtu lill-kunsill biex jagħti raġunijiet, eċċ. u jitlob lill-kummissjoni biex tikkonsidra abbażi tad-diskussjoni li tkun saret jew inkella nħalluha u nittamaw li s-sens komun jirrenja f'dawn iċ-ċirkostanzi?", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Jien naħseb li s-suġġeriment tal-kollega tiegħi huwa suġġeriment tajjeb u naħseb li għandna nifformolawh biex jidħol fl-abbozz ta' liġi.", "B'hekk ngħidu li għalkemm għandu l-jedd li ma jaċċettax il- pożizzjoni tal-kummissjoni u m'għandux dritt ibiddilha, irid jagħti raġunijiet bil-miktub.", "Għalhekk hawnhekk irridu nagħmlu emenda.", "Pero' rridu nieħdu l-opportunità wkoll għaliex hawn punt ftit tekniku fil-proviso ta' l-ewwel paragrafu, fejn qegħdin ngħidu:", "\"Iżda fi kwistjonijiet ta' natura lingwistika tekniko-xjentifika ̧ b'mod partikolari fit-twettiq tal-funzjoni tiegħu taħt is-subartikolu 5(2) ...\".", "Proprjament hawnhekk irridu ngħidu \"taħt is-subartikolu (2) ta' l-artikolu 5\".", "Naħseb li jekk nieqfu ftit inkunu nistgħu nifformolaw l-emenda biex ikun jista' jipproponiha l-Onor.", "Abela.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Louis Galea.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, nipproponi din l-emenda għal klawsola 6 fuq proposta ta' l-oppożizzjoni:", "''A'' ''(a) Fl-ewwel proviso ta' l-ewwel paragrafu ta' klawsola 6 il- kliem \"taħt is- subartikolu 5(2)\" għandu jiġi sostitwit bil-kliem \"taħt is-subartikolu (2) ta' l-artikolu 5\"; u", "b) Fit-tieni proviso ta' l-ewwel paragrafu ta' klawsola 6, minnufih wara l-kliem \", għalkemm m'għandux dritt ibiddilha.\" għandhom jiżdiedu l- kliem \"Il-Kunsill iżda għandu f'dan il-każ jagħti lill-Kummissjoni r- raġunijiet tiegħu bil-miktub fi żmien erba' ġimgħat mid-data tad- deċiżjoni tiegħu.\".", "\"A\" (a) In the first proviso of paragraph (1) of clause 6 for the words \"under subarticle 5 (2)\" there shall be substituted with the words \"under subarticle (2) of article 5\"; and", "(b) In the second proviso of paragraph (1) of clause 6, immediately after the words \"But the Council shall not have the right to alter the same.\" there shall be added the words \"The Council however shall in such case give its reasons to the Commission in writing within four weeks from the date of such decision.\".", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Grazzi.", "Hawn rimarki?", "Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President ̧ għal din il-klawsola se nipproponi wkoll din l-emenda verbali:", "Fit-test Ingliż ta' klawsola 6 għandu jidħol spazju bejn iż-żewġ provisos li hemm għal subklawsola (1).", "In the English text of clause 6 there shall be inserted a space between the two provisos to subclause (1).", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Carmelo Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Nixtieq nagħmel kumment aħħari mhux fuq l-emendi għax fil-każ ta' l-emendi m'hemmx diffikultà.", "Naturalment din il-klawsola ma ssemmix kemm żmien għandu jieħu l-kunsill biex jistudja jew biex jagħti deċiżjoni fuq il-proposta li tkun ressqet il-kummissjoni.", "Jien mhux se nipproponi li għandu jkun hemm xi żmien, pero' naturalment il-kunsill għandu jżomm quddiem għajnejh li jekk jista' jieħu deċiżjoni llum aħjar milli jeħodha għada fis-sens li kemm jista' jkun m'għandux ikaxkar saqajh bla bżonn.", "Ma jfissirx li dan għandu jieħu deċiżjonijiet mgħaġġlin għax inkella d-deċiżjonijiet li jieħu ma jkunux meħudin b'mod tajjeb, pero' filwaqt li għandna nħalluha kif inhi li m'għandux ikun hemm terminu ta' żmien, fl-istess ħin wieħed m'għandux itawwal bla bżonn sabiex jasal għal deċiżjoni.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Grazzi.", "Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Din irridu narawha aktar 'il quddiem pero' rrid ngħid li f'subklawsola (7) ta' klawsola 10 qed ngħidu:", "\"Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet ta' dan l-Att u ta' xi regolamenti li jistgħu jiġu magħmula bis-saħħa tiegħu, il-Kunsill u l-organi tiegħu għandhom jirregolaw il-proċeduri tagħhom infushom.\".", "Jien naqbel mal-kollega tiegħi li naturalment wieħed irid jassumi l-bonsens tal-membri tal-kunsill li ma jadottawx tattika li tħalli kollox imdendel u indefinit u ma jingħatawx risposti u allura wieħed irid isegwi x'ikun qiegħed jiġri.", "Per eżempju ̧ klawsola 24 titkellem dwar is-setgħat li jsiru regolamenti u hemm ukoll id-dritt tal-ministru li jirregola proċeduri amministrattivi u organizzattivi tal-kunsill jiġifieri jekk naraw li l- affarijiet ma jkunux qed isiru kif suppost ̧ wieħed ikun jista' jintervjeni anke b'din il-manjiera f'dak l-istadju.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Grazzi.", "Hawn aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija l-emenda \"A\" kif imressqa u moqrija mill-ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"A\" għaddiet nem. con.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi l-emenda verbali kif imressqa mill- Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda verbali għaddiet nem. con.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 6 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 6, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 7 – Kummissjoni Teknika.", "Clause 7 – Technical Commission.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President ̧ għal din il-kummissjoni diġà għamilna xi riferenzi u hawnhekk qed ngħidu li l-kompożizzjoni tagħha għandha tkun waħda ta' natura teknika.", "Qed jintqal ukoll illi d-direttur eżekuttiv tal- kunsill, li nitkellmu fuqu aktar tard ̧ ikun is-segretarju ta' din il- kummissjoni u qed ngħidu x'inhuma l-funzjonijiet.", "Il-funzjonijiet ta' din il-kummissjoni – din hija xi ħaġa li diġà rriferejna għaliha - huma li tosserva, tanalizza u tiżen il-qagħda ta' l-ilsien Malti fid-dawl tas- sitwazzjoni lingwistika, tfassal il-politika lingwistika ̧ tirrikkmandaha lill-kunsill ̧ tinkoraġġixxi maturazzjoni fl-istudju dwar il-pjanifikazzjoni lingwistika b'korsijiet addattati fl-edukazzjoni għolja kif ukoll permezz ta' boroż ta' studju lil żgħażagħ promettenti, żjarat ta' pjanifikaturi barranin u l-ħolqien ta' librerija speċjalizzata dwar is-suġġett.", "Sur President, kif qed naraw ikun ta' appoġġ għall-kunsill dwar l-ilsien Malti li abbażi tar-rakkmandazzjoni ta' din il-kummissjoni esperta u lingwistika, biex ngħidu hekk ̧ dan ikun jista' jieħu diversi inizjattivi.", "Naturalment dan fir-rispett ta' dak li għadna kif konna qed ngħidu dwar il- klawsola preċedenti.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Carmelo Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Mr Chairman, dak li għedt aktar kmieni dwar l- għażla tal-membri tal-kunsill igħodd għal dak li għandu x'jaqsam mal- kummissjoni teknika u mal-kumitati tekniċi li se niddiskutu wara din il- klawsola.", "Naturalment huwa mportanti li dawn il-persuni jkunu esperti fil- qasam tagħhom għax ikun kruċjali fil-ħidma importanti li jkunu se jwettqu.", "Fil-fatt jidher li r-rwol tal-kummissjoni teknika huwa rwol ċentrali f'dan il-qasam fis-sens li ħafna mix-xogħol tal-kunsill b'mod ġenerali jrid igħaddi mill-filtru tagħha.", "Għalhekk l-importanza tal-kummissjoni teknika aktar tikber hawnhekk.", "Naturalment imbagħad il-kummissjoni teknika trid tgħaddi x-xogħol lill-kunsill kif għidna fil-klawsola ta' qabel.", "Dan ifisser li l-kummissjoni teknika hija l-qofol tal-ħidma f'dak li għandu x'jaqsam mal-funzjonijiet li huma elenkati f'paragrafi (a) (b) u (ċ) ta' subklawsola (3).", "Il-mistoqsija tiegħi hija dwar il-kompożizzjoni ta' din il-kummissjoni.", "Aħna nafu li se jkun hemm president, se jkun hemm il-kapijiet tal-kumitati tekniċi mwaqqfa b' 8 ta' dan l-Att kif ukoll id-direttur eżekuttiv li se jkun is-segretarju tal-kummissjoni mingħajr il-jedd tal-vot.", "Fil-fatt hawn il-mod kif dawn se jkunu magħżula.", "Jekk persuna tkun kap tal-kumitat tekniku allura se tkun membru fil-kummissjoni, jiġifieri l-għażla tkun saret minn qabel.", "Għandna wkoll kif se jintgħażel id-direttur eżekuttiv.", "Pero' hemm xi linji gwida li l-kunsill se jimxi magħhom f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-għażla tal-president tal-kummissjoni teknika?", "Mill-funzjonijiet tal-kummissjoni stess, naraw l-importanza li l- kummissjoni għandha u l-importanza li jkun hemm nies esperti fl-oqsma li għandhom x'jaqsmu ma' l-ilsien Malti, l-aktar fejn tidħol il-lingwistika u l-mod kif il-lingwa Maltija tista' b'mod jew ieħor tkun aktar imsaħħa.", "Nerġa' ntenni - naħseb li jkun tajjeb li nirrepetu dan il-punt kemm-il darba - li m'għandniex inħallu interessi oħrajn jidħlu fin-nofs imma għandna nagħżlu l-aktar nies esperti biex mill-esperjenza u minn knowledge tagħhom, jagħtu l-aħjar deċiżjonijiet u suġġerimenti lill-kunsill.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Grazzi.", "Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Dwar il-punt tal-president tal-kummissjoni teknika rrid ngħid li dan se jaħtru l-kunsill fil-liberta` assoluta tiegħu.", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq kunsill li huwa magħmul min-nies rakkmandati mill-akkademja tal-Malti u mid-dipartiment tal-Malti, minn żewġ persuni li jiġu mill-istess kummissjoni teknika, - hemm iċ-ċans li jkunu kapijiet ta' kumitati tekniċi - minn tliet persuni li huma nominati wkoll – din id-darba direttament – mill-akkademija, min-naħa tad-dipartiment u l-istitut lingwistiku, minn xi ħadd li ġej mid-dipartiment tal-kurrikulu - hawn diġa` għandna - u minn rappreżentant ieħor ta' l-għaqdiet tal-Malti.", "Ċertament li bejn dawn żgur li hemm diġa` maġġoranza ta' nies li ġejjin mill-kamp tekniku f'ċertu sens.", "Dawn in-nies se jagħżlu persuna li tkun president.", "Din mhux qed nillimitawha u mhux qed ngħidu li ma jistax ikun xi ħadd minn fosthom.", "Aħna mhux qed nillimitaw il-kunsill imma qegħdin inħallu f'idejh biex jagħżel lil din il-persuna ta' din il-kummissjoni teknika li tinħatar u jkun responsabbli għalih il-kunsill.", "Pero' mhu se jkun hemm indħil imkien u dawn il-11-il persuna bejniethom iridu jinnominaw president ta' din il-kummissjoni.", "Issa jekk wieħed għandux jiddefinixxi x'tip ta' persuna trid tkun, jista' jagħti l-każ imma m'iniex ċert li wieħed għandu, almenu f'dan l-istadju, jiddefinixxi.", "Nippreferi li nħalli lill-kunsill jaġixxi fil-maturita` u fl-integrita` tiegħu.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Sur President ̧ il-mistoqsija tiegħi kienet dwar jekk hemmx xi linji gwida fl-għażla tal-president.", "Il-ministru wieġeb li sta għall-membri tal-kunsill li meta jiġu biex jitkellmu fuq il-ħatra ta' president tal-kummissjoni, jaraw huma bejniethom x'inhuma l-aħjar linji gwida għall-għażla tagħhom u jekk iridux jillimitawha jew le jew inkella kif se jaslu għad-deċiżjoni.", "F'paragrafu (b) ta' subklawsola (2) ta' klawsola 4 hemm miktub:", "\"żewġ persuni maħtura mill-Prim Ministru minn persuni nominati minn u minn fost il-membri tal-Kummissjoni Teknika;", "Iżda sakemm il-Kunsill jaħtar il-Kummissjoni Teknika, l-Prim Ministru jista' taħt dan il-paragrafu jaħtar żewġ persuni li hu jidhirlu idoneji;\".", "Jiġifieri għall-ewwel darba se jkollna - se nsejħilha problema imma m'hijiex problema - il-problema li m'għandekx rappreżentanti tal- kummissjoni teknika għaliex ovvjament l-ewwel darba l-kummissjoni teknika tkun għadha ma ġietx imwaqqfa minħabba li l-kunsill għadu qiegħed jitwaqqaf.", "Naturalment dik hija diffikulta` ta' darba biss, biex ngħid hekk, u allura forsi ma nafx jekk hemmx xi ħsieb partikolari - anke jekk ma nniżżluhiex fil-liġi – biex ikollna linja gwida meta jiġi diskuss min ikun il-president.", "Jien naf li fir-rapport li ġie ppreżentat lill-Ministru Louis Galea - qed nirriferi għar-rapport \"strateġija lingwa nazzjonali\" - kien hemm suġġerit li ċ-chairman tal-kummissjoni teknika jkun il-kap eżekuttiv.", "Issa hawnhekk qed ngħidu li d-direttur eżekuttiv, li naħseb li hija l-istess ħaġa, ikun is-segretarju li ma jkollux dritt għall-vot.", "Allura filwaqt li f'dan ir- rapport kien qed ikun hemm suġġeriment ta' min għandu jkun il-president tal- kummissjoni, allura qisu li kien hemm linja gwida f'dak is-sens, issa m'għandniex dawn il-linji gwida għall-ħatra tal-president.", "Naturalment, kif għedt diġa` l-kummissjoni teknika għandha rwol importanti ħafna u essenzjali u naturalment, l-importanza tal-president tikber ukoll għax il- kummissjoni teknika għandha funzjonijiet importanti.", "Fl-assenza ta' linji gwida, wieħed allura bilfors jistaqsi dwar dan il-punt anke għaliex, kif għedt diġa`, fir-rapport ippreżentat mill-ministru, kien hemm suġġeriment li ma ġiex segwit fl-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna.", "Naħseb li dan hu tajjeb fl-aħħar mill-aħħar għaliex il-kap eżekuttiv m'għandux ikun ukoll il-president, jiġifieri naħseb li huwa aħjar kif għandna fl-abbozz ta' liġi.", "Pero` fl-assenza ta' din il-linja gwida, wieħed jista' għallinqas jesprimi xi opinjoni li tista' tiggwida lill-kunsill meta jiġi biex jaħtar il-president.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-unika ħaġa li rrid ngħid hi li kif qed igħid l-Onor.", "Abela, donnu hawnhekk għandna l-kwestjoni tal-bajda u t-tiġieġa f'ċertu sens, pero` jien diġa` għandi f'moħħi li jekk nista' nsib manjiera kif nevita, nevita imma hawn ftit tad-diffikulta`.", "Naturalment il-Prim Ministru se jaħtar nies li jkunu idoneji f'dan il-kamp u li mbagħad wieħed ikun jista' jgħaddi anke għan-nomina ta' president.", "Pero` nżomm dan il- kumment li qed tagħmel l-oppożizzjoni f'moħħi.", "Jien ikolli ċans anke waqt il-proċess tan-nomini nżomm l-oppożizzjoni informata b'min qed jiġi suġġerit u x'inhuma l-ideat, biex kif ħdimna s'issa, nkomplu anke naħdmu fit-twettiq tal-liġi.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il- mistoqsija hija klawsola 7.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 7 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Fid-9.00 p.m. il-Kamra rriżumiet u l-Viċi President tal-Kumitat irrapporta progress u talab il-permess sabiex il-Kumitat jerġa' jiltaqa'.", "MR SPEAKER: Insejjaħ issa lill-Ministru biex, jekk jogħġbu, iressaq l- Aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tlieta, 15 ta' Ġunju 2004 fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Ilsien Malti – Kumitat (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Reġistru Ċentrali – Kumitat.", "-------------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili (Emenda Nru 2) - Kumitat Permanenti.", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili - Kumitat Permanenti.", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar ir-Rifuġjati – Kumitat Permanenti.", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Professjoni tal-Psikoloġija – Kumitat Permanenti.", "Abbozz ta' Liġi biex Jemenda Liġijiet dwar il-Komunikazzjoni - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Charles Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Sur President, nixtieq nieħu din l-okkażjoni biex qabel xejn ngħid grazzi lill-poplu Malti ta' l-appoġġ li wera mal-kandidati Laburisti fl-elezzjoni dwar il-parlament Ewropew li saret is-Sibt li għadda.", "Nixtieq nirringrazzja wkoll lil dawk kollha li ħadmu u taw l- għajnuna tagħhom fil-kampanja li saret, kemm f'livell ta' kumitati, kif ukoll f'livell tal-partit ċentrali, tal-media, ġurnalisti, eċċ...", "Grazzi wkoll tmur għall-organizzazzjoni amministrattiva kemm min-naħa tal- pulizija, kif ukoll ta' kulmin kien responsabbli milli jara li l-affarijiet jimxu sew.", "Fl-istess waqt ma nistax ma nikkundannax lil dawk li aggredixxew lill-ġurnalisti, liema ġurnalisti kienu qed jaqdu dmirijiethom, u allura jixirqilhom kull rispett kif ukoll kull protezzjoni.", "Sur President, naħseb li jkun tajjeb li wieħed jinnota u jissottolinea l- għażla tal-poplu Malti f'dawn l-elezzjonijiet, li fl-għażla tiegħu ta l- maġġoranza ta' l-ewwel preferenzi lill-partit Laburista, maġġoranza ta' iktar minn 21,000 vot.", "Dan ir-riżultat huwa wieħed sinifikanti, u allura jpoġġi lill-partit laburista bħala l-akbar partit f'pajjiżna.", "Jien naħseb li dan ir-riżultat intlaħaq minħabba l-konsistenza li biha mexa l-partit Laburista mill-elezzjoni li għaddiet sal-lum, liema konsistenza hija bbażata u mibnija biss fuq l-aħjar interessi ta' pajjiżna u tal-poplu Malti fiċ-ċirkostanzi kif evolvew.", "Wara l-ewforija ta' l-elezzjoni u ta' l-issues li kien hemm qabel din l- elezzjoni, naħseb li issa jkun tajjeb li wieħed ̧ bil-kalma kollha ̧ jagħmel daqsxejn ta' rendikont qasir.", "Sena ilu meta l-poplu Malti mar għall- elezzjoni kellu quddiemu żewġ għażliet.", "Issa hawnhekk nixtieq nerġa' nsostni li l-partit Laburista – din għedtha kemm il-darba f'dan il- parlament, u dan jikkonstatawh ir-records tal-parlament - qatt ma kien kontra l-Unjoni Ewropea jew kontra l-proċess ta' l-Unjoni Ewropea, iżda dejjem kellu l-politika tiegħu, dik li tqarrabna lejn l-Unjoni Ewropea fuq relazzjoni speċjali.", "Kif jaf kulħadd, il-gvern Nazzjonalista kien qiegħed jipproponi adeżjoni sħiħa ma' l-Unjoni Ewropea, u allura l-għażla kienet bejn dawn iż-żewġ toroq.", "Il-partit Laburista, sa minn Jannar ta' l-2002, kien diġà ddeċieda li d- deċiżjoni finali ta' liema triq għandna nagħżlu għandha tkun permezz ta' elezzjoni ġenerali, fejn ikun il-poplu li jagħmel din l-għażla.", "Effettivament ir-riżultat ta' dik l-elezzjoni kien fatt storiku għax il- poplu għamel l-għażla tiegħu.", "Għalhekk immedjatament wara, il-partit Laburista mexa ma' dik id-deċiżjoni, kif wara kollox kien obbligat li jagħmel ̧ u qal li se jirrispetta dik id-deċiżjoni.", "Ċertament id-demokrazija hekk titlob u l-partit Laburista Malti fl-istorja tiegħu dejjem wera rispett lejn id-demokrazija, lejn l-opinjoni u lejn id- drittijiet demokratiċi, anke meta fil-passaġġ ta' l-istorja d-drittijiet tiegħu ġew imżebilħin.", "GĦalhekk in linja ma' dik id-deċiżjoni, il-partit Laburista aċċetta d-deċiżjoni tal-poplu u għarraf mill-ewwel li f'dawn iċ- ċirkostanzi u r-realta` ġdida, il-partit se jfassal il-politika tiegħu.", "Din il-politika għandha tkun waħda li tħares 'il quddiem u li tkun ibbażata fuq il-bżonnijiet tal-poplu Malti, għax ma nistgħux nitkellmu fuq politika Ewropea li tkun distakkata mill-bżonnijiet taċ-ċittadini tal-lokalita`.", "Is- sinifikat ta' kif iċ-ċittadini f'pajjiżna se jkunu milqutin u kif l- interessi ta' diversi setturi se jiġu affettwati huma sinifikanti, anke fi kwadru akbar ta' Malta bħala parti mill-Unjoni Ewropea.", "GĦalhekk mill-ewwel beda l-proċess li l-culmine tiegħu kienet il-konferenza ġenerali li fiha kien hemm l-approvazzjoni - kważi bl-aktar mod unanimu - li l-partit Laburista mhux biss reġa' kkonferma dak li kien qal rigward id- deċiżjoni tal-poplu, jiġifieri dik ta' Malta fir-realtà ġdida, imma fassal u fformalizza l-politika tiegħu bħala partit li se jirrappreżenta l- kandidati tiegħu għall-elezzjoni tal-parlament Ewropew, liema kandidati diġà kellhom it-triq li fuqha jridu jimxu.", "Bażikament dan qed isir b'rispett sħiħ lejn in-newtralita` ta' pajjiżna fil- politika internazzjonali, liema politika trid tibqa' tiġi rispettata.", "Pero' rridu nimxu fuq il-prinċipju li filwaqt li nħarsu u niddefendu l- interessi ta' pajjiżna u tal-poplu Malti u GĦawdxi, irridu nagħmlu ħilitna wkoll biex nimmassimizzaw il-benefiċċji li jista' jieħu pajjiżna filwaqt li niminimizzaw l-iżvantaġġi li jista' jsofri pajjiżna bħala parti minn grupp ta' pajjiżi li huma kollha ikbar minnu.", "Dawn ir-regoli ċertament li fihom il-pożittiv tagħhom, iżda ċertament li fihom in-negattiv tagħhom ukoll, u għalhekk fuq pajjiż ċkejken bħal Malta, dawn l-aspetti negattivi jistgħu jkunu ta' ħsara, f'termini ta' telf ta' benefiċċji, u f'termini wkoll ta' ċertu setturi li sakemm jaġġustaw ruħhom għal din ir-realtà ġdida - għax kwalunkwe realtà ġdida tirrikjedi li jkollok dak l-aġġustament - ikollhom jgħaddu minn dan il-proċess.", "GĦalhekk wara din il-mozzjoni, il-partit Laburista mexa 'l quddiem u għażel il-kandidati tiegħu.", "Dawn il-kandidati ma ġewx magħżula f'cabal, jiġifieri magħluqin bejn erba' min-nies li jiddeċiedu jekk jagħżlux lil dak jew l- ieħor, iżda ntagħżlu bl-aktar mod miftuħ u approvat b'vot sigriet fil- konferenza ġenerali.", "Fil-fatt intagħżlu tmien kandidati biex jikkontestaw l-elezzjoni tal-parlament Ewropew, liema kandidati għamlu l-kampanja tagħhom bl-aktar mod intensiv, imma dejjem bħala team wieħed u b'motivazzjoni waħda.", "Ċertament li dawn ispiraw fiduċja fil-poplu u dan ġie rifless fil-voti li ġabu.", "Sur President, nixtieq nieħu l-okkażjoni biex nirringrazzjahom tal-ħidma li għamlu u nawguralhom għall-impenn tagħhom fl-istituzzjoni tal-parlament Ewropew, fejn se jkun hemm ħidma sħiħa fid-diversi kumitati li jsiru, kumitati li d-deċiżjonijiet u d-diskussjonijiet li jkunu għaddejjin fihom se jkollhom impatt fuq pajjiżna.", "U meta nitkellmu fuq pajjiżna - u hawnhekk naħseb li l-poplu fehemna - ma nkunux qed nitkellmu fuq livell parrokkjali, imma nkunu qed nikellmu fuq realta` li effettivament tipprevali.", "Fil-fatt meta ridna nfasslu l- programm elettorali għall-elezzjonijiet tal-parlament Ewropew....", "Il- kwestjoni ta' jekk Malta għandhiex tidħol jew le fl-Unjoni Ewropea kienet ġiet sorvolata.", "Dak kien proċess li l-pajjiż għadda minnu u li ġie allura definit u deċiż bl-għażla demokratika tal-poplu.", "Pero` issa meta inti qed tħares 'il quddiem ma jistax ikun li inti ma tikkonċernax fuq dawk il- problemi li jkunu qed jolqtu lin-nies mill-qrib u li minħabba fihom in-nies ikunu qed iħossu ċerti tbatijiet u ċerti inċertezzi.", "Kif żviluppat is-sitwazzjoni attwali ta' pajjiżna matul dawn l-aħħar xhur, ċertament waħda mill-ikbar problemi li pajjiżna kien qed jiffaċċja kien in- nuqqas ta' xogħol li xi kultant kellu l-impatt tiegħu mis-sitwazzjoni internazzjonali.", "Imma tajjeb li ngħidu li filwaqt li s-sitwazzjoni internazzjonali kienet sejra 'l quddiem u qed titjieb - u dan tista' tgħid mil-lvant għall-punent tad-dinja, inkluż ukoll il-pajjiżi li huma membri ġodda ta' l-Unjoni Ewropea - f'pajjiżna konna qegħdin naraw l-ekonomija tagħna dejjem sejra lura.", "Mela kellek pajjiżi, fosthom l-accession countries, li l-ekonomija tagħhom matul is-sena li għaddiet kibret bi 2% jew kważi 3%, average ta' iktar minn 2%, filwaqt li tagħna kienet qed tinxtorob u nxtorbot b'1.7%.", "Mela għandna dan il-fattur li ovvjament kellu l-impatt tiegħu fuq is-soċjeta`.", "Għalhekk aħna ħassejna li dawn l- issues tan-nuqqas ta' xogħol, tan-nuqqas tat-tkabbir ekonomiku, tan-nuqqas ta' investiment dirett produttiv.....", "Meta ngħid nuqqas ta' investiment dirett produttiv ma nkunx qed nirriferi għal dak l-investiment li jiġi mill- gvern li għalih jippompja l-flus biex imbagħad jaffettwa negattivament il- qagħda finanzjarja tiegħu.", "Dan ukoll huwa punt li qed jinkwieta lin-nies għaliex l-effett ta' dik l-irresponsabbilta` finanzjarja qed inħossuh illum.", "Imma n-nuqqas ta' kompetittivita`, it-telf ta' l-impjiegi fil-qasam tal-manifattura - bejn Jannar u April ta' din is-sena fil-qasam tal- manifattura tlifna 1,500 impjieg, li mhuwiex ammont żgħir ...", "Meta l-gvern Nazzjonalista beda jgħid li għandu 33 proġett ġdid, jien għamilt mistoqsija parlamentari dwar x'inhuma dawn il-proġetti, meta se jiftħu u x'investiment se jġibu magħhom, imma l-ebda risposta konklużiva ma ġiet min-naħa tal-gvern.", "Jiġifieri effettivament ir-realta` tfisser li dik kienet sempliċement propaganda rħisa li ma tfisser xejn.", "U qed ngħid dan mhux b'xi sodisfazzjon ta' ġustifikazzjoni ta' dak li qed ngħidu aħna.", "Qed ngħid dan bi tħassib u bi ħsieb tqil, biex ngħidu hekk, tar-realta` li pajjiżna qed jiffaċċja f'dan is-settur.", "Għandek is-settur tal-manifattura li jekk m'hemmx il-possibbilta` li jikber għallinqas irridu naraw x'nagħmlu biex insalvaw dak li hemm.", "Irridu naraw ukoll liema huma l-oqsma li fihom aħna nistgħu nkunu aħjar ħalli fejn ma nibqgħux kompetittivi - bħalma rajna f'ċerti setturi fosthom taċ-cheap clothing – u, per eżempju, kumpannija tmur x'imkien ieħor ̧ għallinqas ikun hemm xi ħaġa oħra li tkun qed tissostitwixxi biha.", "Dan ma mmatterjalizzax għaliex il-gvern qatt ma ħaseb fuq din ir-realta` minkejja li bit-triq li kien qed jagħżel kien jaf li dawn l-afafrijiet se jseħħu.", "Ma kien hemm l- ebda preparazzjoni min-naħa tal-gvern, u aħna b'realta` u b'saqajna ma' l- art konna qegħdin nissottolinjaw dawn ir-realtajiet.", "Sur President, l-istess nistgħu ngħidu għall-qasam tat-turiżmu.", "It-turiżmu ilu sejjer lura.", "M'għandniex għalfejn noqogħdu insemmu l-inċidenti li seħħew fl-2001, tliet snin ilu għax minn dakinhar sal-lum f'pajjiżi oħra l- graph telgħet 'il fuq fil-qasam turistiku, imma tagħna baqgħet nieżla 'l isfel.", "Fil-fatt skond l-aħħar statistika, sa l-ewwel erba' xhur ta' din is- sena kellna nuqqas ta' 3% fit-turisti li ġew lejn pajjiżna.", "Kien hemm nuqqas ta' madwar 10% fir-revenue għal hoteliers u r-restaurateurs.", "Kulħadd jaf li dan huwa settur mill-iktar importanti.", "Iddejjaqna nirrepetu dawn l-affarijiet.", "Iddejjaqna ngħidu li dan is-settur huwa kważi terz ta' l- ekonomija Maltija u li hemm bżonn nagħtuh l-attenzjoni meħtieġa.", "Sal- bieraħ stess smajna lill-Prim Ministru jgħid li forsi ridna nħarsu aktar l- ambjent, ridna nħarsu aktar lejn il-bżonnijiet tat-turiżmu u ħafna minn dawn il-platitudes u kliem fieragħ li ma jsarraf xejn.", "L-impjegat li qed jaħdem f'dan is-settur qed iħoss l-inċertezza tiegħu.", "Il-hotelier li għamel investiment kbir biex jagħmel upgrading tal-faċilitajiet tiegħu - u kien hemm ħafna minnhom li għamlu dan biex ikunu kompetittivi u joffru servizzi iktar- jinsabu inkwetati bil-kbir.", "Jien napprezza – qed ngħid pubblikament li napprezza - ħafna l-ħidma tagħhom għaliex l-investiment tagħhom ifisser assigurazzjoni għall-impjiegi tal-ħaddiema tagħhom, u din hija xi ħaġa li wieħed irid jifhimha.", "L- upgrading u l-investiment li jkunu għamlu jfisser li jistgħu jkunu kapaċi jikkompetu aħjar bil-prodott tagħhom.", "Pero` meta bil-mod il-mod is-settur privat fil-qasam tat-turiżmu qed jagħmel l-almu tiegħu, issib imbagħad li għandek l-istituzzjonijiet tal-gvern, fosthom anke l-MTA u l-marketing tagħha, eċċ. – m'iniex se nidħol f'iktar dettall – li mhux qed jagħmlu effort biżżejjed.", "U hawnhekk nistaqsi: F'dak li hu prodott turistiku Malti qegħdin jittieħdu l-inizjattivi biex intejbuh?", "Mhux talli mhux qed jittieħdu inizjattivi talli l-gvern kien ippropona li jagħmel miżbliet ħdejn siti storiċi li kulmin jiġi Malta ċertament imur iżurhom.", "Kieku ma kienx għall-kunsilli lokali b'maġġoranza Laburista u oħrajn fejn kien hemm minoranza Laburista li għamlu din l-enfasi u tqanqal dak il-moviment popolari, inkluż ukoll membru min-naħa tal-gvern li ħareġ kontra l-gvern dwar dan is-sagrileġġ ambjentali fuq is-siti storiċi u fuq il-prodott Malti, għandu mnejn il- gvern kien jibqa' għaddej b'għajnejh magħluqa fuq dik id-deċiżjoni żbaljata.", "Il-gvern irid jagħti dik l-enfasi biex it-turiżmu jagħtih indirizz speċifiku ħalli l-affarijiet tibda ċċaqlaqhom minn hemmhekk u min ibigħ il-prodott Malti, bħat-tour operators, joħolqu s-suq tat-turiżmu lejn Malta.", "It-turiżmu tagħna jiddependi fuq l-operaturi barranin ta' l- ivvjaġġjar.", "Huwa ftit is-suq ta' dawk li jiġu individwalment u jagħmlu l- bookings personali.", "Kważi s-suq kollu turistiku huwa ddominat mill- operaturi.", "Mela jekk inti tikkonvinċi lill-operaturi li l-prodott tiegħek qed tagħmlu effiċjenti allura ċertament dan se jħares lejn il-fatt li jiġi lejn pajjiżna.", "Imma l-gvern bi traskuraġni anke l-fatt tal-cruiseliners nesa u injora, u l-vantaġġ li kien igawdi pajjiżna lanqas biss issalvagwardah fil-ftehim u fl-arranġamenti li għamel ma' l-Unjoni Ewropea.", "Mhux qed ngħid li s-suq turistiku għandu jkun il-cruiseliners, imma huwa biċċa minn dak is-suq importanti li joħloq l-attivita` ekonomika għall- pajjiż, joħloq il-ġid u kif jgħid il-Malti jdawwar ir-rota.", "Fiċ- ċirkostanzi kollha", "F'ċirkostanzi bħal dawn tara li l-gvern baqa' passiv u l-partit Laburista baqa' b'saqajh ma' l-art u ffokat fuq dawn l-issues importanti li jolqtu mil-qrib il-familji Maltin u anke l-investitur li jkun affettwat minn dawn in-nuqqasijiet u mill-burokrazija żejda li ddejjaqna nisimgħu fuqha imma xorta għadha hemm.", "F'din ir-realta`, il-partit Laburista għamel sew li kkonċentra fuq dawn l-issues u rridu nkunu aħna li nindirizzawhom.", "Issa rridu noqogħdu attenti għax jekk ikun hemm regoli ta' Brussell li jistgħu jaffettwaw lil pajjiżna u mhux neċessarjament jaffettwaw lill- pajjiżi l-oħra, aħna rridu nkunu on alert li nassiguraw li dak l-impatt negattiv ma nħalluhx jolqotna.", "Dan huwa x-xogħol tagħna wara li nkunu ovvjament fraħna bir-rebħa.", "Hemmhekk aħna bdejna nibnu l-programm tagħna ̧ programm mibni mal-poplu u qrib il-poplu.", "Aħna nifhmu l-poplu u nisimgħu l- poplu fl-uġigħ, fil-ħsebijiet u fl-inkwiet tiegħu.", "Aħna ħarisna wkoll lejn qasam ieħor li l-gvern kien qiegħed jhedded u kien qiegħed iżomm l-affarijiet moħbijin u hawn qed nirriferi fuq il-qasam tal- welfare bħas-servizzi tas-saħħa b'xejn, is-servizz tal-pensjonijiet u l- qasam edukattiv.", "Dawn huma tliet oqsma mportanti u huwa mportanti ħafna li jibqgħu jkunu available għal kulħadd mhux biss għal min ikollu s-saħħa tal- flus biex igawdihom.", "Kulħadd għandu jkollu dritt u aċċess indaqs għal dawn is-servizzi.", "Dak huwa bażikament l-istruttura u l-qafas tal-welfare li nbena f'pajjiżna u dan huwa mhedded minħabba l-irresponsabbilta` finanzjarja tal-gvern Nazzjonalista matul dawn is-snin għax minkejja d-dejn kbir li għandu pajjiżna - mhux billi jgħidu li dak id-dejn sar biex tissaħħaħ l-infrastruttura - la l-ambjent fuq l-art ma ħarisna, la l- ambjent fuq il-baħar u lanqas l-embellishment tal-postijiet u tat-toroq u dan minkejja l-Lm1,300 miljun dejn.", "Din ir-realta` ġabha l-gvern Nazzjonalista billi mill-1992, konsistentement, beda jopera fuq deficit budgeting li kienet qed tmur fuq l-ispiża rikorrenti aktar milli fuq l- ispiża kapitali u minkejja dan, il-gvern beda jgħid li l-ispiża rikorrenti kienet dovuta minħabba servizzi soċjali u l-fatti wrew li dan ma kienx minnu.", "Dan ammettih il-bieraħ il-Prim Ministru fl-istqarrija tiegħu għax qal li l-poplu qed jistenna li l-ħela m'għandhiex issir.", "About time li nirrealizzaw dan!", "Qalilna wkoll li l-awtoritajiet qegħdin f'focus biex ma jonfqux aktar.", "Sur President ̧ fl-ewwel erba' xhur ta' din is-sena, l-entitajiet tal-gvern u l-awtoritajiet nefqu Lm3 miljun aktar milli nefqu s-sena li għaddiet.", "Fil-budget li għadda kien ġie wiegħed li d-dħul extra mill-VAT ̧ wara li għoliet għal 18%, se jintuża bħala fond tas-servizz tas-saħħa.", "Fl-ewwel erba' xhur kien hemm dħul ta' Lm11.2 miljun, pero` s'issa ma smajna xejn fuq il-fond tas-servizz tas-saħħa u huwa tajjeb li qed nerġa' nsemmi dan il- fond biex forsi għallinqas tinżamm dik il-wegħda.", "S'issa li smajna hu li s- servizz tas-saħħa jista' jiġi mnaqqas jew razzjonalizzat.", "Aħna m'aħniex qed ngħidu li huwa ħażin li tieħu l-passi neċessarji biex ma tħallix li jitwettaq l-abbuż, imma ċertament, ċerti servizzi, bħal dawk tal-welfare, m'għandhom qatt ikunu mnaqqsa jew imċaħħda lil xi membru tas-soċjeta`.", "Aħna bbażajna l-manifest tagħna fuq il-ħarsien u lill-poplu ngħidulu grazzi għaliex aċċettah u fehem il-messaġġ.", "Imbagħad jidħol l-aħħar prinċipju li huwa d-dinjita`.", "Meta bniedem ikollu x-xogħol u l-ħarsien, huwa jkollu d-dinjita`, u aħna nemmnu f'ekonomija soċjali li tagħti l-ispazju kollu lil min irid jinvesti li jagħmel il-qligħ ġust tiegħu bi dritt għax jekk ma jagħmilx qligħ, ovvjament ħadd m'hu se jinvesti.", "Aħna rridu noħolqu dak l-ambjent ekonomiku u fiskali li jinkoraġġixxi l-investiment, u l-ħolqien tal-ġid ikun irid jitqassam b'ekwita` b'mod li l-benefiċċju tiegħu jinħass mis-soċjeta` kollha u mhux biss mill-ftit magħżula.", "Sur President, kienu dawn it-tliet għanijiet marbutin flimkien li wasslu l- messaġġ tagħna qrib il-poplu.", "Dawn it-tliet għanijiet kienu jissodisfaw l- aspirazzjonijiet tal-poplu u min-naħa tiegħu, il-poplu approvahom, pero` rridu ngħidu li dan kien ukoll il-messaġġ tal-partiti soċjalisti Ewropej għax aħna ma rridux li dawn l-għanijiet jintlaħqu biss għal Malta imma anke għall-pajjiżi Ewropej.", "Huwa tajjeb li l-Ewropa toħloq ix-xogħol u l-ġid, imma din irid ikollha wkoll il-ħarsien.", "Ir-riżultat tal-bieraħ ta rebħa lill-partit Laburista, pero` fl-istess waqt irridu nżommu saqajna ma' l-art għax din m'hijiex l-aħħar tat-tellieqa imma hija biss il-bidu.", "Irridu nħarsu 'l quddiem biex naraw kif il-partit Laburista jista' jkompli jiżviluppa u jibni ħalli jkun l-iktar partit sinifikanti u importanti għall- poplu Malti u Għawdxi u l-iktar partit li jagħti viżjoni u aspirazzjoni lill-familji Maltin u Għawdxin.", "Huwa veru li r-rebħa li għamel il-bieraħ il-partit Laburista għamlitu l-ikbar partit politiku f'Malta, pero` dan huwa biss il-bidu tat-triq biex insolvu l-problemi li enfasizzajna matul il- kampanja tagħna.", "Kif qal il-leader tagħna ̧ l-Onor.", "Alfred Sant, meta kien qed jindirizza lill-poplu Malti u Għawdxi, l-ewwel għan tagħna għandu jkun dak li jkun hemm riġenerazzjoni ekonomika.", "Il-problemi li huma marbutin mal-ħarsien iridu jiġu indirizzati wkoll, imma jekk nissodisfaw l-ewwel għan tagħna t-tieni pass inkunu nistgħu nagħmluh b'iktar kalma u b'inqas diffikulta`.", "Sur President, filwaqt li nirringrazzja għal darb'oħra lill-poplu Malti u Għawdxi, nerġa' nisħaq li dan m'huwiex it-tmiem tat-triq twila li għandna quddiemna imma huwa biss il-bidu, u aħna rridu nimxu f'din it-triq billi ngħidu x'inhi r-realta` u billi nkunu qrib il-poplu.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada t- Tlieta, 15 ta' Ġunju, 2004 fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill- Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "SPTAR SAN LUQA - SODOD", "5704.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' sodod ġewwa l-isptar San Luqa u Karen Grech illum?", "Kemm minn dawk okkupati jinsabu f'korsiji u/jew kuriduri ta' kull sala?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-mejda tal- Kamra aktar kmieni fis-seduta.", "SAĦĦA - TOBBA FUQ LEAVE", "5705.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn tobba fuq maternity u/jew parental leave illum?", "Kemm minnhom huma nisa, u kemm huma rġiel?", "Xi grad għandhom?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninsab informat li n-numru ta' tobba li qegħdin fuq maternity jew parental leave huwa ta' tnejn u 14 rispettivament.", "Il-grad ta' dawn it-tobba huwa kif ġej:", "Maternity Leave:", "|No |Grade |Gender| |1 |Registrar |Female| |1 |Senior House |Female| | |Officer(Scale | | | |8) | |", "Parental Leave:", "|No |Grade |Gender| |4 |Medical |Female| | |Officer(Scale | | | |8) | | |3 |Medical |Female| | |Officer(Scale | | | |7) | | |1 |Registrar |Female| |4 |Senior House |Female| | |Officer(Scale | | | |8) | | |2 |Senior |Female| | |Registrar | |", "SERVIZZ PUBBLIKU – ĦADDIEMA FUQ LEAVE", "5706.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hawn impjegati taċ-ċivil fuq maternity jew parental leave?", "Ma' liema dipartiment jaħdmu?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Hawn 41 impjegat tal-gvern li qegħdin fuq maternity jew parental leave u li jaqgħu taħt iż-żewġ ministeri tiegħi.", "Aktar dettalji jinsabu mehmuża f'Tabella A li tpoġġiet fuq il-mejda tal- Kamra aktar kmieni fis-seduta.", "Rigward il-ministeri l-oħra, nistieden lill-Onor.", "Interpellant jindirizza l- mistoqsija tiegħu lill-ministri rispettivi.", "SAĦĦA – ĦADDIEMA", "5707.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm impjegati mad- dipartiment tas-saħħa li qed jaħdmu fuq reduced hours?", "X'inhu l-grad tagħhom?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-mejda tal- Kamra aktar kmieni fis-seduta.", "UNIVERSITA' - KORSIJIET TA' M. PSY", "5990.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid meta se jsiru l-korsijiet ta' l-M.Psy li hemm talba għalihom fl-Universita' ta' Malta?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-fakulta' ta' l-edukazzjoni lesta biex tibda l- M.Psy f'Ottubru li ġej.", "Il-fakulta' qablet li n-numru ta' parteċipanti fil- kors jitla' minn disgħa għal 12 - erbgħa f'kull speċjalizzazzjoni - psikoloġija klinika, psikoloġija edukattiva u counselling psychology.", "Il- kors se jkun organizzat b'mod li anke jimpenja lill-parteċipanti f'lezzjonijiet wara l-5.00 p.m.", "UE - TAGĦLIM TAL-LINGWI", "5991.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid x'passi ttieħdu s'issa mill- ministeru u mid-diviżjoni ta' l-edukazzjoni biex pajjiżna jieħu sehem fil- pjan ta' azzjoni ta' tagħlim tal-lingwi 2004-2006 ta' l-Unjoni Ewropea, ibbażat fuq it-tagħlim ta' l-ilsien Malti, l-ilsien Ingliż u ilsien ieħor sa mill-kindergarten?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Id-dipartiment tal-kurrikulu se jniedi programm ta' language awareness.", "Matul is-sena skolastika 2003-2004 id-dipartiment tal- kurrikulu ħadem pjan biex ifassal strateġiji fuq il-politika tal-lingwi.", "Huwa maħsub li fl-iskejjel primarji jsir proġett pilota fejn f'xi skejjel se jkun hemm numru ta' taħdidiet u żjarat fiċ-ċentri tal-lingwi fi ħdan id- dipartiment.", "Dan bl-iskop li eventwalment it-tfal jkunu jistgħu jagħmlu għażla iktar informata meta jiġu biex jagħżlu t-tielet/ir-raba' lingwa fil- livell sekondarju.", "Il-ħsieb huwa li t-tfal ta' l-iskejjel primarji jiġu esposti għal numru ta' lingwi b'mod uniformi.", "Il-lingwi li fuqhom se jiffokaw huma l-Franċiż, l-Għarbi, il-Ġermaniż, it-Taljan u possibbilment l- Ispanjol.", "Mhux maħsub f'dan l-istadju li jkun hemm tagħlim formali tat- tielet lingwa fl-iskejjel primarji.", "ISLA - KONT TAT-TAXXA", "6000.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid għaliex il-persuna, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, qed tiġi mitluba tħallas lid- dipartiment tat-taxxi interni Lm384 meta din ilha ma taħdem għal aktar minn sentejn?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jinforma lill- persuna konċernata li għandha tmur it-taxpayer service tad-dipartiment fi Blokk 8, il-Furjana, biex tkun informata x'għandha tagħmel ħalli tirregolarizza l-pożizzjoni tagħha.", "DJAR - XIRI TA' DJAR MILL-INKWILINI", "6001.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u tas- Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid meta se jsir il-kuntratt ta' inkwilin ta' post tal-gvern biex jixtri l-fond tiegħu?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Il-persuna indikata mill-Onor.", "Interpellant applikat ma' l-awtorita' tad-djar fl-14 ta' Mejju 2004 biex tixtri l-post mikri lilha mingħand il-gvern.", "L-Onor.", "Interpellant jifhem li għadu kmieni wisq biex inkun f'pożizzjoni li nista' ngħidlu meta se jsir il-kuntratt relatat ma' din it-talba.", "TAXXI INTERNI - TAXXA TAD-DĦUL", "6011.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm daħħal taxxa tad-dħul extra il- gvern minn mindu tneħħiet il-preskrizzjoni fuq il-kontijiet pendenti mad- dipartiment tat-taxxi interni?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-informazzjoni mitluba ma tistax tinġabar.", "PEMBROKE – POST TAL-GVERN", "6012.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: B'riferenza għall-ittra tal-perit tad-9 ta' Diċembru 2003 dwar il-fond, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, jistgħu jittieħdu l-passi meħtieġa biex jiġi żgurat li problema ta' l-umdita' tiġi eliminata għal kollox, għax għalkemm saru xi xogħlijiet fil-fond imsemmi hemm indikazzjonijiet li minkejja dan ix-xogħol il-problema għadha ma gietx melgħuba?", "ONOR.", "TONIO BORG: It-taqsima proprjeta' tal-gvern irriferiet it-talba li saritilha dwar ħsara minn umdita' fil-post li qed jirriferi għalih l-Onor.", "Interpellant lid-dipartiment għall-bini u tiswija ta' djar li huwa responsabbli minn din il-materja.", "ĦAL QORMI: TRIQ SANTA KATERINA - SPRALL", "6013.", "L-ONOR.", "CLYDE PULI staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Jista' il-Ministru jgħid jekk sprall li jgħaddi minn taħt il-bankina ta' quddiem residenza 37, Triq Santa Katerina, Qormi huwiex jitnaddaf b'mod regolari peress li r-residenti qed jilmentaw li ta' spiss qed ikun maħmuġ, b'mod partikolari meta tagħmel ix-xita, fejn qed jidher li qed jinstad u jħalli rwejjaħ insapportabbli?", "Jista' jgħid min bena dan l-isprall u għal liema skop?", "Għalfejn twassal il-bokka ta' dan l-isprall?", "It-tindif u l- manutenzjoni ta' dan l-isprall taħt ir-responsabbilta' ta' min taqa'?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Uffiċjali ta' l-awtorita' dwar it-trasport għamlu spezzjoni quddiem ir-residenza msemmija u rriżulta li dan l-isprall iservi biex jinġabar l-ilma tax-xita għall-bir fl-istess residenza.", "Peress illi l-issues imsemmija jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tal-health inspector tal-lokal, l-Onor.", "Interpellant hu mitlub li jagħmel il- mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "WIED IL-GĦAJN - BEJGĦ TA' XORB ALKOĦOLIKU LIL ŻGĦAŻAGĦ TAĦT L-ETA'", "6014.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'passi qed tieħu l- pulizija dwar ħwienet fejn jinbiegħ u jiġi kkunsmat xorb alkoħoliku f'Wied il-Għajn li qed iżommu discos u jippermettu tfal taħt l-eta' jidħlu u jibqgħu hemm għal ħinijiet twal, speċjalment fil-weekends u saħansitra jien informat li xi wħud minn dawn l-istabbilimenti lanqas liċenzji ordinarji għan-negozju m'għandhom?", "ONOR.", "TONIO BORG: Il-pulizija regolarment tagħmel spezzjonijiet f'dawn il-postijiet u fejn jirriżulta li jkun hemm ksur ta' liġi jittieħdu proċeduri quddiem il-qorti.", "PERSUNA TA' NAZZJONALITA' BARRANIJA – PERMESS GĦAL VISA", "6015.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid fiex waslet it-talba li qiegħda ssir mill-persuna, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, sabiex titħalla tidħol Malta fuq viżita familjari?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi ma jirriżultax li hemm xi talba pendenti mill-persuna li rrifera għaliha l-Onor.", "Interpellant għal permess (visa) sabiex tidħol Malta.", "MALTACOM - ĦSARA F'SERVIZZ TAT-TELEPHONE", "6016.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru għat-Teknoloġija ta' l- Informazzjoni u Investiment: Jista' il-Ministru jgħid meta se jiġi rranġat it-telephone, li n-numru tiegħu qed jintbagħat separatament, li ilu li ġie rrapportat bil-ħsara minn nhar il-Ġimgħa, 28 ta' Mejju, 2004?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 1130.", "AFFARIJIET BARRANIN - MEMBRI TAS-SEGRETARJAT", "6017.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u Promozzjoni ta' l-Investiment: Jista' il-Ministru jgħid min huma l-membri tas-segretarjat tal-Ministru?", "X'karigi jokkupaw?", "Kemm minnhom huma ħaddiema taċ-ċivil?", "Kemm minnhom ġew seconded minn kumpanniji parastatali?", "Kemm minnhom huma bil-kuntratt?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Lista tal-membri tas-segretarjat tiegħi u tas- segretarju parlamentari fil-ministeru tiegħi u l-karigi li jokkupaw tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni fis-seduta.", "Kull membru huwa bil-kuntratt kif provdut fid-dokument Engagement of Staff for Ministerial Secretariat tat-8 ta' Mejju 2003.", "Hemm tliet membri li l-proċess tal- kuntratt tagħhom għadu ma ġiex finalizzat.", "MEPA - ĦADDIEMA", "6018.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid kif jitħallsu l-impjegati tal- MEPA li jkunu sospiżi fuq każi ta' investigazzjoni kriminali?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Skond il-provvedimenti tal-ftehim kollettiv tal- MEPA, meta impjegat jiġi sospiż waqt li jkunu għaddejjin proċeduri kriminali fil-qorti ma jittieħdu l-ebda passi dixxiplinari sakemm jiġu mitmuma l-proċeduri fil-qorti, għalhekk l-impjegat ikompli jgawdi mill- paga normali.", "Jien informat li din il-klawsola ilha hekk sa mill-ewwel ftehim kollettiv.", "PJAN NAZZJONALI DWAR IL-PROBLEMA TAD-DROGA ABUŻIVA", "6019.", "L-ONOR.", "MICHAEL ASCIAK staqsa lill-Ministru tal-Familja u tas- Solidarjeta' Soċjali: Taħseb il-Ministru li wasal iż-żmien li jsir pjan nazzjonali ta' azzjoni fuq il-problema tad-droga abużiva, li jkun pjan pro- attiv mhux reattiv?", "Minħabba d-diversita' ta' l-istrutturi fil-qasam tal- kura tad-droga, taħseb li wasal iż-żmien li ssir xi forma ta' struttura ċentrali li tkun tikkordina l-istrutturi l-oħra fil-ħidma tagħhom?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Fil-preżent il-kummissjoni nazzjonali dwar l- abbuż mid-droga, alkoħol u dipendenzi oħra fi ħdan il-Ministeru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali, hi nvoluta fi proġett ta' twinning ma' l-Unjoni Ewropea bl-iskop li titwaqqaf sistema li tiġbor informazzjoni fuq l-użu tad- droga f'Malta.", "L-imsemmija kummissjoni ġiet fdata bil-kordinazzjoni, fuq livell nazzjonali, għall-ġbir u l-verifika ta' l-informazzjoni.", "Din l- informazzjoni mistennija sservi bħala bażi biex fuqha jkun jista' isir rapport nazzjonali sa l-aħħar ta' Ottubru 2004 dwar l-użu tad-droga f'Malta u jipprovdi materjal biex sussegwentement jitfasslu drug policy u pjan ta' azzjoni fuq data miġbura skond standards Ewropej.", "GĦAWDEX: DWEJRA - XOGĦLIJIET", "6020.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għal Għawdex: Tista' il-Ministru tgħid fiex jikkonsistu x-xogħlijiet li saru fid-Dwejra mill- ħaddiema tal-gvern u għal liema raġuni saru?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Ix-xogħlijiet li saru fid-Dwejra mill-ħaddiema tal-gvern jikkonsistu minn manifattura u tqegħid ta' turġien u rranġar ta' passaġġi biex ikun hemm aċċess aħjar għall-inħawi tat-Tieqa tad-Dwejra.", "HERITAGE MALTA – INVESTIMENT TAL-GVERN", "6021.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta' fondi allokati lil Malta Heritage għal din is-sena?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-investiment tal-gvern f'Heritage Malta għas-sena 2004 huwa ta' Lm430,000 bħala fondi kapitali.", "Dan jinkludi Lm100,000 għat-tieni parti ta' l-infrastruttura ta' sistema ta' ticketing ġdida u sistemi ta' sigurta`.", "Wara diskussjonijiet bejn Heritage Malta u d-dipartiment tal-finanzi fi tmiem is-sena l-oħra fuq il-fondi rikorrenti ta' Heritage Malta, kien hemm qbil dwar l-ammont ta' Lm600,000.", "Meta għaddew il-ħaddiema Għawdxin mill- Ministeru ta' Għawdex għal Heritage Malta, għaddew ukoll il-pagi bażiċi allokati għalihom li ammontaw għal Lm273,000.", "Għalhekk il-fondi rikorrenti allokati lil Heritage Malta huma ta' Lm873,000.", "Minn din is-sena Heritage Malta hija responsabbli għad-dħul fil-mużewijiet u s-siti u tamministra l- flus tad-dħul, li din is-sena huma stmati li jilħqu total ta' Lm800,000.", "KUMPANNIJI BI DJUN PENDENTI", "6022.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għat-Teknoloġija ta' l- Informazzjoni u Investiment: Jista' il-Ministru jgħid x'inhuma l-prospetti li jiġi rkuprat id-dejn ta' Lm1.4miljun ta' Malpro; Lm43.4miljun tal-Gozo Ferries; Lm7.05miljun tal-Malta Gantry; u Lm11.80miljun tal-Malta Export House?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Skond l-informazzjoni li ngħatajt, il-gvern qed jagħmel tajjeb għad-dejn kollu tal-Gozo Ferries u tal-Malta Export House.", "Fil-każ tal-kumpannija Malta Gantry, Lm2.1 miljun mid-dejn se jiġi rkuprat mid-debituri matul is-sentejn li ġejjin filwaqt li l-gvern qed jagħmel tajjeb għal Lm4.95 miljun dejn fuq numru ta' snin.", "Il-gvern se jagħmel tajjeb ukoll għall-Lm5.9 miljun dejn li fadal tal-kumpannija Malta export house.", "Intant id-dejn ta' Malpro Limited qed jiġi mħallas regolarment (Lm200,000 kull sena) mill-fondi ġenerati mill-kumpannija u hu previst li l- kumpannija tkompli tiġġenera fondi mill-operat tagħha, tant li tkun tista' tkompli tħallas il-kumplament ta' dan id-dejn.", "KEMMUNA - DGĦAJSA GĦALL-ĠARR TA' ĦADDIEMA", "6023.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għal Għawdex: Tista' il-Ministru tgħid x'inhu l-użu u l-iskop għal dgħajsa/luzzu, li għalihom tirriferi s-sejħa għall-offerti li dehret fil-gazzetta tal-gvern xi ġranet ilu?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Is-sejħa għall-offerti hija għal kiri ta' dgħajsa għall-ġarr tal-ħaddiema responsabbli mit-tindif f'Kemmuna u ta' l-iskart minn Kemmuna għal Għawdex.", "DWANA - KAŻI TA' KUNTRABANDU", "6024.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' każi ta' kuntrabandu reġistrati mid-dipartiment tad-dwana fil-portijiet, eċċ. matul l-ewwel ħames xhur tas-sena?", "Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għal dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena separatament?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: In-numru ta' każi ta' kuntrabandu reġistrati mid- dipartiment tad-dwana fil-portijiet, eċċ matul l-ewwel ħames xhur tas-snin 2000 sa l-2004 huma kif ġej:", "Sena 2000 75 każ Sena 2001 65 każ Sena 2002 64 każ Sena 2003 33 każ Sena 2004 66 każ", "PULIZIJA - INĊIDENTI TAT-TRAFFIKU", "6025.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' inċidenti tat-traffiku rapportati lill-pulizija matul l-ewwel xhur ta' din is-sena f'Malta u f'Għawdex separatament?", "Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għal dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena separatament?", "ONOR.", "TONIO BORG: In-numru ta' inċidenti tat-traffiku rapportati lill- pulizija matul dawn l-aħħar ħames snin huwa kif ġej:", "|Sena |Malta |Għawdex | |1999 |10,880 |581 | |2000 |12,037 |617 | |2001 |12,760 |587 | |2002 |13,381 |678 | |2003 |13,304 |678 |", "Informat ukoll illi n-numru ta' inċidenti tat-traffiku rapportati lill- pulizija għax-xhur ta' Jannar u Frar 2004 huwa ta' 2,138 f'Malta u 80 f'Għawdex.", "Minn Marzu l-każi sempliċi bdew jiġu rapportati lill-kunsilli lokali, għalhekk il-pulizija qiegħda żżomm rapporti ta' inċidenti tat- traffiku bil-feruti u dawk li jinvolvu karozzi jew proprjeta' tal-gvern.", "In-numru ta' inċidenti tat-traffiku rapportati bejn l-1 ta' Marzu u l-31 ta' Mejju kienu ta' 1,105 f'Malta u 43 f'Għawdex.", "PULIZIJA - KAŻI TA' SERQ", "6026.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serq rapportat lill-pulizija matul l-ewwel ħames xhur tas-sena f'Malta u f'Għawdex separatament?", "Jista' jagħti breakdown tas-serq rapportat?", "Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għal dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena separatament?", "ONOR.", "TONIO BORG: It-tagħrif mitlub dwar każi ta' serq rapportati lill- pulizija f'Malta u f'Għawdex hu kif ġej:-", "|Sena |Malta |Għawdex | |1999 |8,913 |258 | |2000 |10,196 |247 | |2001 |9,572 |237 | |2002 |10,149 |329 | |2003 |10,652 |272 | | *2004| 4,164 | 91 |", "*Sa Mejju.", "AMBAXXATA MALTIJA FI TRIPLI – REĠISTRAZZJONI TA' VISA", "6027.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u Promozzjoni ta' l-Investiment: Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in- numru ta' Maltin u Libjani li talbu ż-żewġ ambaxxati għal visa sabiex daħlu fiż-żewġ pajjiżi rispettivament?", "Kemm-il visa inħarġet mill-1 ta' Mejju 'l hawn u kemm-il visa ġiet miċħuda?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Matul ix-xahar ta' Mejju 2004 ġew reġistrati 1,250 applikazzjoni għal visa fil-Konsolat Malti fi Tripli.", "Minn dawn 25 ġew miċħuda.", "Għal raġunijiet ovvji m'iniex f'qagħda li ngħid kemm Maltin applikaw fl- Ambaxxata Libjana f'Malta biex jingħataw visa biex iżuru l-Libja.", "LAQGĦA TAL-MIXED COMMISSION BEJN MALTA U L-LIBJA", "6028.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u Promozzjoni ta' l-Investiment: Jista' il-Ministru jgħid meta hu pprogrammat li ssir laqgħa tal-Mixed Commission bejn Malta u l-Libja fix- xhur li ġejjin?", "X'inhi l-aġenda proposta?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Id-data u l-aġenda għas-sessjoni li jmiss tal-Mixed Commission bejn Malta u l-Libja għadhom ma ġewx iffissati.", "PUBLIC PRIVATE PARTNERSHIP - LANDSCAPING", "6029.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid għaliex għadu ma ġiex iffirmat il- kuntratt bejn il-private public partnership għar-rigward tal-landscaping?", "X'qed jikkawża dan id-dewmien?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jindirizza l- mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "PULIZIJA - KAŻ TA' FRODI", "6048.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: B'riferenza għal deċiżjoni mogħtija mill-Maġistrat Consuelo Scerri Herrera tat-2 ta' April 2004 fuq iċ-challenge lill- kummissarju tal-pulizija li sar mill-persuni, li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament, fuq allegat każ ta' frodi prattikat mill-persuna, li d-detttalji dwarha wkoll qed jintbagħtu separatament, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid għaliex għaddew aktar minn xahar u l-proċeduri kriminali għadhom ma nbdewx?", "ONOR.", "TONIO BORG: Il-proċeduri msemmija mill-Onor.", "Interpellant għadhom m'humiex konklużi.", "WIED IL-GĦAJN - TRIQ IT-TIBEN", "6052.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: B'riferenza għall-mistoqsijiet oħra preċedenti tiegħi dwar Triq it- Tiben, f'Wied il-Għajn, jista' il-Ministru jagħtini indikazzjoni meta hu maħsub li ssir din it-triq għax, minkejja li hemm diversi residenti, għadha qatt ma saret?", "Din it-triq qiegħda fil-lista ta' toroq ta' priorita' li jridu jsiru f'Wied il-Għajn?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Fil-preżent l-awtorita' dwar it-trasport qiegħda taġġorna l-informazzjoni tagħha dwar toroq li għad iridu jsiru madwar Malta kollha u Triq it-Tiben mistennija tiġi nkluża f'dan il-programm sabiex ix- xogħol meħtieġ ikun jista' isir aktar 'il quddiem.", "TOROQ ĠODDA", "6053.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra informazzjoni bil- persentaġġ ta' toroq ġodda ta' kull lokalita' f'Malta u Għawdex li għad iridu jsiru?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Fil-preżent l-awtorita' dwar it-trasport qiegħda taġġorna l-informazzjoni tagħha dwar toroq li għad iridu jsiru madwar Malta kollha.", "AFFARIJIET BARRANIN – SEGRETARJU PERMANENTI", "6054.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u Promozzjoni ta' l-Investiment: Jista' il-Ministru jikkonferma li fil- ġejjieni qarib il-kap preżenti tal-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin se jinbidel u floku se tilħaq bħala permanent secretary mara li bħalissa tinsab taħdem ta' ambaxxatur fi Spanja?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Jiena lqajt it-talba tas-segretarju permanenti fil- ministeru tiegħi sabiex meta jagħlaqlu l-kuntratt fis-17 ta' Lulju 2004 jieħu mill-ġdid posting bħala ambaxxatur.", "AFFARIJIET BARRANIN - VAKANZI GĦAL KARIGA TA' FIRST COUNSELLOR", "6055.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u Promozzjoni ta' l-Investiment: Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm vakanzi fil-ministeru għal kariga ta' first counsellor?", "Kemm għaddew mill-aħħar eżami li sar għal first counsellor?", "Kemm minn dawn li għaddew se jieħdu l- ħatra ta' first counsellor?", "ONOR.", "JOHN DALLI: In-numru ta' vakanzi fil-kariga ta' first counsellor fiż-żmien li saret l-intervista kien ta' sitta.", "Dawn il-vakanzi issa qed jimtlew gradatament minn fost l-14-il uffiċjal li għaddew mill-intervista.", "ARROW PHARM MALTA LTD.", "6068.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid jekk il-kumpannija sussidjarja ta' l-Arrow group, jiġifieri l-Arrow Pharm (Malta) Ltd., bdietx l-operazzjoni tagħha f'Malta?", "Jista' jgħid meta u kemm qed timpjega ħaddiema?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li mir-records li għandha l-korporazzjoni jirriżulta li l-kumpannija Arrow Pharm (Malta) Ltd tħaddem 28 impjegat.", "Fost dawn hemm 19-il raġel u disa' nisa.", "L-ewwel impjegat ġie reġistrat fil-31 ta' Marzu 2003.", "SAN ĠILJAN - ARTIJIET", "6069.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 5908, jista' il-Viċi Prim Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra pjanta li tindika liema hi l-art tal-gvern, u liema hi l-art li rrifera għaliha li hemm kawża pendenti fuqha?", "ONOR.", "TONIO BORG: L-art mhix żviluppata li hija tal-gvern fix-Xatt ta' Spinola hija dik murija bil-bordura ħamra fuq il-pjanta li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.", "L-art li fuqha għad hemm kawża pendenti hija dik murija bil-bordura blu.", "SETT BOLOL B'TIFKIRA TAT-TABIB ĠUŻEPPI CALLUS", "6070.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 5968, tista' il- Maltapost tikkunsidra li għas-sena d-dieħla toħroġ sett bolol tifkira tal- 500 sena mit-twelid tat-Tabib Ġużeppi Callus li kien ingħata l-mewt mill- Gran Mastru La Valette għax qabeż għall-Maltin li kienu qed jiġu ntaxxati ħafna mill-kavallieri waqt li kienu qed jitilfu l-ftit sehem li kellhom fit- tmexxija ta' pajjiżna?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Deċiżjonijiet dwar il-ħruġ ta' settijiet ta' bolli jittieħdu mill-bord konsultattiv dwar disinji tal-bolli.", "Se ngħaddi t- talba ta' l-Onor.", "Interpellant lill-bord biex din tkun ikkunsidrata minnhom meta jkun qed jitfassal il-programm għas-sena d-dieħla.", "ANZJANI - SERVIZZ TAL-HOME HELP", "6071.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l- Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm anzjani jistennew għas-servizz tal-home help?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: In-numru ta' households li qed jirċievu s-servizz tal-home care help sa l-aħħar ta' Mejju 2004 kien ta' 2,300.", "Hemm 155 applikazzjonijiet ġodda li qed jistennew biex jgħaddu board.", "Barra minn hekk, 47 households għaddew mill-board iżda għadhom qed jistennew li jingħatalhom is-servizz.", "PILLOLI OUT OF STOCK", "6072.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l- Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid liema pilloli huma out of stock fl-ispiżeriji tal-gvern?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-mejda tal- Kamra aktar kmieni fis-seduta.", "BORMLA: TRIQ IL-KONSERVATORJU - ŻONQOR", "6073.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 4526, fejn il- Ministru rrisponda li parti miż-żonqor li inqala' minn Triq il- Konservatorju, Bormla, ittieħed fil-garaxx tal-kunsill ta' Bormla sabiex jiġi maħżun, jista' il-Ministru jispeċifika fejn ġie maħżun għax il-kunsill lokali attwali ma jaf b'xejn?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Il-materjal l-ewwel ittieħed fl-ex-department of environment u minħabba l-proġett ta' l-appoġġ, l-istess materjal ittieħed fi stores il-Verdala.", "BORMLA: PJAZZA P. VASSALLO - XOGĦLIJIET", "6074.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' il-Ministru jgħid meta se jinbeda x-xogħol ta' Pjazza P. Vassallo f'Bormla u jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal- pjanti?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Filwaqt li nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għar- risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 5960, jien informat li qed jiġu ppreparati pjanti emendati li jadottaw għall-materjal ġdid li ppropona l-kunsill lokali ta' Bormla.", "Dan il-proġett mistenni jinbeda aktar tard din is-sena bħala parti mill-programm ta' xogħol tat-taqsima tax- xogħlijiet.", "BORMLA: PJAZZA STA.", "MARGERITA - BALAVOSTRI", "6075.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Peress li jidher li l-proġett ta' Pjazza Sta.", "Margerita f'Bormla reġa' għal darb'oħra ma bediex, jista' il-Ministru jara li għallinqas jinbidlu l-balavostri li waqgħu mad-dawra ta' l-istess pjazza?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Dan ix-xogħol se jiġi nkluż fil-programm ta' ħidma li jkopri l-perjodu Lulju - Diċembru 2004.", "BORMLA: TRIQ IL-MITĦNA - ARBLI TAD-DAWL", "6076.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għat-Teknoloġija ta' l- Informazzjoni u l-Investiment: Jista' il-Ministru jara li jinbidlu żewġ arbli tad-dawl fi Triq il-Mitħna f'Bormla, viċin is-sweet shop, peress li ttieklu bis-sadid u jistgħu jkunu ta' periklu?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Minn investigazzjoni li saret irriżulta li l-arbli msemmija m'humiex f'periklu iminenti li jaqgħu, iżda xorta waħda nbeda l- proċess biex dawn jinbidlu.", "BORMLA: TRIQ ALESSANDRA - BOZOZ MAQTUGĦIN", "6077.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għat-Teknoloġija ta' l- Informazzjoni u Investiment: Jista' il-Ministru jara li jissewwew il-bozoz li ilhom maqtugħa x-xhur fuq il-pont li jagħti għal Triq Alessandra, Bormla peress li minħabba d-dlam li jkun hemm saret miżbla żgħira?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Il-bozoz fit-triq imsemmija ta' sikwit ikunu l-mira ta' vandaliżmu u għalhekk ma jitranġawx fil-pront.", "Il-manutenzjoni meħtieġa issa saret.", "SERVIZZ ĊIVILI - TIĠDID TA' VACATION LEAVE", "6078.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk impjegat tal-gvern li ma jkunx ħa l-leave kollu tas-sena l-oħra jintiritx għal din is-sena?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Paragrafu 4.2.4. tal-Public Service Management Code jawtorizza lill-kap tad-dipartiment jagħti permess lill-impjegat tal- gvern biex jgħaddi vacation leave mhux użat matul is-sena għas-sena ta' wara.", "Għalkemm dan il-paragrafu ma jagħmilx limitu fuq kemm ġranet mill-vacation leave jistgħu jintirtu minn sena għal oħra, wieħed irid jara l-bżonnijiet tas-servizz u ċ-ċirkostanzi tal-każ partikolari.", "FORT CHAMBRAI – ŻVILUPPATURI", "6079.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u Promozzjoni ta' l-Investiment: Jista' il-Ministru jgħid x'passi se jieħu l-gvern fil-konfront ta' l-iżviluppaturi ta' Fort Chambrai li kienu kisru l-kundizzjonijiet tal-kuntratt li bih ingħataw il-proprjeta'?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Nitlob lill-Onor.", "Membru jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-ministru għat-teknoloġija ta' l-informazzjoni u investiment.", "MALTA ENTERPRISE - PERIT", "6080.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u Promozzjoni ta' l-Investiment: Jista' il-Ministru jikkonferma jekk il-perit, li ismu qed jintbagħat separatament, hux impjegat mal-Malta Enterprise?", "Jekk fl-affermattiv, x'inhu r-rwol tiegħu u kif ġie ngaġġat?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Il-Malta Enterprise m'għandha ebda impjegat bl-isem provdut mill-Onor.", "Interpellant.", "GĦAWDEX - KAŻI TA' OMIĊIDJI", "6081.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm saru omiċidji f'Għawdex, sena b'sena f'dawn l-aħħar 50 sena?", "Kemm minn dawn ġew solvuti u kemm għadhom pendenti?", "ONOR.", "TONIO BORG: Matul dawn l-aħħar 50 sena kien hemm 14-il każ ta' omiċidju ġewwa Għawdex kif ukoll każ ieħor ta' mewta suspettuża.", "Dwar 11 minn dawn il-każi ġew imressqa persuni quddiem il-qorti.", "GOZO CHANNEL - ŻIEDA FIN-NOLLIJIET", "6082.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għat-Teknoloġija ta' l- Informazzjoni u Investiment: Jista' il-Ministru jikkonferma illi ż-żieda fin-nollijiet tal-Gozo Channel li bdew iseħħu mill-1 ta' Ġunju 2004 għadhom ma ġewx pubblikati fil-gazzetta tal-gvern?", "Jekk fl-affermattiv, x'validita' għandhom dawn iż-żidiet?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Iż-żieda fin-nollijiet tal-Gozo Channel li bdew iseħħu mill-1 ta' Ġunju 2004 ġew fis-seħħ permezz ta' Att Legali 314/2004 u ġew ippubblikati fil-gazzetta tal-gvern ta' Malta Nru. 17,595 datata 31 ta' Mejju 2004.", "ĦAL-LUQA - SEZZJONI TAL-KWARANTINA - QATTUS MAĦRUB", "6086.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: B'riferenza għall-każ imressaq quddiem l-ombudsman minn mara barranija li ġiet informata li l-qattus tagħha tat-tip European persian breed u li ġabitu minn barra kien ħarab minn fejn kien qed jinżamm fis- sezzjoni tal-Kwarantina f'Ħal-Luqa, jista' il-Ministru jgħid x'passi ttieħdu mid-diviżjoni konċernata wara li l-ombudsman ikkonkluda ''that the disappearance of the cat was attributed to failure by the food and veterinary regulation division to ensure that while the pet was held in quarantine under its responsibility, it was kept in a properly maintained place'' (ombudsman case notes, April 2004, number 17, case no: D 259)?", "Jista' jgħid x'xogħlijiet saru, jew qed isiru, mid-dipartiment konċernat biex il-post ikun iktar sigur u biex jiġi assigurat li inċidenti simili ma jiġrux fil-futur?", "X'kumpens ta d-dipartiment konċernat lil sid dan il-pet?", "Jista' ġentilment iwieġeb dawn il-mistoqisjiet waħda waħda?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Fil-kwarantina qed isir xogħol estensiv biex inċidenti bħal dak imsemmi ma jerġgħux iseħħu.", "Fost dawn insibu li twaħħal wire netting ġdid u bieb ta' l-aluminium biex ikun hemm double doors li jagħmel inċidenti bħal dawn diffiċli biex jerġgħu jitwettqu.", "S'issa għadu ma ngħata l-ebda kumpens.", "IMPORTAZZJONI TA' PRODOTTI TA' L-IKEL", "6087.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunita': B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 5982 jista' il-Ministru jikkonferma jekk il-prodotti importati humiex jiġu kontrollati għal dik li hija kwalita' biex nassiguraw li prodotti importati ma jkunux iddampjati f'pajjiżna?", "Jekk dan il-kontroll qed isir, jista' jgħid x'tip ta' kontrolli jsiru?", "Jista' jgħid jekk riċentement ġiex importat tadam tal-bott li minħabba l- kwalita' tiegħu mhux suppost kellu jitħalla jidħol f'Malta?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninsab informat li filwaqt li persentaġġ ta' prodotti importati minn barra l-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea jiġu kkontrollati hekk kif jiġu impurtati ġewwa Malta għal dik li hija kwalita', prodotti importati minn pajjiżi ta' l-Unjoni l-Ewropea jiġu kkontrollati billi jsiru sampling programmes ta' prodotti speċifiċi matul is-sena.", "Isir ukoll market surveillance minn uffiċjali tad-dipartiment waqt ix-xogħol tagħhom ta' spezzjonijiet li jsiru fuq bażi regolari.", "Id-dipartiment jagħmel ukoll parti minn rapid alert system on food and feed tal-Komunita' Ewropea biex prodotti li jiġu rapportati ħżiena fis-suq intern jiġu mneħħija mis-suq lokali.", "Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija informat li f'Malta kien hemm ilment fuq prodott ta' tadam tal-bott, liema prodott ittieħdu kampjuni tiegħu, intbagħtu l-public health laboratory għal analisi relatati u s'issa għadna qed nistennew ir-riżultati rispettivi.", "AIR MALTA – PENSJONI TA' EX-ĦADDIEMA", "6088.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tal-Familja u tas- Solidarjeta' Soċjali: B'riferenza għall-ftehim kollettiv bejn it-taqsima port u trasport tal-GWU u l-Air Malta li ġie ffirmat fil-11 ta' Ottubru 2002 u li jkopri l-perjodu l-1 ta' April 2000 u l-31 ta' Marzu 2004, tista' il-Ministru tgħid meta se tiġi aġġustata l-pensjoni ta' l-ex-ħaddiema ta' l- Air Malta (illum pensjonanti) u meta se jingħataw l-arretrati dovuti lilhom b'riżultat ta' dan il-ftehim?", "Tista' tara li ma jkunx hemm dewmien żejjed biex dan il-proċess isir?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Ix-xogħol preparattiv li qed isir fuq id-data tal-pensjonanti ex-ħaddiema ta' l-Air Malta, issa wasal fl-aħħar fażi tiegħu.", "Ninsab informata wkoll li kif jiġu konfermati lid-dipartiment tas-sigurta' soċjali l-iskali tas-salarji l-ġodda skond l-aħħar ftehim kollettiv tal- kumpannija msemmija, hu mistenni li r-reviżjoni tal-pensjonijiet relatati jiġu pproċessati mingħajr dewmien.", "AWTORITA' DWAR IT-TRASPORT – ASSISTANT MANAGER", "6089.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jispjega x'inhu r-rwol tal-persuna, li d- dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, fl-awtorita' dwar it-trasport pubbliku?", "Kif ġie ngaġġat?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Il-persuna msemmija ġiet impjegata ma' l- awtorita' dwar it-trasport wara li ħarġet sejħa għal assistant manager.", "Ir- rwol ta' din il-persuna huwa li jassisti liċ-CEO.", "IMPJANT GĦAT-TRATTAMENT TAD-DRENAĠĠ", "6090.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għat-Teknoloġija ta' l- Informazzjoni u Investiment: B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 5976, jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja ta' l-avviż għat-talba ta' expression of interest li saret għal bini ta' l- impjant għat-trattament tad-drenaġġ ta' Malta North?", "F'liema gazzetti jew pubblikazzjonijiet deher dan l-avviż u f'liema data?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Il-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma avviċinat l- Ambaxxata Taljana f'Malta bid-dokumenti meħtieġa sabiex issir is-sejħa għal expression of interest.", "L-ambaxxata nformat lill-korporazzjoni li kienet għaddiet l-istess dokumenti lil Ministero delle Attivita' Produttive u l- I.C.E. (Istituto per il Commercio con l'Estero) f'Ruma.", "Il-korporazzjoni ġiet informata mill-Ambaxxata Taljana li l-I.C.E. kienet bagħtet tinforma bis-sejħa għal expression of interest lil lista ta' kumpanniji li kienu fuq il-mailing list tagħha permezz ta' e-mail u fax.", "Is-sejħa għalqet fit-22 ta' Marzu 2004.", "Ma saret l-ebda pubblikazzjoni ta' avviż f'dan ir-rigward.", "Kopja ta' l-avviż għal expression of interest tpoġġiet fuq il-mejda tal- Kamra aktar kmieni fis-seduta.", "MIŻBLA TAL-MAGĦTAB", "6091.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tar-rapport xjentifiku li kienu għamlu l-esperti Ingliżi fuq il-miżbla tal- Magħtab?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Kopja ta' dan ir-rapport jitpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra hekk kif id-dokument tat-tender għax-xogħlijiet meħtieġa jkun ippubblikat.", "MUSICIANS UNION - UFFIĊJALI", "6098.", "L-ONOR.", "DAVID AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid min huma l-uffiċjali ta' l-union tal- mużiċisti?", "Kemm-il darba iltaqa' magħhom?", "Meta saret l-aħħar laqgħa ġenerali annwali ta' din l-union?", "Jista' jgħid kemm hu n-numru ta' mużiċisti fully paid li jsostnu din l-union?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-uffiċjali ta' l-union tal-mużiċisti huma dawn:", "|President |Val Valente | |Viċi |Adrian | |President |Ebejer | |Teżorier |Alfred | | |Ebejer | |Ass/Teżorier|Harry | | |Edellston | |Ass/Segretar|Alfred | |ju |Zammit | |Public |Sergio | |Relations |Micallef | |Membri: |Emanuel | | |Calleja | | |George | | |Sciberras |", "Informat li l-aħħar laqgħa annwali saret il-Ħadd 12 ta' Marzu, 2002.", "In- numru ta' mużiċisti b'miżati ta' sħubija mħallsa li jsostnu din l-union hu ta' 236.", "Mindu ngħatajt il-kariga preżenti f'April ta' din is-sena, ma jirriżultalix li saritli xi talba għal xi laqgħa miegħi.", "Naturalment nieħu gost niltaqa' mar-rappreżentanti tal-mużiċisti.", "ISLA - TRIQ L-AKWATI - RAPPORTI DWAR ABBUŻ MID-DROGA", "6099.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jieħu l-passi kollha meħtieġa biex issir sorveljanza mill-pulizija fl-akwati ta' Triq l-Arkati l- Isla peress li wasluli diversi rapporti li f'dawk l-inħawi kontinwament qed isir abbuż mid-droga minn ċerti persuni, liema sitwazzjoni hija perikoluża għar-residenti li joqogħdu fl-inħawi, b'mod partikolari għat- tfal, minħabba li f'dawk l-inħawi qed jitħallew siringi wżati minn dawk li jabbużaw mid-droga?", "ONOR.", "TONIO BORG: Kemm il-pulizija tad-distrett kif ukoll dawk ta' l- iskwadra ta' kontra d-droga jagħmlu ronda regolarment, kemm fil-lokalita' imsemmija kif ukoll fit-toroq l-oħra.", "TAS-SLIEMA: TRIQ IL-KNISJA - DAWL", "6100.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għat-Teknoloġija ta' l- Informazzjoni u Investiment: Jista' il-Ministru jieħu l-passi meħtieġa biex id-dawl fi Triq il-Knisja ġewwa Tas-Sliema jiġi spezzjonat u jekk hemm il- ħtieġa jiżdied peress li f'din it-triq joqogħdu numru sotanzjali ta' anzjani?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Minħabba l-proċess tad-devoluzzjoni, dan ix-xogħol m'għadux responsabbilta' tal-korporazzjoni Enemalta iżda tal-kunsill lokali .", "SAN PAWL IL-BAĦAR - KAŻ DWAR PENSJONANT", "6101.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Familja u tas- Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni li l- pensjoni tal-persuna, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li bejn l-1980 u l-1987 għamlet żmien taħdem fil-Libja u li ħallset il- kontribuzzjonijiet hemmhekk, liema kontribuzzjonijiet kienu jgħoddu għal hawn, li sal-lum ma jirriflettux ruħhom fil-pensjoni tiegħu, meta se tiġi aġġustata l-pensjoni tiegħu wara dan iż-żmien kollu meta l-pensjonant imsemmi għalaq 71 sena u sitt xhur?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Id-dipartiment tas-sigurta' soċjali kkomunika direttament bil-miktub dwar il-każ mal-persuna indikata.", "SAN ĠILJAN - POST TA' L-UFFIĊĊJU KONĠUNT", "6102.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid meta se jsir il- kuntratt ta' l-inkwilina ta' post ta' l-uffiċċju konġunt, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, wara li għamlet il-konvenju aktar minn tliet snin ilu?", "ONOR.", "TONIO BORG: Permezz ta' ittra datata 7 ta' Lulju 1997 l-inkwilin ġie informat bil-prezz tal-bejgħ tal-fond mikri lilu u fl-istess ittra ntalab jersaq biex jiġi ppubblikat l-att ta' trasferiment.", "Minkejja żewġ ittri oħra datati 2 ta' Diċembru 1998 u 20 ta' Ottubru 2000 rispettivament, fejn l-applikant ingħata sas-6 ta' Novembru 2000 biex jersaq għal kuntratt, dan baqa' sal-lum ma weġibx.", "Għalhekk l-applikant għandu jikkomunika mad-dipartiment.", "SAN PAWL IL-BAĦAR - APPLIKAZZJONI DWAR LUKANDA QUDDIEM IL-MEPA", "6104.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid x'qed iżomm lill-MEPA milli ġġib għall- aġenda r-reconsideration ta' l-applikazzjoni dwar lukanda f'San Pawl il- Baħar, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, meta din kienet diġa' bil-permessi meħtieġa mill-1994 u meta ħdejha eżatt lukanda, li isimha wkoll qed jintbagħat separatament, qiegħda topera u oħrajn fl-area li m'għandhomx permess u qegħdin jitħallew joperaw u ma għalqulhom l-ebda sular, bħalma ġara fil-każ tal-lukanda l-oħra?", "Jista' jara għaliex f'dan il-każ qed titwettaq inġustizzja kbira?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Din il-lukanda kienet suġġetta għal direct action mill-MEPA billi ġew siġillati l-aħħar żewġ sulari peress li kienu nbnew mingħajr permess.", "Din l-applikazzjoni PA6046/02 hija intiża biex tissana dan l-iżvilupp illegali, u diġa' ittieħdet deċiżjoni mill-kummissjoni għall- kontroll ta' l-iżvilupp li rrifjutat din l-applikazzjoni.", "It-talba ta' rikonsiderazzjoni se tinħadem u tintbagħat għall-aġenda fl-iqsar żmien possibbli biex ikun hemm eżitu finali min-naħa ta' l-awtorita' u jittieħdu l-passi neċessarji dwar il-bini illegali, jekk ikun il-każ.", "Rigward it- tieni lukanda tlabt lill-audit officer tal-MEPA biex jinvestiga l-każ", "ŻEJTUN: WIED IŻ-ŻIJU - KANAL TA' L-ILMA", "6105.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Possibbli jiġi mnaddaf kanal ta' l-ilma li hemm f'Wied iz- Ziju fiż-Żejtun/Wied il-Għajn li qiegħed biswit l-impjant tar-riċiklaġġ għaliex biex jitnaddaf iridu jidħlu fl-għelieqi tal-bdiewa u dan jista' isir biss kif m'hemmx prodotti miżrugħa?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: L-informazzjoni mitluba tingħata f'xi seduta oħra.", "PORT IL-KBIR - DEEP WATER QUAY", "6110.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm kien il-valur tat-tender repair works fid-deep water quay fil-Port il-Kbir li ħarġet fil-bidu tas- sena 2000?", "Jista' jgħid min tefa' it-tender għal dan il-proġett?", "Jista' jispjega għaliex it-tender dik is-sena ma ngħatatx u reġgħet ħarġet tender oħra identika f'April tas-sena 2001?", "Jista' jispjega x'kienet il-proċedura tat-tenders f'dak iż-żmien, ossia fis-sena 2000?", "Liema kien il-kumitat li pprepara t-tender u għaliex stranament it-tender inkwestjoni ġiet ippreparata u maħruġa mill-projects committee?", "Jista' jgħid min kienu l- membri li kienu jattendu għal dan il-kumitat ta' l-aħħar?", "Jista' ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-minuti tal-projects committee rigward it- tender tad-deep water quay minn Settembru 1999 sa Jannar 2000 kif ukoll kopja tat-tenders riċevuti mill-awtorita'?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Ma ħarġet l-ebda tender mill-awtorita' marittima Maltija fil-bidu tas-sena 2000 kif indikat mill-Onor.", "Interpellant f'mistoqsija parlamentari 6110.", "SERVIZZ PUBBLIKU – UFFIĊJALI PUBBLIĊI", "6111.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Fid-dawl li l-Unjoni Ewropea għandha kodiċi ta' etika maħruġ mill- ombudsman ta' l-Unjoni Ewropea għall-istituzzjonijiet ta' l-istess Unjoni, jaqbel il-Prim Ministru li l-ombudsman jista' jiġi mitlub jagħmel draft lill-Parlament Malti dwar kif il-membri tas-servizz ċivili għandhom iġibu ruħhom mal-pubbliku, sew meta jkollhom inkontru personali kif ukoll meta jkunu qed jittrattaw u/jew iwieġbu korrispondenza?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Diġà jeżistu struzzjonijiet dwar kif uffiċjali pubbliċi għandhom iġibu ruħhom mal-pubbliku.", "Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għall-Kodiċi ta' Etika għall-Impjegati fis-Settur Pubbliku ta' l-1994.", "Il-kodiċi huwa riprodott bħala skeda fl-abbozz ta' l-att dwar is- servizz pubbliku li ġie pubblikat bħala white paper f'Ottubru ta' l-2003.", "Struzzjonijiet iżjed dettaljati jinsabu f'ċirkolari 3/2001 maħruġa mill- uffiċċju tal-prim ministru fit-22 ta' Jannar 2001.", "Din iċ-ċirkolari tirriproduċi wkoll linji gwida li nħarġu mill-ombudsman dwar kif għandu jingħata servizz b'mod sew, ġust u imparzjali.", "WATER TABLE KONTAMINAT", "6112.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Qatt saru testijiet biex jiġi assigurat li l-water table mhux qed jiġi kontaminat b'ilma kontaminat, b'bexx jew b'kimiki, jew b'ilma riċiklat li jista' ikun mhux ta' kwalita' tajba?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Jien informat li jsiru testijiet sabiex jiġu identifikati sustanzi kimiċi li jiġu mill-bexx u minn tinġiż ieħor, jekk u meta dawn ikunu preżenti fl-ilma tax-xorb.", "S'issa qatt ma rriżultat preżenza ta' dawn, la fl-ilma tal-water table u lanqas fl-ilma li jasal għand il-konsumatur fil-vit.", "IMPORTAZZJONI TA' VETTURI MILL-ĠAPPUN", "6114.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati jew inħarġu liċenzji għal vetturi second hand importati mill-Ġappun minn Jannar 2004 sal-lum?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: In-numru ta' vetturi liċenzjati importati mill- Ġappun minn Jannar 2004 sal-lum hu ta' 1,833.", "ĦAL TARXIEN – MTA – TQASSIM TA' SIĠAR", "6115.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid għaliex għall-awtorita' Maltija tat-turiżmu, Ħal Tarxien mhux ikkunsidrat bħala post turistiku ġaladarba hemm it-Tempji Neolotiċi, peress li meta dan l-aħħar l-awtorita' qassmet xi siġar tal- palm lil diversi lokalitajiet turistiċi, Ħal Tarxien ġie maqbuż għax (sic) mhux destinazzjoni turistika?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għar- risposta ta' mistoqsija parlamentari 4613 dwar tourist areas.", "Kif għedt dakinhar, qed issir rikonsiderazzjoni ta' areas li għandhom jitqiesu li huma main tourist areas jew secondary tourist areas, jew non-tourist areas.", "Dan l-eżerċizzju, li għandu jindika triq triq f'kull belt u raħal ta' Malta u Għawdex, għandu jitlesta sa Novembru ta' din is-sena biex jibda jkun effettiv mill-1 ta' Jannar 2005.", "SWIEQI - TRIQ IL-QRATAS", "6116.", "L-ONOR.", "ROBERT ARRIGO staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Jista' il-Ministru jieħu inkunsiderazzjoni l-istat diżastruż li tinsab fih Triq il-Qratas, fis-Swieqi?", "Jistgħu jsiru xi xogħlijiet f'din it-triq urġentement?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Fil-preżent l-awtorita' dwar it-trasport qiegħda taġġorna l-informazzjoni tagħha dwar toroq li għad iridu jsiru madwar Malta kollha u Triq il-Qratas hija waħda mit-toroq li għandha tiġi inkluża f'dan il-programm sabiex ix-xogħol meħtieġ ikun jista' isir aktar 'il quddiem."]} {"filename": "20030715_025d_par.doc", "date": "2003-07-15", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 25 It-Tlieta, 15 ta' Lulju, 2003 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 25 It-Tlieta, 15 ta' Lulju, 2003", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-9.01 a.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "25", "It-Tlieta, 15 ta' Lulju, 2003", "WERREJ", "MINUTI 188", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI 188", "TQEGĦID TA' KARTI 194", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-KORPORAZZJONI MALTIJA GĦALL-INTRAPRIŻA (IT-TIENI QARI)", "MALTA ENTERPRISE BILL (SECOND READING) 194", "AĠĠORNAMENT 215", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 220", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 24 li saret fl-14 ta' Lulju, 2003 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "RABAT - BORD MEDIKU", "573.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: B'riferenza għall-urġenza tat-talba li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, jista' id-dipartiment jara li l-persuna konċernata tersaq quddiem bord mediku immedjatament u ma jkunx hemm aktar dewmien biex tibda tirċievi l-pensjoni ta' l-invalidita'?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi l-persuna indikata fl- uffiċċju distrettwali tad-dipartiment tas-sigurta' socjali.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jista' il-Viċi Prim Ministru jispjega għala dan id- dewmien kollu fil-ħlasijiet taċ-children allowance?", "Jista' jara li dan il- preċedent sfortunat ma jirrepetix ruħu?", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ikolli nistqarr li ma nistax nifhem il-kritika li qed issir min-naħa ta' l-oppożizzjoni, anke fuq il-mezzi tal-media tal- Partit Laburista – żgur m'iniex qed nirriferi għall-Onor.", "Farrugia waħdu - dwar dewmien fil-ħlasijiet taċ-children allowance.", "L-ewwelnett wieħed irid jistabilixxi l-punt illi kull sena jkun hemm perjodu ta' żmien li effettivament jaffettwa numru ta' benenefiċjarji li jieħdu ċ-children allowance.", "Issa peress li mill-1995 il-benefiċċju taċ- children allowance sar means-tested, kull darba li jsir il-proċess għall- mili ta' applikazzjonijiet għal dan il-benefiċċju – qed nitkellmu fuq madwar 35,000 applikazzjoni - tkun trid terġa' issir il-verifika, proċess li ma jinvolvix biss verifika ta' dak li jkun qed jiġi ddikjarat ma' dak li jkun qed jirriżulta minn riċerka li jagħmel id-dipartiment.", "Naturalment dan importanti li jsir ħalli ma nerġgħux ngħaddu mill-problemi li għaddejna minnhom sentejn ilu, meta konna għamilna verifika bl-aktar mod qawwi ħalli naqtgħu l-abbużi u sibna li kien hemm dikjarazzjonijiet foloz.", "Għax ladarba jiġri hekk, imbagħad tkun trid tirkupra dawk il-pagamenti li jkunu saru anke fis-snin ta' qabel.", "Biex nevitaw dan kollu u sabiex lil kull individwu nagħtuh dak li ħaqqu, jekk kemm-il darba jkun korrett fid- dikjarazzjoni li jagħmel, għax jekk ma jkunx korrett ma nagħtuhx dak li mhux tiegħu, qed isir proċess rigoruż - u nenfasizza l-kelma rigoruż - biex kemm jista' ikun inkunu preċiżi fil-pagamenti li nagħmlu.", "Pero` imbagħad ikollok każi oħra fejn għal raġunijiet differenti, l- applikanti jonqsu huma stess milli jissottomettu ċerta informazzjoni biex tkun tista' ssir analisi ta' x'inhu d-dritt tagħhom.", "Ħafna minn dawn ikunu self-employed u biex jikkwalifikaw għaċ-children allowance, dawn ikunu jridu jissottomettu l-balance sheet u l-profit and loss account tal- professjoni tagħhom.", "Qabel ma d-dipartiment ikun sodisfatt li tkun daħlet l-informazzjoni kollha, iċ-children allowance ma tkunx tista' tinħadem.", "F'ċerti każi dan il-proċess jibqa' għaddej anke sa Settembru u Ottubru u ma jkunx tort tad-dipartiment jekk ix-xogħol jaqa' lura.", "Huwa fatt li din is-sena, l-informazzjoni li bagħtulna l-banek fuq talba tagħna stess ħalli nivverifikaw ħadet ftit ġranet iżjed mis-soltu, pero` nista' ngħid li l-proċess tal-ħlasijiet taċ-children allowance ħiereġ kontinwament b'rittmu paragunabbli anke mas-snin ta' qabel.", "Għalhekk fl- opinjoni tiegħi ma tagħmilx sens l-istqarrija li ġew irrapportati li għamlu kelliema ewlenija ta' l-oppożizzjoni fuq il-gazzetti, anke sa dalgħodu stess, għax nerġa' ngħid li l-proċess hu wieħed li jiġi ripetut kull sena u meta tipparaguna x-xahar li qegħdin fih mas-snin li għaddew, issib li relattivament qegħdin tajjeb fin-numru ta' pagamenti li saru s'issa.", "Biss nibqa' nirrepeti li d-dipartiment irid jivverifika u jrid ikun ċert li l- pagamenti qegħdin joħorġu kif suppost u lil min ħaqqu, Sur President.", "Dan kollu juri li m'huwiex sew u lanqas huwa ġust li min-naħa ta' l- oppożizzjoni, noqogħdu nilagħbu bil-kliem u ninterpretaw il-proċess li d- dipartiment tas-sigurta' soċjali jgħaddi minnu biex jara li l-affarijiet isiru sew, b'mod li nibnu storja sħiħa bla bżonn.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jien nixtieq inkun naf jekk id-dipartiment ħax passi biex jara li l-informazzjoni li trid tasal għandu mill-banek tasal fil- ħin miftiehem, ħalli darb'oħra la jkun hemm dewmien li jissarraf f'inkonvenjent għaċ-ċittadin u ħalli żgur ma jkollux għalfejn il-Viċi Prim Ministru joqgħod jipprova jċappas lil din in-naħa b'akkużi li aħna ta' l- oppożizzjoni nitkellmu f'isem dawk li jiddikjaraw falz.", "Il-gvern Nazzjonalista għandu jirrikonoxxi li hu stess kien iddeċieda li jagħti ċ-children allowance lil dawk il-familji li ma jħallsux il-bolla, immaterjali x'jiddikjaraw, minħabba li dan il-benefiċċju jingħata biex tabilħaqq it-tfal ma jkun jonqoshom xejn u jiġu assigurati minn kwalita` ta' ħajja diċenti.", "Nittama li dan il-prinċipju ma warrabnihx, Sur President.", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jekk kien hemm gvern illi wera bil-fatti li tassew jemmen li għandu jinvesti fiċ-children allowance biex jgħin lill-familji, huwa proprju dan il-gvern.", "Infakkar lil din il-Kamra li meta fl-1995 iddaħħal it-test tal-mezzi u ċ-children allowance bdiet titħallas skond id- dħul ta' dak li jkun, dakinhar l-ammont li kienet tirċievi familja bl-inqas dħul irdoppja.", "Jiġifieri dan il-gvern daħħal prinċipju ta' ġustizzja soċjali li jien kont nippretendi li kulħadd kellu u verament għandu japprezza u japplawdi għax b'dak li għamilna kien ifisser li lil min għandu l-inqas dħul, irduppjajnilu ċ-children allowance.", "Ma' dan inżid ngħid – għax it-titjib kompla sal-budget tas-sena li għaddiet – illi minħabba li rrealizzajna li familji b'numru kbir ta' tfal għandhom aktar piżijiet minn ħaddieħor, irfinajna wkoll il-mod ta' kif isir il-ħlas taċ-children allowance u tajna żieda lil dawk il-familji li jaqgħu taħt din il-kategorija.", "Jiġifieri jien nitlaq minn dan il-punt għad-domanda ta' l- Onor. Farrugia jekk warrabniex xi prinċipju.", "Imma lill-Onor.", "Membru ngħidlu li l-oppożizzjoni għandha bżonn tiddeċiedi u mhux toqgħod tiżfen.", "Per eżempju, dan l-aħħar qrajt artiklu ta' l-Onor.", "Karl Chircop - għadu għaddej dan bl-istess kantaliena li issa ili nisma' għal tlieta jew erba' snin - fejn jgħid li dan il-gvern naqqas iċ-children allowance.", "Dan il- gvern ma naqqas xejn miċ-children allowance għax din tirċeviha skond id- dħul tiegħek.", "Naturalment jekk il-pajjiż jimxi 'l quddiem u l-familji Maltin jibda jkollhom dħul iżjed minn qabel, dak se jaffettwa l-ammont ta' children allowance li jirċievu.", "Huwa sinjal mill-iktar importanti ta' suċċess għal dan il-gvern li mingħajr ma jmiss l-ebda regola għal dak li għandu x'jaqsam ma' benefiċċji, jirriżulta li l-ammont totali ta' children allowance qiegħed jonqos bil-mod il-mod minn sena għal oħra.", "Ir-raġunijiet huma tnejn, waħda għax hemm familji li qed ikollhom inqas tfal milli kien ikollhom numru ta' snin ilu u wkoll għax hemm familji li qed jilħqu standard ta' dħul ogħla minn qatt qabel, sinjal ċar ta' progress.", "Pero` hemm it-tielet raġuni, u anke fuq din nixtieq li l-oppożizzjoni ma toqgħodx tilgħab bil-bżallu u nixtieqha tkun ċara, Sur President.", "Taqbel jew ma taqbilx l-oppożizzjoni li nagħmlu attakk fuq l-abbużi li jsiru, isiru fejn isiru, inkluż fil-qasam tas-sigurta` soċjali?", "Jgħiduha ċara u tonda u mhux joqogħdu jilagħbu għax dan il-logħob u n-nofs diskorsi issa mhux talli mhux qed jinftiehem, talli allaħares jiġi interpretat qisu xi ħadd qed jiġġustifika l-fatt li nippermettu l-abbużi!", "Naqblu jew ma naqblux li nattakkaw l-abbużi?", "Naqblu jew ma naqblux li jkollna politika li we get it right the first time, li meta wieħed japplika jieħu l- benefiċċju li għandu jedd għalih u jekk m'għandux dritt għalih, naqbduh mill-ewwel u ma nħalluħx jieħdu?", "Naqblu li dan huwa l-iktar prinċipju ta' ġustizzja soċjali li gvern jista' iwettaq?", "Għalfejn dan il-logħob madwar il-proċess kollu li għandna bżonn nieħdu għall-ġid ta' kulħadd u għall-ġid ta' min għandu l-inqas dħul ngħid jien?", "Għax wara kollox dan il-gvern ma jagħmilx attakk kontra l-abbuż biex isolvi biss id-deficit tal-pajjiż.", "Dan l-attakk kontra l-abbuż nagħmluh għax huwa l-ikbar protezzjoni fil-prattika li nistgħu nagħmlu lil min hu batut, għax b'hekk biss inkunu qed niggarantulu li jieħu l-benefiċċju hu u mhux jieħdu ħaddieħor li jilgħabha tal-batut.", "Allura hemm bżonn li nkunu ċari u kategoriċi u mhux noqogħdu nilagħbu.", "L-oppożizzjoni hemm bżonn tagħmel dikjarazzjoni ċara li hi taqbel li għandna nkomplu nattakkaw l-abbużi u għaldaqstant huwa neċessarju li aħna nivverifikaw l-applikazzjonijiet kollha.", "L-Onor.", "Farrugia staqsieni jekk jiena ħadtx xi azzjoni biex nara li ma jkunx hemm dewmien min-naħa tal-banek f'dak li għandu x'jaqsam mal-ġbir ta' l-informazzjoni neċessarja għal skopijiet ta' verifika.", "Jiena nwieġbu mill- ewwel li bħala ministeru għall-politika soċjali u bħala dipartiment għas- sigurta' soċjali, aħna ilna għaddejjin biex is-sistema kollha nagħmluha ħafna iżjed effiċjenti milli qatt kienet qabel u hekk qed isir.", "Tant hu hekk illi bl-investiment li għamilna, ir-rata ta' effiċjenza kif noħorġu ċ- ċekkijiet taċ-children allowance hija effettivament ħafna ogħla minn dik li kienet ħames snin ilu.", "Pero' jibqa' il-fatt li kull darba rridu nkunu ċerti li l-informazzjoni li taslilna tkun korretta u dan għall-ġid ta' kulħadd.", "Lill-Onor.", "Farrugia ngħidlu li aħna mhux biss din id-darba imma kull sena nippruvaw naraw x'nistgħu nagħmlu biex intejbu l-proċess.", "U jekk il-Bambin irid, bl-investiment li sar matul dawn l-aħħar sena u nofs, b'mod partikolari fl-informatika, se nkunu nistgħu naslu għal livell ta' effiċjenza ħafna ogħla minn dak li lħaqna s'issa, li huwa diġa` għoli ħafna u għandna nkunu kburin b'dan.", "Imma naturalment hemm dejjem lok fejn wieħed jista' itejjeb, Sur President.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, naħseb li l-Viċi Prim Ministru japprezza li l-oppożizzjoni dejjem kienet ċara u qatt ma lagħbet bil- bżallu.", "Bla tlaqliq ngħid li fejn hemm dikjarazzjonijiet foloz iridu jittieħdu l-passi.", "Imma mbagħad il-Viċi Prim Ministru ma jistax ma jaċċettax li aħna dejjem sostnejna li ċ-children allowance tingħata għall- bżonnijiet tat-tfal.", "Kien hemm żmenijiet fejn il-gvern, biex isostni dan il-prinċipju, anke lil min ma kienx iħallas il-kontribuzzjoni tas-sigurta` soċjali kien jagħti dan il-benefiċċju u mbagħad wieħed kien jirranġa wara.", "Illum-il ġurnata, skond dak li qal il-Viċi Prim Ministru, dan m'huwiex qed jiġri.", "Allura hemm xi ċans almenu li minkejja ċerti nuqqasijiet, fejn forsi ġenitur ma jkunx issottometta dikjarazzjoni fil-ħin, id-dipartiment janalizza s-sitwazzjoni basta d-dikjarazzjoni ma tkunx falza?", "Jien ma nemminx li familja għandha ġġarrab ċerti diffikultajiet minħabba nuqqasijiet venjali bħal dawn, Sur President.", "Nerġa' ngħid li mhux qed nirriferi għal min ikun għamel dikjarazzjoni falza imma għal min minħabba ċerti nuqqasijiet – naħseb li l-Viċi Prim Ministru japprezza li verament jeżistu ċerti diffikultajiet f'ċerti familji – ikun qed iġarrab żvantaġġ evidenti.", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Il-benefiċċju taċ-children allowance m'huwiex kontributorju.", "Jekk xi ħadd ma jħallasx il-bolla m'għandux x'jaqsam jekk jirċevix iċ-children allowance jew le.", "Jekk għandu dritt għaliha għax id- dħul tiegħu jaqa' f'dik il-kategorija li tispeċifika l-liġi, jirċeviha għax nerġa' ngħid li dan il-benefiċċju m'huwiex kontributorju.", "Jekk bil- mistoqsija tiegħu qed jimplika illi min ma jħallasx il-bolla mhux jirċievi ċ-children allowance, l-Onor.", "Membru qed jiżbalja.", "(Interruzzjonijiet) Ħalli nikkwalifikaha, Sur President.", "Kulmin bil-liġi huwa obbligat li jħallas il-bolla, irid iħallasha.", "Għax hemm bżonn indaħħlu l-kultura li suppost diġa' qiegħda hemm - pero' għandna bżonn nirrepetu dan il-messaġġ u j'Alla nirripetuh iż-żewġ naħat tal-Kamra l-ħin kollu - illi l-ħlas tal-bolla huwa ħlas li inti tkun qed tagħmel biex tirċievi mingħand l-istat, mingħand il-gvern u mingħand il-poplu Malti fl-aħħar mill-aħħar, il-benefiċċji li jinkludu mhux biss il-pensjoni imma jinkludu d-dritt li tibgħat lit-tfal fi skola b'xejn, id-dritt li min għandu xi mard jieħu s-servizzi tas-saħħa b'xejn, id-dritt li inti tiġi nxurjat mill-gvern f'każ li jkollok inċident fuq il-post tax-xogħol, jiġifieri xibka sħiħa ta' benefiċċji soċjali.", "Lil min mhux qed iħallas il-bolla mhux biss ngħidlu li qed jonqos mid-dmir tiegħu lejn is-soċjeta' kollha kemm hi u qed jonqos fl-obbligu tiegħu legali imma qed jonqos lejh innifsu, lejn martu u lejn uliedu.", "In-nuqqas ta' ħlas tal-bolla jipperikolalu drittijiet li jistgħu jaffetwaw kemm lilu meta jiġi għall-pensjoni kif ukoll lill-familja tiegħu f'każ li jkollha bżonn.", "Imma nerġa' nagħmilha ċara li dawn iż-żewġ affarijiet m'għandhom x'jaqsmu xejn ma' xulxin.", "Li għamilna aħna huwa li waqt li kien għaddej l-eżerċizzju biex nattakkaw l-abbużi li rriżultaw, ikkalkulajna x'kellu jiġi refunded lill-gvern - għax imbagħad investigajna wkoll is-snin ta' qabel – u lil min ma setax iħallas f'daqqa qtajnihomlu bil-mod il-mod mill- benefiċċji li jirċievi.", "U hemm min qed jinqatgħulu miċ-children allowance għax iddikjara falz, Sur President.", "Nerġa' nirrepeti li jekk l-Onor.", "Interpellant qed jgħid li hawn min qed tinqatagħlu ċ-children allowance għax m'huwiex iħallas il-bolla, dan m'huwiex il-każ għax il-benefiċċju m'huwiex kontributorju u allura m'huwiex relatat mal-ħlas tal-bolla.", "Finalment l-iskop taċ-children allowance kien u għadu li l-istat jgħin lill-familji Maltin – naħseb li dan għandna nkomplu nirfinawh – partikolarment dawk bl-inqas dħul, biex huma jkunu jistgħu jlaħħqu ma' bżonnijiet partikolari, primarjament għax ikollhom it-tfal.", "U l-mekkaniżmu kif tinħadem iċ-children allowance huwa mibni fuq dan il- prinċipju.", "Lill-Onor.", "Farrugia ngħidlu li l-interess tat-tfal, l-interess tal- familja, l-interess tagħna li aħna nappoġġjaw lil dawk il-familji li jkunu fi problemi u diffikultajiet, l-interess tagħna li aħna naraw li l-familji kollha kemm huma jimxu 'l quddiem, speċjalment dawk li qegħdin fil-faxxa ta' l-inqas dħul, huwa prinċipju kardinali ta' politika ġenerali li tiggwida lil dan il-gvern.", "Fit-tfassil tal-politika tagħna dan inżommuh il-ħin kollu quddiem għajnejna.", "Jekk wieħed jagħmel analisi tal-politika kollha kif imwettqa minn dan il-gvern tul is-snin, mill-ewwel jinduna li dejjem u konsistentement din kienet immexxija mill-prinċipju ewlieni li nsaħħu l-familja Maltija, u ma' dan ninkludu l-benefiċċju taċ-children allowance.", "SERVIZZ TAD-DAWL U L-ILMA - KONTIJIET PENDENTI", "574.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Teknoloġija ta' l- Informazzjoni u Investiment: Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' stabilimenti kummerċjali, kumpanniji, fabbriki, lukandi, eċċ., li bejn Jannar u Ġunju ta' din is-sena nqatgħalhom is-servizz tad-dawl u l-ilma minħabba li għandhom kontijiet pendenti?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru għat-Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u Investiment): Is-sospensjoni tal-provvista ta' l-elettriku mit-2 ta' Jannar sa l-20 ta' Gunju 2003 kienet hekk:", "Fabbriki 9 Stabilimenti kummercjali (kbar) 20 Stabilimenti kummercjali (normali) 412", "Kien hemm każ wieħed ta' qtugħ ta' ilma minħabba kontijiet pendenti.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, għal ċerti ristoranti u lukandi teżisti giljottina li kontinwament taqta' is-servizz tad-dawl u l-ilma jekk kemm-il darba dawn idumu ma jħallsu, filwaqt li ma' oħrajn ma tiġix prattikata din l-istess proċedura min-naħa tal-korporazzjoni responsabbli.", "Jista' il- Ministru jgħid jekk waslulux dawn l-ilmenti?", "X'suppost tkun il-prattika meta stabiliment kummerċjali jaqa' lura fil-ħlas tal-kontijiet?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Lili personalment ma jirriżultalix dan it-tip ta' ilment jew aħjar din it-tip ta' diċerija.", "Il-prattika hi li fil-każ ta' dawk l-istabilimenti li għandhom x'jaqsmu mat-turiżmu, l-Enemalta ttawwal xi ftit qabel ma tieħu l-passi.", "Fil-fatt meta tlabt lill-Enemalta tgħidli għandhiex policy bil-miktub dwar meta jiskattaw il-passi li għandhom jittieħdu, ġejt informat li m'hemm l-ebda policy bil-miktub per se imma hija prattika li titħaddem mill-accounts section tal-korporazzjoni.", "Fil-fatt waħda mill-ewwel affarijiet li tlabt lill-bord tad-diretturi l- ġdid hi li ladarba l-affarijiet jissetiljaw, iħarsu lejn din il-kwestjoni biex jekk jista' ikun, filwaqt li wieħed jifhem li ċerta diskrezzjoni trid dejjem tibqa', almenu jkollna linji gwida ta' meta jiskattaw il- penalitajiet u meta tiskatta s-sanzjoni li tieħu l-Enemalta fir-rigward tal-qtugħ fil-provvista tad-dawl, biex dejjem ikun hemm metodi iktar trasparenti li wieħed jista' ikejjel magħhom.", "WSC U ENEMALTA – ARREARS OF REVENUE", "575.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Teknoloġija ta' l- Informazzjoni u Investiment: Kemm għandhom jieħdu flus iż-żewg korporazzjonijiet tad-dawl u l-ilma?", "Jista' il-Ministru jaqsam iċ-ċifra bejn arretrati kummerċjali u dawk domestiċi?", "X'kienet is-sitwazzjoni għas- snin 1998, 1999, 2000, 2001 u 2002?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "MEDIGRAIN - IMPORTAZZJONI TA' QMUĦ", "576.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Teknoloġija ta' l- Informazzjoni u Investiment: F'Mejju tas-sena d-dieħla, il-Medigrain se tkun eżenti mit-TARIC fuq l-importazzjoni ta' qmuħ u ċereali.", "Kemm fil- fatt huma t-tariffi u d-dazji li l-Unjoni Ewropea timponi fuq materja prima ta' din ix-xorta li toriġina minn non-EU countries?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "LUKANDA VERDALA – ARRETRATI TA' PAGI", "577.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jgħid meta se jiftehmu l-MDC u l-GWU sabiex isiru l-pagamenti dovuti lil dawk l-ex ħaddiema tal-lukanda Verdala f'pagi li baqgħu ma tħallsu qatt?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (f'isem il-Ministru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomiċi): Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li jekk kien għad hemm xi arretrati ta' pagi dovuti lill-ex-impjegati tal-Verdala qabel ma l- lukanda nxtrat mill-MDC, dawn kienu dovuti mill-kumpannija li kienet timpjeghom u mhux mill-MDC.", "Fl-1984 l-MDC kienet xtrat il-bini tal-lukanda permezz ta' subbasta u mhux l-ishma fil-kumpannija proprjetarja tal-lukanda.", "Legalment l-MDC mhix obbligata tħallas id-djun tal-kumpannija li kienet is-sid tal-lukanda Verdala qabel l-MDC.", "VAT REFUND", "578.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomiċi: B'riferenza għall-Lm15.6 miljun li tħallsu bħala refunds tal- VAT u ta' l-income tax, jista' il-Ministru jara li t-taxpayer li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, jieħu flusu lura għas-snin 1995,1996 u 1997 ?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (f'isem il-Ministru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomiċi): Apparti li t-talba ta' l-Onor.", "Membru ma nafx x'għandha x'taqsam mar-refunds ta' Lm15.6 miljun – dawn fil-biċċa l-kbira tagħhom huma awtomatiċi bil-liġi kif emendata - informazzjoni konfidenzjali tingħata biss meta l-Onor.", "Interpellant ikun hekk awtorizzat mit-taxpayer, jekk ma jridx imur sat-taxpayer service u jinqeda minn hemmhekk.", "SCHOOL GYMS", "1026.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid liema huma dawk l-iskejjel tal-gvern li għandhom gym armat?", "Hemm minn dawn li jintużaw wara l-ħin ta' l-iskola mill-pubbliku jew minn xi għaqda?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni): L-iskejjel tal-gvern li għandhom gym armat huma:", "|Skola |Gym |Użu | | | |wara | | | |l-ħin | |Mellieħa |Iva |Le | |San Ġwann A |Iva |Le | |San Ġwann B |Iva |Le | |St Julian's |Iva |Le | |Luigi Preziosi - St.|Iva |Le | |Andrews GSS | | | |Santa Tereża - |Iva |Le | |Mrieħel GJL | | | |Furtu Selvatico - |Iva |Iva | |Naxxar BS | | | |M A Vassalli - |Iva |Iva | |Ħandaq BJL | | | |Dun Ġ Żammit - |Iva |Iva | |Ħamrun BJL | | | |M'Assumpta - Ħamrun |Iva |Le | |GSS | | | |Vinċenzo Buġeja - |Iva |Le | |Sta Venera BSS | | | |Maria Reġina - Blata|Iva |Iva | |l-Bajda GJL | | | |Danny Cremona school|Iva |Le | |of agriculture | | | |Lorenzo Manche' - |Iva |Le | |Floriana BS | | |", "SKEJJEL - DIXXIPLINI SPORTIVI", "1027.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid liema huma dawk id-dixxiplini sportivi li jiġu mħajra jidħlu għalihom bniet u subien fl-iskejjel ta' l-istat fuq bażi regolari?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni): Informat li d-dixxiplini sportivi li l-istudenti fl-iskejjel ta' l-istat huma mħajra jidħlu għalihom ivarjaw minn skola għal oħra, skond il-faċilitajiet ta' l- iskola u l-motivazzjonijiet ta' l-istudenti.", "It-taqsima ta' l-edukazzjoni fiżika u sport fid-diviżjoni ta' l-edukazzjoni torganizza festival ta' sports f'diversi dixxiplini biex dejjem tħajjar parteċipazzjoni akbar min-naħa ta' l-istudenti.", "GĦadd ġmielu ta' skejjel jipparteċipaw fl-atletika, ġinnastika, cross country, football, netball, hockey, basketball, volleyball, handball, table tennis u għawm.", "Il-parteċipazzjoni ssir wara li l-istudenti jagħmlu taħriġ fl-iskola, kemm waqt il-lezzjonijiet kif ukoll waqt il-mid-day break.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tabella li turi l-għadd ta' anzjani reġistrati fid-diversi day centres għall-anzjani, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari 1029;", "Tabella li turi l-għadd ta' persuni li għandhom is-servizz tal-home help maqsuma skond il-lokalità, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari 1149; u", "Tagħrif dwar l-għadd ta' ħaddiema fi djar ta' l-anzjani, maqsuma skond il-grad, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari 1154.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin.", "ONOR.", "JOE BORG (Ministru ta' l-Affarijiet Barranin) F'isem il-Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar il-membri fuq il-kumitati għar-rijabilitazzjoni tal-Belt, Kottonera u Mdina, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari 1136.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-KORPORAZZJONI MALTIJA GĦALL-INTRAPRIŻA", "MALTA ENTERPRISE BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mill-14 ta' Lulju, 2003.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Carmelo Abela huwa in possession.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Mr Speaker, il-bieraħ filgħaxija kont qed ngħid kemm huwa mportanti li nħarsu minn diversi angoli jekk irridu nippreparaw il-ħaddiema tagħna għad-dinja tax-xogħol.", "Huwa mportanti ħafna li jkun hemm link bejn l-edukazzjoni u d-dinja tax-xogħol u filwaqt li nirrikonoxxu li saru ċerti sforzi ̧ li forsi mhux dejjem irnexxew, hemm lok ta' titjib aktar u aktar meta nafu li li pajjiżna qed jikkompeti ma' pajjiżi oħrajn li qegħdin qabilna f'dan il-qasam.", "Il-bieraħ kont qed ngħid kemm studenti Maltin ikomplu l-edukazzjoni post- sekondarja paragun ma' pajjiżi membri ta' l-UE u ma' pajjiżi applikanti.", "F'Malta huma ftit aktar min-nofs dawk l-istudenti li jkomplu jistudjaw u jekk għal xi wħud dan jidher li huwa persentaġġ sostanzjali, jekk inħarsu lejn pajjiżi oħra nsibu li hemm pajjiżi li għandhom persentaġġ ta' 'l fuq minn 85% ta' l-istudenti li jkomplu jistudjaw.", "Dan wieħed irid jorbtu mal- parteċipazzjoni ta' studenti Maltin fil-livell terzjarju jiġifieri fl- universita`.", "Fil-fatt insibu li l-parteċipazzjoni ta' l-istudenti Maltin fl-universita` mqabbla mal-parteċipazzjoni ta' studenti barranin li jgħixu f'pajjiżi membri ta' l-UE u f'pajjiżi applikanti qiegħda minn taħt.", "Pero' rrid nirrikonoxxi li matul is-snin saru bidliet u sforzi kbar biex il- popolazzjoni fl-universita` tiżdied.", "Fil-fatt din żdiedet b'mod sostanzjali pero` xorta waħda għadna 'l bogħod mill-average ta' pajjiżi oħrajn fl-UE u fl-Ewropa b'mod in ġenerali.", "Tant hu hekk li f'ċerti pajjiżi l-persentaġġ ta' dawk li jkomplu jistudjaw huwa ta' bejn 5% u 6% u f'ċerti pajjiżi oħrajn jaqbżu u anke joqorbu l-10% pero` f'pajjiżna l- persentaġġ huwa inqas minn hekk.", "Iżda ma rridux naraw l-ammont biss ta' dawk li joħorġu mill-università.", "Nafu li matul dawn l-aħħar snin l-universita` tagħna pproduċiet ħafna avukati u nutara - bir-rispett kollu lejn din il-professjoni - pero` jekk naraw x'għodda u ħiliet għandna bżonn insibu ċertu nuqqasijiet.", "Per eżempju ̧ f'pajjiżna għandna ħafna gradwati wkoll fl-oqsma tal-matematika, tax-xjenza u tat-teknoloġija.", "Qed insemmi dawn it-tliet materji għax skond il-proċess ta' Lisbona ta' l-UE dawn huma indikaturi mportanti ta' kemm pajjiż ikun miexi 'l quddiem u ċertament jekk aħna jkollna gradwati f'dawn l-oqsma jfisser li pajjiżna huwa geared tajjeb għall-futur.", "Pero' l- isfortuna hi li anke hawnhekk għandna ċerti diffikultajiet u nuqqasijiet għax filwaqt li ċerti pajjiżi għandhom persentaġġ ogħla minn 15% tal- gradwati f'dawn l-oqsma tal-matematika, xjenza u teknoloġija f'pajjiżna ̧ fl- 2001 ̧ - din hija statistika li kienet ikkwotata mill-Eurostat - kienu biss 3.3% tal-gradwati li gradwaw f'dawn l-oqsma.", "Għalhekk insibu li anke hawnhekk għad għandna x'naqdfu biex verament inkunu kompetittivi.", "Wara kollox l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna jitkellem ħafna fuq il- kompetizzjoni u ma nistgħux inkunu kompetittivi jekk ma jkollniex workforce li tkun ippreparata tajjeb u ta' livell għoli li tħabbatha ma' dik ta' pajjiżi oħrajn.", "Sur President, jien nemmen li l-ħaddiema Maltin huma kapaċi daqs, jekk mhux aktar ̧ minn ħaddiema barranin u nemmen ukoll li anke l-gradwati tagħna jħabbtuha tajjeb ħafna ma' ħaddiema u gradwati f'pajjiżi oħrajn.", "Il-punt tiegħi huwa kemm qed ikollna kwantita` minnhom.", "Ta' spiss nisimgħu li jekk ikollna ST Microelectronics oħra f'pajjiżna ma nsibux biżżejjed ħaddiema biex jiġu mpjegati hemmhekk.", "Dan ma jfissirx li m'għandniex ħaddiema tajbin imma jfisser li għandna nuqqas ta' ħaddiema b'ċerti kwalifiki.", "Għalhekk il-punt tiegħi huwa li l-edukazzjoni trid tkun iffokata b'mod li nippreparaw l-istudenti tagħna li għada pitgħada se jkunu l-ħaddiema ta' għada biex verament ikollna workforce imħejjija tajjeb.", "B'dan il-mod nattiraw investiment ġdid u ta' ċerta kwalità.", "Qasam ieħor li jkun tajjeb li nagħtu kasu huwa dak tas-self-employment.", "Naħseb li ftit huma dawk li jispiċċaw mill-iskola li jitħajru jibdew jaħdmu għal rashom.", "Fil-fatt l-average huwa ta' 5% u r-raġunijiet għal dan jistgħu jkunu diversi.", "Għalhekk huwa mportanti li fl-iskola s-self- employment nagħtuh ċerta mportanza.", "Naf li dan jissemma fil-kurrikulu u naf li diversi drabi jittieħdu ċerti inizjattivi mill-iScoops, mill-Young Enterprise u minn oħrajn pero` jidher li għal xi raġuni jew oħra m'hemmx dak is-support neċessarju biex l-istudenti jitħajru jidħlu għal din l- isfida.", "Wara kollox li wieħed jaħdem għal rasu hija sfida għax dan żgur li mhuwiex a cushy job.", "Sur President ̧ matul dan id-dibattitu smajna kelliema miż-żewġ naħat tal- Kamra jsemmu kif taħdem l-enterprise fl-Irlanda u fl-Italja.", "Pero' naħseb li għalkemm ċerti pajjiżi, bħall-Irlanda, huma pajjiżi relattivament żgħar, ikun tajjeb li nħarsu aktar lejn pajjiżi li huma differenti minna u m'humiex fl-Ewropa iżda li mxew 'il quddiem.", "Per eżempju, jien ipprovajt infittex u ninforma ftit ruħi dwar Singapore.", "Bħala pajjiż Singapore m'huwiex pajjiż kbir pero`l-popolazzjoni tiegħu hija ħafna akbar minn tagħna.", "Pero' jidher li l-international enterprise kif isejħulha hemmhekk ħadmet u tat riżultati tajbin ħafna.", "Jien naħseb li parti importanti mis-suċċess ta' Singapore kien li dawn investew bil-kbir fil-qasam ta' l-edukazzjoni billi mhux biss għamlu kulma setgħu biex jaġevolaw lil min kien imħajjar jinvesti u jiftaħ industriji f'pajjiżhom, pero` ħadmu minn qabel biex iħarrġu lill-ħaddiema tagħhom.", "Fil-fatt jekk wieħed iqabbel il-livell ta' illitteriżmu f'Singapore matul is-snin l-imgħoddija mal-preżent isib differenzi kbar għax f'dan il-pajjiż saru avvanzi kbar fil-qasam ta' l-edukazzjoni, u dan kien fattur importanti li wassal biex Singapore kiseb is-suċċess li kiseb, anke fil-qasam ekonomiku, speċjalment matul dawn l-aħħar 40 sena.", "Per eżempju, biżżejjed ngħidu li filwaqt li fl-1960 l-earning tal-gross domestic product kien ta' 2.15 biljun Singapore dollars, fl-2001 il-GDP kien ta' 152 biljun Singapore dollars, li hija qabża enormi.", "Singapore huwa magħruf għall-financial centre li għandu, li huwa a key regional trading centre.", "Ta' min jgħid ukoll li l-port ta' Singapore huwa l-iktar port busy fid-dinja u huwa rinomat bħala li huwa a top location għall-investiment.", "F'Singapore anke l-qasam tat-turiżmu jaqa' taħt l- international enterprise Singapore, liema intrapriża għandha xi tmien entitajiet jew bordijiet, pero` l-iktar fattur importanti li jiffoka fuq l- investiment u fuq l-iżvilupp taħt l-IE Singapore huwa l-economic development board.", "Naturalment min juri interess li japplika jkun irid jagħti ċerta informazzjoni u jkun hemm ċerti formoli li wieħed ikun irid jimla, pero` sa sitt ġimgħat minn meta l-bord jirċievi dawn id-dettalji, il- bord ikun diġa` ltaqa' ma' l-applikanti biex jara x'interessi għandhom.", "Kif kont qed ngħid il-bieraħ, il-fatt li ż-żmien huwa essenzjali huwa fattur importanti ieħor għalfejn Singapore irnexxielu jattira dan l- investiment tul is-snin tant li kif għedt diġa`, ħafna jħarsu lejn Singapore bħala a key regional trading centre.", "Jekk wieħed jidħol fil- website tagħhom isib li din hija website dettaljata u informattiva ħafna tant li kważi kważi wieħed jista' jieħu l-informazzjoni kollha neċessarja mingħajr ma jistaqsi xejn lil ħadd.", "Jien ipprovajt nidħol anke fil-website tagħna, u hemmhekk indunajt kemm għandna x'nitgħallmu biex inkunu nistgħu nieħdu l-informazzjoni li għandna bżonn f'dak li għandu x'jaqsam ma' liġijiet, tassazzjoni u permessi.", "Mr Speaker, l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna ma jitkellimx fuq il- problemi li li wieħed jiltaqa' magħhom ta' kuljum, bħal per eżempju, meta jiġi biex iġib permess mill-MEPA jew jagħmel ċerti kuntatti ma' l- entitajiet tal-gvern, mad-dipartimenti u mal-korporazzjonijiet.", "Fil-fatt nistgħu ngħidu bla tlaqliq li dawn huma l-istumbling blocks il-kbar li jżommu l-affarijiet milli jimxu 'l quddiem.", "Barra minn hekk ta' min jgħid ukoll li Singapore għandu skema msejħa SEEDS, \"Start-up enterprise development scheme\", li tagħti l-għajnuna neċessarja lil dawk li juru interess li jagħmlu business ma' Singapore.", "Nikkonkludi billi ngħid li l-kompetittivita` hija importanti ħafna u ma nistgħux neħduha b'mod leġġer.", "Kull ministru għandu jagħmel sforz u jagħti l-input tiegħu f'qasam daqstant importanti li miegħu hemm marbut il-futur tal-pajjiż.", "Hemm bżonn li jittieħdu l-inizjattivi neċessarji biex nimxu 'l quddiem, u hawnhekk nerġa` ngħid li kulħadd irid jagħti sehmu.", "Fl- aħħarnett nixtieq nispiċċa b'appell.", "J'Alla naħsbu iktar fuq kif insolvu l- problemi preżenti ħalli l-għan ta' dan l-abbozz ta' liġi, li wieħed ma jistax ma jaqbilx miegħu, ikun jista' jintlaħaq, u dan għall-ġid tal-poplu Malti u Għawdxi kollu.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Iktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Mr Speaker, id-diskussjoni li qed nagħmlu hija dwar l-abbozz ta' liġi li bih il-gvern irid iwaqqaf korporazzjoni pubblika li l-gvern qed jgħid li l-missjoni tagħha se tkun li tfassal u timplimenta strateġija komprensiva u koerenti biex tippromwovi kull forma ta' impriża u ta' imprenditorjalita` f'pajjiżna.", "Matul din id-diskussjoni smajna li l- gvern huwa deċiż u konvint li l-aħjar triq hija li l-MDC, il-METCO u l-IPSE jingħaqdu flimkien biex jitfassal a one stop shop.", "B'hekk l-imprendituri ma jkollhomx għalfejn joqogħdu jiġru minn kumpannija għal-oħra u minn lokalita` għall-oħra biex jinqdew għax issa l-korporazzjoni Maltija għall- intrapriża se tkun tista' tagħti servizz ta' malajr lill-imprendituri lokali u barranin li jridu joperaw minn pajjiżna.", "Il-gvern qed jgħid li waħda mir-raġunijiet għaliex hemm bżonn li titwaqqaf il-korporazzjoni Maltija għat-turiżmu hija biex din l-organizzazzjoni ġdida tkun tista' teħles lill-imprendituri lokali u barranin minn ħafna burokrazija u minn ħafna red tape.", "Huwa qed jgħid li din il-korporazzjoni għandha tagħti l-imbuttatura rigoruża u qawwija li hemm bżonn biex tinħoloq is-sinerġija li tifforma parti mill-ekonomija u mis-soċjeta` ħalli f'Malta u Għawdex tiġi żviluppata dik il-kultura imprenditorjali ta' suċċess li hemm bżonn u b'hekk il-gżejjer tagħna jkunu jistgħu jimxu 'l quddiem bħallikieku kienu impriża waħda.", "Dan huwa diskors li wieħed ma jistax ma jaqbilx miegħu, pero` issa ż-żmien jagħtina parir jekk permezz tal- korporazzjoni Maltija għall-intrapriża huwiex se jiġi iktar investiment, hijiex se tinħoloq iktar kultura imprenditorjali, humiex se jinħolqu iktar impjiegi u huwiex se jinħoloq iżjed ġid.", "J'Alla dan jiġri għax ċertament il-futur ta' Malta u Għawdex jiddependi mill-ħila ta' dan il-pajjiż li jiġbed iktar investiment u joħloq iktar ġid f'kull settur differenti ta' l- ekonomija biex b'hekk titjieb il-ħajja tal-familji Maltin u Għawdxin.", "Issa l-mistoqsija li se nagħmel hawnhekk hija jekk permezz ta' din il- korporazzjoni humiex se jintlaħqu dawn l-għanijiet kollha, li lkoll qed naqblu magħhom.", "Li hu ċar huwa li biex iseħħ il-qawmien mill-ġdid ta' l- ekonomija Maltija u Għawdxija, hemm bżonn li jiġi investiment barrani ġdid.", "Jekk naraw x'ġara matul dawn l-aħħar erba' snin insibu li ftit li xejn sar minn istituzzjonijiet differenti tal-gvern biex jattiraw l-investiment lejn pajjiżna, bħalma per eżempju huma l-ambaxxati barranin u dawk l-istrutturi li suppost twaqqfu biex jinkoraġġixxu lill-barranin iġibu iktar investiment fostna.", "Kieku dan id-diskors qed ngħidu jien biss, bir-raġun kollu wieħed jgħid: X'tistenna minn deputat ta' l-oppożizzjoni; mhux li jikkritika dak li ma sarx jew dak li jgħid li ma sarx?", "Hawnhekk se nfakkar x'qalu wħud mill-ambaxxaturi fid-diskors ta' qabel ma jkunu ħallew il-kariga tagħhom.", "Huwa veru li l-ambaxxatur Franċiż Destremau kien magħruf li jesaġera xi ftit, pero` mhux hu biss imma anke Howard Pearce, il-kummissarju għoli Ingliż, li żgur huwa bniedem prudenti ħafna fil-mod kif jitkellem, qal li ftit li xejn saru sforzi biex pajjiżna jmur iħabbat il-bibien ta' imprendituri Ingliżi u Franċiżi bil-għan li dawn jiġu jinvestu f'pajjiżna.", "Fil-fatt nistgħu ngħidu li matul dawn l-aħħar erba' snin il-gvern m'għamilx dawk l-isforzi meħtieġa biex juri l-leadership, it-tmexxija u l-inizjattiva li jiġbed investiment dirett barrani ġdid lejn pajjiżna.", "Il-bieraħ min segwa l-intervista li saret ma' l-imprenditur Għawdxi John Magro żgur li nduna li f'dak li qed jiġri mill-qasam ekonomiku Għawdxi hemm affarijiet inkwetanti ħafna, bħal per eżempju, li matul dawn l-aħħar għaxar snin ma kienx hemm investiment wieħed ġdid u jidher li l-ekonomija Għawdxija għandha bżonn ta' tiġdid u ta' qawmien daqskemm għandha bżonn dik Maltija.", "Fil-fehma tiegħi, wieħed min-nuqqasijiet serji ta' dan il-pajjiż huwa li għadna m'għamilniex analiżi serja f'dan ir-rigward.", "Hija xi ħaġa ovvja li fil-ħajja ekonomika ta' pajjiż ikun hemm ċerti industriji u ċerta attivita` ekonomika li jiċċaqilqu minn pajjiż għall-ieħor minħabba li f'dak il-pajjiż ma jkunx għad baqa' iktar opportunitajiet biex isseħħ dik l- attivita` ekonomika.", "Jista' jkun ukoll li dik l-attivita` ekonomika tiġi sorpassata minn attivita` ekonomika oħra.", "Naħseb li huwa żball illi pajjiżna ma rriflettix biżżejjed u m'analizzax fil-miftuħ x'inhi r-raġuni li matul l-aħħar snin tlifna madwar 60 fabbrika.", "Naħseb li huwa importanti illi ssir analisi bħal din, u dan mhux biex noqogħdu nsawtu lilna nfusna imma biex nifhmu għaliex qed jagħlqu ċerti fabbriki minn fostna u x'qed jimbuttahom biex imorru jiftħu u joperaw minn pajjiżi oħra.", "Nerġa` ngħid li filwaqt li matul dawn l-aħħar erba' snin ma kienx hemm il-ħeġġa u l- inizjattiva meħtieġa biex niġbru lejna investiment barrani ġdid, pajjiżi oħra fl-Afrika ta' Fuq, bħat-Tuneżija, il-Marokk, il-Libja, pajjiżi fiċ- ċentru ta' l-Ewropa u pajjiżi fil-Lvant ta' l-Ewropa kienu qed jiġbdu lejhom investiment ġdid fil-qasam tal-manifattura u tat-turiżmu.", "Jien inħoss li wieħed mill-iżbalji li għamel il-gvern Nazzjonalista matul dawn l-aħħar erba' snin - u din smajnieha kemm-il darba - kien li dan opera taħt l-illużjoni perikoluża li kollox se jaqa' f'postu u kollox se jiġi solvut meta Malta tidħol fl-UE, bħallikieku meta Malta tidħol fl-UE se jiġi jiġri lejna investiment barrani ġdid, se jfawwar fostna u s-suq enormi ta' l-UE se jkun garantit awtomatikament għalina.", "Jien naħseb li l-iktar illużjoni perikoluża hija li hawn min jaħseb illi fid-dinja tal-lum, kemm ġewwa l-Unjoni Ewropea kif ukoll f'inħawi oħra tad-dinja, hemm xi suċċess ekonomiku garantit, xi investiment garantit jew xi swieq garantiti.", "Kulmin isegwi x'qed jiġri jaf li fid-dinja tal-lum, fejn hemm kompetizzjoni feroċi, m'hemm assolutament xejn li huwa garantit awtomatikament; la swieq u lanqas investimenti ġodda.", "Fil-fatt trid titħabat anke biex iżżomm l- investimenti li jkollok għaliex waħda mill-affarijiet li ġrat matul dawn l- aħħar snin hi li kien hemm sforz qawwi biex għallinqas l-investituri li jinsabu fostna jġeddu partijiet mill-attivitajiet tagħhom biex ikunu jistgħu jibqgħu joperaw.", "Imma jien naħseb - u din ngħidha bħala kritika ġenerali lejn pajjiżna - illi rridu nifhmu li l-bqija tad-dinja m'hijiex qiegħda hemm biex titmagħna, u f'din il-bqija tad-dinja ninkludi wkoll il- pajjiżi l-oħra ta' l-UE.", "Irridu nkunu aħna li nagħmlu ħafna xogħol iebes biex nikkompetu b'suċċess, biex nirbħu l-investiment il-ġdid u biex nirbħu s-swieq li għandna bżonn ħalli l-ekonomija għajjiena u anke, sa ċertu punt, xiħa tagħna jkollha t-tiġdid, il-qawmien u l-ħajja ġdida li għandha bżonn.", "Dan li qed ngħid kollu huwa ovvju, imma sfortunatament mhux l-ewwel darba li bil-mentalita` u bl-imġieba tagħna naħsbu li l-bqija tad-dinja qiegħda hemm għalina mingħajr ma nieħdu ħsieb tassew li ntejbu l-kwalita`, is- servizz u l-prezzijiet ta' dak li noffru f'pajjiżna, kemm fil-qasam tal- prodotti kif ukoll fil-qasam tas-servizzi.", "Xi kultant naħsbu wkoll li l- barranin qegħdin hemm biex iżommuna għaddejjin u biex intejbu l-ħajja tagħna.", "Mr Speaker, aħna nafu li t-tiġdid ekonomiku li huwa meħtieġ f'pajjiżna m'hux se jsir sempliċement billi inwaqqfu organizzazzjoni pubblika oħra.", "Ekonomisti u imprendituri serji huma inkwetati fuq kif sejra l-ekonomija tagħna.", "Jekk wieħed iħares daqsxejn lejn l-istatistika uffiċjali nsibu li l-attivita` ekonomika f'pajjiżna qed tiffaċċja problemi serji ħafna.", "Biżżejjed wieħed jgħid li kemm id-dejn pubbliku, kemm id-dejn tal-gvern kif ukoll id-dejn tal-privat qed ikompli tiela'.", "Minn studji li saru dan l- aħħar u anke minn statistika uffiċjali jidher li bħala pajjiż qed nonfqu iktar milli nfaddlu u qed ngħixu biflus li m'għandniex.", "Fil-fatt ir-rata ta' tfaddil, kemm fil-qasam pubbliku kif ukoll fil-qasam privat, qed tkompli nieżla, is-setturi ewlenin ta' l-ekonomija tagħna jinsabu staġnati u wħud minnhom mhux talli m'humiex sejrin 'il quddiem imma talli qed jiċkienu,u l-biżgħa hi li jekk mhux se ndawru r-rotta u dan il-pajiż jerġa' jieħu r-ruħ ekonomikament, ħafna familji jispiċċaw f'aktar problemi milli għandhom illum.", "Żgur li għandna bżonn naqilbu s-sitwazzjoni u noħolqu kondizzjonijiet għal tkabbir ekonomiku ġdid fejn jinħolqu impjiegi produttivi ġodda fis-settur privat u fejn ir-rata ta' tkabbir ekonomiku tagħna tkun ikbar mir-rata tad-dejn tal-gvern.", "B'hekk biss nistgħu niżguraw kwalita` ta' ħajja aħjar għall-familji tagħna u l-pensjonanti tagħna.", "Żgur li llum jew għada jkollna bilfors niffaċċjaw mistoqsijiet disturbanti u inkwetanti u nsibu t-tweġiba għalihom.", "L-ewwel mistoqsija li ekonomisti u imprendituri serji jistaqsu tinstema' mistoqsija ovvja ħafna.", "Din il-mistoqsija hi: Minn liema settur ġej it- tkabbir ekonomiku ġdid u futur għal Malta u Għawdex( Bl-istrutturi ekonomiċi li għandna, bil-livell ta' pagi u prezzijiet li għandna, bit-tip ta' kultura politika, soċjali u amministrattiva li għandna nistgħu bħala pajjiż niġbdu lejna investiment barrani serju ġdid( Malta u Għawdex huma gżejjer li jinsabu fin-naħa t'isfel u fil-periferija ta' l-Ewropa.", "X'tip ta' vantaġġ kompetittiv għandhom il-gżejjer tagħna biex jiġbdu lejhom investiment fil-qasam tal-manifattura u dak tas-servizzi meta nafu li pajjiżi oħra fl-Afrika ta' fuq, fl-Ewropa ċentrali u fl-Ewropa tal-lvant qed jiġbdu lejhom dan l-investiment( Nistgħu nipprovaw naħarbu għal xi żmien milli nwieġbu dawn il-mistoqsijiet?", "Nistgħu nkomplu nipposponu biex nieħdu d-deċiżjonijiet li hemm bżonn nieħdu dwar dawn il-kwestjonijiet diffiċli u iebsa imma li fl-aħħar mill-aħħar minnhom jiddependi l-futur ta' pajjiżna, il-futur ta' l-għixien ta' ħafna familji Maltin u Għawdxin, il- futur tal-kwalita` tal-ħajja tal-pensjonanti tagħna?", "Dawn l-affarijiet kollha jiddependu mill-ħila tagħna li noħolqu l-kondizzjonijiet neċessarji biex pajjiżna jibqa' jkollu ekonomija b'saħħitha biżżejjed biex tkun tista' ssostni l-kwalita` tal-ħajja tal-Maltin u l-Għawdxin.", "F'dan l-isfond kollu l-mistoqsija li tqum hi: X'differenzi reali se tagħmel il-Malta Enterprise( Diġa` spjegajt li l-gvern huwa konvint, għallinqas mid- diskorsi li smajna s'issa hawn ġew u minn dak li qrajna, li billi jgħaqqad flimkien il-funzjonijiet ta' l-MDC, tal-METCO u ta' l-IPSE se jsolvi parti mill-problema.", "Il-fatt li se jgħaqqad flimkien dawn il-funzjonijiet differenti m'hemmx il-periklu reali li mhux se jkun hemm il-focus meħtieġ fl-oqsma differenti( Dawn kollha jridu jiġu indirizzati b'mod differenti.", "Ma jistax ikollok struttura li se tispiċċa all things to all people.", "Wara kollox kien il-gvern preżenti li fis-snin li għaddew kien fired il- funzjonijiet ta' dawn l-entitajiet biex kull entita` tiffoka b'mod serju fuq il-qasam tagħha.", "Meta wieħed jitkellem ma' imprendituri lokali u barranin li qed joperaw f'pajjiżna fuq x'qed jagħmlilhom il-ħajja diffiċli f'pajjiżna, rari jsemmi l-funzjonijiet li ddiskutejna s'issa dwar l-MDC, il-METCO u l-IPSE.", "Fost il-fatturi li jsemmu li qed jagħmlilhom il-ħajja diffiċli f'pajjiżna hemm dawk li jissejħu government induced costs, l-ispejjeż tas-servizzi pubbliċi f'pajjiżna.", "Isemmu wkoll l-ispejjeż tat-trasport u l-ispejjeż tal-port.", "Isemmu kif, per eżempju, jaħlu ħafna ħin u ħafna flus jiġru wara liċenzji u permessi, u l-Malta Enterprise li qed tiġi mpinġija u promossa bħala one- stop-shop żgur li mhux se tkun qed issolvi dik il-problema.", "Isemmuli kif fabbriki li jaħdmu f'ċerta attivita` ekonomika ġieli jkollhom bżonn xi erba' timbri differenti, daqqa tal-pulizija, daqqa tas-saħħa u daqqa ta' xi uffiċċju ieħor.", "F'qasam industrijali fit-Tuneżija l-one-stop- shop qiegħda fil-qasam industrijali u dawn imorru fl-istess uffiċċju biex jieħdu dawn it-timbri kollha.", "Fil-każ ta' pajjiżna jridu joqogħdu jiġru minn uffiċċju għall-ieħor b'ħafna ħela ta' ħin u flus.", "Huma dawn it-tip ta' problemi prattiċi li jridu jiġu indirizzati.", "Fost il-problemi u diffikultajiet oħra li imprendituri lokali u barranin jiltaqgħu magħhom huwa l-livell baxx edukattiv ta' dawk li ma jaħdmux.", "Aħna għandna sistema edukattiva li kull sena waqt li min-naħa waħda f'Ottubru tipproduċi 2,000 gradwat, min-naħa l-oħra f'Ġunju tipproduċi 2,000 \"gradwat\" ta' 16-il sena li wara 11-il sena taż edukazzjoni joħorġu mingħajr il-ħiliet bażiċi fil-qasam ta' l-Ingliż, fil-qasam tal-matematika u fil-qasam xjentifiku.", "Illum nitkellmu fuq ekonomija ġdida, nitkellmu fuq kif fis-seklu 21 il-kwalita` tan-nies li jaħdmu fl-ekonomija jridu jkunu mħarrġin ħafna u minkejja dan għad għandna ħela u rimi kbir ta' madwar 2,000 adoloxxent fis-sena.", "Issemmu wkoll li għandna dgħjufija kbira fil-qasam tax-xjenza u teknoloġija fl-edukazzjoni tagħna u m'għandiex biżżejjed technicians f'diversi oqsma.", "Ikun hemm ukoll ilmenti fuq il-kultura imprenditorjali fqira li joħorġu biha l-istudenti tagħna kemm kemm mill-iskejjel kif ukoll mill-Universita`.", "Jekk m'iniex sejjer żball statistika fuq studju li sar fuq fejn jaħdmu l- gradwati tagħna turi li inqas minn 2% iwaqqfu business għar-rashom, jiġifieri għad hemm I-kultura ta' dipendenza li jekk jista' ikun jsib impjieg pubbliku.", "Anke fl-eta` ta' 22, 23 jew 24 sena ftit ferm huma ż- żgħażagħ tagħna li għandhom is-sens ta' imprenditorija u li jiftħu għar- rashom.", "Hemmhekk ta' min jistaqsi x'inhi r-raġuni għal dan.", "Hemm ħafna raġunijiet u ma nistgħux inwaħħlu biss f'dawn iż-żgħażagħ speċjalment jekk tkun għadek għamilt xi 16-il sena jew 18-il sena f'sistema edukattiva li ma tantx tikkultivalek l-ispirtu avventuruż u l-ispirtu imprenditorjali tiegħek.", "Barra minn hekk imbagħad ma ssibx l-istrutturi li jgħinuk biex taħdem u taqdef għar-rasek.", "Dan qed ngħidu biex nuri li m'għandniex għalfejn nistgħaġbu li ftit huma dawk li lesti jaħdmu għar-rashom u li ċertament li għandna bżonn naħdmu f'dak il-qasam.", "Anke kieku trid, iI-Malta Enterprise m'hijiex se tkun tista' tiffaċċja u ssolvi l-problemi kollha ta' infrastruttura, problemi ta' spejjeż u problemi ta' nuqqas ta' nies imħarġa.", "Iż-żmien għad irid jagħtina parir jekk din hijiex se tkun organizzazzjoni oħra pubblika li tiswa l-flus u jekk hijiex se tkun organizzazzjoni irrelevanti għall-isfidi l-kbar li għandna quddiemna.", "Iż-żmien għad irid jagħtina parir jekk iktar milli soluzzjoni fil-fatt din l-organizzazzjoni ssirx ukoll parti mill-problema.", "Hawnhekk irrid nitkellem ukoll fuq il-problemi li qed jinħolqu għal 220 impjegat li jaħdmu mal-MDC, mal-METCO u ma' l-IPSE li huma anzjużi ħafna għax ma jafux eżattament x'se jiġri minnhom.", "Dawn jafu li l-korpoazzjoni l- ġdida se timpjega 140 persuna.", "Hemm persuni validi li taw sehmhom u jidhru li diġa` huma inkwetati li qed jiġu mwarrba.", "Ta' min ifakkar il-wegħdi li kellhom li l-Malta Enterprise se tieħu l-impjegati li għandha bżonn u li l- gvern se jżomm il-kondizzjonijiet tax-xogħol ta' l-impjegati u li dawn ma jitilfu xejn milli għandhom.", "Hawnhekk ta' min igħid li mal-MDC, mal-METCO u ma' l-IPSE hemm jaħdmu 220 ruħ, jiġifieri anke jekk kieku l-140 kollha kellhom jiġu reklutati minn fost dawn il-220, se jkollhom jitħallew barra 80 minnhom.", "Issa ta' min igħid li diġa` ġew impjegati nies minn barra dawn it-tliet entitajiet.", "Il-ħaddiema u l-impjegati ta' dawn it-tliet entitajiet kienu ġew imwegħda li dawk li mhux se jkunu magħżula għall-Malta Enterprise kellu jassorbihom il-gvern u l-kumpanniji parastatali.", "Suppost ħadd minnhom ma kellu jitlef xejn mill-kondizzjonijiet tax-xogħol, pagi jew salarji inklużi benefiċċji kif miftehma fil-ftehim kollettiv.", "Fi kliem ieħor il-unions ġew imwegħda li kulħadd se jżomm il-post tax-xogħol bl-istess paga jew salarji.", "Hawnhekk irrid ngħid li aħna nafu li diġa` hemm fejn dan m'huwiex il-każ, għax hemm ħaddiema li ġew imwiegħda li jmorru f'xi fondazzjoni pubblika b'kuntratt ta' tliet snin biss.", "Nerġa' ngħid li f'laqgħa li kellu ma' dawn il-ħaddiema l-ministru ta' dak iż-żmien l-Onor.", "Josef Bonnici kien qal li l-ħaddiema tat-tliet entitajiet magħżula biex jifformaw l-istaff tal-Malta Enterprise ma kellhom jitilfu xejn mill-pagi, salarji u benefiċċji preżenti tagħhom.", "Nafu li fil-proċess biex titwaqqaf din il-Malta Enterprise ġie maħtur change management team li bl-assistenza tal-konsulenza ta' kumpannija ta' l-awdituri privati fetħu l- applikazzjonjiet u bdew jagħmlu l-għażla.", "Fil-fatt ta' min jgħid li l- proċess ingħata bidu ferm qabel ma bdiet id-diskussjoni fil-parlament biex il-Malta Enterprise titwaqqaf b'liġi.", "Hawnhekk irrid ngħid li meta nfetħu l-applikazzjonijiet, ċerti nies kwalifikati ma' dawn it-tliet entitajiet u li taw xogħol validu fis-snin li ilhom iservu lanqas biss issejħu għall-interview.", "Finalment intgħażlu chief executive officer u chief officers l-istess membri taċ-change management team, jiġifieri dawn ħatru lilhom infushom.", "Imbagħad rajna li anke numru ta' impjegati li jaħdmu f'dawn l-entitajiet qalu li l-proċess seta' kien ivvizzjat u null minħabba li fost raġunijiet oħra l-proċess ta' reklutaġġ kien imbeda meta l-Malta Enterprise lanqas biss kienet ġiet imwaqqfa b'att tal-parlament.", "Wara li l-impjegati wrew li lesti li jieħdu passi legali f'din id-direzzjoni, il-proċess ta' reklutaġġ tal-Malta Enterprise twaqqaf u l-impjegati kollha ġew informati li jkun jagħmel sens li wieħed jistenna l-eżitu ta' ċerti żviluppi importanti.", "Sur President, wara dan kellna l-bidla tal-Ministru Bonnici u reġgħu bdew id-diskussjonijiet.", "Ir-rappreżentanti tal-ħaddiema issa ġew mgħarrfa li l- Malta Enterprise ma kenitx se timpjiega 160 iżda 140 ruħ biss.", "Bil- pubblikazzjoni ta' dan l-Abbozz li qed niddiskutu, ta' min jinnota li permezz tal-klawsoli 27 u 29 il-kuntratt ta' l-impjegati kollha qed jiġi effettwat b'żewġ modi.", "L-ewwelnett il-Malta Enterprise m'hijiex se tieħu l- obbligi li oriġinaw mill-kuntratti tax-xogħol u anke li l-MDC, il-METCO u l- IPSE, li huma l-employers tal-ħaddiema taħt dawn il-kuntratti, se jiġu xolti.", "Din insibuha f'klawsola 29.", "Dan ifisser li l-impjegati huma għal kollox skoperti, għax la jistgħu jduru fuq il-Malta Enterprise u lanqas fuq l-MDC, il-METCO u jew l-IPSE.", "Il-gvern suppost ikun employer mudell, pero' Allaħares dak li qed jagħmel b'dawn il-ħaddiema tal-MDC, il-METCO u l-IPSE jagħmluh ukoll employers fis-settur privat għax kieku joqogħdu jxolju l- kumpanniji tagħhom u jerġgħu jiftħuhom mill-ġdid biex jeħilsu mill- impjegati li ma jkunux iridu.", "Jekk wieħed jara l-klawsola 27 dwar il-proċedimenti quddiem il-qrati jsib li l-Malta Enterprise m'hijiex se tieħu l-każi pendenti quddiem il-qrati.", "Skond din il-liġi dawn il-każi se jiġu trattati mill-attorney general.", "Dwar dan ukoll hemm xi mistoqsijiet sempliċi li għandhom isiru.", "Min se jżomm il- files personali ta' l-individwi?", "Dawn il-files jistgħu jiġu bżonnhom f'xi kawża pendenti li fil-fatt hemm.", "X'inhu l-futur ta' l-impjegati li m'humiex se jiġu assorbiti mill-Malta Enterprise?", "Dawn fejn se jiġu impjegati, f'liema skali u b'liema kondizzjonijiet?", "Hemm ċans ta' xi skema ta' rtirar kmieni( Dawn il-impjegati li ma jiġux assorbiti mill-Malta Enterprise se jiġu offruti skemi ta' żewġ terzi bħalma qed jiġri f'entitajiet oħra?", "Hawnhekk ta' min isemmi x'ġew imwegħda dawn il-ħaddiema li se jitilfu l- impjieg tagħhom.", "F'leaflet tal-Partit Nazzjonalista ta' qabel l-elezzjoni ta' l-1996 kienu qalulhom kemm kienu tajbin u kif se jsaħħulhom il-futur tagħhom.", "Mr Speaker, ma nistax nagħlaq dan l-intervent mingħajr ma nerġa` nenfasizza l-fatt li pajjiżna għandu bżonn tiġdid ekonomiku, u kull pass li jgħin biex dan it-tiġdid ekonomiku jseħħ għandna naħdmu għalih u nappoġġjawh.", "Il- futur tal-ħajja ta' tant familji Maltin u Għawdxin u ta' tant pensjonanti jiddependi mill-ħila ta' dan il-pajjiż li jkollu ekonomija b'saħħitha, li jkollu ekonomija soda u li jkun jiġbed lejh investiment ekonomiku barrani ġdid biex meta jispiċċaw ċerti attivitjaiet ekonomiċi minħabba li jkunu marru f'pajjiżi oħra jew inkella minħabba li ma jkunx għad baqa' ħajja fihom bil-bidla fiż-żminijiet, almenu jkun ġie investiment ekonomiku ġdid u attivita` ekonomika ġdida.", "Ċertament li biex ikollu futur, pajjiżna għandu bżonn investiment barrani ġdid u attivita` ekonomika ġdida.", "Nerġa` ngħid illi llum fid-dinja teżisti kompetizzjoni feroċi f'kull qasam, u pajjiżi oħra huma armati biex jiġbdu lejhom investiment barrani ġdid, biex jiftħu fabbriki ġodda u biex joffru servizzi turistiċi li minnhom infushom ikunu jipprovdu wkoll servizzi finanzjarji.", "Aħna rridu nikkompetu ma' pajjiżi oħrajn li ħafna drabi huma ikbar u attrezzati iktar minna, u għalhekk kull ħaġa li tista' tgħin biex pajjiżna jiffaċċja dawn l-isfidi għandha tingħata appoġġ.", "Id-dubju serju li hemm hu jekk il-korporazzjoni Maltija għall- intrapriża hijiex se tkun parti mis-soluzzjoni għal dawn il-problemi u hijiex se tkun parti mill-forzi li jgħinu sabiex l-ekonomija tagħna jkollha t-tiġdid u l-ħajja ġdida li għandha bżonn jew jekk hijiex se ssir parti mill-problema ta' pajjiż li ħafna drabi, minflok ma jiffaċċja l-isfidi l- kbar li għandu quddiemu u jipprova jwieġeb mistoqsijiet diffiċli dwar il- futur tiegħu, ikompli jipposponi s-soluzzjonijiet billi jwaqqaf organizzazzjoni pubblika oħra li tkompli tixrob iktar riżorsi, iktar flus u iktar enerġiji li jistgħu jintużaw biex jagħtu riżultati aħjar.", "L-oppożizzjoni għandha dubji serji ħafna dwar kemm it-twaqqif tal- korporazzjoni Maltija għall-intrapriża se tkun parti mis-soluzzjoni għall- isfidi ekonomiċi kbar li għandna quddiemna.", "Il-ħaddiema ta' l-MDC, tal- METCO u ta' l-IPSE kienu ġew imwiegħda li m'huma se jitilfu xejn mill- kondizzjonijiet tagħhom meta dawn it-tliet entitajiet jiġu amalgamati f'entita` waħda, pero` jekk dawn jiġu ingannati, ikollhom kull dritt jikkonkludu li hemm differenza kbira bejn il-kliem sabiħ ta' qabel l- elezzjoni u l-fatti koroh ta' wara l-elezzjoni.", "Nerġa` nenfasizza li aħna, bħala oppożizzjoni, għandna dubji serji dwar kemm il-korporazzjoni Maltija għall-intrapriża hija l-aħjar għodda biex tgħin fit-tisħiħ u fit-tiġdid tant meħtieġ għall-ekonomija tagħna, u għalina l-mod shabby u inġust li bih qed jiġu ttrattati l-impjegati ta' l- MDC, tal-METCO u ta' l-IPSE ma tantx jawgura tajjeb.", "Illum pajjiżna għandu ekonomija li tidher għajjiena u li tidher xiħa mhux ħażin, u ċertament jekk m'aħniex se ndawru r-rotta u nagħtu ħajja ġdida lill-ekonomija tagħna, dan il-pajjiż se jkompli jmur lura minflok 'il quddiem.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Iktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Mr Speaker, kulmin qed isegwi dan id-dibattitu żgur irrealizza li l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna attira ċertu interess, u fil-fatt huwa importanti ħafna li l-Membri taż-żewġ naħat tal- Kamra juru interess dwar l-iżvilupp ekonomiku, industrijali u kummerċjali li pajjiżna jrid jikkrea fis-snin li ġejjin.", "Dan fid-dawl tat-tibdiliet, ta' l-isfidi u tal-bżonn attwali li pajjiżna joħloq opportunitajiet ta' mpjiegi ġodda minn sena għall-oħra, liema opportunitajiet mhux biss iridu jkunu jipprovdu mpjieg għal dawk iż-żgħażagħ li jkunu għadhom kif spiċċaw l- edukazzjoni tagħhom imma wkoll għal dawk il-ħaddiema kollha li jiġu milquta mill-proċess ta' ristrutturar li l-ekonomija tagħna trid tgħaddi minnu.", "Minkejja li issa ilna nsemmu r-ristrutturar mill-1988, fl-opinjoni tiegħi sal-lum ftit li xejn sar f'dan il-qasam.", "Wieħed ma jistax ma jkollux interess f'dan il-qasam hekk importanti għax bħalma jaf kulħadd, ma jistax ikollok ġid xi tqassam jekk dan il-ġid ma jiġix ikkreat.", "L-ekonomija li tiġi minn inizjattivi privati, minn entitajiet privati jew minn investiment dirett jikkreaw ħafna iktar ġid minn dik l-ekonomija li tkun xprunata 'l quddiem mill-infiq tal-gvern.", "Huwa l-investiment dirett u produttiv li jikkrea l-ġid.", "Biżżejjed insemmu l-prodotti li jiġu manifatturati f'pajjiżna u li jiġu mibjugħa fis-swieq internazzjonali jew is-servizzi li nipprovdu, bħalma huma s-servizzi li għandhom x'jaqsmu max-shipping u mat- turiżmu, li lkoll nafu kemm huma importanti f'pajjiżna.", "Is-setturi ekonomiċi kollha għandhom il-problemi partikolari tagħhom, u għalkemm dawn jiġu indirizzati individwalment, l-impatt tagħhom ikun nazzjonali.", "Mr Speaker, l-għan prinċipali ta' l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna huwa li jgħaqqad it-tliet strutturi li twaqqfu matul iż-żmien f'dan il- qasam.", "Sal-lum l-MDC, li twaqqfet fl-1965 jew 1967, jiġifieri iktar minn 25 sena ilu, ikkontribwixxiet ħafna lejn l-Iżvilupp industrijali ta' pajjiżna.", "Min-naħa tagħha l-METCO twaqqfet biex tgħin lill-istakeholders u lill-operaturi Maltin jagħmlu l-marketing tagħhom, isibu n-niċeċ tagħhom fis-swieq internazzjonali filwaqt li tagħtihom il-pariri u s-support neċessarju biex dawn jilħqu l-miri tagħhom.", "L-entita` l-oħra hija l-IPSE, li ġiet imwaqqfa bejn l-1996 u l-1997 taħt gvern Laburista u li l-għan tagħha hu li tkun hands on fuq l-industriji micro u medji li jipproduċu għas-suq lokali, liema industriji jridu jirristrutturaw biex jilqgħu għall-isfidi tal-globalizzazzjoni, tas-suq liberalizzat u tal-kompetizzjoni internazzjonali.", "S'hawnhekk m'hawn l-ebda nuqqas ta' qbil għax dawn huma realtajiet li pajjiżna jrid jiffaċċjahom.", "L- ekonomija ta' Malta hija ċkejkna u għalkemm hija miftuħa ħafna, tiddependi kompletament mis-swieq internazzjonali.", "Għalhekk irridu nsaħħu l-muskoli tagħna biex nikkompetu f'dan is-suq mondjali permezz tat-teknoloġija u tal- mezzi kollha tal-komunikazzjoni.", "Mr Speaker, matul dawn l-aħħar snin kien hemm min kellu l-impressjoni li ġaladarba nidħlu fl-UE, kienu se jiġu solvuti l-problemi kollha, pero` bil- mod il-mod illum qed nirrealizzaw li rridu nkunu aħna li nxammru l-kmiem u nsolvu dawn il-problemi.", "Hawnhekk ta' min jistaqsi jekk il-korporazzjoni Maltija għall-intrapriża li qed titwaqqaf illum hijiex se tkun il-garanzija ta' iktar investiment dirett minn barra lejn pajjiżna, jekk hijiex se tkun l-istruttura li se tagħmel lil pajjiżna iktar kompetittiv u jekk hijiex se tkun hi li tindirizza l-problemi li għandha l-ekonomija tagħna bħalissa.", "Nistaqsi wkoll jekk din il-korporazzjoni hijiex se tgħin biex diversi setturi jikbru u biex isir ir-restructuring li għandhom bżonn jagħmlu l- kumpanniji ż-żgħar u medji li sal-lum kienu joperaw fis-suq lokali biss.", "Illum min jopera biss fis-suq lokali u ma jħarisx 'il barra mix-xtut tagħna jista' jippakkja.", "Din hi r-realta` li għandna quddiemna llum.", "Illum anke l-industrija tagħna qed tinbidel, u kif nafu ċerti setturi, bħalma huwa s-settur tat-tessuti u setturi oħra li huma bbażati fuq mano d'opera rħisa ma jistgħux jibqgħu joperaw f'pajjiżna għax irridu nħarsu lejn setturi li huma iktar value added.", "Għalhekk l-ewwel ħaġa li rridu nagħmlu hija li nidentifikaw x'tip ta' industriji għandna nimmiraw għalihom u għandna nfittxu l-marketing tagħhom ħalli nattirawhom lejna.", "Illum kemm il-korpi kostitwiti, kemm l-operaturi kif ukoll l-istakeholders qed jgħidu li l-kompetittivita` f'pajjiżna qed tonqos, u ssemmew diversi fatturi li wasslu għal dan, fosthom il-fattur li minħabba burokrazija żejda, wieħed ikollu jdum jistenna biex jinqeda minn ċerti affarijiet.", "Kumbinazzjoni ġie quddiemi d-diskors tal-budget ta' sentejn ilu fejn hemmhekk kien intqal ċar u tond li teżisti burokrazija żejda u li din il- burokrazija żejda trid tinqata'.", "Ovvjament din il-burokrazija żejda qed teffettwa l-kompetittivita`.", "Wieħed jistaqsi wkoll jekk il-government induced costs li jiġu charged minn entitajiet li l-gvern għandu sehem fihom, bħall-Enemalta u l-water services corporation, jikkontribwixxux lejn dan in-nuqqas ta' kompetittivita`.", "Dan l-aħħar l-FOI għamlet riferenza għall-paga minima u għaż-żidiet awtomatiċi li jkun hemm skond il-kejl ta' l- għoli tal-ħajja li jsir u li jiġu approvati mill-gvern minn sena għall- oħra, pero` jien personalment naħseb li m'huwiex pass għaqli li niffokaw l- attenzjoni tagħna fuq il-pagi bażiċi tal-ħaddiema u jkun aħjar jekk naraw x'inhuma l-problemi reali li jeżistu f'dan il-qasam.", "Jekk saru xi studji jew saret xi analisi f'dan ir-rigward ikun tajjeb li dan il-Parlament ikun mgħarraf biha ħalli nkunu nafu x'policy ta' direzzjoni industrijali li hemm bżonn li jieħu pajjiżna.", "Naħseb kulħadd jiftakar meta madwar sena ilu kien għadda l-business promotion act minn dan il-Parlament.", "Fil-fatt din il- liġi kienet għaddiet bi qbil bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra, pero` sfortunament is-soltu jiġu highlighted biss dawk il-liġijiet li ma nkunux qbilna fuqhom.", "Ta' min ifakkar li l-iskop ta' dan l-att huwa li naraw x'inhuma l-inċentivi, l-iskemi u l-opportunitajiet fiċ-ċirkostanzi li l- pajjiż qed jiżviluppa fihom, li nattiraw lejna investiment dirett ġdid u li nkomplu nħeġġu lill-Maltin u lill-barranin joperaw f'pajjiżna.", "Mill- informazzjoni li għandi jidher li kien hemm element kbir ta' inċertezza għax anke l-MDC stess, li kienet approvat ċerti benefiċċji, ċerti inċentivi u ċerti skemi, qalet li m'hijiex ċerta sakemm tista' tibqa' tipprovdi dawn il-benefiċċji, l-inċentivi u l-iskemi.", "Dawn huma affarijiet li joħolqu inċertezza, u fi swieq fejn għandek kompetittivita` qawwija ...", "Per eżempju, jien se nħares lejn is-suq tal-Mediterran għax wara kollox aħna fil-Mediterran qegħdin, u biżżejjed inħares lejn Tuneż fejn hemmhekk tinfetaħ fabbrika kull jumejn.", "Ovvjament Tuneż għandu vantaġġ fuqna għax il-pagi f'dan il-pajjiż huma rħas, pero` aħna għandna ċerti vantaġġi fuqhom ukoll.", "Per eżempju, l- iskilled workforce tagħna hija xi ftit aħjar minn tagħhom, u għalhekk aħna rridu nixprunawha u ninvestu fiha ħalli nkunu nistgħu nsaħħuha biex inżommu dak l-edge kompetittiv.", "Irridu naraw x'qed jagħmlu pajjiżi oħra - l-iktar issa li se nsiru membri ta' l-UE - bħal Ċipru, in-naħa t'isfel ta' l-Italja u l-Greċja, li huma pajjiżi Mediterranji, ħalli naraw x'nistgħu nakkwistaw mill-investiment li qed jersaq lejn dawn in-naħat għax jekk ma jkollokx target f'moħħok ta' dak li tkun trid takkwista ma tkunx tista' tippjana l- ħidma tiegħek.", "Sur President, jekk wieħed iħares lejn l-istatistika li ġiet ippubblikata matul dawn l-aħħar tliet snin isib li, per eżempju, il-kontribuzzjoni tal- GDP fis-settur tal-manifattura naqset minn 25.5% għal 22%.", "Il-qligħ fil- manifattura fis-sena 2000 kien ta' Lm177 miljun u sa l-aħħar ta' Diċembru tas-sena l-oħra kien Lm147 miljun.", "Fis-sena 2000, l-investiment fil- makkinarju, allura investiment dirett fl-industrija, kien Lm296 miljun u fis-sena 2002 niżel għal Lm241 miljun.", "Jekk inħarsu lejn l-exports, fis- sena 2000 d-domestic exports kienu Lm977 miljun, u fis-sena 2002 niżlu għal Lm771 miljun.", "Jekk nħarsu lejn l-importazzjoni ta' industrial supplies li huma marbutin direttament mal-manifattura kemm lokali kif ukoll barranin insibu li fis-sena 2000 kienet ta' Lm950 miljun u fis-sena 2002 niżlet għal Lm621 miljun.", "Sur President, qed insemmi dawn il-figuri biex wieħed mill-ewwel jifhem u jieħu l-idea ta' l-istampa reali li għandna quddiemna.", "Din hija statistika uffiċjali li qed turi li fil-qasam tal-manifattura, fil-qasam ta' l- esportazzjoni u fil-qasam industrijali hemm problema.", "Din hija kkawżata anke mill-waqgħa li kien hemm fis-swieq internazzjonali pero` ma nistgħux ninjoraw il-fatt li għandna sitwazzjoni fejn l-investiment dirett f'dan is- settur ma ġiex lejn Malta u mar bnadi oħra.", "Huwa fid-dawl ta' din il- perspettiva kollha li aħna rridu naraw sew f'hiex tikkonsisti il-proposta tal-Malta Enterprise.", "Fil-fatt hemm dubbji min-naħa taċ-chamber of commerce, l-FOI u il-GRTU dwar din l-entita` li minkejja li jriduha titwaqqaf minħabba li bħalissa qegħdin fil-fażi ta' tranżizzjoni u ma jistgħux jimxu 'l hemm jew 'hawn, xorta għad għandhom id-dubbji dwar kemm entita` daqstant kbira tista' tkun effiċjenti u tista' tkun ir-risposta ideali għal din il-problema li pajjiżna qed jiffaċċja, problema li aħna l- Maltin irridu nsolvu billi noħolqu l-iskemi ħalli nattiraw l-investiment.", "Rigward l-MDC tajjeb li wieħed ifakkar - għax kultant faċli nikkritikaw – li minkejja ċertu nuqqas ta' effiċjenza u toqol fl-ażjenda li ħafna drabi tkun tort tal-managers li jkunu responsabbli, din il-korporazzjoni f'dawn l- aħħar 30 sena ġabet investiment dirett kbir lejn pajjiżna fosthom il-Malta rubber li llum saret id-Dowty, in-Nylon Knitting, id-De La Rue, il-Brandt International u l-ST-Microelectronics.", "Dawn huma ditti kbar li bejniethom huma responsabbli għall-parti l-kbira ta' l-esportazzjoni li jagħmel pajjiżna minn sena għall-oħra u joħolqu eluf ta' impjiegi bejniethom.", "Sur President, huma proprju dawn il-fabbriki li llum qed jerġgħu jinvestu f'pajjiżna għax għandhom il-fiduċja fil-pajjiż.", "Tajjeb li wieħed jistaqsi x'qed isibu attraenti fil-pajjiż tagħna dawn il-kumpanniji - li l-parti kbira tagħhom ġew bejn il-1970 u l-1985 – sabiex komplew kabbru u nvestew f'pajjiżna.", "X'jagħmel lil pajjiżna attraenti f'għajnejn dawn id-ditti u għaliex qed ikomplu jaħdmu f'Malta?", "Allaħares ma jagħmlux hekk u għandna nagħtuhom l-appoġġ kollu li għandhom bżonn ħalli jkomplu jinvestu f'pajjiżna.", "Dan ja\\mel sens aktar u aktar għaliex mill-1987 sal-lum, f'temp ta' 15-il sena ta' gvern Nazzjonalista, m'hemm l-ebda fabbrika ta' dan it- tip li ġiet f'pajjiżna u li kompliet tinvesti u tagħti l-kontribut kbir tagħha lejn l-ekonomija tagħna.", "Għaliex dawk li kien hawn f'ċertu perijodu stabilixxew irwieħhom hawnhekk u komplew jiżviluppaw( Sinjal li dawn raw lil Malta bħala opportunita` interessanti.", "Għaliex minn wara dik id-data ma rnexxilniex nattiraw lejn pajiżna dawn it-tip ta' industriji li llum għandhom high value added u li llum joħolqu ambjent li huwa healthy u joffru pagi tajbin lill-ħaddiema.", "Saret analiżi dwar x'kienu r-raġunijiet li dawn baqgħu hawn sabiex nużaw dan l-għarfien biex nagħmlu lil pajjiżna aktar attraenti f'għajnejn l-investitur barrani?", "Hemm bżonn li l-MDC tnaqqas il-burokrazija pero` aħna għandna dubbji kbar kemm din titnaqqas billi tingħaqad ma' żewġ entitajiet oħra u anke jiżdiedu r- responsabbiltajiet.", "Kif jista' jkun se tkabbar entita` b'mod daqshekk massiv u tgħid li se tagħmilha iżjed effiċjenti?", "Għandna strutturi kbar bħall-Enemalta, il-WSC, il-MEPA u mhux darba jew tnejn li aħna d-deputati miż-żewġ naħat tal-Kamra nitkellmu fuq l-ineffiċjenzi u l-burokrazija ta' dawn l-entitajiet.", "Jiena nistaqsi jekk fżdan il-każ nafux x'qed nagħmlu?", "Sur President, irrid ngħid li f'dawn l-aħħar xhur l-MDC waqqfet investment aftercare unit.", "Dan ifisser li din għamlet unit biex fl-MDC biss - f'kaxxa waħda minn dawn il-ħafna kaxex li qed tipproponi l-Malta Enterprise – titneħħa ċerta burokrazija bejn l-investitur, l-MDC u l-entitajiet tal- gvern sabiex l-affarijiet isiru b'mod effiċjenti.", "Hawnhekk qed naqra mill- \"Industry Today\" u dan jgħid li din l-investment aftercare unit kellha l- għan to eliminate undue delays fuq issues li għandha mad-dipartimenti tal- gvern, mal-MEPA, ma' l-education department, mat-traffic control board, mal- ministeru għall-affarijiet ekonomiċi u mal-kunsilli lokali.", "Il-MEPA għandhom l-istess problemi u ma rnexxilhomx isolvuhom, allura jiena nistaqsi: Ladarba dawn ma rnexxilhomx, kif nippretendu li entita` ferm aktar bħall-Malta Enterprise se jirnexxielha?", "Meta nibda ndur il-liġi, il- mistoqsija prinċipali li tiġini hi \"kif?\"", "U hawnhekk se nġib eżempju.", "Fil- liġi hawn miktub: \"Assisting start-up operations\".", "Anke l-investment aftercare unit ta' l-MDC kien qed jgħid li se jassisti start-up operations u cioe` jassistu kumpanniji li jkunu għadhom qed jibdew għax min irid jinvesti ma jistax jeħel fil-burokrazija.", "Pajjiżi oħra bħall-Emirati Għarab per eżempju, għandhom faċilita` li once li l-applikazzjoni tkun approved, fi tliet xhur l-investitur ikun ingħata l-faċilitajiet kollha, bil- fabbrika, bil-legal setup u bl-għajnuna kollha li jkollu bżonn.", "Dan l-investment aftercare unit jgħin lil dawn l-istart-ups li qed jibdew u imbagħad jikkordina ma' dipartimenti oħra tal-MDC biex isir it- troubleshooting neċessarju.", "Hemm struttura eżistenti bil-għan li tirrendi l-MDC iktar effiċjenti u fuqha kien hawn ħafna ftaħir fejn fl-annual report tas-sena l-oħra ta' l-\"Industry Today\" intqal:", "\"Since its inception, the unit has established an effective report with government departments and has come across some interesting and challenging problems faced by MDC clients.\".", "Per eżempju ssemmiet the outstanding application li kellha kumpannija għal trading licence (Interuzzjonijiet) Jiġifieri dan kollu jfisser li dak li sar biex l-MDC issir iżjed effiċjenti ma rnexxiex għaliex illum qed tiġu hawn b'din il-liġi!", "(Interuzzjonijiet) Jiena qed naqra mill-\"Industry Today\".", "(Interuzzjonijiet) Le, jiena qed ngħid xi problema kellhom, issa fl- aħħar nagħtik koppja tar-rapport.", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom, no cross debates.", "Onor. Mangion, indirizza lis-Sedja.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Jien qed nistaqsi jekk din l-inizjattiva li ħadet l-MDC - u din hi mistoqsija serja - irnexxietx jew le.", "Skond dan ir- rapport, din irnexxiet u bdiet tagħmel headway biex tindirizza l-problema tal-burokrazija pero` imbagħad il-fatt li ħarġet din tal-Malta Enterprise, li waħda mill-għanijiet primarji tagħha hu li jkun hemm one stop shop sabiex tinqata' l-burokrazija, turi li dik il-miżura ma rnexxietx.", "Għalhekk il-mistoqsija tiġi naturali.", "Kif se tirnexxi l-Malta Enterprise fl- għanijiet tagħha( Kif se taqta' l-burokrazija li teżisti mad-dipartimenti tal-gvern, xi ħaġa li ġiet highlighted mill-istess MDC( Kif se taqta' l- burokrazija li għandha mal-MEPA li ddewwimha xhur sħaħ biex tagħti l- approval tagħha u tispiċċa biex skoss nies ma jkunux jistgħu jibnu l- fabbriki tagħhom.", "Din hi irresponsabbilta` amministrattiva.", "Jiena ma nafx min hu responsabbli għal dan, jekk hux l-MDC jew il-MEPA.", "Din il-liġi kif sejra tindirizza din il-problema?", "Ħaġa oħra li ridt nistaqsi hi għaliex f'dan is-setup m'humiex involuti l- istakeholders diretti bħall-industrijalisti u l-ismall businessmen.", "Meta għamilna t-Malta tourism authority, aħna konna nvolvejna direttament l- istakeholders kollha f'dan is-settur.", "B'dan m'iniex qed ngħid li l-Malta tourism authority ma fihiex x'tikkritika pero` importanti li l- istakeholders ikunu nvoluti bis-sħiħ bl-iżvilupp u fid-deċiżjonijiet li jittieħdu.", "B'hekk xi ħadd li jara xi ħaġa ħażina, jista' joħroġ jikkritika u jgħid li ċerti dipartiment huwa ineffiċjenti jew li ċertu regolatur m'huwiex tajjeb eċċ. B'dan il-mod ikun hemm in-nies li jikkontrollaw kemm b'mod dirett u anke b'mod indirett l-operat kollu.", "Wieħed jistaqsi għalfejn m'hemmx xejn minn dan kollu f'din il-liġi.", "Hemm ukoll x'wieħed jistaqsi fuq l-IPSE.", "L-IPSE twaqqfet fl-1996 bl-iskop li tkun hands on fuq dawk li jkollhom bżonn il-proċess ta' ristrutturar.", "Gvern Laburista kien beħsiebu jalloka fondi mill-proceeds tal-privatisation taħt forma ta' soft loans u għajnuna oħra bħala għajnuna lil min kien se jagħmel il-proċess ta' ristrutturar biex jagħmel dik il-qabża minn suq magħluq għal suq miftuħ.", "Issa x'se jiġri minn dan( L-IPSE se tibqa' tiffunzjona b'dan il-mod?", "L-iskop tagħha speċifiku se jissaħħaħ jew issa se tispiċċa dejjem tirreferi għall-board dwar id-deċiżjonijiet li għandha tieħu( Naħseb li rridu noqogħdu attenti x'se jiġri għax ma jistax ikun li noqogħdu nagħmlu strutturi mbagħad ngħidu li rridu nħottuhom għax ma ħadmux!", "Ma jistax ikun noqogħdu naħlu l-flus u ż-żmien mingħajr ma nsaħħu r-rabta bejn il-bżonnijiet ta' l-industrija u ta' l-intrapriża f'pajjiżna mal-bżonnijiet edukattivi sabiex is-sistema edukativa tkun catered b'tali mod li tipprepara lin-nies għal dak li l-industrija u l-intrapriza se jkollha bżonn fil-futur.", "Huwa neċessarju wkoll li jkollna pjanijiet ta' żvilupp.", "Jiena mhux qed nitkellem fuq xi ħaġa riġida imma there must be a plan.", "Illum anke ħanut tal-merċa jkollu business plan, aħseb u ara pajjiż li qed jimmira lejn l- idea ta' intrapriża msejħa Malta.", "Hemm bżonn ta' pjan speċifiku dwar fejn irridu naslu għal kull settur, liema industrija rridu nattiraw, liema investiment irridu nġibu lejna, għaliex nistgħu niġbduh lejna, għaliex nistgħu nikkompetu mal-kompetitturi tagħna, għaliex nistgħu noffru dik ix- xi ħaġa li l-kompetittur tagħna ma joffrihiex, x'inhuma l-possibiltijaiet ta' swieq mhux biss in-naħa ta' l-Ewropa imma anke swieq lejn in-naħa t'isfel tagħna u anke swieq ma' l-Amerika.", "Jekk jara l-istatisitka fejn marru l-exports wieħed isib li għandek ċerti swieq oħra barra s-swieq Ewropew.", "Ovvjament l-importanza tas-suq Ewropew ma tistax tiġi injorata għax tradizzjonalment, l-ekonomija tagħna żviluppat man mano mas-suq Ewropew u għandna 65% tat-trade tagħna marbuta mas-suq Ewropew.", "Għalhekk aħna għandu jinteressana li nagħmlu tranżazzjonijiet mal- kumplament tad-dinja.", "F'dan ir-rigward, wieħed irid jara r-raison d'être ta' din l-entita` li se nagħmlu.", "Imbagħad hemm il-METCO li kienet ikkonsidrata bħala entita` li għamlet suċċess.", "Reċentament, kien hemm interview maċ-chairman tal-METCO u hawnhekk intqal li l-METCO hi entita` speċjalizzata fejn jekk bniedem għandu bżonn li jkollu l-ftuħ għas-swieq internazzjonali, dan jaqbad imur hemm u jinqeda.", "Jiġifieri, skond l-interview li sar ftit tax-xhur ilu ma' Anthony Diacono, il-METCO għamlet suċċess.", "Ovvjament, bħal fi kwalunkwe ħaġa, ma nippretendux li kien hemm suċċess mija fil-mija, imma effettivament l-għanijiet intlaħqu.", "Allura jekk għandna entità li qed tiffunzjona, kif tista' tikkonvinċini li din se tkun iktar effiċjenti jekk se tgħaqqadha ma' żewġ entitajiet oħra, fejn ċertament iridu jiġu kkreati l- linkages?", "L-ikbar problema f'dik li hija burokrazija u biex naslu għal one- stop-shop hija appuntu r-rabtiet bejn dawn l-entitajiet u l-gvern, u entitajiet pubbliċi oħra.", "Din il-problema xorta se tibqa' hemm għax il- liġi kif inhi ma tindirizzahiex.", "Huwa importanti li nagħmlu dawn il-konsiderazzjonijiet għax jekk ma nkunux nafu fejn irridu naslu ċertament ma nistgħux noħolqu l-policies u r-regoli neċessarji biex nilħqu dawk l-għanijiet.", "Jien nistaqsi wkoll x'inhuma l- projections, x'irridu nattiraw bħala investiment lejn pajjiżna, u effettivament x'irridu niżviluppaw.", "Nagħlaq billi nsemmi l-problema dwar dak li se jiġri mill-ħaddiema.", "Ma rridx ninftiehem ħażin.", "Bl-ebda mod m'aħna qegħdin ngħidu li xi ħadd – hu min hu, mhux qed ngħidu dak il-ħaddiem jew l-ieħor, hu min hu, inkluż aħna li hawn hawn ġew – mhux qed jagħmel dmiru.", "Però aħna jinteressana ħafna kif se taffettwa lill-ħaddiema kull miżura li jieħu l-gvern.", "Dan qed ngħidu fid-dawl tal-fatt li meta bdiet tifformola l-Malta Enterprise - għax din ilha x-xhur għaddejja, minn wara s-sajf li għadda - is-Sur Zammit Tabona, li kien il-persuna nkarigata, kien qal li l-ebda job mill-entitajiet li se jiġu integrati f'waħda m'hu se jintilef, għalkemm l- entità l-ġdida se jkollha bżonn inqas nies.", "Din hija xi ħaġa li wieħed irid jikkonċediha.", "L-ebda job m'hu se jintilef u l-ebda benefiċċju m'hu se jintilef, ħlief li jistgħu jitnaqqsu xi fringe benefits.", "F'laqgħa li kien hemm għall-ħaddiema fl-Auberge d'Aragon f'Ottubru li għadda, il-Ministru Josef Bonnici kien assigurahom - qed nikkwota minn rapport li kien hemm fil-ġurnal \"The Times\" tat-3 ta' Ottubru, 2002 - li ħadd minnhom m'hu se jitlef mid-drittijiet u mill-benefiċċji li huwa għandu.", "Mhux neċessarjament se jkun impjegat mal-Malta Enterprise – qed inkun preċiż – però m'hu se jitlef xejn minn dawn.", "Mr Speaker, huwa importanti li nagħtu din l-assigurazzjoni fil-parlament issa li wasalna biex ngħaddu din il-liġi.", "Wieħed jinsisti għal dan għaliex il-liġi tgħid li l-Malta Enterprise m'hi se tkun tenuta li tosserva l-ebda kuntratt ta' xogħol, xejn.", "Il-Malta Enterprise m'hi se ġġorr l-ebda obbligu ta' xi kawża, xejn.", "Se tibda with a clean slate.", "Għalhekk nerġa' ntenni li huwa mportanti li f'dan il-parlament il-gvern iserraħ moħħ il-ħaddiema li mhux se jitilfu d-drittijiet, il-benefiċċji u s-seniority tagħhom, kif wara kollox qed jitolbu wkoll il-unions rappreżentattivi tagħhom li huma l-GWU u l-UĦM.", "Jien nixtieq nagħlaq id-diskors tiegħi billi ngħid li huwa mportanti li fil- qasam ekonomiku nħarsu lejn l-affarijiet bis-serjetà u fid-dawl tas- sitwazzjoni attwali li ma nistgħux naħarbu minnha.", "Fil-fatt kontra dak li kien jinħad qabel l-elezzjoni ̧ din hija xi ħaġa li ħadd mhu se jsolvihielna imma aħna rridu nsolvuha.", "Għalhekk hemm bżonn li nagħrfu l-opportunitajiet li jkollna u nisfruttawhom.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Jose' Herrera.", "ONOR.", "JOSE` HERRERA: Mr Speaker, meta wieħed jara x'inhu l-iskop ta' dan l-abbozz ta' liġi jsib li dan diġà jinstab f'liġijiet oħra li kkreaw entitajiet differenti.", "Allura l-mistoqsija tiegħi hija din.", "Jekk gvernijiet sussegwenti diġà kkreaw entitajiet bl-istess għanijiet, x'inhi r- raġuni li l-gvern attwali qed jiddeċiedi li jikkrea korporazzjoni oħra biex tippromwovi t-twaqqif u l-espansjoni ta' intrapriżi ta' negozju?", "Huwa dan li qed tipprova tanalizza l-oppożizzjoni Laburista ħalli tara jekk fiċ-ċirkostanzi huwiex vale la pena li nikkreaw istituzzjoni =ġganteska oħra jew inkella huwiex aktar opportun jew aktar intelliġenti li l- intrapriżi li diġà għandna naraw x'għandhom ħażin u nsaħħuhom.", "Dawn huma l- argument li qed inġib.", "Jidher ċar li l-pożizzjoni u l-veduti tal- kelliema ta' din in-naħa huma fis-sens li huwa aħjar li nsaħħu l- entitajiet u l-intrapriżi li diġà għandna milli nikkreaw intrapriża oħra.", "Ovvjament l-oppożizzjoni mhijiex kontra l-iżvilupp ekonomiku jew kontra management aħjar ta' l-ekonomija u ta' l-industrija lokali pero' din għandha l-obbligu li tgħid kif taħseb li l-affarijiet jistgħu jsiru aħjar.", "Mr Speaker ̧ ftit wara li pajjiżna ħa r-riedni f'idejh fis-snin sittin u sebgħin il-gvern irrealizza li biex tippromwovi l-ekonomija trid tassisti l-intrapriża privata.", "Ma tistax timxi 'l quddiem ekonomikament u b'mod ġenerali fil-pajjiż jekk inti ma tagħtix imbottatura lill-intrapriża privata.", "Mela kull gvern li kellna ̧ mhux biss mill-indipendenza 'l hawn imma anke qabel, kien jemmen fl-intrapriża privata.", "Kien hemm min jemmen li l-intrapriża privata għandha timxi b'ċertu mod u b'ċertu libertà u kien hemm min jemmen li l-intrapriża privata jrid ikollha s-saħħa tagħha pero' b'xi mod trid tkun ikkontrollata.", "Pero' dejjem kellna gvernijiet li emmnu fl-intrapriża privata bħala l-mutur ta' l-ekonomija ta' dan il-pajjiż.", "Għalhekk il-partit Laburista tas-snin sebgħin ried jara x'jagħmel biex jagħti spinta 'l quddiem lejn l-ekonomija tal-pajjiż.", "Sa ċertu żmien konna niddependu ħafna fuq il-bażi militari Ingliża u din mhux biss kienet tagħtina introjtu b'mod dirett – fil-fatt fl-1979 spiċċajna ħadna mingħandha madwar Lm18 miljun fis-sena - imma kienet ukoll tgħinna b'mod indirett għax dak iż-żmien kien hawn numru kbir ta' Maltin jaħdmu ma' l-Armata Ingliża.", "Meta l-Ingliżi telqu minn pajjiżna ridna naraw x'nagħmlu biex insaħħu l-ekonomija tagħna.", "Il-partit Laburista tas-snin sebgħin kien ikkrea l-MDC, imbagħad fl-1997 kien ikkrea l-IPSE u bejn dawn iż-żewġ entitajiet kienet ġiet ikkreata wkoll il-METCO.", "L-iskop uniku ta' dawn l-entitajiet kien li jassistu b'mod dirett lill-entrapriżi Maltin.", "Il-METCO kienet immirata prinċipalment, jekk mhux unikament, biex tgħin l- esportazzjoni minn pajjiżna.", "Naturalment kien hemm żmien meta l-partit Laburista fil-gvern kien jemmen li stajna b'xi mod nesportaw kemm nimportaw u niftakar li kien ikun hemm inizjattivi li wieħed jingħata liċenzja jekk juri li qed jesporta.", "Kien sar eżerċizzju kbir ħafna biex nippruvaw nilħqu dan l-għan pero' mbagħad irrealizzajna li huwa impossibbli li Malta tilħaq din il-viżjoni.", "Naturalment l-esportazzjoni hija essenzjali għall-pajjiż għax ma tistax timporta biss jew toffri servizzi biss imma trid bilfors tinstiga l-esportazzjoni.", "Għalhekk għandek il-METCO li tispeċjalizza f'din il-ħaġa.", "Imbagħad hemm l-MDC, li l-iskop tagħha hu li tkun il-mutur wara l- industrija.", "Hawn qed nitkellmu fuq il-fabbriki li jħaddmu ħafna nies u allura jrid ikollok entita' li tippromwovi l-industrija.", "Kif qal tajjeb il- kollega tiegħi l-Onor.", "Charles Mangion, kien hemm żmien glorjuż meta fl- aħħar tas-snin sebgħin u l-bidu tas-snin tmenin, l-MDC - forsi dak iż-żmien kienet għadha baby, kellha aktar entużjażmu milli għandha llum u kienet inqas burokratika milli hi llum - kien irnexxielha tattira lejn pajjiżna entrapriżi u industriji monumentali li kieku ma kienx għalihom kien ikollna problemi katastrofiċi ekonomiċi f'pajjiżna.", "Dan ifisser li l-MDC ħadmet u tat il-frott tagħha għax naturalment ma nistgħux immaqqdru biss.", "Huwa veru dak li qal l-Onor.", "Charles Mangion, li wara l-1984 u l-1985 il- produttivita' ta' din l-entita' naqas għax ġara xi ħaġa li at one point in time ma baqgħetx trendi dak li kienet trendi meta kienet għadha fl-aqwa tagħha.", "Huwa għalhekk li jien nifhimhom lill-kelliema tal-gvern, fosthom lilll-Onor.", "Edwin Vassallo li jridu jbiddlu l-affarijiet, u nemmen li qed jagħmlu din il-liġi għax għandhom interess li jippromwovu l-affarijiet.", "Wieħed irid japprezza wkoll li ż-żmenijiet tbiddlu u li llum huwa aktar diffiċli li tattira investiment ta' fabbriki f'Malta għax m'għadniex kompetittivi daqskemm konna qabel peress li l-ħaddiema tagħna laħqu ċertu livell u għandhom ċerti salarji.", "Is-salarji tal-Maltin fis-sebgħinijiet u fil-bidu tat-tmenijiet kienu għadhom baxxi ħafna meta kkomparati ma' dawk ta' ħaddiema oħra fl-Ewropa.", "B'dan il-mod, dawk il-fabbriki kbar li kienu jimpjegaw mijiet, jekk mhux eluf ta' ħaddiema, kienu jipproduċu prodott irħas jew aktar kompetittiv għal dak li huwa suq internazzjonali.Illum din it-tip ta' industrija qed tbati ftit għax għandek pajjiżi oħra bħat- Tuneżija fejn il-labour cost huwa rħis.", "Fil-fatt ħafna Maltin kienu qegħdin jiftħu l-fabbriki fit-Tuneżija.", "Illum huwa diffiċli li wieħed jiftaħ fabbrika tal-qomos, jimpjega miegħu 500 ruħ u jesporta l-prodott lejn il-Ġermanja.", "Jekk inti industrijalist Malti jaqbillek tiftaħ kumpannija fit-Tuneżija, fejn ħaddiem jaqla' 20% jew inqas tas-salarju ta' ħaddiem Malti, tipproduċi l-qomos hemmhekk u tesportahom lejn il-Ġermanja.", "Barra s-salarji aktar baxxi, t-Tuneżija għandha wkoll partnership agreement ma' l-UE, jiġifieri m'hemmx excise tariffs u allura m'hemmx diffikulta' biex pajjiżi Nord Afrikani jesportaw lejn l-Ewropa.", "Huwa għal dawn ir- raġunijiet li jkun jaqbillek li tmur tiftaħ fabbrika hemmhekk u tesporta lejn l-Ewropa.", "Jien ma nistax nifhem kif dawn il-pajjiżi rnexxielhom jaslu f'dawn it-tip ta' trattati għax l-idea ta' l-Ewropa hi li tipproteġi s-suq tagħha, pero' dawn it-trattati jeżistu u allura l-pajjiżi li jgawdu minnhom huma l-kompetituri ewlenin ta' pajjiżi bħal Malta f'din it-tip ta' industrija.", "Wieħed irid ikun ukoll oġġettiv u jammetti li x-xogħol ta' l-MDC sar ferm aktar diffiċli għax it-terms of reference ta' l-MDC huma l-heavy industry.", "U peress li x-xogħol ta' l-MDC illum huwa aktar diffiċli, wieħed ma jistax jagħmel sweeping statements u jgħid li l-MDC llum qiegħda hemm għalxejn għax m'hijiex qed tattira dan it-tip ta' investiment.", "Illum huwa aktar faċli li pajjiżna – din hija ħaġa li dejjem nitkellem fuqha għax huwa s- suġġett li jien il-kelliemi ewlieni ta' l-oppożizzjoni dwaru – jikkompeti f'dawk li huma servizzi.", "Aħna rridu nipproteġu l-heavy industry pero' l- futur ta' pajjiżna żgur li jiddependi fuq is-servizzi għax dan is-settur għandu x'jespandi.", "Fuq lat ieħor ta' negozju se nbatu.", "Imbagħad naturalment kellek l-IPSE li kienet l-idea tal-partit Laburista fil-gvern bejn l-1996 u l-1998.", "Għalkemm kellna l-METCO u l-MDC, ridna nikkreaw entita' li taqbeż għal entrapriżi ż-żgħar.", "L-MDC tmur għall- fabbriki li jimpjegaw ħafna nies.", "Jien bħala avukat kelli ħafna każijiet fejn il-kuntratti kienu jkunu li biex l-MDC tagħtik fabbrika trid timpjega 50 ruħ f'ċertu żmien, trid tagħmel ċertu investiment fil-fabbrika u trid timporta ċertu makkinarju.", "Imbagħad kien ikun hemm kuntratti oħra li jgħidulek li jrid ikollok turnover ta' ċertu ammont biex jagħtuk site.", "Jiġifieri l-MDC kienet għall-entrapriżi li għal Malta huma kbar.", "Il-METCO kienet għall-esportazzjoni u għall-esportazzjoni bil-kbir u allura fil- pajjiż kellna nuqqas ta' awtorita' jew mutur biex jgħin lill-entitajiet iż- żgħar.", "Dan l-aħħar sar stħarriġ ta' kemm hawn self-employed hawn Malta u rriżulta li hawn eluf ta' nies li jaħdmu f'dawk li nsejħulhom small and medium enterprises.", "Il-Malti jippreferi jkollu biċċa negozju tiegħu milli jkollu salarju tajjeb u jmur jaħdimlek ma' kumpannija kbira.", "Jippreferi li jkollu ħanut żgħir ibiegħ il-ħwejjeġ imma l-business ikun tiegħu.", "Il-Maltin jippreferu jkunu importaturi żgħar jew jimmanifatturaw xi ħaġa żgħira għax b'hekk iħossuhom kburin li jkunu kkreaw niche market għalihom bi tlieta jew erba' impjegati.", "Hekk iħossuhom komdi.", "Dik hi s-sistema Maltija.", "Jekk lil dan tibgħatu f'industrija b'500 impjegat, wara ftit jiddejjaq, allura peress li numru ta' entrapreneurs żgħar f'pajjiżna huwa kbir, irridu ngħinuhom għax huma persentaġġ notevoli tal-workforce Maltija.", "Kull settur għandu l-problemi u d-diffikultajiet x'jiffaċċja.", "Filwaqt li min hu industrijalist kbir ikollu d-diffikulta' tal-working space u min hu esportatur kbir irid ikollu lil xi ħadd biex jiggwidah lil fejn se jesporta jew jekk jistax jiddobba xi sussidju 'l hawn jew sussidju 'l hemm biex ikun kompetittiv, il-businessman iż-żgħir għandu problemi tiegħu bħal dawk ta' nuqqas ta' collateral.", "Jekk jien għandi idea, irrid inbiegħha u rrid ninvesti f'xi ħaġa, jekk il-business tiegħi huwa żgħir, inkun irrid lil xi ħadd biex jappoġġani u jipperswadi lill-banek biex jagħtuni loan għax sfortunatament huwa diffiċli ħafna biex in-negozjanti Maltin jingħataw loans.", "Barra minn Malta għandek ħafna finance companies li jsellfu u għandek ħafna commercial banks allura l-kumpanniji ż-żgħar jiddubbaw financial assistance.", "F'Malta għandek biss tliet banek u jagħmluhielek impossibbli biex isellfuk il-flus għax trid tissallab int billi tipoteka ġidek kollu.", "Per eżempju, jekk tkun trid Lm20,000 trid tagħtihom garanzija ta' Lm50,000 u jekk il-business imurlek ħażin tkun tlift ġidek.", "Jekk inti m'għandekx collateral, jiġifieri immovable property, u jkollok idea tajba, jekk tipprova tbiegħha lill-bank...", "(Interruzzjonijiet) Qabel kellek skemi fejn il-bank jidħollok shareholder biex jikkontrollak imma illum dawn l-iskemi spiċċaw allura saret impossibbli għan-negozjant ż-żgħir li jiddobba flus mill-bank.", "U anke jekk jiddobba flus mill-bank u jkun għaddej minn perijodu ħażin, dawn jagħmlulu call-in u jġennuh.", "Dawn huma d-diffikultajiet li jiffaċċjaw dawn it-tip ta' negozjanti.", "Jekk lil dawn in-nies ma ngħinuhomx finanzjarjament – qed nitkellem mill- esperjenza għax nagħmilha ma' ħafna nies – jispiċċaw tant jiġu msallbin, tant ikunu jridu jsalvaw il-baby tagħhom akkost ta' kollox, tant ikunu jridu jibqgħu għaddejjin fin-negozju, li jispiċċaw jisselfu mingħand użuraj li jeħdulhom imgħax qawwi u jispiċċaw aktar imsallbin.", "Jiġifieri llum is- small and medium enterprises qegħdin fi problemi kbar u għandhom bżonn ta' l-għajnuna.", "Entrapriżi bħall-IPSE jibdew b'entużjażmu kbir u jirsistu imma mbagħad wara ftit - ma nafx għaliex jiġri hekk f'pajjiżna - tidħol burokrazija sfrenata.", "Dan jiġri f'kollox.", "Jien bl-ebda mod m'jiena qed nipprova nwaħħal fil-ministru jew fl-Onor.", "Edwin Vassallo għal dan.", "Donnha hija l- mentalita' tagħna li wara ftit ikun hawn ċerta burokrazija fejn kulħadd jibża' jieħu deċiżjoni jew jirriferiha lil xi ħaddieħor.", "Dik hi l-problema li għandna.", "Ġieli tassisti klijent ma' l-MDC u ssib li jkun hemm klawsola li tkun qed tkissru għax ikun irid iħaddem 70 ħaddiema minflok 40, għax hekk iffirma.", "Issa dan l-individwu ma jkunx jaffordja li jħaddem dan in-numru ta' ħaddiema għax il-business ikun marlu lura u jkollu jikser il-klawsola.", "Allura lil dan tagħmillu kawża biex tiżgumbrah mill-fabbrika u ġġennu.", "Wara dan, il-banek jindunaw b'dan, jagħmlulu call-in u jkomplu jkissruh!", "Din hija attitudni tal-biża'!", "Jiġifieri jkollok negozjanti li mhux minħabba t- traskuraġni tagħhom jew għax ikunu mbroljuni imma għax sempliċement inbiddlu ċ-ċirkostanzi, titkisser il-ħolma tagħhom oriġinali.", "Allura lil dawn tkompli tkissirhom u ssawwathom!", "Dawn huma problemi li naqbel ma' l- Onor. Edwin Vassallo li veru jeżistu f'dan il-pajjiż u dan huwa l-argument kollu.", "Irrid ngħid ukoll li l-esperjenza wrietna – u sieħbi l-Onor.", "Mangion għamel tajjeb li kkummenta dwar dan - li aktar ma tkun kbira l-organizzazzjoni f'Malta u aktar ma jkollha fergħat, aktar se tikkrea burokrazija.", "Maż- żmenijiet l-esperjenza wriet lill-gvernijiet tagħna li bażikament in- negozju f'Malta tista' tispezzah fi tliet oqsma, l-esportazzjoni, l- industrija u l-entrapriża ż-żgħira.", "Imbagħad għandek is-servizzi u dan jidħol miegħu t-turiżmu.", "Ma' dan għandek entitajiet oħra li huma l-mutur ta' dak is-settur.", "Xi darba nitkellem fuqha għax naħseb li wasal iż-żmien li jkollna wkoll entitajiet simili biex jippromwovu wkoll is-servizzi fil- pajjiż.", "Naturalment għadna fil-bidu tal-leġislatura u għad ikolli l- opportunita` li nagħti s-suġġerimenti tiegħi f'dan ir-rigward.", "Mela hemm tliet oqsma speċjalizzati ta' negozju f'dan ir-rigward u issa se ngħaqqduhom kollha flimkien.", "Meta jsir hekk jista' jkollok interessi konfliġġenti.", "Negozjant kbir u negozjant żgħir jew esportatur u importatur ma tistax tpoġġihom fl-istess keffa!", "Mela fejn qabel l-idea kienet li jkollok entita` li tmexxi b'mod awtonomu l-interessi tas-settur privat, issa se jkollok entita` waħda li se tħaddan ġo fiha oqsma differenti ta' l- industrija u tal-kummerċ f'Malta, li jista' jkollhom interessi konfliġġenti.", "Din trid tiġbed ħabel wieħed u allura se tirrikonċilja dawn l- interessi differenti billi xi kultant trid tilħaq kompromess a skapitu ta' settur biex tgħin lil settur ieħor.", "Aħna qed ngħidu li ma jagħmilx sens li jkollok tliet oqsma, tliet prijoritajiet differenti u tagħmilhom f'keffa waħda.", "Dan hu l-argument kollu tal-partit Laburista.", "Uma jagħmilx sens għax jista' jkollok interessi konfliġġenti dwar lil min se tittratta bi priorita`.", "Sur President, ladarba tkellimna dwar dawn it-tliet entitajiet ma jkunx aħjar li naraw fejn hemm bżonn li nirranġaw?", "L-Onor.", "Edwin Vassallo qabel miegħi li l-MDC hija burokratika żżejjed, li hija top heavy, li bdiet tajjeb pero' it is time to change and strengthen it.", "L-iskop ta' l-MDC huwa tajjeb u allura trid tara x'hemm bżonn isir u trid tagħtiha injection iktar moderna u ssalvaha.", "Sur President, hemm bżonn li nibdlu wkoll il-proċedura burokratika li teżisti għal min jiġi minn barra biex japplika għal fabbrika.", "M'hemmx għalfejn tikkrea Malta Enterprise biex tagħmel hekk!", "Jien bħalissa qed niddijlja ma' l-MDC – mhux se nsemmi l-każ - dwar klijenti barranin li ġew hawn Malta biex jiftħu industrija tajba u ilna tmien xhur niddibattu biex naraw nistgħux nittrasferixxu x-shares minn fuq persuna għal persuna oħra!", "(Interruzzjonijiet) Tridu tbiddluhom dawn l-affarijiet!", "Inti taħseb li jekk se tikkrea intrapriża ġiganteska din se ssolvi din il-problema!", "Hija l-mentalita' li trid tbiddel!", "Irid ikun hemm mentalita` ġdida.", "(Interruzzjonijiet) Le, mhux se jirnexxielek!", "Meta tagħmel entrapriżi kbar bħal din li qed tipproponi, se tikkrea aktar burokrazija.", "Dik hija l-veduta tagħna.", "Għamlu studju u araw għaliex l-MDC qed tiffunzjona b'dan il-mod!", "Hemm tliet problemi prinċipali, arawhom u indirizzawhom.", "Il-burokrazija tgerrex l-investiment.", "Mhux sew li jiġu nies minn barra biex jippruvaw jagħmlu amalgamations ma' kumpanniji Maltin jew jippruvaw jiftħu inizjattivi ġodda u dawn jispiċċaw jeħlu minħabba l-burokrazija!", "Irrid ngħid ukoll li kien hemm ħolma li jekk negozjant żgħir imur l-IPSE, dan isib assistenza professjonali u teknika, imma din ma jsibhiex!", "Jekk imur hemmhekk biex jgħinuh iġib loan mill-banek, l-istess.", "Illum il-banek saru ristrettivi ħafna f'dak li għandu x'jaqsam ma' collateral u sfortunatament l-istaff m'għandux in-know-how tekniku biżżejjed biex jassisti lill-klijent meta dan ikun irid jieħu xi loan.", "Hawnhekk irrid ngħid ukoll li m'hu veru xejn li l-IPSE tagħti collateral, u l-IPSE ma tistax tgħin verament jekk tkun għadha ma identifikatx il- problemi.", "Xi kultant negozjant ikollu bżonn jieħu loan ta' xi Lm10,000 jew ta' Lm8,000 minħabba li jekk ma jagħmilx hekk il-banek u l-kredituri jaqbżu fuqu, u għalhekk fl-IPSE għandu jkun hemm accountants jew periti li janalizzaw il-business ta' dan in-negozjant, jaraw jekk dak li jkun se jagħmel ikunx verament vijabbli jew le u fil-kas they give a helping hand, anke jekk ikun hemm bżonn jipparteċipaw temporanjament b'mod dirett fir- running ta' l-intrapriża tan-negozjant.", "Jekk ikun hemm bżonn, anke l-gvern għandu jagħti l-collateral f'każ bħal dan wara li jieħu l-pariri mingħand l- IPSE.", "Qed ngħid dan għax jien, bħala avukat, niltaqa' ma' diversi negozjanti frustrati minħabba li għandhom dawn it-tip ta' problemi, u meta dawn jirrikorru għand l-IPSE ħafna drabi din tagħtihom pariri in aria u ma tagħtihomx l-għajnuna diretta li huma jkollhom bżonn.", "Din hija a first- hand knowledge, u ħadd ma jista' jgiddibni fuq dan li qed ngħid għax nista' nsemmi każi speċifiċi.", "Biżżejjed ngħid li kien hemm każ fejn l-IPSE lanqas biss irranġatlu lil negozjant biex jieħu bridge loan żgħir ta' Lm5,000.", "Filwaqt li l-iskop li għalih ġiet imwaqqfa l-IPSE huwa tajjeb, jiddispjaċini ngħid li din hija mmexxija ħażin, pero` dan ma jfissirx li għandna nneħħu lil dan l-istitut.", "Allura jekk iċ-ċivil huwa mmexxi ħażin, għandna nneħħu liċ-ċivil u nikkreaw minfloku bordijiet u entitajiet li jmexxu lill-pajjiż?!", "Għax jekk hawn xi ħaġa li m'hijiex qed tiffunzjona, dan huwa ċ-ċivil.", "Mid-dehra l-gvern hekk qed jirraġuna; li jekk fil-pajjiż ikun hemm entita` li m'hijiex miexja tajjeb, din tiġi mneħħija u titwaqqaf minflokha entita` oħra.", "Imma dan x'raġunament hu?!", "Jekk nibdew nirraġunaw b'dan il-mod, allura nistgħu noqogħdu nwaqqfu entitajiet ġodda l-ħin kollu għax għall-bidu li tiġi mwaqqfa entita`, ikollha t-teething trouble tal- bidu, imbagħad jinqalgħu problemi oħra f'dak li għandu x'jaqsam mas-set-up ta' dik l-entita`, imbagħad jiġi moħli ħin prezzjuż sakemm din l-entita` tissetilja ...", "Li jrid jagħmel il-gvern huwa li jħares lejn l- istituzzjonijiet eżistenti u jara x'hemm bżonn isir biex dawn jissaħħu.", "Il- partit Laburista ma jaqbilx li fejn ikun hemm il-problemi għandu jkisser u jbiddel.", "B'dan ir-raġunament għandhom jitkissru l-entitajiet kollha li għandna f'dan il-pajjiż għax l-ebda waħda minnhom m'hi miexja smoothly.", "Ħalli nieħdu l-METCO.", "Fil-bidu l-istaff tal-METCO kien jissuġġerixxi lin- negozjant fejn għandu jesporta, kien isiblu l-buyers huwa stess u kien jagħtih ċerti rakkmandazzjonijiet.", "Ara llum il-METCO m'għadux jagħti din it-tip t'għajnuna u n-negozjanti qed ikollhom ifendu għal rashom.", "Fil-fatt ċerti nies lanqas għadhom jirrikorru għand dawn l-istituzzjonijiet għax xorta waħda m'humiex jaslu, u għalhekk il-prinċipju ta' dan il-gvern għandu jkun li jsaħħaħ l-entitajiet li diġa` jeżistu.", "Issa nixtieq nagħmel xi punti fuq is-set-up ta' l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna.", "Fi klawsola 14 qed ngħidu li l-korporazzjoni Maltija għall-intrapriża se jkollha d-dritt li timpjega lin-nies kif trid hi.", "Sa ċertu punt jien naqbel li meta tikkrea entita` ġdida, għandek timpjega l- aħjar nies biex tassigura li l-entita` tibqa' miexja 'l quddiem, pero` wieħed irid iħares ukoll lejn il-problemi soċjali tal-pajjiż.", "Ilna ngħidu ħafna li fiċ-ċivil hemm over employment.", "Biżżejjed ngħidu li 43% tal- popolazzjoni jaħdmu mal-gvern, u allura bla ebda dubju mal-gvern hemm il- ħaddiema żejda, u fost dawn il-ħaddiema żejda hemm ħaddiema tajbin li m'humiex qed jiġu utilizzati.", "Issa hawnhekk irrid nagħmilha ċara li jien m'iniex qed ngħid li din il-korporazzjoni għandha tkun marbuta bilfors li timpjega magħha ħaddiema tal-gvern, imma almenu għandu jkun hemm klawsola li moralment, u mhux legalment, tkun tinstiga lil min se jmexxi lil din il- korporazzjoni biex jara li kemm jista' jkun jiġu trasferiti jew sekondati ma' din il-korporazzjoni nies minn mal-gvern.", "La mal-gvern hemm ħaddiema li m'għandhomx x'jagħmlu, għaliex se nkomplu nżidu l-ispejjeż?", "Almenu la qed nikkreaw attivita` ġdida, għandna nipprovaw nutilizzaw il-ħaddiema li għandna.", "L-Onor.", "Charles Mangion qal li l-entitajiet bħal din li qed inwaqqfu llum għandhom jgħinu lill-gvern għax illum xogħol il-gvern m'għadux biss dak li jmexxi lill-armata, lill-pulizija u lill-qrati, fost affarijiet oħrajn, imma huwa wkoll li jmexxi l-ekonomija tal-pajjiż.", "Qabel taħt diversi gvernijiet il-funzjoni tal-gvern kienet law and order, pero` l-gvern stess għandu japprezza li jrid ikollu speċi ta' partnership ma' nies konċernati biex jiżviluppa l-ekonomija.", "Jien ma narax għalfejn lanqas li se jkun il- ministru li jagħżel lil min imexxi din il-korporazzjoni.", "Kif qal l-Onor.", "Mangion, ma tkunx idea ħażina li ċerti għaqdiet li għandhom interess dirett f'din il-korporazzjoni, bħall-FOI, ikollhom ir-rappreżentanza tagħhom fil- kunsill ta' din il-korporazzjoni.", "Ġaladarba din il-korporazzjoni se jkollha x'taqsam mal-kummerċ, ma' l-ekonomija u ma' l-industrija, ma tkunx idea ħażina lanqas li jkollha wkoll xi relazzjoni mal-kunsill Malti għall- ekonomija u żvilupp.", "Mr Speaker, naturalment meta wieħed jikkrea entitajiet ġodda jkun qed jikkrea iżjed spejjeż.", "Milli jidher, għall-bidu biex din il-korporazzjoni tibda tiffunzjona se jiġi allokat għaliha Lm1 miljun u mbagħad huwa l- ministru tal-finanzi li jrid jara kif il-korporazzjoni Maltija għall- intrapriża se ġġib iktar flus.", "Issa hawnhekk irrid nagħmel parentesi żgħira u ngħid li għalkemm lil din l-entita` li qed inwaqqfu qed insejħulha korporazzjoni, legalment din m'hijiex korporazzjoni.", "Legalment korporazzjoni tfisser għaqda privata ta' entitajiet jew ħaddiema privati biex dawn jiġġestixxu għan ekonomiku u jaqilgħu l-flus, imma l-entita` li qed inwaqqfu llum m'hijiex a profit sharing organisation u allura m'hijiex korporazzjoni imma hija awtorita` jew aġenzija governattiva.", "Dan ifisser li għall-mezzi tagħha din tiddependi mill-gvern pero` kuntrarjament għal aġenziji governattivi oħrajn, issa qed tingħata l-poter li tissellef kif jagħmlu kumpanniji parastatali jew kumpanniji governattivi.", "Mela din se jkollha injezzjoni inizjali ta' Lm1 miljun, jiġifieri għandek is-sistema ta' finanzjament normali ta' kif il-gvern jmexxi l-aġenziji tiegħu pero` għax sejjaħnilha korporazzjoni, din għandha il-jedd li tiddejjen u hawnhekk hija l-preokupazzjoni tiegħi.", "Kemm se ndumu f'dan il-pajjiż nikkreaw dejn parallel mad-dejn tal-gvern li diġa` jeżisti?", "Meta niġu biex nitkellmu fuq deficits strutturali naraw biss id-dejn li jirriżulta mid-deficit governattiv – bejn wieħed u ieħor dan ammonta għal xi Lm800 miljun jew Lm900 miljun – pero` l-kumpanniji l-oħrajn li jagħmel tajjeb għalihom il-gvern għandhom aktar minn Lm500 miljun dejn.", "Allura dan ifisser li d-dejn m'huwiex Lm900 miljun imma huwa Lm1.4 biljun.", "Issa qed nerġgħu nagħmlu l-istess ħaġa; qegħdin nikkreaw entita` li biex tmexxi se jkollha ħafna spejjeż.", "Aħna diġa` qed nikkonċedu li l-Lm1 miljun li se tingħata mhux se jkun biżżejjed u qed nikkonċedu wkoll li l-vot li se jingħata l-Ministru tal-Finanzi biex imexxi d-dekasteru tiegħu mhux se jkun biżżejjed u allura qed inħallu intrapriża tikkappara aġenzija tal-gvern u aktar flus li ma jkunux ġew ivvotati għaliha minn dan il-Parlament jew allokati lilha mill-ministeru.", "Dan ifisser li se nerġgħu mmorru lil hinn minn dak li ġie budgeted u għandna esperjenzi ta' dan.", "Ilkoll nafu kemm għandhom dejn l-Enemalta u l- Water Services Corporation għax dawn iridu jaqdu missjoni soċjali.", "Issa se nispiċċaw b'aġenzija ġganteska li tinvolvi ħafna flus u se terġa' toħloq piż finanzjarju u ekonomiku fuq dan il-pajiż.", "Il-mezzi finanzjarji ta' dan il-pajjiz m'humiex tajbin u l-qagħda ekonomika jew fiskali tal-pajjiż m'hijiex daqstant tajba u minkejja dan, xorta se nkomplu nżidu l-piż.", "Għalhekk ikun aktar għaqli li nanalizzaw it-tliet entitajiet li diġa` jeżistu, naraw what went wrong along the wayside, nindirizzaw il-problemi partikolari ta' kull entita` u nsaħħuhom.", "Aħna rridu nimxu 'l quddiem, mhux inkissru li għandna u nerġgħu nibdew!", "Ma nistgħux nibqgħu sejrin hekk.", "Il-politika li tkisser ħaġa biex tibni oħra u wara ftit taż-żmien terġa' tagħmel l-istess hija żbaljata.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joseph Sammut.", "ONOR.", "JOSEPH SAMMUT: Sur President, jien ma nixtieqx nidħol fuq dak li ntqal diġà mill-kollegi tiegħi imma dan mhuwiex daqstant faċli peress li t- tema prinċipali hija li aktar ma jgħaddi żmien aktar qed jinħass in-nuqqas ta' flus fl-idejn.", "Din hija sinonmina ma' dan l-Att li l-għan tiegħu huwa li jġib l-investiment ġdid u jorganizza u jmexxi 'l quddiem l-imprendituri Maltin biex jiġġeneraw il-ġid f'Malta.", "Nixtieq nagħmel riferenza għal dak li kellu xi jgħid is-Segretarju Parlamentari, Edwin Vassallo fil-bidu ta' din id-diskussjoni meta qal li dak li nwiegħdu rridu nsarrfuh fi flus.", "Din hija frażi sabiħa pero' kif jaf kulħadd il-gvern preżenti wiegħed ħafna affarijiet biex ikollu t-tmun tal-pajjiż u ħafna minn dawn il-wegħdi kien ibbażati fuq il-ħolma li l-UE hija s-soluzzjoni ta' kollox.", "Għalhekk issa rridu naraw kif il-gvern se jsarraf dawn il-wegħdi fi flus għax żgur li bħalissa mhux qed jiġri hekk.", "Sur President, hemm bżonn li l-partit Laburista jħares 'il quddiem fis-sens li mhux jimbarka fuq l-istess difiza li kellu qabel ir-referendum u l- elezzjoni – kif qed jippretendu ħafna - imma jħares lejn is-sitwazzjoni preżenti u jiffoka fuq dak li wiegħed il-gvern.", "Il-gvern wiegħed li bil- pass li se nagħmlu, se jitkattar il-ġid u l-investiment fil-pajjiż u se jitkattar dak kollu li l-Malti jaspira għalih.", "Ladarba se jkollna suq wiesa' l-Maltin se jkollhom iċ-ċans li jmorru fi swieq Ewropej u ċittadini Ewropej se jkollhom iċ-ċans jiftħu negozju f'Malta.", "Issa hawnhekk jinbet punt kruċjali: Kif se niddefendu lilna nfusna milli niġu mikula minn min hu ikbar minna?", "Naħseb li f'dan is-sens irridu naraw kif din il-liġi tħares u timbotta 'l quddiem lill-intrapriża tagħna.", "Din hija liġi li qed tipproponi li tneħħi l-IPSE, il-METCO u l-MDC u żżid magħha funzjonijiet oħra bħalma huma r-retailers; f'kelma waħda qiegħda tieħu kollox taħt idejha bl-eċċezzjoni – jekk m'iniex sejjer żball - tat- turiżmu.", "Wieħed jingħata x'jifhem li l-idea wara dan kollu hi li jkun hemm deċentralizzazzjoni avolja meta tħares lejn il-biċċa tax-xogħol, kważi kważi iżjed se jkun hemm ċentralizzazzjoni ta' poter wieħed li jamminsitra kollox.", "Qabel l-1987 kellna ċ-ċentralizzazzjoni u jidhirli li wara l-1987 twaqqfet l-IPSE li l-iskop tagħha kien li tieħu ħsieb l-imprendituri Maltin.", "Kien hemm ukoll il-METCO li kienet intiża għal barra minn Malta u l-MDC li kellha l-istess skop.", "Kull qasam kien speċjalizzat għalih innifsu.", "Issa qegħdin nipproponu li jkollna korp li se jkollu policy li tkun il-mutur ta' kollox b'diversi dipartimenti li se jirċievu din il- policy u jħaddmuha skond kif jgħidulhom.", "Sur President, il-fatt li kollox jiġi ċentralizzat f'korp wieħed hawn min jiddeskrivih bħala \"too many chiefs and not enough Indians\" imma jien naħseb li r-realta` hi bil-kontra, fejn ikollok chief wieħed u ħafna Indjani taħtu.", "Fil-ftuħ ta' din id-diskussjoni ntqal li hu żball kbir li nrawmu ż-żgħażagħ tagħna biex għada pitgħada jaħdmu bħala impjegati.", "Hawnhekk jiena ma naqbilx għax wieħed irid iġib quddiem għajnejh li f'pajjiżna m'hawnx biss nies li huma intelliġenti jew nies li għandhom sengħa.", "Għandek grupp ta' nies li ma jiffittjawx f'dawn iż-żewġ kategoriji.", "L-akbar dnub li għamilna f'dan il-pajjiż hu meta warrabna s-snajja u ma nistax nifhem kif hawnhekk aħna noħorġu bi frażi li litteralment qegħda tgħidilna li m'għandniex inrawmu liż-żagħżagħ tagħna biex għada pitgħada jaħdmu bħala impjegati.", "Irid bilfors ikun hemm ċerta struttura li minnha nnifisha tipprovdi xogħol alternattiv għal min m'huwiex kapaċi jaħdem f'xi sengħa u għal min m'huwiex kapaċi juża l-kapaċitajiet terzjarji tiegħu.", "Nispera li din il-frażi m'hijiex it-triq biex ngħidu li f'Malta m'hawnx fabbriki għax aħna ma rriduhomx u għax irridu ż-żgħażagħ tagħna jimpjegaw lilhom infushom.", "Dan huwa impossibbli għax bilfors li wieħed jeħtieġ impjieg u għalhekk hi sfortuna kbira li l-iskejjel tas-snajja qegħdin jiġu mogħtija l-ġenb u hija sfortuna li aktar ma jgħaddi ż-żmien, aktar qed nisimgħu b'fabbriki li qed jagħlqu.", "Sal-bieraħ stess, fuq gazzetta lokali kien hemm esponent prinċipali f'GĦawdex li ndika l-preokupazzjoni tiegħu għan-nuqqas ta' impjiegi li qed ikollha l-gżira GĦawdxija u naħseb li m'huwiex sew li nitkellmu b'dan il-mod, iktar u iktar meta l-impjieg huwa s- sinsla ta' l-ekonomija tagħna u ċertament trid issir enfasi qawwija biex insaħħu s-snajja tagħna.", "Quddiemna għandna din il-liġi li se tissostitwixxi l-IPSE, l-METCO u l-MDC mal-Malta Enterprise.", "Meta kont qed naqra dan l-abbozz ftakart f'dak li kien jgħidilna l-Profs.", "Cremona u cioe` li huwa żball tal-leġislatur li flok janalizza liġi li tkun fis-seħħ sabiex itejjibha, dan jarmi dik il- liġi u jagħmel oħra.", "Dan il-kliem joqgħod eżatt ma' dak li qed jagħmel il- gvern issa li flok ma jara kif jista' jtejjeb il-liġijiet ta' l-IPSE, l-MDC u l-METCO, dan qabad u ħoloq liġi ġdida u għaqqad kollox.", "Naħseb li m'huwiex korrett li jintqal li l-IPSE, l-MDC u l-METCO ma kenux qed jaqdu l-funzjonijiet tagħhom għax il-liġijiet huma ħżiena u għax l-idea ma kinitx tajba.", "Naħseb li huwa iktar korrett li jingħad li kellu jsir studju aktar profond ta' kif dawn it-tliet korpi jistgħu jaħdmu b'mod iżjed professjonali.", "Fl-opinjoni tiegħi, il-punt li huma kienu focused fuq qasam partikolari kien ta' ġid u għalhekk nemmen li l-fatt li dawn it-tliet entitajiet se npoġġuhom f'liġi waħda li hi totalment ġdida, jirrappreżenta tkissir inutli u nfiq żejjed li seta' ġie evitat.", "Agħar minn hekk, din il-liġi titkellem dwar trasparenza u accountability.", "Bħala prinċipji huma ta' min japprezza u ta' min jimbotta 'l quddiem pero` meta tħares fil-fond tinduna li din m'hija xejn ħlief maskra biex tgħatti d- diżorganizzazzjoni li hemm.", "Hawnhekk noqogħdu nitkellmu fuq trasparenza u accountability imma mbagħad minn imkien ma' jirriżulta li dan l-abbozz qiegħed b'xi mod iżomm lid-diretturi responsabbli ta' dak li jagħmlu.", "Għalhekk il-ħsieb imur lejn ħolqien ta' MEPA oħra, ħolqien ta' mostru ieħor li se jikkontrolla u joħloq proċeduri għalih innifsu li ma jiftehmux u li se jkun miżien imxaqleb lejn in-naħa li dejjem irid.", "Għalfejn ngħid dan?", "Nemmen li f'istituzzjoni bħal din, li se jkollha poter daqstant wiesa`, id-diretturi għandhom jinżammu responsabbli ta' l- affarijiet li jagħmlu.", "Għalhekk, jiena nemmen li f'organizazzjoni bħal din għandu jkun hemm lok għal ombudsman intern li jkun responsabbli li jara li l-affarijiet mexjin sew kull meta jkun hemm xi complaint.", "Dan l-ombudsman għandu jkun responsabbli u jirrapporta direttament lill-parlament.", "B'dan il-mod biss ikun hemm ċertu kontroll fuq kif għandhom jitmexxew l- affarijiet.", "Miżura oħra li tista' tiġi introdotta hi bħal dik li ġiet introdotta f'abbozz reċenti mgħoddi mill-gvern fir-rigward tal-ġbir tat-taxxi fejn inħoloq organu li meta jirriżulta li l-persuna maħtura fuq il-bord f'isem il-gvern jinstab ħati ta' reat, dan jiġi mmultat somma flus jew jeħel il- ħabs skond x'ikun il-każ.", "Din hi miżura tajba u f'waqtha u naħseb li hija l- ewwel waħda li ġiet introdotta f'pajjiżna fejn persuna li tkun qiegħda żżomm pożizzjoni f'tali istituzzjonijiet tinżamm personalment responsabbli.", "Huwa b'hekk biss li nistgħu b'xi mod nikkontrollaw lil min se jkollu f'idejh r-rigni ta' organizzazzjoni daqshekk kbira bħalma hi l-Malta Enterprise u fl-istess ħin ikun hemm salvagwardja biex ma jerġax jiġri bħalma ġara fil-MEPA fejn smajna b'diversi każi fejn inħarġu permessi li mhux suppost joħorġu.", "Hemm il-fatt li l-Malta Enterprise bħal fil-każ tal-MEPA għandha l-fakulta` li tagħmel il-proċedura tagħha.", "Hawnhekk nirreferi għal każ li kien involut fih l-Onor.", "Joe Mizzi – fiż-żmien meta kien responsabbli għall-MEPA - fejn nqalgħat kwestjoni fuq proċedura.", "Kien inqala' każ fejn l-Onor.", "Mizzi kien għaddielu suspett li l-affarijiet ma kenux mexjin kif suppost u kien talab għal dokumenti biex ikun jista' janalizza dan il-każ.", "X'ġara( Ġara li kien hemm min kellu interess fil-biċċa tax-xogħol u xamm li l-affarijiet jistgħu ma jispiċċawx tajjeb u għalhekk ħareġ bi proċedura li qabel ma membru tal- bord tal-MEPA jkun jista' jistaqsi għad-dokumenti, dan irid jitlob il- permess tal-bord.", "Din ma kienet xejn għajr manuvra bl-intenzjoni sempliċi li meta jkun hemm xi complaint jew xi ħaġa li ġiet fid-deher, din tiġi kontrollata u miżmuma mil-iktar fis possibbli.", "Dan żgur m'għandux ikun il- każ u ladarba nafu kif ċerti affarijiet jistgħu jaħdmu b'mod daqstant skorrett, għandna nieħdu l-passi kolha biex nevitawhom.", "Għal din ir- raġuni, nitlob li għandu jiġi introdott ombudsman intern jew xi ħadd taħt isem ieħor fi ħdan l-istess organizzazzjoni li jkollu l-poter li jinvestiga anke każijiet proċedurali bħal dawn.", "Is-Segretarju Parlamentari qalilna wkoll li l-ikbar sfida li għandu dan il- gvern hi li jorganizza l-istrutturi tiegħu biex jara kif kull struttura tkun accountable u għalhek nirreferi għal dak li għadni kif għedt u nappella biex dan isir jekk verament irridu liġi li żżomm lil kulħadd accountable.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Onor. Sammut, sar il-ħin.", "Tibqa' in possession(", "ONOR.", "JOSEPH SAMMUT: Iva, nibqa' in possession.", "F'nofsinhar id-diskussjoni kienet interrotta u baqgħet aġġornata.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Insejjaħ lis-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo sabiex f'isem il-Viċi Prim Ministru jressaq l-aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO (Segretarju Parlamentari): Sur President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal-lejla t-Tlieta, 15 ta' Lulju, 2003 fis-6:00p.m. b'din l-aġenda:-", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Korporazzjoni Maltija għall-Intrapriża – Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li Jemenda Diversi Liġijiet – Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili – Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar Elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew – Tieni Qari; u", "Abbozz ta' Liġi dwar Awditjar Intern u Investigazzjonijiet Finanzjarji – Tielet Qari.", "-----------------------------------------", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kummissarju għat-Tfal – Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "John Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President, jien nixtieq nikkoreġi xi impressjonijiet li dehru fil-ġurnali nhar il-Ħadd li għadda, pero` qabel ma nagħmel dan xtaqt ngħid li l-istituzzjoni tal-media għandha turi iżjed responsabbilta` meta tiġi biex tippubblika storja u għandha tivverifika l- aħbarijiet li tagħti irrispettivament għal min tkun qed taħdem.", "Jiena ngħid ukoll li l-ġurnalisti għandu jkollhom ftit paċenzja.", "Qed ngħid dan għax issa daħlet drawwa li l-ġurnalist, għaliex forsi ma jkollux biex jimla l- ewwel paġna, iċempel jew jibgħat e-mail lill-ministru, jistaqsih il- mistoqsijiet u jagħtih deadline sa meta jrid jirrispondih bħallikieku l- Ministru jista' jitlaq ix-xogħol minn idejh biex jaqdi l-esiġenzi tal- ġurnalist.", "Dan kollu jsir bit-\"theddida\" - u qed nuża l-quotes għax ovvjament din tkun implied – li jekk il-Ministru ma jweġibx, il-ġurnalist jaqbad u jippubblika li jrid u li jaf.", "Ħafna drabi, il-mistoqsijiet li jsiru jkunu mistoqsijiet li l-ġurnalist ikun jista' jġibhom jekk jagħmel ftit riċerka imma llum kulħadd irid jieħu the easy way out.", "Kulħadd irid jikteb artiklu pero` r-riċerka relattiva ssir mill-impjegati ta' l-uffiċċju tal-Ministru bħallikieku dawn huma impjegati tagħhom.", "Hekk ġara nhar il-Ħadd li għadda, meta f\"The Malta Independent on Sunday\" dehret l-istorja li kienet tgħid li l-Ministru tal-Finanzi naqqas b'10% l- ispiża tal-gvern, liema storja ġiet ikkuppjata l-għada minn \"l-orizzont\".", "Sur President, dan m'hu veru xejn.", "Il-ġurnalist li kiteb din l-istorja partikolari ċempel fil-ministeru tiegħi meta jiena kont imsiefer u qabad u ppubblika li ried għaliex mid-dehra hawn xi direttur mal-gvern li ħass li għax tnaqqaslu xi ammont mill-budget, kellu jagħmel xi furur.", "Sur President, f'dan il-pajjiż irridu noqogħdu attenti minn l- iskrizofrenija li nbatu minnha.", "L-ewwel taqra l-gazzetti u tisma' kritika għaliex il-gvern mhux qed jikkontrolla l-ispejjeż, imbagħad tibda tikkontrolla l-ispejjeż u għax ikun hemm xi direttur jibda joqmoż u jċempel lil xi ħabib fil-gazzetti, dawn il-gazzetti joħorġu jgħidu x'għarukaża li l-gvern qiegħed inaqqas mill-budget!", "Sur President, f'dan il-pajjiż, tagħmel x'tagħmel taqlagħha.", "Hawnhekk nixtieq nerġa' insemmi l-istorja ta' Esopu, tal-ħmar, ir-raġel u t-tifel fejn dan, jagħmel x'jagħmel, ma kien jogħġob lil ħadd.", "Għalhekk jien dejjem imxejt billi għamilt dak li naħseb li huwa tajjeb u imbagħad min irid isallabni, isallabni.", "Rigward din l-istorja li ħarġet fuq il-gazzetta nhar il-Ħadd, jiena diġa` weġibt mistoqsijiet fil-gazzetti fuq dan il- proċess tal-cost cutting li qed jagħmel il-gvern u weġibt mistoqsijiet parlamentari fuq l-eżerċizzju tal-variable budgeting li qed nagħmlu.", "Għal dan il-ġurnalist, dan kollu ma jeżistix.", "Dan jisma' xi ħaġa u jippubblikaha bħallikieku mhux qed jgħix Malta.", "Imma possibbli dawn ma jaqrawx gazzetti oħra?", "Jien qiegħed inkun kritiku ta' dan kollu allavolja naf li minħabba f'hekk se tispiċċa ċċaqċaq aktar il-frosta min-naħa tal-gazzetti.", "(Interruzzjonijiet) Ma jimportax, għax hemm bżonn li l-poplu jitgħallem li għandu jkun kritiku fejn hemm bżonn, ikunu xi jkunu l-konsegwenzi.", "X'inhi l-verita`, Sur President?", "Aħna f'Jannar - u mhux issa - għedna lid- dipartimenti tal-gvern li s-sena l-oħra r-revenues tal-gvern ma daħlux kif ħsibna li se jidħlu minħabba r-riċessjonijiet li hawn fid-dinja u minħabba l-problemi ekonomiċi f'pajjiżna u peress li aħna bbażajna l-budget ta' din is-sena fuq stima ta' revenue bbażata fuq ir-revenues li kienu deħlin is- sena d-dieħla, allura stajna nobsru li din is-sena se jkollna shortfalls fir-revenues li kienu budgeted.", "F'Jannar, lill-ministeri għednilhom biex mill-budgets tagħhom, jikkommettu 90%.", "Dan ma jfissirx li qed ngħidulhom naqqsu 10% imma sempliċiment qed ngħidulhom biex jikkommettu 90% ħalli malli tibda dieħla r-revenue, naġġustaw skond iċ-ċirkostanzi.", "Ir-realta` x'inhi, Sur President?", "Sfortunatament, ir-realta` hi li ħafna nies fid-dipartimenti tal-gvern jiġu jaqgħu u jqumu minn dan kollu għaliex mingħalihom li għandhom budget u jistgħu jibqgħu jonfqu.", "Dawn m'għandhomx il-ħila li jekk ikun hemm bżonn ta' rethinking, dan jagħmluh u jagħmlu l-prioritajiet skond il-bżonn.", "Wara kollox dak li jfisser management.", "Il-management huwa meta jkollok problema u tipprova ssolviha u mhux tiġi tgħid li għax tkun għamilt dejjem hekk, allura dejjem se tibqa' tagħmel hekk!", "Sfortunatament, ma kellix ir- reazzjoni li stennejt min-naħa tad-dipartimenti tal-gvern biex jagħmlu dan l-eżerċizzju li hemm bżonn isir, u allura kellna nidħlu aħna u nitkellmu mad-dipartimenti tal-gvern biex naraw fejn jistgħu jnaqqsu l-ispejjeż.", "Din hi xi ħaġa li l-ministeru tal-finanzi ma jixtieqx jagħmel speċjalment wara li konna ddelegajna l-ispejjeż fid-dettall lid-dipartimenti.", "Hemm fejn naqqasna u hemm anke fejn żidna fuq il-budgeted figure meta rajna li kien hemm każ ġenwin.", "Sur President, irrid ngħid li overall ir-riżultat kien li bqajna fejn konna mil-lat ta' l-ispejjeż għaliex fuq il-ħlas kulħadd iżomm lura imma fuq l- infiq kulħadd iżomm mal-budget!", "Issa li qed jiġri huwa li l-Ministeru tal- Finanzi qed jagħmel l-eżerċizzji kollha meħtieġa biex jara li l-ispejjeż jonqsu fejn hemm bżonn.", "Qed nidħlu u naraw x'qed jiġri u fejn hemm programm mhux mibdi, qed ngħidulhom biex ma jibdewhx din is-sena jew jekk hemm xi programm li jista' jsir mod ieħor, qed ngħidulhom li jrid isir mod ieħor pero` hemm bżonn li l-għafsa biex innaqsu l-ispejjeż tkompli u hemm bżonn li kulħadd jifhem li qed nieħdu deċiżjoni li l-programmi kollha tal- gvern se jkunu resource driven u cioe` se jkunu programmi li jiddependu mil- livell ta' riżorsi li għandu f'idejh il-gvern.", "S'issa l-mentalita` dejjem kienet – anke għal fatt li b'mod jew ieħor il-Ministeru tal-Finanzi dejjem ra li jiġbor revenue kemm jiflaħ - li jiġu kommessi ċerti spejjeż mingħajr ma jgħaddi minn ras in-nies kif dawn jistgħu jikbru fil-futur.", "Sur President, irrid ngħid li d-deficit mhux se jkun l-uniku variable li għandu dan il-pajjiż anzi, d-deficit mhux se jkun variable iktar.", "Id- deficit se jkun ipprogrammat u min irid jagħmel il-programmi, irid jara minn fejn se jġib ir-revenue u jgħid li se jagħmel taxxa u mhux it-taxxi kollha jagħmilhom John Dalli!", "Sur President, jiena dejjem erfajt ir- responsabbiltajiet tiegħi f'kull gvern li għamilt parti minnu pero` rridu nifhmu li issa wasal iż-żmien li nibdew inħarsu lejn ir-riżorsi li għandna u nagħmlu l-affarijiet li għandna nagħmlu skond dawn ir-riżorsi.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Tonio Fenech.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Grazzi, Sur President.", "Jien xtaqt naqbad tema ftit differenti minn dik li tkellem fuqha l-Ministru Dalli avolja f'xi mument fid-diskors tiegħi, se nirriferi għall-fatt li semma l-Ministru Dalli u cioe` li l-gvern ma jistax jibqa' jipprovdi kollox għal kulħadd.", "Sur President, jiena għamilt domanda parlamentari lill-Ministru tal- ġustizzja u Intern u staqsejtu hekk:", "\"Jista' l-Ministru jgħid jekk kuntrattur li qed jagħmel xogħol ta' kostruzzjoni fi proprjeta` għandux l-obbligu li jħalli l-bankina libera mingħajr perikli?", "Liema awtorita` għandha l-obbligu li tassigura li dan isir?\"", "Hawnhekk jiena nixtieq nirrigrazzja lill-Ministru Tonio Borg għar-risposta estensiva li tani għal din id-domanda, liema domanda se tkun il-bażi ta' dan id-diskors li se nagħmel biex nipprova nimbotta sabiex f'pajjiżna jkollha aktar inforzar ta' ċerti liġijiet fl-interess tagħna wkoll.", "Fir- risposta tiegħu l-Ministru Tonio Borg informani li skond il-liġi, huma l- kunsilli lokali li jagħtu l-permessi biex il-kuntratturi jagħmlu x-xogħol fit-toroq u dawn jistgħu anke jagħmlu kundizzjonijiet fuq il-ħruġ tal- permess.", "Sfortunatament, mill-esperjenza tiegħi bħala sindku ta' Birkirkara u milli qed ninnota, ftit huma dawk il-kunsilli lokali li fasslu xi idea ta' x'kundizzjonijiet għandhom jagħmlu mal-ħruġ tal-permessi.", "Fil-fatt, illum il-proċess hu li l-kuntrattur iħallas Lm 1, jieħu l-karta tal-permess u mbaghad donnu għandu free for all u jkun jista' jagħmel li jrid fit-triq li jkun se jaħdem fiha.", "Fir-risposta tiegħu, il-Ministru Borg ikkwota mill-artiklu 25 ta' kapitlu 10 tal-Liġijiet ta' Malta li jgħid hekk:", "\"... jipprovdi illi mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet ta` kull liġi oħra, ħadd ma jkun jista`, mingħajr il-liċenzja tal-Kunsill Lokali relattiv, jibni jew jagħmel ebda ħaġa fit-triq li tista` ġġib xkiel jew periklu jew ingombru lill-pubbliku, inkella jħalli, wara li jiġi mwissi mill-Pulizija jew minn gwardjan lokali, binjiet jew opri oħra fi stat ta` tiġrif jew ta` periklu għan-nies jew għal ħwejjeġ ħaddieħor.\".", "ċertament li min qed jismaġni bħalissa qed jgħid li din il-liġi hi tajba pero` jekk wieħed idur it-toroq ta' pajjiżna, speċjalment dawk fiż-żoni industrjali, jirrealizza li din il-liġi qisha ma teżistix għax fit-toroq tara ħafna trailers, dgħajjes u vetturi abbandunati, tara min ipoġġi xi erba' kaxxi quddiem id-dar tiegħu biex jirriżerva l-post, tara containers f'toroq ta' żoni residenzjali u l-ħaddiema jħottu l-affarijiet bil- forklifters – u probabbilment dawn il-forklifter lanqas liċenzja ma jkollhom - f'nofs it-triq meta dawn suppost għandhom jidħlu fil-garage biex iħottu, tara inġenji ta' bini fuq il-bankina u issa addirittura saret moda li l-ħitan ta' protezzjoni li suppost jinbnew biex ma jkunx hemm periklu għal min ikun għaddej ħdejn is-sit tax-xogħol, jinbnew fuq il-parti ta' barra tal-bankina b'inkonvenjent għan-nies l-oħra li jkollhom jinżlu fit- triq biex jgħaddu.", "Hemm bżonn li f'Malta tidħol kultura bħalma hemm barra minn Malta fejn min ikun qed jagħmel ix-xogħol, jieħu ħsieb li jipprovdi minn fejn jgħaddu n-nies.", "Naraw ukoll hawkers jipparkjaw il-vetturi tagħhom fuq il-bankini biex iniżżlu l-kannestri, ħwienet jesponu l-affarijiet fuq il-bankina u salesmen jieqfu f'nofs ta' triq biex iħottu.", "Minkejja li dan kollu ma jistax isir, dan qed isir u għalhekk hemm bżonn ta' nforzar fuq dawn l-affarijiet.", "Ma jistax ikun li bl-iskuża li taqla' lira għall-familja, kulħadd jibqa' għaddej fuq xogħlu u jiġi jaqa' u jqum mill-oħrajn u jekk ikun hemm każ fejn gwardjan lokali jwaqqaf lil xi ħadd, dan jiġi akkużat li qed jaqbad magħhom.", "Donnhom il-gwardjani f'dan il-pajjiż jistgħu jibqgħu d-dar għax jaqbdu ma min jaqbdu, dejjem se jkun hawn it-tgergir.", "Qed naqbad ma' din il-kwestjoni mhux għaliex nixtieq nagħmel xi kruċjata kontra l-fatt li l-bankini jkunu ostakolati imma għax nemmen li l-mod kif nittrattaw il-bankini ta' pajjiżna huwa l-istess mod kif nittrattaw it- toroq u l-postijiet pubbliċi tagħna fejn kulħadd jikkapparra u jagħmel tiegħu.", "Il-liġi hi ċara u għalhekk ma narax raġuni għalfejn l-awtoritajiet kompetenti - il-kunsilli lokali, il-pulizija u l-MEPA - ma jerfgħux ir- responsabbiltajiet tagħhom u jibdew jagħmlu d-differenza.", "Mhux biżżejjed li nitkellmu fuq l-ambjent u nagħmlu proġetti kbar bl-għan li jtejjbuh imma rridu nenforzaw il-liġijiet fuq dawn l-affarijiet ukoll għax anke t-toroq huma parti mill-ambjent ta' madwarna", "Sur President, nixtieq nirriferi wkoll għas-sitwazzjoni li teżisti fiż-żoni industrijali speċjalment dawk li ma jaqgħux taħt kontroll dirett ta' l-MDC - li issa se ssir il-Malta Enterprise – li ġeneralment ikunu ġew żviluppati b'mod spontanju.", "Il-kunsilli lokali ġeneralment ma jkunux iridu jieħdu r- responsabbilta` ta' dawn iż-żoni b'konsegwenza li jekk wieħed idur f'dawn iż-żoni, wieħed jara plots abbandunati li spiċċaw miżbla u meta tħares x'tip ta' żibel ikun, tinduna li dan iż-żibel intefa' hemm proprju mill- kumpanniji tal-madwar.", "Bħala eżempju jiena nista' nsemmi ż-żona ta' l- Imrieħel. ċertu żibel li jintefa' jagħmel ir-riħa b'konsegwenza li jiġu l- ġrieden u l-insetti u dan ċertament m'huwiex tajjeb għas-saħħa tan-nies li jaħdmu hemm.", "Jiena naf li s-Segretarju Parlamentari Vassallo qiegħed jagħmel sforzi biex dan jiġi rimedjat - u nirringrazzjah għaliex diġa` rajt postijiet li ġew imnaddfa – pero' nittama li dan il-proċess ikompli.", "Sur President, problema li għandna fil-liġijiet Maltin tirrigwarda l- obbligu li wieħed jibni ħajt.", "Meta kont sindku jiena kont niltaqa' ma' din il-problema ta' spiss u sikwit in-nies kienu jistaqsu għaliex ma nġegħluhomx jibnu ħajt.", "Ir-realta` hi li m'hemm l-ebda awtorita`, għajr il- pulizija, li tista' tordnalek biex tibni ħajt.", "Min-naħa l-oħra, il-MEPA tobbligak iġġib il-permess qabel ma tibni l-ħajt għalkemm mid-dehra l- affarijiet issa qed jinbidlu.", "Jien nemmen li trid issir xi ħaġa aktar proattiva biex insolvu din il-problema.", "Jeħtieġ insibu sistema kif jinbnew dawn il-ħitan anke meta ma nkunux nafu fejn hu s-sid tal-proprjeta` partikolari.", "Aktar 'il quddiem, se nagħti ftit suġġerimenti dwar dan li m'għandix dubju li l-Onor.", "Vassallo se jilqa'.", "Kif diġa` għedt, fit-toroq tagħna tara trailers kbar jikkapparaw parti mit- triq - prattikament jirriservaw il-post minn xi jumejn qabel billi jitfgħu xi imbarazz ħalli ma jkun jista' jipparkja ħadd – u ħaddiema fil- forklifters għaddejjin f'nofs it-triq bħallikieku t-triq tkun saret l- istore tagħhom.", "Ġieli tara anke ħwejjeġ li jkunu għad-dry cleaning f'nofs ta' triq bil-karozzi prattikament għaddejjin minn ħdejhom jitfgħu l- exhaust.", "Tistgħu timmaġinaw kemm dawn il-ħwejjeġ se jibqgħu nodfa!", "Tara wkoll skips li jew ikunu bla permess jew inkella jkunu bil-permess imma tant ikunu mimlijin, li dak li jkun jibda jitfa' l-iskart ma' l-art b'konsegwenza li tifforma miżbla żgħira.", "Sur President, il-lista ta' dawn l- affarijiet ma tispiċċa qatt.", "L-Onor.", "Edwin Vassallo qed jgħidli li qed inweġġagħlu qalbu, imma sfortunatament dawn l-affarijiet isiru u jista' jarahom kulħadd.", "Sur President, ma jistax ikun li l-gvern ikompli jnaddaf għal min qed iħammeġ.", "Hemm bżonn li f'ras il-Maltin jidħol il-kunċett tal-polluter pays, il-kunċett li min iħammeġ irid iħallas.", "Kif qal sewwa l-Onor.", "Dalli, f'dan il-pajjiż ma nistgħux nibqgħu nippretendu li l-Ministru tal-Finanzi jiġbor it-taxxi biex jagħti s-servizzi soċjali lill-attivitajiet kummerċjali.Veru li ma rridux ngħabbu spejjeż żejda lin-nies tal-kummerċ, imma min-naħa l- oħra nippretendu li dawn jirrispettaw lill-poplu Malti għax jekk ma jagħmlux dan, bilfors se jkollu jkun hemm xi ħadd li jimxi bl-id tal-ħadid magħhom sabiex l-affarijiet isiru kif suppost.", "Sur President, biex l-affarijiet isiru kif suppost għandu ikun hemm management ta' dawn iż-żoni fi ħdan strutturi stabbiliti.", "Ma nistgħux naħsbu li dan jista' jsir billi sempliċiment nifformaw management committee kompost mis-sidien biss.", "Minkejja li dan jidher sensat fit-teorija, fil- prattika nafu li dawn l-affarijiet ma tantx jirnexxu.", "Qed ngħid dan għax aħna kemm-il darba smajna każijiet ta' nies li jkunu jridu jagħmlu xi ħaġa kollettiva, per eżempju jagħmlu bozza fil-blokk garages tagħhom, u għax persuna ma tkunx trid tħallas il-parti tagħha, l-oħrajn jibdew igergru u jisfaxxa kollox.", "Għalhekk, Sur President, jiena nemmen li l-management ta' dawn iż-żoni għandu jkun fi ħdan il-kunsilli lokali anke jekk imbagħad il- kunsill jinvolvi lir-rappreżentanti ta' dawk iż-żoni fid-deċiżjonijiet li jittieħdu.", "Il-kunsilli lokali għandhom numru ta' vantaġġi fosthom li jistgħu jinforzaw il-liġi.", "Dan ifisser li jekk isir qbil li tinġabar tariffa biex isir xi ħaġa f'żona partikolari, dan ma jkunx biss qbil verbali jew imniżżel fil-minuti tal-laqgħa, imma tkun tista' ssir bye-law speċifika sabiex l-arranġament li jkun intlaħaq ikun jista' jiġi enforced aħjar.", "Jiena nemmen li jekk nipprovaw inmexxu dawn iż-żoni b'dan il-mod li semmejt, dawn iż-żoni jibdew jiġu managed aħjar.", "Waħda mill-problemi li jkun hemm f'dawn iż-żoni hi li ġeneralment, meta jkun hemm plots abbandunati, dawn jispiċċaw f'miżbla.", "Is-soluzzjoni kieku tkun li jinbena ħajt madwar dan il-plot imma l-problema hi li ħafna drabi ma nkunux nafu min hu s-sid tal-plot abbandunat.", "Għalhekk, f'dan il-każ, il- kunsilli lokali jaqbad u jibni ħajt hu u meta s-sid tal-plot jiġi biex jiżviluppa l-art, dan ikollu jħallas l-ispejjeż tal-bini ta' dan il-ħajt u forsi anke l-interessi.", "B'dan il-mod insolvu l-problemi ta' plots li jsiru miżbliet.", "Kelli diversi ideat oħra li xtaqt nitkellem dwarhom dwar x'jista' jsir fiż- żoni industrjali pero` l-ħin qed jagħfas u xtaqt nitkellem anke fuq iż-żoni residenzjali.", "Hawnhekk, hemm bżonn li l-kunsilli lokali jorganizzaw irwieħhom aħjar għax m'huwiex biżżejjed li sempliċiment jiġbru l-Lm1 tal- permess u jagħtu free for all lil dak li jkun se jagħmel ix-xogħol.", "Nifhem u napprezza - għax jiena wkoll gergirt bħala sindku meta din għaddiet f'idejna - li din ma tantx hi inċentiv biex wieħed jopera.", "L-Onor.", "Sammut gerger fuq l-ispejjeż żejda li qed inpoġġu fuq il-kuntratturi biex noħorġulhom il-permess imma tajjeb li nfakkru li qabel ma għadda taħt il- kunsill lokali, il-permess kien joħroġ mill-pulizija u dan kien jiswa Lm10 kuljum għal kull inġenju li jkun qed jagħmel ix-xogħol fit-triq filwaqt li issa jiswa biss Lm1, idum kemm idum ix-xogħol.", "Dan ifisser li l-gvern naqqas sostanzjalment u mhux żied il-piżijiet fuq il-kuntratturi.", "Sur President, filwaqt li r-rata ta' ħlas tal-pulizija kienet għolja wisq, dik tal-kunsilli hi redikolament baxxa u ċertament ma tinċentivax lill- kuntrattur biex jeħles ix-xogħol malajr kemm jista' jkun ħalli jnaqqas l- inkonvenjent lin-nies.", "Jiena nemmen li r-rata għandha tkun għal kull ġurnata għar-raġunijiet li semmejt u għandha tkun flessibbli fis-sens li wieħed li jġib inġenju żgħir u jdum ġurnata m'għandux iħallas daqs wieħed li jġib xi ħames inġenji u jdum sejjer xahar.", "Jiena nemmen li l- assoċjazzjoni tal-kunsilli lokali flimkien mal-ministru responsabbli mill- kunsilli lokali għandhom jagħmlu review ta' dawn it-tip ta' tariffi u tal- mod kif qed taħdem is-sistema sabiex ikunu jistgħu joħorġu l-permessi b'kundizzjonijiet miktubin fuq il-permess sabiex il-gwardjani u l-pulizija jkunu jistgħu jaraw jekk il-kuntratturi jkunux mexjin kif suppost.", "Sur President, se nagħlaq billi ngħid li jiena nemmen li dawn il-permessi għandhom ikopru attivitajiet bħall-ħatt ta' merkanzija u okkupazzjoni ta' spazju ta' triq għal raġunijiet personali.", "Nemmen ukoll li għandu jiġi dettat provvediment sabiex ir-resident ikun protett f'każi fejn l-aċċess tiegħu jkun ostakolat.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hi aġġornata għal-lejla, it- Tlieta, 15 ta' Lulju 2003 fis-6:00 pm bl-aġenda kif komunikata mis- Segretarju Parlamentari Vassallo.", "Fin-12.30 a.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "MDINA – RESIDENTIAL UNITS", "1028.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Ministru jgħid kemm-il unit residenzjali hemm fil-belt ta' l- Imdina?", "Kemm minnhom huma b'kera u kemm minnhom huma tar-residenti li joqogħdu fihom?", "Kemm kien hemm units residenzjali fil-belt ta' l-Imdina fis-snin 1999, 2000, 2001 u 2002?", "Kemm hemm proprjeta' residenzjali fil-gżejjer Maltin li l-valur tagħha hi minn Lm100,000 sa Lm199,999; minn Lm200,000 sa Lm300,000; minn Lm300,000 sa Lm400,000; u 'l fuq minn Lm400,000 li nxtrat minn ċittadini Maltin u minn persuni barranin fis-snin 1999, 2000, 2001 u 2002?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi la fir-reġistru ta` l-artijiet u lanqas fir-reġistru pubbliku ma tinżamm it-tip ta` informazzjoni mitluba.", "Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija, jista` ikun li tali informazzjoni fil- każ ta` proprjeta` li tkun inxtrat minn barranin tista` tinkiseb mill- ministeru konċernat.", "DAY CENTRES GĦALL-ANZJANI", "1029.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid liema huma dawk il-lokalitajiet li fihom hemm day centres għall-anzjani?", "X'inhu n-numru ta' anzjani residenti f'kull waħda minn dawn il-lokalitajiet?", "X'inhu n- numru ta' anzjani reġistrati ma' kull wieħed minn dawn id-day centres?", "Kemm hu n-numru massimu ta' anzjani li jistgħu jattendu f'jum wieħed f'kull wieħed minn dawn id-day centres?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab informat li l-informazzjoni mitluba mill- Onor. Interpellant hi kif tidher fit-tabella li poggejt fuq il-mejda tal- Kamra aktar kmieni fis-seduta.", "Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, ninforma lill-Onor.", "Interpellant li dawn id-day centres m'humiex ċentri residenzjali.", "DAY CENTRES GĦALL-ANZJANI", "1030.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim li l-ministeru għall-politika soċjali ffirma ma' kunsilli lokali/entitajiet privati u oħrajn għat-twaqqif u t-tmexxija ta' day centres għall-anzjani?", "B'liema mod il-ministeru qed jassigura tmexxija tajba f'dawn id-day centres għall-anzjani?", "Jista' jgħid jekk isirx rapport annwali mill-amministrazzjoni ta' kull day centre għall-anzjani?", "Jista' ipoġġi kopja tar-rapporti annwali għas-snin 2000, 2001 u 2002 fuq il-mejda tal-Kamra?", "Se mai jikkonsidra li jawtorizza l-pubblikazzjoni ta' rapport annwali dwar it-tmexxija, attivitajiet u finanzi ta' kull day centre għall-anzjani?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "DAY CENTRES GĦALL-ANZJANI", "1031.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid f'liema lokalitajiet huma pproġettati li jiftħu day centres għall-anzjani din is- sena?", "Hemm lok li jinfetħu diskussjonijiet ma' dawk interessati għall-ftuħ ta' day centres f'lokalitajiet oħra li m'għandhomx day centre iżda huma interessati li jagħmlu dan?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Din is-sena mistenni jinfetaħ day centre gdid f'Sta.", "Venera.", "Il-gvern dejjem lest li jiddiskuti mal-kunsilli lokali interessati li jiftħu ċentri bħal dawn fil-lokalita' tagħhom.", "ĦAŻ-ŻEBBUĠ: SKOLA PRIMARJA - KINDERGARTEN ASSISTANT", "1094.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid x'passi dixxiplinarji ttieħdu fil-konfront ta' kindergarten assistant wara kliem dispreġjattiv u kliem ieħor li ntqal fil- konfront ta' l-assistant head ta' l-iskola ta' Haż-Żebbuġ - l-isimijiet qed jintbagħtu separatament - liema każ seħħ fis-6 ta' Marzu li għadda u rapport dwaru sar l-għada lid-director of operations fid-diviżjoni ta' l- edukazzjoni?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-każ ġie ttrattat skond ir-regolamenti ta' l-1999 tal-kummissjoni dwar is-servizz pubbliku (proċedura ta' dixxiplina).", "KUNĊERT TA' ELTON JOHN", "1102.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid x'kien l-ammont ta' sponsorship tal-ministeru għall-kunċert ta' Elton John?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 1,122.", "ANTI-SPAM INITIATIVES", "1103.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għat-Teknoloġija ta' l- Informazzjoni u Investiment: Il-Gvern Malti qed jippjana xi anti-spam initiatives biex jiġi in line mad-direttiva tal-Unjoni Ewropea dwar privatezza u komunikazzjoni elettronika?", "Il-gvern iddeċieda jekk jipprovdix xi forma ta' protezzjoni kontra l-ispam lill corporate u individual e-mail users?", "Il-gvern jaqbel mal-fehma alternattiva li miżuri ebsin anti-spam ixekklu l- business to business commerce, filwaqt li oħrajn jisħqu dwar il-fatt li e- mail li jkun unsolicited jista' xorta waħda joħloq problemi għall-kummerċ elettroniku?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex jirriferi l- mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "LOW-COST AIRLINES", "1123.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għat-Teknoloġija ta' l- Informazzjoni u Investiment: Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 907 u jgħid xi studji saru mill-Air Malta biex jistudjaw l- impatt tas-sħubija prospettiva ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-kompetizzjoni diretta ta' low-cost airlines bħall-Easy Jet u Ryanair, b'riżultat tal-liberalizzazzjoni li mistennija tiġi fis-seħħ fl- ewwel ta' Mejju 2004?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Internament mill-1994 l'hawn saru diversi studji, kemm ġeneriċi kif ukoll speċifiċi, fuq kważi kull aspett ta' l-impatt tas- sħubija fl-Unjoni Ewropea u konsegwentement tal-liberalizzazjoni fuq l- operat kummerċjali tal-kumpannija.", "Fejn inħass il-bżonn, dawn l-istudji ġew rinforzati minn studji oħra magħmula minn esperti barra l-kumpannija fuq suġġetti ta' interess partikolari.", "Minbarra x-xogħol li sar u għadu jsir internament, ġiet ukoll ikkummissjonata kumpannija finanzjarja ewlenija Maltija fis-sena 2000 sabiex tanalizza speċifikament l-impatt fuq l-Air Malta ta' kompetizzjoni minn linji ta' l-ajru oħrajn, inkluż dawk hekk imsejħa low-cost.", "MICROSOFT – SOURCE CODES", "1134.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għat-Teknoloġija ta' l- Informazzjoni u Investiment: Peress li l-Ministru ftit ilu qal li s'issa ħadd għadu ma kkuntattja lill-gvern għall-access code tal-Microsoft, jista' jgħid għalxiex jattribwixxi dan u x'qed isir min-naħa tal-gvern biex jiġġenera interess u rispons xieraq?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li bħalissa għaddejin diskussjonijiet mal-Microsoft biex titwaqqaf stuttura li fiha jkunu jistghu jigu evalwati l-progetti li jiġu sottomessi mill-kumpanniji jew individwi li jkunu jixtiequ aċċess għas-source codes tal-Microsoft.", "Il-Microsoft bħalissa qed timpjega xi nies biex tirrappreżentaha f'dan iċ-ċentru u biex tizviluppa l-kapaċita' tiegħu fl-isfond tal-ftehim li ntlaħaq.", "REHABILITATION PROJECT COMMITTEES", "1136.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' il-Ministru jgħid min huma l-persuni li jifformaw ir- rehabilitation project committees?", "Jista' jgħid xi kwalifiki jippossedu?", "Jista' jgħid xi ħlas qed jirċievu?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: L-informazzjoni mitluba mill- Onor. Interpellant tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni fis-seduta.", "REHABILITATION PROJECT COMMITTEES", "1137.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' il-Ministru jgħid kemm intnefqu flus mir- rehabilitation project committees sa mit-twaqqif tagħhom?", "Jista' jgħid liema huma l-proġetti li saru sa mit-twaqqif u kull proġett kemm ġie jiswa?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: L-informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.", "OFFIŻI SESSWALI", "1145.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm attakki sesswali fuq individwi mil- bidu ta' din is-sena sal-lum?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi bejn Jannar u Ġunju ta` din is-sena kien hemm 31 każ ta` offiżi sesswali rrapportati lill-pulizija.", "KUNSILLI LOKALI BI ŻBILANĊ FINANZJARJU", "1146.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Intern: B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari 687, 857 u 1059, jista' il- Ministru jgħid liema huma l-kunsilli li jinsabu fi żbilanċ finanzjarju?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li sa l-aħħar ta` Mejju ta' din is-sena tliet kunsilli lokali kienu jinsabu f'deficit finanzjarju.", "Dawn huma l- Birgu bi Lm23,550, Birkirkara b'Lm25,260 u Victoria bi Lm23,728.", "Id-dipartiment tal-kunsilli lokali diġa` kiteb lill-kunsilli konċernati biex jagħtu spjegazzjoni ta` kif se jeliminaw dan id-deficit fl-iqsar żmien possibbli.", "SIGURTA' SOĊJALI –SERVIZZ TA' INKONTINENZA", "1148.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm talbiet pendenti għall-faċilitajiet li jingħataw lil min ibati minn inkontinenza u minn liema lokalita' huma?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab informat li n-numru ta' talbiet pendenti għas- servizz ta' inkontinenza hu ta' sebgħa.", "Tnejn huma mill-lokalita' ta' Wied il-Għajn u talba minn kull waħda minn dawn il-lokalitajiet: Tarxien, Safi, Qormi, Balzan u Sta.", "Lucia.", "SIGURTA' SOĊJALI - SERVIZZ TA' HOMEHELP", "1149.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm persuni li għandhom is-servizz tal-homehelp u minn liema lokalita' huma?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tabella li turi l-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni fis-seduta.", "SVPR – MANUTENZJONI TAS-SWALI", "1152.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid minn liema swali ġewwa ir-residenza San Vinċenz de Paule saret talba biex issirilhom maintenance tas-sala u x'kienet ir-risposta?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-twegiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 676.", "DJAR TA' L-ANZJANI - ĦADDIEMA", "1154.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema jaħdmu fid-djar ta' l-anzjani u x'inhu l-grad tagħhom?", "Kemm hemm persuni li huma bil-kuntratt, x'inhu xogħolhom u kemm jitħallsu?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tabella li turi l-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni fis-seduta.", "Ninsab informat li fid-djar ta' l-anzjani m'hemmx ħaddiema impjegati fuq kuntratt.", "RABAT - TALBA GĦAL AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA", "1160.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid fiex waslet l- applikazzjoni għal akkomodazzjoni alternattiva tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament?", "X'qal il-housing inspector?", "X'qalet fir-rapport tagħha s-social worker?", "X'tama hemm li l-applikanta tiġi allokata fond?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Dwar l-ewwel parti tal-mistoqsija, ninsab informat li l-applikazzjoni ndikata mill-Onor.", "Interpellant qed tigi kkonsidrata flimkien ma oħrajn simili.", "Dwar il-kumplament tal-mistoqsija, nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi l-persuna koncernata lid-dipartiment ghall-akkomodazzjoni soċjali biex tara hi stess l-applikazzjoni tagħha", "BORMLA - TRIQ SAN MIKIEL - FOND NRU.", "29", "1162.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-fond nru.", "29, Flat 7, St. Michael Str, Bormla huwiex rekwiżizzjonat?", "Meta ġie rekwiżizzjonat?", "Mingħand min ġie rekwiżizzjonat u min hu l-inkwilin li lilu ġie allokat dan il-fond?", "Meta ġie allokat?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jien informat li l-post indikat mill-Onor.", "Interpellant gie rekwizizzjonat fl-1988 u r-rekwiżizzjoni għadha valida.", "L-aħħar inkwilin li gie allokat dan il-post mid-dipartiment għall- akkomodazzjoni soċjali miet fl-1999.", "Wara dan, is-sid aċċetta l-kera mingħand persuna oħra li kellha applikazzjoni ma' l-istess dipartiment.", "Ma jidhirlix li għandi nippubblika d-dettalji personali la ta' l-inkwilin preżenti u lanqas tas-sid.", "BORMLA : TRIQ SAN ĠWANN - FOND NRU.", "59", "1164.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid meta se toħroġ id-derequisition għall-fond nru.", "59, Triq San Ġwann, Bormla?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jien informat li s'issa m'hemm l-ebda ħsieb li titneħħa l-ordni ta' rekwiżizzjoni tal-fond indikat mill-Onor.", "Interpellant.", "ĦRUĠ TA' WORK PERMIT", "1167.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Ministru jgħid għaliex l-applikazzjoni tal-persuna li d- dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, ma ġietx milqugħa biex jaħdem hawn Malta?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li t-talba li saret dwar il-persuna li tagħha ta d-dettalji l-Onor.", "Membru ġiet eżaminata mill-bord li jipproċessa talbiet għall-ħruġ/tiġdid ta` liċenzji ta` impjieg.", "Il-bord deherlu li hawn Maltin biżżejjed jaħdmu fil-linja tax-xogħol li għaliha ntalab dan il- permess u għalhekk ma qabilx li f'dan il-każ għandha tinħareġ liċenzja ta` impjieg.", "BIRGU – RIKONOXXIMENT TA' INKWILIN", "1175.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid meta se tiġi rikonoxxuta bħala inkwilina l-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, bil-kera tinqaleb minn fuq missierha għal fuq isimha?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sabiex persuna tiġi rikonoxxuta f'post tal-gvern ikun jeħtieġ li jsiru l-investigazzjonijiet kollha meħtieġa sabiex ikun assigurat li l-persuna li qed titlob rikonoxximent kienet verament tghix f'dan il-post.", "Meta l-investigazzjonijiet ikunu konklużi, id-dipartiment ikun f'pożizzjoni jiddeciedi jekk jilqax it-talba għar-rikonoxximent jew le.", "BORMLA: TRIQ IL-ĠDIDA - XIRI TA' POSTIJIET", "1177.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Ministru jgħid jekk il-postijiet tal-gvern ta' Triq il- Ġdida ġewwa Bormla, mibnija fuq siti tal-privat, jistgħux jinxtraw mill- inkwlini rikonoxxuti?", "ONOR.", "TONIO BORG: Il-postijiet tal-gvern fi Triq il-Ġdida, Bormla jinsabu mibnija fuq siti li ġew akkwistati bit-titlu ta` pussess u użu, bħal fil- każ ta' ħafna siti oħra ġewwa l-Kottonera u l-Belt Valletta.", "Sa ftit xhur ilu kien diffiċli ħafna li l-gvern jiġi s-sid assolut ta` siti li ġew akkwistati taħt dan it-titlu, iżda issa permezz ta' l-Att XI ta` l- 2002 li jemenda l-Ordinanza dwar l-Akkwist ta` Artijiet għal Skopijiet Pubbliċi (Kap 88), il-gvern jista` isir is-sid assolut ta` dawn is-siti appena jippubblika dikjarazzjoni tal-President ta` Malta, billi jikkapitalizza l-kera ta` pussess u użu li titħallas għal dawn is-siti bil- 1%.", "Peress li l-flus dovuti jkunu jridu jiġu depożitati il-bank mad- dikjarazzjoni tal-President ta` Malta, id-dipartiment ta' l-artijiet lest li jagħmel dan meta jkollu l-fondi neċessarji.", "RESTAWR TA' SITI ARKEOLOĠIĊI", "1183.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għal Għawdex: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 915, tista' il-Ministru tgħid kemm sar xogħol ta' restawr fuq siti arkeoloġiċi fis-snin 2000, 2001, 2002 u 2003?", "Liema huma dawn ix-xogħlijiet, meta saru u kemm swew?", "Peress li fir-risposta ma kien hemm ebda riferenza għal Għawdex, tista' il- Ministru tgħid kemm sar xogħol ta' restawr fuq siti arkeoloġiċi fis-snin 2000, 2001, 2002 u 2003?", "Tista' tgħid liema huma dawn ix-xogħlijiet, meta saru u kemm swew?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: L­informazzjoni qed tinġabar u risposta tingħata f'seduta oħra.", "UPGRADING TA' ZONI TURISTIĊI", "1185.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għal Għawdex: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 916, tista' il-Ministru tgħid kemm sar xogħol ta' upgrading f'zoni turistiċi fis-snin 2000, 2001, 2002 u 2003?", "Jista' jgħid liema huma dawn ix-xogħlijiet, meta saru u kemm swew?", "Peress illi fir-risposta ma kien hemm ebda riferenza għal Għawdex, tista' il-Ministru tgħid kemm sar xogħol ta' upgrading f'zoni turistiċi fis-snin 2000, 2001, 2002 u 2003?", "Tista' tgħid liema huma dawn ix-xogħlijiet, meta saru u kemm swew?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u risposta tingħata f'seduta oħra.", "GĦAWDEX: TAĊ-ĊAWLA - APPARTAMENTI", "1187.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għal Għawdex: Tista' il-Ministru tgħid jekk humiex se jsiru xi xogħlijiet ta' manutenzjoni u ta' upgrading fl-appartamenti fil-housing estate f'Taċ-Ċawla?", "Tista' tindika x'inhuma dawn ix-xogħlijiet u meta huwa maħsub li jibda u jispiċċa x- xogħol?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Fix-xhur li ġejjin se jitkompla x-xogħol ta' manutenzjoni tal-gallariji u tax-shafts.", "Huwa mistenni illi fejn hu possibbli, dan ix-xogħol itlesta sa l-aħħar ta' din is­sena.", "MTA - UFFIĊĊJU BARRANI", "1188.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' il- Ministru jgħid liema uffiċċju barrani ta' l-MTA instab li saru fih irregolaritajiet finanzjarji billi saret nefqa akbar mill-budget awtorizzat?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Billi l-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin, mhix etika li tingħata aktar informazzjoni f'dan l-istadju.", "SPTAR MATER DEI - OFFERTA GĦAX-XIRI TA' APPARAT MEDIKU", "1193.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Fit-taħditiet riċenti mal-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin ta' l-Italja, tqajmet il-kontestazzjoni li hemm dwar it-tender għal apparat mediku għall- isptar il-ġdid?", "X'kienu l-punt ewlenin li tqajmu f'din il-laqgħa ma' Frattini?", "Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi proġetti kapitali li waqgħu lura minħabba d-dewmien fir-ratifika tal-protokol ma' l-Italja?", "ONOR.", "JOE BORG: Ir-risposta għall-ewwel parti tal-mistoqsija hija fin- negattiv.", "Irrid nghid ukoll illi huwa ovvju li proġetti kapitali li jinvolvu l-użu tal-fondi taht il-protokol Taljan, jistgħu biss jitwettqu meta jigi fis- seħħ l-istess protokol.", "Il-punt ewlieni li tqajjem mal-Ministru ta' l- Affarijiet Barranin ta' l-Italja dwar l-istess protokol kien l-iter li għad jonqsu dan il-protokol sabiex jigi rratifikat mill-Italja ħalli jkun jista` jidħol fis-sehh.", "(N.B. Għal tweġiba finali b'risposta għal din l-interpellanza, ara PL 253 mqiegħda fuq il-mejda tal-Kamra f'seduta 26 tal-15 ta' Lulju, 2003)", "DJAR BIL-PERMESS LI JINKREW", "1197.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsijiet parlamentari 811 u 996 u jgħid kemm hawn holiday flats, holiday apartments u djar oħra li għandhom liċenzja biex jinkrew u jgħid ukoll jekk teżistix klassifika tagħhom?", "Jista' jagħti dettalji tal-klassifika?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.", "LEISURE CLUBS", "1198.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsijiet parlamentari 801 u 945 u jagħti l- informazzjoni mitluba fuq bars, night clubs, diskoteki, gyms, sports facilities privati, fitness centres u entertainment establishments?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Filwaqt li nirriferi l-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 947, ninsab informat li l-permessi ta' night clubs/discos jifformaw parti mill-liċenzji tal-bars u mhux separati.", "Ma tinżammx statistika ta' gyms, sports facilities, fitness centres u entertainment establishments.", "Dawn l-attivitajiet huma parti integrali mill- operazzjoni tal-lukandi jew stabilimenti simili.", "KARIGA TA' MEMBRI PARLAMENTARI", "1201.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid meta membru parlamentari jitqies li jkun spiċċa mill-kariga, meta jissejjaħ ir-writ ta' l-elezzjoni jew meta jiġi elett membru parlamentari ieħor minfloku f'elezzjoni?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Iż-żamma tal-kariga ta' membru parlamentari hi regolata b'artiklu 55 tal-Kostituzzjoni.", "QRENDI – ENGINEERED TEMPORARY LANDFILLS", "1205.", "L-ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Fir-rigward tat-temporary landfills li hemm propost li jsiru fil-limiti tas-Siġġiewi u l-Qrendi sakemm tiġi żviluppata controlled landfill fil-limiti tan-Naxxar, jista' il-Ministru jgħid jekk ġietx ikkonsultata t-tourism authority qabel ma saret din il-proposta?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 1,202.", "QRENDI – ENGINEERED TEMPORARY LANDFILLS", "1206.", "L-ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Fir-rigward tat-temporary landfills li hemm propost li jsiru fil-limiti tas-Siġġiewi u l-Qrendi sakemm tiġi żviluppata l- controlled landfill fil-limiti tan-Naxxar, jista' il-Ministru jgħid jekk ġewx ikkonsultati persuni tekniċi tal-korporazzjoni għas-servizzi ta' l- ilma peress li l-landfills proposti huma viċin ferm tar-reverse osmosis plant li hemm f'Għar Lapsi?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 1,202.", "QRENDI – ENGINEERED TEMPORARY LANDFILLS", "1207.", "L-ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Fir-rigward tat-temporary landfills li hemm propost li jsiru fil-limiti tas-Siġġiewi u l-Qrendi sakemm tiġi żviluppata l- controlled landfill fil-limiti tan-Naxxar, jista' il-Ministru jgħid jekk ġewx ikkonsultati l-kunsilli tas-Siġġiewi u tal-Qrendi qabel ma saret din il-proposta?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 1,202.", "QRENDI – ENGINEERED TEMPORARY LANDFILLS", "1208.", "L-ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Fir-rigward tat-temporary landfills li hemm propost li jsiru fil-limiti tas-Siġġiewi u l-Qrendi sakemm tiġi żviluppata controlled landfill fil-limiti tan-Naxxar, jista' il-Ministru jgħid jekk ġiex ikkonsultat id-dipartiment tal-mużewijiet qabel ma saret din il-proposta?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 1,202.", "QRENDI – ENGINEERED TEMPORARY LANDFILLS", "1209.", "L-ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Fir-rigward tat-temporary landfills li hemm propost li jsiru fil-limiti tas-Siġġiewi u l-Qrendi sakemm tiġi żviluppata controlled landfill fil-limiti tan-Naxxar, il-Ministru fil-press conference li ta l- bieraħ semma li kien hemm sitt barrieri li jistgħu jintużaw għal dan l- iskop f'Malta kollha minħabba l-bżonn li s-sit magħżul ikun 'il barra mill- ground water protection zone, jista' jgħid liema huma l-erba' barrieri l- oħra li għandhom il-potenzjal li jintużaw għal dan l-iskop?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-barrieri kollha li ġew ikkonsidrati fir-rigward ta' l-engineered temporary landfills u li qegħdin barra mill-ground water protection zone, jinsabu f'dokument li tħejja apposta sabiex fuqu jkunu jistgħu jibdew il-konsultazzjonijiet ma' l- entitajiet kollha konċernati fuq il-proġett propost.", "Dan id-dokument, magħruf aħjar bħala l-project description statement, jinkludi l-informazzjoni kollha u dettalji oħra fuq dan il-proġett.", "Il- project description statement ġie mgħoddi lill-MEPA u wieħed jista' jarah fuq il-website ta' l-awtorita'.", "QRENDI – ENGINEERED TEMPORARY LANDFILLS", "1210.", "L-ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Fir-rigward tat-temporary landfills li hemm propost li jsiru fil-limiti tas-Siġġiewi u l-Qrendi sakemm tiġi żviluppata controlled landfill fil-limiti tan-Naxxar, kulħadd jaqbel li l-barrieri li qed jiġi propost li jintużaw għal dan l-iskop għandhom jiġu riabilitati għax qed ikerrħu l-ambjent?", "Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li l- ministeru tiegħu jissuġġerixxi barriera oħra fil-viċinanzi li qed ikollha impatt ferm akbar fuq l-ambjent tiġi kkontrollata wkoll?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 1,209."]} {"filename": "20061103_453d_par.doc", "date": "2006-11-03", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Uffiċjali u Rivedut) L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 453 Il-Ġimgħa, 3 ta' Novembru 2006 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 453", "Il-Ġimgħa, 3 ta' Novembru 2006", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-9.00 a.m.", "Talba", "Seduta Nru. 453", "Il-Ġimgħa, 3 ta' Novembru 2006", "WERREJ", "MINUTI 510", "TQEGĦID TA' KARTI 510", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "KUMITAT TA' PROVVISTA", "ESTIMI ĠENERALI 2007 - ID-DISA' JUM STABBILIT", "MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET RURALI U AMBJENT 510", "AĠĠORNAMENT 548", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 548", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 452 li saret fit-2 ta' Novembru, 2006 ġew konfermati.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): Skond il-mozzjoni ta' proċedura numru 258 tad-9 ta' Ottubru, 2006 il-ħin tal-mistoqsijiet ta' din is-seduta ma jitteħidtx u l-mistoqsijiet kollha li dehru fuq l-aġenda qed jingħataw tweġiba bil-miktub.", "Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru George Pullicino.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO (Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent): Mr Speaker, f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi, inqiegħed fuq il- mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar investiment mill-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi bejn l- 1993 u l-2005, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 19436;", "Tabella li turi l-ammont ta' fondi li Malta għaddiet lill-Unjoni Ewropea u dawk li Malta irċeviet mill-Unjoni Ewropea, bejn Mejju 2003 u novembru 2006, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 21506;", "Tabelli li juru l-għadd ta' persuni f'kull tax bracket għas-sena 2005 u kif previsti għas-sena 2008, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 21511; u", "f'isem il-Ministru tas-Saħħa, ta' l-Anzjani u Kura fil-Komunita`, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Kopja tal-pjanta approvata tal-klinika ta' Ħ'Attard, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 21717.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "KUMITAT TA' PROVVISTA", "ESTIMI ĠENERALI 2007", "ID-DISA` JUM STABBILIT", "MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET RURALI U AMBJENT", "L-ordni għall-kumitat ġie moqri", "FIL-KUMITAT", "L-Onor Carmelo Abela, President tal-Kumitat, jippresjedi.", "THE CHAIRMAN (Onor. Carmelo Abela): Illum il-Kumitat għandu quddiemu l- voti tal-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent.", "Nixtieq ninforma lill-Kumitat li skond il-mozzjoni numru 258 tad-9 ta' Ottubru, 2006 il-ħin tad-diskussjoni tal-lum huwa ta' erba' sigħat u għandu jinqasam indaqs bejn il-kelliema tal-gvern u l-kelliema ta' l-oppożizzjoni, bl-aħħar nofs għall- gvern.", "ll-Ministru Pullicino, jekk jogħġbu, iressaq ir-riżoluzzjonijiet tiegħu.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Sur President, nipproponi:", "VOT 42 - MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET RURALI U AMBJENT", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm24,832,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 42 - Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2007.", "VOT XI - MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET RURALI U AMBJENT", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm22,084,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot XI - Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2007.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Roderick Galdes.", "ONOR.", "RODERICK GALDES: Mr Chariman, nipproponi din l-emenda:", "VOT 42 - MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET RURALI U AMBJENT", "Personal Emoluments", "Item 11 - Holders of Political Office", "Ħassar iċ-ċifra \"Lm30,321\" u ssostitwixxi minflok iċ-ċifra \"Lm30,320\".", "Delete the figure \"Lm30,321\" and substitute therefor the figure \"Lm30,320\".", "Mr Chairman, illum se niddiskutu vot li m'hemmx dubju li huwa importanti ħafna għax għandu effett dirett fuq il-qasam ambjentali ta' pajjiżna.", "Jien xtaqt nibda billi nagħti ħarsa lejn dak li dejjem nisimgħu f'kull budget u mbagħad ngħid xi ħaġa fuq il-performance tal-gvern fil-qasam ewlieni ta' l- ambjent.", "Kull budget jien narah qisu eżerċizzju ta' PR fejn tisma' affarijiet sbieħ u affarijiet li ħafna drabi huma neqsin mir-realta` li bħalissa qed iħabbat wiċċu magħha pajjiżna.", "Meta tibda tara l-proposti li jressqu quddiemna u xi jsir minnhom wara sena jew inkella wara sentejn tibda tinduna kemm il-gvern qed jgħaddi n-nies biż-żmien u minn dak li jwiegħed ma jagħmel xejn.", "Jien se nagħti ħarsa lejn żewġ budgets partikolari - mort sentejn lura ħalli ma mmurx ħafna 'l bogħod – ħalli naraw x'wegħduna u jekk dak li wegħduna twettaqx.", "Fil-budget ta' l-2005 semmew diversi proposti li kienu jagħmlu sens u li meta tismagħhom tgħid kemm il-gvern qed jieħu inizjattivi fil-qasam ta' l-ambjent.", "Imma wara dan iż-żmien kollu wieħed dawn il- proposti twettqu?", "Il-gvern impenja ruħu biex il-proposti dwar l-ambjent imexxihom 'il quddiem?", "F'dan il-budget reġgħet issemmiet il-proposta li għandna bżonn impjanti għall-iskart goff.", "Issa din kienet proposta li ssemmiet ukoll fil-budget ta' l-2005, il-ministru ma wettaqhiex u llum qed jerġa` jirriċikla l-istess proposta.", "Issa għaddiet sena oħra u kważi waslet l-elezzjoni ġenerali u sal-lum din il-proposta għadha biss fuq il- karta.", "Nafu li ttieħdu xi inizjattivi biex jibdew l-ewwel żewġ impjanti, imma kellhom jgħaddu tliet snin biex din il-proposta titmexxa 'l quddiem?", "Fl-2005 kienu qalulna wkoll li se jitwaqqfu żewġ impjanti għat-tisfija tad- drenaġġ.", "Ma nafx kemm ilna għaddejjin b'dan il-proċess!", "Tgħidx kemm ilna nbiddblu siti u sal-lum għadna m'għamilniehomx.", "Fl-1997, aħna, bħala gvern laburista, konna qbadna l-barri minn qrunu u tajna l-commitment biex dawn l- impjanti mmexxuhom 'il quddiem għax ridna anke nħarsu l-konvenzjoni ta' Barċellona.", "Illum qegħdin fl-aħħar sena u nofs ta' dan il-gvern u sal-lum għadna ma rajna xejn minn dawn l-impjanti li ilhom imwegħdin għal snin sħaħ.", "Nafu li beda jsir xi ħaġa fir-rigward tal-burokrazija ta' pjanti u tat-tmexxija ta' karti neċessarji, pero` fir-realta` għadna ma rajna xejn.", "Għadna sal-lum qed niddiskutu fuq liema sit fix-Xgħajra għandna nagħmlu dan l-impjant partikolari.", "Fil-qasam tal-bio-diversita` kienu wegħduna li se jagħmlu 26 marine protected area madwar Malta.", "Għaddew sentejn u s'issa għadhom għamlu waħda biss.", "Qalulna li se jkollna policy effiċjenti f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-enerġija alternattiva biex naraw liema hu l-aħjar mod li niġġeneraw l- enerġija elettrika, jekk hux mix-xemx jew mir-riħ.", "X'sar sal-lum?", "L- istess problemi għad għandna.", "Qed nitkellmu fuq il-budget ta' l-2005 u mhux qed nitkellmu fuq dan il-budget.", "Wegħduna wkoll li f'Għawdex kienu se jibnu golf course, ikar faċilitajiet ta' rmiġġ għall-jottijiet u casino ġdid.", "Sal-lum dawn għadhom ma sarux.", "Jien qed nikkwota mill-budget għas- sena 2005.", "Kieku ma kenux imniżżlin fil-budget għas-sena 2005 ma kontx insemmihom.", "Pero` l-prim ministru dak iż-żmien tkellem fuqhom u jien tajt ħarsa lejn il-performance ta' dan il-gvern f'dawn l-aħħar snin.", "Din is-sena qalulna li x-xogħol fuq it-tfassil tal-pjani lokali, fuq ir- reviżjoni tal-pjan ta' struttura, fuq ir-reviżjoni ta' numru ta' policies u fuq regolamenti baqa' għaddej b'ritmu mgħaġġel wara konsultazzjoni pubblika estenziva.", "Ma nafx kemm ilna nisimgħu li l-pjan ta' struttura se jiġi rivedut!", "Meta se jiġi rivedut?", "Din il-proposta ilna nisimgħuha għal sentejn, tliet snin, erba' snin sħaħ, u sal-lum, meta qrobna għall- elezzjoni ġenerali, għadna ma wasalniex.", "Dawn il-proposti ma tmexxewx 'il quddiem.", "Fil-budget ta' din is-sena reġgħu semmew il-proposta ta' l- impjanti tat-trattament tad-drenaġġ.", "Jiġifieri xbajna nisimgħu kliem saħiħ fuq kemm se jsiru proġetti utli u mbagħad minn dan kollu ma jsir xejn.", "Imbagħad biex inkomplu nitfgħu l-melħ fuq il-ferita erġajna rajna l- proposta interessanti tal-family park f'Wied il-Għajn.", "Mhux talli l-gvern ma ħax tbeżbiża bl-elezzjoni tal-kunsill lokali f'din il-lokalita`, talli se jibqa' għaddej jirrombla fuq il-komunita` ta' Wied il-Għajn fir-rigward ta' l-impjant tar-riċiklaġġ meta jaf li kulħadd huwa kontrih.", "Issa biex mingħalih jaljena lin in-nies ta' din il-lokalita` qiegħed jgħidilhom li se jagħmlilhom family park biex forsi jnaqqas ftit l-impatt negattiv li se jkollu dan il-proġett.", "Il-proċess ta' dan il-proġett kien wieħed vizzjat u inutli nwiegħdu lin-nies affarijiet li mhux se jilħqu l-għanijiet tagħhom.", "ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO: Sur President, għandi point of order.", "THE CHAIRMAN: X'inhu l-point of order, Onor. Pullicino Orlando.", "ONOR.", "JEFFEY PULLICINO ORLANDO: Xtaqt lill-Onor.", "Galdes jiċċara jekk huwiex kontra d-dikjarazzjoni ta' l-Onor.", "Alfred Sant, li huwa l-kap tal- partit tiegħu ....", "(Interruzzjonijiet)", "THE CHAIRMAN: Dan mhux point of order.", "(Interruzzjonijiet) Mhux point of order.", "Ikompli l-Onor.", "Galdes.", "ONOR.", "RODERICK GALDES: Sur President, qalulna li l-investiment fir- riabilitazzjoni tal-widien u l-istorm water courses se jkompli bl-istess ritmu, u kellu jitlesta x-xogħol fuq il-proġett tal-water course ta' Ħal Qormi u l-Marsa u l-water course ta' Burmarrad u s-Salini.", "Jiena ġej minn Ħal Qormi, naf xi problemi ta' għargħar hemm għax ħabbatt wiċċi magħhom tliet snin ilu, meta kont sindku, u naf minn kemm tbatija għaddiet din il- komunita`.", "Ix-xogħol fuq il-proġett tal-wied ta' Ħal Qormi ma sarx tajjeb, u għad hemm ħafna xogħol x'isir.", "Inutli tipprova tagħmel parti minn dan il-proġett meta taf li l-problema mhux se tissolva.", "Hemm Wied is-Sewda f'Ħal Qormi, per eżempju, li jestendi sa Ħ'Attard li għadu mkisser kollu kemm hu, u hemm problemi kbar biex jgħaddi l-ilma tax-xita minn ġo fih.", "Barra minnhekk hemm ukoll problemi biex isir ċertu ppjanar f'din l-area partikolari.", "Sur President, jiena naħseb li jekk kien hawn ministeru li matul din is- sena l-performance tiegħu kienet waħda negattiva kien proprju dan il- ministeru għaliex li smajna kontroversji kbar fuq proġetti kbar li ma kenux jagħmlu sens.", "Infaqna balla liri fuq environmental impact assessments u fuq studji oħra meta nafu li dawn il-proġetti lanqas biss imisshom inbdew bil-problemi ambjentali li għandu pajjiżna, imma l-gvern deherlu li għandu jimxi fuqhom.", "Għalhekk jiena nistaqsi: X'għamiltu fuq il-golf course tax- Xagħra l-Ħamra?", "Se tibqgħu għaddejjin b'dan il-proġett li huwa ta' dannu kbir għall-ambjent ta' pajjiżna?", "Jien għandi informazzjoni li mill-EIA qed joħorġu affarijiet inkwetanti ħafna f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-ambjent u li l-gvern qed jaqta' qalbu milli jkompli b'din il-proposta.", "Dan ikompli juri kemm il-partit laburista, il-bdiewa u l-għaqdiet ambjentali kollha kellhom raġun jopponu għal dan il-proġett minħabb li jista' jagħmel ħsara kbira ambjentali lil din iż-żona.", "Sur President, ikolli ngħid li wasal iż-żmien li flok noqogħdu ngħajru lill- NGOs u ngħidulhom li għandhom aġenda moħbija biex jaqdu lill-partit laburista jew inkella lil xi partit ieħor, nibdew verament nikkonsultaw magħhom u mhux naffrontawhom u nżommu kontroversja għaddejja kontinwament.", "Bilfors li l-NGOs jaqtgħu qalbhom meta jaraw li fil-gvern m'hemmx leadership f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-ambjent, u huma mhux qed jiġu kkonsultati dwar ċerti problemi li ċerti proġetti jistgħu joħolqu.", "Per eżempju, nafu li dawn il-proġetti baqgħu għaddejjin meta l-opinjoni pubblika ma taqbilx magħhom.", "Fix-xhur li għaddew kellna debate interessanti ħafna dwar ir- razzjonalizzazzjoni ta' l-art għall-iżvilupp u għamilnieh qabel is-sajf biex kemm jista' jkun imbagħad jintesew l-affarijiet, imma l-problemi ambjentali hemm baqgħu.", "Sal-lum għadha ma ġietx solvuta din il-problema, u hemm problemi oħrajn dwar iż-zoning li lanqas jafu kif se jsolvuhom b'mod prattiku.", "Dak iż-żmien il-prim ministru u l-Ministru Pullicino qalulna li dik id-deċiżjoni li kienu se jieħdu kienet se tiggarantixxi, jew inkella se jkun hemm iċ-ċans li l-prezz tal-proprjeta` se jistabbilixxi ruħu.", "Ftit tal- ġranet ilu fuq gazzetta li m'hijiex tal-partit Laburista qalulkom l-effett li hemm fuq il-proprjeta` bħalissa bid-deċiżjoni li ttieħdet.", "Dan mhux jien qed ngħidu, imma nies fin-negozju tal-proprjeta`.", "Qalukom li l- proprjeta` baqgħet togħla u dak l-effett li qegħdin issostnu intom żgur li mhux se jinħass fis-snin li ġejjin.", "Il-gvern kellu aġenda partikolari u ma ħax ħsieb iħares l-interessi nazzjonali u dawk ambjentali u ma mexiex skond ir-rieda tal-poplu.", "Aħna nafu li l-valur tal-proprjeta` jimxi skond kif il- persuna ddaħħal kapital f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-ispejjeż neċessarji tal-proprjeta` ħalli jkun hemm spekulazzjoni kontinwa.", "Illum l-investiment fl-ispekulazzjoni baqa' jikber u żgur li mhux se jkollna dawk ir-riżultati li qiegħed ibassar il-gvern f'dak li għandu x'jaqsam mar- razzjonalizzazzjoni ta' l-art għall-iżvilupp.", "Qed ngħid hekk għax nafu li llum il-ġurnata kull pied kwadru ta' art jiswielek madwar Lm1,200 meta tiġi biex tikkalkula kemm tiswa plot, u ħadd m'hu se jkollu art ġo scheme u jagħtiha bi prezz irħas għax hawn ħafna fis-suq.", "Le, għaliex il-poplu Malti llum il-ġurnata daħħal il-mentalita` li jinvesti fil-proprjeta` aktar milli jħalli flusu fil-banek.", "Illum qed jaraw introjtu akbar meta jinvestu fil-proprjeta`, allura hemm il-possibilita` li l-proprjeta` tibqa' tiela' kif telgħet matul dawn l-aħħar snin bil-konsegwenza li mhux se javvera ruħu t-tbassir li għamilna, li mill-aspett soċjali se jmorru tajjeb ħafna żgħażagħ.", "Mr Chairman, irrid insemmi wkoll ir-riforma li saret fil-MEPA.", "Tad-daħk!", "Ngħid tad-daħk għax naħseb li m'hawnx istituzzjoni top heavy daqskemm saret il-MEPA llum.", "Naħseb għandna madwar 35 manager, għandna ma nafx kemm diretturi u assistenti diretturi, pero` l-problema reali tal-MEPA x'inhi?", "Illum il-ġurnata l-MEPA saret ballun politiku.", "Għandha ndħil esaġerat.", "Tagħmel ċertu xogħol u mbagħad il-ministeru jidħol fuqha u jgħidilha li trid tagħmilha mod ieħor, allura l-awtonomija spiċċat.", "Rajna kemm gabirjoli saru.", "L-aħħar waħda riċenti kienet dik tal-pjani lokali, fejn tgħidx kemm daħħakna n-nies bina.", "Erba' snin ilu għamilna l-pjani lokali, għedna li se ssir konsultazzjoni u ħarġu l-pjani lokali finalizzati.", "X'kien l-eżitu?", "Inbidlu minn fuq s'isfel il-pjani lokali mingħajr ma n- nies ġew ikkonsultati.", "Lanqas indenjaw ruħhom jgħidulhom li se jagħmlu proposti kontroversjali għall-aħħar.", "Imma lil min setgħu jaqduh qdewh tajjeb, filwaqt li min kien qiegħed ibati ħallewh ibati.", "Min kellu tliet sulari naqqsuhomlu għal żewġ sulari għax żiedu l-UCAs, ħalliha li ma kenux jagħmlu sens f'ċerti lokalitajiet.", "Per eżempju, meta bdejt nara d-draft local plan fil-lokalita` tiegħi, Ħal Qormi, u l-pjan lokali finalizzat rajt tibdil kbir.", "Il-UCA estendewha, imma żgur li ma marrux fuq il-post, għaliex Anici Street li nbniet fis-snin 60 kif tista' tkun fil-UCA?", "Hemm kull plot daqsiex ta' 120 pied b'sitt qasab faċċata, imbagħad tiġi tgħid li din hija parti mill-UCA ta' Ħal Qormi!", "Dan sinjal li ħadd ma mar fuq il- post ħalli jara.", "Fid-draft local plan din l-area kienet fuq tliet sulari u bil-penthouse u issa niżżilnieh għal żewġ sulari!", "Fi Triq il-Vitorja f'Ħal Qormi, smajt b'ħafna każijiet fejn persuna tkun applikat għall-permess biex tibni bħal ta' maġenbha, li tawha l-permess għal tliet sulari bini, imbagħad tmur quddiem il-bord tad-DCC u jgħidulha li l-policy inbidlet u jkollha tnaqqas sular.", "Kif jista' jkun nilagħbu ma' l-investiment tan-nies b'dan il-mod?", "Tidħol għal commitment, tmur tixtri proprjeta` u mbagħad tiġi l-awtorita` u f'temp ta' ġimgħa tgħidlek tnaqqas żewġ sulari jew inkella sular.", "Kelli każi ta' nies li tilfu Lm150,000 investiment.", "Mhix ċajta din!", "U dan għalfejn?", "Għax kien hemm indħil abbużiv.", "Il-ministru hawnhekk ġie sfidat anke fl-aħħar dibattitu biex jgħidilna jekk hux veru li kien hemm telefonati mill-ministeru biex ibiddlu wara li l-bord tal-MEPA ddeċieda, u qed nitolbu li ssir investigazzjoni.", "Sur President, anke l-policy tal-120 square meters fejn jidħlu l-flats hija tad-daħk għax jekk tmur barra minn Malta llum ssib li jibnu studio flats.", "Imma aħna li għandna l-art limitata għamilna policy f'xi erba' lokalitajiet - daħħalna erba' lokalitajiet li ma kellhomx x'jaqsmu biex ma tidhirx xi lokalita` partikolari li tista' tinftiehem ħażin li saret pressjoni fuqha - fejn għedna li hemmhekk l-area ta' flat trid tkun mill-inqas 120 metru kwadru.", "Din hija policy li ma tagħmilx sens.", "Ma nafx kif qed isiru dawn il-policies!", "Meta tikkonsidra din l-area tibda tistaqsi: Illum kemm għandek nies qed jixtru postijiet b'erbat ikmamar tas-sodda?", "Hekk tiġi, f'120 square meters jidħlu flats kbar.", "Illum, in-nies li bdew jinvestu fil- proprjeta` sabu ma' wiċċhom dan it-tibdil mil-lum għal għada.", "Dan huwa l- mod kif qed jimxu l-affarijiet!", "Mr Chairman, li kieku l-pjani lokali saru b'mod serju u b'mod ġust ma' kulħadd ma konniex inbiddlu d-drafts version totalment mill-qiegħ u lanqas biss nikkonsultaw man-nies.", "Jekk il-ħsieb tal-ministru kien li jagħmel hekk, imissu għallinqas għamel consultation oħra man-nies, mhux f'temp ta' ġimgħa ġew finalizzati l-pjani lokali.", "Il-kamra tal-periti l-ewwel ħarġet tiftaħar, imbagħad wara ġimgħa qalet li ma taqbilx ma' kollox.", "Meta mbagħad għaqdiet bħal GRTU u l-kamra tal-periti raw li dawn il-policies laqtu ħażin lin-nies fil-qasam tal-proprjeta` qam paniku sħiħ.", "Issa qed jingħad li ħerġin xi policies, imma min weħilha weħilha miskin.", "Għalxejn tela' quddiem il-bord, għax il-bord qallu li jdejh marbutin u li l-MEPA ma tridx tmur kontra l-policies ta' l-awtorita` stess.", "Qisu li f'din l-aħħar sena għamilna xi MEPA ġdida u injorajna l-commitments li kien hemm f'dawn l- aħħar 15, 20 sena.", "Meta l-MEPA ilha mill-1992 u ħadet commitments ċari f'ċerti lokalitajiet, kif tista' tiġi f'daqqa waħda tgħidlek li ma jinteressahiex mill- commitments tagħha meta hemm files ta' permessi li juru li kien hemm commitment ċar mill-bord tad-DCC?", "Hawn inħolqot problema kbira.", "Ħafna drabi l-ministru jgħidilna li bħala oppożizzjoni ma rridux nikkoperaw.", "Jiena ktibtlu u għedtlu li qed jiġu għandna nies li ġustifikatament qed igergru fuq il-pjani lokali u aħna lesti li ngħinuh biex jekk ikun hemm bżonn xi emendi partikolari jew inkella l-ħtieġa li niddiskutu dan il- proċess naraw x'nistgħu nagħmlu flimkien.", "Imma sal-lum lanqas biss għadu weġibna!", "Lanqas biss weġibna!", "Aħna ktibna lill-ministru mhux għax intlaqat xi ħadd li jiġi minna, imma għax aħna jidrilna li jekk persuna qiegħda tbati għax intlaqtet ħażin minn xi policy għandna kull dritt li nressqu l-proposti tagħna f'ismu.", "Aħna bħala oppożizzjoni dejjem konna konsistenti, dejjem rajna li għandu jkollna riforma fil-qasam ta' l- ippjanar li tindirizza l-problemi li għandu pajjiżna.", "Imma minkejja li tipprova tagħti l-id ta' ħbiberija lill-gvern, niġu ttrattati li qisna qed nipprovaw nagħmlu l-ħsara.", "Mr Chairman, jien inħoss li r-riforma fil-MEPA kellha ssir fil-mod kif jaħdmu d-direttorati u s-sezzjonijiet tagħha.", "Kif jista' jkun li jkollok applikazzjoni partikolari fil-qasam ta' l-Urban Conservation Area (UCA) li trid tgħaddi minn erba' sezzjonijiet fil-MEPA li jikkontradixxu lilhom infushom?!", "Kif jista' jkun li fuq applikazzjoni l-HAC jgħidlek mod, il-UCA team jgħidlek mod ieħor u l-EPDC jgħidlek mod ieħor, u jekk hemm bżonn anke nikkonsultaw mal-cultural heritage u anke mal-Valletta rehabilitation committee?!", "Kif jista' jkun!", "Qegħdin inkomplu noħolqu iżjed burokrazija f'dan il-proċess.", "Jien nemmen li r-riforma li kellha ssir messa saret b'mod li l-proċess ta' l-applikazzjoni jimxi 'l quddiem ħalli nħaffu l-proċess.", "Tkellimna fuq cells, fuq super cells u ma nafx x'm'għedniex u ma tkellimniex fuq x'inhuma l-problemi li qegħdin jiffaċċjaw in-nies.", "Per eżempju, għad għandna problemi kbar fil-qasam tar-reconsiderations.", "Ridna niskoraġġixxu lil dak li jkun milli jmur għar-reconsiderations.", "Veru li kien hemm xi titjib żgħir imma xorta għadna lura f'dan il-qasam.", "Riċentement il-gvern kien beħsiebu jħabbar ukoll bidliet fil-qasam tad-DNOs.", "Hawnhekk ngħidlu prosit, mela le.", "Dak kien pass importanti li beda gvern laburista u jeħtieġ li jkompli jiġi msaħħaħ għax qed jagħti iktar flessibbilta` lill- applikanti biex ma jgħaddux mill-martirju li normalment jgħaddu għall-full development application.", "Sur President, matul din is-sena smajna ħafna ftaħir dwar l-inċineratur tal- biċċerija.", "Illum, il-ministru għandu jirrispondina u jgħidilna jekk huwiex minnu li ma nifilħux għall-ispiża kurrenti.", "Veru li min ħa d-deċiżjoni dwar dan l-inċineratur se jgħabbi lil pajjiżna bi spiża aktar milli suppost, għax m'huwiex addattat għall-ammont ta' skart li għandna?", "Matul din is-sena kellna tweġibiet xotti fuq din il-kwestjoni, u llum il-ministru għandu l-opportunita` jgħidilna x'sar u ma sarx u jekk hux veru dak li smajna fil-media u anke dak li għedna aħna bħala oppożizzjoni.", "Mr Chairman, irrid ngħid xi ħaġa u l-istrateġija tal-gvern għall-immaniġġjar ta' l- iskart.", "Wara li damu erba` snin jgħajruna li aħna rridu iktar minn impjant wieħed għar-riċiklaġġ ta' l-iskart u li ma nafux fejn se nagħmluhom, illum, il-ministru ġie jaqbel magħna u se jbiddel l-istrateġija għall-immaniġġjar ta' l-iskart, u qed jgħid li għandu bżonn ħames siti jew inkella sitt siti.", "Allura llum nistaqsi jien: Għidilna inti fejn se tagħmilhom issa dawn?", "Jekk hemm bżonn nagħmluhom, nagħmluhom, mela le, pero` trid issir konsultazzjoni kontinwa mal-kunsilli lokali.", "Trid tagħmel studju serju kif aħna ħabbarna fil-policy tagħna.", "Pero` hija ħaġa ta' l-għaġeb kif sena ilu kien qed jgħid li impjant wieħed huwa biżżejjed u kien jgħajjarna għax aħna konna qed nissuġġerixxu aktar minn wieħed u kienu jiġru wara l-kap ta' l- oppożizzjoni anke fil-kampanja elettorali jistaqsuh kontinwament fejn se jagħmel dawn l-impjanti, u llum l-istess ministru qed iħabbar tibdil fl- istrateġija għall-immaniġġjar ta' l-iskart.", "Issa qed jgħidilna li għandna bżonn iktar minn impjant wieħed għar-riċiklaġġ ta' l-iskart f'pajjiżna.", "Min qed jagħmilhom il-u-turns, l-oppożizzjoni jew inkella intom?", "Jien nistaqsi lill-gvern: X'kien l-eżitu ta' dan it-tibdil fl-istrateġija għall- immaniġġjar ta' l-iskart?", "Hawnhekk irrid infakkar x'sibna fl-1996 f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-immaniġġjar ta' l-iskart.", "Dak iż-żmien la kien hemm state of the environment report u lanqas strateġija għall-immaniġġjar ta' l- iskart.", "Ma kien hawn xejn fil-qasam ta' l-ambjent f'pajjiżna!", "Kien il- gvern laburista li fis-sena u għaxar xhur li għamel fil-gvern beda b'ritmu mgħaġġel għal dan il-proċess importanti.", "Huwa tajjeb li llum il-gvern qed ibiddel l-istrateġija għall-immaniġġjar ta' l-iskart ħalli jkompli jikkonferma kemm l-oppożizzjoni kellha raġun, kemm il-politika ambjentali tagħna hija waħda serja u tirrifletti l-ħteġijiet ambjentali f'pajjiżna għax meta fassalnieha kkonsultajna ma' kulħadd u konna nafu eżattament x'hemm bżonn li jsir għall-ġid ta' pajjiżna f'dak li għandu x'jaqsam ma' l- ambjent.", "Għalhekk insostnu li hija l-aħjar politika għad-direzzjoni ambjentali ta' pajjiżna.", "Tikkritikaha kemm tikkritikaha, aħna kellna l- kuraġġ li mill-oppożizzjoni nagħmlu politika aġġornata.", "U llum qed nieħdu pjaċir li l-gvern qiegħed ibiddel id-direzzjoni f'dan il-qasam u jiġi magħna wkoll fuq din il-proposta.", "Mr Chairman, fir-rigward ta' l-apparat għall-moniteraġġ ta' l-arja veru li kien hemm xi progress, ħa ngħidha kif inhi, pero` għandna nies biżżejjed biex inħaddmuhom dan l-apparat?", "Għandna nies tekniċi?", "Mhux billi niftaħru bil-makkinarju, irridu naraw kemm dawn qed ikunu effettivi u kemm qegħdin jaħdmu.", "Qegħdin insibu n-nies tekniċi li għandna bżonn?", "Qegħdin inħajruhom biex jieħdu t-training meħtieġ?", "(Interruzzjonijiet) Diġa` qlajt ħames transfers, nirringrazzjak.", "Issa rrid ngħid xi ħaġa dwar il-promozzjonijiet fil-MEPA.", "Jgħidulna li din hija istituzzjoni fejn m'hemmx indħil politiku, pero` mbagħad tara nies li ilhom ma jersqu lejn l-awtorita` ħames snin jew sitta u jingħataw promozzjoni u jaqbżu nies li ilhom hemmhekk 25 sena u li għandhom esperjenza kbira.", "Allura, bir-rispett kollu, x'jiswa li jkollok istituzzjonijiet kbar bħall-ombudsman meta qed naraw dawn l-inġustizzji jseħħu?", "Smajna wkoll bit-tbażwira tal-legal notice dwar il-kaċċa u l-insib.", "Dan huwa gvern li jinsab maqbud f'morsa għax wiegħed ħafna affarijiet qabel l-elezzjoni.", "Hawnhekk għandi l-fuljett li kienu bagħtu lill- kaċċaturi fid-djar.", "F'dan il-fuljett Kienu qalulhom li l-kaċċa u l-insib fir-rebbiegħa huma garantiti, u li l-kaċċa fuq il-baħar se tibqa' kif inhi.", "Pero` nafu li l-affarijiet ma setgħux jibqgħu kif kienu qabel, għax jekk tara kif seħħew l-affarijiet f'dawn l-aħħar snin issir taf li l-gvern, f'dak li għandu x'jaqsam mal-kaċċa u l-insib, qatt ma kellu rieda li jindirizza l-wegħdiet li għamel qabel l-elezzjoni.", "Minn banda għandu mandat li jagħmel hekk u min-naħa l-oħra l-Unjoni Ewropea mhux se tħallih jagħmel hekk, allura llum bdejna naraw inċertezza qawwija f'dan il-qasam.", "Qed inkomplu nipposponu l-liġijiet ambjentali bil-problema li hemm inċertezza fost il-kaċċaturi u issa waqqajna għaż-żufjett il-forza ta' l- ordni tal-pajjiż meta ġegħelnihom joħorġu memo fejn qalu li għalissa ma jitteħdux passi legali kontra min qed jikser il-liġi.", "U l-liġi għamilha l- ministru stess!", "M'għamilnihiex aħna bħala oppożizzjoni, għamilha hu.", "Pero` milli jidher diġa` qed isiru l-u-turns fuq dawn il-kwestjonijiet.", "Jien insostni li dak li twiegħed qabel l-elezzjoni fid-dover tiegħek li twettqu.", "Issa jekk m'intix kapaċi twettqu trid tiffaċċja lill-elettorat u tgħidlu li dak li għedtlu ma kienx il-verita`, kif għamlu dan l-aħħar politiċi fl- Ungerija.", "(Interruzzjonijiet) M'għandux x'jaqsam, il-politika tibqa' politika.", "Sur President, xtaqt ngħid xi ħaġa fuq il-proposta li ssemmiet fil-budget fuq il-qasam ta' l-annimali.", "Ilna ħafna nisimgħu fuq dan il-qasam.", "Qalulna li se jkun hemm aftercare centre.", "Pero` meta tara x'ġie vvotat għal dan il-għan issib is-somma ta' Lm60,000.", "Dan l-ammont taħsbu li hu biżżejjed?", "Lil min ikkonsultajna fuq din il-proposta partikolari?", "Ġew ikkonsultati l-NGOs?", "Mhux l-ewwel darba li smajna lill-ministru jgħid li dawn l-NGOs qatt ma jiftiehmu bejniethom u li hemm problemi kbar f'dan il- qasam.", "Illum għandna żewġ federazzjonijiet importanti, saret konsultazzjoni magħhom?", "Jiena nistieden lill-ministru biex ipoġġi l-pjanti ta' dan il- proġett fuq il-mejda u jagħtina data priċiża meta se jkun lest.", "Għaliex?", "Għax min hu animal lover, min jaħdem għall-welfare ta' l-annimali m'huwiex qed jafda lill-gvern din id-darba.", "Inutli jibagħtu l-ittri bil-proposta li ressaq il-prim ministru fil-budget fuq dan il-qasam.", "Ħafna minnhom tant għandhom qalbhom maqtugħa, tant jafu r-record assolutament ħażin li kellu l- gvern nazzjonalista matul dawn l-aħħar snin li qed jaraw din il-proposta bħala kliem sabiħ fil-budget, imma mbagħad jafu li bil-fatti ma nimxux 'il quddiem.", "Biżżejjed nagħmel aċċenn għall-mod kif trattaw dan il-qasam f'dawn l-aħħar snin.", "Fis-sena u għaxar xhur li domna fil-gvern aħna konna waqqafna an animal welfare steering committee li kien qed jaħdem.", "Dawn żmantellawh, qalu li se jwaqqfu l-animal welfare council, imma dan lanqas biss beda jiffunzjona għax kien hemm taħwid kbir.", "Illum, wara ħafna petizzjonijiet, wara li ħafna nies xebgħu jaraw li dawn il-problemi lanqas biss jiġu indirizzati, qed naraw daqsxejn ta' reazzjoni.", "Pero` hija fattwali din ir-reazzjoni, jew il-ministru qed jgħid li se jlesti proġett din is-sena, imbagħad jgħaddu xi tliet snin oħra u jkun għadu fuq il-karta?", "Sur President, xtaqt li nagħlaq b'dawn il-kummenti.", "Meta taqra dan il- budget tgħid li huwa sabiħ, pero` mhux li taqra jew li tisma' jiswa imma dak li tara b'għajnejk, u aħna nafu x'inhi l-ħidma tal-gvern fil-qasam ta' l-ambjent.", "Jekk kien hemm qasam li fih rajna ħafna kontroversji u kellna l- akbar protesti matul din is-sena kontra l-istess ministru u t-tmexxija ħażina tal-gvern, dan kien proprju l-qasam ta' l-ambjent.", "Jeħtieġ li għall- ġid ambjentali ta' pajjiżna jiġu indirizzati dawk il-problemi li verament qed jinkwetaw lil ħafna nies.", "Nerġa' nsostni li l-NGOs għandhom ikunu l- pijunieri fost il-ħidma tal-gvern, jekk il-gvern irid li jaħdem magħhom.", "Aħna ta' l-oppożizzjoni għandna proposti ċari għal kulħadd, determinati li nwettquhom, tajna anke t-time frames li fihom se jitwettqu dawn il- policies, sejrin inwettquhom akkost ta' kollox u anke jekk insibu min ifixkilna aħna se nibqgħu għaddejjin biex il-proposti tagħna inwettquhom.", "Sur President, ikolli ngħid li dan id-diskors tal-budget ma jirriflettix ir- realta` li minnha għaddej pajjiżna f'dak li għandu x'jaqsam l-ambjent.", "Jekk naraw dak li għandu x'jaqsam ma' l-infrastruttura naraw li l-ambjent sejjer lura u mhux 'il quddiem, u l-mod kif qed jittieħdu d-deċiżjonijiet qegħdin ikomplu jnaqqru u jiddegradaw il-qasam ambjentali.", "Għaldaqstant jeħtieġ li jkollna gvern serju li jindirizza dawn il-problemi bil-fatti, mhux bil-paroli.", "Nirringrazzjak.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Noel Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Sur President, huwa fatt li ma jista' jinnegah ħadd li minn wara l-aħħar elezzjoni 'l hawn il-poplu aktar fehem kemm il- forecast ta' l-oppożizzjoni laburista huwa ferm aħjar minn dak tal-gvern nazzjonalista.", "Naturalment dan juri li l-oppożizzjoni laburista huma aktar kreattivi, aktar pożittivi u allura qed jiksbu aktar fiduċja f'dak li jgħidu u fil-politika li jfasslu.", "Dan ma rriżultax biss mill-elezzjonijiet li kkontestajna sabiex naħtru l-membri tal-parlament Ewropew, fejn akkwistajna maġġoranza ta' tliet siġġijiet, u mir-rebħiet konsekutivi li kellna fl-elezzjonijiet għall-gvernijiet lokali, imma hemm fatturi oħra importanti, fosthom is-settur ta' l-iżvilupp rurali li qed niddiskutu l- estimi tiegħu llum, partikolarment is-setturi tal-biedja u s-sajd.", "X'imkien kien intqal li l-oppożizzjoni m'hijiex hemm u ma taf xejn dwar is- settur.", "Min-naħa l-oħra l-gvern dejjem kien jibbaża l-argumenti tiegħu fuq kemm qed jaqilgħu flus il-bdiewa, fost nies oħra fis-soċjeta`, b'riżultat tal-politika tiegħu.", "Meta aħna konna ngħidu li l-affarijiet m'humiex hekk konna niġu mgħajra li aħna profeti suwed.", "Imma filwaqt li nsostni dak li għedt fil-bidu, li l-oppożizzjoni laburista hija tabilħaqq progressiva u hija l-iktar enti politika li kisbet u qed tkompli tikseb il-fiduċja, illum il-poplu huwa ffaċċjat b'ċerti konfermi li ħarġu f'Awissu ta' din is-sena fl-economic accounts for agriculture 2005.", "Dan id-dokument juri biċ-ċar li fl-2005, ipparagunat ma' l-2004, l-income fis-settur ta' l-agrikoltura naqas b'5%, minkejja li l-gvern kien ta medja ta' Lm9 sussidju fuq kull Lm100 dħul li kellhom il-bdiewa, ir-raħħala u l-ħaddiema ta' l-agro- industrija.", "Jiġifieri fl-2005 il-bdiewa - meta ngħid \"bdiewa\" rrid ninkludi n-nies kollha li jaħdmu fis-settur ta' l-agrikoltura - b'mod globali qalgħu Lm95 għal kull Lm100 li qalgħu fl-2004.", "Għaldaqstant bilfors ikollna niddikjaraw kemm dan il-gvern jibbaża t-tmexxija politika tiegħu fuq argumenti foloz, lil hemm mir-realta`, u dan qed jgħin - u jalla jkomplu sejrin hekk - biex joħroġ aktar ċar kemm il-partit laburista huwa partit progressiv, ta' fiduċja u li allura huwa l-alternattiva biex jibda jindirizza dawn il-problemi.", "Jekk inħarsu lejn l-oqsma varji tas-settur tal-biedja jirriżulta veru wkoll dak li konna ngħidu aħna, li kulma jmur qed jinxef id-dħul tan-nies f'dan il-mestier.", "Ħalli nagħti ħarsa lejn ċerti figuri biex nuri kemm dan huwa minnu u biex nuri kemm aħna kellna raġun u kemm aħna iktar nies ta' fiduċja.", "Naturalment man-nies, mhux mal-gvern għax il-gvern għandu sentimenti ta' arroganza, mhux qed jagħti kas x'ngħidu aħna, pero` n-nies żgur qed jifhmu li tabilħaqq aħna partit veru progressiv u aħna partit li tabilħaqq nispiraw fiduċja.", "Jekk nieħdu l-industrija tal-majjal insibu li bejn Jannar u Ġunju 2003 din kienet tipproduċi medja ta' 9,696,000 kilo għall-valur ta' Lm6,535,000.", "Bejn Jannar u Ġunju ta' din is-sena l-piż kien ta' 6,586,000 kilo għall-valur ta' Lm4,699,000.", "Dan ifisser li l- produzzjoni niżlet b'medja ta' 21.7%.", "Minkejja dan, il-feedback li toħroġ mingħand it-tliet pilastri li jistrieħ fuqhom il-ministeru li llum qed nindirizzaw, jiġifieri l-ministru, is-segretarju parlamentari u s- segretarju permanenti, hija li dawn il-bdiewa, ir-raħħala u dawk kollha li jaħdmu f'dan is-settur qed idaħħlu iktar flus, kulħadd qed isir sinjur u kollox miexi ħarir.", "Dan huwa l-atteġġjament arroganti, inkompetenti, ta' nuqqas ta' kordinazzjoni u jien ngħid anke ta' nuqqas lejn il-prim ministru ta' pajjiżna.", "Sur President, meta tqis li l-economic accounts for agriculture 2005, li huwa maħruġ mill-uffiċċju nazzjonali ta' l-istatistika, mhux mill- oppożizzjoni jew minn xi entita` privata, qed jikkonferma li l-Lm100 li kien jaqla' bniedem f'dan is-settur issa saret Lm95, wieħed jifhem kemm tabilħaqq qed ibatu dawn in-nies.", "Jiena ma niskantax li l-ministru ma jinformaniex b'dan it-tip ta' andament li għaddej f'ċerti setturi.", "Per eżempju, jien informat li l-koperativa tal-produtturi tal-majjal ilha aktar minn 14-il xahar tipprova tiltaqa' mal-ministru, u jekk dan huwa minnu dan huwa ħażin ħafna ħafna.", "Jalla dan il-ministeru jibqa' jgħaffeġ għax iktar ma jgħaffeġ iktar se joħroġ ċar ma' dawn in-nies kemm aħna għandna raġun, kemm għandna sens ta' kreattivita`, sens ta' progressivita` u sens ta' fiduċja.", "Meta bdejna nirristrutturaw l-industrjia tal-majjal jidhirli li kien hemm ftehim bejn il-gvern u l-koperattiva biex din tingħata art ħalli tkun tista' tagħmel in-nucleus u l-multiplier units tagħha biex il-breeding, il- ġenetika tal-majjal tkun aktar b'saħħitha u ma jkollhiex mard li huwa marbut mal-ġenetika.", "Dan ma jkunx mard li se jeffettwa b'xi mod lill- konsumatur - hawnhekk irrid ninftiehem tajjeb għax ma rridx li jipprovaw jagħtu interpretazzjonijiet differenti – imma importanti li jiġi rimedjat biex ikollna ġenetika pura, demm pur u l-kriterji importanti ħafna f'dan is- settur.", "Jien nixtiequ jgħidli x'ġara minn dan il-proġett, jekk tlestiex u jekk ma tlestiex, għaliex?", "Meta kien hemm dawn il-kwestjonijiet importanti għaliex, kif qed nisma' jien, il-koperativa għadha ma ltaqgħetx mal- ministru?", "Sur President, filwaqt li nawgura li l-produzzjoni tal-majjal tiżdied u li jissaħħu l-exports li qed tagħmel il-koperativa tal-majjal fuq l- inizjattiva tagħha, nixtieq inkun naf għaliex qatt ma kien hemm laqgħa biex tiġi analizzata din l-inizjattiva ħalli l-gvern ikun jista' jagħti s- support tiegħu għaliha.", "Nixtieq li l-ministru jew s-segretarju parlamentari jweġbuni għax filwaqt li ma sabux ħin jiltaqgħu mal- koperativa, sorsi oħra, inkluż mill-uffiċċju tal-prim ministru, iċemplu lill-koperativa biex jipprovaw jindaħlu fuq ċerta attivita` li purament hija fir-responsabbilta` tal-koperativa u tal-membri tagħha.", "Jien qed ngħid li niddejjaq b'dawn l-affarijiet mhux biex nikkritika lill-ministru u lis-segretarju parlamentari – naf li huma omnipotenti, jafu kollox u għandhom il-kriterji li ħafna nies m'għandhomx f'dan il-pajjiż, allura good luck to them – imma biex dawn l-affarijiet jiġu rimedjati, se mai b'rispett lejn dawn in-nies, mhux b'rispett lejja jew lejn l-oppożizzjoni.", "Jien dejjem niġbed l-attenzjoni li n-nies ma jirrealizzawx li l-agrikoltura għandha l-importanza li għandha.", "L-agrikoltura hija r-restaurant, l- agrikoltura hija t-take-away, l-agrikoltura hija l-ħanut tal-laħam, il- ħanut tal-ħut, il-grocer, is-supermarket u hija Lm60 minn kull Lm100 paga li l-ħaddiema jonfqu għaliex il-food and beverage jiddependi kollu mill- agrikoltura.", "Ma jkun hawn ebda bajda friska jekk ma jkunx hawn qmuħ u ċereali.", "Ma jkun hawn l-ebda laħam abjad jew aħmar jekk ma jkunx hawn ċereali.", "Jiġifieri hemm bażi, hemm sinerġija li rridu nirrispettaw 'il hemm mill-opinjoni diversa politika tagħna.", "Sur President, ladarba qed ngħid li aħna oppożizzjoni progressiva u oppożizzoni ta' fiduċja ma nistax ma nibnix fuq dan l-element ta' fiduċja.", "Allura rrid nipproponi xi ħaġa favur il-konsumatur ħalli tan-naħa l-oħra ma joqogħdux jgħidu li aħna ma nipproponu xejn, m'għandniex viżjoni u ma nafu xejn, kif iħobbu jgħidu minn wara dahri.", "Anzi dan l-aħħar qed jgħidu li lanqas oppożizzjoni m'aħna.", "Jiena nipproponi biex il-gvern jgħaddi legal notice immedjatament ħalli meta il-konsumaturi Maltin u Għawdxin imorru jixtru l-laħam tal-majjal almenu jkunu jafu li fih iktar minn 5% ilma.", "Jien f'isem l-oppożizzjoni - li hija matura ħafna iktar mill-gvern nazzjonalista - nixtieq ngħid lill-konsumatur Malti li meta jixtri l-laħam tal-majjal ta' Malta għandu jiftakar li dak m'għandux 30% minnu ilma, u allura inti ma tkunx qed tixtri 660 gramma bħal meta tmur tixtri il-majjal ta' barra, imma tabilħaqq tkun qed tixtri kilo sħiħ meta tixtri l-laħam tal- majjal ta' Malta.", "Jien qed ngħid dan għax konvint li jekk il-media tgħini u twassal il-kreattivita`, l-element progressiv u l-fiduċja li l-partit laburista kapaċi joħloq fost il-poplu Malti u Għawdxi u l-konsumatur jagħti kas ta' dak li qed ngħid, dan ikun l-ikbar pass 'il quddiem biex iċ-ċifri li għadni kemm semmejt, jiġifieri li qed inbiegħu medja ta' 21.7% inqas laħam tal-majjal u r-raħħala qegħdin jaqilgħu 1.7% inqas fl-ewwel sitt xhur ta' l-2006 meta paragunati ma' l-ewwel sitt xhur ta' l-2003, nirrimedjawhom.", "Sur President, niġu għal sitwazzjoni oħra li tkompli tikkonferma kemm aħna nies ta' rieda tajba u li għalkemm tan-naħa l-oħra jinsulentawna, aħna dejjem konna kredibbli.", "Jien m'iniex se nirriferi għall-mozzjoni li ressaqt biex niġbed l-attenzjoni tal-gvern dwar il-qagħda fl-industrija tat- tjur.", "M'iniex se noqgħod ngħid li ressaqna mozzjoni, il-gvern waqqagħha u kellhom jgħaddu tliet xhur biex nerġgħu ntellgħuha.", "Dik hija acqua passata u se nitkellem fuq illum.", "Sur President, l-industrija tat-tjur bejn Jannar u Ġunju ta' l-2003 kienet tipproduċi għad-domanda tas-suq lokali 3,819,000 kilo għall-valur ta' Lm2,328,000.", "Bejn Jannar u Ġunju ta' din is-sena, il- piż tal-produzzjoni tat-tjur kien ta' 1,800,066 kilo u d-dħul, bħala valur ta' flus,, kien ta' Lm1,117,000 fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena paragunat maż-Lm2,328,000 ta' bejn Jannar u Ġunju ta' l-2003.", "Dan ifisser telf ta' Lm1.2 miljun li normalment kienu jidħlu fil-bwiet tal-produtturi u l-familji tagħhom.", "Jiġifieri fl-2006 il-produzzjoni naqset b'51.5% u l- bidwi tilef medja ta' Lm52 minn kull Lm100 li kien idaħħal fl-2003.", "Nerġa' ngħid li dawn iċ-ċifri huma mill-uffiċċju nazzjonali ta' l- istatistika abbażi ta' l-economic accounts for agriculture 2005 li kien ħareġ f'Awissu, meta dak iż-żmien f'din il-Kamra jien kont ngħid li mill- kalkoli li qed nagħmlu aħna l-produzzjoni naqset b'iktar minn 40%.", "Jien m'iniex se noqgħod nitkellem lanqas dwar l-insulti li dabbart jien u l- oppożizzjoni mingħand dawn in-nies li lanqas għandhom responsabbilta` u rispett lejn il-prim ministru li ħatarhom, għax kieku dawn iċ-ċifri ma kienx jismagħhom mill-oppożizzjoni jew jarahom fl-istatistika u kien ikun iktar accountable fit-twettiq tad-dmirjiet tiegħu.", "Naturalment meta tisma' li kien hemm telf ta' Lm52 fuq kull Lm100 - u dan mhux qed ngħidu jien imma qed jikkonfermah l-uffiċċju nazzjonali ta' l-istatistika - tifhem kemm jien qed ngħid il-verita` meta ngħid li din l-oppożizzjoni laburista aktar qed tinħass progressiva u aktar tispira fiduċja fiha min-naħa tan-nies li jaħdmu f'dan il-qasam, li m'hemmx dubju li l-fiduċja tagħhom fil-gvern preżenti spiċċat.", "Tajjeb li nirriferi wkoll għan-nuqqasijiet li hemm fil-management ħalli ma nkomplix nitkellem fuq ċerti setturi qisu ħadd m'hu responsabbli għalihom.", "Se nibda billi nispjega ftit dwar is-settur tas-sajd.", "Irrid ngħid li bħar- raħħala u bħall-bdiewa s-sajjieda tilfu medja ta' Lm25,000 f'sussidju li s- soltu kien jingħata għall-ħlas ta' nofs il-bolla.", "Dawn ġew imwiegħda li se jkun hemm assigurazzjoni, imma din l-assigurazzjoni qiegħda tieħu fit-tul.", "Il-gvern ilu jgħid li kollox lest minn meta kien għad hemm il-Ministru Zammit responsabbli minn dan is-settur, pero` l-fatti huma li sal-lum il- ħlas ta' nofs il-bolla la qed jiġi kkumpensat u lanqas qed jiġu sostitwit b'assigurazzjoni.", "Dan finalment, għalkemm il-media tagħna ma tispjegahx biżżejjed lill-poplu, huwa telf li s-sajjieda u l-familji tagħhom qed isofru.", "Naturalment hemm spejjeż oħra li qed ikomplu jnixxfu l-flus fil- but tas-sajjieda.", "Per eżempju, għal xi raġuni jew oħra, is-sajjieda qed jintalbu jagħmlu Lm2 depożitu għal kull kaxxa li huma jieħdu sabiex iżommu bħala stock għall-qabda tal-ħut.", "Ovvjament bħalma jżomm l-istock tal-fuel u l-istock tal-lixka sajjied iżomm l-istock tal-kaxxi wkoll.", "Again daħħalniehom fi spiża għax għalkemm iż-Lm2 huma taparsi depożitu l-fatt huwa li l-flus ħarġu mill-but.", "Naturalment din spiża li titla' wkoll għax hemm sajjieda li tinvolvihom Lm200, oħrajn Lm300 u hemm min tinvolvih Lm1,000 wkoll.", "Hemm xi ħaġa li m'hijiex treġi u allura mhux qed ikun hemm l-għajnuna li wieħed jippretendi li jkollu s- sajjied.", "Immaġina tkun sajjied żagħżugħ marbut bil-piż tal-bolla u ta' ħafna affarijiet li huma marbuta mal-mestier, u mbagħad issib li biex tarma trid ukoll tħallas Lm300 jew Lm400 oħra bħala depożitu fuq il-kaxxi li ovvjament mhux se toqgħod teħodhom lura kull sena.", "Ħriġthom mill-but u l- Bambin jaf meta se teħodhom lura.", "Meta għandek sitwazzjoni fejn l-economic accounts for agriculture 2005 qed jikkonferma li l-income f'dan is-settur qed jonqos ma tridx tkompli tirrombla fuq dawn id-diffikultajiet, imma trid tifhem is-sitwazzjoni diffiċli li dawn in-nies qegħdin jesperjenzaw.", "Irrid insemmi spejjeż oħra li s-sajjieda huma soġġetti għalihom.", "Peress li għadu ma tħallasx il-complement kollu tal-kuntratt għall-għajnuna li sar qabel ir-referendum, hemm min kellu jiddejjen mal-bank biex iġib il-finanzi ħalli jkun jista' jsostni l-iżvilupp li qed imexxi.", "Agħar minn hekk, hemm min kellu jġib il-complement kollu għax lanqas biss bagħtu għalih biex jiffirma l-kuntratt.", "Dawn huma kollha ħwejjeġ li qed iweġġgħu fil-laħam il- ħaj u juru li dan il-gvern mhux qed jagħti l-għajnuna li jeħtieġ tingħata fil-pront lil dawn is-sajjieda.", "Għaldaqstant aħna, ta' l-oppożizzjoni, qed noħorġu bħala nies ta' fiduċja iktar man-nies f'dan is-settur.", "Sur President, jien naf b'każ - dwar dan sar anke affidavit minn xi sajjieda - ta' bastiment li għandu kwota u reġistrazzjoni f'Malta u kwota u reġistrazzjoni oħra fil-Libja.", "Dan joħloq tgergir, instabilita` u jkun hemm nuqqas ta' rieda tajba.", "Jien nawgura li dawn il-problemi jiġu investigati u rimedjati ħalli noħolqu a good feel factor fost dawn in-nies li għandhom xogħol perikoluż, speċjalment is-sajjieda li ħafna drabi jkunu bejn sema u ilma u jeħtiġilhom ċertu support.", "Meta nara dawn l-ispejjeż kollha fuq spallejn is-sajjied minħabba nuqqas ta' management min-naħa tad- dipartiment tas-sajd, nistaqsi jekk hux se jkun hemm ukoll tariffa ġdida għall-proġett tal-crane, dak li ngħidulu l-hardstanding, fis-sens jekk hux tintalab tariffa lis-sajjieda li jtellgħu l-opri tagħhom b'dan il-crane.", "Sur President, għandi f'idejja korrispondenza bejn sajjieda lokali u esteri, fosthom il-Malta High Commission ta' l-Awstralja.", "Hawn ukoll acknowledgement min-naħa tad-dipartiment tas-sajd għat-talba ta' dawn is- sajjieda li kienu interessati li jkunu jafu l-pożizzjoni tax-xibka tat- tonn, dik li ngħidulha l-purse-seiner.", "Il-gvern informahom li t-talba tagħhom ġiet innotata li f'ċertu sens tinftiehem li għandu records ta' din it-talba u qed jikkonsidraha.", "Imma mbagħad minkejja li nbidlet il-policy - m'għandix ħin biżżejjed biex noqgħod nidħol fil-mertu jekk kienx tajjeb jew le li nbidlet il-policy, forsi jkolli ċ-ċans nitkellem dwar dan f'aġġornament - u nħarġet liċenzja lil ċerti nies, dawn is-sajjieda li kienu għamlu t-talba ma ġewx informati dwar din id-deċiżjoni.", "Jien għandi l-korrispondenza u anke l-isem ta' l-individwu li lanqas biss kellhom id- diċenza jgħidulu li mhux se jagħtuha lilu għat-tali raġunijiet, imma se jagħtuha lil din il-persuna jew lil dawn il-persuni għal ċerti raġunijiet.", "Dan l-individwu llum żarma u ma kompliex jopera f'dak il-qasam għax ħass li din kienet l-aħjar alternattiva għalih.", "Sur President, niġi issa għall-qasam tas-servizz veterinarju li taħtu taqa' il-biċċerija.", "Anke hawn il-gvern reġa' daħal ġol-ħajt.", "X'għamel?", "Ħatar direttur ġenerali ġdid - u jien għandi rispett lejn dan id-direttur ġenerali responsabbli mis-servizzi veterinarji biex ma ninftiehemx li qed nikkritikah għax dawn in-nies tant jilagħbuha ta' naïve li jgħidu li tkun qed tikkritikah - u poġġewh f'borma taħraq, qisu Ġaħan u l-flieles.", "Dan la għandu esperjenza amministrattiva fil-qasam veterinarju u lanqas għandu esperjenza xjentifika.", "Immaġina inti, Sur President, tiddijlja mat-tobba veterinarji, mal-breeders, mal-produtturi tat-tjur, tal-majjal, taċ-ċanġa, ta' l-għoġġiela u mal-koperativi tagħhom mingħajr m'għandek background eżatt tas-sitwazzjoni.", "Ma jistax ikollok performance tajba, lanqas jekk tkun bħall-Ministru Pullicino, omnipotenti u taf kollox.", "Ma tistax tħoss dak is-sentiment.", "U x'qed jiġri llum?", "L-ewwelnett meta titkellem mal- koperativi ssib li huma illużi għax qed isibu dawn l-affarijiet.", "Jien ma naf kif kont nirreaġixxi kieku kelli l-kapaċita` li nkun tabib veterinarju u nispiċċa li jrid jikkkontrollani xi ħadd li lanqas għandu almenu l- esperjenza amministrattiva veterinarja.", "Iktar minn hekk jien se nħares lejn l-andament ta' l-affarijiet fil- biċċerija għax kemm ilu dan id-direttur ġenerali nista' ngħid li sejrin lura flok 'il quddiem.", "Se nispjega affarijiet li mhux qed ngħidhom jien, imma huma fatti li m'hemmx dubju jirriżultaw lil kulħadd, lill-uffiċjali li qegħdin madwarna, lis-segretarju parlamentari, lill-ministru u anke lis- segretarju permanenti li għandu rwol importanti ħafna fit-tmexxija.", "Għalkemm għandu rwol importanti ħafna rrid ngħid li kemm dam jieħu ħsieb l- aġenzija tal-pagamenti hu kellna vroma fiha, imma llum hemm xi ħadd, jidhirli s-Sur Bugelli, li milli jidher qed jingranaha mill-ġdid.", "Almenu ċerti pagamenti, għalkemm m'humiex jaslu fil-pront, qed jaslu iktar qabel.", "Dan qed ngħidu mhux biex nikkritika, imma biex dan li jaħseb li jien ma nkunx naf x'qed jiġri jkun naf li jiena nkun naf x'qed jiġri eżattament.", "Ħalli nkompli fuq il-punt ta' l-inkompetenza u ta' naqqas ta' management li jeżisti fil-biċċerija.", "Il-Ministru Ninu Zammit kien waqqaf id-deboning plant, għamel żewġ eżerċizzji ta' taħriġ u suppost, bħall-inċineratur, kellu jitħaddem is-sena l-oħra.", "Imma jien informat, u nixtieq li jikkonfermaw jekk hux veru, li wara li saru dawn iż-żewġ eżerċizzji l- istess biċċiera li tħarrġu biex jagħmlu l-cuttings lanqas tħarrġu fuq l- equipment ta' dan id-deboning plant.", "Aħna nafu li dan id-deboning plant iżid ħafna l-iġjene, u allura huwa bżonjuż.", "Iżda minkejja li huwa bżonjuż u sar l-investiment, sal-lum dan għadu ma tħaddimx.", "Dan juri dak li qed nipprova nispjega jien, li meta għażilt direttur ġenerali li m'għandux il- kompetenza u l-esperjenza amministrattiva u xjentifika, qisu għandek ħmar li qed timbuttah biex jiġri maż-żwiemel tat-trott u ma jistax ilaħħaq magħhom għax kif tieqaf timbuttah, hu se jaqa' lura .", "Forsi f'ċerti ministeri oħra dan jista' jsir, imma fil-qasam veterinarju, li huwa sensittiv ħafna,ma jistax.", "L-istess jekk immorru għall-inċineratur li ma nafx kemm ili nistaqsi kemm se jiġi jiswa.", "Dan kellu jibda jitħaddem f'Ottubru, imma sal-lum, bħad- deboning plant li kellu jitħaddem f'April tas-sena l-oħra, għadu ma tħaddimx.", "Nifhem li forsi hemm ċerti problemi għax ħadd m'hu perfett fil- ħajja.", "Aħna parti mill-umanita` li għandha l-limitazzjonijiet tagħha u aħna nifhmu li kulħad għandu l-limitazzjonijiet tiegħu.", "Aħna m'aħniex biased bħalhom, ma ninsulentawx, imma nifhmu li jistgħu jinqalgħu ċerti problemi.", "Imma skond il-kalkoli li jien qed nasal għalihom jirriżulta li biex naħarqu tunnellata ta' skart, ta' fdal ta' l-annimali u tat-tjur irridu nonfqu medja ta' €200 għal kull tunnellata.", "U l-ammont ta' waste li tiġġenera l- industrija tat-tjur u l-industrija ta' l-annimali jammonta għal 10,000 u 12,000 tunnellata.", "Jiġifieri qed nitkellem fuq spiża li tvarja bejn Lm900,000 u Lm1.2 miljun, għax illum nafu li għandna ċerti problemi bil- prezz tad-diesel, allura wieħed irid ikun prattiku wkoll f'dawn iċ-ċifri.", "Jiġifieri jekk se jsir dan, min se jagħmel tajjeb għall-finanzjament?", "Se jagħmlu tajjeb għalih ir-raħħala fil-proċess tal-qatla jew se jassorbih il- gvern?", "Sur President, fl-imgħoddi kienu jgħidu li se jiftħu l-border inspection posts, u veru nbnew dawn - inbena wieħed fl-airport, wieħed f'Birżebbugia u l-ieħor il-Marsa għax naturalment kienu fir-responsabbilta` tad-direttorat tas-servizz veterinarju - imma sal-lum, safejn naf jien, qed jaħdem wieħed biss, dak ta' Birżebbuġa.", "La dak ta' l-airport u lanqas dak tal-Marsa m'huma jaħdmu.", "Allura jekk il-forecast tagħna jkun li se ndaħħlu tant minn dawn il-border inspection posts u mbagħad ma ndaħħluhomx, importanti ...", "(Interruzzjonijiet) Nafu li intom tafu kollox, imma l-punt hu li ma jitnaqqas xejn mis-salarju tagħkom, imma mill-but tal-bdiewa, tar-raħħala u tas-sajjieda l-flus qed jonqsu.", "Għaldaqstant jien bi dritt ngħid li dan huwa l-punt li intom tridu tindirizzaw.", "Toqogħdux tinħlew tikkritikaw lili.", "Nafu li ma taqblux miegħi, nafu li intom tafu kollox, good luck to you.", "Imma ifhmu li filwaqt li s-salarju tagħkom intom teħduh sħiħ, dawn in-nies qed jitilfu l-flus minn bwiethom.", "Agħtu kas ta' dan il-punt li qed inqanqal.", "Toħorġux mill- argument billi tikkritikaw lili.", "Analizzaw l-affarijiet sew.", "Għandkom il- flus, għandkom l-uffiċini, għandkom il-computers, għandkom l-istatistika, għandkom il-gvern, għandkom kollox.", "Agħtu kas dan li qed nipprova ngħid jien, għax jekk ma tifhmux dan il-punt se jiġrilkom bħal dan id-direttur ġenerali li ħtartu, li ma jistax jifhem x'qed jgħidu l-produtturi u l- koperativi.", "Irrid nagħlaq fuq punt importanti li fuqu ngħid li se nibda nissuspetta ħażin.", "Jien tlabt li jiġu tabled ir-rakkmandazzjonijiet li saru mill- kunsill tal-veterinarji, l-ewwel assoċjazzjoni tal-veterinaji, u sal-lum għadhom ma tpoġġewx, lanqas ingħataw lili privatament.", "U dan ħażin.", "Għaliex?", "Għax anke lilna qed jitfgħu lura.", "Aħna għaddejjin bil-programm ta' stqarrija tal-viżjoni tagħna u jrid ikollna ċerta feedback dwar dak li qed jiġi kkomunikat lill-gvern.", "M'huwiex sew li l-kunsill tas-servizzi veterinarji għamel talba u għamel ċerti rakkmandazzjonijiet li l- oppożizzjoni ma tafx bihom.", "Is-segretarju permanenti, is-segretarju parlamentari u l-ministru jżommuhom għalihhom biex imbagħad joqogħdu jgħidu lill-uffiċjali tiegħhom li qisu m'għandniex oppożizzjoni.", "Dan x'sens jagħmel?!", "Ifhmu x'qed nipprova ngħidilkom jien.", "Is-salarju tagħkom, il- fringe benefits tagħkom, il-petrol tagħkom u l-mobiles tagħkom baqgħu hemm imħallsin, imma l-bdiewa, ir-raħħala, is-sajjieda u l-ħaddiema fl-agro- industrija u l-industrijalisti qed jaqgħu lura, mhux qed jiġġeneraw id-dħul li wegħedtuhom.", "Nerġa' ngħid li l-parit ta' l-oppożizzjoni qed jinħass li huwa partit progressiv, partit ta' veru, il-partit ta' fiduċja.", "Toqogħdux tinkwetaw, dak ix-xogħol għaddej, imma mhux sew li ma niddefendux lil dawn in-nies.", "Aħna ma nikkritikawx biss, imma nagħmlu l-proposti wkoll, bħalma pproponejt biex issir legal notice ħalli l-konsumatur ikun nformat li meta qed jixtri l-laħam tal-majjal jista' jkun li qed jixtri majjal li fih iktar minn 5% ilma.", "Allura mingħalih ikun qed jixtri kilo u fil-fatt ikun qed jixtri 660 gramma ta' majjal u l-kumplament ikun kollu ilma għax 30% tal-majjal importat huwa ilma.", "Sur President, jien għandi kopja ta' permess - u l-ministru tal-biedja għandu l-vantaġġ li l-MEPA taqa' taħtu, jien ma kellix dan il-vantaġġ għax ma kenitx taqa' taħti - ta' wieħed mill-akbar raħħala f'Malta biex jagħmel tinda għall-baqar biex inħarsu l-animal welfare, li tkellem dwaru sieħbi u m'hemmx dubju jkompli jitkellem fuq hekk l-Onor.", "Joe Brincat għax it-tlieta li aħna għandna ħafna għal qalbna l-animal welfare f'pajjiżna.", "Dan huwa wieħed mill-ikbar farms li għandna, imma wara sena għadu ma tħallasx.", "Nappellalek biex tibgħat espert hemmhekk - kellek wieħed jieħu ħsieb li llum qiegħed id-direttur tal-pitkalija - u ara x'tista' tagħmel.", "Il-bieraħ għamiltlek mistoqsija parlamentari fejn għedtlek li hawn 60 raħħal li għal xi raġuni jew oħra m'humiex qed jirċievu s-sussidji, minkejja li hemm direttiva li dawn iridu jagħmlu dawn il-bidliet sa l-2008.", "Jista' jkun li mhux qed jirċievu l-flus għax forsi m'humiex jilħqu dak il- livell stabbilit peress li qed iżżommilhom il-permessi, allura inti qed iċċaħħadhom milli jilħquh!", "Bifors irid isir ċertu titjib u ċertu ameljorament biex il-kwalita` tal-produzzjoni titjieb!", "Kompli tagħtix kas x'qed ngħidu aħna, pero` ftakar biss li filwaqt li mis-salarju tiegħek sħabi naqqsulek Lm1 biss, il-bdiewa, ir-raħħala u s-sajjieda tilfu Lm5 minn kull Lm100 barra li tarulhom mar-riħ id-Lm9 għal kull Lm100 li tajtuhom skond l-economic accounts for agriculture 2005.", "Nerġa' ngħid, jeħtieġ li jiġi investigat għaliex hemm numru ta' raħħala li mhux qed jirċievu s- sussidju.", "Aħna għandna deroga u jekk hemm xi misunderstanding irridu nirranġawh.", "Ma jistax ikun insallbu lin-nies!", "Ma jistax ikun indaħħlu lin- nies ġol-ħajt.", "Din m'hijex attitudni.", "Issa jekk hemm strateġija moħbija li l-gvern minħabba n-nitrates directive u minħabba l-istock density directive ta' l-EU rridu naqtgħu nofs il- produzzjoni li għandna tat-tjur, tal-majjal u taċ-ċanga, ejja nagħmlu l- argumenti ċari biżżejjed u almenu niddiskutuhom internament.", "Jien ma nsib l-ebda oġġezzjoni.", "Meta ngħid li jien bniedem progressiv, li jien bniedem li nispira fiduċja, irrid nispira fiduċja fil-ministru u s-segretarju parlamentari.", "Jekk jaf li teżisti problema minħabba ċerti direttivi rigward l-istock density u l-livell ta' nitrati fil-ħamrija, ejja npoġġu flimkien, naraw x'inhuma dawn l-ideat u mhux noqogħdu nipprovaw inwaqqgħu l- argumenti ta' xulxin.", "Nerġa' ngħid li aħna għandna l-obbligu li nimlew żaqqna biex inħaddmu moħħna u nħaddmu l-organi tal-ġisem.", "Għalhekk dan is- settur huwa importanti għax jipprovdi l-ikel frisk li għandu bżonn kemm il- poplu ta' din il-gżira u kemm it-turisti li jżuruha.", "Allura fl-istess spirtu progressiv jien irrid nisma`, anke fi djalogu separat minn din il- Kamra, fejn huma l-problemi u għaliex il-produzzjoni tal-majjal u tat-tjur qed taqa` daqshekk lura.", "Sur President, lilna jgħidulna li m'aħniex progressivi, m'aħniex kredibbli, imma r-rapport ta' viżjoni tagħna dwar da il-qasam poġġejnieh fuq il-mejda tal-Kamra.", "Fost affarijiet oħra f'dan ir-rapport ta' viżjoni qed ngħidu li huwa ċar li matul l-aħħar 40 sena l-management, il-politika idroloġika, jiġifieri l-ilqugħ u l-konservazzjoni ta' l-ilma tax-xita, marru l-baħar.", "Min idaħħal il-konkos flok il-ħitan tas-sejjieħ qed jagħmel ħażin.", "Billi jirriabilita l-widien!", "Kulma kien hemm fuq l-irdumijiet tkaxkar il-baħar, bil-flora, bil-fawna, bil-ħitan tas-sejjieħ u bil- ħamrija!", "Aħna konna bdejna proġett fiċ-Chadwick Lakes li fih konna se nintegraw studenti li ma jkunux laħqu ċertu livell akkademiku.", "Immaġina xi problema jkollu edukatur, meta wara 16-il sena ma jirnexxilux idaħħal ċertu sens ta' responsabbilta` fl-istudent tiegħu!", "Għalhekk konna qegħdin naħdmu biex dan ix-xogħol ta' riabilitazzjoni, ta' idroloġija - li huwa importanti ħafna għax l-ilma huwa l-ħajja u mhux il-flus, għax jekk ma jkollokx ilma la tgħix tajra, la annimal u lanqas bniedemu min hu, ma jgħix – jibdew jagħmluh dawn l-istudenti li wara 16-il sena ma jkunux laħqu ċerti livelli akkademiċi.", "Bdejna nintegrawhom fi proġett li jieħdu ħsieb l-ilma, allura jieħdu ħsieb il-ħajja, jieħdu ħsieb il-flora u l-fawna, jieħdu ħsieb il-bio- diversita` b'mod li jħallu l-inqas impatt negattiv fuq l-ambjent.", "Dan kollu n-naħa tal-gvern rmewh il-baħar għax huma jemmnu li aħna m'għandniex ċerta kompetenza.", "Sur President, jiddispjaċini li m'għandix iktar ħin għax għandi ħafna punti oħra li nixtieq nitkellem dwarhom biex tan-naħa l-oħra ma joqogħdux jaħsbu li aħna maqtugħin mir-realta`.", "Biex nibni aktar fiduċja f'dan il-qasam, meta jiena tajt ir-rakkmandazzjonijiiet tiegħi lill-eżekuttiv nazzjonali tal-partit laburista u lill-grupp parlamentari laburista għall-abboz ta' viżjoni tagħna, jien qgħadt attent ħafna li nagħmel dan il-qafas fil- parametri ta' l-overview of measures in the new EU rural development regulations.", "Hemmhekk ħareġ ċar li l-EU qed tagħti importanza lil competitiveness of the agriculture land and forestation, ikun hemm importanza iktar strateġika għal dak li huwa improving the environment and the countryside, u kkunsidrajna wkoll the quality of life in areas and diversification of the rural economy.", "Jiġifieri l-viżjoni tagħna bnejnieha fuq ir-regolamenti rurali ta' l-Unjoni Ewropea biex ma jgħidux li aħna maqtugħin mir-realta`.", "M'għamilniex xi bidla straordinajra għax aħna dan li konna qed nagħmlu meta bdejna bil- proġetti ta' l-agri-turiżmu.", "Konna qed nagħmlu proġetti tal-produzzjoni agrikola u organika, proġetti ta' riabilitazzjoni tal-widien, proġetti fuq farming u fuq fishing u bdejna nrawmu l-kultura ta' l-animal welfare fl- istudenti billi ġibna ħafna annimali ħalli jieħdu gost jiħħendiljawhom.", "Dan kollu konna bdejnieh, kulma għamilna hu li kkonfermajna kemm il-viżjoni tagħna dejjem kienet viżjoni li tispira fiduċja.", "Jien nawgura li fil-ħin li kelli kont ta' utilita` u għalkemm baqagħli ħafna affarijiet xi ngħid nittama li l-argumenti tiegħi jservu biex fid- diskussjoni ta' l-estimi ta' sena oħra jkolli s-sodisfazzjon li ninnota kemm l-affarijiet marru 'l quddiem flok lura.", "Grazzi.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Joe Brincat.", "ONOR.", "JOSEPH BRINCAT: Sur President, inkompli ma' dak li qal il-kollega tiegħi fuq żewġ punti, l-ewwelnett fuq il-kwestjoni tar-regolamenti li toħroġ l-EU.", "Issa li qegħdin madwar il-mejda mal-membri l-oħra ta' l-EU jien ninsisti li jekk m'aħniex se nwasslu l-messaġġ li regolamenti li applikaw għal pajjiżi fejn għandhom estensjoni ta' territorju kbira mhux neċessarjament jiffittjaw lilna, dejjem se jibqgħu jsiru r-regolamenti li jkunu fuq il-medja tal-pajjiżi l-kbar.", "Ejja nieħdu l-eżempju tal-qliezet, jekk ikunu kollha twal min ikun twil isib is-size tiegħu, imma min ikun qasir ma jsibx.", "Aħna rridu nagħmluha ċara li rridu niffittjaw għall- measurements tagħna.", "Huwa impossibbli li ngħidu li r-regolamenti jridu japplikaw bilfors għal kulħadd.", "Fil-budget tas-sena li għaddiet semmejt il- famuż każ li hemm regolament li jekk ikollok farm taż-żwiemel ma jistax ikollok iktar minn 500.", "Veru li dik hija favur tagħna imma lanqas f'Malta kollha m'għandna 500 żiemel.", "Issa hemm il-kmandament minn barra u f'dak il- kmandament m'aħniex qegħdin nagħtu s-sinjal tad-diminutive character li għandna bħala territorju.", "Sur President, ħalli niġi għall-kwestjoni ta' l-ilma.", "Ilna ħafna nisimgħu li se jsir il-proġett biex jissaffa d-drenaġġ, kontinwament nisimgħu li se jissaffa d-drenaġġ, u naħseb li veru ssaffa għax il-kelma \"isaffi\" bil- Malti tfisser ukoll meta d-drenaġġ jibda jiskula u joħroġ.", "U għandna ħafna postijiet fejn id-drenaġġ qed isaffi, u qed isaffi mhux fis-sens li jissaffa u jitnaddaf imma għax ssibu ħiereġ f'diversi postijiet, inkluż fid- djar tan-nies.", "Hemm kawżi l-qorti dwar drenaġġ li qed jispiċċa fid-djar tan-nies, u mhux f'kantini biss, anke f'livelli li huma abitabbli.", "Jidispjaċini ngħid li anke meta qed jinbnew it-toroq – issa l-ministru jista' jgħidli li din m'hijiex kompetenza tiegħu imma huwa jifforma parti mill-kabinett - qed naħsbu ftit biex ikollu fejn imur l-istorm water biex in-nies ma jgergrux, imma m'hu qiegħed isir xejn biex jinġabar l-ilma tax- xita.", "L-eżempju klassiku - u dan jaqa' taħt dan il-ministeru - hija l- kwestjoni ta' x'qiegħed isir fl-istpar Mater Dei dwar l-ilma li se jkun hemm minn dan l-isptar.", "Is-sitwazzjoni hija diġa` gravi u iktar se tiggrava għax m'aħniex attrezzati biex nikkonservaw l-ilma tax-xita, li huwa rari u ġeneralment jiġi bil-goff.", "Kif qal l-Onor.", "Farrugia, l-ilma huwa wieħed mill-iktar riżorsi importanti li jista' jkollok għaliex mingħajr l-ilma ma jistax ikollok ambjent.", "Kwestjonijiet oħra li laqtuni matul din is-sena kienu jirrigwardaw illegalitajiet.", "Waħda minnhom kienet l-aħbar li l-pulizija ngħataw struzzjonijiet biex ma jeħdux passi kriminali kontra min qiegħed jikser il- liġi tal-kaċċa jew inkella ma josservax ċerti regolamenti.", "Dan jinkwetani għal tliet raġunijiet.", "L-ewwelnett meta ssir liġi din torbot minn fuq s'isfel, mill-kabinett 'l isfel, jekk ma tiġix emendata fil-parlament jew inkella xi ħadd li għandu l-poter jissospendi l-effett tagħha.", "Kulħadd irid jinqeda b'dak il-mezz legali u jkun magħruf għal kulħadd.", "Ma jistax xi ħadd li jkun fil-poter jiddeċiedi li javża lill-pulizija biex jimxu b'dak il-mod.", "It-tieni nett dan huwa messaġġ assolutament ħażin li fi kwalunkwe pajjiż ikun hemm interferenza politika fuq l-attivita` tal-pulizija dwar x'każi jressqu u ma jressqux.", "Dak id-dritt huwa mogħti biss f'każijiet partikolari lill-Avukat Ġenerali skond il-Kostituzzjoni, imma m'huwiex mogħti lil kulħadd.", "Ma jistax ministru jgħid lill-pulizija biex jagħti ċ- ċitazzjoni imma ma jressaqx il-każ il-qorti.", "It-tielet, din tista' tkun nasba għax dawn huma kkonsidrati delitti, jiġifieri l-preskrizzjoni tagħhom għandha minimu ta' sentejn.", "Dan ifisser li għalkemm jista' ma jkunx konvenjenti li każ jitressaq il-qorti fi żmien meta tkun se ssir elezzjoni, il-preskrizzjoni tkun għadha m'għaddietx, iċ-ċitazzjoni tkun għadha fuq il- kotba tal-pulizija, u mbagħad qabel ma jagħlqu s-sentejn jiġu notifikati darba li għandhom dik iċ-ċitazzjoni u jiġu responsabbli.", "Jien nemmen li huwa assolutament importanti li jkun hawn il-legalita` - mhux l-illegalita` - ta' dak li jsir.", "Ħadd m'għandu poter li jaqbad liġi li jagħmel dan il-parlament jew regolament li jsir taħt il-forza ta' dan il- parlament, jew li dan il-parlament huwa marbut li jagħmel, u jilgħab biha qisha biċċa passaperla, jgħawwiġha u jiffitjaha kif irid u jiġi jaqa' u jqum minnha.", "Jekk il-messaġġ li ġie ppubblikat huwa żbaljat, allura jien nistenna li l-ministru jgħid: Le, il-pożizzjoni hija din u se tibqa' din.", "Ma nistgħux inkunu f'sitwazzjoni fejn ma nafux jekk azzjoni hijiex legali, illegali, legali bil-maħfra, jew legali bla maħfra, għax jekk hija maħfra ejja ngħidu li hija maħfra u allura nieħdu responsabbilta` li qed tingħata maħfra.", "Iżda ma jistax ikun li ma jkunx hemm proċediment min-naħa tal- pulizija għax inkella hawnhekk ikolli nsemmi każ ta' meta kien hemm pulizija li ma ressaqx wieħed fuq il-kaċċa, u ġabuh quddiem il-qorti akkużat bil-korruzzjoni u talli naqas mid-doveri tiegħu skond artikolu 141 tal-kodiċi kriminali.", "Dan kien weħel u tkeċċa.", "Allura sewwa li issa tgħid lill-pulizija kollha ta' l-administrative law enforcement (ALE) to hold their horses?", "Legali dan?", "Jekk m'huwiex, jien nixtieq nisma' lill- ministru jgħid li l-pożizzjoni legali hija dik li hemm u jekk hemm bżonn tibdil, allura jieħu r-responsabbilta` li jagħmel it-tibdil.", "Imma jkun żbaljat li taparsi hemm liġi u liġi m'hemmx jew inkella hemm il-liġi u enforcement m'hemmx.", "U hawnhekk inwissi lil min jaħseb li jkun ġabha żewġ u li mhux se jittieħdu passi kontra tiegħu.", "Infakkar x'kien għamel darba ministru nazzjonalista meta kienu għadhom iħallsu l-kontijiet ta' l-isptar.", "Kienet qorbot l-elezzjoni u kien hemm wieħed li mar għand il-ministru jagħmel ilment għax irċieva kont.", "Il- ministru, li kien tabib imma kien bravu daqs avukat għax kien jifhem fiċ- ċnus u l-proprjeta` u fl-affarijiet ta' preskrizzjoni, qallu: Tikkonfondi xejn, ħa niktiblek minn idejja stess.", "Mur ħallas Lm1 u nsiha.", "Dak mar bil- karta, ħallas Lm1 u mingħalih kollox sew.", "Xi sena wara reġa' rċieva l-kont bit-tnaqqis ta' Lm1 u dan mar jgħidilhom li hu kien tahom karta mingħand il- ministru biex iħallas Lm1 biss.", "Iżda huma qalulu li b'dik il-karta huwa kien interrompa l-preskrizzjoni li kellu jħallas il-kont.", "Dakinhar kien ħallas Lm1 u issa kellu jħallas il-kumplament.", "Meta ġie għall-parir legali u għedtlu li l-ministru kellu raġun, dan qalli: Jiġifieri dan daħak biha?", "Jien għedtlu: Issa dik tistaqsihiex lili.", "Inti qallek tħallas Lm1 u meta ħallastha rrikonoxxejt id-debitu.", "Jista' jiġri l-istess ħaġa fil-każ ta' dawk li ħasbu li ċ-ċitazzjonijiet tagħhom spiċċaw.", "Jista' jkun hemm challenge kontra l-artikolu 520 tal-kodiċi kriminali fejn dak li jkun jgħid li ladarba wieħed inqabad trid tmexxi kontra tiegħu, u minkejja dak li għamel il-ministru u l-kabinett, biex ma jmexxux kontra dak li jkun, il-qorti tordna li jittieħdu passi.", "Qed ngħid dawn l-affarijiet għaliex dak li hu liġi għandu jkun liġi u dak li mhux liġi ma jkunx liġi.", "Imma jkollna l-kuraġġ li ngħidu: Iva għamilnieha, jew iva neħħejnieha.", "Nixtieq insemmi ħaġa oħra li l-ministru żgur m'għandux responsabbilta` għaliha, imma qed niġbidlu l-attenzjoni bħala responsabbilta` f'dan il- parlament.", "Riċentement wara li għaddew l-ischemes minn dan il-parlament inħolqu diffikultajiet għax l-affarijiet saru bl-għaġġla, u allavolja kien hemm ċerti termini li taparsi ġew osservati, sar kollox ħorrox borrox.", "Wara li ħarġu l-ischemes u bdew japplikaw mid-data li stabbilixxa dan il- parlament sabu kwantita` ta' diffikultajiet b'każijiet pendenti li kienu fil-proċess li jiġu deċiżi.", "Minflok ma ġejna quddiem il-parlament u saret klawsola tranżitorja jew jiddefinixxi dan il-parlament, il-MEPA fuq parir legali li ma jorbotx lil dan il-parlament u ma jikkostitwixxix liġi, ivvintat formola li dawk l-applikazzjonijiet li kienu pendenti, imma kien hemm indikazzjoni li se jinqatgħu b'ċertu mod, jiġifieri dak li kien għadu qiegħed isir, nikkonsidrawh qisu sar, u allura jibqgħu mexjin.", "Kienet battikata biex nipprovaw nikkonvinċu, u ngħid bil-lealta` kollha li kemm l- Onor. Joe Falzon min-naħa tal-partit nazzjonalista u kemm jien konna qegħdin ngħidu li la l-parlament ippronunzja ruħu u l-liġi tibda b'effett minn dakinhar, jiddispjaċina għall-każijiet li qegħdin fil-pipeline, imma la ma waslux għall-konklużjoni u hemm deċiżjoni ma tistax tikkonsidrahom daqslikieku ttieħdet deċiżjoni, għax b'dan il-mod inkunu qegħdin inbiddlu u ngiddbu dak li ddeċieda l-parlament.", "Inkunu qegħdin nieħdu fuqna li l- parlament jagħmel li jrid, imma aħna daqsu.", "Dan huwa ħażin.", "Sur President, qiegħed niġbed l-attenzjoni għal dan għax huwa assolutament illegali li dak li jkun għadda l-parlament - mhux qiegħed ngħid għal xi liġi tal-medju evu, jew ta' żmien il-kavallieri li ssib li għadha in vigore, imma proprju ftit xhur jew ġimgħat wara li għaddew l-ischemes - b'interpretazzjoni ngħidu li dak li ma ġiex deċiż daqslikieku kien deċiż.", "Jekk hemm indikazzjoni li kien se jkun hemm deċiżjoni favorevoli titqies li ttieħdet.", "Jiġifieri hawnhekk flok nagħmlu l-liġijiet u ngħidu this is the cut-off date - ħalli nuża espressjoni li uża l-kollega tiegħi wkoll – ngħidu: Imma ejja naqbdu l-lenti u neżaminaw moħħ il-bord jew id-DCC x'kien se jiddeċiedi għaliex l-indikazzjoni hija li se jiddeċiedi favur.", "Allura għalfejn noqogħdu niġu hawn nagħmlu l-liġijiet biex imbagħad inġibuhom qishom biċċa chewing gum, daqqa nġebbidha minn hawn u daqqa minn hemm, daqqa twaddabha fuq in-naħa tax-xellug u daqqa twaddabha fuq in-naħa tal-lemin u x'ħin tiddejjaq minnha twaħħalha taħt il-bank.", "Hekk qed nispiċċaw.", "Mr Chairman, dan qiegħed ngħidu bl-ikbar responsabbilta`.", "Inkwetajt ruħi enormement għax allaħares nibdew ngħidu li kien hemm tali parir legali.", "Il- parir legali huwa li l-parlament jagħmel il-liġijiet u dawk il-liġijiet irid jirrispettahom kulħadd.", "Jien kont se nagħmel protest, imma qed nitkellem fil-parlament għax jien għandi dritt li nitkellem hawn bħala rappreżentant ta' dan il-parlament.", "Dan huwa żbaljat u jien nitlob lill- ministru jieħu ħsieb din il-kwestjoni.", "Jekk jidhirlu li hemm każijiet ġenwini li jistgħu jinkwandraw ruħhom f'emenda li jkun hemm bżonn, ejja nagħmluha.", "Imma ma nilagħbux billi nillapazzaw jew inkella ninħbew wara paraventu li ngħidu: U iva rranġa, ma noqogħdux immorru l-paralment għax inqanqlu dibattitu sħiħ.", "Dak huwa żbaljat.", "Issa ħalli mmur fuq il-kwestjoni ta' l-ischemes.", "Jien niftakar lill- ministru jgħid waqt il-winding up li tant kien kulħadd favur li anke, per eżempju, il-knisja ta' Għawdex mhux biss qablet imma talbet iż-żieda.", "Jien għandi informazzjoni li t-talba li kienet saret mill-kurja ta' Għawdex kienet fuq proprjeta` li kienu biegħuha, min-nofsha għaddiet triq, u fuq naħa waħda biss ħarġu l-permessi.", "Allura n-nies li kienu xtraw il-plots mingħand il-knisja u ma kellhomx permess biex jibnu d-dar tagħhom talbu li bħalma kellhom permess il-plots ta' faċċata tagħhom jkollhom huma.", "Jiġifieri l-knisja ma kenitx qed titolbu estensjoni, imma xi ħaġa li kellha tingħata b'sens ta' ġustizzja.", "Imma l-gvern uża din il-kwestjoni bħala argument li kellu talbiet biex jiżdiedu iktar artijiet fl-iskemi.", "Jiddispjaċini ngħid li dak l-eżerċizzju ma kien xejn wieħed għall-iskop li suppost kellu.", "Immur iktar minn hekk.", "Jien smajt bl-ammont kbir ta' objections li kien hemm.", "Jekk ikun hemm post żgħir jew biċċa roqgħa art ikun hemm tnejn, tliet objections fuqha, aħseb u ara meta tmiss il-mappa ta' Malta kollha.", "Il-MEPA dak iż-żmien ħarġet kwantita` ta' dawk li kienu qed jitolbu iżjed, u ftit ħarġet ta' dawk li qed joġġezzjonaw.", "Dawk il-ftit kienu mijiet.", "Iż-żmien li ngħata biex jiġu eżaminati l-objections huwa farsa u ma nafux min ra l-objections, minn min ġew vetted.", "U jien persważ li dawk l-objections ma telgħux biex jiġu kkonsidrati qabel ma effettivament waslu mill-proċess kollu mingħand il- ministru.", "Kienu qed joħorġu l-pjanti kif ġew mingħand il-ministru u l- objections ħadd ma ddeċieda effettivament u materjalment fuqhom.", "Ġew klassifikati dawk favur u dawk kontra, u peress li dawk li riedu iżjed art ġew favur, rebħet il-maġġoranza u allura għaddiet.", "Mr Chairman, wara bdejna nisimgħu li se jikkonsidraw anke t-talba ta' dawk li ġew esklużi u li għamlu objections.", "Issa veru li l-perijodu ta' review ma jistax isir immedjatament u hemm it-terminu tal-liġi qabel ma jista' jsir review bħal dan.", "Jien jinkwetani l-fatt, bħalma inkwetaw ħafna NGOs u ħafna ambjentalisti, li dan l-eżerċizzju ġara ħorrox borrox.", "Proprju riċentement fil-ġurnal \"The Sunday Times\" Pamela Hansen kitbet fuq dan is- suġġett ukoll, il-local plan xi jservi għalik, eċċ. Minflok qegħdin nagħmlu l-affarijiet bil-għaqal u b'ċerta kawtela qed nagħmluhom b'telqa kbira fil-bidu u mbagħad għaġġla fl-aħħar, u l-qattusa għaġġelija dejjem frieħ għomja għamlet.", "U la qed insemmi l-frieħ għomja niġi fuq il-famuż announcement li kellna fil-budget dwar l-isptar ta' l-annimali.", "(Interruzzjonijiet) Jien smajtu jgħid sptar ta' l-annimali, issa jekk tgħidlux after care jew jekk tgħidlux maternity, ma nafx jien.", "Ma nafx taħt min se jaqa', jekk hux taħt Dr Deguara jew taħt Helen D'Amato, ma nafx taħt min se jaqa'.", "(Interruzzjonijiet) Min iħobb l-annimali jieħu gost jekk din issir fir- realta`, imma jien ippreokkupat enormement fuq is-saħħa ta' l-annimali, kif jinżammu ġewwa pajjiżna u t-trattament li qed jirċievu.", "Meta jkollok b'Lm60,000 ivvotati, x'tip ta' sptar se jkun?", "Kif se jitħaddem?", "Il-figura hija baxxa wisq.", "Irridu nkunu nafu jekk l-owners humiex se jħallsu.", "Hawn ħafna nies li ma jiddejqu xejn li jagħmlu sagrifiċċju huma nfushom biex iħallsu għall-kura ta' l-annimali tagħhom.", "Jien m'iniex qed ngħid għall- annimali li taqla' l-flus minnhom, imma għall-annimali li wieħed ikollu ġewwa d-dar, fir-razzett jew inkella jkun dilettant tagħhom.", "Dawn ikunu lesti li jħallsu imma jridu servizz tajjeb, ikunu jridu - u dan importanti ħafna - li jekk jinqala' xi ħaġa lill-kelb jew lill-qattus isib l- attenzjoni kollha fi kwalunkwe ħin tal-ġurnata, anke fil-ġranet li l- veterinarju ta' fiduċja ma jkunx available, għax il-veterinarju ta' fiduċja se jibqa' l-ewwel assistenza għal dawk li għandhom l-annimali, li jħobbu l- annimali, imma warajhom, jekk se jkun hemm dan l-isptar, jien nemmen li dan huwa l-ikbar servizz li jista' jingħata.", "Nittama li dan l-isptar ta' l-annimali ma jsemmuhx \"Ora pro nobis\".", "L- isptar tan-nies jismu \"Mater Dei\" u l-ieħor insemmuh \"Ora pro nobis\" għax din il-wegħda qed naraha fluffy, m'għandhiex sustanza.", "U jekk irridu nissuġġerixxu xi ħaġa biex inkunu pożittivi rridu naraw li within that budget għallinqas nintroduċu affarijiet li m'għandniex ġewwa pajjiżna.", "Dan l-aħħar ikkritikajt il-fatt li l-gvern - u ma kontx qed nikkritika lill- ministru tal-lum għax din ilha ssir minn żmien żemżem, minn żmien l-Ingliżi - iqabbad lill-pulizija jew inkella lill-SPCA jiġbru l-annimali li jkunu stray u jħallas biex iżommhom għal sebat ijiem ħalli jekk wieħed ikun tilef il-pet tiegħu jmur ifittxu u jsibu hemmhekk within the seven days.", "Imma jekk jaqbżu s-seven days jinqatlu.", "Jistgħu jagħmlu paraventi u jgħattu kemm jgħattu, imma jien naf għax smajtha bil-ġurament quddiem tribunal industrijali.", "Sur President, huwa ħażin ukoll – u din rridu nittekiljawha għalkemm, nerġa' ngħid, m'iniex qed nikkritika lil dan il-ministru partikolari għax din ilha tiġri – li jekk ikollok il-pedigree iħarsu lejk b'ċertu mod, għax iżjed hemm ċans li jekk imorru n-nies jarawh, jadottawh.", "Qishom it-tfal ta' l-Ukrajna, jekk ikollhom għajnejhom ċelesti u xagħarhom isfar jaddottawhom.", "Imma l-klieb se nġibuhom skond is-sbuħija o meno li wieħed jikkonsidra?", "Ħaġa oħra li lili tirrabjani, u ktibt fuqha, hija x'jiġri verament jekk aħniex intitolati bħala bnedmin li nikkastraw lill-annimali, jekk ma jargumentawlekx ukoll li hija tajba għas-saħħa!", "Naħseb li kieku kellna nestenduha f'ċerti każi din tkun tajba għall-komunita` kollha, imma ma nieqfux biss fuq ħolqien partikolari.", "Sur President, jien qed ngħid li qabel ma effettivament isir l-ewwel pass fuq l-isptar ta' l-annimali - mhux qed ngħid ma jsirx – għandna naraw x'inhu l-aħjar li nistgħu nagħmlu bir-riżorsi limitati li għandna.", "In-nies li jħobbu l-annimali ġewwa pajjiżna, grazzi għaż-żgħar, iktar qed jiżdiedu, u ż-żgħar huma iktar affezzjonati lejn l-annimali, jista' jkun bit-tagħlim u għaliex huma iktar innoċenti u iktar ikunu qrib l-annimali.", "Naħseb li hemm bżonn li dan is-suġġett nagħtuh importanza enormi.", "Jien niftakar kemm qlajt ġo rasi meta għan-nom tal-labour party kont għamilt draft tal-liġi fuq id-drittijiet ta' l-annimali.", "Per eżempju, niftakar x'ikkummentatli ġurnalista mara li titkellem bis-sarkażmu, mhux għax nieħu għalija bis- sarkażmu għaliex anke jien nitkellem bis-sarkażmu.", "Ftit wara, xi sentejn wara, ir-repubblika tal-Germanja għaddiet liġi li titkellem mhux fuq il- welfare ta' l-annimali imma fuq ir-rights ta' l-annimali.", "Jiġifieri mhux aħna qisna l-anġlu kustodju ta' l-annimal, imma l-annimal huwa cohabiting magħna fid-dinja.", "Dan huwa d-disinn li sar minn fuq, imma aħna ppretendejna li għandna iktar drittijiet minn ħaddieħor, li ħaddieħor m'għandu drittijiet xejn u d-drittijiet kollha huma għand il-bniedem.", "Dan huwa żbaljat.", "Huwa ħażin li mingħalina qegħdin nagħmlu li rridu bin- natura, inkissruha u mbagħad meta jiġru d-diżastri nindunaw too late li jkunu ġraw għaliex ma rrispettajniex l-ambjent.", "Jien ninsisti li l-isforz li se jsir fuq il-qasam ta' l-annimali naraw li għallinqas ikollu riżultat.", "Ftit ilu għedt b'mod sarkastiku biex ma nsemmux l-isptar ta' l-annimali \"Ora pro nobis\" peress li l-isptar tan-nies jismu \"Mater Dei\" għax diġa` kellna l-esperjenza ta' wieħed li dejjem se jsir, se jsir, se jsir u quddiem il-MEPA nindunaw li għadu se jsir, se jinbidel, se jsir, se jinbidel, se jinbidel, se jsir u daqqa se nbiddlu l- faċċata, daqqa se nagħmlu l-koppla!", "Lanqas kieku bnejna katidral.", "Dejjem għaddejjin.", "Nittama li jsir xi ħaġa effettiva fuq l-isptar ta' l-annimali li verament tindirizza l-bżonnijiet ta' dawk li jrabbu u jħobbu l-annimali.", "Jeħtieġ li nagħtu kas ukoll ta' dawk il-klieb u annimali oħrajn orfni minn kulħadd, li sfortunatament ħadd ma jagħti kashom.", "Sur President, kif qal xi ħadd ħafna ikbar minni, il-livell ta' ċivilta` ta' pajjiż titkejjel minn kemm dak il-pajjiż jirrispetta l-annimali ta' madwaru.", "Sur President, dalgħodu ħadt gost b'biċċa aħbar, għalkemm m'hijiex konfermata, li l-imbierka golf course ta' Għajn Tuffieħa tidher li se tispiċċa fuq l-ixkaffa, u tispiċċa fuq l-ixkaffa mhux in odium auctoris, għaliex ħariġha gvern nazzjonalista, imma għax ma kienx jagħmel sens li jinqered raba' li kull min jgħaddi minn maġenbu jinduna li huwa kultivazzjoni regolari li tipproduċi l-ikel li għandna bżonn, għallinqas jien iktar minn ħaddieħor għax jien niekol iktar ħaxix minn dak li kien qed isemmi Noel Farrugia.", "Imma kulħadd jaf li dik l-area - u mhux qed ngħidha egoistikament - tipproduċi uċuh tar-raba' li huma maħdumin minn familji li jgħixu minn hemmhekk u aħjar nara zokk ta' kaboċċa tiela' milli nara stikka tal-golf għaddejja fuq dik l-art.", "Issa jekk hemm min kellu proġett u baqa' bl-istikka f'idejh, jibqa' bl-istikka f'idejh, imma jien nippreferi li nara l-uċuh tar- raba', għax għalija dak hu investiment akbar għat-turiżmu.", "Ma nistgħux nibqgħu nkissru l-ambjent u mbagħad nippretendu li jiġu t-turisti biex jaraw il-blokki fuq xulxin bid-disinn qishom dawn il-kaxxi tad-dawl li għandna fuq rasna hawnhekk, kaxxa fuq kaxxa fuq kaxxa u nippretendu li dawn ikunu ta' attrazzjoni għat-turisti.", "Sur President, irid isir investiment b'attenzjoni għax fl-agrituriżmu huwa importanti li jkollok ambjent serju.", "Jien ħadt gost meta kont irċevejt e- mail minn għaqda li qed tipprova tintroduċi l-agrituriżmu ġewwa Għawdex.", "L- avvanz li kellhom pajjiżi oħrajn fit-turiżmu huwa enormi, u ħafna minnu kien proprju fl-agrituriżmu.", "Min iħobb il-baħar jiġi fis-sajf, imma aħna rridu li jkollna turisti matul is-sena kollha, u mhux nistennewhom kollha ġejjin bil-vapur, jinżlu u jitilgħu t-telgħa tal-kurċifiss, iduru dawra l- Belt u jitilqu 'l hemm.", "Hemm bżonn nippreżentaw affarijiet Maltin - il- pajsaġġ Malti, l-ikel tradizzjonali Malti li jkun magħmul sewwa bl- ispeċjalitajiet tagħna, li sfortunatament qegħdin ninsewhom u nwarrbuhom.", "Jekk wieħed jara l-programmi li jkun hemm nhar ta' Ħadd filgħodu fuq stazzjon tat-television Taljan jara kemm jiftaħru b'dak li għandhom u jinduna għaliex it-turisti jmorru jfittxu dawn il-postijiet bħalma ġara, per eżempju, ġewwa t-Toscana fejn t-turiżmu żdied effettivament minħabba l- aspetti li qed insemmi hawnhekk.", "Sfortunatament aħna mhux qegħdin nagħtu din l-attenzjoni u bl-iskemi ta' żvilupp li saru komplejna naqqasna minn dan il-potenzjal.", "Ejjew għallinqas dak li baqa' nibżgħu għalih.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Skada l-ħin disponibbli għan-naħa ta' l- oppożizzjoni.", "Il-ħin kollu li fadal huwa għan-naħa tal-gvern.", "Rimarki?", "L- Onor. Jeffrey Pullicino Orlando.", "ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO: Mr Chairman, ħadt pjaċir ħafna nisma' lill- kollega tiegħi l-Onor.", "Joe Brincat jitkellem fit-tul fir-rigward tad- drittijiet ta' l-annimali.", "Dan huwa suġġett għal qalbi ħafna u fil-fatt se nitkellem fuqu aktar 'il quddiem fid-diskors tiegħi.", "Ħadt pjaċir u fl- istess ħin tbissimt għaliex jien niftakar żmenijiet fejn li titkellem fuq id-drittijiet ta' l-annimali kienet meqjusa, bla dubju ta' xejn, bħala komodita` lussuża.", "Dawn kienu żmenijiet meta l-Onor.", "Brincat kien anke hu parteċipi fil-gvern laburista u meta l-main topic of conversation u l-iktar ħaġa inkwetanti fix-xena politika Maltija kienet il-ksur regolari tad- drittijiet tal-bniedem.", "Allura qed nieħu pjaċir li mxejna sostanzjalment minn dawk iż-żmenijiet fejn konna nitkellmu fuq il-ksur ta' privileġġi, ksur tad-drittijiet tal-bniedem u issa qed niddedikaw ħin sostanzjali tad- diskors tagħna għad-drittijiet ta' l-annimali.", "ONOR.", "JOSEPH BRINCAT: Sur President, għandi point of order.", "THE CHAIRMAN: X'inhu l-point of order, Onor. Brincat?", "ONOR.", "JOSEPH BRINCAT: Personal explanation għal dak li qiegħed jgħid.", "Jien nixtieq ngħidlu lill-kollega tiegħi li ma jafx xejn, u se ngħid għaliex.", "THE CHAIRMAN: Imma dan mhux point of order.", "Jekk jagħtik permess l-Onor.", "Pullicino Orlando ....", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO: Mr Chairman, Lili waqqaftni, issa waqqaf lilu.", "Dan mhux point of order u għal personal explanation irrid nagħtih permess jien.", "Waqqfu kif waqqaft lili, Mr Chairman.", "THE CHAIRMAN: Ippermettili ftit.", "Agħtuni ċans għax jekk kulħadd jitkellem f'daqqa mhux se niftehmu.", "Jekk l-Onor.", "Pullicino Orlando jagħtik permess tista' tispjega ruħek, imma l-bqija dan mhux point of order.", "ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO: Oqgħod bil-qiegħda ħalli nkompli nitkellem.", "(Interruzzjonijiet) Nerġa' nsostni li, li kieku kont l-Onor.", "Brincat jien nistħi li kont parteċipi fi gvern li t-topic of conversation ta' kulħadd kien il-ksur regolari tad-drittijiet tal-bniedem.", "(Interruzzjonijiet) Nitlob il-protezzjoni tiegħek, Mr Chairman.", "(Interruzzjonijiet) THE CHAIRMAN: Ippermettuli ftit.", "Onor. Brincat, jekk għandek point of order għandek dritt li tagħmlu, imma biex tagħmel personal explanation trid il-permess ta' l-Onor.", "Membru li jkun qed jitkellem.", "(Interruzzjonijiet) Bħalissa huwa in possession l-Onor.", "Pullicino Orlando, qed jagħmel l- intervent tiegħu u huwa l-ħin allokat għan-naħa tal-gvern.", "Jiġifieri jekk mhux point of order ma nistax naċċettah.", "ONOR.", "JOSEPH BRINCAT: Iva, point of order għandi.", "THE CHAIRMAN: All right, x'inhu l-point of order?", "ONOR.", "JOSEPH BRINCAT: Ħadd ma jista' jimputa bad motive lil ħaddieħor.", "ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO: Ma mputajtx bad motive.", "ONOR.", "JOSEPH BRINCAT: Iva.", "ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO: U ejja, mela ma smajtnix!", "ONOR.", "JOSEPH BRINCAT: Mr Chairman, m'iniex se ndum.", "L-Onor.", "Pulliccino Orlando ma jistax jgħid li jien ma ddefendejtx id-drittijiet tal-bniedem.", "F'din l-awla fil-każ ta' Demicoli jien qomt u għedt li dak huwa żbaljat u il-Qorti Ewropea lili tat raġun kontra ......", "(Interruzzjonijiet)", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Ikompli l-intervent tiegħu l-Onor.", "Pullicino Orlando.", "ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO: Jien ma semmejt lil ebda persuna Demicoli, imma ħalli nkompli bid-diskors tiegħi.", "Nerġa' ngħid li jien naqsam is-sentiment li għandu l-Onor.", "Brincat fir-rigward tad-drittijiet ta' l-annimali.", "Voldieri jien kont qed infaħħar dan il-kliem sabiħ li kien qed jgħid l-Onor.", "Brincat.", "Il-punt tiegħi kien li dan huwa lussu li lanqas konna noħolmu bih fiż-żmenijiet koroh tas-sebgħinijiet u t-tmenijiet.", "Mr Chairman, jien skantajt bid-diskors ta' l-Onor.", "Galdes li tkellem fuq diversi proġetti, li jekk imur jarahom isib li qegħdin jitwettqu.", "Onor. Galdes, inti ma tafx li s-sewage treatment plant ta' Għawdex qiegħed fi stadju avvanzat?", "Mela sewage treatment plant, struttura ta' dik il- kwalita`, proġett ta' dik l-entita` se taqbad u titfgħu hemmhekk qisu proġett tal-Lego!", "Ma tafx li qed isir is-sewage treatment plant ta' Għawdex?", "Ma tafx li ġew approvati l-permessi għas-sewage treatment plant fil-Mellieħa, Onor. Galdes?", "Ipprotestajtu kontrihom ukoll, kif tipprotestaw kontra kull miżura ambjetali li jieħu dan il-gvern.", "Ma tafx li mexjin 'il quddiem biex nagħmlu sewage treatment plant fin-naħa tax- Xgħajra.", "(Interruzzjonijiet) Issa oqgħod kwiet hemmhekk, u oqgħod bil- qiegħda għax jien ma nterrompejtekx.", "(Interruzzjonijiet) Oqgħod bil- qiegħda.", "THE CHAIRMAN: Ippermettuli fftit, jekk jogħġobkom.", "Onor. Pullicino Orlando, nitolbok tindirizza lis-Sedja għax inkella jkun hemm reazzjonijiet min-naħa l-oħra u ma rrid interruzzjonijiet mingħand ħadd.", "(Interruzzjonijiet) Ma rrid interruzzjonijiet mingħand ħadd.", "Indirizza lis- Sedja, jekk jogħġbok.", "ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO: Safejn naf jien id-diskussjoni f'dan il- parlament ma tistax tkun diskussjoni sterili.", "Ladarba l-Onor Galdes għadda ċerti kummenti jien qed nikkummenta fuqhom.", "Jien mhux qed nindirizza lilu, imma jien nibqa' mistagħġeb għax qisu mhux qed jgħix f'Malta l-Onor.", "Galdes.", "Ma jafx li dawn il-miżuri kollha li qal li l-gvern mhux qed jieħu, bħalissa qed jittieħdu kollha?", "Ma jafx x'qed isir?", "L-Onor.", "Galdes reġa' tkellem kontra l-immodernizzar ta' l-impjant ta' Sant'Antnin.", "Ma jafx l- Onor. Galdes li l-kap tiegħu, il-kap ta' l-oppożizzjoni, issa f'daqqa waħda, wara li għamel dik il-kruċjata kollha kontra l-immodernizzar ta' impjant li llum huwa meqjus bħala impjant tat-tielet dinja - u għalhekk se nimmodernizzawh - huwa favur l-immodernizzar tiegħu?", "Qed tgħix f'dinja?!", "Taf x'qed jgħid il-kap tiegħek inti?!", "(Interruzzjonijiet) L-ewwel għamiltu kruċjata ....", "(Interruzzjonijiet)", "THE CHAIRMAN: Ma rridx interruzzjonijiet, Onor. Galdes.", "ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO: Issa nfiehmek kif ġejna magħkom.", "Lanqas biss taf tiddistingwi bejn civic amenity site u impjant ta' riċiklaġġ, Onor. Galdes, imbagħad tiġi titkellem fuq l-ambjent hawnhekk?", "(Interruzzjonijiet) Issa nfiehmek, ma jimpurtax.", "Jien u l-kollegi tiegħi l-Onor.", "Francis Agius u l-Onor.", "Pullicino konna mistednin meta kien hemm dik il-kruċjata sħiħa li issa mietet għax ma jaqblilhomx iktar tqajmu l-ferment fost il-poplu ta' Marsascala.", "Qajmu ferment sħiħ, ġennuh lill-poplu ta' Marsascala.", "Jien kont parteċipi f'laqgħa ta' diskussjoni organizzata mis-Super One television li kienet tittratta l-immoddernizzar ta' l-impjant ta' riċiklaġġ ta' Sant'Antnin.", "Jien onorat ngħid li kont involut ħafna anke min-naħa tal-Wasteserv fil- pjanifikazzjoni ta' dan l-impjant.", "Ġejt muri b'mod dettaljat kif se jsir dan l-impjant u kont impressjonat bl-istandards għoljin li se jilħaq dan l- impjant.", "Jien ġejt konvint, u ġejt konvint mhux bl-addoċċ, imma għax rajt il-fatti b'għajnejja, u kemm il-poplu ta' Marsascala se jgawdi bil-kbir bl- immodernizzar ta' dan l-impjant u anke l-ħaddiema.", "Intom tgħidu li intom il- partit tal-ħaddiema, imma qatt mort tara l-impjant tar-riċiklaġġ ta' Sant'Antnin kif inhu llum il-ġurnata, Onor. Galdes?", "Huma tal-mistħija l- kondizzjonijiet li qed jaħdmu fihom bħalissa l-ħaddiema f'dan l-impjant, imbagħad il-partit tal-ħaddiema huwa kontra li jiġi modernizzat l-imjant ta' Sant'Antnin!", "Meta ġejt mistieden mis-Super One biex immur għal laqgħa pubblika ġejt mgħajjar mir-rent a crowd li kien hemm dikinhar f'Marsascala.", "Ġejt mgħajjar jien, ġie mgħajjar Francis Agius, ġie mgħajjar George Pullicino u kull parteċipant li ma kienx qed jgħid li l-impjant ta' Sant'Antnin huwa ħażin.", "Affarijiet tal-ġenn dawn!", "Sur President, wara li għadda dak il-ferment kollu ħareġ il-kap ta' l- oppożizzjoni jgħid li jaqbel li għandu jiġi modernaizzat l-impjant ta' Sant'Antnin.", "L-ewwel għamlu kruċjata sħiħa u mbagħad qablu.", "U l-Onor.", "Galdes lanqas biss jaf li l-kap tiegħu qabel li l-impjant għandu jiġi modernizzat.", "Onor. Galdes, with all due respect, civic amenity site m'hijiex l-istess ħaġa bħal impjant ta' riċiklaġġ.", "Qal li għamilna u-turn meta aħna ilna snin sħaħ insemmu li se nagħmlu civic amenity sites.", "Issa se nagħmluhom.", "Fi ftit ġimgħat oħra se jkollna civic amenities f'Ħal Far, l-Imrieħel, eċċ. Imbagħad ġie jgħid li għamilna u-turn.", "Jaf id-differenza bejn civic amenity site u impjant ta' riċiklaġġ?", "Ilna tant ngħidu li se nagħmluhom!", "Issa se nagħmluhom bil-ko-finanzjament ta' l-Unjoni Ewropea.", "Hawnhekk nixtieq nisfida lill-kollegi tiegħi ta' l-oppożizzjoni biex jgħiduli minn fejn kienu se jġibu l-miljuni kbar tal-liri li qed nutilizzaw mill-finanzjament ta' l-Unjoni Ewropea kieku seħħet", "il-ħolma kerha tagħhom u li kienet iġġibna f'xi stat ta' limbu li sejħulu patnership.", "Kieku rebaħ il-partnership, Onor. kollegi tan-naħa l-oħra, minn fejn konna se nġibu l-finanzjament biex nirriabilitaw il-Magħtab, il- Qortin, il-miżbla ta' Wied Fulija?", "Minn fejn konna se nġibu l-flus biex nagħmlu s-sewage treatment plants biex aħna u t-turisti li jżuruna ma nkomplux ngħumu fid-drenaġġ tagħna stess u tagħhom stess?", "Minn fejn kontu se ġġibuhom il-flus biex insolvu l-problema tal-Magħtab jew kien se jibqa' kollox kif inhu u noqogħdu nduru bil-helicopter biex nimpressjonaw lin- nies, kif għamel il-kap ta' l-oppożizzjoni?", "Safejn naf jien dak li għamel għall-ambjent, PR exercise.", "I stand to be corrected, imma x'għamel il-kap ta' l-oppożizzjoni fit-22 xahar li dam prim ministru ta' pajjiżna fuq il- problema tal-Magħtab?", "Mar dawra fuq il-Magħtab bil-helicopter!", "Hekk solvejniha l-problema tal-Magħtab!", "Minn fejn konna se nġibu l-finanzi, kollegi ta' l-oppożizzjoni, kieku aħna ma dħalniex, kif xtaqtuna li ma nidħlux, fl-Unjoni Ewropea?", "Jew kontu ssallbu lill-poplu Malti bit- tassazzjoni jew inkella ma kontu tagħmlu xejn.", "Jien ngħid li ma kontu tagħmlu xejn.", "Fost il-ħafna suġġetti li tkellmu fuqhom tan-naħa ta' l-oppożizzjoni kien hemm is-settur tat-turiżmu li għandu x'jaqsam ukoll ma' l-ambjent.", "Naħseb kulħadd jaqbel li fis-settur tat-turiżmu kien qed isir xogħol kbir f'dawn l- aħħar xhur.", "Once again l-Onor.", "Galdes beda jikkritika lill-MEPA fir- rigward ta' proġetti.", "Per eżempju, fost il-proġetti li saru nsibu l- perched beach tal-Qawra u l-għarqa tal-bastimenti fin-naħa ta' Għawdex.", "Hawnhekk jien nappella lill-ministru tat-turiżmu biex kemm jista' jkun inkomplu ninkoraġġixxu d-diving tourism għax filwaqt li biex tiżviluppa turiżmu ta' din il-kwalita` tkun qed ittejjeb l-ambjent, hemm – u hawn naqbel ma' dak li qal l-Onor.", "Joe Brincat - setturi oħra tat-turiżmu li jistgħu jkunu b'xi mod jew ieħor ta' dannu għall-ambjent.", "Allura ta' min jinkoraġġixxi s-settur tad-diving tourism għax nafu li jekk nikkonċentraw fuqu nġibu turisti aktar milli nistgħu nġibu b'mezzi oħra jew b'niċeċ oħra tat-turiżmu f'Malta.", "Nafu wkoll li min-naħa tal-MEPA - u nsellmilhom ukoll għax-xogħol li qed jagħmlu - sar xogħol fir-rigward taċ-ċentru ta' interpretazzjoni li se jsir għat-tempji ta' Haġar Qim u ta' l-Imnajdra.", "Meta tisma' lill-oppożizzjoni titkellem tistħajjilhom il-profeti ta' l-Apokalissi u taħseb li m'hu qed isir xejn lanqas fir-rigward tal-wirt storiku, il-wirt nazzjonali tagħna.", "Waħda mill-miżuri li ġiet imħabbra fil-budget li lili laqtitni u naraha pożittiva ħafna ħafna, hija l-miżura li se tittieħed biex kemm jista' jkun nirrestawraw b'mod xieraq il-fortifikazzjonijiet uniċi ta' pajjiżna.", "Għandna 25 kilometru ta' fortifikazzjonijiet li jdawru il-bliet storiċi tagħna u nafu li jeħtieġ finanzjament kbir ħafna biex nnirrestawrawhom.", "Hemm proġett li se jkun mifrux fuq medda ta' seba' snin biex dawn jiġu restawrati u bla dubju ta' xejn naħseb li jekk iseħħ il-ħsieb li għandna, dan ikun wieħed mill-proġetti li se nitolbu għall-ko-finanzjament min-naħa ta' l-Unjoni Ewropea għalih li nkunu nistgħu mmexxuh b'mod professjonali.", "Once again ma nafx minn fejn kien jiġi l-finanzjament kieku tela` l-partit laburista fl-elezzjoni li għaddiet, kieku ntilef ir-referendum kif xtaqtu li jintilef fir-rigward ta' l-Unjoni Ewropea.", "Kieku aħna tlifna dawk il- fondi li huma available għalina min-naħa ta' l-Unjoni Ewropea, kif kienu jsiru dawn ix-xogħlijiet kollha?", "Iddispjaċieni, once again, meta smajt lill-Onor.", "Galdes jikkritika ħaġa pożittiva bħalma hi l-family park f'Marsacala u sejħilha bżar fl-għajnejn.", "Ma nkomplux inqarrqu bil-poplu ta' Marsacala!", "Mela l-ewwel ipprovajtu xxekklu u tingannaw meta għedna li se nimmodernizzaw l-impjant ta' riċiklaġġ li huwa xieraq biss għall-pajjiżi tat-tielet dinja - se nagħmluh state of the art facility u żgur li se jiggwandanja l-poplu ta' Marsascala u anke s-settur li jikkonċentra fuq it-turiżmu ta' Marsacala - u issa se nagħmlu family park verament sabiħ f'area żdingata li bħalissa nies irresponsabbli qed jużawha bħala dumping site qed jgħidu li dan hu bżar fl- għajnejn!", "Dawn huma affarijiet pożittivi, tibqgħux tinstemgħu bħala profeti ta' l-Apokalissi fuq affarijiet pożittivi.", "Dak li hu pożittiv għid li hu pożittiv, Onor. Galdes, għax ma tkunx kredibbli.", "Faħħru affarijiet pożittivi, araw kemm se jgawdi l-poplu ta' Marsacala b'inizjattiva bħal din!", "Sur President, kemm l-Onor.", "Brincat u kemm l-Onor.", "Galdes qalu li huwa pożittiv li timxi pass 'il quddiem fir-rigward tal-ħarsien tad-drittijiet ta' l-annimali, min-naħa l-oħra l-Onor.", "Brincat qalilna li din l-idea hija wisq fluffy.", "X'jiġifieri fluffy?", "Huma fluffy l-ideat konkreti u l-eluf tal-liri li se jingħataw biex isir dan iċ-ċentru u biex titwaqqaf fondazzjoni biex tmexxih?", "F'dawn l-aħħar ġimgħat sar ħafna xogħol u naħseb li issa l-Onor.", "Pullicino jkun qiegħed f'pożizzjoni biex iħabbar li ftit jiem oħra se jkollna servizz ta' ambulanza, li tant hu mixtieq minn kulmin verament għandu għal qalbu d-drittijiet u l-ħarsien ta' l-annimali.", "Dawn ideat fluffy!", "Meta jsiru affarijiet pożittivi ejja nkunu ġenwini, inkunu kemm jista' jkun irġiel u ngħidu prosit lil xulxin għax-xogħol li nagħmlu tajjeb għal dan il-pajjiż.", "Dan l-aħħar kelli l-unur li ġejt magħżul minn grupp ta' nies li ġabru l- ikbar petizzjoni li qatt ġiet miġbura f'pajiżna, petizzjoni ta' 40,000 firma, li fiha staqsew speċifikament għal animal ambulance, li se tibda taħdem fi ftit jiem oħra għax l-Onor.", "Pullicino wera impenn immedjat f'dan ir-rigward, u għal annimal welfare centre.", "Once again, dan se jseħħ.", "Voldieri l-gvern irrisponda għat-talba tal-poplu b'mod immedjat.", "Forsi tistaqsini jekk Lm60,000 hijiex somma biżżejejd li nibdew biha.", "Iva, dażgur.", "Se jkun hemm l-ewwel passi.", "(Interruzzjonijiet) Ikkonċedi li se jkun hemm l-ewwel passi, Onor. Galdes, għid li hija ħaġa pożittiva, għid li aħna qed nisimgħu t-talba tal-poplu u qed nagħtuhom dak li jixtiequ.", "Jien niskanta kif l-Onor.", "Galdes ikkritika l-mod kif ħarġu l-ischemes għall- iżvilupp.", "Nesa li hu u l-kollega tiegħu l-Onor.", "Buhagiar kienu qed jissuġġerixxu li jingħataw aktar artijiet għall-bini?", "X'ipokrezija!", "Mela tgħid li inti kontra li tittieħed aktar art għall-bini, u inti stess sakemm għalqulek ħalqek il-partit tiegħek kont qed tissuġġerixxi li jingħataw wisq aktar artijiet għall-bini.", "X'ipokrezija!", "(Interruzzjonijiet) Għandkom il- wiċċ tost titkellmu fuq l-awtonomija tal-MEPA!", "Mela inti ma rajtux il-pjan laburista għall-ambjent Onor. Galdes?", "L-uniku suġġeriment ġdid li hemm fil- pjan laburista għall-ambjent hu li jkun hemm iktar indħil governattv fil- MEPA.", "Ma tistħix titkellem fuq l-awtonomija tal-MEPA, Onor. Galdes jew ma qrajtux il-pjan tagħkom stess!", "(Interruzzjonijiet)", "Mr Chairman, nagħlaq billi ngħid ħaġa waħda, il-paroli huwa irħis, huwa wisq iktar diffiċli biex tieħu l-azzjonijiet konkreti fir-rigward ta' l- ambjent li huwa wieħed mill-pilastri ewlenin ta' dan il-gvern imħabbra mill- Prim Ministru Lawrence Gonzi.", "L-oppożizzjoni ħafna paroli, paroli irħis, li huwa faċli.", "Min-naħa tal-gvern azzjoni biss qed naraw fil-qasam ta' l- ambjent.", "Se nikkwota lill-prim ministru u ngħid: Iġġudikawna anke f'dan is-settur mhux bil-kliem imma bil-fatti, bl-azzjoni.", "Grazzi ħafna.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joe Falzon.", "ONOR.", "JOSEPH FALZON: Sur President, inkompli b'dan id-dibattitu li fih smajna kritika kostruttiva, pero` kien hemm min għamel kritika partiġjana iżjed milli ħares lejn l-isfidi li għandna quddiemna.", "Fejn jidħol l- ambjent aħna għandna obbligi nazzjonali, obbligi ta' l-Unjoni Ewropea, u għandna wkoll obbligi internazzjonali, fosthom tal-Kyoto Protocol.", "Pero` l- ikbar obbligu li għandna nħarsu sew f'dan il-parlament huwa l-obbligu għal ambjent aħjar għalina u għall-ġenerazzjonijiet tal-futur.", "Jien nappella lill-membri ta' din il-Kamra li jkollna dibatittu iktar mill- qalb għall-ambjent, u nappella wkoll lill-udjenza li qed tismagħna li daqqa tieħu passi favur l-ambjent minn ċerta perspettiva u daqqa teħodhom minn perspettiva oħra wkoll.", "Jien kelli ħafna opportunitajiet, mhux f'din il- Kamra biss, fejn faħħart l-involviment ta' l-NGOs u għedt kemm hu importanti li nisimgħu s-sejħa ta' dawn l-organizzazzjonijiet ambjentali f'pajiżna.", "Dawn huma importanti għaliex permezz tagħhom wieħed jifhem xi jħossu n-nies hemm barra.", "Pero` punt importanti li jridu jifhmu dawn l- NGOs ukoll huwa li ma' l-ambjent hemm ħafna", "sfidi kbar oħra għal pajiżna.", "Għalhekk tajjeb li nagħrfu iżjed x'inhu verament l-iżvilupp sostenibbli - forsi din il-kelma nużawha iktar milli fil-fatt hemm bżonn għax nirrepetuha f'diversi oqsma - pero` l-ikbar sfida hija fejn se taqta' dik il-linja, kif se ssib il-bilanċ bejn l-esiġenzi tal- pajjiż f'dak li huwa żvilupp ekonomiku u żvilupp soċjali u l-esiġenzi ambjentali.", "Għaldaqstant nappella kemm lill-NGOs u kemm lill-partiti politiċi biex inżommu dan il-konċett quddiem għajnejna u napplikawh fil- prattika.", "Illum qegħdin niddiskutu l-budget għas-sena li ġejja fir-rigward ta' l- ambjent u qed naraw kemm dan il-gvern huwa kommess li jaħdem f'dan il- qasam.", "Jien irrid infakkar li grazzi għad-deċiżjoni li ħa l-poplu Malti fir-referendum aħna sseħibna fl-Unjoni Ewropea, pass li bih qed nakkwistaw il-finanzjament biex inkunu nistgħu nwettqu ferm iktar proġetti biex intejbu l-ambjent.", "Huwa fatt li ma jista' jinnegah ħadd li l-Unjoni Ewropea qed tgħinna bil-kbir f'dawk li huma aspirazzjonijiet ambjentali f'pajjiżna.", "Apparti li qed tgħinna finanzjarjament illum l-Unjoni Ewropea stabbilixxiet standards biex aħna nimxu magħhom, standards li huma ta' l- ogħla livell li jixraq lill-bniedem.", "Dawn l-istandards ġew stabbiliti mhux biss biex sempliċement ngħidu li hemm xi standards partikolari, imma għaliex jiddispjaċini ngħid li d-dinja – u mhux Malta biss – tilfet wisq mill-ambjent tagħha.", "Allura jeħtieġ li b'mod immedjat u bi prominenza nindirizzaw l-isfidi ambjentali.", "Iktar qabel għamilt riferenza għall-Kyoto Protocol u hawnhekk irrid ngħid kemm huwa importanti li nesiġu li l-pajjiżi kollha ta' l-Unjoni Ewropea u tad-dinja kollha jilħqu dawk il-miri ambjentali li kienu ffissati meta sar dan il-protokoll.", "Iktar 'il quddiem ikollna ċans nagħmlu dibattitu dwar l-estimi tal-MEPA, pero` f'dan il-mument nixtieq nagħmel riferenza għall-pjani lokali, wieħed mill-iżjed eżerċizzji importanti li saru f'pajjiżna.", "Ħafna regolamenti li kienu għadhom in draft form eventwalment saru policies li fuqhom se jittieħdu d-deċiżjonijiet fil-MEPA.", "Apparti l-pjani lokali saret reviżjoni tal-policy and design guidelines.", "Tajjeb li minn żmien għal żmien dawn ikunu riveduti, jiġifieri ma kien hemm l-ebda u-turn.", "Kultant il-kelma \"u- turn\" nagħtuha interpretazzjoni żbaljata għax inti tkun qed tagħmel u-turn meta tagħmel bidla radikali li tiżbilanċjalek il-politika tiegħek.", "Il- policies huma ħaġa differenti għax wara li nistudjaw dak li nkunu għamilna fis-snin ta' qabel inkunu nistgħu nbiddluhom biex nindirizzaw il-bżonnijiet tal-poplu Malti.", "Tajjeb li jkun hemm dawn it-tibdiliet għax id-dinja m'hijiex xi ħaġa statika, u jekk policy kienet tapplika għas-sena 2000, mhux neċessarjament għadha tapplika għal-lum.", "Għalhekk importanti li jkun hemm dawn ir-reviżjonijiet.", "Insemmi r-reviżjoni tal-pjani lokali b'mod partikolari peress li ssemmiet hawn.", "Importanti ħafna li noqogħdu attenti meta nagħmlu ċerti parametri fl- areas fejn ikun hemm l-iżvilupp.", "Irrid infakkar li bil-policies li kellna qabel kien hemm ħafna areas li ħadu xejriet li llum inħossu li nistgħu ntejbuhom.", "Issemmiet b'mod partikolari l-policy li l-area ta' flat trid tkun mill-inqas 120 metru kwadru f'ċerti areas.", "Jien nesiġi li nagħrfu x'inhu l-ħsieb wara din il-policy.", "Importanti li kemm l-iżviluppaturi li qed jisimgħuna u kemm ir-residenti nfushom jifhmu li jrid jintlaħaq bilanċ li verament huwa sostenibbli.", "Sur President, ma jistax ikun li f'ċerti areas, bħas-Swieqi, b'mod partikolari, ikollok ċertu żvilupp li jibqa' għaddej kważi kważi bla rażan.", "Irridu nagħtu kas ta' ċerti issues li huma marbuta ma' density.", "Is-Swieqi hija area prominenti fis-sens li kienet żviluppata b'mod tajjeb fis-snin tmenin u disgħin u l-policies li kienu ħarġu taw lok biex l-iżviluppaturi jdaħħlu units kemm jifilħu hemmhekk.", "Hawnhekk irrid infakkar li policies li japplikaw għal ċerti areas mhux neċessarjament japplikaw għal areas oħra.", "Għalhekk huwa importanti li f'ċerti areas nesiġu li jkun hemm high quality residential development għax ma jistax ikun li nibqgħu nitilfu ċerti areas f'pajjiżna.", "Dan li qed ngħid ma japplikax biss għas-Swieqi għax hemm areas oħra li ġew żviluppati b'mod tajjeb, li huma ftit f'Malta, u ma rridux nitilfuhom.", "Jekk nitilfu l-konċett ta' żvilupp sostenibbli u ta' redevelopment u riġenerazzjoni urbana naħseb li nkunu qegħdin niżvijjaw.", "Hu tajjeb li anke nkunu nafu l-pożizzjoni ta' l-oppożizzjoni f'dan ir-rigward.", "Sur President, jien nagħlaq billi nistieden lil kulħadd biex jipparteċipa b'mod iktar qawwi fil-qasam ta' l-ambjent għax l-ambjent m'huwiex sfida tal- gvern tal-ġurnata imma huwa sfida tal-poplu Malti u Għawdxi kollu, inkluż l- NGOs, l-oppożizzjoni, l-ambjentalisti u anke dawk li forsi ma tinteressahomx il-politika.", "L-ambjent huwa ta' kulħadd u jien nappella biex dibattitu bħal dan ma nidderiġuhx b'mod partiġjan.", "Irridu nitkellmu iżjed b'mod ħolistiku f'dan ir-rigward favur il-ġenerazzjonijiet li ġejjin.", "Grazzi.", "THE DEPUTY CHAIRMAN (Onor. Mario de Marco): Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L- Onor. Francis Agius.", "ONOR.", "FRANCIS AGIUS (Segretarju Parlamentari): Sur President, kemm hu sewwa li qegħdin nitkellmu llum fuq il-biedja u s-sajd għax jekk wieħed imur lura ftit ta' snin ilu u jara x'kien intqal min-naħa ta' l-oppożizzjoni fuq dan is-settur, isib li suppost li dalgħodu m'aħniex qegħdin hawn għax kellu jispiċċa kollox.", "Imma nieħu gost iktar nisma' lill-Onor.", "Farrugia jikkwota minn dokumenti ta' l-Unjoni Ewropea u bħala bniedem fil-politika nħoss sodisfazzjon partikolari.", "Irrid nibda l-ewwelnett biex ngħid li minkejja s-setturi varji li tkellem fuqhom, l-Onor.", "Farrugia ma tkellem assolutament xejn fuq il-pitkalija, il- pjan strateġiku nazzjonali l-għaqdiet tal-produtturi, l-esportazzjoni tal- patata, l-akkwakultura u Għawdex.", "Pero` jien se nipprova nsemmihom kollha fil-35 minuta li għandi.", "Il-budget mhux biss jagħti direzzjoni politika ċara imma jagħti kas tas-setturi l-aktar importanti fil-ħajja tagħna, fosthom ovvjament l-ikel, ikel safe u ta' kwalita`.", "Il-biedja u s-sajd fl- antik kienu s-Cinderella fil-budget, dejjem jiġu l-aħħar.", "Imma llum bl- investiment li għamel il-gvern, bl-investiment li ġej mill-Unjoni Ewropea u bl-investiment li għamel is-settur privat - f'settur minnhom partikolari l- interess ta' l-investiment kien iktar minn Lm5 miljun, dik hi l-fiduċja li għandhom il-bdiewa tagħna fis-settur – minn Cinderella dan is-settur sar il- prima donna.", "F'dan id-diskors se nispjega kif aħna tal-gvern nazzjonalista ma dħakna b'ħadd, wisq inqas bil-bdiewa.", "Dik it-tbissima li poġġew tan-naħa tal- labour fuq il-billboard hija waħda ta' ottimiżmu u ta' fiduċja fil-ħaddiema tagħna, fil-każ li qed nitkellmu llum ir-raħħala, il-bdiewa u s-sajjieda.", "Irrid infakkar li kienu biss il-membri parlamentari tal-partit nazzjonalista li emmnu fil-ġejjieni fis-sod għas-setturi tal-biedja u s- sajd u llum nistgħu nitkellmu fuq dawn is-sussidji minkejja l-kompetizzjoni miftuħa li ġabulna l-bidliet li għażilna u li għamilna aħna.", "L-ewwelnett se nagħti titwila fuq fuq l-hekk imsejħa viżjoni - jien aktar ngħidilha illużjoni - tal-partit laburista, imbagħad se nispjega l-ħidma tas- segretarjat tal-biedja u s-sajd.", "Il-kritika tiegħi l-ewwelnett se tkun fuq dak li qed jipproponu jew diġa` sar fil-qasam ta' l-edukazzjoni agrikola u fil-kampanja tal-promozzjoni, fuq dak li qed isir fil-preżent, bħall- għajnuna finanzjarja li għoġobhom ma jsemmu xejn dwarha dalogħdu, u fuq dak li qiegħed fil-pjan rurali li jmiss - għandi d-dubji kemm dawn ikkonsultawh – u fuq indikazzjoni ta' numru ta' kontradizzjonijiet jew kutrumbajsi.", "Dan juri biċ-ċar li dawn jew ma fehmux jew iridu jwebbsu rashom quddiem ir- realta` tal-politika komuni agrarja fl-Unjoni Ewropea li tħaddan dan is- settur b'mod partikolari.", "Irrid ngħid li l-Unjoni Ewropea għandha politika komuni fil-qasam tal-biedja għax fl-oħrajn tipprova tagħmel politika komuni, imma ma jirnexxilhiex.", "F'dan il-qasam għandha politika komuni.", "X'viżjoni għandu l-partit laburista fejn tidħol l-edukazzjoni f'dan is- settur?", "Qalulna li jridu jagħmlu forma ta' apprendistat fil-qasam tal- biedja.", "Il-partit laburista għadu ma ndunax li dan il-gvern diġa` ħaseb biex fi ħdan l-MCAST jagħmel l-agri-business studies?", "Il-gvern nazzjonalista ta lill-istudenti tagħna xi ħaġa ħafna iktar minn apprendistat u xi ħaġa ta' kwalita` ħafna iktar ogħla u li biha jridu jaslu ħafna iktar fil-ħajja ....", "(Interruzzjonijiet)", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Ippermettili.", "L-Onor.", "Noel Farrugia on a point of order.", "ONOR.", "FRANCIS AGIUS: Jiena ma nterrompejtux, Sur President.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Ippermettili, kemm nisma' l-point of order.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Sur President, biex wieħed ikun jaf x'qed ngħidu, jien semmejt l-apprendistat fil-qasam idroloġiku u mhux fil-qasam tal- biedja.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Ikompli l-Onor.", "Agius.", "ONOR.", "FRANCIS AGIUS: Sur President, fl-edukazzjoni aħna ma nixxaħħux.", "Irrid infakkar ukoll lil din il-Kamra li permezz ta' ħidma li saret bejn is- segretarjat tiegħi, l-universita` ta' Malta u l-universita` ta' Perugia fl- Italja, minn Ottubru tas-sena li għaddiet inbeda kors fuq livell ta' baċellerat f'dik li hija agrikoltura Mediterranja.", "Ma' dawn irrid insemmi wkoll id-diplomi fl-agrikoltura u courses oħrajn fl-istitut ta' l- agrikoltura fi ħdan l-universita` ta' Malta.", "Altru milli sempliċement livell ta' apprendistat.", "Aħna qed nagħtu liż-żgħażagħ studenti tagħna l- edukazzjoni biex ikollhom fejn jimirħu ħalli jkollhom l-aħjar kwalifiki possibbli u l-opportunitajiet kollha miftuħa quddiemhom u kullimkien.", "Wieħed irid iħares anke lejn n-numru ta' nisa f'dawn il-courses li huwa inkoraġġanti ħafna.", "Allura jekk il-partit laburista jkun fil-gvern, dan se jfisser li se jmexxi l-arloġġ lura għal dawn iż-żgħażagħ li diġa` qed nagħtuhom l-aħjar fl-edukazzjoni?", "Ħa nsemmi eżempju ieħor fejn il-partit laburista mhux qed isegwi sew dak li qed isir fuq livell Ewropew fejn jidħlu l-oqsma tal-biedja u s-sajd.", "Kieku l-opożizzjoni laburistra ssegwi sew il-politika Ewropea malajr tinduna li l- kummissarju Ewropew responsabbli għall-biedja, Marianne Fischer-Boel, għamlitha ċara li m'hemmx lok biex il-klawsola tas-salvagwardja tiddaħħal f'pajjiżna.", "Bla ma jrid wieħed isaqsi: Il-partit laburista kif qed iwiegħed li jdaħħal din il-klawsola tas-salvagwardja?", "Din xi tbażwira oħra ta' l-Onor.", "Sant u l-Onor.", "Farrugia?", "Dan juri li għal darb'oħra il-partit laburista qed jinganna lill-bdiewa b'xi ħaġa li jaf li ma tistax titwettaq kif inhuma l-affarijiet fil-preżent fil-biedja ta' Malta tal-lum.", "Ħrafa oħra fejn bejn il-kliem u l-fatti hemm baħar jikkumbatti hi, li l- partit laburista qed jgħid li se jiġġenera dħul ġdid għall-bdiewa, is- sajjieda u r-raħħala.", "Pero` oħroġ il-għaġeb, bħal kull wegħda li jwiegħed il-partit laburista ma jgħidx kif se jwettaq din il-wegħda!", "Mistoqsija vitali oħra fl-opinjoni tiegħi hija minn fejn kontu se ġġibu l-flus bil- politika ta' partnership fil-qasam ta' l-agrikoltura.", "Eżempju ieħor ta' kontradizzjonijet u kutrumbajsi huwa meta l-oppożizzjoni kienet pronta tikkritika kampanja ta' promozzjoni mnedija min-naħa ta' dan il-ministeru.", "Iżda jidher li issa dawret fehemtha għax fid-dokument tal-viżjoni li qed tipproponi qed tgħid li se tagħmel l-istess kampanja li għamel dan il- gvern.", "Mela issa l-kampanja \"Agħżel frisk, agħżel lokali\" li għamel il- gvern nazzjonalista ftit tax-xhur ilu m'għadhiex kampanja ħażina, kif kontu qed tgħidu fil-kritika tagħkom?", "Il-fatt li 95% tal-poplu Malti jippreferi jixtri prodott lokali ma jurix kemm hija effettiva din il-kampanja?", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Ippermettili.", "On a point of order l-Onor.", "Noel Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: M'hu veru xejn li aħna kkritikajna dik il-kampanja, għedna li ma ġietx estiża fuq l-affarijiet l-oħra.", "Jien qed insostni li qed isiru dikjarazzjonijiet foloz, Sur President.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Grazzi.", "Ikompli l-Onor.", "Francis Agius.", "ONOR.", "FRANCIS AGIUS: Jien qgħadt nisimgħu b'paċenzja kbira issa nistenna li jħallini nitkellem .", "L-ikbar kutrumbajsa li għamlu tal-partit laburista hija li jridu jsaħħu l-extension services, kif jgħidu fid-dokument tagħhom.", "Dan għaliex meta l-Onor.", "Farrugia kien ministru tal-gvern laburista ta' 22 xahar kien irnexxielu joħroġ stqarrija fejn qal li jrid jagħlaq l-extension services u jagħti l-istess servizz mill-pitkalija ta' Ta' Qali.", "Iktar tard nixtieq inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja ta' din l-istess stqarrija.", "Issa niġu għas-serjeta`, Sur President.", "Se nitkellem fuq il-pjan strateġiku nazzjonali ħalli forsi fl-aħħar in-naħa ta' l-oppożizzjoni tinduna li għandha bżonn taġġorna ruħha u forsi tibda tifhem kif għandhom isiru l-affarijiet bis-serjeta`.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Noel Farrugia, on a point of order.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Nikkonferma li qed issir dikjarazzjoni falza.", "M'hu veru xejn dan li qed jgħid.", "Aħna ridna nżidu s-support ta' l-extension services fi proċess taż-żmien tal-biegħa ...", "ONOR.", "FRANCIS AGIUS: Mela ma kontx taqra l-istatements li kienu jagħmlulek, Onor. Farrugia.", "Sur President, l-ewwel pjan li kellna għas-snin 2004 sa l- 2006 wasal biex jispiċċa u issa qegħdin naħdmu fuq il-pjan għas-snin 2007 sa l-2013.", "Min ikun serju hekk jaħdem għax aħna nħarsu l-interess tal- bdiewa u r-raħħala.", "Bi pjaċir inħabbar li s-support finanzjarju min-naħa ta' l-Unjoni Ewropea għas-snin 2007 sa l-2013 għal Malta se jkun ta' madwar €80 miljun u dawn jitilgħu għal €100 miljun meta wieħed iżid l-għajnuna finanzjarja li se noħorġu aħna bħala gvern Malti.", "Dan il-pjan strateġiku għandu erba' pilastri prinċipali li jinkuludu l- kompetittivita` fis-settur agrikolu flimkien ma' l-immodernizzar ta' l- irziezet u l-oqsma tal-biedja; it-titjib ta' l-ambjent u t-tisbiħ tal- pajsaġġ tagħna; it-titjib ta' kwalita` ta' ħajja aħjar f'żoni rurali kif ukoll il-konservazzjoni tal-patrimonju rurali tagħna; u l-local action groups taħt il-proġett magħruf ukoll bħala Leader.", "Tajjeb li ngħid li dan il-pjan se jiġi finalizzat sa Marzu li ġej ħalli jkun jista' jibda jitħaddem matul l-2007.", "Ħalli niġi issa għall-oqsma differenti.", "Il-kap ta' l-oppożizzjoni qed jallega li l-biedja ilha abbandunata għal dawn l-aħħar 20 sena, tant li kien hemm tnaqqis fil-produzzjoni.", "Jiena se nuri kif dan m'huwiex minnu.", "Jekk inħarsu lejn iċ-ċifri ta' prodotti li jiddaħħlu l-pitkalija mill-bdiewa stess wieħed jista' jara li l-partit laburista m'huwiex qed jgħid il-verita` jew inkella jemmen l-istatistika li jaqbel lilu.", "Dan għall-fatt li jekk wieħed iħares lejn l-istatistika maħruġa mill-NSO u jifli l-produzzjoni jsib li fl-ewwel sitt xhur tas-sena l-oħra din kienet ta' 20.18 miljun kilo, li f'termini ta' flus dawn kienu jammontaw għal Lm3.96 miljun.", "Jekk imbagħad naraw il-produzzjoni li kellna fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena, mela like with like, wieħed malajr jinnota li kellna 23.16 miljun kilo li f'termini ta' flus jammontaw għal Lm4.07 miljun.", "Dan ifisser li din is-sena kien hemm żieda ta' 14.7% fil- produzzjoni tal-ħxejjex u l-frott fuq is-sena l-oħra.", "Minkejja din iż- żieda l-valur totali f'termini ta' flus kien ta' 2.7% iktar mis-sena li għaddiet.", "Aħna nħossu li dan ġara għax il-bidwi qed jitgħallem idaħħal fil- pitkalija prodotti ta' kwalita` u dan ġie kkonfermat minn waħda mill- koperativi tal-bdiewa meta jien kelli laqgħa mal-kumitat tagħha f'dawn l- aħħar ġranet.", "Dan huwa kollu frott tal-ħidma li bdiet is-sena li għaddiet.", "Dan jindika li mhux veru, kif jgħidu xi wħud, li l-biedja Maltija se tisfaxxa fix-xejn.", "Min qed jidħak bil-bdiewa Maltin u Għawdxin?", "Min qed jidħak bil-poplu Malti?", "Din is-sena saret kampanja sħiħa biex il-prodott ta' ħaxix u frott li jidħol fil-pitkalija f'Ta' Qali jkun ta' kwalita` tajba u preżentat sew fil- kaxxi tad-dugħ.", "Saru diversi laqgħat mal-bdiewa u nħarġu leaflets - li se npoġġi kopja tagħhom fuq il-mejda tal-Kamra - biex juru lill-bdiewa kif għandu jsir il-grading tal-prodotti agrikoli.", "Uffiċjali ta' l-agrikoltura qegħdin gradwalment jimponu li l-prodotti li jidħlu fil-pitkalija jkunu magħżula, graded.", "Għas-sena d-dieħla se ssir kampanja biex il-prodotti kollha jkunu graded mill-istess bdiewa biex ikunu jistgħu jidħlu fil- pitkalija.", "Qed jiġi wkoll inkoraġġit l-ippakkjar tal-prodotti, packaging, u li l-prodott ikollu t-tikketta li juri li hu Malti u jindika l-oriġini minn fejn ġie jew ta' liema organizzazzjoni hu fil-każ ta' koperativi jew għaqdiet tal-produtturi.", "Sur President, se jibqgħu jsiru taħditiet mal-partijiet interessati rigward il-ħinijiet tal-ftuħ tal-pitkalija sabiex dawn ikunu jistgħu jinbidlu għall- bżonnijiet tal-lum, ħalli l-prodott Malti jkun fis-suq iktar kmieni fil- ġurnata flok wara nofsinhar, għall-interess sew tal-bidwi kif ukoll tal- konsumatur.", "Matul din is-sena ġew introdotti wkoll formoli li kull bidwi jrid jimla biex jindika l-prodotti kollha li jdaħħal fil-pitkalija.", "B'dan se tingħata spinta biex isir kontroll aħjar fuq il-bejgħ u l-ħlas li jingħata l-bidwi.", "Ġew ukoll stallati cameras, CCTV, għal sorveljanza aħjar fil-pitkalija.", "Qed jittieħdu miżuri sabiex l-operat tal-ħasil tad-dugħ dejjem jitjieb.", "Dan se jsir billi nipprovdu faċilita` aħjar ta' maħżen ġdid.", "Se jiġi introdott miżien għall-vetturi li jdaħħlu l-biegħa ġewwa l- pitkalija.", "Mis-sena d-dieħla l-ħlas tal-prodott li jidħol il-pitkalija se jibda jsir direttament fil-kont bankarju tal-bdiewa, direct credit, flok is-sistema taċ-cheques għall-benefiċċju ta' l-istess bdiewa.", "Diġa` ttieħdu l-passi meħtieġa ma' l-APS Bank sabiex din is-sistema tiġi introdotta aktar kmieni s-sena d-dieħla.", "Sur President, issa twaqqfu tliet għaqdiet ta' produtturi prinċipali bl- isem ta' Gozitano, Gomriza u Ta' Qali Producers Group li qegħdin jikkummerċjalizzaw il-prodotti taħt it-tikketta tagħhom u qed jippakkjaw b'mod preżentabbli sabiex iġibu prezz aħjar għall-prodotti tagħhom.", "Waqt li l-Gozitano kellhom il-bini tagħhom fix-Xewkija Għawdex li ġie attrezzat bi grading station, packaging and cold storage bl-għajnuna tal-ħames protokoll finanzjarju Taljan, iż-żewġ għaqdiet tal-produtturi l-oħra ngħataw post b'dawn il-faċilitajiet ġewwa l-pitkalija f'Ta' Qali stess minn fejn se jkunu jistgħu wkoll jikkummerċjawlizzaw il-prodotti tagħhom.", "Fil- fatt sew l-għaqda Gomriza kif ukoll Ta' Qali Producers Group diġa` ngħataw l-imħażen mill-gvern li nbnew taħt il-ħames protokoll finanzjarju Taljan biex jibdew joperaw.", "Din hija d-direzzjoni politika li qed jagħti l-gvern għal ġejjieni fis-sod għall-bdiewa Maltin u Għawdxin biex huma jkomplu jbigħu l-prodotti tagħhom b'mod dirett.", "Aħna rridu iktar vertikalizzazzjoni fl-oqsma kollha.", "Xi tfisser?", "Jiġifieri l-bidwi jieħu iktar sehem mid-dħul finali tal-prodott li huwa jipproduċi, fejn l-affarijiet imxew ħafna iżjed u jkollhom dħul aħjar f'dak is-settur.", "Irrid ngħid li l-ħsieb tal-kummissarju responsabbli għall-agrikoltura u sajd hu li tressaq proposti leġislattivi għar-riforma tas-settur tal-frott u l-ħxejjex magħruf bħala l-common market organisation, (CMO), u tagħmel proposti biex jissaħħu l-għaqdiet tal-produtturi, jipprovdu miżuri biex jitnaqqsu l-ammont ta' pestiċidi, twaqqaf għajnuna għal dawk il-bdiewa li jintlaqtu minn ħsarat permezz ta' maltemp, kif ukoll biex tinkoraġġixxi l- konsum ta' frott u ħaxix f'pajjiżi Ewropej.", "Dan ifisser li dan il-gvern diġa` wettaq u antiċipa dan il-programm li għad trid tressaq il-kummissarju Fischer-Boel.", "Iktar tard se npoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tad- dokumenti li jsostnu dan li qed ngħid.", "Waħda mill-wegħdiet prinċipali ta' dan il-gvern kienet dik ta' l-għajnuna finanzjarja għall-qasam tal-biedja u s-sajd.", "Qabel ir-referendum il-gvern kien sostna li kien se jgħin mhux biss b'għajnuna teknika imma wkoll b'għajnuna finanzjarja biex isir ir-ristrutturar meħtieġ ħalli jkun jista' jsir l-upgrade neċessarju.", "Il-gvern żamm il-wegħda tiegħu.", "Dan juri kemm il-gvern nazzjonalista hu sensittiv għas-setturi tal-biedja u s-sajd u se jibqa' jgħin ħalli verament nuru li dak li nwiegħdu nwettquh.", "Sur President, hawn jien ma nistax ma nsemmix stqarrija oħra li kien ħareġ l-ex-ministru tal-biedja u s-sajd l-Onor.", "Farrugia.", "Tajjeb infakkar x'qal fit-28 ta' Lulju ta' l-1998, u nikkwota kelma b'kelma:", "\"Mhux veru li s-sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea tiggarantixxi sussidji għall-bdiewa, raħħala u sajjieda.\"", "Sur President, dan ifisser li l-oppożizzjoni trid tneħħi s-sussidji lill- bdiewa, lir-raħħala u lis-sajjieda li dan il-gvern qed jagħti u li rnexxielu jinnegozja ma' l-Unjoni Ewropea?", "Nistennew tweġiba ċara.", "Nixtieq inpoġġi kopja ta' din l-istess stqarrija fuq il-mejda tal-Kamra.", "Dan juri li llum bil-fatti naraw kif l-oppożizzjoni kienet maqtugħa mir- realta` moderna ta' dak iż-żmien u tal-lum, u kif il-politika bażwija ta' l- istess oppożizzjoni hija mfassla fuq l-għanqbud tal-protezzjoniżmu li dan l- aħħar qed juri verament biċ-ċar li joħnoq l-ekonomija tal-pajjiżi.", "Apparti wkoll li din il-politika qed tiġi mwarrba mid-WTO u mill-istess Euro-Med.", "Fil-preżent m'hemm l-ebda dewmien bla bżonn fil-pagamenti dovuti min-naħa tal-paying agency, kif qed jgħid il-partit laburista.", "Irrid nispejga li biex jiġu effettwati l-pagamenti hemm obbligi mandatorji li jsiru l- kontrolli, isir awditjar u jsiru l-ispezzjonijiet neċessarji.", "Is-serjeta` hekk titlob u aħna, għax aħna gvern serju, hekk qed nagħmlu.", "Allura l- gvern laburista se jagħmel kollox bil-għaġġla u jnaqqas mis-serjeta` ta' dawn il-pagamenti jew beħsiebu jbażwar xi tbażwira oħra?", "L-għajnuna finanzjarja għas-sena 2005 b'kollox kienet tammonta għal aktar minn Lm9 miljun, kważi Lm6 miljun ġew mill-gvern Malti u Lm3 miljun mill- Unjoni Ewropea.", "Dan ifisser li 35% ta' l-għajnuna finanzjarja għal dan is- settur matul is-sena li għaddiet ġew direttament mill-Unjoni Ewropea.", "Sur President, taħt l-iskema special market policy programme for Maltese agriculture (SMPPMA), liema strument il-gvern nazzjonalista nnegozja biex ipatti għall-isfidi ta' l-ewwel snin tad-dħul tagħna fl-Unjoni Ewropea - infakkar li aħna bdejna t-tielet sena ta' din it-tranżizzjoni - l-għajnuna li nagħtat sa Settembru ta' din is-sena qabżet l-Lm4 miljun, li 20% minnhom, ammont ta' Lm800,000, ġejjin mill-Unjoni Ewropea.", "Il-benefiċjarji ta' din l-għajnuna kollha li semmejt huma għas-settur tal-majjal, tat-tjur, tal-ħalib, taċ-ċanga, tal-bdiewa, ta' l-inbid, tan-naħal, l-agro- industrija, tal-proeċessuri tat-tiġieġ u tal-laħam lokali u tas-setturi rurali f'dak li għandu x'jaqsam ma' ħitan tas-sejjieħ.", "Ma nistax ma nsemmix ukoll is-setturi tal-biedja organika u ta' speċi awtoktoni.", "Altru milli ġibna Lm1.5 miljun fi flus kontanti mill-Unjoni Ewropea, kif kien jgħid il-billboard tal-partit laburista qabel ir-referendum.", "Dawn ġibniehom biss minn miżura waħda fil-qasam tal-biedja.", "Settur importanti fil-qasam tal-biedja li ma ssemma xejn s'issa huwa dak ta' l-esportazzjoni tal-patata.", "Dan lanqas jidher fil-pjan tal-partit laburista.", "Il-gvern ħa ħsieb li jippjana l-bini ta' grading station moderna ħalli l-esportaturi jkollhom l-aħjar għodda meħtieġa biex ikunu jistgħu jaħdmu.", "Minn dan il-proġett se jibbenefikkaw il-bdiewa Maltin u Għawdxin li jieħdu l-prodott tagħhom għall-esportazzjoni.", "Diġa` nħarġu l- permessi kollha meħtieġa u dan il-proġett sewa madwar Lm770,000.", "Ma' dawn m'iniex qed ninkludi l-makkinarju u servizzi oħra.", "Dan il-proġett se jkun mgħammar b'faċilitajiet għall-grading, makkinarju għall-ippakkjar, spazju ta' cold storage, u l-iktar importanti huwa l-ispazju għall-possibbilta` ta' makkinarju għall-ipproċessar avvanzat.", "Aħna nemmnu fil-value added.", "Tajjeb ngħid ukoll hawnhekk li l-prezz kummerċjali tal-patata, kif maqbul fis-settur kummerċjali, se jkun ta' Lm13 għal kull qantar sa l-aħħar ta' April, u Lm11 għal kull qantar minn Mejju 'l quddiem.", "Irrid nitkellem ukoll fuq l-iskema ta' l-insurance.", "Din waslet fil-fażi konklussiva u l-kummissjoni Ewropea ġiet notifikata kif jitolbu r- regolamenti ta' l-Unjoni Ewropea.", "Irrid nispjega li t-tfassil ta' l-iskema kien proċess ikkomplikat, b'input tekniku ta' esperti u ta' kumpannija privata lokali flimkien ma' input ta' l-istate aid monitoring board u konsultazzjoni sħiħa ma' għaqdiet ta' bdiewa u sajjieda, skond il-każ.", "Minħabba t-tibdil li kien hemm fil-leġislazzjoni ta' l-Unjoni Ewropea waqt dan il-proċess kien hemm ħtieġa ta' reviżjoni ta' l-iskema.", "Fil-każ ta' uċuh tar-raba' u annimali qed nistennew clearance min-naħa tal-kummissjoni Ewropea, filwaqt li fil-każ tas-sajd il-konsulenti qed ifittxu underwriters abbażi ta' skema li hi kompatibbli mar-regolamenti ta' l-Unjoni.", "Sur President, bla dubju ta' xejn settur mill-aktar importanti huwa s- settur tal-majjal.", "Matul is-sena li għaddiet il-gvern ta lil dan is-settur għajnuna finanzjarja ta' Lm1.54 miljun taħt l-iskema ta' l-SMPPMA.", "Twaqqaf ukoll il-bord għar-ristrutturar ta' l-industrija tal-majjal biex jaħdem fuq tliet għanijiet.", "L-ewwel biex ikun hemm pjan ta' maniġġjar li jikkontrolla n-nitrati, it-tieni pjan li jħares is-saħħa tal-bhejjem, u t-tielet pjan li jħares l-iġjene fuq ir-razzett.", "Permezz tal-proġett twinning light inġieb espert Awstrijak biex jgħin lill- industrija tal-majjal kif se nsemmi.", "L-ewwel issir evalwazzjoni ta' din l- industrija kemm macro, l-industrija in ġenerali, u kemm micro, l-irziezet.", "It-tieni ssir evalwazzjoni għal kull razzett, u t-tielet titfassal formola apposta bħal dik tar-raħħala biex kull produttur juri l-intenzjoni tiegħu, jekk iridx jirristruttura r-razzett jew jekk iridx itemm l-attivita` tiegħu.", "Inħabbar ukoll li saru avvanzi kbar fejn jidħol it-trasferiment tal-kwota fid-diskussjonijiet li kienu qed isiru bejn il-MEPA u l- ministeru.", "Niġi issa għas-settur tal-ħalib li għamel riferenza żgħira għalih l-Onor.", "Farrugia.", "L-ewwelnett irrid niċċara li m'hemm l-ebda deroga imma qegħdin f'fażi ta' tranżizzjoni.", "Din is-sena twaqqaf il-Maltese dairy industry restructuring board li ħa post il-Maltese dairy industry assistance board.", "L-għan ta' dan il-bord hu li jassessja l-istruttura attwali ta' l- industrija tal-ħalib f'pajjiżna, li jidentifika kull opprotunita` jew sfida li jista' jkun hemm fil-futur fejn tidħol din l-industrija tal-ħalib, li jidentifika pjan fit-tul għas-sostenibilita` ta' dan is-settur, u li jipproponi pjan u policies, partikolarment ta' natura finanzjarja, li jkunu kompatibbli u konformi ma' għajnuniet u regoli li jeżistu fi ħdan l-Unjoni Ewropea.", "Hawn irrid nispjega l-kwestjoni tar-raħħala li ma ħadux sussidju.", "Dawn kollha ħadu d-dairy premium, pero` l-additional quality payments jitħallsu lil dawk biss li jilħqu l-kwalita` stabbilita.", "Hemm standards kif għandhom jingħataw.", "Irrid inħabbar ukoll li dan il-kumitat għal dan il-għan għandu għad-dispożizzjoni tiegħu - għax aħna mhux bil-paroli biss - Lm600,000 taħt l-iskema ta' l-SMPPMA biex ikun jista' jibda jopera u jattwa dan li għadni kemm semmejt u li fil-fatt diġa` hemm numru ta' rziezet li għandhom l- approvazzjoni meħtieġa biex jibbenefikaw minn dawn il-fondi.", "Niġu issa għas-settur tat-tjur.", "F'qasir żmien se jiġi ppubblikat avviż legali dwar l-istandards tal-bejgħ tal-prodotti tat-tjur.", "Dan se jagħti spinta lil dan is-settur biex il-prodott Malti jiġi identifikat u jitnaqqsu l-abbużi tal-laħam li ġej minn barra f'dan is-settur.", "Skond skema li tħabbret dan l-aħħar s'issa diġa` ngħataw liċenzji biex jiżdiedu 52,000 fellus fl-irziezet tat-tieġieġ tas-simna.", "Dan juri li l-prodotturi tagħna qed jaraw li hemm potenzjal u li dan is-settur qed jerġa' lura fuq saqajh għax il-konsumatur Malti jrid prodott frisk lokali.", "Fil-ġranet li ġejjin is-servizz veterinarju responsabbli mit-tjur tas-simna se jagħmel l- ispezzjonijiet fl-irziezet ta' tmien produtturi u jekk dawn jinstabu li huma konformi se jingaħtaw il-liċenzja li jżidu n-numru ta' tiġieġ tas- simna.", "Dawn it-talbiet għandhom potenzjal ta' 90,000 fellus oħra li jkunu jistgħu jitrabbew fl-irziezet.", "Irrid insemmi li hemm 30 prodottur li ssottomettew it-talba li huma wkoll ikabbru t-tiġieġ tas-simna fl-irziezet tagħhom.", "Hemm miżura oħra li intiża biex tgħin ukoll lill-proċessuri lokali.", "Dan kollu juri li anke dawn in-nies għandhom fiduċja fis-settur.", "Fejn jidħol is-servizz veterinarju l-gvern imbarka fuq investiment qawwi biex dan is-settur ikollu l-aħjar.", "Hawnhekk mhux se nsemmi l-biċċerija ta' Għawdex, għax il-kollega tiegħi l-Ministru għal Għawdex, Giovanna Debono, tat spjega tajba fuq din il-biċċerija.", "Il-gvern impjega ħames veterinarji Taljani għaliex f'dak il-mument ma nstabux veterinarji Maltin.", "Irrid insemmi wkoll li saret talba biex jiġu impjegati erba' junior veterinary officers Maltin.", "Dan qed isir biex inkomplu ntejbu dan id-dipartiment u nsaħħu l-lista ta' 32 stabbiliment ta' l-ikel li huma diġa` approvati.", "Is- setturi ta' dawn l-istabbilimenti jinkludu cold storage, kif ukoll stabbilimenti ta' l-ipproċessar tal-laħam abjad u aħmar.", "Ma' dawn hemm ukoll is-settur tal-ħalib kif ukoll l-agro-industrija.", "Irrid infisser kif minn dan l-investiment mhux biss igawdi r-raħħal u l-proċessur imma finalment igawdi wkoll il-konsumatur.", "U hawn żgur fejn naqblu li b'dan il-proċess kollu qed igawdi l-konsumatur imma fl-aħħar mill-aħħar il- konsumatur irid jagħżel.", "Sur President, il-policy ta' dan il-gvern f'dan il- qasam hija li jkollna servizz impekkabbli ħalli nkomplu għaddejjin bir- ristrutturar kemm ta' l-riziezet kif ukoll ta' l-impjanti ta' l- ipproċessar.", "Hawn irrid insemmi wkoll il-proġett tat-twinning bejn Malta u r-Renju Unit f'dak li huwa servizz veterinarju li b'kollox jammonta għal €1 miljun u huwa ffinanzjat kollu kemm hu mill-Unjoni Ewropea.", "Il-kuntratt tal-proġett ġie ffirmat fl-20 ta' Frar ta' din is-sena u diġa` bdew il- ħidmiet.", "Il-proġett se jindirizza ħames attivitajiet importanti u speċifiċi ta' regolamentazzjoni li huma trattament xieraq ta' l-annimali, mediċini veterinarji, produzzjoni tal-ħalib, għalf ta' l-annimali, u biċċeriji tat-tjur.", "Għaldaqstant dan il-proġett se jħarreġ mhux biss lill- impjegati tad-diviżjoni ta' l-ikel u l-attivita` veterinarja, iżda anke lir- raħħala, għaqdiet mhux governattivi, proċessuri ta' prodotti ta' l-annimali u dawk li jifformolaw l-għalf u l-mediċini ta' l-annimali.", "Dan juri s- serjeta` li qed nimxu biha.", "Din is-serjeta` qed nuruha billi qed ninvestu l-miljuni tal-liri ħalli dawk kollha involuti direttament f'dan is-settur ikollhom l-aħjar servizz ta' kwalita`.", "Sur President, niġi issa għas-settur tas-sajd li bla dubju ta' xejn dan il- gvern dejjem ħadem biex jarah li jimxi 'l quddiem.", "Dan is-settur dejjem ħa għajnuna finanzjarja kbira min dan il-gvern.", "Irrid infakkar li l-programm ta' l-għajnuna għall-bastiment tas-sajd infetaħ f'Lulju ta' l-2002 u kien stmat li se jiswa madwar Lm2.6 miljun.", "Ma' dan il-programm ta' għajnuna hemm numru ta' kuntratti li huma finalizzati u dawn swew madwar Lm1.2 miljun.", "Hemm ukoll numru ta' kuntratti li qed jistennew parti mill- pagament, u għad hemm numru ieħor ta' dgħajjes li qed jistennew li jsirilhom kuntratt jew li ssirilhom applikazzjoni.", "Il-programm għadu għaddej u għalhekk kif ikun possibbli se jitkomplew il-ħlasijiet tal- kuntratti pendenti.", "Min-naħa l-oħra dak li wiegħed il-gvern nazzjonalista lis-sajjieda, li se jibbenefikaw mill-fondi ta' l-Unjoni Ewropea, seħħ u huwa realta`.", "Il-programm Ewropew ta' l-istrument finanzarju għall-gwida tas-sajd, FIFG 2004/2006 jinvolvi kważi Lm1.5 miljun.", "Dawn il-fondi qed jintużaw għal dawn il-miżuri li se nsemmi.", "L-ewwel tibdil ta' bastiment qadim biex jinbena bastiment ġdid li minnu se tgawdi familja ta' sajjieda li jammonta għal Lm84,000; it-tieni sabiex tliet basitimenti jieqfu mill-attivita` tas-sajd li l-ammonti jlaħħqu madwar Lm240,000 - dik hija għajnuna konkreta biex innaqqsu l-fishing efforts, mhux bil-paroli biss - it-tielet sabiex tmien bastimenti oħra ssirilhom modernizzazzjoni b'għajnuna li tammonta għal madwar Lm70,000.", "Barra minn dawn l-istess fondi qed isir il-proġett tal-Ponta tal-Qrejten f'Marsaxlokk.", "Din il-hardstanding facility tinvolvi wkoll ix-xiri ta' żewġ cranes apposta sabiex jittellgħu l-bastimenti mill-baħar.", "U dan mhux bi spiża żejda għas-sajjieda għax dawn diġa` jħallsu lill-privat.", "Dan il- proġett huwa stmat li se jiswa madwar €2 miljun li 75% minnhom se jitħallsu mill-Unjoni u 25% se jitħallsu mill-gvern Malti.", "Din hija wegħda oħra li dan il-gvern żamm mas-sajjieda tagħna u għalhekk juri kif bil-fatti qed ngħinu lis-settur tas-sajd.", "Dan juri biċ-ċar li l-fondi Ewropej waslu u qed igawdu minnhom kemm numru ta' sajjieda, kif spjegajt, fuq bażi individwali kif ukoll is-settur kollu minħabba l-proġetti ta' benefiċċju għal kulħadd bħalma huwa l-iżvilupp ta' l-iskall.", "Sur President, tajjeb ngħid li s-settur tas-sajd qatt ma ħa għajnuna ta' Lm1.49 miljun f'sentejn biss.", "Altru li dan is-settur sar il-prima donna minn Cindirella.", "Niġi issa għall-qasam ta' l-akkwakultura, settur li żgur dejjem kien fuq quddiem nett ta' l-aġenda ta' dan il-gvern immexxi mill-partit nazzjonalista.", "Il-policy tal-gvern qed timmira fuq ir-riċerka biex niddiversifikaw l-ispeċi tal-ħut li jista' jitkabbar biex ma nibqgħux fuq l- istess speċi.", "Il-ħuta prinċipali li sar u li qed issir riċerka fuqha għal dan l-iskop hija l-aċċola.", "Bi pjaċir inħabbar li ġie ffirmat kuntratt bejn kumpannija privata lokali u l-gvern fil-qasam ta' l-akkwakultura dwar riċerka biex l-aċċol ikun jista' jitkabbar taħt complete cycle, jiġifieri jitkabbar mill-bajda sal-ħuta lesta biex tinbiegħ.", "Ir-riżultati s'issa huma inkoraġġanti u Malta qiegħda fuq quddiem nett f'dan il-qasam ta' riċerka fil-baħar Mediterran.", "Parti mill-għajnuna għas-sajjieda taħt l-FIFG li spjegajt qabel - imma din id-darba se nispjega kif ġiet megħjuna l-industrija ta' l-akkwaultura - ingħatat lil kumpannija Maltija biex tixtri gaġeġ ġodda kif ukoll sistema ta' cameras taħt l-ilma biex ma jingħatax għalf żejjed lill-ħut.", "Barran dan, dawn il-fondi għandhom iservu wkoll biex isir moniteraġġ tal-baħar fl- inħawi ta' dan il-fish farm.", "Mill-istess fond ta' l-Unjoni Ewropea ingħataw Lm220,000 li bbenefikaw minnhom kumpannija Maltija, kumpannija Għawdxija kif ukoll l-għaqda koperativa tas-sajd.", "Dawn il-fondi ngħataw għal żvilupp fl-ipproċessar li qed iservi biex isiru investimenti f'sistema ta' refrigeration, impjant tat-tqattigħ u filleting tal-ħut, u impjant biex il-ħut ikun immarinat u smoked, u makna tas-silġ.", "Dawn l-investimenti fl- ipproċessar għandhom iservu biex jiżdied il-valur miżjud tal-ħut u għalhekk jitjieb id-dħul mis-settur tas-sajd in line mal-policy tal-gvern Nazzjonalista.", "Mr Chairman, illum kelli ċans nagħti ħarsa fuq fuq lejn il-ħidma għaqlija li l-gvern nazzjonalista qed iwettaq bis-serjeta` fil-qasam ta' l- agrikoltura u s-sajd.", "Hemm ħafna iktar ħidma li qed titwettaq li l-ħin ma jippermettilix li nsemmi.", "Irrid minn hawn nirringrazzja lill-ħaddiema kollha li jaħdmu fid-dipartimenti li jaqgħu taħt dan id-dikasteru u ovvjament anke lil ħafna u ħafna eluf ta' ħaddiema li għandhom interess dirett f'dan il-qasam.", "Il-ħidma hi kontinwa u sfiqa b'laqgħat mas-setturi tal-bdiewa, ir-raħħala u s-sajjieda.", "Jien nikkonkludi billi ngħid li aħna lesti li nisimgħu, aħna lesti li niddjalogaw ma' kulħadd, aħna nżuru lill- ħaddiema fuq il-post tax-xogħol tagħhom, u dan nagħmluh b'risq il-ġid tal- familji tagħhom.", "Is-setturi tal-biedja u s-sajd se jkomplu jipprovdu l- għajxien xieraq lil kull min jaħdem fihom u fl-istess waqt jibqa' jkollna ikel lokali frisk u bnin kif taf tagħti din l-art ħelwa tagħna.", "Sur President, nitlob il-permess sabiex inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra d- dokumenti li għamilt riferenza għalihom waqt id-diskors tiegħi.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata", "ONOR.", "FRANCIS AGIUS: Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' fuljett maħruġ mill-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l- Ambjent intitolat \"Għajnuna Finanzjarja lill-Bdiewa 2004\";", "Kopja ta' fuljett maħruġ mill-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l- Ambjent intitolat \"Għajnuna Finanzjarja lill-Bdiewa 2005\";", "Kopja ta' ktejjeb maħruġ mill-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l- Ambjent intitolat \"Għajnuna Finanzjarja lill-Bdiewa 2006\";", "Kopja ta' ktejjeb maħruġ mill-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l- Ambjent intitolat \"Kif Għandek Tixtri l-Ħaxix Frisk\";", "Kopja ta' ktejjeb maħruġ mill-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l- Ambjent intitolat \"Standards tal-Kwalita\"; Kopja ta' fuljett maħruġ mill-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l- Ambjent intitolat \"Kodiċi ta' Metodi ta' Biedja Għaqlija\";", "Kopja ta' stqarrija għall-istampa maħruġa mill-Ministeru tal-Biedja u Sajd fit-28 ta' Lulju 1998 bit-titolu \"Mhux Veru Li Sħubija Sħiħa fl- Unjoni Ewropea Tiggarantixxi Sussidji Għall-Bdiewa, Raħħala u Sajjieda\";", "Kopja ta' stqarrija għall-istampa maħruġa mill-Ministeru tal-Biedja u Sajd bit-titolu \"Riorganizzazzjoni ta' l-Extension Service\"; u", "Kopja ta' dokument maħruġ mill-Agence Europe bid-data tas-26 ta' Ottubru 2006 intitolat \"EU/AGRICULTURE: Mariann Fischer Boel reveals first elements of answer on reform of fruit and vegetable sector\".", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Il-Ministru George Pullicino.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Mr Chairman, dan huwa r-raba' diskors li qed nagħmel bħala ministru responsabbli mis-setturi ta' l-ambjent, l- agrikoltura u sajd.", "Id-diskors dwar l-estimi tal-ministeru għas-sena ta' wara huwa okkażjoni biex ngħidu x'għamilna u x'besieħna nagħmlu matul is- sena li ġejja, speċjalment fuq dawk li huma l-prioritajiet tagħna għas-sena li ġejja.", "Dan huwa gvern li qed ikompli jibni fuq it-tliet pilastri, edukazzjoni, ekonomija u ambjent.", "M'għandix l-iċken dubju li meta wieħed jaqbad l- investimenti kollha li hemm fl-estimi, ikun ta' liema kulur ikun, jasal għal konklużjoni waħda, li qatt ma kellna gvern li investa daqstant b'mod qawwi fil-qasam ta' l-edukazzjoni u fil-qasam ta' l-ambjent.", "Il-prim ministru fid-diskors tiegħu ta messaġġ ta' fiduċja lill-poplu, messaġġ ibbażat fuq ritratt veru, ritratt fattwali ta' dak li din il-komunita` tagħna qiegħda tagħmel f'kull ġurnata ta' ħidma tagħha.", "Il-messaġġ ta' fiduċja huwa rifless fil-miżuri li qed nipproponu għas-sena li ġejja.", "Qed nipproponi qabża oħra 'l fuq fuq in-nefqa tal-gvern fuq l-ambjent, il- biedja u s-sajd.", "Nistgħu nagħmlu dan għaliex l-ekonomija sejra tajjeb, għax kieku l-ekonomija sejra ħażin ma konniex inkunu nistgħu nagħmlu dan.", "U m'iniex insemmi l-miljuni ta' liri li l-gvern ivvota f'dan il-budget fuq toroq, ħarsien tal-wirt kulturali u storiku kif ukoll fuq żvilupp ta' bajjiet u xogħlijiet oħrajn.", "Dan il-ministeru waħdu għandu vot ta' Lm27 miljun għas-sena 2007.", "Biżżejjed ngħid li l-ispiża kapitali għas-sena li ġejja se titla' bi kważi Lm6 miljun oħra, u issa se taqbeż it-Lm22 miljun.", "Ippermettili ngħid li kull lira li hija investita fil-qasam ta' l- agrikoltura u sajd għalina hija wkoll lira investita fil-qasam ta' l- ambjent għaliex huma l-bdiewa, ir-raħħala u s-sajjieda l-aħjar gwardjani ta' l-ambjent ta' pajjiżna.", "Sur President, irrid infakkar minn fejn tlaqna.", "Fl-1990 il-vot għall- ambjent f'dan il-pajjiż kien biss ta' Lm3 miljun filwaqt li s-sena li għaddiet il-vot laħaq it-Lm32 miljun.", "Tajjeb infakkar, għax xi kultant ninsew, li fl-unika sena sħiħa ta' budget fejn kellna lil Alfred Sant bħala prim ministru, in-nefqa għall-ambjent f'dik is-sena naqset b'Lm2 miljun.", "Meta jiġu għall-fatti l-oppożizzjoni juruna kemm taħraq qalbom għall- ambjent.", "Bil-paroli jgħidu ħafna.", "Bil-paroli kulħadd jaf jgħid, imma meta niġu għall-fatti tara d-differenza.", "Kellna d-diskors tal-kap ta' l-oppożizzjoni u ta' membri oħra matul dan il- budget dwar x'jasbu huma.", "Irrid ngħid li għalkemm il-kelliem ta' l- oppożizzjoni Noel Farrugia ma nafx kemm-il darba uża l-kliem \"kreattivi u progressivi\" jien ma smajt xejn progressiv u ma smajt xejn kreattiv.", "Tajjeb li tuża l-kliem sabiħ, imma mbagħad fil-prattika x'issib?", "Jien ma nlumx lill-keliema ta' l-oppożizzjoni li jiġu hawnhekk jitkellmu mingħajr proposti għax jekk wieħed jaqra d-dokumenti ta' viżjoni tal-partit laburista, li hemm fis-CD li l-kap ta' l-oppożizzjoni poġġa fuq il-mejda tal-Kamra u li jien ipprintjajt biex nara li jkolli l-aħħar verżjoni - isib il-baħħ, ma jsib l-ebda kontenut ta' proposti ġodda.", "Ejja nieħdu d-dokument ta' viżjoni li ħarġu fuq l-agrikoltura.", "Jien irrid ngħid li wara snin ta' kritika li kollox sejjer ħażin kont nistenna dokument mimli proposti konkreti ta' kif il-partit laburista beħsiebu jirranġa din is-suppost rovina.", "Imma x'issib fid-dokument tal-partit laburista dwar l-agrikoltura u sajd?", "Sitt paġni li fihom m'hemm l-ebda riferenza għas-settur tal-ħalib, taċ-ċanga, tal-majjal, tat-tiġieġ tas- simna, tal-produzzjoni tal-bajd, eċċ.", "Sur President, jidher ċar li l-partit laburista ħela l-ħin tiegħu kemm ilu fl-oppożizzjoni.", "Nerġa' nirrepeti dak li għedt is-sena li għaddiet, li l- partit laburista għadu mitluf wara t-telfa li ġarrab fir-referendum, li għadu jgħid sal-lum li rebaħ, u l-elezzjonijiet ġenerali ta' l-2003.", "Meta tara dan kollu l-veru każ li għall-oppożizzjoni toqgħod il-kwotazzjoni ta' dak li darba qal Blaise Pascal: \"The multitude which does not reduce itself to unity is confusion.\".", "U hekk hu l-partit laburista, qiegħed fi stat ta' konfużjoni.", "Kont smajt kwotazzjoni oħra li toqgħod ħafna wkoll għall- partit laburista li tgħid: \"Our age of anxiety is in great part the result of trying to do today's job with yesterday's tool.\"", "U ppermettili ngħid li dan huwa l-każ li l-aktar joqgħod għall-partit laburista.", "Għadhom imħawdin u għadhom imwaħħlin ma' soluzzjonijiet għal-lum u għada b'għodda li kienet tajba għall-bieraħ.", "Id-diskors tal-kap ta' l-oppożizzjoni kien ikkaratterizzat aktar b'dak li ma qalx milli b'dak li qal.", "Fit-tweġiba li ta għall-budget, meta tkellem fuq il-qasam ta' l-agrikoltura qal:", "\"Il-gvern ukoll f'dan il-qasam jidher li hu indifferenti għal din il- problema li qiegħda thedded l-għajxien ta' ftit mijiet ta' familji li baqgħu marbuta mal-ħajja agrikola.\".", "Hekk qal il-kap ta' l-oppożizzjoni.", "Jien lill-kap ta' l-oppożizzjoni ngħidlu li jekk trid tifhem x'inhu għaddej biżżejjed tara t-talbiet li għamlu l-bdiewa u r-raħħala sabiex jieħdu għajnuna fuq investiment.", "It- talba kienet ta' 'l fuq minn Lm10 miljun.", "Fil-fatt stajna nagħtu Lm4.4 miljun.", "Allura min hu dak il-miġnun li jiġi biex jitlob flus biex jinvesti fis-settur tiegħu meta effettivament għandu diżastru quddiemu?!", "Jien m'għandix l-iċken dubju li għamlu t-talbiet għall-investiment għax konvinti li hemm futur.", "Ħadd ma jiġi jinvesti jekk ma jemminx li hemm futur.", "Irrid ngħid li l-investiment li għaddej min-naħa tal-bdiewa u r-raħħala fil- fatt lilna jagħtina kuraġġ biex nibqgħu għaddejjin.", "Biżżejjed ngħid li meta wieħed jara l-ammont li se jkunu ħadu l-bdiewa u r-raħħala fl-2006 taħt l-SMPPMA, l-għajuniniet tal-ftehim li nnegozjajna ma' l-Unjoni Ewropea, u l-miżuri 3.1 u 3.2, isib li se jkunu ħadu Lm5.6 miljun.", "Min- naħa l-oħra l-bdiewa u r-raħħala fl-2006 se jkunu gawdew ukoll minn Lm4.5 miljun oħra minn fondi taħt il-pjan ta' żvilupp rurali, meeting standards u agri-environment.", "Mela b'kollox fl-2006 il-bdiewa u r-raħħala se jkunu ħadu 'l fuq minn Lm10 miljun f'għajnuna.", "Jien ningħaqad mal-kollega tiegħi u nistaqsi minn fejn kienu se jġibu dawn il-flus il-partit laburista kieku rebħet il-partnership.", "Fuq kollox nixtieq infakkar li meta kienu ressqu l-proposta tal-partnership lill- kummissjoni Ewropea, il-kummissjoni kienet qaltilhom: \"Mela le, niddiskutu partnership, imma jkun hemm ukoll liberalizzazzjoni, suq ħieles fil-qasam tal-prodotti agrikoli\".", "Mela x'inhu l-aħjar, tagħmel it-tibdila b'għajnuniet jew iġġiegħel lill-bdiewa u r-raħħala jidħlu f'suq ħieles mingħajr l-ebda tip ta' għajnuna?", "Sur President, ippermettili ngħid li l-kap ta' l-oppożizzjoni f'kull diskors tiegħu jipprova jiżra' d-dubji fuq iċ-ċifri uffiċjali.", "Din il- mossa ndrat.", "Fid-diskors tiegħu waqt li qal li l-valur nett tal- produzzjoni naqas bejn l-2002 u l-2005, imbagħad għamel riferenza għas- sussidji li m'humiex marbuta mal-produzzjoni.", "Milli jidher in-noti li tawh qrahom ħażin.", "Apparti l-fatt li ma jgħidx minn fejn ġew dawn iċ-ċifri l- kap ta' l-oppożizzjoni qed jimplika li l-livell ta' għajnuna li baqgħet preżenti lill-bdiewa u lir-raħħala kien ta' Lm0.5 miljun biss fl-2002 u Lm2.2 miljun fl-2005, skond hu.", "Dan żball ieħor, bħall-proposta tiegħu li titneħħa l-VAT fuq is-surcharge.", "Allura kif nistgħu nemmnuh lill-kap ta' l- oppożizzjoni?", "Jiddispjaċini ngħid, imma l-kap ta' l-oppożizzjoni ma jafx x'inhu jgħid.", "Fl-2002 l-għajnuna finanzjarja laħqet il-Lm1.7 miljun filwaqt li fl-2005 telgħet għal Lm6.3 miljun.", "U għall-2005 qed nirriferi biss għall-għajnuna li ngħatat taħt l-iskema ta' sussidju magħrufa bħala SMPPMA u mhux qed nirriferi għall-għajnuniet l-oħrajn.", "Mela anke meta tara ċ-ċifri ssib li l- kap ta' l-oppożizzjoni qiegħed iħawwad jew jipprova jħawwad.", "Jien nieħu gost li jkun hemm ċerti suġġerimenti min-naħa ta' l-oppożizzjoni fejn ikun hemm proposti li jkunu relevanti.", "L-Onor.", "Noel FArrugia qal li għandna bżonn noħorġu legal notice fuq il-water content tal-majjal u għamel proposta biex anke tippikkjaha l-media.", "Issa ppermettili ninforma lill- media li l-obbligu li wieħed juri l-water content diġa` jeżisti u jrid jiġi dikjarat at point of sale x'inhu l-water content.", "L-inforzar huwa r- responsabbilta` tal-ministeru tas-saħħa.", "Onor. Farrugia, l-emenda fil- labelling tal-food safety act saret fl-2005.", "Ma nlumekx.", "Għaddew iktar minn sena u nofs minn meta ħarġet dik l-emenda u għadek ma ndunajtx li fil- fatt saret.", "Issa rrid ngħid fejn qegħdin imorru l-għajnuniet.", "Dawn qed imorru sabiex nikkonsolidaw is-setturi ħalli jkunu jistgħu bil-fatti jmexxu lilhom infushom ħalli jikkompetu.", "L-Onor.", "Farrugia qalli ħafna drabi li jien inkun arroganti lejh u nweġġgħu bil-kummenti tiegħi, imma rrid ngħid li fid- diskors tiegħu ħafna drabi kien qed iweġġa' lili, imma ħalliha dik.", "Is- soltu juża l-kliem 'jirrombla fuq kulħadd\".", "F'mument minnhom qal li jien ma niltaqax mal-koperativi.", "Ħin minnhom qal li jien nippretendi li naf kollox.", "Anzi, jien niddelega lill-uffiċjali għax ma nafx kollox, u niddelega lis-segretarju parlamentari biex jiltaqa' mal-KIM għax aħna naħdmu bħala team ukoll.", "Is-segretarju parlamentari jaf kemm-il darba ltaqa' mal-KIM, u kemm-il darba ltaqgħu l-uffiċjali.", "Jien ma nippretendix li naf kollox, anzi ħafna drabi ngħidilhom: Jien ma nafx, spjegawli.", "Meta jispjegawli u nifhem, imbagħad nagħmel il-punt tiegħi u nagħmlu b'forza.", "Iva, mela le!", "Mhux għalhekk qegħdin fil-politika?", "Sur President, semma wkoll il-kwestjoni ta' l-irziezet.", "Ħalli ninformah – jidhirli li anke sena ilu semmejtha – li waqqafna working team bejn id- dipartiment ta' l-agrikoltura, uffiċjali tal-MEPA u rappreżentanti tar- raħħala fuq l-irziezet biex ikun hemm follow-up ta' l-applikazzjonijiet li jagħmlu r-raħħala għat-titjib fl-irziezet tagħhom.", "U morna oltre.", "Il- bieraħ f'risposta li tajt għall-mistoqsija supplimentari li għamel l-Onor.", "Farrugia spjegajt ukoll li l-gvern daħal biex jagħmel applikazzjoni lill- MEPA biex ikollna demmiela komuni għal dawk l-irziezet li peress li qegħdin viċin l-abitat ma jistgħux jagħmlu t-titjib fl-istandards għax inkella joħolqu problemi lill-ġirien tal-madwar minħabba li d-demmiela tkun qiegħda viċin l-abitat.", "Dak li qegħdin nipprovaw nagħmlu aħna biex ngħinu.", "Sur President, dwar il-qasam tas-sajd irrid ngħid li l-ħlasijiet għaddejjin.", "Qed nesiġu li l-proċess tal-ħlas lis-sajjieda jitħaffef iktar.", "Ir-raġuni m'hijiex li m'hemmx il-flus, kif xi kultant jgħidulhom, il-flus qegħdin hemm għax ġew ivvotati, imma hija kwestjoni ta' amministrazzjoni.", "Irrid inkompli nenfasizza anke minn hawnhekk fuq l-uffiċjali tad- dipartiment sabiex iħaffu l-proċess tal-ħlas.", "Kif ħabbar il-prim ministru fid-diskors tiegħu qed naraw ukoll kif nistgħu nirrevedu ftehim mas- sajjieda fuq fuel bla dazju u din ir-reviżjoni titħabbar meta jitlesta l- eżerċizzju.", "Ippermettili niringrazzja lil Dr. Joe Borg għall-interess li jieħu fuq is-sajd f'Malta.", "Kellna diversi laqgħat speċjalment anke fuq it- tibdil tekniku fuq il-qasam tas-sajd fil-Mediterran, fuq il-kwoti tat-tonn u dak li anke l-kummissjoni Ewropea qed taħseb biex tagħmel fil-qasam tat- tonn.", "Hawnhekk nixtieq nirriferi għall-allegazzjoni li għamel l-Onor.", "Farrugia, li hemm reġistrazzjoni doppja ta' xi bastimenti.", "Mill- investigazzjoni li saret bl-ebda mod ma jirriżulta dan.", "Jekk l-Onor.", "Farrugia għandu dokumentazzjoni li turi mod ieħor, nitolbu jagħtihielna ħalli nkunu nistgħu nressqu l-każ tiegħu biex jiġi investigat aktar minn dak li stajna nagħmlu aħna.", "Sur President, il-viżjoni tagħna f'dan il-qasam m'hijiex li nħarsu lejn l- imgħoddi, li nipprovaw inħajru lill-bdiewa u r-raħħala joħolmu b'nostalġija fuq dak li kellhom jew fuq dak li ma kellhomx il-bieraħ, imma jekk irridu nkunu leaders veru ta' din il-komunita` rridu nuruhom x'inhi t-triq 'il quddiem, x'inhu għaddej fl-Ewropa u fis-swieq internazzjonali fil-qasam ta' l-agrikoltura.", "M'għandniex nipprentendu li aħna ċ-ċentru tad-dinja, ninqatgħu minn kulħadd, aħna kbar!", "Irridu nħeġġu lill-bdiewa jkomplu jagħmlu t-tibdiliet neċessarji.", "Issa ħalli ngħaddi għall-qasam ta' l- ambjent.", "Fis-sagħtejn sħaħ diskors tal-kap ta' l-oppożizzjoni xejn ma qal fuq l-ambjent - daqshekk huwa għal qalbu - ħlief riferenza li jagħmel riforma fl-ewwel sitt xhur meta hu jkun fil-gvern.", "Naħseb li ndunajtu li fid-diskors tiegħu l-ħin kollu jgħid li kull problema jsolviha fl-ewwel sitt xhur.", "Jien naħseb li qata' qalbu diġa` li jagħmel imqar sena jekk darba oħra jkun fil-gvern għax jekk trid tagħmel kollox fl-ewwel sitt xhur, x'se tagħmel fl-erba' snin u nofs l-oħra?", "Imma ħa niġi għall-qasam ta' l- ambjent f'dak li għandu x'jaqsam mal-MEPA.", "Ħalli ngħid x'qalu fid-dokument li ħarġu fuq r-riforma fil-MEPA.", "Jien ipprintjajt is-CD li l-kap ta' l- oppożizzjoni poġġa fuq il-mejda tal-Kamra biex issa ma jiġix l-Onor.", "Galdes jgħidli li għandi d-dokument il-ħażin, għax l-aħħar darba hekk qalli u talabni biex nikkwota mill-aħħar dokument.", "Dan huwa l-aħħar wieħed.", "Ħalli ngħidilkom fejn iridu jeħduha r-riforma tal-MEPA.", "Artikolu 4.4 tad- dokument tal-partit laburista dwar ir-riforma fil-MEPA jgħid hekk:", "\"Il-gvern ċentrali għandu jkollu setgħa usa sabiex ikun jista' jevalwa b'reqqa akbar kull deċiżoni jew deċiżjonijiet skond il-każ li jkunu ttieħdu mill-awtorita`.\".", "Iridu jreġġgħu l-arloġġ lura biex ikollhom poter akbar fuq id-deċiżjonjiet li tkun ħadet l-awtorita`.", "(Interruzzjonijiet) M'iniex se nitkellem fit- tul fuq il-MEPA għax meta jitressqu l-estimi tal-MEPA ikollna ċans nitkellmu fit-tul dwarha.", "The state of the environment report fih it-tajjeb li sar speċjalment fil- qasam tal-kwalita` ta' l-arja u hemm il-ħażin li għadna qed ngħixu u li għad iridu nbiddlu.", "Dażgur li fadlilna x'inbiddlu.", "Imma nippretendi li l- oppożizzjoni tgħinna biex inbiddlu u mhux kull meta niġu biex inbiddlu, biex nagħmlu faċilitajiet għal dan il-pajjiż biex intejbuh kull darba jagħmlulna l-bsaten fir-roti.", "Kien hemm anke deputati fil-parlament Ewropew li pprovaw jiffriżjaw il-flus li tatna l-Unjoni Ewropea għal dawn il-faċilitajiet.", "Punt ieħor li rrid nitkellem fuqu huwa l-ippjanar ta' l-art.", "Is-sena li għaddiet għedna li din is-sena nagħlqu l-pjani lokali, u hekk għamilna, għalaqna l-pjani lokali.", "U rrid nappella biex il-pjani lokali jinqraw għax xi kultant ikun hemm min jikkummenta f'ġurnali sempliċement għax ikun ra karta.", "Wieħed irid jaqra dik il-karta mal-pjani lokali.", "Per eżempju, kien hemm xi ħadd li kiteb fuq employment note għan-naħa tat-tramuntana tal- Port il-Kbir.", "Jekk taqra dik il-karta man-north harbour local plan issib li hemm żona li fuqha hemm employment note li hija faċċata ta' l- universita`, ilha mmarkata mill-MEPA għal dak l-użu snin twal, u mhux xi deċiżjoni tal-gvern, kienet ilha hemmhekk.", "Wara x-xogħol li għamlet il- MEPA il-gvern għalaq is-seba' pjani lokali kollha.", "L-Onor.", "Galdes qal li l-urban conservation areas żdiedu, imma jien niġbidlu l-attenzjoni li kien hemm għaqdiet ambjentali li kkummentaw li dawn tnaqqsu.", "Irrid nagħmilha ċara li dawn tnaqqsu fejn kien hemm bżonn jitnaqqsu, u żdiedu fejn kien hemm bżonn jiżdiedu skond l-uffiċjali tal- MEPA.", "Issa jien nippretendi wkoll li fi pjani lokali li huma dettaljati ħafna jkun hemm affarijiet li mhux bilfors tasal biex taqbel magħhom kollha, Onor. Galdes.", "Anke jien għadni sal-lum naħseb li kien hemm affarijiet li setgħu saru aħjar.", "Imma x'se nagħmlu bil-pjani lokali, nistennew sakemm nagħmluhom pjani perfetti u ma joħorġu qatt?", "Issa ħarġu, kien l-ewwel eżerċizzju tagħna fuq il-pjani lokali minn ħaddiema Maltin fost sħabek li jaħdmu fl-awtorita` ta' l-ippjanar.", "Issa rridu nitgħallmu minn dak li hemm.", "L-Onor.", "Galdes qal ukoll li kien hemm indħil abbużiv minni fuq il-pjani lokali.", "Skużi, jien, bħala ministru, għandi drittijiet li tagħtihomli l- liġi.", "Tajt l-opinjni tiegħi wkoll fuq il-pjani lokali li approvat il-MEPA, kif għandi d-dritt li nagħmel.", "Per eżempju, huwa xi skandlu li jien għedt lill-uffiċjali tal-MEPA li wieħed irid joqgħod attent fuq in-north harbour local plan u li wieħed irid jirrealizza x'inhu għaddej f'ċerti areas bħas- Swieqi u l-Ibraġġ?", "Hemmhekk twaqqgħu tlett idjar u issa minn tliet familji f'daqqa waħda daħlet proposta li jkun hemm mal-45 household u 76 garaxx.", "Jien għedt lill-uffiċjali tal-MEPA li fi proġetti kbar - u dak kien li ddiskutejt ma' l-uffiċjali tal-MEPA - hemm bżonn noqogħdu attenti li nagħmlu threshold ħalli ma nħallux li żviluppi kbar ikollhom densita` qawwija li mhux biss ikollha effett fiżiku, imma jkollha wkoll effett soċjali fuq dik il-komunita`.", "Irrid ninforma lill-Onor.", "Galdes li l-e-mail li bagħatli mhux biss qrajtha, imma aġixxejt fuqha anke f'diskussjoni li kellna ma' l-istakeholders.", "Nispera li l-Onor.", "Galdes jaf li l-bieraħ ġew ippubblikati sett ta' notamenti fuq relaxation policy fuq dawk l-applikazzjonijiet li kienu diġa` fil-pipeline imma d-data ta' meta ġie deċiż li jibda japplika l-pjan lokali kienu għadhom qegħdin jistennew.", "U hemm relaxation policy.", "Issa jien m'iniex avukat imma nippretendi li l-Onor.", "Brincat, li huwa avukat, ikun jaf li dan il-parlament ma ddeċidiex meta jidħlu fis-seħħ il-pjani lokali, kif ta l-impressjoni f'dan il-parlament dalgħodu.", "Skond il-liġi tagħna huwa l-ministru li jiddeċiedi meta jidħlu fis-seħħ u mhux il-parlament.", "Fil-parlament ġibna biss id-diskussjoni ta' l-estensjonijiet ta' l-artijiet għal dak li għandu x'jaqsam maż-żoni ta' żvilupp.", "Kont se noqgħod lura milli ngħaddi ċerti kummenti imma ma nistax noqgħod lura meta jkolli akkużi ta' abbuż ta' poter.", "Smajna ħafna diskors fuq l- estensjonijiet ta' l-artijiet waqt id-diskussjoni li kellna f'dan il- parlament u l-kap ata' l-oppożizzjoni kemm-il darba qalilna li hawn xkora ta' korruzzjoni - sal-lum għadu ma ġabx każ wieħed - u f'dan il-parlament ipprova jħammiġni billi qal li jien mort ġurnata Sqallija mal-kollaboraturi ġurnata biex nikkonkludi l-artijiet li se jidħdu fiż-żoni ta' żvilupp.", "Jien ċħadtha mill-ewwel, kienet gidba.", "Jaf li sifirt ġimgħa wara li mietet ommi ma' tlieta, erbat iħbieb tiegħi.", "Mur ġibni mort Dubai ma' xi partners fin-negozju tiegħi f'delegazzjoni tal-partit!", "Jiddispaċini li nwaqqgħu d- diskussjoni fil-parlament f'dan il-livell!", "Imma meta taqla' ma tistax ma tgħidx ajma u ma tirrispondix!", "Kont se noqgħod lura milli nwieġeb, imma bilfors ikolli ngħidhom ċerti kummenti.", "Qisna ma nafux x'ġara min-naħa ta' l-oppożizzjoni fid-diskussjoni li kellna hawnhekk fuq l-artijiet.", "Irrid infakkar, għax għandu jkun issa anke huma bdew jinsew, li fid- diskussjonijiet li kellna fil-kumitat tal-Kamra, fejn kien hemm l-Onor.", "Galdes u l-Onor.", "Charles Buhagiar, apparti li f'ċerti mument talbu biex ċerti artijiet jinqatgħu 'l barra, talbu wkoll żieda ta' artijiet fis- Siġġiewi, fil-Kalkara, fix-Xgħajra, fl-Imsida, fil-Mellieħa, fis-Salina, f'Ħaż-Żebbuġ, fl-Imtarfa u fiż-Żebbiegħ.", "U kieku kellna naqtgħu dak li pproponew li naqtgħu huma u nżidu dak li huma pproponew li nżidu, kieku konna nispiċċaw b'art ġewwa ż-żoni ta' l-iżvilpp aktar minn dak li effettivament daħħalna.", "Wieħed irid ikun konsistenti.", "Ma tistax tmur tipprotesta ma' l-ambjentalisti filgħodu u wara nofsinhar tiġi fil-kumitat tal-Kamra tipproponi żieda ta' artijiet biex jingħataw għall-iżvilupp!", "Għallinqas ikollok id-diċenza tieħu side, jew hawn jew hemm, mhux tipprova tingħoġob ma' kulħadd, l-aqwa li tipprova tirbaħ il-voti.", "L-Onor.", "Galdes qal ukoll li f'xi artikli fil-ġurnali real estates agents qalu li mhux veru li l-proprjeta` se torħos.", "Dażgur!", "X'tippretendi mir- real estate agents, li jgħidulek li l-proprjeta` se torħos?", "Jekk dawn jieħdu l-kummissjoni fuq il-prezz finali li bih tinbiegħ l-art u l- proprjeta` kif se jgħidulna li l-prezz se jorħos?!", "Issa ħalli nfakkar - għax xi kultant ninsew u l-oppożizzjoni tinsa aktar - li r-real estate agents huma fil-BICC, u l-BICC flimkien mal-kamra tal-periti tawna dokument għall-pjan lokali tan-naħa t'isfel ta' Malta fejn talbu biex jidħlu artijiet ħafna u ħafna u ħafna aktar minn dak li dan il-gvern effettivament talab lil dan il-parlament biex japprova!", "Allura dakinhar fejn kienu r- real estate agents?", "Allura kieku daħħalna dak l-ammont li talbu huma kien jorħos il-prezz?", "Sur President, irrid ngħid li għadu għaddej ix-xogħol fuq il-pjan ta' struttura b'diskussjoni ma' l-entijiet kollha għax aħna nagħmlu l- affarijiet bis-serjeta`.", "Sar xogħol min-naħa tal-MEPA fuq il-qasam ta' l- inforzar, imma jrid isir iktar.", "Fil-fatt ili ngħid lill-MEPA biex tuża l- poteri fil-liġi eżistenti biex min għandu proprjeta` mibnija illegalment, jekk sal-lum m'hemmx id-deċiżjoni li mmorru nħottuhielu, nissiġilllawha ħalli ma nħallux lil min jabbuża u jgawdi minn dik il-proprjeta`.", "Kien hemm avvanz imma forsi jkolli ċans nidħol fuq dawn il-punti fid-diskussjoni fuq l-estimi tal-MEPA.", "Niġi issa għall-kwestjoni tal-golf course.", "Nitlob lill-Onor.", "Brincat imur jara l-art li ndikat il-MEPA, mhux il-gvern, għall-golf course peress li qal li qed taħarqu qalbu għall-art agrikola.", "Il-post fejn qed jiġi propost il-golf course jismu x-Xagħra l-Ħamra, jiġifieri xagħra hemm u mhux art agrikola.", "Hemm biċċa żgħira li hija art agrikola, imma diġa` kien hemm statement mill-gvern fejn qal li m'għandux ikun hemm użu ta' art agrikola.", "Jien m'iniex se noqgħod nitkellem fit-tul fuq il-golf course.", "Saru studji - għax mhux imbilli l-MEPA qalet li għandha tiġi kkonsidrata din l-art u daqshekk, nibqgħu għaddejjin! – li għadhom qed jiġu eżaminati u mhux se nieħdu deċiżjonijiet mgħaġġlin għax ħaddieħor riedna neħduhom malajr.", "Irridu neżaminaw dik l-informazzjoni u nieħdu d-deċiżjonijiet bil-galbu u mhux għax ġiet proposta dik l-art allura nibqgħu għaddejjin, jew għax ħaddieħor qed jgħidilna biex inneħħu dik il-proposta, allura nneħħuha.", "Saru l-istudji, qed jiġu eżaminati u issa jkun hemm id-deċiżjonijiet.", "Sur President, ma smajna xejn mingħand l-oppożizzjoni fuq l-urban improvement fund.", "Din is-sena se nagħtu Lm1 miljun, apparti l-flus li diġa`għandhom il-kunsilli lokali, minn flus li nġabru mill-MEPA, jiġifieri se nrodduhom lura lill-komunita`.", "Ma smajna xejn lanqas fuq ix-xogħol li għaddej biex ikun hemm aktar kultura ta' servizz lil min jiġi għand il- MEPA.", "Nhar l-Erbgħa kelli l-okkażjoni mmur nara l-uffiċċju tal-Maltapost ġewwa Għawdex.", "Il-korrispondenza kollha li tiġi fuq applikazzjonijiet qed tiġi digitised b'mod elettroniku ħalli tasal qabel fuq l-iskrivanija ta' l- uffiċjali tal-MEPA, u barra minn hekk l-applikazzjoni tkun tista' tinħadem minn tnejn min-nies fl-istess ħin biex ikun hemm aktar effiċjenza.", "Fuq dan ovvjament ma nisimgħu xejn.", "Sur President, ma smajna xejn lanqas fuq l-inizjattiva li hemm fil-budget għar-rigward ta' l-inċentivi li hemm fuq l-appliances li ma jaħlux enerġija.", "Il-gvern għamel l-inċentiva, imma ma jsemmu xejn.", "Niġi issa fuq il-qasam ta' l-immaniġġjar ta' l-iskart fejn qed nagħmlu rivoluzzjoni sħiħa li tinkludi r-riabilitazzjoni tal-Magħtab, is-civic amenity sites, l- immodernizzar ta' l-impjant ta' Sant'Antnin u l-faċilitajiet kollha li qed nagħmlu, imma bilkemm isemmuh.", "Veru li ma nippretendix li jiġu hawnhekk jagħtuna l-prosit, imma għallinqas ejja nkunu diċenti u fid-diskussjoni tagħna nsemmu dawn ix-xogħlijiet u jgħidulna fejn hemm affarijiet ħżiena.", "Il-Magħtab huwa dak li kulħadd jista' jara.", "Ħadt gost li fl-open day li kien hemm il-Magħtab u l-Għallis ġew 500 persuna biex jaraw ix-xogħol kbir li sar u li għadu qed isir.", "Ma tridx tkun għaref wisq biex tinduna bit- tibdil kbir li hemm għaddej hemmhekk, xogħol li qed jiswa madwar €8.4 miljun li ġibna mill-Unjoni Ewropea.", "Nixtieq inkun naf minn fejn kienu jiġu dawn il-miljuni kieku dan il-poplu bela' l-partnership.", "Qed nipproponu lill-Unjoni Ewropea proġett għall-Magħtab biex minn ġerħa kbira nagħmluh park għall-familja Maltija, nonfqu madwar €30 miljun biex nagħmlu post ta' rikreazzjoni għall-familja Maltija flok post li kien iħammrilna wiċċna fil-passat.", "Kien hemm min kien kapaċi biss idur dawra bil-helicopter fuqu.", "Lanqas ma semmew li l-engineered landfill fl-Għallis hija hemm għal seba' snin b'dak li qegħdin nagħmlu b'mod li jkun up to standard.", "Ovvjament hemm faċilitajiet oħrajn, fosthom il-landfill għall- iskart perikoluż u l-bini ta' faċilitajiet ċentrali għall-immaniġġar tal- gassijiet, biex il-gassijiet ma joħorġux weħidhom kif għaddejjin illum!", "Joħorġu fl-arja llum, ma narawhomx u hemm qegħdin.", "Tajjeb inħabbar li jumejn ilu beda x-xogħol tat-tqegħid ta' 400 pipe tal-ħadid ħalli jsir network biex jinġabru dawn il-gassijiet u b'hekk indgħajfu n-nirien li hemm ġewwa l-Magħtab.", "L-ewwel network f'parti mill-Magħtab se jkun lest sa April tas-sena li ġejja.", "M'għandix ħin biex nidħol fuq ir-riabilitazzjoni tal-barrieri li qed issir bil-materjal tal-kostruzzjoni.", "Neħħejna sfreġju fil-kampanja Maltija billi għalaqna 15-il barriera u llum ħafna minn dik l-art qed tintuża għal skop agrikolu.", "Ladarba qed insemmi dan is-suġġett, irrid infakkar lis-sidien tal-barrieri li fil-permessi li għandhom huma obbligati li jimlew u jirriabilitaw l-ispazji vojta.", "Hemm din il-kondizzjoni fil-permessi li għandhom u rrid ngħid li l-gvern beħsiebu jżid l-inforzar f'dan is-settur ħalli nkunu ċerti li dan l-isapzju jimtela.Rigward l-istudji biex ikollna gżejjer artifiċjali anke mill-iskart tal-bini rrid ngħid li issa li l-bord ta' l-appell tat-tenders ddeċieda fuq min jieħu t-tieni studju ħalli naraw fejn jistgħu jsiru dawn il-gżejjer, wieħed jista' jibqa' għaddej u nittama li s-sena li ġejja jkollna rapport sħiħ ħalli mbagħad inkunu nistgħu nieħdu d-deċiżjonijiet li għandna bżonn.", "Niġi issa għat-titjib li se jsir fl-impjant ta' Sant'Antin li mhux veru se jieħu l-iskart kollu ta' Malta, kif l-oppożizzjoni sfortunatament tibqa' tirrepeti.", "Irrid infakkar lil din il-Kamra li wara li l-istrateġija ta' l- 2001 kienet tgħid li l-iskart kollu jinżel ġo Wied il-Għajn, fl-2004 dan il- gvern qal li ġo l-impjant ta' Sant'Antnin m'għandux jinżel l-iskart kollu.", "Infatti fit-talba li saret lill-kummissjoni Ewropea hemm miktub ċar u tond li hemmhekk jinżel 71,000 tunnellata minn 240,000 tunnellata ta' skart ġenerat f'pajjiżna.", "Sant'Antnin se nirranġawh għal erba' raġunijiet, l- ewwelnett biex il-kondizzjonijiet tal-ħaddiema u r-residenti jitjiebu, biex l-operat kollu jsir fil-magħluq mhux kif inhuwa llum, biex nirkupraw il- materjal u nirkupraw ukoll il-gassijiet.", "Huwa kkalkolat li minn Sant'Antnin se nirkupraw enerġija biex nipproduċu elettriku daqskemm jikkonsmaw 1,400 familja.", "Mill-Għallis, mill-Magħtab u miż-Żwejra huwa kkalkolat li se nirkupraw gassijiet biex nipproduċu enerġija daqskemm jikkonsmaw 3,000 familja fis-sena.", "Kif qal il-prim ministru fid-diskors tiegħu, il-gvern qed jara kif dak li nirkupraw minn din l-enerġija nistgħu ngħadduh anke f'għajnuniet lill-komunitajiet tal-madwar.", "Niskanta kif jiġi kkritikat anke proġett pożittiv għall-familji tan-naħa t'isfel ta' Malta - u mhux tan-naħa t'isfel ta' Malta biss imma ta' Malta kollha – bħal dak tal- family park li beħsiebna nagħmlu bejn ir-razzett tal-ħbiberija u l-impjant ta' Sant'Antnin li se jkun modernizzat.", "L-Onor.", "Galdes qalilna li ma nikkonsultawx.", "Sur President, għandi quddiemi n-notice li l-MEPA għadha kemm bagħtet fejn qalet lill-Wasteserv ma' min trid tikkonsulta.", "Fost l- oħrajn hemm il-kunsill lokali ta' Marsascala, il-kunsill lokali ta' Ħaż- Żabbar u l-kunsill lokali taż-Żejtun.", "Altru milli ngħaddu minn fuqhom il- kunsilli lokali!", "Din l-ittra hi datata 30 ta' Ottubru, 2006 u nixtieq inpoġġiha fuq il-mejda tal-Kamra ħalli jikkonvinċi ruħu kemm ma ngħaddux minn fuq il-kunsilli lokali.", "Issa ħalli għaddi għall-inċineratur tal-biċċerija.", "Irrid infakkar li fl- istrateġija approvata fl-2001 il-Wasteserv ingħatat l-obbligu li tipprovdi servizz ta' inċineratur għal ċertu tip ta' skart li jiġi ġenerat, liema investiment kellu jiġi jiswa bejn wieħed u ieħor madwar Lm3 miljun.", "L- istrateġija kienet tobbliga biex dan isir.", "Il-gvern aktar kmieni din is- sena waqqaf kumitat tekniku magħmul minn rapreżentanti tal-ministeru tiegħi, tal-ministeru tas-saħħa, tal-ministeru tal-finanzi, il-management efficiency unit u l-Wasteserv sabiex jevalwaw is-sitwazzjoni f'dan il-qasam u jikkonsolida r-riżorsi tiegħu ħalli jilħaq dawn l-obbligi.", "Il-gvern fil- fatt addotta r-rakkmandazzjoni ta' dan il-kumitat tekniku u qed jipproponi li l-impjant il-ġdid tal-biċċerija għandu jiġi modifikat biex jakkomoda l- ħteġijiet ta' l-inċineratur għall-iskart kliniku u skart industrijali ieħor ġenerat fil-pajjiż.", "Issa dan kollu nagħmluh ukoll billi nnaqqsu l-ispiża ta' l-operat ta' dan l-inċineratur.", "Dak ħażin?", "Jien ngħid li assolutament jagħmel sens.", "Fil-fatt huwa kkalkulat li l-modifikazzjoni se tiġi tqum mas- Lm700,000.", "Huwa mistenni li dan il-proġett ikun lest sa nofs is-sena d- dieħla.", "Se nipprova nitkellem fil-qosor fuq il-bring-in sites, il-faċilitajiet tas- separazzjoni ta' l-iskart, li sal-lum għandna 72 minnhom.", "Issa li waslu l- kontenituri nformajna lill-kunsilli lokali li qegħdin f'pożizzjoni biex nibdew inpoġġu l-bring-in sites f'ħafna lokalitajiet.", "Se npoġġu bring-in site għal kull 300 familja.", "Per eżempju, fil-Mosta, bħal f'kull lokalita` oħra, illum hemm waħda fejn titfa' il-ħġieġ, il-metall, il-plastic u l- kartun, imma issa se jkun hemm 16-il waħda.", "F'Ħal Qormi se jkun hemm 14-il waħda, fin-Naxxar u San Pawl il-Baħar 11, f'Tas-Sliema 6, f'Bormla 5, skond il-popolazzjoni.", "Issa niġi għas-civic amenity sites.", "Il-membri ta' l-oppożizzjoni jħawdu s- civic amenity sites ma' l-impjanti li għandna bżonn għall-pajjiż u qishom ma jafux li tnejn minnhom diġa` huma lesti.", "Ix-xogħol f'tal-Magħtab u f'ta' l-Imrieħel huwa avvanzat u nistieden lill-membri kollha ta' din il- Kamra, kemm ta' din in-naħa kif ukoll tan-naħa l-oħra, biex meta jridu jiġu jżuruhom.", "Se jkollna ħames civic amenity sites, jiġifieri ċentri fejn wieħed ipoġġi l-iskart goff, erbgħa f'Malta u wieħed ġewwa Għawdex.", "Irrid ngħid li għal dak li għandu x'jaqsam mal-pass ta' wara, biex nisseparaw l- iskart u possibbilment niġbruh ukoll minn wara l-bibien tan-nies, mhux biss li jeħduh huma, wieħed irid jifhem, inkluż il-kunsilli lokali, li hemm bżonn ta' bidla fil-mod kif huwa organizzat il-ġbir ta' l-iskart f'pajjiżna.", "Fejn tidħol edukazzjoni fil-qasam ta' l-immaniġġar ta' l-iskart kellna ħidma kbira minn nies imħarrġa biex imorru fid-djar u fl-iskejjel għamilna kontenituri biex jisseparaw l-iskart.", "S'issa kellna 100 skola u issa se jkollna 200 skola li tissepara l-iskart.", "Tajna composter anke lill-istitut ta' l-istudji tat-turiżmu biex huma jgħallmu lill-istudenti tagħhom kif jisseparaw l-iskart ta' l-ikel ħalli wieħed ikun jista' jagħmel compost.", "Tajna taħriġ lill-kunsilli u tajna taħriġ lill-pubbliku in ġenerali permezz ta' programmi fuq it-televiżjoni.", "Se nitkellem fil-qosor fuq ir-reviżjoni ta' l-istrateġija nazzjonali għall- immaniġġar ta' l-iskart.", "Jeħtieġ li din l-istrateġija tiġi riveduta kemm minħabba l-iżviluppi li kellna lokalment u anke minħabba l-avvanzi fit- teknoloġija li hemm fuq dawn l-impjanti madwar id-dinja.", "Għaldaqstant il- gvern waqqaf żewġ kumitati biex jagħmlu eżami ta' dik l-istrateġija, li se toħroġ ftit tal-ġranet oħra wara li diġa` ġiet ippreżentata lill-kabinett.", "Il-kabinett għamel l-evalwazzjoni u ta l-kummenti tiegħu u dik l- istrateġija se toħroġ għall-konsultazzjoni pubblika wkoll.", "Hawnhekk nappella lil kulħadd biex ngħollu l-livell tad-diskussjoni fuq dan il-qasam u ma nibqgħux nitkellmu b'mod li nwaqqgħu d-diskussjoni fuq dan il- qasam.", "Illum hemm aħna fil-gvern, xi darba jkun hemm l-oppożizzjoni fil- gvern u dawn il-problemi tkun trid tiffaċċjahom hi wkoll.", "Ejja ngħollu d- diskussjoni u nagħti garanzija minn issa li se nisimgħu l-kummenti ta' kulħadd, inkluż ta' l-oppożizzjoni, fuq din l-istrateġija riveduta għall- immaniġġar ta' l-iskart.", "Imma minn issa se nagħmel appell għall-maturita` politika.", "Se nitkellem fil-qosor fuq proġett ta' taħwil ta' siġar li huwa għal qalbi ħafna, il-kampanja \"3 4 U\".", "Dan il-proġett mhux għalija jew għall-gvern tiegħi, imma għall-poplu Malti u Għawdxi kollu.", "Infatti jekk naraw kif is- soċjeta` qed tirrispondi għal din il-kampanja nsibu li filwaqt li din il- kampanja kellha t-target li din is-sena nħawlu 10,000 siġra, fil-fatt fl- 2006 se nkunu lħaqna t-target ta' 16,000 siġra u għas-sena li ġejja se nitilgħu għal target ta' 20,000 siġra.", "Il-gvern, għax qed jara r- riżultati, żied ukoll il-flus ivvotati f'dan il-qasam ħalli nkunu nistgħu nagħmlu l-manutenzjoni li hemm bżonn, inlestu l-infrastruttura fejn jitħawlu dawn is-siġar u nagħmlu sistemi ta' irrigazzjoni ħalli t-tisqija tkun tista' ssir matul is-sena kollha.", "Peress li l-gvern qiegħed jivvota aktar flus, kull Lm6 li jagħti l-pubbliku biex iħawwel siġra qed tmur kollha għall-ispiża ta' dik is-siġra u xejn minn dak li qed jagħti l- pubbliku m'hu qed imur fuq spejjeż amministrattivi.", "Jekk m'iniex sejjer żball l-Onor.", "Galdes semma l-ħidma tagħna ma' l-NGOs u s-suppost kritika li għamilt jien fil-konfront tagħhom.", "Naħseb li dak li nagħmel huwa ħafna iktar effettiv minn kif xi kultant jiġi interpretat dak li ngħid.", "Il-ħidma tiegħi u tal-ministeru kollu ma' l-NGOs ambjentali, toħroġ ċara minn proġett wara l-ieħor li qed isiru bi sħab ma' l-NGOs.", "U m'hu veru xejn li jien għamilt xi attakk fuqhom u għedt li l-għaqdiet ambjentali għandhom aġenda politika.", "Jien għedt li wisq nibża' li hemm uħud mill-ambjentalisti li għandhom aġenda politika.", "Imma dak ma jfissirx li qed ngħidu li l-NGOs kollha għandhom aġenda politika.", "Ħaddieħor jitkellem b'dan il-mod.", "Meta tkellmu bil-mod kif tkellmu fuq dan il-budget il-korpi kostitwiti, kien hemm min qalilhom li huma kollha mixtrijin.", "Aħna ma nitkellmux b'dan il-mod.", "Aħna ma nagħmlux bħalhom!", "Aħna neħduha l-kritika ta' l-NGOs.", "Jista' jkun ma naqblux, imma b'garanzija li aħna se nibqgħu naħdmu ma' l-NGOs, ma' l-għaqdiet ambjentali mhux għax jaqbel lilhom imma għax jaqbel lill-ambjent ta' dan il-pajjiż.", "Sur President, rigward il- proposta li għamilna sabiex ikollna after care centre għall-annimali, u vvotajna Lm60,000 bħala l-ewwel pass, l-Onor.", "Galdes qal li dawn m'humiex biżżejjed.", "Dażgur li mhux biżżejjed.", "Dawk huma biex nibdew.", "(Interruzzjonijiet) Dak inti qed tgħidu.", "Onor. Galdes, nassigurak li x- xogħol għaddej u naslu biex nagħmluha qabel ma' qed taħseb int!", "Issa rrid nikkummenta fil-qosor ħafna għax l-Onor.", "Tonio Borg diġa` għamel il-pożizzjoni ċara lill-pubbliku rigward l-istruzzjoni li ngħatat lill- pulizija fuq ċerti regolamenti tal-kaċċa.", "Biżżejjed nikkwota ittra li bagħat diġa` il-ministru responsabbli għall-intern, l-Onor.", "Tonio Borg, fejn qal:", "\"It is evident from the public statement made by the police and from the memo itself that this measure is temporary.\"", "M'hu veru xejn li qatt kien hemm xi deċiżjoni li l-pulizija ma taġixxix!", "L-instruction note li ntbagħtet lill-korp tal-pulizija kienet tgħid li n- nies għandhom jitħarrku imma għalissa ma jittellgħux il-qorti u li jkun hemm inforzar hija garanzija tagħna u nibqgħu nagħtuha kif nagħtu garanzija lill-kaċċaturi li se nżommu ma' dak li nnegozjajna ma' l-Unjoni Ewropea.", "(Interruzzjonijiet)", "THE CHAIRMAN: M'hemmx interruzzjonijiet, jekk jogħġobkom.", "Ma rridx interruzzjonijiet.", "Jekk jogħġobkom ittellfux lill-Ministru mid-diskors tiegħu.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Ħalli nkompli fuq ir-regolamenti dwar it-tfigħ ta' żibel.", "Irrid ngħid li biex intejbu l-inforzar anke f'dan il-qasam qegħdin naraw kif nużaw nies li huma diġa` fis-servizz ċivili jew ma' korporazzjonijiet pubbliċi, nagħmlu redeployment tagħhom ħalli jkollna gwardjani fuq l-inforzar ta' littering regulations kif ukoll fuq ir- regolamenti li jridu jiġu implimentati s-sena d-dieħla fuq ix-xogħol tal- bini li jsir f'pajjiżna.", "Fil-każ tal-bini se jkunu regolamenti li jistipulaw il-ħinijiet tax-xogħol, li jrid isir l-ilqugħ fuq is-sit tal- bini ħalli nikkontrollaw it-trabijiet, li t-trasport tal-materjal jiġi kkontrollat, anke fuq is-site, u mhux kulħadd jitfa' r-ramel u materjal ieħor barra u mbagħad il-ġirien iridu jibilgħu t-trabijiet u l- inkonvenjenzi kollha li jiġu ġenerati fl-attivita`.", "Se jkun hemm ukoll site manager ta' kull post ta' bini u fuq it-tabella li titwaħħal irid ikun hemm telephone number tal-persuna li hija responsabbli.", "M'għandix ħin biex nidħol fuq il-kwestjoni ta' l-eko-kontribuzzjoni, imma rrid ngħid li l-proposti li qed ikun hemm juru li l-eko-kontribuzzjoni hija effettiva għax il-privat qed jersaq anke hu bl-iskemi neċessarji biex ikun hemm ir-rifużjoni ta' l-eko-kontribuzzjoni.", "Punt ieħor li rrid nagħmel jirrigwarda l-ELC.", "Tiftakru kemm l-oppożizzjoni kienet tgħidilna li kien skandlu li qbadna l-ħaddiema li kien hemm mad-dipartiment ta' l-agrikoltura u ħloqna l-consortia biex jagħmlu l-landscaping?", "Dik belgħuha wkoll issa, tant li waqt żjarat li marru jagħmlu f'Wied Inċita l-kap ta' l-oppożizzjoni tkellem b'mod tajjeb fuq il-ħidma ta' dak il-consortium.", "Din hija u-turn oħra kif taf tagħmel biss l-oppożizzjoni.", "Nikkonkludi billi nirrepeti l-appell li għamel il-prim ministru fid-diskors tiegħu, kif dejjem jagħmel, li għandkom tiġġudikawna fuq dak li nagħmlu u mhux fuq dak li ngħidu, u m'għandix l-iċken dubju li dak kollu li qed nagħmlu huwa ferm iktar minn dak li għamlu huma.", "Nirrepeti li fl-unika sena sħiħa ta' gvern laburista l-investiment fil-qasam ta' l-ambjent naqqsuh b'Lm2 miljun.", "Mhux talli ma żiduhx talli naqqsuh.", "Irrid ngħid grazzi lill-ħaddiema kollha, huma ta' liema kulur huma, li għenu lil dan il- gvern jasal biex jagħti r-riżultati.", "Dak li sar matul l-aħħar sena jagħtina kuraġġ għal dak li rridu nwettqu matul is-sena li ġejja.", "L- ambjent u l-qasam ta' l-affarijiet rurali għandu l-kuluri sbieħ tiegħu li taf tagħtina n-natura, imma m'għandux kuluri politiċi u għalhekk irid ikun hemm l-għajnuna ta' kulħadd.", "Nagħlaq billi ngħid li pajjiżna mhux tagħna, aħna writnieh mingħand dawk ta' qabilna u qiegħed għandna b'self mingħand dawk li se jiġu warajna.", "Issellifnieh biss, u għax issellifnieh għandna l-obbligu u d-dmir li ngħadduh lil dawk ta' warajna possibilment aħjar minn kif sibnieh aħna.", "Dak huwa l-impenn ta' dan il-gvern u dan huwa l-impenn tal-gvern bil-fatti, bil-voti li qed jivvota f'dan il-budget biex inkunu f'pożizzjoni li nimplimentaw it-tibdil fil-qasam ambjentali u fil-qasam agrikolu ħalli lil dawk ta' warajna li sellfulna l-ambjent ngħadduhulhom aħjar milli effettivament sibnieh aħna.", "Mr Chairman, nitlob il-permess tal-Kamra biex inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra id-dokumenti li semmejt waqt id-diskors tiegħi.", "THE CHAIRMAN: Hawn il-permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Mr Chairman, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' ittra datata 30 ta' Ottubru 2006 mibgħuta mill-Awtorita' ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar lill-Wasteserv Malta Ltd dwar rijabilitazzjoni ta' biċċa art f'Marsaskala f'park għall-familji; u", "Kopja ta' nota ta' kjarifika mill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u l-Intern (m'hijiex iffirmata) datata 19 ta' Ottubru 2006 rigward memo maħruġ mill-Korp tal-Pulizija dwar il-kaċċa.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Skada l-ħin tad-diskussjoni fil-kumitat ta' provvista.", "Il-mistoqsija hija l-emenda għal Vot 42 kif imressqa u moqrija mill-Onor.", "Roderick Galdes.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "THE CHAIRMAN: Skond il-mozzjoni numru 258 tad-9 ta' Ottubru 2006, din id- division tittieħed minn hawn u ħames minuti oħra.", "Billi ntalbet votazzjoni l-kumitat ġie sospiż fis-1.02 p.m. u rriżuma ħames minuti wara.", "THE CHAIRMAN: Se nerġa' npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi l-emenda għal Vot 42 kif imressqa u moqrija mill-Onor.", "Roderick Galdes.", "Dawk favur?", "(Onor. membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Mario Galea.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Għan-naħa tal-gvern se jiġu paired l-Onor.", "Michael Gonzi, l-Onor.", "Ninu Zammit u l-Onor.", "Clyde Puli.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Għan-naħa ta' l-oppożizzjoni se jiġu paired l-Onor.", "Charles Mangion, l-Onor.", "Karl Chircop u l-Onor.", "Karmenu Vella.", "VOTAZZJONI NRU.", "150", "FAVUR : 26", "L-Onor. |Abela Carmelo |Debono Grech | | |Joseph | |Abela Joseph |Farrugia Angelo | |Agius Chris |Farrugia Michael | |Bartolo Evarist |Farrugia Noel | |Brincat Joseph |Galdes Roderick | |Brincat Leo |Gulia Gavin | |Buhagiar Charles |Herrera Jose' | |Buontempo Stefan |Mizzi Joe | |Cardona Chris |Parnis Silvio | |Caruana Justyne |Refalo Anton | |Coleiro Preca Marie |Sant Alfred | |Louise | | |Cuschieri Joseph |Vassallo Adrian | |Dalli Helena |Vella George |", "KONTRA : 31", "L-Onor.", "|Abela Anthony |Fenech Antonio | |Agius David |Frendo Michael | |Agius Francis |Galea Censu | |Arrigo Robert |Galea Franco | |Asciak Michael |Galea Louis | |Azzopardi Frederick |Galea Mario | |Azzopardi Jason |Gatt Austin | |Borg Tonio |Gonzi Lawrence | |Cassar Joseph |Mifsud Bonnici | | |Antoine | |Cristina Dolores |Mifsud Bonnici | | |Carmelo | |D'Amato Helen |Mugliett Jesmond | |Dalli John |Pullicino George | |De Marco Mario |Pullicino Orlando| | |Jeffrey | |Debono Giovanna |Vassallo Edwin | |Deguara Louis |Zammit Dimech | | |Francis | |Falzon Joseph | |", "L-emenda m'għaddietx.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi:", "VOT 42 - MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET RURALI U AMBJENT", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 24,832,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 42 - Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' nefqa għas-sena 2007.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "THE CHAIRMAN: Din id-division tittieħed minnufih skond il-mozzjoni numru 258 tad-9 ta' Ottubru 2006, bl-istess arranġament tal-pairing.", "VOTAZZJONI NRU.", "151", "FAVUR : 31", "L-Onor.", "|Abela Anthony |Fenech Antonio | |Agius David |Frendo Michael | |Agius Francis |Galea Censu | |Arrigo Robert |Galea Franco | |Asciak Michael |Galea Louis | |Azzopardi |Galea Mario | |Frederick | | |Azzopardi Jason|Gatt Austin | |Borg Tonio |Gonzi Lawrence | |Cassar Joseph |Mifsud Bonnici | | |Antoine | |Cristina |Mifsud Bonnici | |Dolores |Carmelo | |D'Amato Helen |Mugliett Jesmond| |Dalli John |Pullicino George| |de Marco Mario |Pullicino | | |Orlando Jeffrey | |Debono Giovanna|Vassallo Edwin | |Deguara Louis |Zammit Dimech | | |Francis | |Falzon Joseph | |", "KONTRA : 26", "L-Onor.", "|Abela Carmelo |Debono Grech | | |Joseph | |Abela Joseph |Farrugia Angelo | |Agius Chris |Farrugia Michael| |Bartolo Evarist|Farrugia Noel | |Brincat Joseph |Galdes Roderick | |Brincat Leo |Gulia Gavin | |Buhagiar |Herrera Jose' | |Charles | | |Buontempo |Mizzi Joe | |Stefan | | |Cardona Chris |Parnis Silvio | |Caruana Justyne|Refalo Anton | |Coleiro Preca |Sant Alfred | |Marie Louise | | |Cuschieri |Vassallo Adrian | |Joseph | | |Dalli Helena |Vella George |", "Ir-Riżoluzzjoni taħt Vot 42 għaddiet.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi:", "VOT XI - MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET RURALI U AMBJENT", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 22,084,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot XI - Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2007.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt Vot XI għaddiet.", "Fis-1.10 p.m. il-Kamra rriżumiet u l-President tal-Kumitat irrapporta li r- Riżoluzzjonijiet taħt Voti 42 u XI tal-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent kienu ġew approvati mill-Kumitat ta' Provvista.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Viċi Prim Ministru, jekk jogħġbu, iressaq l-aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, nipproponi l-aġġornament tal-Kamra għal lejla l-Ġimgħa, 3 ta' Novembru 2006, fis-6.00 p.m. b'din l-agenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "1.", "Kumitat ta' Provvista - Estimi Ġenerali 2007", "L-Għaxar Jum", "Voti tal-Ministeru għall-Iżvilupp Urban u Toroq.", "Infakkar lill-Kamra li skond il-mozzjoni ta' proċedura numru 258 tad-9 ta' Ottubru 2006, il-ħin tad-diskussjoni fuq dan il-ministeru m'għandux jieħu iktar minn tliet sigħat bil-ħin ta' l-aġġornament ma jitteħidx pero' jkun hemm il-ħin tal-mistoqsijiet parlamentari.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Kamra hija aġġġornata għal-lejla, il-Ġimgħa, 3 ta' Novembru 2006, fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif ikkomunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fis-1.11 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "FONDAZZJONI GĦAS-SERVIZZI MEDIĊI", "19436.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhu l-investiment kollu li l- fondazzjoni għas-servizzi mediċi għamlet f'Malta u Għawdex minn meta bdiet tiffunzjona sal-lum?", "Għal kemm kien jammonta u fiex kien jikkonsisti?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-informazzjoni mitluba hi kif tidher mit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.", "EXECUTIVES MAL-MALTA SHIPYARDS", "20253.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm u min huma l-impjegati barranin fil-grad ta' executives mal-Malta shipyards ltd.?", "X'pagi u fringe benefits għandhom?", "Jista' jgħid min ħa t- tender tal-ħaddiema barranin tal-Malta shipyards ltd.?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Hemm tliet barranin li qed jaħdmu mal-Malta shipyards fil-grad ta' executives li l-pakketti finanzjarji tagħhom ivarjaw bejn l- Lm40,000 u s-Lm70,000, b'allowance għall-akkomodazzjoni li tvarja minn Lm5,000 sa Lm9,600.", "Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, l-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jispeċifika għal liema tender tal-ħaddiema barranin qiegħed jirriferi.", "KONTIJIET TAD-DAWL U L-ILMA", "20367.", "L-ONOR.", "MICHAEL ASCIAK staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru jikkonsidra li l-patrijiet li joqogħdu l-kunvent ma jħallsux id-dawl u l-ilma b'rata kummerċjali iżda b'rati domestiċi bħalma jagħmlu qassisin djoċesani oħra, kif jidher mill-korrispondenza li qed tintbagħat separatament?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Fiċ-ċirkostanzi partikolari ta' dan il-każ, se jittieħdu passi biex il-kont imsemmi jibda jinħadem bir-rati applikabbli għal organizzazzjonijiet filantropiċi.", "THREE PHASE ELECTRICITY", "20821.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru jinvestiga każ ta' bidwi part-timer mir-Rabat li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li jixtieq idaħħal three phase ta' l-elettriku u qed jintalab iħallas Lm2,700 għal transformer ġdid?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-istima hija waħda korretta u ġiet maħduma skond l- electricity supply regulation.", "KONTIJIET TAD-DAWL U L-ILMA", "20920.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm azjendi jew organizzazzjonijiet jaħdmu bi qligħ għandhom kontijiet pendenti mal-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma u/jew ma' l-enemalta?", "Kemm azjendi nqatgħalhom id-dawl u/jew l-ilma din is-sena?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-Onor.", "Interpellant naħseb li jaf li jien ma nafx liema ażjendi jaħdmu bi qliegħ, għalhekk ma nistax nirrispondi d-domanda tiegħu.", "TRIQ DUN ALWIĠ PSAILA F'ĦAL QORMI", "21029.", "L-ONOR.", "CLYDE PULI staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jgħid hijiex se tinbena mill-ġdid Triq Dun Alwiġ Psaila, f'Ħal Qormi li tingħaqad ma' Triq Fonzu Meli u Triq Ġuże' Maria Camilleri, li t-tnejn li huma se jinbnew mill-ġdid mill-gvern?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: L-awtorita' dwar it-trasport se tieħu ħsieb li anke Triq Dun Alwiġ Psaila tinbena bħala parti mill-proġett ta' Triq Fonzu Meli u Triq Ġuże' Maria Camilleri.", "ĦADDIEMA TAT-TARZNA", "21159.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm ħaddiema tneħħew mit-tarznari fil-proċess ta' ristrutturar?", "Kemm iddaħħlu ħaddiema ġodda fuq bażi full-time u kemm iddaħħlu fuq bażi part-time?", "X'inhu n-numru ta' ħaddiema fit-tarzna llum?", "Jista' jaqsam it-tweġiba skond in-nazzjonalita' tal-ħaddiema?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: In-numru ta' ħaddiema li spiċċaw matul il-proċess ta' ristrutturar li sar f'Novembru ta' l-2003 kien jammonta għal 902.", "In-numru ta' ħaddiema ġodda li ddaħħlu fuq bażi full-time kien ta' 31 filwaqt li dawk li ddaħħlu fuq bażi part-time kienu 87 apprentist.", "Illum fit-tarzna hemm 1,735 Maltin u tliet Ingliżi.", "In-numru ta' ħaddiema barranin fit-tarzna impjegati fuq kuntratt temporanju fid-9 ta' Ottubru 2006, kien ta' 200, 183 Bulgari, 14 Filippini u tliet Pollakki.", "ŻBILANĊ FINANZJARJU TAL-GVERN", "21221.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 20457 u jagħti s-segwenti ċifri kif rapportati lill-kummissjoni ewropea:", "*Kemm kien l-iżbilanċ finanzjarju tal-gvern (general government) fl-ewwel tliet xhur ta' l-2006, meta kkomparat ma' l-ewwel tliet xhur ta' l-2005?", "*Kif jikkomparaw iċ-ċifri bħala proporzjon tal-gross domestic product?", "*Kif l-istess ċifri tal-general government jikkomparaw ma' tal-fond konsolidat għall-istess perijodu?", "*Jekk hemm differenza bejn iċ-ċifra tal-fond konsolidat u dik tal-gvern ġenerali, jista' il-gvern jispjega din id-differenza?", "Nitlob li kemm iċ-ċifri ta' general government kif ukoll tal-fond konsolidat jingħataw biex wieħed ikun jista' isegwi aħjar.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jirriferi għat- tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 20457.", "ŻBILANC FINANZJARJU TAL-GVERN", "21245.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 20457 u 21221 u jagħti s-segwenti ċifri kif rapportati lill-kummissjoni ewropea:", "*Kemm kien l-iżbilanċ finanzjarju tal-gvern (general government) fl-ewwel tliet xhur ta' l-2006, meta kkomparat ma' l-ewwel tliet xhur ta' l-2005?", "*Kif jikkomparaw iċ-ċifri bħala proporzjon tal-GDP?", "*Kif l-istess ċifri tal-general government jikkomparaw ma' tal-fond konsolidat għall-istess perijodu?", "*Jekk hemm differenza bejn iċ-ċifra tal-fond konsolidat u dik tal-gvern ġenerali, jista' il-gvern jispjega din id-differenza?", "Nitlob li kemm iċ-ċifri ta' general government kif ukoll tal-fond konsolidat jingħataw biex wieħed ikun jista' isegwi aħjar.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jirriferi għat- tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 20457.", "TRIQ DURUMBLAT, MOSTA", "21354.", "L-ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO staqsa lill-Ministru għall- Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jikkonsidra u jirrikkmanda li ssir Triq Durumblat, Mosta?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: It-triq imsemmija la hi arterjali u lanqas distributorja, għalhekk ma taqax taħt ir-responsabbilta' tal-gvern ċentrali, iżda xorta waħda kienu saru xi xogħlijiet ta' maintenance fuqha.", "VAT FUQ ATTIVITAJIET KULTURALI", "21461.", "L-ONOR.", "ROBERT ARRIGO staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-miżura li neħħa l-VAT għal każini tal-baned fuq attivitajiet kulturali tgħoddx ukoll għal kunsilli lokali li jorganizzaw attivitajiet purament kulturali?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-valur miżjud fuq attivitajiet kulturali hi regolata minn partita 4 (2) ta' taqsima tnejn tal- ħames skeda ta' l-att dwar it-taxxa fuq il-valur miżjud li tipprovdi li:", "\"Il-provvista ta' dawk is-servizzi kulturali u oġġetti marbuta fil-qrib magħhom hekk kif jistgħu jiġu approvati mill-ministru\".", "Dawn l-eżenzjonijiet huma wkoll soġġetti għall-provvedimenti tas-sitt direttiva tal-kunsill taħt artikolu 13 A1.(n) li jipprovdi li:", "\"(n) ċertu servizzi kulturali u oġġetti marbuta mill-qrib magħhom fornuti minn enti regolati mid-dritt pubbliku jew minn enti kulturali rikonoxxuti mill-istat membru konċernat.\"", "Fil-każ ta' enti li m'humiex regolati mid-dritt pubbliku, dawn għandhom jiġu regolati kif stipulat f'artikolu 13A(2)(a) u (b) tas-sitt direttiva tal-kunsill jiġifieri:", "\"Huma m'għandhomx l-għan sistematiku li jagħmlu profitt, imma kwalunkwe profitti li madankollu jirriżultaw m'għandhomx jiġu mqassma, imma għandhom ikunu assenjata għall-kontinwament u għat-titjib tas-servizzi pprovduti,", "Huma għandhom ikunu mmaniġjati jew amministrati fuq bażi essenzjalment volontarja minn persuni li m'għandhomx interess dirett jew indirett, la huma nfushom u lanqas b'intermedji, fir-riżultati ta' l-attivitajiet konċernati,", "Huma għandhom iżommu prezzijiet approvati mill-awtorijiet pubbliċi jew li ma jeċċedux tali prezzijiet approvati jew, fir-rigward ta' dawk is-servizzi li m'humiex soġġetti għall-approvazzjoni, prezzijiet inqas minn dawk miżmuma għal servizzi simili minn entrapriżi kummerċjali soġġetti għat- taxxa fuq il-valur miżjud,", "Eżenzjoni tas-servizzi konċernati m'għandhiex toħloq tfixkil ta' kompetizzjoni b'tali mod li tpoġġi fi żvantaġġ l-impriżi kummerċjali responsabbli għat-taxxa fuq il-valur miżjud.\"", "Il-provvista ta' servizzi jew oġġetti m'għandhiex tkun eżentata jekk:", "\"M'huwiex essenzjali għat-transazzjonijiet eżenti,", "L-iskop bażiku hu li tikseb dħul addizzjonali għall-organizzazzjoni billi twettaq transazzjonijiet li huma b'kompetizzjoni diretta ma' dawk l-impriżi li jimponu taxxa fuq il-valur miżjud.\"", "TRASPORT GĦALL-ISTUDENTI", "21463.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jikkonsidra l-Ministru li jżid karozza tal-linja oħra li tkun diretta għall-istudenti tal-junior college, l-MCAST u l-universita' minħabba li t-tnejn li bħalissa hemm għan-naħa tal-Cottonera, Ħaż-Żabbar u l-Fgura qed ikunu mimlija b'konsegwenza li numru ta' studenti jaslu tard l- iskola u f'xi ċirkostanzi anke tnaqqsilhom l-istipendju?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Il-lokalitajiet imsemmija huma moqdija tajjeb.", "Jista' ikun li fl-ewwel ġimgħa tas-sena skolastika s-servizz ma bediex ilaħħaq maż-żieda inaspettata fid-domanda.", "Dan issa ġie rimedjat, peress li l-ewwel ħin, jiġifieri tas-6.45 a.m. tar-rotta 300, li taqdi n-naħat ta' l-Isla, il-Birgu, Ħaż-Żabbar, Fgura u Raħal Ġdid, qiegħda tiġi servuta bi tliet karozzi tal-linja minflok bi tnejn kif kienet qabel.", "Barra minn hekk, l-istudenti li jmorru l-MCAST jagħmlu użu mir-rotot kollha li jitilqu min-naħa tal-Cottonera, peress li dawn kollha jgħaddu minn Raħal Ġdid, filwaqt li n-noll huwa orħos minn dak tar-rotta ta' l-universita'.", "Għaldaqstant l-awtorita' dwar it-trasport u l-assoċjazzjoni trasport pubbliku ma jirriżultalhiex li hemm problemi fil-lokalitajiet imsemmija.", "SERVIZZ TAL-LANĊA LEJN KEMMUNA", "21487.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta se tibda topera l-lanċa lejn Kemmuna li ġġorr il-qassis u l-pulizija?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-Onor.", "Interpellanti hija mitluba tagħmel il- mistoqsija tagħha lill-ministru konċernat.", "FONDI LILL-UE", "21506.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jgħid Malta kemm għaddiet flus mill-VAT, u forsi sorsi oħra, lill-unjoni ewropea minn mindu dħalna fl-unjoni ewropea?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "TAX PAYERS", "21511.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm persuni jiddikjaraw li jaqilgħu flus f'kull waħda mill-brackets tat-taxxa kif kienu qabel l-estimi għas-sena 2007 u kif ġew issa?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-medja tal-Kamra.", "RESERVED PARKING", "21567.", "L-ONOR.", "ROBERT ARRIGO staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jinformana kif l-uffiċċju ta' l-ombudsman jiddeċiedi kif resident/a tkun intitolata għal reserved parking jew le, mingħajr ma jisma' lill-kunsill lokali, lill-awtorita' dwar it-trasport jew oħrajn, fuq il-validita' ta' tali talba?", "Reserved parking għandu jingħata lil xi ħadd li ma jsuqx biex sempliċement ikun żgurat parking space lill- familjari meta jmorru jżuruh?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Bħala uffiċjal tal-parlament, l-ombudsman huwa indipendenti mill-gvern eżekuttiv u għalhekk ma jaqax taħt ir- responsabbilta' diretta tiegħi.", "Skond il-proċedura stabilita, informazzjoni dwar l-uffiċċju ta' l-ombudsman tista' tinkiseb jew direttament mingħand l-ombudsman jew permezz ta' l- iSpeaker.", "F'dan il-każ il-mistoqsija għaddejtha lill-ombudsman.", "SURCHARGE TAD-DAWL U L-ILMA", "21608.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Peress li l-Ministru in kwestjoni ma pprovdiex l-informazzjoni, jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21414?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: M'għandi xejn x'inżid mat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 21414.", "SURCHARGE FUQ ID-DAWL U L-ILMA", "21611.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm daħħlet flus l-enemalta mis- surcharge fuq il-konsum tad-dawl u l-ilma?", "Jista' jaqsam dan id-dħul mid- domestic consumption, i.e. familji, hotels u fondi kummerċjali?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-Onor.", "Interpellant għamel l-istess mistoqsija lill- ministru għall-investiment, industrija u teknoloġija ta' l-informazzjoni, għaldaqstant huwa mitlub jirriferi għat-tweġiba li se jagħti l-istess ministru.", "ŻBILANĊ FINANZJARJU TAL-GVERN", "21637.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 20457, 21221 u 21245 u jagħti s-segwenti ċifri kif rapportati lill- Kummissjoni Ewropea:", "*Kemm kien l-iżbilanċ finanzjarju tal-gvern (general government) fl-ewwel tliet xhur ta' l-2006, meta kkomparat ma' l-ewwel tliet xhur ta' l-2005?", "*Kif jikkomparaw iċ-ċifri bħala proporzjon tal-gross domestic product?", "*Kif l-istess ċifri tal-general government jikkomparaw ma' tal-fond konsolidat għall-istess perijodu?", "*Jekk hemm differenza bejn iċ-ċifra tal-fond konsolidat u dik tal-gvern ġenerali, jista' il-gvern jispjega din id-differenza?", "Nitlob li kemm iċ-ċifri ta' general government kif ukoll tal-fond konsolidat jingħataw biex wieħed ikun jista' isegwi aħjar.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jirriferi għat- tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 20457.", "DELIMARA POWER STATION", "21625.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx ħsarat li qegħdin ibaxxu l-effiċjenzi tal-power station ta' Delimara, kemm fit-turbini kif ukoll fil-combined cycle?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: M'hemmx ħsarat li qegħdin ibaxxu l-effiċjenza tal-power station ta' Delimara.", "FABBRIKI TAL-FARMAĊEWTIKA", "21626.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'qiegħed isir bil-chemical waste li jipproduċu fabbriki tal-farmaċewtika ta' Ħal Far?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jirriferi l-mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "CAR PARKS", "21627.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jgħid meta se jinħarġu t-tenders għall-car parks skond kif ġie rrapportat li stqarr iċ-chief executive ta' l-awtorita' dwar it-trasport?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Il-kap eżekuttiv ta' l-awtorità qatt ma stqarr li se jinħarġu tenders għall-car parks.", "Li seta' semma kien il-ħsieb ta' l- awtorità li torganizza b'mod aħjar id-diversi parkeġġi pubbliċi li hawn u li huma regolati minnha, anke permezz ta' inizjattivi bi sħubija bejn l- awtorita' u l-privat.", "BYPASS TA' SAN PAWL IL-BAĦAR", "21628.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jara li l-bypass ta' San Pawl il-Baħar, fejn bħalissa qegħdin isiru xogħlijiet estensivi, matul il-lejl tiġi mdawwla b'mod adegwat u mhux ikun hemm dlam bħalma kien hemm fil-21 ta' Ottubru, 2006 b'konsegwenza li joħloq riskju serju għal min juża din it-triq?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Il-bypass ta' San Pawl il-Baħar qed tkun imdawwla permezz tas-sistema li kienet eżistenti fit-triq.", "Ma' din is-sistema ġew miżjuda żewġ flood lights fit-truf tad-devjazzjonijiet sabiex iżidu l- viżibilita' f'dawn l-inħawi fejn qed issir devjazzjoni tat-traffiku minn karreġġjata għal oħra.", "Jirriżulta li l-ħsara msemmija kienet ikkawżata minn xi nuqqas ta' enerġija elettrika li m'hijiex relatata mal-kostruzzjoni tat-triq.", "BINI TA' TOROQ", "21629.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: B'konnessjoni ma' proġetti ta' bini ta' toroq, jista' il-Ministru jgħid liema mhedded ta' mains tad-drenaġġ ġew spezzjonati permezz tas-CCTV qabel ma nbeda x-xogħol matul dawn l-aħħar 12-il xahar?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "JETTING BOWSERS", "21630.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid mingħand liema kuntrattur qed jiġu mikrija l-jetting bowsers mid- dipartiment tad-drenaġġ?", "Kemm tħallas il-kuntrattur għal dan is-servizz matul dawn l-aħħar 12-il xahar?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "INĊINERATUR TAL-BIĊĊERIJA", "21652.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' l-Ministru jaġġornana dwar mistoqsija parlamentari 17868?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: F'dan l-istadju m'għandix aktar informazzjoni dwar żviluppi ġodda.", "MALTIN JAĦDMU FIL-LIBJA", "21653.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' Maltin li fil-preżent qed jaħdmu l-Libja?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Huwa impossibbli li nagħti ċifra preċiża tan-numru ta` persuni Maltin li jaħdmu l-Libja, għax ċittadini Maltin li jaħdmu l- Libja m'għandhomx obbligu li jirreġistraw ma' l-ambaxxata Maltija.", "Fuq inizjattiva tagħha stess, l-ambaxxata Maltija fi Tripli żżomm reġistru tal-Maltin li volontarjament jirreġistraw sabiex ikunu kuntattabbli f`każi ta` emerġenza, iżda n-numru ta' persuni reġistrati fih mhuwiex indikattiv biżżejjed bin-numru ta' ħaddiema Maltin fil-Libja.", "MIXED COMMISSION BEJN MALTA U L-LIBJA", "21654.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid x'ġara mill-pjani għall-aġenda tal-mixed commission bejn Malta u l-Libja?", "Meta se ssir il-laqgħa li jmiss?", "Meta l- aħħar li saret laqgħa simili u x'aġenda kellha?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Il-laqgħa li jmiss tal-mixed commission bejn Malta u l-Libja se ssir fi Tripli bejn l-20 u l-21 ta' Novembru ta' din is-sena.", "L- aġenda tal-laqgħa qed tiġi diskussa bejn iż-żewġ naħat.", "L-aħħar laqgħa saret f'Malta f'Ottubru, 2003.", "VJAL IL-ĦADDIEM, RABAT", "21664.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jinformana bl-iżvilupp ta' mistoqsija parlamentari 21483 dwar il-problema li hemm fi Vjal il-Ħaddiem, Rabat?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Saru l-ispezzjonijiet meħtieġa fit-triq imsemmija sabiex tkun mistħarrġa l-problema ta' flooding minħabba l-ilma tax-xita.", "Soluzzjoni għal din il-problema hi li x'aktarx trid tinbidel il-medda konsiderevoli ta' stormwater culvert fi Vjal il-Ħaddiem biex din tkun tista' tieħu iktar ilma.", "L-awtorita' qiegħda tevalwa jekk tali xogħol ta' stormwater culvert huwiex responsabbilta' tagħha jew tal-kunsill lokali.", "BIĊĊERIJA TAL-MARSA", "21670.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm flus intnefqu għall-immodernizzar tal-biċċerija tal-Marsa matul dawn l-aħħar snin?", "Kemm minnhom tħallsu u fiex intnefqu?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Il-fondi li ntnefqu għat-tagħmir u l-manutenzjoni fid-diviżjoni ta' l-ikel u affarijiet veterinarji, li sa Marzu 2005 kienet taħt it-tmexxija ta' l-ex direttur ġenerali u li llum tissejjaħ diviżjoni ta' l-affarijiet veterinarji u s-sajd, matul l-2003, 2004, 2005 u 2006 kienu hekk:", "|2003 |Lm247,945 | |2004 | | | |247,460 | |2005 | | | |369,620 | |2006 | | | |139,900 |", "BIĊĊERIJA TAL-MARSA", "21672.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm rapporti u spezzjonijiet saru mill- esperti ta' l-Unjoni Ewropea fil-biċċerija tal-Marsa minn wara l-1 ta' Mejju, 2004?", "Meta saru u min kienu l-persuni li għamlu dawn l- ispezzjonijiet?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Mill-1 ta' Mejju, 2004 saru żewġ spezzjonijiet fil- biċċerija tal-Marsa mill-food and veterinary office tad-DG Sanco ta' l- unjoni ewropea - l-ewwel waħda, li kienet tikkonċerna biss parti mill- operat tal-biċċerija, saret f'Diċembru 2004 filwaqt li l-aħħar waħda saret matul Ottubru ta' din is-sena.", "Peress li l-uffiċjali inkarigati mill-ispezzjoni huma impjegati tal- kummissjoni ewropea, mhijiex etika li jingħataw l-ismijiet tagħhom.", "FOND FIX-XGĦAJRA", "21711.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru tara li ssir spezzjoni f'fond fix- Xgħajra li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Id-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali qed jistenna lill-persuna indikata tipproduċi d-dokumenti mitluba biex ikun jista' jipproċessa l-applikazzjoni u ssir l-ispezzjoni meħtieġa.", "TOROQ F'ĦAŻ-ŻEBBUĠ", "21715.", "L-ONOR.", "DAVID AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jgħid min huma l-kuntratturi magħżula wara proċess ta' tender biex jagħmlu kull triq f'Ħaż-Żebbuġ?", "Meta hu mistenni li jibda u jispiċċa x-xogħol f'kull triq?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Rigward toroq f'Ħaż-Żebbuġ, s'issa kienet ippreparata tender waħda, dik għal Triq l-Għeneb.", "Hemm ippjanat li fi żmien qasir jinħarġu tenders għall-bini ta' Dawret in- Niżla ta' San Pawl u Triq Ġeraldu Farrugia f'Mdina Road, Żebbuġ.", "TOROQ FIR-RABAT", "21716.", "L-ONOR.", "DAVID AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jgħid min huma l-kuntratturi magħżula wara proċess ta' tender biex jagħmlu kull triq fir-Rabat?", "Meta hu mistenni jibda u jispiċċa x-xogħol f'kull triq?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: L-awtorita' dwar it-trasport bħalissa m'għandha l- ebda tender fi stadju ta' aġġudikazzjoni jew order to start works għal toroq residenzjali fir-Rabat.", "Il-programm ta' xogħlijiet għall-perijodu 2006-2008 jinkludi erba' toroq fir-Rabat - Triq San Martin, Triq il-Mitħna, Triq Doni l-Qadima u Triq Ta' Namura - liema xogħol isir skond il-programm ta' l-awtorita' dwar it-trasport.", "Sadanittant fil-ġimgħat li għaddew għadu kif tlesta x-xogħol tal-bini ta' culvert u asfaltar ta' Triq Bir ir-Riebu.", "Ix-xogħol sar kollu mill- awtorita' dwar it-trasport.", "Ix-xogħlijiet tat-tqegħid ta' storm water culvert saru mill-kuntrattur General Ltd, filwaqt li x-xogħol ta' resurfacing sar mill-kuntratturi Bonnici Brothers Ltd.", "BERĠA TA' Ħ'ATTARD", "21717.", "L-ONOR.", "DAVID AGIUS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' l-Ministru jgħid hux se jsiru xi xogħlijiet biex titranġa l-klinika ta' Ħ'Attard?", "Meta se jibda dan ix-xogħol u kemm hu mistenni li jdum?", "Kemm hi stmata li se tkun l-ispiża u x'tip ta' xogħlijiet se jsiru?", "Jista' jgħid x'servizz hu mistenni li toffri din il-klinika meta jitlesta x- xogħol?", "Jista' ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-pjanta approvata ta' din il-klinika?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ix-xogħol ta' l-ippjanar tal-berġa l-ġdida għar- residenti ta' Ħ'Attard issa tlesta, grazzi wkoll għall-għajnuna mill- kunsill lokali ta' Ħ'Attard.", "It-tender għax-xogħlijiet ingħata u wara li saret laqgħa fuq il-post bejn il-kuntrattur, il-perit inkarigat u rappreżentant tad-dipartiment, din il-ġimgħa ġie deċiż li dan ix-xogħol mistenni jibda l-ġimgħa d-dieħla u hu kkalkulat li se jieħu madwar tmien ġimgħat biex jitlesta, sakemm ma jinqalgħux problemi mhux previsti.", "L-istima ta' l-ispiża hi ta' Lm8,755.40 u x-xogħlijiet jikkonsistu f'alterazzjonijiet strutturali u refurbishment komplut.", "Hu mistenni li wara li jitlesta x-xogħol, din il-berġa tkompli toffri servizzi ta' tabib u nurse bl-appuntament, tqassim ta' mediċini, eċċ.", "Kopja tal-pjanta approvata ta' din il-klinika qed titpoġġa fuq il-mejda tal- Kamra.", "RESERVED PARKING", "21718.", "L-ONOR.", "DAVID AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-pulizija tistax tordna lill-awtorita' dwar it-trasport biex tiġi mmarkata reserved parking quddiem dar privata?", "Għal liema raġunijiet jista' iseħħ dan?", "ONOR.", "TONIO BORG: Bis-saħħa ta' regolament 122 tar-regolamenti dwar il- vetturi bil-mutur, il-kummissarju tal-pulizija jista', għal okkażjoni jew funzjoni speċjali, jirriżerva postijiet għall-ipparkjar, jew spazju f'postijiet ta' l-ipparkjar, għall-awtoritajiet, persuni jew gruppi partikolari; iżda hija l-awtorita' dwar it-trasport li tipprovdi għal postijiet ta' parkeġġ kontinwu.", "KUNTRATTI", "21729.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' l-Ministru jgħid x'sar outsourcing u kuntratti simili jew anċillari għall-proviżjon ta' servizzi mill-ministeru, dipartimenti u enti taħt id-dekasteru tiegħu matul is-snin 2004, 2005 u 2006?", "Min kienu l-kumpanniji, individwi, firms, eċċ. li ħadu dan ix-xogħol (outsourcing u kuntratti ta' proviżjoni ta' servizzi ) matul l-istess snin u perijodi?", "Kemm tħallas kull individwu u/jew ente li rċieva xogħol bħal dan mill- ministeru, dipartiment jew ente taħt id-dekasteru tiegħu matul dawn l- istess perijodi?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "KUNTRATTI", "21730.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'sar outsourcing u kuntratti simili jew anċillari għall-proviżjon ta' servizzi mill-ministeru, dipartimenti u enti taħt id-dekasteru tiegħu matul is-snin 2004, 2005 u 2006?", "Min kienu l-kumpanniji, individwi, firms, eċċ. li ħadu dan ix-xogħol (outsourcing u kuntratti ta' proviżjoni ta' servizzi) matul l-istess snin u perijodi?", "Kemm tħallas kull individwu u/jew ente li rċieva xogħol bħal dan mill- ministeru, dipartiment jew ente taħt id-dekasteru tiegħu matul dawn l- istess perijodi?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "KUNTRATTI", "21732.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' l-Ministru jgħid x'sar outsourcing u kuntratti simili jew anċillari għall-proviżjon ta' servizzi mill-ministeru, dipartimenti u enti taħt id-dekasteru tiegħu matul is-snin 2004, 2005 u 2006?", "Min kienu l-kumpanniji, individwi, firms, eċċ. li ħadu dan ix-xogħol (outsourcing u kuntratti ta' proviżjoni ta' servizzi ) matul l-istess snin u perijodi?", "Kemm tħallas kull individwu u/jew ente li rċieva xogħol bħal dan mill- ministeru, dipartiment jew ente taħt id-dekasteru tiegħu matul dawn l- istess perijodi?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "KUNTRATTI", "21733.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l- Ministru tgħid x'sar outsourcing u kuntratti simili jew anċillari għall- proviżjon ta' servizzi mill-ministeru, dipartimenti u enti taħt id- dekasteru tagħha matul is-snin 2004, 2005 u 2006?", "Min kienu l-kumpanniji, individwi, firms, eċċ. li ħadu dan ix-xogħol (outsourcing u kuntratti ta' proviżjoni ta' servizzi ) matul l-istess snin u perijodi?", "Kemm tħallas kull individwu u/jew ente li rċieva xogħol bħal dan mill- ministeru, dipartiment jew ente taħt id-dekasteru tagħha matul dawn l- istess perijodi?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "KUNTRATTI", "21735.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' l-Ministru jgħid x'sar outsourcing u kuntratti simili jew anċillari għall-proviżjon ta' servizzi mill-ministeru, dipartimenti u enti taħt id-dekasteru tiegħu matul is-snin 2004, 2005 u 2006?", "Min kienu l-kumpanniji, individwi, firms, eċċ. li ħadu dan ix-xogħol (outsourcing u kuntratti ta' proviżjoni ta' servizzi ) matul l-istess snin u perijodi?", "Kemm tħallas kull individwu u/jew ente li rċieva xogħol bħal dan mill- ministeru, dipartiment jew ente taħt id-dekasteru tiegħu matul dawn l- istess perijodi?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "KUNTRATTI", "21736.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'sar outsourcing u kuntratti simili jew anċillari għall-proviżjon ta' servizzi mill-ministeru, dipartimenti u enti taħt id-dekasteru tiegħu matul is-snin 2004, 2005 u 2006?", "Min kienu l-kumpanniji, individwi, firms, eċċ. li ħadu dan ix-xogħol (outsourcing u kuntratti ta' proviżjoni ta' servizzi ) matul l-istess snin u perijodi?", "Kemm tħallas kull individwu u/jew ente li rċieva xogħol bħal dan mill- ministeru, dipartiment jew ente taħt id-dekasteru tiegħu matul dawn l- istess perijodi?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "MEMBRI TA' L-ARMATA", "21761.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hawnx suldati li kienu ilhom li telqu mill-armata aktar minn tliet snin u reġgħu daħlu?", "Kemm kienu?", "F'liema sena kienu?", "X'kienet ir-raġuni li reġgħu daħlu?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Kien hemm ħames persuni li ġew ingaġġati lura fil- forzi armati ta' Malta wara li kien ilhom aktar minn tliet snin li spiċċaw.", "Wieħed daħal lura fl-1979, wieħed fl-1995, tnejn fl-1998 u wieħed fl-2002.", "Minn dawn il-ħamsa, tlieta għadhom fis-servizz.", "Huma ġew ingaġġati lura fuq talba tagħhom stess.", "FAĊILITA' KORRETTIVA TA' KORDIN", "21762.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm persuni kien hemm fil-ħabs fl-2004, 2005 u 2006 li kellhom piena ta' 'il fuq minn sena?", "Kemm daħlu ħabsin f'dan il-perijodu?", "Kemm ħabsin hemm bħalissa u ta' liema ċittadinanza huma?", "ONOR.", "TONIO BORG: Matul is-sena 2004 kien hemm 93 persuna li daħlu biex jiskontaw sentenza ta' 'il fuq minn sena, fis-sena 2005 kien hemm 89 persuna, filwaqt li sa l-aħħar ta' Ottubru 2006 kien hemm 36 persuna.", "Matul is-sena 2004 daħlu 480 persuna b'arrest jew sentenza, matul is-sena 2005 daħlu 389 persuna, filwaqt li sa l-aħħar ta' Ottubru 2006 daħlu 432 persuna.", "Fil-31 ta' Ottubru, 2006 il-popolazzjoni tal-priġunieri kienet ta' 366, ġejjin minn dawn il-pajjiżi:", "|Niġerja |3 |Spanja |1 | |Libja |55 |Alġerija |5 | |Sudan |5 |Somalja |3 | |Niger |2 |Panama |1 | |Pakistan |1 |Slovakja |2 | |Kanada |1 |Chad |2 | |Etopja |4 |Iraq |2 | |Messiku |2 |Malta |236 | |Renju |7 |Italja |2 | |Unit | | | | |Tuneż |9 |Eritrea |1 | |Olanda |2 |Kosta ta'|3 | | | |Ivorju | | |Palestina|2 |Turkija |6 | |Yugoslavj|2 |Bulgarija|2 | |a | | | | |Ċina |1 |Eġittu |2 | |Ġordan |1 |Mali |1 |", "TRIQ TA' LANZA ĦAŻ-ŻABBAR", "21765.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jgħid meta se jsir ix-xogħol fuq Triq ta' Lanza, Ħaż-Żabbar?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Se ssir ispezzjoni tat-triq imsemmija peress li ma tagħmilx parti mill-programm ta' toroq li nħareġ mill-awtorita' dwar it- trasport."]} {"filename": "20061120_465d_par.doc", "date": "2006-11-20", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Uffiċjali u Rivedut) L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 465 It-Tnejn, 20 ta' Novembru 2006 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 465", "It-Tnejn, 20 ta' Novembru 2006", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.02 p.m.", "Talba", "Seduta Nru. 465", "It-Tnejn, 20 ta' Novembru 2006", "WERREJ", "MINUTI 137", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 137", "TQEGĦID TA' KARTI 145", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IS-SIGURTA` SOĊJALI", "(EMENDA NRU.", "2) - IT-TIENI QARI", "SOCIAL SECURITY (AMENDMENT) (NO.", "2) BILL - SECOND READING 146", "AĠĠORNAMENT 165", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 464 li saret fl-20 ta' Novembru 2006, ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "OPM - KIRI TA' KAROZZI", "21365.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Chris Agius) staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Kemm kellu karozzi mikrija miegħu din is- sena l-ministeru u l-entijiet kollha li jaqgħu taħtu?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): It-tagħrif mitlub rigward l-uffiċċju tal-prim ministru hu kif jidher fit-tabelli A u B li qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.", "ĦLASIJIET MILL-ESTIMI", "21509.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Kemm kien l-ammont ta' flus li d-dipartimenti tal-gvern, awtoritajiet, enti u kumpanniji tal-gvern ħallsu mill-estimi approvati u vvotati għall-2006 għal xogħlijiet, apparat, servizzi, pagi, eċċetra (għal spejjeż rikorrenti u kapitali) li effettivament saru fl-2005?", "Jista' jagħti din l- informazzjoni għal kull dipartiment, awtorita', enti u kumpannija tal- gvern?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra tabella bl- informazzjoni dwar l-uffiċċju tal-prim ministru.", "Rigward ministeri oħra, nitlob lill-Onor.", "Interpellant jindirizza l-mistoqsija lill-ministri konċernati.", "TAXXA FUQ BILJETTI TAS-SAFAR", "21968.", "L-ONOR.", "FRANCO GALEA (f'isem l-Onor.", "Mario Galea) staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 21840 u jgħid x'inhi r-raġuni li meta individwu jibbukkja, iħallas u mbagħad jikkanċella ma jeħux lura l-ammont kollu ta' taxxi mħallsa fuq it-ticket?", "Meta t-tour operators iżommu parti minn din it-taxxa, din tasal għand il-gvern?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 21840", "HOME LOANS", "21995.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Stefan Buontempo) staqsa lill- Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Kemm hu stmat li l-banek f'pajjiżna silfu ammonti ta' flus bħala home loans lil dawk li applikaw fis-sena 2006?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Din it-tip ta' statistika ma tinżammx.", "BIĊĊA ART F'BORMLA", "22033.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Stefan Buontempo) staqsa lill- Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li l-persuna, li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, tingħata tweġiba għat-talba li għamlet lid-dipartiment jew lit-taqsima proprjeta` tal-gvern madwar tliet xhur ilu?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (Segretarju Parlamentari) (f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern): It-taqsima għadha qed tagħmel il- verifiki neċessarji iżda huwa maħsub li tkun tista' tingħata risposta fil- futur qarib.", "GĦAJNUNA SOĊJALI", "22034.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Stefan Buontempo) staqsa lill- Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru tara li ma tkomplix issir inġustizzja mal-persuna minn Bormla – li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - li tneħħielha r-relief?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA (Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali): L- għajnuna soċjali tal-persuna indikata mill-Onor.", "Interpellant twaqqfet wara li saret l-investigazzjoni u għal raġuni valida u mhux kapriċċożament kif qed jagħti x'jifhem l-Onor.", "Interpellant fil-mistoqsija tiegħu.", "Din il- persuna ġiet infurmata bil-miktub mid-dipartiment tas-sigurta' soċjali dwar il-każ tagħha.", "TINDIF TA' FLATS", "22035.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Stefan Buontempo) staqsa lill- Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 20637, tista' l-Ministru tara li jittieħdu l-passi neċessarji?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Il-biċċiet tal-konkos kbar li ilmenta dwarhom l- Onor. Interpellant huma mejjilli li kienu saru bħala parti mill-washrooms meta nbnew il-blokki fil-qasam tad-djar li rrifera għalih l-Onor.", "Interpellant.", "Dawn il-mejjilli ma fihom ebda ħsara, u għalkemm fiż- żmenijiet tal-lum m'għadhomx jintużaw, it-tneħħija tagħhom m'hijiex meqjusa bħala tiswija u għalhekk taqa' taħt ir-responsabbilta' ta' l-inkwilini li għandhom dritt jużawhom u li jneħħuhom ukoll jekk iridu jagħmlu dan.", "KIRI TA' ĦANUT", "22040.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Stefan Buontempo) staqsa lill- Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Meta hu mistenni li joħorġu l-offerti għall-kiri tal-ħanut – li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament - li huwa proprjeta' tal-gvern u li jinsab il-Baviera fil-Belt Valletta?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern): L-offerti għall-kiri tal-ħanut imsemmi se joħorġu fil-futur qarib.", "XIRI TA' KOTBA GĦALL-ISKEJJEL", "22052.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Kemm ħarġu offerti għax- xiri ta' kotba għall-istudenti għal din is-sena skolastika?", "Kemm-il kumpannija tefgħet l-offerta għal kull ktieb?", "Kemm kienet kull offerta?", "Lil min ingħatat?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi): Għas- sena skolastika 2006/2007, is-sezzjoni tal-procurement tad-diviżjoni ta' l- edukazzjoni ħarġet 21 offerta u sitt offerti oħra permezz tad-dipartiment tal-kuntratt biex jinxtraw kotba għall-iskejjel ta' l-istat.", "Ser ngħaddi lill-Onor. membru kopja tal-lista li tinkludi d-dettalji ta' l-ismijiet tal- kotba, min tefa' l-offerta, kemm kienet kull offerta u min rebaħ kull offerta.", "SUPPLY LEARNING SUPPORT ASSISTANT", "22053.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Kemm applikaw persuni għal supply learning support assistant skond l-avviż li deher fil-gazzetta tal- gvern u li l-applikazzjonijiet għalih kienu jagħlqu fil-31 ta' Mejju, 2006?", "Kemm minnhom ġew impjegati?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: In-numru ta' persuni li applikaw għal supply learning support assistant għall-avviz li deher fil-gazzetta tal-gvern u li l- applikazzjonijiet kienu jagħlqu fil-31 ta' Mejju, 2006 kienu ta' 371.", "Minn dawn għaddew 215 u s'issa ġew impjegati tlieta.", "GĦAQDIET SPORTIVI - GĦOTJIET MILL-GVERN", "22054.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jelenka dawk l- għaqdiet sportivi li bbenefikaw minn għotjiet tal-gvern matul din is-sena?", "Kemm ħadet kull għaqda?", "Kif ġew deċiżi dawn l-għotjiet u x'kienu l- għanijiet li dawn il-fondi se jiġu wżati?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Matul din is-sena l-uffiċċju tal-Prim Ministru m'għamel l-ebda għotja lil xi għaqdiet sportivi filwaqt li l-ministeru tal-finanzi għamel dawn id- donazzjonijiet li jidhru fil-lista li qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "APPROPRIATE SCHOOL NUTRITION ENVIRONMENT", "22055.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: B'riferenza għall- mistoqsija parlamentari 19410, jista' il-Ministru jgħid jekk it-task force imsemmija ressqitx id-dokument komprensiv dwar l-appropriate school nutrition environment li kellu jinkludi draft food policy?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Id-dokument li l-Onor.", "Membru qed jagħmel riferenza għalih ġie pprezentat lill-kunsill nazzjonali tal-kurrikulu nhar it-2 ta' Awissu, 2006.", "PULIZIJA - ĦLAS TA' EXTRA DUTY", "22056.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jelenka kemm għandhom jieħdu membri tal-korp tal-pulizija minn kull għaqda sportiva li magħhom għamlu l-extra duty din is-sena?", "Jista' jgħid meta sar l-aħħar ħlas?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Ninsab infurmat illi għad trid tinġabar is-somma ta' Lm12,738.65 għal servizz ta' extra duty maħdum matul din is-sena minn membri tal-korp tal- pulizija waqt attivitajiet sportivi, kif ġej:", "|Għaqda sportiva| Ammont |L-aħħar | | |dovut |ħlas | |Marsa Racing |Lm |Ottubru | |Club |2,274.97 | | |Malta Football |Lm |Mejju | |Association |9,354.51 | | |Gozo Football |Lm |Mejju | |Association |1,051.81 | | |Gozo Football |Lm |Settembr| |Club |57.36 |u |", "ESTIMI - VOT 16", "22057.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru jispjega l-ħtieġa tat-Lm360,000 aktar f'allowance taħt Vot 16 li ġew approprjati għas-sena li ninsabu fiha?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Id-divizjoni ta' l-edukazzjoni talbet għal Lm360,000 aktar f'allowances taħt Vot 16 minħabba żieda meħtieġa biex tkopri l-ammont totali ta' allowances li se jitħallsu mid-divizjoni fl-2006.", "SURCHARGE FUQ ID-DAWL U L-ILMA", "22078.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Charles Mangion) staqsa lill- Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 21612 u 21750 u jgħid kemm daħħlet flus l-Enemalta mis-surcharge fuq il-konsum tad-dawl u l- ilma?", "Jista' jaqsam id-dħul mis-surcharge mid-domestic consumption, i.e. tal-familji, hotels u intrapriżi kummerċjali?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni): L-istima tas-surcharge għall-perjodu minn l-1 t'Ottubru 2005 sas-13 ta' Settembru, 2006 hija ta' Lm 26.5 miljun, li minnhom Lm4.3 miljuni huma fuq l-ilma.", "Ta' min jinnota li d-distinzjoni ta' dħul ta' surcharge bejn dawl u ilma tista' tvarja peress li l-capping jgħodd fuq il- kontijiet flimkien.", "Għar-rigward ta' dħul totali ta' Lm26.5 miljuni, dawn jistgħu jinqasmu hekk: Lm 1.6 miljuni – hotels, Lm 3.7 miljuni – industrial u l-bilanċ ta' Lm 21.2 miljuni konsumaturi oħra.", "Ta' min jenfasizza li dawn huma stimi.", "Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra tabella għad-dħul mis-surcharge minn Jannar 2005 sa Lulju 2006.", "It-tabella tirrifletti s-surcharge fix-xahar li ħareg il-kont u mhux ix-xahar tal-konsum jew ta' ħlas.", "Ta' min iżid li dawn l-figuri huma dawk maħrugin mill-billing system tal-WSC u għadhom ma ġewx verifikati.", "Figuri preċiżi jkunu jistgħu jingħataw ġaladarba jiġi konkluż l- audit annwali tal-korporazzjoni Enemalta kif meħtieg bil-liġi, u għalhekk il-figuri mogħtija jistgħu jinbidlu.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jista' l-Ministru jgħidli min iħallas għall-istreet lighting jekk hux il-gvern jew l-Enemalta?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-istreet lighting iħallas għalih il-gvern.", "Tant hu hekk li fl-estimi hemm vot għal dan il-għan.", "KUNTRATTI", "22079.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Charles Mangion) staqsa lill- Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 21730 u jgħid x'sar outsourcing u kuntratti simili jew anċillari għall-provvediment ta' servizzi mill- ministeru, mid-dipartimenti u mill-enti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal- ministeru tiegħu matul is-snin 2004, 2005 u 2006?", "Min kienu l-kumpanniji, individwi, firms, eċċetra, li ħadu dan ix-xogħol (outsourcing u kuntratti ta' provvediment ta' servizzi) matul l-istess snin u perijodi?", "Kemm tħallsu kull individwu u/jew enti li rċeviet xogħol bħal dan mill- ministeru, dipartiment jew enti li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu matul dawn l-istess perijodi?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni): L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant għadha qed tinġabar u tingħata meta tkun kompluta, billi din tinvolvi ġbir ta' nformazzjoni mingħand numru ta' entijiet fuq numru ta' jiem.", "KUNTRATTI", "22080.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Charles Mangion) staqsa lill- Ministru għal Għawdex: Tista' il-Ministru tirrispondi mistoqsija parlamentari 21733 u tgħid x'sar outsourcing u kuntratti simili jew anċillari għall-provvediment ta' servizzi mill-ministeru, mid-dipartimenti u mill-enti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-ministeru tagħha matul is-snin 2004, 2005 u 2006?", "Min kienu l-kumpanniji, individwi, firms, eċċetra li ħadu dan ix-xogħol (outsourcing u kuntratti ta' provvediment ta' servizzi) matul l-istess snin u perijodi?", "Kemm tħallsu kull individwu u/jew enti li rċeviet xogħol bħal dan mill-ministeru, dipartiment jew enti li taqa' taħt id-dekasteru tagħha matul dawn l-istess perijodi?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru għal Għawdex): L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "KUNTRATTI", "22081.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Charles Mangion) staqsa lill- Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 21736 u jgħid x'sar outsourcing u kuntratti simili jew anċillari għall-provvediment ta' servizzi mill-ministeru, mid-dipartimenti u mill-entijiet li jaqgħu taħt id- dekasteru tal-ministeru tiegħu matul is-snin 2004, 2005 u 2006?", "Min kienu l-kumpanniji, individwi, firms, etc. li ħadu dan ix-xogħol (outsourcing u kuntratti ta' provvediment ta' servizzi) matul l-istess snin u perijodi?", "Kemm tħallsu kull individwu u/jew enti li rċeviet xogħol bħal dan mill-ministeru, dipartiment jew ente li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu matul dawn l-istess perijodi?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant ikun aktar speċifiku u jgħid x'irid ifisser b'outsourcing u għal liema kuntratti simili qed jirriferi.", "KUNTRATTI", "22083.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Charles Mangion) staqsa lill- Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 21740 u jgħid x'sar outsourcing u kuntratti simili jew anċillari għall-provvediment ta' servizzi mill-ministeru, mid- dipartimenti u mill-entijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-ministeru tiegħu matul is-snin 2004, 2005 u 2006?", "Min kienu l-kumpanniji, individwi, firms, eċċetra li ħadu dan ix-xogħol (outsourcing u kuntratti ta' provvediment ta' servizzi) matul l-istess snin u perijodi?", "Kemm tħallsu kull individwu u/jew enti li rċeviet xogħol bħal dan mill-ministeru, dipartiment jew ente li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu matul dawn l-istess perijodi?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq): L- informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "MEMBRI TA' L-ARMATA", "22095.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Michael Farrugia) staqsa lill- Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 21987, jista' il-Prim Ministru jgħid kemm ilhom ma jingħataw żraben is-suldati ta' l-AFM?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Ninforma lill-Onor interpellant li t-tqassim ta' żraben lis-suldati baqa' għaddej normali sa madwar ħames xhur ilu meta fl-istokk kien għad baqa' diversi qisien ta' żraben.", "Il-konsenja ġdida appik li tasal u t-tqassim għandu jerġa` jibda jsir b'mod regolari.", "KUNTRATTI", "22100.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Charles Mangion) staqsa lill- Ministru ta' l-Affarijiet Barranin: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 21728 u jgħid x'sar outsourcing u kuntratti simili jew anċillari għall-provvediment ta' servizzi mill-ministeru, mid- dipartimenti u mill-entijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-ministeru tiegħu matul is-snin 2004, 2005 u 2006?", "Min kienu l-kumpanniji, individwi, firms, eċċetra li ħadu dan ix-xogħol (outsourcing u kuntratti ta' provvediment ta' servizzi) matul l-istess snin u perijodi?", "Kemm tħallsu kull individwu u/jew enti li rċeviet xogħol bħal dan mill-ministeru, dipartiment jew enti li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu matul dawn l-istess perijodi?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin): Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Nista' nkun naf jekk il-Ministru jinsabx imsiefer fuq xogħol parlamentari u min huwa acting minfloku?", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Ma nafx.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Il-problema hija din.", "Il-ministru għall-affarijiet barranin f'dan il-parlament qal li m'hu veru xejn li meta l-partit Laburista kien fil-gvern għamel diskussjonijiet dwar il-kwestjoni tat- tiftix għaż-żejt bejn Tuneż u Malta.", "Din il-ġimgħa wrejt dokument li juri l- kuntrarju u għalhekk xtaqt li l-ministru kien preżenti biex jekk jikkontesta dan, inpoġġi d-dokument fuq il-mejda tal-Kamra u jekk jibqa' jinnega nitlob li jittieħdu l-passi għax ikun qed jimmislijdja lill-Kamra.", "MR SPEAKER: Il-Ministru Louis Galea.", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi): Id- dokument li qed jirriferi għalih l-Onor.", "Mizzi tpoġġa fuq il-mejda tal- Kamra jew le?", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Le, għadni ma poġġejtux u kont se nistaqsi lill-ministru jekk jafx bih għax hu kien innega totalment li l-partit Laburista kellu dikussjonijiet ma' Tuneż biex jasal għal joint venture.", "Peress li l- ministru fuq il-mezzi tal-media qal ċertu diskors dispreġjattiv lejja - bħal speċi ried jikkuljunani - u jien urejt bil-provi dawn l-affarijiet, xtaqtu jikkonferma jew le li dak li qed ngħid jien huwiex minnu jew le biex fil-każ inpoġġi dan id-dokument fuq il-mejda tal-Kamra.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Naħseb li kulħadd japprezza li fuq materja daqstant delikata, fejn l-Onor.", "Interpellant qed isaqsi lill-ministru tal-gvern jikkonfermax jew le l-kontenut ta' dokument li jirrigwarda relazzjonijiet bilaterali bejn żewġ pajjiżi, l-għaqal jitlob li dan l-istess dokument jitpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra biex wieħed ikun jista' jevalwah u l- ministru jkun jista' jagħmel il-kummenti tiegħu.", "Pero' ma naħsibx li wieħed jagħmel tajjeb li fuq kummenti li setgħu saru f'kontest ta' diskussjoni politika fuq il-mezzi tal-media jintalab li mbagħad jingaġġa fuq informazzjoni li tirriżulta minn xi dokument li wieħed ikun għadu ma rax u ma evalwax.", "Nemmen li jkun tajjeb jekk l-Onor.", "Mizzi jpoġġi dan id-dokument fuq il-mejda tal-Kamra ħalli l-gvern ikun jista' jagħmel l-evalwazzjoni tiegħu u jagħti l-kummenti dwaru.", "Imbagħad l-Onor.", "Mizzi ikun in order li jekk iħoss il-bżonn ikun jista' jkompli jagħmel mistoqsijiet bil-miktub jew supplimentari lill-ministru responsabbli.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jiena għalhekk staqsejt jekk il-ministru responabbli kienx qiegħed preżenti fil-Kamra u min huwa acting minfloku għax kieku kont immur inġib dan id-dokument u npoġġih fuq il-mejda tal-Kamra.", "Imma ladarba l-ministru m'huwiex hawn u ma nistax nistaqsih id-domandi, ma nħossx li għalissa għandi npoġġi dan id-dokument fuq il-mejda tal-Kamra.", "Pero' nemmen li huwa importanti li f'dan il-parlament inkunu nafu min ikun acting minflok ministru li ma jkunx qiegħed preżenti, speċjalment meta wieħed ikun irid jagħmel mistoqsija supplimentari dwar materja daqshekk importanti.", "Għaldaqstant se nerġa' nistaqsi: Żgur li l-ministru huwa msiefer fuq xogħol parlamentari jew le?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, naturalment inkun naf biss lil min inkun qed nissostitwixxi jiena.", "Naturalment dejjem ikun hemm xi ħadd li jkollu r- rwol li jaġixxi flok ministru li ma jkunx preżenti fil-Kamra, pero' fil- mument ma nafx min qiegħed acting flok il-ministru għall-affarijiet barranin.", "Irrid nirrileva li aħna naddottaw atteġġjament pjuttost liberali ħafna fuq il-mistoqsijiet supplimentari u naħseb li dan huwa tajjeb.", "Pero' min-naħa l-oħra wieħed irid japprezza li min ikun acting, mhux bilfors ikun familjari jew responsabbli mis-suġġett partikolari, allura mhux dejjem ikun jista' jwieġeb su due piedi fuq dekasteru li m'huwiex responsabbli għalih minkejja li jkun dispost li jagħti l-informazzjoni sal-massimu possibbli.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Filwaqt li nikkondividi dak li qal il-ministru, bl-ebda mod ma kont se nistaqsi lil min huwa acting flok il-ministru xi ħaġa li ma jafx iweġibni dwarha.", "Peress li l-ministru għall-affarijiet barranin ma tantx ikun preżenti fil-Kamra, aktar u aktar nsostni li meta ma jkunx fuq xogħol ieħor parlamentari, għandu jkun qiegħed hawn għax ma tantx ikun hemm possibbilta' li wieħed jagħmillu mistoqsijiet supplimentari.", "Kien għalhekk li jiena staqsejt u nerġa' nistaqsi jekk il-ministru jinsabx imsiefer fuq xogħol.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, la jiena u lanqas ħadd minn sħabi m'għandna din l-informazzjoni.", "ADULTI MIBGĦUTA BARRA GĦALL-KURA", "22107.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Kemm kien in-numru ta' adulti li ntbagħtu barra għal kura matul l-ewwel sitt xhur tas-sena?", "F'liema pajjiżi ntbagħtu?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil- Komunita': Matul l-ewwel sitt xhur ta' din is-sena ntbagħtu 124 adulti għal kura barra minn Malta.", "123 intbagħtu l-Ingilterra u ieħor intbagħat Iżrael.", "TFAL MIBGĦUTA BARRA GĦALL-KURA", "22108.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Kemm kien in-numru ta' tfal bejn l-eta' ta' sena u 12-il sena li siefru għal kura barra minn Malta matul l-ewwel sitt xhur ta' din is-sena?", "F'liema pajjiż intbagħtu għall- kura?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil- Komunita': Matul l-ewwel sitt xhur ta' din is-sena intbagħtu 49 tifel u tifla bejn l-eta' ta' sena u 12-il sena għall-kura fl-Ingilterra.", "MALTA RESOURCES AUTHORITY", "22111.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Charles Mangion) staqsa lill- Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: X'inhi l-public service obligation li tħallas il-Malta Resources Authority lill-Enemalta?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura): Fil-preżent il-Malta Resources Authority ma tħallas l-ebda kumpens lill- Korporazzjoni Enemalta għal xi obbligazzjoni għal servizz pubbliku.", "Madanakollu, tlesta' abbozz ta' kuntratt għal public service obligation li 'l quddiem għandu jingħata mill-gvern lill-Enemalta.", "Dan skond il-politika tal-gvern kif imħabbra fl-aħħar budget.", "Il-gvern se jgħaddi lura lill- Enemalta bħala sostenn għall-ġenerazzjoni ta' l-elettriku parti mill-fondi li jkun daħħal mid-dazju fuq il-fuels (ara tabella 13: Dħul u nfiq proġettat tal-gvern għall-2007 fid-Diskors tal-baġit 2007).", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jista' s-Segretarju Parlamentari jgħidli jekk il-ministru jinsabx imsiefer fuq xogħol?", "Jekk iva, jista' jgħidli min hu acting minfloku?", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Iva, il-ministru jinsab imsiefer fuq xogħol, pero' m'iniex f'pożizzjoni li ngħid min hu acting minfloku.", "MTARFA BYPASS", "22112.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Charles Buhagiar) staqsa lill- Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jara li l-fetħiet li hemm fis-centre strip ta' l-Imtarfa bypass jiġu magħluqa peress li huma ta' periklu kbir minħabba l-vetturi li jaqsmu minn naħa għall-oħra tat- triq?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT (Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq): Il-fetħiet li hemm fis-centre strip ta' l-Imtarfa bypass li qed jirreferi għalihom l- Onor. Interpellant saru sabiex ikunu jistgħu jintużaw f'każ ta' inċident jew emerġenza fil-karreġġjata li tagħti għall-Belt.", "Sabiex jitnaqqas l- abbuż mis-sewwieqa u l-periklu tal-karozzi li jaqsmu t-triq, l-awtorita' tat-trasport ta' Malta se timplementa removable bollards li jkunu jistgħu jitneħħew f'każ ta' emerġenza.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Kemm kien ilu biex isir dan ix-xogħol partikolari?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ix-xogħol issa sar u m'huwiex possibbli li nagħti d-dettall li qed jitlob l-Onor.", "Interpellant.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Debono Grech, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Sur President, wara l-ġnien ta' San Anton hemm triq passaġġa li ilha xahrejn maqlugħa minħabba li ġo fiha saret trinka, ġiet magħluqa u reġgħet infetħet.", "Ma jaħsibx il-Ministru li wasal iż-żmien li din it-triq titlesta għax qed iżżomm ħafna traffiku li jkun nieżel mir- Rabat, speċjalment fil-ħin ta' filgħodu?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel din il- mistoqsija lill-ministru konċernat.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jista' l-Ministru jmur jittawwal ħalli jara b'għajnejh x'hemm f'din it-triq?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: It-trinka li qed jirreferi għaliha l-Onor.", "Interpellant ma taqax taħt l-ADT.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mhux l-ADT toħroġ il-permessi u tara li l-affarijiet isiru kif għandhom isiru?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: L-ADT toħroġ il-permessi, pero' mhux dejjem tkun responsabbli hi dwar il-completion period ta' dawk ix-xogħlijiet li jkunu koperti bil-permessi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jiġifieri l-ADT m'għandhiex l-obbligu li tara li t-triq tkun kif suppost?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Iva, l-ADT hija responsabbli li jsiru x-xogħlijiet skond l-ispecifications u mit-traffic management.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Debono Grech.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Allura ħadd m'hu responsabbli mill-konfużjoni li qed ikun hemm filgħodu f'din it-triq?", "L-obbligu ta' l-ADT huwa biss li tħalli warden għassa fil-kantuniera fis-7.00 a.m.?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: L-ADT m'hijiex responsabbli mill-wardens.", "Pero' naħseb li l-wardens huma neċessarji għat-treġija tat-traffiku.", "Ħ'ATTARD - SKOLA PRIMARJA", "22127.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Charles Buhagiar) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjieg: Jista' l-Ministru jara li l- wiċċ tar-rampa tal-konkos li hemm fl-iskola primarja ta' Ħ'Attard (aċċess minn ġol-ġnien) jiġi llixxjat peress li hu fi stat imqalla' bil-konsegwenza li meta jaqgħu t-tfal jispiċċaw mibruxin kollha?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-intervent se jiġi kkunsidrat.", "SPEZZJONAR TA' MAINS TAD-DRENAĠĠ", "22128.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Charles Buhagiar) staqsa lill- Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 21629 u 21878 u jgħid b'konnessjoni ma' proġetti ta' bini ta' toroq, liema meded tal-mains tad-drenaġġ ġew spezzjonati permezz tas-CCTV qabel ma nbeda x-xogħol matul dawn l-aħħar 12-il xahar?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-ADT ma tagħmilx spezzjonijiet b'CCTV fuq mains tad-drenaġġ li jaqgħu taħt ir- responsabbilta' tal-waste water unit fi ħdan il-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma.", "L-awotrita' dwar it-trasport tagħmel il-konsultazzjoni neċessarja ma' din il-korporazzjoni dwar xogħlijiet ta' drenaġġ li jkunu meħtieġa max-xogħlijiet tat-toroq.", "SAN ĠWANN TA' L-GĦORGĦAR", "22129.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 22011, il-problema tikkonċerna l-parti ta' fuq ta' San Ġwann ta' l-Għorgħar, San Ġwann li tmiss ma' Naxxar Road u mhux kif indikat fit-tweġiba li ta l-ministru.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Minn spezzjoni li saret fuq il-post minn uffiċjali tat-taqsima għall-immaniġġjar tat-traffiku rriżulta li fi Triq San Ġwann ta' l-Għargħar, minn kantuniera ma' Triq Naxxar sa kantuniera ma' Triq Bellavista, hemm road hump li m'hijiex mibnija skond l-ispecifications ta' l-ADT.", "Minn riċerka li saret fir-records tat-taqsima għall-immanniġġjar tat- traffiku rriżulta li t-tali road hump ġiet approvata fis-7 ta' Diċembru, 1998 fuq talba tal-kunsill lokali u li ma' l-approvazzjoni ntbagħtu wkoll l- ispecifications għat-tali road hump.", "It-taqsima għall-immaniġġjar tat- traffiku infurmat lill-kunsill lokali ta' San Ġwann li t-tali road hump m'hijiex mibnija skond l-ispecifications ta' l-ADT kif maħruġa mal-permess oriġinali sabiex tittieħed l-azzjoni neċessarja biex titranġa t-tali road hump.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Brincat, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Ġaladarba l-kunsill lokali Nazzjonalista ta' dak iż- żmien ma mexiex skond l-awtorizzazzjoni li kellu, il-kunsill lokali preżenti se jiġi mitlub - kif nixtieq li jsir - li jneħħi din ir-road hump li qed ikollha impatt negattiv fuq ir-residenti ta' dik it-triq?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: L-ADT ma tiddistingwix jekk il-kunsill lokali jkunx Nazzjonalista jew Laburista imma timxi ma' l-ispecifications, u jekk dawn ma jkunux segwiti tieħu l-istess azzjonijiet, ikun xi jkun il-kulur tal-kunsill lokali.", "Fil-fatt, l-aħħar sentenza tar-risposta tgħid speċifikament li l-ADT qed titlob sabiex tittieħed l-azzjoni neċessarja biex tiġi rranġata t-tali road hump, jiġifieri li din jew tinqala' jew tiġi rranġata biex tkun skond l-ispecifications.", "SKEJJEL GOVERNATTIVI - HARDWARE TA' L-IT", "22130.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 21993 u jgħid kif se tinħadem is-sistema tal-leasing tal-hardware ta' l-IT għall-iskejjel governattivi skond il-budget 2007?", "Il-MITTS se jkunu involuti fil-proċess?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nitlob lill-Onor.", "Membru jirreferi l-mistoqsija lill- Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Brincat, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Jien xtaqt ningħata outline dwar kif se tinħadem is- sistema tal-leasing tal-hardware ta' l-IT għall-iskejjel governattivi skond il-budget 2007 u jekk il-MITTS humiex se jkunu jew humiex diġa' involuti fil-proċess.", "MR SPEAKER: Il-Ministru Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni): L-owners tal-proċess huma l-MITTS.", "Basically l-ownership huwa l-istess għall-iskejjel u għall-gvern.", "M'għandix id-dettall dwar kif se tinħadem is-sistema, pero' ovvjament id-driving process irid isir skond l-ispeċifikazzjoni tat-tender.", "Ir-raġuni bażikament hija li m'hemm l-ebda dubju li finanzjarjament għandna niffrankaw ħafna flus meta mmorru għal- leasing minħabba r-refresh update tal-hardware li għandek f'dan il-qasam.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Tqegħid ta' Karti.", "Il- Ministru Dolores Cristina.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA (Ministru għall-Familja u Solidarjeta' Soċjali): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Kopja tal-pjanta tal-binja fil-Qawra li qed tinkera mill-Awtorita` tad- Djar, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 22153.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IS-SIGURTA` SOĊJALI (EMENDA NRU.", "2)", "SOCIAL SECURITY (AMENDMENT) (NO.", "2) BILL", "L-ordni għall-Kumitat ġie moqri", "FIL-KUMITAT", "L-Onor.", "Mario de Marco, Viċi President tal-Kumitat, jippresjedi", "(Ikompli mill-20 ta' Novembru, 2006)", "Klawsola 2 – Emenda fl-artikolu 2 ta' l-Att prinċipali.", "(Kont.)", "Clause 2 – Amendment to article 2 of the principal Act.(Cont.)", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Rimarki?", "Il-Ministru Cristina.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Dalgħodu fil-ftit minuti li kien fadal qabel ma ntemmet is-seduta kont qed nirrispondi għal xi kummenti li għamel l-Onor.", "Karl Chircop.", "Ħarist ftit lejn xi kontradizzjonijiet li deherli li għamel partikolarment fl-introduzzjoni tiegħu, u anke lejn xi sweeping statements li għamel matul iż-żewġ interventi li għamel dalgħodu.", "M'iniex se nerġa' nirrepetihom għaliex għandna ħafna xi ngħidu llejla, bħalma kellna dalgħodu u kif se jkollna għada u fis-seduti li ġejjin.", "Pero` xtaqt nistaqsi mistoqsija rettorika - ma jistax iweġibni għax hija hypothetical - u se nweġibha jien stess ukoll.", "Xi tfisser konsultazzjoni għall-Onor.", "Karl Chircop u għall-partit Laburista?", "U qed nagħmel din il-mistoqsija għaliex id-definizzjoni tal-kelma \"konsultazzjoni\" tiegħi żgur li hija differenti minn dik ta' l-Onor.", "Karl Chircop.", "Meta aħna bdejna l-ħidma biex bħala gvern ippubblikajna white paper, imxejna għall-final report, għamilna l-istudji tagħna u tkellimna ma' firxa wiesgħa ta' nies, naħseb li kienet konsultazzjoni vera, konsultazzjoni reali u konsultazzjoni li tatna riżultati.", "U l-fatt li kien hemm ċaqliq mill-ewwel dokument għat-tieni dokument, għal dak li deher finalment, u anke għal dak li jidher fl-abbozz ta' liġi - u m'għandix dubju li sakemm noħorġu minn din il-Kamra naraw emendi oħra wkoll - f'dik il-konsultazzjoni li għamilna tajna widen, bħala gvern, u smajna lil kulmin ried ikellimna.", "Bl-ebda mod ma naqbel mal-frażi \"il-gvern sema` l-karba ta' xi ħaddieħor\" li uża l-Onor.", "Chircop.", "Ma jidhirlix li xi ħadd minn dawk li tkellimna magħhom ġie jokrob.", "Għamlu r-rakkmandazzjonijiet tagħhom kif kienu mistiedna li jagħmlu - kien hemm aktar 43 għaqda u individwi oħra li għamlu hekk - u aħna għamilna dak li kellna nagħmlu, u ikkonsidrajniehom bis-sinċerita` kollha, mhux per kortesija jew b'kirjanza.", "U wara li għamilna dan dehrilna li kien hemm uħud minn dawn ir-rakkmandazzjonijiet li wieħed kellu attwalment jinfilsahom.", "Allura jiena nħoss li wieħed irid ikun spreġġjattiv iż-żejjed biex juża l- frażi \"sema' l-karba ta' xi ħaddieħor\" wara li ħriġna white paper, tlabna lin-nies jagħtu l-feedback tagħhom, u mbagħad dik il-feedback ikkonsidrajnieha u anke utilizzajnieha.", "Jien nemmen li l-konsultazzjoni li għamilna kienet waħda xierqa għax iltqajna ma' ħafna nies u smajniehom ukoll.", "Iltqajna ma' l-għaqdiet tal-pensjonanti kemm-il darba - u jekk ikun hemm bżonn nerġa' niltaqa' magħhom ukoll - smajniehom u konna sensittivi għal dak kollu li qalu, kif konna sensittivi għal dak li qalu l-għaqdiet l- oħra wkoll.", "Meta konna qegħdin nitkellmu ma' l-għaqdiet tal-pensjonanti għednielhom li aħna konxji ta' ħafna minn dak li qed jgħidulna, nagħrfu li hemm bosta anomaliji u nagħrfu wkoll ix-xewqat tagħhom.", "Pero` darba minnhom il- Ministru Galea, b'nofs ċajta u nofs serjeta` qalilhom: Jien naf ir- rakkmandazzjonijiet tagħkom xi jsarrfu, pero` ħalli nistaqsikom mistoqsija jien issa.", "Kieku kontu l-awtoritajiet, kieku kontu l-gvern jew l-ministru tal-finanzi, tagħmluhom is-somom?", "Agħmiltuhom is-somom qabel ma ġejtu hanwhekk?", "Sur President, wieħed irid jifhimha li meta niltaqgħu ma' għaqdiet, dawn, bħall-individwi, għandhom ir-rappreżentanza tagħhom u jressqu dak li jixtiequ huma.", "Aħna ltqajna ma' l-MCESD fejn għandek firxa wiesgħa ta' rappreżentanza - naħseb li ħadd ma jista jgħid li fl-MCESD hemm xi ħadd li qiegħed bla vuċi - fejn smajna lil xulxin u stedinniehom biex jekk għandhom feedback x'jagħtuna tul is-sajf kollu, jkunu more than welcome.", "Tkellimna magħhom u wħud minnhom fehmu li ċerti affarijiet, waqt li mixtieqa, m'humiex possibbli.", "Dan ma jfissirx li hemm nuqqas ta' sensittivita`, imma jfisser li hemm realiżmu.", "Pero`, fl-aħħar mill-aħħar, x'inhuma ż-żewġ kelmiet kruċjali ta' din ir- riforma?", "Nitkellmu fuq adegwatezza u fuq sostennibilita`.", "U hemmhekk irridu nibbilanċjaw it-tnejn.", "U nemmen bis-sinċerita` kollha li dan l-abbozz ta' liġi se jagħmel it-tentattiv u jirnexxilu li jibbilanċja fiċ-ċirkostanzi preżenti dawn iż-żewġ affarijiet.", "Meta kont qiegħda nisma' lill-Onor.", "Galea jitkellem - aħna flimkien iltqajna ma' ħafna nies - beda jgħid li aħna nafu li hemm ħafna xogħol xi jsir parallel running ma' din ir-riforma tal- pensjonijiet.", "U nixtieq infakkar li hemm ħafna xogħol li qiegħed isir in parallel ma' din ir-riforma.", "U jekk ngħidu li dan mhux veru, allura bis- sinċerita` kollha ngħid li m'aħniex aware ta' x'qed jiġri f'dan il-pajjiż.", "Pero` ħalli nikkonkludi fuq il-punt tal-konsultazzjoni, għaliex l-Onor.", "Chircop bi tweġiba għal dak li qal il-Ministru Galea, meta qal li ma ssemmewx l-għaqdiet taż-żgħażagħ li jidħlu fil-faxxa ta' dawk li l-iktar li se jintlaqtu minn din ir-riforma, liema għaqdiet tkellmu b'mod pożittiv li jirrealizzaw li hemm problema.", "Meta l-Onor.", "Chircop kien qed jitkellem fl- istadju tat-tieni qari qal li hemm problema li għadha qed tinħoloq, imma għadha m'hijiex emerġenza.", "Skużi, mela aħna nsolvu l-problemi meta jsiru emerġenzi?!", "Insolvu l-problemi meta għadhom qegħdin jinħolqu għax hekk tgħidilna l-loġika.", "Imma l-għaqdiet taż-żgħażagħ ma kenux biss dawk tal- kunsill nazzjonali taż-żgħażagħ u ta' l-istudenti universitarji, li l-Onor.", "Chircop qal li m'humiex rappreżentattivi taż-żgħażagħ kollha ta' Malta, għax kien hemm il-kumitat djoċeżan taż-żgħażagħ u anke l-fergħa taż- żgħażagħ tal-General Workers Union li taw il-feedback tagħhom.", "Naħseb li anke r-rimarka li għamel fuq l-affiljazzjonijiet politiċi tal- membri involuti jrid jaġġustaha xi ftit jekk iħares lejn il-membri ta' dawn l-għaqdiet kollha.", "Meta nħarsu lejn l-affiljazzjoni politika tal-membri jew l-alleanza ta' dawn il-membri rridu noqogħdu ftit attenti għax inħoss li nkunu qegħdin innaqqsu mill-mertu tal-feedback li jingħata.", "Nirrepeti li l-feedback, bla dubju ta' xejn, ikollu ċertu element ta' territorjaliżmu għax ir-rappreżentanti jimbottaw dak li jeħtieġu għas-settur li jirrappreżentaw huma, imma fl-aħħar mill-aħħar jekk wieħed jixtarr il- feedback kollu li ġie - u kien hemm feedback sostanzjali – isib li x-xogħol li sar kien xogħol utli ħafna.", "Hawnhekk nerġa' nipponta subgħajja lejn il- feedback li tawna ż-żgħażagħ għax kien fost l-iktar feedback matur li kellna.", "Dawn ma qagħdux jgħidu li huma l-iktar li se jintlaqtu fil-futur u allura aħjar noqogħdu attenti għax ma rridux naħdmu sa 65 sena.", "Ma qalux hekk, anzi raw x'inhuma r-realtajiet u taw l-feedback tagħhom b'mod pożittiv.", "Ma qablux ma' kollox.", "Mhux ovvja!", "Mela xi ħadd jaqbel ma' kollox meta jiġi b'rappreżentanza jew b'feedback?!", "Imma kien hemm element pożittiv għall-aħħar.", "U allura fuq il-konsultazjzoni rrid nagħmilha ċara li kkonsultajna ma' kulħadd.", "Ikkonsultajna mhux biss mar-rapporti imma anke ma' l-għaqdiet u ma' individwi, u jiena, bħall-Onor.", "Chircop u bħal kull membru ta' din il-Kamra, niltaqa' ma' familji, ma' pensjonanti u ma' nies oħra li jkellmuni dwar il-problemi tagħhom.", "Naħseb rarissmu niltaqa' ma' nies li ma jkellmunix dwar il-problemi tagħhom, għax wara kollox aħna għalhekk qegħdin hawnhekk, biex nisimgħu l-problemi tan-nies.", "Għaliex?", "Ħalli meta nisimgħu dawk il-problemi nixtarruhom u nagħmlu l-policy making tagħna biex inwieġbu għall-problemi, għall-ħteġijiet u għall-aspettattivi tagħhom.", "U nemmen li dan huwa abbozz ta' liġi li qed iħares lejn l- adegwatezza u lejn is-sostenibbilita`.", "Sur President, irrid ukoll nenfasizza dwar dak li ntqal fuq anomaliji għax dan l-abbozz m'huwiex qed iħares lejn anomaliji li jeżistu.", "Għamilnieha ċara mill-bidu, anke fil-laqgħat li kellna ma' l-għaqdiet tal-pensjonanti, u għednielhom li għandna working group fil-minsiteru għall-familja u solidarjeta` soċjali li qed iħares lejn l-anomaliji.", "Fil-fatt huma stess reġgħu ressqu xi rakmandazzjonijiet li kienu diġa` għamlu fi żmenijiet oħra.", "Naf li dan l-aħħar, meta kellna laqgħa ma' l-alleanza tal- pensjonanti, qalulna li għadna ma sejjaħnielhomx biex jitkellmu fuq dawn l- anomaliji, u l-membri tal-working group, li l-maġġoranza tagħhom qegħdin preżenti hawnhekk - u nirringrazzjahom tax-xogħol li qegħdin jagħmlu - qalulhom li qegħdin jaħdmu fuq l-anomaliji, pero` se jkollna laqgħat biex niddiskutuhom.", "Jiġifieri l-anomaliji kollha li jeżistu se nħarsu lejhom, u qegħdin inħarsu lejhom.", "Dan hu x-xogħol ta' parallel running ma' din ir- riforma li qed nagħmlu.", "L-ewwel l-Onor.", "Chircop qal li hu jieħu gost li jiena erġajt ġejt hawnhekk u għal darb'oħra għedt li naqbel li l-liġi tas-sigurta` soċjali trid tinbidel u noħolqu benefiċċji ġodda.", "Iva, u nerġa' ngħidha!", "U nerġa' ngħidha mhux fl-arja, imma għax qed nara li x-xogħol realment qed isir.", "Hemm grupp ta' nies li qed iħares lejn il-liġi tas-sigurta` soċjali għax nemmnu li verament għandha bżonn ta' overhaul.", "Imma rridu napprezzaw li din m'hijiex xi ħaġa li tista' ssir fuq medda qasira ta' żmien għax hija liġi vasta li servietna għal numru ta' snin - iċċelebrajna l-50 anniversarju tagħha din is-sena - u li fiha ħafna tajjeb.", "Pero' hemm affarijiet li issa huma anachronisms, li huma absolete, u li jridu jsiru mil-ġdid.", "U dak qed nagħmluh ukoll.", "Parallel running irridu naraw ukoll ir-riforma li saret fil-parti tal-liġi li tirrigwarda l-pensjoni ta' l-invalidita`.", "U dik kienet ukoll bi preparament għar-riformi li qegħdin nagħmlu, għax meta tħares lejn benefiċċji differenti, bil-mod il-mod tkun qed tagħmel dik l-overhaul li mbagħad issir waħda komprensiva.", "Naħseb li l-Onor.", "Chircop jiftakar - għax kien hawnhekk hu wkoll - meta tkellimna fit-tul dwar il-pensjoni ta' l- invalidita` fejn ħloqna parametri ġodda, u issa hemm sistema ġdida li qiegħda hemmhekk biex tnaqqas ukoll l-abbuż, għax nafu li dak huwa benefiċċju fost l-iktar li jiġu abbużati.", "Konna tkellimna wkoll fuq il- ħolqien ta' direttorat kontra l-frodi tal-benefiċċji soċjali, u dan huwa kollu xogħol parallel running li qed isir mid-dipartimenti tal-ministeru.", "L-Onor.", "Chircop qal li din ir-riforma ma tistax issir b'mod iżolat.", "Ħadd m'hu qed jagħmel din ir-riforma b'mod iżolat.", "Jekk inħarsu lejn ir-riformi li qegħdin isiru fl-edukazzjoni, fis-sistema tas-servizzi tas-saħħa u riformi oħra naraw li dan hu pjan ħolistiku.", "L-oppożizzjoni tgħid li ħafna mil-liġijiet li ngħaddu minn dan il-parlament ikunu half baked.", "Bir-rispett kollu, meta tiġi introdotta xi liġi, din tkun pedament għal ħafna affarijiet, u anke dan l-abbozz ta' liġi huwa pedament.", "L-ewwel issemmiet ir-review li trid issir - marbutin bil-liġi - kull ħames snin.", "Pero` l- ewwel review marbutin li nagħmluha qabel il-31 ta' Diċembru, 2010.", "Jiġifieri qegħdin nitkellmu fuq perijodu iqsar.", "Din għamilnieha għal żewġ raġunijiet.", "L-ewwelnett għax hija iktar clean cut li jkollok review kull ħames snin bejn l-2010, l-2015 u l-2020.", "Pero` apparti minn hekk, dehrilna li l-ewwel waħda kellha tkun f'qasir żmien biex mill-ewwel naraw fejn sejrin b'din ir-riforma ġdida.", "Għaliex?", "Għax wieħed irid jagħmilha ċara li meta qed timplimenta riforma bħal din trid tagħmel monitering kontinwu biex tara fejn qed tieħdok għax, nerġa' nirrepeti, li dan huwa bidu.", "Pero` nagħmilha ċara li lejn il-pensjonanti tal-lum għandna l-ikbar sensittivita` u bla dubju ta' xejn lesti li nħarsu lejn anomaliji li jeżistu u fejn hu posiblbli nirranġawhom ukoll.", "Nerġa` nirrepeti l-kliem \"fejn hu possibbli\", għax ma jistax ikun li kollox isir f'daqqa jew li jsir kollox.", "Pero` fejn hu possibbli nirranġaw, biex ħadd ma jgħid li wegħedna xi ħaġa u ma wettaqnihiex.", "L-Onor.", "Chircop l-ewwel tkellem fuq xi wegħdiet elettorali u qal li m'għandniex inwiegħdu dak li ma nistgħux nwettqu.", "Ovvjament ħadt gost nisimgħu jgħidha, għax din hi xi ħaġa li d-deputati kollha rridu niftakruha.", "M'iniex qed nagħmel xi wegħda.", "L-unika wegħda li qed nagħmel hija l-impenn tal-dipartimenti fil-ministeru tiegħi li nħarsu lejn l-anomaliji, u mbagħad flimkien ma' ministeri oħra naraw fejn nistgħu nneħħu dawn l-anomaliji u nsolvu l-problemi.", "Hawnhekk irrid noqgħod attenta wkoll għax fl-istadju tat-tieni qari l-Onor.", "Chircop qal li għamilt nofs siegħa nitkellem fuq id-demografija.", "B'daqshekk ma ħadtx għalija, imma naħseb li l-Onor.", "Chircop għandu l-arloġġ jgħaġġel ħafna!", "Naħseb li llum l-Onor.", "Chircop tkellem iżjed minni fuq id- demografija.", "Imma apparti dan, ta' min jgħid li d-demograifja hija importanti, u hawnhekk se jkolli nerġa' nirreferi għaliha għax ċerti konklużjonijiet li għamel l-Onor.", "Chircop sfortunatament qed jagħtu stampa distorted, u anke fejn kellu l-arugment mibni tajjeb il-premessa kienet żbaljata.", "Per eżempju, l-Onor.", "Chircop qal li veru qed jitwieldu inqas tfal u veru li għaddejjin mill-fażi tal-baby boomers.", "Imma minn hawn u ftit ieħor – din tinstema` kerha - dawn il-baby boomers jibdew imutu, u allura x'imkien se jkollok evening out.", "Le, m'hijiex hekk, u allura se jkolli nerġa' nidħol ftit fid-demografija u nikkoreġih.", "L-ewwelnett, jekk wieħed jara kif niżlet ir-rata tat-twelid isib li din niżlet b'rata fenominali, għax fejn kellna l-baby boomers konna qegħdin inħarsu lejn rata ta' twelid li kienet 39.3% għal kull elf ruħ tal- popolazzjoni u fl-2003 inżilna għal 10%.", "Jiġifieri aħna kellna dik li jgħidulha decline vera qawwija.", "Pero` mbagħad fejn żgur ma kellux raġun kien meta beda jitkellem fuq il-population ageing meta beda jgħid li x'imkien se nibbilanċjaw.", "Le, mhux hekk!", "Jekk wieħed jara l-white paper u rapporti oħra li għamilna fejn tkellimna fuq il-popolazzjoni u kif din se tibda tikber fl-eta` jsib li aħna l-Maltin se jibda jkollna an ageing population ta' rata għolja ħafna.", "Jekk naraw iċ-ċifri ta' l-2003 insibu li għandna an ageing population ta' 18%.", "Jekk inħarsu lejn is-sena 2025 insibu li f'dik is-sena nies ta' 60 sena u ikbar, dawk li qegħdin inħarsu lejhom issa bħala l-anzjani - verament għandek il-young old, il-middle old u l-old old - se jkollna kważi 27%.", "Mela hemmhekk għandna r-rata ta' l-anzjani li qed togħla wkoll, u inti trid taħseb għalihom.", "Veru li at a stage se jibdew imutu, pero` xorta għandek affarijiet oħra li trid tikkonsidra.", "Trid tikkunsidra t-tul tal-ħajja li b'xi mod jew ieħor l-Onor.", "Chircop semma, imma ċ-ċifra ma qalhiex tajba.", "Għaliex?", "Għax meta tara dik li ngħidulha l-longevity tal-ħajja u tgħoddha mar-rata tal-pensjonanti li qed tiżdied sas-sena 2050, in-nies li se jkollhom 60 sena jew iktar se jkunu 31% tal-popolazzjoni.", "Jiġifieri se jkollok kważi terz tal-popolazzjoni li se jkollhom iktar minn 60 sena, waqt li r-rata tat-twelid, li lkoll kemm aħna rridu nagħmlu l-almu tagħna biex inżiduha, kellha decline qawwi ħafna u ma jidhirx li s'issa b'xi mod jew ieħor hemm xi xejriet differenti.", "Anke jekk naraw x'inhu jiġri f'pajjżi oħra fejn ipprovaw jindirizzaw id-declining birth rate insibu li s'issa, apparti xi eċċezzjoni, m'hemmx xi suċċessi stravaganti li tista' titkellem fuqhom għax iż-żieda tal-birth rate kienet waħda verament żgħira.", "Jiġifieri hawnhekk id-demographics huma importanti.", "L-Onor.", "Chircop tkellem ukoll dwar l-open-method of co-ordination, u qal tajjeb li din tagħtina l-opportunita` li nagħmlu benchmarking, u li naraw fejn qegħdin aħna, li naraw fejn qegħdin pajjiżi oħra, u jkollna wkoll is- sistema ta' exchange of best practices.", "Ħadd m'hu qed jiġri warajna u ħadd m'hu qed jgħidilna biex nagħmlu hekk.", "L-Onor.", "Chircop stess qal li f'oqsma fejn l-Unjoni Ewropea ma tilleġiżlax, l-unika ħaġa li tagħmel hija li tipprova tissettja standards u tagħti linji gwida biex il-pajjiżi jersqu lejhom.", "Anke fejn tidħol il-pensjoni tat linji gwida u tkellmet fuq adequate and sustainable pensions, u qalet li kull pajjiż ta' l-Unjoni Ewropea għandu jħares lejn \"adequate and sustainable pensions by ensuring adequate retirement incomes for all, and access to pensions which allow people to maintain, to a reasonable degree, their living standard after retirement in the spirit of solidarity and fairness between and within generations.\"", "U kif għandna nagħmluhom dawn l-affarijiet?", "L-Unjoni Ewropea tramite l-open- method of co-ordination toħroġ dawn il-linji gwida u tgħidilna li jrid ikun hemm financial sustainability of public and private pension schemes, bearing in mind the pressures on public finances - għax kulħadd konxju tar- riżorsi li hemm - bearing in mind the ageing of populations and in the context of a three-pronged strategy for tackling the budgetary implications of ageing.", "U dawn x'inhuma?", "Dawn huma: notably supporting longer working lives and active ageing, balancing contributions and benefits in an appropriate and socially fair manner and promoting the affordability and the secuirty of funded and private schemes.", "Naħseb li jekk verament wieħed jara dan l-abbozz ta' liġi, u jarah mingħajr preġudizzju - mingħajr blinkers - allura jsib li qegħdin nimxu fuq din il-linja ta' open-method of co-ordination.", "L-Onor.", "Chircop staqsa ħafna drabi jekk sarux rapporti, jekk sarux impact assessments, u jekk rajniex dik jekk rajniex l-oħra.", "Iva, dħalna f'ħafna affarijiet u rajna ħafna affarijiet fi stadji differenti.", "Għamilna rapporti u għamilna studji fi stadji differenti u kien hemm ukoll ċertu ċaqliq minn fażi għall-oħra, għax ir-rapporti u l-istudji li saru kienu juru li ċerti affarijiet m'humiex fattibbli għax kienu se jġibu piż mhux neċessarju li joħloq problemi oħra, u qatt ma kienet l-intenzjoni li dan l-abbozz ta' liġi jagħmel hekk.", "Meta nitkellmu fuq adegwatezza nista` ngħid li kellna s- supplementary paper, is-seba' waħda, mal-final report tal-working group li ħares lejn x'għamlu pajjiżi oħra u lejn studji li saru - m'iniex se noqgħod nidħol fihom - u għamlu dawk il-mistoqsijiet li jgħidulhom il-key questions biex joħolqu budget ta' adegwatezza għall-pensjonjiet f'pajjiżna.", "U mill-family budget unit ta' l-universita` ta' York ħareġ li inti trid tistaqsi mistoqsijiet dwar lejn liema items se tħares, il-kwantita` u l- kwalita` ta' dawk l-items, il-prezz, x'lifetime ta' kontribuzzjonijiet u ta' affarijiet oħra se jkollok u anke t-timeframes li se titkellem fuqhom.", "Il-working group għamlu kollu dan l-istudju, u tant għamlu kollu li ħareġ rapport b'ċifri Maltin għas-soċjeta` Maltija dettaljat għall-aħħar u qiegħed hemm għal min irid jarah u għal min irid jifhmu.", "Dan huwa x-xogħol tal-pensions working group li ħadu actual costs meta għamlu dan l- eżerċizzju.", "Jiġifieri rridu noqogħdu ftit attenti meta nistaqsu jekk sarux rapporti.", "Dażgur li saru rapporti, imma r-rapporti qegħdin hemm biex naqrawhom u nifhmuhom, u mhux biex inpoġġuhom fuq il-mejda tal-Kamra u jibqgħu hemmhekk.", "Meta L-Onor.", "Chircop tkellem fuq is-sostennibilita` qal li fl-2004 kien hemm surplus ta' madwar Lm38 miljun.", "Is-sena ta' qabel kien hemm iktar, kien hemm Lm41 miljun, u fl-2005 kien hemm Lm32 miljun.", "Jekk inti toqgħod tara kif qiegħed jonqos dan is-surplus - per eżempju, bejn is-sena 2005 u l-2004 kellek tnaqqis ta' Lm6 miljuni - allura issib li minn hawn u ftit snin oħra mhux se jkollok is-sostennibilita` li beda jitkellem fuqha l- Onor. Chircop.", "U lanqas mh'u sew li anke ngħidu li l-kontribuzzjonijiet imorru għall-pensjonijiet.", "Safejn naf jiena l-kontribuzzjonijiet ma jmorrux biss għall-pensjonijiet.", "Imorru wkoll għal affarijiet oħra.", "Jiġifieri dik trid tħares lejha wkoll, u ma noqogħdux nitfgħu l-affarijiet in arja!", "Il- pajjiżi kollha, anke dawk li għandhom ekonomija stabbli, qegħdin iħarsu lejn xi jridu jagħmlu għall-pensjonijiet ta' 20 u 25 sena oħra.", "Dan l- aħħar fil-magazine \"The Economist\" kien hemm li jekk l-Amerika ma tarax x'se tagħmel u tħares lejn riforma, se jkollha problemi kbar biex issostni l-pensjonijiet.", "Jiġifieri li inti torbot riforma tal-pensjonijiet hawn Malta ma' xi ħaġa fuq nuqqas ta' stabbilita` jew inkella problemi ekonomiċi, lanqas hi xi ħaġa ġusta u lanqas hi korretta.", "L-Onor.", "Chircop għamel bosta kummenti dwar iċ-child care centres u r-rata tal-parteċipazzjoni tan-nisa fid-dinja tax-xogħol, u se nerġa' allura nitkellem fuq dak li semmejt l-ewwel, il-parallel running exercises.", "Aħna, biex inżidu l-parteċipazzjoni tan-nisa hawn Malta għandna problema, li m'hijiex biss in-nuqqas ta' child care centres, kif ħafna drabi jingħata x' jifhem.", "U noqogħdu ftit attenti, għaliex kif nitkellmu fuq child care centres qisna li f'daqqa waħda kulħadd qed joħroġ tliet kwarti tal-paga tiegħu biex jibgħat lit-tfal fiċ-child care centres.", "Jiena dort child care centres, għandek uħud minnhom li huma aċċessibbli finanzjarjament u oħrajn li huma ogħla, jiddependi fuq is-servizz li jagħtu.", "Il-ħolma tagħna li hi li jkollna ħafna u ħafna child care centres Malta u Għawdex ukoll.", "Fil-budget għedna li se niftħu child care centre ieħor Birkirkara.", "Minn dakinhar 'il hawn tiskanta kemm kellmuna nies li qalulna li jridu jiftħu child care centres oħra - u aħna nagħmlu mill-aħjar tagħna – pero` jiena u l-Ministru Galea ilna nitkellmu wkoll fuq il-provvediment ta' child care centres premises li diġa` huma hemm, huma adegwati u huma fl-iskejjel tagħna.", "Meta inti tħares lejn l-iskejjel tagħna - nerġa' nsemmi daqsxejn id- demografija – issib li issa għandek a decreasing school population, jiġifieri hemm l-ispazju.", "Barra minn hekk, dawn huma diġa` child friendly u allura hija ħaġa minn ewl id-dinja li nistgħu noħolqu aktar child care centres fl-iskejjel hemmhekk fi żmien qasir, u mhux xi għexieren ta' snin oħra.", "Pero` xi ħaġa li ħadd m'hu se jgħidha min-naħa ta' l-oppożizzjoni - u se nfakkarha jien - hi li f'dan il-budget għamilna ħafna xogħol fuq iċ-child care centres, fis-sens li lil dawk eżistenti qed ngħinuhom, tramite fondi ta' l-Unjoni Ewropea biex jilħqu l-istandards.", "U għadhom ma sarux regolamenti formali għax kif diġa` kelli l-opportunita' ngħid, inti l-ewwel tridhom joħolqu l-istandards, u mhux toħloqilhom parametri li għadhom ma waslux fihom, u allura teknikament tpoġġihom kontra l-guidelines u kontra r- regolamenti.", "Mela ejja nagħtuhom ftit żmien, medda ta' sentejn, tlieta - u diġa` għadda żmien sostanzjali minn hekk - nagħtuhom il-fondi li għandhom bżonn biex jilħqu l-istandards ħalli jkollna child care centre facilities ta' kwalita`.", "Jekk tara l-provvediment fil-budget f'dan ir-rigward issib li aħna qegħdin ngħinu lil dawn il-ġenituri li jibagħtu t-tfal fiċ-child care centres billi se nagħtuhom tax credit sostanzjali.", "Issa having said this, irrid ngħid ukoll li hawn Malta dejjem kellna problema biex inżidu r-rata tal-parteċipazzjoni tan-nisa fid-dinja tax- xogħol.", "Għax għandek il-kultura li qiegħda hemmhekk, u għadna ma neħħejnihiex, u għandek l-għażliet personali tan-nies.", "U fortunatament għal dan il-pajjiż għandek ukoll faxxa ta' nisa li jgħidulek li m'għandhomx bżonn joħorġu jaħdmu għax kif inhuma kuntenti.", "U God bless them, u jalla jkunu kuntenti, għax kuntenti huma, kuntent kulħadd.", "Pero` aħna nafu li hemm nisa oħra li jixtiequ li jkollhom il-faċilitajiet u l-għajnuna, u aħna se noħolqulhom l-istrutturi.", "L-Onor.", "Chircop semma wkoll il-means testing u qal li dan għandu jkun streamlined.", "Infatti qed isir l-eżerċizzju - hawnhekk għandi d-draft ta' kif kienu l-means tested benefits and services fis-sajf li għadda - biex naraw kif nistgħu nagħmlu l-istreamlining, u fil- fatt il-bażi tax-xogħol kollu tiegħu diġa` sar.", "L-Onor.", "Chircop staqsa għaliex għażilna li wieħed għandu jirtira meta jagħlaq 65 sena u mhux meta jagħlaq 63 jew 64.", "Jekk inħarsu lejn il-minimum retirement ages fl-Ewropa - mhux lejn il-pajjiżi kollha - insibu li għandek l-Awstrija, il-Belġju, id-Danimarka, il-Fillandja, Franza, il- Ġermanja, il-Greċja, il-Lussemburgu, l-Olanda, il-Portugal u Spanja fejn l- eta` ta' l-irtirar hija 65 sena.", "Issa aħna qed inħarsu lejn l-eta` ta' irtirar ta' 65 sena fuq medda ta' għoxrin sena oħra.", "Jiġifieri aħna deħlin b'mod gradat għax qed nitkellmu fuq medda twila ta' snin.", "U għalhekk kellu raġun meta l-Ministru Galea qal li waħda mill-kritiki li rċevejna kienet li qed inkunu kawti.", "Imma aħna hekk irridu nkunu, kawti.", "Jiena nixtieq nara kif se jkunu l-anzjani tagħna minn hawn u għoxrin sena oħra, għax meta nħares lejn dawk li 20 sena ilu kont nikkonsidrahom anzjani u lejn dawk li huma anzjani llum, nara li d-differenza hija fenominali!", "Sur President, l-active ageing sar xi ħaġa li niftaħru bih, narawh u mmissuh.", "Dan l-aħħar kont qed nitkellem ma' għalliema li qaltli li tixtieq tkompli tgħallem imma se jkollha tiritra għax se tagħlaq il-61 sena.", "Anke meta nitkellmu fuq in-nies li jridu jirtiraw, mhux kulħadd ikun irid jirtira.", "Aħna tajna l-opt-out tal-61 sena li wkoll qiegħda fil-liġi.", "Ladarba tkun ħallast il-kontribuzzjonijiet dovuti minnek, ta' 61 sena tista' tirtira u tgawdi l-pensjoni kollha tiegħek.", "Jiġifieri l-opt-out hemm qiegħda wkoll.", "Pero` jekk inħarsu lejn dawn l-etajiet tara li l-average ta' dawn il-pajjiżi li semmejt hija ta' 64 sena u 10 xhur, jiġifieri aħna qegħdin inħarsu li nilħqu din minn hawn u ħafna snin oħra.", "Pero` wieħed irid iħares ukoll lejn aspetti oħra.", "Meta konna qegħdin nitkellmu fuq l-eta` ta' l-irtirar u nagħtu r-raġunijiet għaliex għażilna li tkun 65 sena - u nerġa' nirrepeti għax konxji li n-nies qed jgħixu aktar u qed ikollna ħafna iktar active ageing - kellna reazzjoni li ngħidulha mħallta.", "U meta kien hemm vox-pox u staqsew lin-nies jekk iridux jaħdmu sa 65 sena, huwa veru li ħadd ma qallhom li jixtieq jibqa` jaħdem sa dak iż- żmien.", "Imma su due piedi ħadd m'hu se jgħidlek li jixtieq jibqa` jaħdem!", "Din ma taħdimx hekk.", "Taħdem meta bniedem jasal għall-eta` ta' l-irtirar, għax dakinhar jibda jikkonsidra jekk jibqax jaħdem jew le.", "U fil-fatt għandna ħafna nies li jitolbuna biex ikomplu jaħdmu wara li jagħlqu 61 sena.", "Imma kien hemm dawk li qalulna li huma jistgħu jarawha li l-eta` ta' l-irtirar titla` għal 65 sena, u taw raġunijiet diversi, u aħna ħdimna fuq permutations varji.", "Sur President, saru studji kif ir-retirement age se jaffettwa lin-nies.", "Jekk wieħed iħares lejn ir-rapporti li kien hemm meta ġie ikkonsidrat li r- retirement age tkun ta' 63 sena, dik li semma l-Onor.", "Chircop dalgħodu, hemmhekk konna qegħdin inħarsu lejn pension's deficit għall-GDP tagħna ta' kważi 4%.", "U allura hemmhekk fejn se nitkellmu fuq sostenibilita'?", "Jien nemmen li din ir-riforma qed tagħmel żewġ affarijiet, qed iżżid l-eta` ta' l-irtirar għal 65 sena b'mod gradwali - mhux xi ħaġa li qed nagħmluha hekk malajr - u qiegħda wkoll tagħti l-opt-out lil dawk li jridu jieqfu ta' 61 sena, kif nieqfu llum, darba li jkunu ħallsu l-kontribuzzjonijiet kollha tagħhom.", "Sur President, issa rrid inkompli nitkellem fuq klawsola 2 għax dalgħodu meta ippreżentajt klawsola 2 bdejt nitkellem fuq il-parti tar-retirement age u waqaft hemmhekk.", "Pero` din il-klawsola fiha bosta partijiet, u nixtieq allura nkompli nħares lejha billi ngħaddi għat-tifsira tal-kliem \"Pensjoni tas-Servizz\".", "F'dan l-abbozz qegħdin ngħidu li:", "\"fit-tifsira \"Pensjoni tas-Servizz\" minnufih wara l-proviso li hemm magħha, għandu jiżdied il-proviso ġdid li ġej:", "\"Iżda wkoll kull somma li titħallas bħala Pensjoni tas-Servizz m'għandhiex titqies bħala t-Tieni Pensjoni jew it-Tielet Pensjoni għall-finijiet ta' dan l-Att.\".", "Mela dan il-proviso kellu jiżdied minħabba l-introduzzjoni tat-tieni u tat- tielet pensjoni.", "Hawnhekk qegħdin ngħidu b'mod l-aktar ċar li dawn iż-żewġ pensjonijiet m'għandhomx jitqiesu bħala pensjoni tas-servizz.", "Hawnhekk nixtieq ngħid li għandi emenda għax dehrilna li kellna bżonn nagħmlu l-wording ftit iktar ċar.", "Jiġifieri m'hemmx tibdil ta' kunċetti.", "Din l-emenda tgħid hekk:", "\"A\" Klawsola 2 għandha tiġi emendata kif ġej:", "(a) minflok is-subparagrafu (ii) tal-paragrafu (a) tagħha għandu jidħol dan li ġej:", "\"(ii) fit-tifsira \"Pensjoni tas-Servizz\" fil-proviso li hemm magħha, minflok il-kliem \"għall-ewwel darba;\";\" għandhom jidħlu l- kliem \"għall-ewwel darba:\" u minnufih wara għandu jiżdied dan il- proviso ġdid li ġej:", "\"Iżda wkoll it-Tieni Pensjoni jew it-Tielet Pensjoni li persuna tista' tirċievi m'għandhiex titqies bħala Pensjoni tas-Servizz għall-finijiet ta' dan l-Att;\";", "(b) fis-subparagrafu (iii) tal-paragrafu (a) tagħha, fit-tifsira \"it- Tielet Pensjoni\", il-kelma \"individwali\" għandha titħassar u minflok il- kliem \"65D\" għandhom jidħlu l-kliem \"64D\";", "(c) fis-subparagrafu (iv) tal-paragrafu (a) tagħha, minflok il-kliem \"l-iskema ta' pensjoni okkupazzjonali mandatorja\" għandhom jidħlu l- kliem \"l-iskema mandatorja ta' pensjoni\" u minflok il-kliem \"65C\" għandhom jidħlu l-kliem \"64C\";", "(d) minflok il-paragrafu (b) tagħha għandu jidħol dan li ġej:", "\"(b) fis-subartikolu (3) tiegħu, minflok il-kliem minn \"Għall- finijiet ta' l-għoti ta' Pensjoni ta' Superstiti,\" sal-kliem \"kif ikun il-każ, kienet persuna assigurata,\" għandhom jidħlu dawn il- kliem li ġejjin:", "\"Għall-finijiet li tingħata:", "(i) pensjoni lir-romol jew pensjoni lil min jirtira, skond dan l-Att, persuna li tkun imwielda fil-31 ta' Diċembru, 1961 jew qabel u li matul l-aħħar għaxar snin li jintemmu fl-aħħar jum tas-sena kalendarja li tiġi minnufih qabel ma tirtira jew qabel ma ssir armla; jew", "(ii) pensjoni għal invalidità, skond dan l-Att, persuna li matul l-aħħar għaxar snin li jintemmu fl-aħħar jum tas-sena kalendarja li tiġi minnufih qabel ma tkun saret invalida,", "kienet persuna assigurata,\".", "\"A\" Clause 2 shall be amended as follows:", "(a) for subparagraph (iii) of paragraph (a) thereof there shall be substituted the following:", "\"(iii) in the definition \"Service Pension\" in the proviso thereto, for the words \"of such Service Pension;\";\" there shall be substituted the words \"of such Service Pension:\" and immediately thereafter there shall be added the following new proviso:", "\"Provided also that the Second Pension or the Third Pension which a person may receive shall not be considered as a Service Pension for the purposes of this Act;\";", "(b) in subparagraph (iv) of paragraph (a) thereof, in the definition \"Third Pension\", the word \"individual\" shall be deleted;", "(c) in subparagraph (ii) of paragraph (a) thereof, for the words \"mandatory occupational pension scheme\" there shall be substituted the words \"mandatory pension scheme\"; and", "(d) for paragraph (b) thereof there shall be substituted the following:", "\"(b) in subarticle (3) thereof, for the words from \"For the purposes of awarding a Survivors' Pension,\" to the words \"as the case may be, was an insured person,\" there shall be substituted the following words:", "\"For the purposes of awarding:", "(i) a widows' pension or a retirement pension, in terms of this Act, a person born on or before the 31st December 1961 and who, during the last ten years ending on the last day of the calendar year immediately preceding such person's retirement or widowhood; or", "(ii) an invalidity pension, in terms of this Act, a person who, during the last ten years ending on the last day of the calendar year immediately preceding such person's becoming an invalid,", "was an insured person,\".", "Dan is-subartiklu jiddefenixxi kif persuna għandha titqies jew bħala persuna impjegata jew persuna li timpjega lilha nfisha, li allura fil-liġi tissejjaħ self-employed, jew persuna li taħdem għaliha nnifsha, li fil-liġi tissejjaħ self-occupied.", "Allura hawnhekk qegħdin ukoll inħarsu lejn meta tiġi biex tingħata pensjoni ta' superstiti, pensjoni għal min jirtira jew pensjoni għall-invalidita`.", "Qed nistabbilixxu l-kunċett importanti li qed inneħħu d-distinzjoni bejn min hu impjegat, min jimpjega lilu nnifsu jew min jaħdem għalih innifsu.", "Allura b'riżultat ta' dan kellna nagħmlu emenda oħra konsegwenzjali, li forsi nitkellem fuqha aktar tard, għat- Tlettax-il Skeda fejn se titneħħa d-distinzjoni bejn dawn it-tliet klassijiet differenti għall-fini tal-kalkolu tad-dħul pensjonabbli.", "Dik kienet xi ħaġa mixtieqa u aħna daħħalnieha.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Karl Chircop.", "ONOR.", "KARL CHIRCOP: Sur President, l-ewwelnett nixtieq nitlob lill-membri tan-naħa tal-gvern li meta jkunu se jippreżentaw emenda għal xi emenda jagħtuhielna minn qabel.", "Barra minn hekk, il-kopji ta' l-emendi oriġinali li għandi jiena huma bl-Ingliż, u jekk tistgħu tgħadduli kopja bil-Malti tant aħjar, ħalli nkunu nistgħu nimxu b'mod iktar effikaċi.", "Pero` li rrid ngħid hu li jiena għad baqagħli xi affarijiet fuq temi ġenerali u anke affarijiet ta' natura iktar speċifika li nixtieq nsemmi.", "Dalgħodu l-Ministru Cristina għoġobha tgħid li jien għamilt ħafna sweeping statements.", "Imma fi kwalunkwe liġi l-ewwel artikli jkunu artikli li jkunu qegħdin jiddefenixxu l-iskop ta' dak li nkunu qed nemendaw u għal xiex inkun qegħdin nemendaw, u awtomatikament, kif dejjem jiġri infallibilment, inti bilfors trid tagħmel eżami tas-sitwazzjoni li tkun qiegħed tiddibatti fuq bażi iktar ġenerali.", "Per eżempju, aħna ġejna mistoqsijin fiex kienu jikkonsistu l-konsultazzjonijiet tal-Malta Labour Party.", "Jien ngħid li l- konsultazzjonijiet tal-Malta Labour Party kienu u għadhom għaddejjin f'dan il-qasam.", "Sa din il-ġimgħa stess għandna meeting ma' għaqda li tirrapreżenta l-interessi tal-pensjonanti.", "Laqgħat formali bħal dawn kellna għexieren, plus li anke niltaqgħu b'mod regolari ma' diversi esperti f'dan il-qasam biex jagħtuna l-feedback tagħhom.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Ippermettili ftit, Onor. Chircop.", "Xtaqt nagħmel kumment għaż-żewġ naħat.", "Ħadt l-impressjoni li d-diskors tal-ministru kien forsi indirizzat għal xi kummenti li saru dalgħodu.", "Nixtieq mis-Sedja niġbed l-attenzjoni taż-żewġ naħat għall-ordni permanenti 100, li bla dubju ta' xejn ilkoll familjari miegħu, li jgħid li fl-istadju ta' kumitat ma nitkellmux dwar il-prinċipji ta' l-abbozz imma dwar id-dettalji ta' l- abbozz.", "Jiġifieri nixtieq nappellalkom li issa li qegħdin niddiskutu klawsola 2 għandna nżommu ma' dak li hemm f'din il-klawsola.", "Naħseb li se jkollna sensiela ta' seduti fuq dan l-abbozz ta' liġi, u jekk ikun hemm il- koperazzjoni miż-żewġ naħat id-diskussjoni tkun waħda interessanti.", "Pero` kemm jista' jkun irridu nillimitawha għad-dettalji, kif wara kollox jitolbu l-ordnijiet permanenti tal-Kamra.", "ONOR.", "KARL CHIRCOP: Sur President, din il-liġi tolqot l-interessi ta' firxa wiesgħa ta' nies, kemm ta' dawk li huma diġa` pensjonanti, kemm ta' dawk li waslu biex jirtiraw, kemm ta' oħrajn li huma f'fażi tranżitorja, kif ukoll ta' oħrajn li lanqas biss għadhom daħlu fid-dinja tax-xogħol.", "Għalhekk ma tista' qatt tikkummenta dwar il-pensjonijiet mingħajr ma tagħmel riferenza, f'xi ħin jew ieħor, għal diversi fatturi li se jimpinġu fuq dan is-suġġett.", "Per eżempju, hemm il-kwesjtoni tat-timeframes, li hija waħda mill-issues l-iktar kontenzjużi bejn iż-żewġ partiti l-kbar, fuq kemm fil-fatt din ir-riforma hija ta' natura urġenti jew le.", "Fid-diskors tiegħi fl-istadju tat-tieni qari jiena għedt li hemm problema li qiegħda tinħema, imma r-rata li biha qed tinħema m'hijiex ta' natura urġenti daqskemm qed jgħid il-gvern.", "Meta l-Ministru Cristina tkellmet dwar il-kwestjoni tar-rata tat-twelid qalet li jekk naraw x'inhu jiġri f'pajjżi oħra fejn ipprovaw jindirizzaw id- declining birth rate, insibu li s'issa, apparti xi eċċezzjoni, m'hemmx xi suċċessi stravaganti li tista' titkellem fuqhom, u allura tat wieħed x'jifhem li, jsir x'isir, din il-problema diffiċli innaqqsuha.", "M'hu veru xejn li m'hemmx pajjiżi li ma rnexxielhomx idawru r-rotta f'dan il-qasam.", "Jirriżulta, per eżempju, li Franza u d-Danimarka irnexxielhom jagħmlu miraklu żgħir, biex nsejħulu hekk, għax filwaqt li rnexxielhom iżidu r-rata tal-fertilita`, fl-istess ħin irnexxielhom ukoll iżidu r-rata tal- parteċipazzjoni femminili fis-suq tax-xogħol.", "M'għandix il-figuri quddiemi, imma l-fatt hu li żdiedet, u jekk żdiedet ifisser li kellek miżuri ta' sostenn soċjali min-naħa tal-gvernijiet konċernati li daħlu għal dawn iċ-challenges bis-serjeta` u effettivament spiċċaw biex il-problema indirizzawha bis-serjeta`.", "Inutli li jkollok gvern li jimbarka fuq programm li jżid il-parteċipazzjoni femminili fis-suq tax- xogħol u konsegwenza ta' hekk tispiċċa tonqoslok ir-rata tat-twelid.", "Għalfjen qed ngħid hekk?", "Qed ngħid hekk għax fl-aħħar mill-aħħar in the long term se jkollok problemi iktar akuti fil-futur għax id-diskrepanzi u d- differenzi demografiċi - ovvjament aħna qegħdin nitkellmu dwar ageing population - se jkomplu jiżdiedu.", "Sur President, huwa tajjeb ukoll li wieħed jitkellem dwar ċerti issues fundamentali għax jiena nemmen li meta jgħaddu l-ewwel ftit artikli ta' din il-liġi, imbagħad l-oħrajn, li huma ta' natura kemm xejn iktar teknika, inkunu nistgħu ngħaddu through them b'mod aċċellerat.", "Imma imporanti li nirrimarkaw u nenfasizzaw il-pożizzjoni li ħa l-Partit Laburista u għalfejn ħa din il-pożizzjoni.", "Għaliex?", "Għax milli jidher tan-naħa tal-gvern iridu, b'xi mod jew ieħor, jirribattu dak li qed ngħidu aħna u jipprovaw ikissru l- argumenti tagħna kultant b'mod inġust.", "Dan qed ngħidu għax waħda mir- rimarki li għamilna, mhux biss aħna bħala partit fl-oppożizzjoni imma għamluha diversi organizzazzjonijiet li huma konċernati fis-settur tal- pensjonijiet, kienet li dawn l-emendi li għandna quddiemna, bħala pakkett kif inhu, huma soċjalment rigressivi.", "Per eżempju, fl-istadju tat-tieni qari meta l-Onor.", "Tonio Fenech ġie biex jirribatti dak li kont għedt jiena għajjarni cowboy, u qalli li jiena xjentist u tajjeb fil-mediċina, u aħjar nibqa' fuq il-mediċina biss!", "U jiena kont ressaqt il-workings li ħadem fuqhom il-Partit Laburista li kienu preparati minn diversi esperti f'dan il-qasam li juru b'mod aritmetiku li verament dan il-pakkett ta' emendi huma soċjalment rigressivi u effettivament se jkunu qegħdin jiffavorixxu lil dawk li jaqilgħu iktar.", "Pero` għażel li juża dan il-ħafna kliem dispreġġjattiv li jien qatt ma nagħmel użu minnhom, u nippretendi li s-Sedja, tkun min tkun, għandha tieħu azzjoni dak il-ħin stess.", "Imma apparti dan kollu, jiena kont ħriġt b'workings fejn kont tajt eżempju fuq tliet kategorji ta' persuni.", "Dawn l-eżempji huma dwar persuni li jaqilgħu Lm75 fil-ġimgħa, dawk li jaqilgħu Lm93 fil-ġimgħa u oħrajn li jaqilgħu Lm124 fil-ġimgħa, li mill- ewwel ta' Jannar 2007 ikollhom 45 sena, u li allura se jinqabdu fir-riforma l-ġdida in toto.", "Aħna qbadna dawn it-tliet kategorji u eżaminajna dawn it- talin li għandhom 45 sena issa jew se jagħlquhom fl-1 ta' Jannar, 2007 u li 20 sena oħra se jiġu at retirement age, li se tkun ta' 65 sena.", "Ippreżentajna l-figuri tagħna u kif nissopponu - mhux b'mod arbitrarju u se ngħid kif – li dawk it-tliet kategorji ta' ħaddiema, li lum għandhom 44 sena jew 45 sena, se jispiċċaw bil-pensjoni bis-sistema ta' kif inhi llum u bis-sistema ta' kif qed tiġi introdotta mill-gvern.", "U jirriżulta, sfortunatament għan-nies li għenu lill-Onor.", "Tonio Fenech biex jipprepara d- diskors tant għaref tiegħu, li l-figura li ħareġ biha hu hija ftit jew wisq bħal dik li ħriġt biha jien.", "Issa meta jiena għedt li l-ewwel kategorja ta' nies jispiċċawlek b'pensjoni ta' Lm3,640, it-tieni kategorija b'Lm4,264 u t-tielet kategorija b'Lm4,500, in-nies ħasbu li aħna insejna nieħdu ż-żewġ terzi ta' dak l-ammont, u ħasbu li dak l-ammont huwa l-paga per se.", "M'hu veru xejn.", "Aħna ħdimna fuq assumption, imma mqarrba lejn ir-realta`, li fuq medda ta' 20 sena dawk in- nies ta' 45 sena li se jkollhom jaħdmu iktar biex jiġu jilħqu l-eta` pensjonabbli ta' 65 sena, jekk se jiżdiedu Lm2 fil-ġimgħa, u din iż-żieda tibqa' tingħata on average għal dawn l-20 sena li ġejjin, b'kumbinazjoni l- figura tiġi dik li semmejt jien.", "Ma nafx kif l-Onor.", "Tonio Fench ħareġ jitgħajjar u jgħid li aħna lgħabna bil-figuri u li l-pensjoni ta' l-ewwel kategorija ta' nies kienet Lm1,000 inqas minn dak li ddikjarajt jiena.", "Dan m'hu veru xejn, u l-argument tiegħu jaqa' kompletament.", "L-argument huwa, u jibqa` jreġi, li kif inhi proposta s-sistema issa, li r- retirement age titla' għal 65 sena u l-perijodu kontributorju biex tikkwalifika għal pensjoni ta' żewġ terzi jrid jiżdied minn 30 sena għal 40 sena, se jirriżulta li l-pensjoni ta' dawk li qegħdin fl-ewwel u fit-tieni kategorjia kulma se tiżdidilhom huwa 1%, filwaqt li dawk li qegħdin fit- tielet kategorija, li bħalissa jaqilgħu Lm124 fil-ġimgħa, il-pensjoni se tiżdidilhom bi 33%.", "Din hija r-realta`, u din hija l-problema li se toħloq din is-sistema ġdida li jrid jdaħħal il-gvern fil-qasam tal-pensjonijiet, u għalhekk qegħdin ngħidu li din hija sistema soċjalment rigressiva.", "Mela aħna niġu bl-ikbar sinċerita` bil-workings maħdumin bl-ikbar trasparenza u bl-ikbar integrita` biex nippruvaw nispjegaw lill-poplu dak kollu li jrid ifassal il-gvern, imbagħad niġu mgiddbin b'dan il-mod diżonest, u minn fuq jgħidulna li n-nies tagħhom qalulhom li m'hu veru xejn dak li qed ngħidu aħna!", "Aħna ħdimna fuq eżempju teoretiku ta' tliet saffi.", "Għandek l-ewwel kategorija ta' nies li jaqilgħu Lm75 fil-ġimgħa u t-tieni kategorija li jaqilgħu Lm93 fil-ġimgħa.", "Veru li l-pensjoni ta' l-ewwel kategorija ta' nies fil-preżent hija Lm2,600, imma 20 sena oħra din se titla' għal Lm3,600 bil-cost of living adjustment li joħroġ ta' kull sena.", "Aħna ħdimna fuq dik il-figura ta' mbagħad, jiġifieri fid-diskors tiegħi fl-istadju tat-tieni qari jiena ppubblikajt il-figura ta' mbagħad u mhux ta' issa.", "Dawn in-nies li aħna ħdimna fuqhom mhux se jirtiraw issa, għax għad għandhom 45 sena u baqgħalhom 20 sena oħra quddiemhom.", "Dan hu li naqas milli jeżamina l-Onor.", "Tonio Fenech, u minn fuq ħareġ jgħajjarna li aħna cowboys u li aħna xjentisti tajbin fil-mediċina biss!", "Sfortunatament in-nies tiegħu, li qegħdin jaħsbu li huma iktar intelliġenti minn ma nafx min, fallew milli jaraw din ir-realta`.", "Xejn iktar u xejn inqas!", "Aħna ntennu li kif inhuma proposti, dawn l-emendi bilfors li se joħolqu tbatija u differenzi soċjali ikbar milli diġa` jeżistu fil-preżent.", "B'dawn l-emendi l-gvern se jkun qed jaġevola - m'hemmx kelma oħra xi tgħid - lil dawk li fil-preżent jaqilgħu kważi d-doppju tan-nies li qegħdin fl-ewwel saff.", "U nista` ngħid li ħadd min-nies li tkellimna magħhom fl-outreach li għamilna bħala Partit Laburista ma jaqbel ma' dawn l-emendi minħabba din ir- raġuni.", "Anzi kulħadd qabel li kif inhu propost dan il-pakkett bħalissa huwa soċjalment rigressiv.", "Rigward il-kwestjoni ta' l-eta` ta' rtirar, li tkellimna ħafna fuqha, nixtieq ngħid li ħadt gost li l-gvern għamel emenda għall-ewwel pakkett oriġinali ta' emendi fejn iddaħħlet l-opt-out clause, għax qabel l-emendi kienu karatterizzati minn assolutiżmu, fejn kellek dik l-iskaletta kif se jirtiraw skond l-age brackets li ġew imfasslin fil-liġi.", "Iżda ma kienx hemm il-proviso li ddaħħal iktar tard f'din il-liġi, cioe' l- idea ta' kontribuzzjonijiet.", "Dik almenu hija xi ħaġa pożittiva, għax dawk in-nies li f'ħajjithom ikunu ħallsu 2,080 kontribuzzjoni, jirtiraw ta' 61 sena jew ta' 65 sena xorta se jikkwalifikaw għal pensjoni sħiħa ta' żewġ terzi.", "Kif kienet qabel, kienet qiegħda tmur totalment kontra ċerti klassijiet ta' ħaddiema, fosthom il-bennejja, li ħafna minnhom joħorġu fuq il-lant tax-xogħol minn eta` żgħira ħafna - jiena ma naqbilx ma' dan għax imbagħad għandek il-problema ta' l-illitteriżmu, eċċtra - għax ikunu family- run business, u t-tifel jmur jgħin lill-missieru ta' 15 jew ta' 16-il sena.", "Jiġifieri bl-emendi kif kienu proposti qabel, dawn in-nies kienu se jkunu żvantaġġjati, imma issa ġiehom iċ-ċans li almenu jkunu jistgħu jibbenefikaw mill-pensjoni taż-żewġ terzi jekk jirtiraw qabel l-eta` ta' 65 sena.", "Xi ħaġa ta' natura iktar gravi kemm soċjalment, kemm ekonomikament kif ukoll politikament, għax nafu li dan il-gvern m'għandux mandat elettorali biex iwettaq dawn ir-riformi, hija li meta tifli sew dan l-abbozz u tara x'hemm moħmi further on hekk kif se jiġi mogħti d-daqqa tal-mannara u jiġi mgħoddi minn din il-Kamra, il-ministru jew inkella l-gvern tagħha se jkun mogħti l-poter li meta jrid, fi x'ħin irid u kif irid idaħħal is-second u t- third pillar pensions.", "Issa aħna nafu li fil-press conference li għamel il- Prim Ministru Gonzi fl-1 ta' Marzu ta' din is-sena hemm ukoll iswed fuq l- abjad li l-gvern huwa konxju li l-familji tal-ħaddiema ma jifilħux għal ċerti piżijiet, u allura din il-parti tar-riforma, kif il-gvern xtaq oriġinarjament jagħmel, se titħalla fuq l-ixkaffa.", "Min-naħa l-oħra meta mbagħad niġu biex naraw il-crunch ta' l-artiklu li għandna quddiemna - u din għalija hija xi ħaġa ferm iktar serja mill- kwestjoni ta' l-eta' ta' l-irtirar, għalkemm in-nies l-aktar li jaraw b'mod dirett hija l-eta' ta' l-irtirar, u ma tagħtihomx tort għax huma jridu jiġġieldu mal-ħajja minn ġurnata għall-oħra - il-kwestjoni tas-second and third pillar pensions qiegħda tiddaħħal fil-liġi mingħajr parametri u l- ebda dettall ta' xejn dwar dan il-fattur.", "Hawnhekk irrid ngħid li fuq bażi ġenerali aħna nafu - kif diġa' għedt dalgħodu u ntenni llejla - li fi kwalunkwe pajjiż fejn l-ekonomija li m'hijiex sejra tajjeb, meta saru r- riformi fis-sistemi tal-pensjonijiet, speċjalment fejn daħlu s-second and third pillar pensions, fallew, u l-aktar li batew kienu dawk li l-aktar kellhom bżonn l-għajnuna ta' l-istat.", "U ma ninsewx li sa ftit xhur ilu pajjiżna kien għaddej u għadu għaddej minn diversi problemi fl-ekonomija.", "Nafu li l-andament ġenerali ekonomiku ta' pajjiżna bħalissa, per eżempju, jesibixxi l-figura ta' madwar 2.5% tal- growth, li hija waħda mill-iżgħar jekk mhux l-iżgħar rata ta' growth li hemm fl-Unjoni Ewropea.", "Għandek ukoll il-parteċipazzjoni fil-qasam tax- xogħol, u ma tistax ma tidħolx fihom dawn il-figuri, Sur President.", "Il- parteċipazzjoni in ġenerali fil-qasam tax-xogħol tvarja bejn 56% u 57% li hija wkoll rata baxxa ħafna.", "Imbagħad hemm l-problema, li xbajna nitkellmu dwarha f'din il-Kamra u anke barra, tal-parteċipazzjoni femminili fil-qasam tax-xogħol li wkoll, bħala figura ta' 33% għal 34%, hija figura baxxa ħafna.", "Sur President, fl-opinjoni tiegħi dan l-artiklu, nerġa` ngħid apparti l- fattur ta' l-eta' ta' l-irtirar li se titla għal 65 sena, fih tentattiv tost - għax ma ninsewx li dan il-gvern m'għandu l-ebda mandat elettorali biex iwettaq dawn ir-riformi għaliex fil-programm elettorali ta' l-2003 dawn ma jidhru imkien - li tiddaħħal is-sistema tat-tieni u t-tielet pilastru meta lanqas biss għandek id-dettalji fuqha, u jippretendu li l- oppożizzjoni tivvota favur xi ħaġa li qiegħda in arja, meta m'għandniex id- dettalji dwarha.", "Aħna nafu li meta se niġu biex inniedu s-sistema tat- tieni pilastru b'xi mod jew ieħor irid isir il-carve-out mill-N.I., jiġifieri l-gvern irid jaqbad parti mill-N.I. contributions tiegħu u jirrindirizzaha għal dan l-iskop tat-tieni pilastru.", "U kemm se jkun dan il- carve-out?", "Jekk il-gvern irid idaħħal din l-emenda biex meta jrid idaħħal it-tieni pilastru, kif jista' jkun li aħna nivvotaw favurha meta lanqas biss nafu din il-carve-out mill-N.I. kemm se tkun?!", "Dawn huma mistoqsijiet li jien diġa` għamilthom fl-istadju tat-tieni qari, imma sfortunatament ħadd ma rrispondieni min-naħa tal-gvern, u nħoss l-obbligu morali li nirrepetihom anke f'dan l-istadju meta għadna fuq dan l-artiklu li qed jindirizza l- issue tat-tieni u t-tielet pilastru.", "Ma jistax ikun li le, għax fl-aħħar mill-aħħar aħna se nkunu qegħdin inwittu t-triq għal xi ħaġa kbira fil- pajjiż.", "Jekk inti se tagħmel overhaul tas-sistema pensjonistika tiegħek se tkun qiegħed tagħmel xi ħaġa kbira li tista' tmurlek tajjeb u tista' tmurlek ħażin.", "U jekk tmurlek ħażin, għidli inti liema qaddis se jgħinek biex issolvi l-problema mbagħad!", "Mela l-ewwel mistoqsija hi kemm se tkun il- carve-out mill-N.I. għat-tieni pilastru.", "Mistoqsija oħra hi din.", "Jekk u meta ssir il-carve-out mill-N.I., il-flus li se jitnaqqsu mir-revenue tal-gvern minn fejn se jiġu biex imbagad jagħmlu tajjeb għall-kumplament tal-benefiċċji soċjali?", "Fl-2004 b'kollox kien hemm madwar Lm250 miljun, bejn sovvenzjoni tal-gvern u l-N.I. miġbura mill- employers u mill-employees.", "Ejja ngħidu, per eżempju, li se tagħmel carve- out ta' 1%.", "Mela għandek Lm2.5 miljuni - u qed insemmi figura żgħira - li se teħodhom mill-N.I. li mbagħad trid tagħmel tajjeb għalihom minn x'imkien ieħor.", "Allura l-gvern se jżid it-taxxi kif qegħdin nissoponu li se jagħmel din is-sena wkoll - għax qal li jrid jiġbor madwar Lm50 miljun extra mill- poplu - billi jdaħħal taxxi indiretti oħra biex jibbilanċja l-carve-out, jekk kemm-il darba se tiġi mnedija s-sistema tat-tieni pilastru tal- pensjonijiet?", "Sur President, ħa niġi għal mistoqsija oħra.", "Lilna qegħdin jistennewna li nivvotaw favur din ir-riforma meta qegħdin idaħħlu emenda in arja dwar it- tieni u t-tielet pilastru u ma jgħidulniex, per eżempju, dan it-tieni pilastru - ħallih t-tielet pilastru għalissa - fuq medda ta' kemm żmien se jiddaħħal.", "Se jiddaħħal sena, sentejn wara?", "Se jiddaħħal meta issir l- ewwel review tas-sistema fl-2010?", "Ma nafx, qed nistaqsi!", "Inħoss li kemm bħala rappreżentant tal-poplu, imma wisq u wisq iktar bħala rappreżentant tal-partit tal-ħaddiema - u aħna nħossu li l-iktar li se jintlaqtu ħażin minn din ir-riforma huma l-familji tal-ħaddiema – li dawn il-mistoqsijiet jiġu indirizzati.", "Liema huma l-etajiet li se jiddaħħlu b'mod mandatorju fit-tieni pilastru?", "Nerġa' ngħid li aħna hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq xi ħaġa totalment in arja.", "Għalhekk lilna ma tagħtiniex tort li nagħmlu dawn il-mistoqsijiet, għax il-gvern qed jippretendina li nagħtuh is-signor si u nivvotaw miegħu favur din l-emenda fis-sħab mingħajr lanqas ikollu d-diċenza li jagħtina ħjiel ta' dawn id-dettalji.", "Se jkun hemm xi age brackets li se jitħallew barra, bħal fil-każ, per eżempju, taż-żieda fl-eta' ta' l-irtirar?", "Se jkun hemm xi age brackets li se jaqgħu x'imkien in between bejn is-sistema l- antika u s-sistema l-ġdida?", "Dawk l-etajiet li se jitħallew barra se jingħataw l-opportunita' biex, jekk iridu u jekk ikunu jifilħu jħallsu, jitħallew jidħlu fit-tieni pilastru wkoll?", "Dawk li ma jifilħux iħallsu, il- gvern x'se jagħmel biex jgħinhom speċjalment meta llum nafu li s-savings ratio għeb għal kollox?", "Is-savings ratio għeb għal kollox, u għeb anke minn fuq il-figuri tal-gvern għax imkien ma ssibu fl-estimi finanzjarji!", "Fejn qabel konna narawh, u konna naraw li bil-mod il-mod qed jonqos - fis- sena 1995 kellek savings ratio ta' 10%, u tmienja, disa' snin wara niżel għal 1% - illum dan għosfor għal kollox!", "Imma again, dawn in-nies li aħna se nkunu qegħdin allura nippretendu minnhom li jikkontribwixxu għall- finanzjament tat-tieni pilastru, minn fejn se jagħmlu dan?", "Għiduli minn fejn, għax ma jistax ikun li tippretenduna li nagħtukom il-golden hand shake meta ħallejtu kollox in arja u meta nafu li m'għandkomx il-mandat elettorali li tagħmlu dan!", "Ma jistax ikun nibqgħu sejrin hekk.", "Dawn huma affarijiet serjissimi, Sur President.", "Jiena kemm-il darba ngħid li aħna għasafar tal-passa, illum qegħdin hawn, għada pitgħada nafu ma nkunux!", "Imma fil-preżent, sakemm jiena qiegħed hawn, inħossni sinċerament responsabbli li dak li nagħmel u ngħid irrid nibqa' responsabbli għalih anke wara li niltaq minn din il-Kamra.", "Għaliex le?", "Mistoqsija oħra fuq il-kwestjoni tat-tieni u t-tielet pilastru hija din.", "Dawk li diġa' għandhom pensjoni privata mixtrija minnhom fuq bażi volontarja - għax jeżistu dawn in-nies ukoll - se jiġu affettwati b'din is- sistema?", "Dawk li diġa' għandhom pensjonijiet privati se jingħataw xi forma ta' tax credit?", "U kemm se jkunu t-tax credits ta' dawk li jagħżlu li jixtru pensjoni fit-tielet pilastru?", "Kemm sejra tkun l-ispiża amministrattiva ta' dan kollu?", "Altru milli ndaħħlu rasna fir-ramel, Onor. Galea, aħna evalwajna wkoll - tista' tistaqsi l-kollega tiegħi l-Onor.", "Mangion – kemm f'sens reali u ekonomiku se tiġi tiswa żieda ta' 1% biss fl- ispiża amministrattiva tal-prodott gross domestiku tas-sena finanzjarja 2004.", "Tafu x'se tkun tfisser żieda ta' 1%?", "Se tkun tfisser Lm19 miljun fi spejjeż amministrattivi.", "Il-pajjiż dawn l-ispejjeż jiflaħ għalihom?!", "Apparti l-carve-out li rridu nagħmlu, u li trid tiġi minn bwiet in-nies, dawn l-ispejjeż amministrattivi ta' Lm19-il miljun, fl-eżempju ta' 1% tal- prodott gross domestiku, minn fejn se jiġu jekk mhux minn bwiet in-nies?", "Mil-lat soċjali, sar studju biex ċerti gruppi ta' pensjonanti u/jew ħaddiema li għadhom qegħdin jaħdmu fil-preżent naraw kif se jintlaqtu b'din il-miżura?", "Jista' l-gvern jippubblika dawk l-istudji li għamlu l-pensions working group u l-kummissjonijiet ħalli naraw l-istat tal-fatti kif inhuma?", "Jista' wieħed ikollu f'idejh dawn id-dettalji li qiegħed nagħmel referenza għalihom illum?", "Again, il-gvern qiegħed jippretendi - bl-akbar irresponsabbilta' jkolli ngħid - li l-oppożizzjoni taċċetta u tivvota favur dan il-pakkett ta' miżuri biex imbagħad jiddaħħlu fis-seħħ anke t-tieni u t- tielet pilastru, forsi in bulk, jew jistgħu jiġu attwati b'mod spezzettat, single handedly, mill-ministru konċernat.", "Ma nistax nifhem kif il-gvern qiegħed jippretendi li aħna ta' l-oppożizzjoni nagħtu l-golden hand shake għal dan kollu.", "Sur President, fejn qiegħda mbagħad ir-rabta mat-tkabbir fl-ekonomija li tant għandna bżonn biex inkunu nistgħu nwettqu din ir-riforma?", "Ma ninsewx li l-istess emenda f'artiklu 2 tal-liġi qed tgħidilna li \"different dates may be so appointed for different purposes and provisions of this Act.\"", "Jiġifieri fl-aħħar mill-aħħar se jkollna dawn il-question marks kollha quddiemna li żgur li m'humiex se jiġu spjegati min-naħa tal-gvern, u żgur li jagħmlu għajb u ma jagħmlux ġieħ lil dawk li l-aktar għandhom bżonn l- għajnuna ta' l-istat issa, u iktar u iktar fil-futur.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Il-Ministru Louis Galea.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, l-ewwelnett nixtieq nipprova nikkorreġi diversi impressjonijiet żbaljati li qiegħed javvoka l-kollega tiegħi l- Onor. Chircop.", "Ħalli nerġa' mmur fuq statement li għamel l-Onor.", "Chircop dwar il-kwestjoni ta' l-importanza li riforma fis-sistema tal-pensjonijiet ta' pajjiżna għandha tibda tinħadem minn issa u mhux titħalla għal aktar tard.", "Naturalment hemm ir-risposta l-iktar ċara, jiġifieri li aħna qegħdin nilleġislaw bidliet li jiġu fil-milja tagħhom 25 jew 30 sena oħra.", "Pero', iktar ma ndumu ma nibdew il-mixja lejn dawn id-deċiżjonijiet, iktar hemm il- possibbilta' li meta jasal il-mument is-sitwazzjoni taggrava iktar ruħha, Sur President.", "Pero' l-Onor.", "Chircop ħaseb u qal li jekk ikollok pajjiż li għandu ekonomija sana, ekonomija sejra tajjeb, ekonomija li trendi, allura ma jkunx hemm il-problema tal-pensjonijiet.", "Il-kelliemi ewlieni ta' l-oppożizzjoni għamel dan l-istatement fil-kuntest ta' din id-diskussjoni, u donnu ried jgħid li jekk inti jkollok ekonomija sejra tajjeb m'għandekx għalfejn toqgħod tinkwieta fuq il-pensjonijiet.", "Dan huwa statement żbaljat u perikoluż.", "Għaliex?", "Għax hawn pajjiżi sinjuruni li għandhom ekonomiji b'saħħithom, għandhom riżorsi kbar u ma daħħlux rashom fir-ramel, kif il-ħin kollu qed tipprova tagħmel l-oppożizzjoni fuq din l- issue, u xorta waħda għandhom eta' ta' pensjoni ta' 65 sena - f'xi każijiet anke iktar - u qed jitħaddtu fuq eta' ogħla ta' pensjoni.", "U dan allavolja għandhom sistemi ta' kontribuzzjonijiet ħafna iktar onerużi fuq id-dħul tal-ħaddiema milli qegħdin nikkonsidraw u nipprospettaw aħna.", "Issa dawn qed nitkellmu fuq pajjiżi li għandhom ekonomija sana li trendi u li għandhom riżorsi, inkluż riżorsi naturali bil-kbir.", "Dan qed ngħidu biex nuri kemm il-ħsieb ta' l-oppożizzjoni Laburista fuq is- suġġett tal-pensjonijiet huwa kompletament fallaċi u żbaljat.", "Li l- oppożizzjoni, li qed tispira li tkun fil-gvern, taħseb li jekk ikollok ekonomija b'saħħitha m'għandekx għalfejn taħseb biex tagħmel riforma fil- pensjonijiet hija kwestjoni assolutament inawdita, li lanqas biss għandek tgħidha!", "Għaliex?", "Għax il-kwestjonijiet tal-pensjonijiet huma fondamentalment marbuta ma' rivoluzzjoni, ma' fenomenu mill-iktar kbir li seħħ fl-istorja ta' l-umanita' fl-aħħar ftit snin, mill-gwerra 'l hawn, għax fl-istorja ta' l-umanita' l-bniedem qatt ma kellu ħajja twila daqskemm qed ikollu issa, Sur President.", "Meta tieħu l-kwestjoni ta' kemm in-nies qed jgħixu iktar u kemm hu t-tul ta' dak l-għajxien iktar u mbagħad tikkombinahom ma' kemm qed jitwieldu tfal, inti, pajjiż sinjur jew le, xorta waħda trid taħseb għal riforma fil-pensjonijiet.", "U jiena rrid nikkorreġi din l-impressjoni żbaljata li għandha l-oppożizzjoni, li biex tkompli ddaħħal rasha fir-ramel u għall-opportuniżmu politiku ma tiddiskutix din il-problema fl-interess nazzjonali, u jġibu dawn l- argumenti żbaljati li kif jgħid l-Ingliż huma argumenti that do not hold any water.", "Issa aħna tkellimna fuq x'jgħidu l-għaqdiet u l-konsultazzjonijiet li saru u affarijiet oħra bħal dawn, pero' saru surveys ukoll.", "Jiġifieri, barra milli l-gvern huwa konfortat bid-djalogu li sar, saru wkoll surveys, wieħed wara l-ieħor, fejn il-poplu ġie mistoqsi.", "Ta' min jgħid li wieħed mill- itwal djalogi li qatt kien hawn fil-pajjiż fuq dan is-suġġett sar proprju f'dawn l-aħħar snin, u sar fuq bażi mill-iktar informata, u donnu li l- oppożizzjoni biss ma tridx titkellem minn bażi informata, allvolja poġġejna fuq il-mejda tal-Kamra d-dokumenti, ir-rapporti u l-assessments kollha li saru fuq din il-kwestjoni.", "Issa dawn mhux il-gvern fid-djalogu mal-korpi kostitwiti, mhux il-gvern fi ħdan il-kunsill Malti għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali, mhux il-gvern fil-laqgħat li jkollu ma' l-għaqdiet taż-żgħażagħ.", "U m'għandna l-ebda tort jekk il-kunsill nazzjonali taż-żgħażagħ fih rappreżentanti li ma jagħżilhomx il-gvern.", "Dawn ir-rappreżentanti li hemm fil-kunsill nazzjonali taż-żgħażagħ jagħżluhom l-għaqdiet taż-żgħażagħ, bħalma huma l-forum taż-żgħażagħ Laburisti, l-għaqda żgħażagħ tal-GWU u għaqdiet oħrajn.", "Huma jagħżluhom, u f'dak il-kunsill nazzjonali, ir-rappreżentanti taż-żgħażagħ, fil-maġġoranza tagħhom, esprimew fehma li mhux biss din hija kwestjoni li huma konxji tagħha, imma li hemm bżonn nitrattawha issa.", "U s-surveys regolari li saru - uħud minnhom pubblikati fil-ġurnali bħalma hu s-Sunday Times - juru biċ- ċar konsistentement li l-poplu huwa konxju li din hija kwestjoni li ma tistax tintefa` taħt it-tapit.", "Il-poplu huwa konxju li din hija kwestjoni li għandha tiġi ttakiljata, u iktar minn hekk, fil-maġġoranza stragranti tiegħu, il-poplu jrid li din il-kwestjoni tiġi trattata issa u mhux aktar tard.", "Jekk m'iniex sejjer żball wieħed mis-surveys ta ċ-ċifra ta' 71% ta' dawk li ġew surveyed jesprimu l-opinjoni li l-kwestjoni għandha tiġi trattata issa.", "U hemm raġunijiet validi għaliex, Sur President.", "L-Onor.", "Chircop qalilna li ma jħobbx jenfasizza l-argument tad-demografija, u qalilna li d-demografija saret il-forċina tal-gvern f'din il-kwestjoni.", "Oppożizzjoni li tittraskura x-xenarju demografiku, bir-rispett kollu, hija oppożizzjoni li, iva, tkun qed iddaħħal rasha fir-ramel, jew inkella tkun oppożizzjoni li trid twarrab l-iktar ingredjenti fondamentali f'kull diskussjoni ta' natura soċjo-ekonomika li trid tagħmel fil-pajjiż.", "X'qed turi r-realta` demografika?", "Ir-realta` demografika qed turina, per eżempju, kif żdiedu s-snin li jgħixu l-bnedmin.", "Malta ssegwi l-mudell tad- dinja żviluppata.", "Fid-dinja żviluppata, jekk tieħu l-Amerika u jekk tieħu l- Ewropa, insibu li fil-bidu tas-seklu l-ieħor in-nies kienu, on average, jgħixu sempliċement 47 sena.", "Illum meta jmut xi ħadd ta' 47 sena, fir-raħal fejn inkun jgħix kulħadd jidba jgħid miskin kemm miet żgħir.", "Fil-bidu tas-seklu kulħadd żgħir kien imut.", "On average, il-popolazzjoni kienet tgħix 47 sena.", "Fil-bidu tas-seklu li qegħdin fih, on average, in-nies qed jgħixu 77 sena, minn 47 sena tela` għal 77 sena, li hija qabża enormi.", "U huwa kkalkolat li l-life expectancy tiżdied b'sentejn u nofs kull għaxar snin.", "Dan se jwassal biex eventwalment sa 45 sena oħra l-life expectancy se tkun telgħet għal 90 sena, jiġifieri l- average li wieħed jgħix ikun 90 sena.", "Issa meta ngħidu on average tafu x'jiġifieri?", "Ifisser li on average jgħixu 90 sena, u se jkollok min se jmut ta' inqas minn 90 sena, imma n-numru ta' dawk li se jaqbżu l-100 u l- 110 u joqorbu l-120 se jiżdied.", "Diġa' qed naraw li n-numru ta' dawk li jaqbżu l-100 sena qed jiżdiedu ħafna iktar.", "Hawnhekk tajjeb ngħid li qabel, biex konna naraw lill-president jew lill- prim ministru jmur jawgura lil xi ħadd li għalaq 100 sena, kienet tkun fula f'qargħa.", "Illum issir ta' sikwit, kważi m'għadhiex iktar ta' news value, li l-prim ministru u l-president imorru jifirħu lil mara jew lil raġel li jagħlqu 100 sena, Sur President.", "Jiġifieri rridu nifhmu li wieħed mill- aspetti ta' l-issue tad-demografija huwa kemm qed jgħixu nies.", "U l-Onor.", "Chircop jaf ħafna iktar minni u mill-Onor.", "Dolores Cristina x'jiġifieri jkollok numru ħafna ikbar ta' nies li qed jgħixu ħafna iktar - 70, 80 u 85 sena.", "Ifisser li jkollok, mhux biss nies li qed jiġu intitolati għall- pensjoni u għall-grazzja t'Alla jdumu jgawduha għal numru ħafna iktar ta' snin milli qatt kienu jgawduha kemm ilhom jeżistu l-pensjonijiet, imma jfisser ukoll li jkollok numru ħafna ikbar ta' nies li wkoll qed jagħmlu użu ħafna iktar intensiv mis-servizzi tas-saħħa.", "Hemm ukoll il-kwestjoni tal-population ageing.", "Kemm mill-popolazzjoni hemm popolazzjoni li qiegħda tixjieħ?", "Jiena wieħed minn dawk li nappartjeni għall-ġenerazzjoni li twielidna immedjatament wara l-gwerra, li jsejħulna l- baby boomers, għax fis-snin immedjatament ta' wara l-gwerra kien hawn boom ta' babies.", "Jiena ġej minn familja fejn għall-grazzja t'Alla konna disa` aħwa, u niftakar li ħdejna kien hemm familji li kellhom 11 u 12-il tifel u tifla.", "Ħlief tfal jitwieldu, meta kont qed nitrabba, ma niftakarx dak iż- żmien!", "X'irrid ngħid Sur President?", "Fl-1950, jiġifieri ftit iktar minn 50 sena ilu, in-numru ta' anzjani fil-popolazzjoni kienu ta' bejn wieħed u ieħor ta' xi 8%.", "Din il-figura llum hija ta' l0% u hu mistennija li titla` għal 21% sa l-2050, jekk nieħdu l-popolazzjoni dinjija.", "Jekk nieħdu s- sitwazzjoni tagħna, ta' Malta, mhux 21% mistennija titla`, imma kważi 32% sa l-2050.", "Mela rajna l-life expectancy u l-population ageing, u hemm ukoll il-fattur l-ieħor, il-fertility rate, jiġifieri kemm qed jitwieldu tfal li l-Ministru Cristina diġa' fissret fid-dettall kif din waqgħet bil-kbir fl-aħħar 50 sena.", "U ma tridx tistenna ċ-ċensiment biex tarah dan.", "Kull sena jiġu ppubblikati l-figuri ta' kemm twieldu tfal f'dik is-sena partikolari u minn hemm tkun taf li għandek triq għan-niżla kontinwa.", "Dan l-impatt demografiku tista` tinjorah għax ikollok ekonomija b'saħħitha?", "Ejja nimmaġinaw li l-ekonomija ta' Malta flok tikber b'2.5% tikber b'5% jew b'6%.", "Allura dan ifisser li jekk tikber b'6% aħna nistgħu naffordjaw li ninjoraw dan il-fattur?!", "Dażgur li le Sur President!", "L-ewwelnett dawn il- fatturi demografiċi li qegħdin insemmu għandhom impatt qawwi ħafna anke fuq it-tkabbir ekonomiku.", "Waħda mill-problemi l-kbar tal-pajjiżi, speċjalment fl-Ewropa, fejn il- fatturi demografiċi juru popolazzjoni anzjana li qiegħda progressivament tikber, hija l-impatt qawwi ta' dawn il-fatturi demografiċi fuq l- ekonomija.", "Issa biex nifhmu kif dan jaffettwa l-kwestjoni tal-pensjonijiet tajjeb ngħidu li jekk illum għal kull pensjonant hemm jikkontribwixxu kważi erba` ħaddiema, 3.9 workers for every pensioner, sa 45 sena oħra se jkun hemm ħaddiem u nofs jikkontribwixxi għal kull pensjonant, sew jekk għandek ekonomija li qed tikber bi 2.5% u li għad irridu nkomplu niżviluppaw, u sew jekk ikollok ekonomija li qed tikber b'5%.", "Jiġifieri jekk ikollna ekonomija li qed tikber b'5% xorta se jkollok wieħed u nofs ħaddiem qed jikkontribwixxi għall-pensjonant 45 sena oħra.", "Allura huwa importanti ferm li ma nibqgħux nilludu ruħna u nippruvaw nimmiżinformaw l-opinjoni pubblika li l-kwestjoni tal-pensjonijiet tista' tħares lejha mill-angolu simpliċistiku ta' li jekk l-ekonomija qiegħda tikber allura mhux se jkollok problemi tal-pensjonijiet fil-futur.", "Dan huwa żball.", "Nerġa' ngħid li l-kwestjonijiet demografiċi għandhom problemi mhux biss fuq il-kwestjoni tal-pensjonijiet, imma għandhom ukoll impatt fuq kemm tikber jew ma tikbirx l-ekonomija, u allura rridu nifhmu li l-ħlas tal- pensjonijiet bis-sistema pay as you go - għax din irridu nifhmuha wkoll - ma jaqax mis-sema.", "Il-ħlas tal-pensjonijiet xi ħadd qed iħallas għalihom, u dan ix-xi ħadd huma l-ħaddiema li qegħdin jaħdmu llum.", "Illum aħna qegħdin inħallsu l-pensjonijiet ta' dawk li l-bieraħ kienu ħaddiema u llum huma pensjonanti.", "U nisperaw li meta nsiru pensjonanti aħna, il-ħaddiema ta' dak iż-żmien ikunu jistgħu jħallsu l-pensjonijiet tagħna.", "Għaldaqstant irridu nifhmu li meta wieħed jitkellem fuq il-kwestjoni ta' l- eta' marbuta mal-pensjonijiet, m'aħniex qegħdin inpoġġu fil-kwadru din il- kwestjoni biss illi l-oppożizzjoni tenfasizza bħallikieku hija kwestjoni ta' li tirtira u meta tieħu l-pensjoni.", "Ir-riforma tal-pensjonijiet qiegħda tipprova tagħti kas aspetti diversi ta' l-iżvilupp soċjo-ekonomiku tal-pajjiż, Sur President.", "Meta jkollok soċjeta` li se jkollna ħafna anzjani - diġa' konna qed ngħidu li s-soċjeta' tagħna se jollha kważi terz tagħha li huma 'l fuq minn 60 sena - inti se jkollok bżonn tieħu miżuri biex in-numru ta' dawk li huma attivi fl-ekonomija mhux jonqos, imma jiżdied.", "U allura riforma fis-sistema tal-pensjonijiet trid taħseb ukoll biex tinkoraġġixxi n-nies jibqgħu attivi kemm jista' jkun.", "Kif qalet l-Onor.", "Dolores Cristina, in-numru ta' dawk li qed jinsistu illi jkomplu jkunu attivi u jkomplu jaħdmu, minkejja li laħqu l-eta' tal- pensjoni, qiegħed jiżdied u jiżdied kuljum.", "Illum il-pressure qiegħda tkun pressure biex il-gvern iżomm jaħdmu miegħu n-nies li għalqu 61 sena.", "Fis- settur privat bdiet il-pressure ma' l-employers biex nies li għalqu 60 sena, jekk inhuma nisa, u 61 sena jekk huma rġiel, biex jibqgħu jaħdmu.", "Jibkulhom numru minnhom lill-employers biex iżommuhom jaħdmu magħhom!", "Tinduna li ħafna minnhom ikunu, għall-grazzja t'Alla, għadhom b'saħħithom ħafna, u jekk l-employers ma jestendulhomx isibu manjiera kif jagħmlu xogħol ieħor, anke għax il-gvern tagħna, il-gvern Nazzjonalista, daħħal il- liġi li jekk inti pensjonant tista' tibqa' taħdem sakemm taqla' in-national minimum wage li llum tqarreb is-Lm60 fil-ġimgħa.", "Bdejna naraw x'jiġri jekk inti ma tagħmel xejn?", "Jekk ma tagħmel xejn x'jiġri minnha s-sostenibilita`?", "U jirriżulta biċ-ċar li kieku wieħed kellu jħalli l-eta' ta' l-irtirar kif inhi llum, id-deficit, a paragun mal- prodott gross domestiku, assolutament jitla` bil-kbir.", "M'hemmx sostenibilita'.", "Inħadem ukoll mill-working group x'jiġri jekk flok ta' 61 sena, wieħed jirtira ta' 63 sena.", "Jekk nibqgħu nirtiraw ta' 61 sena d- deficit tal-GDP ikun madwar 9%, jekk intellgħu l-eta' ta' l-irtirar għal 63 sena d-deficit jonqos għal 4%.", "U allura meta wieħed qiegħed jipproponi li l- eta' ta' l-irtirar ta' 65 sena tiddaħħal fil-pajjiż gradadament, kulmin hu f'sensih, lil dan il-gvern oġġettivament għandu jagħmillu l-kritika li mhux qed ikun kuraġġuż biżżejjed u jdaħħal l-eta' ta' l-irtirar ta' 65 sena b'rata iktar aċċellerata.", "Imma biex aħna ma nkunux soċjalment rigressivi qed nagħżlu li niġu kritikati, min-nies f'Malta u min-nies barra minn Malta, li l-eta' ta' l-irtirar indaħħluha gradadament.", "U per di piu', Sur President, qed nagħtu wkoll il-possibbilta` li wieħed jirtira ta' 61 sena jekk ikun għamel il-kontribuzzjonijiet kollha li wieħed jistenna li għandu jagħmel biex jieħu pensjoni sħiħa, li huma l-kontribuzzjonijiet ta' 40 sena.", "L-oppożizzjoni, f'intervent wieħed wara l-ieħor, qed tibqa` tgħid li l-problema m'hijiex urġenti daqskemm qed jgħid il-gvern.", "U minkejja li qed jiġu rinfaċċati bil-fatti tas-sitwazzjoni demografika kif qed tevolvi u kif qed nipprospettaw li tevolvi - mur fejn trid u ara kull fejn qed tiġi diskussa din il-problema jekk l-alfa u l-omega ta' dan id-dibattitu humiex il-fatturi demografiċi - l-oppożizzjoni tibqa' tgħid li l-kwestjoni tista' tiġi ritardata u m'hemmx għalfejn nittrattawha għalissa għax is-sitwazzjoni m'hijiex daqshekk kritika li għandna għalfejn nibdew nidħlu fiha issa.", "Irrid ngħid li l-Onor.", "Chircop reġa` semma l-eżempju li qajjem fl-istadju tat-tieni qari, tal-famużi tliet kategoriji, u qed jgħid li fuqhom qed jibni l-argument li s-sistema hija soċjalment rigressiva.", "Issa x'qalilna l- Onor. Chircop?", "Ġab il-każ ipotetiku ta' xi ħadd lli jaqla' Lm75 fil- ġimgħa, ta' xi ħadd li jaqla' Lm93 fil-ġimgħa u ta' xi ħadd li jaqla' Lm124 fil-ġimgħa.", "Issa nerġa` ngħid li meta l-Onor.", "Chircop jagħmel l-istatement li s-sistema tiffavorixxi lil dawk li l-aktar jaqilgħu fis-soċjeta' tagħna, ikun qed jagħmel statement populista li meta qed tiddiskuti l-kwestjoni ta' sistema ta' pensjonijiet fejn l-ewwel pillar ta' din is-sistema hija mibnija fuq żewġ terzi tal-paga sa dħul massimu pensjonabbli, minnha nnifisha hija loġika li żewġ terzi ta' Lm75 huma tant, żewġ terzi ta' Lm93 huma iktar u żewġ terzi ta' Lm124 huma wkoll iktar.", "Jiġifieri min qed jaqla' l-iktar, min qed jaqla' Lm124 fil-ġimgħa, is-sistema qiegħda tagħtih iktar pensjoni minn dak li jaqla' Lm75.", "Għaliex huwa populista, jiġifieri li inti tipprova tagħmel l-argument għal widnejn li m'humiex biżżejjed informati u li jgħidu li sew qed jgħid li min jaqla' l-inqas, min jaqla' Lm75 se jieħu pensjoni inqas minn min jaqla' Lm124?", "Huwa populista għax l-ewwelnett mhux qed jgħid li min jaqla` Lm75 qed iħallas 10% ta' Lm75 u min jaqla' Lm124 qed iħallas 10% ta' Lm124, u 10% ta' Lm75 hu ħafna inqas minn 10% ta' Lm124.", "Jiġifieri hawn irridu noqogħdu ftit attenti.", "Imma x'qed tipproponi l-oppożizzjoni meta dawn jgħidu li s-sistema hija soċjalment rigressiva għax tiffavorixxi lil dawk li jaqilgħu l-aktar fis-soċjeta` tagħna kontra dawk li jaqilgħu inqas?", "Jiġifieri huma għandhom ġo moħħhom xi sistema ta' pensjonijiet li ġġib lil kulħadd l-istess, li jerġa' jkun hawn \"il-missier etern\", gvern Soċjalista, li jiddeċiedi wieħed kemm għandu bżonn biex jgħix, kif għamel fis- sebgħinijiet u tmenijiet, u lilek jgħidlek li taqla' x'taqla, iktar minn daqshekk pensjoni mhux se jkollok?!", "Se nerġgħu nirritornaw għal sistema ta' dan it-tip biex b'mod mill-iktar falz taparsi ma jkunux soċjalment rigressivi?!", "Hawn xi ħadd li llum għadu jgħid li l-gvern Soċjalista meta daħħal l-iskema taż-żewġ terzi ma kienx soċjalment rigressiv?", "X'qegħdin nippruvaw ngħidu meta ngħiduha din?!", "Mela l-Onor.", "Chircop ġabilna l-eżempju ta' dawk il-kategoriji li firixhom fuq medda ta' 25 jew 30 sena u għamel ċerti kalkoli - l-Onor.", "Tonio Fenech diġa' spjega fid-dettall meta wieġeb għalihom u wera kemm il-manjiera kif l- oppożizzjoni qed taħdem b'dawn l-eżempji hija żbaljata u li tqarraq – u lanqas jieħu in konsiderazzjoni, per eżempju, li kull ħames snin se jkun hawn reviżjoni.", "(Interruzzjonijiet) L-Onor.", "Chircop qed jistaqsi dan x'għandu x'jaqsam.", "Bir-rispett kollu, mela inti tista' taqbad iċ- ċirkostanzi tal-lum, inkluż il-paga ta' Lm75....?", "Inti taħseb li 30 sena oħra se jkun hawn xi paga li hija Lm75 realistikament?!", "(Interruzzjonijiet) Imma allura jekk se tiżdied, taf kemm se tiżdied?", "Ma tafx hux!", "Lanqas aħna ma nafu, u għalhekk qegħdin ngħidu li kull ħames snin ikun hawn reviżjoni, għax kull ħames snin jiġru ħwejjeġ fis-soċjeta' li l-ebda politiku m'hu kapaċi li jipprevedi.", "Imma Alla jbierek l- oppożizzjoni, fis-sapjenza tagħha, f'dan l-eżempju li hi stess qed issejjaħlu ipotetiku, li saż-żmien li qed jgħid hu hemm erba' reviżjonijiet tas-sistema......", "Dan sempliċement qabad il-fatturi magħrufa llum u ipproġettahom kollha kemm huma in a most sweeping statement fuq firxa ta' 30 sena oħra, Sur President!", "Ara kif jista' jkun iġġib dawn it-tip ta' eżempji biex tipprova tasal għal ċerti konklużjonijiet!", "U diġa` qalulu, u spjegalu wkoll is-segretarju parlamentari tal-finanzi, l- Onor. Tonio Fenech, li l-eżempju li ġab huwa eżempju mibni ħażin, u bir- rispett kollu mhux se noqgħod nerġa` naħli l-ħin tal-Kamra biex noqgħod nispjega fid-dettall dak li huwa recorded diġa` fid-debates ta' dan il- parlament.", "Issa mbagħad hemm oħra.", "Il-gvern qed jipproponi miżuri biex jibda proċess ħalli jpoġġi s-sistema tal-pensjonijiet fuq bażi ta' sostennibilita` li tagħti pensjonijiet adegwati.", "Il-gvern il-ħin kollu qiegħed jgħid u jirrikonoxxi li biex nassiguraw dan, is-soċjeta' kollha trid timpejna ruħha bil-kbir u taħdem ħafna biex intejbu l-ekonomija tagħna.", "Għaliex?", "Għax biex intejbu l-ekonomija tagħna rridu nżidu l- parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol tagħna, liema żieda fil-parteċipazzjoni tista' tiġi biss minn iktar nies li jkollhom ċerta eta' u jibqgħu attivi, u minn parteċipazzjoni akbar tan-nisa.", "Dan ifisser li rridu nidħlu għal diversi miżuri soċjali oħrajn, u l-katina tibqa' sejra.", "B'danakollu l- premessi kollha tar-rapporti u tas-social impacts kollha huma ppermjati li biex verament għal quddiem - nerġa` ngħid mhux għal issa, mhux għal-lum, imma għall-futur - inkunu nistgħu nassiguraw l-adegwatezza, irridu naħsbu mhux f'pensjoni waħda imma f'żewġ pensjonijiet.", "U kieku l-gvern Soċjalista tas-snin sebgħin m'għamilx l-iżball madornali li qatel l-iskemi kollha tal-pensjonijiet tas-servizz - għaddew 30 sena - immaġina fi 30 sena l-pensjonijiet tas-servizz kif kienu jiżviluppaw!", "Il- pensjonijiet tas-servizz tal-gvern kienu daħlu, u fit-tarzna kellhom pensjoni tas-servizz li kienet negozjata, kienet protetta u kienet b'saħħitha.", "Il-banek kienu wkoll daħħlu l-pensjonijiet tas-servizz, u l- fabbriki kienu bdew idaħħluhom ukoll.", "Fil-fatt il-unions, fil-collective agreement tagħhom, wara li kienu kisbu l-bażi b'saħħitha tal- kondizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema, next in line kienu bdew jinnegozjaw service pension agreement.", "Kienet saret il-moda li jkollok it- tieni pensjoni, imma din qatilha l-gvern Laburista tas-snin sebgħin.", "Qatilha din!", "Mela 30 sena ilu konna diġa' b'perċentwal għoli ta' ħaddiema li kien qed ikollhom it-tieni pensjoni - jiena nikkalkula li sal-lum madwar 60% tal-ħaddiema u iktar diġa' għandhom it-tieni pensjoni - u issa rridu nerġgħu nibdew mill-bidu f'ċirkostanzi li huma ħafna iktar diffiċli minn ta' dak iż-żmien.", "Dik hija l-problema li għandna, u għalhekk nitkellmu fuq l-adegwatezza.", "Mela tiġina l-oppożizzjoni u tgħidilna li din mhux urġenti u li kulma hemm bżonn huwa li jkollna ekonomija b'saħħitha!", "Il-gvern qed jaħdem biex ikollna ekonomija li trendi.", "L-ekonomija tagħna diġa' qed turi sinjali pożittivi, u nisperaw li nkomplu nirreġistraw progress u jkollna ekonomija li trendi iktar.", "Imma xi żball kbir jagħmel il-gvern jekk jaħseb li għax għandu ekonomija li trendi m'għandux għalfejn ikompli jippersisti ħalli jkollna riforma fis-sistema tal-pensjonijiet.", "U kemm irridu naħdmu biex nassiguraw li lil dawk li ma jifilħux iħallsu almenu niggarantulhom pensjoni minima nazzjonali, dik li qed insejħulha l-guaranteed national minimum pension.", "Jiġifieri mhux biss din nipproteġuha għax nagħtuha l-cost of living input li jsir fil-pajjiż minħabba l-inflazzjoni, imma nżommuha wkoll skond il-paga medja li hija qabża kbira, Sur President.", "Illum in- national minimum pension tiżdied b'żewġ terzi - ikkoreġġuni jekk qed niżbalja - tal-cost of living, imma l-proposta tagħna għal dawk li l- oppożizzjoni qed tgħid li ma jkunux jifilħu jħallsu biex jidħlu għat-tieni pensjoni hija li l-pensjoni minima nazzjonali tkun garantita billi tiżdied mhux biss skond l-inflazzjoni, imma nieħdu wkoll kif qed jiżdied id-dħul nazzjonali u ndaħħlu wkoll l-element tiegħu.", "Sur President, fid-diskors tiegħu l-Onor.", "Chircop qal li l-gvern ikkonċeda u daħħal l-opt-out clause, jiġifieri l-għażla li xi ħadd jista` jirtira qabel 65 sena jekk ikun għalaq il-61 sena u jkollu 40 sena kontribuzzjonijiet imħallsa.", "Din m'hijiex kwestjoni ta' li l-gvern ikkonċeda.", "Meta f'Mejju ta' din is-sena l-prim ministru għamel il- konferenza stampa, qal li wara li l-gvern eżamina l-farraġni ta' rapporti u dokumenti u studji li saru minn speċjalisti u sotto-speċjalisti fuq dan is- suġġett, wasal għall-konklużjoni li fiċ-ċirkostanzi ta' issa, f'dan l- istadjunistgħu nagħmlu dan l-ewwel passi.", "Imbagħad meta semma x'inhuma dawn il-passi qal li issa se nkomplu nisimgħu lil kulħadd biex kulmin għandu xi suġġerimenti x'jagħmel, jgħidhomlna.", "U niftakar li meta ltqajna ma' l-alleanza tal-pensjonanti u tkellmu fuq dan is-suġġett, aħna dehrilna li wieħed mid-diversi punti validi li kienu qed jagħmlu kien li m'għandniex nittraskuraw li min ikun ħallas l-40 sena kontribuzzjonijiet ma nagħtuhx l- option li jekk irid jista` jirtira ta' 61 sena.", "Jien niddikjara li aħna ma naqblux li jekk ikollok 40 sena ħlas ta' kontribuzzjonijiet tista' tirtira` meta trid - għax jista` jkollok 40 sena kontribuzzjonijiet imħallsa jekk ikollok 58 sena - jew jekk ikollok 60 sena.", "Aħna ma' dan il-prinċipju ma naqblux, Sur President.", "Dan hu prinċipju żbaljat fit-teorija, u żbaljat wisq iktar anke meta tpoġġih fuq il-bank tal-prova tar-realta`, Pero' aħna, għax irridu ninkoraġġixxu li l- persuna tibqa' kemm jista' jkun attiva, irrikonoxxejna li hemm kategoriji ta' ħaddiema li min-natura tax-xogħol tagħhom jiġu fi stat li jkunu ħallsu diġa` l-40 sena kontribuzzjonijiet, u allura wieħed għandu jagħti l-għażla li wieħed jista` jirtira bejn il-61 sena u l-65 sena, jekk ikun laħaq ħallas dawk il-kontribuzzjonijiet kif tkellimna.", "Sur President, l-Onor.", "Chicop qalilna li m'għandniex il-mandat elettorali biex nagħmlu din ir-riforma għax ma kenitx fil-programm elettorali tal- gvern.", "Imma l-Onor.", "Chircop ma jafx li qabel morna għall-elezzjoni ta' l- 1998, il-gvern Laburista nnifsu kien diġa' poġġa ir-riforma tal- pensjonijiet fuq l-aġenda u kien għamel il-working groups tiegħu?", "Imbagħad qabel morna għall-elezzjoni ta' l-2003 reġgħu komplew isiru l-istudji u rapporti u diskussjonijiet fuq ir-riforma tal-pensjonijiet!", "U kulħadd kien aware - u qalilna wkoll dalgħodu l-Onor.", "Chircop - li gvern Laburista kien diġa' beda jistħarreġ din il-problema u li l-gvern Nazzjonalista ta' wara l- 1998 kompla jistħarriġha.", "Imbagħad wara l-2003 il-gvern Nazzjonalista ried jibda jagħmel xi ħaġa għax ma riedx li jibqa' jistħarreġ u jistħarreġ, ikunu għaddew għaxar snin, u nibqgħu nistħarrġu biss!", "Allura, bir-rispett kollu, jiena nħoss li m'huwiex argument validu li wieħed jgħid li din ma kenitx miktuba eżatt fil-manifest elettorali.", "L-oppoizzjoni, li għamlet kwantita` kbira ta' laqgħat u mbagħad għamlet rapport li fih erba' faċċati kollox, qed tgħidilna li din il-problema m'hi urġenti xejn, u biex nagħmlu din ir-riforma rridu ndaħħluha fil-programm elettorali ta' l-elezzjoni li jmiss.", "Imbagħad jekk jitilgħu fil-gvern, fl-2009 jew l-2010, jibdew jaħdmu fuqha.", "Jiġifieri jibdew jaħdmu fuqha sentejn u nofs oħra mil-lum qisu.", "Daqshekk m'hijiex urġenti din, li sentejn u nofs oħra l-gvern Laburista suppost qed jgħid li se jibda jaħdem fuqha!!", "Issa ħalli niġi ftit għall-kwestjoni tat-tieni pensjoni.", "Ejja nerġgħu nagħmluha ċara.", "Il-pensjonijiet m'humiex manna li taqa` mis-sema.", "Jekk qed nieħdu l-pensjoni tas-sigurta` soċjali, din qed neħduha għax qed inħallsu għaliha.", "Qed iħallas għaliha l-ħaddiem, qed iħallas għaliha l-employer u qed iħallas għaliha l-gvern mit-taxxi tal-poplu.", "U meta konna nieħdu l- pensjoni tas-servizz, jiġifieri meta kellna ħaddiema li jieħdu t-tieni pensjoni - għax kellna ħafna u għad għandna min għad għandu dritt għat- tieni pensjoni u qed jgħidilna li mhux sewwa li qed nagħtu kas it-tieni pensjoni tiegħu u b'xi mod naffettwawlu l-ewwel pensjoni – din ukoll ma kenitx taqa` mis-sema.", "Fil-fatt, it-tieni pensjoni kienu jħallsu għaliha wkoll.", "Fis-settur privat u fis-settur li ma kienx tal-gvern kien hemm arranġamenti ta' ħlasijiet over and above il-ħlasijiet tas-social security.", "Ħadd ma ta pensjoni tas-servizz lill-ħaddiema b'gost jew għax diġa' kienu qed iħallsu l-bolla.", "Ħadd!", "Fis-settur governattiv kien hemm il-kunċett reali tad-deferred payments, li inti kont tieħu pensjoni taħt l-ordinanza tal-pensjonijiet fuq il-premessa li qed ikollok suppression fil-pagi tiegħek a paragun mas-settur privat, għax inti kellek is-security of tenure fil-prattika bħala policy, mhux b'liġi, u kellek ukoll id-dritt tal-pensjoni taħt l-ordinanza tal- pensjonijiet, il-pensjoni tas-servizz.", "Il-pensjonanti tas-servizzi Ingliżi kienu wkoll jikkontribwixxu għaliha, u fil-postijiet tas-settur privat, fit- tarzna, fil-banek u fil-fabbriki kienu nħadmu skemi u kienu nħolqu pension funds li għalihom kienu jikkontribwixxu.", "Jiġifieri meta llum aħna qegħdin insemmu t-tieni pensjoni m'aħniex qed nivvintaw ir-rota - assolutament li le - ħlief li qegħdin nitkellmu fuq xi ħaġa li kienet akkwist għall-pajjiż, li spiċċat, u li issa rridu nerġgħu nibdewha.", "U hawnhekk fejn il-gvern miexi b'manjiera soċjalment mill-iktar ġusta u mill-iktar responsabbli.", "Ara x'qalulna l-world bank u l-working group fuq it-tieni pensjoni.", "Il-parir tagħhom kien li jekk irridu naħdmu kemm għas-sostenibilita` u kemm għall- adegwatezza rridu nddaħħluha issa din.", "Imma aħna mhux hekk għamilna.", "Aħna għedna u staqsejna: Biex issa terġa' tibda mill-bidunett, mir-radd tas- salib, sistema tat-tieni pensjoni, din biex wieħed iħallas għaliha, x'piżijiet se ġġib?", "U aħna għedna li m'aħniex lesti li nibdew sistema tat- tieni pensjoni fi stat fejn din iġġib piżijiet li l-ħaddiema u l-employers ma jifilħux għalihom, u li allura tista' tbati l-ekonomija u tiġina z-zalza ogħla mill-ħuta.", "Fejn hu l-paniku?", "Min qed iġebbidna ma nafx minn fejn, lilna?!", "Konna niġġebbdu ma nafx minn fejn kieku qbadna u daħħalnieha.", "U kien hawn pressjoni lokalment u minn barra biex indaħħluha s-sistema tat- tieni pensjoni.", "Imma l-gvern x'qed jagħmel fuq din tat-tieni pensjoni?", "Il- gvern qed jgħid: Isma', aħna ma jidhrilniex li fiċ-ċirkostanzi kif inhuma bħalissa nistgħu ngħabbu lill-ħaddiema jew lill-employers b'aktar piżijiet.", "Fiċ-ċirkostanzi ta' l-ekonomija tagħna, ta' kemm qed jaqilgħu l-ħaddiema, tal-produttivita' u l-kompetittivita' u tal-profittabilta` ta' l-employers tagħna għadu m'huwiex il-waqt, u allura fil-liġi qegħdin indaħħlu a declaration of intent.", "Qed ngħidu: Ejja minn issa nuru d-direzzjoni x'inhi.", "U d-direzzjoni hi li xi darba f'Malta irridu nibdew naħsbu ħalli l- ħaddiema jkollhom it-tieni pensjoni.", "Aħna qegħdin inkunu ċari meta nitkellmu fuq dan is-suġġett.", "Anke jekk taqra l-artikolu rilevanti tal-liġi f'dan ir-rigward, m'aħniex qegħdin nitkellmu b'xi mod sibilliku, b'xi mod li ma jiftiehemx.", "L-oppożizzoni qed tgħidilna: Imma intom tippretendu li aħna nivvotaw hekk, fl-arja?", "M'aħniex qed ngħidulkom biex tivvutaw fl-arja.", "Hawnhekk l-oppożizzijoni l-ħin kollu tivvota favur - u kultant kontra - enabling clauses, jiġifieri favur liġijiet li jagħtu s-saħħa lill-gvern li jagħmel regolamenti.", "Għaliex?", "Għax l-oppożizzjoni taf li r-regolamenti huma wkoll liġijiet u huma liġijiet ukoll ta' din il-Kamra.", "U huma liġijiet ta' din il-Kamra għax ir- regolamenti ma jakkwistawx forza ta' liġi jekk l-ewwel ma jiġux f'din il- Kamra u jitpoġġew fuq il-mejda.", "U jridu jgħaddu 28 ġurnata biex żgur l- oppożizzoni jkollha ċ-ċans li jekk hemm xi ħaġa f'dawk il-liġijiet - insejħulhom regolamenti - li ma jogħġbuhiex tkun tista' tiċċalinġjahom, kif kellha l-opportunita` diversi drabi li tagħmel.", "Allura mhux sew li l- oppożizzoni targumenta b'mod li qisha ma tafx b'dawn l-affarijiet.", "Imbagħad saru l-mistoqsijiet meta se tiddaħħal, min se jiddaħħal fiha, jekk hux se jkun hemm xi age bracket, jekk hux se jkun hemm possibbilta' li volantarjament wieħed jista' jidħol u x'inhu l-carve-out.", "Aħna qed inkunu ċari u qegħdin ngħidu li rridu naħsbu biex ikun hawn it-tieni pensjoni.", "Issa aħna veru li nitkellmu fuq maġġoranza, imma nagħmlu ħilitna kollha biex inġibu consensus, u fuq din l-issue hawn ħafna consensus fil-pajjiż.", "Ma jfissirx li għax il-partit Laburista mhux qed jaqbel, il-ġeneralita` tal- partitarji Laburisti l-argument ma jifhmuhx u ma japprezzawhx.", "Għax kieku kif fis-surveys ikollok 71% li jgħidu li dan l-argument għandu jiġi trattat?", "Imma meta naqblu li it-tieni pensjoni għandha tidħol, din trid tkun xi ħaġa mandatorja.", "Din hi d-direzzjoni li qed nagħtu.", "Kien hawn min qal li t-tieni pensjoni għandna ndaħħluha, imma jidħol fiha min irid.", "U aħna qbilna mal-parir li jekk tgħid li għandu jidħol fiha min irid, min tassew ikollu bżonnha biex 'il quddiem ikollu pensjoni adegwata ma jidħollokx, u min għada pitgħada jkollu mezzi biex anke jsostni lilu nnifisu jidħol fiha għax ikun jaffordjaha.", "Hemm konna nkunu soċjalment rigressivi, Sur President.", "Aħna tajna direzzjoni għat-tieni pensjoni u tkun mandatorja.", "Imbagħad x'qegħdin ngħidu?", "It-tieni pensjoni kif tinbena?", "Tinbena mill-persuni li ma jkunux laħqu l-eta' tal-pensjoni.", "Il-ħaddiema u l-employers jagħmlu l- kontribuzzjonijiet għall-fondi tat-tieni pensjoni.", "Min se jiddaħħal?", "Se jiddaħħlu l-persuni li ma jkunux laħqu l-eta' tal-pensjoni u l-impjegati tagħhom kif ikun il-każ, jiġifieri kull ħaddiem.", "(Interruzzjonijiet) Mandatorja għal kulħadd din.", "Qed ngħidu se nagħmlu r-regolamenti.", "(Interruzzjonijiet) Le, mhux se ngħidlek kemm.", "(Interruzzjonijiet) M'hijiex kwestjoni ta' carve-out din.", "Tippruvax timmislidja.", "(Interruzzjonijiet) Il-prim ministru x'qal darba minnhom?", "Il-prim ministru qal li t-tieni pensjoni jikkonsidra biss li jintroduċiha issa, jekk ikun jista' jwarrab biċċa mill-ħlas tal-kontribuzzjoni tas-sigurta' soċjali biex jitfagħha fil-fond tat-tieni pensjoni.", "(Interruzzjonijiet) Dażgur, imma l- prim ministru meta ra l-affarijiet kollha qal li le, ma tistax issir f'dan l-istadju.", "Jista' jkun li 'l quddiem ikun jista' jagħmel kalkolu.", "Meta dak il-kalkolu jasal, jgħidlek kemm.", "(Interruzzjonijiet) Le, għax inti qed tivvota for an enabling clause.", "Tivvotax favur tagħha!", "Allaħares meta nagħmlu l-enabling clauses inkunu rridu nagħtu dejjem d- dettalji kollha immaġinabbli li ....", "(Interruzzjonijiet) Le, aħna ċari konna fuqha din tat-tieni pensjoni, Sur President.", "Aħna għedna li fuq din m'aħniex se nieħdu l-pariri - wħud minnhom kienu speċifiċi ħafna - ta' kemm irid iħallas l-employer, ta' kemm irid iħallas lill-ħaddiema u kif jinbena l-fond tat-tieni pensjoni, min jimmaniġġjah, eċċetra.", "Dan m'aħniex se nidħlu fih issa.", "Qed ngħidu biss li 'l hemm se nimxu.", "Meta jasal il-waqt u meta l-pajjiż ikun jiflaħ - u bil-pajjiż nifhmu meta l-ħaddiema u l- employers ikunu jifilħu għaliha - aħna niddiskutu biex nagħmlu regolamenti u nkunu nistgħu nibdew it-tieni pensjoni, li tkun ħlas ta' qligħ regolari jew benefiċċji oħra li jieħdu l-ħaddiema li jkunu kkontribwew, li jieħdu d- dipendenti tagħhom meta jilħqu l-eta' tal-pensjoni.", "U b'dawn ir-regolamenti nipprovdu wkoll dwar ir-rata tal-kontribuzzjonijiet li titħallas, kif ukoll il-metodu u ż-żmien meta jkunu jistgħu jsiru dawk il-ħlasijiet.", "Ċara daqs il-kristall!", "M'aħniex nikkwantifikaw, m'aħniex qed ngħidu kemm irid iħallas il-ħaddiem u kemm irid iħallas l-employer.", "F'dan l-istadju hija prospettata t-tieni pensjoni.", "Qegħdin inħossu l-bżonn tagħha għall-finijiet ta' l-adegwatezza, pero' nafu wkoll li fis-sitwazzjoni tal-lum ma nistgħux inżidu piżijiet, la fuq il-ħaddiema u lanqas fuq l-employers.", "Dan hu x'jiġifieri tkun soċjalment responsabbli.", "U meta qegħdin naħdmu b'din il- manjiera aħna jidhrilna li qegħdin naħdmu b'mod tassew responsabbli u ta' sens komun.", "Ma kienx ikun ta' sens komun kieku aħna qbadna u għedna: Ejja nitilqu biex indaħħlu t-tieni pensjoni, għax iktar kemm nitilqu malajr bit-tieni pensjoni iktar l-benefiċċji għaż-żgħażagħ ta' għada pitgħada jkunu jistgħu jinbnew.", "M'għamilniex hekk, u m'għamilniex hekk bi skop preċiż.", "Issa kieku dan m'għedniehx, Onor. Chircop, nifhem li terġa' tistaqsi, imma aħna up front fuqha din l-issue.", "Nixtiequ li aħna għandna sitwazzjoni li fiha nistgħu nintroduċu t-tieni pensjoni kif jiġu introdotti kullimkien.", "Pero', li aħna npoġġu fuq l-istatute book tagħna minn issa l-qafas biex id- dettalji tagħhom jimtlew meta l-mument ikun matur, għax l-ekonomija tagħna u l-ħaddiema tagħna jkunu jifilħu, dak huwa tajjeb li nagħmluh.", "Għax hemm bżonn li nibdew nissensibillizzaw lis-soċjeta' kollha kemm hi li l- adegwatezza tal-livell ta' l-għajxien ta' 30 sena oħra rridu nibdew naħsbu għaliha mhux biss bil-pensjoni tas-sigurta' soċjali, imma anke b'mezzi oħrajn.", "U bl-istess spirtu u bl-istess manjiera qegħdin nipproponu wkoll l- possibilita' li jkun hemm il-fond tat-tielet pensjoni.", "Dak ikun volontarju.", "Jekk trid tidħol għalih idħol, jekk ma tridx oqgħod.", "U jekk trid tidħol għalih, nagħmlu l-aħjar li nistgħu biex anke jkun hemm ċerti benefiċċji fiskali ħalli aħna ninkoraġġixxu!", "Issa tajjeb ukoll wieħed jiċċara, Sur President, li hawn pajjiżi fejn il- pensjonijiet huma kollha mibnijin fuq fondi privati.", "U veru, hawn pajjiżi fejn poġġew il-bulk f'qoffa waħda ta' dawn il-fondi finanzjarji, marrulhom ħażin u batew ħafna nies.", "Imma aħna mhux hekk qed nagħmlu.", "L-ewwelnett l- istat Malti qed jiggarantixxi l-ewwel pensjoni, akkwist li huwa importanti ħafna.", "Dan ħdimtu għalih intom, bħala partit Laburista tajtu kontribut matul iż-żmenijiet, u kompla jaħdem l-gvern Nazzjonalista, daqqa wieħed u daqqa l-ieħor.", "Imma bejnietna żgur ħdimna biex nagħtu garanzija għal ta' l- inqas pensjoni waħda, li hija l-pensjoni tas-sigurta' soċjali.", "It-tieni pensjoni hija kwestjoni li hija ħafna iktar komplessa minn daqshekk, u ħafna iktar delikata.", "Allura aħna rridu nipprovdu l-qafas għaliha issa, biex proprju nibdew nissensibilizzaw biex fuq l-agenda tal-pajjiż, ta' l- employers, tal-klassi tal-ħaddiema u ta' l-ekonomija u tal-finanzi tal- gvern ikun hemm ukoll, at the back of everybody's mind, li jrid jiġi ż- żmien meta f'xi mument nibdew naħsbu għaliha.", "Issa meta se jasal dan iż- żmien?", "Jien ma nafx ngħidlek meta se jasal.", "Kif u kemm wieħed se jkun jista' jħallas u ma jħallasx, għadu kmieni biex wieħed jgħid.", "Jien nibqa' nirritjeni li biex wieħed jagħmel dan ikun qiegħed jaġixxi b'mod li m'humiex korrett.", "Għalhekk, Sur President, meta wieħed jara li f'din il-klawsola 2 qegħdin nagħmlu dawn il-proposti li m'humiex earth shaking, li jqarrbuna lejn il- maġġoranza tal-pajjiżi Ewropej biex bil-mod il-mod l-eta` ta' l-irtirar intellgħuha sa 65 sena u biex ngħidu li xi darba jkun hawn it-tieni pensjoni li bl-ebda mod ma tiġi kkonsidrata bħala li hija pensjoni tas- servizz, u biex ukoll eventwalment tispiċċa d-distinzjoni, - għax qed ngħidu li, sew jekk inti self-employed u sew jekk inti impjegat, ladarba tkun qed tikkontribwixxi għandek tittieħed bħala kategorija waħda ta' pensjonanti - naħseb li m'hemmx għalfejn nagħtu ħafna iktar spjegazzjoni milli diġa' tajna.", "Grazzi.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni fuq din il-klawsola ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "Il-Kamra rriżumiet u l-President tal-Kumitat irrapporta progress u talab il- permess sabiex il-kumitat jerġa' jiltaqa'.", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "TONIO BORG (Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern): Sur President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tlieta, 21 ta' Novembru, 2006 fid-9.00 a.m. b'din l-aġenda:", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Sigurta` Soċjali (Emenda Nru. 2) - Kumitat (Kont);", "Abbozz ta' Liġi li jirregola l-Infurzar ta' Drittijiet ta' Proprjeta` Intellettwali - Tieni Qari (Kont);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi tal-Liġijiet tal-Pulizija - Tieni Qari (Kont);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta (Emenda Nru. 2) - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili (Emenda Nru. 2) - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Organizzazzjonijiet Volontarji - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li Jimplimenta Miżuri ta' l-Estimi - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Ġustizzja Amministrattiva - Tieni Qari; u", "Diskussjoni dwar rapport maħruġ mis-Segretarjat għan-Negożji Żgħar u s-Self Employed - Kontinwazzjoni. --------------------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili (Emenda Nru. 2) - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Reġistru Ċentrali - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Sur President, il-bieraħ fil-ġurnal \"KullĦadd\" l- oppożizzjoni pprovat tonfoħ u titqanżaħ, kif nefħet u tqanżħet diġa`, dwar il-każ tal-kuntratt tat-tindif tal-qorti.", "Ħabbrulna li kien hemm żviluppi ġodda, li ma kienu ġodda xejn, dwar dan il-każ, u kien hawn anke ġurnalisti hawn barra jistaqsu dwar dan.", "Meta mort nara dawn l-iżviluppi x'kienu - u issa jien se nħabbar żvilupp ġdid dwar dan il-każ - niskopri li dawn kienu qed jgħidu li erba' snin u nofs ilu, is-servizz tas-sigurta` jew l- awtoritajiet tal-ħabs kien saru jafu b'mobile phone li kien daħal illegalment fil-ħabs għand dan il-priġunier Camilleri, u b'mod intelliġenti - u jien kont naf dak kollu li kien qed jiġri dakinhar, erba' snin u nofs ilu - minflok qabdu u ġabru l-mobile phone, inħareġ warrant minn taħt idejja, għax dawn il-warrants irrid niffirmahom jien jew il-prim ministru, sabiex is-servizz tas-sigurta` jissemma dawn it-telefonati li kienu qed isiru erba' snin u nofs ilu ġewwa l-ħabs.", "Dan ma kienx sigriet.", "Tant ma kienx sigriet li fil-fatt meta bdew il- proċeduri tpoġġew fil-qorti t-tapes tar-recordings li kienu jsiru mill- ħabs.", "U mnalla għamlu hekk l-awtorita` tal-ħabs u s-servizz tas-sigurta`.", "U mnalla jien iffirmajt li jistgħu jsiru dawn l-interċettazzjonijiet telefoniċi.", "Għaliex?", "Għax bis-saħħa ta' dan l-imbierek mobile phone - u mnalla daħal il-ħabs erba' snin u nofs ilu - il-pulizija, flimkien mas- servizz tas-sigurta`, irnexxielhom jidentifikaw 19-il traffikant tad-droga li kienu qed jikkonġraw bejniethom, uħud ġewwa l-ħabs u uħud barra mill- ħabs, biex iġibu 4 kilogrammi ta' droga f'pajjiżna.", "Bis-saħħa ta' dawk ir- recordings u bis-saħħa ta' dawk it-telefonati sibna li anke fis-sistema ġudizzjarja kien hemm min kien lest, sfortunatament, li jaqa' f'ċerti tentazzjonijiet.", "Se nieqaf hemmhekk għax il-każ qiegħed sub judice, imma hemm ir-recordings dwar x'kien qiegħed jinħema.", "Bis-saħħa ta' hekk allura bdew l-investigazzjonijiet li wasslu biex żewġ imħallfin ġew akkużati l- qorti.", "Jiġifieri issa tal-ġurnal \"Kullħadd\" qed jgħidulna li hemm żvilupp ġdid għax il-priġunier Camilleri mhux lill-avukati biss kien iċempel mill-ħabs imma wkoll lit-traffikanti tad-droga.", "Ħalli nikkwota eżatt x'qalulna:", "\"Minn tagħrif li ħareġ fil-qorti nhar l-Erbgħa li għadda jirriżulta li Mario Camilleri, magħruf bħala l-Imnieħru, mhux biss lill-avukati jċempel mill-ħabs ta' Kordin, iżda saħansitra lil nies involuti fit-traffikar tad- droga.\".", "Dan ġara mhux illum imma erba' snin u nofs ilu, u bis-saħħa ta' dawk it- telefonati, li kulħadd kien jaf dwarhom, ġew solvuti diversi reati serji.", "Għaliex qegħdin jgħidu dan issa?", "Għax kumbinazzjoni bħalissa hemm il- kumpilazzjoni dwar dan il-każ....", "Il-kumpilazzjonijiet ta' Camilleri diġa` kienu bdew erba' snin u nofs ilu, bħalma kienu bdew ta' l-imħallfin.", "Mela dan ma kien sigriet xejn, għax dawn it-telefonati ġew esebiti l-qorti.", "Pero' issa għadu kif ġie estradit lejn Malta persuna ta' nazzjonalita` Marokkina - u jissemma f'dawn it-telefonati - li skond il-pulizija kienet qiegħda tibgħat id-droga mill-Olanda lejn Malta.", "Pero` erba' snin u nofs ilu, il-pulizija kienu għadhom ma sabux eżatt fejn hi u ma kenux għadhom ġabu l-informazzjoni biex jagħmlu l-estradizzjoni.", "L-estradizzjoni ddum, u fl-aħħar ġiet din il-persuna hawn Malta.", "Jien ħsibt li se jgħiduli prosit li bis-saħħa tal-mandat li kont iffirmajt erba' snin u nofs ilu - u li ma kien sigriet xejn - bis-saħħa ta' dawn it-telefonati li kienu jsiru mill- ħabs, telefonati li ma kenux skond ir-regolamenti dakinhar imma li konna nafu bihom u konna segwejna, solvejna dawn il-każijiet kollha.", "Niġu issa għat-telefonata ta' erba' snin u nofs wara, il-famuża telefonata ta' theddid lill-Onor.", "Farrugia, li fuqha l-pulizija ħadet passi mill- ewwel.", "Issa jekk hux theddid jew le, dak tarah il-qorti.", "Jien niskanta kif din it-telefonata li saret fid-29 ta' Ottubru, meta l-għada kellna d- dibattitu tal-budget, Alla jbierek ma ssemmiet xejn hawnhekk.", "Jiġifieri ġurnata wara ma semmiet assolutament xejn.", "Lili, li dejjaqni huwa li ntalbet ir-riżenja tiegħi u ta' l-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici minħabba li saru telefonati mill-ħabs, qisu huwa xi dnub li jsiru telefonati mill-ħabs.", "Għax issa skoprejna li ta' l-Onor.", "Herrera mhux telefonata kienet, imma xi ħaġa li saret waqt li deputat Laburista kien qiegħed jiddefendi lil dan il- priġunier Camilleri fl-appell.", "Jiġifieri waqt il-kawża stess hemm allegazzjoni li dan l-istess priġunier li kien qed jiddefendih deputat Laburista hedded deputat ieħor li kien warajh.", "Immaġinawha din, fil-qorti, waqt li qed jittratta l-avukat membru parlamentari Laburista għan-nom ta' Camilleri, fl-istess waqt dan Camilleri jdur u skond l-Onor.", "Herrera heddu.", "Issa dan il-każ qiegħed il-qorti wkoll.", "Alla jbierek, l-Onor.", "Herrera lanqas kwerela ma għamel, u kellha tmexxi l-pulizija mingħajr kwerela.", "Issa qed jgħid li qed jaħfirlu, jiġifieri f'daqqa waħda dan il-każ ma nafx kif se jispiċċa.", "Jien lanqas kont insemmih kieku ma talbux ir-riżenja tiegħi minħabba din it-telefonata.", "Imma issa jien irrid nikxef kollox, Sur President, ħalli ngħidilkom li vera hemm żviluppi ġodda fuqhom.", "Mela l-kap ta' l-oppożizzjoni qalilna: X'jiġifieri li mill-ħabs jċemplu lid- deputati Laburisti u jkun jaf ukoll il-mobile personalissimu ta' l-Onor.", "Farrugia.", "L-ewwelnett f'xahar wieħed mill-ħabs - huma jċemplu mil-landline imma jċemplu jew fuq il-mobile tad-deputat jew inkella fuq il-landline tad- deputat - lill-Onor.", "Herrera u lill-Onor.", "Farrugia ċemplulhom 50 darba.", "Għedtilhom biex ifittxu ta' dawn l-aħħar tliet xhur, u issa, Alla jbierek, irriżulta li saru 260 telefonata.", "Mela dawn qed jitkażaw għaliex priġunier ċempel lid-deputat u jgħidu: X'jiġifieri jaqbad b'din il-liberta` kollha u jċempel!", "Dażgur, dawk kollha huma monitored u skond ir-regolamenti tal- ħabs.", "Issa jekk jgħiduli, kif għedt jien fil-programm \"ViċiVersa\", li jridu jwaqqfu t-telefonati tal-ħabsin lid-deputati Laburisti, jgħidulna u naraw inwaqqfuhomx jew le.", "Ma naħsibx li jaqblilhom jekk jieqfu, għaliex ħafna minnhom dawn huma persuni li jkellmuhom fuq xogħol.", "Pero` jistgħu ma jkellmuhomx fuq xogħol, għax inti tista' ma tkunx avukat u jċempillek biex jgħidlek li hemm xi ħaġa li mhux qed togħġbu fil-ħabs.", "Issa jien illum se nieqaf hawnhekk għax għandi ħafna aktar xi ngħid fuq it- telefonati.", "Imbagħad jekk jittantawni, lest li ngħidhom!", "Kemm-il telefonata saret mill-priġunier Camilleri lil xi deputat Laburista?", "Jgħidulna!", "Kemm- il waħda saret?", "Waħda saret?", "Din il-waħda li dwarha hemm il-kawża l- qorti, jew saru xi oħrajn u ma pprotestax li rċevihom - hu min hu - la f'dan il-parlament u lanqas barra dan il-parlament, u allura b'ipokrisija kbira issa nipprovaw nitkażaw għaliex saru telefonati mill-ħabs, meta telefonati mill-ħabs tan-naħa l-oħra, bħalma nimmaġina ta' din in-naħa wkoll, jirċievu kuljum?!", "Għalissa, jien din se nistaqsi.", "Dan huwa l- iżvilupp ġdid.", "Issa jekk ikunu jriduni, imbagħad inkompli nżid fuq il- kapitli ta' din l-istorja.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Hawn iktar rimarki?", "L-Onor.", "Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Sur President, jiena se nitkellem fuq suġġett totalment differenti minn dak li għadu kif tkellem fuqu l-Viċi Prim Ministru.", "Se nitkellem dwar affarijiet li min hu bħali fil-politika jiltaqa` magħhom fil- ħajja ta' kuljum, speċjalment meta jkun qed jiltaqa' mal-kostitwenti fid- distrett elettorali li fih jikkontesta l-elezzjoni ġenerali.", "Se nagħmel dan għax wara li fl-aħħar ġimgħat għal darba darbtejn tkellimt f'aġġornamenti fuq problemi lokali, kien hemm żewġ tipi ta' reazzjonijiet.", "Reazzjoni naturali hi ta' min ikun kellmek fuq xi problema u jieħu gost li l-problema tiegħu tkun qed tiġi mwassla anke f'dan il-parlament, allavolja rrid nistqarr li kultant meta tkun parti mill-front bench ikollok diffikulta` fuq il-mod ta' kif tressaq ċerti punti f'din l-istituzzjoni.", "Pero' nistqarr ukoll li ma nistax inħalli ċirkostanzi fejn għas-sempliċi raġuni li tkun fil-front bench ma twassalx anke l-ilmenti pubbliċi, speċjalment meta taf li jkun hemm min qed jgħid lin-nies li \"dak\" għalxejn tkellmu, u affarijiet bħal dawn!", "Pero' mbagħad ikun hemm reazzjoni oħra fejn issib lil min jgħidlek: Isma` possibbli m'għandekx fuqhiex titkellem?", "Possibbli m'għandekx problemi biżżejjed fil-ministeru li int responsabbli minnu?", "Iva, Mr Speaker, dawn jeżistu wkoll, pero' nemmen li fl-aħħar mill-aħħar kull wieħed minna, kemm jekk tkun fil-front bench kemm jekk ma tkunx, għandu wkoll responsabiltajiet distrettwali li jrid ikompli jieħu ħsiebhom u jitkellem dwarhom, proprju għax fl-aħħar mill-aħħar il-gvern irid jipprova kontinwament jara li l-messaġġ tiegħu jkun qiegħed jasal għand l-ikbar numru possibbli ta' persuni.", "Kull wieħed minna għandu l-mod differenti tiegħu ta' kif jittratta dawn id-diffikultajiet, imma naturalment hemm il- persuni li jippretendu li l-kelma tagħhom titwassal f'dan il-parlament.", "Nista' nistqarr li fuq ċerti punti li ġieli tkellimt kien hemm reazzjonijiet u ttieħdu passi biex fil-fatt jiġu solvuti.", "Se nitkellem fuq diversi punti li mhux kollha huma problemi jew diffikultajiet li jolqtu l-gvern.", "Il-bieraħ kelli l-opportunita' li nattendi għall-ftuħ tal-Buġibba Boċċi Club, club żgħir fih innifsu, li kien ilu s-snin jitħabat biex iż-żewġ kmamar li kellu ibiddilhom u jiżviluppahom u jagħmel minnhom post aktar attraenti u akkoljenti milli kien sa ftit tax- xhur ilu għall-persuni li jiffrekwentawh.", "Matul dawn l-aħħar sitta jew seba' xhur il-kumitat li jmexxi dan il-club kien qiegħed jagħmel investiment qawwi fuq l-art li għandu għad-dispożizzjoni tiegħu - art li kienet mgħoddija lil dan il-kumitat b'riżoluzzjoni ta' dan il-parlament - biex jassigura li jkollu faċilitajiet minn dawk li kellu sa ftit taż-żmien ilu.", "Il-ħidma ta' dan il-kumitat biex ibiddel is-sit kienet ilha għaddejja numru twil ta' snin.", "Ftit tax-xhur ilu l-iżvilupp importanti li kien meħtieġ biex l-awtorita' ta' l-ippjanar ħarġet il-permessi neċessarji seħħ, u l-kumitat qatta' l-blat li kellu jaqta', bena l-bini li kellu jibni bl- għajnuna u bis-sostenn ta' numru ta' persuni li huma parti integrali mill- istess club, u l-post inbidel radikalment.", "Irrid nieħu din l-okkażjoni biex ukoll nitkellem fuq faċilitajiet sportivi oħra fl-inħawi ta' San Pawl il-Baħar.", "Bħalissa ħdejn l-iskola ta' San Pawl il-Baħar hemm post, li wkoll kien mogħti minn dan il-gvern numru ta' snin ilu, fejn numru sostanzjali ta' żgħażagħ imorru jipprattikaw is-surfing kull nhar ta' Sibt filgħodu.", "Ħdejn l-iskola ta' San Pawl il-Baħar ukoll, hemm il-club tal-boċċi l-ieħor li hu magħruf bħala Ta' l-Għażżenin Boċċi Club li ilu miftuħ madwar 17-il sena li għandu wkoll is-sehem tiegħu x'jagħti lill-komunita` ta' dawk l-inħawi.", "Hemm ukoll s-Sirens waterpolo club li minbarra l-ħidma li għamel il-gvern, hemm il-kumitat ta' dan l- istess club li qiegħed jaħdem ħafna biex itejjeb il-faċilitajiet li għandu ħalli jkompli jattira aktar żgħażagħ jipprattikaw l-isport tal-waterpolo.", "Ħdejn il-knisja ta' San Pawl Nawfragu għaddej ukoll il-bini, u qed joqrob lejn it-tmiem tiegħu, ta' l-għaqda delittanti sajjieda ta' Buġibba.", "Dawn huma numru ta' postijiet fil-lokal, minn ħafna oħrajn, li qegħdin jintużaw biex iħajru persuni jieħdu sehem fl-attivitajiet sportivi li għamilt referenza għalihom.", "Kuntrarju għal dak li jaħsbu xi wħud li l- membri ta' dawn il-kumitati li jkunu qegħdin imexxu assoċjazzjonijiet bħal dawn ma tantx ikollhom x'jagħmlu, nista` ngħid li dawn jagħmlu ħidma kontinwa u volontarja li ħafna drabi teħdilhom ammont sostanzjali ta' ħin mill-ħajja tagħhom.", "Din hija ħidma ferm meħtieġa għax tassigura li dawk il- persuni li jagħtu s-sehem tagħhom f'dawn l-attivitajiet sportivi fil-lokal tagħhom ikunu jistgħu wkoll jiddistanzjaw lilhom infushom minn problemi soċjali.", "Matul il-ġranet li għaddew kien hemm żvilupp li jikkonċerna r-residenti tal- Manikata.", "Wara li kienu ilhom għal numru ta' xhur preokkupati minħabba xi tibdil li kien propost li se jsir fir-rotta tat-traffiku, issa ġew assigurati, mill-awtorita` dwar it-trasport, li l-proposta li tgħaddi bypass minn dawk in-naħiet waqgħet.", "M'għandix dubju li meta r-residenti tal- Manikata rċevew din l-informazzjoni, b'mod speċjali dawk li kienu qed jaħsbu li dan il-proġett se jolqothom b'mod negattiv, ħadu r-ruħ u setgħu ikomplu jikkonċentraw fuq l-attivita' agrarja tagħhom.", "Issa nispera li l- persuni li matul ix-xhur li għaddew kienu qegħdin irewħu b'mod mill-iktar qawwi kontra dan l-iżvilupp, f'xi ħin jew ieħor, ikunu huma stess li jispjegaw lil dawn ir-residenti li l-proġett li kienu qegħdin ibeżżgħu lin- nies bih, wara li l-gvern iffinalizza l-pjanijiet tiegħu, m'huwiex se jsir.", "Fil-fatt kif għedt qabel, il-proposta li tgħaddi bypass minn dawk l-inħawi waqgħet.", "Sur President, la qed nitkellem dwar il-Manikata rrid ukoll nagħmel riferenza għax-xogħol tal-WSC li ilu għaddej għal numru ta' xhur, liema xogħol ħadd ma jista' jiċħad li m'huwiex neċessarju.", "Il-persuni li joqogħdu l-Manikata, b'mod partikolari dawk il-persuni li għandhom konnessjoni iktar diretta mal-Mellieħa u li allura kienu jużaw it-triq ta' wara l-knisja, t- telgħa ta' Għajn Żnuber u t-Triq tat-Tomna, matul iż-żmien li għadda kellhom jiffaċċjaw ċerti inkonvenjenzi biex jaslu sal-Mellieħa.", "Pero` issa, bix-xogħol li qed tagħmel l-WSC, dawn l-inkonvenjenzi qed jaslu lejn it- tmien tagħhom.", "Issa li x-xogħol tal-WSC prattikament wasal fl-aħħar, nispera li min għandu proposti għal xi xogħol ieħor - u li jidher li l- Enemalta għandha proposti oħrajn għal xogħlijiet oħra fl-inħawi - meta jiġi biex jwettaq ix-xogħol neċessarju għall-inħawi ma jtawwalx daqskemm tawlu tal-WSC biex lestew ix-xogħol li kellhom jagħmlu.", "Nittama wkoll li jekk ix- xogħol mhux se jibda għalissa, it-triq tiġi b'xi mod magħmula mill-ġdid b'mod temporanju biex l-inkonvenjent li ilu jaffettwa lir-residenti f'dawn ix-xhur jitnaqqas, u possibilment jispiċċa - anke jekk għal ċertu żmien - għax imbagħad se jkun hemm il-ħtieġa li jinqalgħu ċerti partijiet tat-toroq biex isiru trinek oħrajn.", "Sur President, matul il-ġimgħa li għaddiet il-ministru responsabbli mill- affarijiet rurali u ambjent kellu għal darba oħra l-opportunita' li jiġi fl- inħawi ta' Kennedy Grove, tal-Qawra u Buġibba biex flimkien ma' numru ta' persuni ħawwel siġar – din kienet parti mill-kampanja \"3 4 U\" - biex il- masġar fl-inħawi ta' Kennedy Grove ikompli jikber.", "Il-ministeru qiegħed jgħid - u qed jagħmel sew - li għall-ewwel ftit snin, jekk ikun hemm bżonn, l-aċċess dirett għan-nies f'dawn l-inħawi se jkun projbit għax sfortunatament minħabba ftit persuni ikollna ċirkostanzi fejn numru ta' siġar li jkunu tħawwlu u li jkunu ma qabdux mas-sistema tan-natura ta' l- art jinqalgħu u jiġu vandalizzati.", "Allura huwa tajjeb li dan is-sit jiġi protett.", "Għaldaqstant, jien nappella li meta jerġa` isir it-taħwil ta' siġar f'dawk l-inħawi jkun hemm involviment iktar qawwi tal-kunsill lokali, li safejn infurmat jien m'huwa involut bl-ebda mod f'dan ix-xogħol li qed isir, u l- involviment ta' l-istudenti ta' l-iskola primarja ta' San Pawl il-Baħar, għax fl-aħħar mill-aħħar jien nemmen li l-ewwel u l-ikbar imħabba li għandu jkun hemm lejn dan il-masġar għandha tiġi bl-involviment dirett tat-tfal u żgħażagħ li joqogħdu fl-inħawi ta' San Pawl il-Baħar.", "Għaliex?", "Għax se jkunu huma l-iktar li jistgħu jgawdu dan il-masġar.", "Irrid ngħid ukoll li filwaqt li huwa meħtieġ u importanti li jkun hemm dawl adegwat f'dawn l- inħawi, hemm bżonn li min waħħal id-dawl jirranġah ftit għaliex ir- reflectors li hemm qed ikunu ta' dannu għas-sewwieqa li jkunu ġejjin min- naħa tas-Salini, huma u neżlin min-naħa tat-Telgħa ta' Alla u Ommu, għax isibuhom ma' wiċċhom u jtellfuhom mill-viżta tagħhom.", "Għalhekk importanti li naraw kif nistgħu nirranġaw id-dawl f'dawn l-inħawi biex nevitaw milli ssir xi diżgrazzja.", "Dan l-aħħar fid-daħla l-antika ta' Kennedy Grove twaħħlet xi xatba.", "Nifhem ir-raġuni għaliex twaħħlet din ix-xatba, pero' wieħed irid jiftakar li l- istess inħawi antiki qegħdin iservu ta' post ta' rikreazzjoni għal numru kbir ta' nies li jiġu bil-vetturi tagħhom.", "Filwaqt li l-vetturi m'għandhomx jitħallew jidħlu fuq il-ħamrija, għandu jinstab mezz kif jitwaqqaf l-aċċess mhux mixtieq u fl-istess ħin, matul il-ġurnata, ikun hemm l-aċċess neċessarju għal dawk li jkunu jixtiequ jidħlu f'dawn l- inħawi.", "Ħaġ'oħra li qed tinkwetani hija li qed ikollna ċirkostanzi fejn numru ta' pelican lights f'diversi nħawi qed jiġu mkissra, mhux biss permezz ta' atti vandali imma wkoll b'inċidenti tat-traffiku.", "Il-weekend ta' qabel, il-pelican lights ta' ħdejn il-knisja ta' Burmarrad ġew imkissra b'inċident tat-traffiku, ġew irranġati mill-ħaddiema tal-gvern u l-weekend li għadda reġgħu tkissru f'inċident tat-traffiku ieħor.", "Onestament m'għandi l-ebda ħjiel min kienu l-persuni involuti f'dawn l-inċidenti, pero' nappella lis-sewwieqa biex kemm jista` jkun ikunu responsabbli fis-sewqan tagħhom ħalli inċidenti bħal dawn nevitawhom għax barra li jistgħu jweġġgħu huma stess, joħloqu periklu għal dawk il-persuni li jkunu jridu jaqsmu minn dawn il-postijiet tant traffikużi.", "Sur President, nixtieq ngħid li ħadt gost ninnota li fl-aħħar pjan lokali ta' pajjiżna hemm propost li l-fortizza ta' Campbell, almenu parti minnha, tiġi żviluppata b'mod li jkun jixraq lil dawn l-inħawi.", "Il-fortizza ta' Campbell sfortuntament iżżarmat u numru kbir ta' travi tal-ħadid li kien hemm fil-post insterqu.", "Pero` issa hemm proposti li wieħed jista' jqishom bħala bażi soda li fuqhom nistgħu nibnu matul iż-żmien li ġej biex il- fortizza Campbell - xi darba kienet isservi għas-suldati barranin li kienu joqogħdu f'pajjiżna - u l-inħawi ta' Selmun jiġu żviluppati kif jixraq.", "Dan l-aħħar ukoll, il-gvern minn fond apposta taħt il-ministeru tal- finanzi, ta għajnuna finanzjarja lill-Mellieħa Sports Club biex itejjeb il- faċilitajiet li għandu.", "Fl-aħħarnett irrid nappella biex ix-xogħol fuq il- bypass ta' San Pawl il-Baħar jitkompla kemm jista' jkun malajr ħalli l- inkonvenjent tat-traffiku, f'dak li huwa ammont, li jkun għaddej minn San Pawl il-Baħar, jitnaqqas.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada t-Tlieta, 21 ta' Novembru, 2006, fid-9.00 a.m. bl-agenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "PARKEĠĠ FIL-BELT VALLETTA", "22132.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jagħti lista tat-toroq li minnhom se jitneħħew l- ispazji ta' parkeġġ li huma definiti bħala illegali, fil-Belt?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Bħalissa l-awtorita' dwar it-trasport qiegħda taħdem fuq lista ta' parkeġġi illegali li se jitneħħew mit-toroq tal-Belt.", "Din il-lista tinkludi parkeġġi li bħalissa jsiru fuq il-bankini u li jostakolaw żoni pedonali; parkeġġi f'kantunieri li jostakolaw il- visibilita' ta' min ikun qed isuq kif ukoll l-abilita' ta' immanuvrar tas- sewwieqa, u parkeġġi f'toroq dojoq li mhux permess minħabba l-wisa' tat- triq.", "Dawn il-parkeġġi illegali huma kollha ta' dannu mil-lat ta' sigurta', għalhekk l-ewwel se jibdew jitneħħew mit-toroq tal-Belt Valletta.", "STALLAZZJONI TA' LIFTS FIL-GŻIRA", "22133.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Il-housing authority qiegħda f'pożizzjoni li tilqa' talbiet minn inkwilini ta' Marshall Court, Gżira għal stallazzjoni ta' lifts, billi wħud mill-fondi huma allokati mill-housing u oħrajn huma tal-privat?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: L-awtorita' tad-djar tikkonsidra applikazzjonijiet għal istallazzjoni ta' lifts:", "*fi djar privati taħt skema 7 - għajnuna finanzjarja fuq xogħlijiet ta' irranġar u titjib f'residenzi okkupati minn persuni b'diżabilita' ta' mobilita' - jekk ikun hemm persuna b'diżabilita' ta' mobilita' tgħix f'dik id-dar; jew", "*fi blokki tal-gvern mikrija taħt l-iskema dwar istallazzjoni ta' lifts fi blokki residenzjali proprjeta' tal-gvern.", "F'każ ta' blokki tal-gvern fejn jgħixu kemm inkwilini u kemm sidien, ir- residenti jistgħu japplikaw għal stallazzjoni ta' lift taħt dawn l-iskemi.", "Il-blokk li għamel riferenza għalih l-Onor.", "Interpellant hu blokk tal- privat, għalhekk ma tistax tiġi kkonsidrata applikazzjoni għal għajnuna għal istallazzjoni ta' lift f'dan il-blokk.", "VALLETTA BUS TERMINUS", "22134.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol fuq il-bus terminus tal-Belt Valletta?", "Kemm se jiġi jiswa?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "ILMA MILL-AQUIFER", "22135.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu kkalkolat li jittella' ilma mill-aquifers f'sena?", "Kemm hu kkalkolat li jinżel ilma tax-xita fl- aquifer?", "Kif inhu l-bilanċ tad-dħul u l-ħruġ f'dan ir-rigward?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Huwa stmat li madwar 33 miljun metru kubu ilma jittellgħu mill-aquifers kollha f'Malta u Għawdex kull sena.", "L-ammont ta' ilma tax-xita li jinfiltra u jinżel fl-aquifers huwa kkalkolat bħala 32% tax-xita kollha li tkun għamlet.", "Meta wieħed iqabbel id-dħul u l-ħruġ ta' l-ilma fuq tul ta' żmien (long term average) fl-aquifers kollha kull sena, isib li hemm bilanċ żgħir kumplessiv ta' madwar miljun metru kubu.", "NITRATI", "22136.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' l-Ministru jgħid f'liema livelli waslu n-nitrati abbażi tad-direttivi ta' l-EU li pajjiżna jrid ikun konformi magħhom?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Il-livell ta' nitrati indikat fid-direttiva ta' l-EU huwa ta' 50 milligram kull litru.", "In-nitrati fl-aquifers kollha f'Malta jaqbżu dan il-livell.", "Il-livell ta' nitrati fl-aquifers ta' fuq it-tafal f'Malta jeċċedi l-100mg kull litru, filwaqt li fl-aquifers tal-pjan f'Malta jinsab f'livelli ta' bejn il-50 u l- 75 milligram kull litru.", "Il-livell ta' nitrati fl-aquifer tal-pjan f'Għawdex huwa madwar 50 milligram kull litru.", "Dawn il-valuri huma averages maħduma fuq l-aquifers kollha.", "Kien għalhekk li l-pajjiż kollu ġie dikjarat bħala \"żona vulnerabbli għan- nitrati\" u qiegħed jiġi attwat programm ta' azzjoni sabiex jitnaqqsu dawn il-livelli kif stabilit mill-istess direttiva ta' l-EU.", "IRZIEZET", "22137.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn irziezet f'Malta u Għawdex li laħqu l-livelli stabiliti tal-waste treatment facilities?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jispeċifika xi jrid ifisser eżatt b'waste treatment facilities.", "ISTALLAR TA' LIFT", "22148.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru tgħid x'inhuma l-prospetti li jiġi stallat lift fir-residenza indikata separatament, fid-dawl taċ-ċertifikati mediċi on file, inklużi każi ta' sciatica?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Bħalissa l-awtorita' tad-djar għaddejja bi programm ta' istallazzjoni ta' lifts f'diversi lokalitajiet.", "Il-possibbilta' li jiġi stallat lift fil-blokk indikat se tiġi kkonsidrata fil-futur qarib.", "KAŻ DWAR PENSJONANT", "22149.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni li persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, tnaqqsietlu taxxa minn ras il-għajn iktar mis-soltu anke meta jkun hemm il-bonus maċ-cheque tal-pensjoni li rċieva skond workings tad-dipartiment tas-servizzi soċjali?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Il-persuna indikata ġiet informata bil-miktub mid- dipartiment tas-sigurta' soċjali dwar il-każ tagħha.", "TOROQ", "22151.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 21335, 21683 u 21982 u jagħti lista ta' toroq arterjali li ġew upgraded mill-2003 sal-lum?", "X'kien it-tul ta' kull triq u x'kienet l-ispiża tax-xogħlijiet?", "Liema huma t-toroq li qed isir xogħol fuqhom bħalissa u x'inhu t-tul tagħhom?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "AWTORITA' TAD-DJAR", "22153.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-pjanti tal-fond/binja indikata f'mistoqsija parlamentari 21999?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Kopja tal-pjanti tal-blokk li għalih qed issir riferenza qed jitpoġġew fuq il-mejda tal-Kamra.", "REKLAMAR KONNESS MAT-TURIŻMU", "22154.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Kemm nefqet l-awtorita' tat-turiżmu fuq reklamar f'pajjiżi oħra matul is-snin 2004 u 2005?", "Kemm se tonfoq fis-sena 2006 u kemm hu stmat li se tonfoq fis-sena 2007?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: In-nefqa ta' l-awtorita' tat-turiżmu f'reklamar f'pajjiżi oħra fis-snin 2004, 2005 u 2006 hi kif ġej:", "|2004 |Lm1,882,315 | |2005 |Lm2,098,849 | |2006 |Lm2,159,602 |", "L-ispiża għas-sena 2007 hi maħsuba li tkun viċin dik ta' l-2006.", "PROĠETTI TURISTIĊI", "22155.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' l-Ministru jgħid x'inhu t-total ta' fondi mill-Unjoni Ewropea li se jintnefqu fi proġetti turistiċi fis-sena 2007?", "X'tip ta' proġetti se jsiru, fejn se jsiru u kemm se tkun in-nefqa fuq kull proġett?", "Meta se jibda x-xogħol fuq kull proġett u meta se jintemm?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Is-sena d-dieħla mill-fondi strutturali 2004- 2006 se jintnefqu Lm697,000 fuq il-proġett ta' Ħaġar Qim u l-Imnajdra u fuq taħriġ għall-industrija tat-turiżmu.", "Kif imħabbar fil-budget, għas-sena 2007 hemm maħsub li jintnefqu Lm5.83 miljun għall-proġetti turistiċi u kulturali mill-fondi strutturali ta' l- Unjoni Ewropea 2007-2013.", "F'dan l-istadju għadu kmieni biex jingħataw dettalji fuq il-proġetti speċifiċi, minħabba kif jaħdem l-istess proċess ta' mekkaniżmu tal-fondi strutturali.", "Hemm numru ta' proġetti oħra maħsuba li jsiru permezz ta' fondi oħra mill- Unjoni Ewropea, partikolarment minn programmi ta' fondi diretti.", "Dettalji dwar dawn il-proġetti jkunu jistgħu jingħataw aktar 'il quddiem.", "SIĠAR TA' L-AKAĊJA", "22156.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid meta se jitneħħew iz-zkuk tas- siġar ta' l-akaċja li s-sena l-oħra tqaċċtu mill-inħawi ta' madwar l-iskola primarja ta' San Ġiljan, peress li qed ikerrħu l-post u jagħtu dehra ta' telqa u żdingar?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jagħmel il- mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "TRAFFIKU F'SAN ĠILJAN", "22157.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jara li jiġi mmaniġġjat aħjar it-traffiku li jgħaddi minn taħt l-iskola primarja ta' San Ġiljan peress li l-ġenituri esprimew miegħi t-tħassib tagħhom dwar li m'hemm xejn x'jgħin lit-tfal u lill-ġenituri biex jaqsmu t-triq ħalli jmorru l-iskola għax m'hemm xejn x'jikkalma t-traffiku u ta' spiss karozzi jgħaddu b'ħeffa kbira waqt li t- tfal ikunu qed jaqsmu?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jagħti l-isem tat- triq li għaliha qed issir riferenza sabiex l-awtorita' dwar it-trasport tkun tista' tevalwa din il-problema.", "SIDIEN TA' RISTORANTI", "22158.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid b'liema kriterju d-dipartiment ta' l-artijiet dan l-aħħar ikkwadrupla l-ħlasijiet li jkollhom iħallsu s-sidien ta' ristoranti li joħorġu l-imwejjed barra?", "B'liema avviż legali ġiet awtorizzata din il-qabża qawwija fil-ħlasijiet?", "Saret kordinazzjoni mal-ministeru tat-turiżmu meta ġew iffissati dawn il- ħlasijiet?", "Saret evalwazzjoni dwar l-impatt fuq ir-ristoranti li dawn il- ħlasijiet se jħallu?", "ONOR.", "TONIO BORG: M'hu minnu xejn li t-taqsima proprjeta' tal-gvern b'xi mod għolliet il-ħlasijiet li jsiru biex sidien ta' ristoranti joħorġu l- imwejjed u s-siġġijiet barra.", "Il-ħlas li jintalab mit-taqsima hu kkalkolat fuq Lm10 għal kull metru kwadru ta' art li fuqu jingħata permess.", "Din ir- rata ilha hekk għal aktar minn għaxar snin.", "POMPI TAD-DRENAĠĠ TAL-PWALES", "22159.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm- il darba waqfu jew intfew il-pompi tal-Pwales tul dawn l-aħħar tliet xhur u kien hemm żbroff ta' drenaġġ fil-bajja tax-Xemxija?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Fl-aħħar tliet xhur, il-pompi tad-drenaġġ tal-Pwales la waqfu u lanqas intfew.", "FAWRAN TA' DRENAĠĠ F'ĦAL QORMI", "22163.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO PRECA staqsiet lill-Ministru għall- Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l- Ministru jgħid x'qiegħed isir, jew għallinqas x'se jsir, min-naħa tal- gvern dwar id-drenaġġ li qed joskula fil-bidu ta' Triq l-Għargħar f'tarf Triq il-Wied Ħal Qormi, li qed jikkawża mhux biss irwejjaħ u insetti iżda detriment serju għal saħħet ir-residenti ta' l-area u għal kulmin jaħdem u/jew jgħaddi mill-akkwata?", "Jista' jordna li jsiru spezzjonijiet fuq il-post ħalli r-residenti jiġu mistoqsija dwar dak li qed jiġri, peress li hu importanti li jindikaw eżattament il-post fejn dan il-leak ta' drenaġġ qed jiżbroffa għax l- uffiċjali ma jkunux midħla ta' l-akwata u jkun diffiċli li jidentifikaw il- post eżatt?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "TWESSIEGĦ TA' TRIQ F'ĦAL QORMI", "22164.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO PRECA staqsiet lill-Ministru għall- Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jgħid meta l-kantuniera fi Triq San Ġwakkin, kantuniera ma' Triq Valletta, Ħal Qormi se tiġi mwessa' skond il-linja tat-triq li diġa' teżisti, biex jiġi megħlub il-periklu ta' blind corner, eċċ.?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "GĦAJNUNA SOĊJALI", "22165.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni għaliex persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatement, għadha qed tiġi rifjutata lilha l-għajnuna soċjali meta r-raġel tagħha, li dettalji dwaru wkoll qed jintbagħtu separatament, għadu sal-lum diżokkupat u għalhekk ħadd minnhom m'hu qed jirċievi l-ebda għajnuna soċjali u l-ebda introjtu ta' xejn?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Il-persuna indikata ġiet informata bil-miktub mid- dipartiment tas-sigurta' soċjali dwar il-każ tagħha.", "UNEMPLOYMENT BENEFIT", "22166.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru tispjega kif filwaqt li l-gvern jgħid li l-qgħad naqas, iċ-ċifri ta' l-NSO dwar in-nefqa tal-gvern fuq l- unemployment benefit qed turi li kien hemm żieda ta' aktar minn 13% f'dan il-benefiċċju, fejn f'tabella 1 l-infiq tal-gvern fuq dan il-benefiċċju juri żieda ta' Lm69,000 - minn Lm529,000 is-sena l-oħra għal Lm598,000 din is-sena?", "Tista' tagħti breakdown ta' kemm kien hemm persuni li rċevew l-unemployment benefit u kemm sewa dan il-benefiċċju kull xahar?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Twegiba tingħata f'xi seduta oħra.", "ĦRUQ FL-UNIVERSITA'", "22167.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru jgħid x'wassal għall-ħruq ta' l- istores ġewwa l-universita' u jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra:", "1) site plan tal-campus ta' l-universita' ġewwa tal-Qroqq; 2) pjanta li turi l-blokki u l-istores fejn ġara l-ħruq fid-dettal; 3) x'materjal kienu magħmula minnhom dawn l-istores; 4) kemm kienet id-distanza ta' bejn l-istores li qabdu u l-bini ta' ma' ġenbhom; 5) lista tal-kimiċi u l-kwantita' u affarijiet oħra li kienu jinżammu f'dawn l-istores li qabdu; 6) lista tal-kimiċi u l-kwantita' u affarijiet oħra li kienu jinżammu fil- bini viċin dawn l-istores; 7) kemm żmien kien ilhom jinżammu dawn il-kimiċi fl-istores li ħadu n-nar; 8) għal liema raġuni kienu jinżammu hemm; 9) x'passi ta' sigurta' kien hemm u liema passi ta' sigurta' fallew sabiex ġara dan il-ħruq?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "TINDIF TA' FLATS F'BORMLA", "22168.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru tgħid għaliex ma tteħdux passi dwar domanda parlamentari 20637?", "Tista' tara li jittieħdu l-passi neċessarji u mill-aktar fis ħalli tiġi eliminata l-problema?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jirriferi għat- tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 22035.", "NATIONAL EURO CHANGEOVER COMMITTEE", "22182.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jikkonferma l-Prim Ministru li n-national euro changeover committee dan l-aħħar xtraw għadd ta' computers u notebooks mingħajr ma ħarġet call for applications?", "Mingħand min inxtraw?", "Kemm kienu jiswew?", "Min kien responsabbli għall-kisba tal-kwotazzjonijiet?", "Għaliex ma ġewx osservati l-procurement regulations tas-soltu?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Skond ir-records tal-ministeru, ix-xiri ta' computers u laptops għan-national euro changeover committee matul l-2006 kien kif jidher hawn taħt:", "|date |PC/lapt|value |supplier | | |op | | | |3/2/0|4 PCs |Lm1,207.|FGL | |6 | |99 |Informati| | | | |on | |3/2/0|2 |Lm1,026.|FGL | |6 |laptops|01 |Informati| | | | |on | |21/6/|2 |Lm2,340 |FGL | |06 |laptops| |Informati| | | | |on | |26/6/|2 |Lm1,254.|FGL | |06 |laptops|01 |Informati| | | | |on |", "Il-computers u l-laptops fi Frar 2006 ġew akkwistati direttament mis-suq liberu, wara li tqiesu r-restrizzjonijiet ta' l-għażla u d-disponibbilta'.", "L-apparat li nxtara f'Ġunju ġie akkwistat wara li nkisbu l-kwotazzjonijiet permezz tas-sistema ta' l-informatika e-procurement.", "L-uffiċjali responsabbli biex jinkisbu dawn il-kwotazzjonijiet huma l-information management officer u finalment id-direttur tas-servizzi korporattivi tal- ministeru.", "Din is-sistema hija miftuħa għal kulħadd u l-awards li jsiru fuq din is-sistema huma aċċessibbli għal skrutinju ta' kulħadd fuq www.e- procurement.gov.mt Fid-dawl ta' dan kollu, nikkonferma li f'kull każ imsemmi aktar qabel, il- procurement regulations ġew osservati."]} {"filename": "20070326_510d_par.doc", "date": "2007-03-26", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Uffiċjali u Rivedut) L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 510 It-Tnejn, 26 ta' Marzu, 2007 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 510", "It-Tnejn, 26 ta' Marzu, 2007", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.02 p.m.", "Talba", "Seduta Nru. 510", "It-Tnejn, 26 ta' Marzu, 2007", "WERREJ", "MINUTI 410", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 410", "TQEGĦID TA' KARTI 415", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-KOSTITUZZJONI TA' MALTA (EMENDA NRU.", "2) (It-Tieni Qari)", "CONSTITUTION OF MALTA (AMENDMENT) (NO.", "2) BILL (Secomd Reading) 416", "AĠĠORNAMENT 435", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 439", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 509 li saret fil-21 ta' Marzu, 2007 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "LUKANDI - KONTIJIET TAD-DAWL PENDENTI", "23825.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Fil-preżent kemm hija ċ-ċifra ta' flus globali tal-kontijiet pendenti għall-konsum tad-dawl u l-ilma tal- lukandi privati dovuta lill-Enemalta?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni): Il-kontijiet pendenti dovuti lill-Enemalta mil-lukandi privati jammontaw għal Lm2,523,900, liema somma tinkludi l-kontijiet kollha kurrenti u konsegwentement is-somma m'hijiex indikazzjoni ta' kontijiet arretrati.", "STABBILIMENTI KUMMERĊJALI - KONTIJIET TAD-DAWL PENDENTI", "23826.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Fil-preżent kemm hija ċ-ċifra ta' flus globali tal-kontijiet pendenti għall-konsum tad-dawl u l-ilma tar- restaurants, bars u stabbilimenti kummerċjali ta' l-ikel u x-xorb dovuta lill-Enemalta?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta li tajt għal mistoqsija parlamentari 23822.", "KUMPANNIJI PRIVATI - KONTIJIET TAD-DAWL PENDENTI", "23827.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Fil-preżent kemm hija ċ-ċifra ta' flus globali tal-kontijiet pendenti għall-konsum tad-dawl u l-ilma ta' kumpanniji privati dovuta lill-Enemalta?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta li tajt għal mistoqsija parlamentari 23822.", "SPTARIJIET - KONSUM TAD-DAWL U ILMA", "23828.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita`: Kemm kien il-konsum tad-dawl u l-ilma matul l-2006 f'kull sptar separatament?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita`): Il- konsum tad-dawl u l-ilma għas-sena 2006 f'kull sptar kien kif ġej: Monte Carmeli – Lm213,985; St. Vincent de Paule – Lm644,257; Sir Paul Boffa – Lm35,070; San Luqa – Lm629,642; Zammit Clapp – Lm27,482.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Kien hemm żviluppi dwar iċ-ċaqliq ta' l-isptar Sir Paul Boffa kif ukoll ta' sptarijiet oħra, inkluż Zammit Clapp, li kellhom jiġu integrati fl-Isptar Mater Dei?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Jekk l-Onor.", "Interpellant qed jirriferi għall- pjanijiet li jien kont ħabbart f'din il-Kamra dwar dawn l-isptarijiet ngħidlu li dawn għadhom l-istess.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jiġifieri l-isptar Zammit Clapp se jkun parti mill- Isptar Mater Dei?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-isptar Zammit Clapp qatt ma kellu jkun parti mill- isptar Mater Dei.", "Aħna konna għedna li peress li dan l-isptar huwa limitat fin-numru ta' sodod, u jipprovdi riabilitazzjoni għal madwar 60 persuna biss, mhux qiegħed ilaħħaq biżżejjed mad-domanda ta' riabilitazzjoni li qiegħda ssir preżentement.", "Fil-fatt ġie kkalkolat li għall-bżonnijiet preżenti u fil-futur immedjat se jkollna bżonn madwar 300 sodda ta' riabilitazzjoni.", "Dan ifisser li mill-pazjenti ta' l-isptar San Luqa li jkollhom bżonn riabilitazzjoni, wieħed biss minn kull tlieta qed jingħata l- opportunita` li jiġi rikoverat ġewwa l-isptar Zammit Clapp.", "Fl-isptar San Luqa hemm ukoll il-problema li ħafna mill-pazjenti li jkollhom bżonn ta' riabilitazzjoni qegħdin jintbagħtu f'postijiet differenti.", "Għaldaqstant il-gvern, b'responsabilita` ddeċieda li biex inkunu aktar effiċjenti u nagħmlu l-aħjar użu mir-riżorsi tagħna, inpoġġi s- servizzi tar-riabilitazzjoni kollha taħt saqaf wieħed.", "Tant hu hekk illi l- gvern iddeċieda li biswit l-isptar St Vincent de Paule jinbena sptar ta' riabilitazzjoni fejn is-servizzi kollha mifruxin ma' Malta, ikunu taħt saqaf wieħed.", "Barra minn hekk, iċ-ċentru l-ġdid se jipprovdi wkoll riabilitazzjoni għal dawk li għandhom taħt is-60 sena li sal-lum ma setgħux jiddaħħlu ġewwa l- isptar Zammit Clapp.", "Ovvjament l-għażla ta' fejn għandna nagħmlu dan l- isptar kienet kważi waħda awtomatika fis-sens li l-aktar li jkollhom bżonn ta' riabilitazzjoni huma l-anzjani u allura jagħmel sens li jkun viċin ħafna tar-residenza St Vincent de Paule.", "Jiġifieri l-ħsieb hu li fuq medda ta' erba' snin nibnu dan l-isptar il-ġdid li jkun jakkomoda 280 sodda għar- riabilitazzjoni bis-servizzi kollha possibbli.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: X'miżuri qed jittieħdu biex dan l-isptar verament jinbena fi żmien erba' snin u mhux jiġri bħalma ġara fil-każ ta' l-isptar Mater Dei, li sal-lum għadu ma nfetaħx?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Parti mir-raġuni għalfejn l-isptar Mater Dei dam jinbena daqshekk kien il-fatt li llum spiċċajna bi sptar li ma kellu x'jaqsam xejn mal-pjanijiet oriġinali.", "Naħseb li l-kollega tiegħi jaf li fil-bidu dan l-isptar kellu jkun ta' nofs id-daqs li jinsab fih illum u kellu jservi biss għal numru ta' servizzi speċjalizzati.", "Dak il-proġett tbiddel għal darbtejn, jekk mhux tliet darbiet, biex illum spiċċajna bi sptar ġenerali li jesa' 825 sodda.", "Naħseb li m'hu fl-interess ta' ħadd li jtawwal f'dawn il-proġetti, pero` kif jaf il-kollega tiegħi, kien hemm ċerti ċirkostanzi għalfejn ġara dan, fosthom is-sentejn li għamel fil-gvern il-partit Laburista, meta ma sar assolutament xejn f'dan is-site f'Tal- Qroqq.", "Kif għedt fil-bidu, naħseb li m'hu fl-interess ta' ħadd li dawn il- proġetti jitwalu.", "Dawn huma proġetti li jibbenefika minnhom il-poplu Malti kollu u allura huwa importanti li jkun hemm l-impenn taż-żewġ naħat tal- Kamra biex il-poplu Malti jużufruwixxi minn dawn il-proġetti kemm jista' jkun malajr.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Peress li ma kien hemm l-ebda terms of reference dwar meta se jibda u meta se jitlesta dan l-isptar il-ġdid, saru l- konsultazzjonijiet meħtieġa mat-tobba, paramediċi u nies oħra biex jiġu salvagwardjati ċerti interessi marbuta mas-servizzi li jingħataw l- anzjani matul il-proċess ta' riabilitazzjoni?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Il-pjanijiet strutturali huma lesti u ġew diskussi ma' kulmin huwa konċernat pero` ovvjament deċiżjonijiet bħal dawn jittieħdu mill-gvern tal-ġurnata.", "Fil-fatt il-konsultazzjonijiet saru ma' kulmin għandu jwassal is-servizz, ma' kulmin qed jagħti s-servizz ġewwa l-isptar Zammit Clapp u ma' kulmin irid iħaddem dan l-isptar il-ġdid.", "Hawnhekk nixtieq nirrimarka xi ħaġa.", "Ħafna jippretendu li jekk fl- isptarijiet tagħna hemm madwar 4,700 ħaddiem, il-konsultazzjonijiet isiru magħhom kollha.", "Din hija xi ħaġa impossibbli.", "Naturalment il- konsultazzjonijiet isiru mad-diretturi, mal-kapijiet tad-dipartiment u ma' dawk li jirrappreżentaw il-ħaddiema.", "F'dan il-każ dawn id-diskussjonijiet saru.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Għandi nifhem li hemm biżżejjed staff għal dan l- isptar il-ġdid ta' riabilitazzjoni għall-anzjani?", "Jekk le, qed jiġu mħarrġa oħrajn ġodda?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: In-nies li jipprovdu s-servizz m'humiex qegħdin jiġu mħarrġa speċifikament għax se niftħu sptar ġdid ta' riabilitazzjoni.", "Aħna qegħdin nagħmlu sforz, li konna bdejnih fl-1987, meta ġie mwaqqaf l-istitut tal-kura għall-professjonijiet paramediċi, u minn dak iż-żmien 'l hawn in- numru ta' nurses ġewwa pajjiżna rdoppja.", "Jekk wieħed jistaqsini jekk hawnx biżżejjed, ngħidlu li fl-ebda ħin m'hawn biżżejjed u m'hu se jkun hawn iżżejjed.", "Ir-raġuni prinċipali hi li s-servizzi dejjem jibqgħu jespandu u l-mediċina qiegħda tikber minn ġurnata għal oħra.", "Pero` dan ma jfissirx li ma tagħmel xejn qabel ma jkollok l-istaff kollu in place.", "Qegħdin isiru l- isforzi kollha biex inħajru aktar żgħażagħ jieħdu din il-professjoni, li wieħed għandu jidħol għaliha u jqisha bħala vokazzjoni.", "Ma nistgħux ma niftakrux ukoll li llum f'pajjiżna ż-żgħażagħ tagħna għandhom opportunitajiet miftuħa quddiemhom.", "Għadna kemm ħabbarna l- kuntratt ta' l-iSmartCity u dan il-fatt jista' jkun li se jxekkel xi ftit minħabba li se jattira nies li setgħu jiġu mpjegati mad-dipartiment tas- saħħa.", "Pero` aħna se nkomplu bl-impenn tagħna biex inħajru kemm jista' jkun żgħażagħ f'dawn il-professjonijiet.", "Barra minn hekk irrid ngħid ukoll li f'dak li għandu x'jaqsam ma' human resources, il-problema ma teżistix biss lokalment.", "Kull pajjiż, speċjalment il-pajjiżi l-iktar żviluppati, għandhom din l-isfida quddiemhom u sal-lum għadu ma nstabx mod jew soluzzjoni waħda aħħarija għal kull pajjiż biex nibdew nilħqu l- għanijiet tagħna.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Quddiem din l-isfida ġie kkalkolat kemm hu l-ammont ta' staff li għandu bżonn jiġi mħarreġ biex inkunu nistgħu nsostnu l- programm ta' servizz ta' riabilitazzjoni f'dan l-isptar il-ġdid jew dan għad irid jiġi analizzat meta jibda l-proġett?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Kif diġa` għedt, dan l-isptar se jkun fih 280 sodda, imma naturalment dawn il-pazjenti mhux kollha jkunu jirrikjedu l-istess ammont ta' professjonisti.", "Naturalment trid tingħata riabilitazzjoni għal ċertu mard, bħal ksur, fejn aktar milli nurses se jkollok aktar il-ħtieġa ta' occupational therapists u physiotherapists.", "L-indikazzjonijiet juru li għandna biżżejjed staff - li jagħtu support services aktar milli infermiera - biex inkunu nistgħu mmexxu dan l-isptar.", "SKEJJEL – SPIŻA FUQ KONSUM TA' DAWL U ILMA", "23829.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Kemm kienet in-nefqa ta' dawl u ilma fl-iskejjel tal- gvern f'Malta u Għawdex separatament matul l-2006?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi): In-nefqa globali matul l-2006 għad-dawl u l-ilma fl-iskejjel tal-gvern f'Malta kienet ta' Lm369,818.16.", "Informat ukoll li l-kontijiet tad-dawl u l-ilma ta' l-iskejjel f'Għawdex jitħallsu mill-vot tal-ministeru għal Għawdex.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Il-gvern għamel pjanijiet dwar kif jista' jagħmel użu mill-enerġija sostenibbli, solari jew ta' xorta oħra, fl-iskejjel tal-gvern imxerrda ma' Malta u Għawdex?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-aktar possibbiltajiet fattibbli - ovvjament mhux gwidati mill-ministeru ta' l-edukazzjoni - huma fi skejjel li għandhom ċertu metraġġ ta' saqaf u allura fejn jista' jiġi stallat il-PVC.", "Pero` l- PVC għadu teknoloġija pjuttost expensive u għaldaqstant qegħdin isiru diversi studji ggwidati mill-MRA biex jagħmlu cost-benefit analysis fuq bażi finanzjarja.", "Kif irrepetejt diversi drabi f'din il-Kamra, filwaqt li l-enerġija alternattiva hija ċertament għodda li rridu nużaw fil-futur u anke b'mod immedjat, irridu nirrealizzaw ukoll li l-enerġija alternattiva, almenu fil- livell ta' tariffi li għandna f'pajjiżna, inkluż is-surcharge u l-livell ta' prezzijiet biex tinvesti f'din it-teknoloġija, mhux neċessarjament l- ekwazzjoni, tiġi favorevoli mil-lat finanzjarju.", "Ċertament hija favorevoli mil-lat ta' tnaqqis fl-emissjonijiet tal-gass, billi nilħqu l-kriterji li Malta, bħal pajjiżi oħra, trid tosserva, pero` mhux neċessarjament il- benefiċċji jittraduċu ruħhom ukoll f'benefiċċji diretti finanzjarji, anzi l- probabbilta` ħafna drabi hi li trid tissussidja fuq livell iktar għoli milli tissussidja llum.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Peress li r-risposta tal-ministru tindika li l-gvern għamel xi kalkoli jew xi analisi f'dan ir-rigward, jista' jgħidilna kemm hija n-nefqa biex naqilbu l-iskejjel tagħna għal sistema solari jew xi ġeneru ta' elettriku ieħor minflok dak li għandna llum?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jien m'għedtx li saru kalkoli fuq l-iskejjel.", "Għedt li qegħdin isiru studji fuq diversi livelli, mhux neċessarjament marbuta ma' l- iskejjel, anzi għedt ċar u tond li biex prinċiparjament tuża l-PVC trid ammont kbir ta' spazju fejn dan jiġi stallat.", "Fil-fatt hemm proġetti aktar interessanti li lanqas jikkonċernaw l-areas tal-gvern għax m'humiex kbar biżżejjed imma jikkonċernaw areas privati, fejn qegħdin naħdmu flimkien mas- settur privat biex nidentifikawhom.", "Għedt ukoll li għad m'hemm ebda konklużjoni u dan jiddependi ħafna minn kif wieħed jara l-finanzjament isir.", "Ma nazzardax ngħid li nista' nasal għal xi konklużjoni partikolari f'dan l-istadju.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Evarist Bartolo, mistoqsija supplimentari", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Kif jaf il-Ministru, dan l-aħħar f'summit ta' l- Unjoni Ewropea fuq l-enerġija, ħarġet l-idea, li diġa` bdiet titħaddem fl- Awstralja, li jitneħħew il-bozoz li jintużaw tradizzjonalment u minflokhom jitwaħħlu energy saving lights.", "Jista' l-ministru jgħid x'pożizzjoni ħadet Malta f'dan ir-rigward u jekk din il-proposta ġietx aċċettata?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Dwar il-pożizzjoni li ħadet Malta fuq dak li ntqal fis- summit inħallih f'idejn sieħbi l-Ministru Zammit, għax ovvjament hija l-MRA li tirrappreżenta l-pożizzjoni ta' Malta.", "Li nista' ngħid jien huwa dwar l- Enemalta, li prattikament qed tagħmel tliet inizjattivi partikolari.", "Waħda minnhom hi li qed nimxu l-aktar fuq l-użu tal-photavoltaic.", "Fil-fatt nista' nantiċipa li fil-ġranet li ġejjin f'wieħed mid-distribution centres tagħna se nawguraw apparat li huwa bbażat fuq il-PVC, biex b'mod ċentrali jkollna sistema li nistgħu nimmoniterjaw ongoing direttament biex naraw il- benefiċċji li joħorġu minnha.", "Fuq il-bażi l-oħra, f'diversi areas ta' Malta, qegħdin nittestjaw il-bozoz li jaħlu inqas biex naraw kemm huma effettivi fit-toroq u jinsab għaddej esperiment partikolari.", "Aktar minn hekk għaddej ukoll esperiment - safejn jien informat dan wasal fil- konklużjoni tiegħu - ta' użu ta' apparat li jintrabat mad-distribution centres tat-toroq partikolari, li tirregola l-intensita` tad-dawl skond il- ħin.", "Huwa ovvju li fl-10.00 p.m., per eżempju, ikollok bżonn ammont ta' dawl għax ikollok aktar nies u karozzi għaddejjin milli fis-2.00 a.m. Apparentement dan huwa apparat li jitwaħħal direttament fuq is-sistema ta' l-istreet lighting u l-intensita` tiġi adjusted skond il-bżonnijiet tal- ħinijiet.", "L-Enemalta qiegħda timxi fuq diversi areas partikolari biex f'dak li għandu x'jaqsam mar-responsabbilta` diretta tagħha, tikkontribwixxi biex innaqqsu l-konsum tad-dawl fil-public areas.", "Ma nafx jekk il-Ministru Zammit jixtieqx iżid xi ħaġa ma' dan.", "MR SPEAKER: Il-Ministru Ninu Zammit.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura): Sur President, hemm direttiva li tipproponi li sa l-2020 ikun hemm żieda fl-effiċjenza, jiġifieri li jkollna l-istess domanda b'inqas supply ta' enerġija.", "U waħda mill-miżuri biex immorru għal iżjed effiċjenza hija l-energy saving.", "Din is-sistema diġa` daħlet fil-pajjiż u fil-fatt hawn ħafna nies li qegħdin jixtru dawn it-tip ta' bozoz.", "Pero` l-effiċjenza ma tiġix minn hekk biss.", "Jekk it-transmission tagħna titla' minn 33 KV għal 132 KV, ir-ratio huwa ta' 132 division by 33, jiġifieri ta' 4 KV.", "Imbagħad trid timxi fuq l- isquare.", "Allura jekk inti qabel kellek 33 KV, minn transmission ta' \"X\" units qed titlef 16-il unit u jekk inti titla' minn 33 KV għal 132 KV, jekk qabel kont titlef 16-il unit, mill-istess ammont ta' transmission ta' enerġija titlef 1 unit biss.", "Imbagħad għandek affarijiet oħra.", "Per eżempju, trid toqgħod attent meta jkollok heavy consumers li jkollhom il-makni.", "Biex ikollok dak ir-reactive power ovvjament trid iddaħħal dawk li jissejħu l-capacitors u aħna dawn ilna żmien twil indaħħluhom bil-mod pero` għad baqa' iżjed x'indaħħlu.", "Fost l-affarijiet li qed insemmi mill-memorja ħafna nies għandhom il-vizzju jħallu t-television jew il-computer stand-by.", "Jekk wieħed iqis kemm enerġija tkun qiegħda tinħela f'dawk l-istand-bys tad-dawl tad-domestic appliances fid-djar kollha tal-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea, tant jitla' l- ammont, li prattikament ikollok enerġija biżżejjed biex tipprovdi għall- gżira tagħna.", "Uħud mill-inizjattivi li rridu nieħdu biex naqtgħu mill-emissions huma l- photavoltaics, il-wind energy u oħrajn.", "Aħna persważi li pajjiżna se jkompli miexi fuq din il-linja biex biha niggarantixxu li jkollna aktar effiċjenza, ikollna inqas ħtieġa li nimpurtaw fuels minn barra, ikollna inqas ħtieġa li nagħmlu generation ta' l-elettriku u allura nkunu wkoll qed niffrankaw mill-emissions li jmorru fl-arja.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Il-Ministru Zammit qed jitkellem dwar is-sistema ta' energy saving.", "Allura hu bħala ministru ppropona pjan għall-Kabinett biex din tiġi prattikata fl-entitajiet tal-gvern jew le?", "U jekk le, għaliex?", "Hemm il-ħsieb li dan jiġi kkonsidrat jew se nappellaw lill-pubbliku biex jiffranka, ngħollulu l-kontijiet, ngħollulu s-surcharge u mbagħad aħna nibqgħu fejn inkunu?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: F'dan is-sens diġa` nedejna kampanja kif għandna nidħlu għal din il-linja ġdida ta' effiċjenza fl-użu ta' l-enerġija.", "Li ma semmejtx hija l-effiċjenza fil-performance ta' enerġija li nużaw fid-djar tagħna.", "Per eżempju, aħna l-Maltin imdorrijin li meta nibnu d-djar tagħna, il-ħajt li jkun espost għal barra dejjem nagħmluh doblu, jiġifieri jkollok qoxra, vojt u ħajt ieħor.", "Issa ġara li daħlet il-moda li nużaw il- bricks.", "Allura meta l-esperti għamlu l-kalkoli fuq l-insulation ta' dan il- ħajt meta jkun magħmul mill-bricks, sabu li fejn għandek hollowed concrete blocks, dan irid jimtela' b'materjal ieħor u jagħti rendering fuq barra biex iġib ċertu tip ta' insulation ħalli b'hekk fix-xitwa s-sħana ma toħroġx minn barra u fis-sajf is-sħana ma tidħolx minn barra għal ġod-djar.", "Għas-saqaf, fejn id-drawwa kienet li nagħmlu r-reinforced concrete, imbagħad fuqha nagħmlu l-qatran jew il-membrane u l-kontrabejt, biex inżidu l-insulation tas-saqaf ta' fuq, nagħmlu r-reinforced concrete, imbagħad tagħmel il-membrane jew qatran, u ddaħħal saff bħall-jablo jew concrete.", "Imbagħad nerġgħu nagħtu l-kontrabejt kif nafuh illum, u b'hekk tkun qed iżżid l-insulation.", "L-istess meta niġu għat-twieqi.", "Fejn għandek faċċata u l-glazed area tkun inqas minn 20% ta' l-exposed area, bil-legal notice li ħriġna dan l-aħħar, jekk il-glazed area ma taqbiżx l-20% ta' l-exposed wall, hemmhekk tista' tuża ħġieġa waħda li tkun single-glazed.", "Meta inti għandek il-proporzjon bejn l-area tat-twieqi għall-area ta' l-exposed wall li tkun bejn 20% u 40%, hemmhekk trid tiġi double-glazed biex intejbu l-insulation.", "Imbagħad meta jkollok l-exposed glazed area komparata ma' l-exposed area li tkun taqbeż il-40%, hemmhekk irid jidħol detailed double glazing jew anke t- triple-glazing.", "Dawn huma kollha aspetti li qegħdin jiddaħħlu fis-sistema tal-bini tagħna biex inżidu l-insulation u nkunu iżjed effiċjenti fl-użu ta' l-enerġija.", "Ovvjament dawn l-aspetti kollha qegħdin jiġu proposti mill- gvern, bħala team, biex fil-pajjiż inżidu l-insulation u nkunu iżjed effiċjenti fl-użu ta' enerġija.", "Fl-aħħar mill-aħħar dan ikun ifisser li jkollna tnaqqis fil-kontijiet tad-dawl u jkollna wkoll inqas emissions fl- arja.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jista' l-Ministru jgħidilna jekk il-gvern huwiex qed jantiċipa li matul din is-sena l-entitajiet governattivi, bħal skejjel, sptarijiet, dipartimenti u mużewijiet, humiex se jkunu aġġornati billi tintuża s-sistema ta' energy saving li ta' eżempju għall-bqija tal-familji Maltin u Għawdxin?", "Jekk le, x'inhi r-raġuni?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Naturalment dan il-proċess m'huwiex se jsir mil-lum għal għada.", "It-target hu li sas-sena 2020, inkunu żidna l-effiċjenza tagħna bi 20%.", "Fil-fatt dawn l-inizjattivi diġa` bdew deħlin.", "L-Onor.", "Bartolo semma l-energy efficient bulbs.", "Hawn skejjel f'Malta li fuqhom diġa` għamilna l-photovoltaic panels.", "Anke fil-works division, fejn hemm il-ministeru, hemm saqaf minnhom li ġie nfurrat bil-photovoltaic panels.", "Dawn huma affarijiet li jiddaħħlu gradwalment u ma jistgħux isiru mil-lum għal għada għax qabel xejn il-cost tal-photavoltaic panels għadhom prohibited.", "Dan għaliex jekk il-power station tagħna tagħmel użu mill- photovoltaic panels, il-konsum jiġi ogħla.", "Għalhekk fil-preżent ma jaqbillekx tinvesti f'dan il-qasam għax l-ispiża ta' l-enerġija minflok tkun qed tnaqqasha tkun qed iżżidha.", "Jiġifieri għalkemm dawn huma sistemi tajbin, iridu jidħlu fil-pajjiż gradwalment u l-ħsieb tagħna hu li sas-sena 2020, inkunu żidna l-effiċjenza ta' l-enerġija b'20%.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Tqegħid ta' Karti.", "Il- Ministru Zammit Dimech.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (Ministru għat-Turiżmu u Kultura): Sur President, f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi, inqiegħed fuq il- mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru. 57 ta' l-2007 – Regolamenti ta' l-2007 li jemendaw ir-Regolamenti dwar il-Kuntratti Pubbliċi;", "Avviż Legali Nru. 58 ta' l-2007 – Direttiva ta' l-2007 dwar id- Depożitarju Elettroniku Ċentrali għall-Bills tat-Teżor ta' Malta;", "Avviż Legali Nru. 59 ta' l-2007 – Regolamenti ta' l-2007 dwar id- Dematerjalizzazzjoni tal-bills tat-Teżor ta' Malta;", "Avviż Legali Nru. 60 ta' l-2007 – Regolamenti ta' l-2007 li jemendaw ir-Regolamenti dwar Direttivi ta' l-Unjoni Ewropea; u", "Avviż Legali Nru. 61 ta' l-2007 – Avviż ta' l-2007 dwar Eżenżjoni mit- Taxxa fuq l-Income (Xogħol Filantropiku); u", "f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi nqiegħed fuq il- mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar id-dixxiplini sportivi, iċ-ċentri sportivi u l-għadd ta' studenti li qegħdin jieħdu sehem fi Skolasport, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numuru 24365; u", "f'isem il-Ministru għall-Kompetittivita` u Komunikazzjoni nqiegħed fuq il- mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru. 55 ta' l-2007 – Regolamenti ta' l-2007 li jemendaw ir-Regolamenti dwar Networks u Servizzi ta' Komunikazzjonijiet Elettroniċi (Ġenerali); u", "Tabella li turi l-għadd ta' mobile phones fil-Ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta` tal-Ministru għall- Kompetittivita` u Komunikazzjoni, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 24568.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Louis Deguara.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar kiri ta' vannijiet u trakkijiet matul l-2006 u l-2007 mill-Ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħt ir-responsabilita` tal-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunita`, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 24404;", "f'isem il-Ministru għal Għawdex, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar kiri ta' vannijiet u trakkijiet matul l-2006 u l-2007 mill-Ministeru u dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta` tal- Ministru għal Għawdex, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 24403;", "Tabella li turi l-għadd ta' mobile phones fil-Ministeru u dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta` tal-Ministru għal Għawdex, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 24570;", "Tagħrif dwar konsulenti jew kumpanniji ta' konsulenti, lokali u barranin, li għamlu użu minnhom il-Ministeru u dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta` tal-Ministru għal Għawdex matul l-2006, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 24599; u", "f'isem il-Ministru għall-Familja u Solidarjeta` Soċjali nqiegħed fuq il- mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru. 56 ta' l-2007 – Ordni ta' l-2007 dwar l-Awtorità tad- Djar (Trasferiment ta' Proprjetà); u", "Avviż Legali Nru. 62 ta' l-2007 – Regolamenti ta' l-2007 dwar l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Emenda tal-Ħames Skeda).", "MR SPEAEKR: Grazzi.", "Il-Ministru Jesmond Mugliett.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT (Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Korrezzjoni għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 24562 fis-seduta tal-21 ta' Marzu 2007 dwar persuni sospiżi minn ma' l-Awtorita` dwar it-Trasport.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet miniserjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal- Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-KOSTITUZZJONI TA' MALTA (EMENDA NRU.", "2)", "CONSTITUTION OF MALTA (AMENDMENT) (NO.", "2) BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri", "Ikompli mill-21 ta' Marzu 2007", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet", "MR SPEAKER: Rimarki?", "L-Onor.", "Anthony Abela.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (Segretarju Parlamentari): Sur President, quddiemna għandna abbozz ta' liġi b'żewġ emendi.", "Waħda minnhom tirrifletti r-riżultat ta' analiżi li saret fuq dawk in-nies li ġeneralment, minħabba l-pożizzjoni tagħhom, ikunu ħadu ċerta esperjenza u li sal-lum iridu jirtiraw għax ikunu għalqu 60 sena.", "Dawn ikunu nies li għamlu żmien fil-professjoni legali tagħhom u jkunu nħatru maġistrati jew xi karigi oħra kemm fis-settur ċivili, kemm fis-settur kummerċjali, kemm fis-settur kriminali u anke fis- settur amministrattiv.", "Hawnhekk wieħed jirrealizza tliet punti, Sur President.", "L-ewwelnett illum bniedem qed jgħix aktar u barra minn hekk grazzi għall- għaqal ta' dan il-gvern, sar it-tibdil neċessarju sabiex aħna nkunu ċerti li għada pitgħada jkollna pensjoni li tkun sostenibbli u li biha wieħed jista jgħix ħajja diċenti.", "Għalhekk aħna nħossu li fil-każ tal-ġudikanti - li jeħtieġ li jkunu nies ta' ħsieb u ta' esperjenza li kapaċi jifhmu l- evidenza u jiġġudikaw – ikun ta' vantaġġ li dawn jaħdmu aktar fit-tul kif fil-fatt jistgħu jagħmlu grazzi għal dawn l-emendi.", "Fil-fatt aħna għandna imħallfin Maltin f'pożizzjonijiet barra minn Malta li għandhom saħansitra 70 sena u aktar u xorta għadhom jipparteċipaw bl-aktar mod eżemplari f'dawn l-istituzzjonijiet u b'hekk jagħtu isem tajjeb lil pajjiżna.", "Hawnhekk ta' min isemmi lill-Imħallef Giovanni Bonello, lill-Imħallef Ina Cremona u lill- Imħallef Agius u oħrajn li stabbilixxew ruħhom fuq bażi internazzjonali għas-serjeta` u l-esperjenza li wrew u b'hekk għamlu ġieħ lill-ġudikatura ta' pajjiżna.", "Sur President, il-ġudikatura kellha l-ups and downs tagħha u sfortunatament matul l-aħħar snin kellna anke każijiet ta' ġudikanti li ammettew li żbaljaw waqt il-qadi ta' dmirijiethom.", "Pero` jekk wieħed iħares lejn l-istorja tal-ġudikatura Maltija jsib li kien hemm livell għoli fil- ġudikatura tagħna.", "Hawnhekk qed nirriferi kemm għal dawk il-ġudikanti li baqgħu jiġġudikaw saż-żmien pensjonabbli kif ukoll għal dawk li għażlu li jirtiraw mill-ġudikatura u jmorru fil-professjoni privata jew bħala konsulenti tal-gvern.", "Nistgħu ngħidu li hawnhekk issib minjiera ta' esperjenza ta' snin twal.", "Dawn ma jkunux raw biss il-każ min-naħa ta' l- attur u l-konvenut imma jkunu raw il-każistika kollha u allura, bl-iżjed mod inkrepattiv, dawn ikunu jridu jiddeċiedu bejn dak li hu legali u permissibbli u xi kultant mhux etiku, u dak li huwa illegali u mhux permissibbli pero` li fl-opinjoni tagħhom jista' jkun etiku.", "Wieħed irid jgħid li fil-konfront ta' nies li spiċċaw mill-ġudikatura xorta baqa' dak ir-rispett li wieħed jibqa' jirriferi għalihom f'ċerti tip ta' xogħol legali.", "Per eżempju, dan l-aħħar ħalliena l-Avukat Riccardo Farrugia li għamel żmien imħallef.", "Dan kien imħallef tajjeb li kien għażel li jirtira mill-ġudikatura biex imur lura fil-professjoni privata pero` xorta baqa' a point of reference minħabba l-ekwita` u l-etika għolja li dejjem żamm fl- eżerċizzju tal-professjoni tiegħu u fl-istess ħin l-esperjenza tiegħu dejjem wasslet biex jipprova jsib l-aktar triq ekwa biex jiddeċiedi l- affarijiet.", "Imbagħad għandna l-fatt li eventwalment ħafna ex-imħallfin jew ex- maġistrati jispiċċaw konsulenti, chairpersons jew inkella jieħdu sehem f'xi studji li jkun hemm bżonn isiru jew fl-ikkappeġġjar ta' inkjesti biex il- gvern jaċċerta ruħu li jkun hemm in-nies aċċettabbli u apolitiċi li jkunu aċċettati miż-żewġ naħat u li jkunu imparzjali fid-deċiżjonijiet tagħhom.", "Dawn ikunu nies li minbarra li jkunu studjaw u żammew ruħhom aġġornati, ikunu nies li kkwalifikaw bl-aktar mod sod f'dik li jgħidulha l-esperjenza tat-triq tal-professjoni.", "Għalhekk huwa pass għaqli dan li l-gvern wasal għalih u li forsi stajna naslu għalih qabel ukoll.", "Pero` aktar ma timmatura d-demokrazija f'dan il-pajjiż u aktar ma rridu li f'dan il-pajjiż ikollna nies ekwi li jiġġudikaw, aktar irid ikun hemm minn dawn in-nies fil- ġudikatura tagħna.", "Sur President, nixtieq nitkellem ukoll fuq is-sitwazzjoni ta' l-ombudsman.", "Il-gvern tal-lum irid jaċċerta ruħu li ma jirrepetux ruħhom sitwazzjonijiet fejn in-nies ikunu mweġġgħin bil-mod kif il-gvern jaħdem magħhom u ma jkunx hemm strutturi li jaċċertaw li dawn in-nies isibu sodisfazzjon għal dik l- inġustizjza li tkun saritilhom meta wieħed jeżamina l-każ b'mod oġġettiv.", "Dan jirrifletti fuq kif kienet il-ġudikatura qabel u kif inhi l-ġudikatura llum.", "Illum m'hemm ebda indħil fuq il-ġudikatura min-naħa tal-gvern u mhux darba jew tnejn li rajna imħallfin li fl-analiżi tagħhom jiddeċiedu li minkejja li l-gvern ikun illeġisla mod, il-gvern xorta ma jingħatax raġun u minħabba li s-sitwazzjoni politika hija dik li hi, ma jsibuhiex diffiċli li f'każ ta' bżonn jiddeċiedu kontra l-gvern.", "Sfortunatament, is-sitwazzjoni mhux dejjem kienet hekk u għamilna żmien fejn persuna aggravata ma kenitx issib is-sodisfazzjon fil-qorti.", "Wieħed biżżejjed jgħid li għamilna żmien fejn anke l-qorti kostituzzjonali – din suppost għandha tkun l-aktar post għoli fejn wieħed ifittex is-sodisfazzjon jekk id-drittijiet tiegħu jiġu mkasbra - kienet sospiża f'pajjiżna.", "Għaddew 20 sena minn dakinhar pero` ma rridux ninsew li dawn l-affarijiet ġraw meta l-gvern kien elett b'mod demokratiku u meta l-istess gvern kien jidhirlu li jekk tittieħed deċiżjoni kontra l-gvern minn imħallef jew ieħor ikun hemm musical chairs ta' l-imħallfin fid-diversi pożizzjonijiet tagħhom fil-qorti.", "Minħabba f'hekk konna f'sitwazzjoni fejn imħallef kien jibża' jagħti deċiżjoni kontra l-gvern għax kien jaf li kif jagħti dik id- deċiżjoni, kellu ċans tajjeb li jiġbdulu t-tapit minn taħt saqajh.", "Fil-fatt mhux darba jew tnejn li rajna ġudikanti fil-qorti jinbidlilhom is-siġġu tagħhom u jiġu assenjati xogħlijiet oħrajn.", "Kellna diversi minnhom dawn li ma kenux jingħataw xogħol imma kienu jinżammu hemmhekk biex iservu ta' stopgap għall-oħrajn.", "Fl-istess kontest kellna ħafna nies li ħassew li bejn l-1971 u l-1987 kienu ġew aggravati mill-mod kif il-gvern ittrattahom f'kontesti ta' impjieg, amministrazzjoni ta' servizzi soċjali u trattament mill-pulizija jew l-armata.", "Il-verita` hi li malli l-partit Nazzjonalista tela' fil-gvern fl-1987, dan ħoloq il-kummissjoni ta' l-inġustizzji biex tindirizza l-eluf ta' ilmenti li konna nisimgħu minħabba l-mod kif mexa l- gvern ta' qabel.", "Fost oħrajn, kien hemm ilmenti fuq l-impjiegi - kemm min jimpjega u kemm min iħaddem – u anke fuq il-permessi tal-bini għaliex wieħed kien jingħata permess jibni u ieħor le.", "Aħna konna ħloqna l- kummissjoni ta' l-inġustizzji biex din tinvestiga l-aġir tal-gvern tal- passat.", "Fil-fatt f'ħin minnhom kienu saru żewġ kummissjonijiet għax kien hemm ħafna każi u ilmenti.", "Imbagħad x'ġara, Sur President?", "Wara ċertu żmien bdew ħerġin ir-riżultati u kien hemm każi fejn dak li ppreżenta ilment ma ngħatax raġun minkejja li fis-soġġettivita` tiegħu deherlu li saret inġustizzja miegħu għax fl- oġġettivita' tal-ġudizzju tal-kummissjoni ta' l-inġustizzji, dan ma kellux raġun.", "Per eżempju, sal-lum hemm min għadu ffastidjat għax deherlu li l- gvern ta' bejn l-1987 u l-1996 kellu jieħu dawk il-passi meħtieġa biex jassigura li l-ilment tiegħu jiġi sodisfatt pero' mhux kulħadd seta' jiġi sodisfatt.", "Għal dawk li ngħataw raġun mill-kummissjoni, il-gvern ġeneralment aċċetta d-deċiżjoni u kkumpensa b'mod xieraq, fil-kontest ta' kemm seta' jkkumpensa, b'mod monetarju jew b'mod ieħor.", "L-ilmenti kienu jvarjaw minn każi ta' problemi frivoli għal każi fejn nies baqgħu jbatu b'mod permanenti minn problemi fiżiċi.", "F'demokrazija vera fejn tirrenja r- rule of law u l-good governance, din il-kummissjoni ma kienx ikollha tiffaċċja dawn il-problemi.", "Sur President, bejn l-1996 u l-1998 il-partit Laburista ipprova jagħmel xi ħaġa simili pero` l-ammont ta' redress li dak li jkun seta' jieħu, ġie limitat.", "Illum il-gvern Nazzjonalista ħatar l-ombudsman b'liġi, liġi li ż- żewġ naħat naqblu fuqha.", "Dwar dan qbilna darbtejn, kemm meta kien hemm is- Sur Sammut u anke issa li hemm l-ex-imħallef Said Pullicino, li minkejja l- eta` tiegħu qiegħed juri li huwa bniedem idoneu għal din il-pożizzjoni.", "Dan qed iħares lejn il-każijiet b'mod oġġettiv u hemm fejn jagħti pariri u hemm fejn jieħu d-deċiżjonijiet.", "Li hu tajjeb fl-ombudsman hu li malli jkun hemm ilment, l-ewwel jiġi trattat b'mod ħafif forsi l-partijiet jiftiehmu pero` jekk imbagħad ma tinstabx soluzzjoni, l-ombudsman jidħol aktar fil-fond tal- każ u jiddeċiedi hu.", "Dan huwa mezz li jassigura liċ-ċittadin li jkun hawn good governance għax iġiegħel lil min qiegħed f'pożizzjoni li jikkmanda biex jiddeċiedi b'mod tajjeb u ma jaġixxix b'mod frivolu jew b'kapriċċ kontra l-bżonnijiet individwali taċ-ċittadini.", "Min jikkmanda ma jistax jaġixxi b'mod li għax hu akbar jew b'saħħtu aktar minn ħaddieħor, dan jista' jimmaltratta jew ma jimxix b'mod xieraq maċ-ċittadini.", "Allura llum qegħdin f'pożizzjoni fejn dawk in-nies li jiftħu l-każi quddiem l-ombudsman huma kważi aċċertati li se jkollhom deċiżjoni oġġettiva.", "L-ombudsman huwa apolitiku għax igawdi l-fiduċja taż-żewġ naħat tal-Kamra u anke għandu esperjenza kbira u dan kien jgħodd kemm għas-Sur Sammut kif ukoll għall-ex- Imħallef Said Pullicino li kien avukat, imħallef u anke prim imħallef.", "Sur President, fil-kontest ta' l-eżerċizzju tax-xogħol tagħhom dawn in-nies qegħdin jissettjaw binarji ta' kif, kemm u fejn wieħed għandu jaħdem.", "Allura wieħed jasal biex jgħid li wasal iż-żmien li l-pożizzjoni ta' l- ombudsman tiġi konsolidata għax il-funzjoni tiegħu tgħin lil kull gvern li jiġi elett b'mod demokratiku.", "Il-pożizzjoni ta' l-ombudsman se tgħin biex ikun hemm aktar kontroll fuq in-nies li jifformaw parti mill- amministrazzjoni.", "Dan qed isir għax lilna d-deputati jiġġudikana l-poplu fl- elezzjoni ġenerali.", "Jekk il-poplu jidhirlu li l-gvern qed jimxi tajjeb jivvotalu, jekk le jitfgħu fil-bankijiet ta' l-oppożizzjoni u jtella' lil ħaddieħor.", "F'sistema demokratika din hija ħaġa naturali u tiġri f'kull pajjiż verament demokratiku.", "Ovvjament meta wieħed jiddeċiedi li jibdel lil min ikun fil-gvern, dan għandu jagħmel hekk għax il-partit l-ieħor ikun aħjar jew fl-ideat jew inkella fil-mod ta' kif iwettaq.", "Pero` dan jgħodd biss għal karigi politiċi għax min jaħdem fid-dipartimenti tal-gvern u jieħu ċerti deċiżjonijiet fil-konfront taċ-ċittadin m'għandux l-istess checks.", "L-ebda skrivan f'dipartiment ma jiġi mqiegħed fil-pożizzjoni li jiġi ġġudikat mill-poplu jew minn ħaddieħor dwar kif ikun qed jaħdem fix- xogħol tiegħu.", "Allura huwa importanti li l-impjegat ikun jaf li hemm xi ħadd li jgawdi l-fiduċja tal-poplu Malti li se jidħol u jinvestiga l-operat tiegħu, jekk jinqala' xi każ, u anke tittieħed deċiżjoni dwar dan.", "Sur President, jien naħseb li din hija ħaġa tajba għall-pajjiż tagħna, speċjalment biex dan il-pajjiż ikompli jaħdem taħt ir-rule of law.", "Kif diġa` qalu l-Onor.", "Farrugia u l-Onor.", "Herrera min-naħa ta' l-oppożizzjoni, din hija liġi li ttejjeb is-sitwazzjoni u allura lkoll kemm aħna se nivvotaw favur tagħha.", "Minkejja dan xorta jkun tajjeb li din il-liġi tiġi dibattuta għaliex ikun hemm ċerti affarijiet li minkejja li taqbel magħhom, tkun trid iżjed dettalji fuqhom.", "Dan għandu jsir mhux biss biex inkunu ddeċidejna 'l hemm jew 'l hawn imma sabiex għada pitgħada bniedem f'każ ta' bżonn ikun jista' janalizza t-thinking u d-direzzjoni li ried jagħti l- leġislatur u x'kienet l-ambizzjoni li ried jasal għaliha.", "Jiena nawgura mhux biss li l-ombudsman ikompli jżid fl-operat tiegħu pero` jkompli jtejjeb il-livell għoli li diġa` kiseb għaliex naħseb li dan jagħmel ġieħ għall-għaqal ta' dan il-parlament li għażel li joħloq din il- kariga li tirrikjedi bniedem li jkun jaf sewwa l-amministrazzjoni tal- pajjiż, li jkun jaf x'jippermettu f'dan il-pajjiż u li f'dak li jiddeċiedi, jkollu qalb u jkollu ruħ.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT (Kap ta' l-Oppożizzjoni): Sur President, l-aktar li nixtieq nitkellem fuq dan l-abbozz ta' liġi huwa fir-rigward tal-kriterji u kondizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma' l-ombudsman.", "Qed nirriferi għal dak li għandu x'jaqsam mal-proviżjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal- maġistratura u nixtieq ngħaddi sempliċement żewġ rimarki.", "L-ewwelnett naqbel li għandu jkollna estensjoni ta' l-eta` ta' maġistrat għaliex kif irrimarka tajjeb l-Onor.", "Herrera din m'hijiex xi ħaġa li tista' tinsa u twarrab, u allura huwa tajjeb li wieħed jaċċetta l-eta` ta' 65 sena f'dan il-qasam.", "It-tieni punt tiegħi huwa dan, Sur President.", "Jekk jien informat tajjeb, fl-istess ħin li qed immexxu dawn il-provvedimenti qed issir inġustizzja ma' l-ex-maġistrati Montebello u Joe Cassar li għalqu s- 60 sena riċentement.", "Il-gvern kien jaf li dawn kienu waslu fit-tmiem tal- kariga tagħhom u din il-liġi ilha fuq ir-runway għal numru ta' xhur.", "Għalhekk naħseb li kien ikun ġust li wieħed b'xi mod jew ieħor irranġa, fis- sens tajjeb tal-kelma, biex dawn iż-żewġ maġistrati jinżammu sakemm tgħaddi din il-liġi u mhux qgħadna nistennew li joħorġu mis-sistema biex inressqu din il-liġi.", "Ma nafx għal-liema raġuni ma sarx hekk imma naraha inġusta, u forsi wieħed irid jirrifletti, għaliex saret din l-inġustizzja u kif tista' tissewwa, Sur President.", "Issa se niffoka fuq it-tibdil li qiegħed jiġi propost fil-liġi li għandha x'taqsam ma' l-ombudsman fejn qed nipproponu li din tidħol fil- Kostituzzjoni b'mod li tiġi salvagwardata biż-żewġ terzi.", "Din hija miżura tajba imma forsi l-portata tagħha hija aktar simbolika milli xi ħaġa oħra, meta tqis l-effett tagħha fuq il-ħajja ta' kuljum taċ-ċittadini u tal- familji.", "Ċertament li hawn kunsens fuq iż-żewġ naħat ta' din il-Kamra li l- istituzzjoni ta' l-ombudsman hija istituzzjoni ta' min jaċċettaha, jippromwoviha u jagħtiha kull ġieħ u saħħa.", "Imbagħad ir-realta` hija differenti fis-sens li nistgħu ndaħħlu miżuri u nkunu attenti li nwettqu ħidma biex l-operat ta' l-ombudsman nagħtuh is-saħħa li tixraqlu.", "Jien naħseb li rridu naraw din il-ħaġa b'mod wiesgħa u l-ewwelnett irridu nistaqsu: Kif se nkunu qed nikkonsidraw il-funzjoni u l-uffiċċju ta' l- ombudsman fiż-żmien li ġej?", "Issa għandna ċerta esperjenza ta' l-operat ta' l-ombudsman minn kif ħadem f'dawn l-aħħar snin u rridu naraw kif se nkunu qegħdin naħdmu ħalli l-operat u l-funzjonijiet tiegħu nagħtuhom aktar saħħa u portata akbar.", "L-ombudsman hu t-tarka taċ-ċittadin u qiegħed hemm bħala strument taċ-ċittadin.", "Kienu l-pajjiżi Skandinavi li mmudellawh l-ewwel b'mod li dan iservi bħala t-tarka taċ-ċittadin meta dan jiġi f'konfront ma' l-istituzzjonijiet ewlenin ta' l-Istat.", "Pero` jien naħseb li l-ombudsman għandu jitqies ukoll bħala ankra tal-kontabilita` fil- pajjiż.", "F'soċjeta` demokratika li għandna aħna, il-kontabilita`, jiġifieri r- responsabbilta` li wieħed jassumi għad-deċiżjonijiet li jieħu fil-qasam pubbliku u fil-qasam privat fejn dan għandu impatt fuq il-pubbliku, hija xi ħaġa li għadha ma ġietx elaborata u msaħħa biżżejjed.", "Għad fadlilna x'naħdmu fuq li tkun responsabbli għad-deċiżjonijiet li tieħu u li din ir- responsabbilta` mbagħad tfisser ukoll sanzjonijiet jekk inti tkun ħadt deċiżjonijiet ħżiena.", "Allura rridu niflu l-operat u l-istituzzjoni ta' l- ombudsman fuq dawn iż-żewġ binarji, Sur President.", "Nerġa' ngħid li l- ombudsman għandu jkun it-tarka taċ-ċittadin u l-ankra tal-kontabilita` f'pajjiżna u fuq dawn iż-żewġ binarji għandna ħafna x'nagħmlu.", "Mhux biżżejjed il-miżura simbolika li qed nieħdu bħalissa, li hija meħtieġa, imma hemm bżonn ta' riflessjoni u ta' deċiżjonijiet ħafna iktar qawwija u profondi.", "Jien nistaqsi x'inhu l-isfond ta' dak li qegħdin nitkellmu dwaru.", "L-isfond huwa x'mudell ta' soċjeta` l-ombudsman qed jopera fiha.", "Infakkar li l-ombudsman m'huwiex emanazzjoni tal-gvern jew ta' l- oppożizzjoni tal-ġurnata imma huwa emanazzjoni tal-parlament fir- riflessjoni ta' kif qed topera s-soċjeta` tagħna.", "Allura minnufih il-kwestjoni ddur fuq x'tip ta' soċjeta` qegħdin ngħixu fiha u x'inhu l-mudell tagħha.", "Ma nistgħux nitilqu mill-ħsieb li sempliċement tagħmel ftit regoli legali u dawn se joperaw waħedhom.", "Dan huwa aktar importanti minn hekk, Sur President.", "Irridu nirriflettu fuq kif is-soċjeta` tagħna qed topera b'mod li torbot il-qasam ekonomiku mal-qasam soċjali u mal-qasam politiku.", "Sur President, għandna mudell ta' soċjeta` li tibbaża ruħha fuq is-suq ħieles, fejn il-ġid u d-deċiżjonijiet ekonomiċi jittieħdu, kemm jista' jkun, minn entijiet u intrapriżi privati li jikkompetu bejniethom f'suppost suq ħieles.", "Imbagħad għandna wkoll kontest aktar wiesa' mill-kontest nazzjonali, dak tal-globalizzazzjoni fejn l- ekonomija tagħna qiegħda tgħum f'xibka sħiħa ta' relazzjonijiet mondjali bbażati wkoll fuq is-suq ħieles u fuq il-kompetizzjoni bejn intrapriżi kbar jew żgħar - ġeneralment kbar - li jridu jagħmlu profitt u jakkwistaw is- swieq.", "Imbagħad għandna fuq bażi nazzjonali u fil-qafas ta' l-Unjoni Ewropea, qafas kontinentali u stat regolatur li r-rwol tiegħu kemm jista' jkun huwa dak li jirregola l-attivita` ekonomika tal-privat.", "L-istat regolatur qed jiġġudika u jirregola kif is-settur privat imexxi l-ħidma tiegħu, dejjem fuq il-binarju ta' kompetizzjoni imma din ir- regolamentazzjoni hija kruċjali.", "Aktar u aktar din qed issir issa fuq bażi ta' l-Unjoni Ewropea bħala fattur kontinentali.", "Aktar milli jirregola, l- Istat qiegħed ukoll f'ħafna każi - għalkemm ma jgħidx hekk - jikkontrolla ċerti deċiżjonijiet li mbagħad jiddeterminaw kif jittieħdu d-deċiżjonijiet ekonomiċi, li jfissru qligħ, spejjeż, impjiegi, profitti u kif jitqassam il- ġid maċ-ċittadini.", "Aktar minn hekk irridu nifhmu li l-Istat għadu qed jassumi - għalkemm din mhux dejjem toħroġ ċara biżżejjed - poteri kbar fuq oqsma, bħal per eżempju, l-ambjent u d-drittijiet individwali u anke jkun hu li jiddeċiedi kif iqassam il-budget nazzjonali.", "Dawn huma kollha deċiżjonijiet li fuqhom l-Istat għandu kontroll kbir.", "Dan qed iwassal – din ilha ġejja imma issa qed toħroġ aktar ċara - li jkun hemm interessi kbar stabbiliti fil-pajjiż li jkunu mexjin biex jieħdu sopravvent ġdid ta' poter fis-soċjeta` tagħna.", "Fis-settur privat għandna min qiegħed minn fuq, misjuq mill-poter ta' flus u għandu influwenza enormi fuq ċerti deċiżjonijiet li jittieħdu u fis- settur tal-gvern imbagħad għandna interessi politiċi individwali u partiġġjani ta' klikek li huma misjuqa mill-ħtieġa ta' kontroll politiku u li l-ħin kollu qegħdin jeżerċitaw pressjonijiet f'ċerti direzzjonijiet.", "Sur President, dawn huma affarijiet li qed jiġru f'kontest ta' demokrazija u f'kontest ta' ftuħ fejn kulħadd jista' jitkellem u jevalwa dak li jkun għaddej.", "Waqt li min-naħa nkunu qed ngħidu li nemmnu f'ċerti valuri, effettivament id-deċiżjonijiet ħafna drabi jkunu qegħdin jittieħdu skond il- bilanċ li dawn il-poteri differenti - kultant moħbija, kultant okkulti u kultant trasparenti - jaslu għalih fis-soċjeta` tagħna.", "Allura jien nemmen li meta nkunu qegħdin naċċettaw li din hija s-sitwazzjoni, irridu nifhmu wkoll x'inhuma l-valuri li jippernjaw dak li jkun qed jaspira l-ħolqien ta' istituzzjonijiet li b'xi mod jew ieħor joħolqu bilanċ aħjar bejn dawn l- interessi.", "Bilanċ aħjar għal-liema raġuni?", "F'liema kontest irridu bilanċ aħjar bejn dawn il-forzi kbar li semmejt, li rridu jew ma rridux, jiddeterminaw id-deċiżjonijiet li jittieħdu f'pajjiżna?", "Hawnhekk ukoll nemmen li rridu naffermaw - anke meta nkunu qegħdin ngħaddu din il-liġi li l-oppożizzjoni Laburista se tivvota favur tagħha - x'inhuma l-valuri li qegħdin iwasslu biex nieħdu d-deċiżjonijiet li qegħdin nieħdu anke dwar l- ispazju li għandna nħallu għall-istituzzjoni ta' l-ombudsman u l-portata li għandna nagħtu lil dan l-ispazju.", "L-ewwelnett hemm il-valur tad-demokrazija, Sur President.", "Irridu naraw l- istituzzjoni ta' l-ombudsman bħala istituzzjoni li qiegħda ssaħħaħ id- demokrazija f'pajjiżna, id-demokrazija mhux biss politika imma d- demokrazija ekonomika u d-demokrazija fis-sens istituzzjonali.", "M'għandux ikun hemm istituzzjoni waħda jew focus politiku wieħed li awtomatikament jiddeterminaw kif għandhom jittieħdu d-deċiżjonijiet.", "Imbagħad jidħol il- valur li jiddetermina r-rispett lejn l-interess tad-drittijiet tal-bniedem u allura hawnhekk qegħdin inpoġġu 'l quddiem l-interess taċ-ċittadin meta ngħidu li għandna bżonn istituzzjoni ta' l-ombudsman.", "Nemmen ukoll fil- valur tar-rispett lejn l-interess tal-minoranza.", "L-aktar li tispikka f'dan il-kontest hija l-minoranza politika għax qegħdin f'pajjiż fejn meta jkollok gvern ta' naħa, nofs il-pajjiż iħoss li dak mhux il-gvern tiegħu u ħafna drabi fir-realta` hekk ikun, imbagħad meta tinqaleb il-maġġoranza, ikollok in-nofs l-ieħor tal-pajjiż li jħoss l-istess.", "Għalhekk ir-rispett ta' l-interess tal-minoranzi huwa valur li jidħol fil-kontest ta' l- istituzzjoni ta' l-ombudsman.", "Sur President, fit-teorija ngħidu ħafna kliem sabiħ f'dan il-parlament.", "Simbolikament se nkunu qegħdin ngħaddu din il-liġi u bil-paroli se nkunu qed naqblu ma' dawn il-valuri li għadni kif semmejt imma fir-realta` x'aktarx inkunu qegħdin nikkozzaw ma' kif iċ-ċittadini jħarsu lejn ir- realta` li qed jgħixu.", "Fil-prattika ħafna nies qed jgħidu li l- istituzzjonijiet f'dan il-pajjiż qed ikunu b'saħħithom ma' min hu dgħajjef u dgħajfa ma' min hu b'saħħtu.", "Min jiflaħ iħawwel iġibha żewġ u ma jsibx oppożizzjoni iebsa mill-istituzzjonijiet u min m'għandux is-saħħa tal-flus, tal-politika u ta' l-influwenza isib istituzzjonijiet qawwija kontrih.", "Nemmen li ħafna nies, aktar ma jgħaddi ż-żmien, aktar qed iħossu din il- ħaġa; li m'għandhomx protezzjoni kontra l-forzi politiċi, burokratiċi u ekonomiċi kbar tal-pajjiż.", "Fuq kollox, dawn qed iħossu li m'hemmx level playing field fis-sens li meta tiġi biex tiffaċċja lil xi ħadd li suppost qiegħed ugwali miegħu, dak il-xi ħadd ikollu l-ispag tiegħu x'jiġbed u jġibha dejjem żewġ.", "Wieħed isib li l-logħba diġa` ntlagħbet u li għax m'hemmx level playing field diġa` tilifha.", "Din hija xi ħaġa li qed twassal biex bir-rispett kollu lejna, tinxtered id-diżillużjoni bil-politiċi fost in-nies.", "In-nies mhux qed iħossu li l-klassi politika qiegħda taħdem biżżejjed biex dan in-nuqqas ta' level playing field jitwitta u tassigura li jkun hemm tabilħaqq bilanċ serju bejn l-influwenzi li jaffettwaw il- ħajja taċ-ċittadin.", "Jien xbajt niltaqa' ma' nies li jgħiduli li l-politiċi saru l-alleati ta' min jaqbillu jħawwad u ta' min irid li d-deċiżjonijiet jittieħdu b'ċertu mod għax jaqbel lilu a skapitu ta' l-interessi ta' ħafna familji.", "Din il- ħaġa ddejjaqni aktar u aktar għax fil-kontest ta' dak li għadni kemm għedt, li qegħdin ngħixu f'soċjeta` fejn il-valuri tas-suq ħieles huma fuq quddiem nett għall-organizzazzjoni tal-ħajja tagħna, donnha l-konklużjoni tkun li l- aqwa poter huwa l-poter tal-flus u li bih tixtri dak li trid u tasal fejn trid tasal u min m'għandux il-poter tal-flus se jkun fuq in-naħa l-ħażina tal-level playing field u mhux se jasal.", "Din tinkwetani ħafna kemm fuq il- livell ta' dak li semmejt fil-bidu nett, jiġiferi li għandna bżonn li jkun hawn tarka li tiddefendi liċ-ċittadin u anke fuq il-livell l-ieħor li ħafna nies jgħidu, naħseb bir-raġun, li l-konċett ta' kontabilita` - ta' kif tkun responsabbli għad-deċiżjonijiet tiegħek - fil-prattika ma jeżistix.", "Sur President, l-ombudsman qiegħed hemm biex iħares lejn każi mressqa lilu jew lilha fejn allegatament ikun sar abbuż tal-poter u fejn ikunu ttieħdu deċiżjonijiet amministrattivi ħżiena mill-gvern jew mill-għaqdiet u istituzzjonijiet tiegħu.", "Aktar milli jagħti rimedju - għax m'għandux poteri eżekuttivi fil-veru sens tal-kelma – l-ombudsman ikun jista' jmexxi 'l quddiem u jippromwovi soluzzjonijiet għall-inġustizzji li jkunu saru.", "Il-problema hija li għandna strutturi oħra li pajjiżi oħra fl-Unjoni Ewropea daħħlu wkoll biex jagħtu aktar saħħa l-istrutturi li qegħdin hemm ħalli jiddefendu lil min hu minn taħt, li aħna m'għandniex u bqajna mingħajrhom minkejja li saru diversi diskussjonijiet fuqhom.", "M'għandniex, per eżempju, strutturi li jipprovdu protezzjoni għal whistle-blower.", "X'inhu whistle-blower?", "Whistle-blower huwa xi ħadd fis-sistema amministrattiva li jaf li qed jittieħdu deċiżjonijiet amministrattivament abbużivi, ikun għamel dak li seta' jagħmel internament biex iwaqqafhom, ma jagħtuhx widen, imbagħad jikxef kollox fil-pubbliku u jsaffar is-suffara, Sur President.", "Fl-Ewropa kien hemm żmien meta min kien jagħmel hekk kien jispiċċa l-ħabs imma matul is-snin daħlet fil-prattika liġi li tagħti protezzjoni lil min b'mod ġenwin iwettaq xi ħaġa bħal din.", "Hawn Malta m'għandna l-ebda forma ta' struttura li tagħti dik it-tip ta' impetu u din ma teżistix.", "Għandna nuqqas ieħor f'dak li għandu x'jaqsam mal-freedom of information, jiġifieri li l-gvern ikun obbligat li f'ċerti każi jagħti l- informazzjoni li jitolbu ċ-ċittadini dwar każi u deċiżjonijiet li jkunu ttieħdu u jkollu jippubblikahom.", "Meta jkollok liġi simili, il-gvern ma jkunx jista' jżomm milli jagħti ċerta informazzjoni.", "Ovvjament irid ikun hemm limitazzjonijiet fuq din it-tip ta' proċedura u dawn jeżistu f'pajjiżi Ewropej u fl-Istati Uniti imma hawn Malta m'għandna l-ebda xaqq ta' dawl f'din il-ħaġa.", "Din tagħti aktar saħħa lil min tabilħaqq irid jiddefendi u jħares l-interess taċ-ċittadini jew ta' l-entitajiet f'pajjiżna li huma inqas b'saħħithom mill-poteri politiċi, burokratiċi u ekonomiċi.", "Għalhekk l-ombudsman waħdu, mingħajr din l- istruttura l-oħra, qiegħed f'pożizzjoni dgħajfa u dgħajfa sew.", "Jien ngħid li filwaqt li dak li qegħdin nagħmlu llum huwa tajjeb minnu nnifsu, jibqa' l-aktar fuq livell simboliku għaliex mod tgħid li torbot b'mod ta' żewġ terzi jew aktar il-pożizzjoni ta' l-ombudsman, fair enough, u mod tistaqsi dan x'saħħa se jkollu fil-mankanza ta' xi liġi fuq il-protezzjoni tal- whistle-blowers u l-freedom of information.", "Għandu jkun hemm struttura sħiħa li tagħti s-saħħa lix-xogħol li jista' jsir sabiex inħarsu l-interessi ta' dawk iċ-ċittadini li jħossuhom lesi b'dak li qiegħed jiġri f'pajjiżna u fil-kontest, nerġa' ngħid, ta' kif is- soċjeta` tagħna trid tiżviluppa f'bilanċ ta' żvilupp ekonomiku bbażat fuq is-suq ħieles u ta' żvilupp politiku amministrattiv ibbażat fuq stat regolatorju li jirregola - u effettivament jikkontrolla wkoll f'ħafna każi - u li għandu budget qawwi ħafna fil-pajjiż sabiex id-deċiżjonijiet tiegħu jwiżinhom tajjeb.", "Il-kollegi tiegħi li tkellmu qabli semmew il-kontribut li taw l-ombudsmen li kellna s'issa.", "Is-Sur Joe Sammut kien pijunier eċċellenti f'din id-direzzjoni.", "Lil dan il-bniedem diġa` kellna l- okkażjoni li nagħtuh ġieħ f'din il-Kamra u nerġa' ntenni dak li għedt f'okkażjonijiet oħra, li dan kien lest li filwaqt li jżomm mal-parametri li jeżistu bħalissa fil-liġi ta' l-ombudsman, l-affarijiet jgħidhom kif għandu jgħidhom, ħaġa li waslet biex isiru l-attakki fuqu mill-gvern Nazzjonalista.", "Jien naħseb li anke dik hija indikazzjoni ta' kif f'dan il- pajjiż ngħidu ħaġa u mbagħad nagħmlu oħra.", "Issa llum għandna l-ex- imħallef Said Pullicino li l-operat tiegħu nibqgħu nifluh mill-qrib u li kien ta rendikont tajjeb ta' imġiba meta kien imexxi l-awtorita` tax- xandir.", "Li joħroġ ċar mill-esperjenza li għandna ta' l-ombudsman sal-lum hija din: Veru li l-ombudsman ma jistax jagħti deċiżjonijiet li jiġu awtomatikament esegwiti imma min-naħa l-oħra mbagħad tajjeb li nirrimarkaw kif ċerti deċiżjonijiet li jrid jieħu l-ombudsman iridu jibqgħu, kif rajna fl-imgħoddi, ankrati fil-prattiċita` u fir-realta`.", "L-ombudsman qiegħed hemm f'sitwazzjoni fejn m'għandux madwaru struttura ta' liġi u ta' regolamenti li jipproteġu l-interess taċ-ċittadin.", "Allura dan ifisser li interpretazzjoni legalistika ta' dak li jagħmel, ibbażata biss fuq kriterji legali li jista' jkollna fil-qorti, bilfors li se twieżen kontra ċ-ċittadin li ma jkunx ġie moqdi tajjeb mill-Istat.", "Allura kif urew l-esperjenzi taż- żewġ ombudspersons li kellna sal-lum, irridu nemmnu li l-ombudsman irid ikollu s-saħħa tal-prattiċita`, li mhux jibbaża ruħu biss fuq il-legalita` tal-każi li jkollu quddiemu imma anke fuq x'inhi l-ġustizzja.", "Hawnhekk imbagħad li forsi l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna jmur lil hinn mis-simboliżmu li għandna marbut miegħu għaliex istituzzjoni li għandha ż-żewġ terzi tal-parlament għandu jkollha s-saħħa li tkompli tisħaq fuq il-ħtieġa li aktar milli norbtu biss ma' normi li jreġu fil-qrati, norbtu aktar u aktar ma' normi li jreġu fil-common sense amministrattiv.", "Jekk hemm xi ħaġa li sejra ħażin, ngħidu li sejra ħażin.", "Jien naħseb li l- aktar sfida li kwalunkwe ombudsperson f'dan il-pajjiż se jiffaċċja - qed ngħid ombudsperson apposta għax wara kollox nemmen li m'għandniex naħsbu li ombudsman se jkun dejjem raġel - hija l-impotenza taċ-ċittadin quddiem il-poter ekonomiku, finanzjarju, politiku u amministrattiv.", "Apparti dan, hemm l-argumenti sħaħ li huma importanti ħafna ta' nuqqas ta' kontabilita`, li min ikun qiegħed imexxi l-gvern politikament jew amministrattivament ikun ħieles minn kull għabra ta' kontabilita`.", "Ma nistgħux nibqgħu sejrin hekk, Sur President.", "Rigward in-nuqqas ta' kontabilita`, wieħed irid jistaqsi kif, mingħajr l-istrutturi l-oħra li jimxu mano in mano ma' l- istituzzjoni ta' l-ombudsman, nistgħu nħarsu 'l quddiem għall-ħidma aktar effettiva ta' protezzjoni kontra l-abbuż tal-poter.", "Fit-tmexxija tal-gvern, kellna, għad għandna u donnhom qed ifaqqsu madwarna, kuntratti bħal fil-każ ta' l-isptar f'Tal-Qroqq - mhux ta' għexieren ta' eluf, imma ta' għexerien ta' mijiet ta' eluf – li jsiru ħażin jew li jiġu esegwiti ħażin.", "Kif u għaliex?", "X'saħħa għandhom iċ-ċittadini biex jikkontestaw ħaġa bħal din?", "Dan l-aħħar kelli l-okkażjoni li nsemmi kif fl-aħħar snin, kuntratti li jingħataw mill-gvern jew li ġew esegwiti mill-gvern ġew jiswew Lm191 miljun aktar milli kienu stmati u dan fuq perijodu ta' erba' jew ħames snin.", "Ħadd m'hu responsabbli għal din il-ħaġa?", "Il-kontabilita` kif tidħol f'din il- kwestjoni?", "Iċ-ċittadini jistaqsu: Imma min kien responsabbli tagħhom?", "Min se jassumi r-responsabilita`?", "Imbagħad hemm kuntratti tal-gvern li jingħataw fl-aħħar minuta qabel issir xi elezzjoni jew qabel ikun hemm xi skadenza.", "U meta tifli x'ikun hemm warajhom tibda tgħid: Imma min se jassumi responsabilita` għal din il-ħaġa?", "Din m'hijiex xi ħaġa li qed nivvinta minn żniedi u jien nibqa' nsemmi, per eżempju, - sa l-aħħar nibqa' nsemmiha din - il-kuntratt li kien ingħata fuq il-vapuri tal-Gozo channel, jumejn qabel l-elezzjoni ta' l-1996, li dak iż-żmien kien iffirmah l-ex-Prim Ministru Eddie Fenech Adami.", "Imma bir-rispett kollu hawnhekk mhux qed nitkellmu fuq iċ-ċiċri għax kien hemm involuti Lm34 miljun.", "Sur President, dan kien kuntratt li aħna ma qbilniex miegħu meta konna fil- gvern u staqsejna jekk nistgħux noħorġu minnu.", "Imma dan kien marbut ċoff għax jekk tipprova toħroġ minnu, ikollok penali fejn iz-zalza tiġi tiswa aktar mill-ħut.", "Imma bir-rispett kollu, xi ħadd irid ikun responsabbli.", "Fejn hi l-kontabilita` f'din il-ħaġa?", "L-ombudsman waħdu, mingħajr l- istrutturi li jdaħħlu dan is-sens ta' kontabilita`, x'se jagħmel?", "Bir- rispett kollu, dawn l-affarijiet iridu jiġu ċċarati inkella nkunu qegħdin taparsi qed nagħmlu xi ħaġa sabiħa għax-show.", "Għalhekk iċ-ċittadini jistaqsu min hu responsabbli u min se jġorr ir-responsabilita`?", "L-istess, min jidħak biċ-ċittadini, Sur President?", "Min jgħidilhom ħaġa u mbagħad tkun ħaġa oħra.", "Bħalissa għandna l-kwestjoni tal-kaċċaturi u n-nassaba għaddejja.", "Qalulhom li l-isparar fir-rebbiegħa huwa aċċettat imma issa nafu li din kienet gidba.", "Il-kontabilita` safejn tasal?", "Min se jkun responsabbli?", "Hawnhekk hawn patafjun sħiħ ta' mistoqsijiet li għad iridu jsiru u li jridu jiġu indirizzati.", "Huwa xieraq li meta nkunu qegħdin naqblu li l-pożizzjoni ta' l-ombudsman tiġi entrenched fil-Kostituzzjoni, dawn l-affarijiet mhux inwaddbuhom taħt it-tapit qishom ma jeżistux għaliex in-nies iridu l-kontabilita`.", "Jekk inti ministru, jekk inti kap ta' dipartiment u jekk inti kap ta' awtorita` u qed tiddeċiedi xi ħaġa, trid tkun lest tassumi r-responsabilita`.", "Jekk wieħed m'għandux il-faħam miblul, m'għandhiex tkun problema!", "Imma jekk hemm affarijiet oħra minn taħt, hekk mod ieħor u hemm bżonn ta' liġi fuq il-whistle-blower u fuq il-freedom of information.", "Ta' l-aħħar importanti għaliex meta, per eżempju, niġu biex nistaqsu dwar il-kuntratti li ngħataw għall-equipment ta' l-isptar, jgħidulna li dik hija xi ħaġa kunfidenzjali u ma tistax tiġi ppubblikata!", "Jew meta jkun hemm it-taħwid sħiħ li qam fuq il-kuntratt ta' l-informatika fl-isptar f'Tal-Qroqq, dik ukoll jgħidulna li hija xi ħaġa li ma tistax tiġi ppubblikata għaliex hija kunfidenzjali u kummerċjali.", "Kunfidenzjali u kummerċjali meta inti għandek sptar kbir, monopolju, u tagħmel kuntratt ma' kumpannija waħda?", "Sur President, imbagħad hemm il-punt l-ieħor li ma nistgħux inwarrbuh taħt it-tapit.", "Il-fatt li tant u tant ċittadini jħossuhom impotenti quddiem is- saħħa u l-poter ta' l-Istat jew tal-forzi ekonomiċi kbar fil-pajjiż.", "Jekk inti negozjant kbir u għandek relazzjonijiet tajba mal-partit fil-gvern forsi tasal, imma jekk inti ċittadin jew negozjant żgħir teħel dment li m'għandekx konnessjonijiet politiċi jew personali.", "Per eżempju, hemm id- diskriminazzjoni politika.", "Għadna 'l bogħod ħafna milli tabilħaqq inkunu solvejna din il-problema.", "Insemmi d-diskriminazzjoni politika fil-mod kif jingħataw il-promotions u t-transfers fil-korpi parastatali, fiċ-ċivil, fid- dipartiment ta' l-edukazzjoni, fil-pulizija u fl-armata.", "Aħna 'l bogħod milli tabilħaqq niffaċċjaw dawn il-problemi b'mod li huwa serju, onest u responsabbli.", "Nixtieq insemmi wkoll il-permessi tal-MEPA għax nisma' ħafna fuqha meta mmur inħabbat il-bibien.", "Xi ħadd li jrid jirranġa l-bitħa jew il- front garden tiegħu jdum snin jistenna r-risposta mbagħad nisimgħu b'ħaddieħor li ngħata permess jibni bini kbir f'ħakka ta' għajn.", "In-nies jgħidulek ukoll li jekk tqabbad lil dak biex ikellem lil ieħor, timxi.", "Mela issa sopra corne bastonate, mhux tkellimhom int trid imma jrid ikun hemm xi ħaddieħor biex ikellimhom għalik!", "Dawn l-ilmenti mhux in-nies li nkellmu aħna biss jgħiduhom imma naħseb anke n-nies li jkellmu lid-deputati tan-naħa l-oħra.", "U mhux qed jgħiduhom biss, bir-rispett kollu, in-nies li nkellmu aħna għax naħseb anke d-deputati tal- gvern jisimgħuhom dawn l-ilmenti.", "Hemmhekk le, ma jgħidu xejn.", "Anke l- Arċisqof Emeritus Ġużeppi Mercieca kien ċar fuq din.", "Iċ-ċittadin jgħidlek: Imma jien x'rikors għand u kif nista' neħodha kontra l-poter tal-MEPA u istituzzjonijiet oħra?", "Kif nista' nieħu d-dritt li qed jieħu ħaddieħor?", "Nismagħhom jgħidu wkoll, per eżempju, li xi ħadd ikun qiegħed jgħix ħajja trankwilla kif għandu kull dritt u f'daqqa waħda jiġu jwaqggħu d-dar ta' ħdejh u jispiċċa bi skoss storbju u trab ma' kullimkien għal xhur sħaħ.", "X'possibilita` ta' rikors għandu dan?", "Sur President, ftit ilu kont il- Gżira u ġiet sinjura u qaltli li l-post ta' ħdejha waqqgħuh kollu.", "Għandhom kull dritt li jwaqqgħu u jagħmlu l-profitt imma skużi mbagħad x'rikors għandu ċ-ċittadin kontra min iġib dan l-istorbju u ħmieġ?", "Xejn!", "Dawn huma l-affarijiet li n-nies jitkellmu fuqhom u bir-raġun.", "Nixtieq insemmi wkoll il-multi li jagħtu l-wardens li ħafna drabi jingħataw b'mod assolutament imħarbat u jekk inti tkun it-tali, mod u jekk tkun it- tali, mod ieħor.", "Jekk jirnexxielek tagħmel petizzjoni tajba jaħfruhielek imma jekk ma jkollokx konnessjonijiet taqlagħha.", "X'inhi mbagħad is-saħħa li għandu ċ-ċittadin biex f'ħaġa bħal din jieħu l-ġustizzja?", "Xejn.", "Nista' nibqa sejjer, Sur President!", "Hemm ukoll il-multi tal-VAT.", "Jien jiġu jkellmuni nies - uħud minnhom ikunu Nazzjonalisti imma ħafna minnhom la huma ma' naħa u lanqas ma' oħra - li ġurnata wara l-oħra jibgħatulhom l- ispetturi u lil ta' ħdejhom jew lil ta' quddiemhom qatt ma jibgħatulhom lil ħadd.", "Kieku smajtha minn post wieħed jew tnejn, ngħid li qed jivvintaw, imma din smajtha ħafna drabi u għalhekk jidher li l-poter amministrattiv, ekonomiku u politiku jaħdem b'tali mod li jiddiskrimina u għad m'għandniex strutturi li ħaġa bħal din jistgħu jilqgħu għaliha.", "Hemm il-każi ta' l- istudenti li marru l-universita` biex jaraw jekk kors ta' tliet xhur barra minn Malta – dan ikun organizzat mill-universita` stess - jagħtihomx il- credits għall-kors tagħhom, qalulhom li jagħtihom imma meta mbagħad ġew lura qalulhom li t-tali kors ma jiswa' xejn u li jridu jagħmlu aktar korsijiet.", "U għal dan m'hemm l-ebda redress, Sur President.", "Suppost li hemm ombudsman fl-universita` imma jista' jitlaq għax m'hemmx redress.", "Jiena naħseb li din hija l-iżjed ħaġa li ddejjaq – kont se nuża kelma aktar qawwija - liċ-ċittadini għax sal-lum, bil-ġenwinita` kollha ta' l- ombudsman, m'hemmx is-saħħa biex iċ-ċittadin jieħu dak li ħaqqu f'każijiet bħal dawn u għalhekk iħossuhom impotenti quddiem deċiżjonijiet li qed jaffettwawlhom ħajjithom.", "Issa din il-miskina anzjana mill-Gżira li semmejt ftit ilu bdew iħaffru ħdejha u għandha x-xhur bil-ħmieġ u bit-tisbit għaddej u m'hemm l-ebda kumpens għal dan.", "Min se jagħtiha s-saħħa din biex tiddefendi ħajjitha?", "Dan l-istudent li tilef ma nafx kemm-il xahar f'dan il-kors li ma sewa xejn u għandu l-finals, x'se jagħmel?", "X'se jagħmel dak is-suldat jew pulizija li għax hu ta' ċertu kulur dejjem jibagħtuh post u ħaddieħor dejjem jibagħtuh post ieħor?", "X'se jagħmel dak il-ħaddiem parastatali li dejjem jieħu l-għadam u qatt ma jmissu l-overtime?", "Sur President, hawnhekk huwa t-test u hawnhekk irridu niflu - lil hinn mis- simboliżmu - u naraw kif nistgħu nagħtu s-saħħa liċ-ċittadini tagħna biex ikunu f'pożizzjoni li jġibu redress meta jsofru inġustizzja li titfagħhom lura fil-ħajja ta' kuljum.", "Irridu nagħtuhom din is-saħħa sabiex ikunu jistgħu jħossu li f'dan il-pajjiż b'mod trasparenti hawn bilanċ bejn min għandu ċerta saħħa u min m'għandux biex dawk li m'għandhomx jieħdu li ħaqqhom bi dritt.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Il-Ministru Zammit Dimech.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Sur President, illum qegħdin niddiskutu liġi li bla dubju hija imporanti ħafna.", "Jien nista' nassigura lill-kap ta' l- oppożizzjoni u lill-Kamra kollha li din hija liġi, li meta narawha fil- kontest aktar wiesa' tal-ħidma kostanti tal-gvern preżenti favur it-tisħiħ tad-drittijiet tal-bniedem u tad-demokrazija, insibu li m'hijiex ibbażata biss fuq is-simboliżmu.", "Dan m'huwiex il-mod kif aħna naħdmu, Sur President.", "Qabel ma nirriferi għad-diversi rimarki li saru u li ma nistax ma nweġibx, se nitkellem ftit in ġenerali fuq l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna, Sur President.", "Dan l-abbozz ta' liġi jagħmel żewġ affarijiet.", "L-ewwelnett jiggarantixxi l-uffiċċju ta' l-ombudsman fil-Kostituzzjoni billi jingħad li din l-istituzzjoni ma tistax titneħħa għax gvern - ikun min ikun - ikun jidhirlu hekk dment li ma jkunx hemm il-kunsens ta' żewġ terzi tal- parlament.", "Dan qed isir mhux biss għax qed jiddaħħal artiklu 64A ġdid fil- Kostituzzjoni tagħna li jdaħħal il-prinċipju ta' din l-istituzzjoni imma għax dan qed jiżdied mal-parti tal-Kostituzzjoni li titlob żewġ terzi tal- voti tal-parlament biex dan jitneħħa jew ikun emendat.", "Naħseb li dan fih innifsu huwa pass kbir u importanti ħafna.", "Dan l-abbozz ta' liġi qed jgħolli wkoll l-eta` ta' irtirar għall-maġistrati u għall-avukat ġenerali minn 60 sena għal 65 sena u dan isir bħall-irtirar ta' l-imħallfin.", "Sur President, ħalli nibda nitkellem ftit fuq l-ombudsman.", "Meta l-gvern ippubblika dan l-abbozz ta' liġi kellna l-istess ombudsman li jqiegħed il- pjan tal-ħidma tiegħu minn sena għall-oħra għall-approvazzjoni ta' din il- Kamra anke għax l-ombudsman - bħalma hu l-awditur ġenerali - huwa uffiċjal ta' dan il-parlament.", "Il-pjan tiegħu għandu l-approvazzjoni ta' din il- Kamra u dan il-pjan li hu jfassal minnu, jispjegalna mhux biss x'ħidma għamel fis-sena ta' qabel imma anke x'direzzjoni beħsiebu jagħti lill- uffiċċju tiegħu fil-futur.", "Fl-ombudsplan li kien ippreżentat u diskuss f'dan il-parlament għandna miktub iswed fuq l-abjad li l-ombudsman qed jilqa' b'sodisfazzjon il-pubblikazzjoni ta' abbozz ta' liġi sabiex l- uffiċċju tiegħu jiġi entrenched fil-Kostituzzjoni ta' Malta bħala xiehda ta' l-impenn tal-gvern li jħares id-dritt taċ-ċittadin li jkun hawn amministrazzjoni tajba.", "Dan hu dritt li kif jingħad aktar kmieni f'dan ir- rapport, illum huwa rikonoxxut bħala fundamentali u għalhekk għandu jsib is- sostenn mill-forzi soċjali u politiċi kollha fil-pajjiż.", "Fil-fatt l- ombudsman awguralna li jkun hemm dibattitu siewi u li fl-interess nazzjonali dan l-abbozz ta' liġi jgħaddi malajr u mingħajr problemi.", "Fortunatament jidher li l-appell tiegħu qed jintlaqa' mill-parlament kollu għax illum permezz ta' dan id-dibattitu, għandna r-reazzjoni ta' l- oppożizzjoni wkoll.", "Qed ngħid hekk għax kif indika diġa` l-prim ministru f'din il-Kamra, meta kien qed jintroduċi d-diskussjoni fuq dan l-abbozz ta' liġi u l-oppożizzjoni ġiet avviċinata biex tagħtina l-pożizzjoni tagħha dwar dan u anke dwar l-eta` ta' irtirar tal-maġistrati li semmejt qabel, bqajna mingħajr tweġiba.", "Jekk tippermettuli battuta f'dan is-sens, jekk il- good governance ifisser li inti titlob xi ħaġa, tagħti żmien raġjunevoli biex jirrisponduk u eventwalment jirrisponduk, allura bir-rispett kollu l- oppożizzjoni ma mxietx b'mod eżemplari f'dan ir-rigward u f'instances oħra, Sur President.", "Fil-fatt aħna staqsejna għal suġġerimenti konkreti mill- oppożizzjoni fuq diversi oqsma u din għal raġunijiet purament ta' konvenjenza, muta kienet u aktar muta se tibqa'.", "Sur President, naħseb li dan ma nistgħux ma nsemmuhx.", "Meta nikkwota mill-ombudsplan irrid inħares lejn il-qafas aktar wiesa' ta' dak li qed jgħid dan l-ombudsman.", "L-ombudsplan li qed nirriferi għalih huwa l-ewwel wieħed li diġa` ppreżenta lil din il-Kamra l-Imħallef Said Pullicino.", "F'dan il-pjan, hu stess jindikalna 'il fejn irid jara lil dan l- uffiċju jimxi.", "Kif diġa` ntqal fil-Kamra, hija wkoll opportunita` xierqa għalina fejn bħala parlament nesprimu l-apprezzament tagħna għal ħidma li wettaq l-ewwel ombudsman, is-Sur Joe Sammut, kif ukoll il-ħidma li wettaq u jrid iwettaq it-tieni ombudsman, l-Imħallef Said Pullicino flimkien man- nies ta' dan l-uffiċju.", "Sur President, dawn m'għandhomx xi ċorma kbira ta' nies jaħdmu magħhom.", "Dan huwa grupp żgħir ta' nies dedikati u b'kuxjenza li jaħdmu bil-għaqal u bis-serjeta`.", "Infakkar li dawn huma nies li matul il-11- il sena li ilu mwaqqaf dan l-uffiċċju, trattaw aktar minn 12,000 talba miċ- ċittadini.", "Sur President, jekk nitkellem fil-kontest aktar wiesa' ta' x'wieħed irid jagħmel bħala strutturi biex tiġi ggarantita d-demokrazija, ir-rule of law, is-saltna tad-dritt, id-drittijiet fundamentali tal-bniedem u l-ħarsien tal- pubbliku b'mod ġenerali, ċertament li l-uffiċju ta' l-ombudsman huwa mill- aktar importanti u dan kien il-gvern Nazzjonalista li waqqfu.", "Meta l-Onor.", "Anġlu Farrugia kien qed jagħmel l-intervent tiegħu qal li din idea tal- partit Laburista kienet u dan għaliex qal li kien ilhom isemmuh u rrifera għall-manifest elettorali ta' l-1976.", "Lill-Onor.", "Farrugia ngħidlu li naqbel miegħu għax l-ewwel darba li ltqajt ma' din il-kelma kien fil- programm elettorali tal-partit Laburista ta' l-1976, jekk mhux ukoll ta' l- 1971.", "Hemmhekk kien issemma li se jitwaqqaf l-uffiċċju ta' ombudsman fil- pajjiż imma issa billi l-partit Laburista wiegħdu dan jekk m'għamlux?", "Kien il-gvern preżenti li mhux biss wiegħdu imma għamlu, tah l-istrutturi li kellu bżonn u għamlu jwieġeb lil dan il-parlament.", "Kien il-gvern Nazzjonalista li għamel l-uffiċċju ta' l-ombudsman istituzzjoni serja u awtonoma li tirrikjedi consensus politiku.", "Il-kap ta' l-oppożizzjoni għamel riferenza għall-argumenti legalistiċi imma meta aħna għamilnih, għamilnih b'mod li l-ombudsman anke jidħol f'dak li fil-liġi ngħidulha l- ekwita`.", "Dan ifisser li l-ombudsman ma jridx bilfors jimxi alla lettera ma' dak li hemm fil-liġi imma jrid jara x'ġustizzja teħtieġ li ssir fil-każ partikolari.", "Sur President, huwa unur għal dan il-gvern - li waqqaf l-uffiċċju ta' l- ombudsman f'Malta – li bil-kunsens meħtieġ ta' l-oppożizzjoni, se jkompli jsaħħaħ dan l-uffiċċju sabiex dan ikompli jkun tarka importanti għall-poplu Malti u għall-individwi kollha li f'xi ħin jew ieħor ikollhom bżonn dan l- uffiċċju.", "Meta l-ombudsman qal li jilqa' b'sodisfazzjon dan l-abbozz ta' liġi, qal ukoll li qed jagħmilha fil-kontest ta' dak li kien spjega qabel.", "Allura naħseb li biex inkunu korretti miegħu, irridu ngħidu x'inhu l- kontest ta' ħidma li l-ombudsman qed jara bħala viżjoni għal kif jopera dan l-uffiċċju.", "L-ombudsman hemm jara l-ħtieġa ta' kultura ta' rispett aktar wiesa' għad-drittijiet fundamentali tal-bniedem sabiex min jipprovdi servizzi lill-pubbliku, jagħmel ħiltu biex b'mod prattiku jiżgura li dan is- servizz iwasslu f'qafas aktar inklużiv.", "B'mod partikolari, l-ombudsman jagħmel riferenza importanti ħafna dwar il-ħtieġa li nifhmu li dan irridu narawh ukoll fil-kontest ta' l-aħjar ħarsien tad-drittijiet fundamentali tal-bniedem.", "Din hija parti kruċjali mid-direzzjoni li hu jrid jagħti lil dan l-uffiċċju fil-ħidma tiegħu fis-sena li għandna quddiemna, u naturalment fis-snin 'il quddiem.", "Issa ħalli nkompli nħares lejn partijiet oħra ta' l-ombudsplan u nikkwota paragrafu ieħor li nqisu importanti.", "L-ombudsman jgħid:", "\"Waqt li hu minnu li f'pajjżna għandna s-saltna tad-dritt, ir-rule of law, u qafas ta' strutturi legali mibni fuq prinċipji ġuridiċi li jħarsu d-drittijiet fundamentali, huwa wkoll minnu li fil-kuntatti kontinwi ma' awtoritajiet pubbliċi jew semi-pubbliċi fil-ħajja ta' kuljum, ta' kull wieħed u waħda minna, dan il-qafas mhux dejjem jiġi rispettat minn kulħadd.\".", "Dan aħna nirrikonoxxuh, Sur President.", "M'għandix il-ħin nidħol f'analisi tar-rapport li għamlilna imma laqatni l-fatt li llum għandek perċentwali għolja ta' ilmenti li jidħlu għand l-ombudsman għaliex ikun hemm ċittadini li jħossuhom trattati ħażin mhux biss mill-gvern ċentrali imma anke mill- kunsill lokali tal-belt jew raħal fejn huma jgħixu.", "Fil-fatt hemm perċentwali għolja li huma ilmenti ta' dik ix-xorta.", "Sur President, kull min jeżerċita kwalunkwe forma ta' poter għandu jkun accountable ta' għemilu u tad-deċiżjonijiet li jieħu.", "Wieħed jista' jkun ministru, kap ta' dipartiment, chairman jew CEO ta' awtorita` pubblika u anke sempliċi skrivan tal-gvern li qiegħed jaqdi n-nies fil-ħajja ta' kuljum għax jekk dak li jkun ma jifhimx li l-poter qiegħed hemm biex fl- aħħar mill-aħħar jaqdi lin-nies, ma jkun fehem xejn.", "Pero` jekk hawn gvern li dan mhux biss jipprattikah imma jagħmel l-istrutturi kollha meħtieġa biex il-messaġġ jasal kull fejn għandu jasal, huwa l-gvern preżenti, Sur President.", "Jien ma kontx se nsemmi dan kollu imma wara l-intervent tal-kap ta' l-oppożizzjoni ħassejtni fid-dover li nsemmih.", "Il-gvern preżenti ħoloq qafas kostanti biex iħares liċ-ċittadin - se nuża l-istess frażi li uża l- Onor. Alfred Sant – u saħħaħ struttura wara l-oħra biex jipproteġih.", "Il- gvern preżenti jagħti garanzija li jibqa' jevolvi l-istrutturi 'l quddiem għaliex aħna qatt ma ngħidu li dak li għamilna huwa biżżejjed.", "Kieku ngħidu hekk, kieku mhux qegħdin inressqu dan l-abbozz ta' liġi biex ikompli jsaħħaħ l-uffiċċju ta' l-ombudsman.", "Sur President, jien ma nistax ma nfakkarx lil din il-Kamra li huwa l-gvern preżenti li fl-istorja riċenti ta' pajjiżna kellu jieħu l-passi meħtieġa biex isaħħaħ kif jaħdmu l-qrati f'pajjiżna, sabiex inħarsu l-indipendenza u l-awtonomija tagħhom.", "Konna aħna li ridna nsaħħu bis-serjeta` l-liberta` ta' l-istampa, biex ikollna l-pluraliżmu fix-xandir u anke biex saffejna u tajna importanza ġdida lill-kariga ta' l-awditur ġenerali.", "Ma nistax ma nfakkarx ukoll li kien il-gvern preżenti li waqqaf il-kumitati ta' dan il- parlament, inkluż il-public accounts committee li jitmexxa minn membru ta' l-oppożizzjoni u li huwa kumitat li għandu kull poter immaġinabbli li jagħrbel, jifli u jinvestiga kwalunkwe kuntratt pubbliku li aċċenna għalihom il-kap ta' l-oppożizzjoni fl-intervent tiegħu.", "Kien dan il-gvern li ħoloq struttura ta' kontrolli ferm aktar serji fuq l-aġir tal-pulizija u llum il-korp tal-pulizija huwa rispettat mill-poplu Malti għaliex jaġixxi b'mod serju.", "F'ħin minnhom il-Kap ta' l-Oppożizzjoni semma l-fenomeni tas-suq ħieles u l- globalizzazzjoni.", "Naturalment naħseb li naqblu lkoll li jrid ikollok checks favur l-individwi pero` nifhem li m'hawn ħadd f'din il-Kamra li qed jgħid li l-proċess ta' suq ħieles huwa wieħed ħażin u li jrid jiġġieled kontra tiegħu.", "Jekk il-Kap ta' l-Oppożizzjoni jemmen hekk, jiġi hawn u jgħidilna u mhux joqgħod isemmi l-konċetti u mbagħad ma jasalx għall-konklużjoni ta' dak li jkun irid jgħid.", "Waħda miċ-checks li trid tagħmel biex tħares l- individwi u biex tħares anke l-mekkaniżmu kollu ta' kif jopera dan kollu, huwa li jkollok strutturi li jassiguraw level playing field.", "Dawn ukoll twaqqfu mill-gvern preżenti, Sur President.", "Irid ikollok strutturi addizzjonali anke għal tagħna, kif tħares id-drittijiet fundamentali tal- bniedem u li tħarishom bis-serjeta` u mhux bis-simboliżmu b'mod li jekk inti tieħu lill-gvern il-qorti u l-qorti ta' Malta tagħti sentenza kontra l- gvern u tistabbilixxi li hemm rimedji favur iċ-ċittadin li jkun mar quddiem il-qorti, dak iċ-ċittadin jieħu dak ir-rimedju fl-istruttura legali tagħna.", "Mhux nispiċċaw f'sitwazzjoni, bħalma kellna fil-passat, fejn l-imħallef li jkun ta s-sentenza jispiċċa jdur minn qorti għal oħra jew nispiċċaw mingħajr qorti kostituzzjonali għal numru ta' snin.", "Jiġifieri dan li rridu naraw, Sur President.", "Sur President, il-Kap ta' l-Oppożizzjoni semma l-iżvilupp.", "Jista' jgħidilna x'għandu f'moħħu?", "X'inhi s-soluzzjoni li qed joffri l-partit Laburista għal min ma jridx - naħseb li ħafna minna ma jridux hekk - li jkollu bini ħdejh li f'daqqa jaqa' u jkun żviluppat.", "X'inhi s-soluzzjoni?", "Is- soluzzjoni hija li jkollok awtorita`, li hemm bżonn li dejjem tiffunzjona aħjar, li tirregola l-ħruġ ta' permessi u li jkun hawn regolamenti aktar serji dwar kif tirregola l-industrija tal-bini fil-pajjiż.", "Forsi jrid li jkun hemm ministru li jkollu responsabbilta` fuq is-settur u li jagħmel kumitat u jiddeċiedi kollox hu?", "Dawn huma d-domandi prattiċi, Sur President.", "X'inhi s-soluzzjoni reali li qed joffri l-kap ta' l- oppożizzjoni?", "Jekk fi platform elettorali jibda jgħid li ma jridx il-MEPA, taf min iċapċaplu l-aktar?", "Dawk kollha li applikaw quddiem il-MEPA għal xi permess u ma ġewx aċċettati għax dawn jaħsbu li jekk ikun hemm struttura mmexxija f'livell politiku, isibu l-mod kif iġibuha żewġ.", "Din hija l- alternattiva li l-kap ta' l-oppożizzjoni qed jipproponi?", "Dan semma l-kelma \"simboliżmu\" imma jiena naqlibha fuqu, where is the meat ta' dak li qed jgħid?", "Aħna rridu nkunu nafu preċiżament x'qiegħed jipproponi fuq dak kollu li semma.", "Semma wkoll il-freedom of information.", "Mela le, jekk hemm bżonn li nagħmlu strutturi oħra għal hekk, il-ħsieb tagħna hu li nagħmluhom ukoll.", "Sur President, il-punt jibqa' li l-affarijiet li semmejt – b'riferenza speċjali għal pluraliżmu fix-xandir - m'humiex simboliċi imma qed ngħixuhom fir-realta`.", "Il-kap ta' l-oppożizzjoni qed jgħixhom dawn.", "Ara meta kien hu prim ministru, kellna nerġgħu mmorru l-qorti biex niddefendu d-dritt tal- partit Nazzjonalista li jxandar għaliex b'mod konkret u b'mod reali kellna nneħħu l-pannelli tax-xandir minn posthom.", "Kien f'dak iż-żmien li l-konċett tal-liberta` ta' l-istampa, tal-pluraliżmu tax-xandir u anke tad-dritt ta' l-informazzjoni seta' sar wieħed simboliku u mhux reali, Sur President.", "X'qed ngħidu b'mod konkret?", "Għalija dan hu l-argument kollu.", "Faċli tiġi hawn u tparla!", "Il-kap ta' l-oppożizzjoni semma l-kuntratti.", "Jeżistu jew ma jeżistux regoli ta' procurement f'dan il-pajjiż?", "Jeżistu jew ma jeżistux proċessi ta' appell għal min ma jieħux gost li ma ħax il-kuntratt li ried jieħu?", "Huwa veru li s-sistema m'hijiex perfetta imma żgur li hija sistema aħjar minn dik li kellna fi żmien gvern ieħor, fejn kollox kien jiddependi biss fuq min ikun ministru responsabbli għall-kummerċ u dan jiddeċiedi jekk jagħtikx liċenzja jew le jew jekk jagħtikx il-kuntratt jew le.", "Jien naħseb li biex fil-pajjiż ikun hawn diskussjoni politika serja, irridu nkunu serji magħna nfusna u nħarsu verament bis-serjeta` mhux biss lejn dak li nkunu niktbu u ngħidu, imma anke lejn it-track record ta' kull naħa f'din il-Kamra u x'sar b'mod konkret biex lill-poplu nagħtuh is- salvagwardji tad-drittijiet kollha tiegħu.", "Jien nista' nagħti aktar eżempji.", "Niskanta kemm nisma' akkużi ta' diskriminazzjoni politika min-naħa tal-kap ta' l-oppożizzjoni meta, bir-rispett kollu, jekk hawn naħa politika f'din il-Kamra li kienet esperta tad-diskriminazzjoni politika sfaċċata meta kienet fil-gvern, din hija n-naħa l-oħra ta' din il-Kamra.", "Imma anke hawn, Sur President, għamilna salvagwardja addizzjonali u din hija li meta hemm deċiżjoni li trid tittieħed minn kap ta' dipartiment jew minn uffiċjali pubbliċi, aħna bħala gvern erġajna tajnihom l-empowerment biex id- deċiżjonijiet jistgħu jeħduhom.", "Mhux kellna l-Interpretation Act fi żmien gvern Laburista fejn kull deċiżjoni amministrattiva, tgħid x' tgħid kull liġi oħra, ried jeħodha l-ministru.", "Bid-difetti kollha li hemm, bil- problemi kollha li nistgħu niltaqgħu magħhom minn ġurnata għal oħra u bl- appelli emottivi mhux responsabbli li politiku jista' joqgħod jagħmel lil sezzjoni jew oħra tal-poplu, meta naqbdu miżien u naraw kif dan il-gvern mexa mal-poplu, x'joħroġ?", "Kif dan il-gvern ħares id-drittijiet taċ- ċittadin?", "Xi strutturi ħoloq biex min ma jaqbilx ma' deċiżjoni – fl- ippjanar, fil-qasam kummerċjali u anke f'konfront mal-pulizija, awtoritajiet pubbliċi u l-mekkaniżmu tal-gvern kollu kemm hu - jekk hemm bżonn, jikkontestaha?", "Illum għandna l-proċess politiku ta' 67 kunsilli lokali u dan iwassal biex issir għażla favur kunsill immexxi mod jew ieħor.", "Minflok il-poter kollu ta' l-amministrazzjoni ta' kull belt u raħal baqa' konċentrat f'idejn il- gvern ċentrali u l-ministri, dan inqasam fost il-kunsilli lokali.", "Din hija simbolika wkoll, Sur President?", "Meta l-partit Laburista, fil-kampanja elettorali tiegħu, jitkellem dwar it-targeting tiegħu u x'laħaq u ma laħaqx f'kunsilli lokali differenti, dan bis-simboliżmu jkun qed jgħidu?", "Issa ma rridux ninsew li fil-bidu l-oppożizzjoni kienet kontra dan bħalma kienet kontra l-pluraliżmu fix-xandir u riformi radikali oħra li għamilna fil- pajjiż.", "Allura meta qed nitkellmu dwar it-tisħiħ tad-drittijiet tal- bniedem, meta qed nitkellmu dwar it-tisħiħ ta' strutturi li jħarsu dawk id- drittijiet, meta qed nitkellmu dwar it-tisħiħ ta' strutturi biex min ikollu ilment ikun jista' jressqu, it-track record tagħna – ovvjament aħna dejjem inkunu disposti li nipperfezzjonawh - huwa l-akbar unur tagħna.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni semmielna l-wardens u għaliex xi ħadd jirċievi multa li ma jaqbilx magħha pero` kien il-gvern preżenti li għamel il-liġi li min iħossu urtat, jista' jagħmel petizzjoni lil kumitat li huwa indipendenti u li jara jekk dak iċ-ċittadin għandux raġun jew le ħalli jekk ikollu raġun jagħtih ir-redress.", "Fejn smajna li saret xi differenza jekk ilment isirx minn ċittadin wieħed jew minn ieħor?", "Fejn smajna li ċittadin tagħmillu xi differenza jekk imurx ikellem ministru jew ieħor, Sur President?", "Fil-fatt parti mit-track record tal-gvern preżenti huwa proprju dak li neħħa l-bżonn li għall-ħteġijiet kollha tiegħek trid toqgħod tirrikorri għand ministru jew politiku fuq in-naħa tal-gvern.", "Jien ma naħsibx li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni qed ibati mill-amnesija għaliex naħseb li hu jiftakar, bħalma jiftakar kulħadd, li kien hemm żmien fejn ridt tmur għand politiku anke biex tordna television tal-kulur ġod-dar jew biex jagħtuk il-linja tat-telefon jew idaħħluk f'xi lista.", "Dawn huma realtajiet li għexna u għalhekk irridu naraw it-track records b'mod oġġettiv u serju.", "Imbagħad fejn naraw li hemm bżonn li nagħtu drittijiet addizzjonali, nagħtuhom ukoll.", "Jekk ikun hemm aktar ħtieġa ta' kif inħarsu l-liberta` ta' l-informazzjoni, naraw xi struttura hemm bżonn f'dak ir-rigward.", "Jekk naraw li hemm aktar ħtieġa ta' kif tiggarantixxi l-profil tas-servizz pubbliku fil-pajjiż, isiru l-liġijiet li hemm bżonn f'dak ir-rigward ukoll.", "Jekk hemm bżonn ta' proċeduri kif tħares dritt jew ieħor li ma jiddependux minna biss– semmejt dan il-punt qabel – nagħmluhom ukoll.", "Illum għandek il-konvenzjoni dwar id-drittijiet fundamentali tal-bniedem u din ma tiddependix biss fuq x'għandek fil-Kostituzzjoni ta' Malta u x'rimedju tagħtik il-qorti Maltija.", "Illum tista' tuża d-dritt tal- petizzjoni individwali u tmur quddiem qorti Ewropea.", "Li gvern ikun għamel dan kollu u niġu hawn niddiskutu kif nirfinaw aktar dak li sar, nifhmu u hekk għandu jkun għax l-agħar żball li nistgħu nagħmlu huwa dak li naħsbu li kulma kellna nwettqu wettaqnih.", "Imma lanqas m'hu aċċettabbli li niġu hawnhekk nitkellmu b'ton li qisu dan il-gvern qed jinjora l-ħarsien tad- drittijiet tal-bniedem b'mod li tassew jagħmlu differenza fil-ħajja tagħna.", "Meta dawn il-kummenti jsiru min-naħa ta' l-oppożizzjoni, dawn konvenjentement jinsew x'inhu t-track record ta' meta l-partit Laburista kien fil-gvern.", "Din m'hijiex serjeta`.", "Sur President, l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna jittratta l- entrenchment ta' l-uffiċċju ta' l-ombudsman fil-Kostituzzjoni b'mod li dan ma jistax jintmiss sakemm ma jkunx hemm qbil bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra u jittratta wkoll il-bidla ta' l-eta` ta' l-irtirar tal-maġistrati, li minn 60 sena, se titla' għal 65 sena.", "Hawnhekk mhux qegħdin neliminaw biss l- anomalija - kif donnu ried jagħti wieħed x'jifhem wieħed mill-kelliema ta' l-oppożizzjoni - li nittrattaw l-eta` ta' rtirar tal-maġistrati b'mod differenti minn ta' l-imħallfin.", "Dan qed isir għal diversi raġunijiet.", "Per eżempju, jekk inħarsu lejn is-snin li għaddew insibu li llum il-kompetenza tal-maġistrati telgħet għal Lm5,000 u tista' titla' aktar.", "Issa ta' min jgħid li meta ggradwajna aħna bħala avukati, din kienet ta' madwar Lm50.", "Żdiedet ukoll il-kompetenza fil-qasam tal-liġi kriminali u żdiedu friegħi oħra tal-liġi li llum qegħdin taħt il-ġurisdizzjoni tal-maġistratura tagħna.", "Il-maġistrati li għandna fil-qrati żgur li jistħoqqilhom ir-rispett kollu tagħna u mhux nagħtuhom ir-rispett skond x'jgħidu f'sentenza jew f'oħra kif kien jiġri fi żmenijiet oħra.", "Pero` mhux dik l-anomalija ta' l-eta` biss qed inneħħu b'dan l-abbozz ta' liġi imma anomalija oħra li toħloq sitwazzjoni ta' tbatija umana għax meta tkun sfurzat li tirtira ta' 60 sena u skond il-liġi attwali ma teħux pensjoni qabel il-61 sena - skond l-emendi li għamilna fil-liġi tal-pensjoni, għada pitgħada min hu ta' ċerta eta` ma jkunx jikkwalifika għal pensjoni qabel ma jagħlaq il-65 sena - allura ma rridux ngħidu lill-maġistrati li minn sena għada pitgħada se jispiċċaw jagħmlu ħames snin jistennew biex jikkwalifikaw għal pensjoni u jridu b'xi mod ikomplu jħallsu l-bolla.", "Għalihom dan ifisser li jridu jerġgħu joħorġu jaħdmu ta' self-employed bħala avukat u trid tara kemm dik hija prattika għax ġeneralment, min ikun ħa inkarigu bħal dak, ikun għalaq l-uffiċċju legali tiegħu.", "Probabbli jmorru bħala impjiegati ma' xi ħadd u trid tara d- differenza bejn employee u self-employed u l-komplikazzjonijiet li jista' jkollok f'dan il-każ.", "Mhux sew li maġistrat isofri din l-inġustizzja f'ħajtu għax ikun ta servizz lill-pajjiż minflok ma jkun baqa' jeżerċita l- professjoni tiegħu.", "Issemmew xi maġistrati li għalqu l-eta` ta' 60 sena diġa` u kellhom jirtiraw b'mod li minn dan l-abbozz ta' liġi ma setgħux jibbenefikaw.", "Sfortunatament il-proċess tal-ħajja ma nistgħux nikkontrollawh aħna u apparti minn hekk, bir-rispett kollu, kieku l-oppożizzjoni ma damitx taħsibha daqshekk biex tagħti tweġiba lill-gvern, forsi din is-sitwazzjoni kienet tolqot inqas persuni milli fil-fatt laqtet.", "L-oppożizzjoni ħasset, għall-konvenjenza tagħha, li għandha ddum sentejn jew tlieta tistenna biex tagħtina risposta u għax għamlet hekk, ġara li ġara.", "S'intendi meta staqsejnihom għaliex damu daqshekk qalulna x'kien beħsiebhom jagħmlu dwar dan l-abbozz ta' liġi imma r-raġuni għaliex ma kellniex tweġiba qabel ma kenitx ċara u donnhom semmew xi ħaġa li ma fehmux jekk kienx se jkun hemm xi fatturi oħra li jorbtu ma' l-eta` ta' l-irtirar tal-maġistrati.", "Dawn kienu vagi ħafna u naturalment il-verita` hija li m'hemmx tweġiba li tista' tingħata bis-serjeta` f'din il-Kamra, Sur President.", "Jien se nagħlaq b'ton pożittiv fis-sens li dan huwa pass ieħor tajjeb għal pajjiżna.", "Aħna mhux biss qegħdin nagħrfu x'istituzzjonijiet għandna bżonn imma qed nagħrfu wkoll kif dawk l-istituzzjonijiet insaħħuhom u nagħtuhom l- importanza li ħaqqhom sabiex dawn jagħtu dak kollu li jistgħu għall-ħarsien tad-drittijiet tal-poplu kollu kemm hu mingħajr distinzjoni u b'ħarsien mhux biss lejn il-lat legalistiku imma anke lejn l-ekwita`.", "Huwa importanti li jkun hemm ħarsien tal-prinċipji kollha li jikkostitwixxu l- bażi ta' dik li tissejjaħ good governance u ħarsien reali tad-drittijiet fundamentali tal-bniedem f'qafas ta' l-infrastruttura tad-demokrazija fil- pajjiż li b'dan il-gvern se tkompli timxi 'l quddiem.", "Din l-infrastruttura trid tipprovdi l-ways and means ta' kif il-poplu, meta jkollu bżonn, jista' jirrikorri għalihom biex jiddefendi d-drittijiet tiegħu.", "Il-poplu Malti għandu qrati li jiffunzjonaw, għandu d-dritt li jara kif il-belt jew ir- raħal tiegħu huma amministrati, għandu l-liberta` ta' l-istampa garantita, għandu l-liberta` tal-komunikazzjoni - dan huwa dritt mill-aktar importanti fid-dinja tal-lum u l-gvern ħadem sabiex jagħti lil Maltin l-aktar u l- aħħar teknoloġiji f'dan is-sens - u għandu d-dritt li jirrikorri għall- ombudsman fejn ma jaqbilx ma' deċiżjonijiet amministrattivi.", "Dan li qed nagħmlu f'din il-liġi jawgura tajjeb sabiex dik il-protezzjoni li ngħataw dawk it-12,000 ruħ, tingħata lil ħaddieħor u tkun ta' eżempju għal dawk li f'xi ħin jew ieħor ikollhom bżonn għax ma jkunux qablu ma' xi deċiżjoni f'livell lokali, f'livell amministrattiv jew f'livell ta' awtorita`.", "Dawn jistgħu jirrikorru għand l-ombudsman għad-drittijiet tagħhom.", "Il-poplu, meta jitkellem dwar dan il-qafas ta' l-infrastruttura tad-demokrazija u tal-ħarsien tad-drittijiet fundamentali tiegħu, jaf li l- uffiċjali tal-parlament jinkludu mhux biss l-ombudsman imma anke l-awditur ġenerali.", "Il-poplu jaf li hemm parlament li fil-livell tal-kumitati – fejn hemm anke l-kumitat tal-kontijiet pubbliċi mmexxi minn membru ta' l- oppożizzjoni u li dan jista' jinvestiga l-proċessi pubbliċi - qed jiffunzjona biex ikun hemm proċess parlamentari li hu ħaj u li jevolvi 'l quddiem.", "Minbarra l-uffiċċju ta' l-ombudsman hemm kontrolli oħra fuq kif jopera s-servizz pubbliku b'mod ġenerali għal dak li għandu x'jaqsam ma' prinċipji fundamentali tal-liġi amministrattiva li llum huma mħarsa fil- pajjiż.", "Fil-fatt dan l-aħħar kellna ċ-ċans li nagħmlu diskussjoni wiesgħa dwarhom f'dan il-parlament meta tkellimna dwar l-istruttura, anke ta' appelli, minn dawn it-tribunali amministrattivi biex ikun hemm konformita` bejn qasam u ieħor.", "Sur President, il-fatt hu li għandna l-mekkaniżmi kollha f'posthom u jaħdmu f'pajjiż li llum mhux biss huwa modern imma huwa wkoll membru ta' l-Unjoni Ewropea u allura jgawdi dak il-qafas addizzjonali kollu li tipprovdi din l- unjoni fil-ħarsien tad-drittijiet tiegħu.", "Iċ-ċelebrazzjoni li saret il- bieraħ madwar il-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea kollha mhix biss ċelebrazzjoni tat-trattat ta' Ruma imma hija ċelebrazzjoni ta' struttura li evolviet bħala waħda li toffri hija wkoll il-mekkaniżmi sabiex l-individwu jkun jista' jirriferi għall-istituzzjonijiet tagħhom ukoll.", "Dan ukoll kien pass ieħor li l-gvern preżenti huwa kburi li għamel għal pajjiżna u nafu sew kif sa tliet snin ilu biss, in-naħa l-oħra kienet assolutament kontra dak kollu li llum qed ngħidu li hija tradizzjoni ta' kulħadd.", "Il-ħarsien ta' dan kollu li qed ngħid jiġi wkoll għax għandek strutturi li huma awtonomi f'oqsma differenti u li jħarsu lejn il-proċessi li għandek fil- pajjiż għar-rigward ta' żvilupp, ta' kompetizzjoni, ta' kummerċ, ta' liċenzjar u proċessi amministrattivi oħrajn.", "Hawnhekk ma rridx ninsa nsemmi l-awtonomija ta' l-universita` ladarba ssemmiet f'din il-Kamra.", "Jekk hemm student li ma jaqbilx ma' deċiżjoni, tafu kemm għandu rimedji llum?", "Taf min ma kellux rimedji?", "Dawk l-istudenti li riedu jidħlu fl- universita` meta kien hemm selection board immexxi mill-kap ta' l- oppożizzjoni attwali u għaliex kien hemm universita` li spiċċat b'inqas minn 800 ruħ, kellek korsijiet sħaħ sospiżi.", "Kif jista' jiġi l-kap ta' l- oppożizzjoni llum u jsemmielna żball amminstrattiv fil-konfront ta' student meta dan għandu kull metodu disponibbli biex jieħu sodisfazzjon?", "Jien nawgura li jekk veru sar żball, jingħata rimedju.", "Kif jipprova jnessi l- passat?", "Jien se nikkonkludi billi ngħid li llum iċ-ċittadin għandu l-libertajiet u d-drittijiet kollha u dawn huma mħarsa minn min tista' tafda.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Helena Dalli.", "ONOR.", "HELENA DALLI: Sur President, jien qgħadt nisma' b'ħafna paċenzja lill-Onor.", "Francis Zammit Dimech u osservajt li l-mod kif jimposta l- argumenti tiegħu huwa sintomatiku ta' kif jaħdem dan il-gvern.", "Dan għamel l- ispeech tiegħu kollha jaqla' l-ħama ta' l-oppożizzjoni ta' ma nafx kemm-il sena ilu u fl-aħħar żewġ minuti, minkejja li qal li se jkun pożittiv, semma l-każ ta' l-universita` u kif kienu jidħlu l-istudenti f'din l- istituzzjoni.", "Mid-dehra l-Ministru Zammit Dimech nesa meta lejliet ir- referendum, l-ex-Prim Ministru Eddie Fenech Adami akkuża lill-Onor.", "Alfred Sant li ma daħħallux lit-tifel tiegħu l-universita` meta kien fuq il-bord ta' l-għażla u aħna ma stajniex nirrisponduh għax l-għada kienet is-silent day ta' qabel l-elezzjoni.", "Dan nesa wkoll li l-qorti ddeċidiet li din kienet gidba faħxija imma sfortunatament il-ħsara kienet saret.", "Hekk jaħdem dan il-gvern, Sur President.", "Jitfa' t-tajn, iħammeġ u mbagħad wara, meta jkun tard wisq, insibu li dak kien qal kien kollu gideb.", "Hekk kien id- diskors ta' l-Onor.", "Zammit Dimech u ta' oħrajn ġo din il-Kamra, anke fuq liġi li qegħdin naqblu fuqha.", "L-ewwel ħaġa li rrid ngħid hija li jien inkun fil-kumitat permanenti tal- Kamra meta jitressaq ir-rapport ta' l-ombudsman u hemmhekk diġa` għedna li aħna ta' l-oppożizzjoni naqblu ma' l-entrenchment.", "Jiġifieri dan il-ħafna diskors li qed isir li aħna ma tajniex feedback ma jagħmilx sens.", "Skużi, il-parlament għalfejn qiegħed?", "Aħna mhux biex nitkellmu niġu fil- parlament?", "Il-prim ministru qal li jiddispjaċih li anke f'dan il-każ, l- oppożizzjoni ma qalitx x'inhi l-opinjoni tagħha.", "L-Onor.", "Zammit Dimech qalilna li l-oppożizzjoni hija muta.", "Kif jistgħu jgħidu dan meta fil- kumitat permanenti tal-Kamra, fejn ġie ppreżentat ir-rapport ta' l- ombudsman, aħna għedna – u din qiegħda minuted - li aħna naqblu ma' l- entrenchment?", "Issa jekk il-prim ministru u l-Ministru Zammit Dimech ma jafux b'dan affari tagħhom imma dawn għandhom id-dmir li jippreparaw ruħhom fuq il-fatti qabel ma jiġu jitkellmu hawnhekk, Sur President.", "Aħna rappreżentanti tal-poplu u l-poplu jeleġġina biex nitkellmu u nivvotaw f'dan il-parlament u aħna hekk nagħmlu.", "Ma nistax nifhem għaliex kull darba joqogħdu jgħidu li aħna ma tajniex l-opinjoni tagħna.", "Mela l-parlament għalfejn qiegħed, Sur President?", "Il-gvern jitkellem kullimkien barra f'dan il-parlament!", "Jitkellem fuq ir-radju, fuq it-television u fuq il-gazzetti u mbagħad għaliex aħna ngħidu li rridu nitkellmu fil-parlament, il-membri tal- gvern jiskantaw.", "Jien din il-ħaġa ma nistax nifhimha, Sur President.", "Jien niftakar żmenijiet meta kienet tmur delegazzjoni tal-gvern barra minn Malta u kif tiġi lura, l-ewwel ħaġa li kienet tagħmel kienet li tiġi f'dan il-parlament u tagħti rendikont ta' dak li tkun għamlet barra minn Malta.", "Il-gvernijiet Nazzjonalisti qatgħuha din għaliex imorru l-VIP lounge, jekk jindenjaw ruħhom, u jkellmu lill-press hemmhekk meta d-dover ta' ministru, prim ministru u membru parlamentari huwa dak li jagħti rendikont ta' dak li għamel barra minn pajjiżu ġo dan il-parlament.", "Issa ġejna f'sitwazzjoni fejn għax aħna nagħmlu d-dover tagħna billi nitkellmu fil-parlament, naqilgħu l-kritika.", "Allura għalfejn qed itellgħuna n-nies biex nitkellmu fil-parlament?", "Biex nitkellem fuq il-gazzetti, fuq it-television u fuq ir- radju m'hemmx għalfejn inkun membru parlamentari, ministru jew prim ministru Sur President.", "Aħna l-membri parlamentari, il-ministri u l-prim ministru għandna d-dover li niġu nitkellmu f'dan il-parlament għax dan huwa l-forum fejn aħna nispjegaw x'inhuma l-veduti tagħna fuq dak li jkun qiegħed propost.", "Għalhekk ma nistax nifhem għaliex il-prim ministru qal hekk il-ġimgħa l- oħra – almenu milli qrajt għax jien kont imsiefra – u għaliex reġa' qal l- istess il-Ministru Francis Zammit Dimech illum.", "X'jiġifieri jgħidu li l- oppożizzjoni muta?", "Mela aħna mhux nitkellmu qegħdin?", "Skużi, qed nitkellmu fil-post fejn suppost nitkellmu.", "Issa jekk huma jridu jitkellmu fuq il- gazzetti, fuq it-television u fuq ir-radju jagħmlu huma imma bl-ebda dritt ma jistgħu jippretendu li aħna nagħmlu l-istess għax id-dover tagħna hu li niġu nitkellmu fil-parlament.", "Veru ġejna sew f'dan il-pajjiż jekk hawn xi ħadd jippretendi mod ieħor, Sur President!", "Għalfejn qed itellgħuna n-nies?", "Għalfejn jagħżluna biex nitkellmu f'isimhom in-nies?", "Biex nitkellmu fuq il- gazzetti, fuq ir-radju u fuq it-television jew biex niġu nagħmlu xogħolna fil-parlament?", "Mhux talli hekk, talli meta nirriżervaw id-dritt u l- obbligu tagħna li nitkellmu, il-prim ministru jipprova jwaqqagħna għaċ-ċajt bħalma għamel fuq SmartCity meta mbagħad spiċċa waqa' għaċ-ċajt hu għax qabel kien qal li aħna konna se nivvotaw kontra.", "Min qallu li konna se nagħmlu hekk?", "Mela għax aħna rriżervajna d-dritt tagħna - u hekk obbligati li nagħmlu - li niġu nitkellmu f'dan il-parlament ħalli ngħidu x'naħsbu u nanalizzaw il- kuntratt li kien qed jitressaq f'din il-Kamra, il-prim ministru qal li aħna se nivvotaw kontra.", "Imbagħad spiċċa waqa' għaċ-ċajt!", "Ikkalma ftit, Sur Prim Ministru!", "Jien nifhem li kellu ħafna tensjoni l-prim ministru minħabba r-riżultati ta' l-elezzjonijiet lokali, fejn qal li ma jinteressawhx l-elezzjonijiet lokali imma tinteressah SmartCity.", "Imma dan għandu jħalli lill-oppożizzjoni tagħmel xogħolha u jħalliha titkellem fil- forum fejn suppost titkellem u mhux idaħħak lin-nies bih u jgħid li aħna se nivvotaw kontra.", "Jien twerriċt x'ħin qrajt fil-gazzetta li l-prim ministru qal li aħna konna se jivvotaw kontra!", "Mela dan l-Ispirtu s-Santu issa?", "L- ewwel jikkritikana għax ma tkellimniex u f'daqqa waħda jgħidilna li jaf li se nivvotaw kontra.", "Minn fejn ġabha din jekk qed jgħid li ma tkellimniex?", "Aħna nitkellmu fil-ħin u fil-post addattat, aħna nitkellmu fil-post fejn il-poplu Malti poġġiena biex nitkellmu, jiġifieri f'dan il-parlament, Sur President.", "Nerġa' ngħid li biex nitkellem fuq il-gazzetta, fuq ir-radju jew fuq it-televiżjoni m'hemmx għalfejn inkun membru parlamentari imma huwa membru parlamentari biss li jista' jitkellem fil-parlament u dak hu xogħolna.", "Jekk ma nagħmlux dan, nistgħu nagħlqu l-bieb u ma niġux iżjed 'l hawn, la l-prim ministru u l-ministri jippretendu li aħna nagħtu l-opinjoni tagħna hekk kif ifaqqgħu subajhom meta huma dejjem jgħidu kemm ikunu ilhom għaddejjin b'diskussjonijiet.", "Imma l-giddieb għomru qasir, Sur President.", "Il-prim ministru, bis-santita` kollha tiegħu, dejjem jgħid li hu jara biss dak li huwa l-aħjar għall-pajjiż imma mbagħad nhar is-Sibt intervistaw lis- segretarju ġenerali u staqsewh x'jaħseb dwar l-elezzjoni u dan qal li l- elezzjoni jagħmluha meta jħossu li għandhom percentage points biżżejjed ahead mill-partit Laburista.", "Mela allura lejn il-partit qed iħares dan!", "Mela l-prim ministru qed jgħid li se jara x'inhu l-aħjar għall-pajjiż u r- right-hand man tiegħu, is-segretarju ġenerali, qed jgħid li l-elezzjoni ssir meta jkun tajjeb għall-partit.", "Din hija s-serjeta` li għandna f'dan il- pajjiż?", "Imbagħad jiġi l-Onor.", "Francis Zammit Dimech u jagħmel tliet kwarti jitkellem fuq l-oppożizzjoni u fuq il-gvernijiet Laburisti tal-passat u fl- aħħar ftit jgħid li jrid ikun pożittiv.", "Anke t-ton ta' leħnu biddel, qisu sar qaddis f'daqqa waħda!", "Dan huwa sintomatiku ta' kif jaħdem dan il- gvern, l-ewwel jaqla' u jaqla' mbagħad irid ikun qaddis.", "Sur President, nerġa' ngħid li aħna naqblu ma' dan l-entrenchment li qegħdin nitkellmu fuqu u din diġa` għedniha f'kumitat permanenti ta' dan il- parlament għaliex l-affarijiet hekk imorru.", "Jista' mhux jgħidilna muti l- Ministru Francis Zammit Dimech!", "Hawn ġew aħna m'aħniex muti għax aħna mqabbdin biex hawn ġew nitkellmu u nargumentaw dwar x'naħsbu li huwa l- aħjar ġid għall-poplu Malti.", "Dik hija s-serjeta`, Sur President, li inti tagħmel l-affarijiet, tistudjahom u mbagħad tippreżentahom u mhux il-gvern ifaqqa' subgħajh u jippretendi li aħna nagħtuh l-opinjoni tagħna.", "Imbagħad għax ma ngħidulhomx meta jidhrilhom huma li għandna ngħidulhom, xi wieħed bħal prim ministru jumps the gun bħalma għamel fuq SmartCity.", "Aħna naqblu wkoll li l-esperjenza tal-maġistrati m'għandniex narmuha.", "Mhux l- esperjenza tal-maġistrati biss m'għandniex narmu imma l-esperjenza ta' ħadd.", "Għalhekk naqblu fuq l-estensjoni ta' l-eta` ta' l-irtirar għaliex ir-riżorsi umani li għandna rridu nibżgħu għalihom.", "L-Onor.", "Francis Zammit Dimech tkellem fuq iċ-ċivil u fuq it-transfers li kienu jsiru.", "Dan jaf li l-Ministru Austin Gatt, meta kien segretarju ġenerali tal-partit Nazzjonalista, fil-konferenza ġenerali qal li ċ-ċivil irid ikun politiċizzat?", "Jaf dan li dawn għandhom in writing li hekk jemmnu u li s- segretarju ġenerali tal-partit Nazzjonalista qal li ma jistax ma jkunx politiċizzat iċ-ċivil?", "Aħna nafu x'jiġifieri għax meta tlajna fl-1996 u l- Onor. Alfred Sant ipprova jbiddel din is-sistema, ma sabx il-kooperazzjoni ta' dawk in-nies li ħalla hemmhekk.", "Kien hemm uħud li komplew jagħmlu xogħolhom pero` l-biċċa l-kbira bsaten fir-roti għamlu, Sur President!", "Għalhekk li jiġi l-Onor.", "Francis Zammit Dimech hawnhekk u jaqla' l-ħama ta' 20 u 30 sena ilu u mbagħad jitkellem b'mod bħallikieku l-partit tiegħu huwa verġni u pur ma jagħmilx sens u aħna bilfors ikollna nweġbuh.", "Jien mhux dawn l-affarijiet kont se ngħid illejla, Sur President, imma meta smajt lill-Onor.", "Zammit Dimech jgħid dawn l-affarijiet, bilfors kelli nsemmilu xi ħaġa tal-passat tagħhom għalkemm jien mhux se mmur lura daqskemm mar lura hu għaliex kieku jkun hemm ħafna aktar affarijiet xi ngħid.", "Jien se nsemmi l-passat riċenti li n-nies jiftakruh.", "Insemmilu dak li qal l-Onor.", "Austin Gatt fl-1989, fil-konferenza ġenerali tal-partit Nazzjonalista meta qal li ċ-ċivil ma jistax ma jkunx politiċizzat.", "Infakkru, kif diġa` għedt, li l- partit Laburista fl-1996 ipprova jneħħiha din il-kultura li min jirbaħ, jirbaħ kollux u min jitlef, jitlef kollox, imma ma rnexxielux, Sur President.", "Għalhekk tifhem kif ma tirnexxix meta jkollok kultura ta' partiġġjaniżmu tant fonda li twassal biex saħansitra s-segretarju ġenerali tal-partit Nazzjonalista jgħid dak li qal fil-konferenza ġenerali.", "Kif se taqlagħhom dawk l-għeruq, Sur President?", "Issa ħalli nerġa' niġi għal dak li kont qed ngħid dwar in-nies validi li għandna, dwar in-nies li rridu nieħdu ħsieb u li nibqgħu nużaw l-esperjenzi tagħhom.", "Il-ġimgħa l-oħra kellna każ fejn l-ambaxxata Amerikana, f'isem is- segretarju ta' l-Istat Amerikan Condoleeza Rice, għażlet persuna minn Malta li mir-riċerka li għamlu rriżulta li l-aktar tat sehem fil-qasam tad- drittijiet tan-nisa f'Malta.", "Din għażluha u onorawha imma meta tistaqsi fejn qiegħda din il-persuna, tiskopri li bagħtuha fil-librerija tgħodd il- kotba u ssikket lin-nies biex ma jagħmlux storbju!", "Dik hija l-ħela tar- riżorsi li għandna, Sur President.", "Issa din ma tgħidx li reġgħet għamlet interview u kien hemm min hu aħjar minnha fl-interview għaliex kieku ngħidlek fair enough!", "Imma li lil din tibgħatha ġo post fejn assolutament ma tkunx qed tuża l-kapaċitajiet tagħha wara li l-Istati Uniti ta' l- Amerika onorawha għal dawn il-kapaċitajiet, ma nifhimhiex.", "Mela dan li qed ngħid dwar l-esperjenza u l-kapaċitajiet jgħodd biss għall-maġistrati jew l- imħallfin?", "Irridu nużaw il-kapaċitajiet u l-ħiliet ta' kulħadd u għandna nies brillanti f'ċerti oqsma.", "Allura dawn ma ħaqqhomx jieħdu extension?", "Dażgur li ħaqqhom imma l-gvern mhux veru jimxi hekk.", "Fl-ispeeches li ntqalu hawnhekk, kulħadd qal li dawn se nibqgħu nużawhom għaliex ma nistgħux naħlu r-riżorsi u dawn huma nies ta' esperjenza u validi.", "Imbagħad ikollok każ bħal dan fejn il-barranin iħammrulna wiċċna għax filwaqt li dawn jagħtuha unur fil-qasam tan-nisa, aħna ma nużawx il-kapaċitajiet tagħha.", "Fl-fatt din qaltilna li l-gvern neħħiha.", "U nerġa' ngħid illi kieku l-gvern neħħiha għaliex sar xi interview u kien hemm min hu kapaċi aktar minnha, nifhimha imma dan m'huwiex il-każ.", "Dawn huma l-affarijiet li jrid isemmi l-Ministru Francis Zammit Dimech.", "Jien qed insemmilu l-każi riċenti mhux bħalma jagħmel hu li jsemmi każi ta' meta wħud minna lanqas biss konna hawn jew lanqas biss konna twelidna!", "Dak li ġara għexieren ta' snin ilu l-Ministru Zammit Dimech jiftakru ċar u dak li ġara l-bieraħ jew ma jafux jew nesih jew inkella qed jiġi hawnhekk biex jipprova jidħaq bin-nies.", "Il-gvern lil dan il-parlament ma jistmahx u jien diġa` tajt ir-raġunijiet għaliex qed ngħid hekk.", "Dawn jippretendu li aħna noqogħdu nitkellmu barra mill-parlament meta l-post fejn għandna nitkellmu huwa hawnhekk.", "Barra minn hekk meta jiġu jitkellmu hawn huma, jgħidu affarijiet li ma jirriflettux ir-realta`.", "Dan il-gvern issa ilu 20 sena fil- gvern.", "Allura l-Ministru Francis Zammit Dimech ma tkellimx fuq dawn l-20 sena li ilhom huma fil-gvern?", "Għaliex ma semmiex dawk is-sentejn li għamel il-partit Laburista fil-gvern, u kif ipprova jbiddel din il-kultura ta' the winner takes all f'dan il-pajjiż?", "Għaliex ma qalhomx dawk l-affarijiet?", "Issa xi jrid?", "Nuruh id-dokumenti li għandna aħna taċ-ċirkolari li kienu joħorġu dak iż-żmien biex jagħmlu l-bsaten fir-roti lill-ministri?", "Aħna għandna kollox elenkat u dawn mhux affarijiet taċ-ċajt.", "Fuq l-20 sena li l- partit Nazzjonalista għamel fil-gvern, Alla jbierek, ma semma xejn u lanqas semma dawk is-sentejn li kien hemm il-partit Laburista fil-gvern u li fihom ipprova jbiddel is-sistema.", "Dan lanqas biss semma dak li qal l-Onor.", "Austin Gatt li ċ-ċivil irid ikun politiċizzat.", "Hija policy tagħhom li ċ-ċivil ikun poliċitizzat u ma joqgħodx jinħeba wara subgħajh!", "Barra minn hekk il-Ministru Francis Zammit Dimech semma l-gidba li xi 30 sena ilu l-Onor.", "Alfred Sant ma daħħalx lit-tifel ta' Dr. Fenech Adami fl- universita`.", "Din hija gidba pprovata bil-qorti u li għaliha Dr. Fenech Adami weħel xi Lm3,000.", "Xejn minn dan ma semma l-ministru.", "Dan semma biss il-bord ta' l-għażla.", "Il-gideb li jgħidu fuq il-bord ta' l-għażla ma semmiehx.", "Din hija gidba riċenti ta' erba' snin ilu, Sur President, u jiddispjaċini li minflok qed nitkellem fuq din il-liġi, spiċċajt inwieġeb fuq affarijiet li m'għandhomx x'jaqsmu imma bilfors ridt inwieġeb l- affarijiet li qalu l-Ministru Francis Zammit Dimech u l-Prim Ministru sabiex jibqa' on record kif irribattejna dan it-tip ta' diskors.", "La l- iSpeaker ma qallux \"out of order\" lill-Prim Ministru u lill-Ministru Francis Zammit Dimech, lanqas lilna ma jista' jgħid għaliex aħna qegħdin inwieġbu għal dak li nqtal.", "X'ħa l-gvern Laburista ta' l-1996 billi qal li ċ-ċivil ma jkunx politiċizzat kif dejjem riedu n-Nazzjonalisti?", "Sibna kooperazzjoni u mxejna 'l quddiem?", "Hawnhekk għadna b'dik is-sistema u l- gvern Nazzjonalista hekk iridha s-sistema, the winner takes all u l-bqija m'għandhomx ċans.", "Fil-fatt semmejt każijiet fejn jekk ma tkunx mal-winners, jistgħu mhux jonorawk il-barranin u jgħidulek li inti kapaċissima u kapaċissimu f'xogħlok għaliex xorta ma tieħux dak li ħaqqek.", "Mhux hekk iridu jimxu?", "Mela ħalli jkomplu jimxu hekk.", "Aħna noqogħdu nħarsu u nitgħallmu għaliex dik hija s-sitwazzjoni u fuq dan l-argument nagħlaq hawn.", "Ngħaddi issa biex nitkellem fuq l-istituzzjoni ta' l-ombudsman, li hija istituzzjoni li rridu nirrispettawha u nsaħħuha aktar.", "Pero` dan irid isir mhux bid-diskors u bil-kliem fil-liġi imma bil-fatti.", "Irridu naraw li l- aġir ikun kompatibbli mal-kliem li jingħad sabiex din l-istituzzjoni tissaħħaħ bil-prattika għax kif qalu l-kelliema ta' qabli wkoll, din hija istituzzjoni importanti u meħtieġa jekk kemm-il darba jkollha l- indipendenza tagħna, tkun fair u effettiva u tkun accountable lill-poplu.", "Dawn huma kollha punti li rridu nkunu ċerti li qegħdin ġo din l- istituzzjoni.", "Pero` rridu nsemmu wkoll li meta jittieħdu deċiżjonijiet min- naħa ta' l-ombudsman, dawn id-deċiżjonijiet iridu jiġu rispettati.", "Jien smajt ħafna eloġji għall-ombudsmen, kemm għas-Sur Joe Sammut kif ukoll għal Dr Joe Said Pullicino u ovvjament it-tnejn li huma jixirqilhom dan it- tifħir imma dan mhux biżżejjed.", "Aħna nafu li kien hemm żmien fejn il-gvern Nazzjonalista pprova jimsaħ l-art bis-Sur Joe Sammut għaliex dan kien tkellem pubblikament peress li ma felaħx aktar.", "Per eżempju, dan kien semma - fuq din kienet il-kwestjoni - l-eżerċizzju tal-promozzjonijiet fil- forzi armati ta' Malta.", "Dan kien qal li hemmhekk hemm mandra sħiħa fejn jingħataw il-promozzjonijiet, u qal li qed jagħtu l-promotions en masse u qed jivvintaw kriterji ġodda anomali.", "Dan kien qal li l-korruzzjoni hija diffiċli ħafna biex tiddefiniha imma qal ukoll li kellu każijiet fejn individwu suppost li ġab, per eżempju, 400 punt fuq il-performance appraisal report ta' l-AMF, u mbagħad għażlu lil xi ħadd li ġab inqas punti minfloku u li dik żgur ma tistax ma tgħidilhiex korruzzjoni.", "Is-Sur Joe Sammut kien qal ukoll li kellu evidenza li l-Air Malta tqabbad summer workers fuq konsiderazzjonijiet politiċi jiġifieri dawn jidħlu għax ikunu Nazzjonalisti.", "Jien naf b'każijiet ta' nies li kienu ilhom jitqabbdu snin fis-sajf u kellhom l-esperjenza u biddluhom kollha biex minflok daħlu n-Nazzjonalisti u kellhom jergġħu jonfqu l-flus fuq it-training għax dawn ma kellhomx l-esperjenza li kellhom l-oħrajn.", "Dan juri dak li għedt fil- bidu, li taħt gvern Nazzjonalista the winner takes all u l-oħrajn jibqgħu b'xejn.", "Basta b'dawn il-ħafna eloġji min-naħa tal-gvern għall-ombudsman!", "Meta l-ombudsman, is-Sur Joe Sammut, qal dawn l-affarijiet, il-Prim Ministru ta' dak iż-żmien, Dr Eddie Fenech Adami, kien ta intervista lill- gazzetta u qal li l-ombudsman qed ikun politiku u mar oltre mid-doveri tiegħu.", "Dr Eddie Fenech Adami qal li dan kien politiku fil-kummenti li għamel u li jekk irid jidħol fid-dinja politika għandu l-enerġija u l- abilita` biex jagħmel dan.", "Dan hu l-kliem li qal Dr Eddie Fenech Adami meta kien Prim Ministru, basta jiġu tan-naħa tal-gvern b'dawn l-eloġji kollha fuq l-ombudsman.", "Let's call a spade a spade u ngħidu verament x'inhuma l- affarijiet u kif jimxu f'dan il-pajjiż.", "Hija ovvja li naqblu ma' din il- liġi imma let's walk the talk, mhux nitkellmu mod u naġixxu bil-kontra ta' dak li qed ngħidu, Sur President.", "We have to walk the talk inkella nkunu qed naħlu l-ħin!", "Issa billi se nagħmlu dan l-entrenchment u għada filgħodu jqum il-prim ministru u lill-ombudsman jibda jgħidlu: Tindaħalx f'dawn l-affarijiet u jekk trid tagħmel hekk, oħroġ għall-elezzjoni.", "Kif seta' l-prim ministru ta' dak iż-żmien jgħid dan il-kliem meta kulħadd jaf x'rispett kien igawdi kemm bħala civil servant u kemm bħala ombudsman is-Sur Joe Sammut?", "Apparti minn hekk, u din hija aktar serja, jien ngħid li b'dak li qal il-Prim Ministru Eddie Fenech Adami dakinhar tana x'nifhmu li l-ombudsman ma jistax imiss ċerti areas bħalma huma korporazzjonijiet pubbliċi u awtoritajiet, liema korporazzjonijiet u awtoritajiet, skond l-ombudsman, m'humiex accountable biżżejjed.", "Dan kien tkellem fuq l-Air Malta u fuq l-armata u minħabba f'hekk qabeż fuqu l-prim ministru.", "Allura dawn huma untouchable u ma tistax tmisshom?", "Is-Sur Joe Sammut qala' umiljazzjoni pubblika għax kien qed jagħmel xogħlu.", "Dan sab li min ġab aktar marki minn ħaddieħor baqa' l-art u min ġab inqas ħa l-promotion fl-armata u sab li biex tidħol fl-Air Malta fis-sajf, trid tkun Nazzjonalist.", "Meta dan ma felaħx aktar għal dawn l-affarijiet, he went public u għaliex għamel hekk, il-prim ministru qallu biex joħroġ għall-elezzjoni!", "X'jiġifieri joħroġ għall- elezzjoni, Sur President?", "Dak kien qed jagħmel xogħlu!", "Dażgur li aħna naqblu li nsaħħu l-uffiċċju ta' l-ombudsman billi jiġi entrenched fil- Kostituzzjoni imma dan mhux biżżejjed jekk il-gvern ma jagħtix kas ta' dak li jgħid għax ma jkunx jaqbel għal widnejh u minn fuq jattakkah b'dan il- mod!", "Dan il-prim ministru kien li attakkah b'dan il-mod u mhux xi Ġanni Borg!", "Dan li rridu naraw u mhux billi nilleġislaw.", "Veru li l-liġijiet u l- Kostituzzjoni huma importanti imma x'jiswa li jkollok qafas li fil-prattika ma jiġix rispettat?", "Għandek qafas sħiħ ta' liġijiet u tal-Kostituzzjoni imma meta tara x'jiġri fil-prattika ma ssib xejn.", "Meta jiġru dawn l- affarijiet li semmejt, l-istituzzjoni ta' l-ombudsman taqla' daqqa ta' ħarta u ħadd ma jista' jgħid li mhux hekk l-affarijiet.", "Sur President, f'dan id-dibattitu ssemmiet ukoll il-ħtieġa ta' liġi fuq il- whistle- blower u din hija importanti.", "Aħna fid-dokument tagħna tas-servizz pubbliku qegħdin ngħidu li hemm bżonnu dan.", "Dan il-pajjiż ma jistax ikun li jibqa' sejjer hekk fejn kulħadd jibża' jitkellem.", "Ma jistax ikun li nibqgħu sejrin b'din l-omerta` għaliex kulħadd jibża' li jekk jikxef, jaqlagħha.", "Aħna nafu b'każi u m'hemmx għalfejn insemmu ismijiet.", "Fil-fatt niddejjaq insemmi lin-nies li ma jistgħux jiġu hawnhekk u jitkellmu huma, Sur President.", "Il-gvern Nazzjonalista jaf nies fiċ-ċivil li għax tkellmu qalgħuha u min spiċċa bid-depression, min spiċċa barra u min spiċċa jinvestigaw lilu!", "Dik hija r-realta`.", "Mela meta għandek gvern li s-saħħa jagħtiha lil min ikun qiegħed għaddej bl-affarijiet, kif jista' jkollok civil servant li meta jara l-korruzzjoni, jitkellem meta jispiċċa jaqlagħha hu!", "Iva, Sur President, hemm bżonn ta' liġi fuq il-whistle- blowers anke għaliex nafu kemm neħlu meta niġu biex ninvestigaw l- affarijiet.", "Lilna l-politiċi jgħidulna ħafna affarijiet.", "Per eżempju, meta jiġi xi ħadd għandi u jgħidli li fit-tali post qed jiġru ċerti affarijiet, nistaqsih jekk ikunx lest li jgħidhom dawn għax meta niġu biex ninvestigaw l-affarijiet, trid tisma' liż-żewġ naħat.", "Meta tmur takkuża lin-naħa l- oħra, din tgħidlek biex iġġibilha prova ta' dak li tkun qed tgħid.", "Sfortunatament in-nies ma jkunux iridu jidħlu fiha l-ħaġa għax ma jkollhomx protezzjoni u għalhekk se nibqgħu negħrqu fil-korruzzjoni.", "Għax min hu serju u ta' l-affari tiegħu u jitkellem, jispiċċa jaqlagħha.", "Jiġifieri din il-liġi tal-whistle blowers hija importanti ħafna u hija in line ukoll ma' dak li qed niddiskutu llum.", "Barra minn hekk hemm ukoll il-liġi dwar is- civil service.", "Minkejja li jidhirli li l-white paper ilha li ħarġet xi ħames snin, din għadha ma tressqitx hawnhekk.", "Għalhekk jien inħeġġeġ lill- gvern biex dawn l-affarijiet inressquhom f'dan il-parlament ħalli ngħadduhom.", "Ma jidhirlix li l-gvern Nazzjonalista għandu xi ħaġa simili għall- whistle-blower Act.", "Li hemm dwar dan hu fid-dokument tagħna għas- servizz pubbliku fejn din hija waħda mill-proposti li qegħdin nagħmlu u li se nkunu qegħdin inwettqu meta nkunu fil-gvern.", "Sur President, naħseb li huwa importanti ħafna li jkun hawn diskussjoni nazzjonali fuq din il-liġi li hija tassew meħtieġa għaliex xbajna nisimgħu b'nies li qed jaqtgħu qalbhom minn dan il-pajjiż minħabba l-korruzzjoni li hawn.", "Illum tant xejn m'hu xejn li jekk tkun Nazzjonalist kollox sew, inkella m'għandekx ċans.", "Jista' jibqa' sejjer hekk dan il-pajjiż?", "Ma jistax!", "U fil-fatt ħafna nies qegħdin juru li xebgħu ma jiġux stmati.", "Dan il-gvern jidħak bina għaliex aħna niġu nitkellmu fil-parlament għax jippretendu li nitkellmu kullimkien barra mill-parlament.", "Saħansitra l-prim ministru preżenti jaqa' fir-redikolaġni li jgħid pubblikament li kien jaf kif se nivvotaw aħna u mbagħad jaqa' għaċ-ċajt għax ivvotajna bil-kontra ta' dak li kien qal.", "Lanqas kieku qata' kif konna se nivvotaw, b'liema dritt jiġi jgħid li aħna konna se nivvotaw kontra?", "Dan juri f'liema livell baxx waqgħet il-politika ta' pajjiżna.", "Dik hija r-realta` u filwaqt li nagħti ħajr lis-Sur Joe Sammut u lil Joe Said Pullicino tax-xogħol li għamlu u li qed ikompli jagħmel, nappella lil din il-Kamra biex bis- serjeta` nirrispettaw xogħolhom u mhux meta ma naqblux magħhom, nibdew nattakkawhom u ngħidulhom li huma politiċi bħalma għamel l-ex-Prim Ministru Eddie Fenech Adami.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "L-Onor.", "Anthony Abela, jekk jogħġbu, iressaq l-aġġornament tal-Kamra.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Sur President, nipproponi l-aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tlieta, 27 ta' Marzu, 2007 fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Mozzjonijiet", "Estimi ta' dħul u nfiq tas-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali u Patrimonju Malta għas-sena 2006-2007.", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta (Emenda Nru. 2) - Tieni Qari (Kont);", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Organizzazzjonijiet Volontarji - Tieni Qari (Kont);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Kumpanniji - Tieni Qari; u", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Ġustizzja Amministrattiva - Tielet Qari.", "--------------------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili (Emenda Nru 2) - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Reġistru Ċentrali - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili (Emenda Nru. 2) - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Anthony Abela.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Sur President, is-Sibt li għadda numru ta' Maltin qattgħu siegħa u tliet kwarti quddiem it-television jaraw logħba football bejn it-team Malti u dak tal-Moldova.", "Nista' ngħid li minkejja li t-team Malti għandu l-limitazzjonijiet tiegħu, irnexxielu jagħti wirja verament tajba, fejn il-goalkeeper laqa' penalty u George Mallia skorja.", "Il-logħba kienet waħda diffiċli, il-players Maltin kienu l-biċċa l-kbira fuq id- difiża pero` kulħadd ta sehmu mija fil-mija u kienet ħasra li fl-aħħar tal- logħba tkeċċa player Malti.", "Filwaqt li nieħu l-opportunita` biex minn hawn nifraħ lill-kontinġent Malti, lill-coach u lil kulmin kellu x'jaqsam mal- preparazzjoni tal-players Maltin, nawguralhom biex nhar l-Erbgħa li ġej, meta jilagħbu kontra l-Griegi, jerġgħu jagħtu wirja tajba.", "Nispera wkoll li l-attendenza fil-ground nazzjonali tkun waħda xierqa u li tħeġġeġ lill- players tagħna jerġgħu jmorru tajjeb.", "F'dan l-intervent tiegħi llejla nixtieq nitkellem fuq xi ħaġa totalment differenti, xi ħaġa li mhux tirredikola lill-prim ministru tagħna, bħalma jipprovaw jagħmlu ċerti deputati fl-argumenti tagħhom f'dan il-parlament imma xi ħaġa li tagħtih ġieħ.", "Għax sentejn wara li l-partit Nazzjonalista qabad it-triq biex pajjiżna jissieħeb fl-Unjoni Ewropea u rnexxielu, fil- weekend li għadda kellna l-pjaċir naraw lill-prim ministru Malti, flimkien ma' 26 kapijiet oħra ta' pajjiżi Ewropej, jipparteċipa fil-50 anniversarju minn meta kellna t-trattat ta' Ruma li stabbilixxa l-Unjoni Ewropea.", "Għadda dan iż-żmien kollu minn meta ħafna pajjiżi Ewropej, li sfortunatament kienu l-focus tat-tieni gwerra dinjija, għarfu li l-qasma bejniethom kellha tispiċċa u għaldaqstant ingħaqdu biex flimkien illum jikkomponu waħda mill-ikbar blokka politika, soċjali u ekonomika.", "Kien hemm żmien meta kienet teżisti l-Ewropa tal-lvant u l-Ewropa tal-punent u kien mill-isfond ta' l-Ewropa tal-punent li bdiet l-unjoni ekonomika Ewropea, li kienet tissejjaħ il-common market.", "Din eventwalment kibret meta fl-1973 daħlu l-Ingliżi u xi pajjiżi oħra, u allura saru disgħa, imbagħad saru 15 u eventwalment saru 25 meta daħlet Malta sentejn ilu.", "Illum hemm 27 stati membri fl-Unjoni Ewropea.", "Minkejja li Malta hija l-iżgħar pajjiż li ssieħbet fl-Unjoni Ewropea, hija waħda mill-ewwel pajjiżi fost l-għaxra li daħlu sentejn ilu, li laħqet il- goals tagħha sabiex tkun tista' tikkwalifika biex tidħol fis-sistema monetarja Ewropea.", "Fil-fatt għamilna l-applikazzjoni u qegħdin nistennew l- aħħar riżultati daparti ta' l-Unjoni Ewropea, kemm aħna kif ukoll Ċipru, biex mill-1 ta' Jannar ta' l-2008, nadottaw l-ewro bħala l-munita uffiċjali tagħna.", "Dan l-avveniment se jwassal biex tintemm darba għal dejjem l- inċertezza tal-kambju u l-iskariġġ li bniedem ikollu jgħaddi minnu meta jordna proviżjon minn barra u sakemm dan jasal Malta l-prezz jinbidel u allura jkollu jaqilbu għall-munita uffiċjali tagħna.", "B'hekk ma jkunx hemm il-periklu li l-konsumatur ma jeħux l-aqwa prezzijiet.", "Barra minn hekk min jimporta u jwassal l-affarijiet għand ir-retailer kien jilgħab il- proporzjon tiegħu bħala qligħ tax-xogħol li jkun għamel.", "Naħseb li appena Malta tadotta l-ewro, se jkun hawn spinta fin-negozju f'pajjiżna għax bniedem ikun jista' jibbaża aħjar il-prenotazzjonijiet tiegħu, ikun jista' jasal aħjar biex jiddetermina kif u kemm se jonfoq u jkollu l-mezz biex joqgħod iżjed attent u jkun kapaċi jasal għall-miri tiegħu.", "F'dan il-kontest wieħed irid irodd ħajr lill-kumitat li qiegħed jieħu ħsieb il-bidla għall-ewro għax qed jagħmel dan bil-għaqal, bil-ħsieb u b'mod li l- poplu Malti jifhimha.", "Ikun tajjeb li ngħid li sfortunatament f'pajjiżna għad baqa' nies li l-flus għadhom isejħulhom kif kienu fl-antik.", "Pero` llum għandna 'l fuq minn 500 ħanut li fuq il-prodotti tagħhom diġa` għamlu l-prezzijiet b'żewġ muniti differenti, dik preżenti u dik tal-futur qarib u allura l-konsumatur jista' minn issa jqabbel il-prezzijiet.", "B'hekk inneħħu l-biża' u x-xettiċiżmu li appena tinbidel il-munita f'pajjiżna, se jkun hemm min jipprova jagħmel gwadann abbużiv mill-konsumatur.", "Pero` x'ġabu dawn il-50 sena fl-Unjoni Ewropea, Sur President?", "Ġabu lil 27 pajjiż, b'27 lingwa u b'27 kultura xi ftit jew wisq differenti minn xulxin, jagħżlu li huwa iktar importanti li nissieħbu b'dak li jgħaqqadna milli mmorru għal rasna b'dak li jifridna.", "Sibna l-mezz kif dak li jgħaqqadna nagħtuh prijorita` fuq dak li jiddiferenzjana bejnietna.", "Allura minkejja d- diffikulta` kultant biex titkellem, anke waqt laqgħat, hemm impenn biżżejjed fi ħdan l-Unjoni Ewropea li l-messaġġ jinstema' simultanjament b'ħafna lingwi.", "Kif kien mistenni, ċerti pajjiżi kellhom jagħmlu xi ftit tas-sagrifiċċju minn f'ħaġa u min f'oħra.", "Meta tkun parti minn grupp kultant trid tpoġġi fuq binarji sekondarji ċerti miri tiegħek personali sabiex inti tkun parti minn team, għax finalment huwa t-team tiegħek li jrid jirbaħ.", "U naraw li fis-setturi tal-ħajja politika u ekonomika ta' l- Ewropa kien hemm diversi affarijiet li llum il-poplu Malti forsi drahom bħala l-lingwaġġ ta' kuljum.", "Insemmi l-binarji li ssettjaw fil-ftehim ta' Maastricht, per eżempju, fejn fost affarijiet oħra ridna nipprovaw li d- deficit tal-pajjiż tagħna jkun sostenibbli u jinżel taħt it-3%.", "Ridna nipprovaw li l-inflazzjoni tagħna ma tkunx iżjed minn dan l-ammont u ridna nipprovaw ukoll li l-politika ekonomika tagħna tkun waħda sostenibbli.", "Nitkellmu b'mod regolari fuq il-miri ta' Lisbona, fejn qegħdin ngħidu li l- Ewropa qed tipprova li sa l-2010 ikollha l-aħjar ekonomija bħala reġjun fid- dinja.", "Sur President, hawnhekk hawn ċerti diffikultajiet għax jekk wieħed iħares lejn l-ekonomija ta' l-Asja llum, fejn għandek l-Indja, iċ-Ċina u l-Ġappun li huma emerġenti – fl-ewwel żewġ pajjiżi l-pagi huma ħafna irħas minn dawk Ewropej - jekk prodott ma jkunx jeċċella ma tkunx tista' tikkompeti ma' min huwa kapaċi jħallas pagi ta' wieħed minn għaxra ta' dawk li jitħallsu l- Ewropej.", "Din l-istorja rajniha kważi tiġri bil-mod kif ħafna fabbriki tat- tessuti bil-mod il-mod niżlu mill-punent u mit-tramuntana ta' l-Ewropa, lejn il-pajjiżi Ewropej tal-Mediterran fejn il-pagi kienu irħas u llum jinsabu fil-pajjiżi ta' l-Afrika ta' fuq għax hemmhekk il-pagi huma irħas minn dawk Ewropej.", "Pero` qegħdin naraw ukoll ċertu ammont ta' comradeship bejn il-pajjiżi.", "Għaliex?", "Għax il-budget ta' l-Unjoni Ewropea jgħin lil dawk il-pajjiżi li jidħlu - ladarba huma kapaċi jxammru u jitfgħu għonqhom għax-xogħol - biex l-ekonomija tagħhom tiżviluppa biżżejjed biex jibdew jikkummerċjaw fl- istess playing field mal-pajjiżi li ilhom ħafna żviluppati.", "Għalhekk naraw għaliex minn budget għal budget ta' l-Unjoni Ewropea, ikun hemm dawk il-pajjiżi li huma net beneficiaries, bħalma hija Malta llum, u dawk il- pajjiżi li huma net contributors, jiġifieri dawk il-pajjiżi li llum huma mlaħalħin biżżejjed, għax ilhom għal għexieren ta' snin fl-Unjoni Ewropea, li kienu kapaċi jadottaw ruħhom, jinsew dak li huwa amateur u jmorru għal professjonaliżmu, u jaslu sabiex pajjiżhom jipproduċi biżżejjed u l-budgets tagħhom ikunu jistgħu jikkontribwixxu biex l-Unjoni Ewropea tgħin lil dawk il-pajjiżi li għadhom fit-triq tat-telgħa.", "Għalhekk wieħed irid irodd ħajr lill-prim ministru tagħna u lit-team fi ħdan l-uffiċċju tal-prim ministru, it-team fi ħdan il-ministeru ta' l- affarijiet barranin u lit-team li nnegozja biex aħna nidħlu fl-Unjoni Ewropea.", "Mela għandna tliet binarji, Sur President.", "Il-gvern Nazzjonalista l-ewwel għażel li jidħol fl-Unjoni Ewropea, għax kien jaf li l-futur ta' Malta hemm kien qiegħed; għandna l-għaqal u d-diliġenza tan- negozjaturi Maltin li waqt li kienu qed jinnegozjaw biex nidħlu fl-Unjoni Ewropea, minkejja d-daqqa ta' sieq li tana l-partit Laburista bejn l-1996 u l-1998 meta tefa' l-applikazzjoni ta' Malta fi friża - Allaħares il-Bambin ma bagħatx l-affarijiet kif bagħathom u nbidlet il-folja u dħalna fl-Unjoni Ewropea għax kieku minjaf kif kulħadd gidem difrejh u kielhom - kienu kapaċi jġibu protokoll ieħor Taljan, li kien ifisser għajnuna kondizzjonata li aħna nidħlu fl-Unjoni Ewropea u bdejna nibdlu l-infrastruttura tagħna.", "Bdejna nibnu toroq ġodda, bdejna nagħmlu affarijiet tekniċi u saħansitra kellna flus biżżejjed biex anke ġibna vedetta biex l-armata tkun tista' tagħmel patrolling aħjar madwar il-pajjiż.", "Imbagħad ġibna l-famużi Lm1.5 miljun li l-Onor.", "Alfred Sant qal li se nieħdu jekk nidħlu fl-Unjoni Ewropea.", "L-iżball ta' l-Onor.", "Alfred Sant kien li minflok Lm1.5 miljun, dakinhar ġibna €189 miljun!", "Ovvjament żball żgħir dan!", "Żball ta' aktar minn 100 ikkomparat ma' wieħed, ma' dak li tkellem fuqu l-partit Laburista.", "Dan kien żball kbir biżżejjed illi x'ħin ġejna għar-referendum, il- maġġoranza tal-poplu ndunat li postna kien li nkunu fl-Unjoni Ewropea.", "Min forsi ma ndunax, kien sar żball meta wieħed ikkompara €189 miljun ma' Lm1.5 miljun, li jiġu madwar €4 miljun, u sar żball ikbar meta l-oppożizzjoni ma ndunatx li l-Onor.", "Alfred Sant ħaseb li 46 kien sar ikbar minn 53.", "Sur President, qed nirriferi għal dak il-famuż meeting li għamel l-Onor.", "Alfred Sant quddiem l-istazzjon tas-Super One fil-Marsa, fejn beda jiftaħar li huwa rebaħ!", "Pero` ftit tal-ġimgħat wara nduna li ma kienx rebaħ għax il- bieb ta' Kastilja baqa' jżanżnu ħaddieħor u mhux hu!", "Imbagħad kellna t-tielet prosit tal-prim ministru odjern tagħna li kien kapaċi, permezz ta' l-għaqal li kien hawn f'dan il-pajjiż - hija ħasra li l- poplu tagħna ma jafx kemm kienu diffiċli dawn is-sitwazzjonijiet - biex Malta tibbenefika u tidħol taħt objective one, għax bqajna ninsistu li pajjiżna, fuq rata regolari, ma kienx qiegħed jiggwadanja daqs il-pajjiżi li kienu qegħdin jaqilgħu aktar minn 75% ta' dak li kienu qed jaqilgħu l- pajjiżi l-oħrajn immaturati diġa` fl-Unjoni Ewropea, u erġajna kkwalifikajna għal €850 miljun, li huwa ammont ħafna akbar mill-Lm1.5 miljun li semma l-Onor.", "Alfred Sant.", "Sur President, iżjed minn hekk, se nieħdu flus oħrajn sabiex niġġeneraw u nirranġaw l-impjant ta' Sant'Antnin f'Marsaskala u dan kontra r-rapporti li semma l-Onor.", "Alfred Sant pero` favur ir-rapporti li l-kunsill Laburista ta' l-inħawi kellu f'idejh qabel ma beda jagħmel il-protesti u saħansitra jwassal il-messaġġ biex l-Unjoni Ewropea ma tgħiniex f'dan ir-rigward.", "Fid-dinja ta' l-edukazzjoni għandna wkoll miljuni ta' euros oħra li aħna nikkwalifikaw għalihom permezz ta' prezzijiet irħas biex l-istudenti tagħna jistudjaw fl-Ewropa.", "Fid-dinja tal-kultura pajjiżna diġa` qed jibbenefika minn fondi apposta u dan narawh f'diversi rħula, u tant u tant affarijiet oħra.", "Aħna ftaħna s-suq tagħna għall-preferenzi li kienu jgawdu bejniethom il-pajjiżi fl-Unjoni Ewropea.", "Għaliex qed ngħid hekk, Sur President?", "Għax filwaqt li hemm ċerti tariffi għall-pajjiżi li ma jkunux fl-Unjoni Ewropea u anke għall-pajjiżi li jridu partnership ma' l-Ewropa pero` ma jkunux parti minnha, aħna ngawdu mill-istess preferential treatment li jgawdu minnu l-pajjiżi l-oħrajn ta' l-Unjoni Ewropea.", "U għandna d-dritt li mmorru naħdmu fejn irridu u kif irridu.", "Sur President, illum diġa` qegħdin naraw ammont ta' nies li jiggradwaw minn Malta u għax il-livell ta' l-edukazzjoni tagħna huwa għoli, dawn malajr isibu job f'pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea.", "Meta dawn japplikaw mill-ewwel jinħatfu għax il-livell tagħna huwa tajjeb.", "Ovvjament min imur u jitgħażżen, jitterminawlu l-kuntratt, li forsi jkun għal żmien definit, u jiġi lura b'xiber imnieħer għax ma jkunx irnexxa, pero` dħalna u ma dħalniex fl-Unjoni Ewropea, jekk nirnexxux jew le, jiddependi mill-pajjiż, mill-kultura u mill-poplu.", "Fortunatament 52% tal-poplu fl-elezzjoni li għaddiet, iddeċieda li riedna nirnexxu, iddeċieda li riedna nkomplu mexjin 'il quddiem, iddeċieda li l-viżjoni għall-ġejjieni ta' Malta kellha tkun dik tal-partit Nazzjonalista u ma kellhiex tkun viżjoni fejn il-kelma li spikkat kienet \"magħluqa\", \"mudlama\" u \"makku\".", "Għax hekk issejjaħ il- poplu Malti minn min m'emminx fih u minn min beża' li ma kienx kapaċi!", "Hemm differenzi kbar fil-viżjoni taż-żewġ kapijiet, Sur President.", "Wieħed huwa progressiv, irid jimxi 'l quddiem b'viżjoni għall-futur u moħħu biss biex ikollna ġejjieni sod għal pajjiżna.", "Jaf li rridu nagħmlu s- sagrifiċċji imma jemmen fil-poplu Malti, jemmen li meta ningħaqdu flimkien, kapaċi naslu fejn irridu biex inserrħu moħħna għall-ġejjieni u ma nibżgħux għax nagħmlu rivoluzzjonijiet bil-kwiet fid-diversi setturi bħalma għamilna fl-edukazzjoni.", "Fil-fatt jekk nibdew nitkellmu fuq l-edukazzjoni ma nieqfux, Sur President.", "Hekk ukoll għamilna f'dak li għandu x'jaqsam ma' pensjonijiet, Sur President.", "Kieku għadha fuq l-ixkaffa dik ukoll.", "Kieku forsi l-liġi kollha li ddiskutejna llejla ma kienx ikollna għalfejn niddiskutuha għax min jagħlaq 61 sena nagħtuh daqqa ta' sieq u ntellquh 'il barra.", "Aħna nemmnu li ladarba anke l-livell tas-saħħa tagħna tela' 'l fuq, u allura qed nippretendu li l-poplu jgħix iżjed u li l-bniedem ikun irid iżjed żmien biex jibqa' attiv, x'hemm ħażin li ladarba nemmen fil-kapaċita` tal- persuna, nemmen fil-maturita` tiegħu u nemmen li f'ħafna setturi bniedem ta' 63 jew 64 sena ikun għadu kapaċi jikkontribwixxi bi sħiħ lejn il-ġid tas-soċjeta`, ma nippermettulux li jkompli jaħdem?", "Dik hi d-differenza bejnietna, Sur President.", "Jien niftakar żmien meta kellna prim ministru Malti li sfortunatament waqt li l-Onor.", "Alfred Sant kien il-president tal-partit Laburista, kien issuġġerixxa li s-soluzzjoni għall-impjiegi f'Malta kienet li timpjega lil kulħadd bil-minimum wage, jew li timpjega 8,000 persuna b'mod irregolari.", "U għax aħna konna rġiel biżżejjed, kemm bħala partit kif ukoll bħala gvern, lil dawn in-nies żammejnihom kollha u lil ebda wieħed minnhom ma tellifnih il-ħobża ta' kuljum.", "Dik hija d-differenza!", "Għalhekk se nersaq bil-mod lejn il-konklużjoni ta' x'ġara l-weekend li għadda.", "Tieħu pjaċir tixgħel it-television u tara lill-prim ministru tiegħek ħdejn prim ministri bħal Tony Blair u oħrajn, ħdejn il-kapijiet ta' pajjiżi li nafuhom bħala kbar, pero` llum huma daqsna fi ħdan l-Unjoni Ewropea.", "Forsi huwa veru li dawn il-pajjiżi f'ċerti affarijiet għandhom iktar muscles, pero' meta sentejn ilu ġejna għall-budget, l-\"iva\" tagħna kienet tfisser jekk jgħaddix il-budget jew le u l-\"le\" tagħna kienet tfisser jekk nerġgħux immorru lura u nerġgħu nibdew niddiskutu biex naraw kif se nsibu soluzzjoni.", "Fl-istess kontest illum hemm problema oħra li bl-għajnuna ta' l-Unjoni Ewropea se nipprovaw niffaċċjawha flimkien.", "Hawnhekk qed nirriferi għall- problema ta' l-immigrazzjoni irregolari.", "Per eżempju, dan l-aħħar rajna li l-Frontex, li hija set-up fi ħdan l-Unjoni Ewropea, sabet il-fondi kollha sabiex tkun tista' tipparteċipa u tieħu parti fil-bżonnijiet ta' l- Unjoni Ewropea ħalli tara li l-problema ta' l-immigrazzjoni irregolari li qed tolqot lil pajjiżi li għandhom ix-xtut tagħhom fit-tramuntana tal- Mediterran, tittaffa u tiġi indirizzata.", "Mela m'aħniex waħedna iżjed, Sur President.", "Aħna nsistejna, parlajna fuq li parlajna u dejjaqnihom, pero` wasalna għal xi riżultati.", "U hekk se jkompli jagħmel il-poplu Malti, Sur President.", "Il- poplu Malti se jibqa' jinsisti għar-riżultati, se jibqa' jwassal leħnu għar- riżultati, se jibqa' jtenni l-kelma tiegħu u se jibqa' jtenni l-argument tiegħu.", "Għax ħafna drabi meta nagħmlu l-argumenti tagħna l-ewwel darba, jisimgħuna u ma jagħtux kasna, it-tieni darba forsi jisimgħuna b'widna waħda, it-tielet darba jisimgħuna b'żewġ widnejn u r-raba' darba jibdew jindunaw li għandna sens f'dak li qegħdin ngħidu.", "Għaliex?", "Għax fuq kollox dan il-pajjiż dejjem kellu survival instinct.", "Kulmin jiġi minn gżira jrid ikun kapaċi jkollu element ta' sopravvivenza fuq ħaddieħor li jkun kapaċi jmur fil-pajjiż ta' ħdejh u kemm jaqsam bir-riġel.", "Aħna rridu naqsmu l-baħar, Sur President, pero` ma naqtgħux qalbna, bħalma ma qtajniex qalbna f'ħafna affarijiet.", "Jien ċert li hekk se jkompli jaħdem il-prim ministru Malti, li llum kien magħna u għada jerġa' jkun fl-Ewropa għal- laqgħa ta' l-ECOFIN.", "Il-prim ministru tagħna, f'dawn it-tliet snin li ilu prim ministru, ma waqafx u lanqas se jieqaf.", "U nawgurawlu li lanqas wara l- elezzjoni li ġejja ma jkollux għalfejn jieqaf għax ikun għadu prim ministru.", "Imbagħad forsi naslu anke għal dak li ssuġġeriet illejla l-Onor.", "Dalli, li ċerti affarijiet li baqagħlna nindirizzaw, nindirizzawhom, pero` kull pass li nagħmlu, nagħmluh bil-għaqal ħalli nissodaw fejn wasalna u nkomplu nkabbru l-ġejjieni tagħna.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada, it- Tlieta, 27 ta' Marzu, 2007 fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mis- segretarju parlamentari.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "FACILITATOR GĦAL STUDENT", "23830.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru japprova u jirrimedja immedjatament għal każ li l-informazzjoni dwaru qed tintbagħat separatament?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: F'każi bħal dawn mhux il-ministru \"japprova\" iżda l- istatementing moderating panel li jkun irid jevalwa l-kazi skond iċ- ċerifikati u l-assessments professjonali multi dixxiplinari.", "Informat li l- kaz in partikolari qed jiġi pproċessat.", "MEPA - RAKKMANDAZZJONIJIET MILL-OMBUDSMAN", "24363.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm rakkmandazzjonijiet mill- Ombudsman fil-konfront tal-MEPA u dawn ġew milqugħa jew implimentati mill- istess MEPA mis-sena 1999 sa Frar 2007?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Niġbed l-attenzjoni ta' l-Onor.", "Interpellant li l- informazzjoni mitluba dwar rakkmandazzjonijiet mill-Ombudsman fil-konfront tal-MEPA tinsab fir-rapporti annwali ppubblikati mill-uffiċċju ta' l- Ombudsman.", "ĦAŻ-ŻABBAR - TRIQ ĠDIDA FI TRIQ VILLA ABATE", "24364.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 24125, jista' l- Ministru jgħid meta triq ġdida fi Triq Villa Abate ġewwa Ħaż-Żabbar se tingħata isem minħabba li ilha żmien twil li ġie suġġerit isem għaliha li aktarx huwa Triq Dun Gwann Debono?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jirriferi l- mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "SKOLASPORT", "24365.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 24128 u, bħala ministru responsabbli mill-isport, jgħid kemm hemm tfal li qed jieħdu sehem fi Skolasport u f'liema dixxiplini?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li hemm 1,152 tfal.", "It-tagħrif mitlub se jitpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "KIRI TA' VETTURI", "24403.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l- Ministru tgħid kemm inkrew vannijiet u trakkijiet bid-driver u mingħajr, mill-ministeru u enti oħra li jaqgħu taħtha matul is-sena 2006 sal-lum, xahar b'xahar, u tgħid l-ispiża x'kienet f'kull każ u mingħand min saret il- kirja?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: L-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.", "KIRI TA' VETTURI", "24404.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' l-Ministru jgħid kemm inkrew vannijiet u trakkijiet bid-driver u mingħajr, mill-ministeru u enti oħra li jaqgħu taħtu matul is- sena 2006 sal-lum, xahar b'xahar, u jgħid l-ispiża x'kienet f'kull każ u mingħand min saret il-kirja?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l- informazzjoni mitluba.", "KIRI TA' VETTURI", "24405.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm inkrew vannijiet u trakkijiet bid-driver u mingħajr, mill-ministeru u enti oħra li jaqgħu taħtu matul is-sena 2006 sal-lum, xahar b'xahar, u jgħid l- ispiża x'kienet f'kull każ u mingħand min saret il-kirja?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "KIRI TA' VETTURI", "24406.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm inkrew vannijiet u trakkijiet bid- driver u mingħajr, mill-ministeru u enti oħra li jaqgħu taħtu matul is-sena 2006 sal-lum, xahar b'xahar, u jgħid l-ispiża x'kienet f'kull każ u mingħand min saret il-kirja?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "DIVING BIL-HARPOON", "24407.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk l-areas fejn ma jistax isir għadis bil-harpoon?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Ma jistax isir għadis bil-harpoon f'dawk iż-żoni li huma determinati bħala żoni ta' konservazzjoni mill-awtorità għall- protezzjoni ta' l-ambjent u kull fejn hemm xi reef artifiċjali mpoġġija għal studju jew bħala attrazzjoni turistika għall-għaddasa.", "Ma jistax isir għadis bil-harpoon ukoll fiż-żoni kollha fejn ma jistax isir sajd skond regolament SL425.01.", "Għadis bil-harpoon ma jistax isir imkien jekk l- għaddas ikun ukoll armat bl-aqualung jew bid-dawl.", "Dan jirriżulta minn regolament tal-kunsill tal-ministri CR1967/2006.", "KIRI TA' VETTURI", "24408.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jgħid kemm inkrew vannijiet u trakkijiet bid- driver u mingħajr, mill-ministeru u enti oħra li jaqgħu taħtu matul is-sena 2006 sal-lum, xahar b'xahar, u jgħid l-ispiża x'kienet f'kull każ u mingħand min saret il-kirja?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: L-awtorita' dwar it-trasport tagħmel użu ta' vann mikri mingħand Sterling car rentals li jintuża mill-EOs għall-emmission testing.", "Dan il-vann qed jiswa lill-awtorita' dwar it-trasport Lm11.80 kuljum, jiġifieri l-ispiża xahar b'xahar għall-2006 kienet tammonta kif muri hawn taħt:", "| |Lm | |Jannar |365.80 | |Frar |330.40 | |Marzu |365.80 | |April |354.00 | |Mejju |365.80 | |Gunju |354.00 | |Lulju |365.80 | |Awissu |365.80 | |Settemb|354.00 | |ru | | |Ottubru|365.80 | |Novembr|354.00 | |u | | |Dicembr|365.80 | |u | | | |4,307.00|", "Mill-2006, l-awtorita' dwar it-trasport bdiet tagħmel użu minn vannijiet bid-drivers magħhom mingħand Coop Services għall-proġett tal-park & ride, liema spiża ammontat għal Lm7,258 f'Novembru u Lm13,862 għal Diċembru.", "Barra minn hekk, kien hemm ukoll spiża ta' Lm10,900 imħallsa lil Denfar concrete supplies fuq cleaning of site at park & ride.", "Din l-ispiża kienet fir-rigward ta' ġarr ta' l-iskart minn fuq is-sit.", "Min naħa tal-ministeru/dipartiment l-ispiża għas-sena 2006 kienet ta' Lm200.60 li tinkludi kirja ta' truck bid-driver mingħand Borg Bros - fix- xahar ta' Marzu Lm106.20 u Settembru Lm94 .40.", "KOTTONERA - KUMPLESS SPORTIV", "24412.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jikkonferma l-Ministru li fil-kumpless sportiv tal- Kottonera bejn il-Ħamis 8 u l-Ġimgħa 9 ta' Marzu ta' din is-sena daħal l- ilma, tant li dan il-kumpless ġie flooded?", "Jista' jgħid x'passi ttieħdu jew se jittieħdu minħabba li jirriżulta li mhux l-ewwel darba li ġara dan il-fatt?", "Jista' jgħid ukoll jekk kienx hemm xi attivitajiet li kellhom jitħassru minħabba li daħal l-ilma?", "Jekk fl-affermattiv, liema kienu dawn l-affarijiet?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-fatt ġie rrappurtat fi stqarrija pubblika tat-8 ta' Marzu 2007.", "Tlesta rapport tekniku għall-konsiderazzjoni tal-periti tad-dipartiment tax- xogħlijiet.", "Dawn diġa' taw ir-reazzjoni tagħhom.", "Se jsir xogħol biex jiġi rimedjat l-inkonvenjent.", "Għajr l-avveniment imsemmi aktar il' fuq li xorta nżamm f'kumpless ieħor, ebda attivita' ma ġiet imħassra.", "MUT- TIBDIL FIL-QASAM EDUKATTIV", "24414.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu t-taħditiet ma' l- MUT dwar it-tibdil fil-qasam edukattiv?", "Jista' jgħid ukoll x'se jiġri mill- fondazzjoni għas-servizzi edukattivi?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-proċess għadu għaddej.", "F'dan l-istadju l- fondazzjoni għas-servizzi edukattivi se tkompli tagħti s-servizzi tagħha.", "VALUR TAL-PROPRJETA'", "24428.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru tgħid x'inhi l-policy tal-valur tal- proprjeta'?", "Meta daħlet fis-seħħ?", "Kemm huma vvalutati l-fondi b'kamra tas- sodda waħda, tnejn, u tlieta?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Il-valutazzjoni oriġinali tal-postijiet mill- awtorita' tad-djar issir skond il-kriterji rikonoxxuti biex issir valutazzjoni ta' proprjeta' immobbli, jiġifieri d-daqs, it-tqassim, il- kondizzjoni u ż-żmien li jkun ilu mibni l-post, kif ukoll il-lokalita'.", "Għalhekk kull post jigi vvalutat fuq dawn il-kriterji u skond il- karatteristiċi partikolari tiegħu.", "Wara li ssir il-valutazzjoni, il-prezz ta' l-akkwist jiddependi u jista' ivarja skond l-iskema rispettiva li taħtha l-benefiċjarju jkun applika.", "L- Onor. Interpellant huwa mitlub jispeċifika għal liema skema qed jirriferi.", "XIRI TA' FOND MILL-INKWILINI", "24429.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru tgħid meta saret it-talba tal- persuni li dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament, biex jixtru l-fond tagħhom?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Talba għax-xiri tal-fond indikat waslet għand l- awtorita' tad-djar fit-28 ta' Marzu 2006.", "L-applikanti ġew informati bil-valur tal-proprjeta' u ntbagħtitilhom applikazzjoni biex jimlewha u jirritornawha lill-awtorita' flimkien mad- dokumenti meħtieġa.", "Sal-lum din l-applikazzjoni u d-dokumenti ma waslux għand l-awtorita'.", "AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA", "24430.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministra tara li l-koppja minn Ta' Xbiex, li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li għandhom tlitt itfal, tgħix mal-ġenituri u għandhom biss kamra tal-banju waħda u tlitt ikmamar tas- sodda għal tmien persuni, li jgħixu biss mid-dħul tac-children's allowance minħabba li ħadd mill-konjuġi ma' jaħdem, tara li tingħata l-għajnuna neċessarja mid-dipartiment ta' l-akkomodazzjoni soċjali bil-għan li tgħix ħajja diċenti?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: It-talba għal akkomodazzjoni alternattiva mill- persuna li rrifera għaliha l-Onor.", "Interpellant, liema talba saret fil-5 ta' Frar 2007, qed tiġi kkonsidrata flimkien ma oħrajn simili.", "Dwar il-kumment ta' l-Onor.", "Interpellant li ħadd mill-konjugi ma jaħdem u jgħixu biss biċ-children's allowances, nassumi li din il-koppja diġa' ivverifikat mad-dipartiment tas-sigurta' soċjali dwar jekk għandhiex dritt għal benefiċċji soċjali oħra u rriżulta li d-dħul tagħha jew ċirkostanzi oħra ma jippermettux dan.", "Jekk dan mhux il-każ, għandhom jiġu riferuti lejn l-eqreb uffiċċju distrettwali tad-dipartiment tas-sigurta' soċjali biex japplikaw.", "BORMLA – MANUTENZJONI TA' GALLARIJA", "24431.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru tara li gallarija ta' familja minn Bormla li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li tinsab f'kondizzjoni ħażina tiġi rranġata?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Għaddejt it-talba ta' l-Onor.", "Interpellant lid- dipartiment tal-bini u tiswija ta' djar biex jinvestiga u jieħu l-azzjoni meħtieġa.", "DUN ĠORĠ PRECA", "24432.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-gvern għandux il-ħsieb biex meta jkun ikkanonizzat Dun Gorg Preca, jew xi ġurnata oħra relatata ma' din il-persuna mportanti, issir festa pubblika?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Il-gvern qed ifassal il-passi li se jieħu sabiex il- kanonizzazzjoni ta' Dun Ġorġ Preca tkun iċċelebrata u mfakkra bl-aktar mod xieraq u dehen.", "AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA", "24433.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru tara li s-single parent li dettalji dwarha qed jintbagħtu separtament, li tgħix f'fond ma' ommha u oħtha single parent ukoll, u persuna b'diżabbilta', disgħa b'kollox f'żewġt ikmamar tas- sodda, tkun ipprovduta post alternattiv?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Il-każ qiegħed jingħata l-attenzjoni meħtieġa.", "DIRETTORJU TAT-TELEFON ĠDID", "24462.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 24127 u 24004 u cioe' peress li sar ħafna tibdil fin-numru ta' bibien f'diversi bliet u rħula, tista' tgħid meta huwa maħsub li joħroġ id-direttorju tat- telefon il-ġdid?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jirriferi għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 24322.", "RABAT : GHAWDEX - SKOLA SEKONDARJA TAS-SUBIEN", "24470.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l- Ministru tgħid jekk tlestewx il-pjanti tal-proġett tal-bini mill-ġdid ta' l- iskola sekondarja tas-subien fir-Rabat?", "Jekk tlestew, tista' tpoġġi kopja tagħhom fuq il-mejda tal-Kamra?", "Sar environmental impact assessment?", "Saret applikazzjoni lill-MEPA għal dan il-proġett?", "Jekk saret, meta saret u x'inhu n-numru tagħha?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Peress li l-bini mill-ġdid ta' l-iskola Ninu Cremona huwa proġett tal-foundation for tomorrow schools, nissuġġerixxi li din il-mistoqsija ssir lill-ministru konċernat.", "RABAT: GĦAWDEX - SKOLA NINU CREMONA", "24471.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l- Ministru tgħid jekk it-track ta' 200 metru għall-atletika li se tkun imdaħħla fil-proġett tal-bini mill-ġdid ta' l-iskola sekondarja tas-subien fir-Rabat hijiex se tkun ġewwa jew barra?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Peress li l-bini mill-ġdid ta' l-iskola Ninu Cremona huwa proġett tal-foundation for tomorrow schools, nissuġġerixxi li din il-mistoqsija ssir lill-ministru konċernat.", "RABAT: GĦAWDEX – SKOLA NINU CREMONA", "24472.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l- Ministru tgħid meta hu mistenni joħroġ it-tender għall-proġett tal-bini mill-ġdid ta' l-iskola sekondarja tas-subien fir-Rabat?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Peress li l-bini mill-ġdid ta' l-iskola Ninu Cremona huwa proġett tal-foundation for tomorrow schools, nissuġġerixxi li din il-mistoqsija ssir lill-ministru konċernat.", "RABAT: GĦAWDEX - SKOLA NINU CREMONA", "24473.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l- Ministru tgħid kemm hu stmat li tkun l-ispiża rispettiva:", "għall-bini mill-ġdid ta' l-iskola sekondarja tas-subien fir-Rabat;", "għall-bini tal-parkeġġ li se jinbena taħtha;", "għall-bini ta' track għall-atletika; u", "għall-pitch tal-football?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Peress li l-bini mill-ġdid ta' l-iskola Ninu Cremona huwa proġett tal-foundation for tomorrow schools, nissuġġerixxi li din il-mistoqsija ssir lill-ministru konċernat.", "GĦAWDEX - TĦAWWIL TA' SIĠAR", "24474.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l- Ministru tgħid kemm tħawlu siġar mill-ministeru tagħha f'Għawdex kull sena, lokalita' b'lokalita', mill-1999 'il hawn skond it-tip tas-siġar?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "SERVIZZ BIL-BAĦAR BEJN MALTA U GĦAWDEX", "24475.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni: B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 23960 dwar il-kabotaġġ marittimu, jista' l-Ministru jgħid jekk il-Kummissjoni Ewropea kenitx ir rikonoxxiet li l-public service obligation contract mal- Gozo Channel kellu jibqa' fis-seħħ mal-Gozo Channel anke wara s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea?", "Jista jgħid jekk il-Kummissjoni Ewropea kenitx aċċettat li l-Gozo Channel tibqa' tgawdi l-monopolju u allura tkun l-uniku operatur tas-servizzi bil- baħar bejn Malta u Għawdex anke wara s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea?", "Jista' iqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra d-dokumenti relattivi dwar iż-żewġ punti msemmija hawn fuq u li jikkonfermaw l-istqarrijiet tiegħu?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jirriferi għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 24156.", "Kopja ta' din il-pożizzjoni komuni kienet tagħmel parti mid-dokumentazzjoni li tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra fl-għeluq tan-negozjati fl-2002.", "SAFAR UFFIĊJALI", "24556.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 23184 u jgħid jekk żdidietx in-nefqa fuq is-safar mill-2005 għall-2006 u f'każ affermattiv, kemm kienet iż-żieda fuq l-ispiża tas-safar mill-2005 u l-2006 globalment?", "Jista' jgħid x'kienet ir-raġuni ta' din iż-żieda u jekk kienx hemm l- approvazzjoni ta' l-uffiċċju tal-prim ministru għat-tali spiża?", "Jista' jgħid min approva s-safar ta' matul l-2006?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "MOBILE PHONES", "24568.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm mobile phones fid- dekasteru u f'dipartimenti oħra li jaqgħu taħtu?", "Kemm minn dawn intilfu jew insterqu f'dawn l-aħħar ħames snin u minn liema dipartiment jew ente?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.", "MOBILE PHONES", "24569.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm mobile phones fid- dekasteru u f'dipartimenti oħra li jaqgħu taħtu?", "Kemm minn dawn intilfu jew insterqu f'dawn l-aħħar ħames snin u minn liema dipartiment jew ente?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Fil-ministeru tiegħi u l-enti li jaqgħu taħtu bħalissa hemm 17-il mobile phone li qiegħed isir użu minnhom u li huma proprjeta' tal-gvern.", "Matul l-aħħar ħames snin kien hemm mobile phone wieħed li ġie rrappurtat mitluf mid-dipartiment tal-kostruzzjoni u manutenzjoni.", "MOBILE PHONES", "24570.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l- Ministru tgħid kemm hemm mobile phones fid-dekasteru u f'dipartimenti oħra li jaqgħu taħtha?", "Kemm minn dawn intilfu jew insterqu f'dawn l-aħħar ħames snin u minn liema dipartiment jew ente?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: L-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.", "MOBILE PHONES", "24571.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm mobile phones fid- dekasteru u f'dipartimenti oħra li jaqgħu taħtu?", "Kemm minn dawn intilfu jew insterqu f'dawn l-aħħar ħames snin u minn liema dipartiment jew ente?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "MOBILE PHONES", "24572.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm mobile phones fid-dekasteru u dipartimenti oħra li jaqgħu taħtu?", "Kemm minn dawn intilfu jew insterqu f'dawn l-aħħar ħames snin u minn liema dipartiment jew ente?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "MOBILE PHONES", "24573.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm mobile phones fid- dekasteru u dipartimenti oħra li jaqgħu taħtu?", "Kemm minn dawn intilfu jew insterqu f'dawn l-aħħar ħames snin u minn liema dipartiment jew ente?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Il-MEPA għandha 43 mobile phone.", "Ma nsteraq jew intilef l-ebda wieħed minn dawn tul l-aħħar ħames snin.", "Il-WasteServ għandha tmien mobile phones – minn dawn tnejn kienu rrappurtati li nsterqu tul l-aħħar ħames snin.", "Fil-ministeru u d-dipartimenti tiegħu hemm 27 mobile phone li minnhom ma nsteraq jew intilef l-ebda wieħed tul l-aħħar ħames snin.", "SAN GWANN - ROUNDABOUT", "24592.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Minħabba l-periklu kbir li jkun hemm kemm għas-sewwieqa kif ukoll għar-residenti minħabba t-traffiku li jkun tiela' minn Triq l-Arżnu għal Triq is-Sebuqa, San Gwann, jista' l-Ministru jara li tiġi kkonsidrata xi roundabout bejn dawn iż-żewġ toroq u t-triq li tiżbokka għal Ta' Giorni biex jiġu evitati inċidenti serji?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Minn ispezzjoni li saret fuq il-post minn uffiċjali tat-taqsima għall-immaniġjar tat-traffiku, irriżulta li l- proposta għal mini roundabout bejn Triq Arznu u Triq Sebuqa mhux rakkmandabbli minħabba li –", "il-veloċita' tas-sewqan ta' vetturi fi Triq Sebuqa u Triq Arznu hija aktar minn 50km/h;", "il-gradient tal-fetħa bejn Triq Sebuqa u Triq Arznu huma ta' aktar minn 2%; u", "d-diametru għal mini roundabout f'din il-fetħa hu stmat ta' madwar 13-il metru u għalhekk mhux biżżejjed għax id-diametru ma jridx ikun inqas minn 15-il metru.", "It-taqsima għall-immaniġjar tat-traffiku kkomunikat mal-kunsill lokali sabiex tiġi ndirizzata din it-talba billi jkunu analizzati alternattivi differenti għal upgrading ta' din il-junction.", "KSUR TA' L-ATT DWAR L-AFFARIJIET TAL-KONSUMATUR", "24594.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Mis-sena 2000 sal-lum, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm-il każ tressaq il-qorti fir-rigward ta' ksur ta' xi dispożizzjoni ta' l-att dwar l-affarijiet tal-konsumatur (kap 378 tal- liġijiet ta' Malta)?", "Liema kienu d-dispożizzjonijiet li allura ttieħdet azzjoni u x'kien l-eżitu f'kull każ?", "ONOR.", "TONIO BORG: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jirriferi l-mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "ĦAL QORMI - SERVIZZ TA' ILMA", "24595.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO PRECA staqsiet lill-Ministru għall- Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l- Ministru jgħid meta se jingħata s-servizz ta' l-ilma lir-residenti fi N/S off Valletta Road, Ħal Qormi u dan meta diġa' ingħataw is-servizz tad- dawl?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Hemm diffikultajiet tekniċi biex ikun estiż il-main ta' l-ilma biex ir-residenti msemmija jkunu jistgħu jingħataw is-servizz.", "Biex isir dan ix-xogħol, l-estensjoni tal-main trid tgħaddi minn propjeta' privata f'parti fejn din it-triq għadha ma gietx ifformata.", "Għaldaqstant il-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma se titlob lid- dipartiment ta' l-rtijiet biex tingħata servitu' u b'hekk dan ix-xogħol ikun jista' isir.", "Din il-proċedura li trid twassal għal dikjarazzjoni tal- President dwar is-servitu', normalment tieħu ż-żmien.", "ĦAŻNA TA' MEDIĊINI", "24596.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO PRECA staqsiet lill-Ministru tas- Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' l-Ministru jgħid fejn qed jinħażnu l-mediċini li qabel kienu jinħażnu f'Ta' Qali, fejn illum hemm is- sit ta' l-Ambaxxata Amerikana?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Il-mediċini li qabel kienu jinħażnu f'Ta' Qali issa qegħdin jinħażnu temporanjament f'imħażen il-Marsa.", "AVVIŻ LEGALI NRU 283", "24597.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Mis-sena 2002 sal-lum, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm-il każ tressaq il-qorti fir-rigward ta' ksur ta' xi dispożizzjoni ta' avviż legali 283 tas-sena 2002?", "ONOR.", "TONIO BORG: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jirriferi għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 24594.", "UNFAIR COMMERCIAL PRACTICES DIRECTIVE", "24598.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'passi ħa s'issa l-gvern biex jieħu ħsieb jimplimenta d-dispożizzjonijiet tad-direttiva dwar unfair commercial practices li suppost għandha ssir liġi sat-12 ta' Ġunju 2007?", "ONOR.", "TONIO BORG: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jirriferi l-mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "KONSULENTI", "24599.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l- Ministru tirrispondi mistoqsija parlamentari 23272 u tagħti lista ta' konsulenti jew kumpanniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l- ministeru tagħha, inklużi l-enti kollha li jaqgħu taħtha, għamel użu minnhom matul is-sena 2006?", "Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: L-informazzjoni mitluba hi kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.", "MALTA ACADEMY FOR DIPLOMATIC STUDIES", "24600.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jikkonferma rapporti li l-academy for diplomatic studies ta' Malta qiegħda tħarreġ uffiċjali tal-gvern ta' l-Iraq u ta' l- Afghanistan?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Żewġ diplomatiċi mill-Iraq - wieħed fis-sena akkademika 2005/06 u ieħor f'dik kurrenti - segwew courses fil- mediterranean academy for diplomatic studies.", "M'iniex informat li qatt kien hemm diplomatiċi mill-Afghanistan li tgħallmu fil-MEDAC.", "MTA - MARKETING PLAN", "24601.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-marketing plan ta' l-awtorita' Maltija tat- turizmu huwiex lest u jekk le, meta mistenni jitlesta?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nassumi li l-Onor.", "Interpellant qed jirriferi għall-pjan ta' l-2008 - 2010.", "Dan il-pjan mistenni jkun lest f'Awissu ta' din is-sena.", "CHARTER TRAFFIC", "24602.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-aħħar xejriet fiċ-charter traffic lejn pajjiżna?", "Dan żdied jew kiber?", "X'inhuma l-kummenti tal-ministeru dwar dan?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Fl-aħħar sena ċ-charter traffic naqas b'madwar 13% u dan jirrifletti wkoll trends internazzjonali.", "Għal dan is- sajf iċ-charter traffic mhux mistenni jonqos bl-istess ritmu.", "Fil-fatt qed jiġi smat li se jonqos b'madwar 7%.", "Tour operators jieħdu allokazzjonijiet fuq titjiriet bi skeda u din tiffaċilita aktar flessibbilta' fl-operat.", "Barra minn hekk, vjaġġaturi qed jużaw aktar minn qatt qabel titjiriet bi skeda u kumpanniji ta' l-ajru low fare.", "Dan minħabba li ħafna bookings qed isiru diretti mill-individwi mal-linji ta' l-ajru.", "AĠENZIJI GOVERNATTIVI - ĦADDIEMA TAĦT KUNTRATT DEFINITTIV", "24606.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk dawk il-ħaddiema li jinsabu taħt definit contract ma' aġenziji tal-gvern, fosthom il-kunsill Malti għall- isports u li qed jaħdmu fil-kumpless tal-pixxina nazzjonali, humiex se jsiru tal-post u jsirilhom kuntratt indefinit ta' impjieg?", "Jekk iva, jista' jagħti timeframesgħal dan?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Avviż legali 51/2007 jipprovdi sabiex ħaddiema fuq kuntratt definit li għalaq erba' snin jiġi trasformat f'kuntratt indefinit jekk ma jkunx hemm raġunijiet oġġettivi biex dan ma jsirx.", "Għalkemm il-provedimenti ta' avviż legali 51/2007 għadhom ma daħħlux fis- seħħ, il-management and personnel office beda jieħu passi sabiex dan l- eżerċizzju jibda jitwettaq.", "DEROGA DWAR IL-KAĊĊA U L-INSIB", "24612.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba, minn mindu Malta saret membru ta' l-Unjoni Ewropea, il-gvern Malti talab deroga fir-rigward tal-kaċċa u insib fir-rebbiegħa u jekk intalbet, f'liema snin intalbet?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "REĠISTRATUR TA' L-UNIVERSITA'", "24613.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 24213 u jgħid: Ir-reġistratur ta' l-Universita' kemm-il kariga oħra (barra reġistratur) jirrikopri fl-Universita' jew f'enti direttament jew indirettament marbutin ma' l-Universita', kemm jitħallas ta' dawn il-karigi u xi kwalifiki għandu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Is-Sur Anthony Gellel huwa reġistratur ta' l- Universita' u jokkupa biss din il-kariga bl-impenji kollha li ġġib magħha bħal, per eżempju, segretarju tas-senat u ta' kull bord ta' fakulta'.", "Is-Sur Gellel kellu esperjenza twila bħala għalliem regolari, Diploma fl- Amministrazzjoni u Management fl-Edukazzjoni mill-Universita' ta' Malta, u esperjenzi u ħiliet ipprovati fl-Amministrazzjoni Edukattiva.", "Ilu 15-il sena jservi bħala reġistratur għas-sodisfazzjon sħiħ ta' l-Universita'.", "UE- FTEHIM DWAR IL-KAĊĊA U L-INSIB", "24614.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim dwar il-kaċċa u l-insib li kien għamel ma' l-Unjoni Ewropea fit- trattat tad-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "BIBLJOTEKA TA' L-UNIVERSITA' - XIRI TA' KOTBA", "24615.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 24215 u jgħid kemm flus jintnefqu fis-sena fix-xiri ta' kotba ġodda għall- Bibljoteka ta' l-Universita'?", "Sodisfatt il-Ministru bl-ammont ta' flus li jintnefqu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "UNIVERSITA' - FAKULTAJIET TA' L-ARTI U L-LIĠI", "24616.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 24220 u jgħid jekk huwiex sodisfatt bl-andament tal-ħatriet ta' lecturers u tutors fil-Fakultajiet ta' l-Arti u l-Liġi fl-Universita'?", "Huwa sodisfatt bil-ħatra ta' iben ir-reġistratur bħala lecturer?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-ħatriet ta' lecturers u tutors fl-Universita' jsiru skond il-liġi u l-ministru ma jkollu l-ebda sehem.", "Il-proċess tal-ħatra ta' Dr Adrian Gellel kien wieħed miftuħ li segwa l- proċeduri normali ta' l-Universita'.", "INSIB FIR-REBBIEGĦA", "24617.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li twaqqaf l- insib għall-għasafar ta' l-għana (finches) fir-rebbiegħa meta l-gvern Malti ilu ħafna jgħid u anke ntbagħat materjal governattiv lin-nassaba Maltin, li bid-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea kien assigurahom li t-tradizzjoni ta' l-insib fir-rebbiegħa kienet se tibqa'?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "RESERVED PARKING", "24618.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jara li jitmexxa b'mod urġenti l-każ ta' reserved parking quddiem residenza ta' persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, peress li darbtejn fil-ġimgħa tiġi ambulanza għal din il- persuna u t-triq hija dejqa ħafna?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Il-bord għall-parkeġġ riservat għall-persuni b'diżabilita' approva l-applikazzjoni li għaliha qed tirriferi din il- mistoqsija parlamentari fl-aħħar laqgħa ta' tali bord.", "Tali parkeġġ riservat se jkun implimentat fil-jiem li ġejjin.", "KAĊĊA U NSIB FIR-REBBIEGĦA", "24619.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' l-Ministru jikkonferma jekk hux minnu dak li qal il-kummissarju għall-ambjent ta' l-Unjoni Ewropea Stavros Dimas li mhux veru li tul in-negozjati għal sħubija fl-Unjoni Ewropea l-gvern Malti nnegozja xi deroga għall-kaċċa u l-insib fir-rebbiegħa?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "PENSJONI TAL-WENS", "24620.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru tara li jitmexxa l-każ ta' ġuvni li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li applika biex idur b'missieru?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Il-persuna ndikata ġiet infurmata bil-miktub mid- dipartiment tas-sigurta' soċjali dwar il-każ tagħha.", "VIP SCHEME", "24621.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid għaliex waqt in-negozjati bejn it-TECOM u l-gvern il-VIP scheme ġiet ċeduta, u fil-fatt l-ex ministri u chairpersons m'għadhomx jistgħu jibbenefikaw mill-benefiċċji li kienu jgawdu minnhom qabel?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-iskema li qed jirriferi għaliha l-Onor.", "Interpellant hi ta' natura kummerċjali u għaldaqstant hija prerogattiva kompleta tal- kumpannija jekk trid toffriha.", "BENEFIĊĊJU TAL-MARD", "24622.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru tara għaliex koppja anzjana li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li kienet tieħu l-benefiċċju tal-mard, f'daqqa waħda qatgħulha dan il-benfiċċju?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Il-persuna indikata ġiet informata bil-miktub mid- dipartiment tas-sigurta' soċjali dwar il-każ tagħha.", "Din il-persuna kienet appellat quddiem l-arbitru maħtur taħt l-att dwar is- sigurta' soċjali kontra d-deċiżjoni tad-direttur.", "Id-deċiżjoni ta' l- arbitru, fejn ċaħad l-appell, kienet ġiet komunikata lil din il-persuna fil- 31 ta' Ottubru 2006.", "QORTI TA' GĦAWDEX", "24623.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għal Għawdex: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 24353 u għar-risposta relattiva, peress li l-avukati ta' Għawdex għandhom bżonn computer fil-kamra ta' l- avukati fil-qorti ta' Għawdex, tista' l-Ministru tara li jiġi fornut dan il- computer?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Fil-kamra allokata għall-avukati hemm diġa' computer li jaħdem.", "SUPPLIMENTARY ALLOWANCE FORMS", "24624.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru tgħid kemm ġie jiswa l-iżball ta' xogħol doppju dwar il-formoli tas-supplimentary allowance (karti/bolol/ħaddiema)?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: L-ispiża għall-istampar u pustaġġ mill-ġdid tal- formoli kienet ta' Lm3,159.62ċ.", "SURCHARGE TAD-DAWL U L-ILMA", "24625.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tal-Familja u tas- Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru tara li jingħata s-sussidju fuq surcharge tad-dawl u l-ilma ta' persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li jinsab boarded out u t-tifla tiegħu kulma taħdem tlett ijiem biss fil-ġimgħa għal Lm30 u ilu li applika għas-sussidju mill-2005?", "Tista' tara li jitmexxa dan il-każ?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Il-persuna indikata ġiet informata bil-miktub mid- dipartiment tas-sigurta' soċjali dwar il-każ tagħha.", "UE- FTEHIM DWAR IL-KAĊĊA U L-INSIB", "24626.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja ta' ftehim \"sigriet\" li l-gvern Nazzjonalista qal li għamel ma' l-Unjoni Ewropea dwar il-kaċċa u l-insib?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "GĦAWDEX - TRIBUNAL LOKALI", "24627.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 24525, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid f'liema Gazzetta tal-Gvern ħarġet in- notifikazzjoni dwar it-tribunal lokali ta' Għawdex?", "ONOR.", "TONIO BORG: In-notifikazzjoni dwar it-tribunal lokali ta' Għawdex ħarġet permezz ta' notifikazzjoni tal-gvern nru.", "696 fil-Gazzetta tal-Gvern tat-8 ta' Awissu 2006.", "PEMBROKE - KUNSILL LOKALI", "24628.", "L-ONOR.", "ROBERT ARRIGO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jikkonferma jekk raid tal- pulizija li sar fuq il-kunsill lokali ta' Pembroke kienx marbut ma' sitwazzjoni ta' frodi?", "Jekk iva, x'kien l-eżitu ta' dan ir-raid?", "Dan kien l-ewwel wieħed li sar fuq dan il-kunsill?", "ONOR.", "TONIO BORG: Il-pulizija kienet ġabret xi dokumenti mill-kunsill lokali ta' Pembroke in konnessjoni ma' investigazzjoni li qegħda tagħmel fuq informazzjoni anonima li kienet irċeviet dwar kuntratt ta' tindif.", "Din l-investigazzjoni għadha mhix konkluża.", "WIED IL-GĦAJN - GĦOLI TA' BINI", "24629.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari tiegħi 21025 u 24281, jista' l-Ministru jispjega jekk iż-żieda fl-għoli tal-bini ngħatatx fl- inħawi fejn hemm konċentrazzjoni ta' attivita' turistika jew kummerċjali għaliex Triq iż-Żonqor, Wied il-Għajn ma ngħatatx żieda ta' sular meta l- bqija ta' Wied il-Għajn ngħata żieda ta' sular?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Biċċa minn Triq iż-Żonqor ġiet indikata għal erba' sulari.", "Il-parti rimanenti ġiet indikata għal tliet sulari u penthouse.", "Dan sar għaliex fil-parti tal-punent ta' Triq iż-Żonqor l-aċċess u l-qlib ta' l-art huwa wieħed aktar diffikultuż u għalhekk inħass li ma kienx idoneu li jiġi ntensifikat l-iżvilupp f'dawn l-inħawi.", "MELLIEĦA - ART ĦDEJN L-ISKOLA PRIMARJA", "24630.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' l-gvern jgħaddi lid-diviżjoni ta' l- edukazzjoni art maġenb il-bitħa ta' l-iskola primarja tal-Mellieħa biex ikunu jistgħu jsiru faċilitajiet sportivi fosthom mini pitch b'turf artifiċjali li għalih hemm fondi mill-UEFA?", "ONOR.", "TONIO BORG: It-taqsima proprjeta' tal-gvern ma rċeviet l-ebda talba mingħand id-diviżjoni ta' l-edukazzjoni dwar il-biċċa art li qed jirriferi għaliha l-Onor.", "Interpellant.", "Meta ssir tali talba, it-taqsima tkun tista' tagħtiha l-konsiderazzjoni xierqa.", "URBAN IMPROVEMENT FUND", "24631.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Matul is-sena 2006, jista' l-Ministru jgħid liema proġetti f'Malta u Għawdex saru b'fondi (in parti jew totali) ta' l-urban improvement fund tal-MEPA?", "Liema proġetti se jiġu ffinanzjati minn dan il- fond matul is-sena 2007?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "INĊIDENTI TAT-TRAFIFKU", "24632.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: B'riferenza għat-tweġibiet ta' mistoqsijiet parlamentari 24244, 24245 u 24339, jista' l-Viċi Prim Ministru jikklassifika kemm weġġgħu sewwieqa, passiġġieri u persuni li għalkemm ma kenux sewwieqa jew passiġġieri weġġgħu konsegwenza ta' l-inċidenti stradali?", "ONOR.", "TONIO BORG: It-tagħrif mitlub hu kif ġej:", "|18 – |200|200|200|200|200|200|200| |25 |0 |1 |2 |3 |4 |5 |6 | |il-se| | | | | | | | |na | | | | | | | | |Sewwi|230|258|268|230|224|193|201| |eqa | | | | | | | | |Passi|101|106|100|90 |107|86 |81 | |ġġier| | | | | | | | |i | | | | | | | | |Oħraj|32 |31 |32 |34 |28 |17 |19 | |n | | | | | | | | |Mhux |0 |0 |0 |0 |0 |1 |0 | |magħr| | | | | | | | |uf* | | | | | | | | |Aktar|200|200|200|200|200|200|200| |minn |0 |1 |2 |3 |4 |5 |6 | |25 | | | | | | | | |sena | | | | | | | | |Sewwi|356|409|440|419|451|451|499| |eqa | | | | | | | | |Passi|127|135|143|131|131|139|162| |ġġier| | | | | | | | |i | | | | | | | | |Oħraj|139|136|162|168|144|150|105| |n | | | | | | | | |Mhux |0 |0 |0 |0 |0 |1 |0 | |magħr| | | | | | | | |uf* | | | | | | | |", "*Dan huwa każ fejn persuna tilfet ħajjitha u oħra weġgħet gravi, liema każ huwa suġġett ta' inkjesta maġisterjali li għadha mhix konkluża u għaldaqstant mhux stabbilit min kien qed isuq il-vettura.", "PILLOLI", "24633.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l- pilloli bħal Fosama x70mg/Bonvivo 150mg humiex se jidħlu fis-schedule V jekk special requirement?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Alendronic acid 70mg u Ibandronic acid 150mg huma oral bisphosphonates.", "Dawn il-mediċini huma ndikati għat-trattament tal- osteoporosis li mhix kondizzjoni li taqa' taħt Schedule V. Iżda l-gvern qed jipprovdi oral bisphosphonate lil dawk il-pazjenti li jaqgħu taħt il- protokolli tad-drug and therapeutics committee.", "Dawn il-protokolli jinsabu fis-sit ta' l-internet tan-national medicines policy and audit unit (http://www.sahha.gov.mt/ pages.aspx?page=739); protokolli numru 20 u 55.", "UNIVERSITA – ĦATRA TA' LECTURERS", "24636.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 24217 u jgħid min huma l-lecturers u tutors li nħatru mingħajr ma ħarġet sejħa fil-Fakulta' ta' l-Arti u fil-Fakulta' tal-Liġi f'dawn l-aħħar ħames snin?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Kull ħatra (appointment) ta' lecturer fl-Universita' ssir wara sejħa għall-applikazzjonijiet.", "B'danakollu f'kull fakulta' ikun hemm il-bżonn li jkunu mistiedna persuni biex jipparteċipaw f'xi qasam tat- tagħlim f'xi semestru partikolari.", "Dan isir jew meta l-persuni mistiedna jkollhom esperjenza jew speċjalizzazzjoni f'xi qasam li jkun tajjeb li jagħtu l-kontribut tagħhom jew meta jkun meħtieġ li tkun koperta l-assenza ta' xi lecturer regolari.", "Persuni hekk mistiedna mhux meqjusa li għandhom ħatra ta' lecturer.", "MELLIEĦA - DAR TA' L-ANZJANI", "24637.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol biex tibda tinbena d-dar għall-anzjani fil-Mellieħa?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Il-fażi ta' aġġudikazzjoni tad-dar ta' l-anzjani tal- Mellieħa issa tlestiet u kollox jinsab għand id-dipartiment tal-kuntratti għall-konsiderazzjoni tagħhom.", "MELLIEĦA - MISRAĦ IŻ-ŻJARA TAL-PAPA", "24639.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid meta se joħorġu l-permessi meħtieġa mill-MEPA biex ikun jista' isir il-proġett tat-tisbiħ ta' Misraħ iż-Żjara tal-Papa fil-Mellieħa?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Permess ta' l-iżvilupp PA 2671/03 għat-tisbiħ ta' Misraħ iż-Żjara tal-Papa fil-Mellieħa nħareġ mill-MEPA fis-17 ta' Ġunju 2004 lis-Sur Carmel Debono f'isem il-kunsill lokali tal-Mellieħa.", "Sussegwentement, sar appell minn terzi quddiem il-bord ta' l-appell dwar l- ippjanar kontra l-ħruġ ta' dan il-permess u dan għadu mhuwiex deċiż.", "MELLIEĦA – SANTA MARIA ESTATE", "24641.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jgħid x'pożizzjoni se tittieħed dwar toroq tas- Cenmed f'Sta.", "Maria Estate fil-Mellieħa?", "It-toroq se tagħmilhom is-Cenmed jew l-awtorita' dwar it-trasport bi flus is-Cenmed?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Bħalissa għaddejin taħditiet bejn is-Cenmed u l- awtorita' dwar it-trasport biex tittieħed pożizzjoni dwar it-toroq tas- Cenmed f'Sta.", "Maria Estate.", "UNIVERSITA' – ĦATRA TA' LECTURERS", "24642.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 24216 u jgħid fl-aħħar ħames snin kemm-il post ta' lectureship u tutor ingħata mingħajr sejħa fil-Fakulta' ta' l-Arti u fil-Fakulta' tal-Liġi?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jirriferi għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 24636.", "MISTRA - PONT", "24643.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jgħid meta se jsir ix-xogħol meħtieġ biex jitranġa l-pont tal-Mistra?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "UNIVERSITA' – LECTURER FIL-FAKULTA' TAT-TEOLOĠIJA", "24644.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 24219 u jgħid meta nħatar iben ir-reġistratur bħala lecturer fil-Fakulta' tat-Teoloġija, kienet inħarġet sejħa?", "Min kien applika għal din is-sejħa?", "Min kienu l-membri tal-bord ta' l-għażla?", "X'inhuma l-kwalifiki ta' iben ir-reġistratur (mhux biss gradi, eż. BA, MA, imma wkoll kategorija, eż. 1st class upper, distinction, etc.)?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Dr. Adrian Gellel inħatar Assistant Lecturer wara sejħa għall-applikazzjonijiet għall-post fil-Cathecetics li ħarġet fis-26 ta' Jannar 1996 u li għaliha kien hemm zewġ applikanti, inkluz Dr. Gellel.", "Il- bord appuntat mill-kunsill kien magħmul mir-Rettur, Rev. Prof. G. Grima, Dekan, Fakulta' tat-Teoloġija, Prof. K. Wain, Dekan, Fakulta' ta' l- Edukazzjoni, Rev. Prof. J.A. Frendo u Dr. P. Heywood", "Il-kwalifiki ta' Dr. Gellel huma Certificate in Youth Studies, B.Ed (Hons) - 2nd Class Hons (Upper), Licenzia in Scienze dell'Educazione (Universita' Pontificia Salesiana) Magna Cum Laude u Dottorato in Scienze dell'Educazione (con Specializzazione in Pastorale Giovanile e Catecethica) Summa Cum Laude.", "RECEIVER OF WRECKS", "24651.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta se jiġi nominat ir-receiver of wrecks sabiex jiddisponi mill-aktar fis possibbli min-numru kbir ta' dgħajjes ta' l-immigranti llegali li jinsabu fil-kustodja tal- kummissarju tal-pulizija u tad-direttur ġenerali tal-qorti?", "ONOR.", "TONIO BORG: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jirrieri l-mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "RECEIVER OF WRECKS", "24652.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jgħid meta se jiġi nominat ir-receiver of wrecks sabiex jiddisponi mill-aktar fis possibbli min-numru ta' dgħajjes ta' l-immigranti llegali li jinsabu fil-kustodja tal-brigadier tal-forzi armati ta' Malta?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "ĦAL QORMI - TARAĠ F'CANNON ROAD", "24653.", "L-ONOR.", "CLYDE PULI staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 24378 u jgħid li wara li xi residenti lmentaw li hemm ħafna knatan imwaqqgħin u allura huma ta' periklu għall-istess residenti, titlob informazzjoni meta se jiġi rranġat it-taraġ li hemm jagħti minn Cannon Road, Ħal Qormi għal Sta.", "Venera minn fuq il-bypass?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Saret ispezzjoni fl-imsemmi taraġ u d-dipartiment tat-tindif ġie mqabbad jirranġa l-ħsara li hemm.", "SIĠĠIEWI - TRIQ ĠDIDA FI TRIQ IT-TANK", "24654.", "L-ONOR.", "CLYDE PULI staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari 23713, 23576, 19810, 20708 u mistoqsijiet oħra, jista' l-Ministru jgħid għaliex ix-xogħol fuq il- bini ta' culvert fi Triq Ġdida fi Triq it-Tank, Siġġiewi beda u waqaf ħesrem?", "Jista' jagħmel kull mezz biex dan ix-xogħol jitkompla minnufih?", "Jista' jgħid meta x-xogħol huwa mistenni li jibda?", "Jista' jagħti data ta' meta dan ix-xogħol għandu jkun komplut?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "ENEMALTA - CHIEF SECURITY OFFICER", "24659.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO PRECA staqsiet lill-Ministru għall- Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l- Ministru jgħid jekk il-fatt li l-vakanza ta' chief security officer fl- EneMalta qed jintalab li persuni li japplikaw irid ikollhom esperjenza fil- management jew inkella kors fil-management, hiex se tfisser li qed jiġu esklużi b'mod awtomatiku dawk il-persuni li applikaw, u li filwaqt jista' m'għandhomx esperjenza fil-management, iżda għandhom esperjenza twila fil- qasam tas-sigurta'?", "Jekk iva, ma jidhirlux li l-mod kif ħarġet it-talba għall-applikazzjoni se toħloq diskriminazzjoni ċara bejn dawk li jistgħu jkunu eliġibbli għal din il-kariga?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "ĦAL QORMI - ĊENTRU TAS-SAĦĦA", "24662.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO PRECA staqsiet lill-Ministru tas- Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' l-Ministru jgħid jekk jafx bid- dewmien esaġerat li qiegħed ikun hemm fiċ-ċentru tas-saħħa f'Ħal Qormi għal dawk li jagħmlu użu mis-servizzi offruti f'dan iċ-ċentru, minħabba n-nuqqas ta' impjegati, partikolarment tobba?", "X'qed isir min-naħa tad-dipartiment tas-saħħa biex jiġi evitat dan id-dewmien li qiegħed joħloq inkonvenjent serju għal ħafna nies li jagħmlu użu mis-servizz ta' dan iċ-ċentru, partikolarment anzjani?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: F'ċerti ġranet jista' jirriżulta li jkun hemm dewmien biex pazjenti jinqdew mingħand it-tabib.", "Dan minħabba ċirkostanzi li d- dipartiment m'għandux kontroll assolut fuqhom bħall meta jkollok tobba morda jew oħrajn li jintalbu jitilgħu jixhdu fil-qrati.", "Barra min hekk hemm żewġ tobba li joħorġu miċ-ċentru tas-saħħa ta' Ħal Qormi kuljum sabiex jaraw l-immigranti llegali fiċ-ċentri tad-detenzjoni.", "Dan l-aħħar kien hemm ukoll tobba li rriżenjaw minn mad-dipartiment.", "Bħala dipartiment tal-kura primarja, qed nagħmlu dak kollu possibbli biex jiżdied in-numru ta' tobba fiċ-ċentri tas-saħħa kollha u qed noffru s-sahra lil dawk it-tobba eżistenti li jridu jaħdmu aktar sigħat.", "Qed noffru xogħol lil dawk it-tobba privati interessati li jaħdmu part-time.", "MTARFA BYPASS", "24665.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jara li tiddawwal il-bypass ta' l-Imtarfa issa li fl-aħħar jidher li x-xogħol fuq din it-triq se jitlesta?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "MITTS - INVESTIGAZZJONI DWAR PERSUNA", "24667.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 24445, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tar-rapport investigattiv li sar mill-MITTS u s-central information management unit?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Minħabba raġunijiet ta' privatezza skond id-data protection act ta' l-2001, ma jkunx prudenti li npoġġi kopja tar-rapport fuq il-mejda tal-kamra.", "PROĠETTI MILL-FONDI TA' L-UE", "24668.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 24541 u jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-lista ta' proġetti proposti għall- finanzjament permezz ta' fondi ta' l-Unjoni Ewropea (2007-2013) inkluż il- valur stmat ta' kull proġett?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Is-sejħa għall-proġetti taħt il-programmi 2007-2013 għadha ma saritx.", "Din trid issir meta jiġu approvati l-programmi operattivi li bħalissa qegħdin fi stat avvanzat ta' diskussjoni mal- Kummissjoni Ewropea.", "Madanakollu l-pajjiżi membri huma mħeġġa mill- kummissjoni stess li jibdew jippreparaw il-project pipe-line tagħhom fil- qafas ta' l-istrateġija (NSRF) li fil-każ ta' Malta hi maqbula diġà mal- Kummissjoni Ewropea.", "Tajjeb insemmi li s'issa Malta biss, mis-27 Stati Membri, għandha l-istrateġija approvata.", "Il-lista tal-proġetti, ladarba jintgħażlu, tkun pubblika.", "WSC/ENEMALTA - ĦADDIEMA", "24669.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 24520 u jgħid x'se jiġri mill-ħaddiema li bħalissa huma mpjegati f'setturi affettwati mill-privatisation tal-metering and billing systems tal-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma u l-Enemalta?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Il-mudell li fih se jkunu qegħdin joperaw il-ħaddiema msemmija se jiġi definit wara li l-korporazzjonijiet ilestu l-evelwazzjoni tagħhom tas-sejħa għall-offerti ta' l-IUBT.", "Madanakollu, irrispettivament mill-mudell li se jiġi stabilit, dawn il- ħaddiema se jibqgħu jżommu l-pożizzjoni li għandhom jew se jkollhom mal- korporazzjonijiet rispettivi tagħhom.", "MTARFA BYPASS - CENTRE STRIP", "24671.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jara li l-fetħiet li hemm fis-centre strip ta' Mtarfa bypass jingħalqu minnufih għax huma ta' periklu kbir għal kull min jgħaddi minn din it-triq?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "WIED IL-GĦAJN - FAMILY PARK", "24678.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jikkonsidra l-Ministru li fil-family park li se jsir Wied il-Għajn ikun inkluż ukoll football pitch minħabba l-fatt li f'Wied il-Għajn ma jeżisti ebda football pitch għat-tfal ta' dan il-lokal?", "Dan il-pitch jista' ukoll jintuża fil-għodu minn persuni b'diżabilita' li jattendu l-adult training centre kif ukoll dawk fi djar residenzjali ta' l- aġenzija Support u tal-fondazzjoni Eden.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Il-proposta għall-iżvilupp ta' dan il-proġett taħseb għal dawn il-faċilitajiet.", "Il-ministeru se jiżgura li jiġu nklużi wkoll fil-pjan finali li jkun approvat mill-MEPA."]} {"filename": "20041027_178d_par.doc", "date": "2004-10-27", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 178 L-Erbgħa, 27 ta' Ottubru, 2004 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 178 L-Erbgħa, 27 ta' Ottubru, 2004", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.01 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "178", "L-Erbgħa, 27 ta' Ottubru, 2004", "WERREJ", "MINUTI 894", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 894", "TQEGĦID TA' KARTI 903", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IS-SIGURTA' SOĊJALI (IT-TIENI QARI)", "SOCIAL SECURITY AMENDMENT BILL (SECOND READING) 904", "AĠĠORNAMENT 926", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 933", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 177 li saret fis-26 ta' Ottubru, 2004 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "SERVIZZ ĊIVILI - IMPJEGATI 'IL FUQ MINN 61 SENA", "7735.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Charles Mangion) staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hemm persuni li għandhom 'il fuq minn 61 sena, li huma mpjegati mas-servizz ċivili jew ma' kumpanniji u entitajiet li l-gvern għandu l-maġġoranza ta' l- ishma fihom?", "Min huma?", "Kemm minnhom qegħdin b'xi forma ta' kuntratt jew huma konsulenti?", "X'remunerazzjoni għandhom?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Nitlob lill- Onor. Interpellant jirriferi għar-risposta li tajt għal mistoqsija parlamentari 8200.", "SIGURTA' SOĊJALI - CHILDREN'S ALLOWANCE", "7861.", "L-ONOR.", "ONOR MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru tal-Familja u tas-Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid kemm hu l-ammont li tħallas s'issa f'children's allowance din is-sena?", "Kemm-il familja bbenefikat?", "Kemm hu maħsub li se tkun is-somma totali li se titħallas f'din is-sena finanzjarja?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA (Ministru tal-Familja u tas-Solidarjeta' Soċjali): Ninsab informata li t-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant hu kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.", "SERVIZZ ĊIVILI - IMPJEGATI", "8092.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Charles Mangion) staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 7735?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi għar- risposta li tajt għal mistoqsija parlamentari 8200.", "AWTORITA' NAZZJONALI TAX-XOGĦOL - QTUGĦ MIR-REĠISTRAZZJONI GĦAX-XOGĦOL", "7075.", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI (f'isem l-Onor.", "Jason Azzopardi) staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impieg: Jista' il-Ministru jindika kemm saru appelli quddiem l-awtorita' nazzjonali tax-xogħol minħabba qtugħ mir-reġistrazzjoni għax-xogħol din is-sena?", "Jista' jgħid ukoll kemm inqatgħu appelli fl-istess perijodu u kemm minn dawn kienu konferma tad-deċiżjoni ta' l-ETC u kemm le?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impieg): It- tagħrif mitlub se jitpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "ETC - REĠISTRAZZJONI GĦAX-XOGĦOL", "7076.", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI (f'isem l-Onor.", "Jason Azzopardi) staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impiegi: Jista' il-Ministru jgħid kemm persuni ma komplewx jirreġistraw għax-xogħol minn jeddhom din is- sena?", "Kemm inqatgħu mir-reġistrazzjoni b'deċiżjoni ta' l-ETC u għalfejn?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li minn Jannar sa' Lulju 2004 inqatgħu 676 persuna minn fuq l-ewwel u t-tieni parti tar-reġistru b'deċiżjoni tal- korporazzjoni ta' xogħol u taħriġ.", "214 minn dawn inqabdu jaħdmu u jirreġistraw, 279 irrifjutaw opportunita' ta' xogħol, filwaqt li 183 irrifjutaw opportunita' ta' taħriġ.", "F'dan l-istess perijodu kien hemm 12,801 persuna li ma komplewx jirreġistraw għax-xogħol minn jeddhom.", "Il-figura trid tiftiehem fid-dawl tan-numru kbir ta' persuni li f'ħin jew ieħor tul is-sena imissu mal- korporazzjoni ta' xogħol u taħriġ, kultant aktar minn darba.", "QRATI - KAWŻI", "7077.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew introdotti kawżi maqsuma skond kull qorti kompetenti din is-sena u s-sena l- oħra?", "Kemm ġew deċiżi kawżi maqsuma skond kull qorti kompetenti?", "Kemm kien hemm kawżi pendenti maqsuma skond kull qorti kompetenti?", "Kemm kellu kawżi pendenti fl-aħħar tax-xahar kull imħallef u maġistrat?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern): L-informazzjoni kollha mitluba mill-Onor.", "Interpellant tista' faċilment tinkiseb mis-sit: www.justice.gov.mt taħt \"statistics\" li tinsab f'court services.", "L-istatistika tinkludi kawżi ċivili kif ukoll dawk kriminali.", "Tinkludi wkoll kawżi pendenti, introdotti u maqtugħa, jiġifieri deċiżi, għal kull qorti u għal kull ġudikant.", "L-istatistika tmur lura sa l- 2000 u hija aġġornata sa Awissu 2004.", "Kopja tagħha qiegħda tiġi hawn annessa.", "SKOLASAJF", "7078.", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI (f'isem l-Onor.", "Jason Azzopardi) staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impieg: Jista' il-Ministru jindika n-numru ta' parteċipanti fi Skolasajf din is-sena?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li n-numru ta' parteċipanti li attendew Skolasajf 2004 hu hekk:", "Skolasajf Malta 3098 Klabbsajf Malta 187 Ċentri speċjali Malta 74 Skolasajf Għawdex 309 Klabbsajf Għawdex 69 Ċentru speċjali Għawdex 17 Total 3745", "QRATI - MULTI", "7079.", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI (f'isem l-Onor.", "Jason Azzopardi) staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien l-ammont totali ta' multi ordnati mill-qrati mill-1999 sal-lum, sena b'sena?", "Jista' jgħid ukoll kemm hu l-ammont ta' flus miġbura minn ħlas ta' multi u kemm hu l-ammont li għadu pendenti?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern): Ninsab informat li t-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant hu kif ġej:-", "|Sena |Ammont |Total ta' |Ammont | | |Inflitt |ammont |pendenti| | |Lm |miġbur |Lm | | | |Lm | | |1999 | |203,009.75| | | |175,853.75 | |106,625 | |2000 | |358,605.75| | | |224,266.75 | |74,884 | |2001 | |220,082.41| | | |237,104.41 | |199,757 | |2002 | |314,968.05| | | |354,523.05 | |179,173 | |2003 | |424,065.23| | | |806,069.23 | |508,852 | |2004*| |238,304.40| | | |1,273,752.40| |1,035,44| | | | |8 |", "* Sas-16 ta' Awissu.", "FAMILJA U SOLIDARJETA' SOĊJALI - KONSULENTI", "7080.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru tal-Familja u tas- Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid kemm kien hemm konsulenti, inkluż periti, tobba, avukati, eċċ., ma' kull dipartiment, kummissjoni, enti statutorja u korporazzjoni li l-gvern, direttament jew indirettament, għandu sehem fiha u li kienet taqa' taħt id-dekasteru tagħha sas-17 ta' Awissu, 2004?", "Tista' tindika l-ħlas u benefiċċji oħra li kien jirċievi kull wieħed minnhom?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Mr Speaker, għandi nifhem li bil-kelma \"konsulenti\", l-Onor.", "Interpellant qed jirriferi wkoll għall-għoti ta' servizzi professjonali.", "Għalhekk qed ninkludi din l-informazzjoni fit- tabella li qed inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Stefan Buontempo, domanda supplimentari.", "ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO: Tista' il-Ministru tgħidilna xi kriterji jintużaw biex jiġu maħtura dawn il-konsulenti?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Il-kriterji li jintużaw huma l-kompetenza, l- effiċjenza u l-expertise li jkollhom dawn il-konsulenti fil-qasam partikolari.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Buontempo.", "ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO: Tista' il-Ministru tgħidilna jekk humiex l- entitajiet li jfittxu dawn il-konsulenti jew bil-kontra?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Il-prassi hi li l-kummissjonijiet u l-aġenziji jagħżlu l-konsulenti tagħhom huma.", "Per eżempju, jekk l-aġenzija Appoġġ ikollha bżonn ta' konsulenza, ħafna drabi tagħmel call for applications imbagħad il-persuna tintagħżel fuq il-mertu tagħha.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Buontempo.", "ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO: Qed nara li min-naħa ta' l-awtorita' tad-djar hemm diversi servizzi mogħtija minn persuni differenti.", "Tista' il-Ministru tgħid jekk saritx call for application biex ingħataw dawn is-servizzi?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Mr Speaker, hawnhekk wieħed irid joqgħod attent x'jgħid għax mhux għal kull konsulenza hemm il-bżonn li toħroġ call for applications, kif jaf tajjeb l-Onor.", "Interpellant.", "Jista' jkun li jkun hemm bżonn ta' konsulenza u l-awtorita' tad-djar tiddeċiedi li ċerta persuna hija l-aktar waħda valida biex tagħti l-kontribuzzjoni tagħha f'dak il-każ.", "Jekk l-Onor.", "Interpellant qed jistaqsini direttament min minnhom daħal b'call for application u min daħal direttament għax kien imqabbad mill- awtorita' tad-djar, ngħidlu sinċerament li m'għandix idea.", "Dawn m'humiex affarijiet li noqgħod nindaħlilhom lill-awtoritajiet u lill-aġenziji tagħna.", "Jidhirli li għandna ċ-chairpersons u ċ-chief executives li huma nies magħżula apposta u jistgħu jieħdu d-deċiżjonijiet tagħhom f'dan ir- rigward.", "ENEMALTA/WSC - QTUGĦ FIS-SERVIZZ TAD-DAWL U L-ILMA", "7759.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn persuni jew azjendi li nqatgħalhom is- servizz tad-dawl jew l-ilma għax waqgħu lura fil-ħlasijiet?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (f'isem il-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni): In-numru ta' persuni jew ażjendi li nqatgħalhom is-servizz tad-dawl mill-1 ta' Awissu sal-11 ta' Ottubru, 2004, kien ta' 571 filwaqt li ta' l-ilma kien ta' 96.", "PERSUNI LI RRAPPREŻENTAW LIL MALTA F'XI TIP TA' SPORT", "7760.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern: Jista' il-Ministru jgħid jekk persuni rrappreżentawx lil Malta f'xi sport ta' l-isparar f'dawn l- aħħar 11-il sena meta dawn ma kellhomx il-permess tal-pulizija to use or to keep a fire arm for sporting purposes?", "Jekk iva, kemm kellhom eta', fejn ħadu sehem u għaliex qed jintbagħtu atleti barra jirrappreżentaw lill- pajjiżna meta dawn kienu qed jiksru l-liġi?", "Jista' il-Ministru jgħid ukoll jekk din il-prattika hijiex se titkompla għad-dettriment ta' dawk kollha li josservaw il-liġi?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern): Ninsab informat li l-pulizija ma żżommx tagħrif dwar persuni li jirrappreżentaw lil Malta f'xi sport ta' l-isparar jew xi sport ieħor.", "Għaldaqstant it-tagħrif mitlub ma jistax jinkiseb, pero' jekk l-Onor.", "Interpellant jagħtina d-dettalji tal-persuni li qiegħed jirriferi għalihom, inkun nista' nikseb it-tagħrif meħtieġ.", "ŻJARAT F'MUŻEWIJIET", "7761.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid kemm persuni żaru d-diversi mużewijiet din is-sena?", "Jista' jagħti breakdown tagħhom?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (f'isem il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura): Qed inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Noel Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jista' il-Ministru jgħid x'koordinament qed isir bejnu u l-ministeru tiegħu fir-rigward tal-ħaddiema li aktar tard din is- sena se jiġu ssensjati mil-lukandi li se jagħlqu, kif ħabbar il-ministru stess f'mistoqsija preċedenti?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Peress li din il-mistoqsija supplimentari m'għandha x'taqsam xejn ma' dik oriġinali, nitlob lill-ħabib tiegħi jagħmel domanda bil-miktub biex tinġabar l-informazzjoni meħtieġa.", "SERQ MINN MUŻEWIJIET", "7762.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid kemm saru serqiet mid-diversi mużewijiet li hawn f'dawn l-aħħar ħames snin?", "X'insteraq?", "U x'instab?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (f'isem il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura): Ninsab informat li fis-sena 2000 mill-mużew ta' l-arti nsterqet statwa żgħira ta' anġlu magħmula mill-irħam u din għadha ma nstabitx.", "Fl-2001 insteraq kwadru tal-Granmastru De Rohan, xogħol Giuseppe Grech mill-istess mużew u dan għadu ma nstabx.", "Fit-22 ta' Mejju, 2003, fis-2.00 p.m., insteraq 16th century steel lance head minn waħda mis-swali ta' l-Armerija.", "Dan ġie rapportat lill-pulizija u saru l-investigazzjonijiet.", "S'issa għadu ma ġiex ritornat.", "Fit-18 ta' Mejju, 2004 insterqet il-moon rock mill-mużew ta' l- istorja naturali f'Palazzo Vilhena.", "Dan ġie rrapportat lill-pulizija, saru l-investigazzjonijiet pero' s'issa għadha ma ġietx ritornata.", "Bejn Ġunju u Lulju 2004, insterqet airforce world war II bicycle headlamp li għandha ftit valur storiku u kienet imlaqta minn diversi spare parts.", "Sar rapport lill-pulizija u din għadha ma nstabitx.", "QRATI - KAŻI TA' SEPARAZZJONI", "7763.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hawn każi ta' separazzjoni quddiem il-qorti llum?", "ONOR.", "TONIO BORG (Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l- Intern): Ninsab informat li sal-15 ta' Ottubru, 2004 kien hemm 569 kawża pendenti quddiem il-Prim'Awla ta' Malta u Għawdex.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Noel Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid fejn waslu l- aħħar applikazzjonijiet għal kuntistabbli mal-korp tal-pulizija?", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, għalkemm din id-domanda m'għandhiex x'taqsam ma' dik oriġinali, nista' ngħid li l-proċess ta' l- applikazzjonijiet li qed jirriferi għalihom l-Onor.", "Interpellant, jinsab miexi b'mod normali.", "ADDOZZJONIJIET", "7764.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Ministru tal-Familja u tas-Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid kemm saru addozzjonijiet din is-sena?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Ninsab informata li bejn Jannar u Settembru 2004 ġew iffinalizzata 48 adozzjoni.", "SCHOOL CLUSTERS", "8026.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impieg: Peress li l-Ministru f'bosta diskorsi pubbliċi tkellem dwar school clusters, jista' jgħid jekk hemmx xi proposta li diġa' ġiet diskussa fil-Kabinett?", "Jista' jgħid jekk sarux stimi ta' kemm se tiġi tiswa?", "Meta hu maħsub li tibda din is-sistema?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Proposti dwar riformi fil-qasam ta' l-edukazzjoni għad iridu jiġu ppreżentati lill-Kabinett u wara jiġi ppubblikat dokument għad-diskussjoni pubblika.", "UNIVERSITA' - KORSIJIET ĠODDA", "8027.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impieg: Jista' il-Ministru jgħid xi kriterji tuża l-universita' ta' Malta sabiex tintroduċi korsijiet ġodda kemm full time kif ukoll part time?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-universita' tintroduċi korsijiet ġodda meta jkun hemm xi talba speċifika minn xi enti governattiva jew meta b'mod ieħor isir magħruf li hemm il-ħtieġa ta' xi speċjalizazzjoni partikolari.", "Korsijiet ġodda jistgħtu jkunu ntrodotti wkoll b'inizjattiva ta' xi dipartiment akkademiku.", "Kull proposta tiġi eżaminata u diskussa l-ewwel fi ħdan id-dipartiment li jkun qed jipproponiha, imbagħad fil-bord tal-fakulta', wara ma' sotto- kumitat tas-senat u finalment titressaq għall-approvazzjoni tas-senat ta' universita' biex jittieħdu in konsiderazzjoni kemm fatturi akkademiċi, kif wkoll fatturi ta' finanzi u l-ħtieġa tal-kors propost.", "UNIVERSITA' - EXEMPTIONS LIL STUDENTI BARRANIN", "8028.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid kemm ingħataw exemptions lil studenti barranin mill-ħlas ta' tariffi ta' l- Universita' f'dawn l-aħħar erba' snin?", "Jista' jagħti din l-informazzjoni għal kull sena b'mod separat?", "Jista' jgħid ukoll xi kriterji jintużaw għal dawn l-eżenzjonijiet?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-applikazzjonijiet għall-eżenzjoni kien hekk:", "2000/2001 - 8 eżenti 2001/2002 - 11 eżenti 2002/2003 - 25 eżenti 2003/2004 - 41 eżenti", "Il-kriterja mogħtija mill-ministeru se titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "UNIVERSITA' - STUDENTI", "8029.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Zgħażagħ u Impieg: Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew aċċettati studenti fl-ewwel sena fl-universita' ta' Malta u f'liema korsijiet?", "Ta' liema nazzjonalita' huma u kemm hemm minn kull pajjiż?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: In-numru ta' studenti li ġew aċċettati fl-ewwel sena fl-universita' ta' Malta kors b'kors u ta' liema nazzjonalita' huma, se titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "KORSIJIET UNIVERSITARJI", "8030.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impieg: Jista' il-Ministru jgħid min jeżerċita kontroll fuq korsijiet universitarji li jiġu offruti lill-Maltin, anke permezz ta' reklami fil-gazzetti, fuq il-kontenut tal-korsijiet offruti?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Peress li l-Onor.", "Membru konċernat qed isemmi korsijiet offruti lill-Maltin permezz ta' reklami fil-gazzetti, nassumi li qed jirriferi għall-korsijiet offruti minn universitajiet barranin.", "Ninsab informat li l-universita' ta' Malta m'għandhiex x'taqsam ma' dawn l- universitajiet.", "Il-liġi dwar l-edukazzjoni bħalissa ma tipprovdix b'mod adegwat għall- kontrolli meħtieġa.", "Hu maħsub li din il-kwestjoni tiġi trattata fil- proposti ta' tibdil fil-liġi konċernata.", "DJAR - TALBA GĦAL AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA", "8035.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u tas- Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid x'possibbilta' hemm li koppja anzjana, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament u li għandha tifel b'diżabilita', tiġi akkomodata f'post f'Raħal Ġdid ħdejn binthom minħabba li din il-koppja qed tibża' li meta tiġi nieqsa, binhom ma jkunx kapaċi jfendi għal rasu?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Informata li d-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali qed jikkonsidra l-applikazzjoni ndikata flimkien ma' oħrajn simili.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Buontempo, domanda supplimentari.", "ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO: Mr Speaker, ftit ilu tħabbar li l-eviction unit fi ħdan id-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali m'hijiex qed tiffunzjona.", "Tista' il-Ministru tgħidilna x'inhi r-raġuni li din m'hijiex qed tiffunzjona?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Napprezza jekk l-Onor.", "Interpellant ikun daqshekk ġentili u jispjegali xi jrid jgħid biha meta jgħid li \"l-eviction unit m'hijiex qiegħda tiffunzjona\" għax safejn naf jien evictions bħalissa qegħdin isiru.", "Fil-fatt proprju għada hemm laqgħa ta' l-evictions board, li nassumi li hija l-eviction unit li qed jirriferi għaliha hu.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Buontempo.", "ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO: Skond l-informazzjoni li għandi, uffiċjal inkarigat mix-xogħol ta' l-eviction, tneħħa.", "Tista' il-Ministru tispjega għala din il-persuna tneħħiet?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Ħalli nirrispondih għad-domanda li għamilli qabel peress li d-domanda li għamel issa hija kompletament differenti.", "Il-fatt li persuna waħda minn erbgħa, ma tkunx preżenti għal-laqgħa ta' l- evictions board jew ta' l-evictions committee, ma jfissirx li l-unit waqqfet tiffunzjona, jiġifieri hemmhekk l-Onor.", "Interpellant għandu żball.", "U nirrepeti li proprju għada hemm laqgħa ta' l-evictions board.", "Il-persuna li qed jirriferi għaliha l-Onor.", "Interpellant taqa' taħt l-IPSL u l-ministeru responsabbli għad-deployment tan-nies li hemm fl-IPSL, iddeċieda li jkun aktar għaqli li din il-persuna tintbagħat x'imkien ieħor.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Buontempo.", "ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO: Il-Ministru tikkonferma li dan l-uffiċjal ġie mwaqqaf milli jkompli jagħmel xogħlu?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Mr Speaker, l-ewwelnett ma nafx xi jrid ifisser biha l-Onor.", "Interpellant meta qal li dan l-uffiċjal ġie mwaqqaf milli jagħmel xogħlu.", "Jekk irid ifisser li dan ġie mwaqqaf milli jagħmel xogħlu mad-dipartiment tad-djar, naqbel miegħu għax issa m'għadux parti mid- dipartiment tad-djar, imma qabel ma jidhirlix li xi ħadd waqqfu milli jagħmel xogħlu.", "La rriżulta li waqqfu d-direttur, la waqqaftu jien, żgur li lanqas biss tiġini f'moħħi, u jidhirli li lanqas waqqfu xi ħaddieħor li għandu x'jaqsam mal-ministeru tiegħi.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Buontempo.", "ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO: Jiena korrett meta ngħid li d-dipartiment għall- akkomodazzjoni soċjali m'għandux bżonnu aktar lil dan l-uffiċjal?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Jiena ma nafx eżattament x'jaħseb id-dipartiment dwar dan l-uffiċjal partikolari.", "Jien għandi laqgħa mad-direttur fil-jiem li ġejjin, naf li fid-dipartiment hemm bżonn min jagħmel l-evictions pero' nerġa' nirrepeti li din il-persuna taqa' taħt l-IPSL.", "Allura m'hijiex fil- kompetenza tiegħi li ngħid jekk din il-persuna għandhiex tibqa' fid- dipartiment għall-akkkomodazzjoni soċjali meta min hu responsabbli għall- IPSL iddeċieda l-kuntrarju.", "SIGURTA' SOĊJALI", "8036.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u tas- Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid x'passi ħa d-dipartiment tas- sigurta' soċjali biex jilqa' it-talba tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament peress li din m'hijiex sodisfatta bir-risposta li ngħatat?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-persuna minnu ndikata ġiet informata bil-miktub dwar il-każ tagħha.", "DJAR - KAŻ DWAR HOUSING", "8037.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u tas- Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid fejn waslet it-talba li għamlet il-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament biex tibbenefika minn skema ta' l-awtorita' tad-djar?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Ninsab informata li fid-29 ta' Settembru, 2004 l- awtorita' tad-djar informat bil-miktub lill-persuna ndikata mill-Onor.", "Interpellant dwar il-każ tagħha.", "Infatti din il-persuna ssejħet biex tmur tiffirma l-kuntratt u probabbilment sal-lum iffirmatu.", "Nieħu l-opportunita' biex ngħid lill-Onor.", "Buontempo li dawn id-domandi kollha - għalkemm ma niddejjaqx inweġibhom għax jagħtini l-opportunita' li jkolli ftit battibekki miegħu - setgħu jirrisponduhomlu kollha l-customer care services, kemm tad-dipartiment kif ukoll ta' l-awtorita'.", "Niġbidlu l- attenzjoni li għandna customer care services tajbin ħafna u jekk jippruvahom isib li għandi raġun.", "TAXXI INTERNI - ĦLAS TA' TAXXA FUQ WIRT", "8038.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk persuna li tgħix f'post li ġie għandha b'wirt fl-1992 tridx tħallas it-taxxa fuq il-wirt?", "Jekk fl- affermattiv, kemm għandha tħallas taxxa?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-proprjeta' ta' persuni li mietu qabel l-24 ta' Novembru, 1992, inkluża proprjetà li tkun tikkonsisti fid-dar li fiha kien jirresjedi l-werriet, hi soġġetta għat-taxxa taħt il-provvedimenti ta' l-Att ta' l-1973 dwar it-taxxa tal- mewt u donazzjoni (Kap 239).", "Għar-rigward ta' proprjetà immobbli, inkluża d-dar ta' residenza tal- werriet ta' xi persuna li mietet fil-25 ta' Novembru, 1992 jew wara dik id- data, tali proprjetà tkun soġġetta għat-taxxa taħt l-Att ta' l-1993 dwar it- taxxa fuq dokumenti u trasferimenti (Kap 364).", "F'kull waħda miż-żewġ liġijiet ċitati hemm kontemplati bosta rati diversi ta' taxxa fuq tali proprjetà immobbli.", "SIGURTA' SOĊJALI - KAŻ DWAR RELIEF", "8039.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u tas- Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid x'qed iżomm lid-dipartiment tas-sigurta' soċjali milli joħroġ ir-relief lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Ninsab informata li l-persuna ndikata mill-Onor.", "Interpellant ġiet informata bil-miktub dwar il-każ tagħha.", "Mr Speaker, inżid ngħid li l-persuna ndikata rċeviet ittra mingħand id- dipartiment tas-sigurta' soċjali fejn intqal lilha li ma tikkwalifikax għar- relief minħabba li l-istatus tagħha nbidel, jiġifieri m'hijiex kwestjoni li d-dipartiment qed iżomm hu min-naħa tiegħu.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Buontempo.", "ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO: Nassigura lill-Ministru li hi waħda mill-aħjar li tieħu ħsieb il-customer care għax tirrispondi d-domandi.", "Ta' dan nirringrazzjaha u j'Alla l-istaff tagħha jkun mera għaliha.", "SIGURTA' SOĊJALI - KAŻ DWAR BENEFIĊĊJU SUPPLIMENTARI", "8040.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u tas- Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni li l-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, inqatgħalha l-benefiċċju supplimentari?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-persuna minnu ndikata ġiet informata bil-miktub dwar il-każ tagħha.", "Fil-fatt din il- persuna rċeviet ittra datata 15 ta' Ottubru, 2004.", "INSTITUTE OF HEALTH CARE - STUDENTI", "8052.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impieg: Jista' il-Ministru jgħid kemm daħlu studenti fl-institute of health care fl-ewwel sena akkademika?", "Jista' jgħid ukoll ta' liema nazzjonalita' huma dawn l-istudenti?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li din is-sena fl-institute of health care daħlu 242 student, inkluż żewġ barranin ta' nazzjonalita' Niġerjana.", "MDP - ĦADDIEMA", "8166.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Chris Agius) staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il- Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 7657 u jgħid x'inhu sehem il- gvern fil-Malta dairy products?", "Kemm hu n-numru ta' ħaddiema ma' l-MDP u kif inhuma mqassma skond il-grad?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (f'isem il-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "BORMLA: QASAM TAD-DJAR TA' VERDALA - ĠRIEDEN", "8169.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Chris Agius) staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jara li jitnaddaf il-post u jsir attakk bis-serjeta' dwar il-problema kbira ta' ġrieden li teżisti?", "Jista' jara x'jagħmel biex iserraħ ras ir-residenti tal-housing estate ta' Verdala, f'Bormla, li jinsabu terrorizzati minħabba l-ammont ta' ġrieden li ġejjin minn kullimkien?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (f'isem il-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil- Komunita'): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fl-uffiċċju tas-saħħa tar- reġjun indikat ma wasal ebda lment dwar akkumuli ta' ħmieġ jew ġrieden fil- housing estate ta' Verdala, f'Bormla, matul din is-sena.", "Minn spezzjoni li saret minn uffiċjali ta' dan id-dipartiment fil-lok indikat, ma nstab l- ebda akkumulu ta' skart li jista' jġib il-ġrieden.", "Minkejja dan, ħaddiema mis-sezzjoni tal-pest control ta' l-istess dipartiment għamlu t-trattament neċessarju għal kontra l-ġrieden.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, fl-area tal-married quarters ta' San Nikola, ħdejn is-swar ta' Bormla, qed jintrema' ħafna ħmieġ u barra minn hekk dan il-post huwa suġġett ħafna għall-ġrieden.", "Jista' il-Ministru jitlob lid- dipartiment jieħu l-prekawzjonijiet li hemm bżonn biex dawn il-ġrieden - li rajthom b'għajnejja stess - ma jkomplux jitkattru?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nassigura lill-Onor.", "Interpellant li l-ilment tiegħu se nressqu lill-ministru konċernat.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' Karti u nsejjaħ lill-Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar refunds ta' taxxa dovuti mill-gvern, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari 8294.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l- Intern.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru. 456 ta' l-2004 – Regolamenti ta' l-2004 li jemendaw ir-Regolamenti dwar Kunsilli Lokali (Finanzi); u", "Avviż Legali Nru. 457 ta' l-2004 – Regolamenti ta' l-2004 li jemendaw ir-Regolamenti dwar Kunsilli Lokali (Offerti).", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l- Impjiegi.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 454 ta' l-2004 - Regolamenti ta' l-2004 tal-Kors għall-Grad ta' Master of Arts – M.A. – fil-Link Campus;", "Avviż Legali Nru 455 ta' l-2004 - Regolamenti ta' l-2004 tal-Kors għall-Grad ta' Master of Arts – M.A. – fil-Link Campus;", "Tagħrif dwar transfers li ngħataw fil-Ministeru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impieg u d-dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' ta' l-istess ministeru bejn l-1 ta' Lulju 2004 u Ottubru 2004, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 8282; u", "f'isem il-Ministru għal Għawdex inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar xogħlijiet fuq toroq f'Għawdex bejn l-1999 u l-2004, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari 8273.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Is-Segretarju Parlamentari Vassallo.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO (Segretarju Parlamentari): F'isem il-Ministru għall- Kompetittivita' u Komunikazzjoni, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar transfers li ngħataw fil-Ministeru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni u d-dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' ta' l-istess ministeru bejn l-1 ta' Lulju 2004 u Ottubru 2004, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari 8285.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IS-SIGURTA' SOĊJALI", "SOCIAL SECURITY AMENDMENT BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mis-26 ta' Ottubru, 2004 Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "MR SPEAKER: Rimarki?", "Insejjaħ lill-Onor.", "Edwin Vassallo.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO: Mr Speaker, il-Kamra qiegħda tidibattiti emendi u abbozz ta' liġi għal dak li jimplimenta – u hawnhekk qiegħed nikkwota – ċerti miżuri amministrattivi u oħrajn li huma meħtieġa skond l-Att dwar is- sigurita' soċjali, Kap.318, u biex jikkonforma dispożizzjonijiet oħra ma' l- istruttura amministrattiva korrenti tal-Ministeru responsabbli għall- anzjani.", "Dan id-dibattitu se jagħti l-opportunita' lil din il-Kamra sabiex mhux biss iħares lejn dak li qed jiġi pprovdut f'dan l-abbozz ta' liġi iżda sabiex jara wkoll kif qed tiġi żviluppata l-politika fil-pajjiż rigward is- sigurta' soċjali.", "Jiena segwejt dan id-dibattitu u fil-fehma tiegħi kien hawn diversi kelliema li tkellmu b'xi mod jew ieħor rigward l-iżvilupp tal- politika soċjali billi għamlu rifirenza lejn l-aspetti differenti, bħal dak kummerċjali u industrijali kif ukoll b'rifirenza lejn l-istil u l-kwalita' ta' ħajja li llum il-poplu tagħna qiegħed jgħix.", "Pero' l-iżjed ħaġa li laqtitni kienet meta d-dibattitu beda jdur fuq din ir- riforma li tagħmel parti mill-mod ta' kif is-sigurta' soċjali u l-pensjoni ta' ċerti anzjani – b'rifirenza speċjali għal dawk l-anzjani li qegħin f'St. Vincent de Paule - se tkun qiegħda titbiddel.", "Kien ta' sodisfazzjon partikolari għalija meta l-bieraħ smajt lill-Onor.", "Helen d'Amato ċċaħħad mill-pjaċir lil ċerta kelliema ta' l-oppożizzjoni, meta bdiet turi kemm m'huwiex minnu dak li ntqal fir-rigward li b'dan li se jiġi pprovdut f'dan l-abbozz ta' liġi l-anzjani - b'mod partikolari dawk li qegħdin f'St. Vincent de Paule - se jkun qed jitnaqqsilhom xi ammont sostanzjali mill- pensjoni tagħhom, b'tali mod li dawn se jiġu neqsin minn xi servizz jew kumdita' li għandhom illum.", "Mr Speaker, huwa importanti – u nirriferi għall-atteġġjament ta' l- oppożizzjoni aktar tard fl-intervent tiegħi - li din it-tip ta' allegazzjoni min-naħa ta' l-oppożizzjoni tiġi miċħuda immedjatament.", "U l- Ministru Dolores Cristina li hija l-ministru responsabbli naħseb li fl- għeluq tagħha se tkompli tispjega kemm m'huwiex veru li l-anzjani, minkejja li se jgħaddi dan il-provvediment fejn qed jiġu mitluba sabiex isostnu parti mill-pensjoni tagħhom sabiex tmur għan-nefqa tal-kura tagħhom stess, mhux se tkun xi ħaġa inġusta.", "Lanqas huwa minnu dak li qed jallegaw l- oppożizzjoni li b'dan l-atteġġjament li se jittieħed se jkun qed iċċaħħad lill-anzjani mill-iżjed servizzi essenzjali li jista' ikollhom minħabba li bil-pensjoni li se tibqa' f'idejhom ma jkunux jistgħu jixtru dak li għandhom bżonn.", "Dan m'huwiex minnu.", "Huwa importanti dak li qalet is-segretarju parlamentari, l-Onor.", "Helen d'Amato meta qalet li l-anzjani fl-istituzzjonijiet tal-gvern qed jibqagħlhom f'idejhom Lm600 minflok il-Lm550.", "Sostniet ukoll li hemm numru ta' anzjani f'St Vincent de Paule li ma jħallsu xejn jew iħallsu sa 50 ċenteżmu biss kuljum.", "Min-naħa ta' l-oppożizzjoni smajna wkoll bid-dmugħ tal-kukkudrilli rifirenza partikolari dwar x'se jiġri minn dawn l-anzjani li issa minħabba dak li qed jiġi pproponut, li qisu donnu l-pensjoni kollha se titteħdilhom u mhu se jibqagħlhom xejn fil-but sabiex ikunu jistgħu jmantnu lilhom infushom.", "U wieħed irid jiċħad kategorikament din l-akkuża li qed issir min-naħa ta' l-oppożizzjoni.", "Fil-verita' dak li qed isir huwa sabiex ġustament wieħed li għandu l- pensjoni u fl-istess ħin qiegħed jiġi mogħti l-kura f'St Vincent de Paule, il-gvern qed jara li skond il-mezzi li dik il-persuna jkollha qabel ma marret f'dik ir-residenza partikolari, tkun tista' issostni u tagħti parti mill-pensjoni tagħha.", "Madankollu fl-istess ħin jibqagħlha ammont sostanzjali sabiex tkun tista' tfaddal mill-pensjoni li qed tirċievi u allura jkollha minn fejn tixtri l-mediċini li forsi jkollha bżonn.", "Mr Speaker, qed tingħata attenzjoni speċjali dwar lil min għanda titnaqqas u b'kemm għandha titnaqqas il-pensjoni.", "Dan sabiex min ma jiflaħx jikkontribwixxi ma jikkontribwixxix daqs dak li jiflaħ.", "Jiena nemmen li dan huwa pass 'il quddiem lejn l-akkwist tas-sostenibilita' tal-politika soċjali f'dan il-pajjiż.", "Xorta waħda llum irridu naraw kif aħna nistgħu nkunu kapaċi nsostnu l-politika soċjali u l-ispejjeż li din tinvolvi.", "Fuq kollox jiena nemmen li b'dan li qed jipprovdi l-gvern hija wkoll immexxija mill-prinċipju tal-ġustizzja soċjali, sabiex dak li jiflaħ jagħti jkun jista' jgħin lil dak li ma jiflaħx jagħti.", "Huwa importanri li nirriferi għal dak li qalet l-Onor.", "Helen D'Amato dwar il-ħlas massimu ta' Lm6 fir-residenza St. Vincent De Paule.", "Ejjew ma nitkellmux bl-istess mod ta' kif tkellmet l-oppożizzjoni, meta donnha ppruvat tgħid li b'dawn id-deċiżjonijiet li se jkunu qegħdin jittieħdu, l- anzjani se jiġu miċħuda minn xi dritt jew kumdita' li sa issa kienu qegħdin igawdu.", "Sur President, lill-anzjani rridu nieħdu ħsiebhom.", "Mexjin fit-triq fejn għada pitgħada, se jkun hawn iżjed anzjani milli persuni ta' eta' żgħira.", "Pero', fl-istess ħin, il-lifestyle tas-soċjeta' tagħna qiegħda tinbidel kompletament.", "Għalhekk ma nistgħux ma nagħtux kas ta' dan meta nkunu qegħdin nikkalkolaw kif se nkomplu niżviluppaw lill-politika soċjali f'pajjiżna.", "Minn dak li nara b'għajnejja nista' ngħid li kważi qegħdin ngħixu fi żmien fejn ħafna minna m'għandhomx ħin għat-trabi u għall-anzjani.", "Bħala riżultat ta' din il-lifestyle qegħdin jinħolqu opportunitajiet kummerċjali ġodda bħal djar ta' l-anzjani u child care centres.", "Jekk persuna anzjana ma tkunx kapaċi tieħu ħsieb tagħha nnifisha, ta' madwarha jaraw kif jeħilsu minnha billi jibagħtuha f'dar ta' l-anzjani.", "Kif diġa' għedt, qegħdin jinfetħu bosta child-minding centres fuq livell kummerċjali, fejn fihom qegħdin naraw trabi ta' xahar jew ta' ftit ġranet, li appena jitwieldu, bħal Mose', minflok jitpoġġew fil-qoffa jintbagħtu f'dawn iċ-child-minding centres.", "Donnu li llum qegħdin ngħixu f'soċjeta' li m'għandhiex ħin tisma' l-biki tat-trabi u l-krib ta' l-anzjani.", "Forsi jekk għadna żgħażagħ, we afford li nħallsu għaċ-child-minding, pero' biex nieħdu ħsieb lill-anzjani tagħna, bilkemm ma nkunux irridu nfaddlu mill-pensjoni tagħhom u nħalluhom jixxejjru f'xi dar ta' l-anzjani.", "Hawnhekk irrid immedjatament nirringrazzja lin-nurses u lill-uffiċjali li jaħdmu fid-djar ta' l-anzjani, filwaqt li nitlob lil dawk il-ħaddiema li għadhom m'humiex qegħdin jifhmu x'inhu d-dover tagħhom biex jagħtu l-aħjar attenzjoni li tixraq lill-anzjani.", "Sur President, ma nistgħux ninqatgħu mir-realta' tal-ħajja li qegħdin ngħixu fiha, speċjalment meta niġu biex inkomplu niddiskutu l-iżvilupp tal- politika soċjali li għandna għal pajjiżna.", "Din hi s-soċjeta tagħna tal- lum.", "Is-soċjeta' Maltija m'għadhiex l-istess bħal dik ta' tletin sena ilu, meta ċerti inizjattivi finanzjarji bdew jiġu maħduma u mogħtija.", "Ma nistgħux nitkellmu dwar l-iżvilupp tal-politika soċjali jekk ma nanalizzawx fiex inhi s-soċjeta' Maltija llum, soċjeta' li b'ċerti żviluppi li għamlet, ħolqot mankamenti soċjali u ħtiġijiet soċjali fi bnadi oħra.", "Illum, is- soċjeta' Maltija la għandha ħin għat-trabi u lanqas għall-anzjani.", "Għalhekk, f'din is-soċjeta', il-politika soċjali tagħna trid tkun tagħmel sens, trid tara kif tiġi sostnuta.", "Għandna lifestyle li qiegħed jinbidel.", "L-attivita' kummerċjali qiegħda ddur biex taqdi lil dan il-lifestyle.", "Għandna lifestyle li kważi fi tmien xhur jippermetti li ngħixu għal 24 siegħa barra mid-dar.", "Għandna lifestyle fejn is-sens ta' konsumiżmu qiegħed jiżdied kontinwament u fejn l-eta' żgħira ta' ċerti persuni se twassal biex tibdel il-kunċett totali ta' x'aħna kapaċi noffru fil-politika soċjali ta' pajjiżna.", "Pero', ħafna drabi, meta niġu biex niddeċiedu ninqabdu b'sieq waħda mwaħħla mal-passat u għalhekk ikollna naraw kif se ninqatgħu minn dak li kien tajjeb fil-passat, maħsub u maħdum għal soċjeta' b'lifestyle partikolari, u niddeċiedu għal soċjeta' li għad trid tkun dik tal-ġejjieni.", "Aħna bħala politiċi ħafna drabi ninqabdu bejn żewġ realtajiet, dik tal-passat, fejn inħossu li huwa diffiċli li ninqatgħu minnha, u dik tal-ġejjieni, fejn inħossu li m'għandniex kuraġġ biżżejjed biex nieħdu l-passi meħtieġa.", "Huwa tajjeb li meta nitkellmu dwar il-politika soċjali nirriflettu dwar x'servizzi se noffri u dwar l-ispejjeż li dawn iġibu magħhom.", "Għalhekk, fl- opinjoni tiegħi naħseb li huwa f'waqtu li filwaqt li naħsbu fir-realtajiet tal-ġejjieni, naħsbu wkoll f'liema nkwadratura rridu naraw lill-prinċipju tal-ġustizzja soċjali, biex dan jibqa' jagħmel sens.", "Meta nibdew nirriflettu u nitkellmu dwar kif se nimplimentaw il-prinċipju tal-ġustizzja soċjali, li jrid ikun id-denominator tal-lifestyle u tal-valuri li għandna llum, irridu naraw x'se jibqa' minn din il-ġustizzja soċjali.", "Minn dan id-dibattitu dwar il-preżent u l-ġejjieni tal-welfare state f'pajjiżna jrid jiġi deċiż kif u sa meta pajjiżna se jkun jista' jibqa' joffri dak li sal-lum qiegħed joffri b'xejn.", "Dak li lbieraħ kien tajjeb li jingħata b'xejn, għada x'sens se jkollu li jibqa' jiġi offrut mingħajr ħlas u kif se jkun sostnut?", "Illum, il-gvern għandu l-obbligu li jara kemm jiswa kull servizz li jingħata b'xejn f'dan il-qasam.", "Il-gvern irid jara x'sens għadu jagħmel kull servizz u kull benefiċċju, mogħti u maħsub għal 30 sena ilu, għal 25 sena ilu, għal 15-il sena ilu, meta mqabbel mar-realtajiet tal- lum, speċjalment meta kważi 55% tan-nefqa tal-gvern – u din hija statistika li tiżdied kull sena – tmur għall-qasam soċjali.", "Quddiem din in-nefqa li qiegħda dejjem tikber, aħna għandna naraw kif se nkunu kapaċi nsostnuha.", "Dak li kien jagħmel sens 30 sena ilu, dak is- servizz soċjali li 30 sena ilu kien jingħata lill-ftit, illum qiegħed jiġi mogħti lil ħafna iktar, bi spejjeż ferm ikbar.", "Allura, f'dan ir-rigward iridu jsiru l-kalkoli u l-verita' trid tingħad ħalli dawk kollha li jirċievu l-benefiċċji jkunu jafu x'inhu l-prezz ta' dawk il-benefiċċji.", "Ħafna drabi jien naħseb li bnejna soċjeta' bbażata fuq il-benefiċċji soċjali.", "Minkejja li għandna repubblika mibnija fuq il-prinċipju tax- xogħol, fl-istess ħin, ippermettuli ngħid li kull politiku li kien hawn kważi ċaħad lil dan il-prinċipju biex jara kif jikkompromettih mal-valur tas-servizzi soċjali.", "Nixtieq li qiegħed niżbalja fil-ħsieb tiegħi, fil-każ ma niddejjaqx li niġi kkritikat, pero' kull politiku kważi kkorrompa lill-valur tax-xogħol għall- prezz tal-politika soċjali għax dejjem rajniha eħfef li biex ningħoġbu, inbiegħu lill-politika soċjali.", "Issa rridu naraw kif se nsostnu lil dan il- prezz.", "Jien jiddispjaċini meta ngħid dan id-diskors, għax nippreferi ngħid li l- valur morali ta' dan il-pajjiż huwa x-xogħol, pero', minkejja li għadda ż- żmien, minkejja li s-soċjaliżmu tilef is-sens tiegħu f'dik li hi ħakma fuq il-poplu b'tali mod li kollox jiddependi mill-istat u l-individwu jista' ma jaħseb għal xejn għax hemm l-istat li jaħseb għalih, minkejja li din il- mentalita', illum għadda żmienha, biżżejjed wieħed jismagħna nitkellmu f'dan il-parlament, speċjalment lill-membri ta' l-oppożizzjoni....", "Minkejja li ninsabu fis-sena 2004, xi kultant il-mentalita' tagħna għadha l- istess bħal ta' sħabna li kienu hawn qabilna, li għal dawk iż-żminijiet, kienu jitkellmu tajjeb, biex ma nidħolx fil-kwestjoni ta' x'kien tajjeb u x'kien ħażin 30 sena ilu.", "Għadna marbutin mal-passat, iżjed milli nħarsu lejn il-ġejjieni.", "Sur President, min-naħa ta' l-oppożizzjoni hemm min qiegħed jagħżel li jibqa' silenzjuż quddiem gvern li qiegħed jipprova jirriforma, jissostanzja, gvern li qiegħed jipprova jara li l-politika soċjali mhux titnaqqar jew titneħħa, imma tkun sostenibbli, gvern li qiegħed jara li jkollna ekonomija li fiha, il-politika soċjali tkun tagħmel sens, gvern li qiegħed jara li jkollna ekonomija li tkun kapaċi tonfoq l-ispiża tal- politika soċjali.", "Iva, minkejja dawn l-isforzi kollha, il-membri ta' l- oppożizzjoni għadhom jitkellmu bl-istess lingwaġġ ta' sħabhom li kienu fil- gvern 30 sena ilu.", "Ejjew ngħidu li f'dak iż-żmien, hekk kien meħtieġ li jsir, għax it-trend politika 'l hemm kienet tiġbed, pero' llum ma jagħmilx sens li nibqgħu nitkellmu bħal 30 sena ilu biex sempliċiment nogħġbu lil min qiegħed jismagħna.", "Ma jagħmilx sens li l-oppożizzjoni tal-lum titkellem għall- gallarija, li tipprova tattakka billi tgħid li dan il-gvern qiegħed iżarma lill-qasam tal-politika soċjali ta' dan il-pajjiż.", "Ma jagħmilx sens li l- oppożizzjoni timmira d-diskors tagħha biex ikun kapaċi jirrispondi s- sentiment u mhux ir-realta' tal-fatti ta' dan il-pajjiż.", "L-oppożizzjoni Laburista qiegħda tipprova tirbaħ billi toqgħod siekta quddiem id-diskors dwar ir-riformi u qiegħda tħalli lill-gvern jilgħab waħdu – b'daqshekk ma ġara xejn – biex jekk imur tajjeb, ma tkun qalet xejn kontrih u jekk imur ħażin, tirbaħ minn fuqu għax tieħu walk-over.", "Suppost li l-oppożizzjoni qiegħda tbiegħ lilha nnifisha bħala gvern alternattiv.", "Fejn hi l-politika ta' l-oppożizzjoni dwar ir-riforma fil- pensjonijiet, kieku kellha tiġi vvutata fil-gvern?", "Ovvjament, m'għandhiex ħsieb ta' x'tagħmel kieku tkun fil-gvern.", "L-eħfef ħaġa għall-oppożizzjoni hi li tara x'inhu jagħmel il-gvern, imbagħad wara tikkritika, tħalli lill- gvern jimxi, imbagħad, b'xi mod jew ieħor, tispara u tolqot xi ħaġa.", "B'din il-karta qiegħda tipprova tilgħab l-oppożizzjoni, billi tipprova toqgħod siekta, billi tipprova tirbaħ fuq is-sentiment għax tgħid jaħasra kemm hawn faqar, pero' ma ddaħħalx idejha fil-but biex tgħin lill-fqir.", "Filwaqt li qiegħda ttella' lill-issue tal-faqar 'il fuq, l-oppożizzjoni m'hijiex qiegħda ssostni lill-politika li se tgħin biex jonqos il-faqar u jiżdied il- ġid.", "Din hija l-oppożizzjoni Laburista, new labour minn barra imma old labour minn ġewwa.", "Kif qal l-Onor.", "Herrera ilbieraħ, xellugin kienu u xellugin baqgħu.", "Fl-opinjoni tiegħi, dan it-tip ta' escapism, din l-indifferenza hija ħarba mir-realta' min-naħa ta' l-oppożizzjoni, li trid tirbaħ biss minn fuq is-sentiment, minn fuq kemm tibki ma' min qiegħed jibki, billi xxerred dmugħ tal-kukkudrilli.", "Ma' l-oppożizzjoni, min hu injorant, jibqa' injorant u min hu fqir jibqa' fqir.", "Għalhekk jiena ngħid li b'dan l- atteġġjament, il-partit Laburista qiegħed ikun inġust mal-poplu Malti u Għawdxin għax m'huwiex qiegħed iħares lejn ir-realta' tal-ġejjieni.", "Il-gvern, min-naħa tiegħu, ma jibżax mill-ġejjieni imma jaħdem biex ikun hawn ġejjieni aħjar, b'politika soċjali sostenibbli, b'ekonomija li tkun kapaċi tissostanzja lill-politika soċjali.", "Ir-rebħa ta' dan il-gvern se tkun li meta jasal ikun jista' jgħid lil kulħadd li wasal waħdu, mingħajr l- għajnuna ta' l-oppożizzjoni li qagħdet gallarija.", "Il-gvern Nazzjonalista m'huwiex qiegħed iħares lejn il-fqir u jitħassru iżda qiegħed idaħħal idejh fil-but tiegħu, jiġifieri fil-kaxxa ta' Malta, filwaqt li jara li se jibqa' jkollu biżżejjed biex ikompli jgħin.", "Jekk l-Onor.", "Farrugia se jitkellem warajja u jgħid li jien qiegħed ngħid sew li l-gvern idaħħal idejh fil-but, tan-nies, nista' nirrispondi minn issa billi ngħid li l-oppożizzjoni tipprova tnessi l-passat għax il-passat tagħha m'huwiex ta' min wieħed jiftakar fih.", "Ftit tas-snin ilu, mhux fil- bogħod, din l-oppożizzjoni għamlet sentejn fil-gvern.", "Jekk se niġu għas-si u n-no, jekk dan il-gvern daħħal idejh fil-but tan-nies, meta kellha ċ- ċans, hi żarmatu lill-but tan-nies.", "Mhux biss daħlet fil-but tan-nies imma saħansitra neħħietilhom il-qalziet.", "Sur President, qiegħed inkun ftit goff pero' naf li jien u l-Onor.", "Farrugia qegħdin niftiehmu tajjeb.", "Kif kont qiegħed ngħid, huwa importanti li meta nitkellmu, inħarsu lejn ir-realta'.", "Huwa tajjeb li nitkellmu dwar il- benefiċċji, pero' rridu nżommu f'moħħna li kull benefiċċju, kull kumdita' għandha l-prezz tagħha.", "Għalhekk illum nitlob lill-oppożizzjoni biex nitkellmu mal-poplu tagħna ħalli nirresponsabbilizzaw lil din is-soċjeta' u ndaħħlu f'moħħ kulħadd il-fatt li l-kumditajiet u l-benefiċċji m'humiex il- manna li biha Alla tema' lill-poplu Lhudi.", "Il-benefiċċji m'humiex xi manna li taqa' mis-sema, mingħajr ħadd ma jħallas għaliha.", "Kull benefiċċju għandu prezzu.", "Il-prezz min iħallsu?", "L-industrija, il-kummerċ u l-poplu permezz tat- taxxi.", "Din l-ispiża ta' 55% tan-nefqa tal-gvern trid tiġi sostnuta minn dawn l-elementi.", "Din l-ispiża trid tirrifletti l-kwalita' tal-ħajja, issa wkoll fil-kumditajiet ta' pajjiżna.", "Il-prezz tal-benefiċċji soċjali fuq l- industrija jrid jiġi kalkolat.", "Irridu nikkalkolaw kemm jiflaħ iħallas il- qasam tal-kummerċ għal dawn il-benefiċċji għax finalment, kull benefiċċju li nivvintaw f'din il-Kamra jitħallas mill-imprenditur li imbagħad jgħaddih lill-konsumatur.", "Ħafna drabi, il-prezz ta' l-għoli tal-ħajja jirrifletti l- kumditajiet li aħna noħolqu minn hawnhekk.", "Il-kompetittivita' industrijali u ekonomika ta' pajjiżna tista' tintrebaħ jew tintilef skond l-ispiża tal- politika soċjali.", "F'dan ir-rigward nista' niġi kkritikat jew mifhum ħażin.", "Kien hawn min qal li m'għandniex inkunu xħaħ mal-benefiċċji soċjali, li m'għandniex naraw x'inhi l-ispiża tal-benefiċċji soċjali, pero' jiena ngħid li għandna naraw kollox.", "Iva, ejjew noħolqu iktar benefiċċji soċjali, ejjew naraw kif inkomplu ntejjbu lill-benefiċċji soċjali, pero' fl-istess ħin ejjew naraw x'se jkun l-effett ta' dan kollu biex inkunu nafu x'qegħdin nagħmlu.", "Ħalli nirriskjaw, b'daqshekk ma jkun ġara xejn, pero' ejjew naraw x'qegħdin nagħmlu.", "Illum il-gvern jinsab fis-sitwazzjoni fejn irid jara li jkompli bl-iżvilupp tal-politika soċjali, anke permezz tad-dokument li għadha kemm qiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra il-Ministru Dolores Cristina, għad-dibattitu nazzjonali, dwar il-koeżjoni soċjali, dwar kif se nkunu kapaċi noħolqu solidarjeta' f'din is-soċjeta' li la għandha ħin għat-tfal u wisq inqas għall-anzjani.", "Kif se nitkellmu dwar is-solidarjeta'? huwa tajjeb li dan il-gvern għandu ministru responsabbli mis-solidarjeta' fost poplu bla paċenzja, fejn il- konsumiżmu għandu valur ikbar minn dak tax-xogħol, fejn il-valur ta' l- għażż qiegħed jikber, fejn l-ommijiet jiġu għandna biex insibulhom xogħol fejn binhom ma jagħmel xejn, fejn raġel ta' 50 sena jiġi mgħejjun minn membri fil-politika biex jiġi boarded-out mix-xogħol, fejn aħna nfasslu mod u fil-prattika nagħmlu mod ieħor.", "F'din is-soċjeta', irridu nitkellmu dwar is-soċjeta'!", "Il-Ministru għas-solidarjeta' għandha biċċa xogħol kbira biex tippromwovi s-solidarjeta' f'soċjeta' fejn is-sens uman qiegħed kważi kważi jiġi mhedded.", "Huwa f'dan is-sens li l-gvern qiegħed jaħdem biex jara li l-politika soċjali tiġi sostnuta.", "Biex inkunu kapaċi nerfgħu l-piż tal-politika soċjali ħalli ħadd ma jaqa' lura, hemm bżonn ta' tisħiħ, ta' kontinwita' fl- iżvilupp ekonomiku ħalli jkollna ekonomija li tkun kapaċi ssostni n-nefqa tal-politika soċjali.", "Għalhekk, f'dan il-kuntest qegħdin jittieħdu d- deċiżjonijiet meħtieġa biex inħarsu lejn il-ġejjieni b'mentalita' differenti, bi prijoritajiet differenti minn dawk ta' l-imgħoddi għax il- ħsibijiet tal-passat illum m'għadhomx il-prijoritajiet tal-ġejjieni.", "Għalhekk, Sur President, biex ikollna politika soċjali sostenibbli jrid ikollna politika ekonomika li tkun kapaċi tippermetti li l-kummerċ f'pajjiżna jkompli jikber.", "Ma nixtieqx niżvija minn dak li qiegħed jingħad, pero', biex l-ekonomija ta' dan il-pajjiż tikber, hemm bżonn li jkollna iktar nisa jaħdmu fil-qasam kummerċjali, produttiv ta' pajjiżna.", "Malta trid tiġġenera iktar ġid biex tagħmel tajjeb għan-nefqa soċjali.", "Bil- ġid li l-pajjiż joħloq permezz ta' l-attivita' ekonomika, kummerċjali u imprenditorjali tiegħu, irid ikun kapaċi jħallas għan-nefqa soċjali.", "Għalhekk id-dmir ta' dan il-gvern hu li jara li jkollna ekonomija li tkun kapaċi toħloq il-ġid biex jagħmel tajjeb għal din in-nefqa.", "Il-magna li toħloq iktar xogħol hija magħmula minn dawk li jaħdmu bi qliegħ, allura l- gvern irid jara li dan in-numru jiżdied kontinwament.", "Jekk inħarsu b'mod ġenerali lejn il-persuni li jaħdmu bi qliegħ insibu li bejn wieħed u ieħor, kull persuna li taħdem trid issostni tliet persuni li ma jaħdmux, jew għax huma anzjani, jew għax huma trabi jew għax għal xi raġuni m'humiex qegħdin jaħdmu.", "Għalhekk irridu naraw li din l-equation tonqos.", "Ma nistgħux nibqgħu f'din is-sitwazzjoni, fejn persuna waħda li taħdem trid issostni tlieta li ma jaħdmux.", "L-ageing problem hija realta' u għalhekk il-pajjiż irid jara kif jgħin lill-mara biex tirreġistra lilha nnifisha fil-qasam tax- xogħol.", "F'dan ir-rigward se nagħmel numru ta' suġġerimenti lill-ministru responsabbli.", "Jekk inħarsu lejn l-istatistika naraw li sa Novembru 2003, minn dawk dikjarati bħala full-time gainfully employed, 136,513 kienu rġiel filwaqt li 40,092 kienu nisa.", "Minn 15,653 self-employed, f'Novembru 2003, 13,565 kienu rġiel filwaqt li 2,088 kienu nisa.", "Personalment nemmen li jista' jkollna ferm iktar nisa reġistrati li jaħdmu bħala self-employed fin-negozju tal-familja tagħhom.", "Qiegħed ngħid dan għax ninsab konxju li mad-diversi self-employed li qegħdin fin-negozji tal- familja, hemm ħafna iktar nisa li qegħdin jaħdmu full-time.", "Ninsab persważ li n-numru ta' nisa li jaħdmu huwa ferm ikbar minn dak reġistat.", "Nemmen ukoll li l-problema għal ħafna nisa li diġa' qegħdin jaħdmu imma ma jirreġistrawx lilhom infushom bħala li qegħdin jaħdmu self-employed fin- negozju tal-familja tagħhom hija li maż-żmien, l-ispiża ta' l-iskema tan- national insurance saret kbira wisq biex tnejn min-nies f'familja waħda jkunu kapaċi jirreġistraw lilhom infushom bħala self-employed.", "Jien naħseb li fil-ġejjieni għandna nindirizzaw lil din ir-realta' għax jekk ma jsirx hekk, in-numru ta' nisa reġistrati bħala li huma self-employed qatt m'hu se jidher kif inhu fir-realta', għax nerġa' ngħid li ninsab ċert li hawn ħafna nisa li jaħdmu fin-negozji tal-familja.", "Jiena ngħid li għal kull raġel reġistrat bħala self-employed, il-mara tiegħu qiegħda taħdem miegħu, pero', l-ispiża tan-national insurance, kif żviluppat maż-żmien, illum tagħmilha impossibbli biex il-mara tkun kapaċi taħdem.", "Sur President, illum wasalna fis-sitwazzjoni fejn bil-mod ta' kif ħloqna l- benefiċċji, qegħdin naraw numru ta' negozji jħaddmu lill-impjegati tagħhom on a part-time basis.", "Qegħdin naraw ukoll kumpanniji jew negozji li jikkuntrattaw lill-ħaddiema tagħhom bħala freelancers, bħala self-employed, biex ma jidhrux bħala ħaddiema fuq il-kotba tax-xogħol tagħhom.", "Dawn huma affarijiet li fl-opinjoni tiegħi, wieħed irid jindirizzahom biex fil- ġejjieni f'pajjiżna jkollna ekonomija sostenibbli.", "Nirringrazzjak.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Noel Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Sur President, l-għan ta' dan l-abbozz ta' liġi hu dak li jimplimenta ċerti miżuri amministrattivi u oħrajn li huma meħtieġa skond l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali u biex jikkonforma disposizzjonijiet oħra ma' l-istruttura amministrattiva korrenti mal-Ministeru responsabbli mill-anzjani.", "M'hemmx dubju li ż-żewġ naħat nirrikonoxxu l-fatt li abbozz bħal dan jinvolvi l-impenn tagħna biex nikkontribwixxu għal għan aħħari wieħed, u ċioe' li l-anzjani jkollhom pensjonijiet u drittijiet għal benefiċċji soċjali li jiggarantulhom kwalita' ta' ħajja aħjar wara l- esperjenza tal-karriera tax-xogħol tagħhom.", "Għan aħħari ieħor huwa wkoll li naraw li l-benefiċċji soċjali jkunu qegħdin isostnu lill-familja fil-bżonnijiet tagħha.", "Dan kollu għandu jpoġġi fuq kull wieħed u waħda minna impenn biex almenu nikkaratterizzaw dak kollu li huwa marbut ma' l-għan aħħari.", "Sostenibbli jew le, aħna għandna l-impenn li niggarantixxu kwalita' ta' ħajja aħjar liċ-ċittadini Maltin, lil dawk li jaħdmu, lil dawk li rtiraw mix-xogħol, lir-romol, liż-żgħażagħ u lit-tfal.", "Sur President, meta nisma' ċerti osservazzjonijiet u kummenti niġi fid- dubju dwar jekk iniex qiegħed ngħix fl-istess pajjiż tal-kollegi tiegħi tan- naħa tal-gvern.", "Qiegħed ngħid dan għax huwa fatt magħruf li kull persuna f'pajjiżna, kemm jekk hi Maltija kif ukoll jekk Għawdxija, kemm jekk hi Laburista kif ukoll jekk Nazzjonalista, tikkonferma li l-pensjonijiet u l- benefiċċji soċjali m'għadhomx biżżejjed quddiem l-isfidi u l-ispejjeż tal- ħajja tal-lum.", "Jekk se nilleġislaw biss biex inkunu sostenibbli f'affarijiet li diġa' qegħdin jagħtu sinjali 'l hemm mill-problema finanzjarja u ekonomika li jkollu gvern, hemm bżonn li nirriflettu tajjeb.", "Lill-Onor.", "Vassallo ngħidlu li l-kritika bla sens dwar il-benefiċċji soċjali ma saritx minn din in-naħa tal-Kamra imma min-naħa l-oħra meta kienet tgħid li l-bolla balla, u llum għamlitha atomic bomb għax ħadd ma jista' jaffordjaha, la min iħaddem, la min jaħdem għal rasu u lanqas l- impjegat, li jrid iħallas nofs il-bolla mill-paga tiegħu.", "Illum, lanqas il-gvern m'hu sostenibbli.", "Bid-deċiżjonijiet li ħa u bil- fjask li għamel fin-negozjati biex sieħeb lil pajjiżna fl-Unjoni Ewropea, dan il-gvern ma kienx sostenibbli.", "Ħalli nispjega kif biex fl-istess ħin ngħid li hemm dubju dwar kemm finalment, dak li qiegħed jipproponi l-gvern se jindirizza b'mod sostenibbli lill-problema tas-sigurta' soċjali li għandhom bżonn il-Maltin u l-Għawdxin.", "F'din il-ġimgħa tgħallimt mingħand il-Ministru Ċensu Galea li l-gvern qiegħed jissussidja tunellata zokkor b'Euro 422.", "Għalkemm kien jintqal lill-poplu li parti minn dan is-sussidju ġejja mill-Unjoni Ewropea, mit- tweġiba li ta l-Ministru rriżulta li l-gvern qiegħed iħallas dan is- sussidju kollu.", "Għabbejna lil dan il-pajjiż b'affarijiet ta' Charlie Chaplin li se jixxuttaw il-flus mill-bwiet tal-konsumaturi u mill-bwiet tal-gvern.", "Huwa għalhekk li għandna nitkellmu dwar is-sostenibilita' fis-sens wiesa' tagħha, dwar l-effett li se jkollhom l-ispejjeż il-ġodda fuq in-nefqa tal- pajjiż.", "Issa m'għadniex nikkritikaw lis-sussidji li kienu jingħataw lill-ħaddiema tat-tarznari.", "Kemm il-gvern kif ukoll l-Alternattiva Demokratika u l-korpi kostitwiti kienu jippruvaw jagħtu l-impressjoni li minħabba dawn is- sussidji, l-ekonomija ta' pajjiżna ma tistax tkompli tiggarantixxi ċerti benefiċċji soċjali.", "Issa qegħdin inħallsu medja ta' Lm7 miljuni fis-sena fuq ix-xirja nazzjonali taz-zokkor, biex nissussidjaw xi ħaġa li suppost ma kellhiex tiżdied fil-prezz imma li xorta se tirdoppja.", "Ħalli nispjega din il-kumplikazzjoni, għax dan ma jiġrix biss fuq il-prezz taz-zokkor imma anke fuq il-prezz tal-laħam aħmar, tal-qmugħ, taċ-ċereali, tal-ġobon u 'il quddiem ta' ħafna prodotti oħrajn.", "Se nillimita ruħi għaz-zokkor biex ma noqgħodx nitkellem dwar problemi oħrajn u biex infiehem lill-gvern fejn nawwar il-qagħda ekonomika minn fejn jiġbor il-flus u minn fejn jinvesti bl-iktar mod għaqli għal żvilupp ekonomiku sostenibbli.", "Illum il-gvern intrabat, mingħajr ma qal lil ħadd, li l-importazzjoni storika - jiġifieri dak li Malta u Għawdex, fl-aħħar snin dejjem importaw biex isostnu ekonomija ta' miljun turist u ta' 400,000 Malti u Għawdex....", "Fil-preżent, il-prezz taz-zokkor huwa ta' 200 euro kull tunnellata metrika.", "Jekk imprenditur jitħajjar jimporta z-zokkor biex jagħmel il-luminati, il-juices eċċ. Jsib li l-prezz internazzjonali huwa ta' Euro 2.1 miljun.", "Peress li ntrabatna bir-regoli l-ġodda ta' l-Unjoni Ewropea, il-prezz fi ħdan l-Unjoni Ewropea llum huwa medja ta' Euro 770 kull tunnellata metrika.", "Il-gvern wiegħed lill-poplu li kien se jissussidja d-differenza fil-prezz, kemm-il darba din tirriżulta, jiġifieri l-gvern qiegħed joħroġ Euro 422, skond kif qal il-Ministru f'isem il- kabinett Nazzjonalista.", "Min qiegħed isegwini qiegħed jifhem li aħna ma konniex scaremongerers meta għedna dawn l-affarijiet.", "Euro 422 jfissru 20c kull kilo zokkor, bid- differenza li l-industrija, minkejja dan is-sussidju li l-gvern qiegħed jonfoq direttament mill-kaxxa ta' Malta b'mod artifiċjali, għax impedixxa lill-poplu li jimporta z-zokkor għall-prezz ta' Euro 201 kull tunnellata, qiegħed iġiegħel lill-konsumatur iħallas id-differenza, għax ma naħsibx li se tkun l-Unjoni Ewropea li se tagħmel dan.", "Bqajna nħallsu Euro 140 iktar għal kull tunnellata zokkor meta nafu li fiċ-ċirkostanzi tal-lum, l- imprendituri jistgħu jimportawh għall-prezz ta' Euro 201 kull tunnellata.", "Minn hawnhekk nappella lill-ġurnalisti biex jgħinuni nagħmel dawn l- argumenti sodi, ħalli kulħadd jifhem fiex aħna u biex ma nippubblikawx the new challenges biex sempliċiment ikunu sbieħ bħala heading.", "Minkejja li lill-poplu għednielu li huwa ħażin li l-pajjiż jagħti Lm12 miljun fis-sena f'sussidju lill-ħaddiema tat-tarznari, illum qegħdin nonfqu 'l fuq minn Lm7 miljun f'sussidju fuq prodott wieħed biss.", "Jien ma nistax nifhem kif dan il-gvern se jkun sostenibbli u jiggarantixxi dan l-abbozz li qegħdin niddiskutu, jiggarantixxi benefiċċji soċjali li jassiguraw kwalita' ta' ħajja aħjar, meta nfu li hemm spiża ta' Lm25 miljun li l-gvern irid jara minn fejn se jġibha.", "Nafu x'qegħdin ngħidu?", "Spiża ta' Lm25 miljun għax pajjiżna, li huwa importatur nett, m'huwiex se jkun jista' jimporta bi prezzijiet kompetittivi mis-swieq internazzjonali.", "Din hija pjaga u għalhekk ninsisti li aħna l-membri ta' din il-Kamra, flimkien mal-membri fil-parlament Ewropew, ma nkomplux nidħku bina nfusna u bl- ekonomija ta' pajjiżna.", "Għandna kanċer li rridu niddiskutuh bl-iktar mod serju, mhux nibqgħu niġru f'rasna fil-ħajt.", "Ma jistax ikun li dan il- poplu, li jrid ikun ekonomikament vijabbli, ma jkunx jista' jixtri dak li jkun kompetittiv.", "Mhux talli ma jkunx jista' jixtrih, talli jissussidjah b'Lm25 miljun, b'mod artifiċjali, meta jaf li jista' jixtrih bi prezz differenti.", "Xi ħadd irid jifhem li jkun inutli li ngħollu l-bolla u t-taxxa u nivvintaw taxxi wara taxxi biex inkomplu nnixxfu s-saħħa tal-paga tal-benefiċċji u s- saħħa tal-benefiċċji soċjali u tal-pensjonijiet.", "Hemm bżonn li nindirizzaw immedjatament lill-problema ta' dawn il-bżonnijiet ta' l-ikel.", "Jiena naf li llum il-ġurnata, familja b'paga ta' Lm500 fix-xahar tonfoq Lm250 f'ikel u xorb, kemm fid-dar, kemm fil-canteens kif ukoll fir-restaurants, jekk għad baqa' min imur jiekol f'restaurant.", "Jien niltaqa' ma' ħafna familji li jiddependu mill-benefiċċji soċjali, anke familji nazzjonalisti, li jgħiduli li qegħdin jiltaqgħu ma' problemi kbar.", "Sur President, din in-naħa tal-Kamra m'għandhiex għarfien dwar minn fejn il- gvern qiegħed iġib dawn il-flus.", "Aħna hawnhekk niġu nisimgħu lill-gvern jgħid li electric kettle li tiswa Lm15, għandha Lm10 eco-tax fuqha, daqs fridge.", "Dawn l-affarijiet nafuhom.", "Il-poplu kif se jiġi ntaxxat Lm25 miljun fis-sena biex jixtri s-sorsi ta' l-ikel tiegħu interni bil- prezzijiet interni ta' l-Unjoni Ewropea, minflok bil-prezzijiet tas-swieq internazzjonali?", "Għalhekk ikun inutli li noqogħdu nitkellmu dwar it-tentuf u nħallu lill- pern ta' dawn l-affarijiet abbandunat, kif fl-opinjoni tiegħi qiegħed jagħmel il-gvern fir-rigward ta' dawn l-issues.", "Sur President, qiegħed nagħti dan it-tagħrif biex nifhmu li dawn huma r- realtajiet il-ġodda, li rridu naħsbu għalihom.", "Is-sitwazzjoni hi dik li hi.", "Illum il-ġurnata pajjiżna refa' r-responsabbilta' li jifforma parti mill-Unjoni Ewropea.", "Din hija d-deċiżjoni li ħa l-poplu u li allura rridu nirrispettaw u naħdmu fil-parametri tagħha.", "Pero' ma nistgħux inkomplu nitfgħu l-affarijiet taħt it-tapit.", "Issa li ddeċiedejna li l-prezz tal- laħam aħmar, fis-snin li ġejjin, meta tispiċċa l-kunsinja u jkollna nimportaw kunsinja ġdida għall-miljun turist li jiġġeneraw l-ekonomija f'pajjiżna u għall-400,000 konsumatur Malti u Għawdxi, irid jirdoppja, irridu naraw minn fejn se jiġu dawn il-flus.", "Ikun inutli li l-gvern jagħti 50ċ żieda fil-pensjoni u Lm2 żieda fil-paga meta jaf li l-prezzijiet tal- bżonnijiet ta' kuljum se jisplodu 'l fuq minħabba d-dazji għoljin ta' dawn is-sistemi ġodda.", "Pero' issa huwa inutli li noqogħdu ngħidu li dawn is- sistemi ma jaqblux għal pajjiżna, għax ormai il-poplu ddeċieda li jerfa' l- piż tagħhom.", "Jekk il-gvern Nazzjonalista jrid ikun sostenibbli jrid jerfa' r- responsabbilta' li jiġi f'dan il-parlament u jgħid lill-poplu li fost l- isfidi li għandna bħala pajjiż, fl-Unjoni Ewropea, m'hemmx biss dawk taż- żgħażagħ li jistgħu jmorru jaħdmu f'xi pajjiż membru jew dawk li l-Maltin jistgħu jmorru għal vaganza f'dawn il-pajjiżi u ma joqogħdux fil-kju biex jittimbraw il-passaport.", "Il-gvern irid jgħid lill-poplu li issa għandna l- problema li biex il-konsumatur jixtri z-zokkor, irid iħallas 10ċ iktar, minbarra l-20ċ li se jkollu jħallas il-pajjiż.", "Din hija s-sitwazzjoni attwali ta' pajjiżna.", "Issa l-problema m'għadhiex dwar kif il-gvern se jissussidja lill-ħaddiema tad-Dockyard u tal-Malta Shipbuilding imma dwar kif se jissussidja prodotti ta' l-ikel li pajjiżna ma jipproduċix.", "Sur President, lil din il-kobba mħabbla ma nistgħux inkomplu nabbandunawha.", "Illum il-gvern, ikun min ikun, għandu mazzra ta' Lm25 miljun.", "Għalhekk irridu nitkellmu across the board mas-soċjeta' tagħna, irridu nfiehmu lill- poplu li filwaqt li qatt ma kellna levy fuq prodotti li ma nipproduċux, illum għandna.", "Irridu nispjegaw lill-poplu li din se tkun sfida ħafna ikbar minn dik ta' l-eco-tax.", "Ħadd għadu ma nduna b'dak li ġara f'din il- ġimgħa fil-parlament.", "Ma rajt lil ebda ġurnalist jistaqsi lili jew lill- Ministru Ċensu Galea dwar jekk dak li qal huwiex minnu.", "Il-gvern qiegħed jissussidja Euro 0.42 minn kull kilo zokkor biex il-poplu ma jħossx id- differenza kbira fil-prezz.", "Il-konsumatur diġa' qiegħed jixtri z-zokkor bi prezz għoli, u 'l quddiem se jkollu jixtrih bi prezz iktar għoli.", "Dan se jiġri wkoll fir-rigward tal-qmugħ u ċ-ċereali.", "Irridu nżommu f'moħħna u li l-qmugħ u ċ-ċereali m'humiex biss il-pizza u l-ħobża ta' kuljum imma huma wkoll l-ikel tal-fniek, tat-tjur u tal-bhejjem li minnhom isiru dawk il-prodotti kollha li nsibu fis-supermarkets, fit-take-aways, fir-restaurants, fil-grocers, fil-butcher shops.", "Ejjew inkunu kredibbli!", "Ejjew niftħulu għajnejh lil dan il-poplu li suppost se nwassluh biex ikollu ekonomija sostenibbli!", "Nafu li ninsabu deħlin niġru b'rasna fil-ħajt, u lanqas biss qegħdin nindejnja ruħna niddiskutu din il-kriżi ta' kif se nġibu Lm25 miljun, Lm30 miljun, biex inkunu nistgħu nissussidjaw il-prodotti li l-poplu se jkun imċaħħad milli jixtri mis-swieq internazzjonali?", "Jien niddikjara minn issa li l-gvern se jkollu problema kbira biex jara kif se jġib ir-riżorsi.", "Fi kliem sempliċi, irrid li xi ħadd min-naħa tal-gvern jispjega kif dan il-pajjiż jista' jkun ekonomikament vijabbli meta ma jistax jixtri dak li hu kompetittiv fis- swieq internazzjonali.", "Irrid spjegazzjoni dwar kif se nkunu vijabbli, dwar minn fejn se jiġu dawn is-sussidji u dwar kif dawn se jaffettwaw lill- pensjonijiet, lill-familji li jiddependu mill-benefiċċji soċjali, lill- anzjani li għax ikollhom ftit flus fil-bank, ma jkunux intitolati għall- benefiċċji tal-mard, lil dawk iċ-ċittadini fir-raħal tagħhom mhux talli ma jsibux is-servizz tat-tabib b'xejn, talli fiċ-ċentri tas-saħħa, wara l-5:00 p.m. u fil-weekend ma jkunx hemm tabib u allura jkollhom bilfors jirrikorru għand tabib privat.", "Dawn huma l-piżijiet li qegħdin inawwru lill-kwalita' tal-ħajja tal-poplu Malti.", "Jien m'iniex qiegħed ngħid dan id-diskors biex naqta' qalb xi ħadd.", "M'iniex qiegħed ngħid li m'hemmx soluzzjoni għal dawn il-problemi, pero' nistaqsi kemm hawn min....", "Smajna dwar Dar Malta fl-Unjoni Ewropea, li nxtrat għal Lm9 miljuni.", "Il-poplu jinsab infurmat dwar kif il-gvern jarmi l-flus.", "Li m'huwiex infurmat huwa dwar is-sussidju ta' Euro 0.42 għal kull kilo zokkor.", "Dawn huma affarijiet li fi ftit żmien ieħor se nsibuhom ma' wiċċna bħal meta nidħlu f'kamra fid-dlam, ma nafux ma fejn se naħbtu u kif nixegħlu d- dawl ngħidu li mn'Alla xegħlna għax konna nieħdu daqqa f'saqajna.", "Ejjew nirrealizzaw il-problemi kbar li għandna ma' saqajna.", "In-nies li jifhmu jgħiduli li bilfors il-lira Maltija tiġi żvalutata meta l-euro u l- isterlina ssaħħu.", "Jien irridu li jkun hawn xi ħadd li jispjega dan kollu.", "90% tal-basket tal-muniti tagħna qiegħed fl-euro u fl-isterlina, jiġifieri jekk dawn issaħħu, il-lira Maltija ma kellhiex tiġi żvalutata.", "F'Jannar tas-sena l-oħra, il-valur ta' Lm100 kien ta' Euro 240, filwaqt li llum niżel għal Euro 220, jiġifieri diġa' hemm differenza li qiegħda tkompli tgħolli iktar il-prezz tal-commodities tal-ħajja ta' kuljum, jiġifieri l- ikel u x-xorb.", "Nerġa' ngħid li min għandu paga ta' Lm500 fix-xahar, nofsha jonfoqha għall-ikel u x-xorb, kemm għall-ikel li jixtri mingħand il-grocer kif ukoll għall-frott frisk, għal-laħam, għall-ikel li jixtri mis- supermarket, mingħand id-dolċier u mingħand it-take-aways.", "Mela filwaqt li nofs il-paga tal-familja tmur għall-ikel, in-nofs l-ieħor imur għall-commodities l-oħrajn, għall-kontijiet tad-dawl, ta' l-ilma, tat- telephone, tal-mobile phone, għall-insurances, għall-private schools.", "Din l-idea li rridu bilfors nindirizzaw sfidi ġodda u ngħidu li l-oppożizzjoni għadha marbuta mal-passat, ma treġix.", "Ejjew inkunu kredibbli.", "Il-gvern wiegħed lill-poplu li l-prezzijiet ma kenux se jogħlew, imma mhux talli m'għolewx, talli qegħdin inixxfu anke lill-kaxxa tal-gvern.", "M'iniex qiegħed ngħajjar lill-gvern u ngħidlu li jmissu jistħi li għamel dikjarazzjonijiet foloz u li qal li l-oppożizzjoni hija scaremongerer.", "Il- gvern preżenti qal ħafna diskors li ma kienx jixraq lil din l-ogħla istituzzjoni li tirrappreżenta lill-400,000 Malti u Għawdxi, pero' dak li għadda u spiċċa, ejjew inħalluh fil-ġenb.", "Li rridu nagħmlu issa hu x'se nagħmlu meta jiskattaw dawn l-affarijiet fi Frar, f'Marzu, f'April li ġej.", "Irridu naraw x'miżuri se nieħdu dakinhar biex insostnu lill-bżonnijiet, speċjalment ta' dawk in-nies li peress li jkunu jiddependu mill-benefiċċji soċjali, ovvjament ikunu l-iktar fid-diffikulta' għax il-paga jew il- benefiċċji soċjali jew il-pensjoni ma tkunx qiegħda sservihom.", "Sur President, l-argument dwar iz-zokkor żgur li ma jinteressax lill- anzjani, għax ħafna minnhom jaraw li jżommu 'l bogħod minn affarijiet li jkun fihom iz-zokkor, pero' qiegħed insemmi z-zokkor għax għadu kmieni biex nitkellem dwar prodotti oħrajn, peress li l-Ministru Galea din il-ġimgħa kkonferma l-flus li l-gvern qiegħed joħroġ mill-kaxxa ta' Malta.", "Jekk fl- 10 xhur li għandna quddiemna, il-gvern m'huwiex se jkollu joħroġ kwantitajiet kbar ta' flus peress li jeżistu l-istocks available, m'hemmx dubju li 'l quddiem, pajjiżna jrid jara kif se jiffinanzja, direttament jew indirettament, domanda ta' 35,000 tunnellata zokkor.", "Skond it-trattati li għamel il-gvern ma' l-Unjoni Ewropea, l-importazzjoni annwali tal-poplu Malti, flimkien mal-miljun turist li jiġu hawn kull sena, ta' prodotti magħmulin miz-zokkor, huma 35 miljun kilo.", "Jekk huwa veru li l-gvern se joħroġ 0.42 euro għal kull kilo, irridu naraw minn fejn se tiġi l-ispiża għal 35 miljun kilo u x'impatt se toħloq fuq l-ekonomija tal-gvern, li jrid jibqa' sostenibbli.", "Jekk il-gvern qiegħed jiddiskuti bis-serjeta' l-kwestjoni tas- sostenibilita' tal-pensjonijiet, imbagħad ma jiġix hawn u jitkellem b'mod kredibbli....", "Irrid ngħid li dan l-aħħar kont sorpriż meta smajt lill-Viċi Prim Ministru jwieġeb mistoqsija relatata tal-Prim Ministru, din id-darba dwar prodott magħmul minn ħalib frisk xkumat.", "Kont sorpriż għax minkejja li dan il-prodott għola 50c kull kilo, il-Viċi Prim Ministru la kkonferma li għola, la li m'għoliex u lanqas b'kemm il-gvern issussidjah, jekk issussidjah.", "Ma jistax ikun li sitwazzjonijiet bħal dawn, li qegħdin ikunu another extra cost fuq in-nies li jiddependu mill-benefiċċji soċjali....", "Ħalli għal mument inħalli fil-ġenb għal lil dawk li jaħdmu u li l-paga m'hijiex qiegħda sservihom.", "Irridu nifhmu li iktar ma jmur, il-problema iktar se teskala u allura, il-Ministru Dolores Cristina, bl-intenzjonijiet tajba tagħha, se ssib bottleneck biex tkun tista' twettaq kwalunkwe riforma, preparata li tkun sostenibbli, li dan il-parlament jilleġislalha.", "M'hemmx dubju li dan l-abbozz ta' liġi se jkun l-ewwel sfida għall-Onor.", "Cristina, sfida li timmerita dedikazzjoni u impenn għax hija marbuta mal- ħajja ta' kuljum, mal-valuri insara.", "Min għandu għal qalbu l-valuri nsara ma jistax ma jinkwetax meta jisma' lin-negozjanti jgħidu li t-turnover tagħhom qiegħed jinżel u mhux jiżdied.", "Iċ-ċifra tal-qgħad qabżet it-8,000.", "Il-Ministru qal li sa l-aħħar ta' din is-sena, xi lukandi se jagħlqu.", "Meta l-Ministru Louis Galea ġie mistoqsi dwar jekk huwiex qiegħed isir koordinament bejnu – li hu responsabbli mill- ETC – u bejn il-ministru responsabbli mit-turiżmu biex wieħed jara fejn qegħdin jaħdmu l-ħaddiema li ġew issensjati u fejn se jkunu qegħdin jaħdmu l-ħaddiema fil-lukandi li għalqu, irrisponda li jkun aħjar li d-domanda ssir bil-miktub.", "Għandi nifhem li f'ċirkostanzi bħal dawn – u qiegħed ngħid dan fuq kuxjenza soda, mhux b'mod personali lejn il-Ministru Galea – fejn hemm 8,000 persuna mingħajr xogħol, dawn il-mistoqsijiet għandhom jiġu mwieġba, mhux nibqgħu passivi.", "Irridu nkunu kapaċi nerfgħu surtna.", "Kif ma jistħux jiġu jgħidulna nagħmlu mistoqsija bil-miktub, meta l-istatistika tikkonferma li hemm 8,000 persuna qiegħda?!", "Nerġa' ngħid li fuq livell personali, m'għandi xejn kontra ħadd, pero' ma ngħidx li meta staqsejtu x'ġara dwar l-applikazzjonijiet għal pulizija, irrispondini li dan ma kellu x'jaqsam xejn.", "Ma kellu x'jaqsam xejn meta hawn 8,000 familja tistenna x- xogħol!", "Jekk jimpjega 20 persuna, dawk it-8,000 li qegħdin jistennew ix- xogħol jgħidu li ta' l-inqas għandhom ċans jidħlu fil-korp tal-pulizija.", "Sur President, dawn huma affarijiet tal-mistħija.", "Jekk verament irridu nservu lill-poplu, dan m'huwiex mod serju ta' kif għandna nitrattaw il- bżonnijiet ta' din is-soċjeta' ta' 400,000 persuna.", "Jien ma niġix hawn biex naħli l-ħin, ma niġix hawn nagħmel il-mistoqsijiet biex inkun pastaż.", "Jien niġi hawn għax fil-preżenza tiegħek, Sur President, ħadt ġurament quddiem Alla li nkun leali lejn il-poplu ta' Malta u Għawdex.", "Nerġa' ngħid li m'iniex qiegħed nattakka personalment lill-Viċi Prim Ministru jew lill-Ministru Louis Galea, pero' huwa bla sens li quddiem statistika li tikkonferma li l-qgħad tela' għal iktar minn 8,000, il- Ministru jgħidilna biex nagħmlu mistoqsija bil-miktub.", "Jekk huwa verament membru parlamentari u jirrikonoxxi li r-repubblika tagħna hija mibnija fuq ix-xogħol, għandu jkun jaf dawn l-affarijiet fuq ponot subgħajh.", "Qiegħed ngħid dan b'sinċerita', biex l-affarijiet min-naħa tal-gvern jiġu rranġati.", "Il-gvern ma jistax ikompli miexi fid-direzzjoni li qabad.", "Irid juri iktar impenn, irid ikun iktar attiv, irid jaħdem biex jikkonferma li s- solidarjeta' ma tkun biss fil-paroli li jingħad fuq it-televiżjoni u fuq xi programm tar-radju imma tkun fil-kuxjenza tagħna.", "Is-solidarjeta' rridu nuruha ma' xulxin, naħa ma' oħra.", "X'jiġifieri bi 8,000 persuna qiegħda, nistaqsi x'qiegħed jiġri mill-ħaddiema li tilfu l-impjiegi li kellhom fil- lukandi u minn sħabhom li se jitilfu l-impjieg tagħhom sa l-aħħar tas-sena, u l-Ministru responsabbli mill-ETC jirrispondini biex nagħmillu mistoqsija bil-miktub?!", "Dawn l-affarijiet jikkonfermaw li m'aħniex b'saqajna ma' l-art quddiem il- problemi li għandu dan il-poplu.", "Is-Segretarju Parlamentari Frans Agius, qabel jiftaħar dwar kemm qiegħed jagħti sussidji lill-bdiewa, mhux biex jaqilgħu l-flus, kif qegħdin jgħidu tan-naħa tal-gvern, imma biex itaffu parti mit-telf li qiegħed ikollhom, ikun aħjar kieku jgħidilhom b'kemm il- gvern tiegħu qiegħed jissussidja kull kilo zokkor.", "Ikun aħjar kieku l- Onor. Agius ifiehem lill-bdiewa u r-raħħal b'kemm –il lira fil-kilo – mill- bwiet tal-poplu u mill-kaxxa ta' Malta - il-gvern se jkun qiegħed jissussidja l-laħam taċ-ċanga.", "Ikun ħafna aħjar kieku l-Onor.", "Agius jispjega dawn l-affarijiet ħalli almenu, ir-rappreżentanti tal-bdiewa u r- raħħala jkunu jafu x'qiegħed jiġri, jkunu jafu x'inhuma l-veri sfidi ġodda li qiegħda tiffaċċja s-soċjeta' tagħna.", "Hemm bżonn li niffokaw mhux dwar kemm se nġibu voti fid-distretti, mhux dwar kemm se nagħmlu coffee mornings u dinner dances imma hemm bżonn li niffokaw dwar dawn l-affarijiet li qegħdin inixxfu s-saħħa tal-pagi tal- ħaddiema.", "Irridu niffukaw fuq dawn l-ispejjeż artifiċjali li qegħdin inawwru lill-vijabbilta' ta' l-ekonomija ta' pajjiżna, li qegħdin inixxfu s- saħħa tas-sigurta' soċjali, li kull gvern dejjem ftaħar biha.", "Sur President, nagħlaq dan l-intervent billi ngħid li jekk irridu nkunu kredibbli u sostenibbli, jinħtieġ li nħarsu lejn l-ispectrum kollu ta' l- isfidi li għandha l-ekonomija tal-gżejjer tagħna, mhux lejn parti waħda biss.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Il-Ministru Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni): Mr Speaker, fil-ħin li ġej se ngħaddi ftit kummenti dwar l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna.", "Se nitkellem dwar is-sigurta' soċjali ta' pajjiżna u emendi marbutin magħha, mhux biss fil-livell ta' pensjoni u ta' għajnuna għal min jirreġistra, imma anke fil-livell ta' għajnuna għal min ikorri u ma jkunx jista' jaħdem.", "Ovvjament, f'ċirkostanti bħal dawn is-soċjeta' ġenerali għandha l-obbligu li tgħin lil dawk li jkunu sabu ruħhom fid- diffikulta' li ma jistgħux jaħdmu biex jaqilgħu l-għixien tagħhom.", "F'dawn il-każijiet is-soċjeta' għandha tassigura li dawn il-persuni jkollhom livell ta' għajxien diċenti u li jixraq lid-dinjita' tal-bniedem.", "Wara li l-Onor.", "Farrugia għamel riferenza għal domanda parlamentari li ġiet imwieġba matul din il-ġimgħa, ma nistax ma nieħux ftit minuti minn dan id- diskors biex inpoġġi l-istampa kif inhi fir-realta'.", "Kieku kelli noqgħod fuq dak li qal l-Onor.", "Farrugia biss ikolli naħseb li għal dak ilu diversi xhur, jekk mhux snin, li ġie deċiż u pubblikat fir-rigward ta' l-għajnuna li trid tingħata f'forma ta' sussidju għal dak is-settur partikolari li jolqot il-ħajja ta' kuljum, il-gvern se joħroġ ħafna miljuni ta' liri.", "Skond l-Onor.", "Farrugia, il-gvern se joħroġ Lm25 miljun f'sussidju fuq iz- zokkor, liema spiża min jaf x'konsegwenzi se ġġib fuq is-soċjeta' tagħna.", "L-Onor.", "Farrugia għamel riferenza għall-arranġamenti maqbula fit-trattati biex Malta ssir membru fl-Unjoni Ewropea.", "Rigward il-każ partikolari taz- zokkor hemm numru ta' sentenzi u tabelli li jispjegaw x'inhu l-metodu li se jintuża biex tingħata għajnuna f'forma ta' sussidju ħalli niggarantixxu li meta mmorru nixtru z-zokkor ma jkonniex inħallsu iktar minn dak li konna qegħdin inħallsu qabel, filwaqt li nassiguraw li l-mijiet ta' impjiegi li hemm fl-industrija li tiddependi mill-użu taz-zokkor, ma jintilfux.", "It-trattat li rrifera għalih l-Onor.", "Farrugia, li fil-passat tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra għal iktar minn darba, jagħmel riferenza għall-fatt li wara diskussjonijiet ma' dawk kollha li b'xi mod għandhom sehem x'jagħtu fil-qasam ta' l-użu taz-zokkor, il-pożizzjoni tiġi ċċarata u magħrufa minn kulħadd.", "Huwa veru li fil-passat, meta ġie stabbilit kemm pajjiżna juża zokkor għall-konsum u għall-industrija, irriżultat iċ-ċifra massima ta' 35,000 tunnellata fis-sena.", "Fid-dawl tal-fatti kif qegħdin jiżviluppaw, mhux biss f'Malta jew l-Ewropa imma anke b'mod internazzjonali, nafu li jekk l-affarijiet jibqgħu mexjin kif jidher li se jibqgħu mexjin, mhux fil-livell Ewropew imma fil-livell dinji, fil-livell tal-world trade organisation, bil-mod il-mod, il-prezz taz-zokkor fis-suq intern Ewropew se jkun l-istess bħal dak fuq livell dinji.", "Ovvjament, dan m'huwiex se jsir mil-lum għal għada imma huwa maħsub li sas-sena 2010, il-prezz taz-zokkor Ewropew u l-prezz taz-zokkor internazzjonali, jikkonverġu.", "Il-gvern Malti, b'responsabbilta' kbira, meta fil-passat ġie biex jiddiskuti dwar x'se jagħmel biex jiggarantixxi l-mijiet ta' impjiegi fil- qasam taz-zokkor, ried jara li bil-mod il-mod iwassal biex il-prezz taz- zokkor kif beda fl-1 ta' Mejju li għadda, jibqa' jinbidel u jvarja biex jassigura li ma jkunx hemm qabżiet.", "Dak li konna ngħidu qabel is-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropa kien li l-gvern responsabbli mill- amministrazzjoni ta' dan il-pajjiż kien se jara li ma jkunx hemm qabżiet fil-prezzijiet ta' din il-komodita', proprju biex ma jkunx hemm effett negattiv fuq is-sistemi ta' l-impjiegi.", "Probabbilment, kieku ma ġarax dan kien ikun hawn iktar persuni li jitilfu l- impjieg tagħhom, li jitilfu l-għixien tagħhom ta' kuljum, u probabbilment ukoll, l-oppożizzjoni kienet tqum tgħajjat u twerżaq f'dan il-parlament għax għola l-prezz taz-zokkor.", "Ovvjament, l-oppożizzjoni ma tistax tgħid dan u allura minflok qiegħda titkaża bl-ammont ta' sussidju li l-gvern qiegħed jagħti lil dan is-settur.", "Jagħmel x'jagħmel, b'mod jew b'ieħor, il- gvern ikollu jaqlagħha.", "B'mod jew b'ieħor irid ikun hemm dik id-daqqa min- naħa ta' l-oppożizzjoni, għax ovvjament din trid tmexxi l-ħajja politika tagħha wkoll.", "Għall-informazzjoni tagħna lkoll irrid ngħid li hemm skaletta ta' kif l- ammont ta' sussidju fuq iz-zokkor se jinbidel matul iż-żmien li ġej.", "Hemm skaletta ta' kif is-sussidju se jonqos biex jiggarantixxi li fis-sena 2010 jkun hemm il-konverġenza li semmejt.", "It-trattat ta' assoċjazzjoni li semma' l-Onor.", "Farrugia jgħid li fis-sena 2004 se jkun hemm massimu ta' Euro 11 miljun li se jintefaq f'dan ix-xogħol, fis-sena 2005 se jintnefqu Euro 10.5 miljun, liema ċifri jibqgħu neżlin kull sena biex sas-sena 2010, is-sussidju li jingħata jkun ta' Euro 2 miljun, ovvjament imqassam b'mod trasparenti bejn dawk li b'xi mod huma nvoluti f'dan is-settur.", "Min iħares lura lejn il-ġimgħat li għaddew, min iħares lejn ir-riklami kbar li dehru fil-ġurnali lokali fil-ġimgħat li għaddew jaf għal liema skopijiet differenti se jintefqu l-flus f'dan il-pajjiż, u ċioe' biex jiġi assigurat dak li wegħdna li se nagħmlu, mhux wara s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea imma qabel.", "Mr Speaker, fl-opinjoni tiegħi, illejla l-Onor.", "Farrugia kkommetta żball fundamentali meta ġie f'dan il-parlament, silet sentenza waħda minn trattat ta' ma nafx kemm-il elf paġna u ta l-impressjoni li l-politika kollha f' pajjiżna wara d-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea hija marbuta ma' din is- sentenza.", "Il-qagħda tal-politika ta' Malta wara s-sħubija fl-Unjoni Ewropea kienet u għadha dik li tassigura li dan il-poplu żgħir mhux talli ma jnaqqasx il-livell ta' l-għixien tiegħu imma jassigura li fis-snin li ġejjin ikompli miexi 'l quddiem u jkompli jgħolli l-livell ta' l-għajxien tiegħu.", "Mr Speaker, l-Onor.", "Farrugia qal li r-ristoranti jinsabu kollha vojta.", "Ikun tajjeb kieku mmorru nduru r-ristoranti flimkien għax mill-esperjenza li għandi jien, ħlief għal eċċezzjonijiet verament żgħar, hi li biex wieħed imur jiekol f'restaurant ikollu jagħmel xi sagħtejn jistenna sakemm titbattal xi mejda.", "Din hija r-realta' tal-ħajja li ngħix jien u li naħseb li jgħix int kull min joħroġ jiekol barra.", "Għalhekk naħseb li l- atteġġjament ta' l-Onor.", "Farrugia li jiġi hawn u jipprova jgħid mod ieħor qiegħed iwassal messaġġ żbaljat lil dan il-poplu.", "Kieku kellna noqogħdu fuq l-argument kif tqiegħed min-naħa ta' l- oppożozzjoni, b'mod partikolari llejla, suppost li għandna poplu li f'kull kantuniera, mhux tal-Belt Valletta, imma tal-pajjiż kollu, qiegħed ħafi, bilqiegħda fuq xi xkora tal-faxx, jistenna li jiddobba xi ftit ċenteżmi.", "Qiegħed ngħid dan għax huwa l-mod ta' kif l-Onor.", "Farrugia qiegħed jipprova jpinġi s-sitwazzjoni.", "Dan m'huwiex l-iskop ta' l-abbozz ta' liġi li għandna qudddiemna u għalhekk m'iniex se nkompli nitkellem, la dwar iz-zokkor u lanqas dwar ir-ristoranti vojta jew mimlijin li għandna f'pajjiżna.", "Din tal-lejla hija opportunita' għall-kelliema f'dan il-parlament biex jirriflettu dwar il-possibbilta' ta' setturi differenti tal-ħajja ekonomika ta' pajjiżna, dwar ir-riskji li wieħed jista' jiltaqa' magħhom fil-ħajja ta' kuljum u dwar kif minbarra l- obbligu tal-gvern li jassigura li ma jħalli lil ħadd jinqata' mill- mainstream tas-soċjeta', kull Malti u Maltija għandu l-obbligu li joħloqx diffikultajiet għalih innifsu, għall-familja tiegħu u għall-andament ġenerali tas-sigurta' soċjali f'dan il-pajjiż.", "Qiegħed ngħid dan għax kien hemm kelliema li tkellmu dwar dak li se nagħmel riferenza għalih jien, u għalhekk inħoss li għandi nenfasizza ċerti punti.", "Iktar kmieni fl-introduzzjoni ta' dan l-intervent għamilt riferenza għall- fatt li persuna li tkorri f'inċident tat-traffiku tispiċċa biex tagħmel ġimgħat, xhur u kultant snin tiddependi fuq il-benefiċċji li jagħti l- gvern.", "U fl-aħħar mill-aħħar, il-gvern min hu?", "Il-gvern huwa aħna lkoll, li bil-kontribuzzjonijiet diversi li nagħtu jkollna nassiguraw l-andament tal-ħajja tagħna ta' kuljum.", "Għalhekk għandna l-obbligu li jekk qegħdin insuqu vettura, inħarsu l-ħin kollu s-sinjali tat-traffiku, nevitaw il-possibilita' ta' ħolqien ta' inċidenti, nevitaw il-possibbilta' li bi żball momentarju, għall-pjaċir momentarju li jieħdu xi wħud meta jisimgħu l-makna tal-karozza tvenven, nispiċċaw f'qiegħ ta' sodda għal xhur, għal snin jew saħansitra għal dejjem.", "Qiegħed ngħid dan għaliex iva, għandna d-dover li nevitaw li nispiċċaw niddependu minn dak li jagħtina ħaddieħor.", "Dan huwa dover li rridu nerfgħu aħna b'mod individwali.", "L-ebda ministru, l- ebda gvern, hu x'inhu t-twemmin politiku tiegħu, ma jista' jassigura li dawk kollha li jsuqu f'dan il-pajjiż l-ebda gvern, hu x'inhu t-twemmin politiku tiegħu, ma jista' jassigura li dawk kollha li jsuqu jevitaw l- inċidenti u allura jevitaw id-dipendenza mill-għajnuna soċjali li l-pajjiż ikollu jħallas għalihom.", "Sur President, għandna dawn l-obbligi li forsi fil-ħajja normali tagħna ta' kuljum mhux dejjem nagħtu kashom.", "Dawn l-obbligi niftakru fihom meta Allaħares qatt xi ħadd li jkun qrib tagħna jgħaddi minn xi biċċa inkwiet, meta ħafna drabi jkun tard wisq għax dak li jkun jispiċċa mingħajr il- kapaċita` fiżika li jagħmel ix-xogħol li kien jagħmel qabel u jispiċċa jittallab għall-għajnuna mingħand il-gvern.", "Kull wieħed minna għandu l- obbligu li jitgħallem jevita li jiġrilu hekk.", "Sfortunatament is-settur tal-kostruzzjoni jkun fl-aħbarijiet diversi drabi matul is-sena - kważi bl-istess intensita` li jkunu fl-aħbarijiet l- inċidenti tat-traffiku f'dan il-pajjiż - fejn nisimgħu dwar it-tali ħaddiem li waqa' minn ċertu għoli u korra, dwar ħaddiem ieħor li waqa' u li se jdum diversi xhur ma jistax imur jaħdem jew inkella fuq xi ieħor li waqa' u baqa' mejjet fuq il-post tax-xogħol.", "Hawnhekk se nipprova nagħmel ftit riflessjonijiet li naturalment m'huma se jservu xejn għal dak li ġara fl-imgħoddi, pero` huma punti li huwa mportanti li nosservawhom għaż-żmien li ġej.", "Mill-esperjenza professjonali ta' perit ħafna drabi nsib li fis-settur tal-kostruzzjoni hemm nies li aħjar ma nafx x'tgħidilhom milli toqgħod twissihom biex joqogħdu attenti kif jaħdmu għax ikunu qegħdin jaħdmu f'bini li huwa f'ċerta kondizzjoni, f'bini li tista' tesponi lil min ikun qiegħed joqgħod fih għal ċerti perikli.", "Dawn in-nies ma jeħdux gost li toqgħod tgħidilhom biex jieħdu miżuri ta' sigurta` u biex joqogħdu attenti kif jaħdmu.", "Dan il-punt issemma fil-ġranet li għaddew.", "Dan il-periklu jkompli jikber b'mod sostanzjali f'ċerti siti f'irħula fejn il-materjal li hemm mirdum huwa ta' kwalita` dgħajfa.", "Insibu siti ta' kostruzzjoni li jkollhom it-tafal u t- turbazz mikxufin għal perijodi twal, bil-konsegwenza ta' riskji mhux żgħar fuq dak li jkun qed jaħdem għax fl-aħħar mill-aħħar dak li jkun qed jaħdem ikun l-aktar espost għal dawn ir-riskji.", "Allura wieħed irid jevita kemm jista' jkun il-perikli li jistgħu jinħolqu kemm għal min ikun qed jaħdem u kemm għan-nies li joqogħdu fil-blokki li jkunu madwar dak il-bini partikolari.", "Ir-responsabbilta` hija kemm individwali kif ukoll kollettiva, jiġifieri kemm tal-kuntratturi kif ukoll tal-periti li jkunu responsabbli minn dawn is-siti ta' xogħol.", "Naturalment l-inċidenti dejjem jistgħu jinħolqu, kultant mingħajr ma tkun qed tipprevedi li jistgħu jsiru, imma kull wieħed minna għandu r-responsabbilta` li jassigura li dawk ir-riskji jonqsu kemm jista' jkun.", "Ħafna drabi fil-ġranet ta' wara xi inċident fatali fuq il-post tax-xogħol, naraw sensiela ta' ritratti ta' xi ħaddiem qed ibajjad xi appoġġ ħamsa u sitt sulari għoli u Alla jbierek tarah jiġri fuq it-tavlun, fuq il-biċċa fallakka li jkollu mdendla ma' l-istess appoġġ bla ebda rbit u bla ebda tip ta' sigurta` biex tipproteġih minn xi possibbilta` ta' inċidenti.", "Nagħmlu ftit ġranet niġbdu l-attenzjoni għal dawn ir-riskji permezz ta' ritratti fuq il-ġurnali ta' pajjiżna, imbagħad jintesa kollox, sakemm jerġa' jaqa' xi ħaddieħor, jerġa' jitkisser, jerġa' jmut, nerġgħu mmorru għall-funeral u nagħmlu bikja oħra, u nerġgħu nibdew bl-istess kantaliena.", "Jien nemmen li l-ikbar responsabbilta` taqa' fuq l-istess persuni li jagħmlu dan ix-xogħol.", "Iżda l-mentalita` tagħna taħdem b'tali mod li mhux talli ma jkollniex il-crash helmet, is-safety harness u d-diversi miżuri li jistgħu jittieħdu ħalli nassiguraw is-sigurta` fuq il-post tax-xogħol, talli jkollna żaqqna barra u jkollna xi karkur f'saqajna, kuntrarju għar- regoli u l-prassi internazzjonali.", "Imbagħad dawk li sfortunatament jitilfu ħajjithom iħallu warajhom il-problemi kollha, speċjalment min ikun miżżewweġ u jkollu t-tfal, għax dawn isiru dipendenti mill-għajnuna li jagħti l-istat biex dak li jkun ma jaqax lura kemm jista' jkun.", "Pero` kbira kemm hi kbira din l-għajnuna, naturalment qatt m'hi se tkun replacement għal dak li kien jipprovdi l-missier, jew il-mara, li jibqgħu jaħdmu tul iż-żmien li jkun fadlilhom il-possibilita` li jaħdmu.", "Għalhekk hemm bżonn li l-persuni li jaħdmu dawn it-tip ta' xogħlijiet jaraw li jkunu qed josservaw ir-regoli tax-xogħol li għandna.", "Illum għandna diversi organizzazzjonijiet f'pajjiżna, fosthom l-OHSA, l- organizzazzjonijiet dwar is-sigurta` fuq il-post tax-xogħol, li jipprovaw joħolqu kuxjenza.", "Pero` kull waħda minn dawn l-organizzazzjonijiet trid tassigura li mhux biżżejjed li jingħataw iċ-ċitazzjonijiet u li mmorru fuq il-post meta jinqala' inċident.", "Jien naf li jkunu preżenti b'mod qawwi għax sfortunatament kelli ċ-ċans f'iktar minn okkażjoni waħda li niltaqa' ma' l-uffiċjali ta' din l-organizzazzjoni fuq il-postijiet ta' l-inċidenti.", "Pero` aktar milli mmorru u naraw x'seħħ fil-mument li jkun hemm dawn it- tip ta' inċidenti, huwa iktar importanti li jkun hemm l-inspections matul is-sena kollha biex nassiguraw li r-regoli jkunu qed jiġu mħarsa.", "Irridu naraw anke li l-organizzazzjonijiet bħall-OHSA, meta jiġu biex jitkellmu fil-pubbliku fuq inċidenti li jkunu seħħew m'għandhomx joqogħdu fuq informazzjoni anonima, li ma tistax tivverifikaha, imma jaraw li jkollhom l-informazzjoni korretta, magħrufa u, jekk ikun il-każ, li tkun tista' twassal li jittieħdu l-passi li għandhom jittieħdu.", "Kif diġa` għedt, is-siti tal-kostruzzjoni f'pajjiżna sfortunatament huma fost l-iktar postijiet fejn ikollna inċidenti kemm gravi kif ukoll fatali, pero` m'humiex l-uniċi postijiet fejn iseħħu inċidenti li jwasslu għal diżabilitajiet jew għall-mewt.", "Għandna sitwazzjonijiet simili fil- fabbriki, kultant marbutin man-nuqqas ta' esperjenza minn persuni li jkunu qed iħaddmu ċertu makkinarju.", "Allura filwaqt li huwa tajjeb li fejn ikun il-każ, fejn hemm diżabilitajiet jew nuqqas ta' dħul għal familja partikolari, l-Istat għandu jagħti l-għajnuna kollha neċessarja, irridu niftakru li għal kull bniedem li jiddependi mis-sigurta` soċjali, minn dak li jagħtih l-istat, għandek persuni li qed jaħdmu biex iħallsu għal dik l- għajnuna finanzjarja li jkun qed jagħti l-Istat.", "L-Istat irid jiggarantixxi wkoll is-sitwazzjoni ta' l-anzjani f'pajjiżna li wara numru ta' snin jaħdmu u jħallsu l-kontribuzzjonijiet iridu jingħataw il-pensjoni li fl-aħħar mill-aħħar ikunu ħallsu għaliha.", "Anke hawnhekk, mingħajr ma nidħol fil-kwestjonijiet li għad iridu jinħolqu, f'dan il- pajjiż wieħed irid jifhem ukoll li kull sistema ta' sigurta` soċjali trid tassigura li kull Malti u Maltija li qed iħallsu l-kontribuzzjonijiet illum fl-aħħar mill-aħħar ikollhom id-dritt li huma, bħall-anzjani li llum qegħdin igawdu minn din is-sistema, jgawdu minn dak il-benefiċċju wkoll.", "Dawn il-benefiċċji fl-aħħar mill-aħħar m'huma xejn ħlief it-tqassim tal-ġid li jinħoloq permezz tal-kontribuzzjoni ta' dawk li jkunu qed jaħdmu.", "Irridu naħdmu b'mod li niggarantixxu dawn id-drittijiet għal kulħadd fiż- żmien li ġej.", "Għandna setturi oħrajn fil-ħajja ekonomika ta' pajjiżna li għandhom rwol importanti x'jaqdu, li permezz tiegħu jista' jkollna kwalita` ta' ħajja aħjar.", "Hawnhekk qed nirriferi għal kategoriji differenti ta' self- employed, pero` mhux kategoriji b'mod ġenerali biss, imma anke persuni speċifiċi li naturalment jaħdmu f'kondizzjonijiet tax-xogħol li joħolqu riskju li m'huwiex żgħir.", "Insemmi, per eżempju, il-bdiewa u s-sajjieda.", "Mhux darba jew tnejn naqraw li t-tali bidwi, jew it-tifel ta' bidwi weġġa' b'xi mutur waqt ix-xogħol tiegħu.", "Hawnhekk ukoll irridu nassiguraw li filwaqt li dan is-settur ikompli miexi 'l quddiem billi nagħtu l-għajnuniet neċessarji – jien ma nitkażax bħall-Onor.", "Farrugia, bl-għajnuna li qed jagħti l-gvern tal-ġurnata lis-settur agrikolu ta' pajjiżna permezz ta' l- Unjoni Eworpea – u nkomplu ninvestu fil-makkinarju li hemm bżonn biex jitħaffef ix-xogħol tal-bidwi, li min-natura tiegħu stess huwa diġa` diffiċli, mhux biżżejjed li taqbad biċċa makkinarju u twaddabha f'għalqa.", "L-ebda biċċa makkinarju f'għalqa ma taħdem waħedha imma trid il-persuna li tħaddem dak il-makkinarju.", "Għaldaqstant jeħtieġ li l-persuni jkunu ppreparati u jkollhom ċerti esperjenzi biex iħaddmu dak il-makkinarju bil- galbu biex ma jkunx hemm periklu għal dak li jkun.", "L-istess jgħodd għall-argument tas-sajjieda.", "Forsi aħna mdorrijin naraw lis-sajjieda meta jidħlu Marsaxlokk jew l-Imġarr Għawdex kuntenti u ferħanin bil-qabda li jkunu ġabu.", "Pero` biex dik il-qabda tkun tista' titwassal fix-xatt għall-konsum tagħna jew possibilment għall- esportazzjoni, dak is-sajjied ikun qed jaħdem f'kondizzjonijiet tax-xogħol li mhumiex faċli, anzi huma diffiċli ħafna.", "Wieħed irid jassigura li waqt li s-sajjied qiegħed bejn sema u ilma ma nafx kemm-il mil bogħod minn xtutna, il-kondizzjonijiet tax-xogħol hemm barra jkunu tali li ma jesponix lilu nnifsu għal possibbilta` żejda ta' korrimenti jew li sseħħ xi traġedja.", "Dan huwa importanti għax l-ewwel dover li għandu kull wieħed minna li jkun b'saħħtu huwa li jipproteġi lilu nnifsu billi jieħu l- prekawzjonijiet li suppost biex jibqa' fiżikament kapaċi li jagħmel ix- xogħol li normalment jagħmel.", "Għax fl-aħħar mill-aħħar jien nemmen li m'hawn xejn ikbar mid-dinjita` tax-xogħol, m'hawn xejn aħjar mill-fatt li tkun kapaċi tqum fil-għodu u tmur fuq il-post tax-xogħol tiegħek u tiffaċċja d-diffikultajiet ta' xogħlijiet differenti li kull wieħed u waħda minna għandu, anke jekk il-possibbilta` li tkorri fuq il-post tax-xogħol hija ikbar f'dawk iċ-ċirkostanzi fejn ix-xogħol li jrid isir ikun xogħol manwali.", "Għalhekk aħna individwalment għandna din ir-responsabbilta` li nassiguraw kontinwament li nkunu f'qagħda li, jekk Allaħares qatt, ikollna bżonn l- għajnuna s-soċjeta` tkun tista' tagħtina dik l-għajnuna.", "Iżda fl-istess ħin irridu nipprovaw innaqqsu dawk ir-riskji li jista' jkun hemm għalina nfusna.", "Kif qed tipproponi l-liġi li għandna quddiemna, l-impenn tal-gvern tal-lum fil-qasam soċjali ta' pajjiżna huwa li jassigura li għaż-żmien li ġej ikollna l-garanzija li aħna lkoll li nifformaw il-poplu Malti kollu ikollna l-possibbilta` li nagħtu sehemna għall-ħidma ekonomika ta' pajjiżna.", "Jien m'għandix qalbi maqtugħa bħalma għandu qalbu maqtugħa l-Onor.", "Farrugia li tkellem qabli, anzi għall-kuntrarju jien nemmen li aħna bħala Maltin kapaċi u lesti li nagħtu l-kontribut tagħna għall-iżvilupp ekonomiku ta' pajjiżna.", "Imbagħad il-mument li jkollna bżonn l-għajnuna, kemm jekk minħabba x- xjuħija, kemm jekk minħabba korriment, kemm jekk minħabba ċirkostanzi mediċi li jistgħu jinqalgħu minn żmien għall-ieħor, is-soċjeta`tagħna, aħna l-Maltin inkunu f'qagħda li nsostnu lil dawk li jkollhom bżonn.", "Pero` aħna lkoll, sakemm għadna b'saħħitna, għandna d-dover li nieħdu l- prekawzjonijiet li suppost biex nibqgħu b'saħħitna, għandna d-dover li nibqgħu nikkontribwixxu għalk-benefiċċju ta' dawk li huma inqas fortunati minna u għandna d-dover l-ieħor li nibqgħu fil-lista tal-fortunati li kapaċi naħdmu u mhux insibu ruħna fil-lista ta' l-isfortunati li jkollhom bżonn il-kumplament tas-soċjeta` biex tmantnihom u tmexxihom 'il quddiem fil-ħajja ta' kuljum.", "Nemmen li l-liġi li għandna quddiemna tassigura li min ikollu bżonn jibqa' jingħata dik l-għajnuna, pero` qed tassigura wkoll li nipprevjenu kontinwament il-possibbilta` ta' inċidenti minħabba nuqqas ta' ħarsien tar-regolamenti dwar is-saħħa u s-sigurta` fuq il-post tax- xogħol.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Insejjaħ lill- Ministru Dolores Cristina biex tagħmel il-winding up.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Mr Speaker, fil-bidu ta' dan id-dibattitu kont għedt li bla dubju ta' xejn se jkollna dibattitu interessanti għax il- liġijiet dwar is-sigurta` soċjali dejjem ikunu interessanti u jattiraw numru sostanzjali ta' kelliema.", "Jien ilni hawn għal iktar minn erba' seduti, kważi ħamsa, u tlift daqsxejn it-track tal-kelliema kollha li kien hawn imma naf li dawn kienu numerużi ħafna miż-żewġ naħat tal-Kamra.", "Nixtieq nirringrazzjahom tal-kontribut li taw f'dan id-dibattitu.", "Bassart ukoll li se nitkellmu fuq ħafna affarijiet, l-Ingliżi jgħidulhom cabbages and kings, imma llum ħassejtni qisni għamilt trip f'dik it-taxi Mary.", "Dorna dawra ma' l-irħula u l-ibliet kollha Maltin, u f'ħafna ċirkostanzi ma tantx ilqatna l-liġi partikolari.", "Il-Ministru Galea qal li jrid jispjegali x'inhi xkora tal-faxx, jekk ma tagħmilhiex int Mr Speaker għax qalli li inti taf, imma ma nafx għaliex iddeċieda li jien ma nafx, pero` kien korrett fid-deċiżjoni tiegħu.", "Tgħallimt ħafna fuq suġġetti oħra inklużi z- zokkor, iċ-ċereali u issues oħra.", "Niġi issa biex nagħmel il-winding up ta' din il-liġi.", "Kif diġa` għedt ħarisna lejn ħafna issues.", "Ħafna mill-emendi ftit li xejn kien hemm dibattitu dwarhom u nieħu gost nisma' lill-membri kollha ta' din il-Kamra meta jgħidu li jaħsbu li l-emenda se ttejjeb is-sitwazzjoni preżenti.", "Safejn naf jien dik hija l-idea wara emenda li tirranġa l-affarijiet, tneħħi l-lok ta' miżinterpretazzjoni u tagħmel it-tibdiliet neċessarji biex tagħmel aġġornament jew biex iddaħħal konċett ġdid.", "L-iktar żewġ klawsoli li qajmu dibattitu kienu klawsola 5 li għandha x'jaqsam ma' l-injury benefit u klawsoli 7 sa 11 fejn suppost tkellimna fuq il-welfare committee imma tkellimna fuq affarijiet oħra.", "Nibda minn klawsola 5 fejn qegħdin nemendaw il-liġi biex ngħidu li persuna involuta f'xi inċident li tkun aġixxiet b'mod negliġenti, peress li ma tkunx tat kas tal-prekawzjonijiet tas-sigurta`, ma tkunx eliġibbli għall- benefiċċju.", "Min-naħa l-oħra jekk min iħaddem ma pprovdiex il- prekawzjonijiet neċessarji għas-sigurta`, dan ukoll ma jeħux refund tal- benefiċċju li jitħallas lill-impjegat tiegħu.", "Ma kellix dubju li din l- emenda kienet se tqajjem dibattitu għax ħafna nies bdew jaraw issues laterali u partikolari.", "Jien irċevejt anke e-mails fejn nies bdew jistaqsuni x'jiġri jekk ikun hemm impjegat li jkun traskurat hu imma jrid iwaħħal fis-sid tiegħu, jew jekk min-naħa l-oħra min jimpjega ma jkunx ipprovda t-tagħmir jew il-kondizzjonijiet li hemm bżonn għas-saħħa u s- sigurta` ta' l-impjegati tiegħu u jipprova jitfa' t-tort fuq l-impjegat.", "Mr Speaker, meta kienet twaqqfet l-awtorita` għas-saħħa u s-sigurta` fuq il- post tax-xogħol ma kienx daħal dan it-tip ta' artiklu, u dan sabiex nagħtu l-opportunita` lill-Maltin u l-Għawdxin jirrealizzaw li kull individwu għandu jkun responsabbli u jieħu ħsieb saħħtu fuq il-post tax-xogħol.", "Fil- fatt il-kelliema kollha li tkellmu f'dan id-dibattitu kollha qablu li l- Maltin u l-Għawdxin għandhom ikunu responsabbli fuq il-post tax-xogħol tagħhom, għalkemm imbagħad jibda jfeġġ xi ftit tħassib ukoll.", "Imma kif għedt diġa', dwar dik l-emenda li tgħid illi l-ħaddiema għandhom ikunu responsabbli għas-saħħa u s-sigurta' tagħhom filwaqt li min iħaddem għandu jkun responsabbli għall-ħaddiema tiegħu kulħadd qabel, u din hija xi ħaġa pożittiva.", "Nerġa' nenfasizza li meta kienet saret il-liġi oriġinarjament, dan l-artiklu ma kienx hemm, u dan biex tajna ċans lil kulħadd jirrealizza r-responsabbiltajiet li kull wieħed u waħda minna għandna fuq il-post tax- xogħol, kemm lejna infusna, kemm lejn dawk li jaħdmu magħna kif ukoll lejn l-employers tagħna.", "Issa għaddew ftit snin minn mindu saret dik il-liġi, u llum ħassejna li wasal iż-żmien li ndaħħlu aktar responsabbilta`.", "Din il-klawsola li qed nagħmlu hija mdaħħla fil-maġġoranza tal-liġijiet dwar is-saħħa u s-sigurta` fuq il-post tax-xogħol ta' pajjiżi oħra, jiġifieri hawnhekk m'aħniex qed indaħħlu xi ħaġa straordinarja, u l-verita` hi li kulħadd qed jibża' mit- tort u minn ċerta responsabbilta`.", "Din hija emenda sempliċi li tiddependi ħafna fuq l-istruttura li se tagħmel l-investigazzjonijiet u fuq l- istruttura li se tiddeċiedi ta' min hu t-tort, jekk ikun hemm min għandu tort fl-inċident partikolari.", "Nixtieq nenfasizza li żgur illi l-gvern m'għandu l-ebda intenzjoni li jiffranka l-flus minn fuq il-ħaddiema jew minn fuq min iħaddem, u dan qed ngħidu għax billi xi ħadd għamel l- implikazzjoni to this extent, nixtieq inserraħlu moħħu li dik il- possibbilta` ma teżistix.", "Nixtieq infakkar ukoll li meta jittieħdu d- deċiżjonijiet ikun hemm l-arbitru, fejn wieħed ikollu xi forma ta' redress, u issa se nressaq emenda oħra biex ikun hemm iktar minn arbitru wieħed ħalli nkunu nistgħu nlaħħqu mal-każi kollha li jidħlu fid-dipartiment min- nies li ma jkunux jaqblu mad-deċiżjoni li tkun ittieħdet mid-dipartiment.", "Fil-fatt sal-lum stess kelli laqgħa ma' l-arbitru preżenti, u minn hawnhekk nixtieq nieħu l-opportunita` biex nirringrazzjah tal-kontribut li qed jagħti.", "Sfortunatament huwa qalli li mhux se jkompli wara li jispiċċa t- term of office li għandu, li jiskadi fl-aħħar ta' din is-sena, u għalhekk nixtieq nirringrazzjah tax-xogħol kollu li għamel.", "Imma biex inkompli fuq dak li kont qed ngħid, irrid ngħid li hemm bżonn ta' iktar minn arbitru wieħed għax in-numri ta' każi qiegħed dejjem jiżdied, anke minħabba li jkun hemm ħafna appelli frivoli, u jaqbel ukoll li ċerti deċiżjonijiet jittieħdu fl-iqsar żmien possibbli minħabba ċ-ċirkostanzi tal-persuna.", "Infatti kien l-arbitru preżenti stess li għamilli xi rakkmandazzjonijiet u suġġerimenti dwar kif għandna naħdmu f'dan ir-rigward.", "Issa nixtieq nirriferi għall-punt li qajmu kemm il-kap ta' l-oppożizzjoni kif ukoll l-Onor.", "Jose' Herrera meta tkellmu dwar il-ħtieġa ta' insurance fuq il-post tax-xogħol.", "Il-bieraħ l-Onor.", "Herrera tkellem dwar dik il-liġi li ma nafx kemm-il sena ilha hemm u sal-lum baqgħet baqgħet ma ġietx skattata.", "Hawnhekk qed nirriferi għall-employers liability (compulsory insurance) Act, li għadda mill-parlament fl-1974, ġie emendat fl-1983, ...", "Il-bieraħ l-Onor.", "Herrera qagħad jagħtina l-istorja kollha ta' din il-liġi, li baqgħet ma ġietx skattata għal raġunijiet li huma pjuttost ovvji, pero' minn hawnhekk nixtieq ngħid ħaġa waħda, li se nieħu s-suġġeriment ta' l- Onor. Herrera.", "Meta kien qed jitkellem, l-Onor.", "Herrera qal li hu u l- Onor. Charles Mangion kellhom laqgħa ma' l-assoċjazzjoni ta' l-insurances dwar dan is-suġġett, u jien ma nsib l-ebda problema li niltaqa' magħhom u nara x'inhi l-opinjoni tagħhom dwar din l-issue", "Issa ħalli ndur għal klawsoli oħra li fih dan l-abbozz ta' liġi u li qajmu dibattitu.", "Fl-introduzzjoni tiegħi jien kont għedt li l-emenda li xprunat dan l-abbozz ta' liġi kienet proprjament dik dwar il-welfare committee, li hija emenda mill-aktar sempliċi li saret minħabba li l-welfare committee mexa minn taħt umbrella ministerjali waħda għal taħt umbrella ministerjali oħra.", "Madankollu min-naħa ta' l-oppożizzjoni saret kritika qawwija għal din l-emenda, li prinċipalment kienet iffokata ...", "Għax issemmew issues oħra wkoll, fosthom il-karrotti, iz-zunnarija, iz-zokkor u l-ħobż biż-żejt, pero' dawn jagħtu ħajja lid-dibattitu li jkun qed isir f'din il-Kamra għax Allaħares nibqgħu akkademiċi u ma jkollniex argumenti li jdaħħlu opinjonijiet li jagħtu ftit kulur lil dibattitu li jaf ikun xott mhux ħażin!", "Kont qed ngħid li l-kritika ta' l-oppożizzjoni kienet iffokata prinċipalment fuq l-aġġustamenti li saru fil-kontribuzzjonijiet ta' dawk l- anzjani li jinsabu f'residenzi tal-gvern u li għandhom bżonn livell ta' kura pjuttost ogħla minn dik ta' sħabhom.", "Biex ma noqgħodx naħli ħin, irrid ngħid li naħseb illi l-Onor.", "Helen D'Amato, li hija s-segretarju parlamentari responsabbli mill-anzjani u mill-kura fil-komunita', wieġbet bl-iktar mod estensiv u ċar għal din il-kritika fejn tat breakdowns ta' ċifri li juru li l-aġġustamenti laqtu lil dawn l-anzjani b'mod ħafna inqas negattiv milli tixtieq li nemmnu l-oppożizzjoni.", "L-Onor.", "D'Amato għamlet punt importanti meta qalet li l-kontribuzzjoni kienet maħduma abbażi tad- dħul nett u mhux tad-dħul gross, kif kien isir sas-sena li għaddiet, filwaqt li semmiet il-fatt li hemm kważi 170 anzjan – issa hawnhekk nispera li m'iniex qed nieħu żball fil-figura – fir-residenza St Vincent de Paule li jħallsu 50ċ jew xejn kuljum, li l-maġġoranza tar-residenti jħallsu Lm6 jew inqas u hemm biss 43 li qegħdin iħallsu bejn it-Lm8 u l-Lm14 kuljum, dejjem skond il-mezzi ta' dak li jkun.", "L-Onor.", "Herrera beda jgħid li l-anzjani qed jibżgħu li mhux se jibqgħalhom flus f'idejhom biex ikunu jistgħu jagħtu dik ix-xi ħaġa lill-membri tal- familja meta dawn imorru jarawhom.", "Dak il-ħin jien għamiltlu sinjal minn hawnhekk li m'huwiex il-każ, u issa qed nerġa' nassigurah li f'sena dawn l- anzjani se jibqgħalhom mill-inqas Lm600 f'idejhom, u dan meta s-sena li għaddiet is-somma kienet ta' Lm550.", "Jekk dan l-abbozz ta' liġi m'għamel xejn, żgur li ta opportunita` lill-membri ta' l-oppożizzjoni jiddiskutu legal notice li ormai issa ilha li ħarġet sitt xhur.", "Issa, Mr Speaker, nixtieq nagħmel riferenza għal dak li qalet l-Onor.", "Coleiro meta kienet qiegħda titkellem dwar il-welfare committee.", "Hija qalet li l-ministeru għall-familja u s-solidarjeta' soċjali m'għandux rappreżentanza fuq il-welfare committee, u dan il-kliem ma qalitux biss f'din il-Kamra imma wkoll f'xi artiklu li kitbet fuq il-gazzetta, mingħalija tal-Ħadd li għadda.", "Fil-fatt l-Onor.", "Coleiro żiedet tgħid li hija tixtieq illi meta naslu fi stadju ta' kumitat, nagħmlu emenda biex jidħol responsabbli wkoll il-ministeru għall-familja u solidarjeta' ħalli – u hawnhekk se nikkwota x'qalet hi – d-dekasteru fejn suppost isiru l- istudji fuq l-impatt soċjali jkollu say u mhux xejn, kif qiegħed issa.", "Pero' jien nixtieq niġbed ftit l-attenzjoni ta' l-Onor.", "Coleiro li fl-att prinċipali dwar is-sigurta` soċjali, proprjament fejn hemm il-kompożizzjoni tal-welfare committee, jissemma d-dipartiment tal-welfare, u dan ifisser li hemm rappreżentant minn dan id-dipartiment, li proprju jaqa' taħt id- dikasteru tiegħi, ċioe' taħt il-ministeru għall-familja u solidarjeta` soċjali.", "Għalhekk il-ministeru għandu s-say li jeħtieġ li jkollu fil- welfare committee.", "Jiena nista' nifhem lill-Onor.", "Marie Louise Coleiro meta din qalet li l-ministeru għall-familja u solidarjeta` soċjali huwa l- ministeru li għandu jitkellem dwar is-solidarjeta` soċjali u jħares lejn il- ħteġijiet ta' l-anzjani.", "Fil-fatt dan il-ministeru jħares lejn il- ħteġijiet ta' kull individwu, aħseb u ara ta' l-anzjani tagħna, pero' nista' nifhem ix-xewqa ta' l-Onor.", "Coleiro li dan il-ministeru jkollu say fil-welfare committee għax dik kienet ix-xewqa tiegħi wkoll, kif naħseb li hija x-xewqa ta' kulħadd.", "Pero' lill-Onor.", "Coleiro nista' nserrħilha moħħha li r-rappreżentanza tal-ministeru qiegħda fil-welfare committee wkoll.", "Nixtieq nagħlaq fuq dan il-punt billi nisħaq fuq il-fatt li l- impenn tal-gvern jibqa' dejjem dak illi l-anzjani jkollhom kwalita` ta' ħajja tajba li tixirqilhom.", "Aħna dejjem infaħħru lill-anzjani tagħna, imma naħseb li matul dawn l-aħħar snin kulħadd ra li mhux biss ftaħir biss għamilna u lill-anzjani mhux għajnuna finanzjarja biss tajnihom imma anke kondizzjonijiet tajbin, speċjalment lil dawk li jgħixu fid-djar ta' l- anzjani tagħna.", "Fil-fatt il-waiting list ta' anzjani li jridu jidħlu f'xi dar ta' l-anzjani qiegħda dejjem tiżdied.", "Dan għaliex kif qalu xi wħud mill-kollegi tiegħi ta' din il-Kamra, fejn qabel kien hemm min jieħu qatgħa meta tgħidlu li se jmur l-Imgieret jew f'xi dar oħra ta' l-anzjani li għandna mferrxa madwar Malta u Għawdex, illum ħadd m'għadu jieħu din l- attitudni, u dik hija xi ħaġa pożittiva għall-aħħar.", "Mr Speaker, ma setax jonqos li l-Onor.", "Michael Gonzi, l-Onor.", "Michael Farrugia u l-Onor.", "Michael Asciak, bħala tobba, jiffokaw fuq l-emenda li qed issir dwar il-kondizzjoni medika \"cerebellar ataxia\", u biex ngħid il- verita`, il-bieraħ l-Onor.", "Gonzi kkonfondieni xi ftit għax beda jidħol f'ħafna dettalji mediċi li wieħed għad irid jiċċekkjahom.", "Is-sustanza ta' din l-emenda hija li l-kondizzjoni \"cerebellar ataxia\" tidħol fi skeda partikolari.", "Ta' min igħid li aħna daħħalna din l-emenda fuq parir mit- tobba biex il-persuni li jbatu minn din il-kondizzjoni – għalkemm skond l- Onor. Gonzi, din m'hijiex kondizzjoni imma hija konsegwenza bħala riżultat ta' xi ħaġa – ikunu eliġibbli għall-mediċini b'xejn.", "Hawnhekk qed niftakar ukoll f'dak li qal l-Onor.", "Michael Farrugia meta dan beda jitkellem dwar dawk il-mediċini li jingħataw b'xejn.", "Huwa qal li sfortunatament mhux dejjem ikun il-każ li jieħu l-mediċini b'xejn min l- iktar jistħoqqlu jew huwa fil-bżonn, u fil-fatt jiena naħseb li dak kien punt tajjeb għax jinħass il-bżonn li nduru dawra madwarna u naraw eżattament min qed igawdi verament mill-karta r-roża, mill-karta l-bajda u mill-karta s-safra.", "Bħall-Onor.", "Farrugia, jien naħseb li filwaqt li hemm nies li għandhom bżonn iktar għajnuna, imbagħad hemm oħrajn li fir-realta` m'għandhomx bżonn l-għajnuna li qed jieħdu.", "L-Onor.", "Farrugia żied jgħid li, per eżempju, hemm ħafna nies li minkejja li jbatu minn chronic depression, dawn m'humiex qed jiġu megħjuna u allura ssib konsulenti li jiċċertifikaw lill-pazjent li qed ibati minn skiżofrenja.", "Jien apprezzajt il-fatt li l-Onor.", "Farrugia qal illi huwa mhu qed jiġġustifika dan l-aġir bl-ebda mod, pero' jista' jifhem għaliex il-konsulent jasal biex jagħmel dan.", "Jiena wkoll irrid ngħid li wieħed irid joqgħod attent għax jekk hemm xi ħaġa li hemm bżonn tiġi mibdula, din għandha tiġi mibdula bil-liġi u ħadd m'għandu jieħu l-liġi b'idejh, irrispettivament minn kemm ikollu intenzjoni tajba, l-ewwelnett għaliex jiena naħseb li hawnhekk qed nagħtu anke distortion ta' kemm verament għandna nies li qegħdin ibatu minn dan il- mard f'dan il-pajjiż, it-tieni nett għax m'hijiex ħaġa ġusta u t-tielet nett għaliex lanqas hija xi ħaġa li wieħed għandu jinkoraġġiha.", "Jekk hemm bżonn li jsir xi tibdil, dan għandna nagħmluh, pero' dan għandu jsir fil- miftuħ u mhux billi tinkiser il-liġi.", "Mr Speaker, ġaladarba tqanqal dan il-punt, nixtieq nagħmel punt ieħor simili.", "F'pajjiżna għandna madwar 3,100 persuna li jirċievu pensjoni permezz ta' ftehim bejn Malta u l-Awstralja, dik li nsejħulha d-\"disability support pension\", pero' ftit tax-xhur ilu ġie grupp ta' nies hawn Malta fejn aħna tkellimna magħhom, u dawn urew ċertu tħassib.", "Għaliex?", "Għax jidher li l-problemi mediċi prinċipali ta' 45% tal-Maltin u l-Għawdxin li jibbenefikaw mid-disability support pension huma problemi psikoloġiċi jew psikjatriċi.", "Issa dawn qed igħidulna li dan huwa l-ogħla persentaġġ li għandhom minn pajjiżi fejn hemm ċittadini li jirċievu pensjoni mill-Awstralja.", "Jekk inħarsu lejn pajjiżi oħra nsibu li l-average number ta' dawk li jieħdu d- disability support pension hija ta' 25%, imma Alla jbierek, fil-każ ta' Malta dan il-persentaġġ jitla' għal 45%.", "Hawnhekk jien nixtieq nasal għal punt ieħor.", "Il-bieraħ ħadt gost nisma' lill-Onor.", "Herrera jgħid li fejn il-gvern joħroġ bil-qawwa kontra l-abbuż isib lill-oppożizzjoni warajh.", "Jiena ma kellix dubju minn dan, pero' nixtieq nieħu l-opportunita` u nerġa' ngħid, kif ġieli għedt drabi oħra minn hawnhekk, illi m'huwiex aċċettabbli li jkollna min jieħu benefiċċji li m'huwiex intitolat għalihom.", "Nerġa' nenfasizza li jien m'iniex qed nitkellem f'ambitu' biex il-gvern jiffranka l-flus imma biex il-gvern ikun jista' juża dawk il-flus għal dawk li verament għandhom bżonn.", "Infatti jien nixtieq infakkar li matul dawn l-aħħar erba' snin il-ministeru - li qabel kien il-ministeru għall-politika soċjali u llum huwa l-ministeru għall-familja u solidarjeta` soċjali, pero' l-operat tiegħu għadu pjuttost l-istess – iffranka Lm10 miljun, u dan billi dawn il-flus ma ngħatawx lil nies li qatt ma kienu eliġibbli għalihom, anzi mhux talli hekk talli tul is- sena 2003 kien hemm ukoll Lm1 miljun li ġew rikoverati mingħand nies li kienu abbużaw.", "Issa hawnhekk nixtieq nassigura lil kulħadd li l-investigazzjonijiet isiru bl-iktar mod serju.", "Nerġa' nirripeti li min ma jaqbilx ma' ċerti deċiżjonijiet li jittieħdu għandu dritt anke għal redress quddiem l- arbitru, pero' m'huwiex aċċettabbli li jibqgħu jmorru miljuni ta' liri għand nies li ma ħaqqhomx jieħdu dawn il-flus meta fl-istess waqt, fl- opinjoni tiegħi u tal-maġġoranza tal-membri ta' din il-Kamra, biex ma ngħidx tal-membri kollha, hemm nies li jixirqilhom għajnuna ħafna ikbar minn dik li qed jingħataw.", "Mr Speaker, issa nixtieq nispjega ċerti fatturi għax dawn jagħtu stampa iktar ċara ta' dak li qed ngħid jiena.", "Per eżempju, jekk naraw l-outlays li għandna fuq il-benefiċċji tal-mard għas-self-employed, jiġifieri tal- class 2, insibu li filwaqt li dawn iridu jagħmlu biss 17.4% tas-sickness benefit claims, fil-verita` qed jieħdu iktar minn 40% ta' l-ispiża kollha li tmur għall-benefiċċji tal-mard, li m'hijiex spiża żgħira, u allura hawnhekk hawn xi ħaġa li żgur li m'hijiex bilanċjata.", "Mill-istess statistika li ħarġet jirriżulta wkoll li filwaqt li l-impjegati, jiġifieri dawk li jaqgħu taħt class 1, ikunu assenti minn fuq il-post tax-xogħol tagħhom minħabba mard għal 12-il ġurnata u nofs, is-self-employed qegħdin kważi kważi jmissu t-30 ġurnata.", "Hemm ukoll patterns interessanti li juru li b'kumbinazzjoni l-perijodu tal-mard jikkoinċidi maż-żmenijiet ta' btala u anke ma' xhur li l-business ikun xi ftit baxx!", "Xi ħaġa oħra preokkuppanti hawnhekk hija ż-żieda fil-pensjonijiet ta' l- invalidita` u fil-claims li jsiru għax f'daqqa waħda din żdiedet bi kważi 14%.", "Jien naħseb li anke f'dan il-każ, irridu naraw x'nagħmlu.", "Fil-fatt diġa` qed jiġu attwati xi ideat dwar dak li għandna nagħmlu, jiġifieri dawn m'għadhomx biss ħsieb, u aħna qed naħdmu wkoll mal-ministeru tas-saħħa fuq l-introduzzjoni ta' assessments differenti, jiġifieri issa min jiġi biex jagħmel claim għall-pensjoni ta' l-invalidita` se jsib assessment differenti milli ngħata sal-lum.", "Fil-fehma tiegħi, għandna nersqu lejn liġi li tixbaħ ħafna lil dik li hemm fl-Ingilterra u f'pajjiżi dwar benefit fraud għax huwa neċessarju li aħna niċċaraw il-pożizzjoni tagħna.", "Infatti fil-ministeru tiegħi għandi grupp ta' nies li diġa` qegħdin jagħmlu analisi tas-sitwazzjonijiet fejn jidħlu l-benefiċċju, u dan il-grupp ta' nies qed jagħmel xi rakkmandazzjonijiet dwar kif għandna nersqu biex innaqqsu iktar l-abbuż.", "Mr Speaker, l-Onor.", "Karl Chircop staqsa jekk promotion hijiex forma ta' accelerated increment, u t-tweġiba tiegħi hija \"le, promotion m'hijiex forma ta' accelerated increment\", u allura min jieħu xi promotion m'għandux għalfejn jinkwieta għaliex hawnhekk għandna emenda dwar l-accelerated increments li jingħataw minn ċerti entitajiet meta persuna tkun riesqa lejn l-eta` tal-pensjoni, u allura hawnhekk qed ngħidu li dawn l-increments m'humiex se jkunu bażi għal kif tinħadem il-pensjoni ta' l-irtirar.", "L- Onor. Chircop semma wkoll il-ħtieġa li ma jkunx hemm dewmien fl-għoti tal- benefiċċji, pero' hawnhekk nixtieq nippreċiża xi ħaġa partikolari għax xi kultant il-perception hija a żvantaġġ ta' min jaħdem ħafna.", "Fil-fatt minn hawnhekk nixtieq nieħu l-opportunita` biex nirringrazzja lill-impjegati kollha tad-dipartiment tas-sigurta' soċjali.", "Aħna għandna 22 area office hawn Malta u tnejn oħra f'Għawdex, u nista' ngħid li dawn l-impjegati għandhom xogħol diffiċli ħafna, speċjalment dawk li jiltaqgħu ma' nies li jkunu urtati jew inkella li jkunu jridu ħafna spjegazzjonijiet.", "Naf li ħafna minnhom għandhom paċenzja kbira.", "Sfortunatament mhux kulħadd għandu dik il-paċenzja kollha, u l-ħasra hi li iktar nisimgħu b'dawk li forsi jonqsu milli jaħdmu b'mod ċivili mal-klijenti tagħhom.", "Għalhekk jiena ngħid li t-taħriġ huwa dejjem importanti.", "Nixtieq infakkar ukoll lill- Onor. Chircop li f'Ottubru tas-sena 2000 ġie introdott quality service charter li jispeċifika n-numru ta' ġimgħat sakemm persuna għandha tistenna biex joħorġilha benefiċċju.", "Issa meta jien staqsejt lill-uffiċjali tad- dipartiment jekk imbagħad il-benefiċċju fil-fatt joħroġx f'dawk il-ġimgħat, dawn assigurawni li joħorġu, anzi ħafna minnhom joħorġu f'ħafna inqas żmien, pero' sfortunatament hemm benefiċċju li jirrikjedi ħafna paperwork u dokumentazzjoni mingħand l-applikant u allura l-affarijiet idumu xi ftit iktar.", "Pero' d-dipartiment m'għandu l-ebda intenzjoni li jagħmel il-ħajja ta' dawn in-nies li jinsabu f'sitwazzjoni imwiegħra iktar diffiċli, anzi huwa qed jagħmel minn kollox biex lil dawn in-nies jagħtihom l-għajnuna meta jkollhom bżonnha.", "Għalhekk jien nixtieq nitlob lill-kollegi tiegħi biex meta jkunu jafu b'ċirkostanzi ta' persuna li teħtieġ għajnuna iktar mgħaġġla, huma stess ikunu minn ta' l-ewwel li jitkellmu man-nies li jistgħu jgħinuhom.", "Dan ikun ħafna aħjar milli noqogħdu niġu hawnhekk nilmentaw għax forsi jkun hemm xi ħadd li ma jkunx ħa benefiċċju fi żmien erba' jew ħames ġimgħat, u b'dan il-mod is-sitwazzjoni titjieb għal kulħadd.", "Id-dipartiment qiegħed iħares 'il quddiem anke biex itejjeb is-servizzi tiegħu.", "Eżempju ta' dan nista' nsemmi li anke persuni li jkunu qegħdin joqorbu lejn l-eta` tal-pensjoni jirċievu l-applikazzjoni d-dar tliet xhur qabel.", "Fil-fatt qaluli li l-pensjoni kważi tkun bdiet toħroġ qabel ma l- persuna tirtira, u anke meta jitwieldu t-trabi u jmorru jirreġistrawhom ir- reġistru ċivili, hemmhekk ukoll tingħata informazzjoni dwar kif għandhom japplikaw għall-benefiċċji li jista' jkun illi jkunu eliġibbli għalihom.", "Xtaqt nagħmel riferenza wkoll għal dak li qal l-Onor.", "Brincat, mhux f'dan id-dibattitu imma f'aġġornament li għamel il-ġimgħa li għaddiet meta kien qed jitkellem fuq dawk in-nisa li huma għaddejjin minn proċess ta' separazzjoni, imorru għand id-dipartiment jitolbu għall-għajnuna soċjali, pero' dan ma jingħatalhomx għax ma jkollhomx id-digriet tas-separazzjoni.", "Jien iċċekkjajt u qaluli li f'dawn iż-żmenijiet ħadd ma joqgħod jistenna d- digriet u ittra mingħand l-avukat li hemm proċess ta' separazzjoni għaddejja hija suffiċjenti biex jiskatta l-benefiċċju li l-persuna jkollha bżonn.", "Nixtieq ngħid ukoll li minn hawn u ftit ieħor id-dipartiment se joħroġ pamphlets dwar is-sigurta` soċjali fl-Unjoni Ewropea, li hija gwida u tagħti informazzjoni faċli u ċara b'terminoloġija li tiftiehem minn kulħadd dwar id-drittijiet u l-obbligazzjonijiet taċ-ċittadini fejn tidħol sigurta` soċjali.", "M'hijiex l-idea ta' l-Unjoni Ewropea li s-sigurta` soċjali tkun l- istess fil-pajjiżi kollha – assolutament le – pero' huwa l-għan ta' l- Unjoni Ewropea li dawk in-nies li huma ġejjin mill-pajjiżi membri ta' l- Unjoni Ewropea jġorru d-drittijiet tagħhom minn pajjiż għall-ieħor skond iċ- ċaqliq li jagħmlu.", "Għalhekk aħna se noħorġu pamphlets biex in-nies ikunu jafu xi drittijiet għandhom.", "Biex nirriferi għal dak li qal kelliem qabli, aħna qed ngħixu interesting times, u minn hawn u ftit ġimgħat oħra se naraw il-pubblikazzjoni ta' white paper dwar ir-riforma fil-pensjonijiet.", "Il-gvern huwa konxju ta' l-isfida li għandu quddiemu.", "Jien nista' ngħid li l-indikazzjonijiet worldwide huma li għall-ġenerazzjonijiet futuri jkun hemm problema ta' sostenibilita` pero' aħna rridu naraw li min jiġi warajna jkollu s-sigurta` li jkollu bżonn.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Att dwar is-Sigurta` Soċjali, Kap. 318\" ikun moqri t-Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Il-mozzjoni għaddiet u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tieni Darba.", "MR SPEAKER: Il-Ministru Dolores Cristina.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Mr Speaker, nipproponi li dan l-abbozz ta' liġi issa jersaq quddiem il-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' l- Abbozzi ta' Liġi.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "JOSEPH FALZON: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Att dwar is-Sigurta` Soċjali\" jiġi riferut lill-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' l-Abbozzi ta' Liġi.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it- Tnejn, 1 ta' Novembru, 2004 fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Medjazzjoni – Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi dwar Arkivji Nazzjonali – Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar it-Trusts – Tielet Qari; u", "xi aġenda oħra li tista' tiġi komunikata aktar tard.", "------------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili (Emenda Nru 2) - Kumitat Permanenti.", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Reġistru Ċentrali – Kumitat Permanenti.", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Sigurta` Soċjali – Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Hawn rimarki?", "L-Onor.", "Justyne Caruana.", "ONOR.", "JUSTYNE CARUANA: Insellimlek, Mr Speaker.", "Għadna kif smajna l- istatistika dwar il-qgħad u jirriżulta li f'Għawdex għandna 607 persuni jirreġistraw għax-xogħol.", "Nista' ngħidlek minn issa li fi ftit ġranet oħra dan in-numru se jiżdied b'madwar 20 persuna.", "Dawn huma l-ħaddiema tal- cafeteria tal-Gozo channel li sfaw taħt il-mira tal-gvern waqt il-proċess ta' ristrutturazzjoni ta' l-istess kumpannija.", "Għadna kif smajna lill- Ministru Gatt jgħid li apparentement dan il-proċess ta' ristrutturazzjoni qed iħalli xi frott, pero' biex iħalli dan il-frott se jkun hemm il-ħaruf tas-sagrifiċċju.", "U l-ħaruf tas-sagrifiċċju se jkunu dawn l-20 persuna, fosthom ġuvintur u tfajliet, li se jiġu mċaħħda mill-ħobża ta' kuljum tagħhom.", "Dawn huma nies li sakemm ġew imħabbra li se jitkeċċew kien mingħalihom li huma mpjegati tal-Gozo channel għaliex min daħħalhom hemmhekk kien qalilhom li huma mpjegati tal-Gozo channel u anke tawhom uniformi blu bil-kelma \"crew\" fuqha.", "Pero' dawn kienu biss impjegati ta' kumpanija privata, l-onboard services limited, li kulma kellha kien kuntratt ta' catering mal-Gozo channel.", "Waqt dan il-proċess ta' ristrutturar waħda mill-miżuri kienet li jiġi terminat dan il-kuntratt.", "Lill-Ministru Gatt niftakar li kont staqsejthielu din permezz ta' mistoqsija parlamentari numru 5,271 u kont staqsejtu wkoll x'impatt se jkollu dan il-proċess ta' ristrutturar fost il- ħaddiema tal-cafeteria.", "Kien qalli li permezz ta' din il-miżura li se tittieħed il-kumpannija Gozo channel se tiffranka Lm150,000 fis-sena.", "Issa Lm150,000 fis-sena mhijiex xi somma żgħira anzi pjuttost hija somma konsiderevoli meta tqis il-balance sheet tal-Gozo channel.", "Jien naf li l- kumpannija li timpjega dawn in-nies, l-onboard services limited, tispekula mhux biss fuq il-prezz ta' l-ikel imma anke fuq il-pagi ta' dawn in-nies għaliex lill-Gozo channel tiċċarġjaha mod u lil dawn il-ħaddiema tħallashom paga ħafna inqas.", "Ma naħsibx li l-Gozo channel dan ma kenitx taf bih.", "Li nista' ngħid hu, li mbagħad fil-5 ta' Ottubru, 2004 ħareġ memo intern mill-uffiċċju tar-riżorsi umani tal-Gozo channel fejn kien hemm sejħa biex dawk il-ħaddiema li jkunu interessati jaħdmu fil-cafeteria setgħu japplikaw għal dan ix-xogħol.", "Pero' l-ħaġa tajba jew it-traġedja ta' din il-memo hija li dawk il-persuni li jiġu magħżula biex jimlew dawn il-postijiet vakanti jistgħu jiġu mġiegħla jew inkarigati biex meta u fejn ikun jeħtieġ jagħmlu anke xogħol ta' baħrin.", "Jiġifieri hawnhekk se jkollok il-baħrin jagħmlu xogħol tal-cafeteria fl-istess ħin u dan, bir-rispett kollu, ma naħsibx li jagħmel sens għal diversi raġunijiet.", "Per eżempju, jekk tkun fil-bar u din il-persuna tiġi msejħa biex tagħmel xogħol ta' baħri, allura l-bar se jibqa' waħdu?", "U apparti minn hekk, jekk inti għandek persuna b'paga ta' baħri jagħmel sens allura li dan jagħmel ċertu xogħol meta l- paga ta' baħri hija ħafna iktar għolja?", "Bir-rispett kollu naħseb li dan se jikkrea anke ċertu konfużjoni fir-ranking, f'ċertu benefiċċju u rwoli li għandhom dawn il-ħaddiema.", "Jien ma nistax nimmaġina kif b'dan l-eżerċizzju se jiġu ffrankati Lm150,000 fis-sena.", "Lanqas kieku minflok ħobż u twistees dawn jibdew ibigħu x-xampanja u l-kavjar, żgur li mhux se jkun hemm din ir-riduzzjoni fil-marġini ta' Lm150,000.", "Fl-opinjoni tiegħi, naħseb aktar kien jagħmel sens li kieku żammew lil dawn il-ħaddiema, jħallsuhom il-paga li kienu jħallsuhom u kienu jiffrankaw dan il-hassle kollu.", "Jidher li anke l-union li tirrappreżenta l-ħaddiema tal-Gozo channel qed titkellem fuq dawn l-istess binarji, appuntu biex tissalvagwarda x-xogħol ta' dawn in-nies.", "Mr Speaker, veru titħassarhom lil dawn l-impjegati, għax anke meta titla' fuq il-vapur dawn għadhom jittamaw u jgħidulek: Smajt xi ħaġa?", "Se jkeċċuna?", "Se jżommuna?", "X'se jagħmlu?", "Jien naf li dawn il-ħaddiema kellmu lill-ministru għal Għawdex u qaltilhom li ma setgħet tagħmlilhom xejn.", "Naf li marru jipprovaw ikellmu lill-prim ministru imma, kif qaluli huma, dan qalilhom li kien sarlu l-ħin għall-ikel u ma kellux ħin ikellimhom.", "Hija xi ħaġa tal-biki li tittratta dawn il-ħaddiema hekk meta għandhom l- impjieg tagħhom mhedded.", "Jien perijodikament ħassejt li kelli nibqa' ninsisti fuqha din il-ħaġa anke f'okkażjonijiet mhux parlamentari, jiġifieri fuq livell ta' partit, biex dejjem nara din is-sitwazzjoni kif se tiżvolġi.", "Pero' apparentement wasalna fit-terminu tal-kuntratt tagħhom u għad m'hemm l-ebda ċaqliq.", "Mr Speaker, din hija xi ħaġa tal-biki għax tal-Gozo channel wara li ddubbaw bihom matul ix-xhur tas-sajf, issa li spiċċa s-sajf qegħdin jgħidulhom biex jitilqu 'l barra.", "Allura fix-xitwa fejn se jmorru jdabbru rashom dawn?", "Lanqas ġo lukanda ma jistgħu jmorru jaħdmu għax kif nafu, f'Għawdex il-lukandi kollha qegħdin jagħlqu l- bibien.", "Din hi r-realta` li qed jipprova jaħrab minnha l-gvern.", "Mr Speaker, l-aħħar ta' Ottubru se jfisser ukoll li Għawdex se jispiċċa mingħajr is-servizz tal-helicopter.", "Aħna llum bħala membri ta' l- oppożizzjoni għamilna press conference fejn jien u l-kollega tiegħi l-Onor.", "Anton Refalo - li naf li se jintervjeni aktar tard - flimkien mal- leadership esprimejna l-opinjoni tagħna u l-pożizzjoni tagħna fuq din it- terminazzjoni tas-servizz.", "Għal darb' oħra, Mr Speaker, jien l- attenzjoni tiegħi tmur fuq il-ħaddiema li javviċinawni kemm-il darba.", "L- istess dawn il-ħaddiema huma nkwetati fuq il-ġejjieni tagħhom u jgħidulek: Imma x'se jiġri minna?", "Fejn se jitfgħuna naħdmu?", "Din tal-helicopter mhix xi ħaġa ġdida.", "Veru li din tħabbret il-bieraħ fi press conference fejn ikkonfermaw li se jiġi tterminat is-servizz tal-helicopter.", "Pero' eżattament fl-14 ta' Ottubru, 2003, jien kont għamilt mistoqsija parlamentari numru 1976 lill-Ministru Austin Gatt u dakinhar dan kien qalli li qed nagħmel is-suppożizzjonijiet; jiġifieri li hija kollha immaġinazzjoni tiegħi.", "Jien niftakar li dak iż-żmien kont ħadt aġġornament u kont semmejtlu anke ma' min kienu qed isiru n-negozjati.", "Fost oħrajn semmejtlu lill-Medavia, l-CASA, l-Beechcraft u s-Superpuma biex nurih li kont naf fuqiex qed nitkellem.", "Xtaqt nurih ukoll li din hija xi ħaġa li jrid jindirizzaha u mhux tajjeb u fair li jżommha mistura u joħroġha u jilgħab biha kif irid u kif jaqbillu hu.", "Issa għandi l-akbar sodisfazzjon li ngħid li s-suppożizzjonijiet tiegħi ġew konfermati pero' wara sena.", "U hawnhekk qiegħda l-anomalija.", "Allura matul din is-sena l- gvern x'kien qed jagħmel?", "Sena ilu lill-ministru kont qed ngħidlu biex ikun korrett u lill-poplu u lill-ħaddiema jispjegalhom x'se jiġri.", "Pero' kollox baqa' sieket.", "Imbagħad il-bieraħ jagħmlu press conference u joħorġu bl-iktar skuża medjokri li wieħed jista' joħroġ biha - din hija skuża komda għall-gvern - li s-servizz tal-helicopter mhuwiex vijabbli għal Għawdex.", "Il-kelma \"vijabilita`\" issa drajniha fil-konfront ta' l-Għawdxin għax għal kull ħaġa li nitolbu aħna l-Għawdxin, il-gvern jgħidilna li m'hijiex vijabbli għal Għawdex.", "Hemm tant entitajiet f'Malta li ma jagħmlux ġid jew jistgħu jagħmlu ħafna iktar ġid u qegħdin bit-telf!", "Din il-kwestjoni tal-vijabilita` f'dawn l-entitajiet ta' Malta qatt ma tqum imma tqum biss fejn jidħlu l-entitajiet ta' Għawdex, Alla jbierek!", "Din hija xi ħaġa li trid tiġi ndirizzata u mhux joqogħdu jilagħbu bil-kelma \"vijabilta`\" u mhux \"vijabilta`\", u l-esiġenzi ta' Għawdex narawhom imorru down the drain.", "Mr Speaker, dan in-nuqqas ta' servizz tal-helicopter ġiegħel lill-operaturi barranin li jaħdmu fil-qasam turistiku jeliminaw lil Għawdex kompletament mill-brochures tagħhom.", "Issa spiċċajna f'sitwazzjoni fejn dik il- kategorija ta' turisti li kienu jagħżlu d-destinazzjoni ta' Għawdex għax kellhom il-link diretta bl-ajru, peress li issa din m'għadhiex available, m'għadhomx interessati li jiġu f'Għawdex.", "B'konsegwenza ta' hekk ħafna operaturi tal-vjaġġi neħħewna minn fuq il-brochures tagħhom.", "Is- sitwazzjoni tat-turiżmu f'Għawdex diġa` qiegħda tajjeb u xi ħaġa hekk kien jonqosha biex nibqgħu sejrin il-baħar!", "Mr Speaker, inti taf li t-turiżmu f'Għawdex sejjer lura.", "Dan mhux qegħdin ngħiduh aħna biss imma ġie kkonfermat anke riċentement minn statistika li ħarġet.", "Jien niskanta kif il-gvern qed jippretendi li Għawdex jieħu r-ruħ meta neħħew din il-link daqshekk importanti.", "Mhux biżżejjed kienu neħħew il-link tal-catamaran u naqqsu l-vjaġġi tal-Gozo channel!", "Issa dan kien jonqos, li nnaqqsu t-traġitt bl-ajru!", "Ta' min igħid ukoll li dan it- traġitt bl-ajru ġie sospiż għaliex is-service provider li kien qed jopera s'issa mhuwiex konformi ma' l-istandards Ewropej.", "Din hija r-raġuni vera.", "Kull operatur ta' helicopters li pprovaw jikkuntrattaw magħhom kien għoli wisq għal Għawdex.", "Ara kieku kien għal Malta, kieku forsi, imma għal Għawdex kien għoli wisq.", "Mr Speaker, taf għalfejn qed ngħid dan?", "Għax fejn irid il-gvern għandu flus x'jonfoq; għandu ma nafx kemm-il mitt miljun għall-isptar Mater Dei, għandu ma nafx kemm-il miljun għad-dar Malta fi Brussell u allura jien ngħid charity begins at home.", "Allura għalina ma setgħux jinvestu xi ħaġa iżjed biex is-servizz tal-helicopter ma jiġix sospiż?", "Jien għalhekk niskanta għaliex iridu jiffrankaw minn fuq dahar l-Għawdxin imma, bir- rispett kollu, ma naħsibx li għandu jkun hekk.", "Dawn it-18-il ħaddiem tal- heliport qegħdin fi stat ta' biki u hemm tlieta minnhom ma jafux x'se jaqbdu jagħmlu.", "Fil-fatt hemm 15 minnhom li kienu mal-gvern u allura jistgħu jerġgħu jiġu seconded, imma t-tlieta oħra huma mpjegati ta' l-Air Malta u s-soluzzjoni probabbilment se tkun li dawn jew imorru Malta jew jaraw kif idabbru rashom.", "Li niskanta hu li l-ġimgħa l-oħra waqt id-dibattitu ta' l-arkivji nazzjonali jien kont esprimejt id-dubji tiegħi kemm il-ministru għal Għawdex ma tkunx taf x'inhu jiġri.", "Issorprendejt ruħi kif l-unika vuċi Għawdxija li hemm fil-Kabinett ma tindirizzax dawn l-issues u ma tiddefendiniex.", "Imbagħad ħareġ il-Ministru Galea l-għada jgħid: Dażgur li l-ministru għal Għawdex tkun taf x'ikun qed jiġri!", "U allaħares min imissilha Għawdex tagħha.", "Imma, bir-rispett kollu, jien lill-ministru ngħidilha: \"Sinjura Ministru, inti fejn kont meta ħadu lill-pustiera lejn Malta?", "Fejn kont u fejn inti għal dawn l-20 ħaddiema tal-Gozo channel?", "Fejn kont meta l-ħaddiema tal-Malta dairy products qalulhom li jew imorru lejn Malta jew altrimenti jdabbru rashom?", "Fejn tkun meta ta' kull filgħodu pazjenti tal-chemotherapy jtellgħuhom lejn Malta?\"", "Dawn in-nies ma jistgħux ifallu trattament wieħed u allaħares ma jkunx hemm is-servizz tal- vapur.", "Nistaqsiha wkoll: \"Fejn kont meta tkeċċew mijiet ta' ħaddiema mill-fabbriki?", "Fejn kont meta r-raħħala ġew imġiegħla jtellgħu l-bhejjem tagħhom għal qatla Malta?\"", "Suppost din il-biċċerija fetħet wara tliet xhur u Alla jbierek sal-lum għadha ma fetħitx.", "U nerġa' nistaqsi: X'se jiġri minnhom il-ħaddiema tal-heliport u l-ħaddiema tal-Gozo channel?", "Illum dawn huma l-issues l-iktar importanti.", "Mela dawn il-ħaddiema m'humiex Għawdxin?", "Mela dawn m'humiex parti minn Għawdex ukoll?", "Din hija s- sitwazzjoni llum.", "Jien ħadt gost nisma' l-prim ministru jgħid li m'huwiex daqshekk kuntent bl- affarijiet kif sejrin f'Għawdex.", "Dan għandu raġun u għal darba qed naqbel miegħu.", "Hawnhekk tqum il-mistoqsija: Għalfejn ħafna Għawdxin ta' rieda tajba li normalment jissapportjaw lill-partit Nazzjonalista wkoll qegħdin joħorġu fil-pubbliku u anke fuq il-media jgergru li l-affarijiet f'Għawdex m'humiex sejrin sew?", "Dan qed ngħidu in vista tar-riżenja riċenti li kien hemm f'żewġ karigi importanti f'Għawdex fil-partit Nazzjonalista.", "Lill- prim minsitru ngħidlu li l-Għawdxin m'humiex lesti jieħdu paċenzja u joqogħdu jistennew.", "Ma naħsibx li huwa opportun li f'ċirkostanzi bħal dawn issir talba bħal din.", "Mela l-affarijiet ta' Għawdex jistgħu joqogħdu fuq l- ixkaffa jistennew!", "Mela l-Għawdxin għandhom joqogħdu jieħdu paċenzja!", "Jien, bir-rispett kollu, ma naċċettax atteġġjament bħal dan u naħseb li ħafna Għawdxin, jekk għandhom l-amor proprju, m'għandhomx jaċċettaw atteġġjament bħal dan.", "F'Għawdex bħalissa ma' kulmin titkellem tinduna li kulħadd għandu ċertu biża' u inċertezza u bir-raġun għax ma jafux x'inhu jiġri u ma jafux x'inhi d-direzzjoni li għandu l-gvern lejn Għawdex.", "Tant ma jafux x'inhi d-direzzjoni li issa ħareġ ċar li Għawdex m'huwiex prijorita` għall-gvern u kull fejn tħares ħlief tifrik u diżgwid ma ssibx.", "Bir-rispett kollu, lilna l-Għawdxin ġabuna ċittadini tat-tieni u tat-tielet klassi u ma naħsibx li dan huwa trattament li kull Għawdxi għandu jittollera u jaċċetta.", "Altru milli għandna serħan il-moħħ li kien wegħedna l-partit Nazzjonalista!", "Għalhekk jien nirrabja u nitbaqbaq meta nitkellem fuq Għawdex għax naħseb li wasal iż-żmien li nqumu fuq tagħna u nieħdu d-drittijiet tagħna għax ma jistax ikun li nibqgħu sejrin hekk.", "Nixtieq nagħlaq fuq nota pożittiva.", "Nixtieq nifraħ lill-kumitat ta' l- Aurora għall- opra sabiħa li għamlu, fejn tellgħu in-Nabucco.", "Pero' nixtieq nawgura minn qalbi wkoll lill-kumitat ta' l-Astra għall-opra li se jtellgħu nhar is-Sibt li ġej u hawn qed nirriferi għat-Tosca.", "Nawguralhom li l-opra li jmiss itellgħuha fit-teatru tagħhom, it-teatru sabiħ ta' l- Astra, biex ikollhom opra oħra ta' suċċess għall-benefiċċju tal-poplu Għawdxi u Malti kollu.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki? l-Onor.", "Anton Refalo.", "ONOR.", "ANTON REFALO: Mr Speaker, naħseb li lkoll naqblu li meta nitkellmu fuq Għawdex irridu nużaw sens ta' maturita` politika, sens ta' viżjoni u sens ta' ideal.", "Għaliex għandna nibqgħu bl-idea li naraw aħmar jew blu?", "Fuq kollox naħseb li għandna naraw l-interess tal-poplu Għawdxi l-ewwel.", "B'dispjaċir ngħid li llum qegħdin joħorġu figuri ta' statistika li juru kemm Għawdex verament sejjer lura u jien se nsemmi ftit minnhom.", "Per eżempju, f'Għawdex illum għandek sitwazzjoni fejn 53% ta' dawk li jirreġistraw għax-xogħol għandhom inqas minn 30 sena.", "Bejn Jannar u Lulju ta' din is-sena l-infiq tat-turisti f'Għawdex naqas b'Lm600,000 jew b'20%, jiġifieri minn Lm3.1 miljun għal Lm2.5 miljun.", "Matul dawn l-aħħar 19-il xahar għal kull 100 turist li ġie f'Malta kien hemm inqas minn tnejn li marru Għawdex.", "Barra minn hekk minn kull Lm100 li ntnefqu mit-turisti f'Malta, f'Għawdex nefqu inqas minn Lm2.", "Mil-lat ta' kemm iqattgħu ljieli t-turisti f'Malta nsibu li f'Għawdex qattgħu inqas minn żewġ iljieli.", "Meta tara dawn iċ-ċifri bilfors ma tkunx kuntent għax jidher biċ- ċar kemm aħna li trabbejna u li ngħixu fil-gżira ta' Għawdex sejrin lura bis-serjeta`, għax illum m'hemmx min għandu sens ta' viżjoni, m'hemmx min għandu dak il-political will li lil Għawdex iġibu 'l quddiem.", "Mr Speaker, kif qalet l-Onor.", "Justyne Caruana illum tlifna baby ieħor, baby li wellidtu inti, rabbejtu inti u komplejt naħdem fuqu jien fis-sena u disa' xhur li għamilt bħala segretarju parlamentari.", "Wara tant żmien niġġieldu biex ikollna dan il-heliport, dan is-servizz ta' traġitt bl-ajru bejn iż-żewġ gżejjer, issa dan is-servizz spiċċa.", "Jien u int, Mr Speaker, dejjem emminna fl-ideal li biex iġġib turist ta' kwalita` f'Għawdex irid ikollok servizz ta' kwalita`.", "Huwa mportanti li t-turist jasal Għawdex fl- inqas ħin possibbli u jkollu servizz ta' heliport adegwat.", "Pero' llum qegħdin naraw li dan is-servizz li huwa tant vitali għal gżira ta' Għawdex spiċċa.", "Jien u int konna nafu li dan is-servizz qed jitlef ħafna flus pero' dejjem sostnejna li għandu jibqa' hemmhekk għaliex huwa parti integrali minn Għawdex.", "Dan is-servizz taparsi se jispiċċa għal ftit taż-żmien pero' naħseb li se jispiċċa għal dejjem għaliex jekk verament dan il-gvern huwa għaqli jmissu ra kif għamel ħalli meta jispiċċa s-servizz tal-helicopter provdut mill-Air Malta tidħol xi kumpannija oħra li toffri dan is-servizz.", "Illum qegħdin naraw ukoll li l-heliport li kont bnejt int, Mr Speaker, meta kont ministru għal Għawdex, mill-ġimgħa d-dieħla se jibda jintuża biex jinżammu fih il-fire engines li llum qegħdin fl-edifiċju tal-pulizija.", "Jiġifieri dan il-heliport, li għalija u naħseb għal ħafna Għawdxin kien biex, ngħidlu hekk, l-emblema tal-poplu Għawdxi, issa se jilqa' ġo fih mhux iktar turisti imma l-fire engines li għandna fil-gżira Għawdxija.", "U dan huwa ħażin.", "Dan huwa proprju dak li qal George Cremona - jien minn hawnhekk inneħħilu l-kappell għax huwa bniedem ta' integrita`; nafu personalment u nammirah ħafna - li huwa veru qalbu muġugħa li f'Għawdex sejrin daqshekk lura, qegħdin nitilfu dak li huwa tagħna u m'hu qed isir xejn biex dak li rridu nakkwistaw għal Għawdex niksbuh.", "Dan huwa ħażin u hemm bżonn li xi ħadd jieħu azzjoni dwaru.", "Mr Speaker, jien nappella lilek fost kulħadd li tgħid lil min forsi jrid jisma' biex inbiddlu r-rotta għaliex il-poplu Għawdxi qed ibati verament.", "Kif diġa` spjegajt, m'hemmx direzzjoni politika fil-gżira Għawdxija.", "Illum id-direzzjoni hija biss makna tal-pjaċiri li hija ntiża biss biex fl- elezzjoni ġġib ħafna voti.", "Dak li konna niġġieldu għalih fil-passat spiċċa u m'aħniex naħdmu biżżejjed biex inġibu l-Għawdxin jaħdmu f'Għawdex.", "Mr Speaker, illum nixtieq nesibixxi sett ta' ritratti li juri l-istat tal- biċċerija li għandna f'Għawdex, fejn hemm annimali, fosthom baqar, mejtin u mitluqa hemmhekk.", "Hemmhekk kulħadd jagħmel li jrid b'detriment għaċ- ċittadini li joqogħdu fil-viċinanzi fejn qiegħed ikun ħafna ħmieġ u mard.", "Dan ħadd m'hu responsabbli għalih u kollox miexi għal għonq it-triq.", "Alla biss jaf x'inhu jiġri fil-gżira Għawdxija!", "Dan l-aħħar kelli wkoll l-opportunita` li mmur fl-isptar ġenerali ta' Għawdex, fejn fis-sala tan-nisa s-sitwazzjoni hija tal-biki.", "Dan il-gvern nefaq mhux inqas minn Lm0.25 miljun fis-sala Sant'Anna, u dawn intnefqu lill-ħbieb tal-ħbieb.", "Skond il-ministru 40% ta' sala Sant'Anna tinsab vojta u mbagħad tmur fl-isptar ġenerali ta' Għawdex fis-sezzjoni tan-nisa u tara nisa u xjuħ fil-kuruturi jistennew biex jitlaq xi ħadd ħalli jieħdu posthom.", "Fejn qatt kont timmaġina fi żmienek jew fi żmieni li l-isptar ġenerali ta' Għawdex jasal f'dik is-sitwazzjoni, fejn il-pazjenti jitħallew fil-kuruturi!", "Imbagħad dejjem jgħidulek li m'hemmx fondi biex jinġabu iktar nurses minn Malta.", "Ara f'liema stat ta' miżerja wasalna f'Għawdex, li m'għandniex fondi biżżejjed biex inġibu n-nurses minn Malta!", "Imbagħad biex nonfqu Lm0.25 miljun biex nirranġaw sala Sant'Anna, li llum hija nofsha vojta, għandna fondi.", "Sal-ġurnata tal-lum ma nafx fejn intnefqu dawn il-Lm0.25 miljun!", "Nerġa' ngħid li jaqbdek il-biki tmur sa l-isptar u tara din is-sitwazzjoni.", "Hawnhekk ma nistax ma nsemmix servizzi essenzjali, bħal mammogram, li fl- isptar ta' Għawdex ma jeżistix.", "Jien informat li kull mara 'l fuq minn 45 sena għandha tagħmel dan it-test.", "Kull mara Għawdxija li trid tagħmel dan it-test għall-breast cancer trid tmur bilfors l-isptar ta' Malta.", "Meta tistaqsihom biex iġibu dan is-servizz f'Għawdex jgħidulek li m'hemmx fondi.", "Ma nafx x'inhi din l-idea li kull ħaġa li trid issir f'Għawdex m'hemmx fondi!", "Per eżempju, lil numru sostanzjali ta' anzjani neħħewlhom is- servizz tal-carer għax qed jgħidulhom li ma jistgħux jinġiebu oħrajn minħabba n-nuqqas ta' fondi.", "Ara jistax ikun li lil dawn l-anzjani tneħħilhom dan is-servizz!", "Veru teżisti sitwazzjoni tal-biki fil-gżira Għawdxija.", "Imbagħad tagħmel il-mistoqsijiet lill-ministru u din dejjem tirrispondik li t-tweġiba se tingħata f'seduta oħra.", "Dawn huma affarijiet li qegħdin jagħmlulna ħsara kbira fil-gżira Għawdxija.", "Kulħadd jiftakar li wara kollox kienet din l-istess ministru li fi żmienna kienet tgħid li s-servizz tal-catamaran huwa servizz soċjali u li meta jerġgħu jitilgħu huma fil- gvern dan is-servizz se jerġgħu jagħmluh biex kull student u kull ħaddiem Għawdxi filgħodu jkollu biex imur u jiġi lura.", "Illum mhux talli spiċċa s- servizz tal-catamaran u spiċċa s-servizz tal-helicopter talli ftit ftit qegħdin naraw li anke s-servizz tal-baħar sejjer lura, tant li l-iskart ta' Għawdex qiegħed imur ukoll ma' l-Għawdxin lejn Malta, minkejja dak kollu li tgħid il-ministru għal Għawdex.", "Din hija sitwazzjoni ħażina u m'għandhiex tibqa' sejra.", "Jien minn hawnhekk nixtieq ngħid lill-prim ministru - dan għandu għalxiex ikun inkwetat għaliex Għawdex tagħna sejjer lura - li dak li ħdimna għalih b'tant serjeta` tlifnih fil-gżira Għawdxija u hemm bżonn li f'Għawdex ikollna leħen li jkun effettiv, leħen li b'xi mod lill-Għawdex inġibuh 'il quddiem.", "Punt ieħor li rrid insemmi huwa dwar il-ħaddiema li kienu jaħdmu fil- lukanda ta' San Lawrenz fejn dawn ħabta u sabta tkeċċew mix-xogħol, u dan ġara billi sempliċement irċevew notice din il-ġimgħa.", "Din hija għarukaża kbira kif employer jittratta lill-ħaddiema.", "Dan qed iġibilhom l-iskuża li m'humiex membri ta' xi union u l-ħaġa ta' l-iskantament hija li dawk li ilhom jaħdmu hemmhekk ħafna żmien spiċċaw minn ta' l-ewwel li tkeċċew, meta suppost skond il-liġi min jibda l-ewwel jitkeċċa l-aħħar.", "Imma hawnhekk tbiddel kollox, min beda jaħdem l-ewwel tkeċċa l-ewwel u lil dawk li daħlu jaħdmu l-aħħar tawhom ukoll part-time hemmhekk.", "Hemm bżonn li lil dawn il- ħaddiema li tant ħadmu u għamlu ġid fil-gżira Għawdxija ma jitteħdulhomx id- drittijiet tagħhom.", "Mr Speaker, f'Għawdex hemm bżonn li ssir xi ħaġa bis-serjeta`.", "Mhux biżżejjed li aħna noqogħdu niftaħru li ġejjin il-fondi mill-Unjoni Ewropea u sal-lum il-ġurnata dawn il-fondi baqgħu ma waslux.", "Hemm bżonn li għar- rigward ta' Għawdex nagħmlu pjan li bih naraw kif lil Għawdex tagħna nġibuh 'il quddiem.", "Ma jistax ikun li s-sitwazzjoni ekonomika f'Għawdex tibqa' sejra lura.", "F'Għawdex qegħdin jintilfu ħafna u ħafna impjiegi u dan għaliex min qed imexxi lil Għawdex m'għandu l-ebda sens ta' treġija.", "Jien nagħlaq billi nsemmi l-oxxenita` li semmiet il-Ministru Giovanna Debono fit-12 ta' Diċembru ta' l-2003 f'dan il-parlament.", "Din qalet li l- prospetti li xi darba f'Għawdex jerġa' jkollna fabbriki mdaqqsa huwa 'l bogħod ħafna, biex ma ngħidx li ma jeżistux, speċjalment għall- esportazzjoni tal-prodotti tagħhom.", "Hawnhekk qed nirriferi għas-setturi tat-tessuti, taż-żraben, tal-ħwejjeġ u ta' affarijiet oħra.", "Meta inti għandek ministru li tiġi f'dan il-parlament, bir-rispett kollu lejha u lejn il-kariga tagħha, u tagħmillek blanket provision bħal dik, inti mill- ewwel tinduna li l-partit Nazzjonalista li suppost għandu viżjoni għall- gżira Għawdxija u li suppost għandu leħen biex jiddefendiha, illum m'għad għandu xejn minn dan kollu.", "Sur President, meta inti ngħatajt il-kariga ta' Speaker, min-naħa tal-gvern Għawdex tilef l-identita` tiegħu u tilef is-sens u l-leħen li tant u tant jixraqlu.", "Dan qed ngħidu mhux biex infaħħrek imma taf li għandi sens ta' rispett kbir lejk.", "Illum kulma jingħad qiegħed jingħad għalxejn.", "Illum m'għandek l-ebda direzzjoni politika.", "Illum, kif diġa` spjegajt, għandek il-makna tal-pjaċiri fejn kollox huwa ppernjat biex taqdi lil dak li jkun, pero' meta tiġi biex tamministra lil Għawdex, meta tiġi biex tagħtih dak is- sens ta' identita` reġjonali - li kemm il-gvern u kemm l-oppożizzjoni jemmnu fiha u tant u tant ħadmu għaliha - ssib li ma tistax tasal.", "Hemm bżonn li dawn l-affarijiet jieqfu darba għal dejjem.", "Hemm bżonn li l- gvern u l-oppożizzjoni, aħna l-ħames deputati Għawdxin, ninġabru madwar mejda u naraw kif nistgħu nsalvaw lil Għawdex tagħna.", "L-Onor.", "Justyne Caruana qalet li aħna sirna ċittadini tat-tieni klassi.", "Jien ngħid li aħna kważi lanqas għadna neżistu għaliex kull ħaġa li kellna qegħdin jeħduhielna l-Maltin.", "Kulħadd huwa konxju u kulħadd jaf li kull ħaġa li tant ħdimna bis- serjeta` għaliha, fosthom li f'Għawdex inġibu turisti ta' kwalita`, illum dik tlifniha wkoll.", "Illum kulħadd jaf li Għawdex m'għadux aktar dik il- ġawhra ta' sbuħija naturali li wieħed kien japprezza qabel.", "Illum Għawdex sar post fejn tiġi biss għal xi skappatura u terġa' tmur lejn Malta.", "Mr Speaker, issa nixtieq nitlob il-permess tal-Kamra biex inqiegħed xi ritratti fuq il-medja tal-Kamra.", "MR SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR .", "ANTON REFALO: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Sett ritratti li juru annimali maqtula fil-biċċerija ta' Għawdex u duħħan ħiereġ miċ-ċumnija ta' l-istess biċċerija.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it- Tnejn, 1 ta' Novembru 2004, fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill- Ministru.", "Fid-9:30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "SIGURTA' SOĊJALI - CHILDREN ALLOWANCE", "8171.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Familja u tas- Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid kemm familji jibbenefikaw miċ-children allowance?", "Tista' tagħti l-informazzjoni għas-snin 1985, 1986, 1990 u 1995?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Dwar l-informazzjoni mitluba għas-snin 1986 u 1990, nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 3703.", "Ninsab informata li n-numru ta' benefiċċjarji fis-snin 1985 u 1995 kien ta' 47,051 u 52,440 rispettivament.", "BAĊIR NRU.", "1", "8172.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Peress li l-Ministru qal li x-xogħol dwar Baċir Nru. 1 beda, jista' jagħti informazzjoni dettaljata dwar x'se jsir u meta?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: M'għandi xejn x'inżid mat-tweġiba li ta l-Prim Ministru għall-mistoqsija parlamentari 7451.", "FREEPORT - ĦADDIEMA", "8173.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika: Jista' il-Ministru jagħti informazzjoni dwar kemm kien hemm impjegati, maqsuma skond il-grad inkluż it-top management, fil-Freeport sena b'sena sa mit-twaqqif tiegħu?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "FREEPORT", "8174.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika: Jista' il-Ministru jgħid kemm kien l-infiq u d-dħul tal-Freeport, sena b'sena sa mit-twaqqif tiegħu?", "Jista' l-informazzjoni jaqsamha skond fejn sar l-infiq u fiex sar u jindika mnejn ġie kull dħul?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "SAN ĠILJAN – DRENAĠĠ", "8238.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika: Jista' il-Ministru jgħid x'wassal biex għal diversi jiem f'nofs Ottubru kien hemm ħruġ qawwi ta' drenaġġ fit-triq li tieħu lejn il-bajja ta' San Ġorġ mis-Swieqi għal San Ġiljan, inħawi mimlijja ristoranti u lukandi u fejn jinġemgħu ħafna nies lokali u barranin?", "Kemm damu ma saru t-tiswijiet meħtieġa?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Peress li fl-inħawi msemmijja hemm ħafna servizzi għaddejjin, u peress li d-drenaġġ kien ħiereġ mill-culvert tal-Maltacom, kien diffiċili biex jiġi identifikat fejn kienet il-problema.", "Fil-fatt instab li kien hemm sadd fil-main tad-drenaġġ fi Swieqi Road u d-drenaġġ beda jgħaddi għal ġo service trench tal-Maltacom u joħroġ minn ġo inspection box li hemm faċċata l-Intercontinental Hotel.", "Wara tindif u anke survey bis-CCTV, dan il-ħruġ ta' drenaġġ waqaf u ttieħdu prekawzjonijiet biex ma jkunx hemm ripetizzjoni ta' dan l-iżbroff ta' drenaġġ.", "LUKANDI", "8240.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid, sena b'sena, kemm għalqu u kemm fetħu lukandi?", "Ta' liema kategorija huma?", "X'numru ta' sodod kellhom f'Malta u f'Għawdex fis-snin 2000, 2001, 2002, 2003 u 2004 - s'issa?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: In-numru ta' lukandi li għalqu u li fetħu bejn is-snin 2000 u 2004 huwa kif ġej: 2000 - Għalqu tliet lukandi; tnejn ta' tliet stilel - 443 sodod - u waħda ta' żewġ stilel - 150 sodod.", "Fetħu żewġ lukandi; it-tnejn ta' erba' stilel - 482 sodod.", "2001 - Għalqu sitt lukandi; tnejn ta' tliet stilel - 198 sodod - u erbgħa ta' żewġ stilel - 387 sodod.", "Fetħu tliet lukandi; tnejn ta' erba' stilel - 982 sodod - u waħda ta' tliet stilel - 56 sodod.", "2002 - Għalqu ħames lukandi; kollha ta' tliet stilel - 1,236 sodod.", "Fetħu tliet lukandi; kollha ta' erba' stilel - 589 sodod.", "2003 - Għalqu sitt lukandi; tnejn ta' erba' stilel - 526 sodod - tnejn ta' tliet stilel - 202 sodod - u tnejn ta' żewġ stilel - 135 sodod.", "Fetħu tliet lukandi; waħda ta' ħames stilel - 902 sodod - u tnejn ta' tliet stilel - 324 sodod.", "2004 - Għalqu erba' lukandi; waħda ta' erba' stilel - 80 sodod - u tlieta ta' tliet stilel - 304 sodod.", "Fetħet lukanda waħda ta' erba' stilel - 88 sodod.", "AIR MALTA - ĦADDIEMA", "8260.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika: Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7957 u cioe' jgħid matul l-aħħar sena kemm kien hemm ħaddiema ta' l-Air Malta li telqu minn mal-kumpannija, mhux irtiraw biż-żmien?", "F'liema oqsma telqu f'kull każ?", "Kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda f'kull każ?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mill-1 ta' Ottubru 2003 in-numru ta' ħaddiema ta' l- Air Malta li telqu kien ta' 86 li jikkonsisti: 73 minnhom ibbenefikaw mill-iskema tal-boarding out li qiegħda fil-ftehim kollettiv; sitta irriżenjaw; erba' utillizzaw l-iskema ta' l-early retirement; u tlieta mietu.", "Kif wieħed jista' jara minn numru ta' hawn fuq, il-ħaddiema kienu minn kull oqsma ta' xogħol, jigifieri, 11-il persuna kienu jokkupaw grad eżekuttiv; 39 kienu klerikali; 23 industrijali li l-parti l-kbira minnhom kienu ħaddiema tar-rampa; sitt persuni li rriżenjaw huma tliet piloti, skrivan, engineer u stewardess; tliet group heads u head (1) ibbenifikaw mill-iskema ta' l-early retirement; tlieta mietu.", "Matul l-istess perjodu l-kumpannija mpjegat sitt trainee technicians u chief officer H.R. & corporate services fil-livell ta' top management.", "MALTA DRYDOCKS - ĦADDIEMA", "8261.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika: Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7955 u cioe' jgħid jekk għal din is-sena t-tarzna hux se jkollha biżżejjed flus biex tħallas il-pagi tal-ħaddiema tagħha jew il-gvern hux se jkollu jgħaddilha iżjed flus biex ikollha mnejn tħallashom?", "Fil-każ li iva, kemm se jkollu jgħaddilha iżjed flus sa l-aħħar tas-sena?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "SERVIZZ TA' TRASPORT BL-AJRU BEJN MALTA U GĦAWDEX", "8262.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 7956 u cioe' jgħid x'servizz ta' trasport bl-ajru hemm maħsub li jibda jopera bejn Malta u Għawdex wara li jieqaf is-servizz bil-helicopter ta' l-Air Malta?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamenatri 7956.", "GĦAWDEX - SPTAR ĠENERALI", "8271.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għal Għawdex: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 6345 li saret fit-30 ta' Ġunju 2004 u li għadha ma ngħatatx tweġiba, tista' il-Ministru ġentilment tirrispondi d-domanda dwar l-għoti tat-tenders għall-isptar ġenerali ta' Għawdex?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: L-informazzjoni mitluba hi kif jidher hawn taħt:", "|Offerti |Ammont |Stadju | | |(Lm) | | |Provvista, |15,101.|Apparat | |konsenja u |60 |fornut u | |stallazzjon| |kkummisjonat | |i ta' | | | |colorifiers| | | |Provvista, | |Apparat | |konsenja u |7,762.3|fornut u | |stallazzjon|4 |kkummisjonat | |i ta' pompi| | | |tar-raw | | | |water | | | |Provvista, |16,040.|Apparat | |konsenja u |72 |fornut u | |stallazzjon| |kkummisjonat | |i ta' | | | |stress ECG | | | |Provvista, | |Pubblikazzjon| |konsenja u |4,000.0|i | |stallazzjon|0 | | |i ta' forn | | | |combi | | | |Sistema | |Ftehim ta' | |tat-telefon|2,100.0|Kera | |PABX |0 | | |Dental | |Apparat li | |Model Trimm|454 |dalwaqt ser | | | |jiġi fornut | |Sink Mediku| |Apparat li | | |358 |dalwaqt ser | | | |jiġi fornut | |Ultrasound | |Apparat li | |Cleaner |727 |dalwaqt ser | | | |jiġi fornut | |Żewġ Biopsy| |Apparat | |Forceps |847 |fornut u | | | |kkummissjonat| |Teleskopju | |Apparat | |Artolux |737 |fornut u | | | |kkummissjonat|", "GĦAWDEX - XOGĦLIJIET FIT-TOROQ", "8273.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għal Għawdex: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 6444, tista' il-Ministru telenka x-xogħlijiet, kemm infrastrutturali kif ukoll ta' manutenzjoni tat-toroq f'Għawdex, għal dawn l-aħħar ħames snin?", "Tista' tgħid ukoll min għamel ix-xogħol u kemm ġie jiswa?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Lista ta' x-xogħlijiet tat-toroq f'Għawdex li saru permezz ta' kuntratturi matul dawn l-aħħar ħames snin tpoġġiet fuq il- mejda tal-Kamra aktar kmieni fis-seduta.", "Barra minn dawn ix-xogħlijiet saru diversi xogħlijiet oħra permezz tal-ħaddiema tal-gvern.", "AWTORITA' TAX-XANDIR - RADIO CALYPSO", "8276.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 6693 u 6883, li oriġinarjament saru lil Ministri oħrajn u li issa ġew riferuti lilu peress li l-awtorita' tax-xandir taqa' taħt id-dekasteru tiegħu, u cioe' jistax iforni d-dettalji kollha dwar it-trasferiment tal-frekwenza ta' Radio Calypso u dwar il-mod kif it-talba għat-trasferiment ġiet determinata mill-awtorita' tax-xandir?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab informat mill-awtorità tax-xandir illi fl- 14 ta' Ġunju 2004 l-awtorità irċeviet talba konġunta mingħand Radio Calypso Ltd u Radju Marija Ltd li Radio Calypso kien se jinxtara minn Radju Marija Ltd.", "Wara li l-awtorità irċeviet risposta għat-talba lil Radju Marija Ltd sabiex tipprovdi aktar informazzjoni dwar il-ġeneru ta' l-istazzjon, jekk kienx se jkun hemm tibdil fl-iskeda ta' l-istazzjon, il-post minn fejn se jxandar l-istazzjon, il-finanzjament ta' l-istess stazzjon u dettalji oħra, l-awtorità approvat din it-talba.", "Il-kriterji li fuqhom l-awtorità tax-xandir tiddetermina talbiet ta' din in- natura jinsabu mniżżla f'Artiklu 16(1) ta' l-Att dwar ix-Xandir.", "ĠUSTIZZJA U INTERN - TRANSFERS", "8281.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ingħataw transfers fil-ministeru tiegħu u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu mill-1 ta' Lulju 2004 sal-lum?", "ONOR.", "TONIO BORG: Mill-1 ta' Lulju 2004 s'issa n-numru ta' transfers li nħarġu mid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-ġustizzja u l- intern kien ta' sebgħa.", "Tnejn minnhom saru fuq talba tal-persuni konċernati u tnejn għax il-persuni konċernati ħadu appointment ma' dipartiment ieħor tal-gvern.", "Informat ukoll illi matul l-istess perjodu kien hemm 37 membru tal-korp tal- pulizija li tbiddlilhom ix-xogħol tagħhom fid-diversi sezzjonijiet tal- korp.", "Minn dawn 24 għax ingħataw promozzjoni għall-grad ta' surġent.", "Kif diġa' kelli okkażjoni ngħid fi tweġibiet preċedenti dwar dan is- suġġett, it-transfers isiru skond l-esiġenzi tas-servizz fiċ-ċirkostanzi prevalenti.", "EDUKAZZJONI - TRANSFERS", "8282.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers fil- ministeru u fid-dipartimenti li jaqgħu taħtu mill-1 ta' Lulju 2004 sal-lum?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif mitlub tpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni fis-seduta.", "Ġeneralment it-transfer ikun sar fuq talba ta' l- individwu approvata mid-dipartiment konċernat.", "AFFARIJIET BARRANIN - TRANSFERS", "8283.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin: Jista' il-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers fil-ministeru u fid-dipartimenti li jaqgħu taħtu mill-1 ta' Luju 2004 sal-lum?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Ma jirriżultaliex li ngħataw transfers mill- ministeru tiegħi mill-1 ta' Lulju 2004 sal-lum.", "TURIŻMU U KULTURA - TRANSFERS", "8284.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers fil-ministeru u fid- dipartimenti li jaqgħu taħtu mill-1 ta' Lulju 2004 sal-lum?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Mill-1 ta' Lulju 2004 sal-lum kien hemm b'kollox sitt transfers, ħamsa minnhom saru jew fuq talba tal-persuna konċernata, jew għax ħadu promozzjoni, jew għax ġew redeployed.", "Fil-każ l- ieħor għalliem li kien misluf liċ-ċentru Malti għar-restawr reġa' mar lura d-dipartiment ta' l-edukazzjoni.", "KOMPETITTIVITA' U KOMUNIKAZZJONI - TRANSFERS", "8285.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers fil- ministeru u fid-dipartimenti li jaqgħu taħtu mill-1 ta' Lulju 2004 sal-lum?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-mejda tal- Kamra aktar kmieni fis-seduta.", "RIŻORSI U INFRASTRUTTURA - TRANSFERS", "8286.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' il-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers fil- ministeru u fid-dipartimenti li jaqgħu taħtu mill-1 ta' Lulju 2004 sal-lum?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: In-numru ta' transfers li ngħataw fil-ministeru u fid- dipartimenti li jaqgħu taħtu mill-1 ta' Lulju 2004 sal-lum huwa ta' 22.", "Dawn it-transfers seħħew skond l-esiġenzi tas-servizz jew fuq talba ta' l- individwi nfushom.", "DWANA - KUNTRABANDU TAD-DIESEL", "8293.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari li kont għamilt qabel ir- recess tas-sajf, jista' il-Prim Ministru jgħid xi żviluppi kien hemm dwar il-każ ta' l-allegat kuntrabandu tad-diesel?", "Fiex waslu l- investigazzjonijiet tad-dwana flimkien mal-pulizija?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-investigazzjonijiet dwar l-allegat kuntrabandu tad-diesel għadhom għaddejjin kemm min-naħa tal-pulizija kif ukoll min-naħa tad-dwana.", "TAXXI INTERNI - INCOME TAX REFUNDS", "8294.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta' taxxa ta' income tax li nġabret mill-gvern u li hija definittivament dovuta bħala refund lit-taxpayers imma li l-gvern għadu ma rrifondiex - skond is-sena ta' stima li nġabret din it-taxxa?", "Jista' jgħid kemm hu n-numru ta' taxpayers intitolati għal dawn ir-refunds?", "Peress li bosta taxpayers qed jilmentaw li ilhom żmien twil jistennew dawn ir-refunds, jista' jagħti l-ammonti li ġew refunded kull xahar matul din is- sena u jindika meta beħsiebu jirrifondi l-arretrati dovuti lill-pubbliku?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-mejda tal- Kamra aktar kmieni fis-seduta."]} {"filename": "20050516_267d_par.doc", "date": "2005-05-16", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Uffiċjali u Rivedut) L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 267 It-Tnejn, 16 ta' Mejju, 2005 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 267 It-Tnejn, 16 ta' Mejju, 2005", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.03 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "267", "It-Tnejn, 16 ta' Mejju, 2005", "WERREJ", "MINUTI 297", "KUNSENS 297", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI 297", "TQEGĦID TA' KARTI 304", "DISKUSSJONI DWAR L-ISTRATEĠIJA TA' LISBONA 305", "AĠĠORNAMENT 329", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 335", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 266 li saret fil-11 ta' Mejju, 2005 ġew konfermati.", "KUNSENS", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Carmelo Abela): Ninforma lill-Kamra li l- President ta' Malta għoġbu jagħti l-kunsens tiegħu għal:", "Att Nru. V ta' l-2005 - Att ta' l-2005 dwar Arkivji Nazzjonali.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "ARRETRATI LIL MEMBRU TA' L-ARMATA", "9241.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Chris Cardona) staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jara li persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, tingħata l-arretrati tal-paga lilha dovuta mill-forzi armati?", "ONOR.", "TONIO FENECH (Segretarju Parlamentari)(f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Jien informat li l-arretrati dovuti tħallsu lill- persuna konċernata f'Marzu li għadda.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jista' is-Segretarju Parlamentari jgħid meta se joħorġu r-riżultati ta' l-interviews għall-mili ta' postijiet ta' senior messengers?", "ONOR.", "TONIO FENECH: Jiddispjaċini imma ma nafx nirrispondik.", "TKEĊĊIJA TA' MEMBRI TA' L-ARMATA", "11866.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm tkeċċew membri ta' l-armata f'dawn l-aħħar ħames snin?", "Għaliex tkeċċew u x'rank kellhom?", "Kemm telqu minn jheddhom?", "ONOR.", "TONIO FENECH (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.", "EŻENZJONI MIT-TAXXA FUQ XIRI TA' BUSES", "12030.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 11136, jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hu l-ammont totali ta' eżenzjoni mit-taxxa ta' reġistrazzjoni u mid-dazju fuq xiri ta' buses ġodda?", "ONOR.", "TONIO FENECH (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): L- ammont totali ta' eżenzjoni mit-taxxa ta' reġistrazzjoni u dazju fuq xiri ta' buses ġodda hu ta' Lm355,026.", "HOST FAMILIES", "12039.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA (f'isem l-Onor.", "Franco Galea) staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Kemm huwa minnu li hemm xi dipartiment li qed jitlob informazzjoni mill-aġenziji ta' l-ivvjaġġar u mill-iskejjel ta' l-Ingliż dwar host families li jżommu studenti barranin magħhom?", "X'inhu l- iskop ta' dan l-eżerċizzju?", "ONOR.", "TONIO FENECH (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Ninsab informat li l-ebda dipartiment taħt id-dekasteru tiegħi ma qatt talab għall-informazzjoni msemmija mill-Onor.", "Interpellant.", "Huwa d- dipartiment tat-taxxi interni biss li jitlob informazzjoni lill-iskejjel ta' l-Ingliż dwar ħlasijiet lil host families.", "Is-sistema ta' self-assessment tinkorpora sistema ta' verifika biex jiġi żgurat li kulħadd iħallas it-taxxa dovuta u għal din ir-raġuni, il- kummissarju tat-taxxi interni għandu l-fakulta' li jitlob informazzjoni u dan ma jagħmlux biss fil-każ ta' dan is-settur imma f'setturi oħrajn ukoll.", "EUROPEAN SPATIAL DEVELOPMENT PERSPECTIVE", "12188.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Roderick Galdes) staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Kemm huwa minnu li l-ministeru jew dipartimenti li jaqgħu taħtu kellhom diskussjonijiet dwar il-European spatial development perspective?", "Ġew sottomessi xi proposti jew proġetti marbuta ma' dan il-pjan?", "X'kienu jinkludu?", "ONOR.", "TONIO FENECH (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Nikkonferma li s-segretarjat għall-Unjoni Ewropea qatt ma ssottometta xi proposti jew proġetti marbuta mal-European spatial development perspective.", "ŻIEDA TA' L-GĦOLI TAL-ĦAJJA", "12192.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joseph Sammut) staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid x'inhi r- raġuni li d-dħul tal-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, la jirrifletti ż-żieda fil-promozzjoni u lanqas ta' l-għoli tal-ħajja?", "ONOR.", "TONIO FENECH (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-persuna indikata kienet senior operative fuq skala 17 u fid-19 ta' Novembru, 2004 ħadet progression għal skala 16 u mhux promozzjoni.", "Din il-progression dehret fil-paga li tħallset fl-1 ta' Diċembru, 2004 - li allura tkopri l-perijodu mit-3 ta' Novembru sa l-1 ta' Diċembru, 2004 - u hija riflessa fis-salarju bażiku ta' din il-persuna, fejn għandha parti mill-paga maħduma fuq skala 17 u parti fuq skala 16.", "Fl-1 ta' Jannar, 2005 din il-persuna ngħatat iż-żieda ta' l-għoli tal-ħajja għal din is-sena.", "Jekk il-persuna indikata tixtieq aktar informazzjoni, nistedinha tmur fl- uffiċċju tas-salarji tal-ministeru.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Evarist Bartolo, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Jista' is-Segretarju Parlamentari jgħidilna x'pożizzjoni se tieħu Malta fuq il-pressjoni li qed tagħmel Franza biex il- VAT fuq ristoranti tinżel minn 19.5% għal 5.5%, partikolarment wara l-aħħar laqgħa li kellhom l-esperti tat-taxxa?", "X'pożizzjoni se tieħu Malta meta fi ftit ġimgħat oħra se jiltaqgħu l-ministri tal-finanzi tal-pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropea biex ikomplu jiddiskutu din il-materja?", "X'pożizzjoni se tieħu Malta meta sa l-1 ta' Jannar, 2006 mistennija tressaq il- pożizzjoni tagħha fuq lista ta' servizzi fejn għandha titnaqqas il-VAT?", "THE DEPUTY SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Kif qal tajjeb l-Onor.", "Bartolo, id-diskussjoni m'hijiex marbuta biss fuq il-kwestjoni tar-ristoranti imma anke fuq numru ta' setturi oħrajn.", "Franza kienet diġa' talbet deroga biex għal raġunijiet ta' employment, tkun tista' tapplika r-rata ta' 5% flok ir-rata ta' 19% u effettivament kien hemm perijodu fejn din it-talba kienet ġiet aċċettata.", "Bħalissa għaddejja diskussjoni aktar wiesgħa biex din it-taxxa tiġi armonizzata, fis-sens li ma jkunx hemm xi pajjiż partikolari li abbażi ta' xi special consideration u f'settur wieħed partikolari ikollu rata aktar baxxa, imma jkun hemm a common policy across the European Union kollha kemm hi.", "Jien nista' ngħid li min-naħa tagħna qed issir analisi interna fuq livell tekniku ta' x'se jkun ifisser dan għal pajjiżna - għax ovvjament hemm implikazzjonijiet ta' revenue, jekk wieħed jieħu in konsiderazzjoni settur u mhux ieħor - imma at this stage ikun prematur li ngħid x'pożizzjoni finali se nieħdu.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Sena wara sena, fis-sottomissjonijiet tagħha għall-budget, l-assoċjazzjoni tal-lukandi u r-ristoranti kienet titlob li l- VAT tinżel fuq il-qasam tar-ristoranti, iżda sena wara sena l-gvern irrifjuta li jagħmel dan.", "Se nħallu l-pożizzjoni tal-gvern tippreġudikalna l-pożizzjoni li se nieħdu f'dan il-każ?", "Ma jidhirlux is-Segretarju Parlamentari li huwa kruċjali li ladarba nfetħet din it-tieqa ta' opportunita' fil-qasam tar-ristoranti u servizzi oħrajn, huwa fl-interess tagħna li kemm jista' ikun ikollna rata baxxa biex inkunu iżjed kompetittivi, speċjalment fil-konfront ta' dawk il-pajjiżi fejn is-settur turistiku huwa importanti strateġikament għall-ekonomija tagħhom?", "THE DEPUTY SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Naħseb li kieku kien possibbli konna nbaxxu r-rata tal-VAT fuq is-setturi kollha u mhux fil-każ tar-ristoranti biss!", "Riċentement, per eżempju, kien hemm min qajjem il-kwestjoni tal-kultura, fejn jidħol it-teatru u anke fejn tidħol l-industrija tal-films.", "Jiġifieri t-talba biex tapplika a lower rate hija wiesgħa u tapplika għal numru ta' setturi għax, naturalment, din kulħadd iħares lejha bħala li potenzjalment tista' tgħin f'dak li huwa ħolqien ta' impjiegi u affarijiet simili.", "Pero' ovvjament il-pajjiż għandu konsiderazzjonijiet oħra x'jagħmel għax biex aħna nsostnu l-edukazzjoni, l-investiment fl-infrastruttura, is- servizzi soċjali u l-ambjent, iridu jiġu minn x'imkien il-flus.", "Jiġifieri din m'hijiex kwestjoni daqshekk straightforward għax ma jagħmilx sens li wieħed jaqbad u jniżżel ir-rata f'settur wieħed mingħajr ma jikkonsidra l- implikazzjonijiet fuq setturi oħrajn u ċertament f'dan l-istadju ma jien se nagħmel l-ebda commitment f'dan is-sens.", "Żgur li għas-settur turistiku – u dan l-Onor.", "Bartolo jafu - il-gvern diġa' qiegħed joffri rata vantaġjuża ta' 5% fuq l-akkomodazzjoni, xi ħaġa li pajjiżi oħrajn ma joffrux.", "Aħna ppreferejna li nagħtu inċentiva f'dan ir-rigward għax inħossu li din tkun aktar indirizzata lejn is-settur turistiku, filwaqt li ħafna mill- konsum li jsir fir-ristoranti m'huwiex marbut biss mat-turiżmu imma huwa marbut ukoll mal-konsum lokali.", "Nerġa' ngħid li d-diskussjoni hija ħafna iktar wiesgħa milli nħarsu biss lejn settur wieħed partikolari, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Fil-valutazzjoni u l-evalwazzjoni li trid issir, se jingħata kas ta' l-argumenti li kien ressaq l-istess gvern Nazzjonalista waqt in-negozjati għas-sħubija ta' Malta fl-Unjoni, dwar fejn il-VAT tolqotna ħażin?", "Jaħseb li huwa l-każ li għandna nkunu konsistenti mal- pożizzjoni li dwarha l-gvern kien ipprova jipperswadi lill-Kummissjoni Ewropea, anke jekk ma wasalx?", "Jaħseb li l-argumenti ta' dak iż-żmien għadhom jgħoddu għal-lum?", "THE DEPUTY SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Bla dubju ta' xejn, l-argumenti li saru fil-passat jibqgħu argumenti validi għalina.", "Aħna se nibqgħu nżommu l-pożizzjoni tagħna fuq il-kwestjoni ta' l-ikel, fuq il-mediċini u fuq diversi affarijiet oħra.", "MQABBA: TRIQ L-AĦAWA GHIGO - ASFALTAR", "12193.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joseph M. Sammut) staqsa lill- Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jara li l-parti li fadal minn Triq l-Aħwa Ghigo, fl-Imqabba tingħata wiċċ?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT (Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq): Minn spezzjoni li saret jirriżulta li l-aħħar biċċa minn Triq l-Aħwa Ghigo safejn hi miftuħa, ġiet mogħtija cold asphalt iżda minn wara l-ħajt li jagħlaq it-triq, il-bini għadu mhux żviluppat.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Sur President, xtaqt ninterpella lill-Ministru dwar in-nuqqas ta' road signs f'dawk it-toroq arterjali fejn bħalissa qed isiru x-xogħlijiet.", "Ma jaħsibx li dan qed ikun ta' periklu kemm għall- pedestrians kif ukoll għas-sewwieqa?", "Għala dan ix-xogħol qed jieħu daqshekk fit-tul u sadanittant qatt ma tara warden jew pulizija?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Kuntrarjament għal dak li qed jgħid l-Onor.", "Farrugia, m'huwiex veru li x-xogħlijiet qed idumu iktar milli kien previst.", "Fil-fatt illum infetħet it-triq ta' Ħal Qormi, bejn ix-showroom tal-KIA u r-roundabout li tagħti għas-Siġġiewi.", "Issa l-Onor.", "Membru jaf li meta l-kuntratturi jkunu qed jagħmlu ċertu xogħol fit-toroq obbligati jipprovdu sinjali għal skop ta' road safety u traffic management, iżda mhux l-ewwel darba li dawn is-sinjali jinsterqu.", "Anke l-ADT il-ħin kollu tiġbed l-attenzjoni tal-kuntratturi dwar is-signage li suppost isir meta jkunu għaddejjin ix-xogħlijiet, iżda b'mod regolari jinsterqu minn fuq il-post il-cones, crash barriers u sinjali oħra li jitpoġġew fit-toroq għal skop ta' safety u kontroll tat-traffiku.", "Dan l- aħħar meta kien qed isir xogħol f'St. George's Road, San Ġiljan xi ħadd anke ċaqlaq dawn is-sinjali u b'riżultat ta' hekk inħoloq chaos sħiħ.", "Naturalment hemm diversi modi kif wieħed jista' jagħmel traffic management u fit-triq tas-Siġġiewi, per eżempju, saru traffic lights temporanji biex jirregolaw it-traffiku u f'postijiet partikolari ġieli jkun hemm il- preżenza tal-pulizija.", "Jiena napprezza li l-flus li ntefqu fuq xogħlijiet ta' toroq huma fuq skala li qatt ma rajna bħalha għax Lm14-il miljun f'sena huma darbtejn il-budget annwali tax-xogħlijiet fit-toroq.", "Dan minnu nnifsu jikkawża dawn l- inkonvenjenzi u naturalment mhux dejjem ikollok soluzzjoni għal ċerti sitwazzjonijiet għax biex tmur mill-Mosta għall-Imġarr m'għandekx alternative route.", "Jiġifieri kultant ikollok tmur għas-soluzzjoni li taħdem sa nofs it-triq u tiftaħ in-nofs l-ieħor għat-traffiku.", "Evidentement dan jikkawżalek ċertu inkonvenjent li m'għandniex soluzzjoni għalih, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Imma allura jekk il-problema ġejja minħabba l-fatt li r-road signs jinsterqu, jista' il-Ministru jara li jitwaħħlu poles u dwal apposta f'dawn iż-żoni?", "B'dan il-mod, filwaqt li l-ADT ma tkomplix tgħabbi piżijiet fuq il-kuntrattur, ikun hemm element akbar u aħjar ta' road safety.", "Għax mhux billi nġibu l-iskuża li dawn is-signs jinsterqu u nibqgħu ma niċċaqalqux, Sur President.", "Jiena qatt ma rajt warden jew pulizija għassa meta jkun qed isir xogħol ta' toroq u nitlob lill-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra, ir-rapporti li fihom hemm li kien hemm il-preżenza tal-pulizija jew tal-wardens.", "Jien ta' sikwit ngħaddi mit-toroq ta' Ħaż-Żebbuġ u mill-bypass ta' l-Imġarr u ż- Żebbiegħ, pero' qatt ma nara warden jew pulizija jiddevjaw it-traffiku, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Meta għandek l-approvazzjoni għal traffic management bħala skema li hija ongoing, m'hemmx l-obbligu li jkun hemm warden.", "Dan mhux bħal meta tingħalaq triq, għandek devjazzjoni temporanja u min qed jagħmel dak ix-xogħol għandu l-obbligu li jġib il-warden.", "Jekk inti ddisinjajt skema ta' traffic management u poġġejtha in place, suppost li dik timxi waħedha u m'għandekx bżonn ta' warden day in, day out.", "Issa jien ngħidlek li fejn jirriżultaw problemi partikolari ta' xi congestion li tinħoloq further down the road minħabba dawn ix-xogħlijiet, ġieli tara pulizija.", "Biss ma naħsibx li l-issue hija kwestjoni ta' dwal u daqshekk, Sur President.", "Jiena nista' nikkonferma li dawn il-crash barriers hemm kwantita' kbira minnhom u mhux kif qed jgħid l-Onor.", "Interpellant.", "Jekk imur lejn iż- Żebbiegħ isib it-triq mimlija kollha crash barriers, flashlights u affarijiet bħal dawn.", "Mhux qed ngħid li aħna perfetti għax naturalment hemm ħafna lok ta' improvement.", "Jien naċċetta l-fatt li hemm bżonn ta' iktar monitoring mill-enforcement officers ta' l-ADT.", "Fil-fatt il-periti u l-enforcement officers ta' l-ADT ġew mitluba li joqogħdu b'seba' għajnejn biex kif jinnotaw shortcomings ta' traffic management, dawn iġibuhom għall- attenzjoni tal-kuntratturi u jista' ikun hemm kas ta' penali jekk l- affarijiet ma jitranġawx.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Mario Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Sur President, jekk tippermettili ndawwar is-suġġett, nistaqsi lill-Ministru biex jgħidli kemm huwa possibbli li l-ADT tagħmel rethinking dwar il-problema tad-double-deckers, anke peress li Malta llum tinsab f'realta' ġdida.", "Kemm huwa konxju li f'dawn l-aħħar 12-il xahar kien hawn coaches ta' dan it-tip mill-Ġermanja joperaw f'Malta għal ġimgħa sħiħa u kien hawn ukoll xi double-decker li ġiet bit-turisti mill- Ingilterra?", "Qed ngħid dan anke fid-dawl ta' dak li qal il-Kummissarju Verheugen, fis-sens li Malta m'għandha l-ebda dritt tibqa' tirrifjuta l- permess lil dawn il-coaches.", "Issa peress li dan il-każ ġie a konoxxenza tal-prim ministru u peress li l- Ministru stess donnu li hu tal-fehma li għandu jkun hemm rethinking - għax qal li dawn il-coaches joħolqu suq ġdid - u peress ukoll li jidher li l-ADT se tibqa' riġida fil-pożizzjoni tagħha, ma jaħsibx il-Ministru li m'huwiex sew li operaturi barranin jistgħu jdaħħlu double-deckers f'Malta, filwaqt li sidien lokali ma jistgħux joperaw bihom?", "Naf li anke sar appell minn kelliem ta' l-oppożizzjoni dwar dan u anke hu talab li jsir rethinking.", "Naħseb li sinċerament wasal iż-żmien li l-ADT ma tibqax riġida u ma tibqax tistaħba wara l-iskuża ta' l-għoli meta fir-realta' għandna operaturi barrranin li qed jiġu Malta b'dawn it-tip ta' coaches.", "X'inhi l-pożizzjoni tal-Ministru dwar dan?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: L-ewwelnett min qed jagħmel talba għall-ħruġ ta' permessi għal double-deckers li diġa' qegħdin f'Malta, qed jgħid li dawn huma open-top buses meta dawn m'huma open-top buses xejn imma huma double- deckers li sempliċement neħħewlhom is-saqaf.", "Jiġifieri altro che milli dawn jobdu l-istandards kif suppost.", "Kieku xi passiġġier kellu verament ikun fuq is-saqaf ta' waħda minn dawn il-coaches u jqum bil-wieqfa, jispiċċa jaħbat mas-sinjali tat-traffiku li għandna fit-toroq minħabba l- għoli tal-coach!", "It-tieni, qabel ma wieħed jiġi biex jiftaħ il-permessi għall-vetturi ta' dan it-tip irid jara jekk hawnx verament ħtieġa għalihom.", "Għax int jista' ikollok operatur li jkun irid idaħħal servizz or whatever, pero' ma jkunx hawn domanda għalih.", "It-talba tista' tkun ġejja minn xi ftit operaturi għax ikunu jixtiequ jifirxu l-business tagħhom.", "U lanqas ma rridu ninsew li s-setturi varji fit-trasport huma magħluqin u għandek diversi monopolji, Sur President.", "Jekk nitkellmu dwar taxis insibu li għandna 200 liċenzja, karozzi tal-linja għandna 508, il-liċenzji għall-coaches huma magħluqin u l-liċenzji tal- hearses huma magħluqin.", "Din hija sitwazzjoni which runs across the board, fis-setturi kollha f'Malta u Għawdex u f'pajjiż żgħir bħal tagħna m'huwiex daqshekk faċli li tibda tkisser dawn il-monopolji.", "Jekk wieħed jikkonċedi lill-operaturi tal-karozzi tal-linja biex jibdew jagħmlu xogħol mat- turisti, per eżempju, għid li f'daqqa waħda se jqumulek ta' l-unscheduled.", "Pajjiżna tant hu żgħir li l-economies of scale ma jippermettux dawn l- affarijiet, pero' napprezza l-anomalija li semma l-Onor.", "Galea li operaturi tat-trasport internazzjonali jistgħu joperaw f'Malta.", "Forsi jeżistu xi ftit niċeċ fejn wieħed jista' jippermetti double-deckers proprja, basta jobdu ċerti specifications.", "M'hemm xejn ħażin li wieħed jgħid kemm għandu jkun l-għoli ta' vettura għax jekk ma jsirx hekk se nispiċċaw ikollna nbiddlu s-senjalazzjoni li għandna fit-toroq.", "Biss kollox ma' kollox ma naqbilx li għandu jkollna suq miftuħ għad-double- deckers għax fl-ebda settur tat-trasport - sew jekk huma coaches, jekk huma mini vans, jekk huma xarabanks u jekk huma taxis - ma jeżisti suq miftuħ.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Galea.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Mr Speaker, kemm huwa informat il-Ministru li fl- Ingilterra, pajjiż membru ta' l-Unjoni minn ħafna snin qabel ma' Malta saret membru, hemm site fejn jirriklamaw id-double-deckers – dawn il- Ministru jsejħilhom bis-saqaf miftuħ - u anke jużawhom biex idawru lit- turisti bihom?", "Ma jaħsibx il-Ministru li l-ADT qiegħda tuża l-argument ta' l-għoli u ilha tirriċiklah għal ħafna żmien - naf li l-Onor.", "Mugliett wiret din il-problema għax ilha hemm snin twal - mentri operaturi barranin qegħdin jiġu hawn b'double-deckers ta' l-istess għoli u l-ebda inċident għadu ma ġie rrapportat?", "Ma jaħsibx il-Ministru li hemm differenza bejn turist li jieħu coach u jinżel sa Marsaxlokk u turist ieħor li jieħu tour b'double-decker li tieħdu sightseeing f'numru ta' postijiet?", "Naturalment ikun irid iħallas aktar għax jekk turist imur Marsaxlokk b'karozza tal-linja jrid iħallas mod u jekk imur b'double-decker irid iħallas ħafna iktar.", "Ma jaħsibx li dan is- servizz jista' jiġġenera suq ġdid għall-industrija tat-turiżmu, speċjalment jekk nieħdu in konsiderazzjoni li t-temp f'pajjiżna jiġbed numru ta' operaturi barranin?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ikolli nistqarr li ma nafx jekk l-Onor.", "Galea huwiex jirriferi għal open-top buses jew għal double-deckers għax nerġa' ngħid li ma teżisti l-ebda domanda fil-pajjiż għal double-deckers, jiġifieri għal coaches li jkollhom capacity doppja tal-coaches li hawn.", "L-open-top buses naralhom spazju għal skopijiet turistiċi u naraha l- ħtieġa tagħhom.", "Wieħed mill-inkarigi li tajt lill-ADT - fil-fatt l-Onor.", "Interpellant qal li jiena darba aċċennajt għar-rethinking – hu preċiżament li nfasslu policy għal open-top buses li joperaw fuq ċerti rotot speċifiċi ta' sightseeing għal skopijiet turistiċi.", "INVESTIGAZZJONI TA' INĠUSTIZZJI", "12226.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Justyne Caruana) staqsa lill- Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk kumpens mogħti mit-tribunal għall-investigazzjoni ta' inġustizzji huwiex suġġett għat-taxxa fuq l-income?", "ONOR.", "TONIO FENECH (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant illi l-ebda taxxa ma hi dovuta jew pagabbli fuq ħlasijiet magħmulin lill-individwi mill-Gvern ta' Malta jew minn xi korporazzjoni jew korp stabilit b'liġi jew minn xi soċjetà jew korp ieħor li fih il-gvern ikollu kontroll, bħala kumpens għal xi telf ta' income u li jkunu saru fuq rakkomandazzjoni tat-tribunal għall- investigazzjoni ta' inġustizzji mwaqqaf skond Att VIII ta' l-1997.", "SERVIZZ PUBBLIKU - ĦADDIEMA ON LIGHT DUTIES", "12260.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Justyne Caruana) staqsa lill- Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid fiex jikkonsisti l-proċess biex impjegat tal-gvern jingħata light duties u kif jinbeda dan il-proċess?", "In oltre, jista' ġentilment jgħid x'tip ta' xogħol hu kkonsidrat bħala light u x'implikazzjonijiet u/jew x'effett ikun hemm fuq is-salarju?", "ONOR.", "TONIO FENECH (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Ninsab informat li l-policy tal-gvern hi li ma jaċċettax li mpjegati pubbliċi jkunu fuq light duties, għalkemm issir eċċezzjoni fil-każ ta' min ikun weġġa' fuq ix-xogħol.", "DOUBLE TAXATION AGREEMENT MAL-USA", "12265.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Leo Brincat) staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid x'passi beħsiebu jieħu l-Gvern Malti dwar id-double taxation agreement ma' l-Istati Uniti, bħala follow-up għaż-żjara riċenti tal-Foreign and European Affairs Committee tal-Parlament?", "ONOR.", "TONIO FENECH (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-gvern se jkompli bil-ħidma kollha possibbli biex anke ma' dan il-pajjiż ikollna double taxation agreement.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplementari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jista' is-Segretarju Parlamentari jgħid jekk għadux in vigore d-double taxation agreement bejn Malta u l-Ingilterra?", "ONOR.", "TONIO FENECH: Iva, safejn naf jien għadu in vigore.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-Mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru Louis Galea.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Lista ta' skejjel li huwa ppjanat li jsirulhom xogħlijiet ta' manutenzjoni, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 12100;", "Lista ta' skejjel fejn qed isiru xogħlijiet ta' manutenzjoni, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 12101;", "Lista ta' talbiet pendenti għal devoluzzjoni ta' art minn għaqdiet sportivi għal skopijiet ta' proġetti sportivi, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 12329; u", "f'isem il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura nqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' stqarrija għall-istampa dwar xogħlijiet ta' kostruzzjoni f'żoni turistiċi matul is-sajf 2005, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 12326.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Louis Deguara.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita`) : Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Statistika dwar każijiet ta' persuni isofru minn Ħepatite B bejn l- 2000 u l-2004, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 12107; u", "Statistika dwar imwiet ta' persuni f'Malta kaġunati mill-kanċer matul l-2004, maqsuma skond il-lokalitajiet, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 12316.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Jesmond Mugliett.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar rotot ġodda u estensjonijiet ta' rotot eżistenti tas- servizz tat-trasport pubbliku, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 12106.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Is-Segretarju Parlamentari Tonio Fenech.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Sur President, f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi nqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Rapport Annwali tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku għas-sena 2004; u", "f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar tender numru 33 maħruġa mit-taqsima proprjeta` tal-gvern fil-25 ta' Frar 2005, flimkien mal-pjanta relattiva u l-permess tal- MEPA, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 12382; u", "Tabella li turi l-għadd ta' reati kriminali rapportati lill-pulizija fil-limiti ta' Santa Venera bejn l-2001 u l-2004, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 12422.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Issa minflok se ngħaddu għall-Ordnijiet tal- Ġurnata, il-Kamra se tgħaddi biex tiddiskuti l-istrateġija ta' Lisbona, dibattitu li se jieħu tlett ijiem.", "Mozzjoni quddiemna m'għandniex u għaldaqstant fi tmiem id-diskussjoni ma npoġġix il-mistoqsija.", "Id-dibattitu jiftħu u jagħlqu l-Ministru Ċensu Galea.", "Rimarki?", "DISKUSSJONI DWAR L-ISTRATEĠIJA TA' LISBONA", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għall-Kompetittivita` u Komunikazzjoni): Sur President, illum għandna għad-diskussjoni suġġett li ilu jissemma diversi drabi, suġġett li la għandu bidu u lanqas tmiem, suġġett li mhux se jkun possibli għalina li nitkellmu fuq l-aspetti kollha tiegħu!", "U hawnhekk qiegħed nirreferi għal-Lisbon Agenda.", "Fl-ewwel ftit minuti se nagħti idea ta' x'inhuma t-targets prinċipali tagħha u se nipprova nasal għall-konklużjoni dwar jekk Malta hijiex miexja ma' dawn it-targets.", "Imbagħad inkunu nistgħu naslu għall-konklużjoni ta' dak li hemm bżonn isir mhux biss fuq bażi temporanja, iżda aktar importanti minn hekk, x'għandna nagħmlu fuq bażi long-term u fuq bażi lil hinn mid- definizzjonijiet li għandha din l-istess aġenda ta' Lisbona.", "Bħal-lum ħmistax kien hemm żewġ sessjonijiet ta' diskussjoni fil-kumitat ta' l-Affarijiet Barranin u Ewropej fejn diversi organizzazzjonjiet Maltin kellhom l-opportunita' li jiġu u jitkellmu quddiem dan il-kumitat.", "Fil- fatt, dawn id-diversi organizzazzjonijiet kienu preżenti u għamlu l- preżentazzjonjiet tagħhom u pprovaw huma stess jaraw jekk pajjiżna mexiex 'il quddiem biżżejjed jew jekk nistgħux nagħmlu aktar minn dak li qed nagħmlu ħalli nilħqu l-għanijiet prinċipali tagħna.", "Sur President, jekk wieħed kellu jiġbor fi ftit kliem x'kienu t-targets oriġinali ta' din 'l hekk imsejħa aġenda ta' Lisbona fis-sena 2000 naraw li l-għan prinċipali kien dak li nagħmlu mill-ekonomija ewropea l-aktar waħda kompetittiva, l-aktar waħda bbażata fuq l-informazzjoni madwar id-dinja u li tkun kapaċi ssostni l-growth ekonomiku bl-aktar numru ta' mpjiegi, u li jinħolqu b'adeżjoni u koeżjoni fil-qasam soċjali.", "Dawn huma t-targets wesgħin ta' l-aġenda ta' Lisbona u li kull pajjiż ipprova jmexxi 'l quddiem.", "Tajjeb li wieħed ifakkar ukoll li fis-sena 2000 dawn it-targets kienu intiżi għall-15-il membru li kien hemm fi ħdan l-Unjoni Ewropea, pero' meta mbagħad id-diversi kandidati kienu qed joqorbu lejn is-sħubija tagħhom fl-Unjoni Ewropea kien hemm targets u skopijiet fil-programm ta' ħidma ta' l-aġenda ta' Lisbona li ridna nipprovaw insiru parti integrali minnhom.", "Naturalment ma kienx possibbli għal dawk l-għaxar pajjiżi li daħlu fl-1 ta' Mejju tas-sena l-oħra sabiex jibdew iħaddmu l-għanijiet kollha ta' l-aġenda ta' Lisbona.", "Dan għaliex fis-sena 2000 aħna konna għadna m'aħniex membri fl-Unjoni Ewropea.", "Pero' dan ma jfissirx li t-targets tal-pajjiżi kandidati ta' l-Unjoni Ewropea riedu jkunu f'konflitt ma' l-ideat ta' l- aġenda ta' Lisbona.", "Jien m'għandix dubju li kull wieħed mill-gvernijiet ta' dawn il-pajjiżi kien qiegħed jipprepara ruħu sabiex meta jidħol fl- Unjoni Ewropea fl-1 ta' Mejju tas-sena li għaddiet, b'xi mod jew ieħor ikun qiegħed jippjana huwa wkoll sabiex iwassal lil pajjjiżu lejn dik l-istess strateġija.", "Eventwalment din kienet l-istrateġija li riedet tiġi adottata minn dawk il- pajjiżi li kienu se jsiru membri fl-Unjoni Ewropea, u fil-fatt Malta mill-1 ta' Mejju tas-sena l-oħra bdiet taddotta dawn it-targets ta' l-aġenda ta' Lisbona.", "Fil-fatt, dawn ħadnihom bħala parti mit-targets li ridna nilħqu u li għad irridu nilħqu u li se nkomplu naħdmu fuqhom matul iż-żmien li ġej sabiex nipprovaw naraw kif se nilħqu dawn it-targets prinċipali.", "Wieħed jista' jgħid li meta tipprova tidħol fid-dettall ta' dik is-sentenza u tgħidha f'kelmtejn, insibu li l-għan prinċipali li fuqu kienet ibbażata l- aġenda ta' Lisbona huwa dak li ridna naraw li nipprovaw insibu l-aħjar mod biex nippreparaw lill-ħaddiema u lin-negozji fid-diversi pajjiżi għall- bidliet li jkunu qed iseħħu, u biex ir-riċerka u l-innovazzjoni tad-diversi pajjiżi ikunu jistgħu jimxu 'l quddiem.", "Hemmhekk ukoll ġew stabbiliti numru ta' targets ta' kemm suppost tonfoq f'dawn l-oqsma partikolari, u allura ridna nassiguraw li l-pajjiżi differenti, partikolarment pajjiżna, nersqu lejn dawk it-targets prinċipali.", "Mr Speaker, jien m'iniex se nitkellem dwar id-diversi targets li hemm għax se jkun hawn ministri oħra li jitkellmu dwarhom b'mod iktar speċifiku.", "Pero` tajjeb wieħed jgħid li l-iktar punti importanti kienu li l-pajjiżi jaħdmu f'ekonomija kompetittiva u dinamika li tkun ibbażata fuq it-tagħrif u fuq it-tagħlim, u li din l-istess ħidma tkun kapaċi twassal biex l- ekonomija tikber b'mod qawwi filwaqt li ttejjeb il-kondizzjonijiet tax- xogħol u tassigura li f'kull wieħed mill-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea jkun hemm koeżjoni soċjali ikbar milli kellu s'issa.", "Wieħed jista' jgħid li meta l-Unjoni Ewropea, kemm qabel u kemm wara t- tkabbir tagħha f'Mejju tas-sena li għaddiet, bdiet tara fejn kienet waslet fit-targets ta' Lisbona stabbiliti fis-sena 2000, iktar ma beda jgħaddi ż- żmien, għalkemm kulma kienu ilhom ħames snin, beda jidher ċar li ċerti targets ma kenux qed jintlaħqu.", "Xi targets oħrajn kellhom jinbidlu minħabba ċ-ċirkostanzi differenti li żviluppaw matul dawn l-aħħar snin.", "Proprju f'Novembru li għadda kien hemm indikazzjonijiet ġodda li l-pajjiżi kollha fl-Unjoni Ewropea jridu jipprovaw jagħmlu revamping tal-Lisbon agenda tas-sena 2000 biex jaraw jekk dawk it-targets intlaħqux, u jekk kienx hemm skop li jinbidlu t-targets oriġinali minħabba r-realtajiet ġodda li kienu żviluppaw bejn is-sena 2000 u s-snin 2004/2005 bid-dħul ta' l- għaxar membri ġodda ta' l-Unjoni Ewropea.", "Ir-rapport ta' l-ex-Prim Ministru Wim Kok għamel numru ta' rakkomandazzjonijiet.", "Forsi jkolli ċans nagħmel riferenza għalihom f'din l- introduzzjoni, imma kelliema oħrajn żgur se jkollhom iċ-ċans jitkellmu fuq targets speċifiċi ta' dan l-istess rapport.", "Kieku kellna naraw b'mod ġenerali fuqiex se jikkonċentraw r-rakkomandazzjonijiet il-ġodda matul iż- żmien li ġej, insibu li qed jirreferu għal numru ta' targets prinċipali li jinkludu l-macroeconomic guidelines, il- microeconomic guidelines u anke dawk li qed jissejħu l-employment guidelines.", "Waħda mill-affarijiet li bdiet tiżviluppa f'dawn l-aħħar ftit xhur hija marbuta mal-parti hekk imsejħa l-koeżjoni soċjali.", "U kien hemm numru ta' organizzazzjonijiet anke fil-kontest lokali li qalu li l-kunsill tal- kompetittivita` m'għamilx sewwa meta f'ċerti aspetti bidel il-pilastri prinċipali li fuqhom kellha tkun ibbażata din l-istrateġija ta' Lisbona, għaliex il-koeżjoni soċjali ma baqgħetx tingħata dik l-importanza kif kienet qed tingħata fit-targets oriġinali.", "Hawnhekk tajjeb wieħed jenfasizza li iktar milli tneħħew it-targets ta' koeżjoni soċjali mit-targets oriġinali, iktar kien qed jingħad li ma jistax ikollok koeżjoni soċjali ta' dawk il-gruppi fis-soċjeta` li għal xi raġuni jew oħra jkunu qegħdin jinqatgħu lura mill-mainstream tal-kumplament tas- soċjeta`, jekk inti ma jkollokx żieda fl-impjiegi u żieda fl-attivita` ekonomika.", "Permezz taż-żieda fl-attivita` ekonomika u ż-żieda fin-numru ta' persuni li jaħdmu, awtomatikament tkun tista' ssostni l-pożizzjoni ta' dawk il-persuni li għandhom bżonn l-għajnuna biex ikunu jistgħu jimxu 'l quddiem.", "Fl-aħħar mill-aħħar trid tkun l-istess soċjeta`, li tagħmel tajjeb għal dawk is-setturi li ma jkunux qegħdin jilħqu t-targets prinċipali ta' għajxien diċenti.", "Permezz taż-żieda fl-attivita` ekonomika, is-soċjeta` tkun tista' ssostni lil dawk il-persuni li għal xi raġuni, li mhix fil-kontroll ta' dak li jkun, ikunu qed jaqgħu lura.", "Allura dawn ir- rakkomandazzjonijiet ġodda qed jibqgħu jenfasizzaw il-ħtieġa ta' għajnuna lil dawk il-partijiet mis-soċjeta' li m'għandhomx żvilupp sostenibbli biżżejjed.", "M'għandix dubju li d-diversi targets li kienu maħsuba oriġinarjament f'dan ir-rigward riedu jiġu enfasizzati b'mod iktar qawwi matul iż-żmien li ġej.", "U hawnhekk ukoll, filwaqt li nħarsu b'mod intern lejn l-Unjoni Ewropea, wieħed irid ikompli jżomm quddiem għajnejh uħud mit-targets prinċipali li kellha l-istrateġija ta' Lisbona tas-sena 2000 u jara jekk imxewx biżżejjed, u jekk id-diversi setturi setgħux attwalment jiġu mtejba u mħarsa iktar.", "Jekk wieħed jidħol iktar fil-fond fid-diversi targets oriġinali, isib li target prinċipali li kien ukoll il-bażi ta' l-aġenda ta' Lisbona, kien li f'dak li għandu x'jaqsam mat-tkabbir ekonomiku, innovazzjoni, technological change u employment l-Ewropa trid tipprova tikkompeti mhux biss bejn pajjiż u ieħor ta' l-istess Unjoni Ewropea, imma tikkompeti bħala blokk sħiħ ta' 15-il membru dak iż-żmien, u llum ta' 25 stat, ma' wieħed mill-forzi prinċipali ta' l-attivita` ekonomika, jiġifieri l-Amerika.", "Wara numru ta' snin kellu jiġi mqabbel it-tkabbir ekonomiku tal-25 stat ta' l-Unjoni Ewropea, bħala blokk sħiħ, mat-tkabbir ekonomiku li qed tagħmel l-Amerika fid-diversi setturi.", "Wieħed jista' jgħid mill-bidu li anke mir-rapport ta' Wim Kok irriżulta li dan it-target prinċipali li kien issettjat fis-sena 2000 għad jonqosna ferm iktar biex nilħquh.", "Target ieħor li kien ġie stabbilit fis-sena 2000 kien jirrigwarda s-suq intern ta' l-Unjoni Ewropea.", "X'se nagħmlu biex inkunu nistgħu nnaqqsu l- ostakoli li hemm fid-diversi sistemi li għandna fil-pajjiżi li jifformaw l- Unjoni Ewropea, b'mod partikolari f'dik li hija liberalizzazzjoni tas- servizzi, inklużi servizzi finanzjarji, trasport, posta u s-settur ta' l- enerġija?", "Naturalment għal kull wieħed minn dawn is-setturi, li huma meqjusa bħala parti integrali tas-suq intern ta' l-Unjoni Ewropea, hemm regolamenti u metodi differenti ta' kif wieħed jista' jilliberalizza.", "Tajjeb wieħed jgħid li għalkemm kompliet id-diskussjoni dwar l-internal market u dwar il- liberalizzazzjoni tas-servizzi, għad m'hemmx konklużjonijiet fost il-25 stat membru.", "Għad baqa' diskussjoni intensa f'diversi pajjiżi kemm fuq il- kwestjoni ta' l-internal market kif ukoll, u forsi b'mod iktar qawwi, fuq il-kwestjoni tal-liberalizzazzjoni tas-servizzi u fuq ċerti oqsma professjonali.", "Hemm riżervi minn numru ta' pajjiżi membri, u wieħed jista' jgħid li anke llum, ħames snin wara li kienu ssettjati dawn it-targets, għadna lura biex attwalment naslu għall-pożizzjoni fejn il-25 stat membru naqblu fuq dawk it-targets u nimxu fuqhom.", "Fost l-oħrajn, hemm riżervi fuq is-servizzi finanzjarji, fuq it- tassazzjoni, u fuq is-servizzi mediċi.", "Naturalment f'dawn id- diskussjonijiet filwaqt li nkunu qegħdin naraw kemm imxejna lejn it-targets oriġinali bħala stat membru ta' l-Unjoni Ewropea, fl-istess ħin bir- rappreżentanti li jkun hemm fid-diversi council meetings ta' ministeri differenti, attwalment inkunu qegħdin nieħdu l-pożizzjoni tagħna.", "Nista' ngħid li f'dak li jirrigwarda l-internal market min-naħa tal- ministeru għall-kompetittivita` u komunikazzjoni matul is-sena li għaddiet għamilna konferenza nazzjonali u anke ppubblikajna dokument li ħolqu ammont ta' diskussjoni.", "Għalkemm il-konferenza saret f'Ottubru li għadda, għadna għaddejjin bl-evalwazzjoni tar-rakkmandazzjonijiet u s-suġġerimenti li kienu ħarġu dikinhar, biex fl-aħħar mill-aħħar naraw liema minnhom sejrin nadottaw.", "Ħaġa oħra li diġa` għamilt riferenza għaliha hija l-kwestjoni tal-bilanċ bejn l-attivita` ekonomika u l-integrazzjoni soċjali.", "Il-pożizzjoni oriġinali fis-sena 2000 kienet li tagħti importanza kważi ugwali lil kull wieħed minn dawn is-setturi.", "Imma llum qegħdin nirrealizzaw li biex tkun tista' tiggarantixxi li jkun hemm integrazzjoni soċjali, hemm bżonn li jkun hemm attivita` ekonomika qawwija li twassal biex ikun hemm ukoll garanzija ta' l-ikbar numru ta' persuni li jkunu qegħdin jaqilgħu l-għajxien tagħhom permezz tax-xogħol u mhux permezz tal-kontribuzzjonijiet mill-Istat.", "Allura hawnhekk għandna bidla fid-direzzjoni fis-sens li qed ikun hemm iktar enfasi fuq l-attivita` ekonomika u l-ħolqien tax-xogħol.", "Naturalment dan bl-ebda mod m'għandu jwassal biex ikun hemm xi tnaqqis mid-drittijiet tal-persuni li jingħataw għajnuna soċjali min-naħa tal-gvern.", "Hemm numru ta' targets li jridu jintlaħqu b'mod ġenerali f'dik li hija rate of employment.", "Qed jingħad li 70% tal-popolazzjoni trid tkun qed taħdem u li għandu jkun hemm 60% tan-nisa li qegħdin jagħtu sehemhom fl-attivita` ekonomika.", "Jidher li għadna 'l bogħod fiż-żewġ binarji, imma nisperaw li 'l quddiem inkunu nistgħu noqorbu lejn dawn it-targets.", "Hemm ukoll id-dimensjonijiet strateġiċi ta' fejn ridna naslu bħala Lisbon agenda.", "Hawn numru sostanzjali ta' punti u ta' ideali li kull pajjiż ipprova jimxi 'l quddiem fuqhom.", "Pero` hawnhekk hawn numru ta' konsiderazzjonijiet, b'kollox madwar tmienja, li kienu meqjusa importanti, u li f'ċertu sens huma kritiċi biex jassiguraw il-kompetittivita` nazzjonali tad-diversi pajjiżi, kif ukoll il-kompetittivita` Ewropea bħala blokk ta' 25 stat.", "Mr Speaker, se nagħmel riferenza għal diversi punti li kull wieħed minnhom għandu rilevanza ekonomika, rilevanza fil-ħolqien tax- xogħol u rilevanza fil-qasam ta' l-edukazzjoni.", "Kull wieħed minn dawn is- setturi mbagħad irid iwassal għall-koeżjoni soċjali li lkoll qed naqblu li għandha naslu għaliha.", "Fuq quddiem nett ta' dawn id-dimensjonijiet strateġiċi hemm il-kreazzjoni ta' soċjeta` ta' l-informazzjoni għal kulħadd.", "Wieħed jista' jgħid li matul il-ħames snin li għaddew f'pajjiżna kien hawn żviluppi sostanzjali, u minn sitwazzjoni fejn fis-settur tat-telekomunikazzjonijiet, il-qasam ta' l- IT kien wieħed li kważi kważi jnissel ċertu biża' u preokkupazzjoni, sar qasam li wieħed iħares lejh bħala għodda li tiggarantixxi tkabbir ekonomiku u żieda fl-impjiegi.", "Wara l-liberalizzazzjoni fis-settur tat- telekomunikazzjonijiet u bil-ħidma kordinata bejn is-settur privat u s- settur governattiv, illum qegħdin minn ta' quddiem nett f'dan il-qasam.", "B'hekk qed nassiguraw li jkollna soċjeta` ta' l-informazzjoni għal kulħadd.", "Naturalment m'għandniex nieqfu fejn wasalna llum, imma għandna nassiguraw li dan l-iżvilupp ikompli għaddej.", "Mr Speaker, qasam ieħor li huwa meqjus importanti huwa dak ta' l- innovazzjoni, ir-riċerka u l-iżvilupp.", "Infatti kien hemm targets speċifiċi li jgħidu li 3% tal-GDP kellhom jintefqu fuq ir-riċerka, l-innovazzjoni u l- iżvilupp.", "Imma nistgħu ngħidu li l-pajjiżi kollha fl-Unjoni Ewropea across the board għadhom 'il bogħod milli jilħqu dan it-target.", "Irridu nammettu li anke f'pajjiżna irridu nagħmlu ħafna iktar.", "Hemm l-impenn tal-gvern li jkompli bil-ħidma tiegħu biex jassigura li proġetti ta' riċerka, proġetti ta' innovazzjoni u ta' żvilupp jingħataw l-għajnuna.", "Infatti, fil-budget ta' din is-sena tħabbru inizjattivi f'dan il-qasam.", "Pero` rridu nassiguraw li mhux biss inkomplu nsaħħu dawn it-targets prinċipali imma nassiguraw ukoll li f'dik li hija r-riċerka u innovazzjoni, pajjiżna jħaffef il-pass li kellu sal-lum.", "L-ewwel u qabel kollox għandu jagħraf x'riċerka u x'innovazzjoni qed isseħħ li għal xi raġuni jew oħra mhux qed ikun recorded tajjeb biżżejjed.", "Filwaqt li nammettu li pajjiżna, aktar minn pajjiżi oħrajn, għandu d-diffikulta` biex jinvesti f'riċerka u fi żvilupp minħabba l-limitazzjonijiet tagħna, irridu nassiguraw li dak li qed iseħħ f'dan il-qasam, ma jibqax magħruf biss fost dawk li jagħmlu r- riċerka, imma li dawn ir-riċerki u r-riżultati tagħhom jiġu mħabbra.", "Għar-rigward tal-liberalizzazzjoni, b'mod partikolari fil-kwestjoni tas- single market kif ukoll il-policy ta' kompetizzjoni, tajjeb wieħed jgħid li hemm numru ta' punti li għad iridu jiġu ċċarati, b'mod partikolari f'dak li għandu x'jaqsam mas-single market.", "Irridu nibqgħu nassiguraw li f'dik li hija competition policy, nibqgħu nippruvaw kontinwament.", "Hawnhekk għandna l- limitazzjonijiet ta' suq li huwa magħluq u żgħir, u rridu nippruvaw naraw li l-għodod li għandna f'pajjiżna biex jiggaratixxu kompetizzjoni ġusta ikunu qegħdin f'posthom.", "Nafu li fid-diversi setturi fejn kellna l- liberalizzazzjoni f'dawn l-aħħar ħmistax-il sena kellna suċċess, u issa rridu nassiguraw li l-competition policies ikunu ċari b'mod li kulħadd jifhimhom u jkun jaf sa fejn jista' jasal.", "Punt ieħor ta' rilevanza huma n-network industries, b'mod partikolari s- settur tat-telekomunikazzjonijiet u s-settur ta' l-utilities u tat- trasport.", "Kull wieħed minnhom fil-fatt għandu r-regoli tiegħu, u dawn matul iż-żmien li ġej se nkomplu ntejbuhom b'mod li nassiguraw li jkun hemm ħarsien ċar tar- regolamenti.", "Filwaqt li fl-intervent tiegħi, se nillimita ruħi fuq it-telekomunikazzjonijiet, tajjeb li wieħed japprezza li l- liberalizzazzjoni tas-settur tat-telekomunikazzjonijiet fl-Ewropa, u f'pajjiżna, tat riżultati li huma ferm pożittivi u ma ġarax dak li uħud minna kienu qed jibżgħu li se jiġri.", "Wara li erba' snin ilu saret il-liberalizzazzjoni tas-settur tat- telekomunikazzjonijiet, bħalma ġara fix-xandir, fil-qasam tan-negozju u f'kull settur ieħor li b'kuraġġ u b'determinazzjoni dan il-partit fil-gvern fil-fatt illiberalizza matul is-snin li għaddew, f'dan is-settur inħolqu ferm aktar impjiegi milli kien hemm erba' snin ilu.", "Illum l-attivita` ekonomika fil-qasam tat-telekomunikazzjonijiet hija ferm iktar qawwija milli kienet erba' snin ilu, u qed iseħħu żviluppi interessanti.", "Proprju għada hemm il-World Telecomunications Day, kif rappreżentata mill-ITU, u din is-sena qiegħda tikkonċentra fuq dawk li huma l-iżviluppi ta' l-ICTs u kif dan is-settur għandu jkun għodda tajba biex l-ekonomija timxi 'l quddiem.", "Dan hu target ta' l-Unjoni Ewropea, u huwa wkoll target ta' l- ITU, u aħna għamilnih parti integrali mill-politika tagħna matul iż-żmien li għadda.", "Dan huwa target li fih qegħdin nirnexxu u se nkomplu nassiguraw li pajjiżna jkompli jkun minn ta' quddiem f'dan is-settur.", "Fuq dak li għandu x'jaqsam ma' l-effiċjenza u l-integrazzjoni tal-financial services, jitkellem fuqu aktar 'il quddiem is-Segretarju Parlamentari Tonio Fenech.", "Pero` se nsemmih biss bħala wieħed mill-għodda prinċipali li fuqhom irridu nibbażaw l-istrateġija ta' Lisbona sabiex il-miżuri li jieħu l-gvern ikunu tali li jassiguraw aktar attivita` ekonomika.", "Għal dak li għandu x'jaqsam ma' l-ambjent ta' intrapriża, hawnhekk ukoll irridu nassiguraw li kemm f'dak li huwa l-business startups, kif ukoll f'dawk li huma regulatory framework, irridu nippruvaw inħaffu dawn il-proċessi.", "Nisimgħu kemm-il darba li għandna ħafna burokrazija fil-konfront taż-żewġ proċessi.", "Jidher li għandna diffikultajiet biex dak li jkun jipprova jibda n-negozju tiegħu f'pajjiżna u biex il-proċess ta' applikazzjoni fil-fatt jitwassal għat-tmiem tiegħu.", "Hawnhekk għal darba oħra għandna l- commitment tal-gvern li jneħħi l-burokrazija żejda li xxekkel in-negozju f'pajjiżna.", "Jien m'għandix dubju li l-miżuri li ħadna matul is-snin li għaddew diġa` taw il-frott biex ġew iffaċilitati l-proċessi ta' kif joħorġu l-liċenzji u taħt liema kondizzjonijiet.", "Pero` rridu nkunu onesti magħna nfusna u ngħidu li baqagħlna setturi li fihom irridu nbiddlu l-mod kif issir l-analiżi ta' l-applikazzjonijiet sabiex kemm jista' jkun niffaċilitaw u nħaffu iżjed l-investiment li jkun irid isir u li ovvjament iwassal għal aktar postijiet ta' xogħol f'pajjiżna u aktar ġid.", "Għandna imbagħad il-kwestjoni ta' titjib fil-qasam ta' l-inklużjoni soċjali.", "Matul is-snin li għaddew, il-gvern kellu diversi proġetti li fil- fatt kienu parti integrali mill-politika tiegħu, u n-national action plan għall-unemployment huwa wieħed minnhom.", "Dan jgħin sabiex persuna li tkun tilfet ix-xogħol tiġi mgħejuna biex issib xogħol ieħor billi itejjeb l- kapaċitajiet tagħha b'riżultati ferm pożittivi kemm għaliha kif ukoll għall- ekonomija Maltija.", "L-aħħar punt li fuqu hija bbażata din l-strateġija huwa l-iżvilupp sostenibbli u hawnhekk, m'għandix dubju li ħarsa lejn dak li għamilna matul is-snin li għaddew tagħti indikazzjoni ta' l-impenn tal-gvern fl-iżvilupp ekonomiku.", "Il-politika tal-partit fil-gvern matul dawn l-aħħar snin, speċjalment fl-aħħar sena, kienet iffokata fuq l-ekonomija, l-edukazzjoni u l-ambjent.", "Dawn huma t-tliet pilastri li fl-aħħar mill-aħħar inqisu li huma fundamentali biex nassiguraw li s-soċjeta` ta' pajjiżna tkompli miexja 'l quddiem.", "Irridu nassiguraw aktar ħidma matul iż-żmien li ġej proprju billi nippruvaw naraw li kull wieħed minna jkun ippreparat aħjar għall-isfidi li għandna quddiemna.", "Aħna stajna nieħdu pożizzjoni li noqogħdu bilqiegħda u ma nagħmlu xejn dwarhom u nistennew ir-realtajiet tal-ħajja jaslu fuqna, pero` dan il-gvern għażel li ma jagħmilx hekk.", "Il-gvern qed jgħid li barra li dawn huma targets ta' l-aġenda ta' Lisbona, huma wkoll targets fundamentali tal-politika tiegħu.", "Wieħed jista' jipprova jagħti diversi indikazzjonijiet ta' fejn irridu naslu u ta' kif nistgħu naslu.", "Irridu nkomplu mexjin b'dawn l-iżviluppi li diġa` mxejna ħafna fuqhom.", "Importanti ħafna li nżommu l-kompetittivita` ta' pajjiżna bħala t-target prinċipali tagħna, u rridu nassiguraw li kulħadd jaħdem favur dan il-għan billi kulħadd jagħmel dak li hu kapaċi tagħmel, jagħmlu fil-ħin, jagħmlu bl-aħjar mod possibbli u jekk jista' jkun jagħmlu wkoll b'mod li jiggarantixxi l-aħjar dħul għalih innifsu.", "Irridu noffru prodotti u servizz ta' l-aħjar kwalita`, u dan jista' jiġi garantit biss jekk kulħadd jagħti l-aħjar tiegħu.", "Dan hu punt importanti għas- soċjeta` tagħna u anke għall-Unjoni Ewropea li llum nifformaw parti minnha.", "Irridu nassiguraw ukoll li dak li kapaċi nagħmlu aħna ma nistennewx li jagħmlu ħaddieħor, imma nagħmluh aħna.", "Jekk noqogħdu nistennew li dak li kapaċi jagħmel ċertu xogħol, jagħmlu hu u dak li jkun jaħseb l-istess fuqna, allura ħadd m'hu sejjer jagħmel xejn minkejja li jkun hemm il-potenzjal li l-affarijiet isiru, u dan iwassal għal riżultati negattivi fuq l-andament ekonomiku u soċjali tagħna.", "Għalhekk iva, Sur President, irridu nippruvaw nilħqu dawk l-istandards importanti li kapaċi nilħqu.", "Żgur li Malta m'hijiex f'qagħda li tikkompeti fil-kwantita`, għax naħdmu kemm naħdmu ma nistgħu qatt inlaħħqu ma' pajjiżi b'popolazzjonijiet u art ferm akbar minn tagħna.", "Pero` fuq kwestjonijiet ta' standards u ta' kwalita`, nistgħu nikkompetu sew, għax aħna l-Maltin kapaċi naħdmu u noħolqu prodotti u servizzi ta' kwalita` li jikkompetu ma' prodotti u servizzi ta' pajjiżi oħra.", "Hawnhekk hawn rwol importanti li bil-mod il-mod qed jimtela' minn organizzazzjoni oħra governattiva li twaqqfet xi erba' snin ilu.", "U hawn qed nirreferi għall-Malta Standards Authority li bil-mod il-mod qed tasserixxi ruħha.", "Din qed tipprova tassigura li l-prodott ikun ta' kwalita` u jista' jikkompeti fis-swieq internazzjonali.", "Biex dan isir, mhux meħtieġa biss il-ħidma ta' Standards Authority imma hemm bżonn il-ħidma ta' kull Malti u Maltija fid-diversi xogħlijiet li jagħmlu.", "Fortunatament, aktar ma jgħaddi ż-żmien, aktar qed ikun hawn Maltin li qegħdin jifhmu dan, u anke jekk forsi kultant ma jkunx hawn recording tajjeb biżżejjed ta' dak li fil-fatt ikun qed jiġri, jiena għandi diversi indikazzjonijiet li juru li l-prodotti u servizzi qed jitjiebu.", "Sur President, relatat ma dan, ngħid li jekk aħna se nibqgħu naħdmu kif konna naħdmu lbieraħ, il-kompetituri tagħna se jgħadduna, għax ma jistax ikun li aħna nkomplu naħdmu kif konna naħdmu lbieraħ filwaqt li l- kompetituri tagħna - li sa ftit snin ilu kienu warajna - jaħdmu b'metodi aktar effiċjenti u moderni.", "Aħna qegħdin f'maratona, u l-ħin kollu rridu nagħtu l-aħjar tagħna bl-aħjar metodi possibbli sabiex noffru l-aħjar kwalita' bl-anqas prezz, għax inkella jekk naqgħu lura malajr jgħadduna l- kompetituri tagħna.", "Ma dan norbot il-fattur ta' l-iżvilupp ta' l-infrastruttura ta' dan il- pajjiż.", "F'dan is-settur saru investimenti sostanzjali fis-snin li għaddew.", "Fost l-oħrajn inbnew il-faċilitajiet fl-ajruport, il-power station u saret il-modernizzazzjoni fil-qasam tat-telekomunikazzjonijiet.", "Reċentament ukoll saru numru ta' toroq f'pajjiżna.", "Dawn huma kollha setturi li jintużaw bħala kejl sabiex wieħed jipprova jara jekk l-Aġenda ta' Lisbona jkunx fil-fatt qed jilħaqha jew le.", "Sur President, ma nistgħux naħsbu li dawn l-iżviluppi jistgħu jieqfu wara l- bieb ta' xi ħadd.", "Hawnhekk mhux kwestjoni ta' kemm il-gvern qed jagħmel jew mhux qed jagħmel biżżejjed, imma hija kwestjoni ta' kemm qed nagħmlu lkoll kemm aħna.", "Sur President, f'din l-introduzzjoni li tajt, ippruvajt nagħti indikazzjoni tad-diversi punti fundamentali li fuqhom hi bbażata l-Aġenda ta' Lisbona.", "M'għandix dubju li fil-jumejn li ġejjin se jkun hemm aktar approfondiment dwar il-ħidma ta' diversi ministeri fuq din l-aġenda.", "Irrid ngħid li l- ministeru tal-kompetittivita` u komunikazzjoni għandu rwol prinċipali fiha għax irid jassigura l-kordinazzjoni tal-ħidmiet tad-diversi ministeri sabiex il-ħidma fuq l-għan prinċipali tal-gvern - li jassigura iktar kompetittivita` għal dan il-pajjiż – ma tkunx biss ħidma ta' ministeru wieħed imma tkun ħidma kordinata tad-diversi ministeri.", "Din il-ħidma trid twassal ukoll biex anke in the short term ċerti pożizzjonijiet maħsuba mid- diversi ministeri ikunu kordinati.", "Fil-fatt, jekk m'iniex sejjer żball, sa Ottubru li ġej suppost inkunu f'qagħda li mhux inżommuhom fid-diversi ministeri individwalment, imma jsiru b'mod aktar ċar, sabiex matul iż-żmien li ġej nassiguraw li s-setturi kummerċjali u soċjali li għandna f'pajjiżna jimxu 'l quddiem.", "Fuq dak li imbagħad għandu x'jaqsam mar-riċerka tant meħtieġa għal dan il- pajjiż u ma' l-iżviluppi fl-edukazzjoni, aħna qed naħdmu sabiex ikollna numru ta' targets li kull wieħed minna jrid jipprova jilħaq, u m'għandix dubju li lkoll kemm aħna kapaċi nilħquhom jekk nagħtu l-aħjar li nistgħu nagħtu f'ambjent fejn l-ekonomija tagħna tkun parti mis-suq intern ta' l- Unjoni Ewropea.", "Naturalment meta nibdew niddiskutu l-bidliet li jridu jsiru, anke fil-mod ta' kif naħdmu, se jkun hemm min jirreżisti u min itellef – anke jekk mhux għax ikun irid - il-ħidma li tkun qiegħda ssir.", "Pero` finalment irridu nirrealizzaw li biex pajjiżna jimxi 'l quddiem, irid jimxi fuq il-Lisbon Agenda.", "Il-gvern ma jistax jilħaq dan kollu waħdu, imma hemm bżonn li lkoll kemm aħna naħdmu flimkien.", "Is-settur privat, il-unions u diversi setturi oħra tas-soċjeta` jridu jagħtu s-sehem tagħhom ukoll, u mhux kulħadd jistenna mill-gvern mingħajr ma jagħmel xejn hu.", "Ejjew naħdmu flimkien fuq dak li kulħadd jaqbel fuqu sabiex nilħqu l-għanijiet tagħna, għax mingħajr il-parteċipazzjoni tagħna lkoll, ma nistgħux nilħqu t-targets ta' l-Aġenda ta' Lisbona, li ftit tal-ġimgħat ilu nbidlu xi ftit.", "Din l- aġenda ta' Lisbona għandha twassal biex lkoll kemm aħna nagħtu l-aqwa sehem tagħna għall-aħjar interess tas-soċjeta` u ta' pajjiżna.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "George Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Sur President, min sema' lill-Ministru jitkellem u ma jafx xejn fuq din il-famuża Lisbon Agenda, jieħu l-impressjoni li din xi ħaġa li l-gvern Nazzjonalista se jibda jaħdem fuqha issa bħallikieku ma kellux erba' snin ċans jorjenta ruħu f'dawk id-direzzjonijiet u jiżviluppa l-pajjiż fil-linji li kienu diġa` espressi f'dan id-dokument u f'din l- istrateġija.", "Biex min qed jisma' jifhem, irrid ngħid li din il-famuża Lisbon Agenda m'hi xejn ħlief programm ta' azzjoni li kapijiet ta' l-istati fis-sena 2000 ġeddu bejniethom - u ngħid ġeddu għaliex diġa` kien hemm targets u dokumenti oħra bħal ta' Lussemburgu, ta' Cologne u ta' Cardiff - biex joħolqu iktar xogħol u jsaħħu l-ekonomija Ewropea.", "Meta kienu mlaqqgħin f'Lisbona, dawn iddeċidew li jagħmlu programm ħalli mill-Ewropa jagħmlu l- aktar ekonomija kompetittiva tad-dinja.", "Dawn qalu li dan irid isir billi wieħed kemm jista' jkun isaħħaħ l-impjiegi u l-koeżjoni soċjali.", "Fuq ta' l- aħħar irrid nagħmel enfasi, għaliex il-Ministru qisu qed jitfagħha bħala second preference u jiena ma naqbilx man-nuqqas ta' enfasi li għamel fuqha.", "Apparti dan, dawn qablu li għandhom jibnu l-ekonomija tagħhom ibbażata fuq l-għerf – dik li hi magħrufa bħala knowledge based economy – jibnu l- infrastrutturi biex ixerrdu t-tagħlim, iħeġġu l-innovazzjoni, iħeġġu r- riformi ekonomiċi u jimmodernizzaw is-social welfare u s-sistemi edukattivi.", "Bl-Ingliż kienet deskritta bħala:", "\"to become the most competitive and dynamic knowledge based economy in the world, capable of sustainable economy growth with more and better jobs and greater social cohesion.", "Qalu wkoll li fost il-ħafna miri li kien hemm f'dan il-programm - għaliex dan huwa dokument li fih numru kbir ta' faċċati u ta' ideat ġo fih - kellu jkun hemm ġlieda kontra l-illiteriżmu, promozzjoni tar-riċerka u żvilupp ħalli noħolqu aktar oqsma fejn noħolqu l-postijiet tax-xogħol, u tnaqqis fil-burokrazija għall-industrija ħalli l-investituri ma joqogħdux jistennew ix-xhur u s-snin biex ikollhom il-permessi sabiex jibdew joperaw.", "Qalu wkoll li jixtiequ li s-swieqi finanzjarji jagħmlulhom aktar effiċjenti u b'anqas spejjeż ħalli min irid jagħmel industrija, ikollu minn fejn jieħu l-flus.", "Fi kliem ieħor, dawn iridu li jkun hemm ekonomija ġdida, li ma tkabbarx il-problemi soċjali, li ma tkabbarx il-qgħad, li ma żżidx l- esklużjoni soċjali u ma żżidx il-faqar.", "Dawn huma parti importanti minn din l-istrateġija ta' Lisbona.", "Imbagħad is-sena ta' wara, kien hemm laqgħa oħra tal-kapijiet ta' l-istati fejn qallu: Ma dan kollu, irridu nddaħlu ukoll il-kunċett tas-sustainable development.", "Jiġifieri ma' dan kollu li għedt, trid ukoll iddaħħal kunċett ta' rispett lejn l-ambjent, għaliex jekk kemm-il darba f'dan ix- xogħol li qed tagħmel, qed tagħmel ħsara lill-ambjent, dan fih innifsu se jġiblek spejjeż oħra, u dan jagħmel ħażin lill-ekonomija.", "Ovvjament il- pajjiżi kandidati li kienu jafu li se jidħlu fl-Unjoni Ewropea kienu wkoll bdew jaraw dawn il-miri u jippruvaw anke jorjentaw lilhom infushom u l- ekonomiji tagħhom fuq dawk il-linji.", "Meta beda jidher biċ-ċar li ż-żmien kien għaddej, f'Novembru ta' l-2004, grupp ta' esperti mmexxijin minn Wim Kok, li kien il-prim ministru tan- Netherlands, ħarġu report li baqa' jissemma' bħala The Wim Kok report bl- isem ta' \"Facing the Challenge, the Lisbon strategy for growth and employment, report by high level group\".", "F'dan ir-rapport jgħidilhom sabiex jagħmlu stocktake ħalli jaraw fejn waslu minħabba li kienu diġa' għaddew ħames snin, u dan suppost li kellhom jilħquh fi żmien għaxar snin!", "Ninsabu diġa' ħames snin wara, u l-qgħad qiegħed jiżdied, l-ekonomija Ewropea qiegħda taqa' wara dik ta' l-Amerika u ta' l-Asja tax-Xlokk, u qiegħed ikun hemm aktar faqar ġewwa l-Ewropa!", "Sur President, dan qiegħed ngħidu mhux bi kritika, iżda dan huwa stat ta' fatt. Qiegħed ngħid x'kienu l-affarijiet li ġiegħlu lill-kapijiet ta' l- istati Ewropej sabiex jitolbu stocktake wara ħames snin.", "Fir-rapport tiegħu, Wim Kok ikkritika ħafna dak li kien ġara u qal li kien hemm nuqqas ta' impenn minn naħa tal-gvernijiet, kien hemm nuqqas ta' kordinazzjoni u kien hemm wisq oqsma li fihom ried isir it-tibdil fihom!", "Ovvjament, għad- daqqa li ħadet l-ekonomija beda jwaħħal f'dak li ġara fil-kwestjoni tan- 9/11 ġewwa l-Amerika u minħabba ċ-Ċina, l-Indja kif ukoll minħabba l- globalizzazzjoni.", "Fi kliem ieħor beda jipprova jispjega għaliex dawk il- miri li telqu bihom ħames snin qabel ma dehrux li kienu mexjin.", "Mhux hekk biss, iżda Wim Kok qal li hemm bżonn ta' aktar commitment.", "Qal hemm bżonn li jiġu ppubblikati klassifiki - din niġu għaliha 'l quddiem - ħalli dawk li ma jwettqux performance kif suppost inħammrulhom wiċċhom quddiem l-oħrajn!", "Qiegħed nirreferi għal dik il-famuża naming and shaming fejn jibdew isemmu lil min mhux qiegħed jagħmel dak li suppost jagħmel.", "Ikompli jgħid li l-pajjiżi membri għandhom jaddottaw programm nazzjonali sabiex jinvolvu lil kulħadd, programm nazzjonali ta' ħidma fuq dawk il- kriterji kollha ħalli jaraw kif se jilħquhom.", "U dan ir-rapport ta' Wim Kok kien kritiku ħafna u jagħmel ħafna rakkomandazzjonijiet.", "Wara li għedt dan kollu forsi jkun hawn min jistaqsi kif Malta tidħol f'dan kollu.", "Malta tidħol fih għar-raġuni li pajjiżna kien kandidat għal tliet snin minn mindu bdiet din l-istrateġija, u issa ilna membri sħaħ min-nofs is-sena 2004.", "Għaldaqstant wieħed irid jara kif Malta sejra f'dan kollu.", "Bir-rispett kollu, il-ministru qal ħafna diskors u semma ħafna affarijiet, pero' strettament min kien qiegħed jisimgħu ma ħax stampa ċara ta' kif aħna hux qed nilħqu jew le dawn il-miri, dwar jekk aħniex mexjin 'il quddiem, jekk morniex lura, xi strain qed tagħmel fuq l-ekonomija tagħna, xi problemi qed niffaċċjaw bihom jew inkella x'ġid qegħdin nieħdu minnu!", "Sur President, ħalli nibda biex ngħid li m'hemm ħadd minn dan il-parlament li ma jaqbilx ma' l-għanijiet ta' dan il-programm ta' attivita' għat-tisħiħ ta' l-ekonomija ta' l-Ewropa.", "Fil-fehma tiegħi trid tkun miġnun biex tgħid li ma taqbilx ma' dawn l-għanijiet, għaliex huma ntenzjonati sabiex iżidu l- edukazzjoni u jsaħħu l-ekonomija u jdawwru r-rota tagħha ħalli b'hekk inkunu aktar kompetittivi.", "Ovvjament, bħalma aċċenna l-ministru, dan iwassal biex ikollok aktar flus ħalli tkun tista' ssaħħaħ is-servizzi soċjali, sptarijiet u affarijiet bħal dawn.", "Pero' issa lanqas għandna ninsew il-passat riċenti, u għandna nħarsu ftit ukoll lejn dawk il-previżjonijiet li kien qed jagħmel il-gvern Nazzjonalista f'dak li wiegħed qabel is-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea.", "Gvern Nazzjonalista x'wegħedhom lin-nies?", "Kien wegħedhom li għaddej programm ta' tisħiħ, li din hija l-aktar ekonomija kompetittiva u li dan se jkun l-akbar suq għalina!", "Wiegħed lin-nies li se jkun hemm ħolqien ta' postijiet tax-xogħol, li se jkun hemm l-investiment u li kien se jkun hemm bżonn it-taħriġ!", "B'mod speċjali wiegħed ħafna fuq il-ħolqien ta' xogħol u l-investiment, iżda madankollu b'dispjaċir kbir ikolli ngħid li sal-lum għadu ma avvera xejn!", "Suppost li aħna konna qed nippreparaw ruħna fil-linja ta' dawn id-direttivi ħalli hekk kif insiru membri we hit the ground running.", "Jiġifieri hekk kif immissu ma' l-art inkunu diġa' qegħdin niġru, u mhux nibdew nippreparaw ħalli nibdew niġru!", "Dik kienet l-impressjoni li ried jagħti l-gvern.", "Ried jagħtina l-impressjoni li hemm ħafna benefiċċji li qed jistennewna u li hemm ħafna affarijiet lesti sabiex jaqgħu f'ħoġorna hekk kif insiru membri ta' l-Unjoni Ewropea!", "Nerġa' ngħid dak li jgħidu l-Ingliżi, hitting the ground running, malli tmiss ma' l-art tlaqt tiġri ħalli tikkompeti u tlaħħaq ma' l-oħrajn.", "Sur President, huwa veru illi f'dan il-programm, issa li aħna membri, għandna obbligi u għadna miri x'nilħqu.", "Madankollu, sal-lum il-gvern ippriedka mod u mbagħad fil-prattika għamel mod ieħor!", "Il-gvern kien interessat biss li jimbotta u jippromwovi l-feel good factor u jgħid li dak tajjeb, li jista' jonfoq illum u mbagħad iħallas għada!", "Beda jgħid li l- ekonomija miexja sew, li m'għandniex problemi għaliex ġej ħafna investiment minn barra, u dejjem jibgħat messaġġi pożittivi!", "Issa bħala tabib naqbel ma' din is-sistema għaliex il-pazjent b'xi mod trid tagħtih sens ta' fiduċja u kuraġġ, imma min-naħa l-oħra ma tistax tarah qiegħed imut u tgħaddi biż-żmien kemm lilu kif ukoll lill-qraba tiegħu u tgħidilhom li m'għandu xejn!", "Trid tkun onest u tammetti li hawn problema u hawn diffikulta'.", "Trid tgħid li din hija l-mediċina u hekk ikollna nagħmlu sabiex infiqu.", "Kemm se ddum tidħak bin-nies?", "Kemm se ddum titbissem u tgħid lin-nies li kollox miexi sew u għalhekk m'għandniex problemi?", "Fil-fatt rajt l-istess ħaġa tiġri mill-Prim Ministru fis-seminar tal-\"European Union Membership, one year later: quo vadis Malta\".", "F'dan is-seminar il-Prim Ministru kien il-ħin kollu b'ħalqu mċarrat min-naħa sa oħra, u jgħid li f'pajjiżna kollox sew u m'hemmx problemi!", "Anzi beda jipprova jċekken u jipprova jirredikola lil min beda jitkellem fuq il-fatti u fuq iċ-ċifri!", "Hekk kif il-gvern Malti beda jitkellem fuq din il-kwestjoni, il-kummissjoni Ewropea talbuh programm ta' konverġenza.", "Dawn qalulu li f'pajjiżna hemm dejn nazzjonali m'għola s-smewwiet u deficit ta' 10%, u għalhekk talbuh xi pjanijiet qed iħejji l-gvern sabiex jidħol fil-main stream ta' dak li għaddej fl-Ewropa.", "Min-naħa tiegħu, il-gvern Nazzjonalista għamel convergence programme u bagtħu lill-kummissjoni Ewropea.", "Pero' jekk tagħsar dan il-programm ma ssib xejn fih ħlief ċifri li diġa' nafuhom!", "Issib ċifri fuq kemm huwa d-dejn u kemm maħsub li jitla', iżda mbagħad ideat ta' minn fejn se nġibu l-flus u kif se nkabbru l-ekonomija tagħna ma ssib xejn!", "Sur President, taf x'fih dan il-programm li ħejja l-gvern?", "F'dan il- programm jitkellem fuq il-privatizzazzjoni, jiġifieri naqbad l-imsielet, iċ- ċrieket, il-ġiżirani u d-deheb kollu tiegħi u nbiegħu ħalli nġib il-flus u b'hekk ngħid li jien sinjur!", "Pero' min ibigħ ħwejġu jkun qiegħed jiftaqar u mhux isir sinjur!", "Aktar minn hekk qal li;", "\"the trust of this strategy is on the one side a strong commitment to continue to combat tax evasion.", "On the other hand the structured review of expenditure by the reform of the pension system and the health care service as are expected to start within this horizon.\".", "Fir-rigward tal-ġlieda kontra l-evażjoni tat-taxxa naħseb li kulħadd jaqbel magħha.", "Pero' mill-affarijiet kollha, tmur issemmi l-pensjonijiet u r- riforma tal-health care service?!", "Dawn semmejt li se tagħmel bħala miżuri sabiex tiġi qrib in-normi ta' Maastricht?", "Ovvjament, il-kimmissjoni ewropea ma merewhx lill-gvern għaliex fir-risposta li tawh għal ħabta ta' Lulju qalulu sabiex jagħmel dak li jħoss.", "L-importanti għalihom huwa biss li jgħidu li Malta għandha ċirkostanzi speċjali, pero' fl-aħħar mill-aħħar xorta waħda trid tiġi għal dawk il-parameters għax inkella jittieħdu miżuri kontra Malta talli ma nkunux laħħaqna ma' dawk in-normi!", "Sadanitant il-Prim Ministru jserrħilna rasna li kollox miexi tajjeb u li ninsabu in line!", "Għalkemm il-kliem u l-fatti m'humiex qed juru l-istess ħaġa, xorta waħda hemm min jgħid li ladarba l-gvern qed jgħid hekk, allura l-affarijiet verament huma kif qed jgħid hu!", "Jiena dejjem nistaqsi li jekk dak li qed jgħid il-gvern b'mod uffiċjali mhux qiegħed jaqbel ma' dak li qed jgħidu n-nies tat-triq, fejn qiegħda l-problema?", "Tgħid in-nies kollha huma mġienen?", "Tgħid il-gvern jinsab miżinformat, ħalli ma ngħidx qed jigdeb, jew inkella għandu statistika żbaljata?", "Żgur li x'imkien hemm nuqqas ta' qbil, għaliex il- verita' hija waħda u ma jistax ikun li t-tnejn għandhom raġun!", "Sur President, kulħadd qiegħed igerger u kulħadd qiegħed iħoss id-daqqa fil- but.", "Għalhekk in-nies żgur li ma jistgħux jgħidu dak li qed jgħidilna l- gvern!", "Sejjer tajjeb jekk ir-raġel spiċċa bla xogħol?", "Sejjer tajjeb jekk il-ħajja qiegħda togħla kuljum?", "Sejjer tajjeb jekk lir-raġel keċċewh mit-tarzna jew inkella qed jhedduh li jkeċċuh mill-AirMalta?", "Sejrin tajjeb jekk kellna bank tagħna u begħnieh lill-barrani ħalli jgawdi hu minnu?", "Hawnhekk mhux qed ngħid min għandu raġun u min għandu t-tort, iżda qed insemmi biss il-fatti u nqabbilhom ma' dak li qed jgħid il-gvern.", "Il-Prim Ministru qiegħed jgħidilna li ninsabu mexjin fil-programm ta' Lisbona ħalli nkunu nistgħu nkabbru l-ekonomija, noħolqu x-xogħol, nattiraw l-investiment, u dawn l-affarijiet kollha.", "F'ħin minnhom il-Ministru qalilna li dawn it-targets ta' Lisbona huma l-istess targets li għandu gvern Nazzjonalista!", "Ftit ilu ħareġ rapport mill-Unjoni Ewropea fejn saret analiżi ta' fejn waslu u x'għamlu l-pajjiżi kollha li jinsabu fi ħdanha.", "Se ngħid minn issa li dan ir-rapport iħammrilna wiċċna u jġegħilna nistħu minn fuq s'isfel!", "Dan mhux qed ngħidu b'mod partiġġjan, iżda minn qalbi kollha nixtieq li dan ir-rapport kien jgħid mod ieħor!", "Dan għaliex f'dan ir-rapport Malta qed tidher bħala wieħed mill-pajjiżi fl- Unjoni Ewropea li qed tagħti l-anqas performance f'ħafna aspetti.", "Dan qiegħed ngħidu mhux biex naqta' qalb in-nies, imma għaliex dawn huma l- fatti.", "Fi kważi siegħa li dam jitkellem il-ministru, ma semma lanqas ċifra waħda minn dawn!", "Skond il-ministru m'għandna xejn ħażin u kollox sejjer tajjeb!", "Mentri dawk l-affarijiet li se nibdewhom issa, meta ħaddieħor ilu li bdihom erba' snin ilu, ma jsemmi xejn!", "Għalhekk jien se nsemmi xi ftit affarijiet li fih dan ir-rapport li kulħadd jista' jaqbad kopja tiegħu u jaqrah ħalli jinduna li m'aħna qed nivvintaw xejn.", "Sur President, dan ir-rapport wera biċ-ċar fejn Malta tinstab verament u jekk issa ma rridux nemmnuh, ma nafx x'irridu naqbdu nemmnu!", "Irridu nieħdu dawn it-twissijiet bis-serjeta' u nagħmlu l-almu kollu tagħna ħalli nirranġaw dak li huwa ħażin.", "B'hekk insiru aħjar minn ħaddieħor u nkunu nistgħu nitilgħu 'l fuq f'din il-klassifika.", "B'hekk nersqu aktar 'il quddiem u nilħqu lil dawk il-pajjiżi li qegħdin jagħtu performance tajba.", "Pero' jekk mhux se nagħmlu hekk, inkunu qed nagħmlu dan id-dibattitu għal xejn għaliex pajjiżna jibqa' sejjer lura!", "Hawnhekk m'iniex qed nitkellem dwar id-dejn nazzjonali, għaliex anke l-kummissjoni ewropea aċċettat li d- dejn nazzjonali se jibqa' jiżdied.", "Fil-fatt bħala risposta għall- convergence programme, il-kummissjoni qiegħda tippretendi li sa tliet snin jew erba' snin oħra, id-dejn nazzjonali se jibqa' jiżdied!", "Issa mbagħad min se jħallsu għad irridu narawh!", "Qed jgħidilna wkoll li l-budget deficit se nnaqqsuh.", "Hawnhekk nixtieq nistaqsi jekk il-gvern għandux il-ħsieb li jnaqqsu billi jbigħ l-affarijiet tiegħu u l-flus li jdaħħal iwaddabhom fil-budget.", "Pero' l-għodda vera huma n-nies li bihom trid taħdem ħalli ssaħħaħ l-ekonomija tal-pajjiż, ħalli tagħmlu aktar kompetittiv u jkollok il-flus sabiex issostni l- prosperita' tiegħu.", "U meta qed ngħidu prosperita', qegħdin ninkludu wkoll is-social welfare.", "Bħalma għedt aktar qabel ħadd ma jieħu gost jara dawn iċ-ċifri, pero' jistgħu jservu sabiex il-gvern jinżel mis-sħab li jinsab fih u jxammar il-kmiem ħalli flimkien nagħmlu xi ħaġa li biha nimxu 'l quddiem.", "Dan għaliex jidher li pajjiżna sejjer lura kuljum.", "Sur President, lilna forsi jqisuna bħala l-Ġeremiji li dejjem jeqirdu fuq kollox, u forsi f'għajnejhom hekk nidhru aħna.", "Pero' nixtieq ngħid lil sħabi tan-naħa l-oħra sabiex jiftħu għajnejhom għaliex dawn l-affarijiet mhux il-partit Laburista qed jgħidihom!", "Per eżempju, f'dik li hija economic performance, ir-rapport tal-kummissjoni qiegħed jgħid b'mod pulit li \"we were the worst performer\", jiġifieri pajjiżna kien l-aktar wieħed li mar ħażin!", "L-iżvilupp ekonomiku ta' pajjiżna jinsab nieżel il-ħin kollu taħt l-average tal-25 membru ta' l-Unjoni Ewropea!", "Matul l-erba' snin ta' bejn l-2000 u l-2004 l-iżvilupp ekonomiku tagħna dejjem nieżel!", "Fis-sena 2000 il-GDP per capita, jiġifieri kemm jipproduċi l-pajjiż ras għal ras, skond il-purchasing power standards, Malta kellha average ta' 77.7% meta mqabbel ma' dak ta' l-Unjoni Ewropea, mentri fis-sena 2004 dan niżel għal 71.7%!", "Dak progress!", "Min-naħa l-oħra skond dan ir-rapport, dak tal-pajjiżi l-oħra jinsab tiela'.", "Nixtieq inpoġġi wkoll dan ir-rapport fuq il-mejda tal-Kamra ħalli kulħadd ikun jaf fuq x'hiex qed nitkellmu.", "Barra minn hekk, sas-sena 2006 il-GDP per capita se jinżel għal 70.7%!", "U fuq dawn l-affarijiet il-ministru ma semma xejn u lanqas fuq dak li beħsiebu jagħmel il-gvern sabiex jirranġa dawn l-affarijiet.", "L-ekonomija tagħna tidher li m'hijiex miexja lejn l-average ta' l-Unjoni Ewropea imma aktar qiegħda titbiegħed.", "Bejn is-sena 2001 u s-sena 2004 it- tkabbir ekonomiku ta' pajjiżna kien ta' 0.1%, mentri dak ta' pajjiżi kandidati bħalma konna aħna, jiġifieri l-Ungerija, il-Polonja, ir- Repubblika Ċeka u s-Slovenja qed jikbru b'5%, 6%, u anke b'8% fis-sena!", "Madankollu, aħna kbirna biss b'0.1% f'erba' snin sħaħ!", "Fuq il- produttivita' għal kull ras, jiġifieri fuq l-impjegati, il-ministru għamel l-appell sabiex niġbdu ħabel wieħed u ninċentivaw in-nies.", "Dan naqbel miegħu mija fil-mija, pero' jaf il-ministru li skond dan ir-rapport il- produttivita' mill-1999 sal-lum naqset u mhux telgħet?!", "Dan meta suppost għanda aktar investiment f'makkinrju, meta suppost edukajna iżjed lin-nies u meta supost għallimnihom aktar ħalli nkunu aktar produttivi!", "Skond dan ir-rapport, fl-1999 il-produttivita' ta' l-impjegati tagħna kienet ta' 95.2% per capita ta' dak li huwa l-average tal-25 pajjiż ta' l-Unjoni Ewropea.", "Issa fis-sena 2004 dan niżel għal 84%!", "Allura x'ġara?", "Għamel studju l-gvern sabiex jara x'qed jiġri u sabiex naraw kif se nirranġaw din is-sitwazzjoni?", "Huwa previst li għas-sena 2006 dan jinżel ukoll għal 83.3%!", "Sur President, rigward id-dejn nazzjonali m'għandix għalfejn nerġa' nsemmih għaliex diġa' għamilt riferenza għalih.", "Dan huwa d-dejn li minn fost il- pajjiżi membri kollha – hawnhekk għandna l-primati kollha u fejn nistgħu nieħdu l-medalji tad-deheb - pajjiżna għandu l-ogħla rata ta' żieda fid- dejn nazzjonali tiegħu!", "Fis-sena 2000 kellna dejn nazzjonali ta' 56.4%, mentri fis-sena 2004 dan sploda 'l fuq u tela' għal 75% tal-prodott gross nazzjonali ta' pajjiżna!", "Hawnhekk ninsabu fir-raba' post mill-25 pajjiż fi ħdan l-Unjoni Ewropea.", "Ħalli niġi issa għall-impjiegi.", "Ġustament, il-ministru qal li rridu nibbażaw l-ekonomija kollha tagħna fuq l-impjiegi u fuq it-taħriġ.", "Fil-15 il-pajjiż li kien hemm fis-sena 2000 fl-Unjoni Ewropea, l-average ta' impjiegi kien ta' 62.5% u sas-sena 2003 dan tela' għal 64.4%.", "Mela kien hemm improvement żgħir imma xorta waħda ma laħqux l-għanijiet li riedu jilħqu fil-programm ta' Lisbona.", "Ma rridux ninsew li l-proġett ta' Lisbona kien qed jimmira sabiex sas-sena 2010 ikun hemm 70% tal-popolazzjoni Ewropea li tkun qed taħdem.", "Sur President, fuq dan Malta x'għamlet?", "Fis-sena 2000 f'Malta kellna average ta' 54.6% ta' nies impjegati, u sas-sena l-oħra, jiġifieri fl-2004 dan niżel għal 54%!", "Tgħidli 0.6% hija xi ħaġa minima, pero' dan nieżel 'l isfel!", "Anke li kieku l-average baqgħet l-istess ukoll hija tal-mistħija, aħseb u ara li tinżel 'l isfel!", "Hawnhekk xtaqt li kelli ċ-ċans li nagħmel power point presentation ħalli nuri daqxejn dawn il-graphs u naraw kif Malta tinsab dejjem 'l isfel.", "Ninsabu biss fuq quddiem għal dak li għandu x'jaqsam mad-dejn nazzjonali, mal-qgħad u ma' affarijiet simili!", "Għandna mbagħad in-nisa fl-impjiegi.", "Again, il-ministru jgħidilna li jekk mhux se ninċentivaw u nżidu l-ammont ta' nisa fl-ekonomija tagħna mhux se nikkompetu ma' ekonomiji oħra.", "Fis-sena 2003 l-average ta' nisa impjegati f'pajjiżna kien ta' 33.6%.", "Issa l-Unjoni Ewropea qed tgħid li sas-sena 2010 dan l-average jrid ilaħħaq is-60% u hawnhekk minħabba raġunijiet kulturali, ta' storja u kostum Malta se ndumu ma nilħquhom.", "Pero' f'sena tlajna minn 33.6% għal 33.63% u żgur m'hijiex rata fejn nistgħu ngħidu li qed tawgura tajjeb għal quddiem.", "Fir-rigward ta' impjegati ta' bejn il-55 u l-64 sena, l-average ta' l- Unjoni Ewropea huwa ta' 40.2%.", "Hawnhekk m'aħniex ħażin ħafna, għaliex fis- sena 2003 kellna average ta' 32.5%.", "Fir-rigward ta' l-eta' fit-tluq mill- impjiegi, l-average ta' l-Unjoni Ewropea huwa ta' 61 sena, mentri dak ta' Malta huwa ta' 58.8.", "Issa dan in-numru jaffettwa ħafna l-early retirement f'pajjiżna.", "F'pajjiżna hawn ħafna nies li jsibu min jimbottahom ħalli jirtiraw kmieni mix-xogħol!", "Bħalissa qiegħed nara lill-Ministru Giovanna Debono u nixtieq ngħidilha li bħalissa qiegħed jingħad li f'Għawdex għandna d-doppju bħala rata ta' nies li huma rtirati mix-xogħol qabel iż-żmien.", "Dan żgur mhux qed ikun produttiv u żgur mhux qed jgħin lill-ekonomija ta' pajjżna!", "Issa meta wieħed jara dawn l-affarijiet kollha jinduna li dawn żgur ma jagħmlulniex kuraġġ.", "Jien m'għandix ċans li nsemmi l-parameters kollha, pero' jekk nibdew naraw ir-ranking ta' Malta fil-parametri differenti tal- 25 pajjiż ta' l-Unjoni Ewropea nindunaw kemm qegħdin lura.", "Per eżempju fil- youth attainment level.", "Jekk wieħed jitkellem fuq l-edukazzjoni u fuq iż- żagħżagħ isib li l-kunċett huwa li bejn il-25 u s-64 sena wieħed ikompli l- edukazzjoni u t-training fuq xi suġġett.", "Issa f'dan il-każ insibu li pajjiżna bejn is-sena 2000 u s-sena 2003 kien hemm tnaqqis minn 4.5% għal 4.2%!", "Jiġifieri lanqas żammejna l-livelli ta' qabel.", "Pero' biex inkun ġust, matul is-sena 2004 dan reġa' tela' għal 5%.", "Sur President, xi ngħidu għal youth education attainment level.", "Dawn huma ċifri fuq il-livell edukattiv li jkunu laħqu matul ħajjithom iż-żagħżagħ tagħna.", "Meta wieħed iqis li l-infiq fl-edukazzjoni f'pajjiżna huwa bejn wieħed u ieħor fl-istess perċentwali tal-GDP li jonfqu pajjiżi oħra, wieħed jibda jistaqsi kif per eżempju, ir-rata' ta' l-Unjoni Ewropea ta' studenti li għandhom eta' ta' bejn l-20 u l-24 sena u li jkomplu bl-istudji tagħhom huwa ta' 76.4%, mentri dak ta' Malta huwa ta' 47.9%!", "Araw x'qabża għandna f'dan il-livell, u dan meta bejn wieħed u ieħor fuq l-edukazzjoni qed nagħmlu l-istess infiq li qed jagħmlu l-pajjiżi l-oħra!", "Ir-riżultati huma vroma!", "Rigward gradwati - u hawn id-daħka - fix-xjenza u t-teknoloġija, ngħidu li rridu nagħmlu hi-tech knowledge based economy u rridu li l-industrija tal- kimika u tal-manifattura tiġi topera hawn Malta, u mbagħad inneħħu s- suġġett tal-Physics minn suġġett obbligatorju!", "Tista' tagħmel sens jekk il-ministru ta' l-industrija jitkellem mod u l-ministru ta' l-edukazzjoni jitkellem mod ieħor?!", "Dan x'Kabinett hu?", "U 'l quddiem beħsiebni nitkellem aktar fuq il-kwestjoni ta' nuqqas ta' kordinazzjoni bejn l-oqsma differenti li għandna f'pajjiżna.", "Fl-1999, persuni ta' bejn l-20 u d-29 sena, għal kull 1,000 ruħ kien hawn 3.9% li kienu ggradwati fix-xjenza u t-teknoloġija!", "Dan meta sar dak il- ftaħir kollu dwar kemm għandna studenti ġodda fl-universita' u dwar kif ix- xjenza u t-teknoloġija huma l-bażi ta' l-ekonomija u ta' l-industirja preżenti.", "L-industrija tal-hi-tech dawn it-tip ta' nies għandha bżonn magħha, u aħna nafu li diġa' qed ikollna min qiegħed jiġi mgerrex milli jinvesti f'pajjiżna għaliex jafu li mhux se jsibu ħaddiema bil-kwalifiki neċċessarji.", "Mhux talli hekk, iżda talli fis-sena 2003 din iċ-ċifra niżlet għal 3.1%!", "Sur President, fuq l-investiment produttiv mhux se noqgħod insemmi ċifri, pero' nista' ngħid li ninsabu lura ħafna.", "Meta qiegħed insemmi investiment produttiv, m'iniex qiegħed nirreferi għal xi ħadd li jinvesti fil-fabbrika tiegħu, imma qiegħed nirreferi għall-foreign direct investimnet li jiġi minn barra, għaliex dan huwa mmirat sabiex joħloq il-postijiet tax-xogħol u jimbotta l-ekonomija Maltija.", "Imbagħad f'dan ix-xenarju kollu ma rridux ninsew li kif għedt aktar kmieni, niġu nagħmlu l-iskemi ta' l-early retirement li fil-fehma tiegħi huwa mismatch bla sens!", "Nagħlqu l-iskejjel tas-snajja' u jekk inti m'għandekx ħajra għal xi professjoni bħal dik ta' professur, tabib, avukat, nutar jew perit, ikollok tmur bilfors l-MCAST u mkien aktar!", "Jekk m'għandekx skola jkollok tmur tiġbor iż-żibel!", "Issa jien għandi kull rispett lejn kulmin jagħmel dan ix-xogħol, u m'iniex qiegħed insemmih b'disprezz.", "Pero', jekk ma jkollokx skola m'għandekx alternattiva, għaliex il-gvern għalaq l-iskejjel tas-snajja'!", "Imbagħad irridu naraw iċ-ċifri ta' l-education u tal-life long education tagħna jogħlew!", "Jekk inti għandek bniedem li m'huwiex kapaċi għall-akkademja u għal kitba, inkompli ngħallmu sengħa partikolari ħalli xorta waħda jkun qiegħed jitgħallem.", "Xi ngħidu mbagħad fir-rigward tat-tagħlim tal-kompjuter.", "F'din in- knowledge based society il-ministru semma' l-infrastruttura ta' l-IT.", "Fil- fehma tiegħi jkun iblah min joqgħod jimpressjona ruħu fuq kemm inxtraw kompjuters f'pajjiżna u ma jarax kemm minn dawn il-kompjuters qegħdin verament jintużaw għat-tagħlim tiegħu, u mhux biex toqgħod tilgħab fuqu!", "Kemm għandna nies ikkwalifikati fil-computer sciences u li huma kapaċi jaħdmu f'dawn il-fabbriki?", "Ir-riżultati li joħorġu mill-iskejjel huma assolutament tal-waħx!", "Sur President, issemma wkoll l-availability tal-flus ħalli jkun hemm is- seed money għall-industrija, u ssemmiet ukoll il-burokrazija.", "Ngħidu li naqqasna l-burokrazija minn ħafna dipartimenti tal-gvern u li għandna ħafna ċertifikati li jgħidu kemm id-dipartimenti tal-gvern qed jaħdmu aħjar, u mbagħad iċċempel f'xi dipartiment u ddum tisma' l-opra ta' Verdi għal ma nafx kemm qabel ma jirrispondik xi ħadd!", "Fir-rigward tal-prezzijiet, minkejja li sar dan kollu, xorta waħda nsibu li komplew jogħlew b'rata mgħaġġla.", "Fil-fatt dawn għolew b'rata ogħla minn ta' l-iżvilupp ekonomiku!", "Dan ġab mismatch, għaliex il-gvern baqa' jagħmel pressjoni fuq l-individwu u baqa' jagħmel pressjoni fuq il-ħajja mingħajr ma jikkompensa l-iżvilupp ekonomiku.", "Fir-rigward tal-long term unemployment, irrid ngħid li naqbel ma' dak li ntqal li għandha ssir għażla tajba ta' min verament ma jridx jaħdem u ta' min verament qiegħed hemmhekk ħalli jieħu l-flus għal xejn.", "U għalkemm iċ- ċifri huma aċċettati u jinsabu f'dan ir-rapport, irridu neħduhom with a pinch of salt.", "Jien ukoll nixtieq nikkumplimenta lill-Prim Ministru attwali, għaliex meta kien hu responsabbli minn dan il-qasam, għamel ħafna sabiex jipprova jraqqaq ftit l-għarbiel minn fejn dawn jistgħu jgħaddu.", "Pero' xorta waħda bejn is-sena 2001 u l-2003 il-qgħad żdied.", "Dan qiegħed ħafna ogħla mill-average ta' l-EU 15, jiġifieri tal-pajjiżi l-qodma ta' l- Unjoni Ewropea.", "Jekk wieħed irid jikkonsla ftit, hemm 12-il pajjjiż fl- Unjoni Ewropea li huma agħar minna f'din il-kwestjoni, u għalhekk hawnhekk qegħdin daqsxejn 'il fuq fil-klassifika.", "Inkompli fuq l-edukazzjoni.", "L-early school leavers, 18 to 24 years, jibqgħu biss għal-lower secondary education u ma jagħmlu l-ebda studju ieħor.", "Fis- sena 2004 kellna 45% - kważi nofs iż-żgħażagħ ta' bejn 18 u 24 sena – li telqu l-edukazzjoni.", "Dawn m'għadhomx jagħmlu training ta' xi ħaġa, m'huma jitgħallmu xejn, u qegħdin hemmhekk!", "Għidli x'se jieħu s-suq tax-xogħol minnhom dawn?", "Għidli kif dawn se jikkontribwixxu għan-knowledge based economy?", "Dan kollu x'qed iġib?", "Dan qed iwassal biex il-faqar f'dan il- pajjiż ikompli jiżdied, u llum, whether we like it or not, u narawha jew ma narawhiex, għanda madwar 20% tal-popolazzjoni li skond in-normi ta' l- istatisitka ta' Eurostat qegħdin qrib jew taħt il-poverty line ta' dan il- pajjiż.", "Issa dan ma jfissirx li dawn kollha qegħdin Bieb tal-Belt jittalbu għal biċċa ħobż, imma l-poverty line, kif inhi deskritta fl-Unjoni Ewropea llum il-ġurnata, hi dik meta xi ħadd ikun qiegħed jaqla' ċertu perċentwal ta' dak li huwa l-minimu li wieħed jaqla' f'dak il-pajjiż.", "Dak li aħna ngħidulu relative poverty, li hija poverta` wkoll.", "Fejn qegħdin ħafna fuq quddiem huwa fejn hemm l-emissjonijiet ta' greenhouse gasses, u din norbotha ma' l-ambjent li mingħalina hu ħafna għal qalbna.", "Fejn l-emissjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea naqas minn l-1992 sas- sena 2002 bi 3%, f'Malta żdied b'11.5%.", "Kif jista' l-Ministru jkun kuntent b'rapport bħal dan, jagħmel siegħa jitkellem, u lanqas isemmi xejn minn dan kollu?", "Jiena nispera li almenu jagħmel riferenza għal dawn l-affarijiet fil- winding up għax inkella mhux se jkun onest man-nies.", "Dan iġegħlna niddispraw, nitilqu kollox u mmorru 'l hemm?", "Lanqas xejn!", "Anzi dan għandu jixprunana, pero` rridu ninsew il-feel good factor u li nitfgħu kollox taħt it-tapit bħalma jagħmel dan il-gvern.", "Lill-poplu rridu ngħidulu: Għandna l-problemi u għandna ċ-challenges f'dan il-pajjiż, imma dawn iġibu l-opportunitajiet, pero` jrid ikollna fiduċja.", "Il-partit Laburista fiduċjuż li l-poplu Malti kapaċi jirbaħ dawn l-isfidi jekk kemm- il darba trażżnu u tkun onest miegħu sabiex nerġgħu nqajmu l-ekonomija.", "Il- partit Laburista, bħalma taf Sur President, qed jagħmel diskussjonijiet serjissimi fuq pjan ta' riġenerazzjoni ekonomika u soċjali għax indunajna li hawn il-problemi.", "Mhux billi l-gvern jgħid li kollox sew, għax aħna nitkellmu man-nies kuljum u nafu x'qed iħossu n-nies.", "Aħna qed ngħidu x'inhuma l-problemi tal-pajjiż, u jekk m'aħniex se nattakkawhom dawn u naħdmu flimkien sabiex insibu l-ideat ħalli nqajmu l-ekonomija, m'hu se naslu imkien.", "Ħaddieħor ma nafx x'inhu jagħmel.", "Li naf hu li union minnhom għandha pjan biex tagħmel kumitat għall-ħolqien tax-xogħol imma l-gvern, għar-raġunijiet tiegħu, ma riedx jidħol f'dan il-kumitat.", "Jiena ngħid li l-ħaddiema rridu niġbruhom magħna u nġibu l-fiduċja taghom u mhux nhedduhom u nnaqqrulhom id- drittijiet tagħhom.", "Ara Franza llum, ħarġu l-ħaddiema kollha għax riedu jneħħulhom il-festa tal- Pentecoste.", "Qalu: \"Le, dik tagħna\".", "Hawnhekk il- Prim Minsitru mhux talli neħħa erba' festi li jiġu fil-weekends, talli qal li jekk isir referendum biex titneħħa dik il-liġi, ineħħi l-festi pubbliċi.", "Veru li hawnhekk qegħdin fil-Palazz tal-Granmastri, imma l-Prim Ministru ma jistax jitkellem qisu xi Granmastru.", "Ma naħsibx li din hija kompatibbli mas-sistema moderna li dħalna fiha ta' l-Unjoni Ewropea u mad-demokrazija li tant niftaħru biha.", "Id-demokrazija rajniha fi Franza llum fejn kullimkien kważi wieqaf, għax il-ħaddiema lill-gvern qalulu: \"Int tagħmel hekk u aħna ma naħdmux\".", "L-imsieħba soċjali jridu tmexxija serja li ġġibhom flimkien u tagħtihom fiduċja u direzzjoni u mhux kulħadd għar-rasu u nxewxu union kontra oħra.", "Basta riedu jagħmlu l-patt soċjali.", "Jiena ngħid li għad irridu nkomplu nimbuttaw ħalli jsir dak il-patt soċjali.", "Qatt m'hu tard anke għaliex mingħajr dak m'aħniex se nimxu.", "Ma nistgħux inkomplu nkesksu l-players ekonomiċi u soċjali kontra xulxin f'dan il-pajjiż.", "Dan il-pajjiż għandu l- problemi, iż-żmien għaddej u m'għandniex żmien x'nitilfu.", "Ejja nibqgħu nagħtu lill-players il-fiduċja u nuruhom li għandna viżjoni u direzzjoni, nuruhom li nafu fejn irridu mmorru u niġbruhom warajna għax jekk ma nagħmlux hekk, m'aħna se naslu imkien.", "Meta dawn dehru quddiemna fil-Kumitat ta' l-Affarijiet Barranin u Ewropej, smajt ħafna ideat u suġġerimenti.", "Ejja nużawhom dawn l-ideat, ħafna minnhom ilhom jgħiduhom żmien twil!", "Għax ma daħħalnihomx?", "Taf liema daħħal?", "Waħda mill-erbgħa li ssuġġerixxa partner minnhom li m'hijiex ta' togħma tajba għall-ħaddiema, u cjoe` li jneħħi l-festi li jiġu fil-weekend.", "Dawn kienu qed jissuġġerixxu wkoll, fost affarijiet oħra, li jekk ikollok sick leave fit-tul, titlef anke l-leave tiegħek.", "Imma x'qed isir fuq l-ideat li għandhom fuq it-turiżmu, fuq in-natural heritage parks u fuq kif jimbuttaw l-ekonomija.", "Ejja nġibuhom flimkien dawn ħa nagħmlu pjan, u mhux ngħaddu xi erba' snin inlabalbu.", "Sal-lum stess, bir-rispett kollu lejn il- Ministru, smajna biss diskors vojt.", "Aħna rridu nitkellmu fuq il-fatti, għax inkella mhux se noħorġu minn dawn il-problemi.", "Il-pajjiż ma jistax jibqa' miexi kif inhu!", "Jiena ngħidlek mill-ewwel li aħna bħala soċjalisti ma naqblux ma' ideat liberali fejn b'xi mod l-iżvilupp isir a skapitu tad- drittijiet soċjali tal-ħaddiema.", "Jiena qed insemmi żewġ proposti li għamlu xi players u ma qbiltx magħhom, imma hemm ħafna oħrajn li huma tajbin u li huma ta' min jużahom.", "Ma naqbilx lanqas mal-Ministru, għax waqt id-diskors tiegħu kważi l-ħin kollu ta x'jifhem li l-koezjoni soċjali qed tingħata l- back seat.", "Hemm min qed jgħid, kif qal il-Ministru, li iktar importanti l- kompetittivita` mill-ġlieda lill-faqar.", "Dawn ma jistgħux jgħixu flimkien!", "Mela inti tista' tgħix f'soċjeta` fejn il-faqar ikompli jiżdied sabiex ikollna iżjed kompetittivita`?", "Min qal li l-koeżjoni soċjali m'għadhiex daqshekk importanti?", "Min qalu dan?", "Jiena ngħidlek li l-bilanċ meħtieġ irid jinstab, u hemm qiegħed, u la qegħdin fl-Unjoni Ewropea, irridu naraw x'qegħdin jaħsbu il-partiti ta' l-Unjoni Ewropea.", "U hawn, jiena nikkwota minn dokument elettorali tal-partiti soċjalisti Ewropej ħalli nurik kemm mhux veru li l-koeżjoni soċjali hija xi ħaġa li m'hijiex daqshekk importanti.", "Hawnhekk hawn miktub:", "\"We understand and share the scepticism about a Europe which has no other ambition than creating a single liberalised market with one currency.", "We must make clear that such a neo-liberal conservative European Union which only cares about the interests of the big companies and the profit makers and not about the working people is not our Europe.\".", "Dan qed jgħiduh il-partiti soċjalisti kollha ta' l-Ewropa, u allura tiġix tgħidli li s-social cohesion tfajniha lura!", "Biex nibbakkja dan li qed ngħid, nikkwota test li ġie żviluppat fil-partiti soċjalisti taħt il- presidenza ta' Pascal Lamy - ex commissioner u bniedem li għandu fama internazzjonali - fejn fost affarijiet oħra mhux talli ma jgħidx li rridu nneħħu s-social cohesion, imma talli jgħid:", "\"A Europe of progress, full employment and social inclusion is a goal in its own right.", "However it should not be considered in isolation from the objectives of economic growth and competitiveness.", "It is part and parcel of the balanced and progressive socialist and social democratic agenda of coupling economic success with social justice.\".", "Dan mhux qed ngħidu jiena jew il-partit Laburista.", "Aktar tard, ħarġet dikjarazzjoni mill-Parlament Ewropew fid-9 ta' Marzu, 2005.", "Dan id-dokument bl-isem ta' European Parliament Resolution on the mid-term review on the Lisbon strategy, f'artiklu 14 jgħid:", "\"A high level of social protection was central to the Lisbon strategy.", "It reaffirms that it is unacceptable that people should be living below the poverty line and in a position of social inclusion.\".", "Mela mhux veru li l-koeżjoni soċjali intefgħet lura u mhux aċċettabbli li tintefa lura.", "Sur President, rigward dak kollu li ntqal fuq il-Lisbon Agenda u t-targets kollha li ssemmew, jiena ngħid li dan il-pajjiż, biex jieqaf fuq saqajh, mhux Lisbon agenda irid imma programm ta' Malta.", "Aħna mhux qegħdin missing the wood for the trees imma missing the tree for the wood!", "Is-siġra hi Malta.", "Aħna qed nintilfu fuq x'qed jagħmlu pajjiżi kbar u f'dawn il-ħafna programmi b'dawn il-parametri kollha, u mhux qed naraw x'inhu l-aktar li jolqotna u x'inhu l-aktar li għandna bżonn.", "Jien f'dik il-laqgħa tal- kumitat li semmejt aktar qabel, għidt li aħna rridu a Valletta Strategy.", "Aħna għandna bżonn strateġija għal dan il-pajjiż, għax ħafna mill- affarijiet li hemm fil-Lisbon Agenda m'hemmx bżonn nidħlu fihom, pero` within those parameters aħna nkunu nistgħu nagħmlu pjan għal pajjiżna.", "Dan jien nemmnu għaliex wara kollox dan kien mitlub anke fir-rapport ta' Wim Kok fejn qal li l-pajjiżi kollha jridu jagħmlu pjan nazzjonali ħalli jilħqu t-targets tagħhom.", "Issa meta jiena ngħid pjan nazzjonali, ma nfissirx biss it-targets imma l-pjan kollu, mir-radd tas-salib sa l-aħħar!", "X'irridu niżviluppaw aħna, l-industrija tat-turiżmu jew l-industrija tal- manifattura.", "Aħna rridu t-turiżmu fix-xlokk ta' Malta jew il-gaġeġ tat- tonn erba' piedi 'l bogħod ħalli nħammġu kullimkien?", "Aħna rridu l- industrija jew irridu t-teknoloġija għolja?", "X'irridu?", "M'għandniex direzzjoni?", "Jien dejjem nfakkar li l-msieħba soċjali kollha jridu jiltaqgħu flimkien ħalli jkun hemm pjan b'viżjoni ta' fejn irridu nieħdu l- pajjiż.", "M'hemmx viżjoni!", "Dan l-aħħar ġew ta' l-Actavis u qaluli li biex jiġu oħrajn, iridu jġibu nies minn barra kwalifikati fil-kimika, u dan għaliex ma kienx hemm pjan f'dawn l-erba' snin fejn l-istudenti jiġu mħeġġa jistudjaw u jikkwalifikaw f'dan is-settur sabiex malli jaslu l-kumpanniji, jsibu n-nies kwalifikati.", "Le, dan il-gvern jimxi bi crisis management, minn ġurnata għall-oħra.", "Mhux ta' b'xejn li f'dawk il-parameters waqajna lura!", "Bilfors ikollna nistħu.", "Jien nemmen li dan irid ikun pjan mibni fuq dak li għandna u dak li nafu li jista' jkollna.", "Irridu naraw l-opportunitajiet li se jkollu dan il-pajjiż u nħarsu 'l quddiem.", "Ma nistgħux naħdmu mil-lum għal għada, għax għada jisbaħ, u diġa` ma nkunux preparati għal dak li se jġib miegħu l-għada.", "Irridu naħdmu bil-quddiem u rridu naħsbu għall-affarijiet li se jiġru tliet snin oħra minn issa.", "Dan irid ikun pjan li jispeċifika eżatt x'inhuma r- riżorsi li għandu pajjiżna u x'inhuwa l-potenzjal u ċ-ċirkostanzi li qed jinbidlu madwar id-dinja.", "Illum kulħadd jammetti li hawn il-globalizzazzjoni.", "Għaliex l-industrija tat-tessuti spiċċat?", "Għax illum id-dinja tbiddlet, imma x'kellna lest biex malli titlaq din, naqbilu fuq xi ħaġa oħra?", "Xejn!", "Meta telqu ndunajna li telqu!", "Ridna xi ħadd li kien kapaċi jgħid: Isma, dawn within three years se jitilqu, ejja nsibu xi ħaġa to replace them.", "Imbagħad meta ssib dik il- ħaġa, tagħmel pjan biex tara x'tip ta' taħriġ u kapaċitajiet se jkollok bżonn.", "Mhux inkeċċu n-nies tat-Tarzna 'l barra u imbagħad nibdew inġibu l- barranin ħalli jagħmlu x-xogħol li kienu jagħmlu n-nies li keċċejna 'l barra!", "Kultant nibda ngħid: Dan qed nitħawwad jien għax qed nixjieħ, jew veru m'hemmx koperazzjoni, m'hemmx viżjoni u xejn m'hu qed isir fil-linja ta' programm ta' azzjoni?", "Irid ikollok pjan li jorbot fuq l-istrengths li għandek, u anke jorbot fuq fejn irid isir l-iżvilupp.", "Jien nerġa' nsemmi n-naħa t'isfel ta' Malta.", "Jekk se niżviluppaw madwar Malta kollha l-gaġeġ tat-tonn, mela nżarmaw it-turiżmu u ngħidu li se ngħixu minn dawn.", "Inkella jekk irridu t-turiżmu, ma nistgħux nimlew kulimkien gaġeġ tat-tonn.", "Ma jistax ikun li turist imur fil-bajja, u jsibha mnittna bir-rimi tal-ħmieġ tal-gaġeġ tat-tonn.", "Ejja niddeċiedu, għax assolutament ma nafux fejn sejrin.", "Kieku nagħmlu hekk, ma nkunux qed nagħmlu xi ħaġa ġdida!", "Ara kemm kienu jsemmulna l-Irlanda fl-argumenti li kellna fuq sħubija u mhux sħubija fl-Unjoni Ewropeja.", "Jien dejjem kont insostni li l-Irlanda mxiet mhux għax kien hemm il-fondi strutturali biss.", "Il-Ministru semma r-riċerka u żvilupp imma kif jista' jgħid xi ħaġa hekk meta s-Sur Mifsud ta' l-Universita` qal li ħafna programmi ma setgħux jieħdu parti fihom għax l-Universita` m'għandiex il-flus biex teħodhom!", "Dan x'ġenn hu?", "Kif trid tagħmel ir-riċerka u l-iżvilupp jekk m'għandekx flus biex tibda r-riċerka?", "Fejn qed imorru l-flus?", "F'xi dar fi Brussells biex nispiċċaw anke nonfqu d-doppju sabiex inneħħulha l-asbestos minn ġo fiha.", "Sur President, għalhekk hu importanti li jkollna pjan maqbul sabiex imbagħad niddeċiedu x'jidħol u ma jidħolx fil-linja ta' azzjoni tagħna.", "Hawn min jgħid li m'għadhomx moda l-five year plans u t-three year plans, imma dan m'hu veru xejn.", "Fl-1987, l-Irlanda messew il-qiegħ bħalma qed nibża li se mmissuh aħna fi ftit żmien ieħor.", "Dan x'se jiġri issa?", "In- nies jibdew jemigraw għax ma jsibux opportunitajiet hawn Malta u nibdew insofru minn brain drain u nitilfu l-aħjar nies.", "L-Irlanda fl-1987 qalu li dan ma jistax ikun u li ħadd m'hu se jsolvilhom l-problema.", "Dawn poġġew flimkien madwar il-mejda u ħadmu fuq pjan ta' azzjoni.", "Dawn intrabtu fuq ħafna affarijiet, bħal aspetti fiskali, stabbilita` monetarja, riformi fit- taxxi, pay moderation u sectorial development.", "Dawn għamlu pjan ta' tliet snin u sejħulu A Programme for National Recovery.", "Dak li għandna bżonn aħna!", "Dan il-pajjiż qed jibki biex dan il-pjan jitħejja.", "Hemm bżonn li l-forzi kollha tal-pajjiż jingħaqdu, u jien minn hawn noffri l-koperazzjoni ta' l-oppożizzjoni kollha basta jkun hemm il- ġenwinita`, basta l-fatti ma jkunux moħbija, basta ma nidħkux b'xulxin, basta nammettu min kellu l-iżball u min għamel il-ħsara fil-pajjiż, jew bi traskuraġni jew b'inkompetenza.", "Jekk isir dan u naħdmu flimkien, lil dan il-poplu nagħtuh tama u mhux noqogħdu nistennew mill-Unjoni Ewropa.", "Aħna konna ngħidu li ma jiġi xejn mis-sema u li għal kollox trid taħdem.", "Jekk inti ma tkunx preparat u jekk ta' l-Unjoni Ewropea jaraw li m'għandekx programm serju, anqas huma ma jtuk!", "Il-Ministru jaf sew li dawn l-affarijiet ma taqbadx, tmur u tieħu.", "Lil dawn trid tikkonvinċihom li inti kapaċi tuża dak li se jagħtuk.", "Wara li għaddew tliet snin, l-Irlandiżi raw kemm kien tajjeb dak il-pjan li għamlu, u għamlu ieħor bħalu.", "Dawn għamlu programm ieħor għall-progress soċjali u ekonomiku u ieħor għax-xogħol u kompetittivita`, u dan għamluh snin qabel ma l-UE għamlet il-Lisbon Strategy.", "Dawk nies bil-għaqal, u jien inxebbaħħhom ma' l-Għawdxin għax huma resourceful, kapaċi jaħdmu u meta jgħidu li jridu jaħdmu, kapaċi jpoġġu rashom flimkien u jaħdmu.", "Jien nemmen li jekk lill-poplu Malti nagħtuh id-direzzjoni t-tajba, jekk nagħtuh the right leadership, jekk nagħtuh l-fiduċja, jekk nkunu onesti miegħu, jekk kemm-il darba ngħidulu: Isma, din hija t-tama u s-salvazzjoni tagħna, żgur li jberikna, żgur li jaħdem magħna u jikkopera ma' kull programm li nagħmlulu.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Carmelo Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Sur President, huwa tajjeb li l-Parlament se jiddedika dawn it-tliet seduti biex issir diskussjoni ħielsa għax appuntu ma kienx hemm mozzjoni preżentata, u allura mhux se jkun hemm vot finali.", "Din hi diskussjoni ħielsa mill-partiti rispettivi tagħna u mill- pożizzjonijiet komuni li jista' jkollha naħa jew oħra.", "L-unika aġenda hi Malta, kif għadu kif qal l-Onor.", "George Vella.", "Jiena ngħid what's in a name?", "L-importanti huwa li fuq l-aġenda ta' dan il-Parlament, għallinqas f'dawn it-tlett ijiem, ikollna l-futur ta' Malta.", "Ir-rapport juri l-istampa ta' f'hiex jinstab pajjiżna.", "Jien ma ngħidx li l-gvern imissu jistħi, anke jekk dan forsi jmissu jistħi aktar minn ħaddieħor għax ilu responsabbli snin mit-tmexxija ta' pajjiżna.", "Pero` jien u naqra dan ir-rapport li sar mill-Kummissjoni Ewropea dwar l-Aġenda ta' Lisbona, bdejt nistħi wkoll.", "Issa, jekk il-gvern u min qed imexxi l-pajjiż illum, din il-mistħija ma jħosshiex, allura jiddispjaċini ngħid li wiċċu qagħad għal kollox.", "Importanti li nagħmluha ċara li aħna favur dawn il-miri u kieku ma dħalniex fl-Unjoni Ewropea – din issa hi irrilevanti għad-diskussjoni - xorta konna nimmiraw għalihom u nersqu lejhom.", "Il-mistoqsija f'dan id-dibattitu għandha tkun fuq kif ser nersqu lejn dawn il-miri.", "Naħseb li l-kelliema tal-gvern m'għandhomx jipprovaw jiddefendu ċ-ċifri li ġew preżentati hawnhekk, jew inkella jiddefendu xi ħaġa milli ngħidu aħna bħala Oppożizzjoni, imma għandhom jgħidu x'inhu jsir - u li qed isir mid-dehra mhux ikun biżżejjed għax ir-riżultati huma dawk li huma – biex intejbu l-affarijiet u kif se noħorġu minn dak li ninsabu fih.", "L- isfortuna hija li issa li l-issue ta' l-Unjoni Ewropea għaddiet u sirna membri, donnu li l-partit Nazzjonalista fil-gvern m'għandu l-ebda pjan u l- ebda direzzjoni oħra.", "Kellu target u laħqu, imma issa x'se jsir u x'se nagħmlu?", "Naħseb li din kienet il-mistoqsija li għamel l-ewwel kabinett Nazzjonalista wara Ii saru membri.", "Kulħadd baqa' għaddej sitting pretty, jiġri minn naħa għall-oħra u jagħti l-impressjoni li kollox miexi tajjeb meta r-realta` – u r-realta` mhux skond il-partit Laburista, iżda skond sħabna ta' l-Unjoni Ewropea - hi ferm differenti.", "Pajjiżna jikklassifika l-aħħar jew minn ta' l-aħħar f'ħafna affarijiet tajbin, u fuq quddiem nett ta' affarijiet li missna nkunu aktar 'l isfel fihom.", "Jiġifieri f'affarijiet negattivi qegħdin fuq quddiem, u f'affarijiet pożittivi qegħdin lejn l-aħħar.", "Kollox bil-maqlub!", "Dan il-gvern għandu jaqbad il-pjan ta' Lisbona - li għandu jkun il-pjan ta' Malta – u jgħid li din hija d-direzzjoni tiegħu ġaladarba m'għandux politika kif se nmexxi dan il-pajjiż.", "Dan il-gvern għandu jara kif se jilħaq dawn il-miri li ninsabu ħafna 'l bogħod minnhom, u anke noħorġu minn dan l-isqaq li dħalna fih.", "Pero` hu importanti li l-gvern juri l-ħeġġa.", "L-isfortuna hi li l-gvern preżenti għejja.", "Ma jistax jgħid li huwa gvern ġdid għax huwa gvern li huwa għajjien, u l-pajjiż ser jitlef minn din l-għejja li daħal fiha dan il- gvern.", "Allura hemm bżonn li l-gvern juri ħeġġa.", "Aħna bħala oppożizzjoni kostruttiva qed nagħmlu l-homework tagħna u qed nagħmlu d-diskussjonijiet tagħna, kif qal tajjeb l-Onor.", "George Vella, sabiex aħna, bħala gvern alternattiv, noħorġu bil-proposti.", "Aħna m'aħniex ngħidu lin-nies li mill-għada li nkunu fil-gvern aħna, jistgħu jserrħu rashom għax il-problemi jitilqu.", "Aħna qed ngħidu li mill-għada li nkunu fil-gvern, aħna se ngħidu lil kulħadd biex inxammru l-kmiem u naħdmu biex nirbħu dawn l-isfidi.", "Aħna m'aħniex nwiegħdu l-ġenna fl-art meta nafu li l- pajjiż huwa mkisser u mfarrak, u dan mhux biss bid-dejn u bid-deficit imma għandu ħafna problemi oħrajn.", "Aħna bħala oppożizzjoni ilna ntambru fuq dawn il-problemi, imma l-gvern dejjem kien jgħidilna li aħna naraw in- negattiv biss.", "Aħna dejjem tkellimna b'mod li fejn għamilna pass 'il quddiem, għidna li dak kien pass 'il quddiem, u fejn m'għamilniex pass 'il quddiem, għidna li m'għamilniex pass 'il quddiem.", "U se nsemmi eżempju.", "Dwar il-fatt li llum fl-Universita` għandna eluf ta' studenti, xi darba xi ħadd mill-oppożizzjoni kkritika lill-gvern għax għandna eluf ta' studenti fl-Universita`?", "Anzi, irid ikollna aktar jekk aħna rridu nilħqu dawn il- miri, pero` min-naħa l-oħra, irridu neżaminaw x'qed jistudjaw dawk l-eluf li daħlu fl-Universita'.", "Imma dwar dan nitkellem iżjed 'il quddiem.", "Ħafna drabi norbtu l-agenda ta' Lisbona u l-miri tagħha mal-kompetitivita` ta' pajjiżna.", "Jien l-aktar li se niffoka huwa fuq l-aspett edukattiv.", "Jiena nħobb ngħid li huwa importanti li jekk nitkellmu fuq kompetittiva`, fuq il-bżonn li nsaħħu l-ekonomija ta' pajjiżna u fuq il-bżonn ta' ċertu tip ta' investiment f'pajjiżna, irridu nitkellmu fuq l-edukazzjoni.", "Pajjiżna hu pajjiż li pjuttost għandu cost għoli, fis-sens li aħna għandna spejjeż li huma akbar minn ta' pajjiżi oħrajn kemm fl-Unjoni Ewropa kif ukoll f'pajjiżi oħrajn, bħaċ-Ċina u l-Indja.", "Mela aħna ma nistgħux nattiraw investiment f'pajjiżna li hu bbażat fuq iċ-cheap labour, imma rridu nattiraw investiment li jinvolvi livell ogħla.", "Għal dan irridu nimmiraw aħna sakemm ikollna r-riżors uman imħarreġ, għax dik hija l-crux ta' kollox.", "Ikun inutli ngħidu li għandna bżonn aktar fabbriki fil-qasam tal- farmaċewtika jekk aħna ma jkollniex gradwati mill-Universita` li kapaċi jaħdmu f'dan is-settur.", "Għalhekk jien dejjem ngħid li ma nistgħux nitkellmu fuq ekonomija, fuq investiment f'pajjiżna u fuq il-kompetitivita` jekk ma nsemmux l- edukazzjoni.", "Bla dubju ta' xejn, f'pajjiżna ilu jinħass il-bżonn u l-ħtieġa ta' aktar investiment, għax jekk nattiraw aktar investiment, jinħolqu aktar opportunitajiet ta' xogħol f'pajjiżna.", "Ftit tas-snin ilu kien hemm espansjoni ta' kumpannija ewlenija f'pajjiżna fejn ħareġ ċar li minħabba n- nuqqas ta' inġiniera u nies tekniċi u operaturi fuq ċerti makni, kien hemm diffikultajiet biex tkompli tkabbar.", "Din il-kumpannija kienet għamlet investiment ta' Lm1 miljun, u qegħdin f'riskju li għada pitgħada se jkun diffiċli li nżommu dak li għandna llum.", "Huwa diffiċli, u għada se jkun iktar diffiċli mil-lum li nżommu l-kumpanniji li għandna f'Malta llum.", "Diġa` għandna esperjenzi ta' kumpanniji li fetħu fit-Tunezija, u ta' kumpanniji li riedu ċerti kondizzjonijiet biex jaraw jekk jibqgħux hawn Malta jew le, għax kienu qed jiġu offruti kondizzjonijiet aħjar f'pajjiżi oħrajn.", "Allura ejja ma niħdux dawn l-affarijiet biċ-ċajt.", "Jien ma ngħidx dawn l-affarijiet biex nikkritika lill-gvern, u qed inweġġa' b'dawn l- affarijiet għax naf li jekk nintlaqtu, ser jintlaqtu żgħażagħ u familji Maltin u Għawdxin, huma ta' liema kulur huma.", "Għalhekk huwa importanti li f'dawn it-tliet seduti nitkellmu fuq l-aġenda ta' Malta.", "Forsi kultant nużaw xi kliem iebes fil-konfront tal-gvern anke jekk qatt ma nkunu personali, pero` huwa importanti li ġaladarba m'għandniex vot, nieħdu din l- okkażjoni biex min-naħa jew oħra ngħidu : Iva, għadna lura imma dan huwa l- pjan tagħna.", "Issa kif se naslu minn hawn 'il quddiem?", "Dan l-importanti li naraw.", "Kont qed ngħid li wieħed mill-persuni mlaħħqa f'din il-kumpannija kien qed jgħid li l-kumpannija temmen li hemm bżonn bidla fis-sistema edukattiva tagħna għax is-sistema edukattiva tagħna mhux qed tipprepara ħaddiema li l- ekonomija tagħna għandha bżonn illum u fil-futur.", "Allura ma nistgħux ma nsemmux is-sistema edukattiva ta' pajjiżna meta nitkellmu fuq l- investiment.", "Huwa għalhekk li l-aġenda ta' Lisbona għandha tkun u tista' tkun ta' gwida tajba għall-aġenda ta' pajjiżna.", "Malta llum hija membru fl-Unjoni Ewropea, u dan huwa fatt li m'hu qed jiċħdu ħadd.", "Pero` aħna dejjem konna ngħidu li l-investiment mhux se jiġi waħdu imma rridu naħdmu għalih, inkunu jew ma nkunux membri.", "Illum aħna membri, u qed naraw li veru li l-investiment f'pajjiżna ma jiġix waħdu u jiġi biss jekk naħdmu, u fost l-oħrajn, nagħtu aktar attenzjoni u priorita` lill-qasam ta' l-edukazzjoni f'pajjiżna.", "Sur President, aħna rridu naħdmu f'kull qasam, u filwaqt li aħna sħab ma' l- 24 membru l-ieħor li jifformaw l-Unjoni Ewropea, fl-istess ħin aħna kompetituri tagħhom u huma kompetituri tagħna.", "Allura, dan il-kejl li għandna quddiemna tar-rapport tal-Kummissjoni Ewropea fuq l-aġenda ta' Lisbona juri fejn għad irridu naħdmu mill-aspett ta' kompetizzjoni ma' l- pajjiżi l-oħra membri ta' l-Unjoni Ewropea.", "Għalhekk irridu naqdfu, u jrid jkollna l-ħeġġa naħdmu.", "Hawnhekk joħroġ il-punt l-aktar importanti li r-riżors uman imħarreġ tajjeb jista' jkun il-vantaġġ ewlieni ta' pajjiżna jekk aħna verament irridu li jkollna dik il-competitive edge fuq pajjiżi oħra.", "Naturalment din hija ħaġa urġenti u nittama li l-gvern qed jifhem din l-urġenza, għaliex il- pajjiżi membri ħassew li wara ħames snin kellhom jagħmlu analiżi, anke fid- dettal, ta' kif mexjin.", "Dan mhux imbilli tagħmel mira għal għaxar snin, għax dik hija l-aktar ħaġa faċli, imma d-diffiċli hu li tasal u li tippjana kif se tasal.", "Għalhekk il-pajjiżi membri ħassew il-ħtieġa li jaraw kif mexjin.", "Aħna bħala pajjiż irridu naraw f'hiex qegħdin ma' dawn il-pajjiżi l-oħra, u meta naraw f'hiex qegħdin, nindunaw li l-urġenza hija kbira ħafna.", "U jeħtieġ li nagħmlu dak kollu possibli malajr kemm jista' ikun u ma nkomplux inkarkru saqajna aktar.", "Jekk se nkomplu nkarkru saqajna aktar, ir- riżultati se jmorru lura u mhux 'il quddiem.", "Jien nistaqsi x'qed jagħmel min huwa responsabbli mill-edukazzjoni f'pajjiżna biex dawn l-affarijiet jitjiebu?", "Jiena ngħid dawn l-affarijiet bi kritika kostruttiva, u għandi fiduċja f'ħafna persuni li jaħdmu fil-qasam ta' l-edukazzjoni f'pajjiżna.", "Imn'Alla kienet il-ħeġġa u d-determinazzjoni tagħhom, pero` huwa importanti li jkollna direzzjoni anke fil-qasam ta' l-edukazzjoni.", "Mhux biżżejjed li ġimgħa wara l-oħra nvaraw rapport fuq ħaġa u fuq oħra, u imbagħad rapport ikun ilu lest sena u joqogħdu jistennew x'se jagħmlu fuqu!", "L-urġenza m'aħniex inħossuha u għalhekk importanti li nagħmlu xi ħaġa llum qabel għada.", "Jiena ngħid li min huwa responsabbli mill-edukazzjoni llum donnu qed jevitah milli jiddiskuti ċerti aspetti importanti fl-edukazzjoni u qed jevita li jitkellem fuq ċerti aspetti importanti fl-edukazzjoni għaliex jaf li d-deċiżjonijiet huma importanti u diffiċli, pero` nafu li dawn huma essenzjali u vitali jekk lil dan il-pajjiż irridu noħorġuh minn dan l-isqaq li dħalna fih.", "Sur President, kif nistgħu naċċettaw li aktar studenti jkomplu jintilfu fis- sistema edukattiva tagħna?", "Ma nistgħux nitkellmu aktar fuq studenti li jkomplu jistudjaw.", "Jien mhux se noqgħod nikkwota ċ-ċifri, anke għaliex l- Onor. Vella diġa` semma' xi ċifri, u nimmaġina li anke l-ġurnalisti jafu x'inhuma dawn iċ-ċifri.", "Iċ-ċifri jinsabu quddiemi u nista' noqgħod nikkwotahom, pero` ma naħsibx li hemm bżonn.", "Aħna nafu li għandna problema ta' studenti li ma jkomplux jistudjaw wara li jagħlqu s-16-il sena.", "Il- mistoqsija ma tistaqsihiex fl-aħħar sena ta' l-iskola sekondarja, imma trid tistaqsiha minn ħafna qabel, u cjoe` fil-primarja!", "Iċ-ċifri juruna li minħabba li s-settur primarju u sekondarju tagħna għandu bżonn ċerta riformi, qed naslu f'ċirkostanzi fejn qed ikollna anqas studenti li jitħajru jkomplu jistudjaw, u għalhekk ma nistgħux nitkellmu fuq aktar studenti li jkomplu jistudjaw meta jagħlqu s-16-il sena jekk ma ntejbux is-settur primarju u sekondarju.", "Jiena niftakar li l-Viċi Prim Ministru kien qal, ftit wara l-elezzjoni tal-kunsilli lokali, li n-nies ivvotaw b'saqajhom għaliex ma marrux jivvotaw, u dan qalu biex jiġġustifika t-telfa elettorali tal-partit Nazzjonalista.", "Allura f'dan il-każ il-Viċi Prim Ministru se jgħid ukoll li l-istudenti qed jivvotaw b'saqajhom?!", "Qed ngħid dan għax hemm assentejiżmu għoli fl-iskejjel sekondarji tagħna, u dan huwa vot ta' sfiduċja fis-sistema edukattiva tagħna.", "Aħna x'qed nagħmlu sabiex noffru, ta' l-anqas, alternattivi jew inkella sabiex inħajru lill- istudenti jkomplu jistudjaw?", "Għalhekk il-ħtieġa li aktar studenti jirnexxu fis-sistema edukattiva tagħna hija urġenti, għaliex minnha jiddependi l- futur ta' pajjiżna.", "Sur President, għandna realta` oħra f'pajjiżna fejn fl-eta` ta' 11-il sena, madwar nofs l-istudenti qed jiġu kkundannati li m'humiex tajbin biex ikomplu jistudjaw.", "Ejja naraw jekk dawn l-eżamijiet tal-Junior Lyceum humiex qed ikunu ta' ġid jew ta' deni.", "Jiena m'iniex l-espert fil-qasam ta' l-edukazzjoni, imma ejjew nisimgħu mingħand l-esperti jekk dan l-eżami tal-Junior Lyceum huwiex qed joħloq sistema f'pajjiżna fejn nofs l- istudenti jkomplu jistudjaw – u dawk huma t-tama tagħna li għada pitgħada jkomplu jistudjaw anke wara li jagħlqu s-16-il sena u jkomplu wkoll fil- livell terzjarju jew fil-qasam vokazzjonali – u n-nofs l-ieħor jintilfu!", "Dawn qed narawhom riflessi fl-istatistika tal-qgħad issa, fejn għandna numru sostanzjali ta' żgħażagħ li m'għandhomx ħiliet bażiċi anke fil-qasam ta' l-edukazzjoni!", "Għalhekk importanti li dawn l-affarijiet nagħtuhom aktar u aktar importanza.", "Sur President, ma nistgħux nitkellmu fuq l-edukazzjoni u ma nsemmux ċerti problemi soċjali li ċerti studenti jiltaqgħu magħhom, għaliex dawn qed iżommuhom lura milli jkomplu jistudjaw.", "Għalhekk huwa importanti li l- counselling fl-iskejjel tagħna jissaħħaħ ħalli għallinqas intaffu u npattu ftit għall-problemi soċjali li jista' jkollhom dawn l-istudenti.", "Hu importanti li l-istudenti jkollhom l-għajnuna meta jiġu biex jagħmlu l- għażla tas-suġġetti u tal-karriera li jixtiequ jagħmlu.", "Huwa importanti li niggwidaw lill-istudenti u mhux kulħadd jaqbad ċertu studju għaliex huwa popolari u nispiċċaw b'kulħadd fil-liġi jew fil-B.Com.", "Hu importanti li naraw l-istudenti fuqhiex huma l-ahjar u jekk xi ħadd hu tajjeb fix-xjenza, niggwidawh biex jagħżel qasam tax-xjenza.", "Ejja nippruvaw niggwidawhom lill-istudenti u l-gwida ma ssirx fl-eta` ta' 16, 17 jew 18-il sena, imma għandha tibda qabel.", "Jekk naraw iċ-ċifri ta' kemm għandna gradwati fil-qasam tal-matematika, tax- xjenza u tat-teknoloġija, naraw li aħna l-anqas pajjiż li għandna mhux biss mill-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea imma anke tal-pajjiżi applikanti.", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq oqsma meqjusa fundamentali jekk irid ikollna a competitive knowledge-based economy.", "Kif nistgħu nitkellmu fuq in-knowledge based economy jekk f'għodda tant importanti bħall-matematika, xjenza u teknoloġija ninsabu fl-aħħar post?", "B'liema ġustifikazzjoni se nġibu investiment f'pajjiżna marbut ma' dawn l-oqsma?", "Jekk naraw l-ispiża fil-qasam ta' l-edukazzjoni, pajjiżna jikkompara pjuttost tajjeb f'ċerti livelli.", "Pero` lili din tinkwetani wkoll għaliex minkejja li qed nonfqu daqs jew aktar minn ħaddieħor, xorta għandna dawn ir- riżultati.", "Mela x'qed jiġri mill-fondi li qed niddedikaw għall-edukazzjoni f'pajjiżna?", "Din hija l-mistoqsija li rridu nistaqsu bis-serjeta`.", "L-ispiża fl-edukazzjoni filwaqt li tikkompara tajjeb ma' ta' pajjiżi, fejn qed tmur?", "X'value for money qed nieħdu ta' l-ispiża li kull sena napprovaw għas- sistema edukattiva tagħna?", "Għaliex ir-riżultati mhux jiġu?", "Hu importanti li mhux biss ngħidu li se nkabbru l-ispiża fil-qasam ta' l-edukazzjoni jekk hemm bżonn, imma anke li ssir analiżi ta' fejn u kif qed jintefqu dawn il- flus ħalli pajjiżna jieħu l-massimu li jista' minn dak li qed jintefaq f'dan is-settur.", "Sur President, jekk naraw x'qed nonfqu fil-qasam primarju, sekondarju u dak terzjarju vis-a-vis pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropea, naraw li fis- settur primarju u sekondarju qed nonfqu kważi in-nofs tal-medja tal-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea, filwaqt li fejn jidħol is-settur terzjarju, għalkemm taħt il-medja ta' l-Unjoni Ewropea, xorta nikkomparaw tajjeb minkejja li nafu li l-Universita` f'pajjiżna għandha problemi finanzjarji.", "Fil-fatt, għal din is-sena, il-gvern żied xi ftit il-budget tagħha biex jgħinha, pero` hemm bżonn li naraw kif se jintefqu dawn il-fondi.", "Kif għidt, fl-oqsma tal-primarja u tas-sekondarja aħna qed nonfqu n-nofs tal-medja tal-pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropea.", "Din għandha ġġegħilna naħsbu.", "Dan ifisser li hemmhekk hemm bżonn li niddedikaw aktar fondi u li r- riżorsi nużawhom aħjar.", "Huwa importanti li nifhmu li jekk il-pedament ma jkunx tajjeb, ma nistgħux nistennew li aktar studenti jkomplu jistudjaw wara 16-il sena.", "Għalhekk huwa importanti li naraw li aktar studenti jkomplu fis-sistema edukattiva tagħna, għaliex il-fatt li qed jispiċċaw qabel ifisser li, kif qal il-Viċi Prim Ministru għal skop ieħor, l- istudenti - issa se ndawwar id-diskors jien – qed jivvotaw b'saqajhom għaliex is-sistema edukattiva tagħna mhux qed tilqagħhom biżżejjed.", "Aħna għandna nitkellmu fuq x'inhuma l-isfidi li għandu pajjiżna fil-qasam ta' l- edukazzjoni u naslu għal soluzzjonijiet li huma fl-interess ta' l-istudenti Maltin u Għawdxin.", "Hemm ukoll il-qasam tal-lifelong learning li juri jekk aħna aħniex popolazzjoni li qed tfittex li tkompli titgħallem f'din id-dinja kompetittiva u globalizzata li ħafna drabi nsemmu.", "Hawnhekk ukoll irridu naraw kif qegħdin meta kkomparati mal-pajjiżi l-oħra ta' l-Unjoni Ewropea, u sfortunatament m'aħniex f'pożizzjoni tajba, mhux biss mal-pajjiżi membri imma anke ma' pajjiżi Ewropej oħra.", "F'dak li għandu x'jaqsam ma' l-Information and Communication Technology (ICT), jiena nistaqsi x'inhi r-raġuni li Malta ma ħaditx sehem fil-ġbir tad- data.", "To be fair, mhux Malta biss ma ħaditx sehem, imma kien hemm pajjiżi oħrajn.", "Imma jien minn Malta jinteressani.", "Barra minn dan, wieħed irid jistaqsi dwar l-investiment li sar minn diversi gvernijiet, wieħed wara l- ieħor, kien min kien fil-gvern.", "Iva, sar ċertu investiment u dan huwa importanti, imma huwa importanti wkoll li naraw kif dan l-investiment qed jintuża.", "Per eżempju, l-investiment li sar fl-iskejjel kif qed jintuża biex nieħdu l-massimu ta' dak l-investiment.", "Naħseb li din hija l-akbar sfida f'dan il-qasam.", "L-investiment sar u hemm bżonn inkomplu ntejbuh, imma huwa importanti wkoll li naraw kif qed jintuża.", "Sur President, jien nikkonkludi billi nawgura li mhux biss nitkellmu u nuru n-nuqqasijiet li jeżistu - u li fil-fatt mhux aħna biss qed insemmuhom, imma qed issemmihom il-kummissjoni Ewropea wkoll fir-rapport li għamlet fuq il-progress jew le ta' l-oġġettivi ta' Lisbona - imma li nieħdu l-passi fuqhom sabiex intejbu l-affarijiet għall-ġid ta' pajjiżna.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO (Segretarju Parlamentari): Sur President, f'dan il- ħin li għandi nixtieq nagħmel xi rimarki rigward l-aġenda ta' Lisbona.", "Fil-fehma tiegħi, meta nitkellmu dwar l-aġenda ta' Lisbona, irridu nitkellmu dwarha b'mod oġġettiv, u ngħid ukoll b'mod kritiku, għaliex din l- aġenda fiha nnfisha m'hijiex xi riċetta kompluta li nistgħu npoġġuha fuq xkaffa għax awtomatikament se twassalna x'imkien.", "Minkejja dan, din l- aġenda rridu nagħmluha wkoll l-aġenda ta' pajjiżna.", "Meta konna nidejna l-programm ta' ħidma biex jimplimenta ċ-charter Ewropew għan-negozji ż-żgħar li l-gvernijiet kienu qablu dwaru meta kienu ħarġu bl- aġenda ta' Lisbona, jiena kont ktibt f'dak il-programm ta' ħidma - li f'Ġunju se niddibattu l-performance tiegħu - li aħna bħala Maltin irridu nagħmlu l-aġenda ta' Lisbona, l-aġenda tagħna u rridu nbiddlu din il-frazi:", "\"Nagħmlu mill-Unjoni Ewropea l-aktar ekonomija dinamika u kompetittiva fid-dinja bbażata fuq l-informazzjoni\"", "f'din il-frazi:", "\"Nagħmlu minn Malta l-aktar ekonomija dinamika u kompetittiva fid- dinja bbażata fuq l-informazzjoni\"", "Qed ngħid hekk, Sur President, għaliex jien naħseb li l-ewwel sfida li aħna għandna hi li nqisu din il-lista ta' prijoritajiet bħala xi ħaġa tagħna u mhux xi ħaġa imposta minn x'imkien minn fuq, u rridu ndaħħlu f'rasna li l- aġenda ta' Lisbona hi l-aġenda ta' pajjiżna.", "Sur President, huwa importanti li nifhmu ħaġa oħra, u hawn nikkowta mill- introduzzjoni:", "\"The past fifty years have seen extraordinary progress but in a changing world, Europe cannot stand still.\".", "Jien hawnhekk inneħħi l-kelma \"Europe\" u ndaħħal il-kelma \"Malta\", u ngħid li jekk l-Ewropa ma tistax tibqa' kif inhi, aħseb u ara kemm tista' tibqa' kif inhi Malta.", "Malta ma tistax toqgħod standing still u ma tistax tibqa' mifruda mir-realta`.", "Hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq aġenda li għandha twassal biex l-Ewropa tkun l-aktar reġjun interessanti fid-dinja fejn wieħed jinvesti u jaħdem fih, u Malta tkun parti minn dan ir-reġjun.", "Irridu naraw li b'din l-aġenda se naslu biex l-innovazzjoni tkun il-qofol tal-politika ta' dan il-gvern, u konsegwentement il-politika ta' kull gvern, ikun min ikun fuq din in-naħa.", "Aħna għandna wkoll inbiddlu l-policies tagħna biex inħallu n-negozjanti joħolqu aktar impjiegi ta' kwalita`.", "Din hi l-politika li għandha tgħin biex dan il-pajjiż jibda jifhem li n-negozju jrid joħloq ix-xogħol, u joħloq xogħol aħjar milli seta' jinħoloq mill-gvernijiet matul iż- żminijiet.", "Hawnhekk nasal għall-ħsieb ieħor u nikkwota minn paġna 5:", "\"Lisbon therefore requires immediate action and a case for acting together in Europe is strong.\".", "Sur President, hemm bżonn azzjoni immedjata u f'dan il-każ irridu naħdmu flimkien biex l-Ewropa tkun b'saħħitha u anke hawnhekk nissostitwixxi l- kelma \"Europe\" bil-kelma \"Malta\" u ngħid: Hemm bżonn ta' azzjoni immedjata biex dan il-pajjiż ikun b'saħħtu.", "Sur President, hawnhekk qed nilagħab bil- kliem, u flok \"Europe\" qed indaħħal il-kelma \"Malta\".", "Qed nagħmel hekk għaliex issa, kemm ili segretarju parlamentari għas-self-employed u negozji żgħar, qed nifhem,li l-aktar ħaġa importanti għal min qed jipprova jippromwovi u jixpruna mentalita` ġdida f'dan il-pajjiż hija s-sinerġija.", "Jekk irridu li din l-aġenda ta' Lisbona tagħti r-riżultati li qegħdin nistennew, hemm bżonn l-aħjar eżerċizzju ta' sinerġija.", "Ma jistax ikun li ma nitkellmux b'mod oġġettiv u kritiku.", "Hawnhekk ħafna drabi tisma' biss żewġ qniepen idoqqu, jew tal-mejtin jew tal-festi, u jiena ma nixtieq indoqq l-ebda wieħed minnhom.", "Din l-aġenda m'għandhiex tkun monopolju la tal-Ministru Ċensu Galea u anqas tal-kabinett, imma għandha tinżel fl-għeruq tas-soċjeta` tagħna, u għandha tagħti direzzjoni lid-diversi dipartimenti, awtoritajiet u kunsilli lokali, għax jekk ma jiġrix hekk, dan il-pajjiż m'hu se jasal imkien.", "U hawnhekk jiena kritiku.", "Nerġa' ngħid - għaliex dan il-punt irrid inwasslu u rrid inkun ċert li jasal ċar - li l-aġenda ta' Lisbona trid tkun l-aġenda Maltija li tagħraf dawn il-prijoritajiet u tkun kapaċi tixpruna din il- mentalita` fil-livell ta' isfel, fil-livell ta' minn fejn tibda l-attivita` kummerċjali f'dan il-pajjiż.", "Il-kunsilli lokali, id-dipartimenti u l- awtoritajiet tagħna jridu jkunu konxji li llum f'dan il-Parlament qegħdin nitkellmu fuq l-aġenda ta' Lisbona.", "L-iskejjel u l-Universita` tagħna wkoll jridu jkunu konxji li aħna qegħdin nitkellmu fuq l-aġenda ta' Lisbona għaliex anke dawn għandhom sehem x'jagħtu.", "Sur President, ma nistgħux nagħmlu pass lejn l-aġenda ta' Lisbona jekk m'aħniex se nkunu kor wieħed bi tmexxija waħda fejn kulħadd jaf x'inhu r- rwol tiegħu, u cjoe` niffaċilitaw il-kummerċ.", "Jien nagħraf li l-aġenda ta' Lisbona hija l-aġenda li tħeġġeġ lil kull min għandu sehem x'jagħti fl- iżvilupp ta' pajjiż, hu min hu, u hi-x'inhi esperjenza tiegħu, biex jagħtih b'mod li jiffaċilita` n-negozju u l-kummerċ.", "Jekk dan ma jsirx, se nkunu qegħdin nieħdu falza stikka.", "Sur President, qed ngħid dan id-diskors għaliex ma jistax ikollna gvern li qed jitkellem fuq l-aġenda ta' Lisbona u imbagħad ikollna l-kunsilli lokali u awtoritajiet oħrajn li bil-burokrazija tagħhom, iwaqqfu u joħolqu l- ostakli kollha li jistgħu joħolqu għan-nies li qegħdin fin-negozju.", "Din mhux l-aġenda ta' Lisbona!", "Din hija l-aġenda personali ta' kull wieħed li jrid ikun gradwat fl-inkejja u diplomat fil-fissazzjoni li jagħmel dak li jfettillu moħħu.", "Sur President, jekk m'aħniex se nitkellmu b'mod ċar biex kull min hu responsabbli jaħdem b'sinerġija, jien nibża' li se nkunu qed naħlu l-ħin.", "Ma nkunux qed naħlu l-ħin, imma nkunu qed noħolqu l-opportunitajiet jekk inkunu kapaċi nifhmu li l-aġenda ta' Lisbona tfisser li kulmin hu responsabbli f'awtorita` huwa responsabbli li joffri servizz.", "Kull min qiegħed fin-negozju jrid jifhem li jrid itejjeb l-abbilita` tiegħu u l-mod ta' kif qed jaqdi lill-konsumatur.", "Jekk m'aħniex se nifhmu dan, tista' tkun sindku, tista' tkun kunsillier, tista' tkun warden, tista' tkun uffiċjal tas-sanita`, tista' tkun uffiċjal f'awtorita` jew f'dipartiment, iżda jekk m'aħniex se nifhmu li f'dan il-pajjiż irridu niġbdu ħabel wieħed, l-aġenda ta' Lisbona tkun falliet qabel ma tkun bdiet.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Onorevoli, tibqa' in possession?", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO: Iva, se nibqa' in possession.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Nitlob lill-Ministru biex, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal għada t-Tlieta, 17 ta' Mejju, 2005 b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Diskussjoni dwar l-Istrateġija ta' Lisbona - Kontinwazzjoni;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kummissjoni ċinematografika ta' Malta - Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Kriminali - Tielet Qari; u", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Vjolenza Domestika - Tieni Qari.", "-----------------------------------", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Reġistru Ċentrali - Kumitat Permanenti.", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Sħubija ta' Malta fil-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp - Kumitat Permanenti.", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Bank Ċentrali ta' Malta - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Michael Farrugia.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Illejla waqt id-dibattitu dwar l-istrateġija ta' Lisbona laqtitni parti mid-diskussjoni li tittratta dwar in-nuqqas ta' viżjoni li hawn fil-pajjiż bħalissa, li sfortunatament donnha hija marda li qed tittieħed f'kull settur u xejn inqas fis-settur tas-saħħa.", "Jekk wieħed jipprova jara pajjiżna 'il fejn hu miexi, fejn qed isir l- investiment u x'inhuma t-targets li wieħed irid jilħaq bażikament jista' jikkonkludi li t-target tal-gvern huwa li jlesti l-isptar Mater Dei f'Tal- Qroqq.", "Xejn aktar u xejn inqas.", "Mill-bqija s-sitwazzjoni hija waħda prekarja u sfortunatament – qed ngħid sfortunatament b'mod sinċier – sejra mill-ħażin għall-agħar, imma għall-gvern qisu m'hu qed jiġri assolutament xejn.", "Ninsabu f'sitwazzjoni fejn għandna gvern li r-responsabbilta` tal- bini ta' l-isptar il-ġdid tefagħha fuq żewġ ministeri differenti.", "Hemm il- prim ministru li min-naħa ħa r-responsabbilta` tat-tkomplija tal-bini ta' l- isptar minħabba li taħt il-ministri ta' qabel dejjem kien jingħad li l- isptar se jitlesta u li se jkollna d-dati ta' meta se jiftaħ u jidħlu l- ewwel pazjenti, imma dan qatt ma seħħ.", "Imbagħad għandna l-ministeru l- ieħor li huwa responsabbli għal dak li jirrigwarda affarijiet ta' saħħa li suppost jgħidulu l-planning.", "Sur President, is-settur tas-saħħa huwa wieħed delikat u jekk ma teħdux b'mod ħolistiku u ma tħarisx lejn is-setturi kollha fl-istess ħin, tkun qed tagħmel vroma.", "L-isfortuna hija li llum il-ġurnata għandna gvern li bażikament qed iressaq lil pajjiżna lejn din il-vroma għax ma teżisti viżjoni ta' xejn.", "Tant jidher li hemm nuqqas ta' din il-viżjoni li l- investiment neċessarju fis-settur tas-saħħa u fis-setturi l-oħrajn li għandhom x'jaqsmu ma' l-isptar Mater Dei assolutament m'humiex qed jingħataw importanza.", "Issa nixtieq nagħti ħarsa lejn is-settur tas-saħħa mentali.", "Fl-1997 kien ingħata bidu għal rapport ġdid li kien jinkludi liġi ġdida li tirrigwarda s- saħħa tal-mard mentali u kif dan għandu jiġi trattat u kif għandna nespandu anke lejn il-komunita`.", "Minn dan kollu għaddew tmien snin u għadu ma sar xejn ħlief li xi darba kultant ikun hemm konferenza fuq dan is-suġġett u għalkemm saru xi ftit seduti fil-kumitat permanenti għall-soċjali erba' jew ħames snin ilu, ma nstema' xejn iktar.", "Pero` sadanittant għad għandna l- problemi f'dan is-settur.", "Forsi jkun hawn min jistaqsi: Billi tgħaddi liġi se ssolvi l-problemi?", "Le, il-problemi għadna se nibdew insolvhom.", "U n-nuqqas ta' viżjoni hawn qiegħed għax s'issa għadna ma smajna assolutament xejn, per eżempju, dwar x'investiment għaddej bħalissa f'riżorsi umani meta nafu li numru sostanzjali ta' infermiera se jispiċċaw bl-eta` u m'hemmx min jissostitwixxihom.", "Anke fejn il-gvern qed jitfa' r-riżorsi kollha fuqu għandna diżordni organizzata.", "Per eżempju, id-dipartiment ta' l- onkoloġija fejn isir it-trattament tal-kanċer sejjer fl-isptar il-ġdid f'Tal-Qroqq jew le?", "Qed nistaqsi dan għax daqqa nisimgħu li sejjer hemm, daqqa nisimgħu li mhux sejjer hemm, daqqa nisimgħu li nbidlu l-pjanti, daqqa nisimgħu wkoll li qed isir l-investiment fl-isptar Boffa u daqqa nisimgħu li ċertu apparat li kellu jinxtara, issa mhux se jinxtara.", "Nistgħu nkunu nafu eżattament x'qiegħed jiġri f'dan is-settur?", "Ħalli nagħti eżempju ieħor.", "F'kull pjanta li saret fi żmien il-gvern Laburista, meta kien ġie deċiż li l-isptar f'Tal-Qroqq kellu jitkabbar, kien hemm area, li llum hija parti mill-car park ta' l-universita` fejn kien se jkun hemm underground car park b'diversi sulari u fuqu jkun hemm il- medical school u l-institute of healthcare.", "Issa jekk wieħed jara l- pjanti jsib li minkejja li l-isptar f'Tal-Qroqq ġie mċekken wara li tela' gvern Nazzjonalista fl-1998, dawn il-pjanti kienu se jitkomplew.", "Pero` f'daqqa waħda, ġimgħa ilu, il-prim ministru qal li l-institute of healthcare u l-iskola medika mhux se jinbew imma se naqbdu partijiet eżistenti mill-isptar li diġa` nbnew u fihom se ndaħħlu l-laboratorji u diversi servizzi oħrajn, imbagħad fl-ispazju li se noħolqu f'dan il-bini eżistenti se nagħmlu erba' swali u nsejħulhom medical school u institute of healthcare.", "Mhux ta' b'xejn li tlabt lill-prim ministru biex jurina l-pjanti ta' l- isptar ħalli naraw kif se jkunu mqassmin is-servizzi hemmhekk.", "Lili ma jinteressanix kif se jkun għaddej l-elettriku, l-ilma u l-gass għax il- poplu Malti u dawk kollha li b'xi mod jew ieħor huma konnessi mas-settur tas-saħħa li jinteressahom hu li jaraw għalxiex se tintuża kull kamra.", "B'dan il-mod wieħed ikun jista' jikkummenta minn issa, qabel ma tkompli ssir il-froġa li qed tiġi ppjanata.", "Per eżempju, jidher li l-gvern ta Lm4 miljun ta' xejn lill-consortium li qed jibni dak il-proġett.", "Jien mhux lill-consortium qed nikkritika għax jekk dan ħa Lm4 miljun ta' xejn sewwa għamel.", "Kieku jien kont il- consortium u l-gvern jiġi jagħtini Lm4 miljun ta' xejn kont nieħu pjaċir.", "Jien qed nikkritika lill-gvern Nazzjonalista, fosthom lill-prim ministru li kien il-persuna wara dan kollu u lis-segretarju parlamentari fl-uffiċċju tal-prim ministru li huwa responsabbli mill-finanzi, għax minkejja li l- parir li ngħataw kien li l-isptar ma jiġix jiswa aktar minn Lm135 miljun u ma joħorġux ċenteżmu iktar, tawhom Lm139 miljun!", "Meta ċċalinġjajthom qaluli li billi tawnhom Lm4 miljun ta' xejn ma jimpurtax, l-aqwa li se jkollna sptar.", "Grazzi, ara għandux xi Lm4 miljun l-gvern ħalli jibda jqassamhom lill-poplu Malti u Għawdxi!", "Imbagħad intqal ukoll li għat-tieni u għat-tielet fażi tal-proġett se nonfqu biss Lm6 miljun.", "Minkejja dan, filwaqt li qabel kien intqal li d- dipartiment ta' l-onkoloġija se jmur fl-isptar f'Tal-Qroqq, issa qed nisimgħu li mhux sejjer.", "Qabel konna smajna wkoll li l-iskola medika u l- institute of healthcare kellhom jiġu trasferiti fl-istess żmien meta jinfetaħ l-isptar, jiġifieri sena u nofs oħra, meta issa qed jingħad li dawn mhux se jinbnew.", "Mela nistgħu nkunu nafu dawn il-Lm145 miljun biex jitlesta l-isptar għalxiex se jingħataw?", "Mhux jien biss nixtieq inkun naf għax jien hawnhekk qed nirrappreżenta lill-poplu Malti u Għawdxi.", "Jien naf x'taħwid u xi tgerfix għaddej fuq l-ikbar proġett li jingħad li għandu gvern Nazzjonalista.", "Qed nagħmel dawn il-mistoqsijiet mhux biex immur ngħid dawn l-affarijiet lill-poplu Malti, imma nistenna li b'responsabbilta` kbira l-prim ministru, li issa taħtu taqa' t-tkomplija tal-bini ta' l-isptar, jispjega lill-poplu Malti u Għawdxi eżattament x'inhu għaddej.", "Per eżempju, dan għandu obbligu li jqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra – issa ilna nistennew risposta għal mistoqsija parlamentari li għamilt kważi xahar - il-kuntratt li għamel ma' Skanska.", "S'issa għadu ma qiegħdux.", "Allura x'inhu jaħbi l-prim ministru?", "X'qed idejqu f'dan il-kuntratt?", "Għaliex qed jibża' juri l-pjanti?", "X'inhu jdejqu fil-pjanti?", "Minn liema kritika qed jibża'?", "Jew issa sirna tajbin biss biex noqogħdu quddiem il-cameras tat-television u nistiednu erba' min-nies biex jagħmlulna l-mistoqsijiet?", "Dawn huma flus il-poplu Malti u Għawdxi.", "Dawn qed jintużaw tajjeb jew ħażin?", "Sur President, kif diġa` għedt qabel, għandna problema ta' viżjoni.", "Kif jista' jkollok sptar li huwa iżgħar mill-isptar San Luqa u bil-problemi kollha li għandu dan l-istess sptar!", "F'xi ħin jew ieħor kulħadd kellu l- opportunita` li jmur sa l-isptar San Luqa u allura kulħadd jaf x'inhi s- sitwazzjoni li teżisti fid-dipartiment tal-mediċina u bil-problemi kollha li hemm.", "Diversi qraba ta' pazjenti jafu kemm operazzjonijiet ġew posposti biex is-sodod li kienu għal dawk li kellhom jiġu operati ttieħdu minn pazjenti bi problemi mediċi.", "Dan huwa planning perfett!", "Dan huwa management by crisis, Sur President!", "Imbagħad irridu nitkellmu fuq l- istrateġija ta' Lisbona!", "Jekk tħares lejn kull settur issib li jinsab fl-istess sitwazzjoni.", "Per eżempju, kif jista' jkun ma ssaħħaħx dak li l-għaqda dinjija tas-saħħa ilha tgħid fuq Malta?", "Din qalet li rridu nsaħħu l-kura primarja, is-settur tat- tobba, tan-nurses u tal-kura fil-komunita` u jrid isir investiment qawwi fuq riżorsi umani, jiġifieri fuq tobba, infermiera, fiżjoterapisti, speech therapists eċċ. Pero` aħna spiċċajna fis-sitwazzjoni li minflok ma ninvestu f'dawk li jiggradwaw mill-institute of healthcare, lil dawn m'aħniex nimpjegawhom u qed inħalluhom jirreġistraw għax-xogħol.", "Dak investiment li qed isir!", "Dik viżjoni li għandna!", "Lil dawn in-nies qed igħidulhom li mhux se jħaddmuhom hawn Malta għax hawn problema finanzjarja.", "Din mhux jien qed ngħidha.", "Fil-fatt ħarġet ordni mill-uffiċċju tal-prim ministru biex id-dipartiment tas-saħħa ma jimpjegax nies għax mhux se jingħata fondi.", "U s-soluzzjoni li qed tingħata lil dawn il-gradwati tafu x'inhi?", "Is-soluzzjoni li qed joħorġu biha hija li jekk ikun hemm xi applikazzjoni barra minn Malta għandhom japplikaw u jmorru hemmhekk.", "Dak investiment!", "Dik viżjoni!", "Dan minflok ma nżommuhom hawnhekk ħalli nkomplu ntejbu s-servizzi fil-komunita` u b'hekk ma jkunx hemm għalfejn imorru ħafna pazjenti lejn l-isptar.", "Fil-fatt b'dan il-mod inkunu qed inżommuhom u nikkurawhom fid-djar tagħhom u nnaqqsu l-load mill-isptarijiet.", "Meta naslu għal dik is-sitwazzjoni nkunu nistgħu ngħidu li ladarba ssaħħet ħafna l-kura primarja għandhom jonqsu s-sodod mill-isptar f'Tal-Qroqq.", "U la l- isptar Boffa u lanqas l-isptar San Luqa m'huma se jagħlqu.", "Mhux billi l- prim ministru qalilna hawn ġew li – dan qiegħed on record – l-isptar Boffa u l-isptar San Luqa se jinbiegħu lis-settur turistiku.", "Lanqas biss jaf fuqhiex qiegħed jitkellem, aħseb u ara kemm għandu viżjoni f'dan is-settur!", "Sur President, x'se nagħmlu meta jkollna ħafna nies?", "Lanqas fil-kuritur m'hemm fejn toqgħod!", "Se nibdew nikkampjaw lin-nies fil-car park jew fuq il-bejt ta' l-isptar Mater Dei u nagħmlulhom il-kampijiet bħal tar- rifuġjati!", "Din hi l-viżjoni li kellna meta ġejna biex inċekknu l-isptar!", "Imma l-viżjoni li għandu dan il-gvern hija agħar minn hekk, għax fis-settur tas-saħħa ninsabu f'sitwazzjoni prekarja ħafna.", "Jien nidħak meta nismagħhom igħidu li d-deficit ikkontrollawh u li se jaraw kif se jbigħu l- assi li għandhom ħalli jħallsu d-dejn.", "Qed ngħid dan għax meta tistaqsi lill-ministru kemm għandu dejn is-settur tas-saħħa ssib li dan għandu madwar Lm12.5 miljun dejn mas-suppliers tiegħu u ma' min jipprovdielu s- servizzi.", "Din hija s-sitwazzjoni li ninsabu fiha!", "Sur President, meta fl-1996 tlajna fil-gvern sibna biżibilju ta' dejn.", "Sibna mediċini u prodotti mediċi mhux imħallsa, bil-problemi u l- konsegwenzi kollha.", "Dan apparti d-diżastru li kien hemm fil-medical stores b'400 mediċina nieqsa u b'600 mediċina li kienu bi stock baxx.", "Dan kollu juri li l-gvern Nazzjonalista qed imexxi bla viżjoni.", "Għalhekk naħseb li wasal iż-żmien li jħalli spazju għal min għandu ideat friski u għal min irid imexxi lil pajjiżna 'l quddiem f'kull settur.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Jose' Herrera.", "ONOR.", "JOSE` HERRERA: Sur President, illum se nitkellem fuq il-gradwati, suġġett li għadu kemm semma l-kollega tiegħi.", "Pero` se nagħmel premura minn qabel biex ma niġix miżinterpretat għax meta kont tkellimt fuq dan is- suġġett jista' jkun li ġejt miżsinterpretat.", "Illum fil-ġurnali qrajt li minn mistoqsija parlamentari li saret irriżulta li hemm 85 gradwat mill-universita` li qed jirreġistraw għax-xogħol u dan huwa preokkupanti ħafna.", "Fil-fatt wara li jkun hawn il-gradwazzjonijiet, kull sena kont nieħu l-okkażjoni biex nagħmel mistoqsija parlamentari lill- ministru ta' l-edukazzjoni dwar kemm ikun hemm gradwati li jkunu qed jirreġistraw għax-xogħol biex inkun naf x'inhi l-pożizzjoni.", "Fil-fatt sas-sena l-oħra kien jirriżulta li l-ammont ta' studenti li kienu qed jiggradwaw u ma jsibux kien ikun inqas minn għaxra.", "Qabel kienet ħaġa kważi awtomatka li min ikun l-universita` u jagħmel ammont ta' snin jistudja, wara ftit xhur li jieħu l-lawrija jsib impjieg.", "Illum m'għadhiex hekk l-istorja.", "Jien niftakar li meta kont l-universita` bejn l-1980 u l-1987 kemm aħna l-istudenti tal-liġi, kemm dawk tal-mediċina, kemm it-teachers kif ukoll l-accountants ma kienx jgħaddielna minn rasna li meta nieħdu l-lawrija ma konniex se nsibu xogħol.", "Iż-żmien ta' l-universita` għalina kien żmien ta' ħolm fejn konna pjuttost ambizzjużi, kellna ċerti aspirazzjonijiet u ma konniex nitkellmu bejnietna fuq il-possibilita` li nkunu unemployed.", "Fil-fatt konna niddiskutu l- ambizzjonijiet futuri tagħna.", "Kien żmien sabiħ, mingħajr tant piż żejjed fuq moħħna, żmien ta' studju kif ukoll ta' divertiment u żmien ta' tkabbir tal-karattru tagħna.", "Kien żmien interessanti u konna moħħ ir-riħ.", "Meta konna nieħdu l-lawrija, għalkemm ma kienx hawn l-opportunitajiet li hawn illum għax ovvjament id-dinja saret iktar ikkomplikata u allura hemm iktar liġijiet u hemm bżonn ta' aktar avukati – qed nitkellem fuq il-kors tiegħi – aħna l-avukati konna mmorru nieħdu l-ġurament, konna nagħmlu dawk il- ftit xhur tal-bidu lebsin it-toga puliti bil-qiegħda fl-awli ta' l- imħallfin u l-imħallfin kienu jindunaw li qegħdin hemm nistennew xi perizja u naqilgħu lira hekk, pero` wara ftit xhur jew sena konna niftħu l-uffiċini tagħna u nibdew naħdmu.", "Mill-kors tiegħi m'hemm ħadd li ma qabadx jaħdem u sa ftit żmien ilu kulħadd kien jaħdem.", "It-tobba dak iż-żmien kien ikollom assigurazzjoni li sa ċertu żmien kienu se jaħdmu l-isptar, imbagħad min ikun iktar ambizzjuż kien isiefer u jieħu postgraduate study, kien jiġi lura u jibqa' jaħdem l-isptar bħala consultant, per eżempju, imbagħad jiftaħ il-klinika tiegħu.", "L-istess il-periti u t-teachers li kien jimpjegahom kollha l-gvern.", "Niftakar li meta sirt avukat minflok ma kont immur nistaqsi jien biex nieħu l-prattika, kien hemm xi erba' jew ħames ditti li staqsewni jekk irridx nieħu l-prattika magħhom u mbagħad nibqa' naħdem magħhom.", "Kważi kienu jiġru warajk tant kemm kien hawn xogħol.", "Illum iċ-ċirkostanzi nbidlu.", "Per eżempju, fl-uffiċċju tiegħi għandi xi tmienja jew disa' studenti jieħdu l- prattika li lanqas għandi fejn nagħmilhom u kważi kull ġimgħa nirċievi curriculum vitae ta' xi student li se jilħaq biex jiġi jaħdem miegħi.", "L- avukati l-oħra li għandhom id-ditti tagħhom qegħdin fl-istess sitwazzjoni.", "Sur President, naf tobba li għalkemm mhux qed jirreġistraw qed ibatu fil- prattika privata tagħhom minħabba li hawn ħafna tobba.", "Hemm periti li għalkemm mhux qed jirreġistraw huma impjegati b'salarji baxxi ħafna.", "Jiġifieri l-qagħda ta' l-istudenti m'hijiex daqstant feliċi u din hija xi ħaġa inkwetanti.", "Min jidħol l-universita` jaf li m'hijiex ċajta.", "Jien għaddejt minnha u t-tifel tiegħek, Sur President, li hu ħabib tiegħi, ukoll għadda minnha għax huwa avukat u għamel sitt snin jistudja kif studjajt jien.", "Ma rridux ninsew kemm ikunu studjaw u għamlu sagrifiċċji dawn l- istudenti.", "Għalhekk huwa importanti li tkun impenjat u jkollok ċerti aspirazzjonijiet għax li jkollok 26 sena u ma tkunx ħdimt żgħir, ifisser li trid tibda mill- bidu.", "Forsi tkun ipposponejt iż-żwieġ tiegħek, sħabek forsi jkollhom job u karozza u inti ma jkollokx.", "Kif diġa` għedt hemm l-element ta' sagrifiċċju minbarra l-ambizzjoni.", "U allura m'hemmx anticlimax u frustrazzjoni agħar milli jkollok ħolma u wara li tkun studjajt u tħabatt tant għaliha, tispiċċa f'sitwazzjoni fejn ta' 27 sena tkun għadek qed tirreġistra għax- xogħol, qisek m'għamiltx l-isforz tiegħek.", "Jien dawn l-istudenti jiddispjaċini għalihom ħafna u naħseb li wasal iż-żmien li l-gvern jindirizza din il-problema.", "U x'inhi l-problema?", "Il-problema hija threefold u hawnhekk kważi qed nitkellem b'mod personali.", "Jien bniedem akkademiku bħal ħaddieħor u l-problema naf nanalizzaha.", "L-ewwelnett irrid ngħid li l-istudenti fuq livell sekondarju mhux qed jiġu mgħarrfa biżżejjed dwar x'inhuma l-opportunitajiet fil-ħajja.", "Jien avukat u naf ħafna kumpanniji u allura naf li hemm ċerti korsijiet fejn hemm għatx kbir għal studenti biex jaħdmu fil-mechanical engineering, fl-electrical engineering, fl-elettronika u fl-IT.", "Per eżempju, fin-nursing impjegaw nies minn barra għax l-istudenti f'pajjiżna ma jeħduhomx dawn il-korsijiet.", "Ħafna studenti jaħsbu li llum għadha kif kienet 20 sena jew 30 sena ilu, li jekk sirt tabib għandek professjoni garantita, għandek xogħol garantit, se tkun upper middle class u se tagħmel karriera sabiħa.", "Ħafna nies jaħsbu li jekk issir avukat tista' tibda tagħmel il-ġurijiet, il-kawżi kostituzzjonali jew se jkollok ditta b'uffiċċju sabiħ.", "Hemm min jirnexxielu jagħmel dan pero` llum hija aktar diffiċli.", "Hemm min jaħseb li jekk issir perit se tibda tidderieġi xi żviluppi kbar imma m'hijiex daqshekk faċli.", "Jien naħseb li l-istudenti jridu jagħrblu daqsxejn aktar ir-realta` tal-ħajja u naħseb li l-gvern din irid jagħtiha mbuttatura.", "Qabel ma kienx hawn din il-problema.", "Din hija ħaġa tajba u ta' dan ngħid grazzi lill-amministrazzjoni preżenti li llum fl-universita` minn 500 student hemm 8,000 student.", "Jien nixtieq li kulħadd jidħol l- universita` biex jitgħallem pero` li kulħadd jieħu l-istess erba' korsijiet ma jagħmilx sens.", "Ma jistax ikun li f'pajjiż bħal tagħna jkollok 100 avukat fis-sena, 100 tabib fis-sena jew 70 perit fis-sena għaliex m'hemmx biżżejjed xogħol għalihom.", "Jien qgħadt nara l-lista u sibt li hemm avukati li għandhom LLD u LLM fil-financial services u qed jirreġistraw għax-xogħol.", "Hemm min hu perit u qed jirreġistra għax-xogħol, hemm min għandu Ph.D u qed jirreġistra għax-xogħol.", "Dan qed jiġri għax l-istudenti m'humiex qed jiġu ggwidati biżżejjed dwar x'inhi l-linja tax-xogħol li jridu jieħdu.", "Hawnhekk irrid nikkritika lill-Professur Ian Refalo, bir-rispett kollu lejh personalment - bħala avukat u bħala lecturer inneħħilu l-kappell għax huwa bniedem brillanti - li kien instiga biex il-kors tal-liġi jibda jsir kull sena.", "Dan qed joħloq inġustizzja fuq l-istudenti għax qabel dawk li jilħqu almenu kien ikollhom sentejn ċans biex jintegraw ruħhom fil-professjoni, mentri llum issir avukat u tkun għadek lanqas integrajt ruħek fil- professjoni meta jilħqu ta' warajk.", "Għalhekk dawn mhux qed jingħataw l- opportunita` li jilħqu jibdew jaħdmu.", "Jien nikkritika wkoll il-konċett li biex kulħadd ikun student baxxejna l- livelli fil-kors tal-liġi, fil-kors tal-mediċina u fil-kors ta' l- arkitettura.", "Dan huwa ħażin.", "Jien ma naqbilx man-numerus clausus u din kienet politika żbaljata tal-partit Laburista pero` hija daqstant politika żbaljata ta' dan il-gvern li biex kulħadd jidħol l-universita` baxxejna l- grades u għamilnihom redikoli, fejn jista' jidħol kulħadd mingħajr ebda sforz.", "Din m'hijiex sistema tajba għax qed nidħku bin-nies.", "M'huwiex tajjeb li bniedem jagħmel seba' snin l-universita`, timlielu rasu u mbagħad jispiċċa frustrat għax ikollu jmur jirreġistra u jingħata xogħol mhux relatat jew ferm iktar baxx minn dak li jkun qed jaspira għalih.", "B'din il-ħaġa qed inkissru lill-istudenti tagħna u allura l-gvern irid jieħu l-kwalifiki għall-universita` b'aktar serjeta` u l-korsijiet fejn hemm wisq studenti jekk hemm bżonn jagħmilhom kull sentejn.", "Fi żmien missieri l-korsijiet kienu jsiru kull tliet snin, fi żmieni kienu jsiru kull sentejn u llum qed ikollna 100 kull sena.", "Immaġina pajjiż ta' 400,000 ruħ li f'għaxar snin ikollu 1,000 avukat!", "Dan meta f'Malta m'għandniex bżonn aktar minn madwar 500 avukat.", "L-istess ngħid għat-tobba.", "M'għandniex bżonn aktar minn 700 tabib u ma tistax tipproduċi 70 jew 80 tabib fis-sena u allura trid tgħolli l-grades.", "Per eżempju, fil-każ ta' l-ACCA, jekk ikun hemm ħafna li se japplikaw għal dawk il-korsijiet, igħollu l-grades.", "Irid ikollok il-konċett ta' positive discrimination.", "Jekk il-gvern għandu bżonn nurses u inġiniera jrid jagħtihom positive discrimination u jekk hemm bżonn jagħtihom allowances aħjar.", "Jekk hemm bżonn, l-istipendju għal min jieħu kors li l-istat għandu bżonnu għandu jkun aħjar minn dak ta' kors fejn hemm influss żejjed ta' studenti.", "Ma tridx tagħmel xi numerus clausus jew xi sistema ta' punti biex tidħol, imma tista' tgħolli l-grades fejn hemm ħafna studenti u fejn m'hemmx biżżejjed studenti tħajjarhom billi tagħtihom ċerti inizjattivi.", "Dan jagħmel sens.", "Illum ġieli jkun hemm studenti li jmorru l-universita` sempliċement biex jieħdu l-istipendju mingħajr ma jkunu jafu għalxiex daħlu.", "Dawn jagħżlu l- iktar kors faċli biex jidħlu basta jkunu daħlu u la jkollhom background fuqu u lanqas ikollhom ambizzjoni għalih, imma jagħżluh sempliċement għaliex il-grades ikunu baxxi.", "Dan huwa ħażin.", "Jekk nibqgħu sejrin hekk se niżvalutaw il-professjonijiet.", "Hawn tant professjonijiet!", "Għaliex dejjem jintgħażlu l-istess erbgħa?", "Fi żmieni ma kenitx daqshekk problema għax kien hawn biss 400 jew 500 student imma llum hawn bejn 8,000 u 10,000 student u allura trid tipprova tkun immaġinattiv billi tara s-suq x'jiflaħ u fejn hemm ix-xogħol.", "Jien ma nixtieqx li jkolli tifel li jagħmel xi seba' snin jistudja, imbagħad meta jkollu 26 sena jiġi jgħidli biex ngħinu għax ma jistax isib job.", "Il-gvern ma jistax jiftaħar biss bl-istatistika.", "Din il-kwestjoni ta' l-edukazzjoni terzjarja kulħadd għandu jkun intitolat għaliha u l-mezzi m'humiex importanti pero` l-gvern irid jgħin lill- istudenti jistradaw aħjar il-karrieri tagħhom għax jekk jibqa' għaddej b'din il-laxkezza kollha, sa għaxar snin oħra se jikkrea diżastru akkademiku u astronomiku.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada t-Tlieta, 17 ta' Mejju, 2005 fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "FGURA: TRIQ IL-MERĦBA - ASFALTAR", "12293.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jgħid meta set tiġi asfaltata Triq il-Merħba, fil-Fgura?", "Din it-triq hija mniżżla fil-lista ta' prioritajiet li għandu l-ministeru?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: It-tender għal dawn ix-xogħlijiet diġa' ħarġet u anke ġiet aġġudikata u din il-ġimgħa kien hemm l-aħħar meetings mas- servizzi biex ix-xogħlijiet ikunu nkorporati ma' dawk ta' l-awtorita' dwar it-trasport, bl-iskop li ma terġax tinqala' it-triq ladarba titlesta.", "Ix-xogħlijiet mistennija jibdew fil-ġranet li ġejjin.", "ĦAL QORMI: TRIQ L-IMDINA – TINDIF TA' CULVERTS", "12294.", "L-ONOR.", "CLYDE PULI staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Jista' il-Ministru jgħid jekk hijiex responsabbilta' ta' l-awtorita dwar it-trasport li tieħu ħsieb it-tindif ta' culverts fi Triq l-Imdina, Ħal Qormi?", "Meta tnaddfu l-aħħar u meta jmiss li jerġgħu jitnaddfu?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Dawn ix-xogħlijiet isiru b'mod sistematiku mid- dipartiment ta' l-indafa pubblika fi ħdan id-diviżjoni tax-xogħlijiet, normalment fix-xhur tar-rebbiegħa u s-sajf, bil-ħsieb li jkunu lesti qabel l-ewwel xita.", "SAFAR MINN UFFIĊJALI TAL-GVERN", "12302.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Apparti mill-ministri, segretarji parlamentari u segretarji permanenti, jista' il-Prim Ministru jgħid liema uffiċjali tal-gvern huma intitolati li jsiefru club class?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Minbarra l-ministri, segretarji parlamentari u segretarji permanenti, jistgħu jsiefru club class uffiċjali pubbliċi fi gradi wieħed, tnejn u tlieta kif ukoll kwalunkwe uffiċjal ieħor fi grad iżgħar, basta jkun jagħmel parti mill-istess delegazzjoni.", "B'mod eċċezzjonali, dan it-tip ta' vjaġġar jista' ikun meħtieġ ukoll f'dawk iċ-ċirkostanzi fejn ir-regoli ta' l-ivvjaġġar ma jippermettux xort'oħra.", "DOUBLE TAXATION AGREEMENTS", "12304.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hemm u liema huma t-trattati għall-ħelsien mit-taxxa doppja li qed jiġu nnegozjati bħalissa?", "Kemm minnhom ġew konklużi f'dawn l-aħħar sentejn?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Matul dawn l-aħħar sentejn saru negozjati u anke ġew inizjalati f'livell tekniku trattati għall-ħelsien mit-taxxa doppja mal- Greċja, is-Serbia u l-Montenegro, San Marino, Spanja u l-Emirati Għarab Magħquda.", "Matul l-istess żmien ġew iffirmati t-trattati ma' l-Iżlanda u ma' San Marino u ġie ffirmat ukoll protokol mal-Belġju li jemenda t-trattat oriġinali.", "Hemm numru ta' trattati oħra li kienu ġew negozjati u inizjalati qabel is- sentejn li għaddew u li għadhom ma ġewx iffirmati u cioe' it-trattati ma' l- Irlanda, il-Ġordan, Singapore, it-Tajlandja u l-Ukraina.", "RAVE PARTY F'PARADISE BAY", "11909.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kif il-pulizija ħarġet permess biex fix-xahar ta' Ġunju jsir party bil-lejl u bi nhar ġewwa Paradise Bay, meta fl-inħawi jkun qed ibejjet il-merill u jbejtu għasafar oħra protetti u meta huwa illegali li xi ħadd ifixkel dawn l-għasafar milli jbejtu?", "Billi Ġunju huwa l-aqwa żmien meta l-għasfur nazzjonali jbejjet, u billi ħsejjes, dwal u nies jgħajtu u jagħmlu l-istorbju b'mużika qawwija bilfors ifixkel lil dawn l-għasafar milli jbejtu, jidhirlu li għandu jwaqqaf din l-atttivita' u jipposponi l-ħruġ tal-permess?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li kien biss nhar it-2 ta' Mejju, 2005 li l-pulizija rċeviet applikazzjoni sabiex tinżamm attivita' simili fil-lokalita' imsemmija nhar il-5 ta' Ġunju.", "Tali applikazzjoni s'issa għadha ma ġietx kontestata, skond kif stipulat fir-regolamenti ta' l-1991 dwar proċeduri rigward liċenzji tal-pulizija.", "Żgur li l-pulizija għadha ma ħarġet l-ebda permess sabiex tinżamm l- attivita' imsemmija.", "KORDIN – ŻAMMA TA' PETS FIL-ĦABS", "11911.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-ħabsin humiex intitolati jżommu pets u annimali oħra fil-ħabs?", "ONOR.", "TONIO BORG: Il-priġunieri mhumiex intitolati li jżommu pets u annimali oħra fiċ-ċella.", "RAVE PARTY F'PARADISE BAY", "11912.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid għaliex il-MEPA tat permess biex isir party ġewwa Paradise Bay fix-xahar ta' Ġunju meta taf illi l-għasfur nazzjonali jkun qed ibejjet u meta huwa żgur illi mużika, dwal u nies jgħajtu bil-lejl u bi nhar ifixklu din l-attivita'?", "Jidhirlu għaldaqstant li għandu jwaqqaf din l-attivita' milli ssir u tiġi posposta għal xi żmien ieħor meta l-għasfur nazzjonali u għasafar oħra ma jkunux qed ibejtu fil- bajja u fl-irdum tal-madwar?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Il-permess li ħarġet il-MEPA jirriferi għall-użu ta' art li hija diġa' mittiefsa u l-bajja tar-ramel u għal lejl wieħed biss.", "M'hemmx evidenza li turi li dan jista' ikun ta' tfixkil sinifikanti għall-merill, attivita' li fuq kollox ilha ssir għal dawn l-aħħar erba' snin.", "Il-MEPA irriżervat ukoll id-dritt li tispezzjona s-sit wara l-attività sabiex taċċerta ruħha li ma tkunx saret ħsara u anke talbet garanzija bankarja f'dan ir-rigward.", "SERQ MILL-BARRACKS TA' L-ARMATA", "11913.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm affarijiet insterqu mill- barracks tal-forzi armati matul dawn l-aħħar ħames snin?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Waqt li matul is-snin 2000, 2002 u 2003 ma kien hemm l-ebda rapporti ta' serq mill-barracks tal-forzi armati, fl-2001 kien hemm każ ta' serq ta' flus kontanti għall-valur ta' Lm24, każ ta' serq ta' jack hammer u każ ta' serq ta' helmet li jintuża waqt l-irvellijiet.", "Fl-2004 kien hemm każ fejn insterqu xi ħwejjeġ militari mil-lockers u każ ieħor fejn insterqu żewġ batteries.", "SERQ MINN BINI TAL-PULIZIJA", "11914.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm naqsu oġġetti mill-għases tal-pulizija u/jew mid-depot is-sena l-oħra?", "ONOR.", "TONIO BORG: Matul is-sena l-oħra kien hemm tliet każi fejn ġie rrapportat li kienu naqsu xi oġġetti minn bini wżat mill-korp tal-pulizija, oġġetti li jikkonsistu f'cellular phone, aċċessorji minn vettura u arma tan- nar.", "REGOLAMENTI DWAR IL-KAĊĊA", "11915.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Billi dalwaqt tiġi Malta delegazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea biex tara jekk il-liġijiet dwar il-kaċċa fir-rebbiegħa humiex qed jiġu mħarsa mill-kaċċaturi, jista' il-Ministru jgħid jekk huwiex se jinforma lid-delegazzjoni li fl-istess waqt, il-gvern qed jippermetti li jsir party f'area fejn ibejjet l-għasfur nazzjonali, għasfur protett u li dan il-party se jsir għad-detriment ta' kull bejta tal-merill jew ta' għasafar oħra li jiġu abbandunati minħabba dawn it-tip ta' parties, li ċertament jistgħu jsiru f'xi żmien ieħor jew inkella band'oħra?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 11912.", "QATLA TAL-MAJJAL", "12094.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid meta hu maħsub li l-qatla tal-majjal terġa' tilħaq l-2,300 ras fil-ġimgħa?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Dak li jinqatel fil-biċċerija taħt is-sistema tal-booking tal-koperattiva ta' min irabbi l-majjal isir skond id-domanda tas-suq.", "PREZZ GĦAR-RAĦĦALA", "12095.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid meta hu maħsub li l-prezz taċ-ċanga jerġa' jitla' għal medja ta' Lm80-il qantar għall-baqra u Lm125 għal-laħam ta' l-għoġol?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Kif diġa' informajt lill-Onor.", "Interpellant, il- Gvern Malti qed iżid ammont ta' għajnuna mill-istat mas-slaughter u l-beef special premium li jingħata direttament mill-Unjoni Ewropea, abbażi tal- beef special premium u slaughtering premium.", "B'hekk ir-raħħala baqgħu jirċievu dak li l-istess Gvern Malti kien intoduċa permezz tad-dairy compensation scheme, fejn l-għajnuna tmur direttament għand ir-raħħal u mhux għand il-biċċier.", "Il-perċentwali ta' l-għajnuna għas-sena 2004 kienet 25% mill-Unjoni Ewropea u 75% mill-Gvern Malti.", "MELLIEĦA: L-GĦADIRA - FAWRAN TA' DRENAĠĠ", "12096.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 11184, jirriżultalu l-Ministru li x-xogħlijiet imsemmija saru qabel ma jien għamilt l-interpellanza tiegħi?", "Jista' jinvestiga għaliex l-irwejjaħ u l-fawran għadhom jirriżultaw sal-lum?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Il-korporazzjoni ma jirriżultalha l-ebda fawran fl- Għadira wara li saru x-xogħlijiet imsemmija, liema xogħlijiet saru wara li saret il-mistoqsija parlamentari.", "Rigward l-irwejjaħ, jidher li dan huwa riżultat ta' l-intervent ta' terzi li l-operat tagħhom qed jiġi investigat.", "UPGRADING TAL-BIĊĊERIJA", "12097.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 11280, jista' il- Ministru jinformana liema hi l-linja tal-qatla li fl-2002 ġiet tiswa Lm171,069 u dik li fl-2003 ġiet tiswa Lm126,178?", "Dawn iż-żewġ linji huma ċċertifikati li huma konformi mar-regoli ta' l-Unjoni Ewropea?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: L-ammonti ta' Lm171,069 u Lm126,178 huma ħlas f'żewġ instalments għall-istess linja tal-qatla, wieħed fl-2002 u l-ieħor fl-2003, skond tender CT2262/2001.", "Dan ix-xogħol sar biex seta' jintlaħaq l-upgrading meħtieġ.", "KONTAMINAZZJONI TA' L-ILMA", "12098.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 10782, jista' il-Ministru jinformana jekk hux il-każ li l-ilma ta' l-isprings ma jintużax għall-ħażna minħabba xi kontaminazzjoni?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Il-kwalita' ta' l-ilma li joħroġ minn nixxiegħat mhux konformi mal-livell aċċettabli għax-xorb minħabba ammont eċċessiv ta' nitrati, kontaminazzjoni batterjoloġika u turbidita', speċjalment fil- ġranet tax-xita.", "Inżid ngħid li l-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma beħsiebha tagħmel studju sabiex tara ssibx metodu ta' trattament ekonomikament viabbli u b'hekk dan is-sors ta' l-ilma jkun jista' jiġi utilizzat.", "XOGĦOL TA' MANUTENZJONI FL-ISKEJJEL", "12100.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 11386, jista' il-Ministru jindika fejn hemm bżonn li jsir xogħol ta' manutenzjoni fl-iskejjel u x'tip ta' xogħol, anke fid-dawl ta' diskors li sar minnu stess fejn stqarr li se jsir ħafna xogħol fl-iskejjel?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif mitlub qed jitpoġġa fuq il-mejda tal- Kamra.", "XOGĦOL TA' MANUTENZJONI FL-ISKEJJEL", "12101.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 11385 u jgħid f'liema skejjel qiegħed isir xogħol ta' manutenzjoni, x'tip ta' xogħol qed isir u kemm jiswa?", "Min huma l-kuntratturi li qed jagħmlu x- xogħol?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif mitlub qed jitpoġġa fuq il-mejda tal- Kamra.", "COTTONERA SPORTS COMPLEX – LOGĦOB TA' L-AZZARD", "12103.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Peress li rċevejt numru ta' ilmenti min-naħa ta' dawk li jiffrekwentaw il-kumpless sportiv tal-Kottonera, fis-sens li riċentement xi studenti bl-uniformi ta' l-iskola li isimha qed jintbagħat separatament tħallew jilagħbu l-karti għall-flus, jista' il-Ministru jinvestiga għaliex dawn l-istudenti, li hemm minnhom taħt is-16–il sena, tħallew jilagħbu l-karti u anke tħallew jixtru xorb alkaħoliku?", "Ma jaħsibx li dan jikkostitwixxi reat minħabba li huwa logħob ta' l-azzard f'post pubbliku mmexxi minn kunsill imwaqqaf mill-gvern?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-cafeteria fil-kumpless sportiv tal-Kottonera hija mikrija lill-Health Pit Cottonera Ltd u sal-lum, il-kunsill għall-isports ma kellu l-ebda rapporti dwar logħob ta' l-azzard ġewwa xi faċilita' taħt il-kontroll tiegħu.", "Hija policy tal-kunsill għall-isports illi ma jħallix kwalunkwe abbuż jew reat ġewwa faċilitajiet sportivi direttament taħt il-kontroll tiegħu.", "Il- facility manager tal-kumpless tal-Kottonera ġie avżat biex jagħmel inspections fil-cafeteria biex jiġi żgurat illi ma jkun hemm l-ebda abbuż.", "Tlabt lill-kunsill għall-isports jassigura li tiġi osservata policy stretta dwar xorb alkaħoliku, tipjip u logħob ta' l-azzard, speċjalment fejn jidħlu ż-żgħażagħ.", "MALTA EMPLOYEES SPORTS ASSOCIATION", "12105.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 11317, jista' il-Ministru jgħid jekk l-informazzjoni li ngħata hijiex korretta?", "Dawk li jieħdu sehem fil-logħob li jsir waqt il-ħin tax-xogħol, jingħataw permess speċjali?", "Min hu responsabbli għall-ħlasijiet?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-employees sports association - qabel magħrufa bħala government and parastatal sports association - ilha għal ħafna snin torganizza kompetizzjonijiet għall-impjegati tal-gvern u enti oħra li l- gvern għandu kontroll fuqhom.", "Normalment l-impjegati jingħataw permess speċjali sabiex ikunu jistgħu jieħdu sehem f'dawn il-kompetizzjonijiet.", "Informat li kull dipartiment jew ente oħra affiljata jużaw il-kriterji tagħhom kif jingħata dan il-permess għall-parteċipazzjoni fl-attivita' sportiva li tkun qed issir.", "AWTORITA' DWAR IT-TRASPORT – ROTOT ĠODDA", "12106.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Jista' il-Ministru jgħid kemm daħlu affarijiet ġodda fit-trasport pubbliku mindu sar il-ftehim is-sena li għaddiet?", "Ix-xufiera qegħdin jilbsu l-uniformijiet il-ġodda?", "Kemm daħlu rotot ġodda matul il-lejl?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ninsab informat li ġew introdotti sitt rotot ġodda li joperaw fuq bażi ċirkolari lejn l-universita' u cioe':-", "*Rotta 110 – mill-inħawi ta' Birżebbuġa lejn l-universita', Tas-Sliema u lura;", "*Rotta 300 – mill-inħawi ta' Senglea lejn l-universita', Tas-Sliema u lura;", "*Rotta 350 – mill-inħawi ta' l-Imqabba lejn l-universita', Tas-Sliema u lura;", "*Rotta 800 – mill-inħawi ta' l-ajruport lejn l-universita', Tas-Sliema u lura;", "*Rotta 810 – mill-inħawi ta' Ħad-Dingli lejn l-universita', Tas-Sliema u lura;", "*Rotta 890 – mill-inħawi tas-Siġġiewi lejn l-universita', Tas-Sliema u lura.", "Saret ukoll amalgamazzjoni ta' rotot diġa' eżistenti li ġew devjati wkoll lejn l-universita', fosthom:", "*Rotta 56 – mill-Għargħur/Naxxar lejn il-Belt, via l-universita';", "*Rotta 145 – miċ-Ċirkewwa lejn il-Belt, via l-universita;", "*Rotta 13 – minn Ħal Far lejn il-Belt u viċiversa;", "*Rotta 73 – mit-Torri ta' Ħal-Lija lejn il-Belt;", "*Rotta 75 – filgħodu minn San Ġwann lejn l-isptar San Luqa;", "*Rotta 75 – filgħodu minn Wied il-Għajn lejn l-isptar San Luqa;", "*Rotta 55/56 - estensjoni lejn il-Għargħur, Triq Caravaggio u Triq il-31 ta' Marzu;", "*Rotta 65 - Sliema lejn ir-Rabat, via Ta' Qali u devjata lejn l-inħawi tal- mużew ta' l-avjazzjoni.", "Informat ukoll li skond il-ftehim li sar ma' l-assoċjazzjoni, daħal fis- seħħ kodiċi ta' kondotta u r-rapporti qed jiġu pproċessati mill-awtorità.", "Ix-xarabanks tat-tip low-floor qed jirrapportaw għax-xogħol regolarment u fin-nuqqas li dan isir, dawn qed jiġu mħarrka mill-awtorità skond il-ftehim iffirmat.", "Ġie introdott l-operator's logbook li għandu l-għan li jissupplixxi aktar informazzjoni rigward l-ispejjeż biex topera xarabank fuq ir-rotta.", "Rigward ir-riforma, kumpannija bl-isem ta' Halcrow ġiet ikkummissjonata sabiex tagħmel studju rigward ir-riforma fit-trasport pubbliku.", "L-assoċjazzjoni preżentement qiegħda żżomm records ta' accounting aħjar, liema records qegħdin jiġu ċċertifikati minn awditur indipendenti.", "Ir- records ta' accounting sa Settembru 2004 diġa' ġew iċċekkjati u l-aħħar tliet xhur għas-sena 2004 qed jiġu analizzati wkoll.", "Rigward l- uniformijiet, ix-xufiera qegħdin jilbsu l-uniformi li kellhom qabel.", "Sar diversi stħarriġ rigward il-patronaġġ tas-servizz ta' bil-lejl u r- riżultati meħuda se jiġu diskussi f'negozjati futuri għall-ftehim li se jsir u li għandu jkun validu sas-sena 2009.", "Fejn jirrigwarda s-servizz ta' bil-lejl, ġie introdott ukoll servizz ġdid minn Paceville għall-Mellieħa.", "Dokumenti relattivi u li għandhom x'jaqsmu mar-rotot qed jitpoġġew fuq il- mejda tal-Kamra.", "PERSUNI LI JSOFRU MILL-HEPATITIS B", "12107.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn persuni jsofru minn Hepatitis B?", "Kif tittieħed?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "XIRI TA' ŻEJT", "12221.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 11869 u jgħid kemm hu l-prezz taż-żejt li jixtri, xi kwalita' hu, xi kwantita' jixtri u minn liema pajjiż?", "Jista' jgħid jekk iż-żejt jixtrihx huwa direttament?", "Jista' jgħid jekk hemmx xi ftehim ma' xi gvern barrani biex jixtri żejt bi prezz sussidjat?", "Ma' liema gvern?", "Hemm ħsieb li x-xiri taż-żejt jibda joħroġ b'tender?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nassigura lill-Onor.", "Interpellant illi jien ma nixtrix żejt.", "Lanqas għall-karozza tiegħi ma nixtri, aħseb u ara għall- Enemalta!", "L-Enemalta tixtri ż-żejt wara sejħa internazzjonali u tagħżlu skond il- kwalita', il-prezz u kondizzjonijiet oħra.", "DAY CENTRES GĦAL PERSUNI B'DIŻABILITA'", "12242.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tirrispondi mistoqsija parlamentari 11878 u tgħid hemmx il-ħsieb li jinfetħu day centres għal persuni b'diżabilita'?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Fil-preżent m'hemmx ħsieb li jinfetħu day centres ġodda għal persuni b'diżabilita'.", "VAT REFUND", "12250.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 11622 u jgħid kemm għandhom jingħataw flus f'refunds mid-dipartiment tal-VAT?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 11622.", "MARSA CROSSROAD", "12281.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Jista' il-Ministru jgħid jekk Marsa Crossroad hijiex tal-privat jew tal-gvern?", "Jekk hi tal-privat, jista' il-kunsill lokali jagħmel xogħol ta' patching?", "Jekk xi ħadd iweġġa' lil min irid ifittex għad-danni, lill-gvern jew lill-privat?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "RIĊEVIMENTI FIL-MINISTERI", "12286.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 11893 u jgħid kemm ġew ordnati riċevimenti fil-ministeri għas-snin 2004 u 2005?", "Min kienu d-dulċiera, x'kienet l-okkażjoni u kemm ġew jiswew?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "ĦAL GĦAXAQ – SURVEILLANCE CAMERA", "12289.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: B'riferenza għall-camera ħdejn il-wesgħa ta' Bir id-Deheb, f'Ħal Għaxaq li qiegħda tkun ta' ostaklu kbir, anke b'detriment li jistgħu jitkeċċew il-ħaddiema minn ħanut li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, jista' il-Ministru jara li jsir arranġament biex il-ħin li s- sewwieqa jkunu jistgħu jistennew jitwal imqar b'ħames minuti?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Is-surveillance camera li għaliha qed jirriferi l-Onor.", "Interpellant ma ġietx istallata mill-awtorita' dwar it-trasport.", "Minn riċerka li saret fir-records tad-direttorat għall-immaniġjar tat- traffiku jirriżulta li d-direttorat approva żewġ parking bays fil-post imsemmi, bil-ħin limitat għal għaxar minuti, bi qbil u wara konsultazzjoni mal-kunsill lokali ta' Ħal Għaxaq.", "SKEJJEL TAL-GVERN - TFAL BL-ASTHMA", "12307.", "L-ONOR.", "MICHAEL ASCIAK staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid kemm huwa minnu li tfal bl- asthma mhumiex jitħallew jieħdu l-inhaler magħhom l-iskola?", "Ma jkunx aħjar jekk l-għalliema kollha jiġu mgħarrfa li attakk ta' l-asthma jikkostitwixxi emerġenza medika?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Minn informazzjoni li nġabret mill-iskejjel jirriżulta li:", "*Studenti li jattendu l-iskejjel primarji u sekondarji f'region 1 (Għawdex) jitħallew jieħdu magħhom l-inhaler;", "*Fil-każ ta' region 2, fl-iskejjel ta' H'Attard u San Ġwann 'B', hemm l- użanza li f'każ ta' bżonn imur il-ġenitur l-iskola, filwaqt li f'San Ġwann 'A', f'każi estremi, l-inhaler jinżamm fl-uffiċċju tal-kap ta' l-iskola;", "*Fil-każ ta' region 3 m'hemm ebda skola fejn l-istudenti ma jitħallewx jieħdu l-inhaler magħhom;", "*F'region 4, fl-iskola ta' Birżebbuġa 'A', tfal jitħallew jieħdu l-inhaler jekk ikun hemm il-permess tal-ġenituri; fi Fgura 'B', f'każ ta' bżonn imur il-ġenitur għal studenti żgħar filwaqt li studenti ta' year 6 u 7 jistgħu jħallu l-inhaler fl-uffiċċju tal-kap ta' l-iskola;", "Informat ukoll li fl-iskejjel 'A' u 'B', l-Isla u Ħaż-Żabbar 'A', il- ġenitur jissejjaħ l-iskola f'każ ta' bżonn; fl-iskola ta' Żejtun 'A', għalkemm din is-sena m'hemm ebda każ, hija l-użanza li l-ġenitur jintalab imur l-iskola f'każ ta' bżonn.", "FLORIANA – POST ALTERNATTIV GĦALL-SMEs", "12308.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 12174, jista' il- Ministru jindika liema postijiet jew zoni se jiġu offruti mill-awtorita' dwar it-trasport lil dawn l-SMEs li joperaw fis-sit tal-park and ride fil- Floriana?", "Issa li ġie approvat il-permess tal-MEPA għal dan il-proġett, kif se titmexxa l-proċedura mil-lum 'il quddiem?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 12301.", "ETC - KORS TA' CHILDCARE", "12309.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid jekk il-kors ta' childcare li kellu jsir mill-korporazzjoni tax-xogħol u taħriġ, hux sussidjat mill- Unjoni Ewropea?", "Kemm se toħroġ flus l-ETC u kemm flus se jingħataw mill- Unjoni?", "Kemm applikaw għal dan il-kors u kemm se jintgħażlu?", "Il-proċess ta' l- għażla sar?", "Fuq liema bażi saret jew se ssir l-għażla?", "Billi wħud minn dawk li applikaw ġew informati b'telefonata li l-kors ġie pospost, jista' il-Ministru jgħid meta se jsir u meta se jibda l-proċess ta' l-għażla?", "Il- kors hu fuq bażi full-time jew part-time?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-proġett kollu taċ-childcare li jinkludi fih is- sussidju ta' l-employers u t-taħriġ għal carers se jqum ftit inqas minn miljun euro, b'75% issussidjat mill-Unjoni Ewropea u bil-Gvern Malti joħroġ 25%.", "B'kollox hu ppjanat li se jkun hemm 120 carer imħarrġin fuq bażi part- time.", "S'issa ma ħarġitx sejħa għal applikazzjonijiet peress li hemm listi diġa' eżistenti li kienu ntlaqgħu qabel mill-ETC.", "Il-proċess ta' l-għażla jsir skond kriterji stabiliti mill-ETC li jesiġu li persuna jkollha mill-anqas tliet eżamijiet f'livell ordinarju, li jridu jinkludu l-Malti, l-Ingliż u l-Matematika; fl-assenza tal-matematika, persuna tista' tissostitwixxi b'żewġ eżamijiet oħrajn; fin-nuqqas ta' xi waħda minn dawn il-kwalifiki, persuna trid toqgħod għall-eżami bil-miktub fit-tliet suggetti.", "Kuntrarjament għal dak li qal l-Onor.", "Membru, il-korsijiet qatt ma ġew posposti.", "Fil-fatt l-ewwel kors tnieda f'Marzu li għadda u t-tieni wieħed se jibda f'Mejju, skond il-proċess ta' għażla msemmi aktar qabel.", "INKJESTA WARA INĊIDENTI F'ĦAL FAR", "12310.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk intemmetx l-inkjesta wara l- inċidenti li seħħew bejn suldati tal-forzi armati u r-refuġjati?", "Hemm ħsieb li kopja tagħha titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra?", "Jekk għadha ma tlestetx, meta hemm il-ħsieb li titlesta?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "MOĦQRIJA TA' ANNIMALI", "12311.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm tressqu nies il- qorti fuq akkużi ta' krudilta' u moħqrija ta' annimali fis-snin 2000, 2001, 2002, 2003, 2004 u din is-sena?", "Minn fejn huma l-persuni li tressqu?", "ONOR.", "TONIO BORG: In-numru ta' persuni li tressqu l-qorti fuq reati relatati ma' moħqrija ta' annimali bejn is-sena 2000 u April 2005, hu kif jidher hawn taħt:", "|2000|2001|2002 |2003 |2004 |2005 | |15 |11 |30 |16 |1 |5 |", "Ir-reati seħħew f'Birżebbuġa, Birkirkara, Baħar iċ-Ċagħaq, San Ġiljan, il- Ħamrun, Ħal-Luqa, il-Marsa, Marsaxlokk, l-Imdina, il-Mellieħa, il- Mosta, l-Imrieħel, l-Imtarfa, Raħal Ġdid, Pembroke, Ħal Qormi, San Pawl il-Baħar, Tas-Sliema, il-Belt Valletta, ix-Xewkija, ix-Xlendi, Ħaż- Żabbar, Ħaż-Żebbuġ u ż- Żejtun.", "RABAT: ĊENTRU TAS-SAĦĦA – SERVIZZ TA' PODOLOĠIJA", "12312.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid għaliex persuna ma tistax titlob appuntament bit-telefon mal-podologu fil-poliklinika tar-Rabat iżda trid bilfors tmur hi stess fil-poliklinika?", "Ma jaħsibx li dan huwa skariġġ għall-anzjani u għal dawk li ma jgħixux fir-Rabat?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Kien innutat li kien qed ikun hemm ħafna każi ta' nuqqas ta' attendenza għall-appuntamenti mal-podologu fiċ-ċentru tas-saħħa tar-Rabat u b'riżultat t'hekk kien qed jittawwal iż-żmien li wieħed jistenna għal appuntament ġdid għalxejn.", "Sabiex il-pubbliku jinqeda b'aktar effiċjenza, qed tiddaħħal sistema ta' appuntamenti permezz ta' kartuna li tinżamm mill-pazjent għall-follow-up u hekk il-pazjent ikollu data bil- miktub meta jkun imissu jattendi.", "Appuntamenti ġodda xorta jistgħu jsiru bit-telephone bħalma kien isir is- soltu.", "ĦAL GĦAXAQ – TOROQ MINGĦAJR SERVIZZI BAŻIĊI", "12313.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm toroq f'Ħal Għaxaq mingħajr servizzi bażiċi?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Minn spezzjonijiet li saru mill-uffiċjali ta' l- awtorita dwar it-trasport f'Ħal Għaxaq, jirriżulta li numru ta' toroq għad m'għandhomx is-servizzi mgħoddija.", "Madankollu dan jiġi kkonfermat ma' l- enti rispettivi meta tkun qed issir il-kordinazzjoni meħtieġa qabel il-ħruġ tat-tenders.", "ĦAL GĦAXAQ – XOGĦOL FIT-TOROQ", "12314.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jara li jibgħat l-ispetturi fi Triq Giovanni Scicluna, Triq is-Settembrina, Triq l-Isparvier u Triq Patri Girgor Grima, kollha f'Ħal Għaxaq, sabiex jaraw b'għajnejhom kif qed jgħixu r-residenti f'dawn l-inħawi?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: L-uffiċjali ta' l-awtorita' dwar it-trasport għamlu l-ispezzjoni mitluba u nista' nikkonferma li dawn it-toroq huma fil-lista ta' xogħlijiet li jridu jsiru mill-awtorita', bix-xogħol isir skond il-prioritajiet li jirriżultaw mill-programm li qed jitħejja mid- direttorat.", "GĦAXAQ – ROAD CONTRIBUTIONS", "12315.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid kemm ilhom li tħallsu l- kontribuzzjonijiet neċessarji sabiex jinħareġ il-permess tal-bini u l- permess tad-dawl u l-ilma fl-area ta' Triq Giovanni Scicluna, Triq is- Settembrina, Triq l-Isparvier u Triq Patri Girgor Grima, f'Ħal Għaxaq?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel din il- mistoqsija lill-ministru konċernat.", "MWIET BIL-MARD TAL-KANĊER", "12316.", "L-ONOR.", "CLYDE PULI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid kemm kienu l-imwiet kull sena kaġunati minn kankru?", "X'tip ta' kankru?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "MIA – TALBA GĦAL MEDICAL BOARD", "12317.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid għaliex persuna li taħdem ma' l-MIA ilha bis-sick leave għaxar xhur u sal- lum għadha m'għaddetx bord mediku?", "Jista' jara x'inhu jiġri peress li din il-persuna ilha ħames xhur mingħajr paga?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 12068.", "ĦAL QORMI – INCOME TAX REFUND", "12318.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid meta se titħallas persuna li għandha tieħu s-somma ta' Lm400 mid-dipartiment ta' l-inland revenue?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "BORMLA – MASĠAR FIX-XAGĦRA", "12319.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi pjani sabiex masġar kbir quddiem St. Nicholas married quarters, fl-area magħrufa bħala x-xagħra ta' Bormla, ikun jista' jitgawda aktar?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Jien informat li d-dipartiment tal-bini u inġinerija diġa' qiegħed iħejji disinji biex l-area magħrufa bħala x-xagħra ta' Bormla tkun tista' titgawda aktar mir-residenti fl-inħawi.", "OPEN-TOP DOUBLE-DECKER BUSES", "12320.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 12238 u jgħid meta l-awtorita' dwar it-trasport kitbet lid-directorate general for transport and energy tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-problema tad-double- deckers?", "Jista' ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-korrispondenza li għaddiet bejn l-ADT u l-Kummissjoni Ewropea fuq dan is-suġġett?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: L-awtorità dwar it-trasport bagħtet talba għal kjarifikazzjoni lid-direttorat ġenerali tat-trasport u enerġija fid-29 ta' Marzu, 2005 dwar l-open-top double-decker buses.", "Il-korrispondenza li għaddiet s'issa hija waħda formali u ma nħossx li għalissa għandha titqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra.", "BORMLA: TRIQ SAN NIKOLA - QTUGĦ TA' ĦAXIX ĦAŻIN", "12321.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jara li jinqata' l-ammont esaġerat ta' ħaxix ħażin li kiber mad-dawra ta' barra s-swar fi Triq San Nikola, Bormla?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Il-qtugħ ta' ħaxix ħażin li kiber mad-dawra ta' barra tas-swar fi Triq San Nikola, Bormla huwa xogħol il-kunsill lokali ta' Bormla.", "SPTAR SAN LUQA – PARKING FACILITIES", "12322.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 12234 u jgħid jekk il-parking tat-tobba u l-konsulenti fl-isptar San Luqa għadux f'idejn id-diviżjoni tas-saħħa jew jekk għaddiex f'idejn il-kunsill lokali ta' Tal-Pieta'?", "Jista' jispjega l-bidla li seħħet fis-sistema tal-parking?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 12234.", "ENEMALTA SENIOR OPERATORS", "12323.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Wara li l-management ta' l- Enemalta ddeċieda li jaħtar tmien senior operators, jista' il-Ministru jgħid kif issa ttieħdet id-deċiżjoni li minflok tmienja jsiru 17?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Id-deċiżjoni li jsiru 17-il senior operator ittieħdet biex tiġi msaħħa l-kontinwita' fit-tħaddim taż-żewġ power stations.", "REFERRALS LILL-AĠENZIJA SEDQA", "12324.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm saru referrals lill-aġenzija Sedqa mill-qorti tal-maġistrati f'Malta f'dawn l- aħħar tliet snin?", "ONOR.", "TONIO BORG: Għalkemm l-informazzjoni rikjesta mhijiex għad- dispożizzjoni tar-reġistratur tal-qrati kriminali, xorta waħda qed isir sforz biex tinġabar.", "ĦAŻ-ŻABBAR – XOGĦLIJIET FIT-TOROQ", "12325.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Jista' il-Ministru jgħid liema toroq se jsiru tul is-sena 2005 fil- lokalita' ta' Ħaż-Żabbar?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "BUĠIBBA - XOGĦOL TA' KOSTRUZZJONI", "12326.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid x'passi se jieħdu l-awtoritajiet sabiex xogħol ta' kostruzzjoni ma jħarbatx l-operat tal-lukandi ġewwa Buġibba, peress li qed ikollhom bosta lmenti minn turisti u aġenti dwar inkonvenjenzi, ħsejjes u storbju?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Kopja ta' stqarrija għall-istampa qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "GĦAQDA MID-DLAM GĦAD-DAWL", "12327.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 11313, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid għaliex l-għaqda mid-Dlam għad- Dawl għadha ma ngħatat l-ebda għotja minkejja li l-istess għaqda kemm-il darba għamlet talba f'dan ir-rigward u regolarment tippubblika rendikont finanzjarju annwali, tagħti servizz kontinwu lill-priġunieri, lill-ex- priġunieri, lill-familji tal-priġunieri u issa wkoll lill-vittmi tal- kriminalita' u kull sena xxandar rendikont tal-ħidmiet kollha li tagħmel ma' kull kategorija ta' priġunier?", "ONOR.", "TONIO BORG: Niġbed l-attenzjoni ta' l-Onor.", "Interpellant li ovvjament mhux dejjem possibbli għal dan il-ministeru li jagħti għotjiet finanzjarji lil kull għaqda non-governattiva li taħdem f'xi qasam li jaqa' taħt il-ministeru.", "Biss anke b'apprezzament għax-xogħol siewi li l-għaqda mid-Dlam għad-Dawl tagħmel, dan il-ministeru għen b'mod konkret fl- organizzazzjoni ta' working seminar dwar il-vittmi tal-kriminalita' li sar fil-11 ta' Novembru, 2004.", "Tali għajnuna kienet tikkonsisti fi ħlas għall-passaġġ taċ-chairperson tal- European forum for victim services bil-għan li Dame Helen Reeves tkun tista' tindirizza lill-parteċipanti f'dan is-seminar.", "NEFQA KAPITALI FUQ TOROQ", "12328.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 12010, 12170 u 12244 u jagħti rendikont tan-nefqa kapitali fuq toroq mill-1988 sal-lum?", "Kemm intnefaq fuq proġetti ta' toroq partikolari u liema huma dawn il-proġetti?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "GĦAQDIET SPORTIVI - DEVOLUZZJONI TA' PROPRJETA'", "12329.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 12156, jista' il-Ministru jgħid kemm proprjeta' ngħatat b'devoluzzjoni lil għaqdiet sportivi tul dawn l-aħħar ħames snin u liema huma?", "Kemm hemm talbiet pendenti u liema huma?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Rigward l-ewwel parti tal-mistoqsija, nirriferih għat- tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 4713.", "Lista ta' talbiet pendenti għal skopijiet ta' proġetti sportivi qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "EUROPEAN SPATIAL DEVELOPMENT PERSPECTIVE", "12330.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 12178, jista' il-Ministru jgħid liema huma l-erba' programmi ta' l-Unjoni Ewropea li l-ministeru hu mpenjat fihom?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: L-informazzjoni mitluba tingħata f'seduta oħra.", "ROAD MANAGEMENT", "12332.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 11953 u jispjega lil din il-Kamra x'tip ta' kordinament jeżisti bejn id-dipartiment tat-toroq u l-korporazzjonijiet għas-servizzi ta' l-ilma, il-korporazzjoni Enemalta u l-Maltacom, bil-għan li jkun hemm aktar sens fl-immaniġjar tas- servizzi u t-toroq?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 11255.", "ĦADDIEMA FUQ KUNTRATT GĦAL ŻMIEN FISS", "12334.", "L-ONOR.", "MICHAEL ASCIAK staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid jekk hux veru li teżisti liġi li tgħid li min ikun ilu erba' snin jaħdem ma' individwu, awtomatikament jiġi tal-post?", "Għaliex dan ma jgħoddx għall-ħaddiema tal-gvern ukoll, casual jew part-time?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-materja hi regolata b'avviż legali 429 ta' l-2002, regolamenti ta' l-2002 dwar kuntratti ta' servizz għal terminu ta' żmien fiss.", "Dawn ir-regolamenti jistabilixxu li meta ħaddiem ikun fuq kuntratt għal żmien fiss li jaqbeż perijodu ta' erba' snin, l-impjegat għandu jitqies minn min iħaddmu bħala mpjegat b'kuntratt ta' tul indefinit, ħlief meta jkun hemm raġunijiet oġġettivi biex dan ma jsirx.", "L-applikazzjoni ta' dan ir-regolament ma tapplikax għas-settur pubbliku.", "VICTORIA: TRIQ IR-REPUBBLIKA – RI-DISINJAR TA' ROUNDABOUT", "12337.", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Peress li bil-mod kif inhi miżbugħa r-roundabout li hemm f'salib it-toroq fi Triq ir-Repubblika qed tinħoloq problema lis-sewwieqa, l-aktar fil-każ ta' vetturi kbar li jkunu jridu jduru magħha mingħajr ma jgħaddu minn fuqha, bir-riżultat li ħafna sewwieqa qed jispiċċaw jiġu mħarrka, jista' il-Ministru jara li din ir-roundabout tiġi ri-disinjata b'mod aktar adatt għal dan il-post?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Jien informat li r-roundabout li ġiet implimentata f'salib it-toroq bejn Triq ir-Repubblika u Main Gate Street, Victoria ġiet diżinjata fl-2002 bħala ride-over roundabout fuq l-istandards ta' disinji internazzjonali, skond ir-regolamenti li jikkonċernaw l-operat ta' mini roundabouts u huwa permissibbli li vetturi kbar jgħaddu minn fuq il-marki ta' dawn it-tip ta' roundabouts.", "L-awtorità dwar it-trasport ma tħossx il-ħtieġa li din il-junction għandha tigi disinjata mill-ġdid.", "KAWŻI DIFFERITI GĦAS-SENTENZA", "12338.", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jinforma lill- Kamra kemm hemm kawżi għas-sentenza fil-Prim'Awla tal-Qorti Ċivili?", "Jista' jindika wkoll quddiem liema ġudikant jinsabu?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi l-kawżi differiti għas-sentenza fil-Prim'Awla tal-Qortii Ċivili, ġudikant b'ġudikant, huma kif ġej:", "|Imħallef |Kawżi| |Joseph Azzopardi| 26| |Giannino Caruana| 96| |Demajo | | |Geoffrey | 45| |Valenzia | | |Tonio Mallia | 23| |Gino Camilleri | 265 | |David Scicluna | 42| |Alberto J Magri | | | |2 | |Lino Farrugia | 23| |Sacco | | |Noel Cuschieri | 75| |Joseph R | 140 | |Micallef | | |Philip Sciberras| | | |1 |", "KAWŻI GĦALL-APPUNTAMENT", "12340.", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jinforma lill- Kamra kemm hemm kawżi pendenti biex jiġu appuntati fil-Prim'Awla tal-Qorti Ċivili?", "Jista' jindika wkoll quddiem liema ġudikant jinsabu?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi l-kawżi pendenti biex jiġu appuntati fil-Prim'Awla tal-Qorti Ċivili, ġudikant b'ġudikant, huma kif ġej:", "|Imħallef |Kawżi| |Joseph Azzopardi|Xejn | |Giannino Caruana|183 | |Demajo | | |Geoffrey |Xejn | |Valenzia | | |Tonio Mallia | 56 | |Gino Camilleri |Xejn | |David Scicluna |Xejn | |Alberto J Magri |Xejn | |Lino Farrugia |15 | |Sacco | | |Noel Cuschieri | 7 | |Joseph R |Xejn | |Micallef | | |Philip Sciberras|Xejn |", "DĦUL MINN MULTI", "12344.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 12253 u jgħid kemm daħlu flus f'multi u interessi matul is-sena li għaddiet mid- dipartiment tat-taxxi interni, mid-dipartiment tal-VAT u mit-tax compliance unit fuq VAT u taxxi oħra dovuti?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "AFFARIJIET RURALI U AMBJENT - COMMUNICATIONS CO-ORDINATOR", "12345.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 12251, tista' titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt bl-iskala li qegħdin fiha?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Il-communications co-ordinator tiegħi jinsab fi skala 6 u l-communications co-ordinator tas-segretarju parlamentari jinsab fi skala 7.", "ĦAL FAR - ISLAND KARTING CLUB", "12346.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid fiex waslet it-talba li għamlu l-island karting club biex il-perijodu għall-art li għandhom f'Ħal Far, jiġi estiż minħabba li jridu jagħmlu investiment sostanzjali?", "Billi din it-talba qed issir permezz tal-kunsill għall-isports, jista' il- Ministru jgħid fiex waslet din l-applikazzjoni?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-kunsill għall-isports irċieva talba mingħand l-island karting club fit-22 ta' Marzu, 2005 biex il-kuntratt jiġi estiż, talba li ġiet ikkonsidrata pożittivament min-naħa tal-kunsill u li min-naħa tiegħu fit-8 ta' April, 2005 bagħat ittra ta' rakkmandazzjoni lid- dipartiment ta' l-artijiet f'dan ir-rigward.", "MEPA RECONSIDERATIONS", "12347.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid għaliex qed ikun hemm ħafna xogħol b'lura fejn jidħlu applikazzjonijiet tat-tip reconsideration fid- direttorat ta' l-ippjanar tal-MEPA?", "Jista' jgħid kemm hu preżentement in- numru ta' applikazzjonijiet tat-tip reconsideration li għadhom ma ġewx proċessati?", "Jista' jgħid jekk dan l-ammont hux qed jiġi magħdud ma' l- ammont ta' applikazzjonijiet oħra li minn żmien għal żmien l-awtorita' toħroġ?", "Jista' jgħid x'passi ħa l-ministeru biex inaqqas dan id-dewmien esaġerat?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Bħalissa n-numru ta' applikazzjonijiet għar- rikonsiderazzjoni huwa ta' 1,526 u dan in-numru ma jiġix magħdud mal- caseload li minn żmien għal żmien jinħareġ in-numru tiegħu mill-MEPA.", "Tajjeb wieħed jinnota li r-rikonsiderazzjonijiet żdiedu primarjament għax bit-tibdil li sar, l-applikant qed jingħata l-opportunita' li jbiddel anke l-proposta.", "B'riżultat ta dan qed ikunu aktar dawk l-applikanti li qed jagħżlu li jmorru għar-rikonsiderazzjoni minflok direttament għall-appell.", "Sabiex jitnaqqas id-dewmien fl-ipproċessar tar-rikonsiderazzjonijiet, żdiedet seduta oħra ma' kull bord tad-development control commission.", "GŻIRA - KUNSILL LOKALI", "12348.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li d- dipartiment tal-kunsilli lokali ma bagħatx ħaddiema tal-gvern daqskemm mitlub mal-kunsill lokali tal-Gżira?", "ONOR.", "TONIO BORG: Qed nassumi li l-Onor.", "Interpellant qed jirriferi għall-ħaddiema tad-dipartiment tax-xogħlijiet li huma assenjati mal- kunsilli lokali.", "Skond l-informazzjoni li għandi, il-kunsill lokali tal-Gżira ma għamel l- ebda talba għal xi ħaddiema minn dawn.", "LIBYAN ARAB AIRLINES", "12349.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm huwa veru li ġew sospiżi t-titjiriet tal-Libyan Arab Airlines lejn Malta?", "Għaliex?", "X'kellu x'jaqsam il-Gvern Malti ma' tali deċiżjoni?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi l-mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "VIŻITATURI LIBJANI", "12350.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk jistax joħroġ ċifri komparattivi ta' viżitaturi Libjani minn Tripli u Benghazi minn qabel ma ġew introdotti l-visas u wara li ġew introdotti, eżerċizzju li jista' isir billi wieħed iqabbel l-ewwel erba' xhur tas-snin 2003, 2004 u 2005 kif ukoll iqabbel l-2003 ma' l-2004?", "ONOR.", "TONIO BORG: L-istatistika mitluba mhijiex disponibbli min-naħa tal- pulizija.", "ASPETTI BILATERALI BEJN MALTA U R-RUSSJA", "12351.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk ġewx diskussi aspetti bilaterali ma' l-awtoritajiet Russi waqt iż-żjara tiegħu f'Moska?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Waqt żjara li għamilt f'Moska kelli laqgħa ma Yuri Fedotov, viċi ministru ta' l-affarijiet barranin, fejn ġew diskussi r- ratifika tat-Trattat Kostituzzjonali Ewropew, l-iskambji kummerċjali bejn iż-żewġ pajjiżi, ftehim dwar il-bini ta' ambaxxata Maltija f'Moska kif ukoll id-dejn Russu dovut lil Malta.", "Kelli wkoll laqgħa mal-viċi-gvernatur tar-reġjun ta' Kostroma, Mikhail Bondarienko, li matulha ġew diskussi modi ta' koperazzjoni bejn Malta u r- reġjun ta' Kostroma, bħalma hi l-possibbilta' ta' trasbord fil-freeport ta' prodotti tar-reġjun ta' Kostroma fi triqithom lejn l-Afrika ta' Fuq, kif ukoll il-possibbilta' ta' koperazzjoni fil-qasam turistiku u dak edukattiv.", "TESTIJIET ĠENETIĊI", "12352.", "L-ONOR.", "CLYDE PULI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 11090, jista' il- Ministru jispeċifika kemm hawn laboratorji pubbliċi jagħmlu testijiet jew riċerka ġenetika?", "X'tip ta' testijiet jew riċerka ġenetika jagħmlu dawn?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-laboratorji pubbliċi li jagħmlu testijiet jew riċerka ġenetika ma jiġux liċenzjati mid- dipartiment tas-saħħa pubblika.", "TESTIJIET ĠENETIĊI", "12353.", "L-ONOR.", "CLYDE PULI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 11090, jista' il- Ministru jgħid jekk l-uniċi żewġ laboratorji liċenzjati biex jagħmlu testijiet jew riċerka ġenetika humiex dawk biss imsemmija li ħarġitilhom liċenzja fl-2004?", "Eżattament kemm hawn laboratorji, sptarijiet jew kliniċi privati li matul is-snin inħarġitilhom liċenzja mid-dipartiment tas-saħħa biex jagħmlu testijiet ġenetiċi?", "Kemm minnhom għadhom joperaw?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nikkonferma li l-uniċi żewġ laboratorji liċenzjati biex jagħmlu testijiet ġenetiċi huma dawk li nħarġitilhom liċenzja fl-2004.", "Nikkonferma wkoll li dawn l-istess laboratorji huma l-uniċi żewġ laboratorji li nħarġitilhom liċenzja mid-dipartiment tas-saħħa matul dawn l- aħħar snin u għadhom joperaw sal-lum.", "MALTA COMMUNICATIONS AUTHORITY - IMPJEGATI", "12354.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm nies jaħdmu mal- communications authority?", "Jista' jgħid x'salarju għandhom u x'benefiċċji jirċievu?", "Jista' jagħti wkoll informazzjoni dwar il-grad tagħhom?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "TAL-PIETA' – XOGĦOL TAŻ-ŻABRA", "12365.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 11809, jista' il-Ministru jispjega jekk ix-xogħol taż-żabra fuq siġar li hemm f'Marina Str, Pieta' hux se jsir ukoll minn quddiem il-knisja tad-Duluri, quddiem il-ġnien ta' Sa Maison u tul ix-xatt ta' Tal-Pieta' kollu?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Nikkonferma li dan ix-xogħol sar riċentement skond il-programm taż-żabra mill-environmental landscaping consortium limited.", "TRAFFIKAR TA' OĠĠETTI TA' WIRT STORIKU", "12368.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħidilna jekk informazzjoni li dehret fil-\"Malta Today\" dwar dak li jidher li hu traffikar ta' oġġetti ta' wirt storiku mill-Iraq u minn Malta, ġietx investigata mill-pulizija?", "Jista' jgħidilna jekk l-individwu li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, ġiex imfittex għall-oġġetti li rriklama hu stess fuq l-internet, li jinkludu siġilli mill-Mesapotamia u muniti ta' żmien il-Konti Ruġġieru?", "X'inhu l-eżitu ta' l-investigazzjonijiet?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi dan il-każ għadu qed ikun investigat mill-pulizija u għalhekk ma nħossx li jkun opportun li tagħrif dettaljat jiġi ppubblikat.", "TRAFFIKAR TA' OĠĠETTI TA' WIRT STORIKU", "12371.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jgħidilna jekk l-awtoritajiet ħadux passi biex jivverifikaw informazzjoni pubblikata fil-\"Malta Today\" dwar dak li qed jissejjaħ traffikar ta' oġġetti ta' wirt storiku nazzjonali u internazzjonali minn Malta?", "Jista' jgħid jekk l-awtoritajiet ikkonfermawx l-awtentiċita' ta' l-oġġetti riklamati kif ukoll il-provenjenza tagħhom?", "Ġew informati organizzazzjonijiet bħall-international council of museums li qed jikkordina sforzi internazzjonali sabiex jerġgħu jinstabu t-teżori arkeoloġiċi misruqa mill-Iraq?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li s-sovrintendenza tal- patrimonju kulturali ġabret l-informazzjoni meħtieġa dwar dan il-każ u għaddietha f'idejn il-pulizija biex tittieħed kull azzjoni meħtiega.", "Is- sovrintendenza tikkollabora bis-sħiħ mal-pulizija f'każi ta' din ix-xorta meta tintalab tistabilixxi l-awtentiċita' u l-provenjenza ta' oġġetti bħal dawn.", "Is-sovrintendenza tinsab informata li dan il-każ kien diġa' taħt investigazzjoni wara notifika mill-interpol, ħafna qabel ma l-każ ħareg fil- media.", "Informat ukoll li l-pulizija għandha f'idejha aktar minn każ wieħed ta' din ix-xorta taħt investigazzjoni.", "ĦRUĠ TA' VISAS", "12374.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid meta se jingħataw tweġiba l-iskejjel li jgħallmu l-Ingliż, dwar il-kwestjoni tal- ħruġ ta' visas fuq bażi regolari lil dawk li jkunu ġejjin minn pajjiżi li mhumiex fl-Unjoni Ewropea ?", "ONOR.", "TONIO BORG: Dalwaqt se jittieħdu deċiżjonijiet dwar din il-materja u dawn jiġu kkomunikati lill-persuni interessati.", "AĊĊESS - PROGRAMM GĦAN-NISA ŻVANTAĠĠJATI", "12375.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid x'sar mill-programm iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea biex isir taħriġ fost nisa żvantaġjati, ħalli jiġu żviluppati fihom ħiliet li jkun jippermettilhom jidħlu fid- dinja tax-xogħol?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Ninsab informata li l-bord ta' l-AĊĊESS li hu l- project leader tal-programm li għamel riferenza għalih l-Onor.", "Interpellant, qed jirrivedi l-proposta oriġinali.", "Ninsab informata wkoll li l-proposta l-ġdida mistennija titlesta dalwaqt.", "GOZO CHANNEL – SUSSIDJU FUQ ĠARR TA' MERKANZIJA", "12376.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għal Għawdex: Tista' il-Ministru tgħid kemm hemm talbiet pendenti għall-ħlas ta' sussidju fuq trasport lin-negozjanti?", "Tista' tagħti breakdown mill-2000 sal-lum?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Jien informata li l-ministeru għandu 17-il talba bejn approvati u pendenti għall-ħlas ta' sussidju għat-trasport lin- negozjanti.", "Dawn it-talbiet huma maqsuma kif ġej: talba waħda għas-snin 2001/2002, 14-il talba għas sena 2002, li minnhom tħallsu 43% ta' l-ammonti approvati u żewġ talbiet għas-sena 2002 u parti mis-sena 2003.", "DAR IL-MEDITERRAN - ATTIVITA' MINN TRASVESTITI", "12377.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid għaliex il-bord ta' tmexxija ta' Dar il- Mediterran ċaħħad lill-organizzaturi milli jtellgħu attivita' bis-sehem ta' trasvestiti?", "Għal liema raġuni?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat- tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 12288.", "GĦAWDEX – ESPANSJONI TAL-PAMARGAN", "12378.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid x'ġara mill-proġett ta' espansjoni tal-fabbrika Pamargan f'Għawdex u jgħid f'liema stadju wasal?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Il-Pamargan hi kumpannija privata u bħala tali ma taqax taħt ir-responsabbilta' ministerjali tiegħi.", "MV TA' PINU - SISTEMA TAD-DRENAĠĠ", "12379.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid meta se tiġi indirizzata l-problema tas-sistiema tad-drenaġġ fuq il-vapur Ta' Pinu?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jien informat li m'hemm l-ebda problema fis-sistema tad-drenaġġ ta' l-MV 'Ta' Pinu'.", "TA' QALI - PARK NAZZJONALI", "12380.", "L-ONOR.", "MICHAEL ASCIAK staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jindaga jekk hemmx ħafna klieb jiġru f'Ta' Qali?", "Jista' jindaga wkoll fuq il-livell tad-dawl fl-area?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Il-punti mressqa mill-Onor.", "Interpellant kienu nnotati.", "LANDS - TENDER 33", "12382.", "L-ONOR.", "FRANCO GALEA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal- Kamra kopja tal-pjanta mmarkata PD.2005-29 u kopja ta' tender 33 maħruġa fil-25 ta' Frar?", "ONOR.", "TONIO BORG: Kopja ta' tender 33 maħruġa mit-taqsima proprjeta' tal- gvern fil-25 ta' Frar, 2005 flimkien mal-pjanta relattiva, kif ukoll kopja waħda kompluta bil-permess tal-MEPA qed jitpoġġew fuq il-mejda tal-Kamra.", "SERVIZZ PUBBLIKU – SAFAR UFFIĊJALI", "12385.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jagħti statistika ta' kemm sar safar matul is-snin 2002, 2003 u 2004 minn persuni fis-settur pubbliku, inkluż dawk li mhux biss jaħdmu fiċ-ċivil imma anke dawk fl-amministrazzjoni pubblika?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "AKKOMODAZZJONI SOĊJALI", "12386.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid meta persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separtament, se tingħata post alternattiv fejn tkun tista' tgħix mat-tfal tagħha?", "Tista' il-Ministru tgħid fiex wasal dan il- każ soċjali u tara li jingħata priorita'?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Jien informata li l-applikazzjoni qed tiġi kkonsidrata flimkien ma' oħrajn simili.", "ĦAL QORMI – RESERVED PARKING GĦAL PERSUNA B'DIŻABILITA'", "12387.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jgħid għaliex ma ntlaqgħetx it-talba għal reserved parking meta dan hu każ ta' tifel b'diżabilita' nieqes mid-dawl u s-smigħ, tifel li kontinwament jiġi ndukrat minn nantu peress li l-ġenituri filgħodu jmorru għax-xogħol?", "Jista' jiġi approvat il-permess minħabba li t-tifel ikollu jinġarr ta' kuljum sa dan l-appartament?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ninsab informat li minn riċerka li saret fir- records tad-direttorat għall-immaniġjar tat-traffiku, jirriżulta li t-tifel li għalih qed jagħmel riferenza l-Onor.", "Interpellant mhuwiex residenti fil- lokalita' ta' fejn intalab is-servizz, kif muri fil-karta ta' l-identita' maħruġa mill-kummissjoni nazzjonali persuni b'diżabilita'.", "Għaldaqstant tali applikant mhuwiex eliġibbli għal reserved parking għal persuni b'diżabilita' għax wieħed mill-kriterji prinċipali għall-għotja ta' dan is- servizz hu li l-persuna b'diżabilita' ikollha r-residenza permanenti fil- post fejn ikun qed jintalab is-servizz.", "ĦAL QORMI: TA' FARSINA – PRESSA BAXXA TA' L-ILMA", "12388.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Minħabba li f'mistoqsija parlamentari 12236 kien hemm l-indirizz żbaljat, jista' il-Ministru ġentilment jara għaliex fil-housing estate f'Ta' Farsina, partikolarment fl- indirizz li qed jintbagħat separatament, ir-residenti qegħdin ibatu minn pressa baxxa ta' l-ilma minkejja li biddlu l-kanen kollha ta' l- appartamenti minn fuq s'isfel, saħansitra ta' quddiem il-bieb?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "RAĦAL ĠDID - HOUSING INSPECTION", "12392.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid meta l-housing inspector tad- dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali se jagħmel ispezzjoni fil-fond li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Ninsab informata li l-ispezzjoni li qed jagħmel riferenza għaliha l-Onor.", "Interpellant saret f'Novembru 2003.", "L-ISLA - CARE AND REPAIR", "12393.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tara li anzjan mill-Isla li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, jibbenefika mill-iskema tal- care and repair?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Ninsab informata li l-awtorita' tad-djar ma rċeviet l-ebda talba dwar l-inizjattiva tal-care and repair mill-persuna indikata mill-Onor.", "Interpellant.", "B'danakollu l-awtorita' ħadet nota ta' dan il-każ u mistennija tagħmel ispezzjoni biex tara jekk il-persuna tistax tibbenefika minn din l-inizjattiva.", "BORMLA - AKKOMODAZZJONI SOĊJALI", "12394.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid fejn waslet it-talba ta' persuna li l-ID card number tagħha qed jintbagħat separatament?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Ninsab informata li d-dipartiment għall- akkomodazzjoni soċjali m'għandu ebda applikazzjoni mill-persuna bin-numru ta' identita' indikat.", "FGURA – XIRI TA' FOND", "12395.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid fejn waslet it-talba ta' l- applikanti li dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament?", "Meta mistenni jsir il-kuntratt preliminari?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Ninsab informata li l-applikazzjoni li rrifera għaliha l-Onor.", "Interpellant waslet għand l-awtorita' tad-djar fit-12 ta' Jannar, 2005.", "Fit-2 ta' Marzu, 2005 saret ispezzjoni fuq il-post u issa qed isiru l-pjanti li mistennija jkunu lesti sa l-20 ta' dan ix-xahar.", "Dawn il-pjanti jiġu riferuti lid-dipartiment ta' l-artijiet li jrid jikkonferma jew le jekk il-post jistax jinbiegħ lill-applikant, bil-prezz tal-bejgħ jinħadem wara li jkun hemm din il-konferma.", "L-ISLA – AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA", "12396.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid fejn waslet it-talba ta' mara separata bi tlett itfal li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Jien informata li l-applikazzjoni qed tiġi kkonsidrata flimkien ma' oħrajn simili.", "BORMLA - AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA", "12397.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid x'possibbilta' hemm li anzjana armla li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, tingħata post alternattiv fi pjan terran?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: L-applikazzjoni qed tiġi kkonsidrata flimkien ma' oħrajn simili.", "DWANA – IMPJEGATI ON EXTRA DUTY", "12414.", "L-ONOR.", "MICHAEL ASCIAK staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jindaga għaliex il-ħaddiema tad-dwana mhumiex qed jitħallsu extra tal-ħdud u l-festi?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "ROTTA 59", "12415.", "L-ONOR.", "MICHAEL ASCIAK staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jindaga jekk rotta 59 tistax tgħaddi minn Triq il-Pijunieri, San Pawl il-Baħar fi triqtha mill-Belt?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "MQABBA - ŻIEDA TA' L-GĦOLI TAL-ĦAJJA", "12420.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jagħti tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 12192 u jgħid x'inhi r-raġuni li d-dħul tal-persuna indikata la jirrifletti ż-żieda fil-promozzjoni u lanqas ta' l-għoli tal-ħajja?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 12192.", "NDAFA PUBBLIKA – FREEPHONE SERVICE", "12421.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: B'riferenza għall-komunikat mill-ministeru dwar id- dipartiment għas-servizzi ta' l-indafa u dwar freephone 8007 6608, jista' il-Ministru jgħid jekk dan is-servizz huwiex se jilqa' rapporti minn Għawdex?", "Hemm maħsub freephone għal Għawdex?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Jien informat li s-servizz tal-freephone 8007 6608 huwa għal Malta.", "Rigward jekk hemmx maħsub freephone għal Għawdex, nitlob lill-Onor.", "Interpellant tindirizza l-mistoqsija tagħha lill-ministru konċernat.", "SANTA VENERA – REATI KRIMINALI", "12422.", "L-ONOR.", "CLYDE PULI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'kienu r-reati kriminali rrapportati lill-pulizija f'Santa Venera kull sena mill-2001 sa l- 2004?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi skond l-istatistika miżmuma mill- pulizija, il-lista ta' reati kriminali rrapportati fil-limiti ta' Sta Venera matul is-snin 2001-2004 hi kif tidher mit-tabella li qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "SANTA VENERA: ISTITUT SAN ĠUŻEPP – GROUND SURFACING", "12423.", "L-ONOR.", "CLYDE PULI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid x'kien ix-xogħol tal-gvern fl-irranġar ta' wiċċ il-pitch tal-ground ta' l-istitut ta' San Ġużepp, Santa Venera u kemm sewa dan ix-xogħol?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-kunsill għall-isport m'għamel l-ebda xogħol fuq il-wiċċ tal-ground ta' Sta.", "Venera.", "UNIVERSITA' – GĦOTI TA' DEGREES", "12424.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid jekk l-Universita' ta' Malta hijiex l-unika istituzzjoni li għandha l-fakulta' u s-saħħa legali li tagħti degrees lil studenti universitarji?", "Jista' jgħid ukoll jekk hemmx talbiet minn universitajiet barranin sabiex joperaw lokalment filwaqt li jkollhom id-dritt legali li joħorġu/jagħtu degrees?", "F'każ li ssir tali talba, jista' il-Ministru jgħid xi tkun il-pożizzjoni tal-ministeru?", "F'każ li r-risposta hi li l-Universita' ta' Malta għandha dritt esklussiv, jaħseb li din il-policy tmur kontra r-regoli ta' kompetizzjoni ta' l-Unjoni Ewropea?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li għal diversi snin kellna istituzzjonijiet edukattivi privati ta' livell ta' edukazzjoni ogħla li jew bi programmi tagħhom jew flimkien ma' universitajiet jew kulleġġi oħra barranin, offrew korsijiet li jwasslu għal degree jew diploma.", "L-awtoritajiet kompetenti edukattivi fid-diviżjoni ta' l-edukazzjoni jistgħu biss jirregolaw kondizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-liċenzja ta' skola.", "Il-kwestjoni tar-rikonoxximent tad-degree jew diploma hi materja trattata taħt il-liġi apposta u l-liġi dwar l-edukazzjoni li tagħti ċerta mansjoni lis-Senat ta' l-Universita'.", "Sakemm jiġu osservati standards edukattivi aċċettabbli fuq livell Ewropew kif ukoll il-kondizzjonijiet stabiliti għaż-żamma ta' skola m'għandu jkun ebda xkiel biex universita' barranija topera lokalment, naturalment b'kull każ jiġi ttrattat fuq il-merti tiegħu.", "SANTA VENERA - KLABB TAL-BOĊĊI", "12425.", "L-ONOR.", "CLYDE PULI staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' il-Ministru jgħid x'kien is-sehem tal-gvern fit- twaqqif u l-bini mill-ġdid tal-klabb tal-boċċi, f'Santa Venera u kemm ġie jiswa?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Jien informat li fis-sit imsemmi, twaqqa' il-bini eżistenti u minflok inbniet latrina pubblika u anke klabb tal-boċċi.", "Ix- xogħol kollu, twaqqigħ u bini, sar mill-ħaddiema tal-gvern, f'isem il- kunsill lokali ta' Santa Venera, permezz ta' wieħed mill-każi tal-bidu tal- joint venture scheme.", "Il-materjal ħa ħsiebu l-kunsill lokali u d- dipartiment tas-CMD ipprovda l-mano d'opera", "L-ispiża tax-xogħol manwali li sar mid-dipartiment tas-CMD għall-bini tal- klabb tal-boċċi telgħet għal Lm3,035.58.", "Minn dan l-ammont il-kunsill iffranka Lm1,825.32 għax ħallas biss 60% tal-materjal u 20% tal-mano d'opera."]} {"filename": "20070321_509d_par.doc", "date": "2007-03-21", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Uffiċjali u Rivedut) L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 509 L-Erbgħa, 21 ta' Marzu, 2007 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 509", "L-Erbgħa, 21 ta' Marzu, 2007", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.01 p.m.", "Talba", "Seduta Nru. 509", "L-Erbgħa, 21 ta' Marzu, 2007", "WERREJ", "MINUTI 372", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 372", "TQEGĦID TA' KARTI 378", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-KOSTITUZZJONI TA' MALTA (EMENDA NRU 2) (It-Tieni Qari)", "CONSTITUTION (AMENDMENT) (NO 2) BILL (Second Reading) 379", "AĠĠORNAMENT 400", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 404", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 508 li saret fl-20 ta' Marzu 2007, ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "ĦAL FERĦ COMPLEX", "23767.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi s-sitwazzjoni ta' Ħal Ferħ illum?", "Dan il-kumpless għadu ta' l-Air Malta jew tal-gvern?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni): Ninsab informat li s-sitwazzjoni ta Ħal Ferħ ma nbidlitx f'din l-aħħar sena u l-ishma kollha tal-kumpannija għadhom ta' l-Air Malta.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Carmelo Abela): L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Hemm xi preparazzjonijiet maħsuba għall-istaġun turistiku li jmiss?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Le, Ħal-Ferħ se jibqa' magħluq.", "THOMSONS AIRLINE", "23768.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: X'inhi r-raġuni li Thomson qed iġġib żewġ titjiriet fil-ġimgħa minflok 20 titjira bit-turisti li kienet iġġib lejn pajjiżna fis-sajf?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (Ministru għat-Turiżmu u Kultura): L-Onor.", "Interpellant m'huwiex qed jagħmel riferenza ċara għal liema snin jew perjodi qiegħed jirriferi meta jsemmi t-titjiriet li topera t-Thomson lejn Malta.", "Minnn analisi ta' slots irreġistrati fl-ajruport jirriżulta li Thomson topera medja ta' erba' titjiriet fil-ġimgħa matul is-sajf u ta' żewġ titjiriet fil-ġimgħa matul ix-xitwa permezz tal-linja ta' l-ajru tagħha.", "Jirriżulta ukoll li t-titjiriet operati mill-linja ta' l-ajru Thomsonfly, li qabel kienet magħrufa bħala Britannia, qegħdin jonqsu, iżda dan it- tnaqqis huwa akkumpanjat minn żidiet sostanzjali ta' seat allocations li Thomson qiegħda tagħmel mal-linja nazzjonali l-Air Malta.", "Ta' min isemmi li madwar 20 sena ilu Thomson kienet topera numru kbir ta' titjiriet permezz tal-Britannia, iżda dak kien żmien meta d-dipendenza ta' Malta fuq dan l-operatur kienet ferm akbar.", "Illum fis-suq Ingliż insibu numru ħafna akbar ta' operaturi, fosthom speċjalisti, li żiedu l-market share tagħhom.", "Dan minbarra l-fatt li l-profil tat-turist Ingliż lejn Malta qiegħed dejjem jinbidel, riżultat ta' xejriet ġodda ta' kif in-nies jivjaġġaw.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Ġie stabbilit x'inhi r-raġuni għaliex it-titjiriet ta' din il-kumpannija lejn Malta qed jonqsu daqstant minn sena għal oħra?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Sur President, wieħed irid jifhem it-tweġiba li qed nagħti fil-kuntest iktar wiesa' ta' x'qiegħed jiġri mis-suq Ingliż u allura ta' dak li qed ikollu effett dirett fuq Malta.", "Is-suq Ingliż għalina huwa l-ikbar suq turistiku u l-outbound tourism permezz ta' tour operators, qiegħed jonqos bl-iktar mod drammatiku.", "Dan apparti l-fatt li kif nafu u anke minn dak li żviluppa fil-ġranet li għaddew, qed ikun hemm ħafna konsolidament u anke mergers bejn it-tour operators il-kbar.", "Għadu kif tħabbar fil-ġranet li għaddew il-probabbilta' li jkollok il-merger bejn it- 2e systems u l-first choice.", "Meta dan jiġri, awtomatikament huma jikkonsolidaw l-operat tagħhom u Malta ssofri għal żewġ raġunijiet prinċipali.", "L-ewwelnett għax b'mod ġenerali t-tour operators fl-aħħar snin kienu qed jiffokaw iktar fuq long haul destinations minħabba li l-profit margins fuq dawk id-destinazzjonijiet huwa akbar.", "U mbagħad fejn huma jkollhom volum ta' turisti għal destinazzjonijiet li m'humiex long haul, bħal fil-Mediterran, jew titjira fi żmien qasir mir-Renju Unit, evidentement jagħtu preferenza jew għal swieq li huma ta' mass tourism f'termini ta' miljuni - li huwa aspett li Malta ma tista' qatt taspira għalih u fl-opinjoni tiegħi lanqas jaqblilha taspira għalih għal ħafna raġunijiet - jew inkella fis-swieq fejn huma diġa' jkollhom anke preżenza ta' lukandi jew akkomodazzjoni oħra, fejn il-marġini ta' profitt tagħhom ma jkunx biss fuq il-fatt li qed joperaw lejn il-pajjiż, imma anke li jużaw akkomodazzjoni tagħhom.", "Huma dawn ir-raġunijiet prinċipali għala tour operators imbagħad inaqqsu t- titjiriet jew il-bookings tagħhom lejn pajjiż bħal Malta.", "U dak li qed jiġri ma' Thomson jinkwadra ruħu f'dan ir-rigward.", "Il-kuntatt ta' din il- kumpannija isir kemm minn rappreżentanzi li jsiru lilna direttament f'Malta, kemm minn kuntatti li jsiru magħhom ġewwa l-Ingilterra stess, permezz ta' l-uffiċċju rappreżentattiv li għandna ġewwa Londra u anke permezz ta' diskussjonijiet li jsiru f'okkażjonijiet bħal fieri tat- turiżmu, b'mod partikolari l-World Travel Market li tinżamm kull Novembru ġewwa Londra.", "Ma jfissirx li kull talba li ssirilna nkunu nistgħu nilqgħuha għax ħafna talbiet li llum jagħmlu t-tour operators b'mod ġenerali huma għal għajnuna finanzjarja li tkun across the board, jiġifieri lanqas tkun marbuta ma' volum li jkun iggarantit ta' turisti li jistgħu jinġiebu lejn il-pajjiż u dik hija analisi li trid tagħmel każ każ l- awtorita' Maltija tat-turiżmu permezz tan-nies li għandha fil-marketing f'dan ir-rigward.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Ġaladarba jeżistu dawn il-kuntatti regolari, kien hemm xi rakkmandazzjonijiet min-naħa ta' Thomson Group bil-għan li jitjieb il-pakkett Malti lil hemm minn dawn l-inċentivi jew minn dawn it-talbiet finanzjarji?", "Jekk iva, x'kienu dawn it-talbiet u x'konsiderazzjonijiet ingħataw?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ħafna minn dawn it-talbiet ma jiġux fil- livell ta' ministru, pero' minn dak li niftakar, għax m'għandix l- informazzjoni miegħi, kien hemm talbiet addizzjonali u kien hemm talbiet li kienu kkunsidrati mill-awtorita' Maltija tat-turiżmu.", "Pero' anke kieku kelli din l-informazzjoni qegħda miegħi, ma naħsibx li kien ikun prudenti li nagħti dettalji dwar x'tip ta' talbiet ikunu saru għax dawn huma ta' natura kummerċjalment sensittiva ħafna.", "U wisq inqas - anke fl-interess ta' Thomson innifisha, aħseb u ara fl-interess Malti - jekk nagħti dawk id- dettalji m'għandix ngħid xi tkun ir-reazzjoni tagħna.", "Li nista' ngħid hu li kull każ ikun eżaminat fuq il-merti partikolari tiegħu u kull każ ma jkunx ikkonsidrat biss minn kemm tour operator partikolari qed jindika li jista' jżid jew ma jżidx il-volum ta' turisti lejn il-pajjiż.", "Għax għalkemm ikun qed jitlob għajnuna finanzjarja bħala appoġġ ta' marketing għat-talba li jkun qed jagħmel - li titraduċi ruħha skond il-volum ta' turisti li jiġu - l-ewwel kalkolu li jkun irid isir ikun per capita biex wieħed jara jekk dak li qed jintalab jagħmilx sens.", "Barra minn hekk trid issir ukoll analisi li tkun a paragun ma' talbiet oħra li jkunu qegħdin isiru l-ħin kollu minn tour operators u minn stakeholders oħrajn fil-qasam tat-turiżmu, bħalma huma l-istess low cost carriers, ħalli fl-aħħar mill-aħħar wieħed jagħmel l-aktar għażliet li jaqblu lill-pajjiż.", "Naturalment aħna nibqgħu ninkoraġġixxu l-kuntatt u d-diskussjoni mat-tour operators pero' ma jfissirx li għax wieħed ma jkunx laħaq qbil fuq proposta partikolari, b'daqshekk se jingħalqu l-bibien.", "L-analisi tibqa' issir, il- proposti jibqgħu jsiru, hemm dawk li jiġu aċċettati u oħrajn li jiġu rifjutati.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Meta l-Ministru qed jgħid li l-bibien m'humiex magħluqa, ifisser li għad hemm kuntatti kurrenti sabiex it-Thomson terġa' mill-ġdid iġġib l-ammont ta' turisti li kienet iġġib, jiġifieri medja ta' għaxar titjiriet fil-ġimgħa fix-xitwa u 20 titjira fil-ġimgħa fis-sajf kif kienet iġġib, flok iż-żewġ titjiriet fix-xitwa u l-erba' titjiriet fis-sajf kif qed iġġib illum?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Kif diġa' spjegajt, dak il-volum ta' titjiriet kienu jsiru madwar 20 sena ilu.", "Diġa' spjegajt ukoll li l-fatt li qed jagħmlu titjiriet inqas ma jfissirx li qed iġibu b'mod relatat volum inqas ta' turisti għax it-Thomson illum qed tagħmel ukoll policy ta' seat allocation mal-linja nazzjonali ta' l-ajru.", "Naħseb li lill-Onor.", "Interpellant ma tagħmillux differenza jekk it-Thomson iġġibx in-nies permess tal-linji ta' l-ajru tagħha jew permezz tal-linji nazzjonali ta' l- Air Malta.", "Anzi nippretendi li l-Onor.", "Interpellant jippreferi ftehim li jinvolvi l-linja nazzjonali ta' l-ajru Maltija milli li dawn bilfors jużaw l-ajruplani tagħhom, jiġifieri l-paragun li qed jagħmel m'huwiex preċiż, imma naturalment id-diskussjonijiet dejjem huma possibbli li jsiru u dejjem huma miftuħa.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jiġifieri dawn iż-żewġ titjiriet fix-xitwa u l-erba' titjiriet fis-sajf qegħdin isiru llum permezz ta' l-Air Malta jew minbarra dawn hemm titjiriet oħrajn li speċifikament qegħdin isiru mill-Air Malta a konjizzjoni ta' Thomson Group?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Jien qed ngħid li t-Thomson stess qed tagħmel seat allocation fuq l-Air Malta.", "Dan ifisser li parti mill-volum li kienu jġorru t-Thomson bl-ajruplani tagħhom, illum qed iġorruhom fuq ajruplani ta' l-Air Malta, permezz ta' ftehim li għamlu mal-linja nazzjonali.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Dak li t-Thomson qed tikkomunika direttament ma' l- Air Malta huwa lil hemm miż-żewġ titjiriet li jsiru fix-xitwa u l-erba' titjiriet li jsiru fis-sajf jew dawn il-kalkoli ma tagħmluhomx?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Jew l-Onor.", "Interpellant jippersisti li ma jifhimx jew mhux qed inkun ċar jien.", "Meta kumpannija tagħmel seat allocation ma' linja oħra minbarra t-titjiriet tagħha, hija ħaġa naturali li fuq dik il-linja jkun hemm passiġġieri oħra apparti dawk li jkollha fuq il-linji ta' l-ajru tagħha!", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Sur President, it-Thomson qed topera ajruplani hi u qed tgħaddi turisti oħra biex jiġu bis-servizz ta' l-Air Malta.", "Lill- Ministru qed nistaqsih - għax m'huwiex qed jiftiehem sew - kemm turisti qed jiġu direttament ma' l-Air Malta u kemm qed jiġu direttament mal-linji tagħha.", "Jekk ma jafx iweġibni, jgħidli li ma jafx, jew inkella jgħidli li se jivverifika u mhux joqgħod idur mal-lewża!", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Sur President, bir-rispett kollu s'issa l- Onor. Interpellant ma talbnix breakdown ta' numru ta' passiġġieri.", "L- argument kien sempliċement jekk hemmx traffiku addizjonali għat-tijiriet li joperaw huma għas-seat allocation li jagħmlu ma' l-Air Malta.", "U t-tweġiba hija ovvja, li dik hija allocation addizjonali għax sinjal li t-titjiriet tagħhom ma jkoprux totalita' tal-klijenti tagħhom.", "Dik hekk ifisser.", "Meta għandek l-ajruplani tiegħek u titlob linja ta' l-ajru oħra biex tagħmel seat allocation, ifisser li għandek volum ta' xogħol akbar milli qed iġġorr bl-ajruplan tiegħek.", "Issa jekk l-Onor.", "Interpellant irid ikun jaf l- breakdown ta' seat allocation mal-linja nazzjonali u ta' dak li jġorru huma bl-ajruplani diretti tagħhom, nitolbu jagħmel mistoqsija speċifika u jingħata l-informazzjoni.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Ladarba l-Ministru qed jgħid li minbarra ż-żewġ titjiriet li tagħmel bl-ajruplani tagħha, Thomson qed tibgħat numru ta' turisti permezz ta' l-Air Malta, x'diffikulta' jsib biex jgħid kemm hu dan l-ammont?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Jekk l-Onor.", "Interpellant irid tweġiba jrid jagħmel mistoqsija bil-miktub.", "Ma jistax jippretendi li aħna niġu hawnhekk u noqogħdu ngħidulu kemm jinġarru passiġġieri fuq kull ajruplan.", "Irid jagħmel mistoqsija speċifika u m'għandna l-ebda diffikulta' li nwieġbuh.", "Meta fil-bidu kien hemm diskussjoni wiesgħa għar-rigward ta' turisti li jiġu Malta u ma' liema titjiriet jiġu, waħda mit-tweġibiet li tajna u li għadna nagħtu hi li darba dawn ikunu f'pajjiżna, ma noqogħdux naraw it- timbru fuq moħħhom jekk ġewx ma' l-Air Malta, ma' Lufthansa, ma' l- Alitalia, mar-Ryanair jew mat-ThomsonFly, l-importanti hu li jiġu hawnhekk.", "Naturalment id-diskussjoni min-naħa tal-kumpannija Thomson tkun dwar kif jista' jkun hemm l-aħjar arranġamenti ta' marketing biex l-operat tagħhom ikun suċċess imma d-diskussjoni trid tkun waħda li twassal għal ftehim li jkun verament aċċettat miż-żewġ naħat.", "INĊINERATUR TAL-BIĊĊERIJA", "23821.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Kemm fil-fatt sewa sa issa l-iżvilupp tal-inċineratur fil- Biċċerija tal-Marsa?", "Kemm hija mistennija li tqum l-ispiża biex jiġi modifikat l-inċineratur tal-Biċċerija?", "Meta mistenni li tkun lesta l- modifikazzjoni fl-inċineratur u meta huwa proġettat li jibda jaħdem?", "Fil- fatt hija l-politika tal-Gvern li għal ġejjieni l-ispejjeż tal-qatla fil- Biċċerija jgħaddu fuq il-produtturi?", "Fil-preżent, kemm fil-fatt iħallsu flus il-produtturi/koperattivi għall-qatla tal-annimali li ssir fil- Biċċerija?", "Jista' l-Ministru jagħti breakdown tal-programm tax-xogħlijiet li qed isiru fil-mument fil-Biċċerija sabiex din tiġi konformi mar-regoli u direttivi skond il-ħtieġa ta' l-aħħar esperti tal-Kummissjoni Ewropea?", "Fil- fatt meta se jitlesta dan ix-xogħol sabiex ma ssirx aktar moħqrija ta' l- annimali?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent): L-inċineratur fil-biċċerija tal-Marsa nxtara wara li ħarġet sejħa għall-offerti taħt il-proċeduri tal-ħames protokol Taljan u sewa €10,445,450.", "L-ispiża kontrattwali biex jiġi modifikat l-inċineratur biex dan jieħu skart ieħor mistennija tkun ta' Lm800,000.", "L-impjant mistenni jibda jaħdem aktar tard din is-sena wara li jitlesta dan ix-xogħol.", "M'hemmx ħsieb li l-politika tal-gvern fir-rigward ta' l-ispejjeż li jitħallsu mill-produtturi għall-qatla tinbidel.", "Fil-preżent, il-produtturi u koperattivi jħallsu miżati kif stabbiliti fl-Avviż Legali 74 ta' l-1998.", "Il-programm komprensiv ta' upgrading ġewwa l-biċċerija miexi skond il-pjan ta' ristrutturar u dan jinkludi:", "Xogħlijiet fil-maqjel tal-bovini kif ukoll tal-majjali.", "Dan ix-xogħol huwa meħtieġ sabiex jitjieb il-ħarsien ta' l-annimali qabel il-qatla;", "Tibdil ta' makkinarju eżistenti kif ukoll makkinarju addizzjonali u installazzjoni ta' tagħmir ieħor biex jitjiebu l-faċilitajiet ta' iġene;", "Tibdil fis-sistema ta' l-ilma;", "Modifikazzjoni fis-sala tal-bejgħ tal-laħam;", "Tibdil f'xi proċeduri fil-linja tal-qatla; u", "Proċeduri oħra biex jitjieb il-ħarsien ta' l-annimali.", "Il-programm jaħseb ukoll għal taħriġ ta' l-impjegati li jaħdmu ġewwa l- biċċerija.", "Dawn ix-xogħlijiet mistennija jitlestew aktar tard din is-sena.", "SPTARIJIET PRIVATI – KONTIJIET TAD-DAWL PENDENTI", "23822.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid fil- preżent kemm fil-fatt hija ċ-ċifra ta' flus globali tal-kontijiet pendenti għall-konsum ta' l-ilma u tad-dawl fl-isptarijiet privati dovuti lil Enemalta?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninsab informat li l-figuri kif mitluba minnu għal sptarijiet privati, residenzi privati ta' l-anzjani, fabbriki. stabbilimenti kummerċjali u kumpanniji privati ma jistgħux jingħataw minħabba li l-kontijiet m'humiex distinti minn xulxin.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Fil-fatt hemm kontijiet pendenti?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Li jkun hemm kontijiet pendenti hija ħaġa normali, pero' d-distinzjonijiet li hemm fid-database ma jinżammux.", "Li jinżammu huma ta' dawk commercial, industrial u private.", "RESIDENZI PRIVATI TA' L-ANZJANI - KONTIJIET TAD-DAWL PENDENTI", "23823.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid fil- preżent kemm fil-fatt hija ċ-ċifra ta' flus globali tal-kontijiet pendenti għall-konsum ta' l-ilma u d-dawl tar-residenzi privati ta' l-anzjani dovuta lil Enemalta?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi għar-risposta li tajt għal mistoqsija parlamentari 23822.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jista' l-Ministru jgħidli f'liema kategorija nista' nistaqsi biex nistabbilixxi dan il-pagament pendenti?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Off the cuff, it-tliet kategoriji ta' tariffi li jeżistu huma dawk residenzjali, kummerċjali u industrijali u safejn naf jien, pero' m'iniex ċert, hemm sub-category oħra taħt il-kummerċjali li huma l-clubs.", "FABBRIKI - KONTIJIET TAD-DAWL PENDENTI", "23824.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Fil-preżent kemm hija ċ-ċifra ta' flus globali tal-kontijiet pendenti għall-konsum ta' l-ilma u d-dawl fil-fabbriki privati dovuta lil Enemalta?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta li tajt għal mistoqsija parlamentari 23822.", "FLORIANA - SALA ROBERT SAMMUT", "24333.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru jgħid x'użu qed isir mis-sala Robert Sammut fil-Floriana u minn liema enti qed tiġi wżata?", "Jista' jgħid ukoll xi pjani hemm għal dan il-post fil-futur qarib?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (Segretarju Parlamentari)(f'isem il-Ministru ta' l- Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi): Is-Sala Robert Samut fil-Floriana isservi bħala ċentru ta' konferenzi, seminars, laqgħat u wirjiet.", "Tista' tintuza minn kull ente jew organizzazzjoni, pubblika jew privata, wara li tipprenota l-attivita' ma' l-uffiċjali tad-divizjoni ta' l-edukazzjoni responsabbli.", "Il-pjani għal dan il-post tfasslu fil-bidu ta' l-2000 biex din il-Knisja Metodista li waqgħet f'idejn il-gvern Malti tiġi restawrata u konvertita f'ċentru nazzjonali għall-konferenzi.", "Il-pjani twettqu u l-post qed jilħaq l-iskop tiegħu.", "LISTA' TAL-ĦADDIEMA", "24335.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-ismijiet kollha tal-persuni li jinsabu jaħdmu fis- segretarjat u fil-ministeru?", "X'inhu x-xogħol ta' kull persuna u minn meta bdew jagħmlu dan ix-xogħol?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi): It-tagħrif mitlub dwar il-persuni tas-segretarjat kien diġa' tpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra f'xi seduta preċedenti.", "KULLEĠĠI - PRECINCTS OFFICERS", "24336.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru jgħid jekk dan l-aħħar ġewx maħtura xi persuni bħala precincts officers fil- kulleġġi?", "Jekk fl-affermattiv, min ġie magħżul u kif u għal liema kulleġġi?", "Jista' jgħid x'inhu l-ħlas u l-allowances tagħhom?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi): Il-proċess għall-ħatra ta' precincts officers tal-kulleġġi għadu qed jieħu l-kors tiegħu.", "PIXXINI MIFTUĦA GĦALL-PUBBLIKU", "24360.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': B'riferenza għall- mistoqsija parlamentari 24126, jista' il-Ministru jgħid liema huma dawk il- pixxini li huma miftuħa għall-pubbliku?", "Min huwa s-sid f'kull każ?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita'): Ninsab informat li lista ta' swimming pools reġistrati tinsab għall- informazzjoni tal-pubbliku fuq il-paġna elettronika tat-taqsima saħħa ambjentali fi ħdan id-dipartiment tas-saħħa pubblika (www.health.gov.mt/dph/ehuhome.htm) skond provvedimenti ta' A.L. 129 ta' l- 2005.", "Fir-rigward tad-dettalji tas-sid ta' kull swimming pool reġistrata, ninforma lill-Onor.", "Interpellant illi din l-informazzjoni tinġabar mid- dipartiment skond l-Att dwar il-Protezzjoni tad-Data, 2001 u l-Att dwar is- Saħħa Pubblika għall-użu amministrattiv fl-interess tas-Saħħa Pubblika u għalhekk dan id-dipartiment iħoss li ma jistax jirriferi tali informazzjoni.", "SWIMMING POOLS", "24361.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': B'riferenza għall- mistoqsija parlamentari 24122, jista' l-Ministru jgħid lil min ħarġu dawn il-garanziji?", "Kontra min ittieħdu passi legali?", "X'kienu l-akkużi?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninsab informat li nħarġu tmien garanziji skond Artiklu 13 ta' l-Att dwar is-saħħa pubblika fir-rigward ta' provvedimenti ta' l-A.L.129 ta' l-2005 lis-segwenti stabbilimenti:", "Sunny Coast Resort Club, Qawra; Coastline Hotel, Sliema; Santa Maria Hotel, St Paul's Bay; San Anton Hotel, Sliema; Park Hotel, Sliema; Preluna Hotel & Towers, Sliema; Ramla Bay Resort, Marfa u The Riviera Resort & Spa, Marfa.", "Il-garanziji kontra s-Santa Maria Hotel u San Anton Hotel ġew magħluqa peress li x-xogħlijiet li kellhom isiru saru fiż-żmien miftiehem.", "Il- garanziji l-oħra għadhom fil-perjodu miftiehem biex ix-xogħlijiet jitwettqu.", "Dwar swimming pools infetħu tliet kawżi kontra persuni u stabbilimenti differenti.", "L-akkużi kienu s-segwenti:", "Chapter 10 Art 121 (1)", "L.N. 129 of 2005 Reg.3 (1) (a), Reg.", "5 (1) (a), (b) & (c), Reg 8 (2) (a), Reg 8 (4) (d) & Reg 9 (a).", "Art 18 (1) of the Public Health Act,", "Dawn il-kawżi għadhom subjudice.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Il-ministeru tas-saħħa jagħmel skrutinju kontinwu dwar kemm se jiswa l-operat ta' l-isptar il-ġdid Mater Dei ġurnata b'ġurnata, ġimgħa b'ġimgħa, xahar b'xahar u sena b'sena?", "Miċ-ċifri stabbiliti s-sena li għaddiet u dawk stabbiliti din is-sena kien hemm xi tibdil jew kollox baqa' l-istess?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Għalkemm m'għandix l-aħħar ċifri, nissoponi li għadhom l-istess kif kienu ġew ikkalkolati sena ilu, jiġifieri li t-tħaddim ta' l- isptar il-ġdid se jqum madwar Lm1.2 miljun fil-ġimġħa.", "EŻAMIJIET TAS-SEC U MATSEC", "24362.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: X'kien l-ammont li ħallsu l-istudenti li se joqogħdu għall-eżamijiet tal-MATSEC u SEC separatament li se jsiru fil-ġimgħat li ġejjin?", "Kien hemm min ma ħallasx dak li kien dovut?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi): Informat hekk :-", "| |SEC |MATSEC |TOTAL | | |Mejju |Mejju | | | |2007 |2007 | | |Ħlasij|Lm317,|Lm163,73|Lm481, | |iet |615 |6 |351 | |Eżenzj|Lm |Lm |Lm | |onijie|456 |41 |497 | |t | | | |", "SAN GWANN - TRIQ FURRAJNA", "24375.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Leo Brincat) staqsa lill- Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' l-Ministru jindika jekk Triq Furrajna, San Gwann hix triq privata jew waħda pubblika għaliex bħalissa hemm katina li qed iċċaħħad l-aċċess għaliha u dan wkoll minħabba l-istat ta' telqa u ħmieġ li tinsab fiha din it-trejqa?", "Jekk ovvjament hija triq pubblika, wieħed għandu jirreferi dan il-każ lill-kunsill lokali għal azzjoni meħtieġa sabiex tiġi żgurata l-indafa pubblika.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq): Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill- ministru konċernat.", "SAN GWANN - TRASPORT PUBBLIKU", "24376.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Leo Brincat) staqsa lill- Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' l-Ministru jinvestiga l- ilment ta' diversi residenti ta' San Gwann dwar dewmien, kultant esaġerat, fis-servizz tal-karozza tal-linja Nru. 41, li tgħaddi minn San Gwann?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq): Jien infurmat li l-ADT qatt ma rċeviet ilmenti rigward din ir-rotta.", "Din hija rotta ċirkulari mill-Belt u l-ħinijiet huma fis-7.40am, 8.00am, 8.35am, 9.05am, 9.35am, 10.05am, 10.35am, 11.05am, 11.35am, 11.45am, 12.05pm, 12.35pm, 12.45pm, 13.05pm, 13.35pm, 14.05pm, 14.35pm, 15.05pm, 15.35pm, 16.05pm, 16.35pm, 17.05pm, 17.30pm, 18.00pm.", "Ta' min wieħed jinnota li barra din ir-rotta hemm ukoll ir-rotta 42 li tgħaddi minn San Ġwann.", "Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li f'każ li jkun hemm xi ulterjuri ilmenti, dawn huma mitluba jinfurmaw immedjatament lill-Awtorita dwar it- Trasport ta' Malta fuq 21231216 fejn bejn il-5.30am u l-11.00pm ikun hemm dejjem uffiċjal inkarigat sabiex jieħu l-passi neċessarji u immedjati.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-Mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti u nsejjaħ lill-Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Dikjarazzjoni għall-finijiet tas-subartiklu 14(4) ta' l-Att ta' l-1996 dwar is-Servizz tas-Sigurta' kif ukoll kopja tar-Rapport Annwali tal- Kumitat tas-Sigurta' għas-sena 2006; u", "Tagħrif dwar riżultati ta' Bordijiet ta' l–Għażla li l-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku qieset li kienu żbaljati bejn l-2001 u l- 2006, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 24460.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Zammit Dimech.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal- Kamra:", "Tagħrif dwar kiri ta' vannijiet u trakkijiet matul l-2006 u l-2007 mill-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura u dipartimenti u enti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tal-Ministru għat-Turiżmu u Kultura, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 24399;", "f'isem il-Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni, inqiegħed fuq il- mejda tal-Kamra:-", "Tagħrif dwar kiri ta' vannijiet u trakkijiet matul l-2006 u l-2007 mill-Ministeru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni u dipartimenti u enti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tal-Ministru għall- Kompetittivita' u Komunikazzjoni, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 24400;", "f'isem il-Ministru għal Għawdex, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:-", "Tagħrif dwar ħaddiema li kienu, jew qiegħdin, jagħmlu xogħol ta' watchman fit-Taqsima tax-Xogħlijiet Pubbliċi f'Għawdex bejn l-1999 u Frar 2007, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 24455 li ngħatat fis-Seduta Nru 508 ta' l-20 ta' Marzu 2007; Tagħrif dwar xogħlijiet li saru fuq Triq ir-Rabat, San Lawrenz, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 24457; u", "Tagħrif dwar shift allowance imħallas lill-impjegati fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex bejn l-1999 u l-2006, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 24458.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Deguara.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Sur President, f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:-", "Tabella li turi l-għadd ta' mobile phones fil-Ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tal-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 24564; u", "f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjieg, inqiegħed fuq il- mejda tal-Kamra:-", "Tagħrif dwar kiri ta' vannijiet u trakkijiet matul l-2006 u l-2007 mill-Ministeru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjieg u dipartimenti u enti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tal-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjieg, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 24398.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-KOSTITUZZJONI TA' MALTA (EMENDA NRU 2)", "CONSTITUTION (AMENDMENT)", "(NO 2) BILL", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sur President, nipproponi t-Tieni Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att ta' l-2006 li jkompli jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta\".", "THE DEPUTY SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI (Segretarju Parlamentari): Nissekonda.", "THE DEPUTY SPEAKER: Rimarki?", "Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sur President, illum il-Kamra se tiddiskuti abbozz ta' liġi li għandu żewġ għanijiet differenti minn xulxin imma li t-tnejn huma importanti.", "L-ewwel għan li qiegħed jipproponi dan l-abbozz ta' liġi huwa dak li ndaħħlu fil-Kostituzzjoni tagħna l-kariga ta' l-ombudsman.", "Wara l-esperjenza li kellna matul dawn l-aħħar 12-il sena bil-kariga u l- funzjoni ta' ombudsman, naħseb li wasal iż-żmien li din il-kariga tiġi marbuta fil-Kostituzzjoni tagħna - il-kelma teknika hija \"entrenched\" - b'tali mod u manjiera li sabiex dan l-uffiċċju jitneħħa, ikun hemm bżonn ta' l-approvazzjoni taż-żewġ terzi tal-Kamra.", "It-tieni għan li qegħdin nipproponu permezz ta' dan l-abbozz ta' liġi huwa dak li jżid l-eta' ta' l- irtirar għall-maġistrati ta' pajjiżna.", "Dan għaliex illum l-eta' ta' l- irtirar ta' maġistrat hija ta' 60 sena, mentri hawnhekk qegħdin ngħidu li din għandha titla' għal 65 sena.", "Fil-ħin li għandi għad-dispożizzjoni tiegħi se nipprova nintroduċi dan l- abbozz ta' liġi billi nispjega fil-qosor il-ħsieb wara dawn iż-żewġ emendi li qegħdin nipproponu lil din il-Kamra.", "Irrid ngħid ukoll li meta naslu għat-Tielet Qari ta' dan l-abbozz ta' liġi, se jkun hemm bżonn ta' l- approvazzjoni ta' mill-inqas żewġ terzi tad-deputati ta' din il-Kamra.", "Dan ifisser li l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna se jkun jista' jgħaddi minn din il-Kamra biss jekk ikun hemm l-appoġġ ta' l-oppożizzjoni.", "Hawnhekk se mmur lura għas-sajf tas-sena 2003, fejn matul dik is-sena partikolari, il-Kabinett kien approva proposta li kienet tressqet għall- konsiderazzjoni min-naħa tiegħi sabiex il-gvern jikkonsidra l-possibilita' li nżidu l-eta' ta' l-irtirar tal-maġistrati.", "Għalhekk se nibda mill-ewwel fuq dan il-punt u mbagħad nitkellem fuq il-kwestjoni ta' l-ombudsman.", "L-ewwelnett se nispjega x'inhi s-sitwazzjoni llum għal dawk li forsi qegħdin isegwuwna u li m'humiex daqshekk tekniċi fuq dawn l-affarijiet.", "Aħna għandna sistema antika li tagħmel distinzjoni bejn l-eta' ta' meta maġistrat għandu jirtira u l-eta' ta' meta mħallef għandu jirtira.", "Minn fejn twieldet din id-distinzjoni ma nafx, u għandi kurżita' kbira sabiex inkun naf.", "Maġenbi hawn l-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici u ma nafx jekk jafx minn fejn oriġinat, pero' tkun xi ħaġa interessanti li wieħed jipprova jfittex x'kien li wassal lil-leġislatur li jagħmel distinzjoni bejn l-eta' ta' meta maġistrat għandu jirtira u ta' meta mħallef għandu jirtira.", "Fil- fatt dak iż-żmien kien ġie stabilit li maġistrat għandu jirtira fl-eta' ta' 60 sena mentri mħallef għandu jirtira fl-eta' 65 sena.", "Sur President, għexna għal snin twal bis-sitwazzjoni fejn maġistrati li jkunu taw is-servizzi tagħhom fil-ġudikatura għal numru ta' snin, malli jagħlqu l-eta' ta' 60 sena, kienu obbligati jispiċċaw mill-kariga tagħhom ta' maġistrat.", "Din is-sitwazzjoni għadha titħaddem sal-lum 'il ġurnata.", "Din is-sitwazzjoni kienet qiegħda toħloq u għadha toħloq anomalija mhux biss stramba imma fl-opinjoni tiegħi, anke anomalija nġusta.", "L-anomalija hija marbuta mal-liġijiet ta' pajjiżna għal dak li għandu x'jaqsam mal- pensjonijiet.", "Għalissa se nwarrab il-bidliet li ressaqna quddiem dan il- parlament ftit tax-xhur ilu fejn għamilna r-riforma fis-sistema tal- pensjonijiet u li fiha, fost affarijiet oħra li pproponejna u approvajna f'dan l-parlament kien hemm iż-żieda ta' l-eta' tal-pensjoni li minn 61 sena titla' għal 65 sena.", "Imma ejjew naraw kif kienet l-istampa sa ftit taż- żmien ilu fil-liġijiet tal-pensjoni tagħna.", "Il-liġi tal-pensjoni tagħna kienet tgħid - u għadha tgħid hekk - li għal kategorija ta' nies f'pajjiżna, l-eta' ta' l-irtirar tagħhom tkun ta' 61 sena.", "Mela x'kien qiegħed jiġri fil-każ tal-maġistrati f'pajjiżna?", "Peress li maġistrat kien obbligat li jirtira mill-maġistratura fl-eta' 60 sena, kien qiegħed jispiċċa f'sitwazzjoni fejn għal sena sħiħa la jkun qiegħed jirċievi l-paga ta' maġistrat u lanqas il-pensjoni tiegħu, peress li jkun irid jagħlaq il-61 sena sabiex ikun jista' jirċievi l-pensjoni.", "Il- maġistrati għadhom sal-lum f'din is-sitwazzjoni fejn għal 12-il xahar ma jafux x'se jaqbdu jagħmlu.", "Ma jafux x'se jaqbdu jagħmlu għaliex maġistrat li jkun irtira mill-ġudikatura ta' 60 sena, l-ewwelnett sabiex jibqa' intitolat għal pensjoni sħiħa, irid ikompli jħallas il-bolla.", "Issa biex ikompli jħallas il-bolla, se jkollu jerġa' jibda jaħdem.", "Probabbilment il- maġistrat se jkollu jibda jaħdem ta' avukat u jħallas il-bolla ta' self employed għal perijodu ta' 12-il xahar ħalli hekk kif jagħlaq il-61 sena, ikun intitolat għal pensjoni sħiħa.", "Jista' ukoll jimpjega ruħu ma' xi ħadd u l-employer tiegħu jħallaslu l-bolla ħalli kif jagħlaq il-61 sena jkollu pensjoni sħiħa.", "Jew inkella jkollu jmur jirreġistra.", "Sur President, din hija s-sitwazzjoni li għad għandna sal-lum 'il ġurnata.", "Jekk dan l-abbozz ta' liġi ma ngħadduhx u nħallu l-affarijiet kif inhuma llum, se nħallu dawn l-affarijiet li issa ilhom għal snin twal jipperpetwaw fil-każ tal-maġistrati li jagħlqu s-60 sena.", "Issa biex tkompli tikkomplika din l-istampa kollha, għandna l-emendi li għamilna ftit tax-xhur ilu bir- riforma tal-pensjonijiet.", "Kif għedt aktar qabel, waħda mill-emendi kienet dik li fuq medda ta' snin, l-eta' ta' l-irtirar titla' minn 61 sena għal 65 sena u għalhekk is-sitwazzjoni tal-maġistrati ggravat ruħha aktar.", "Dan għaliex jekk aħna fil-każ tal-maġistrati se nibqgħu bir-regola li l-eta' ta' l-irtirar tkun dik ta' 60 sena, maġistrat se jkollu issa mhux iħallas il-bolla għal 12-il xahar, imma se jkollu jħallasha għal sitt snin sħaħ, mill-eta' ta' 60 sena sa l-eta' ta' 65 sena.", "Għalhekk il-maġistrat se jkollu jara x'se jagħmel f'dawk is-sitt snin ħalli jkun jista' jħallas il- bolla.", "Ovvjament din m'hijiex sitwazzjoni feliċi għall-maġistrati u lanqas huwa fl-interess tal-pajjiż li nħallu din is-sitwazzjoni kif inhi.", "Setgħet kienet sitwazzjoni li għexna biha sal-lum, pero' bl-eta' pensjonabbli li se titla' għal 65 sena, żgur li mhux se tkun iżjed aċċettabbli.", "Jekk inħalluha kif inhi, wisq nibża' li l-isforzi kollha li saru minn gvernijiet differenti sabiex jintgħażlu individwi ta' kredenzjali adegwati, ta' serjeta' u ta' professjonalita' fil-postijiet tal-ġudikatura, se jisfaxxaw fix-xejn.", "Diġa' konna qegħdin insibuha diffiċli sabiex insibu avukati ta' l-affari tagħhom li jabbandunaw il-professjoni tagħhom ħalli jilħqu maġistrati jew imħallfin.", "Issa se ssir aktar diffiċli għaliex dak li jkun se jibda jġib quddiem għajnejh li jekk se jaċċetta li jsir maġistrat, malli jagħlaq is-60 sena se jkollu jirtira bilfors u jrid jerġa' jmur lura għallprofessjoni ta' avukat ħalli jkun jista' iħallas il-bolla.", "Sur President, maġistrat li jkun wettaq id-doveri tiegħu b'kuxjenza u b'ġustizzja għal numru ta' snin, se jkollu jerġa' isib ruħu fil-kuriduri tal-qrati tagħna jipprattika l-professjoni ta' avukat.", "Din iġġib magħha komplikazzjonijiet u diffikultajiet fuq il-maġistrat, inkluż il- possibilita' li jkollu jħabbat wiċċu ma' nies li jkun iġġudikahom huwa stess jew inkella ma' każi li jkunu ġew għall-attenzjoni tiegħu.", "Fl- opinjoni tiegħi m'għandniex inħallu dan kollu jseħħ u għalhekk, bħala leġislaturi għandna d-dmir li nindirizzaw din id-diffikulta' u nsibu soluzzjoni għaliha.", "Kif diġa' għedt, is-soluzzjoni pprovajna nidentifikawha żmien ilu, meta f'Awissu ta' l-2003 ipproponejna li l-eta' ta' l-irtirar tal-maġistrati u anke ta' l-avukat ġenerali titla' minn 60 sena għal 65 sena.", "Id-deċiżjoni tagħna kienet dik li nġibuhom ekwivalenti għall-eta' ta' l-irtirar ta' l-imħallfin.", "Hawnhekk irrid ngħid li l-imħallfin qegħdin jissuġġerixxu lill-gvern sabiex jikkonsidraw li anke l-eta' ta' l-imħallfin tiżdied minn 65 sena.", "Madankollu dak il-pass ma ħadnihx imma ovvjament irrid nisma' u nanalizza ċerti affarijiet li seħħew f'pajjiżi barranin.", "Naf li hemm pajjiżi oħra fejn daħħlu sistemi fejn l-eta' ta' l-irtirar ta' l-imħallfin hija ta' 70 sena u anke ta' eta' iżjed avvanzata.", "Naturalment pajjiżna jrid jifhem li r-riżorsi umani f'dawn il-karigi huma limitati ħafna.", "F'Malta m'għandniex il-lussu li forsi għandhom pajjiżi oħra fil-firxa wiesgħa ta' għażliet għal dawn it-tip ta' karigi.", "Għalhekk naħseb li nista' nagħmel stqarrija kategorika li llum, li tirtira ta' 60, 61 jew 65 sena, tkun għadek f'kondizzjoni li tista' tikkontribwixxi ħafna iżjed lejn il-pajjiż.", "Irridu nistaqsu lilna nfusna jekk fis-seklu li qegħdin ngħixu fih, fejn l-eta' u s- saħħa tal-bniedem qiegħda dejjem titjieb, nistgħux nitilfu s-servizz ta' nies li għadhom validi minħabba li mponejna giljottina artifiċjali, li tiddikjara li bniedem fl-eta' ta' 61 sena jew ta' 65 sena, irid bilfors jirtira mill-post tax-xogħol tiegħu?!", "Dawn huma mistoqsijiet importanti li rridu nagħmlu u niddibattuhom.", "Jiena ngħid li dawn il-mistoqsijiet irridu niddiskutuhom b'moħħ miftuħ.", "Ma rridux ngħaġġlu fil-konklużjonijiet tagħna u rridu nieħdu l-affarijiet bl- analiżi u l-kawteli kollha li hemm bżonn għaliex il-ġudikatura, li qegħdin nitkellmu fuqha, hija pilastru fundamentali u ewlieni għas-saħħa tad- demokrazija ta' pajjiżna.", "Dan huwa pilastru li finalment irid iżomm il- ġustizzja bħala l-valur ewlieni li fuqu s-soċjeta' tagħna trid tkompli timxi 'l quddiem.", "Għaldaqstant irridu mmissu dawn l-affarijiet b'attenzjoni kbira.", "Irrid ngħid li jiena kburi bil-professjoni tiegħi, li hija dik legali.", "Din il-professjoni hija sabiħa ħafna u jiddispjaċini li minħabba l-politika kelli nabbandunaha.", "Naħseb li din hija waħda mill- aktar affarijiet li jiddispjaċini li kelli nagħmel, pero' li kelli nagħmel sabiex nipprova nagħti servizzi f'qasam ieħor.", "Naf kemm bħala avukat hija importanti l-ġudikatura u s-serjeta' tal-ġudikatura f'pajjiżna.", "Allura nirrikmanda lili nnifsi, qabel ma nirrikmandaha lil ħaddieħor, ċerta kawtela u attenzjoni sabiex ma nċaqalqux istituzzjoni li tant hija importanti.", "U jekk inħossu li wasal iż-żmien li nbiddlu u nċaqalqu dawn l- affarijiet, għandna nagħmluh biss wara li nkunu kkonsidrajna u poġġejna fil- miżien il-konsiderazzjonijiet kollha.", "Sur President, din il-proposta fuq li l-eta' ta' l-irtirar tal-maġistrati tiżdied minn 61 sena għal 65 sena kienet saret ukoll mill-assoċjazzjoni tal- ġudikatura, li dak iż-żmien kienet ippreseduta mill-Imħallef Joseph Filletti.", "Minħabba li l-gvern japprezza s-sensittivita' ta' dan kollu, għażel li ma jaqbadx u jippubblika d-deċiżjoni li ħa.", "Minkejja li d- deċiżjoni konna ħadniha fil-Kabinett, konna qbilna li nikkomunikaw ma' l- oppożizzjoni ħalli fuq xi ħaġa bħal din, li għandu jkollha l-kunsens tagħna lkoll, inkunu nafu x'inhi r-reazzjoni tagħha wkoll.", "Sfortunatament l-Viċi Prim Ministru li bħalissa qiegħed imsiefer fuq xogħol tal-gvern informani li l-oppożizzjoni qatt ma wieġbet għall-ittri bil-miktub li kien bagħtilha l-gvern ħalli nkunu nafu x'inhi l-pożizzjoni tagħha fuq dan il-punt partikolari.", "Sur President, il-ministeru ta' l-intern kien kiteb ittra fil-21 ta' Frar, 2005 lill-oppożizzjoni, pero' dawn baqgħu ma tawx ir-risposta tagħhom.", "Quddiemi għandi kopja ta' din l-ittra imma ma naħsibx li hemm għalfejn noqgħod inpoġġiha fuq il-mejda tal-Kamra.", "Madankollu nixtieq li l-kelliema min-naħa ta' l-oppożizzjoni jispjegaw daqxejn għalfejn baqgħu ma rrispondewx l-ittra li ktibna fi Frar ta' l-2005 u għal ittra oħra li konna ktibna fit-18 ta' Jannar, 2006.", "Din l-ittra kienet indirizzata lill- kelliem ewlieni ta' l-oppożizzjoni, l-Onor.", "Angelo Farrugia.", "Madankollu nerġa' ngħid li l-oppożizzjoni baqgħet ma weġbitx għal dak li konna qegħdin nissuġġerixxu aħna bħala gvern.", "Hawnhekk irrid nagħmel parenteżi żgħira għaliex meta jiġri hekk jiddispjaċini ftit.", "Ma rridx inkun polemikuż imma naħseb li l-gvern u l-oppożizzjoni għandhom jikkomunikaw bejniethom fuq dawn l-affarijiet, għaliex meta nagħmlu hekk, inkunu qegħdin nagħmlu l-ġid u mhux deni.", "Li we sound lill-oppożizzjoni fuq ċerti issues u li jkollna r- reazzjoni tagħhom f'mument meta l-oġġett ikun għadu ma ħariġx fil-pubbliku, ikun ifisser li l-affarijiet inkunu nistgħu nirranġawhom bejnietna.", "X'fiha li nirfinaw u ntejbu proposta li jkollna quddiemna?", "Jiena dejjem kont miftuħ għal dawn l-affarijiet u naħseb li ħadd m'hu qiegħed jipprova jpoġġi lil ħadd f'xi xkora.", "Hawnhekk qegħdin nipprovaw nagħmlu xi ħaġa għall-ġid ta' pajjiżna u ma naħsibx li hemm kontroversji politiċi li huma daqshekk fundamentali.", "Irrid ngħid ukoll li jiddispjaċini ħafna meta nikkomunikaw ma' l- oppożizzjoni u din tibqa' ma tagħtix il-feedback tagħha.", "Din ġrat kemm-il darba matul din il-leġislatura.", "Kemm-il darba kellna okkażjoni ta' inizjattivi importanti u li xtaqna r-reazzjonijiet ta' l-oppożizzjoni fuq dak li konna qegħdin nipproponu, imma l-oppożizzjoni għażlet li tibqa' siekta.", "Fost affarijiet oħra nsemmi xi ħaġa li kienet tiġri meta jiena kont ministru għall-politika soċjali.", "Fil-fatt meta konna għamilna l-white paper li temenda l-liġi tax-xogħol u konna pproponejna l-liġi ġdida tax- xogħol.", "Din kulħadd kien ikkontribwixxa għaliha.", "Kulħadd kien bgħatilna l- opinjoni tiegħu imma l-oppożizzjoni ma kienet kitbitilna assolutament xejn.", "Meta rsaqna quddiem il-parlament xorta waħda ħdimna tajjeb u ħdimna flimkien.", "Kien hemm ukoll proposti tajbin min-naħa ta' l-oppożizzjoni u li aħna aċċettajnihom.", "Niftakar li konna għamilna liġi tajba u kienet ġabet il-kunsens taż-żewġ naħat tal-Kamra.", "Madankollu li kieku kellna l- parteċipazzjoni ta' l-oppożizzjoni fl-istadju tal-white paper, konna nkunu naslu ħafna iżjed milli wasalna.", "L-istess ġralna meta kellna l-white paper u d-dokument li ppubblikajna wara l-white paper fuq ir-riforma tal-pensjonijiet.", "Hawnhekk ukoll bqajna mingħajr l-ebda reazzjoni min-naħa ta' l-oppożizzjoni.", "Nerġa' ngħid li ma kellna l-ebda ntenzjoni li ndaħħlu lil xi ħadd f'xi xkora jew f'xi problema politika, imma ridna biss nisimgħu kif kienet qiegħda taħsibha l- oppożizzjoni fuq dan is-suġġett.", "Riċentement kelli opportunita' tajba ħafna meta flimkien mal-kap ta' l-oppożizzjoni, indirizzajna l-konferenza ġenerali tal-Union Ħaddiema Magħqudin.", "Dakinhar il-kap ta' l-oppożizzjoni kien għamel diskors tajjeb u fid-diskors li għamilt warajh, kont għedt pubblikament li jkun tajjeb għal pajjiżna li nisimgħu lil xulxin.", "Jiena nħobb nisma' dak li tkun qiegħda tipproponi l-oppożizzjoni u fejn hemm suġġerimenti tajbin nagħmluhom u nwettquhom fejn ikun possibbli.", "Daqskemm għandna sitwazzjonijiet fejn irfinajna bejn xulxin proposti leġislattivi li finalment għamlu ġid lill-pajjiż!", "Żvijajt daqxejn fuq dan il-punt għaliex din kienet xi ħaġa li ġrat din id-darba wkoll.", "Illum kont nippreferi niġi hawnhekk b'moħħi mistrieħ dwar l-atteġġjament ta' l-oppożizzjoni.", "Xtaqt inkun naf jekk l-oppożizzjoni hijiex favur jew kontra dak li qegħdin nipproponu llum.", "Ejjew nassumu li l-oppożizzjoni ma taqbilx ma' dan l- abbozz ta' liġi, għalfejn għandna noħolqu sitwazzjoni fejn oġġett li se jmiss il-ġudikatura ta' pajjiżna, niġu hawnhekk b'żewġ pożizzjonijiet differenti?", "Mhux aħjar li niġu hawnhekk b'moħħna mistrieħ li t-tnejn naqblu fuq li għandna ngħaddu din il-liġi?", "S'issa jiena għandi mingħajr dan is-serħan tal-moħħ.", "Għalhekk qiegħed nagħmel dan l-appell u qiegħed nagħmlu b'sens kostruttiv u mhux b'xi nkejja.", "M'għandniex nibżgħu minn dawn it-tip ta' kuntatti bejnietna.", "Sur President, dan li se ngħid issa diġa' għedtu pubblikament u allura ma jien se nikxef l-ebda sigrieti.", "Kemm ili prim ministru kien hemm mumenti fejn kellna l-kariga ta' l-ombudsman li kienet vojta, kellna l-kariga tal- kummissarju elettorali li kienet vojta jew li nkella kienet waslet sabiex tiskadi u kellna l-kariga taċ-chairman tal-Public Broadcasting Authority li kienet vojta.", "Issa jiena u l-kap ta' l-oppożizzjoni ddiskutejna u tkellimna f'diversi okkażjonijiet sabiex nipprovaw insibu soluzzjonijiet aċċettabbli għaż-żewġ naħat fuq dawn il-karigi.", "Dan anke għaliex fil- kariga ta' l-ombudsman kien hemm bżonn il-kunsens ta' żewġ terzi tal- parlament, pero' kien hemm karigi oħra li ma kellhomx bżonn iż-żewġ terzi u xorta ħdimna flimkien.", "U l-poplu Malti kollu jaf li rnexxilna nsibu l- individwi meħtieġa sabiex jokkupaw dawn it-tliet karigi bi qbil bejn iż- żewġ naħat.", "Huwa minnu li domna ftit tax-xhur sakemm wasalna għal dan il- qbil u kien hemm perjodu li fih kellna din il-kariga vojta, pero' naħseb li dan kien prezz irħis x'inħallsu sabiex ikollna dan il-qbil fuq tliet karigi daqshekk sensittivi għal pajjiżna.", "Naturalment wasalna għal dan il-qbil għaliex it-tnejn li aħna konna kapaċi npoġġu bilqiegħda, u fil-kuntatt ta' bejnietna nsibu s-soluzzjonijiet li konna qegħdin infittxu.", "Minn hawnhekk irrid nirringrazzja lil kap ta' l- oppożizzjoni talli kien miegħi dakinhar.", "Aħna ħdimna mal-gruppi rispettivi tagħna u għalhekk kellna eżempji ċari ta' kif wieħed jista' jaħdem flimkien u jasal b'mod kostruttiv.", "Fl-imgħoddi kien ikollna kwestjonijiet kbar, bħal tal-kummissarju elettorali, li kienu jsiru boycotts fuqhom.", "Daqskemm għaddejn minn affarijiet, imma minħabba li kkomunikajna ma' xulxin, dejjem sibna s-soluzzjonijiet.", "Għalhekk nixtieq li f'din l-okkażżjoni nagħmlu l- istess ħalli naslu wkoll.", "Jiena mejjet biex nisma' x'inhi l-pożizzjoni ta' l-oppożizzjoni fuq il-parti li għandha x'taqsam mal-maġistrati.", "Dan għaliex nixtieq li nkunu qegħdin naqblu bejnietna għaliex din hija xi ħaġa li se tmiss il-ġudikatura u allura huwa importanti ħafna li jkun hemm il- qbil taż-żewġ naħat.", "Issa dan iġibni għat-tieni għan li nsibu f'dan l- abbozz ta' liġi, jiġifieri dak li jdaħħal fil-Kostituzzjoni tagħna l- istituzzjoni ta' l-ombudsman.", "Fl-1995 għaddejna abbozz ta' liġi li waqqaf għall-ewwel darba f'pajjiżna l-istituzzjoni ta' l-ombudsman.", "Dan ma kienx ġie mix-xejn imma kien ilu jsir il-proċess ta' studju f'pajjiżna mill-gvern immexxi mill-partit Nazzjonalista ħalli naraw kif se nwelldu din l- istituzzjoni ġdida.", "Sur President, dan kien kunċett kompletament ġdid għal pajjiżna, pero' aħna konna nafu li dan il-kunċett ħadem tajjeb f'pajjiżi barranin.", "Konna rajna mudelli differenti li kienu jeżistu f'pajjiżi oħra, fosthom dawk ta' l- Awstralja u tan-New Zealand.", "U din il-persuna li kellha tkun l-ewwel ombudsman tagħna, kif kien jixraqilha, ħadmet ħafna fuq din il-biċċa tax- xogħol.", "Din il-persuna ma kien ħadd ħlief is-Sur Joe Sammut.", "Niftakar li dak iż-żmien jiena kont nippresjedi lil din il-Kamra u kont insegwi b'mod oġġettiv dak li kien qiegħed jiġri fuq din il-biċċa tax-xogħol.", "Kont interessat ħafna li nara t-twelid ta' l-istituzzjoni ta' l-ombudsman li seħħet fl-1995.", "Ma rridux ninsew li matul dik is-sena kellna wkoll l- introduzzjoni tal-kumitati fi ħdan il-parlament.", "Xi kultant ninsewhom dawn l-affarijiet u għalhekk tajjeb li nitfakru kif kienu ġew introdotti dawn il-kumitati, bil-public accounts committee jkun ippresedut minn membru deputat ta' l-oppożizzjoni.", "Dawn l-affarijiet sirna neħduhom forgranted, pero' jiena ngħid li kienu dawn l-affarijiet kollha li biddlu radikalment lill-pajjiż u li mexxewh 'il quddiem.", "Kienu jfissru wkoll qabża ta' maturita' kbira.", "Fost l-affarijiet ta' tisħiħ ta' l- istituzzjoni parlamentari kien hemm ukoll għaddejjin żewġ inizjattivi oħra.", "Waħda kellha x'taqsam ma' l-awditur ġenerali mentri l-oħra kellha x'taqsam ma' l-uffiċċju ta' l-ombudsman.", "Nerġa' ngħid li s-Sur Joe Sammut ħadem ħafna sabiex jara kif kienu qegħdin jaħdmu s-sistemi ta' l-ombudsman f'pajjiżi barranin u sabiex jara kif jista' jaddottahom għal pajjiżna.", "Kien il-gvern Nazzjonalista mmexxi mill-Prim Ministru Eddie Fenech Adami li dak iż-żmien fassal mhux biss il-kunċett imma anke l-liġi li eventwalment tressqet quddiem dan il-parlament.", "U b'hekk rajna t-twelid ta' din l- istituzzjoni li kellha tieħu bħala l-ewwel persunaġġ li jaqbadha u jmexxiha fl-ewwel passi tagħha bħala tarbija, lis-Sur Joe Sammut.", "Kif għedt aktar qabel din l-istituzzjoni twieldet fl-1995 u bħal kull ħaġa oħra, kien hemm mumenti faċli u mumenti diffiċli.", "Kien hemm mumenti ta' kritika, mumenti ta' tisħiħ, kien hemm esperjenzi ta' dibattiti fil-parlament u kien hemm esperjenzi ta' rapporti fil-parlament li kienu rapporti ebsin, rapporti kritiċi u anke rapporti li jfaħħru.", "Kien hemm mumenti ta' analiżi li saru fil-kumitat dwar l-affarijiet tal-parlament għaliex l-ombudsman beda jirrapporta lill-kumitat dwar l-affarijiet tal-parlament.", "U f'dak il- kumitat beda jagħti rendikont ta' l-amministrazzjoni tiegħu, tan-nefqa tiegħu, tal-każi li kien qiegħed jittratta, tal-preċedenti li kien qiegħed jistabilixxi u tas-sistemi.", "Naturalment meta tħares lejn din l-istituzzjoni b'mod oġġettiv tibda tinduna li wellidna xi ħaġa tajba f'dan il-pajjiż.", "Issa stajt ikkritikajt u stajt faħħart ukoll.", "Naħseb li fejn kelli nfaħħar faħħart u fejn kelli nikkritika kkritikajt.", "Fl-opinjoni tiegħi dik hija parti mill-ħajja demokratika tagħna u kienet xi ħaġa tajba li għamilniha.", "Meta nħares lura nibda ngħid li lkoll flimkien konna kapaċi nwelldu din l-istituzzjoni, fejn il-mixja li bdiet bħala tarbija llum wasslitha f'istituzzjoni stabilita' u f'istituzzjoni li qiegħda taqdi funzjoni importanti.", "Fil-fatt iċ-ċittadini jirrikorru għaliha, għandhom fiduċja fiha u jsibu fiha s-soluzzjonijiet dwar jekk għandhomx raġun jew le f'każijiet li jkun hemm amministrazzjoni ħażina jew xi każ ta' allegat amministrazzjoni ħażina min-naħa tal-gvern.", "Mit-twelid ta' din l-istituzzjoni għadda ftit taż-żmien mhux ħażin u naħseb li kieku kellna niġbdu konklużjoni fuq it-track record tagħha, naħseb li b'mod unanimu naqblu li din l-istituzzjoni ta' l-ombudsman kienet waħda ta' suċċess.", "Min ħaddem din l-istituzzjoni ta servizz tajjeb lil pajjiżna.", "Min qiegħed iħaddimha llum qiegħed jagħti wkoll dan il-kontribut.", "Din l- istituzzjoni tat prova tagħha nnifisha u wrietna li kapaċi ssostni lilha nnifisha, li kapaċi tkun soda u serja fl-affarijiet tagħha, li tiflaħ għall- kritika u tirrispondi wkoll għall-kritika li ssirilha u li tibqa' istituzzjoni li timxi 'l quddiem u li għandha rwol mhux ta' l-imgħoddi imma tal-futur.", "Issa din hija t-tieni emenda li qegħdin inressqu permezz ta' dan l-abbozz ta' liġi li fih erba' artikoli b'kollox.", "Forsi l-aktar ħaġa li qiegħda tagħmel din l-emenda hija dik li tagħti futur garantit lil din l-istituzzjoni wara 11-il sena ta' esperjenza.", "Sur President, b'dak li qegħdin nipproponu bħala gvern permezz ta' din il- liġi qegħdin nagħmlu waħda mill-aktar dikjarazzjonijiet b'saħħithom li jista' jagħmel il-parlament favur istituzzjoni.", "Il-parlament Malti ma jistax ikun iktar kategoriku u b'saħħtu fl-atteġġjament tiegħu ħlief meta jgħid li din l-istituzzjoni tant hija tajba li minn issa 'l quddiem, sabiex tinbidel jew titneħħa, irid ikun hemm żewġ terzi tal-parlament li japprova l-proposta.", "Dikjarazzjoni iktar b'saħħitha minn din ma jistax ikollok.", "Dan il-parlament jista' jaqleb id-dinja ta' taħt fuq għaliex jista' jagħmel kollox.", "Hawnhekk nistgħu ngħaddu l-budget, nivvotaw il-miljuni u nbiddlu l- liġijiet għaliex għandna s-sovranita' mogħtija lilna mill-maġġoranza tal- poplu Malti.", "Issa din l-istess maġġoranza tal-poplu Malti, li hija rrappreżentata mid-deputati ta' din in-naħa tal-maġġoranza, qiegħda tipproponi li minn issa 'l quddiem, l-istituzzjoni ta' l-ombudsman ma tistax tinbidel bil-maġġoranza biss imma jrid ikun hemm iż-żewġ terzi ta' dan il-parlament.", "Issa b'mod loġiku wieħed jifhem li żewġ terzi jfisser iż- żewġ naħat tal-Kamra, u dan li qegħdin ngħidu hawnhekk.", "F'dan l-abbozz ta' liġi qegħdin nagħmlu stqarrija mill-aktar ċara u din qegħdin nagħmluha mingħajr l-ebda diffikulta'.", "Din hija stqarrija ta' apprezzament u ta' fiduċja f'din l-istituzzjoni.", "Hija wkoll stqarrija ta' persważjoni u konvinzjoni li din l-istituzzjoni għamlet il-ġid u se tkompli tagħmel il- ġid għal pajjiżna.", "Sur President, jien illum ma rridx nisma' lil min jargumenta li aħna konna kkritikajna lil din l-istituzzjoni.", "Ovvjament min irid jitkellem b'dan il- mod jista' jagħmlu u naċċettah, għaliex dik hija wkoll parti mil-logħba politika, imma ejjew nitkellmu bis-sustanza.", "Naħseb li l-messaġġ tagħna joħroġ aktar b'saħħtu għaliex ġej proprju minn din in-naħa tal-Kamra, li kellha mumenti fejn faħħret lil din l-istituzzjoni daqskemm kellha l- mumenti fejn ikkritikat.", "Minkejja l-kuntest ta' kritika li stajna għamilna fl-imgħoddi, xorta nemmnu bil-qawwa kollha li din hija istituzzjoni li pajjiżna għandu bżonn mhux biss jirrikonoxxiha imma wkoll jissodaha b'tali mod u manjiera li jdaħħal din l-emenda fil-kostituzzjoni tagħna.", "Issa anke fuq din il-kwestjoni konna tlabna r-reazzjoni ta' l-oppożizzjoni imma sfortunatament ma rċevejna l-ebda reazzjoni min-naħa tagħhom.", "Ma ninsewx li din din hija sitwazzjoni aktar importanti għaliex għandha bżonn taż-żewġ terzi tal-Kamra sabiex ngħadduha.", "L-abbozz ta' liġi qiegħed jipproponi li jemenda l-artikolu 66 tal- Kostituzzjoni tagħna.", "Dan l-artikolu 66 huwa l-pern tal-Kostituzzjoni kollha għaliex qiegħed jispjega x'tista' tbiddel fil-Kostituzzjoni tagħna b'maġġoranza sempliċi u x'tista' tbiddel fil-Kostituzzjoni tagħna biż-żewġ terzi tal-Kamra.", "Mela l-artikolu 2 ta' dan l-abbozz ta' liġi qiegħed jipproponi li jidħol paragrafu ġdid fil-Kostituzzjoni, fejn qegħdin insemmu l-istituzzjoni ta' l-ombudsman.", "Dan l-artikolu l-ġdid se jkun innumerat bħala l-artikolu 64(A).", "Mela hawnhekk qegħdin nintroduċu żewġ paragrafi ġodda fil-Kostituzzjoni li huma taħt l-artikolu 64(A), intitolat \"Kariga ta' Ombudsman\".", "Imbagħad qegħdin naqbdu artikolu 66 tal-Kostituzzjoni, li fih hemm miktub x'nistgħu nbiddlu mill-Kostituzzjoni bis-saħħa taż-żewġ terzi, u fih qegħdin indaħħlu l-artikolu 64(A).", "Mela aħna qegħdin ngħidu li dan l-artikolu l-ġdid għandu jkun wieħed minn dawk il-ftit artikoli tal-Kostituzzjoni tagħna li sabiex jinbidlu jew jitneħħew, irid ikun hemm l-approvazzjoni ta' żewġ terzi tal-Kamra.", "Hawnhekk irrid ngħid ukoll li meta ppubblikajna l-abbozz ta' liġi li qegħdin nikkonsidraw illum, kien hemm ukoll ir-reazzjonijiet ta' l- ombudsman innifsu li llum huwa l-imħallef Said Pullicino.", "L-ombudsman Said Pullicino ħareġ stqarrija fis-6 ta' Settembru, 2006 li fiha qal li huwa laqa' bil-ferħ il-ħsieb tal-gvern li jdaħħal il-kariga ta' l-ombudsman fil- Kostituzzjoni tal-pajjiż.", "Ftit wara, matul din is-sena, ġie ppreżentat, bħalma jiġri kull sena, il-pjan ta' ħidma tiegħu, dak li aħna ngħidulu l- ombudsplan għas-sena 2007.", "F'dak il-pjan l-ombudsman kiteb hekk:", "\"U f'dan il-kontest li l-ombudsman jilqa' b'sodisfazzjon il- pubblikazzjoni ta' l-abbozz ta' liġi sabiex l-uffiċċju jiġi entrenched fil-kostituzzjoni ta' Malta bħala xhieda ta' l-impenn tal-gvern li jħares id-dritt taċ-ċittadini għall-amministrazzjoni tajba.\"", "Sur President, qiegħed nislet dan il-ħsieb ta' l-ombudsman għaliex huwa l- ispirtu li qiegħed jimmotiva lill-gvern li jagħmel din l-emenda.", "Huwa minnu li fl-entrenchment, fil-konsolidazzjoni u fit-tisħiħ ta' l-istituzzjoni ta' l-ombudsman fil-Kostituzzjoni tagħna, se nkunu qegħdin inħarsu d-drittijiet taċ-ċittadini għal amministrazzjoni tajba.", "Il-gvern qiegħed jaqbel li ċ- ċittadini Maltin u Għawdxin, jekk iħossuhom li ġew ittrattati ħażin mill- gvern tal-ġurnata, ikollhom istituzzjoni li jistgħu jirrikorru għaliha.", "Din l-istituzzjoni hija waħda indipendenti mill-gvern u ma tiddependix mill- kuntentizza tal-gvern tal-ġurnata.", "Fil-fatt l-ombudsman ma jirrapportax lill-gvern imma jirrapporta lil dan il-parlament.", "Għalhekk iċ-ċittadini għandu jkollhom il-fiduċja sħiħa għaliex l-ilmenti li jressqu quddiem l- ombudsman se jiġu analizzati kif suppost.", "Nixtieq infakkar lill-Kamra li l-abbozz ta' liġi ġie formalment ippubblikat fil-gazzetta tal-gvern fis-6 ta' Ottubru, 2006.", "F'ittra li l-ombudsman kiteb fis-27 ta' Diċembru, 2006 ippropona xi ħaġa differenti.", "Din kienet emenda għal dak li qegħdin nipproponu f'dan l-abbozz ta' liġi.", "F'din l- ittra l-ombudsman kiteb hekk:", "\"The proposed amendment entrenching the office is preceded by another clause that recognises the right of every individual to good administration.\"", "Fl-ittra tiegħu l-ombudsman qal li huwa tajjeb ħafna li se ndaħħlu l- artikolu 64(A) fil-Kostituzzjoni tagħna, liema artikolu jistabilixxi l- kariga ta' l-ombudsman, u li biex tinbidel dik il-klawsola trid tkun entrenched biż-żewġ terzi tal-Kamra.", "L-ombudsman qal ukoll li jmissna ndaħħlu klawsola oħra qabel dan l-artiklu u li fiha nistabilixxu l-fatt li l-individwu għandu d-dritt għall-amministrazzjoni tajba.", "Fil-fatt il-kliem preċiżi tiegħu kienu dawn; \"the right of every individual to good administration.\"", "Fid-dibattitu dwar l-ombudsplan għas-sena 2007, quddiem il-kumitat dwar ix- xogħol tal-Kamra, liema seduta saret fis-17 ta' Jannar li għadda, l- ombudsman ġie mistoqsi sabiex jiċċara dak li kien qiegħed jipproponi.", "Dan il-punt tqajjem fil-preżenza tal-viċi prim ministru u fil-preżenza ta' xi rappreżentanti min-naħa ta' l-oppożizzjoni.", "Jekk m'iniex sejjer żball kien hemm preżenti l-Onor.", "Charles Mangion.", "Għal din il-mistoqsija l-ombudsman qalilna hekk;", "\"Dan id-dritt ġdid ta' l-individwu għandu jiġi nkluż biss f'kapitolu 2 tal-Kostituzzjoni, ċioe' dak il-kapitolu tal-Kostituzzjoni li jsemmi fih biss id-drittijiet li ma jistgħux jiġu nforzati fil-qorti.\"", "Sur President, għall-avukati din il-frażi tinftiehem, pero' min ma jifhimx f'dawn l-affarijiet mhux se jifhem x'aħna ngħidu.", "Il-Kostituzzjoni fiha kapitoli differenti u nsibu kapitolu minnhom li jniżżel numru ta' dikjarazzjonijiet li huma importanti ħafna imma li ma tistax tinforzahom fil-qorti.", "Dawn huma prinċipji li jiggwidawk u fis-sentenzi tagħha, il- qorti teħodhom in konsiderazzjoni u tiżinhom bħala linja ta' gwida.", "Madankollu m'humiex enforceable u ma tistax tinforzahom f'qorti.", "L- ombudsman kompla jgħid hekk:", "\"...iżda l-prinċipji li hemm fihom huma b'danakollu fundamentali għall- iggvernar tal-pajjiż u jkun l-iskop ta' l-istat li japplika dawn il- prinċipji fl-għemil tal-liġijiet.\".", "Dan huwa l-kliem ta' l-ombudsman, jiġifieri qiegħed jikkonferma dak li qiegħed nipprova nispjega fid-diskors tiegħi.", "Nerġa' ngħid li dan huwa kapitolu tal-Kostituzzjoni tagħna li fih hemm lista ta' drittijiet li ma tistax tinforzahom bil-liġi.", "Madankollu huma gwida importanti għall- kwalita' ta' demokrazija li jrid ikollna f'pajjiżna u kwalita' ta' ħajja li nixtiequ ngħixu f'pajjiżna.", "Hawnhekk nasal biex nikkonkludi l-intervent tiegħi fuq l-introduzzjoni ta' dan l-abbozz ta' liġi.", "Min-naħa tiegħi ninstab dispost li nisma' r-reazzjoni ta' l-oppożizzjoni fuq dan is- suġġeriment ukoll.", "Dan is-suġġeriment m'huwiex inkorporat fl-abbozz ta' liġi għaliex wasal għall-attenzjoni tagħna wara li konna diġa' ippubblikajnih.", "Jiena dispost li nikkonsidrah qabel ma niddeċiedu fuq jekk għandniex nagħmluha u nixtieq nisma' wkoll ir-reazzjoni ta' l-oppożizzjoni fuq dan is-suġġeriment.", "Jekk naraw reazzjoni pożittiva min-naħa ta' l-oppożizzjoni, nikkonsidraw li fl-istadju ta' kumitat inressqu emenda approprjata ħalli ndaħħlu dan l- artikolu fil-kapitolu 2 tal-Kostituzzjoni tagħna.", "Nerġa' ngħid li dan huwa abbozz ta' liġi importanti ħafna avolja jidher li huwa inokwu.", "Huwa abbozz ta' liġi li fih biss erba' artikoli u tista' taħrablek l-importanza tiegħu.", "Madankollu bħala leġislaturi nafu li mhux it-tul ta' paġni jew in-numru twil ta' artikoli li jgħodd imma s-sustanza ta' dak li qiegħed jiġi propost.", "Dak li qegħdin nipproponu f'dan l-abbozz ta' liġi huwa f'ċertu sens storiku għaliex qegħdin nieħdu istituzzjoni stabilita f'pajjiżna f'livell ieħor, f'livell ta' maturita' politika li huwa frott ta' maturita' politika mibnija matul is-snin li għaddew.", "Sur President, nagħlaq billi ngħid li dan huwa sinjal ta' progress f'pajjiżna u sinjal ta' maturita' politika.", "Għalhekk aħna kburin li qiegħed ikollna dan il-privileġġ li nressqu dan l-abbozz ta' liġi għall- konsiderazzjoni tal-Kamra.", "Ma rridux ninsew ukoll li miegħu daħħalna wkoll il-punt li semmejt fil-bidu tad-diskors tiegħi, jiġifieri l-kwestjoni ta' l- irtirar tal-maġistrati.", "Dan ukoll huwa punt importanti għaliex kif diġa' għedt, qiegħed imiss il-ġudikatura li hija waħda mill-pilastri importantissimi fit-tisħiħ tad-demokrazija tagħna.", "Min-naħa tiegħi se nsegwi b'attenzjoni kbira dan id-dibattitu ħalli mbagħad fl-għeluq tiegħu, inkunu nistgħu niġbdu l-konklużjonijiet tagħna u b'hekk, dan l-abbozz ta' liġi nkunu nistgħu mmexxuh 'il quddiem għall-istadji li jmiss.", "Nirringrazzjak.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Anġlu Farrugia.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Sur President, meta dan l-abbozz ta' liġi ġie ppreżentat lill-oppożizzjoni, kien fih emendi oħra minbarra dawk li għandna quddiemna llum.", "Issa biex inkun ġust mal-fatti kif seħħew irrid ngħid dak li ġara meta kitibli l-Onor.", "Tonio Borg fit-18 ta' Jannar, 2006.", "Il-prim ministru qalilna li aħna bqajna ma tajniex risposta pero' l-fatti ma kenux hekk.", "Meta jiena nirċievi xi ittra mingħand xi ministru, li f'dan il-każ kienet mingħand il-piċi prim ministru, ix-xogħol tiegħi bħala parlamentari min-naħa ta' l-oppożizzjoni, huwa dak li mmur niddiskutiha mal-grupp parlamentari.", "Hekk isir normalment u dak kien li għamilna aħna bħala oppożizzjoni.", "Issa l-prim ministru esprima l-opinjoni tiegħu li bħala oppożizzjoni kellna l-obbligu li nirrispondu lura għal dik l-ittra.", "Issa jien m'għandi l-ebda obbligu ħlief li wara li nkunu ħadna d-deċiżjoni tagħna bħala grupp parlamentari, niġi hawnhekk u ngħid x'inhuma l-ħsebijiet tagħna fid-dibattitu stess.", "Dan għaliex kull meta jkollok dibattitu fil- parlament, inti trid tagħti l-wisa' għal dibattitu ħieles ħalli kemm jista' jkun, ikollna dibattitu kostruttiv u mhux ikollna dibattitu li jkun akkademikament orjentat.", "Wara kollox m'għandux ikollna constraints fuq dak li rridu ngħidu.", "Issa aktar 'il quddiem nispjega dak li qiegħed ngħid, l- aktar fuq il-kwestjoni ta' l-ombudsman pero' għalissa se nibda niddiskuti l- punt tal-ġudikatura.", "Sur President, fuq il-ġudikatura aħna dejjem emminna li hija xi ħaġa ħażina li jkun hemm il-perception li maġistrat huwa differenti minn imħallef.", "Mela mħallef għandu d-dritt li jibqa' jaħdem sa 65 sena mentri maġistrat għandu jirtira ta' 60 sena.", "Maġistrat huwa mħallef sa ċertu ġurisdizzjoni u mħallef għandu ġurisdizzjoni aktar għolja minn dik ta' maġistrat.", "Dik il- perception kienet qiegħda tweġġa' lill-istess membri tal-ġudikatura.", "Naħseb li għamel sew l-Imħallef Filletti meta kiteb li hemm anomalija bejn imħallef u maġistrat li trid tiġi regolata.", "Issa kien hemm uħud mill- maġistrati li ma xtaqux jibqgħu jaħdmu sa 65 sena, pero' ħalli ngħid mill- ewwel li bħala oppożizzjoni naqblu li l-eta' pensjonabbli tal-maġistrati titla' għal 65 sena.", "Naħseb li għandha titħalla fil-liberta' tal-maġistrat sabiex ikun hu li jiddeċiedi jekk iridx jirtira qabel jew le.", "Sur President, irrid ngħid ukoll li l-prim ministru ma kienx korrett meta qal li min jirtira ta' 60 sena, bil-liġi l-ġdida se jkollu jħallas il-bolla sa 65 sena.", "Dan għaliex il-liġi l-ġdida ma tgħoddx għal kulħadd.", "(Interruzzjonijiet) Aħna qegħdin nitkellmu fuq dawk li rtiraw issa.", "Issa l-liġi li qegħdin nagħmlu llum ma tapplikax għal dawk li sfortunatament they missed the bus.", "(Interruzzjonijiet) Li rrid ngħid huwa li d- distinzjoni diġa' hija kerha, u għalhekk qegħdin nagħmlu sew - u naqblu magħha - li ntellgħu l-eta' pensjonabbli għal 65 sena.", "L-oppożizzjoni qiegħda taqbel mal-gvern mhux għaliex naqblu ma' l-eta' pensjonabbli ta' 65 sena, imma għaliex naqblu li huwa tajjeb li ġudikant li jkun għadu f'saħħtu u jkollu l-eta' ta' 60 sena, jibqa' jaħdem fil-kariga tiegħu.", "Ovvjament jekk timrad m'hemmx x'tagħmel.", "Kif nafu fil-ħajja filli tkun f'saħħtek u filli timrad jew jiġrilek xi ħaġa u ma tibqax aktar f'saħħtek.", "Imma hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq dawk li jibqgħu f'saħħithom u li jkunu jifilħu dik il-workload li jkollhom quddiemhom.", "Niftakar li l-Maġistrat Dennis Montebello kien kiteb ittra lill-prim ministru – għandi kopja ta' l- ittra tiegħu - fejn fiha wrieh ix-xewqa tiegħu li jibqa' jaħdem ta' maġistrat.", "Il-Maġistrat Montebello kien qiegħed jistenna li b'xi mod jew ieħor, jiġi maħtur bħala an acting magistrate.", "Niftakar fi żmenijiet fejn maġistrati bħall-avukat anzjan Ciappara u l- avukat anzjan Stafrace għamlu perijodu ta' acting magistrates.", "U bħalhom kien hemm oħrajn.", "Dawn huma nies ta' esperjenza enormi.", "Ovvjament jien m'iniex se noqgħod nagħmel l-eloġji fuq il-Maġistrat Montebello jew fuq persuni oħra, pero' kif nafu, dan kien wieħed mill-aħjar maġistrati li kellna fuq il-bank tal-ġudikatura tal-maġistrati.", "Il-Maġistrat Montebello kien wieħed mill-aħjar maġistrati l-aktar f'dak li għandu x'jaqsam mal- clearance rate, mal-mod ta' kif kien imexxi l-awla u mal-mod ta' kif kien jiddeċiedi.", "Kien ukoll maħbub minn kulħadd.", "Hija ħasra li ma laħaqx din l- emenda li qegħdin inressqu llum quddiem din il-Kamra, pero' il-gvern għandu wkoll il-workload tiegħu.", "Ovvjament m'iniex qiegħed ngħid li din il-liġi kien imissna ressaqniha qabel għaliex naf li l-gvern ikollu l-workload tiegħu pero' hawnhekk nerġa' ngħid li hekk kif aħna, bħala oppożizzjoni, irċevejna dan l-abbozz ta' liġi, iddiskutejnih fid-dettall u qbilna mill- ewwel ma' din l-emenda li se tgħolli l-eta' pensjonabbli ta' maġistrat għal 65 sena.", "Sur President, naf ukoll min huwa ta' l-idea li ntellgħu din l-eta' minn 65 sena għal 70 sena.", "Fuq din it-tema tista' titkellem ħafna għaliex hemm ħafna xi tgħid.", "It-tradizzjoni fil-qrati Ewropej donnha dejjem kienet dik li l-eta' fil-maġistratura tkun waħda aktar anzjana.", "Per eżempju, wieħed mill-imħallfin li baqa' jaħdem sa l-eta' ta' 89 sena kien Lord Denning.", "Fl- Ingilterra kellhom dik it-tradizzjoni, fejn f'ċertu kampijiet tal- ġudikatura, speċjalment fl-appelli, ikollhom dawn l-imħallfin ta' ċerta anzjanita'.", "Kif qiegħed insemmi l-Ingilterra, qiegħed jiġini isem ieħor interessanti ta' Malti, li huwa mħallef Ingliż.", "Dan huwa l-Imħallef Judge li għandu l-parentela ma' Micallef Judge hawn Malta.", "Dan huwa wieħed mill- aqwa imħallfin fl-Ingilterra u qiegħed in line sabiex ikun wieħed mit-top judges fl-Ingilterra.", "Wieħed jawgura li nsalvaw dak li nistgħu nipproteġu anke mill-eta' ta' 60 sena għal 65 sena.", "Il-prim ministru semma' punt importanti ħafna u naħseb li għandna narawh ukoll.", "Hawn Malta daħlet id- drawwa – li hija ħażina - li dawk li jkollhom ċerta anzjanita' fil- professjoni tagħhom, joqogħdu lura milli jmorru għall-maġistratura.", "B'hekk qiegħed ikun hemm maġistrati li huma ta' ċerta eta' mhux żgħira imma żgur li jistgħu jitqiesu bħala junior.", "Avukat li ma jkunx ilu jipprattika l- professjoni tiegħu għal aktar minn 12-il sena u jsib ruħu bħala maġistrat, se jkollu inqas esperjenza minn ħaddieħor li jkun ilu f'dan il-qasam għal tant snin.", "Hawnhekk mhux qed ngħid li m'huwiex kompetenti, imma kemm huwa aħjar, anke għall-ġudikatura stess, li jkollok maġistrati u mħallfin li jkollhom ċerta anzjanita' fix-xogħol tagħhom u li jkollhom esperjenza vasta qabel ma jitilgħu f'dak il-livell ta' mħallef jew ta' maġistrat.", "Meta inti qiegħed televa mħallef fl-eta' ta' 50 sena jew fl-eta' ta' 54 sena, jekk se tħallih maġistrat sa 60 sena, se tieħu sitt snin xogħol mingħandu, meta dan jista' jagħtik ħafna aktar minħabba l-esperjenza li jkun kiseb fix-xogħol tiegħu.", "Għaldaqstant fuq dan il-punt naqblu li l-eta' pensjonabbli tal-maġistrati għandha titla' sa 65 sena.", "Din l-eta' għandha titla' ukoll għall-fatt li m'għandux ikun hemm diskriminazzjoni bejn imħallef u maġistrat.", "L-ewwel semmejt lill-Maġistrat Dennis Montebello bħala maġistrat li spiċċa mill- kariga tiegħu, imma rrid insemmi wkoll lill-Maġistrat Joe Cassar, li għal ftit ġimgħat tilef din l-okkażżjoni wkoll.", "Għalhekk, bħalma qalilna l- prim ministru, dan spiċċa mingħajr l-ebda ntrojtu u jkollu jibqa' jħallas il-bolla minħabba l-pensjoni.", "Issa qaluli l-Dr.", "Joe Cassar applika ħalli jieħu l-unemployment benefit.", "Mela dan spiċċa tilef the bus bi ftit ġimgħat minħabba li l-gvern ma kellux iċ-ċans li jressaq qabel dan l-abbozz ta' liġi.", "Hawnhekk xtaqt ngħid xi ħaġa fuq il-punt li qajjem il-prim ministru fir- rigward tar-riforma fil-pensjonijiet.", "Ma naħsibx li huwa korrett li ngħidu li qegħdin inżidu l-eta' pensjonabbli ta' maġistrat minn 60 sena għal 65 sena minħabba r-riformi li għamilna fil-pensjonijiet.", "Ħalli nispjega għalfejn qiegħed ngħid hekk.", "Meta l-eta' pensjonabbli ta' imħallef telgħet għal 65 sena ma kien hemm l-ebda riforma fil-pensjonijiet.", "U meta bħala oppożizzjoni ddiskutejna din il-kwestjoni, għamilna sew li ma naqblux li din għandha titla' minn 60 sena għal 65 minħabba r-riforma tal- pensjonijiet, imma naqblu li għandha titla' minħabba l-fatt li qatt ma kellux ikun hemm diskriminazzjoni bejn l-istess membri tal-ġudikatura f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-eta' pensjonabbli.", "Ovvjament persuna għandha tiġi rispettata jekk din tagħżel li tirtira ta' 61, bħalma għandu d-dritt maġistrat li jiddeċiedi li ma jibqax jaħdem sa 65 sena imma li jieqaf qabel.", "Hawnhekk insemmi wieħed mill-anzjani, Apap Bologna, li ddeċieda li m'għandux jibqa' jaħdem sa 65 imma li għandu jieqaf ta' 61 sena.", "Dan għandu jkollu d-dritt, bħalma għandu kulħadd, li jagħżel li jirtira ta' 61 sena.", "Għalhekk ma noqgħodux ngħidu li din l-emenda qegħdin nagħmluha minħabba r-riforma fil-pensjonijiet.", "Aħna bħala oppożizzjoni qegħdin nagħmluha ċara li qegħdin naqblu li l-eta' pensjonabbli għandha titla' minn 60 sena għal 65 sena ħalli tiġi fl-istess livelli ta' mħallef u anke fil- livelli ta' avukat ġenerali, li dan ta' l-aħħar il-prim ministru ma semmihx fid-diskors tiegħu.", "Il-livell ta' avukat ġenerali huwa prattikament daqs dak ta' imħallef u allura hu wkoll għandu jkollu dik l-eta' pensjonabbli.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Prim Ministru, bil-permess ta' l-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sur President, l-ewwelnett l-avukat ġenerali semmejtu fid-diskors tiegħi.", "Xtaqt niċċara ftit l-eta' pensjonabbli li beda jirriferi għaliha l-Onor.", "Farrugia.", "Ħalli nerġa' nispjegaha fil-qosor għaliex milli jidher ir-raison d'etre' bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra huwa differenti.", "L-Onor.", "Farrugia qiegħed jgħid li bħala oppożizzjoni jaqblu li minn l-eta' ta' 60 sena titla' għal 65 sena għaliex m'għandux ikun hemm distinzjoni bejn imħallef u maġistrat.", "L-ispirtu tagħna u r-raġuni tagħna m'hijiex ibbażata fuq dak il-prinċipju imma hija bbażata fuq xi ħaġa differenti.", "Illum kif inhi l-liġi, maġistrat irid jirtira ta' 60 sena u mbagħad jibda jieħu l-pensjoni ta' 61 sena.", "Mela għandu 12-il xahar li fihom ma jafx x'se jaqbad jagħmel.", "Din hija l-pożizzjoni fil-preżent.", "Issa bir-riformi li għamilna fil-pensjonijet, l-eta' tal-pensjoni telgħet minn 61 sena għal 65 sena.", "Mela minn issa 'l quddiem, irridu jew ma rridux, dawn il-povri maġistrati se jkollhom jirriżenjaw ta' 60 sena mill- kariga tagħhom u minflok se jkollhom sena li fiha ma jafux x'se jaqbdu jagħmlu, issa se jkollhom sitt snin!", "Jiena spjegajt kif l-anomalija li kellna fis-sistema tagħna issa aggravat ruħha għaliex is-sistema li kellna sal-lum kienet tfisser li maġistrat, meta jispiċċa bl-eta', għandu sena li fiha jrid jibqa' iħallas il-bolla għaliex inkella ma jkunx jista' jieħu l-pensjoni sħiħa.", "Bir-riforma li għamilna fil-pensjonijiet, din l-anomalija kibret u mmultiplikat ruħha b'ħames darbiet.", "U din hija r-raġuni għalfejn għandna bżonn nindirizzaw din il-problema llum għaliex hija akbar minn dik li kienet sa ftit taż- żmien ilu.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia jista' ikompli bid-diskors tiegħu.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Sur President, jiena smajt l-ispjegazzjoni li għadu kif tana l-prim ministru, imma xorta waħda ma naqbilx miegħu.", "L-Onor.", "Gonzi qiegħed jgħidilna dak li jrid jifhem hu.", "L-argument tiegħu huwa ċar.", "Li kieku ma saritx ir-riforma fil-pensjonijiet, l-eta' pensjonabbli ta' imħallef diġa' kienet ta' 65 sena, mentri dik ta' maġistrat kienet ta' 60 sena.", "Mela allura maġistrat huwa żvantaġġjat jekk kemm-il darba jrid jibqa' jaħdem sa l-eta' pensjonabbli ta' 65 sena.", "Dak huwa l-argument kollu.", "Issa kif se jaqa' fit-tabella u jekk għandux dritt li jieħu l- pensjoni sħiħa, naħseb li hija kwestjoni oħra.", "Dan għaliex mhux kull maġistrat li rtira jaqa' f'dik il-bracket.", "Jien li llum għandi 51 sena, skond ir-riforma l-ġdida tal-pensjonijiet, se jkolli nirtira ta' 62 sena.", "Allura b'liema argument qiegħed tgħid li min se jispiċċa ta' 60 sena, irid jistenna sa 65 sena qabel ma jieħu l-pensjoni?", "(Interruzzjonijiet) Imma dak huwa l-argument kollu.", "Inti jista' ikollok maġistrati li bħali se jkollhom jirtiraw ta' 62 sena imma jistgħu jibqgħu jaħdmu sa 65 sena.", "Jien qiegħed nifhem li dawn jistgħu jagħżlu li jispiċċaw qabel is-65 sena u xorta jkunu ntitolati għall-pensjoni.", "(Interruzzjonijiet) Għalkemm maġistrat se ngħollulu l-eta' pensjonabbli minn 60 sena għal 65 sena, jekk dan irid jirtira ta' 62 sena jista' jirtira u jieħu l-pensjoni ta' 62 għaliex ikun baqa' jaħdem sa l-aħħar.", "Jien qiegħed ngħid għal dawk li għandhom l-eta' tiegħi.", "Issa mbagħad il-maġistrati li għadhom żgħar, bħalma huwa Tony Ellul, se jkollhom jibqgħu jaħdmu sa l-eta' ta' 65 sena.", "Dak huwa l-argument tiegħi.", "Aħna qegħdin ngħidu li l-oppożizzjoni hija ċara ħafna fuq din.", "Aħna se nivvotaw favur din l-emenda għaliex nemmnu li m'għandux ikun hemm distinzjoni bejn imħallef u maġistrat fuq l-eta' pensjonabbli.", "Dik hija l-pożizzjoni tagħna u l-istess ħaġa tapplika għall- avukat ġenerali.", "Sur President, jien nifhem il-ħsieb tal-prim ministru li jista' ikun hemm min jixtieq li jibqa' jaħdem wara l-65 sena u probabbilment, dak li jkun, ikun jista' jibqa' jagħti kontribut lis-soċjeta' tagħna.", "Nifhem ukoll li hawn imħallfin li jippresjedu ħafna bordijiet jew awtoritajiet.", "Għalhekk inħeġġeġ lil dawk li diġa' rtiraw minħabba li bl-eta' tagħhom ma laħqux din l-emenda, bħall-maġistrati Dennis Montebello u Joe Cassar, li jerġgħu jingħataw xogħol ta' xi ħaġa.", "Dawn in-nies jinsabu ma jagħmlu xejn wara snin twal ta' esperjenza fil-qasam ċivili u fil-qasam tal-bordijiet, bħalma kellu l-Maġistrat Cassar.", "Jien hawnhekk qiegħed inwassal l-uġiegħ ta' ħafna persuni.", "Fil-bidu tad-diskors tiegħi spjegajt għalfejn meta rċevejna l-ittra mingħand il-viċi prim ministru ma rrispondejniex lura pero' kemm hija aktar kerha li jkollok sentenzi mill-ġudikatura li l-gvern jibqa' jinjorahom?!", "Hawnhekk qiegħed nirriferi għall-gvern ta' Gonzi u għall- gvern ta' Fenech Adami.", "Kemm hija aktar kerha li jkollok deċiżjonijiet fil- konfront ta' nies Maltin li tkun saret xi nġustizzja magħhom u dawn id- deċiżjonijiet jiġu njorati mill-gvern?", "Naħseb li din hija aktar kerha mill- ittra li bgħatilna l-viċi prim ministru u ma rrispondejnihiex.", "Jien m'iniex qiegħed nitkellem fuq retorika imma qiegħed nitkellem fuq il-fatti.", "U allura jekk hawn min irid jimxi bis-serjeta' f'dan il-pajjiż, għandu jara li jimxi bis-serjeta' f'kollox.", "Issa ħalli niġi għall-kwestjoni ta' l- ombudsman.", "Sur President, ħalli ngħid il-fatti kif inhuma fir-realta'.", "L-ewwel darba li ssemmiet il-kelma \"ombudsman\" f'Malta kien proprju mill-partit Laburista.", "Jien niftakar li meta kont għadni żgħir, fil-kampanja ta' l- 1976, il-partit Laburista, dak iż-żmien kien ħareġ bl-idea li l-pajjiż għandu jikkonsidra li jkollu ombudsman.", "Kienet xi ħaġa sabiħa li din l- idea żviluppat u tajjeb ukoll li kien hemm il-gvern Nazzjonalista li fl- 1995 sab l-apoġġ qawwi u totali ta' l-oppożizzjoni, li dak iż-żmien kienet diġa' mmexxija mill-Onor.", "Alfred Sant.", "Dakinhar għamilna l-liġi flimkien fejn ħloqna l-uffiċċju ta' l-ombudsman, pero' l-ebda membru parlamentari min-naħa tal-partit Laburista qatt ma ħareġ jattakka lill-persuna ta' l- ombudsman personalment.", "Fid-diskors tiegħu, il-prim ministru laqa' minn qabel għal dan it-tip ta' diskors għaliex qalilna li ma jridx joqgħod jisma' lil min jgħid li n-nazzjonalisti kkritikaw lill-ombudsman.", "Sur President, dawn mhux kritika għamlu fil-konfront ta' l-ombudsman imma attakk feroċi fuq deċiżjoni jew rakkmandazzjoni li kien għamel l-ombudsman ta' dak iż-żmien, is-Sur Joe Sammut, fil-konfront ta' dak li kien qiegħed jiġri fl-armata.", "Issa kif nafu l-armata kienet xi ħaġa li taqa' taħt il- prim ministru, imma minflok ma qal li l-ombudsman kellu raġun, ħareġ jattakka l-persuna ta' Joe Sammut!", "Din kienet xi ħaġa li qatt ma seħħet min-naħa tal-partit Laburista u lanqas sejra sseħħ.", "Madankollu din kienet xi ħaġa li seħħet mhux darba biss min-naħa tal-gvern Nazzjonalista fil- gvern u allura jiena ngħid li dan huwa kollu dmugħ tal-kukkudrilli għaliex hekk jafu jagħmlu n-nazzjonalisti.", "Min-naħa tagħna naqblu li għandna nitkellmu bis-serjeta' fuq x'għandu jsir mill-ombudsman u fuq kif għandna nsaħħu l-liġi li tifforma l-ombudsman.", "Bħala oppożizzjoni naqblu wkoll li l-kariga ta' l-ombudsman għandha tidħol fil-Kostituzzjoni ta' pajjiżna.", "Dan qegħdin ngħiduh għaliex anke meta taqra r-rapporti ta' l-ombudsman fuq dak li għandu x'jaqsam mal-MEPA, tinduna kemm m'huwiex jiġi stmat fid- deċiżjonijiet li jieħu.", "L-ombudsman jagħti ċerta rakkmandazzjonijiet fuq l- inġustizzji li qegħdin isiru f'kull livell tal-MEPA, inkluż il-mod ta' kif jingħataw il-promozzjonijiet f'din l-awtorita', imma l-MEPA tibqa' tagħmel li trid u ma jinteressahiex minn dak li qiegħed jgħid l-ombudsman!", "Sur President, bħal dawn hemm każijiet oħrajn.", "Nista' insemmi dipartimenti tal-gvern li njoraw rakkmandazzjonijiet ta' l-ombudsman.", "Allura issa x'se nagħmlu?", "Qegħdin ngħidu li se nagħmlu l-kariga ta' l-ombudsman bħala kariga kostituzzjonali u mbagħad m'aħniex se nagħtuh il-protezzjoni meħtieġa ħalli dak li jirrakmanda - wara li jinvestiga – jiġi osservat?", "Jekk se nagħmlu hekk se nispiċċaw bħalma ġara bit-twaqqif tat-tribunal ta' l-investigazzjonijiet ta' l-inġustizzji.", "Hemmhekk il-gvern fejn qabillu ma qal xejn, fejn qabillu għalaq għajnejh u fejn qabillu qal li mhux se jagħti kas u mhux se jirrispetta d-deċiżjoni tat-tribunal għall- investigazzjonijiet ta' l-inġustizzji.", "Allura din x'serjeta' hi?", "What's the use li niġi hawnhekk niddiskuti l-kariga ta' l-ombudsman meta dan m'aħniex se nagħtuh il-protezzjoni ħalli dak li jgħid jiġi rispettat?", "Issa rrid niġi wkoll għall-emenda li ppropona l-istess ombudsman.", "Din m'hijiex l-ewwel darba li persuna b'kariga kostituzzjonali tiġi attakkata personalment mill-gvern Nazzjonalista.", "Biss biss nistgħu nsemmu l-każ ta' l-awditur ġenerali, is-Sur Galea, li ġie attakkat personalment mill-membri tal-Kabinett Nazzjonalista minħabba r-rapport li għamel fuq l-ambaxxatur għal Malta f'Dublin, is-Sur Richard Muscat, li kien għamel straġi mir-radju \"Voice of the Mediterranean\".", "Mela dan għamel diżastru mill-flus il-poplu u minflok, jiġi attakkat l-awditur ġenerali!", "Fejn huwa d-dmugħ ta' min irid imexxi bis-serjeta' lil dan il-pajjiż?", "Dawn l-affarijiet imissna nsemmgħu u mhux l-ittra li bagħtli l-Onor.", "Tonio Borg u li jien ma rrispondejtx!", "L-ittra li bagħatilna l-Onor.", "Tonio Borg iddiskutejniha, imma issa għandna niddibattu l-affarijiet kif inhuma.", "Issa hawnhekk l-ewwelnett irrid ngħid li kull meta ġie biex jiġi nnominat l- ombudsman, aħna bħala partit Laburista dejjem iddiskutejna din il-kariga b'serjeta' kbira.", "U l-kap ta' l-oppożizzjoni flimkien mal-prim ministru dejjem waslu għan-nomina.", "Kien hemm persuni li aħna dehrilna li kienu idonei bħala ombudsman, dawn l-ismijiet għaddejnihom pero' min-naħa tal- partit Nazzjonalista m'aċċettawhomx.", "Filwaqt li aħna rridu mmexxu u rridu li l-affarijiet ikunu smooth għal pajjiżna, b'mod speċjali f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-investigazzjoni ta' l-inġustizzji, l-aktar dawk li għandhom x'jaqsmu ma' ċerti dipartimenti li jaqgħu taħt il-kompetenza ta' l- ombudsman, ma nistgħux ngħidu l-istess ħaġa għall-gvern Nazzjonalista.", "Dan għaliex mhux dejjem kien hemm il-koperazzjoni min-naħa tiegħu.", "Sur President, bħala partit Laburista qegħdin naqblu ma' din l-emenda.", "Issa din l-emenda qiegħda tgħid hekk:", "\"Ikun hemm kummissarju għal investigazzjonijiet amministrattivi li jissejjaħ ombudsman li jkollu l-funzjoni li jinvestiga kull azzjoni li ssir minn jew f'isem il-gvern, jew minn dik l-awtorita', dak il-korp jew dik il-persuna oħrajn skond ma jista' jiġi provdut (inkluża awtorita', korp jew kariga stabbiliti b'din il-kostituzzjoni), li jkunu azzjonijiet...\".", "Għalissa se nieqaf ftit fuq din għaliex naħseb li hawnhekk m'aħniex ċari u għalhekk fl-istadju tal-kumitat għandna narawha daqxejn.", "Jekk hawnhekk qegħdin ngħidu li l-ombudsman jista' jkollu l-poteri li jinvestiga l- funzjonijiet ta' min għandu kariga kostituzzjonali, allura bħala partit Laburista ma naqblux.", "Per eżempju aħna ma naqblux li dak li jiddeċiedi l- awditur ġenerali jista' jaqa' taħt l-iskrutinju tal-kariga l-ġdida tal- kummissarju ta' l-investigazzjonijiet amministrattivi.", "Dan għaliex dak li huwa stabbilit fil-Kostituzzjoni bħala kariga, il-persuna li tkun qiegħda tokkupa dik il-kariga hija persuna indipendenti u għandha twieġeb biss lil dan il-parlament.", "Il-kummissarju għall-investigazzjonjiet amministrattivi, jiġifieri l-ombudsman kif nafuh illum, għandu jibqa' dak li hu stabbilit bil-liġi kif inhi llum.", "U jekk bħala parlament jidhrilna li 'l quddiem għandna nżidulu aktar ma' dak li għandu s'issa, għandna nagħmluh permezz tal-parlament u mhux b'sempliċi emenda li qegħdin inressqu hawnhekk.", "B'din l-emenda li għandna quddiemna wieħed jista' jagħti interpretazzjoni li tista' tkun perikoluża u li tista' toħloq il-problemi 'l quddiem.", "Jiena ngħid li din l-emenda trid tiġi nterpretata differenti u nifhem li wieħed jista' jkollu r-raġunijiet għalfejn jagħmel dan id-drafting.", "Imma hawnhekk nerġa' nagħmel l-enfasi tiegħi u ngħid li bħala oppożizzjoni ma naqblux ma' din l-emenda jekk kemm-il darba din tfisser li l-kummissarju għandu jkollu poteri addizzjonali u li bihom ikun jista' jissindika x-xogħol ta' min għandu kariga kostituzzjonali oħra taħt l-istess Kostituzzjoni.", "Sur President, bħalissa qiegħed niftakar f'laqgħa li kelli ma' l-ex- ombudsman fuq każijiet li kont qajjimt jien f'dan il-parlament.", "Niftakar li kien bagħat għalija ħalli nagħtih l-informazzjoni fuq każijiet ta' korruzzjoni li kellhom x'jaqsmu ma' artijiet f'Malta.", "Waħda mill- affarijiet li ħadt pjaċir niddiskuti mas-Sur Sammut kienet dik li l- uffiċċju tiegħu ħolqu mix-xejn u bi ftit staff irnexxielu jagħmel uffiċċju li ħalla wirt tajjeb għal min daħal minfloku, jiġifieri għall-ex Imħallef Said Pullicino.", "Is-Sur Sammut, bil-konferenzi li attenda u li attiva ruħu fihom kien ta' mudell għal ċerti pajjiżi.", "Ġibilta', li huwa wkoll pajjiż żgħir, ħa l-mudell ta' Malta sabiex jaħdem fuqu u huma wkoll ikollhom ombudsman li jitħaddem b'mod b'saħħtu u b'mod effettiv bħalma huwa dak ta' pajjiżna.", "Fl-opinjoni tiegħi this is a feather in the cap kemm għalmin mexxa l-uffiċċju ta' l-ombudsman dak iż-żmien kif ukoll għall-parlament Malti.", "Jiena ngħid li dan il-kontribut li qegħdin nagħtu bħala membri f'din il-Kamra, huwa xi ħaġa li jagħtina l-kredibilita' f'dak li nagħmlu.", "L- importanti li meta nitkellmu fuq din il-kariga kostituzzjonali, noqogħdu attenti minn dak li ngħidu.", "Li nikkritikaw ma fiha xejn ħażin imma mhux li tattakka lill-persuna.", "Jien nista' u għandi nikkritika affarijiet li jistgħu jtejjbu l-uffiċċju ta' l-ombudsman imma mhux li nikkritika d- deċiżjonijiet li jkun wasal għalihom.", "Dik hija xi ħaġa li qatt m'għandha ssir għaliex inti m'għandekx tattakka l-essential characteristics ta' l- ombudsman.", "Dawn il-karatteristiċi essenzjali ta' l-ombudsman huma l- indipendenza, l-imparzjalita' fil-mod ta' kif imexxi l-investigazzjonijiet tiegħu u l-kunfidenzjalita' li jimxi biha fl-uffiċċju tiegħu.", "Imbagħad l- ombudsman jagħmel ir-rapporti tiegħu u jiġi xi ħadd, bħall-Ministru Austin Gatt, li jaqbad u jaqlagħlu left right and centre!", "Dawn huma affarijiet li lanqas biss temminhom.", "Dan huwa l-gvern Nazzjonalista li jiġi jattakkana għaliex bqajna silenzjużi sal-lum dwar dawn l-emendi.", "Sur President, aħna niġu hawnhekk ippreparati għaliex kif tista' tiġi titkellem fuq l-ombudsman jekk ma tarax ukoll li ma' dak li qed tgħid, jiġifieri li tagħti saħħa kostituzzjonali lill-kariga ta' l-ombudsman, ma tarax ukoll kif se ttejjeb l-uffiċċju tiegħu?", "Irridu naraw li dan ikollu staff aktar adegwat ħalli jkun jista' ilaħħaq aħjar mal-complaints li qiegħed ikollu.", "Dan l-uffiċċju llum qiegħed ikollu complaints li m'għadhomx biss każi fejn xi ħadd kellu oġġett f'dipartiment u ma ħadux.", "Illum għandek complaints kontra l-kunsilli lokali, kontra l-istess korporazzjoni Enemalta u kontra ministri li jinjoraw ċerti complaints.", "Illum għandek ruxxmata complaints fuq il-kwestjoni ta' l-artijiet.", "Għandek per eżempju, inġustizzji ma' persuni li titteħditilhom l-art u lanqas biss jiġu avżati.", "Imbagħad ix-xogħol jibqa' għaddej u dawn il-complaints jibqgħu jsiru għal snin twal.", "L-ombudsman jagħmilha ċara f'ħafna affarijiet minn dawn imma l- gvern jibqa' ċass u ma jagħmel xejn.", "Allura aħna, bħala oppożizzjoni qegħdin ngħidu li għandna ntejbu l-kariga ta' l-ombudsman billi naraw li tidħol fil-Kostituzzjoni tal-pajjiż, pero' irridu wkoll intejbu l-uffiċċju tiegħu.", "L-uffiċċju tiegħu għandu jiġi rispettat u mhux imkasbar.", "Wara kollox meta' tkellimt ma' persuni li ħadmu viċin l-ombudsman, ħadd ma qal kelma waħda biss li dan xi darba kien skorett fl-imġieba tiegħu.", "U għalhekk żgur li qegħdin nitkellmu fuq persuna li għandha ċerta integrita'.", "Issa ħalli ngħid xi ħaġa fuq dak li nistgħu nagħmlu f'dan il-parlament ħalli jkollna uffiċċju aħjar.", "Fl-opinjoni tiegħi wieħed għandu jara x'qiegħed jiġri f'pajjiżi oħra, pajjiżi li għandhom mudell ta' sistema ta' imparzjalita' fit-tħaddim ta' dan l-uffiċċju.", "Għalija l-mudell nordiku dejjem kien l-aħjar mudell fuq xiex wieħed għandu jimxi.", "Kif nafu l-uffiċċju ta' l-ombudsman beda mill- mudell nordiku, jiġifieri mill-Isvezja, min-Norveġja u mill-pajjiżi tan- North, fejn hemmhekk jagħmlu minn kollox sabiex kemm jista' jkun, il- kwalifiki ta' kif għandu jitħaddem l-uffiċċju ta' l-ombudsman ikunu ta' l- aktar livelli għolja.", "Għaldaqstant aħna wkoll għandna ntejbu l-liġi ta' l- ombudsman billi naraw li jkollna l-istess affarijiet li għandhom dawn il- mudelli, li jagħmlu l-uffiċċju ta' l-ombudsman fost l-aħjar fl-Ewropa.", "Jien niftakar li meta ġie f'pajjiżna l-ombudsman Grieg, waħda mill- affarijiet li qalilna dakinhar kienet li dak li qiegħed jagħmel hu u li jista' jagħmlu ħaddieħor, jista' jsir aħjar.", "Meta niftakar f'dan il-kliem \"li jista' isir aħjar\" ninduna li aħna wkoll nistgħu nagħmlu aħjar dak li diġa' huwa tajjeb.", "Min-naħa tagħna m'għandniex nieqfu fuq dak li diġa' għandna, imma għandna nkunu kuraġġużi biżżejjed ħalli naraw kif nistgħu ntejbu dak li diġa' għandna.", "Din l-emenda kostituzzjonali se ttejjeb dak li diġa' għandna u allura l-oppożizzjoni taqbel magħha għaliex se tagħti iktar dinjita' lill-istess uffiċċju ta' l-ombudsman.", "Issa ħalli niġi għall- emenda li għamel l-istess ombudsman u li semmiha hawnhekk il-prim ministru fid-diskors tiegħu.", "Sur President, din l-emenda li ppropona l-ombdusman titkellem fuq id-dritt lill-individwu għall-aħjar amministrazzjoni.", "Fl-opinjoni tiegħi kważi lanqas hemm għalfejn ngħiduha din.", "L-ewwelnett irrid ngħid li din hija ħaġa li meta bħala oppożizzjoni qrajniha, ma rajniex li kienet ġejja min-naħa tal-gvern, imma aktar rajniha bħal meta wieħed jikteb xi ħaġa u jgħid li hu jidhirlu li għandu jkun hemm dik il-frażi.", "Dan qisu bħal meta jkollok white paper, fejn kulħadd jgħid tiegħu.", "Mela ejjew din neħduha bħala white paper.", "Personalment din id-dikjarazzjoni naraha bħala xi ħaġa pożittiva u bħala xi ħaġa fejn f'dan il-pajjiż kulħadd għandu jemmen li kull ċittadin għandu d-dritt ta' good administration.", "Madankollu min huwa avukat bħali u bħall-prim ministru jaf li billi niddikjaraw biss, m'aħna nagħmlu xejn kbir.", "Jien nista' niddikjara xi ħaġa li mbagħad ma nkunx nistax nenforzaha.", "Ejjew ngħidu li jiena nemmen li għandu jkollna gvern tajjeb fil-pajjiż u li jkollna good administration.", "Issa llum għandna gvern Nazzjonalista, li għamel affarijiet tajbin imma għamel ħafna aktar affarijiet ħżiena.", "Allura billi nixtieq li jkollna gvern tajjeb ma tfisser xejn.", "Bħala dikjarazzjoni hija sabiħa, imma s'hemm tista' tasal.", "Fl- opinjoni tiegħi naħseb li din l-emenda, ladarba ma kenitx part and parcel minn dan l-abbozz ta' liġi, għandna narawha fl-istadju ta' kumitat u kważi kważi huwa inutli li noqogħdu niddiskutuha f'dan l-istadju.", "Meta tara s-sekwenza ta' dan l-abbozz ta' liġi ssib li qiegħed jitkellem ċar u tond fuq il-kariga ta' l-ombudsman.", "Mela hawnhekk m'aħniex qegħdin nitkellmu fuq drittijiet imma qegħdin nitkellmu sempliċiment fuq il-kariga tiegħu.", "Imbagħad għandek l-emenda għall-istess artikolu 66 li tittratta l- kwestjoni taż-żewġ terzi li se tkun entrenched mal-kariga ta' l-ombudsman flimkien ma' dik tal-ġudikatura u għandek ukoll il-kwestjoni dwar l-eta' pensjonabbli tal-maġistrati.", "Din hija xi ħaġa li qiegħda tistona u qisha bħal meta wieħed filli qiegħed jitkellem fuq il-karrozzi u mbagħad jispiċċa jitkellem fuq il-ħelu.", "Madankollu nerġa' ngħid li bħala dikjarazzjoni m'hijiex xi ħaġa li tweġġa' imma hija xi ħaġa pożittiva.", "Kif jaf tajjeb l-Onor.", "Mifsud Bonnici, għandna problemi fil-Kostituzzjoni fuq każijiet li jkunu jirriflettu ksur tal-Kostituzzjoni.", "Ġieli jkun hemm każijiet li ma tistax tippreżenta rikors kostituzzjonali fuqhom għaliex dak il-ksur, li inti taħseb li huwa ksur kostituzzjonali fil-konfront tiegħek, ikun sempliċement każ li jaqa' taħt id-dikjarazzjoni.", "Per eżempju, f'pajjiżna u anke f'pajjiżi oħra, inqalgħu ħafna problemi fuq the right to family.", "Il-fatt li inti qiegħed tiddikjara li s-soċjeta' Maltija hija mibnija fuq il-familja kif nafuha aħna, jien ma nistax nagħmel kawża kostituzzjonali għaliex b'xi mod jew ieħor inħoss li d-dritt tiegħi lejn il-familja jista' jiġi vvjolat b'xi ħaġa, jekk kemm-il darba dak ma jaqax taħt il-kapitolu l- ieħor fejn jiena nista' ninforzaha.", "Għalhekk ikun tajjeb li wħud minn dawn id-dikjarazzjonijiet naħsbu xi ftit fuqhom ħalli naraw kif b'xi mod jew ieħor, inpoġġuhom in a hybrid position u jkollna ftit ta' l-enforceability tagħhom.", "Jien għadni ġej mill-Indja fejn morna bħala delegazzjoni fuq xogħol.", "Issa mbilli tmur fl-Indja u tgħidilhom li kulħadd għandu dritt li jiekol u jaħdem x'se tieħu?", "Imbagħad tmur fejn tmur tara nies kważi mejtin mixħutin ma' l-art, min jiġbdek minn hawn u min jiġbdek minn hemm minħabba l-problemi li għandhom.", "Filwaqt li qiegħed nifhem il-mottiv tal-prim ministru, għaliex la għandu din l-emenda li għaddielu l-ombudsman, aħna rridu nikkonsidrawha, ikolli nerġa' ngħid li bħala oppożizzjoni ma narawhiex li hija daqshekk urġenti f'dan l-istadju.", "Madankollu nistgħu nħalluha għal meta niġu fl-istadju tal-kumitat ħalli hemmhekk inkunu nistgħu narawha aħjar.", "Nirringrazzjak.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Is-Segretarju Parlamentari, l- Onor. Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Sur President, jidher li llum id-dibatittu qiegħed fi stadju ferm aktar matur milli kien sa ftit tal-jiem ilu.", "Fortunatament illum għandna dikjarazzjoni tal-kelliem ta' l-oppożizzjoni għall-ġustizzja fejn qalilna bl-aktar mod ċar u espress li huwa jaqbel mal- kontenut ta' dan l-abbozz ta' liġi.", "Ovvjament wieħed jieħu pjaċir b'din id- dikjarazzjoni u jħares 'il quddiem sabiex inkunu nistgħu nibnu l-affarijiet aktar aħjar.", "Fid-diskors tiegħi ma xtaqtx noqgħod nirrepeti dak kollu li qal il-prim ministru, pero' wieħed irid jgħid li hija xi ħaġa tajba li l- membri tal-maġistratura se jkunu jistgħu jingħataw din il-possibilita' li jaħdmu sa l-eta' ta' 65 sena.", "Min-naħa tiegħi naqbel ma' dak li ntqal li kulmin qiegħed fuq il-bank tal-maġistratura, m'għandu xejn x'iżommu milli f'xi mument jew ieħor jaqbad u jitlaq mill-kariga tiegħu jekk kemm-il darba jiddeċiedi li jkun ħadem biżżejjed.", "Jekk maġistrat jiddeċiedi li wasal fit- tmiem tal-karriera tiegħu, m'hemm xejn fil-liġi x'iżommu milli jagħti r- riżenja tiegħu u jwarrab.", "Naturalment din m'hijiex xi ħaġa awspikabbli jew xi ħaġa li wieħed ikun qiegħed iħares lejha, pero' dejjem hemm il-liberta' ta' kulmin jokkupa dawn it-tip ta' karigi istituzzjonali, li f'mument minnhom, jekk ikun xaba' jew inkella għal raġunijiet oħra, fosthom dawk li jkun sab xogħol ieħor barra minn Malta, jiddeċiedi li jitlaq mix-xogħol tiegħu hawnhekk.", "Sur President, irrid ngħid ukoll li naħseb li l-anomaliji li semma' l-prim ministru ħarġu frott taż-żmien u frott ta' l-iżvilupp li għadda minnu pajjiżna.", "Għalhekk b'din il-liġi qegħdin nissanaw dawn l-affarijiet u qegħdin nissanawhom ukoll fir-rigward ta' l-uffiċċju ta' l-avukat ġenerali.", "L-uffiċċju ta' l-avukat ġenerali huwa kkonsidrat fl-istess livell ta' maġistrat u għalhekk hija xi ħaġa tajba li l-avukat ġenerali tiżdiedlu l- eta' pensjonabbli minn 60 sena għal 65 sena.", "Dan l-abbozz ta' liġi ċkejken li għandna quddiemna qiegħed jissoda tastiera oħra fid-diversi biċċiet li kien hemm bżonn li jiġu ssodati f'dak kollu li għandu x'jaqsam mal- ġudikatura.", "Ħafna drabi wieħed isib li jiret sistema ġudizzjarja li fiha jkollha ċerti affarijiet li jkunu jridu jiġu rfinati imma li jkunu baqgħu kif inhuma.", "B'hekk imbagħad niġu f'pożizzjoni li bilfors ikollok tagħmel l- emendi neċċessarji.", "Naħseb li llum qegħdin f'dan l-istadju fejn hija xi ħaġa ta' neċessita' li wieħed jgħaddi dawn l-emendi.", "Sur President, il-ħabib tiegħi semma' żewġ maġistrati li sfortunatament laħqu spiċċaw mill-kariga tagħhom qabel ma stajna nressqu dan l-abbozz ta' liġi quddiem din il-Kamra.", "Madankollu wieħed irid jgħid li min-naħa tal- gvern ippreparajna l-abbozz ta' liġi kif ukoll atti preparatorji minn qabel ħalli nipprovaw, kemm jista' ikun li ngħaddu din il-liġi malajr kemm jista' ikun.", "Sfortunatament hemm il-pendlu tal-ħajja u l-eventi tal-ħajja wieħed jimmaġina li jista' jikkontrollahom imma ħadd ma jista' jikkontrollahom.", "Għalhekk sfortunatament dawn iż-żewġ maġistrati spiċċaw mill-kariga tagħhom.", "Hawnhekk ma nixtieqx noqgħod nagħmel ħafna eloġji fuqhom għaliex diġa' saru minn ħaddieħor.", "Irrid ngħid biss li dawn huma żewġ maġistrati li taw il- kontribut tagħhom fis-setturi partikolari tal-qorti.", "It-tnejn kienu mogħnija b'ħafna esperjenzi fis-setturi tagħhom, pero' it-tnejn li huma ħallew il-marka u l-kontribut tagħhom fl-istorja tal-ġudikatura Malitja.", "Allura ma nixtieqx li wieħed iġib din l-emenda fuq il-binarju li aħna qegħdin nagħmluha minħabba xi ħadd partikolari.", "Din l-emenda qiegħda ssir għall-maġistrati kollha li m'humiex daqshekk 'il bogħod mill-eta' ta' 60 sena kif ukoll għal dawk li m'ilhomx li laħqu f'din il-kariga.", "Hawnhekk irrid ngħid ukoll li meta wieħed jersaq sabiex isejjaħ nies għal ġudikatura, irid ikun hemm il-propensita' ta' dak li jkun li jaċċetta li jidħol f'kariga bħal din.", "Għalkemm mhux dejjem hija r-regola, xi kultant wieħed jinnota li meta jkollok avukati ta' ċerta eta', dawn jippreferu li minflok isiru maġistrati, isiru mħallfin.", "Ħafna drabi din il-pożizzjoni tappella għal nies li jkunu laħqu sew fil-karriera tagħhom imma li ma jkunux qabżu l-eta' ta' 50 sena.", "Din hija r-realta' tal-lum u wieħed irid jaċċetta wkoll li x- xogħol tal-maġistrati żdied ħafna aktar matul dawn l-aħħar 20 sena.", "L- involviment tal-maġistrati fis-sistema kriminali u ċivili kibret bil-bosta.", "Meta lħaqt avukat jien, maġistrat kellu kompetenza li kważi kważi kienet taħt il-Lm50, mentri llum maġistrat għandu kompetenza ta' Lm5,000.", "Anzi f'abbozz ta' liġi ieħor għandna emenda fejn din il-kompetenza qegħdin intellgħuha minn Lm5,000 għal Lm10,000.", "Fis-settur tal-kriminal, apparti li żdiedu wkoll id-diversi branki ġodda, bħal dak tal-VAT jew inkella speċjalizzazzjonijiet oħra, żdiedu wkoll b'mod qawwi d-delitti fil-Kodiċi Kriminali.", "Illum il-maġistrat huwa kkonfrontat minn ħafna xogħol impenjattiv u xogħol li jitlob mingħandu ċerta drive u enerġija sabiex ikun jista' jeħles mid-diversi kwestjonijiet li jiltaqa' magħhom ta' kuljum.", "Fl-opinjoni tiegħi din il-liġi hija wkoll rikonoxximent lejn il-fatt li l- maġistrati jagħmlu xogħol utli ħafna fil-pajjiż.", "Għaldaqstant tajjeb li wieħed iħares sabiex il-karriera tal-maġistrati tkun fl-istess livelli tal- karriera ta' l-imħallfin.", "Fi żmenijiet oħra kien hemm min awspika l-ħsieb li ma jkunx hemmx differenza bejn maġistrat u mħallef.", "Fuq dan il-ħsieb hemm ħafna x'wieħed jista' jgħid.", "Kien hemm ukoll min wera l-fehma tiegħu li xi ħadd li jokkupa l-kariga ta' maġistrat ma jiġix imbagħad imċaqlaq għall-kariga ta' imħallef.", "Allura jekk inti ġejt nominat maġistrat, tibqa' dejjem maġistrat u jekk ġejt nominat imħallef, tibqa' dejjem imħallef.", "S'issa kellna diskussjoni verament interessanti u s'issa żammejna mal-linja li nżommu dawn iż-żewġ korpi separati minn xulxin.", "Fl-opinjoni tiegħi jiena naħseb li hija xi ħaġa tajba li maġistrat jitla' pass 'il quddiem u jilħaq il-pożizzjoni ta' mħallef.", "Sur President, f'din id-direzzjoni wieħed irid jgħid li l-maġistratura, u flimkien magħha l-avukat ġenerali, illum qegħdin jiġu rikonoxxuti aktar fl- istess livell li għandhom jingħataw.", "Din l-emenda qiegħda ssir ukoll minħabba punt importanti li tqajjem mill-prim ministru fid-diskors tiegħu.", "Kif nafu llum għandek anomalija fl-eta' tal-pensjoni, jiġifieri fir-riforma tal-pensjoni qegħdin ngħidu li l-eta' massima ta' l-irtirar hija dik ta' 65 sena.", "Imma mbagħad għandek dan is-settur daqshekk importanti tal- ġudikatura fejn l-eta' pensjonabbli qegħdin inħalluha ta' 60 sena.", "Għalhekk naħseb li dan l-argument huwa wieħed validu u li jrid jiġi kkonsidrat ukoll.", "Naturalment qiegħed nieħu pjaċir li ż-żewġ naħat tal- Kamra qegħdin jaqblu fuq dan il-punt, bħalma qegħdin naqblu wkoll fir- rigward ta' l-uffiċċju ta' l-avukat ġenerali.", "Ridt nitkellem ukoll fuq dan l-uffiċċju għaliex huwa uffiċċju li jagħmel ħafna xogħol siewi f'pajjiżna.", "Dan l-uffiċċju mhux dejjem jingħata r- rikonoxximent jew il-meritu li jixraqlu, pero' l-uffiċċju ta' l-avukat ġenerali huwa wieħed indispensabbli għall-pajjiż.", "Barra minn hekk l- informazzjoni u l-esperjenza li l-avukati ġewwa dak l-uffiċċju jiġbru, hija esperjenza li wieħed m'għandux jitlifha.", "F'dan l-uffiċċju kien se jkollna sitwazzjoni fejn l-avukat ġenerali, li qiegħed fuq, irid jirtira ta' 60 sena, mentri dawk ta' taħtu jistgħu jibqgħu hemmhekk sa ma jagħlqu l-65 sena.", "Permezz ta' din l-emenda, aħna qegħdin nikkoreġu din l-anomalija, filwaqt li nagħtu aktar rikonoxximent lill-istess uffiċċju ta' l-avukat ġenerali.", "L-uffiċċju ta' l-avukat ġenerali huwa responsabbli minn diversi affarijiet fosthom dak li jagħmel il-prosekuzzjoni fil-pajjiż, li janalizza diversi liġijiet, li jgħarbel u jiddefendi l-gvern fid-diversi kawżi kostituzzjonali, li jirrappreżenta lill-gvern fid-diversi istituzzjonijiet barranin u li jagħti pariri importanti fir-rigward tad-diversi suġġetti li jkunu marbutin ma' kwestjonijiet tal-parlament.", "Għalhekk żgur li hija xi ħaġa tajba li aħna ħadna ħsieb li dan l-uffiċċju ta' l-avukat ġenerali jingħata pass sew 'il quddiem u li l-eta' pensjonabbli tiegħu titla' ukoll għal 65 sena.", "Sur President, xtaqt ngħid xi ħaġa wkoll fuq il-kwestjoni ta' l-uffiċċju ta' l-ombudsman.", "L-uffiċċju ta' l-ombudsman huwa uffiċċju importanti ħafna u rridu ngħidu li kuntrarjament għal dak li wieħed setgħa jingħata x'jifhem mill-ħabib tiegħi ta' l-oppożizzjoni, il-maġġoranza tar-rakkmandazzjonijiet ta' l-uffiċċju ta' l-ombudsman jintlaqgħu u jiġu mplimentati.", "Huma biss affarijiet minimi li ma jiġux attwati għaliex il-maġġoranza tagħhom jitħaddmu tajjeb.", "Min-naħa tiegħi naqbel mal-linja li l-uffiċċju ta' l- ombudsman qiegħed dejjem jimxi aktar 'il quddiem fil-kwalita'.", "Hawnhekk irrid ngħid li l-uffiċċju ta' l-ombudsman huwa mogħni b'diversi persuni ta' l-affari tagħhom u li jagħmlu x-xogħol tagħhom tajjeb.", "Ovvjament kwalunkwe żieda ta' nies fl-uffiċċju ta' l-ombudsman dejjem se tiġi aċċettata bħal kwalunkwe dipartiment ieħor pero' wieħed irid jgħid ukoll li l-uffiċċju ta' l-ombudsman għandu biżżejjed nies sabiex ikun jista' jlaħħaq max-xogħol tiegħu.", "Wieħed irid jgħid ukoll li rajna ċaqliq 'il quddiem fil-kwalita' u fil- livell tad-deċiżjonijiet ta' l-ombudsman.", "Il-fatt li bħalissa bħala ombudsman għandna ex-prim imħallef, terġa' qiegħed iżżid aktar fil-kontenut għaliex l-ex-prim imħallef, Joe Said Pullicino huwa bniedem li għandu karriera twila fil-kamp legali.", "Għaldaqstant żgur li l-kontenut u l-mod ta' kif jinkitbu d-deċiżjonijiet ta' l-ombudsman huma deċiżjonijiet imsawwrin tajjeb ħafna.", "Qegħdin naraw ukoll li l-uffiċċju ta' l-ombudsman qiegħed jiżviluppa ferm u ferm 'il quddiem.", "Kien hemm ċertu xettiċiżmu fil- bidu, l-aktar mill-kamp legali, li bdew jaraw lill-ombudsman bħala uffiċċju li ġej mill-common law Ingliża, u allura minn liġi li hija kompletament bil- kontra ta' dak li għandna f'pajjiżna.", "Madankollu l-ombudsman integra ruħu u għamel ix-xogħol tiegħu tajjeb.", "Barra minn hekk qegħdin naraw li d- deċiżjonijiet li joħroġ bihom l-ombudsman, dejjem ikun fihom ħafna sustanza.", "Xtaqt ukoll nagħmel kumment żgħir fuq il-kummissjoni għall- investigazzjonijiet ta' l-inġustizzji għaliex dan il-punt dejjem jinsih l- Onor. Farrugia.", "Din hija kummissjoni li twaqqfet mill-gvern Laburista.", "Darba minnhom kelli l-opportunita' li nispjega b'mod ċar dwar kif din kienet deċiżjoni li saret mill-gvern Laburista, fejn dak li jingħad mit- tribunal ta' l-inġustizzji ma jkunx awtomatikament implimentat.", "Din kienet deċiżjoni li ttieħdet b'għajnejn miftuħa u fil-fatt fil-parlament, meta tqajjem dan it-tribunal kien qam ukoll dan il-punt.", "U l-maġġoranza dak iż- żmien kienet iddeċidiet li t-tribunal m'għandux ikollu s-setgħa li dak li jiġi deċiż, jiġi awtomatikament implimentat.", "Għalhekk meta nisma' lil ħabib tiegħi jilmenta fuq dan il-punt, ikun qiegħed jilmenta kontra dak li kien sar mill-istess partit li welled dan it-tribunal għall- investigazzjonijiet ta' l-inġustizzji.", "Issa hawnhekk irrid ngħid ukoll li l-maġġoranza tad-deċiżjonijiet li ttieħdu minn dan it-tribunal għall-investigazzjonijiet ta' l-inġustizzji ġew implimentati mill-gvern.", "Kienu biss ammont żgħir li ma ġewx implimentati, u kull darba kien hemm raġunijiet validi għalfejn ma setgħux jiġu mplimentati.", "Issa wieħed jista' jaqbel magħhom u wieħed jista' ma jaqbilix magħhom, pero' dawn huma bħal kwalunkwe sentenza tal-qorti, fejn inti jista' jkollok sentenzi tal-qorti li tista' żżommhom fil-file u ma tista' tagħmel xejn bihom, u jkollok sentenzi tal-qorti li tista' tattwahom u ġġibhom fis-seħħ.", "Jista' jkollok sentenzi li huma dikjaratorji, u jista' ikollok sentenzi li fir-realta' ikunu qegħdin jagħtuk raġun imma dak li tkun tlabt fiċ-ċitazzjoni ma jkunx jista' jitqiegħed fil-prattika.", "Għalhekk ħadd m'għandu jilmenta fuq xi ħaġa li hu stess kellu parti fiha.", "Issa jiena naħseb li l-ħabib tiegħi ma kienx jaqbel magħha, pero' illum din hija sorpassata.", "Fil-fatt il-funzjoni ta' dan it-tribunal spiċċa għaliex m'għadx fadal aktar kawżi quddiemu.", "Sur President, nerġa' ngħid li kien pass tajjeb u għaqli li l-ombudsman se ndaħħluh fil-Kostituzzjoni tagħna.", "Fl-opinjoni tiegħi dan ukoll huwa pass importanti, pass pożittiv u pass li bih qegħdin aktar nimxu lejn integrazzjoni aħjar tad-diversi kunċetti jew tad-diversi istituzzjonijiet li kkreajna matul iż-żmien.", "B'hekk issa nkunu nistgħu nipprovaw indaħħluhom fil-Kostituzzjoni tagħna ħalli nagħtuhom protezzjoni akbar u nkunu nistgħu nserrħu rasna li għada pitgħada ma jkunx hemm xi partit li jiddeċiedi li l-ombudsman m'għadux aktar rilevanti u jaqilgħu 'l barra mill- kostituzzjoni tagħna.", "L-importanti huwa li wieħed jieħu ħsieb ħalli l- ombudsman jiġi mdaħħal fil-kostituzzjoni.", "Is-suġġeriment li għamel il-prim ministru fuq dak li ssuġġerixxa l-ombudsman ħalli fil-kapitolu 2 tal- liġijiet ta' Malta jidħol ukoll il-prinċipju tal-good governance fl- amministrazzjoni, lili ma jdejjaqni assolutament xejn.", "Anzi rrid ngħid li kważi kważi dan il-prinċipju se jidħol b'mod indirett fil-liġi tagħna meta nġibu fis-seħħ l-abbozz ta' liġi dwar it-tribunal amministrattiv.", "Meta t-tribunal amministrattiv jiġi fis-seħħ, fil-liġi tagħna se nkunu qegħdin indaħħlu awtomatikament numru ta' prinċipji fosthom dak tal-good administration,.", "Ovvjament il-valur tal-kapitolu 2 tal-liġijiet ta' Malta huwa wieħed li jiġi dibattut fir-rigward tal-kamp legali għaliex dawn m'humiex enforzabbli.", "F'kelma waħda dawn m'humiex artikoli tad-drittijiet fundamentali bħalma għandek fil-kapitolu 4 tal-liġijiet ta' Malta, pero' xorta huma prinċipji li wieħed irid jeħodhom in konsiderazzjoni meta jagħti s-sentenzi tal-qorti.", "Issa kemm jiġu meħuda in konsiderazzjoni huwa punt ieħor.", "Li nista' ngħid huwa li forsi l-avukati ma tantx jagħtu importanza lill-kapitolu 2 tal-liġijiet ta' Malta, mentri wieħed għandu jagħtihom l- importanza tagħhom għaliex dawn huma prinċipji li wieħed irid jaspira ruħu lejhom fl-attwal tal-liġijiet, kif ukoll fl-interpretazzjoni ta' dawk il- liġijiet mill-qrati tagħna.", "Jiena naqbel li dan il-prinċipju għandu jidħol fil-kapitolu 2 tal-liġijiet ta' Malta u naqbel ukoll li wieħed issa jipprova jħares ftit oġġettivament lejn il-Kostituzzjoni ta' Malta.", "Kif kulħadd jaf il-Kostituzzjoni tagħna żidnilha diversi prinċipji ma' l-ewwel Att ta' l-1964 u llum il-ġurnata, wieħed irid jistaqsi jekk din għadhiex tagħmel linja waħda unika u ċara mill-bidu sat-tmiem ma' kif kienet oriġinarjament jew inkella hemmx pockets li fihom ġiet emendata imma li forsi jonqoshom biċċa oħra sabiex jagħmlu sens bħala kostituzzjoni sħiħa.", "Jien jogħġobni ħafna l-ħsieb li għada pitgħada, f'dan il-parlament, inkunu nistgħu npoġġu ftit bilqiegħda u nħarsu lura lejn il-kostituzzjoni li għandna, u mingħajr ma mmissu l- prinċipji bażiċi tagħha, naraw daqxejn il-workings interni ta' l- istituzzjonijiet tagħha.", "Hawnhekk m'iniex qiegħed ngħid li mmissu d-drittijiet fundamentali tal- kostituzzjoni, bħal per eżempju, li s-soċjeta' tagħna hija bbażata fuq il- familja, u li l-familja hija magħmula minn mara u raġel, kif ukoll li wieħed irid jagħti protezzjoni lit-tfal u lid-diversi ċittadini tal-pajjiż tagħna. imma kif diġa' għedt, li nħarsu lejn l-istituzzjonijiet li nsibu fil-Kostituzzjoni tagħna.", "Aktar ma l-kostituzzjoni tagħna tieħu ħsieb li tħares lejn din is-sitwazzjoni u aktar ma tħares b'mod li l-mekkaniżmu intern li għandna fil-Kostituzzjoni tagħna, f'dak li għandu x'jaqsam mat- tliet istituzzjonijiet tagħna tal-ġudikatura, ta' l-eżekuttiv u tal- leġislattiv, kif ukoll tad-diversi organi oħra li twieldu matul iż-żmien u li twieldu sforz l-esperjenza tajba li kellhom barra kif ukoll l-esperjenza tajba li kellna hawn Malta, wieħed irid ukoll iħares li jgħaqqad ftit aktar dawn l-affarijiet.", "Personalment nemmen li l-uffiċċju ta' l-ombudsman huwa fl-istadju inizjali tiegħu.", "Wara 12-il sena li ilu mwaqqaf l-uffiċċju ta' l-ombudsman jiena nemmen li għadu fl-ewwel fażi ta' l-iżvilupp tiegħu.", "Ovvjament meta issa jiġi għat-tieni għaxar snin tiegħu se jkun jista' jidħol f'fażi aktar interessanti għaliex fil-bidu kien qiegħed imiss ma' art li għadha ġdida, mentri issa se jidħol f'kamp li diġa' ġie affermat u allura jibda jidħol fl- irkejjen kollha.", "Per eżempju, hemm skeda fil-liġi ta' l-ombudsman li tgħid li hemm ċerti areas li fihom l-ombudsman ma jistax jissindikahom jew inkella li m'għandux jissindika.", "Għalhekk jiena ċert li għada pitgħada l- irkejjen sħaħ ta' dak li jista' jiġi ssindikat mill-ombudsman, u safejn jista' jiġi ssindikat minnu, inkunu nistgħu nidħlu aktar fid-dettall tiegħu ħalli nkunu nafu x'ġara u ma ġarax.", "Sur President, aħna qegħdin hawnhekk ħalli naraw l-issudar tad-dritt amministrattiv.", "Din hija tastiera oħra li qiegħda tirrikonoxxi ndirettament il-preżenza tad-dritt amministrattiv fuq livell kostituzzjonali.", "Mhux hekk biss imma qiegħda tagħti protezzjoni liċ- ċittadin sabiex ebda gvern, għada pitgħada ma jkun jista' jiġi hawnhekk u jgħid li l-uffiċċju ta' l-ombudsman m'għadux jeżisti.", "Anzi l-preżenza ta' l-ombudsman se tkun fil-Kostituzzjoni tagħna u dan ifisser li l-ombudsman ma jistax jinħareġ 'il barra.", "Din hija protezzjoni importanti ħafna għaċ- ċittadini tagħna għaliex permezz tagħha, se nkunu qegħdin niżguraw li meta ċittadin ikollu xi lment kontra l-pajjiż jew kontra l-amministrazzjoni, dan se jkollu post fejn jista' jikteb dwar l-ilment tiegħu.", "Forsi jkun hemm min dam jistenna ħafna sabiex jarawlu l-applikazzjoni tiegħu, forsi jkun hemm min dam jistenna sabiex jipproċessawlu xi ħaġa jew inkella dam ħafna qabel ma ħa l-benefiċċju li kien mistħoqq.", "Hi x'inhi r-raġuni, se jsib l- ombudsman li se jieħu ħsieb li jżommu sod.", "Wieħed irid jgħid li l-fatt li l-uffiċċju ta' l-ombudsman se jidħol fil- Kostituzzjoni tagħna, dan se jkun ifisser li se jkollna uffiċċju sod u protett.", "Naturalment m'għandniex noqgħodu ninkwetaw ruħna għaliex ikun hemm l-ilmenti quddiem l-ombudsman.", "Anzi l-fatt li l-uffiċċju ta' l- ombudsman jiġi wżat u jiġi wżat b'mod tajjeb miċ-ċittadin, għandha tkun xi ħaġa li lilna aktar tqawwilna qalbna dwar l-importanza ta' l-ombudsman.", "Mela l-fatt li l-ombudsman jirċievi numru ta' ilmenti matul is-snin se tkun garanzija aktar dwar kif il-pajjiż qiegħed jifhem x'inhu l-uffiċċju ta' l- ombudsman.", "Hawnhekk qegħdin invaraw liġi imma din il-liġi issa trid tasal għand iċ-ċittadini ħalli huma jkunu jistgħu jagħmlu użu minn dawn il- mekkaniżmi legali.", "Fortunatament il-kelma t-tajba fuq l-uffiċċju ta' l- ombudsman ġriet u għadha qiegħda tiġri mal-pajjiż kollu.", "Għalhekk jekk fil- bidu, dan l-uffiċċju kien għadu qiegħed jirranka, issa llum, bil-mod il-mod qiegħed jissoda aktar ruħu.", "Anzi jiena ngħid li taħt dan l-ombudsman li għandna llum, qiegħed nistenna li għada pitgħada jiġi quddiemna b'suġġerimenti legali li jkunu aktar profondi milli qatt kellna qabel.", "Fil- fatt lanqas biss għadu daħal fix-xogħol tiegħu u diġa' resaq quddiemna b'din l-emenda kostituzzjonali sabiex indaħħluha fil-kapitolu 2 tal- liġijiet ta' Malta.", "Għaldaqstant żgur li qegħdin inħarsu lejn uffiċċju li se jkompli jissoda ruħu.", "Fil-fatt hija l-intenzjoni tal-gvern li jieħu ħsieb li jissoda dan l-uffiċċju u kuntrarjament għal dak li forsi wieħed ipprova jagħti x'jifhem, dejjem kienet din in-naħa tal-Kamra li mexxiet 'il quddiem lil dan l-uffiċċju.", "Dan għaliex altru milli tiddikjara li se tagħmel xi ħaġa u mbagħad ma tagħmilhiex, u altru li tiddikjara xi ħaġa li fil-fatt tagħmilha.", "Il-ħabib tiegħi l-Onor.", "Farrugia qalilna li fil-manifest elettorali tal- partit Laburista ta' l-1976 kien iddikjara għall-ewwel darba li jrid idaħħal l-uffiċċju ta' l-ombudsman f'pajjiżna.", "Madankollu jiena jidhirli li kien fl-1971 meta l-partit Laburista ħareġ bil-proposta għall-ombudsman fil-manifest elettorali.", "Naturalment mill-1971 sa l-1987 – f'16-il sena sħaħ – il-partit Laburista fil-gvern ma sabx ħin biżżejjed ħalli jwaqqaf l- ombudman!", "Imbagħad kellu jkun il-partit Nazzjonalista fil-gvern li daħħal l- ombudsman f'pajjiżna u tah il-ħajja ħalli jkun jista' jaħdem.", "Għalhekk żgur li ħadd ma jista' jakkuża lil din in-naħa tal-Kamra li aġġixxiet kontra l-ombudsman jew li nkella kellha xi avverżjoni lejn dan l-uffiċċju.", "Anzi jidher ċar li l-ombudsman tħalla jaħdem fl-akbar liberta' u seta' jinvestiga u jara l-affarijiet tiegħu.", "Żgur li ma kien hemm l-ebda ilment fil-pajjiż jew f'din il-Kamra dwar kif l-ombudsman ried jinvestiga xi ħaġa u ma tħallix jew li nkella kien hemm xi mumenti fejn il-gvern kien komdu għaliex ma kellniex ombudsman nominat.", "Anzi kif qal tajjeb il-prim ministru, kien hemm attivita' istituzzjonali u politika importanti sabiex wieħed jasal għal ftehim fuq in-nomina ta' diversi persuni għall-uffiċċju ta' l-ombudsman u fuq iċ-chairman tal-Public Broadcasting Authority.", "U dawn huma frott il-ħidma demokratika ta' dan il-pajjiż.", "Jien ma naf bl- ebda pajjiż li jirnexxilu jsib ftehim mill-ewwel fuq persuna waħda.", "Is- soltu dejjem ikun hemm bukett u minn dak il-bukett ikun hemm min togħġbu fjura u jkun hemm min togħġbu fjura oħra, sakemm fl-aħħar isibu fjura waħda li fuqha jaqblu t-tnejn li huma.", "Nistgħu ngħidu li hekk ġara fil-każ tal-Prim Imħallef Joseph Said Pullicino għaliex kienet nomina li għandha l-appoġġ taż-żewġ naħat tal-Kamra.", "L- ombudsman dejjem għandu jkollu l-appoġġ taż-żewġ naħat tal-Kamra u aktar ma jkollu dan l-appoġġ, aktar aħjar għaliex tqiegħdu f'pożizzjoni ta' kumdita' fil-ħidma tiegħu.", "B'din il-pożizzjoni jkun jista' jaħdem above board u mingħajr ma jkun hemm l-idea li xi partit partikolari nnomina tali persuna minħabba xi raġuni partikolari.", "Nistgħu ngħidu wkoll li minn kemm ilu jeżisti l-uffiċċju ta' l-ombudsman, dejjem sab l-għaqda taż-żewġ naħat tal- Kamra.", "Min-naħa tiegħi nista' ngħid li kont preżenti meta reġa' ġie kkonfermat għat-tieni darba Joe Sammut bħala ombudsman, u kont preżenti wkoll meta ġie nnominat u approvat l-Prim Imħallef Emeritus Joseph Said Pullicino.", "Hija xi ħaġa tajba li qegħdin indaħħlu l-uffċċju ta' l- ombudsman bħala parti sħiħa fil-Kostituzzjoni tagħna.", "Bħala student universitarju dejjem ħarist lejn id-dritt amministrattiv bħala dak id-dritt li l-aktar li jmiss liċ-ċittadin fl-affarijiet tiegħu ta' kuljum.", "Għalhekk b'din l-emenda qegħdin nagħtu garanzija ċara lill-poplu kollu li dan l- uffiċċju m'huwiex se jintmess imma se jibqa' marbut fil-Kostituzzjoni tagħna.", "Dan l-uffiċċju se jibqa' protett bil-Kostituzzjoni u ż-żewġ naħat tal-Kamra se jkunu dejjem imħeġġa sabiex jaqblu fuq ismijiet ta' persuni li għandhom jokkupaw din il-kariga.", "Ovvjament l-għażla dejjem għandha ssir bil-galbu għaliex kif jgħid il-Malti, qis mitt darba u aqta' darba.", "Il- persuna nnominata għal dak l-uffiċċju trid tkun persuna li jkollha mhux biss l-appoġġ taż-żewġ naħat tal-Kamra imma jrid ikollha viżjoni fit-tul għal dak li trid twettaq f'dan l-uffiċċju.", "Trid tkun persuna li tifhem id- dmirijiet tagħha fil-konfront tal-poplu kollu, b'mod speċjali fl- amministrazzjoni li kull darba tkun qiegħda tiżviluppa.", "Illum għandna wkoll l-istituzzjoni ta' l-ombudsman Ewropew, jiġifieri istituzzjoni li tippermetti liċ-ċittadin Malti sabiex jikteb direttament lill-ombudsman Ewropew.", "Ovvjament dan l-ombudsman Ewropew jieħu l-ilment taċ-ċittadin Malti u jsegwih.", "Wieħed irid jgħid ukoll li d-diversi prinċipji ta' amministrazzjoni tajba li ġew elaborati mill-uffiċċju ta' l- ombudsman Ewropew u li ġew approvati fuq livell Ewropew, l-ewwel fil- Kunsill ta' l-Ewropa u mbagħad fil-parlament Ewropew, fil-liġi li għamilna taħt tat-tribunal tad-dritt amministrattiv, ħaddanna ħafna minn dawk il- prinċipji.", "Issa din il-ġabra ta' regoli, għada pitgħada se jimxu u se jagħtu pass importanti u vitali.", "Irrid infakkar li l-att li għadu abbozz ta' liġi, aħna wasalna fl-aħħar tiegħu u qegħdin fit-Third Reading tiegħu.", "Issa hemmhekk qegħdin nitkellmu fuq kif meta jkun hemm każ quddiem wieħed minn dawn it-tribunali amministrattivi, l-amministrazzjoni trid tagħmel available l-file ta' dik il-persuna partikolari u allura, dak li huwa għad-dispożizzjoni tal-gvern, se jkun ukoll għad-dispożizzjoni taċ- ċittadini.", "Dan iffisser li aħna qegħdin nagħmlu umbrella tad-dritt amministrattiv, u taħt din l-umbrella wieħed se jkun jista' iħares 'il quddiem sabiex nissodaw ferm aktar lill-pajjiż.", "Nagħlaq id-diskors tiegħi billi ngħid li qiegħed nieħu pjaċir li ż-żewġ naħat tal-Kamra se jivvotaw favur dan l-abbozz ta' liġi.", "Naturalment fl- istadju tal-kumitat se jkunu jistgħu jiġu kkonsidrati s-suġġerimenti li kellna miż-żewġ naħat tal-Kamra u kif jiġri diversi drabi, jekk kemm-il darba jkunu suġġerimenti li qegħdin isaħħu l-iskopijiet tagħna, inkunu nistgħu neħduhom ukoll on board.", "Nirringrazzjak.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Jose' Herrera.", "ONOR.", "JOSE' HERRERA: Sur President, nibda billi ngħid li jiena naqbel pjenament ma' dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna u se nibda nitkellem mill-ewwel fuq il-parti li tikkonċerna lill-ġudikatura.", "Indubbjament wasal iż-żmien li l-maġistrati tagħna jibdew jirtiraw ta' 65 sena minflok ta' 60 sena.", "Ir-raġunijiet li semma' l-prim ministru kienu fis-sens li l-eta' pensjonabbli tal-ħaddiema se tibda tkun ta' 65 sena, mentri l-eta' ta' meta jirtiraw il-maġistrati tagħna hija ta' 60 sena.", "Issa l-eta' pensjonabbli tal-maġistrati hija protetta bil-Kostituzzjoni u allura meta nagħmlu liġijiet li ma jkunux qegħdin jemendaw il- Kostituzzjoni, din il-kwestjoni ta' l-eta' tal-maġistrati ma tiġix affettwata.", "B'hekk kellna nbiddlu l-Kostituzzjoni ħalli meta l-eta' pensjonabbli tiġi ta' 65 sena, il-maġistrati tagħna wkoll ikun jistgħu jirtiraw ta' 65 sena.", "Dan huwa argument validu, pero' inħoss li dik ma kenitx l-unika raġuni għalfejn kellhom jirtiraw ta' 65 sena.", "L-ewwelnett, tradizzjonalment min jilħaq fil-ġudikatura ma jilħaqx ta' 25 sena.", "Fil-fatt il-Kostituzzjoni stess tgħidlek li min jingħtażel bħala maġistrat irid ikun bniedem ta' ċerta esperjenza u li jkollu ammont ta' snin.", "Allura min jilħaq f'din il- kariga aktar ikun viċin ta' l-40 sena milli jkun fl-għoxrinijiet.", "Bniedem li jilħaq maġistrat dejjem irid ikollu dawk l-20 jew 25 sena ta' esperjenza u allura ma jagħmilx sens li jkollok l-eta' pensjonabbli li tkun baxxa.", "It- tieni nett, ix-xogħol tal-maġistrati u anke ta' l-imħallfin m'huwiex xi xogħol fil-ġebel imma huwa xogħol intellettwali.", "Aktar ma persuna tikber, aktar se timmatura fil-professjoni tagħha, aktar se trabbi esperjenza u aktar se trabbi konoxxenza tal-liġi.", "Bniedem ta' 60 sena fil-bank tal- ġudikatura se jkun għadu fl-aqwa tiegħu.", "Dawn huma kollha raġunijiet għaliex wieħed m'għandux iħalli l-eta' li wieħed jirtira kif inhi.", "Sur President, hawnhekk jien m'iniex se nitkellem f'isem il-partit Laburista imma se nitkellem biss fuq dak li naħseb personalment.", "Din hija kwestjoni li ma ġietx diskussa bejn il-partiti għaliex ma kenitx proposta.", "Madankollu xtaqt inqajjem dan il-punt u kien għalhekk li għamilt dan l- intervent tiegħi llum.", "Żgur li ma ħadtx dan il-ħin sabiex noqgħod nirrepeti dak li qal l-Onor.", "Farrugia jew dak li qal l-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici.", "Ma' dan ta' l-aħħar kien hemm xi ħaġa li ma qbiltx miegħu.", "Jiena naqbel li għandu jkollok ġerarkija ġudizzjarja fil-qrati tagħna.", "Nemmen li għandu jkun hemm differenza bejn il-livell ta' maġistrat u dik ta' imħallef.", "F'kelma waħda, il-kariga ta' maġistrat għandha tkun meqjusa bħala kariga nferjuri għal dik ta' imħallef.", "L-ewwelnett anke l- Kostituzzjoni tagħna ssejjaħ lill-qrati tal-maġistrati bħala qrati nferjuri u l-qrati ta' l-mħallfin bħala qrati superjuri.", "It-tieni nett il- kompetenzi bejn iż-żewġ qrati tvarja sostanzjalment.", "Huwa minnu li llum il- kariga ta' maġistrat, kif qal tajjeb l-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici, ġiet elevata u l-kompetenza ta' maġistrat fil-kriminal żdiedet sa għaxar snin, mentri l-kompetenza fiċ-ċivil żdidet sostanzjalment u se tibqa' tiżdied.", "Ma nara xejn ħażin b'daqshekk għaliex wara kollox, maġistrat huwa a junior judge li għandu l-protezzjoni tal-Kostituzzjoni u huwa wkoll fil-bank tal- ġudikatura.", "Anzi jiena naqbel perfettament mal-ħsieb li nżidu ftit ieħor mal-kompetenza li għandu l-maġistrat illum pero' il-kariga ta' imħallef, fin-natura tagħha u fil-ġurisdizzjoni tagħha hija superjuri għal dik ta' maġistrat.", "Biss biss fil-kompetenza tagħhom fil-prim-awla, l-imħallfin għandhom poteri ta' imħallfin tal-qorti kostituzzjonali tal-prim'istanza.", "F'kelma waħda għandhom il-poter li jistgħu jiddeċiedu li jannullaw saħansitra l-liġijiet li jgħaddi dan il-parlament.", "Dan huwa poter kbir ħafna u lanqas dan il- parlament m'għandu poter simili u għalhekk il-poter ta' imħallef huwa kbir ħafna.", "Anzi tista' tgħid li huwa mingħajr limitu għaliex kif għedt, dan għandu poter li jannulla l-liġijiet li jgħaddi dan il-parlament, għandu poter li jissindika l-amministrattiv u għandu poter li jissindika l- eżekuttiv.", "Jekk ministru jagħmel regolamenti jew bye-laws li jkunu irraġjonevoli, l-imħallef jista' jannullahom mentri l-maġistrat ma jistax.", "U allura l-kompetenza u l-ġurisdizzjoni ta' l-imħallfin hija superjuri għal dik tal-maġistratura.", "Sur President, min-naħa tiegħi qatt ma qbilt ma' l-argument li kien iressaq l-Onor.", "John Attard Montalto meta kien jgħid li m'hemmx differenza bejn maġistrati u mħallfin.", "Qatt ma' qbilt ma' dak l-argument għaliex kullimkien fid-dinja għandek il-ġerarkija fost il-ġudikatura.", "U dan għaliex hemm kompetenzi diversi u importanti ħalli jkollok sistema ta' checks and balances intern.", "Fil-fatt jista' jkollok imħallef tal-qorti ta' l-appell li qiegħed jirrivedi sentenzi tal-maġistrati.", "Allura lil dan tista' tqiesu daqs maġistrat?", "Ma tistax tagħmel hekk għaliex huwa l-imħallef li jirrivedi s-sentenzi tal-qorti nferjuri.", "Jiena ngħidlek li anke mħallef tal- prim'istanza għandu jiġi meqjus ġerarkikament inferjuri għal imħallef tal- qorti ta' l-appell għaliex il-qorti ta' l-appell qisha s-supreme court ta' Malta, fejn l-imħallfin ta' l-appell jirrevedu s-sentenzi ta' l-imħallfin tal-prim'istanza.", "Tradizzjonalment, fiċ-ċirki legali, l-imħallfin ta' l- appell dejjem jitqiesu bħala aktar anzjani u ġerartikament aktar importanti mill-imħallfin tal-prim'istanza.", "Din hija s-sistema li tintuża kullimkien fid-dinja u għalhekk ħadd m'għandu jieħu għalih.", "Għaldaqstant ma naqbilx li l-eta' ta' l-irtirar ta' l-imħallfin għandha tkun daqs dik tal-maġistrati.", "Naturalment din hija biss l-idea tiegħi u ta' ħadd aktar.", "Jien qiegħed ngħid li tradizzjonalment, meta saret il- Kostituzzjoni tagħna fl-1964 u anke fl-1962, din kienet tgħid hekk.", "Anke tradizzjonalment, l-eta' pensjonabbli ta' l-imħallfin dejjem kienet aktar minn dik tal-maġistrati.", "U dan mhux biss minħabba prestiġju imma anke minħabba li persuni li tradizzjonalment jiġu appuntati bħala mħallfin ikunu nies pjuttost anzjani.", "Tradizzjonalment l-imħallfin tagħna ma jilħqux ta' 38 sena jew ta' 40 sena għaliex ta' dik l-eta' jilħqu maġistrati.", "Jilħqu mħallfin wara li jkunu għamlu karriera twila fil-maġistratura u jkollhom eta' medja ta' 50 jew 55 sena.", "Fost l-imħallfin li laħqu ta' din l-eta' nsibu proprju z-ziju ta' l-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici, Philip Sciberras u Joe Galea Debono.", "Uħud mill-aqwa mħallfin li kellna f'pajjiżna laħqu meta kellhom aktar minn 55 sena.", "Dan ma jfissirx li għaliex għandek 55 sena, allura spiċċajt.", "Allura inti tappunta mħallfin nies li jkunu avukati anzjani jew li jkunu attorney generals irtirati jew li se jirtiraw, bħalma kien Victor Borg Costanzi.", "Dan kien se jirtira ta' 60 sena u għalhekk sar imħallef.", "Sur President, tradizzjonalment l-attorney generals kollha kważi jsiru mħallfin meta jaslu biex jirtiraw mill-kariga tagħhom.", "Mela kulmin isir imħallef ikun viċin is-60 sena.", "Allura min għamel il-Kostituzzjoni tagħna għamilha b'għaqal.", "Irrealizza li lill-imħallfin trid tħallilhom aktar żmien qabel ma jirtiraw.", "Issa jien għamilt ftit tar-riċerka fuq dan is-suġġett.", "Mill-Ewropa kollha f'Malta biss għandna mħallfin li jiritiraw ta' 65 sena.", "Qabel fl-Ingilterra ma kenux jirtiraw u fil-fatt kien hemm Lord Denning li kien irtira ta' 87 sena.", "Jerġa' irtira mill-kariga tiegħu mhux bl-eta' imma minħabba li kien ta sentenza amministrattiva li fuqha kienet inqalgħet polemika minħabba kwestjoni ta' diskriminazzjoni razzjali.", "Pero' imbagħad l- Ingliżi dehrilhom li l-eta' kienet qiegħda tkun esaġerata għaliex kellek imħallfin ta' 80 sena u anke ta' 90 sena u għal din ir-raġuni għamlu l-eta' pensjonabbli ta' 75 sena.", "Fl-Italja l-eta' pensjonabbli ta' imħallef hija ta' 70 sena mentri f'pajjiżi oħra ġewwa l-Ewropa hija ta' 70 jew ta' 75 sena.", "Kif għedt f'Malta biss l-eta' pensjonabbli ta' imħallef hija ta' 65 sena.", "Issa din qiegħda tikkrea problemi kbar u hija xi ħaġa li ddiskutejtha wkoll ma' membri tal-ġudikatura, ma' imħallfin u ma' imħallfin tal-grad ta' appell.", "Dan l-aħħar saret ċerta kritika f'waqtha.", "U għamel sewwa l-gvern li meta jiġu biex jirtiraw l-imħallfin, minħabba l-esperjenza vasta tagħhom jappuntahom bħala chairmen fil-bordijiet u l-kummissjonijiet.", "Fil-fatt madwar id-dinja kollha nsibu li jiġri hekk.", "Allura meta l-imħallfin jiġu biex jirtiraw mill-kariga tagħhom, dawn minflok ma jieħdu l-pensjoni, jiġu appuntati bħala ombudsman, jew bħala chairman tat-tribunal għall- investigazzjonijiet ta' l-inġustizzji jew inkella chairman tal-broadcasting authority.", "Il-pensjoni tagħhom meta tikkomparaha mas-salarju li kien ikollhom, issib li dawn qegħdin jieħdu l-karawett.", "U hawnhekk wieħed irid jitkellem realistikament.", "L-imħallfin għandhom salarju tajjeb u huwa ogħla minn dak taċ-ċivil.", "L-imħallfin għandhom salarju garantit mill- Kostituzzjoni u jitħallsu direttament mill-consolidated fund.", "Fil-fatt is- salarju ta' imħallef huwa aktar minn dak tal-ministri.", "Madankollu filwaqt li l-ministri, meta jirtiraw għandhom two-thirds tal- pensjoni, l-imħallfin għandhom is-ceiling normali.", "Issa l-imħallfin ikunu mdorrijin b'ċerta lifestyle u dawn għandhom vantaġġ fuqna l-politiċi.", "Dan għaliex aħna l-politiċi, hekk kif nispiċċaw minn din il-Kamra nintesew soċjalment, ħlief għal dak ix-xi ħadd li jkun xi stilla.", "Issa l-problema hija din.", "Hemm it-tentazzjoni li fl-aħħar tal-karriera tagħhom, minħabba li l-aspett ekonomiku jidher li jkun qiegħed jikkompromettihom fl-aħħar fażi tal-karriera tagħhom, li forsi jkunu qegħdin jidhru wisq kompromettenti mal-gvern tal-ġurnata sabiex għada pitgħada, ikunu jistgħu jieħdu dawn l-appointments li semmejt ftit ilu.", "Għalhekk din hija xi ħaġa li tista' taffettwa l-indipendenza tal-ġudikatura.", "Allura nemmen li l- perijodu ta' l-imħallfin għandu jiżdied ukoll.", "Naturalment m'iniex qiegħed ngħid li għandna nagħmluh bħalma għamlu l-Ingliżi, pero' naħseb li għandna ngħollulhom l-eta' pensjonabbli tagħhom bi tliet snin jew b'erba' snin aktar.", "U dan għandna nagħmluh kemm sabiex nuru distinzjoni bejn iż-żewġ karigi, distinzjoni li qiegħda hemm tradizzjonalment u hemm se tibqa', kif ukoll sabiex nevitaw dawn it-tip ta' battibekki.", "Kien għalhekk li meta konna tkellimna fuq il-liġi tat-tribunal ċentrali, jiena ma kontx favur li ċ-chairman ikun imħallef irtirat.", "Dan għaliex imħallef irtirat m'għandux ma jgawdix mill-garanziji li tipprovdi l-istess Kostituzzjoni għall-imħallfin li jkunu għadhom attivi.", "Fuq l-eta' xtaqt ngħid xi ħaġa oħra.", "Il-Kostituzzjoni tagħti l-fakulta' lill-gvern sabiex jappunta dak li jissejjaħ l-aġent imħallef.", "Madankollu din ma tantx għadha tintuża.", "Jiena niftakar f'Victor Borg Costanzi li meta kien ġie biex jirtira minn imħallef ta' 65 sena, kien ingħata extension u għamel sa 70 sena bħala aġent imħallef.", "Niftakar ukoll f'Ċensu Scerri li wkoll kien sar imħallef meta kellu qrib is-60 sena u li kien ingħata extensions ħalli jkompli fil-kariga tiegħu.", "Sur President, kellna bosta mħallfin li kellhom dawn l-extensions imma llum qegħdin nagħżlu li nagħtuhom iċ-chairmanships minflok l-extensions.", "Issa jiena ngħid li din hija xi ħaġa perikoluża u kien hemm ukoll xi kritika fuqha fil-gazzetti tagħna kemm minn nies fiċ-ċirku legali kif ukoll min- nies li huma barra minn dan iċ-ċirku.", "Jiena ngħid li din hija problema li wieħed jista' jindirizzaha.", "Naf li m'hijiex parti mill-pakkett li qiegħed jiġi ppreżentat f'dan l-abbozz ta' liġi, imma nħoss li din għandha tiġi mdaħħla wkoll.", "U dan qiegħed ngħidu bħala l-opinjoni tiegħi biss għaliex naħseb li hija importanti li ssir.", "Issa ħalli ngħid xi ħaġa fuq il- kwestjoni ta' l-ombudsman.", "Naqbel li l-abbozz ta' liġi fuq l-ombudsman huwa skeletru.", "Fil-fatt jekk taqrah ma ssibx li l-ombudsman huwa entrenched fil-Kostituzzjoni u fuq kemm jista' idum fil-kariga tiegħu, jekk hux għal ħames snin u jekk il-kariga tiegħu tistax tiġi mġedda.", "Lanqas għandek kif għandu jiġi appuntat l- ombudsman.", "Dan għaliex l-ombudsman, fin-natura tiegħu ma jistax ikun totalment awtonomu bħall-membri tal-bank tal-ġudikatura.", "Ġuridikament dan ma jagħmilx sens għaliex l-ombudsman m'hu xejn ħlief uffiċjal ta' dan il- parlament.", "Din il-persuna qiegħda hawnhekk sabiex isservi u tirrakkmanda lil dan il-parlament.", "L-ombudsman m'għandux poteri eżekuttivi u lanqas għandu jkollu.", "Jekk wieħed jara l-blueprint ta' meta ġie kkreat l- ombudsman, isib li dan m'għandux poteri eżekuttivi u qatt ma jista' jkollu għaliex dejjem huwa uffijċal tal-parlament.", "Mela tajjeb li f'din il-liġi qegħdin nirriservaw id-dritt li aħna fil- parlament irridu nirregolaw il-funzjonijiet ta' l-ombudsman.", "L-ewwelnett għad m'għandniex esperjenza twila biżżejjed ta' l-ombudsman għaliex dan ilu jopera biss fuq perijodu ta' 15-il sena.", "Mela l-kariga tiegħu għadha trid tevolvi ruħha.", "Il-poteri ta' l-ombudsman għadhom m'humiex ben definiti u dawn jistgħu jiġu ristretti, kif ukoll jistgħu jiġu mwessa'.", "Għalhekk m'għandniex norbtu lil ta' warajna skond l-esiġenzi tal-mument.", "Madankollu tajjeb li qbilna li kien wasal il-mument li nieħdu nota ta' l-importanza ta' dan l-uffiċjal u nsemmuh ukoll fil-kostituzzjoni tagħna.", "Kulma qegħdin ngħidu fil-kostituzzjoni huwa li għandu jkollna ombudsman.", "Xejn inqas u xejn iżjed.", "Imbagħad il-poteri li għandu jkollu l-ombudsman għandna narawhom hawnhekk fil-parlament.", "L-ombudsman huwa uffiċjal tal-parlament u għalhekk għandu jkun il-parlament li jirregola lill-uffiċjali tiegħu.", "Dan jgħodd ukoll għall-awditur ġenerali.", "Sur President, l-awditur ġenerali huwa wkoll uffiċjal ta' dan il-parlament u għalhekk ma jistax ikun daqstant awtonomu li ma jirrispondix għall- parlament.", "Ara l-ġudikatura hija xi ħaġa kompletament differenti.", "Il- ġudikatura evolviet qabel ma kien hawn il-parlament u għandha storja li tmur lura għal eluf ta' snin.", "L-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici li jħobb id- dritt ruman jaf li l-ġudikatura ilha teżisti għal millennji sħaħ u saħansitra tmur għaż-żmien tar-Rumani u anke aktar qabel.", "Naturalment matul il-milja tas-snin il-ġudikatura evolviet bħala wieħed mit-tliet branki ta' l-istat.", "L-istat jikkonsisti minn tliet branki, li fosthom insibu l-ġudikatura.", "Għalhekk il-ġudikatura trid tkun indipendenti u l- Kostituzzjoni tgħidlek b'mod iddettaljat kif jistgħu jiġu appuntati l- membri tal-ġudikatura, kif jistgħu jitneħħew u x'funzjonijiet għandhom.", "Ma nistgħux ngħidu l-istess ħaġa fuq l-ombudsman.", "Kif diġa' għedt, dan huwa uffiċjal tal-parlament u x-xogħol tiegħu huwa dak li jirrikkmanda lil din il-Kamra u li jagħti rimedju fil-forma ta' dak li jirrikkmanda.", "Il- weakness fis-sistema ġuridika tagħna kien l-aspett tad-dritt amministrattiv.", "Din dejjem kienet l-aktar part dgħajfa mill-aspett ġuridiku ta' pajjiżna.", "Issa għamilna l-ewwel pass billi ppreservajna l- ġurisdizzjoni residwali u tradizzjonali fil-kwestjoni tal-qrati ordinarji, u kkrejajna t-tribunal ċentrali.", "Issa wieħed jispera li eventwalment dan l- istess tribunal jevolvi fi stadju ieħor sabiex isir qorti amministrattiva bħalma nsibu f'pajjiżi oħra.", "Dan sa jkun it-tieni u l-aħħar pass sabiex id- deficit li għandu pajjiżna f'dak li għandu x'jaqsam mad-dritt amministrattiv, jiġi magħluq u sorvolat.", "Nirringrazzjak.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "L-Onor.", "Mifsud Bonnici, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni kienet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Sur President, nipproponi l-Aġġornament tal- Kamra għal nhar it-Tnejn, 26 ta' Marzu, 2007 fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta (Emenda Nru 2) - Tieni Qari (Kont);", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Organizzazzjonijiet Volontarji - Tieni Qari (Kont);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Ġustizzja Amministrattiva - Tielet Qari;", "u xi aġenda oħra li tista' tiġi komunikata aktar tard. --------------------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili (Emenda Nru 2) - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Reġistru Ċentrali - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili (Emenda Nru 2) - Kumitat Permanenti.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Sur President, xtaqt nieħu dan l-aġġornament sabiex nitkellem ftit fuq ir-rebħa kbira Laburista li kellna fl-aħħar elezzjoni tal-kunsilli lokali speċjalment f'ċerti lokalitajiet li tradizzjonalment kienu nazzjonalisti.", "Hawnhekk qiegħed nirriferi b'mod partikolari għad- distrett tal-Mosta, fejn għamilna rebħa assoluta, liema rebħa kkonfermat is- swing qawwi li l-poplu tal-Mosta għamel favur il-partit Laburista.", "Dan huwa dovut għax-xogħol kbir li għamel il-partit Laburista, partit li jiena kburi li nappartjeni lilu u jiena wkoll wieħed minn dawk li naħdem bla heda fih b'mod speċjali ma' dak li għandu x'jaqsam mal-Mosta.", "Jiena xtaqt nirringrazzja lill-kandidati kollha li ħarġu għall-elezzjoni tal-kunsilli lokali taħt il-partit Laburista fil-Mosta, li flimkien wasslu sabiex ikollna din ir-rebħa konvinċenti għall-ewwel darba fl-istorja tal-kunsilli lokali tal-Mosta.", "Fil-fatt għall-ewwel darba fil-Mosta se jkollna kunsill lokali Laburista.", "Nixtieq mill-ewwel nifraħ lis-sindku l-ġdid Dr. Pawlu Chetcuti Caruana, li kien ta wkoll il-kontribut tiegħu fis-snin '80 f'isem il-partit Laburista minn dawn il-bankijiet tal-parlament.", "Illum, bil-kontribuzzjoni tal- kandidati l-oħra kollha, wassal lil dan il-partit Laburista għal rebħa kbira Laburista fil-lokal tal-Mosta.", "Dan ifisser li issa l-Mosta se jkollha sindku ġdid li se jibda jaħdem flimkien mal-kunsilliera kollha eletti.", "Minn hawnhekk nixtieq nawgura lil dawk kollha li ġew eletti kif ukoll lil dawk li ma ġewx eletti imma li taw ukoll il-kontribut tagħhom.", "Fil-fatt bil-voti tagħhom inkisbet ukoll il-maġġoranza Laburista f'dan il- kunsill lokali u issa nawgura lis-sindku sabiex jaħdem flimkien mal- kunsilliera l-oħra ħalli nagħmlu dak il-programm li bħala partit Laburista ndirizzajna lill-poplu Mosti u b'hekk ikollna Mosta aħjar.", "Aħna rridu li jkollna Mosta aħjar milli ħallejniha.", "Irridu nindirizzaw il- problemi tal-lokal speċjalment dawk li aċċenajna għalihom fil-kampanja elettorali tagħna, jiġifieri dawk il-problemi li għandhom bħalissa l- Mostin, l-aktar dawk li jgħixu fil-periferija, fosthom dawk li jgħixu fiż- żoni tal-housing estate, dawk li jgħixu fiż-żoni ta' Santa Margerita, taż- Żokrija u postijiet oħra.", "Ma jistax ikun li kien ikollna kunsill lokali li kien jindirizza biss il-problemi taċ-ċentru tal-Mosta.", "Naturalment tajjeb li jkollna ċentru sabiħ, imma rridu wkoll naraw li jkollna l-affarijiet neċessarji, bħalma huma toroq aħjar, servizzi għall-poplu Mosti aħjar u li jkun hemm aktar serjeta' fil-ġlieda kontra l-kriminalita'.", "Wieħed għandu jindirizza dawn il-problemi kollha u persważ li l-kunsill lokali Laburista dawn se jindirizzahom.", "Sur President, illum nitlob li kulmin qiegħed fil-kunsill lokali tal-Mosta u kulmin għandu għal qalbu l-lokal tal-Mosta, għandu jaħdem ma' dan il- kunsill lokali ġdid Laburista ħalli verament ikun jista' jwettaq il- wegħdiet tagħna u li jitfa' l-enerġiji kollha ħalli jkun hemm sinerġija kollettiva.", "Nixtieq ukoll ngħid xi ħaġa lil dawk li ma vvotawx lill-partit Laburista imma li vvotaw lill-kandidati tal-partit Nazzjonalista u lil kandidat ta' l-Alternattiva Demokratika.", "Dawn l-eletturi wkoll għamlu d- dover tagħhom għaliex tefgħu l-vot tagħhom, imma issa jridu jaraw li jirrispettaw il-vuċi Mostija li tat din ir-rebħa Laburista.", "Iridu jirrispettaw id-deċiżjoni tal-poplu Mosti li ddeċieda li jagħti t-tmexxija tiegħu f'idejn kunsill lokali Laburista.", "Illum il-Mosta hija t-tieni l- akbar belt f'Malta, b'popolazzjoni li tavviċina l-20,000 ruħ.", "Fil-fatt bħala kobor niġu eżatt wara Birkirkara u għaldaqstant jixraq, li ladarba dan il-pajjiż tant kiber, li jkollu gvern lokali aħjar minn dak li wiret permezz tal-gvernijiet lokali Nazzjonalisti, li ħallew problemi kbar.", "Nerġa' ngħid li dawn il-problemi se jiġu ndirizzati u fejn hemm dokumenti li wieħed għandu jarahom, aħna se narawhom bil-kwiet.", "Ninsab ċert li s- sindku Pawlu Chetcuti Caruana se jagħmel xogħlu sew għaliex dejjem kellu u għad għandu għal qalbu l-ġid fil-Mosta.", "Dak li għamel mill-aspett privat fix-xogħol tiegħu se jagħmlu wkoll mill-aspett pubbliku flimkien mal- kunsilliera l-oħra Laburista li se jaħdmu miegħu.", "Għaldaqstant wieħed iħares lejn il-Mosta b'ċerta freskezza.", "Ilum inħarsu lejn il-Mosta b'arja friska Laburista li se tagħmel il-ġid lill-poplu kollu tal-Mosta.", "Il-poplu Mosti emmen li għandu jkollu bidla fit-tmexxija tal-kunsill lokali u din il- bidla kienet ilha tinħass.", "Kellna kandidatura b'saħħitha u kandidatura minn kull strata, fosthom il-perit Chris Grech, Mario Sammut u oħrajn.", "Dawn kollha taw rebħa konvinċenti għall-aħħar.", "Issa dan x'jawgura?", "Sur President, il-poplu Mosti tkellem b'vuċi qawwija u qal li ried rebħa Laburista.", "Issa se jerġa' jitkellem fi żmien ftit xhur oħra flimkien mal- bqija tal-poplu Malti u Għawdxi sabiex ikollna rebħa oħra din id-darba fit- tmexxija tal-pajjiż.", "Din hija xi ħaġa li ma ddumx ma tasal.", "Ma ddumx ma tasal għaliex illum, il-poplu Malti jaf li s-snin kollha li ġie mċaħħad mit- tmexxija Laburista kien kollu dovut għall-qerq, gideb u duħħan li ħareġ min- naħa tal-gvern Nazzjonalista.", "Dan ma qalx il-verita' ħalli b'hekk ikun jista' jinganna lin-nies u jirbaħ l-elezzjoni u r-referendum li kellna dak iż-żmien.", "Illum kulħadd jaf li kellna tradiment ċar u tond fil-konfront tal-poplu Malti u Għawdxi kollu.", "Eżempju ċar kienet il-kwestjoni tal- kaċċaturi u n-nassaba.", "Tista' taqbel mal-kaċċaturi u man-nassaba u tista' ma taqbilx, imma dak m'huwiex il-punt.", "Il-punt huwa l-mod ta' kif tgħid l- affarijiet, u l-gvern gideb ma' dawn in-nies.", "Il-gvern ipprova jdewwaqli d- doża ta' l-opium ħalli jipperswadini bl-affarijiet li ma kienux veri.", "B'hekk inganna mijiet u eluf ta' ċittadini Maltin sabiex jirbaħ l-elezzjoni u r-referendum.", "Sur President, illum il-poplu kollu nduna b'dan il-gideb għaliex kif jgħidu, il-giddieb għomru qasir.", "Naturalment il-giddieb jista' jkollu għomru twil imma fl-aħħar mill-aħħar, se jinqabad, bħalma nqabad il-gvern Nazzjonalista.", "Illum il-gvern Nazzjonalista nqabad u huwa priġunier tiegħu stess.", "Kien proprju għalhekk li fil-kunsill lokali tal-Mosta, ta' Ħ'Attard, tal-Gżira u tax-Xagħra ġewwa Għawdex kellna maġġoranza Laburista.", "Dan ma jiġix mix-xejn imma ġie mix-xogħol li għamel il-partit Laburista.", "Ġie wkoll mill-fatt li l-partit Laburista dejjem qal il-verita', avolja kienet tista' tweġġa'.", "Illum il-poplu Malti u Għawdxi qiegħed jirrealizza li s-sinjal l-aħmar ilu mixgħul ħafna u s-siegħa tal-prova qiegħda viċin.", "Tissejjaħ meta tissejjaħ l-elezzjoni, aħna se nkunu lesti.", "J'alla tissejjaħ għada l-elezzjoni u lill-gvern Nazzjonalista ngħidlu sabiex joqgħod attent għaliex meta jsejjaħ l-elezzjoni, aħna se nkunu lesti ħalli għal kull ħaġa li l-gvern se jgħid u li ma tkunx tirrifletti l-verita', noħorġu l-verita' aħna.", "Illum iċ-ċertifikat ma tawhulniex biss il-poplu Malti imma qiegħda tagħtihulna l-istess Ewropa għaliex qalet li aħna dejjem għedna l-affarijiet preċiżi mentri l-gvern Nazzjonalista dejjem inganna lill-poplu.", "Nirringrazzjak.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Cuschieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Sur President, qabel ma nitkellem fuq ir-rebħa kbira Laburista fil-kunsilli lokali, xtaqt ngħid xi ħaġa fuq l-armata.", "Dan l-aħħar qegħdin jasluli diversi rapporti minn diversi suldati fuq kif il- Kaptan Micallef - donnu li xi ħadd qiegħed jagħtih l-arja - qiegħed jagħżel nies b'tendenzi laburisti sabiex jiddixxiplinahom mingħajr ebda raġuni u mingħajr l-ebda ġustifikazzjoni.", "Mhux hekk biss imma qiegħed ukoll jintimidahom.", "Issa jien ma tantx inħobb insemmi ismijiet f'din il- Kamra imma qiegħed inwissi lil din il-persuna sabiex toqgħod attenta b'dak li qiegħda tagħmel għaliex jekk se tibqa' b'din l-attitudni, mhux se jkollna triq oħra ħlief dik li bħala partit Laburista nieħdu l-pożizzjoni li għandna nieħdu fil-mument opportun.", "Qiegħed nagħmilha ċara li din il-perusna għandha terġa' tirrifletti l- pożizzjoni tagħha ħalli tassigura ruħha li ma tibqax tintimida lis-suldati li huma ta' tendenza laburista.", "Li jkollok tendenza laburista ma tfissirx li inti ċittadin tat-tieni klassi jew inkella li għandek tiġi vvendikat jew intimidat.", "Nerġa' nagħmilha ċara li din il-persuna għandha tirrifletti l- pożizzjoni tagħha għaliex jekk tibqa' sejra hekk ma jkollniex għażla oħra ħlief dik li meta jasal il-mument opportun, nieħdu l-pożizzjoni xierqa.", "Issa xtaqt nitkellem fuq ir-rebħa kbira Laburista fil-kunsilli lokali.", "Naturalment din m'hijiex l-ewwel rebħa li għamel il-partit Laburista fl- elezzjonijiet tal-kunsilli lokali.", "Sfortunatament fl-aħħar elezzjoni tal-kunsilli lokali ma kontx hawn Malta minħabba li kont fuq xogħol parlamentari ġewwa l-Ingilterra.", "Fil-fatt konna ġewwa l-House of Commons li huwa l-parlament Ingliż u jkolli ngħid li kienet żjara interessanti ħafna.", "Madankollu ma stajtx insegwi mill-qrib dak li kien qiegħed jiġri ġewwa pajjiżna u lanqas stajt niċċelebra mal- maġġoranza tal-poplu Malti din ir-rebħa hekk sabiħa.", "F'dan il-mument ma nistax ma nosservax ċerti punti li awtomatikament jiġuk f'moħħok meta ssemmi dan is-suġġett.", "L-ewwelnett din m'hijiex l-ewwel rebħa għall-partit Laburista.", "Kien hemm ħafna li pprovaw jagħmlu character assassination fuq Dr. Alfred Sant billi jgħidu li b'Alfred Sant fit-tmexxija, il-partit Laburista m'huwiex se jirbaħ.", "Issa din id-diska bdiet iżżarżar u m'għadhomx idoqquha għaliex deher biċ-ċar li b'Alfred Sant fit-tmexxija, il- partit Laburista rebaħ erba' elezzjonijiet in fila tal-kunsilli lokali.", "Barra minn hekk irbaħna wkoll rebħa nazzjonali fl-elezzjoni tal-membri parlamentari Ewropej.", "B'kollox il-partit Laburista rebaħ ħames rebħiet elettorali in fila u issa jonqos biss ir-rebħa fl-elezzjoni ġenerali li jmiss.", "Punt ieħor li xtaqt nosserva hawnhekk huwa dak fuq bażi ta' lokalitajiet.", "F'din l-aħħar elezzjoni kellna lokalitajiet li tradizzjonalament kienu nazzjonalisti imma li llum il-partit Laburista kiseb il-maġġoranza fihom.", "Fl-opinjoni tiegħi din hija xi ħaġa importanti ħafna.", "Dan qed ngħidu għax f'dawn il-lokalitajiet tradizzjonalment nazzjonalista, il-laburisti mhux biss żiedu fil-voti tagħhom - li minnu nnifsu huwa pożittiv - imma saħansitra rebaħ il-maġġoranza.", "Il-fatt li teqleb il-maġġoranza favur tiegħek f'lokalitajiet tradizzjonalment nazzjonalisti bħal fil-każ tal- Mosta juri b'mod ċar il-fiduċja tal-poplu Malti fit-tmexxija tal-partit Laburista fuq bażi lokali.", "Dan huwa suċċess lokali li jrid iwassalna lejn suċċess u rebħa nazzjonali.", "Jiena niftakar meta kont għandi kelliem għall- kunsilli lokali fis-sena 1998, fejn il-partit Laburista kien biddel il- pożizzjoni tiegħu u ddeċieda li jibda jikkontesta l-elezzjonijiet tal- kunsilli lokali.", "Din kienet xi ħaġa iebsa imma llum 'il ġurnata wasalna s'hawn.", "Aħna konna ħadna pożizzjonijiet ċari, għedna l-verita' u wiegħdna dak li fil-fatt seta' jseħħ.", "Min-naħa tagħna m'għamilniex wegħdi ta' illużjonijiet jew inkella wegħdi li huma impossibbli li twettaqhom.", "Ma tkellimniex fuq wegħdi li ma jistgħux isiru ħalli ma nidħkux bin-nies, u dak li għamilna minn dak iż-żmien lil hawn kiseb suċċess sena wara l-oħra.", "Dan ir-riżultat inkiseb b'politika ta' etika, b'politika nadifa, b'politika tal-verita', b'politika li hija l-bogħod mill-qerq, b'politika li hija l- bogħod mill-korruzzjoni, b'politika li hija l-bogħod mill-favuri.", "Dan huwa r-riżultat li l-partit Laburista qiegħed jikseb sena wara l-oħra.", "Jiena dieħel u ħiereġ mid-djar tan-nies u niltaqa' kemm mal-laburisti, kemm man- nazzjonalisti u kemm ma' dawk li jissejħu l-floaters, jiġifieri ma' dawk li daqqa jivvotaw għal partit u daqqa jivvotaw għall-partit l-ieħor.", "Minn dak li nara jinħass b'mod evidenti li l-affarijiet m'humiex kif qed igħid il- partit Nazzjonalista, li pprova jiġġustifika din it-telfa billi ħareġ jgħid li din l-elezzjoni ma tirriflettix il-qagħda nazzjonali.", "Issa dawn ġarrbu ħames telfiet elettorali waħda wara l-oħra!", "Sur President, ovvjament dan ma jfissirx li aħna se nkunu over-confident u li b'daqshekk qegħdin naħsbu li għandna rebħa assigurata fl-elezzjoni li ġejja.", "Anzi aħna se nibqgħu naħdmu sa l-aħħar u se nibqgħu ngħidu l- verita' lill-poplu Malti, xi ħaġa li l-partit Nazzjonalista m'għamilx.", "Illum il-gideb tal-partit Nazzjonalista qiegħed jaħbat ma' wiċċu stess.", "Il- qerq u l-inganni tiegħu qegħdin jerġgħu jaħbtu ma' wiċċu għaliex illum il- poplu qiegħed idur fuqu u jgħidlu li dak li wegħdu ma żammux.", "Il-gvern kien qal li l-pajjiż se jkollu dawn il-pożizzjonijiet u llum il-pajjiż m'għandux dawn il-pożizzjonijiet.", "Sieħbi l-Onor.", "Anġlu Farrugia tkellem fuq kif ġew ingannati l-kaċċaturi u n-nassaba imma jiena ngħid li hemm ħafna aktar eżempji.", "Dan il-gvern mhux biss inganna lill-poplu imma anke fid-delivery tiegħu kien gvern fjakk.", "Jekk taqbad settur wara l-ieħor issib li kellna gvern fjakk.", "Kellek il- qasam tas-saħħa, il-qasam ta' l-edukazzjoni, l-għoli tal-ħajja u l-qasam tat-turiżmu, li huwa wieħed mill-akbar oqsma ta' pajjiżna, li fihom rajna xahar wara l-ieħor kriżi waħda wara l-oħra.", "Imma l-gvern Nazzjonalista ma kienx wiegħed dawn l-affarijiet lill-poplu Malti.", "Iċ-ċittadini ġew imwiegħda opportunitajiet kbar, fejn qalulhom li kellu jinfetaħ suq ta' 400 miljun ruħ u li Malta se tfur bl-investimenti.", "Madankollu għandna diversi oqsma li jinsabu fi kriżi minħabba dak li qiegħed joffri l-partit Nazzjonalista fil-gvern lill-poplu Malti.", "Din hija politika ta' falliment li Fenech Adami bella' lill-poplu qabel l-aħħar elezzjoni li għaddiet u li issa, l-Onor.", "Lawrence Gonzi qiegħed ikompli jimxi fuqha.", "Din hija l- verita' u llum il-poplu Malti qiegħed jintebaħ bil-qerq li wera miegħu dan il-gvern.", "Inti forsi jirnexxilek tqarraq bin-nies għal darba, imma mbagħad mat-tieni darba se tinqabad.", "Sur President, fuq dan il-punt ridt nagħmel parenteżi żgħira.", "Issa se nistennew attentat iddisprat min-naħa tal-partit Nazzjonalista li se jipprova jirkupra dawn id-daqqiet kbar li l-poplu Malti qiegħed jagħtih.", "Jiena lill-poplu Malti ngħidlu li diġa' kellu xogħfa waħda, issa għandu jara li ma jħallix lil dan il-gvern - fl-aħħar xhur tal-ħajja tiegħu - jerġa' jipprova jqarraq bih.", "Tħallux lill-gvern jixtri l-vot tagħkom fl- aħħar xhur tal-ħajja tiegħu ħalli mbagħad jerġa' jitfgħakom f'ħames snin ta' għaks!", "Lill-poplu Malti ngħidlu joqgħod attent mill-karrotti li se jibdew jiddendlu f'dawn l-aħħar xhur ħalli ma jerġax jgħaddi minn dak li għadda minnu f'dawn l-aħħar erba' snin, fejn ġie ngannat u mqarraq.", "Fl-istess ħin ngħid lil-Laburisti kollha u lil dawk li qegħdin jersqu lejn il-partit Laburista,anke minn ħdan il-partit Nazzjonalista, sabiex ma jibżgħux minn dan il-pass.", "Dan huwa mument ta' bżonn għal dan in-nazzjon.", "Ejjew fi ħdan il-partit Laburista għaliex aħna miftuħin għal kulħadd.", "Il- partit Laburista huwa l-partit ta' kulħadd.", "Il-partit Laburista jrid jagħti l-ispazju lil kulħadd.", "Hawnhekk niġi fi kliem Eddie Fenech Adami ta' qabel l-1987 meta kien jgħid lin-nies sabiex ma jibżgħux jieħdu dak li joffrulhom.", "U llum se ngħidilhom l-istess kliem lil-Laburisti u lil dawk li qegħdin jersqu lejna.", "Dak li joffrilkom il-partit Nazzjonalista fl- aħħar disprament tiegħu ħuduh imma mbagħad, meta tmorru biex tivvotaw, se tkunu waħedkom.", "Kulħadd jaf x'għandu bżonn il-pajjiż, kulħadd jaf x'inhu l- aħjar għall-futur tiegħu u kulħadd jaf kif irid jivvota.", "Sur President, fl-aħħar tad-diskors tiegħi xtaqt l-ewwelnett nifraħ lill- kumitati Laburisti, b'mod partikolari dak tal-Gżira, lill-kandidati tal- kumitat Laburista tal-Gżira, lill-kumitat tal-veterani, lill-kumitat tan- nisa, lill-volontiera fil-kumitat tal-Gżira u lill-kandidati kollha li kkontestaw għall-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali.", "Xtaqt nifraħ ukoll lil dawk il-kandidati li ma telgħux u lil dawk li servew fil-kunsill lokali li għadu kif spiċċa u li ma reġgħux ikkontestaw din l-elezzjoni.", "Pero' nixtieq nirringrazzja b'mod partikolari lil dawk il-kunsilliera li ġew eletti fil-Gżira u li kienu kapaċi jegħlbu l-qerq li kien hemm qabel matul is-snin.", "Lil dawn il-kunsilliera ngħidilhom li għandhom sfida quddiemhom.", "Iridu jaraw li ma jimxux fuq il-qerq li mexa bih il-kunsill lokali ta' qabilhom.", "Ngħidilhom sabiex jgħidu l-verita', jimxu b'ġustizzja, b'responsabbilita' u b'integrita'.", "Fuq kollox għandhom jagħtu r-riżultati meħtieġa ħalli tliet snin oħra jmorru kburin quddiem il-poplu tal-Gżira ħalli jerġgħu jiksbu l-maġġoranza li ħadu waqt din l-elezzjoni.", "Xtaqt nagħti wkoll il-prosit tiegħi lil sieħbi Fava u lil Richard Matrenza u l-kumitat kollu tas-Swieqi għall-ħidma tagħhom.", "Dan kien riżultat inkorraġġanti f'lokal li tradizzjonalment kien meqjus bħala nazzjonalista.", "Għandna nibqgħu naħdmu bl-istess ħeġġa ħalli nressqu aktar nies lejn il- partit Laburista u b'hekk dawn ukoll ikunu jafu x'inhi l-verita'.", "Jiena ngħid li l-importanti m'huwiex li tkun f'partit jew f'ieħor imma li ssegwi x'inhi l-verita', li ssegwi l-partit li joffrilek il-verita', il-partit li joffrilek il-futur, il-partit li joffrilek viżjoni u l-partit li ma jqarraqx bik.", "Dan kollu ssibu fil-partit Laburista.", "Apparti dawn in-nies li semmejt jiena nixtieq nifraħ ukoll lil dawk is-sindki u kunsilliera li ġew eletti miż-żewġ naħat għaliex kulħadd għandu l-kontribut tiegħu x'jagħti.", "Ma ninsewx li l-biċċa l-kbira ta' dawn in-nies huma volontarji u jagħtu mill-ħin tal-familja tagħhom jew mill-ħin privat tagħhom għas- servizz tal-lokalita'.", "U minn hawnhekk nixtieq nawguralhom kull ġid possibbli u j'Alla li l-ħidma tagħhom tissarraf f'ġid għal-lokalitajiet ta' Malta u Għawdex kollha.", "Nirringrazzjak.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it-Tnejn, 26 ta' Marzu 2007, fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif ikkomunikata mis-Segretarju Parlamentari.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "KIRI TA' VETTURI", "24397.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid kemm inkrew vannijiet u trakkijiet bid-driver u mingħajr, mill-ministeru u enti oħra li jaqgħu taħtu matul is-sena 2006 sal- lum, xahar b'xahar, u jgħid l-ispiża x'kienet f'kull każ u mingħand min saret il-kirja?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: L-Informazzjoni mużitluba mill-Onor.", "Interpellant hija din:", "Fis-sena 2006 ma saru ebda kirjiet; u fis-sena 2007 sal-lum, l-istess, ma saru ebda kirjiet.", "KIRI TA' VETTURI", "24398.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru jgħid kemm inkrew vannijiet u trakkijiet bid-driver u mingħajr, mill-ministeru u enti oħra li jaqgħu taħtu matul is-sena 2006 sal-lum, xahar b'xahar, u jgħid l-ispiża x'kienet f'kull każ u mingħand min saret il-kirja?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif mitlub se jitpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "KIRI TA' VETTURI", "24399.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' l-Ministru jgħid kemm inkrew vannijiet u trakkijiet bid-driver u mingħajr, mill-ministeru u enti oħra li jaqgħu taħtu matul is-sena 2006 sal- lum, xahar b'xahar, u jgħid l-ispiża x'kienet f'kull każ u mingħand min saret il-kirja?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Il-kiri ta' vannijiet u trakkijiet matul l- 2006 sal-lum kien kif jidher fit-tabelli li qed inpoġġi fu il-mejda tal- Kamra.", "Ta' min jinnota li parti sostanzjali mill-ammont totali ta' Lm93,605.35 tikkonsisti fl-ispiża tal-kirja tal-makkinarju li jintuża għat- tindif tax-xtut.", "KIRI TA' VETTURI", "24400.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm inkrew vannijiet u trakkijiet bid-driver u mingħajr, mill-ministeru u enti oħra li jaqgħu taħtu matul is- sena 2006 sal-lum, xahar b'xahar, u jgħid l-ispiża x'kienet f'kull każ u mingħand min saret il-kirja?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.", "KIRI TA' VETTURI", "24401.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' l-Ministru jgħid kemm inkrew vannijiet u trakkijiet bid-driver u mingħajr, mill-ministeru u enti oħra li jaqgħu taħtu matul is- sena 2006 sal-lum, xahar b'xahar, u jgħid l-ispiża x'kienet f'kull każ u mingħand min saret il-kirja?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Minn Jannar ta' l-2006 sal-lum fil-ministeru tiegħi u l- enti li jaqgħu taħtu hemm mikri van wieħed mingħajr driver bir-rata ta' Lm11.80 kuljum, VAT inkluża, mingħand Godwin's Garage, Għargħur.", "Ma kienx hemm kiri ta' trakkijiet matul il-perjodu msemmi.", "BORMLA - ĦAMIEM", "24402.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 23980, jista' l-Ministru jara jistax isir xi ħaġa sabiex ikun ikkontrollat l-ammont dejjem jiżdied ta' ħamiem fl-area tal-knisja ta' Sta.", "Tereża Bormla u dan peress li qed ikun ta' inkonvenjent kbir għar-residenti?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Il-kontroll fuq l-ammont ta' ħamiem f'lokalitajiet residenzjali jista' isir b'metodi naturali, fosthom li jittieħdu miżuri sabiex jitnaqqas l-ammont ta' ikel disponibbli kif ukoll jitnaqqsu l- postijiet fejn il-ħamiem jista' ibejjet, bħal ventilaturi u strutturi oħrajn.", "F'dan il-każ, il-ministeru lest li, flimkien mal-kunsill lokali, jinvestiga l-possibbiltà li jittieħdu miżuri bħal dawn biex tiġi indirizzata l-problema.", "AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA", "24422.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru tgħid x'passi ħa d-dipartiment ta' l-akkomodazzjoni soċjali dwar l-individwu li dettalji dwaru qed jintbagħatu separatament, biex jieħu post alternattiv?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: L-applikazzjoni qed tiġi kkonsidrata flimkien ma' oħrajn simili.", "RABAT – INFORMAZZJONI DWAR FOND", "24423.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-fond li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, hux okkupat jew le?", "ONOR.", "TONIO BORG: Skond ir-records miżmuma fid-dipartiment tat-taqsima tal- proprjeta', il-fond imsemmi huwa mikri.", "RABAT – INFORMAZZJONI DWAR FOND", "24424.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru tgħid jekk il-fond li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, hux okkupat jew le?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Il-post indikat hu okkupat.", "AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA", "24425.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru tgħid x'qed iżomm lid-dipartiment biex persuna li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, titħalla tibdel il-post?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Il-persuna indikata diġa' qegħda tgħix f'post tal- gvern.", "Id-dipartiment ma jistax ibiddel l-akkommodazzjoni tan-nies ħlief għal raġunijiet validi, sakemm dawn ma jsibux huma stess lil xi ħadd li lest ibiddel magħhom.", "INFORMAZZJONI DWAR FOND", "24426.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-fond li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, hux milqut mil-liġi tal- possession and use?", "Jista' jinxtara?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi l-fond li qiegħed jirreferi għalih l-Onor.", "Membru jinsab mibni fuq proprjeta' li ġiet esproprjata taħt it- titolu ta' pussess u użu, u għaldaqstant ma jistax jinxtara mill-inkwilini.", "AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA", "24427.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru tgħid fejn waslet it-talba tal- persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, u x'possibbilta' hemm li din il-persuna li tgħix ma' tlett persuni oħra, waħda minnhom b'diżabilita', tieħu post?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: It-talba għal akkomodazzjoni alternattiva qed tingħata l-attenzjoni meħtieġa.", "Ninsab informata wkoll li din il-persuna applikat u riċentement ġiet allokata post taħt l-iskema tax-shared ownership ta' l-awtorita' tad-djar, iżda s'issa għadha ma kkonfermatx jekk hux se taċċetta dan il-post.", "SAFAR UFFIĊJALI", "24442.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 23208, jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa netta fuq kull safra?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-informazzjoni mogħtija fit-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 23208 diġà turi n-nefqa netta fuq kull safra.", "SAN LAWRENZ - TRIQ RABAT", "24456.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 24132 dwar it-Triq Rabat, San Lawrenz, tista' issa l-Ministru tagħtini t-tagħrif mitlub?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Ma kienx hemm prezzijiet li nbidlu wara li ntrebħet l-offerta u li l-ispejjeż tax-xogħol skond kif kienu aċċettati meta ngħatat l-offerta kienu jammontaw għal Lm1,885,043 u l-ispejjeż ta' l-ewwel fażi jammontaw għal Lm2,214,067.", "SAN LAWRENZ - TRIQ IR-RABAT", "24457.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 24134 dwar Triq ir-Rabat, San Lawrenz, tista' issa l-Ministru tagħtini t-tagħrif mitlub?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: L-iskeda bil-kwantitajiet oriġinali ġiet annessa mat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 23409.", "L-iskeda bil-kwantitaijiet il-ġodda qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "SPTAR ĠENERALI TA' GĦAWDEX", "24458.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l- Ministru tgħid kemm kien hemm impjegati skond il-grad tagħhom li kellhom shift allowance fl-isptar ġenerali fl-aħħar ta' kull sena mill-1999 ' il hawn?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: L-informazzjoni mitluba hija mogħtija fil-lista li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.", "SERVIZZ BL-AJRU BEJN MALTA U GĦAWDEX", "24459.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 24131 dwar servizz bl-ajru bejn Malta u Għawdex, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk setgħetx tiġi emendata l-liġi tal-VAT biex l-imsemmi servizz ikun eżentat mill-ħlas tal-VAT?", "Jekk setgħet tinbidel il-liġi, għaliex ma nbidlitx?", "Jekk ma setgħetx tinbidel il-liġi, għaliex ma setgħetx tinbidel?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "BORDIJIET TA' L-GĦAŻLA", "24460.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 23732 dwar bordijiet ta' l-għażla, jista' jekk jogħġbu l-Prim Ministru jgħid għal liema postijiet kienet il-ħatra/promozzjoni f'kull każ?", "F'liema ministeru kienu l-postijiet f'kull każ?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: It-tagħrif mitlub dwar riżultati ta' bordijiet ta' l- għażla li l-kummissjoni dwar is-servizz pubbliku qieset li kienu żbaljati hu miġbur fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.", "GĦAWDEX - SKOLA NINU CREMONA", "24461.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 24146 dwar kumpless fis-sit ta' l- iskola Ninu Cremona, rigward il-miżuri ta' sigurta' għat-tfal fejn hija qalet li se ssir triq ġdida aċċessibbli għat-trasport ta' l-istudenti biex dawn jitwasslu u jittieħdu quddiem il-bieb ta' l-iskola, tista' l-Ministru tgħid kif dawn il-miżuri se joffru sigurta' lil dawk l-istudenti li ma jużawx it-trasport għall-iskola bħalma huma t-tfal tar-Rabat u minn irħula viċin, kif ukoll studenti oħra mill-irħula li jibqgħu r-Rabat wara l-iskola biex imorru għal lezzjonijiet tal-privat jew għal xi raġuni oħra?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Il-mizuri ta' sigurta' imsemmija fil-mistoqsija huma dawk l-istess mizuri applikabbli llum f'kull skola f'Malta u Għawdex.", "SMARTCITY SOCIAL ECONOMIC IMPACT ASSESSMENT", "24550.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġie jiswa r-rapport ta' KPMG u Prof. L. Briguglio dwar Smartcity social economic impact assessment?", "Ġew ikkonsidrati xi awdituri u ekonomisti oħrajn qabel saret l-għażla finali?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "KPMG STUDY", "24554.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja ta' l- istudju li kien ikkummissjona huwa stess bl-isem ta' assessment of the macro economic impact of the rationalisation of scheme boundaries minn KPMG?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "SAFAR UFFIĊJALI", "24555.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: B'riferenza għall- mistqosijiet parlamentari 23675 u 23177, jista' l-Ministru jwieġeb fil-każ tal-ministeru, dipartimenti u l-enti li jaqgħu taħtu?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "ADT – ĦADDIEMA SOSPIŻI", "24562.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx persuni sospiżi mill-impjieg ma' l-awtorita' dwar it-trasport u għaliex?", "Jista' jgħid jekk hemmx uħud minnhom li xorta qed jagħmlu użu minn karozza ta' l-awtorita' dwar it- trasport?", "Jekk iva, kemm ilhom?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Fl-awtorita' dwar it-trasport hemm 11-il impjegat li jinsabu sospiżi mill-impjieg għall-fatt li qed jistennew sentenza mill- qorti.", "M'hemm l-ebda wieħed/a minnhom li jagħmlu użu minn karozzi ta' l- awtorita' dwar it-trasport.", "(Irriferi għal dokument nru.", "6432 li tpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra fis-seduta nru.", "510 tas-26 ta' Marzu, 2007)", "MOBILE PHONES", "24563.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm mobile phones fid-dekasteru u dipartimenti oħra li jaqgħu taħtu?", "Kemm minn dawn intilfu jew insterqu f'dawn l-aħħar ħames snin u minn liema dipartiment jew ente?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "MOBILE PHONES", "24564.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm mobile phones fid-dekasteru u dipartimenti oħra li jaqgħu taħtu?", "Kemm minn dawn intilfu jew insterqu f'dawn l-aħħar ħames snin u minn liema dipartiment jew ente?", "ONOR.", "TONIO BORG: In-numru ta' mobile phones fid-dekasteru tiegħi hu kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.", "F'dawn l-aħħar ħames snin ma kienx hemm rapporti li ntilef jew insteraq xi mobile phone.", "MOBILE PHONES", "24565.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm mobile phones fid- dekasteru u dipartimenti oħra li jaqgħu taħtu?", "Kemm minn dawn intilfu jew insterqu f'dawn l-aħħar ħames snin u minn liema dipartiment jew ente?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "MOBILE PHONES", "24566.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm mobile phones fid-dekasteru u dipartimenti oħra li jaqgħu taħtu?", "Kemm minn dawn intilfu jew insterqu f'dawn l-aħħar ħames snin u minn liema dipartiment jew ente?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Għall-ewwel mistoqsija, in-numru huwa 88.", "Ma narax l-utilita' li ssir riċerka fuq ħames snin sħaħ biex tiġi mwieġba t-tieni mistoqsija.", "MOBILE PHONES", "24567.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm mobile phones fid-dekasteru u dipartimenti oħra li jaqgħu taħtu?", "Kemm minn dawn intilfu jew insterqu f'dawn l-aħħar ħames snin u minn liema dipartiment jew ente?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Fil-Ministeru tiegħi u d-dipartimenti, awtoritajiet u l-enti kollha li jaqgħu taħtu hemm 47 mobile phone.", "F'dawn l- aħħar ħames snin insteraq mobile wieħed mill-ministeru u ntilfu tnejn mill- fondazzjoni ċentru għall-kreattivita' ta' San Ġakbu.", "KUNSILLI LOKALI - PLAYING FIELDS", "24590.", "L-ONOR.", "ROBERT ARRIGO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid hux minnu li l- kunsilli lokali mhux qed isibu kumpaniji li jinxurjawlhom il-playing fields li jinstabu ġo l-irħula tagħna?", "Jekk fl-affermattiv, x'passi qed jittieħdu mid-dipartiment tal-kunsilli lokali u xi ħsieb hemm li dawn il- playing fields jinbidlu biex jikkonformaw ruħhom ma' standards Ewropej?", "ONOR.", "TONIO BORG: Il-kunsilli lokali qegħdin isibu diffikulta' sabiex jassiguraw il-playing fields fil-lokalitajiet tagħhom kontra telf, ħsara, korriment jew mewt u kontra kull xorta jew forma ta' danni jew talbiet minn terzi persuni kif meħtieġ fir-regolamenti dwar kunsilli lokali (finanzi).", "Id-dipartiment għall-gvern lokali qiegħed f'taħditiet ma' l-assoċjazzjoni kunsilli lokali bil-għan li tinkiseb xi forma ta' block policy.", "Peress li r-responsabbilta' taż-żamma u manutenzjoni tal-playing fields hi tal-kunsilli lokali, jinkombi lill-istess kunsilli lokali li l-apparat fil- playing fields jikkonformaw ma' l-istandards rikjesti.", "SIĠĠIEWI - DAY CENTRE", "24591.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO PRECA staqsiet lill-Ministru tas- Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' l-Ministru jgħid jekk il-gvern jafx bix-xewqa ta' ħafna anzjani Siġġiewin li jkollhom day centre għalihom?", "Jekk jaf, hemm pjani min-naħa tal-gvern li dan id-day centre jitwaqqaf?", "Jekk hemm pjani, meta huwa ppjanat min-naħa tal-gvern li jinfetaħ?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: F'Novembru 2005 id-dipartiment għall-anzjani u kura fil-komunita' kien irċieva ittra mill-kunsill lokali tas-Siggiewi biex jaraw il-possibbilta' li jkun hemm day centre.", "Fil-fatt kienet saret laqgħa formali fuq is-suġġett imsemmi bejn il-kunsill, dipartiment għall- anzjani u kura fil-komunita' u s-segretarjat għall-anzjani.", "Fil-preżent anzjani mis-Siġġiewi qed jattendu ċ-ċentru ta' matul il-jum taż-Żurrieq.", "Fl-istess waqt id-dipartiment huwa dispost li jkompli jiddiskuti mal- kunsill lokali xi proposti li jkun hemm għall-futur.", "SUPPLY KINDERGARTEN ASSISTANTS", "24593.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru jgħid jekk supply kindergarten assistant li ilha taħdem f'dan ix-xogħol għal aktar minn erbgħa snin, tistax tapplika biex issir full time minkejja li ma jkollhiex warrant?", "L-esperjenza ta' snin f'dan ix-xogħol jista' jiġi kkonsidrat bħala kwalifika biex tkun tista' tingħata warrant jekk ikun hemm bżonn?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Diffiċli tingħata tweġiba ġenerali.", "Napprezza jekk l- Onor. Membru jgħaddili d-dettalji ta' l-individwu konċernat biex nipprokuralu t-tagħrif meħtieġ skond il-każ."]} {"filename": "19930614_149d_par.doc", "date": "1993-06-14", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) IS-SEBA' PARLAMENT Seduta Nru. 149 It-Tnejn, 14 ta' Ġunju, 1993 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 IS-SEBA' PARLAMENT Seduta Nru. 149", "It-Tnejn, 14 ta' Ġunju, 1993", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.15 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "149", "It-Tnejn, 14 ta' Ġunju, 1993", "WERREJ", "MINUTI ................................................", "592", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI ........................", "592", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA ........................", "597", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR KUNSILLI LOKALI", "LOCAL COUNCILS BILL", "It-Tielet Qari .....................................", "598", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-KODIĊI CIVILI", "CIVIL CODE (AMENDMENT) BILL", "It-Tieni Qari ......................................", "598", "AĠĠORNAMENT ...........................................", "628", "MISTOQSIJIET IMWIEĠBA BIL-MIKTUB ......................", "636", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 148 li saret fid-9 ta' Ġunju, 1993, gew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEGIBIET ORALI", "Skejjel,Distrett Nru. 12 farn,Skejjel,Distrett Nru. 12 mifu,Skejjel,Distrett Nru. 12 SKEJJEL STATALI - ĦTEĠIJIET", "10457.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jipprovdi lill-Kamra il-ħteġijiet u talbiet pendenti ta' l-iskejjel ta' l-Istat tat-Tnax-il Distrett Elettorali?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI (Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani): Jien informat li bħala parti mill-Business Plan imħejji għal din is-sena, fl-iskejjel ta' Ħad-Dingli u tal-Wardija saru diversi xogħlijiet ta' manutenzjoni.", "Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal- Kamra l-ħtiġijiet u t-talbiet pendenti tat- Tnax-il Distrett.", "MR SPEAKER (Onor. Lawrence Gonzi): L-Onor.", "Noel Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, ftit tax-xhur ilu kont ġejt informat mill-Ministru ta' l-Edukazzjoni li kellhom isiru arrangamenti u diskussjonjiet mad-Dipartiment responsabbli mill-isports sabiex jiġu żviluppati facilitajiet fl- iskejjel tal-Baħrija u tal- Mellieħa ħalli ż- żgħażagħ ta' dawk l-inħawi jkollhom aċċess għalihom wara l-ħin ta' l- iskola.", "Jista' l-Ministru jinformani jekk sarux żviluppi f'dan ir-rigward?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Sur President, naħseb li l- Onor. Interpellant irrealizza li f'kull skola ta' Malta u Għawdex hemm bżonn ta' aktar faċilitajiet sportivi.", "Ħafna drabi jkollna nikkuntentaw billi nagħtu uplift lil xi attrezzaturi sportivi oħrajn li diġa' jeżistu fl-irħula, mentri fejn nistgħu għandna nkomplu nżidu iktar attrezzatturi fl- iskejjel tagħna.", "Naħseb li bħala riżultat tal-Logħob tal- Pajjiżi ż-Żgħar ta' l- Ewropa, fl-iskejjel tagħna żdiedet aktar ħeġġa biex l-istudenti jipparteċipaw fl-isports u biex nilqgħu għal dawn il-ħteġijiet irid ikollna attrezzatturi aħjar.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Noel Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Ninsab konxju mir-retorika tal- Ministru ta' l- Edukazzjoni, pero' f'Malta kemm għandna rħula bħall-Baħrija?", "Jiena nifhem li kull skola għandha l-prioritajiet tagħha, pero' ż- żgħażagħ tal-Baħrija ma jistgħu jmorru mkien għax naturalment fl-iskola ma jsibux opportunitajiet.", "Nifhem ukoll li fi ħsieb bħal dan wieħed għandu jkun konsistenti u ma joqgħodx ifettaq fuq l- iskejjel b'dan il-mod.", "Jidhirli li f'dawn l-inħawi hemm xi ħaġa li rridu nittrattawha ftit aktar milli nittrattaw affarijiet oħra.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Meta tiġi biex tagħmel xi xogħol ġewwa l- iskola tal- Baħrija l-ewwelnett trid tara l-prijoritajiet ta' Malta u Għawdex kollu.", "F'dan il-mument ma nistax ngħid li għax l- iskola tal- Baħrija hija waħda mill-aktar skejjel żgħar li hawn allura għandi nikkonsidraha b'mod speċjali għax fil- Baħrija m'hemmx affarijiet oħrajn.", "Hemm skejjel oħra li qegħdin fl-istess sitwazzjoni bħal dik tal-Baħrija bħal per eżempju dik ta' Ħal Safi.", "F'din il-materja għadna lura u f'Malta għad għadna ħafna postijiet oħra li m'għandhomx fejn jiżvolġu l-isports.", "Wieħed irid jifhem li ma nistgħux nagħmlu ħafna ħwejjeġ f'daqqa.", "MR SPEAKER: Onor. Salvu Sant mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "SALVU SANT: Jista' l- Ministru jgħidilna xi ħaġa dwar ċerti ħteġijiet li għandhom bżonn l-iskejjel?", "Wasalna fl- aħħar tas-sena skolastika u nista' ngħid li l-latrini li hemm fl-iskejjel ta' Bormla - fejn joqgħod il-Ministru - għadhom bil-kemm jistgħu jintużaw.", "Din li qiegħed insemmi hija xi ħaġa ta' iġene li kemm l-istudenti kif ukoll l- għalliema ilhom igergru dwar dan għal sena wara l-oħra.", "Issa qiegħed nagħmel referenza għall-iskola ta' Bormla għax ngħid li l-Ministru ta' l- Edukazzjoni suppost jaf aktar minn ħaddieħor li s-sitwazzjoni ta' hemmhekk baqgħet l-istess.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Sur President, ma nistax ngħid li jien nippreferi l-iskola ta' Bormla aktar mill-iskola tal- Baħrija għax come di fatti rrid nittratthom kollha ndaqs.", "Pero' l-iskola ta' Bormla mmur kemm kemm aktar, għax din tinsab qrib tiegħi u rigward il-latrini li hemm ġewwa fiha nista' ngħid li uħud ġew rranġati u oħrajn għad le.", "Nista' ngħid li l-ground li hemm quddiem l-iskola ta' Bormla diġa ġie rranġat.", "Issa ma jiġix xi ħadd u jgħidli li rranġajt il-ground li hemm quddiem l-iskola ta' Bormla imma ma rranġajtx il-ground li hemm quddiem l-iskola ta' Ħal- Balzan (Interruzzjonijiet).", "Alright jien m'għamiltux bit- turf, imma allura intom għamiltuh bit-turf?", "Dan mhuwiex kollu diskors bla sens?", "MR SPEAKER: L-Onor.", "George Gatt mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "GEORGE GATT: Nixtieq ngħid lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Riżorsi Umani li fl-estimi kien hemm stima għall-manutenzjoni ta' l- iskejjel li jaqgħu taħtu.", "Issa fadal ħames xhur oħra biex jiġi budget ieħor.", "Nixtieq nistaqsi kemm kienet intnefqet minn din is-somma u jekk sa budget li jmiss hux bi ħsiebu jonfoq is- somma kollha.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Rigward il-manutenzjoni ta' l- iskejjel irrid ngħid li din is- sena' diġa laħaq ntnefaq aktar milli kien intnefaq fis-16- il sena li għamel Gvern Laburista.", "Billi fil-Ministeru ta' l- Edukazzjoni hemm aktar nies - għaliex parti mill-awżiljari kienu ġew jaħdmu fil- Ministeru ta' l-Edukazzjoni - l- manutenzjoni ġewwa l-iskejjel tagħna żdiedet ħafna.", "Niftakar li xi ġranet ilu kont poġġejt fuq il-Mejda tal- Kamra l- informazzjoni mitluba li kienet tgħid x'sar f'kull skola u kemm kien intnefaq.", "Minn dak inhar li poġġejt din l-informazzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra, ma nistax ngħid kemm reġgħu ntnefqu flus.", "Pero' nista' ngħid li lanqas laħaq għadda xahar minn mindu poġġejt fuq il-Mejda tal-Kamra x'inhuma l- Business Plans għal skola, skola u kemm kien intnefaq s'issa.", "Irrid ngħid biss li s'issa qatt ma ntnefqu daqshekk flejjes biex fl- iskejjel tagħna jkun hemm manutenzjoni aħjar.", "Sur President, irrid ngħid li n-nies qed tara li f'ċerti skejjel qegħda ssir manutenzjoni li aktarx jixtequha fi skejjel oħrajn.", "Fil-preżent jidher li hawn xewqa akbar għal aktar manutenzjoni fl-iskejjel tagħna u nieħu pjaċir nara li l-poplu tagħna jixtieq jara li l-iskejjel tagħna jinżammu tajjeb.", "Nispera li bil- miżuri li qegħdin jittieħdu mhux biss nagħmlu ċertu xogħlijiet imma nagħmlu ħilitna biex il- manutenzjoni li għandna niddeċentraliżżawha aktar.", "Aħna tajna flus lil kull headmaster biex il-bżonnijiet tal- manutenzjoni ordinarja jieħu ħsieba hu u barra minn dan għamilna pjanijiet biex f'kull ħames snin, kull skola ta' Malta u Għawdex tiġi miżbugħa u mbajda b'mod ġenerali.", "Irrid ngħid li sal-lum, pjan bħal dan qatt ma kien hemm.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "George Gatt.", "ONOR.", "GEORGE GATT: Jekk il- Ministru qiegħed jgħid li qatt ma ntnefqu flus daqskemm intnefqu din is-sena, allura nissuġġerilu ħalli jdur dawra ma l-iskejjel u jara jekk ix- xogħol li suppost sar, sarx sewwa jew le.", "Dan qiegħed ngħidu għax fl-opinjoni tiegħi jidher li l-iskejjel tagħna żgur qatt ma kienu jinsabu f'sitwazzjoni bħalma jinsabu fiha llum.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Din hija l-opinjoni ta' l-Onor.", "George Gatt u jekk irid, ngħidlu li ninsab lest biex nurih l-iskejjel fejn fihom kien sar ix-xogħol ħalli jara f'liema stat jinsabu.", "Ftit ilu kienu ċempluli u qaluli li l- iskola tal-Mosta tinsab f'sitwazzjoni ħażina ħafna.", "Meta mort nara sibt li dan kollu ma kien veru xejn.", "MR SPEAKER: l-Onor.", "Evarist Bartolo, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nixtieq ngħid lill-Ministru biex imur sa l-iskola tal- Kindergarten li hemm fi School Street ġewwa Ħal Tarxien u jara b'għajnejh fiex jinsabu l- affarijiet (Interruzzjonijiet).", "Peress li l- Ministru għadu kif aċċenna fuq i l-faċilitajiet sportivi u l-importanza tagħhom u peress li dan l-aħħar kienet saret l-iskoperta l-kbira li għal pjan sportiv ta' għaxar snin hemm bżonn li t-tfal għandna nħajruhom biex jipprattikaw l-isports, xi tħejjijiet qed jagħmel il- Ministeru mil-lat ta' faċilitajiet u aktar u aktar mil-lat ta' riżorsi umani biex fl-aħħar it- tfal tagħna jibdew jagħmlu l-isports?", "Jien naħseb li l-Ministru jaf li anke skond statistika mxandra, t-tfal tagħna żgur li mhumiex fost l- aħjar f'dak li għandu x'jaqsam ma' attivitajiet sportivi.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Mr Speaker, fuq dan il-punt dan l- aħħar kien hawn domanda li jiena rrispondejtha.", "Il- Ministeru għandu pjanijiet ta' kif jistimola aktar l-isports u sibna wkoll x'inhuma d-difetti.", "Sibna li fl-iskejjel primarji, per eżempju, fejn għandek teachers ta' ċertu eta', dawn jibdew jarawha bi kbira li joħorġu lit-tfal għalkemm suppost hemm ħinijiet meta joħorġuhom għall-physical training.", "Jiġifieri għandna teachers li qegħdin jitlajjaw u allura għanda l-ħsieb li jkollna numru akbar ta' teachers tal-physical training biex iduru l-iskejjel u fejn hemm dan in-nuqqas dawn ikunu jistgħu jistimolaw aktar l- attivita' sportiva.", "Din hija inizjattiva waħda pero' hemm diversi inizjattivi li se jittieħdu anke mis-sena d- dieħla biex l-isport fl- iskejjel jikber.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Portelli.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Jista' l-Ministru jara li ċertu xogħol, speċjalment xogħol ta' estensjoni ta' skejjel, isir matul il-vaganzi tas- sajf biex ma jiġrix bħalma ġara fil- Junior Lyceum taż-Żejtun li minħabba li sar xogħol waqt il- lezzjonijiet l-istudenti kellhom dawk it-trabijiet kollha u dawk il-ħsejjes kollha?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Kif jirrealizza l-Onor.", "Interpellant, id- diffikulta' hi li f'Malta u Għawdex hawn 150 skola u n-numru ta' nies li jaħdmu fl-iskejjel ma tistax tikkonċentrahom biss fit-tliet xhur tas-sajf u ċertu xogħol trid tagħmlu bilfors anke matul ix-xitwa.", "Fil-fatt fil- vaganzi tal-Milied u fil-vaganzi ta' l- Għid l-iktar li jsir xogħol, pero' ċertu xogħol, speċjalment fil-kuriduri u postijiet li ma jiddisturbawx il-klassijiet direttament, ikollu jsir matul is-sena skolastika.", "Jiena nifhem ir-raġuni għaliex l- Onor. Interpellant qed jistaqsini dan u jiena stess meta sirt Ministru sitt snin ilu għamilt din il-query.", "Fil- fatt joħorġu tenders għal xogħlijiet li ma nagħmluhomx mid- Dipartiment biex isiru fis- sajf.", "Meta saru x-xogħlijiet f'Ta' Bighi, per eżempju, il- kuntrattur kien obbligat li jagħmel ix-xogħol fis-sajf.", "Jiġifieri meta x-xogħol ma jsirx mid-Dipartiment imma minn xi kuntrattur privat, fit- tender ngħidu li dak ix- xogħol suppost isir fis-sajf.", "Rigward il-manutenzjoni ġenerali rrid ngħid li billi n-nies trid tferrixhom ma' dawn l-iskejjel kollha, mhux possibbli li jsir hekk.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Tony Nicholl.", "ONOR.", "TONY NICHOLL: Il- Ministru għadu kemm semma l- isports fl- iskejjel.", "Jien nifhem li fl-iskejjel tal-Gvern il-mentalita' sportiva għadha lura għax minkejja li on paper suppost li għandhom l-aħjar attrezzaturi, meta tqabbel l- isports li jsir fl-iskejjel tal-Gvern u l- isports li jsir fl-iskejjel privati ssib li l- isports fl-iskejjel tal- Gvern għadu lura.", "Jista' l-Ministru jgħid - u jien se nsemmilu l- pixxina li hija heated - jekk hemmx xi tħejjijiet mill- Ministeru biex jalloka ħin tajjeb għat-tfal li jmorru fl- iskejjel ta' l-Istat?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Jien nirringrazzja lill-Onor.", "Interpellant talli għamilli din il-mistoqsija għaliex nista' ngħid li aħna nagħmlu Sports Day komuni għall-iskejjel tal- Gvern u l-iskejjel privati.", "L- idea ġenerali li l-iskejjel privati għandhom faċilitajiet sportivi aħjar ssib li mhijiex vera on the field of play.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Point of order.", "L-Onor.", "Nicholl.", "ONOR.", "TONY NICHOLL: Mr Speaker, il-Ministru qed idawwar id-diskors għax jien m'għidtx hekk.", "Jien qed ngħid li minkejja li on paper l- iskejjel tal- Gvern suppost li għandhom attrezzaturi sportivi aħjar mill-iskejjel privati, fl-iskejjel privati l-isports jingħata ħafna aktar importanza milli jingħata fl-iskejjel ta' l-Istat.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: L- attrezzaturi sportivi ta' ċerti skejjel privati - bħal, per eżempju, ta' De La Salle - huma aħjar u veru li jagħtu aktar importanza lill-isports pero' anke fl-iskejjel privati hemm differenza bejn skola u oħra.", "Per eżempju, De La Salle għandha attivita' sportiva tajba mentri skejjel oħrajn - li mhux se nsemmihom - m'għandhomx.", "Irrid ngħid ukoll li ħafna mill-kompetizzjonijiet intrebħu minn tfal ta' l- iskejjel tal-Gvern.", "Il-pixxina saret fl- Universita' apposta, biex l- istudenti ta' l- Universita' - li huma numru sostanzjali ta' żgħażagħ - ikunu jistgħu jipprattikaw l-isports.", "Din id-deċiżjoni damet biex ittieħdet u llum għandi l- pjaċir ngħid li kulħadd aċċettaha bħala ħaġa tajba.", "(Interruzzjonijiet) Almenu l- istudenti ta' l-Universita' jkunu mħajrin aktar biex jieħdu parti fl-isports.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Tqegħid ta' karti.", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Prim Ministru): Inqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra:", "Kopja ta' l-Agency Agreement bejn il-Gvern u l-Management Systems Unit Limited iffirmat fit-13 ta' Novembru, 1990, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 11139.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il- Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali.", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru għall-Intern u Żvilupp Soċjali): Inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:", "Kopja tad-diskors li sar tas-Segretarju Parlamentari għas-Saħħa fil-laqgħa annwali ta' l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa li saret f'Ġinevra f'Mejju, 1993, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 11168.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il- Ministru għall-Ambjent.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON (Ministru għall-Ambjent): Inqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra:", "Lista ta' każi ta' xogħol bla permess jew mhux skond il-permess li hemm pendenti fil-Qorti, kif ukoll lista ta' stop notices li nħarġu mill-1 ta' Diċembru 1992, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 11078.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal- Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR KUNSILLI LOKALI", "LOCAL COUNCILS BILL", "MR SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Mr Speaker, nipproponi t-Tielet Qari ta' l- Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jipprovdi għat-twaqqif ta' Kunsilli Lokali\".", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jipprovdi għat- twaqqif ta' Kunsilli Lokali\", ikun moqri t-Tielet Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Il-mozzjoni għaddiet u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tielet Darba u għadda.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-KODIĊI ĊIVILI", "CIVIL CODE (AMENDMENT) BILL", "MR SPEAKER: Il-Ministru ta' l-Intern.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Speaker, nipproponi t-Tieni Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex ikompli jemenda l-Kodiċi Ċivili, Kap. 16\".", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Hemm rimarki?", "Il-Ministru ta' l-Intern.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Speaker, naħseb li kulħadd jaqbel li llum huwa jum ta' importanza essenzjali għas- soċjeta' tagħna.", "Proprju fl- istess waqt li din il-Kamra temmet il-proċess leġislattiv tal-liġi li se twaqqaf il- kunsilli lokali, se tagħti bidu għall-proċess leġislattiv dwar Abbozz ta' Liġi ta' importanza daqstant ieħor fundamentali għas-soċjeta'.", "Minkejja l- kontroversja li kellna fil- pajjiż dwar is-sehem tal- partiti politiċi f'dawn l- elezzjonijiet - kontroversja li għadha friska pero' li mal- mogħdija taż-żmien żgur titlef mill-karga tagħha biex posta jittieħed mill- iżvilupp importanti tad-demokrazija li hemm f'pajjiżna u tas- solidarjeta' li hemm bejn iċ- ċittadini tagħna hekk fi ħdan il-komunitajiet tagħna - din il-liġi hija liġi li fil-milja taż-żmien għandha twassal għal wiċċ ġdid tad- demokrazija tagħna u għandha twassal għal metodu ġdid ta' kif immexxu l- ħwejjeġ ta' pajjiżna bit-tisħib ta' kulħadd fuq bażi ta' ugwaljanza bħala ċittadini ta' soċjeta' maqgħuda, soċjeta li qegħdha tħares 'il quddiem b'fiduċja fil-ġejjieni u soċjeta' li hija lesta biex tilqa' għall-isfidi li qiegħed iġib miegħu it-tibdil fid-dinja li bilfors jolqot lil pajjiżna.", "Bl-istess mod ngħid li l- Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna li se jemenda l- Kodoċi Ċivili, Abbozz li aħna nirreferu għalih bħala l-Liġi tal- Familja, huwa Abbozz ta' Liġi ta' importanza fundamentali għas-soċjeta' tagħna.", "Il- qafas legali li fi ħdanu tmexxew ħafna mill-aspetti tal- familja u li fi ħdanu nbniet u żviluppat il-kultura tal- familja huwa qafas legali li jgħodd aktar minn 100 sena.", "Meta wieħed jiġi biex jibdel radikalment qafas legali li serva għal daqstant tul ta' żmien, qafas legali li se jagħti bażi ġdida għall-ħajja tal-familja tagħna, għar- relazzjonijiet bejn il- miżżewġin, għar-relazzjonijiet bejn il-ġenituri u l- ulied, bilfors li okkażjoni bħal din hija okkkażjoni ta' importanza kbira fis-soċjeta' tagħna.", "Meta jkollok Parlament li ddiskuta żewġ liġijiet li sejrin jolqtu hekk fil-fond il- ħajja tas-soċjeta tagħna, minn banda l- ħajja tat-tmexxija ta' pajjiżna u mill-banda l-oħra l- ħajja ta' tmexxija fil-familja tagħna, bilfors ikollna nirrealizzaw minn liema żvilupp dinamiku tinsab għaddejja s- soċjeta tagħna u għaldaqstant ma nistax ma nistqarrx is- sodisfazzjon ta' din in-naħa li dan l-iżvilupp dinamiku qiegħed jiġi mgħejjun jiżviluppa anke bil-politika fejjieda u maħsuba ta' din l-Amministrazzjoni.", "Meta qist l-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna u staqsejt lili nnifsi kif l-aħjar li wieħed jintroduċi d-dibattitu li jrid jiżvolġi f'din il- Kamra, ħassejt li nista' nintroduċih taħt sitt aspetti.", "Naħseb li huwa xieraq li wieħed jintroduċi dan l-Abbozz ta' Liġi fl-isfond ta' l-iżvilupp tas-soċjeta' tagħna u l- iżvilupp li għaddejja minnu l- familja Maltija.", "Irridu nifhmu dan l-Abbozz ta' Liġi mill- perspettiva ta' dan l-iżvilupp, u naħseb li huwa mportanti li fl-ewwel parti tad-diskors tiegħi nagħmel xi kummenti dwar kif jien nara dan l-iżvilupp.", "Irrid infakkar ukoll lill- Kamra dwar il-proċess li bih tfassal l-Abbozz ta' Liġi li għandha quddiemha għad- diskussjoni, u mbagħad ngħaddi biex nittratta l-kontenut ta' dan l-Abbozz, l-ewwelnett taħt l-aspett tar- relazzjonijiet bejn il-miżżewġin u r- relazzjonijiet bejn il-ġenituri u l- ulied.", "Aspett ieħor li nixtieq nittratta huwa dak dwar l-amministrazzjoni tal- proprjeta' fi ħdan il-familja; dak li jgħid l-Abbozz ta' Liġi dwar is- separazzjonijiet personali, u nagħlaq billi nagħmel xi kummenti dwar ir- rwol tal-qorti f'dan kollu, u l-ħtieġa ta' strutturi ta' assistenza soċjali fid-dawl ta' l-iżvilupp li għandna quddiemna.", "Mr Speaker, kif għidt, se nibda billi ngħid x'inhuma l- ħsebijiet tiegħi fuq il- perspettiva u l-isfond li fih għandna nqisu l-impatt u l- implikazzjonijiet ta' l-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna.", "Matul dawn l- aħħar snin kien hawn dibattitu ħaj dwar il- familja u l-iżvilupp soċjali.", "Mr Speaker, kemm kien imqarraq Daniel Cooper meta 22 sena ilu kiteb il- ktieb \"The Death of the Family\"!", "Din il-profezija mhux talli ma seħħitx, talli f'dawn it-22 sena, id-dibattitu dwar din iċ-ċellula tas- soċjeta' ma naqas qatt, anzi kiseb l-interess ta' ħafna awtoritajiet u gruppi soċjali li sa ftit taż-żmien ilu aktarx li kienu pjuttost jiddejqu jitkellmu fuq il- familja.", "Mr Speaker, tajjeb li mill- ewwel infakkar li meta nitkellmu fuq il- familja, m'aħniex qegħdin nitkellmu fuq xi fenomenu ta' xi soċjeta' partikolari, imma qed nitkellmu fuq fenomenu li d-Dikjarazzjoni dwar id- Drittijiet tal-Bniedem tal-Ġnus Magħquda u tant strumenti oħrajn ta' l- istess Nazzjonijiet Uniti, jqisuha bħala ċ-ċellula bażika tas- soċjeta' u l- iktar ċellula fundamentali.", "F'uħud minn dawn l-istrumenti naqraw dwar il- ħtieġa li kull soċjeta' tagħti lill-familja l- protezzjoni u l-assistenza l- aktar wiesgħa.", "Naturalment sew l-Istat u sew is-soċjeta', mhux biss ta' pajjiżna imma anke ta' ħafna pajjiżi oħra, f'dawn l-aħħar żmenijiet għaddew u għadhom għaddejjin minn taqlibiet kbar li ma jistax ikun li ma jinfluwenzawx lill-familja.", "Aħna f'pajjiżna nqisu li l-familja għandha mportanza essenzjali, inqisuha bħala l-pern ta' l- organizzazzjoni tas- soċjeta' tagħna u l-qofol tal-ħajja soċjali.", "Barra minn hekk nqisu li l- familja għandha tibqa' ċ-ċellula strateġika fl- istruttura soċjali.", "Veru li familja li tkun għaddejja minn tensjoni u mid-diffikultajiet tagħha tkun qegħda tevolvi mal- milja ta' l-iżvilupp soċjali, imma xorta tibqa' familja li fis-soċjeta' tagħna għandha valur fiha nnifisha.", "Minkejja li dak li għaddejja minnu l- familja Maltija jnissel anzjeta' f'ħafna minna f'din il-Kamra, f'ħafna ċittadini u f'ħafna awtoritajiet, jien inħoss li għandna nħarsu lejn l-aspett pożittiv tal-familja Maltija.", "Ma naħsibx li meta nqisu x'qiegħed jiġri f'soċjetajiet oħra, nistgħu ngħidu li l- istituzzjoni tal- familja Maltija qegħda fi kriżi.", "Veru li l-familja għandha l-problemi u d- diffikultajiet tagħha, u veru li għandna kwantita' ta' familji li għandhom bżonnijiet speċjali u għaddejjin minn fażi ta' problemi speċjali, imma ma nistgħux ngħidu illi bħala istituzzjoni, il- familja hija fi kriżi.", "Għall-kuntrarju, meta wieħed janalizza x'qed jiġri fis-soċjeta', jara illi t-tendenzi jew l-indikaturi huma illi l-familja Maltija għad għandha s-saħħa, il-ħila u l-kapaċita' illi tilqa' l- isfidi u tirrispondi għall- esiġenzi li jirriżultaw mill- bidliet soċjali li għaddejjin minnhom.", "Minħabba li l-familja Maltija għad għandha dan il- potenzjal, huwa mportanti li aħna ngħinuha biex ikollha, bħala waħda mill- karatteristiċi tagħha, l-aspett ta' qima u ta' aktar rispett lejn kull persuna fi ħdanha - sew jekk hi raġel, mara, tfal, jew anzjani - biex il- qima u r-rispett jiżdiedu u biex nassiguraw li l-bżonnijiet u l-għażliet tal-membri tal- familja kemm jista' jkun ikunu sodisfatti b'mod personalizzat.", "Dan li għadni kif stqarrejt huwa l-qofol u l-qafas illi aħna żammejna quddiem għajnejna fit-tifsil tal-politika tal- Gvern, b'mod partikolari l- politika soċjali.", "Inqis illi dan il-Gvern wera impenn u rieda mill-iktar ċara għar- rigward ta' dan il-qasam.", "Mr Speaker, jekk wieħed jirreferi għall-Programm Elettorali illi spira l-azzjoni politika, ekonomika, soċjali u kulturali ta' pajjiżna taħt din l- Amministrazzjoni, fil-Manifest Elettorali ta' l-1987 insibu dan id-diskors:", "\"L-Istat irid bilfors juri ċertu interess fil- familja.", "Anzi l-Istat għandu jagħraf li l-aktar ħaġa li għandu bżonn kull bniedem biex jgħix ħieni hi li jitrabba fil-familja tiegħu u jgawdiha.", "Għalhekk l-interess veru ta' l-Istat ma jista' qatt ikun li jdgħajjef lill- familja imma, għall- kuntrarju, għandu jsaħħaħha u jgħinha fejn ma tistax tlaħħaq weħidha fil- ħteġijiet tagħha.\".", "Mr Speaker, wara l-miżuri li ħadna fil-ħames snin ta' din l- Amministrazzjoni, meta ġejna biex infissru t-tieni pass li għandu jreġi f'dan il-qasam, ħassejna li fil-Manifest Elettorali ta' l-1992 għandna nfissruh b'dan il-kliem:-", "\"L-ewwel qafas tas- solidarjeta' bejn il- bnedmin hija l-familja.", "Hu fi ħdan il-familja li l-bnedmin l-ewwel u l- aktar li jitgħallmu kif igħixu, mhux għal rashom imma f'rabta intima ma' ħaddieħor.\".", "Mr Speaker, aħna ma stajniex ma neħdux nota tal-messaġġ tas- Segretarju Ġenerali tal-Ġnus Magħquda li ġie moqri lilna waqt il-ftuħ tal-konferenza preparatorja ta' l-Ewropa u l- Amerika ta' Fuq b'risq Is-Sena Internazzjonali Tal-Familja.", "Is-Segretarju Ġenerali qal hekk:", "\"It is in families that we must also find the first and fullest expression of equality between men and women and the full security and recognition of the human rights of children.\".", "Mr Speaker, aħna nqisu li llum il-ġurnata l-impenn tagħna għandu jwassal biex ikun hawn nisġa ta' solidarjeta' li trid tinvolvi lill-qasam privat, lill-Gvern, liċ-ċittadini u lill-volontarjat.", "Iżda b'mod qawwi u dirett trid tinvolvi wkoll lill-familja Maltija li tifforma s-soċjeta' tagħna.", "Mr Speaker, ħafna drabi nisimgħu min jesprimi l-inkwiet tiegħu billi jħares lejn l-imgħoddi u jqabbel il-komplessita' tal- ħajja tal-lum mal-ħajja aktar naturali, sempliċi u inqas komplikata tal-passat.", "Mhux darba u tnejn li nsibu min jilmenta li ma nafux fejn se tispiċċa s-soċjeta' tagħna meta nħarsu lejn iż-żgħażagħ tal- lum.", "Naħseb li wieħed ikun konfortat meta jiftakar li eluf ta' snin ilu l-għaref Socrates kien ukoll ilmenta fuq iż- żgħażagħ ta' dak iż-żmien.", "Kien qal li jekk iż-żgħażagħ jibqgħu sejrin hekk ma kienx jaf fejn is-soċjeta' tiegħu se tispiċċa.", "Naħseb li filwaqt li dan jurina kemm il-fenomeni tat-tibdil jinfluwenzaw lis- soċjeta' minn żmien għal żmien, igħallimna wkoll li ma tantx nistgħu niġġudikaw l-imgħoddi bil-valuri tal- lum jew nistennew li l-passat għandu jkun il-futur ta' pajjiżna.", "Aħna nafu li fil-fatt għaddejjin minn trasformazzjoni kontinwa.", "Meta din l- Amministrazzjoni, magħmula mill-Partit Nazzjonalista, kienet fl- Oppożizzjoni - jiġifieri fis-snin sebgħin - kellha l-kapaċita' li ġġedded lilha nnifisha u li tinterpreta b'mod tajjeb is-sinjali taż- żmenijiet, l- iżvilupp soċjali u l-kultura tas-soċjeta' tagħna.", "Kienet din l- intuwizzjoni u dan l-għarfien ta' dawn is-sinjali taż-żmenijiet li għenuna nniedu f'pajjiżna proċess fit-tul ta' inizjattivi li jġibu bidliet veri, bidliet li jibqgħu, bidliet li jbiddlu tassew is- soċjeta' u mhux bidliet kosmetiċi.", "Dan huwa proċess dinamiku ta' inizjattivi li kien u huwa kapaċi jintiseġ mat-tibdiliet li għaddejja minnhom is-soċjeta' tagħna fosthom minn katina ta' azzjonijiet, waħda ma' l-oħra, li lkoll flimkien mal-mogħdija taż-żmien igħinu biex is- soċjeta' tagħna tittrasforma ruħha.", "Jien smajt xi wħud li qalu li dan l-Abbozz ta' Liġi huwa aktar favur il- mara milli favur il-familja.", "Fil-fehma tiegħi, dan il-ġudizzju jimmiżinter- preta l-importanza ta' l-aktar żvilupp li beda diġa' u li b'mod aċċentwat se jkompli jaffettwa l-iżvilupp tal- familja tagħna.", "Huwa veru li l- familja hija affettwata minn ħafna ħwejjeġ imma jien nemmen li l-aktar ħaġa li aħna rridu nifhmu biex ngħinu lill-familja tibqa' b'saħħitha hija li s- soċjeta' tagħna - bħal soċjetajiet oħra qabilna - qegħda tara l- istatus tal-mara jieħu l-post li jixraqlu billi jiġi mwettaq il-prinċipju fundamentali ta' l-ugwaljanza tal-mara fuq l-istess bażi mar- raġel.", "Ikolli ngħid li jekk il-fattur li l-iktar jista' jinfluwenza l-iżvilupp attwali u dak tal-ġejjieni tal-familja Maltija huwa l-mara, naħseb li meta bl-Abbozz preżenti, fost ħwejjeġ oħra, qed indaħħlu l-prinċipju ta' l- ugwaljanza bejn il-mara u r-raġel u bejn l-omm u l-missier, qed nagħmlu l- liġi illi fiha l-familja legali tikkorrispondi għall-familja fir-realta'.", "Mr Speaker, ma nistgħux ma nirrispondux għal ċerti anzjetajiet li tqanqlu fid- diversi diskussjonijiet li saru dwar dan l-Abbozz ta' Liġi.", "Kien hawn uħud - m'inix qed nirreferi għan-naħa l-oħra - illi wrew xi ftit ta' tħassib għax issa l-mara se jkollha l- istess drittijiet bħal żewġha; fissru illi b'dan il-mod l- istabilita' tal-familja tista' b'xi mod tiġi mittiefsa.", "Huma wrew ukoll l-anzjeta' tagħhom għax fil-fehma tagħhom b'dan il-mod nistgħu nagħtu lok għal ċerta dgħjufija f'din l- istruttura bażika ta' pajjiżna.", "L-appell tagħna lil min għadu jaħseb li dan jista' jkun ta' inkwiet huwa biex jifhem minn xiex għaddejja s-soċjeta' tagħna u jirrealizza illi aħna ma nistgħux inżommu l-iżvilupp lura, mhux biss għax huwa fiżikament impossibbli li nżommuh, imma għax per prinċipju llum immaturajna biżżejjed biex nirrikonoxxu din l-aspirazzjoni fundamentali ta' sħabna ċ-ċittadini nisa.", "Nafu li hemm bidliet radikali li qed jolqtu lill- familja u li mhux qed jolqtuha kullimkien l- istess, fl-istess żmien u bl- istess pass.", "Qed naraw li t- tibdil fid-demografija, jiġifieri l-mod kif il- popolazzjoni tagħna qegħda tinbidel, qed jaffettwa r-rata taż-żwieġ, ir-rata tal- fertilita' u r-rata tas- separazzjonijiet.", "Mr Speaker, irridu nifhmu wkoll li hawn żvilupp f'dan il-qasam.", "Fatturi mportanti fil- popolazzjoni tagħna huma li din kibret fin-numru, tħalltet xi ftit u hija popolazzjoni li qed tixjieħ.", "Dawn huma kollha ħwejjeġ li qed ikollhom effett fuq l-iżvilupp tal-familja Maltija.", "Hemm ħwejjeġ oħra li aħna rridu nqisu, bħalma huma r-rivoluzzjoni li seħħet fid- dinja fil-qasam tal- kommunikazzjoni u fil-qasamtal- media.", "F'pajjiżna, fejn il- Gvern imbarka fuq politika ta' liberalizzazzjoni kompleta fil- qasam tal-media u tal- kommunikazzjoni, qegħdin naraw li l-familja Maltija hija esposta għal barrage ta' informazzjoni, ta' influwenzi u ta' kulturi.", "Illum qegħdin naraw kwantita' ta' radios u televisions, beda dieħel il- cable television u wħud diġa' għandhom it-television permezz tad-dish antenna.", "Fid-djar tagħna daħal ukoll il-computer u riċententement sar seminar proprju dwar l- użu tal-computer fid-dar u fit-tmexxija tal- familja.", "Dawn huma ħwejjeġ li xi ftit jew wisq ikollhom rifless fuq il-valuri li aħna nħaddnu fil-familja tagħna.", "Dawn wieħed jista' jħares lejhom mill-aspett negattiv u jgħid li l- influwenza barranija fuq il-familja Maltija tista' timmilita kontra ċertu valuri tradizzjonali u kontra l-għaqda tal-familja fis-sens tradizzjonali tagħha, pero' jien nemmen li s-soċjeta' għandha tħares lejn dan il- qasam ta' din l-influwenza b'mod aktar pożittiv u nqisu li dan għandna neħduh bħala opportunita' biex isaħħaħ lill- familja.", "Għaliex dawn huma ħwejjeġ li għandhom jimmaturaw aktar lis-soċjeta' tagħna u li għandhom jimmaturawna b'mod li nifhmu aktar kif nistgħu nittekiljaw l-iżviluppi li qegħdin isiru.", "Imbagħad hemm l-iżvilupp ekonomiku li wkoll għandu rifless fuq kif il- familja tissawwar u tiżviluppa.", "M'hemmx dubju li matul dawn l- aħħar 30 sena, l-livell ta' l- għajxien tal-poplu tagħna - jekk tkejlu b'ċertu riga - għola sostanzjalment bil-miżuri li ħadu amministrazzjonijiet differenti.", "Dan narawh minn kwantita' ta' fatturi jekk inħarsu lejn il-mod ta' kif ngħixu, lejn ħafna mid-djar tagħna, lejn il-livelli edukattivi, kif nilbsu u kif ngħaddu l-ħin liberu tagħna.", "Il-livell ta' għajxien li għandna llum ma jintagħrafx mil-livell ta' għajxien li tlaqna bih meta qbadna t-triq ta' l-indipendentza ta' pajjiżna imma fl-istess ħin bħal kull żvilupp materjali ieħor dan l-iżvilupp iġib miegħu konsegwenzi mhux kollha sbieħ u wħud minnhom konsegwenzi ħżiena li qed jolqtu fil-laħam il-ħaj lis- soċjeta' tagħna.", "Hemm il- fattur li forsi huwa l-iktar li qiegħed jolqot il-mod ta' kif aħna nħarsu lejn ċerti affarijiet.", "Mr Speaker, jekk inħarsu lejn is- sistema u l- livell ta' edukazzjoni ta' pajjiżna, mill-mod kwantitattiv nistgħu naraw x'qabża saret.", "Jekk nieħdu żmien missirijietna, dawk li trabbew immedjatament wara l-gwerra, naraw li r- rata ta' l-illitteriżmu u l- analfabetiżmu kienet ta' kważi 10%.", "Minn studju li sar jidher li fost iż-żgħażagħ tal-lum ir- rata niżlet għal 4%.", "Mr Speaker, jien qed nikkwota mill-ktieb ta' Fr. Charles Tabone li studja dwar dan il- qasam u ppubblika l-ktieb \"The Secularisation of the Family in changing Malta\".", "Jekk inħarsu lejn il-qasam ta' l-edukazzjoni elementari, insibu li 54% ta' missirijietna kellhom din l- edukazzjoni.", "Illum in-numru ta' żgħażagħ li għandhom biss edukazzjoni elementari għadu għoli, imma r-rata niżlet għal 34%.", "F'dak iż-żmien 16% biss kellhom edukazzjoni sekondarja, mentri llum iktar minn 40% taż- żgħażagħ jispiċċaw l-iskola sekondarja.", "Barra minn hekk, fiż- żmenijiet ta' missirijietna, 3% biss kellhom xi grad jew diploma universitarja.", "Illum ir-rata telgħet għal 10%.", "Mr Speaker, f'din is- sitwazzjoni wieħed mhux biss jista' jitkellem in terms of generation gap imma anke in terms of educational and cultural gap.", "M'hemmx dubju li l- edukazzjoni minnha nnifsiha mhux biss tevolvina imma tqanqlilna l- aspettattiva u l- aspirazzjonijiet tagħna fil- livell ta' l-għajxien u taffettwa wkoll il-mod kif iż- żgħażagħ jibdew iħarsu lejn il- familja.", "Altro che l- missirijiet li trabbew qabel l- aħħar gwerra u li għexu u nnammraw f'dawk iż-żmenijiet biex tawna l-familji ta' wara l-gwerra bil- baby boom li kulħadd isemmi, u altro che ....", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Moran.", "ONOR.", "VINCENT MORAN: Mr Speaker, ma rridx ninterrompi lill-Ministru imma jidhirlek li dan għandu xi relevanza għall- Abbozz li għandna quddiemna?", "Dan assolutament m'għandu ebda relevanza.", "MR SPEAKER: Qed nitkellmu fuq il-prinċipju tal-liġi.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Jien qed nitkellem fuq il-prinċipju biex nasal ħalli nispjega għaliex illum il-liġi rridu nibbażawha fuq il-prinċipju ta' l- ugwaljanza.", "Mill-1976 'l hawn dan il-Parlament qatt ma ddiskuta s-suġġett tal-familja.", "Jekk kien hemm xi diskussjonijiet, dawn kienu sporadiċi u disjointed u mingħajr ebda qafas li fih nistgħu nifhmu l- affarijiet.", "Jidhirli li l- Kamra meta għandha quddiemha Abbozz ta' Liġi li se jbiddel stat attwali li ħafna minnu sar fi żmien Sir Adrian Dingli, għandu jkollna l-kuraġġ li nitkellmu fi kwadru wiesa'.", "Ma naħsibx li l-Oppożizzjoni għandha raġun li tqis l-analiżi ta' l-isfond soċjali li fi ħdanu qegħdin inressqu dan l- Abbozz ta' Liġi, bħala out of order, għaliex dawn huma ċ- ċirkostanzi soċjali li qegħdin jagħtu lok għall-għarfien ta' dawn il-prinċipji li għandna nkorporati fil-liġi.", "Naħseb li huwa importanti li kull membru tas-soċjeta' Maltija, speċjalment dawk li huma xettiċi rigward il-fatt li l- mara Maltija jkollha l-istess status daqs ir-raġel - jista' m'hemmx nies xettiċi fuq in- naħa l-oħra, imma fis-soċjeta' għad fadal - jifhmu liema huma l-iżviluppi li qegħdin iwasslu għal dan l-iżvilupp.", "Mr Speaker, jien iddikjarajt mill-bidu taħt liema taqsimiet beħsiebni nittratta dan l- Abbozz ta' Liġi u għalhekk nixtieq inkompli ngħid li l- livell edukattiv jinfluwenza ħafna l-mod kif se nħarsu lejn il-familja Maltija, altro che l-ommijiet tagħna li fil-biċċa l-kbira tagħhom kellhom - jekk kellhom - edukazzjoni primarja, altro che n-nisa tagħna li fil-biċċa l-kbira tagħhom għandhom l-edukazzjoni sekondarja, u altru wliedna, iż- żgħażagħ tal-futur, li numru sew minnhom se jkollhom livell ta' edukazzjoni post-sekondarja u universitarja.", "M'hemmx dubju li l-mara tal-lum u ta' għada, li se tkun użufruwixxiet mill- opportunita' ta' edukazzjoni terzjarja jew post-sekondarja, se tifhem aktar l-aspirazzjonijiet tagħha, se tħaddanhom iktar u se tesiġi li l- personalita' tagħha tibqa' tiżviluppa sal-milja tal-ħiliet li hija jkollha.", "U dan se jkollu rifless fundamentali fuq il-familji tagħna.", "Dawn huma, fost affarijiet oħra, il- ħwejjeġ li jolqtu t-tibdil li għaddejjin minnu aħna u li ma nistgħux indaħħlu rasna fir- ramel u ma nirrealizzawhx.", "Għall-kuntrarju aħna pprovajna nifhmu dan u għalhekk nedejna strateġija komprensiva biex inxettlu din il-kultura.", "Jekk wieħed jara l-inizjattivi li ttieħdu, isib li waħda mill- ewwel inizjattivi li ħadet din l-Amministrazzjoni kienet li tinkorpora l- Konvenzjoni Ewropea dwar il-Jeddijiet u l- Libertajiet Fundamentali tal- Bniedem bħala parti mil- liġijiet ta' pajjiżna.", "B'dan il-pass, għall-ewwel darba f'pajjiżna ġie rikonoxxut fil- liġi tagħna d-dritt li ma jistax ikun hemm diskriminazzjoni abbażi ta' sess, imma minħabba l-mod kif kienet imfissra fil-Konvenzjoni, din kienet limitata għal ċerti ċirkostanzi.", "Dan il-Gvern fl- 1988 iffirma u rratifika l- Karta Soċjali Ewropea, the European Social Charter, fejn insibu dikjarazzjoni ċara dwar il-bżonnijiet speċjali tal- familji u d-dritt tal-mara għall-ugwaljanza.", "Kienet din l- istrateġija komprensiva li wasslitna biex inwaqqfu l- makkinarju nazzjonali li fi ħdanu rridu nħaddmu dawn il- bidliet, u fil-fatt waqqafna l- Kummissjoni għall-Avvanz tal- Mara u s-Segretarjat għall- Ugwaljanza tan- Nisa.", "Tajjeb ngħid li matul dawn l-aħħar snin dan il-makkinarju kompla jissoda u permezz tiegħu setgħu jittieħdu diversi inizjattivi li nfirxu mad- diversi oqsma tal-ħajja tas-soċjeta' tagħna.", "Fl-1989 jien kont ħadt l- inizjattiva li nsejjaħ il- European Conference on Integrating Social and Family Policy, għaliex ħassejna l- ħtieġa li nirriflettu fuq dawn l- iżviluppi, fuq kif dawn l- iżviluppi se jolqtu lill- familja Maltija u liema huma l- programmi soċjali li għandna nniedu biex inkunu nistgħu ngħinu lill-familja tiżviluppa aħjar.", "Pass importanti kien meta f'Marzu ta' l-1991 il- Gvern iffirma l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it- tneħħija ta' kull għamla ta' diskrimkinazzjoni kontra n- nisa, u l-Gvern għandu programm vast ħafna ta' kif il-mara Maltija tista' tieħu postha fis- soċjeta' tagħna sabiex tkun tista' verament tagħti l- kontribut sħiħ li hija kapaċi tagħti.", "Dan wassal għal bidla fil-Kostituzzjoni tagħna fl- istess sena, jiġifieri f'Lulju ta' l-1991, meta fost il- protezzjonijiet li ngħataw għad-drittijiet fundamentali tal- bniedem, ingħata l-ħarsien kontra diskriminazzjoni abbażi ta' sess.", "Dawn kienu punti mill-iktar importanti li wieħed irid jgħaqqadhom mal- punti importanti u storiċi li ttieħdu fi żmenijiet oħra.", "Nistgħu nsemmu l- vot li ngħata lin-nisa fl-1947 mill-ewwel Amministrazzjoni Laburista ta' wara l- gwerra u miżuri oħra ta' benefiċċju għan-nisa li ttieħdu fis-snin sittin fil-qasam edukattiv u fir-rikonoxximent tal-prinċipju ta' paga daqs l- irġiel għall-istess xogħol fis-settur pubbliku.", "Imbagħad fis-snin sebgħin dan il- prinċipju ġie estiż għas-settur privat u ġew introdotti c- children's allowance u benefiċċji oħrajn.", "Jidhirli li kien pass importanti meta fl-1973 saru diversi bidliet fil-Kodiċi Ċivili ta' pajjiżna li għalkemm ma waslux it-triq kollha kif qed nagħmlu llum, m'hemmx dubju li kienu bidliet ta' importanza fundamentali anke għal dawk iż-żmenijiet.", "Illum qegħdin inkomplu nimxu fuq dawn il-passi.", "Illum is- soċjeta' tagħna għaddejja minn dan l-iżvilupp u m'hemmx dubju li aħna forsi aktar konxji minn dan il-fenomenu milli stajna nkunu qabel.", "Għal dan l-iskop ittieħdu miżuri oħrajn; per eżempju n-nisa li jiżżewġu barranin ingħataw l-istess drittijiet bħall-irġiel li jiżżewġu barranin, saru bidliet fil-liġijiet ta' l-income tax, tas-sigurta' soċjali, u qed nipproponu bidliet fil-liġi f'dak li għandu x'jaqsam mal- passaporti, kif ukoll bidliet fil-Kodiċi Kriminali.", "Bħalissa għaddejjin ukoll diskussjonijiet mad-dipartimenti responsabbli mid-diversi liġijiet biex nassiguraw li l-liġijiet ta' pajjiżna jikkonformaw ma' dan il-prinċipju li issa ġie sanċit fil-Kostituzzjoni dwar l- ugwaljanza bejn il-mara u r- raġel.", "Irridu naraw ukoll - u jekk ikolli ċans nitkellem fuqu aktar tard - il- pass li ħa dan il-Gvern fl-1990 meta rratifika l-Konvenzjoni dwar id- Drittijiet tat-Tfal.", "Ilkoll niftakru li fl-1979 kienet is- sena internazzjonali dwar it- tfal u aħna aderejna għal din il-Konvenzjoni dwar id- Drittijiet tat-Tfal fl-1990.", "Irrid ngħid li biex inkomplu insaħħu dan il-prinċipju ta' l- ugwaljanza bejn il-mara u r- raġel, qed naraw il- Kummissjoni taħdem fi ħdan l-amministrazzjoni pubblika fid-diversi dipartimenti tagħna biex inkunu nistgħu nassiguraw li dan ma jibqax prinċipju miktub fil- Kostituzzjoni imma jsir prinċipju li jinfiltra fil- ħajja ta' kuljum ta' l- amministrazzjoni pubblika.", "Minn hemmhekk imbagħad nistennewh jinfirex fil-ħajja ta' kuljum tas-soċjeta' tagħna, fil- mentalita' tagħna u fil- kultura tagħna u għalhekk ħafna mix-xogħol qed isir mid- Dipartiment ta' l-Edukazzjoni.", "Per eżempju, rajna li l- curriculum ikun l-istess għas- subien u għall-bniet kemm fil- livell sekondarju u kemm fil- livell primarju.", "Kien hemm ukoll l-intervent tas- sezzjoni tal-Guidance and Counselling tad-Dipartiment ta' l- Edukazzjoni fis-suġġett tal- personal and social studies u tal-life skills li fih qiegħed jidħol ħafna tagħlim anke dwar dan l-aspett, Mr Speaker.", "Rajna wkoll li l-Kummissjoni ħadet interess partikolari u speċifiku anke fil- qasam tax- xogħol meta talbet lill- Workers' Partecipation Development Centre ta' l- Universita' biex jagħmel survey dwar in-nisa u d-diversi oqsmatax-xogħol biex wieħed jifhem aħjar dan il-fenomenu.", "Matul din is- sena ersaqna aktar biex anke napprofittaw mill- opportunita' tas-sena internazzjonali tal-familja li n-Nazzjonijiet Uniti ddeċidew li tiġi ċelebrata s-sena d- dieħla u qegħdin nieħdu sehem attiv f'dan il-proċess.", "Aħna nemmnu li dan m'għandux ikun proċess ċelebrattiv imma għandu jkun proċess li permezz tiegħu nagħrfu nittekkiljaw u niżviluppaw il-politika tagħna, il-programmi tagħna, il- leġislazzzjoni tagħna u l- istruttura tagħna f'dan il- qasam.", "Kif jaf kulħadd għadu kif kellna l-laqgħa preparatorja ta' l-Ewropa u l- Amerika ta' Fuq fuq dan il-qasam u f'Novembru li ġej ikollna l- world forum ta' l-għaqdiet volontarji tan-non-governmental organisations li se jsir f'Malta.", "Dan huwa l-isfond u l-perspettiva li fi ħdanu għandna dan l- Abbozz ta' Liġi.", "Dan l-Abbozz ta' Liġi qiegħed iqarreb il-biċċa l-kbira tar- realta' tal-familji biex iwassalna biex il-qafas legali jkun jikkorrispondi ma' din ir- realta', isaħħaħha u jipprovdi soluzzjonijiet għal meta din ir-realta' tidħol f'xi diffikultajiet.", "Jien nixtieq ngħid li m'għandniex inħarsu lejn dan l-Abbozz ta' Liġi bħallikieku huwa s- soluzzjoni ta' kull problema.", "Peress li kellna diversi ittri, telefonati, kuntatti u programmi fuq ir-radju li fihom intervjenew iċ-ċittadini, donnu hawn l-impressjoni li fil-liġi se tinstab is- soluzzjoni ta' xi problemi partikolari.", "Jien naħseb li rridu nagħmluha ċara li fil- biċċa l- kbira tal-ħajja ta' kuljum tagħna l-familja se tibqa' tiddeċiedi hi dak li jagħmilha ħienja u b'saħħitha u dak li jġibilha r-risq.", "Hija l-koppja li se tibqa' tiddetermina l-affarijiet ta' bejniethom.", "Il-liġi qegħda hemm biex tipprovdi qafas legali, speċjalment f'dawk il- każijiet li niġu bżonn.", "Kulħadd jaf li matul iż-żmien li fih isseħħ l-armonija bejn il-koppja fi ħdan il-familja, ħadd ma joqgħod jagħmel referenzi għall-Kodiċi Ċivili imma meta jinqala' d-diżgwid u l-inkwiet, irridu naqgħu fuq il-provvedimenti tal- liġijiet tagħna.", "Il-liġi qegħda toqrob lejn ir-realta' ta' ħafna familji u qed tagħtina qafas legali biex inkunu nistgħu nsaħħu l-mentalita' u l- kultura dwar dan is-suġġett.", "Għalhekk huwa tajjeb li wieħed jagħmilha ċara għal kulħadd li hawnhekk m'għandniex xi formola maġika biex kull min għandu xi problemi fil-familja u kull min qiegħed f'xi diffikulta', l- għada li tgħaddi din il-liġi se jkun jista' jsib is-soluzzjonijiet għal dawn il- problemi għaliex il-ħajja mhijiex faċli.", "Bil-liġi nistgħu nirregolaw aħjar id-diffikultajiet.", "Fil- fatt fil-liġi qed nipprovdu diversi provvedimenti li se jagħmlu l-ħajja tal-koppja xi ftit aktar umana u faċli.", "Aħna qed nagħtu gwida aktar ċara lill-awtorita', lill-Gvern u lill-Qrati tagħna dwar fuq liema kriterji għandhom jiġġudikaw ċerti affarijiet.", "B'danakollu s- soluzzjonijiet tal-problemi jridu jsibu tarfhom il-membri tal-familja, r- raġel ma' martu, it-tfal mal- ġenituri u viċi versa.", "Irrid ngħid li fil-bidu nett - jiġifieri meta bdejna nfasslu din il-liġi - aħna konna għamilniha ċara, b'għażla konxja, li m'aħniex se nagħmlu tibdil fil-Kodiċi Ċivili li jolqot l-aspetti kollha tiegħu.", "Iffokajna fuq il-ħwejjeġ li dehrilna li huma l-iktar prijoritarji u ħallejna ċerti affarijiet għal stadju ulterjuri.", "Huwa importanti li din il-Kamra tifhem dan, biex kemm jista' jkun, id- dibattitu jiżvolġi b'mod li nkunu nistgħu nħaffu l- approvazzjoni ta' dawn l-emendi li għandna quddiemna, naturalment bil-kummenti u bit- tibdil li jista' jkun hemm bżonn.", "Aħna konna ħassejna li kieku kellna nipprovaw infasslu emendi li jolqtu kollox, il- proċess konna se ntawluh ferm iktar.", "Għaldaqstant qsamna dan il-proċess fi tliet aspetti u bħalissa qiegħed biss nikkonkludi l-ewwel fażi tiegħu.", "L-ewwel fażi hija dik li qed nittrattaw llum fejn qed inbidlu l-Kodiċi għar-rigward tar-relazzjonijiet personali, tas-setgħa tal-ġenituri fuq l- ulied, ta' l-amministrazzjoni tal-proprjeta', tas-separazzjoni personali; it-tieni fażi trid iġġib magħha bidliet fil- Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili għal dak li jolqot il-Qorti tal-Familja; fit-tielet fażi se jkollna l- bidliet l-oħrajn li jolqtu l- istitut tat-tfal, dawk li ngħidulhom illeġittimi - nittama li eventwalment ma nibqgħux nsejħulhom hekk - l- parti li tolqot is-suċċessjoni u l-parti li tolqot il- koabitazzjoni bejn il-koppja barra miż-żwieġ.", "Ridna li nqassmuhom f'dawn it-tliet stadji biex ma neħlux f'komplessita' u komplikazzjoni li nżommu ħwejjeġ li m'għandux ikun hemm diffikulta' li naqblu fuqhom ma' ħwejjeġ li setgħu jirrikjedu iktar maturazzjoni.", "Għaldaqstant waħda mill- funzjonijiet li kienet ngħatat lill-Kummissjoni għall-Avvanz tal-Mara kienet proprju li taħtar kumitat legali biex tkun tista' toqrob għat-tifsil ta' din il-liġi.", "Fi Frar ta' l- 1991 tressaq l-ewwel Abbozz quddiem il- Kabinett u dak l- Abbozz baqa' jiġi diskuss għal diversi xhur minn kumitat tal- Kabinett li kien presedih il- Prim Ministru.", "B'hekk aħna stajna naslu għall-Abbozz ta' Liġi li aħna ppublikajna bħala White Paper f'Ottubru ta' l- 1991 u nedejna programm kemm jista' jkun mifrux ta' konsultazzjonijiet pubbliċi.", "Dak iż-żmien organizzajna seminar nazzjonali u wara dak is- seminar kien hemm grupp presedut mill-Avukat Ġenerali tar-Repubblika, bil- kontribut ta' esperti oħra legali, li kompla jifli bl-aktar mod espert u dettaljat il- provvedimenti li aħna ridna nibdlu.", "Mr Speaker, dan wassalna biex ġie ppubblikat l- Abbozz fil-5 ta' Marzu ta' din is-sena.", "Ftit ġranet wara li organizzajna forum, ippublikajna ktejjeb illi fisser fil- qosor u b'mod kemm jista' jkun li jifhmu kulħadd, x'inhuma l- portata ta' l-emendi.", "Ħadna ħsieb li niltaqgħu mal-mezzi ta' kommunikazzjoni - mar- radjijiet u mal-gazzetti - biex infissrulhom ċerti affarijiet u sar anke kors mill-AZAD għal min kien interessat japprofondixxi iktar dan is-suġġett.", "B'hekk, Mr Speaker, illum għandna Abbozz ta' Liġi illi kellu diskussjoni fit-tul li kienet mifruxa u maħsuba mad- diversi gruppi soċjali.", "Minkejja dan kollu, m'hemmx dubju li mid-dibattitu li se jkollna fil- Kamra se nindunaw ukoll li hemm ħwejjeġ oħra li nistgħu nirranġaw.", "In-naħa tal-Gvern diġa' għandha diversi bidliet li trid tagħmel, uħud minnhom huma bidliet li jirrigwardaw differenza bejn it-test Ingliż u t-test Malti u oħrajn huma emendi li jirrigwardaw affarijiet iktar fundamentali u ta' sustanza.", "Nista' ngħid li ġejt hawn b'moħħ assolutament miftuħ u jien dispost li fuq dawk il- ħwejjeġ li qed inressqu f'din l-ewwel fażi nikkonsidra xi bidliet li nħoss li jistgħu jsiru.", "Biss ngħid bil-quddiem illi l-Gvern mhuwiex fil- pożizzjoni li f'dan l-istadju jiddiskuti bidliet li jolqtu l- illeġittimita' jew is- suċċessjoni jew inkella l- koabitazzjoni ta' kopja barra miż-żwieġ - dawn huma ħwejjeġ li qegħdin jiġu kkonsidrati f'Abbozz ieħor ta' Liġi li diġa' beda jiġi ppreparat mill- Ministeru tal-Ġustizzja - u lanqas kwestjonijiet dwar il- Qorti tal- Familja.", "B'hekk naħseb li tajt biżżejjed informazzjoni fuq it-tieni punt, jiġifieri dwar il-mod kif tfasslet din il-liġi u dwar l- atteġġjament tal- Gvern fuq din il-kwestjoni.", "Jekk wieħed iħares lejn l- aspett tar-relazzjonijiet personali bejn il- miżżewġin u s-setgħa tal-missier, wieħed isib l-aspetti li nkarnaw il- prinċipji li konna qed nitkellmu fuqhom.", "Fil-bidu l- Abbozz ta' Liġi jagħmilha ċara li l-liġi tippromwovi l-għaqda u l-istabilita' tal-familja.", "Fl-istess artiklu hemm li l- miżżewġin għandhom jeddijiet indaqs u li matul iż-żwieġ tagħhom ir-responsabilitajiet għandhom jerfgħuhom flimkien, għandhom id-dmir li jieqfu ma' xulxin materjalment u moralment u li jkunu fidili lejn xulxin.", "Hawnhekk mill- ewwel irrid nagħmilha ċara li meta qed nitkellmu fuq l- ugwaljanza, m'aħniex qed nimplikaw li qed ngħamlu liġi li tgħid li l-mara u r-raġel huma l-istess.", "L-ugwaljanza ma timplikax li kulħadd ikun l- istess, imma tfisser li li l- milja tal-personalita' tal- bniedem, sew jekk inhi mara u sew jekk hu raġel, hija l- istess, li d- drittijiet li jgawdu għandhom ikunu ugwali, u li d-dinjita' għandha tiġi rispettata bl-iktar mod ekwu u ugwali.", "Min jgħid li b'dan l- Abbozz ta' Liġi qegħdin ngħidu li r-raġel u l-mara huma l- istess u li m'aħniex qed nirrikonoxxu d-differenza bioloġika fin-natura tagħhom, naħseb li jkun qed jiżbalja għaliex minnha nnifisha t- terminoloġija \"ugwaljanza\", bl- ebda mod ma timplika li n- natura tal-persuni li qed nitkellmu dwarhom hija l- istess.", "Mr Speaker, huwa importanti ħafna li wieħed jifhem għaliex il-liġi qegħda tibda b'din id-dikjarazzjoni.", "Jiena ngħid li l-liġi li għandna quddiemna konxjament trid tipprivileġġja lill- familja Maltija kif nafuha, u trid tippromwovi l-għaqda u l- istabilita' fil-familja u l- ħwejjeġ li aħna nirrikonoxxu bħala valuri.", "Nafu li r- relazzjoni bejn il-koppja mhijiex xi relazzjoni komuni u mhijiex xi relazzjoni li hija l-istess bħal taċ-ċittadini li jgħixu fl-istess soċjeta', imma hija relazzjoni personali u rabta li tiżboq lil kull rabta oħra u bħala tali għandha tkun mibnija fuq l-imħabba, fuq ir- rispett reċiproku u fuq is-sens ta' solidarjeta' bejn il- koppja.", "Irridu ngħidu wkoll li l-għaqda u l-istabbilta' tal- familja normalment għandhom ikunu bbażati fuq iż-żwieġ li huwa relazzjoni ta' mħabba personali u sħubija bejn tnejn li huma ndaqs u li jfittxu l- ġid ta' xulxin.", "Meta wieħed jara l-Abbozz, isib li dan jippromwovi l-għaqda u l- istabbilta' tal-familja, igħid li l-miżżewġin għandhom jeddijiet indaqs u jerfgħu responsabbiltajiet indaqs, li għandhom id-dmir li jkunu fidili lejn xulxin u li jieqfu ma' xulxin kemm materjalment u kif ukoll moralment.", "Klawsola 3 ta' l-Abbozz tkompli tgħid:", "\"Il-partijiet fiż-żwieġ għandhom l-obbligu, kull waħda minnhom skond il- mezzi u l-ħila tagħhom, li jaħdmu fid-dar jew barra mid-dar kif jinħtieġu l- interessi tal-familja, li jmantnu lil xulxin u li jikkontribwixxu għall- ħtiġiet tal-familja.\".", "Klawsola 3 hija klawsola ġdida u fiha, għall-ewwel darba, qegħdin nagħmlu referenza għal xogħol fid-dar.", "Sal-lum normalment ix-xogħol tal- mara fid-dar, f'ċertu sens, ma kienx rikonoxxut bħala tali.", "Jien naf li sar il-kumment li fl-Abbozz ta' Liġi xorta waħda mhuwiex qiegħed jiġi speċifikat il-valur ekonomiku tax-xogħol tal-mara jew tar-raġel fid-dar, imma jidhirli li meta fl-Abbozz ta' Liġi hemm il-provvedimenti li impliċitament jagħtu piż lil dan ix-xogħol fid-dar allura bdejna nersqu aktar lejn il- konċett fejn ix-xogħol informali ta' min jaħdem fid- dar jingħata piż anke fl-istima ta' ċerti deċiżjonijiet li jridu jsiru.", "Wara l- manteniment reċiproku tal- koppja rridu ngħaddu għad-dmir tal-miżżewġin lejn uliedhom.", "Hawnhekk qed jidħlu elementi li sal-lum ma kenux fil-liġi tagħna.", "Per eżempju, sal-lum konna ngħidu li l-ġenituri għandhom jieħdu ħsieb u jmantnu lil uliedhom imma llum qed infissru aħjar dak li aħna l- ġenituri normalment nagħmlu, jiġifieri li nieħdu ħsiebhom, immantnuhom, ngħallmuhom u nedukawhom.", "Dan nagħmluh billi nieħdu in konsiderazzjoni l- ħila, x-xeħtiet naturali u l- aspirazzjonijiet ta' l-ulied.", "Għalkemm dawn huma affarijiet konċiżi, l-implikazzjoni u t- tifsira tagħhom għandhom ċerta importanza fil-ħajja tal- familja.", "F'dan l-istadju rrid ngħid li rigward il-kunjom li jintuża mill-miżżewġin u mill-ulied qed nagħmlu bidliet li ħafna jqisuhom bidliet radikali.", "Aħna qed ngħidu li maż-żwieġ, il-miżżewġin għandhom jieħdu l- kunjom tar-raġel u l-mara tista' żżid il-kunjom tagħha miegħu pero' qed nagħtu d-dritt lin- nisa li jiddeċiedu - u dan jagħmluh f'formola apposta waqt iċ-ċerimonja taż- żwieġ - li jagħżlu li jżommu kunjomhom.", "Kif diġa' għidt, dan ikunu jridu jagħmluh b'dikjarazzjoni.", "Fil-klawsola tranżitorja qed ngħidu wkoll li għal dawk li huma diġa' miżżewġa u li jixtiequ jerġgħu jieħdu kunjom xbubithom - jekk iħossu li dan iseddaq aktar il-personalita' u d-dinjita' tagħhom - hemm perjodu ta' sitt xhur żmien u formola u proċedura preskritta ta' kif dan jista' jsir.", "L-ulied se jieħdu l-kunjom tal-missier u jistgħu jżidu miegħu l-kunjom ta' l-omm ukoll.", "Mr Speaker, hawnhekk hawn x'tgħid din il-klawsola.", "Jien irrid ngħid minn issa li filwaqt li fuq is-sustanza ta' dan il-prinċipju l- Gvern huwa deċiż, meta ġejna għall- kunjomijiet tat-tfal inqalgħet il- problema ta' safejn wieħed jista' jibqa' jżid għax nistgħu nispiċċaw b'xi sitt kunjomijiet jew aktar.", "Naħseb li fl- istadju tal-Kumitat din ikollna ċ-ċans li norqmuha biex inkunu nistgħu ndaħħlu limitu b'mod u manjiera li filwaqt li l-mara jibqa' jkollha d-dritt li żżomm kunjomha, u l-familja jkollha l-kunjom tal-missier, b'danakollu nkunu nistgħu nillimitaw safejn wieħed jista' jibqa' jżid il-kunjomijiet.", "Fl-istadju tal-Kumitat flimkien inkunu nistgħu nsibu l-formula li jidhrilna li tkun adatta l- iktar.", "Mr Speaker, il-kunjom mhuwiex sempliċement ħaġa personali, imma għandu relevanza kbira fis-soċjeta' tagħna.", "Kien għalhekk li aħna dehrilna li filwaqt li għandna nilqgħu għall-aspirazzjoni fundamentali tal-mara li żżomm kunjom xbubitha jekk hija tħoss li b'dan il-mod il-personalita' tagħha tisseddaq aktar fil- milja tagħha, fl-istess ħin xaqlibna lejn aktar stabilita' u regolarita' fis-soċjeta' tagħna billi għal diversi attivitajiet li jkun hawn f'kull qasam tal-ħajja Maltija, il-kunjom tal- familja jintrabat mal-kunjom tar-raġel.", "Mr Speaker, fl-Ewwel Parti l- Abbozz ta' Liġi jitkellem dwar id-dar konjugali.", "Għar-rigward tad-dar taż-żwieġ, l-Abbozz ta' Liġi qed jintroduċi wkoll elementi sostanzjalment ġodda.", "F'dan ir-rigward il-liġi kienet tagħti lir-raġel id-dritt li jiddetermina fejn tmur toqgħod il- koppja u fejn tibda tgħix il-familja.", "Minkejja li l-liġi kienet tipprovdi dan, fir- realta' nafu li fil-biċċa l- kbira tal-każi ma kienx isir hekk.", "Illum qegħdin ngħidu li d-dar taż-żwieġ se tkun stabbilita bi qbil bejn il- miżżewġin skond il-ħteġijiet tagħhom u l-interess ewlieni tal-familja nnifisha.", "Qegħdin ngħidu wkoll illi jekk id-dar tkun tappartjeni lil xi waħda mill-partijiet fiż-żwieġ, din id-dar ma tistax tiġi trasferita jekk mhux bil- kunsens tal-parti l-oħra.", "Dan huwa provvediment kompletament ġdid li jagħti ċertu dritt fuq id-dar liż-żewġ partijiet anke meta d-dar tappartjeni lil parti waħda mill-koppja.", "F'ċirkostanzi oħrajn id-dar tista' tiġi trasferita jekk ikun hemm l-awtorita' tal- Qorti, ngħidu aħna permezz ta' bejgħ b'irkant ġudizzjarju minħabba li jkun sar xi dejn.", "Meta niġu għall-kwestjoni tad- dar mhux biss qed ngħidu li d- dar issa trid tintgħażel bi qbil u li jrid ikun hemm qbil bejn il-partijiet biex il- familja tmur toqgħod banda oħra, imma hemm klawsoli oħrajn illi jipprivileġġjaw lill- koppja għar-rigward tad-dar konjugali.", "Sal-lum is- sitwazzjoni kienet li jekk id- dar tkun tappartjeni lil parti waħda mill- koppja u meta tmut ma jkunx hemm provvedimenti speċifiċi, il-parti l-oħra li ma jkollha xejn bħala proprjeta' minn dik id-dar, tista' tidħol f'ċerti diffikultajiet.", "Issa qegħdin ngħidu li meta jmut il- proprjetarju tad-dar, li jista' jkun kemm ir-raġel u kemm il- mara, il-parti li tibqa' ħajja għandha d-dritt ta' abitazzjoni gratwita u ħadd ma jista' jkeċċiha, ħadd ma jista' jitlobha tagħmel xejn u ħadd ma jista' joħdilha l-ebda parti minn dik id-dar ta' abitazzjoni.", "Qegħdin ngħidu wkoll li f'każ ta' separazzjoni l-Qorti se tkun tista' tagħti ċerti provvedimenti biex il-parti li ma tkunx il-proprjetarja tad- dar tkun tista' tibqa' toqgħod f'dik id-dar jekk il- Qorti jkun jidhrilha li dan ikun fl-aħjar interess tal-familja u ta' l- ulied.", "F'parti oħra tal-Liġi qegħdin ngħidu li ma jistax isir kuntratt bejn il-miżżewġin li permezz tiegħu dawn il- provvedimenti jiġu b'xi mod rinunzjati jew modifikati.", "F'din il-parti tal-liġi bdejna naraw li r-raġel m'għandux jibqa' jitqies bħala l-kap tal- familja u tal-mara, imma issa jridu jmexxu t-tnejn flimkien u bi qbil.", "Naturalment il-liġi taħseb għal dawk iċ-ċirkostanzi meta jista' ma jkunx hemm qbil bejn il-koppja u hawnhekk insibu referenzi għall-għajnuna li tista' tagħti l-Qorti tal- Ġurisdizzjoni Volontarja, li wara li tisma' lill-miżżewġin - u jekk jidhrilha xieraq tisma' anke lill-ulied li jkunu għalqu 14-il sena u li jkunu għadhom joqogħdu mal-miżżewġin - il- Qorti tipprova twassalhom għal qbil dwar il-kwestjoni li jkun hemm bejniethom.", "F'każ li l- Qorti ma jirnexxilhiex twassalhom għal qbil, fuq talba flimkien miż-żewġ partijiet miżżewġa tkun tista' tiddeċiedi l-kwestjoni billi tipprovdi soluzzjoni li, fil-fehma tagħha, tkun l-aħjar fl- interess tal-ħajja tal-familja.", "Mr Speaker, f'din l-Ewwel Parti tal-Liġi nsibu wkoll referenzi dwar id- dmirijiet tal-miżżewġin lejn xulxin fl- għoti tal-manteniment u kif se jibda jiġi regolat il- manteniment lejn l-axxendenti u d-dixxendenti.", "Jien irrid ngħid li permezz ta' l-Ewwel Parti ta' l-Abbozz ta' Liġi fejn qed tiġi stabbilita l-bażi li l-liġi tippromwovi l-għaqda u l-istabilita' tal- familja u li issa l-miżżewġin għandhom responsabilitajiet u jeddijiet indaqs, qed insaħħu l-bażi tal- familja.", "Mr Speaker, dan mhux jien biss nirrikonoxxih, imma jirrikonoxxuh ukoll gruppi soċjali oħra f'pajjiżna.", "Nixtieq nikkwota mill-editorjal tar-rivista \"Il Pastor\" ta' Marzu/April ta' din is-sena.", "Din hija r-rivista maħruġa mis- soċjeta' tal-Kleru Cristus Rex.", "Veru li din m'hijiex rivista li tippreżenta l-veduti uffiċjali tal- Knisja f'pajjiżna imma naħseb li hija rivista li ta' min jagħti piż lill- opinjonijiet tagħha.", "F'dan l- editorjal insibu dan li se nikkwota:", "\"Ta' min jinnota li din l- idea taż-żwieġ li nsibu kurrenti f'dan l-Abbozz ta' Liġi, hi fil-linja ta' l-idea nisranija li r- raġel u l-mara fiż-żwieġ ma jibqgħux tnejn imma jsiru ħaġa waħda u għax isiru ħaġa waħda l-għaqda tagħhom hi dejjiema u ma tinħallx.\".", "Ħadt gost naqra wkoll l-artiklu tal-moralista Profs.", "Maurice Eminyan li meta f'Mejju ta' din is-sena kiteb dwar il-problemi tal-lum fuq dan is- suġġett qal hekk:", "\"Il-prinċipju fundamentali tal-liġi l-ġdida huwa dan:", "Ir-raġel u l-mara huma partners jew sħab fiż- żwieġ, jiġifieri għandhom jeddijiet indaqs, fi kliem ieħor huma t-tnejn flimkien għandhom f'idejhom it-tmexxija tal- familja u għalhekk se jispiċċa l-konċett li r- raġel huwa l-kap tal- familja.", "Dan hu tibdil radikali iżda l-uniku wieħed li jaqbel mad- dinjita' u mal-konċett nisrani tal-mara. \".", "Qed nikkwota dan għaliex naħseb li l-Kamra tieħu gost li personalita' bħal din u ċittadini sħabna f'pajjiżna jiġġudikaw dawn il-proposti b'dan il-mod pożittiv.", "B'dan il-mod dan il-konċett ta' għaqda bejn il-miżżewġin, ta' partnership, issa jrid jesprimi ruħu fil-konċett tas-setgħa tal-ġenituri fuq l-ulied.", "Sal- lum nafu li s-setgħa fuq l- ulied tispetta lill-missier u tkun tispetta biss lill-omm f'każ li l-missier jiġi nieqes.", "Bit- terminoloġija ta' l-avukati - u tant kien hawn diskussjonijiet fuq dan is- suġġett li ċ- ċittadini tagħna qed jidraw din it-terminoloġija - dan il- konċett insejħulu l-patria potestas.", "Dan l-Abbozz ta' Liġi qiegħed jibdel il-bażi ta' l-awtorita', l-istruttura tal- poter fi ħdan il-familja; qiegħed jibdel il-metodu ta' kif jittieħdu d-deċiżjonijiet b'rifless anke fuq ir-rwol tal-membri fi ħdan il-familja.", "B'dan l-Abbozz mill-konċett ta' familja patrijarkali - hawn min iħobb jgħid li f'pajjiżna aktar għandna familja martrijarkali milli patrijarkali, u lkoll kemm aħna nafu x'influwenza fundamentali taċita għandha l- omm fi ħdan il-familja - ...", "Minn dawn il-mudelli li tawna soċjeta' tajba u pożittiva b'ħafna affarijiet sbieħ, il- familja se tevolvi għal sitwazzjoni fejn il-koppja jkunu sħab indaqs, minn awtorita' ta' kmand għal awtorita' li hija bbażata fuq in-negozjar tad-deċiżjonijiet, biex ngħidu hekk, fuq id- diskussjoni u fuq id-djalogu.", "Ma għandhiex tibqa' awtorita' li tittieħed for granted, imma jridu jittieħdu deċiżjonijiet li jiġu spjegati sew bejn il- miżżewġin, kif ukoll bejn il- ġenituri u l-ulied u b'hekk issa fil-liġi qed jiġi nkorporat it-tisħib ta' l-ulied u tal-ġenituri fid- deċiżjonijiet, jiġifieri l- familja kif suppost tkun f'ħajja dinamika li tgħix flimkien l- aspetti kollha tal- ħajja.", "B'hekk ma tibqax biss familja fil-forma u fuq iċ- ċertifikati imma tkun familja kif lkoll kemm aħna nixtiequ li tkun fir- realta'.", "Biex nagħtu tifsira għal dan, l-Abbozz ta' Liġi qiegħed jibdel il-bażi tal-patria potestas u jistabbilixxi li s-setgħa fuq l-ulied tkun eżerċitata bi ftehim bejn iż-żewġ ġenituri.", "Wara l-mewt ta' wieħed mill- ġenituri, din tkun eżerċitata mill-ġenitur li jibqa' ħaj.", "F'dan l-istadju, Mr Speaker, ladarba s-setgħa trid tiġi eżerċitata bi ftehim bejn iż- żewġ ġenituri, l-liġi taħseb ukoll għall-eventwalita' fejn jista' jkun hemm nuqqas ta' qbil dwar kif għandha tiġi eżerċitata din is-setgħa, u hawnhekk tidħol l-assistenza tal-Qorti tal-Gurisdizzjoni Volontarja.", "F'dan ir- rigward il-Qorti ma timponiniex id- deċiżjoni tagħha għax trid tagħti kas ta' ċerti affarijiet.", "Il-liġi tispeċifika li wieħed ma jistax imur quddiem il-Qorti tal- Ġurisdizzjoni Volontarja fuq kull nuqqas ta' qbil.", "Wieħed jista' jmur biss f'nuqqas ta' qbil dwar ħwejjeġ ta' importanza.", "Meta jkun hemm ħwejjeġ ta' importanza partikolari, min imur quddiem il- qorti jrid juri liema direzzjoni, fil-fehma tiegħu, għandha tiġi magħżula biex tittieħed l-aktar deċiżjoni xierqa.", "Meta l-qorti tiġi biex tagħti l- pariri tagħha - u l-liġi tagħmilha ċara li l-qorti tista' tagħmel suġġerimenti - kultant forsi ngħidu li lill-qorti se ndaħħluha wisq ...", "Nerġa' ngħid li l-qorti se tidħol biss fejn ikun hemm xi diffikulta', u ma rridux naħsbu li għax se tgħaddi din il-liġi se jiżdiedu d-diffikultajiet.", "Jien ma nemminx li se jiġri hekk.", "Jiena ngħid li llum id- diffikultajiet fi ħdan il- familji żdiedu minħabba li n- numru ta' familji kiber, u minħabba li d-diffikultajiet interni tal-familji aktar qed jesternaw ruħhom fis-soċjeta' għax is-soċjeta' saret iktar tolleranti u saret taċċettahom iktar mingħajr ma tiġi attribwita xi stigma u mingħajr ma wieħed iġibha wisq bi kbira.", "Jiena ngħid li l-fatt li se jkun hawn il-possibilita' li wieħed jirrikorri għal dik li ħafna drabi, b'terminoloġija żbaljata, insejħulha l-Qorti tas-Sekond' Awla - u nispera li fil-futur nibdew insejħulha l- qorti tal-familja - se jagħmilha possibbli li nkunu nistgħu nipprevjenu għal ċerti ċirkostanzi qabel ma forsi jkun tard wisq.", "Għalhekk il-liġi tgħid li wara li l-qorti tisma' lill-ġenituri u lit-tfal li jkunu għalqlu l-eta' ta' 14-il sena, tkun tista' tagħmel suġġerimenti, iżda s- suġġerimenti jridu jkunu kwalifikati.", "Qed jingħad li s- suġġerimenti jridu jkunu fl- aħjar interess tat-tfal u ta' l-għaqda tal-familja.", "Jekk il- qorti tara li ma rnexxilhiex issolvi d-differenzi ta' bejn il-ġenituri, allura l-qorti ma taqbadx u taddotta s-soluzzjoni tagħha, iżda tista' tawtorizza lil dak il-ġenitur li, fil- fehma tagħha, ikun l-iktar xieraq li jħares l-interess ta' l-ulied fil-każ partikolari in kwestjoni.", "Barra minn hekk il-liġi titkellem ukoll dwar is-setgħa tal-qorti li tawtorizza li t- tfal jitqiegħdu taħt il-ħarsien ta' ħaddieħor.", "Hawn diversi ċirkostanzi fejn għal raġunijiet ta' impossibilita' tal-ġenituri li jeżerċitaw is- setgħa tagħhom jew in-nuqqas ta' ħila jew kompetenza li jeżerċitaw din is-setgħa, il- qorti tkun tista' tindaħal hi biex tipprovdi dwar il-kura tat-tfal.", "F'dan ir-rigward il- Liġi tipprovdi l-prinċipji u l- proċedura illi jistgħu jittieħdu.", "Irrid ngħid illi fir-rigward ta' l- amministrazzjoni tal-proprjeta' ta' l- ulied, il-ġenituri għandhom żewġ kwalitajiet ta' amministrazzjoni; hemm l- amministrazzjoni ordinarja ta' kuljum li ssir minn kull wieħed mill-ġenituri skond kif jinqala' l-każ mingħajr ma jkun hemm il-ħtieġa ta' l-ebda intervent, u hemm l- amministrazzjoni straordinarja fejn il-ġenituri bilfors iridu jaġixxu flimkien u bil-kunsens ta' xulxin.", "Il-Liġi tispjega liema huma dawn il- ħwejjeġ ta' amministrazzjoni straordinarja.", "Hemm l-amministrazzjoni straordinarja tal-proprjeta' tal-miżżewġin fil-komunjoni ta' l-akkwisti u mbagħad hemm dawk iċ-ċirkostanzi fejn il-ġenituri jamministraw il- proprjeta' ta' uliedhom minuri, u anke f'dan l-aspett il-Liġi tiddistingwi bejn l-amministrazzjoni ordinarja u l-amministrazzoni straordinarja.", "Żgur illi fl- istadju tal-Kumitat ikollna ċ- ċans li nispjegaw f'aktar dettall id-differenza bejn iż- żewġ tipi ta' amministrazzjoni.", "Fejn ikun hemm din l- amministrazzjoni, il-ġenituri huma marbuta li jagħtu kont ta' l- amministrazzjoni ta' uliedhom u tal-proprjeta' tagħhom - u hawn speċifikat fid-dettall kif dan irid isir - u l-Liġi tgħid ukoll x'jiġri meta wieħed mill- ġenituri jmut u allura din is- setgħa tgħaddi għand il-ġenitur li jibqa' ħaj.", "Hawn qiegħed nitkellem dwar l-artikli differenti li jittrattaw is- setgħa tal-ġenituri.", "Mr Speaker, il-liġi tidħol f'ħafna dettalji dwar x'jiġri meta dak il-ġenitur li jibqa' ħaj jerġa' jiżżewweġ u dwar il- prekawzjonijiet li jittieħdu fl- interessi tat-tfal biex jiġi salvagwardat l-interess ta' l- ulied li huwa l-interess primarju.", "Għal dak li jirrigwarda s- setgħa tal-ġenituri, fil-liġi għall-ewwel darba qegħdin nintroduċu l-konċett li t-tfal li jkollhom 16-il sena jistgħu jiftħu kont il-bank f'isimhom u jħaddmuh huma mingħajr ma dan il-kont ikun soġġett għall- amministrazzjoni tal-ġenituri.", "Illum qegħdin nirrikonoxxu illi t-tfal li jkunu għalqu 16-il sena jkollhom ċerta indipendenza f'dan ir- rigward.", "F'din l- eta' it-tfal jitqiesu li għandhom il-kapaċita' li jagħmlu l-kuntratt meħtieġ mal- bank u għalhekk qegħdin ngħidu li dawn it- tfal se jkunu jistgħu jiddepożitaw jew jirtiraw il-flus huma stess u l-bank ma jkunx jista' jistaqsihom jekk dawk il-flus humiex soġġetti għall- awtorita' ta' xi ħadd ieħor.", "Ħaġa oħra li wieħed irid jitkellem fuqha hija l- kwestjoni ta' l- addozzjoni.", "Għal dan ir-rigward qegħdin nieħdu l-opportunita' biex nagħmlu bidla ċkejkna imma li hija ta' ċertu importanza u sinifikat għall-ġenituri u tfal addottivi.", "Permezz ta' din il- bidla, ċ-ċertifikati illi l- ġenituri u t-tfal addottivi jkollhom bżonn għall-ħajja tagħhom ta' kuljum, ma jkunux jindikaw illi dawn it-tfal huma addottati.", "Mr Speaker, dan ma jfissirx li fir-Reġistru Pubbliku, taħt il-provvedimenti meħtieġa ta' segretezza u ta' konfidenzjalita', ma jkunx hemm id-dettalji meħtieġa biex jiġi assigurat it-tnissil u l- background ta' dawn it-tfal.", "Naf li din il- kwestjoni kif qed tiġi proposta jista' jkun fiha xi difetti, imma waqt l- istadju tal-Kumitat bil-koperazzjoni taż-żewġ naħat, inkunu nistgħu naraw x'tibdil għandna bżonn biex nassiguraw li n-numru li jkun hemm fuq iċ- ċertifikati ma jkunx tali li awtomatikament jagħti xi indikazzjoni ta' dan l-istatus addottiv.", "Fuq l- addozzjonijiet irrid ngħid li din hija biss bidla ċkejkna fost il-bidliet l-oħra li għad iridu jsiru.", "Nixtieq nieħu l- opportunita' biex ngħid li f'dan il-qasam qegħdin nieħdu diversi miżuri.", "L- ewwelnett bħala policy decision, id- Dipartiment tal-Familja u Assistenza Soċjali poġġa bħala kriterju essenzjali fil-proċess ta' l-addozzjoni l- interessi tat-tfal u mhux l-interessi tal-koppja li tkun trid taddotta.", "Naturalment anke l- ġenituri li jkunu se jaddottaw jingħataw kull konsiderezzjoni meħtieġa.", "Pero' twaqqfu żewġ panels, wieħed għall- addozzjonijiet u l-ieħor għall- każijiet ta' fostering, magħmulin minn persuni li ġejjin minn ambjenti differenti u li għandhom background u edukazzjoni differenti.", "Dawn għandhom il-funzjoni li jissorveljaw il- proċess ta' l- addozzjoni li tkun qed issir ġewwa pajjiżna.", "Irrid ngħid ukoll li l-istess dipartiment qed jaħdem fuq liġi ġdida li tirrigwarda d- drittijiet tat- tfal, u permezz ta' din il- liġi l-ġdida nixtiequ li eventwalment nirregolaw dawn il-proċessi b'mod dettaljat biex inkunu nistgħu nippromwovu l-addozzjonijiet u wisq aktar l-istitut tal-fostering.", "Aħna nafu li lit-tfal li jiġu addottati rridu nirrispettawlhom il-milja tad- dinjita' tagħhom, u biex nagħmlu dan ikun meħtieġ li lil dawn it- tfal fil- mument opportun nindikawlhom x'inhu l-istatus tagħhom u x'inhuma l-għeruq tagħhom, għaliex l-esperjenza kontinwa turi li meta tfal addottati jilħqu ċertu eta' u jkollhom indikazzjoni li mhumiex l-ulied naturali tal- koppja imma huma addottati, hija n-natura stess li jibdew ifittxu l-għeruq tagħhom.", "Aħna bdejna nieħdu ċerti prekawzjonijiet anke dwar l- addozzjonijiet ta' tfal minn barra minn Malta.", "Nista' ngħid li d- Direttur tal-Familja u Assistenza Soċjali għadu kif mar r-Rumanija biex jiltaqa' ma' l-aġenzija tal-Gvern Rumen għaliex ħassejna l-ħtieġa li aħna bħala dipartiment li għandu funzjoni speċifika f'dan il-qasam, għandna nsiru nafu iktar l-ambjenti fejn il-koppji Maltin qegħdin imorru biex jadotaw, ma' min qed jittrattaw, x'inhu l-qafas legali ta' dawn il-pajjiżi li fi ħdanhom qed jittrattaw, x'inhuma l-faċilitajiet soċjali ta' strutturi soċjali u mediċi ta' dawk il-pajjiżi u x'inhuma l-faċilitajiet tar- reġistrazzjoni ta' l-istatus ċivili ta' dawn it-tfal.", "Kif għidt, id-Direttur mar ir-Rumanija biex insiru nafu iktar u biex eventwalment nistabbilixxu qafas ta' koperazzjoni magħrufa, stabbilita u rikonoxxuta mill- awtoritajiet taż-żewġ naħat.", "Nispera li dan inkunu nistgħu nagħmluh ma' xi pajjiżi oħrajn fejn nafu li koppji Maltin qegħdin jirrikorru għall- addozzjoni tat-tfal.", "MR SPEAKER: Ippermettili.", "Skadielek il-ħin.", "Għandek bżonn extension biex tkompli titkellem.", "ONOR.", "VINCENT C. MORAN: Nipproponi li jkompli jitkellem.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Nisse- konda.", "MR SPEAKER: Hawn talba biex l-Onor.", "Galea jkompli jitkellem.", "Il-Kamra taqbel?", "(Onor. Membri : Iva)", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nirrin- grazzja lill-proponent, lis- sekondant u lill- Kamra talli estendewli l-ħin.", "Wara dawk il-kummenti li għamilt fuq l- adozzjoni, nista' ngħaddi biex nitkellem fuq ir-raba' punt li jirrigwarda l- amministrazzjoni tal-proprjeta'.", "Nistgħu ngħidu li sal-lum il-liġi ta' pajjiżna kienet tirregola l- amministrazzjoni tal-proprjeta' li l-miżżewġin jagħmlu flimkien taħt żewġ statuti jew forom, il-forma tal-komunjoni ta' l- akkwisti u l-forma l-oħra tas- separazzjoni tal-proprjeta' jew tal-ġid.", "Naturalment jekk il- koppja kienet tiftiehem jew qabel jew waqt iż-żwieġ li tagħmel is-separazzjoni tal- beni, dan kien ifisser li kull naħa kienet tamministra l-parti tagħha indipendentement minn xulxin.", "Mentri għar- rigward tal-komunjoni ta' l-akkwisti, l-liġi sal-lum tipprovdi li l- amministrazzjoni tal-proprjeta' li ssir fiż-żwieġ jagħmilha r- raġel u l- liġi ma timponi f'ċertu sens l-ebda limitu partikolari ħlief li hemm ċertu ċirkostanzi ta' penalitajiet jekk ir-raġel jagħmel ċertu abbużi, imma bażikament nistgħu ngħidu li r-raġel seta' jiddisponi mill-proprjeta' tal- familja, inkluż minn dak in- nofs li huwa proprjeta' tal- mara mingħajr ebda konsultazzjoni ta' xejn.", "Nistgħu ngħidu li llum din is-sitwazzjoni m'għadiex iktar possibli, m'għadhiex iktar tenable li għar-rigward tal- komunjoni ta' l-akkwisti għall-amministrazz- joni ta' bejn il-miżżewġin, jamministraha r-raġel mingħajr ebda konsultazzjoni ma' ħadd.", "Għad-diversi raġunijiet li diġa' tkellimna fuqhom, nafu li bil-mod kif qed tevolvi l- familja, ir-raġel u l-mara qegħdin bil-mod il-mod jidħlu fi skambju tar- rwoli tagħhom.", "M'għadux iktar it-tqassim tax- xogħol bbażat biss fuq is- sess bil-mara d-dar u r-raġel jaħdem.", "Il-fenomenu ta' l- iskambji tar- rwoli iktar ma' jgħaddi iż-żmien iktar narawh jevolvi u qed naraw il- fenomenu tal-mara miżżewġa u ta' l-omm li toħroġ taħdem barra d-dar.", "Qed naraw il-missier - speċjalment il-missirijiet il- ġodda - jerfa' iktar mix- xogħol domestiku - b'mod riluttanti ħafna drabi, għax din ma tagħmilx parti mill- mentalita' tagħna kif nipprattikawha - u bil-mod il- mod qegħdin nersqu lejn is- sehem tar-raġel anke fix-xogħol domestiku.", "M'hemmx dubju li dawn il-kwestjonijiet familjari ta' bejn l-omm u l-missier mhux se jibqgħu aktar kwestjonijiet familjari imma se jsiru kwestjonijiet soċjali, politiċi u ta' ċerta komplessita'.", "Allura meta għandna din is-sitwazzjoni bilfors li rridu nħarsu lejn il-komunjoni ta' l-akkwisti b'mod li jirrifletti l- prinċipji li konna qed nitkellmu dwarhom.", "Mr Speaker, irridu ngħidu li allura issa l- Abbozz ta' Liġi jipprovdi għal tliet mudelli.", "Għandna l- komunjoni ta' l-akkwisti bl- amminstrazzjoni mill- miżżewġin flimkien, il-mudell li nafu llum, fejn il-miżżewġin jaqblu li jmexxu l-proprjeta' b'mod separat - is-separazzjoni tal- beni - u mbagħad għandna l- mudell li huwa kompletament ġdid għal-liġijiet ta' pajjiżna, li qed insejħulu l- mudell tal-komunjoni tar- residwu taħt ammministrazzjoni separata.", "Niġi għall-ewwel mudell li huwa l-komunjoni ta' l- akkwisti, fejn it- tmexxija tal- proprjeta' mhijiex se tibqa' ssir aktar mir-raġel imma ssir mill-miżżewġin flimkien.", "F'dan l-istadju rrid ngħid, Mr Speaker, li l- klawsola transitorja li kienet se teskludi lill-miżżewġin preżenti minn dan il-mudell ta' komunjoni ta' akkwisti fejn it- tmexxija ssir flimkien, se nneħħuha minn dan l-Abbozz ta' Liġi b'mod li l-komunjoni ta' l-akkwisti tal-koppji kollha miżżewġin, kemm tal-preżent kif ukoll tal-futur, issa se tkun komunjoni fejn l- amministrazzjoni tal-proprjeta' tibda ssir flimkien.", "U allura l-punt, biex ngħid hekk, fundamentali ta' diffikulta' li kien hawn qed inneħħuh.", "Jien irrid infakkar li meta kien sar seminar fuq dan l- Abbozz ta' Liġi f'Dar l-Emigrant, li kien ġie organizzat mill-Kummissjoni għall-Avvanz tal-Mara, b'referenza għall-klawsola transitorja safejn tolqot din il-parti tal-komunjoni, kont għidt li fuq dan il-punt il- Gvern huwa kompletament open- minded u jrid jisma' aktar id- diskussjoni fil- pubbliku li nafu li effettivament saret, b'diversi interventi u riflessjonijiet minn korpi kostitwiti, speċjalment korpi u għaqdiet tan- nisa.", "Kont għidt ukoll li nixtieq nisma' anke l-kummenti ta' Deputati ta' din il-Kamra biex inkunu nistgħu naslu għall- aħjar deċiżjoni.", "L-Abbozz kif inhu jirrifletti l-pożizzjoni li legalment dehret l-aktar korretta għall- esperti legali, pero' jien ħassejt li ma kellix noqgħod nistenna r- riżoluzzjoni ta' dan id-dibattitu legali qabel ma nippubblika l-Abbozz ta' Liġi.", "Strateġikament ħassejt li aħjar nippubblika l- Abbozz ta' Liġi b'dik l- opinjoni legali li kienet teskludi lill-miżżewġin attwali mill- amministrazjoni konġunta tal-komunjoni ta' l-akkwisti, biex imbagħad wieħed jakkwista aktar żmien ta' riflessjoni.", "Kif stqarrejt anke f'dik il- laqgħa li kienet saret f'Dar l-Emigrant, dan kien jikkonferma s-sentiment ta' ġustizzja li kellna kemm jien kif ukoll ħafna minna, li filwaqt li jista' jkun hemm raġunijiet ta' natura legali, l-element fundamentali ta' ġustizzja għandu jipprevali fuq elementi ta' natura legali li għalkemm jista' jkollhom - ma rridx ngħid li ma jistax ikollhom - ċertu portata u rifless fis-soċjeta' tagħna, naħseb li dan huwa pass li għandu jkollna l- kuraġġ li nagħmlu, anke jekk xi wħud jistgħu jiltaqgħu ma' xi skolli legali f'dan ir-rigward.", "Biex inkun ġust anke ma' min kellu din il-fehma ferma legali fuq kif għandha tiġi modifikata l- komunjoni ta' l-akkwisti tal- koppji diġa' miżżewġa li kieku l-klawsola transitorja kellha tibqa' kif inhi - u nerġa' ngħid li din l-esklużjoni se nneħħuha u l-klawsola se nimmodifikawha b'mod li nagħmlu l-konċett il-ġdid tal-komunjoni ta' l- akkwisti japplika għal kulħadd - diġa' kien hemm il- ħsieb li l-komunjoni ta' l- akkwisti tinbidel sostanzjalment.", "Fil-fatt fil-klawsola transitorja diġa' konna qed ngħidu li fil-komunjoni ta' l- akkwisti l-amministrazzjoni trid issir b'konsultazzjoni mal-mara.", "Veru li lkoll nafu li l- konsultazzjoni m'għandha l-ebda rabta legali, pero' n- nuqqas ta' dik il- konsultazzjoni seta' jkollu rifless fuq deċiżjoni ta' qorti f'każ li jiġi pprovat li r-raġel aġixxa billi njora kompletament lil martu, u għalhekk dik il- klawsola transitorja kienet diġa' qegħda tipprevedi illi t- trasferiment ta' proprjeta' immobbli ma setax isir jekk mhux bil-kunsens tal-parti l- oħra, f'dan il-każ tal-mara.", "Naħseb illi d-dibattitu fuq il- klawsola transitorja kif inhi, f'ċertu sens ġie pre-empted mid-diskussjoni li saret fil- pajjiż bejn individwi u għaqdiet, u minn issa nista' ngħid illi l-komunjoni ta' l- akkwisti tal-miżżewġin attwali se tkun regolata bil- provvedimenti ġodda kif proposti f'dan l-Abbozz.", "Meta wieħed iħares lejn id- diversi provvedimenti ta' din il-komunjoni ta' l-akkwisti, jara li l-prinċipju bażiku huwa illi t-tmexxija se ssir konġunta u li l-miżżewġin ma jistgħux jiftiehmu illi jidderogaw minn dawn id- dispożizzjonijiet.", "Il-miżżewġin jistgħu jiftiehmu li jirregolaw il- proprjeta' tagħhom bis- sistema tas-separazzjoni tal- beni u jistgħu jiftiehmu li jmexxu l-proprjeta' tagħhom bil-komunjoni tar-residwu taħt amministrazzjoni separata, li nispjegaha aktar tard.", "Pero' ladarba jidħlu fil-komunjoni ta' l-akkwisti ma jistgħux jaqbdu u jagħmlu xi ftehim bejniethom u jbiddlu n-natura ta' dik il-komunjoni.", "Biex jagħmlu dan iridu flimkien jitolbu l-awtorita' tal-qorti, u l-qorti mbagħad tagħti l- gwida tagħha wara li tevalwa r-raġunijiet u ċ-ċirkostanzi għaliex il-koppja tkun trid timmodifika dik il-komunjoni ta' l-akkwisti biex jiġi assigurat li d- drittijiet tal- partijiet fil-komunjoni qed jiġu salvagwardati.", "Il-liġi tgħid x'tifforma l-komunjoni ta' l-akkwisti.", "Mr Speaker, naħseb li m'hemmx għalfejn noqgħod naqra Artiklu 1,320 tal- Kodiċi għax huwa l- istess wieħed li kellna qabel; l-unika ħaġa li qegħdin inżidu huwa li issa jekk xi ħadd jirbaħ xi lotterija nazzjonali, dan ir- rebħ ukoll ikun jifforma parti mill-komunjoni ta' l- akkwisti.", "Anke hawnhekk trid issir distinzjoni bejn l- amministrazzjoni ordinarja u dik straordinarja.", "Naturalment raġel u mara ma jistgħux imexxu l-familja flimkien jekk fi kwalunkwe ħaġa t-tnejn joqogħdu jżommu id xulxin.", "Għalhekk il-liġi tiddistingwi bejn il-ħwejjeġ li huma ordinarji, fejn kull parti trid tamministra l-ħwejjeġ tagħha, u dawk il-ħwejjeġ li huma straordinarji.", "Naħseb illi hawn tajjeb li ngħidu x'inhuma l-ħwejjeġ straordinarji li fihom il-partijiet iridu jaġixxu flimkien.", "L-atti ta' amministrazzjoni straordinarja huma atti fejn jeddijiet reali fuq beni jkunu akkwistati, maħluqa jew trasferiti; atti li joħolqu jew jolqtu l-ipoteka tal-beni; atti fejn ikun hemm qsim ta' beni; donazzjonijiet, flus li wieħed jissellef jew li jislef, barra minn depożitu ta' flus f'kont ta' banek; l-akkwist jew xi jedd ta' użu jew tgawdija ta' xi proprjeta' immobbli; kuntratt għal xi garanzija; l- għoti ta' pledge; is- sħubija b'responsabilita' mhux limitata f'soċjeta' kummerċjali jew sottoskrizzjoni għal xi ishma li ma jkunux imħallsa kollha, jew l-akkwist tagħhom f'soċjeta' b'responsabilita limitata; it-trasferiment ta' negozju, kif ukoll it- trasferiment ta' xi soċjeta' kummerċjali barra minn kumpannija pubblika, u kull att li joħloq privileġġ speċjali skond paragrafu (b) ta' artiklu 2,010.", "Mr Speaker, dawn ikollna ċ-ċans illi nifluhom b'aktar detall fl-istadju tal-Kumitat.", "Irrid ngħid illi bħalma t- tfal ta' 16-il sena qed jingħataw iċ-ċans li jiddepożitaw flus fil-bank u jħaddmu dak il-kont mingħajr referenza għall- ġenituri tagħhom, issa kull parti fiż- żwieġ - inkluż il-mara - qed takkwista d-dritt illi tiddepożita flus f'isimha.", "Fil-fatt subartiklu 1322 (4) kif qed jiġi propost għat-Tieni Ktieb tal-Kodiċi jgħid hekk:", "\"Kull flus depożitati f'bank għall-kreditu ta' persuna miżżewġa jistgħu jkunu rtirati biss minn dik il-persuna mingħajr ma l-bank joqgħod jara jekk dawk il-flus humiex tal-komunjoni ta' l- akkwisti jew le; u għall- fini ta' kull liġi dwar is-segretezza ta' banek, bank m'għandux jikxef l- affarijiet ta' xi persuna lil żewġ jew mart dik il- persuna kemm-il darba ma jkunx marbut b'liġi jew meta awtorizzat mill- qorti.\".", "Nistgħu ngħidu li s- sitwazzjoni kienet diġa' hekk għall-irġiel miżżewġa.", "Issa n- nisa miżżewġin se jingħataw id- dritt li jiddepożitaw flus fil- bank u jħaddmu dawn il- kontijiet huma.", "Naturalment dan ifisser ukoll li meta r- raġel jagħti flus lil martu biex din tiddepożitahom f'bank f'isimha, ladarba dawn il-flus huma depożitati f'isimha, tkun tista' tħaddimhom hi bl-iktar mod liberu allavolja jkun tahomlha r-raġel.", "Irrid infakkar li qabel il-mara ma setgħatx tagħmel dan bil- liberta' li qed ikollha issa għaliex ried ikun hemm ċertu awtorizzazzjonijiet.", "Għalkemm din il-ħaġa f'dan l- istadju hija ftit skonnessa, rrid infakkar ukoll li minn hawn u ftit taż-żmien ieħor se nibdlu l-Liġi tal-Passaporti biex l-omm tkun tista' titlob il-ħruġ ta' passaport għal uliedha minuri u tkun tista' tiffirma hi.", "Għalhekk se jkun hemm formola apposta biex ma nibqgħux fis- sitwazzjoni li qegħdin fiha llum.", "L-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna jaħseb ukoll biex kull parti fiż- żwieġ tkun tista' tagħti prokura lill- parti l-oħra.", "Xi ġranet ilu l- Onor. Charles Mangion f'din il- Kamra qal li rridu nħarsu lejn kif wieħed jagħmel prokura, x'formalita' għandhom jingħataw il-prokuri u b'liema mod jistgħu jiġu reġistrati u kanċellati.", "U jien naħseb li jagħmel sens li f'xi mument insibu ċ-ċans biex insaħħu l- validita', il-ġenwinita' u l- awtentiċita' ta' prokuri li sal-lum pjuttost joħorġu bl- inqas formalita'.", "Jien naħseb li huwa għaqli li dan nagħmluh, speċjalment ladarba se nidħlu f'dan il-kontest.", "Fl-Abbozz qegħdin ngħidu wkoll li jekk xi parti tiċħad il-kunsens tagħha għall-att ta' amministrazzjoni straordinarja allura wieħed jista' jmur quddiem il-Qorti u l-Qorti tagħmel id-deċiżjonijiet tagħha billi żżomm quddiem għajnejha l-aħjar interessi tal-familja.", "Dan huwa kriterju importanti li wieħed irid iżomm quddiem għajnejh.", "Nixtieq ukoll inserraħ ras ħafna koppji li għandhom in-negozju.", "Il- provvediment tal-liġi jagħmilha ċara li l-atti ta' amministrazzjoni ordinarja dwar l- eżerċizzju tal-kummerċ, negozju jew professjoni li jkun qed jeżerċita r-raġel jew li tkun qed teżerċita l-mara, trid tagħmilhom dik il-parti li fil- fatt tkun qed teżerċita dak il- kummerċ, negozju jew professjoni.", "Jiġifieri min ħaseb li fl-eżerċizzju tan- negozju, kummerċ jew professjoni se jkun hemm bżonn il-ħin kollu ...", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mintoff, bil-permess tal-Ministru.", "ONOR.", "DOM MINTOFF: Jiena qabel, mid-diskors tiegħek fhimt li jekk il- liġi tiddisponi li biex isir bejgħ u affarijiet oħra, irid ikun hemm il- kunsens taż-żewġ naħat, ħadd ma jista' jagħmel xi ħaġa kontra dawk id- dispożizzjonijiet.", "Meta għidt hekk jien fhimt - naħseb li fhimt ħażin - illi jekk, per eżempju, jien nawtorizza lill- mara biex tbigħ u tagħmel li trid hi għax jien ma nkunx irrid noqgħod nidħol f'dawn il- ħafna affarijiet ta' negozju, jien inkun qiegħed nikser il- provvediment ta' dik il-liġi li tgħid illi biex isir bejgħ u affarijiet oħra - imbagħad nitkellmu fuq affarijiet oħrajn - irid ikun hemm ukoll il- kunsens tiegħi għal dik l- azzjoni.", "Issa din il-parti tal-liġi qed tgħid illi jista' jkun hemm prokuri.", "Allura b'liema mod wieħed ikun qiegħed imur kontra l-liġi?", "Din il- parti m'inix naraha ċara.", "Jien qed nifhem li hemm kontradizzjoni bejn waħda u oħra.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Natural- ment biex wieħed ikun kemm jista' jkun konċiż fl-ispjega tiegħu, wieħed ikollu jaqbeż ċerti affarijiet.", "Meta qed ngħidu li ma tistax tidderoga mill-komunjoni ta' l-akkwisti, l-ewwelnett qegħdin ngħidu li jekk koppja tkun daħlet għall- komunjoni ta' l-akkwisti - u issa qegħdin ngħidu li din tfisser l-amministrazzjoni ta' proprjeta' flimkien - imbagħad tiddeċiedi li l-amministrazzjoni ma tibqax issir mill- partijiet flimkien, imma jerġgħu lura għall-mudell l- antik fejn ir-raġel ikun il-kap ta' l-amministrazzjoni, iridu jmorru jiffirmaw ftehim f'dan is- sens quddiem nutar.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Dom Mintoff.", "ONOR.", "DOM MINTOFF: Hekk jidher li iktar se nitfixklu.", "Biex tagħmel hekk, m'hemmx għalfejn toqgħod tmur għall- mudell l-antik imma sempliċement tagħti prokura fejn tgħid li se tamministra kollox parti minnhom u ma jindaħal ħadd.", "Allura mhux tidderoga tkun qiegħed?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Le, għax hemm differenza li nkunu nistgħu nidħlu fiha fl-istadju tal-Kumitat.", "ONOR.", "DOM MINTOFF: L-aqwa li qed tifhem li dan l-aspett għadu oskur.", "Jien ma rridx infixklek imma rrid inkun ċert li qed nifhem.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Artiklu 1318 kif qed jiġi propost jgħid hekk:", "\"Il-miżżewġin ma jistgħux jidderogaw mid-dispożizz- jonijiet ta' dan il- Kodiċi safejn dawn jirreferu għall-komunjoni ta' l- akkwisti.\".", "Wieħed ma jistax jagħmel kuntratt fejn jirrinunzja għal ċerta protezzjoni li għandha kull parti fiż-żwieġ, imma jista' jagħmel prokura li permezz tagħha dak li tista' tagħmel parti tkun tista' tagħmlu l-parti l-oħra.", "L- ewwelnett irrid ngħid illi l- Kodiċi, kif inhu, jillimita kif wieħed jista' jidderoga mill- komunjoni ta' l-akkwisti, għax hawn ċerti kondizzjonijiet fejn illum il-miżżewġin, anke bi ftehim bejniethom, ma jistgħux jagħmlu u jbiddlu n-natura tal- komunjoni, imma altro che tidderoga mill- provvedimenti għall-argument, per eżempju, li wieħed irid jagħmel rendikont tal-mod kif amministra ċerti affarijiet.", "Ma jistax isir ftehim u wieħed jgħid: Dan ir- rendikont ma jsirx imma jsir ftehim biex dak il-provvediment ma jsirx iktar.", "Biex wieħed jagħti l-kunsens għall- amministrazzjoni minflok jagħtih hu personali jista' jagħtih permezz ta' prokura, għax fil- fatt prokura mhijiex deroga mill-provvedimenti tal- liġi imma hija l- eżerċizzju tal-kunsens permezz ta' prokura, jiġifieri tqabbad lil ħaddieħor.", "Pero' naturalment nifhem illi dan huwa oskur, kif qal l-Onor.", "Mintoff u jkun irid jiġi ċċarat fl-istadju tal- Kumitat.", "Mr Speaker, imbagħad insibu diversi provvedimenti oħra dwar il-komunjoni illi jirrigwardaw f'liema ċirkostanzi l-Qorti kompetenti tista' teskludi parti mill-amministrazzjoni tal-komunjoni u x'jiġri f'każ illi xi parti twettaq atti ta' amministrazzjoni straordinarja mingħajr il-kunsens tal- parti l-oħra.", "F'dan ir-rigward il- liġi qegħda tgħid illi jekk ikun hemm xi ħadd li jagħmel att li jeħtieġ il-kunsens tal- parti l-oħra u dan ma jotteniehx, dak l-att jista' jiġi annullat fuq talba tal- parti msemmija, dejjem sakemm dawn l-atti huma dwar trasferiment jew ħolqien ta' jedd reali jew personali fuq proprjeta' immobbli.", "Meta trasferiment ta' proprjeta' immobbli, li huwa att ta' amministrazzjoni straordinarja, jsir mingħajr il- kunsens jista' jiġi annullat jekk issir l- azzjoni u l-proċedura meħtieġa fiż-żmien perentorju ta' sena.", "Min-naħa l-oħra jekk l-att ikun jirrigwarda proprjeta' immobbli allura dawn jistgħu jiġu annullati biss jekk isiru b'titolu gratuwitu.", "Altrimenti jekk isiru atti ta' amministrazzjoni straordinarja dwar mobbli, f'dan il-każ ma jkunx hemm l-annullament, imma jista' jkun hemm azzjoni għad-danni, jekk din issir fi żmien tliet xhur mill-jum li fih ikun ġie notifikat l-att ta' dik il- parti, bil-mezz ta' att ġudizzjarju.", "Il-liġi tidħol f'ħafna aktar dettalji u titkellem dwar id- djun li jmorru fuq il- komunjoni, dwar l-obbligazzjonijiet li jsiru separatament minn parti waħda, kif ukoll dwar kif għandu jsir il-qsim ġudizzjarju tal-beni meta jkun hemm l-interdizzjoni jew l- inkapaċita' ta' xi parti fiż- żwieġ jew inkella jekk ikun hemm deċiżjoni tal-qorti dwar id-diżorganizzazzjoni ta' waħda mill-partijiet fiż-żwieġ fl- amministrazzjoni tal-proprjeta' tal- komunjoni.", "Qed naqbeż ħafna dettalji ta' natura legali li pero' huma ta' importanza għall-finijiet tal- liġi.", "Dawn inkunu nistgħu nidħlu fihom fl- istadju ta' Kumitat.", "Il-liġi mbagħad titkellem dwar l-amministrazzjoni tal- beni parafernali li huma l- amministrazzjoni tal-proprjeta' tal-miżżewġin li kull wieħed jagħmilha għal rasu.", "Din bażikament baqgħet is-sistema tas-separazzjoni tal-beni kif nafuha llum.", "L-unika ħaġa li rrid nikkummenta dwarha hi, li din ilha magħna snin twal ħafna, u b'danakollu n-numru ta' koppji li għażlu l-istatut li jmexxu l-proprjeta' taż- żwieġ fuq il-bażi tas- separazzjoni tal-beni huwa żgħir ħafna.", "Il-fatti huma li ftit kienu dawk li għażlu li l- proprjeta' li jakkumulaw fiż- żwieġ imexxuha b'din is- sistema.", "(Interruzzjonijiet) Jista' jkun li għandek raġun għaliex forsi mhux kulħadd jaf is-sistema u qed nidħlu għaż- żwieġ, kif jgħid il-Malti, b'għajnejna magħluqa għal dawn l-affarijiet u allura awtomatikament il-liġi tippresumi l-ħolqien tal- komunjoni ta' l-akkwisti, ħaġa li se tibqa' ssir ...", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mintoff.", "ONOR.", "DOM MINTOFF: Tkun ħaġa iktar serja jekk qabel iż-żwieġ il-koppji jkunu jafu xi jridu, jiġifieri jkollhom l-għażla quddiemhom.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sal-lum m'aħniex qegħdin ngħidu hekk.", "Anke l-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna qed jgħid illi jekk il-koppja ma tesprimix ruħha minn qabel jew waqt iż-żwieġ - għax jista' jsir anke waqt iż-żwieġ - favur is-separazzjoni tal-beni jew favur il-komunjoni tar-residwu taħt amministrazzjoni separata allura hija preżunta għall- komunjoni ta' l-akkwisti bl- amministrazzjoni konġunta.", "MR SPEAKER: Onor. Galea, reġa' skadielek il-ħin u għandek bżonn il-leave of House.", "Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva) Il-permess ingħata", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nirringrazzja liż-żewġ naħat tal-Kamra.", "Issa se nitkellem fuq il- komunjoni tar-residwu taħt amministrazzjoni separata.", "Din hija formola ġdida ta' kif tista' tiġi amministrata l- proprjeta' waqt iż-żwieġ.", "Dan kif nistgħu nfissruh b'mod sempliċi?", "Aħna qed ngħidu li l-koppja tista' tiftiehem li kull parti tmexxi u tamministra l-akkwisti li tagħmel hi matul iż-żwieġ.", "Dan ifisser li r- raġel jamministra dak li jaqla' hu u l-mara tamministra dak li taqla' hi imma meta tispiċċa jew tkun spiċċat il-komunjoni, isiru l-kontijiet u jiġi meħud in konsiderazzjoni l-fattur li biex parti setgħet tagħmel ċerti akkwisti, bilfors li kien hemm il-kontribut tal-parti l- oħra.", "Issa dan jista' jkun kontribut dirett jew indirett.", "F'dan il-każ, il-parti li mill- komunjoni tar-residwu jkollha sehem aktar mill-parti l-oħra, tkun trid tagħti nofs id- differenza lill-parti l-oħra biex tekwiparaha għall- kontribut tagħha fit- tmexxija tal-komunjoni ta' l-akkwisti.", "Naturalment wara li jgħaddi l- Abbozz ta' Liġi, jekk din is- sistema tinftiehem u tiġi pubbliċizzata biżżejjed, inkunu nafu jekk hijiex se tintgħażel.", "Din hija struttura li tagħti l- possibilita' lill-koppji li jista' jkollhom professjonijiet simili jew differenti, li jidħlu fiż-żwieġ b'negozji differenti jew li t- tnejn ikunu jaħdmu f'impiegi partikolari biex jiddeċiedu li jibqgħu għaddejjin bil-qliegħ tagħhom u jamministraw dak li jaqilgħu.", "M'hemmx dubju li ladarba dawn ikunu żżewġu, dawn se jkunu ta' support għal xulxin u se jikkontribwixxu reċiprokament.", "Għalhekk meta l-komunjoni ta' l-akkwisti tispiċċa bil-mewt, bis-separazzjoni jew għal xi raġuni oħra - tista' tkun separazzjoni - isiru l- kontijiet.", "Sal-lum għadha li wieħed jara x'inhu s- sehem ta' naħa u x'inhu s-sehem ta' l- oħra u jekk is-sehem tar-raġel jeċċedi s-sehem tal-mara, id- differenza tinqasam bejn it- tnejn bħala rikonoxximent tal- parti l-oħra.", "Dan hu l- prinċipju bażiku li qed jiġi adoperat.", "Qed niġi mistoqsi jekk issirx evalwazzjoni tax- xogħol tal-mara fid-dar.", "Kif diġa' għidt fil-bidu, Mr Speaker, m'għandniex mod ta' kif inkejlu monetarjament u ekonomikament ix-xogħol informali tal-mara fid-dar u ma nsibuhx rifless fil-gross domestic product tagħna.", "L- uniku mod li stajna nsibu sal- lum huwa li meta s-sehem ta' parti jeċċedi s-sehem tal-parti l- oħra, id-differenza tinqasam bejn it-tnejn.", "Issa dan jista' jkun rikonoxximent sostanzjali u jista' ma jkunx, pero' fil- każ ta' mara li tkun ħadmet biss fid-dar, bħala fatt ma tkun ġabet xejn id-dar u meta jsiru l-kontijiet se jirriżulta li kollox huwa intestat f'isem ir-raġel, allura awtomatikament id-differenza bejn it-tnejn tkun ta' 100 against 0 u dak il- 100 jinqasam bejn tnejn u l- mara awtomatikament ikollha n- nofs ta' dak li jkun sar.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mintoff.", "ONOR.", "DOM MINTOFF: Qabel ma nagħmlu l-kummenti tagħna, tista' tispjega għaliex m'hemmx kontemplat li wara ż-żwieġ tista' taqleb minn sistema għal oħra?", "Meta nkunu nafu x'inhuma r-raġunijiet għaliex dan ma ġiex kontemplat, allura mbagħad aħna nkunu nistgħu ngħidu jekk naqblu jew ma naqblux.", "Imma dawn ir-raġunijiet għadhom ma spikkaw imkien u għadni ma qrajthom imkien.", "Naturalment kellkom ir-raġunijiet tagħkom biex m'għamiltux provisions biex minn sistema tmur għal oħra.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Le, il-każ mhuwiex hekk.", "L-unika ħaġa li qed ngħidu hija li biex sistema tmur għal oħra - u bażikament din għadha hekk sal-lum - trid tikkonsulta s-Sekond'Awla, jiġifieri min hu miżżewweġ u qiegħed fil- komunjoni ta' l- akkwisti u jrid separazzjoni tal-beni, irid jitlob il- kunsens tas-Sekond'Awla biex din tagħmel ġudizzju jekk hemm xi preġudizzju ...", "ONOR.", "DOM MINTOFF: Għaliex bilfors trid tagħmel kawża l- Qorti u ma tistax tagħmilhom quddiem nutar dawn l- affarijiet?", "Dan hu li qed nipprova ngħid jien u din il- mistoqsija qed nagħmilha għaliex kulħadd jaf li fil- Qorti ikun hemm ħafna dewmien.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Le, f'dan il-każ ma jkunx hemm dewmien għaliex din mhijiex kawża kontenzjuża quddiem il-Qorti Ċivili tal-Prim'Awla.", "Il-Qorti tas-Sekond'Awla għandha l- funzjoni li trid tassigura li l-parti li tista' tkun b'xi mod żvantaġġjata ma tiġix preġudikata, biex il-ħaġa tiġi regolata aħjar.", "Pero' wieħed jista' jimxi minn muddell għall-ieħor.", "Aħna fil- prattika nafu li għalkemm qegħdin ngħidu dan kollu, jekk jinqala' d- diżgwid bejn il-mara u r-raġel, iktar hemm ċans li tkun f'pożizzjoni ta' żvantaġġ il- mara milli r-raġel u għalhekk il-mara f'dan il-każ teħtieġ il- protezzjoni tas-Sekond'Awla.", "ONOR.", "DOM MINTOFF: Imma trid tinqata' malajr u mhux iddum is-snin tistenna!", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Normalment quddiem il-Qorti tas-Sekond'Awla ma jkunx hemm l-istess tip ta' dewmien li jkun hemm quddiem il-Qrati tal- Prim'Awla.", "Il-liġi tidħol f'ħafna dettalji dwar kif inhi regolata l-komunji tar- residwu, kif tiġi kkalkolata u liema huma d-djun li jistgħu jiġu mgħobbijin bihom kull parti, pero' naħseb li jkun aktar proprju li nidħlu f'dan ir- rigward meta niġu għall-istadju tal-Kumitat.", "Biex nagħlaq din il-parti rrid nerġa' ngħid li se jkollna tliet mudelli; il-komunjoni ta' l-akkwisti b'amministrazzjoni flimkien bejn il-miżżewġin - u dwar dan se nimmodifikaw il- klawsola tranżitorja sabiex inġibu l- komunjoni ta' l- akkwisti kif qed nipproponuha tapplika għall-miżżewġin kollha li għandna llum - hemm il- komunjoni tar-residwu taħt amministrazzjoni separata u s- separazzjoni tal-beni.", "Nagħlaq din il-parti billi ngħid li qegħdin nieħdu l-opportunita' li nneħħu d-dota u d-dotarju.", "Il-Partit Laburista fl- istqarrija tiegħu esprima l- fehma li dawn għandhom jibqgħu u qalu wkoll li fi kwalunkwe każ se jmutu mewta naturali.", "Irrid ngħid li din kienet diġa' proposta fil-White Papar li ħriġna aħna u kienet ukoll il- proposta ta' l-Amministrazzjoni ta' qabel jiġifieri meta ħarġet il-White Paper fl-1985 u meta kien hemm l-Abbozz ta' Liġi fl-1986.", "Issa se nitkellem fuq dik il- parti fejn l-Abbozz ta' Liġi jittratta s- separazzjoni perso- nali.", "Ir-raġunijiet għalfejn wieħed jista' jitlob il- kawżi jew is-separazzjoni personali baqgħu dawk li għandna llum pero' aħna dehrilna li kellna nieħdu l-opportunita' kemm biex nassiguraw li l- prinċipji li jimmotivaw dan l-Abbozz ta' Liġi japplikaw għall-proċess tas- separazzjoni personali kif ukoll biex nagħmlu mill-aħjar li nistgħu biex ċerti ħwejjeġ li jikkawżaw ċerta tbatija, nbiddluhom.", "L-aktar affarijiet li jolqtuni - u jien se neħodhom fl-ordni numerika ta' l-Abbozz ta' Liġi - huma li issa, kull waħda mill-partijiet miżżewġa se tkun tista' tagħmel kawża quddiem il-Qorti ta' ġurisdizzjoni kontenzjuża - jiġifieri quddiem il- Prim'Awla tal-Qorti Ċivili - għal firda personali għall-istess raġunijiet jew għal raġunijiet oħra daqslikieku dik is-setgħa tkun ingħatat liż-żewġ partijiet għar-raġunijiet kollha msemmija.", "Illum l-ewwel trid tagħmel ir- rikors quddiem is-Second'Awla - jiġifieri l- Qorti tal-ġurisdizzjoni volontarja - u tispeċifika r- raġuni għalfejn tkun trid tmur quddiem il- Qorti tal-Prim Awla biex titlob is-separazzjoni personali.", "Jekk għal xi raġuni jew oħra dik il-kawża tibdilha jew ikun hemm ċirkostanzi differenti, ma tistax tibqa' għaddej jew tagħmel l-istess kawża.", "Għalhekk trid terġa' tmur quddiem il-Qorti tas- Second'Awla, tagħmel rikors ieħor, tiċċita l- kawżi l-ġodda li jkunu qed jokkorru imbagħad tiġi mogħti awtorizzazzjoni mill-ġdid biex tipproċedi quddiem il-Prim'Awla tal-Qorti Ċivili.", "Issa llum qed ngħidu li ladarba tkun mort quddiem il- Qorti ta' ġurisdizzjoni volontarja u din tkun awtorizzatek biex tipproċedi għas-separazzjoni personali quddiem il-Qorti tal-Prim'Awla Ċivili, jekk jintervjenu jew jiġu skoperti kawżi differenti, ma jkollokx il-ħtieġa li terġa' tmur lura biex tibda l-proċess mill-ġdid.", "Dan huwa meqjus bħala metodu f'każ li l-għaqda ta' bejn il-miżżewġin tkun impossibbli jew irrikonċiljabbli u wieħed ma jarax ir-raġuni għaliex għandu jtawwal bla bżonn.", "Il-liġi taħseb ukoll għal fattur importanti ħafna li jikkonċerna x'jiġri mid-dar waqt li tkun għaddejja l-kawża ta' separazzjoni.", "Illum qed nipprovdu li waqt li tkun għaddejja l-kawża tas- separazzjoni personali, kull waħda mill-partijiet tista' titlaq mid-dar.", "Aħna nafu b'ċirkostanzi fejn x'aktarx għalkemm il-ħajja tal-mara - u għandna każijiet fejn ikun il- każ tar-raġel - fid-dar issir impossibbli, ħafna drabi jkollha tissapporti kwantitajiet ta' degradazzjonijiet - biex ma ngħidx vjolenza - biex tipprova tiggranfa ma' l-uniku saqaf li jkollha fuq rasha u ma tippreġudikax il-pożizzjoni tagħha għall-abitazzjoni.", "Aħna llum qed ngħidu li l-parti li tkun qegħda f'kawża ta' separazzjoni, sew jekk tkun hi l- attriċi tal-kawża u sew jekk il-kawża tkun qed issir kontra tagħha, tista' titlaq mid-dar u wara li titlaq tista' titlob lill-Qorti biex tiddeċiedi min miż-żewġ partijiet jista' jibqa' fid-dar taż-żwieġ sakemm tkun għaddejja l-kawża.", "Nafu li dan huwa proċess infeliċi u diffiċli, pero' jidhrilna li qed nipprovdu l-aħjar triq possibbli għaċ-ċirkostanzi dolorużi li jsibu ruħhom fihom ħafna ommijiet u nisa - kultant xi raġel ukoll għaliex hawn irġiel li jiġu vittimizzati u msawta min-nisa tagħhom - u f'dan il-każ qed ngħidu li dik il-parti ma tkunx tenuta li tissapporti u ssofri kull tip ta' inġustizzja biex ma titlifx il-possibilita' li tibqa' tokkupa d-dar, imma tista' titlaq għall-finijiet ta' l- inkolumnita' tagħha u mbagħad titlob il-Qorti biex tiddeċiedi jekk hemmx iċ-ċirkostanzi biex tordna lill-parti l-oħra titlaq 'il barra mid-dar bil- proċedimenti u bis- saħħa kollha li għandha l-Qorti ta' pajjiżna.", "Il-ġid ta' l-ulied huwa l- iktar kriterju importanti u ewlieni meta l- Qorti tiġi biex tiddeċiedi dwar min għandu jieħu ħsieb l-ulied waqt li tkun għaddejja l-kawża ta' separazzjoni.", "Hawnhekk irrid ngħid li qegħdin nieħdu ħsieb ukoll li l-mara ma tibqax tiġi penaliżżata kif kienet tiġi penaliżżata s'issa f'każ ta' l- adulterju, jiġifieri rigward l-adulterju qed inpoġġu lir- raġel u lill-mara fl-istess keffa.", "In-nisa jħobbu jgħidu li r-raġel jibqa' dejjem bandiera bajda, mentri jekk mara tinstab ħatja ta' adulterju ssofri konsegwenzi definiti u qawwija, pero' issa qegħdin ngħidu li f'dan ir- rigward il-mara u r-raġel se jkunu trattati l-istess għaliex il-jedd għall-nofs l-akkwisti li jkunu saru bil-ħidma tal- parti l-oħra jieqaf mid-data li tistabbilixzxi l-Qorti.", "Hawnhekk qegħdin ngħidu li ma dehrilniex li għandha tibqa' li jekk ir-raġel jinstab ħati ta' adulterju f'ċertu sens ma jitlef xejn, mentri jekk tinstab ħatja l-mara ta' adulterju allura titlef nofs il-komunjoni ta' l-akkwisti.", "Aħna qegħdin ngħidu li titlef biss nofs il-komunjoni ta' l- akkwsiti mid-data li tiġi stabbilita mill-Qorti bħala d- data fejn jiġi stabbilit li sar l-adulterju, jiġifieri jekk sar l-adulterju tliet snin ilu u dan ġie stabbilit, l-akkwisti f'dawn it-tliet snin mill- komunjoni jintilfu imma dak li sar qabel l-adulterju meta kien għad hemm il-fedelta' bejn il- miżżewġin, ma jintilifx.", "Pero' dwar dan nieħu gost nisma' r- reazzjonijiet ta' l-Onor.", "Membri.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "JOSEPH BRINCAT: Din saret dead letter għaliex ilu żmien li fil- prattika l- imħallef ma jagħtix kas u jaqsam il-komunjoni indipendentement minn min għandu t- tort.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Imma jekk din hija mejta fil-prattika, almenu issa niċċertifikawha mejta.", "Irridu ngħidu li minkejja kull dispożizzjoni oħra, jekk il-Qorti jidhrilha xierqa qed inbiddlu wkoll il- metodu tal- manteniment.", "Il- Qorti issa se jkollha l- possibilita' wkoll li minflok tordna manteniment li jitħallas perjodikament tordna manten- iment li jew kollu kemm hu jew parti minnu, tkun tikkonsisti f'somma globali li fil- fehma tal-Qorti tkun biżżejjed sabiex il-parti li jkollha tirċevi l- manteniment tkun finanzjarjament indipendenti jew inqas dipendenti mill- parti l-oħra skond il-każ.", "Imbagħad fil- korp tal-liġi nsibu dwar kif dan il-manteniment jista' jiġi regolat.", "Il-Qorti meta tiġi biex tagħti deċiżjoni finali dwar is-separazzjoni se tkun tista' tordna minn mill- partijiet jibqa' joqgħod fid- dar taż-żwieġ.", "Malli tiġi deċiża l-firda, l- Qorti fuq talba ta' xi waħda mill- partijiet, għandha tiddeċiedi skond iċ- ċirkostanzi jekk xi parti minnhom għandhiex toqgħod fid-dar taż-żwieġ.", "Dan huwa wkoll differenti ħafna minn dak li kellna qabel.", "Rigward il-metodu u l- proċedura li trid tintuża meta il-paternita' tal- wild tkun kontestata, qegħdin ndaħħlu sistema ta' testijiet mediċi, xjentifiċi u ġenetiċi meħtieġa biex tiġi stabbilita kull prova ġenetika fejn tidħol il- paternita'.", "Sal-lum m'aħniex qegħdin nimponuha - fhimt li l- Oppożizzjoni kienet qed tissuġerixxi li ndaħħluha b'mod ta' impożizzjoni.", "Irrid ngħid li f'dan ir-rigward il-Qorti tistieden il- partijiet biex jissottomettu ruħhom għal dawn it-testijiet, pero' jekk xi parti tirrifjuta li tagħmel dawn it-testijiet allura l- Qorti tkun tista' tiġbed il- konklużjonijiet li jidhrilha xierqa u tagħti l- interpretazzjoni li ma tistax ġġegħelhom.", "Jien fhimt li fl- istand ta' l-Oppożizzjoni kien hemm indikazzjoni favur li l- Qorti tkun tista' tordna.", "Irrid ngħid li wieħed irid joqgħod attent qabel jordna testijiet ta' natura ġenetika għaliex hawn implikazzjonijiet ta' natura etika u bioetika li wieħed irid jikkonsidra qabel wieħed jordna li t-tali wild jissottometti ruħu għall- genetic testing u għall- affarijiet oħra li x-xjenza medika moderna żvillupat biex jiġi stabbilit.", "Illum permezz tad-DNA il-paternita' tal- Wild tiġi stabbilita mingħajr ebda dubju ta' xejn.", "F'dan ir- rigward naħseb li jkun iktar għaqli li wieħed ikun jista' jistieden lill-partijiet.", "Jien irrid nagħlaq, Mr Speaker, fuq l-aħħar punt li xtaqt żviluppajtu ftit, jiġifieri fuq ir-rwol tal- Qorti.", "Sal-lum għandna l-Qorti tal- Ġurisdizzjoni Volontarja li ġieli nsejħulha l-Qorti tas- Second'Awla.", "Din pero' mhijiex il-qorti tal-familja li lkoll nixtiequ.", "Din il-qorti għad irridu noħolquha u għad irridu nilleġiżlaw dwarha pero' dan ma jkunx biżżejjed.", "Diġa' bdejna nsawru emendi dwar dan u hemm diversi proposti li qegħdin isiru.", "Ma' dawn il-proposti hemm marbuta wkoll ir-riforma li qegħda ssir fid-Dipartiment tal-Familja u Assistenza Soċjali għaliex huwa inutli li jkollok il-qorti tal-familja jekk imbagħad ma jkollokx ukoll il- framework li jrid jagħti appoġġ informali lil din il- qorti u lil dawn il- koppji biex ikunu jistgħu jaslu għall- prevenzjioni ta' l-inkwiet u għas- soluzzjoni tad-diżgwid.", "Fil-każ li dan ma jkunx possibbli, l-qrati jkollhom l- aħjar pariri possibbli biex ikunu jistgħu jagħmlu d- deċiżjonijiet tagħhom tassew fl-aħjar interess tal-familja u fl-aħjar interess ta' l-ulied.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Onorevoli, inti kkonkludejt l-introduzzjoni tiegħek?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Iva, Mr Speaker, ikkonkludejt.", "MR SPEAKER: Mela l-Ministru kkonkluda l-introduzzjoni tiegħu.", "Sar il-ħin.", "Nitlob lil- Ministru ta' l-Edukazzjoni, jekk jogħġbu, jressaq l- Aġġornament tal-Kamra.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Nipproponi l-Aġġornament tal- Kamra għal nhar it-Tlieta, 15 ta' Ġunju, fis-6.00 p.m. b'din l-agenda:", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili (Emenda Nru 2) - it-Tieni Qari (Kont);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar it-Taxxa fuq l- Income - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Edukazzjoni - Kumitat (Kont);", "Abbozz ta' Liġi dwar Emenda fil-Liġijiet dwar Bordijiet - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Kriminali - it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att dwar iż- Żwieġ - it-Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Kummissjoni għall- Amministrazzjoni tal- Ġustizzja - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li Jħassar l-Att dwar it-Taxxa tal- Mewt u tad-Donazzjoni - it-Tieni Qari; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Impriża ta' l-Assigurazzjoni - it- Tieni Qari.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, xtaqt ngħid xi affarijiet dwar il-qasam tal- ġustizzja.", "F'dan il-qasam f'pajjiżna sar ċertu progress pero' jridu jsiru emendi oħra ħalli l-proċess, partikolarment fejn jirrigwardaw il- kawżi, jitħaffef dejjem aktar.", "L- ewwelnett dan huwa suġġett li minnu nnifsu dejjem iġib kritika għaliex kull min jidħol il-Qorti ġeneralment huwa parti f'kawża.", "Naturalment hemm xi ħadd li se jirbaħ u xi ħadd li se jitlef u dejjem ikun hemm it-tendenza li dak li jitlef igerger dwar kif saru l- affarijiet fil-Qorti.", "Dan il-Gvern f'dawn l-aħħar snin ħa passi pożittivi f'dan il-qasam, anke f'dak li jirrigwarda l-proċess tal- komputerizzazzjoni li għadu ma ntemmx.", "Pero' l- komputerizzazzjoni ta' l-atti tal-Qorti beda u llum huwa ħafna iktar faċli li fil-Qorti tkun taf f'liema stadju tkun waslet xi kawża partikolari, basta jkollok dettall wieħed tal-kawża li trid tfittex dwarha.", "B'hekk wieħed jista' faċilment isegwi l-andament ta' xi kawża.", "Dan japplika mhux biss għal dawk li jużaw il- Qorti ta' spiss, bħall-avukati u l-prokuraturi legali, imma anke għall-pubbliku in ġenerali.", "Forsi hemm bżonn li nintroduċu din is-sistema ta' komputerizzazzjoni anki fl- arkivji tal-Qorti, għallinqas għal dak li jirrigwarda l- indexing tal-proċessi, sabiex jiffaċilita x-xogħol għal min ikun irid jagħmel ċerta riċerka.", "Inbena wkoll l-Annex tal-Qorti li neħħa ħafna mill- pressjoni ta' nuqqas ta' spazju li kien hemm fil-Qorti.", "Issa tista' tgħid li l-parti amministrattiva m'għadhiex fil-bini prinċipali tal-Qorti imma qegħda fl- Annex il-ġdid.", "Barra minn hekk żdied in-numru ta' mħallfin u maġistrati - jidhirli li hemm 13-il maġistrat u 13-il imħallef, u dan huwa numru record f'pajjiżna - għalkemm dan naturalment joħloq problemi oħrajn, għax mhux biżżejjed li jkollok numru ta' mħallfin u maġistrati imma jrid ikollok ukoll l-infrastruttura meħtieġa biex tissapportja l-ħidma tagħhom.", "Kif nafu, qed jiġi propost li tiġi emendata l- Kostituzzjoni sabiex jitwaqqaf kunsill għall-amministrazzjoni tal-ġustizzja li jirregola l- professjoni legali.", "Sena ilu jien kont għamilt proposti dwar ċerti affarijiet li nisma' l- ilmenti dwarhom u naf li wħud minn dawn il- proposti għadhom qed jiġu diskussi.", "Min ma jidħolx il- Qorti ta' spiss, jekk jidħol nhar ta' Tnejn, l-Erbgħa jew il-Ġimgħa - l-iktar tliet ġranet popolari fil-Qorti - isib wisq konfużjoni, partikolarment għar-rigward tal-kawżi ta' natura kriminali, speċjalment il-kawżi ż-żgħar li huma ferm aktar numerużi.", "Per eżempju, jekk nieħdu s-seduta tal-Qorti Kriminali tal- Maġistrati nsibu li kull darba li tiltaqa' s-seduta tat- traffic ikun hemm medja ta' 300 kawża, min għax ikun saq bi speed iktar milli suppost, min għax ma kellux il- liċenzja mġedda, u min għax ma tax il- liċenzja u l-polza tas-sigurta' lill- pulizija meta ġiet mitluba lilu, eċċ. Immaġinaw 300 ruħ - apparti l- pulizija u x-xhieda tal-presekuzzjoni u tad-difiża - jidħlu f'kuridur li, ikun kemm ikun kbir, għal dan in- numru ta' nies bilfors isir żgħir.", "Issa ħafna drabi lanqas biss ikun hemm indikazzjoni tal-ħin meta wieħed għandu jattendi għas-seduta.", "Jiena naf li l-maġistrat li jmexxi s- seduta tat- traffic huwa maġistrat responsabbli, fis- sens li x-xogħol tiegħu jagħmlu, u ġieli anke dam sas- 2.00 p.m. biex jeħles dawn il- kawżi kollha.", "Pero' bilfors li tingħata impressjoni ta' konfużjoni, mhux biss waqt is- seduta tat-traffic, imma waqt is-seduti kollha tad-distretti.", "Din il-problema nistgħu nsolvuha billi jew naqilgħu l- Qorti tal-Maġistrati minn hemmhekk u npoġġuha f'bini ieħor - imma dan iġib ċerti diffikultajiet anke fir-rigward ta' spejjeż - jew inwaqqfu qorti jew sistema ta' justices of the peace, fejn il-kawżi jkunu jistgħu jiġu diskussi qabel ma jidhru quddiem il- Qorti tal-Maġistrati.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Brincat, bil-permess ta' l- Onor. Tonio Borg.", "ONOR.", "JOSEPH BRINCAT: Jien ma niftakarx meta l-aħħar li messni nitkellem f'Aġġornament, pero' rrid ngħid li waħda mill- affarijiet stupidi li hemm fil- qorti bħalissa hija ħaġa żgħira.", "Qabel l-awli kienu bl- alfabett, imma dan donnu tfixkel, għax per eżempju Awla A tkun ħdejn Awla Ċ u Awla B ħdejn Awla D. Issa għamlu n- numri imma anke fin-numri tfixkilna, għax tibda bil-1, imbagħad issib Awla 3, Awla 2, Awla 8, 9, 5, qisu xi numru ta' fax internazzjonali!", "Hemm bżonn li jkun hemm noticeboard barra li tindika f'liema awla u f'liema sular ikun qiegħed imħallef partikolari.", "Aħna attendejna diversi konferenzi barra minn Malta fejn ikunu qed isiru laqgħat differenti fl- istess ħin u nafu x'isir biex jindikaw kull laqgħa fejn qed issir.", "Naħseb li jkun aħjar kieku tgħid li, per eżempju, Awla Ċ se tkun il-kamra bit- tali numru.", "B'hekk min ikun dieħel il-qorti ...", "Aħna ġieli rridu nagħmlu bħal Kristofru Kolombu biex insibu ċerti awli.", "Naħseb li l-kollega tiegħi jaqbel miegħi li ma jistax ikun li għal kull maġistrat li żżid iżżid awla.", "Għaliex?", "Għax f'ħafna ġranet diversi awli ma jkunux utilizzati.", "Allura jekk iżżid il-kmamar tkun qed tieħu l-ispazju sempliċement biex jintużaw tlieta jew erba' darbiet fil-ġimgħa.", "Naħseb li, kif għidt, jekk ikun hemm noticeboard li tindika fejn ikunu se jsiru seduti partikolari ...", "Dawn jgħidulek li hemm avviż għax ikun hemm ir- receptionist li jkollu biċċa karta fejn ikun hemm li, per eżempju, min kellu jidher f'Awla \"I\" jrid imur fil-\"J\", u dak li kellu jmur fil-\"J\" jispiċċa fl-\"L\" u tibda tinżel, qisek qed tagħmel xi crossword puzzle ...", "Issa jekk dan huwa taħwid għalina l- avukati, aħseb u ara kif tarah in-nies li ġieli jkollhom kawżi ċivili - u dan antipatku - li mingħalihom iridu jidhru fit- tali Awla, u mingħajr ma jkunu jafu tinbidel l-Awla u dawn il- povri, kapaċi jeħlu sentenza kontra tagħhom għax ma jkunux dehru quddiem il-qorti!", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, fil-fatt rigward din il-kwestjoni kont qed ngħid.", "Anke aħna li mdorrijin bil- ħidma tal-Qorti nsibu ċertu sens ta' konfużjoni hekk kif nidħlu hemmhekk.", "Dan japplika partikolarment għall-Qrati tal-Maġistrati fejn għalkemm il-kawżi huma żgħar huma ħafna ikbar fin-numru.", "Jekk irridu nżidu anke r-rispett lejn l- awtorita', anke l-atmosfera tal-qorti hija importanti.", "Kien hemm wieħed - jidhirli s- Sur Montanaro - li darba f'diskussjoni kien qal li meta tidħol fil-Qorti Ingliża qisek li tkun dħalt ġewwa knisja.", "Issa jekk inti, minflok, tidħol il-qorti u ħafna drabi issib lil dak bil-flokk ta' taħt u l-ieħor ma nafx kif inhu liebes ...", "Dan qed ngħidu mhux għax jien xi ffissat fl-ilbies, imma ċertu rispett u dekor li ma jiġix biss mill-ilbies imma anke mill- atmosfera ta' serjeta' u mhux ta' konfużjoni, huwa importanti anke biex wieħed iżomm ir-rispett lejn l- awtorita' tal-qorti nnifisha.", "Sena ilu kont semmejt ukoll ċerti affarijiet żgħar li naf li qed jiġu diskussi biex titħaffef ftit il-proċedura, u dan f'kawżi ta' materja ċivili.", "Illum għandna din id- distinzjoni ta' kompetenza bejn Qrati Ċivili u Qrati tal- Kummerċ.", "Tant spiċċat din id- distinzjoni li ħafna drabi l- istess imħallef fl-istess seduta jkollu lista ta' kawżi kummerċjali u lista oħra ta' kawżi ċivili.", "Fl-Italja din id-distinzjoni ilhom li neħħewha mill-1942.", "Din id- distinzjoni qed ittawwal il- proċeduri; kultant jew għax tagħmel żball jew inkella għax ma tkunx taf il-fatti sew, tħarrek lil xi ħadd fil-Qorti tal-Kummerċ meta suppost li kien ġie mħarrek fil-Qorti taċ- Ċivil u viċe versa.", "U anke fil-proċedura tal-lum iddum xi seba' xhur sakemm tibda l- kawża, sempliċement għax ikunu għadhom qed jiddiskutu quddiem liema qorti għandek tmur meta dan jista' jiġi solvut faċilment billi jkun hemm qorti waħda li tapplika l-liġi kummerċjali għan-negozjanti u l-liġi ċivili għal min mhux negozjant.", "Nisma ħafna ilmenti dwar il- ħtieġa tal-prorogi tal-mandati kawtelatorji.", "Illum meta wieħed jagħmel mandat ta' qbid jew mandat ta' sekwestru jrid jara li dan il-mandat jiġi prorogat kull sitt xhur sakemm il-kawża tkun għadha għaddejja.", "Immaġina l-eluf ta' mandati li jsiru kull sena u kull sitt xhur trid tagħmel rikors sabiex dan il-mandat jiġi mġedded għal sitt xhur oħra.", "Jien jidhirli li l-ammont ta' mandati li joħorġu kull sena jaqbeż il- figura ta' 3,000, apparti mandati oħrajn li jkunu saru fis-snin ta' qabel.", "Barra minn hekk kull sitt xhur iridu jsiru r-rikorsi.", "Immaġina l- \"paper work\" u l-ħela ta' ħin li hemm involut f'din il- proċedura!", "Issa se ngħid xi ħaġa fuq il- mod kif tibda kawża.", "Jekk tagħmel kawża quddiem il- Prim'Awla trid tuża l-forma ta' ċitazzjoni, jekk tagħmel il- kawża fil-Qorti ta' Isfel trid tuża l-forma ta' l-avviż, jekk tagħmel kawża kostituzzjonali trid tuża rikors, jekk tappella trid tuża l-petizzjoni u jekk titlob ritrattazzjoni tuża l- forma tal-libell.", "In-nies jaħsbu li dan huwa \"a lawyer's paradise\" imma jien naħseb li dan aktar huwa \"a lawyer's hell\" għaliex trid toqgħod taħseb liema forma se tuża biex tagħmel proċedura waħda jew oħra.", "Jekk tappella mill-Qorti ta' Isfel għandek tlitt ijiem żmien biex tagħmel avviż li se tappella u erbat ijiem oħra minn meta tagħmel dak l- avviż biex tagħmel l-appell proprju, jekk tappella mill-Qorti ta' Fuq għandek sitt ijiem biex tagħmel l-avviż u 12-il ġurnata tax-xogħol biex tagħmel l- appell proprju wara l-avviż, jekk ikollok kawża kostituzzjonali trid tappella fi żmien tmint ijiem u jekk tkun mill- Bord tal-Qbiela trid tagħmel 15-il ġurnata.", "Għalhekk messna nagħżlu terminu wieħed, sakemm ma jkunx hemm każijiet urġenti li bil-permess tal-Qorti, dak it-terminu jiġi mqassar.", "Rigward il-proċedura tal- primo u s-secondo ricorso, irrid ngħid li llum, wara ma nafx kemm ikun għadda ż-żmien, f'kawża kontestata takkwista s- sentenza.", "Wara, jekk ikun irnexxilek taqbad proprjeta' tad-debitur, l- ewwel trid tagħmel l-ewwel rikors biex il- Qorti tordna l-bejgħ in subbasta ta' l-oġġetti maqbuda u mbagħad wara li tkun innotifikajt lid- debitur, trid terġa' tagħmel rikors ieħor biex jiġu ffissati d-data, l- ħin u l-lok ta' meta jsir il- bejgħ in subbasta.", "Issa jien nifhem li din il- proċedura għandna nżommuha rigward il- proprjeta' immobiljari għax tagħti aktar ċans lid-debitur biex forsi jiġbor il-flus ħalli jkun jista' jħallas u ma toqgħodx taqilgħu mid-dar tiegħu u fl-istess ħin tagħti ċ-ċans li wara l-ewwel rikors, issir il-valutazzjoni mill- perit imqabbad mill-Qorti u mbagħad issir is-subbasta.", "Imma meta tkun qbadt l-għamara jew affarijiet mobbli oħra, xi ħtieġa hemm li ntawlu l- proċeduri wara s-sentenza u wara li min jaf kemm tkun stennejt biex takkwista dik is- sentenza?", "Ħafna drabi l-primo ricorso jirnexxilek tinnotifikah u għal xi raġuni misterjuża d- debitur jevadi li jiġi notifikat bis-secondo ricorso.", "Hemm bżonn ukoll li jkun hemm provvediment ġenerali fil-liġi biex tkun tista' ssir kwalunkwe korrezzjoni fl-atti.", "Qed jinħela ħafna ħin minħabba pika u minħabba interessi oħra għaliex ikun hemm xi żball żgħir u l-parti l- oħra toġġezzjona li jkun hemm korrezzjoni ta' dak l-iżball; imbagħad ikun hemm deċiżjoni tal-Qorti, isir l-appell u ħafna drabi tkun għadha lanqas bdiet il-kawża u nkunu għadna qed niddiskutu jekk dak l- iżball li jkun sar - ħafna drabi jkun żball tat-typing jew minħabba negliġenza min-naħa ta' l- avukat - għandux jiġi korrett.", "Ħafna drabi jiddependi mill-attitudini li jieħu l-imħallef li għalkemm għandu ċerta diskrezzjoni, din jista' jeżerċitaha biss fil- parametri tal-liġi li tgħid li jekk il-korrezzjoni li ssir tkun ta' preġudizzju għall- parti l-oħra, allura l-Qorti tista' ma tilqax it-talba għall-korrezzjoni.", "Jien naħseb li dawn iż-żmenijiet spiċċaw u għandna ndaħħlu provvediment ġdid fil-liġi biex jagħti d- dritt ġenerali ta' korrezzjoni.", "L-aħħar ħaġa li xtaqt insemmi tirrigwarda l-kumpanniji.", "Ħafna drabi meta kumpannija tagħmel kawża kontra kumpannija oħra, iridu jiġu notifikati żewġ diretturi u naħseb li wasal iż- żmien, li bħalma jiġri li meta tiġi reġistrata ipoteka kontra kumpannija, m'hemmx għalfejn issemmi d-diretturi, imma l- isem tal-kumpannija huwa biżżejjed, l-istess ħaġa għandha ssir meta ssir kawża kontra kumpannija għaliex il- kawża m'għandhiex issir kontra d-diretturi, imma ssir kontra s-soċjeta' nnifisha u l- atti jistgħu jiġu notifikati fl-uffiċċju reġistrat ta' dik il-kumpannija u mhux lill-persuni fiżiċi li huma d- diretturi.", "Dwar il-mandat ta' impediment ta' partenza, dan l-aħħar smajna diversi opinjonijiet, partikolarment minn soċjeta' li nammetti li ma tantx għandi simpatija lejha, li hija l- Għaqda għad-Drittijiet ta' l- Irġiel għaliex nemmen li joħorġu b'ħafna ideat strambi.", "Iżda fuq din naħseb li għandhom raġun.", "M'hemmx dubju li f'ċerti kawżi allaħares ma jkunx il- mandat ta' impediment ta' partenza sabiex iħares id- drittijiet tal-kreditur.", "Pero' jekk wieħed iħares lejn in- numru esaġerat ta' mandati ta' impedimenti li jsiru, malajr wieħed jinduna li fil- maġġoranza kbira tagħhom dawn il- mandati jsiru biss b'sens ta' pika u allura hemm bżonn li l-mandati ta' impediment ta' partenza ma jibqgħux joħorġu sempliċement fuq ir- responsabilita' tal-kreditur li jieħu ġurament li għandu jieħu iktar minn Lm250.", "Iżda, bħalma fil- mandati ta' inibizzjoni ħafna drabi l-Qrati jisimgħu l-mandat qabel ma jiddekretawh, hekk ukoll għandu jsir fil-każ ta' mandat ta' impediment; l-ewwel jiġi milqugħ proviżorjament - għaliex inkella l-għasfur jilħaq jaħrab - imbagħad il- Qorti teżamina jekk il-ħruġ tal-mandat fiċ-ċirkostanzi kollha tal-każ huwiex ġust.", "Jekk bniedem għandu l-familja u l-proprjeta' hawn, għaliex għandu jinħareġ il-mandat ta' impediment ta' partenza?", "Jiġifieri jien m'inix favur l- abolizzjoni kompleta tal-mandat ta' impediment, għaliex f'ċerti ċirkostanzi dan jista' jkun li jsalva lil dak li jkun bħala kreditur, pero' naħseb li għandu jsir aktar kontroll fuq il-ħruġ ta' dawn il-mandati.", "Wieħed faċilment jista' igħid li tliet kwarti ta' dawn il- mandati joħorġu b'sens ta' pika, imbagħad fejn verament imissu joħroġ mandat ta' impediment, bħal per eżempju fejn jirrigwarda lit-tfal meta missier jew omm jipprovaw joħorġu tifel jew tifla barra l-pajjiż, ma jeżisti ebda mandat ta' impediment.", "Għalkemm fl-antik kienu joħorġu mandati ta' impediment f'dan is-sens b'interpretazzjoni liberali tal-liġi, dan l-aħħar kien hemm sentenzi li jgħidu li ma tistax toħorġ mandat ta' impediment ta' partenza kontra minorenni għaliex il-liġi dwar il-mandati ta' impedimenti ta' partenza titkellem biss fuq kreditu ta' flus u t-tfal mhumiex kreditu ta' flus.", "Jiġifieri għandna l-mandat ta' impediment fuq Lm250, pero' fl- aktar affarijiet li hemm bżonn li jeżisti dan il-mandat ta' impediment, jew ma jeżistix jew diffiċli ħafna biex wieħed jottjeni l-ħruġ tiegħu.", "Għar-rigward ta' kawżi fil- Qrati ngħid li dawn forsi jistgħu jonqsu billi jkun hemm sistema li qabel ma wieħed jidħol il-Qorti, fejn tista', tinstab soluzzjoni għall- kwestjonijiet li jinqalgħu bejn iċ-ċittadini.", "Jien diġa' semmejt il-possiblita' li titwaqqaf a petty claims court kemm fil-kamp ċivili kif ukoll fil-kamp kriminali fejn ma jkunx hemm dak l- intervent ta' l-avukat imma jkun hemm aktar l-intervent tal-justice of the peace li jipprova jagħmilha ta' avukat tat-tnejn u ta' ħabib taż-żewġ partijiet biex jew iwassalhom għal soluzzjoni jew inkella, dejjem jekk ikunu jridu ż-żewġ partijiet, jiddeċiedi l-każ hu bl-inqas spejjeż u bl- inqas formalita' u hekk wieħed ineħħi l-load li hemm bħalissa fuq il-Qrati tagħna.", "Nemmen ukoll li nistgħu nagħmlu ħafna iktar minn hekk u hawnhekk nixtieq insemmi ħaġa li ġiet imwegħda miż-żewġ partiti f'dawn l-aħħar 20 sena u li qatt ma ġiet introdotta f'pajjiżna, u qed nirreferi għall-figura ta' l- \"ombudsman\".", "Hija stramba kif iż-żewġ naħat tal-Kamra naqblu dwar din il- ħaġa u qatt ma ġiet introdotta.", "Għaliex li wieħed ma jintroduċix xi ħaġa li ma naqblux fuqha nifhimha, pero' din il-ħaġa, f'xi mument jew ieħor, kulħadd kien favur tagħha.", "Fl-1971, jiġifieri 22 sena ilu, il-Partit Laburista kien ippropona li malli jitla' fil-gvern jintroduċi l- ombudsman u fil-fatt ma kienx introduċih.", "Il-Partit Nazzjon- alista f'diversi programmi elettorali wkoll kien ippropona li jdaħħal l- ombudsman u għalkemm ma daħalx l-ombudsman, daħlet xi ħaġa oħra li se ngħid x'inhi.", "Imma jien xorta waħda għadni nemmen li aħjar jidħol l-ombudsman.", "Dan il- Gvern introduċa fil-liġi l-konċett ta' l-inġustizzja.", "X'jiġifieri?", "Wieħed jista' jsofri inġustizzja pero' mhux illegalita' u allura qabel ma ġiet imwaqqfa il-Kummissjoni għall-Investigazzjoni ta' l- Inġustizzji kont trid tibqa' ssofri dik l-inġustizzja għaliex ma tistax tmur il-Qorti ħlief meta tinkiser liġi jew inkella ma jingħatalekx dritt protett mil-liġi.", "Bl- introduzzjoni ta' din il- Kummissjoni f'dawk il-każijiet fejn ma tistax tmur il-Qorti għax ma tkun ġiet miksura l- ebda liġi u ma tkun ġejt imċaħħad mill-ebda dritt protett mil-liġi, inti tista' tmur quddiem il- Kummissjoni fejn tgħid li għalkemm huwa veru li ma nkisret l-ebda liġi, xorta waħda tkun sofrejt inġustizzja.", "Kif nafu, din il- Kummissjoni tat flus b'kumpens, imma huwa veru li ħafna drabi ddum ftit biex tiddeċiedi ċerti każijiet u forsi għad fadlilha ċerti każijiet li jmissha ilha li ddeċidiethom.", "Għalhekk biex jitħaffef dan il-proċess, il- Gvern waqqaf żewġ kummissjonijiet oħra.", "Fil-fatt illum hemm tliet Kummissjonijiet għall- Investigazzjonijiet ta' l-Inġustizzji.", "Għalkemm dan huwa pass pożittiv, id-difett ta' din is- sistema, komparata mal-figura u l-istituzzjoni l-ombudsman, huwa li din hija kummissjoni illi qisha kważi qorti, jiġifieri persuna ma tistax taqbad u tinvestiga fuq l- inizjattiva tagħha imma trid tagħmel talba lil dik il- Kummissjoni.", "Issa jidhirli li dik it-talba trid issir fi żmien tliet xhur minn mindu tkun sofrejt l-inġustizzja, imbagħad il-Kummissjoni tismagħha bħallikieku qisha kawża, imma fil-fatt mhijiex kawża għax min jipproponi biex tiġi nvestigata t-talba tiegħu dwar xi inġustizzja, ma jkunx qiegħed jisma' xi tkun qed tgħid il-parti l-oħra, għax il- parti l-oħra tista' tixhed fl- assenza tiegħu.", "Jiġifieri dan mhuwiex eżattament proċess ġudizzjarju, pero' xogħol din il-Kummissjoni huwa li tiddiskuti u tinvestiga biss il-każijiet li jintbagħtulha.", "Mentri l-ombudsman jagħmel ħafna aktar minn hekk.", "Per eżempju, l-ombudsman jista' jaqra ittra f'gazzetta fejn ikun hemm miktub li l-permessi ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar mhux qed joħorġu bil-ħeffa kif suppost jew inkella mhux qed ikunu ġusti bejn ċittadin u ieħor, u hu stess jieħu l- inizjattiva biex jinvestiga, u anki imur jinvestiga hu.", "Jekk xi ħadd minn dawk li huma milquta b'dik l-inġustizzja jagħmel rapport lilu, dan l- ombudsman, li twieled fil- pajjiżi Skandinavi b'mod partikolari l- Isvezja ...", "Illum dan m'għadux xi ħaġa ta' l-Isvezja u ta' l-Iskandinavi biss imma jeżisti tista' tgħid fil-pajjiżi kollha tal-Kunsill ta' l- Ewropa, imma l-aktar importanti jeżisti wkoll fir- Renju Unit u fi Franza.", "Postijiet relattivament żgħar bħalna, bħal Ċipru għandhom dan l-ombudsman illi jġorr id- dnubiet jew aħjar l-ilmenti ta' kulħadd.", "Kull min għandu xi ilment li jolqot l- amministrazzjoni pubblika, jista' jkun ilment ta' priġunier li jidhirlu illi l- ittri tiegħu qed jiġu ċensurati żżejjed jew inkella li ntbagħat f'ċella ta' isolament meta mhux suppost, jista' jitlob lill- ombudsman biex jinvestiga l-każ tiegħu.", "Anke jekk xi ħadd fis- Servizz Ċivili jidhirlu li kellu jieħu promotion u baqa' ma ħadhiex.", "Jiġifieri issa wara esperjenza ta' sitt snin minn mindu twaqqfet il- Kummissjoni għall-Investigazzjoni ta' l-Inġustizzji, li għamlet xogħol tajjeb u siewi ħafna, forsi wieħed jista' jistudja jekk wasalx iż-żmien li tiġi ntrodotta din il-figura ta' l-ombudsman biex jieħu over il-każijiet li fadal tal- Kummissjoni bl-istaff u bl- istruttura tagħha biex jibda jinvestiga hu l-każijiet li jidhirlu li huma inġusti.", "Mr Speaker, nixtieq nirreferi fl-aħħarnett għall-Att VIII ta' l-1981; mhux se noqgħod ngħid għaliex daħlu dawn il- provvedimenti li waqqfu l- Kummissjoni għall-Ħidma fost il-Qrati.", "Illum għall-grazzja t'Alla din mietet u ndifnet u qed tiġi proposta xi ħaġa aktar konsonanti mat- tradizzjonijiet tagħna.", "Apparti li waqqaf din il-kummissjoni, l-Att VIII ta' l-1981 żied ċerti privileġġi lill-Gvern ma' dak li diġa' kellu fejn tidħol litigazzjoni fil-Qorti f'kawżi li jkun involut fihom il-Gvern.", "Wieħed mill-ikbar privileġġi li ngħata l-Gvern kien dak illi filwaqt li qabel il-qrati Maltin kienu japplikaw ir-regoli Ingliżi tal-Judicial Review of Administrative Action, jiġifieri l-qrati Maltin setgħu jirrevedu diskrezzjoni amministrattiva jekk dik tkun ġiet eżerċitata b'mod irraġjonevoli - jiġifieri meta Ministru jagħmel xi ħaġa mhux dettata mir- raġuni u mhux xi ħaġa llegali fis-sens li jagħmel xi ħaġa li l-liġi ma tippermettilux - wara li sar l- Att VIII ta' l-1981 biex tattakka diskrezzjoni ta' uffiċjal governattiv trid tipprova li jew inkiser provvediment espress tal-liġi rigward is-sustanza jew inkella inkiser provvediment espress tal-liġi rigward il-proċedura.", "Peress li t-test tar- \"reasonableness\"mhuwiex qiegħed espress fil-liġi - għaliex l- ebda liġi ma tgħidlek li trid teżerċita diskrezzjoni b'mod raġonevoli imma din aħna mportajniha mill-common law Ingliża - ġieli ngħatat l- eċċezzjoni mill- Avukat Ġenerali li inti ma tistax tattakka d- diskrezzjoni ta' xi Ministru jew inkella d-diskrezzjoni ta' xi civil servant jew xi direttur għaliex dak id- direttur ma kisirx provvediment espress tal-liġi.", "Din il-liġi kienet ġiet ikkritikata ħafna meta għaddiet fl-1981 u jiena naf li fil-prattika huwa rari ħafna - anzi kważi ngħid qatt - li ġiet sollevata din l- eċċezzjoni f'dawn l-aħħar sitt snin; pero' sfortunatament għadha hemhekk.", "Jiena meta nkun qed ngħallem lill- istudenti tiegħi fl-Universita' ngħidilhom li din hija liġi li fl-opinjoni tiegħi hija ħażina imma għadha fil-ktieb tal- liġijiet, għadha parti mill- Kodiċi ta' Proċedura Ċivili tagħna u naħseb li wasal iż- żmien li din titneħħa u tiġi introdotta liġi ġdida biex tirregola l-judicial review of administrative action.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il- ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it-Tlieta, 15 ta' Ġunju, 1993, bl- agenda kif komunikata mill-Ministru ta' l-Edukazzjoni.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il- mistoqsija.", "MISTOQSIJIET IMWIEĠBA BIL-MIKTUB", "Skejjel,Nuqqas ta' ghalliema bare,Skejjel,Nuqqas ta' ghalliema mifu,Skejjel,Nuqqas ta' ghalliema SKEJJEL - NUQQAS TA' GĦALLIEMA", "10515.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Riżorsi Umani: F'liema suġġetti u f'liema skejjel għad hemm nuqqas ta' għalliema u xorta waħda dawn is-suġġetti għadhom jiġu offruti bħala options lill- istudenti?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Fil-Post-Sekondarji l-uniku nuqqas kien fix- Xjenza Politika.", "Fil-livell sekondarju kien baqa' nuqqas ta' seba' lezzjonijiet tal- mużika fil-Liċeo Vassalli, erba' lezzjonijiet fil-Kimika f'Santa Venera, 24 lezzjoni ta' l-Arti fl-iskola Sekondarja Speċjali F.X.Attard, Marsa u 17-il lezzjoni ta' l-Ingliż fl- Iskola tas-Snajja' tal- Bniet Preziosi.", "Universita',Rettur gree,Universita',Rettur mifu,Universita',Rettur UNIVERSITA' - RETTUR", "11019.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Peress li skond l-Education Act kif emendat, il-Heads of Departments għandhom jiġu magħżula permezz ta' votazzjoni bejn il-Membri Akkademiċi ta' l-istess Dipartiment, u din l- għażla issir kull erba' snin, fil-preżent għaddej dan l- eżerċizzju fil-Fakultajiet.", "Jista' l-Ministru jispjega għaliex ir-Rettur ta' l-Universita' qiegħed jintervista u jieħu l-opinjoni ta' nies li mhumiex membri Akkademiċi ta' l- istess Dipartiment fejn tkun qed issir il-votazzjoni jew ta' xi nies oħra li jistgħu jinfluwenzaw id-deċiżjoni tar- Rettur, kontra l-opinjoni ta' membri Akkademiċi konċernati?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Mhux korrett li l-kapijiet tad- Dipartiment ta' l-Universita' jintgħażlu, skond l-Education Act, permezz ta' votazzjoni bejn il-membri akkademiċi ta' l-istess dipartiment.", "Jinħatru mill-Kunsill, wara konsulatazzjoni mal-membri tad- dipartiment.", "Ir-Rettur ma jiddeċiedi xejn, iżda jirrapporta lill-Kunsill ir-riżultat tal-konsulatazzjoni.", "Diment li jkun ikkonsulta lill-membri kollha, m'hemm ebda raġuni għaliex m'għandux jisma' l-fehmiet ta' ħaddieħor ukoll.", "Beneficcju ghal mard buhl,Beneficcju ghal mard mifu,Beneficcju ghal mard BENEFIĊĊJU GĦAL MARD", "11107.", "L-ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Billi Phyllis u Elizabeth Attard miż-Żurrieq issa ilhom sitt xhur imċaħħda mill- beneficcji ta' diżimpieg minħabba li kellhom jitilqu mix-xogħol tagħhom għal raġunijiet ta' saħħa u t-tabib imqabbad mill-ETC ħa deciżjoni mingħajr ma' eżaminahom u minħabba f'hekk għadhom ibatu, jista' l-Ministru jieħu passi biex il-kwestjoni tiġi solvuta kemm jista' jkun malajr?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Il- każ tas-Sinjorini Attard bħalissa qiegħed quddiem l- Awtorita' tax-Xogħol u meta l- Korporazzjoni tirċievi d- deċiżjoni ta' l-Awtorita', is- Sinjorini Attard jiġu nformati.", "Jidher ukoll li bħalissa s- Sinjorini Attard qed jaħdmu ma' ditti privati.", "Pulizija,Citazzjonijiet tat-traffiku schs,Pulizija,Citazzjonijiet tat-traffiku gall,Pulizija,Citazzjonijiet tat-traffiku ĊITAZZJONIJIET TAT-TRAFFIKU", "7258.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Kemm saru ċitazzjonijiet (taħrikiet tat-traffiku) mill- pulizija tul is-snin 1989, 1990, 1991 u 1992 fil-Belt Valletta, fil-Ħamrun, fil- Furjana u kemm fil-fatt tħallsu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li saru dawn ic- citazzjonijiet:", "Post 1989 1990 1991 1992", "Hamrun 4454 4501 3348 4330 Valletta/Floriana 8974 7235 9325 7801", "Sabiex jingabru n-numru ta' tickets li thallsu minn dawn ta' hawn fuq irid isir ezami ta' dawn it-tickets, liema informazzjoni ma tingabarx skond il-lokalita' izda skond in-numru.", "Harsien fuq il-post tax-xoghol schs,Harsien fuq il-post tax-xoghol mifu,Harsien fuq il-post tax-xoghol ĦARSIEN FUQ IL-POST TAX-XOGĦOL", "7259.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: X'aġġornament tal-liġijiet viġenti dwar is-saħħa u l- ħarsien fuq il-post tax-xogħol tal-ħaddiem fl-oqsma ta':-", "(1) korrimenti;", "(2) mard; u", "(3) imwiet, għandhom jiġu introdotti?", "Saru xi konsultazzjonijiet mat-Trade Unions u għaqdiet ta' min iħaddem u xi proposti ġew diskussi u milqugħa?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Hemm il-ħsieb li ssir leġislazzjoni ġdida li tagħti setgħat illi llum ma jeżistux fil-liġi u fir-regolamenti (l- aktar riċenti ta' l-1986) li saru taħtha.", "Il-predeċessur tiegħi ħadem ħafna f'dan ir- rigward u ħafna mix-xogħol ta' konsultazzjoni diġa' twettaq.", "Marsa,Centru ta' rikreazzjoni schs,Marsa,Centru ta' rikreazzjoni gatl,Marsa,Centru ta' rikreazzjoni MARSA: ĊENTRU TA' RIKREAZZJONI", "7260.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd: Meta se jinżabru s-siġar fiċ- ċentru rikreattiv tal- Marsa?", "Meta se jitnaddaf l-akkwat fejn hemm is-siġar?", "ONOR.", "LAWRENCE GATT: Dan ix- xogħol sar qabel il-festa.", "Marsa,Football ground sans,Marsa,Football ground frem,Marsa,Football ground MARSA FOOTBALL GROUND", "7273.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura: Meta se jiġi żviluppat b'mod aħjar u attraenti l-football pitch li hemm fiċ-Ċentru rikreattiv 6 ta' Awissu fil-Marsa?", "Meta se terġa' tintuża bħala dressing room dik li llum spiċċat ħanut/dar?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO:Nitlob lill-Onor.", "Interpellant ikun speċifiku fil- mistoqsija tiegħu u dwar fejn jinsab eżatt dan il-ground.", "Marsa,Centru rikreattiv,Tindif/Dawl sans,Marsa,Centru rikreattiv,Tindif/Dawl falm,Marsa,Centru rikreattiv,Tindif/Dawl MARSA - ĊENTRU RIKREATTIV DAWL/TINDIF", "7274.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Iħoss il-ħtieġa l-Gvern illi c-centru rikreattiv tal-Marsa jiddawwal iktar u jitnaddaf mill-iskart peress li kuljum jintefa' hemmhekk?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jekk l- Onor. Membru qed jirreferi ghac-centru rikreattiv ta' fejn il-Marbelt, dan hu nkluz fil- lista ta' gonna pubblici li fihom se jsir xoghol ta' manutenzjoni matul is-sena d- diehla.", "Dwar it-tindif diga' nghataw struzzjonijiet lid-Dipartiment ta' l-Indafa Pubblika biex jiehu hsieb li jingabar kull skart li jirrizulta.", "Marsa,Tindif sans,Marsa,Tindif falm,Marsa,Tindif MARSA: TRIQ IL-QADDIEFA - TINDIF", "7275.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Meta se tiġi mnaddfa Triq il-Qaddiefa, l- Marsa għax hi dejjem bil-ħmieġ?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Inghataw struzzjonijiet lid- Dipartiment ta' l- Indafa Pubblika biex jiehu hsieb li jingabar kull skart li jirrizulta fit- triq indikata mill-Onor.", "Interpellant.", "Trasport pubbliku bare,Trasport pubbliku zamf,Trasport pubbliku TRASPORT PUBBLIKU - KAROZZI TAL-LINJA", "10521.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għat- Trasport u Komunikazzjoni: X'inhu n-numru ta' karozzi tal- linja li joperaw fuq ir- rotot f'Malta?", "X'inhu n-numru f'Għawdex?", "F'liema stadju waslu l- istudji biex karozzi tal-linja qodma jitneħħew u jinġiebu ġodda?", "Mil-liema pajjiżi ntalbu speċifikazzjonijiet għall- karozzi tal-linja biex jibdew jintużaw hawn?", "X'kien ġara wara li nġabru karozzi bi prova?", "Għad hemm il-ħsieb li jsir xi tibdil fil-karozzi tal-linja?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: F'Malta n-numru ta' karrozzi tal-linja hu ta' 508 , li jahdmu fuq bazi ta' gurnata iva u ohra le, cioe fuq ix-xoghol bi skeda jkollok 254.", "F'Ghawdex hemm 36 buses/coaches li se jizdiedu ghal 39.", "Minnhom ikun hemm tmienja li jkunu qed jaghmlu xoghol tar-rotta kuljum.", "In-negozjati dwar il-karozzi godda ghadhom ghaddejjin ma' diversi manifatturi li urew interess f'dan il-progett.", "Kull min wera interess u talab specifikazzjonijiet, dawn inghatawlu mill-Awtorita' biex ikunu jistghu jissottomettu l- proposti taghhom.", "S'issa diga' ngiebu tliet prototipi minn tliet manifatturi differenti u ohra mistennija tasal Malta f'Gunju.", "L-Awtorita' ghadha fi stadju ta' prova fuq dawn il-vetturi.", "Il-hsieb tal-Gvern ghadu dak li l-karozzi ezistenti jinbidlu m'ohrajn fuq perjodu ta' snin, u fuq bazi volontarja.", "Mdina,Mustering room bare,Mdina,Mustering room falm,Mdina,Mustering room MDINA - MUSTERING ROOM", "10522.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Nirreferi l-Ministru għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 8593 u t- tweġiba tagħha, jista' l-Ministru jgħid:-", "1.", "X'progress kien hemm dwar il-bini ta' mustering room f'Bieb il-Griegi, fl-Imdina?", "Il-permessi meħtieġa nħarġu?", "2.", "Għad hemm fanali mkissra li rridu jissewwew?", "Meta se jsiru u jistgħu jitpoġġew bozoz li jaqblu ma' l-ambjent tal- post?", "3.", "Dwar il-bini perikoluż f'Holy Cross Street, id- Dipartiment tax- Xogħlijiet iltaqa' mal-Bord ta' l- Antikitajiet?", "Meta se jingħata tarmac u mhux biss isir patching fit-toroq ta' din il- belt storika?", "Għaliex dan għadu ma sarx?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: M'ghandi xejn x'inzid mar- risposti li tajt ghall- mistoqsijiet parlamentari numri 8593 (Seduta 149) u 6883 (Seduta 91) hlief li jirrizultali ghalkemm id-dawl fl-Imdina hu meqjus adegwat, il-hgieg tal- fanali qed ikollu jinbidel ta' spiss ghax qed jinkiser minn vandali.", "Mellieha,Gnien il-Qighan,Manutenzjoni bare,Mellieha,Gnien il-Qighan,Manutenzjoni gatl,Mellieha,Gnien il-Qighan,Manutenzjoni MELLIEĦA: ĠNIEN IL-QIGĦAN", "10523.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall- Ikel, Agrikoltura u Sajd: Nirreferi għat-tweġiba għall- mistoqsija parlamentari tiegħi numru 8702 ta' l-1 ta' Marzu.", "X'kienu t-talbiet li saru mill-Ministeru tiegħek biex jkun hemm estensjoni ta' dawl u tiswija ta' bankijiet fi ġnien il-Qigħan fil- Mellieħa?", "Meta ġie mwiegħed li jsir dan ix-xogħol?", "ONOR.", "LAWRENCE GATT: Id- dipartiment tiegħi talba lid- Dipartimenti/Organizzazzjonijiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Ambjent biex il-bankijiet imkissra jissewwew, jsiru pavimenti moderni u biex isir estensjoni fil-provvista tad- dawl.", "Ma ngħatat l-ebda data.", "Skejjel,Media Education Centre bare,Skejjel,Media Education Centre mifu,Skejjel,Media Education Centre MEDIA EDUCATION CENTRE", "10524.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Matul din is-sena skolastika x'kienu l-ħidmiet tal-Media Education Centre ta' Bighi?", "Kemm hemm nies jaħdmu f'dan iċ-ċentru?", "Xi kwalifiki għandhom relatati max-xogħol li qed jagħmlu?", "Xi flus intnefqu fuq l- attivitajiet ta' dan iċ-ċentru?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Minn Settembru ta' l-1992 il- Unit li kienet tissejjaħ Media Education Centre ingħaqdet maċ- Ċentru Arti Kommunikazzjoni.", "Matul din is-sena skolastika tkomplew il-programmi għat- televiżjoni u għar-radju kif kien miftiehem mal-Public Braodcasting Service.", "Iċ-Ċentru għandi sitt (6) produtturi li jieħdu ħsieb jiktbu u jittellgħu dawn il- programmi.", "Huma ilhom jaħdmu fil-qasam tax-xandir għal ħafna snin - kollha kienu trasferiti mill-istess Dipartiment ta' l- Edukazzjoni; jiġifieri huma kollha għalliema kkwalifikati.", "L-infiq kien dak li normalment isir biex jittellgħu l-programmi għad- Dipartiment ta' l-Edukazzjoni.", "Skejjel,Tas-Snajja' bare,Skejjel,Tas-Snajja' mifu,Skejjel,Tas-Snajja' SKOLA TAS-SNAJJA' - BIDLIET", "10525.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Fid-dawl tal-bidliet li ġejjin fl-iskejjel tas-Snajja':-", "1. jafu dawk l-għalliema li jgħallmu fihom x'se jkunu l- bidliet?", "2. fil-fatt x'se jkunu dawn il-bidliet?", "3. x'taħriġ u korsijiet ġew organizzati s'issa biex dawk li jgħallmu fl- iskejjel tas- Snajja' jitħejjew għall- kurrikulu ġdid li mistenni jkollhom dawn l-iskejjel tas- Snajja'?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: It-tibdil li jenħtieġ li jsir fl-iskejjel tas- Snajja' huwa mmirat biex jilħaq żewġ skopijiet prinċipali:-", "(1) Biex dawn l-iskejjel jipprovdu b'aċċent ta' teknoloġija fiż-żmien ta' l- iskola sekondarja (fl-eta' bejn il-11 u s-16-il sena);", "(2) Biex jiġi mgħolli l- livell kemm akkademiku kif ukoll teoriku ta' dawk li 'l quddiem jagħżlu li jespeċjalizzaw għal xogħol ta' sengħa, teknika jew teknoloġija.", "Il-programm ġenerali tat- tibdil inħadem, wara li kumitat apposta maħtur għalhekk tani rapport f'dan is-sens.", "Il- kumitat kien fih elementi mill- iskejjel tas-snajja' kif inhuma llum.", "Hemm issa kumitat ieħor ukoll b'elementi mill-iskejjel biex jaħseb għall-implimentazzjoni tar-riforma.", "Il-linja ġenerali huma kif se jingħad:-", "F'Settembru 1992, isir l- aħħar dħul fl-iskejjel tas- Snajja' mit-tieni klassi ta' l- iskejjel sekondarji.", "F'Settembru 1994 jinbeda proġett pilota bis-sistema l- ġdid bi studenti tas-sekondarji jew tal-Liceo li temmew it- tielet klassi.", "Minn Settembru 1995 imbagħad, id-dħul fl- iskejjel tas- snajja' jsir minn wara t-tielet sena tal-kors sekondarju kemm mill-iskejjel sekondarji u kemm mill-Junior Lyceums.", "Il-Kurrikulu fl-iskejjel tas- snajja' se jiġi ristrutturat.", "Wara l- pubblikazzjoni tal- Kurrikulu Minimu Nazzjonali għal-livell sekondarju fl- 1990, ġie diġa' imsaħħaħ it-tagħlim akkademiku.", "L-eżami taċ- Ċertifikat ta' l-Edukazzjoni Sekondarja se jirrifletti dan it-tibdil, u f'Ġunju 1994 se jsiru eżamijiet li jkunu jinkludu l-Ingliz, Malti, Matematika, Reliġjon u Maturita' Kulturali.", "Dan l- eżami ta' l-aħħar jiġbor elementi ta' Studji Soċjali, Storja, u Ġiografija ta' Malta u akkwist kulturali.", "Minbarra dan it-tagħlim ġenerali li jkun identiku ma' dak imgħallem fl- istess suġġetti fl-iskejjel sekondarji ġenerali, l-iskejjel tas- snajja' joffru kors ta' tagħlim bażat prinċipalment fuq:-", "Edukazzjoni Teknoloġika;", "Żvilupp ta' skills bażiċi meħtieġa għas-snajja'.", "L-għan ta' l-edukazzjoni teknoloġika huwa li jiżviluppa fl-istudenti għarfien ġenerali u bażiku tax-xjenza applikata u l-matematika fil-kuntest tat- teknoloġija u produzzjoni, li jrawwem il-ħila neċessarja għal min se jaħdem fil-qasam industrijali/teknoloġiku.", "Ma jingħatax taħriġ speċifiku f'sengħa partikolari per eżempju mastrudaxxa, tapezzar, ħaddied.", "L-istudent ta' l-iskola tas- snajja', għal sentejn, jistudja taħt dan is- suġġett dwar proċessi ta' produzzjoni, xjenza ġenerali appliakta, per eżempju, ix-xjenza tal-metalli u materjali, taħriġ bażiku fl- użu ta' l- għodda u makkinarju u skills meħtieġa biex dawn jitħaddmu tajjeb.", "Il-ħila bażika meħtieġa għas- snajja' fid-dinja tax-xogħol tal-lum trid tiġi żviluppata f'diversi oqsma:-", "Kreattivita'; ħila analitika b'għanijiet speċifiċi; ħila għad-Disinn Tekniku; kapaċita' numerika (Numeracy); kommunikazzjoni tajba verbali u non- verbali; etika tax-xogħol.", "Għalkemm din il-proposta spjegata f'din is-sezzjoni titkellem l-aktar fuq snajja' industrijali, għandhom jitfasslu kurrikula simili għal taħriġ fis- snajja' tal-biedja, bini, artiġġjanat, turiżmu u ħjata.", "L-istruttura ġdida proposta għall-iskejjel tas-snajja' trid maż-żmien twassal għall-bidla fl-istruttura ta' l-ESTS.", "L-apprendistat fl-ESTS se jkun ta' erba' snin flok ta' tlieta, kif inhu fil-preżent.", "Id-dħul fl-iskema jkun ta' 16- il sena flok ta' 17, kif inhu illum.", "B'hekk numru ta' studenti ta' l-iskejjel tas- snajja' li llum iħallu l-kors tagħhom qabel iż-żmien għax jaqbżu l-eta' ta' l-iskola obbligatorja u jiġu mwebbla jaqbdu paga bikrija, jkollu l- inċentiv li jibqa' għaddej bit- taħriġ tiegħu għall-ġid tagħhom stess u tal-pajjiż in ġenerali.", "L-iskema l-ġdida ta' apprendistat fl-ESTS se tkun tikkonsisti f'żewġ fażijiet:-", "L-ewwel fażi (tul is-sena) titlob li student jagħżel kategorija ta' snajja' - b'differenza milli jagħżel sengħa partikolari - per eżempju, snajja' ta' l- elettriku, snajja' ta' l-injam, snajja' tal-metall.", "L- istudent ikun mistenni jiffamiljarizza ruħu ma' sett ta' snajja' relatati.", "- familjarizzazzjoni li twassal għall-flessibilita' u mobilita' fil- ħaddiem Malti tal-futur.", "Matul din il-fażi ta' apprentistat, l-istudent ikun bażat il-ħin kollu ġewwa l-iskola tas-snajja' u t-taħriġ ikollu parti prattika u parti teoretika u akkademika.", "- It-tieni fażi (tul ta' tliet snin) tkun miftuħa għal dawk l-apprentisti li jkunu temmew l-ewwel fażi b'suċċess.", "L-istudent issa jkun wasal fl- istadju li jagħżel is-sena li jixtieq jaddotta bħala karriera.", "L-għażla tas-sengħa tkun qed isir f'eta' ferm aktar matura minn dik li fiha ssir l- għażla llum.", "Matul din it- tieni fażi ta' apprentisti, l- istudenti jaqsmu l-ħin tat- taħriġ tagħhom bejn l-iskola u l-industrija.", "It-taħriġ akkademiku u teoretiku ssir f'xi waħda mill-iskejjel tas- snajja' filwaqt li t-taħriġ prattiku jsir fuq xi post tax- xogħol.", "Qegħdin jittieħdu passi biex jiġu organizzati korsijiet u taħriġ sabiex dawk li jgħallmu fl-iskejjel tas-snajja' jitħejjew għall-kurrikulu ġdid li mistenni jkollhom dawk l-iskejjel tas-snajja'.", "L-għalliema jafu bil-linji ġenerali tat-tibdil propost, iżda se niċċirkola din ir- risposta biex ikunu informati.", "Ħadd minnhom ma huwa se jisfa superfluwu bit-tibdil propost.", "Jiġu organizzati korsijiet orentattivi fiż-żmien li ġej.", "Skejjel,Korsijiet ghall-ghalliema bare,Skejjel,Korsijiet ghall-ghalliema mifu,Skejjel,Korsijiet ghall-ghalliema SKEJJEL - KORSIJIET GĦALL- GĦALLIEMA", "10526.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Riżorsi Umani: X'korsijiet saru matul din is- sena skolastika għal għalliema:-", "1. fil-\"Primary English Project\";", "2. għall-produzzjoni ta' materjal pedagoġiku għall- Opportunity Centres;", "3. fl-edukazzjoni ambjentali fil-livell primarju;", "4. l-użu ta' l-istorja bħala mezz ta' tagħlim?", "F'kull każ kemm attendew għalliema?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Fil-Primary English Project saru erba' korsijiet għall- għalliema ta' Year 3.", "Attendew 173 għalliema.", "Saru wkoll tliet korsijiet għall-kapijiet u assistenti kapijiet.", "Attendew 59.", "Din is-sena ma sarx kors dwar il-produzzjoni ta' materjal pedagoġiku għall-Opportunity Centres.", "Din is-sena ma sarux korsijiet fl-edukazzjoni ambjentali.", "Pero' sa Lulju ta' 1992 l-għalliema kollha ta' l- iskejjel primarji ta' l-istat, kif ukoll numru sabiħ ta' għalliema mill-iskejjel privati għamlu kors fit-tagħlim tax- xjenza u fl-edukazzjoni ambjentali għal-livell primarju.", "Din is-sena skolastika ma sarx kors dwar l-istorja bħala mezz ta' tagħlim.", "Wieħed jifhem li kull aspett għandu jiġi kopert f'ċerta medda ta' snin.", "Banek,Serqa mill-bank ta' Bir id-Deheb calr,Banek,Serqa mill-bank ta' Bir id-Deheb gall,Banek,Serqa mill-bank ta' Bir id-Deheb BIR ID-DEHEB - SERQA FIL-BANK", "10694.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jikkonferma li meta saret is-serqa mill- bank ta' Bir id-Deheb dak inhar kien se jitħallas il-bonus u għalhekk is-somma li kellu l- bank f'idejh kienet akbar?", "Jista' jikkonferma li dak inhar il- karozza tal-pulizija jew ta' l-armata li kienet għassa kienet illargata meta saret is- serqa?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nirreferi lill-Onor.", "Membru ghat-twegiba li giet moghtija ghall- mistoqsija parlamentari numru 8693.", "Sigurta' Socjali,Kontribuzzjonijiet calr,Sigurta' Socjali,Kontribuzzjonijiet hyzg,Sigurta' Socjali,Kontribuzzjonijiet SIGURTA' SOĊJALI - KONTRIBUZZJONIJIET", "10695.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru għas- Sigurta' Soċjali: Billi waħda mir-raġunijiet għaliex il- welfare gap qed jiżdied hi li diversi sidien ma jħallsux il- bolla tal-ħaddiema u l-Ministru Louis Galea xi sentejn ilu kien għamel wegħda fuq it-television li se jittieħdu passi iebsa u immedjati kontra min jevita li jħallas il-bolla tan-National Insurance, jista' l-Ministru jippubblika l-ismijiet ta' dawn in-nies li qed jisirqu lill- poplu Malti?", "Jista' jressaq talba quddiem il-Kabinaett sabiex tgħaddi liġi ħalli dawn is-sidien li ħafna drabi jsiru sinjuri minn fuq dahar il- ħaddiem, jingħalqilhom in- negozju?", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Dwar l- ewwel parti tal-mistoqsija nirreferi lill- Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 8518.", "Jidhirli li l-provvedimenti eżsistenti fil-liġi jirrigwardaw proċeduri li jittieħdu meta prinċipal jonqos li jħallas kontribuzzjonijiet tas-Sigurta' Soċjali dwar l-impjegati, jagħtu l-forza legali neċessarja lid-Dipartiment biex jiġbor dak li hu dovut.", "Il- miżura proposta mill-Onor.", "Interpellant minbarra li ma ssolviex il-problema għad- dipartiment sabiex dan ikun jista' jiġbor il-flus dovuti, tista' tkun ta' theddida għal għixien ta' ħafna ħaddiema u l- familjari tagħhom.", "Turizmu,Ufficcju f'Bugibba calr,Turizmu,Ufficcju f'Bugibba bong,Turizmu,Ufficcju f'Bugibba BUĠIBBA - UFFIĊĊJU TAT-TURIŻMU", "10696.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru għas- Servizzi Ekonomiċi: Jaf il- Ministru li fejn l-Ufficcju ta' l-Informazzjoni tat-Turiżmu f'Buġibba huwa maħmuġ ħafna?", "Jaf li l-area li ddawwar dan l-ufficcju mhux kollha hija ccangata?", "Jista' jara li dan l-ufficcju li qiegħed ħdejn il-Mid-Med Bank li hu attrezzat ħafna, ikun attrezzat l-istess?", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: L-Ufficcju ta' l-Informazzjoni tat-Turizmu f'Bugibba jinfetah matul ix-xhur tas-sajf.", "L-NTOM tiehu hsieb li kemm l- ufficcju kif ukoll madwaru jinzammu nodfa meta dan ikun miftuh.", "Hemm il-hsieb li jinstab post aktar addattat fiz-zona tal- Qawra/Bugibba biex Ufficju ta' l-Informazzjoni tat-Turizmu f'dan il-lokal jista' jigi attrezzat sewwa.", "Turizmu,Ufficcju f'Bugibba calr,Turizmu,Ufficcju f'Bugibba bong,Turizmu,Ufficcju f'Bugibba BUĠIBBA - UFFIĊĊJU TAT-TURIŻMU", "10697.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Jaf il- Ministru li fejn l-Ufficcju ta' l- Informazzjoni tat-Turiżmu f'Buġibba huwa maħmuġ ħafna?", "Jaf li l-area li ddawwar dan l-ufficcju mhux kollha hija ccangata?", "Jista' jara li dan l-ufficcju li qiegħed ħdejn il-Mid-Med Bank li hu attrezzat ħafna, ikun attrezzat l-istess?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li l-area in kwestjoni diga' tnaddfet mill-hmieg u radam li kien hemm.", "Tlabt lid-Dipartiment tad- Distretti jara li l-area madwar it-Tourist Information Office ta' Bugibba tkompli tigi rrangata fi zmien qasir.", "Ajruport,Avvizi tal-PA System calr,Ajruport,Avvizi tal-PA System zamf,Ajruport,Avvizi tal-PA System AJRUPORT - AVVIŻI TAL-PA SYSTEM", "10698.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru għat- Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jordna biex l-avviżi tal-PA System fl- Ajruport ikunu bil-Malti wkoll, peress li l-Interpellant innota li dawn isiru bl-Ingliż biss?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-avvizi kollha li jsiru fl- Ajruport Internazzjonali ta' Malta jithabbru bil-Malti kif ukoll b'lingwa ohra barranija skond in-natura ta' l-avviz.", "L-unici avvizi li jsiru bl- Ingliz biss huma dawk l-avvizi sabiex tingibed l-attenzjoni ta' xi persuni barranin li jkunu xoghol fl-ajruport bhala rapprezentanti ta' linji ta' l- ajru barranin u couriers.", "Luqa,Arbli tad-dawl calr,Arbli tad-dawl falm,Luqa,Arbli tad-dawl LUQA - ARBLI TAD-DAWL", "10715.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Jista' issa l- Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 10429?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li gie deciz li jinbidlu l-arbli ta' mat-triq ta' l-Airport f'Hal Luqa peress li l-arbli qodma tmermru minn fuq, tant li waqghu xi partijiet ta' fuq ta' dawn l- arbli waqt il-maltemp ricenti.", "L-arbli nxtraw xi sena ilu bhala parti minn offerta ikbar li kienet harget fl-1991.", "L- arbli li jiswew Lm69.16 il- wiehed inxtraw minghand id- ditta CU.", "Lighting Ltd.", "Wara li jaslu Malta dawn l-arbli isirulhom l- 'arms' lokalment u kull arblu jispicca jiswa Lm106.82.", "L-arbli l-qodma se jintuzaw minghajr 'arms' biex igorru l- linji ta' vultagg baxx.", "S'issa ma kienx hemm spiza biex jinqalghu l-arbli, imma din ghandha tkun ta' Lm25 ghal kull arblu.", "Sitt arbli mill-godda twahhlu minn kuntrattur li kellu l- offerta ta' qabel bir-rata ta' Lm32 il-wiehed.", "Il-kumplament twahhlu mill-kuntrattur li ghandu l-offerta ta' bhalissa bir-rata ta' Lm25 il-wiehed.", "Il-haddiema li ghamlu x-xoghol kienu tal-kuntratturi u naturalment thallsu mill- kuntratturi.", "Loghob tal-Pajjizi z-Zghar cilj,Loghob tal-Pajjizi z-Zghar frem,Loghob tal-Pajjizi z-Zghar LOGĦOB TAL-PAJJIŻI Ż-ŻGĦAR - NEFQA", "10844.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għaż- Żgħażagħ u Kultura: Kemm hu maħsub li se tkun l-ispiża għall-maintenance u running costs tal-:-", "1. pixxina olimpika; 2. it-trakk ta' l-Atletika; 3. ix-shooting range fil-Baħrija separatament u per annum?", "Kif inhi maqsuma tali spiża kkalkolata f'kull każ?", "Minn min hu maħsub li titħallas din l-ispiża f'kull każ?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Għadhom qed jinġabru d-dettalji dwar il-maintenance u r-running costs ta' l-attrezzaturi msemmija.", "Iżda nixtieq ngħid li dawn l-ispejjeż mhumiex mistennija li jkunu għoljin ħafna fil-każ tat-track ta' l- Atletika.", "Għar-rigward tax- Shooting Range tal-Bidnija dawn l-ispejjeż mhumiex se jkunu responsabbilta' tal-Ministeru tiegħi, imma tal- Federazzjoni inkarigata minn dan l-isport.", "Bħalma diġa' għarraft, it- tmexxija tal-Pixxina fi ħdan il-Kumpless Sportiv ta' l- Universita', se tkun fdata f'kumpannija magħmula bejn il- Ministeru tiegħi, l-Universita' u l-kumitat Olimpiku Malti u se tkun din il- kumpannija li tieħu ħsieb din l-ispiża f'dan il- każ.", "Fil-każ tal-Pixxina l- ispejjeż mistennija jaqbżu l- Lm250,000 fis-sena u għalhekk huwa meħtieġ li jkun hemm ħsieb kummercjali fit-tmexxija tagħha u fit-tmexxija tal-kumpless sħiħ ta' l-Universita'.", "Minkejja l-ispejjeż biex titmexxa, m'hemmx dubju li mpjant bħal Pixxina Nazzjonali huwa tassew meħtieġ għal pajjiżna u ma rridx naħseb li l-Onor.", "Interpellant ma kienx jaqbel mal-bini tagħha.", "Pixxina Nazzjonali,Rapport dwar il-management cilj,Pixxina Nazzjonali,Rapport dwar il-management frem,Pixxina Nazzjonali,Rapport dwar il-management PIXXINA NAZZJONALI", "10845.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għaż- Żgħażagħ u Kultura: Jista' l- Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport ippreparat mill- MSU dwar l-management tal- Pixxina Olimpika f'Tal-Qroqq u attrezzaturi oħrajn sportivi f'pajjiżna?", "Fejn waslu bħalissa d- diskussjonijiet dwar il- management tal-Pixxina Olimpika f'Tal-Qroqq?", "F'idejn min se tkun din ir-responsabilita'?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: It- tmexxija tal-Kumpless Sportiv ta' l- Universita' li jinkludi fih il-Pixxina Nazzjonali, l- Athletics Track u l- Football pitch ta' l-Universita', numru ta' Squash Courts, Tennis Courts u attrezzaturi oħrajn, se ssir minn kumpannija mwaqqfa apposta bejn il- Ministeru għaż- Żgħażagħ u Kultura, l- Universita' u Kumitat Olimpiku Malti.", "L-ASA li hija l-għaqda ewlenija ta' l-isport akwatiku u tal- waterpolo f'Malta tkun direttament involuta fit- tmexxija partikolari ta' l- impjant tal-Pixxina Nazzjonali fil-Kumpless Sportiv ta' l- Universita'.", "S'Ottubru li ġej meta l- kumpannija mistennija li tibda topera, inħatar kumitat ad interim magħmul mis-Sur Godfrey Demarco, Segretarju Permanenti fil-Ministeru għaż-Żgħażagħ u Kultura, is-Sur Louis Borg, Direttur ta' l- Isports ta' l- Universita' ta' Malta u l-Mag.", "Gino Camilleri, President tal- Kumitat Olimpiku Malti.", "Il-Kumpless il-ġdid ta' l- Universita' se jitmexxa abbażi kemm ta' l- iskop socjali u formattiv tiegħu kif ukoll ta' l-esiġenzi kummercjali biex l- impjanti kollha jkollhom manutenzjoni ta' l-aqwa kwalita'.", "Pjan dwar l-isports f'pajjizna cilj,Pjan dwar l-isports f'pajjizna frem,Pjan dwar l-isports f'pajjizna PJAN DWAR L-ISPORTS F'PAJJIŻNA", "10846.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-Pjan ta' għaxar snin dwar l- Isport f'pajjiżna li ħejja l- Ministeru u li ġie rrapportat l-Ministru li ssemma' dan l- aħħar fil-ġurnal \"In-Nazzjon Tagħna\"?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Il- pjan li qed jirreferi għalih l- Onor. Interpellant u li ġie ppreparat minn kumitat apposta jiġi studjat wara li l- istess Kumitat iressaq id-dokument finali.", "S'issa għadu ppreżenta biss l- ewwel parti tiegħu.", "Loghob tal-Pajjizi z-Zghar,Mizuri ta' emergenza cilj,Loghob tal-Pajjizi z-Zghar,Mizuri ta' emergenza frem,Loghob tal-Pajjizi z-Zghar,Mizuri ta' emergenza LOGĦOB TAL-PAJJIŻI Ż-ŻGĦAR - MIŻURI TA' EMERĠENZA", "10847.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għaż- Żgħażagħ u Kultura: X'miżuri ta' emerġenza (per eżempju kontra ħruq) saru fil-bini tal- faċilitajiet ġodda ta' l- isports (Pixxina, Trakk ta' l- Atletika u Shooting Range) u fl-attrezzaturi ta' l-istess, wara li smajna li dan l- aħħar karozza pparkjata fil-parking area tal-Pixxina Olimpika ħadet in-nar u ma kienx hemm extinguishers fil-kumpless tal- Pixxina Olimpika biex jintefa' n-nar?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Il- miżuri ta' emerġenza (kontra ħruq) li hemm fil-Pixxina Olimpika huma sofistikati ħafna u din is-sistema taħdem madwar il-kumpless kollu.", "Rigward ix-Shooting Range fil-Bidnija dan huwa post fil- beraħ mingħajr xi post ta' akkomodazzjoni għall-pubbliku u ttieħdu miżuri normali għal dan il-każ.", "F'każ ta' ħruq, l- istess jingħad għat-track ta' l-atletika li għandu wkoll materja reżistenti għan-nar.", "Birzebbugia,Pitch tal-Waterpolo cilj,Birzebbugia,Pitch tal-Waterpolo frem,Birzebbugia,Pitch tal-Waterpolo BIRZEBBUGIA - PITCH TAL- WATERPOLO", "10848.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għaż- Żgħażagħ u Kultura: Issa li wasal l-istaġun tal-waterpolo, x'inhu jsir biex il-waterpolo pitch ta' Birżebbuġia jkun jista' jintuża għal logħob peress li dan kien mimli kompletament bir-ramel u alka mix-xogħlijiet ta' dredging li kienu qed isiru fl-inħawi ta' Kalafrana/Marsaxlokk?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li x-xogħol necessarju li kien hemm bżonn li jsir fil- pitch ta' Birzebbugia sar u dan beda jintuża għal-logħob b'sodisfazzjon tal-membri tal- club.", "Kantanti Maltin,Ezenzjoni mid-dazju cilj,Kantanti Maltin,Ezenzjoni mid-dazju frem,Kantanti Maltin,Ezenzjoni mid-dazju KANTANTI MALTIN - EŻENZJONI MID-DAZJU", "10849.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura: Peress li ħafna stazzjonijiet privati tar-Radio (jekk mhux kollha) qegħdin jinsistu ma' kantanti żgħar u żgħażagħ Maltin biex jirreġistraw il- kanzunetti tagħhom fuq CD minflok cassette jew diska biex isemmgħuhomlhom fuq l-istess stazzjonijiet, u peress li jqumu l-mijiet tal- liri biex tagħmel CD, x'ċans hemm li materjal simili jiġi eżentat mid-dazju bħala għajnuna lil dawn il-kantanti ż-żgħar li għandhom bżonn aktar għajnuna biex jistabbilixxu ruħhom fuq ix-xena mużikali?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: L- eżenzjoni mid-dazju mhijiex responsabbilta' tal- Ministeru tiegħi.", "L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub li jagħmel dan is- suġġeriment lill-Ministru koncernat.", "Rabat,Sinjali tat-traffiku farn,Rabat,Sinjali tat-traffiku falm,Rabat,Sinjali tat-traffiku RABAT: VJAL IL-ĦADDIEM - SINJALI TAT-TRAFFIKU", "10911.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Billi Vjal il- Ħaddiem, Rabat hija triq traffikuża u traffic signs u zebra crossing issa ilhom li saru 'l fuq minn tliet xhur, jista' l-Ministru jara li mmedjatament isir id-dawl fiz- zebra crossing ħalli dawn ikunu aktar magħrufa mis-sewwieqa tal-karozzi u l-pedestrians ikunu aktar protetti?", "Jekk fl-affermattiv, meta?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: It- talba ta' l-Onor.", "Membru biex iz-zebra crossing fi Vjal il- Ħaddiem limiti tar-Rabat tiġi mdawwla qegħda tiġi kkonsidrata.", "Xemxija,drenagg farn,Xemxija,drenagg falm,Xemxija,drenagg XEMXIJA - DRENAĠĠ", "10912.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid lill-Kamra għaliex qed jiżbokka drenaġġ fil-baħar fl- inħawi tax-Xemxija?", "Jista' jikkonferma li l-ilma mhux imniġġes għal min jgħum f'dawn l- inħawi?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li fl-inhawi tax- Xemxija tezisti booster pumping station li gieli ma tlahhaqx mad-domanda tad-drenagg li jaqa' fuqu.", "Meta jigri dan, isir fawran go gandott fil-wied li jaghti ghall-bahar.", "Id-Dipartiment ta' Drenagg ghandu progettat li jqieghed katusi hafna ikbar u fil-fond biex dan l-inkonvenjent u l- pumping station jigu eliminati.", "Dan hu wiehed minn bosta progetti li se jsiru taht l- ewwel fazi tat-twettiq tal- Master Plan.", "Minn ezamijiet ta' ilma bahar li ttiehdu mix-Xemxija fis-17, 21 u 25 ta' Mejju u l-1 u t-3 ta' Gunju irrizulta li l-ilma hu tajjeb ghal ghawm.", "Mgarr,Kontroll tat-traffiku farn,Mgarr,Kontroll tat-traffiku gall,Mgarr,Kontroll tat-traffiku MĠARR - KONTROLL TAT-TRAFFIKU", "10913.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Peress li qed ikun hemm karozzi pparkjati fiż-żewġ naħat fit- triq quddiem il-Castello Zammitello b'detriment li qed jikkawżaw problemi fil-funzjoni tat-traffiku, u issa dawn l- inħawi jkunu ffrekwentati aktar mill-poplu inkluż it-turisti li jaslu fil-Bajja tal-Ġnejna, jista' l- Ministru jara li jkun assigurat aktar kontroll f'dawn l-inħawi?", "Jista' jara li jżid in-numru tal-pulizija fl-għassa ta' l- Imġarr ħalli tkun tista' tlaħħaq għas-sejħiet li jsirulha, liema sejħiet huma naturali li jkunu aktar ta' spiss fil-ġimgħat li ġejjin?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-ghassa ta' l-Imgarr tinfetah regolarment kuljum bejn il-5.00 p.m. u 1.00 a.m. u xi drabi meta jkun possibbli tinfetah ukoll matul il-gurnata f'hinijiet ohra.", "Dwar il- 'parking' hdejn il-'Castello Zamitello' peress li dan il- post huwa licenzjat biex jinkera ghal funzjonijiet ta' tigijiet huwa ovvju li waqt ir- ricevimenti sa jkun hemm 'parking' ta' karozzi tal- mistiednin.", "Dan il-'parking' ma jtellifx il- 'flow' tat- traffiku peress li t-triq tippermetti.", "Mgarr,Sparar ta' murtali farn,Mgarr,Sparar ta' murtali gall,Mgarr,Sparar ta' murtali MĠARR - SPARAR TA' MURTALI", "10914.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Billi qed isiru rapporti mir- residenti ta' l-Imġarr li fis- 1.00 p.m. regolarment qed jiġu sparati xi murtali fl-inħawi ta' ħdejn il- Castello Zammitello, jista' l-Ministru jgħid lill-Kamra jekk hemmx permessi għal dan lil xi kumpanniji jew individwi?", "Jekk le, jista' jara li jsiru l-investigazzjonijiet biex ikun magħruf minn qed jispara dawn il-murtali?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li l-Pulizija qed tinvestiga dwar il- każ ta' sparar ta' murtali mill-post imsemmi.", "Distrett Numru 12,drenagg farn,Distrett Numru 12,drenagg falm,Distrett Numru 12,drenagg DISTRETT NUMRU 12 - DRENAĠĠ", "10915.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: B'referenza għall- problemi fis-sistema tad- drenaġġ tat-12-il distrett u d- diversi ilmenti li jien ressaqt, jista' l-Ministru jgħid lill-Kamra liema kienu dawk il-każijiet irrapportati fl-ewwel xhur tas-sena cioe' minn Jannar sa Mejju, 1993?", "Kemm minn dawn ir- rapporti/ħsarat/estensjonijiet għadhom pendenti?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "Turizmu,Stitut farn,Turizmu,Stitut bong,Turizmu,Stitut ISTITUT GĦALL-ISTUDJU TAT- TURIŻMU", "10916.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas- Servizzi Ekonomiċi: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 6693 dwar l- Istitut għall-Istudju tat- Turiżmu, jista' l-Ministru jikkonsidra li biex jiġi aktar pprattikat il-prinċipju ta' integrazzjoni għall-persuni b'diżabilita', b'arranġamenti mal-Kummissjoni Nazzjonali għall-persuni b'diżabilita' jiġu mistiedna dawn il-persuni ħalli wkoll matul il-kors ikun prattikat mill-istudenti kif jitrattaw u jservu lil dawn il- persuni bi bżonnijiet speċjali?", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Jien informat li siehbi s- Segretarju Parlamentari ghat- Turizmu ghadda s-suggeriment tal-Onor.", "Membru ghall- konsiderazzjoni tal-Kumitat Akkademiku ta' l-ITS.", "Marsa,Provvista ta' l-ilma buhc,Marsa,Provvista ta' l-ilma falm,Marsa,Provvista ta' l-ilma MARSA - PROVVISTA TA' L-ILMA", "11001.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-provvista ta' l-ilma fit-Triq Patri Magri, Marsa qegħda tkun sospiża darba f'ġimgħa b'mod regolari u meta l- provvista tiġi lura l-ilma jkun imdardar ħafna?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li l-provvista ta' l- ilma fi Triq Patri Magri, il- Marsa, tigi sospiza darba fil- gimgha, skond l-ezercizzju ta' l-immaniggjar tar-riservi ta' l-ilma.", "Jigri li wara sospensjoni ta' l-ilma, gieli l-ilma jigi mdardar f'certu nhawi, pero' dan jiccara wara ftit tal-hin.", "Hamrun,Provvista ta' l-ilma buhc,Hamrun,Provvista ta' l-ilma falm,Hamrun,Provvista ta' l-ilma ĦAMRUN - PROVVISTA' TA' L-ILMA", "11002.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex il-provvista ta' l-ilma f'Barth Street, Ħamrun qegħda tkun sospiża darba f'ġimgħa?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li l-provvista ta' l- ilma, f'Barth Street, Hamrun tigi sospiza darba fil-gimgha, skond l-ezercizzju ta' l- immaniggjar tar-riservi ta' l- ilma.", "Qormi,Provvista ta' l-ilma buhc,Qormi,Provvista ta' l-ilma falm,Qormi,Provvista ta' l-ilma QORMI - PROVVISTA TA' L-ILMA", "11003.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: X'inhi r-raġuni għaliex l-provvista ta' l-ilma fi Triq il-Milied, Qormi qegħda tkun sospiża jumejn f'ġimgħa u meta tiġi lura l-provvista, l- ilma jkun kulur is-sadid u bi pressa baxxa?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li l-provvista ta' l- ilma, fi Triq il-Milied, Qormi, tigi sospiza darba fil-gimgha, skond l-ezercizzju ta' l- immaniggjar tar-riservi ta' l- ilma.", "Jigri li wara s-sospensjoni ta' l-ilma f'postijiet gholjin, il-pressa ta' l-ilma ddum xi ftit aktar sakemm tigi regolari.", "L-ilma huwa kimikament tajjeb u kultant idum xi ftit biex jiehu l-kulur naturali tieghu.", "Santa Venera,Provvsita ta' l-ilma buhc,Santa Venera,Provvsita ta' l-ilma falm,Santa Venera,Provvsita ta' l-ilma SANTA VENERA - PROVVISTA TA' L- ILMA", "11004.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: X'inhi r-raġuni għaliex il-provvista ta' l-ilma fi Triq l-Għollieq, Santa Venera qegħda tiġi sospiża għal perjodi ta' bejn 36 u 48 siegħa kull ġimgħa b'mod regolari?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li l-provvista ta' l- ilma fi Triq l- Ghollieq, Santa Venera, tigi sospiza darba fil- gimgha, skond l-ezercizzju ta' l-immaniggjar tar-riservi ta' l-ilma.", "Birkirkara,Provvista ta' l-ilma buhc,Birkirkara,Provvista ta' l-ilma falm,Birkirkara,Provvista ta' l-ilma BIRKIRKARA - PROVVISTA TA' L- ILMA", "11005.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: X'inhi r-raġuni għaliex il-provvista ta l-ilma fi Triq il-Gummar, Birkirkara kienet sospiża bejn l-24 u l-25 ta' Mejju, 1993?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li l-provvista ta' l- ilma fi Triq il-Gummar, Birkirkara, giet sospiza bejn l-24 u l-25 ta' Mejju 1993, skond l-ezercizzju ta' l- immaniggjar tar-riservi ta' l- ilma.", "Birkirkara,Provvista ta' l-ilma buhc,Birkirkara,Provvista ta' l-ilma falm,Birkirkara,Provvista ta' l-ilma BIRKIRKARA - PROVVISTA TA' L- ILMA", "11006.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: X'inhi r-raġuni għaliex il-provvista ta' l-ilma f'Sacred Heart Street, Birkirkara qegħda tkun sospiża għal lanqas darba f'xahar?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li l-provvista ta' l- ilma f'Sacred Heart Street, tigi sospiza ghallinqas darba fix-xahar, skond l-ezercizzju ta' l-immaniggjar tar-riservi ta' l-ilma.", "Dip tat-Taxxi Interni,Dhul mill-Income Tax sans,Dip tat-Taxxi Interni,Dhul mill-Income Tax dalj,Dip tat-Taxxi Interni,Dhul mill-Income Tax DĦUL MILL-INCOME TAX", "11050.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru tal- Finanzi: Jista' l- Ministru jagħti lista sena b'sena tad- dħul mill-Income Tax u l- ammonti outstanding ta' flus li ma daħlux għal dawn l-aħħar 20 sena?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Id- dettalji mill-Onor.", "Membru jistgħu jinġabru mir- rapport annwali tad-Dipartiment tat- Taxxi Interni li ġie ppubblikat kull sena dawn l-aħħar 20 sena flimkien ma' dawk ta' dipartimenti oħra tal- Gvern.", "Melita Cable Television sans,Melita Cable Television fene,Melita Cable Television MELITA CABLE TELEVISION", "11051.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Prim Ministru: Issa li l-Melita Cable Television ingħatat l-istess faċilitajiet bħal dawk ta' Enemalta u Telemalta għat- twaħħil ta' l-equipment tagħha u li hi marbuta biss għal tliet snin li ma tgħolliex ir-rati tal-ħlas, x'passi qed jieħu l- Gvern sabiex jipproteġi l-poplu li ma jkunx hemm żieda f'dawn ir-rati?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Nirreferi lill-Onor.", "Membru għat-tweġiba li tajt għall- mistoqsija parlamentari numru 3727.", "Progetti tal-Gvern,Nefqa sans,Progetti tal-Gvern,Nefqa fene,Progetti tal-Gvern,Nefqa PROĠETTI TAL-GVERN - NEFQA", "11052.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Prim Ministru: B'referenza għall- mistoqsija parlamentari numru 5630 tas-27 ta' Ottubru, 1992 dwar varjazzjoni qawwija fl-ispejjeż tat-tliet proġetti ta' l-Air Terminal, tal- Power Station ta' Delimara u tal-Mini ta' Santa Venera fejn l-Prim Ministru f'parti mir-risposta kien qal li \"sal-lum m'hemmx ċirkostanzi li jiġġustifikaw inkjesta\", jekk il-Prim Ministru għadu jsostni dan jista' ta' lanqas jordna li jiġu ppubblikati l- offerti, stimi oriġinali u l- infiq finali ta' kull tender għal dawn il-proġetti?", "Dawk l- offerti li għadhom mhux finalizzati jingħata l-ammont li s'issa tħallas?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Iċ-ċirkostanzi ma tbiddlux mid- data tar- risposta għall- Interpellanza numru 5630.", "Dwar id-dettalji mitluba l-Onor.", "Interpellant jista' jagħmel id- domanda tiegħu lill-Ministru responsabbli.", "Servizzi Civili,Riforma sans,Servizzi Civili,Riforma fene,Servizzi Civili,Riforma SERVIZZI ĊIVILI - RIFORMA", "11075.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Prim Ministru: Wara l-eżerċizzji li saru għal titjib u effiċjenza taċ-Ċivil f'dawn l-aħħar sitt snin l- aktar bil-proposti ta' l-MSU, l-Prim Ministru hu konvint li dan il-progress sar?", "Jekk ir-risposta hi fl- affermattiv, jista' l-Prim Ministru jgħid kif qed jiġi mkejjel dan it-titjib?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Il-Gvern ta bidu għall-proċess ta' riforma fis- settur pubbliku fl-1990 wara li analizza r- rapport tal-Kummissjoni għar- Riforma fis-Servizz Pubbliku li lestiet ix-xogħol tagħha fi Frar ta' dik is- sena.", "L-eżerċizzju ta' riforma qed isir fuq diversi fronti bħalma huma r- ristrutturar ta' Dipartimenti tal-Gvern u tisħiħ fil-management, riformi fis- sistemi finanzjarji u amministrattivi bil-għan ta' programmazzjoni aħjar (eġ. business planning fuq bażi ta' tlett snin), deċentralizzazzjoni, pjan stateġiku ta' kompjuterizzazzjoni mal-Gvern kollu, u tisħiħ u motivazzjoni aħjar tar- riżorsi umani permezz ta' taħriġ, klassifikazzjoni ġdida ta' l-impjegati kollha, titjib fil-kundizzjonijiet tax-xogħol (eg shift allowance, ħlas ta' overtime fis-siegħa siegħa u nofs, allowances ġenerużi fejn hu xieraq eg Nurses, Midwives u Tobba).", "Inħossni sodisfatt li dawn il-ħafna miżuri ta' riforma għaddejjin b'ritmu mgħaġġel iżda jonqos ukoll ħafna li għad irid isir għax ir-riforma hija proċess kontinwu u ħafna drabi jrid ta' bilfors ikun hemm ċertu sequencing, ħaġa trid tistenna l-oħra.", "Irid ikun hemm ukoll bidla kontinwa fl- attitudni u l-mentalita' tan- nies li jaħdmu mal-Gvern sabiex titjib aktar l-etika tax-xogħol kif ukoll jissaħħaħ il-kunċett ta' servizz aħjar lill- poplu.", "Dawn l-isforzi u l-miżuri kollha ta' bidla li qed isiru għandhom iwasslu għall- formulazzjoni ta' policies ta' ġid għan-nazzjon, użu aħjar ta' riżorsi (aktar cost effectiveness), aktar diċentralizzazz- joni ta' deċiżjonijiet fuq kollox servizz aħjar liċ- ċittadin.", "Marsaxlokk,Espansjoni tal-Port sans,Marsaxlokk,Espansjoni tal-Port bong,Marsaxlokk,Espansjoni tal-Port MARSAXLOKK - ESPANSJONI TAL- PORT", "11077.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru għas- Servizzi Ekonomiċi: Billi dan l-aħħar ġie mħabbar xogħol ta' madwar Lm4.4 miljun għal espansjoni tal-Port ta' Marsaxlokk u li parti minn dan ix-xogħol se jkun xogħol ta' azzar, jista' l-Ministru jgħid liema minn dan ix-xogħol ta' azzar se jsir hawn Malta u l- valur tiegħu?", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Il-kuntratt msemmi mill-Onor.", "Membri sar bejn kumpanniji privati u ghalhekk mhux il-każ li naghti dettalji dwaru.", "Permessi tal-bini sans,Permessi tal-bini falm,Permessi tal-bini BINI BLA PERMESS", "11078.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: B'referenza għal dak li ntqal fuq il-mezzi tax- Xandir li mindu ġie fis-seħħ l- Att ta' 1992 dwar l-Ippjanar ta' l-Iżvilupp nħarġu 300 avviż sabiex jieqaf ix- xogħol mill- Awtorita', jista' l-Ministru jgħid:-", "(a) Kemm inħarġu avviżi bħal dawn minn Mejju, 1987 sa din id-data?", "(b) X'passi ttieħdu dwar kull każ inklużi dawn ta' l-aħħar? (c) Fejn jinsabu dawn il- postijiet?", "(d) Għal liema skop il-liġi ġiet miksura?", "(e) Min huma l-individwi jew kumpanniji li kisru l-liġi?", "(f) Id-data ta' meta ttieħdu l-passi kemm mill-Ministeru ta' l-Ambjent kif ukoll mill- Awtorita'?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Qabel ma bdiet issehh il-ligi dwar l- Ippjanar ta' l-Izvilupp (Act 1 ta' l-1992) ma kienx johrog 'stop notice' izda kienet issir talba lill-Pulizija biex jittiehdu passi skond il-ligi f'kaz ta' xoghol bla permess jew mhux skond il-permess.", "Lista ta' kazi bhal dawn li hemm pendenti fil-Qorti kif ukoll lista ta' 'stop notices' li hargu mill-1 ta' Dicembru 1992 tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra aktar kmieni f'din is- seduta.", "Air Malta,Courier Services bril,Air Malta,Courier Services bong,Air Malta,Courier Services AIR MALTA - COURIER SERVICES", "11089.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għas- Servizzi Ekonomiċi: Huwa minnu li Air Malta għadha kif introduċiet courier service ta' kompetizzjoni diretta ma' diversi courier service firms privati li ilhom joperaw f'pajjiżna?", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Kulma qed taghti l-kumpannija Maltija huwa dak li jaghmlu l- Airlines ohra.", "Turizmu,Ftehim bejn Malta u Sqallija bril,Turizmu,Ftehim bejn Malta u Sqallija bong,Turizmu,Ftehim bejn Malta u Sqallija TURIŻMU - FTEHIM BEJN MALTA U SQALLIJA", "11090.", "L-ONOR.", "LRO BRINCAT staqsa lill-Ministru għas- Servizzi Ekonomiċi: Jista' jitqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra l-ftehim preliminari turistiku li għadu kif ġie ffirmat bejn Malta u Sqallija?", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Il-ftehim ma' Sqallija gie inizjalat mhux iffirmat.", "Meta ftehim ikun ghadu qed jigi negozjat u ghalhekk jista' jsir xi tibdil fih ma jidhirlix li tkun haga sewwa li dan jigi ppubblikat.", "Madankollu jekk l- Onor. Interpellant jixtieq li nghaddulu kopja kunfidenzjalment lest li naghmel dan.", "Kacca,Effett fuq it-turizmu bril,Kacca,Effett fuq it-turizmu bong,Kacca,Effett fuq it-turizmu KAĊĊA - EFFETT FUQ IT-TURIŻMU", "11091.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għas- Servizzi Ekonomiċi: X'passi ħa s-Segretarju Parlamentari għat- Turiżmu wara rapporti fl- istampa Ingliża li l-BBC kienet qegħda tħeġġeġ lit-turisti Ingliżi biex ma jiġux Malta għall-btajjal minħabba f'eċċessi fil-kaċċa lokali?", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Din mhijiex l-ewwel darba li f'dawn l- ahhar snin saret sejha ghal boycott mit-turisti Inglizi permezz ta' mezzi televizivi u tal-gurnali.", "Saru wkoll sejhiet bl-istess ghan f'pajjizi ohra.", "Ma jidhirlix li hu ghaqli li l-Gvern jirreagixxi ufficjalment ghal sejhiet bhal dawn.", "Izda nemmen li kif stqarr dan l-ahhar siehbi s-Segretarju Parlamentari ghat-Turizmu ghandu jkompli jsir kull sforz sabiex l-abbuz tal-ligi fil- qasam tal-kacca u ta' l-insib jigi kontrollat.", "Sptarijiet,Generali,Imwiet gree,Sptarijiet,Generali,Imwiet gall,Sptarijiet,Generali,Imwiet SPTAR ĠENERALI - IMWIET", "11104.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' mwiet fl- isptar Ġenerali ta' Għawdex sena b'sena mill-1986 fuq bażi tad-Dipartiment differenti?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li l-imwiet, sena b'sena, mill-1986 kienu:", "YEAR MEDICAL SURGICAL TOTAL", "1986 111 14 125 1987 122 18 140 1988 112 32 144 1989 103 28 131 1990 128 26 154 1991 101 33 134 1992 107 24 131 1993 (sa 31/5/93) 43 10 53", "Sptarijiet,San Luqa,Pazjenti gree,Sptarijiet,San Luqa,Pazjenti gall,Sptarijiet,San Luqa,Pazjenti SPTAR SAN LUQA - PAZJENTI", "11105.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jagħti n- numru ta' in-patients fl-isptar San Luqa kull sena għas-snin 1985 - 1992?", "X'kien il-persentaġġ kull sena ta' rġiel, nisa u tfal taħt is-16-il sena?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: In-numru ta' 'in-patients' fl-Isptar San Luqa ghas- snin 1985 - 1992 huwa kif gej:", "1985 49473 1986 50084 1987 50333 1988 53091 1989 52563 1990 56976 1991 54340 1992 54171", "L-informazzjoni ghat-tieni parti ma tistax tinghata minhabba li l-mod kif tinzamm l-istatistika manwali.", "Diga' giet disinjata sistema kompjuterizzata sabiex statistika bhal din tkun tista' tinghata fil-futur.", "Zwiemel,Tigrijiet fit-toroq galm,Zwiemel,Tigrijiet fit-toroq gall,Zwiemel,Tigrijiet fit-toroq TIĠRIJIET BIŻ-ŻWIEMEL FIT-TOROQ", "11114.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru ġentilment jgħidilna kemm ġew organizzati tiġrijiet biż-żwiemel bil- permess tal-pulizija (fit- toroq) fl-1992?", "X'kondizzjonijiet jsiru biex jiġu salvagwardjati il-ħarsien mill-moħqrija lill-bhejjem, peress li dawn it-tiġrijiet isiru fil-ġranet tas-sajf, u fit- toroq iebsin, meta wieħed jqis li llum għandna korsa tat- tiġrijiet moderna fil-Marsa?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li l-Pulizija fl-1992 harget il- permessi ghall-sitt tigrijiet taz-zwiemel u bhejjem f'Malta u 11-il permess f'Ghawdex.", "Qabel johorgu dawn il- permessi tintalab polza ta' assikurazzjoni.", "Il- Pulizija ghandha struzzjonijiet bil- miktub dwar dak li ghandhom jaghmlu sabiex ma jkunx hemm mohqrija lejn l-annimali.", "Din il-kwestjoni kollha issa trid tigi rikonsidrata fid-dawl tal- provvedimenti godda tal- ligi dwar l-Ambjent.", "Pulizija,Ingagg galm,Pulizija,Ingagg gall,Pulizija,Ingagg DĦUL FIL-KORP TAL-PULIZIJA", "11115.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Hemm xi ħsieb biex bħalma sar fl-Armata, kull min ikun irid japplika biex jidħol u jingaġġa fil-Korp tal-Pulizija jkun jista' jagħmel dan dejjem, u rekluti ġodda jiddaħħlu fuq sistema ta' \"first come first serve\" bħalma qed isir fl- Armata, b'sistema li tant Pulizija kultant żmien jiddaħħlu fl-Akkademja?", "Kull meta u meta sar l-aħħar reklutaġġ ta' pulizija ġodda?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ghalkemm is-suggeriment gie Kkonsidrat diga`, ghadu ma giex deciz li r-reklutagg fil-Korp tal- Pulizija jsir bhal dak ta' l- Armata.", "Reklutagg ghal ingagg fil- Korp tal-Pulizija jsir kull meta jinhass dan il-bzonn.", "L- ahhar sejha ghar-reklutagg saret f'Marzu, 1993.", "Se ssir sejha ohra fix-xahar ta' Lulju.", "Zejtun,Dawl fit-toroq galm,Zejtun,Dawl fit-toroq falm,Zejtun,Dawl fit-toroq ŻEJTUN: TRIQ DELIMARA - BOZZA", "11116.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Fi Triq Delimara, fiż-Żejtun, (eżatt kif iddur minn Triq San Girgor) hemm bozza maqtugħa li ilha hekk għal żmien twil minkejja diversi telefonati din tħalliet kif kienet.", "Jista' l-Ministru jara hux possibbli li din tissewwa fl- iqsar żmien possibbli?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li ma jirrizultax li l-bozza li hemm fi Triq Delimara fiz-Zejtun, ezatt kif iddur minn Triq San Girgor, hi maqtugha u li m'hemmx 'records' li din qatt giet rrapportata maqtugha.", "Zabbar,Tiswija ta' toroq galm,Zabbar,Tiswija ta' toroq falm,Zabbar,Tiswija ta' toroq ŻABBAR: TRIQ IX-XGĦAJRA - TISWIJA TA' TOROQ", "11117.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Jista' l- ufficjal inkarigat jara li ssir tiswija fi Triq ix-Xgħajra, Zabbar minħabba li fiha għadd ta' ħofor?", "Hemm il-ħsieb li din it-triq tingħata ftit tarmac fil-futur?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li x-xogħol ta' tiswija diġa' sar.", "It-talba għal kisi bit-tarmac ġiet innotata.", "Zabbar,Tiswija ta' bankini galm,Zabbar,Tiswija ta' bankini galm,Zabbar,Tiswija ta' bankini ŻABBAR - TISWIJA TA' BANKINI", "11118.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Jista' l- ufficjal inkarigat jaccerta li ssir tiswija ta' bankini f'Carmel Str, Zabbar għax residenti qed jilmentaw li fihom ħafna ħofor u tkissir?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li x-xogħol imsemmi se jsir mid- Dipartiment tad- Distretti tat-Taqsima tax- Xogħlijiet fi żmien qasir.", "Wied il-Ghajn,Trasport pubbliku galm,Wied il-Ghajn,Trasport pubbliku gall,Wied il-Ghajn,Trasport pubbliku WIED IL-GĦAJN - TRASPORT PUBBLIKU", "11119.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Peress li diversi nies minn Wied il-Għajn li jieħdu l- medicini b'xejn ilmentaw dwar l-inkonvenjenza li jkollhom jgħaddu minnha biex jaqbdu tal- linja (li titlaq kull siegħa minn Wied il-Għajn) biex imorru għall- medicini, jista' l- Ministru jara hux possibbli li dawn il-medicini jibdew jinġabru mill-Berġa li hemm f'Wied il-Għajn?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Is- servizz ta' gbir tal-medicini mill-Bereg jinkludi wkoll il- Berga ta' Wied il-Ghajn.", "Fil- fatt hemm diversi individwi li prezentement qed jaghmlu uzu minn dan is-servizz.", "Sptarijiet,Fattigi pora,Sptarijiet,Fattigi gall,Sptarijiet,Fattigi SPTARIJIET - FATTIGI", "11127.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jweġibni l- mistoqsija parlamentari tiegħi numru 10795, cioe' liema huma dawk iż-żidiet fil-pagi li ngħataw lill-Hospital Auxiliaries mill-1987 'il hawn sena b'sena u kienx hemm minnhom li kienu fuq xi ftehim ma' xi trade union?", "Jaf li dawn il-ħaddiema huma mħassba li jinsabu esposti għall-periklu ta' mard li jista' jintrikeb, specjalment minn makni li jġorru għat- tiswija?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-paga tal-grad ta' 'Hospital Auxiliary' minn 1987 'l hawn zdiedet b'Lm512 fis-sena fuq il-minimu u b'Lm672 fis-sena fuq il- massimu.", "Dan sar kemm b'effett ta' Riforma li qed issehh fis-Servizz Pubbliku, u kemm b'ziediet moghtija lill- impjegati l-ohra matul l- imsemmi perjodu, li dettalji taghhom qed jinghataw hawn taht:", "SENA SALARJU ZIEDA", "1987 1748x27 - 1873 Xejn", "1988 1748x27 - 1873 Xejn", "1989 1748x27 - 1873 Income Supple- ment ta' Lm78 fis-sena", "1990 1748x27 - 1873 Lm156 fis-sena (zieda)", "1991 (Riforma) Minimu (2015) sa 2136 (Massimu) Lm65 fis-sena (zieda)", "1992 (Riforma) Minimu (2125) sa 2243 (Massimu) Lm78 fis-sena (zieda)", "1993 (Riforma) 2260(2146)x57 - 2545 Skala li tink- ludi Lm52 fis- sena zieda", "Ma kienx hemm ftehim ma' xi 'Union' fis-snin indikati hawn fuq li bih din il-kategorija ta' impjegati gawdew zieda fis- salarju taghhom.", "Wiehed izda jinnota li skond il-Ftehim li kien sar fl-1989 mal-'Union' Haddiema Maghqudin, 'Hospital Auxiliaries' bi 15-il sena servizz inghatalhom ic- cans li jaghmlu kors ta' tliet xhur u wara li jghaddu minn ezami orali jigu rrakkomandati biex jitilghu minn skala ta' grad 'B' ghal skala ta' grad 'D' (illum taqra Lm2697 (2557x70 - 3047) ghax jigu mahtura 'Health Assistants'.", "Dan ifisser li, paragun ma' l- 1987, iz-zieda hi ta' Lm824 fis-sena li titla` ghal zieda ta' Lm1174 fis-sena meta jintlahaq il- massimu tas- salarju.", "Rigward it-tieni parti tal- mistoqsija, nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex ikun iktar preciz fil-formulazzjoni tal- mistoqsija.", "Ditti Taljani,Ghoti ta' kuntratti manc,Ditti Taljani,Ghoti ta' kuntratti fene,Ditti Taljani,Ghoti ta' kuntratti GĦOTI TA' KUNTRATTI LIL DITTI TALJANI", "11130.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid:-", "Fid-dawl ta' l-iżvilupp tat- Tangentopoli fl-Italia, u tal- fatt li kumpanniji Taljani involuti f'għotja ta' tenders kbar li nħarġu mill-Gvern mhux il-każ li dawn t-tenders mogħtija jiġu nvestigati biex jitneħħew id- dubji kollha?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: M'għandi xejn xi nżid mat- tweġiba li tajt għall- mistoqsija parlamentari numru 10481 fis-26 ta' Mejju, 1993.", "Bejgh ta' appartamenti tal-Gvern manc,Bejgh ta' appartamenti tal-Gvern hyzg,Bejgh ta' appartamenti tal-Gvern BEJGĦ TA' APPARTAMENTI TAL- GVERN", "11131.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għas- Sigurta' Soċjali: Jista' l- Ministru jgħid fiex wasal il- file HA915/88, peress li l- persuna konċernata trid tixtri din il-proprjeta'?", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Billi l-art li fuqha hemm mibni l- appartament in kwestjoni għadha mhix tal-Gvern, il-bejgħ ma jistax isir.", "Seleco Co. Ltd. manc,Seleco Co. Ltd. bong,Seleco Co. Ltd.", "AMS Co. Ltd. manc,AMS Co. Ltd. bong,AMS Co. Ltd.", "FABBRIKI AMS U SELECO", "11132.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għas- Servizzi Ekonomiċi: Jista' l- Ministru jgħid jekk il-fabbrika li kienet intenzjonata għal AMS ġietx allokata lil xi ditta oħra?", "X'sar mill-għamara, equipment etc., li kien hemm fl-istess fabbrika?", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Il-fabbrika in kwestjoni giet allokata lid- ditta Seleco li ghandha progett ta' espanzjoni.", "Dwar it-tieni parti tad- domanda, parti mill-makkinarju inbiegh u l-bqija ghadu mizmum mill-MDC.", "Djar,Sussidju manc,Djar,Sussidju hyzg,Djar,Sussidju SUSSIDJU GĦAL TITJIB FID-DJAR", "11133.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għas- Sigurta' Soċjali: Jista' l- Ministru jgħid f'liema stadju wasal il-file AWS 475/92 dwar applikant li applika għal skema SHD 15 sussidju fuq xogħlijiet ta' titjib?", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: L- applikazzjoni taħt skema SHD 15 (AWS 475/92) qegħda tiġi pproċessata.", "Luqa,Xoghol fi Triq Sant Andrija manc,Luqa,Xoghol fi Triq Sant Andrija falm,Luqa,Xoghol fi Triq Sant Andrija LUQA - TRIQ SANT ANDRIJA", "11134.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid meta se tkun lesta minn kollox dik il-parti ta' Triq Sant Andrija, Ħal Luqa fejn qabel kien hemm is-siġar u issa nqala' kollox u li tiġi eżatt quddiem il-Każin tal-Partit Nazzjonalista, peress li din il-biċċa art issa ila diġa' maqlugħa u mitluqa mħarbta għal aktar minn erba' xhur?", "Hemm xi ħsieb li jerġgħu jitwaħħlu xi bankijiet?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li x-xoghol fuq din il-parti ta' Triq Sant'Andrija, Hal Luqa, se jibda f'nofs Lulju 1993 u jitlesta qabel l- ahhar tas-sena.", "Ta' min jghid li s-sigar inqalghu mid-Dipartiment ta' l- Agrikoltura billi kienu qed jaghmlu hsara lill-pavimenti tad-djar fil-vicin.", "Hu ppjanat li l-area tinghata dehra aktar moderna milli kien hemm u l- bankijiet se jergghu jitwahhlu fil-lok.", "Ajruport,Pjanti manc,Ajruport,Pjanti zamf,Ajruport,Pjanti PJANTI FIL-BINI TA' L-AJRUPORT", "11135.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għat- Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-pjanti kollha ħajjin u li jħaddru s-sena kollha li tħawwlu jew tqegħdu fil-bini tal-Malta International Airport u mal-madwar, dawn huma mixtrija mill-MIA jew inkella mixtrija mingħand l-istess kumpannija li ssupplixxiethom?", "Kemm qamet l-ispiża s'issa, jekk mixtrija?", "Kemm qegħda tkun l-ispiża fis-sena s'issa jekk mikrija?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.", "Rahal Gdid,Gnien morv,Rahal Gdid,Gnien falm,Rahal Gdid,Gnien RAĦAL ĠDID - ĠNIEN", "11137.", "L-ONOR.", "VINCENT C. MORAN staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Jista' l-Ministru jgħidilna kemm intnefqu flus s'issa għall-ġnien ta' quddiem l-iskola Primarja tar-Raħal Ġdid?", "Min huma l-kuntratturi li ħadu x-xogħol f'dan il-ġnien?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: L- ispejjez li ntnefqu fuq dan il- gnien ghadhom qed jigu ffinalizzati.", "Il-kuntratturi li hadmu fuq dan il-gnien kienu dawn:", "a) C & F Construction Co. Ltd - xoghol ta' gibjun u kiosk", "b) Cemenstone Ltd - xoghol ta' paviment", "Rahal Gdid,Gabbana morv,Rahal Gdid,Gabbana gall,Rahal Gdid,Gabbana RAĦAL ĠDID - GABBANA", "11138.", "L-ONOR.", "VINCENT C. MORAN staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Il- gabbana li kien hemm u li reġgħet ġiet mikrija fil- ġnien ta' quddiem l-iskola primarja ta' Raħal Ġdid ġiet allokata?", "Jekk iva, b'liema kondizzjonijiet u għal liema prezz?", "L-individwu li kellu l- gabbana, qabel ma twaqqgħet ġie mogħti dritt ta' l-ewwel rifjut?", "Jekk le, għaliex?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nitlob lill-Onor.", "Membru jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministeru koncernat mid-Dipartiment ta' l-Artijiet.", "MSU,Management Agency Agreement sana,MSU,Management Agency Agreement fene,MSU,Management Agency Agreement MSU - MANAGEMENT AGENCY AGREEMENT", "11139.", "L-ONOR.", "ALFRED SANT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jekk jogħġbu jwieġeb għal interpellanza preċedenti fejn staqsejtu jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Management Agency Agreement bejn il- Gvern u l-MSU LTD, kif ukoll listing tal-ħlasijiet li għaddew lill- MSU mill-Gvern matul is-seħħ ta' dan il-Management Agency Agreement?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Kopja ta' l-Agency Agreement bejn il-Gvern u l- Management Systems Unit Limited li ġie ffirmat fit-13 ta' Novembru, 1990 tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra aktar kmieni fis-seduta.", "Il-ħlasijiet mill-Gvern lill- MSU Ltd kienu hekk:", "Lm", "16 ta' Novembru, 1990 100,000 Vot 03 Item 23", "7 ta' Jannar, 1991 237,000", "16 ta' April, 1991 300,000 Vot 03 Items 11 ta' Lulju, 1991 476,000 27, 28 u 29", "16 ta' Ottubru, 1991 494,829", "14 ta' Jannar, 1992 809,750", "27 ta' April, 1992 809,750 Vot 03 Items 15 ta' Ottubru, 1992 809,750 26, 27 u 28", "26 ta' Novembru, 1992 809,750", "16 ta' Frar, 1993 750,000 Vot 03 Code 5446", "Tjur,Newcastle Disease spil,Tjur,Newcastle Disease gatl,Tjur,Newcastle Disease NEWCASTLE DISEASE", "11146.", "L-ONOR.", "LINO SPITERI staqsa lill-Ministru għall- Ikel, Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li tingħata xi għajnuna finanzjarja lil dawk li jrabbu u joqtlu t-tiġieġ u li ntlaqtu bin- Newcastle Disease b'riżultat ta' telf kbir ta' xogħol u ta' dħul?", "Jista' l-Ministru jagħti dettalji?", "ONOR.", "LAWRENCE GATT: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Membru li qegħdin isiru diskussjonijiet fuq l-għajnuna li għandha tingħata lil dawk li b'mod jew ieħor ġew milquta mill-marda ta' Newcastle.", "Minħabba xi punti delikati li qed jiġu diskussi anke ma' awtoritajiet barranin mhux żmien proprizju li wieħed jagħti dettalji fuq dan is- suġġett.", "Dejn nazzjonali bril,Dejn nazzjonali dalj,Dejn nazzjonali DEJN NAZZJONALI", "11159.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal- Finanzi: Fir- rigward ta' l- ekonomija ta' pajjiżna, x'inhuma:-", "- id-Debt Service to Export Ratio;", "- l-External Debt to Export Ratio;", "- l-External Debt to GDP Ratio;", "- l-External Debt to Reserve holdings Ratio;", "- l-Exports to GDP Ratio;", "- il-Current Account Balance to GDP Ratio;", "- il-Government Budget Balance to GDP Ratio;", "- ir-Reserve holdings ta' Import Ratio; u - l-months of Imports covered by existing reserve holdings?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Qiegħed nipprovdi l-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Membru.", "Debt Service to Export Ratio 3.2%", "External Debt to Export Ratio 9.8%", "External Debt to GDP Ratio 5.6%", "External Debt to Official Reserves Ratio 10.0%", "Exports to GDP Ratio 56.4%", "Current Account Balance to GDP Ratio 2.1%", "Government Budget Deficit to GDP Ratio 3.9%", "Official Reserves to Import Ratio 63.9%", "Months of Imports covered by exist- ing official reserves 7.7 months", "Dawn ic-cifri jirreferu għas- sena 1992.", "Videos,Piraterija bril,Videos,Piraterija gall,Videos,Piraterija VIDEOS - PIRATERIJA", "11160.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Billi l-kollega tiegħek il- Ministru tal-Ġustizzja ftit ilu qal li mindu ddaħħlet il-liġi l-ġdida tal-copyright l- affarijiet bdew mexjin f'mod għas-sodisfazzjon tad- distributuri tal-videos, tista' tgħid kemm kien hemm każi fejn ttieħdet azzjoni mill-pulizija dwar ksur tal-liġi minn:", "sidien tal-ħwienet; hawkers; u", "bejjiegħa fuq il-monti?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Tlabt li ningħata t-tagħrif meħtieġ biex tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "Kacca,Legislazzjoni dwar bril,Kacca,Legislazzjoni dwar falm,Kacca,Legislazzjoni dwar LEĠISLAZZJONI DWAR IL-KAĊĊA", "11161.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Apparti mill-Berne Convention fir-rigward tal- kaċċa, il-Gvern Malti beħsiebu iġib il-leġislazzjoni Maltija konformi ma' l-EC Wild Birds Directive ta' l-1979 kif ukoll li jiffirma il-Bonn Convention?", "Hija korretta l-fehma pubblika tal-Eurogroup for Animal Welfare (Euro Bulletin Parlament Ewropew ta' l-19/23 -4-93) li Malta għandha l-iqsar close season tal-pajjiżi Ewropej kollha?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Il- Konvenzjoni ta' Berne (Convention on the Conservation of European Wildlife and Natural Habitats) kif ukoll id- Direttiva tal-Komunita' Ewropea dwar il-Harsien ta' l-Ghasafar (Council Directive of April 1979 on the Conservation of Wild Birds) u l-Konvenzjoni ta' Bonn (Convention on the Conservation of Migratory Species of Wild Animals) huma t-tlieta mfassla fuq l-istess principji, jigifieri li l-flora u l-fawna (u l-ghasafar huma parti mill-fawna) huma wirt naturali ta' valuri estetici, xjentifici, kulturali, rikreattivi, ekonomici u intrinsici li ghandhom bzonn jigu mharsa ghall-generazzjonijiet futuri.", "Il-ligijiet tal-kacca li rrefera ghalihom l-Onor.", "Membru qeghdin jigu mfassla fid-dawl ta' dan.", "Il-fehma pubblika tal- Eurogroup for Animal Welfare li Malta ghandha l- iqsar close season tal-pajjizi Ewropej kollha, jidher li hija korretta.", "Valleta,Triq Melita,Parkegg gree,Valleta,Triq Melita,Parkegg gall,Valleta,Triq Melita,Parkegg VALLETTA: TRIQ MELITA - PARKEĠĠ", "11165 L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: F'Melita Str, il-Belt Valletta bejn Republic Street u Strait Street hemm reserved parking.", "Jista' l-Ministru jgħid għal min huwa reserved dan l-ispazju u għal kemm karozzi?", "Jista' l- Ministru jgħid ukoll huwiex permissibbli skond il-liġi li dawn irreservew parking f'toroq hux suppost jingħalqu permezz ta' ħbula ecc, meta ma jkunux użati?", "ONOR.", "LOUIS GALEA; Ninsab informat li l-Muzew ta' l- Arkeologija ghandu 'reserved parking' ghal zewg vetturi.", "Din ir-restrizzjoni hi applikabbli il-hin kollu.", "L- ispazju allokat ikun indikat b'sinjali biz-zebgha ma' l- art.", "Anzjani gree,Anzjani gall,Anzjani ANZJANI", "11166.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Is- Segretarjat fil-Ministeru ta' l-Intern u Żvilupp Socjali responsabbli għall-Anzjani xi snin ilu kien wera l-bżonn u priorita' li jsir Census dettaljat fuq l-anzjani kollha f'Malta u Għawdex, Census li jurina mhux biss in-numru ta' anzjani, imma l-bżonnijiet socjali u medici tagħhom.", "Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal dan l-istudju?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il- Ministeru tieghi jaghraf l- importanza li jigu mifhumha ahjar il-bzonnijiet ta' kull anzjan u ghalhekk hemm il-hsieb li meta jsir ic-Censiment tal- Popolazzjoni fl-1995, jigi inkorporat 'questionnaire' specifikament fuq l-anzjani u li jifforma parti mid-domandi li jsiru f'kull dar f'Malta u Ghawdex fuq il-popolazzjoni Maltija kif ukoll fuq l-aspetti socjali kollha tal-familja.", "Ghal dan l-iskop, il- Ministeru se jressaq ir- rakkomandazzjonijiet tieghu lill-Ufficcju Centrali ta' l- Istatistika biex isiru l- mistoqsijiet diretti lejn il- htegijiet u x-xewqat ta' l- anzjani.", "Il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Dizabilita` ukoll qed taghmel 'survey' tal-persuni b'dizabilita` u l-bzonnijiet specjali taghhom u li jinkludi wkoll persuni anzjani li ghandhom xi dizabilita`.", "L- ewwel informazzjoni minn dan is-'survey' ghadha qed tigi analizzata.", "Anzjani,Istitut Internazzjonali gree,Anzjani,Istitut Internazzjonali gall,Anzjani,Istitut Internazzjonali ANZJANI", "11167.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid jekk l- INIA (l-Istitut Internazzjonali ta' l-Anzjani) minn kemm ilu mwaqqaf qattx għamel xi studji fuq l-anzjani ta' Malta u Għawdex bħalma għamel u qed jagħmel f'pajjiżi oħra?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-INIA gie mwaqqaf biex jiffacilita` l- implimentazzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni ta' Vienna dwar l- Anzjani, primarjament fil- pajjizi li qed jizviluppaw, billi jorganizza korsijiet ta' tahrig, u wkoll billi jghin fir-ricerka, jippubblika rapporti u materjal iehor u jqassam informazzjoni dwar l- anzjani.", "Fl-attivitajiet tieghu, l-INIA dejjem inkluda lil Malta; hekk per ezempju, 87 partecipanti Maltin gew imharrga fil-korsijiet tieghu u l-Istitut dejjem ikkontribwixxa f''seminars' u laqghat li saru Malta dwar l-anzjani.", "Jien informat ukoll li din l-gimgha l-INIA se johrog studju dwar Malta fis-sensiela ta' 'monographs' dwar l-anzjani f'diversi pajjizi li qed jigu pubblikati.", "Minbarra dan, fil- prezent l-Istitut qieghed imexxi, bil-kollaborazzjoni tal-oqsma koncernati tal-Gvern, wahda mill-akbar ricerki (studju dwar id- 'dimentia' assocjata max-xjuhija) li qatt saru Malta dwar aspett tas- sahha ta' l-anzjani bhala parti minn programm li jinkludi numru ta' pajjizi ohra.", "Organizzazzjoni Dinjija tas-Sahha gree,Organizzazzjoni Dinjija tas-Sahha gall,Organizzazzjoni Dinjija tas-Sahha ORGANIZZAZZJONI DINJIJA TAS- SAĦĦA", "11168.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad- diskors li sar mis-Segretarju Parlamentari għas-Saħħa fil- laqgħa annwali ta' l- Organizzazzjoni Dinjija tas- Saħħa li ssir f'Geneva f'Mejju?", "(World Health Assembly)", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Kopja tad- diskors li sar mis-Segretarju Parlamentari ghas-Sahha fil- Laqgha Annwali ta' l- Organizazzjoni Dinjija tas- Sahha li saret f'Geneva f'Mejju, 1993, tqegħdet fuq il- Mejda tal-Kamra waqt il-ħin tat-Tqegħid ta' Karti.", "Kalaxlokk,Haddiema bonm,Kalaxlokk,Haddiema bong,Kalaxlokk,Haddiema ĦADDIEMA TAL-KALAXLOKK", "11180.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru għas- Servizzi Ekonomiċi: Kemm huwa n-numru ta' ħaddiema li qegħdin fuq il-kotba attwali tal- Kalaxlokk Co. Ltd?", "Kemm tħallsu salarji/pagi f'dawn l-aħħar sitt snin lill- ħaddiema?", "Kemm kellha dħul din il- kumpannija mix-xogħol li wettqet?", "Fil-preżent fuq liema proġetti qegħdin jaħdmu d- diversi sessjonijiet tal- ħaddiema?", "Kemm telqu ħaddiema minn din il-kumpannija f'dawn l-aħħar sitt snin?", "Xi programm għandu l-Gvern biex il-ħaddiema tal-Kalaxlokk Co. Ltd jagħmlu xogħol produttiv?", "Hemm xi proġetti (earmarked) għal dawn il-ħaddiema għal matul din is- sena?", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: In-numru ta' haddiema li qeghdin fuq il- kotba tal- Kumpannija Kalaxlokk huma 677.", "Matul l-ahhar sitt snin il- Kumpannija hallset dawn it- totali ta' pagi:", "1987 Lm3,528,619 1988 Lm3,561,170 1989 Lm3,372,715 1990 Lm3,056,543 1991 Lm2,367,276 1992 Lm2,481,797", "Mix-xoghol li wettqet il- Kumpannija kellha dan id-dhul.", "1987 Lm3,421,477 1988 Lm4,381,519 1989 Lm6,486,391 1990 Lm7,799,794 1991 Lm6,445,426 1992 Lm9,855,214", "Fil-prezent il-Kumpannija ghandha xi xoghol fil-Ground tal-Hamrun u fil- Freeport li jammontaw ghal ftit aktar minn Lm750,000.", "In-numru ta' haddiema li spiccaw minn 1987 sal-lum huwa ta' 828.", "M'inix f'pozizzjoni li nirrispondi ghall-ahhar zewg mistoqsijiet, ghalkemm nassigura lil Onor membru li l- Board qed jaghmel minn kollox biex issib xoghol produttiv ghall-haddiema.", "Qormi,Tiswija ta' toroq bonm,Qormi,Tiswija ta' toroq falm,Qormi,Tiswija ta' toroq QORMI - TISWIJA TA' TOROQ", "11181.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Jista' l-Ministru jikkonsidra li temporanjament (almenu) titranġa it-Triq Manuel Dimech f'Ħal Qormi li hija triq ewlenija u tinsab fi stat hekk ħażin?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li l-istat ta' din it- triq tant huwa hazin hafna li m'ghadux il-kaz li tissewwa temporanjament.", "Ghalhekk bdew jittiehdu passi biex il-kondizzjoni strutturali tat-triq tigi ezaminata bicca bicca, biex dawk il-partijiet li hemm bzonn jitnehhew jinqalghu s'isfel u jergghu jinbnew.", "Peress li dan ix-xoghol huwa estensiv, qed tigi kkonsidrata l-possibilta' li jintuza materjal apposta li jintuza biex jirrinforza l-bazi tat- triq skond il-bzonn.", "Hu mahsub li anke partijiet tat-triq ta' Haz Zebbug tigi msewwija b'dan il-mod.", "Ta' Qali,Dawl fl-ex runway bonm,Ta' Qali,Dawl fl-ex runway falm,Ta' Qali,Dawl fl-ex runway TA' QALI - LAMP POSTS FL-EX RUNWAY", "11182.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Jista' l-Ministru jgħidli għaliex il-lamp posts li hemm fl-ex-runway f'Ta' Qali qatt ma xegħlu?", "X'inhi r- raġuni?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li d-dwal gewwa Ta' Qali jinxteghlu skond l- esigenza.", "Hemm xi dwal li jintuzaw dejjem izda ohrajn jinxteghlu biss fil-kaz ta' xi attivita' jekk issir talba mill-organizzaturi ta' l- attivita' u skond ic- cirkustanzi tal-kaz.Permess tal-bini bonm,Permess tal-bini falm,Permess tal-bini PERMESSI TAL-BINI", "11183.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Xi tkun il-pożizzjoni ta' dak l-applikant li jagħmel talba għal ħruġ ta' permess għall-bini ma' l-Awtorita' u wara li jħallas il-fees ta' l- applikazzjoni jirtira l- applikazzjoni, dan ikollu dritt għal refund ta' dik is-somma li jkun ħallas?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: L- applikant jista' jkollu dritt ghal refund tas- somma kollha li jkun hallas jekk l-applikazzjoni tigi rtirata qabel ma tkun deciza mill-Awtorita'.", "Jekk tigi rtirata wara li tkun giet deciza jew ikun hemm 'refusal' mill- Awtorita', l- applikant ikollu dritt ghal nofs id-Dritt tal-Permess ta' l- Izvilupp (DPF), u l-ammont li jkun thallas ghas-servizzi ta' l- Infrastruttura ISC.", "Telephones,Ghawdex,Transfers refa,Telephones,Ghawdex,Transfers zamf,Telephones,Ghawdex,Transfers GĦAWDEX - TRANSFER TAT- TELEPHONE NUMRU 553605", "11184.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għat- Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jieħu ħsieb biex isir it-transfer tat- telephone 553605 ta' ċertu George Grech mir-Rabat, Għawdex?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-applikazzjoni ghal trasferiment ta' telefon 553605 qeghda tkun pprocessata bil- ghan li t-transfer isir fi ftit gimghat ohra.", "Ajruport,Haddiema pora,Ajruport,Haddiema mifu,Ajruport,Haddiema ĦADDIEMA TA' L-AJRUPORT", "11196.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jaf l-Ministru li l-kumpannija li tipprovdi servizz ta' catering fl-ajruport ta' Ħal Luqa, kemm fl-arrival u kemm fid-departure lounge, qed tħaddem nies 40 siegħa u anke iktar fuq bażi part-time?", "Veru li skond il-liġi min jaħdem aktar minn ċertu numru ta' sigħat suppost jitħaddem full- time?", "Jaf li dawn il-ħaddiema jitħallsu bis-siegħa, la għandhom bonus, la sick leave u anqas privileġġi oħra?", "Jista' d- dipartiment jinvestiga dan l- ilment?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Qed isir l-istħarriġ meħtieġ biex wieħed ikun ċert mit- tweġiba li tingħata.", "Zurrieq,Permessi tal-bini pora,Zurrieq,Permess tal-bini falm,Zurrieq,Permess tal-bini ŻURRIEQ - PERMESSI TAL-BINI", "11197.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Jaf il- Ministru li fil-Housing Estate ż-Żurrieq, in-Nigret hemm persuna li qed tibni li ħadet tmien piedi minn art tal-Gvern?", "Veru li l- permess suppost ħareġ biex jinbnew garages biss fuq din il-biċċa art u minkejja dan l- individwu qed/se jibni postijiet fuq il-garages?", "Jaf li t-tmien piedi art li fuqha jingħad li se jibni dan l-individwu saret talba għaliha minn residenti li joqogħdu fi flats u sal-lum din għadha ma ngħatatx mill-Gvern?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Ix- xoghol li sar fuq is-sit imsemmi mill-Onor.", "Membru jikkonsisti f'tahmil u bini ta' pedamenti ta' garages.", "Parti zghira biss (wara plots 71 u 72) hi propjeta tal-Gvern.", "Billi anke din giet imhammla u sar xoghol ta' pedamenti, se tinhareg stop notice biex ix- xoghol jieqaf.", "Veru li saret talba ghal parti mill-art izda din l-art kienet ghadha mhix tal-Gvern.", "Telemalta,Security guards f'tas-Sliema pora,Telemalta,Security guards f'tas-Sliema zamf,Telemalta,Security guards f'tas-Sliema IRRANĠAR FIT-TELEMALTA TA' TAS- SLIEMA", "11198.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI staqsa lill-Ministru għat- Trasport u Komunikazzjoni: Tista' l-Korporazzjoni Telemalta tieħu ħsieb tirrimedja dwar is-sitwazzjoni li jinsabu s-security guards fil-fergħa ta' Tas-Sliema, ċioe' biex tieħu ħsieb li jkollhom post (kamra) diċenti fejn jagħmlu l- għassa peress li la għandhom toilet, la sigurta', fuq il-ħġieġ u minkejja l- wegħda li dawn l- affarijiet jiġu rranġati għadu ma sar xejn?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: F'bini tal-Korporazzjoni bhalma hi l-Fergha ta' tas-Sliema ix- xoghol tas-Security Guard jikkonsisti fil-prezenza tieghu fl-entratura tal-bieb principali sabiex jilqa' lill- pubbliku u josserva dak li jkun qed jigri fl-istess area.", "Nassigura lill-Onor.", "Membru li mhux minnu li f'din il- Fergha ma jezistux mezzi ta' sigurta izda ma nistax nelabora ghar-raguni ovvja fl-istess interess tas-sigurta'.", "Dwar it-toilets mhux minnu li l-haddiema tal-Fergha m'ghandhomx facilitajiet.", "Fil- fatt fil-kumpless li din il- Fergha taghmel parti minnu hemm zewg toilets ghad-dispozizzjoni ta' l-istess haddiema.", "Djar tal-Gvern pora,Djar tal-Gvern falm,Djar tal-Gvern DISTRETT NRU.", "2 - FLATS/DJAR TAL-GVERN", "11199.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Kemm bena flats jew djar jew qassam plots f'Bormla, l-Isla w l-Birgu rispettivamanet il-Gvern mill-1962 sa l- 1992 sena sena?", "Kemm-il kerrejja twaqqgħet fl-istess perjodu fl-istess ibliet?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "Bormla,Bini kkundannat pora,Bormla,Bini kkundannat falm,Bormla,Bini kkundannat BORMLA - BINI KKUNDANNAT", "11200.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Peress li f'Bormla hemm il-bini tar-\"Wrest\" mitluq għax ikkundannat li Gvern Laburista kellu f'moħħu li jagħmlu dar għal anzjani, xi ħsieb għandu l- Gvern, jekk jagħmlu għax-xjuħ jew għal \"social housing\"?", "L-istess dwar l-Istitut tas- Sorijiet maġenbu f'Bormla, il- bini hu mitluq, dan waqa' taħt il-Gvern bix-xiri ta' proprjeta' mingħand il-Knisja?", "Jista' dan il-bini jitwaqqa', kif jenħtieġ jitwaqqa' r- \"Wrest\" u jinbnew għal skop ta' \"social housing\", meta hemm tant bżonn f'Bormla?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Ghaddejt is-suggeriment ta' l- Onor. Membru lid- Dipartiment tal-Bini u Tiswija tad-Djar biex jinvestiga jekk dan hux possibbli.", "Proprjeta' tal-Knisja farm,Proprjeta' tal-Knisja falm,Proprjeta' tal-Knisja PROPRJETA' TAL-KNISJA", "11228.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Meta individwu li kellu għalqa tal-Knisja u li parti minnha kien ta lil terzi persuni għal xi ħals fis-sena, issa li din l-għalqa waqgħet f'idejn il- Gvern, dan l- individwu jista' bil-kunsens tiegħu, dawn it-terzi persuni jibdew iħallsu direttament lill-Gvern?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Peress li l-Joint Office li qieghed jamministra l- ex-propjeta' tal- Knisja jaqa' taht il-Ministeru tal-Finanzi, din id- domanda ghandha ssir lill-Ministru tal- Finanzi.", "Bahar ic-Caghaq,Alka farm,Bahar ic-Caghaq,Alka falm,Bahar ic-Caghaq,Alka BAĦAR IC-CAGĦAQ: KANAL TAS- SALINI - ALKA", "11229.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: L- alka li tneħħiet mill-kanal tas-Salini tħalliet vicin is-slipway in-naħa tal- palma u din qed tagħmilha difficli biex jitniżżlu d- dgħajjes.", "Hemm bżonn li din l- alka titneħħa mill-aktar fis possibbli.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Tlabt lid-Dipartiment koncernat biex jiehu l-passi mehtiega biex din l-alka titnehha.", "Bejjiegha fit-toroq bonm,Bejjiegha fit-toroq gall,Bejjiegha fit-toroq BEJJIEGĦA FIT-TOROQ", "11231.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: X'inhi jew x'se tkun il- pożizzjoni ta' dawk il-fixed hawkers li għandhom speci ta' kiosks magħmula u armati apposta għal-lokalita' li qegħdin fiha (u 'l ġewwa mit- triq)?", "Minn dak li deher fil- gazzetti ricentement dawn se jkollhom iżarmaw il- post tax- xogħol tagħhom?", "X'se tkun il-pożizzjoni ta' dawk in-non-fixed hawkers?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nirreferi l-Onor.", "Membru ghat-twegiba moghtija ghall- mistoqsija parlamentari numru 9523.", "AIDS psaj,AIDS gall,AIDS AIDS", "11233.", "L-ONOR.", "JOSEPH PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: X'inhu n-numru ta' pazjenti li ġew infettati bil-mikrobu ta' l-AIDS mill-isptarijiet tagħna, li ġew ikkumpensati?", "Fuq liema kriterji jittieħdu tali deciżjonijiet?", "Kemm nafu b'każi li bl-istess mod ittieħdu bil- virus tal- Hepatitis B?", "Dawn ingħataw kumpens?", "Jekk le, għaliex?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Hu ghal kollox zbaljat li xi hadd jimplika li kien hemm xi pazjent li gie infettat bl-HIV mill-Isptarijiet taghna.", "Xi pazjenti, li kienu jiehdu prodotti tad-demm importat minn barra minn Malta fil-bidu tas- snin tmenin mill-Gvern ghalihom, hadu l-HIV peress li 'batch' minn dawn il-prodotti nstab wara li kien ikkontaminat.", "B'kollox dawn jghoddu 22 pazjenti inkluzi dawk li mietu.", "Dwar il-kwestjoni tal-kumpens nirreferi ghat-twegiba ghall- mistoqsija parlamentari numru 9985.", "Mhux mahsub li din is- soluzzjoni ex gratia tigi estiza ghall-pazjenti infettati bil-'Hepatitis B'.", "Xorb alkoholiku farm,Xorb alkoholiku gall,Xorb alkoholiku XORB ALKOĦOLIKU", "11238.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Jidhirlu l-Ministru li bir- risposta li ta għall- mistoqsija parlamentari numru 10624 mqabbla mas-survey li sar mill- Caritas u mill-Pride f'Novembru, 1991 u li partijiet minnu tħabbru dan l-aħħar waqt seminar, hemm xi ħaġa li mhix tagħmel sens, jiġifieri filwaqt li s-survey jgħid li l- maġġoranza taż-żgħażagħ bejn il-11 u s-17-il sena jixorbu l- alkohol, minn naħa l-oħra fir- risposta numru 10624 ingħad li f'sitt snin ħadd ma nqabad jixrob, jixtri jew ibiegħ alkohol lil żgħażagħ taħt is-16-il sena?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Filwaqt li naqbel li kull min hu responsabbli ghandu jkun aktar attiv fil-kontroll u fl- osservanza tal-ligijiet dwar il-konsum u bejgh ta' alkohol liz-zghazagh, infakkar lill- Onor. Membru li s-'survey' imsemmi jirreferi l-aktar ghal xorb ta' inbid, birra u xorb iehor b'alkohol fid-dar u fil- prezenza tal-genituri.", "Huwa car li l-problema ta' l-abbuz ta' alkohol irridu nattakkawha l-aktar b'kampanji edukattivi.", "It-Taqsima ta' l-Edukazzjoni dwar is-Sahha ('Health Education Unit') tad- Dipartiment tas-Sahha qed izzid il-hidma taghha f'dan il-qasam."]} {"filename": "20060130_346d_par.doc", "date": "2006-01-30", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Uffiċjali u Rivedut) L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 346 It-Tnejn, 30 ta' Jannar 2006 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 346", "It-Tnejn, 30 ta' Jannar 2006", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.02 p.m.", "Talba", "Seduta Nru. 346", "It-Tnejn, 30 ta' Jannar 2006", "WERREJ", "MINUTI 183", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 183", "TQEGĦID TA' KARTI 188", "KONDOLJANZI 189", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JIMPLIMENTA MIŻURI TA' L-ESTIMI", "BUDGET MEASURES IMPLEMENTATION BILL 190", "AĠĠORNAMENT 235", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 240", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB 253", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 345 li saret fil-25 ta' Jannar, 2006 ġew konfermati.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): Ninforma lill-Kamra li s-Sedja rċeviet kopja tas-sentenza tal-Prim' Awla tal-Qorti Ċivili (Sede Kostituzzjonali) datata 25 ta' Jannar, 2006 fil-kawża Anne Miller vs l-Avukat Ġenerali, il- Prim Ministru, il-Ministru ta' l-Intern, id-Direttur taċ-Ċittadinanza u tal- Expatriates, il-Kummissarju tal-Pulizija u l-Uffiċjal Prinċipali ta' l- Immigrazzjoni (Rikors Nru 19/02FS), liema dokument se jitqiegħed fuq il- mejda tal-Kamra.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "MEPA", "14168.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA (f'isem l-Onor.", "Jason Azzopardi) staqsa lill- Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Kemm kien hemm applikazzjonijiet pendenti quddiem il-MEPA fl-aħħar tas-snin 2003, 2004 u 2005?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi) (f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent): Skond is-sistema ta' l-informatika tal-MEPA, f'għeluq is-sena finanzjarja 2003 kien hemm 2,639 applikazzjoni pendenti quddiem l-istess awtorità u 3,342 f'għeluq is- sena finanzjarja 2004, filwaqt li f'għeluq is-sena finanzjarja 2005 l- awtorità kellha 3,263 applikazzjoni pendenti.", "IMPORTAZZJONI TA' ĦALIB", "14169.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA (f'isem l-Onor.", "Jason Azzopardi) staqsa lill- Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid kemm ħalib ġie importat fl-aħħar snin?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent): L-informazzjoni tingħata f'seduta oħra.", "REĠISTRAZZJONI TA' SATELLITI", "14170.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA (f'isem l-Onor.", "Jason Azzopardi) staqsa lill- Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm satelliti ġew reġistrati mal-wireless telegraphy fl-aħħar snin?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni): Informat li n-numru ta' sistemi tas-satelliti reġistrati mad-dipartiment tat-telegrafija mingħajr fili fl-aħħar tliet snin - qabel ma tneħħa l-bżonn tal-liċenżja - huwa kif ġej: 15,071 fl-2002, 16,154 fl-2003 u 15,792 fl- 2004.", "BORD TAL-PULIZIJA", "14171.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA (f'isem l-Onor.", "Jason Azzopardi) staqsa lill- Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jindika n-numru ta' lmenti li daħlu għand il-bord li jinvestiga l- aġir tal-pulizija?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern): Ninsab informat illi sa l-20 ta' Jannar, 2006 kienu daħlu 70 ilment għand il-bord tal-pulizija.", "Il-bord ikkonkluda li 16 minn dawn kienu ġustifikati waqt li tlieta ġew irtirati mill-kwerelant, tmienja ma ġewx ġustifikati, tlieta ġew solvuti waqt il-kors ta' l-investigazzjoni u każ minnhom mhux fil-kompetenza tal- bord.", "II-kumplament tal-każi qegħdin jiġu kkonsidrati.", "GALLARIJI TA' L-INJAM", "14172.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA (f'isem l-Onor.", "Jason Azzopardi) staqsa lill- Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid kemm applikazzjonijiet għall-gallariji ta' l-injam minn NGOs u każini daħlu taħt l-iskema tal-MEPA?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent): Kien hemm skema waħda biss għal NGOs u każini li ħarġet fil-bidu tas-sena 2004 u għalqet fis-27 ta' Frar,", "2004.", "B'kollox intefgħu 31 applikazzjoni u kollha ġew aċċettati.", "GALLARIJI TA' L-INJAM", "14173.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA (f'isem l-Onor.", "Jason Azzopardi) staqsa lill- Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid kemm każini applikaw għall-gallariji ta' l-injam taħt l-iskema tal-MEPA?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent): Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 14172.", "MOBILE PHONES", "16400.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Jista' il-Ministru jgħid x'inhi l-ispiża totali li l-ministeru tiegħu, inkluż l-enti kollha li jaqgħu taħtu, għamel fuq mobile phones matul is-sena 2005?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (f'isem il-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq): Sakemm ma ningħatax raġuni għala qed tintalab ma nara l-ebda skop li tali informazzjoni għandha tinġabar, aktar u aktar meta tagħrif dettaljat fuq l- infiq attwali tal-gvern jingħata fir-rapport finanzjarju li t-teżor jippubblika aktar tard fis-sena.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Brincat, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, it-tagħrif li qed nitlob huwa fl- interess nazzjonali, preċiżament biex wieħed ikun jaf kif qiegħda ssir in- nefqa pubblika.", "Kieku forsi tlabt breakdown dettaljat tal-mobile phones kont inkun irrazzjonali, imma kulma tlabt huwa line item expenditure ta' l- enti kollha li jaqgħu taħt il-ministeru bħala nefqa globali u mhux nefqa individwali.", "Infakkar li meta riċentement kollega tagħna minn din in-naħa tal-Kamra talab breakdown dettaljat dwar spiża fuq hospitality, il-prim ministru ħass li dik l-informazzjoni kienet cumbersome wisq biex tingħata fid-dettall.", "Imma meta mbagħad l-istess mistoqsija reġgħet saret f'kuntest globali ġiet aċċettata u t-tagħrif ingħata, Sur President.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Naħseb li dak li għadu kemm qal l-Onor.", "Membru jista' jiċċara xi ftit il-materja għax il-mistoqsija kif inhi magħmula nftehmet minn kulħadd li qed tintalab informazzjoni dettaljata dwar mobile phones.", "Jekk l-intenzjoni ta' l-Onor.", "Membru hi li jkollu l-informazzjoni b'mod globali nara kif nagħmel biex il-mistoqsija terġa' titqanqal, Sur President.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Jekk il-Ministru lest li javża lill-ministri l-oħra sħabu ma nsib l-ebda diffikulta'.", "Jekk min-naħa l-oħra jħossu aktar komdu li jien nerġa' nissottometti l-mistoqsija ma nsib l-ebda diffikulta' lanqas, Sur President.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Naħseb li l-aħjar manjiera fuq ħaġa bħal din hi li l- Onor. Brincat jippermettili nitkellem mal-Leader of the House, tinġabar l- informazzjoni kollha - peress li din il-mistoqsija saret lill-ministri kollha - u d-dokumentazzjoni titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "Jekk ikun hemm il-ħtieġa li l-Onor.", "Membru jirrepeti l-mistoqsija, navviċinah jien biex ikun jista' jerġa' jagħmilha, Sur President.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Naċċetta, Sur President.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Noel Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Ngħid sew li hemm ruling tas-Sedja fuq kwestjonijiet ta' din in-natura?", "X'inhi r-raġuni li pronunzjament formali min-naħa tas-Sedja mhux qed ikun rispettat?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Jidhirli li r-ruling li tat is-Sedja hu fis-sens li l- Kamra għandha tingħata informazzjoni kemm jista' ikun fil-ħin u kemm jista' ikun korretta u preċiża.", "Imma rrid nippreċiża wkoll li filwaqt li s-Sedja esprimiet il-fehma tagħha li dak it-tagħrif għandu jingħata, ir-ruling tas- Sedja ma jistax jipprevali fuq l-istanding orders.", "Għax is-Sedja tista' tirregola l-kontenut tal-mistoqsijiet imma ma tistax tirregola", "l-kontenut tat-tweġibiet u dan skond l-ordnijiet permanenti tal-Kamra.", "Il-prattika turi wkoll li allaħares is-Sedja kellha tibda tidħol hi biex toqgħod tindaħal x'risposti jagħti l-gvern fil-Parlament.", "Dak sta għall- Kamra biex tikkonsidrah, tevalwah, tikkritikah, isiru jekk hemm bżonn il- mistoqsijiet u kull naħa tagħmel il-pożizzjoni politika tagħha fejn ikun il-każ.", "Naħseb li tajjeb li l-istanding orders nibqgħu nsegwuhom b'din il- manjiera, Sur President.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sur President, ma jidhirlux il-Ministru li b'din it-tip ta' attitudni - bil-ministri jgħidu li ma jridux jirrispondu jew li ma jħossux li għandhom jirrispondu jekk ma tingħatax raġuni valida għala qed jintalab dak it-tagħrif - meta wieħed jitlob informazzjoni li tkun ta' natura kummerċjali u din ma tingħatax, ikun qed jirriskja li l-affarijiet ma jimxux sew fil-Parlament?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, jekk hawn xi ħaġa li hija sagra u fundamentali huwa d-dritt ta' l-informazzjoni għax inkella l-Parlament ma jkunx jista' jaqdi d-dmirijiet tiegħu b'mod tajjeb.", "Pero' id-dritt ta' l- informazzjoni irridu narawh ukoll fid-dawl ta' l-għodda li għandu l- Parlament biex din l-informazzjoni tinkiseb.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet huwa wieħed minn dawn l-għodda u m'huwiex l-għodda esklussiva.", "Tajjeb li ngħid li l-Parlament għandu għad-dispożizzjoni tiegħu l-kumitat permanenti dwar il-kontijiet pubbliċi, li huwa l-post fejn wieħed jista' jifli d-dettalji ta' l-ispiża tal-gvern.", "Kultant ikollok ukoll sitwazzjonijiet fejn ikun hemm interessi pubbliċi pero' mibnija fuq prinċipji ta' natura kummerċjali, għalkemm il-korp jista' ikun pubbliku.", "Hemm ukoll kwestjonijiet li jkollhom rabta ma' materja kummerċjali li għalkemm il-Parlament ikun jista' jindaga, ikun hemm mumenti fejn ma jkunx fl-interess nazzjonali jew pubbliku li dik l- informazzjoni tingħata.", "Jiġifieri meta ministru jwieġeb li ċerta informazzjoni ma jkunx jista' jagħtiha minħabba raġunijiet kummerċjali, b'daqshekk ma jkunx qiegħed jattakka d-dritt ta' l-informazzjoni.", "Irridu nammettu li l-informazzjoni hemm il-mumenti tagħha wkoll għax jista' ikun li llum wieħed ma jkunx f'pożizzjoni li jagħti tali informazzjoni u l- għada jkun jista' jagħtiha.", "Element ta' ġudizzju ta' natura differenti bilfors illi jrid ikun hemm.", "Jekk ċerta informazzjoni nagħtiha llum forsi tista' tagħmel ħsara mentri jekk nagħtiha għada tista' ma tagħmilx ħsara.", "Ħafna drabi meta ministru jwieġeb b'dak il-mod mhux għax ma jkunx irid jagħti dik l-informazzjoni - jiena ġieli kelli okkażjonijiet ta' dan it-tip - imma għax jingħata l-parir li fl-interess tal-proċess li jkun għaddej, dik l-informazzjoni m'għandhiex tingħata dak il-ħin imma fi stadju ulterjuri.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Jiena segwejt b'attenzjoni l-ispjegazzjoni ta l-Onor.", "Louis Galea, biss niġbed l-attenzjoni illi dan l-aħħar, meta lill-ministru għat-turiżmu staqsejtu kemm lukandi fetħu u għalqu, l-Onor.", "Zammit Dimech tani t-tagħrif neċessarju bid-dettall kollu, iżda meta lill-ministru responsabbli mill-investiment staqsejtu kemm fabbriki fetħu u għalqu, l- Onor. Austin Gatt ma tanix it-tagħrif li tlabtu għax qal li dik informazzjoni ta' natura kummerċjali.", "Inħoss li din it-tip ta' inkonsistenza għandha tiġi megħluba f'isem it-trasparenza, Sur President.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, nerġa' ngħid illi żgur għandha tibqa' prattika stabilita u osservata illi l-ministru responsabbli għandu jagħżel hu x'informazzjoni jagħti u kif jagħtiha.", "Meta ministru jkun qed iwieġeb għad-domandi li jsirulu fil-Parlament għandu l-fakulta' li jagħmel din l- għażla.", "Ma jfissirx li għax ministru, fil-ġudizzju politiku tiegħu, iħoss li għandu jagħti dik it-tip ta' informazzjoni u ministru ieħor, għal xi ħaġa li tista' tkun tinxtiebaħ, anke jekk ta' natura differenti, iħoss li ma għandux jagħtiha, b'daqshekk hemm xi kontradizzjoni jew xi nuqqas lejn il-Parlament.", "Xejn minn dan kollu, Sur President.", "Jiena naħseb li s-sistema parlamentari tagħna għandha tibqa' tippermetti lill-ministri konċernati jerfgħu r-responsabbilta' politika tat-tweġibiet li huma jagħtu u naturalment l-Onor.", "Membri għandhom diversi rimedji ta' kif jistgħu jirreaġixxu għat-tweġibiet li jingħataw mill-ministri.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mario Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Fid-dawl tat-talba ta' l-oppożizzjoni għal aktar informazzjoni - hawnhekk qed nara l-Viċi Prim Ministru, li forsi dan is- suġġett aktar jaqa' taħt ir-responsabbilta' tiegħu - jaħseb li wasal iż- żmien li l-oppożizzjoni tagħti risposta fuq il-proposta li kien għamel il- gvern li jinbidlu l-istanding orders?", "Fost affarijiet oħra, il-gvern kien ippropona li b'mod regolari jibda jkun hawn il-prime minister's question time, kif jiġri f'parlamenti oħra u li kull tant żmien ikun hemm ġurnata - jidhirli ta' darba fix-xahar - fejn l-aġenda titfassal mill-oppożizzjoni.", "Jaħseb il-Viċi Prim Ministru li wasal iż-żmien li jiġu aġġornati l- istanding orders biex il-proposti li għamel il-gvern, li ngħiduha kif inhi aktar jivvantaġġaw lill-oppożizzjoni, jibdew jiġu attwati?", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG (Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern): Sur President, kif nafu lkoll, kien sar rapport kkummissjonat mis-Sinjorija Tiegħek, fejn kien ġie nkarigat Dr. Ugo Mifsud Bonnici, persuna distinta b'esperjenza parlamentari twila, sabiex jagħmel rapport dwar x'tibdil iħoss hu li għandu jsir fl-Ordnijiet Permanenti tal-Kamra.", "Dan ir-rapport ġie ppreżentat, ġie eżaminat mill-gvern, anke mill-kabinett u saru l-proposti mill-oppożizzjoni.", "Dan l-aħħar, f'intervista li kelli f'gazzetta lokali, jien għedt x'inhuma l-proposti prinċipali ta' dan ir-rapport.", "Għax bażikament tista' tgħid li l-kabinett qabad dawk il-proposti u approva ħafna minnhom, jekk mhux kollha.", "Tnejn minnhom huma dawk li semma' l-Onor.", "Galea u mbagħad hemm oħrajn.", "Fost dawn hemm dik dwar il-quorum, mhux li jitneħħa jew li ħadd ma jista' jitlob quorum, imma jekk għandux jibqa' bir- regoli kif inhu llum.", "L-istess, hemm affarijiet oħrajn sabiex wieħed iħaffef il-proċedura li għandha x'taqsam ma' dik li hija l-liġi finanzjarja, il-budget.", "Hemm ukoll il-proposta dwar l-organizzazzjoni tal-ħin tas-seduti parlamentari, jiġifieri jekk wieħed jistax juża l-ħin tal-parlament, dak li qegħdin niddedikaw illum ta' sagħtejn u nofs effettivi għall-business of the House għal tliet darbiet fil-ġimgħa u, mingħajr ma wieħed inaqqas minn dak il- ħin, jispazzja l-ġranet iktar.", "Naturalment ikun hemm min jidhirlu li din hija xi ħaġa tajba u jkun hemm min jidhirlu li aħjar nibqgħu kif qegħdin.", "Din hija kwestjoni ta' opinjoni, imma l-importanti hu li wieħed jieħu ċerti deċiżjonijiet dwar dawn l-affarijiet.", "Issa l-gvern jista' jemenda l- ordnijiet permanenti waħdu jekk irid imma naħseb li jkun ħażin li jagħmel hekk għax tajjeb li jkun hemm qbil fost il-membri parlamentari dwar kwestjoni bħal din.", "(Interruzzjonijiet)", "Anzi r-rapport kien ippropona li kull ministru jinġabrulu d-domandi parlamentari li jsirulu.", "Forsi m'huwiex daqstant prattikabbli li hawn Malta jsir hekk, anke għaliex ċerti ministri jistgħu jdumu ħafna ma jwieġbu d-domandi mentri, kif inhi llum, kronoloġikament jista' ikollok ħamsa fuq l- order paper u jista' ma jkollok xejn.", "Allura l-kabinett kien qal li għandna niddedikaw nofs siegħa darba f'ġimgħa jew darba kull ġimgħatejn - skond kemm ikun hemm domandi - għal dawk id-domandi li għandhom x'jaqsmu ma' l-uffiċċju tal-prim ministru biss.", "Fl-Ingilterra, fejn hemm 640 deputat, dan isir kull nhar ta' Erbgħa f'nofsinhar - qabel kien isir kull nhar ta' Tlieta u nhar ta' Ħamis - kulħadd bis-sistema tiegħu.", "Pero' l- impressjoni li nieħu hi li fis-sistema fuq tradizzjoni Ingliża dejjem hemm dan il-prime minister's question time.", "L-istess rigward l-aġenda li f'ċerti ġranet matul is-sena tintagħżel mill-oppożizzjoni.", "Meta wieħed jara l-proposti kollha mbagħad ikun jista' jieħu d- deċiżjonijiet wara li jkun hemm ir-reazzjoni min-naħa ta' l-oppożizzjoni, Sur President.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT (Kap ta' l-Oppożizzjoni): Ma jidhirlux il-Viċi Prim Ministru li mhux mod kif jiġu emendati - u qed isiru proposti biex jiġu emendati - ir-regolamenti ta' din il-Kamra billi l-iSpeaker, mingħajr ma jikkonsulta ma' ħadd, iqabbad lil persuna, rispettata kemm hi rispettata, biex tagħmel il-proposti tagħha u nitilqu fuqhom?", "Ma jidhirlux il-Viċi Prim Ministru li mhux proċedura tajba li sempliċement imbagħad ikollna l- kontro-proposti tal-kabinett fuq ħaġa bħal din?", "Ma jidhirlux il-Viċi Prim Ministru li jkun ħafna aħjar li jekk se jsir xi tibdil fl-istanding orders, ikun hemm xi forma ta' kumitat fiss bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra biex jiddiskuti dawn l-affarijiet?", "Ma jidhirlux il-Viċi Prim Ministru li fil-proposti li saru biex jitnaqqsu l- ġranet li fihom jiltaqa' il-parlament, ikun hemm tnaqqis fiż-żmien li fih il-parlament jista' jirreaġixxi għall-affarijiet li jkunu importanti fl- aġenda tal-ġurnata?", "Ma jidhirlux il-Viċi Prim Ministru li fil-proposti li approva l-kabinett, biex jitkellem il-prim ministru u jirrispondi għall- mistoqsijiet li jsirulu, per eżempju, ma tantx tagħmel sens li nofs il-ħin ikun tal-gvern u nofs il-ħin ikun għal deputat ta' l-oppożizzjoni?", "Jemmen il-Viċi Prim Ministru li affarijiet bħal dawn ma jistgħux jiġu mwaddba fl- ajru biex imbagħad noqogħdu niddandnu bihom u li hemm bżonn li nimmaturaw il-proposti, speċjalment fil-kuntest tal-fatt li l-istanding orders tal-lum qed jiġu njorati u li l-mistoqsijiet li jsiru min-naħa ta' l-oppożizzjoni lill-ministri tal-gvern ma jiġux imwieġba imma jiġu sempliċement aġġornati minn ġurnata għal oħra u jingħad il-kliem \"risposta tingħata f'seduta oħra\"?", "Ma jidhirlux il-Viċi Prim Ministru li ma jistax ikun hemm fiduċja minn din in-naħa tal-Kamra f'dak li qed jgħid hu meta fuq ħaġa bażika bħal din, mistoqsijiet li nagħmlu fuq affarijiet ta' fatti ma jkunx hemm risposti ċari, sempliċi u immedjati għalihom?", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Kien f'diskors tas-Sette Giugno li l-Onor.", "Anton Tabone kien qal li kien se jagħti inkarigu lil Dr. Ugo Mifsud Bonnici biex jagħmel rapport ....", "(Interruzzjonijiet) Bil-mod, bil-mod!", "Dawk il- proposti la jorbtu lin-naħa ta' l-oppożizzjoni u lanqas lin-naħa tal-gvern.", "Fil-fatt f'dak ir-rapport hemm ċerti affarijiet li aħna ma naqblux magħhom, Sur President.", "Wara li sar dak ir-rapport, jiena ħadt il-briga li nressqu quddiem il- kabinett - fejn ġie kkonsultat anke l-grupp parlamentari Nazzjonalista - biex naraw x'inhuma l-punti li żidna magħhom u anke naqqasna minnhom, li jidhrilna li huma tajbin u pproponejnihom lill-oppożizzjoni.", "Iltqajt darbtejn ukoll ma' rappreżentanti ta' l-oppożizzjoni biex nispjega x'inhuma l-proposti min-naħa tal-gvern u issa qegħdin nistennew ir-reazzjoni tagħhom.", "Issa jekk din ir-reazzjoni kellhiex iddum sena u tliet xhur biex tasal hija kwestjoni oħra, imma mhux ngħidu li ma kienx hemm tentattiv biex isir ftehim.", "J'Alla jintlaħaq dan il-ftehim, Sur President.", "Issa jista' ikun li hemm xi punti li l-oppożizzjoni taqbel magħhom u oħrajn li ma taqbilx, imma għallinqas jgħidulna jekk jaqblux ma' ċerti affarijiet li qed nipproponu aħna.", "Għax faċli tgħid li hemm bżonn li ssir riforma fil- parlament, imma x'linja se tieħu din ir-riforma?", "U bl-ebda mod ma konna marbutin mar-rapport ta' Dr. Ugo Mifsud Bonnici jew li għedna li ma ridniex niċċaqilqu u allura jew nimxu ma' dawk il-proposti jew xejn.", "Bl-ebda mod ma kien hemm dan it-ton, la fid-diskussjonijiet u lanqas fil-proposti li saru.", "Għallinqas għidulna l-proposti tagħkom x'inhuma.", "Għidulna li forsi tixtiequ tiltaqgħu ħames darbiet fil-ġimgħa u mhux tliet darbiet fil- ġimgħa.", "Għidulna kemm-il darba tixtiequ li l-oppożizzjoni tiddiskuti l- aġenda.", "Għidulna jekk tixtiequx li jkollna prime minister's question time jew li ma jkunx nofs bin-nofs imma li jkun kollu tagħkom, basta jkollna xi forma ta' risposta.", "Issa dan qed ngħidu minkejja li m'hemm l-ebda obbligu legali li l-gvern jasal għal ftehim ma' l-oppożizzjoni biex jibdel l-ordnijiet permanenti, pero' aħna dehrilna li hekk għandna nagħmlu.", "Imma mhux minflok se niġu mgħajra arroganti għax bgħatnilhom dawn il-proposti u huma ilhom sena u nofs biex iweġbuhom.", "Ejja nkunu ftit oġġettivi f'din il-materja.", "Aħna open għal kull diskussjoni fuq dawn l-affarijiet.", "Għamilna l-proposti tagħna bil-miktub fis-sajf ta' l-2004, jiġifieri aktar minn sena u tliet xhur ilu.", "Jistgħu jkunu kollha ħżiena dawn il-proposti imma għallinqas nippretendu li l-oppożizzjoni tgħidilna li huma ħżiena u x'inhuma l- proposti tagħhom.", "U jekk aħna naqblu magħhom, ngħidulhom li naqblu magħhom u nemendaw l-ordnijiet permanenti.", "Imma niġi issa għal dak li ntqal dwar li risposta ġieli tingħata f'seduta oħra, Sur President.", "Jiena nkun hawnhekk kważi kuljum u nista' ngħid li għalkemm dik ir-risposta ġieli tingħad, hija rari ħafna.", "Jiena niftakar li meta l-Onor.", "Alfred Sant kien prim ministru u kont nistaqsih dwar il-pulizija, hekk kien iweġibni bl- istess mod u r-risposta ma kont neħodha qatt.", "Mentri f'dan il-każ, meta jingħad li r-risposta se tingħata f'seduta oħra, il-Clerk of the House stess jerġa' jqajjem dik il-kwestjoni u tiġi risposta.", "Jien ma nara l-ebda arroganza f'dan meta nafu li saru 16,400 domanda u tista' tgħid li kważi kollha ġew risposti, Sur President.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-Mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti u nsejjaħ lill-Ministru Louis Galea.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tabella li turi l-għadd ta' nies li ngħataw is-sensja matul Ottubru, Novembru u Diċembru 2005 kif ukoll tabella li turi l-għadd ta' nies li sabu x-xogħol matul is-sena 2005, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 16502;", "Tabella li turi l-enti pubbliċi li jagħmlu outsourcing ta' xogħol legali u l-avukati mqabbda, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 16640; u", "Tabella li turi l-għadd ta' korsijiet li saru mill-ETC bejn Ottubru 1995 u Diċembru 2005 u l-għadd ta' parteċipanti għal dawn il- korsijiet, bi tweġiba għall-mistoqsijiet parlamentari 16812 u 16813.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Francis Zammit Dimech.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (Ministru għat-Turiżmu u Kultura): Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Informazzjoni dwar reklami li saru f'gazzetti Ingliżi mill-MTA bejn Jannar u Lulju 2005, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 16694.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Jesmond Mugliett.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT (Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq): Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' l-applikazzjoni li l-ADT għamlet lill-MEPA rigward bus terminus għall-universita`, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 16721.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Dolores Cristina.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: (Ministru tal-Familja u Solidarjeta` Soċjali): Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar l-għadd u l-grad ta' impjegati ġodda matul l-2005 mad- dipartimenti u enti li jaqgħu taħt id-dekasteru, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari 16625; u", "f'isem il-Ministru għal Għawdex inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar l-għadd ta' impjegati fl-isptar ta' Għawdex, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 16727; u", "Tagħrif dwar kemm flus intefqu fuq proġetti kapitali f'Għawdex matul is-sena 2005, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 16751.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Nirriferi għar-riżoluzzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tal- 21 ta' Novembru ta' l-2005 fejn ġie dikjarat li s-27 ta' Jannar hija l- ġurnata li tikkommemora l-vittmi ta' l-Olokawst u għaldaqstant se nipproponi li l-Kamra tosserva minuta silenzju.", "Nitlob lill-Onor.", "Membri biex iqumu bil-wieqfa.", "Fis-6.46 p.m. il-Kamra osservat minuta silenzju biex tikkommemora l-vittmi ta' l-Olokawst.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "KONDOLJANZI", "ONOR.", "TONIO BORG: Sur President, illum tħabbret il-mewt tas-Sinjura Edith Debono Grech, mart l-Onor.", "Joe Debono Grech.", "Jien kont nafha ftit lis- Sinjura Debono Grech u qed ngħid ftit għax fl-aħħar mill-aħħar kienet persuna umli ħafna.", "Fil-fatt il-ftit li kont nafha kont nafha bħala persuna umli li ma kenitx tħobb tidher, pero` kienet ta' sostenn mhux biss għal żewġha imma anke għall-membri oħra tal-familja tagħha.", "Mhux biss kellha r-raġel tagħha li ilu deputat 30 sena f'dan il-parlament, u f'ċertu żmien ministru wkoll għal aktar minn darba, imma għandha wkoll tifla li hija attiva wkoll fil-politika bħala kunsilliera f'Birkirkara.", "Qed ngħid hekk għax ħafna drabi, fil-ħajja politika, forsi ninsew ukoll is- sehem li jagħtu membri oħra tal-familji tagħna li veru jifirħu magħna pero` jbatu magħna wkoll.", "Il-politiku l-aktar li jweġġa' mhux meta jbati hu minħabba l-politika imma meta jara lil familtu tbati.", "M'hemmx dubju li s- Sinjura Debono Grech kienet terfa' l-piż tagħha fil-karriera politika ta' żewġha u ppermettuli ngħaddi kumment dwarha li esperjenzajtu jien personalment.", "Ftit wara li kont dħalt f'dan il-parlament fl-1992, kważi 14- il sena ilu kelli membru tal-familja tiegħi li kien marid serjament u jiena, mingħajr ma qatt kont iltqajt mas-Sinjura Debono Grech, din bagħtet messaġġ ma' żewġha biex tara kif inhi din il-persuna.", "Dan jixhed il-qalb tajba tagħha mhux biss f'dan l-inċident imma anke fi stejjer oħra li smajt dwarha.", "Nittama li dawk li jistgħu jattendu, jattendu għall-funeral tagħha u għan- nom tal-Kamra kollha, nitlob li l-Kamra tibgħat il-kondoljanzi tagħna lill- Onor. Joe Debono Grech u lill-membri tal-familja tiegħu għal din it-telfa li mhux faċli li wieħed jgħaddi minnha.", "Jien naħseb li bl-għajnuna tal-fidi nisranija u anke tas-solidarjeta` tal-ħbieb, forsi ntaffu ftit mill-uġigħ li wieħed ikun qed iħoss f'dan il-mument.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, f'ismi, f'isem id-deputati ta' din in- naħa u f'isem il-partit Laburista, nixtieq li nestendi l-kondoljanzi u l-", "espressjoni ta' sogħba profonda tagħna lill-Onor.", "Joe Debono Grech u l- familja kollha tiegħu għall-mewt tas-Sinjura Edith, li seħħet f'xi l-5.30 a.m. Kienet mara li minn Għawdex għamlet it-traġitt sħiħ lejn Birkirkara b'suċċess kbir kemm personali u kemm politiku.", "Matul is-snin, kemm f'Malta u kemm f'Għawdex, kienet bniedma ta' karattru sod u sħiħ u kienet umana, kif qal il-viċi prim ministru, fis-sens li minkejja li kellha s-sens politiku bħal kull familja politika oħra, kellha wkoll is-sens uman ta' kif tingħex il-ħajja u allura kienet tifhem – u dan rajtu b'għajnejja – kif fil-familji u fil-mod kif il-familji jġibu ruħhom bejn xulxin u kif is-soċjetajiet iġibu ruħhom bejn xulxin, ikun hemm id- dimensjoni politika li tiġbed mod imbagħad ikun hemm is-sentiment uman li jiġbed mod ħafna aktar profond.", "Jien rajtha matul snin sħaħ meta kienet attiva ħafna fil-politika.", "Naqset f'dawn l-aħħar snin għal raġunijiet ta' saħħa imma kienet taħdem fl-għeruq ta' kif partit politiku jiżviluppa l- attivita` tiegħu permezz tal-kandidaturi li jkollu u permezz ta' l- organizzazzjonijiet politiċi lokali li jkollu.", "Kienet persuna li kienet tagħti ħafna minn ħajjitha għax-xogħol politiku li jkun għaddej imma kienet tagħti ħafna minn ħajjitha, kif nafu tajjeb, lejn l-iżvilupp tal-familja tagħha.", "Din kienet ta' sostenn kbir għall-Onor.", "Joe Debono Grech matul snin twal.", "F'dawn l-aħħar żmenijiet żortha darbtejn, tlieta, meta kienet maħkuma minn marda kiefra li ġabitha f'kuraġġ kbir u f'ċertu sens ta' dinjita` qawwi li mhux biss apprezzajt imma ammirajt.", "Naħseb li kienet hi li tat sostenn lill-familja tagħha matul dik il-marda waqt li huma kienu jagħtuha s-sostenn tagħhom.", "Naf bid-diffikultajiet li kellhom iġarrbu l-familjari tagħha f'dawn l-aħħar snin li hi kienet maqbuda minn din il-marda.", "Dawn urew kuraġġ kbir fl- istess żmenijiet imma kienet hi li kienet qed turihom kif iżommu sod quddiem it-tiġrif li kienu qed jiffaċċjaw.", "Għalhekk naħseb li huwa xieraq li filwaqt li nagħtu l-apprezzament kollu tagħna lilha bħala persuna li kienet parti mill-familja ta' l-Onor.", "Joe Debono Grech, nagħtuha wkoll xiehda ta' apprezzament bħala persuna għax kienet persuna ta' kuraġġ kbir li baqgħet turih sa l-aħħar.", "Għalhekk min-naħa tagħna nagħtu l-kondoljanzi lill-familja kollha ta' l- Onor. Joe Debono Grech u ovvjament lilu wkoll.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Is-Sedja tingħaqad mas-sentimenti espressi miż-żewġ naħat tal-Kamra u titlob lill-Iskrivan tal-Kamra sabiex iwassal dawn il- kondoljanzi lill-familja Debono Grech.", "Ngħaddu issa għal Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal- Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JIMPLIMENTA MIŻURI TA' L-ESTIMI", "BUDGET MEASURES IMPLEMENTATION BILL", "L-ordni għall-Kumitat ġie moqri", "FIL-KUMITAT", "L-Onor.", "Carmelo Abela, President tal-Kumitati, jippresjedi.", "Klawsola 2 – Emenda ta' l-Ordinanza dwar il-Pensjonijiet.", "Clause 2 – Amendment of the Pensions Ordinance.", "THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Sur President, klawsola 2 f'Taqsima I qed titlob biex tiġi emendata l-Ordinanza dwar il-Pensjonijiet, kapitlu 93.", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "L-Onor.", "Charles Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: L-ewwel ħaġa, just for the record, irrid ngħid li l-ġimgħa li għaddiet għaddewli sett emendi, pero` llejla għandna sett emendi oħra li ma nafx jekk ibiddlux xi ftit lill-oħrajn li kelli diġa` f'idejja.", "Dan qed ngħidu biex se mai waqt li l-ministru jkun għaddej fl- istadju ta' Kumitat jispjega aktar fid-dettall ħalli nkunu nistgħu naraw eżatt l-implikazzjonijiet tagħhom.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Tonio Fenech.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Billi klawsola 2 kulma titlob huwa li tiġi emendata l-Ordinanza u meta għandha tiġi fis-seħħ, kont se nispjega speċifikament għalxiex se jidħlu klawsoli 3, 4 u 5.", "Dawn ma nbidlux minn dawk l-emendi li kont tajtu qabel lill-Onor.", "Charles Mangion.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 2.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 2 għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 3 – Emenda ta' l-artikolu 7 ta' l-Ordinanza Prinċipali.", "Clause 3 – Amendment of article 7 of the Principal Ordinance.", "THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Din il-klawsola tipprovdi sabiex ex-uffiċjali pubbliċi li temmew is-servizz tagħhom mal-gvern biex ħadu impjieg ma' l- universita` wara l-31 ta' Diċembru ta' l-1978 ikollhom is-servizz tagħhom ma' l-universita` meqjus bħala servizz mal-gvern għall-fini tal-pensjoni tat-teżor.", "Bażikament dan id-dritt kien limitat għall-uffiċjali pubbliċi li jkunu mxew minn mal-gvern għal ma' l-universita` qabel id-data indikata jew għal dawk l-uffiċjali li ħadu jew jieħdu impjieg mal-junior college u li jkun jagħmel parti mill-universita` b'effett mill-1995.", "F'dawn iż-żewġ ċirkostanzi l-uffiċjali pubbliċi konċernati jkunu ntitolati għall-pensjoni tas-servizz maħduma fuq is-servizz kollu li taw lill-gvern u lill-universita` u fuq is-salarju li jispiċċaw bih meta jilħqu l-eta` pensjonabbli sakemm dan ma jkunx akbar mis-salarju marbut ma' skala 3 fis- servizz pubbliku.", "Ex-uffiċjali pubbliċi li ssieħbu mill-universita` b'effett minn Jannar ta' l-1979 sal-lum huma ntitolati biss għall-pensjoni tat-teżor maħduma fuq is-snin ta' servizz li taw meta kienu mpjegati mal- gvern u bbażat fuq l-aħħar salarju li kienu ħadu meta telqu miċ-ċivil biex ħadu mpjieg permanenti ma' l-universita`.", "Allura spiċċajna għamilna eċċezzjoni ma' din il-bracket żgħira li m'hi qiegħda ma' ħadd aktar li għaddew jew minn mal-junior college jew kienu qabel l-1979.", "B'hekk ġejna qisna għamilna inġustizzja ma' kategorija ta' nies li qegħdin fl-istess borma.", "Allura qed nagħmlu din l-emenda biex inkunu nistgħu nġibu lil dawn in-nies fl-istess livell.", "Tajjeb ngħid li hemm numru żgħir ħafna ta' uffiċjali effettwati.", "Fil-fatt hemm madwar 40.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Huwa tajjeb li wieħed jiċċara ċerti issues li jikkonċernaw il-pensjonijiet imma, jekk fhimt sew, qed tgħid li dawk li għamlu din il-move minn maċ-ċivil għal ma' l-universita` qabel l-aħħar ta' Diċembru 1978 huma koperti diġa`.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Iva, dawk huma koperti, anzi s-salarju ta' l- universita` jgħoddilhom għall-pensjoni.", "Dawn kienu jridu jirrivertu l- pensjoni għal skond kif telqu minn maċ-ċivil.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Dawk li kienu post-1978.", "U issa se jiġu bħall- oħrajn.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Pero` ma kienx hekk il-każ għal dawk li kienu mal- junior college u daħlu fl-universita` u allura ġiet sitwazzjoni veru anomala, li għandek two weights two measures.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Bażikament qed nirranġaw anomalija.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Nirratifikaw anomalija u nġibu ġustizzja bejn kulħadd.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 3.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 3 għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 4 – Emenda ta' l-artikolu 8A ta' l-Ordinanza prinċipali.", "Clause 4 – Amendment of article 8A of the principal Ordinance.", "THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Sur President, klawsola 4 hija intiża biex telimina xi diżgwid li jista' jqum fir-rigward tal-komputazzjoni tal-kontribuzzjoni li kumpanniji jew entita` hija obbligata li tagħmel lill-gvern biex tagħmel tajjeb għad-differenza fil-pensjoni li jieħu uffiċjal jew ex-uffiċjal pubbliku li jirtira minn mal-kumpannija jew l-entita` minflok minn mal- gvern.", "Meta l-ordinanza kienet ġiet emendata biex tipprovdi għat-titolu għall-pensjoni ta' dawk l-uffiċjali li jkunu ġew detailed ma' kumpannija jew entita` jew li ħadu impjieg permanenti ma' tali kumpannija jew entita`, artiklu 8(6) kien jagħmilha ċara li m'hemm l-ebda distinzjoni bejn detailing u impjieg permanenti għall-fini tad-dritt għall-pensjoni.", "Madankollu l-artiklu 8A li jipprovdi li tali dritt huwa suġġett għall- kontribuzzjoni li kumpannija jew entita` trid tobbliga ruħha li tagħmel, jirriferi biss għall-impjieg permanenti.", "Għalhekk biex ikun iċċarat l- ispirtu tal-liġi li jiġi esegwit u kull fejn ikun hemm dritt għall-pensjoni ssir dejjem il-kontribuzzjoni b'mod sħiħ u korrispondenti, qed tiġi proposta din l-emenda li tistabbilixxi li jekk l-uffiċjal jispiċċa biex jirtira minn mal-kumpannija jew l-entita` l-kontribuzzjoni trid issir fir- rigward tal-perijodu li jibda minn meta jkun beda jservi mal-kumpannija jew l-entita`, anke jekk ikun għadu ma ħax impjieg permanenti.", "Jiġifieri meta jkun detailed dan jgħoddlu xorta.", "Fl-ispirtu hekk kienet pero` l-liġi ma kenitx ċara u allura meta d- dipartiment ġie biex jibda jaħdem il-pensjonijiet talab għal kjarifika biex ma jkunx hemm dubji dwar dan imma l-liġi tkun ċara in this respect.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Bażikament li qegħdin ngħidu huwa li dejjem tapplika l-ewwel data li jkun daħal jew fis-servizz jew ma' l-entita`.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Preċiż.", "Ma rridux niddistingwu, qisu dak li jkun jitlef il-pensjoni għax imur ma' l-entita`.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 4.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 4 għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 5 – Emenda ta' l-artikolu 8E ta' l-Ordinanza prinċipali.", "Clause 5 - Amendment of article 8E of the principal Ordinance.", "THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Sur President, fi klawsola 5 qed nirranġaw anomalja li nqabdu fiha", "biss l-ambaxxaturi.", "Bażikament din il-klawsola hija maħsuba biex tipprovdi bażi legali għall-arranġamenti li ilhom fis-seħħ b'mod amminstrattiv fir- rigward tad-dritt għall-pensjoni tas-servizz ta' uffiċjali pubbliċi li jkunu jservu jew servew f'kariga ta' ambaxxaturi jew simili.", "Meta ġie introdott l-artikolu 8E fl-2002 ingħata bażi legali għal dak li sa dak iż-żmien kien ilu jsir b'mod amministrattiv, li uffiċjali pubbliċi li jkunu servew xi darba f'kariga ta' segretarju tal-kabinett, segretarju permanenti jew bħal kapijiet ta' dipartimenti taħt performance agreement, ikunu intitolati għall-pensjoni tat-teżor marbut mas-salarju li jkunu ħadu waqt li kienu servew f'dik il-pożizzjoni.", "Donnu bi żvista dan l-artiklu naqas li jinkludi ma' dawn il-kategoriji ta' ħatriet dik ta' ambaxxaturi, kummissarji għolja jew simili.", "Għalhekk dawk l-uffiċjali pubbliċi li, skond il-kostituzzjoni ta' Malta, kienu eliġibbli għal ħatra ta' kap ta' dipartiment u servew f'din il-kariga baqgħu sal-lum jieħdu l-istess pensjoni, imma taħt arranġamenti amministrattivi li kienu fis-seħħ qabel.", "Din l-emenda taħseb biex l-ordinanza tipprovdi għall-każ tagħhom ukoll, u b'hekk ma jkunx hemm aktar ħtieġa li jsir rikors għall- arranġamenti amministrattivi.", "Fil-fatt il-pensjoni diġa` hekk qed tinħadem, imma issa qed nirratifikawha b'mod legali biex inpoġġu lil kulħadd f'equal playing field, biex ngħidu hekk.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 5.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 5 għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 6 – Emenda ta' l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income.", "Clause 6 – Amendment to the Income Tax Act.", "THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Sur President, klawsola 6 tintroduċina għall-emendi li jridu jsiru fl-Att dwar it-taxxa fuq l-income biex inkunu", "nistgħu nagħmlu l-bidliet meħtieġa dwar il-miżura li konna ħabbarna fil- budget dwar il-bdil tas-sistema tat-taxxi fuq il-bejgħ tal-proprjeta`.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 6.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 6 għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 7 – Żieda ta' artikolu ġdid ma' l-Att prinċipali.", "Clause 7 – Addition of new article to the principal Act.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Sur President, nipproponi din l-emenda għal klawsola 7:", "\"A\" Klawsola 7 għandha titħassar u tiġi sostitwita b'dan li ġej:", "\"Żieda ta' artikolu ġdid ma' l-Att prinċipali.", "7.", "Minnufih wara l-artikolu 5 ta' l-Att prinċipali għandu jiżdied l- artikolu ġdid li ġej:", "\"Trasferimenti ta' proprjetà.", "5A.", "(1) Minkejja kull disposizzjoni oħra ta' l-Atti dwar it-Taxxi, it-taxxa għandha titħallas fuq kull trasferiment li japplika għalih dan l-artikolu f'dak l-ammont, b'dik ir-rata u b'dak il-mod kif stabbilit f'dan l-artikolu.", "(2) (a) F'dan l-artikolu, sakemm ir-rabta tal-kliem ma teħtieġx xort'oħra –", "\"proġett\" tfisser proprjetà li tkun ġiet żviluppata mis-sid f'iktar minn unità waħda trasferibbli jew maqsuma għal trasferiment f'iktar minn porzjoni waħda trasferibbli;", "\"proprjetà\" tfisser kull proprjetà immobbli sitwata f'Malta u kull dritt fuq dik il-proprjetà;", "\"residenza tiegħu stess\" għandha t-tifsira mogħtija lilha fl- artikolu 5(5)(ċ);", "\"trasferiment\" għandha t-tifsira mogħtija lilha fl-artikolu 5(1)(b) u tinkludi kull assenjament jew ċessjoni ta' drittijiet fuq proprjetà, kull transferiment ta' proprjetà minn kumpannija lis-soċji tagħha magħmul fil-kors ta' l- istralċ u kull ġrajja li titqies li hi trasferiment skond xi disposizzjoni ta' l-artikolu 5.", "Ma tinkludix qsim ta' proprjetà fejn ebda kumpens ma jkun dovut.", "Meta l-proprjetà tiġi trasferita permezz ta' att ta' permuta, il-partijiet jitqiesu li jkunu għamlu żewġ atti ta' trasferiment separati.", "(b) Mingħajr ħsara għas-subartikolu (7), proprjetà assenjata lil wieħed li jkun qed jaqsam proprjetà b'att ta'qsim titqies li tkun ġiet akkwistata minn dak li jkun qed jaqsam fiż-żmien meta jkun akkwista s-sehem tiegħu indiviż qabel dak il-qsim u bis-saħħa ta' l-istess trasferiment causa mortis jew inter vivos li bihom kien akkwista dak is-sehem indiviż.", "(ċ) Biex jiġi stabbilit jekk hux dovut kumpens fil-każ ta' kuntratt ta' qsim, għandhom jgħoddu d-disposizzjonijiet ta' l-artikolu 5(2)(d) mutatis mutandis.", "(d) Kull qligħ jew profitti derivati mill-assenjament ta' xi dritt li jkun inkiseb skond konvenju għall-bejgħ, inkluż konvenju għat-trasferiment ta' proprjetà immobbli bi kwalunkwe mod jew konvenju dwar emfitewsi, għandhom jitqiesu fil-każijiet kollha li jkunu qligħ jew profitti derivati minn sengħa, negozju, professjoni jew vokazzjoni li jaqgħu taħt l- artikolu 4(1)(a): iżda biex jiġi stabbilit l-income totali li jkun ġej minn dak l-assenjament ma għandu jingħata ebda tnaqqis ħlief kif u safejn jista' jiġi preskritt.", "(3) Dan l-artikolu japplika għal kull trasferiment ta' proprjetà magħmul fi jew wara l-1 ta' Novembru 2005, bl-esklużjoni ta':", "(a) trasferiment li dwaru jseħħu dawn il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:", "(i) ikun ingħata avviż ta' konvenju ta' bejgħ jew ta' trasferiment dwar dak it-trasferiment lill-Kummissarju skond id-disposizzjonijiet ta' l-artikolu 3(6) ta' l-Att dwar it- Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti jew ta' regoli magħmula taħt dak l-Att qabel it-22 ta' Novembru, 2005;", "(ii) it-trasferiment isir fi jew wara l-1 ta' Novembru, 2005 iżda mhux aktar tard mill-31 ta' Marzu, 2006 u jsir skond, u għall-prezz u skond l-istess pattijiet stabbiliti fil-konvenju ta' bejgħ jew ta' trasferiment;", "(iii) jingħata avviż ta' dak it-trasferiment lill- Kummissarju skond l-Att imsemmi mhux aktar tard mit-28 ta' April, 2006; u", "(iv) min qed jittrasferixxi jagħżel, permezz ta' dikjarazzjoni li għandha ssir lin-nutar fil-waqt tal- pubblikazzjoni ta' l-att tat-trasferiment u reġistrata fl- imsemmi att, li dan l-artikolu ma japplikax għal dak it- trasferiment;", "(b) trasferiment ta' proprjetà li jsir mhux aktar tard minn ħames snin wara d-data ta' l-akkwist tagħha jekk min jittrasferixxi jagħżel, permezz ta' dikjarazzjoni li għandha ssir lin-nutar fil-waqt tal-pubblikazzjoni ta' l-att tat- trasferiment u reġistrata fl-imsemmi att, li dan l-artikolu ma għandux japplika għal dak it-trasferiment:", "Iżda fil-każ ta' trasferiment ta' proprjetà li tagħmel parti minn proġett:", "(i) għażla bħal dik tista' ssir biss jekk it- trasferiment ikun l-ewwel trasferiment magħmul mill- imsemmija persuna li tkun qed titrasferixxi wara l-1 ta' Frar, 2006 ta' proprjetà li tagħmel parti minn dak il- proġett; u", "(ii) meta ssir għażla kif ingħad din għandha tapplika wkoll għat-trasferimenti kollha ta' proprjetà li tagħmel parti minn dak il-proġett li jsiru mill-imsemmija persuna li tkun qed titrasferixxi mhux aktar tard minn ħames snin mid- data ta' l-akkwist tagħha, u dawk it-trasferimenti kollha jkunu għalhekk trasferimenti li ma japplikax għalihom dan l- artikolu;", "Iżda wkoll illi, għal biex jiġi stabbilit jekk il-proprjetà ġietx trasferita mhux aktar tard minn ħames snin wara l- akkwist tagħha, meta min ikun qed jitrasferixxi tkun kumpannija li kienet akkwistat il-proprjetà permezz ta' trasferiment li kien ikkwalifika għal eżenzjoni skond is- subartikolu (4)(f) jew l-artikolu 5(9) (\"eżenzjoni tal- grupp\"), hija għandha titqies li kienet akkwistat il- proprjetà fid-data li fiha l-proprjetà kienet ġiet akkwistata qabel minn kumpannija permezz ta' l-aħħar trasferiment li ma kienx jikkwalifika għall-eżenzjoni tal- grupp;", "(ċ) trasferiment ta' proprjetà li tkun sitwata f'area speċjali msemmija, kif imfissra fl-Att dwar l-Akkwist ta' Proprjetà Immobbli minn Persuni Mhux Residenti, jekk isir minn persuna li kienet is-sid ta' dik il-proprjetà fid-data meta dik l-area saret għall-ewwel darba area speċjali msemmija u jekk min ikun qed jitrasferixxi jagħżel, permezz ta' dikjarazzjoni li għandha ssir lin-nutar fil-waqt tal- pubblikazzjoni ta' l-att tat-trasferiment u reġistrata fl- imsemmi att, li dan l-artikolu ma japplikax għal dak it- trasferiment:", "Iżda –", "(i) għażla bħal dik tista' ssir biss jekk it- trasferiment ikun l-ewwel trasferiment ta' proprjetà li tkun sitwata f'dik l-area speċjali msemmija li jsir mill- imsemmija persuna li tkun qed titrasferixxi wara l-1 ta' Frar, 2006; u", "(ii) meta ssir għażla kif ingħad għandha tapplika għat- trasferimenti kollha sussegwenti ta' proprjetà li tkun sitwata f'dik l-area speċjali msemmija li jsiru f'kull żmien mill-imsemmija persuna li tkun qed titrasferixxi, u dawk it- trasferimenti kollha jkunu għalhekk trasferimenti li ma japplikax għalihom dan l-artikolu;", "(d) trasferiment li dwaru jseħħu dawn il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:", "(i) il-proprjetà kienet, minnufih qabel it-trasferiment, komproprjetà ta' żewġ individwi u t-trasferiment isir minn wieħed minn dawk il-komproprjetarji lill-ieħor;", "(ii)il-komproprjetarji iddikjaraw lin-nutar li jippubblika l- att ta' trasferiment li huma kienu akkwistaw il-proprjetà biex jistabbilixxu fiha jew jibnu fuqha d-dar matrimonjali tagħhom, u dik id-dikjarazzjoni tiġi reġistrata min-nutar fl- imsemmi att;", "(iii) fl-att ta' l-akkwist ta' dik il-proprjetà il- komproprjetarji kienu għamlu dikjarazzjoni għall-finijiet ta' l-artikolu 32(4)(b) ta' l-Att dwar it-Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti li huma kienu akkwistawha biex jistabbilixxu fiha jew jibnu fuqha r-residenza ordinarja unika tagħhom;", "(iv)min qed jittrasferixxi jagħżel, permezz ta' dikjarazzjoni li għandha ssir lin-nutar fil-waqt tal-pubblikazzjoni ta' l-att tat-trasferiment u reġistrata fl-imsemmi att, li dan l- artikolu ma għandux japplika għal dak it-trasferiment;", "(e) trasferiment li dwaru jseħħu dawn il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:", "(i) ikun trasferiment ta' proprjetà lill-Gvern Malti skond akkwist ta' dik il-proprjetà li jkun magħmul skond l- Ordinanza dwar l-Akkwist ta' Artijiet għal Skopijiet Pubbliċi;", "(ii) il-Gvern ikun ħa pussess ta' dik il-proprjetà qabel l-1 ta' Novembru, 2005 u jkun hemm evidenza ta' dan il-fatt f'ittra ffirmata mill-Kummissarju ta' l-Art li tiġi mehmuża ma' l-att ta' trasferiment.", "Min jittrasferixxi għandu jipproduċi l-imsemmija ittra lin-nutar li jippubblika l-att.", "In-nutar għandu jagħmel nota ta' l-ittra fl-att tat- trasferiment u jagħtiha, fl-oriġinal tagħha, lill- Kummissarju b'dak il-mod li jista' jkun preskritt; u", "(iii) min qed jittasferixxi jagħżel, permezz ta' dikjarazzjoni li għandha ssir lin-nutar fil-waqt tal- pubblikazzjoni ta' l-att tat-trasferiment u reġistrata fl- imsemmi att, li dan l-artikolu ma għandux japplika għal dak it-trasferiment;", "(f) trasferiment magħmul permezz ta' bejgħ fl-irkant bil- qorti;", "(ġ) trasferiment ta' proprjeta' li tkun ġiet użata f'negozju għal żmien ta' mill-inqas tliet snin u li fi żmien sena titqiegħed flokha proprjeta' (\"il-proprjeta' l-ġdida\") li tiġi unikament użata għal għan simili fin-negozju:", "Iżda –", "(i) dan il-paragrafu japplika biss, u b'hekk għandu japplika l-artikolu 5(8), jekk min qed jitrasferixxi jagħżel hekk permezz ta' dikjarazzjoni li għandha ssir lin-nutar fil- waqt tal-pubblikazzjoni ta' l-att tat-trasferiment u reġistrata fl-imsemmi att;", "(ii) meta, wara trasferiment li jkun applika għalih l- artikolu 5(8), inkluż trasferiment magħmul qabel l-1 ta' Novembru, 2005, il-proprjeta' l-ġdida titneħħa u dik it- tneħħija ma tikkwalifikax għall-ħelsien mit-taxxa taħt l- artikolu 5(8), dik it-tneħħija tkun ukoll trasferiment li għalih ma japplikax dan l-artikolu, u l-qligħ li jirriżulta minnu jkun soġġett għat-taxxa skond l-artikolu 5 u stabbilit kif provdut fl-artikolu 5(8);", "(h) trasferiment ta' proprjeta' minn persuna li ma tkunx residenti f'Malta u li tkun residenti għall-finijiet ta' taxxa f'pajjiż ieħor jekk dik il-persuna tipproduċi lin-nutar li jippubblika l-att ta' trasferiment dikjarazzjoni ffirmata mill-awtoritajiet tat-taxxa tal-pajjiż tar-residenza tagħha li tikkonferma r-residenza ta' dik il-persuna f'dak il-pajjiż u li tiċċertifika li dik il-persuna hija soġġetta għat-taxxa f'dak il-pajjiż fuq il-qligħ jew profitti derivati minn trasferimenti ta' proprjeta' immobbli f'Malta.", "In-nutar għandu jagħmel nota dwar dik id-dikjarazzjoni fl-att u jagħtiha, fl-oriġinal tagħha, lill-Kummissarju b'dak il-mod li jista' jkun preskritt.", "(4) Ma għandha titħallas ebda taxxa fuq trasferiment li japplika għalih dan l-artikolu meta t-trasferiment ikun:", "(a) donazzjoni magħmula minn persuna:", "(i)lill-konjugi tiegħu, lil dixxendent jew axxendent f'linja diretta tiegħu, jew lill-konjugi ta' xi dixxendent jew axxendent bħal dak, jew, fin-nuqqas ta' dixxendenti f'linja diretta, lil ħuh jew oħtu jew lil dixxendent ta' ħuħ jew oħtu;", "(ii) lil istituzzjoni filantropika approvata għall- finijiet ta' l-artikolu 12(1)(e);", "(b) donazzjoni magħmula meqjusa li tkun saret skond l- artikolu 5(18)(b) jew 5(21)(b)(ii) minn persuna lil persuna jew istituzzjoni msemmija fil-paragrafu (a);", "(ċ) trasferiment ta' proprjetà li kienet proprjetà ta' min għamel it-trasferiment u okkupata minnu bħala r-residenza tiegħu stess għal perijodu ta' mill-inqas tliet snin konsekuttivi li jiġu minnufih qabel id-data ta' trasferiment u sakemm il-proprjetà titneħha fi żmien tnax-il xahar minn meta jitbattal il-fond:", "Iżda -", "(i) kull żmien li fih min qed jitrasferixxi okkupa l- proprjetà bħala r-residenza tiegħu stess bil-permess ta' l- Awtorità tad-Djar skond konvenju għall-bejgħ minn dik l- Awtorità għandu jitqies li jkun żmien li fih il-proprjetà kienet proprjetà ta' min qed jitrasferixxi;", "(ii) meta l-proprjetà tkun intirtet minn min qed jitrasferixxi minn axxendent f'linja diretta, iż-żmien li fih l-imsemmi axxendent kien il-proprjetarju ta' dik ir- residenza u kien jokkupaha bħala r-residenza tiegħu stess għandu jitqies li jkun żmien li fih il-proprjetà kienet proprjetà ta' min qed jitrasferixxi;", "(iii) meta min jitrasferixxi kien akkwista l-proprjeta' taħt assenjament li japplika għalih il-paragrafu (d) jew (e), iż-żmien li fih il-proprjeta' kienet proprjeta' tal- persuna li kienet għamlet l-assenjament u użata minnha bħala r-residenza tagħha stess għandu jitqies żmien li fih il- proprjeta' kienet proprjeta' ta' min qed jitrasferixxi;", "(iv) meta xi kundizzjoni għall-eżenzjoni taħt dan il- paragrafu tkun sodisfatta biss dwar parti indiviża tal- proprjeta' l-eżenzjoni għandha tiġi ristretta proporzjonalment;", "(d) l-assenjament ta' proprjetà bejn il-konjugi wara li ssir separazzjoni bil-qorti jew bil-kunsens tat-tnejn;", "(e) l-assenjament ta' proprjetà li kienet tagħmel sehem mill-komunjoni ta' l-akkwisti bejn il-konjugi jew kienet mod ieħor proprjetà komuni bejniethom lil wieħed mill-konjugi max- xoljiment tal-komunjoni, jew il-qsim ta' dik il-proprjetà bejn il-konjugi jew bejn il-konjugi li jibqa' ħaj u l- werrieta tal-konjugi l-mejjet;", "(f) it-trasferiment ta' proprjetà minn kumpannija għal kumpannija oħra meta ż-żewġ kumpanniji jkunu, u tul iż-żmien ta' tmintax-il xahar li jiġi minnufih qabel it-trasferiment kienu:", "(i) meqjusa bħala grupp ta' kumpanniji għall-finijiet ta' l-artikolu 16, jew", "(ii) kontrollati u l-istess azzjonijisti jkunu proprjetarji li jibbenefikaw direttament jew indirettament minnhom b'iktar minn ħamsin fil-mija, bla ma jingħata kas ta' azzjonisti li fiż-żmien tat-trasferiment jew f'xi żmien matul l-imsemmi perijodu ta' tmintax-il xahar, ikunu jikkontrollaw kull waħda mill-kumpanniji, jew proprjetarji li jibbenefikaw minn kull waħda mill-kumpanniji, b' inqas minn għoxrin fil-mija;", "(ġ) it-trasferiment ta' proprjetà meta negozju jew soċjetà f'isem kollettiv li jkunu jirrendu jiġu inkorporati f'kumpannija b'responsabbiltà limitata, liema trasferiment jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-artikolu 5(15);", "(h) it-tqegħid ta' proprjetà fi trust jew id- distribuzzjoni jew ir-reverżjoni ta' proprjetà mqiegħda fi trust meta, għall-finijiet ta' l-artikolu 5(18) sa (25), jitqies li ma jkun sar l-ebda trasferiment, jew li ma jkun sar l-ebda telf jew qligħ;", "(i) ħlief kif jista' jiġi preskritt mod ieħor, it- trasferiment minn persuna li d-dħul jew qliegħ kapitali tagħha mit-trasferiment ta' dik il-proprjetà huwa eżentat mit-taxxa skond l-artikolu 12(1), jew skond ordni ta' eżenzjoni magħmula skond l-artikolu 12(2), jew xi disposizzjoni oħra ta' l-Atti dwar it-Taxxi jew xi liġi oħra.", "(5) (a) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet l-oħra ta' dan is- subartikolu, it-taxxa fuq trasferiment li għalih japplika dan l-artikolu tkun dovuta bir-rata ta' 12% tal-valur tat- trasferiment.", "(b) Meta trasferiment li għalih japplika dan l-artikolu huwa trasferiment ta' proprjetà –", "(i) li ġiet akkwistata minn min qed jitrasferixxi permezz ta' trasferiment causa mortis li grat wara l-24 ta' Novembru 1992; jew", "(ii) li ġiet akkwistata minn min qed jitrasferixxi permezz ta' donazzjoni magħmula aktar minn ħames snin qabel id-data tat-trasferiment inkwistjoni, it-taxxa fuq dak it- trasferiment tkun dovuta bir-rata ta' 12% fuq l-eċċess, jekk ikun hemm, tal-valur tat-trasferiment fuq il-valur ta' l- akkwist.", "(ċ) Meta trasferiment li għalih japplika dan l-artikolu huwa trasferiment ta' proprjetà li ġiet akkwistata minn min qed jitrasferixxi permezz ta' trasferiment causa mortis li ġrat qabel il-25 ta' Novembru 1992, it-taxxa fuq dak it- trasferiment tkun dovuta bir-rata ta' 7% tal-valur tat- trasferiment.", "(6) (a) Il-valur tat-trasferiment ta' proprjetà huwa l-ogħla mill-valur tas-suq ta' dik il-proprjetà u l-prezz imħallas jew li jitħallas għat-trasferiment.", "F'kuntratt ta' enfitewsi l-kera li jitħallas jiġi intaxxat bħala income skond id- disposizzjonijiet ta' l-artikolu 4 u ma jiġix inkluż fil- valur tat-trasferiment fil-każ ta' trasferiment li għalih japplika dan l-artikolu.", "(b) Bla ħsara għal-paragrafu (ċ), meta proprjeta' tiġi trasferita taħt kundizzjoni li l-persuna li takkwista tqabbad persuna biex tagħmel xogħol ta' kostruzzjoni, żidiet jew benefikati, il-valur tas-suq u l-prezz għandhom jinkludu l- ispiża ta' dak ix-xogħol ta' kostruzzjoni, żidiet u benefikati.", "(ċ) Trasferiment ikun meqjus li jkun soġġett għall- kundizzjoni msemmija fil-paragrafu (b) jekk:", "(i) il-kundizzjoni tkun stipulata fil-kuntratt, ukoll jekk il-persuna li tkun tqabbdet biex tagħmel ix-xogħlijiet inkwistjoni ma tkunx il-persuna li qed titrasferixxi, jew", "(ii) il-kundizzjoni tkun stipulata f'xi ftehim ieħor miktub jew verbali li jkun konkluż mhux aktar tard mid-data ta' l- imsemmi trasferiment bejn il-persuna li jsir it-trasferiment lilha u min qed jitrasferixxi jew kumpannija li fiha min qed jittrasferixxi jkun, direttament jew indirettament, is-soċju maġoritarju jew, fejn min qed jittrasferixxi tkun kumpannija, persuna li tkun, direttament jew indirettament, is-soċju maġoritarju f'min qed jittrasferixxi.", "(d) Il-valur ta' l-akkwist ta' proprjetà għandu jiġi stabbilit b'dak il-mod li jista' jiġi preskritt.", "(7) F'qasma ta' proprjeta' fejn ikun dovut kumpens -", "(a) kull persuna li jkun dovut lilha kumpens titqies li biegħet parti mill-proprjeta' assenjata lilha.", "Dak il-bejgħ jitqies li jsir fid-data tal-qsim għal prezz ekwivalenti għall-kumpens.", "(b) kull persuna li jkollha tagħti kumpens titqies li xtrat parti mill-proprjeta' assenjata lilha.", "Dak ix-xiri jitqies li jsir fid-data tal-qsim għal prezz ekwivalenti għall-kumpens.", "(8) (a) Meta trasferiment huwa trasferiment ta' proprjetà li kienet ġiet akkwistata permezz ta' iżjed minn akkwist wieħed, u t-taxxa li għandha titħallas fuq it-trasferimenti tal- partijiet hekk akkwistati jew fuq il-qliegħ jew pofitti derivati minnhom ikunu jridu jiġu stabbiliti, kieku dawk il- partijiet kellhom jiġu trasferiti separatament, skond disposizzjonijiet differenti ta' l-Atti dwar it-Taxxi, dawk id-disposizzjonijiet għandhom japplikaw daqs li kieku sar iktar minn trasferiment wieħed u l-valur tat-trasferiment ta' kull wieħed minn dawk it-trasferimenti għandu jiġu stabbilit separatament u b'dak il-mod li jista' jkun preskritt.", "(b) Meta tiġi trasferita parti minn proprjeta' il-valur ta' l-akkwist tal-parti li tiġi trasferita għandu jkun proporzjon tal-valur ta' l-akkwist tal-proprjeta' sħiħa li jiġi stabbilit b'dak il-mod li jista' jkun preskritt.", "(9) (a) Hlief kif jista' jkun preskritt, l-ammont li dwaru tkun dovuta taxxa skond dan l-artikolu ma għandux jitnaqqas b'ebda tnaqqis ikun x'ikun.", "(b) L-ebda telf jew dejn li ma jistax jinġabar li jirriżultaw minn, jew spejjeż magħmula dwar, trasferiment li għalih japplika dan l-artikolu ma jitħallew jitnaqqsu minn xi income jew qligħ kapitali.", "(10) (a) It-taxxa li għandha titħallas fuq trasferiment li għalih japplika dan l-artikolu tkun finali u tkun separata u distinta mit-taxxa mħallsa jew li għandha titħallas taħt xi disposizzjoni oħra ta' dan l-Att jew ta' l-Att dwar l- Amministrazzjoni tat-Taxxa.", "Ma għandhiex tkun disponibbli bħala kreditu kontra t-taxxa li jkollha titħallas minn xi persuna jew titqies għall-finijiet li jiġi stabbilit l-ammont ta' xi rifużjoni li għandha titħallas taħt l-Atti msemmija.", "(b) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet l-oħra ta' dan l- artikolu, l-ebda taxxa ma tkun dovuta skond xi disposizzjoni ta' l-Atti dwar it-Taxxi fuq qligħ jew profitti li jirriżultaw minn xi trasferiment li għalih japplika dan l- artikolu.", "(ċ) Kull persuna li tkun proprjetarja ta' proprjeta' immobbli li tkun sitwata f'Malta għandha żżomm kont f'dak il- mod li jista' jkun preskritt tad-dħul kollu u ta' l-ispejjeż li għandhom x'jaqsmu ma' trasferimenti li għalihom japplika dan l-artikolu b'żieda mar-records li għandha żżomm skond id- disposizzjonijiet l-oħra ta' l-Atti dwar it-Taxxi.", "(d) Kull kumpannija residenti f'Malta għandha talloka l- profitti li jistgħu jitqassmu li jirriżultaw minn trasferimenti li għalihom japplika dan l-artikolu fil-kont intaxxat f'Malta.", "L-imsemmija profitti li jistgħu jitqassmu għandhom jigu stabbiliti b'dak il-mod li jista' jkun preskritt u għandhom jintwerew separatament mill-profitti l- oħra allokati fl-imsemmi kont f'riserva li għandha tissejjaħ ir-riserva ta' profitti minn trasferimenti ta' proprjetà.", "Profitti mqassma mir-riserva ta' profitti minn trasferimenti ta' proprjetà lil kumpannija oħra residenti f'Malta għandhom bl-istess mod jiġu allokati fir-riserva ta' profitti minn trasferimenti ta' proprjetà tal-kumpanniija li tirċevihom.", "Ebda taxxa ma għandha titħallas skond l-Atti dwar it-Taxxi fuq distribuzzjonijiet li jsiru mir-riserva ta' profitti minn trasferimenti ta' proprjetà.", "(e) Kull parti fi trasferiment li għalih japplika dan l- artikolu jew f'konvenju ta' bejgħ li għandu x'jaqsam ma' trasferiment bħal dak għandha tagħti lill-Kummissarju dawk il- partikolaritajiet li għandhom x'jaqsmu mat-trasferiment hekk kif il-Kummissarju jista' jeħtieġ jew kif jista' jkun preskritt.", "(11) It-taxxa li għandha titħallas taħt dan l-artikolu tkun dovuta minn min jitrasferixxi u għandha tintbagħat lill- Kummissarju fi żmien ħmistax-il ġurnata tax-xogħol mit- trasferiment relattiv.", "Ħlief meta l-Kummissarju jordna mod ieħor, b'mod ġenerali jew dwar każijiet partikolari, dan il-ħlas għandu jsir min-nutar li jippubblika l-att ta' trasferiment permezz ta' bank draft jew cheque miġbud fuq il-kont personali ta' dak in- nutar li jkun pagabbli lill-Kummissarju.", "(12) (a) Il-partijiet f'kull trasferiment ta' proprjetà għandhom l-obbligu li jiddikjaraw lin-nutar li jippubblika l- att ta' trasferiment il-fatti kollha li jiddeterminaw jekk it- trasferiment hux wieħed li japplika għalih dan l-artikolu u li jkunu rilevanti biex jiġi aċċertat l-ammont xieraq ta' taxxa li għandha titħallas jew xi eżenzjoni, inkluż:", "(i) il-valur li, fl-opinjoni tagħhom, juri raġonevolment il-valur fis-suq ta' l-imsemmija proprjeta', jekk dan il- valur ikun ogħla mill-prezz tat-trasferiment;", "(ii) meta dan ikun applikabbli skond is-subartikolu (6)(b), il-valur ta' kull xogħol ta' kostruzzjoni, żidiet jew benefikati li għandu jitqies biex jiġi stabbilit il- valur tat-trasferiment.", "(b) In-nutar li jippubblika att ta' trasferiment għandu jwissi lill-partijiet bl-importanza tal-verità tad- dikjarazzjonijiet li jagħmlu fl-att u għandu jniżżel fl-att il-fatt li hu jkun ta l-imsemmija twissija.", "(ċ) Meta l-Kummissarju jidhirlu li –", "(i) għandha titħallas taxxa fuq trasferiment li jiġi dikjarat fl-att li jkun trasferiment li fuqu ma għandhiex titħallas taxxa;", "(ii) it-taxxa li għandha titħallas fuq traferiment tkun, għal xi raġuni li tkun, iżjed minn dik li tiġi dikjarata fl- att li għandha titħallas;", "huwa jista', mhux iktar tard minn sitt snin minn tmiem is- sena li fiha jingħatalu avviż tat-trasferiment, joħroġ ordni bil-miktub, lil min ikun għamel it-trasferiment, li fih jiddikjara t-taxxa li fl-opinjoni tiegħu għandha sewsew titħallas fiċ-ċirkostanzi u t-taxxa addizzjonali kif speċifikat fil-paragrafu (d).", "(d) It-taxxa addizzjonali msemmija fil-paragrafu (ċ) tkun ekwivalenti għad-differenza bejn l-ammont ta' taxxa li għandha titħallas kif dikjarat fl-att u l-ammont ta' taxxa li għandha titħallas skond l-ordni msemmi fil-paragrafu (ċ).", "(e) It-taxxa addizzjonali msemmija fil-paragrafi (ċ) u (d) għandha titħallas minn min jitrasferixxi b'żieda mat-taxxa li għandha titħallas fuq il-valur ta' trasferiment tal-proprjetà skond id-disposizzjonijiet l-oħra ta' dan l-artikolu.", "(f) Jekk xi ammont ta' taxxa dovut skond dan l-artikolu ma jitħallasx lill-Kummissarju fiż-żmien mogħti fis- subartikolu (11), ikun dovut imgħax fuqu bir-rata ta' wieħed fil-mija għal kull xahar jew parti minn xahar għaż-żmien li jagħlaq fil-ġurnata li fiha dak l-ammont jitħallas.", "(ġ) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet l-oħra ta' dan l- atikolu, id-disposizzjonijiet ta' l-Att dwar l- Amministrazzjoni tat-Taxxa dwar il-ġbir u l-maħfra tat-taxxa, imgħax u taxxa addizzjonali għandhom jgħoddu għal kull taxxa, imgħax u taxxa addizzjonali li jkunu dovuti taħt dan l- artikolu bħallikieku t-taxxa, imgħax u taxxa addizzjonali msemmija f'dawk id-disposizzjonijiet kienu jinkludu wkoll it- taxxa, mgħax u taxxa addizzjonali li huma dovuti u għandhom jitħallsu taħt dan l-artikolu.", "(h) Persuna li titrasferixxi li ma taqbilx ma' ordni mogħtija lilha taħt il-paragrafu (ċ) ikollha l-istess jeddijjiet li toġġezzjona għal dak l-ordni u li tappella minn deċiżjoni tal-Kummissarju li biha jiċħad dik l-oġġezzjoni daqs li kieku dak l-ordni kien stima maħruġa taħt l-Att dwar l-Amministrazzjoni tat-Taxxa u d-disposizzjonijiet rilevanti ta' dak l-Att dwar oġġezzjonijiet u appelli għandhom japplikaw mutatis mutandis.", "(13) Il-Ministru jista' jagħmel regoli għall-aħjar implimentazzjoni tad-disposizzjonijiet ta' dan l-artikolu u, mingħajr preġudizzju għall-ġeneralità ta' dak li ntqal qabel, dawk ir-regoli jistgħu jipprovdu għal:", "(a) il-mod li bih għandu jiġi stabbilit il-valur ta' kull proprjetà jew ta' kull sehem minn proprjetà li għalihom japplika dan l-artikolu;", "(b) il-mod li bih għandha titħallas u tinġabar it-taxxa li għandha titħallas taħt dan l-artikolu u l-obbligi ta' kull persuna rigward il-ħlas ta' dik it-taxxa;", "(ċ) il-mod li bih għandu jsir kull tqassim ta' taxxa li għandha titħallas għall-finijiet ta' dan l-artikolu; u", "(d) kull ħaġa li tista' tiġi preskritta taħt dan l- artikolu.\".", "\"A\" Clause 7 shall be deleted and shall be substituted by the following:", "\"Addition of new article 5A to the principal Act.", "7.", "Immediately after article 5 of the principal Act there shall be added the following new article:", "\"Property transfers.", "5A.", "(1) Notwithstanding any other provision of the Income Tax Acts, tax shall be chargeable and payable on any transfer to which this article applies in such amount, at such rate and in such manner as provided herein.", "(2) (a) In this article, unless the context otherwise requires –", "\"own residence\" has the meaning assigned to it in article 5(5)(c);", "\"project\" means property that has been developed by the owner into more than one transferable unit or divided for transfer into more than one transferable portion;", "\"property\" means any immovable property situated in Malta and any right over such property;", "\"transfer\" has the meaning assigned to it in article 5(1)(b) and includes any assignment or cession of any rights over property, any transfer of property by a company to its shareholders in the course of winding up and any occurrence that is deemed to be a transfer in terms of any provision of article 5.", "It shall not include a partition of property where no owelty is due.", "When property is transferred by means of a deed of exchange the parties shall be deemed to have made two separate deeds of transfer.", "(b) Saving the provisions of sub-article (7), property assigned to a co-partitioner under a deed of partition shall be deemed to have been acquired by that co-partitioner at the time that he had acquired his undivided share before that partition and by virtue of the same transfer causa mortis or inter vivos under which he had acquired that undivided share.", "(c) In determining whether an owelty is due on a contract of partition, the provisions of article 5(2)(d) shall apply mutatis mutandis.", "(d) Any gains or profits derived from the assignment of any right obtained in terms of a promise of sale (konvenju), including a promise to alienate in any manner immovable property or a promise in respect of emphyteusis, shall in all cases be deemed to be gains or profits derived from a trade, business, profession or vocation falling within the scope of article 4(1)(a): provided that for the purpose of ascertaining the total income resulting from any such assignment no deductions shall be allowable except as and to such extent as may be prescribed.", "(3) Saving the other provisions of this article, this article applies to any transfer of property made on or after the 1st November, 2005, excluding:", "(a) a transfer in respect of which all the following conditions are satisfied:", "(i) a notice of a promise of sale or transfer relating to that transfer has been given to the Commissioner in accordance with the provisions of article 3(6) of the Duty on Documents and Transfers Act or of rules made under that Act before the 22nd November, 2005;", "(ii) the transfer is made on or after the 1st November, 2005 but not later than the 31st March, 2006 and is made pursuant to and for the consideration and at the same terms provided for in that promise of sale or transfer;", "(iii) a notice of that transfer is given to the Commissioner in accordance with the said Act by not later than the 28th April, 2006;", "(iv) the transferor elects, by means of a declaration made to the notary at the time of the publication of the deed of the transfer and recorded in the said deed, to exclude that transfer from the scope of this article;", "(b) a transfer of property that is made not later than five years after the date of the acquisition thereof if the transferor elects, by means of a declaration made to the notary at the time of the publication of the deed of the transfer and recorded in the said deed, to exclude that transfer from the scope of this article:", "Provided that in the case of a transfer of property that forms part of a project:", "(i) an election as aforesaid may only be made if the transfer is the first transfer made by the said transferor after the 1st February, 2006 of property forming part of that project; and", "(ii) when an election as aforesaid has been made it shall also apply to all subsequent transfers of property forming part of that project made by the said transferor not later than five years from the date of the acquisition thereof, and all such transfers shall accordingly be transfers to which this article shall not apply:", "Provided further that, for the purposes of determining whether the property has been transferred not later than five years from the date of its acquisition, where the transferor is a company that had acquired the property by means of a transfer that qualified for an exemption in terms of subarticle (4)(f) or article 5(9) (\"intra-group exemption\"), it shall be deemed to have acquired the property on the date on which the property had previously last been acquired by a company by means of a transfer that did not qualify for the intra-group exemption.", "(c) a transfer of property situated within a special designated area, as defined in the Immovable Property (Acquisition by Non-Residents) Act, if it is made by the person who was the owner of that property on the date when that area first became a special designated area and if the transferor elects, by means of a declaration made to the notary at the time of the publication of the deed of the transfer and recorded in the said deed, to exclude that transfer from the scope of this article:", "Provided that–", "(i) an election as aforesaid may only be made if the transfer is the first transfer of property situated within that special designated area made by the said transferor after the 1st February, 2006; and", "(ii) when an election as aforesaid has been made it shall also apply to all subsequent transfers of property situated within that special designated area, made at any date by the said transferor, and all such transfers shall accordingly be transfers to which this article shall not apply;", "(d) a transfer in respect of which all the following conditions are satisfied:", "(i) the property was, immediately before the transfer, co-owned by two individuals and the transfer is made by one of the co-owners to the other;", "(ii) the co-owners declare to the notary publishing the deed of transfer that they had acquired the property for the purpose of establishing therein or constructing thereon their matrimonial home, and such declaration is recorded by the notary in the said deed;", "(iii) the co-owners had, for the purposes of article 32(4)(a) of the Duty on Documents and Transfers Act, declared in the deed of the acquisition of that property that they had acquired it for the purpose of establishing therein or constructing thereon their sole ordinary residence;", "(iv) the transferor elects, by means of a declaration made to the notary at the time of the publication of the deed of the transfer and recorded in the said deed, to exclude that transfer from the scope of this article:", "(e) a transfer in respect of which all the following conditions are satisfied: (i) it is a transfer of property to the Government of Malta made pursuant to an acquisition of that property in terms of the Land Acquisition (Public Purposes) Ordinance;", "(ii) the Government had taken possession of that property before the 1st November, 2005 and this fact is evidenced by a letter signed by the Commissioner of Land and attached to the deed of transfer.", "The transferor shall produce that letter to the notary publishing the deed.", "The notary shall make a record of that letter in the deed of the transfer and shall deliver it, in its original, to the Commissioner in such manner as may be prescribed;", "(iii) the transferor elects, by means of a declaration made to the notary at the time of the publication of the deed of the transfer and recorded in the said deed, to exclude that transfer from the scope of this article;", "(f) a transfer made by means of a judicial sale by auction;", "(g) a transfer of property that had been used in a business for a period of at least three years and that is replaced within one year by property (\"the new property\") used solely for a similar purpose of the business:", "Provided that:", "(i) this paragraph shall only apply, and accordingly article 5(8) shall apply, if the transferor so elects by means of a declaration made to the notary at the time of the publication of the deed of the transfer and recorded in the said deed;", "(ii) when, subsequent to a transfer to which article 5(8) applied, including a transfer made before 1st November, 2005, the new property is disposed of and that disposal does not qualify for the tax relief under aticle 5(8), that disposal shall also be a transfer to which this article does not apply, and the gains derived therefrom shall be subject to tax in accordance with article 5 and determined as provided in article 5(8);", "(h) a transfer of property by a person who is not resident in Malta and who is resident for tax purposes in another country if that person produces to the notary who publishes the deed of transfer a statement signed by the tax authorities of the country of that person's residence that confirms that person's residence in that country and that certifies that that person is subject to tax in that country on gains or profits derived from the transfer of immovable property situated in Malta.", "The notary shall make a record of that statement in the deed and shall deliver it, in its original, to the Commissioner in such manner as may be prescribed.", "(4) No tax shall be chargeable on a transfer to which this article applies where that transfer is:", "(a) a donation made by a person:", "(i) to his spouse, to his descendant or ascendant in the direct line, or to the spouse of any such descendant or ascendant, or, in the absence of any descendants in the direct line, to his brother or sister or to a descendant of his brother or sister,", "(ii) to a philanthropic institution approved for the purposes of article 12(1)(e);", "(b) a donation deemed to have been made in terms of article 5(18)(b) or 5(21)(b)(ii) by a person to a person or institution mentioned in paragraph (a);", "(c) a transfer of property that has been owned and occupied by the transferor as his own residence for a period of at least three consecutive years immediately preceding the date of transfer and provided that the property is disposed of within twelve months of vacating the premises;", "Provided that:", "(i) any period during which the transferor has occupied the property as his own residence with the permission of the Housing Authority pursuant to a promise of sale (konvenju) by that Authority shall be deemed to be a period during which the transferor owned that property;", "(ii) where the property was inherited by the transferor from a direct ascendant, the period during which the said ascendant had owned and occupied the property as his own residence shall be deemed to be a period during which the property had been owned by the transferor;", "(iii) where the transferor had acquired the property under an assignment to which paragraph (d) or (e) refers, the period during which the person making that assignment had owned the property and used it as his own residence shall be deemed to be a period during which the property had been owned by the transferor;", "(iv) where any condition for the exemption under this paragraph is satisfied in respect only of an undivided part of the property the exemption shall be restricted proportionately;", "(d) the assignment of property between spouses consequent to a judicial or consensual separation;", "(e) the assignment of property that formed part of the community of acquests between the spouses or was otherwise owned in common between them, to one of the spouses on the dissolution of the community, or the partition of such property between the spouses or the surviving spouse and the heirs of the deceased spouse;", "(f) a transfer of property from one company to another company when the two companies are and, throughout the period of eighteen months immediately preceding the transfer, have been:", "(i) deemed to be a group of companies for the purposes of article 16, or", "(ii) controlled and beneficially owned directly or indirectly to the extent of more than fifty per cent by the same shareholders, disregarding any shareholder who holds and controls or who, at any time during the said period of eighteen months, held or controlled, less than twenty percent in each of the companies;", "(g) the transfer of property upon the incorporation of a business or a partnership en nom collectif as a going concern into a limited liability company that satisfies the conditions laid down in article 5(15);", "(h) the settlement of property on trust or the distribution or reversion of property settled on trust where, for the purposes of the provisions of article 5(18) to (25), it is deemed that no transfer has taken place, or that no loss or gain has arisen;", "(i)except as may be otherwise prescribed, the transfer of property by a person whose income or capital gains from the transfer of that property is exempt from tax in terms of article 12(1), or an exemption order made under article 12(2), or any other provision of the Income Tax Acts or any other law.", "(5) (a) Subject to the other provisions of this sub-article, the tax on a transfer to which this article applies shall be chargeable at the rate of 12% of the transfer value.", "(b) When a transfer to which this article applies is a transfer of property -", "(i) that was acquired by the transferor in terms of a transfer causa mortis that happened after the 24th November, 1992; or", "(ii) that was acquired by the transferor in terms of a donation made more than five years before the date of the transfer in question,the tax thereon shall be chargeable at 12% of the excess, if any, of the transfer value over its acquisition value.", "(c) When a transfer to which this article applies is a transfer of property that was acquired by the transferor in terms of a transfer causa mortis that happened before the 25th November, 1992, the tax thereon shall be chargeable at the rate of 7% of the transfer value.", "(6) (a) The transfer value of property is the higher of the market value of that property and the consideration paid or payable for the transfer.", "In a contract of emphyteusis the ground rent payable shall be chargeable as income in accordance with the provisions of article 4 and shall not be included in the transfer value of a transfer to which this article applies.", "(b) Subject to paragraph (c), when property is transferred on condition that the person acquiring engages a person to effect construction, additions or improvements, the market value and the consideration shall include the costs of such construction, additions and improvements.", "(c) A transfer is deemed to be subject to the condition referred to in paragraph (b) if:", "(i) the condition is stipulated in the contract, even if the person engaged to effect the works in question is not the transferor, or", "(ii) the condition is stipulated in any other written or verbal agreement concluded not later than the date of the said transfer between the transferee and the transferor or a company in which the transferor is, directly or indirectly, the majority shareholder or, where the transferor is a company, a person who is, directly or indirectly, the majority shareholder of the transferor.", "(d) The acquisition value of property shall be determined in such manner as may be prescribed.", "(7) (a) Any person to whom an owelty is due shall be deemed to have sold part of the property assigned to him.", "That sale shall be deemed to be made on the date of the partition for a consideration equivalent to the owelty; and", "(b) Any person by whom an owelty is due shall be deemed to have bought part of the property assigned to him.", "That purchase shall be deemed to be made on the date of the partition for a consideration equivalent to the owelty.", "(8) (a) When a transfer is a transfer of property that was acquired under more than one acquisition, and the tax chargeable on the transfers of the parts so acquired or on the gains or profits derived therefrom would fall, if those parts were transferred separately, to be determined in accordance with different provisions of the Income Tax Acts, those provisions shall apply as if more than one transfer has taken place and the transfer value of each such transfer shall be determined separately and in such manner as may be prescribed.", "(b) When property is transferred in part the acquisition value of the part that is transferred shall be a proportion of the acquisition value of the whole determined in such manner as may be prescribed.", "(9) (a) Except as may be prescribed, the amount on which tax is chargeable in accordance with this article shall not be reduced by any deduction whatsoever.", "(b) No losses or bad debts arising from, or expenditure incurred in respect of, a transfer to which this article applies shall be allowable as a deduction against any income or capital gains.", "(10) (a) Tax payable on a transfer to which this article applies shall be final and shall be separate and distinct from that paid or payable under any other provisions of this Act or of the Income Tax Management Act.", "It shall not be available as a credit against the tax liability of any person or taken into account for the purpose of determining the amount of any refund payable under the said Acts.", "No provisional tax shall be payable under article 43 of the Income Tax Management Act in respect of any transfer to which this article applies.", "(b) Saving the other provisions of this article, no tax shall be chargeable in terms of any provision of the Income Tax Acts on gains or profits derived from any transfer to which this article applies.", "(c) Any person who owns immovable property situated in Malta shall keep an account in such manner as may be prescribed of all proceeds and expenditure relating to transfers to which this article applies in addition to any other accounts and records that he is required to keep in accordance with the other provisions of the Income Tax Acts.", "(d) Every company resident in Malta shall allocate the distributable profits derived from transfers to which this article applies to the Maltese taxed account.", "The said distributable profits shall be determined in such manner as may be prescribed and shall be shown separately from the other profits allocated to the said account in a reserve to be called the property transfers reserve.", "Profits distributed out of the property transfers reserve to another company resident in Malta shall likewise be allocated to the recipient's property transfers reserve.", "No tax shall be chargeable in terms of the Income Tax Acts on distributions out of the property transfers reserve.", "(e) Any party to a transfer to which this article applies or to a promise of sale relating to such a transfer shall furnish the Commissioner with such particulars relating to that transfer as the Commissioner may require or as may be prescribed.", "(11) Tax chargeable under this article shall be due by the transferor and shall be remitted to the Commissioner within fifteen working days of the relative transfer.", "Except where the Commissioner orders otherwise, either in a general manner or in respect of particular cases, this payment is to be made by the notary who publishes the transfer deed by means of a bank draft or a cheque drawn on that notary`s personal bank account, payable to the Commissioner.", "(12) (a) The parties to any transfer of property shall be obliged to declare to the notary publishing the deed of transfer all the facts that determine if the transfer is one to which this article applies and that are relevant for ascertaining the proper amount of tax chargeable or any exemption, including:", "(i) the value which, in their opinion, reasonably reflects the market value of the said property, if this value is higher than the consideration for the transfer;", "(ii) where applicable in accordance with sub-article (6)(b), the value of any construction, additions or improvements which is to be taken into account in determining the transfer value.", "(b) The notary publishing a deed of transfer shall warn the parties about the importance of the truthfulness of declarations made therein and shall record in the deed the fact that he has given the said warning.", "(c) Where it appears to the Commissioner that –", "(i) tax is chargeable on a transfer which is declared in the deed to be a transfer on which no tax is payable; or", "(ii) the tax chargeable on a transfer is, for any reason, more than that declared to be payable in the deed he may, not later than six years from the end of the year in which the transfer is notified to him, issue an order in writing, to the transferor, stating therein the tax which in his opinion is properly chargeable in the circumstances and the additional tax as specified in paragraph (d).", "(d) The additional tax referred to in paragraph (c) shall be equivalent to the difference between the amount of tax payable as declared in the deed and the amount of tax payable in accordance with the order referred to in paragraph (c).", "(e) The additional tax referred to in paragraphs (c) and (d) shall be payable by the transferor in addition to the tax which is payable on the transfer value of the property in accordance with the other provisions of this article.", "(f) If any amount of tax due in accordance with this article is not remitted to the Commissioner within the time set out in subarticle (11), interest shall be charged thereon at the rate of one per cent per month or part thereof for the period ending on the day on which that amount is remitted.", "(g) Saving the other provisions of this article, the provisions of the Income Tax Management Act relating to the collection and remission of the tax, interest and additional tax shall apply to any tax, interest and additional tax due under this article as if the tax, interest and additional tax referred to in the said provisions included also the tax, interest and additional tax chargeable and payable under this article. (h) A transferor who disagrees with an order served upon him under paragraph (c) shall have the same rights to object to that order and to appeal from a decision of the Commissioner refusing that objection as if that order were an assessment issued under the Income Tax Management Act and the relevant provisions of that Act relating to objections and appeals shall apply mutatis mutandis.", "(13) The Minister may make rules for the better implementation of the provisions of this article and, without prejudice to the generality of the foregoing, such rules may provide for:", "(a) the manner in which the value of any property or of any part of property to which this article applies is to be determined;", "(b) the manner in which the tax due under this article is to be paid and collected and the obligations of any person in respect of the payment of such tax;", "(c) the manner in which any apportionment of tax due is to be made for the purposes of this article; and", "(d) any matter that may be prescribed under this article.\".", "THE CHAIRMAN: F'dan l-istadju aħjar niftiehmu kif se nipproċedu peress li l-emenda hija twila ħafna.", "Is-Segretarju Parlamentari", "ONOR.", "TONIO FENECH: Jien ta' l-idea li din l-emenda neħduha biċċa biċċa, fis-sens li jien naqra kull paragrafu mill-ġdid, nispjegah u nagħti ċans lill-Onor.", "Membri jagħmlu r-rimarki u l-osservazzjonijiet tagħhom.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Charles Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: U f'każ li jkun hemm bżonn tibdil x'nagħmlu?", "ONOR.", "TONIO FENECH: Jien nieħu nota ta' dak it-tibdil li nkunu ftehemna fuqu u fl-aħħar inressaq b'mod formali klawsola 7 kif qegħdin nemendawha mill-ġdid, dejjem wara d-diskussjoni li se jkollna.", "M'għandi ebda diffikulta` li nerġa' ngħaddilek kopja nadifa qabel nerġa' nippreżentaha.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Naqbel.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Ħalli nibda naqraha:", "\"(1) Minkejja kull disposizzjoni oħra ta' l-Atti dwar it-Taxxi, it- taxxa għandha titħallas fuq kull trasferiment li japplika għalih dan l- artikolu f'dak l-ammont, b'dik ir-rata u b'dak il-mod kif stabbilit f'dan l-artikolu.\"", "Hemmhekk sempliċement qed ngħidu kif trid titħallas it-taxxa.", "Qiegħed isegwi, l-Onor.", "Mangion?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Iva, tista' tkompli.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Din tkompli hekk:", "(2) (a) F'dan l-artikolu, sakemm ir-rabta tal-kliem ma teħtieġx xort'oħra -", "\"proġett\" tfisser proprjetà li tkun ġiet żviluppata mis-sid f'iktar minn unità waħda trasferibbli jew maqsuma għal trasferiment f'iktar minn porzjoni waħda trasferibbli;\"", "Jiġifieri hawn qed niddefinixxu l-kelma \"proġett\" minħabba li eventwalment se jidħol il-konċett li jekk meta tbigħ proġett tagħżel li tħallas taxxa bir-rata ta' 12% fuq l-eċċess tal-valur tat-trasferiment, ma tistax imbagħad iddur għas-sistema ta' taxxa bir-rata ta' 35% jew viċeversa.", "Allura jrid jidħol il-konċett ta' proġett.", "Subklawsola (2) tkompli tgħid:", "\"proprjetà\" tfisser kull proprjetà immobbli sitwata f'Malta u kull dritt fuq dik il-proprjetà;", "\"residenza tiegħu stess\" għandha t-tifsira mogħtija lilha fl- artikolu 5(5)(ċ);", "Jiġifieri diġa` kif stabbilit fil-liġi.", "\"trasferiment\" għandha t-tifsira mogħtija lilha fl-artikolu 5(1)(b) u tinkludi kull assenjament jew ċessjoni ta' drittijiet fuq proprjetà, kull trasferiment ta' proprjetà minn kumpannija lis-soċji tagħha magħmul fil-kors ta' l-istralċ u kull ġrajja li titqies li hi trasferiment skond xi disposizzjoni ta' l-artikolu 5.", "Ma tinkludix qsim ta' proprjetà fejn ebda kumpens ma jkun dovut.", "Meta l-proprjetà tiġi trasferita permezz ta' att ta' permuta, il-partijiet jitqiesu li jkunu għamlu żewġ atti ta' trasferiment separati.", "Dawn baqgħu l-istess, ma nbidel xejn minn kif kienu fl-abbozz ta' liġi li tressaq, Mr Chairman.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Hawnhekk għandna d-definizzjoni ta' \"proġett\", jiġifieri jista' jkollok dar li titwaqqa' - biex nitkellmu b'mod prattiku - u tiġi żviluppata fi blokk flats, allura bilfors trid issir b'din id- distinzjoni.", "Meta ngħidu l-kelma \"transfer\" apparti d-definizzjoni li hemm fil-5(1)(b) li hija estensiva biżżejjed, qed inżidu iktar.", "Jien naħseb li hemm repetitions.", "Ma nafx hemmx xi skop li jkun hemm ripetizzjonijiet.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Fil-fatt hija prattikament ripetuta kelma b'kelma minn dak li kienet.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Imma biex inkunu ċari, paragrafu 5(1)(b) baqa' hemm.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Eżatt u qed jgħid x'jinkludi, \"kull assenjament jew ċessjoni ta' drittijiet fuq proprjeta`, kull trasferiment ta' proprjetà minn kumpannija lis-soċji tagħha magħmul fil-kors ta' l-istralċ ...\"", "Tinsiex li hawnhekk imbagħad qed jiddefenixxi fejn se tiġi applikata r-rata ta' 12%, waqt li l- paragrafu 5(1) (b) huwa fejn kienet tal-capital gains.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: It-12% mhux capital gains huma?", "ONOR.", "TONIO FENECH: Hemm klawsoli ġodda li qed jirregolaw it-12%.", "Aħna ma ddistruġġejniex dawk li jirrigwardaw il-capital gains u għamilna oħrajn ġodda.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Jien li qed ngħid huwa dan.", "Għall-kjarezza, meta nara d-definition ta' \"transfer\" taħt l-old Act din tgħid:", "\"\"transfer\" includes any assignment, sale, emphyteusis or sub- emphyteusis, partition, donation, settlement of property on trust, distribution and reversion of property settled on trust, sale by instalments, and any alienation under any title including any redemption, liquidation or cancellation of units or shares in a collective investment scheme as defined in article 2 of the Investment Services Act and maturity or surrender of linked long term policies of insurance, but does not include a transfer causa mortis.\"", "Din naqbel magħha.", "Jiġifieri taħt id-definizzjoni ta' \"transfer\" jaqgħu dawn kollha li għadni kemm qrajt, \"and includes any assignment of right\" li qiegħda ripetuta wkoll, imbagħad fl-emenda għandna \"any transfer of property by a company to its shareholders in the course of winding up\".", "Hawnhekk forsi qed nikkjarifikaw li f'dak il-każ huwa transfer, għalkemm dejjem hekk ġiet interpretata.", "Hawnhekk għandna wkoll \"It shall not include ...\"", "ONOR.", "TONIO FENECH: Qed niċċaraw l-interpretazzjoni, imbagħad qed nagħmlu eċċezzjoni.", "Qed ngħidu: \"Ma tinkludix qsim ta' proprjeta` fejn ebda kumpens ma jkun dovut.\"", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Jiġifieri bażikament se nżidu magħha.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Issa se mmur għal paragrafu (b) ta' subartiklu 5A(2).", "\"(b) Mingħajr ħsara għas-subartikolu (7), proprjetà assenjata lil wieħed li jkun qed jaqsam proprjetà b'att ta' qsim titqies li tkun ġiet akkwistata minn dak li jkun qed jaqsam fiż-żmien meta jkun akkwista s-sehem tiegħu indiviż qabel dak il-qsim u bis-saħħa ta' l- istess trasferiment causa mortis jew inter vivos li bihom kien akkwista dak is-sehem indiviż.\"", "Hawnhekk bażikament qed nistabbilixxu li meta proprjeta` tiġi assenjata fi qsim ta' proprjeta`, wieħed irid imur lura għal meta ġiet akkwistata l- proprjeta` oriġinarjament.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Kollox sew.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Issa ħalli nkompli naqra paragrafu (ċ).", "\"(ċ) Biex jiġi stabbilit jekk hux dovut kumpens fil-każ ta' kuntratt ta' qsim, għandhom jgħoddu d-disposizzjonijiet ta' l-artikolu 5(2)(d) mutatis mutandis.\"", "Hawn qed ngħidu li f'każ ta' kumpens jgħoddu l-istess disposizzjonijiet għal dawk tal-qligħ kapitali.", "\"(d) Kull qligħ jew profitti derivati mill-assenjament ta' xi dritt li jkun inkiseb skond konvenju għall-bejgħ, inkluż konvenju għat- trasferiment ta' proprjetà immobbli bi kwalunkwe mod jew konvenju dwar emfitewsi, għandhom jitqiesu fil-każijiet kollha li jkunu qligħ jew profitti derivati minn sengħa, negozju, professjoni jew vokazzjoni li jaqgħu taħt l-artikolu 4(1)(a): iżda biex jiġi stabbilit l-income totali li jkun ġej minn dak l-assenjament ma għandu jingħata ebda tnaqqis ħlief kif u safejn jista' jiġi preskritt.\"", "Hawnhekk qed ngħidu li qligħ minn trasferiment fuq konvenju se jibqa' taxxabbli bit-35%.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Kollox sew.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Ħalli nkompli naqra:", "\"(3) Dan l-artikolu japplika għal kull trasferiment ta' proprjetà magħmul fi jew wara l-1 ta' Novembru 2005, bl-esklużjoni ta':", "(a) trasferiment li dwaru jseħħu dawn il-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:\"", "Jiġifieri hawnhekk se ngħidu fejn ma japplikax:", "\"(i) ikun ingħata avviż ta' konvenju ta' bejgħ jew ta' trasferiment dwar dak it-trasferiment lill-Kummissarju skond id- disposizzjonijiet ta' l-artikolu 3(6) ta' l-Att dwar it-Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti jew ta' regoli magħmula taħt dak l- Att qabel it-22 ta' Novembru, 2005, u", "(ii) it-trasferiment isir fi jew wara l-1 ta' Novembru, 2005 iżda mhux aktar tard mill-31 ta' Marzu, 2006 u jsir skond, u għall-prezz u skond l-istess pattijiet stabbiliti fil-konvenju ta' bejgħ jew ta' trasferiment; u", "(iii) jingħata avviż ta' dak it-trasferiment lill- Kummissarju skond l-Att imsemmi mhux aktar tard mit-28 ta' April, 2006;\".", "Permezz ta' din il-bidla żgħira, estendejna b'ġimgħa oħra minn dak li konna għamilna oriġinarjament.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (Segretarju Parlamentari): Id-29 u t-30 huma s-Sibt u l-Ħadd.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Se nkompli naqra: (iv) min qed jittrasferixxi jagħżel, permezz ta' dikjarazzjoni li għandha ssir lin-nutar fil-waqt tal-pubblikazzjoni ta' l-att tat-trasferiment u reġistrata fl-imsemmi att, li dan l-artikolu ma japplikax għal dak it-trasferiment;\"", "Nispjega jew inkompli?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Prattikament dawn huma temporary measures.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Hekk hu.", "Permezz ta' dan it-transitionary arrangement qed ngħidu li konvenju li ġie notifikat lill-kummissarju tat- taxxi interni sal-21 ta' Novembru 2005, it-trasferiment ikun sar sal-31 ta' Marzu, 2006, in-notifika tat trasferiment tkun saret sa l-24 ta' April u issa estendejniha sat-28 ta' April.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Fuq dik irrid nistaqsi.", "X'jiġri jekk aċċidentalment ma jilħaqx jingħata l-avviż - jista' jkun tort tan-nutar imma se nagħmilha wkoll - sat-28 ta' April, 2006?", "Kif se timpatta fuq il- klijent, imbagħad se jkollu jħallas bir-rata l-ġdida ta' 12% fuq il-prezz?", "Min se jiġborhom?", "THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari Abela.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Imma trid tagħmel terminu.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Jien mhux qed ngħidlek għat-terminu.", "Imma x'konsegwenzi se jkun hemm fuq l-individwu jekk xi ħadd jinsa jagħti l- avviż sat-28 ta' April u jagħmlu fl-1 ta' Mejju?", "Dak se jkollu jħallas bi 12% on the full price?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Irid jidħol skond ir-regoli l-ġodda.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Jiġifieri jekk il-proprjeta` ilha iktar minn ħames snin bilfors bi 12% , jekk hija under xorta għandu dritt jagħżel jekk hux bit-35% jew bit-12%, imma terminu trid tagħti.", "Fil-fatt estendejna b'ġimgħa oħra għaliex oriġinarjament konna qed ngħidu 15-il ġurnata mill-31 ta' Marzu.", "Imbagħad, kif qal l-Onor.", "Abela, rajna li ħmistax-il ġurnata wara ġejja fil-weekend ukoll u allura estendejna.", "THE CHAIRMAN: Jekk jogħġobkom, nitkellmu wieħed wieħed.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Nista' nissuġġerixxi - vis-à-vis l-klijent qed ngħid - li minflok it-28 ta' April tkun it-28 ta' Mejju?", "Nistgħu nestenduha b'xahar?", "ONOR.", "TONIO FENECH: Xahar sħiħ?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Iva.", "Dan xorta jrid jiġi reġistrat.", "Ejja ngħidu x'jiġri fil- prattika.", "Ġieli jkollna każijiet fejn bniedem idum biex iħallsek tal-boll, ngħiduha kif inhi.", "(Interruzzjonijiet) Le, il-klijent idum ma jħallsek.", "Il-boll u l-capital gains tax jitilgħu ammonti sostanzjali, eluf ta' liri.", "Effettivament xorta hemm l-oneru fuq in-nutar li jirreġistra.", "Naħseb li l- Onor. Abela jiftakar x'kien jiġri meta kien jipprattika għax m'ilux ħafna li kien jipprattika.", "Ħafna drabi wieħed jagħtik ċekk u jmur l-Awstralja u jerġa' jiġi lura sakemm jissarraf.", "U l-ammont tal-bolol huwa sostanzjali.", "Jien qed ngħid li għandna nestenduha b'xahar biex se mai in-nutar ikun ħa ...", "ONOR.", "TONIO FENECH: Ikun ħa l-prekawzjonijiet kollha.", "Imma hawn qed ngħidu biss fuq dawn.", "In the normal course x'suppost jiġri?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: In the normal course suppost li fi ħmistax il- ġurnata trid tirreġistrah.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Allura?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Imma fil-prattika tax-xogħol jiġri li jkollok ċekk ta' Lm10,000 jew Lm15,000 bejn capital gains tax u boll u trid tiddepożitah xi tliet darbiet sakemm jiġi onorat.", "Din hija r-realta`.", "Dawn l-affarijiet ikunu rari imma ...", "ONOR.", "TONIO FENECH: Nagħmluha sal-15 ta' Mejju, Onor. Mangion.", "Tajjeb?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Kollox sew.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Din hija eċċezzjoni fuq dawn biss, għax in-norma se tibqa' bil-ġimgħatejn.", "Jiġifieri f'sub-paragrafu (iii) fejn għandna \"28 ta' April, 2006\" se ssir \"15 ta' Mejju\".", "THE CHAIRMAN: Mela se tbiddilha għal \"15 ta' Mejju, 2006\".", "ONOR.", "TONIO FENECH: Iva, bl-emenda tkompli hekk:", "(b) trasferiment ta' proprjetà li jsir mhux aktar tard minn ħames snin wara d-data ta' l-akkwist tagħha jekk min jittrasferixxi jagħżel, permezz ta' dikjarazzjoni li għandha ssir lin-nutar fil-waqt tal- pubblikazzjoni ta' l-att tat-trasferiment u reġistrata fl-imsemmi att, li dan l-artikolu ma għandux japplika għal dak it-trasferiment:", "Iżda fil-każ ta' trasferiment ta' proprjetà li tagħmel parti minn proġett:", "(i) għażla bħal dik tista' ssir biss jekk it-trasferiment ikun l-ewwel trasferiment magħmul mill-imsemmija persuna li tkun qed titrasferixxi wara l-1 ta' Frar, 2006 ta' proprjetà li tagħmel parti minn dak il-proġett; u", "(ii) meta ssir għażla kif ingħad din għandha tapplika wkoll għat-trasferimenti kollha ta' proprjetà li tagħmel parti minn dak il-proġett li jsiru mill-imsemmija persuna li tkun qed titrasferixxi mhux aktar tard minn ħames snin mid-data ta' l- akkwist tagħha, u dawk it-trasferimenti kollha jkunu għalhekk trasferimenti li ma japplikax għalihom dan l-artikolu;", "Iżda wkoll illi, għal biex jiġi stabbilit jekk il-proprjetà ġietx trasferita mhux aktar tard minn ħames snin wara l-akkwist tagħha, meta min ikun qed jitrasferixxi tkun kumpannija li kienet akkwistat il- proprjetà permezz ta' trasferiment li kien ikkwalifika għal eżenzjoni skond is-subartikolu (4)(f) jew l-artikolu 5(9) (\"eżenzjoni tal- grupp\"), hija għandha titqies li kienet akkwistat il-proprjetà fid- data li fiha l-proprjetà kienet ġiet akkwistata qabel minn kumpannija permezz ta' l-aħħar trasferiment li ma kienx jikkwalifika għall- eżenzjoni tal-grupp;", "Jiġifieri hawn qed ngħidu li l-ħames snin jibdew mid-data li nxtrat.", "F'każ ta' inter-group transfer ...", "(Interruzzjonijiet) Mid-data tal-kuntratt fejn jitħallas il-boll.", "It-tieni nett qed ngħidu li jekk fuq proġett partikolari jien għażilt li mmur għas-sistema ta' taxxa bi 12%, sussegwentement ma nistax noqgħod inbiddel fuq dak il-proġett u ngħid li fuq l-ewwel flat nagħżel li nħallas taxxa bit-12%, fuq il-garaxx inħallas bil-35%, imbagħad għandi flat ieħor li fuqu nħallas bi 12%, u fuq il-flat l-ieħor nerġa' ndawwar bil-35%.", "Ladarba tagħżel is-sistema ta' taxxa li se tħallas biha fuq tali proġett, trid tibqa' b'dik is-sistema.", "Min-naħa l-oħra jekk jien għażilt is-sistema ta' taxxa bil-35% imma ma begħtx kollox f'dawk il-ħames snin u fadalli żewġ flats, imbagħad fuq dawk iż-żewġ flats li fadal titħallas taxxa ta' 12%.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Jien għal din kont ġej.", "Mela jekk ikun sar akkwist ta' proprjeta` li m'ilux iktar minn ħames snin u jsir bejgħ ta' parti minn dak il-proġett qabel l-1 ta' Frar li fuqu titħallas taxxa bi 12%, jekk wara l-1 ta' Frar l-individwu forsi jinduna li ħa żball, jista' l- bejgħ li jsir wara l-1 ta' Frar jirriverti lura għal taxxa ta' 35%?", "ONOR.", "TONIO FENECH: Le.", "Hu jrid joqgħod attent x'deċiżjoni jieħu fl- ewwel bejgħ.", "Imma ladarba ddeċieda .....", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Sub-paragrafu (i) qed jgħid li \"għażla bħal dik tista' ssir biss jekk it-trasferiment ikun l-ewwel trasferiment magħmul mill-imsemmija persuna li tkun qed tittrasferixxi wara l-1 ta' Frar 2006.\"", "Hawn tajna d-data.", "Jekk jien ittrasferixxejt qabel l-1 ta' Frar 2006 u ħallast bi 12% taxxa ...", "THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Aħna qegħdin ngħidu hekk.", "Bniedem li għandu proġett, għamel kemm għamel kuntratti minn qabel Novembru ta' l- 2005 sal- 31 ta' Marzu ta' l-2006 hemmhekk għażel x'għażel.", "Pero` jekk dan diġa` għażel - u jien naħseb li dan hu l-punt tiegħek - li jmur bejn ...", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Hawn qed ngħidu jekk sar bejgħ bejn it-22 ta' Novembru u l-aħħar ta' Jannar biex nieħdu dak il-perijodu għax hawn qed nirriferu għal trasferimenti wara l-1 ta' Frar.", "Se mai ma nagħmlu xejn \"wara l-1 ta' Frar\" imma ngħidu \"kull trasferiment li għamel l-għażla dwarha\".", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Le, għaliex trid tkun wara l-budget bilfors.", "Forsi trid tiġi wara l-1 ta' Novembru.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: U iva, wara l-1 ta' Novembru.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Fil-fatt din hija għall-vantaġġ ta' min qed ibigħ.", "Jista' jkun li jien bdejt proġett li minnu begħt tliet flats u fadalli ħamsa oħra xi nbigħ.", "Huwa ovvju li t-tliet flats begħthom bis-sistema l- antika, bit-35% taxxa.", "Jista' jkun li jien diġa` kont dħalt f'konvenji u kont qed napplika s-sistema l-antika tal-capital gains tax, ma għażiltx li nbiddilhom u nuża s-sistema ta' taxxa bi 12%.", "Hawn qed ngħidu li nista' nirriverti għal 12% fil-każ ta' dawk il-ħamsa l-oħra.", "Jiġifieri fuq l- ewwel tlieta li begħt ħallast bit-35% taxxa, imma issa qed nara li jaqbilli nħallas bis-sistema ta' 12% taxxa fuq il-ħamsa li baqa'.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Mela qed naqblu.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Dawk qed nippermettuhielhom.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Qed naqblu.", "Mela jekk għamel waħda bit-35% u issa jaqbillu bit-12%, jista' jmur lura bit-12%?", "ONOR.", "TONIO FENECH: Imma mhux il-bejgħ li diġa` għamel.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Le, il-bejgħ li diġa` għamel huwa magħluq.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Dawk li fadallu.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Mela jekk għamel tliet kuntratti diretti - insa l- konvenju reġistrat - u għalaqhom bit-35%, imbagħad mill-1 ta' Frar - għax għandna l-cut-off date li tagħmel sens inkunu nafu kif se nibdew - l-ewwel wieħed ikun deċiżiv, japplika għall-oħrajn kollha?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Jekk qed nifhem sew ukoll, jekk f'Diċembru wieħed ikun għażel li jagħmel kuntratt wieħed bi 12%, issa jista' jmur lura għal 35% għal dawn ix-xahrejn.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Le, għax hemmhekk għandek l-overriding principle li jekk hu għażel li jmur bi 12% fuq proġett, imbagħad ma jistax ibiddel.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Jekk għamlu wara l-1 ta' Frar?", "Aħna qegħdin ngħidu wara l-1 ta' Frar.", "(Interruzzjonijiet)", "THE CHAIRMAN: Tkellmu wieħed wieħed għaliex mhux se tinstemgħu.", "Is- Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Sur President, jien naħseb li trid issir emenda biex dik iċ-choice tkun wara l-1 ta' Novembru.", "Jekk dan għażel wara l-1 ta' Novembru li jmur għal tax regime, irid jibqa' bl-għażla li għamel wara l-1 ta' Novembru.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Biex tkun ċara.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Taqbel miegħi, Onor. Mangion?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Jekk se ngħidu mill-1 ta' Frar qed nagħtu cut-off date, imma qed nagħtuh il-fakulta` li jista' jbiddel wara l-1 ta' Frar.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Dak li qed ngħid jien.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Għandek raġun.", "Jiġifieri qed naċċettaw iż-żewġ prinċipji.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Jekk reġa' bdielu wara l-1 ta' Frar jista' jbiddel.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Hekk hu.", "Billi konna fi transizzjoni li jgħaddu dawn l-emendi mill-parlament u kien hemm ħafna min kien għadu inċert, dak li jkun forsi għażel is-sistema ta' 12% għax ħaseb li qabillu, imma jista' jkun li wara li jara l-emendi jgħid li ma qabillux.", "Allura qed nagħtu ċ- ċans li anke jekk għażilt bi 12% tista' tirriverti għal 35% sa l-1 ta' Frar.", "THE CHAIRMAN: Dan ifisser li l-emenda li qed tippreżenta hija tajba kif inhi.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Iva, the first transfer after the 1st of February jiddetermina l-kumplament tal-proġett.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Eżattament.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Issa għandi l-kwestjoni ta' meta jiġi kkalkolat l- akkwist f'inter-company transfer, within a group.", "Qegħdin ngħidu li rridu mmorru għad-data ta' l-akkwist oriġinali.", "(Interruzzjonijiet) Stenna ftit.", "Ħalli ngħid x'kien l-iskop ta' dawk l-emendi ħalli jekk qegħdin inbiddlu dan l-iskop inkunu ċari x'irridu nagħmlu.", "Meta tħabbru dawk l- emendi xi snin ilu fejn tajna l-eżenzjoni within an intra-group transfer konna qegħdin ninsistu dejjem li dan huwa proċess fejn ikun hemm restructuring within the group.", "L-aħħar darba konna għamilna emenda wkoll li intra-group transfer trid tagħmlu at their book value.", "Qabel forsi kien hemm il-loophole fejn kienu jgħollulek il-valur u allura kien ikun hemm iċ- ċans li jaħrab mit-taxxa, imma dik tneħħiet u dik tagħmel sens.", "L-ewwel għedna li l-valur irid jibqa' l-cost value fil-kotba, il-historical value, li tagħmel sens, imma issa li ngħidu tagħmel intra-group transfer u xorta tapplikalek l-antika ...", "Jien naħseb li għandha tapplika d-data ta' l-akkwist oriġinali.", "Hekk fhimtha.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Il-prinċipju huwa dan.", "Jekk int ittrasferixxejt from company \"A\" to company \"B\" at book value, il-messaġġ lill-assessur tat- taxxa huwa biex ma jiċċarġjakx boll għax din ma tkunx għamiltha bl-iskop li tagħmel qligħ fuqha.", "Din hija xi ħaġa li tkun għaddejtha għalik innifsek minn kumpannija għal kumpannija.", "Is-sustanza tal-proprjeta` ma nbidlitx u allura anke għall-konċett ta' l-emendi li qed nagħmlu u għas-sistema l- ġdida, anke meta l-arloġġ beda jittikkja meta vera tkun xtrajtha, ma nbidilx.", "Jekk jien irrid li nibqa' bl-għażla ...", "Għax inkella issa se niftħu l-bieb li kulma trid tagħmel huwa li tagħmel kumpannija, tittrasferixxiha at book value u l-five years toqgħod testendihom billi tiftaħ kumpannija u titfagħha fiha.", "Jekk inti trid tagħmel hekk, mela allura tgħaddihiex at book value imma bigħha minn kumpannija \"A\" u kumpannija \"B\", agħmel il-qligħ tal-35% imma ħallas il-boll, imbagħad jerġgħu jibdew jittikkjawlek il-ħames snin.", "Imma mhux tgħaddihieli at book value, la tħallas boll u xejn, u tippretendi li b'hekk tkun estendejt il- ħames snin.", "Mela jekk inti trid testendi l-ħames snin trid tagħmel an arms' length transaction of a sale.", "Jekk m'hemmx l-arms' length transaction of a sale inti ma begħtx.", "U jekk ma begħtx mela allura l-bejgħ ta' meta ħallast il- boll fuqu jgħodd, meta xtrajt u ħallast il-boll.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Kollox sew.", "L-ewwel ħaġa biex inkunu ċari, tagħmel x'tagħmel xorta se tibqa' intra-company transfer.", "Mela jekk tagħmel intra-company transfer, jiġifieri within a group, u tgħolli l-book value, allura hemmhekk ...", "ONOR.", "TONIO FENECH: Hemmhekk ma jiġix intra-company transfer.", "Fuq kollox kull kumpannija legalment hija a distinct legal personality.", "Jekk jien mort u ħallast il-boll ....", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Ħu paċenzja, ħalli nispjega.", "Jien qed nara l- prattiċita` tagħha, kif se niċċarġja u ma niċċarġjax il-boll.", "Mela Mr \"X\" għandu l-kumpannija \"A\" u l-kumpannija \"B\" ...", "ONOR.", "TONIO FENECH: Tistaqsih.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Jekk se noqogħdu fuq dikjarazzjoni noqogħdu fuq dikjarazzjoni, għax inkella kull darba jien inkun irrid niċċekkja ...", "ONOT.", "TONIO FENECH: Trid tiċċekkja x'valur hu.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Nistaqsih jekk meta għamel l-ewwel transfer bejn kumpannija \"A\" u kumpannija \"B\" ħallasx il-boll u talab l-eżenzjonijiet.", "Allura kemm kien il-valur ta' l-akkwist oriġinali?", "Apparti din il- komplikazzjoni hemm dan l-element ukoll ...", "(Interruzzjonijiet)", "THE CHAIRMAN: Wieħed wieħed, jekk jogħġobkom.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Li qed ngħid huwa dan.", "Jekk se nibqgħu bil- prinċipju li dik se tibqa' bl-istess valur 99.9% dan se jaqbillu xorta waħda jħallas bi 12%, speċjalment jekk tkun proprjeta` li tkun ilha għand il-kumpannija.", "Żgur.", "Għax ħafna drabi meta jittrasferixxu minn kumpannija għal oħra xi tkun ir-raġuni?", "Jew għandu diversi proprjeta` u jrid jgħaddihom fuq kumpanniji oħra għal proġetti varji jew inkella jkun hemm xi shareholding bejn l-aħwa, jiġifieri jaqsmu kumpannija u mbagħad jittrasferixxu x-shares biex jirranġaw xi shareholding bejniethom.", "Dan hu tip ta' xogħol bejn il-familja.", "Aħna għandna negozji relattivament żgħar u huma kollha tal-familji.", "Allura jien qed ngħid li fl-aħħar mill-aħħar sakemm żammejna l-historical value, u dik il-loophole ingħalqet, fl-aħħar mill-aħħar il-fatt li għamel transfer ieħor, imbagħad għamel iċ-choice tiegħu mit-tieni akkwist qed jiffaċilita - għalina n-nutara, issa forsi qed inħares minn dan l-angolu - kemm inkun moħħi mistrieħ li dak huwa l-ammont, u mhux meta mmur biex ninsinwah jgħiduli: \"Le, dak bil-valur l-ieħor, dan ma nistax ninsinwah.\"", "Dawn huma problemi reali.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Pero`, safejn naf jien, meta wieħed jgħidlek li se jagħmel trasferiment ta' proprjeta` minn din il-kumpannija għal din il- kumpannija li huma l-istess group of companies u ngħaddiha at book value, int suppost li mal-kuntratt twaħħal iċ-ċertifikat ta' l-awditur li jgħid li dak huwa l-valur li hemm fil-kotba.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Jien m'għandix problema hemm.", "ONOT.", "TONIO FENECH: Jiġifieri at that stage meta nsinwajt dak il- kuntratt il-ġdid li ma ħallastx boll fuqu u lanqas capital gains, inti għandek il-book value stabbilit.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Dik qiegħda ċara.", "U rrid inġib l-eżenzjoni tal- boll, mhux nirriferi għall-att biss bħala capital gains.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Allura x'inhi l-problema li meta mbagħad jiġi biex ibigħha dik il-proprjeta`, minflok tħares lejn dak il-kuntratt, tħares lejn ta' qablu?", "Għaliex qed taraha daqshekk problematika din?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Din mhix kwestjoni ta' problema.", "Jien qed ngħid li ladarba l-loophole kienet fuq il-historical value jew non-historical value l-fatt li ...", "Għax għandna nżommu prinċipju wieħed, dak tal-ħames snin.", "Jien niddejjaq noqgħod noħloq ħafna eċċezzjonijiet.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Għalhekk qed ngħidlek, għaliex il-prinċipju huwa fuq il-kuntratt li ħallast il-boll.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Iva.", "Hawnhekk l-ewwel prinċipju kien li tkun proprjeta` akkwistata fl-aħħar ħames snin.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Imma intra-group transfer mhuwiex akkwist.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Iva, legalment huwa akkwist għax it-titlu għadda minn kumpannija \"A\" għal kumpannija \"B\".", "Għadni m'iniex konvint mill-iskop ta' din l-eċċezzjoni in all fairness għax, bħalma għedtlek, 99.9% meta jagħmlu dan it-transfer se jagħżlu li jħallsu bi 12%.", "ONOT.", "TONIO FENECH: L-iskop tal-ħames snin kien li inti tevita kemm jista' jkun li tinċentiva l-hoarding, li n-nies joqogħdu jżommu l- proprjeta` fit-tul għalxejn.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Kieku ridt nagħmel hekk kont ngħid li min għandu proprjeta` sat-tali data għandu ħames snin biex jilliberaha u jħallas 12% fuqha.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Jekk se nagħmel hekk nista' nneħħi l-option mill- ewwel u nagħmel a permanent option għax kulma jrid jagħmel huwa li jiftaħ kumpannija f'ismu, jgħaddiha lil dik il-kumpannija u jgħid li għamel it- trasferiment u għandu l-option.", "Għada jiftaħ kumpannija oħra jew erba' snin u 11-il xahar wara jiftaħ kumpannija, jerġa' jittrasferixxiha lil dik il-kumpannija u jkollu ħames snin oħra.", "Allura huwa aktar faċli li ngħidu li l-option tibqa' għal dejjem u ma noqogħdux nagħmlu ħames snin u mhux ħames snin.", "Għax inti ħloqt vehicle fejn kulma trid tagħmel tiftaħ kumpannija, tħallas ix-share capital u għandek ftit charges biex tagħmilha imma at the end of the day tagħmilha.", "L-argument huwa dan: L-option għandna bżonnha jew m'għandniex bżonnha?", "Jekk qed ngħidu li l-option għandna bżonnha għal numru ta' raġunijiet oħrajn, allura ma nistax noqgħod nippermetti li joqogħdu jinfetħu l- kumpanniji sempliċement biex noqgħod nestendi l-option.", "Biss jekk inti trid testendi l-option, minflok tagħmel trasferiment agħmel xiri u akkwist.", "Ħallas il-boll u ħallas it-taxxa bit-35%, għaddih lil kumpannija l-ġdida u ...", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Allura jekk dan jagħmel trasferiment between two companies within a group u jgħolli l-valur tagħhom?", "ONOR.", "TONIO FENECH: Jekk jgħolli l-valur irid iħallas il-boll u t-taxxa.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Kollox sew, iħallas il-boll u t-taxxa.", "Jekk jagħmel hekk allura jkollu l-option.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Imbagħad l-option tidħol għaliex tkun saret legitimate sale.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Kwalunkwe sale huwa legitimate.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Legitimate sale f'għajnejn il-liġi għax teżerċita l- option.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Imma qed noħolqu ħafna eċċezzjonijiet.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Ma tantx naħseb li hija eċċezzjoni.", "Fil-fatt il- prinċipju huwa ċar, jiġifieri t-trasferiment tal-proprjeta` li fuqu jibda jikklikkja l-arloġġ huwa dak li tħallas il-boll fuqu.", "Jekk ma tħallasx boll fuqu huwa deemed not really a transfer in the context ta' dak li qed nifhmu hawnhekk.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Ma naqbilx, imma insomma.", "Iktar ma nikkomplika l- ħajja iktar agħar.", "THE CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki fuq din il-parti?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Le.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Din l-emenda tkompli tgħid hekk:", "\"(ċ) trasferiment ta' proprjetà li tkun sitwata f'area speċjali msemmija, kif imfissra fl-Att dwar l-Akkwist ta' Proprjetà Immobbli minn Persuni Mhux Residenti, jekk isir minn persuna li kienet is-sid ta' dik il-proprjetà fid-data meta dik l-area saret għall-ewwel darba area speċjali msemmija u jekk min ikun qed jitrasferixxi jagħżel, permezz ta' dikjarazzjoni li għandha ssir lin-nutar fil-waqt tal- pubblikazzjoni ta' l-att tat-trasferiment u reġistrata fl-imsemmi att, li", "dan l-artikolu ma japplikax għal dak it-trasferiment:", "Iżda –", "(i) għażla bħal dik tista' ssir biss jekk it-trasferiment ikun l- ewwel trasferiment ta' proprjetà li tkun sitwata f'dik l-area speċjali msemmija li jsir mill-imsemmija persuna li tkun qed titrasferixxi wara l-1 ta' Frar, 2006; u", "(ii) meta ssir għażla kif ingħad għandha tapplika għat- trasferimenti kollha sussegwenti ta' proprjetà li tkun sitwata f'dik l-area speċjali msemmija li jsiru f'kull żmien mill- imsemmija persuna li tkun qed titrasferixxi, u dawk it- trasferimenti kollha jkunu għalhekk trasferimenti li ma japplikax għalihom dan l-artikolu;\".", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "L-Onor.", "Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Se nagħmel dan il-kumment for the record.", "Nafu li waħda mill-vantaġġi ta' l-ispecial designated area hija li jista' jkollhom iktar minn proprjeta` waħda u m'għandhomx bżonn japplikaw għall- AIP.", "Allura proprjeta' li tkun f'designated area se tibqa' kkonsidrata proprjeta` f'designated area għal skopijiet ta' l-AIP, ma tinbidilx.", "Hawn qegħdin nitkellmu għal skopijiet ta' taxxa biss.", "(Interruzzjonijiet) Hawnhekk qegħdin nibdlu l-liġi tat-taxxa, imma se nagħmluha ċara li terza persuna li akkwistat proprjeta` fi special designated area, akkwistat tnejn, tliet appartamenti jew iktar għax dawn jistgħu jakkwistaw kemm iridu, jekk ibigħuha xorta jibqgħu eżenti milli japplikaw għall-AIP.", "(Interruzzjonijiet) Dan qed ngħidu for the record ħalli 'l quddiem ma jkunx hemm dubju ta' interpretazzjoni.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Qed naqblu totalment pero` għall-fini ta' boll jekk jien xtrajt proprjeta` f'designated area waħda, tnejn, tlieta, huma kemm huma, il-ħames snin jibdew għaddejjin.", "THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Jiġifieri aħna qed ngħidu li żviluppatur li għandu proġett fi special designated area mill-1 ta' Frar għandu l-għażla, bħal ħaddieħor, li jiddeċiedi jekk hux se jbigħ il-proprejta` bis-sistema ta' 12% taxxa jew bit-35%.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Naqbel.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Imma l-għażla tiegħu se tibqa' permanenti, jiġifieri jekk proġett kbir għandu ħames snin, sitt snin, seba' snin biex jitlesta, se jibqa' jeżerċita l-istess option f'dawk is-snin kollha.", "Jiġifieri jekk għażel bi 12% il-proġett kollu se jibqa' bi 12%, jekk għażel b'35% il- proġett jibqa' b'35%.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Pero` l-istess, ma japplikax għal min jakkwista mingħand l-original owner.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Le, għal min jakkwista mill-original owner, tiġi bil- five years.", "Hemm eċċezzjoni għal dawk li huma non-residents, li se niġu għaliha iktar tard, biex ma niskoraġġixxux in-negozju li jsir mill-barranin li jixtru proprjeta`.", "Kien hemm estate agents li ġabu l-argument – li kien validu - li dan jista' jiskoraġġixxi għax dak li jkun jgħidlek li jekk xtraha for scope of investment ma jaqbillux jekk noqogħdu ngħidulu biex jagħżel bis-sistema ta' 12% jew 35%.", "Allura se jkun hemm emenda għalihom li tgħid li l-option tibqa' eżerċitata għal dejjem għax huma xtrawha għax kienet bħala special designated area within that scope.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Imma, Ministru, hawn se nagħmlu diskriminazzjoni għax tinsiex li aħna eżentajna mill-AIP lill-barranin li xtraw special designated areas u min xtara outside designated area ma akkwistax AIP.", "Din se tapplika għal kulħadd issa, mhux għal special designated areas biss, hux hekk?", "ONOR.", "TONIO FENECH: Fid-double taxation relief tiġi tapplika hekk, mhux bl-emenda ta' hawn.", "Irrid niċċara li din se tkun tapplika għal dawk li Malta għandha double taxation agreement magħhom, allura japplika d-double taxation relief.", "Għal dawk biss se tiġi tapplika.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: L-ewwel ħaġa din kważi kważi se tispiċċa tagħmilha impossibbli biex tagħti advise lill-barrani jekk hux se jaqa' bit- 12% jew bit-35% għar-raġuni sempliċi li trid tara jekk għandekx double taxation relief, jekk xtrahiex fi special designated area.", "Iktar ma noħolqu dawn it-tip ta' affarijiet, iktar se nikkomplikaw.", "Jew se nagħmluha għall-barranin kollha li mhumiex residenti f'Malta ...", "Għax imbagħad jista' jkun barrani fl-EU jew barrani outside the EU.", "Jekk barrani fl-EU se jagħmel primary residence hawnhekk u jiġi kkonsidrat bħala Malti, hemmhekk tapplika l-prinċipji kollha.", "Imma jekk ikun barrani li jkun akkwista proprjeta` hawnhekk bħala investment, jien nissuġġerixxi li kemm jekk tkun outside designated area u kemm within designated area, jekk se nagħmlu eċċezzjoni għall-barranin, din għandha tapplika l-istess għal kulħadd.", "Apparti l-element diskriminatorju għal min ikollu proprjeta` li tista' tinbiegħ lill-barranin - id-developer qed ngħid - imma m'huwiex within a designated area - għax hawnhekk għandek proġett li jinvolvi ċertu ammont ta' investiment, that is conceded u nifhimha, mhux se tagħti lil kulħadd designated area - jekk barrani f'designated area se jkollu l-option miftuħa għalih, nagħmluha ċar u tond li tapplika l-istess għal kulħadd.", "Għax inkella jekk ngħidu on the basis of the double taxation agreement ...", "Dik ma tidħolx hawnhekk.", "THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Jien naqbel totalment ma' l-Onor Mangion għax inkella jiġri li jekk, per eżempju, jien ikolli oħti li tkun toqgħod l- Ingilterra allura jaqbilli noqgħod ninnegozja f'isem oħti.", "Wieħed jista' jixtri proprjeta` f'dawn l-areas f'isem xi ħadd li joqgħod barra minn Malta.", "Kulmin għandu z-ziju jew il-kuġina l-Awstralja joqgħod jixtri f'isimhom għax hemm id-double taxation agreement.", "Jien naħseb li t-taxxa għandha tkun kif inhi mingħajr eċċezzjonijiet, l-istess għal kulħadd.", "Għandu jkun hemm kriterju wieħed.", "(Interruzzjonijiet)", "THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Mela se nimxi minn paragrafu (ċ) għal paragrafu (d).", "Fuq paragrafu (ċ) m'hemmx problema.", "Imbagħad l-emenda li tkellimna dwarha nidħlu għaliha iktar tard.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Charles Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Fuq paragrafu (ċ), filwaqt li kkjarifikajna li meta jiġi ddikjarat li l-owner ta' proprjeta` fi special designated area ikun l-istess sid, jekk jagħmel il-bejgħ wara l-1 ta' Frar u jieħu l-option ta' 12% jew bl-option l-antika, dak irid jibqa' bl-istess option għall- kumplament tal-proġett.", "That's agreed.", "U fl-istess klawsola, jekk fhimtha sew, min jixtri special designated area u jkunu għaddew ħames snin minn meta dan ikun għamel l-akkwist, jekk ibigħ illum irid iħallas bit-12%.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Għandu ħames snin.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Jekk għaddew il-ħames snin japplika t-12%.", "S'issa qiegħda hekk.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Eżattament.", "Issa ħalli nkompli bl-emenda:", "\"(d) trasferiment li dwaru jseħħu dawn il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:", "(i) il-proprjetà kienet, minnufih qabel it-trasferiment, komproprjetà ta' żewġ individwi u t-trasferiment isir minn wieħed minn dawk il-komproprjetarji lill-ieħor;", "(ii) il-komproprjetarji jiddikjaraw lin-nutar li jippubblika l- att ta' trasferiment li huma kienu akkwistaw il-proprjetà biex jistabbilixxu fiha jew jibnu fuqha d-dar matrimonjali tagħhom, u dik id-dikjarazzjoni tiġi reġistrata min-nutar fl-imsemmi att;", "(iii) fl-att ta' l-akkwist ta' dik il-proprjetà il- komproprjetarji kienu għamlu dikjarazzjoni għall-finijiet ta' l- artikolu 32(4)(b) ta' l-Att dwar it-Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti li huma kienu akkwistawha biex jistabbilixxu fiha jew jibnu fuqha r-residenza ordinarja unika tagħhom;", "(iv) min qed jittrasferixxi jagħżel, permezz ta' dikjarazzjoni li għandha ssir lin-nutar fil-waqt tal-pubblikazzjoni ta' l-att tat-trasferiment u reġistrata fl-imsemmi att, li dan l-artikolu ma għandux japplika għal dak it-trasferiment;\".", "Jiġifieri hawnhekk qed ngħidu li ma tapplikax it-12% bejn l-għarajjes.", "(Interruzzjonijiet) Mhux ma jħallas ebda taxxa, imma ma tapplikax it-12% għax jista' jkun li jien nagħtiha lill-għarusa li sseparajt minn magħha b'valur ogħla u allura xi ħadd minnhom effettivament ikun qed jagħmel il- qligħ.", "Dik is-sistema dejjem hekk kienet jiġifieri mhux qed nintroduċu sistema ġdida.", "(Interruzzjonijiet)", "THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Ħu paċenzja bija.", "Ejja nistabbilixxu punt.", "Aħna għedna li jekk se jsir trasferiment bejn l-għarajjes m'hemmx taxxa dovuta.", "ONOR.", "TONIO FENECH: M'hemmx taxxa ta' 12%.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Suppost li m'hemmx taxxa bejn l-għarajjes.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Hawn qed ngħidu li s-sitwazzjoni hi li jistgħu jagħżlu b'mod permanenti, m'għandhomx il-limitu tal-ħames snin, kif kienet is-sitwazzjoni l-antika.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Meta jsir trasferiment bejn l-għarajjes taħt is- sistema l-antika – u din se tibqa' tapplika - jien kont nikteb lill- kummissarju tat-taxxi biex jeżentani mill-capital gains.", "Il-boll ovvjament dejjem jitħallas.", "Allura se nibqgħu kif konna fejn jidħol il-boll.", "Jien irrid niġbed daqsxejn l-attenzjoni li jekk ikun każ li koppja xtraw proprjeta`, ħallsu bil-5% u ma jkunux għamlu d-dikjarazzjoni li se jużawha bħala residenza tagħhom għal xi raġuni jew oħra.", "Illum ir-relazzjonijiet huma varji u l-ħajja hija kkomplikata ħafna.", "Jekk tnejn ikunu bnew id-dar tar-residenza tagħhom u ġġieldu u din tkun ilha aktar minn tliet snin għandhom, jekk wieħed ibigħ in-nofs tiegħu jista' jeħel bi 12% taxxa minħabba l-fatt li ma kenux għamlu dikjarazzjoni fl-akkwist oriġinali?", "Jekk irridu nagħmluha għall-għarajjes aħjar ngħidu li din tapplika għall- għarajjes.", "S'issa għarajjes huma mara u raġel għaliex s'issa għadna ma aċċettajniex relazzjonijiet oħrajn legalment biex inkunu għedna kollox għax ikollna kumplikazzjonijiet minn dawn ukoll.", "Din hija r-realta` tal-ħajja.", "(Interruzzjonijiet)", "THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Fis-sub-paragrafu (ii) tal-paragrafu (d) qed ngħidu: \"il-komproprjetarji jiddikjaraw lin-nutar li jippubblika l-att ...\"", "(Interruzzjonijiet)", "THE CHAIRMAN: Ippermettuli ftit, wieħed wieħed għax inkella ma jinstema' xejn.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Tinsiex li l-kondizzjonijiet kollha jridu jikkonkorru.", "Paragrafu (d) jgħid: \"trasferiment li dwaru jseħħu dawn il- kondizzjonijiet kollha li ġejjin:\" Dan huwa tassattiv ħafna.", "Jekk din hija intenzjonata għall-għarajjes nagħmluhielhom ċara li jekk l-għarajjes ibigħu l-proprjeta` lil xulxin mingħajr ebda qligħ għax mill-kuntratt dan ikun qed jidher, allura jistgħu jew jiġu eżentati minnha, jew inkella jistabbilixxu r-rata ta' 7% u jibqgħu bir-reġim l-antik.", "Naħseb li aktar jagħmel sens jekk nagħmlu eċċezzjoni speċifika għall-għarajjes.", "THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Jien naħseb li hemm xi ħaġa oħra x'wieħed irid jikkonsidra.", "Illum għandek relazzjonijiet differenti u allura mhux neċessarjament se tkun dar matrimonjali għax jekk għandek relazzjoni permanenti bejn tnejn min-nies, fejn wieħed ikun separat u allura ma jkunx jista' jiżżewweġ jew ikun hemm a legal impediment ieħor, allura jien naħseb li hemmhekk wieħed irid jikkonsidra ...", "ONOR.", "CHARLES MANGION: ... li jkunu akkwistaw il-proprjeta` flimkien.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Bl-idea li jgħixu fiha u tkun neħħejt il-kelma \"matrimonjali\".", "ONOR.", "TONIO FENECH: Jien naħseb li min ġenwinament kien għarus, fil- kuntratt oriġinali ta' l-akkwist kien iddikjara li kienu għarajjes biex jieħdu l-vantaġġ tar-rata li hija iktar vantaġġjuża tal-boll.", "Jiġifieri ma kien hemm l-ebda skop li ma jpoġġuhiex, ħadd m'hu baħnan li ma jpoġġihiex biex iħallas bis-7% minflok bil-5%.", "Jiġifieri hemm raġuni għaliex kellha tkun fil-kuntratt.", "Jekk ma kenitx ...", "Inkella qed ngħidu li business partners li jkunu raġel u mara issa jistgħu jibdew jiġu jgħidu li huma għarajjes.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Ibigħuha lil xulxin.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Issa forsi jkun hawn min igħidli li din darba jagħmilhielek għax imbagħad mhux se joqgħod ibigħlek ħafna proprjetajiet.", "Imma nixtieq inkun naf liema għarajjes ma poġġewhiex fil-kuntratt meta kellhom raġuni fiskali għaliex ipoġġuha dakinhar, biex jiffrankaw it-taxxa.", "Jiġifieri ma nafx kemm se jkollna eċċezzjonijiet ta' dan it-tip.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Hemm id-differenza bejn tnejn li jixtru dar biex jgħixu fiha flimkien u tnejn li jixtru dar biex tkun id-dar matrimonjali tagħhom.", "Fil-ħajja hemm każijiet fejn ikollok bniedem li forsi jkun issepara, għandu relazzjoni ma' ħaddieħor, xtraw dar ...", "(Interruzzjonijiet)", "THE CHAIRMAN: Ippermettuli ftit.", "Is-Segretarju Parlamentari jkompli bil- kummenti tiegħu u jindirizza lis-Sedja.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Fid-dinja tal-lum meta anke għall-fini ta' servizzi soċjali qegħdin naċċettaw lil dawn in-nies bħala koppja ma naħsibx li għandna nagħmlu differenza fil-każ ta' proprjeta`.", "Jien naħseb li fejn tnejn min-nies xtraw proprjeta` għandek il-mezz kif tipprova li jkunu joqogħdu fiha.", "Meta jkunu każijiet kif semmejt qabel disa' u disgħin fil- mija jkunu marru joqogħdu flimkien, ma jkunux każijiet fejn ikunu xtraw id- dar u marru joqogħdu fiha.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Imma jekk dawn imorru flimkien u jakkwistaw din il- proprjeta` u jpoġġuha bejniethom, I mean ...", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Iridu jagħmlu mhux inqas minn tliet snin.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: F'sub-paragrafu (ii) ta' paragrafu (d) minflok \"jibnu fuqha d-dar matrimonjali\" nistgħu nagħmluha \"jibnu fuqha r-residenza ordinarja u unika tagħhom\" biex inkunu qed napplikaw għal dan il-każ.", "Qed ngħid dan għax jekk hemm impediment biex jiżżewġu ma jistgħux jagħmluha matrimonjali għax inkella nitħawdu fit-termini.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Naħseb li din hija raġonevoli.", "(Interruzzjonijiet)", "THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Jiġifieri qegħdin naqblu li nneħħu subklawsola (2).", "Għalhekk subklawsola (3) tiġi subklawsola (2) u subklawsola (4) tiġi subklawsola (3), biex kulmin talab l-eżenzjoni taħt id-Duty and Documents Act ikun jista' jibbenefika minn din l-eċċezzjoni.", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "L-Onor.", "Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Din tibqa' tapplika għal co-owners kollha bl- intenzjoni li tkun ir-residenza ordinarja tagħhom, ikunu x'ikunu ċ- ċirkostanzi.", "Mhux neċessarjament ikunu għarajjes.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Din l-emenda tkompli tgħid hekk:", "(e) trasferiment li dwaru jseħħu dawn il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:", "(i) ikun trasferiment ta' proprjetà lill-Gvern Malti skond akkwist ta' dik il-proprjetà li jkun magħmul skond l-Ordinanza dwar l-Akkwist ta' Artijiet għal Skopijiet Pubbliċi;", "(ii) il-Gvern ikun ħa pussess ta' dik il-proprjetà qabel l-1 ta' Novembru, 2005 u jkun hemm evidenza ta' dan il-fatt f'ittra ffirmata mill-Kummissarju ta' l-Art li tiġi mehmuża ma' l-att ta' trasferiment.", "Min jittrasferixxi għandu jipproduċi l- imsemmija ittra lin-nutar li jippubblika l-att.", "In-nutar għandu jagħmel nota ta' l-ittra fl-att tat-trasferiment u jagħtiha, fl- oriġinal tagħha, lill-Kummissarju b'dak il-mod li jista' jkun preskritt", "iii) min qed jittasferixxi jagħżel, permezz ta' dikjarazzjoni li għandha ssir lin-nutar filwaqt iv) tal-pubblikazzjoni ta' l-att tat-trasferiment u reġistrata fl-imsemmi att, li dan l-artikolu ma għandux japplika għal dak it-trasferiment;\"", "Jiġifieri hawnhekk qed indaħħlu l-proprjetajiet li l-gvern ikun esproprja.", "Ovvjament dawn ma nistgħux nobbligawhom li bilfors iħallsu t-12% fuq il- prezz tal-proprjeta` skond il-market value, imma jistgħu japplikaw is- sistema l-antika b'mod permanenti.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Dan huwa aktar punt ta' dettall.", "Hawnhekk qed ngħidu li l-gvern ikun ħa pussess ta' dik il-proprjeta` qabel l-1 ta' Novembru, 2005.", "Jiġifieri jekk ikun ħa l-proprjeta` wara dik id-data, ikun ħareġ in-notice, jekk qegħdin niftiehmu tajjeb.", "Din tkompli tgħid li jkun hemm evidenza ta' dan f'ittra ffirmata mill-kummissarju ta' l-art li tiġi mehmuża ma' l-att ta' trasferiment.", "Issa hemmhekk qed nifhem li l- oriġinal ta' dik l-ittra tiġi mehmuża ma' l-att tan-nutar.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Hekk hu.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Allura dan ma jistax jagħti l-oriġinal tagħha lill-kummissarju.", "Jew jagħtih kopja ta' l-oriġinal min-nutar jew inkella jkun hemm żewġ kopji maħruġin mil-lands department.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Fil-fatt hekk għedna għax żidna biċċa.", "Qed ngħidu li min jittrasferixxi għandu jipproduċi l-imsemmija ittra lin-nutar li jippubblika l-att.", "In-nutar għandu jagħmel nota ta' dik l-ittra fl-att ta' trasferiment u jagħti l-oriġinal tagħha lill-kummissarju b'dak il-mod li jista' jkun preskritt.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: We are contradicting ourselves għax hawn qed jingħad:", "\"evidenza ta' dan il-fatt f'ittra ffirmata mill-Kummissarju ta' l-Art li tiġi mehmuża ma' l-att ta' trasferiment\".", "U mhux li kopja tagħha tiġi meħmuża ma' l-att.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Ma jistax jagħtihielu lura, bla dubju.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Allura aħjar nibqgħu bil-kostwetudni anke legali li l-oriġinal jiġi attached mal-kuntratt filwaqt li kopja awtentikata min- nutur tiġi mogħtija lill-kummissarju biex dan ikun jista' jikkalkula.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Mela li tiġi mehmuża ma' l-att tat-trasferiment tibqa' u ngħidu li n-nutar għandu jagħmel nota ta' l-ittra fl-att ta' trasferiment waqt li jgħaddi kopja lill-kummissarju b'dak il-mod li jista' jkun preskritt.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: L-Onor.", "Anthony Abela jaqbel?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Iva.", "(Interruzzjonijiet)", "THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Qed naqblu li l-aħħar parti tas-sub-paragrafu (ii) tkun hekk:", "\"Min jittrasferixxi għandu jipproduċi l-imsemmija ittra lin-nutar li jippubblika l-att u jagħti kopja awtentika lill-kummissarju b'dak il- mod li jista' jkun preskritt.\"", "Se nkompli naqra l-emenda:", "(f) trasferiment magħmul permezz ta' bejgħ fl-irkant bil-qorti;\"", "Naħseb li din hija ċara u sempliċi.", "(Interruzzjonijiet) Hekk qed ngħidu, li hija exempt.", "Hawn qed ngħidu li s-sistema ta' 12% ma tapplikax.", "Probabbilment dak li jkun jista' jagħmel qligħ minnu.", "THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Is-suġġeriment tiegħi kien li jekk il-judicial sale ikun biex iħallas id-dejn u l-prezz ma jkunx ogħla mid-dejn m'għandux ikun hemm taxxa sakemm m'hemmx konfużjoni bejn il-kreditur u d-debitur.", "Għax jien jista' jkolli kumpannija li tkun kreditriċi kontra tiegħi u hi tisforza l-bejgħ.", "Imma jista' jkun li l-prezz li bih jinbiegħ fis-subbasta jkun sostanzjalment iżjed mill-cost.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Għalhekk idealment din inħalluha kif inhi.", "B'dan il- mod hija sempliċi u mbagħad jekk ikun hemm qligħ tapplika t-35% bis-sistema l-antika.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Charles Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Meta jkun hemm bejgħ b'subbasta fil-qorti ma jkun hemm l-ebda kuntratt.", "Għalhekk jiddepożitaw il-flus u l-kredituri jieħdu dawk il-flus skond ir-ranking li jkollhom.", "Allura min se jkun obbligat li jħallas is-7%?", "Qed nistaqsi dan għax jekk wieħed huwa bankrupt mhux se jkollu biex iħallashom.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Mhux neċessarjament ikun bankrupt.", "Jista' jkun hemm a voluntary liquidation fejn jista' jkun hemm qligħ.", "ONOR.", "ANTONY ABELA: Jista' jkun li l-werrieta ma jaqblux u jbigħu bis- subbasta.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Ħalli nkompli naqra.", "(ġ) trasferiment ta' proprjeta` li tkun ġiet użata f'negozju għal żmien ta' mill-inqas tliet snin u li fi żmien sena titqiegħed flokha proprjeta` (\"il-proprjeta' l-ġdida\") li tiġi unikament użata għal għan simili fin-negozju:", "Iżda –", "(i) dan il-paragrafu japplika biss, u b'hekk għandu japplika l- artikolu 5(8), jekk min qed jittrasferixxi jagħżel hekk permezz ta' dikjarazzjoni li għandha ssir lin-nutar fil-waqt tal- pubblikazzjoni ta' l-att tat-trasferiment u reġistrata fl- imsemmi att;", "(ii) meta, wara trasferiment li jkun applika għalih l-artikolu 5(8), inkluż trasferiment magħmul qabel l-1 ta' Novembru, 2005, il-proprjeta' l-ġdida titneħħa u dik it-tneħħija ma tikkwalifikax għall-ħelsien mit-taxxa taħt l-artikolu 5(8), dik it-tneħħija tkun ukoll trasferiment li għalih ma japplikax dan l- artikolu, u l-qligħ li jirriżulta minnu jkun soġġett għat-taxxa skond l-artikolu 5 u stabbilit kif provdut fl-artikolu 5(8);", "Bażikament hawnhekk qed indaħħlu l-konċett ta' roll-over relief.", "F'każ li tiġi trasferita proprjeta` li kienet tintuża f'xi business għal tliet snin jew aktar u din tiġi replaced minn proprjeta` oħra għal skop simili, it- trasferiment ma jkunx jaqa' taħt dan l-artiklu jekk min jittrasferixxi jagħżel dan.", "Dan għaliex wieħed jista' jgħidlek li xorta jkun jixtieq li jkun jaqa' taħt dan l-artiklu.", "Meta din il-proprjeta` terġa' tiġi trasferita, dan it-tieni trasferiment ukoll ma jkunx jaqa' taħt dan l- artiklu imma jiġi ntaxxat bis-sistema ta' qabel, jiġifieri bis-7% jew bit- 35%.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Charles Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Nixtieq nagħmel punti ta' kjarifika.", "Meta ngħidu \"trasferiment ta' proprjeta` tkun ġiet użata f'negozju għal żmien ta' mill- inqas tliet snin\" qegħdin nitkellmu fuq negozju li m'huwiex il-bejgħ tal- proprjeta` ċertament, imma, per eżempju, fabbrika għandha l-istores tagħha.", "Meta ngħidu \"u li fi żmien sena titqiegħed flokha proprjeta`\", meta qed ngħidu flokha qed ngħidu fl-istess sit?", "Per eżempju, se tbigħ il- garaxxijiet hawn ...", "ONOR.", "TONIO FENECH: Le.", "Per eżempju, jien kelli store u issa rrid nespandi u xtrajt wieħed Ħaż-Żebbuġ jew x'imkien ieħor.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Hemmhekk qed naqblu.", "Mela jekk wieħed għandu fabbrika ...", "ONOR TONIO FENECH: Jekk l-għan tiegħek huwa to expand the business m'għandix nikkastigak.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Ħalli nagħti eżempju ta' wieħed li għandu fabbrika, biegħ dan is-sit u fetaħ fabbrika x'imkien ieħor.", "Jekk dan is- sit li nbiegħ intuża għal skopijiet spekulattivi minn min ikun akkwista, xorta waħda ma jiġix effettwat.", "Per eżempju, wieħed jista' jbigħ sit ta' fabbrika lil wieħed li jkun jinnegozja l-proprjeta`.", "Ċertament dak se jkun xtraha biex iwaqqa' u jerġa' jibni, imma hu bil-flus li jkun iġġenera jkun bena fabbrika oħra x'imkien ieħor.", "Jiġifieri irid ikun negozju li ma jkunx fil-proprjeta` imma f'qasam ieħor u bażikament qegħdin ngħidu li dan minn hemmhekk mar in-naħa l-oħra.", "ONOR.", "TONIO FENECH: M'aħniex qed ngħidu li dan isir immedjatament jiġifieri wieħed jista' jgħid li se jbigħha u sa sena oħra se jixtri proprjeta` oħra.", "Wara kollox m'għandekx tippretendi li wieħed jixtri bilfors immedjatament, back to back.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Ara sub-paragrafu (ii) imbagħad jgħid li meta \"il-proprjeta` l-ġdida titneħħa u dik it-tneħħija ma tikkwalifikax għall- ħelsien mit-taxxa taħt artikolu 5(8) ...\"", "Din tista' tispjegahielna daqsxejn?", "THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Sur President, l-idea hija tajba pero` naħseb li wieħed irid jikkjarifika ftit iżjed.", "Għax ħafna nies l-ewwel jixtru l- proprjeta` u jibda jibni, imbagħad wara jneħħi l-proprjeta` li kellu diġa`.", "Allura naħseb li d-dikjarazzjoni li trid issir għand in-nutar hija jew li hu fi żmien sena se jerġa' jissostitwixxiha, jew inkella li hu diġa` xtara u qed ilesti proprjeta` oħra biex ipoġġi n-negozju tiegħu hemmhekk.", "Allura jekk jien diġa` ħadt l-inkarigu li nieħu bridging loan biex xtrajt proprjeta`, bnejt l-imħażen il-ġodda u mir-Rabat iċċaqlaqt għal Tal-Ħandaq, allura jien m'għandix nikkwalifika għal din l-għażla jekk jien kont bil- għaqal biżżejjed li għamilt għażla qabel u mhux wara?", "Naħseb li għandu jkun hemm dan il-perijodu ta' żmien.", "Jiġifieri ċ-choice trid tkun jew qabel jew wara li hu se jiċċaqlaq minn post għall-ieħor u mhux biss wara.", "Għax forsi jkun nefaqhom qabel u l-flus li se jdaħħal minn dik il- proprjeta` se jmorru biex isostni self jew faċilita` bankarja li jkun diġa` ħa.", "THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "TONIO FENECH: For the record hekk qiegħda l-interpretazzjoni", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Li jista' jkun xtara qabel?", "ONOR.", "TONIO FENECH: Iva, li jista' jkun xtara qabel.", "Din qed ngħidha biex tiġi recorded.", "Issa jekk wieħed jista' forsi jiċċaraha.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Ma tiftiehemx hekk.", "ONOR.", "TONIO FENECH: F'artiklu 5 hekk toħroġ.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Ħalli nikkjarifika sub-paragrafu (ii) ta' paragrafu (ġ) li jgħid:", "\"meta, wara trasferiment li jkun japplika għalih 5(8) ...\"", "- mela jkun jikkwalifika taħt sub-paragrafu (i) –", "\"... inkluż trasferiment magħmul qabel l-1 ta' Novembru, 2005, il- proprjeta` l-ġdida titneħħa u dik it-tneħħija ma tikkwalifikax għall- ħelsien mit-taxxa taħt artikolu 5(8) ...\"", "Jekk aħna qegħdin ngħidu li wieħed ikun biegħ biex jagħmel replacement, minflok fabbrika żgħira għamel fabbrika akbar, ifisser li l-fabbrika akbar li għada pitgħada forsi jkun irid jittrasferixxi tista' ma taqax taħt artiklu 5(8)?", "THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Bażikament min ikun qed ibigħ proprjeta` biex jibni business ieħor irid jibqa' dejjem japplika bis-7% għax jekk idur bit-12% ma jkunx jista' jieħu l-benefiċċju tar-roll-over relief.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Charles Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Xi kultant forsi l-kliem magħżul għandu jkun iktar feliċi, imma għallinqas il-ħsieb warajha ġie spjegat.", "Allura qed ngħidu li fejn jidħol negozju li m'huwiex bejgħ ta' proprjeta` ma jibqax japplika t-terminu ta' ħames snin bħala perijodu definit.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Hekk hu, naqblu.", "Issa ġejja dik li tkellimna dwarha ftit qabel.", "Ejja naqrawha ftit.", "(h) trasferiment ta' proprjeta' minn persuna li ma tkunx residenti f'Malta u li tkun residenti għall-finijiet ta' taxxa f'pajjiż ieħor jekk dik il-persuna tipproduċi lin-nutar li jippubblika l-att ta' trasferiment dikjarazzjoni ffirmata mill-awtoritajiet tat-taxxa tal- pajjiż tar-residenza tagħha li tikkonferma r-residenza ta' dik il- persuna f'dak il-pajjiż u li tiċċertifika li dik il-persuna hija soġġetta għat-taxxa f'dak il-pajjiż fuq il-qligħ jew profitti derivati minn trasferimenti ta' proprjeta' immobbli f'Malta.", "In- nutar għandu jagħmel nota dwar dik id-dikjarazzjoni fl-att u jagħtiha, fl-oriġinal tagħha, lill-Kummissarju b'dak il-mod li jista' jkun preskritt.", "THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Bħalma għedna qabel, jien naħseb li n-nutar għandu jwaħħal l-oriġinal mal-kuntratt u jagħti kopja, għax ladarba tkun qiegħda mwaħħla mal-kuntratt din tiġi arkivjata u m'hemmx ċans li tintilef waqt li ġo file jew għand skrivan din tista' tintilef.", "Kif spjega l-ministru din se tapplika fil-każ fejn hemm double taxation agreement ovvjament.", "Jiġifieri qed nistabbilixxu dan il-punt, hux hekk?", "THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Fejn wieħed ikun jista' japplika biex jieħu r-refund fil-pajjiż fejn hu soġġett għat-taxxa jew li ma jiġix intaxxat f'pajjiżu fuqha.", "Ħafna drabi din tista' ssir fejn hemm double taxation agreements.", "Pero` se nemendawha ftit.", "Hawn qed ngħidu: \"In-nutar għandu jagħmel nota dwar dik id-dikjarazzjoni fl-att ...\"", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: U jagħti kopja awtentikata tagħha.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Mela mhux \"jagħmel nota tagħha\".", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Din għandha tinqara hekk: \"Għandu jannetti ma' l- att l-imsemmi ċertifikat u jagħti kopja awtentikata tagħha, lill- kummissarju b'dak il-mod li jista' jkun preskritt.\"", "ONOR.", "TONIO FENECH: Mela ħalli naqraha: \"In-nutar għandu jannetti ma' l- att l-imsemmi ċertifikat u jagħti kopja awtentikata tagħha lill-kummissarju b'dak il-mod li jista' jkun preskritt.\"", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "L-Onor.", "Charles Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: L-Onor.", "Fenech qed igħid li din tapplika fejn ikun hemm id-double taxation agreements għalkemm f'dan il-paragrafu m'hemm imsemmi xejn dwar dan.", "Allura jekk jiġi bniedem minn pajjiż li miegħu m'għandniex id-double taxation agreement u xorta jġib iċ-ċertifikat li huwa taxxabbli f'dak il-pajjiż u li fuq il-qligħ tal-proprjeta` huwa eżenti mit- taxxa ...", "(Interruzzjonijiet) Ħu paċenzja, qed inqanqal diffikulta`.", "Fl- interpretation aħna qegħdin ngħidu li din tapplika għal dawk il-pajjiżi li magħhom għandna a double taxation agreement.", "Pero` fil-paragrafu m'hemm imsemmi xejn dwar dan u fl-aħħar mill-aħħar il-liġi kif inhi miktuba se tiġi interpretata, mhux kif naħsbu li għandha tiġi interpretata.", "Allura din il-persuna trid iġġib dikjarazzjoni ffirmata mill-awtoritajiet tat- taxxa tal-pajjiż tar-residenza tagħha li tikkonferma li hija soġġetta għat- taxxa fuq il-qligħ f'dak il-pajjiż.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Fuq il-bejgħ tal-proprjeta` f'Malta.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Fuq il-qligħ.", "THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Hemm pajjiżi li japplikaw il-unilateral relief, jiġifieri jekk tagħtihom prova li inti diġa` ħallast taxxa fuq dak il- qligħ, ma jintaxxawkx fuqu, irrispettivament jekk għandhomx double taxation agreement ma' dak il-pajjiż jew le.", "F'pajjiżi li japplikaw dak il- prinċipju mhux fl-interess tagħna li ngħidulhom li ma jistgħux jibbenefikaw minnu, għax inkella jiddeċiedu li ma jixtrux proprjeta` f'Malta in the first place.", "Jiġifieri fil-klawsola ma nistgħux neċessarjament norbtu li din tapplika jekk ikun hemm double taxation agreement.", "L-iskop hu li ma jkunx hemm double taxation, jiġifieri l-individwu ma jeħilx taxxa Malta u taxxa barra.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Imma tapplika l-ewwel ħaġa anke fejn m'għandekx double taxation.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Aħna hawn qed ngħidu li Malta se tiġbor it-taxxa biex l-individwu ma jkunx intaxxat f'pajjiżu.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Imma aħna qed ngħidu li d-dikjarazzjoni trid tikkonferma r-residenza ta' dik il-persuna f'dak il-pajjiż - mela it can apply għal kwalunkwe pajjiż barrani anke fejn m'għandniex double taxation agreement miegħu - u li tiċċertifika li dik il-persuna hija soġġetta għat- taxxa f'dak il-pajjiż fuq il-qligħ jew profitti derivati minn trasferimenti ta' proprjeta` immobbli f'Malta.", "Mela għall-forza ta' l-argument jekk dan f'pajjiżu se jkollu relief minn din it-taxxa fuq il-qligħ tal-proprjeta` għax ma jkollhomx ir-reġim tal- capital gains, allura qegħdin ngħidu li dan se jkun intaxxat bit-12% u mhux bis-7%.", "(Interruzzjonijiet) Jiġifieri jekk inġib ċertifikat fejn nuri li aħna f'Malta m'għandniex tax on capital gains, jew mhux se jkun intaxxat fuq ...", "THE CHAIRMAN: Ippermettili ftit.", "Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Aħna mhux se neżentawh għax dak li jkun se jħallas it-taxxa għandna.", "Sempliċement it will not be brought to charge in his country.", "Jiġifieri mhux se jmur x'imkien ieħor u jgħidlu ...", "THE CHAIRMAN: Imma jekk persuna ġġibli dikjarazzjoni li tgħid li fil- country of residence mhux se jkun intaxxat fuq dak il-qligħ, jien, bħala nutar, se niċċarġjah bis-7% jew bit-12%?", "ONOR.", "TONIO FENECH: Hemmhekk bit-12%.", "Jiġifieri se tapplika s-7% jekk id-dikjarazzjoni tgħid li jekk hu ħallas fuq it-taxxa fuq il-qligħ, allura dak l-income mhux se jerġa' jiġi brought to charge fil-pajjiż fejn hu jgħix.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Mela jekk hu se jkollu benefiċċju taħt id-double taxation agreement ...", "Irridu nkunu ċari xi skop irridu nilħqu.", "Għax aħna nibdew bl-iskop li ma ndejqux lill-barranin li jridu jixtru hawn Malta, imma mbagħad qed ngħidu li jekk id-dikjarazzjoni tgħid li bit-tax regime li jkollu l-pajjiż li jgħix fih hu mhux se jkun charged taxxa - għax hu forsi jkun xtraha b'dak l-iskop - aħna rridu niċċarġjawh bit-12%.", "Hekk qed tgħid hawnhekk.", "Dik il-persuna hija soġġetta għal 12% taxxa jekk tkun iktar minn ħames snin u jekk tkun within the five years bis-7%.", "THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "TONIO FENECH: L-iskop huwa biex dak li jkun ma jiġix intaxxat doppjament, imma jekk wieħed mhux se jkun intaxxat f'pajjiżu se japplikaw kompletament ir-regolamenti tagħna.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Jista' ikompli s- Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Issa ħalli mmorru għal subartiklu (4):", "(4) Ma għandha titħallas ebda taxxa fuq trasferiment li japplika għalih dan l-artikolu meta t-trasferiment ikun:", "(a) donazzjoni magħmula minn persuna:", "(i) lill-konjugi tiegħu, lil dixxendent jew axxendent f'linja diretta tiegħu, jew lill-konjugi ta' xi dixxendent jew axxendent bħal dak, jew, fin-nuqqas ta' dixxendenti f'linja diretta, lil ħuh jew oħtu jew lil dixxendent ta' ħuħ jew oħtu;", "(ii) lil istituzzjoni filantropika approvata għall- finijiet ta' l-artikolu 12(1)(e);", "(b) donazzjoni magħmula meqjusa li tkun saret skond l-artikolu 5(18)(b) jew 5(21)(b)(ii) minn persuna lil persuna jew istituzzjoni msemmija fil-paragrafu (a);", "(ċ) trasferiment ta' proprjetà li kienet proprjetà ta' min għamel it-trasferiment u okkupata minnu bħala r-residenza tiegħu stess għal perijodu ta' mill-inqas tliet snin konsekuttivi li jiġu minnufih qabel id-data ta' trasferiment u sakemm il- proprjetà titneħha fi żmien tnax-il xahar minn meta jitbattal il- fond:", "Iżda -", "(i) kull żmien li fih min qed jitrasferixxi okkupa l- proprjetà bħala r-residenza tiegħu stess bil-permess ta' l- Awtorità tad-Djar skond konvenju għall-bejgħ minn dik l- Awtorità għandu jitqies li jkun żmien li fih il-proprjetà kienet proprjetà ta' min qed jittrasferixxi;", "(ii) meta l-proprjetà tkun intirtet minn min qed jitrasferixxi minn axxendent f'linja diretta, iż-żmien li fih l-imsemmi axxendent kien il-proprjetarju ta' dik ir- residenza u kien jokkupaha bħala r-residenza tiegħu stess għandu jitqies li jkun żmien li fih il-proprjetà kienet proprjetà ta' min qed jitrasferixxi;", "(iii) meta min jitrasferixxi kien akkwista l-proprjeta' taħt assenjament li japplika għalih il-paragrafu (d) jew (e), iż-żmien li fih il-proprjeta' kienet proprjeta' tal- persuna li kienet għamlet l-assenjament u użata minnha bħala r-residenza tagħha stess għandu jitqies żmien li fih il-proprjeta' kienet proprjeta' ta' min qed jitrasferixxi;", "(iv) meta xi kundizzjoni għall-eżenzjoni taħt dan il- paragrafu tkun sodisfatta biss dwar parti indiviża tal- proprjeta` l-eżenzjoni għandha tiġi ristretta proporzjonalment;", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Billi paragrafu (ċ) kien daqsxejn twil aħjar neħduh biċċa biċċa.", "L-ewwelnett se ndaħħlu l-prinċipju tar-residenza, jiġifieri min jagħmel it-trasferiment irid ikun ilu tliet snin jokkupa dik ir- residenza, imbagħad hemm l-eċċezzjonijiet.", "Għandna ħafna nies li qed joqogħdu f'postiijet allokati mill-awtorita` tad-djar li għal raġunijiet li l-art għad m'għandhiex it-titlu formalment f'idejn il-gvern, allura lanqas dak it-titlu m'għadda lil dik il-familja, pero` din il-familja xorta tista' tittrasferixxi d-drittijiet li għandha fuq dik il-proprjeta` skond kif ġew mgħoddija lilha, allura dawk id-drittijiet għandhom xorta jitqiesu daqslikieku kienet qed tgħix hemm u mhux ngħidulha li ma kenitx qed tgħix hemm.", "THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Naħseb li l-Onor.", "Mangion mhux darba jew tnejn li mess magħha din il-problema fil-prattika tal-professjoni tiegħu.", "Hawn ħafna plots li sfortunatament, minħabba problemi legali jew inkella għax ma nafux min huma s-sidien, sal-lum il-gvern għad m'għandux il-presidential order fuqhom sabiex il-proprjeta` ssir tiegħu.", "Għaldaqstant qegħdin ngħidu li fejn jeżistu dawn il-proprjetajiet u l-persuna tkun qiegħda tħallas iċ- ċens jew inkella ħallset anke l-korrispettiv ta' l-akkwist u baqgħet toqgħod fih, allura taħt it-terminu ta' dak il-konvenju għandha titqies li hi kienet bħala sid tal-proprjeta` u residenti fiha, u allura japplikaw l- istess regoli tal-paragrafu preċedenti għaliha biex ma tħallasx capital gains tax.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Paragrafu 4(a) qiegħed kjarifikat aktar li ma għandha titħallas ebda taxxa fuq trasferiment li jkun ġej minn donazzjoni.", "Issa nixtieq niġi għal paragrafu (ċ) fejn qed ngħidu li min jittrasferixxi jrid ikun ilu jokkupa l-istess proprjeta` għal perijodu ta' mill-inqas tliet snin.", "Naqbel ukoll li proprjeta` okkupata bil-permess ta' l- awtorita` tad-djar għandha titqies li kienet proprjeta` ta' min qed jittrasferixxi, minkejja li ma setax isir il-kuntratt.", "Pero` rrid nagħmel parentesi żgħira biex nappella lill-awtorita` tad-djar biex tħaffef ħalli ġġib il-presidential orders neċessarji sabiex il-proprjeta` ssir tal-gvern u jkunu jistgħu jsiru l-kuntratti għax għandna każijiet fejn ilhom mill- 1983 jew 1984 jokkupaw id-djar u għad m'għandhomx titlu.", "Qabel kien hemm arranġamenti mal-banek fejn anke min ma kienx ikollu t- titlu fuq il-proprjeta` b'xi mod il-bank kien jisilfu bl-undertaking min- naħa ta' min jissellef, jiġifieri tad-debitur, u meta l-proprjeta` ssir tiegħu jikkostitwixxi ipoteka favur il-bank.", "B'xi mod jew ieħor kienu jimxu imma dan l-aħħar il-banek qed ikunu iktar stringent.", "Allura għandek nies li għandhom proprjeta` tagħhom tiswa Lm100,000 u anke iktar, ilhom jokkupawha 20 sena, titlu m'għandhomx u lanqas jistgħu jużawha bħala garanzija.", "Fil-fatt qed ikollhom ċerti problemi mill-banek ukoll.", "(Interruzzjonijiet) Anke problemi legali fuq wirt, jekk m'humiex parti mill-wirt jew le.", "Jien nappella - din m'hijiex xi ħaġa li għandha x'taqsam ma' dan l-Att speċifikament – li jekk hemm bżonn ta' xi presidential orders għal dawn il- każijiet dawn jitħaffu ħalli għallinqas jibdew isiru dawn il-kuntratti għax mhux sew li tistenna 25 sena.", "Jekk hemm bżonn nagħmlu emenda fil-liġi dwar l-akkwist tal-proprjeta` ejja ħalli nagħmluha biex in-nies ikollhom titlu fuq l-art tagħhom għax effettivament ċerti problemi qegħdin hemmhekk u ma nistgħux nibqgħu ninjorawhom.", "Sub-paragrafu (ii) jgħid:", "\"meta l-proprjetà tkun intirtet minn min qed jittrasferixxi minn axxendent f'linja diretta\",", "Hawn qed nirriferu għal xi ħadd li wiret il-proprjeta` mingħand il-ġenituri tiegħu.", "Hawnhekk qegħdin ngħidu li l-fatt li wiret mingħand ommu dak jiġi kkonsidrat li ilu joqgħod fir-residenza għal iktar minn tliet snin?", "ONOR.", "TONIO FENECH: Din hija speċifikament fil-każ fejn wieħed ikun joqgħod mal-ġenituri tiegħu li jkunu sidien tal-proprjeta`.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Jekk jien noqgħod mal-ġenituri tiegħi li mietu u jien writt id-dar fl-2005, jekk nipprova li kont residenti magħhom fl-2003 u fl- 2004, dawk is-sentejn jingħaddu bħala parti mit-tliet snin li hemm bħala requisite biex inti tipprova li kont toqgħod fil-proprjeta` bħala residenza tiegħek.", "Dak huwa l-iskop tagħha.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: X'imkien irridu ndaħħlu li l-persuna li tiret trid tkun qed tgħix ma' l-axxendent, jiġifieri mingħand min wiret il- proprjeta` għax din ma tantx toħroġ ċara.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Fil-fatt jien diġa` qajjimt din il-problema u l- experts qaluli li l-fatt li int kont toqgħod magħhom joħroġ mill-paragrafu (ċ) li jgħid li din il-proprjeta` kienet okkupata minnu bħala r-residenza tiegħu stess għal perijodu ta' mill-inqas tliet snin konsekuttivi qabel l- erbgħa.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Imma paragrafu (ċ) jgħid: \"trasferiment ta' proprjeta` li kienet proprjeta` ta' min għamel it-trasferiment u okkupata minnu bħala residenza tiegħu ...\".", "Dawn huma r-requirements ta' min għamel it-trasferiment.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Iva, imma mbagħad paragrafu (iii) qed jgħid li ż- żmien li kien joqgħod fiha mal-ġenituri tiegħu jitqies daqslikieku kienet proprjeta` tiegħu.", "Fil-fatt tgħid li \"għandu jitqies żmien li fih il- proprjeta` kienet proprjeta` ta' min qed jittrasferixxi.\"", "Mela allura hemmhekk qegħdin ngħidu li għalkemm hu ma kienx sid fil-perijodu li kien joqgħod mal-ġenituri tiegħu qabel ma mietu, effettivament għall-fini tal- capital gains u għall-fini ta' taxxa fuq il-bejgħ qiegħed jitqies li kien sid.", "Bħalma qed jitqies li kien sid l-istess persuna li kien joqgħod ġo proprjeta` tal-housing.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Naħseb li dan il-punt iċċarajnieh.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Paragrafi (iii) u (iv) kollox sew, Onor. Mangion?", "Paragrafu (iii) tkellimna fuqu u paragrafu (iv) jitkellem dwar l-eżenzjoni meta jkollok parti indiviża tal-proprjeta` biss.", "Allura hemmhekk l- eżenzjoni tiġi ristretta proporzjonalment.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Li qed igħid l-Onor.", "Fenech huwa dan.", "Jekk jien kont sid ta' nofs il-proprjeta` għal tlieta jew erba' snin, imbagħad xtrajt l-aħħar biċċa fl-aħħar sena, in-nofs ikun eżenti mill-ħlas tat-taxxa regolari, imma nħallas fuq il-proporzjon li ma jaqax taħt dawn il- parametri.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Allura f'każ ta' separazzjoni tkopri?", "Hemmhekk hemm l-eżenzjoni, imma mbagħad jekk tiġi biex tbigħ, it-three years ...", "ONOR.", "TONIO FENECH: Paragrafu (d) jitkellem proprju dwar dan u jgħid:", "(d) l-assenjament ta' proprjetà bejn il-konjugi wara li ssir separazzjoni bil-qorti jew bil-kunsens tat-tnejn;", "THE CHAIRMAN: Qabel ma ngħaddu għal paragrafu (d), is-Segretarju Parlamentari għandu xi kummenti fuq ta' qabel?", "(Interruzzjonijiet) Biex nimxu biċċa biċċa.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Jien naħseb li hawnhekk irridu nżidu l-istess ħaġa li żidna taħt is-sub-paragrafu (iii) ta' paragrafu (ċ), fejn ngħidu li dak iż-żmien li fih il-proprjeta` kienet tal-persuna li minn magħha ssepara pero` kien residenti magħha għandha titqies ukoll bħala li kien hu l- proprjetarju tagħha.", "Jiġifieri jekk jien messni proprjeta` minħabba separazzjoni u dik il- proprjeta` kienet id-dar matrimonjali tagħna, u jien wara sena u nofs għal raġuni jew oħra kont kostrett li nbigħha, m'għandix nitqies li fuq parti ma nħallasx capital gains tax u fuq parti nħallas.", "Pero` m'għandix inħallas capital gains tax fuq il-proprjeta` kollha ladarba jiġi pprovat li qabel is- separazzjoni dik kienet id-dar matrimonjali tagħna.", "Jiġifieri rridu nżidu ma' din l-istess parametri li żidna taħt is-sub- paragrafu (iii) ta' paragrafu (ċ).", "Taqbel, Onor. Mangion?", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.TONIO FENECH: Din hija awtomatika.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Le, m'hijiex awtomatika.", "(Interruzzjonijiet)", "THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Safejn qed nifhem jien, sub-paragrafi (ii), (iii) u (iv) qed jiġu aċċettati mill-Onor.", "Mangion.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Charles Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Qbilna li nagħmlu paragrafi (d) u (e) ta' dan is- subartiklu ħalli jiġi speċifikat li f'sub-paragrafu (iii) japplika dak il- punt li qanqal l-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Fir-realta` biex niċċarawha għaliex m'għandekx bżonn tgħidu jekk huwa hekk, imma jekk taħseb li jista' jkun hemm xi dubju allura aħjar niċċarawha.", "Ħalli naqra paragrafi (d) u (e):", "(d) l-assenjament ta' proprjetà bejn il-konjugi wara li ssir separazzjoni bil-qorti jew bil-kunsens tat-tnejn;", "(e) l-assenjament ta' proprjetà li kienet tagħmel sehem mill- komunjoni ta' l-akkwisti bejn il-konjugi jew kienet mod ieħor proprjetà komuni bejniethom lil wieħed mill-konjugi max-xoljiment tal- komunjoni, jew il-qsim ta' dik il-proprjetà bejn il-konjugi jew bejn il-konjugi li jibqa' ħaj u l-werrieta tal-konjugi l-mejjet;", "THE CHAIRMAN: Hemm xi kummenti fuq dawn iż-żewġ paragrafi?", "L-Onor.", "Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Din bażikament titkellem dwar meta jkun hemm qsim bejn tfal ta' wieħed mill-kollegi u s-surviving spouse, jiġifieri piu` o meno baqgħet l-istess ħaġa kif kienet qabel.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Ftehemna.", "Is-subklawsola (f) se nbiddluha ftit għaliex biddilna l-konċett.", "Din hija dwar il-kwestjoni ta' meta t- trasferiment ta' proprjeta` jsir minn kumpannija għal oħra.", "Fil-fatt din se tiġi hekk:", "\"(f) it-trasferiment ta' proprjetà minn kumpannija għal kumpannija oħra meta:", "(i) l-azzjonisti diretti u indiretti f'kumpannija minnhom ikunu l-istess azzjonisti diretti u indiretti fl-oħra u jkollhom l-istess kwoti ta' kontroll u proprjeta` benefika fiż-żewġ kumpanniji; jew", "(ii) iż-żewġ kumpanniji jkunu u tul iż-żmien tat-tmintax-il xahar li jiġu minnufih qabel it-trasferiment kienu:", "(a) meqjusa bħala grupp ta' kumpanniji għall-finijiet ta' l- artikolu 16; jew", "(b) kontrollati u l-istess azzjonisti jkunu proprjetarji li jibbenefikaw direttament jew indirettament minnhom b'iktar minn ħamsin fil-mija, bla ma jingħata kas ta' azzjonisti li fiż-żmien tat-trasferiment jew f'xi żmien matul l-imsemmi perijodu ta' tmintax-il xahar, ikunu jikkontrollaw kull waħda mill-kumpanniji, jew proprjetarji li jibbenefikaw minn kull waħda mill-kumpanniji, b'inqas minn għoxrin fil- mija;\".", "Hawnhekk qed nipprovaw nevitaw is-sitwazzjoni fejn isir trasferiment ta' proprjeta` billi sempliċement nixtru proprjeta` fejn jien ikolli 99% share u Tony, per eżempju, ikollu share waħda.", "Wara ġimgħa jien inbigħ il- proprjeta` lil Tony billi sempliċement nittrasferixxu x-shares bejnietna, jiġifieri hu jkollu id-99% u jien ikolli l-1%.", "Ix-shareholding tal- kumpannija ma nbidilx, għadna jien u Tony, pero` fir-realta` l-proprjeta` tkun ġiet trasferita.", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq meta trasferiment ta' proprjeta` jimxi minn proprjeta` għal oħra pero` l-azzjonijiet ta' dawk iż-żewġ kumpanniji jkunu l-istess, jiġifieri għandi 99% tal-kumpannija jien u 1% Tony, u se ngħaddu dik il-proprjeta` ġo kumpannija oħra.", "Jekk dak ma jkunx il-każ imma fino in fondo jaqgħu fit-terminu ta' x'inhu grupp, mela allura dik il-kumpannija mhux tiġi istitwita dakinhar biex nagħmlu t-trasferiment imma trid tkun ilha almenu 18-il xahar bħala kumpannija eżistenti.", "Jiġifieri waqt li jista' jkun hemm varjazzjoni ta' kif inhu x-shareholding, dik il- varjazzjoni trid tkun ilha hekk mill-inqas 18-il xahar biex inneħħu dik il- possibbilta` ta' abbuż.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Jien nixtieq nagħmel żewġ punti għall- ġustifikazzjoni ta' din l-emenda.", "Meta nagħmlu trasferiment ta' shares f'kumpannija li l-assi tagħha hija l-proprjeta` - għallinqas jien hekk nagħmel - nagħmlu stima tal-perit u neħlu l-capital gains fuq il-valur.", "M'ilux kien hemm emenda li tgħid li anke d-dejn ta' dik il-proprjeta` jiġi kkreditat ...", "(Interruzzjonijiet) U anke bħala valur, imma fuq ix-shares fi proprjeta` tħallas bis-7%.", "Property company tħallas, le?", "(Interruzzjonijiet) It-transfer of shares huwa taxxabbli fuq il-valur tal- proprjeta`.", "THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Il-capital gains tax kien taxxabbli fuq il-valur tal-bejgħ tax-shares.", "Il-boll huwa fuq il-valur skond ma jgħid l- accountant jiġifieri hemm differenza.", "Jien nista' nbigħlek shares ġo kumpannija b'Lm1 u jien neħel il-capital gains tax fuq il-Lm1.", "All right?", "Il-boll jitħallas skond l-istima tal-valur tal-proprjeta`.", "Hemm differenza kbira għax waħda kienet tasal sa 35% u l-oħra tasal sa 5% biss.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Appuntu.", "Imma jekk l-accountant jagħtik il-valur tax-shares li fuqhom se tibbaża għall-boll ...", "(Interruzzjonijiet) Ħalli nirrikapitolaw.", "Hawnhekk m'aħniex nitkellmu fuq share transfer, imma jien qbadt ma' l-eżempju li kien ta l-Onor.", "Fenech.", "Effettivament hawnhekk qegħdin ngħidu fuq żewġ kumpanniji within a group li huma l-istess shareholders.", "Bażikament li qed ngħidu huwa li ma tistax tinħoloq kumpannija issa u jsir transfer ta' dik il-proprjeta` u jitolbu l- eżenzjonijiet.", "Din il-kumpannija trid tkun ilha 18-il xahar ifformata.", "Jien nerġa' ntenni li dawn l-eżenzjonijiet oriġinarjament kienu ngħataw, u kien hemm anke emendi fuqhom, biex ngħinu lill-kumpanniji li jkunu qegħdin jirristrutturaw.", "Jien nissuġġerixxi li għandha titħalla tieqa - forsi tapplikaha fil-general clause – biex wieħed ikun jista' jikteb lill- kummissarju.", "Ħalli ngħid għalxiex.", "Per eżempju, xi ħadd ikollu biċċa art sostanzjali u jiftiehem ma' xi ħaddieħor biex jagħmlu lukanda fuqha jew business kompletament differenti.", "Dawn ikunu jistgħu jikkostitwixxu kumpannija bl-istess majority shareholding ta' wieħed u ta' l-ieħor, imbagħad isir dak it-trasferiment.", "Jien nifhem li l-ispirtu tagħha din huwa biex ma nagħtux lok li jkun hemm min jevita t-taxxa, biex ma ngħidx jevadi t-taxxa.", "Imma forsi nistgħu nħallu l-possibilita` li wieħed jikteb lill-kummissarju li jkun awtorizzat li f'tali ċirkostanzi jagħti dawn l- eżenzjonijiet.", "Jien naħseb li din dejjem tista' ssir taħt il-general clause, imma peress li hawnhekk qed norbtu li l-kumpannija trid tkun ilha fformata 18-il xahar il-kummissarju ma jkunx f'pożizzjoni li jagħti din l- eżenzjoni.", "(Interruzzjonijiet) Sempliċement għal xi każ li jkun ġenwin.", "ONOR.", "TONIO FENECH: L-ewwelnett naħseb li fil-każ li semmejt inti, change of use u dan kollu, effettivament diġa` jkunu għaddew it-18-il xahar, u r-realta` hija li jekk tagħmel din il-general clause nibda nimmaġina li jibda jidħol kollox taħtha.", "Tgħidli li l-kummissarju jista' jiċħad lil kulħadd.", "(Interruzzjonijiet) Imma kulħadd jibda japplika, Onor. Mangion.", "Ma naħsibx li din hija daqstant meħtieġa effettivament.", "Għamilna ħafna eżenzjonijiet.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Bl-ispirtu li konna għamilna l-eżenzjonijiet fil- bidu, for the restructuring purposes tal-kumpanniji, ovvjament dan l- eżerċizzju tar-restructuring qed isir.", "Jista' jkollok kumpannija bejn l- aħwa u jkunu jridu jsiru ċerti affarijiet għal skopijiet ovvji.", "Għalhekk qed ngħid li jkollok il-general clause to that effect, imbagħad għallinqas ikun hemm lok fejn tingħata eżenzjoni f'ċerti ċirkostanzi li jkunu ġustifikati.", "Ovvjament kulħadd applika għal ċerti eżenzjonijiet xi darba jew oħra u dawn ma tantx jingħataw b'mod leġġer ħalli nkunu qegħdin ngħidu kollox.", "Imma għandu jkun hemm ċerti ċirkostanzi fejn jistgħu jingħataw, mhux nagħmluha tassattiva, għax imbagħad, anke jekk il-kummissarju jħoss li hija ġustifikata, din ma tistax tingħata.", "Tista' tkun kumpannija bejn l- aħwa u jista' jkun li jidħlu partners oħra jiġifieri jkun hemm varjazzjonijiet.", "Issa ħalli niġi għall-kwestjoni ta' l-20% li hemm fis-sub-paragrafu (b).", "Jekk dan ix-shareholding ikun bejn sitt aħwa u jkollhom inqas minn 20% kull wieħed, u jkollhom kumpannija oħra li qiegħda bl-istess struttura ta' shareholders jinqala' ...", "(Interruzzjonijiet) Forsi qed nifhem ħażin l- interpretazzjoni, imma qed inqanqal dawn id-diffikultajiet li niltaqgħu magħhom fil-prattika ħalli nkunu nafu fejn aħna.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: F'sub-paragrafu (i) għedna:", "\"l-azzjonisti diretti u indiretti f'kumpannija minnhom ikunu l-istess azzjonisti diretti u indiretti fl-oħra\",", "Mela hemmhekk qegħdin nieħdu ħsieb.", "Jistgħu jkunu disgħa jew għaxar azzjonisti u jistgħu jkunu tnax, jiġifieri sakemm bqajna taħt l-istess struttura m'hemm problema ta' xejn.", "Imma jekk f'daqqa waħda se jibdilli b'mod li se jiġu taħt it-20% u jibda jvarjali minn wieħed għall-ieħor u strutturi differenti, imbagħad bilfors ikun hemm element ta' trasferiment u negozju.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Li qed naċċettaw huwa li diment li għall-perijodu ta' dawk it-18-il xahar baqa' l-50% plus one, allura qed ninjoraw dawk li huma below the 20%.", "Jiġifieri jekk daħal xi ħaddieħor li għandu taħt it- 20% mhux se tintilef il-possibbilta` li jista' jittrasferixxi l- proprjeta`, qishom m'għadhomx jgħoddu dawk it-18-il xahar għax it's not significant.", "It-20% hija dik it-threshold bażikament.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Naħseb li l-Onor.", "Abela kien korrett.", "Din l- emenda qed narawha issa.", "Allura trid taqraha diversi drabi u tara d- dettall tagħha.", "Din qiegħda \"jew\", jiġifieri if either of these conditions prevail japplika.", "Mela l-ewwelnett tapplika jekk ikunu l-istess shareholders jiġifieri jista' jkollhom 10% kull wieħed bejn għaxra fl- istess kumpannija.", "Allura f'dak il-każ m'hemmx l-obbligu li l-kumpanniji jkunu ilhom imwaqqfa 18-il xahar?", "ONOR.", "TONIO FENECH: Le.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Mela qegħdin naqblu.", "(Interruzzjonijiet) Jiġifieri sakemm ikunu the same shareholders baqgħet l-istess kif inhi llum prattikament għax f'paragrafu (f) qed ngħidu:", "\"it-trasferiment ta' proprjeta` minn kumpannija għal kumpannija oħra meta ż-żewġ kumpanniji jkunu, u tul iż-żmien ta' 18-il xahar li jiġi minnufih qabel it-trasferiment kienu:", "(i) meqjusa bħala grupp ta' kumpanniji għall-finijiet ta' l- artikolu 16\",", "Dan ifisser li jekk hemm xi ħadd li għandu l-51% tax-shares se jibqa' bil- 51% tul it-18-il xahar, jew", "\"kontrollati u l-istess azzjonisti jkunu proprjetarji ...\" kif qegħdin ngħidu fis-sub-paragrafu (b).", "(Interruzzjonijiet) Kollox sew, basta jingħata kas ta' l-azzjonisti b'iktar minn 20%, u dejjem bir-requirement tat-18-il xahar.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Mela s-Segretarju Parlamentari jista' ikompli jaqra paragrafu (ġ).", "ONOR.", "TONIO FENECH: Paragrafu (ġ) jgħid hekk:", "\"it-trasferiment ta' proprjetà meta negozju jew soċjetà f'isem kollettiv li jkunu jirrendu jiġu inkorporati f'kumpannija b'responsabbiltà limitata, liema trasferiment jissodisfa l- kundizzjonijiet stabbiliti fl-artikolu 5(15);\"", "Hawnhekk qed nagħmlu l-incorporation relief.", "Dawk it-trasferimenti ta' proprjeta` li jsiru meta business jew partnership jiġu nkorporati f'kumpannija biex ikollok l-istess azzjonisti mhux se jiġu ntaxxati f'dak l- istadju.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: F'paragrafu (ġ) qegħdin ngħidu trasferiment minn negozju jew soċjeta` f'isem kollettiv.", "Soċjeta` tista' tkun partner en nom collectif jew en commandite irreġistrat u l-partners tiegħu li huma kkonsidrati bħala personali, imma negozju jew soċjeta` tfisser anke bniedem ...", "Per eżempju, jien għamilt kumpannija u jien majority shareholder jew single partner company.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Jekk għamilt limited liability company inti diġa` kumpannija.", "Hawn qed ngħidu partnership en nom collectif u en commandite.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Iva.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Jekk dawk se tagħmilhom a limited liability company, il-proprjeta` għaddejja hemmhekk ...", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Imma l-individwu le.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Jekk ikun individwu li għamel kumpannija tiegħu nnifsu iva, għax dan huwa business.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Imma din ma kenitx hekk.", "Din hija ġdida.", "THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Jekk huwa sole trader u se jdawwar in-negozju tiegħu f'limited liability company, hemmhekk japplika ...", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Jekk wieħed għandu proprjeta` tiegħu u għamel kumpannija tiegħu stess ...", "(Interruzzjonijiet) Oqgħod attent għax hawnhekk qed tissemma proprjeta`.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Hawnhekk qed ngħidu: \" ... meta negozju jew soċjeta` f'isem kollettiv\", jiġifieri n-negozju huwa l-proprjeta` jew hija soċjeta` f'isem kollettiv, mhux id-dar tiegħi se nagħmilha ...", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Per eżempju, wieħed għandu lukanda f'ismu personali, għamel kumpannija u jrid idawwarha fuq il-kumpannija.", "Hekk se jkun eżentat?", "ONOR.", "TONIO FENECH: Iva, jista' jagħmilha.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Allura n-negozju ma jridx ikun negozju ta' proprjeta`.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Mhux hekk!", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Pero` din m'hijiex qiegħda ċara.", "THE CHAIRMAN: Skużani li qed ninterrompi imma nieqfu hawnhekk għax sar il-ħin.", "Nirringrazzjakom.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni fuq Klawsola 7 u l-emenda \"A\" ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "Il-Kamra rriżumiet u l-President tal-Kumitati rrapporta progress u talab il- permess sabiex il-Kumitat jerġa' jiltaqa'.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Is-Segretarju Parlamentari, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (Segretarju Parlamentari): Sur President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal għada t-Tlieta, 31 ta' Jannar 2006, fis-6.00 p.m. b'din l-agenda:", "Abbozz ta' Liġi biex jimplimenta Miżuri ta' l-Estimi - Kumitat (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar l-Akkwist ta' Artijiet għal Skopijiet Pubbliċi - Tielet Qari. -----------------------------------", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Reġistru Ċentrali - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Roderick Galdes.", "ONOR.", "RODERICK GALDES: Sur President, f'dan l-aġġornament nixtieq nitkellem dwar dak li seħħ fl-aħħar tal-ġimgħa li għaddiet f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-iżvilupp li wettaq il-partit Laburista fil-konferenza ġenerali li saret fiċ-ċentru nazzjonali Laburista.", "Nafu li biex partit ikun dinamiku u jaspira li jkollu tmexxija tajba anke meta jkun fil-gvern, irid jaġġorna ruħu.", "Fil-fatt il-partit Laburista bħala partit demokratiku qed jagħti l-ispazju kollu meħtieġ sabiex il- membri tiegħu jkunu jistgħu jieħdu sehem fid-deċiżjonijiet li jittieħdu biex il-partit ikun jista' jattwahom meta jkun fil-gvern.", "Dan hu li sar matul il-ġimgħa li għaddiet f'dak li għandu x'jaqsam mat-turiżmu, max- xogħol u ma' l-ambjent meta ħadna deċiżjonijiet li se jeffettwaw il-futur tal-partit Laburista fl-ideat tiegħu, fil-prinċipji tiegħu, fil-mod kif iwassal l-argumenti u fil-mod kif jindirizza l-problemi ta' pajjiżna.", "Irrid nirriferi wkoll għal żewġ dokumenti li ġew approvati mid-delegati ta' din il-konferenza li fihom saru pjani fuq l-aspett ambjentali u dak tat- turiżmu li jaspiraw lill-partit Laburista sabiex ikompli jaġġorna ruħu.", "Dawn il-pjani juru biċ-ċar kemm il-partit Laburista għandu viżjoni u jrid li lil dan il-pajjiż jagħtih direzzjoni f'kull settur mhux biss fil-qasam ta' l-ambjent u t-turiżmu, imma anke fis-setturi l-oħra li dwarhom irridu li jkollna viżjoni mhux biss bħala gvern alternattiv, iżda bħala gvern li verament jaf xi jrid għall-ġid ta' pajjiżna.", "Il-pjan li tressaq matul il-konferenza ġenerali - kelli x-xorti li naħdem fuqu matul dawn l-aħħar xhur – jittratta dwar il-politika ambjentali għal Malta u Għawdex.", "Dan ġie mfassal matul ix-xhur li għaddew u waqt il- konferenza ġenerali saret ħidma sfieqa dwaru min-naħa tad-delegati.", "Jien u l-Onor.", "Joe Brincat matul ix-xhur li għaddew fassalna policies li bihom għaqqadna dan il-pjan u tajna l-ispazju meħtieġ lill-NGOs u l-għaqdiet kollha konċernati fil-qasam ta' l-ambjent kif ukoll individwi li xtaqu jagħtu l-input tagħhom għal dan il-pjan sabiex ikollhom sehem fid- deċiżjonijiet li jittieħdu.", "Nista' ngħid li dan il-pjan jiġbor l-oqsma partikolari li bħalissa jiddeskrivu mhux biss is-sitwazzjoni ambjentali ta' pajjiżna iżda wkoll proposti tanġibbli li jindikaw b'mod ċar b'liema politika rridu mmexxu 'l quddiem jekk niġu eletti fl-elezzjoni ġenerali li ġejja.", "Nista' ngħid li dan jagħmel kuntrast mal-fatt li l-gvern Nazzjonalista llum m'għandux direzzjoni fil-qasam ambjentali, għax filwaqt li l-prim ministru u l-ministru qed jiftaħru li l-gvern bħalissa qed jitmexxa fuq tliet pilastri ewlenien, li huma x-xogħol, l-ekonomija u l- ambjent, nafu li dan il-qasam qed jitwarrab fil-veru sens tal-kelma u għadna lura ħafna fih anke ħdejn il-pajjiżi ġirien tagħna fl-Unjoni Ewropea.", "Irrid ngħid ukoll li f'kull settur qed insibu problemi ambjentali li mhux qed jiġu indirizzati kif suppost u mhux qed jingħataw l-attenzjoni meħtieġa.", "Każ partikolari huwa l-qasam tal-ħarsien ta' l-annimali.", "Matul dawn l-aħħar snin saru ħafna wegħdiet, anke lill-NGOs, li l-gvern beħsiebu jittratta din il-problema b'mod mill-iktar serju, iżda kif nafu ħlief wegħdiet ma sarux għax f'dan il-qasam għadhom m'humiex qed jindirizzaw dawn il-problemi.", "F'dan il-każ il-pjan Laburista, li ġie approvat il-bieraħ, qed jerġa' jpoġġi quddiem il-poplu proposti ċari u konkreti fis-setturi ewlenin, inkluż il-qasam tal-ħarsien ta' l-annimali.", "Mill-banda l-oħra l- partit Nazzjonalista fil-gvern sal-lum baqa' jwiegħed li se jagħmel xi ħaġa, imma kif nafu mill-kliem għall-fatti hemm il-baħar jikkumbatti.", "Sur President, dan il-pjan fih 106 proposta fis-setturi diversi li jirrigwardaw l-ambjent.", "Fost dawn nista' nsemmi s-setturi ambjentali u l- entitajiet għall-ħarsien u l-iżvilupp sostenibbli fejn hemm madwar tmien proposti.", "Fil-każ tal-kunsilli lokali hemm erba' proposti.", "Rigward l-użu ta' l-art bħala partit qed inressqu seba' proposti li fihom se nagħtu direzzjoni dwar xi jrid jagħmel il-partit meta jkun fil-gvern.", "Fil-każ ta' l-enerġija hemm tmien proposti, rigward il-qasam ta' l-ilma hemm sitt proposti, filwaqt li dwar il-baħar u l-ambjent tal-kosta hemm tmien proposti.", "U nistgħu nibqgħu għaddejjin settur settur.", "Dan il-pjan jindika b'mod ċar kif għandu jitmexxa pajjiżna f'dak li għandu x'jaqsam ma' management ambjentali.", "Kif nistgħu naraw, jekk f'pajjiżna bħalissa għandna xi ħaġa nieqsa hija l-management ambjentali.", "Għax meta gżira bħal tagħna b'popolazzjoni ta' 400,000 ruħ għandha fost l-ogħla densita` mill-pajjiżi l- oħra tad-dinja, irid ikollok management ambjentali serju biex verament tkun qed tindirizza dawn il-problemi.", "Meta ġie varat dan id-dokument kellna kritika min-naħa tal-partit Nazzjonalista -illum il-ġurnata sar pjan għax id-delegati approvawh, emendawh u kellhom ċans jitkellmu dwaru u kellhom l-ispazju kollu meħtieġ fit-tfassil tiegħu - dwar it-tmexxija min-naħa tal-MEPA għax dawn qalulna li f'dak li qed nipproponu m'hemm xejn ġdid.", "Naħseb li l-bieraħ waqt id- diskors li għamel il-mexxej Laburista tajna indikazzjoni ċara kemm il- kritika li għamlu n-Nazzjonalisti m'hi xejn ħlief paroli fil-vojt, għax meta tagħsar kritika li tkun kostruttiva tinduna jekk tkunx qed issir kritika ġusta u effettiva, jew inkella kritika li wieħed jista' faċilment jegħlibha.", "Aħna, bħala partit, fil-proposti li qegħdin nagħmlu qegħdin inkunu konkreti u naħseb li l-mexxej Laburista fid-diskors tal-bieraħ indika b'mod ċar liema proposti qed imexxi 'l quddiem dan il-pjan u xi proġetti rridu nagħmlu meta nkunu fil-gvern.", "Fost oħrajn semmejna riforma f'dak li għandu x'jaqsam mal-MEPA bħala organizzazzjoni li suppost qed tħares l-interessi ambjentali ta' pajjiżna.", "Meta jiġi elett gvern Laburista ġdid se nressqu l-proposti kollha meħtieġa u naħdmu biex ikollna riforma f'dak li għandu x'jaqsam mat-tfassil u l-proċess ta' l-ippjanar.", "Il-bieraħ semmejna wkoll il-bżonn li mmexxu 'l quddiem il-proposti favur il- ħarsien tad-drittijiet ta' l-annimali, fosthom li nwettqu l-proġett li konna ppjanajna bejn l-1996 u l-1998, jiġifieri li jkollna santwarju nazzjonali għall-ħarisen ta' l-annimali domestiċi.", "Nafu li ċerti NGOs ilhom jirsistu u jaħdmu biex jingħataw il-faċilita` li huma stess, anke b'mod volontarju, jagħtu l-għajnuna tagħhom fuq bażi nazzjonali għall- ħarsien ta' l-annimali.", "Kif tafu l-gvern għamel ħafna wegħdi f'dan il- qasam, imma sal-lum għadu ma wasalx biex jattwahom.", "Aħna permezz ta' dan il-pjan qegħdin nikkommettu ruħna li fl-ewwel ftit xhur ta' tmexxija ta' gvern Laburista ġdid nibdew naħdmu fuq dan is-settur.", "Wegħda oħra li għamilna fil-konferenza ġenerali tirrigwarda l-inċineratur ta' l-isptar għax minkejja li ilna ħafna nisimgħu li din il-problema ambjentali se tiġi indirizzata, sfortunatament baqa' ma sar xejn, bil- konsegwenza ta' l-emissjonijiet fl-arja li qed jitfa' dan l-inċineratur għan-nies li jgħixu f'dawn l-inħawi.", "Illum sirna nafu li dan l-inċineratur mhux qed jitħaddem tajjeb għax m'hu inċineratur xejn, imma huwa combustion unit li fih tqabbad l-affarijiet u titfagħhom fl-arja bl-emissjonijiet b'kollox.", "Nafu wkoll li l-gvern preżenti ma jridx jikkommetti ruħu f'dan ir-rigward, imma jippreferi jilgħab bil-kliem bla ma jasal għas- soluzzjonijiet meħtieġa.", "Mentri aħna, permezz ta' dan il-pjan qegħdin inwiegħdu lill-poplu li fl-ewwel xhur ta' ħidma ta' gvern Laburista din il- problema se tiġi solvuta.", "F'din il-konferenza tajna ħarsa lejn dak li jrid isir fil-qasam ta' l- ambjent.", "Tkellimna wkoll dwar x'miżuri effettivi jistgħu jittieħdu għall- immaniġjar tal-widien b'mod naturali.", "Nafu li bejn l-1996 u l-1998 gvern Laburista permezz ta' l-ex-ministru Noel Farrugia kien diġa` beda jagħmel proġetti b'inizjattivi tajbin għal Wied il-Qlejgħa, li sfortunatament ġew imwaqqfa ħesrem minn dan il-gvern.", "Imma aħna qegħdin inwiegħdu li se nagħmlu proġetti li jindirizzaw l-ambjent naturali tal-widien li għandna f'pajjiżna.", "Jekk irridu nħarsu dak li għandu x'jaqsam mar-riżorsi naturali u nżommu l-karatteristika li jridu t-turisti sabiex jiġu jgawdu s-sbuħija naturali li għandna, jeħtieġ li nieħdu azzjoni u ma nħallux it-telqa ambjentali li għandna bħalissa.", "Irrid ngħid ukoll li llum smajna lill- ministru jħabbar l-istate of the environment report u għandi d-dubji tiegħi kemm ir-rapport li sar din is-sena huwa ta' ċerta professjonalita` kif kien isir fil-passat.", "Illum dan ir-rapport sar iktar concise, pero` mid-daqqa' ta' għajn li tajtu jkolli ngħid li sirna qisna qegħdin nagħmlu eżerċizzju ta' propaganda iktar milli rapport sabiex jintuża mhux biss mill-esperti, iżda jiġi mfiehem lin-nies u jagħti tbeżbiża lill-gvern sabiex jieħu ċerti azzjonijiet f'dak li għandu x'jaqsam mal-problemi ambjentali.", "Sur President, m'huwiex biżżejjed li noħorġu ngħidu li fl-arja u fil-baħar hemm inqas tniġġis u li f'dan ir-rigward ninsabu konformi mad-direttivi ta' l-Unjoni Ewropea.", "Għax allura jien nistaqsi: Possibbli li f'dak li għandu x'jaqsam mat-trasport ma ħadna l-ebda inizjattiva biex innaqqsu l- emissjonijiet ta' l-arja?", "U dan meta l-ministru ħareġ igħid li l-kwalita` ta' l-arja qed titjieb!", "Meta l-poplu Malti jisma' dawn l-ammissjonijiet jistaqsi: Possibbli qegħdin ngħidu li l-kwalita` tal-baħar qed titjieb, meta fl-inħawi tax-Xgħajra għadna naraw id-drenaġġ ħiereġ fil-baħar u meta fl-inħawi taċ-Ċumnija għad hemm id-drenaġġ jiżbroffa fil-baħar jekk mhux fit-toroq ukoll?", "Allura kif jista' jitwemmen il-ministru meta fl-istate of the environment report qed jgħid li m'għandniex għalfejn ninkwetaw bħala pajjiż għax m'għandniex problemi ambjentali u nistgħu nibqgħu mexjin 'il quddiem?", "Ikolli ngħid li għandi d-dubji tiegħi kemm dan ir-rapport, li kien bdieh il-gvern Laburista bejn l-1996 u l-1998 fuq bażi professjonali, qed jitmexxa 'l quddiem.", "Jew forsi qegħdin jużawh bħala eżerċizzju ta' propaganda li qed iwassal biss messaġġi sbieħ, minflok ma jgħidilna x'inhuma l-problemi ambjentali li rridu nħarsu fis-snin li ġejjin?", "Allura jkolli ngħid li l-poplu Malti bilfors qed jitlef il-fiduċja tiegħu f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-ambjent meta janalizza dak li qed igħid il-gvern f'dawn is-setturi prinċipali.", "Il-partit Laburista jemmen li l-politika ambjentali trid tkun imfassla fil- kontest ta' l-iżvilupp ekonomiku u soċjali li pajjiżna jeħtieġ.", "Nemmnu wkoll li jekk ma jkollniex żvilupp ekonomiku ma jistax ikollna l-fondi neċessarji biex inħarsu l-ambjent.", "Din hija sagrosanta għax nafu li fejn hemm żvilupp ekonomiku, jekk il-gvern joqgħod attent u jħares l-ambjent isib il-fondi meħtieġa biex ikun jista' jimmaniġġja l-istess ambjent.", "Huwa biss permezz ta' bilanċ xieraq bejn il-ħarsien ambjentali, l-iżvilupp ekonomiku u dak soċjali li pajjiżna jista' verament jaspira għal żvilupp li jkun sostenibbli.", "Aħna ninsistu favur il-konċett ta' żvilupp sostenibbli għax finalment nafu li dan huwa bbażat fuq il-piramida li tgħaqqad l- iżvilupp ekonomiku u soċjali kif ukoll il-ħarsien ta' l-ambjent.", "Ma jistax ikollok żvilupp ekonomiku u soċjali jekk ma tħarisx l-ambjent ta' madwarek.", "Jekk l-ambjent ikompli jmur għall-agħar mhux biss se tintlaqat l- ekonomija tal-pajjiż - għax it-turisti ma jibqgħux jiġu jżuruna - imma se jintlaqat ukoll il-qasam soċjali għax il-kwalita` ta' ħajja li ngħixu tibda tmur għall-agħar.", "Sur President, aħna nemmnu li l-politika ambjentali għandha tiġi mfassla fid-dawl tal-ħteġijiet li għandu pajjiżna, b'rispett lejn l-obbligi tagħna bħala membri sħaħ fl-Unjoni Ewropea kif ukoll bħala parti mill-komunita` internazzjonali globali.", "Il-pjan li approvajna l-bieraħ ta' politika ambjentali għal Malta u Għawdex jisħaq fuq il-fatt li għandna nżommu relazzjonijiet tajbin ma' l-Unjoni Ewropea u l-bżonn li nħarsu d-direttivi li qegħdin nadottaw bħala pajjiż.", "Minn qabel ma ttieħdet id-deċiżjoni mill- poplu Malti bejn sħubija sħiħa u l-politika ta' partnership li l-partit Laburista kien qed ipoġġi quddiem il-poplu Malti fl-2003, aħna konna nsistejna minn qabel li m'hemmx għalfejn tkun l-Unjoni Ewropea biex isir progress fil-qasam ta' l-ambjent u naraw il-viżjoni tagħna titmexxa 'l quddiem.", "Għalkemm illum il-ġurnata aħna membri sħaħ fl-Unjoni Ewropea, qed nagħtu l-indikazzjoni minn issa li bħala gvern Laburista beħsiebna nimxu fuq il-passi u d-direttivi ta' Unjoni Ewropea biex ikollna kwalita' ta' ħajja aħjar, ibbażata fuq il-konċett ta' żvilupp sostenibbli.", "It-telqa ambjentali li għandna bħalissa tidher kullimkien.", "Jekk nitkellmu ma' nies li jaħdmu f'oqsma partikolari li minkejja li ma tantx jidhru qegħdin hemmhekk, insibu li f'pajjiżna hawn ċerta telqa kemm rigward ir- riżorsi naturali kif ukoll rigward l-enerġija.", "Fil-fatt sal-lum bħala gżira żgħira, fejn ma tantx għandna riżorsi naturali, għad m'għandniex enerġija nadifa u alternattiva.", "Nafu wkoll li għandna problemi serji fil- proċess li bih qegħdin niggarantixxu li jkollna ħarsien ambjentali sod, fosthom f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-EIA.", "Bħala partit qegħdin inwiegħdu li ladarba nkunu fil-gvern, permezz ta' dan il-pjan inressqu l-proposti meħtieġa biex il-proċess ta' l-EIA jiġi emendat.", "Aħna nemmnu li fil-qasam ta' l-EIA qed ikollna problemi serji f'dak li għandu x'jaqsam ma' konsultazzjoni pubblika, jiġifieri fejn in-nies ikunu jistgħu jagħtu l- veduti tagħhom għal proċess bħal dan.", "Dan il-proċess suppost qiegħed hemm biex jiddefendi l-interessi taċ-ċittadin komuni, imma llum il-ġurnata qed jintuża bħala ballun politiku għal min jixtieq jieħu ċerti deċiżjonijiet minn qabel ma jkun ħalla l-proċess jaħdem kif suppost b'mod naturali.", "Permezz ta' dan il-pjan qegħdin nagħtu l-ispazju kollu meħtieġ lill- għaqdiet ambjentali u lil dawk", "kollha li huma interessati fil-qasam ambjentali biex ikunu jistgħu jkomplu jaħdmu mal-partit Laburista.", "Aħna nemmnu li bi djalogu serju jkollna parteċipazzjoni inklużiva anke fil-qasam ta' l-ambjent.", "F'dawn l-aħħar xhur tajna spinta sħiħa fid-diskussjonjiet u meta nkunu fil-gvern se nimxu id f'id ma' l-għaqdiet u l-NGOs li qegħdin jaħdmu f'dan il-qasam ambjentali għax nemmnu li għandu jkollna titjieb fl-ambjent fil-gżira Għawdxija.", "Illum kulħadd jgħid li l-gżira Għawdxija m'għadhiex tgawdi l-istat naturali li kienet tgawdi sa ftit snin ilu anke fejn jidħol l-istat tat-toroq, għax il-ministru iktar moħħu biex jiġri wara l-voti ħalli jkun jista' jgawdi s- siġġu parlamentari tiegħu milli fil-bżonnijiet ta' din il-gżira f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-ambjent.", "Nafu li fil-każ ta' l-użu ta' l-art qed ikun hemm spekulazzjoni qawwija u qed ikun hemm problemi serji f'dak li għandu x'jaqsam maż-żoni rurali u l-proġetti li bihom trid tkompli għaddejja l- ekonomija Għawdxija.", "Jekk wieħed jagħti ħarsa lejn il-port ta' l-Imġarr ikun jaf xi stat ta' telqa hemm fil-gżira Għawdxija.", "Il-partit Nazzjonalista fil-gvern għamel diversi wegħdiet ta' proġetti li bihom kellu jqajjem attivita` f'din il-gżira, imma sal-lum għadna ma nafux x'sar minnhom.", "Fost dawn issemma' l-casino, is-siti li bihom kellu jippromwovi l- iscuba diving, kif ukoll is-siti li kellu jippromwovi l-yacht marinas.", "Illum x'sar minnhom dawn?", "Dawn baqgħu fuq il-karta, baqgħu biss ħsebijiet li ma tmexxewx 'il quddiem.", "Aħna qed inkunu konkreti aktar minn hekk għax irridu li l-iżvilupp tal-gżira Għawdxija jsir fid-dawl ta' żvilupp sostenibbli li jħares il-karatteristika rurali ta' din il-gżira.", "Irridu wkoll li din il-gżira tingħata l-attenzjoni li jixirqilha sabiex tkun indipendenti u tiġġenera l-ekonomija tagħha bbażata fuq l-agrotourism u l- ecotourism, żewġ oqsma li rridu nisħqu fuqhom fiż-żmien li ġej.", "Nixtieq nitkellem ukoll dwar l-entitajiet għall-ħarsien u l-iżvilupp sostenibbli.", "Dan il-pjan qed jipproponi diversi proposti fosthom, kif diġa` semmejt, li ssir riforma fi ħdan il-MEPA fejn m'aħniex qegħdin ngħidu li għandu jkun hemm xi forma ta' indħil fil-proċess ta' l-ippjanar, anzi pjuttost qegħdin ngħidu li għandu jkun hemm trasparenza u effiċjenza sabiex ikun hemm distinzjoni bejn applikazzjonijiet għal permessi ta' żvilupp ta' natura żgħira u applikazzjonijiet oħrajn li jistgħu jħallu impatt qawwi fuq l-ambjent.", "Kif tafu ma nistgħux inpoġġu lil kulħadd f'keffa waħda, għax b'hekk inkunu qed nippersegwitaw lil min hu batut u nkunu lenient ma' min hu kbir.", "Qegħdin ngħidu wkoll li trid issir riforma fil-mod kif nieħdu d- deċiżjonjiet u nagħtu viżjoni ambjentali fil-qasam tal-forward planning.", "Ma jagħmilx sens li naħlu ħafna riżorsi umani biex jitfasslu r-rapporti, imbagħad dawn jibqgħu fuq l-ixkaffa u ma jiġux attwati.", "Aħna qegħdin inqisu li għandna nirriformaw il-proċess ta' l-ippjanar ibbażat fuq dak li hemm bħalissa fil-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea fejn il-gvern ikollu s- setgħa li jmexxi l-policies fuq bażi nazzjonali skond il-programm li jkun tela' bih fil-gvern.", "Iżda f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-ippjanar u mad- deċiżjonijiet li jittieħdu fuq bażi nazzjonali u lokali għandna nħallu t- trasparenza u l-effiċjenza tal-MEPA li tkun qed taħdem b'mod normali.", "Nerġa' nisħaq fuq ir-rapport li sar dwar l-istat ambjentali ta' pajjiżna u ngħid li aħna ma rridux eżerċizzju ta' propaganda, imma rridu rapport li verament jagħtina x'nifhmu dwar is-sitwazzjoni ambjentali li pajjiżna jkun għaddej minnha.", "Aħna se nibqgħu nisħqu fuq dan il-punt għax nafu li rapport bħal dan irid ikun dettaljat billi jagħti l-istampa kollha u jiggarantixxi li l-informazzjoni meħtieġa f'dak li għandu x'jaqsam mad-data dwar l-ambjent tkun aċċessibbli għal kulħadd.", "Din għandha tkun qiegħda hemm għall-pubbliku kollu biex ikun jista' jaraha u jixtarrha, kemm għal min jifhem fiha kif ukoll għal min għandu s-setgħa li jkollu informazzjoni dwarha.", "Aħna nemmnu wkoll - u qed inpoġġu proposti serji f'dan il-pjan – li għandu jsir tisħiħ fil-kummissjoni għall-iżvilupp sostenibbli.", "Din il-kummissjoni twaqqfet matul dawn l-aħħar snin bil-għan li jkollha s-setgħa li tipproponi proposti għall-qasam ta' l-iżvilupp sostenibbli, imma fil-verita` m'hijiex qed tingħata s-saħħa meħtieġa min-naħa tal-gvern.", "Il-budget tagħha huwa wieħed miżeru ta' madwar Lm7,000 fis-sena, li ma jagħmilx sens meta jkollok kummissjoni li trid taħdem u ma jkollhiex biex.", "Allura qegħdin ngħidu li mhux biss għandna nżidu l-finanzjament tagħha, imma għandna nagħtuha s- saħħa meħtieġa biex tkun tista' tħares verament lejn l-element tal-pjan li qed iressaq mhux biss il-partit Laburista iżda wkoll l-esiġenzi ta' pajjiżna.", "Sur President, jien nemmen li jeħtieġ li l-ambjent ma jibqax jingħata l- ġenb.", "Hemm bżonn li l-gvern jibda jindirizza l-problemi ambjentali ta' pajjiżna bil-fatti u mhux bil-paroli.", "Aħna wrejna biċ-ċar li bħala partit dinamiku nemmnu fil-bidla għax naġġornaw il-politika tagħna minn żmien għal żmien.", "Aħna rridu li jkollna viżjoni mhux biss mill-oppożizzjoni, imma anke meta nkunu fil-gvern.", "Għalina l-parteċipazzjoni tan-nies hija importanti għax b'hekk inkunu nistgħu nieħdu l-proposti tagħhom u nressquhom quddiem il-pubbliku Malti u Għawdxi.", "Il-konferenza ġenerali tal-ġimgħa li għaddiet kienet wirja demokratika ta' kif il-partit Laburista lest li jagħti ċans lil kulħadd jitkellem dwar l- oqsma li jikkonċernaw lil pajjiżna.", "Bħala partit aħna rridu li l-proposti li ressaqna jkomplu jitmexxew 'il quddiem u m'aħniex se nieqfu hawn.", "Fil- każ tal-kunsilli lokali mill-oppożizzjoni se nisħqu li tiġi mplimentata l- local agenda sabiex dawn ikunu iktar qrib iċ-ċittadini fil-problemi ambjentali tagħhom.", "Il-kunsilli lokali għandhom iħarsu l-interess tal- konċett ta' żvilupp sostenibbli f'dak li għandu x'jaqsam mad-deċiżjonijiet tagħhom u jkunu wkoll il-vuċi taċ-ċittadini fid-deċiżjonijiet li jieħdu fuq bażi nazzjonali.", "Ma nistgħux nibqgħu nqisu l-ħarsien ambjentali bħala xi ħaġa iżolata u distakkata totalment mill-kontest ekonomiku u soċjali ta' pajjiżna.", "Jekk verament irridu li s-soċjeta` Maltija tibqa' tgawdi ħajja ta' kwalita`, il-ħarsien ambjentali jrid ikun integrat ma' l-iżvilupp ekonomiku u soċjali.", "Sur President, m'aħniex qegħdin ngħidu li fil-prattika huwa faċli biex timplimenta żvilupp sosenibbli, anzi huwa pjuttost il-każ li dan għandu jevolvi l-isfida ewlenija għas-soċjeta` Maltija fiż-żmien li ġej.", "Madankollu ma nistgħux inħallu iktar il-forzi tas-suq ħieles jiddettaw l- andament ta' l-iżvilupp ekonomiku u soċjali f'pajjiżna mingħajr ma nintegraw element ta' ħarsien ambjentali f'dan ir-rigward.", "Lanqas ma nistgħu nippermettu li nibqgħu passivi u nippretendu li l-problemi ambjentali, li wħud minnhom tħallew jakkumulaw għal tant snin, isolvihomlna ħaddieħor.", "\"Aħna rridu li nieħdu azzjoni mill-iktar fis\".", "Dawn huma l- kliem li bihom jagħlaq dan il-pjan li ċertament jindika biċ-ċar x'viżjoni rridu nieħdu għall-qasam ambjentali ta' pajjiżna.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada t-Tlieta, 31 ta' Jannar 2006, fis-6.00 p.m. bl-agenda kif komunikata mis-Segretarju Parlamentari.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "MOBILE PHONES", "16401.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid x'inhi l-ispiża totali li għamel il-ministeru, inkluż l-enti kollha li jaqgħu taħtu, fuq mobile phones matul l-2005?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Sakemm ma ningħatax raġuni għala qed tintalab ma nara l-ebda skop li tali informazzjoni għandha tinġabar, aktar u aktar meta tagħrif dettaljat fuq l-infiq attwali tal-gvern jingħata fir- rapport finanzjarju li t-teżor jippubblika aktar tard fis-sena.", "HOSPITALITY", "16402.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid xi tħallas f'hospitality f'ristoranti u lukandi bejn Ottubru u Diċembru 2005?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ma nistax nifhem x'utilita' jista' ikollha l- informazzjoni dettaljata li qed jitlob l-Onor.", "Membru u għalhekk, kif ukoll għaliex il-ħin estensiv meħtieġ sabiex tinġabar tali informazzjoni jista' jintuża ħafna aħjar, ma narax il-ħtieġa li jingħata t-tagħrif mitlub.", "HOSPITALITY", "16403.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid xi tħallas f'hospitality f'ristoranti u lukandi bejn Ottubru u Diċembru 2005?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ma nistax nifhem x'utilita' jista' ikollha l- informazzjoni dettaljata li qed jitlob l-Onor.", "Membru u għalhekk, kif ukoll għaliex il-ħin estensiv meħtieġ sabiex tinġabar tali informazzjoni jista' jintuża ħafna aħjar, ma narax il-ħtieġa li jingħata t-tagħrif mitlub.", "HOSPITALITY", "16404.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' il-Ministru jgħid xi tħallas f'hospitality f'ristoranti u lukandi bejn Ottubru u Diċembru 2005?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Ma nistax nifhem x`utilita` jista` ikollha l- informazzjoni dettaljata li qed jitlob l-Onor.", "Membru u għalhekk, kif ukoll għaliex il-ħin estensiv meħtieġ sabiex tinġabar tali informazzjoni jista` jintuża ħafna aħjar, ma narax il-ħtieġa li jingħata t-tagħrif mitlub.", "HOSPITALITY", "16405.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid xi tħallas f'hospitality f'ristoranti u lukandi bejn Ottubru u Diċembru 2005?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Ma nistax nifhem x'utilità jista' ikollha l- informazzjoni dettaljata li qed jitlob l-Onor.", "Membru u għalhekk, kif ukoll għaliex il-ħin estensiv meħtieġ sabiex tinġabar tali informazzjoni jista' jintuża aħjar, ma narax il-ħtieġa li jingħata t-tagħrif mitlub.", "TRADITIONAL OWN RESOURCES", "16494.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm ħallas pajjiżna lill-Unjoni Ewropea mid-dħul tad-dwana ta' Malta matul l-2005?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Fl-2005 pajjiżna ħallas lill-Unjoni Ewropea s- somma ta' Lm4,261,347 bħala traditional own resources.", "LIFTS F'APPARTAMENTI TAL-GVERN", "16495.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid kemm lifts f'appartamenti ta' l-awtorita' tad-djar jinsabu wieqfa minħabba ħsarat jew diffikultajiet oħra?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: L-awtorita' tad-djar ma żżommx l-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant għar-raġuni li r-responsabbilta' għall- manutenzjoni, tiswijiet u ħlas tal-konsum tad-dawl tal-lifts istallati fi blokki tal-gvern hi ta' l-inkwilini jew tas-sidien ta' l-appartamenti.", "Fil-fatt il-ftehim għall-manutenzjoni tal-lift isir bejn il-kuntrattur u l- inkwilini u/jew sidien li jirrapportaw ħsarat direttament lill-kuntrattur.", "TESTIJIET TAL-BSE", "16496.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid kemm testijiet tal-BSE saru matul l- 2005?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: L-ammont totali ta' bovini, ovini u kaprini li sarulhom testijiet tal-BSE matul l-2005 hu ta' 3,320.", "BIĊĊERIJA TAL-MARSA", "16497.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid kemm ġie jiswa s'issa l-proġett ta' l- inċineratur fil-biċċerija tal-Marsa?", "Xi tħallas diġa' minn dawn l- ispejjeż?", "Jista' jagħti breakdown tal-pagamenti?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Ninsab informat li l-proġett ta' l-inċineratur fil-biċċerjia tal-Marsa hu ffinanzjat mill-Protokoll Taljan.", "Sa Diċembru 2005 kienu tħallsu euro 6,143,250 lill-kuntratturi Taljani u Lm131,627 għall-konsulenza u servizzi professjonali fuq il-proġett, skond kif stipulat fil-protokoll finanzjarju stess.", "PRODOTTI TAT-TJUR", "16498.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jinformana jekk laħqux ġew importati tjur u/jew prodotti tat-tjur mit-Turkija qabel feġġet il-bird flu?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Ninsab informat li ma ġewx importati tjur u/jew prodotti", "tat-tjur mit-Turkija qabel feġġet il-bird flu.", "SENSJI", "16502.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid kemm sensji ngħataw matul ix- xhur ta' Ottubru, Novembru u Diċembru 2005?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif mitlub qed jitpoġġa fuq il-mejda tal- Kamra.", "KARTUNA S-SAFRA", "16629.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid x'inhuma r-rekwiżiti sabiex persuna tikkwalifika għall-karta r-roża u l-kartuna s-safra?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninforma l-Onor.", "Interpellant li sabiex persuna tikkwalifika għall-kartuna s-safra trid tkun qed tbati minn waħda mill- kondizzjonijiet elenkati fi Skeda V ta' l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali.", "Għar-rigward ta' min jikkwalifika għall-karta r-roża, nitlob l-Onor.", "Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "PJAZZA GULIA F'BORMLA", "16630.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' il-Ministru jara li ssir xi ħaġa biex l-ispralli u l- kaptelli li hemm jaqsmu Pjazza Gavino Gulia, Bormla jiġu rranġati u ma jibqgħux ikunu ta' periklu kif inhuma bħalissa?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nitlob l-Onor.", "Interpellant jirriferi l-mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "PJAZZA GULIA F'BORMLA", "16631.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Jista' il-Ministru jara li ssir xi ħaġa biex l-ispralli u l-kaptelli li hemm jaqsmu Pjazza Gulia, Bormla", "jiġu rranġati u ma jibqgħux ikunu ta' periklu kif inhuma bħalissa?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ninsab informat li l-awtorita' dwar it-trasport se tagħmel xogħlijiet ta' emergenza biex jitranġaw temporanjament dawn l- ispralli u l-kaptelli u barra minn hekk, l-ADT se tagħmel proposta għal xogħlijiet permanenti fuq dan il-culvert.", "OUTSOURCING TA' XOGĦOL LEGALI", "16642.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid liema huma l-enti pubbliċi, l- awtoritajiet u l-korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?", "Kemm minnhom jagħmlu outsourcing ta' xogħol ta' legal advice and litigation?", "Min huma l-avukati mqabbda?", "X'jitħallsu?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-enti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal- ministeru tiegħi huma:", "Fondazzjoni Patrimonju Malti; Heritage Malta; Fondazzjoni ċentru għall-kreativita' ta' San Ġakbu; Kunsill Malti għall-kultura u l-arti; Dar il-Mediterran għall-konferenzi; Manoel Theatre management committee; Malta song board; Malta tourism authority; Enforcement directorate; National festivities committee; Nationa folklore commission; Orkestra nazzjonali; Committee of guarantee; Bord tal-warrant tar-restawr; Tourism appeals board; Regatta commission; Soċjeta ta' l-arti, manifattura u kummerċ; u Superintendence of cultural heritage;", "L-enti li jagħmlu outsourcing ta' xogħol legali huma:", "|Ente' |Avukati |Ħlas | |MTA |Grech |Retainer fee| | |Vella |ta' Lm375 | | |Hyzler & |fix-xahar+ħl| | |Tortell |as ad hoc | |Kunsill |Dr R. |ad hoc | |għall-Kultu|Sladden | | |ra u l-Arti| | | |Orkestra |Dr A Borg |M'hemmx rata| |Nazzjonali |Cardona |ta' ħlas | | | |stabilita | | | |fis-sena | |Teatru |Dr Robert |F'każi ta' | |Manoel |Tufigno |kawżi legali| |Dar |Skond |Ħlas ad hoc | |il-Mediterr|in-natura | | |an |tal-kawża | | |għall-Konfe| | | |renzi | | | |Heritage |Dr Pat |Retainer fee| |Malta |Valentino |ta' Lm2,880 | | | |fis sena | |Heritage |Dr A Borg |Case by case| |Malta |Cardona |basis Lm555 |", "OUTSOURCING TA' XOGĦOL LEGALI", "16643.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid liema huma l-enti pubbliċi, l- awtoritajiet u l-korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?", "Kemm minnhom jagħmlu outsourcing ta' xogħol ta' legal advice and litigation?", "Min huma l-avukati mqabbda?", "X'jitħallsu?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: L-awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal- ministeru tiegħi huma l-communications authority, il-maritime authority u l- istandards authority, bl-ewwel tnejn jagħmlu outsourcing ta' xogħol legali.", "L-avukati mqabbda mill-communications authority huma Ganado and Associates li jitħallsu Lm1,437.50 kull tliet xhur, waqt li l-maritime authority għandha ftehim mal-kumpannija Mamo TCV għal servizzi ta' legal advice and litigation u għal dan hemm ħlas ta' Lm25 is-siegħa.", "L-awtorita' marittima tuża wkoll is-servizzi ta' Dr. Robert Vassallo għal skopijiet ta' riċerka li jitħallas Lm2.75 is-siegħa.", "OUTSOURCING TA' XOGĦOL LEGALI", "16645.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' il-Ministru jgħid liema huma l-enti pubbliċi, l- awtoritajiet u l-korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?", "Kemm minnhom jagħmlu outsourcing ta' xogħol ta' legal advice and", "litigation?", "Min huma l-avukati mqabbda?", "X'jitħallsu?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: L-awtorita' dwar ir-riżorsi tagħmel outsourcing ta' xogħol legali minħabba li magħha m'hemmx avukati ngaġġati b'mod permanenti.", "L-avukati mqabbda bħala legal advisers huma Gatt, Frendo, Tufigno.", "M'hemmx ħlas fiss għax dan jiddependi fuq is-servizz li jagħtu.", "L-awtorita' tqabbad ukoll xi avukati oħra fuq bażi individwali.", "Matul is-sena 2004/2005 l-avukati mqabbda u l-ħlasijiet li sarulhom kienu hekk:", "|Gatt, Frendo, |Lm4,811| |Tufigno | | |Paul Micallef | | | |500 | |Robert Attard | | | |1,000 | |Louise Farrugia | | | |80 |", "OUTSOURCING TA' XOGĦOL LEGALI", "16646.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' il-Ministru tgħid liema huma l-enti pubbliċi, l-awtoritajiet u l- korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha?", "Kemm minnhom jagħmlu outsourcing ta' xogħol ta' legal advice and litigation?", "Min huma l-avukati mqabbda?", "X'jitħallsu?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Il-ministeru tiegħi ma jinkorpora l-ebda ente, awtorita' jew korporazzjoni.", "OUTSOURCING TA' XOGĦOL LEGALI", "16648.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid liema huma l-enti pubbliċi, l- awtoritajiet u l-korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?", "Kemm minnhom jagħmlu outsourcing ta' xogħol ta' legal advice and litigation?", "Min huma l-avukati mqabbda?", "X'jitħallsu?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-enti pubbliċi, l-awtorijiet u l-korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi huma l-medicines authority u l-isptar Zammit Clapp.", "Minn dawn it-tnejn l-isptar", "Zammit Clapp biss jagħmel outsourcing ta' xogħol legali permezz ta' l-FMS, li allura taqa' taħt ir-responsabbilta' tal-ministeru tal-finanzi.", "OUTSOURCING TA' XOGĦOL LEGALI", "16649.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid liema huma l-enti pubbliċi, awtoritajiet u korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?", "Kemm minnhom jagħmlu xogħol ta' outsourcing ta' legal advice and litigation?", "Min huma l-avukati mqabbda?", "X'jitħallsu kull sena jew perjodikament?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "TSUNAMI", "16692.", "L-ONOR.", "FRANCO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' il-Ministru jgħid liema NGO rċeviet għajnuna mill-gvern jew minn xi ente governattiva fid-diżgrazzja taz-tsunami?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Ninforma l-Onor.", "Interpellant li sa Diċembru 2005 kien hemm sitt NGOs amministrati mill-ministeru tiegħi li rċevew għajnuna mill-fondi li nġabru waqt il-programm l-Istrina - dan sar fuq parir tal- kumitat ministerjali li nħatar biex jagħti pariri bl-akbar mezz effettiv lill-ministeru fuq it-tqassim tal-fondi – u cioe: il-Malta Red Cross, SOS Malta, Commonwealth Telecommunications Organisation, Koperattiva Kummerc Ġust, Water Treatment Study u YMCA", "DAR MALTA FI BRUSSELS", "16693.", "L-ONOR.", "FRANCO GALEA staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk inħarġux tenders jew talbiet għal xogħlijiet in relazzjoni ma' Dar Malta fi Brussels?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ngħarraf l-Onor.", "Interpellant li ma ħarġux tenders jew talbiet", "għal xogħlijiet in relazzjoni ma' Dar Malta fi Brussels.", "RIKLAMI FUQ GAZZETTI INGLIŻI", "16694.", "L-ONOR.", "FRANCO GALEA staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 13347, jista' il-Ministru jgħid x'riklamar sar f'gazzetti Ingliżi mill-awtorita' għat-turiżmu matul Jannar/Lulju 2005?", "Kemm ġew iqumu u meta saru?", "Jista' ipoġġi kopja tar- riklami fuq il-mejda tal-Kamra?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il- mejda tal-Kamra.", "TRIQ MIKIEL ANTON VASSALLO FL-IMSIDA", "16695.", "L-ONOR.", "FRANCO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Jista' il-Ministru jgħid jekk hux qed isir - jew hux ippjanat li jsir - xi xogħol fil-bidu ta' Triq Mikiel Anton Vassallo, l-Imsida billi qed jinġabar ħafna ilma u qed ikun hemm ilmenti dwar ħsarat fil-karozzi?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Saru diversi studji dwar kif tista' tiġi kkontrollata l-problema ta' l-għargħar f'Birkirkara u l-Imsida, għalkemm ix- xogħol isir biss skond il-prioritajiet li jirriżultaw u l-fondi disponibbli.", "Sadattant qed isir xogħol fuq l-access road għall-bini li sar mill- awtorita' tad-djar b'mod li jiġi inkorporat fil-proġett ippjanat għall- istormwater relief ta' l-inħawi.", "MINI TA' TRIQ REĠJONALI", "16696.", "L-ONOR.", "FRANCO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Jista' il-Ministru jgħid x'inhu jsir dwar rapporti li qed ikun hemm ilma nieżel mis-saqaf tal-mini ta' Triq Reġjonali?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Dan l-ilment qed jiġi investigat mill-awtorita dwar it-trasport sabiex jittieħdu l-passi neċessarji.", "IS-SWIEQI U L-MADLIENA", "16697.", "L-ONOR.", "FRANCO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Jista' il-Ministru jgħid liema toroq fis-Swieqi u l-Madliena hemm ippjanati li jsiru matul din is-sena?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Saru spezzjonijiet fl-area imsemmija mill-Onor.", "Interpellant biex naraw x'kondizzjoni jinsabu fiha dawn it-toroq.", "Id- direttorat qed iħejji programm għall-bini ta' toroq ġodda u t-toroq li jinħteġilhom xogħol se jiġu nklużi f'dan il-programm, dejjem skond il- prioritajiet li jirriżultaw.", "FOND FIL-BIRGU", "16705.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid meta mistenni jsir il-kuntratt ta' fond li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li kif l-uffiċċju konġunt ikollu l- informazzjoni kollha mitluba mingħand l-applikant, id-dipartiment ikun jista' jipproċedi bil-kuntratt ta' fidi ta' ċens gravanti l-proprjeta' konċernata.", "FOND FIŻ-ŻURRIEQ", "16706.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk fond li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, huwiex tal-joint office jew le?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li l-gvern għandu d-dirett dominju temporanju tal-fond bin-numri 24, 25, 26, Triq San Mikiel, fiż-Żurrieq, liema dirett dominju hu amministrat mill-uffiċċju konġunt.", "FOND F'BORMLA", "16707.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jara li jiġi rranġat post tal-joint office li dettalji dwaru", "qed jintbagħtu separatament u li jinsab fi stat perikoluż?", "ONOR.", "TONIO BORG: L-uffiċċju konġunt ma rċieva ebda talba mill-kerrej sabiex jissewwa l-fond in kwestjoni, iżda xorta waħda se jirriferi l-każ lid-dipartiment responsabbli minn dawn it-tiswijiet.", "CARE & REPAIR", "16708.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid x'sar minn talba ta' anzjana li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament biex tkun tista' tibbenifika mis-servizz tal-care & repair?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: L-awtorita' tad-djar informat lill-persuna konċernata li se tibbenefika taħt l-inizjattiva tal-care and repair.", "ĦRUĠ TA' VISA", "16709.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid meta mistennija toħroġ il-visa ta' persuna mis-Sirja li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament biex tkun tista' iżżur pajjiżna?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ma jirriżultax li l-pulizija qatt irċeviet xi talba għall-visa mill-persuna indikata.", "CARE & REPAIR", "16710.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid fejn waslet talba li għamlet persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament biex tkun tista' tibbenifika mis-servizz tal-care & repair?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: L-awtorita' tad-djar ispezzjonat ir-residenza tal-persuna indikata u ġie deċiż li din tista' tibbenefika taħt l- inizjattiva tal-care and repair.", "EŻAMIJIET TAL-MATSEC", "16715.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' studenti li se joqogħdu għall-eżamijiet tal-Matsec f'Mejju/Ġunju li ġej?", "Kemm minnhom huma minn skejjel ta' l-istat, tal-knisja u/jew indipendenti?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif mitlub għadu qed jiġi kkompilat u tweġiba tingħata meta tagħlaq id-data tar-reġistrazzjoni u t-tagħrif ikun ġie kkomputerizzat.", "EŻAMIJIET TAL-MATSEC", "16716.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid kemm studenti se joqogħdu għall-eżamijiet tal-Matsec fix-xhur li ġejjin?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 16715.", "EŻAMIJIET TAS-SEC", "16717.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid kemm studenti mill-iskejjel ta' l-istat, tal-knisja u indipendenti se joqogħdu għall-eżamijiet tas-Sec f'Mejju/Ġunju li ġej?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 16715.", "POWER DISTRIBUTION LOSSES", "16720.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 16197, jista' il-Ministru jgħid kemm jammontaw id- distribution losses fis-sistema tat-trasmissjoni ta' l-elettriku u fil-każ ta' serq ta' l-elettriku?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "BUS TERMINUS", "16721.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jgħid jekk il-bus terminus propost għall- universita' hux kopert bil-permessi tal-MEPA?", "Jista' ipoġġi kopja tal- permess fuq il-mejda tal-Kamra?", "Jekk mhux kopert bil-permessi tal-MEPA, jista' jindika fuq site plan is-sit propost għal dan il-bus terminus?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Il-bus terminus propost għall-universita' għadu mhux kopert bil-permess tal-MEPA, iżda l-awtorita' dwar it-trasport tefgħet applikazzjoni għall-ħruġ ta' dan il-permess.", "Kopja ta' l-applikazzjoni kif ukoll site plan tas-sit propost qed jitpoġġew fuq il-mejda tal-Kamra.", "EŻAMIJIET TAS-SEC", "16722.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid kemm studenti se joqogħdu għall-eżamijiet tas-Sec ta' Mejju/Ġunju li ġej?", "Kemm studenti se jagħmlu paper A u kemm se jagħmlu paper B?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nirriferi l-Onor.", "Membru għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 16715.", "DROGA U ALKAĦOL", "16723.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 16548 u jgħid jekk matul l-ewwel term ta' l-iskejjel, kienx hemm xi rapporti ta' pussess u/jew teħid ta' droga u/jew alkaħol fl-iskejjel?", "Jista' jagħti dettalji dwar it-tip ta' droga?", "Kemm kellhom żmien l- istudenti involuti?", "X'passi ttieħdu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif mitlub għadu qed jiġi vverifikat u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "TE TAL-MARKA MASRI", "16724.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid għalfejn persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament mhux qed titħalla ddaħħal te tal-marka Masri, bil-labelling hekk kif propost minnu, meta tali labelling huwa konformi mal-liġi u anke wara li l-istess persuna nhar l-14 ta' Jannar, 2004 ġiet informata mill-committee on labelling provisions li l-prodott tiegħu hu konformi mal-liġi u wara li l-ministru konċernat naqas milli jagħti tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 16320 għar-raġuni li ġie mressaq protest ġudizzjarju, liema protest ċertament ma jistax jitqies li jikkostitwixxi proċeduri sub judice u per konsegwenza m'hemm l-ebda impediment validu fil-liġi biex il-ministru konċernat jagħti t-tweġiba tiegħu?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Kemm l-Onor.", "Interpellant kif ukoll il-persuna li dettalji dwarha ngħataw separatament, huma diġa' informati bir-raġunijiet permezz ta' korrispondenza datata 3 ta' Ottubru 2005 u 24 ta' Diċembru 2003.", "ĊILINDRI TAL-GASS", "16725.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jikkonferma l-Ministru li madwar 35,000 ċilindru tal-gass se jinqerdu, uħud minnhom ġodda?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "SPTAR ĠENERALI TA' GĦAWDEX", "16727.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għal Għawdex: Tista' il-Ministru tgħid kemm nies hemm jaħdmu fl-isptar ġenerali ta' Għawdex?", "Xi grad għandhom?", "F'liema dipartiment u/jew taqsima qegħdin?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: In-numru ta' dawk li jaħdmu fl-isptar ġenerali ta' Għawdex huwa 686, bl-informazzjoni dwar il-grad, id-dipartiment u t- taqsima fejn qegħdin titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "SPTAR ĠENERALI TA' GĦAWDEX", "16730.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għal Għawdex: Tista' il-Ministru tara li xogħlijiet ta' maintenance li hemm bżonn isiru fil-long stay ward fis-sezzjoni mentali ta' l-isptar ġenerali ta' Għawdex, isiru minnufih?", "Tista' tara li jiġu fornuti aktar siġġijiet għall-kumdita' tal- pazjenti u l-istaff?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Xogħol ta' manutenzjoni f'dak li hu madum ġewwa l-long-stay ward beda xi ftit ġranet ilu, għadu għaddej u mistenni jitlesta fil-futur qarib.", "Għar-rigward tas-siġġijiet ġejt informata li f'kull ħin ikun hemm aktar minn biżżejjed peress li hemm 38 pazjent u 55 siġġu.", "ĦADDIEMA TA' L-ENEMALTA", "16732.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid jekk l-Enemalta u d-WSC jagħmlux random inspections fuq il-ħaddiema?", "Kemm inspections saru fl-aħħar tliet xhur?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "SERVICE STATION F'BIRKIRKARA", "16734.", "L-ONOR.", "MICHAEL ASCIAK staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 16579 u jara jekk jistax jiġi re-routed il-passaġġ ta' l-ilma tax-xita minn fuq il-bejt għal ġo Rizzo service station, f'Birkirkara?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "MONITORAĠĠ TA' L-ARJA", "16735.", "L-ONOR.", "MICHAEL ASCIAK staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jikkonsidra l-Ministru li r-riżultati tal-monitoraġġ ta' l-arja jiġu ppubblikati fuq website, kif del resto isir f'pajjiżi Ewropej oħra?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Ninsab informat li l-MEPA, permezz tal-proċess ta' dataflow lill-European environment agency, ilha tpoġġi informazzjoni fuq il-website ta' l-istess aġenzija - http://http://cdr.eionet.eu.int/mt/eea - liema informazzjoni tinkludi parametri ta' l-arja.", "Dawn jinkorporaw ozone u gassijiet ta' l-effett serra fost oħrajn.", "Fix-xhur li ġejjin se tiġi ppubblikata website għall-konsum lokali li turi din l-informazzjoni f'forma li l-pubbliku in ġenerali jkun jista' jifhimha aħjar, waqt li long-term se jkun possibbli li naġġornaw il-website in real time b'data li tittella' fuq l-internet permezz ta' apparat maħsub li jiġi stallat f'diversi postijiet tal-gżejjer Maltin.", "SENIOR ENFORCEMENT OFFICER", "16744.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jgħid għaliex individwu li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, ġie sospiż minn senior enforcement officer ma' l- ADT u ilu ma jidħol għax-xogħol għal aktar minn sentejn?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "KMAMAR TA' L-ARMIER", "16748.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid x'sar mill-proġett tal-kmamar ta' l-Armier meta qabel l-elezzjoni ta' l-2003, il-gvern kien wiegħed li kien se jasal għal soluzzjoni dwar dawn il-kmamar?", "Il-gvern beħsiebu jonora l-commitment li kien għamel ma' Armier Development Ltd dwar dan il- proġett?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Saret applikazzjoni minn Armier Development Ltd lill-MEPA li qed tiġi pproċessata.", "STUDENTI UNIVERSITARJI GĦAWDXIN", "16749.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid kemm studenti Għawdxin iggradwaw mill-Universita' ta' Malta, minbarra mill-fergħa ta' Għawdex, mill-1999 'il hawn?", "Liema korsijiet segwew u kemm kien hemm studenti f'kull kors?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif mitlub għadu qed jiġi vverifikat u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "GOZO CHANNEL", "16750.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm passiġġieri, weħidhom u/jew bil-vettura, qasmu bejn Malta u Għawdex bis- servizz tal-Gozo Channel mill-1992 sa l-aħħar ta' Settembru 2005?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "VOT KAPITALI GĦAL GĦAWDEX", "16751.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' il- Ministru tagħti tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 15931 dwar il-vot kapitali għal Għawdex?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Ninforma l-Onor.", "Interpellant li, bħalma hija l- prassi, kull ammont ta' fondi li ma jintnefaqx imur lura fil-Fond Konsolidat.", "Rigward il-parti l-oħra tal-mistoqsija, nitlob l-Onor.", "Interpellant jirriferi għat-tabella li qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "BUSINESS PROMOTION ACT", "16752.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 15936, jista' il-Ministru jgħid jekk il- leġislazzjoni li qed titfassal tinkludix inċentivi li jkopru l-ispejjeż tat- trasport ta' merkanzija bejn Għawdex u Malta?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "PARKING PRIVAT F'GĦAWDEX", "16753.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid għala u min ta l- ordni biex il-pulizija ma tħallix karozzi jipparkjaw fil-parking place privat tal-Katidral ta' Għawdex, fl-okkażjoni tal-konsagrazzjoni ta' l- Isqof t'Għawdex nhar il-Ħadd 22 ta' Jannar, 2006?", "ONOR.", "TONIO BORG: Peress li din il-mistoqsija tikkonċerna proprjeta' privata, nissuġġerixxi li l-Onor.", "Interpellant jitlob dan it-tagħrif mingħand il-proprjetarju.", "KORP TAL-PULIZIJA", "16754.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kienx hemm re- instatement ta' pulizija matul l-2004 u l-2005?", "ONOR.", "TONIO BORG: Matul is-sena 2004 kien hemm żewġ ex-membri tal-korp tal-pulizija li ġew re-instated, filwaqt li matul l-2005 kien hemm wieħed.", "KORP TAL-PULIZIJA", "16755.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm persuni talbu biex jerġgħu jidħlu fil-korp tal-pulizija matul l-2004 u l-2005?", "Kemm minnhom fil-fatt iddaħħlu?", "ONOR.", "TONIO BORG: Matul is-snin 2004 u 2005 kien hemm 13-il ex-membru tal-pulizija li talbu biex jerġgħu jidħlu lura fil-korp u attwalment tlieta minnhom ġew re-instated.", "GĦOLI TAL-ĦAJJA", "16756.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Jista' jiġi vverifikat jekk pensjonant li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, hux intitolat għal żieda għall-għoli tal- ħajja?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Ma jirriżultax li l-persuna indikata tirċievi xi pensjoni taħt l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali u għalhekk mhux il-każ li hi intitolata għal żieda fl-għoli tal-ħajja.", "PARISH STREET FIN-NAXXAR", "16757.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jara li jkun hemm dawl tajjeb u regolari maż- zebra-crossing li hermm f'Parish Street, Naxxar ħdejn ir-roundabout?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Se jsiru site inspections fuq iz-zebra-crossing indikata biex ikun jista' isir ix-xogħol neċessarju.", "TAXXA TAD-DĦUL", "16758.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid jekk anzjani residenti fi djar ta' l-anzjani humiex qed jiġu ntaxxati doppjament, darba għall-ħlas għas- servizz fid-dar residenzjali u din l-istess somma terġa' tiġi komputata biex jiġi stabilit kemm l-istess anzjan irid iħallas bħala taxxa tad-dħul?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Kull anzjan residenti f'xi dar ta' l-anzjani li għandu dħul ta' inqas minn Lm3,100 fis-sena, ma jħallas l-ebda taxxa.", "Kulma jħallas hu 60% tad-dħul li jkollu bħala kontribuzzjoni għas-servizz li jkun qed jirċievi fid-dar ta' l-anzjani.", "Anzjan li jkollu dħul ta' aktar minn Lm3,100 fis-sena, l-ewwel titnaqqaslu t-taxxa u wara jinqatgħu 60% ta' l-ammont li jibqa', pero f'kull każ jiġi żgurat li kull resident jibqagħlu f'idejh minimu ta' Lm600 fis-sena.", "PROTOKOLL TALJAN", "16759.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew jiswew it-toroq kollha li saru s'issa permezz ta' l-aħħar protokoll Taljan?", "X'inhu l-ammont ta' varjazzjoni fuq l-offerta oriġinali?", "Jista' jagħti lista tal-kumpanniji, kemm barranin kif ukoll lokali, li b'xi mod jew ieħor għamlu xogħol fuq dawn it-toroq?", "Jista' jgħid f'kull każ kemm tħallset - jew se titħallas - kull kumpannija?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Risposta se tingħata f'xi seduta oħra.", "INDUSTRIJA TAL-MANIFATTURA F'GĦAWDEX", "16763.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm kien id-dħul medju fil-ġimgħa għal kull ħaddiem fid-diversi setturi ta' l-industrija tal-manifattura f'Għawdex mill-1999 'il hawn, fi prezzijiet tas-suq u prezzijiet kostanti ta' l-1999 u l-2000?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "DETENTION SERVICES UNIT", "16774.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk is-suldati li jipprestaw servizzi lid-detention services unit, bħal mechanics, plumbers, electricians, eċċ., jeħdux l-istess allowance li jieħdu s-suldati li jkunu għassa ma' l-immigranti irregolari?", "Jista' jirrettifika din id- diskriminazzjoni?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "JOURNEYMAN CERTIFICATE", "16775.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid għaliex mhux is-suldati kollha li għandhom il-journeyman certificate huma meqjusa bħala li għandhom trade?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "ĊERTIFIKAT TAS-SEWQAN", "16776.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jikkonferma l-Prim Ministru li ċ-ċertifikati tas-sewqan tat- trakkijiet u l-coaches mogħtija mill-armata mhumiex rikonoxxuti mill- awtorita' dwar it-trasport?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "SAFI BARRACKS", "16777.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid għaliex għadhom ma sarux xogħlijiet ta' tiswija fuq is-saqaf tal-guardroom tal-barracks ta' Ħal Safi li sal-lum għadu jqattar l-ilma?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Hu pprogrammat li dan x-xogħol isir hekk kif it- temp ikun jippermetti.", "VJOLENZA DOMESTIKA", "16779.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Peress li l-liġi dwar il-vjolenza domestika se tidħol fis-seħħ dalwaqt, tista' il-Ministru tgħid x'miżuri qed jittieħdu sabiex f'Għawdex jiżdiedu l-istrutturi u jissaħħu dawk eżistenti sabiex din il- liġi tkun iktar effettiva?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: L-Att dwar il-Vjolenza Domestika jipprovdi għat- twaqqif ta' kummissjoni dwar il-vjolenza domestika li, fost affarijiet oħra, se jkollha l-funzjoni li tagħtini pariri dwar:", "*Standards għal faċilitajiet ta' kura għall-vittmi u awturi ta' vjolenza domestika, inkluż servizzi jew faċilitajiet ta' kenn pubbliċi jew privati;", "*Proċeduri għal kordinament effettiv f'livell nazzjonali ta' l-attivitajiet ta' aġenziji u enti pubbliċi u privati mqabbdin fl-għoti ta' servizzi dwar materja ta' vjolenza domestika, inkluż servizzi ta' sostenn; u", "*Żvilupp ta' pjan komprensiv għal programm multi-dixxiplinarju ta' prevenzjoni attiva u ta' intervent kmieni.", "Abbażi ta' dawn il-pariri, jittieħdu dawk il-miżuri meħtieġa biex jintlaħqu l-għanijiet ta' l-imsemmija liġi kemm f'Malta kif ukoll f'Għawdex.", "TRIQ IT-TANK FIS-SIĠĠIEWI", "16788.", "L-ONOR.", "CLYDE PULI staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari 16315 u 16959 u l- problema ta' flooding fi Triq it-Tank fis-Siġġiewi, jista' il-Ministru jgħid issa li tlesta s-survey tal-MEPA, x'se jsir dwar il-culvert biex tonqos il-problema ta' l-ilma tax-xita sakemm titlesta t-triq?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "KONSULENTI", "16789.", "L-ONOR.", "JOSEPH DEBONO GRECH staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid kemm konsulenti għandu fil- ministeru u d-dekasteru tiegħu li jieħdu xi forma ta' remunerazzjoni?", "Min huma?", "X'tip ta' konsulenza jagħtu?", "X'remunerazzjoni jingħataw għal dan is- servizz?", "Min ingaġġahom?", "Min awtorizza l-ingaġġ tagħhom u għal kemm żmien?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif mitlub għadu qed jiġi vverifikat u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "SPONSORSHIPS", "16790.", "L-ONOR.", "JOSEPH DEBONO GRECH staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx membri tal- private staff u anke fid-dekasteru tiegħu li qed jiġu sponsorjati mill- istess ministeru għal xi tip ta' studju, kemm Malta kif ukoll barra minn Malta?", "X'inhi l-ispiża?", "Kemm hemm u min huma?", "Xi grad huma u min awtorizza l-ispiża?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif mitlub għadu qed jiġi vverifikat u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "UNIFORMIJIET", "16791.", "L-ONOR.", "JOSEPH DEBONO GRECH staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid jekk membri tal-private staff - mhux messaġġiera - ingħatawx xi uniformi jew ħlas għall-uniformi matul l- 2004 u l-2005?", "X'inhi l-ispiża u min awtorizza n-nefqa?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li ħlief għall-messaġġiera u drivers, ma ħarġux uniformijiet la tas-sajf u lanqas tax-xitwa lill-private staff.", "MPJEGATI OVER 61", "16792.", "L-ONOR.", "JOSEPH DEBONO GRECH staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm uffiċjali tas- segretarjat privat u anke fid-dekasteru tiegħu 'l fuq minn 61 sena?", "Min huma?", "X'eta' għandhom?", "X'kariga għandhom?", "Dawn qegħdin fuq bażi full- time jew part-time?", "X'salarju u benefiċċji oħra għandhom?", "Kemm ilhom jokkupaw tali kariga?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif mitlub għadu qed jiġi vverifikat u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "DIRECT ORDERS", "16793.", "L-ONOR.", "JOSEPH DEBONO GRECH staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid kemm direct orders ingħataw fil-ministeru u d-dekasteru tiegħu ta' 'l fuq minn Lm2,000 matul l-2004 u l- 2005?", "Kemm kienet tqum kull waħda?", "Lil min ingħatat u min approvaha?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif mitlub għadu qed jiġi vverifikat u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "IMPJEGATI", "16794.", "L-ONOR.", "JOSEPH DEBONO GRECH staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jiċħad jew jikkonferma l-Ministru li fid-dekasteru tiegħu nħatar/inħatru segretarju permanenti, diretturi ġenerali, diretturi jew assistenti diretturi mingħajr ma applikaw għall-kariga u ġew appuntati meta ħarġet il-call for applications għal dik il-pożizzjoni partikolari?", "F'każ li nħatru uffiċjali b'dan il-mod, jista' jgħid min huma, għaliex inħatru b'dan il-mod u min iddeċieda li huma ideali li jokkupaw tali kariga", "fin-nuqqas li għamlu interview?", "Min huma u x'karigi qegħdin jokkupaw?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif mitlub għadu qed jiġi vverifikat u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "PLACEMENTS MILL- ETC", "16811.", "L-ONOR.", "JOSEPH CASSAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid kemm placements saru mill-ETC mill-1996 'il hawn?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mill-1996 'il hawn il-korporazzjoni tax-xogħol u taħriġ sabet xogħol kif ġej:", "|Sena |Placement| | |s | |1996 |3,290 | |1997 |2,498 | |1998 |1,847 | |1999 |2,328 | |2000 |2,717 | |2001 |2,492 | |2002 |3,209 | |2003 |3,272 | |2004 |3,579 | |2005 |4,462 |", "KORSIJIET TA' L-ETC", "16812.", "L-ONOR.", "JOSEPH CASSAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid kemm korsijiet saru mill-ETC mill-1996 'il hawn?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif mitlub qed jitpoġġa fuq il-mejda tal- Kamra.", "KORSIJIET TA' L-ETC", "16813.", "L-ONOR.", "JOSEPH CASSAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid kemm ipparteċipaw fil- korsijiet ta' l-ETC mill-1996 'il hawn?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għall-informazzjoni mogħtija ma'", "mistoqsija parlamentari 16812.", "COMPUTERS FL-ISKEJJEL", "16814.", "L-ONOR.", "JOSEPH CASSAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid kemm computers kien hemm għall-użu ta' l-istudenti fl-iskejjel kollha pubbliċi fl-1996, 1997 u 2005?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif mitlub għadu qed jiġi vverifikat u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "FTUH TA' LUKANDI", "16815.", "L-ONOR.", "JOSEPH CASSAR staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid kemm lukandi fetħu mill-1996 'il hawn?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "LUKANDI", "16816.", "L-ONOR.", "JOSEPH CASSAR staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta' lukandi mill-1996 'il hawn?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "YACHTING CENTRE DIRECTORATE", "16826.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni: Peress li kemm mill-estimi kif ukoll mir-rapport annwali ta' l-attivitajiet ta' l-awtorita' marittima ma jirriżultax kemm applikazzjonijiet għal berths hemm pendenti mal-yachting centre directorate fi ħdan l-awtorita' marittima, jista' il-Ministru jgħid kemm fil-fatt hemm applikazzjonijiet u kemm ilhom pendenti?", "Jista' jgħid ukoll għal meta hu pproġettat li jkun hemm yacht marina ġdida f'Għawdex?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: In-numru ta' applikazzjonijiet pendenti għall-irmiġġi fil-yachting centres huwa ta' 409.", "Dawn l-applikazzjonijiet saru hekk:", "|Sena |Applikazzjonij| | |iet | |1993 |17 | |1994 |31 | |1995 |54 | |1996 |47 | |1997 |55 | |1998 |62 | |1999 |39 | |2000 |31 | |2001 |17 | |2002 |19 | |2003 |23 | |2004 | 7 | |2005 | 6 | |2006 | 1 |", "Rigward l-iżvilupp ta' yacht marina f'Għawdex, il-policy imħaddna mill- awtorita' marittima hi li tiffaċilita u tippromwovi l-iżvilupp ta' yacht marinas mis-settur privat skond il-qafas regolatorju stabilit.", "KAŻ TA' OMIĊIDJU", "16848.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Fir-rigward tal-qtil ta' individwu li kien instab mejjet fit-13 ta' April 2005, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk l- inkjesta maġisterjali ġietx konkluża?", "X'inhi r-raġuni li l-mejjet għadu ritenut b'mod priżervat fil-friża tas-sala mortwarja ta' Għawdex meta t- testijiet forensiċi ġew ormai konklużi?", "F'dan is-sens, jaf il-Viċi Prim Ministru li attwalment l-unika problema li teżisti sabiex dan jinġieb Malta u jindifen huma biss problemi amministrattivi u ta' flus, fis-sens li d- dipartiment konċernat qed jirrifjuta li joħroġ l-ispejjeż relattivi sabiex jinġieb Malta għad-difna?", "Jaf il-Viċi Prim Ministru li l-qraba tal-mejjet huma finanzjarjament indiġenti u ma jistgħux iħallsu?", "Jidhirlu li huwa l-każ li f'dawn iċ- ċirkostanzi jintervjeni personalment sabiex il-mejjet jinġieb Malta u ssirlu d-difna?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li l-inkjesta maġisterjali għadha mhijiex konkluża, pero' il-maġistrat inkwirenti awtorizza r-rilaxx u d- difna tal-kadavru.", "Informat ukoll illi qed isiru l-arranġamenti meħtieġa biex il-kadavru jinġieb fil-kamra mortwarja ta' l-isptar San Luqa sabiex ikun jista' isir il-funeral.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB", "ETC SENIOR MANAGERS", "W212 L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Fid-dawl tal-fatt li waħda mill-kondizzjonijiet li għandhom senior managers mal-korporazzjoni għax-xogħol u taħriġ hi li jew il-korporazzjoni tipprovdi karozza li jkollha inkluż petrol, liċenzji u xi ħsarat li jistgħu jinqalgħu inkella min jagħżel li juża l-karozza tiegħu jkollu allowance ta' Lm1,500 fis-sena, jista' il-Ministru jindaga jekk hemmx xi senior manager partikolari li jieħu l-allowance u juża l-karozza tal-korporazzjoni, bil-karozza tiegħu tokkupa garage fil-premises tal- korporazzjoni?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-każ imqanqal mill-Onor.", "Membru qed jiġi mistħarreġ u ġejt assigurat li jittieħdu l-passi li jirriżultaw meħtieġa."]} {"filename": "20040705_146d_par.doc", "date": "2004-07-05", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 146 It-Tnejn, 5 ta' Lulju, 2004 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 146 It-Tnejn, 5 ta' Lulju, 2004", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6:02 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "146", "It-Tnejn, 5 ta' Lulju, 2004", "WERREJ", "MINUTI 222", "KOMUNIKAZZJONI MINN MR SPEAKER 222", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 222", "TQEGĦID TA' KARTI 230", "MOZZJONIJIET", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR L-EKO-KONTRIBUZZJONI (L-EWWEL QARI) 231", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-KODIĊI TA' ORGANIZZAZZJONI", "U PROĊEDURA ĊIVILI (IT-TIENI QARI)", "CODE OF ORGANIZATION AND CIVIL PROCEDURE (SECOND READING) 232", "AĠĠORNAMENT 255", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 261", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 145 li saret fit-30 ta' Ġunju, 2004 ġew konfermati.", "KOMUNIKAZZJONI MINN", "MR SPEAKER", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): Inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Informazzjoni bi tweġiba għal żewġ mistoqsijiet parlamentari li l-Onor Jose' Herrera għamel lis-Sedja dwar records tal-parlament.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "BELT VALLETTA: BASTJUN TA' SANTA BARBARA - ĦSARA LIS-SIĠAR", "5724.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: B'riferenza għall-massakru tas-siġar li għandhom mijiet ta' snin fuq il-Bastjun ta' Santa Barbara, il-Belt, fejn kellu jintervjeni l-Prim Ministru wara protesti mir-residenti biex titwaqqaf il-ħsara li kienet qed issir, kif ukoll il-massakru fuq linji simili li qed issir bħalissa fil- Buskett fuq siġar protetti b'dettriment għas-siġar infushom kif ukoll għall- għasafar indiġeni li jbejtu fihom f'dan iż-żmien tas-sena u għalhekk bi ksur tad-direttiva ta' l-Unjoni Ewropea dwar l-għasafar, jista' il-Ministru jispjega lill-Kamra lil min jirrapporta l-konsorzju li qed iwettaq dawn il- massakri?", "Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra rendikont dettaljat tal- flus li qed jingħataw mill-gvern lil dan il-konsorzju u kif qed jintnefqu dawn il-flus tal-poplu?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO (Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent): Il- konsorzju, embellishment landscaping consortium, jirraporta direttament lill-monitoring board li twaqqaf apposta mill-gvern.", "Dan il-bord għandu fi ħdanu unit ta' esperti li kien responsabbli mix-xogħol anke qabel twaqqfet il-public/private partnership.", "Rigward is-siġar tas-sur ta' Santa Barbara, nassigura li mhux minnu li twettqu xi massakri kif imsemmi mill-Onor.", "Interpellant.", "Iż-żbir li sar, għad li jidher ikrah, sar mingħajr ebda ħsara lis-siġar.", "Rigward iż-żbir tas-siġar tal-Buskett, jien informat li saru laqgħat għal koordinazzjoni aħjar bejn il-MEPA u l-monitoring board, dejjem sabiex filwaqt li jsir ix-xogħol meħtieġ, dan isir fl-ambitu ta' avviż legali 12 ta' l-2001.", "Infatti sar qbil li jkun hemm memorandum of understanding bejn il-MEPA u l-monitoring board li jiddefinixxi l-kontrolli u l- implementazzjoni meħtieġa.", "Fis-sena 2004 il-flus allokati mill-gvern lill-public/private partnership huma ta' Lm2,491,000, li minnhom Lm2.3 miljun imorru għas-salarji, bonuses, national insurance, eċċ., u l-kumplament jintnefqu fil-proġetti li qed jiġu mfaħħra minn kulħadd.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Abela, domanda supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Mr Speaker, il-unit li kien parti mid-dipartiment tal-gvern għadu jeżisti?", "Jew ġie nkorporat fi ħdan il-public/private partnership li twaqqfet?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: F'dan il-unit hemm numru ta' uffiċjali, mhux biss mid-dipartiment ta' l-agrikoltura imma anke mill-MEU u aġenziji oħrajn tal-gvern, li jagħmlu monitering f'isem il-gvern.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Jiġifieri ħaddiema li qabel kienu jagħmlu dan ix- xogħol issa ġew mgħoddija lill-partnership li saret bejn il-gvern u l- privat?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Meta l-gvern kien iffirma l-kuntratt tal- public/private partnership, il-ħaddiema fid-dipartiment ta' l-agrikoltura li kienu jagħmlu dan ix-xogħol, għaddew mal-consortium.", "ARKIVJI U LIBRERIJI", "5725.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra meta se titwettaq ir-riforma fl-arkivji u l-libreriji msemmija minnu diversi drabi, fosthom kif irrapportat f'paġna 12 ta' \"The Times\" datata 3 ta' Awissu, 1999, kif ukoll fl-ispeech from the Throne tal-President fil-bidu ta' din il-leġislatura?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi): Peress li l-abbozzi ta' żewġ liġijiet diġa' ġew diskussi fil-Kabinett u ntbagħtu lura għal rikonsiderazzjoni fuq numru ta' punti, beħsiebni nuża x- xhur tas-sajf biex ix-xogħol fuqhom mid-dipartiment tal-libreriji u l- arkivji u l-ministeru jitlesta biex jerġgħu jintbagħtu lill-Kabinett għall- konsiderazzjoni tiegħu.", "DRAMA UNIT", "5726.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid min qed imexxi d-drama unit fil-preżent?", "Jista' jgħid ukoll x'ħidma qed iwettaq dan l-istess unit?", "Kemm hemm persuni jaħdmu f'dan il-unit?", "X'inhi l-politika tal-gvern għad- drama unit?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li d-drama unit ilha titmexxa mis-Sur John Suda, uffiċjal edukattiv fid-dipartiment tal-kurrikulu, għal dawn l-aħħar tmien snin.", "Id-drama unit ipproduċiet programmi teatrali fl-edukazzjoni bl-isem ta' TIE, Theatre in Education.", "Tnejn minn dawn il-prorammi ttellgħu fl-iskejjel filwaqt li ħames programmi oħra ttellgħu fiċ-ċentru tad-drama, l-Blata l- Bajda.", "Studenti mill-ewwel sena ta' l-iskola primarja sa l-aħħar sena ta' l-iskola sekondarja ġew milħuqa b'dawn il-programmi.", "Ipparteċipaw 'il fuq minn 20,000 tifel u tifla mill-iskejjel ta' l-Istat, tal-knisja u indipendenti.", "Id-drama unit għenet ukoll fil-produzzjoni ta' l-għoti tal-premjijiet ta' diversi skejjel ta' l-Istat, sew primarji kif ukoll sekondarji.", "Il-unit ħadem ukoll biex ipproduċa l-ewwel sillabu tad-drama għall-iskejjel primarji.", "Hemm 22 persuna jaħdmu fid-drama unit, inkluż l-uffiċjal edukattiv.", "Il-politika tal-gvern dwar din it-taqsima hi li l-ewwel jiġi mplimentat il- kurrikulu minimu nazzjonali, speċjalment fl-aspett kreattiv, kritiku, soċjali u kulturali.", "Huwa maħsub ukoll li l-impatt li jħalli dan il-unit fl-iskejjel jiżdied fis-sena skolastika li ġejja kif ukoll jitkompla x- xogħol fuq it-TIE.", "Barra minn hekk qed nikkonsidraw proposti għal diskussjoni dwar kif l-aktar l-iskejjel speċjali tad-drama, arti u mużika jaħdmu aħjar f'qafas ta' sinerġija.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Abela, domanda supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Jista' il-Ministru jgħid jekk riċentement ġewx imqabbda nies oħra f'livell għoli biex imexxu dan id-drama unit jew partijiet minnu?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Skond l-informazzjoni li ngħatajt mid-diviżjoni ta' l- edukazzjoni ma jidhirx li hemm xi persuni oħra li qed imexxu dan il-unit jew partijiet minnu.", "Jista' jagħti l-kas li l-Onor.", "Interpellant qiegħed jirriferi għas-Sur Mario Azzopardi.", "Jekk inhu hekk, nitolbu jagħmel domanda bil-miktub ħalli nkun nista' nġiblu l-informazzjoni dwar x'inhu s-sehem dirett tas-Sur Azzopardi f'din it-taqsima.", "ARMATA - BOMB DISPOSAL SQUADS", "5764.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm kien in- numru ta' sejħiet li saru għall-bomb disposal squads u x'kien ir-riżultat ta' kull sejħa?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (Segretarju Parlamentari)(f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Jien informat li sa l-20 ta' Mejju, 2004 saret 17- il sejħa lis-sezzjoni tal-bomb disposal ta' l-Armata.", "16 kienu sejħiet ta' theddida ta' bomba u fihom ma rriżulta xejn filwaqt li sejħa oħra kienet ta' bomb hoax.", "F'din ta' l-aħħar nstab oġġett li jixbaħ bomba iżda ma nstab l-ebda splussiv.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Dawn is-sejħiet jinkludu dik id-darba meta l-ħaddiema tal-Maltapost ħarġu kollha barra għax qalulhom li kien hemm bomba?", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: L-informazzjoni li għandi quddiemi ma tistabilixxix fiex kienu jikkonsistu s-sejħiet.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-pulizija ħaditx passi dwar dan il-fatt li kien ġie rrapportat fuq il-gazzetti?", "MR SPEAKER: L-Aġent Prim Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG (Aġent Prim Ministru): Ma nistax nikkonferma jekk sarx rapport lill-pulizija pero' jekk l-Onor.", "Interpellant jagħmilli domanda bil- miktub inkun nista' nivverifika.", "(Interruzzjonijiet)", "Mr Speaker, m'huwiex faċli li dawn il-każijiet jiġu solvuti minħabba n- natura tagħhom.", "Niftakar li anke fil-qorti kienu għamlu żmien jagħmlu dawn it-tip ta' affarijiet – u dan l-aħħar donnhom reġgħu bdew – li m'huma ċajta xejn, joħolqu ħafna paniku u kultant anke diżgwid u telfien ta' qliegħ.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Ma jidhirlux l-Aġent Prim Ministru li meta fil- Maltapost intqal li kien hemm bomba, il-pulizija kien misshom ħadu l-passi neċessarji u l-ħaddiema setgħu ġew mgħajta biex jagħtu x-xiehda tagħhom għax dan huwa każ serju?", "MR SPEAKER: L-Aġent Prim Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, jiena m'għedtx li l-pulizija ma ħaditx passi imma li ma nafx jekk f'dan il-każ kienx sar rapport lilhom.", "Wieħed irid jifhem li jsiru mijiet ta' rapporti u ta' investigazzjonijiet matul is- sena u huwa mpossibbli li nkun naf kull wieħed minn dawn fejn wasal.", "Apparti minn hekk jien inħalli lill-pulizija fil-liberta' biex kemm jista' jkun jagħmlu dan ix-xogħol huma.", "Issa nivverifika ħalli nara saritx investigazzjoni f'dan ir-rigward.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Filwaqt li naqbel ma' l-Aġent Prim Ministru li għandu jħalli lill-pulizija fil-liberta', ma jaħsibx li l-poplu għandu jkun informat dwar affarijiet serji bħal dawn, speċjalment jekk dan it-tip ta' reat ikun sar minn persuna f'xi kariga għolja?", "MR SPEAKER: L-Aġent Prim Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, jien ma nkunx naf jekk l-inċidenti ta' bomb hoax jiġux kollha investigati jew le.", "Wara kollox din id-domanda ma kenitx indirizzata direttament lili u xorta waħda għedtlu li se nivverifika dwarha.", "Jien stajt faċilment irrispondejt lill-Onor.", "Mizzi li ma naf b'xejn u kont nieqaf hemm!", "Jien qrajt dwar il-każ in kwestjoni imma ma naf assolutament xejn dwaru.", "Mr Speaker, l-Onor.", "Mizzi m'għandux jippretendi li kull darba għandi niċċekkja jekk saritx investigazzjoni jew le dwar kull każ!", "Kieku nista' noqgħod naqra l-gazzetti biss u nagħmel l-investigazzjonijiet!", "Billi l- Onor. Mizzi semma persuni f'xi kariga għolja, nitolbu biex jekk jaf b'xi informazzjoni, jgħaddiha lill-pulizija.", "Pero' nassigurah li hawnhekk m'hawn lil ħadd 'il fuq mil-liġi.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, din il-kwestjoni tqajmet f'dan il-parlament anke l-ġimgħa l-oħra u l-mistoqsijiet ħarġu fil-beraħ.", "Allura kif min hu responsabbli ma ndenjax ruħu jagħti l-informazzjoni?", "Għax id-domandi jsiru biex il-poplu jkun jaf x'qed jiġri u biex fil-pajjiż ikun hawn it- trasparenza.", "Possibbli li l-membri tal-Kabinett ma jagħtux kas dak li jingħad hawn ġew!", "MR SPEAKER: L-Aġent Prim Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, lili ma saritlix domanda u safejn naf jien ir-responsabilita' tal-pulizija taqa' taħti u mhux taħt ħaddieħor.", "Jekk l- Onor. Interpellant ġenwinament irid dik l-informazzjoni, għandu jistaqsiha lili u bħalma dejjem għamilt, inwieġbu u kif weġibt għal mijiet ta' domandi, inwieġeb għal din ukoll.", "Imma mhux niġi hawnhekk u f'daqqa waħda l-Onor.", "Mizzi jistaqsini domanda li b'kumbinazzjoni kien qed jistaqsi lil ħaddieħor!", "U minn fuq li jien qed nipprova nara x'seta' ġara biex nagħtih risposta, qed ikompli jgħid li jien ma rridx nirrispondih!", "Dan m'huwiex sew, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Ma jidhirlux il-Ministru li meta jkun hemm theddida ta' bomba, apparti mill-fatt jekk tkunx vera jew le, għandhom jittieħdu l- passi bis-serjeta'?", "Jien m'iniex qed nippretendi li l-Aġent Prim Ministru jagħtini informazzjoni li ma jafx, imma meta l-ġimgħa l-oħra jien għamilt dawn l-istess domandi, is-segretarju parlamentari li rrisponda f'isem il- Prim Ministru, baqa' ma tanix informazzjoni.", "Ma jidhirlux l-Aġent Prim Ministru li meta jkun hemm dawn it-tip ta' interventi pubbliċi u jkun jidher ċar li xi ħadd għamel theddida ta' bomba biex joħroġ lin-nies 'il barra ħalli jiġu locked out, għandu jkun hemm xi reazzjoni?", "MR SPEAKER: L-Aġent Prim Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mela jien qed ngħid li ma kienx hemm reazzjoni jew li ma ttieħdux passi!", "Hu qed jassumi dan.", "Jien qed ngħidlu li meta jkolli l- informazzjoni ngħaddihielu.", "PERSUNI TA' NAZZJONALITA' BARRANIJA 5765.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hawn persuni ta' nazzjonalita' barranija li għandhom permess jgħixu u jaħdmu f'Malta llum u mil-liema pajjiż ġejjin?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li skond l-aħħar lista aġġornata li dehret fuq l-internet fil-website tad-dipartiment ta' l-informazzjoni, in- numru ta' persuni barranin li bħalissa għandhom liċenzja ta' impjieg u għalhekk jistgħu jgħixu u jaħdmu Malta, huwa kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.", "IMPORTAZZJONI TA' ARMI TAN-NAR", "5766.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm ġew importati armi tan-nar sena b'sena, f'dawn l-aħħar ħames snin u x'tip kienu?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi l-mistoqsija lill-ministru konċernat.", "IMPORTAZZJONI TA' ANNIMALI", "5767.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew importati għasafar, tjur, annimali u rettili s-sena l-oħra u din is- sena?", "X'tip kienu?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l- informazzjoni mitluba.", "PERSUNI LI JABBUŻAW MID-DROGA - TQASSIM TA' SIRINGI", "5768.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid kemm tqassmu siringi lil dawk li jabbużaw mid-droga din is-sena u minn fejn?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita'): Ninsab informat li t-total ta' siringi li tqassmu lil dawk li jabbużaw mid- droga minn Jannar sa April 2004, huwa kif ġej.", "|Florian|12645 | |a | | |Qormi | 6225 | |Gżira |13103 | |Paola |21500 | |Bormla | 4862 | |Mosta | 5944 | |Rabat | 2116 |", "SAĦĦA - HIV TESTS", "5769.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid kemm saru tests ta' l-HIV minn mindu sirna nafu bil-marda u kemm minnhom kienu fil-pożittiv?", "Kemm mietu nies bl-HIV s'issa?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li n-numru ta' testijiet li ttieħdu kien ta' 68,279 li 235 minnhom kienu pożittivi.", "Ovvjament dawn it-testijiet jistgħu jkunu ripetuti peress li huma magħmulin b'mod anonimu.", "Dawn il-figuri jkopru minn Ġunju ta' l-1985 sa l-aħħar ta' April ta' l-2004.", "Skond l-informazzjoni miġbura mid-dipartiment tas-saħħa pubblika, mill-1986 s'issa mietu 49 persuni bl-AIDS.", "AKKOMODAZZJONI SOĊJALI - TALBA GĦAL AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA", "6227.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u tas- Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid x'tama hemm li xebba omm b'206 punti u li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, tiġi allokata fond mid-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA (Ministru tal-Familja u tas-Solidarjeta' Soċjali): Ninsab informata li d-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali qed jikkonsidra l-applikazzjoni mill-persuna ndikata mill-Onor.", "Interpellant flimkien ma' oħrajn simili.", "AWTORITA' TAD-DJAR - SERVIZZ TAL-CARE AND REPAIR", "6228.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tara li l-persuna anzjana li d- dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, tibbenefika mill-iskema jew servizz ta' care and repair ta' l-awtorita' tad-djar?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Ninsab informata li fil-25 ta' Ġunju, 2004, l- awtorita' tad-djar għamlet spezzjoni tal-fond indikat u issa qed jitħejja r- rapport tekniku.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Buontempo, domanda supplimentari.", "ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO: Mr Speaker, x'inhi r-raġuni li meta persuna tapplika biex tingħata dan is-servizz, tiġi mitluba biex tagħżel jekk tridx tibbenefika mis-servizz ta' care and repair jew mill-iskema li għandha l- awtorita' tad-djar?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Mr Speaker, ir-risposta hija faċli.", "L-isbaħ ħaġa fil-ħajja hi li jkollok l-għażla u aħna qed nagħtu ċ-ċans lill- applikanti li jagħżlu li jew jibbenefikaw mill-iskema tal-care and repair, jiġifieri li l-awtorita' tgħinhom isibu l-kuntratturi, jew jagħżlu l-iskema l-oħra.", "Infakkar lill-Onor.", "Interpellant li l-ġimgħa li għaddiet saru sensila ta' domandi minnu stess dwar dan is-suġġett u waħda mit-tweġibijiet kienet tgħid li meta persuni ma jgawdux mill-inizjattiva tal-care and repair, dan isir b'għażla tagħhom u mhux għax ġew miċħuda li jagħmlu dan.", "Dan ifisser li dawn il-persuni jkunu ddeċidew li jmorru għall-iskema R jew W, jiġifieri jkunu jridu jieħdu f'idejhom l-għażla tal-kuntrattur li jagħmlilhom ix- xogħol mentri l-awtorita' toffri wkoll is-servizz li toħroġ tender u x- xogħol isir mill-kuntrattur li jintagħżel mill-awtorita'.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Buontempo.", "ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO: Mr Speaker, jekk persuna tiddeċiedi li tibbenefika minn waħda mill-iskemi li għandha l-awtorita' tad-djar, trid tapplika bil-proċeduri normali, jiġifieri trid tħallas il-Lm5 imbagħad meta tissottometti l-applikazzjoni trid tħallas Lm20 u tieħu d-dokumenti kollha bħal meta jibbenefikaw mis-servizz ta' care and repair?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Mill-informazzjoni li għandi, l-awtorita' qed tipprova li kemm jista' jkun fis-servizz kollu li tagħti tħaffef il-ħajja għall-benefiċċjarji tagħha.", "Aħna nafu li n-nies li jersqu għand l- awtorita' biex igawdu minn dawn is-servizzi ikunu fil-bżonn, apparti minn dawk li l-applikazzjoni tagħhom ma tiġix aċċettata għax ikunu ineliġibbli, għax ikollhom assi aktar jew għal xi raġunijiet oħra li kollha jidhru fl- applikazzjonijiet ta' l-iskemi.", "Pero' l-awtorita' tad-djar qiegħda timxi b'mod u manjiera li tipprova tħaffef l-affarijiet u tnaqqas ukoll l-ispiża.", "Jien waħda minn dawk li nifhem li jekk jiena diġa' qiegħda fil-bżonn u ninsab daqsxejn magħkusa, niddarras xi ftit jekk ikolli nħallas Lm20 biex nitfa' applikazzjoni.", "U allura qegħdin naraw x'nistgħu nagħmlu biex kemm jista' jkun innaqqsu l-ispejjeż.", "Pero' wieħed irid japprezza li l-verifiki u r-riċerki li ħafna drabi jkunu jridu jsiru jenħtieġu ċerti spejjeż, imma dawn qegħdin jinżammu fil-minimu kemm jista' jkun.", "Jien jidhirli li min japplika għall-iskema ta' care and repair u mbagħad jagħżel li jmur fuq applikazzjoni oħra, ikollu l-karti tiegħu diġa' mgħoddija għand l-awtorita' tad-djar u din titqies bħala applikazzjoni waħda.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Buontempo.", "ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO: Mr Speaker, waħda mill-ikbar problemi li qed jiffaċċja min japplika biex jibbenefika minn waħda mill-iskemi ta' l- awtorita' tad-djar hi li ma jkollhomx il-mezzi finanzjarji biex iħallsu għax-xogħol li jkun ġie rikjest.", "Xi proċeduri tieħu l-awtorita' tad-djar biex dawk il-persuni li applikaw u se jibbenefikaw minn din l-istess skema, hi x'inhi, ma joħorġux il-flus huma imma toħroġhom mill-ewwel l-awtorita' tad-djar lill-kuntrattur privat?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Is-sistema tal-care and repair taħdem b'dan il- mod.", "Il-klijent jgħaddi l-irċevuti jew il-kontijiet tax-xogħol u jitħallas min-naħa ta' l-awtorita'.", "Din tiffaċilita' l-affarijiet għal ħafna nies.", "Meta jintagħżlu ċerti skemi, il-klijenti għandhom jagħrfu eżattament x'jitolbu dawk l-iskemi.", "Jiġifieri jekk tkun ħafna iktar faċli għal dak li jkun li jagħżel l-iskema ta' care and repair għax f'dak il-każ il-kontijiet jitħallsu direttament mill-awtorita' tad-djar, jidhirli li l-klijent għandu jkun mgħarraf bid-differenza partikolari u jagħżel lilha.", "Kultant issib li l-klijent ikun iridha miż-żewġ naħat u allura tkun diffiċli ħafna għax l- awtorita' għandha proċeduri u kriterji stabbiliti.", "Imma naturalment wieħed ma jistax joqgħod jilgħab bil-kriterji għax kieku m'għandix dubju li ssirli domanda parlamentari fejn niġi mistoqsija għala sar hekk meta f'każijiet oħra ma sarx hekk.", "Jien naċċerta lill-Onor.", "Interpellant li l-proċeduri li tieħu fuqha l- awtorita' tad-djar, għalkemm nista' ngħid li hemm ħafna fejn is-sistema tista' titjieb, ikunu dejjem biex tgħin lill-klijent.", "Jien nemmen li l- awtorita' tad-djar għandha spirtu ta' akkomodazzjoni soċjali qawwi u żgur m'huwiex l-għan tagħha li titfa' piż qawwi finanzjarju fuq min ikun qed japplika għall-iskemi tagħha.", "AKKOMODAZZJONI SOĊJALI - TALBA GĦAL AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA", "6229.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u tas- Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid x'tama hemm li familja ta' tmienja minn nies mill-Fgura, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, fil-futur tiġi allokata fond alternattiv?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Ninsab informata li l-persuna ndikata mill-Onor.", "Interpellant m'għandhiex applikazzjoni pendenti mad-dipartiment għall- akkomodazzjoni soċjali.", "Jista' jkun li hemm xi żball f'xi identity card number jew xi ħaġa simili u allura jkun aħjar jekk jerġa' jagħmel id- domanda u jagħtina l-informazzjoni biex inkunu nistgħu nwieġbuh.", "AWTORITA' TAD-DJAR: POST TAL-GVERN - SUSSIDJU FUQ IL-KERA", "6230.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u tas- Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni li persuna separata bi tlett itfal ġiet imċaħħda milli tieħu sussidju fuq il-kera f'fond tal-gvern li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Ninsab informata li l-persuna ndikata mill-Onor.", "Interpellant qiegħda attwalment tieħu sussidju fuq il-kera tal-fond indikat, liema sussidju jkun rivedut kull sentejn skond kif provdut fil- kuntratt relattiv li għandha l-klijenta.", "AKKOMODAZZJONI SOĊJALI - TALBA GĦAL AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA", "6231.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u tas- Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid x'tama hemm li l-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament u li tgħix f'post mhux addattat għal dawn iż-żmenijiet, tiġi allokata fond mid-dipartiment għall- akkomodazzjoni soċjali?", "Jekk fin-negattiv, x'soluzzjoni qed joffri d- dipartiment?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Ninsab informata li d-dipartiment għall- akkomodazzjoni soċjali qed jikkonsidra l-applikazzjoni mill-persuna ndikata mill-Onor.", "Interpellant flimkien ma' oħrajn simili.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Buontempo, domanda supplimentari.", "ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO: Tista' il-Ministru tgħid minn min hu kompost il- bord li għandu d-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Mr Speaker, jidhirli li diġa' kelli l- opportunita' nwieġeb għal din il-mistoqsija, pero' ma nsibx problema biex nerġa' nirrispondi.", "Dan il-bord huwa kompost mid-direttur tad-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali, chief executive officer ta' l-awtorita' tad- djar, social officer tad-dipartiment stess, persuna oħra mid-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali u żewġ persuni oħra bi sfond ta' social work mis-segretarjat tiegħi.", "Jekk l-Onor.", "Interpellant jixtieq ikun jaf l- ismijiet u d-dettalji kollha, nitolbu jagħmel domanda bil-miktub u nagħtih din l-informazzjoni.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Buontempo.", "ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO: Kemm-il darba jiltaqa' fil-ġimgħa dan il-bord?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Ma jidhirlix li dan il-bord jiltaqa' kull ġimgħa imma jiltaqa' skond il-postijiet vakanti li jkun hemm biex jiġu allokati.", "Pero' ninforma wkoll lill-Onor.", "Interpellant li dan il-bord ilu xi ftit ġimgħat ma jiltaqa' peress li d-direttur tad-dipartiment kien ma jiflaħx.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "L-Aġent Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "TONIO BORG: Sur President ̧ inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali numru 350 ta' l-2004 - Regolamenti ta' l-2004 dwar in- Notifika ta' Avviż bil-Posta; u", "f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi nqiegħed fuq il-mejda tal- Kamra:", "Avviż Legali numru 347 ta' l-2004 – Direttiva mill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi għall-Ħruġ ta' Lm1,718,800 Stock tal-Gvern bis- 7%, 2014 (IV);", "Avviż Legali numru 349 ta' l-2004 – Ordni ta' l-2004 dwar Ħelsien minn Taxxa Doppja (Taxxi fuq l-Income) (Stat tal-Kuwajt);", "Avviż Legali numru 351 ta' l-2004 – Ordni ta' l-2004 dwar l-Unjoni Ewropea (Emenda numru 2 fil-Liġijiet tal-Pensjonijiet); u", "Avviż Legali numru 352 ta' l-2004 - Regoli ta' l-2004 li jemendaw ir- Regoli dwar it-Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Louis Galea.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar ingaġġ ta' impjegati ġodda ma' korporazzjonijiet, aġenziji u kumpanniji pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tal- Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjieg, bejn Jannar u April 2003, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 5546 li t-tweġiba għaliha kienet ingħatat fis-seduta numru 130 fis-17 ta' Mejju 2004.", "MR.", "SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Francis Zammit Dimech.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (Ministru għat-Turiżmu u Kultura): Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Rapport annwali u financial statements ta' l-Awtorità ta' Malta dwar it-Turiżmu għas-sena 2003;", "Lista li turi l-għadd u l-grad ta' uffiċjali ta' l-Awtorità ta' Malta dwar it-Turiżmu ̧bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 6347;", "Tagħrif dwar salarji ta' uffiċjali ta' l-Awtorità ta' Malta dwar it- Turiżmu joperaw barra minn Malta bejn l-2000 u l-2004 ̧ bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 6348; u", "Tagħrif dwar infiq fuq il-kampanja ta' reklamar li saret mill-Awtorità ta' Malta dwar it-Turiżmu fuq il-karozzi tal-linja fl-Ingilterra matul April u Mejju 2004, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 6349;", "MR.", "SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Dolores Cristina.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tabella li turi l-kontribuzzjonijiet miġbura minn djar tal-gvern għall- anzjani, minn djar privati għall-anzjani taħt il-Public Private Partnership ̧ l-ammont mgħoddi lill-Welfare Committee u kontribuzzjonijiet miġbura għas-servizz tal-home help, bejn Jannar u Ġunju 2004, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 6357.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Is-Segretarju Parlamentari Anthony Abela.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Sur President, f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tabella li turi l-piż tad-dulliegħ mibjugħ matul il-perjodu bejn Frar u Ġunju tas-snin bejn l-1999 u l-2004, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 6361.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet.", "MOZZJONIJIET", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR L-EKO-KONTRIBUZZJONI", "MR SPEAKER: Insejjaħ lill-Aġent Prim Ministru biex f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent, jekk jogħġbu ̧ iressaq l-Ewwel Qari.", "ONOR.", "TONIO BORG: Sur President, f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent nipproponi l-Ewwel Qari ta' Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att dwar l-Eko-Kontribuzzjoni\".", "MR.", "SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att dwar l-Eko- Kontribuzzjoni\" ikun moqri l-Ewwel Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri l-Ewwel Darba.", "MR.", "SPEAKER: Grazzi.", "Ngħaddu issa għall-Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-KODIĊI TA' ORGANIZZAZZJONI U PROĊEDURA ĊIVILI", "CODE OF ORGANIZATION AND CIVIL PROCEDURE", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mit-30 ta' Ġunju 2004.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joseph Brincat huwa in possession u jista' jkompli.", "ONOR.", "JOSEPH BRINCAT: Sur President, aktar ma wieħed jeżamina dik il- parti ta' l-abbozz ta' liġi li tgħid li b'ittra uffiċjali tista' tagħmel titolu eżekuttiv, aktar wieħed jinduna bid-difetti li fih.", "Lis-Segretarju Parlamentari - l-aħħar darba kien qed jagħmel diversi kummenti minn taħt l-ilsien - nixtiequ jikkonsidra xi ħaġa dwar il- kwestjoni tan-notifiki li tidher manifesta.", "Hawnhekk qed ngħidu li l-ittra uffiċjali appena tinnotifikaha, tajjeb jew ħażin, tidħol fis-seħħ.", "Jien tajt l-eżempju tat-tajjeb u l-ħażin kif jiġi notifikat u hawn nixtieq insemmi l-każ tas-sinjura Gafa` miż-Żejtun li kienet mejta u nnotifikawha.", "Din kienet kontumaċi u żgumbrata mill-post.", "Hawnhekk żmien ilu konna daħħalna l-proċedura tan-notifika bil-pink card.", "Meta daħħaltha jien - u għalhekk l-affarijiet iridu jinbidlu u ma jibqgħux statiċi - in-numru ta' nisa li kienu jaħdmu filgħodu kien baxx imma llum tela' sostanzjalment.", "Mela dak li kien qiegħed isir bil-pink card mhux neċessarjament kien qiegħed iwassal biex ikollok in-notifika aktar spedita pero` ma jfissirx li l-proċedura li kellna nneħħu tan-notifika bil-marixxall hija tajba aktar minn tal-posta.", "Meta daħlet li ċ-ċitazzjoni ssir bin-notifika bil-purtier, għal diversi raġunijiet ̧ in-numru ta' każi mhux notifikati kien kbir.", "Kien hemm każijiet fejn kien hemm anke d-diżerzjoni minħabba li jkun għadda ċertu żmien u dan sakemm il-qorti ta' l-appell salvat is-sitwazzjoni u qalet li billi tkun għaddiet sena u dak li jkun ikun għadu ma nnotifikax ̧ il-proċedura xorta waħda tkun għadha tgħodd.", "Sur President, irridu nkunu ċerti li n-nies qed jirċievu d-dokumenti mill- qorti li suppost jirċievu għaliex inti ma tkunx qed tagħmel ġustizzja jekk xi ħadd li jkun qiegħed jiġi mħarrek quddiem il-qorti, tibgħatlu ittra uffiċjali, tgħidlu li hu preżunt notifikat u wara li jkun preżunt notifikat, jieħu sentenza kontra tiegħu.", "Veru li l-ammont mhuwiex kbir, għax huwa sa Lm5,000, imma xorta mhuwiex ġust.", "Dan jiġi preżunt li huwa verament notifikat u bl-ebda mod ma jista' jikkontesta.", "Issa bir-rispett kollu, it-timbru tal-marixxall jista' jkun tajjeb jew ħażin.", "Per eżempju, riferta tar-reġistratur tal-qorti mhux notifikata għax ma nstabx, kien hemm.", "Jien qiegħed nissuġġerixxi lill-ministru biex dwar il-kwestjoni tan- notifiki, jaħsibha radikalment u ma nerġgħux immorru lura għal żmien il- brodu.", "Hemm bżonn li l-posta ordinarja, allavolja m'għandhiex l-effett probatorju, tinforma lill-persuna x'ikun ġara u se ngħid għaliex.", "Per eżempju, ikun hemm min ikun jaf li waslitlu karta tal-qorti – ġieli wieħed jirċievi l-karta tal-posta biex imur għall-pakkett - u ma jmurx u allura jiġi li mhuwiex notifikat.", "Jekk wieħed jinnotifika bis-sistema tal- marixxalli u jkun hemm sentenza, irid jagħtiha lill-membru tal-familja.", "Issa peress li llum hawn ħafna li jikkoabitaw, dan joħloq problemi għax inti ma tistax tgħid li l-koabitanta hija membru tal-familja u allura dan jiġi li mhuwiex notifikat.", "Allura n-notifika tkun qed tasal f'dik id-dar li hija r-residenza tiegħu, qed titħalla ma' persuna li ffirmat għalih u li normalment tkun residenta tal-post, imma xorta m'hijiex notifika skond il- liġi.", "Jista' jkollna każ ta' tnejn li jgħixu taħt l-istess saqaf, wieħed jinnotifika lill-parti l-oħra taħt l-istess saqaf u l-oħra tkun taf u tqatta' kollox.", "Mela hawnhekk, mhux billi ngħidu \"notifika\" speċjalment meta tkun qed tagħmel affarijiet radikali bħal dawn.", "Huwa tajjeb li wieħed igħaġġel u jħaffef, imma għallinqas irid ikollok sistema li tiggarantixxi the right of a defence lill-persuna li tkun.", "Jien se nitkellem ukoll fuq l-artiklu li qed jiġi emendat dwar il-kambjali.", "L-Onor.", "Edwin Vassallo – minkejja li l-aħħar darba kien qiegħed jinċensa lill-ministru l-ħin kollu – fl-aħħar qal: Hemm bżonn li noqogħdu attenti dwar il-kwestjoni tal-kambjali biex ma nagħmluhomx titolu eżekuttiv mill- ewwel daqslikieku jkollok sentenza.", "Dan għaliex illum, minkejja dak li konna nitgħallmu qabel li l-kambjali jiġu preżentati l-qorti u l-qorti tara jekk humiex formalment validi u tagħti sentenza, il-qorti ta' l-appell interpretat, mhux inqas minn żewġ każijiet, li fejn jidħlu kwestjonijiet ta' kambjali, jekk wieħed iqajjem eċċezzjoni fil-mertu, il-qorti għandha tidħol fiha.", "Jien niftakar każ ta' wieħed fejn il-kambjali ittieħdu b'qerq.", "(Interruzzjonijiet) Kellu wieħed l-Onor.", "Mifsud Bonnici, kelli wieħed jiena, kellu wieħed dak u kellu wieħed l-ieħor.", "Allura x'se jiġri?", "Se jiġri li minn għamel il-kambjala, m'għandu difiża ta' xejn u jispiċċa kollox bit-titolu eżekuttiv immedjatament.", "Hekk tgħid il-liġi; titolu eżekuttiv daqs sentenza.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici bil-permess ta' l-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI (Segretarju Parlamentari): L-ewwelnett hemm l-artiklu tal-kodiċi tal-kummerċ li jgħidlek kif tikkontesta l-kambjala, li għadu hemmhekk, jiġifieri tista' tagħmel id-depożitu u l-kawża kif trid.", "Rigward dik l-eċċezzjoni tad-dritt personali li ngħatat f'dawn iż-żewġ sentenzi, wieħed irid jgħid li mis-sentenzi kollha tal-kambjali, f'żewġ każijiet biss ġiet aċċettata.", "Dawn huma każijiet rari pero` anke f'dawk il- każijiet, inti kulma trid tagħmel hu li tiddepożita l-flus fir-reġistru tal- qorti u tipproċedi biex twaqqa' l-kambjala.", "Hekk kienet is-sistema.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Ikompli l-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "JOSEPH BRINCAT: Sur President, hawnhekk irridu noqogħdu attenti għaliex jekk twaqqa' l-kambjala u tagħmel titolu eżekuttiv, lil dak li jkun se ssalbu.", "Jekk ikollna l-każijiet ta' l-użura, m'aħniex se nkopruhom dawn!", "Min jaħdem fl-użura, dawn il-kambjali jaf iħaddimhom bil-perfezzjoni.", "Ikun biżżejjed li l-Onor.", "Mifsud Bonnici imur jara proċess kriminali li spiċċa - ma naħsibx li għandu l-poter imur jarah - b'ċertu gravità fejn min kien juża l-użura wera li kien jaf iħaddem is-sistema ta' kambjali perfettament.", "Per eżempju, kien hemm każ ta' second-hand car dealer mill-Kottonera fejn in-nies kienu jħallsu l-kambjali lilu, dan ma kienx jgħaddihom lill-bank, qabad u siefer barra minn Malta u ħalla lill-partita nies imsallbin jerġgħu jħallsu l-kambjali lill-bank.", "Jiġifieri din il-kwestjoni li tagħmlu immedjatament titolu eżekuttiv ma tolqotx lil dawk il-każijiet li qed jieħdu ħafna ħin lill-qrati u mingħajr din tat-titolu eżekuttiv, ikollok ukoll is-supervision tal-qrati f'dawn l-affarijiet.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici bil-permess ta' l-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Rigward il-każijiet ta' l-użura, il-kawża hija illeġittima u allura tista' tiġi attakkata fi kwalunkwe żmien jiġifieri lanqas għandek bżonn toqgħod tistennih jagħmillek l-ittra uffiċjali biex jirrendihielek eżegwibli imma tista' taqbad u tipproċedi.", "Apparti minn dan, il-kawżi tal-kambjali jdumu wkoll il-qorti.", "Per eżempju, jien kelli waħda damet 13-il sena fuq Lm200.", "X'ma jdumux il-kawżi tal- kambjali!", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Ikompli l-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "JOSEPH BRINCAT: Ikun hemm ħafna raġunijiet għaliex idumu l-kawżi ̧ biex ma nwaħħlux fil-qrati biss.", "Kultant ikun hemm min ma jeħux ħsieb li l- kawżi jimxu.", "Dan ma jsirx b'mod diżonest imma għax dak li jkun, ikun magħmul hekk.", "Sur President, jien nixtieq inkompli fuq aspett ieħor ta' din il-liġi, aspett li jinkwetani serjament u qed nirriferi għall-kwestjoni ta' l- arbitraġġ.", "Żmien ilu kellna l-provvedimenti ta' l-arbitraġġ kif jeżistu fil-kodiċi ta' proċedura Taljana fejn il-partijiet volontarjament ̧ u bħalma jeżisti f'ħafna postijiet oħrajn ̧ jidħlu għall-arbitraġġ.", "Aħna nirreferu għall-proċedura Taljana għaliex filwaqt li huwa faċli għalina li nimxu fuq l-istess mudelli ̧ it-traduzzjoni għall-ilsien legali Malti m'hijiex diffiċli.", "L-arbitraġġ taħt il-proċedura Taljana u Maltija jidħol meta żewġ partijiet volontarjament ikunu jridu jissetiljaw kwestjonijiet li jkollhom apparti kwestjonijiet ta' annullamenti ta' żwieġ u separazzjonijiet.", "Dawn jistgħu jagħżlu arbitru u dak jiddeċiedi.", "Meta daħal l-arbitration centre, dawk il- provvedimenti volontarji tal-kodiċi ċivili tneħħew u dan ifisser li minflok żidna l-opportunita` tal-partijiet li jirranġaw il-kwestjonijiet ta' bejniethom mingħajr ma jidħlu l-qorti, għamilnielhom qorti taħt isem ieħor, l-arbitration centre, u għidnielhom biex ma jfettlilhomx jagħmlu arbitraġġ privat għax ikun null.", "Sa dak iż-żmien, kien għadu qed jidher ex-president tal-qorti fuq it- television li kien qed jagħmel il-programm \"F'Idejn l-Imħallef\".", "Għalkemm dan kellu titolu fuq l-iscreen li kien igħid li d-deċiżjoni torbot lill- partijiet, dan ma kien jorbot xejn.", "Dan il-programm kien teatrin.", "Huwa veru li kien edukattiv imma kien misleading ukoll.", "Ma tistax tgħid li d- deċiżjoni ta' l-arbitru torbot lill-partijiet!", "L-istess kienu jagħmlu fuq il-Canale 5 fejn kien hemm president irtirat ta' sezzjoni tal-qorti ta' l- appell ġewwa l-Italja li kien jagħmel program simili fejn il-partijiet kienu jintrabtu minn qabel li se jagħmlu l-arbitration.", "Dan kellu l-liġi tissapportjah u allura kellu dritt jgħid li din se torbot il-partijiet u dik is-sistema hija tajba.", "Is-sistema li l-partijiet jagħżlu huma kienet tajba ħafna biex teħles u hawnhekk nixtieq ngħid li kienet qed tiġi żviluppata sistema li jkun hemm l-arbitraġġi privati speċjalment fejn jidħlu l-kwestjonijiet tal-collisions.", "L-assigurazjonijiet kienu jippromwovu din is-sistema ul-partijiet kienu jaqblu magħha.", "Ma nkun qed nikxef l-ebda sigriet jekk ngħid li wieħed mill-persuni li l-aktar kien jagħmel arbitraġġi ta' din in-natura, kien dak li llum huwa l-Imħallef Joseph Azzopardi li kien jinħatar bħala arbitru u jagħti d-deċiżjoni tiegħu f'affarijiet assolutament privati.", "Pero` jiddispjaċini ngħid li minflok ma żviluppajna dik is-sistema u għamilna iktar ...", "Ftit ilu l-Ministru Dolores Cristina waqt li kienet qed titkellem fuq il-housing qaltilna li l-isbaħ ħaġa li hawn f'dan il-pajjiż hija l-għażla, pero` dan il-każ huwa bil-maqlub.", "Fil-każ ta' l-arbitraġġ fil-privat, il-partijiet ma jistgħu jagħmlu xejn iżjed għax m'għandhomx l- istruttura legali jew il-forza tal-partit u allura jridu jgħaddu kollox through the arbitration centre.", "Jien nemmen illi dak li kien l-arbitraġġ privat kif kien regolat mill-proċedura għandu jerġa' jmur hemmhekk għax is- sistema ta' l-arbitration centre hija identika u formali daqs il-qorti.", "L- unika ħaġa li hemm hija li l-ambjent huwa iktar limitat.", "MR SPEAKER: Onor. Brincat, niġbidlek l-attenzjoni li skadielek il-ħin u għalhekk nitolbok biex tikkonkludi.", "ONOR.", "JOSEPH BRINCAT: Mr Speaker, bħalma għedt l-aħħar darba, anke lill- ministru, jien baqagħli kummenti x'nagħmel, pero` jekk ma jagħtunix extension ikolli nieqaf.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "Il-Ministru Gatt.", "ONOR AUSTIN GATT (Ministru ta' l-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika): Mr Speaker, naħseb li biex wieħed jinkwadra sew dan l- abbozz ta' liġi ma jridx jarah biss kif rawh tajjeb ħafna l-kelliema li tkellmu fuqu u li huma avukati, pero` jrid jarah ukoll fil-kontest ta' kif pajjiż għandu jirristruttura s-sistema tal-ġustizzja tiegħu.", "Kif taf din il-Kamra, matul il-leġislatura preċedenti jien servejt bħala ministru responsabbli mill-ġustizzja, u kemm domt f'dik il-kariga filwaqt li kelli t- titlu ta' avukat, dejjem qgħadt attent li fir-riformi u fl-inizjattivi li kont qed nieħu f'dak id-dekasteru ma nħarisx lejn is-soluzzjonijiet sempliċement bil-mod kif iħares lejhom avukat imma nħares lejhom u nqishom bħala parti minn proċess soċjali li jrid jiġi stabbilit bħala proċess li għandu l-istruttura kollha tal-ġustizzja u bħala proċess li jrid iservi liċ- ċittadin.", "Fl-aħħar mill-aħħar il-liġijiet la qegħdin hemm għall- ġudikatura, la għall-avukati u lanqas għall-prokuraturi legali imma qegħdin hemm biex pajjiż li huwa demokratiku u li jrid isolvi d-disputi bejn iċ- ċittadini tiegħu b'mod sensibbli joffri proċess b'garanziji liċ-ċittadini tiegħu fejn min għandu jieħu dritt ifittex id-drittijiet tiegħu u min iħoss li għandu jiddefendi d-drittijiet ikollu l-opportunita` li jiddefendi d- drittijiet tiegħu.", "Madankollu dan ma jridx isir biss fil-kontest taż-żmenijiet li wieħed jgħix fihom imma jrid isir ukoll fil-kontest li nifhmu li n-negazzjoni ta' ġustizzja fi żmien raġunevoli hija wkoll xi ħaġa li hija negattiva għas- soċjeta` fiha nnifisha.", "Meta jien kont ministru responsabbli mill- ġustizzja kont inħares lejn il-proċess tal-ġustizzja, speċjalment dak amministrattiv - u hawnhekk qed nitkellmu fuq il-proċedura - billi kont nistaqsi: Bit-tibdil u bir-riformi li se jsiru, iċ-ċittadin se jiggwadanja?", "U t-tieni domanda li kont nagħmel lili nnifsi kienet din: Hemm salvagwardji biżżejjed kontra l-abbuż, li kull proċedura hija soġġetta għalih?", "Meta jien inħares lejn dan l-abbozz ta' liġi minn din il-lenti u mhux mil-lenti ta' avukat insib li dan huwa estensjoni naturali tad-diversi tibdiliet proċedurali li ilhom isiru minn mindu l-Onor.", "Joseph Brincat kien ministru responsabbli mill-ġustizzja.", "Huwa veru li matul is-snin tmenin l- ex-ministru Brincat kien għamel serje ta' emendi li damu ħafna żmien biex jiġu segwiti b'emendi oħra, pero` jien naħseb li l-iktar perijodu ta' tibdil kien proprju dak ta' matul l-aħħar leġislatura, li jien nieħu gost narah ikompli taħt sieħbi l-Onor Borg bħala ministru u sieħbi l-Onor Mifsud Bonnici bħala segretarju parlamentari.", "Irridu nifhmu li l-problemi li jiffaċċjaw il-qrati tagħna m'aħniex se nsolvuhom jekk kemm-il darba nitilqu mill-premessa ta' more of the same.", "Bħalma kont ngħid diversi drabi meta kont ministru - u din se nerġa' ngħidha llum - ma jistax ikun li s-soluzzjonijiet għall-problemi nibqgħu nfittxuhom fil-kwadru ta' l-istess strutturi li dejjem eżistew fil-qrati tagħna.", "Fatt interessanti huwa li proprju l-ġimgħa l-oħra fuq ir-Rai Uno kien hemm programm li kien jikkonsisti f'indaġni dwar il-qrati Taljani, u rrid ngħid li minn dak li smajt matul dak il-programm, li kellu tul ta' siegħa u nofs, il-qrati Taljani huma fi stat li lanqas il-qrati tagħna ma jersqu lejh.", "F'dan il-programm issemma li waħda mill-problemi li għandhom il-qrati Taljani hija li issa, li l-Ministru Caselli għadu kif jibdel il- liġi, iddaħħlet - u din hija xi ħaġa li aħna ilna li daħħalniha minn żmien l-Onor Brincat - in-notifika bil-posta.", "Fil-fatt bħala reazzjoni għax iddaħħlet is-sistema tan-notifiki bil-posta, ħaġa li nerġa` ngħid issa ilha f'dan il-pajjiż 20 sena sħaħ, jekk mhux iktar, l-uffiċjali tal-qrati Taljani, fosthom il-marixxalli u l-uxxiera, li qabel kienu jinnotifikaw huma personalment, ħarġu kollha bi strajk, u issa ilhom bi strajk għal xhur sħaħ.", "Issa wieħed jista' jistaqsi: X'inhi l-motivazzjoni ta' l-uxxiera u tal- marixxalli Taljani f'dan il-każ?", "Proprju wieħed minn dawn l-uffiċjali stess li ġie intervistat f'dan il-programm qal li dan kien ix-xogħol tagħhom, huma kellhom monopolju fuq dak ix-xogħol u kulħadd kien jiddependi minnhom.", "Dan l-uffiċjal kompla jgħid li għalkemm issa, li dan ix-xogħol se jibdew jagħmluh il-pustiera, is-servizz jista' jsir iktar effiċjenti, huma ma jaqblux ma' din il-bidla li saret għax minkejja li se jibqgħu impjegati, se tispiċċalhom dik il-perkaċċa li kellhom li jinnotifikaw.", "Issa sfortunatament jien inħoss li għalkemm ħadd ma semmiha fid-diskussjoni li saret hawn ġew, din it-tip ta' problema u attitudni fil-qrati tagħna qiegħda at the back of everything.", "Għaliex?", "Għax jekk huwa aċċettabbli li ċitazzjoni tiġi notifikata bil- posta - din hija proċedura li ilna nagħmluha 20 sena - għaliex m'huwiex aċċettabbli li l-ittra uffiċjali tiġi notifikata bil-posta?", "X'differenza hemm bejn li nircievi ċitazzjoni u jkolli 20 ġurnata ̧ mingħalija, biex nirrispondiha, inkella tgħaddi s-sentenza l-qorti u jkolli titolu eżekuttiv, u li nirċievi bil-posta wkoll ittra uffiċjali fejn ikolli perijodu biex nopponiha u jekk ma nopponihiex ikolli titolu eżekuttiv bħaċ- ċitazzjoni?", "X'differenza hemm bejn il-kelma \"ċitazzjoni\" u l-kelma \"ittra uffiċjali\"?", "Jiddispjaċini ngħid li d-differenza hija biss semantika.", "Jekk l-Onor Brincat - għamel sew u jien nemmen li għamel sew - ilu 20 sena jdaħħal in-notifiki ta' l-iktar atti importanti tal-qrati tagħna u taċ- ċitazzjonijiet bil-posta, għaliex m'huwiex aċċettabbli li l-ittri uffiċjali jkunu wkoll bil-posta?", "U din għadu ħadd ma rrispondiha.", "Kulħadd iġib diversi eżempji, kulħadd iġib ċerti eċċezzjonijiet, kulħadd jgħid għax jista' jiġri hekk, pero' r-realtà hi li l-każijiet kollha li jistgħu jiġru, jistgħu jiġru wkoll bis-sistema tal-lum tan-notifika taċ- ċitazzjonijiet bil-posta.", "U m'hemm l-ebda differenza.", "Ma noqogħdux ngħidu li l-każijiet tal-kontumaċja taċ-ċitazzjonijiet għandhom xi proċess ta' indaġini superjuri mill-imħallfin tagħna, għax nafu lkoll x'jiġri.", "Dak li jkun jara li hu kontumaċi, jistabbilixxi li hu kontumaċi u li għandu s- sentenza diġà miktuba, jimla l-ismijiet u n-numru taċ-ċitazzjoni, jiffirmaha u jsir it-titolu eżekuttiv.", "Din hi r-realtà, pero' r-realtà hija wkoll - u jien hawnhekk jiddispjaċini nikkonstata din ir-realtà - li parti essenzjali minn din ir-riforma hi li tnaqqas ix-xogħol li jmur quddiem l-imħallfin.", "U l-oppożizzjoni għat- tnaqqis ta' dak ix-xogħol li jmur quddiem l-imħallfin, jien ma naħsibx li ġejja mill-imħallfin, pero' ġejja minn min jaqla' l-flus b'dak ix-xogħol.", "Aħjar ngħiduha ċara u tonda li din it-tip ta' proċedura se tnaqqas ix- xogħol lill-avukati u l-prokuraturi legali, kif naqqas ix-xogħol is-small claims tribunal, pero' ggwadanja ċ-ċittadin.", "U aħjar ngħiduha ċara u tonda, li din se tnaqqas ix-xogħol marġinalment lill-imħallfin għax fl- aħħar mill-aħħar il-kawżi li se tissostitwixxi din, il-kontumaċi, ma jagħtux xi xogħol partikolari lill-imħallfin, pero' se tnaqqas ħafna mill- income li għandhom l-avukati u l-prokuraturi legali.", "Pero' se nagħmlu dan bi gwadann kbir għaċ-ċittadin li llum irid imur il-qorti biex jistabbilixxi d-dritt li għandu.", "X'se nagħmlu meta din norbotha ma' dak li għamilna meta niżżilna kawżi sa Lm1,500 quddiem is-small claims tribunal?", "Jien niftakru hawn id-diskors tad-diżastru li kien se jkollna.", "Jien niftakar ukoll li l- Onor. Herrera qal l-istess ħaġa li qal fuq din il-liġi, li l-ewwel ċans li jkollu jmur quddiem il-qorti kostituzzjonali.", "Fuq tas-small claims tribunal mar u tilifha u fuq din imur u jerġa` jitlifha.", "M'għandi l-ebda dubju ta' xejn, pero' din hi l-problema – u hawn issa essenzjalment mhux din il-liġi - tat-tibdil tal-mentalita`.", "Jien sfortunatament ikolli nirripeti diskors li diġà għamilt.", "Ma nistgħux nirriformaw il-qrati jekk min hu nvolut fil-qrati se jibqa' bl-istess mentalita`.", "F'dinja kummerċjali u ċivili li qed issir dejjem iktar kumplikata, bil-kwestjonijiet legali innovattivi u kumplikati ħafna iktar milli kellna qatt qabel li joħorġu mis-soċjetà ma nistgħux naffordjaw, bħala soċjeta', agħar u agħar soċjetà żgħira, li naħlu mħallef jew maġistrat biex jiddeċiedi kawża ta' Lm5,000 li hi, sopra corna bastonate, kontumaċi.", "U din hi l-verita`.", "Fl-opinjoni tiegħi kien ikun ħafna aħjar kieku għedna ċar u tond li aħna l-avukati ma naqblux magħha għax se nitilfu tant mill-income tagħna, jew għax aħna l-prokuraturi legali se nitilfu tant, milli qed nipprovaw nopponu għaliha fuq grounds li ma jagħmlux sens u li ilna nippratikaw kontra tagħha 20 sena sħaħ.", "Mela jekk għandi kuntratt nista' nirrendih eżekuttiv u jekk xi ħadd għandu jagħtini l-flus, immur quddiem nutar u nagħmel kuntratt miegħu, fejn nikkostitwixxi lid-debitur għal Lm5,000, naqbad dak il-kuntratt u nippreżentah il-qorti b'ittra uffiċjali, ninnotifikah u jkolli titolu eżekuttiv.", "Mela issa jekk ikolli l- kambjali ̧ minflok ma mmur għand nutar biex jiffirmahomli jew jiffirmali promissory note - jien ngħid li kważi dwar iċ-ċekkijiet għandna nagħmlu hekk imma forsi għal dan naslu aktar 'il quddiem - nagħmel l-istess proċedura u minflok ma mmur għand in-nutar, nippreżentah il-qorti u ninnotifikah.", "X'differenza hemm?", "Għax mort għand in-nutar?", "Dan kollu?!", "Sur President, ma naħsibx li jreġi l-argument li għamel l-Onor.", "Brincat fejn qal li ġieli jkun hemm kambjali meħudin bi frodi.", "Ġieli jkun hemm, pero' huma l-eċċezzjonijiet.", "Ma jsirux kuntratti ta' kostituzzjoni ta' debitu li huma frodulenti?", "Naħseb li lkoll nafu li jsiru.", "Naħseb nafu li waħda mill-pjagi li għandna f'dan il-pajjiż hi l-użura, li ħafna drabi huma koperti wkoll b'kuntratti.", "Naħseb li mhux l-ewwel wieħed jew it-tieni wieħed li kellu l-Onor.", "Brincat li attakka kuntratti li l-bażi tagħhom kienet użura, għax ilkoll nafu bihom dawn.", "Allura għax isir kuntratt jew tnejn quddiem nutara li huma fażulli, il-kuntratti kollha huma fażulli?", "Jew bil-kontra rridu nirraġunaw?", "Illi 99% tal-kambjali huma reali, huma debitu li jagħmel sens li tieħu titolu eżekuttiv b'dan il-mod u jekk għandek il-1% eċċezzjonijiet ̧ kif qal l-Onor Mifsud Bonnici ̧ tattakkahom b'mod differenti.", "Din hi r-realtà.", "Ejja nifhmu xi rridu nipprovaw nagħmlu fil-qrati tagħna.", "Sfortunatament fil-qrati tagħna għad hemm interessi fejn jaqbel li ma jsirx tibdil.", "Ħalli nsemmi l-kontest ta' dan.", "Parti mill-oġġezzjoni ta' dan li qiegħed isir hawnhekk u parti mill-insistenza tan-notifika ta' l-uxxier - jew bil-marixxal, jew ikun min ikun għax hemm ġew kulħadd iħallat u jaqsam - jekk irridu nkunu onesti nafu għaliex qed issir.", "Għaliex f'dawn in- notifiki minn dejjem kien hemm u għad hemm sal-lum - jien kont ministru u ma rnexxilix inkissirha - il-perkaċċi li ma jidhrux.", "Din hija l-verità u ma noqogħdux naħarbu minnha.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Brincat bil-permess tal-ministru.", "ONOR.", "JOSEPH BRINCAT: Ma nafx jekk il-Ministru Austin Gatt kienx qiegħed jisma`.", "Jien m'għrdtx ma jsirx tibdil biex ma jaħsibx ...", "Il-kumment li qiegħed jagħmel għalija huwa water off a duck's back għax jiena tkellimt il- ħin kollu dwar kif jista' jsir tibdil li jkun aħjar.", "Meta spiċċajt nitkellem is-segretarju parlamentari ġie jitkellem maġenbi amikevolment u saħansitra ssuġġerejtlu kif is-sistema ta' l-ittra uffiċjali tista' tkun aħjar b'iktar garanzija.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ministru jkompli bl-intervent tiegħu.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jien napprezza dak li qal l-Onor.", "Brincat, anzi mmur oltre.", "Jien ngħid li l-Onor.", "Brincat kien wieħed mill-ftit ministri kuraġġużi who flew in the face tat-tradizzjonalità kollha li teżisti f'istituzzjoni tal-ġustizzja tagħna u meta kien ministru hu ressaq emendi - anke jekk wieħed ma jaqbilx mad-dettall tagħhom - li taw l-ewwel spinta fil- verita` għal riformi fil-qrati tagħna.", "Jiġifieri napprezza ħafna dak li qal l-Onor Brincat u nispera wkoll – u hawn hija d-diffikultà - li l-interessi istituzzjonali li hemm fil-qorti ma jridux ipoġġuna f'pożizzjoni fejn nibżgħu nagħmlu r-riformi minħabba li hemm l-interessi istituzzjonalizzati.", "Din tixbaħ ftit lil ta' l-arbitraġġ.", "Jien qatt ma fhimt għaliex bit- tibdil kollu li għamilna, inkluż tibdil suġġerit mill-kamra ta' l-avukati, l-arbitraġġ m'huwiex xi ħaġa li l- istituzzjonijiet legali jew il-klassi legali tagħna tħares lejh b'mod pożittiv.", "Jien naħseb li parti mill-problema hija għax aħna soċjetà żgħira u allura kulħadd jaf lil kulħadd u forsi – ma nafx, din hija assunzjoni tiegħi – m'hemmx dik il-fiduċja li wieħed għandu fl-arbitru li forsi jirriponi, u ngħid forsi jirriponi, f'ġudikant.", "Pero' ċertament ma nistax nifhem il-mentalità li wieħed jippreferi jagħmel kawża li ddum għaxar snin milli jmur quddiem arbitraġġ biex forsi jeħles f'sena.", "U din hija mentalita` li bit-tajjeb u l-ħażin tagħha għadha b'saħħitha fil-klassi legali tagħna, għalkemm mhux f'kollha.", "Pero' ċertament it-tibdil li wieħed kien jistenna li jsir fil-klassi legali Maltija, kemm fil-mentalita` u kemm bil-mod kif noperaw, għadu ġej bil-mod wisq.", "Sur President, kienet sfortuna – issa qed nitkellem fil-passat - li kif żviluppaw l-affarijiet, id-ditti ta' l-accountants u ta' l-awdituri, irnexxielhom jieħdu ħafna xogħol lill-avukati f'Malta.", "Kuntrarjament għal dak li ġara barra minn Malta, id-ditti ta' awdituri u accountants daħlu f'għelieqi li kienu stabbiliti fost l-avukati jew kienu qed jinfetħu u l- avukati ma daħlux fihom.", "X'kienet id-differenza?", "Id-differenza kienet li naħseb li l-awdituri u l-accountants bħala professjoni huma ħafna aktar magħqudin milli huma l-avukati għax it-trade individwalista tibqa` tiddomina, pero' naħseb li kienu kapaċi jissorvolaw l-interess individwali - f'din il-Kamra lkoll tiftakru ditti ta' accountants li huma kbar li fihom kienu jaħdmu tnejn min-nies biss, jew tlieta min-nies flimkien – u rnexxielhom jaqilbu l-metodu ta' ħidma tagħhom u marru minn simply partnership ċivili laxka għal ditti strutturati b'impjegati u b'investimenti, fuq livell iktar professjonali.", "Pero' x'ġara?", "Ġara li llum kwart tax-xogħol li jagħmlu l-accountants imissu faċilment isir mill- avukati.", "Pero' kemm għandna ditti ta' avukati li jipprovaw jaħdmu b'mod differenti x-xogħol li jeżisti illum?", "Kemm għadu b'saħħtu l-avukat individwali?", "Issa hemm diskussjoni perenni dwar l-indipendenza ta' l- avukat, li naħseb hi wkoll indipendeza ta' l-accountant forsi b'mod differenti, pero' hemmhekk qegħdin.", "It-tnejn għandhom il-kodiċi ta' etika tagħhom u t-tnejn għandhom ir-responsabbiltajiet legali u morali tagħhom.", "U hawn nistaqsi: Għaliex barra minn Malta l-professjoni legali evolviet b'ċertu mod u hawn Malta ħafna drabi baqgħet tirreżisti - mhux kullimkien għax ma tridx tiġġeneralizza – din l-evoluzzjoni?", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joseph Brincat bil-permess tal-ministru.", "ONOR.", "JOSEPH BRINCAT: Is-servizz jew inkella t-tama ta' servizz li joffri l-accountant mhux neċessarjament joffriha l-avukat għaliex fl-oqsma li jidħol l-accountant mhux neċessarjament jasal l-avukat.", "Issa mbagħad inħalli għalik biex taħseb.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Iva u le, għax jien sakemm nitkellem mil-lat ta' naħa dwar awditjar ta' kotba u mil-lat tan-naħa l-oħra dwar kawżi kriminali, naqbel ma' l-Onor.", "Brincat, pero` meta niġu għall-grey areas tan-nofs, bħalma huma financial planning, banking services, pariri fuq offshore companies u pariri fuq income tax planning ̧ min jagħmilhom( Għandek grey area fin-nofs fejn l-avukati tagħna baqgħu 'l barra minnha.", "U baqgħu 'l barra minnha ̧ fl-opinjoni tiegħi, mhux biss f'din il-grey area li taqsam l- awdituri, l-accountants u l-avukatura min-naħa l-oħra, imma bil-metodu ta' kif jagħtu s-servizz legali pur u intrinsiku.", "Kemm għandna avukati li għadhom imorru l-qorti b'lista ta' 30 jew 40 kawża kuljum( Ħafna hi r-risposta.", "U dik hija tajba( Ir-risposta tiegħi hija le, għax timplika xi ħaġa.", "Jien ċert li l-avukat huwa kompetenti, pero` ċert daqsu li ma jistax jagħmel 30 jew 40 kawża kuljum.", "Allura dan ifisser li s-sistema li xi ħadd ikollu 30 jew 40 kawża kuljum ma taħdimx, pero` tfisser ukoll li hemm avukati li għandhom interess li jkollhom 30 jew 40 kawża kuljum.", "Hemm avukati li jitħallsu fuq il-bażi li dehru u r-realta` hija wkoll li sfortunatament il-kontroll li kull body għandu jkollu, speċjalment jekk huwa self-governing, huwa nieqes f'dan il-pajjiż.", "Allura fejn qed norbot ma' din il-liġi( Is-sistemi legali tagħna, sfortunatament, ma ġewx imbottati internament.", "Ir-riformi ma ġewx imbottati la mil-livell ġudizzjarju, la mil-livell ta' l-avukati u lanqas mil-livell tal-prokuraturi legali.", "U din hija sfortuna.", "Aħna qegħdin fl- istess sitwazzjoni li tradizzjonalment għandhom l-Italja u li ma kellhomx l- Ingilterra.", "L-Ingilterra u l-Ġermanja fil-forefront tat-tibdil kien hemm l- avukatura stess li bdiet timbotta t-tibdil, li bdiet tissuġġerixxi x'għandu jiġri, li ġabet il-consensus ta' parti mill-ġudikatura u oppożizzjoni minn ċerta parti oħra ta' l-avukatura.", "Fl-Italja l-fenomenu tal-lum huwa li t-tibdil li qed jiġi suġġerit mill- ministru jriduh l-avukati u jopponuh l-istituzzjonijiet.", "Aħna hawn Malta konna fil-pożizzjoni sfortunata fejn il-ministri ta' kull naħa, ibda mill- Onor. Brincat u kompli bl-Onor.", "Joe Fenech, bl-Onor.", "Michael Refalo, bija u bl-Onor.", "Tonio Borg, kellna nipprovaw nagħmlu dan kollu b'oppożizzjoni ħafna drabi tal-klassi legali kollha u tal-ġudikatura kollha.", "U din hija l- isfortuna, li l-istatus quo kulħadd irid jibqa' bih, minkejja li nafu li mhux qed jaqdi liċ-ċittadini tagħna.", "Din, fl-opinjoni tiegħi, hija l-vera sfortuna.", "Issa ħalli nitkellem ftit fuq l-arbitraġġ.", "Nafu li l-arbitraġġ jista' jkun iktar effiċjenti.", "Nafu li l-arbitri li hemm huma nies ta' integrita`.", "Kulħadd jaf min huma, mhux se noqgħod insemmi wieħed wieħed għax hemm diversi, pero` dawn jew kienu mħallfin, jew huma avukati anzjani li kulħadd jaf min huma, jew huma nies tekniċi li kienu jitqabbdu periti legali jew periti tekniċi l-qorti.", "Allura biex taħdem bihom huwa tajjeb, pero` biex tmur quddiemhom bħala arbitru m'huwiex.", "Illum għandek il-vantaġġ li tista' tappella fuq punti legali għax daħħalniha wkoll.", "Mela għandek dawn il-vantaġġi kollha, pero` xorta hemm ir-reżistenzi li nipprovaw nużaw l-arbitraġġ.", "Għaliex?", "U nerġa' naqa' għall-istess risposta.", "Din hija problema ta' mentalita`.", "Hemm wisq interessi nvoluti li jridu jżommu l-istatus quo, m'għandniex kamra ta' l- avukati, jew numru ta' prokuraturi legali li jridu jbiddlu l-metodu ta' ħidma hemm ġew.", "U għalxejn noqogħdu ngħidu li l-metodu ta' ħidma tbiddlu billi jkollna iktar nies li jġibu l-files, billi jkollna aktar skrivani u billi jkollna aktar computers għax il-verita` hi li trid tbiddel fundamentalment il-proċedura għax hi proċedura li ̧ fil-kumpless kollu tagħha, għadha bbażata fuq realta` tas-snin sebgħin u tmenin li m'għadhiex ir-realta` tal-lum.", "Ir-realta` tal-lum, togħġobhom jew ma togħġobhomx lill-avukati tal-qorti, hi li hemm aktar avukati li ma jersqux lejn il-qorti u jaħdmu barra l-qorti milli hemm fil-qorti.", "Dawn huma avukati li llum strutturaw ruħhom b'mod professjonali ħafna - mhux għal kulħadd qed ngħid imma għall-maġġoranza tagħhom - u li huma kapaċi jikkompetu ma' kull firm internazzjonali.", "Din hija l-verita`.", "Pero` fil-qorti għadna wisq marbutin ma' dak li kien jiġri fis-snin sebgħin u tmenin.", "Għadna wisq irridu niġru fuq u ninżlu isfel.", "Għadna wisq irridu nagħmlu kollox mill-bord tal-qbiela sal-kawżi kostituzzjonali u jekk ma naqtgħux dan, mhux se nagħtu servizz liċ- ċittadin.", "Sur President, il-gvern, hu min hu ̧ se jkun kostrett regolarment li jagħmel dan it-tip ta' tibdil u għad baqa' ħafna x'isir.", "Għadna ma bdejniex immissu l-area tal-mandati fejn hemm bir tas-skieken.", "Għadna ma bdejniex immissu s-subbasti fejn hemm mhux bir tas-skieken imma ħofra minn hawn sa l- Awstralja!", "Għadna ma bdejniex immissu l-vera problema tad-dewmien tal-qrati li huma l-kawżi ta' proprjeta`.", "Ara l-analisi kollha li joħroġ l-Onor.", "Mifsud Bonnici, aqbad il-kawżi li ilhom iktar minn tliet snin, analizzahom skond x'inhuma u ssib li għandek 80% li b'xi mod jew ieħor jirrigwardaw il- proprjeta`.", "Dak huwa d-dewmien fil-qorti.", "Issa dawn biex niffaċċjawhom - kawżi tal-proprjeta`, is-subbasti, il-mandati u numru ta' areas oħrajn li mhux se noqgħod insemmi – irridu nagħmlu tibdil fundamentali mhux biss fil- proċeduri imma tibdil fundamentali lejn min għandu interess f'dawk is- setturi u hawnhekk ma nillimitax għall-avukati biss.", "Irridu noqogħdu attenti li waqt li f'din il-Kamra, jien ċert li kull diskors isir b'ġenwinita`, b'rieda tajba u bl-idea li ntejbu l-liġijiet tagħna, hemm min ̧ barra minn din il-Kamra, li m'għandux l-interess taċ- ċittadin pero` l-interess ta' l-istatus quo għax jaqbillu.", "Jiena ili maqtugħ mill-qrati pero` dak li kien fi żmieni u mill-informazzjoni li għandi, għadu jeżisti u l-interessi li kienu hemm qabel hemm għadhom u minkejja li nbiddlu n-nies, is-sistemi ftit li xejn tbiddlu.", "Jien niddejjaq nara li meta jkollna din it-tip ta' liġi, minflok - kif igħid u naqbel miegħu l-Onor.", "Brincat – naħdmu biex intejbuha biex indaħħlu aktar sigurta` - jien naqbel kompletament ma' dan, sakemm isir b'mod loġiku, u naqbel ukoll li ma nsaħħux l-istatus quo - ikun hemm min ̧ sempliċement għall-gallarija u biex igħid li qed jopponi, minflok jipprova jara xi jrid isir, jieħu l-pożizzjoni li ma jaqbilx mat-tibdil radikali u jgħid li jrid jissalvagwarda dak li għandna.", "Pero' mhux veru li qegħdin nissalvagwardaw dak li għandna għax li qed jiġri hawn huwa dak li hu awspikat minn ħafna ċittadini li qed imorru jaħlu l-ħin il-qorti ta' xejn!", "Ħafna mill-kelliema tan-naħa l-oħra ma ddefendewhomx lil dawn.", "Ħadd ma lissen kelma dwar dak li għandu jieħu forsi Lm1,000 u jrid bilfors iħallas Lm50 l-qorti biex jieħu sentenza u jmur joqgħod hemm xi ġurnata jew tnejn biex jieħu executive title u l-ieħor lanqas jidher.", "Illum dan jista' jagħmel dan kollu b'ittra uffiċċjali biss.", "Ara din ħadd ma qalha!", "Ħadd ma qal li se niffrankaw il-flus lin-nies għax fuq dik il-ħaġa ħadd ma jimpurtah.", "Donnu li jimpurtana biss li nżommu x-xogħol quddiem il- maġistrati, l-imħallfin, u t-tribunali tal-qorti!", "Dan donnu huwa l- interess tagħna.", "Donnu li aħna għandna xi interess partikolari li apparti l-garanziji li kull debitur għandu jkollu, bħal dik tan-notifika u tar- rikors, iktar ma ngħabbu lill-qrati iktar aħjar, anke jekk m'għandniex għalfejn nagħmlu dan.", "Ħalli nerġa` niġi lura għall-arbitraġġ.", "Ġaladarba suppost l-insurance companies kienu favur l-arbitraġġ għax meta kont il-ministru responsabbli mill-ġustizzja tgħidx kemm ġrew warajja biex inwaqqaf l-arbitraġġ ħalli jkunu jistgħu jibdew jibagħtu kollox quddiem l-arbitraġġ, illum l-insurance companies kif qed jopponu għall-arbitraġġ?", "Fil-fatt l-insurance companies lanqas qed imorru quddiem l-arbitraġġ għax hekk jaqblilhom.", "Għaliex?", "Għax jekk għandhom iħallsu, ħafna drabi dawn ikunu jippreferu jtawlu biex forsi joħorġu b'payment inqas, u sakemm se jkollhom il-garanzija li fil-qorti l- proċedura se titwal hekk se jibqgħu jagħmlu.", "Għalhekk il-problema trid taqtagħlha rasha.", "Trid iddaħħal is-salvagwardji neċessarji - u l-arbitraġġ għandu dawn is-salvagwardji - pero` mbagħad ma tridx tħalli lil min għandu l-interess li jisfrutta l-proċedura tal-ġustizzja tal-qrati biex iċċaħħad id-drittijiet veri tal-kreditur.", "Mingħalija l-kelliema li tkellmu f'dan id- dibattitu kollha huma avukati, u naħseb li dawn ma kellhomx każ jew tnejn fejn il-klijent ried jidħol il-qorti - ejjew ngħidu li mhux fuq parir tagħhom għax ma naħsibx li huma jagħtu dan il-parir - biex itawwal.", "Possibbli li l-kelliema li tkellmu matul dan id-dibattitu qatt ma ltaqgħu ma' klijent li qalilhom: Agħmilha l-kawża, sur avukat, għax għalkemm forsi nispiċċa biex nitlifha, b'hekk inkun iggwadanjajt tliet snin jew erba' snin?!", "Tgħid qatt ma ltaqgħu magħhom dawn in-nies?", "L-avukat għandu t- teorija li jimxi skond l-instructions li jagħtih il-klijent, u għax jaf li l-proċeduri huma slow min għandu dritt jitħallas jeħel erba' snin, ħames snin jew sitt snin il-qorti, skond l-abbilta` ta' l-avukat u forsi anke skond l-għażż ta' ħaddieħor.", "B'hekk min ikun irid iħallas jiggwadanja erba' snin, ħames snin jew sitt snin għax minħabba li aħna sopra corna bastonate, ir-rata ta' l-interessi tagħna hija baxxa u xi kultant jaqbillek tidħol il-qorti milli tħallas għax b'hekk tkun qed tiffranka l-flus fuq l- interessi.", "Għalhekk, Mr Speaker, l-appell tiegħi, li nixtieq nagħlaq bih, huwa li għandna nkunu onesti maċ-ċittadin Malti.", "Sakemm il-liġi tipprovdi għas- salvagwardji, m'hemm l-ebda raġuni għaliex il-kwestjonijiet bejn iċ- ċittadini għandhom bilfors jiġu riżolti tramite l-qrati tagħna.", "Sakemm għandek is-salvagwardji kollha li se jwasslu biex inti jkollok proċess ġust, biex ikollok avviż ta' dak li qed jingħad kontra tiegħek u biex ikollok rimedju jekk ma taqbilx ma' dak l-avviż, allura ma jagħmilx differenza jekk wieħed jużax ċitazzjoni bil-posta jew inkella jużax ittra uffiċjali bil-posta.", "Sakemm l-arbitri tagħna huma nies li jaġixxu indipendentement skond il-kuxjenza tagħhom u skond il-ġurament li jieħdu, sakemm l-arbitraġġ jagħtik ir-rimedji biex tappella, sakemm l-arbitraġġ huwa proċess ekwivalenti u tajjeb daqs il-qrati tagħna, m'hemmx għalfejn imorru l-kawżi kollha quddiem l-imħallfin.", "Għalhekk ejjew nifhmu li jekk m'aħniex se nagħmlu dawn it-tip ta' riformi, jekk m'aħniex se nkomplu nattakkaw l-għanqbut li għad baqa' fis-sistemi legali tagħna ...", "U meta niġu biex nattakkaw il-problemi tagħna, m'għandniex nattakkawhom bl-irtokki imma għandna nattakkawhom bi new thinking u b'sistemi ġodda li jħarsu lejn soluzzjonijiet effettivi.", "Sakemm aħna m'għandniex din ir-rieda, allura mhux veru rridu nirriformaw is- sistema tal-ġustizzja tagħna a vantaġġ taċ-ċittadin u tas-soċjeta` Maltija.", "Nirringrazzjak.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Iktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Azzopardi.", "ONOR.", "JASON AZZOPARDI: Mr Speaker, nistqarr li jien għandi l-vantaġġ li nħares lejn dan is-suġġett minn żewġ perspettivi.", "L-ewwelnett peress li jien avukat u allura jien membru tal-professjoni legali, bħal ħafna minna hawn ġew, inħaddem il-liġi, u fil-fatt meta dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna jsir liġi se nkun wieħed minn dawk li nutilizzah.", "It- tieni nett jien ukoll membru ta' dan il-parlament, u meta sirt deputat ħadt ġurament, bħal kull wieħed u waħda minna hawn ġew.", "Nistqarr li meta ħadt il-ġurament tiegħi ta' avukat jien ħlift li nkun leali mal-Kostituzzjoni u l-liġijiet tagħha, pero` bħala membru ta' dan il-poplu nemmen li l-lealta` tiegħi lejn il-poplu għandha tirbaħ.", "Għalhekk inħoss li anke jekk ikolli xi konflitt ta' interess, jien nemmen li l-lealta` tiegħi lejn il-poplu u allura lejn il-ġid komuni għandha tirbaħ fuq kwalunkwe interess tal- professjoni legali.", "Madankollu rrid nagħmilha ċara - u fil-fatt matul dan id-dibattitu se nipprova dan li qed ngħid - li ħafna mill-għagħa li qam f'ċerti ċirkli ta' membri tal-professjoni legali, minkejja li kienu motivati b'interess ġenwin, naħseb li they were missing the wood for the trees u jkolli ngħid li ma tantx kien hemm sustanza fil-kritika li saret minn ċerti nies, anke riċentement permezz ta' ċerti artikli li dehru fil-media.", "Sur President, jien nobgħod nirripeti dak li jkun intqal diġa` għax inħoss li b'hekk inkun qed ninsulenta l-intelliġenza ta' dak li jkun qed jisma', pero` rrid ngħid li bażikament l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna għandu żewġ kolonni; dik li għandha x'taqsam ma' l-azzjonijiet ta' ħlas ta' dejn, li huwa taħt il-Lm5,000 u li jista' jintalab permezz ta' ittra uffiċjali, u l-famuża forced arbitration.", "Ħalli nibda nitkellem fuq l- ewwel kolonna.", "Dan l-abbozz ta' liġi jgħid li f'azzjonijiet għal ħlas ta' dejn li jkun ċert, likwidu u li jagħlaq ...", "Allura dan id-dejn huwa dovut, u qed ngħid dan minħabba li matul dan id-dibattitu kien hawn min qal li dan l-abbozz ta' liġi ma jgħidx li d-dejn għandu jkun dovut, għax sfortunatament xi kultant ikolli naħseb li jkun hawn min ma jaqrax l-abbozz ta' liġi qabel ma jitkellem dwaru.", "F'dan l-abbozz ta' liġi l-leġislatur qed jgħid li d-dejn irid ikun ċert, likwidu u li jagħlaq ̧ - għalhekk għandu jkun dovut - li ma jkunx jikkonsisti fl-eżekuzzjoni ta' fatt u li dak id-dejn ma jkunx jeċċedi s-somma ta' Lm5,000.", "Dan l-abbozz ta' liġi jgħid ukoll li f'dan il-każ min għandu jieħu - jiġifieri dak li jissejjaħ \"kreditur\" - jista' - u hawnhekk huwa importanti li nagħmluha ċara li qed ngħidu \"jista'\", jiġifieri m'huwiex obbligat - jippreżenta ittra uffiċjali fejn hemmhekk jiddikjara d-dejn tiegħu, jiddikjara li dak id-dejn ma jkunx jeċċedi l-Lm5,000 u jekk ikun jeċċedi l- Lm5,000 jirrinunzja espressament għal kull parti mit-talba tiegħu li meta tiġi likwidata tista' teċċedi dik is-somma ta' Lm5,000.", "Ikun importanti wkoll li nirrimarka li l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna jgħid illi l-ittra uffiċjali għandha tkun notifikata lid-debitur u għandha tiġi ddikjarata b'mod ċar, taħt piena ta' nullita`, ir-raġuni li fuqha tkun imsejsa t-talba, ir-raġunijiet li għalihom it-talba għandha tintlaqa' u dikjarazzjoni tal-fatti b'sostenn tat-talba.", "Issa l-iskop tagħna hawnhekk huwa li norqmu fejn hu possibbli, u allura qabel ma nkompli nixtieq nagħmel żewġ suġġerimenti.", "L-ewwel suġġeriment tiegħi huwa li d-dikjarazzjoni tal-fatti tkun ġuramentata, kif isir meta niġu biex nippreżentaw kawża permezz ta' ċitazzjoni.", "It-tieni suġġeriment li nixtieq nagħmel huwa li fejn l-abbozz ta' liġi qiegħed jgħid \"tiġi notifikata lid-debitur\", biex inkunu on the safe side, f'dan il-każ m'għandux ikun hemm applikabbli proċeduri ta' affissjoni jew nomini ta' kuraturi.", "Jien ngħid li dan l-użu għandu jiġi eskluż u għalhekk meta naslu fi stadju ta' kumitat l-abbozz ta' liġi għandu jiġi mirqum b'dan il-mod.", "X'qed nipprova ngħid hawnhekk?", "L-affissjoni hija dik il-proċedura li tintuża meta ċitazzjoni jew att tal-qorti ma jkunx jista' jiġi notifikat lin-naħa l-oħra.", "F'dak il-każ jintalab il-permess tal-qorti biex imur il- marixxall, jagħmel affissjoni u litteralment isammru mal-bieb tad-dar ta' dak li jkun, u f'ċerti ċirkostanzi ma' ċerti għases tal-pulizija jkun hemm ċerti wkoll karti tal-qorti affixed.", "Dwar in-nomina tal-kuraturi l-ewwelnett irrid ngħid li ġeneralment il- kuraturi jkunu avukati jew prokuraturi legali li jirrappreżentaw persuna li hija assenti jew li ma tistax tinstab għal xi raġuni jew oħra.", "Naħseb li jekk aħna nattwaw dawn iż-żewġ suġġerimenti, inkunu qegħdin nillimitaw ħafna l-lok jew il-possibbilta` ta' abbuż u allura nkunu qegħdin nagħmlu pass fid-direzzjoni t-tajba.", "Mr Speaker, l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna jgħid ukoll li l-ittra uffiċjali għandu jkollha intimazzjoni lid-debitur taħt piena ta' nullita`, u jekk inti ma tweġibx b'ittra uffiċjali fi żmien 30 jum, allura tiġi tgħodd dik l-ittra uffiċjali li inti tkun għamilt bħala kreditur u din tiġi meqjusa daqslikieku kienet sentenza tal-qorti jew titolu eżekuttiv.", "Hawnhekk nixtieq nagħmel suġġeriment ieħor, li jekk m'iniex sejjer żball, dan diġa` ssemma, biex ma niħux il-copyright jew il-mertu ta' ħaddieħor jien.", "Ir-risposta tad-debitur m'għandhiex tkun l-ittra uffiċjali imma għandha tkun nota, u dan sabiex jiġu skansati l-ispejjeż għad-debitur li jkun irid jirrispondi.", "Filwaqt li qed ngħid dan, qed niftakar f'punt li naħseb huwa importanti.", "L-għan tagħna huwa li nwessgħu l-perspettiva li biha nħarsu lejn l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna għax dan huwa abbozz ta' liġi li m'għandux biss konsegwenzi legali imma anke ekonomiċi.", "Meta aħna nwessgħu l-perspettiva tagħna lejn dan l-abbozz ta' liġi u lejn l- effetti li dan se jħalli ġaladarba jsir liġi, il-cash flow fil-pajjiż se tiġi megħjuna.", "Il-Ministru Austin Gatt laqat il-musmar fuq rasu meta qal li jkun hemm nies li jmorru għand avukat - is-sottoskritt inkluż - u minkejja li jkunu jafu li m'għandhomx raġun, xorta jkunu jridu jiftħu l- kawża biex jirbħu ż-żmien.", "Proprju issa għadni ġej mill-uffiċċju tiegħi fejn ġiet persuna għandi li riedet bilfors tipproċedi b'mezz legali biex jintrebaħ iż-żmien, u dan minkejja li hija taf li m'għandhiex raġun legali.", "Madankollu l-liġi tagħtiha d-dritt li tikkontesta kawża b'mod frivolu u vessatorju biex jintrebaħ iż-żmien; daqqa jintrebħu sentejn u daqqa jintrebħu erba' snin.", "Fil-fatt jekk ikollok appell, tirbaħ aktar minn ħames snin.", "Mela allura huwa mportanti l-aspett ta' fairness, ta' ekwità, ta' ġustizzja u l-aspett ekonomiku cioe` l-cash flow.", "Jien qed nissuġġerixxi biex norqmuha sabiex id- debitur jirrispondi b'nota għal dik l-ittra uffiċjali li jkun irċieva bil- marixxall u huwa mportanti li din l-ittra titwassal permezz ta' marixxall u mhux bil-posta għal aktar salvagwardja.", "Fil-fehma tiegħi, kien hawn kritika żejda għax beda jingħad li l-gvern se jċaħħad minn ċertu drittijiet u salvagwardji li għandna mill-qorti għaliex b'ittra uffiċjali wieħed se jkun jista' jiġi mitlub iħallas dejn, li jrid ikun dejn ċert, likwidu u dovut.", "Ma ninsewx li l-analoġija hija l-proċedura tal-giljottina.", "L-artiklu 167 - jekk m'iniex sejjer żball - tas-COCP jipprovdi għall-proċedura – ilha xi 100 sena issa – fejn jekk ikun hemm dejn fejn fuq ġurament ta' min qiegħed jagħmel il-kawża jiddikjara u jaħlef li dak id-dejn huwa ċert, likwidu u dovut u li fil-fehma tiegħu, il- konvenut m'għandux difiża legali xi jġib bħala sostenn tal-kawża, jitlob il- qorti biex appena tappunta l-kawża, tgħaddi għas-sentenza.", "Għalhekk hija l- proċedura tal-giljottina fejn anke jekk il-konvenut ma jidhirx, jeħel sentenza.", "Niftakar l-Imħallef Frank Camilleri li fit-8.59 a.m. ikun fuq it- tribuna, fid-9.00 a.m. eżatt jgħajjatlek l-ewwel kawża bil-giljottina u jekk il-konvenut ma jkunx hemm sad-9.01 a.m. jkollu s-sentenza kontrih.", "Minkejja dan, xorta waħda hemmhekk il-qrati żviluppaw konċett ta' ġurisprudenza li jekk id-debitur ̧ anke tardivament ̧ juri li kellu xi difiża, tagħtih 20 ġurnata biex jirrispondi għal dik il-kawża.", "Anke hawnhekk il-leġislatur ...", "Issa jien mhux qed ngħid hekk għax jien xi deputat tal-gvern u allura niddefendi l-gvern għax fejn jagħmel ħażin, ngħid li għamel il-ħażin, pero` ma tistax tmeri dak li hemm fis-subklawsola (5) ta' klawsola 3 fejn il-leġislatur qiegħed jipprovdi għal salvagwardja u serħan il-moħħ tad-debitur għax il-leġislatur qed jipproponi li t-titolu eżekuttiv li jinkiseb skond dispożizzjonijiet ta' dan l-artiklu - mela allura ittra uffiċjali ntbagħtet u titqies bħala titolu eżekuttiv u dejjem jekk ma jkunx hemm oppożizzjoni min-naħa tad-debitur - għandu jiġi mħassar, dikjarat null u bla ebda effett jekk meta ssir talba permezz ta' ċitazzjoni li tiġi ppreżentata mid-debitur fi żmien 20 jum mill-ewwel notifika li ssirlu ta' xi mandat eżekuttiv imsejjes fuq dak it-titolu, jew ta' xi att ġudizzjarju ieħor, il-qorti tkun sodisfatta li d-debitur ma kienx jaf dik l- ittra uffiċjali għax hu ma kienx notifikat kif imiss.", "MR SPEAKER: Bil-permess ta' l-Onor.", "Jason Azzopardi, insejjaħ lill-Onor.", "Joseph Brincat.", "ONOR.", "JOSEPH BRINCAT: Ejja ngħidu li wieħed għandu jieħu Lm250 u jagħmel ittra uffiċjali lid-debitur.", "Dan irid jikkontestaha.", "Allura quddiem liema qorti se ssir iċ-ċitazzjoni?", "Se ssir fil-qrati superjuri u l-minimum huwa ta' Lm306.", "(Interruzzjonijiet) Meta inti qed tagħmel kwestjoni ta' dikjaratorja biex tgħid jekk att huwiex validu jew le, tiġi kompetenza ta' valur indeterminat u allura jmur quddiem il-qorti superjuri.", "Qed inqajjem din il-problema għax jekk qed ngħidulu rimedju dan, ejja nagħmlu rimedju li jkun commensurate u mhux fuq Lm250, dan irid jonfoq Lm306 biex jiftaħ il- kawża.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Is-Segretarju Parlamentari Mifsud Bonnici bil- permess ta' l-Onor.", "Jason Azzopardi.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Imma l-mandat eżekuttiv se joħroġ taħt il- qorti tal-maġistrati, jiġifieri hemmhekk trid issir mhux fil-qrati superjuri.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Joseph Brincat bil-permess ta' l-Onor.", "Jason Azzopardi.", "ONOR.", "JOSEPH BRINCAT: Imma kwalunkwe dikjarazzjoni li ssir ta' valur indeterminat trid tmur quddiem il-qorti ta' fuq u dik hija waħda mill- affarijiet li nistieden lill-ministru biex ibiddel.", "Per eżempju, anke affarijiet ta' dikjarazzjoni, per eżempju, ta' proprjeta` fuq kamra f'għalqa ...", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici bil-permess ta' l-Onor.", "Jason Azzopardi.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: L-ewwelnett fl-abbozz ta' liġi għandek it- transitory provision biex issa l-kawżi kollha tal-proprjeta` se jitilgħu kollha fuq.", "Issa l-punt huwa li qed issir kawża biex tattakka lill- validita` ta' dan it-titolu, jiġifieri din issir quddiem il-qorti kompetenti tagħha u mhux fuq.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Ikompli l-Onor.", "Jason Azzopardi.", "ONOR.", "JASON AZZOPARDI: Sur President, għadna kemm rajna eżempju ħaj, sabiħ u pożittiv ta' kif il-kawżi jitwalu fil-qorti għaliex liġi waħda jista` jkollha interpretazzjonijiet diversi.", "Hawnhekk għadna kemm rajna punt - fil-fehma tiegħi validu ħafna - min-naħa ta' l-Onor.", "Brincat u risposta validissimma min-naħa tas-Segretarju Parlamentari.", "Allura wieħed m'għandu ebda dubju li se jieħu nota ta' dan il-punt u fl-istadju ta' Kumitat, jekk tinħass il-ħtieġa, wieħed jispeċifika l-affarijiet biex kollox ikun iswed fuq l-abjad u ma jkunx hemm ekwivoċi.", "Jiġifieri jekk anke fuq punt bħal dan, hemm diverġenza ta' opinjoni, aħseb u ara fuq kawżi ta' entita` x'ikun hemm!", "Għalfejn għandna nabbużaw mill- qorti biex jitwalu l-proċeduri?", "Dan huwa abbozz ta' liġi li qed igħid we are all for l-użu tas-sistema legali, pero` ma rridux abbuż tas-sistema legali.", "Hawnhekk se niftaħ parentesi.", "Il-leġislatur qed jagħmel il-parti tiegħu biex jiġġieled l-abbuż u dan mhux illum biss, imma matul dawn l- aħħar snin taħt diversi amministrazzjonijiet.", "Pero` din għedtha u nerġa' ngħidha; dan sta wkoll għall-ġudikanti li jxammru l-kmiem.", "Issa jien mhux qed nirriferi għall-ġudikanti kollha imma għal uħud minnhom li they leave much to be desired.", "Sur President ̧ ma naqbilx ma' kumment li sar il-ġimgħa l-oħra minn membru ta' din il-Kamra li qal li l-gvern għandu jindaħal fl-awtonomija tal- ġudikant.", "Well- meaning kemm kien dak il-kumment, dan huwa żball għax Allaħares gvern jindaħal u jirfes l-għatba ta' l-awtonomija tal-ġudikant.", "Pero` rrid nagħmilha ċara li l-awtonomija tal-ġudikant hija fl-eżerċizzju tad-diskrezzjoni u mill-indħil ta' l-eżekuttiv, pero` m'għandux awtonomija mill-iskrutinju.", "Ġudikant m'għandux awtonomija mill-eżerċizzju ta' kritika.", "Ġudikant, hu min hu, m'huwiex above the law.", "Ċiċerun kien jgħid: Servi legi sumus ut liberi esse possimus li tfisser li aħna s-servi tal-liġi għaliex b'hekk biss nistgħu nkunu ħielsa.", "Iva, anke l-ġudikanti huma taħt il-liġi.", "Huwa inaċċettabbli għalija li għad hemm ġudikanti li jum wara jum joħorġu fl- 10.00 ta' filgħodu.", "Per eżempju, dalgħodu ġudikant partikolari ħass is- sħana u qabad u ddiferixxa s-seduta.", "Aħna l-avukati nistennew, il-klijenti jistennew u dan iddiferixxa s-seduta fl-10.00.", "Issa ma kentix xi awla fejn kien hemm is-sħana u jien wieħed minn dawk li nbati bis-sħana.", "Ma jistax ikun.", "Hemmhekk il-ġudikant jidħol taħt l-iskrutinju mhux tal- parlament imma ta' kull ċittadin għaliex irid jagħti rendikont, u jagħti rendikont mhux biss lejn il-kuxjenza tiegħu imma anke lejn il-poplu.", "Pero` ma naċċetta qatt kumment li l-gvern għandu b'xi mod jindaħal fl- indipendenza tal-ġudikatura.", "Dan huwa inaċċettabbli.", "Sur President, kont qed nitkellem dwar il-fatt li din il-liġi titkellem u hija bbażata fuq żewġ pilastri prinċipali.", "L-ewwel pilastru huwa dak ta' l- ittra uffiċjali u naħseb li eżawrejt is-suġġett.", "It-tieni pilastru prinċipali huwa dan il-forced arbitration.", "Membru ta' l-oppożizzjoni qal li l-konċett ta' forced arbitration huwa kontradizzjoni Ma' l-ewwel daqqa ta' għajn, nagħtih raġun pero` meta fil-verita` tal-fatti naraw x'jiġri f'pajjiżi ferm avvanzati u anke f'pajjiżna meta l-oppożizzjoni kienet fil- gvern, hemmhekk ma nagħtix raġun.", "Qed ngħid dan għaliex meta kien għad hawn preżenti f'din il-kamra l-ex-prim ministru Dr Karmenu Mifsud Bonnici u l-ex- ministru tal-ġustizzja kien Dr Michael Refalo, kien qed jiġi diskuss l- abbozz ta' liġi li jirregola t-twaqqif ta' l-Arbitration Act, dak li llum huwa l-kapitlu 387 tal-liġijiet tagħna.", "Jekk wieħed ifittex fid-dibattiti tal-parlament ta' dakinhar, isib li l-ex-prim ministru, Dr Karmenu Mifsud Bonnici - u hawnhekk mhux qed nagħmel xi kumment politiku imma Dr Karmenu Mifsud Bonnici għalija huwa wieħed mill-aqwa avukati li hawn f'pajjiżna - kien għamel kumment fid-dibattitu parlamentari fejn ħeġġeġ lill-ex-ministru Michael Refalo jintroduċi l-forced mediation f'kawżi ta' kolliżjonijiet ta' traffiku.", "Dak il-kumment kien well-meaning u kien għamlu frott l-esperjenza ta' avukat b'esperjenza kbira u b'oġġettivita`.", "Għall-grazzja ta' l-argument xi ħadd jista' jgħidli li dak kien kumment ta' individwu.", "Pero' ħalli nġib eżempju prattiku ieħor.", "Għandna l-Condominium Act li tirregola r-relazzjonijiet bejn residenti ta' l-istess blokk ta' appartamenti u hija liġi li qed tintuża mhux ħażin.", "Meta l-partit Laburista kien fil-gvern, fl-1997, kien għamel emenda biex xi nuqqas ta' qbil u diżgwid li jkun hemm taħt dan l-Att imur bilfors quddiem arbitraġġ.", "Niftakar li f'dak l-abbozz ta' liġi fl-1997, il-ħsieb kien li d-disputi jmorru fis-sekond'awla u mbagħad kien hemm emenda biex imorru quddiem arbitraġġ.", "Fil-fehma tiegħi, din kienet xi ħaġa tajba u mhux qed nikkritika, għaliex Allaħares tgħabbi s-sekond'awla b'dawn l-affarijiet ukoll.", "Allaħares hemmhekk indaħħlu każijiet ta' xi ħadd li r-residenta ta' fuqha daħħlet il-qtates u l-klieb u ta' taħtha daħħlet l-għasafar u l- amorini!", "Ħafna drabi fuq dawn l-affarijiet ikun in-nuqqas ta' qbil bejn ir-residenti ta' l-istess blokk ta' appartamenti.", "Is-sekond'awla għandha x'taqsam ma' l-adoptions, separazzjonijiet u affarijiet sensittivi bħal dawn.", "Allura ladarba l-partit Laburista fil-gvern għamel emenda biex in-nuqqas ta' qbil f'dak li għandu x'jaqsam ma' kwestjonijiet ta' kondominju jmur quddiem forced arbitration, għaliex m'għandux ikun hemm l-istess argument f'kawżi li għandhom x'jaqsmu ma' kolliżjonijiet tat-traffiku li ma jkunux jeċċedu l-Lm5,000?", "Il-leġislatur qiegħed jillimita l-liġi fejn qed jgħid li jekk l-ammont dovut ma jkunx aktar minn Lm5,000 u jekk ma jkunx hemm - u din hija kruċjali - danni reklamati minħabba diżabilita` permanenti, dawk għandhom imorru quddiem forced mediation.", "Minkejja li mill-ewwel daqqa ta' għajn forced mediation tidher contradiction in terms, pero` fl-Amerika ta' fuq u fl-Ewropa, fejn għandhom sistemi legali ferm mirquma u avvanzati, this is the order of the day.", "Allura Malta għandha tkun l-eċċezzjoni?", "Nixtieq nagħmel punt importanti wkoll fuq l-arbitraġġ.", "Tant il-leġislatur qagħad attent li jieħu ħsieb li jissalvagwarda d-drittijiet ta' min se jkun qed jagħmel użu mill-arbitraġġ, li dan l-abbozz ta' liġi jgħid li anke l- partijiet li jmorru, jistgħu jiftehmu li jagħmlu użu mhux minn arbitru wieħed, imma minn tlieta biex żgur wieħed ikollu moħħu mistrieħ li hemm it- trasparenza u l-ġustizzja.", "Kif qal tant tajjeb il-Ministru Gatt, l-arbitri huma nies ta' esperjenza, ta' integrità u nies li they have proven their worth fil-qorti.", "Fil-fatt se nsemmi eżempju mill-esperjenza tiegħi personali.", "Riċentement jien u kollega tiegħi li huwa avukat ukoll, kellna żewġ klijenti li kellhom xi jgħidu fuq interpretazzjoni ta' kuntratt ta' appalt fejn wieħed qabbad lil xi ħadd jagħmel xogħol għalih.", "It is the order of the day li jiġri dan; min ammonti żgħar u min ammonti kbar.", "Kien hemm nuqqas ta' ftehim bejn iż-żewġ naħat fuq l-interpretazzjoni.", "Kieku morna l- qorti fuq l-interpretazzjoni ta' dak il-kuntratt - għax wieħed ma riedx iħallas għaliex skond hu x-xogħol ma sarx sew u l-ieħor kien qed jgħid li x- xogħol sar u jrid jitħallas - m'għandi ebda dubju li konna nagħmlu xi ħames snin – tqis l-appell ukoll – biex niddeċiduha imma morna għall-arbitraġġ u nqatgħet f'temp ta' sitt ġimgħat.", "Jien għalhekk fil-bidu staqsejt x'għandu jkun li jaspira dan id-dibattitu mill-membri parlamentari hawn ġew?", "Il-ġurament li ħadna li nqiegħdu l- interess tal-poplu fuq kull interess ieħor.", "Kif għedt riċentement, jekk huwa fl-interess tal-poplu li ċ-ċittadin - dak li dari konna ngħidu li għandu jiġi l-ewwel u qabel kollox - jiġi l-ewwel għandna nilbsu ż-żarbun tiegħu u nagħmlu kif kien jgħid Harper Lee fil-ktieb \"To kill a mocking bird: \"Never judge a person unless you have gone in his boots and walked a mile around them\".", "Din għadni niftakarha.", "Mela ejja nilbsu ż-żarbun taċ- ċittadin u naraw xi jfisser għalih seduta wara l-oħra, xahar wara xahar, sena wara sena u l-kawża tibqa' ma tinqatax.", "L-Onor.", "Mifsud Bonniċi qabel dan id-dibattitu nformani li bejn 3% u 4% tal- kawżi li hemm pendenti fis-small claims tribunal - dan jieħu ħsieb il-kawżi ta' taħt l-Lm1,500 - ilhom pendenti għal iktar minn tliet snin.", "Għaliex?", "Għax tant qed isir użu ġustament mis-small claims tribunal minn meta nbidlet il-kompetenza ftit tas-snin ilu, li issa hemm traffic jam f'dan it- tribunal.", "Għalhekk qed ikollna bżonn nirrikorru għal abbozzi ta' liġi simili u huwa inaċċettabli li 3% mill-kawżi ta' Lm1,500, ilhom pendenti għal aktar minn tliet snin, kif informani l-Onor.", "Mifsud Bonniċi qabel dan id-dibattitu.", "This is unacceptable.", "Allura x'inhu l-ewwel għalina, l- interess tal-poplu, il-ġid komuni tal-poplu jew interessi oħrajn?", "Biex inkomplu nuru kemm dan il-leġislatur qagħad attent li jagħti s- salvagwardji kollha possibbli, mhux biex issir il-ġustizzja imma biex tidher li qed issir, dan l-abbozz ta' liġi jgħid li jekk kemm-il darba l- partijiet ma jiftiehmux b'mod espress xort'oħra, għandu jkun hemm dritt ta' appell minn deċiżjoni finali skond m'hemm provdut bl-att ta' arbitraġġ.", "Mela mhux kif intqal hawn ġew minn xi ħadd, li meta tmur arbitraġġ tkun qed titlef id-dritt għal appell.", "L-arbitraġġ tista` tappella, għax il-liġi stess tipprovdiha u l-leġislatur qagħad attent hawnhekk biex jipprovdi għal dan il-punt.", "Sur President, issemma wkoll l-artiklu 6 tal-konvenzjoni Ewropea tad- drittijiet tal-bniedem u kien hawn min ipprova jagħmel il-punt - kemm hawn ġew u anke barra minn dan il-parlament u sa ċertu punt kellu ftit raġun imma mhux għal kollox - li l-konvenzjoni Ewropea tgħid li jrid ikun hemm ċerti salvagwardji u li l-arbitru jrid ikun indipendenti, imparzjali u maħtur skond il-liġi eċċ. This is one side of the coin, imbagħad hemm it- tieni parti li hi daqstant ieħor importanti, fejn l-artiklu 6 tal- konvenzjoni Ewropea jgħid li hu importanti li jkun hemm smigħ fi żmien raġunevoli.", "Huwa mportanti li noqogħdu attenti li f'dan l-abbozz ta' liġi jiġi salvagwardat id-dritt sagrosant taċ-ċittadin li jieħu ġustizzja fi żmien raġunevoli, għax meta nikkwotaw artiklu ma nikkwotawx nofsu, imma nikkwotawh kollu u allura importanti ħafna li nenfasizzaw dan il-punt.", "Dan huwa abbozz ta' liġi li qiegħed jitkellem favur smigħ fi żmien raġunevoli.", "U m'hemm ħadd miċ-ċittadin u mill-poplu li jista' qatt jaħfer lil- leġislatur li ma jkunx attent biex jieħu ħsieb id-drittijiet tiegħu u jieħu ġustizzja f'kawżi relattivament żgħar għax trid tkun ċert li jkun dovut taħt il-Lm1,500 mingħajr danni reklamati għal diżabilita` permanenti.", "Leġislatur kważi kważi ma jista' qatt jaħfirha li ma jagħmilx abbozz ta' liġi bħal dan.", "Dan hu abbozz ta' liġi favur il-ħarsien tad-dinjità taċ- ċittadin għax kull persuna għandha dritt tmur il-qorti - meta qed ngħid il- qorti mhux bilfors il-bini fiżiku tal-qorti - u tieħu d-drittijiet li titlob fi żmien raġunevoli.", "Pero' mhux qed ngħid li m'hemmx bżonn jiġi mirqum dan l-abbozz ta' liġi.", "Per eżempju, se nagħmel domanda li jkun tajjeb li tiġi mixtarra: X'taxxa se tkun applikabbli għal min jagħmel użu minn ittra uffiċjali fuq ammont ta' Lm5,000?", "Hija taxxa ad valorem skond il-valur jew hija taxxa bħal meta jkun hemm kawża ammessa jew kawża come ceduta kif ngħidu meta tiġi ċeduta kawża?", "Dawn huma kollha differenti u naħseb li dawn huma affarijiet li wkoll għandhom jiġu mirquma u msemmija f'dan l-abbozz ta' liġi għax ħafna drabi d-diskors hemm barra jsir minnħabba nuqqas ta' awareness u ta' consapevolezza ta' x'qed tgħid eżattament il-liġi.", "Sur President, dan l-intervent tiegħi kien proprju intiż biex bl-akbar umiltà nuri li rridu noqogħdu attent li ma niżvijjawx id-dibattitu hemm barra.", "Ħafna drabi jsir dibattitu hawn ġew b'intenzjoni tajba, iżda ma nużawx terminoloġija eżatta u faċilment niżvijjaw u nċajpru dak li jkun qed jaħseb Ċikku l-poplu hemm barra.", "Se nagħlaq id-diskors tiegħi bi kwotazzjoni.", "Fi żmien il-gwerra kien hemm żmien fejn il-Ġermaniżi kienu qed jattakkaw persistentement il-vapuri tas-sajd u tal- merkanzija ta' l- alleati.", "Kien hemm Churchill, prim ministru Ingliż, li biex iserraħ moħħ il- pubbliku Ingliż waqt programm tal-BBC kien qal hekk:", "\"I am glad to tell you that the heat of the fury as far exceeded the accuracy of their aim.\".", "F'dan id-dibattitu wkoll kien hemm min, min-naħa ta' l-oppożizzjoni, wera heat of fury, ċerta saħna ta' argument, pero' dik is-saħna ta' argument li ntweriet eċċediet bil-bosta l-akkuratezza fil-mira.", "(Interruzzjonijiet) Li qed nipprova ngħid, - biex jifhimni l-Onor.", "Farrugia għax mhux qed jifhimni - huwa li meta nikkritikaw, ma rridux nikkritikaw biss bil-qalb imma wkoll bil-moħħ u nkunu preċiżi lejn dak li nkunu qegħdin nimmiraw għax nispiċċaw biex minflok ma nagħmlu ġustizzja lejn id-dibattitu pjuttost nagħmlu dispett u disservice lejn id-dibattitu li nkunu qed nipparteċipaw fih.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Gavin Gulia.", "ONOR GAVIN GULIA: Mr Speaker, naturalment dan id-dibattitu issa daħal fi stadju matur ħafna u ħafna mill-argumenti intqalu u ġew ripetuti.", "Ir- ripetizzjoni kultant tenfasizza l-punt, pero' jien m'għandix l-animu li nirripeti dak li ntqal imma nixtieq nipprova nkun ftit aktar innovattiv.", "Jien ma nikkonsidrax dan l-abbozz ta' liġi bħala xi ħaġa li wieħed għandu jikkonsidraha fil-merti tagħha biss, imma nikkonsidraha bħala kontinwazzjoni ta' riforma tajba jew ħażina - jien nemmen li din hi riforma li f'ċerti aspetti hija tajba u f'oħrajn hija inqas tajba - li beda dan il- gvern fl-1998 permezz tar-riforma tat-tariffi tal-kawżi fil-qrati kif ukoll fir-riforma li saret fit-tibdil fil-kompetenza tal-qrati rigward ċerti kawżi.", "Allura biex wieħed jara x'inhu għaddej huwa tajjeb li jmur lura fiż- żmien sa l-1999 sabiex jifhem x'qed jipprova jagħmel dan il-gvern u fejn qiegħed jagħmel ħażin.", "Sfortunatament trid issemmi n-negattiv biex wieħed jipprova jirranġa u dak li hu tajjeb trid tħallih hemm.", "Il-problema tat- tariffi kienet ġiet affrontata mill-ministru responsabbli mill-ġustizzja u l-kunsilli lokali l-Onor.", "Austin Gatt, il-predeċessur tal-viċi prim ministru li bħalissa donnu għaddej bit-tieni fażi ta' din ir-riforma.", "Ġara li fl-1999, jidhirli meta ġew aġġustati t-tariffi, ma ġewx biss aġġustati t-tariffi imma kien hemm effett aktar wiesa' fuq il-qrati.", "L- ewwelnett irrid ngħid li hemm żewġ tipi ta' kawżi; hemm dawk li jissejħu ad valorem jiġifieri l-kawża tkun fuq valur, fuq kreditu ̧ imbagħad hemm il- kawżi dikjaratorji li aktar għandhom x'jaqsmu ma' dikjarazzjonijiet dwar stati ta' drittijiet jew obbligazzjonijiet ta' eżekuzzjoni ta' obbligi, bħal per eżempju ̧ eżekuzzjoni ta' xogħlijiet.", "Kienet saret din ir-riforma fl-1999 u b'dan il-mod prattikament il-kawżi li qabel kienu fil-kompetenza tal-prim'awla tal-qorti ċivili niżlu isfel.", "Meta ngħidu niżlu isfel ifisser li ma baqgħux fil-kompetenza tal-prim'awla tal-qorti ċivili u niżlu fil- kompetenza jew tal-qorti tal-maġistrati jew tas-small claims tribunal.", "X'qegħdin ngħidu hawnhekk?", "Qegħdin ngħidu li l-kompetenza fil-qorti tal- maġistrati minn Lm1,500 telgħet għal Lm5,000, jiġifieri l-bracket ta' bejn l-Lm1,500 u l-Lm5,000 qabel kien kompetenza esklussiva tal-qorti ċivili, pero' b'dan l-aġġustament dan il-bracket jaqa' taħt il-kompetenza tal-qorti tal-maġistrati.", "Imbagħad kien hemm ukoll żieda fil-kompetenza tas-small claims tribunal.", "Jien niftakar li meta kont ministru tal-ġustizzja, kont għollejt il-kompetenza ta' dan it-tribunal minn Lm100 għal xi Lm250 jew Lm300, imbagħad l-Onor.", "Austin Gatt bħala ministru tal-ġustizzja dak iż- żmien kien għolliha għal Lm1,500.", "Minkejja li konna qegħdin nitkellmu dwar dak li jista` jidher bħala aġġustament kosmetiku, kien hemm effett qawwi fuq il-qrati fis-sens li l- problema tad-dewmien jew tal-volum tal-kawżi ma ġietx solvuta, jekk irridu nkunu ġusti u realistiċi.", "Li ġara kien li l-problema ġiet spostjata mill- qrati superjuri għall-qrati inferjuri.", "Naturalment baqgħu deħlin l-istess numru ta' kawżi, pero' minflok ma nippreżenta kawża quddiem il-prim'awla tal-qorti ċivili bdejt nippreżenta l-kawżi jew quddiem il-qorti tal- maġistrati jew quddiem is-small claims tribunal u ma kienx hemm daqstant tibdil fin-numru ta' kawżi li bdew deħlin.", "Anzi pjuttost ġara l- kuntrarju għax naturalment kawża li kienet tiswa tant flus lill-konsumatur - ħalli nsejħulu hekk - meta kien jippreżentaha quddiem il-prim'awla, f'ċerti ċirkostanzi ġiet tiswih inqas meta ġiet ippreżentata quddiem il-qorti tal- maġistrati.", "Kienet saret speċi ta' mother of all battles fuq il-kwestjoni tat-tariffi, u aħna konna kontra tagħhom, pero' jekk irridu nkunu ġusti rridu ngħidu wkoll li f'ċerti ċirkostanzi kien hemm ukoll tnaqqis fil-kawżi.", "Dawk il- kawżi li kellhom tariffa partikolari fil-prim'awla, meta mbagħad niżlu fil- qorti tal-maġistrati t-tariffa naqset, b'mod patikolari meta żdiedet il- kompetenza tas-small claims tribunal u allura komplew jinżlu t-tariffi.", "Jiġifieri kien hemm element tajjeb ukoll f'dawk ir-riformi li kien qiegħed jipproponi dak iż-żmien l-Onor.", "Austin Gatt.", "Pero' x'kien hemm ħażin?", "Il-ħażin kien li mbagħad għolew b'mod qawwi ħafna t-tariffi li għandhom x'jaqsmu mal-kawzi tal-prim'awla tant li din ma baqgħetx aċċessibbli daqskemm kienet qabel għal kull tip ta' litigant.", "Irid ikollok flus mhux ħażin biex tmur quddiem il-prim'awla llum.", "Per eżempju ̧il-kawżi li l-valur tagħhom jeċċedi l-Lm5,000 b'mod partikolari huma l-kawżi petitorji u l-kawżi dikjaratorji.", "Għal min qiegħed jismagħni bħalissa - għax aħna avukati u forsi mhux kulħadd jifhem xi nkunu qegħdin ngħidu - se nagħti eżempju.", "Jekk xi ħadd abbużivament iqabbad il-vent ta' l- aerial tat-television – ħalliha li llum l-aerials qegħdin jispiċċaw imma se nagħti eżempju fqir – ma' l-appoġġ tad-dar tiegħi, fuq proprjetà tiegħi, jien ma nistax nieħu l-liġi b'idejja u naqbad u naqtagħlu dak il-vent.", "Għalkemm issib min jagħmel hekk, suppost trid tmur il-qorti sabiex tieħu sentenza dikjaratorja jew biex il-qorti terġa' tirrintegrak fl-istat oriġinali.", "Dawn il-kawżi saru jiswew ħafna flus.", "Illum kawża fil-prim'awla saret tiswa – ħalli ngħidlek preċiż - Lm250 reġistru u Lm56 preżentata.", "Żgur li ħadd m'hu se jmerini fuq din it-tariffa għax hekk hu.", "Jiġifieri biex tiftaħ kawża qed titlob prattikament is-salarju ta' persuna li qiegħda in the middle class, u hawnhekk mhux qegħdin ninkludu d-dritt li jieħu avukat fil- bidu tal-kawża.", "Mela kawża tiġi tiswa aktar minn Lm306, imma tista` tiġi qrib l-Lm400 meta tikkonsidra kollox.", "U l-prim'awla tal-qorti ċivili saret daqsxejn diffiċli sabiex il-konsumatur ikollu aċċess għaliha.", "Pero' hekk saret ir-riforma u fejn jien faħħart ir-riforma u għedt li serviet lill- konsumatur għax it-tariffa verament raħset, imbagħad kawżi oħrajn li huma importantissimi – hawn mhux qed nitkellmu fuq simple credit cases, imma qegħdin nitkellmu dwar drittijiet reali, drittijiet dwar propjeta' - għolew u saru inaċċessibbli, jew saru aċċessibbli biss għal ċerti kategoriji ta' nies propju għaliex it-tariffa għoliet.", "U x'kien l-effett ta' dan kollu, Mr Speaker?", "L-effett ta' dan kollu kien li l-folla issa tinsab isfel fil-kurituri tal-qrati tal-magistrati, pero' jekk titla' fuq issib baħħ, fil-veru sens tal-kelma.", "Jien m'għandix għalfejn nistieden lis-segretarju parlamentari ̧ għalkemm naf li qed jaħdem mill-qrib fil-qrati, pero' jekk tmur fil-prim'awla llum issib il-kurituri vojta, mhux għaliex in-nies jibżgħu jitilgħu hemm fuq imma għaliex it-tip ta' kawżi li kienu jsiru qabel fil-prim'awla saru rari.", "Li jinkwetani m'humiex il-kawżi li huma inqas minn Lm5,000 għax dawn illum isibu l-iżvog tagħhom fil-qrati inferjuri.", "Li jippreokkupani ħafna huwa li l-kawżi dikjaratorji dwar eżerċitazzjoni ta' jeddijiet reali saru rari mhux għax il- poplu m'għandux okkażjonijiet jew raġun għalfejn ma jirriferix il- kwestjonijiet tiegħu għal-litigazzjoni imma għaliex saret projbittiva.", "It has become very expensive li tmur quddiem il-prim'awla.", "Jekk wieħed jaqbad il-libro ċitazzjonijiet ta' l-attwarja tal-qorti jsib li fejn fis-snin l-imgħoddija kienu jiġu ppreżentati xi 2,000 kawża, illum bilkemm qabżu s-600 kawża.", "(Interruzzjonijiet) Jien qed nitkellem fuq il- prim'awla, Onor. Mifsud Bonnici.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mifsud Bonnici, bil-permess ta' l-Onor.", "Gulia.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Bejn wieħed u ieħor kull sena qed jiġu ppreżentati bejn 1,200 u 1,500 kawża fil-prim'awla, jiġifieri jekk s'issa waslu fis-600 kawża qegħdin tajjeb.", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Fl-imgħoddi kienu jiġu ppreżentati ħafna iktar, għalkemm illum il-kawżi ad valorem niżlu isfel.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mifsud Bonnici, bil-permess ta' l-Onor.", "Gulia.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Kif qal tajjeb l-Onor.", "Gulia, l-ammont ta' kawżi li jidħlu l-qorti baqgħu l-istess, pero` llum dawn qed jidħlu fi qrati differenti.", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Huwa veru li l-kawżi ad valorem niżlu isfel, pero` llum il-kawżi ta' jeddijiet reali saru rari għax meta aħna l-avukati ngħidu lill-klijenti tagħna li jekk jiftħu din it-tip ta' kawża jeħlu tariffa, dawn jaqtgħu qalbhom u jispiċċaw ma jiftħu xejn.", "Pero` hawnhekk inħoloq periklu għax imbagħad żdiedu l-kawżi tar-ragion fattasi isfel, fil-qorti tal-maġistrati, fejn f'dak il-każ hemm anke pieni ta' ħabs.", "Issa hawn ta' min jgħid li l-kawżi tar-ragion fattasi huma eżerċizzju ta' xi dritt pretiż ta' dak li jkun li jieħu l-liġi b'idejh għax iħoss li t- tariffi m'humiex aċċessibbli, u jien nemmen illi l-gvern għandu jħares mill- qrib lejn it-tariffi fil-prim'awla sabiex jagħmilhom ftit iktar aċċessibbli.", "M'iniex qed nissuġġerixxi lis-segretarju parlamentari sabiex iġib it-tariffi kif kienu fl-imgħoddi, meta kienu baxxi, imma mill-banda l- oħra llum they have become very expensive.", "Mr Speaker, jien għamilt dan ir-riassunt preliminari storiku biex imbagħad niġġustifika d-dibattitu li se nagħmel fuq dan l-abbozz ta' liġi, għax issa x'inhu jiġri?", "Dan l-abbozz ta' liġi, li qed jippreżenta l-gvern u li jien kritiku dwaru daqs kemm kienu sħabi, ...", "Huwa indikattiv illi anke min- naħa l-oħra, għalkemm kien hemm min kien diplomatiku, ukoll ikkritika dan l- abbozz ta' liġi between the lines, jiġifieri fuq dan l-abbozz ta' liġi hemm concern miż-żewġ naħat tal-Kamra.", "Irrid ngħid ukoll li filwaqt li r-riforma ta' l-1999 attakkat il-prim'awla tal-qorti ċivili, issa dan l-abbozz ta' liġi qiegħed jattakka lill-qrati inferjuri, jiġifieri fl-1999 il-problema tal-kawżi niżlet mill-qrati superjuri għall-qrati inferjuri u issa, b'dan l-abbozz ta' liġi, donnu qed isir tentattiv sabiex il-problema ma tibqax nieżla isfel imma tinfirex, u tinfirex mhux ġol-qrati stess imma barra mill-qorti.", "Illum aħna qed ngħidu li għandna wisq kawżi quddiem it-tribunal għat-talbiet iż-żgħar u quddiem il-qrati tal-maġistrati, u issa jeħtieġ naraw fejn se nitfgħu l-kawżi li hemm fil-qrati inferjuri.", "Jien naf x'qed tipprovaw tagħmlu intom, Onor. Mifsud Bonnici, pero` ma naqbilx mija fil-mija ma' dak li qegħdin tagħmlu għax intom qed tittrattaw din il-problema bħal meta jkollok in-nar, u inti minflok ma tattakka n-nar biex titfih, toqgħod tneħħi n-nugrufun bil-konsegwenza li n-nar jibqa' hemmhekk, u se nispjega għalfejn se jibqa' hemmhekk.", "Ħalli nibda biex nitkellem fuq l-arbitraġġ.", "Mr Speaker, fil-kodiċi ċivili l-arbitraġġ minn dejjem kien jissemma bħala istitut volontarju.", "Issa hawn ta' min jirrimarka li l-arbitraġġ ma nħoloqx b'dan l-abbozz ta' liġi u lanqas inħoloq fi żmien l-ex-ministru Michael Refalo meta kien waqqaf iċ-ċentru ta' l-arbitraġġ b'liġi, fejn imbagħad jien kont waqqaftu uffiċjalment fl-1998.", "L-istitut ta' l-arbitraġġ minn dejjem kien jeżisti u regolat bil-kodiċi ċivili, u dan m'huwiex alternattiva għall-qrati imma għall-proċediment kontenzjuż.", "Din hija distinzjoni fina li jien irrid noħroġha.", "Huwa faċli li wieħed jgħid illi se jmur quddiem arbitru u mhux quddiem imħallef, pero` l-veru istitut volontarju ta' l-arbitraġġ m'huwiex dak li jissostitwixxi l-qorti imma huwa dak li jissostitwixxi l-element kontenzjuż b'element ieħor, b'dak volontarju.", "L-arbitraġġ huwa l-kulminazzjoni tal-volontarju fejn, per eżempju, jien u min għandi kontrija naqblu li l-kawża tagħna npoġġuha quddiem arbitru u d- deċiżjoni tiegħu tkun finali tant li lanqas appell ma jista' jkun hemm.", "Huwa veru li mbagħad biż-żmien saru ċerti refinements ħalli jekk ikun hemm bżonn, ikun hemm appell limitat, pero` fil-verita` hekk għandha tkun l- istituzzjoni ta' l-arbitraġġ.", "Issa x'qiegħed isir?", "Hawnhekk hawn contradictional terms għaliex l-arbitraġġ ma tistax timponih.", "Hawn qiegħed tneħħi relazzjoni li tipprovdilek il-liġi - jekk trid tużaha - bejn żewġ partijiet jew iktar u qed tgħid lil dak li jkun: Isma', fuq din il- kategorija ta' kawżi partikolari - u f'dan l-abbozz ta' liġi jissemmew il- kawżi tal-kolliżjonijiet - bilfors trid tmur quddiem arbitru, jiġifieri liċ- ċittadin qed tneħħilu l-għażla.", "Liċ-ċittadin inti m'intix tgħidlu li jekk irid imur il-qorti u jekk irid jista' jmur quddiem l-arbitru imma qed tgħidlu biex jinsa l-qorti u biex imur bilfors quddiem l-arbitru, u dak m'huwiex aċċettabbli, mhux biss għalina tan-naħa ta' l-oppożizzjoni imma anke għal uħud min-naħa l-oħra.", "(Interruzzjonijiet) Fil-fatt anki l-kamra ta' l-avukati esprimiet id- dissens tagħha għax ma jistax ikun ikollok istituzzjoni volontarja li tiġi ttrasformata f'għodda kontenzjuża, u dan hu li se jiġri.", "Barra minn hekk hemm ukoll il-periklu li b'hekk qed toħloq qorti oħra parallela mal-qrati eżistenti.", "Dawk il-kawżi li ftit snin ilu kienu fil- kompetenza tal-prim'awla u li diġa` kienu niżlu quddiem il-qorti tal- maġistrati, konna diġa` tfajnihom quddiem tribunal kważi ġudizzjarju.", "Kien hemm it-tribunal għat-talbiet iż-żgħar li ħafna mill-kawżi, rightly or wrongly ...", "Għax imbagħad kienu ttieħdu ċerti deċiżjonijiet li jien ma naqbilx magħhom, bħal per eżempju, li l-kawżi tal-kolliżjonijiet jiġu ttrattati quddiem dan it-tribunal kważi ġudizzjarju minħabba li hemmhekk hemm kwestjoni ta' danni li jkunu għad iridu jiġu kkwantifikati, mentri fl- opinjoni tiegħi, it-tribunal għat-talbiet iż-żgħar kellu jkun hemm għal kawżi ta' credit straightforward u mhux għal kawżi ta' likwidazzjoni ta' danni.", "Imma l-isbaħ waħda hi li l-ewwel għamilna tribunal kważi ġudizzjarju biex issa se nibagħtu kollox lejn tribunal ieħor, dak ta' l- arbitraġġ, jiġifieri qisna se nerġgħu ngħaddu minn saff ieħor.", "Għalhekk jien inħoss illi hawnhekk il-gvern għandu jirrikonsidra kif se jagħmel din il-biċċa xogħol għax minn din in-naħa m'huwiex aċċettabbli li istituzzjoni li minnha nnifisha hija volontarja tiġi ttrasformata f'għodda kontenzjuża.", "Issa, Mr Speaker, se niġi biex nitkellem dwar il-kwestjoni ta' l-ittra uffiċjali, u hawnhekk għandi l-main concerns tiegħi.", "Il-gvern m'hux qiegħed jipprova jsolvi l-problemi tad-dewmien u tal-volum tal-kawżi billi jattakka d-dieħes, jiġifieri billi jara kif jista' jġib il-qrati iktar effiċjenti.", "Kull ministru tal-ġustizzja qed iħalli d-dieħes hemmhekk!", "(Interruzzjonijiet) Anke meta kont ministru jien, ...", "(Interruzzjonijiet) Jien m'għandix faħam miblul, Onor. Mifsud Bonnici!", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: M'iniex qed ngħid li għandek il-faħam miblul!", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom żommu l-ordni.", "Bħalissa huwa in possession l-Onor.", "Gulia u għalhekk nitolbu biex ikompli bid-diskors tiegħu.", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Ħalli ngħidha ċar u tond; jien ukoll kont ministru tal-ġustizzja, u l-ambizzjoni ta' kull ministru tal-ġustizzja - u anke tas- segretarji parlamentari responsabbli mill-ġustizzja - hija li kemm jista' jkun il-proċediment ġudizzjarju jkun iktar effiċjenti b'mod li l-kawżi jinqatgħu iktar malajr, jiġifieri mhux li ma jidħlux kawżi imma li l-kawżi li jidħlu jinqatgħu iktar malajr.", "Madankollu t-tariffi fil-prim'awla saru biex ma jidħlux kawżi, u dak m'huwiex aċċettabbli.", "Wieħed għandu jħalli l- istess numru ta' kawżi, u jekk iċ-ċittadin jibda jħoss il-bżonn li għandu jirrikorri għall-qorti iktar, dawn il-kawżi għandhom jiżdiedu, imbasta l- proċedura ġudizzjarja ssir iktar effiċjenti.", "Mr Speaker, il-problema tad-dewmien fil-qorti m'hijiex attribwibbli biss għall-aġġudikanti għax hemm imħallfin li huma tajbin u hemm imħallfin li huma inqas tajbin, pero` hija attribwibbli wkoll għall-avukati, għax anke fil-każ ta' l-avukati, hemm avukati li huma tajbin u hemm avukati li huma inqas tajbin.", "U hija attribwibbli anke għall-amministrazzjoni għax xi kultant ikollok imħallef tajjeb, ikollok avukati tajbin li jkunu qegħdin jiġġieldu l-kawżi - u naf b'avukati qalbiena li jaħdmu anke sa l-10.00 p.m. u li jħarrku x-xhieda tagħhom - u mbagħad dawn imorru għall-kawża u jsibu li t-taħrika ma tkunx ħarġet.", "Tiltaqa' wkoll ma' każi fejn ikollok mandat ta' arrest u ssib, per eżempju, li l-mandat ta' arrest ma ġiex esegwit mill- pulizija jew ma jkunux tmexxew l-affarijiet fir-reġistru, li huma problemi amministrattivi wkoll.", "Ovvjament meta jkollok imħallef li huwa weak, avukat li huwa weak u amministrazzjoni li m'hijiex effiċjenti, il-kawża ddum, imma m'huwiex ġust li nattribwixxu l-problema tad-dewmien tal-qrati lill-imħallfin biss, lill- avukati biss jew lill-amministrazzjoni biss.", "I am on record li meta kont ministru tal-ġustizzja għedt li l-istakeholders f'kawża huma tlieta; l- imħallfin, l-avukati u l-amministrazzjoni, u jekk parti waħda minnha hija difettuża, allura l-kawża se jkollha l-problemi.", "Jien kelli nagħmel din id- digression biex nispjega x'ridt ngħid meta semmejt id-dieħes.", "Dak huwa d- dieħes, Onor. Mifsud Bonnici, meta l-ġudikatura, l-avukatura, il- professjonisti legali l-oħra u l-impjegati tal-qorti ma jaħdmux b'imħabba lejn il-proċess ġudizzjarju, idgħajfu l-proċess ġudizzjarju u b'riżultat ta' dan kollu l-kawża ddum.", "Li tħalli d-dieħes hemm u tipprova tagħmel xi ħaġa oħra għax mingħalik li b'hekk il-kawżi se jiġu trattati b'mod iktar effiċjenti ma naħsibx li huwa mod kif wieħed għandu jaffronta l-problema.", "Lili din ta' l-ittra uffiċjali tinkwetani, u tinkwetani għal żewġ raġunijiet kbar.", "L-ewwelnett ħalli nispjega x'qed jipprova jagħmel il- gvern.", "Mr Speaker, il-gvern qed jgħid li wieħed għandu jagħmel ittra uffiċjali minn idejn l-avukat li tiġi ppreżentata mir-reġistru tal-qorti u notifikata lid-debitur fejn jiġi interpellat sabiex fi żmien tlett ijiem, fi żmien ġimgħa jew fi żmien 30 ġurnata jħallas l-ammont ta' flus li jista' jkun dovut minħabba self, minħabba bejgħ tal-merkanzija jew whatever.", "L- importanti huwa li s-self ikun ċert, likwidu u skadut.", "L-avukat jista' jagħmel xogħlu tajjeb; jista' jittajpja l-ittra kif suppost, jista' jobbliga lill-parti l-oħra li jweġibha fi żmien 30 ġurnata għaliex imbagħad tinkorri n-nullita` ...", "U hawnhekk l-attwarji u l-impjegati jridu joqogħdu attenti wkoll li meta jaqraw ittra uffiċjali, jaqrawha sew u jaċċertaw ruħhom li l-ittra uffiċjali tkun valida u tkun tissodisfa r-rekwiżiti għax jekk ma jagħtux kasha, tilħaq titħallas l-ittra uffiċjali, tgħaddi mill- attwarja u tispiċċa f'idejn il-marixxall tkun diġa` bdiet ħażina, jiġifieri diġa` hemm dawn il-perikli kollha.", "Imbagħad trid toħroġ in-notifika, u aħna l-avukati, bħall-ministru u s-segretarju parlamentari, nafu kemm isiru żbalji fin- notifiki, jiġifieri jien nista' ma nirċiviex l-ittra jew nista' nabbuża mis-sistema billi nindika l-indirizz tiegħi bħala dak tad-debitur u bil-maqlub, u mbagħad nista' ngħid li dan għamiltu bi żball.", "(Interruzzjonijiet)", "Għalfejn dan huwa perikoluż?", "Għax fejn f'kawża n-notifika ma tkunx valida, b'ċitazzjoni għandek id-dritt għar-ritrattazzjoni, jiġifieri jekk jinstab li n-notifika ma kenitx valida, il-kawża terġa' tibda mill-ġdid, imma inti ma jkollokx ir-ritrattazzjoni available għall-ittra uffiċjali, fejn il- kawża terġa' tinbeda mill-bidu, għax ittra uffiċjali m'hijiex kawża.", "Għalhekk il-kapitli li għandhom x'jaqsmu mar-ritrattazzjoni ma jistgħux ikunu applikabbli għal ittra uffiċjali li tiġi notifikata ħażin.", "Huwa veru li l-liġi qed tipprovdi r-rimedju li inti tista' titlob ir-rexissjoni ta' dak it-titolu eżekuttiv, pero` that would mean li biex inti titlob ir- rexissjoni, ġaladarba m'hemmx ir-rimedju tar-ritrattazzjoni bħalma għandek f'kawża, ...", "Huwa veru li l-liġi tagħtik id-dritt li tattakka dak it- titolu eżekuttiv billi titlob ir-rexissjoni, imma dik taf xi tfisser?", "Li trid tmur quddiem il prim'awla tal-qorti ċivili.", "(Interruzzjonijiet) M'hawnx qrati msemmijin, u allura pprovduhom!", "(Interruzzjonijiet) Imma fuq qualsiasi rexissjoni trid tmur il-prim'awla.", "(Interruzzjonijiet) Aħna diġà ddikjarajna li se nivvotaw kontra dan l-abbozz ta' liġi għax ma nistgħux nafdawkom meta intom qed tgħidulna li se mmorru fil-kumitat u mbagħad naraw jekk dawn jgħaddux.", "Wara kollox intom tidhru li qed taqblu li jeżisti dan il-periklu li qed insemmi jien.", "Id-dritt għar- ritrattazzjoni ma japplikax għall-ittra uffiċjali, u jekk inti jkollok id- dritt li tħassar it- titolu eżekuttiv, trid tmur bilfors quddiem il- prim'awla tal-qorti ċivili, anzi mhux talli hekk imma talli mbagħad trid tħallas it-tariffa tal-prim'awla tal-qorti ċivili, li hija Lm250 reġistru u Lm56 ippreżentata, u dan biex ma nsemmux ukoll id-dritt ta' l-avukati.", "(Interruzzjonijiet) Bir-rispett kollu, I think that this is a good point.", "Mela inti tagħmel ittra uffiċjali biex jitħallas kreditu ta' Lm500 u mbagħad tagħmel kawża li tispiċċa tiġi tiswiek kważi Lm500 biex tħassar it- titolu eżekuttiv li jkun inġieb permezz tan-notifika ta' l-ittra uffiċjali.", "Għalhekk huwa mportanti li jkun hemm il-filtru tal-ġudikant.", "B'dan il-mod anke t-talbiet li jkunu preskritti għal iktar minn ħames snin ...", "(Interruzzjonijiet) Imma dan huwa l-periklu.", "Inti qed titfa' l-oneru fuq id-debitur.", "Qiegħed iġġiegħel lid-debitur jidħol il-qorti u lill-kreditur li qed jabbuża qed tagħtih id-dritt li jakkwista titolu eżekuttiv.", "Aħna nafu li l-aktar preskrizzjonijiet twal f'każijiet ta' kreditu huma ta' ħames snin.", "Mela xi ħadd li għandu l-kreditu tiegħu preskritt għax għaddew sitta jew seba' snin jagħmillek l-ittra uffiċjali, jinnotifikak u jekk ma tweġbux, allura dak għandu titolu eżekuttiv.", "Issa li kieku dan ġie biex jagħmel kawża, dak it-titolu eżekuttiv ma kienx jingħata lilu għax il-kawża tiġi notifikata lill-parti l-oħra u l-ieħor ikollu dritt li jikkontestaha fuq il-bażi tal-preskrizzjoni.", "Is-segretarju parlamentari jista' jgħidli: Mhux xorta jista' jibqa' kontumaċi b'ċitazzjoni?", "Pero` l-proċess ġudizzjarju għandu iktar trasparenza, fih inqas perikli u xi kultant l-imħallef mhux lakemm jaqbad u jaċċetta d-dikjarazzjoni ġuramentata tal-kreditur imma jitlob lill-kreditur ukoll - u dan nafuh ilkoll – biex iġib il-provi, speċjalment fejn it-talba ma tkunx daqshekk ċara u b'mod partikolari f'dak li għandu x'jaqsam ma' każijiet ta' kolliżjonijiet.", "Mr Speaker, l-appell tiegħi huwa dan li se ngħid.", "Jien kont mingħalija li d-dibattitu se jagħlaq illum, pero` milli jidher se jitwal iktar.", "Jien naf ukoll li wisq probabbli l-parlament jaġġorna fi żmien ġimgħatejn.", "L-appell tiegħi huwa li s-segretarju parlamentari, li naf li qed jaħdem fil-qrib mal- qrati, u l-Ministru Tonio Borg jissospendu dan id-dibattitu, u dan mhux sabiex nipprovaw niftiehmu fl-istadju ta' Kumitat imma sabiex huma jiltaqgħu mal-kamra ta' avukati, sadanittant aħna l-membri parlamentari ta' din il-Kamra li aħna avukati niltaqgħu u nitkellmu bejnietna u mbagħad naraw kif dan l-abbozz ta' liġi jista' jiġi kkonsidrat b'mod iktar ħolistiku u b'inqas kontroversja.", "Jien qed nagħmel dan l-appell ġenwinament minn qalbi għax wara kollox minbarra li jien deputat, jien ukoll avukat u għalkemm m'iniex ix-shadow minister tal-ġustizzja imma x- shadow minister ta' l-intern għandi għal qalbi l-professjoni tiegħi, li hija l-istess bħal dik tas-segretarju parlamentari.", "Għalhekk ma nixtieqx li jsiru affarijiet li jistgħu jaffettwaw il-proċess ġudizzjarju ħażin u nerġa' nappella biex id-diskussjoni fl-istadju tat-Tieni Qari tiġi sospiża sabiex naraw kif nistgħu nilħqu consensus fuq dan l-aspett.", "Mr Speaker, hemm affarijiet speċifiċi oħra li wieħed jista' jiddibatti dwarhom, bħalma hi, per eżempju, is-sentenza in parte, għax f'dan il-każ hemm inġustizzja kbira.", "Dawn huma l-affarijiet li aħna nixtiequ naraw li jiġu dibattuti.", "Għal min ma jafx, sentenza in parte tirriferi għal dik iċ- ċirkostanza meta mħallef ma jagħtix sentenza fuq kollox imma jagħti sentenza fuq aspett wieħed partikolari ta' l-azzjoni li tiġi intavolata.", "Issa ta' min jgħid li llum il-parti ma tistax taqbad u tappella lill-qorti ta' l-appell direttament imma biex tagħmel dan, tkun trid iġġib l- awtorizzazzjoni mill-qorti li tkun tat dik is-sentenza.", "Li qed jiġri huwa li l-qrati kultant ma jagħtux l-awtorizzazzjoni fi żmien 20 ġurnata u qed jiġru inġustizzji kbar għaliex jekk wieħed jippreżenta ċ-ċitazzjoni għax jara li ma ngħatatx l-awtorizzazzjoni, li jiġri huwa li jekk l-avukat, sabiex jiddefendi l-interessi tal-klijent tiegħu, jispiċċa jagħmel l-appell mingħajr ma jkun ġab l-awtorizzazzjoni tal-prim'awla, jispiċċa jmur fl- appell u hemm sentenzi fl-istadju ta' l-appell li jgħidu li dak l-appell ikun null addirittura!", "Mhux talli hekk, talli jekk imbagħad jgħaddu l-20 ġurnata u l-awtorizzazzjoni tal-qorti tiġi wara, jiġi null ukoll għax ikun ġie tard.", "Dawn huma l-affarijiet li wieħed irid jara aktar fil-fond u naraw naqra kif indaħħluha fl-istadju tal-Kumitat għax din qiegħda toħloq inġustizzja kbira.", "Jien nagħlaq billi mill-ġdid nerġa' nappella minn qalbi kollha sabiex dan id-dibattitu jiġi sospiż bl-iskop li kemm jista' jkun possibbli, nilħqu arranġament li jkun jirrifletti anke l-volonta` ta' l-avukati li qegħdin jipprotestaw fuq il-mod ta' kif ġie ppreżentat dan l-abbozz ta' liġi, mhux fl-interess tagħhom, imma fl-interess ġenwin tal-klijenti tagħhom.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Noel Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Sur President, din in-naħa tal-Kamra tixtieq li l- gvern janalizza sew dak li qed tgħid, fis-sens li meta aħna qed nitolbu biex nissospendu dan l-abbozz ta' liġi ̧ il-ħsieb tagħna huwa li flimkien inkunu nistgħu nfasslu kriterji aktar maħsuba għall-ġid taċ-ċittadin u favur ġustizzja kif jixraq lil din is-soċjeta` demokratika.", "Naturalment dan ma jfissirx li biex nagħmlu l-ġustizzja, bilfors irridu naraw li nżidu t-tariffi.", "Irid ikun hemm flessibilita` fejn iż-żewġ partijiet, partikolarment l-avukati taż-żewġ naħat, jirriflettu sew l- anomaliji li skond l-oppożizzjoni se jġibu magħhom dawn il-kondizzjonijiet il-ġodda li qed jipproponi l-gvern.", "Donnu għall-gvern, il-mekkaniżmu li jintroduċi t-tariffi donnu sar is-soluzzjoni u donnu l-ġustizzja tkun tista' titkejjel b'kemm jiżdiedu u jogħlew it-tariffi fil-każi tal-qorti ċivili.", "Aħna nemmnu li biex dan l-abbozz ta' liġi jsib l-appoġġ ta' din in-naħa tal-Kamra, ikun hemm aktar medjazzjoni bejn iż-żewġ naħat, speċjalment bejn l-avukati għax dawn naturalment huma aktar konxji tal-problemi.", "Dan għaliex fil-prattika tax-xogħol tagħhom huma jkunu jafu ̧ biex ngħid hekk, anke l-każ u l-klijent individwali.", "Allura ħafna drabi jiġri li inti trid toqgħod dejjem attent biex tagħlaq dawk il-loopholes li jistgħu jintużaw kontra min hu ġenwin.", "Allura f'dan is-sens, meta se ndaħħlu proċeduri li jġibu ċerta faċilita` nafu li mhux kulħadd se jużahom għar-raġunijiet tajbin għaliex jista' jkun hemm każijiet ta' abbuż, kif spjegaw il-kollegi fuq din in-naħa tal-Kamra.", "Għalhekk hemm bżonn li noqogħdu attenti.", "Ma rridux ninsew li minħabba ċ-ċokon ta' pajjiżna, kulħadd jaf lil kulħadd u ħafna drabi ċerta informazzjoni tkun tista' tiġi vverifikata b'mod aktar mgħaġġel minn pajjiżi oħra.", "Għalhekk ċerti affarijiet iridu jiġu analizzati għal numru ta' raġunijiet.", "Nerġa' ngħid li l-fatt li jinstab rimedju biex jitnaqqsu l-kawżi billi jogħlew it-tariffi m'huwiex tajjeb għax jiżdiedu il-piżijiet finanzjarji fuq min irid jiddefendi lilu nnifsu.", "Ħalli nġib eżempju ċkejken.", "Per eżempju, illum il-qorti - u tagħmel sew - kabbret id-dimensjoni tagħha dwar ir-raba' saqwi u llum tinterpreta raba' saqwi mhux bilfors fejn ikun hemm aċċess naturali għall-ilma imma anke fejn ġew żviluppati ġwiebi u boreholes bil-permess.", "F'dan il-każ, ma kienx hemm diskussjoni fil-parlament għax kien hemm il-kompetenza u s-sens komun fil-qrati tagħna u abbażi ta' dan, kulħadd mexa 'l quddiem.", "F'dan il-każ ma qgħadniex indaħħlu din il-burokrazija kollha li qegħdin nitkellmu fuqha llum.", "Hemmhekk fhimna x'ġab miegħu l-progress u fhimna li r- raba' saqwi seta' jiżviluppa b'dan il-mod.", "Allura jien naħseb li l-istess għandu jsir fil-qasam tal-ġustizzja ̧ mingħajr ma jiżdiedu dawn it-tariffi u dawn il-kumplikazzjonijiet kollha.", "Jien nemmen li l-ministeru tal- ġustizzja jista' juża din il-prattika ta' dak li stabbiliet il-qorti f'ċerti deċiżjonijiet tagħha f'dan ir-rigward.", "Forsi jkun hemm min igħidli: X'għandu x'jaqsam ir-raba' saqwi mal-kwestjoni tal-kolliżjonijiet tat- traffiku?", "Naħseb li għandu x'jaqsam għax minflok ma l-bdiewa rreklamaw l- art, xtraw tnejn jew tliet karozzi għall-bżonnijiet tal-familja.", "U allura ̧ anke f'dan il-każ, m'hemmx għalfejn toħloq jack of all trades master of none biex dejjem tibqa' tirrenja.", "Sur President, biex nissimplifikaw l-affarijiet u nsolvu l-problemi m'hemmx għalfejn li wieħed jiddaħħal f'aktar spejjeż u f'aktar burokrazija u allura nħeġġeġ lill-gvern biex isib metodi ta' ġustizzja differenti u aktar down to earth.", "Aħna nafu li n-naħa tal-gvern forsi m'hijiex daqstant attiva f'dak li huwa xogħol parlamentari li trid tilleġisla minħabba ċerti sitwazzjonijiet li jinbidlu minn żmien għall-ieħor, imma fuq kwestjoni bħal din li tolqot liċ-ċittadini fil-laħam il-ħaj u li hija aktar sensittiva minħabba l-fatt li f'pajjiżna kulħadd jaf lil xulxin, hemm bżonn li jkun hemm aktar ħsieb.", "Li qed nipprova ngħid jien huwa li peress li fil-każ tal- kolliżjonijiet ̧ l-inċidenti li jsiru, isiru fl-istess żoni, ħafna drabi ċerta informazzjoni u ċerti azzjonijiet jistgħu joħolqu aktar firda.", "Allura jekk wieħed mill-prinċipji tagħna u ta' l-Unjoni Ewropea huwa l- paċi, irridu noqogħdu attenti, anke bħala avukati, li nassumu ċerta responsabbilta` u mhux naraw in-numri imma nżommu l-paċi bejnietna.", "Pero' sfortunatament din is-sistema se toħloq ċerta instabilita` u allura minkejja li rridu nirrispettaw il-bidliet li hemm bżonn isiru, irridu noqgħodu attenti li l-bidliet tabilħaqq jindirizzaw il-bżonnijiet partikolari tas-soċjeta` tagħna.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "David Agius.", "ONOR.", "DAVID AGIUS: Sur President, bħala chairman tal-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi, nixtieq nirrapporta li l-Abbozz ta' Liġi li jemenda Liġijiet dwar il-Komunikazzjoni għadda mill-istadju ta' Kumitat b'emendi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Issa jekk jogħġbu ̧ is-Segretarju Parlamentari Carmelo Mifsud Bonnici jressaq l-aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal għada t-Tlieta, 6 ta' Lulju 2004, fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Ilsien Malti – Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili - Tielet Qari; u", "Abbozz ta' Liġi biex Jemenda Liġijiet dwar il-Komunikazzjoni - Tielet Qari.", "------------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili (Emenda Nru 2) - Kumitat Permanenti.", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar ir-Rifuġjati – Kumitat Permanenti.", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Professjoni tal-Psikoloġija – Kumitat Permanenti.", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Reġistru Ċentrali – Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Hawn rimarki?", "Is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO (Segretarju Parlamentari): Sur President, nitlob il- permess tal-Kamra biex inqiegħed dokument fuq il-mejda tal-Kamra.", "MR SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO: Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Ġabra ta' rapporti li ħarġu mill-Konferenza \"Lejn l-Implimentazzjoni ta' Politika Imprenditorjali ...", "Fejn wasalna?\" li saret fil-25 ta' Ġunju 2004 fi ħdan is-Segretarjat għan-Negozji Żgħar u s-Self-Employed fil-Ministeru għall-Kompetittività u Komunikazzjoni.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Hawn rimarki?", "L-Onor.", "Joseph Cuschieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Sur President, m'hijiex xi ħaġa li soltu ssir f'dan il-parlament li waqt il-ħin ta' l-aġġornament nitkellmu dwar nies li jkunu ħallew din id-dinja u li jkunu għamlu l-ġid.", "Pero' llum iddeċidejt li niddedika dan il-ħin li għandi fl-Aġġornament biex nagħti tislima xierqa lill-persuna li jixirqilha tislima kbira mingħand kulmin tul ħajjtu rnexxielu jgawdi mill-ġid kbir li għamlet.", "F'dan il-pajjiż, għandna t-tendenza li kull nitfa ħażina li naraw tiġri madwarna, nagħmlu ħafna kjass dwarha ̧ bħalma ġara ftit tal-ġranet ilu ̧ imma mbagħad, ftit li xejn nagħtu kas u nirrealizzaw il-ħafna tajjeb li jkun qed jiġri madwarna.", "Qed nirriferi għal persuna li ma tantx hija magħrufa f'dan il-pajjiż u forsi isimha ma tantx huwa popolari, imma ma' min kien fil- bżonn tul is-snin u sab l-għajnuna tagħha, isimha hu ferm popolari.", "Qed nirriferi għal Sor Onorina Gatt, Franġiskana tal-Qalb ta' Ġesu` li ħalliet lil din id-dinja madwar ġimgħa ilu fl-eta` ta' 75 sena.", "Min hi Sor Onorina Gatt?", "Sor Onorina Gatt hija waħda minn dawk is-sorijiet li għext magħha għal ftit snin f'ħajti u ħadt it-trobbija tagħha u dan kien unur għalija.", "F'mument meta ommi ma kenitx tista' trabbini minħabba ċirkostanzi ta' mard sibt lil din is-soru, lil din l-omm, li mhux biss ħadet ħsiebi matul dawk is-snin partikolari li kelli bżonn imma anke wara li rabbietni tant li l- attenzjoni tagħha baqgħet fuqi u fuq ħuti matul s-snin kollha ta' wara, sa l-aħħar nifs ta' ħajjitha.", "Mr Speaker, forsi inti li qed issegwi dak li qed ngħid qed tħoss li għandi raġun niġi f'dan il-parlament u nagħti t- tifħir tiegħi lil persuna bħal din, pero` jien m'iniex l-uniku bniedem li gawdejt mid-dedikazzjoni, mill-impenn, mill-imħabba u mill-missjoni ta' din il-persuna f'wieħed mill-istituti tat-tfal ta' pajjiżna.", "Biżżejjed ngħid li huwa kkalkolat li tul ħajjitha Sor Onorina Gatt rabbiet 500 tifel u tifla, u lkoll nafu li m'hijiex ċajta li tul ħajtek tilħaq trabbi 500 tifel u tifla, speċjalment meta tieħu in konsiderazzjoni li b'xi mod dawn it-tfal kollha kellhom xi problema soċjali jew oħra.", "Jien, li trabbejt ma' din is- soru, naf ix-xogħol li kienet tirrikjedi t-trobbija ta' dawn it-tfal kollha.", "Mr Speaker, irridu nżommu quddiem għajnejna li l-problemi soċjali li kien hawn fil-pajjiż matul is-snin sittin u fil-bidu tas-snin sebgħin ma kenux l- istess problemi soċjali li jeżistu llum.", "Fil-fatt wieħed jista' jgħid li matul dak il-perijodu l-familji Maltin u Għawdxin tant kienu kbar li mlew il-kmamar kollha ta' l-istituti f'pajjiżna.", "Irridu niftakru wkoll li dak iż-żmien l-istituti kienu jiddependu mill-qalb tajba tal-Maltin u l- Għawdxin għax il-gvern ta' dak iż-żmien, kien min kien, ma kien jagħti l- ebda kontribuzzjoni lil dawn is-sorijiet u l-patrijiet biex ikunu jistgħu jwettqu l-ħidma tagħhom.", "Hawnhekk nixtieq nieħu spunt billi nirriferi għal dak li ntqal matul dawn l-aħħar ġimgħat u matul dawn l-aħħar xhur dwar l- istituti.", "Bħalma għedt diġa` drabi oħra f'dan il-parlament, jien nikkundanna bla riżerva ta' xejn kull abbuż li qatt seta' sar f'xi istitut tal-knisja, hu liema hu l-istitut u sar minn min sar l-abbuż.", "Madankollu f'dan il-pajjiż ma nistgħux niġu f'sitwazzjoni fejn inkunu ingrati lejn dawk li ddedikaw ħajjithom u taw il-kontribut tagħhom għas-soċjeta`, b'mod partikolari għal min l-iktar kien fil-bżonn.", "Fl-aħħar nifs ta' ħajjet din is-soru ̧ wara tant snin ̧ kelli l-okkażjoni li nerġa' niltaqa' mat-tfal li trabbejt magħhom u flimkien bdejna niftakru l-memorji sbieħ tat-tfulija tagħna.", "Illum kollha kemm aħna kbirna, kollha għandna l-familji tagħna u kollha għandna l-karriera tagħna għax ħadna t-tagħlim li kien jistħoqqilna.", "Fil- fatt meta bdejna nitkellmu bejnietna bdejna nsemmu l-esperjenzi sbieħ li kellna matul it-tfulija tagħna fl-istitut, bdejna niftakru fit-trobbija tajba li ngħatajna u lkoll qbilna kemm konna xxurtjati li minflok ma spiċċajna mitluqa fit-triq minħabba li konna fil-bżonn, bħalma jiġri f'pajjiżi oħra, sibna lil dawn il-patrijiet u s-sorijiet li laqgħuna fid- djar tagħhom, temgħuna, libbsuna, edukawna u għamlu dak kollu li setgħu jagħmlu għalina.", "Jien ma nistax ma nsellimx lil persuna bħal din minn dan il-parlament, persuna li żgur tibqa' mfakkra għat-trobbija li tat lil 500 tifel u tifla.", "Nerġa' ngħid li din is-soru kienet tibqa' tagħti l- attenzjoni tagħha lil dawn it-tfal anke wara li joħorġu mill-istitut fejn kienet tkun trid tassigura ruħha li m'għandhom bżonn l-ebda assistenza.", "Mr Speaker, illum l-istituti m'għadhomx kif kienu fl-imgħoddi u prattikament tista' tgħid li żvojtaw minħabba r-riformi soċjali kbar li għamlu l-gvernijiet tul is-snin.", "Biżżejjed ngħid li tul is-snin il- gvernijiet għamlu riformi kbar f'dak li hu housing, f'dawk li huma servizzi soċjali kif ukoll f'dik li hi edukazzjoni, liema riformi kollha għenu lil dawk il-familji li qabel ma setgħux irabbu lil dawk l-ammonti ta' tfal li kellhom ̧ iqumu fuq saqajhom u jagħtu t-trobbija tagħhom lil uliedhom b'mod diċenti u xieraq.", "Meta wieħed jara ċerti statistiċi li qed joħorġu jibda jinkwieta, u jien naħseb illi l-iktar nies li jinkwetaw huma dawk in-nies li, bħal Sor Onorina, tul ħajjithom ħadmu biex itaffu mill-problemi li kellhom il-familji fil-passat.", "Illum f'dan il-pajjiż għandna problemi soċjali ġodda, liema problemi m'humiex ta' faqar materjali imma huma ta' valuri.", "Illum il-faqar tal-valuri qegħdin inħossuh, qegħdin immissuh b'idejna, pero` minkejja dan kollu f'dan il-pajjiż qisu m'hu qed jiġri assolutament xejn.", "Jien tkellimt diversi drabi f'dan il-parlament dwar il-problemi kbar li jeżistu bejn il-miżżewġin Maltin u Għawdxin.", "Ta' min isemmi li din il- ġimgħa anke l-editorjal tal-gazzetta \"Il-Ġens\" tkellem f'dan ir-rigward, liema editorjal kien miktub b'mod tajjeb ħafna, u llum qed nitkellmu anke fuq l-ammont kbir ta' trabi li qed jitwieldu barra miż-żwieġ.", "Jekk illum fadal istituti li huma mimlija bit-tfal, dawn huma l-istitut tal-Creche u dak ta' l-Ursolini, u din hija problema.", "Per eżempju, l-istatistiċi juru li matul is-sena l-oħra minn 4,000 wild 678 twieldu barra ż-żwieġ, u dan meta fl-1992, jiġifieri sa 12-il sena ilu, l-ammont ta' trabi li twieldu barra miż-żwieġ kien biss ta' 126, jiġifieri din il-problema saret kważi ħames darbiet ikbar minn dik li kellna 12-il sena ilu.", "Jien naħseb li minkejja l-protezzjonijiet kollha li jeżistu, dawn it-tip ta' problemi qegħdin jikbru, u meta jkollok problemi soċjali bħal dawn, fis- soċjeta` se jkollok il-problemi, liema problemi mbagħad se jiġu riflessi anke fuq il-pajjiż.", "Ma jistax ikun li nibqgħu nħallu l-problemi jiġu fuqna u mbagħad nipprovaw insibu s-soluzzjonijiet wara imma wasal iż-żmien li nippreparaw liż-żgħażagħ tagħna, mill-bidu taż-żogħżija tagħhom, għall- ħajja li qed niffaċċjaw illum.", "Illum il-ħajja tant hija miftuħa li twasslek għal affarijiet li forsi wieħed ma jqisx il-konsegwenzi li dawn ikunu se jħallu fuq spallejh, u żgur li dan m'huwiex dak li missirijietna ħadmu għalih fil-passat.", "Naħseb li missirijietna xtaquna nkunu ċittadini iktar denji u responsabbli, u li dak li nagħmlu nagħmluh bl-iktar mod responsabbli mingħajr ma nitfgħu l-problemi fuq spallejn ħadd.", "Sħabi taż- żewġ naħat tal-Kamra, il-kandidati, il-kappillani tal-parroċċi li jduru d- djar tan-nies u nies oħra jafu fuq xiex qed nitkellem għax iktar ma jgħaddi ż-żmien, dawn il-problemi iktar qed jiżdiedu u iktar qed immissuhom b'idejna.", "Jien naħseb li wasal iż-żmien illi nkunu iktar sodi f'dak li għandu x'jaqsam ma' problemi soċjali ta' din il-kwalita`.", "Mr Speaker, issa nixtieq nerġa` mmur għall-punt li kont qed nagħmel ftit tal-ħin ilu, u hawnhekk nixtieq nirriferi b'mod partikolari għall-media.", "Jien nirrispetta ħafna lill-media, u minn hawn nixtieq insellem lil kulmin jaħdem fil-qasam tal-media għall-kontribut li jagħti, imma jiddispjaċini meta nara li l-media qed tagħmel kjass sħiħ kull darba li jinqala' xi inċident f'xi istitut partikolari u kważi kważi tinsa għal kollox lill- istituti għall-ġid kbir li jagħmlu.", "Il-media għandha d-dover li mhux tagħmel scoop sħiħ minn xi inċident partikolari imma dak li hu tajjeb tgħid li hu tajjeb u tirringrazzja lil min ikun ta l-kontribut tiegħu u mhux tieħu dak li hu tajjeb for granted.", "Mr Speaker, ma nistax nispiċċa d-diskors tiegħi mingħajr ma nerġa' nagħti tislima xierqa lil Sor Onorina Gatt, li llum m'għadhiex magħna u li ddedikat ħajjitha, iddedikat saħħitha, temgħet, libbset lil min hu bil-ġuħ u laqgħet f'darha lil min ma kellux min jagħtih trobbija.", "Jien insellmilha minn hawnhekk.", "J'Alla l-poplu Malti jibqa' jiftakarha għall-ġid kbir li għamlet u j'Alla jkollna iktar reliġjużi u lajċi li jagħmlu l-ġid li għamlet hi f'pajjiżna.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, matul dan il-ħin ta' l-aġġornament nixtieq nagħmel ċerti osservazzjonijiet lil din il-Kamra dwar dak li jintqal lill-poplu, li mbagħad wara jitħalla għal riħu.", "Ftit xhur ilu l-gvernatur tal-bank ċentrali għamel dikjarazzjoni lill-poplu u naturalment anke lill-gvern fejn dan qal li jkun iktar matur u ta' vantaġġ għalina li pajjiżna jdaħħal il-Euro malajr kemm jista' jkun.", "Issa jekk dan il-\"malajr kemm jista' jkun\" huwiex se jġebbed sena, sentejn jew tlieta, il-poplu għadu bħall-programm ta' Laurel and Hardy; ma jaf xejn.", "Bla dubju ta' xejn, irid ikun hawn ċerta konsistenza jekk aħna tabilħaqq irridu naraw verament li l-isfidi l-ġodda li għandna quddiemna jiggarantixxu l-aħjar opportunitajiet għall-poplu tagħna, dejjem jekk wara kollox għadna nemmnu fil-Maltin u l-Għawdxin.", "Għaldaqstant jien nistaqsi b'mod responsabbli: Meta se nidħlu fis-sistema ta' l-Euro?", "Huwa importanti li ma nistmawx lil dan il-poplu bħall-programm ta' Laurel and Hardy imma jkollna fuq l-aġenda diskussjoniijet li jagħmlu sens ħalli naraw lil din is-soċjeta` tibbenefika tabilħaqq minn dawn l-hekk imsejħa \"sfidi ġodda\" li se ġġib ir-rabta tagħna mal-pajjiżi l-oħra ta' l-Unjoni Ewropea.", "Per eżempju, min-naħa tal-gvern hemm bżonn li jkun hemm dikjarazzjonijiet ċari dwar x'rati ġew miftiehma u x'mekkaniżmu se jintuża biex nivvalutaw il- Lm1 fil-bidla għall-Euro.", "Meta titkellem man-nies, dawn jistaqsuk ħafna affarijiet, u fost affarijiet oħra jgħidulek, per eżempju: Jekk f'Jannar ta' sena ilu kelli Lm1,000 il-bank li kienet tiswa Euro 2,400 u issa, sena u nofs wara, din ġiet tiswa ħafna inqas għax prattikament illum Lm1,000 ġiet tiswa Euro 2,200 minflok Euro 2,400, x'se tkun is-sitwazzjoni finanzjarja tiegħi tliet snin oħra?", "Jiġifieri se nispiċċa biss b'Euro 1,800?", "Għalhekk jien nerġa' nisħaq li hemm bżonn illi n-naħa tal-gvern tkun iktar ċara dwar din is-sitwazzjoni.", "Wara kollox hawnhekk qed nitkellmu fuq il-flus ta' kull ċittadin Malti u Għawdxi, irrispettivament minn jekk huwiex Laburist jew Nazzjonalist.", "Hemm bżonn li l-gvern jammetti li hu fallut u mhux jibqa' miexi fis-sakra li għandu minħabba l-kilba li għandu għall poter, li minkejja li qed ifalli f'kull inizjattiva li qed jieħu u f'kull viżjoni li jkollu, qed jibqa' ankrat ma' dan il-post, li ma nafx għal xiex qiegħed tant iżomm kontroll fuqu.", "Irrid ngħid xi ħaġa wkoll dwar is-salvagwardji.", "Tan-naħa l-oħra webblu lil kulħadd li se jintroduċu s-salvagwardji, anzi għamlu dikjarazzjonijiet li se jmorru u jiġbru l-prodotti mis-suq, pero` x'sitwazzjoni nsibu, per eżempju, f'dik li hi produzzjoni tad-dulliegħ jew fil-produzzjoni tal-laħam tat-tjur?", "Hemm indikazzjonijiet ċari li minkejja li storikament pajjiżna, tajjeb jew ħażin, dejjem ġab prezz tajjeb għall-produzzjoni tad-dulliegħ, matul dan l-istaġun il-bdiewa tagħna Maltin u Għawdxin tilfu mijiet kbar ta' liri.", "Jien lest li f'okkażjoni oħra nqiegħed xi dokumenti fuq il-mejda tal-Kamra biex nuri li f'perijodu ta' tliet xhur u nofs, meta tikkalkola wkoll il-ħlas tal-bolla, il-bdiewa tagħna Maltin u Għawdxin li jipproduċu d- dulliegħ tilfu b'iktar minn Lm1,000-il tomna.", "L-istess nistgħu ngħidu fir-rigward tal-produzzjoni tat-tjur.", "Aħna nafu li storikament pajjiżna dejjem ipproduċa 7,000 tunnellata, jiġifieri 7 miljun kilo, ta' laħam tat-tiġieġ proċessat, pero` llum nafu li sa Diċembru li ġej il-produzzjoni ta' dan il-laħam tat-tiġieġ ipproċessat se tlaħħaq biss l- 4,000 tunnellata, li huma ekwivalenti għal 4,300,000 kilo.", "Din is- sitwazzjoni tikkonferma t-telf li qed isofru l-bdiewa, il-produtturi u l- proċessuri.", "Mid-dehra dawn l-affarijiet kulħadd qed iħosshom, minbarra l-ministri u s- segretarji parlamentari li huma responsabbli mill-biedja.", "Wieħed m'għandux għalfejn joqgħod jistudja din l-istampa għax hija fattibbli biżżejjed, u hemm ir-records fil-pitkalija, għand il-bdiewa, għand l-għaqdiet tagħhom, għand il-produtturi u għand l-uffiċċju ta' l-istatistika.", "Jien nistaqsi: Jiġifieri f'Jannar li ġej aħna se napplikaw is-salvagwardji fuq l- importazzjoni tad-dulliegħ u fuq l-importazzjoni ta' tjur tas-simna?", "Se noqogħdu nitbissmu, nidħku u nidhru ħelwin, bħal Laurel and Hardy, u ma nagħmlu xejn ħlief nidħku bin-nies?", "Din in-naħa tal-gvern trid tisma' fejn qiegħed il-gvern?", "Dan huwa moħħu biss fil-poter, moħħu biss fis-siġġu, moħħu biss biex jara li jkollu t-titli li jeżistu f'dan il-pajjiż jew irid jara li l-ħtiġijiet tan-nies, u f'dan il-każ il-ħtiġijiet tal-produtturi, ikunu qegħdin hemmhekk?", "Ħalli nispjega x'qed jagħmel dan il-gvern.", "L-ewwelnett ikun tajjeb jekk ngħidu li meta inti tkabbar tiġieġa għas-suq at farm gate level, għand il-produttur ikollha ċertu piż u għand il- proċessur ikollha ċertu piż ieħor.", "Issa dan il-gvern x'qed jagħmel?", "Qed iħallas lill-produttur skond il-piż tal-proċessur.", "Ħalli nagħti eżempju iktar ċar biex niftiehem aħjar.", "Dan bħal meta, per eżempju, nagħti l-platt ta' l-Onor.", "Francis Agius lill-Ministru Pullicino.", "Dan żgur li mhux se jixba'.", "Ma tistax tgħid li m'intix qed timxi bil-politika ta' Laurel and Hardy meta għandek produttur u qed tħallsu skond il-piż li jkollha tiġieġa għand il-proċessur.", "Dawn huma affarijiet li qed inawru lil din l- industrija, u aħna rridu noqogħdu attenti li jekk jista' jkun inħarsu lejn dawn is-sitwazzjonijiet minn qabel u mhux meta jkun ġara l-każ.", "Aħna għandna nkunu kredibbli billi nivvalutaw il-prekawzjonijiet u nieħdu azzjoni dwarhom.", "Fejn qatt kienet illi l-bdiewa tagħna tilfu iktar minn Lm1,000 it-tomna fuq id-dulliegħ?", "Fejn qatt kienet li f'medda ta' sena l- produzzjoni tat-tjur tinżillek bi 3,000,000 kilo?", "Jien għandi nifhem li l- membri tan-naħa tal-gvern jagħmlu l-homework bħalma tagħmel din in-naħa tal- Kamra, anzi l-membri tan-naħa tal-gvern għandhom iktar mekkaniżmi biex jagħmlu dan għax aħna nagħmlu sagrifiċċji kbar biex naslu nanalizzaw dawn is-sitwazzjonijiet u niġu nagħtu l-veduti tagħna f'dan is-sens.", "Aħna l- kelliema ta' l-oppożizzjoni m'għandniex riċerkaturi, messaġġiera jew skrivani mpjegati magħna imma naffrontaw kollox permezz ta' sidirna, u aħna għandna dawn il-kalkoli.", "Allura possibbli li l-membri tan-naħa l-oħra m'għandhom l-ebda kalkoli?", "Mr Speaker, jekk irridu nkunu kredibbli u rridu nitkellmu verament fuq l- isfidi ġodda, f'dan il-parlament irid ikollna diskussjoni miftuħa.", "X'se nagħmlu; is-salvagwardji se ninsewhom jew se nsostnuhom?", "Ejjew inkunu nafu fejn qegħdin, Onor. Membri tal-gvern, għax wara kollox intom kontu li ħloqtu dan l-inkwiet.", "Anke fuq il-kwestjoni tal-kompetittivita`, f'dan il- pajjiż irid ikollna diskussjoni kredibbli u l-gvern irid jagħti l- ispjegazzjonijiet.", "Il-gvern kif irid lill-gżejjer Maltin u Għawdxin ikunu kompetittivi meta dak li hu kompetittiv ma tistax tixtrih?", "Kollox sew, dawk id-deċiżjonijiet ittieħdu, imma għidilna, Sur Gvern, kif se nkunu kompetittivi meta dak li hu kompetittiv ma tistax tixtrih tant li inti trid tintaxxana biex tkun tista' tissussidjah?", "Ħalli nġib eżempju ċkejken, Mr Speaker.", "Aħna nafu li l-gvern kien idaħħal fil-Kaxxa tiegħu medja ta' Lm5 miljun fis- sena f'dawk li huma levies tal-biedja.", "Illum dawk tneħħew, imma x'ġara?", "Minbarra li l-gvern tilef dawn il-Lm5 miljun u allura jrid jara minn fejn iġibhom, huwa għamel nefqa straordinarja biex jissussidja dawk il-proġetti li ma nipproduċux lokalment, bħal-laħam, il-qmuħ, iċ-ċereali u z-zokkor, kif ukoll għamel nefqa oħra biex jissussidja lill-bdiewa tagħna għax naturalment se jkun qed jissussidja lill-bdiewa ta' l-Unjoni Ewropea.", "Mela issa l-gvern mit-taxxi tagħna jrid jara kif se jġib Lm5 miljun għal-levies li issa m'għadux idaħħal, irid jara minn fejn se jġib ċenteżmu sussidju fuq il-ħaxix frisk li jipproduċu għall-borma l-bdiewa tagħna Maltin u Għawdxin u fl-istess ħin irid jara minn fejn se jġib parti min-nefqa tas-sussidju ta' 22ċ biex, per eżempju, ikun jista' jissussidja z-zokkor.", "Jien nixtieq inkun naf x'mekkaniżmu se juża l-gvern biex isostni l-kompetittivita` tagħna għax jekk fid-dinja jogħla l-prezz taz-zokkor, il-prezz tal-qmuħ jew il-prezz taċ-ċereali u l-gvern ikun irid jissussidjah biex dik iż-żieda ma tinħassx nifhimha, imma ma nistax nifhem kif il-gvern se jissussidja dak li jista' jixtri b'irħis.", "Diġa` għandna l-isptar li ma nafux minn fejn se niffinanzjawh.", "Allura issa lanqas l-ikel ta' kuljum ma nafu minn fejn se niffinanzjawh?", "Irid ikun hawn diskussjoni ġenwina u kredibbli fil-pajjiż dwar din il- problema għax ma nistgħux nieħdu d-deċiżjonijiet meta ma nafux kif inhuma verament l-affarijiet.", "Dan il-poplu qatt ma kien jissussidja z-zokkor mit- taxxi tiegħu, u kien jissussidja l-qmuħ u ċ-ċereali biss meta kienu jogħlew fis-swieq internazzjonali.", "Huwa qatt ma kien jissussidja l-laħam aħmar lanqas, lanqas fi żmien il-gwerra, imma issa se nibdew nissussidjaw il- laħam aħmar, u dan meta nistgħu nixtruh bl-irħis.", "Għalhekk id- diskussjonijiet li jsiru għandhom ikunu on the ground ħalli nifhmu eżattament x'inhuma l-isfidi tagħna għax jien ma nistax nifhem kif nistgħu nkunu kompetittivi meta dak li hu kompetittiv ma nistgħux nixtruh aktar.", "Ma rridux ninsew li aħna importaturi netti.", "Aħna niddependu dejjem mill- kobor t'Alla u mhux biss mill-Unjoni Ewropea, jiġifieri jekk fl-Unjoni Ewropea hemm is-sajf u fl-Awstralja hemm ix-xitwa, aħna niddependu kemm mill-prezz tax-xitwa ta' l-Unjoni Ewropea kif ukoll mill-prezz tas-sajf ta' l-Awstralja għax il-kobor t'Alla qiegħed anke hemmhekk.", "Mela ejjew inkunu iktar onesti, iktar responsabbli u iktar parteċipattivi.", "Quddiemna għandna dawn l-isfidi ġodda.", "Iva, jien l-ewwel wieħed li nirriferi għal dawn l-isfidi bħala sfidi ġodda, imma biex niffaċċjaw dawn l- isfidi l-ewwel irridu nkunu nafu fejn se mmorru.", "Huwa veru li l-gvern se jiffranka lill-poplu Lm5 miljun mil-levies, imma jkun tajjeb jekk il-gvern jgħidilna wkoll minn fejn se jiġborhom dawk il-Lm5 miljun, x'taxxi se jintroduċi jew jekk il-poplu huwiex se jispiċċa jħallas is-sussidju hu fuq il-laħam.", "Kif spjega l-kap ta' l-oppożizzjoni, jekk dawn qed jikkalkolaw li se jissussidjaw id-differenza ta' kemm irid jogħla l-laħam taċ-ċanga, tal-fillet, il-cube roll jew whatever bi Euro 800,000, dawn żgur li ma jafux x'qed jgħidu.", "Ma rridux ninsew il-1,000,000 turist li jkunu jridu jieklu l-breakfast, il-lunch u d-dinner u l-400,000 Malti u Għawdxi li jmorru fir-ristoranti, fit-takeaways tagħna u fil-kafetteriji tagħna, u dan biex ma nsemmux ukoll l-industriji tat-tjur u l-bhejjem.", "Per eżempju ̧ rajt l-avviż taz-zokkor fuq il-gazzetti.", "Apparti li dan estendewh għax ħadu żball - għax ippreparati kemm aħna ppreparati, ukoll ħadna l-iżbalji!", "Imma nsomma, dawn huma affarijiet li jien nifhimhom - kif inti dieħel għal sfida ta' suq ta' 500 miljun u mbagħad lili tiġi tgħidli x'importajt sena, sentejn jew tliet snin ilu għal suq ta' 400,000 ruħ?", "Kif jien nista' ma nistqarrx li dan il-gvern għandu politika ta' Laurel and Hardy?!", "Mela tajjeb; deħlin għall-isfida ta' suq ta' 500 miljun ruħ u nitolbu informazzjoni dwar x'importajna sena jew sentejn ilu meta l- opportunita` ma kenitx ta' 500 miljun ruħ, kif inhi l-Unjoni Ewropea, imma kienet għas-suq fraġli tal-Maltin u l-Għawdxin!", "Hemm bżonn li dan il-poplu jifhem iktar lilu nnifsu u jifhem l-isfidi ġodda li qed ikun ċar dwarhom u li dejjem kienet ċara dwarhom l-oppożizzjoni.", "Għaldaqstant illum l- oppożizzjoni tirrappreżenta l-maġġoranza tal-poplu Malti u Għawdxi, u għalhekk jien qed inqanqal dawn il-ħsibijiet b'responsabbilta` kbira ħalli dan il-poplu jifhem lilu nnifsu aħjar u jkun jista' janalizza, jiskrutinizza u jasal għal deċiżjoni dwar kif għandu jsarraf verament l- aħjar sfidi u opportunitajiet li ġġib magħha s-sħubija sħiħa ta' Malta fl- Unjoni Ewropea.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it- Tlieta, 6 ta' Lulju, 2004 fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mis- segretarju parlamentari.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "ISLA – LIFT F'POST TAL-GVERN", "6232.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u tas- Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid jekk il-ministeru tagħha għandux ħsieb li jbiddel il-lift antik fil-binja, li d-dettalji dwarha qed jntbagħtu separatament, wara li inġinier iċċertifika li dan il-lift f'post tal-gvern huwa perikoluż għal min jużah?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: L-iskema ta' l-awtorita' tad-djar għal stallar ta' lifts (Skema V) hija ntiża għal blokki tal-gvern fejn joqogħdu nkwilini li għandhom diżabilita' ta' mobilita'.", "Ninsab informata li l-awtorita' tad-djar m'għandha l-ebda applikazzjoni biex jiġi stallat jew jinbidel lift taħt din l-iskema fil-binja indikata mill-Onor.", "Interpellant.", "EDUKAZZJONI – UFFIĊJAL KORDINATUR", "6254.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: Jista' il-Ministru jirrispondi t-tieni u t-tielet parti ta' mistoqsija parlamentari 5510?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-uffiċjal imsemmija fil-mistoqsija ġiet ingaġġata fil-pożizzjoni ta' uffiċjal kordinatur fis-segretarjat privat tal-ministeru b'kuntratt definit b'effett mill-1 ta' Jannar 2004.", "Din l-uffiċjal hi gradwata fil-komunikazzjoni minn universita' tar-Renju Unit.", "Il-ħlas u l- benefiċċji huma dawk imsemmija fid-dokument \"Engagement of staff for ministers' secretariats\" maħruġ fit-12 ta' Mejju 2003.", "AMBAXXATA MALTIJA FI BRUSSELL", "6295.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika: Jista' il-Ministru jgħid x'kien is-sehem tal-MIMCOL fin-negozjati dwar ix-xiri ta' l-ambaxxata Maltija ġdida fi Brussels li ġiet tiswa Lm6.5 miljun?", "Min irrappreżenta lill- MIMCOL f'dawn in-negozjati?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Il-MIMCOL intalbet tagħti s-servizzi tagħha mill- uffiċċju tal-prim ministru u r-rwol prinċipali tagħha kien li tiffaċilita' l-għażla tal-post, in-negozjati bejn il-partijiet u l-preparazzjoni tal- kuntratt.", "Il-MIMCOL kienet rappreżentata minn Ivan Falzon; Mario Mizzi u Vincent Mifsud.", "AMBAXXATA MALTIJA FI BRUSSELL", "6296.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid x'kien is-sehem tal-Ministeru tal- Finanzi fid-deċiżjoni li wasslet għax-xiri ta' l-ambaxxata ġdida ta' Malta fi Brussels li tiswa Lm6.5 miljun?", "Kien hemm senserija involuta?", "Kif ġiet identifikata l-proprjeta' mixtrija?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "SPTAR SAN LUQA - PILLOLI CISAPRIDE", "6297.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l- Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li persuni li kienu jieħdu l-pilloli Cisapride mill-isptar San Luqa għadhom kif ġew mgħarrfa li dawn mhumiex se jibqgħu jinġiebu mill-gvern?", "Jikkonferma li persuna li tieħu dawn il-pilloli tliet darbiet kuljum issa se jkollha tonfoq bejn Lm1 u Lm1.25c aktar kull ġurnata?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Minħabba raġunijiet ta' sigurta fuq is-saħħa tal- pazjenti - possibbilta' ta' effetti fuq il-qalb li jistgħu jkunu fatali - il-mediċina Cisapride ma baqgħetx liċenzjata fuq is-suq dinji.", "Għaldaqstant il-produzzjoni tal-preparazzjonijiet li fihom din il-mediċina twaqqfet.", "Konsegwentament il-pazjenti rilevanti ġew mgħarrfa biex jinformaw lit-tabib kuranti tagħhom biex jirrikkmanda mediċina alternattiva fejn ikun il-każ.", "SKEJJEL - LEZZJONIJIET TA' L-EDUKAZZJONI FIŻIKA", "6298.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid jekk huwiex sodisfatt bil- mod kif qed isiru l-lezzjonijiet ta' l-edukazzjoni fiżika fl-iskejjel primarji u sekondarji?", "Jista' jgħid jekk dawn il-lezzjonijiet hux qed isiru kif suppost?", "Jista' jgħid liema huma l-iskejjel primarji u sekondarji li m'għandhomx faċilitajiet adegwati għal dawn il-lezzjonijiet?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Matul din is-sena skolastika d-dipartiment tal- kurrikulu ma' rċieva ebda lment dwar il-mod kif qed isiru l-lezzjonijiet ta' l-edukazzjoni fiżika fl-iskejjel primarji u sekondarji.", "L-għalliema fil-primarji qed jingħataw l-appoġġ ta' 21 għalliem peripatetiku li jżuru l-iskejjel u jagħtu lezzjonijiet skond skeda li titfassal fil-bidu tas-sena.", "Għalliema oħra ta' l-edukazzjoni fiżika huma activity teachers.", "Informat ukoll li din is-sena d-dipartiment tal-kurrikulu ma rċieva l-ebda tagħrif li f'xi skola primarja jew sekondarja m'għandhomx faċilitajiet adegwati għal dawn il-lezzjonijiet.", "Kien hemm ilment wieħed dwar il-wiċċ lixx tal-bitħa fi skola primarja.", "B'danakollu nemmen li hemm ħafna aktar x'isir biex it-tfal u ż-żgħażagħ tagħna japprezzaw aħjar il-benefiċċju ta' l-edukazzjoni fiżika.", "Jiena qed nappoġġa lill-kunsill Malti għall-isports fil-ħidma tiegħu biex ixettel l- imħabba għall-isports sa minn eta' bikrija fit-tfal.", "SKEJJEL - GĦALLIEMA TA' L-EDUKAZZJONI FIŻIKA", "6299.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid bħalissa kemm hemm għalliema ta' l-edukazzjoni fiżika fl-iskejjel primarji u sekondarji separatament?", "Kemm minn dawn jgħallmu f'aktar minn skola waħda?", "Kemm huma nisa u kemm huma rġiel?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Fl-iskejjel primarji hemm 14-il activity teacher ta' l-edukazzjoni fiżika li 12 minnhom huma rġiel u tnejn huma nisa.", "Informat ukoll li fl-iskejjel sekondarji hemm 94 għalliem ta' l-edukazzjoni fiżika, b'51 li huma rġiel u 43 nisa.", "Minn dawn hemm erbgħa li jgħallmu f'aktar minn skola waħda.", "TAS-SLIEMA - SKEMA TAŻ-ŻGĦAŻAGĦ FIL-KUNSILLI", "6323.", "L-ONOR.", "ROBERT ARRIGO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: Jista' il-Ministru jinformana għaliex tħalla barra l- kunsill lokali ta' Tas-Sliema fl-iskema taż-żgħażagħ fil-kunsilli li twaqqfet ftit ilu?", "Hemm xi raġuni partikolari ġaladarba li din kienet indikata bħala parti minn programm tal-kunsill lokali ta' Tas-Sliema mill- 2003?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Fis-27 ta' Frar 2004 il-kunsill nazzjonali żgħażagħ bagħat ittra lill-kunsilli lokali kollha ta' Malta u Għawdex li fiha stedinhom jattendu għal laqgħa biex jittwaqqaf dan il-proġett.", "Il-kunsill nazzjonali żgħażagħ baqa' jirċievi applikazzjonijiet mingħand dawk il- kunsilli lokali li kienu interessati li jieħdu sehem f'dan il-proġett pilota sas-7 ta' April 2004.", "Applikaw 11-il lokalita'.", "Ma jirriżultalix li l-kunsill lokali ta' Tas-Sliema kien fost dawk li applikaw.", "METCO - SKEMI TA' IRTIRAR KMIENI", "6324.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika: Jista' il-Ministru jgħid u jikkonferma dwar skemi ta' irtirar kmieni fil-METCO, skond kif ġie rapportat riċenti f'gazzetta lokali?", "Jista' jagħti aktar dettalji?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "REĠISTRAZZJONI TA' VAPURI", "6325.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm ġie reġistrat fi gross tonnage vapuri fis-snin 2002, 2003 u 2004 s'issa?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Matul is-sena 2002 ġew reġistrati 4,577,839 tunellaġġ gross, matul l-2003 kien ta' 4,201,347 tunellaġġ gross u bejn Jannar u Marzu ta' l-2004 ġew reġistrati 1,046,177.", "TRATTAT TA' L-EU - TRADUTTURI", "6326.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid min kienu t- tradutturi u kemm tħallsu fir-reviżjoni tat-trattat ta' l-Unjoni Ewropea?", "ONOR.", "TONIO BORG: It-trattat ta' l-Unjoni Ewropea ġie tradott minn lawyer linguists Maltin li jaħdmu mal-kunsill/kummissjoni ta' l-Unjoni Ewropea u ma kien hemm l-ebda spiża għall-Gvern Malti.", "Dan it-trattat ġie rivedut mit-translation unit, Dr Ugo Mifsud Bonnici u Dr Vanni Bruno, mis-Sur Victor Cauchi L.P. mill-uffiċċju ta' l-avukat ġenerali u minn Dr C. Scicluna mill-uffiċċju tal-prim ministru, u dan b'ebda spiża għall-gvern ħlief għas-salarji normali.", "It-trattat reġa' ġie finalizzat mil-lawyer linguists fi Brussels imsemmija aktar qabel.", "GĦAWDEX: SPTAR ĠENERALI - INFERMIERA", "6340.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunita': Peress li f'Għawdex jinħass il-bżonn ta' aktar infermiera, jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li jiżdied in-numru ta' infermiera fl-isptar Ġenerali ta' Għawdex?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Fil-preżent m'hemmx ħsieb li jintbagħtu nfermiera fl-isptar Ġenerali ta' Għawdex.", "TORĊA OLIMPIKA", "6341.", "L-ONOR.", "DAVID AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid jekk it-torċa Olimpika hijiex se tgħaddi minn Malta fi triqtha lejn il-Greċja?", "Jekk iva, meta se tkun f'pajjiżna?", "Jekk le, għaliex pajjiżna ma ġiex inkluż fil-lista' ta' pajjiżi li minnhom se tgħaddi t-torċa Olimpika?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ma saritx stedina mill-kumitat Olimpiku Malti biex it- torċa Olimpika żżur Malta minħabba l-ispiża konsiderevoli nvoluta.", "MALTA ENTERPRISE - UFFIĊINI ĠODDA", "6342.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin: Jista' il-Ministru jgħid fuq liema kriterji fl-area fejn hemm l- uffiċini l-ġodda tal-Malta Enterprise fl-industrial estate ta' San Ġwann ittieħed spazju kbir għal reserved parking għal din l-intrapriża, bil- konsegwenza li nħolqu problemi għall-impjegati ta' kumpanniji oħra li mhux isibu spazju għal parking tal-vetturi tagħhom?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jindirizza l- mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "GĦAWDEX: SPTAR ĠENERALI - SERVIZZ TA' PHYSIOTHERAPY", "6343.", "L-ONOR.", "FRANCO GALEA staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' il- Ministru tgħid jekk teżistix waiting list ta' persuni li qed jistennew is- servizz ta' physiotherapy fl-isptar ġenerali ta' Għawdex?", "Jekk iva, tista' tgħid kemm hu ż-żmien li wieħed irid idum jistenna biex jingħata dan is- servizz?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Il-waiting list ta' persuni li qed jistennew is- servizz ta' physiotherapy fl-isptar ġenerali ta' Għawdex hi ta' 11.", "Iż- żmien ta' stennija għal appuntament ivarja minn tmienja sa 15-il ġurnata minn meta l-pazjent jiġi riferut lid-dipartiment tal-fiżjoterapija, u dan jiddependi mill-ammont ta' pazjenti li jkunu jistennew l-appuntament kif ukoll mill-każi li jiġu riferuti.", "Minkejja dan, jekk il-każ jitqies li jkun ta' priorita' il-pazjent jingħata s-servizz fl-iqsar żmien possibbli, saħansitra ġieli jingħata s-servizz dakinhar stess.", "GĦAWDEX: SPTAR ĠENERALI – PROMOZZJONIJIET LILL-ĦADDIEMA", "6344.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid kemm ingħataw promotions lill-istaff ta' l-isptar ġenerali ta' Għawdex?", "X'tibdil sar, jekk kien hemm, fil-postings wara li ngħataw dawn il-promotions?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant tindirizza l- mistoqsija tagħha lill-ministru konċernat.", "GĦAWDEX: SPTAR ĠENERALI – ĦRUĠ TA' OFFERTI", "6345.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għal Għawdex: Tista' il-Ministru telenka t-tenders li ħarġu u ngħataw għal xogħlijiet, provvisti, makkinarju u ekwipaġġjar għall-isptar ġenerali ta' Għawdex f'dawn l-aħħar sentejn?", "Tista' tgħid min ħa t-tenders u tindika l-ammont?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "GĦAWDEX - ĊENTRU TA' ARBITRAĠĠ", "6346.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: In vista ta' l-emendi proposti dwar l-arbitraġġ mandatorju u peress li f'Għawdex m'hemmx ċentru ta' l-arbitraġġ, jikkunsidra l-Viċi Prim Ministru li huwa opportun li f'Għawdex ikollna, jew altrimenti tinħoloq xi fergħa, biex l-arbitraġġi ta' l-Għawdxin jinħadmu f'Għawdex stess?", "ONOR.", "TONIO BORG: Is-suġġeriment ta' l-Onor.", "Interpellant se jittieħed inkunsiderazzjoni meta tiġi biex titħaddem dik il-parti ta' l-abbozz ta' liġi li qiegħed jiġi dibattut preżentement.", "MTA - UFFIĊJALI", "6347.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 6203 u jgħid min huma l-uffiċjali kollha ta' l-MTA u x'pożizzjoni qed jokkupaw?", "Jista' jgħid ukoll min huma l-impjegati kollha ta' l-MTA?", "Fiż-żewġ każi, jista' jgħid meta dawn ġew impjegati u x'salarju qed jirċievu annwalment?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Informazzjoni b'riferenza għall-mistoqsija parlamentari ta' l-Onor.", "Interpellant tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni fis-seduta.", "Ma naħsibx li jkun etiku li nagħti aktar informazzjoni minn dak li jidher fid-dokument li poġġejt fuq il-mejda tal-Kamra.", "MTA – UFFIĊJALI LI JOPERAW BARRA MALTA", "6348.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 6202 u jgħid kemm-il uffiċċju ta' l-MTA hemm jopera barra minn Malta?", "Jista' jgħid għal kull sena, f'dawn l-aħħar erba' snin, kemm laħqet l-ispiża biex kull uffiċċju jopera?", "Jista' jgħid għall-istess perjodu kemm kien hemm u kemm hemm impjegati llum f'kull uffiċċju?", "Kemm minnhom huma Maltin u kemm minnhom huma barranin?", "Jista' f'kull każ jgħid kemm huwa s-salarju li rċevew u qed jirċievu?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-awtorita` Maltija għat-turiżmu għandha għadd ta' uffiċini joperaw barra minn Malta.", "Hemm dawk li huma uffiċini tagħha u oħrajn li huma uffiċini rappreżentattivi.", "Fil-każ ta' diretturi ta' nazzjonalita` Maltija bbażati barra minn Malta, iċ-ċifra tas-salarju li qiegħda tingħata fit-tabelli rilevanti tinkludi overseas allowances kif stabbilit għall-uffiċjali tal-Gvern Malti li jkunu jservu mal-ministeru għall-affarjiet barranin.", "Dawn l-allowances ikopru aspetti bħal akkomodazzjoni, eċċ.", "Id-dettalji mitluba tpoġġew fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni fis-seduta.", "KAMPANJA TA' REKLAMAR FUQ IL-BUSES", "6349.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 6201 u jgħid kemm ġiet tiswa l-kampanja ta' reklamar fuq il-buses fl-Ingilterra?", "Jista' jgħid kemm ġranet damet sejra u kemm-il bus saru reklami fuqha?", "Jista' ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-pagamenti li saru lil din il- kampanja?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Il-kampanja ta' reklamar fuq il-buses fl- Ingilterra ġiet tiswa LStg 233,433.", "Il-kampanja damet sejra għal tliet gimgħat, mid-19 ta' April sad-9 ta' Mejju 2004.", "Ta' min jgħid li sas-17 ta' Ġunju 2004 kien għadu jidher ir- reklam dwar Malta fuq 179 buses u dan sar mingħajr ħlas.", "Ir-reklami saru fuq 2,145 buses.", "Kopja tal-pagamenti, kif mitluba mill-Onor.", "Interpellant, tpoġġiet fuq il- mejda tal-Kamra aktar kmieni fis-seduta.", "TAS-SLIEMA – BANKINA TA' MAX-XATT", "6350.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jieħu l-passi kollha meħtieġa biex il-bankina ta' max-Xatt f'Tas-Sliema - in-naħa tal-baħar fl- inħawi tas-Sliema Hotel - tiġi rranġata peress li parti minnha ilha maqlugħa għal diversi ġimgħat?", "ONOR.", "TONIO BORG: Bħalma jaf l-Onor.", "Interpellant, il-kunsilli lokali huma korpi statutorji ta' gvern lokali b'personalita' legali distinta u għalhekk nissuġġerilu jirriferi l-mistoqsija tiegħu lill-kunsill konċernat.", "UE - GMO'S", "6351.", "L-ONOR.", "MICHAEL ASCIAK staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid x'wassal għal pożizzjoni li ħa l-Gvern Malti fuq il-GMO's fil-livell ta' l-Unjoni Ewropea?", "Jista' jgħid x'inhi l- pożizzjoni u kif wasal għaliha?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Kif kien imħabbar fil-media, Malta vvotat kontra tip ta' qamħirrum ġenetikament modifikat [NK603 Maize] biex dan jitpoġġa fuq is-suq bħala ikel, kemm għan-nies kif ukoll għall-annimali.", "Din l- applikazzjoni ntbagħtet lill-pajjiżi msieħba kollha ta' l-Unjoni Ewropea biex dawn ikunu jistgħu jagħtu l-opinjoni tagħhom.", "Il-ministeru wasal għal din il-pożizzjoni ta' Malta wara li din l-applikazzjoni ġiet studjata fid- dettall mill-Biosafety Coordinating Committee (Kumitat Koordinattiv tal- Biosigurta').", "Dan huwa kumitat fi ħdan il-MEPA li huwa ifformat minn numru ta' rappreżentanti ta' entitajiet kemm governattivi, bħal ngħidu aħna d- dipartiment ta' l-agrikoltura, kif ukoll minn awtoritajiet statali oħra, bħal ngħidu aħna occupational health and safety authority, kif ukoll minn konsulenta speċjalizzata f'dan il-qasam tal-GMOs li ukoll hija mgħejjuna minn kumitat xjentiku.", "Il-kumitat koordinattiv tal-biosigurta' ta l-parir tiegħu lill-MEPA li wasslet dan il-parir lill-ministru biex dan ikun jista' jieħu din il- pożizzjoni.", "Din il-pożizzjoni ttieħdet minħabba li fl-applikazzjoni sabiex dan il-prodott jitpoġġa fis-suq ma kienx hemm pjanijiet ta' monitoraġġi adegwati wara li dan jinħareġ fis-suq.", "Barra minn hekk, din l- applikazzjoni ma kelliex arranġamenti adegwati dwar tikketti li permezz tagħhom dan il-prodott seta' jiġi misjub wara li jitpoġġa fuq is-suq.", "Il-ministeru qabel ma' dan il-parir għaliex jemmen li dan il-prodott seta' kien ta' ħsara kemm għall-poplu Malti kif ukoll għal dak ta' l-Unjoni Ewropea u għalhekk ingħaqad ma' dawk il-pajjiżi l-oħra msieħba fil- komunita`, bħal ngħidu aħna l-Italja, id-Danimarka, l-Awstrija u l-Ungerija fost oħrajn, li ħadu l-istess pożizzjoni.", "SIGURTA' SOĊJALI - KONTRIBUZZJONIJIET TA' L-ANZJANI", "6352.", "L-ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru tal-Familja u tas-Solidarjeta' Soċjali: B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 4439 fis-seduta tat-23 ta' Frar 2004 dwar il- kontribuzzjonijiet ta' l-anzjani għas-sena 2002, tista' il-Ministru tgħid jekk il-verifika li kellha ssir inbdietx?", "Jekk, iva, fiex waslet?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Il-verifika li għaliha għamel riferenza l-Onor.", "Interpellant għadha għaddejja.", "ASSISTENTI SOĊJALI KAŻWALI", "6353.", "L-ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l- Anzjani u l-Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' part-time social assistants li qegħdin jaħdmu preżentement u jagħti breakdown ta' fejn qegħdin jaħdmu, per eżempju, fil-komunita', fi djar residenzjali, fl-SVPR, eċċ.?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: In-numru ta' part-time social assistants li qegħdin jaħdmu sal-ġurnata tal-lum huwa 497.", "Dawn huma mqassma kif ġej:", "|Komunita' |302 | |San Vinċenz de Paule |37 | |Ministeru għall-Familja u |3 | |Solidarjeta' Soċjali | | |(Valletta) | | |Qormi |1 | |Adult Training Centres |6 | |Day Centres |55 | |Appoġġ (Birgu) |2 | |Dipartiment ta' l-Edukazzjoni|1 | |Dipartiment għall-Anzjani u |22 | |Kura Komunitarja | | |Dipartiment ta' l-Agrikoltura|2 | |Telecare |3 | |Djar Residenzjali ta' |59 | |l-Anzjani | | |Kunsill Nazzjonali |1 | |għall-Anzjan | | |Dipartiment Health |3 | |Information | | |Total |497 |", "BELT VALLETTA - CUSTOMER CARE CENTRE", "6354.", "L-ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l- Anzjani u l-Kura fil-Komunita': B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 4111 dwar ċentru ta' customer service għall-anzjani fil-Belt Valletta, jista' il-Ministru jgħid xi progress kien hemm biex dan iċ-ċentru jinfetaħ?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Wara li ħarġu l-permessi meħtieġa mill-MEPA biex ix- xogħol fil-customer care centre tal-Belt Valletta jitkompla, id-dipartiment ħallas bank guarantee lill-istess MEPA sabiex jiġu żgurati l- kundizzjonijiet tar-restawr.", "Bħalissa l-proġett kollu qed ikun ri-evalwat fid-dawl tat-tibdiliet li seħħew f'dawn l-aħħar xhur.", "DJAR TA' L-ANZJANI - ANZJANI RESIDENTI", "6355.", "L-ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l- Anzjani u l-Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm anzjani residenti, irġiel u nisa, preżentement f'San Vinċenz de Paule; fi djar residenzjali tal-gvern u fi djar privati taħt l-iskema tal-public private partnership?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Preżentement in-numru ta' anzjani residenti huwa kif ġej:", "| |Irġ|Nisa|Total| | |iel| | | |San Vinċenz de |344|686 |1030 | |Paule | | | | |Djar |151|460 |611 | |Residenzjali | | | | |tal-Gvern | | | | |Djar privati |26 |80 |106 | |taħt l-iskema | | | | |tal-private | | | | |public | | | | |partnership | | | |", "DJAR TA' L-ANZJANI", "6356.", "L-ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l- Anzjani u l-Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi djar privati oħra ta' l-anzjani minbarra t-tnejn li diġa' hemm preżentement fl-iskema tal-public private partnership li applikaw u eventwalment intgħażlu biex jagħtu servizz f'din l-iskema?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Applikaw diversi djar privati oħra għall-iskema private public partnership.", "Dawn l-applikazzjonijiet qegħdin jiġu evalwati minn bord ta' l-għażla.", "DJAR TA' L-ANZJANI", "6357.", "L-ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru tal-Familja u tas-Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid kemm inġabru flus, mill- bidu ta' din is-sena sal-ġurnata tal-lum, minn kontribuzzjonijiet ta' l- anzjani fir-residenza San Vinċenz de Paule; fid-djar residenzjali tal- gvern; fi djar privati permezz tal-private public partnership; mill-home help/care service?", "Minn dan it-total kollu li nġabar, s'issa x'ammont għadda d-dipartiment tas-sigurta' soċjali lill-welfare committee?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni fis-seduta.", "GĦAWDEX: SPTAR ĠENERALI - AIR CONDITION UNITS", "6358.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għal Għawdex: Peress illi fil-wards ta' l-isptar ġenerali ta' Għawdex kien hemm ħsarat fl-air condition units, tant illi diversi pazjenti u anke staff ilmentaw minħabba dan, tista' il-Ministru tara li t-tiswijiet meħtieġa jsiru mill-aktar fis possibbli?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: L-air condition units fis-swali ġenerali ta' l- irġiel u tan-nisa fl-isptar ġenerali ta' Għawdex huma koperti bil- garanzija.", "Il-kuntrattur intalab isewwihom u anke ntbagħtet ittra uffiċjali lill-istess kuntrattur sabiex dan jieħu l-azzjoni meħtieġa u b'hekk isiru t-tiswijiet mill-iktar fis possibbli.", "GĦAWDEX: MARSALFORN – ASFALTAR TA' TOROQ", "6359.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għal Għawdex: Peress li Triq Santa Maria, Triq id-Duluri, Triq il-Munġbell, Triq Għar Qawqla u l- Pjazzetta ta' Għar Qawqla, kollha f'Marsalforn Għawdex, jinsabu fi stat ħażin ħafna, u peress illi skond il-kunsill lokali x-xogħlijiet f'dawn it- toroq għandhom isiru mill-ministeru għal Għawdex, tista' il-Ministru tgħid meta se jinbdew ix-xogħlijiet u meta huwa previst li jitlestew?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Il-manutenzjoni tat-toroq imsemmija mill-Onor.", "Interpellant taqa' taħt ir-responsabbilta' tal-kunsill lokali konċernat, filwaqt li fejn hemm bżonn ta' rikostruzzjoni tat-toroq imsemmija dawn jidħlu fil-programm tal-ministeru skond il-prioritajiet tal-gżira kollha.", "PRODUZZJONI TAD-DULLIEGĦ", "6361.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni tad-dulliegħ f'Malta u Għawdex separatament fl-ewwel ħames xhur tas-sena?", "Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għal dawn l-aħħar ħames snin?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni fis-seduta.", "LIĊENZJI/PERMESSI TA' STABBILIMENTI KUMMERĊJALI", "6362.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 6084 jista' il- Ministru jinformana jekk is-somma ta' Lm514,370 tkoprix il-pagamenti dovuti kollha?", "Jista' jinformana kemm hi ċ-ċifra fi flus li għad trid titħallas?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Iċ-ċifra ta' Lm514,370 ma tkoprix il-pagamenti kollha.", "Iċ-ċifra tal-flus li għad trid titħallas hija ta' madwar Lm415.", "BELT VALLETTA - BARRAKKA TA' FUQ", "6363.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jgħid x'risposta kien hemm għall-proġett ta' lift fil-barrakka ta' fuq fil-Belt Valletta, inkluż l-ismijiet ta' dawk kollha li wrew interess?", "F'liema stadju wasal il-proċess ta' dan il- proġett?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Id-data tas-sottomissjoni għal proposti għadha m'għalqitx, għalhekk m'iniex f'pożizzjoni nagħti informazjoni kif mitlub mill-Onor.", "Interpellant.", "QAWRA - PROĠETT TA' AQUARIUM", "6364.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid x'rispons kien hemm għall-proġett ta' aquarium fil-Qawra, inkluż l-ismijiet ta' dawk li wrew interess?", "F'liema stadju wasal il-proċess ta' dan il-proġett?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Konsorzjum wieħed, Oceanaria, irreġistra formalment l-interess tiegħu skond kif indikat fid-dokument \"Qawra Coast Development Brief Registration of Interest\" maħruġ għall-pubbliku mill- ministeru għat-turiżmu u kultura f'Diċembru 2003.", "It-talba ta' ditta barranija biex titħalla tissottometti d-dokumenti mitluba ma ġietx milqgħuha għax il-perjodu indikat fil-processing schedule kien skada.", "Il-ministeru, fuq rakkmandazzjoni tas-selection committee, imqabbad mill- istess ministeru, qiegħed issa iħejji d-dokument biex jitlob lill- konsorzjum Oceanaria jissottometti informazzjoni dettaljata.", "Wara tittieħed deċiżjoni finali jekk il-gvern għandux jipproċedi biex jiffirma kuntratt ma' dan il-konsorzjum jew le.", "Ħ'ATTARD: TRIQ IL-PITKALI - FAWRAN TA' DRENAĠĠ", "6365.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika: Jista' il-Ministru jinvestiga r- raġuni għal fawran regolari ta' drenaġġ fi Triq Pitkali f'Ħ'Attard li seħħ matul dawn l-aħħar ġimgħat?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Id-darbtejn li far id-drenaġġ fi Triq il-Pitkali Ħ'Attard huwa minħabba l-ammont ta' drenaġġ li jintefa' fid-discharge point fis-sistema tad-drenaġġ li tgħaddi minn dan il-post.", "Din il-problema ġiet solvuta billi nbidlet id-discharge point għal post ieħor.", "ĦAŻ ŻEBBUĠ - TRIQ IMDINA – ILMA TAX-XITA", "6366.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jara li ssir sistema effiċjenti u adegwata li tneħħi l-ilma tax-xita minn Triq Imdina, f'Ħaż Żebbuġ (il-parti mit-Triq tar-Rabat sal-Bieb ta' De Rohan) peress li ma' kull ħalba xita din it-triq tant tegħreq li l-vetturi ma jkunux jistgħu jgħaddu minnha?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Bħala parti mill-proġett ta' kostruzzjoni ta' Triq l-Imdina hemm ippjanat li ssir culvert għall-ilma tax-xita tul Triq l- Imdina sa Wied is-Sewda.", "L-istess xogħol mistenni jinkludi wkoll il-bini ta' catchments għall-ġbir ta' l-ilma fil-bidu ta' kull side street kif ukoll manholes li jkunu jistgħu jintużaw biex jitqabbdu culverts ġodda fil- futur.", "NIGRET: GĦAJN QAJJED - STALLAZZJONI TA' LIFT", "6367.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru tal-Familja u tas- Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid jekk hemmx applikazzjoni għal stallazzjoni ta' lift fi Block D, Għajn Qajjed housing estate, Nigret l/o Rabat?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: L-awtorita' tad-djar ma rċeviet ebda applikazzjoni għal stallar ta' lift fil-blokk hekk kif indikat mill-Onor.", "Interpellant.", "ĦAL-LUQA - LIBRERIJA FL-ISKOLA PRIMARJA", "6368.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid meta se tiġi miftuħa mill-ġdid il-librerija reġjonali ta' Ħal-Luqa li ngħalqet fil-25 ta' Mejju 2004 minħabba x-xogħol ta' kostruzzjoni fl-iskola primarja tal- lokal?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-librerija reġjonali ta' Ħal-Luqa topera mill-iskola primarja tal-lokal fejn bħalissa qed isir xogħol ta' kostruzzjoni.", "WSC - KONTIJIET PENDENTI", "6369.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika: Jista' il-Ministru jgħid jekk jistax jikkunsidra li tinstab sistema aktar ġusta rigward kontijiet pendenti tad-dawl u l-ilma ta' postijiet tal-kiri għax ikun hemm ħafna każi fejn meta jidħlu inkwilini ġodda jkollhom iħallsu l-kontijiet ta' ħaddieħor?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "WSC - SERVICE CHARGE FUQ KONTIJIET TAD-DAWL U L-ILMA", "6370.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika: Jista' il-Ministru jgħid x'inhu s-service charge li dan l-aħħar deher fuq il-kontijiet tad- dawl u l-ilma?", "Jista' jgħid ta' xiex qed iħallsu l-konsumaturi?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "KUNSILLI LOKALI - SEGRETARJI EŻEKUTTIVI", "6371.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm-il segretarju eżekuttiv kellu kull kunsill lokali individwalment minn mindu twaqqfu?", "Kemm damu fil-kariga kull wieħed?", "Kemm kienu s-segretarji eżekuttivi li mxew minn kunsill lokali għal ieħor?", "Minn liema kunsill telqu u fejn marru?", "Kemm-il segretarju eżekuttiv irriżenja mill-kariga tiegħu fiż-żmien tal-kuntratt ta' l-impjieg?", "Jista' jgħid jekk is-segretarji eżekuttivi humiex uffiċjali pubbliċi?", "X'inhi r-raġuni ta' dan?", "ONOR.", "TONIO BORG: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "ELEZZJONIJIET TAL-KUNSILLI LOKALI", "6372.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid, lokalita' b'lokalita', kemm kienu dawk il-votanti li talbu l-għajnuna tal-kummissarji elettorali sabiex jivvotaw fl-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali li saru fit-12 ta' Ġunju?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "ELEZZJONI GĦALL-PARLAMENT EWROPEW", "6373.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm votanti li talbu l- għajnuna tal-kummissarji elettorali biex jivvotaw fl-elezzjoni għall- Parlament Ewropew li saru fit-12 ta' Ġunju?", "Jista' jagħti l-figura għal Għawdex separatament?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "BAĦRIJA: TAS-SIRENA - ASFALTAR TA' TRIQ", "6374.", "L-ONOR.", "JOSEPH CASSAR staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Jista' il-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol fuq l-asfaltar tat- triq f'Tas-Sirena, il-Baħrija, Rabat, liema triq qiegħda fi stat ħażin ħafna, tant li qed tikkawża ħsarat fl-inġenji tar-raba'?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Filwaqt li t-triq imsemmija ġiet inkluża fil- programm għall-asfaltar ta' toroq madwar Malta kollha sabiex tkun tista' issir aktar 'il quddiem skond il-prioritajiet, l-awtorita' se tgħaddi din il-mistoqsija parlamentari lill-kunsill lokali tar-Rabat ħalli f'każi ta' ħsarat estensivi dawn ikunu jistgħu jiġu rranġati kif meħtieġ.", "RABAT - TRIQ BIR IR-RIEBU - BOZZA", "6375.", "L-ONOR.", "JOSEPH CASSAR staqsa lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika: Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li l-bozza li tinsab f'252, Triq Bir ir-Riebu, Sqaq Nru. 1, ir-Rabat tiġi rranġata u dan għaliex il-kunsill lokali tal-lokal ilu jaf biha għal żmien konsiderevoli u s'issa għadha ma ġietx irranġata?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Din il-bozza ġiet devoluta lill-kunsill lokali.", "Għalhekk il-manutenzjoni tagħha hija responsabbilta` tal-kunsill.", "RABAT: TRIQ SANTA MARIJA - DAWL", "6376.", "L-ONOR.", "JOSEPH CASSAR staqsa lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika: Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li Triq Santa Marija, fir-Rabat, Malta tiġi mdawwla aħjar u dan għaliex fiha jgħixu 22 familja, hemm disa' garaxxijiet u bozza waħda biss u minkejja li l-kunsill lokali jaf bil-problema ilu żmien biex isolviha?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: It-twaħħil ta' bozoz ġodda ġie devolut lill-kunsilli lokali u m'għadux responsabbilta' tal-korporazzjoni Enemalta.", "Ħ'ATTARD: TRIQ FERDINANDU INGLOTT - ASFALTAR", "6377.", "L-ONOR.", "JOSEPH CASSAR staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li Triq Ferdinandu Inglott (il-parti ġo Żebbuġ Road) f'Ħ'Attard tiġi asfaltata?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 2540.", "Ħ'ATTARD: TRIQ FERDINANDU INGLOTT - SINJALI TAT-TRAFFIKU", "6378.", "L-ONOR.", "JOSEPH CASSAR staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li għalkemm hemm sinjali ċari tat-traffiku mwaħħlin fi Triq Ferdinandu Inglott, Ħ'Attard (triq li hija maqsuma f'żewġ biċċiet) dawn mhumiex qed jiġu obduti u qatt ma jkun hemm sorveljanza tal-pulizija jew tal-wardens, u dan b'periklu konsiderevoli għat-tfal iż-żgħar ta' l-iskola li tinsab viċin tat-triq?", "ONOR.", "TONIO BORG: Kemm jista' ikun il-pulizija jattendu fil-post imsemmi fil-ħinijiet meta t-tfal jibdew u jispiċċaw l-iskola.", "Għal dak li jirrigwardja l-gwardjani lokali, bħalma jaf l-Onor.", "Interpellant il-kunsilli lokali huma korpi statutorji ta' gvern lokali b'personalita' legali distinta u għalhekk nissuġġerilu jirriferi l- mistoqsija tiegħu lill-kunsill konċernat.", "RABAT: TELGĦA TAS-SAQQAJJA - GĦAJN STORIKA", "6379.", "L-ONOR.", "JOSEPH CASSAR staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' il-Ministru jgħid fiex waslu l-pjani sabiex l-għajn storika li hemm fit-Telgħa tas-Saqqajja r-Rabat tiġi restawrata?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Il-kunsill lokali tar-Rabat kien għamel applikazzjoni mal-MEPA għar-restawr ta' l-għajn.", "Ladarba jinħarġu l-permessi dan ix- xogħol jiġi nkluż fil-programm ta' restawr.", "BANK ĊENTRALI TA' MALTA - BILJETTI TA' L-AJRU", "6386.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm inqatgħu biljetti ta' l-ajru u akkomodazzjoni ta' lukandi mill-aġenzija, li d-dettalji dwarha qed jintbagħat separatament, mill-bank ċentrali fiż-żmien li kien Ministru tal- Finanzi l-Onor.", "Dalli?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "MALTA ENTERPRISE - BILJETTI TA' L-AJRU", "6387.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin: Jista' il-Ministru jgħid kemm inqatgħu biljetti ta' l-ajru u akkomodazzjoni ta' lukandi barra minn Malta mill-aġenzija, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, mill-kumpannija Malta Enterprise minn kemm ilha li twaqqfet?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jindirizza l- mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "ARMATA – EX-BRIGADIER", "6388.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin: Jista' il-Ministru jikkonferma rapporti li l-ex-brigadier ta' l-armata, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, se jinħatar ambaxxatur ta' Malta f'pajjiż Nordiku fejn joqogħdu qraba tiegħu mill-viċin?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Ma jirriżultalix li l-informazzjoni li għandu l- Onor. Interpellant hija korretta.", "PULIZIJA - ĠBIR TA' KAROZZI MINGĦAJR LIĊENZJA", "6390.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Ministru jgħid min hu responsabbli li jinġabru karozzi mingħajr liċenzja, number plates u nuqqasijiet oħra, għax mid-dehra għadu mhux ċar jekk hux il-kunsill lokali jew il-pulizija?", "ONOR.", "TONIO BORG: It-tneħħija ta' vetturi abbandunati huwa regolat bir- regolamenti dwar l-ikklampjar u t-tneħħija ta' oġġetti ta' ingombru fir- regolamenti tat-traffiku u cioe' Avviż Legali 94 ta' l-1997 kif sussegwement emendat.", "Skond regolament 8A ta' dawn l-istess regolamenti, wara li ssir il-proċedura stabbilita', vettura abbandunata tista' titneħħa kemm mill-kummisssarju tal-pulizija kif ukoll mill-kunsill lokali.", "Dwar \"nuqqasijiet oħra\", nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħti aktar dettalji.", "DĦUL LEJN IĊ-ĊIMITERJU TA' L-ADDOLORATA", "6391.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Jista' il-Ministru jara li ssir xi ħaġa mit-traffic control board sabiex id-dħul lejn iċ-ċimiterju ta' l-Addolorata, minn dawk ġejjin mill- Kottonera, ikun faċilitat u mhux iridu jitilgħu jduru mar-roundabout ta' Sta Luċija, jew jispiċċaw jistennew għal ħafna ħin sabiex xi ħadd iċedilhom?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Min ikun ġej mill-Kottonera mhux bilfors jgħaddi minn Vjal Sir Paul Boffa sabiex idur 'il fuq lejn iċ-ċimiterju.", "Teżisti wkoll rotta alternattiva li jgħaddu minn Raħal Ġdid u jgħaddu minn Triq il- Palma, Raħal Ġdid.", "Min ikun ġej mill-Kottonera, jgħaddi minn Vjal Sir Paul Boffa u jista' idur għat-telgħa taċ-ċimiterju u jdur għall-entratura prinċipali fejn hemm il- marki yellow box junction ma' l-art.", "Jidhirli li dawn iż-żewġ alternattivi jaqdu tajjeb il-ħteġijiet tan-nies tal-Kottonera.", "SIGURTA' SOĊJALI – CHILDREN ALLOWANCE", "6392.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Familja u tas- Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tara kif inħadmet is-somma li qiegħda tingħata lill-persuna, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, bħala children allowance minħabba l-fatt li din il-persuna ma' ħadmitx fis-sena 2004?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Id-dipartiment tas-sigurta' soċjali kkommunika bil-miktub mal-persuna indikata dwar il-każ tagħha.", "SIGURTA' SOĊJALI - BONUS", "6393.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Familja u tas- Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni li persuna, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, ma rċevietx il-bonus ta' Ġunju?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: In-numru ta' l-identita' ipprovdut ma jappartjenix lill-persuna indikata mill-Onor.", "Interpellant.", "Għalhekk nitolbu jivverifika d-dettalji tal-persuna konċernata.", "PULIZIJA - IPPARKJAR TA' VETTURI KBAR FIT-TOROQ", "6394.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hux permess li jkunu pparkjati fit-toroq quddiem residenzi xarabanks, caravans u trakkijiet?", "Jekk fin-negattiv, x'jista' isir sabiex dan l-abbuż jispiċċa?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 4247.", "Fil-każ tal-caravans ninsab informat illi jekk dawn m'humiex intiżi biex jinsaqu fit-triq u allura jinġibdu jew jinġarru, hawnhekk jitqies illi huma \"oġġetti f'xi triq\" u għaldaqstant skond Avviż Legali 119/2002 dawn ikunu jenħtieġu permess mill-kunsill lokali biex jitqiegħdu fit-triq.", "F'dan il- każ l-istess avviż legali jipprovdi għal pieni fejn ikun hemm abbuż.", "AWTORITA' TAD-DJAR – TALBA GĦAL XIRI TA' GARAGE", "6395.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Familja u tas- Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tara x'inhi l-possibbilta' li l- persuna, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, tkun tista' tixtri l-garage mikri lilha mill-awtorita' tad-djar?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: L-awtorita' tad-djar lesta li toħroġ il-garage indikat għall-bejgħ bl-offerti.", "Il-kerrej preżenti jingħata l-jedd ta' l- ewwel rifjut.", "BEACH CONCESSIONS", "6410.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jassigura li dawk li għandhom beach concessions fil-bajjiet biex jarmaw id-deckchairs u l-umbrellel iżommu l-ispazju mikri lilhom u xejn aktar?", "Jista' f'kull każ jiġi mmarkat b'mod ċar liema jkun l-ispazju mikri lilhom?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nitlob lill-Onor Membru jindirizza l- mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "SPTAR SAN LUQA - CT SCAN", "6411.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jikkonferma li s-CT Scan ta' l- isptar reġgħet bil-ħsara?", "Jekk fl-affermattiv, jista' jara li din is- sitwazzjoni tiġi rimedjata mill-aktar fis possibbli?", "Jista' jgħid jekk il-pazjenti li kellhom appuntament għas-CT Scan humiex jintbagħtu għat-test f'xi sptar privat?", "Jekk fl-affermattiv, din il-miżura qed tintuża mal-pazjenti kollha li kellhom l-appuntamenti u li huma rikoverati fl-isptarijiet governattivi b'mod ugwali?", "Kemm qed jiswa kull test li qed isir fl-isptarijiet privati?", "Liema huma, jew huwa, l-isptar previst li qed isiru dawn it-tip ta' testijiet fih?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nikkonferma li s-CT Scan reġgħet bil-ħsara u qegħdin nistennew li jaslu l-ispare parts din il-ġimgħa.", "Se jintbagħtu għat-testijiet ġewwa sptar/clinic privati dawk il-pazjenti kollha meqjusa bħala urġenti.", "L-oħrajn se jingħatalhom appuntament mill- ġdid.", "L-isptarijiet jew kliniċi privati ntalbu jagħtu kwota ta' kull test biex tittieħed l-offerta l-aktar vantaġġjuża.", "Kemm qed jiswa kull test hija domanda ta' natura kummerċjali.", "PULIZIJA - MESSAĠĠIERA LI ĦARĠU BIL-PENSJONI", "6413.", "L-ONOR.", "ROBERT ARRIGO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jinformana jekk il- messaġġiera li saru pensjonabbli qabel il-15 ta' Jannar 1979 - skond staff list maħruġa mid-dipartiment ta' l-informazzjoni ta' l-1977, paġna 46, li qed tintbagħat separatament - humiex intitolati għal sitt xhur sick leave, u dan kif hemm stipulat fil-kundizzjonijiet ta' l-appuntament mogħti lil kull membru li għandhom indikazzjoni ta' stilla ħdejn isimhom?", "Jekk fin- negattiv, għaliex?", "Qed ngħaddi separatament kopja ta' ittra fuq persuna, fejn wieħed jista' jistudja l-każ ġaladarba li dan il-persuna qiegħed bla paga.", "ONOR.", "TONIO BORG: Peress li s-suġġett imsemmi jikkonċerna impjegati taċ- ċivil, nitlob lill-Onor.", "Interpellant jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill- ministru konċernat.", "MIŻBLA TAL-MAGĦTAB", "6414.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-iScott Willson report dwar il-miżbla tal-Magħtab li kien ġie ppreżentat lill- Gvern Malti xi xhur ilu?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 6091.", "SPTAR MATER DEI - APPARAT MEDIKU", "6415.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l- lista kollha ta' l-apparat mediku għall-isptar Mater Dei skond il-ftehim bejn il-Fondazzjoni għas-servizzi mediċi u INSO aktar kmieni din is-sena?", "F'din il-lista, jista' il-Ministru jinkludi d-ditta ta' kull apparat f'kull każ; il-mudell ta' kull apparat f'kull każ; u l-ammont f'kull każ ta' dak l-apparat?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant mhux possibbli titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra għax hi ta' natura kummerċjali.", "SAĦĦA - ĦADDIEMA LI NGĦATAW SCHOLARSHIP", "6416.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid fid-dekasteru tiegħu kemm ħaddiema ngħataw scholarship tal-gvern, jew minn entitajiet oħra, jew ingħataw paid study leave fl-aħħar 15-il sena?", "Minn dawn l-impjegati kemm għadhom ma onorawx il-kuntratt mal-gvern?", "Kemm minnhom ingħataw xi darba jew oħra estensjoni biex jibdew jonoraw il- kuntratt?", "F'kull każ x'kienet ir-raġuni?", "Kemm minnhom spiċċaw qatt ma onoraw il-kuntratt?", "Kemm minnhom il-kuntratt ġie expired?", "X'kienet ir- raġuni?", "Minn dawk il-ħaddiema li qatt ma onoraw il-kuntratt kemm huma obbligati li jħallsu lill-gvern?", "Kemm kien hemm każi fejn ġie kkontestat dan il-fatt u x'kien ir-riżultat f'kull każ?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Minħabba li l-informazzjoni mitluba tirrikjedi ammont kbir ta' sigħat ta' xogħol minn numru ta' impjegati tad-diviżjoni, u dan iwassal għal neqfa żejda mill-fondi pubbliċi, l-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jindika l-utilita' għalfejn qiegħed jagħmel din il-mistoqsija parlamentari li tmur lura għal 15-il sena riċerka.", "TAL-QROQQ - BINI TA' TRIQ", "6417.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jagħti raġuni għala Avviż 70 - Bini ta' triq li tiżbokka fl-isptar Mater Dei - li deher fil-gazzetta tal-gvern issa ġie rtirat?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Avviż 70 kien ġie irtirat għar-raġuni li l- awtorita' bdiet tikkunsidra pjani oħra għal estensjoni tas-service duct eżistenti.", "Dawn ix-xogħlijiet ikunu jridu jsiru qabel ma jingħata l-wiċċ biex it-triq ma jkollhiex terġa' tinqala' minħabba servizzi ġodda li jista' ikun hemm bżonn isiru.", "RIKJESTI GĦALL-ESTRADIZZJONI MINN GVERNIJIET BARRANIN", "6422.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien hemm rikjesti għal estradizzjoni minn gvernijiet barranin lill-Gvern ta' Malta bejn id-9 ta' Frar 2004 u t-30 ta' Ġunju 2004?", "Kemm minn dawn ir-rikjesti ġew riferiti lill-awtoritajiet ġudizzjarji?", "Min kienu l-persuni nvoluti?", "Kemm minn dawn ir-rikjesti ġew milqugħa mill-awtoritajiet ġudizzjarji u min kienu l-persuni nvoluti?", "Kemm minn dawn ir-rikjesti ma ġewx riferiti lill- awtoritajiet ġudizzjarji għaliex ġew miċħuda mill-ewwel fuq livell ta' ministeru u min kienu l-persuni nvoluti?", "ONOR.", "TONIO BORG: Il-Gvern Malti ma kellu ebda rikjesta għal estradizzjoni minn gvernijiet barranin bejn id-9 ta' Frar 2004 u t-30 ta' Ġunju 2004.", "TAXXI INTERNI - TAXXA FUQ REĠISTRAZZJONI TA' KONVENJI", "6423.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jispjega x'kienet ir-raġuni li l- obbligazzjoni li jiġu reġistrati l-konvenji u titħallas 1% bħala taxxa proviżjonarja ġiet proposta sa Ottubru 2004?", "Jista' jispjega għaliex sa l- aħħar minuta n-nutara ma ġewx informati bl-arranġament il-ġdid?", "Jista' jagħti dettalji, nutar nutar, kemm ġew reġistrati konvenji taħt dawn ir- regolamenti?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "QRATI - TAXXI FIL-KAWŻI", "6424.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jispjega għaliex it-taxxi fil-kawżi fil-qorti mhumiex qed isiru jew qed idumu żmien inaċċettabbli?", "X'miżuri beħsiebu jieħu sabiex jimmitiga dawn il-problemi?", "ONOR.", "TONIO BORG: It-taxxi fil-kawżi deċiżi fil-qorti, u partikolarment dawk tal-qrati superjuri, qed isiru regolarment.", "Jekk kien hemm xi dewmien, dan kien kaġunat minħabba nuqqas ta' ftehim mad-deputati reġistraturi li qed jirrifjutaw li jesegwuhom kif inhuma tenuti bil-liġi u bil-kuntratt.", "KUMITAT DWAR IL-LIĠI TAD-DROGA", "6426.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 6285, jista' il-Viċi Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija oriġinali billi jagħti d-data meta twaqqaf il-forum u d-dati kollha tal-laqgħat li dan il- forum żamm ma' l-organizzazzjonijiet konċernati?", "Liema huma l- organizzazzjonijiet li ġew konsultati?", "ONOR.", "TONIO BORG: Kif diġa' informajt lill-Onor.", "Interpellant, il- ministeru ma kien involut bl-ebda mod fit-twaqqif ta' dan il-forum u għalhekk ma jistax jagħti d-dettalji li ntalab."]} {"filename": "20060726_426d_par.doc", "date": "2006-07-26", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Uffiċjali u Rivedut) L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 426 L-Erbgħa, 26 ta' Lulju 2006 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 426", "L-Erbgħa, 26 ta' Lulju 2006", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-9.04 a.m.", "Talba", "Seduta Nru. 426", "L-Erbgħa, 26 ta' Lulju 2006", "WERREJ", "MINUTI 178", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 178", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR L-EDUKAZZJONI", "EDUCATION (AMENDMENT) BILL 181", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-LIĠIJIET DWAR IL-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR", "CONSUMER PROTECTION (AMENDMENT) BILL 182", "REVIŻJONI PARZJALI TAL-PJAN TA' STRUTTURA - KONTINWAZZJONI 182", "AĠĠORNAMENT 200", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 204", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 425 li saret fil-25 ta' Lulju, 2006 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "BINI TA' SKEJJEL", "20397.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Minn meta daħal fis-seħħ l-arranġament ma' l-APS Bank biex il-ministeru jingħata faċilita` ta' finanzjament għall-bini u mmodernizzar ta' l-iskejjel, xi flus tħallsu lura u xi flus ġew mislufa biex imorru għal xogħlijiet fl-iskejjel?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi): It- tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Abela, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Imma jista' il-Ministru għallinqas jispjega ftit kif qed isir il-ħlas lura meta s-self ilaħħaq madwar Lm60 miljun?", "Dan qed jitħallas mill-vot kapitali jew minn xi vot ieħor?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-ewwelnett irrid nispjega r-raġuni għala t-tagħrif għadu qed jinġabar, Sur President.", "Il-mistoqsija ntbagħtet fl-uffiċċju żbaljat għax minflok marret għand l-FTS - min qara l-mistoqsija fehem li din kienet qed tirriferi għall-arranġament li għandna ma' l-APS Bank dwar il-youth study specialisation scheme, meta l-mistoqsija ma kellhiex tinftiehem hekk għax l-Onor.", "Interpellant staqsa fuq xogħlijiet meħtieġa fl- iskejjel – marret għand id-direttur tas-servizzi korporattivi.", "Meta jien min-naħa tiegħi rajt l-abbozz tat-tweġiba ndunajt li l-informazzjoni mogħtija ma kenitx dik mitluba mill-Onor.", "Interpellant, biss imbagħad ma kienx hemm żmien biżżejjed biex il-mistoqsija terġa` tmur l-FTS u tinġabar l-informazzjoni.", "Ridt nispjega dan għax ma rridx l-Onor.", "Interpellant jaħseb li qed nitnittkru biex nagħtuh l-informazzjoni li qed jitlob.", "Il-gvern, permezz tal-ministeru tal-finanzi u l-ministeru ta' l- edukazzjoni, għandu arrranġament ma' l-APS Bank li permezz tiegħu tista` tiġi wżata l-faċilita` ta' finanzjament għall-bini u mmodernizzar ta' l- iskejjel u dan il-ħlas isir mill-vot kapitali.", "Sal-lum il-vot kapitali kien iktar minn biżżejjed biex minnu jitħallas parti mis-self u l- imgħaxijiet dovuti.", "Pero' issa, wara li lestejna l-bini tal-kulleġġ San Benedettu, bdejna l-bini ta' l-iskola sekondarja ta' Ħal Qormi, se nibdew dik tal-Verdala, se jibda x-xogħol fuq l-iskola tal-Mosta u mbagħad se jibda wkoll ix-xogħol fuq dik ta' Pembroke u allura huwa ovvju li se jintużaw iktar fondi f'dan il-perijodu li deħlin fih.", "Fejn qabel konna nużaw parti mill-vot kapitali biex inkunu nistgħu naħdmu fl-iskejjel, din issa rridu nibdew nagħmlu tajjeb għaliha mill-faċilita` finanzjarja li teżisti.", "L-arranġament hu li wara li jitħallsu l-flus dovuti lill-APS Bank għal dik is-sena, l-ewwel jintuża l-bilanċ tal-vot kapitali u mhux naqgħu fuq il- loan.", "Jiġifieri jekk għall-argument minn Lm1 miljun wieħed ikun irid iħallas lill-APS Bank Lm100,000, l-ewwel titħallas din is-somma u ma nużawx il-loan qabel ma neżawrixxu l-bilanċ tal-vot kapitali.", "Imbagħad jekk ikun hemm il-ħtieġa taqa` fuq il-loan u timxi minn sena għall-oħra.", "Meta nkun f'pożizzjoni nagħti l-informazzjoni kollha kif mitlub mill-Onor.", "Interpellant, tkunu tistgħu taraw kif taħdem din l-operazzjoni minn sena għal sena.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Mela, jekk qed nifhem sew, jekk il-vot kapitali għall- edukazzjoni għal din is-sena huwa ta' Lm3 miljun, l-ewwel trid tħallas dak li hu dovut lill-APS u mbagħad il-kumplament jintuża għal xogħlijiet fl- iskejjel.", "Jekk dak ma jkunx biżżejjed, imbagħad taqa' fuq il-faċilita` ta' finanzjament għall-bini u mmodernizzar ta' l-iskejjel.", "Issa l-Ministru qed jgħid li matul din is-sena u s-sena d-dieħla se jsiru xi xogħlijiet f'numru ta' skejjel, fosthom dik tal-Mosta.", "Jista' jgħidli jekk l-iskola tal-Mosta hijiex skola sekondarja għall-bniet jew għas- subien?", "Jista` jgħidli wkoll jekk waslulux xi lmenti dwar biċċa art li hemm biswit l-iskola primarja ta' Pembroke, fis-sens li hemm", "min qed jgħid li dik l-art tagħmel parti mill-iskola iżda m'hijiex qed tintuża mill-iskola.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, ir-raġuni wara l-proġett tal-gvern li jikkommetti ruħu għal investiment li jista' jisboq is-Lm60 miljun fuq perijodu ta' snin għall-iskejjel statali għandu mira preċiża.", "L-ewwel mira hi li l-iskejjel kollha jkollhom ambjent li jixraq lis-sistema edukattiva ta' dan is-seklu l-ġdid li bdejna ftit ta' żmien ilu.", "Għalhekk qed insejħulhom skejjel ta' għada, għax dan l-investiment m'huwiex maħsub biex tagħmlu issa u mbagħad sentejn wara tkun trid terġa` tagħmel affarijiet oħrajn.", "Qed nidħlu f'ċertu xogħol biex l-iskola kollha tiġi mmodernizzata u ċerti deċiżjonijiet jittieħdu wara li tiġi eżaminata l-istruttura fiżika ta' l- iskola.", "Għandna skejjel li nbnew 50 sena ilu li qed ikollna nibdlulhom is- soqfa minħabba li bdew ifeġġu ċerti difetti.", "Hemm numru mdaqqas ta' skejjel li jridu jinbidlulhom is-sistemi ta' l-elettriku, ta' l-ilma u tad- drenaġġ.", "Dan ix-xogħol se jsir mhux biss għax is-sistemi qdiemu, imma għax it-teknoloġiji tal-lum jirrikjedu sistemi differenti minħabba computers u sistemi oħrajn ta' komunikazzjoni.", "Tajjeb ngħid li bil-mod il-mod qegħdin nadottaw il-wireless system għall- internet services u ħafna affarijiet oħra.", "Dan ifisser li m'għandniex għalfejn noqogħdu nagħmlu ħafna wires kif kien isir qabel.", "In-networking tal-computers u s-sistema ta' l-internet fil-kulleġġ San Benedettu hija wireless u qed issir hekk anke fil-każ ta' l-iskola Maria Reġina u skejjel oħrajn.", "Jidher li d-dipartiment tat-teknoloġija fl-edukazzjoni issa miexi fuq din il-linja.", "Iżda barra li naraw l-infrastruttura ta' dawn l-iskejjel irridu wkoll naraw li l-ambjent tal-klassijiet, ta' l-ispazji komuni, ta' l- ispazji rikreattivi u tal-landscaping ta' ħdejn l-iskola jiġi upgraded kollu kemm hu.", "Huwa meta jsir dan kollu li nkunu nistgħu ngħidu li dik l- iskola saret tomorrow's school.", "Il-Kamra tifhem li ħafna mill-iskejjel qed jintużaw u li biex fihom isir ix-xogħol meħtieġ, ikollna proċess daqsxejn ikkumplikat għax ikun hemm il-lezzjonijiet għaddejjin.", "Mela l-ewwel mira hi li fuq perijodu ta' snin - jien kont ambizzjuż u għedt fi żmien għaxar snin, forsi nkunu rridu ftit aktar - naslu f'pożizzjoni li l-iskejjel kollha nkunu nistgħu nsejħulhom tomorrow's schools, pero` dan jiddependi mir-ritmu tax-xogħol li nkunu mexjin bih.", "Per eżempju, waħda mid-diffikultajiet li qed niltaqgħu magħha hija l-kapaċita` tal-kuntratturi li jassorbu x-xogħol tat-tenders kif ħerġin.", "Ħafna drabi ssib problema biex ikollok kuntrattur tajjeb li kapaċi jagħtik xogħol ta' kwalita`.", "It-tieni problema li aħna qegħdin nippruvaw nattakkaw permezz ta' dan il-proġett, hi li nibnu l-iskejjel ġodda li hawn bżonn.", "Għaliex hawn bżonn ta' skejjel ġodda, Sur President?", "L-ewwelnett kien hawn perijodu relattivament twil meta ma nbnewx skejjel ġodda għax inqdejna b'ċertu bini, ġeneralment tas-servizzi Ingliżi.", "Dan wassal biex il-pjan li għamilna ma kienx skond l-esiġenzi tas-sistema edukattiva, imma qbadna s-sistema edukattiva u ppruvajna nġiegħluha tirrispondi għall-bini li kien eżistenti - sew jekk huts, sew jekk sptarijiet u sew jekk barracks - bil-konsegwenza li meta tara t-tifsila ta' l-istudenti ssib li għandek taħlita ta' studenti fil-livell sekondarju ġejjin minn kwantita` ta' postijiet.", "Tajjeb nippreċiża li fil-livell primarju għandna skola f'kull lokalita`.", "L-unika lokalita` li fiha m'għandniex skola f'dan il-livell hija Pembroke.", "Allura l-iskola ta' Pembroke hija maħsuba li tkun skola ta' livell primarju.", "Ix-xogħol ta' l- iddisinjar, ta' pjanti u ta' permessi jinsab għaddej b'ritmu relattivament mgħaġġel, bl-iskop li x-xogħol fuq din l-iskola jkun jista' jibda.", "Il- problemi qegħdin fil-livell sekondarju għax hemm għandna ċerti bżonnijiet kemm għall-bniet kif ukoll għas-subien, imma l-aktar fil-livell sekondarju tas-subien, bżonn li kien jeżisti qabel ma ddeċidejna li mmorru għas- sistema ta' nisġa ta' l-iskejjel kollha f'kulleġġi li jkunu ta' natura reġjonali.", "Allura l-bini ta' l-iskejjel sekondarji issa huwa determinat mit- tifsila li se jieħdu l-kulleġġi.", "Aħna rridu naslu biex ikollna sistema kif għandna diġa' f'Għawdex, fejn l- iskejjel kollha primarji jiffidjaw żewġ skejjel sekondarji, waħda tas- subien u oħra tal-bniet u sew jekk tgħaddi għall-junior lyceum u sew kemm jekk tmur fi skola sekondarja, tmur fl-istess skola, kif issa qed isir għas-subien fil-kulleġġ San Benedettu.", "Mela biex il-mudell ta' Għawdex inġibuh fil-kulleġġi ta' Malta se kollna spustament ta' diversi skejjel.", "Matul iż-żmenijiet l-iskejjel inbnew fiċ-ċentru ta' Malta.", "Fil-Ħamrun insibu l-liċeo tas-subien, insibu l-iskola Maria Reġina, insibu l-iskola Maria Assunta, insibu l-iskola Adelaide Cini u fil-Marsa hemm skola sekondarja oħra.", "Imma mbagħad fin-north tal-pajjiż hemm nuqqas kbir ta' skejjel biex jaqdu lill-istudenti tal-Mellieħa, ta' San Pawl il-Baħar, tal- Mosta, ta' l-Imġarr u tan-Naxxar.", "It-tfal tal-Mellieħa li jgħaddu għall- junior lyceum, per eżempju, iridu jinżlu Ħal Qormi għax m'għandhomx skola sekondarja iktar fil-viċin.", "L-istrateġija tal-kulleġġ trid tbiddel din is-sitwazzjoni.", "Ma jistax ikun li l-bini jibqa' jiddetta l-bżonnijiet ta' l-istudenti, imma rridu li l- bżonnijiet ta' l-istudenti jiddettaw x'bini hemm bżonn u f'din id- direzzjoni mexjin.", "Per eżempju, jidher ċar li fiż-Żokrija hemm bżonn ta' skola sekondarja.", "Se tkun għas-subien jew għall-bniet?", "Ma nixtieqx nesprimi ruħi f'dan l-istadju - x'aktarx li se tkun għas-subien – u aħjar naraw kif se jevolvu l-affarijiet fis-snin li ġejjin.", "Sakemm tinbena – ix-xogħlijiet se jibdew f'Jannar u sa sentejn jew tlieta oħra għandha tkun lesta - nispera li l-pjan tal-kulleġġi ikun qabad l-art sew u allura f'dak l- istadju wieħed ikun jista' jiddeċiedi.", "Hu maħsub ukoll li nibnu skola sekondarja oħra fin-Naxxar u allura hemmhekk għad iridu jittieħdu ċerti deċiżjonijiet.", "L-iskola li qed tinbena f'Ħal Qormi hija maħsuba li tieħu s-subien li għandna fil-junior lyceum tal-Ħandaq.", "Malli nlestuha nidħlu fl-iskola li qed jużaw issa u jkollna żewġ skejjel fejn xulxin, waħda għas-subien u l- oħra għall-bniet, li jieħdu studenti li jkunu ġejjin minn Ħal Qormi, Ħaż- Żebbuġ u dik l-akkwata.", "Huwa ċar li l-iskola tal-Verdala se tieħu l- istudenti subien ta' dik l-akkwata fil-livell sekondarju.", "Trid tittieħed deċiżjoni biex nipprovdu a tomorrow's school għall-bniet f'dik l-akkwata.", "Jiena naħseb li la l-iskola Lorenzo Gafa' m'hu se twasslek għal dan il-għan u lanqas l-iskola Erin Serracino Inglott għax huwa diffiċli biex tirranġa l- ambjent li hemm fiha.", "Allura hemm dawn id-diskussjonijiet għaddejjin u b'din il-manjiera qegħdin naraw x'inhuma l-bżonnijiet tat-tfal.", "Naturalment hemm shifts demografiċi 'l isfel fil-livell tal-kindergarten li sa għaxar snin oħra jibdew anke jiddettaw ċerti direzzjonijiet li jkunu qegħdin juruk x'deċiżjoni trid tagħmel għar-rigward ta' l-iskejjel.", "Imma ġeneralment il-ħsieb huwa li għalissa niffurmaw kulleġġi skond kif jitlob l- bini eżistenti - ma nistgħux nagħmlu mod ieħor - imma eventwalment, iktar ma l-iskejjel il-ġodda jibdew jitlestew, iktar inkunu nistgħu niffurmaw il- kulleġġi skond il-ħsieb oriġinali tagħhom, jiġifieri li l-kulleġġ ikun f'area ġeografika ċara li jinseġ flimkien iċ-ċentri tal-kinder u l-iskejjel primarji, li jiffidjaw żewġ skejjel sekondarji, li fihom wieħed ikun jista' ipoġġi l-istudenti f'setting skond il-ħiliet tagħhom.", "Meta ħames snin ilu bdejna l-FTS, l-ideat li qed nitkellmu fuqhom illum, għalkemm embrijonikament kienu hemm, ma kenux għadhom ġew definiti kif huma definiti issa.", "Jekk wieħed jara x'kien qed jiġi maħsub dak iż-żmien isib li ma kienx qiegħed jaħseb biex jirrispondi għall-esiġenzi kif ddefinejnihom illum.", "Wara li issa nikkonsidraw f'iktar dettall il-kwestjoni tal-kulleġġi u tiġi definita tajjeb, imbagħad ma jkunx daqshekk diffiċli li nkunu nafu preċiżament x'inhuma l-iskejjel ġodda li għandna bżonn.", "Jiġifieri nkunu nafu eżatt fejn irridu mmorru.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mario Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Sur President, smajna li qed isir investiment ta' aktar minn Lm60 miljun f'bini ta' diversi kulleġġi.", "Il-bieraħ smajna dwar l- iskola tas-Siġġiewi, fejn intqal li din kważi qed tinbena mill-ġdid u li fost oħrajn fiha hemm sala li tesa` bejn 600 u 700 persuna.", "Jista' il- Ministru jgħidli jekk hemmx il-ħsieb kif dawn id-diversi kulleġġi jingħataw dimensjoni soċjali jew aħjar dimensjoni komunitarja, fis-sens li jsir l- aħjar użu minnhom mhux biss waqt il-ħin ta' l-iskola imma anke wara għall- benefiċċju tal-komunita` tal-madwar?", "Filwaqt li nifhem li l-Ministru jaqbel ma' dan il-kunċett, ma jaħsibx li biex nagħmlu użu massimu għandu jkun hemm re-thinking how we are going to exploit dan l-investiment?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, dan is-suġġett iddibattejnih mhux ħażin, anke meta konna qegħdin ngħaddu l-liġi dwar l-edukazzjoni ftit tal-ġranet ilu f'din il-Kamra.", "Iva, ikun żball kbir jekk dan l-investiment kollu jkun investiment li jintuża biss waqt il-ħin ta' l-iskola.", "Dan l-investiment qed nagħmluh preċiżament bl-iskop li dawn il-faċilitajiet jaqdu wkoll lill-komunitajiet tagħna fid-diversi bliet u rħula.", "L-istrateġija ta' tagħlim tul il-ħajja hija strateġija li aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar se ssir konkreta, aktar se ssir realta' u aktar se jkun hawn domanda għaliha.", "Għaliex?", "Għax id- dinja tax-xogħol tal-lum m'għadhiex iktar labour-intensive imma saret knowledge-intensive u bil-mod il-mod kulħadd se jifhmu dan u l-adulti se jibdew iżidu.", "Jekk mill-iskejjel tagħna m'aħniex se noffru dak iċ-ċentru ta' tagħlim, ċentru ta' kultura, ċentru ta' appoġġ għall-komunita' li minnu nistgħu anke nagħtu servizzi oħrajn biex nagħmlu sinerġija fl-oqsma kollha ta' l-attivitajiet li għandha bżonn il-komunita', allura nkunu qegħdin nagħmlu żball kbir.", "Sur President, naturalment ma tagħmel xejn b'xejn, għax anke biex tiftaħ il-bibien ta' l-iskola għandek spiża li biċċa minnha bilfors irid iġorrha l- gvern.", "Għad iridu jinħolqu sistemi biex jekk hemm servizzi fejn jista' ikun hemm element ta' kontribut anke mill-individwi, dan ikun jista' isir.", "Diġa` qegħdin isiru ċerti ħlasijiet fil-livell post-sekondarju fejn jidħlu l-adulti.", "Naturalment permezz tal-fondazzjoni għal servizzi edukattivi diġa' bdejna nagħtu ċerti servizzi f'numru ta' skejjel u dawn it-tip ta' servizzi jridu jinfirxu iktar.", "Ovvjament dan huwa xogħol li jrid isir bil- mod il-mod għax kif għedt, hemm involuti spejjeż li m'humiex żgħar.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-Mistoqsijiet għadda.", "Tqegħid ta' Karti?", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR L-EDUKAZZJONI", "EDUCATION (AMENDMENT) BILL", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, nipproponi t-Tielet Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Att dwar l-Edukazzjoni, Kap. 327\"", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "MARIO GALEA: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Att dwar l-Edukazzjoni, Kap. 327\", ikun moqri t-Tielet Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Il-mozzjoni għaddiet u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tielet Darba u għadda.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-LIĠIJIET DWAR IL-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR", "CONSUMER PROTECTION (AMENDMENT) BILL", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għall-Kompetittivita` u Komunikazzjoni): Sur President, nipproponi t-Tielet Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda diversi liġijiet dwar l-infurzar ta' poteri fil-protezzjoni tal- konsumaturi\".", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA (Ministru tal-Familja u Solidarjeta` Soċjali): Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-abbozz ta' liġi msejjaħ \"Att biex jemenda diversi liġijiet dwar l-infurzar ta' poteri fil-protezzjoni tal- konsumaturi\", ikun moqri t-Tielet Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tielet Darba u għadda.", "REVIŻJONI PARZJALI", "TAL-PJAN TA' STRUTTURA", "Ikompli mill-25 ta' Lulju 2006", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Noel Farrugia huwa in possession u jista' ikompli bl- intervent tiegħu.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Sur President, l-aħħar darba kont qed nispjega li huwa fatt li ma jista' jinnegah ħadd li din ir-riżoluzzjoni dwar ir- reviżjoni parzjali tal-pjan ta' struttura ġġib ċerta sensittivita` magħha minħabba li aħna għandna population density ta' 1,300 ruħ kull kilometru kwadru li hija għolja ħafna.", "Allura wieħed mill-ewwel jifhem id- diffikultajiet li jġġib magħha din il-problema taċ-ċokon ta' l-art għax la għandna biżżejjed ħamrija, la għandna biżżejjed ramel għall-ixtut tagħna, u kif urew ċerti dokumenti li l-Ministru Gatt poġġa fuq il-mejda tal-Kamra, il-ħażna ta' l-ilma xorba li għandna f'Malta hija għal ftit iktar minn tlett ijiem u dik f'Għawdex hija għal ftit iktar minn ħamest ijiem.", "Dawn kollha huma fatturi li jpoġġu ċerta sensittivita` quddiem min jieħu ċerti deċiżjonijiet.", "Sur President, kont qed ngħid ukoll li fejn tidħol l-agrikoltura, il-qrati tagħna wessgħu d-definizzjoni ta' \"raba` saqwi\" permezz ta' sentenzi li ngħataw.", "Għaliex?", "Għax kien ġie deċiż li ġaladarba raba' jkollu aċċess għall-ilma minn ġiebja jew borehole, allavojla ma jkollux aċċess għall-ilma ġieri, dak jitqies bħala raba` saqwi.", "Allura nkun qed nonqos minn dmirijieti jekk ma nġibx għall-attenzjoni ta' din il-Kamra din is-sentenza tal-qorti, wara li d-dipartiment ta' l-agrikoltura flok ma ddefenda t-titlu ta' raba' saqwi ra kif reġa` emenda dak li qalet il-qorti u qal li dak hu raba' bagħli biex inaqqaslu l-importanza tiegħu.", "Dawn huma l-affarijiet li kont qed nispjega, u ħadd m'għandu jieħu għalih li n-nies tat-triq bir-raġun jgħidu li din fiha jew xamma ta' vendikazzjoni jew xamma ta' korruzzjoni.", "Agħar minn hekk dan il-gvern li dejjem jgħid li din in-naħa tal-Kamra m'għandhiex viżjoni, mhux qed iħares lejn l- industrija ta' l-agrituriżmu li għandha potenzjal kbir għax meta l-barranin jiġu fi gżiritna jfittxu s-sabiħ tal-kampanja u jkollhom l-għatx biex ikunu jafu fuq it-tradizzjonijiet tagħna.", "Forsi xi ħadd jistaqsi: Imma intom x'għamiltu?", "Jiena nista' nsemmi persuni li fi żmien Gvern Laburista mmexxi minn Dr Sant kienu qed jaħdmu fuq dan l-aspett.", "Fil-fatt kien hemm Franco Serracino Inglott, Alla jagħtih il-glorja tal-ġenna, li kien wieħed mill- ftit ekonomisti kapaċi fis-settur tal-biedja f'dan il-pajjiż, il-professur Lacirignola, li jmexxi l-istitut ta' Bari, u l-Professur Salvinu Busuttil.", "Flimkien ma' dawn it-tliet persuni il-Gvern Laburista kien beda r-riċerka biex jara eżattament fil-liġi Taljana ta' l-agrituriżmu x'hemm li japplikaw għal pajjiżna ħalli mbagħad wara li jsir l-istudju neċessarju naddottaw dak li hu tajjeb għalina.", "Imma x'ġara?", "Tela' l-Partit Nazzjonalista fil-gvern u dan il-pjan warrbuh.", "Sur President, f'dak li għandu x'jaqsam ma' widien l-ewwel ħaġa li konna għamilna kienet li rajna x'riċerka saret minn min mexxa qabilna.", "Per eżempju, il-Kavallieri qabel għamlu l-liġijiet dwar l-ilma u qabel ħolqu s- sistema li biha f'kull household seta` jkun hemm bir kienu rriklamaw l-art sax-xifer ta' l-irdumijiet bil-ħamrija dawwruha bil-ħitan tas-sejjieħ.", "Dan kien sar għax barra li jagħmel sens mil-lat ekonomiku għax huwa value added, jagħmel sens ukoll li jkollok a hydrological cycle fi gżiża bħalma hi tagħna fejn, kif għedt, la għandna ramel biżżejjed, la għandna ħamrija biżżejjed u lanqas għandna ilma biżżejjed.", "U dan barra li m'għandniex riżorsi naturali bħalma huwa d-deheb, il-fidda, iż-żejt u l-faħam.", "Anke l- imperu Ingliż kien ħadem f'dan l-aspett u kien ġab lil Lord Chadwick, li kien wieħed mill-idroloġisti ta' l-imperu Ingliż u kien anke qed imexxi pjanijiet biex iwassal l-ilma fiċ-Ċina, fin-Nepal u f'postijiet Asjatiċi oħra, biex appuntu jara x'jista' jsir għall-gżejjer tagħna.", "Aħna rriċerkajna l-arkivji li jeżistu dwar dan - dawn huma patrimonju daqskemm hu l-bini storiku - u flimkien ma' esperti lokali, Mediterranji u Ewropej fil-qasam ta' l-ekoloġija, ta' l-idroloġija u tal-ġeoloġija wasalna għall-konklużjoni li dan il-pajjiż irid ikollu politika idroloġika li tabilħaqq tkun sostenibbli u tindirizza l-ħtiġijiet tiegħu.", "X'insibu llum?", "Insibu, per eżempju, li l-wied ta' Burrmarrad xi ħadd iddeċieda li jaqsmu, jiġifieri ibiddel dak li huwa l-patrimonju idroloġiku biex jagħmel xi ħaġa tal-lum.", "Dan m'huwiex il-mod korrett kif dan il-pajjiż jindirizza l-isfidi li għandu quddiemu.", "Meta nafu biċ-ċokon ta' l-art li għandna u meta nafu li bl-iżviluppi li rridu bilfors nagħmlu biex invarjaw aktar il-pakkett turistiku tagħna, jagħmel ħafna sens li jkollna politika ta' agrituriżmu u idroloġika", "b'saħħitha, għax ma ninsewx li l-ilma hu l-ħajja għall-bnedmin, għat-tjur u l-annimali u għall-flora u l-fawna.", "Sur President, l-iżvilupp ta' l-agrituriżmu hu importanti ħafna għax it- turisti li jiġu Malta ma jridux jibqgħu ġewwa, imma jridu jgawdu l-kampanja Maltija u allura ma jagħmilx sens li d-dipartiment ta' l-agrikoltura flok jiddefendi r-raba' saqwi, kif urejt b'dokument li poġġejt fuq il-mejda tal- Kamra, jgħid li dak hu raba' bagħli, u għaldaqstant mhux daqstant produttiva u tista' tittieħed għall-iżvilupp.", "Dawn huma affarijiet li juru stampa ċara ta' dak li stqarret l-oppożizzjoni sa mill-ewwel xhur tagħha bħala kritika għal dan il-gvern.", "Dan huwa gvern inkompetenti u arroganti għaliex filwaqt li jgħid li għandu l-konsulenti u li qed jonfoq il-flus biex tabilħaqq joħloq politika li tindirizza l-ogħla ġid komuni ta' dan il- poplu, il-poplu konxju li dan qiegħed jindirizza biss l-ħbieb tal-ħbieb.", "Aktar m'għaddew is-snin, aktar il-poplu beda jħoss u beda jifhem li dan huwa gvern li l-arroganza tiegħu wasslitu biex ikollu blinkers quddiem għajnejh u jħares biss lejn ftit uċuħ.", "Sur President, gvern serju għandu dejjem jaħdem biex il-politika tiegħu tabilħaqq tindirizza l-ħtiġijiet ta' l-ogħla ġid komuni għax meta inti qed tindirizza l-ħtiġijiet sabiex jitgawda l-ogħla ġid komuni, tkun tabilħaqq qed twettaq id-demokrazija u tkun tabilħaqq qed tirrispetta lill-għajrek.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Il-Ministru George Pullicino, on a point of order.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO (Ministru għall-Ambjent u Affarijiet Rurali): Sur President, fil-papers laid li poġġa l-Onor.", "Farrugia m'hawnx id-deċiżjoni tal-qorti li rrifera għaliha.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Dik ma poġġejthiex.", "ONOR GEORGE PULLICINO: Imma bil-mod li tkellimt tajtni l-impressjoni li poġġejtha wkoll.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jiena poġġejt fuq il-mejda tal-Kamra ċ-ċertifikat tal- geographic survey li sar f'Burmarrad u r-rapport dwar ir-raba'", "saqwi f'Tal-Papa.", "Minbarra hekk għamilt riferenza għal din id-deċiżjoni tal-qorti.", "Issa jekk irid ngħaddilu kopja tagħha, ngħaddihielu aktar tard għax mhux qiegħda fuqi.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Ir-rapport fuq Tal-Papa huwa miktub mis-Sur Vella, ex-sindku tal-Mellieħa tal-Partit Laburista?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Is-Sur Vella huwa espert fil-qasam ta' l-agrikoltura u ta' l-ambjent, u huwa ukoll wieħed mill-ftit esperti fiz-zoo technique.", "(Interruzzjonijiet) Issa jekk kienx sindku tal-Mellieħa ma niftakarx.", "Jiena m'iniex segretarju ġenerali ta' l-ebda partit.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Il-Ministru Jesmond Mugliett.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT (Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq): Sur President, segwejt xi ftit id-diskors li sar partikolarment mill-kelliema ta' l-oppożizzjoni u nnotajt b'ċertu interess ir-riferenzi li saru għall- istorja tal-MEPA u kif saru l-ischemes fl-1998.", "Dan kien żmien li għextu mill-qrib bħalma għexu l-kollega tiegħi, il-Ministru George Pullicino, u nafu kif saru l-affarijiet dakinhar u għalfejn saru b'dak il-mod.", "Sur President, wieħed mill-kelliema ta' l-oppożizzjoni qal li l-ischemes li saru fl-1988 saru bl-għaġġla, kellhom id-difetti u minkejja li suppost kellu jsir eżerċizzju biex jindirizza dawn id-difetti, il-gvern ma vvotax riżorsi biżżejjed lill-MEPA għal-local plans.", "Qalilna wkoll li l-eżerċizju li qed nagħmlu, barra qed isir bl-għaġġla, m'huwiex trasparenti u ġie impost fuq il-MEPA.", "Ġejna kkritikati xi ftit ukoll fuq il-kriterji li għamilna, pero` l-bażi kollha ta' dan l-eżerċizzju kienet li ppruvajna nissettjaw kriterji biex kemm jista' jkun inkunu ekwi u trasparenti.", "Il- kritika li kellna min-naħa ta' l-oppożizzjoni kienet li dawn il-kriterji huma vagi, liberali u ma tħaddmux b'konsistenza.", "L-oppożizzjoni donnha li f'daqqa waħda saret tħobb ħafna lill-MEPA, u dan meta nafu kif din titkellem dwar il-MEPA partikolarment meta tkun ġejja elezzjoni biex forsi jiġbru xi ftit voti mingħand dawk li jkunu affetwat ħażin b'xi deċiżjoni li tkun ħadet.", "Sur President, huwa importanti nifhmu li dan huwa eżerċizju ieħor fl- ippjanar, u bl-ippjanar suppost ikollok żvilupp.", "Sfortunatament minkejja li ilna b'demokrazija, l-evoluzzjoni tas-sistemi ta' l-ippjanar f'dan il- pajjiż mxiet bis-sulluzzu u ħafna drabi, minħabba inkonsistenzi ta' gvernijiet Laburisti, kellna nduru full circle u kellna bżonn ta' eżerċizji varji biex nindirizzaw difetti u deċiżjonjiet ħżiena li kienu ttieħdu taħt gvernijiet Laburisti.", "Pero` jkun tajjeb li mmorru ftit lura fiż-żmien u ngħidu x'kienu s-sistemi ta' l-ippjanar taħt gvernijiet Laburisti.", "X'kienu s-sistemi taħt Gvern Laburista?", "Kellek sistema fejn il-ministru kien joħroġ il-permess mill-ministeru u jibgħatulek id-dar u kellna skemi ta' bini li kienu ineżistenti u dik kienet l-aktar ħaġa li wasslet biex f'dan il-pajjiż ikollna dak li jissejjaħ urban sprawl.", "Meta mbagħad il-Gvern Laburista beda jirrealizza li dan ma kienx tajjeb għall-pajjiż għamel dik il-liġi stramba tal-building development areas biex forsi jrażżan lill-ministru li kien responsabbli minn dan is-settur.", "Kellna t-town and country planning act li kienet pjuttost tajba u li għaddiet b'eżerċizju trasparenti, imma l-Gvern Laburista lanqas biss kien daħħalha fis-seħħ.", "Meta kien hemm il-bidla fil-gvern u tela` l-Partit Nazzjonalista jiena kont naħdem fil-public works u naf x'kien hemm f'dak li għandu x'jaqsam mas- sistema ta' l-ippjanar f'pajjiżna.", "Tista` tgħid li ma kien hemm xejn u għalhekk il-Gvern Nazzjonalista ried jara kif se joħloq u jpoġġi fuq sisien sodi sistema ta' ippjanar.", "Lanqas biss kien hemm pjanti aġġornati.", "Niftakar li meta dħalna fit-town planning section tal-public works li kienet tagħmel il-pjanti kellna pjanti fuq tracing papers li lanqas biss kienu jimmarkaw fejn kien sar l-iżvilupp.", "Lanqas policies dwar kif isir l-iżvilupp ma kien hemm.", "Jiġifieri jekk kont trid tkun taf x'inhuma l-policies tal-gvern fuq l- agrikoltura, it-trasport, il-housing jew il-barrieri ma kont issib xejn miktub.", "Kollox kien isir skond kif ifettilu l-ministru ta' dak iż-żmien.", "Allura aħna bħala gvern waqqafna l-MEPA u llum saret dik li bl-Ingliż tissejjaħ a clearing house għall-policies kollha li għandhom x'jaqsmu ma' l- użu ta' l-art.", "Jiġifieri kellna nistennew aktar minn 25 sena minn wara l- indipendenza biex dan il-pajjiż jibda jkollu dokument miktub li jgħidilek il-pjanijiet tal-gvern f'dan il-qasam.", "Ovvjament dan ma kienx perfett, imma almenu kellna dokument li kien tajjeb u li kien jersaq biex jindirizza l- issues kollha.", "Taħt gvernijiet Laburisti ma kellniex sistema ta' applikazzjonijiet li kienet trasparenti u accountable.", "Wieħed kien japplika u jarak board, pero` la kont taf fejn jiddelibera u lanqas kellek sistema bħal m'għandek illum fejn tagħmel is-sottomissjonijiet, titkellem mal-case officers, tara kif qed jiġu interpretati l-policies, tirċievi r-rapport tar- rakkmandazzjoni, tesprimi l-veduti tiegħek u jekk tittieħed deċiżjoni li ma tgħoġbokx għandek ċans għar-reconsideration, u jekk lanqas dik ma togħġbokx għandek ċans li tmur għall-appell.", "Dawn huma kollha affarijiet li daħħal Gvern Nazzjonalista.", "Aħna għamilna sistema aċċessibbli bl-internet fejn wieħed jista' jmur jiċċekkja anke applikazzjonijiet ta' terzi persuni u joġġezzjona għalihom, jingħata sodisfazzjoni għall-oġġezzjonijiet li jagħmel u anke jitkellem fuq applikazzjonijiet li għamel ħaddieħor.", "Minn dan ma kien jeżisti xejn fi żmien Gvern Laburista.", "Qabel kien hawn il-liġi tal-ġungla f'dan is-settur u min jgħid mod ieħor ma jafx x'qed jgħid.", "Sur President, fl-ippjanar mhux biss għamilna l-iskemi tal-bini, imma għamilna sistema ta' livelli differenti ta' ppjanar.", "Għadnek il-pjan ta' struttura, għandek il-local plans, għandek l-action plans, għandek l- ischemes u kull ħaġa tinfilsa f'oħra b'ċerta konsistenza.", "Kien proprju n- nuqqas ta' dawn l-istrutturi li tant ġabu ħsara ambjentali f'dan il-pajjiż.", "Imbagħad xi ngħidu għas-sistemi ta' environment impact assessments u tat- traffic impact assessments li daħħal dan il-gvern u li ħafna drabi jintużaw kontra l-istess gvern?", "Is-sistema ta' ppjanar li daħħlu gvernijiet Nazzjonalisti tul dawn l-aħħar 20 sena fissret li f'dan il-pajjiż għandek sistema li hija accountable fil-livelli tagħha kollha.", "Aħna kellna nibdew mill-qiegħ għax lanqas pjanti fuq xiex tagħmel l-iżvilupp ma kellek u kellna ninvestu bil-kbir għax biex ikollok ippjanar tajjeb trid tinvesti, you have to put your money where your mouth is.", "Kellna nibdew b'sistema ta' aerial surveys fejn Malta ġiet mapped kollha kemm hi biex imbagħad daħlet is-sistema GIS, fejn timmarka kull żvilupp li jsir u kull applikazzjoni għal żvilupp li jkun se jsir, u llum tintuża mill-korporazzjonijiet differenti.", "Qabel ma kellna xejn minn dan kollu għax gvernijiet Laburista qatt ma investew fl-ippjanar.", "Fl-1988 ridna nagħmlu t-temporary schemes u kien hemm ċerta għaġġla għaliex Gvern Nazzjonalista ġdid ried jabolixxi l-liġi tal-BDA, pero` ma setax iħalli vacuum għax l-iżvilupp riedu ikompli għaddej.", "Il-gvern kellu aġenda wiesgħa u ried malajr joħloq struttura biex ikun jista' jibbaża l- aġġudikazzjoni ta' l-applikazzjonijiet li jidħlu.", "Għaldaqstant kien waqqaf select committees u għamel kriterji.", "Imma fejn kienu tal-Labour meta konna qed nagħmlu dawn it-tibdiliet kollha biex fl- ippjanar dan il-pajjiż inġibuh bħall-pajjiżi moderni l-oħra?", "Dawn kienu totalment assenti u ma pparteċipaw fl-ebda kumitat li ħadem fuq il-pjan ta' struttura, fl-ebda select committee u lanqas biss taw daqqa t'id biex il- MEPA ssir aħjar.", "Dawn huma tal-Labour Party li illum jiġi bid-dmugħ tal- kukkudrilli u jgħidu li lil tal-MEPA ma fdajnihomx.", "Meta saru l-iskemi fl-1988 ma kellniex dan is-setup tal-lum u ma kienx eżerċizzju perfett, imma kien l-aħjar eżerċizzju li seta' jsir bil-mezzi li kienu disponibbli dakinhar għax ma kellniex l-aerial survey.", "Niftakar li l- ischemes li kellna kienu saru permezz ta' proċess ta' konsultazzjoni pubblika fuq pjanti maħdumin bl-idejn, mentri llum għandna aerial photos u ħadd ma jista' jiġi jgħidlek li tqarraq bil-pjanti.", "Illum qed nagħmluhom fuq pjanti reali ta' permess li verament jeżisti.", "Aħna għamilnihom fid-dawl ta' l-urġenza li wieħed ma setax iwaqqaf l-iżvilupp u jgħid lil kulħadd biex jistenna sakemm naġġornaw il-pjanti.", "L-intenzjoni kienet li jkunu indirizzati n-nuqqasijiet fil-local plans, jiġifieri wara li daħlet il- planning authority fl-1992 suppost beda proċess ta' reviżjoni ta' l-istess pjan ta' struttura li miegħu kellek ukoll id-drafting tal-local plans li suppost kellu jieħu għaxar snin, u kulħadd jaf li dan il-proċess ħa iktar milli kien previst anke għaliex il-MEPA saret vittma tas-suċċess tagħha stess għax daħlet f'ħafna proċeduri to catch up man-nuqqasijiet tal-passat.", "Ovvjament meta int qed tagħmel drafting ta' kriterji ta' żvilupp trid ħafna żmien biex taħseb u tippjana sew, pero` finalment wasalna għal dan l- eżerċizju tar-razzjonalizzar.", "Sur President, il-kelma \"razzjonalizzar\" lili tgħoġobni, nikkondividiha u nsostniha.", "Wieħed mill-argumenti li jissemma għalfejn m'għandniex nivvotaw għal dan ir-razzjonalizzar huwa li hawn wisq proprjeta` vojta.", "Imma huwa minnu li għandek din il-proprjeta` vojta?", "Argument ieħor huwa li m'hawnx ġustifikazzjoni għalihom u ninsew ir-realtajiet li għandna f'dan il-pajjiż, l-iżvilupp li qed ikun hawn mhux biss fil-housing.", "Ħafna drabi jissemmew kemm hawn housing units u kemm nagħtu permessi għall-housing units.", "Pero` huwaa dan biss li għanda nżommu f'moħħna?", "Naħseb li wieħed mill-aktar argumenti li jiġġustifika dan it-twessigħ u razzjonalizzar huwa l-prezz tal- proprjeta`.", "Niftakar li fl-1988 meta kont għadni qed naħseb biex nieħu l- istat tiegħi plot kien jiswa Lm4,000, mentri llum plot f'raħal mhux l- aktar imfittex jista' jivvarjalek minn Lm80,000 sa Lm100,000.", "Daqshekk għoliet il-proprjeta`.", "Allura naħseb li għandna r-responsabilita` li naraw nistgħux nagħmlu xi ħaġa biex dawn il-prezzijiet ta' proprjeta` ma jkomplux jisplodu.", "Jekk m'hu xe nagħmlu xejn, il-proprejta` tispiċċa ma tkunx aċċessibbli għall-first time buyers u ma nibqgħux niftaħru li ħafna min- nies huma sidien ta' darhom.", "L-argument li hawn ħafna proprjeta' vojta ma jreġix għal kollox.", "Veru li hawn proprjeta` vojta, pero` dik il-proprjeta` m'hijiex available għal min irid jakkwista proprjeta`.", "Hawn min jixtri proprjeta` u jżommha għall- iżvilupp, hawn min jixtri proprjeta` bħala t-tieni dar tiegħu u għandek ħafna nies li jixtru proprjeta` għal skopijiet differenti.", "Barra minn hekk l-affarijiet f'dan il-pajjiż inbidlu.", "L-attivita` ekonomika u kummerċjali espandiet u għandek żviluppi ġodda li trid ssib l-ispazju, per eżempju, għal areas fejn jinbnew l-uffiċini.", "Wieħed jista' jistaqsi: Għalfejn dan l- eżerċizzju ma ġiex indirizzat fil-local plans?", "Aħna konna konxji ta' din il- ħtieġa anke fl-1998.", "Fil-fatt il-Gvern Nazzjonalista kien bil-ħsieb li jirrevedi ċerti skemi.", "L-intenzjoni kienet li nagħmluha, imma x'ġara?", "Meta jkollok eżerċizju komprensiv ovvjament trid tiddeċiedi minn fejn se taqta` u fejn se tiġbed il-linja.", "Apparti hekk kellna proċess ieħor in parallel ma' dak tal-local plans li kien qed jieħu ħafna żmien u allura jekk tħalli dan il-proċess ta' razzjonalizzar mifrux fuq żmien twil, dan minnu nnifsu jista' jagħti lok għal spekulazzjoni u forsi anke abbuż.", "Jiena ngħid li l-eżerċizzju li sar mill-kabinett li fassal il-kriterji u ħa in kunsiderazzjoni l-proċess ta' applikazzjonijiet li kienu saru fil-local plans, u li mbagħad ġie riferut lill-MEPA biex tagħti l-veduti tagħha u wara mar għand il-planning committee tal-Parlament, kien eżerċizzju tajjeb u contained li naqqas jew ma ħalliex li jsir l-abbuż.", "Naħseb li peress li dan il-proċess sar mill-kabinett, l-ogħla struttura eżekuttiva tal-pajjiż, ingħata profil għoli li tejjeb il-proċess ta' accountability.", "Qed ngħid dan għax kieku l-proċess tħalla fil-local plans, f'idejn nies li daqqa taf min huma u daqqa ma tafx min huma, kien ikun inqas diskuss u għalhekk kien ikun inqas trasparenti u accountable.", "Wara kollox aħna l-aktar uffiċjali accountable għax wara li nieħdu d-deċiżjonijiet f'din l-istituzzjoni rridu mmorru għand in-nies u ngħidulhom biex jiġġudikawna.", "Il-Prim Ministru qal li dan l-eżerċizju huwa eżerċizju fil-ġustizzja soċjali.", "Għalfejn qed ngħidu hekk?", "Waħda mill-kriterji li daħħalna kienu żoni li huma multi-ownership fejn kien hemm permessi qabel, għax fl-1988 tħalliet barra art li diġa` kienet kompartamentalizzata fi plots u wħud minnhom kienu applikaw għall-permessi u ħarġulhom.", "Jiġifieri kellek plots kbar maqsumin fi plots iżgħar fejn uħud minnhom ġabu l-permessi, uħud le u l-bqija tħallew barra.", "Hemmhekk kien hemm bżonn li nagħmlu ġustizzja ma' dawn in-nies.", "Naħseb li l-inklużjoni ta' din art, għalkemm m'hijiex kbira imma hija art ġdida għall-iżvilupp, se taffettwa l-prezzijiet tal-bini u dan hu mezz ta' ġustizzja soċjali wkoll ma' min forsi s'issa ma jistax jasal biex jixtri proprejta`.", "Sur President, meta rajna kif mexa l-iżvilupp mill-1988 sal-lum u rajna kif żvolġiet il-pjanta ta' l-irħula tagħna ndunajna li għandek irħula li fit- trufijiet tagħhom hemm ħafna tqasqis u m'hemmx dik il-linja razzjonali li jkollok triq li ddur madwar ir-raħal u tgħaqqadlek n-naħat kollha tal- periferija.", "Dan it-tqasqis la jgħin id-dehra tar-raħal u lanqas jgħin is- sistema tat-toroq partikolarment fejn jidħlu r-rotot tat-trasport pubbliku.", "Fil-fatt ħafna drabi ma tistax tagħmel rotta tat-trasport pubbliku li jdurlek mar-raħal għax għandek dan it-tqasqis u t-toroq ma jdurux mar-raħal kollu.", "Dan in-nuqqas ta' razzjonalizzar ma jgħinx biex tgħaddi l- infrastruttura għax ma tkunx tista' tgħaddiha b'mod loġiku madwar ir-raħal, u għalhekk, per eżempju, ħafna rħula ma jkunux jistgħu jgħaddu ċerti sistemi għall-istorm water.", "Pero` l-iktar periklu kien li tħalli s-sistema li kellna s'issa u ma tagħmilx kriterji.", "Aħna dawn il-kriterji għamilniehom u wieħed mid-dispjaċiri tiegħi hu li ma kienx hawn tant diskussjonijiet fuq il-kriterji.", "Noqogħdu nitkellmu fuq art agrikola u art li hija tajba għall- ambjent, pero` meta wieħed jara l-kriterji jinduna kemm dawn kienu loġiċi u kemm ħafna mill-akkużi li saru fuq nuqqas ta' sostenibilita` kienu fil-fatt indirizzati fil-kriterji li għamilna.", "Per eżempju, aħna għamilna kriterji differenti għal Malta u għal Għawdex u ma tantx smajt kritika dwar dan.", "Aħna għamilna hekk għax dehrilna li l- iżvilupp urban f'Għawdex huwa distint minn dak ta' Malta u allura l- kriterji riedu jvarjaw ftit.", "Għedna li biex plot tiddaħħal fl-iskema jrid ikollha bini fuq tliet naħat tagħha u r-raba` naħa aktarx tkun triq.", "Għedna wkoll li s-sit", "irid ikun ta' 17,000 metru kwadru, ħlief f'każi ta' multi-ownership.", "Għedna wkoll li l-blokki li jirriżultaw iridu jkunu f'konfigurazzjonijiet tali li jistgħu jagħtu lok għal żvilupp ta' plots, li s-sit irid inaqqas l-impatt viżwali fuq il-landscapes u li s-sit irid ikun diġa` aċċessat minn toroq eżistenti.", "Daħħalna dawn l-affarijiet kollha u naħseb li dawn kienu kriterji li minnhom innifishom qed jissettjaw xi ħaġa ġdida anke fil- kultura ta' l-iżvilupp tagħna, u naħseb li dawn kien ħaqqhom diskussjoni aħjar min-naħa ta' l-oppożizzjoni.", "Kien hemm il-kritika, kemm mill-oppożizzjoni kif ukoll minn nies barra l- parlament, li qed neqirdu l-kampanja.", "L-ewwelnett huwa veru li se neqirdu l- kampanja?", "Dalgħodu kont qed inħares lejn il-pjanti kif inhuma proposti u innotajt li f'diversi rħula m'hemm l-ebda żieda fiz-zoni ta' l-iżvilupp.", "Fil-Kalkara addirittura għandek sit li qed ikun eskluż miż-żona ta' l- iżvilupp.", "Dan is-sit huwa l-wied ta' Kalkara li kien hemm ħafna kontroversji fuqu.", "F'Marsaxlokk qegħdin ngħidu li ċerta zona daħlet minħabba l-local plan ta' żmien Gvern Laburista li huwa diskuttibbli u għalhekk biex dak jibqa' fl-ischeme jrid ikun hemm ġustifikazzjoni kif suppost.", "Fil-Mellieħa daħħalna sit bi tpattija għal sit ieħor li qed ikun eskluż.", "Xi ħadd semma li fil-Mosta ddaħlet biċċa art kbira daqs l-Imġarr.", "L-ewwelnett dik l-art li daħlet hija barriera bil-permess.", "Dik il-barriera hija indikata fil-local plan u tidħol għall-iżvilupp, pero` m'għandhiex tingħata kollha għall-iżvilupp imma jrid ikun hemm development brief per se fuqha.", "Fl-Imġarr, kuntrarjament għal dak li ntqal li se jkun hemm ħafna żvilupp, hemm pockets żgħar ta' żvilupp bi provisos fuq l-arkeoloġija.", "Il- bqija għandek żvilupp fl-Imtarfa, f'Pembroke u f'Ħal Farruġ li qabel lanqas kellhom scheme għalihom.", "Jiġifieri mit-tkabbir ta' 2.3% fuq iż-żona tal- bini, 20% huwa committed, għandek ammont kbir li diġa` huwa inklużi fil- local plans u minn dak li jibqa` għandek ammont kbir li se jmur għal toroq, jiġifieri altro che li qed neqirdu l-kampanja.", "Sur President, dan l-eżerċizzju kellu skop ieħor.", "Kien hemm il-ħtieġa li l- gvern isib xi art tiegħu li jkun jista' jużaha għal social housing u fost dawn insibu siti fil-Munxar, f'Tal-Papa, fiż-Żurrieq, fil-Gudja, fil- Mellieħa u fl-Imtarfa li qed jiġu nklużi fl-iskema biex il-gvern proprju ikollu aktar art biex jista' jiżviluppa l-housing soċjali u jagħtiha lil dawk li ma jsibux proprjeta` aċċessibbli għalihom.", "Dan l-eżerċizzju naħseb li huwa ferma aħjar minn dak li kienu għamlu tal-Labour fi żmienhom meta riedu jfittxu art għal housing soċjali.", "Alfred Sant kien ipprova jagħmel dan l-eżerċizzju u kien waqqaf kummissjoni ta' KMB biex jeżamina x'art għandu l-gvern u l- joint office.", "Kien tah terminu ta' tliet xhur u minn tliet xhur damu sitt xhur.", "Pero` dan l-eżerċizzju kien inżamm mistur u ma ntqal xejn fuqu.", "Kien eżerċizzju li ma kienx trasparenti u ma saret l-ebda konsultazzjoni pubblika fuqu u ħarġu affarijiet anomali.", "Ara kemm smajna diskors fuq Tal- Papa, fl-eżerċizzju li għamlu huma ħarġu bi pjanta ta' extent ta' art għaxar darbiet akbar minn dik li qed nipproponu aħna llum.", "Din kienu daħħluha wkoll fl-istess pjan lokali li kien ġie mgħoddi fi żmienhom.", "Jiġifieri din hija l-konsistenza u l-ġenwinita` fid-diskorsi tal-membri tan- naħa l-oħra.", "Sur President, kif diġa` għedt, ħaġa li timbuttani favur dan l-eżerċizzju hija r-razzjonalizzar ta' l-infrastruttura, partikolarment fit-traffiku, li se jġib miegħu dan il-proċess.", "Ħafna drabi t-tqasqis li jkollok fl-istess skemi ma jgħinx lit-traffiku u biex tgħaddi minn post ta' periferija għall- oħra trid toqgħod tgħaddi min-nofs ir-raħal, u l-iskemi li qed nagħmlu se jgħinu biex intaffu din il-problema.", "Aħna qed ngħidu wkoll li biex wieħed tiddaħħallu art fl-ischeme, l-ewwel trid tiġi żviluppata t-triq u biex tiġi żviluppata t-triq irid ikollok 80% ta' dik l-area li jkun hemm applikazzjonijiet fuqha.", "Jiġifieri se nevitaw dak li sar s'issa u ċioe` ħafna piecemeal development li ma jgħinx fl-istess bini ta' l- infrastruttura.", "Sur President, nagħlaq dan l-intervent billi ngħid li dan l-eżerċizzju huwa pass kuraġġuż.", "Hu veru li aħna ssoġġettajna ruħna għall-kritika, pero` naħseb li dan qed nagħmluh bl-akbar onesta` u qed nagħmluh għax hemm bżonn li niġbdu linja u ma nħallux l-affarijiet miftuħin għal ċertu abbuż li jista' jsir.", "Aħna qed nagħmlu l-affarijiet bl-ikbar trasparenza u tajjeb li ngħidu li disa' minn kull għaxra li applikaw ġew rifjutati u b'wiċċna minn quddiem qed nerfgħu din id-deċiżjoni li ma kenitx faċli, pero` qed neħduha għax nemmnu li dan il-proċess irridu nagħlquh darba għal dejjem.", "Dan l- iżvilupp għandu verament iwassal għal dak li kien hemm bżonn isir fis- sistema ta' l-ippjanar.", "Il-Gvern Nazzjonalista jista' jiftaħar li fi żmien tant qasir, 18-il sena, għamel dak li suppost sar f'40 sena.", "Dan huwa pass ieħor importanti biex l-ippjanar f'pajjiżna jkun imsejjes fuq il-loġika sabiex itejjeb l-użu ta' l-art fil-futur u anke l-mod", "kif ngħaddu l-infrastruttura.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Carmelo Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Sur President, jiena smajt diversi kelliema kemm min- naħa ta' l-oppożizzjoni kif ukoll min-naħa tal-gvern u nnotajt li d-diskors tal-kelliema tal-gvern kellu pattern wieħed.", "Dawn kollha jagħtuk l- impressjoni li bl- hekk imsejjaħ razzjonalizzar li qed jipproponi l-gvern, il-kampanja se tikber.", "L-impressjoni mid-diskorsi li qed jingħadu hu li b'dan ir-razzjonalizzar mhux se tittieħed art li llum hija kampanja biex isir żvilupp fiha, pero` l-verita` hi differenti.", "Sur President, l-art f'Malta qed issir skarsa anke minħabba ċ-ċokon ta' pajjiżna u allura huwa aktar importanti li nagħmlu użu għaqli tal-ftit art li fadlilna.", "Jiena naħseb li huwa importanti wkoll li meta nħarsu lejn l- art ta' pajjiżna u nħarsu lejn l-istampa aktar wiesgħa ta' l-attivita` ekonomika, fosthom it-turiżmu, nistaqsu ftit x'inhu l-aħjar mhux biss għat- turisti imma għalina u għal uliedna.", "Qabel konna nisimgħuha spiss il-frażi \"għalina u għal uliedna\", imma issa donnu li wliedna qed jintesew.", "X'irridu naraw f'pajjiżna?", "Irridu pajjiż kullimkien concrete u ġebel, jew inkella hu meħtieġ li nħallu daqsxejn kampanja biex titgawda mill-familji tagħna u mill-ġenerazzjonijiet futuri?", "Hu tajjeb li nħarsu lejn dawn il- punti u ma nibqgħux, bi skuża jew oħra, nibnu kullimkien.", "L-edukazzjoni tal-poplu tagħna wasslet biex ikollna poplu aktar konxju ta' l-ambjent u din hija ħaġa pożittiva, pero` l-biża' tiegħi hi li min qed imexxi lil pajjiżna llum qed jagħmel kompromess wieħed wara l-ieħor fuq l-ambjent minkejja l-priedki u d-dmugħ tal-kukkudrilli li l-gvern għandu għal qalbu l- ambjent.", "Il-fatti jitkellmu waħedhom.", "Sur President, issa se nkun daqsxejn sarkastiku.", "Mal-bidu tad-diskussjoni fuq din il-mozzjoni mressqa mill-gvern ħarġet l-aħbar mill-Vatikan li l- Papa se jiġi fostna biex kif għamel ta' qablu jagħmel aktar beati.", "Fil-fatt jidher li l-lista tal-beati li se jagħmel se jkun hemm inkluż il-gvernijiet Nazzjonalisti kollha li kellna anke qabel il-1971 u se jagħti notice ta' beatifikazzjoni lill-membri tal-gvern preżenti.", "Dan qed ngħidu għax mill- mod kif jitkellmu tieħu l-impressjoni li huma puri għall-aħħar.", "Dawn bdew isemmulna x'ġara mill-1971 sa l-1987, għax għalihom ix-xemx telgħet fl-1987 meta telgħu fil-gvern huma, u ftit isemmu x'ġara fis-sittinijiet.", "Milli jidher ma kellniex korruzzjoni u ma kellniex artijiet li ngħataw b'mod mhux trasparenti.", "Il-bieraħ xi ħadd semma lill-Ministru Caruana.", "Jiena ma niftakrux għax twelidt fl-1972 imma hemm min jiftakar x'kien isir.", "Mid- diskors li nisimgħu min-naħa l-oħra tal-Kamra tieħu l-impressjoni li d- difetti kollha qegħdin fil-Partit Laburista u kull ħaġa ħażina li seħħet, seħħet meta aħna konna fil-gvern!", "Allura jkun tajjeb li meta jiġi l-Papa - u nieħdu gost jekk jiġi l-Papa u nagħtuh merħba kbira - jibbeatifika l- gvernijiet Nazzjonalisti ħalli nżiduhom mat-tliet beati l-oħra li kien għamel il-Papa ta' qabel.", "Sur President, jiena qed niftakar fis-silta tal-vanġelu meta Kristu qal: Min hu bla dnub jitfa' l-ewwel ġebla.", "Jiena m'iniex se nitfa' l-ewwel ġebla għax kulħadd għandu d-dnubiet tiegħu, imma ħadd ma jista jipponta subajgħ lejn xi ħadd ieħor u jgħid: Jiena pur u m'għandix dnubiet.", "Kellna talba, per eżempju, biex il-Partit Laburista jitlob apoloġija ta' dak kollu li sar.", "Jiena nistaqsi: Il-Partit Nazzjonalista talab apoloġija għall- inġustizzji li saru, u li ġew ppruvati mill-qorti li saru?!", "Tul is-snin kemm ministri Nazzjonalisti rriżenjaw fuq abbużi li saru u li ħarġu fil- pubbliku, u li kienu f'pajjiżi demokratiċi oħra kienu jkollhom jirriżenjaw?", "L-ebda ministru m'għamel hekk.", "Allura naħseb li jekk irridu nitkellmu bis- serjeta` kulħadd irid jirrikonoxxi l-iżbalji li saru jew li setgħu saru.", "Pero` ħa niġu għall-preżent.", "Sur President, ir-raġuni prinċipali għal dan li qed jiġi propost mill- kabinett tal-Partit Nazzjonalista hija sabiex jissewwew inġustizzji li saru fl-1988, jiġifieri 18-il sena ilu.", "Għaliex qed jinħass issa il-bżonn li jissewwew l-inġustizzji?", "Nixtieq li xi ħadd iwieġeb b'mod ċar dwar dan.", "Jiena nismagħhom jgħidu li justice delayed is justice denied u jekk wara 18- il sena din m'hijiex justice delayed, ma nafx x'tista' tkun justice delayed.", "Kellna min qalilna, u pprova anke jsemmi soċjologi u persuni għorrief oħra, li l-proċess għandu bidu u għandu t-tmiem, imma jien ngħid li dan il-proċess jista' jkun li kellu bidu imma ma jista' jkollu qatt tmiem.", "Għaliex?", "Għax naturalment l-allegazzjonijiet ta' l-inġustizzji se jibqgħu jsiru.", "Allura mbagħad jista' jkun hemm gvern ieħor - jista' jkun l- istess Partit Nazzjonalista fil-gvern - li jgħid li fl-2006 saru xi inġustizzji u issa se jieħu passi korrettivi oħrajn biex isewwu u dawk l- inġustizzji li kienu saru.", "Jien naħseb li wieħed jista' wkoll jinterpreta dak li qal ic-chairman tal-MEPA bħala li dan il-proċess jista' ma jispiċċa qatt għax fil-fatt qal:", "\"This was an extension of that process, but now re-evaluated with reference to established criteria.\".", "Aħna kellna proċess sħiħ tal-local plans li suppost kien ġie konkluż u issa qed ngħidu li kellna review tal-local plans skond il-kriterji ġodda.", "Mela jista' jkun li dan il-proċess nafu li kellu bidu pero` ma nafux meta se naraw it-tmiem tiegħu.", "Sur President, filwaqt li huwa tajjeb li jissewwew dawn l-inġustizzji Ii jidher li saru mill-Partit Nazzjonalista stess, għax fl-1988 Gvern Nazzjonalista kien hemm, tajjeb li wieħed jistaqsi dwar il-mod ta' kif dan il-proċess qed isir.", "Kemm ilna nisimgħu ftaħir mill-Partit Nazzjonalista fil-gvern li hu kien il-gvern li waqqaf il-planning authority li llum hija magħrufa bħala l-MEPA?", "Kemm ilna nisimgħu li dawn għandhom fiduċja sħiħa fiha u li hija awtorita` awtonoma mingħajr indħil tal-gvern?", "Kemm ilna nisimgħuh dan?", "Dan anke smajnieh f'diskorsi waqt dan id-dibattitu għax fl- aħħar mill-aħħar it-tattika tal-Partit Nazzjonalista hi li tirrepeti u tibqa' tirrepeti nofs verita` jew gidba ħalli forsi fl-aħħar titwemmen.", "F'dan il-kuntest jiena nixtieq nistaqsi mhux lilna hawn ġew, imma lill- poplu hemm barra: Hawn xi ħadd li għandu xi dubju li l-gvern ma jindaħalx b'mod dirett jew indirett fid-deċiżjonijiet tal-MEPA?", "Hawn xi ħadd li jemminha din meta dawn jistaħbew wara awtorita` li waqqfu u jappuntaw nies li huma leali lejn il-gvern tal-ġurnata?", "Kemm awtorita` tista' tkun kredibbli meta l-lealta` tagħha hi lejn min ħatarha?", "Din hi r-realta` tajjeb jew ħażin.", "Allura kif jista' wieħed jgħid li l-gvern m'għandux b'mod dirett jew indirett sehem fid-deċiżjonijiet li jittieħdu?", "Dan l-indħil se jkun pubbliku, Sur President?", "Ma tarax!", "Mela aħna qed nitkellmu ma' nies li m'għandhomx melħ f'rashom!", "Dawn huma affarijiet li jsiru minn taħt u allura jekk hawn xi ħadd li jemmen li m'hemmx indħil b'mod dirett jew indirett, naturalment għandu jitkellem.", "Hawn xi ħadd li għandu xi dubju li fil-MEPA, fost ċertu nies, biex ma nitfax dell ikrah fuq kulħadd, jgħaddu u jimxu flus kbar min id għall-oħra?", "Min jgħid hekk qed jipprova jgħatti x-xemx bl-għarbiel.", "Ftit ta' żmien ilu kellna l-Arċisqof ta' Malta stess li għamel din l-osservazzjoni.", "Iżda x'ġara minn dak id-diskors li għamel l-Arċisqof?", "Omerta` sħiħa, Sur President.", "Ara kemm niftaħru li aħna nsara, imma minflok ma ninvestigaw bis-serjeta` dan il-messaġġ li tefa' r-ragħaj spiritwali tagħna, il-gvern jinfexx jattakka lill-messaġġier flok lill-messaġġ.", "Anke llum hekk qed jiġri.", "Fil-fatt fil-gazzetta tat-23 ta' Lulju, Ms. Astrid Vella, li jiena ma nafhiex imma naf li hi attivista fil-qasam ta' l-ambjent, ġiet attakkata billi semmewlha x'affarijiet li ġraw snin twal ilu.", "Jiena ma nafx jekk hux veru jew le u m'huwiex il-ħsieb tiegħi li niddefendi lil Ms Vella għax persważ li din kapaċi tiddefendi lilha nnifisha, imma ridt inġib eżempju ta' kif dan il-gvern flok jara x'inhu l-messaġġ jattakka lill-messaġġier li jwassal il-messaġġ.", "Il-kelliem ta' qabli, il-Ministru Mugliett, qal li dan li qed isir huwa eżerċizzju fl-ippjanar, pero` oħroġ il-għaġeb dan l-eżerċizzju ġie kkritikat mill-Malta Chamber of Planners!", "Naħseb li dawn jifhmu xi ħaġa fl- ippjanar!", "Fi stqarrija tagħhom dawn ħarġu jgħid hekk:", "\"We are concerned about government's announcement of the extension of the development boundaries.", "It is clear that through this exercise, government is bypassing and pre-empting the planning process as established by the Development Planning Act 1992.", "Although the MEPA's involvement in the whole exercise is understandable, however, the process whereby government itself sets the criteria, proposes sites (some of which would fail if assessed along these same criteria) and then places the onus on the MEPA to identify other sites fitting with the criteria already set, is certainly not the way planning is to be conceived and not in line with the legal provisions in the Development Planning Act 1992.\".", "Mela dan l-hekk imsejjaħ eżerċizzju fl-ippjanar skond il-Ministru Mugliett ġie kkritikat minn din l-organizzazzjoni ta' planners li ċertament tifhem f'dawn l-affarijiet.", "Il-Malta Chamber of Planners, aktar 'l isfel fl- istqarrija tagħhom qalu hekk:", "\"Whereas the chamber iterates that the role of government is to set strategic policy, and not to impose specific planning criteria on the relative agencies, there is a lot to say about these criteria as set, mainly their vagueness but also their conflict between specific criteria.\".", "Dan mhux qed ngħidu jien jew l-oppożizzjoni, imma The Malta Chamber of Planners, li kif għedt, nassumi li jafu x'inhuma jgħidu.", "Ħaġ'oħra li semmew u li ġibdet l-attenzjoni tiegħi fl-istqarrija tagħhom hija din u nikkwota:", "\"The manner in which the criteria are being applied retroactively only to submissions already made during the local plan process is in itself creating another injustice with those who felt they should not make a submission, since their request would not tie in with the previously established criteria.\".", "Jiġifieri hawnhekk joħroġ il-punt li kont qed insemmi l-ewwel, li dan huwa proċess li beda pero` li jista' ma jieqaf qatt għax l-inġustizzji jew l- allegazzjonijiet ta' inġustizzji se jibqgħu joħorġu u kulħadd jibda jsemmi l-ħtieġa li nerġgħu nirrevedu l-affarijiet biex nirrimedjaw għal dan.", "Sur President, kemm konna nisimgħu li fiż-żmien meta l-Partit Laburista kien fil-gvern qabel l-1987 il-korruzzjoni kienet istituzzjonalizzata.", "Jiena nistaqsi x'qed jiġri differenti llum?", "Tal-Partit Nazzjonalista jridu jitkellmu fuq korruzzjoni?!", "Illum mhux biss korruzzjoni qed naraw, imma naraw ukoll ħierġa l-arroganza.", "Li hemm differenti hu li llum din hija mgeżwra f'wrapping paper kulurita u sabiħa u tistaħba wara xi istituzzjoni!", "Ċertament hemm irfinar ta' kif isiru l-affarijiet, pero` m'hemmx differenza, Sur President.", "MR SPEAKER: Il-Ministru, on a point of order.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Sur President, l-Onor.", "Abela għadu kemm semma l- korruzzjoni.", "Jekk l-Onor.", "Abela jaf b'xi każi ta' korruzzjoni għandu l- poteri kollha mhux biss isemmihom f'dan il-Parlament, imma għandu d-dmir li jirraportahom fl-istituzzjonijiet nazzjonali.", "Jekk jaf b'każi ta' korruzzjoni u ma jirrappurtahomx allura hu nvolut f'dik il-korruzzjoni wkoll.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Sur President, nieħu nota ta' dak li qed jgħid il- ministru u jekk inkun naf b'xi każi ta' korruzzjoni m'iniex se noqgħod lura milli nġibhom għall-attenzjoni ta' din il-Kamra u ta' istituzzjonijiet oħra nazzjonali.", "Jiena qed nitkellem u nikkritika l-mod ta' kif qed isir dan il- proċess ta' razzjonalizzar.", "Il-fatt waħdu li l-kabinett qed jimbotta dan it-tibdil, u allura qed jidher f'isem persuni oħra li b'xi mod xejn trasparenti nżammew mistura ....", "Veru li fil-bidu ta' dan id-dibattitu qalulna li wieħed jista` jidħol fil-website tal-MEPA u jsib l-informazzjoni kollha li jrid, pero` meta tidħol f'din il- website kulma ssib huwa salt mapep, imma m'hemm l-ebda indikazzjoni, sa fejn naf jien, ta' min huma s-siti li daħlu fl-iskema.", "Hemm lista sħiħa ta' sottomissjonijiet, pero` m'hemmx liema huma dawk li ġew magħżula.", "MR SPEAKER: Il-Ministru, on a point of order.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Napprezza li l-Onor.", "Abela m'huwiex perit imma nimmaġina li jaf juża computer.", "Fil-website tal-MEPA mhux biss hemm il- folders kollha bit-text kollu tas-sottomissjonijiet li saru mill-1991 'il hawn, imma hemm ukoll indikati b'żewġ kuluri, dawk bl-oranġjo li l-MEPA pproponiet fil-pjani lokali u dawk bl-aħdar li kkwalifikaw bil-kriterji.", "Kulma jrid jagħmel hu li jidħol fil-website u jarahom.", "Jekk ma kellux il- ħin biex jarahom ma jiġix hawnhekk u jgħid il-ħmerijiet, Sur President.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Mela biex inkompli ngħid il-ħmerijiet, il-ħmerija hija li wara li ilna tant nisimgħu fuq l-hekk imsejjaħ razzjonalizzar, dawn il-mapep li qed isemmi l-Ministru, li minnhom hemm 'il fuq minn 4,230, tpoġġew fil-website tal-MEPA nhar it-Tnejn filgħodu, meta se jibda d- dibattitu, u biex tarahom trid tidħol fihom waħda waħda.", "Jiena naf li hemm il-kuluri imma wara li konna ilna nitkellmu fuq dan għal ġimgħat sħaħ, dawn ġew impoġġija hemm it-Tnejn filgħodu, ftit sigħat qabel beda dan id- dibattitu.", "Pero` apparti dan, li nixtieq nistaqsi lill-ministru huwa dad: Jista' jgħidilna l-persentaġġ ta' kemm minn dan li qed jiġi propost qed isir biex jiġu rimedjati l-inġustizzji li saru fl-1988?", "Veru li jirriżulta li dan huwa ftit meta mqabbla ma' dak li qed jiġi propost?", "Jista` jgħidulna meta wħud minn dawn l-artijiet li qed jiġu proposti biddlu l-idejn u għand min jinsabu llum?", "(Interruzzjonijiet) Naħseb li l-mistoqsija tiegħi hija ċara.", "Qed nistaqsi kemm minn dak li qed jiġi propost għar-razzjonalizzar qed minħabba inġustizzji, għax jekk inti tgħid li hemm inġustizzja bilfors tkun taf kontra min saret din l-inġustizzja.", "Issa jiena m'iniex perit veru imma mill-1988 għaddew 18-il sena u dan hu żmien twil mhux ħażin.", "Naħseb li nafu kontra min saru l-inġustizzji bi żball dak iż-żmien u allura qed nistaqsi: Kemm hu l-persentaġġ ta' dak li qed jiġi propost biex jissewwew dawk l-inġustizzji li saru?", "Meta fid-29 ta' Ottubru, 2002 kien beda l-programm ta' l-eko-skola f'pajjiżna, student kien għamel diskors ta' l-okkażjoni u kien qal frażi li lili laqtitni.", "Dan kien qal: Show us the way and we will take up the challenge.", "Naturalment kien qed jgħid fuq l-ambjent in ġenerali, u tajjeb li ngħid li l-eko-skola hi proġett tajjeb li aħna nappoġġaw, pero` nispera li dawn it-tfal ma jieħdux dan l-eżempju għax m'huwiex eżempju tajjeb għat- tfal li huma fuq quddiem nett biex iħarsu l-ambjent.", "L-importanti mhux li nagħmlu l-priedki imma li bil-fatti nipproteġu l- ambjent.", "Il-Prim Ministru qalilna li dan il-proċess qed isir għal skop soċjali.", "Fl- opinjoni tiegħi din hija skuża u ma nafx kif jista' l-gvern ikompli jidħaq bil-poplu b'dan il-mod.", "Fejn hu l-iskop soċjali ta' dan il-proċess, apparti dak li nsewwu l-inġustizzji li qed jintqal li saru?", "Qed jingħad li dan kollu għandu jkollu impatt fuq il-prezzijiet tal-bini f'pajjiżna.", "Meta jiena nisma` dan u npoġġih f'perspettiva ma' dak li jgħidu n-nies u ma x'qed jiġri fil-prezzijiet tal-bini ma nistax ma nkunx xettiku.", "L-ekonomija taħdem b'mod li jekk inti għandek aktar bini fis-suq allura suppost il- prezz tal-bini jonqos.", "Imma f'pajjiżna mhux jiġri hekk, għax filwaqt li għandna aktar bini tiela' l-prezzijiet m'humiex qegħdin jinżlu.", "Barra minn hekk għandna stqarrija ċara - diġa` rriferew għaliha kollegi oħrajn - li għal-lum u għas-snin li ġejjin għandna biżżejjed stock li jista' jintuża għal skop ta' akkomodazzjoni u skopijiet oħrajn.", "Allura dan il-fatt bilfors iġegħelna naħsbu ħażin fuq dan l-eżerċizzju li qed isir.", "Imma jiena ma nixtieqx nirrepeti dak li qalu l-kollegi tiegħi u għalhekk ngħaddi għal xi ħaġa oħra.", "Sur President, ngħaddi issa biex ngħid xi ħaġa fuq din l-għaġġla kollha li biha qed isir dan l-eżerċizzju.", "Mela l-ewwel ħallew 18-il sena jgħaddu u issa f'sitt ġimgħat iridu jagħmlu kollox.", "Hekk iddeċieda l-kabinett u l- MEPA kellha tbaxxi rasha.", "Jien nixtieq nistaqsi x'kienet l-ewwel reazzjoni tal-MEPA, għax din ma ħarġitx pubblika.", "Mhux hekk biss, kellek min ftaħar bl-istaff tiegħu għax lestew kollox f'qasir żmien.", "Prosit!", "Veru tieħu gost li jkun hemm l-effiċjenza, pero` b'hekk l-istaff tal-MEPA spiċċa paper- pusher tal-gvern.", "Dik hija l-importanza u l-motivazzjoni li għandhom il- ħaddiema validi li hemm fil-MEPA, li jispiċċaw paper- pushers tal-gvern!", "Għandek ħaddiema fil-MEPA li llum spiċċaw b'moral baxx ħafna minħabba dan l- eżerċizzju, għax suppost jagħmluh huma bħala planners imma spiċċa impost fuqhom mill-gvern.", "Jiena nixtieq nagħmel rimarka dwar għalfejn din l-għaġġla u din l- effiċjenza mill-istaff tal-MEPA ma seħħitx ukoll fir-rigward tal-pjani lokali.", "Jekk naraw anke diversi mistoqsijiet parlamentari li saru tul iż- żmien, per eżempju, kellna l-Ministru Tonio Borg li fl-2001 kien wieġeb dwar kif kienu se jiġu deċiżi is-seba' pjani lokali li jkopru t-territorju ta' Malta u Għawdex.", "Kellek uħud minnhom li kienu approvati jew waslu biex ikunu approvati u l-aktar wieħed li kien waqa' lura kien il-pjan lokali għal nofsinhar ta' Malta fejn dan ix-xogħol - il-Ministru Tonio Borg qalilna f'Lulju ta' l-2001 - inbeda, inġabret ħafna informazzjoni meħtieġa għall-pjan u huwa maħsub li l-pjan ikun ippreżentat lill-bord ta' l- awtorita` qabel tmiem is-sena 2001.", "Imbagħad kellek mistoqsija parlamentari aktar riċenti fl-2006 li naturalment kienet imwieġba mill-Ministru Pullicino fejn qalilna liema kienu approvati, dak ta' Marsaxlokk li kien approvat fl-1995 u tal-Grand Harbour li kien approvat f'April 2003.", "Qalilna wkoll li kien hemm approvati għall-konsultazzjoni pubblika ħames pjani lokali oħra u li skond ma tħabbar fil-parlament huwa mistenni li l-pjani lokali kollha jiġu approvati fl-2006 u anke spjegalna x'kienet ir-raġuni għad-dewmien fil-pjani lokali.", "Jiena qed norbot dan l-argument mal-fatt li min imexxi l-awtorita` ftaħar kemm l- istaff tagħha kien effiċjenti biex għamel ir-reviżjoni parzjali tal-pjan ta' struttura.", "U veru kien effiċjenti biex lesta dan il-pjan f'temp ta' sitt ġimgħat!", "Allura għaliex dan ma seħħx anke fir-rigward tal-pjani lokali?", "Barra minn hekk din l-għaġġla kollha qed narawha meta fadal ftit żmien il- parlament jagħlaq għall-vaganzi tas-sajf.", "Issa drajniha din li meta jkun hemm xi ħaġa taħraq u importanti nġibuha għad-diskussjoni quddiem il- parlament biex ngħadduha f'ħakka t'għajn qabel is-sajf.", "Jiena naħseb li r- raġuni għal din l-għaġġla kollha hija minħabba li mill-bidu t'Awissu se tidħol fis-seħħ direttiva ta' l-Unjoni Ewropea li titlob li jsir a strategic environment assessment, u allura l-gvern qed ibażwar biex jevita dan kollu.", "Possibbli li wara biss sentejn mis-sħubija tagħna fl-Unjoni ewropea diġa` tlifna l-ħeġġa biex intejbu l-ambjent?!", "Daqshekk għadu jissemma b'tant ħerqa l-ambjent min-naħa l-oħra, Sur President!", "X'differenza minn żmien ir-referendum u l-elezzjoni ta' l-2003!", "Dak iż- żmien l-tgħidx kemm kienu jiftaħru li l-Unjoni Ewropea se tagħtina għajnuna finanzjarja u għajnuna oħra biex nkunu nistgħu nħarsu u ntejbu l-ambjent, imma issa donnu li għalihom l-ambjent ma jfisser xejn.", "Dan qed ngħidu biex nuri li dak li kienu jgħidu qabel ir-referendum u l-elezzjoni kien opportuniżmu!", "Sur President, l-id tal-kabinett fir-reviżjoni parzjali tal-pjan ta' struttura tidher sew anke mill-pjanti li tpoġġew fuq il-mejda tal-Kamra, għax tinduna li f'ċerti postijiet fejn hemm l-aktar rappreżentanza ta' ministri ħarġu iktar artijiet għall-iżvilupp.", "Pero' apparti minn hekk li nixtieq nistaqsi hu jekk jekk il-ministru jistax jikkonferma jew jiċħad inkisritx jew le l-proċedura kontemplata fl-att dwar l-ippjanar ta' l- iżvilupp meta ġew finalizzati l-pjani lokali.", "Nistaqsi wkoll jekk hux veru jew le li r-rappreżentanti mill-ministeru għall-affarijiet rurali u ambjent fil-21 ta' Lulju ta' din is-sena għamlu pressjoni biex xi partijiet mill- pjani lokali li kienu diġa` ġew approvati mill-bord tal-MEPA jinbidlu bħal, per eżempju, il-mapep li juru kemm għandu jkollhom sulari żoni partikolari fl-iskema ta' l-iżvilupp.", "Nistaqsi jekk il-ministru jħossux komdu li jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-minuti tal-bord tal-MEPA ta' dawn l-aħħar ġimgħatejn b'mod partikolari ta' l-20 u l-21 ta' Lulju ta' din is-sena.", "Il- ministru kellu mistoqsija parlamentari fuq dan u qal li ma jħossx li għandu jagħmel dan għax hemm membru ta' l-oppożizzjoni li għandu aċċess għall- minuti.", "Jekk dan l-istess membru jista' jippubblikahom u l-ministru ma jkollu l-ebda oġġezzjoni għal dan, nistieden lil dan il-membru jpoġġihom fuq il-mejda tal-Kamra.", "Sur President, nagħlaq billi nikkwota x'qalu fl-aħħar ta' l-istqarrija tagħhom il-membri taċ-Chamber of Planners dwar il-pjani lokali.", "Dawn qalu hekk:", "\"It should be noted that through the issuing of the draft local plans, MEPA had already taken a clear position with respect to the limits to development boundaries which required rationalization as well as the criteria for such a process.\"", "Mela l-MEPA kellha diġa` l-pożizzjoni tagħha imma l-gvern impona l- pożizzjoni tiegħu fuq il-MEPA u altru milli l-gvern ta l-kriterji biss.", "Sur President, tal-Partit Nazzjonalista kienu jgħidulna li dan kollu qed jagħmluh għal uliedna u jiena nistaqsi: X'ambjent se nħallu għal uliedna jekk nibqgħu nibnu kullimkien?", "Se nispiċċaw f'sitwazzjoni fejn biex jaraw ftit ħamrija u kampanja se jkollhom isiefru?", "Ejja niddefendu bis-serjeta` l-ambjent u nħarsuh bil-fatti u l-vot tiegħi fl-aħħar tad-dibattitu se jkun biex l-ambjent jiġi mħares.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joseph Abela.", "ONOR.", "JOSEPH ABELA: Sur President, il-mozzjoni li għandna quddiemna tagħtina opportunita` biex niddibattitu issue li tikkonċerna lilna daqskemm tikkonċerna l-ġenerazzjonijiet futuri.", "Xi snin ilu, qabel dħalt fil- Parlament, kont fil-fatt bdejt l-involviment pubbliku tiegħi proprju f'issue ambjentali.", "Niftakar li dak iż-żmien, fl-1995, kien hemm issue ambjentali taħraq ħafna meta kien hemm propost żvilupp fil-bajja ta' San Tumas u kont impenjajt ruħi, flimkien ma' Dun Anġ Seychell u kumitat ta' azzjoni, biex nippruvaw inwaqqfu u nfiehmu lill-awtoritajiet li tali żvilupp ma kienx jagħmel sens fil-pulmun ewlieni li hemm fin-naħa tagħna.", "Konna għamilna pressure kbira u ġbarna l-firem u għalhekk illum nifhem dak li qed iħossu l-għaqdiet ambjentali li qed jipprotestaw biex il-ftit ħdura li fadallu pajjiżna ma tkomplix tinqered.", "Ma jagħmilx sens li l-kampanja li għandna u li hija tant prezzjuża għalina bħala nazzjon tkompli tinqered.", "U dan anke għal raġunjiet ta' saħħa għax huwa ppruvat xjentifikament li l- problemi ta' saħħa mentali - mhux il-problemi ta' saħħa mentali li rrefera għalihom il-ministru meta kien qed jirreferi għal persuna li kkritikatu - fiż-żoni urbani fejn hemm konċentrazzjoni kbira ta' bini jiżdiedu.", "Il- problemi f'pajjiżna, anke f'dan il-qasam, qed jiżdiedu b'rata mgħaġġla u jeħtieġ li nieħdu ħsieb is-saħħa tal-poplu tagħna billi għallinqas il- ġenerazzjonijiet futuri jkollhom id-dritt li jgawdu l-kampanja li għaddewlna u li tant ħadu ħsiebha missierijietna.", "Għalhekk illum hawn frustrazzjoni kbira fil-qasam ta' l-għaqdiet ambjentali.", "Sur President, tal-Partit Nazzjonalista sikwit jippruvaw jiġġustifikaw dawk l-iżbalji li jkunu qed jagħmlu llum billi jippuntaw subgħajhom lejn iż- żbalji li saru minn ħaddieħor fil-passat u ma jistax ikun nibqgħu sejrin hekk.", "Iż-żewġ partiti għamlu l-iżbalji tagħhom f'dan il-qasam u n-nies qed iħossuhom aktar frustrati meta naħa u oħra jibdew jirriferu għall-iżbalji li saru fil-passat biex jiġġustifikaw deċiżjonijiet żbaljati ġodda li ma jkunux popolari.", "Dan hu argument li ma jagħmilx sens għax in-nies jeleġġu parlament biex jaħdem b'mod aktar raġunat u biex itejjeb il-kwalita` tal- ħajja tal-poplu u mhux biex iż-żewġ naħat joqogħdu jimbarazzaw lil xulxin bl-iżbalji li saru fil-passat.", "Sur President, illum għandna l-MEPA li hija awtorita` li għandha kriterji ċari u kriterji li ilhom jinħadmu.", "Għandna wkoll il-local plans li ilhom jinħadmu għal dawn l-aħħar 13-il sena.", "Aħna nvestejna ħafna flus fuq dawn il-local plans u llum l-awtorita` hija mgħammra b'nies esperti, u dan kulħadd jaqbel miegħu, u sibna common ground fuq l-ambjent fejn għandna awtorita` li tiddeċiedi.", "Aħna ma naqblux fuq l-operat tagħha, naqblu li rridu nagħmluha iktar effiċjenti u aktar customer-oriented.", "Ma naqblux fuq in-nitty gritty, pero` naqblu fuq il-kunċett ta' din l-awtorita` li għandha l-kriterji u għandna nimxu fuqhom.", "Imma x'ġara f'dan il-każ?", "Il-gvern f'daqqa waħda poġġa l-kriterji tiegħu u f'kemm ili ngħidlek iddaħħlu sett ta' artijiet ġodda.", "Sur President, dawn huma kriterji liberali ż-żejjed u dan mhux qed ngħidu jiena jew l-oppożizzjoni, imma qed jgħiduh il-Kamra tal-Periti u l-għaqdiet ambjentali.", "Dawn m'humiex għaqdiet Laburisti u m'humiex individwi li jistgħu jiġu ndikati bħala Laburisti u jiena napprezza u nfaħħar l-impenn tagħhom għax dawn jikkritikaw lil min ikun hemm bżonn u ma jiġux sfruttati politikament.", "Hawnhekk mhux qed nitkellmu fuq xi plot li jkun vojt u jkun f'nofs blokk bini, imma qed nitkellmu fuq xi ħaġa aktar serja minn hekk.", "Apparti hekk, il-perijodu tal-konsultazzjoni fuq dan kollu fetħet waqt li kienet għaddejja l-world cup u d-dibattitu tħalla għal qabel is-summer recess tal-parlament.", "(Interruzzjonijiet) Kif għidt qabel, għalfejn noqogħdu niġġustifikaw żball t'issa bi żball li sar fil-passat?", "Għaliex nagħmlu hekk?", "Illum qed nitkellmu fi żmien fejn Malta ingħaqdet ma' l- Unjoni Ewropea u l-konsultazzjoni hija waħda mill-valuri li l-Partit Nazzjonalista priedka ħafna fuqha.", "Allura kif jistgħu jiftħu l- konsultazzjoni għal ftit ġimgħat fi żmien il-world cup u jħallu d-debate għal qabel is-summer recess?!", "Din x'konsultazzjoni hi?!", "Mhux hekk biss, imbagħad waqt din il-konsultazzjoni jiftħu l-back door u jgħidu lil dawk li kienu qegħdin imorru jdejqu lid-deputati Nazzjonalisti biex jikkalmaw għax għad għandhom ċans, u jekk jaħsbu li l-art tagħhom tiffitja fil-kriterji jistgħu jiktbulhom ħalli jikkonsidrawhom.", "B'konsegwenza ta' dan kellna ruxxmata artijiet li ġew inklużi fil-kriterji mingħajr lanqas biss saret konsultazzjoni waħda, u din hija tal-mistħija.", "X'konsultazzjoni saret?", "Saret konsultazzjoni tad-daħk!", "Jekk din hija konsultazzjoni mela allura l-gvern lanqas jaf xi tfisser konsultazzjoni.", "Mhux aħna qed ngħiduha din, imma qed jgħidha kulħadd, Sur President.", "Dik hija r-rabja li għandha n-nies, u mhux jekk l-art hijiex ta' \"Ċikku\" jew ta' \"Peppi\".", "Jien f'ħaġa waħda naqbel mal-ministru, li mhux importanti ta' min hija l-art.", "Għalija l-art tista' tkun ta' min tkun, l-aqwa li tiffitja mal-kriterji, imma l-kriterji mhux ipoġġihom il-kabinett imma jagħmluhom l-esperti li nvestejna fihom matul is-snin.", "Mhux aċċettabbli li jiġi l-kabinett u jwessa` l-kriterji, u mbagħad bl-arroganza kollha jgħajru lin-nies li huma morda mentali għax jikkritikawhom.", "Hekk sewwa?!", "MR SPEAKER: Il-Ministru, on a point of order.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Jidher li l-Onor.", "Abela ma kienx hawnhekk meta jiena għamilt id-diskors tal-ftuħ fuq din il-mozzjoni.", "Dakinhar jiena għedt testwalment li l-kabinett ħa wkoll il-pariri tat-tekniċi tal-MEPA fil- kriterji li għamel.", "ONOR.", "JOSEPH ABELA: Sur President, it-tekniċi llum qed jikkritikawh.", "Illum għandek il-kamra tal-periti li qed tgħidlek li dawk il-kriterji li għamilt huma liberali ħafna.", "(Interruzzjonijiet) Mhux ovvja li se jkollok inkwiet akbar biha din.", "(Interruzzjonijiet) Imbagħad kellna ċ-chairman tas-SEA directive li qalilna li ħa parir u kollox qiegħed in regola.", "U min hu ċ- chairman tal-kumitat tas-SEA directive?", "Is-Sur Chris Ciantar, il-policy director fl-istess ministeru!", "Dawn jaħsbu li mhux qed ngħixu hawn Malta u ma nafux lil xulxin!", "(Interruzzjonijiet) Iva, ipprova bellagħha lil xi ħadd f'Malta li dan hu indipendenti.", "(Interruzzjonijiet) Il-commission illum qiegħda tgħid li qegħin in breach mas-SEA directive.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: L-Onor.", "Abela huwa żbaljat.", "Il-kummissjoni ma qalitx li Malta hija in breach, imma qalet li it may be in breach.", "ONOR.", "JOSEPH ABELA: Jekk għandna gvern li hu daqshekk miftuħ fuq dawn l- affarijiet, gvern li jagħmel il-konsultazzjoni waqt il-world cup u d-debate qabel is-summer recess, dan għandu jagħti free vote lin-naħa tiegħu bħalma għandna free vote fuq din in-naħa.", "Kieku l-ministru kien komdu kien jagħtihom free vote lil tan-naħa tiegħu.", "(Interruzzjonijiet) Kullħadd għandu free vote fuq in-naħa tagħna.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom, m'hemmx iktar interruzzjonijiet.", "ONOR.", "JOSEPH ABELA: Mela sewwa l-ewwel niftaħru li għandna pajjiż demokratiku u mbagħad niġu naqgħu u nqumu mill-protesti li jsiru minn kulħadd!", "Mela għalfejn għamilna r-referendum?", "Għamilnieh darba biex nikkonsultaw man-nies fuq l-Unjoni Ewropea?!", "Allura għaliex fuq din il- biċċa xogħol ma nagħmlux ukoll referendum, meta hawn sentiment daqstant qawwi?", "Biex imbagħad iżidu l-melħ mal-ferita lin-nies qalulhom li se jżidu l-artijiet.", "Iggustajt lill-Ministru Jesmond Mugliett jgħidilna li l-plots għolew illum qisu dawn issa se jorħsu għax żdiedu l-artijiet għall-bini.", "Kieku l-gvern verament jinteressah mill-housing kien jibgħat rappreżentant meta l-moviment koperattiv fil-ġurnata ta' l-Apex ġab esperta mill- Ingilterra fuq il-housing co-ops.", "Imma dan lanqas hekk ma ndenja ruħu jagħmel allavolja din m'hijiex xi istituzzjoni Laburista.", "L-Apex għamlet seminar ta' ġurnata fuq il-housing u l-gvern lanqas indenja ruħu jibgħat rappreżentant.", "Lanqas biss ġie l-Ministru, u mbagħad jgħidu lin-nies li se jagħmlu din il-ħneżrija fl-interess tan-nies biex ikunu jistgħu jakkwistaw housing unit.", "Din hi oxxenita` u nappella lill-ministru biex jagħti kas ta' dak li qed jgħidu n-nies.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Anġlu Farrugia.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Sur President, jiena nixtieq nibda mill-ewwel billi nisfida lill-ministru jippreżenta d-dokumenti kollha ta' kif inħaddmu l- workings u jpoġġihom fuq il-mejda tal-Kamra ħalli wieħed ikun jaf kif waslu għaċ-ċifra ta' 2.3% għax skond l-informazzjoni li għandi, il-figura reali hija ogħla.", "(Interruzzjonijiet) Int ma poġġejtx il-workings kif inħadmu fuq l-XQL.", "Inti poġġejt workings oħra.", "Jien qed nitolbok il- workings, mhux kif wasalt għall-figura.", "Jien qed nitolbok biex tpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra il-formula li ntużat u mbagħad ngħidlek għaliex.", "(Interruzzjonijiet) Le, ma poġġejthomx hawn.", "(Interruzzjonijiet) Hawnhekk il-parlament u jiena qed nagħmillek id-domandi u inti għandek ir- responsabilita` li tirrispondi.", "Issa fuq il-kwestjoni ta' meta nħadmu l-local plans, li semma l-Onor.", "Carmelo Abela, meta l-ministru jpoġġi l-minuti ngħidulu dwar il-pressjoni li saret mill-ministeru tiegħu.", "Ma nafux jekk qabbadhomx hu.", "Il-Ministru Ċensu Galea jifhimni x'qed ngħid.", "F'Burmarrad kien hemm areas fl-outside development zones fejn kien hemm pockets biex ikun hemm iktar high rise buildings.", "Illum jispiċċa d-dibattitu għax se jittieħed il-vot pero` xorta nistgħu nagħmlu domandi parlamentari fuq dan.", "Qed insemmi Burmarrad għax jifhimni x'qed ngħid meta jkollok pockets fl-ODZ u jkun hemm min ikollu interess jibni aktar sulari.", "Min għolla l-proprjeta`?", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Il-Ministru Galea, on a point of order.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għall-Kompetittivita` u Komunikazzjoni): Sur President, jiena niddejjaq ninterrompi lil xi ħadd ieħor li jkun qed jitkellem, pero' jekk l-Onor.", "Anġlu Farrugia qed jimplika xi ħaġa għandu jispjega.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Jiena ma kontx qed nirreferi għall-Onor.", "Ċensu Galea imma semmejtu sempliċiment għax kien quddiemi, seta' kien ħaddieħor.", "Sur President, jiena nistaqsi jekk hux veru li kien hemm artijiet proposti mill- pjanijiet lokali li tħallew barra l-konsultazzjoni pubblika.", "Liema huma dawn u kemm hi l-area totali li tħalliet wara li saret il-konsultazzjoni pubblika?", "Veru li kien hemm artijiet proposti mill-pjanijiet lokali u issa li ġew approvati, tħallew barra f'dan id-dokument rivedut?", "Liema huma u x'inhi l-area totali tagħhom?", "Sur President, ngħaddi issa biex nitkellem fuq il-kriterji għax bir-rispett kollu aħna nitkellmu dwar nuqqasijiet, nuqqas ta' trasparenza u anke dwar xamma ta' korruzzjoni, imma rridu naraw aħniex korretti jew le u għalhekk irrid nara l-workings ta' l-SQL.", "X'kienu l-kriterji li bihom art ta' l- uffiċċju konġunt u tal-land department iddaħħlet fid-dokument tal- konsultazzjoni pubblika?", "Kemm hija l-area totali?", "Liema minnhom tħallew barra fid-dokument rivedut, kemm hija l-area ta' dawn li tħallew barra, u għaliex dawn tħallew barra?", "Sur President, il-poplu għandu kull interess li jkun jaf l-aġenda maħduma mill-Gvern Nazzjonalista u din se jkollha boomerang effect fuq.", "Jiena ċert li dan diġa' tilef xeba' voti imma b'dan li qed jagħmel se jkompli jegħreq.", "Sur President, jiena nistaqsi: Liema kriterji kellhom priorita' fuq oħrajn wara li ntemm il-proċess ta' konsultazzjoni?", "Jiġifieri jekk inti wasalt biex tiddeċiedi li tinkludi u teskludi ċerti artijiet, x'kienet il-kriterja aħħarija ta' l-inklużjoni u ta' l-esklużjoni?", "Għaliex ġew indirizzati dawn it-tip ta' kriterji?", "Huwa veru li tħallew barra areas li huma msemmija fil- pjani lokali kemm fid-dokument li kien hemm konsultazzjoni pubblika fuqu kif ukoll f'dan id-dokument rivedut li qed nirriferi għalih?", "Jista' l- Ministru Pullicino għidilna għaliex tħallew barra?", "Jista' jgħidilna kemm hi l-area li tħalliet barra u għaliex deherlu li għandha titħalla barra?", "(Interuzzjonijiet) Inti f'isem il-Gvern Nazzjonalista!", "(Interruzzjonijiet) Issa rrispondi fl-aħħar, mhux se nagħtik ċans!", "Fil-pjan lokali u f'dan id- dokument hemm immarkati dawk li teknikament huma magħrufa bħala r-rural settlements, jiġifieri l-ODZ.", "Kemm hija l-area ta' dawk li jmissu ma' l- iskema u li f'dan id-dokument qed jingħad li m'hijiex se tidħol fl-iskema?", "Lill-Ministru qed nagħmillu dawn il-mistoqsijiet kollha waħda wara l-oħra u jekk forsi ma jlaħħaqx magħhom, nista' nittajpjahomlu u ngħaddihomlu.", "Wieħed għandu r-raġunijiet tiegħu għaliex jissuspetta li mhux kollox miexi sew.", "Il-Ministru Pullicino qalilna li min għandu xi rapporti jaf fejn għandu jmur.", "Anke lill-Arċisqof Mercieca qallu f'dan il-parlament li minflok joqgħod isemmi lill-MEPA jista' jmur u jeħodlu l-provi.", "Aħna l- provi nġibuhom meta dan il-parlament ikun aktar serju - qed nirriferi għal kull wieħed u waħda minna - u jgħaddi liġi bħal dik li pproponejna aħna li permezz tagħha ma jkunx hemm preskrizzjoni għal kulmin imiss ma' reati konnessi ma' korruzzjoni, huma x'inhuma, kemm jekk ikun politiku kif ukoll jekk ikun f'xi uffiċċju u jkollu responsabbilta` ta' ċerti deċiżjonijiet.", "Meta ngħaddu dik il-liġi ma jkunx hemm problemi biex bniedem jiġi 'l quddiem.", "Imma kif spekulatur se jiġi 'l quddiem meta jaf li sieħbu ġie vvantaġjat allvolja hemm il-provi?!", "Għalhekk trid tagħmel il-makkinarju legali.", "U wara dawn is-snin kollha Gvern Nazzjonalista għadu m'għamlux dan il-makkinarju.", "Bħalissa waqt li qegħdin nitkellmu hawnhekk jinsab għaddej id-dibattitu tal- public accounts committee u ħlief ħneżrijiet waħda wara l-oħra ma tismax.", "Aħna rridu nagħmlu aktar minn hekk!", "U mela jiġi John Zammit u fl-editorjal ta' \"Malta Right Now\" bil-kemm ma jċanfarx lil min qed jiddefendi d- drittijiet ta' dawk li għandhom interess ambjentali u jgħid li hija ħaġa sorprendenti li toħroġ stampa li tkun 'il bogħod mill-verita' u mir- realta'!", "Min hu serju ma jagħmilx dawn l-affarijiet.", "Qed nirriferi għall- artiklu li fih qal li l-maġġoranza hija siekta.", "Jekk taqrah taqbad tidħak.", "Qed ngħid dan biex nuri l-ipokrezija Nazzjonalista all along, kemm fl- amministrazzjoni, kemm fil-propaganda kif ukoll fil-mod kif iwasslu l- messaġġ biex id-dnubiet tagħhom jgħadduhom lil ħaddieħor.", "U dan m'huwiex se jitħalla jsir, Sur President.", "Anke l-istess direttur ġenerali tal-MEPA f'artiklu li kiteb f'\"The Times\" ta' April li għadda qal li l-affarijiet setgħu nbidlu, għax l-affarijiet fl- ambjent jitbiddlu bis-snin twal u mhux bil-ġimgħat jew bix-xhur.", "Dan bniedem bħal ħaddieħor u għandu kull dritt jagħti l-opinjoni tiegħu.", "Nerġa' ngħid li qed nitkellem fuq id-direttur tal-MEPA u mhux fuq xi ħadd li m'għandux x'jaqsam ma' l-ambjent u mal-ħruġ ta' permessi.", "Dan qal li r- rate of development qed tkun għolja, li d-densita` qed tkun qawwija u li ma jistax ikollna dan il-mismatch kollu.", "Issa ħarġet il-ħrafa li l-prezz tal- bini se jiġi b'xi mod ikkontrollat.", "Min għollieh il-prezz tal-bini f'pajjiżna, Sur President?", "Mhux in-Nazzjonalisti!", "Ladarba jibqgħu jgħollu l-bini u jagħtu l-permessi biex jinbnew il-penthouses, il-prezz ta' l-art awtomatikament se jogħla.", "Allura kif jista' jkun li l-poplu Malti, li l- maġġoranza tiegħu jgħix bil-pagi, nagħtuh futur aħjar b'dan il-mod ta' gvernar u b'din il-politika li m'għandhiex limiti fl-esaġerazzjonijiet, imma għandha l-interess biss ta' min se jikber l-aktar bis-saħħa tal- proprjeta' u li b'xi mod isib lill-Partit Nazzjonalista jgħinu!", "Sur President, artikli hawn kemm trid dwar x'ġara u ma ġarax imma l-aktar ħaġa ta' l-iskantament hi li meta f'Marzu ta' din is-sena ġie l-antropologu Jeremy Boissevain ...", "Dan prattikament ilu jistudja dwar Malta għal madwar 50 sena, biżżejjed ngħid li tnejn mit-tfal tiegħu, anke t-tfal tat-tfal, twieldu Malta.", "Dan jaf lil Perit Mintoff, jiftakar lil ex Prim Ministru George Borg Olivier u ħafna nies fil-politika miż-żewġ naħat tal-Kamra.", "Boissevain huwa bnieden rispettabbli u dejjem ħa stock analitiku b'mod antropoloġiku fuq Malta u l-Maltin u meta ġie mistieden f'lukanda ewlenija biex jagħmel seminar ħareġ paper li jisimha \"Malta taking stock after 50 years - Where to now?\"", "Għal ftit ma qalx \"From where we have to go\".", "Fil- fatt dan l-aħħar jien ġejt ikkritikat għax f'gazzetta lokali ktibt artiklu intitolat \"Fejn se mmorru minn hawn?.\"", "Boissevain tkellem dwar l-ambjent u waħda mill-affarijiet li skanta biha kienet dik li għamlu n-Nazzjonalisti.", "Naturalment ma jistax jiskanta b'xi ħaġa li għamilna aħna għax dawn ilhom kważi 20 sena fil-gvern.", "Dan tkellem dwar l-enforzar ta' min jikser il- liġi u qal hekk:", "\"Not just the boathouses of the little people, some of the illegal structures of the very rich and prominent should be taken down with high media coverage to set an example.", "This, too will require more manpower and equipment and possibly adjusting laws to facilitate it.\"", "U jibqa' għaddej u jgħid: Imma minn dan ma sar xejn.", "U jien minn hawn nistaqsi: Min huma l-little people?", "U r-rich and very rich and people in power li jagħmlu, jgħattu u jħokku dahar xulxin min huma?", "Dawk li jċemplu permezz tat-telephone biex jagħtu Lm2 meta ssir xi donazzjoni għall-partit, jew dawk li jmorru quddiem in-Net Television, jiftħu sidirhom u joħorġu l- pakketti tal-liri wieħed wara l-ieħor?", "Għal dan kien qiegħed jgħid Jeremy Boissevain, għax jien għal dan mort mhux għal xi ħadd ieħor?", "U lil Boissevain ħadd ma staqsih x'qed jgħid.", "Jekk hawn min kopja tal-paper jiena nista` npoġġiha fuq il-mejda tal-Kamra.", "Imbagħad ikollok Gvern Nazzjonalista li wara li ssir dimostrazzjoni mill- moviment ta' l-ambjent joħroġ jattakkahom u kemm kemm ma jgħidx li huma morda!", "Ħalliha li qed jgħidu li kulħadd marid b'xi ħaġa hawnhekk.", "Ma nafx x'fadlilhom jgħidulna!", "Ma nafx qalux li jiena għandi xi kundizzjoni mentali wkoll!", "Jekk kulħadd min-naħa tal-Partit Laburista u min-naħa ta' l-ambjent għandu kundizzjoni mentali, allura ngħid li anke Jeremy Boissevain, li għamel 50 sena ta' stock fl-istorja ta' Malta, jidher li se jkollu din il- kundizzjoni wkoll, u dalwaqt jibdew insemmuhielu.", "Meta nara dan kollu nibda nistaqsi: Allura kulħadd huwa żbaljat?", "Il-leader tal-Partit Laburista Alfred Sant, aħna ta' l-oppożizzjoni, l-ambjentalisti u in-nies li qed iweġġgħu b'dawn id-deċiżjonijiet kollha huma żbaljati?", "Jiena ngħid li dan m'hu minnu xejn u li din hija ħrafa.", "Sur President, meta ġejna biex niddeċiedu dwar il-free vote ħadt pjaċir għax fid-dinja mhux kulħadd l-istess, hawn min għandu ħafna valuri, hawn min għandu inqas valuri u hawn min għandu ħafna valuri oħra li forsi m'humiex il-valuri tiegħi, u għalhekk tajna l-free vote.", "Imma lil tan-naħa l-oħra - u mhux se noqgħod ngħid li darba kellimni wieħed minnhom u qalli x'qed jaħseb fuq ministri oħra – ngħidilhom: Għax ma tajtuhomx il-free vote?", "Ovvjament ma jistgħux jagħtuhom il-free vote għax lil dawn tawhom ordni anke biex ma jipparteċipawx fid-dimostrazzjoni li saret dan l-aħħar mill-grupp ta' l-ambjentalisti fuq il-kwestjoni ta' l-artijiet.", "Pero` jiena minn qalbi niddikjara li se nivvota kontra dan l-abbozz.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Helena Dalli.", "ONOR.", "HELENA DALLI: Sur President, Gvern Nazzjonalista jħobb jitkellem ħafna fuq id-demokrazija, pero' iktar ma naraw u nesperjenzaw dan il-gvern bil-fatti, iktar naraw kemm id-demokrazija lanqas jaf fejn toqgħod.", "Meta ltaqgħu ħafna NGO's ta' pajjiżna biex b'mod kwiet jipprotestaw kontra dan li jrid jagħmel Gvern Nazzjonalista, u nġabru aktar minn 1,000 ruħ ġewwa l- Belt, fuq il-PBS, l-istazzjon televiżiv li jħallas għalih il-poplu Malti u allura suppost jagħti servizz pubbliku, l-ewwelnett ma rajna l-ebda wieħed mill-erba` speakers li tkellmu f'din il-manifestazzjoni kontra dak li qed niddiskutu fil-parlament illum u lanqas smajna x'qalu.", "Dawn kienu qegħdin jipprotestaw kontra l-gvern u kontra l-ministru.", "Minflok ma tawna coverage xierqa ta' din il-manifestazzjoni rajna biss xi touches ta' meta n-nies kienu qegħdin jitilqu biex nieħdu l-impressjoni li din il-manifestazzjoni kienet insinifikanti, u minflok kellna intervista u close-up tal-Ministru Pullicino.", "Qed ngħid dan biex nuri l-livell ta' demokrazija li qegħdin nesperjenzaw f'dan il-pajjiż.", "Mela fuq l-istazzjon pubbliku minflok ma rajna dak li verament ġara u x'qal min tkellem f'din il-manifestazzjoni, rajna intervista mal-Ministru Pullicino li ta l-veduta tiegħu.", "Imma fil-verita' dawn in-nies marru biex jipprotestaw kontra l-gvern u kontra dan l-istess ministru.", "Dik hija l-meskinita` li jinsab fiha dan il-pajjiż, Sur President!", "Min-naħa waħda jgħidu li s-civil society irridu nsaħħuha, li l- NGOs hemm bżonn li jieħdu sehem b'mod attiv fis-soċjeta` ċivili u li nagħtu kashom, imma mbagħad meta numru kbir ta' nies ħadu sehem f'din il- manifestazzjoni minflok ma rajna x'ġara fuq l-istazzjon pubbliku, smajna lill-ministru jgħid għaliex għandu jsir kif qed jgħid il-gvern.", "Dik hija d- demokrazija li għandna!", "U dan mhux il-Partit Laburista biss qed jikkritika b'mod kostruttiv dak li jrid jagħmel il-gvern, imma għandek dawn l-NGOs, is- soċjeta' ċivili, il-knisja, il-kamra tal-periti - naħseb din tifhem xi ħaġa dwar dan - l-għaqdiet ta' l-ambjent, nies li jinteressahom ħafna dan is-settur - qed nirriferi għall-għaqda tal-lukandi u r-ristoranti - u l- GRTU.", "Saru ħafna surveys u meta tara li dawn kollha qed iwasslu għall- istess konklużjoni jkollok tagħti kashom.", "Dawn is-surveys kollha juru li l- maġġoranza tal-poplu Malti hija kontra dak li jrid jagħmel il-gvern, imma mbagħad il-PBS tatna stampa oħra.", "Dan l-istazzjon, li nħallsu għalih mit- taxxi tagħna, flok ma jurina dak li qed jgħid il-poplu, dak li qed tgħid is- soċjeta' ċivili u dak li qed jgħidu l-NGOs, tana close-up tal-Ministru Pullicino biex minn hemm u minn hawn jipprova jiġġustifika dak li jridu jagħmlu.", "Jiena ntendi li naqbel mal-kamra tal-periti li qalet li hemm motivazzjonijiet politiċi f'dan kollu.", "Jiena niskanta kif partit li ilu fil-gvern għal dawn is-snin kollha jipprova jkompli jidħak bin-nies.", "Jista' jkun li m'għandix għalfejn niskanta għax dan huwa gvern għajjien u flok qed iħares lejn sistemi innovattivi u jara x'nistgħu nagħmlu qed jibqa' staġnat u jimxi fuq is- sistema ta' patronaġġ politiku.", "Kemm ilu fil-gvern daħħal ċerta arroganza u ċerta sistema ta' kif issir il-politika u lanqas qed ikun kapaċi jaħseb x'jista' jagħmel biex joħroġ lill-pajjiżna minn dan l-istaġnar li jinsab fih.", "Hemm ħafna x'wieħed jista' jagħmel, fosthom proġetti ta' land reclamation.", "Pajjiżi oħra joħolqu proġetti kbar u ta' fejda mil- limitazzjonijiet li għandhom.", "Singapore u Dubai bnew villaġġi sħaħ permezz tal-land reclamation u aħna lejn dik it-triq irridu nimxu.", "Għaliex?", "Għax kemm se ndumu nieħdu minnha din il-biċċa blata?", "Il-Partit Laburista, għalkemm m'huwiex fil-gvern, qed jaħdem fuq proġetti ta' dan it-tip u fil- fatt għadu kemm bagħat delegazzjoni ġewwa Dubai biex jara din is-sistema fejn villaġġi sħaħ ġew mibnija fuq art li saret fuq il-baħar.", "Qed insemmi dawn l-affarijiet biex nuri d-differenza bejn l-apatija u l-letarġija ta' gvern Nazzjonalista li rabba l-għanqbut u li m'għandu inizjattiva ta' xejn, u l-enerġija, l-inizjattiva u l-ħeġġa tal-Partit Laburista li qed jagħmel ċertu xogħol biex meta jkun fil-gvern ikun jista' jwettaq dawn il-proġetti.", "Meta jiena nara din l-insistenza kollha fuq dawn l-artijiet ngħid li dan huwa gvern bla ideat, u apparti l-motivazzjoni politika li semmiet il- kamra tal-periti, dan hu gvern li jibqa' jħares 'il ġewwa.", "Aħna rridu nħarsu lil hinn minn xtutna biex ma nibqgħux nifgaw lil din il-biċċa blata.", "Il-gvern għandu l-istate of the environment report u dawn l-affarijiet qed jgħiduhomlu.", "Qed jgħidulu li ma nistgħux nibqgħu sejrin hekk, imma l-gvern ma tax kas dan ir-rapport.", "Again, ma niskanta xejn li ma tax kasu meta tqis li Gvern Nazzjonalista lanqas ta kas ta' rapport li kien ġie kkummissjonat mill-partit tiegħu stess wara li tilef 50,000 vot mill- elezzjoni ġenerali ta` l-2003 għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew tas- sena 2004.", "Din il-kummissjoni tqabbdet biex tgħidilhom għaliex qegħdin imorru daqshekk lura, bħala gvern u bħala partit, b'rata daqshekk mgħaġġla.", "Dan ir-rapport kien top secret għall-konsum tal-kabinett, tal-grupp parlamentari u tal-funzjonarji ta' l-amministrazzjoni tal-Partit Nazzjonalista u ħassew li setgħu jkunu open biex jippuntaw fuq id-difetti u jgħidulhom għalfejn kienu qed jitilfu n-nies b'rata daqshekk mgħaġġla.", "Dan ir-rapport intern qal li qegħdin jittieħdu deċiżjonijiet strambi.", "Naturalment dawn id-deċiżjonijiet huma strambi għal min ma jridx jifhimhom għax il-kamra tal-periti fehmithom u dan li qed niddiskutu llum fil- parlament huwa eżempju tipiku ta' deċiżjonijiet strambi.", "Min irid jifhem jaf għalfejn l-istramberija ta' dawn id-deċiżjonijiet.", "Sur President, qed jgħidulhom li jridu jneħħu l-arroganza u li ma jistgħux jibqgħu għaddejjin minn fuq kulħadd qishom se jibqgħu hemm għal dejjem.", "Qalulhom ukoll - u din hija importanti mhux imbilli noqogħdu nilagħbu fuq il-PBS biex ma nurux kemm marru nies għall-manifestazzjoni kontra dak li jrid jagħmel il-gvern - li l-Partit Nazzjonalista għandu jkun man-naħa tan- nies għax qegħdin hemmhekk biex jaqduhom u jservuhom.", "Jekk lil poplu tidħak bih illum u tidħak bih l-għada, xi darba se jinduna u se jistaqsik fuq liema naħa qiegħed.", "Se jgħidlek li hu vvotalek u bagħtek tirrappreżentah fil-parlament biex tmexxi lill-pajjiż u tara li l-livell ta' l-għajxien tiegħu jitjieb.", "Imma x'qed jgħidilhom dan ir-rapport intern tagħhom?", "Qed jgħidilhom li m'humiex qed ikunu man-naħa tal-poplu li tellagħhom fil-gvern u għalhekk qegħdin jitilfu n-nies.", "Nerġa' ngħid li din m'hijiex il-kritika li ġejja min-naħa Laburista, imma hija kritika interna li saret min-nies li l-Partit Nazzjonalista stess qabbadhom biex jagħmlu studju.", "Qed jgħidulhom li qed ikunu arroganti, qed jieħdu deċiżjonijiet ħżiena u strambi u li m'humiex man-naħa tal-poplu.", "Estrapolaw dawn il-punti kollha għal dak li qegħdin niddiskutu llum u taraw kif dan kollu jidħol eżatt bħala kritika kostruttiva għal dak li qed jipproponi li jagħmel il-gvern.", "U dan mhux illum qaluhulhom imma meta talbu li jsir ir-rapport wara l-elezzjoni tal-Parlament Ewropew.", "Jiġifieri kieku dawn ma qabadhomx ġenn biex jagħmlu ċerti affarijiet u biex iqassmu ċ- ċejċa kienu jagħtu kas ta' x'qed jgħidulhom fir-rapport.", "Jiena nemmen li min ġie mħallas u kkummissjonat biex jagħmel ir-rapport kien serju u professjonali u ħareġ b'dawn il-kummenti għax studja u analizza s- sitwazzjoni, u qalilhom x'sab skond l-analisi li għamel.", "Imma l-Gvern Nazzjonalista tant għandu paniku u tant irid jagħmel ċertu affarijiet qabel l-elezzjoni li lanqas il-pariri interni m'hu qed jagħti kas.", "Sur President, dak li ppropona l-gvern ipproponieh bl-aktar mod arroganti, qabeż lil kulħadd u ħa deċiżjonijiet strambi u ħżiena li kulħadd qed jistaqsi dwarhom.", "Biex jgħattu dan kollu - jien smajt xi biċċiet minn dak li qalet in-naħa tal-gvern - semmew xi żbalji li saru jew setgħu saru fi żmien meta fil-gvern kien hemm gvernijiet Laburisti antiki.", "Issa apparti l- argument li kieku saret xi ħaġa ħażina fil-passat m'intix ġustifikat li tagħmel xi ħaġa ħażina llum, għax two wrongs don't make a right, jien ġenwinament ma naħsibx li saret xi ħaġa ħażina.", "Saret xi ħaġa ħażina għax Gvern Laburista kien verament juża l-art for social purposes?!", "Gvernijiet Laburisti bnew irħula sħaħ mill-art li hawn fuq din il-blata.", "Santa Luċija, per eżempju, mhux Gvern Laburista bniha biex in-nies ikollhom fejn joqogħdu?!", "M'hemmx villaġġ, raħal jew belt f'pajjiżna li m'għandux housing soċjali mibni minn Gvern Laburista.", "Nistgħu nsemmu Ħaż-Żabbar, Ħal-Qormi, Wied il-Għajn, Bormla, iż-Żejtun u nibqgħu sejrin insemmu.", "Ma jaqbilx ma' dan il-Partit Nazzjonalista?", "Meta mmur indur lin-nies fil-kostitwenza tiegħi jgħiduli li kieku ma kienx għall-Partit Laburista m'għandhomx saqaf fuq rashom.", "Allura għamilna ħażin li tajna ċ-ċans lill-maġġor parti tal-poplu Malti jkun sid ta' daru, anke jekk m'huwiex sinjur?!", "Qabel is-sinjuri kien ikollhom il-proprjeta` u l- fqar jikru mingħandhom.", "Gvern Laburista, bir-rivoluzzjoni li għamel fis- social housing, ġab lil ħafna nies fis-safef l-iktar 'l isfel fis-soċjeta` jistgħu jgħidu li l-proprjeta` fejn joqogħdu hija tagħhom.", "Allura fuq dan se nikkritikawhom lill-gvernijiet Laburisti?!", "Kieku ma kenux gvernijiet Laburisti dawn in-nies lanqas f'mitt sena ma kienu jaħsbu li xi darba se jkollhom proprjeta` tagħhom!", "Naħseb li hija ħaġa tajba ħafna u demokratika li tagħti ċans lil kulħadd, int min int. Anzi ma semmejtx ukoll il-ħemel ta' fabbriki li saru f'Bulebel u f'postijiet oħra li nbnew fuq art li pprovda l-istess Gvern Laburista.", "Li ġġib l-investiment barrani biex ikollok fejn jaħdmu l-Maltin mhux skop soċjali wkoll?!", "Il-Prim Ministru qal li dan li qed jagħmel qed jagħmlu għal skopijiet soċjali.", "Mela ejja naraw x'inhuma l-iskopijiet soċjali llum.", "Jien nitkellem skond dak li jgħiduli n-nies li niltaqa` magħhom u skond l- istudji li jsiru.", "Ftit ilu kont qed naqra fuq studju li sar dwar marriage breakdowns.", "Waħda mir-raġunijiet maġġuri għas-separazzjonijiet li qegħdin isiru hija proprju l-piż li qed ikollhom jidħlu għalih koppji żgħażagħ meta jieħdu loans mal-banek u jintrabtu li jagħmlu għomorhom iħallsu dan il-loan biex ikollhom fejn joqogħdu.", "Dawn lanqas ikollhom ċans jiltaqgħu flimkien għax it-tnejn jaħdmu f'ħinijiet differenti u allura ma jkunx possibbli li jkollhom relazzjoni b'saħħitha bejniethom.", "Dan ir-rapport kien qed jirriferi għall-mod allarmanti kif qed jiżdiedu s-separazzjonijiet f'pajjiżna u jgħidlek li din hija waħda mir-raġunijiet maġġuri.", "Insemmi wkoll każ ta' mara f'wheelchair li għandha tarbija u li toqgħod f'appartament b'kera ta' Lm120 fix-xahar li jinsab fit-tielet sular.", "Is- social housing qalulha li għandhom każijiet ħafna agħar minn tagħha.", "Kemm tista' tkun agħar minn hekk!", "Biex din il-mara titla` fuq, ir-raġel tagħha l-ewwel itella` lit-tarbija t-tliet sulari, jerġa` jinżel, jerfa` lill-mara u jerġa` jitla` biha it-tliet sulari.", "Ara x'sitwazzjoni jinsabu fiha dawn in-nies u xorta waħda ma ngħatawx post addattat għalihom!", "Meta mort jiena l-housing biex inkellimhom dwar din il-koppja qaluli li għandhom każijiet ħafna agħar minn hekk.", "Qed insemmi dawn l-affarijiet għax meta tisma` lil tan-naħa l-oħra jitkellmu jġiegħluk taħseb li gvernijiet Laburisti għamlu xi dnub għax ipprovdew eluf ta' djar u flats, speċjalment għal dawk li ma jistgħux jixtru, biex il-poplu Malti jkollu fejn joqgħod.", "Illum tieħu gost tmur f'housing estates fejn in-nies jiġu jirringrazzjawk għax għalkemm inti ma tkun ħriġt xejn minn tiegħek, japprezzaw il-politika soċjali ta' gvernijiet Laburisti li bil-għaqal tagħhom ħasbu fihom.", "Naturalment il-poplu jtellgħek fil-gvern biex inti ttejjeb il-livell ta' l-għajxien tiegħu.", "U min l-aktar li għandu bżonn li ttejjiblu l-livell ta' l-għajxien tiegħu?", "Dak li l-aktar qiegħed taħt għax għalkemm min qiegħed fuq tista' tgħinu permezz ta' investimenti u inċentivi biex ikompli l-business tiegħu u biex iħaddem aktar nies - anke hawnhekk il-gvern għandu jkollu r-rwol tiegħu - il-gvern għandu jkollu wkoll politika għal dawk in-nies li m'għandhomx saqaf fuq rashom.", "Tajt dawn l-eżempji biex nuri x'inhi r-realta'.", "Il-Prim Ministru qal li dawn l-artijiet se jittieħdu għal skopijiet soċjali.", "Issa naraw kemm se jinbnew housing estates fuq dawn l-artijiet u kemm se nsolvu mill-problema ta' housing li għandna!", "Issa naraw kemm il- gvern se jgħin lill-familji biex ikollhom saqaf fuq rashom kif kienu jagħmlu gvernijiet Laburisti tas-sebgħinijiet, tat-tmeninijiet u anke ta' qabel.", "Il-Partit Laburista fil-gvern dejjem kellu viżjoni li jtejjeb il- livell ta' għajxien tal-poplu Malti imma Gvern Nazzjonalista lanqas biss qed jagħti kas ir-rapport tiegħu stess.", "Dan ir-rapport qed jgħidlu li hemm bżonn li jkun mal-poplu u juri li hu mal-poplu.", "Għalhekk hawn din it- tbatija kollha għax il-Gvern Nazzjonalista nqata' minn mal-poplu.", "Inti tkun taf dak li jgħidulek il-persuni li titħallat magħhom forsi waqt xi cocktail party jew fil-ħin privat tiegħek u ma tkunx taf it-tbatija li qed jgħaddu minnha ċerti nies.", "Nerġa` ngħid li jien semmejt każ wieħed biss, ta' dik is-sinjura li tinsab ġo wheelchair, fejn qalulha li hemm każijiet ħafna agħar minn tagħha.", "Jekk inhu hekk, iżjed u iżjed hemm bżonn li nieħdu ħsieb is-social housing tagħna.", "Jekk hemm ħafna każijiet agħar minn hekk sinjal li l-Gvern Nazzjonalista għandu politika ħażina f'dan il-qasam.", "Smajna ħafna kummenti wkoll dwar il-free vote.", "Din m'hijiex kwestjoni li xi ħadd jgħidlek kif tivvota jew ma tivvotax.", "Din il-ġimgħa l-President ta' Malta weħel somma flus għax meta kien prim ministru kien qal li l-Onor.", "Chris Cardona ma kienx jaqbel mal-linja tal-Partit Laburista.", "Il-qorti sabitu ħati għax ma ġabx provi biex jissostasnzja dak li kien qal.", "Jiġifieri l-prim ministru ta' dak iż-żmien għamel din l-allegazzjoni u ovvjament għamilha f'ħin opportun biex jagħmel ħsara kemm lill-Onor.", "Agius kif ukoll lill-Partit Laburista.", "Dan l-istess bħalma kien ġara fid- dibattitu li kien sar fuq it-television bejn Dr Fenech li kien żamm lit- tifel tiegħu milli jidħol fl-universita`.", "Din il-kawża wkoll kienet intilfet u jiena llum bdejt nidħak meta smajt ħafna diskors fuq il-free vote u mhux free vote.", "Xi ħadd qal li l-fatt li se nieħdu l-free vote huwa gimmick.", "Mela l-fatt li prim ministru jallega li wieħed minna mhux qed jimxi mal-linja tal-partit biex imbagħad instab li din kienet gidba għax fil-fatt weħel 'il fuq minn Lm1,000, dik m'hijiex ġimmick!", "Ara aħna mhux se noqogħdu ngħidu li \"X\" jew \"Y\" ma jaqblix ma' din il-liġi li rridu ngħaddu.", "Agħmlu bħalna u agħtu free vote ħalli ma jkunx hawn ħafna spekulazzjonijiet, għax ara xi ġralu Dr Fenech Adami għax qagħad jispekula u qal li l-Onor.", "Agius ma jaqbilx mal-linja tal-Partit Laburista, instab ħati li gideb.", "Aħna se nagħtu l-free vote biex nuru t-trasparenza tagħna biex ħadd ma jgħid li \"dak\" jew \"l-ieħor\" mhux qed jaqbel mal-linja tal-partit.", "Kulħadd se jivvota skond il-kuxjenza tiegħu fuq dan li qed niddisutu llum.", "Issa għax qegħdin nagħmlu hekk qed jgħidulna li l-free vote hija gimmick, allvolja għadhom ħerġin mid-diksata li l-President ta' Malta ġie mmultat mill-qorti għax allega li wieħed minna ma kienx qed jiġbed il-linja tal- partit.", "Nerġa' ngħid li aħna mhux se noqogħdu ngħidu li t-tali jew it- talija tan-naħa l-oħra ma jaqblux ma dak li qed jipproponi l-gvern.", "Aħna qed ngħidulhom biex jagħmlu bħalna, jagħtu free vote u nkunu nafu.", "Jista` jkun li forsi jaqblu kollha, imma jista` jkun ukoll li forsi ma jaqblux kollha.", "Mela għamlu bħalna u agħtu l-free vote ħalli nevitaw li jkun hemm min joqgħod jgħid li dak għandu s-sarima ma' ħalqu u vvota favur għax qallu biex jagħmel hekk l-partit, u mbagħad tmur il-qorti u tgħidlek li ma kellekx raġun.", "Sur President, ara f'liema livell waqgħet id-diskussjoni f'dan il- parlament, għax huma ma jaqblux bejniethom u ma jridux jagħtu l-free vote kif għamilna aħna, qed jgħidu li din hija gimmick.", "Ejja nikbru u nitkellmu ftit bis-serjeta' f'dan il-parlament!", "Dawn l-affarijiet juru kemm il-Gvern Nazzjonalista huwa maqtugħ minn mal-poplu, juri kemm ir-rapport intern ikkummissjonat mill-Partit Nazzjonalista stess kellu raġun jgħidilhom li hemm bżonn ikunu man-naħa tal-poplu u hemm bżonn li jidhru li qegħdin man- naħa tal-poplu.", "Issa wieħed ikun man-naħa tal-poplu mhux billi joqgħod jgħid li l-fatt li l-Laburisti se jagħmlu free vote hija gimmick.", "Taħsbu li b'dan il-mod se tkunu man-naħa tal-poplu?", "Tkunu man-naħa tal-poplu billi l-prim ministru jgħidilna x'inhu l-aspett soċjali ta' din il-liġi, billi jgħidilna kemm din il-liġi se tagħti social housing lil dawk in-nies li qegħdin jissalbu għal għomorhom biex ikollhom żewġ toqbiet u saqaf fuq rashom!", "Hemmhekk tkunu man-naħa tal-poplu u turuna kemm intom ġustifikati li tagħmlu dak li tridu tagħmlu.", "Imma mbagħad kif qal il-Ministru Gatt, hemm il-maġġoranza ta' ħames siġġijiet u dak li jrid il-gvern isir.", "Imma dan m'huwiex dak li jrid il-poplu.", "Il-Gvern Nazzjonalista jaf li m'huwiex dak li jrid il-poplu, għax minbarra l-ħafna protesti li kellu mis-soċjeta' ċivili, mill-NGOs, mill-għaqdiet u mill-oppożizzjoni, kellu r-rapport intern tiegħu stess li qallu li bil-mod kif qed isiru l-affarijiet qed ikun maqtugħ minn mal-poplu.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Onor. Dalli, nistaqsik jekk intix se tibqa' in possession.", "ONOR.", "HELENA DALLI: Le, grazzi.", "MR SPEAKER: Sar il-ħin.", "Nitlob lill-Ministru biex, jekk jogħġbu, iressaq l- Aġġornament tal-Kamra.", "F'nofsinhar id-diskussjoni kienet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Sur President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar l-Erbgħa, 26 ta' Lulju 2006, fis-6.30 p.m. b'din l-aġenda:", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili - Tielet Qari.", "Riżoluzzjoni dwar tibdil parzjali tal-Pjan ta' Struttura - Kontinwazzjoni;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali (Emenda Nru 2) - Tieni Qari (Kont);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta - Kumitat; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi tal-Liġijiet tal-Pulizija - Tieni Qari.", "-----------------------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Kriminali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Reġistru Ċentrali - Kumitat Permanenti.", "Sur President, ir-raġuni għala llejla se niltaqgħu fis-6.30 p.m. u mhux fis- 6.00 p.m. hija sempliċi, għax ma laħqux daħlu interpellanzi biex jidhru fuq l-aġenda.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (Segretarju Parlamentari): Sur President, fix-xogħol tiegħi fi ħdan l-uffiċċju tal-Prim Ministru niltaqa` ma' kwestjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma' l-immigrazzjoni irregolari.", "Nixtieq nirrimarka li dalgħodu reġgħet daħlet dgħajsa oħra b'26 immigrant irregolari li l-parti l- kbira minnhom ġejjin mis-Subsahara, jiġifieri minn pajjiżi li mhux biss m'għandhomx gvern stabbli, imma għaddejjin minn gwerra ċivili li hija atroċi għall-aħħar.", "Minkejja li r-rappreżentanti ta' dawn il-pajjiżi jitkellmu b'mod li taħsibhom il-paladini tad-drittijiet umanitarji, fil- verita` id-dritt biss tal-ħajja ta' min jgħix fihom huwa expendable għall- aħħar.", "Għaldaqstant dawn il-persuni jaraw kif jagħmlu biex jiġbru fondi biżżejjed - jekk mhux direttament minn pajjiżhom imorru f'pajjiżi oħra - ħalli jkunu jistgħu jaħarbu lejn pajjiżi fl-Ewropa biex mhux biss ikollhom ħajja aħjar mil-lat ekonomiku, imma iktar importanti minn hekk ikunu jistgħu jgħixu b'mod trankwill.", "Fil-konfront ta' dan nixtieq insemmi l-każ ta' immigranti illegali li l- maġġoranza tagħhom, ħlief għal ħamsa minnhom, huma Eritrej, li l-ġimgħa li għaddiet inġabru 'l isfel mill-SAR region Libjan minn trawler Spanjol li ried idaħħalhom Malta.", "Skond regoli internazzjonali, li huma aċċettati minn kulħadd, ladarba persuni jinġabru fl-SAR region, 'il barra minn Malta, ikollhom imorru lura f'dak il-pajjiż tal-bandiera li ttajjar dik id-dgħajsa li ġabrithom, jekk ma jiġux ritornati lura lejn il-pajjiż minn fejn telqu.", "Kien stabbilit li dawn telqu mill-kosta Libjana u għaldaqstant wieħed kien jifhem li dawn kellhom jerġgħu jintbagħtu lura minn fejn telqu.", "Pero` jidher li ma sarx hekk.", "Aħna naċċettaw il-prinċipju li l-pajjiżi tan-North Africa għandhom gvern stabbilit, għandhom dik li jgħidulha r-rule of law u li n-nies m'għandhomx il-biża` ta' harassments jew implikazzjonijiet avversi minħabba r-reliġjon, ir-razza jew il-kulur tagħhom.", "Kulħadd jaf kif inhi s-sitwazzjoni ta' l-immigrazzjoni irregolari f'pajjiżna.", "Din is-sena, sal-lum daħlu 1,326 immigrant irregolari u l-poplu Malti kellu bilfors iwassal il-messaġġ tiegħu biex juri s-sitwazzjoni kważi kritika li jinsab fiha pajjiżna minħabba dan il-fenomenu ta' immigrazzjoni irregolari.", "Filwaqt li wieħed irid jinnota r-relazzjonijiet diplomatiċi tajbin li l- Gvern Malti għandu ma' l-Italja, ma' Spanja, kif ukoll ma' pajjiżi oħra madwarna – dan seta' jseħħ b'xogħol estensiv li sar mill-Prim Ministru, mill-Ministru Michael Frendo, mill-Viċi Prim Ministru Tonio Borg, u anke minni, fejn stajt għent jiena wkoll – ta' min jgħid li wara ġimgħa ta' negozjati u ta' attenzjoni speċifika lejn dan l-inċident ġie deċiż li għaxra minn dawn il-51 immigrant irregolari, għax daqhekk kien hemm fuq id- dgħajsa - imorru l-Italja, 33 jinqasmu bejn Andorra u Spanja u tmienja, fosthom ħamsa ta' nazzjonalita` Marokkina, jibqgħu Malta.", "Pero` ġara li kien hemm mara, li magħha kellha tarbija, li kellha bżonn tingħata l-kura, u mara oħra li kienet fi stadju avvanzat ta' tqala li wkoll kellha tingħata l-kura.", "Għalhekk dawn inġiebu Malta, ittieħdu l-isptar u grazzi għall- għajnuna diretta tal-Prim Ministru u ta' Dr. Bartolo ngħataw il-kura li kellhom bżonn u wara ġew miżmuma f'ċentri tal-pulizija sabiex tiġi studjata s-sitwazzjoni tagħhom u fl-istess ħin tiġi monitored is-saħħithom.", "Il-Gvern Malti ħares lejn din is-sitwazzjoni minn żewġ aspetti.", "Ħares mill-aspett umanitarju fejn bl-għajnuna tal-forzi armati assigura li dawn in-nies jingħataw l-affarijiet neċessarji li kellhom bżonn, fosthom ikel, lożor u kutri, u bagħat ukoll tabib biex, minħabba l-istalemate li kien hemm f'ċertu stadju ta` dan l-inċident, jassigura li ma jkunx hemm xi riskju fuq il-ħajja ta' xi ħadd.", "Sur President, din kienet opportunita` fejn bis-saħħa tax-xogħol li sar l- Ewropa bdiet tirrealizza li dawn il-problemi m'humiex problemi ta' Malta, ta' l-Italja, ta' Spanja u ta' dawk il-pajjiżi li għandhom il-fruntiera tagħhom fin-naħa ta' nofsinhar tmiss ma' l-Ewropa, imma li din hija problema ta' l-Ewropa kollha in ġenerali.", "Għall-ewwel darba wkoll irnexxielna nġibu għajnuna minn diversi pajjiżi permezz ta' ftehim dwar fejn se jintbagħtu dawn in-nies.", "Spiċċajna biex finalment 34 minn dawn il- persuni marru bejn Spanja u Andorra, 12 minnhom marru l-Italja, għax dik il- mara li kellha t-tarbija rriżulta li żewġha kien diġa' qiegħed l-Italja u l- awtoritajiet Taljani kienu lesti li jeħduha f'pajjiżhom, u l-ħames Marokkini baqgħu Malta.", "Ġara wkoll li l-kummissarju Ewropew, Frattini, kien lest li jagħti l-għajnuna finanzjarja diretta ta' l-Unjoni Ewropea sabiex dawn il-ħames Marokkini jiġu ripatrijati.", "Fil-fatt nistgħu ngħidu li bħalissa qegħdin fi stadju avvanzat biex jitlestew il-proċeduri sabiex dawn il-Marokkini, flimkien ma' l-aħħar grupp li ġie, jintbagħtu lura lejn pajjiżhom.", "Sur President, f'pajjiżna għandna numru ta' immigranti irregolari li jinsabu f'ċentri miftuħa u oħrajn li jinsabu f'ċentri magħluqa.", "Ix-xogħol kollu li għandu x'jaqsam ma' l-immigrazzjoni irregolari jitlob l- attenzjoni mhux biss tal-ministeru ta' l-intern, tal-ministeru ta' l- affarijiet barranin u ta' l-uffiċċu tal-prim ministru, imma għandu bżonn ukoll l-għajnuna li qed tingħata mill-ministeru ta' l-edukazzjoni, fejn jaċċerta li t-tfal u ż-żgħażagħ minuri li jaslu Malta jingħataw l- edukazzjoni, jiġu aċċettati fil-mainstream ta' l-iskejjel tagħna bi dritt li jedukaw ruħhom, u l-għajnuna tal-ministeru tas-saħħa li nvolut in no small way sabiex tingħata assistenza medika lil dawn in-nies.", "Hanwhekk irrid ngħid li minkejja li repetutament ħriġna talbiet sabiex ikun hemm tobba privati li jassistu b'mod iżjed speċifiku lill-immigranti irregolari s'issa ma kien hemm l-ebda offerta biex ningħataw dan is-servizz mill- privat.", "Flimkien ma' dawn wieħed jsemmi wkoll ix-xogħol kbir li sar mill- ministeru ta' l-infrastruttura biex meta dawn l-immigranti irregolari jinħarġu mill-closed detention centres jintbagħtu fl-open centres, li għalihom l-aktar li huwa responsabbli huwa l-ministeru tal-familja u s- solidarjeta` soċjali flimkien ma' diversi NGOs li jaċċettaw li jkollhom nies residenti għandhom.", "Sur President, ma nixbax ngħid grazzi kemm lill-pulizija għax-xogħol li qed jagħmlu, kemm lill-armata, kif ukoll lil tad-detention service li ħloqna s- sena li għaddiet.", "Pero` wieħed irid jgħid ukoll li filwaqt li l-gvern qed jagħmel minn kollox biex jitratta b'mod uman lil dawn in-nies li b'mod irregolari qegħdin jidħlu f'pajjiżna, wieħed jistenna li l-NGOs mhux biss imorru għand dawn in-nies, jippruvaw jgħinuhom u jgħidulhom x'inhuma d- drittijiet tagħhom, imma jispjegawlhom ukoll li fil-konfront tas- sagrifiċċji li qed jagħmel il-gvern u l-poplu Malti sabiex jospitahom f'diversi ċentri, huma għandhom jieqfu milli jkomplu jkissru u jagħmlu l- ħsara li qegħdin jagħmlu f'uħud miċ-ċentri li jisabu fihom.", "Fil-fatt minn risposta għal mistoqsija parlamentari li saret lill-prim ministru jirriżulta li fiċ-ċentri ta' detenzjoni kellna 'l fuq minn Lm10,272 spejjeż f'dawn l-aħħar xhur.", "Ta' min jgħid li saret ħsara kbira fi block C ta' wieħed miċ-ċentri li nbnew riċentement ġewwa Ħal Safi mill- ministeru tar-riżorsi u l-infrastruttura, u li fih poġġejna l-biċċa l-kbira ta' immigranti Eġizzjani li kienu ġew ripatrijati fi żmien ġimgħa.", "Dawn spiċċaw kissru bankijiet, toilets, sinkijiet u saħansitra qalgħu l-madum.", "Il-gost u l-perversita` li wieħed joqgħod ikisser f'dawn iċ-ċirkostanzi daqshekk diffiċli m'hijiex xi ħaġa aċċettabbli.", "Sur President, aħna nippruvaw insostnu lil dawn in-nies u nipprovdulhom l-ikel ta' kuljum.", "Il- kċejjen tal-pulizija u ta' l-armata oriġinarjament qatt ma kienu mfasslin biex fihom isir catering service għal parti mir-residenti fiċ-ċentri miftuħa jew fiċ-ċentri magħluqa, imma dawn qed jipprovdu eluf ta' ikliet fil-ġimgħa mill-budget tagħhom.", "Peress li n-numru ta' dawn l-immigranti illegali kiber kellna bilfors nagħmlu l-outsourcing ta' parti mill- catering.", "M'iniex se ngħid li qd nipprovdu xi ikel bħal meta wieħed imur jiekol minn xi ristorant, imma m'huwiex ikel ħażin, għax fil-fatt id- direttur taċ-ċentri magħluqa qalli li anke hu jiekol minnu.", "Imma xorta waħda jkollok rewwixti u protesti bl-iskuża li l-ikel huwa ħażin.", "Meta mbagħad wieħed janalizza s-sitwazzjoni biex jara għaliex isiru dawn il- protesti, isib li t-talba ta' dawn in-nies hi biss li jiġu meħlusa immedjatament, u dan minkejja li daħlu hawn Malta b'mod irregolari.", "Sur President, meta l-ammonti ta' dawn in-nies kienu żgħar kien hemm żmien fejn kienu jiġu mtellgħin il-qorti, jiġu kkundannati u jintbagħtu lura f'pajjiżhom.", "Pero` dak iż-żmien kienu jiġu f'ammonti li stajna nikkontrollawhom, għax kellna ċ-ċans li nibagħtuhom lura għax bażikament ma kenux ġejjin minn postijiet fejn m'hemmx obbligi lejn konvenzjonijiet li trid iżżommhom għax hemm l-inkwiet fil-pajjiż.", "Pero' dik il-paġna f'dan l- episodju llum inbidlet totalment u qegħdin nindirizzaw sitwazzjoni li kulma tmur qiegħda ssir aktar diffiċli minħabba r-ras iebsa ta' min imexxi fil- pajjiżi fis-Subsahara.", "Sur President, illum nafu li minħabba dak li qed jiġri fil-Lebanon - mingħajr ma noqgħod nidħol fuq min għandu raġun u min m'għandux - għandek spostament ta' nofs miljun persuna li ma tistax tibqa' tgħix taħt taħt bombardament il-ħin kollu għaddej kemm fin-nofsinhar tal- Lebanon, kemm f'Beirut kif ukoll fit-tramuntana ta' l-Iżrael.", "Għalhekk wieħed ma jeħodhiex bi kbira li għad naraw element minn dawn in-nies li jippruvaw jaħarbu lejn pajjiżi 'l bogħod fejn huma jħossu li d-dritt tal- ħajja tagħhom ikun iktar protett u ma jkunx in danger bħalma qiegħed bħalissa.", "Sur Presdient, ħalli nerġa' immur lura għall-immigrazzjoni irregolari.", "Minn hawn nitlob li l-NGOs ifehmu lill-immigranti illegali li għal kull dritt hemm obbligu u nippretendu li huma jittrattawna ta' nies.", "Għaliex qed ngħid hekk?", "Għax mhux sabiħ li niġu hawn u b'risposti għad-domandi li jsirulna fejn fihom ngħidu li kien hemm clashes fejn weġġgħu nies fil-korp tal-pulizija u fl-armata.", "Mhux tajjeb li dawn in-nies ikissru u jfarrku kulma jaraw quddiemhom.", "Nista` ngħid li maġġor parti kbira tagħhom jobdu r- regoli u jaċċettaw il-fatt li għandhom jinżammu f'detenzjoni.", "Pero' sfortunatament iħallu lil min jiġri bihom u lil min jaffettwahom emozzjonalment sabiex jipprotestaw, u dan għad-detriment tal-pożizzjoni tagħhom.", "Għaliex?", "Għax jekk ikun hemm ċerta azzjoni ripetuta wieħed bilfors ikollu jieħu ċerti miżuri.", "Id-detention centres fejn qegħdin dawn in-nies m'humiex simili għall- faċilita' korrettiva li għandna f'Raħal Ġdid u nbnew apposta sabiex huma jkunu jistgħu jgħixu fihom sakemm tiġi proċessata t-talba tagħhom.", "Pero' l- protesti ġeneralment isiru minn dawk in-nies li jkunu applikaw għar-refugee status u talba tagħhom ma tiġix milqugħa kemm fl-ewwel stanza quddiem il- kummissarju tar-refuġjati kif ukoll fl-appell.", "U dan jagħmluh biex xorta waħda jtawlu ż-żmien tagħhom f'Malta.", "Meta l-kummissarju tar-refuġjati jeżamina l-applikazzjonijiet ta' dawn in-nies jagħti kull attenzjoni u jieħu kull miżura li hemm bżonn u jkolli ngħid, minħabba l-ammont kbir ta` nies li qegħdin jingħataw ir-refugee status jew il-humanitarian status, li meta jkun hemm dubju, dan jingħata favur l-applikant u mhux kontra tiegħu.", "Mela f'pajjiżna stess hawn min jgħidilna li n-numru ta' nies li qegħdin jingħataw dan l-istatus m'huwiex biżżejjed u barra minn Malta hemm min qed jgħid li pajjiżna huwa fost l-aktar postijiet ta' l-Ewropa li jagħtu dan l- istatus.", "Jiġifieri tagħmel x'tagħmel dejjem taqlagħha.", "Veru li l-munita għandha żewġ uċuħ, pero' huwa diffiċli li l-munita tpoġġiha bil-wieqfa fuq il-ġenb tagħha għax dik il-linja tant hija dejqa li ġeneralment għandha t- tendenza li taqleb lejn naħa jew oħra.", "Sur President, fis-sitwazzjoni tal-lum il-gvern għandu jħares aktar lejn kif lil dawn in-nies li jikkwalifikaw għar-refugee status iwassalhom biex jirrintegraw ruħhom f'soċjetajiet Ewropej u jekk hemm bżonn anke f'pajjiżi oħrajn li m'humiex Ewropej.", "Per eżempju, l-ambaxxatriċi Amerikana diġa' aċċettat li tieħu nies li għandhom l-istatus ta` refuġjati fl-Istati Uniti.", "Kellna ftit riżultati żgħar, pero` huma sinifikanti wkoll.", "Kellna nies li marru l-Ġermanja, oħrajn marru l-Olanda u oħrajn li sejrin l-Irlanda.", "Dan il-gvern kien kapaċi jwassal ukoll biex it-top priority fuq l-aġenda tal- presidenza Ewropea l-ġdida tal-Finlandja, li tibda inqas minn ftit tal- ġranet oħra, tkun il-problema ta' l-immigrazzjoni irregolari.", "Jiġifieri se nkunu nistgħu nerġgħu nqajmu din il-kwestjoni u naġixxu b'mod li nuru li Malta ma tistax tibqa` taċċetta dawn l-immigranti illegali kollha li qed jiġu ta' kull sena, li l-Italja ma tistax tibqa' taċċeta l-eluf kbar ta' dawn nies, u li Spanja ma tistax tibqa` taċċetta li żżomm waħedha 'l fuq minn 11,000 immigrant.", "Issa meta mqabbel proporzjonalent ma' l-ammont ta' immigranti li jiġu hawn Malta, il-11,000 li jmorru Spanja huma bil-wisq inqas mill-1,300 li ġew hawn, għax żgur li lkoll naqblu li Spanja hija għaxar darbiet ikbar minn Malta u li hija iktar attrezzata biex taċċetta lil dawn in-nies.", "Pero` dawn, bħal Franza, l-Italja, Malta u l-Greċja, xorta waħda qegħdin ibatu.", "Ftit tal-ġranet ilu kellna laqgħa ma' kumitat tal-Parlament Finlandiż fejn spjegajnielu li l-1,100 immigrant irregolari li sa dakinhar kienu daħlu hawn Malta kienu jagħmlu impatt daqs il-35,000 immigranti irregolari li marru joqogħdu l-Finlandja fl-ewwel ftit xhur ta' din is-sena.", "Għalhekk aħna rridu nkomplu nsostnu dan l-argument tagħna.", "F'diversi gazzetti tal-lum ġie rrapportat li waslu biex jieħdu d-deċiżjoni li għandu jibda jsir patrolling fin-nofsinhar ta' Malta, eżatti ftit 'il barra mill-kosta Libjana.", "Minkejja li l-Libja m'hijiex firmatarja ta' ċerti konvenzjonijiet naħseb li b'mod umanitarju, u minħabba r- relazzjonijiet li l-Libja għandha mal-pajjiżi li għandhom il-border tagħhom fuq is-south ta' l-Ewropa, jiġifieri fuq it-tramuntana tal-Mediterran, u għax il-Libja taf ukoll x'inhi s-sitwazzjoni reali ta' Malta permezz ta' l- ambaxxatur tagħha, għandha mhux biss taċċetta lura lil dawk in-nies li jitilqu minn hemm imma tista' wkoll tikkontribwixxi f'miżura bħal din li twassal biex is-sitwazzjoni li ninsabu fiha tittaffa sostanzjalment.", "Sur President, filwaqt li nirringrazzjak tal-ħin li tajtni biex nitkellem fuq din il-problema, nixtieq min-naħa l-oħra nappella lill-poplu sabiex jaċċetta s-sitwazzjoni u ma jkunx emottiv iżżejjed meta janalizza din is- sitwazzjoni.", "Nassigura lill-poplu Malti li l-gvern qed jieħu kull miżura possibbli sabiex b'mod prattiku u b'mod għaqli jindirizza din il-problema b'sensibilita`.", "Billi noqogħdu nsaħħnu lin-nies u nħallu moħħna jiġri bina b'ħafna diskors żejjed kontra dak u kontra l-ieħor mhux talli ma jagħmel ġid lil ħadd, talli jżid it-tensjoni fuq nies bħalna li rridu jieħdu d- deċiżjonijiet, fuq is-suldati, fuq il-pulizija u fuq in-nies tad-detention service li qegħdin jiġu mħeġġa biex ikomplu jagħtu s-servizz ġenwin li qegħdin jagħtu fi żminijiet diffiċli.", "Nirringrazzjak, Sur President.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Kamra hija aġġornata għal-lejla l-Erbgħa, 26 ta' Lulju 2006, fis-6.30 p.m. bl-aġenda kif ikkomunikata mill-Ministru.", "Fin-12.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "XOGĦLIJIET FL-ISKEJJEL", "20398.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid f'liema skejjel qed isiru jew se jsiru xogħlijiet matul is-sajf mill-FTS?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "KULLEĠĠI", "20399.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid x'kulleġġi oħra se jiġu mwaqqfa u b'liema kriterji?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Bħalissa għaddej eżerċizzju biex jiġu komposti l- kulleġġi li se jibdew joperaw f'Settembru li ġej.", "Se jintużaw diversi kriterji, fosthom iż-żona ġeografika, bżonnijiet edukattivi ta' l-iskejjel konċernati, karatteristiċi partikolari ta' l-iskejjel kif ukoll karatteristiċi kulturali u soċjali."]} {"filename": "20071024_569d_par.doc", "date": "2007-10-24", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Uffiċjali u Rivedut) L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 569 L-Erbgħa, 24 ta' Ottubru, 2007 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 569", "L-Erbgħa, 24 ta' Ottubru, 2007", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.02 p.m.", "Talba", "Seduta Nru. 569", "L-Erbgħa, 24 ta' Ottubru, 2007", "WERREJ", "MINUTI 369", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 369", "TQEGĦID TA' KARTI 375", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "MOZZJONI BIEX IL-KAMRA TMUR F'KUMITAT TA' PROVVISTA GĦALL-KONSIDERAZZJONI TA' L-ESTIMI ĠENERALI TA' SPIŻA GĦAS-SENA 2008 (IT-TIENI JUM IMĦOLLI KOLLU GĦALL-GVERN) 376", "AĠĠORNAMENT 398", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 398", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 568 li saret fit-23 ta' Ottubru, 2007 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "IMMGRANTI ILLEGALI", "27684.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Kemm nefqet flus l-armata fuq xogħol jew żamma ta' immigranti illegali din is-sena?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (Segretarju Parlamentari) (f'isem il-Prim Ministru u Minstru tal-Finanzi): In-nefqa li l-armata għamlet fuq xogħol jew żamma ta' immigranti irregolari sat-30 ta' Settembru ta' din is-sena tammonta għal Lm1,592,151, VAT inkluż.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: L-immigranti illegali kkunsidrati bħala refuġjati jingħataw xi allowance?", "Jekk iva, kemm hu dan l-allowance u min jagħtihulhom?", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG (Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern): Sur President, persuni li jiġu rikonoxxuti bħala refuġjati jingħataw allowance.", "Għalkemm hawn m'għandix iċ-ċifri ta' kemm hi din allowance nista' ngħid li m'hi xejn speċjali.", "Din l-allowance ma tingħatax mill- ministeru tiegħi imma mill-ministeru għall-familja u solidarjeta' soċjali għax madwar tliet snin ilu konna ddeċidejna li sakemm qegħdin f'detenzjoni dawn ikunu responsabbilta' tal-ministeru ta' l-intern, imbagħad malli jiġu meħlusin jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tal-ministeru għall-familja u s- solidarjeta' soċjali.", "Li nista' nikkonferma hu li dawk li huma protetti biss għandhom dritt bil-liġi għal għal kura medika b'xejn, għalihom u għall- familji tagħhom, kif ukoll servizzi ta' edukazzjoni b'xejn bħall-Maltin.", "Jiġifieri jistgħu jmorru l-iskola primarja, is-sekondarja u l-universita' b'xejn.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Imma dawn il-flus li jingħataw lil persuni li jiġu kkunsidrati bħala refuġjati qed joħroġhom l-Istat jew jekk qed jiġu minn barra?", "Min qed jamministrahom?", "Il-gvern qed jgħaddihom lil xi ħadd, lil xi NGO, biex jitqassmu lil dawn in-nies?", "ONOR.", "TONIO BORG: Dawn jitqassmu mill-ministeru tal-familja u solidarjeta' soċjali.", "Issa jekk jappuntawx xi NGO biex tagħmel dan ix-xogħol - u naħseb li m'hemm xejn ħażin jekk isir hekk - ma nistax inwieġeb jiena.", "Dwar il- flus jekk jiġux minn barra jew minn Malta, irrid ngħid li dawn jiġu mill- fondi lokali għax dik hija responsabbilta' tagħna.", "Pero' mbagħad hemm ċerta għajnuna oħra li tolqot l-iktar l-integrazzjoni ta' l-immigranti f'Malta u għajnuna li tingħata lil tfal mhux akkumpanjati.", "Naf bi proġett li ġie approvat fejn konna rċevejna flus sabiex imorru għal tfal mhux akkumpanjati biex l-ewwelnett jinħelsu mill-ewwel u t-tieni jkun hemm min jieħu ħsiebhom.", "Jiġifieri aħna għandna tfal li jaslu hawn bla omm u bla missier u għal dawn hemm istituzzjoni partikolari immexxija wkoll mill-ministeru tal- familja u solidarjeta' soċjali.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Kif qed jiġi assigurat li l-flus indirizzati għal dawn in- nies li huma meqjusa bħala refuġjati, qed jirċevuhom kollha dawn in-nies?", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, min hu refuġjat jew inkella għandu subsidiary protection għandu dokument li juri li dan huwa hekk.", "Fil-fatt għal dawk li huma rejected, safejn naf jien, ma jingħata l-ebda allowance.", "Li rrid ngħid ukoll għax ftakart issa hu li qabel, il-pulizija kienu joħorġu l-ispejjeż kollha għall-ikel, kemm ta' dawk f'detenzjoni kif ukoll ta' dawk fiċ- ċentri miftuħa.", "Għar-rigward taċ-ċentri miftuħa biss kien ġie miftiehem bejn il-ministeru tiegħi u l-ministeru tal-familja u solidarjeta' soċjali li jingħataw flus lir-refuġjati u lil dawn in-nies protetti biex jorganizzaw l-ikel huma.", "Naħseb li b'hekk solvejna problema li wieħed forsi ma jogħġbux l-ikel jew li ieħor irid xi dieta speċjali jew inkella minħabba r-reliġjon tiegħu ma jistax jiekol ċerti affarijiet.", "Il-pulizija qabel kienu jibagħtu lil kulħadd l-istess ikel, pero' b'dan il-mod solvejna ħafna affarijiet.", "Fil-fatt fiċ-ċentru tal-Marsa hemm kċina fejn isajru huma stess mill-flus li jdaħħlu.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Nifhem li hawn xi ħadd, forsi xi NGO jew xi qasis, li f'isem dawn in-nies jagħmel talba biex tibda l-proċedura ħalli jiġu kkunsidrati bħala refuġjati.", "Jista' jgħidli min hu nkarigat jagħmel dan?", "ONOR.", "TONIO BORG: Sur President, min jidhirlu li huwa refuġjat jista' jagħmel talba taħt il-liġi, Din jista' jagħmilha hu stess u jista' jagħmilhielu ħaddieħor.", "M'hemm xejn fil-liġi li bilfors irid jagħmilha hu, basta dak li jagħmilha għan-nom tiegħu jkun awtorizzat li jagħmel hekk.", "Nimmaġina li hemm NGOs li jagħtu dan is-servizz lir-refuġjati.", "LI naf żgur hu li l- Jesuits Refugee Service (JRS), apparti li jgħin lir-refuġjati biex jagħmlu din it-talba, li m'hemm xejn ħażin fiha, jgħinuhom ukoll fl- għajnuna legali li tingħata fl-appell.", "Fl-appell hemm id-dritt għall-free legal aid.", "Naf li huma ġieli kienu involuti fl-għoti ta' pariri biex jagħmlu l-appell quddiem il-bord ta' l-appell tar-refuġjati, u dan lilna jgħina fis-sens li jnaqqas ftit mill-piż fuq l-gvern innifsu.", "B'KARA ROAD - BOUNDARY WALL", "27879.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Leo Brincat) staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 27392 u jara li jittella' boundary wall skond kif titlob il- liġi mad-dawra tal-plot kbira li ġieli qed tintuża bħala scrapyard u dumping ground f'Birkirkara Road, San Gwann kantuniera ma' Triq il-Gallina, Kappara?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO (Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent): Ninsab infurmat li l-Awtoritá ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) ħarġet avviż ta' twettiq ECF333/07 kontra sid l-art.", "L-avviż għalaq fis-17 ta' Settembru, 2007 u l-kunsill lokali huwa infurmat li ħareġ l-avviż.", "Jirriżulta ukoll li, wara li ħareġ l-avviż, is-sid jew is-sidien ta' din l- art bdew itellgħu l-ħajt fi Triq Birkirkara iżda għal xi raġuni x-xogħol waqaf.", "Kien inbeda ukoll ix-xogħol ta' tindif iżda dan waqaf ukoll.", "Is- sezzjoni ta' l-infurzar tal-MEPA rreferiet dan il-każ lid-direct action team li għamel spezzjoni fuq il-post u ta ordni lis-sid biex ikompli jnaddaf u jtella' l-biċċa l-oħra tal-ħajt fi Triq il-Gallina.", "Is-sidien kienu nfurmati li kemm-il darba ma jsirx dak kollu ordnat, il-kunsill lokali jista' jitlob li jagħmel ix-xogħlijiet hu wara li l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) tawtorizza l-valwazzjoni tax- xogħol kif ikkontemplat.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mario Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-MEPA tiġborx statistika dwar kemm plots vojta fil-fatt ġew imdawra bil-boundary walls wara li ħarġu r-regolamenti l-ġodda, u x'inhi l-proċedura kif wieħed jinforma lill-MEPA dwar plots vojta li ma jkunux mdawra b'boundary wall?", "Wieħed irid lill- kunsill lokali jew jista' wkoll jinforma mill-ewwel lill-MEPA?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Fil-fatt dan l-aħħar tlabt l-istatistika mingħand l-awtorita'.", "Jien informat li minn mindu daħal ir-regolament 55, effettivament ingħalqu bejn wieħed u ieħor madwar 900 sit vakanti.", "Is- sidien tal-post b'mod volontarju tellgħu l-ħitan kif regolat b'dak ir- regolamenti.", "Il-proċedura hija, kif maqbula anke ma' l-assoċjazzjoni tal- kunsilli lokali hija din.", "Jekk is-sid ma tellax il-ħajt kif neċessarju, jiġifieri tmien filati u magħluq minn fuq bil-konkos biex jintrabat, allura l-kunsill lokali jista' jitlob li l-awtorita' tgħaddilu l-fondi, wara li jagħti stima ta' l-ispejjeż li hemm involuti, il-MEPA tawtorizza dawk l- ispejjeż, il-kunsill jagħmel ix-xogħlijiet u wara li jagħmel ix-xogħlijiet jingħata l-flus min-naħa ta' l-awtorita'.", "F'każ li ovvjament jiġri hekk, jekk għada pitgħada ssir applikazzjoni fuq dak il-plot vakanti, qabel ma joħroġlu l-permess, min japplika jkun irid iħallas l-ispiża tal-ħajt, l- interess fuq l-ispiża tal-ħajt, kif ukoll multa.", "Dik hija l-proċedura li qed tintuża u li ġiet ikkomunikata xi xhur ilu anke lill-assoċjazzjoni tal- kunsilli lokali, li qablu fuqha.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Jiena nixtieq inkun naf jekk din il-proċedura hiex qed tiġi nfurzata, għax sfortunatament jiena niltaqa', kif naħseb jiltaqa' kull deputat, ma' nies jilmentaw li jkun plot vojt ħdejhom li tibqa' mingħajr boundary wall bil-konsegwenza li kulħadd jitfa' l-inbarazz ġo fiha.", "Jekk xi ħadd imur jixtri plot u ma jkunx jaf li jrid jinbena dan il- boundary wall jispiċċa jkollu jħallas hu dawn l-interessi u multi?", "X'mezz għandu x-xerrej li jkun jaf li fuq dan il-plot, apparti l-prezz, hemm ukoll dawn l-ispejjeż żejda?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Il-kunsill lokali jitlob lill-awtorita' biex toħroġ l-avviż ta' infurzar.", "Dak l-avviż toħorġu l-MEPA.", "Jekk wara li jkun ħareġ l- avviż ta' infurzar is-sid jibqa' ma japplikax, il-kunsill lokali jitlob l- awtorizzazzjoni tal-MEPA biex jipproċedi bix-xogħlijiet, bil-valwazzjoni tax-xogħol li hu jkun ħa mingħand in-nies tekniċi tiegħu, dik jagħtiha lill- MEPA, u l-MEPA tawtorizza biex isiru x-xogħlijiet.", "Ix-xerrej, bħal dejjem, għandu l-faċilita' li jew jistaqsi direttament fl-uffiċċju tal-MEPA jew inkella wieħed jista' jutilizza s-sistema elettronika, jiġifieri l-website tal-MEPA, u jsib dak il-plot.", "Jekk ikun ħareġ avviż ta' infurzar, dak is- sit ikun immarkat bl-aħmar u jkun jaf meta ħareġ u għal xiex ħareġ dak l- avviż ta' infurzar.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MZZI: F'każ li jkun inħareġ enforcement u s-sid ma jagħtix kas, x'inhuma l-passi li jridu jittieħdu?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Kif spjegajt, il-kunsill lokali jitlob lill- awtorita' biex toħroġ l-avviż ta' infurzar u jagħti l-istima tal-valur biex jingħalaq il-plot.", "L-awtorita' tawtorizza dik l-istima, il-kunsill jordna li jinbena l-ħajt u l-kunsill lokali jieħu l-flus mingħand il-MEPA.", "Dik hija l-proċedura.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Robert Arrigo.", "ONOR.", "ROBERT ARRIGO: X'jiġri meta s-sid tal-post ikun il-gvern stess?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Jiġri assolutament l-istess.", "Anzi meta konna għamilna l-press briefing konna għedna li dan japplika kemm jekk is-sid huwa privat kif ukoll jekk is-sid huwa l-gvern innifsu.", "Jiena nappella li d- dipartiment ta' l-artijiet jagħmel xogħlu billi jekk għandu artijiet fiż- żoni urbani jieħu l-iżbrigu, kif għandu d-dmir li jagħmel, li jagħlaq il- plot biex jevita l-problemi lir-residenti tal-madwar.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Galea.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Meta xi ħadd ikun qed jibni l-plot donnha daħlet il- konswetudni - ma nafx jekk hijiex skond il-liġi jew le - li dak li jkun jibni l-boundary wall fejn qed issir il-construction site b'mod li jimblokka l-bankina.", "Jekk iddur dawra ssibhom saħansitra anke fejn qed jinbnew housing units tal-housing aurthority.", "Dan huwa legali?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Il-ħajt irid jinbena fejn hemm il-linja tal-bini.", "GĦAWDEX - UFFIĊĊJU ELETTORALI", "27963.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Justyne Caruana) staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jgħid fejn se jiġu rilokati l-premises ta' l-uffiċċju elettorali/karti ta' l-identita' f'Għawdex meta l-kirja viġenti tal-premises preżenti tiskadi?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Huwa propost li l-uffiċċju elettorali u dak tal-karti ta' l-identità f'Għawdex jiġi trasferit f'bini tal-gvern fi Pjazza San Franġisk, Rabat.", "GĦAWDEX - STAZZJON GĦAT-TRASFERIMENT TA' L-ISKART", "28073.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Anton Refalo) staqsa lill- Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid x'jonqos isir biex jitlesta l-istazzjon għat-trasferiment ta' l-iskart f'Għawdex?", "Meta mistenni jitlesta?", "Kemm se jiswa?", "Kemm mill-ispiża se tiġi minn fondi Ewropej?", "Sa meta kellu jkun lest skond il-ftehim mal-Kummissjoni Ewropea?", "Għaliex għas-sena 2005 kienu ġew ivvotati Lm1,671,000 u minnhom intnefqu Lm280,000 biss?", "Għaliex għas-sena 2006 kienu ġew ivvotati Lm2,250,000 u minnhom intnefqu Lm160,000 biss?", "Kemm tħallsu flus b'kollox kull sena s'issa fuq dan il-proġett?", "Lil min tħallsu?", "Kemm hu l-ammont ta' fondi kommessi s'issa għan-nefqa u għadhom ma tħallsux?", "Għal xiex huma kommessi dawn il- fondi u meta ġew kommessi?", "Meta mistenni jitħallsu u lil min?", "X'ammonti għadhom iridu jiġu kommessi?", "Għalxiex għad iridu jiġu kommessi l-flus?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-proġett għat-trasferiment ta' l-iskart f'Għawdex huwa maqsum f'żewġ komponenti.", "L- ewwel parti tikkonsisti f'ċentru fejn il-pubbliku jista' jiddisponi minn skart goff b'mod organizzat ħalli l-istess materjal jiġi riċiklat, dak li jissejjaħ civic amenity site.", "It-tieni parti tikkonsisti f'faċilità fejn l- iskart domestiku jiġi ppreparat għat-trasferiment lejn Malta.", "Ta' min jgħid li l-WasteServ Malta Ltd diġà ġabet il-permessi meħtieġa mill- Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) biex ikun żviluppat iċ-ċentru għal skart goff.", "Minkejja dan, il-kunsill lokali tax-Xewkija, b'maġġoranza laburista, qed jagħmel minn kollox ħalli jxekkel dan l- iżvilupp allavolja ċentri simili diġà bdew jiffunzjonaw tajjeb ħafna f'Malta għas-sodisfazzjon tar-residenti fl-inħawi.", "Ta' min jgħid – u din m'hijiex imniżżla fil-mistoqsija - li llum il-qorti ċaħdet il-mandat ta' inibizzjoni tal-kunsill lokali tax-Xewkija.", "Dwar il-facilità tat-trasferiment ta' skart domestiku, il-WasteServ Malta Ltd għadha għaddejja bl-aħħar assessments sabiex l-outline development permit li għandha f'idejha għal dan l-iżvilupp jinbidel għal full development permit biex bih din tkun tista' tibda tiżviluppa din il- facilità.", "Jekk il-kunsill lokali jikkopera u ma jkomplix itellef l-interess pubbliku, huwa maħsub li l-faċilità għall-iskart goff titlesta sa l-aħħar ta' din is- sena.", "Il-faċilità ta' trasferiment ta' l-iskart domestiku titlesta fi żmien sena u nofs mill-ħruġ tal-permessi.", "Il-faċilità għall-iskart goff se tiswa Lm89,747 (VAT eskluża) li 73% minnhom ġejjin minn fondi ta' l-Unjoni Ewropea.", "L-istima għall-faċilità ta' trasferiment għall-iskart domestiku hija ta' Lm 4.3 miljuni u l-ħsieb huwa li din tiġi ffinanzjata mill-fondi ta' l-UE mill-baġit 2007-2013.", "Il- kofinanzjament għal dan il-komponent għadu mhux magħruf għax għad trid issir l-applikazzjoni.", "Ta' min jgħid ukoll li ma kien hemm ebda ftehim ma' l-UE dwar sa meta għandha titlesta l-faċilità għat-trasferiment ta' l-iskart domestiku.", "Mhux ċar għal-liema figuri qed jirriferi l-Onor.", "Interpellant għas-snin 2005 u 2006.", "Nitolbu jispeċifika biex inkun nista' nwieġeb.", "Il-flus li tħallsu s'issa fuq dan il-proġett jammontaw għal Lm18,638.", "Din l-ispiża saret fl-2006 biex isiru l-istudji konnessi ma' l-applikazzjoni għall-permess ta' l-iżvilupp.", "Dawn il-flus tħallsu f'servizz ta' konsulenza lid-ditti kif ġej:", "SLR Consulting ta' Ingilterra; Bezzina and Cole; u Sustech Consulting.", "Il-fondi kommessi s'issa għan-nefqa li iżda għadhom ma tħallsux huma dawk marbuta maċ-ċentru għall-iskart goff.", "Dawn il-fondi mistennija jitħallsu meta l-proġett jitlesta.", "Dawn jitħallsu lill-iżvilupattur konċernat.", "L- ammont li għad irid jiġi kommess huwa l-valur tal-proġett biex isir il- proġett.", "NEFQA FUQ KONSULENZI", "26172.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joe Debono Grech) staqsa lill- Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq servizzi ta' konsulenti - kemm servizzi minn individwi jew kumpaniji - fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul ix-xahar ta' Jannar, Frar u Marzu 2007?", "Jista' jagħti d-dettalji ta' min kienu l- konsulenti u kemm tħallsu kull wieħed separat, x'tip ta' servizz taw u min approva t-tali spiża f'kull każ separat?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura): Ninsab infurmat li n-nefqa fuq servizzi ta' konsulenti (kemm minn individwi u anke minn kumpaniji) fil-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura, fid- dekasteru u l-enti li jaqgħu taħtu matul l-ewwel tliet xhur ta' din is-sena kienet ta' Lm 12,871.36.", "Id-dettalji ta' min kienu l-konsulenti, kemm tħallsu kull wieħed separat, x'tip ta' servizz u min approva t-tali spiża f'kull każ separat huma kif qed jidhru fit-tabbella t'hawn taħt:-", "|Kunsul|Ħla|Fra|Mar|Servizz |Appro| |ent/ |sij|r |zu | |va | |kumpan|iet|(LM|(LM| | | |ija |Jan|) |) | | | | |nar| | | | | | |(LM| | | | | | |) | | | | | |ADI | | |1,3|Environme|Perma| |Associ| | |59.|nt Impact|nent | |ates | | |36 |Assesment|Secre| |Enviro| | | |icw |tary | |nment | | | |Burmarrad| | |Consul| | | | | | |tants | | | | | | |Europa| | |1,4|Terms of |Perma| |Servic| | |16.|Reference|nent | |es | | |00 |for EIA -|Secre| | | | | |B'Kara/Ms|tary | | | | | |ida Storm| | | | | | |Water | | | | | | |System | | |Terrac| | |1,0|Soil |By | |ore | | |40.|Ground |Tende| |Servic| | |00 |Investiga|r | |es | | | |tion at | | | | | | |Magħtab | | |Dr. |1,0|1,1|1,1|Legal |CEO | |Andre |28.|60.|50.|Support |and | |Buttig|00 |00 |00 |Services |MRA | |ieg | | | |- Was |Board| | | | | |engaged | | | | | | |to | | | | | | |provide | | | | | | |legal | | | | | | |support | | | | | | |services | | | | | | |on a | | | | | | |fulltime | | | | | | |basis | | | | | | |after MRA| | | | | | |failed to| | | | | | |recruit | | | | | | |through a| | | | | | |public | | | | | | |call | | |Europa| | |1,6|Terms of |Perma| |Servic| | |52.|Reference|nent | |es | | |00 |for CBA -|Secre| | | | | |B'Kara/Ms|tary | | | | | |ida Storm| | | | | | |Water | | | | | | |System | | |Deloit| |767| |Advice |CEO | |te & | |.00| |re. |and | |Touche| | | |financial|MRA | | | | | |reporting|Board| | | | | |for | | | | | | |operators| | | | | | |in a | | | | | | |liberaliz| | | | | | |ed energy| | | | | | |provision| | | | | | |scenario | | | | | | |- Advice | | | | | | |given by | | | | | | |MRA's | | | | | | |statutory| | | | | | |auditors | | | | | | |given | | | | | | |lack of | | | | | | |in-house | | | | | | |expertise| | | | | | |at MRA | | |R S |24.| | |Pricing |CEO &| |Attard|00 | | |Issues - |MRA | |& Co. | | | |lack of |Board| | | | | |in-house | | | | | | |expertise| | |Europa| | |2,5|Feasibili|Perma| |Servic| | |00.|ty Study |nent | |es | | |00 |- |Secre| | | | | |B'Kara/Ms|tary | | | | | |ida Storm| | | | | | |Water | | | | | | |System | | |Ing. |120| | |Energy | | |Brian |.00| | |Efficienc| | |Azzopa| | | |y Studies| | |rdi | | | |-Photovol| | | | | | |taic | | | | | | |Study | | |Engine| | |250|Energy | | |ering | | |.00|Efficienc| | |Servic| | | |y Studies| | |es | | | |-Microwin| | | | | | |d Study | | |Engine| | |250|Energy | | |ering | | |.00|Efficienc| | |Servic| | | |y Studies| | |es | | | |-Energy | | | | | | |Efficienc| | | | | | |y Aspects| | | | | | |in Living| | | | | | |Spaces | | |Gatt | |155| |MRA Legal|Board| |Frendo| |.00| |Advisors |appro| |Tufign| | | |- Various|ved | |o | | | |Legal |the | | | | | |Advice |regis| | | | | | |trati| | | | | | |on | | | | | | |schem| | | | | | |e | | | | | | |that | | | | | | |is | | | | | | |still| | | | | | |open | | | | | | |on | | | | | | |MRA | | | | | | |websi| | | | | | |te |", "NEFQA FUQ SERVIZZ TA' L-INTERNET", "26173.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joe Debono Grech) staqsa lill- Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq is-servizz ta' l-internet provdut fir-residenzi ta' l- uffiċjali tal-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul Jannar, Frar u Marzu 2007 separatament uffiċjal b'uffiċjal u xahar b'xahar?", "Jista' jgħid min hu l-ISP f'kull każ separat?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra d-dettalji tan-nefqa fuq is-servizz ta' l-internet provdut fir-residenzi ta' l-uffiċjali tal- ministeru matul l-ewwel tliet xhur ta' din is-sena separatament uffiċjal b'uffiċjal u xahar b'xahar kif ukoll l-ISP f'kull każ.", "NEFQA FUQ REPAIR AND UPKEEP", "26174.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joe Debono Grech) staqsa lill- Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża separatament għal repair and upkeep li saret mill-ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 separatament?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni): Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.", "RAPPORTI", "26175.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joe Debono Grech) staqsa lill- Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' l-Ministru jgħid jekk ġewx ikkummisjonati rapporti fil-ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul ix- xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 u f'każ li fl-affermattiv, jista' jgħid x'kien l-għan ta' kull rapport separatament, minn min sar u jekk sewa flus kemm kienet l-ispiża separatament?", "Jista' jgħid jekk hemmx minn dawn ir- rapporti li ġew konklużi?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Bejn Jannar u Marzu 2007, il-ministeru kkummissjona tmien rapporti kif jidhru hawn taħt:", "|Minn Min |Skop |Nefqa(| |Sar | |Lm) | |Terracore |Soil ground |1040.0| |Services |investigation |0 | | |at Maghtab | | |Europa |Terms of |1416.0| |Services |Reference for |0 | | |EIA – | | | |B'Kara/Msida | | | |Storm Water | | | |System | | |Ing. B. |Photovoltaic |120.00| |Azzopardi |Systems | | |Europa |Terms of |1652.0| |Services |Reference for |0 | | |Cost Benefit | | | |Analysis – | | | |B'Kara/Msida | | | |Storm Water | | | |System | | |Engineerin|Microwind |250.00| |g Services| | | |Europa |Feasibility |2500.0| |Services |Study – |0 | | |B'Kara/Msida | | | |Storm Water | | | |System | | |Engineerin|Energy |250.00| |g Services|Efficiency | | | |aspects in | | | |living spaces | | |Adi |Scheme to |499.14| |Associates|support | | | |Enterprise in | | | |the | | | |Environmental | | | |field | |", "Dawn ir-rapporti kollha ġew konklużi.", "NEFQA FUQ REPAIR AND UPKEEP", "26176.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joe Debono Grech) staqsa lill- Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża separatament għal repair and upkeep li saret mill- Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 separatament?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-ispiża għal repair and upkeep li saret mill-Ministeru u d-dipartimenti tiegħu kienet:", "Jannar Lm2,641 Frar Lm4,012 Marzu Lm5,232", "Mill-Awtorità' ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar kienet hekk:", "Jannar Lm1,586 Frar Lm2,102 Marzu Lm2,773", "Mill-WasteServ Malta Ltd kienet hekk:", "Jannar Lm5,026 Frar Lm1,762 Marzu Lm1,536", "NEFQA FUQ KONSULENZI", "26177.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joe Debono Grech) staqsa lill- Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq servizzi ta' konsulenti ( kemm servizzi minn individwi jew kumpaniji) fil-ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul ix- xahar ta' Jannar, Frar u Marzu 2007?", "Jista' jagħti d-dettalji ta' min kienu l-konsulenti u kemm tħallsu kull wieħed separat, x'tip ta' servizz taw u min approva t-tali spiża f'kull każ separat?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita'): Qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant.", "QRATI – PERSUNI AKKUŻATI FUQ DROGA", "27753.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-qorti din is-sena fuq reati konnessi mad-droga?", "ONOR.", "TONIO BORG: Matul l-ewwel disa' xhur tas-sena 2007, il-pulizija ressqet quddiem il-qorti 334 persuna fuq akkużi relatati mad-droga.", "MEMBRI FUQ BORDIJIET", "28018.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Charles Buhagiar) staqsa lill- Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' l-Ministru jagħti l-lista ta' membri fuq bordijiet li hemm fid-dekasteru tiegħu?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u se tingħata f'xi seduta oħra.", "PJAZZA TA' KASTILJA – PROĠETT TA' TISBIĦ", "28019.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Charles Buhagiar) staqsa lill- Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' l-Ministru jgħid x'sar mill- proġett ta' tisbiħ ta' Pjazza Kastilja?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-proġett ta' tisbiħ fi Pjazza Kastilja hu parti mill-proġett ta' pavimentar taż-żona pedonali fil-Belt li tkopri diversi areas fosthom Pjazza San Ġorġ, it-Triq ta' quddiem il-Palazz u l-pjazza ta' Kastilja.", "Il-proġett hu maqsum f'diversi fażijiet.", "L-ewwel fażi li qed isir bħalissa tkopri Triq il-Merkanti u t- toroq ta' bejn Triq il-Merkanti u Triq ir-Repubblika.", "Sussegwentament il-proġett se jkompli fil-futur sabiex iż-żona pedonali tkun kollha pavimentata.", "BUILDING REGULATIONS", "28020.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Charles Buhagiar) staqsa lill- Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' l-Ministru jgħid meta hu ppjanat li jiġu fis-seħħ l-building regulations il-ġodda?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninsab infurmat li minħabba li r-regolamenti tal-bini l- ġodda jolqtu diversi aspetti tal-bini u li jekk jidħlu fis-seħħ kollha f'daqqa jista' jkollhom riperkussjonijiet mhux mixtieqa fuq l-industrija tal-bini, huwa ppjanat li dawn ir-regolamenti jiddaħħlu b'mod gradwali u mhux kollha f'daqqa.", "NEFQA MILL-KUMITATI GĦAR-RIJABILITAZZJONI", "28021.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Charles Buhagiar) staqsa lill- Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' l-Ministru jgħid x'kienet in- nefqa mill-kumitati għar-rijabilitazzjoni għas-snin 2005, 2006 u 2007 kull sena u kull kumitat separatament?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninsab infurmat li n-nefqa mill-Kumitati għar- Rijabilitazzjoni għas-snin 2005, 2006 u 2007 kienet kif muri hawn taħt:", "| |2005 |2006 |2007 | |Valletta|Lm161,|Lm91,68|Lm45,69| |Rehabili|539 |2 |0 | |tation | | | | |Committe| | | | |e | | | | |Cottoner|Lm39,3|Lm35,44|Lm11,79| |a |45 |7 |3 | |Rehabili| | | | |tation | | | | |Committe| | | | |e | | | | |Mdina |Lm19,4|Lm17,38|Lm2,891| |Rehabili|36 |8 | | |tation | | | | |Committe| | | | |e | | | |", "Infakkar li l-policy tat-twettiq ta' proġetti fl-areas tal-Belt Valletta u l-Floriana, il-Kottonera u l-Imdina inbiddlet fis-sens li dawn qed jiġu imfassla u attwata mill-Ministeru.", "Fost dawn il-proġetti hemm il-pavimentar ta' l-Imdina, pavimentar ta' diversi toroq fil-Belt Valletta, il-ġnien Kottonera, il-ġnien ta' Hastings u tal-Mall u diversi xogħlijiet ta' restawr eċċ.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Il-Ministru jaf li s-sur li jinsab fil-married quarters ta' San Nikola qiegħed fil-periklu li jiġi mġarraf, barra li huwa ta' periklu għan-nies?", "Jista' l-Ministru jgħidli għaliex ma tteħidx in konsiderazzjoni li dan ix-xogħol urġenti jibda jsir?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, m'hijiex l-ewwel darba li saret din id- domanda.", "Jiena bgħatt l-esperti konċernati biex jaraw x'hemm u x'hemmx.", "Dawn għamlu pjan ta' azzjoni li se jiġi implimentat fix-xhur li ġejjin.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru Louis Deguara.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:-", "Tagħrif dwar bdil fit-tariffi imposti mill-Awtorita' dwar il-Mediċini bejn Jannar u Settembru 2007, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 28180.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Gatt.", "ONOR AUSTIN GATT: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar bdil fit-tariffi imposti minn awtoritajiet/istituzzjonijiet/ aġenziji li jaqgħu taħt ir- responsabilita' tal-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni bejn Jannar u Settembru 2007, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 28181.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "MOZZJONI BIEX IL-KAMRA TMUR F'KUMITAT TA' PROVVISTA", "GĦALL-KONSIDERAZZJONI TA'", "L-ESTIMI ĠENERALI TA' SPIŻA", "GĦAS-SENA 2008", "(IT-TIENI JUM IMĦOLLI KOLLU GĦALL-GVERN)", "MR SPEAKER: Skond il-ftehim milħuq nistieden lill-impjegati tal-PBS jidħlu fil-Kamra sabiex jittrasmettu dirett fuq it-televiżjoni d-diskors tal-Prim Ministru.", "Nistieden ukoll lill-photographers u lill-cameramen li jirrappreżentaw lill- istampa sabiex jidħlu fil-Kamra għal ftit minuti ħalli jieħdu r-ritratti u l-filmati.", "L-impjegati tal-PBS daħlu fil-Kamra u bdew jaqdu d-dmirijiet tagħhom.", "MR SPEAKER: Illum il-Kamra għandha quddiemha l-kontinwazzjoni tad- diskussjoni fuq il-mozzjoni biex il-Kamra tmur f'kumitat ta' provvista għall-konsiderazzjoni ta' l-Estimi Ġenerali ta' spiża għas-sena 2008.", "Skond il-mozzjoni ta' proċedura Nru. 307 ta' l-10 ta' Ottubru, 2007 is- seduta tal-lum għandha tintemm fit-8.30 p.m. bid-diskors tal-Prim Ministru jkun eżenti mil- limitu ta' ħin għad-diskorsi.", "Għalhekk nistieden lill-Prim Ministru biex jibda bl-intervent tiegħu.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Grazzi ħafna Mr Speaker.", "\"Familji fis-sod\".", "Din hija t-tema li għażilna bħala messaġġ ċentrali għal dan ir-raba' budget li jien, bħala prim ministru, f'isem il- gvern qed inressaq għall-approvazzjoni ta' din il-Kamra.", "\"Familji fis-Sod\".", "Għażilna din it-tema għax aħna nemmnu li l-familja hija l-qofol tas- soċjeta' tagħna.", "Hija l-iktar ċellola importanti ta' din is-soċjeta'.", "Il- familja hija l-iktar ħaġa għażiża għalina.", "Aħna b'familja ninkludu lill- uliedna, lin-nanniet tagħna, lill-ġenituri tagħna, dawk l-affarijiet is- sbieħ li jifformaw iċ-ċirku li miegħu aħna nikbru, li aħna niżviluppaw lilna nfusna, li miegħu norbtu l-memorji sbieħ tagħna, li miegħu niżviluppaw il-karattru tagħna bħala nazzjon, il-karattru bħala poplu, il- karattru bħala individwi.", "Huwa ċirku li miegħu nikbru, nitgħallmu, nimmaturaw u li miegħu kultant nibku u kultant nifirħu.", "Allura naħseb inkun qed nesprimi sentiment, ma ngħidx tiegħi biss jew ta' din in-naħa, imma s-sentiment tal-politiċi kollha li jidħlu għal din il-biċċa xogħol, li tkun fil-politika f'pajjiżna.", "Imma probabbilment kieku m'hemmx din il-missjoni, biex ngħid hekk, li taħdem għall-interess ta' familja, kieku fil-politika m'hemmx affarijiet ta' interess.", "Il-politika, l-ixprun tagħha huwa li inti tipprova tagħmel ħiltek kollha biex inti tara lill-pajjiż miexi 'l quddiem u biex meta l- pajjiż jimxi 'l quddiem issarraf dak is-suċċess tal-pajjiż fl-affarijiet pożittivi għall-familji tagħna.", "U naħseb ikun ġust jekk ngħid li kulmin jidħol fil-politika, dan hu s-sentiment li jispirah.", "U allura hija għażla importanti għalina, hija għażla li għażilniha mhux b'kapriċċ għal dan il-budget.", "Jien għedt li dan huwa r-raba' budget.", "Kull budget huwa importanti.", "Mhux biss li għamilt jiena, imma l-budgets kollha ta' l-istorja ta' pajjiżna huma importanti għax il-budget m'huwiex eżerċizzju fil-vojt, m'huwiex eżerċizzju gimmick.", "Il-budget huwa xi ħaġa serjissima li biha qed niddeċiedu l-flus tal-poplu tagħna - dawn m'humiex flusi jew flus tan-naħa tal-gvern jew tan-naħa ta' l-oppożizzjoni - kif se nippjanaw li nonfquhom għas-sena d-dieħla billi naraw x'inhuma l- prijoritajiet u fejn naħsbu l-iktar importanti għall-pajjiżna li npoġġuhom.", "Allura m'hijiex b'kapriċċ li aħna għażilna din it-tema importanti.", "Għall- kuntrarju naħseb illum, ftit aktar minn ġimgħa wara li ppreżentajna dan il- budget lill-poplu tagħna, il-poplu jaf li dan il-messaġġ, biex il-familji nissodawhom u ngħinuhom jiżviluppaw, sarrafnieh f'miljuni kbar ta' liri li se jmorru fil-bwiet tal-ġenituri, ta' l-ommijiet u tal-missirijiet, tal- ħaddiema, taż-żgħażagħ u ta' l-anzjani.", "Sarrafna f'miljuni kbar ta' liri li se jmorru preċiżament biex il-familji jkunu jistgħu jkomplu jimxu 'l quddiem u jkunu jistgħu jimirħu biex itejbu l-kwalita' tal-ħajja tagħhom u biex naturalment nittamaw - anzi dan l-isforz nippruvaw nagħmluh - li kulħadd jgħolli l-ambizjonijiet u l-aspirazzjonijiet tiegħu biex il- familji kollha tagħna jkunu jistgħu jgawdu lkoll mis-suċċess li pajjiżna jkun qiegħed jagħmel, u anke biex inkunu ppreparati biex jekk jinqala' l- mewġ, jekk jinqalgħu d-diffikultajiet inkunu nistgħu nilqgħu wkoll għal dawk id-diffikultajiet.", "Jiena naħseb li l-messaġġ li ħareġ ċar fid-diskors tal-budget ta' min jirrepetih hawnhekk ukoll għax huwa messaġġ importanti, li filwaqt li nirrikonoxxu li pajjiżna mexa 'l quddiem u li dan is-suċċess li għamel pajjiżna rridu nsarrfuh f'affarijiet li jissodaw, li jgħinu u li jkunu ta' appoġġ għall-familji tagħna biex jimxu 'l quddiem, għedna wkoll li dan kollu rridu nagħmluh bi prudenza u b'attenzjoni.", "Il-kelma \"prudenza\" hija kelma importanti ħafna u nużawha ħafna fid-diskors tagħna.", "Irridu nagħmlu l- affarijiet b'ċertu għaqal.", "Ma nitilqux niġru, ma nimmaġinawx li kollox huwa ward u żahar u kollox jimxi fuq ir-rubini, li issa la ġewwa x-xilep, biex nużaw espressjoni Maltija, allura issa nistgħu nillaxkaw kemm nifilħu.", "Le, Mr Speaker.", "Lil dan il-poplu, fit-tliet snin jew erba' snin li għaddew, tlabnieh jagħmel is-sagrifiċċji u s-sagrifiċċji għamilhom.", "Issa li sarrafniehom dawk is-sagrifiċċji, irridu nkunu prudenti li filwaqt li nindunkraw dak li rbaħna, irridu naturalment insarrfu wkoll dak li rbaħna.", "Jiena naf li llejla dan id-diskors li qiegħed nagħmel qed ikun segwit mill- familji tagħna fid-djar tagħhom, min-nies ta' opinjonijiet politiċi differenti - min għandu opinjoni politika mod, min għandu oħra u min m'għandux.", "Naf ukoll li minn dawn hemm ukoll min b'mod oġġettiv qed jistaqsi: imma dawn il-politiċi li jien fdajtilhom il-pajjiż f'idejhom fejn qed imexxuh?", "Fejn huma l-prijoritajiet?", "Allura naħseb li nista' ngħid b'ċertu ottimiżmu li l-missirijiet u l-ommijiet jifhmuni mill-ewwel meta jien ngħidilhom ejjew inkunu prudenti.", "Intom tafu li ż-żmenijiet fi kwalunkwe familja, fi kwalunkwe grupp ta' nies, fi kwalunkwe sitwazzjoni, daqqa jiġu tajjeb u daqqa jiġu ħażin.", "Ikun hemm it-tlugħ u jkun hemm l- inżul.", "Ikun hemm ċirkostanzi li daqqa jiġu favorik u ċirkostanzi li daqqa jiġu kontrik.", "U min hu għaqli, min irabbi t-tfal, min qed jittratta mar- relazzjonijiet umani li jkunu l-iktar viċin tiegħu, li huma l-iktar għeżież għalih, jaf li fl-għaqal tad-deċiżjoni wieħed irid joqgħod attent għax irid jaħseb għal dawk iż-żmenijiet meta l-affarjiet jistgħu ma jkunux dritti daqs kemm wieħed jistenna.", "Allura rridu noqogħdu attenti li nagħmlu l-affarijiet bil-għaqal u li ma nisparpaljawx bl-addoċċ.", "Għalhekk f'dan il-budget l-ewwel messaġġ li aħna ppreżentajna fid-diskors li sar nhar it-Tnejn tal-ġimgħa li għaddiet kien li ejjew inkunu prudenti.", "Il-poplu tagħna stess jgħallimna, Mr Speaker.", "Aħna għandna poplu li tul is- snin taħt ċirkostanzi differenti wriena l-għaqal kif jużah.", "Aħna għandna poplu li qagħad attent u tul is-snin dejjem kien poplu li ġemma, li ħa ħsieb, li investa fl-iktar affarijiet bżonjużi għalih, fid-dar u fil- familja tiegħu.", "Dan hu poplu li jgħallimna.", "Aħna l-politiċi m'għandniex għalfejn inħarsu wisq 'il bogħod.", "Biżżejjed naraw lil dan il-poplu tul iż- żmien x'irnexxielu jagħmel u kif ittratta hu stess b'dawk li huma l-iktar affarijiet għeżież għalih.", "Il-poplu tagħna huwa poplu li jinvesti, u investa biex isir sid ta' daru.", "U naħseb poplu li jagħmel hekk huwa poplu intelliġenti.", "Il-poplu tagħna poplu investa fit-tagħlim tiegħu nnifsu.", "U naħseb li poplu li jagħmel hekk huwa poplu verament għaqli.", "U l-poplu Malti kien dejjem poplu li ħares fit-tul u mhux sal-ponta ta' mnieħru.", "Il-poplu tagħna m'huwiex poplu li jagħmel dak li jaqbillu fil-mument, imma poplu li jinvesti għall-ġejjieni.", "U naħseb poplu hekk huwa poplu għaref.", "U naħseb li aħna l-politiċi rridu nsegwu din it-tradizzjoni sabiħa ta' dan il-poplu tagħna, li fid-deċiżjonijiet li aħna nagħmlu nifhmu l-ħin kollu li qegħdin infasslu minn issa l-ġejjieni tagħna.", "Ma nistgħux nisparpaljaw kollox.", "Issa għaliex qed nagħmel dan il-punt u nenfasizzah?", "Għax, iva, vera qegħdin fl-aħħar ta' leġislatura, u vera wkoll li f'xi żmien dalwaqt niddeċiedu meta jkun l-aħjar li f'pajjiżna nersqu lejn elezzjoni.", "Pero' l-għaqal u l- prudenza jitlobu li nżommu quddiem għajnejna li ż-żmien li għandna quddiem, mhux iż-żmien minn issa sa l-elezzjoni.", "Iż-żmien li għandna quddiemna huwa minn issa għall-quddiem, il-ġejjieni tat-tfal, taż-żgħażagħ, tal-familji tagħna, tan-nisa tad-dar, ta' l-anzjani u tal-morda.", "Dan hu li qegħdin nitkellmu fuqu hawn, Mr Speaker.", "Hawnhekk, b'dan l-eżerċizzju m'aħniex nistadu biex nirbħu l-voti.", "Kieku kellna nagħmlu hekk bħala politiċi ħaqqna d-daqqiet ta' ħarta, u jkun jixirqilna.", "Kieku xi ħadd jiġġudikana b'dan il- mod, dik tkun l-agħar ħaġa li nistgħu nagħmlu għall-ġid ta' pajjiżna.", "Dan il-budget ma fassalniehx bil-ħsieb li minn hawn u ftit ieħor tispiċċa l- leġislatura, imma fassalnieh bil-ħsieb ta' fejn nixtiequ nieħdu lil dan il- pajjiż fuq il-medda ta' snin li għandna quddiemna.", "Aħna fhimna dan il-mesaġġ, u fhimnieh għax qalulna l-poplu Malti u Għawdxi.", "Jiena naf u sħabi jafu l-laqgħat sħaħ ta' konsultazzjoni li għamilna fix- xhur li għaddew biex inkunu nistgħu nifhmu l-messaġġ tal-poplu tagħna x'inhu, fejn hu l-polz, x'qed jgħidilna u fejn huma l-prijoritajiet.", "Naturalment għandna r-responsabilita' li nieħdu d-deċiżjonijiet, u d- deċiżjonijiet neħduhom.", "Pero' ridna nisimgħu għax ridna nkunu b'idejna fuq il-polz ta' dan il-poplu.", "U l-poplu tagħna qalilna biex ma nisparpaljawx il-ġid ta' dan il-pajjiż li rnexxielna nibnu bil-mod il-mod.", "Qalina biex nagħmlu l-affarijiet bil-għaqal u noqogħdu attenti biex nibnu għall- ġejjieni.", "Għalhekk il-miżuri li fassalna bi prudenza u ħabbarna f'dan il- budget huma miżuri bil-ħsieb li nsaħħu l-familji.", "Ridna ninvestu fil- familji biex pajjiżna jkompli jikber, biex l-ekonomija ta' pajjiżna tkompli tikber, biex l-ekonomija tkompli toħloq il-ġid ħalli dak il-ġid inkunu nistgħu nerġgħu nitfgħuh fil-bwiet tal-familji.", "Fhimna li l-ġid li noħolqu flimkien irridu nqassmuh b'ġustizzja soċjali b'mod li fl-istess ħin l- attivita' ekonomika li għandna f'pajjiżna nkomplu mmexxuha 'l quddiem.", "Irrid ngħid li t-tfassil ta' dan il-budget sar f'kontest partikolari, qisu pittura li għandha l-gwarniċ.", "U dan il-budget, \"Familji fis-sod\", bil- miljuni ta' liri li koprejna fil-miżuri kollha li ħabbarna għandu gwarniċ li fih irridu npoġġu l-istampa li qed inressqu quddiem il-poplu tagħna.", "X'inhu dan il-gwarniċ?", "Naħseb irridu nżommu quddiem għajnejna x'qegħdin ngħixu u minn xiex għaddejna.", "L-ewwelnett huwa gwarniċ li jżomm quddiem għajnejh li sa ftit iktar minn tliet snin ilu pajjiżna kien beda triq ġdida, sar membru fl-Unjoni Ewropea.", "M'ilniex wisq għax tliet snin u nofs huma perijodu qasir.", "Bdejna din l-esperjenza flimkien u tlaqna għal din il- mixja flimkien.", "Hekk kienet l-għażla tal-poplu u hekk imxejna.", "U allura dan huwa budget qed iseħħ wara ftit iktar minn tliet snin li ilna fl-Unjoni Ewropea.", "Naturalment huwa budget ukoll li jinstab ftit ġimgħat qabel ma nieħdu pass ieħor ta' integrazzjoni qawwija fl-Unjoni Ewropea - il-mument meta tidħol il-munita Euro f'pajjiżna.", "Ftit ġimgħat oħra se nkunu wasalna għal din il-fażi ġdida f'pajjiżna li għandha tkompli tgħin biex iġġibilna postijiet ta' xogħol f'dan il-pajjiż.", "Jiena dejjem ngħid li l-Ewro huwa importanti għax iġibilna postijiet tax- xogħol, għax il-ħaddiema li għandna fil-fabbriki jiddependu fuq kemm aħna kapaċi nkunu pajjiż kompetittiv, fuq kemm aħna kapaċi nkunu pajjiż attraenti biex jiġi l-investiment, biex jinfetħu l-fabbriki hawnhekk biex inkunu nistgħu nkompli nimxu 'l quddiem.", "L-Ewro tgħinna nkunu iktar kompetittivi fit-turiżmu biex ikollna iktar turisti, biex pajjiżna jkun jista' jkompli jimraħ iktar 'il quddiem.", "Għalhekk l-Ewro, mhux għall-Ewro biex sempliċiment ikollna l-Ewro.", "U mhux għall-fatt li hija vera t-tieni l- iktar munita b'saħħitha fid-dinja u lanqas għall-fatt li biex tkun parti miż-żona ta' l-Ewro trid tgħaddi minn eżami diffiċli li aħna għaddejna minnu.", "Mhux għalhekk.", "Imma għax lkoll kemm aħna fuq din in-naħa tal-Kamra l- ħin kollu nġibu quddiem għajnejna l-postijiet tax-xogħol tal-ħaddiema, ta' l-irġiel, tan-nisa, taż-żgħażagħ, ta' l-istudneti ta' l-universita' u ta' dawk li qed jinvestu l-ħin kollu fil-futur tagħhom.", "Dan il-budget qed isir ukoll fil-bidu ta' programm finanzjarju li l-Unjoni Ewropea poġġiet għad-dispożizzjoni tagħna.", "Mill-inqas €855 miljun - ngħid mill-inqas għax hemm fondi oħra barra dawn - li qegħdin għad-dispożizzjoni tagħna u li bdew minn din is-sena.", "Allura dan huwa budget ukoll li ġie mfassal fil-kontest ta' €855 miljun li l-Unjoni Ewropea poġġiet għad- dispożizzjoni tagħna biex jintefqu ħalli noħolqu iktar xogħol, biex ikollna ambjent isbaħ, biex ikollna l-indafa, biex ikollna l-investiment fl- istorja, fil-kultura, fil-patrimonju tagħna, biex ngħinu lil dawk li jitilfu l-post tax-xogħol, biex ngħinu dawk li għandhom l-eta' ta' 40, 50 sena u jsibuha diffiċli biex jerġgħu jsibu post tax-xogħol, biex ngħinu lill-persuni b'diżabilita' u tant affarijiet oħrajn.", "Hemm ċirkostanza oħra - u din diġa' semmejtha - li dan huwa budget li qed iseħħ fl-aħħar ta' ħames snin leġislatura.", "Fadlilha ftit xhur oħra biex tispiċċa.", "Resqin lejn l-aħħar ta' din il-leġislatura.", "Pero' huwa budget fl- aħħar ta' din il-leġislatura u huwa parti mill-gwarniċ li fih irridu naraw ir-realtajiet ta' madwarna.", "Ninsabu wkoll f'mument fejn ma nistgħux nitilfu l-attenzjoni tagħna.", "Dan qisu xi ħadd qed isuq karozza, u jekk jaljena rasu jibqa' dieħel f'ħajt.", "Bħalissa għaddejjin ċirkostanzi madwarna fid-dinja kollha, u nafu li dak li jiġri anke eluf ta' mili 'l bogħod jaffettwana b'mod qawwi wkoll għax Malta għal grazzja ta' Alla m'hijiex gżira f'bozza.", "Malta hija parti mid-dinja, illum iktar minn qatt qabel għax iż-żgħażagħ bil-computer qegħdin jaħdmu u jikkomunikaw mal-bqija tad-dinja kollha u jistgħu jikkompetu mad-dinja kollha.", "Imma nafu li hawn ċerti inċertezzi ekonomiċi u hawn ċerti sitwazzjonijiet li qegħdin jiżviluppaw fi prezzijiet għoljin f'affarijiet li jolqtuna direttament.", "Il-prezz taż-żejt qed jilħaq livelli record u rridu nżommu quddiem għajnejna li ħadd ma jaf dan il-prezz taż-żejt fejn se jispiċċa.", "Hawn min jgħid li jista' jilħaq il- US$100.", "Min jgħid ħaġa u min jgħid oħra, u kull ġurnata nisimgħu storja differenti.", "Sur President, dak qed iġib sitwazzjonijiet oħrajn marbutin mal-fatt li ċ- Ċina qed tkompli tikber u tiżviluppa.", "Għax iċ-Ċina qed tkompli tikber u tiżviluppa l-poplu Ċiniż qed jagħmel pressjoni ikbar fuq l-ikel fid-dinja u allura għandna pressjoni fuq iċ-ċereali.", "Għandek dawn l-iżviluppi kollha li qed iġibu ħafna komplikazzjonijiet.", "Imma forsi wieħed jgħidli: Imma dan jaffettwawna lilna?", "Jiġifieri omm ta' familja llejla tistaqsina: Il-fatt li għola l-prezz taż-żejt lili kif jolqotni?", "Ir-risposta hija li jolqotna lkoll kemm aħna għax iż-żejt irridu nixtruh minn flusna, mit-taxxa li qed tħallas int jew ir-raġel tiegħek jew il-familja tiegħek jew it-tfal tiegħek li qegħdin jaħdmu.", "Iż-żejt irridu nixtruh għax aħna m'għandniex żejt.", "Irridu nixtruh u allura kull darba li l-prezz taż-żejt jogħla, minn x'imkien irridu nħallsuh.", "Anke l-qamħ irridu nimportaw għax aħna ma nkabbrux hawnhekk il-qamħ.", "Allura irridu nixtruh.", "U dak il-qamħ malli jogħla jaffettwana fil-prezz tal-ħobż u fil-prezz tal-ġwież ta' l-annimali.", "Imma jogħla kemm jogħla minn barra, dan rridu nixtruh għar-raħħala tagħna u rridu nħallsu għalih.", "U min se jħallas għalih?", "Aħna se nħallsu għalih, mit-taxxi li lkoll kemm aħna nħallsu, mit- taxxi li dik il-familja tħallas.", "Minn x'imkien irid jitħallas.", "Ma tistax tfaqqa' subgħajk u tħallas dawn l-affarijiet.", "Dawn l-affarijiet jiġu billi nħallsu lkoll kemm aħna minn butna għalihom.", "Dawn huma ċ-ċirkostanzi li warajhom ġie mfassal dan il-budget.", "Din hi r-retroxena li fih qed iseħħ dan id-dibattitu li beda bil-qari tal-budget, kompla bid-diskors tal-Kap ta' l- Oppożizzjoni ta' nhar it-Tnejn li għaddew, u issa qed jagħlaq din il-parti bid-diskors tiegħi biex fil-ġranet li ġejjin inkunu nistgħu nidħlu f'iktar dettall ministeru b'ministeru.", "Il-verita' hi li meta tpoġġi dan kollu flimkien, il-fatti huma li l-pajjiż mexa 'l quddiem, ħoloq il-ġid, il-ġid qed inqassmuh billi ninvestuh fil- familji.", "Imma jonqos sfidi li rridu noqogħdu attenti għalihom u allura ejjew nimxu bi prudenza, u hekk għamilna.", "Nhar it-Tnejn li għaddew f'isem il-gvern jiena ħabbart serje ta' miżuri indirizzati lejn il-qasam tal- familja.", "Dawn il-miżuri tħabbru f'kontest ta' prudenza.", "Għedna lin-nies li l-pajjiż mexa 'l quddiem, nistgħu nkomplu nimxu 'l quddiem flimkien, imma ejjew ma nipperikolawx dak kollu li bnejna b'tant għaqal u b'tant diffikultajiet.", "Kieku tliet snin ilu xi ħadd qalli: Inti taf li sitt xhur oħra l-prezz taż-żejt se jisplodi?", "Kieku kont naf min jaf x'kont niddeċiedi.", "Ma konniex nafu għax ma stajniex nipprevedu, imma għal grazzja ta' Alla dan il-pajjiż kien b'saħħtu biżżejjed li laqa' għal din id-daqqa kbira.", "U kienet daqqa kbira.", "Kultant inkunu qegħdin nitkellmu bejnietna l-ministri u sħabi d-deputati u ngħidu min jaf x'konna nagħmlu kieku ma kellniex id-daqqa taż-żejt!", "Għamilna dan bid-daqqa taż-żejt aħseb u ara kieku ma kellniex id-daqqa taż- żejt x'konna nagħmlu f'dan il-pajjiż!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Imma kieku waqa' u kiser siequ.", "Fil-ħajja politika aħna nafu - u naħseb sħabi tan-naħa l-oħra jafu wkoll - li rridu nkunu realistiċi għax ma tkunx taf x'se jinqala'.", "U dan mhux fil-politika biss imma fil-ħajja tagħna lkoll.", "Qatt ma tkun taf x'se jinqala', imma trid tipprepara ruħek biex tkun b'saħħtek biżżejjed biex tirkeb dak li jinqala' f'mument partikolari.", "Sur President, irrid ngħid xi ħaġa dwar ir-reazzjoni ta' l-oppożizzjoni għal dan il-budget.", "Dawn qalulna li kien budget ta' ftit ħafna, tard wisq.", "Jienanissorprendi ruħi b'dawn it-tip ta' reazzjonijiet.", "Il-verita' hi li min-nhar it-Tnejn li għaddew, mill-mument li ħabbarna l-budget, imbagħad fil-ġranet ta' wara b'mod partikolari, jiena nnotajt u rrealizzajt li fil- verita' nħoloq sentiment verament pożittiv fil-pajjiż.", "Jiena ma niddejjaqx ngħid li llum, b'riżultat tal-miżuri ta' dan il-budget, 76,000 tifel u tifla b'xi mod jew b'ieħor se jkunu qegħdin jibbenefikaw minn dan il- budget.", "Mijiet ta' familji bi tfal b'diżabilita' jew anke koppji jew anke individwi b'diżabilita' se jkunu jibbenefikaw minn dan il-budget.", "Barra dawn se jkun hemm ukoll 76,000 anzjan u anzjana jibbenefikaw minn dan il- budget.", "Għandna 40,000 ħaddiem li jaħdmu b'xi mod jew ieħor, b'mod dirett jew indirett, min ftit u min ħafna se jkunu qed jibbenefikaw minn dan il- budget.", "Mijiet u eluf ta' koppji żgħażagħ li għadhom qegħdin jippreparaw għaż-żwieġ jew inkella li se jiżżewġu u qed jippreparaw biex jixtru l-ewwel dar tagħhom ukoll se jibbenefikaw minn dan il-budget.", "Insemmi wkoll 76,000 tifel u tifla fl-iskejjel ta' l-istat, 3,000 student tal-junior college, 10,000 student fl-universita' ta' Malta u 10,000 student fl-MCAST li se jgawdu mill-benefiċċji ta' dan il-budget.", "Il-forzi ta' l-ordni, il-membri ta' l-armata, in-nies li jaħdmu fl-isptar kollha se jgawdu minn dan il- budget.", "U allura bilfors ikolli ngħid li hawnhekk qegħdin inwettqu dak li fil-politika forsi hija l-iktar ħaġa li tagħtina sodisfazzjon, jiġifieri li naraw li s-suċċess ta' pajjiżna jinfirex fil-bwiet, fil-ħajja, fl-effetti ta' kuljum tal-familji tagħna, ta' eluf kbar ta' Maltin u Għawdxin li jgħixu f'pajjiżna.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Mr Speaker, il-punt tat-tluq tagħna huwa l-pajjiż għax il-pajjiż m'huwiex ħaġa vojta.", "Il-pajjiż huwa aħna, intom, il-familji tagħna, dawk li qed jisimgħuna fid-djar tagħhom, dawk li jgħixu l-ħajja tagħhom ta' kuljum, il- morda, dawk b'saħħithom, dawk li jaħdmu ġo fabbrika, dawk li jaħdmu f'uffiċċju, in-nisa u l-irġiel li jrabbu t-tfal u n-nisa u l-irġiel li joħorġu jaħdmu.", "Dan hu l-pajjiż.", "Dan m'huwiex duħħan jew xi sħaba hemm fuq li ma tistax tmissha.", "Aħna nagħmlu l-pajjiż.", "Aħna, min għandu opinjoni politika, min m'għandux, min jaqbel magħna, min ma jaqbilx magħna, min ħaġa u min oħra.", "Aħna nagħmlu l-pajjiż kollu kemm hu.", "U allura lkoll kemm aħna rridu l-aħjar għalina bħala pajjiż.", "U meta ngħidu li rridu li l-pajjiż kollu jimxi 'l quddiem biex ilkoll kemm aħna nimxu 'l quddiem.", "Għaliex qed ngħid hekk, Mr Speaker?", "Għax hemm prinċipju importanti, li ħadd ma jista' jagħtik milli m'għandux.", "L-ebda pajjiż ma jista' jagħmlu dan.", "Tista' ddum tgħid kemm sejjer 'il quddiem il-pajjiż, kemm sejjer ħaġa u kemm sejjer oħra, imma jekk m'għandux, ma jagħtikx.", "Ħadd ma jista' jagħtik milli m'għandux, Mr Speaker.", "U l-prinċipju kardinali li mxejna fuqu aħna, il-gvern li mexxejt jiena f'dawn l-aħħar tliet snin, erba' snin, minn mindu dħalna fl-Unjoni Ewropea kien mibni fuq prinċipju li wkoll sar minn gvernijiet preċedenti.", "Ħadd ma jista' jagħtik milli m'għandux.", "Dawn huma stqarrijiet li kull politiku serju għandu jagħmel u jikkalkula.", "L-ewwel il- pajjiż, dak li aħna ngħidulu l-ġid komuni, dak li hu tagħna lkoll flimkien irid jimxi 'l quddiem.", "Imbagħad ladarba jinħoloq dak il-ġid komuni, inqassmuh.", "Mr Speaker, ftit aktar minn tliet snin ilu jiena sirt prim ministru ta' dan il-pajjiż sabiħ.", "Dan hu privileġġ kbir, kbir għal kulmin b'xi mod jew ieħor ikollu dan il-piż xi jġorr fuq spallejh.", "Huwa privileġġ għalija u għal dawk li kien hemm qabli li ġie mument f'ħajjithom li kienu huma li qed imexxu lil dan il-poplu tagħna.", "Naturalment huwa privileġġ, pero' huwa piż tqil li ma jistax jeħfief, għax inti f'kull mument ta' kull ġurnata, f'kull deċiżjoni li tkun qed tieħu taf il-ħin kollu li dik id-deċiżjoni tista' tolqot tajjeb jew ħażin lill-ħajja tan-nies.", "Tkun qed tfassal il-ġejjieni tat-tfal, tal-familji, ta' l-irġiel u tan-nisa tagħna.", "Dak li tkun qed tagħmel, Mr Speaker.", "Li tkun fil-pożizzjoni li qegħdin aħna fiha l- politiċi, tista' tkun prim ministru, tista' tkun ministru, tista' tkun deputat tan-naħa tal-gvern, deputat tan-naħa ta' l-oppożizzjoni jew kap ta' l-oppożizzjoni, ilkoll kemm aħna għandna r-responsabbilta' li naraw li ma niċċajtawx.", "F'dawn l-affarijiet m'hemmx ċajt.", "F'dawn l-affarijiet serjeta' biss hemm.", "Jaqbdek il-bard taħseb il-ħin kollu li b'dawn il-miżuri li se nkunu qed nieħdu, fosthom iċ-children's allowance, se ngħinu familji li jistgħu jkunu f'diffikulta'.", "Bil-miżuri fl-income tax se nkunu qed ngħinu lill-familji biex mill-flus li nħallulhom fil-but, jistgħu jaħsbu f'affarijiet ġodda, itejbu l-kondizzjoni tagħhom u jtejbu l-ħajja tagħhom.", "Dan mhux ċajt, Mr Speaker, imma serjeta' u responsabbilta' kbira.", "U huwa dan is-sens ta' responsabbilta' li jiżen fuqna l-politiċi kollha, u jiena nistieden lill-poplu tagħna biex jagħmel dan il-ġudizzju.", "Hawn m'aħniex nilagħbu.", "Din m'hijiex tellieqa għall-poter.", "U l-poter huwa tellieqa biex tikkmanda?", "X'gost fiha li tikkmanda?", "Din m'hijiex tellieqa li tikkmanda u tellieqa għall-poter, tellieqa biex tkun hawn flok tkun hemm.", "Din hija tellieqa biex tagħmel il- ġid, Mr Speaker.", "Din tellieqa biex nippruvaw inkunu fost l-aħjar biex nagħmlu differenza fil-ħajja tan-nies.", "Din hi l-politika, li nippruvaw nagħmlu ħilitna.", "Naturalment bl-iżbalji tagħna wkoll, għax perfetti m'aħniex.", "Aħna umani u niżbaljaw ukoll.", "Imma din hi l-politika, li inti tgħid: Ara, imxejna 'l quddiem, issa nista' nagħmel pass ieħor 'il quddiem u lill-familji nara kif nista' ngħinhom.", "Dik hija l-politika kollha.", "Allura aħna l-membri tal-gvern, kollha kemm aħna, dejjem insistejna - u jiena naħseb dan ġudizzju jgħodd ukoll għall-oppożizzjoni - li ngħidu lill- poplu tagħna: Isma' tiġġudikawniex bid-diskors u bil-paroli.", "Iġġudikawna bil-fatti, b'dak li nagħmlu.", "Ngħidu li bejn il-kliem u l-fatti hemm baħar jikkumbatti.", "U hekk hu, hemm baħar jikkumbatti.", "Jiena nista' ngħid ħafna affarijiet sbieħ.", "Jien stess l-ewwel wieħed li nammettiha, kemm nista' ngħid affarijiet sbieħ!", "Il-verita' imma hi li the proof of the pudding is in the eating.", "Hekk jgħidu l-Ingliżi.", "Il-cake, biex tara jekk huwiex moħmi tajjeb jew le trid idduqu.", "U jiena ngħid li l-poplu tagħna kellu ċans iduq dak ir-riżultat ta' politika differenti minn tagħna, li hija l-politika tal- partit Laburista, meta għaxar snin ilu kienu fil-gvern.", "Iridu jnessuna li kienu fil-gvern.", "Kienu fil-gvern għaxar snin ilu, doqnieha dik il-politika u ġrat xi ħaġa li fl-istorja ta' pajjiżna mill-indipendenza 'l hawn qatt ma ġrat.", "Ġara li wara 22 xahar xbajna minnha dik il-politika.", "Aħna għandna politika differenti u wettaqnieha u għexnieha, qegħdin ngħixuha u qed nippruvaw nagħmlu ħilitna biex minnha nagħtu l-aħjar lil pajjiżna.", "Kif għedt diġa', Mr Speaker, tliet snin ilu bdejna bidu ġdid f'pajjiżna, bidu ġdid aħna ġibnieh, Mr Speaker.", "Kien hawn min ma ridniex nibdew bidu ġdid għal pajjiżna għax tliet snin u nofs ilu, qisu l-bieraħ, kien hawn min qed jgħidilna: Le, ma nidħlux fl-Unjoni Ewropea.", "Dak se jġib diżastru fil- pajjiż għax issa se jiġu l-Isqallin u jeħdulna l-impjiegi kollha, lit-tfal tagħna se nibagħtuhom għal-lieva u se jtiru l-missili minn fuqna u l- fabbriki se jgħalqu!", "Erba' snin ilu, qisu l-bieraħ, Mr Speaker, kienu qed jgħidulna dawn l-affarijiet kollha.", "Kienu qalulna li aħjar Svizzera fil- Mediterran.", "Dak il-bidu ġdid li riedu!", "Aħna għedna: Le, bidu ġdid għal pajjiżna jfisser sħubija fl-Unjoni Ewropea fejn pajjiżna jista' verament jimraħ u fil-fatt, għall-grazzja t'Alla hekk għamilna.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "Jiena napprezza li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni nhar it-Tnejn li għaddew fid- diskors tiegħu qal li huwa mdawwar b'deputati b'impenn u b'esperjenza.", "Iva, l-istess deputati li erba' snin ilu kollha kemm huma kienu qed jgħidulna: Svizzera fil-Mediterran, kollha kemm huma!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Naħseb li l-esperjenza li għandhom id-deputati fuq in-naħa ta' l- oppożizzjoni ma tantx hija esperjenza sabiħa, Mr Speaker, għax kienu qed jagħtuna parir ħażin biex lil pajjiżna nitfgħuh f'direzzjoni kompletament żbaljata.", "Imma għaddiet, u issa kellhom jibdew bidu ġdid.", "Bidlu l- politika tagħhom biex issa qegħdin jgħidu, li issa li qegħdin fl-Unjoni Ewropea ejjew nippruvaw nagħmlu ħilitna biex din l-esperjenza niżviluppawha għall-ġid ta' pajjiżna.", "Tajjeb, hekk għandu jkun.", "Pero' jien ma nistax ninsa li erba' snin ilu kienu qed jieħdu żball storiku li kien ifisser bidla fl-istorja u fl- iżvilupp ta' pajjiżna!", "Ma nistax ninsieh!", "U l-Kap ta' l-Oppożizzjoni bil- membri kollha li hu għandu miegħu li tant għandhom entużjasmu rrid infakkarhom li kienu żbaljati kollha kemm huma.", "Ma kienx hemm wieħed li kellu raġun.", "Kollha kontu żbaljati.", "Kollha!", "(Onor. Membri: Hear, hear) U l-poplu tagħna kien qalilkom li intom żbaljati, pero' imbagħad meta konna għamilna referendum li fih il-poplu Malti ħareġ b'għajta ċara li jrid jissieħeb, il-kap tagħkom kien qal: Le, tafux, il-poplu Malti mhux hekk qal, ma jridx jissieħeb.", "Ir-referendum intilef skond hu.", "U kollha kemm intom, intom deputati ta' esperjenza kbira u vera b'impenn kbir u mħabba kbira lejn dan il-pajjiż, ma kellkomx il-kuraġġ tgħidulu li kellu żball għax il-poplu Malti ddeċieda li jrid li Malta tidħol fl-Unjoni Ewropea.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Ma jimpurtax, ma jimpurtax.", "Mr Speaker, aħna mxejna mod ieħor.", "Aħna fhimna mill-bidunett li l-poplu tagħna ried li nagħmlu din l-għażla.", "Għamel għażla importanti u mbagħad għamel għażla li ġiet konfermata fl-elezzjoni ġenerali.", "U x'qalilna, Mr Speaker?", "Qalilna: Hawn il-pajjiż, ħuduh, ħa nafdawh f'idejkom biex tmexxuh 'il quddiem.", "Fdalna l-pajjiż f'idejna lil din in-naħa tal-Kamra u qalilna biex nipprovaw nagħmlu ħilitna ħalli dan il-pajjiż immexxuh 'il quddiem u fil-fatt hekk għamilna.", "Naturalment ipprovajna minn kollox biex il-pajjiż jimxi 'l quddiem.", "Naħseb li f'ħafna oqsma rnexxielna.", "Ma rnexxilniex f'kollox.", "Hemm oqsma li mxejna 'l quddiem – tliet snin u nofs m'humiex żmien twil – hemm oqsma li wasalna nofs triq, hemm oqsma li għad fadlilna ħafna iżjed x'nagħmlu biex inkunu nistgħu verament insarrfu dan kollu u ngħidu li lħaqna livelli li nixtiequ nilħqu fil-livell Ewropew.", "Naturalment aħna poplu li għadu żagħżugħ.", "Irrid infakkar li akkwistajna l- indipendenza fl-1964, sirna repubblika fl-1974, fhimna x'inhi d-demokrazija vera fl-1981, skoprejna l-potenzjal tagħna fl-1987, u dħalna fl-Unjoni Ewropea fl-2004.", "Dan huwa poplu żagħżugħ b'esperjenza żagħżugħa, imma ħdimna kemm flaħna anke meta sibna l-gambetti ma' saqajna, u llum qegħdin hawn bir-riżultat f'idejna.", "U r-riżultati jitkellmu waħedhom.", "Ir-riżultati jinħassu mill-poplu kollu Malti u Għawdxi.", "Sur President, dan kollu ma ġarax b'kumbinazzjoni.", "Il-Kap ta' l- Oppożizzjoni kkwotani fuq din darbtejn, tliet darbiet.", "Iva, jien ngħid li l-affarijiet ma jiġrux bil-kumbinazzjoni.", "L-affarijiet jiġu jekk inti tkun ħsibt minn qabel, jekk inti jkollok il-kuraġġ għalihom, tiffaċċjahom, tippjana għalihom, tidħol għalihom u jkollok il-fuduċja f'dan il-poplu.", "Hekk isiru l-affarijiet.", "U anke meta l-affarijiet li jiġru ma tkunx qed tippjanahom trid tkun b'saħħtek biżżejjed biex tirbaħhom.", "Naturalment irrid infakkar li dan il-budget huwa riżultat ta' tliet budgets oħra li l- ewwel wieħed kien budget li introduċa l-miżuri li kien hemm bżonn li pajjiżna jieħu biex b'kuraġġ jiffaċċja l-futur, imbagħad it-tieni budget ma ntroduċa ebda taxxa, it-tielet budget naqqas l-income tax u dan ir-raba' budget reġa' naqqas l-income tax.", "Kienet politika tajba?", "Tatna riżultati?", "Iva, jien ikkwotajt id-diskors li qalet l-Unjoni Ewropea li tanalizza l- pajjiżi kollha.", "L-Unjoni Ewropea għandha 27 pajjiż u tanalizza kull pajjiż fejn sejjer tajjeb u fejn sejjer ħażin.", "U meta analizzat lil Malta, l- iżgħar membru ta' l-Unjoni Ewropea, qalet li r-riżultati qegħdin hemmhekk.", "Dawn huma riżultati kredibbli u sostenibbli.", "Dan hu ċertifikat mill-isbaħ li kollha kemm aħna għandna nkunu kburin bih.", "Kultant donni nħoss li l-oppożizzjoni ma tantx jieħdu pjaċir jisimgħuha din.", "Naturalment nifhimhom, għax kienu ilhom jgħidulna tliet snin sħaħ li qegħdin inbagħbsu ċ-ċifri u li mhux veru sejrin tajjeb.", "Budget wara budget jiena niftakar lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni jiġi hawnhekk u l-argument tiegħu kien ikun li ċ-ċifri ma nemmnuhomx għax kienu ċifri mbagħbsa u mbażwra.", "Hekk kien jgħidilna.", "Din id-darba ma smajnihiex.", "Nhar it-Tnejn qgħadt attent biex nara x'ħin se jattakka ċ-ċifri.", "Xi tfisser din?", "Tfisser li dak li qalilna fit-tliet snin li għaddew kien kollu żbaljat.", "Mhux veru dak li kien qed jgħidilna, li kellna xi diżastru.", "Kien qalilna ajruplan b'makna waħda li se jikkraxxja, u ma nafx kemm affarijiet oħra qalilna.", "Min jaqra d-diskorsi li l-kap ta' l-oppożizzjoni għamel is-sena li għaddiet, is-sena ta' qabel u s-sena ta' qabilha jibda jidħak.", "Illum irriżulta li dak kollu kien żbaljat, ħalli nkun moderat fid-diskors.", "Kien żbaljat u ż-żmien tana parir.", "Iż-żmien tana parir li aħna kellna u għandna politika li qed tagħti r-riżultati, u r-riżultati ħerġin fil-beraħ.", "Il-politika tagħna kienet tajba, kienet qed iġġib ir-riżultati u kienet qed tpoġġi lil pajjiżna f'qagħda soda.", "Konna qed noħolqu l-impjiegi għal min kien qed jidħol fid-dinja tax-xogħol u għal min kien qed jitlef il-post tax- xogħol tiegħu fil-mumenti diffiċli li ħaddiema jkollhom jiffaċċjaw, kif iffaċċjaw fis-snin li għaddew il-ħaddiema tad-Denim u l-ħaddiema tal-VF.", "Jien dejjem ngħid u nerġa' nirrepeti – naħseb li qed nesprimi l-opinjoni tagħna lkoll – li l-mument l-iktar diffiċli f'dawn it-tliet snin u nofs li ilni prim ministru kien il-mument meta sirt naf li fabbrika se tagħlaq il- bibien u 900 ruħ se jsibu ruħhom bla xogħol.", "Dak kien l-iktar mument diffiċli u l-iktar mument fejn ħassejt li bħala poplu għandna ningħaqdu flimkien b'sens ta' solidarjeta` biex naraw kif nistgħu ngħinu bl-aħjar mod possibbli.", "Ikolli ngħid li ċ-ċertifikat li akkwistajna għal pajjiżna donnu m'għoġbux lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "Fid-diskors tiegħu nhar it-Tnejn qal li dan iċ- ċertifikat tawhulna l-bankiera.", "Bil-kemm kemm ma jridx iġegħelni nistħi li l-bankiera tawna dan iċ-ċertifikat!", "L-ewwelnett, Dr Sant, dan iċ-ċertifikat mhux lili tawh, imma lil pajjiżna.", "Dan għandek tieħu pjaċir bih int iżjed minni!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Jien nista' mmur quddiem il-prim ministri f'isem il-poplu tagħna u nuri dak iċ-ċertifikat li jagħtina reputazzjoni tajba ma' l-Ewropa u barra mill-Ewropa, ma' l-investituri barranin u ma' l-investituri Maltin.", "Mhux ħaġa tajba din?!", "Mhux ħaġa sabiħa?!", "X'jiġifieri tiġi tgħidli li qed niddandan bil-bankiera!", "Għandna biex inkunu kburin!", "Mhux aħjar inkunu kburin b'dawn l-affarijiet?!", "Jien niftakar żmenijiet meta kont nistħi.", "Meta kien għadu kif sar prim ministru Dr Sant, għaxar snin ilu, u ffriża l-applikazzjoni ta' Malta għas- sħubija fl-Unjoni Ewropea stħajt niltaqa' ma' nies Ewropej oħra.", "Iva, stħajt immur f'pajjiżi Ewropej u jistaqsuni: Imma kif għandkom prim ministru li ffriża l-applikazzjoni ta' Malta għall-Unjoni Ewropea?!", "Kulħadd irid jidħol, kif intom le?!", "Dan il-prim ministru li għandkom x'tah?", "X'għandu f'rasu?", "Kif iffriża l-applikazzjoni ta' Malta għall-Unjoni Ewropea?", "Minn 27 pajjiż li applikaw għall-Unjoni Ewropea - l-Unjoni Ewropea ilha teżisti 50 sena - ma kienx hemm pajjiż wieħed li ffriża l- applikazzjoni tiegħu biex jidħol fl-Unjoni Ewropea.", "Malta kellha tkun biex tagħmel dan.", "X'ma tistħix!", "Tkun trid tinħeba!", "Dak kien mument ta' mistħija għal pajjiżna li domna biex irkuprajna minnu.", "Din kienet il-politika tal- Kap ta' l-Oppożizzjoni li dak iż-żmien kien prim ministru, u kienet politika li ħaddem.", "Jien din ninsisti fuqha.", "Ma jġibulniex l-iskuża li huma 22 xahar biss għamlu fil-gvern.", "Intom wettaqtu l-politika kollha li għedtu li se twettqu.", "Iffriżajtu l-applikazzjoni ta' Malta għall-Unjoni Ewropea, neħħejtu l-VAT u daħħaltu s-CET.", "Li ridtu u li kellkom f'raskom għamiltuh.", "U kienu 22 xahar preċiżament għax il-politika tagħkom kienet ħażina.", "Din hija l-verita` u hemm bżonn li għall-korrettezza ta' l-istorja dan jingħad.", "Huma jipprovaw inessuna u jgħidulna li issa biddlu l-politika u se jagħmlu bidu ġdid.", "Kellhom jerġgħu jibdew mill-ġdid ukoll fuq din il- kwestjoni.", "Imma bidu ġdid għax ġew biex jibdew magħna, ġew fit-triq tagħna.", "Għalhekk ma nistħux li għandna dan iċ-ċertifikat.", "Pero` jien inżid ngħid biċċa oħra.", "Veru dan hu ċertifikat ta' politika kredibbli u sostenibbli li tawna l-bankiera, jekk trid tpoġġiha hekk.", "Imma jien ngħid li l-Unjoni Ewropea tathulna, u naħseb li l-Unjoni Ewropea hija Unjoni Ewropea u mhux bankiera.", "Pero` issa ċ-ċertifikat tahulna l-poplu Malti!", "Issa ċ-ċertifikat mhux ġej mill-bankiera, imma ġej mingħand il-poplu Malti u Għawdxi kollu li rrikonoxxa li dan huwa budget li jirrispondi għall-aspirazzjonijiet tagħhom, għall-bżonnijiet tagħhom, għal dak kollu li huma jikkonsidraw ta' importanza.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "Hemm ħafna affarijiet li wieħed jista' jsemmi, nistgħu nibqgħu sejrin, pero` naħseb li rridu nikkonċentraw fuq l-affarijiet li jkunu ntqalu biex anke jien, f'dan id-diskors, inwieġeb għall-punti li saru fid-diskors li għamel il-Kap ta' l-Oppożizzjoni nhar it-Tnejn.", "Allura ejja ngħidu li l- punt tat-tluq tagħna huwa li l-pajjiż miexi 'l quddiem, il-pajjiż qed jirċievi r-rikonoxximent ta' pajjiż li qed jirnexxielu jirbaħ it-tellieqa tal-kompetizzjoni, qed jiġbed lejh l-investiment li hemm bżonn u qed jinħolqu l-postijiet tax-xogħol.", "Finalment, jgħidu x'jgħidu l-bankiera, nafu li hemm min sab post tax-xogħol fil-fabbrika tal-farmaċewtika, min sab post tax-xogħol f'uffiċċju u min sab post f'fabbrika ġdida jew estensjoni li nfetħet.", "Hemm dawk l-eluf kbar ta' żgħażagħ li spiċċaw mill-istudji tagħhom u sabu post tax-xogħol, u dak huwa li jgħodd fil-ħajja tagħna.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni nhar it-Tnejn li għaddew f'mumenti minnhom ħareġ b'ħafna affarijiet u beda jsemmilna l-kwantita` ta' miżuri li jrid jieħu meta jkunu huma fil-gvern.", "Irrid ngħid li dawn issorprendew mhux lili biss, imma lil diversi mill-backbenchers tiegħu wkoll għax ħafna mill-miżuri li kien qed isemmi ma ssemmew qatt qabel.", "Dawn lanqas huma fid-dokumenti tagħhom, ħariġhom minn żniedu, tfaċċaw nhar it-Tnejn u niddubita ħafna kemm verament il-Kap ta' l-Oppożizzjoni u l-partit Laburista internament ikkalkulaw sew l-impatt finanzjarju tagħhom.", "Dan qed ngħidu għax hemm miżuri inkwetanti.", "Erħilu l-impatt finanzjarju, għax jiswew il-miljuni ta' liri għall-pajjiż, imma huma miżuri bla sens.", "Issa nispjega iktar fid- dettall x'irrid ngħid b'dan.", "Imma ħalli nibda minn hawn.", "Kieku kelli nisma' mill-Kap ta' l-Oppożizzjoni inkella b'xi mod jew b'ieħor naqa' fit- tentazzjoni li nagħmel dak li qalli, infalli lill-pajjiż u ndaħħal lill- pajjiż ġo ħajt.", "Dan mhux sew.", "Mhux sew li politiku li jersaq f'din il- Kamra f'mument importanti bħalma huwa d-dibattitu tal-budget jiġi hawnhekk u minflok jaqbad il-miżuri u jiddiskuti fuqhom u jgħidilna x'jidhirlu u x'ma jidhirlux u fejn nistgħu ntejbu, jibda jfajjar u jgħid li meta huma jkunu fil-gvern jagħmlu task force u nagħmlu pjan u mhux pjan u dawn l- affarijiet kollha, inkluż affarijiet oħra li huma superfiċjali għall-aħħar.", "Allura jien nibda nistaqsi lili nnifisi: Imma għaliex kull darba l-Kap ta' l-Oppożizzjoni jagħmel dan l-iżball, qisu li f'daqqa waħda jaqbdu paniku?", "Naħseb li dan il-budget effettivament ħoloq sitwazzjoni ta' paniku ma' l- oppożizzjoni.", "Għal xi raġuni jew oħra ma kenux qed jistennew dan il- budget.", "Ma nistax nifhem.", "Ma kenux qed jistennew li se jkollna budget li se jqassam il-ġid li qed joħloq il-pajjiż.", "Tant issorprendew ruħhom b'dan li r-reazzjoni rajnieha nhar it-Tnejn.", "Kienet reazzjoni ta' paniku.", "Dak veru diskors li qed jistad għall-voti!", "Dak veru diskors li qed jipprepara għall- elezzjoni!", "Taf x'kien jonqsu jgħid?", "Li fi żmien sitt xhur wara li jitla' fil-gvern jimpjega lil kulħadd mal-gvern, bħalma kienu għamlu meta lejliet l-elezzjoni ta' l-1987, fil-paniku li kien qabadhom biex jipprovaw jirbħu dik l-elezzjoni, impjegaw 8,000 mal-gvern, u l-piż ta' dan bqajna nġorruh tul is-snin biex inkunu nistgħu, b'xi mod jew b'ieħor, nirkupraw lill- pajjiż minn dik id-daqqa kbira li qala'.", "Dik kien jonqsu jgħid, imma ma jimpurtax.", "Għaliex kull darba jagħmlu dan l-iżball?", "Jien għandi t-teorija tiegħi.", "Jien naħseb li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni għandu sens ta' inferjorita` kbira fil-pajjiż, jiġifieri ma jemminx li dan il-pajjiż għandu l-potenzjal li jimraħ u jimxi.", "Donnu li jibża' mill- pajjiż, jibża' li dan il-pajjiż għandu bżonn protezzjoni, għandu bżonn lil xi ħadd li jipproteġih il-ħin kollu għax inkella jegħreq.", "Naħseb li din hija t-teorija, u m'hijiex xi teorija falza.", "Tant hu hekk li hu stess kien qal li ma kellniex nidħlu fl-Unjoni Ewropea għax aħna makku.", "Din qalha hu, m'għedthiex jien.", "Jien lanqas biss tgħaddi minn rasi li ngħid li dan il- pajjiż huwa makku.", "Lanqas tgħaddi mis-sentiment u mill-kurituri ta' rasi.", "Kif?", "Dan il-pajjiż makku?", "Ma tarax!", "Jgħid ukoll li se jinbela' mill- baleni.", "Dawn x'affarijiet huma!", "Imma allura bilfors li ġejja minn hawn, li konsistentement isiru għażliet żbaljati min-naħa tal-Kap ta' l- Oppożizzjoni.", "Dan ilu kap tal-partit Laburista 16-il sena.", "Minnhom għamel 22 xahar prim ministru u anke f'dan il-perijodu ħa deċiżjonijiet żbaljati għall-pajjiż.", "Ilu 16-il sena jieħu deċiżjonijiet żbaljati l-ħin kollu.", "Jien naħseb li dan il-punt hemm bżonn li joħroġ darba għal dejjem għax il-poplu tagħna għandu bżonn ikun jaf li l-punt tat-tluq huwa dan.", "Hemm bżonn ikun jaf il-baħar jaqsam bejn dawn iż-żewġ naħat, din in-naħa tal-Kamra u dik in- naħa.", "Aħna nemmnu fil-poplu tagħna.", "Aħna nemmnu li l-poplu tagħna għandu l- potenzjal li jikber u jirnexxi.", "L-oppożizzjoni m'għandhiex dan it-twemmin.", "Għal xi raġuni jew oħra ma temminx dan kollu.", "Issa dan l-aħħar skoprejna oħra.", "Tant m'għandux fiduċja, lanqas fl-argumentazzjoni tiegħu, li issa saħansitra qed jorganizza grupp ta' żgħażagħ biex jiktbu l-artikli fil- gazzetti taħt l-ismijiet foloz u taħt nom de plume biex taparsi fuq il- gazzetti qed jiktbu l-floating voters u jgħidu kemm hu bravu l-kap ta' l- oppożizzjoni.", "Din hija ċ-ċajta ta' pajjiżna, li norganizzaw gruppi ta' żgħażagħ biex jiktbu artiklu f' \"The Times\" u f' \"The Malta Independent\" ifaħħru l-intervent li jkun għamel l-Onor.", "Sant.", "Dan huwa ċ-ċajt għal pajjiżna.", "Dan hu l-mod serju ta' kif irridu nagħmlu l-politika u kif irridu nipperswadu lin-nies?!", "Mhux is-sustanza tipperswadi lin-nies?!", "Mhux is-sustanza tal-politika li tiggwidana?!", "Mela l-ittri fażulli fil- gazzetti u l-organizzazzjoni fażulla ta' spin biex toħloq perception!", "U le!", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "Jien m'għandix għalfejn intawwal wisq fuq dan il-punt imma rrid infakkar li quddiemi għandi storja twila konsistenti ta' pariri ħżiena li tana l-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "Biex jisimgħuna dawk li bħalissa qegħdin id-dar, bil- kalma kollha u mingħajr partiġġjaniżmu politiku se nsemmi mhux x'ġara għaxar snin ilu imma x'ġara f'dawn it-tliet snin u nofs, erba' snin.", "Se nsemmi l-pariri ħżiena li tana l-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "Issa hawn kulħadd irid iżomm quddiem għajnejh li meta l-Kap ta' l-Oppożizzjoni jagħtik parir ifisser li kieku kien hu prim ministru, hu hekk kien jagħmel.", "Il-parir ma jagħtihulix biex jien niżbalja, imma jkun qed jagħmlu ġenwinament, biex inkun ċar daqs il-kristall.", "Imma ġenwinament ikun żbaljat b'mod kbir.", "U dik hi l-problema.", "Erba' snin ilu - mhux 40, 20, 15-il jew 10 snin ilu - kien għamel l-ewwel żball kardinali storiku.", "Kien ta parir biex immorru għall-Isvizzera fil- Mediterran.", "Dan il-parir kien bnieh għax kien qalilna li mill-Unjoni Ewropea Lm1.5 miljun flus kontanti biss konna se nieħdu.", "Kien qalilna li jagħlqu l-fabbriki, kien qalilna li jiġu l-ħaddiema minn barra jeħdulna postna u l-litanija kollha.", "Dan kien parir ħażin u allaħares smajna minnu.", "Effettivament dan kien parir li fuqu mexa meta hu kien prim ministru għax kien iffriża kollox.", "Imma dan kien parir ħażin.", "Tliet snin ilu, meta aħna bdejna bil-programm tagħna biex nikkonsolidaw u nsaħħu l-finanzi tal-pajjiż u naħsbu għall-ġejjieni biex pajjiżna jnaqqas id-deficit u nagħmluh kompetittiv billi nipprovaw naslu għall-patt soċjali ħalli nagħmlu lil pajjiżna post attraenti iżjed għall-investiment, kien tana parir li qed ngħaġġlu wisq bil-programm li konna ppreżentajna fil-Kunsill Malti għall- Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali u kien qalilna li l-pajjiż għandu bżonn sas- sena 2010 biex inkunu nistgħu nilħqu dawn it-tip ta' livelli.", "Kien tana parir ħażin.", "Niftakar li jien kont użajt il-frażi li l-pajjiż m'għandux ħin x'jaħli u malajr kemm jista' jkun irid jakkwista l-livell li għandu bżonn jakkwista għall-kompetizzjoni biex inkunu nistgħu nibbenefikaw mill- ġid kollu ta' l-Unjoni Ewropea u niġbdu lejn pajjiżna l-investiment li għandna bżonn.", "Hekk konna għedna, imma hu kien qalilna li konna qed ngħaġġlu wisq.", "Kien qalilna biex intawlu ż-żmien u biex indumu sa l-2010.", "Tliet snin ilu kien tani parir, u għadu jargumenta sal-lum, dwar meta konna qed ninnegozjaw ma' SKANSKA, illi li kien għalih ma nnegozjajniex magħhom u ma ftehemniex.", "Imma mbagħad imur l-isptar Mater Dei u jgħid li hu sptar state of the art.", "Imma kif jista' Kap ta' l-Oppożizzjoni jagħmel tliet snin jgħid, u għadu jgħid sal-lum, li n-negozjati ma' SKANSKA biex inlestu l- isptar il-ġdid jingħalqu u jkun hemm data stabbilita biex dan l-isptar navvanzawlu affarijiet li kienu ppjanati biex isiru fl-2010 u fl-2012 u nagħmluhom minn issa biex ikun sptar li jkun attrezzat kemm jista' jkun sal- massimu possibbli u fl-istess ħin, waqt dik il-kritika, jiġi u jgħid li dan huwa sptar state of the art?!", "Dan kien parir ħażin daqskemm kien parir ħażin ukoll meta sentejn ilu kien ġie f'din il-Kamra u waqt id-diskors tal- budget kien tani parir li allaħares smajt minnu.", "Dan kien il-parir biex niżvalutaw il-lira b'10%.", "Taf x'jiġifieri niżvalutaw il-lira b'10%?", "Kollox kien jogħla b'10%.", "Iż-żejt kien jiġina 10% iżjed, il-mediċini kienu jiswewlna 10% iżjed, il-qamħ kien jiswielna 10% iżjed.", "Dan kien il-parir tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "Dan kien parir ħażin.", "Sentejn ilu kien qalilna wkoll biex ma nidħlux fl-ewro qabel ma l-ekonomija tkun kibret.", "L-ewwel qalilna li l-ekonomija trid tikber sa 4%, meta l- ekonomija tagħna kienet qed tikber bil-1% u 1.5%.", "Meta mbagħad bdejna mmissu it-3% u mexjin lejn l-4% qalilna li nidħlu meta l-4% jsiru 6%.", "Dan kien parir ħażin ieħor.", "Kien importanti għal pajjiżna li malajr kemm jista' jkun inkunu fost l-ewwel pajjiżi li nilħqu l-kriterju, jiġifieri ngħaddu mill-eżami, biex inkunu nistgħu ndaħħlu l-ewro.", "Dan kien importanti għall- investituri li jkunu jridu jiġu jinvestu f'pajjiżna.", "Per eżempju, hemm magazine importanti li jaqrah kulħadd li jismu \"The Economist\" u ġimagħtejn ilu kien hemm artiklu fuq din il-gżira żgħira li jisimha Malta u l-mod kif irnexxielha tiżviluppa l-ekonomija tagħha wara li ssieħbet fl-Unjoni Ewropea.", "Dan m'huwiex sigriet imma huwa pubbliku u kulħadd jista' jaqrah.", "Dan huwa magazine li kien jikteb fih il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "Sur President, il-Kap ta' l-Oppożizzjoni kien tana parir ieħor ħażin.", "Tliet snin ilu, bejn wieħed u ieħor, meta bdiet id-diskussjoni fuq il-low cost carriers kien qalilna li min qed jagħmel l-argument biex jidħol il-low cost f'pajjiżna qed jara sal-ponta ta' mnieħru.", "Dan huwa parir ħażin ieħor.", "Bħal dan iż-żmien sena l-Kap ta' l-Oppożizzjoni kien qed jikteb artikli f'\"The Times'' fejn fihom kien qed jghħid li SmarCity hi spekulazzjoni ta' l-art.", "Jiġifieri li kieku kien prim ministru hu, SmartCity ma resqitx 'il hawn.", "Kieku dabbrilha rasha, kienet titlaq u addiju l-5,600 job.", "Illum kellu jibda mill-ġdid anke fuq din.", "Naturalment issa qed jinduna xi żball kbir għamel u qed jgħid li issa l-problema se tkun kemm se jirnexxielna nipproduċu żgħażagħ Maltin imħarrġa għal dawn il-postijiet tax-xogħol.", "Tajba din!", "Dam sena biex jinduna x'parir ħażin kien qed jagħti lill-pajjiż fuq dan l-investiment li ġibna lejn pajjiżna!", "Parir ħażin ieħor ta sena ilu f'Diċembru li għadda meta ressaqna liġi biex nimmodernizzaw il-pensjonijiet f'pajjiżna, il-liġi tar-riforma tal- pensjonijiet.", "Tana parir biex ma nagħmlu xejn u nistennew sakemm buona grazia tiegħu jorganizza konferenza li se ssir bejn l-2011 u l-2012 biex dakinhar nibdew niddiskutu r-riforma tal-pensjonijiet.", "Mur ġib kieku smajna minnu!", "Mur ġib kieku lil dawk il-pensjonanti li llum għidnilhom li ta' 61 sena jistgħu jibqgħu jaħdmu, jaqilgħu l-flus u xorta jieħdu l- pensjoni!", "Mur ġib kieku smajna minnu!", "Kieku smajna minnu u ħallejna kollox kif inhu kieku l-massimu tal-pensjoni ffriżata m'hemmx ċans li titla' u baqgħet hekk.", "Imma kieku waqa' u kiser siequ!", "Imma tidħak.", "Pero' dan mhux ċajt tafux, għax dawn l-affarijiet huma serji.", "Kieku kien hu prim ministru dawn l-affarijiet kienu jseħħu kollha.", "U ma noqogħdux nimmaġinaw li dak li qed insemmi huwa ta' 30 sena ilu jew ta' 20 sena ilu.", "Dawn huma kollha deċiżjonijiet li ttieħdu mill-Kap ta' l-Oppożizzjoni matul dawn it- tliet snin li għaddew.", "Żball wara l-ieħor, wieħed eħxen mill-ieħor.", "Li kieku kien hu prim ministru dan il-pajjiż kien jerġa' jidħol ġo ħajt.", "Jien bħala prim ministru u sħabi l-ministri u d-deputati għandna d-dmir li xorta nisimgħu x'qed jgħid, għax jien l-ewwel wieħed li ngħid li ġieli jkun hemm mumenti u punti milli jgħid hu li jkunu validi.", "Mela le!", "U punti tajbin, mela!", "U tisma' trid.", "Mela aħna perfetti?", "U mhux lilu biss, imma anke lid-deputati u l-back benchers kollha tiegħu nisimgħu, u nagħmlu żball jekk ma nisimgħux.", "Irridu nisimgħu.", "Fejn huma ma jaqblux magħna jgħidulna, fair enough.", "Dak huwa parti mir-regoli.", "Fejn ma naqblux magħhom aħna ngħidulhom ukoll.", "Pero' ejjew nirrispettaw lil xulxin fl-opinjonijiet tagħna, niżnu li qed jintqal u fejn ikun hemm bżonn li nikkoperaw u naħdmu flimkien, naħdmu u nikkoperaw flimkien.", "Dan mhux għall-ġid tal-pajjiż?", "Imma mhux nagħtu l-gambetti lil xulxin.", "Jiena nibqa' ngħid li rrid nisma' dak li qal, u jiena smajt dak li qal nhar it-Tnejn li għaddew.", "L-ewwelnett il-Kap ta' l-Oppożizzjoni beda b'mod stramb.", "Biex inkun preċiż ġibt id-diskors u fl-ewwel sentenza qal hekk:", "\"Ftit ħafna, tard wisq.", "Dan kien il-verdett popolari dwar il-budget għas-sena 2008 li ħabbrulna f'dan il-parlament bħal-lum ġimgħa.", "Ftit ħafna, tard wisq.", "L-oppożizzjoni Laburista taqbel ma' dan il- verdett.\".", "Din minn fejn ġibtha?!", "Mr Speaker, kif tista' tiġi f'dan il-parlament u tgħid dawn l-affarijiet!", "Qed jisimgħuk Malta u Għawdex kollha, qed jisimgħuk il-laburisti wkoll mhux in-nazzjonalisti biss u tiġi tgħid dan!", "Imma possibbli l-Kap ta' l-Oppożizzjoni ġie hawnhekk nhar it-Tnejn biex jgħid lil-laburisti li se jieħdu żieda fiċ-children's allowance, li bħalha qatt ma raw, lil-laburisti li se titnaqqsilhom l-income tax, lil-laburisti anzjani, pensjonanti li b'xi mod jew ieħor se jibbenefikaw mill-miżuri li ħabbarna u lill-koppji għarajjes li se jiżżewwġu, li l-verdett popolari huwa \"ftit ħafna, tard wisq\"!", "Invenzjoni minn żniedu.", "Tafu għaliex?", "Għax kien laħaq tella' billboard u allura ma jkunx hemm il-kuraġġ morali li tgħid li żbaljajt, ejja nbiddel.", "Dan il-billboard kien żbaljat.", "M'għandhomx dan il-kuraġġ.", "Il-verdett popolari huwa b'mod unanimu pożittiv fuq dan il-budget.", "U biżżejjed wieħed jara x'qalu l-korpi kostitwiti kollha, huma x'inhuma, sija jekk kienu l-kamra tal-kummerċ, il-kamra ta' l- employers, il-Gozo Business Chamber u l-GWU, anke jekk din ta' l-aħħar bid- diffikultajiet tagħha tibqa' issemmi tal-vaganzi.", "Anke l-GWU irrikonoxxiet li dan huwa budget tajjeb.", "Imma skond il-Kap ta' l-Oppożizzjoni dak kien il-verdett popolari.", "Nispera li xi ħadd ma ħadlux żball meta kitiblu d- diskors, għax jista' ikun li kitibulu ħażin din il-biċċa għax ma kellux jgħid hekk.", "Dik hija falsita', mhux vera.", "Huwa assessment żbaljat.", "U jiddispjaċini ngħid li jekk hu jemminha vera din, allura maqtugħ mill-poplu.", "Allura veru ma jafx x'inhu s-sentiment popolari.", "Allura vera maqtugħ mir- realtajiet tal-poplu tagħna, ta' x'qalulna n-nies.", "Hu jgħid li jmur fid- djar tan-nies jisma'.", "Skużani, Dr. Sant, jidher li qed tmur fid-djar tan- nies u m'intix qed tisma'.", "M'intix qed tisma' x'qed jgħidulek, għax il- verita sagrosanta aħna smajnieha.", "Nerġa' ngħid li perfetti m'aħniex, imma smajna x'qalulna n-nies f'dawn is-sitt xhur li għaddew ta' konsultazzjonijiet.", "Aħna ma ħlejna l-ħin ta' ħadd.", "Smajna u qgħadna attenti.", "Ma stajniex nagħtu kollox lil kulħadd, ma stajniex insibu s- soluzzjonijiet kollha, imma safejn stajna għamilna.", "Mill-pezza drapp li għandna fassalna libsa li jiena naħseb hija libsa tajba għal pajjiżna.", "Xtaqna nagħmlu iżjed, u kieku stajna konna nagħmlu iżjed, imma l-għaqal qalilna li s'hawn kapaċi naslu.", "Naraw 'il quddiem safejn nistgħu naslu.", "Sur President, hawnhekk għandi dokument li aktar tard fis-seduta se npoġġih fuq il-mejda tal-Kamra.", "Riċentement f'\"The Times\" għamlu survey biex jaraw in-nies x'kienu qed iħossu dwar dan il-budget u kemm verament affettwahom b'mod pożittiv jew le.", "U s-survey jitkellem b'mod ċar.", "Per eżempju, kien hemm mistoqsija jekk il-miżuri tal-budget fuq id-djar jgħinux jew le lil min qed jixtri l-proprjeta' jew se jixtri l-proprjeta'.", "Għal din il- mistoqsija 90% irrispondew \"iva\".", "Għall-mistoqsija jekk il-miżura tal- pensjonanti li jieħdu ż-żieda fl-għoli tal-ħajja kenitx xi ħaġa pożittiva, 97% - kważi 100% - qalu \"iva\".", "Għall-mistoqsija jekk il-budget 2008 hux se jgħin verament lill-familji, 64% qalu \"iva\" se jgħin verament lill- familji.", "Dawk li qalu \"le\" huma 18%.", "Din se npoġġiha fuq il-mejda tal- Kamra għax fiha ċerta statistika li tkun interessanti li wieħed jaraha.", "Mr Speaker, il-Kap ta' l-Oppożizzjoni fid-diskors tiegħu kompla jgħid li d- diskors ried jaqsmu fuq erba' temi ewlenin, u dawn l-erba' temi kienu l- għoli tal-ħajja, il-ħolqien tax-xogħol, l-edukazzjoni u l-kontabilita' u l- korruzzjoni.", "Ħalli nipprova nirrispondihom u mmisshom malajr dawn l-erba' punti.", "F'dawn l-erba' punti li pprova jidħol fihom il-Kap ta' l- Oppożizzjoni għamel l-argument ta' xi rapport tal-fond monetarju internazzjonali.", "U anke hawnhekk jiena nitolbu jkun korrett mal-poplu Malti.", "Mela l-ewwel qabbadtu lil min taparsi jikteb l-artikli fuq il- gazzetti, pero' issa tkomplux tgħawwġu wkoll.", "Il-fond monetarju internazzjonali hija organizzazzjoni internazzjonali li wkoll tagħmel l- analisi tal-pajjiżi differenti.", "Tara l-ekonomija kif tkun sejra u tagħti l- parir.", "Issa din tista' taqbel magħha u tista' ma taqbilx, pero' trid tisma' wkoll x'qed tgħid għax kultant jagħmlu punti tajbin ħafna.", "Din għamlet rapport – mhux l-ewwel wieħed, din tagħmel kwantita' - fuq Malta.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni ħa silta minn dan ir-rapport u fid-diskors tiegħu qal hekk:", "\"Għas-sena d-dieħla l-fond monetarju internazzjonali qed jipprevedi li bit- tmexxija attwali r-rata li biha tikber l-ekonomija tagħna se tonqos bi kważi 13%.\".", "Malli tismagħha din jaqbdek paniku.", "Kif jista' ikun li r-rata ta' tkabbir se tonqos bi kważi 13%?", "Jaqbdek paniku sakemm tibda tifhem eżattament x'qed jgħid.", "Fil-verita' l-fond monetarju internazzjonali x'qed jgħid?", "Qed jgħid li r-rata ta' tkabbir għas-sena li qegħdin fiha qed jipproġettaw li tkun ta' 3.2%.", "L-IMF qed jgħidu li l-2007, is-sena li qegħdin fiha, ir- rata tat-tkabbir se tkun ta' 3.2%.", "Aħna naħsbu li tkun xi ħaġa iżjed minn hekk, imma ejja naċċettaw.", "Pero' imbagħad qed jgħidu li għas-sena d-dieħla l-ekonomija tagħna tibqa' tikber bi 2.8%, kważi 3%.", "Ara d-differenza ta' x'hawn miktub fir-rapport veru u kif għawwiġha hu.", "Hawnhekk hawn miktub li din is-sena se nikbru bi 3.2% u s-sena d-dieħla, wara li nkunu kbirna dik il-biċċa, se nikbru biċċa oħra għal 2.8%.", "Jiġifieri l-cake minn \"hekk\", is- sena d-dieħla se jsir \"hekk\".", "Imma hu x'qalilna?", "Qalilna li se tonqos bi 13%.", "X'kien qed jgħid?", "Qed jgħid li jekk din is-sena kbirna bi 3%, is- sena d-dieħla mhux se nikbru bi 3% wkoll, nikbru ħarira inqas minn 3%.", "Allura għid il-verita' u għidha sew, tidħakx bin-nies!", "Din hi.", "Il-fond monetarju qed jgħid li se nkomplu nikbru.", "Se nkomplu nikbru, Mr Speaker, u huwa tajjeb għall-pajjiż li nkomplu nikbru.", "Issa, imiss l-erba' punti.", "Wieħed mill-erba' punti li huwa jmiss hi l-għoli tal-ħajja.", "Ħa nibdew minnha, għax din hija prijorita'.", "U fuq din naħseb li qegħdin, kif jgħidu bl-Ingliż, on the same wavelength.", "Mr Speaker, aħna ninkwetaw għall-għoli tal-ħajja, u hija realta' li pajjiżna minn dejjem kellu jiffaċċjaha.", "Irrid ngħid il-verita' għax aħna pajjiż li dejjem konna niddependu fuq l-importazzjoni minn barra minn Malta u allura f'dan is- sens, jekk prodott jogħlielek minn barra minn Malta, inti biex tixtrih trid jew tkun lest li tħallas għalih jew jekk ma tridx tħallas għalih, ma jbiegħuhulekx.", "Din hi realta' u hija biċċa uġigħ ta' ras kbira.", "Jiena nifhem, sħabi jifhmu, kollha kemm aħna nifhmu li l-għoli tal-ħajja hija dik ix-xi ħaġa li tnaqqarlek kuljum, tnawwarlek mill-paga tiegħek, mid-dħul tiegħek, mill-pensjoni tiegħek, mill-kwalita' tal-ħajja tiegħek.", "U jekk l- affarijiet ta' kuljum tarahom jiżdiedu, dawk iweġġgħu, Mr Speaker.", "Issa jiena ħadt pjaċir li fid-diskorsi li smajt f'dawn l-aħħar ġimagħtejn min-naħa tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni u esponenti oħrajn tal-partit Laburista, jidher li hemm ċaqliqa fil-pożizzjoni li dejjem ħadu s'issa.", "L- ewwelnett saret stqarrija ċara daqs il-kristall - u jiena nsellmilha dik l- istqarrija, naċċettaha u napprezzaha – fejn huma qed jgħidu li spiċċa ż- żmien tal-price order.", "Smajt lill-Onor.", "Anġlu Farrugia jagħmel din l- istqarrija fuq programm tat-televiżjoni l-bieraħ, pero' għamilha l-Kap ta' l-Oppożizzjoni wkoll.", "Spiċċa ż-żmien tal-price orders, jiġifieri l-miżura biex tikkkontrolla l-prezzijiet.", "Mela la din in-naħa u lanqas dik in-naħa ma nemmnu li s-soluzzjoni għandha tkun price order, li tiffriża l-prezz.", "Issa ħalli niftehmu sewwa, jekk wieħed jaqbad li hemm l-abbuż hemm poteri li l-liġi tagħtina bħala gvern u dawk il-poteri nużawhom.", "Pero' dan m'huwiex il-metodu li wieħed għandu juża biex jikkontrolla l-prezzijiet.", "U s'hawn qed naqblu ż-żewġ naħat tal-Kamra.", "Mela, il-kwestjoni ta' l-għoli tal-ħajja, li hija realta' li rridu niffaċċaw, ma nistgħux niffaċċawha billi nagħmlu price order.", "Naqblu.", "It-tieni stqarrija ċara li għamel il-Kap ta' l-Oppożizzjoni - u napprezzaha wkoll, għalhekk għedt li trid tisma' x'qed jgħid għax jintqalu affarijiet li naqblu fuqhom - hija li kultant prezz li jiġik għoli minn barra m'hemmx x'tagħmel dwaru.", "F'dan il-każ tista' tagħżel li ma tixtrix.", "Imma jekk xi ħadd jgħidli: Isma', din il-mediċina għoliet.", "Issa jekk għoliet minn barra, nistgħu nagħmlu l-għażla li ma tixtrix il-mediċina?", "Ma tarax!", "Il- mediċina hija importantissima!", "(Interruzzjonijiet) Eżatt, il-ħażin huwa min jabbuża.", "Mela hawn is-sigriet.", "Mela ħa nibdew minn hawn.", "Min-naħa ta' l- oppożizzjoni u min-naħa tal-gvern hemm dawn iż-żewġ pożizzjonijiet jaqblu.", "Naqblu li ma tistax issolvi din il-kwestjoni bi price order u naqblu wkoll li hemm prezzijiet li jogħlew minn barra u la jogħlew minn barra, jogħlew minn barra.", "Allura jfisser li m'hemm xejn x'tagħmel?", "Le, Mr Speaker.", "Hemm affarijiet x'tagħmel, u hemm affarijiet li m'għandekx x'tagħmel.", "X'inhuma l-affarijiet li għandek tagħmel u x'għamilna aħna, Mr Speaker?", "L- ewwel ħaġa.", "Tista' ttaffi d-daqqa tal-prezz ta' l-għoli tal-ħajja billi tissussidja skond ir-regoli ta' l-EU, safejn jippermettulek.", "X'jiġifieri tissussidja, Mr Speaker?", "Tfisser li tgħin lil dak li jkun fejn jidħol, per eżempju, il-prezz taż-żejt.", "U l-impatt tal-prezz taż-żejt jinħass fuq l- industrija, fuq il-familji tagħna, fuq dawk li ma jifilħux u fuq is-27,000 familja li b'xi mod jew b'ieħor għandhom bżonnijiet partikolari.", "Allura trid tagħti dik l-għajnuna, li biex inkunu ċari tfisser miljuni ta' liri.", "Faċli tgħidha li tista' ttaffi d-daqqa ta' l-għoli tal-ħajja, pero' mbagħad trid iddaħħal idejk fil-but u tfittex u tara jekk issibx il-miljuni li għandek bżonn biex tkun tista' tgħin ħalli ttaffi d-daqqa fuq il-familji tagħna.", "Kellna eżempju reċenti.", "Kellna l-prezz tal-qamħ li fisser li l-prezz tal- ħobż kellu jogħla.", "Ippruvajna ntaffu d-daqqa, Mr Speaker, u parti minn dak il-piż refgħu l-gvern.", "Tkellimna bejnietna fil-Kabinett bħala ministri u għedna: Isma', nistgħu ntaffu biċċa minn din id-daqqa?", "U taffejna biċċa mid-daqqa tal-prezz tal-ħobż.", "Per eżempju, miżura oħra li kellna bilfors nieħdu f'dawn il-ġranet kienet kif nistgħu ngħinu lir-raħħala tagħna.", "Għandna raħħala li minħabba l-prezz tal-ġwież li sploda minn barra kienu qed jiġu affettwati ħażin fis-settur kollu tagħhom.", "X'għamilna, Mr Speaker?", "Rajna kif nistgħu ngħinu biex id-daqqa tal-prezz tal-ġwież b'xi mod jew ieħor inkunu nistgħu nnaqqsuha.", "L-istess għamilna mas-sajjieda fuq il-kwestjoni tad-diesel u tant affarijiet oħrajn.", "Mela waħda mill-metodi kif tagħmel din il-biċċa xogħol hija li inti tgħin bis-sussidji.", "It-tieni metodu huwa li jkollok mekkaniżmu tajjeb li jivverifika l- prezzijiet, li jara jekk il-prezzijiet humiex ġusti jew le.", "Issa dan il- mekkaniżmu aħna għandna.", "Għandna mekkaniżmu li qed nittestjawh, qed jaħdem, ħaddimnieh fil-qasam tal-mediċini, per eżempju, u fil-qasam tal-mediċini hekk qed nagħmlu, Mr Speaker.", "Qed naqbdu mediċina, naqbdu tliet pajjiżi oħra fl-Unjoni Ewropea u naraw il-prezz ta' dik l-istess mediċina x'inhu f'dawn il-pajjiżi.", "Noħorġu medja u jekk niskopru li l-prezz li bih qed tinbiegħ il-mediċina f'Malta huwa ogħla minn dan il-prezz, allura nduru fuq l-importatur u ngħidulu: Isma' ħija, jew turina l-karti ħalli naraw daqsxejn minn fejn qed tixtri, kif qed tixtri, x'inhu l-ammont jew inkella jkollok traħħas il-prezz tal-mediċina.", "Għandna strument ieħor li qiegħed imdendel ukoll, Mr Speaker, u dan l- istrument huwa strument li jippermettilna li jekk dan ma jseħħx, il-gvern jista' jintervjeni hu u jixtri hu l-mediċina bil-prezzijiet li jidhirlu li jkunu ġusti fis-sitwazzjoni.", "Imma hemm dan il-mekkaniżmu u qed jaħdem.", "U kellna numru ta' mediċini - u hemm oħrajn li qed jiġu verifikati - li fil- ġimgħat li għaddew ħarġu l-avviżi pubbliċi li qegħdin jindikaw il-mediċini kif naqsu.", "Barra minn hekk hemm ukoll il-ftehim mas-sidien tal-ħwienet, li magħhom għandna arranġament dwar kif għandhom ibigħu lill-konsumatur Malti u wkoll il-ftehim ma' l-importaturi biex iżommu l-prezzijiet fissi għal dawn is-sitt xhur li ġejjin ħalli l-konsumatur Malti ma jiġix mgħobbi bil- piż ta' prezzijiet li ma jkunux ġusti.", "It-tielet metodu kif tindirizza l-kwestjoni ta' l-għoli tal-ħajja huwa li tħalli iktar flus fil-bwiet tan-nies.", "U dan il-budget hekk għamel.", "Lill- familji tagħna, lill-ġenituri tagħna, lill-ommijiet, lill-missirijiet, ħallejnielhom iktar flus fil-but biex huma jkunu jistgħu jtejbu l-kwalita' tal-ħajja tagħhom u jkunu jistgħu jlaħħqu mal-ħajja.", "Naturalment hemm ħaġa li pero' m'għandniex nagħmluha.", "M'għandniex niżvalutaw il-lira.", "Il-parir li kien tana l-ħabib tiegħi Dr. Sant, li kien parir fuq dan il-punt, kien totalment bil-kontra ta' dak li dejjem jippriedka.", "Hu dejjem jippriedka dwar kemm qed togħla l-ħajja u mbagħad tana parir biex il-ħajja ngħolluha b'10%!", "Nistgħu nagħmlu iżjed, Mr Speaker?", "Dażgur li nistgħu nagħmlu iżjed.", "Dejjem nistgħu nagħmlu iżjed.", "Nistgħu nsaħħu d-diviżjoni tal-konsumatur, nistgħu nsaħħu l-kummissjoni għall-kummerċ ġust, dawn kollha importanti.", "L-idea tal- Kap ta' l-Oppożizzjoni li jkollu aġenzija, diviżjoni, whatever, li hi tirrapporta lill-Kamra hija idea tajba, m'hemm xejn ħażin, pero' m'intix se ssolvi l-prezzijiet billi jkollok rapport fuq il-mejda.", "Din hemm bżonn ineħħiha minn rasu darba għal dejjem il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "Ir- rapporti weħidhom ma jsolvulek xejn.", "Id-deċiżjonijiet li trid tieħu kuljum, kull ħin u kull mument biex tindirizza d-diffikultajiet isolvulek.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "Hemm imbagħad it-tieni argument li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni qabad miegħu, li huwa l-qasam tal-ħolqien tax-xogħol.", "Issa dwar il-qasam tal-ħolqien tax- xogħol għamel xi ħaġa ftit stramba l-Kap ta' l-Oppożizzjoni, jekk jippermettili ngħidlu hekk.", "Għaliex?", "Għax semma lill-prim ministri kollha li kellna mill-indipendenza 'l hawn, imma għal xi raġuni stramba li għadni ma nistax nifhem s'issa, ma semmiex x'ġara fi żmienu.", "Ma semmiex x'kienu ċ- ċifri tal-qgħad li kellna f'pajjiżna meta hu kien prim ministru.", "Semma lil Mintoff, lil George Borg Olivier, lil Karmenu Mifsud Bonnici, lil Fenech Adami u lili.", "Pero` kurjuża kif hemm vojt, blackhole, dwar żmienu.", "Huwa misteru li xi darba nittama li jispjegawhulna.", "Pero` jien naħseb naf x'inhi r-raġuni li semmiex dak iż-żmien, għax għandu record tant ħażin f'dawk it- 22 xahar li allaħares issemmih.", "Imma jien se nsemmih u se npoġġi fuq il- mejda tal-Kamra wkoll dokumenti li juru grafikament ukoll x'ġara u x'ma ġarax.", "Per eżempju, hawn għandi tabella li turi kemm żdied l-ammont tal-gainfully occupied, dawk li jaħdmu bi qligħ.", "Bejn l-1997 u l-1998 it-total żdied b'129.", "Bejn l-2004 sa l-2007, kemm ilni prim ministru jien, jekk irridu nqabblu, żdied b'735 ruħ.", "Issa hawn trid tikkonsidra li għandna kwantita' ikbar ta' żgħażagħ qed jistudjaw fil-Junior College, fl-MCAST u fl- universita` milli qatt kellna qabel.", "Hawnhekk għandna record ta' żgħażagħ li flok daħlu fid-dinja tax-xogħol għamlu l-għażla tajba li jibqgħu jistudjaw.", "It-tieni għandna record li qed jiġri issa, f'dawn l-aħħar erba' snin, dwar dawk li qed jidħlu fl-eta' pensjonabbli ta' 61, dawk li jgħidulhom il-baby boomers.", "In-numru ta' nies li għalqu l-61 sena f'dawn l- aħħar erba' snin laħaq livelli record.", "Jiġifieri suppost li f'dawn l-aħħar erba' snin tant ħarġu bil-pensjoni li aħna teoretikament messna rajna n- numru tan-nies jaħdmu bil-qligħ jinżel għax ħarġu iżjed nies minn qatt qabel bil-pensjoni, u baqgħu jistudjaw ħafna iżjed żgħażagħ minn qatt qabel.", "Suppost li n-numri niżlu bil-kbir.", "Safrattant in-numri ma niżlux, imma żdiedu b'735 overall li huwa riżultat eċċellenti.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "Meta tqis x'inħolqu bħala postijiet tax-xogħol inti tikkonsidra x'intilef u x'inħoloq u mbagħad x'inhu n-net.", "Fi żmien il-Kap ta' l-Oppożizzjoni bħala postijiet tax-xogħol inħolqu 3,100 impjieg.", "Kemm ilni prim ministru jien inħolqu 5,353.", "Ir-rata tal-qgħad fi żmien il-Kap ta' l-Oppożizzjoni kienet ta' 5.5%.", "Il-qgħad bħalissa huwa ta' 4.8%.", "Dawn kollha qed inpoġġihom fuq il-mejda tal-Kamra.", "It-total ta' nies jirreġistraw għax-xogħol fi żmien il- Kap ta' l-Oppożizzjoni kien ta' 6,245 mentri t-total ta' nies li hemm jirreġistraw illum huwa ta' 5,914.", "Dan għaxar snin wara.", "Għandi hawn ukoll tabella li turi r-rata tal-qgħad ta' l-ewwel u t-tieni parti tar- reġistru li turi li sa Ġunju ta' din is-sena t-total ta' nies li jirreġistraw kien ta' 4.3%.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "Naturalment meta kien qed jiddiskuti l-qasam tax-xogħol il-Kap ta' l- Oppożizzjoni semma wkoll l-industrija u qal li l-gvern donnu li qata' qalbu dwar l-industrija.", "M'hu veru xejn, il-gvern għandu determinazzjoni kbira li l-qasam ta' l-industrija jarah jikber, li l-qasam tal-manifattura, fl- affarijiet li jġibu l-valur miżjud inkomplu narawh jikber.", "Fil-budget ħabbarna miżuri importantissimi u ta' miljuni ta' liri biex naraw l- investiment fil-manifattura jikber.", "Anke dwar l-ST jien ngħidlu li l-pjan tal-gvern għall-ST huwa li aħna rridu li x-shareholders u d-diriġenti ta' l- ST jinvestu aktar biex l-ST ssir hi, f'pajjiżna, ċentru ta' valur miżjud u servizz speċjalizzat li jkun jista' jikkompeti u jkun jista' jżomm il- preżenza tiegħu f'Malta.", "U se nkunu qed nagħmlu ħilitna, kif dejjem sar fis-snin li għaddew, biex din il-kumpannija tkun tista' tirbaħ il- kompetizzjoni qalila li naturalment qed tiffaċċja, bħalma għamilna biex ġibna l-Lufthansa Technik, biex ġibna l-fabbriki tal-farmaċewtika għax hawn futur kbir.", "Naturalment waqt li kien qed jiddiskuti dan kollu l-Kap ta' l-Oppożizzjoni semma wkoll it-turiżmu.", "Hu jgħid li t-turiżmu mhux sejjer tajjeb daqskemm jixtieq.", "Il-verita' hi li ċ-ċifri jitkellmu waħedhom.", "Jien qed inpoġġi wkoll tabella li turi li bħalissa għandna riżultat li huwa wieħed mill- aħjar, jekk mhux l-aħjar riżultat li kellna f'dawn l-aħħar sitt snin.", "Jekk tistaqsini aħniex kuntenti ngħidlek li le.", "Hemm bżonn li nagħmlu iżjed u nipprovaw nagħmlu iżjed.", "Imma hawn aħna għandna riżultat pożittiv li ġej mhux b'kumbinazzjoni, imma ġej għax sibna l-miljuni tal-liri x'ninvestu fil- low cost airlines, x'ninvestu fil-prodott turistiku tagħna, biex ngħinu lill-industrija, biex ngħinu lill-hotels 5-Star biex jissaportu anke d- daqqa tas-surcharge.", "Dawn il-miljuni aħna ħallasniehom biex inkunu nistgħu nġibu riżultat li qed inġibu llum fil-qasam tat-turiżmu.", "Naħseb li dan huwa tajjeb għax rajna żieda sostanzjali fin-numru ta' turisti.", "Minn Jannar sa Awissu kellna 825,000 turist li jitqabbel ma' 816,000 li kellna fl-2001.", "Meta tara bejn dawn is-sitt snin, din kienet l- aħjar sena li kellna f'dawn l-aħħar snin.", "Dan apparti ċ-ċifri li ħarġu l- bieraħ fuq il-cruise liners fejn kellna żieda oħra ta' 21% fin-numru ta' turisti li ġew f'pajjiżna bil-cruise liners, u li ma tgħoddhomx f'dawn in- numri.", "Dan juri li l-politika tagħna qiegħed ikollha riżultati.", "Li huwa inkoraġġanti iżjed minn hekk huwa li n-nefqa tat-turisti f'Malta qed tiżdied ukoll għax in-numri biss mhux biżżejjed.", "Jekk in-nefqa tagħhom tonqos ma tkun avvanzajt xejn, anzi tkun għamilt piż fuq l-infrastruttura tal-pajjiż mingħajr ma ħadt xejn lura, mentri ċ-ċifri qed juruna li dan in- numru li qed naraw jiżdied fisser Lm14 miljun iżjed flus li daħlu fl- ekonomija Maltija u li aħna qed ingawdu minnhom bħala pajjiż.", "Naturalment ma semma xejn dwar x'qed nipproponu li se nagħmlu f'dan il- qasam is-sena d-dieħla.", "Ma semmiex l-Lm10.5 miljun li tajna lill-MTA, il- Lm5 miljun għal titjib fil-prodott turistiku.", "Hu semma li qed jintilfu l- postijiet tax-xogħol u li qed jagħlqu l-lukandi.", "Li ma semmiex huwa li fl- 1999, jiġifieri sena wara li waqa' mill-gvern hu, f'pajjiżna kellna 8 hotels 5-Star li kellhom 2,900 sodda filwaqt li llum, fl-2007, għandna 16- il hotel 5-Star b'7,400 sodda.", "U jien ngħid grazzi lill-investituri Maltin li investew il-miljuni tal-liri biex ikollna suċċess f'dan il-qasam.", "Mr Speaker, semma l-edukazzjoni u anke hawnhekk jien nibqa' nissorprendi ruħi.", "Semma analisi fuq l-edukazzjoni fl-iktar qasam li l-poplu jirrikonoxxi li aħna mxejna 'l quddiem.", "L-investimenti li għamilna biex nagħtu l-futur lil pajjiżna huwa investiment li kulħadd jirrikonoxxi bħala investiment li qed jagħtina r-riżultati.", "Jien għandi ċ-ċifri f'idejja li jitkellmu waħedhom u se npoġġihom fuq il-mejda tal-Kamra.", "L-ewwelnett ejja nagħmlu ftit paraguni.", "Irrid ngħid li meta niġu biex naraw ir-rata ta' l- illitteriżmu, dawk li ma jafux jiktbu u jaqraw, dawk li huma ta' 19-il sena u taħt id-19-il sena, jiġifieri l-prodott tas-sistema edukattiva ta' dawn l- aħħar tliet snin prattikament, l-analisi turi li huma 1.7%.", "Ir-rata ta' l- illitteriżmu ġiet stabbilita bħala 1.7%.", "Mentri dawk li għandhom bejn 40 u 49 ir-rata ta' l-illitteriżmu tagħhom hija ta' 6.8%.", "Din il-ġenerazzjoni sfortunatament hija l-ġenerazzjoni tas-sistema edukattiva ta' żmien il- gvern Laburista.", "Hija l-ġenerazzjoni li ħarġet mis-sistema edukattiva tas- soċjaliżmu, ta' meta kellna l-20 punt biex tidħol l-universita', il-parrinu biex tidħol l-universita', ta' meta kellna l-universita' li tagħlaq il- bibien għall-istudenti tagħna.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "Jiena nispera li dawn m'humiex l-istess nies li nhar il-ġimgħa fuq \"Xarabank\" ibbuwjaw meta s-Segretarju Parlamentari Tonio Fenech qal li se nkunu qed nagħmlu l-ikbar investiment fil-qasam tat-teknoloġija fl-iskejjel tagħna għax se nbiddlu l-computers kollha ta' l-iskejjel.", "Imbagħad ikun hemm udjenza laburista fil-programm \"Xarabank\" li tibbuwja, ma taqbilx li jkun hemm dan it-tip ta' investiment għall-qasam ta' l-edukazzjoni f'pajjiżna.", "Assolutament shame!", "Shame!", "Hawn għandna statistika kemm irridu li tagħmlilna kuraġġ.", "Pero' dan ma jfissirx li għandna nikkuntentaw irwieħna, għad fadlilna x'nagħmlu hawn.", "Pero' tagħmel kuraġġ meta tara li fl-1996 kien hemm reġistrazzjonijiet għal dak li jgħidulu s-SEC ta' 55% u fl-2007 din telgħet għal 84%.", "Dawk li jgħaddu bil-grades mill-1 sa 5 ta' dawn li għandhom 16-il sena fl-2001 kienet 38% u fl-2007 huma kważi 45%.", "Mill-eżami tal-junior lyceum, fl-1985 kienu jgħaddu kienu jgħaddu 32% u llum jgħaddu 61%, Mr Speaker.", "Hemm ċifri oħrajn li mhux se noqgħod nidħol fihom li juru li pajjiżna qed jirkupra u qed jagħmel avvanzi kbar.", "Li huwa interessanti hu li dawn iċ-ċifri qed juru li meta tqabbel lil pajjiżna maċ- ċifri ta' l-Unjoni Ewropea, tirrealizza li pajjiżna għandu l-iktar rata mgħaġġla li biha qed jirkupra mqabbel mal-pajjiżi l-oħrajn kollha, Mr Speaker.", "U dak hu li jagħmlilna kuraġġ biex inħarsu 'l quddiem, Mr Speaker.", "Infakkar - u l-Kap ta' l-Oppożizzjoni ma semma xejn - illi aħna s-sena d- dieħla, l-2008, lill-MCAST tajnieha Lm1,200,000 iżjed minn din is-sena li qegħdin fiha.", "Jiġifieri din is-sena li qegħdin fiha konna vvotajna lil MCAST Lm400,000, u għas-sena d-dieħla se nkunu qed nagħuha Lm1,200,000.", "Lill-universita' se nkunu qed nagħtuha Lm1,035,000 iżjed.", "Il-Kap ta' l- Oppożizzjoni semma l-iskejjel ta' Pembroke u tal-Mosta.", "Jiena ngħid li x- xogħlijiet f'dawn l-iskejjel mexjin, applikajna, għandna l-permessi, issa jekk il-Bambin irid jingħataw it-tenders ukoll u se jibda x-xogħol fuqhom.", "Pero' mbagħad ma semmiex l-iskejjel l-oħrajn kollha li lestejna.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni f'mument minnhom qara' lista li qal qata' nifsu.", "Allaħares naqralu l-lista li se npoġġi fuq il-mejda wkoll, għax din fiha 11-il faċċata ta' proġetti li ma jispiċċaw qatt!", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "Fil-qasam ta' l-edukazzjoni ma semmiex il-junior lyceum mibni kważi mill- ġdid f'Pembroke, dak li nafuh bħala Sir Adrian Dingli, ex Sandhurst.", "Ma semmiex il-Kulleġġ San Benedettu, ma semmiex il-kulleġġ il-ġdid ta' Ħal Qormi, dak li konna nafuh bħala Tal-Ħandaq.", "Ma semmiex il-kulleġġ il-ġdid tal-Verdala, fil-Kottonera, li se jkollna l-pjaċir minn hawn u ftit ieħor li ninawguraw.", "Ma semmiex ix-xogħlijiet li diġa' bdew fl-iskola l-ġdida ta' Għawdex.", "Ma semmiex l-investiment enormi fl-universita' u fl-MCAST.", "Ma semmiex li se nkunu qegħdin inħallsu l-istipendji anke għal min jistudja barra minn Malta għall-first degree, Mr Speaker.", "La qed insemmi l-istipendji ħa naqra x'kien kiteb l-Onor.", "Evarist Bartolo, li hu wieħed mit-team tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "Fl-1997 kien qal hekk:", "\"University students have to understand that they are not the only ones who matter in society.", "The government has plans to put the country's finance on strong foundations and was asking every sector to contribute towards this end\".", "Dan meta kienu marru kontra l-wegħda elettorali li kienu għamlu u missew l- istipendji ta' l-istudenti kollha, u minn stipendju dawruh għal self fuq l- istudent li jkollu jħallas lura meta hu jiggradwa, Mr Speaker.", "L-istess, il-Kap ta' l-Oppożizzjoni nnifsu f'Ottubru 1997 qal hekk:", "\"Priorities in education had to be examined, he said, asking whether stipends, better education at university or better education for children with special needs was the best option.\"", "X'kienet ir-risposta tagħna?", "Kollha żammejniehom, Mr Speaker.", "L-istipendi, l-edukazzjoni għat-tfal, l-edukazzjoni speċjali, kollha!", "Għax l- edukazzjoni tirbaħ qabel il-biljuni ta' liri l-oħra li jrid jonfoq fuq inizjattivi li jagħmlu sens, Mr Speaker.", "U ma semmiex lanqas fil-qasam ta' l-edukazzjoni il-pagi ta' l-għalliema tagħna, Mr Speaker.", "Dan barra li jinsulentahom, għax meta jgħid li għandna falliment fl-edukazzjoni mhux lilna qed jinsulenta, imma lit-teachers.", "Qed jinsulenta lill-professjonisti mhux lilna.", "Lil dan li qed jinsulenta kontinwament b'dan it-tip ta' attakk ngħidlu li fl-1987 teacher kellu salarju ta' Lm3,000.", "Illum għalliem għandu salarju massimu ta' Lm8,316 u fl-2010 se jkollu salarju massimu ta' Lm9,500 li minnu se jkollu income tax inqas x'iħallas milli kellu din is-sena.", "Semma mbagħad il-kwestjoni tal-korruzzjoni, Mr Speaker.", "U fuq il- korruzzjoni sab rapport minn x'imkien li jgħid li teżisti perception.", "U anke hemm il-kelma għawwiġha, biddilha, qal li hi magħrufa mhux perception.", "Ħallina minnek!", "Qal li teżisti perception li fil-qasam tal-korruzzjoni Malta marret lura f'dak li għandu x'jaqsam mal-qasam tal-korruzzjoni.", "Issa jiena l-ewwel wieħed li niddikjara li għandna nagħmlu ġlieda kontinwa bla rażan għal kull abbuż li jista' jsir, kif fil-fatt għamilna.", "U kull meta sibna xi ħaġa arrestajna lin-nies, tellajniehom quddiem il-qorti aħna stess, bħalma hemm bħalissa għaddejjin proċeduri quddiem il-qorti fuq inizjattivi li ħadu ministri ta' dan il-gvern li tellgħu nies il-qorti biex il-qorti tiġġudika jekk kisrux il-liġi jew le!", "Imma bħalma hu sab rapport, jiena għandi rapport ukoll.", "Dan ir-rapport ħareġ minn \"The Economist Intelligence Unit\" li miegħu kien jikteb Alfred Sant, il-Kap ta' l- Oppożizzjoni.", "Tiftakruha din?", "Kien jikteb fiha Dr. Sant, pero' ħalli ma nfakkrux ukoll dak iż-żmien x'kienet il-kontroversja tal-kontribut.", "Dan huwa rapport, tistgħu tarawh minn fuq l-internet, imsejjaħ \"The Index of Democracy\".", "Fih hawn 167 pajjiż analizzati.", "Fost il-mistoqsijiet li jistaqsu - hawn il-mistoqsijiet kollha hawnhekk - hemm ukoll il-mistoqsija dwar il-korruzzjoni.", "Għandi l-pjaċir ngħid li minn 167 pajjiż skond dan ir- rapport Malta hija kkonsidrata fil-15-il post u tiġi qabel Spanja, il- Belġju, il-Ġappun, il-Greċja, l-Ingilterra u Franza.", "Dan huwa ċertifikat li huma jsejħulu full democracies.", "Imbagħad wara din il-lista huma jaqsmuhom kategoriji kategoriji u mbagħad hemm flawed democracies, jiġifieri demokraziji li għandhom l-affarijiet mhux kollox sejjer tajjeb.", "Imbagħad hemm il-pajjiżi l-oħrajn li għandhom dawk li jgħidulhom il-hybrid regimes u tant affarijiet oħrajn.", "Jiena se npoġġi dan ir-rapport fuq il- mejda tal-Kamra.", "Dan huwa rapport li jpoġġi lil pajjiżna fil-15-il post minn 167 pajjiż.", "U b'dan għandna biex niftaħru, mingħajr pero' ma nserrħu rasna li b'xi mod jew ieħor naljenaw rasna mill-konċentrazzjoni li jrid ikollna ħalli kull fejn hemm abbuż jew xamma ta' abbuż nieħdu azzjoni biex dak l-abbuż nkunu nistgħu nindirizzawh.", "Naturalment fid-diskors tiegħu l-Kap ta' l-Oppożizzjoni ma semma xejn dwar l-ambjent.", "Ma semma xejn dwar l-investiment record ta' Lm84 miljun li se nkunu qed ninvestu fl-ambjent biex Malta ssir dejjem isbaħ.", "L-unika ħaġa li semma huma tliet golf courses, pero' qal li dan mhux se jagħmlu bl- ispekulazzjoni ta' art.", "Issa jiena bir-rispett kollu tgħallimt ħafna f'dawn it-tliet snin.", "Tgħallimt ħafna.", "Kelli proġetti f'moħħi li għamilthom u niftaħar bihom, pero' kelli proġetti oħrajn li xtaqt nagħmilhom u m'għamilthomx, u tgħallimt lezzjonijiet.", "Waħda mil-lezzjonijiet kienet preċiżament l-esperjenza li għaddejna minnha bil-golf course tax-Xagħra l- Ħamra, għax meta rajna r-rapport, finalment irriżulta li jekk ma jkunx hemm l-iżvilupp, l-ispekulazzjoni ta' vilel, dan il-proġett ma jagħmilx sens finanzjarju.", "U l-ebda investitur privat ma kien se jinvesti jekk ma tagħtihx il-permess biex jagħmel dak l-iżvilupp.", "Għalina kienet red line u għedna le.", "Irid ikollna l-kuraġġ li ngħidu le.", "Kellna dak il-kuraġġ, għedna le u allura waqgħet dik il-proposta", "Issa hawnhekk hawn xi ħaġa interessantissima, Mr Speaker.", "Għax jiena fittixt daqsxejn f'dan il-famuż ktieb li ppubblikaw huma li jismu \"Bidu Ġdid\", li qalulna li kkupjajna minnu.", "Issa ħalli nfakkar daqsxejn.", "Aħna ppubblikajna d-dokument ta' qabel il-budget ġimagħtejn qabel ma ppubblikaw il-ktieb tagħhom, jiġifieri jiena nixtieq inkun naf kif tista' tikkopja xi ħaġa li għadha lanqas biss teżisti.", "Apparti minn dan, għandi lista sħiħa li ma tispiċċa qatt ta' affarijiet li m'humiex qegħdin f'dan il-ktieb.", "Jiġifieri dan il-ktieb ta' bidu ġdid diġa' sar antikwat.", "Dan intom stess għamiltuh antikwat.", "Per eżempju, taf li din tal-golf courses m'hijiex qiegħda f'dan il-ktieb?", "Imbagħad Dr Sant fid-diskors tiegħu qal li Gvern Laburista ġdid se jkun qiegħed iniedi fost oħrajn dawn il-proġetti; żewġ koros tal-golf f'Malta u wieħed f'Għawdex.", "Imbgħad id-dokument jgħid preċiż bil-kontra.", "Dan jgħid hekk:", "\"M'għandniex neqirdu iżjed ambjent naturali b'iżjed bini bl-iskuża ta' korsa ġdida tal-golf.\".", "(Interruzzjonijiet)", "Ħa nerġa' naqra x'hemm miktub.", "\"M'għandniex neqirdu iżjed ambjent naturali b'iżjed bini bl-iskuża ta' korsa ġdida tal-golf.\".", "Qalilna li fil-qasam tal-manifattura se jimpjegaw 2,000 ruħ.", "Qalilna li fil- manifattura u servizzi relatati mal-manifattura u t-teknoloġija se jinħolqu 4,000 impjieg ġdid.", "Ma nafux kif għax ma qalulniex.", "Qalilna li se jimmiraw biex l-ammont ta' turisti f'Malta jitla' għal 1,600,000.", "Qalilna li se jwaqqfu b'sussidju servizz tal-helicopter lejn Għawdex.", "Qalilna li l- ħlasijiet ta' l-overtime kollu ma jkunx suġġett għall-income tax.", "Qalilna li se jerġgħu jġibu ċ-children allowance lura - ġennata oħra - għal dik li kienet fl-1995.", "Qalilna li l-anzjani jieħdu ż-żieda ta' l-għoli tal-ħajja bħala parti mill-pensjoni tagħhom.", "L-ebda waħda minn dawn il-proposti m'hi qiegħed fid-dokument tagħhom \"Pjan għal Bidu Ġdid\".", "Mr Speaker, mela dan huwa pjan għal bidu ġdid li diġa' hu antikwat.", "F'temp ta' tliet ġimgħat diġa' sar brodu!", "Sur President, ma semmiex lanqas is-saħħa, l-iktar qasam importanti għall- familji tagħna.", "Jiena nsemmih imma, Mr Speaker.", "U nsemmih b'sodisfazzjon kbir għax illejla għandi l-pjaċir inħabbar li inizjalajna l-ftehim mat- tobba, ma' l-organizzazzjoni tat-tobba, ma' l-assoċjazzjoni medika.", "Dan huwa ftehim li se jintroduċi kondizzjonijiet ġodda għat-tobba, liema kondizzjonijiet jippermettu li t-tobba jkunu jistgħu jaħdmu f'dan l-isptar il-ġdid, state of the art.", "Huwa ftehim li se jirrikonoxxi dejjem iżjed l- importanza tal-professjoni tat-tobba f'pajjiżna.", "U jiena rrid nirringrazzja lil dawk kollha li ħadmu għal dan il-ftehim.", "Naturalment dan huwa ftehim inizjalat mal-union u li issa jrid jiġi aċċettat fil-laqgħa ġenerali tat- tobba stess.", "Pero' jiena m'għandix dubju li t-tobba jirratifikawh.", "Għandi pjaċir ngħid ukoll li għada filgħodu se jiġi ffirmat il-ftehim mal- union tan-nurses, l-MUMN.", "Anke hawn irrid insellem lil dawk kollha fil- union tan-nurses li ħadmu biex inkunu nistgħu naslu għal dan il-ftehim li jirrikonoxxi l-professjoni tan-nurses, li jagħti kondizzjonijiet ġodda lin- nurses, li jgħin biex lin-nurses jinċentivahom ħalli jkunu jistgħu jaħdmu f'dan l-isptar il-ġdid li tant għandu potenzjal għall-benefiċċju tal-poplu tagħna.", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq min hu marid, fuq min hu dgħajjef, fuq min ibati bil-kanċer, fuq min irid jiffaċċja dawn id-diffikultajiet u jrid jiddependi fuq il-professjoni ta' dawn in-nies tant importanti, it-tobba, in-nurses u dawk kollha li b'xi mod jew ieħor jaħdmu fil-qasam mediku ta' pajjiżna.", "Sur President, se jiġi ffirmat ukoll ftehim ma' l-ispiżjara li jaħdmu mal-gvern u ma' dik li jgħidulha l-klassi xjentifika kif ukoll mal- paramediċi, liema ftehim jirrikonoxxi l-avvanzi li għamilna u li jipprepara t-triq biex inkomplu nagħmlu suċċessi kbar f'dawn l-oqsma.", "Naturalment ma semma xejn minn dan kollu.", "Jiena ngħid grazzi lil kulħadd.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni dan il-qasam jarah biss bħala ballun politiku.", "Jiena niskandalizza ruħi b'dak li qal dwar l-eżerċizzju li ħabbarna fil- budget, li għas-sena d-dieħla rridu fuq medda ta' numru ta' xhur nibdew proċess li jkun pilot project mal-breast screening.", "Napprezza li m'hijiex faċli.", "Jiena naf li hemm id-diffikultajiet loġistiċi, pero' jekk se nibqgħu naħarbu minn din is-sitwazzjoni u ma nindirizzawx id-diffikultajiet nibqgħu ma nagħmluhiex.", "U allura jiena nieħu pjaċir ninnota li hemm reazzjoni pożittiva f'dan is-sens u hemm ukoll id-determinazzjoni biex inkunu nistgħu nagħmlu dan il-pass importanti.", "F'din m'għandhiex tidħol il- politika partiġġjana.", "Ma naqblux, kollha kemm aħna, li għandna nagħmluha?!", "Ejjew nagħmluha mill-aħjar li nistgħu bl-għajnuna tal-professjonisti kollha.", "Sur President, ma semma ukoll xejn fuq il-pharmacy of your choice u ma semma xejn fuq l-immigrazzjoni illegali.", "Ma semma xejn li l-iktar mod effettiv kif nistgħu nindirizzaw l-immigrazzjoni illegali f'pajjiżna huwa li l-ewwelnett ikollna forzi ta' l-ordni li jkunu tajbin, li jkunu b'saħħithom u determinati u nirrikonoxxulhom il-kondizzjonijiet tax-xogħol tagħhom.", "U waħda mill-miżuri importanti li ħabbarna f'dan il-budget hija r- riforma fil-kondizzjonijiet tax-xogħol ta' l-armata tagħna li ilu ma jkollha riforma fil-kondizzjonijiet tax-xogħol tagħha madwar 15-il sena.", "Din ħabbarnieha b'rikonoxximent għas-sagrifiċċji u riskji kbar li jgħaddu minnhom dawn il-ħaddiema dedikati biex jagħtu servizz lil pajjiżna.", "U hemm miżuri oħrajn anke għall-korp tal-pulizija li se jħabbar il-viċi prim ministru meta tasal id-diskussjoni fuq il-voti tal-ministeru tiegħu.", "U hemm ukoll l-inizjattiva l-oħra li rridu nagħmlu ħilitna biex nindirizzaw il- qasam ta' l-immigrazzjoni irregolari, u ċioe' li rridu nagħmlu l-isforz biex nirripatrijaw lil dawk li m'għandhomx id-dritt għall-protezzjoni ta' status ta' refuġjati jew ta' status umanitarju.", "Sur President, il-Kap ta' l-Oppożizzjoni semma żewġ miżuri li qal li meta jkunu fil-gvern se jagħmilhom.", "Waħda minnhom semmejtha diġa', u ċioe' dik li l-overtime ma jiġix intaxxat.", "Jiena nfakkru li fi żmien gvernijiet laburisti ma kienx hemm overtime, kienu jagħtu time-in-lieu.", "L-overtime beda jitħallas fi żmien gvernijiet nazzjonalisti.", "Pero' jien irrid infakkru biex joqgħod attent għax miżura bħal din tista' tfisser abbuż kbir.", "Aħna għamilna kalkolu intern u sibna li waħedha din il-miżura tiġi tiswa madwar Lm12 miljun.", "Pero' jekk l-abbuż iwassal biex dak li jkun jixxiftja l-paga għal fuq basic wage u jiġi kollox overtime, f'dak il-każ it-telf għall- kaxxa ta' Malta jkun ta' Lm30 miljun.", "Dan apparti r-rovina lill-ħaddiema nfushom, għax imbagħad jispiċċaw jieħdu pensjoni bbażata fuq paga bażika minflok fuq il-paga sħiħa li jkollhom, u allura hija veru l-agħar parir li tista' tagħti lill-ħaddiema.", "Imbagħad ħarġu b'din tas-surcharge fuq id-dawl u l-ilma, li se jnaqqsuha bin-nofs.", "Din hija miżura oħra li huma stess jafu li tiswa xi Lm20 miljun oħra fis-sena.", "Naturalment hija miżura tipikament li tgħidlek aħli kemm trid, għax jien se nħallaslek nofs is-surcharge.", "Nini, Nini!", "Ma tarax!", "Jien bħala gvern nippermetti li xi ħadd jaħli l-elettriku mbagħad jien inħallaslu nofsu!", "Għandna nsibu sistemi flimkien biex ninċentivaw lin-nies biex ma jaħlux l-enerġija, u ngħinu fejn hemm bżonn.", "Diġa' qed ngħinu lil 27,000 familja li bbenefikaw mis-sussidju li qed nagħtu, u qed ngħinu fabbriki, hotels u employers ta' eluf kbar ta' postijiet tax-xogħol.", "Imma qal li jrid idaħħal din il-miżura.", "X'jimputah, irid jarmi l-flus hekk.", "Jivvinta soluzzjonijiet li jekk wieħed jaħseb ftit fuqhom jinduna li m'humiex l-aħjar.", "Ngħinu lill-familji tagħna, mela le.", "Imma taf kif ngħinuhom, billi npoġġulhom il-flus fi bwiethom.", "Sur President, il-prezz taż-żejt hemm qiegħed u nies jafu li m'aħniex nidħku bihom.", "Jafu li l-prezz taż-żejt tiela'.", "Imma kif jista' l-Kap ta' l- Oppożizzjoni jintrabat mil-lum li jħallas nofs is-surcharge jekk ma jafx il- prezz taż-żejt il-ġimgħa d-dieħla x'se jkun?!", "Kif jista' jagħmel din l- istqarrija daqshekk irresponsabbli?!", "Nassumu li l-prezz taż-żejt il-ġimgħa d-dieħla jitla' għal Lm120 kull barmil, kif jista' jagħmel stqarrija minn issa li hu jħallas nofs is-surcharge?!", "Jekk ma tafx kif tista' tagħmel stqarrija irresponsabbli bħal din, ħlief jekk mhux biex tistad għall-voti?!", "U mbagħad who dares wins qalilna.", "Min jirriskja, min jidħak bin-nies jirbaħ.", "Hekk le, ħija!", "Dan mhux ċajt!", "Ma tistax tiċċajta b'dawn l- affarijiet għax qed titkellem fuq futur tan-nies.", "Issa erħilna minn dan kollu u ejjew immorru lura għal dak li effettivament aħna tajna u x'qegħdin nagħtu lill-poplu tagħna.", "L-ewwelnett dan hu budget li huwa riżultat ta' dak li qalulna n-nies.", "Bil-miżura taċ-children's allowance tajna benefiċċju li se jgawduh eluf kbar ta' tfal, eluf kbar ta' ġenituri, ta' familji, ta' nisa u ommijiet li kellmuna u qalulna li huma għandhom ir-responsabbilta' tat-trobbija tat-tfal.", "Hemm eluf li se jirċievu d-doppju taċ-children's allowance li kienu jirċievu qabel.", "Għarafna li l- familja b'aktar minn tarbija waħda għandha piż x'iġġorr iżjed minn familji oħrajn.", "Allura f'dan il-każ dawk il-familji li għandhom it-tieni wild jew iżjed mit-tieni wild se jkollhom iċ-children's allowance ta' dawk it-tfal kollha rduppjati.", "Hawn se jgawdu 14,500 familja li bejniethom għandhom 33,000 tifel u tifla.", "Tejjibna ċ-children's allowance għal dawk li għandhom dħul anqas mill-paga minima nazzjonali.", "Hemm 13,000 tifel u tifla li se jgawdu minn dawn il-benefiċċji.", "Irduppjajna l-minimu taċ-children's allowance li konna nħallsu s'issa.", "S'issa min kien jikkwalifika, kif jikkwalifika għal minimu ta' Lm52 children's allowance.", "Dawk it-Lm52 irduppjajnieh għal Lm107.", "Introduċejna ħlas ta' children's allowance minimu pagabbli għal kull tifel u tifla hu x'inhu d-dħul tal-familja b'rikonoxximent għat-trobbija tat-tfal mill-ġenituri, Mr Speaker.", "Kien hemm 25,000 tifel u tifla li ma kienu jirċievu xejn u issa se jirċievu Lm107 kull wieħed, ekwivalenti ta' Lm2.5 miljun.", "Sur President, tejjibna wkoll l-allowance għall-persuni b'diżabilita'.", "Dawk it-tfal b'diżabilita' li qabel kienu jirċievu Lm5 fil-ġimgħa, issa se jkunu qed jirċievu Lm7 fil-ġimgħa hu x'inhu t-test tal-mezzi.", "Hawn għandna stqarrija li jiena kburi li qed nagħmilha, li fejn tidħol id-diżabilita' l- pajjiż kollu jkun qed jgħin, hi min hi dik il-familja.", "Għandi mbagħad studju li juri x'jiġri kieku kellna nagħmlu kif qed jgħidulna l- oppożizzjoni u nitfgħu kollox lura għal dak li kellna fl-1995.", "Ma jsemmux li fl-1995, meta daħal il-means test, daħlet ukoll reviżjoni ta' l-income tax.", "U hawn irrid ngħid li kull ministru tal-finanzi ta' kull gvern nazzjonalista għandu record li naqqas l-income tax.", "George Bonello Du Puis, John Dalli u issa jien ukoll għandna record ta' ministri tal-finanzi ta' gvernijiet nazzjonalisti li naqqasna l-income tax.", "L-income tax li ġibnieha 65% u llum qiegħda tieħu inqas milli qatt ħadet mill-bwiet tan-nies.", "Imma dakinhar meta daħal il-means test għaċ-children's allowance żdiedet il- faxxa ta' nies li ma jħallsux it-taxxa.", "Jien niftakar li dak iż-żmien tlift Lm400 f'children's allowances, pero' rbaħt Lm700 f'income tax.", "Li n-nies insew ukoll, għax anke jien kważi insejtha wkoll, kien li meta daħal il- means test konna rdoppjajna ċ-children's allowance.", "Din insejnieha.", "Mhux biss raħħasna l-income tax, imma rdoppjajna ċ-children's allowance li kienet titħallas lill-familji.", "Issa huma jgħidulna nitfgħu kollox għal li kienet fl-1995.", "Kieku nagħmlu hekk, il-familji tagħna jispiċċaw jitilfu barka liri.", "Familja li għandha Lm2,000 qligħ u llum għandha dritt għal children's allowance ta' Lm496, bis-sistema kif qed jipproponu l- oppożizzjoni tibda tirċievi Lm195, jiġifieri titlef Lm300 f'children's allowance.", "Familja b'żewġt itfal u bi dħul ta' Lm4,000, illum, biċ- children's allowance kif qed nipproponu li ssir, se jirċievu Lm752, u kif qed jgħidulna l-oppożizzjoni tirċievi Lm348.", "Jitilfu prattikament nofs is- somma.", "Għandi l-eżempji kollha hawn u se npoġġihom fuq il-mejda tal-Kamra.", "Jiġifieri dan hu parir ħażin ieħor, Mr Speaker.", "Allura mingħajr ma noqgħod nidħol f'wisq iktar dettalji, insemmi mbagħad il- miżura ta' l-income tax.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni għażel li ma jsemmi xejn fuq il-miżura ta' l-income tax.", "Din hi miżura li tħalli iktar flus fil- bwiet tan-nies tagħna, li tistimola l-ekonomija, li tinċentiva lin-nies jaħdmu għax il-miżura tfisser aħdem għax iktar ma taħdem inqas tħallas taxxa.", "U jalla jasal iż-żmien fejn inkunu nistgħu anke ntejbu dan kollu.", "Pajjiżna, qabel il-miżuri li ħadna s-sena li għaddiet u dawk li ħadna din is-sena kien id-disa' pajjiż f'dik li hi rata ta' taxxa minn 27 pajjiż ta' l-Unjoni Ewropea.", "B'dawn il-miżuri nassigurak, Mr Speaker, li l-pajjiżna se jagħmel qabża 'l quddiem u se jimxi 'l quddiem bħala pajjiż fejn naqqas il- piż tat-taxxa fuq l-ekonomija tagħna.", "U għax naqqas il-piż tat-taxxa allura n-nies ħadmu iżjed, in-nies ħaddmu lill-ekonomija iżjed, u allura d- dħul tal-gvern kiber f'dawn it-tliet snin li għaddew biċ-ċifri li aħna ppubblikajna u mhux kif jgħid il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "Il-Kap ta' l- Oppożizzjoni jibda jgħid: Ara kemm daħħal iżjed il-gvern mit-taxxi.", "Iva, naqqasna t-taxxa u daħħalna iżjed.", "Hekk taħdem.", "Għadek ma tgħallimthiex din?!", "Hekk taħdem din.", "Ilna għoxrin sena nippridkawha.", "Hekk taħdem, iva.", "Iktar ma tinċentiva lin-nies iktar ikollok dħul.", "U hawn jiena se nagħti ftit eżempji ta' malajr.", "Xi ħadd li jaqla' Lm7,000, koppja miżżewġa, se nħallulhom Lm140 iktar fil-but.", "Xi ħadd li jaqla' Lm9,000 inħallulhom Lm332 iktar fil-but.", "Xi ħadd li jaqla' Lm12,000 inħallulhom Lm582 iktar fil-but.", "Dan huwa l-effett tal-miżuri li aħna ħadna li għandhom jistimolaw iktar attivita' ekonomika.", "Issa xi ngħidu dwar l-anzjani?", "Kelli ċ-ċans li niltaqa' ma' l-anzjani, u ltqajna u smajna x'qalulna.", "Aħna smajna imma huma ma semgħux, Mr Speaker.", "Aħna smajna u huma ma semgħux.", "Aħna ltqajna ma' l-organizzazzjonijiet ta' l- anzjani f'laqgħat f'Kastilja u barra minn Kastilja, u qalulna li ż-żieda ta' l-għoli tal-ħajja għandna nagħtuhielhom sħiħa imma mhux kollha mal- pensjoni għax tistrombla kompletament is-sistema taż-żewġ terzi.", "Dan il- parir tawhulna l-assoċjazzjonijiet tal-pensjonanti nfushom.", "Issa jiġi l-Kap ta' l-Oppożizzjoni hawn u jħabbar, qisu qatt ma kien xejn, li jekk ikun hu prim ministru din idaħħalha mal-parti sħiħa tal-pensjoni.", "Le, teknikament ma taħdimx hekk.", "Ħu l-pariri mingħand min jifhem.", "Dak hu parir ieħor teknikament ħażin, u jagħmel iktar ħsara milli ġid.", "Lill-anzjani nagħtuhom l-għoli tal-ħajja sħiħa, il-parti li ħadu s'issa u dak it-terz l-ieħor li ma kenux qed jieħdu jeħduha flimkien mal-bonus.", "X'tajniehom iżjed lill- anzjani?", "Tajniehom id-dritt li jibqgħu jirċievu l-pensjoni sħiħa anke wara li jagħlqu l-eta' ta' 61 sena.", "Taf xi tfisser din?", "Qed ngħidulhom intom li tifilħu tagħtu iżjed lil pajjiż, komplu kunu ta' servizz għal pajjiżna.", "Hekk tfisser din.", "U m'aħniex se nintaxxawkom.", "Komplu aħdmu għall-pajjiż, tirċievu l-pensjoni tagħkom u taħdmu għall-pajjiż.", "U din hija l-iktar dikjarazzjoni kategorika li l-gvern seta' qatt jagħmel bħala fiduċja ta' investiment fir-riżorsi umani f'pajjiżna, meta jieħu miżura bħal din fil-konfront ta' l-anzjani.", "L-istess miżura se jgawduha s-self-employed, dawk is-self-employed li sal-lum kien ikollhom jagħmlu ħafna kuttrumbajsi għax il-liċenzja jridu jdawruha għax huwa membru fuq il-bord tad-diretturi, u għax trid tieqaf taħdem biex tieħu l-pensjoni, u ma nafx kemm taħwid ieħor.", "Din ukoll issa se tispiċċa għaliex is-self-employed ukoll ikunu jistgħu jibbenefikaw minn din il- miżura.", "Jiġifieri l-istess miżura allura jgawdu minnha s-self-employed u s- sidien tal-ħwienet iż-żgħar.", "L-għajnuna li qed nagħtu lil dawk l-anzjani li qegħdin residenti fid-djar privati fejn prattikament bit-tax credit li qegħdin nagħtu jfisser li qegħdin nikkumpensawhom ta' xahar wieħed minn tnax-il xahar li jħallsu talli huma qegħdin jgħixu fid-djar ta' l-anzjani privata.", "Insemmi wkoll il- miżura li ħabbarna dwar il-wirt.", "Meta armel jew armla jirtu lil xulxin is- sehem tagħhom tad-dar residenzjali, fejn sal-lum l-armel li jiret jew l- armla li tiret ikollha tħallas it-taxxa tal-boll causa mortis, jiġifieri b'riżultat tal-mewt tal-partner ta' l-individwu, ta' l-armel jew ta' l- armel, minn issa 'l quddiem fil-mument tal-mewt ma jkunx hemm dan il-ħlas.", "Il-persuna biżżejjed tkun rat ma' wiċċha f'dak il-mument, dak ikun jonqosha!", "Dan imbagħad jitħallas biss meta jiġi l-mument li d-dar residenzjali tiġi biex tinbiegħ.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "Insemmi wkoll il-miżura importanti li għal min għandu pensjoni li aħna ngħidulha tas-servizz - issa tista' tkun tat-teżor tal-gvern, tista' tkun tas-servizz Ingliżi, tista' tkun ta' x'imkien ieħor - se nibdew bil-mod il- mod, skond kemm jiflaħ il-pajjiż innaqqru biċċa oħra minn din il-problema kbira li pajjiżna għandu quddiemu, u b'ġustizzja nimxu mal-pensjonanti pero' b'mod li l-pajjiż ikun jista' jiflaħ għaliha.", "Aħna se nibdew mis-sena d-dieħla, l-ewwel Lm200 ta' pensjoni tas-servizz li qiegħda tiġi kkonsidrata għal kalkolu ta' żewġ terzi ma nikkalkulawhomx.", "Imbagħad ħadna miżuri dwar iż-żgħażagħ li semmewlna meta ltqajna magħhom, rigward il-kwestjoni tal-proprjeta', u kif nistgħu ngħinuhom jissuperaw id- diffikulta' tal-prezz tal-proprjeta' u anke tat-tlugħ tar-rati ta' l- imgħaxijiet.", "Anke hawnhekk l-oppożizzjoni fl-opinjoni tiegħi ma studjatx sew il-proposti li qiegħda tressaq għall-konsiderazzjoni tal-poplu Malti.", "Aħna x'għamilna?", "U l-voti li se nkunu qed nieħdu llelja huma biex napprovaw dawn l-affarijiet.", "Illum, meta koppja tixtri proprjeta' li tiswa sa Lm50,000 għandek rata ta' boll li tmiss il-5%.", "Aħna qed ngħidu li l-boll fuq l-ewwel Lm50,000 ta' dar li tinxtara għandha tinżel għal rata ta' 3.5%.", "B'din il-miżura jiffrankaw Lm225.", "It-tieni miżura li ħabbarna kienet li jekk ir-rata ta' l-imgħax li l-bank ċentrali jkun qed jistabilixxi - mhux li l-HSBC jew il-BOV, għax dawk jistgħu jistabbilixxu li jridu - taqbeż ir-rata ta' 3.75%, il-gvern jissussidja għal għaxar snin sa 1% fuq dik ir-rata.", "Għaliex għamilniha hekk, Sur President?", "U għaliex qed jagħmlu żball l-oppożizzjoni?", "L- oppożizzjoni qed jgħidu kważi bħalna, imma r-rata mhux tal-Bank Ċentrali, imma tal-banek kummerċjali.", "Tafu xi tfisser din?", "Li jekk l-HSBC jew il- Bank of Valletta jew xi bank ieħor ifettillu jgħolli r-rata għal kemm irid hu, dan ħadd m'hu sidu!", "Hawn xi ħadd jista' jikkontrollaha din?", "Min hu sidu?", "Jekk jiddeċiedi li r-rata jagħmilha 7% se tiffinanzja lil bank kummerċjali?", "Imma dan x'sens jagħmel?", "X'għaqal ekonomiku hu dan?", "Bil- proposta tagħhom kważi qed jinċentivaw lill-banek biex jgħollu l-imgħax.", "Mhux hekk l-affarijiet.", "Għaliex din is-superfiċjalita' fil-proposti?", "Hemm imbagħad il-proposta tagħna li aħna ngħidulha equity sharing li tfisser li l-housing authority tingħaqad miegħek, u għax int ma tiflaħx tixtri l-post kollu, il-housing authority tixtri biċċa miegħek hi.", "Il- housing authority tidħol miegħek, public private partnership biex tixtrilek biċċa, sa terz, meta post ma jkunx jiswa iżjed minn Lm50,000.", "Il-housing authority, jekk post ikun finished, toħroġ sa Lm14,000 miegħek.", "Jekk post ikun shell form allura toħroġ sa Lm10,000.", "Imbagħad għandek għaxar snin, u tul dawk l-għaxar snin, jekk tħossok komdu, tista' tixtri lura mingħand il- housing authority dak is-sehem bl-istess prezz li kien inxtara.", "Jien hawnhekk għandi eżerċizzju, u aktar tard se npoġġih fuq il-mejda tal-Kamra, li juri li min japprofitta ruħu minn din il-proposta, fuq post ta' Lm50,000 li fuqu jkun ħa loan u jkun qed iħallas lura instalments ta' Lm268, fuq medda ta' għaxar snin, koppja tkun iffrankat Lm12,700.", "Għandi l-workings kollha bl-eżempji kollha maħdumin hawnhekk.", "Jiġifieri l-varjeta' tista' tvarja minn li tiffranka Lm9,000 għal li tiffranka kważi Lm13,000.", "Din hija proposta li aktar tard se npoġġiha fuq il-mejda tal-Kamra wkoll.", "Barra minn dan insemmi li naqqasna l-boll li jitħallas fuq il-proprjeta' li tiġi trasferita mill-ġenituri lit-tfal, minn 5% għal 3.5% u s-sena d-dieħla se nniedu programm ambizzjuż ta' bini ta' 333 appartament ġdid li se jiswew madwar Lm5.5 miljun.", "Imbagħad naturalment hemm aspetti oħrajn li ma ssemmewx li huma l-aspett ta' l-ambjent, il-biedja u s-sajd, il-kultura u l-arti, Għawdex, li tant investejna fih f'dan il-budget fejn għandna 20 proġett partikolari.", "Imma apparti dak l-20 proġett bi pjaċir ngħid li għada se nkun qiegħed Għawdex biex ninawgura ċentru ta' l-HSBC għal servizzi tal-bank li se jinfetaħ f'Għawdex u li huwa importanti għax qed iwassal messaġġ – issa hawnhekk ma rridx niġri – li Għawdex mhux biss huwa post fejn l-ekonomija tista' timxi 'l quddiem fil-qasam tat-turiżmu, imma huwa post ukoll fejn l-ekonomija tista' timxi 'l quddiem fil-qasam tas-servizzi finanzjarji għax jiena nemmen li Għawdex għandu potenzjal kbir.", "Mr Speaker, qed jasal il-ħin biex nikkonkludi.", "Naħseb irridu nikkonkludu dan id-dibattitu billi nħarsu 'l quddiem.", "Ħadd ma jibqa' lura f'pajjiżna u rridu li f'pajjiżna wliedna jirnexxu lkoll.", "Imxejna din il-mixja flimkien.", "Aħna, flimkien mal-poplu tagħna, imxejnieha flimkien f'dan iż-żmien u rrid ngħid li issa qegħdin niġbdu l-frott flimkien bħala poplu.", "Għaddejna minn mumenti diffiċli, imma għaddejna wkoll minn mumenti sbieħ li fihom ħassejna ruħna kburin b'dan il-pajjiż, b'dan il-poplu tagħna.", "Illum pajjiżna jista' jiftaħar bl-akkwisti li qiegħed jagħmel.", "Għandna l-finanzi tagħna li qegħdin finanzi fis-sod.", "Stajna nieħdu l-inizjattivi li ħadna, issa rridu nibqgħu nħarsu 'il quddiem u fl-opinjoni tiegħi għandna tliet sfidi importanti.", "L-ewwelnett għandna l-isfida li nħarsu 'l quddiem biżżejjed biex nisfruttaw is-sħubija li għandna fl-Unjoni Ewropea, u l-pakkett finanzjarju ta' €855 miljun fuq medda ta' seba' snin.", "Aħna ħriġna fil-ġranet li għaddew il-viżjoni tagħna għall-2015.", "Hija viżjoni li toffri l-postijiet tax-xogħol għall-ħaddiema kollha Maltin u Għawdxin f'dawn is-seba' snin li ġejjin, kemm dawk li jirnexxu fl-iskola kif ukoll dawk li ma jirnexxux, kemm dawk li joħorġu kwalifikati ħafna kif ukoll dawk li ma joħorġux kwalifikati.", "Il-ħolqien ta' aktar postijiet tax-xogħol, u xogħol aħjar.", "It-tieni sfida hija li nkomplu ninvestu fir-riżorsi umani tagħna, f'uliedna, fil-ħaddiema tagħna, fit-tagħlim tagħna, fl-esperjenza tagħna u allura l-edukazzjoni, l-Universita', l-iskola, il-primarja, il- kindergarten, il-junior college, l-MCAST.", "Dawn għandhom ikunu ċentrali f'pajjiżna.", "Kull meta niġu quddiem deċiżjonijiet diffiċli irrid ngħidu: Il- pajjiż jimxi 'il quddiem, jeżistu l-flus, imma fejn se nonfqu dawk il-flus?", "Fl-affarijiet li jtiru jew fl-affarijiet li tinvesti?", "Aħna żejt m'għandniex, imma għandna ħaġa aqwa miż-żejt.", "Għandna l-kapaċita' tagħna, għandna r-riżorsa umana.", "Iż-żejt huwa bir li jispiċċa, il-moħħ tal-bniedem huwa investiment li mhux jispiċċa, imma jikber.", "Investi fih, ippompja ġo fih u tarah jikber.", "U allura t-tieni sfida hi kemm se nibqgħu bħala pajjiż ninvestu fil-qasam ta' l-edukazzjoni biex nieħdu l-aħjar għall-pajjiżna.", "It-tielet sfida hija kif nistgħu fis-snin li ġejjin nibqgħu niggarantixxu l- istandard għoli ta' l-għajxien li jixraqlu dan il-poplu.", "Kif nistgħu ntejbu l-kwalita' tal-ħajja tal-familji tagħna, tan-nisa tad-dar tagħna, tal-ġenituri tagħna, ta' l-anzjani, tat-tfal, ta' min hu b'saħħtu u ta' min m'huwiex b'saħħtu?", "U naħseb dawn huma l-isfidi li aħna rridu nħarsu 'l quddiem biex nirbħuhom.", "Aħna persważi li dan nistgħu nagħmluh.", "B'dan il- budget urejna li għandna jdejna fuq il-polz ta' dan il-poplu.", "Smajna dak li qalulna, ħabbarna l-miżuri li fassalniehom fuq dak li qalulna u fassalniehom fuq dak li jista' l-pajjiż.", "Minn hawn u ftit ieħor aħna se nkunu qegħdin induru fuq il-poplu tagħna biex għal darb'oħra jagħżel hu.", "Aħna nduru fuqu u ngħidulu: Ħames snin ilu fdajt dan il-pajjiż f'idejna, illum qed inrodduhulkom lura.", "Tajtuhulna meta ma kienx fl-Unjoni Ewropea, u qed nagħtuhulkom lura fl-Unjoni Ewropea.", "Tajtuhulna meta ma kellux flus mill-Unjoni Ewropea.", "Qed nagħtuhulkom lura bi €855 miljun.", "Tajtuhulna meta ma kienx hawn Smartcity, ma kienx hawn Lufthansa, ma kienx hawn il- fabbriki tal-farmaċewtika, ma kienx hawn l-eluf ta' postijiet tax-xogħol illi nħolqu.", "Se nagħtuhulkom lura b'dawn il-postijiet tax-xogħol.", "Allura mbagħad jiġġudika l-poplu.", "Dalwaqt inrodduh lura dan il-pajjiż isbaħ milli kienu tawhulna f'idejna u nrodduh lura b'finanzi fis-sod, inrodduh lura b'futur sabiħ, inrodduh lura b'ġejjieni li jixraq lil dan il-poplu.", "Bis-saħħa ta' dan il-budget se nkunu qed inroddulkom pajjiż aktar b'saħħtu.", "U għalhekk nistieden lil din il- Kamra biex kollha kemm hi tivvota favur dan il-budget.", "Grazzi.", "Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:-", "Tagħrif dwar savings on loan repayment on equity sharing scheme ma' l- Awtorita' tad-Djar;", "Analisi tar-rati taċ-children's allowance fl-1995 u l-2008;", "Kopja ta' rapport \"The Economist Intelligence Unit's index of democracy\" għas-sena 2007;", "Statistika dwar l-edukazzjoni matul is-snin;", "Tagħrif dwar ir-rata ta' illitteriżmu bejn l-1967 u l-2008; Tagħrif dwar ir-rata ta' studenti li għaddew mill-eżami tal-Junior Lyceum bejn l-1982 u l-2007;", "Tagħrif dwar l-għadd ta' turisti bejn Jannar u Awissu fis-snin bejn l- 2001 u l-2007;", "Tagħrif dwar ir-rata tal-qgħad bejn l-1997 u Ġunju 2007;", "Tagħrif dwar l-għadd ta' persuni qiegħda bejn l-1996 u Awissu 2007;", "Tabella li turi r-rata medja tal-qagħad bejn l-1997 u l-2007;", "Tabella li turi l-medja fis-sena ta' ħolqien ta' impjiegi bejn l-1997 u l-2007;", "Tabella li turi ż-żieda medja fis-sena fl-impjiegi kull leġislatura bejn l-1997 u l-2007;", "Dokument dwar il-value added growth;", "Riżultat ta' sondaġġ dwar il-miżuri mħabbra fil-budget għas-sena 2008;", "Kopja ta' żewġ paġni mit-traskrizzjoni tad-diskors tal-Kap ta' l- Oppożizzjoni fil-Parlament nhar it-Tnejn 22 ta' Ottubru 2007.", "MR SPEAKER: Nirringrazzja lill-Prim Ministru tad-diskors tiegħu.", "Nirringrazzja wkoll lill-crew tal-PBS u nitlobhom jirtiraw.", "Il-crew tal-PBS irtira mill-Kamra", "MR SPEAKER: Issa se npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi il-mozzjoni kif imressqa mill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi fis-seduta tal-15 ta' Ottubru, 2007 biex il-Kamra tmur f'Kumitat ta' Provvista għall- Konsiderazzjoni ta' l-Estimi Ġenerali ta' Spiża għas-sena 2008.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MR SPEAKER: Skond il-mozzjoni ta' proċedura Nru. 307 ta' l-10 ta' Otturbu, 2007 id-division tittieħed minn hawn u ħames minuti oħra.", "Fit-8.31 p.m. is-seduta ġiet sospiża u rriżumiet ħames minuti wara.", "MR SPEAKER: Se nerġa' inpoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi li l-Kamra tmur f'Kumitat ta' Provvista għall-Konsiderazzjoni ta' l-Estimi Ġenerali ta' Spiża għas-sena 2008.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "VOTAZZJONI NRU.", "195", "FAVUR: 34", "L-Onor", "|Abela Anthony |Frendo Michael| |Agius David |Galea Censu | |Agius Francis |Galea Franco | |Arrigo Robert |Galea Louis | |Asciak Michael |Galea Mario | |Azzopardi |Gatt Austin | |Frederick | | |Azzopardi Jason|Gonzi Lawrence| |Borg Tonio |Gonzi Michael | |Cassar Joseph |Mifsud Bonnici| | |Antoine | |Cristina |Mifsud Bonnici| |Dolores |Carmelo | |D'Amato Helen |Mugliett | | |Jesmond | |Dalli John |Puli Clyde | |de Marco Mario |Pullicino | | |George | |Debono Giovanna|Pullicino | | |Orlando | | |Jeffrey | |Deguara Louis |Vassallo Edwin| |Falzon Joseph |Zammit Ninu | |Fenech Antonio |Zammit Dimech | | |Francis |", "KONTRA : 28", "L-Onor", "|Abela Carmelo |Farrugia | | |Angelo | |Abela Joseph |Farrugia | | |Michael | |Agius Chris |Farrugia Noel | |Bartolo Evarist|Galdes | | |Roderick | |Brincat Joseph |Gulia Gavin | |Brincat Leo |Herrera Jose' | |Buhagiar |Mangion | |Charles |Charles | |Buontempo |Mizzi Joe | |Stefan | | |Cardona Chris |Parnis Silvio | |Chircop Karl |Refalo Anton | |Coleiro Preca |Sammut Joseph | |Marie Louise | | |Cuschieri |Sant Alfred | |Joseph | | |Dalli Helena |Vassallo | | |Adrian | |Debono Grech |Vella George | |Joe | |", "Il-mozzjoni għaddiet.", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament tal- Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal għada l-Ħamis 25 ta' Ottubru, 2007 fid-9.00 a.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "1.", "Kumitat ta' Provvista - Estimi Ġenerali 2008", "L-Ewwel Jum Stabbilit", "Voti tal-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern", "Infakkar lill-Kamra li skond il-mozzjoni ta' proċedura ta' l-10 ta' Ottubru 2007, il-ħin tad-diskussjoni fuq il-voti ta' dan il-ministeru m'għandux jieħu aktar minn erbgħa sigħat bil-ħin tal-mistoqsijiet ma jittieħidx.", "Il- mistoqsijiet jidhru xorta fuq l-aġenda u kollha jingħataw tweġiba bil- miktub.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada l-Ħamis 25 ta' Ottubru, 2007 fid-9.00 a.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fit-8.40 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "MRA - ENERGY FROM WASTE", "28023.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-policy tal-Malta Resources Authority dwar energy from waste?", "Jista' jpoġġi kopja ta' din il-policy fuq il-mejda tal-Kamra?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f'xi seduta oħra.", "BAJJA TAX-XEMXIJA", "28024.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-proġett ta' tisbiħ fil- bajja tax-Xemxija tlestix?", "Jekk fl-affermattiv x'kienet l-ispiża totali fuqu?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninsab infurmat illi l-proġett ta' tisbiħ fil-Bajja tax- Xemxija tlesta.", "L-ispiża totali fuq dan il-proġett kienet tammonta għal Lm145,432.", "PRODUZZJONI TA' L-GĦENEB - SUSSIDJU", "28156.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Skond l-iSpecial Market Policy Programme for Maltese Agriculture (SMPPMA), jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-valur f'ċifra ta' flus allokati għas-sussidji tal-produzzjoni stabbilita ta' l-għeneb għall- industrija matul din is-sena?", "Jista' jgħid kemm fil-fatt tħallas lill- bdiewa minn dan is-sussidju allokat abbażi tal-produzzjoni dikjarata mill- bdiewa?", "Jista' jgħid x'sar mill-flus allokati iżda ma tħallsux lill-bdiewa minħabba li ma laħqux il-produzzjoni massima u kemm fil-fatt kien f'ċifra ta' flus dan l-ammont li ma tħallasx lill-bdiewa in kwestjoni?", "Jista' jipprovdi l-istess tagħrif għas-snin 2004, 2005 u 2006 separatament?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: L-informazzjoni għadha qed tinġabar; tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "PRODUZZJONI TAL-LAĦAM - SUSSIDJU", "28157.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Skond l-iSpecial Market Policy Programme for Maltese Agriculture (SMPPMA), jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-valur f'ċifra ta' flus allokati għas-sussidji tal-produzzjoni stabbilita tal-laħam frisk matul din is-sena?", "Jista' jgħid kemm fil-fatt tħallas lill-bdiewa minn dan is- sussidju allokat abbażi tal-produzzjoni dikjarata mill-bdiewa?", "Jista' jgħid x'sar mill-flus allokati iżda ma tħallsux lill-bdiewa minħabba li ma laħqux il-produzzjoni massima u kemm fil-fatt kien f'ċifra ta' flus dan l- ammont li ma tħallasx lill-bdiewa in kwestjoni?", "Jista' jipprovdi l-istess tagħrif għas-snin 2004, 2005 u 2006 separatament?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Ninsab infurmat li ma jingħatawx sussidji fuq laħam frisk ħlief kif indikat diġà fit-tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari ripetittivi li għamel l-Onor.", "Interpellant.", "PRODUZZJONI TAL-MUSHROOMS - SUSSIDJU", "28158.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Skond l-iSpecial Market Policy Programme for Maltese Agriculture (SMPPMA), jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-valur f'ċifra ta' flus allokati għas-sussidji tal-produzzjoni stabbilita tal-mushrooms matul din is-sena?", "Jista' jgħid kemm fil-fatt tħallas lill-bdiewa minn dan is- sussidju allokat abbażi tal-produzzjoni dikjarata mill-bdiewa?", "Jista' jgħid x'sar mill-flus allokati iżda ma tħallsux lill-bdiewa minħabba li ma laħqux il-produzzjoni massima u kemm fil-fatt kien f'ċifra ta' flus dan l- ammont li ma tħallasx lill-bdiewa in kwestjoni?", "Jista' jipprovdi l-istess tagħrif għas-snin 2004, 2005 u 2006 separatament?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Ninsab infurmat li s-sussidju mħallas fuq produzzjoni dikjarata ta' mushrooms kien hekk:", "2004 tħallsu Lm 3,859.04;", "2005 tħallsu Lm 1,085.18; u", "2006 tħallsu Lm 750.11.", "L-allokazzjoni ta' dawn il-fondi ma ssirx fuq termini speċifiċi kif qiegħed jassumi l-Onor.", "Interpellant.", "INDUSTRIJA TA' L-IPPROĊESSAR - SUSSIDJU", "28159.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Skond l-iSpecial Market Policy Programme for Maltese Agriculture (SMPPMA), jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-valur f'ċifra ta' flus allokati għas-sussidji tal-produzzjoni stabbilita għall-produzzjoni fl- industrija ta' l-ipproċessar matul din is-sena?", "Jista' jgħid kemm fil-fatt tħallas lill-bdiewa minn dan is-sussidju allokat abbażi tal-produzzjoni dikjarata mill-bdiewa?", "Jista' jgħid x'sar mill-flus allokati iżda ma tħallsux lill-bdiewa minħabba li ma laħqux il-produzzjoni massima u kemm fil-fatt kien f'ċifra ta' flus dan l-ammont li ma tħallasx lill-bdiewa in kwestjoni?", "Jista' jipprovdi l-istess tagħrif għas-snin 2004, 2005 u 2006 separatament?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jispjega għal liema \"industrija ta' pproċessar\" qiegħed jirreferi.", "TAXXI, TARIFFI U MIŻATI", "28176.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid liema kienu t-taxxi, it-tariffi jew il-miżati li ddaħħlu jew ġew riveduti (kemm jekk għolew kif ukoll jekk raħsu) minnu, mid- dipartimenti jew mill-awtoritajiet, istituzzjonijiet u aġenziji li jaqgħu taħtu bejn Jannar u Settembru 2007?", "Jista' jindika wkoll kemm kienu qabel ma għolew u kemm saru wara li għolew?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: F'dan il-perjodu il-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin neħħa d-Drittijiet li kienu jitħallsu fuq awtentikazzjoni ta' ċertifikati u, jew dokumenti ta' adozzjoni ta' tfal minn pajjiżi barranin kif awtorizzati mill-Awtorita' Ċentrali appuntati bl-Ordni Dwar Tifsira ta' Adozzjoni Barranija.", "Dawn id-Drittijiet kienu jammontaw għal Lm 5 kull apostile.", "Din il-miżura daħlet fis-seħħ b'effett mis-17 t'Awissu 2007 permezz ta' Avviż Legali 233 ta' l-2007.", "TAXXI, TARIFFI U MIŻATI", "28177.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' l-Ministru jgħid liema kienu t-taxxi, it-tariffi jew il-miżati li ddaħħlu jew ġew riveduti (kemm jekk għolew kif ukoll jekk raħsu) minnu, mid- dipartimenti jew mill-awtoritajiet, istituzzjonijiet u aġenziji li jaqgħu taħtu bejn Jannar u Settembru 2007?", "Jista' jindika wkoll kemm kienu qabel ma għolew u kemm saru wara li għolew?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li t-tibdil fit-taxxi, tariffi u miżati mill-entitajiet li tagħhom huma responsabli minnhom il- Ministeru għat-Turiżmu u Kultura huma hekk kif ġej:", "Tnaqies ta Lm 0.50 mill biljetti tad-dħul tal-Karnival tas-Sibt filgħaxija u l-Ħadd.", "Tneħħiet il-kontribuzzjoni ta' Lm25.00 dovuta lill-Awtorita Maltija għat- Turiżmu mill-familji li jospitaw studenti jew turisti.", "B'din il-mizura bbenefikaw 1405 familja.", "Tnaqqsu b'25 fil-mija l-liċenzji maħruġa mill-Awtorita Maltija għat-Turiżmu għal l-operaturi turistiċi f'Għawdex kollha.", "B'din il-miżura bbenefikaw 1196 il-operatur.", "TAXXI, TARIFFI U MIŻATI", "28178.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid liema kienu t-taxxi, it-tariffi jew il-miżati li ddaħħlu jew ġew riveduti (kemm jekk għolew kif ukoll jekk raħsu) minnu, mid-dipartimenti jew mill-awtoritajiet, istituzzjonijiet u aġenziji li jaqgħu taħtu bejn Jannar u Settembru 2007?", "Jista' jindika wkoll kemm kienu qabel ma għolew u kemm saru wara li għolew?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant għada qed tinġabar u r-risposta tingħata f'seduta oħra.", "TAXXI, TARIFFI U MIŻATI", "28179.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' l-Ministru jgħid liema kienu t-taxxi, it-tariffi jew il-miżati li ddaħħlu jew ġew riveduti (kemm jekk għolew kif ukoll jekk raħsu) minnu, mid-dipartimenti jew mill-awtoritajiet, istituzzjonijiet u aġenziji li jaqgħu taħtu bejn Jannar u Settembru 2007?", "Jista' jindika wkoll kemm kienu qabel ma għolew u kemm saru wara li għolew?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninsab infurmat li bejn Jannar u Settembru 2007 fil- Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura, fid-dekasteru u l-enti li jaqgħu taħtu ma ddaħħlu jew ġew riveduti l-ebda taxxi, tariffi jew miżati.", "TAXXI, TARIFFI U MIŻATI", "28180.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' l-Ministru jgħid liema kienu t-taxxi, it-tariffi jew il-miżati li ddaħħlu jew ġew riveduti (kemm jekk għolew kif ukoll jekk raħsu) minnu, mid-dipartimenti jew mill-awtoritajiet, istituzzjonijiet u aġenziji li jaqgħu taħtu bejn Jannar u Settembru 2007?", "Jista' jindika wkoll kemm kienu qabel ma għolew u kemm saru wara li għolew?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni fis-seduta waqt il-ħin tat- tqegħid ta' karti.", "Kif tindika t-tabella, it-tariffi kienu ġeneralment imniżżla l-isfel.", "TAXXI, TARIFFI U MIŻATI", "28181.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid liema kienu t-taxxi, it-tariffi jew il-miżati li ddaħħlu jew ġew riveduti (kemm jekk għolew kif ukoll jekk raħsu) minnu, mid-dipartimenti jew mill- awtoritajiet, istituzzjonijiet u aġenziji li jaqgħu taħtu bejn Jannar u Settembru 2007?", "Jista' jindika wkoll kemm kienu qabel ma għolew u kemm saru wara li għolew?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni fis-seduta waqt il-ħin tat-tqegħid ta' karti."]} {"filename": "20061127_470d_par.doc", "date": "2006-11-27", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Uffiċjali u Rivedut) L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 470 It-Tnejn, 27 ta' Novembru 2006 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 470", "It-Tnejn, 27 ta' Novembru 2006", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.02 p.m.", "Talba", "Seduta Nru. 470", "It-Tnejn, 27 ta' Novembru 2006", "WERREJ", "MINUTI 299", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 299", "TQEGĦID TA' KARTI 305", "KONDOLJANZI 307", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-ĠUSTIZZJA AMMINISTRATTIVA - IT-TIENI QARI", "ADMINISTRATIVE JUSTICE BILL - SECOND READING 309", "AĠĠORNAMENT 328", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 333", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 469 li saret fit-22 ta' Novembru, 2006 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "LISTA TA' RAPPORTI", "21976.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Charles Buhagiar) staqsa lill- Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jagħti l-ismijiet tar-rapporti li saret referenza għalihom fir-risposta ta' mistoqsija parlamentari 20517?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT (Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq): Qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-lista tar-rapporti li qiegħed jirriferi għalihom l-Onor.", "Interpellant.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Joe Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jista' l-Ministru jikkonferma jekk il-ftit xogħol li hemm bżonn isir f'parti żgħira minn Triq il-Karmnu f'Ħaż-Żabbar huwiex se jsir peress li b'risposta għal mistoqsija supplimentari li għamiltlu kien informani li din it-triq m'hijiex inkluża fil-lista ta' prioritajiet?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Il-perit responsabbli mit-toroq residenzjali kkonfermali li din il-parti żgħira minn Triq il-Karmnu f'Ħaż-Żabbar se tiddaħħal mal-kumplament ta' xogħljiet ta' toroq.", "SIĠĠIEWI - TRIQ TA' BRANDIN", "22098.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Marie Louise Coleiro Preca) staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-gvern għandux il-ħsieb li jiftaħ parti minn Triq Ta' Brandin fis- Siġġiewi biex tkun tista' tingħaqad maċ-ċentru tal-lokal?", "Jekk iva, xi pjani hemm u għal meta?", "Jekk le, għaliex?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Din il-parti tat-triq għadha m'hijiex miftuħa minħabba li għadu ma sarx l-iżvilupp tal-bini fiha.", "Il-proċedura skond il- liġi hi li t-triq tinfetaħ minn min jiżviluppa l-art li tmiss magħha.", "Aċċess għall-kumplament tal-lokal jeżisti u għaldaqstant m'hemmx għalfejn tinqabeż din il-proċedura billi ssir esproprjazzjoni min-naħa tal-gvern.", "ASPERINA 75MG", "22190.", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI (f'isem l-Onor.", "Michael Asciak) staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': X'inhi r-raġuni li l- Asperina 75mg tinsab out of stock fl-ispiżeriji tal-gvern?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita'): Ninsab infurmat li l-Asperina 75mg hija temporanjament out of stock minħabba li fl-aħħar sejħa għall-offerti li ħareġ il-gvern ma kien hemm l- ebda offerta għal dawn it-tip ta' pilloli.", "L-offerti kollha kienu għall- pilloli enteric coated li d-dipartiment diġa' jixtri minn kuntratt ieħor.", "Bħalissa l-GPS ħarġu sejħa oħra biex dawn il-pilloli jinxtraw direttettament minn barra minn Malta.", "MSIDA - TRIQ IT-TORRI", "22191.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jieħu passi biex Triq it-Torri, Msida ssir one-way minħabba l-bottlenecks ta' traffiku li ta' spiss qed ikun hemm fil-parti t'isfel tat-triq?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Minn riċerka li saret mit-taqsima għall-immaniġġar tat-traffiku rriżulta li l-problema ta' Triq it-Torri kienet ġiet analizzata u minħabba problemi ta' għargħar fiż-żona m'huwiex rakkommandabbli li din it-triq issir one-way.", "Iżda t-taqsima għall- immaniġġar tat-traffiku kien ipprovda alternattiva lill-kunsill lokali sabiex jindirizza l-problema billi jitħalla li jsir parkeġġ fuq naħa waħda biss tat-triq.", "MSIDA - VALLEY ROAD", "22192.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Huwa possibbli li f'Valley Road, Msida, f'dik il-parti ta' Conception Street, kantuniera ma' Triq it-Torri, isiru t-traffic lights peress li s-sewwieqa qed ikollhom diffikulta' biex joħorġu minnha?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: L-awtorita` dwar it-trasport se tikkonsidra l- proposta mressqa mill-Onor.", "Interpellant.", "MSIDA - VALLEY ROAD", "22193.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Kemm ilu ma jitnaddaf il-ġibjun li hemm f'Valley Road, Msida, fit-tarf ta' Conception Street, kantuniera ma' Triq it-Torri?", "Jaf il-Ministru li dan il-ġibjun imtela weraq tas-siġar wara ż-żabra li saret qabel ma qaleb it-temp?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura): Nitlob lill- Onor. Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-ministru konċernat.", "ŻABBAR - MISRAH IS-SLIEM", "22194.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Stefan Buontempo) staqsa lill- Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: X'passi qed jieħdu l-awtoritajiet biex tittaffa l-problema ta' parkeġġ f'Misraħ is-Sliem, Żabbar, li jinsab ħdejn il-każin tal-banda San Mikiel u l-isptar St. James?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Wara li l-uffiċjali tat-taqsima għall-immaniġġar tat-traffiku għamlu spezzjoni fuq il-post irriżulta li l-maġġoranza tal- parking bays f'Misraħ is-Sliem huma viżibbli sew, iżda hemm xi parking bays u double yellow lines li għandhom bżonn ta' refreshing minħabba li f'ċerti postijiet iż-żebgħa ċċarat jew tneħħiet għal kollox wara li tħaffru t- trinek quddiem il-każin.", "It-taqsima għall-immaniġġar tat-traffiku se tikkuntattja lill-kunsill lokali sabiex isir ir-refreshing li hemm bżonn u l-infurzar tal-motor vehicle regulations b'mod regolari.", "DAR IL-MEDITERRAN GĦALL-KONFERENZI", "22195.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Stefan Buontempo) staqsa lill- Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' l-Ministru jispjega x'ried ifisser biha meta fir-risposta għal mistoqsija parlamentari 21850 qal li l-bibien ta' Dar il-Mediterran jinfetħu skond il-bżonn u l-esiġenzi tas-saħħa u s- sigurta' u li l-bord tat-tmexxija jimplimenta regoli stretti dwar il-ftuħ ta' uħud mill-bibien sabiex jevitaw inkonvenjenza mill-ġirien?", "Jista` jgħidilna jgħid x'inhuma dawn ir-regoli stretti?", "Jistgħu jsiru xi reċipjenti apposta fejn jintremew il-fdalijiet tas- sigaretti, peress li qed ikun hemm nies li qed joħorġu jpejpu barra, u apparti l-istorbju li jagħmlu li qed ikun ta' inkonvenjent għar-residenti, qegħdin iħallu ħafna ħmieġ bil-fdalijiet tas-sigaretti li jħallu ma' l-art?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (Segretarju Parlamentari) (f'isem il-ministru għat- Turiżmu u Kultura): B'riferenza għall-kjarifika rikjesta dwar il-ftuħ tal- bibien ta' Dar il-Mediterran, ninsab infurmat li t-tmexxja ta' Dar il- Mediterran hija libera li tiftaħ il-bibien kull ħin u kull meta jidhrilha li hu neċessarju.", "Minn jeddu il-bord għazel, li sa fejn hu possibbli, il- bieb li jagħti minn wara l-istage għal Triq Pozzi ma jinfetaħx wara l-11.00 p.m. sabiex jiġi evitat xi inkonvenjent lill-ġirien.", "Il-bord m'huwiex tal-fehma li għandu jieħu ħsieb li jsiru reċipjenti għas- sigaretti f'postijiet pubbliċi.", "INKWILINI TA' POSTIJIET TAL-GVERN", "22196.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Stefan Buontempo) staqsa lill- Ministru għall-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru tgħid f'liema skema jridu japplikaw l-inkwilini ta' postijiet tal-gvern li huma milquta bil-liġi ta' possession and use biex jixtru l-post li joqogħdu fih?", "Peress li hemm inkwilini li ilhom għal bosta snin bil-ħajra li jixtru l- proprjeta` fejn joqogħdu, dawn se jkunu jistgħu jagħmluh billi jixtru bil- prezzijiet li qed timponi llum l-awtorita' tad-djar jew bil-prezzijiet ta' meta kienu għamlu t-talba?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (f'isem il-Ministru għall-Familja u Solidarjeta' Soċjali): L-awtorita' tad-djar tkun f'pożizzjoni li tbigħ il-postijiet li għamel riferenza għalihom l-Onor.", "Interpellant wara li jkollha t-titlu legali fuq l-art li fuqhom huma mibnija.", "S'issa l-awtorita` tad-djar għad m'għandhiex dan it-titlu.", "INKJESTA MAĠISTERJALI", "22197.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Stefan Buontempo) staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: B'riferenza għall- mistoqsija parlamentari 22000, jista' l-Viċi Prim Ministru jpoġġi fuq il- mejda tal-Kamra r-riżultat ta' l-inkjesta maġisterjali kif kienet ġiet konkluża mill-maġistrat inkwerenti fil-31 ta' Jannar, 2001?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern): Kopja tal-proċess verbal jista' jinġabar ai termini tal-liġi mill-uffiċċju ta' l-avukat ġenerali.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Leo Brincat, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Jista' l-Viċi Prim Ministru jaġġornana dwar l-eżitu tal-konferenza li saret riċentement fil-Libja dwar l-immigrazzjoni, b'mod partikolari f'dak li għandu x'jaqsam ma' ripatrijazzjoni u funding?", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG (Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern): Irrid ngħid li din il-konferenza dwar l-immigrazzjoni, in parti, saret fuq inizjattiva ta' Malta wkoll.", "Fil-fatt waqt laqgħa bejn Malta u l-Libja fuq livell ta' ministri ta' l-affarijiet barranin, il-Ministru Frendo mbotta 'l quddiem din l-idea, u mbagħad il-Libjani offrew li jorganizzawha huma.", "Għal din il-konferenza attendew 25 pajjiż mill-Unjoni Ewropea u 53 pajjiż mill-Unjoni Afrikana.", "Jekk wieħed jistaqsini jekk ħarġitx xi ħaġa konkreta minn din il- konferenza, jiena ngħidlu li l-aktar ħaġa konkreta u importanti hi li għall- ewwel darba ltaqgħu l-pajjiżi ta' l-Afrika mal-pajjiżi ta' l-Ewropa, ovvjament mhux mingħajr ċertu konflitt ta' ideat.", "Filwaqt li l-parti Ewropea nsistiet ħafna fuq re-admissions u fuq li għandu jkun hemm koperazzjoni kontra l-immigrazzjoni illegali, il-parti Afrikana iktar enfasizzat fuq kwestjonijiet bħal kif se neqirdu l-faqar, kif se neqirdu l- kawża li qed iġġiegħel lin-nies jimxu minn post għal ieħor u kif se nieħdu approach iktar ħolistiku.", "Biex ħarġet id-dikjarazzjoni saru sigħat twal ta' negozjati li damu sejrin sa l-4.00 a.m., u dan juri li verament kien hemm dan il-konflitt ta' ideat.", "Qabel ma ltaqgħet din il-konferenza, li għaliha attendejna jiena u l- Ministru Frendo, jiena iltqajt xi darbtejn mal-Ministru Amato.", "L-ewwel darba ltqajt miegħu Tampere u konna ħriġna bl-idea li mal-gvern Libjan nipproponu li għas-sajf li ġej isiru pattugliamenti congiunti minn Malta, l- Italja u l-Libja biss, għax għedna li din il-proposta forsi tkun iktar aċċettabbli għall-parti Libjana.", "Għaliex?", "Mhux għax ma nistgħux nagħmlu pattugliament mingħajr il-parteċipazzjoni Libjana, imma wieħed irid jifhem li jekk ikun hemm il-Libjani bħala joint patrols, inkunu nistgħu nkunu aktar effettivi.", "Issa fil-gazzetti ntqal li din ġiet deċiża u miftehma diġa'.", "Jien m'għandix din l-informazzjoni u lanqas fuq il-website tal-ministeru ta' l-intern m'hemm din l-informazzjoni uffiċjali.", "Li hu żgur hu li din il-kwestjoni tqajmet mal-Libjani, kemm minna, kif ukoll mit-Taljani meta ltaqgħu mal- parti Libjana.", "Irrid ngħid ukoll li meta s-Sur Shahumi, is-segretarju internazzjonali ġie Malta u ltaqa' miegħi, jiena għamiltlu din il-proposta u hu, għalkemm ma qallix iva, lanqas qalli le.", "Meta mbagħad erġajt iltqajt mal-Ministru Amato fi Tripli, insistejt miegħu li fi kwalunkwe laqgħa li jkollna mal-gvern Libjan inqajmu din il-proposta.", "Jien għalhekk lil ta' \"The Times\" għedtilhom biex nadottaw l-approach ta' wait and see għax li wieħed jaqbad u jaqtagħha huwa ħażin u li wieħed jarmiha u jaħseb li m'hijiex se tieħu l-għeruq huwa ħażin ukoll.", "Ejjew nippruvawha, aħna se nkomplu nagħmlu pressjoni f'din id-direzzjoni, tidher li this is more palatable mill-frontex operations li saru dan is-sajf u naraw fejn se naslu.", "POSTIJIET TAĦT POSSESSION AND USE", "22198.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Stefan Buontempo) staqsa lill- Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Kemm hemm postijiet milquta bil-liġi possession and use, lokal b'lokal?", "Kemm hu mistenni li jkunu l-inkwilini li japplikaw biex jixtru l-proprjeta' tagħhom li hi milquta bl-imsemmija liġi?", "ONOR.", "TONIO BORG: Il-ġbir ta' l-informazzjoni dwar kemm postijiet ġew mibnija fuq art li ttieħdet mill-gvern taħt it-titlu ta' possession & use tirrikjedi wisq sigħat ta' riċerka, kemm minn skrivani kif ukoll minn tekniċi.", "It-taqsima proprjeta' tal-gvern m'għandhiex ir-riżorsi neċessarji biex isir dan ix-xogħol kollu.", "IMPJEGATI TAL-GVERN - KAROZZI", "22199.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Stefan Buontempo) staqsa lill- Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 21996 billi jgħid mis-sena 2000 sa l-2006 kemm kienu l-impjegati tal-gvern li kienu jokkupaw kariga għolja, kellhom karozza għall-użu tagħhom u li kienu intitolati li jixtru dik il-karozza?", "Min kienu?", "X'kariga kellhom?", "Kemm intnefqu flus biex inxtraw dawn il- karozzi?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 21996.", "REFUNDS FUQ APPARAT DOMESTIKU", "22204.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Roderick Galdes) staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Kif se taħdem l-iskema tar-refunds imħabbra fil-budget 2007 fuq apparat għal skop domestiku li jkunu ċertifikati li huma effiċjenti fl-użu ta' l-elettriku?", "Minn liema data se japplikaw dawn ir-refunds?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-metodoloġija ta' l-applikazzjonijiet għar-rifuzzjonijiet imsemmija ssegwi l-linji ġenerali wżati fuq rifużjonijiet oħra diġa' in vigore.", "Qed isiru diskussjonijiet mal- partijiet konċernati biex qabel ma joħrog l-avviż fil-gazzetta tal-gvern, ikunu wkoll finalizzati d-dettalji kollha tekniċi u amministrattivi, neċessarji għat-tħaddim sewwa ta' din l-iskema.", "Kif ħabbart fid-diskors tal-budget 2007, id-data effettiva għar-rifużjonijiet, skond l-avviż li se joħrog fil-gazzetta tal-gvern, se tkun l-1 ta' Novembru, 2006.", "ĦADDIEMA TAL-GVERN", "22206.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Roderick Galdes) staqsa lill- Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-workshops eżistenti u l-ħaddiema manwali tal-gvern li hemm fl-inħawi ta' Santa Luċija u li jaqgħu taħt il-ministeru għall-affarijiet rurali u ambjent se jiġu trasferiti lejn Ta' Qali?", "ONOR.", "FRANCIS AGIUS (Segretarju Parlamentari) (f'isem il-Ministru għall- Affarijiet Rurali u Ambjent): Il-ħaddiema manwali u l-workshops li hemm fl- inħawi ta' Santa Luċija se jiġu trasferiti lejn Ta' Qali biex ix-xogħol tad- dipartiment ikun kollu ċentralizzat.", "TAXXA FUQ L-INCOME", "22209.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Marie Louise Coleiro Preca) staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex armel li għandu tlett itfal u ma jaħdmux huwa meqjus bħala single għal finijiet ta' taxxa fuq l-income?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-ħlas tat-taxxa fuq l-income isir skond il-provvedimenti ta' l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income, Kap.123.", "PARK AND RIDE", "22210.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Jose' Herrera) staqsa lill- Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jgħid jekk is- servizz tat-trasport bejn il-park and ride u l-Belt Valletta hux qed jieqaf fil-Furjana?", "Jekk iva, fejn hu l-post?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Is-servizz tat-trasport bejn il-park and ride u l- Belt Valletta ma jieqaf fl-ebda post fil-Furjana.", "TINDIF TAL-WIDIEN", "22214.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Marie Louise Coleiro Preca) staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: X'inhi d-differenza bejn tindif tal-widien u tixmir tal-materjal fil-widien?", "Jista' jgħid jekk ix- xogħol li sar f'Wied is-Sewda u f'Wied il-Kbir, Ħal Qormi hux tindif jew tixmir tal-materjal?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura): It-tindif fil- widien isir fejn jirrigwarda skart goff u materjal ieħor li jintefa' minn individwi irresponsabbli.", "It-tixmir isir biex jinżamm l-ilma għal-livell normali u biex jipproteġi milli l-ilma jippenetra f'ħitan, kif ukoll jipproteġi r-raba' tal-madwar mill-għargħar.", "Dan isir biex jifforma kanal sabiex l-ilma jieħu direzzjoni.", "Fil-widien imsemmija sar kemm tindif minn materjal mormi kif ukoll tixmir.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Charles Mangion, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Jista' l-Ministru jgħid jekk sal-lum sarx it-tindif fil-widien imsemmija, peress li issa bdiet ix-xitwa u hemm ċans li jinħolqu ċerti problemi, speċjalment meta tagħmel xita qawwija?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Sur President, it-tindif f'Wied is-Sewda sar bejn is-16 ta' Awissu u l-25 ta' Settembru ta' din is-sena u nġabar madwar 20 tunnellata ta' skart, mentri t-tindif ta' Wied il-Kbir sar bejn it-8 ta' Awissu u l-21 ta' Settembru ta' din is-sena u nġabar 422 tunellata ta' skart.", "Dan il-proċess ta' tindif huwa ongoing u jsir perjodikament minn grupp ta' ħaddiema li jduru l-widien kollha.", "F'Malta għandna żewġ catchment areas kbar li fihom hemm numru sostanzjali ta' widien.", "Wieħed minnhom huwa dak ta' Wied il-Kbir, li jaqbad min-naħa ta' taħt il-Buskett u jibqa' nieżel lejn is-Siġġiewi, Ħaż-Żebbuġ, Ħ'Attard u Ħal Qormi, imbagħad jaqbad ix-xaqliba ta' Ħal-Luqa, taħt l-airfield, u jibqa' nieżel sal-Marsa.", "Għandek imbagħad il-catchment area l-oħra ta' Wied il-Għasel, li taqbad mill-Wied ta' Liemu, li jiġi min-naħa l-oħra taħt Ħad-Dingli, jibqa' nieżel 'l isfel, jgħaddi min-naħa ta' taħt il-Mosta, jibqa' nieżel għal Burmarrad u jispiċċa fis-Salini.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Dan l-aħħar sar tindif ħdejn il-Polverista Gate, fejn hemm il-married quarters f'San Nikola ġewwa Bormla.", "Għalkemm tneħħa l- ħaxix li kien hemm, il-ħmieġ li sfortunatament jitwaddab min-nies u li jaqa' eżattament taħt is-sur, faċċata fejn qed isir il-proġett tal-mixtla, baqa' hemm u huwa verament an eye sore għax jidher mit-triq.", "Huwa possibbli li jintbagħtu n-nies biex jiġbru dan l-imbarazz?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Jiddispjaċini ngħid li l-area li qed jirriferi għaliha l- Onor. Interpellant, ħdejn il-mixtla ta' Bormla, fejn qed isir proġett ta' landscaping u recreation area, kienet tintuża bħala dumping place, biex ma ngħidx li kienet tintuża għall-affarijiet oħra li mhux ta' min isemmihom hawnhekk.", "In-naħa ta' fuq, fejn hemm is-swar, l-ammont ta' materjal li kien hemm tneħħa pero' maż-żmien reġa` beda jinġema'.", "Ovvjament issa nara li l-ħaddiema tal-gvern jiġu notifikati biex ineħħu dan l-imbarazz.", "KAŻ TA' HOUSING", "22216.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Marie Louise Coleiro Preca) staqsa lill-Ministru tal-Familja u tas-Solidarjeta` Soċjali: Tista` l-Ministru tgħid fiex wasal il-proċess tal-każ ta' housing soċjali tal-familja li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, peress li qed ikollhom iħallsu Lm160 fix-xahar u qed isibuha prattikament impossibbli biex ilaħħqu mal- bżonnijiet normali tal-ħajja, iżda m'għandhomx alternattiva biex ma jispiċċawx bla saqaf fuq rashom?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (f'isem il-Ministru tal-Familja u tas-Solidarjeta' Soċjali): L-applikazzjoni li rreferiet għaliha l-Onor.", "Interpellanti qed tiġi proċessata flimkien ma' oħrajn simili.", "DIVIŻJONI TAL-KONSUMATUR - DIRETTUR", "22217.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Jose' Herrera) staqsa lill- Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni: X'inhi r-raġuni li ma ġiex appuntat direttur ieħor fid-diviżjoni tal-konsumatur u kompetizzjoni wara li dak li kien hemm ġie promoss għal kariga oħra?", "Il-Ministru huwa konxju li minħabba din il-makanza ma jistgħux jiġu intavolati rikorsi quddiem it-tribunal għall-kummerċ ġust u li dan kollu qed jaffettwa avversament il-kummerċ ħieles?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru għall-Kompettivita' u Komunikazzjoni): Ninsab infurmat li l-proċess ta' l-interviews neċessarji biex jimtela' il-post ta' direttur ġenerali fid-diviżjoni tal-konsumatur u l-kompetizzjoni beda.", "Għalkemm l-ex direttur ġenerali tal-kompetizzjoni ġusta ġie promoss għal kariga oħra, dan baqa' jżomm il-kariga ta' aġent direttur ġenerali u għaldaqstant ir-rikorsi setgħu jibqgħu jiġu intavolati quddiem il-kummissjoni għall-kummerċ ġust.", "Minn meta l-ex direttur ġenerali ġie promoss, sal-lum ġew intavolati sitt każi quddiem il-kummissjoni.", "Dan minbarra numru ta' deċiżjonijiet li nħarġu minn dan l-uffiċċju li jinkludu konċentrazzjonijiet.", "KORP TAL-PULIZIJA", "22219.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Marie Louise Coleiro Preca) staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Il-gvern qiegħed jippjana li jingaġġa pulizija ġodda?", "Jekk iva, meta?", "X'inhuma l-kwalifiki akkademiċi li wieħed għandu jkollu għal dan l-impjieg?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ir-reklutaġġ fil-korp tal-pulizija, li jsir skond l- esiġenzi tas-servizz, isir wara li tkun ippubblikata sejħa għall- applikazzjonijiet fil-gazzetta tal-gvern, fejn ikun hemm spjegat ukoll il- kwalifiki meħtieġa sabiex wieħed ikun jista' japplika.", "Bħalissa hemm 135 rekluta li qed jagħmlu l-kors ta' taħriġ komprensiv fl- akkademja tal-pulizija wara sejħa għall-applikazzjonijiet li kienet ġiet ippubblikata fil-gazzetta tal-gvern tas-17 ta' Marzu, 2006.", "Fost il- kwalifiki rikjesti kien hemm il-ħtieġa li l-applikanti jkollhom minn ta' l- inqas pass fi grad C jew 5, f'mhux inqas minn tliet suġġetti fil-livell ordinarju, li tnejn minnhom iridu jkunu l-Malti u l-Ingliż.", "KUNSILLI LOKALI - PARKEĠĠ", "22220.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Jose' Herrera) staqsa lill- Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Liema huma l-kunsilli li għandhom awtorizzazzjoni mill-ADT għall-parkeġġ ikkontrollat bil-ħin u parkeġġ riservat għar-residenti?", "Huwa possibbli li fiż-żewġ każi ningħata l- persentaġġ fuq it-total ta' parkeġġ disponibbli f'kull kunsill?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni li għandha t-taqsima għall-immaniġġar tat-traffiku li tinkludi l-lista ta' toroq li fihom approvata l-iskema ta' parkeġġ kontrollat għar-residenti.", "It-taqsima għall-immaniġġar tat-traffiku m'għandhiex dettalji dwar il- persentaġġ fuq it-total ta' parkeġġ f'kull skema.", "Fir-rigward tal-parkeġġ ikkontrollat bil-ħin, l-Onor.", "Interpellant huwa ġentilment mitlub jikkjarifika u jispeċifika l-mistoqsija tiegħu għax l-awtorita' dwar it- trasport ma toħroġx tali permessi.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Charles Mangion, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Peress li bħalissa s-servizz tal-park and ride għall-Belt huwa mingħajr ħlas, jista' l-Ministru jgħidilna hemmx il-ħsieb li aktar 'il quddiem dan is-servizz isir bil-ħlas?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Il-ħsieb tal-gvern huwa li l-parkeġġ u t-trasport bejn il-parkeġġ u l-Belt jibqa' bla ħlas.", "ĊENTRI TA' RIĊIKLAĠĠ TA' SKART GOFF", "22223.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Marie Louise Coleiro Preca) staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: B'riferenza għall- mistoqsija parlamentari 21460, jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-mejda tal- Kamra l-istudji mitluba fuq l-impatt dwar l-aspetti differenti ta' l- ambjent imsemmija, bħal tniġġis ta' l-arja, żieda fit-traffiku u vetturi ta' natura industrijali, ħsejjes, eċċ.?", "ONOR.", "FRANCIS AGIUS (f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent): It-tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Dan ifisser li f'seduta oħra se jgħidilna jekk dan ir- rapport huwiex se jitqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra jew le?", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "FRANCIS AGIUS: Nerġa' nirrepeti li t-tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sur President, jien m'iniex se nerġa' nirrepeti għax skond l-istanding orders ma nistax nagħmel hekk, pero' se nagħmel mistoqsija supplimentari.", "Suppost, anke bid-direttiva ta' l-Unjoni Ewropea, il-poplu għandu dritt ikun jaf dwar it-tniġġis li jkun hemm fl- arja, fl-ilma, eċċ. Jiena xtaqt inkun naf, anke bħala ċittadin u mhux bħala membru parlamentari, jekk dan ir-rapport huwiex se jitqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra.", "Din hija ħaġa li taffettwa s-saħħa taċ-ċittadin u allura anke kieku ma kienx hemm id-direttiva ta' l-Unjoni Ewropea, iċ-ċittadin xorta waħda għandu dritt ikun jaf din it-tip ta' informazzjoni.", "Għaldaqstant nistaqsi lis-Segretarju Parlamentari biex għallinqas jgħidilna jekk hux beħsiebu jpoġġih fuq il-mejda tal-Kamra jew le, anke biex naraw jekk hux se jmur kontra d-direttivi ta' l-Unjoni Ewropea.", "ONOR.", "FRANCIS AGIUS: Sur President, bħalissa għadhom għaddejjin bl- istudji li hemm bżonn isiru u għaldaqstant nitlob lill-Onor.", "Interpellant ikompli jsegwi sakemm tingħata t-tweġiba għal din il-mistoqsija.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Is-Segretarju Parlamentari jikkonferma li bid-direttiva ta' l-Unjoni Ewropea konna marbutin li f'Jannar ta' din is-sena nieħdu ħsieb ċertu tniġġis minn trab li joħroġ mill-power station u li jista' jikkaġuna l-kanċer?", "Jista' jgħidilna wkoll jekk l-istudju dwar it-tniġġis sarx jew le?", "ONOR.", "FRANCIS AGIUS: Peress li din hija mistoqsija pjuttost teknika, nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel mistoqsija bil-miktub.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-Mistoqsijiet għadda.", "Tqegħid ta' Karti.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "TONIO: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Kopja tal-file dwar l-għoti tat-tender għal tindif fil-Qrati tal- Ġustizzja lil Special Celaners Ltd, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 22377; u", "f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi qiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra:-", "Tabella li turi l-għadd ta' oġġetti li kienu fil-Freeport għat- trasbord li nqabdu mid-Dwana Maltija matul l-2006, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 22266.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Louis Deguara.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Tagħrif dwar kuntratti ta' tindif fi sptarijiet u dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tal-Ministru tas-Saħħa, ta' l-Anzjani u Kura fil-Komunita', bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 22236;", "Tagħrif dwar l-għadd ta' testijiet ta' HIV u AIDS li saru bejn Ġunju 1985 u Ottubru 2006, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 22275;", "f'isem il-Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni qiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:-", "Avviż Legali Nru 281 ta' l-2006 – Civil Aviation (Provision of Air Navigation Services) Order, 2006;", "f'isem il-Ministru għall-Familja u Solidarjeta' Soċjali qiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:-", "Tagħrif dwar il-budget tal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita', flimkien ma' l-ammont ta' għajnuna finanzjarja mogħtija lil NGOs, għall-perijodu bejn l-2000 u l-2006, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 22234;", "Tabella li turi l-għadd ta' adozzjonijiet finalizzati fil-Qorti ta' Malta matul l-2006 maqsuma skond il-pajjiż ta' origini, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 22276; u", "f'isem il-Ministru għal Għawdex qiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Tagħrif dwar proġetti ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea għall-perijodu bejn l-2004 u 2006, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 22318.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Jesmond Mugliett.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Tagħrif dwar toroq arterjali li sar xogħol fuqhom u/jew ġew upgraded, bejn l-2003 u l-2006, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 22232;", "Kopja tar-rapport \"Financial Feasibility Study Park-and-Ride project\" maħruġ minn Ernst & Young f'Marzu 2006, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 22264;", "Tabella li turi l-għadd ta' vetturi ġodda reġistrati bejn Jannar u Settembru 2006, maqsuma skond it-tip u ċilingraġġ, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 22272; u", "Kopja ta' pjanta li turi l-footway bridge propost fi Triq is-Sebħ, Ħal Qormi, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 22397.", "f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjieg qiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:-", "Avviż Legali Nru 280 ta' l-2006 – Regolamenti dwar ir-Rikonoxximent Reċiproku ta' Kwalifiki ta' Edukazzjoni Ogħla fir-Reġjun ta' l-Ewropa;", "f'isem il-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l- Informazzjoni qiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Tagħrif dwar l-investigazzjonijiet li saru mill-Korproazzjoni Enemalta dwar irwejjaħ fi Triq it-Tfief, Raħal Ġdid, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 22354; u", "MR SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Francis Agius.", "ONOR.", "FRANCIS AGIUS: Mr Speaker, f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Tagħrif dwar kuntratti ta' xogħol konness mas-sit tal-Magħtab l-antik, li ngħataw matul l-2004, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 22229; u", "Tagħrif dwar tenders li ngħataw mill-Wasteserv bejn April 2005 u Novembru 2006, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 22230.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Charles Mangion, President tal-Public Accounts Committee.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Mr Speaker, nippreżenta l-minuti konfermati tal- laqgħat 23 sa 42 tal-Kumitat Permanenti dwar il-Kontijiet Pubbliċi li saru bejn it-22 ta' Ġunju 2005 u t-23 ta' Ottubru 2006.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Kondoljanzi.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "KONDOLJANZI", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, kif jaf kulħadd, għaliex l-aħbar malajr inxterdet ma' Malta kollha, fil-25 ta' Novembru miet it-Tabib Jimmy Farrugia.", "Naħseb li kulħadd kien jafu lit-Tabib Jimmy Farrugia għaliex okkupa diversi karigi importanti f'pajjiżna, ibda mill-kariga li tokkupa inti, Mr Speaker, bħala president ta' din il-Kamra.", "Kien ukoll deputat ta' din in-naħa tal-Kamra għal għaxar snin sħaħ bejn l-1976 u l-1986.", "Barra minn hekk għamel żmien twil ukoll jokkupa il-kariga ta' Aġent President ta' Malta, meta kien hemm President ta' Malta Censu Tabone u anke Ugo Mifsud Bonnici.", "Apparti mill-ħajja politika tiegħu t-Tabib Farrugia kien ukoll attiv barra mill-politika.", "Anzi wieħed għandu jgħid li beda jkun attiv fl-oqsma li se nsemmi qabel ma fil-fatt daħal fil-Parlament.", "Fil-fatt kien President ta' l- Azzjoni Kattolika, ħadem ħafna fi ħdan il-knisja, fl-għaqdiet tal-knisja u fil-kumitat tal-lajċi anke fi żmien il-ġunta fl-1962, u ta dejjem dak kollu li jaf f'dak li jemmen, tista' taqbel jew ma taqbilx miegħu, b'ċerta dedikazzjoni u b'ċerta onesta`.", "Niftakar li meta kont ġurnalista tal-ġurnal \"In-Nazzjon\", f'dan il- Parlament smajt ministru Laburista, dak iż-żmien fuq din in-naħa tal-Kamra, jgħid li meta jirċievi ċertifikat mediku għas-sick leave mingħand it-Tabib Jimmy Farrugia jemmnu żgur.", "Jiġifieri kien bniedem li lanqas kienet tgħaddilu minn moħħu li jagħmel xi ħaġa irregolari, inkluż ċertifikat mediku li jiġġustifika jew ma jiġġustifikax il-mard.", "Dan huwa inċident żgħir li juri kemm it-Tabib Farrugia kien igawdi rispett miż-żewġ naħat tal- Kamra.", "Meta mbagħad daħal f'dan il-Parlament kien deputat li juri interess f'dak kollu li jiġri, b'mod partikolari fil-kostitwenza tiegħu.", "It-Tabib Farrugia serva f'dan il-Parlament għal għaxar snin sħaħ u wara li spiċċa minn Speaker, eżatt wara l-elezzjoni ta' l-1987, ġie appuntat ambaxxatur għas- Santa Sede.", "Din kienet kariga li naf li kienet għal qalbu u naħseb li kienet tixraqlu bħala kariga, għax anke kien ġie dekorat mis-Santa Sede għas-servizz li hu dejjem ta lill-knisja.", "U allura kien kattoliku ferventi.", "Ma kienx fundamentalista, imma kien kattoliku ferventi.", "Tista' taqbel jew ma taqbilx miegħu, imma għalih il-ħajja politika kienet ukoll vokazzjoni, li wieħed isegwi t-twemmin mhux biss politiku tiegħu, imma anke t-twemmin reliġjuż.", "Għalih kien impenn li tkun mhux biss nisrani imma nisrani fil- politika.", "Bħalma hemm nies li huma nsara li jaħdmu fl-isptarijiet fil- professjoni tagħhom, għalih kienet daqstant nobbli l-professjoni ta' politiku fil-politika fil-Parlament bħala nisrani.", "Għalih ma kienx hemm kontradizzjoni bejn iż-żewġ affarijiet.", "Anzi kien verament jemmen li jekk inti nisrani tajjeb u għandek il-kapaċitajiet fil-politika għandek tinvolvi ruħek fil-politika.", "U hekk ġara, f'eta' pjuttost kbira tiegħu, għax meta daħal l-ewwel darba fil-parlament kien diġa' kellu kważi ħamsin sena.", "Is- soltu l-membri parlamentari jibdew ħafna qabel minn hekk, imma hu ta' ħamsin sena ħass li kien il-mument li jidħol fil-politika.", "Mr Speaker, jien niftakru wkoll - u ppermettuli forsi nieħu ftit iktar ħin illum għax niftakru sew u ħdimt miegħu – għall-imħabba kbira tiegħu lejn il- kultura.", "Għamel żmien twiel kien shadow minister ukoll fuq il-kultura, u jekk illum wasalna li għandna l-Heritage Malta u dan l-interess u kuxjenza għall-kultura u l-bini storiku, in parti huwa dovut għal dawk l-għaxar snin meta kien fl-oppożizzjoni u kien jisħak fuq l-importanza għat-turiżmu tagħna, imma anke għad-dinjita` tagħna, li jkollna ħarsien b'liġi tal-wirt storiku tagħna.", "Hu stess, imbagħad kien bniedem kolt u kien bniedem li jifhem.", "L-iktar li kien jifhem - niftakru għaliex ġieli ġibnieh Birkirkara sabiex jagħmel xi lecture - kien fuq il-fided.", "Fil-fatt kiteb żewġ kotba fuq il-fided, kemm fided fil-knejjes tagħna kif ukoll fided li huma fid- djar privati.", "Kont tinduna l-imħabba tiegħu lejn is-suġġett.", "Meta kien jitkellem fuq il-fidda kien ikun fis-seba' sema, għax kien jitkellem b'ċertu entużjażmu dwar suġġett li huwa tant kien jifhem fih.", "Mr Speaker, il-funeral se jsir għada fis-2.00 p.m. fil-knisja parrokkjali ta' Ħal Tarxien.", "Nappella lil dawk li jistgħu jkunu preżenti għal dan il- funeral biex nagħtu l-aħħar tislima lil tabib li kien politiku, imma kien ġentlom u onest.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Charles Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Mr Speaker, fl-eloġju tiegħu, l-Onor.", "Tonio Borg tista` tgħid li qal kollox dwar il-ħajja tat-Tabib Jimmy Farrugia.", "Ċertament li kemm fil-ħajja personali tiegħu, kemm f'dik professjonali kif ukoll f'dik bħala politiku, Jimmy dejjem immanifesta integrita' u onesta` sħiħa.", "Naħseb li dawn huma l-iktar elementi li għalihom jibqa' mfakkar.", "It- Tabib Jimmy Farrugia kellu prattika professjonali ma' Malta kollha prattikament, imma kellu prattika professjonali estensiva f'Ħal-Luqa u allura hemm ħafna familji li jafuh u jirrispettawh minn dan l-aspett.", "Bħala Membru Parlamentari jien nafu iktar fiż-żmien meta kien Speaker u niftakar li dejjem kien jagħmel l-almu tiegħu biex fid-deċiżjonijiet li jieħu ikun ġust u joħloq dak il-preċedent li jservi anke għal ta' warajh bħala eżempju ta' kif din il-Kamra għandha timxi.", "Meta f'ċerti mumenti kien ikun hawn naqra tqanqil u argumenti u nuqqas ta' qbil ta' opinjonijiet – għalhekk hija intiża l-Kamra tal-Parlament biex ikun hemm espressjoni ta' l- opinjoni - nista` ngħid li dejjem għamel l-almu tiegħu biex jagħti deċiżjonijiet fair għaż-żewġ naħat, u naħseb li minn dan l-aspett kellu l- fiduċja ta' kulħadd.", "It-Tabib Farrugia kien konvint ħafna wkoll mill-opinjonijiet tiegħu.", "Tista' ma taqbilx ma' l-opinjoni tiegħu, imma dak li kien jesprimi kien jesprimih f'konvinċiment sħiħ.", "It-Tabib Farrugia jibqa' wkoll magħruf għall- hobby tiegħu, ta' kollezzjonista tal-fidda antika.", "Kien bniedem għaref ukoll fuq dan is-suġġett li huwa importanti.", "Fil-qasam tal-kultura kien jagħti l-istess impenn għal dan is-settur bħalma kien jagħti kemm fil-kamp politiku bħala Membru Parlamentari, kemm fis-Sedja bħala Speaker kif ukoll fil-professjoni tiegħu.", "Għaldaqstant din in-naħa tal-Kamra tingħaqad mhux biss mal-membri tan-naħa l-oħra imma mal-kumplament tal-pajjiż biex testendi l-kondoljanzi lill- familjari tat-Tabib Farrugia li matul ħajtu mexa b'mod eżemplari.", "Ċertament dawk kollha li kienu jafuh jibqgħu jiftakru fih bħala bniedem ta' integrita' kbira, onest u dak li jagħmlu kien jagħmlu b'konvinċiment.", "Imma kellu wkoll l-aspett uman u ħanin tiegħu li min kellu x'jaqsam miegħu anke fil-ħajja professjonali jibqa' jiftakarha.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Is-Sedja tingħaqad ukoll ma' dak li ġie espress miż-żewġ naħat tal-Kamra.", "Jien ukoll għamilt żmien naħdem miegħu meta t-Tabib Farrugia kien kien Membru Parlamentari u anke Speaker.", "Ma rridx nirrepeti dak li diġa' ntqal, ħlief li rrid infakkar biss li kien hu li oriġina l-idea li jkun hawn ktieb ta' l-istorja tal-Parlament Malti, li jien imbagħad kelli s- sodisfazzjon li dak li beda hu nkomplih għas-sodisfazzjon ta' kulħadd, u dehrli li okkażjoni bħal din wieħed irid ifakkar ukoll dik l-inizjattiva li kien ħa.", "Għaldaqstant jiena nitlob lill-Iskrivan tal-Kamra biex iwassal lill-armla ta' Dr. Jimmy Farrugia l-espressjonijiet ta' simpatija u ta' kondoljanzi li wassalna llejla.", "Infakkar ukoll kif fakkar il-Viċi Prim Ministru li l-funeral ta' Dr. Farrugia huwa għada fis-2.00 p.m. fil-paroċċa ta' Ħal Tarxien.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-ĠUSTIZZJA AMMINISTRATTIVA", "ADMINISTRATIVE JUSTICE BILL", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI (Segretarju Parlamentari): Mr Speaker, għandi l-messaġġ mingħand il-President.", "MR SPEAKER: Se naqra l-messaġġ tal-President ta' Malta.", "EDWARD FENECH ADAMI PRESIDENT", "Il-President, wara li kien informat dwar is-suġġett ta' l-Abbozz ta' Liġi \"biex jipprovdi għall-Ġustizzja Amministrattiva f'Malta\", jirrakommandah għall-konsiderazzjoni tal-Kamra tad-Deputati.", "27 ta' Novembru, 2006", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Mr Speaker, nipproponi t-Tieni Qari ta' l- Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jipprovdi għall-Ġustizzja Amministrattiva f'Malta\".", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Rimarki?", "Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Mr Speaker, dan l-abbozz ta' liġi, wieħed fost id-diversi abbozzi ta' liġi li l-ministeru għall-ġustizzja u intern irnexxielu jressaq tul dawn it-tliet snin u nofs, huwa abbozz ambizzjuż u jħares ħafna fit-tul, u għalhekk irrid ngħid mill-ewwel li għalkemm qegħdin nistabbilixxu l-qafas ta' din il-liġi, m'aħniex biħsiebna nimplimentawh u nġibuh kollu fis-seħħ f'daqqa, imma se jidħol fis-seħħ biċċa biċċa kif se nispjega fid-diskors tiegħi.", "Permezz ta' dan l-abbozz ta' liġi m'aħniex qed nivvintaw id-dritt amministrattiv f'pajjiżna għax dan huwa diġa' stabbilit, pero' ħa ż-żmien tiegħu.", "Bħala evoluzzjoni storika, id-dritt amministrattiv beda jiġi żviluppat fi Franza, l-iktar minn Napuljun, bħala segwitu għar-riformi amministrattivi li saru hemm wara r-revoluzzjoni.", "Il-qalba ta' dan l- iżvilupp insibuha fir-reazzjoni kontra dak li kien jidher il-mod arbitrarju u nieqes minn kull rażan legali li bih kienu jimxu n-nies fis-servizz tal- monarkija burbonika qabel l-1789.", "Kif nafu Napuljun għamel diversi riformi, fosthom ir-riforma l-kbira tal-kodiċi ċivili.", "Fil-fatt wieħed jista' jgħid li l-veru bidu tad-dritt amministrattiv għandu jitqies li joħroġ mill- kostituzzjoni konsolari ta' l-1800.", "Fi Franza kien hemm attenzjoni kontinwa għal din il-fergħa tal-liġi matul is-sekli dsatax u għoxrin.", "Fl-Italja l-iżvilupp xjentifiku beda fil-ktieb ta' Gian Domenico Romaniosi ta' l-1814 imsejjaħ \"Principii Fondamentali di Diritto Amministrattivo\".", "Speċjalisti oħra, bħal Vittorio Emmanuele Orlando u Guido Sanobini, komplew jelaboraw il-prinċipju fil-ktieb \"Trattato di Diritto Amministrattivo\" li kellu diversi edizjonijiet, ibda minn dik ta' l-1897.", "Jiġifieri hawnhekk qegħdin niddiskutu materja legali li ilha diġa' 200 sena fl-eżistenza tagħha u li ssawret u ffurmat ruħha b'mod li llum ebda sistema ġuridika tajba, vera u kredibbli ma jista' jkollha makkinarju li jkollha eżenti d- dritt amministrattiv.", "F'pajjiżna ma jidhirx li fi żmien il-kavallieri kien hawn attenzjoni politika jew akkademika għall-problema.", "Imbagħad bil-preżenza Brittanika dan il-kamp beda jitqies li huwa parti mid-dritt pubbliku u kostituzzjonali.", "Għalhekk kellha ssir riferenza għal-liġi tan-nazzjoni li kienet tidderiġi l-istat f'Malta.", "Waqt li l-liġijiet penali u ċivili, wara li ġie abortit l-isforz li jiġu influwenzati mill-common law, spiċċaw biex ħadu forma minn adattament tal-Code Civil Francais f'idejn il- kummissjoni tal-ġuristi Maltin.", "Dan kien aċċettabbli għaliex wara kollox il- liġijiet penali u ċivili kienu jinteressaw l-iktar lil Maltin.", "Mhux hekk dwar id-dritt pubbliku.", "Għandu jingħad ukoll li l-istess ġuristi Maltin setgħu ma kenux għadhom assorbew l-ispirtu sewwa tad-droit administratif u dan prinċiparjament minħabba l-problema tal-lingwa Franċiża, li hawn Malta ma kenitx daqshekk użata daqskemm hija llum.", "Kien iktar użat it-Taljan imbagħad sussegwentement l-Ingliż.", "Fil-fatt Dicey fil- ktieb tiegħu \"The Laws of the Constitution\" jirrimarka fuq il-fatt li de Tocque-ville, ċertament mhux nieqes minn għerf ġuridiku kbir, kien xtaq li jkollu spjegazzjonijiet dwar id-differenzi bejn is-sistema Franċiża u dik fil-pajjiż anglosassoni proprju fuq id-dritt amministrattiv.", "Terġa', kif ukoll jidher mill-ktieb ta' Dicey, - issa Dicey hu kkonsidrat dejjem bħala żiemel tal-battalja li waqqaf tajjeb id-dritt kostituzzjonali - li fil- pajjiżi tal-common law kien hemm suspett li d-droit administratif kien maħsub minn Napuljun bħala mezz li bih l-amministrazzjoni tiġi sottratta mill-kompetenza tal-qorti ordinarja u tal-liġi komuni li kienu kkonsidrati bħala l-aqwa garanzija għaċ-ċittadin.", "Napuljun beda d-dritt amministrattiv proprju biex jagħti ċ-ċittadin tiegħu iktar drittijiet milli kellhom qabel.", "Qala' l-problemi li għandhom x'jaqsmu f'dak li ġenerikament huwa msejjaħ mal administration stabbilixxa t-triq mill-ewwel.", "Pero' l-Ingliżi f'dak iż-żmien kienu għadhom xettiċi, u kienu jaħsbu li bid-droit administratif kulma qed jagħmel hu li jneħħi l- kawżi minn quddiem il-qorti ordinarja, iqiegħedhom quddiem tribunal ieħor u allura ċ-ċittadin minflok qed jiggwadanja, iktar kien qed jitlef fid- drittijiet fundamentali tiegħu.", "Ovvjament, f'dak iż-żmien il-qrati ordinarji fl-Ingilterra kienu jistgħu jindaħlu fid-diskrezzjoni amministrattiva biss, f'kamp ristrett ħafna.", "U dan imbagħad, beda l- prinċipju tad-diviżjoni tal-poteri għax il-ġudizzjarju m'għandux jindaħal lill-eżekuttiv.", "Dan kien il-ħsieb tad-dritt Ingliż.", "Niftakar l-għalliem tiegħi, l-imħallef Dr Wallace Gulia, Alla jagħtih il-ġenna, li kien jieħu ħsieb jgħallimna kif żviluppaw l-affarijiet fir-Renju Unit, u deċiżjonijiet bħal tal-każ Cassar Desain Vs Forbes affermaw din l-identita' sħiħa, pero' kien isir ukoll studju komparattiv tas-sistema kontinentali.", "Fir-Renju Unit, speċjalment fl-aħħar 60 sena, kien hemm evoluzzjoni, u din l-evoluzzjoni ġibdet lilna wkoll għax wara t-tieni gwerra dinjija l- Ingilterra espandiet id-dritt amministrattiv tagħha b'mod qawwi, u aħna, bħala pajjiż li konna niddependu mill-Ingilterra, ġejna miġbudin kompletament lejn din id-direzzjoni.", "Jiġifieri fl-Ingilterra bdew jirrealizzaw verament il-valur fundamentali u tajjeb tad-dritt amministrattiv lejn nofs it-tieni parti ta' l-aħħar seklu, preċiżament wara t-tieni gwerra dinjija.", "Allura fir-Renju Unit – nerġa` ngħid speċjalment fl-aħħar 60 sena - kien hemm evoluzzjoni li tespandi l- iskrutinju tal-qrati ordinarji fuq operat tat-tribunali jew bordijiet amministrattivi b'funzjonijiet kważi ġudizzjarji, li fil-fatt kemm bil- welfare state kif ukoll bil-pjanifikazzjoni ta' l-art u l-ħarsien ta' l- ambjent żdiedu ħafna fin-numru u fil-poteri.", "Interessanti li Dicey jikkonsidra l-materja tad-dritt amministrattiv taħt it-titlu ta' \"the rule of law\".", "Fil-fatt meta kien hemm li the king can do no wrong u the king cannot be sued in his own courts, l-arja ta' l- amministrazzjoni kienet maqtugħa barra mir-rule of law, għax azzjonijiet kontra l-ministri jew kontra l-impjegati ċivili kienu wkoll ċirkostritti ħafna, jiġifieri ristretti.", "Allura wara t-tieni gwerra dinjija dan il- ħsieb, li lir-re ma tistax tfittxu jew inkella lir-re ma tistax tagħmillu kawża, spiċċa kompletament.", "U spiċċa prinċiparjament minħabba l-fatt li l- pajjiżi anglosassoni li kellhom id-dritt pubbliku tagħhom li ma jaċċettawx id-dritt amministrattiv, bdew f'daqqa' waħda jifhmu li ma jistax ikollok il- welfare state jekk ma jkollokx ukoll id-dritt amministrattiv.", "Fil-fatt in- nuqqas tad-dritt amministrattiv kien jidher ukoll f'deficit tal-liġijiet kostituttivi u strutturali.", "Fir-Renju Unit, u allura anke Malta, ma teżisti l-ebda liġi tal-ġerarkija tal-poteri jew dwar kif jiġi kostitwit il- makkinarju statali.", "Id-dipartiment u l-ministri jsawru u jżarmaw bla rbit legali.", "Dan joffri flessibilita', iżda għandu l-iżvantaġġi.", "Mill-aħħar gwerra dinjija 'l hawn kien hemm żieda qawwija fl-attivita' leġislattiva tal-gvern sija fuq livell ċentrali, u f'doża inqas, pero' rilevanti, fuq dak li ġie żviluppat fl-Ingilterra - u aħna f'ċertu mod limitat f'dawn l-aħħar għaxar snin - għar-rigward tal-kunsilli lokali.", "Dan sarraf f'sistemi komplessi mimlija regolamenti li fuqhom nbena l-istat soċjali li aħna għandna, ibda mill-att dwar is-sigurta' soċjali u jibqa' nieżel biċċa biċċa 'l isfel.", "Pero' llum dan l-iżvilupp storiku li beda Franza, inxtered kullimkien u huwa aċċettat minn kulħadd.", "Aħna ħadnieh mid- dritt pubbliku Ingliż għax żammejna fid-dritt privat l-affarijiet kontinentali, mhux fid-dritt pubbliku - id-dritt pubbliku huwa purament anglosassonu – u wara t-tieni gwerra dinjija bdejna nużaw l-istess strutturi li għamlu l-Ingliżi.", "F'dan l-abbozz qegħdin nitkellmu fuq parti partikolari ta' dan id-dritt amministrattiv.", "Dan huwa proprjament dak li jissejjaħ jew administrative jurisdiction jew inkella administrative justice.", "Jiġifieri billi huwa inevitabbli li jkollok disputi, problemi, konflitti li jqumu bejn l- interessi u d-drittijiet taċ-ċittadini individwalment u tal-gvern ċentrali u l-awtoritajiet legali, hemm bżonn li jkun hemm xi ħaġa ta' ġustizzja, tribunal jew qorti, li tiddeċiedi l-kwestjonijiet.", "Issa l-qrati ordinarji għandu ikollhom ġurisdizzjoni f'materji purament legali, iżda l-problemi jikkomplikaw ruħhom fuq dan il-livell ta' dritt amministrattiv meta l- kwestjonijiet ikollhom elementi ta' natura teknika u t-tieni li aktar milli liġi huma dixxerniment bejn konflitti fl-interessi privati u dawk pubbliċi.", "Allura x'qegħdin nagħmlu b'dan l-abbozz?", "Qegħdin nissudaw biċċa oħra minn dak li għandna diġa' tad-dritt amministrattiv fil-mod ta' kif wieħed jiddeċiedi l-kwestjonijiet li jqumu bejn iċ-ċittadin u d-diversi korpi tad- dritt pubbliku li fih wieħed ikollu konflitt magħhom.", "Il-ħsieb tal-liġi huwa wieħed mill-iktar sempliċi.", "Huwa sempliċi għax qiegħed jipprova jġib id-diversi tribunali li ġew iffurmati tul dawn l- aħħar 60 sena taħt umbrella ta' tribunal wieħed, u flok ikollna diversi tribunali mxerrdin ikollna tribunal wieħed li jisma' kollox.", "Pero' rridu ngħidu li biex wasalna għal din il-pożizzjoni kien hemm żvilupp ukoll interessanti f'pajjiżna.", "Għalkemm qegħdin naċċettaw li l-prinċipju huwa li l-qrati ordinarji għandhom kemm jista' jkun jiddeċiedu kwestjonijiet ta' natura purament legali, pero' fejn tidħol ċerta teknika u ċerta konoxxenza partikolari f'ċertu settur, allura wieħed għandu jmur għal dawn it- tribunali.", "Allura qegħdin ngħidu li se nagħmlu tribunal ieħor li qisu jimxi paripassu ma' dak li għandna bħalissa fil-qrati tagħna.", "Il-pożizzjoni tagħna m'hijiex waħda, biex ngħidu hekk, kompletament sajma.", "Fil-fatt wieħed irid jgħid li fl-Att XXIV ta' l-1995, li kien strumentali għalih, Alla jagħtih il-ġenna, l-ex ministru Joe Fenech, kienu ġew stabbiliti żewġ artikli verament importanti, u dawn kienu l-artiklu 469A u l-emenda għall-artiklu 637 tal-kodiċi ta' organizzazzjoni u proċedura ċivili.", "Issa rridu nżommu f'moħħna li dan l-att għamel rivoluzzjoni kbira fil-kodiċi f'dak li jirrigwarda kawżi ta' materja ċivili.", "Per eżempju, f'dak l-att konna neħħejna l-libell, neħħejna l-qorti ta' ġurisdizzjoni kummerċjali u għamilna qorti waħda, dik ċivili, u ttieħdu ħafna deċiżjonijiet tajbin u kien abbozz ta' liġi li kien jinkorpora kwantita` kbira ta' emendi li jolqtu d-dritt ċivili u d-dritt ta' proċedura u d-dritt amministrattiv ukoll.", "U abbażi ta' dak li kien sar f'dak l-att, wieħed illum jista' jiċċaqlaq 'il quddiem.", "Issa tajjeb li nżommu quddiem għajnejna li l-artiklu 469A jgħid espressament is-segwenti:", "\"469A.", "(1) Saving as is otherwise provided by law, the courts of justice of civil jurisdiction may enquire into the validity of any administrative act or declare such act null, invalid or without effect only in the following cases:", "a) where the administrative act is in violation of the Constitution;", "b) when the administrative act is ultra vires on any of the following grounds:", "(i) When such act emanates from a public authority that is not authorised to perform it; or", "(ii) when a public authority has failed to observe the principles of natural justice or mandatory procedural requirements in performing the administrative act or in its prior deliberations thereon; or", "(iii) when the administrative act constitutes an abuse of the public authority's power in that it is done for improper purposes or on the basis of irrelevant considerations; or", "(iv) when the administrative act is otherwise contrary to law.\".", "Allura x'għamel dan l-artiklu li ġie fl-1995?", "Dan aċċetta kien diġa' s- sitwazzjoni fejn kellna diversi tribunali amministrattivi partikolari, u ta' min jgħid li llum qrobna biex ikollna mitt wieħed minn dawn it- tribunali amministrattivi.", "Fl-1995 Joe Fenech kien stabbilixxa b'mod ċar x'inhi l-parti li tispetta lill-prim'awla tal-qorti ċivili u dik tat- tribunali amministrattivi.", "Din il-linja, f'dan il-mument, aħna se nħalluha kif inhi.", "Barra dan kien hemm ukoll l-emenda għall-artiklu 637 li fetħet il-bieb għall-possibilita' ta' talba għal diversi dokumenti oħrajn li wieħed ikollu bżonn waqt li jkun għaddej proċeduri.", "F'dan l-artiklu għandek ukoll corpus importanti tad-dritt amministrattiv.", "U allura x'konna qegħdin nagħmlu sa dak iż-żmien?", "Sa l-1995 konna qegħdin naċċettaw id-dutrina Ingliża li t- tribunali mxerrdin ikollhom vantaġġ ferm ikbar jekk jiġu ċentralizzati.", "Fil-fatt taħt id-dritt Ingliż l-idea kienet li mit-tribunali joħorġu ħames vantaġġi.", "L-ewwel prinċipji li jsostnu t-tribunali differenti huwa expert knowledge.", "Ħafna kwestjonijiet li jkunu jridu jiġu deċiżi taħt is-sistema legali moderna soċjali jitolbu informazzjoni esperta li hija barra mit- tagħlim legali li trid tieħu flimkien in konsiderazzjoni l-politika tal- leġislatura u l-esperjenza f'ħidmet l-amministrazzjoni.", "Mela bl-expert knowledge inti qed tidħol fid-dettalji ta' ħafna mekkaniżmi tekniċi, qiegħed tidħol f'settur fejn tradizzjonalment l-avukati ma tantx jistudjawh l-universita', u qed tidħol ukoll fil-policies tal-gvern tal-ġurnata flimkien mad-day-to-day best practice u esperjenza ta' l-amministrazzjoni.", "It-tieni prinċipju huwa li l-każijiet li jsiru quddiem dawn it-tribunali jiġu rħas, anzi ħafna minnhom huma każijiet li jsiru b'xejn, sempliċi ittra u wieħed ma jħallas assolutament xejn.", "U dan ovvjament huwa kuntrarju għal dak li hemm fil-qorti ordinarja fejn biex isiru l-kawżi wieħed ikun irid iħallas, dejjem sakemm ma jkollux il-benefiċċju ta' l-għajnuna legali.", "It- tielet prinċipju huwa dak tal-veloċita'.", "Jiġifieri dawn it-tip ta' kawżi jitolbu li jkun hemm veloċita' ferm ikbar biex jiġu deċiżi l-affarijiet għaċ-ċittadin.", "Dan ifisser li tribunal amministrattiv għandu inqas backlog, għandu inqas problemi biex jiċċaqlaq u allura deċiżjoni se jeħodha ferm iktar malajr milli teħodha l-qorti ordinarja.", "Ir-raba' prinċipju huwa dak tal-flessibilita`.", "X'jiġifieri?", "Dan il-prinċipju tal-flessibilita` huwa li t-tribunal huwa kapaċi li jaddatta ruħu għat-tendenzi li jkunu għaddejjin fil-kwestjonijiet.", "Jiġifieri t-tibdiliet jew ix-xejriet ta' tibdiliet li jkunu għaddejjin fin-natura tal-kwestjonijiet li jkunu qegħdin jiġu dibattuti, it-tribunal għandu flessibilita' ferm iktar biex ikun jista' jvarja l-linja tad-deċiżjonijiet tiegħu.", "Dan għandu importanza għal pajjiżna, pero' għad-dinja anglosassona, fejn għandek il-qrati ordinarji li huma marbuta mal-prinċipju tal-preċedent, għandek gwadann ikbar.", "Pero' għalina l-flessibilita'xorta waħda hija importanti.", "Il-ħames prinċipju huwa l-informalita`.", "X'jiġifieri?", "Jiġifieri li għalkemm il-proċeduri għandhom isiru b'ċertu rigur u b'ċerta attenzjoni, pero` l- proċedura fit-tribunal m'hijiex daqshekk riġida daqskemm hija fil-qorti.", "Fuq dawn il-ħames prinċipji mill-1944 jew l-1945 'il hawn żviluppaw kwantita' kbira ta' tribunali u bordijiet.", "Fil-fatt dawn it-tribunali u l- bordijiet li żviluppaw fl-Ingilterra wasslu għal kważi madwar 2,000 tip minnhom.", "Aħna ma kellniex daqshekk, pero' jekk wieħed jaqbad diversi kapitli tal-liġijiet, anke dawk l-iktar riċenti, isib li kważi f'kull liġi għandek tribunal partikolari li qiegħed jiġi mwaqqaf ad hoc.", "Issa dak li oriġinarjament kien jidher bħala linja tajba, linja li permezz tagħha se jirnexxilek tmexxi 'l quddiem l-affarijiet, ma baqax jidher hekk.", "Għaliex?", "Għax tant saru tribunali li maż-żmien dawn żviluppaw f'xi ħaġa li kważi bdiet tagħti ċerti problemi.", "Fil-fatt din is-sitwazzjoni nibtet l-ewwel fl- Ingilterra, u l-Ingliżi kienu għamlu kummissjoni importanti li ħarġet bil- Frank's report.", "Bażikament dan kellu żewġ prinċipji, l-ewwel to consider and make recommendations on the constitution and workings of tribunals, other than the ordinary course of law; u t-tieni the workings of such administrative procedures as include the holding of certain procedures.", "Jiġifieri l-Ingliżi ħassew li tant żviluppa l-kunċett tagħhom tal-qrati u tribunali amministrattivi li ħassew il-bżonn li jagħmlu kummissjoni li permezz tagħha jkunu jistgħu jaraw sewwa sew x'inhu jiġri.", "U waħda mir- rakkmandazzjonijiet ta' dan il-Frank's Report kien li jwaqqfu a council on tribunals.", "Jiġifieri li jħallu diversi tribunali li hemm imxerrdin fil- liġijiet għaddejjin, pero' fl-istess ħin jagħmlu kunsill li huwa fuq dawn it-tribunali u l-ħsieb kien li dan il-kunsill tat-tribunali jagħmel review ta' kif qegħdin jaħdmu dawn it-tribunali u addirittura jagħmilha bħala forma ta' watchdog fuq dak li qegħdin jaħdmu, kif qegħdin jaħdmu u x'qegħdin jagħmlu.", "U dan il-kunsill ingħata wkoll il-poter Ii jkun jista' jidħol hu fejn xi tribunal jaħdem ħażin u ma jiffunzjonax kompletament tajjeb.", "Issa quddiem din l-esperjenza li żviluppat, jiġifieri l-Ingilterra hawn ukoll pajjiżna bdejna nħossu l-bżonn li niċċaqilqu f'dak li hija kwestjoni tad-dritt amministrattiv.", "Qiegħed ngħid dan għaliex tul dawn l-aħħar jew almenu kemm ili hawnhekk f'din il-leġislatura kellna diversi diskorsi u diversi kitbiet fil-gazzetti fuq l-importanza li wieħed jiffoka b'mod iktar qawwi fuq dan is-settur tal-ġustizzja amministrattiva.", "Issa din ġiet minħabba wkoll raġuni partikolarment storika, fis-sens li kellna wkoll numru ta' tribunali ta' investigazzjonijiet li kellhom rabta amminstrattiva.", "Jekk per eżempju nsemmu l-att XXII ta' l-1988, illum il- Kap. 326 insibu per eżempju, kummissjoni permanenti kontra l-korruzzjoni.", "Jew l-Att XXI ta' l-1995, il-Kapitlu 385 li terġa' waqqaf l-uffiċċju ta' l- Ombudsman.", "Allura dak li konna qegħdin inħossu bħala bżonn, u ngħid \"inħossu bħala bżonn\" prinċiparjament fuq l-aspett legali.", "U għaliex l- aspett legali?", "Id-diversi tribunali mxerrdin fid-diversi liġijiet fil-fatt ma kellekx ċertu informazzjoni kif qegħdin jaħdmu, kien hemm ċertu insodisfazzjon ġenerali bħala linja ta' dritt.", "U allura dawn id-diversi diskussjonijiet inkluż b'mod qawwi l-uffiċċju ta' l-ombudsman, u rrid ngħid u nfakkar li l-Att 24 ta' l-1995 li kien att importanti ħafna kif diġa' semmejt, wieħed ma jistax jinsa li dan sar jew kien qed jiġi dibattut hawn fil-parlament għaliex mingħalija l-abbozz oriġinali kien ġie preżentat fl-1994, kien qed jiġi dibattut kważi fl- istess żmien ma' l-uffiċċju ta' l-ombudsman.", "Allura l-emendi li kienu saru fil-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili li jien semmejt qabel, iridu jittieħdu wkoll fid-dawl li dak iż-żmien ovvjament kienu 'l quddiem ħafna u qegħdin jittieħdu in konsiderazzjoni mal-linja li għandek it-tfassil ta' l-uffiċċju ta' l-ombudsman.", "L-uffiċċju ta' l-ombudsman illum għall-grazzja ta' Alla ilu jaħdem dawn l- aħħar 11-il sena.", "U wieħed irid li ħadem tajjeb ħafna tul dawn il-11-il sena, ovvjament ma ssodisfax lil kulħadd ....", "(Interruzzjonijiet) U le, kien ħafna nies.", "Minn kulħadd. l-ombudsman kulħadd ħa xi forma ta' rimedju, mhux neċessarjament li jkun ta' partit jew ta' partit jew ta' partit ieħor.", "L-ombudsman għamel pass 'il quddiem.Issa hawnhekk fil-parlament terġa' għandna wkoll fl-istess linja ma' dan l-abbozz ta' liġi abbozz ieħor ta' liġi li qiegħed jipproponi li jdaħħal fil-kostituzzjoni tagħna l-uffiċċju ta' l-ombudsman.", "Allura aħna m'għażilniex li nieħdu l-istess linja li ħadu l-Ingliżi li jagħmlu dan il-council for tribunals.", "Imma aħna ħadna l-linja li qed tiġi stabbilita f'dan l-abbozz ta' liġi li jien inħoss, u ppermettili ftit forsi nagħmel parentesi żgħira li hija abbozz ta' liġi li jien naf li huwa abbozz ta' ċertu tul, ta' ċeru ambizzjoni, abbozz ta' liġi li nistqarr miegħek ili ħafna nixtiequ minn mindu kont student universitarju meta kont fuq il-bank ta' l-universita' u kien hemm kif diġa' semmejtu l-mibki mħallef Wallace Gulia, li l-Imħallef Wallace Gulia kien fit-tagħlim tiegħu kien ikkonvinċini fil-bżonn li jkun hemm tribunal amministrattiv wieħed.", "U jien illum b'dan id-dibattitu importanti u qiegħed inqajmu dan id-dibattitu importanti għaliex inħoss ċertu forma ta' sodisfazzjon u ta' pjaċir li qed nagħti biċċa impenn f'din l-istituzzjoni sabiex iċ-ċittadini tagħna, għaliex dan hu l-iktar importanti, iċ-ċittadini tagħna jkollhom ukoll avvanzi 'l quddiem f'dak li huwa mhux il-ġustizzja biex ngħidu hekk ordinarja, jiġifieri l-ġustizzja tal-qorti fejn ippruvajt nagħmel diversi liġijiet u diversi riformi, pero' anke fuq il-kamp delikat tal-ġustizzja amministrattiva.", "Huwa pjaċir għalija għalhekk li qiegħed hawnhekk biex niddiskutih u nressqu 'l quddiem u nippolatah għaliex inħoss li huwa xi ħaġa li f'pajjiżna se jagħmel pass ieħor 'il quddiem.", "Għalhekk f'dan l-att qed nippruvaw nibdew triq oħra ġdida lejn ċentralizzazzjoni li permezz tagħha naqbdu direzzjoni li jkollna vantaġġi li qabel ma kellniex u tribunal wieħed se jassigura dan.", "Issa irrid ngħid li bażikament il-ħames prinċipji li rajt qabel u li kienu l-mutur ewlieni biex mexxew it-tribunal amministrattiv, jiġifieri l- expert knowledge, iċ-cheapness, l-ispeed, il-flessibilita' u l- informalita', dawn il-ħamsa m'aħniex qegħdin narmuhom, qegħdin inżommuhom ukoll hawnhekk f'din il-liġi pero' qegħdin nippruvaw nagħmlu pass ieħor f'dawn id-direzzjonijiet.", "L-ewwel ħaġa uniformita' fil-mod ta' kif jittieħdu d-deċiżjonijiet.", "Sfortunatament billi għandek ħafna tribunali mxerdin, mhux kull chairman ta' kull tribunal isegwi bl-istess mod ta' kif jiddeċiedi l-affarijiet.", "U allura b'dan it-tribunal amminstrattiv fejn aħna qegħdin ngħidu li se jkollu president tiegħu.", "U dan il-president aħna qegħdin ngħidu li jrid ikun jew imħallef jew maġistrat jew ex-imħallef jew ex-maġistrat, aħna qegħdin naraw l-ewwel ħaġa li se jkollna uniformita' fid-deċiżjonijiet meħuda.", "It-tieni u naħseb li din hija ferm u ferm iktar importanti.", "Il-pubbliċita' u aċċessibilita' tas-sentenzi mogħtija.", "Illum il-maġġoranza ta' dawn id- deċiżjonijiet, mhux qed ngħid li huma kollha, pero' l-maġġoranza ta' dawn id-deċiżjonijiet, illum jispiċċaw mhux pubblikati mentri issa b'dan l- abbozz ta' liġi se nkunu qegħdin nimxu lejn sitwazzjoni fejn dawn se jkunu jistgħu jiġu ppubblikati fuq il-website tal-ministeru.", "Fil-fatt għal min ma jafx il-ministeru tagħna għandu waħda mill-aqwa website legali għaliex?", "Għax fuq dan il-website għandek l-ewwel ħaġa l-liġijiet kollha ta' Malta rrapportati bl-emendi aġġornati kważi fi żmien jumejn jew tlieta, mhux biss, għandek ġabra tal-kawżi kollha rapportati bl-emendi aġġornati kważi fi żmien jumejn jew tlieta.", "Mhux hekk biss, għandek ukoll ġabra tal-kawżi kollha li jew ġew deċiżi jew huma pendenti l-qorti, u għandek track record ta' kull kawża.", "Jiġifieri għal kull kawża li għandek il-qorti ssib l-ismijiet tal-partijiet u spejgazzjoni tal-kawża fejn waslet, inkluż differiment għal differiment ieħor dak li jissejjaħ il-verbal, li qisu r-rapport ta' xi jkun ġara f'kull kawża.", "Imbagħad apparti dan fuq il-website għandek ukoll informazzjoni ta' statistika, jiġifieri kemm hemm kawżi pendenti, quddiem liema ġudikant, quddiem liema qorti.", "Għandek għandek ukoll dak li jissejjaħ l-age analysis, jiġifieri spjegazzjoni ta' kemm ilhom pendenti l-kawżi.", "Għalhekk dawn is-sentenzi ta' dawn it-tribunali, fil-materji kollha li għandna, se jibdew ikunu kollha aċċessibbli u pubbliċi.", "It-tielet ħaġa li hija wkoll importanti hija li se jkollna wkoll uniformita` aħjar fil-mod li l-proċedura tal-proċess issir.", "Sfortunatament mhux kull tribunal għandu chairman li huwa avukat li jmexxih.", "L-avukat għandu t-training legali li jmexxi l-proċedura u jaf x'inhi l-proċedura għax studja l-proċedura, mar il-qorti u għandu s-sens ta' l-audi alteram partem, jiġifieri li l-kawża trid issir parti kontra parti oħra, u għandu wkoll konoxxenza tal-livell u tal-bilanċ u kif trid issir il-kawża.", "U għalhekk f'dan it-tribunal qegħdin nagħmlu ċerti avvanzi.", "Per eżempju, irid ikun stipulat iż-żmien għall-appuntar tar-rikors oriġinali, iż-żmien għar- risposta u meta għandha tiġi preżentata, u b'mod mill-iktar ċar kemm hemm bżonn żmien biex il-kawża tiġi appuntata.", "Illum, sfortunatament fid-diversi tribunali li għandna mxerrdin mhux kulħadd jimxi bl-istess regola, anzi għandek diversi tribunali li jimxu b'regoli varji.", "Issa, permezz ta' diversi emendi li għamilna, diġa' rnexxielna nġibu fuq l-istess linja lil numru minn dawn it-tribunali ferm importanti li qegħdin preżentement ġol-qorti.", "Per eżempju, il-bord li jirregola l-kera u l-bord tal-qbiela kellhom problema prinċiparjament fuq iż-żmien ta' l-appell.", "Pero' llum għamilna streamlining tagħhom u allura t- terminu ta' għoxrin ġurnata huwa dejjem l-istess terminu li jaħdem sija għar-rigward ta' dawn iż-żewġ tribunali kif ukoll għall-qorti ordinarja.", "Qegħdin ngħidu wkoll li apparti li issa kull materja ta' natura ta' ġustizzja amministrattiva se taqa' taħt din l-umbrella u se tibda taħdem bl- istess proċedura, għandek ukoll għall-ewwel darba sistema ċara ta' kif jista' jsir l-appell.", "Illum hemm ċerti appelli li jispiċċaw quddiem tliet imħallfin u mbagħad hemm appelli fuq affarijiet ta' ġustizzja amministrattiva li jispiċċaw quddiem imħallef wieħed.", "U hemm stramberiji.", "Għaliex?", "Għax, per eżempju, ikun hemm kawża li fiha jkunu involuti l- miljuni tispiċċa quddiem imħallef wieħed, imbagħad kawża li ġejja mill- arbitru tas-social security tispiċċa quddiem tliet imħallfin.", "Allura hawnhekk ukoll qegħdin inħarsu biex nagħmlu streamlining b'iktar razzjonalizzazzjoni biex il-kawżi ta' ċerta importanza jmorru quddiem tliet imħallfin u dawk li m'humiex ta' dik l-importanza jmorru quddiem imħallef wieħed.", "Meta nitkellem fuq kawżi ta' ċerta importanza ma jfissirx li qed inċekken ix-xogħol ta' l-imħallef partikolari, imma qiegħed ngħid li hawnhekk ukoll se jirnexxilna nġibu ċertu ordni u ċerta loġika li preżentement m'għandniex.", "U din wieħed jifhem.", "Għaliex?", "Għax aħna s'issa konna qegħdin noperaw b'mod li nagħmlu t-tribunali u ngħidu li appell irid isir lil dak it-tribunal jew lill-ieħor mingħajr m'għandna viżjoni sħiħa, mentri hawnhekk qed immorru sabiex ikollna viżjoni sħiħa ta' l-affarijiet.", "Ir-raba' ħaġa li qegħdin nagħmlu hija li nneħħu ċertu duplikazzjoni żejda fl-istrutturi, u għalhekk ikun hemm tnaqqis ta' infiq governattiv.", "Din hija ħaġa oħra importanti.", "Fil-fatt irridu naċċettaw li dawn it-tribunali għandhom ukoll il-piż finanzjarju tagħhom fuq il-kaxxa tal-gvern għax f'kull tribunal għandek il-president, il-membri, is-segretarju, ċerti drabi registry ad hoc għalihom, u persuni oħra marbutin ma' dak it-tribunal.", "Allura permezz ta' din iċ-ċentralizzazzjoni se nutilizzaw aħjar il-flus tal-kaxxa ta' Malta għax mhux se jkunu spezzati f'diversi tribunali, u għalhekk se nużaw ferm aħjar ir-riżorsi tal-gvern.", "Il-ħames punt huwa li aħna nixtiequ wkoll li nibdew inħarsu 'l quddiem biex ikollna interpretazzjoni iktar avvanzata għar-rigward tal-prinċipji amministrattivi.", "Għaliex?", "Għax ovvjament il-konsegwenza li inti tagħmel persuna waħda jew żewġ persuni biss, flok id-diversi bordijiet li għandna bħalissa, ifisser li se jirnexxilek iġġib uniformita' fl-interpretazzjoni tal-prinċipji amministrattivi.", "Mhux qed ngħid li din ma ssirx, pero' ssir b'mod sporadiku u b'mod limitat.", "Issir b'mod sporadiku u b'mod limitat għax għandek kull chairman ta' dawn it-tribunali li jista' jagħti ċertu interpretazzjoni.", "Pero' meta jispiċċa hu, minħabba fil-problema tan-nuqqas ta' pubbliċita' ta' dawn is-sentenzi, min jiġi warajh jista' jkun li ma jaqrax dawn is-sentenzi jew jerġa' jinterpreta affarijiet li ġew interpretati minn ta' qabel, u jista' jkun li jagħti direzzjoni kompletament differenti minn dak li jkun ta li kien hemm qablu, u allura wieħed ikun qiegħed jarmi ċertu xogħol u ċerta akkademja, biex ngħidulha hekk, ġudizzjarja.", "Barra minn hekk irridu naċċettaw ukoll li huwa sporadiku għax mhux dejjem issir minn dawn it-tribunali.", "Huwa sporadiku wkoll għax il- qorti li verament tagħmel xi forma ta' interpretazzjoni fil-fond, li hija pubblika u li tibqa' hemmhekk u li b'xi mod tiġi segwita, hija l-qorti ordinarji, jew fl-ewwel livell fil-prim'awla tal-qorti ċivili jew inkella f'dak li għandu x'jaqsam mal-qorti ta' l-appell.", "Allura permezz ta' dan it-tribunal li se nwaqqfu se nieħdu dawn il-benefiċċji kollha li qabel ma konniex qegħdin nieħdu.", "Prinċipju ieħor importanti li se jirnexxilna ndaħħlu huwa li se ndaħħlu wkoll garanziji aħjar għat-tribunali, fis-sens li bil-mod ta' kif inhu strutturat dan it-tribunal se tagħti iktar stabbilita` u iktar affarijiet permanenti.", "Għaliex?", "Għax aħna qegħdin ngħidu li se nagħmlu dan it- tribunal amministrattiv u l-ħsieb tagħna huwa li mhux nagħmlu x'imkien ieħor ġdid fejn jiltaqa', imma t-tribunal amministrattiv jibda jiltaqa' ġewwa l-qorti.", "Issa ġol-qorti diġa' għandna ħafna strutturi lesti, jiġifieri għandek l-istrutturi amministrattivi diġa' f'posthom u allura l- istruttura tal-qorti se tagħti garanzija akbar għall-ħidma kontinwa ta' dan it-tribunal.", "L-ewwel għax għandek xi ħaġa permanenti u xi ħaġa li tiġi amministrata hemmhekk il-ħin kollu, u t-tieni għax ovvjament it-tribunal amminstrattiv se jibda jkollu s-seduti regolari tiegħu u allura tiftakar meta se jsiru u ma jsirux il-kawżi.", "Jien niftakar li meta kont nipprattika kien hemm numru ta' tribunali li fihom inti stajt tagħmel talba biex tibda kwestjoni, pero' din ma tibdix jew iddum biex tibda u jkollok problemi biex inti jirnexxilek tappuntahom u jibdew jiċċaqilqu.", "Darba kien hemm xi bord speċjali għar-rigward tal-prinċipju tal-bini u kelli klijent li kellu kawża fuq hekk, u kont mort il-qorti biex nara x'sar minnha.", "Meta staqsejt għal din il-kawża qaluli li l-maġistrat għadu ma appuntahomx, pero' hawn xi seba' jew tmienja minnhom li ilhom pendenti sentejn jew tlieta.", "Issa din il-possibbilta', aħna qegħdin naħarbuha kompletament għax qed inġibu struttura partikolari.", "U wieħed jifhem għaliex.", "Għax meta inti jkollok tribunali amministrattivi mxerrdin, il-fatt li m'humiex fix-xogħol ġudizzjarju ordinarju, dak li jkun ma jagħtix biżżejjed attenzjoni daqskemm jagħti lix-xogħol ordinarju, li ovvjament jieħu preċedenza fuq l-affarijiet kollha.", "Jekk wieħed iħares lejn dan li qegħdin nagħmlu jsib li qegħdin nagħtu lill-poplu sistema ta' ġudizzja amministrattiva li m'hijiex qed tbiddel fis-sustanza tad-dritt amministrattiv, pero' bħala proċedura se tagħti mekkaniżmu ferm iktar veloċi, ferm inqas burokratiku, u ferm iktar aċċessibbli u pubbliku.", "U allura naħseb li hawnhekk qegħdin nagħmlu att verament importanti.", "Issa ejja nidħlu ftit iktar fid-dettall f'dak li għandu x'jaqsam ma' l- abbozz li għandna quddiemna.", "Dan l-abbozz huwa maqsum fi ftit sezzjonijiet.", "F'Taqsima II, li hija t-taqsima l-iktar importanti, f'subartiklu 3 (1) qegħdin nagħmlu numru ta' prinċipji li rridu li jiġu applikati fit-tribunal amministrattivi kollha.", "Irid jingħad li mhux kull att li sar minn dan il- parlament u li fih ġie mwaqqaf tribunal amministrattiv kien hemm dawn l- istess prinċipji.", "Jiġifieri għandek tribunali li għandhom prinċipji amministrattivi li huma verament elaborati u żviluppati, pero' oħrajn li hemm biss summary tagħhom.", "Allura l-ewwel pass li qegħdin nieħdu huwa li nġibu konformita' fit-tribunali kollha li għandna eżistenti, indipendentement mill-fatt jekk dawk it-tribunali jaqgħux taħt umbrella waħda tat-tribunal amministrattiv.", "Allura f'dan l-artiklu qegħdin ngħidu li -", "\"3.", "(1) Fir-relazzjonijiet tagħhom mal-pubbliku, t-tribunali amministrattivi kollha għandhom jirrispettaw u japplikaw il-prinċipji ta' mġiba amministrattiva tajba stabbiliti f'din it-Taqsima ta' dan l- Att.\".", "U x'inhuma dawn il-prinċipji ta' mġiba amministrattiva tajba?", "Dawn huma s- segwenti:", "(a) tribunal amministrattiv għandu jirrispetta d-dritt tal-partijiet li jingħataw smiegħ xieraq, inklużi l-prinċipji tal-ġustizzja naturali, jiġifieri", "i) nemo judex in causa sua, u ii) audi et alteram partem;", "Nemo judex in causa sua tfisser li ħadd ma jista` jkun huwa parti u fl- istess ħin l-imħallef li jieħu d-deċiżjonijiet.", "Din kienet ġiet żviluppata taħt id-dritt Ruman fejn kien hemm – ngħidulu kważi delitt – li min ibati m'għandux bżonn jipprova l-culpa.", "U din ġiet żviluppata għax taħt id-dritt Ruman l-ewwel kien hemm il-maġistratura, imbagħad kien hemm il-pretur, u taħt il-pretur kien hemm dak li jissejjaħ il-judex, li kien il-bniedem li jitqabbad mill-pretur biex jisma` x-xhieda tal-partijiet u jwieġeb għal dik li kienet il-formula.", "Jiġifieri jagħtih bħal questionnaire biex jara jekk issirx il-prova fuq \"dik\" jew inkella fuq \"l-oħra\".", "Imbagħad jekk issir il- prova fuq \"dik\" jiddecieda mod u jekk issir il-prova fuq \"l-oħra\" tiddeċiedi mod ieħor.", "Allura hemmhekk kienu qalu li jekk il-judex – dan kien imħallef ta' fatt u ma kellu l-ebda konoxxenza legali - jieħu l-parti, jiġifieri jżomm ma' naħa kontra parti oħra, allura l-parti l-oħra tista` tagħmillu kawża għad-danni.", "Minn hemmhekk ħareġ il-prinċipju tan-nemo judex in causa propria.", "Audi et alteram partem tfisser li ż-żewġ partijiet fil- kawża għandhom l-istess drittijiet kontra xulxin.", "(b) it-terminu li t-tribunal amministrattiv ikollu biex jieħu d- deċiżjoni tiegħu għandu jkun wieħed raġonevoli skond iċ-ċirkostanzi ta' kull każ;", "Ovvjament f'dan l-abbozz ma stajniex nagħmlu terminu wieħed għad-diversi tribunali li għandna mxerrdin.", "Pero` għandek il-prinċipju taż-żmien raġonevoli – u llum hemm diversi sentenzi Maltin u barranin li jitkellmu fuq dan il-punt – li jistabbilixxi ż-żmien raġonevoli bħala wieħed mill- iqsar possibbli.", "Id-due process irid isir kemm jista' jkun malajr, pero` tenut kont taċ-ċirkostanza jew tal-komplessita` ta' kull każ.", "(c) tribunal amministrattiv għandu jiżgura li l-partijiet fil- proċeduri jkollhom l-istess mezzi proċedurali.", "Kull parti għandha tingħata l-opportunita` li tippreżenta l-każ tagħha, bil-kitba jew bil- fomm jew bit-tnejn, mingħajr ma titqiegħed f'xi żvantaġġ;", "Għaliex qegħdin nagħmluha din?", "Qegħdin nagħmluha għax hemm bżonn li jkollna streamlining tajjeb tat-tribunali amministrattivi kollha li għandna bħalissa, fejn irridu ngħidu li minħabba fil-fatt li mhux dejjem ikollok persuna legali li tmexxi dawn it-tribunali mhux dejjem jiġu segwiti ċerti regoli.", "Allura hawnhekk qed nistabbilixxu li dawn ir-regoli jridu jiġu stabbiliti.", "(d) tribunal amministrattiv għandu jiżgura li l-amministrazzjoni pubblika tagħmel disponibbli d-dokumenti u l-informazzjoni rilevanti għall-każ u għandu jara li l-parti jew il-partijiet l-oħra fil- proċeduri jkollhom aċċess għal dawn id-dokumenti u informazzjoni; Hemm numru ta' tribunali li din ir-regola ma tinstabx fihom, u hija wkoll f'rifless – anke jekk mhux dirett pero` żgur indirett - ma' l-artiklu 637 tal-kodiċi ta' organizzazzjoni u proċedura ċivili.", "Alura hawnhekk qegħdin ngħidu li meta jkun hemm kwestjoni quddiem tribunal amministrattiv, l- amministrazzjoni pubblika għandha tagħmel disponibbli d-dokumenti u l- informazzjoni relevanti għall-każ u jara li parti jew il-partijiet l-oħra jkollhom aċċess għalihom.", "(e) il-proċeduri quddiem it-tribunal amministrattiv għandu jkollhom il- forma ta' parti kontra parti oħra.", "Il-provi kollha li t-tribunal jaċċetta għandhom, bħala prinċipju, ikunu disponibbli għaż-żewġ partijiet biex dawn ikunu jistgħu jargumentaw il-pożizzjonijiet differenti tagħhom;", "Mela x'qegħdin ngħidu hawn?", "Qegħdin ngħidu li s-sistema trid tkun bilanċjata.", "Is-sistema m'hijiex xi waħda inkwiżitorja, fejn iċ-chairman tat-tribunal qisu li hu għandu fuqu l-parti tal-gvern.", "Hawnhekk qegħdin ngħidu li l-proċeduri quddiem it-tribunal amministrattiv iridu jsiru bil- gvern fuq naħa u l-individwu jew is-soċjeta' fuq in-naħa l-oħra.", "(f) tribunal amministrattiv għandu jkun f'qagħda li jeżamina kull punt ta' natura fattwali u legali rilevanti għall-każ ippreżentat mill- partijiet skond il-liġi applikabbli;", "Jiġifieri t-tribunal għandu jkollu l-konoxxenza neċessarja biex jara l- aspetti ta' fatt u l-aspetti wkoll legali.", "Issa hawnhekk irrid ngħid li għalkemm qed insemmu sija l-fatt kif ukoll il-liġi, pero' huwa aċċettat illi l-bażi prinċipali ta' dan it-tribunali amministrattivi hija purament ta' fatt. Il-persentaġġ għandu jkun 90% ta' fatt u 10% jew 5% ta' liġi, pero' kull tribunal xorta għandu jkollu din it-tip ta' konoxxenza legali.", "(g) sakemm il-liġi ma tiddisponix mod ieħor, il-proċeduri quddiem tribunal amministrattiv għandhom isiru bil-miftuħ;", "Dan huwa prinċipju ieħor li qegħdin nistabbilixxu.", "U għaliex huwa prinċipju ieħor li qed nistabbilixxu?", "Għax għalkemm huwa aċċettat li hemm numru ta' tribunali fejn il-liġi espressament tgħid dawn isiru bil-magħluq, l-oħrajn il-liġi tippresumi li qed isiru bil-miftuħ.", "Pero' meta tiġi, biex ngħidu hekk, għas-si u n-no, fil-fatt issib li l-ħidma ta' dawn it-tribunali qed issir b'mod magħluq.", "U allura hawnhekk qegħdin ukoll nistabbilixxu li t- tribunali amministrattivi li għandna llum iridu jikkonformaw ruħhom ma' dan il-prinċipju.", "(h) is-sentenzi għandhom ikunu motivati.", "Tribunal amministrattiv għandu jagħti, b'mod biżżejjed ċar, il-motivi li fuqhom tkun mibnija d- deċiżjoni.", "Għalkemm ma jkunx meħtieġ li t-tribunal jiddisponi minn kull punt imqajjem bħala argument, sottomissjoni li tkun, li kieku din tiġi aċċettata, meħuda deċisiva għar-riżultat tal-kawża, għandu jkollha risposta speċifika u espressa.", "Hawnhekk qegħdin ngħidu li s-sentenza għandu jkollha r-raġunijiet għaliex il-president ta' dan it-tribunal amministrattiv iddeċieda mod u mhux mod ieħor.", "Inħossu li dan huwa prinċipju verament importanti.", "Dan huwa prinċipju li aħna żammejna b'mod kważi sagrosant fil-qorti.", "Illum f'wieħed mill-abbozzi ta' liġi qegħdin ngħidu b'ċerta kawtela lir-rule-making board li f'ċerti każijiet tippermetti li ma jkunx hemm ħafna motivazzjoni - mhux qed ngħidu li ma jkun hemm l-ebda motivazzjoni, imma ma jkunx hemm ħafna motivazzjoni - pero' hawnhekk qegħdin ngħidu li għandu jkun hemm motivazzjoni.", "U hemm bżonn li jkun hemm din il-motivazzjoni.", "Fil- maġġoranza tagħhom meta jkun hemm avukati dawn is-sentenzi jingħataw b'motivazzjoni.", "Pero' mhux dejjem għax ġieli jkollok sentenzi li jkunu, biex ngħid hekk, one liner, fejn it-tribunal jisma` l-każ u jiċħad jew jilqa' t-talba.", "Issa qegħdin ngħidu li dan m'huwiex iktar aċċettabbli.", "Pero' min-naħa l-oħra m'aħniex qegħdin immorru lejn l-estrem l-ieħor u ngħidu li s-sentenzi motivati jridu jkunu kważi speċi ta' teżi żgħira.", "M'aħniex ngħidu hekk, imma qed indaħħlu l-prinċipju li t-tribunal amministrattiv għandu obbligu legali li jispjega għaliex iddeċieda mod u mhux mod ieħor.", "Din qegħdin nagħmluha mhux biss għax hija tajba, mhux biss għax hija l-linja li t-tribunali amministrattivi kollha fl-Ewropa jsegwu, imma wkoll għax jkollok xi tribunal partikolari li ma jkunx spjega għaliex iddeċieda bil-mod li jkun iddeċieda u tqumlek il-kwestjoni kostituzzjonali jekk kemm-il darba dak il-bord jew dak it-tribunal għandux jagħti motivazzjonijiet jew le.", "Issa dawn il-prinċipji li qegħdin indaħħlu f'din il-liġi huma diġa' gwida minnhom infushom, huma dawl għal kull chairman li għandna fit-tribunal amministrattiv.", "Ma nistgħux naqbdu u ngħidu li dawn il-prinċipji japplikaw mill-ewwel għat-tribunali amministrattivi kollha.", "Jekk nagħmlu hekk inkunu qegħdin nikkomplikaw l-affarijiet u forsi wkoll niżbaljaw.", "U allura f'subartiklu 4 (a) qegħdin ngħidu li l-ministru jista' –", "(a) jagħmel dawk l-emendi, olterazzjonijiet, tħassir, revoki, korrezzjonijiet, bidliet u modifiki f'kull liġi prinċipali jew liġi sussidjarja bil-għan li jġib dik il-liġi primarja jew liġi sussidjarja konformi mad-dispożizzjonijiet ta' din it-taqsima ta' dan l-Att u jista' minn żmien għal żmien jaġġorna l-lista ta' tribunali amministrattivi li hemm elenkati fl-Ewwel Skeda.", "Issa dan bl-artiklu kulħadd jifhem il-portata kbira ta' din il-liġi.", "Għaliex qed ngħid li din il-liġi hija ta' portata kbira?", "Għax inti għandek kwantita' kbira ta' tribunali li ġew imwaqqfa taħt diversi liġijiet, u kull liġi li permezz tagħha twaqqaf tribunal tgħid xi ħaġa fuq dawn it-tmien prinċipji ta' imġiba amministrattiva li elenkajt.", "Pero' ftit huma l-liġijiet - mhux se ngħid ebda – li fihom dawn il-prinċipji huma elenkati kollha kemm huma.", "Allura parti mix-xogħol li jrid isir huwa li d- diversi tribunali amministrattivi li għandna, l-ewwel inġibuhom in line ma' dawn il-prinċipji ta' imġiba amministrattiva.", "Dan ifisser li rridu nemendaw il-liġijiet partikolari sabiex dawn jiġu konformi ma' dawn il- prinċipji.", "Ovvjament m'aħniex nippretendu li dan se nagħmluh f'daqqa' waħda.", "Hemm xi xogħol preparatorju diġa` lest, pero' kull liġi trid tittieħed fil-konsiderazzjoni partikolari tagħha u jibdew isiru l-emendi partikolari.", "Irrid ngħid li jekk nagħmlu dan l-abbozz ta' liġi għal din it-tieni taqsima biss, inkunu diġa' għamilna qabża kbira fir-rigward tal-ġustizzja amministrattiva, għax inkunu qed inġibu t-tribunali kollha elenkati fl- ewwel skeda jaħdmu bl-istess mod u bl-istess uniformita' u bl-istess konformita'.", "Pero' issa f'Taqsima III ġej it-tieni pass, li huwa l-qabża importanti, biex nagħmlu dak li qed insejħulu t-tribunal tar-reviżjoni amministrattiva.", "X'se jsir b'dan it-tribunal ta' reviżjoni amministrattiva?", "Bażikament, wara li nkunu għamilna l-eżerċizzju li nġibu d-diversi tribunali amministrattivi in line ma' l-imġiba amministrattiva, nibdew inxolju u nitfgħu t-tribunali amministrattivi li għandna taħt dan it- tribunal ta' reviżjoni amministrattiva.", "Jiġifieri jekk għandna 70 tribunal amministrattiv, se naqbdu 10 jew 20 minnhom u nitfugħuhom taħt it-tribunal ta' reviżjoni amministrattiva.", "Ma nippretendux li se nġibu t-tribunali amministrattivi kollha kemm huma b'daqqa ta' pinna jaħdmu taħt dan it- tribunal ta' reviżjoni amministrattiva.", "L-ewwelnett għax hija biċċa xogħol ta' diffikulta' kbira u trid ħafna ħin, u t-tieni nett ma tagħmilx sens.", "Għaliex ma tagħmilx sens?", "Għax it-tribunal ta' reviżjoni amministrattiv irridu nibdew narawh jaħdem, u rridu naraw kif se jaħdem.", "Allura jekk kemm-il darba aħna se ngħabbuh b'piż kbir ta' xogħol, dan it- tribunal amministrattiv, flok jitla' bil-mod il-mod 'l fuq u jaħdem kif għandu jaħdem jogħtor mill-ewwel.", "Din hija xi ħaġa li aħna ma rridux għax aħna rridu li dan it-tribunal ta' reviżjoni amministrattiva jibda jaħdem.", "It-tribunal ta' reviżjoni amministrattiva għalhekk m'huwiex qiegħed jissotitwixxi s-sistema li għandna llum.", "Jiġifieri d-diviżjoni li għamlet bl-artiklu 468 (a) ta' dak li jmur quddiem il-qorti ordinarja u dak li għadu aċċettat taħt it-tribunal speċjali se jibqa' hemm.", "F'dan l-istadju, importanti li nifhmu li qegħdin nagħmlu manuvra amministrattiva ma' manuvra wkoll ta' liġi.", "Manuvra amministrattiva għax inti qiegħed taqbad tribunal u tgħid li dak it-tribunal m'għadux jeżisti fil-mod ta' kif kien qiegħed f'dik il-liġi.", "Pero' issa l-kwestjonijiet li jqumu taħt dan l-att fejn kien imwaqqfa dak it-tribunal imorru direttament taħt dan it-tribunal ta' reviżjoni amministrattiva.", "Irrid ngħid ukoll li pass ieħor importanti li ftit jiġi kkonsidrat huwa li se nnaqqsu wkoll ċerti artikli, biex ngħid hekk, żejda li ħafna drabi nsibu ma' kull liġi.", "Per eżempju, bħalissa fl-istadju ta' kumitat qed niddiskutu l-abbozz dwar ir-reġistru ċentrali fejn permezz tiegħu qegħdin nerġgħu nwaqqfu tribunal, pjuttost komplikat.", "Allura issa qegħdin ngħidu li bit- tribunal ta' reviżjoni amministrattiva qegħdin nagħtu l-possibilita' lill- abbozzi ta' liġi oħrajn li jitressqu f'din il-Kamra li ma jkollhomx il- bżonn li joqogħdu jaħsbu biex iwaqqfu tribunal speċjali amministrattiv għal dak l-att, imma jaqbdu u jibagħtu l-kwestjonijiet direttament quddiem dan it-tribunal ta' reviżjoni amministrattiva.", "Dwar il-kompożizzjoni ta' dan it-tribunal, f'artiklu 8 qegħdin ngħidu li - \"(2) Il-President ta' Malta, li jaġixxi fuq il-parir tal-Prim Ministru, jista' jaħtar iktar minn President wieħed fit-Tribunal ta' Reviżjoni Amministrattiva, iżda f'kull każ partikolari joqgħod President wieħed biss.", "(3) President għandu jkun maħtur għal perjodu ta' erba' snin u għandu jispiċċa minn din il-kariga meta jiskadielu l-perjodu ta' dik il- kariga.", "(4) President għandu jkun persuna li jokkupa jew kien jokkupa l-kariga ta' mħallef jew ta' maġistrat f'Malta.\".", "Hawn ukoll qegħdin nagħmlu pass 'l quddiem.", "Għaliex?", "Għax f'dan it- tribunal ta' reviżjoni amministrattiva qegħdin nagħmluha possibbli li jkun hemm sezzjonijiet speċjali.", "Wieħed mill-argumenti li qamu tul il-proċess biex isir dan it-tribunal amministrattiv kien jekk għandniex nagħmlu s- sezzjonijiet speċjali tiegħu u jkollna sezzjoni speċjali għat-tribunali tal- finanzi, oħra għat-tribunali ta' natura soċjali, oħra għat-tribunali li fihom għandek ċerti bordijiet ta' liċenzji jew ta' ċerti professjonijiet u oħra għat-tribunali ta' l-agrikoltura jew tribunali li għandhom x'jaqsmu mas-sajd.", "M'għednix le mill-ewwel, għax hemm żewġ linji ta' ħsibijiet li twieldu taħt l-istess mamma ta' liġi li għandna.", "Kienet il-common law Ingliża li welldet dawn iż-żewġ linji ta' ħsebijiet.", "L-Ingliżi jgħidu li tant hemm komplikazzjonijiet u tant hemm tribunali li għandhom partijiet 'l hemm u partijiet 'l hawn li jekk tiġi biex tagħmel sezzjonijiet speċjali ma jirnexxilekx, mentri għandek il-liġi Awstraljana, li ħarġet ukoll mill-common law Ingliżi, li jekk taqraha ssib li għandha s- sezzjonijiet partikolari tagħha.", "Allura hawnhekk qegħdin ngħidu li mhux ma rridux li jkollna sezzjonijiet, imma jista' jkollna sezzjonijiet pero' ma nkunux marbutin mill-bidunett għar-rigward ta' dawn is-sezzjonijiet.", "Din qegħdin nagħmluha apposta sabiex għada pitgħada wieħed forsi jista' jkollu wkoll l-linja ta' speċjalizzazzjoni.", "Din hija wkoll option li qed inħallu f'idejna għax qed ngħidu li jista' jkun il-każ li meta niġu biex nimplimentaw dan l-att, flok, per eżempju, naqbdu t-tribunal taħt l- agrikoltura, t-tribunal taħt il-finanzi, u tribunali oħra, naqbdu dawk ta' l-agrikoltura biss u nagħmlu minnhom sezzjoni.", "B'hekk ikollok lil xi ħadd li se jibda jifhem dik il-linja.", "Parti mis-suċċess tat-tribunal amministrattiv huwa l-għarfien ta' l- affarijiet tekniċi.", "Ejja ngħidu li tqum kwestjoni ta' natura teknika fuq il-liċenzja li tagħti lil xi ħadd li jagħmel l-inbid jew fuq il-liċenzja għal xi ħadd li jrid ibigħ xi ħaġa partikolari, hawnhekk fit-tribunali li għandna bħalissa għandek taħlita ta' president li huwa legali u ta' nies li huma wkoll tekniċi.", "Mhux f'kull tribunal għandek din il-ħaġa, anzi għandek ċerti tribunali fejn għandek nies tekniċi biss fih, u dawk huma l-iktar tribunali li ċerti drabi jagħtuna nkwiet għar-rigward li jiġu segwiti l- prinċipji ta' amministrazzjoni tajba.", "Irrid ngħid dan għax jien mhux l- ewwel darba li kont insib ruħi quddiem xi wieħed minn dawn ic-chairmen u l- ewwel ħaġa li jgħidli hija li hawnhekk m'aħniex qegħdin il-qorti.", "Qisu hawnhekk qegħdin xi free for all u mill-ewwel ċans li jkollna kulħadd jaqbeż fuq il-mejda, nibdew nagħtu u meta r-referee jiddeċiedi min hu l- aħjar boxer jirbaħ il-kwestjoni.", "Allura hawnhekk qegħdin ukoll nżommu din l-linja u qed ngħidu li għandu jkun hemm president legali, pero' dan għandu jkollu miegħu żewġ assistenti, liema assistenti jkunu maħtura wkoll b'ċertu saħħa.", "Għalhekk f'subartiklu 10 (3) qegħdin ngħidu li -", "\"Iż-żewġ assistenti għandhom ikunu maħtura mill-President ta' Malta, li jaġixxi fuq il-parir tal-Prim Ministru, minn fost persuni li fil- fehma tal-Prim Ministru jkollhom esperjenza preċedenti u kwalifiki speċjali f'xi qasam partikolari ta' ħila, li jaqa' taħt il-kompetenza tat-Tribunal ta' reviżjoni amministrattiva.\".", "Hawn ukoll wieħed jimxi jrid b'ħafna u ħafna kawtela.", "Jekk xi ħadd qed jieħu l-impressjoni li dan huwa xi att li permezz tiegħu se nitilqu niġru u ma niefqux huwa kompletament żbaljat.", "Għaliex qed ngħid dan?", "Għax anke fl- għażla ta' l-assistenti wieħed irid ikollu attenzjoni għar-rigward tat-tip ta' kwestjonijiet li se jispiċċaw quddiem dan it-tribunal ta' reviżjoni amministrattiva.", "X'jiġifieri?", "Jiġifieri jekk kemm-il darba nagħmlu tribunal biex jiddeċiedi l-kwestjonijiet tal-VAT, inti trid żewġ persuni tekniċi li jifhmu fil-kontijiet, fil-mod ta' kif jaħdmu n-nies fin-negozju u fl-affarijiet tal-linja partikolari tal-VAT.", "Allura ladarba inti qbadt dak it-tribunal u assorbejtu, minn meta għada pitgħada tiġi dik il-ġurnata, min ikun qiegħed iwaqqaf u jmexxi dan it- tribunal irid jieħu ħsieb li jkollu zewġ assistenti, u ma' dawk l- assistenti jkun hemm panel ta' assistenti li jkunu on a rotation basis.", "Hawnhekk f'artiklu 11 qegħdin ngħidu li -", "\"11.", "(1) It-Tribunal ta' Reviżjoni Amministrattiva għandu jżomm is- seduti tiegħu f'Malta u f'Għawdex u jżommhom f'dawk l-intervalli regolari li jidhirlu meħtieġa biex iħaffef ix-xogħol tiegħu.", "Il-jum u l-ħin ta' kull seduta għandhom jiġu ffisati mill-President.\".", "Qegħdin ngħidu wkoll li għandu jkun hemm ir-reġistru ta' dan it-tribunal kif ukoll segretarju, u mbagħad qegħdin nistabbilixxu wkoll b'mod ċar kif għandhom jimxu ċerti l-proċeduri.", "Illum għandek numru kbir minn dawn it- tribunali li wħud minnhom jimxu b'xi formula speċjali, oħrajn b'ittra sempliċi, u xi oħrajn b'rikors.", "Allura hawnhekk qegħdin ngħidu li ladarba dan it-tribunal ta' reviżjoni amministrattiva se nġibuh 'l qorti, u ladarba dan se jkollu l-istrutturi tal-qorti jrid isegwi ċerti ordnijiet.", "Għalaqstant f'subartiklu (2) ta' artiklu 15 qed ngħidu li –", "\"(2) Il-proċedimenti fit-Tribunal ta' Reviżjoni Amministrattiva għandhom jibdew bil-preżentata ta' rikors.", "Ir-rikorrent għandu jippreżenta rikors fir-Reġistru tat-Tribunal ta' Reviżjoni Amministrattiva.", "Dan ir-rikors għandu jkun fih:", "a) dikjarazzjoni ċara u korretta tas-suġġett u r-raġunijiet għat-talba;", "b) it-talba jew it-talbiet;", "c) espożizzjoni ċara u dettaljata tal-fatti tal-każ, kif ikun jafhom ir- rikorrent;", "d) l-isem tax-xhieda li r-rikorrent ikun bi ħsiebu jħarrek, inkluż it- taħrik tal-kontroparti, bid-dikjarazzjoni fir-rigward ta' kull xhud tal-prova li r-rikorrent ikun bi ħsiebu jagħmel permezz tagħhom; u", "e) ir-rimedju li jkun qed jintalab, bl-ispejjez kontra l- amministrazzjoni pubblika.\".", "Din hija wkoll fiha nnifisha qabża kbira 'l quddiem.", "Għaliex?", "Għax inti qiegħed iġġib uniformita' fil-proċedura.", "Jiġifieri min qiegħed jippreżenta r-rikors biex jibda l-każ qiegħed juri mod ċar x'irid, x'ma jridx u x'inhuma l-fatti partikolari tiegħu.", "Allura qegħdin nistabbilixxu dawn l- istess prinċipji anke għal min irid iwieġeb.", "Jiġifieri r-risposta ta' l- amministrazzjoni pubblika għandha ddaħħal fiha wkoll bażikament l-istess affarijiet.", "Pero' qegħdin ngħidu li trid iddaħħal dawk ir-raġunjiiet għaliex m'għandhiex tintlaqa' t-talba li hemm fir-rikors.", "F'dan l-istess artiklu qegħdin ukoll nistabbilixxu iż-żmien meta r-rikors għandu jiġi notifikat lill-amministrazzjoni pubbliku, u qed ngħidu li –", "\"(3) Ir-rikors għandu jiġi notifikat lill-amministrazzjoni pubblika mhux iktar tard minn ħamest ijiem utli mid-data tal-preżentata.", "(4) L-amministrazzjoni pubblika għandha tippreżenta r-risposta tagħha fi żmien 20 jum mid-data tan-notifika tar-rikors sakemm ma tkunx bi ħsiebha tammetti t-talba.\".", "Hawn ukoll qed inġibu ċerta uniformita' u streamlining, għax jidhrilna li hija iktar faċli li tagħmel notifika ta' l-amministrazzjoni pubblika partikolari milli ta' individwu u ċittadin.", "Għalhekk stabbilejna t-terminu ta' ħamest ijiem għax jidhrilna li l-amministrazzjoni pubblika se ssibha ferm iktar faċli u utli sabiex tagħmel din in-notifika.", "Imbagħad qegħdin ngħidu li l-amministrazzjoni pubblika għandha 20 ġurnata mid-data tan- notifika tar-rikors biex tippreżenta r-risposta tagħha.", "Jiġifieri qegħdin nistabbilixxu l-istess ammont ta' żmien li għandna preżentement llum l- qorti.", "F'Taqsima erba` li hija importanti, għalkemm ma timmeritax ħafna eluċidazzjoni żejda, qegħdin ngħidu b'mod ċar li inti għandek id-dritt fuq punti ta' liġi quddiem il-qorti ta' l-appell.", "Il-prinċipju li għandna preżentement illum qegħdin inżommuh.", "Allura qegħdin ngħidu li inti tista' tippreżenta rikors fir-reġistru tal-qorti fi żmien 20 ġurnata mill-jum meta tkun ingħatat d-deċiżjoni.", "Għaliex qed ngħidu dan?", "Għax għalkemm illum għandek numru ta' tribunali amministrattivi, sfortunatament jużaw prattika fejn is-sentenza li jagħtu ma jagħtuhiex bil-miftuħ, quddiem il-partijiet, imma jibgħatuhielhom bil-posta.", "Alura aħna qegħdin ngħidu li billi t- tribunal ta' reviżjoni amministrattiva se jkun miftuħ għall-pubbliku, dan it-tribunal se jagħti s-sentenzi b'mod miftuħ u allura l-appelli jsiru minn meta d-deċiżjoni tkun smajtha għax tkun intgħatat fil-pubbliku.", "Punt li diġa' semmejt, pero' xtaqt ukoll nerġa' nidħol ħarira żgħira fih, huwa li hawnhekk qegħdin nagħtu l-possibilta' lill-ministru li b'avviż legali jkun jista' jiddeċiedi x'tip ta' kawżi li jkunu deċiżi fuq punt ta' liġi jmorru quddiem il-qorti ta' l-appell inferjuri u x'tip ta' kawżi jmorru quddiem il-qorti ta' l-appell superjuri.", "B'dan il-mod aħna beħsiebna nneħħu ċerti anomaliji li għandna llum.", "Per eżempju, l-qorti ta' l-appell inferjuri llum suppost li tieħu appelli mill-qorti tal-maġistrati u tat-tribunal għat-talbiet iż-żgħar meta l-ammont ma jeċċedix l-Lm5,000.", "Pero' quddiem dawn qrati jidħlu wkoll numru ta' appelli oħrajn li li jaqbżu l-Lm5,000, u ġieli jkollok kwestjonijiet li jilħqu l-miljuni.", "Allura hawnhekk qegħdin ngħidu li aħjar inġibu ftit iktar razzjonalizzar sabiex niddixxernu x'jaqbel għal ħaġa u x'jaqbel għal oħra.", "Sur President, jien irrid nesprimi s-sodisfazzjoni tiegħi għal dan l- abbozz.", "Mhux qed nippretendi li se nara l-frott ta' dan l-abbozz tul din il- leġislatura, fis-sens li ma nipprevedix li sas-sena li ġejja nkunu ġibna t- tribunali kollha diġa' jaħdmu taħt dan it-tribunal ta' reviżjoni amministrattiva.", "Pero' nħoss sodisfazzjon li għal darba oħra rnexxielna nagħmlu pedament importanti li fuqu l-ġustizzja f'Malta se timxi pass ieħor 'l quddiem.", "Tul id-diskors tiegħi semmejt diversi vantaġġi li se joħorġu minn dan l-abbozz u naħseb li jimmerita li jsir.", "Kien abbozz ta' liġi ta' ċerta diffikulta` u rrid ngħid li ħadli ħafna mill- attenzjoni u mill-ħin tiegħi, għax ovvjament trid tara diversi affarijiet.", "Ridt ngħid, għax insejtha, li l-ispirazzjoni għal dan l-Att ġej mil-liġi li hemm preżentement fl-Olanda.", "Ridt ngħid dan għaliex sibt li fl-Olanda kellhom l-istess sitwazzjoni li għandna aħna llum u għamlu l-istess ħaġa bħalma qed nippruvaw nagħmlu aħna llum.", "Il-liġi tagħhom f'ċerti affarijiet hija kompletament differenti minn tagħna u f'affarijiet oħrajn hija bħal tagħna.", "Jien qgħadt attent biex nippruvaw nieħdu affarijiet li huma applikabbli għal pajjiżna u nħallu barra affarijiet li m'humiex applikabbli għal pajjiżna.", "Sur President, dan kollu qed isir għal żewġ affarijiet: L-ewwel għall-poplu tagħna u t-tieni għall-valur fundamentali tal-ġustizzja.", "Nagħlaq bi kwotazzjoni tal-filosfu Emanuel Kant li fil-kitba tiegħu fuq id-duttrina tad-dritt jgħid hekk: \"Perche se la gustizia scompare non ha piu alcun valore che vivono uomini sulla terra.\".", "U naħseb li huwa dejjem importanti li l-ġustizzja, f'kull kamp tagħha, nieħdu ħsieb nissodawha u nieħdu ħsieb, bl-għerf limitat imperfett tagħna, li nċaqilquha 'l quddiem biex tkompli tkun makkinarju importanti għal dan il-poplu tagħna, li jixraqlu dejjem l-aħjar li wieħed jista' jagħtih, anke fil-ġustizzja.", "M'għandniex noqogħdu lura u narmu s-settur tal-ġustizzja.", "Jien nirribella meta niltaqa' ma' ċerti mentalitajiet konservattivi li joqogħdu lura u kważi jersqu b'ċertu sens negattiv li jgħidu li l-ġustizzja qatt ma tiċċaqlaq.", "Ma nemminx li l-ġustizzja qatt ma tiċċaqlaq.", "Għandi fiduċja li l-ġustizzja tiċċaqlaq, u zgur li bid-diversi liġijiet li għamilna, u nkluża din, il-ġustizzja wkoll se tagħmel pass ieħor 'l quddiem.", "Pero' t-taraġ trid titilgħu tarġa tarġa, u tul din l-leġislatura, tarġa tarġa, irnexxielna nagħmlu diversi liġijiet li permezz tagħhom inħoss li tajna l-kontribut żgħir tagħna biex il-ġustizzja timxi 'l quddiem.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Anġlu Farrugia.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Mr Speaker, m'hemmx dubju li dan l-Att li qed jipprovdi sezzjoni partikolari amministrattiva f'Malta huwa Att pożittiv.", "Għalkemm jien se nagħti l-kontribuzzjoni tiegħi anke fuq punti li huma ta' diverġenza, pero' bħala ħsieb u bħala riżultat, li f'qorti wieħed ikollu qorti amministrattiva, naqbel miegħu.", "Dan ilu jinħass f'Malta, speċjalment meta għandek ħafna liġijiet speċjali u partikolari, fil-maġġoranza tagħhom liġijiet primarji iktar minn liġi sussidjarja, li jitkellmu fuq relazzjoni bejn iċ-ċittadin u l-amministrazzjoni u l-kawżi li jista' jkun hemm bejn dawn iċ-ċittadini u l-amministrazzjoni partikolarment fejn għandhom x'jaqsmu liċenzji, drittijiet ta' tribunali, immigrazzjoni, sigurezza, avjazzjoni, komunikazzjoni, arbitraġġi, eċċ, eċċ. Il-lista hija twila ħafna għaliex ovvjament l-evoluzzjoni legali f'pajjiżna waslet ukoll f'dan ir-rigward.", "Jiena qrajt dan l-abbozz u ma nistax nifhem għaliex il-gvern jidhirlu li m'għandux jisma` minn min diġa' għandu l-esperjenza.", "X'irrid ngħid?", "Jekk għandek il-qrati li diġa' kellhom esperjenzi regolari dwar deċiżjonijiet fejn jidħol id-dritt amministrattiv, x'inhi l-idea li ma npoġġux l-qorti amministrattiva fl-istess qafas tal-qrati, imma nagħmlu tribunal?", "Dan qed ngħidu għax m'hemm xejn ħażin li jkollok qorti speċjalizzata.", "Per eżempju, għandna l-qorti tal-familja, u riċenti tqajjem il-punt li għandu jkollna qorti speċjalizzata fuq il-kawżi tal-proprjeta`, li hija ħaġa tajba.", "Jiena nemmen ukoll li għandu jerġa' jkun hemm il-qorti tal-kummerċ, speċjalment għall-kawżi fejn minħabba li l-ekonomija tal-pajjiż tkun qed tistrieħ, il- pajjiż ma jistax joqgħod jistenna fit-tul biex jinqatgħu l-kawżi.", "Per eżempju, dan l-aħħar għadha kemm inqatgħet kawża – m'iniex se noqgħod nidħol fil-mertu tagħha - ta' Lm0.5 miljun li kienu qed jinżammu bħala sigurta' fuq il-proprjeta' ta' kumpannija sakemm tinqata` l-kawża.", "Hemm diversi affarijiet wieħed x'jgħid, pero' din m'hijiex kwestjoni ta' x'ngħidu aħna biss fil-parlament, imma x'tgħid ukoll il-ġudikatura mill- ftit li tista' tikkumenta.", "Meta kellna l-ftuħ forens tal-qorti - jiena ma kontx preżenti għax kont fuq xogħol parlamentari barra minn Malta - is- Sinjorija Tiegħu l-Prim Imħallef fid-diskors tiegħu ħa l-okkażjoni li jitkellem dwar dan l-abbozz fuq kemm huwa prudenti, iktar minn kemm huwa ħażin, li l-president tat-tribunal, li għandu jiġi maħtur minn imħallfin jew maġistrati jew inkella minn ex-imħallfin jew ex-maġistrati, ikollu perjodu ta' erba' snin, u dan jispiċċa minn dik il-kariga meta jiskadilu l- perjodu ta' dik il-kariga.", "Qed nagħmel referenza għas-subartiklu (3) ta' artiklu 8.", "Tajjeb li nagħmlu hekk, jew ikun aħjar....", "Hawnhekk irrid nagħmilha ċara li għalkemm aħna naqblu fuq dan l-abbozz, għandna riservi kbar dwar ċerti affarijiet u fil-kumitat tal-Kamra, li se jkun fil- plenarja, rridu niddiskutuh sew biex naraw fejn nistgħu nikkonvinċu lill- gvern, li llum sar ħafna diffiċli biex tikkonvinċih.", "Per eżempju, x'jista` jiġri meta jkollok id-dritt taċ-ċittadin fil-konfront ta' ksur jew allegat ksur min-naħa ta' l-amministrazzjoni, jew rimedju li wieħed qed ifittex kontra l-amministrazzjoni?", "Jekk inti m'għandekx il-qorti, imma għandek tribunal, nafu l-gvern bir- rispett kollu lejh - il-ftit rispett li għadu jgawdi - kif mexa meta kellna tribunal ta' l-inġustizzji li kien presedut minn ġudikant li kien jagħti d- deċizjonijiet tiegħu, dawk li deherlu li għandu jonora onorahom u dawk li deherlu li le, ma kellux jonorahom, ma onorahomx.", "U f'risposta parlamentari li għadu kif tani l-prim ministru ftit tal-jiem ilu, għax bqajt nistaqsi, bid-dinjita' tiegħu l-Prim Ministru Gonzi qalli li hemm deċiżjonijiet li dehrilna li għandna nimxu fuqhom u hemm oħrajn ma qbilniex magħhom.", "Allaħares niġu f'din is-sitwazzjoni, li ma taqbilx ma' deċiżjoni ta' ġudikant, f'dan il-każ tat-tribunal ta' l-inġustizzji, u ma tonorahiex.", "Sur President, inti ma tipprovax l-irġulija ta' gvern mir-riżultati biss, imma mir-riżultati jekk humiex tajbin jew ħżiena.", "Issa spiċċajna bil-prim ministru jgħidilna biex niġġudikawh mir-riżultati.", "Hekk qalilna l-prim ministru.", "U aħna ngħidulu: Iva, mela le, imma skond x'riżultati għandek.", "Jekk inti meta tmur għall-eżami u tagħmel is-somom ħżiena, xorta se jkollok riżultat, imma se jkun wieħed riżultat.", "Mr Speaker, għandna l-każ tal-Malta International Airport, fejn l-Avukat tar-Repubblika kitbilhom personalment - ovvjament tramite n-nies tiegħu - u qalilhom li qegħdin in breach of law, għax m'humiex jaderixxu mad- deċiżjonijiet, u qisu m'hu qed jiġri xejn.", "F'dan il-pajjiż, ħaġa ta' l- iskantament, donnu wasalna f'perjodu ta' storja kerha fejn hemm kemm hemm verita`, il-verita' ma tridx tħares lejha.", "Għalhekk illum ngħid li kellu raġun il-prim imħallef li meta kien qed jindirizza lis-segretarju parlamentari, li kien fost ħafna oħrajn preżenti, fuq il-qorti amministrattiva, għax hu deherlu li għandha tkun qorti amministrattiva u mhux tribunal, qallu li -", "\"Hija l-fehma tal-ġudikatura li m'hemm xejn ħażin li jkun hemm qorti amministrattiva, jew addirittura kodiċi amministrattiv ...\"", "li f'dan il-każ la hija waħda u lanqas hija l-oħra –", "\"....basta li din tkun sezzjoni tal-qorti ċivili jew qorti b'imħallef ordinarju assenjat bi proċeduri normali biex joqgħod f'dik il-qorti.", "U għalhekk mhux qorti ad hoc fejn il-gvern ikun jista' jimmanuvra biex ikollu ġudikant jew ġudikanti f'din il-qorti li forsi jkunu aktar disposti li jħarsu favorevolment lejn it-teżi tiegħu fir- relazzjonijiet u kontraversji li jkollu maċ-ċittadin.\".", "Kemm jista' jkun aktar ċar minn hekk, Mr Speaker!", "Qed ngħid dan mhux għax din qalha l-Prim Imħallef Degaetano, imma għax verament that's the reality of the show.", "Dik hija s-sitwazzjoni.", "Aħna, bħala oppożizzjoni, ilna ngħidulkom li qed tagħmlu ħażin li qed iżżarmaw il-qorti.", "Ilna ngħidulkom qed li qed tagħmlu ħażin li qegħdin tneħħu ċerti kawżi minn quddiem il- maġistrat u tibgħatuhom quddiem l-arbitraġġi.", "Qed tagħmlu ħażin li tneħħu kawża minn quddiem il-qorti tal-familja u tibgħatuha quddiem l-arbitraġġ.", "Dawn huma kollha ġennati!", "U din li qed nagħmlu llum hija waħda minn dawn il-ġennati li fil-prinċipju hija tajba.", "Biex nagħmluha ċara, aħna nemmnu li għandu jkun hawn qorti amministrattiva, pero' jrid ikun hemm is-serjeta`.", "U s-serjeta` titlob li l-qorti amministrattiva, mhux tribunal amministrattiv, għandu jkun parti mill-istess qorti u jkun hemm ġudikant li huwa mħallef ordinarju, jiġifieri li jkun qiegħed fost l-imħallfin li diġa' qegħdin hemmhekk.", "Din m'hijiex kwestjoni biex wieħed ikun qal xi ħaġa differenti.", "Din hija kwestjoni ta' kredibilita' għax meta m'hemmx kredibilita` jridu jkunu s-segretarju parlamentari, l-Onor.", "Mifsud Bonnici u l-Viċi Prim Ministru, l-Onor.", "Tonio Borg, li b'xi mod iġibu l-kredibilita' fil-qrati tagħna, fis-sistema ġudizzjarja tagħna għax huma responsbbli mill- ġustizzja.", "Meta jkollkom kritika mill-istess ġudikanti, mill-istess prim imħallef, intom tridu taraw x'se tagħmlu.", "Sa dalgħodu stess, per eżempju, kien hemm rikors tal-Maġistrat Dennis Montebello - jien għandi kopja tiegħu - li għamel protest ġudizzjarju fil-konfront tal-Prim Ministru Gonzi, fil-konfront tal-ministru tal-ġustizzja, fil-konfront tas-segretarju parlamentari u fil-konfront tad-direttur ġenerali.", "U jien ngħid li għandu raġun.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI:Jiena ma rajtux dan il-protest ġudizzjarju.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Jekk ma rajtux għamilt ħażin.", "(Interruzzjonijiet) Jien kif għandi kopja u inti m'għandekx?", "Mela lanqas qed jgħidulek x'inhu jiġri?", "(Interruzzjonijiet) Jien qed ngħidlek x'hawn.", "Hawn protest ġudizzjarju tal-Maġistrat Dennis Montebello li fih mhux inqas minn 13-il paragrafu u jgħid li se jżomm id-drittijiet tiegħu kontra l-prim ministru, kontra s-segretarju parlamentari responsabbli mill-ġustizzja, eċċ. eċċ. għax qed tiġi miksura fil-konfront tiegħu l-artiklu 45 tal-Kostituzzjoni ta' Malta, l-artiklu 14 tal-Konvenzjoni eċċ. eċċ. Jien se inpoġġi kopja ta' dan il-protest ġudizjarju fuq il-mejda tal-Kamra biex l-ħabib tiegħi, is- Segretarju Parlamentari l-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici, jaqrah ukoll.", "Meta inti jkollok dawn is-sitwazzjonijiet fejn l-istess qorti tattakka lill- eżekuttiv għall-imġiba tiegħu, taqbel jew ma taqbilx, din hi s-sitwazzjoni gravi.", "L-istess ħaġa ġara fis-17 ta' Novembru, 2006 meta l-kamra ta' l- avukati kitbet lid-direttur ġenerali.", "Naħseb li ta' din għandek kopja.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: X'inhi din?", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: L-ittra tal-kamra ta' l-avukati fuq il-famuż uffiċċju ieħor tal-qorti kriminali li trid toħroġ barra, imbagħad trid terġa' tidħol u terġa' toħroġ barra ....", "(Interruzzjonijiet) Iva, kollox sew, xejn m'hu xejn!", "Din bħall-kuntratt ta' l-ispecial cleaners!", "Xejn m'hu xejn!", "F'dan il- pajjiż taħt il-gvern Nazzjonalista xejn m'hu xejn!", "Jiġri x'jiġri qisu m'hu qed jiġri!", "Għalfejn noqogħdu nagħtu kas x'jgħidu l-kamra ta' l-avukati?!", "Għalfejn noqogħdu nagħtu kas x'inhu jgħid il-prim imħallef?!", "Għalfejn noqogħdu nagħtu kas x'inhu jgħid l-Maġistrat Dennis Montebello?!", "M'għandniex għalfejn nagħtu kas!", "Meta inti tiġi biex tara kif se ssaħħaħ is- sistema ġudizzjarja, l-ewwel li għandek tagħmel - u trid tagħmilha - hija li ssaħħaħ il-kredibilita' ta' kull ħaġa.", "Inti tagħti kas ta' persuna għax tkun persuna affidabbli u kredibbli.", "Persuna li m'għandhiex affidabbilita' lanqas tikkalkulaha, Dan bħalna hawn ġew, miż-żewġ naħat ngħid jien, hawn min għandu ċerta kredibilita` u hawn min m'għandux nitfa kredibilita'.", "(Interruzzjonijiet) Jien mhux qed nitkellem fil-konfront ta' persuni.", "Jien qed nitkellem, Onor. Carmelo Mifsud Bonnici ....", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: M'hemm interruzzjonijiet, jekk jogħġobkom.", "Onor. Farrugia indirizza lis-Sedja.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Jien lilek qed nindirizza, Mr Speaker.", "Jien m'għedtlu xejn lill-Onor.", "Mifsud Bonnici.", "Hu qam jinterrompini.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Imma lkoll għandna nżommu r-rispett ta' xulxin.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Jien inżomm ir-rispett, pero' l-gvern tiegħek mhux iżomm ir-rispett.", "U bir-rispett kollu, jien nemmen ....", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Baħlissa l-Onor.", "Farrugia huwa in possession.", "Jekk jogħġobkom ħalluh ikompli bl-intervent tiegħu.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Jien bdejt d-diskors tiegħi 20 minuta ilu u naħseb li m'għandux itellifni.", "Jien inħoss li biex niġu nitkellmu fuq it-tribunali rridu nagħtu kas x'inhu jiġri barra u x'inhu jiġri ġewwa, u rridu nagħtu kas x'inhuma jgħidu u x'inhuma jistaqsu n-nies.", "Bħalma qed nistaqsu minn barra, aħna qed nistaqsu wkoll minn ġewwa.", "U qed nistaqsu għaliex n-nies iridu jkunu jafu, per eżempju, fuq kif l- ispecial cleaners ingħatat il-kuntratt tat-tindif tal-qorti.", "Din il- kumpannija twaqqfet u ġiet reġistrata fis-27 ta' Mejju, 2005 - għandi l- file, għax staqsejt għalih u se npoġġih fuq il-mejda tal-Kamra – u ġie ffirmat memo minn Pierre Camilleri, it-tifel ta' Mario Camilleri magħruf aħjar bħala \"Imnieħru\", li wasal għandu meta kienu għaddejjin proċeduri u kien ukoll taħt arrest preventiv.", "Allura dawn id-dokumenti kellhom jiddaħħlu ġol-ħabs f'Raħal Ġdid.", "Min kien responsabbli biex dan isir?", "Apparti dan, Mr Speaker, fil-memo hemm dikjarazzjoni dwar id-dar fejn hemm l-uffiċċju tas-segretarja tal-kumpannija, li hija l-istess proprjeta' indikata bħala l-address ta' Pierre Camilleri, u ċioe` \"Emanuela House\", Triq is-Sieħ, l-Ibraġġ, Malta.", "Fil-proċess pubbliku li hemm fil-qrati tal-ġustizzja, kien hemm diġa' rapport tal-perit legali, l-avukat Vincent Galea, li ppreżenta rapport dwar il-kwestjoni tal-proprjetajiet minħabba l-każ tal-money laundering.", "Allura kif jaf kull avukat li meta jkun hemm proċess bħal dak isir rapport biex il- maġistrat jatħar l-espert biex jippreżenta r-rapport tiegħu dwar l-assi u l- proprjeta' \"Emanuela House\", Triq is-Sieħ, l-Ibraġġ, Malta u proprjetajiet oħra kienu diġa' dikjarati.", "Ejja ngħidu li inti, l-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici, ma kellek x'taqsam xejn u ma taf b'xejn, allura l-prim ministru u l-ministru għalfejn qegħdin hemm biex ħadd ma jkun jaf xejn, meta dawn huma pubbliċi?!", "Allura jekk kemm-il darba anke din qabżitilkom, il-fatt li ċ- chambermaid li kellha tkun responsabbli mix-xogħol tat-tindif ġol-qrati kienet l-istess Emanuela Camilleri....", "(Interruzzjonijiet) Għandi l-lista hawnhekk.", "(Interruzzjonijiet) Mela ma nitkellimx bl-addoċċ, nitkellem bi preċizjoni.", "Issa jekk ma taqbilx miegħi għandek kull dritt imma jien on black and white, bid-dokumentazzjoni u ngħidlek eżatt l-lista ta' impjegati li daħlu fil-qrati.", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari, bil-permess ta' l-Onor.", "Farrugia jagħmel kajrifika fil-qosor.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Fil-file hemm l-isem taż-żewġ impjegati li kienu jaħdmu hemmhekk flimkien mal-fedina penale tagħhom.", "Dik hija lista li għandek hija l-lista ta' l-impjegati kollha tas-soċjeta', mhux l- impjegati kollha li kienu jmorru jaħdmu ġol-qorti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Ikompli l-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Mr Speaker, jiena fil-file għandi dokument maħruġ mill-ETC immarkat bħala \"Red 14\" bl-intestatura \"Employees with Special Cleaners Limited as at on the 1st August, 2006\" - allura l-kumpannija diġa` kienet qed tagħmel ix-xogħlijiet fil-qorti - u f'din il-lista fost l- ismijiet ta' l-impjegati nsibu lil Emanuela Camilleri, ID No. 59672(M) li hija mniżżla bħala chambermaid u owner tal-kumpannija.", "Mela hawnhekk għandna dan id-dokument li ħadt mill-file.", "Issa mhux hekk biss, imma jiena rrid nkun naf - u qed nistenna risposta parlamentari li diġa` qiegħda tabled fuq il-mejda tal-Kamra - jekk hux vera li bejn April u Lulju 2006, sakemm ingħatat t-tender, l-istess kumpannija, special cleaners, kienet diġa' qiegħda tagħmel ix-xogħol fil-qrati tal-ġustizzja, jew inkella f'postijiet oħra marbutin mal-ministeru tal-ġustizzja jew ma' dipartiment ieħor sensittiv li qed nitkellmu fuqu.", "Fuq din għalissa m'iniex se nikkumenta għax għamilt domanda u qed nistenna risposta.", "Nixtieq inkun naf ukoll jekk hux veru li bejn April u 31 ta' Lulju, 2006, meta uffiċjalment l- kumpannija ngħatat it-tender, kenitx diġa` qed titħallas b'mod regolari b'payments vouchers mill-ministeru għal dak il-perjodu.", "Ovvjament jien diġa' għandi l-informazzjoni, pero' staqsejt fuq dan ukoll biex nara uffiċjalment x'inhi l-pożizzjoni min-naħa tal-gvern.", "Irrid inkun naf ukoll – fuq din l-Onor.", "Mifsud Bonnici m'għandux x'jaqsam xejn imma għandu x'jaqsam l-Onor.", "Louis Deguara - jekk l-kumpannija special cleaners għadhiex ukoll taħdem – naf li kienet żgur - ġo l-isptar Monte Carmeli.", "Dwar dan qiegħed ukoll nistenna risposta parlamentari li għandha tingħata għada jew fil-ġranet li ġejjin.", "Ma naħsibx li għandhom jieħdu ħafna fit- tul biex jirrispondu dawn id-domandi.", "Imma x'inhi l-pożizzjoni kollha, Mr Speaker?", "Where do we go from here?", "Aħna, bħala oppożizzjoni, qegħdin ngħidu lill-poplu Malti li ma nistgħux nibqgħu bi gvern għajjien, mitluq, traskurat, irresponsabbli, ma jridx jisma' u ma jinteressahx fejn hu l-piż.", "Jien tlabt kemm-il darba għar- riżenja tas-Segretarju Parlamentari Carmelo Mifsud Bonnici u tal-Viċi Prim Ministru Tonio Borg.", "Ovvjament affari tagħhom jekk iridux jirriżenjaw.", "Imma issa spiċċajna bil-Prim Ministru Gonzi li meta jistaqsuh fuq dan il-każ ta' l-ispecial cleaners jirrispondi billi jgħidilna arrivederci.", "Jista' jgħid kemm irid arrivederċi, imma jien għandi dover u responsabbilta' politika lejn il-poplu Malti li nkun serju.", "Jien se nagħmilha ċara, fejn ikun hemm xamma ta' mal administration - ejja nsejħulha mal administration - li wkoll għandha x'taqsam ma' l-amministrazzjoni, anke l-liġi kif inhi mfassla ....", "Sur President, meta tara x-shedule ta' dan l-abbozz 82 issib li hemm lista tal-liġijiet li jaqgħu taħt l-iskrutinju tat-tribunal amministrattiv, li allura aħna qegħdin ngħidu li għandu jkun qorti amministrattiv u li għandu jkun presedut minn imħallef ordinarju.", "Ejja ngħidu li dan inpoġġuh, per eżempju, biex jiddeċiedi dwar regolamenti dwar il-kuntratti.", "Issa aħna, bħala oppożizzjoni, diġa' għandna problema.", "X'inhi l-problema?", "Jien, fuq dan il-każ ta' l-ispecial cleaners ridt li tinfetaħ inkjesta maġisterjali u ddiskutejtha ma' sieħbi l-Onor.", "Alfred Sant u mal-grupp parlamentari.", "Minħabba l-emenda li għamlu huma, u li aħna rreżistejna, biex infakkar lill- Onor. Mifsud Bonnici, dwar kif bħala ċittadin inti tista' tieħu l-każ biex jinvestigah maġistrat, li sa ftit tax-xhur ilu ....", "(Interruzzjonijiet) Ħu paċenzja, issa qiegħda li trid tindika s-suspettat.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Imma intom qbiltu magħha.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Le, mhux qbilna magħha, inti għamilt l-emenda u aħna għednielek: Din m'hijiex tajba, imma għallinqas aħjar mill-oħra.", "(Interruzzjonijiet) Hu paċenzja, aħna dejjem qbilna li ma tmiss xejn.", "Aħna qbilna fil-kumitat li dik kienet ħafna aħjar milli tibgħatha għand il-prim imħallef ....", "(Interruzzjonijiet) Le, le, le, għandi kollox on record.", "Issa kif qiegħda l-liġi m'hijiex daqshekk faċli li mmorru nitolbu l-maġistrat ta' l-għassa jinvestiga x'ġara fuq din ta' l-ispecial cleaners.", "Għaliex?", "Għax biex immur quddiem il-maġistrat irrid ngħidlu biex jinvestiga lill- ispecial cleaners limited, pero' s-suspettat huwa Tonio Borg jew Carmelo Mifsud Bonnici jew Lawrence Gonzi.", "Imbagħad dan Lawrence Gonzi, Tonio Borg jew Carmelo Mifsud Bonnici jrid jeħodni quddiem il-qorti ta' l-appell biex jiġġustifika jekk hux suspettat.", "Kważi impossibbli tmur quddiem maġistrat.", "Anke il-prim imħallef qallek.", "(Interruzzjonijiet) Mhux lili kellem, lilek kellem, u qallek hekk:", "\"U jekk maġistrat jiddeċiedi, wara li jkun sema` lis-suspettat, li jipproċedi bl-inkjesta, is-suspettat jista' jappella fil-qorti kriminali, li inċidentalment, skond l-arranġament preżenti, joqgħod ukoll fiha l-prim imħallef.\".", "X'jiġri allura meta aħna, l-oppożizzjoni, ma tkunx taf min seta' kkommetta l-każ, imma tkun taf biss li hemm traċċi mingħajr ma jkun hemm suspettat ħadd?", "X'nagħmel jekk is-suspett li jkolli jkun żgur fil-gvern Nazzjonalista?", "Insemmikom u ntellagħkom kollha quddiem il-maġistrat u ngħdlu li dawn huma s-suspettati?!", "Din hi s-sitwazzjoni.", "Allura aħna, bħala oppożizzjoni, at this stage ma nistgħu nieħdu lil ħadd quddiem il-maġistrat biex jinvestiga.", "Nista` ngħidilkom li minħabba dan il-każ ta' l-Imnieħru hemm dwejjaq kbar fost il-partitarji tagħkom stess.", "Hemm dwejjaq kbar fost l-istess grupp parlamentari u hemm dwejjeq kbar fost l-istess kabinett.", "Dan il-każ m'għamel l-ebda ġid, la lill-ġustizzja f'pajjiżna u lanqas lill- kredibilita` fil-qorti.", "Għaliex?", "Għax hawnhekk għandek każ fejn it-tifel ta' l-Imnieħru u oħrajn kellhom x'jaqsmu fil-money laundering, kellhom x'jaqsmu fl-importazzjoni tad-droga - għandhom każijiet pendenti – ġew misjuba ħatja fuq traffikar ta' droga, għandhom convictions fuq affarijiet oħra, u huma wkoll mdaħħlin fit-tixħim ta' ex-prim imħallef u imħallef.", "Imma Alla jbierek lil dawn nagħtuhom il-kuntratt tat-tindif tal-qorti u għan-nazzjonalisti qisu m'hu qed jiġri xejn.", "Il-gvern Nazzjonalista jmissu jirringrazzjaha lill-oppożizzjoni talli fetħitilu għajnejh fuq dan il-każ.", "Aħna ftaħnielu għajnejh lill-gvern.", "Sieħbi Jose' Herrera għamel domanda, jien staqsejt domandi oħrajn u minflok ħadna ringrazzjament, bil-kemm ma jridux jgħidu li ...", "Issa din l- istorja għadha fil-bidu tagħha għax l-affarijiet m'humiex kollha f'dan il- file li tajtuni, file 47/2006.", "Din għadha the tip of the iceberg, għaliex l- affarijiet mhux hawn fuq qegħdin.", "Trid tinżel 'l isfel, u allura jekk tinżel 'l isfel, se tara wkoll min setgħet kienet il-persuna li in between, bil-coloration blu tagħkom, wassal biex saret din l-istraġi.", "U intom għandkom responsabbilta' quddiem il-poplu Malti li tidentifikaw u mhux li tostru.", "Intom għandkom responsabbilta' li minn jeddkom tagħmlu inkjesta serja u min għandu tort irid iħallas, u mhux qisu m'hu qed jiġri xejn.", "Aħna nimbuttaw biex noħorġu l-verita', u bit-tagħsir toħroġ biċċa, u l- parti l-oħra b'xi mod tinħeba.", "Din m'hijiex serjeta' ta' ġustizzja f'pajjiżna.", "Jiena ħadt gost nisma' lill-abbli kollega tiegħi, li għamel diskors tajjeb, jitkellem fuq il-liġi, imma jien ippretendejt li fuq dan il-każ jgħidilna x'inhu jsir min-naħa tal-gvern, u x'inhuma jagħmlu biex dawn l- affarijiet li saru, ma jerġgħux iseħħu.", "Mill-informazzjoni li għandha l- oppożizzjoni - li għandi jiena u naf li għandu l-Onor.", "Alfred Sant - m'hemm l-ebda indikazzjoni li n-nies fiċ-ċivil kienu b'xi mod the persons to blame.", "Jekk hu minnu – jiena se nistaqsi, allvolja għandi r-risposta imma ma rridx inkun prużuntuż - li bejn April ta' din is-sena sakemm ingħatat it- tender, il-gvern kien diġa' jaf b'ċerti affarijiet fuq il-kumpannija special cleaners u hu ma qalx b'dan lil min kellu jagħżel, allura l-gvern kompliċi.", "Sempliċi, m'hemmx fejn tistaħba.", "Mr Speaker, pero` dan mhux kollox għax in-nies qed jistaqsu affarijiet oħra.", "Per eżempju, jekk kemm-il darba aħna rridu nagħtu kredibilita` lil dan tribunal amministrattiv li qed niddiskutu, irridu naraw li dak kollu li jiġi deċiż minn kull tribunal jiġi onorat.", "Imma bir-rispett kollu, mhux dejjem hekk sar taħtkom.", "Aħna, bħala partit Laburista, kellna nsofru għax onorajna deċiżjonijiet fuq affarijiet li kienu kontra.", "Intom għamiltu bil- kontra.", "Mhux hekk biss, jekk tara min huma ċ-chairmen u l-membri li qed imexxu t-tribunali li għandna bħalissa ssib li għandek close to 90% blu ta' vera - meta ngħidu blu ta' vera, nazzjonalisti fid-demm - 10% ma tafx x'inhuma, u jista' jkun li hemm xi 1% jew 2% li huma tan-naħa tagħna.", "Issa immaġina kemm huwa agħar li nagħmlu tribunal wieħed amministrattiv u l- istess prim imħallef jgħidlek biex ma tagħmilx dan għax jista' jkollok pożizzjoni fejn l-istess gvern jagħmel hekk biex ikollu deċiżjoni favur tiegħu u mhux favur iċ-ċittadin.", "Allura fejn hi l-ġustizzja?", "Jekk aħna qed ngħidu li l-ġustizzja hija u għandha dejjem tkun ibbażata biex jiġi protett id-dritt taċ-ċittadin billi jieħu r-rimedji kollha legali u anke proċedurali u li ma jkollu l-ebda suspett li l-affarijiet mhux qed jimxu skond il-liġi, allura kif kif niġu u nagħmlu affarijiet bil-maqlub?!", "Sur President, fis-second schedule ta' din il-liġi hemm patafjun ta' liġijiet li naħseb li fil-kumitat tal-kamra għandna nixtarru liema minnhom għandna nipprovaw.", "Per eżempju, tiġix tgħidli li kawża dwar il-liġi industrijali nitfagħha quddiem tribunal fejn l-imħallef ikun magħżul mill- gvern għal erba' snin.", "Għaliex?", "Għax il-gvern jista' jkollu interess, f'dik il-kawża, li jtellef id-dritt ta' dik il-union jew ta' dak il-grupp ta' ħaddiema.", "Jista' jkollu interess.", "U ġraw dawn l-affarijiet, u inti taf li ġraw.", "(Interruzzjonijiet) Jekk taħtna ġraw sar ħażin.", "Ara ma taħsibx li se niddefendi dak li sar ħażin taħtna.", "Id-dritt u l-irġulija tal-verita' hija waħda, li l-ġustizzja hija waħda u ċertament m'għandhiex ikollha kuluri.", "Issa ħalli ngħid xi ħaġa fuq l-appell.", "Is-segretarju parlamentari semma l- liġi Olandiża.", "Jien irriċerkajt fuq il-liġi Taljana u l-liġi Franċiża, u naħseb li m'għandniex għalfejn noqogħdu lura mil-liġi Taljana.", "Aħna tgħallimna mingħand it-Taljani u minn tal-Franċiżi żgur li għandna ħafna.", "It-tribunal industrijali amministrattiv ma jeżistix fi Franza.", "Għandek il- qorti amministrattiva.", "Għaliex?", "Għax ħassew li jipproteġu aktar liċ- ċittadin jekk jpoġġuh taħt is-sistema ġudizzjarja kif inhi.", "Aħna qed ngħidu li l-appell għandu jsir.", "Pero' jsir mhux fuq punt ta' dritt biss.", "Id- dritt ta' l-appell jinkludi l-punt tal-mertu.", "Allura jien qed nagħmilha ċara li hemmhekk se nitolbu wkoll li jkollna rimedji f'dan is-sens.", "Per eżempju, f'artiklu 22 qed jingħad li –", "\"Kull aprti fil-proċeduri quddiem it-Tribunal ta' Reviżjoni Amministrattiva li tħoss ruħha aggravata b'deċiżjoni ta' dak it- Tribunal tista', fuq punt ta' liġi biss, tappella...\"", "Aħna hawnhekk qed ngħidu li l-appell jista' jsir ukoll fuq punti ta' fatti, fuq il-mertu.", "Mr Speaker, ħaġa oħra li rrid ngħid hi li meta inti qed titkellem fuq it-trasparenza tal-qorti - u daħal tajjeb fiha l-Onor.", "Mifsud Bonnici fid-diskors tiegħu - trid tgħid ukoll li t-trasparenza titlob li meta qed titkellem fuq ġudikant għandek is-security of tenure.", "Issa s- security of tenure, għal min qed jismagħna tfisser, li ladarba dak appuntat imħallef, ladarba dak appuntat maġistrat, ħadd ma jista' jmissu u jiddeċiedi favur jew kontra b'responsabbilta'.", "Dak huwa l-uffiċċju tiegħu, protett.", "U tant hu protett li jitħallas mill-consolidated fund.", "(Interrruzzjonijiet) Iva, imma meta inti qed taħtar president - insejjaħlu president għalissa, aħna qed ngħidu li għandu jkun imħallef - għal perijodu ta' erba' snin qiegħed awtomatikament....", "(Interruzzjonijiet) Iva, imma l- president ikun persuna li jokkupa l-kariga ta' imħallef jew ta' maġistrat f'Malta.", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari, bil-permess ta' l-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Din hija xi ħaġa ġdida.", "Aħna qegħdin ngħidu: Nagħtu kas ikollna ftit kawżi hemmhekk, għandu jkollna mħallef disentu fuq hemm, jew għandu jkollna ex-imħallef jew ex-maġistrat, inħalluha titla' 'l fuq, imbagħad naqilbuha għal fuq imħallef jew maġistrat?", "Din il-kritika tal-prim imħallef jiena qrajtha.", "Imma m'għandniex niġru għandna nitilgħu pass pass għax mhux se nixħtu x-xogħol kollu f'daqqa' hemm ġew, imma se ndaħħluh bil-mod il-mod.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Farrugia jkompli.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Point taken, imma jien qed ngħid li fejn tidħol l- indipendenza tal-ġudikatura b'dan l-artiklu kif inhu vokabulat f'dan l- abbozz diġa' qed jixxejkja l-indipendenza.", "Dan bħalma ġara fil-każ tat- tribunali għat-talbiet iż-żgħar.", "Issa jien mhux qed ngħid li mhux qed jaħdmu.", "Dażgur li qed jaħdmu u allaħares ma jaħdmux.", "Imma inti taf li jkollok dak is-suspett li jista' jkollok din il-problema u allura s-suspett inaqqas it-trasparenza, u allura wieħed irid joqgħod attent.", "Jiena qed ngħid li dan huwa abbozz tajjeb li rridu naħdmu fuqu ħalli naraw li jservi biex verament tinħoloq verament struttura li tkun qed tieħu ħsieb b'mod speċjalizzat, għax illum l-ispeċjalizzazzjoni hija the order of the day.", "Ejja, per eżempju, nsemmu l-kawżi fuq proprjeta`.", "Għandek ċerti ġudikanti li għandhom ċerta kapaċita' li kawżi ta' proprjeta' jagħmluhom bl-iktar mod spedjenti u hemm oħrajn li iktar jippreferu affarijiet oħra minn kawżi fuq proprjeta'.", "Mela jekk ikollok dak il-ġudikant u within the structure of the court ikollok sezzjoni partikolari għall-kawżi fuq proprjeta', dik tkun qed tagħmel servizz aktar lill-ġustizzja.", "Għaliex?", "Għax qed ikollok sentenzi joħorġu iktar malajr, sentenzi li qed jingħataw b'mod speċjalizzat u ċertament il-work load tkun tista' tqassmu aħjar.", "Issa ma jfissirx allura li m'għandux ikun l-istess ħaġa fil-kamp amministrattiv.", "Inti semmejt il-mibki Wallace Gulia.", "Jiena niftakru wkoll, kien jgħallimni u niftakru kemm fl-uffiċċju ta' l-avukat ġenerali u mbagħad anke bħala imħallef.", "U niftakar, fost l-affarijiet li kien jgħid, f'dik il-kawża famuża li qatt ma tista' tieħu d-dipartiment jew il-kummissarju l-qorti talli għamel breach għaliex ir-re dejjem għandu raġun.", "Ovvjament imbagħad ħarġet bħala l-prinċipju li int ma tistax tmiss min huwa on top ta' l- eżekuttiv.", "Wallace Gulia kien qed iħoss diġa' li għandna nimxu fuq is- sistema Franċiża.", "Kien jemmen fis-sistema Ingliża, pero' kien jara bħala mudell is-sistema Franċiża.", "L-Onor.", "Mifsud Bonnici semma l-mudell Olandiż u jien naħseb li dan l-abbozz huwa kollu bbażat fuq id-dokumentazzjoni Olandiża.", "Bħala l-leġislazzjoni l-Onor.", "Mifsud Bonnici mar għas-sistema Olandiża u għamel sew li qabad mudell.", "Pero` jiena qed ngħid li issa rridu naħdmu biex dan l-abbozz insaħħuh billi naraw fejn nistgħu nsaħħuh biex iktar ikun prudenti, iktar ikun bil-għaqal, iktar ikun b'saħħtu u jagħti iktar kredibilita' lil dak li qegħdin nagħmlu.", "Għaliex?", "Għax illum hawn intom, għada jkun hemm aħna, u allaħares ikollna ping pong fejn inti tista' tgħawweġ 'l hemm u tista' tgħawweġ 'l hawn id-dritt taċ-ċittadin.", "Dak hija l-agħar ħaġa li tista' ssir.", "Għalhekk jiena ngħid li dak li qed tagħmlu intom, dnubiet żgħar, dnubiet kbar u sagrileġġi ma jagħmlux ġid lill-poplu Malti, lanqas fejn jidħlu affarijiet żgħar.", "Biex nagħlaq xtaqt ngħid xi ħaġa fuq il-legal aid.", "Il-bieraħtlura kellmitni mara anzjana ta' 82 sena - m'għandhiex għaxja ta' lejla, batuta ħafna - li applikat għal-legal aid fuq kawża u ilha tistenna risposta li se jagħmlulha kawża sena.", "Issa din kemm se tgħix?", "Qed ngħidlek dan biex tkun taf x'inhu jiġri.", "Issa din tajba?", "Dażgur li m'hijiex tajba!", "Mela din għandha 82 sena u ilha tistenna sena biex tagħmel kawża lill-gvern fuq xi ħaġa fejn tidħol il-kera, għax m'għandhiex flus.", "Issa dan mhux dritt taċ-ċittadin ukoll?", "Jiġifieri anke f'dan il-kamp fejn jidħol legal aid irridu naraw li jkun hemm sistema li taħdem, u mhux li għandek dritt.", "Veru li persuna għandha dritt tmur tfittex l-għajnuna legali, imma meta dak id-dritt, għalkemm qiegħed hemm, qiegħed fl-ajru m'hu dritt xejn.", "Dik imbagħad tiġi kważi farsa.", "Għalhekk jiena nemmen li anke f'dan ir-rigward fejn għandu x'jaqsam il-kamp amministrattiv, il-legal aid trid tkun vera waħda soda.", "Għaliex?", "Għax għandek ħafna liġijiet speċjalizzati u għandek kawżi li għandhom x'jaqsmu mal-petizzjonijiet li ħafna minnhom trid tippreżentahom b'ittra u oħrajn b'biċċa rikors ta' 10c, pero' mbagħad biex tiffinanzja l-proċeduri - u l- proċeduri f'ċerti tribunali ma jeħdux seduta waħda, ġieli jieħdu anke erbgħa u ħames seduti – trid tkun b'saħħtek finanzjarjament.", "Vera l- proċedura tkun differenti minn dik tal-qrati, imma allaħares ma jkollniex sistema ta' legal aid taħdem tajjeb.", "Allura jiena ngħid li f'dan ir- rigward għandna wkoll intejbu dan l-abbozz biex ikollna abbozz li jagħmel aktar ġid lill-ġustizzja Maltija fejn għandu x'jaqsam id-dritt amministrattiv.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Għandi nifhem li l-Onor.", "Farrugia għandu xi dokument li jrid ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.", "Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva) Il-permess ingħata.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-mrjda tal-Kamra:-", "Kopja ta' protest ġudizzjarju fil-Prim'Awla tal-Qorti Ċivili tal- Maġistrat Dennis Montebello vs Prim Ministru, Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern, is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tal-Ġustizzja, is- Segretarju Permanenti fil-Ministeru tal-Ġustizzja, id-Direttur Ġenerali (Qorti) u l-Avukat Ġenerali.", "MR SPEAKER: Sar il-ħin.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni fuq dan l-Abbozz ta' Liġi kienet interrotta u baqgħet aġġornata.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "David Agius.", "ONOR DAVID AGIUS (President Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi): Sur President, nixtieq nirrapporta li l-Abbozz ta' Liġi li jirregola l-Infurzar ta' Drittijiet ta' Proprjeta' Intellettwali - Abbozz Nru 83 - għadda mill-istadju ta' kumitat mingħajr emendi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Is-Segretarju Parlamentari, jekk jogħġbu, iressaq l- aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR CARMELO MIFSUD BONNICI: Sur President, nipproponi l-aġġornament tal- Kamra għal nhar it-Tlieta, 28 ta' Novembru 2006 fis-6.00 p.m. b'din l- aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Ġustizzja Amministrattiva - Tieni Qari (Kont);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi tal-Liġijiet tal-Pulizija - Tieni Qari (Kont);", "Abbozz ta' Liġi li Jimplimenta Miżuri ta' l-Estimi - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta (Emenda Nru 2) - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili (Emenda Nru 2) - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Organizzazzjonijiet Volontarji - Tieni Qari;", "Diskussjoni miftuħa dwar rapport maħruġ mis-Segretarjat għan-Negożji Żgħar u s-Self Employed - Kontinwazzjoni;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali (Emenda Nru 2) - Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att tal-Bank Ċentrali ta' Malta - Tieni Qari; u", "Abbozz ta' Liġi li jirregola l-Infurzar ta' Drittijiet ta' Proprjeta' Intellettwali - Tielet Qari.", "---------------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili (Emenda Nru 2) - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Reġistru Ċentrali - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki.", "L-Onor.", "George Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mr Speaker, fis-7 u fit-8 ta' Diċembru ġewwa l- Portugal se jinżamm il-kungress tal-Partiti Soċjalisti Ewropej.", "Dan huwa avveniment li jsir darbtejn matul kull leġislatura tal-Parlament Ewropew, u huwa l-ogħla organu tal-partit soċjalisti Ewropej.", "Matul is-sena, bejn kungress u ieħor, hemm il-presidenza ta' l-istess partiti soċjalisti Ewropej li tieħu deċiżjonijiet amministrattivi u ta' organizzazzjoni.", "L- istess presidenza, li għandi l-pjaċir li jiena membru tagħha u nirrappreżenta lill-Partit Laburista, timplimenta wkoll deċiżjonijiet tal- kungress u tmexxi l-PES bejn kungress u ieħor.", "Fis-sistema tal-Partiti Soċjalsiti Ewropej, il-presidenza, fost affarijiet oħra, tifformola wkoll rakmandazzjonijiet għall-kungress dwar guidelines politiċi ġenerali u anke dwar dikjarazzjonijiet ta' prinċipji.", "Pero' l- kungress huwa l-organu suprem tal-Partiti Soċjalsiti Ewropej u huwa l- kungress li finalment jiddeciedi dwar guidelines politiċi għall-Partiti Soċjalisti Ewropej.", "Il-kungress jadotta wkoll riżoluzzjonijiet u rakmandazzjonjiiet lill-partiti membri lill-presidenza stess, u anke lill- grupp soċjalista li hemm fil-Parlament Ewropew.", "Il-kungress jirreaġixxi anke fuq l-attivita' tal-PES li tkun saret, u fuq pjan ta' azzjoni għall- futur kif propost mill-istess presidenza.", "Il-presidenza tiltaqa', bejn wieħed u ieħor, tliet darbiet jew erba' darbiet kull sena u fiha tissawwar il-policy biex tgħaddi lill-kungress u tiġi awtorizzat minn hemmhekk.", "Hawnhekk irrid nagħmel nuri x'inhi d-differenza li teżisti bejn il-grupp soċjalista tal-membri Parlamentari Ewropej u l-grupp li jappartjeni għal dak magħruf bħala l-European People's Party (EPP).", "Id-differenza fundamentali hija li filwaqt li l-membri soċjalsiti parlamentari fil- Parlament Ewropew għandhom twemmin wieħed, huma omoġeni fit-twemmin tagħhom, għandhom valuri komuni, dawk li jifformaw l-EPP huma taħlita ta' opinjonijiet - ngħidha b'ebda nuqqas ta' rispett – huma spectrum ta' mod kif iħarsu lejn problemi politiċi u qegħdin flimkien sempliċiment għax m'humiex soċjalisti.", "Dan qed ngħidu biex nuri li fil-partit tas-soċjalisti Ewropej huwa faċli li jkollok bħal m'hi l-presidenza u l-kungress li eventwalment japprovaw policy papers u linji politiċi li jiġu implimentati u segwiti mill-membri parlamentari soċjalisti fil-Parlament Ewropew, għax hemm linja ta' ħsieb.", "Dan qed ngħidu wkoll għax minn mindu sirna membri ta' l-Unjoni Ewropea, aħna, bħala Partit Laburista, li konna membri assoċjati ma' dan il-partit tas-soċjalisti Ewropew, issa sirna membri sħaħ tiegħu.", "Pero' dan m'għamel l-ebda differenza għalina f'dawk li huwa tibdil ta' twemmin, u ma sibna l-ebda diffikulta' biex inkunu nistgħu nadottaw dawk il- policies u dawk id-deċiżjonijiet li jittieħdu fi ħdan il-partit tas- soċjalsiti Ewropej.", "Dan il-kungress ġewwa Porto fil-Portugal li se kif għedt se jsir fis-7 u fit-8 ta' Diċembru - għalih delegazzjoni mill-partit tagħna se tkun immexxija mill-mexxej stess u għandi l-pjaċir u l-unur li nkun parti minnha - se jsir fi sfond ta' sitwazzjoni Ewropea li evolviet f'dawn l-aħħar snin.", "Il-kungress se jirreaġixxi u se jara x'policies irridu nadottaw bħala partiti soċjalisti fi ħdan l-Unjoni Ewropea għal dak li qed jiżviluppa u għal dak li qed iseħħ fl-istess Unjoni Ewropea.", "Irid jara s-sitwazjzoni f'Ewropa mkabbra minn 25 membru dalwaqt għal 27 membru, Ewropa mibdula f'teknoloġiji u kapaċitajiet ġodda u b'nies li jgħixu aħjar u iktar fit- tul.", "Dawn huam veritajiet li rridu naraw kif se nagħmlu policies madwarhom.", "Imma hija Ewropa wkoll fejn miljuni huma bla xogħol, fejn ħafna huma imwarrba mill-mainstream tas-soċjeta', fejn għandek il-faqar, fejn hemm ċittadini li ma jafux x'se jiġri mill-futur tagħhom.", "U jekk aħna naraw l- Unjoni Ewropea min-naħa waħda u niddejqu nitkellmu fuq in-naħa l-oħra iktar skura ta' l-Unjoni Ewropea ma nkunxu qegħdin niffaċċjaw il-problemi li diġa' qegħdin ma' wiċċna u l-oħrajn li se jiġu f'dan ix-xenarju.", "Sur President, ħafna ma jifhmux x'inhuma l-għanijiet aħħarija tal-proġett ta' l-għaqda tal-membri stati fl-Unjoni Ewropea.", "Għadu ma waslilhomx il- messaġġ, għadhom ma jafux x'jiġifieri, għadhom ma jafux għaliex qed issir din l-għaqda bejn dawn il-pajjiżi.", "Saħansitra ma jafux fejn sejra din is- soċjeta' u kulħadd ikejjel b'xibru, kulħadd jirreaġixxi għal dak li qed iħoss hu, u huma beżgħana mill-futur.", "Għaliex?", "Għax meta inti ma tafx x'se jiġri, meta m'għandekx guidelines, meta m'intix qed tara, kif jgħidu l- Ingliżi, the light at the end of the tunnel tibża' għax ma tkunx taf fejn sejjer.", "U dan, b'mod partikolari minħabba li għad hemm ħafna li ma jħossux il-benefiċċji li kienu mwiegħda lilhom.", "Dan iwassal għal dak li qed naraw illum jiġri fl-Unjoni Ewropea, fejn għandek elemnti radikali, kemm mil-lemin kif ukoll mix-xellug estrem, li qed ixewxu kontra s-soċjeta` demokratika.", "Dawn qegħdin jgħidu li din falliet, u kif qiegħda m'huwiex il- mod kif għandha taħdem.", "Dan qegħdin narawh jirrifletti ruħu f'movimenti estremi fi ħdan l-Unjoni Ewropea, li saħanistra ngħid li qed ikunu ta' theddida għall-bilanċ fis-soċjeta`.", "Il-Unjoni Ewropea llum, kif naraha jien, għandha għażliet politiċi li trid tagħmel.", "U huwa dover tal-klassi politika li tagħmel dawn l-għażliet u tispjegahom b'mod ċar li jifhmuhom iċ-ċittadini tal-pajjiżi Ewropej, u mhux nagħmlu ħafna dokumenti li jibqgħu fuq l-ixkaffa u ħafna dissertazzjonijiet li ċ-ċittadin fit-triq ma jafx kif se jolqtuh, jew kif hu jidħol fil- kontest tagħhom.", "Iċ-ċittadin Ewropej - u dan joħorġ minn ħafna questionnaires u minn l-Eurobarometers studies li saru – qiegħed bid-dritt jistenna policies u għażliet li jindirizzaw il-problemi li jiltaqgħu magħhom huma kuljum.", "U l-lista tal-problemi li qed jiltaqgħu magħhom ma tispiċċa qatt, imma nistgħu nsemmu ftit.", "Per eżempju, dawn iridu aktar postijiet tax-xogħol u kondizzjonijiet tax-xogħol aħjar.", "Għandek imbagħad il-problema ta' l-immigrazzjoni, is-sigurezza f'pajjiżhom, l-effetti tat- taqlib tal-kliema, il-ħarsien ta' l-ambjent, iktar inklussivita`, iktar ħarsien soċjali, skejjel u tagħlim aħjar, kura medika irħas u aħjar, u iktar ħin ta' mistrieħ mal-familja.", "Imsomma hemm lista tibqa' sejra u ma tispiċċa qatt.", "Dawn huma l-problemi li ċ-ċittadin komuni, 'il bogħod mid-diskors fuq għanijiet u oġġettivi kbar, jitkellem fuqhom.", "Il-PES jemmen li dawn il- problemi jista' jinstabilhom tarf aħjar billi wieħed jagħti ħajja ġdida lill-Ewropa b'dawk li nsejħulhom policies soċjal demokratiċi ġodda, liema policies joħorġu billi niżviluppaw iktar u aħjar il-viżjoni tagħna f'dik li hija msejħa demokrazija soċjali Ewropea.", "Kien hawn anke min qal f'dan il- parlament, fi snin mhux daqstant 'il bogħod, li s-soċjaliżmu miet.", "Kien hawn min qal li \"soċjaliżmu\" hija kelma maħmuġa li lanqas għandek issemmiha, filwaqt li nesa li ftit xhur wara kien fuq l-istess mejda ma' ħafna prim ministri u ħafna mexxejja tal-membri stati ta' l-Unjoni Ewropea li huma ta' twemmin soċjalista, li jemmnu fil-preċetti u fit-twemmin soċjal demokratiku, u li huma anke fi ħdan dan il-kungress qegħdin jitkellmu fuq il-viżjoni ġdida ta' Ewropa demokratika soċjali.", "Illum qed tiżviluppa Ewropa soċjali ġdida, Ewropa kommessa li tara t-twettiq tal-ġustizzja soċjali.", "Dak li semmejt qabel, ħafna minnu joħroġ min-nuqqas ta' implimentazzjoni tal-ġustizzja soċjali.", "Pero' mhux kulħadd jemmen li l- progress soċjali u dak ekonomiku għandhom jibqgħu fil-qalba ta' l-iżvilupp ta' l-Ewropa u jimxu id f'id.", "Hawnhekk niġi għal meta kien hemm ir- reviżjoni tal-proċess ta' Lisbona fejn kien hemm min qal aħjar nieqfu milli nkomplu nkabbru l-welfare society u s-servizzi soċjali għax dan qed ixekkel l-iżvilupp ekonomiku.", "U kien hemm nies bħal Jaques Delors li qal li s- servizz soċjali u l-welfare state mhux xkiel għall-iżvilupp ekonomiku, imma huma asset, xi ħaġa pożittiva għax jgħinu ħalli jkollok iktar armonija fil- pajjiż u jkollok iktar min imid għonqu għax-xogħol b'kuraġġ u b'determinazzjoni li jagħmel aħjar.", "Is-sistemi tal-welfare fil-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea kollha nbdew u nbnew minn partiti u gvernijiet soċjalisti, minn partiti soċjalisti demokratiċi, minn partiti laburisti u minn organizzazzjonijiet tal-ħaddiema li għenuhom.", "Din hija l-istorja.", "Illum hemm min jirraġuna li l-pajjiżi Ewropej ma jifilħux iktar isostnu l-welfare state minħaba l-efetti tal- globalizzazjoni u qed jitkellmu fuq li għandna nċekknu l-welfare state, li għanda nħallu kollox jitmexxa mill-kummerċ liberu u mill-forzi tas-suq.", "Din hija politika perikoluża, politka li l-partiti soċjalisti ma jaqblux magħha, u politika li jiena konivnt li fil-kungress li se nattendu għalih se tiġi kkundannata u ribattuta għax m'hijiex it-triq 'il quddiem għall- Unjoni Ewropea.", "Il-partiti soċjalisti jemmnu mod ieħor.", "Jemmnu li s- soċjeta' m'għandhiex issir vittma tas-suq ħieles li mhux ikkontrollat.", "U dan għednieh u nkomplu ngħiduh u nemmnuh u hemm il-provi tiegħu.", "Suq ħieles mhux ikkontrollat ma jġibx 'il quddiem is-soċjeta'.", "Meta nitkellmu fuq internal market fl-Unjoni Ewropea rridu mmorru 'l bogħod mil-idea ta' suq ħieles li jaħdem waħdu bla kontrolli.", "Dmirna, bħala soċjalisti, huwa li nsaħħu u mhux inżarmaw il-welfare state.", "U kif nagħmluh dan?", "Billi nagħmlu tiġdid u modernizzar, billi ndaħħlu sett ta' drittijiet u obbligi ġodda u billi nfasslu ftehim ġdid bejn iċ-ċittadin u bejn il- gvern.", "Dan ma jfissirx li rridu nibqgħu bilfors bis-sistemi eżatti bħalma kienu fil-passat, imma jrid ikun hemm fine tuning ħalli dawn iż-żewġ pilastri ta' l-ekonomija tal-pajjiżi membri ta' l-Unjoni Eworpea jimxu flimkien.", "Iċ-ċittadini tagħna jridu social policies aħjar, mhux innaqqsu mis-social policies.", "Kif qegħdin ngħidu, better not less.", "Irridu nsibu l- mod kif il-kompetittivita' ekonomika, il-politika ambjentali li tkun sostenibbli u t-twettiq tal-ġustizzja soċjali jsaħħu lil xulxin u jaħdmu flimkien, u mhux jaħdmu kontra xulxin.", "Dawn huma tliet pilastri li pajjiż demokratiku, pajjiż ċivilizzat, kif niftaħħru li hi l-Ewropa, ma jistax ma jibnix fuqhom.", "Prinċipju fundamentali għandu jkun li kull ċittadin ikollu aċċess indaqs għall-ogħla kwalita' ta' affarijiet u ta' servizzi, u jkollu l-istess opportunitajiet tant li ħadd m'għandu jitħalla fil-ġenb.", "Ħadd m'għandu jkun - kif ngħidu spiss aħna – għar-rimi, għax kulħadd għandu l-potenzjal u l- kapaċitajiet tiegħu u għandu kontribut x'jagħti lis-soċjeta'.", "Huwa magħruf li pajjiżi differenti fl-Unjoni Ewropea għandhom sistemi ta' welfare fi stati differenti ta' żvilupp.", "Fl-opinjoni tagħna, bħala soċjalisti demokratiċi, nemmnu li dawn għandhom ikomplu jiżviluppaw billi fir-riformi li jagħmlu, il-pajjiżi membri jinsistu fuq il-prinċipju ta' inklussivita' u tal-koeżjoni soċjali.", "Dawn huma prinċipji fundamentali, li għalkemm wieħed jitkellem fuqhom, aħna kommessi li narawhom jiġu implimentati fil-prattika.", "L-Ewropa soċjali ġdida li s-soċjalisti demokratiċi jivviżwalizzaw hija Ewropa li jimpurtaha mill-ħarsien soċjali, u li dan irid ikun imħares mill- forzi kollha soċjalisti, soċjal demokratiċi, forzi laburisti u forzi progressivi oħra, bħal m'huma trade unions, il-komunita' tan-negozju, is- soċjeta' ċivili kif ukoll il-gvernijiet nazzjonali.", "Aħna ma nemmnux li għanda nħallu l-futur tas-soċjetajiet tagħna jitfassal biss mill-forzi ta-suq.", "Din għedtha, ngħidha u nkompli ngħidha.", "Fis- soċjeta` li naraw aħna fl-Ewropa soċjali tal-futur kulħadd għandu l-obbligu u d-drittijiet tiegħu.", "Il-gvern, b'mod sempliċi ħafna, għandu jipprovdi aċċess għas-servizzi pubbliċi, jieħu ħsieb l-edukazzjoni u protezzjoni soċjali, jiggarantixxi d-drittijiet politiċi, ċivili, soċjali u d- drittiejit tax-xogħol, jgħin fil-ħolqien tal-postijiet tax-xogħol, u jara li kull ċittadin u entijiet oħra fis-soċjeta' jikkontribwixxu sehemhom għall-welfare society.", "Dawn huma l-biċċa l-kbira tad-doveri l-kbar li għandu f'dan il-kontest il-gvern.", "In-nies tan-negozju li huma importanti ħafna f'soċjeta' li trid tkabbar l-ekonomija tagħha għandhom jippretendu, min-naħa tal-gvern, li jkun hemm stabbilita', fairness u trasparenza u ġustizzja fil-kompetizzjoni.", "Pero' min-naħa tagħhom huma għandhom jgħinu fil-ħolqien u fil-ħarsien tax-xgoħol, jgħollu l-kapaċitajiet u l-kompetenzi tal-workforce u jerfgħu parti minn dik magħrufa bħala l-corporate social responsibility.", "Min-naħa l-oħra l-individwi għandu jkollhom id-dritt sħiħ li jipparteċipaw fl-opportunitajiet tax-xogħol maħluqa, jgħollu l-livell ta' edukazzjoni u taħriġ tagħhom ħalli jużaw iktar l-opportunitajiet li jinħolqu, u jiżviluppaw il-kapaċitajiet tagħhom tagħhom biex ikabbru r- riżors uman kif ukoll dak soċjali li jkun hemm fil-pajjiż ħalli jkabbru l- potenzjal ekonomiku ekonomiku.", "Sur President, il-partiti soċjalisti jemmnu li l-għan aħħari għandu jkun il- ħolqien ta' postijiet tax-xogħol għal kulħadd.", "Din forsi tinstema' daqsxejn diffiċli, imma dak għandu jkun l-għan aħħari tagħna.", "Welfare state modern irid is-sostenn ta' livell għoli ta' mpjiegi fost il-ħadidema fil-pajjiż biex dawn ikunu jistgħu jikkontribwixxu ħalli tinżamm is-sistema tal-welfare tal-pajjiż.", "Is-swieq tax-xogħol iridu jkunu iktar dinamiċi u inklussivi u joffru spazji għal dawk kollha esklużi mill-postijiet tax- xogħol minħabba l-eta', diskriminazzjoni ta' sess u nuqqasijiet oħra fiżiċi.", "U dan irid isir billi jaħdmu bi sforz kollettiv biex ikollna tkabbir ekonomiku mibni fuq investiment sod, li jirripsetta l-ambjent, bl- użu ta' l-aħjar teknoloġiji u ta' dawk li huma l-iktar sostenibbli.", "Aħna nemmnu li kull pajjiż għandu jinvesti fil-kapaċitajiet taċ-ċittadini kollha, anke ta' dawk low skilled li ma kellhomx u li ma ħadux l- opportunita' biex ikabbru l-edukazzjoni tagħhom.", "Dan irid isir fl-istess waqt li nkomplu niżviluppaw il-kapaċitajiet u l-kompetenzi ta' kull wieħed, insibu prattiċi ta' xogħol aħjar, mhux billi nżidu t-tbatija, u nikkompetu ma' ħaddieħor mhux fuq cheap labour imma b'ħiliet aħjar, bi produzzjoni ikbar.", "Dan irid ikun bħala riżultat ta' investiment f'makkinarju modern u workforce iktar mħarrġa u motivata, għax jekk ma tkunx motivata ma tagħmel xejn.", "Irridu ninvestu iktar fl-edukazzjoni, fit- training u social policies.", "Għad hemm wisq diviżjoni bejn dawk li huma edukati u mħarrġin sewwa u dawk li ma ngħatawx jew ma kellhomx l-opportunita' li jedukaw jew iħarrġu rwieħhom sewwa.", "Dawk li tilfu din l-opportunita' għandu jinstabilhom kif jingħatalhom ċans ieħor, u dan billi nitfgħu l-aħjar għalliema u mgħallmin ma' dawk li l-iktar għandhom bżonnhom u mhux il-kontra, kif isir sal-lum.", "F'dan il-qasam f'pajjiżna, kif jindikaw il-miri ta' Lisbona, għadna lura, u nappella biex kemm nistgħu nitfgħu fondi u riżorsi biex niżviluppaw l- edukazzjoni u t-taħriġ u ninvestu kemm nistgħu fl-innovazzjoni, fir-riċerka u fl-iżvilupp għaliex b'hekk biss noħolqu Ewropa soċjali ġdida kif nixtiequ narawha aħna s-soċjalisti.", "Sur President, is-soċjalisti Ewropej jemmnu wkoll li s-saħħa ta' l-Ewropa tinstab meta jkollna soċjetajiet verament inklussivi, li fihom kulħadd ikun jgħodd u ħadd ma jintrema' jew jitwarrab, u fejn, fost ħwejjeġ oħra, il- ħiliet ta' kulħadd jintużaw u anke jiġu massimizzati.", "Il-forzi tas-suq waħedhom joħolqu klassi ta' emarġinati, u dan jista' jiġi biss evitat jekk mal-forzi tas-suq jiddaħħlu u jiġu implimentati policies soċjali.", "Dawk li jbatu l-aktar f'din is-sitwazzjoni jkunu n-nies qegħda, iż-żgħażagħ, dawk ta' bla sengħa, dawk kbar fl-eta', il-morda, n-nisa u setturi oħra fost l- oħrajn.", "Flimkien mal-komunita' kummerċjali, is-soċjeta' ċivili, l-NGOs u l- istakeholders l-oħra, irridu nassiguraw li nipprovdu servizz ta' saħħa, servizzi soċjali u prattiċi fis-suq tax-xogħol li jwasslu għal aktar koeżjoni soċjali.", "Irridu wkoll nippruvaw li nipprovdu kura u attenzjoni u servizzi soċjali adegwati għall-anzjani fis-soċjeta', biex jiġi evitat l- fenomenu ta' l-iżolament, u ninkoraġġixu li wħud ikunu indipendenti u mhux mwarrba, filwaqt li anke nipprovdu għajnuna lill-familji fil-bżonn, partikolarment lill-ġenituri, nisa jew rġiel, biex ngħinuhom ilaħħqu mar- responsabbiltajiet kemm familjari kif ukoll fuq il-post tax-xogħol.", "Dawn huma kollha ideat li joħorġu mit-twemmin soċjalista, mid-dokumenti li qegħdin niddiskutu u li nemmen li se jiġu aċċettati fil-kungress li qed nitkellem fuqu.", "Ma' dan irridu norbtu wkoll l-importanza li għandha tingħata lill-ħarsien tat-tfal fis-sens ta' childcare.", "Għandna nipprovdu dan is-servizz lil kulmin għandu bżonnu, jekk irridu naraw l-ekonomija tagħna timxi 'l quddiem, u naraw li jkun aċċessibbli u affordable, fis-sens li wieħed ikun jista' jaffordja l-fee li tkun qed tintalab għal dan is-servizz, jekk ma jkunx mogħti b'xejn.", "Dan, in the long run, ikun ukoll fl-interess ta' l- iżvilupp psikoloġiku u edukattiv tat-tfal u jsaħħaħ is-sens ta' komunita' fis-soċjeta', biex ma ngħidx li servizz bħal dan jgħin biex aktar nisa jidħlu fis-suq tax-xogħol l-impjieg, u li dan l-istess servizz joħloq, hu stess, aktar postijiet tax-xogħol.", "Jien ċert li ċerti nisa f'pajjiżna ma jaħdmux għaliex m'għandhomx fejn iħallu t-tfal.", "Ma nistgħux niddependu biss fuq in-nanniet, min għandu n-nanniet, imma jrid ikun hemm servizz bħal dan biex jgħin lill-koppji jagħmlu aktar kapital u jkunu aktar kapaċi jaħdmu u jġibu flus lejn il-familja.", "Sur President, minkejja l-ħafna progress li sar, nista' ngħid li bejn in- nisa u l-rġiel għad fadal ukoll ħafna inugwaljanzi, kemm diretti kif ukoll indiretti.", "Pajjiżna għamel passi kbar 'il quddiem, imma l-mara għadha mtaqqla bir-responsabbiltajiet tat-tmexxija tal-familja u t-trobbija tat- tfal, bi strutturi ta' support li m'humiex żviluppati biżżejjed, bi preġudizzji soċjali u kulturali li ħerġin minnhom bil-mod wisq, u b'diskriminazzjoni fis-suq tax-xogħol.", "U dan biex ma nsemmix ukoll id- diskriminazzjoni li teżisti fis-sistemi tal-welfare fejn jidħlu l- pensjonijiet u n-nuqqas ta' flessibilita' fil-ħinijiet tax-xogħol għall- ġenituri li jaħdmu kemm nisa kif ukoll irġiel.", "Dawn huma oqsma ta' servizzi soċjali li nemmnu li għad jista' jsir ħafna tibdil għall-aħjar fihom, bir-riżultat, li permezz ta' hekk jista' jkollna aktar persuni lesti jidħlu fis-suq tax-xogħol biex inkabbru l-ekonomija tagħna u nagħtu ċans aktar ċittadin jissodisfaw l-ambizzjonijiet professjonali tagħhom.", "Flimkien ma' forzi soċjalisti Ewropej oħra aħna nemmnu li x-xogħol huwa parti importantissima fil-ħajja u fis-soċjeta`.", "Is-soċjeta` moderna żviluppat madwar il-mod kif maż-żmenijiet organizzajna x-xogħol u r- responsabbiltajiet li jġib miegħu, permezz tad-djalogu - djalogu li mhux dejjem kien paċifiku, anzi kultant kien ħafna b'mod ta' konfront dirett - bejn organizzazzjonijiet ta' min iħaddem u t-trade unions li jħarsu d- drittijiet tal-ħaddiema.", "Minn dan toħroġ l-importanza tad-djalogu soċjali u x-xewqa li jinħoloq dak magħruf bħala tripartheid social dialogue bejn gvern, min iħaddem u min jirrappreżenta lill-ħaddiema.", "Dan kien konċett li kien se jiġi istituzzjonalizzat kieku daħal fis-seħħ it-trattat kostituzzjonali, imma sal-lum din għadha m'hijiex adottata.", "Il-mod kif ikun organizzat ix-xogħol u l-kondizzjonijiet li fih jitwettaq ix-xogħol għandhom rwol importanti fit-tkabbir ekonomiku, fil-ħolqien ta' aktar xogħol u fil-kisba tad-drittijiet indaqs.", "Il-partners soċjali, skond it-twemmin soċjalista, għandhom ikunu kapaċi jantiċipaw it-tibdil li jkun ser iseħħ u jaħdmu flimkien biex jgħelbu d-diffikultajiet li ġġib magħha l- bidla.", "Id-djalogu soċjali għandu jissaħħaħ fil-livelli kollha, kemm fuq il- post tax-xogħol, kemm fuq il-livell nazzjonali u issa anke fuq livell Ewropew, biex jagħti lill-ħaddiema vuċi akbar fit-tfassil ta' pjani ġodda għall-ħolqien ta' full employment.", "Bħala soċjalisti, Sur President, aħna għandna nemmnu fid-diversita', fit- tolleranza, fl-aċċettazzjoni u fir-rispett lejn dawk li huma differenti minna.", "Hawnhekk se nidħlu f'qasam totalment modern u importanti li qed jiżviluppa madwarna.", "Soċjeta' demokratika, kif inhi dik Ewropea, ma tistax taċċetta l-intolleranza u l-mibegħda.", "Aħna nemmnu li kulħadd għandu dritt li jgħix fid-dinjita` u jiġi trattat b'rispett, hi x'inhi n-nazzjonalita` tiegħu, ir-razza tiegħu, il-kulur tal-ġilda tiegħu, jekk hux raġel jew mara, jemmen f'liema reliġjon jemmen u jkun x'ikun l-orjentament sesswali tiegħu.", "Dawn huma prinċipji li aħna bħala Soċjalisti nemmnu fihom bla ebda kondizzjoni.", "Nemmnu wkoll li fil-mezzi limitati tagħna rridu nkunu lesti li fid-dinja tal-lum naċċettaw ċertu ammont ta' taħlit u integrazzjoni ta' barranin fis-soċjeta` tagħna.", "Filwaqt li bi dritt nistennew li min għandu l-mezzi u r-riżorsi kif ukoll spazju u opportunitajiet akbar minn tagħna, f'ġieħ is-solidarjeta' li nemmnu fiha u nitkellmu tant dwarha, joffri l-id ta' l-għajnuna biex la nbatu tant aħna u lanqas dawk li jkunu daru lejna biex nagħtuhom l-għajnuna li jkollhom bżonn.", "Flimkien ma' sħabna s-soċjalisti Ewropej nħoss li l-UE għandha responsabbiltajiet kbar li tfittex itaffi l-kawżi li jwasslu għall- immigrazzjoni illegali, mhux anqas il-faqar, in-nuqqas ta' żvilupp u l- ġlied li ma jieqaf qatt fejn hemm id-disugwaljanzi kbar soċjali.", "Nemmnu wkoll li huwa dover ta' l-Ewropa li tassorbi numru kkontrollat ta' immigranti illegali u tipprovdi mezzi kif dawn isibu posthom fis-soċjeta' tal-pajjiż li jkun adottahom.", "Is-soċjalisti Ewropej isostnu li biex it-tkabbir ekonomiku jkun sostenibbli jrid ikun fi sfond ta' politika attivita' dwar kif wieħed jagħmel tajjeb għat-tibdil fil-klima tad-dinja - dawn huma fenomeni moderni li qegħdin nagħtu ħafna kas tagħhom illum il-ġurnata - u wkoll fil-kontest ta' politika stabbli dwar provvista ta' l-enerġija għall-industriji tagħna, biex, jekk xejn, inżommu l-livell ta' produzzjoni u l-livell ta' kwalita' tal-ħajja li issa mdorrijin biha.", "Dawn huma fatturi li jista' jkollhom impatt kbir ħafna fuq il-ġustizzja soċjali fis-soċjeta' tagħna, fuq l-istat ta' l-ambjent fiżiku ta' pajjiżna, kif ukoll fuq l-andament tal-proġess soċjali. il-prezzijiet dejjem jogħlew ta' l-enerġija jolqtu ħażin l-aktar lill-fqar, lill-anzjani u lil dawk li huma l-aktar vulnerabbli fis- soċjetajiet tagħna.", "Dawn il-fatturi jpoġġu fuq spallejna, bħala soċjalisti, sfidi biex nipproteġu aħjar l-ambjent naturali ta' madwarna, ninvestu fit-tfittix ta' sorsi oħra ġodda ta' enerġija alternattiva, filwaqt li nagħmlu dak kollu possibbli biex inaqqsu l-ammonti ta' enerġija li nużaw, nutilizzaw l-enerġija aħjar u ninvestu f'sorsi ġodda ta' enerġija li tkun aktar sostenibbli għall-ġenerazzjonijiet li ġejjin warajna.", "Kif jidher minn dan li għedt, is-soċjalisti Ewropej fl-Unjoni Ewropea jaraw ħafna iktar milli sempliċement suq kbir.", "La nġibu dawn il-popli kollha flimkien hemm potenzjal kbir għall-aktar koperazzjoni u solidarjeta' bejn il-popli, liema solidarjeta' tista' ġġib aktar benefiċċji u ġid għal kulħadd.", "Aħna nemmnu li jista' jkollna Ewropa soċjali aħjar jekk nikkoperaw biex nibnu fuq kompetizzjoni li tħarrek biex tagħmel aħjar, koperazzjoni biex tagħmel aktar saħħa u solidarjeta' li tgħaqqad in-nies flimkien.", "Aħna nemmnu f'social market economy, imma mhux f'market society.", "L-Ewropa soċjali ġdida li qegħdin jivvizwalizzaw s-soċjalisti Ewropej hija Ewropa li toħloq aktar ġid u tkabbir permezz ta' aktar kompetizzjoni b'saħħitha bejn intrapriżi f'kondizzjonijiet fair u trasparenti permezz ta' koperazzjoni politika bejn l-istati membri u permezz tas-solidarjeta' fil- pajjiżi membri u bejn il-pajjiżi membri stess.", "Aħna rridu naraw Ewropa li tkun Ewropa inklussiva, Ewropa ta' tagħlim, Ewropa innovattiva, Ewropa fejn teżisti l-koeżjoni, Ewropa b'ambjent sostenibbli u Ewropa u tipprovdi postijiet tax-xogħol aktar u aħjar.", "Sur President, din hija l-Ewropa tal-poplu li s-soċjalisti joħolmu biha u li se jitkellmu fuqha fuq il-kungress tal-Portugall.", "Hija Ewropa li jridu jwettqu fil-futur, fejn ikun hemm kondizzjonijiet ta' ħajja u ta' xogħol aħjar fl-aħjar interess taċ-ċittadin.", "Dan huwa dak li se niddiskutu u niddeċiedu fuqu fil-kungress li tkellimt fuqu matul dan l-aġġornament.", "Nirringrazzjak, Sur President.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada t-Tlieta, 28 ta' Novembru, 2006 bl-agenda kif komunikata mis-Segretarju Parlamentari.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "TROBBIJA TAL-MAJJAL", "22224.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO PRECA staqsiet lill-Ministru għall- Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid jekk permess għat- trobbija ta' majjali jistax jiġi trasferit minn persuna għal oħra u minn razzett għal ieħor?", "Jista' jgħid ukoll jekk il-kwoti tal-majjal spiċċawx?", "Jista' jgħid għaliex is-sussidju ma ngħatax kollu, jiġifieri Lm120 fuq kull ras u ngħataw biss Lm30 fuq kull ras?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Il-permess għat-trobbija tal-majjal jista' jiġi trasferit minn persuna għal oħra kif ukoll minn fuq razzett għal ieħor, basta jkun hemm il-permessi kollha meħtieġa.", "Rigward il-kwoti, kull bidwi għandu kwota għat-trobbija tal-majjal.", "Rigward is-sussidji, l-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jispeċifika għal liema sussidji qiegħed jirriferi.", "IMPORTAZZJONI TA' BIODIESEL", "22225.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk l-enemalta timportax biodiesel?", "Jekk fl-affermattiv, kemm importat matul dawn l-aħħar 12-il xahar?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-enemalta ma timportax biodiesel.", "BYPASS TA' SAN PAWL IL-BAĦAR", "22226.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 21621, 21852 u 22067 u jgħid kemm hu stmat ix-xogħol ta' kostruzzjoni biex tiġi rranġata dik il-parti tal-bypass ta' San Pawl il-Baħar li ċediet minħabba xogħol ta' eskavar minn kuntrattur privat?", "Min se jħallas għal dan ix- xogħol?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "ŻVILUPP TAL-KULTURA NAZZJONALI", "22227.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 21858 u 22072 u jgħid x'fondi pubbliċi ntużaw mill-ministeru għall-iżvilupp tal- kultura nazzjonali tagħna matul is-sena 2005?", "Lil min ingħataw dawn il- fondi u għal liema inizjattivi ngħataw?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Parti sostanzjali mill-fondi tal-ministeru jmorru għall-iżvilupp tal-kultura ta' pajjiżna billi jingħataw lil enti governattivi jew semi governattivi, bħal kunsill Malti għall-kultura u l- arti, Heritage Malta, is-sovrintendenza tal-patrimonju kulturali, it-teatru Manoel u l-kavallier ta' San Ġakbu ċentru għall-kreattività.", "Dawn l-enti jużaw parti mill-fondi tagħhom sabiex jgħinu enti privati jew individwi jtellgħu attivitajiet kulturali.", "Jekk l-Onor.", "Interpellant jixtieq informazzjoni aktar dettaljata, nitolbu jkun aktar speċifiku fit- talba tiegħu.", "AĦBARIJIET MINN MALTA FL-AWSTRALJA", "22228.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 22073 u jgħid x'inhi r-raġuni għaliex il-PBS mhux iżomm l-impenn tiegħu u regolarment jipprovdi l-SBTV station fl-Awstralja l- aħbarijiet minn Malta kif miftiehem?", "Każ tipiku reġa' ġara nhar il-Ħadd 12 ta' Novembru, 2006.", "Possibbli li l-cassette konċernat ma jistax jitwassal fi żmien ħamest ijiem?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Il-PBS qed iżomm il-parti tiegħu ta' l-impenn għaliex il-cassette jinġabar mingħand il-PBS mill-couriers tat-TNT kull nhar ta' Ġimgħa qabel nofsinhar u tlett ijiem wara jasal Sydney biex l-aħbarijiet jixxandru l-Ħadd ta' wara.", "Fil-każ imsemmi, il-cassette inġabar mill-uffiċċju tal-PBS nhar il-Ġimgħa 3 ta' Novembru qabel nofsinhar.", "Skond it-trace and track facililty tal- couriers tal-PBS, li huma TNT, il-cassette telaq minn Malta u wasal Sydney fis-6 ta' Novembru 2006.", "Pero' minn informazzjoni li għandna, il-couriers tat-TNT fl-Awstralja wasslu l-cassette għand l-SBS nhar l-14 ta' Novembru 2006.", "Għalhekk peress li l-couriers wasslu l-cassette għand l-SBS tard, l- aħbarijiet tal-Ħadd 12 ta' Novembru, 2006 ma xxandrux.", "Informat ukoll li l- PBS talab spjegazzjoni mingħand it-TNT u dawn min-naħa tagħhom wieġbu li dan kien każ ġenwin ta' żball uman u wiegħdu li se jagħmlu dak kollu neċessarju biex is-sitwazzjoni ma terġax tirripeti ruħha.", "Il-PBS jinnota li s-servizz s'issa kien sodisfaċenti u f'dan l-istadju ma jarax il-bżonn ta' azzjoni ulterjuri.", "XOGĦLIJIET FIL-MAGĦTAB", "22229.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 22045 u jgħid liema xogħol b'kuntratt sar fis-sit tal-Magħtab?", "Jista' jagħti lista sħiħa tal-kuntratturi, kuntratti u ħlasijiet li ħadu fis-sena 2004?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Bħala xogħol li sar fuq is-sit tal-Magħtab l-antik fiż-żmien li għalih qed issir riferenza, kienu nvoluti l-kuntratti msemmija fid-dokument li qed jitpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "OFFERTI MILL-WASTESERV", "22230.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 22044 u jippreżenta lista ta' tenders li nħarġu bejn April 2005 u llum mill- wasteserv?", "Min ħa dawn it-tenders u għal kemm kienu jammontaw?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "SPTAR MATER DEI - SISTEMA TA' IT", "22231.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 21988 u 22093 u jgħid f'liema stadju waslet is-sejħa għal offerti għall-IT għall- isptar Mater Dei?", "Meta hu mistenni li tkun istallata s-sistema kollha u l- ħaddiema jkunu ngħataw it-taħriġ kollu kif għandha titħaddem?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "TOROQ", "22232.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 21335, 21683, 21982 u 22151 u jagħti lista ta' toroq arterjali li ġew upgraded mill-2003?", "X'kien it-tul ta' kull triq u x'kienet l-ispiża tax-xogħlijiet?", "Liema huma t-toroq li qed isir xogħol fuqhom bħalissa u x'inhu t-tul tagħhom?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "KAŻI TA' FOOD POISONING", "22233.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 22088 u jgħid kemm kien hemm każi ta' food poisoning f'St. Luke's fl-aħħar xahar?", "Kemm kien hemm każi ta' food poisoning fuq pazjenti u kemm impjegati kienu affettwati?", "X'kienet il-kawża?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Fl-10, fil-11 u fit-12 ta' Novembru, 2006 id- dipartiment tas-saħħa pubblika ġie nformat li hemm numru ta' pazjenti residenti f'St. Luke's li kienu qed ibatu minn gastroenterite.", "Meta d- dipartiment investiga, instab li kien hemm 45 każ ta' gastroenterite f'pazjenti u żewġ każi f'impjegati.", "Minn testijiet fuq dawn il-każi, irriżulta li l-pazjenti kienu qed ibatu minn Norovirus.", "KUMMISSJONI NAZZJONALI PERSUNI B'DIŻABILITA'", "22234.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru tgħid kemm kien il-budget tal- kummissjoni nazzjonali persuni b'diżabilita' mis-sena 2000 sas-sena 2006?", "Liema NGOs għenet finanzjarjament il-kummissjoni kull sena u kemm kien l- ammont f'kull każ?", "Il-kummissjoni tgħin in kind flok cash lill-NGOs?", "Lil min tgħin u kif għenet f'dawn is-sitt snin?", "Tista' l-Ministru tirrispondi fid-dettall mhux dwar għajnuna individwali u personali li setgħet tat il-kummissjoni, iżda dwar għajnuna lil NGOs bħala enti?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: It-tagħrif mitlub qed jitpoġġa fuq il-mejda tal- Kamra.", "DAR PIROTTA F'BIRKIRKARA", "22235.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja awtentika tal-ftehim li l-gvern għamel mal-Kurja dwar Dar Pirotta, Birkirkara?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Id-diskussjonijiet ma' l-awtoritajiet ekkleżjastiċi dwar il-ftehim indikat għadhom għaddejjin.", "XOGĦOL TA' TINDIF", "22236.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 21986 u 22092 u jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-kuntratti kollha li saru fid-dekasteru tiegħu dwar xogħol ta' tindif ta' sptarijiet, awtoritajiet, eċċ.?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal- Kamra.", "DFIN TA' FETI", "22237.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsijiet parlamentari 21534 u 21991, jista' l-Ministru jgħid kif, minkejja r- regolamenti msemmija, uħud mill-ġenituri li kellhom miscarriage tal-fetu ngħataw il-fetu biex jieħdu ħsieb tad-difna huma, filwaqt li oħrajn kellhom jidħlu fi spejjeż biex iqabbdu kummissjonant ħalli jieħu ħsieb id-difna?", "Għaliex saret din id-differenza?", "Fl-aħħar sena, kemm kien hemm każi fejn il-fetu ngħata lill-ġenituri biex jieħdu ħsieb id-difna u kemm kien hemm każi fejn tqabbad kummissjonant?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Is-sistema li tintuża għall-ġenituri li jitilfu l- fetu kmieni fit-tqala hi kif intqal fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari 21534.", "Ma kien hemm l-ebda differenza, għaliex id-deċiżjoni hija tal-ġenituri u ebda ġenituri ma jiġu mġiegħla bilfors.", "Din is-sena n-numru ta' każi fejn il-ġenituri għażlu li jqabbdu kummissjonant kien ta' erbgħa filwaqt li 57 feti se jindifnu bi dfin komuni fid-29 ta' Novembru 2006, b'għażla tal-ġenituri stess.", "PILLOLI ATENOLOL", "22238.", "L-ONOR.", "MICHAEL ASCIAK staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' l-Ministru jindaga għalfejn in-nies qed jingħataw miċ-ċentru tas-saħħa ta' Birkirkara l-boroż tal-mediċini (Atenolol 100mg) bin-nieqes?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-ispiżerija tal-gvern ta' Birkirkara qassmet ftit boroż ta' l-Atenolol 100mg li kien fihom pilloli nieqsa.", "Dan ġara għaliex it-tablet counting machine kellha xi ħsara u bdiet tqabbeż in-numri waqt li l-pilloli kienu qed jiġu ppakkjati f'boroż.", "Din il-ħsara issa ssewwiet u l-pazjenti li sabu pilloli nieqsa u ġew lura l- ispiżerija ngħataw spjegazzjoni ta' dak li ġara kif ukoll il-pilloli nieqsa li kellhom.", "TOBBA/SPEĊJALISTI MILL-UE", "22239.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' l-Ministru jgħid jekk hux minnu li l-medical council ħareġ kondizzjoni li tabib/speċjalista mill-Unjoni Ewropea jrid ikun jaf jitkellem bil-Malti biex jingħata permess ħalli jeżerċita l- professjoni tiegħu f'Malta?", "Jekk fl-affermattiv, jidhirlu l-Ministru li tali regolamenti jmorru kontra r-regoli u l-ispirtu ta' l-Unjoni Ewropea u anke kontra l-Kostituzzjoni ta' Malta li tpoġġi l-lingwa Ingliża bħala lingwa uffiċjali tal-pajjiż mal-lingwa Maltija?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Il-kunsill mediku b'mod ġenerali jitlob li tabib li jrid jirreġistra biex jipprattika f'Malta jrid ikun jaf kemm bl-Inġliż kif ukoll bil-Malti biex jiġi żgurat li jkun hemm komunikazzjoni tajba bejn it- tabib u l-pubbliku li jkun qed iservi u b'hekk jiggarantixxi livell ta' kura tajba għall-poplu Malti.", "F'każ li tabib ikun se jaħdem fl-isptar tal-gvern, fejn il-kunsill għandu assigurazzjoni li tabib li ma jafx bil-Malti iżda jaf bl-Ingliż għandu min jista' iservi ta' interpretu għall-pazjenti li ma jafux bl-Ingliż, il- kunsill joħroġlu liċenzja.", "F'każi eċċezzjonali l-kunsill jagħti liċenzja lil tobba li ma jkunx jafu la bl-ingliż u lanqas bil-Malti, bħalma jiġri f'każi ta' tobba li jkunu qed jakkumpanjaw delegazzjonijiet barranin.", "Il-kunsill jitfa' obbligu fuq kull tabib li jkun jista' jikkomunika b'mod effettiv mal-pazjenti tiegħu, u dan fl-interess tal-poplu Malti.", "SPTAR SAN LUQA – ĦADDIEMA BARRANIN", "22240.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' l-Ministru jgħid b'liema kriterji jingħataw il- permessi barranin li jaħdmu St. Luke's, meta dawn ma jafux jitkellmu bil- Malti?", "Għala din id-differenza u/jew diskriminazzjoni ma' min irid jaħdem, għal rasu jew fi sptarijiet/kliniċi privati?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Id-diviżjoni tas-saħħa meta toħroġ sejħa għal ingaġġ ta' xi tabib fi kwalunkwe grad, titlob li dan ikun jaf kemm l-Ingliż kif ukoll il-Malti.", "Huwa biss meta ma jinstabx tabib li jista' jiġi ngaġġat b'dawn il-kriterji li jintgħażel tabib li jkun jaf biss bl-Ingliż.", "Id- diviżjoni tas-saħħa m'għandha l-ebda diskrezzjoni fuq l-ingaġġ jew xogħol ta' tobba fis-settur privat.", "L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jirriferi għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 22239.", "TRANSFER TA' IMPJEGAT", "22241.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru jara li ssir xi ħaġa dwar transfer ta' ħaddiem li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, peress li hemm konċernata persuna fuq każ mediku?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Il-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma se tistħarreġ il-każ u jekk iċ-ċirkostanzi tax-xogħol jippermettu, tara tinstabx soluzzjoni.", "ĦADDIEMA BARRANIN FIT-TARZNA", "22242.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm ħaddiema barranin kien hemm jaħdmu t-tarzna fl-2005 u l-2006?", "X'inhuma s- snajja' tagħhom?", "Xi flus tħallsu dawn il-ħaddiema?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "DAWL FIŻ-ŻURRIEQ", "22257.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru jinvestiga u jgħid x'inhi r-raġuni li għad li twaħħlu żewġ lampi, waħda fi Triq San Bartilmew u l-oħra fi Triq Nardu Sacco fiż-Żurrieq, u għad li ilhom aktar minn sitt xhur li twaħħlu, sal-lum dawn għadhom ma nxtegħlux?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Biex jinxtegħlu l-lampi msemmija kien meħtieġ li l- linji jiġu estiżi għal fuq dawn iż-żewġ arbli.", "Dan ix-xogħol huwa lest u attwalment il-lampi nxtiegħlu.", "TRIQ IL-KNISJA, SAN PAWL IL-BAĦAR", "22259.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru jinvestiga u jgħid x'inhi r-raġuni li Triq il-Knisja - li tagħti għal fuq il-menqa ħdejn il-Gillieru - San Pawl il-Baħar, dejjem bl-ilma jiskula għal ġo fiha u għad li jsiru r-rapporti l-ebda azzjoni ma tittieħed?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Il-każ imsemmi ilu jiġi studjat bir-reqqa mill- korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma numru ta' xhur.", "Wara ħafna testijiet fuq l-ilma li kien qiegħed jiskula, il-korporazzjoni għas-servizzi ta' l- ilma ikkonkludiet li l-ilma ma kienx ġej minn xi sorsi tagħha.", "Skond rapport dettaljat li l-korporazzjoni bagħtet f'Awissu li għadda kemm lill-kunsill lokali ta' San Pawl il-Baħar kif ukoll lil xi residenti li kienu qegħdin jilmentaw, il-ġeoloġija ta' l-inħawi kollha ta' San Pawl il- Baħar u tal-madwar tikkonsisti f'ħafna rqajja ta' saffi ta' tafal.", "Dan ifisser li ilma ġieri jista' ikun ġej minn sorsi naturali minn ħafna bogħod.", "Minkejja li t-testijiet li saru kienu juru biċ-ċar li l-ilma mhux tal- korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma, il-korporazzjoni ma eskludietx il- possibbilta' li xi darba fil-futur seta' ikun hemm xi nixxiegħa ta' ilma li jirriżulta minn xi ħsara fis-sistemi tagħha.", "Fil-fatt jidher li dan l-aħħar ġara proprju hekk, u l-ilma li kien ittestjat fl-14 ta' Novembru jixbaħ lil dak tal-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma.", "Jidher li dan l-ilma qiegħed jitħallat ma' l-ilma li diga' kien ilu joħroġ.", "Bħalissa qed isiru testijiet ta' tiftix bir-reqqa biex jekk hemm xi ħsarat, dawn jinstabu u jissewwew.", "Dan ma jfissirx li l-ilma se jieqaf għal kollox minħabba r-raġuni li ssemmiet qabel.", "LIĊENZJI GĦAL SPIŻERIJI PRIVATI", "22262.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 22091 u jgħid kemm liċenzji ħarġu għal spiżeriji privati fl-2005 u l-2006 sal-lum?", "Liema kienu l-lokalitajiet li fihom ħarġu dawn il-liċenzji?", "Liema spiżeriji nħarġitillhom liċenzja biex jiftħu?", "F'kull każ, meta applikaw għal din il-liċenzja?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-informazzjoni mitluba hi kif tidher hawn taħt:", "|Data |Spiżeriji li |Lokal|Data | |ta' |ngħataw |ita' |tal-l| |l-appli|liċenzji | |iċenz| |kazzjon|fl-2005/2006 | |ja | |i | | | | |04/09/9|Vella |Nadur|26/06| |5 |Pharmacy | |/06 | |28/02/0|Sokkors |Kerċe|03/10| |2 |Pharmacy |m |/06 | |29/10/0|Oxybar |Kirko|22/12| |5 |(permess |p |/05 | | |għad-dispensa| | | | |ta' l-ossiġnu| | | | |biss) | | |", "SELF-EMPLOYED - FONDI MILL-UE", "22263.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni: B'riferenza għal euros 10 miljun li ġew diretti mill- Unjoni Ewropea favur is-self-employed u n-negozji żgħar, jista' l-Ministru jgħid minn min hu kompost in-network li dawwar dawn il-fondi favur is-self- employed u n-negozji żgħar?", "B'liema mod ġew informati s-self-employed biex ikunu jistgħu jibbenefikaw minn dawn il-fondi?", "Kif saret l-għażla ta' dawk li bbenefikaw?", "Min huma dawk li bbenefikaw?", "Kemm hu l-ammont li kull wieħed irċieva minn dawn il-fondi?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: S'issa s-self-employed u n-negozji żgħar ibbenefikaw minn aktar minn euros 10 miljun taħt diversi programmi mnedija minn inizjattivi ta' diversi ministeri u dipartimenti li minnhom jistgħu jibbenefikaw negozji żgħar u self-employed taħt proġetti, bħal l-FP6, l- ESF, fondi reġjonali, programmi ta' agrikoltura, programmi edukazzjonali u oħrajn.", "Uħud minn dawn il-proġetti qed jinħadmu permezz ta' network favur aċċess aħjar għal programmi ta' l-Unjoni Ewropea imniedi mill-istess segretarjat parlamentari għan-negozji żgħar u s-self-employed.", "Dan in-network huwa miftuħ biex il-gvern, flimkien ma' konsulenti li jipprovdu servizzi ta' informazzjoni fuq programmi ta' l-Unjoni Ewropea, ikunu jistgħu jilħqu aktar negozji żgħar u self-employed biex jibbenefikaw minn dawn il-fondi.", "Kulmin hu interessat jista' jissieħeb f'dan in-network li permezz tiegħu jinħadmu programmi ta' l-Unjoni Ewropea mit-tfassil sa l-implimentazzjoni u rrapportaġġ.", "Dwar il-parteċipazzjoni f'dawn il-proġetti kollha, l-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-ministri konċernati.", "RAPPORTI", "22264.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 21976, jista' l-Ministru jgħid min ipprepara r-rapporti msemmija u kemm tħallas għal kull rapport?", "Jista' ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tas-segwenti rapporti:", "*Better Public Ttransport (2005);", "*Park and Ride projects (2005);", "*Report on Road Projects (2006);", "*Consultancy re Fort St. Elmo (2004); u", "*Proposals on Harbour Developments (2005)?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jirriferi għar- rapport Halcrow ta' better public transport (2005) li tpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra f'seduta 460 bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 21845.", "Ir-rapport tal-park and ride projects (2005) qed jitpoġġa fuq il-mejda tal- Kamra filwaqt li r-rapport on road projects (2006) hu dokument intern li mhux opportun li jitpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra f'dan l-istadju.", "Il-proposals on harbour developments (2005) ma kienx rapport per se imma pariri bil-miktub dwar diversi materji li jirrigwardaw is-suġġett.", "Dwar consultancy re Fort St Elmo (2004), l-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jirriferi għal korrezzjoni li saret għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 21976.", "OĠĠETTI MAQBUDA MID-DWANA", "22266.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm qabdet oġġetti d-dwana Maltija li kienu l-Freeport għat-trasbord matul din is-sena?", "X'kienu?", "Xi jsir minnhom meta l-proċeduri legali kollha jkunu saru?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: It-tagħrif mitlub fl-ewwel parti tal-mistoqsija qed jitpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "Ta' min jgħid li meta jittieħdu proċeduri legali in konnessjoni ma' affarijiet miżmuma, wieħed irid jistenna sakemm tingħata s-sentenza mill- Qorti ta' Malta.", "L-interpretazzjoni ta' kull sentenza tiġi esegwita u dan jista' ikun billi l-affarijiet maqbuda jew jiġu distrutti fil-preżenza tad-dwana u tar- rappreżentant tal-marka in kwestjoni, jew inkella jsiru proprjeta' tal- Gvern ta' Malta.", "Kemm-il darba jsir dan ta' l-aħħar, l-istess affarijiet ikunu jistgħu jinbigħu mit-taqsima inkarigata mill-bejgħ ta' affarijiet maqbuda mid-dwana.", "Id-dħul kollu minn dan il-bejgħ jgħaddi għand il-gvern.", "FREEDOM OF INFORMATION ACT", "22267.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jgħid x'ġara mill-wegħda li kien għamel li jressaq liġi dwar freedom of information qabel l-aħħar ta' din is-sena?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Kif tħabbar fi stqarrija għall-istampa datata 3 ta' Mejju 2006, il-gvern s'issa għadu kommess li jippubblika white paper dwar il-freedom of information act din is-sena.", "VAT FUQ AFFARIJIET EDUKATTIVI", "22268.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm tħallset VAT fuq affarijiet edukattivi din is-sena s'issa?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-informazzjoni mitluba ma tistax tingħata għaliex il-persuni reġistrati m'humiex obbligati jirrapportaw il-ġeneru tal-bejgħ li jagħmlu.", "LIĠIJIET DWAR ID-DIVERTIMENT", "22269.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol tal-kumitat Micallef Stafrace li qed jgħarbel il-liġijiet dwar id- divertiment?", "ONOR.", "TONIO BORG: Il-kumitat avvanza ħafna fix-xogħol tiegħu u ltaqa' diversi drabi.", "Malli jkolli r-rapport, inpoġġih fuq il-mejda tal-Kamra.", "REKLUTAĠĠ FIL-KORP TAL-PULIZIJA", "22270.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta hu maħsub li terġa' issir sejħa għal reklutaġġ fil-korp tal-pulizija?", "Meta sar l-aħħar reklutaġġ?", "Kemm daħlu rġiel u kemm daħlu nisa?", "Kemm hu n-numru totali fil- korp illum u kemm hemm vakanzi?", "Kemm mill-membri tal-korp huma taħt il-25 sena?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ir-reklutaġġ fil-korp tal-pulizija jsir kull meta l- esiġenzi tas-servizz ikunu hekk jirrikjedu.", "Bħalissa hemm 135 rekluta - 103 irġiel u 32 mara - li qed jagħmlu kors ta' taħriġ komprensiv fl- akkademja tal-pulizija li beda fit-23 ta' Ottubru.", "Informat ukoll illi fil-preżent hemm 1,758 membru fil-korp, li 215 minnhom għandhom anqas minn 25 sena, filwaqt li hemm vakanzi ta' 223, esklużi r- rekluti.", "GĦALLIEMA TAL-COMMUNICATION SKILLS FL-MCAST", "22271.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru jgħid meta se tintbagħat persuna oħra bħala għalliema tal-communication skills fl-istitut tal-community services ġewwa l-MCAST peress li l-persuna konċernata ħarġet fuq long sick leave għal raġunijiet personali?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-interviews għall-għalliema tal-communication skills saru u r-rizultati ħarġu.", "Bħalissa qed jistennew risposta mingħand il- persuna li ntgħażlet biex jibda jgħallem minflok il-lecturer li qiegħda fuq long sick leave.", "REĠISTRAZZJONI TA' VETTURI", "22272.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jgħid kemm vetturi ġodda ġew reġistrati matul is- sena, maqsuma skond id-ditta u ċilindraġġ?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ir-risposta ma tistax tiġi mogħtija kif mitluba.", "L- informazzjoni dwar id-ditta tista' tiġi meqjusa bħala informazzjoni kummerċjali.", "Qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra tabella bin-numru ta' vetturi reġistrati mill-1 ta' Jannar sa Settembru 2006 skond it-tip tagħhom.", "TRAFFIC IMPACT ASSESSMENT", "22273.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tat-traffic impact assessment għall-Kottonera?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jirriferi għat- tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 10263.", "SPIŻERIJI ĠODDA", "22274.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' l-Ministru jgħid kemm spiżeriji ġodda fetħu mis-sena 2000?", "Jista' jgħid inbidlux il-kriterji stabiliti sabiex tinfetaħ spiżerija ġdida?", "Fejn kienu l-ispiżeriji li fetħu mis-sena 2000 sal-lum?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-informazzjoni mitluba hija kif tidher hawn taħt:", "|Spiżerija li |Lokalit|Data | |ngħataw |a' |tal-liċ| |liċenzja | |enzja | |St. Joseph |Qala |17/11/2| | | |000 | |Baħrija |Rabat |15/04/2| | | |002 | |San Giorgio |Pembrok|08/15/2| | |e |003 | |San Ġwakkin |Marsasc|20/10/2| | |ala |003 | |Medicine Chest |Għargħu|23/06/2| | |r |004 | |Oxybar (permess|Kirkop |22/12/2| |għad-dispensa | |005 | |ta' l-ossiġnu | | | |biss) | | | |Vella Pharmacy |Nadur |26/06/2| | | |006 | |Sokkors |Kerċem |03/10/2| |Pharmacy | |006 |", "Il-kriterji biex jinfetħu spiżeriji ġodda ma nbidlux.", "HIV POSITIVE/AIDS", "22275.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' l-Ministru jgħid kemm instabu pożittivi testijiet ta' l-HIV u Aids sal-lum?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal- Kamra.", "ADOZZJONI TA' TFAL", "22276.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru tgħid kemm tfal ġew adottati matul l-2005 u l- 2006?", "Ta' liema nazzjonalita' huma?", "Kemm hemm applikazzjonijiet pendenti?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Dwar it-tagħrif mitlub għas-sena 2005, l-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jirriferi għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 18791.", "Il-kumplament tat-tagħrif mitlub fil-mistoqsija qed jitpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "FIDI TA' ĊENS", "22277.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 21946, jista' l-Ministru allura jgħid jekk ċens ta' 60 sena jistax jinfeda jew iridux isiru xi arranġamenti speċjali?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Il-liġi tagħmel provvedimenti għall-fidi ta' ċens perpetwu biss.", "TIFTIX GĦAŻ-ŻEJT", "22293.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' l-Ministru jgħid x'passi ħa l-gvern din l-aħħar sena biex ikun jista' isir ix-xogħol meħtieġ għal iżjed studji siżmiċi għaż-żejt fl-inħawi tal-baħar Malti li jmiss ma' dak Libjan u Tuneżin, fejn fil-baħar tagħna għandna postijiet Limoncello u Chianti li ġew deskritti li fihom prospetti dinji ta' żejt?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: L-informazzjoni mitluba hija ta' valur kummerċjali, għaldaqstant m'għandhiex tkun ippubblikata.", "DRENAĠĠ FIL-BAJJA TAX-XEMXIJA", "22294.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jirriżulta jekk fl-aħħar tliet xhur kienx hemm żbruffar ta' drenaġġ fil-bajja tax-Xemxija, peress li fl-inħawi qed ikun hemm intiena qawwija ta' drenaġġ?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Meta tagħmel xita qawwija, minħabba l-fatt li s-sistema tad-drenaġġ fl-inħawi ma tlaħħaqx ikun hemm żbruffar.", "Il-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma għaddejja bi programm ta' bdil ta' l- infrastruttura (mains u pompi) tad-drenaġġ mill-Pwales saċ-Ċumnija fil- Mellieħa biex din il-problema tiġi solvuta darba għal dejjem.", "Dan ix- xogħol mistenni jkun lest sa nofs is-sena d-dieħla.", "PROĠETTI TURISTIĊI", "22302.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 22155, jista' l-Ministru jgħid x'passi qed jittieħdu biex jintnefqu l-Lm5.83 miljun ta' fondi strutturali tal-UE fis-sena 2007?", "Se jilħqu jintnefqu kollha dawn il- fondi fis-sena 2007?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Qed isir ix-xogħol preparatorju fuq il- proġetti li qed ikunu kkonsidrati għal finanzjament mill-fondi strutturali ta' l-Unjoni Ewropea.", "Dan ix-xogħol jinkludi l-iżvilupp ta' konċetti, disinji u tlestija ta' tender documents.", "Kull ħmistax fil-ministeru jsiru laqgħat fejn il-project leaders ta' dawn il-proġetti jagħtu progress reports lis-segretarju permanenti.", "IMWEJJED BARRA R-RISTORANTI", "22305.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 22158, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid għaliex ristorant fix- Xemxija li ismu qed jintbagħat separatament, qabel kien jirċievi kont ta' Lm40 għal erba' imwejjed u issa rċieva kont ta' Lm160 għall-istess erba' imwejjed mid-dipartiment ta' l-artijiet?", "ONOR.", "TONIO BORG: Il-każ li għalih qed issir riferenza huwa wieħed fejn fl- 1977 kien inħareġ permess sabiex jitpoġġew erba' imwejjed u siġġijiet bl- Lm40 fis-sena.", "Dawn it-tip ta' permessi kienu joħolqu diffikultajiet għaliex kien hemm min jabbuża u jokkupa art ikbar billi juża mwejjed akbar.", "Kien għalhekk li 'il fuq minn għaxar snin ilu kienet tbiddlet is-sistema u kien ġie deċiż li l-ħlas kellu jkun ibbażat skond l-art okkupata u dan bir- rata ta' Lm10 fis-sena għal kull metru kwadru.", "Barra minn hekk, fl-2001 il- MEPA kienet ħarġet development notification order li, fost affarijiet oħra, jirregola l-imwejjed u s-siġġijiet li jitpoġġew fuq il-bankina minn stabilimenti ta' l-ikel u bars.", "Minn ispezzjoni li saret fl-2005 mit- taqsima proprjeta' tal-gvern irriżulta li kienu saru xi xogħlijiet fuq il- bankina u li l-permess li kien inħareġ fl-1977 ma kienx konformi mal- kriterji tad-development notification order li semmejt qabel.", "F'każi bħal dawn, it-taqsima proprjeta' tal-gvern ma jkollhiex triq oħra ħlief li tittermina l-permess eżistenti u toħroġ ieħor ġdid skond il- kriterji u miżati applikabbli llum.", "L-individwu in kwestjoni nstab li biex ikun konformi mal-liġi jista' jingħata permess li jokkupa 16-il metru kwadru ta' art, li bir-rata ta' Lm10-il metru kif stabilita snin ilu, jissarrfu f'miżata annwali ta' Lm160.", "ĦADDIEMA F'LUKANDI U RISTORANTI", "22308.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 21870 u jgħid kemm hawn persuni jaħdmu full-time u part-time fil-lukandi u r-ristoranti f'Malta u Għawdex?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: In-numru ta' ħaddiema full-time u part-time li kienu jaħdmu fil-lukandi u ristoranti f'Malta u Għawdex fl-aħħar ta' Ġunju 2006 kienu kif jidher hawn taħt:", "|Lukandi/ristoranti |Malta|Għawde| | | |x | |Full-timers |8,406|701 | |Part-timers bħala |5,030|466 | |xogħol ewlieni | | | |Part-timers b'xogħol |3,208|207 | |full-time ukoll | | |", "L-aħħar statistika ppubblikata hi dik ta' Ġunju 2006.", "SKOLA PRIMARJA TA' BIRKIRKARA", "22311.", "L-ONOR.", "MICHAEL ASCIAK staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru jara għalfejn fl-iskola primarja \"C\" Anthony Valletta ta' Birkirkara m'hemmx teacher fil-klassi 6C għaliex it- tfal qed jiddejqu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Is-supply teacher intbagħtet l-iskola primarja \"C\" Anthony Valletta ta' Birkirkara fit-22 ta' Novembru 2006.", "Din għaddiet il- jum tosserva t-tfal biex minn nhar it-23 ta' Novembru ħadet il-klassi u bdiet it-tagħlim regolari.", "WIED TA' XKORA, GĦAWDEX", "22312.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Issa li x- xogħol fuq l-ewwel parti tat-triq li mir-Rabat tagħti għal San Lawrenz wasal biex jispiċċa, min se jieħu ħsieb jirranġa l-Wied ta' Xkora li tħarbat b'konsegwenza tax-xogħol li sar fuq l-imsemmija triq?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Il-ministeru se jieħu ħsieb li fejn hemm bżonn isir ix-xogħol meħtieġ fil-Wied ta' Xkora.", "TERRAPIEN F'GĦAWDEX", "22313.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 21416, jista' l-Ministru jgħid fejn qed jiġi merfuh dan il-materjal?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "TOROQ F'GĦAWDEX", "22314.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l- Ministru tgħid min kienu l-kuntratturi li ħadu xogħlijiet ta' bini, twessigħ u tiswijiet ta' toroq f'Għawdex mill-1999 sa l-2005?", "X'xogħlijiet ħa kull kuntrattur, kemm kienet l-istima oriġinali tal-valur ta' kull xogħol li sar u kemm kienet in-nefqa finali fuq kull xogħol li sar?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra..", "TRIBUNAL LOKALI T'GĦAWDEX", "22315.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Ma jidhirlux il-Viċi Prim Ministru li l-proċeduri quddiem it-tribunal lokali ta' Għawdex qed isiru b'mod irregolari peress li l-uffiċjali kollha li hemm f'dan it-tribunal huma impjegati u jifformaw parti mill-kumpannija li tiġġestixxi din is-sistema, u għalhekk la huma imparzjali u lanqas indipendenti imma jifformaw parti mill-fergħa tal- prosekuzzjoni?", "ONOR.", "TONIO BORG: Jekk qed nifhem sewwa, meta l-Onor.", "Interpellant qed isemmi l-uffiċjali fit-tribunal ta' Għawdex qed jalludi għall-uffiċjal awtorizzat, il-prosekutur, l-iskrivan tat-tribunal u l-kummissarju.", "L-ewwel tnejn huma ingaġġati mat-tribunal wara li saret sejħa separata mill- kumitat konġunt.", "L-iskrivan m'għandu ebda influwenza fid-deċiżjonijiet ħlief li jirreġistra s-sentenzi u l-uffiċjal awtorizzat jieħu ħsieb l- amministrazzjoni tas-seduti.", "Il-prosekutur jieħu ħsieb jiddefendi l-interessi tal-kunsilli lokali li għandhom dritt għaliha f'sistema ġudizzjarja.", "Il-kummissarju hu magħżul mill-ministru u ma jappartjeni lill-ebda kumpannija.", "Oltre minn hekk, akkużat għandu dritt jappella minn sentenza tat-tribunal u jista' anke jagħmel petizzjoni mal-bord tal-petizzjonijiet mingħajr biss ma jitla' it-tribunal.", "Għaldaqstant inħoss li akkużat għandu biżżejjed garanziji kontra imparzjalitajiet li wieħed iħoss li l-uffiċjali li jiġġestixxu din is- sistema jistgħu jiġġeneraw kontra tiegħu.", "QASAM TAS-SNAJJA' TA' DBIEĠI", "22316.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l- Ministru tgħid fiex wasal ix-xogħol ta' upgrading tal-qasam tas-snajja' ta' Ta' Dbieġi?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Ix-xogħol ta' upgrading tal-qasam tas-snajja' ta' Ta' Dbieġi tlesta, għajr għal żewġ affarijiet żgħar ħafna li qed ikunu indirizzati.", "BEJGĦ TA' PROPRJETA' F'GĦAWDEX", "22317.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kuntratti ta' bejgħ ta' proprjeta' ġew reġistrati fl-insinwa ta' Għawdex u kemm kien il- valur tagħhom mill-1999 sal-lum?", "ONOR.", "TONIO BORG: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jirriferi għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 15935.", "PROĠETTI KO-FINANZJATI MILL-UE", "22318.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l- Ministru tgħid x'sar s'issa u x'jonqos isir fuq kull kors, skema u proġett ko-finanzjat mill-Unjoni Ewropea għall-perijodu 2004-2006?", "Tista' tagħti t- timeframes bid-data sa meta għandu jitlesta x-xogħol li jonqos isir?", "Kemm kienet l-istima oriġinali u kemm mistennija tkun l-ispiża issa?", "Fejn hemm differenza bejn l-istima oriġinali u dik riveduta, jista' jgħid x'inhi r- raġuni għad-differenza?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "PC APPLICATIONS MILL-MEPA", "22323.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' l-Ministru jikkonsidra li jingħata d-dritt ta' reconsideration u appell mill-MEPA f'każ ta' PC applications peress li dawn l-applikazzjonijiet ġieli jiġu rifjutati minħabba xi żball tekniku jew amministrattiv min-naħa tal-MEPA bil-konsegwenza li tinħoloq inġustizzja ma' l-applikant?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Skond il-liġi u skond ġurisprudenza tal-qorti ta' l-appell u tal-bord ta' l-appell, m'hemmx dritt ta' appell minn planning control application.", "Ħadt nota tas-suġġeriment ta' l-Onor.", "Interpellant.", "MEPA – ĦAJT TA' APPOĠĠ", "22326.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-għoli massimu ta' ħajt ta' appoġġ bejn id-driveways ta' żewġ semi-detached villas, fl-ewwel għaxar piedi (front garden) li l-MEPA tippermetti?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Il-ħajt ta' appoġġ bejn id-driveways ta' żewġ vilel semi-detached, fl-ewwel għaxar piedi (front garden), jitqies bħala parti mill-front garden, għaldaqstant il-MEPA titlob li dan il-ħajt ma jaqbiżx l-għoli massimu ta' 1.4m kif stipulat fil-policy and design guidance 2005, para.", "9.3.", "ANNIMALI MAQTULA B'EMERĠENZA", "22331.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 22143 u jgħid kemm annimali nqatlu fil-biċċerija ta' l-emerġenza matul l-ewwel sitt xhur tas-sena u f'dawn l-aħħar ħames snin?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: In-numru ta' annimali li nqatlu b'emerġenza fil- biċċerija tal-Marsa matul dawn l-aħħar ħames snin hu kif jidher hawn taħt:", "|2002|897 | |2003|887 | |2004|855 | |2005| | | |1,008 | |2006|502 | | |(sa | | |Settembru) |", "PREZZ TA' L-GĦENEB", "22333.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari 22140 u 22139, jista' l-Ministru jinvestiga kemm kien il-prezz ta' l-għeneb għall- industrija ta' l-inbid lokali matul din is-sena?", "Jista' jagħti l-istess tagħrif għas-snin 2003, 2004 u 2005?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "TJUR TAS-SIMNA", "22334.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 22142 u jgħid kemm kienet il-produzzjoni tat-tjur tas-simna fl-ewwel sitt xhur ta' l-2002, 2003, 2004 u 2005?", "Kemm kienet iċ-ċifra ta' flus abbażi tal-piż f'kull każ separatament?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Il-produzzjoni tat-tjur tas-simna fl-ewwel sitt xhur kienet kif jidher hawn taħt:", "*2003 - 2,696,372 tiġieġ b'piż ħaj (liveweight) ta' 6,291,630 kg - prezz medju ta' 65ċ/kg", "*2004 - 2,128,021 tiġieġ b'piż ħaj (liveweight) ta' 4,732,905 kg - prezz medju ta' 70ċ/kg", "*2005 - 1,401,914 tiġieġ b'piż ħaj (liveweight) ta' 3,085,106 kg - prezz medju ta' 69ċ/kg", "Ir-records ta' produzzjoni ta' tjur bdew jinżammu fuq in-national livestock database mill-2003 'il quddiem.", "Il-prezzijiet indikati huma l-prezzijiet bl-ingrossa (wholesale) li l- proċessuri tat-tjur użaw matul dawn is-snin.", "PROĠETT TA' BIEB IL-BELT", "22336.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 22146 u jgħid għaliex il-proġett ta' bieb il-Belt ma nbediex matul din is-sena?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jirriferi għat- tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 22146.", "VALLETTA BUS TERMINUS", "22337.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 22134 u jgħid meta se jibda x-xogħol fuq il-bus terminus tal-Belt Valletta?", "Kemm se jiġi jiswa?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "TJUR TAS-SIMNA", "22338.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 22141 u jgħid kemm kienet il-produzzjoni tat-tjur tas-simna fl-ewwel xhur ta' din is-sena?", "Kemm hi stmata f'ċifra ta' flus din il-produzzjoni?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Il-produzzjoni tat-tjur tas-simna fl-ewwel disa' xhur ta' din is-sena kienet ta' 1,915,271 tjur, b'piż ħaj (liveweight) ta' 3,891,209 kg.", "Il-prezz medju huwa ta' 69ċ/kg.", "Dan huwa l-prezz bl-ingrossa (wholesale) li l-proċessuri tat-tjur użaw matul din is-sena.", "STUDENTI TAL-B.EDUC", "22349.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru jgħid jekk studenti tal-B.", "Educ li se jiggradwaw is-sena d-dieħla mill-Universita' ta' Malta hux se jkunu jistgħu jkomplu sena oħra biex iġibu l-masters jew inkella l-kors tal- masters hux se jitwal b'sentejn, biex b'hekk jiġi mtawwal għal sentejn?", "Huwa veru li l-kors tal-PGCE se jitwal għal sentejn?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "TRAFFIC LIGHTS F'TAS-SLIEMA", "22352.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jieħu l-passi xierqa u meħtieġa biex isiru traffic lights/pelican lights quddiem il-kappella ta' l-Adorazzjoni fi Triq it-Torri, Tas-Sliema - ħdejn il-kunvent tal-Karmelitani - peress li ħafna anzjani jaqsmu minn din l-akkwata perikoluża biex imorru fil-kappella u biex jidħlu l-knisja tal-Karmnu mill-bieb tal-ġenb?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Minn ispezzjoni li saret fuq il-post minn uffiċjali ta' l-awtorita' dwar it-trasport, irriżulta li l-post indikat għal traffic/pelican light jinsab 110 metru 'l bogħod miż-zebra crossing ta' ħdejn il-knisja tal-Karmnu u 109 metru 'l bogħod mill-pelican crossing biswit k/m Triq San Franġisk.", "Skond il-kriterji ta' l-awtorità, id-distanza minima bejn żewġ pedestrian crossings m'għandhiex tkun anqas minn 200 metru, għalhekk il-post indikat f'din il-mistoqsija parlamentari huwa viċin wisq tal-pedestrian crossing eżistenti fi Triq it-Torri.", "Minn speed survey li sar fuq il-post, irriżulta li l-85th percentile dry weather speed tat-triq huwa 44km/h, għaldaqstant skond l-istandards hemm bżonn ta' linji ta' viżibilità ta' mhux anqas minn 50 metru, li f'dan il- każ karozzi ġejjin min-naħa ta' San Ġiljan ma jkollhomx tali viżibilità.", "Għaldaqstant mhux rakkmandat li ssir pedestrian crossing fil-post indikat f'din il-mistoqsija parlamentari.", "GĦOTI TA' MIDALJI LILL-MEMBRI TA' L-ARMATA", "22353.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jagħti spjegazzjoni għaliex f'dawn il- ġranet ġew irtirati numru ta' midalji li ngħataw lil xi suldati?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Fost il-kriterji li huma fis-seħħ sabiex suldat fil- forzi armati jingħata l-midalja għal servizz twil u effiċjenti hemm, li wieħed ma jkunx ġie misjub ħati fuq mhux iżjed minn żewġ reati żgħar tul l- ewwel 18-il sena servizz tiegħu ma' l-armata.", "Fost l-aħħar nominazzjonijiet għall-midalji li ngħataw dan l-aħħar, kien hemm numru ta' suldati li minħabba li kellhom aktar minn żewġ reati ma kenux eliġibbli għall-għoti ta' din il-midalja.", "Ġara li minħabba li kien hemm svista tar-records tal-kondotta ta' uħud minn dawn l-individwi, sfortunatament uħud ġew nominati għal din il-midalja mingħajr ma kienu eliġibbli għaliha, għaldaqstant sabiex ma jitkomplix jiġi pperpetrat żball ġenwin ġie deċiż li l-midalji li ngħataw lil dawn l-individwi jiġu rtirati.", "IRWEJJAĦ TA' GASSIJIET F'RAĦAL ĠDID", "22354.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu l-investigazzjonijiet ta' l-enemalta dwar il-gassijiet/irwejjaħ li residenti ta' Triq it-Tfief, Raħal Ġdid qed jilmentaw dwarhom?", "Jista' iserrah moħħ dawn ir-residenti dwar saħħithom u s-sigurta' tagħhom?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ir-rapport ta' l-espert dwar irwejjaħ fi Triq it-Tfief, Raħal Ġdid qed jitpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "Dan ir-rapport juri li l- gassijiet/irwejjaħ huma skond avviż legali 225 ta' l-2001.", "Il-korporazzjoni se tieħu passi ulterjuri billi tissiġilla x-xaft imsemmi fir-rapport permezz ta' sistema li faċilment tkun tista' tinfetaħ jew tinqala' minn ġewwa u/jew minn barra jekk tinqala' xi emerġenza.", "ĦAL QORMI - FILE WD519/03", "22355.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' l-Ministru jgħid meta se jitlesta x-xogħol ippjanat skond każ tal-works department file WD519/03 fl-area ta' Tas-Sidra f'Wied il-Kbir, Qormi?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Filwaqt li l-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jirriferi għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 22037, ninsab informat li l-file li għalih qed issir riferenza m'għandu x'jaqsam xejn ma' xogħol f'Wied il- Kbir, Qormi.", "Għaldaqstant l-Onor.", "Interpellant huwa ġentilment mitlub jispeċifika għal liema żona/area/lok/sit qiegħed jirriferi.", "DAWL FL-IMĠARR", "22356.", "L-ONOR.", "JOSEPH CASSAR staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid għaliex it-triq prinċipali li tagħti mill-Mosta għaż-Żebbiegħ, Mġarr f'dawn l-aħħar ġranet qed tkun dejjem bla dawl?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Id-dawl fit-triq prinċipali li tagħti mill-Mosta għaż- Żebbiegħ jaqa' taħt ir-responsabbilta' ta' l-awtorita' dwar it-trasport u mhux ta' l-enemalta, pero' l-enemalta xorta waħda ħadet ħsieb tinforma lill- awtorita' dwar it-trasport b'dan l-ilment.", "AIR MALTA - FREE FLIGHT TICKETS", "22357.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru jirrispetta l-kariga li ġiet lili fdata mill-poplu u fl-istess ħin jerfa' r- responsabbilta' tiegħu lejn l-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż, u jwieġeb il- mistoqsijiet parlamentari 21832 u 21908?", "Jista' jgħid għaliex qiegħed jipprova jaħrab milli jwieġeb dawn il-mistoqsijiet?", "X'inhi r-raġuni li qed tinħeba l-informazzjoni mitluba u eventwalment jiġu mistura ċerti ismijiet li qed igawdu minn dawn il-vjaġġi b'xejn?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Peress li rrispondejt fid-dettal iż-żewġ domandi li għalihom qiegħed jirriferi l-Onor.", "Interpellant kif ukoll domanda 22061 li hi relatata, u peress li l-Onor.", "Interpellant ma tax spjegazzjoni għalxiex jew għal min qiegħed jirriferi, ma nista' inżid xejn mat-tliet risposti li diġa' tajt.", "MALTACOM - FREE UNLIMITED CALLS", "22358.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru jirrispetta l-kariga li ġiet lili fdata mill-poplu u fl-istess ħin jerfa' ir- responsabbilta' tiegħu lejn l-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż, u jwieġeb il- mistoqsijiet parlamentari 21830 u 21911?", "Jista' jgħid għaliex qiegħed jipprova jaħrab milli jwieġeb dawn il-mistoqsijiet?", "X'inhi r-raġuni li qed tinħeba l-informazzjoni mitluba u eventwalment jiġu mistura ċerti ismijiet li qed igawdu minn linji telefoniċi b'xejn?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jirriferi għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 22357.", "AIR MALTA - SKEMA TA' IRTIRAR", "22359.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk dawk li għażlu li jieħdu l-iskema ta' l-irtirar kmieni mill-Air Malta, skond il-ftehim industrijali bejn l-Air Malta u l-erba' unions li jirrappreżentaw lill-ħaddiema iffirmat fis-26 ta' Mejju 2004, hux se jkollhom il-pensjoni tagħhom garantita?", "Jekk fl-affermattiv, minn min?", "Mill-gvern jew mill-Air Malta?", "Jista' jgħid ukoll jekk l-imsemmi ftehim ġiex hypothicated skond il-liġijiet industrijali?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "ENERGY SUPPLY", "22363.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Peress li skond schedule 8 tal-liġi tal-VAT hemm 5% VAT fuq is-supply ta' l-enerġija, jista' l- Ministru jgħid jekk din it-taxxa hijiex parti mill-komputazzjoni tas- surcharge?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "VAT", "22364.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 22114 u jagħti risposta għat-tieni u t-tieliet parti ta' mistoqsija parlamentari 21114?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "TRIQ ŻEBBUĠ, Ħ'ATTARD", "22376.", "L-ONOR.", "JOSEPH CASSAR staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jiċċekkja jekk kif taqleb Triq Żebbuġ, Ħ'Attard - speċjalment fil-parti eżatt qabel il-benniena - tistax tiġi rranġata peress li l-ilma tax-xita qiegħed dejjem ixaqleb fuq il-bini tan-nies b'konsegwenza li jgħarraq l-entraturi?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "SPECIAL CLEANERS LTD.", "22377.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal- Kamra kopja tal-file dwar l-għoti tat-tender lil special cleaners limited fil-qrati tal-ġustizzja?", "ONOR.", "TONIO BORG: Kopja tal-file li għalih qed issir riferenza qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "REATI TA' PORNOGRAFIJA", "22378.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-pulizija hijiex se tappella kontra s-sentenzi mogħtija mill-qrati dan ix-xahar dwar żewġ reati ta' pornografija, fejn fihom kienu involuti persuni taħt l-eta'?", "ONOR.", "TONIO BORG: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jagħtini aktar dettalji tal-każi li qed jirriferi għalihom.", "NASSABA U KAĊĊATURI", "22379.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in- numru ta' nassaba u kaċċaturi li tteħdilhom isimhom mill-pulizija wara direttiva li ħarġet il-pulizija stess li ma jitteħdux passi immedjati kontra min kien qed jikser il-liġi peress li kienu għaddejjin diskussjonijiet ma' l-għaqdiet konċernati?", "X'kienu r-reati?", "Kemm kaċċaturi u nassaba ttellgħu l-qorti wara li tteħdilhom isimhom?", "X'kienu l- allegati jew x'setgħu kienu l-allegati reati?", "Jekk ittellgħu, jista' jgħid jekk id-diskussjonijiet ma' l-għaqdiet fallewx jew le?", "X'inhi l-pożizzjoni attwali tal-kaċċaturi u nassaba llum?", "ONOR.", "TONIO BORG: Kien hemm 86 każ fejn il-pulizija ma ħaditx passi mmedjati quddiem il-qorti in konnessjoni mar-regolamenti l-ġodda tal-kaċċa li kienu qed jiġu diskussi bejn l-awtoritajiet konċernati u l-għaqda tal- kaċċaturi u nassaba.", "Dawn ir-reati kienu kollha relatati ma' dawn ir- regolamenti l-ġodda tal-kaċċa u cioe', insib għas-summien, pluvieri, gamiem jew melvizz; senter b'kompartiment li jista' jieħu aktar minn żewġ skrataċċ fl-istess ħin; kaċċa fuq il-baħar b'mutur li l-veloċita' tiegħu tkun teċċedi aktar minn 18-il kilometru fis-siegħa.", "Dawn il-każi llum kollha qegħdin appuntati għas-smiegħ quddiem il-qorti.", "Dwar il-bqija tad-domanda, l-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jagħmilha lill- ministru konċernat.", "MOĦQRIJA FUQ ANNIMALI", "22380.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm persuni ttellgħu l-qorti dwar reati konnessi ma' moħqrija ta' annimali?", "X'weħlu f'kull każ?", "ONOR.", "TONIO BORG: Bejn Jannar u Ottubru 2006, il-pulizija ressqet sitt persuni quddiem il-qorti fuq akkużi ta' moħqrija fuq annimali.", "Mit-tlieta li nstabu ħatja, tnejn ġew mogħtija twiddiba u l-ieħor ġie mogħti Lm10 ammenda.", "Persuna nstabet mhux ħatja, filwaqt li l-każ tat-tnejn l-oħra għad mhux deċiż.", "SENTENZI MOGĦTIJA MILL-QRATI", "22381.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm-il darba appellaw minn xi sentenza mogħtija mill-qrati l-pulizija din is-sena?", "X'kienu r-reati u x'kienu s-sentenzi mogħtija għal kull reat?", "ONOR.", "TONIO BORG: Appelli minn proċeduri kriminali jsiru mill-avukat ġenerali u mhux mill-pulizija.", "F'każi deċiżi mill-qorti tal-maġistrati, il- pulizija tagħmel biss talba bil-miktub lill-qorti sabiex l-atti jintbagħtu lill-avukat ġenerali.", "Matul din is-sena s'issa, kien hemm 169 każ fejn il-pulizija għamlet din it- talba, pero' t-tagħrif fid-dettal kif miltub ma jinżammx taħt forma komputerizzata.", "Nieħu gost nara l-interess li qed juri l-Onor.", "Interpellant f'liġi benefika li l-partit tiegħu vvota kontra fil-parlament.", "ĦSARAT F'BINI WAQT XOGĦOL TA' KOSTRUZZJONI", "22382.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm rapporti saru lill-pulizija dwar ħsarat f'bini kkawżat waqt li jkun qed isir xogħol ta' kostruzzjoni fil-viċin, din is-sena u s-sena l-oħra?", "Kemm mietu jew weġġgħu persuni minħabba dawn l-inċidenti f'dawn l-aħħar ħames snin?", "Kemm nies ittellgħu l-qorti b'konnessjoni ma' reati simili u x'weħlu f'kull każ?", "ONOR.", "TONIO BORG: It-tagħrif kif mitlub mhuwiex disponibbli taħt forma ta' statistika.", "KAŻI TA' ROAD RAGE", "22383.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm persuni ttellgħu l-qorti fuq każi ta' road rage din is-sena u x'weħlu f'kull każ?", "ONOR.", "TONIO BORG: It-tagħrif hekk kif mitlub mhuwiex disponibbli.", "FOOTWAY BRIDGE F'ĦAL QORMI", "22397.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 21833, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-pjanti tal-footway bridge propost fi Triq is-Sebħ, Ħal Qormi?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Kopja tal-pjanti tal-footway bridge propost fi Triq is-Sebħ, Ħal Qormi qed jitpoġġew fuq il-mejda tal-Kamra.", "SOĊJETA' BELLMED", "22411.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jaf il-Prim Ministru li s-soċjeta' BellMed illum qiegħda tirriklama li hija l-provider ewlenija ta' 90% tas-suq tal-liċenzji tal- gaming fis-suq?", "Jista' jassigurana li ċ-chief executive ta' l-awtorita' m'għadx għandu konnessjoni diretta jew indiretta ma' din is-soċjeta'?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "CASINO DI VENEZIA", "22425.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex il-casino Di Venezia kienet ġiet irtirata lilu l-liċenzja fis-7 ta' Lulju 2006?", "Jista' jispjega għaliex wara biss ftit żmien din il-liċenzja ġiet mogħtija lura u dan wara li kienu ġew imkeċċija l-ħaddiema kollha tal-casino?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "ONLINE GAMBLING", "22426.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Fid-dawl ta' l-att tad-29 ta' Settembru, 2006 tal-USA li kkriminalizza l-logħob ta' l-online gambling fil-USA, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-awtorita tal-lotteriji u logħob ħaditx prekawzjoni biex tassigura lis-service provider ewlenija BellMed ma tagħtix servizzi lil soċjetajiet li jaċċettaw skommessi minn ċittadini Amerikani?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra."]} {"filename": "20071106_585d_par.doc", "date": "2007-11-06", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Uffiċjali u Rivedut) L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 585 It-Tlieta, 6 ta' Novembru, 2007 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 585", "It-Tlieta, 6 ta' Novembru, 2007", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.02 p.m.", "Talba", "Seduta Nru. 585", "It-Tlieta, 6 ta' Novembru, 2007", "WERREJ", "MINUTI 172", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 172", "TQEGĦID TA' KARTI 179", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR L-AWTORITA` TAD-DJAR (It-Tieni Qari)", "HOUSING AUTHORITY (AMENDMENT) BILL (Second Reading) 179", "AĠĠORNAMENT 198", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 201", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 584 li saret fil-5 ta' Novembru, 2007 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "KIRI TA' KAROZZI", "28251.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO (f'isem l-Onor.", "Joe Debono Grech) staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk ġewx mikrija jew leased karozzi għal użu tiegħu minn Jannar 2007 sal-lum?", "F'każ li fl-affermattiv, x'tip ta' karozza inkriet jew ġiet leased?", "Kemm hi r-rata li biha nkriet jew ġiet leased il- karozza kull ġurnata u għal kemm żmien?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni) (f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern): It-tweġiba hija fin-negattiv.", "NEFQA FUQ MANUTENZJONI TA' KAROZZA", "28253.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO (f'isem l-Onor.", "Joe Debono Grech) staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Kemm swiet il- manutenzjoni tal-karozza tiegħu bħala ministru u s-second car separatament minn Jannar 2007 sal-lum?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern): L-ispiża għall-manutenzjoni tal-karozzi li rrifera għalihom l- Onor. Interpellant kienet ta' Lm3,233.60 u Lm624.87 rispettivament.", "XIRI TA' KAROZZI ĠODDA", "28254.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO (f'isem l-Onor.", "Joe Debono Grech) staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Inxtraw karozzi ġodda għall-użu minn uffiċjali jew għall-użu ġenerali fil-ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn Jannar 2007 sal-lum?", "F'każ li fl-affermattiv, għal min kienu u għal liema skop inxtraw?", "X'tip ta' karozzi huma u x'inhu l-prezz u ċ-ċilindrata tagħhom?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern): L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant hi kif jidher hawn taħt:", "|Uffiċjal/ |Tip ta' |Prezz |Ċilind| |Dipartimen|karozza |(Lm) |rata | |t | | | | |Director |Kia |6300 |1582 | |General |Serrato | | | | |1.6D | | | |Director |Opel |5188 |1229 | |Programme |Corsa MPV| | | |Implementa| | | | |tion | | | | |Detention |Landrover|6300 |1952 | |Service |Freelande| | | | |r | | | |Detention |Landrover|6300 |1952 | |Service |Freelande| | | | |r | | | |Detention |Landrover|6300 |1952 | |Service |Freelande| | | | |r | | |", "NEFQA FUQ SAFAR", "28256.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO (f'isem l-Onor.", "Joe Debono Grech) staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Kemm kienet in- nefqa fuq safar inkluż spejjeż ta' lukandi, flights u subsistence allowance fil-ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, inkluż safar ministerjali, minn Jannar 2007 sal-lum separatament, xahar b'xahar u min kienu l-uffiċjali separatament?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern): It-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant hu kif jidher fit- tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.", "NEFQA FUQ HOSPITALITY", "28257.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO (f'isem l-Onor.", "Joe Debono Grech) staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Kemm kienet in- nefqa fuq kull tip ta' hospitality fil-ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu separatament u xahar b'xahar minn Jannar 2007 sal- lum?", "Min ta l-approvazzjoni għal dan l-infiq f'kull każ separatament?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern): It-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant hu kif jidher fit- tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.", "UFFIĊJALI LI RRIŻENJAW", "28259.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO (f'isem l-Onor.", "Joe Debono Grech) staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Kien hemm uffiċjali fi skala 1 sa skala 4 li minn Jannar 2007 sal-lum irriżenjaw jew għalqilhom il-kuntratt u ma reġgħux applikaw għall-istess pożizzjoni fil- ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?", "F'każ li fl- affermattiv, liema pożizzjonijiet kienu fihom dawn l-uffiċjali u x'kienet r- raġuni li rriżenjaw jew ma applikawx għall-istess pożizzjoni?", "ONOR.", "TONIO BORG (Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern): L- informazzjoni għal dak li jirrigwarda d-dekasteru tiegħi hija s-segwenti:", "Fid-diviżjoni tal-Qrati tal-Ġustizzja, minn Jannar, 2007 sal-lum kien hemm uffiċjal wieħed fi skala 4 li għalaqlu l-kuntratt u ma reġax applika għall- istess pożizzjoni.", "Dan l-uffiċjal, li kien jokkupa l-pożizzjoni ta' direttur u reġistratur tal-Qrati Ċivili u t-Tribunali Ċivili, ma applikax għall-istess pożizzjoni għax ġie maħtur f'pożizzjoni ogħla.", "Infurmat ukoll illi l-bord konsultattiv dwar liċenzji tal-pulizija ġie xolt permezz ta' l- Avviż Legali Nru. 222 ta' l-2007.", "SKEJJEL – TAGĦLIM TAL-PSD", "28605.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: B'riferenza għal mistoqsija parlamentari W411, f'liema snin qed jiġi mgħallem is-suġġett tal- PSD u kemm għandhom lezzjonijiet fil-ġimgħa skond kull każ?", "Kemm hemm għalliema li qed jgħallmu dan is-suġġett?", "Kemm daħlu għalliema f'dawn l- aħħar tliet snin separatament?", "Jeżistu vakanzi f'dan is-suġġett?", "Kemm hemm għalliema li applikaw u għadhom ma ġewx magħżula biex jgħallmu l-PSD?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi): Jien informat hekk:", "Skejjel ta' l-Istat - Fis-settur primarju qed jiġi mgħallem fil-Year 4, 5, 6 u 7.", "It-tfal għandhom lezzjoni waħda fil-ġimgħa.", "Fil-bidu tas-sena kien hemm 45 għalliem/a ta' dan is-suġġett.", "Tliet snin ilu daħlu sitt għalliema ġodda, sentejn ilu daħlu tnejn u din is-sena daħlet għalliema ġdida.", "Ma jeżistu l-ebda nuqqasijiet ta' għalliema tal-PSD fil-primarja.", "Fis-settur sekondarju hemm 132 għalliem/a li jgħallmu l-PSD bħala main subject u 20 bħala subsidary subject.", "Tliet snin ilu daħlu tmien għalliema ġodda, sentejn ilu daħlu tnejn u din is-sena daħlu erba' għalliema ġodda.", "M'hemmx vakanzi f'dan is-suġġett.", "Kien hemm 36 persuna li għaddew mill- intervista tal-PSD u 32 minnhom għadhom qed jistennew biex jiġu impjegati.", "Skejjel tal-Knisja - Il-PSD jiġi mgħallem mill-form 1 sal-form 5 u l- maġġoranza ta' l-iskejjel għandhom lezzjoni waħda fil-ġimgħa f'kull form.", "In-numru ta' għalliema huwa ta' 50.", "Tliet snin ilu daħlu seba' għalliema ġodda, sentejn ilu daħlu sebgħa u din is-sena daħlu tmien għalliema ġodda.", "Skejjel Indipendenti - Il-PSD jiġi mgħallem mill-form 1 sal-form 5 u l- maġġoranza ta' l-iskejjel għandhom lezzjoni waħda fil-ġimgħa f'kull form.", "In-numru ta' għalliema hu ta' sebgħa.", "Tliet snin ilu daħlet għalliema ġdida, sentejn ilu daħlu tlieta u din is-sena daħlet għalliema ġdida.", "SKEJJEL - KAPIJIET U ASSISTENTI", "28606.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: B'riferenza għal mistoqsija parlamentari W409, jista' l-Ministru jgħid min huma l-kapijiet u assistenti kapijiet fl-iskejjel primarji u sekondarji ta' Malta u Għawdex?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif mitlub għadu qed jiġi verifikat u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "KUNĊERT TA' MRO.", "MUTI - NEFQA", "28607.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru għat-Turiżmu u Kultura: B'riferenza għal mistoqsijiet parlamentari W416 u W431, jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-iffinanzjar li sar mill- ministeru tiegħu?", "Barra minn dan kemm kienu l-ispejjeż involuti?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (Ministru għat-Turiżmu u Kultura): Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 28582.", "MCAST – TIBDIL FIT-TIMETABLE", "28608.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: B'riferenza għal mistoqsija parlamentari W357, jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li fl- aħħar ġurnata ta' l-iskola fl-MCAST ġiet mibdula t-timetable b'konsegwenza li l-eżami ta' l-accounts, li kellu jsir fit-22 ta' Ġunju ta' din is-sena, ġie mressaq għas-6 ta' Ġunju?", "Japprezza li l-istudenti għandhom eżamijiet oħra u jkunu anke qassmu x-xogħol tagħhom skond it-timetable oriġinali?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li t-timetable annwali għall-accounting fil- livell avvanzat għall-istudenti ta' l-ewwel sena fil-matriculation certificate course kienet mibdula fil-bidu ta' Mejju u mhux fl-aħħar ġurnata ta' l-iskola, il-Ġimgħa l-1 ta' Ġunju.", "It-timetable ġiet ippubblikata għall-istudenti immedjatament fil-bidu ta' Mejju minħabba li waħda mill-istudenti kienet qed tipparteċipa fil-Logħob tal-Pajjiżi z- Żgħar.", "Għaldaqstant il-Kumitat Olimpiku għamel talba biex it-timetable tiġi rranġata sabiex din l-istudenta tkun tista' tipparteċipa fil-logħob u tkun tista' toqgħod għall-eżamijiet fl-istess ħin.", "Jidher li l-istudenti ta' l-accounting ma rawx in-notice board, għalkemm dejjem kienu jiġu avżati u miktub fil-handbook tagħhom biex jiċċekkjaw in-notice boards kuljum.", "L-unika timetable li ħarġet jumejn qabel l-aħħar ġurnata ta' l-iskola, u mhux fl-aħħar ġurnata, hija t-timetable li tindika l-allokazzjoni tal- kmamar.", "Din dejjem toħroġ eżatt qabel l-eżamijiet.", "L-istudenti kollha tal- matriculation certificate course kienu jafu b'dawn il-bidliet minn ġimgħat qabel.", "Jidher li dawn il-ħames jew sitt studenti biss ma kenux jafu.", "KARTA TA' L-EŻAMI TAL-FARMAĊIJA", "28609.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: B'riferenza għal mistoqsija parlamentari W360, x'inhi r-raġuni li fil-karta ta' l-eżami ta' l-ewwel sena tal-farmaċija ġewwa l-universita` ta' Malta kien hemm partijiet importanti mill-istess karta fejn ma kenux koperti matul din is- sena akkademika?", "X'impatt se jkollu dan il-fatt fuq l-istudenti jekk ma jġibux marki biżżejjed sabiex ikomplu dan l-istess kors fit-tieni sena?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ma jirriżultax li f'xi karta ta' l-eżami ta' l-ewwel sena tal-farmaċija ta' l-universita` ta' Malta kien hemm partijiet importanti mill-istess karta li ma kenux koperti matul is-sena akkademika.", "Madankollu, jekk xi student jew studenta għandhom xi diffikulta`, huma mistiedna jkellmu lill-kap tad-dipartiment kif dejjem isir meta jkun hemm il-bżonn.", "RIŻENJI MINN BORDIJIET", "28610.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: B'riferenza għal mistoqsijiet parlamentari W430 u 26704, jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm riżenji minn bordijiet, awtoritajiet, fondazzjonijiet u kumitati oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?", "Jekk fl-affermattiv, min huma u meta rriżenjaw?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-bidliet li saru ta' membri fuq bordijiet imsemmija kien riżultat ta' għeluq ta' terminu ta' l-istess bordijiet.", "XOGĦOL TA' RESTAWR", "28667.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: X'xogħol ta' restawr sar fil- Mellieħa, San Pawl il-Baħar, Naxxar, San Ġiljan u Sliema mill-2003 sal-lum?", "Fiex kien jikkonsisti kull xogħol?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (f'isem il-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura): Ix-xogħlijiet ta' restawr li saru mill-2003 sal-lum fil- lokalitajiet imsemmija mill-Onor.", "Interpellant huma kif murija hawn taħt:", "Mellieħa - Xogħol ta' restawr tal-batterija ta' Westreme;", "San Pawl il-Baħar - Xogħol ta' manutenzjoni u restawr fuq il-Knisja ta' Sant' Anna fil-Pwales.", "Inbidel ukoll il-madum tagħha biex sar ċangatura.", "Naxxar - Xogħol ta' restawr tal-Knisja ta' Santa Katerina fil-limiti tan- Naxxar; Xogħol ta' restawr tan-niċċa f'nofs it-Telgħa t'Alla u Ommu, wara li kienet intlaqtet minn trakk; se jinbeda xogħol ta' manutenzjoni tal- Knisja ta' San Pawl tat-Tarġa l-ġimgħa d-dieħla.", "San Ġiljan - Xogħol ta' restawr tal-volta mpittra tal-parroċċa l-qadima.", "Sliema - Ma saru l-ebda xogħlijiet f'din il-lokalita` fis-snin imsemmija.", "RABAT - HOWARD GARDENS", "28678.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Meta se jsir l-embellishment tal-parti tal- ġnien ta' Howard Gardens fir-Rabat li tħalliet barra meta saru x-xogħlijiet aktar kmieni din is-sena?", "Kemm kienet in-nefqa globali f'ċifra ta' flus tax-xogħlijiet li saru?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Il-proġett ta' embellishment ta' Howard Gardens li twettaq fi ħdan il-ministeru għat-turiżmu u kultura kien l-ewwel fażi minn proġett akbar li għad irid isir f'din iż-żona, proġett li jinkludi d-disinn integrat ta' l-ispazju quddiem l-entratura ta' l-Imdina u li jinvolvi anke l-alterazzjoni tad-direzzjoni tat-traffiku minn kif inhu bħalissa.", "Il-ministeru għat-turiżmu u kultura kien involut biss fl-ewwel fażi, li swiet madwar Lm379,000 b'kollaborazzjoni mal-kunsill lokali ta' l- Imdina u mal-proġett ta' riabilitazzjoni ta' l-Imdina.", "MAINS TA' L-ILMA", "28682.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO (f'isem l-Onor.", "Charles Buhagiar) staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l- Informazzjoni: B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 28331, x'inhu t-tul ta' main renewals, mains ġodda u servizzi ġodda ta' l-ilma li ngħataw f'dawn l-aħħar 12-il xahar?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninsab informat li minn Ottubru 2006 sa Settembru 2007 sar dan ix-xogħol fuq is-sistema tad-distribuzzjoni tal-ilma f'Malta u Għawdex: Mains renewals - 47,507m; mains ġodda - 5,427m u servizzi ġodda - 4,687m.", "BUS TICKETING MACHINES - ĦSARAT", "28683.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO (f'isem l-Onor.", "Charles Buhagiar) staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Kemm ġew irrapportati ħsarat tal-bus ticketing machines kemm dawk fuq il-vetturi kif ukoll dawk li hemm fil-Belt, Ta' Sliema u Buġibba, matul dawn l-aħħar 12-il xahar kull xahar separatament?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (f'isem il-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq): Ir-risposta tingħata f'seduta oħra.", "IMPJANTI TAD-DRENAGG", "28684.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO (f'isem l-Onor.", "Charles Buhagiar) staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l- Informazzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 28327, jista' l- Ministru jgħid f'liema stadju waslu l-impjanti tat-trattament tad-drenaġġ f'Għawdex, il-Mellieħa u l-Kalkara?", "Meta hu ppjanat li se jitlesta x- xogħol fuq dawn l-impjanti?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-impjant tad-drenaġġ f'Għawdex se jitlesta sa l-aħħar ta' l-2007.", "L-impjant tad-drenaġġ tal-Mellieħa qiegħed fi stat avvanzat, madanakollu, wara nuqqas mill-fornitur Taljan li jibgħat it-tagħmir kollu neċessarju sabiex jitħaddem dan l-impjant, qed isiru negozjati biex tiġi stabbilita d-data tat-tlestija.", "Fejn jirrigwarda l-impjant ippjanat fin- nofsinhar ta' Malta, bħalissa qiegħda issir l-evalwazzjoni tat-tender wara sejħa għall-offerti ippublikata għal dan l-istess impjant.", "WSC – PREZZ TA' KULL UNIT TA' ILMA", "28685.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO (f'isem l-Onor.", "Charles Buhagiar) staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l- Informazzjoni: B'riferenza għal mistoqsija parlamenetari 28291 dwar il- produzzjoni ta' l-ilma mill-WSC, jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-prezz attwali għal kull unit prodott?", "Kemm jiġi jqum kull unit ta' l-ilma lill- WSC meta jitwassal għand il-konsumatur?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ir-risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "EXTENSION TAL-MAIN TAD-DRENAĠĠ", "28686.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO (f'isem l-Onor.", "Charles Buhagiar) staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l- Informazzjoni: B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 28333, jista' l- Ministru jgħid x'inhu t-tul ta' l-extension tal-main tad-drenaġġ li sar f'dawn l-aħħar 12-il xahar, inkluż il-lokalita` fejn sar ix-xogħol?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "KORP TAL-PULIZIJA – MEMBRI LI WEĠĠGĦU FUQ IX-XOGĦOL", "28689.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Kemm kien in-numru ta' kuntistabbli li weġġgħu matul dmirijiethom matul din is-sena?", "Kemm minnhom għadhom jissuktaw bis-sick leave?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li jien tajt għal mistoqsija parlamentari 27668.", "MTARFA BYPASS", "28690.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Kemm fil-fatt fil-fażijiet kollha tagħhom swew flus ix-xogħlijiet tal-proġett tal-bypass ta' l-Imtarfa?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (f'isem il-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq): Ir-risposta tingħata f'seduta oħra.", "LABORATORY EQUIPMENT", "28691.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO (f'isem l-Onor.", "Charles Buhagiar) staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 28354, jista' l-Ministru jgħid x'sar mil-laboratory equipment li kellu d-dipartiment tat-toroq?", "Il-laboratorju fi ħdan in-network infrustructure directorate qiegħed jitħaddem?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (f'isem il-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq): Parti minn dan it-tagħmir qed jintuża mill-awtorità dwar it- trasport ta' Malta biex permezz tiegħu jsiru field tests.", "Qed isiru diskussjonijiet bejn l-ADT u l-università ta' Malta biex din tibda tagħmel użu wkoll minn dan it-tagħmir biex tipprovdi faċilitajiet ta' ittestjar addizzjonali lill-awtorità filwaqt li fl-istess ħin titħarreġ lill- istudenti fil-proċeduri ta' l-ittestjar.", "MTARFA BYPASS", "28693.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jinvestiga x-xquq li hemm fil-parti l-ġdida u l-qadima tal-Mtarfa bypass?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (f'isem il-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq): L-ADT qed tagħmel l-investigazzjonijiet meħtieġa u qed isir pjan ta' manutenzjoni tal-wiċċ tat-triq.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Joseph Cuschieri, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Jirriżulta li diversi toroq li għadhom kif ġew inawgurati peress li saru mill-ġdid jew sar intervent kbir fuqhom, qed tiżviluppalhom ħsara fl-uċuħ u fil-bażi tagħhom.", "X'passi se jieħu l-gvern biex min kien responsabbli għal dan ix-xogħol, jagħmel it-tiswijiet neċessarji?", "X'garanzija ngħatat mill-kuntratturi biex meta jispiċċaw ix- xogħol tagħhom jibqgħu responabbli għalih għal numru ta' snin?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Safejn naf jien hemm il-garanziji u l- proċeduri meħtieġa mal-kuntratturi kollha biex jekk wara li jagħmlu x- xogħol jirriżultaw xi ħsarat, jibqgħu responsabbli għalihom huma.", "Barra minn hekk din tista' taffetwa wkoll il-proċedura ta' pagamenti.", "Madanakollu, jekk l-Onor.", "Interpellant jaf b'xi każijiet speċifiċi, nitolbu jagħmel mistoqsija bil-miktub sabiex issir il-verifika meħtieġa u jingħata tweġiba għas-sodisfazzjon tiegħu.", "ĦRUĠ TA' VISAS", "28696.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: X'passi se jittieħdu biex ma nitilfux turisti minn pajjiżi bħar-Russja, l-Ukranja u s-Serbja peress li aġenti ta' l-ivvjaġġar qed jilmentaw li t-turisti minn dawn il-pajjiżi se jonqsu drastikament minħabba l-fatt li l-ambaxxata ta' Moska se toħroġ biss 25 visas kuljum u li l-Ukrajna qed issib xi diffikultajiet mill-ambaxxata Awstrijaka?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joseph Cuschieri, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Sur President, hawnhekk qegħdin nitkellmu dwar il- fatt li b'effett mill-1 ta' Novembru li għadda t-turisti minn ċerti pajjiżi, bħar-Russja, is-Serbja u l-Ukrajna, mhux se jkollhom aktar il- faċilita` li tinħarġilhom viża malli jaslu fl-ajruport ta' Malta.", "Nafu li 13% tat-turisti li jżuruna ġejjin minn dawn il-pajjiżi u li biex turist mill-Ukrajna jiġi Malta, per eżempju, irid joqgħod imur l-ambaxxata Taljana biex iġib il-viża.", "Jista' l-Ministru jgħidilna xi pjanijiet għandu l-gvern biex jittieħdu l-passi immedjati u ma taqax id-diżgrazzja fuqna li dawn it- turisti jintilfu?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-ewwelnett ma naħsibx li l-persentaġġ ta' turisti li ġejjin minn dawn il-pajjiżi huwa kif indikat mill-Onor.", "Interpellant.", "Apparti minn dan, id-domanda kif saret issa hija waħda ġenerika u bil-qalb kollha nista' nweġibha u nagħti iktar informazzjoni.", "Ir-raġuni għalfejn jien għedt li t-tweġiba għall-mistoqsija kif saret se tingħata f'xi seduta oħra hi minħabba l-fatt li hemm xi lment dwar każ partikolari u dwar x'qed jiġri fl-Ukrajna u allura l-ministru għandu bżonn jagħmel xi verifiki dwarhom mal-ministeru għall-affarijiet barranin.", "Issa x'qiegħed jiġri b'mod ġenerali?", "L-ewwelnett Malta f'dan ir-rigward m'għandhiex għażla għax trid timxi mar-regoli tal-pajjiżi kollha ta' l- Unjoni Ewropea.", "Meta aħna konna estendejna ż-żmien sal-31 ta' Ottubru, biex almenu persuni minn uħud minn dawn il-pajjiżi, speċjalment mir-Russja, stajna nibqgħu nagħtuhom il-viża litteralment minn fuq l-art tagħna, konna qed nagħmlu hekk bħala konċessjoni u konċessjoni forsi ftit anke ġeneruża.", "Biex il-ħruġ ta' viża jsir b'mod serju jirrikjedi li min japplika għaliha jmur preferibbilment fl-ambaxxata ta' Malta, ikollu intervista verbali u abbażi ta' dik l-intervista, tinħareġ il-viża u l-persuna tkun tista' tiġi Malta.", "Naturalment pajjiż żgħir bħal tagħna ma jistax ikollu ambaxxati fil- pajjiżi kollha u allura ftehemna mal-ministeru ta' l-affarijiet barranin li fejn nistgħu nżidu r-riżorsi fl-ambaxxati Maltin, għax naturalment trid iktar nies biex jagħmlu processing u l-ministeru għall-affarijiet barranin qiegħed jagħmel programm preċiżament biex jimxi b'dan il-mod.", "Barra minn hekk sar ukoll ftehim ma' ambaxxati oħrajn, li għandhom ir-riżorsi meħtieġa u li għandhom network iktar estiż milli jkun limitat għall-belt kapitali biss, bħalma huma l-ambaxxati li għandha l-Awstrija u l-Italja.", "Il-fatt li dawn l-ambaxxati aċċettaw li jagħmlu l-ipproċessar ta' visa applications anke għal turisti li mhux sejrin f'pajjiżhom imma li ġejjin f'Malta, fih innifsu huwa pożittiv.", "Dan ifisser li min ġej Malta mhux se jkun ristrett jew limitat bl-ambaxxati ta' pajjiżna - li dejjem se jkunu limitati fil- preżenza tagħhom - imma jistgħu jużufruwixxu ruħhom ukoll mis-servizz ta' għoti ta' visas li joffru dawn iż-żewġ pajjiżi wkoll.", "Naturalment jien konvint li speċjalment fl-ewwel ġranet - għax kif qal l- Onor. Interpellant din hija proċedura li bdiet tapplika mill-1 ta' Novembru li għadda - se jkollok teething problems, se jkollok każijiet fejn ikun hemm min imur f'ambaxxati oħra u forsi ma jsibx is-servizz li jixtieq, jew isib xi diffkultajiet li ma kenux previsti.", "Jien qed nitlob lill-operaturi turistiċi biex fejn ikollhom każijiet bħal dawn, lilna jinfurmawna mill- ewwel biex inkun nista' ngħaddihom lill-ministru għall-affarijiet barranin u jagħmel il-verifiki meħtieġa u aħna min-naħa tagħna nġeddu l-impenn tagħna li kull fejn nistgħu, inżidu l-preżenza tagħna.", "Naturalment jien ma nistax ngħid li anke fl-Ukrajna, per eżempju, se nagħmlu ambaxxata li minnha se jibda jingħata servizz sħiħ u se joħorġu l- visas kollha li jitolbuna jew li f'kull parti tar-Russja jew taċ-Ċina se jkollna dan is-servizz.", "Jekk ngħidu hekk ma nkunux b'saqajna ma' l-art, imma li nużaw b'mod tajjeb ambaxxati ta' pajjiżi oħrajn, li fejn hemm diffikultajiet nivverifikawhom u nagħtu servizz aħjar u li fejn nistgħu, fil-limitazzjoni tar-riżorsi tagħna, inżidu r-riżorsi ta' preżenza Maltija wkoll, huwa aħjar.", "Fil-fatt il-ministeru tiegħi u l-ministeru għall- affarijiet barranin qed jikkoordinaw ħafna flimkien biex intejbu dejjem iżjed is-servizz mogħti f'dan ir-rigward.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Nirringrazzja lill-ministru ta' l-ispjegazzjoni li għadu kif ta għalkemm ma naħsibx li hija sodisfaċenti għal kollox.", "Mhux qed ngħid hekk b'mod personali imma għax ma naħsibx li dak li qal jissodisfa lill-operaturi turistiċi u lil min is-suq tiegħu jiddependi minn dawn il-pajjiżi.", "L-ispjegazzjoni tal-ministru toħroġ biċ-ċar id- diffikultajiet li se nkunu qed niffaċċjaw minn pajjiżi kbar bħalma huma ċ- Ċina u r-Russja.", "Għandek ambaxxata li trid isservi għal pajjiż enormi.", "Pajjiż li m'għandux network faċli bħalma għandu pajjiżna biex persuna takkwista viża, aktar u aktar meta dan ikun ta' ċertu kobor, se jħalli effett negattiv fuq iċ-ċittadini ta' dan il-pajjiż biex iżuru Malta.", "Konna ilna nafu b'dan żmien ilu.", "MR SPEAKER: Għamel il-mistoqsija, Onor. Cuschieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Se niġi għall-mistoqsija, Sur President.", "Dak li qed ngħid huwa interessanti u fl-interess tal-pajjiż u m'huwiex xi ħaġa li għandu valur politiku.", "Naħseb li l-ministru jrid jagħti spjegazzjoni ċara ta' kif turist li sa ftit taż-żmien ilu kien isibha faċli biex jakkwista viża ħalli jkun jista' jiġi lejn pajjiżna, issa jkun jista' jagħmel dan bl- istess mod.", "Għax dak huwa l-aktar importanti, li ma jsibx diffikultajiet biex il-viża tkun qiegħda għandu biex jasal f'pajjiżna.", "Naħseb li b'mod komuni - jien ċert li t-tnejn naħsbu l-istess - dan jinteressahom lin-nies li qegħdin fis-settur turistiku u għal dan il-għan irridu naħdmu.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Sur President, ħalli nkunu b'saqajna ma' l- art u oġġettivi.", "L-ewwel ħaġa li rrid ngħid hu li huwa impossibbli li s- sistema tkun bħalma kienet qabel għax dan ifisser li jiġu f'Malta, ma jagħmlu ebda applikazzjoni minn qabel għall-viża, jew l-applikazzjoni tagħhom tibqa' pendenti ġo file - għalkemm forsi se niddramatizza ftit is- sitwazzjoni imma m'hijiex 'il bogħod wisq mir-realta` kif kienet - u nilqgħuhom kważi ħdejn it-taraġ ta' l-ajruplan bil-viża f'idejna biex nagħtuhielhom.", "Ma tistax issir b'dan il-mod.", "Naturalment meta kienet hekk iggwadanjajna mil-lat ta' turiżmu imma ma tistax tibqa' hekk.", "(Interruzzjonijiet)", "Issa se nibdew niggwadanjaw ukoll - kif qed jgħid tajjeb il-Viċi Prim Ministru - mill-proċeduri tax-Schengen agreement.", "Dan ikun ifisser li viża li tinħareġ għal Malta hija awtomatikament valida għall-area kollha fejn sar dan l-agreement u bil-maqlub, jiġifieri jistgħu jieħdu viża minn Schengen area u jiġu Malta biha.", "Issa x'nistgħu nagħmlu?", "Fit-teorija nistgħu nagħmlu ambaxxata Maltija f'kull parti prinċipali taċ-Ċina, imma trid tara jekk ir-riżorsi finanzjarji u umani jippermettux, jew nagħmlu dik li hija s-second best, kif preċiżament qegħdin nagħmlu, li mmorru fuq pajjiżi li għandhom riżorsi u networking ħafna aktar minna, bħalma huma l- Italja u l-Awstrija li bi ftehim - jien nirringrazzjahom tal-ġentilezza tagħhom lejna f'dan ir-rigward - l-ambaxxati u l-uffiċċji konsolari tagħhom jagħtu visas għal Malta daqskemm jagħtu għall-istess pajjiżi tagħhom.", "Naturalment jekk il-kollega tiegħi jistaqsini jekk iniex sodisfatt u jekk f'dawn l-ewwel sitt ijiem ta' Novembru, minn mindu bdejna b'din is- sitwazzjoni ġdida, ħadimx kollox fuq ir-rubini ngħidlu: Dażgur li le.", "Qed nisma' b'xi diffikultajiet u qed ninforma lill-ministru għall- affarijiet barranin dwarhom.", "Jien ċert li l-proċess irridu nirfinawh aktar imma naħseb - anke biex din ma tkunx ballun politiku - li huwa diffiċli li ssib soluzzjoni aħjar, sakemm ma niftħux ambaxxati kullimkien, li żgur m'hijiex ħaġa realistika.", "Imma la dik m'hijiex possibbli, ejja nħaddmu iktar in-networking li bdejna ma' l-Italja u ma' l-Awstrija pero` dan irridu nħaddmuh dejjem b'mod aktar effiċjenti.", "U l-operaturi turistiċi li qed jiltaqgħu ma' xi diffikultajiet f'dawn l-ewwel ġranet tas-sistema l- ġdida għandhom jinformawna immedjatament u bil-qalb kollha, fejn nistgħu nassistuhom b'mod immedjat u nivverifikaw l-affarijiet.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti u nsejjaħ lill-Ministru Louis Galea.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar kif intnefqu l-fondi li Malta rċeviet mill-Unjoni Ewropea taħt il-fondi strutturali bejn l-2004 u l-2007, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 28742; u", "f'isem il-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq inqiegħed fuq il-mejda tal- Kamra:", "Kopja ta' pjanta u site plan ta' fejn ġejjin it-traffic lights fi Triq l-Imdina, Qormi, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 28726.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal- Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR L-AWTORITA` TAD-DJAR", "HOUSING AUTHORITY (AMENDMENT) BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mill-5 ta' Novembru 2007.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "MR SPEAKER: Rimarki?", "Il-Ministru Louis Galea.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, huwa ta' sodisfazzjon li nieħu sehem fid- diskussjoni dwar dan l-abbozz ta' liġi li qiegħed jiġbor flimkien l- entitajiet differenti li sal-lum kienu qegħdin jaħdmu sabiex jipprovdu akkomodazzjoni soċjali.", "Barra minn hekk dan huwa abbozz ta' liġi li qiegħed itejjeb ukoll il-provvedimenti legali ħalli l-awtorita` tad-djar tkun tista' tamministra proprjeta` pubblika b'manjiera aktar effettiva u tkun tista' tissodisfa aħjar il-funzjonijiet tagħha bħala awtorita` li x-xogħol tagħha huwa li tgħin kemm jista' jkun lil dawk li fil-mixja tal-ħajja tagħhom jiġu bżonn li jakkwistaw il-post fejn joqogħdu.", "Illum il-ġurnata l-awtorita` żviluppat b'mod tajjeb ħafna l-istrateġija f'dan il-qasam u l-gvern appoġġa b'investiment ta' miljuni kbar sabiex ikun jista' jgħin koppji żgħażagħ, familji, single parents, persuni b'diżabilita` u nies li jistgħu jsibu ruħhom f'diffikulta` għall-għarrieda minħabba xi disgrazzja biex dawn ikollhom anke d-dar tagħhom.", "M'hemmx dubju li matul iż-żmenijiet gvernijiet differenti ħadu interess dirett biex jgħinu lill-familja Maltija u Għawdxija li jkollha dar, abitazzjoni diċenti fejn tgħix hi u fejn tgħajjex lill-familja tagħha.", "Aħna f'Malta niddistingwu ruħna bil-fatt li nagħtu importanza konsiderevoli lid-dar tal-familja.", "Nagħtu wkoll importanza l-isforzi biex mhux biss ikollna dar imma jekk jista' jkun dik tkun id-dar tagħna.", "Il- gvern tal-ġurnata mmexxi mill-partit Nazzjonalista ħadem bl-iskop li jwettaq objettiv importanti, l-objettiv li dak li jkun isir sid ta' daru.", "Din il-viżjoni li naraw il-Maltin u l-Għawdxin isiru s-sid ta' darhom hija politika u strateġija li rnexxiet, ħalliet il-frott u ħalliet ir-riżultati tagħha.", "Dan qed ngħidu għaliex il-poplu Malti u Għawdxi huwa wieħed minn dawk il-popli li għandu waħda mill-ogħla rati ta' home ownership li hawn fid-dinja.", "Din hija ħaġa pożittiva għaliex l-esperjenza uriet li meta bniedem isir is-sid tad-dar tiegħu, għaliex huwa s-sid, jieħu ħsieb aħjar tal-proprjeta`, jinvesti f'dik il-proprjeta`, itejjibha u jkollu kull interess li jżommha fi stat tajjeb biex anke jkun jista' jgħaddiha lil uliedu u lill-membri tal-familja tiegħu.", "Sur President, issa fis-soċjeta` tagħna dejjem jibqa' l-bżonn li l-gvern ikollu politika tajba u effettiva biex jgħin lil dawk l-individwi jew familji li jkunu fil-bżonn ta' abitazzjoni għalihom u għall-familji tagħhom.", "Minħabba ċ-ċokon tagħna, minħabba l-prezz tal-proprjeta` u minħabba l-prezz tal-kostruzzjoni nafu li meta wieħed jiġi biex jikri jew jikseb id-dar tiegħu, dan se jkollu ċerti spejjeż.", "Nafu wkoll li mhux kulħadd ikun jista' jlaħħaq ma' dawn l-ispejjeż jew ta' kiri u wisq inqas ta' xiri ta' djar.", "Għall-grazzja ta' Alla għadna, f'ċertu sens, niltaqgħu ma' diversi każijiet fejn sa minn kmieni ż-żgħażagħ tagħna jibdew jaħsbu li jkollhom il-proprjeta` tagħhom.", "Għadna wkoll niltaqgħu ma' diversi każijiet fejn il-ġenituri jgħinu lil uliedhom jiksbu l-abitazzjoni tagħhom imma m'hemmx dubju, Sur President, li jifdal numru rilevanti ta' koppji żgħażagħ, ta' familji, ta' ġenituri bit-tfal, ta' single parents u anke ta' persuni b'diżabilita` li bl-isforzi tagħhom biss ma jaslux biex ikun possibbli li jkollhom id-dar tagħhom.", "Sur President, nafu li meta dan jiġri jkollna sitwazzjonijiet fejn fl- istess dar ta' abitazzjoni tkun tgħix aktar minn familja waħda bil- konsegwenza li la waħda u lanqas l-oħra mill-familji ma jkunu jistgħu jgħixu l-ħajja b'mod ħieles, b'mod indipendenti u b'mod awtonomu.", "Dawn huma sitwazzjonijiet li jġibu magħhom ċertu ammont ta' tensjoni għaliex kif jgħid il-Malti, ħadd ma jgħix ma' ħadd.", "Aħna nafu miċ-ċirkostanzi ta' kuljum li kultant allavolja l-ġenituri jkollhom fejn iżommu lil xi ħadd minn uliedhom meta jiżżewweġ, din il-koppja ġdida tagħżel li din tmur tgħix fl-abitazzjoni tagħha għaliex kulħadd irid jgħix għalih, irid jgħix fl-indipendenza u ma jridx ikun piż fuq ħaddieħor.", "Kulħadd ikun irid li jibda l-ħajja tiegħu u jkollu l-ħajja tiegħu fl-aħjar indipendenza u fl- aħjar awtonomija.", "Biex nilħqu din il-mira, kif diġa` għedt, hemm bżonn li l-gvern ikollu din il-politika li tiffavorixxi lil dawk li qed ifittxu d-djar tagħhom, jiġifieri li jkollna politika ta' għajnuna finanzjarja u ta' skemi ta' intervent attiv.", "Għas-sena li ġejja l-mira qed tibqa' li ntejbu l-politika li ħdimna biha s'issa li kulħadd isir sid ta' daru u qed nipproponu miżuri biex tissaħħaħ l-għajnuna li diġa` qed tingħata lil koppji speċjalment dawk għarajjes żgħażagħ li jridu jixtru l-ewwel dar tagħhom għal skop ta' residenza.", "Tajjeb li fil-kontest ta' din id-diskussjoni dwar l- akkommodazzjoni soċjali u dwar il-politika tal-gvern fil-qasam tad-djar infakkar li s-sena d-dieħla se nagħtu sussidju fuq l-imgħax li wieħed iħallas lill-banek meta jixtri l-ewwel residenza tiegħu.", "Qegħdin ngħidu li l-gvern jissussidja sa 1% ta' l-imgħax li jkun aktar għoli mir-rata ta' 3.75% kif jistabilixxi l-Bank Ċentrali u dan l-imgħax il- gvern jagħtih meta l-valur tal-proprjeta` ma jaqbiżx il-Lm50,000.", "Meta mqabbla mal-prezzijiet li qed ikun hawn fis-suq tal-proprjeta`, din hija somma tajba ħafna.", "Dan is-sussidju l-gvern jagħtih matul il-perijodu ta' għaxar snin fuq ix-xiri ta' l-ewwel residenza.", "Din m'hijiex miżura żgħira għax fil-fatt il-gvern qed jikkalkula li se jinvesti fiha madwar Lm0.5 miljun fl-2008 biex il-koppji ġodda jakkwistaw darhom u b'hekk intaffu l- piż anke meta jkun hemm iċ-ċaqliq fir-rati ta' l-imgħax.", "M'hemmx dubju li l- koppji żgħażagħ u anke l-koppji adulti li diġa` żżewġu u bdew ikollhom it- tfal u li jridu jiċċaqilqu minn post mikri għal xi post ta' residenza, ħafna drabi minn apparatament għal maisonette jew għal dar, jissellfu l- flus li huma meħtieġa bl-imgħaxijiet dovuti mill-banek.", "Dan is-sussidju li l-gvern se jagħti fuq l-imgħax se jkun ta' għajnuna għal dawn iż-żgħażagħ u għal dawn il-ġenituri li se jidħlu għal dawn il-piżijiet.", "Tajjeb ngħid ukoll li l-gvern diġa` jagħti rata vantaġġjuża ta' boll fuq ix- xiri ta' proprjeta` għal residenza personali.", "Sal-lum il-boll li l-gvern jintaxxa fuq ix-xiri ta' proprjeta' jekk din tkun l-ewwel proprjeta` hija bit-3.5% fuq l-ewwel Lm30,000.", "Issa l-gvern tella dak ic-ceiling minn Lm30,000 għal Lm50,000 għall-ewwel residenza.", "Din ukoll hija miżura li se tiswa Lm420,000 jiġifieri bejn l-ewwel miżura li għadni kif semmejt u din il-miżura l-gvern diġa` qed jikkalkola li qed ipoġġi fil-bwiet ta' l- għarajjes żgħażagħ, fil-bwiet tal-missirijiet u l-ommijiet, fil-bwiet ta' wlied dawn il-ġenituri madwar Lm1 miljun.", "Dan biex inwettqu dawn iż-żewġ miżuri.", "Miżura oħra importanti tirrigwarda meta l-ġenituri jgħaddu xi proprjeta`, xi dar jew xi art lil uliedhom għall-użu ta' residenza tagħhom.", "Meta jsir il-kuntratt jew ta' donazzjoni jew ta' trasferiment ikun hemm il-ħlas tat- taxxa tal-boll fuq it-trasferiment.", "Il-gvern qed jieħu miżura oħra biex ninkoraġġixxu l-ġenituri li jgħaddu proprjeta` tagħhom li tista' tkun vojta lil uliedhom u qiegħed jgħid li t-taxxa tal-boll fuq it-trasferiment ta' proprjeta` waħda u għal darba biss li l-ġenituri jgħaddu lil ulied biex din tintuża għal skop ta' residenza personali se titnaqqas b'1.5% għal 3.5%.", "Dan huwa ta' vantaġġ kbir għax tajjeb ngħid li llum din it-taxxa tal-boll tammonta għal 5%.", "Dan huwa inċentiv għax b'dan il-mod se nnaqqsu l-piż fuq l-ulied li jkunu se jieħdu din il-proprjeta` jew fuq il-ġenituri li jkunu se jgħaddu dik il-proprjeta`.", "Dan hu ta' ġid għaż-żgħażagħ u huwa ta' ġid għall- familja Maltija.", "Sur President, minn hawnhekk nixtieq insellem liċ-chairperson ta' din l- awtorita`, lill-membri tal-bord u lill-ħaddiema kollha f'din l-awtorita` għall-ħidma li qegħdin iwettqu.", "Ilna nsegwu l-awtorita` tad-djar u nafu li f'dawn l-aħħar snin din żviluppat b'mod innovattiv, b'mod modern u kienet kapaċi tirrispondi għas-suq tal-proprjeta` u tfittex fis-suq tal-proprjeta` dawk il-punti pożittivi li tkun tista' tapplikahom għall-akkomodazzjoni soċjali.", "Kellna awtorita` tad-djar li ma kenitx passiva, ma kenitx reattiva, ma baqgħetx fuq l-istil antik ta' kif ta' kif nagħmlu l-politika dwar l-akkommodazzjoni soċjali.", "Rajna l-awtorita` tad-djar iddaħħal sistemi ġodda, skemi ġodda, prinċipji ġodda, inċentivi ġodda u metodi ġodda ta' kif tikseb jew tixtri proprjeta` u tkun tista' tħaddem din il- proprjeta` biex biha tiġġenera dak li għandha bżonn ħalli twettaq aħjar il- politika dwar l-akkommodazzjoni soċjali.", "Sur President, waħda mill-iskemi innovattivi u li huma skemi apprezzati ħafna miż-żgħażagħ u l-koppji għarajjes u mill-ġenituri Maltin u Għawdxin hija l-iskema tax-shared ownership jiġifieri dik l-iskema li permezz tagħha l-awtorita` tad-djar tissieħeb ma' koppja għarajjes, tissieħeb ma' omm u missier, tissieħeb ma' familja biex dawn ikunu jistgħu jakkwistaw id-dar fejn joqogħdu.", "Il-proċess hu li l-awtorita` tad-djar toħroġ sehem, il- koppja ta' l-għarajjes jew tal-ġenituri joħorġu sehem ieħor u għal ċertu żmien id-dar tkun proprjeta` komuni ta' l-awtorita` tad-djar u ta' dik il- koppja sakemm bil-mod il-mod meta l-koppja tkun tista' tħallas lura dak li tkun ħarġet l-awtorita` u minflok tibqa' shared ownership ma' l-awtorita`, id-dar issir kollha kemm hi ta' dik il-koppja.", "Nafu, Sur President, li l-awtorita` qed tippjana li toħroġ it-tielet ħarġa ta' l-iskema tax-shared ownership.", "Din hija skema li fiha hemm xejn inqas minn 333 appartament li bejniethom għandhom valur kummerċjali ta' Lm14.5 miljun.", "Dan huwa eżempju ieħor tal-mod qawwi li bih il-gvern qed jintervjeni favur iż-żgħażagħ tagħna, favur il-koppji għarajjes, favur is- single parents u favur il-persuni b'diżabilita` biex inkunu nistgħu ngħinuhom fl-akkwist ta' l-akkomodazzjoni soċjali.", "Barra minn hekk, il-Prim Ministru Lawrence Gonzi, li kien ukoll responsabbli għall-awtorita` tad- djar u allura għandu esperjenza diretta tal-bżonnijiet f'dan il-qasam u ta' x'inhi l-funzjoni ta' din l-awtorita`, ħabbar li l-awtorita` tad-djar qiegħda tippjana li tinvesti madwar Lm5.5 miljun f'bini ta' appartamenti oħrajn.", "Meta ngħaddi minn diversi partijiet f'Malta u f'Għawdex nara l- operat tal-gvern permezz ta' l-awtorita`.", "Per eżempju, jekk ngħaddu mill-Imsida naraw kif l-awtorita` tad-djar qiegħda tħaddem il-politika tat-tneħħija tas-slums minn diversi partijiet ta' pajjiżna.", "Kulħadd jaf kif kienet is-sitwazzjoni fl-Imsida ħdejn l- Għajn tal-Ħasselin.", "F'dan il-proġett qed naraw li parti degradata qed issir xi ħaġa fuqha u anke estetikament hija sabiħa.", "Il-bini li kien hemm hemmhekk kien bini antik immens u ma kienx sar għal skopijiet ta' akkomodazzjoni xierqa għaż-żmenijiet tal-lum.", "Illum hemmhekk nistgħu naraw blokk ta' appartamenti verament sbieħ u blokok simili narawhom f'diversi bliet u postijiet oħra ta' Malta.", "Irrid infakkar li l-gvern permezz tal- ministeru li tmexxi l-Ministru Dolores Crisinta, mhux biss għandu din ir- responsabbilta` li jara li jsir dan l-investiment favur il-koppji żgħażagħ, l-ommijiet u l-missirijiet, mhux biss jara li l-awtorita` qiegħda twettaq il-funzjonijiet tagħha, imma nafu li l-ministeru intervjena barra l- parametri ta' l-awtorita` tad-djar biex ikun jista' anke jtejjeb l-ambjent ta' din l-akkomodazzjoni soċjali li tkun mikrija mill-gvern.", "Riċentement rajna lill-Ministru Dolores Cristina tinawgura ġnien li sebbaħ area partikolari fil-pajjiż tagħna, kif għamlet anke f'irħula u fi bliet oħrajn.", "Dan isir biex ma jkollniex sitwazzjonijiet bħalma kellna fl-antik li inti tibni housing estate u dak il-housing estate jerġa' jibda jiddegrada ruħu u jsir ghetto.", "Aħna ridna li l-koppji żgħażagħ u l-familji li jmorru joqogħdu f'oqsma tad-djar tal-gvern nagħtuhom il-possibbilta` li jkunu kburin bl-ambjent tagħhom, li jkollhom ambjent sabiħ u li jħajjarhom, li jtejbu l-kwalita` tal-ħajja u li jżommu l-proprjeta` tagħhom fi stat tajjeb.", "Irrid ngħid li aħna mhux biss għandna din l-iskema ta' shared ownership ta' 333 appartament imma l-awtorita` tad-djar se tonfoq ukoll Lm5.5 miljun biex tkompli tibni l-appartamenti.", "Sur President, irrid ngħid ukoll li hawn skema oħra li hija interessanti ħafna u li għalina hija innovattiva.", "Din hija l-iskema ta' l-equity share scheme fejn jidħol ix-xiri ta' l-ewwel dar.", "Għal dan l-iskop l-awtorita` se tkun qiegħda toħroġ sa massimu ta' Lm14,000 mill-prezz ta' dar kompluta u sa Lm10,000 mill-prezz ta' dar li tkun għadha in shell form u li l-valur tagħhom ma jaqbiżx il-Lm50,000.", "Għas-sena li ġejja se jkun hemm investiment ta' madwar Lm0.5 miljun.", "Din ukoll hija skema interessanti, hija skema li tagħti n-nifs lil min għadu jibda, tagħti nifs lil koppja għarajjes li għadhom se jixtru l-ewwel dar, lill-omm u l-missier li jkunu single parent u lill-familja li trid tixtri l-ewwel dar tagħha.", "Dawn se jingħataw din l- għajnuna konsiderevoli meta jiġu biex jixtru dar.", "Dawn huma, Sur President, il-miżuri li tħabbru biss f'dan il-budget għas- sena ta' l-2008.", "Il-gvern naturalment irid li jkompli jaħdem u allura qiegħed jaħseb biex issa l-politika tiegħu fil-qasam ta' l-akkomodazzjoni soċjali ma tibqax politika li qed tiġi amministrata minn żewġ entijiet differenti.", "Fl-antik kellna d-dipartiment tad-djar li fis-sebgħinijiet u tmenijiet l-iktar li kien magħruf kien għall-kwantita' ta' requisitions li kien joħroġ.", "Din kienet sistema fejn il-gvern jirrekwiżizzjona d-djar tal- privat biex imbagħad jgħaddihom lil ċittadini oħrajn.", "Dik is-sistema llum m'għandniex nirrikorru għaliha, anzi bil-kuntrarju, għax ħafna djar li huma rekwiżizzjonati bil-mod il-mod, safejn hu possibbli qegħdin jingħataw lura lis-sidien tagħhom.", "Hawn inħasset il-ħtieġa li ma nibqgħux fis-sitwazzjoni li biċċa mill-iskemi jħaddimhom id-dipartiment tad-djar, u biċċa tħaddimhom l-awtorita' tad-djar u allura dawn qed ngħaqqduhom flimkien permezz ta' dan l-abbozz ta' liġi.", "Sur President, jien m'għandix dubju li meta dawn iż-żewġ entijiet jiġu amalgamati, l-affarijiet se jkunu jistgħu jaħdmu b'manjiera ħafna iktar effettiva, u l-għarajjes tagħna, iż-żgħażagħ tagħna, il-missierijiet u l- ommijiet se jkollhom l-awtorita' fokali li tkun tista' taqdi d-diversi funzjonijiet li sal-lum kienu maqsumin u mxerdin.", "Naturalment, Sur President, dejjem jifdal ħafna ħidma li trid issir f'dan is-settur.", "Jien naħseb li nista' ngħid li l-karriera politika tiegħi bdejtha erbgħin sena ilu proprju fuq din il-kwestjoni.", "Meta kont għadni student fl-universita' flimkien ma' sieħbi llum il-Prof.", "Henry Frendo konna membri fil-kunsill ta' l-istudenti universitarji u ridna li bħala studenti ma nibqgħux nitkellmu biss fuq dak li jolqot lilna imma ridna nibdew nitkellmu wkoll fuq dak li jolqot lis-soċjeta'.", "Irrid ngħid li l-kunsill ta' l-istudenti ta' l- universita' dejjem kien protagonist fl-iżviluppi politiċi ta' pajjiżna u anke fl-iżviluppi soċjali oħrajn.", "F'dan il-każ partikolari konna ħassejna dak iż-żmien li l-istudenti għandhom jagħtu kontribut biex iqanqlu kuxjenza li fil-pajjiż hemm bżonn ikollna politika nazzjonali iktar ċara, iktar viżibbli, iktar effettiva biex ngħinu lill-koppji żgħażagħ u l-familji fejn joqogħdu.", "Konna għamilna l-kampanja Djar għall-Maltin.", "Għadda dan iż-żmien kollu u ara l-gvernijiet, kemm dawk Laburisti kif ukoll dawk Nazzjonalisti, x'ipprovdew matul dawn iż- żminijiet kollha fil-qasam tal-housing.", "Madanakollu jibqa' dejjem il-bżonn li rridu nagħmlu affarijiet oħra għax is-soċjeta' tinbidel u tiżviluppa.", "Per eżempju llum aktar minn qabel irridu ngħinu anzjani li jekk jista' jkun jibqgħu f'darhom.", "Kultant biex anzjani jibqgħu f'darhom għandhom bżonn il- faċilita' ta' lifts u naf li l-awtorita' u d-dipartiment tad-djar taw ħafna għajnuna biex ikollna appartamenti li jkollhom il-lift.", "Għandna wkoll il- MEPA li qed tagħti għajnuniet biex jissewwew ħafna gallariji.", "Hawn djar li jekk wieħed jirrestawrahom bl-għajnuna li qed tagħti l-MEPA, jistgħu jibqgħu djar abitabbli, u aħna nafu li meta djar jibqgħu abitabbli, dawn jibqgħu tajbin, jibqgħu sbieħ u jistgħu jibqgħu jintużaw u jservu għal skop ta' akkommodazzjoni.", "Sur President, f'dan l-istadju rrid ngħid grazzi lill-Awtorita' tad-Djar, irrid ngħid grazzi lid-dipartiment tad-djar u d-diretturi li servew f'dan id-dipartiment matul iż-żminijiet li ma kellhomx funzjoni faċli u rrid nifraħ ukoll lil seħbiti l-Onor.", "Dolores Cristina li fiż-żmien li ilha Ministru f'dan id-dekasteru nħoss li ħadet interess attiv u proattiv ħafna biex f'dan il-qasam ikollna politika li tissaħħaħ fl-agenda tal-gvern u tkompli tagħti riżultati għal ħafna koppji għarajjes u għal ħafna familji.", "Grazzi.", "Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki.", "L-Onor.", "Stefan Buontempo.", "ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO: Mr Speaker, jiena bħall-kollega tiegħi l-Onor.", "Louis Galea bdejt il-karriera politika fil-housing apparti li speċjalizzajt fuq dan is-suġġett ukoll, u bħalma għamlu fiż-żmien meta l-Ministru Galea kien student universitarju snin kbar ilu, aħna wkoll bdejna kampanja bl- isem \"Campaign for Social Housing Justice.\"", "Dan għamilnieh biex tidħol il- ġustizzja f'dan il-qasam tad-djar f'pajjiżna.", "Naħseb huwa tajjeb li f'dan il-pajjiż kull ħin u kull mument inqajmu awareness fuq dan il-qasam.", "Wara kollox dar hija fejn tabita u tgħix familja u meta jkollok akkommodazzjoni tajba u addattata għal dawn iż-żminijiet jista' jkollok soċjeta' soda, b'saħħitha u pajjiż b'saħħtu.", "Sur President, l-għan ta' dan l-abbozz hu li jiġbor f'entita' waħda l- entitajiet governattivi kollha li għandhom x'jaqsmu ma' l-akkommodazzjoni soċjali u jittrasferixxi ċerti setgħat relatati magħhom mingħand il- kummissarju ta' l-artijiet lill-istess Awtorita' tad-Djar.", "X'ifisser dan?", "Ifisser li d-dipartiment tal-bini u tiswiija tad-djar u d-dipartiment ta' l- akkommodazzjoni soċjali se jidħlu jagħmlu parti mill-Awtorita' tad-djar.", "Iktar 'il quddiem fid-diskors tiegħi se nitkellem ukoll fuq l-uffiċċju konġunt li wkoll għandu diversi proprjeta', u se nitkellem ftit ukoll fuq id-dipartiment ta' l-artijiet li jaqa' taħt il-Ministeru tal-Ġustizzja u Intern.", "Sur President, bħala l-kelliem ta' l-oppożizzjoni għall-housing u wieħed li ħdimt ħafna snin f'dan il-qasam qed nieħu pjaċir li l-Ministru Cristina llum ippreżentat dan l-abbozz quddiemna.", "Nieħu gost għax jiena kont wieħed mill-ftit f'din il-Kamra – u min-naħa tal-partit tiegħi jidhirli li kont l- uniku wieħed - li ħdimt għal bosta żmien biex isseħħ din l-amalgamazzjoni.", "Dan mhux qed ngħidu biex niffanfra jew niftaħar bija nnifsi, pero' din l- amalgamazzjoni ħdimt għaliha jien ukoll u hawn nixtieq nispjega daqsxejn f'liema sens ħdimt għaliha.", "Sur President, nibda biex ngħid li jiena miegħi ġibt press release li ħareġ il-Ministeru għall-Familja u Solidarjeta' Soċjali fis-16 ta' Novembru tas- sena l-oħra fejn il-ministeru qed jgħid li huwa ta' sodisfazzjon li wieħed jinnota li minkejja l-ħafna kritika li saret fil-passat rigward dan is- suġġett, issa l-oppożizzjoni qiegħda tfaħħar u taqbel mal-gvern li dan il- pass huwa wieħed tajjeb.", "Hawn nieħu l-opportunita' biex infakkar lil din il-Kamra li kien il-partit Laburista fil-gvern bejn l-1996 u l-1998 li beda t-triq ta' l-amalgamazzjoni fi żmien meta kien hemm ministru Freddie Portelli.", "Tgħidli allura kif domna dan iż-żmien kollu?", "Minn dakinhar sal- lum għaddew 11-il sena.", "Forsi fil-winding up il-Ministru tgħidilna għaliex.", "Issa huwa veru li l-Onor.", "Cristina ilha tliet snin biss f'dan il- Ministeru, imma hi kienet ukoll segretarju parlamentari fl-istess ministeru.", "Sur President, hawnhekk nixtieq ukoll nieħu l-opportunita' biex nirringrazzja n-nies li bdew it-triq ta' din l-amalgamazzjoni, nies li taw il-kontribut għal din l-amalgamazzjoni fosthom l-ex ministru Freddie Portelli, l-ex-segretarju permanenti Fiorini Lowell li kien ukoll cabinet secretary ma' Dr Fenech Adami, il-Perit Anton Camilleri, is-Sur Tony Abela li kien ukoll direttur ta' l-uffiċċju konġunt u s-Sur Charles Micallef li huwa direttur fil-Ministeru tal-Ġustizzja u Intern u dak iż-żmien kien ukoll direttur ta' l-uffiċċju konġunt.", "Uħud minnhom dawn illum spiċċaw minn maċ-ċivil.", "Nirringrazzja wkoll lis-Sur Albert Mamo tad-dipartiment ta' l- artijiet - qed nitkellmu 11-il sena ilu - u lis-sur Joe Caruana li jidhirli llum huwa direttur tal-joint office.", "Ftit minn dawn in-nies kienu biss qishom managers ta' diversi oqsma tad-dipartimenti tal-gvern.", "Nixtieq nirringrazzja wkoll lil Dr Paul Mifsud li llum huwa mad-dipartiment tal-kultura imma kien il-bniedem li ta l-bidu għat-triq ta' l- amalgamazzjoni.", "Nirringrazzja wkoll lis-Sinjura Marisa Micallef Leyson li kienet ukoll parti mill-proċess.", "Għalkemm fil-bidu ma kenitx għadha mdaħħla direttament fil-housing, hi kienet taħdem il-MEPA.", "Pero' bħala parti mit- tfassil ta' politika nazzjonali tagħna konna niddiskutu l-affarijiet anke mal-ħabiba tiegħi Marisa Micallef.", "Dawn in-nies li għadni kif semmejt - u naturalment hemm ħafna iżjed għax ma nistgħux insemmu biss min beda t-triq ta' l-amalgamazzjoni - kienu nies li ħadmu miegħi u ma' l-ex ministru Portelli biex tibda t-triq ta' l-amalgamazzjoni.", "Sur President, hawnhekk ġibt miegħi wkoll l-operations review li dak iż- żmien kien jgħid – u nikkwota minn paġna 15 – dan li ġej:", "\"The government considered the amalgamation transfer of all entities directly involved in housing into a single organisation.\"", "Jiena minn hawnhekk għal darb'oħra nirringrazzja lill-Ministru Cristina li baqgħet miexja bil-politika li bdew il-ministri u l-gvernijiet ta' qabel biex fl-aħħar wasalna għal dan il-gwadann.", "Qed ngħid \"dan il-gwadann\" – kif qalet għal diversi drabi l-istess ministru – għax kien qed jinħela ħafna ħin u qed jinħlew ħafna flus.", "Ma stajniex inkomplu għaddejjin b'dik is- sistema.", "Jiena ngħid grazzi li għandna dan l-abbozz, jekk il-bambin irid se ngħadduh, imma issa ejjew nimxu 'il quddiem għax ħlejna biżżejjed żmien.", "Ejjew nimxu 'il quddiem, imma għallinqas bdejna.", "Sur President, jiena mhux se noqgħod nistaqsi għaliex qed issir issa din l- amalgamazzjoni.", "U jiena għamilt pressure bħala kelliem ta' l-oppożizzjoni dwar il-housing biex ikollna dan l-abbozz mill-aktar fis.", "B'din il-pressa kollha minn naħa tal-partit Laburista almenu wasalna fuq din, pero' jiena nistenna ħafna iżjed lejliet l-elezzjoni.", "Wara kollox ilna nisimgħu wkoll fuq il-liġijiet tal-kera.", "Forsi issa li qed toqrob l-elezzjoni nisimgħu b'xi ħaġa iktar konkreta.", "Jiena m'għandix dubju li l-ministru mpenjata li qabel l-elezzjoni tippreżenta xi ħaġa u forsi wkoll illejla titkellem ftit fuq l-imbierka liġi tal-kera.", "Pero' issa se nerġa' ndur fuq id-dipartiment tas-social housing.", "Sur President, l-ewwelnett hawnhekk nixtieq insellem lil dawk il-ħafna nies li ħadmu b'mod speċjali lis-Sur Carmel Esposito, ex direttur ta' l-istess dipartiment, li kien l-aħħar direttur li kellu dan id-dipartiment.", "Fid- dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali jinbidlu l-ismijiet, imma s-Sur Carmel Esposito kien l-aħħar direttur, spiċċa sentejn ilu u bqajna għal sentejn mingħajr direttur ta' l-akkomodazzjoni soċjali.", "Insellem ukoll lill-ħabib tiegħi, il-perit Anton Camilleri, għax f'dan iż-żmien li kien aġent direttur għamel il-mirakli f'dan il-qasam.", "Għaliex qed ngħid għamel il-mirakli?", "Għax ħafna drabi d-diretturi tad-dipartiment tas-social housing – bl-ebda kritika lejn il-Ministru kollega tiegħi – kienu r-rubber stamp tal-gvernijiet tal-ġurnata.", "Din hija l-verita'.", "Sal-lum is- sitwazzjoni kienet ejja ħa nkellmu lill-ministru, ejja ħa nkellmu lill- kelliem ta' l-oppożizzjoni dwar il-housing u ejja ħa naraw kif se nieħdu dak il-flat.", "Sal-lum għadna marbutin mal-politiċi u għadna mmorru għand il- politiċi.", "Dawn jgħidulek: Isma' jien ivvutajtlek, irranġali biex ningħata post. Issa meta qed jitolbuk post ikun ifisser li qed jitolbuk Lm40,000 jew Lm50,000.", "Hekk qed nitkellmu, u ħafna drabi d-diretturi li kien hemm fil-passat kien ikollhom ċertu pressure u kien ikollhom jirrikorru l-ħin kollu għall-ministru tal-ġurnata.", "Naturalment dan m'iniex qed ngħidu bħala kritika personali fil-konfront tal-Ministru Cristina.", "Sur President, dan jiġri anke fejn jidħol id-dipartiment tal-bini u tiswija ta' djar.", "Dan id-dipartiment għamel il-mirakli fejn jidħlu kostruzzjoni, bini ġdid u maintenance.", "U qed ngħid għamel il-mirakli għax in-nies ġieli japplikaw għand il-housing authority u ġieli japplikaw għand id-dipartiment tal-bini u tiswija ta' djar u kien hemm mismanagement kbir.", "Għalhekk meta aħna bdejna naħdmu, way back fl-1996 konna ħejjejna l-operations review li tlesta fl-1997.", "Jiena ma nafx jekk fiż-żmien li l-Onor.", "Cristina ilha ministru jew segretarju parlamentari sarx xi ħaġa simili.", "Dan qed ngħidu għax dawn ir-riċerki saru fi żmien il-partit Laburista fil-gvern u jiena ċert li wżawhom, għax kieku ma wżawhomx din l-amalgamazzjoni ma saritx.", "Sur President, irrid ngħid ukoll li l-istorja ta' l-awtorita' tad-djar hija storja li tagħmel unur mhux biss lill-poplu Malti u Għawdxi imma tagħmel unur lill-partit Laburista.", "It-twaqqif ta' awtorita' tad-djar fin-nofs tas- snin sebgħin kien sar għal skop soċjali.", "Il-politika ta' dak iż-żmien ma nistgħux ngħidu li hija l-istess politika mħaddma llum, imma b'dispjaċir ngħid li llum l-awtorita' tad-djar tilfet is-sens u l-kuxjenza soċjali kollha.", "U biex nuri kemm dak li qed ngħid huwa veru jkun tajjeb li nfakkru wkoll lill-poplu Malti u Għawdxi dwar x'għamel il-Partit Laburista bejn l- 1971 u l-1987.", "Jekk toħroġ minn dan il-bieb u tmur fejn tmur, tara xhieda ta' proġetti ta' housing kullimkien.", "Dawn ħafna minnhom saru f'dawk iż- żmenijiet.", "Il-bieraħ il-Ministru qalet li madwar 75% tal-popolazzjoni ta' pajjiżna huma sidien ta' darhom.", "Iva, din kienet il-politika tal-partit Laburista fil-gvern.", "Hawn mhux qed ngħid li l-gvernijiet Nazzjonalista ta' wara ma komplewx b'dik il-politika, imma n-nies fis-snin sittin qatt ma kien jgħaddilhom minn moħħhom li jkollhom saqaf fuq rashom aħseb u ara li jkunu sidien ta' darhom.", "Dan grazzi għall-partit Laburista immexxi mill-perit Mintoff, u aktar 'il quddiem ukoll mill-avukat Karmenu Mifsud Bonnici.", "Lil dawn ikun tajjeb li nsemmuhom.", "L-avukat Karmenu Mifsud Bonnici kien ukoll Ministru responsabbli mill-housing u tajjeb li ngħidu wkoll li taħtu kien hemm segretarju parlamentari, kollega tagħna wkoll, l-Onor.", "Leo Brincat li hu wkoll ta l-kontribut tiegħu.", "Tajjeb li nsemmu wkoll lill-ex maġistrat Peppinu Cassar li ta l-kontribut tiegħu u anke l-Ministru Cristina.", "Kull wieħed li kien hemm hemmhekk ta l-kontribut tiegħu kif kien jidhirlu li hu l-aħjar.", "Sur President, hawn irrid ngħid li l-gvern Laburista mmexxi minn Dr. Alfred Sant bejn l-1996 u l-1998, minkejja li ħafna nies joqogħdu jikkritikaw, ried jorganizza l-qasam tal-housing għax wara għaxar snin ta' partit Nazzjonalista dan il-qasam kien jinsab fi stat ta' abbandun.", "Inkitbet il- housing policy bl-involviment ta' dawn ir-ruxxmata nies li semmejt, għamilna l-kummissjoni għar-reviżjoni ta' liġijiet tal-kera u l-public private partnership kien se jibda fuq il-proġett ta' Pembroke.", "Fuq kollox aħna stess konna bdejna – kif għidt qabel – it-triq ta' l-amalgamazzjoni tad-diversi entitajiet ma' l-istess awtorita' tad-djar għax ma ridniex li jkun hemm overlapping tax-xogħol.", "Barra minn hekk, kuntrarju għall-gvern Nazzjonalista tal-lum, aħna ridna noqogħdu attenti fil-flus.", "Per eżempju, illum il-gvern Nazzjonalista qed jipprova jikkonċentra kollox in-naħa ta' fejn hemm il-binja ta' l-istess awtorita' tad-djar.", "Mhux se noqgħod ngħid kif inxtrat fl-aħħar tas-snin tmenin dik id-dar minn familjari ta' ministru tal-partit Nazzjonalista ta' dak iż-żmien.", "Mhux se noqgħod nidħol f'dawn l-affarijiet, imma kulħadd jaf li ftit tax- xhur ilu, biex ikun kollox ċentralizzat, inkriet binja quddiem l-istess Awtorita' tad-djar u iktar 'il quddiem, ftit tax-xhur ilu nxtraw tlett ikmamar madwar 85 metru kwadru quddiem l-istess Awtorita' tad-Djar.", "Iktar 'il qudiem, jekk ikolli ħin, nitkellem ukoll fuq dawn il-kuntratti.", "Imma nixtieq li l-Ministru Cristina tgħidilna x'se jiġri la għandha ħsieb li tiċċentralizza kollox qrib l-Awtorita' tad-Djar.", "Qed ninvestu minn Lm24,000 sa Lm27,000 fis-sena fuq kirjiet u ntnefqu Lm64,000 fuq tlett ikmamar li kienu nxtraw mingħand familja ta' ministru tal-Partit Nazzjonalista.", "Jekk il-ħsieb huwa li tiċċentralizzaw kollox, x'se jiġri mid-dipartiment tal- bini u tiswija tad-djar?", "Dan sejjer il-Furjana wkoll?", "Naħseb il-Ministru jkollha l-ħin kollu biex tirrispondini fuq dawn il-mistoqsijiet.", "Sur President, fi żmien gvern Laburista bejn l-1996 u l-1998 konna fittixna li nużaw proprjeta' li hija ta' l-istess gvern Malti jew ta' l-uffiċċju konġunt.", "Niftakar konna sibna binja f'St John Street, mhux 'il bogħod minn hawnhekk, bejn Triq San Pawl u Triq il-Merkanti.", "Hemmhekk kien hemm binja li kienet ta' l-uffiċċju konġunt u konna bdejna nippreparaw biex ikun a one stop shop.", "Forsi l-ministru se tgħidli li huma hekk qed jagħmlu wkoll.", "Veru, imma naħseb li dan se jiġi jiswa ħafna flus.", "Kieku għamiltu l- homework tajjeb l-istess uffiċċju konġunt għandu diversi djar bħal, per eżempju, fejn kien hemm fil-passat - issa ttieħdet - parti mill-estenzjoni ta' l-uffiċju tas-sanita' fi Triq Melita ma' Triq San Pawl.", "Dawn faċilment stajtu għamiltu użu minnhom.", "Sur President, fi żmien gvern Laburista l-ministeru tad-djar kellu taħtu diversi dipartimenti fosthom l-uffiċċju konġunt.", "Hawnhekk forsi nistaqsi lill-Ministru dwar x'għamlu dwar l-uffiċċju konġunt.", "Hemmhekk hemm ħafna proprjetajiet, u meta jitbattal post jaqa' għand id-dipartiment ta' l- akkommodazzjoni soċjali.", "Dħaltu f'kuntatti ma' l-uffiċċju konġunt?", "Ma kienx hemm fil-ħsieb tagħkom dak li pprovajna nagħmlu aħna bejn l-1996 u l-1998 meta sar dan ir-review u ħarġu r-rakkmandazzjonijiet?", "Dan qed ngħidu għax hemm ħafna proprjeta' li hija ta' l-uffiċċju konġunt u wieħed faċilment seta' jagħmel użu minnha.", "Sur President, irrid ngħid ukoll li dan l-abbozz inkwetani ftit għax qatt ma ssemmiet, ħlief darba, il-kelma \"soċjali\".", "Jiena naf u persważ li l- Ministru mhux se tieħu għaliha meta ngħid li l-awtorita' tad-djar m'għadhiex dik l-istess awtorita' li twaqqfet fis-snin 70.", "Jiena ma nippretendix li jibqa' kollox l-istess għax iż-żmenijiet jinbidlu u trid tiġġedded skond iż-żmien, imma mbagħad wieħed ma jridx jitlaq fuq triq kompletament differenti.", "U jiena ninkwieta meta nara l-lingwaġġ li qed jintuża hawnhekk fosthom il-kliem \"takkwista\", \"iżżomm\", \"tixtri\", \"tamministra kull mod ieħor\", \"tiddisponi minn kull proprjeta' kemm mobbli u kemm immobbli\"; \"tiżviluppa\", \"tieħu ħsieb l-iżvilupp ta' kull art għal skopijiet residenzjali, kummerċjali\" u \"timmaniġja\".", "Dan huwa kliem li tuża ditta jew żviluppatur.", "Sur President, ejjew ma ninsewx il-qasam soċjali.", "Barra minn dan il- parlament hemm nies li qed jaqgħu lura għal diversi raġunijiet.", "Ejjew ma ninsewx dan il-grupp kbir f'dan il-pajjiż.", "Illum spiċċa dak iż-żmien li joħorġu jipprotestaw fit-toroq u jgħajtu jiena single parent u jiena mara msawta d-dar.", "U intom tafu li hawn dawn il-gruppi li m'għandhomx leħen.", "Illum kif tista' mara li tgħix bir-relief tmur tikri mis-settur privat?", "Din tmur id-dipartiment jew tmur l-awtorita' u dawn jgħidulha li ma jistgħu jagħmlulha xejn ħlief li tmur tikri u huma jissussidjaw.", "Bir-relief tista' din il-povra mara jew dan il-povru raġel imur jikri anke jekk tagħtuh is- sussidju?!", "Kif jista' jkun li parti miċ-cheque li jirċievi jmur għall- akkommodazzjoni?!", "Ejjew ma ninsewx il-kuxjenza soċjali!", "Sur President, jiena mhux se noqgħod nidħol f'dawn il-klawsoli waħda waħda, pero' jidhirli li skond dan l-abbozz l-awtorita' tad-djar se tkompli tersaq lejn l- iżviluppatur fejn artijiet tal-housing jinbigħu bi prezzijiet kummerċjali għan-negozju.", "Proprjeta' għal koppji żgħażagħ ġieli tinbiegħ bi prezzijiet ogħla minn tal-privat.", "Meta tara dawn l-affarijiet tinkwieta.", "Sur President, jiena ġibt miegħi wkoll - u naħseb li xi miljun darba ġibtha din il-karta miegħi, forsi llum l-aħħar darba - artiklu minn \"Il-Mument\" biex nuri kemm domna biex wasalna għal din l-amalgamazzjoni.", "Fil-ġurnal \"Il- Mument\" ta' l-10 ta' Settembru tas-sena 2000 kien hemm artiklu intitolat \"Bidliet fil-qasam tal-housing\" fejn fih kien intqal li l-kabinett approva l-amalgamazzjoni ta' l-awtorita' tad-djar u d-dipartiment ta' l- akkommodazzjoni soċjali.", "Issa dan seba' snin ilu!", "Pass ta' nemla nagħmlu f'dan il-pajjiż!", "Ara kemm domna!", "U għal darb'oħra jiena nerġa' nifraħ lill-Ministru għax almenu wasalna.", "Il-Ministru fis-seduta 204 tad-9 ta' Diċembru 2004 qalet hekk:", "\"Tkellimna wkoll dwar amalgamazzjoni u ninsab ħerqana forsi iktar minn kulħadd għax kif qegħdin l-affarijiet bħalissa iktar qed jinħolqu problemi u sparpaljar ta' riżorsi li jistgħu jiġu indirizzati lill- klijenti stess.", "Wara kollox qegħdin hawnhekk biex ngħinu u nakkommodaw.\"", "Dan huwa kumment imprezzabbli u sabiħ u nieħu gost naqra dawn l-affarijiet.", "Jiena għalhekk qed infaħħar lill-Ministru u qed ngħid li almenu wasalna.", "Għalhekk għandna bżonn li jkollna gvern dinamiku.", "Kieku ċerti affarijiet ma jimxux bil-pass tan-nemla.", "Ma jistax ikun li nagħmlu 20 sena niftaħru dwar x'se nagħmlu mbagħad lejliet elezzjoni ngħidu lestejna, ara kemm aħna kapaċi.", "Sur President, jiena m'għandix ħin noqgħod nidħol f'ċerti dettalji, pero' xtaqt nitkellem mill-ewwel dwar fejn tidħol il-kollega u ħabiba tiegħi ċ- chairperson ta' l-istess awtorita' tad-djar.", "Skond dan l-abbozz li għandi quddiemi, iċ-chairman ta' l-awtorita' għandu jinħatar mill-ministru għal dak il-perijodu li l-ministru jidhirlu xieraq.", "Issa l-bieraħ il-ministru qisha għamlet distinzjoni bejn chairman u executive chairman.", "Ma nistax nifhem eżatt din id-distinzjoni.", "Hawnhekk jgħidlek li għandu jinħatar chairman, imbagħad il-kuntratt huwa ta' executive chairperson.", "Aktar 'il quddiem naraw li l-bord għandu jirriżenja meta jkun hemm bidla fil-gvern pero' ċ-chairperson le.", "Skond il-kuntratt impoġġi fuq il-mejda tal-Kamra ċ- chairperson m'għandhiex tirriżenja.", "U jien nixtieq li l-ministru tispjega x'inhi din id-differenza kollha.", "Jien ukoll ma nistax nifhem kif din inħatret f'Ġunju jew Lulju tas-sena l- oħra bħala chairperson, u dwar dan ma smajna xejn.", "Kieku m'għamiltx domanda parlamentari ma kontx inkun naf, għax jiena fittixt gazzetta waħda wara l- oħra, fittixt ukoll jekk xi ħadd għamilx xi mistoqsija, fittixt ukoll fid- DOI u ma jirriżulta imkien li din kienet inħatret.", "Jien m'iniex qed ngħid li ma nħatritx, imma ma deher imkien li minn chairperson inħatret bħala executive chairperson.", "Din il-ħaġa ma rajtha assolutament imkien.", "Nixtieq ukoll forsi l-ministru tgħidilna jekk kienx hemm call for application biex tinħatar executive chairperson.", "Nixtieq ukoll li tgħidilna għaliex il- membri tal-bord jirriżenjaw, pero' c-chairperson le.", "Issa ċ-chairperson hija membru tal-bord, imma fuq il-kuntratt qed tgħidu li l-executive chairperson tibqa' hemmhekk għal erba' snin.", "Jiġifieri mhux se tirriżenzja.", "Jiena nixtieq li l-Ministru tgħidilna d-differenza li hemm bejn dan l- abbozz u l-kuntratt li poġġiet xi ġimgħa jew ħmistax ilu fuq il-mejda tal- Kamra.", "Klawsola 8 tgħid hekk:", "\"Membru ta' l-awtorita' jista' jirriżenja mill-kariga tiegħu b'ittra indirizzata lill-ministru u jekk waqt li jkun fil-kariga jinbidel il- ministru, kull membru ta' l-awtorita' għandu joffri r-riżenja tiegħu lill-ministru l-ġdid\".", "Fuq il-kuntratt li inti poġġejt fuq il-mejda tal-Kamra, iċ-chairperson ma jirreżinjax.", "Sur President, meta qgħadt nistudja dan il-kuntratt, jirriżulta li jekk jinbidel il-ministru u jilħaq ministru tal-partit Nazzjonalista stess imma jħoss li m'għandux ikompli jaħdem ma' din iċ- chairperson - u jistgħu jiġru dawn l-affarijiet - bħala gvern lil din il- persuna jrid jagħtiha Lm47,000.", "Taħseb li dan huwa standard?", "Hekk isiru l- kuntratti?", "Hawnhekk jingħad ukoll li persuna tkun skwalifikata milli tinħatar u tibqa' membru tal-housing authority jekk tkun membru tal-Kamra tad-deputati jew tal-kunsilli lokali jew kandidat għall-elezzjoni ġenerali jew għall- kunsilli lokali.", "Hawnhekk jien nixtieq nistaqsi domanda dwar x'se jiġri minnu, per eżempju - u naf kemm hu bniedem kapaċi u jaħdem - il-president tal-Partit Nazzjonalista Jean Pierre Farrugia.", "Dan illejla stess se titolbuh jirriżenzja għax huwa kandidat mal-partit Nazzjonalista?", "Issa barra dan fil-passat kien hemm involvuti fl-istess awtorita' tad-djar kandidati u ex-deputati fosthom Tonio Fenech, Ray Zammit u oħrajn li bħalissa ma nistax niftakarhom kollha.", "Irrid ngħid ukoll li skond mistoqsija parlamentari 14923 l-membri ta' dan il-bord jinħatru abbażi tal-mertu u l-kapaċitajiet personali tagħhom.", "Kontu tgħidu li m'għandux x'jaqsam billi jkunu kandidati ma' partit.", "Hekk kontu tgħidu.", "Issa, ftit qabel l-elezzjoni ġenerali qed tgħidu lil dawn in-nies mod ieħor.", "Issa Dr. Jean Pierre Farrugia tal-Furjana huwa bniedem onest.", "Lil dan illum stess ikollkom iċċemplulu u tgħidulu li jkollu jitlaq għax skond dan l-abbozz ma jistax jibqa' hemmhekk.", "Mela filwaqt li ċ-chiarperson għamiltulha l-ħajja isbaħ, lil ċerti nies ressaqtuhom fil-ġenb.", "Sur President, jiena aktar kmieni semmejt is-somma ta' Lm47,000 li l-poplu Malti jkollu jħallas jekk ministru jidhirlu li għandu jwarrab chairperson.", "Il-poplu għandu kull dritt li nagħtuh breakdown kif inhuma s-salarju taċ- chairperson u hawn ngħid li Lm16,000 huma basic, u naturalment hemm il- weekly allowance, il-karozza, il-petrol, il-mobile, Lm250 hospitality allowance u żieda ta' 5% fuq Lm16,000 fis-sena.", "Din iż-żieda tfisser li jekk din is-sena ħadet Lm16,000, is-sena d-dieħla jekk il-Bambin irid, tieħu Lm16,800 bħala basic, it-tielet sena tieħu Lm17,600 bħala basic, u r- raba' sena Lm18,400 bħala basic.", "Barra minn dan hemm il-performance bonus sa 15%.", "Nixtieq li l-ministru tgħidilna jekk is-sena l-oħra, din l-istess chairperson ħaditx dan il-performance bonus.", "Issa hawn irrid ngħid li din hija ħabiba tiegħi u verament konna ħdimna flimkien bejn l-1996 u l-1998.", "Nirrepeti li jiena m'għandix dubju mix-xogħol li tagħmel hi, imma l- performance bonus sa 15% ħaditu s-sena l-oħra jew le?", "Ejjew nippresumu li s-sena d-dieħla għandha Lm16,800 plus Lm2,400 li huma l-15% performance bonus u r-rati jitilgħu fit-tieni sena Lm19,200, fit-tielet sena Lm20,000, fir-raba' sena Lm20,800.", "Jien irrid inkun naf min jagħtiha dan il- performance bonus.", "Din se tgħid: Isma', jien ħdimt tajjeb, jien kapaċi u se nieħu l-15% performance bonus?", "Il-poplu għandu kull dritt ikun jaf u jien m'għandix dubju li l-ministru se tirrispondi għal dawn id-domandi.", "Ma semmejniex ukoll ir-renumerazzjoni tas-segretarju tal-bord u kif jinħatar.", "Issa jidhirli li s-segretarju tal-bord huwa ħabib tiegħi mill-Belt, ex- kandidat tal-partit nazzjonalista.", "Issa hawn irrid nagħmilha ċara li mhux għalih personali qed ngħid, imma s-segretarji tal-bord kif jinħatru u x'rinumerazzjoni għandu?", "Il-poplu għandu kull dritt ikun jaf kif jitħallsu.", "Sur President, irrid ngħid ukoll li ftit tax-xhur ilu l-istess awtorita' tad-djar mingħajr sejħa ta' xejn iddeċidiet li tibda tikri binja quddiem l- istess awtorita' tad-djar.", "Mela mingħajr sejħa ta' xejn se tibda tħallas Lm24,000 fis-sena u tibqa' tiela' sa Lm26,000.", "Ftit tax-xhur ilu, għal darba oħra mingħajr sejħa ta' applikazzjoni ta' xejn, tqabbad aġent tar- real estate....", "Issa jien ma noqgħodx immur infittex, nagħmel id-domandi parlamentari għax naf l-onesta' tal-ministru u naf li se tpoġġili kollox fuq il-mejda tal-Kamra.", "Fil-fatt kienet poġġiet il-pjanti u minn kalkulazzjoni li għamilt irriżulta li għal 85 metri kwadri l-housing authority xtrat mezzanin Lm46,000 mingħajr sejħa.", "Issa jiena nixtieq nistaqsi dwar dan il-manuvrar kollu biex tmorru hemm.", "Dan l-iktar għax faċilment setgħu joħorġu b'ħafna orħos.", "Sur President, nagħlaq billi ngħid li l-amalgamazzjoni ġiet, pero' l- liġijiet tal-kera għadhom ma ġewx u ma smajna xejn dwarhom.", "Issa erbat ijiem fadal għall-elezzjoni u jiena nappella lill-gvern biex fl-aħħar erbat ijiem tiegħu fil-poter jipprova jara l-problema ta' mismanagement fl-istess awtorita' tad-djar.", "Huwa veru li hemmhekk hemm nies li jaħdmu imma fl- istess awtorita' tad-djar hemm ukoll ħafna mismanagement li jrid jiġi indirizzat.", "U l-akbar indirizz li għandu jkun huwa lejn il-housing soċjali.", "Nirringrazzja lill-Ministru u lill-Kamra kollha.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Frederick Azzopardi.", "ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI: Mr Speaker, qed niddiskutu l-abbozz ta' liġi li l-għan tiegħu hu li jiġbor l-entitajiet governattivi kollha li għandhom x'jaqsmu ma' l-akkomodazzjoni soċjali f'entita' waħda.", "Għandu wkoll l-għan li jittrasferixxi ċerti segħat mingħand il-kummissarju ta' l-artijiet biex dawn jgħaddu għand l-awtorita' tad-djar.", "Mis-sena l-oħra l-awtorita' bdiet tieħu miżuri biex tkun tista' timplimenta u tħejji t-triq għal din l- amalgamazzjoni bejn id-dipartiment ta' l-akkomodazzjoni soċjali u l- awtorita' tad-djar.", "L-ewwel pass kien jikkonsisti li jingħaqdu l-customer care ta' l-awtorita' tad-djar u tad-dipartiment ta' l-akkomodazzjoni soċjali.", "Dan kien ifisser li mill-istess bini kien qed jingħata servizz lill-klijenti taż-żewġ entitajiet.", "Dan kien l-ewwel pass għall- amalgamazzjoni ta' tliet entitajiet li jagħtu servizz ta' housing f'pajjiżna.", "Mr Speaker, fl-introduzzjoni tagħha l-ministru elenkat b'mod ċar it- tibdiliet li se jseħħu permezz ta' din il-liġi u naħseb li m'hemmx lok li wieħed jerġa' jirrepeti dak li qalet u spjegat b'mod tajjeb ħafna.", "Fl- intervent tiegħi se nitkellem b'mod ġenerali l-aktar dwar uħud mis-servizzi li permezz tagħhom l-awtorita' tad-djar kompliet tkun ta' servizz għas- soċjeta' u ta' għajnuna għal dawk li huma l-iżjed vulnerabbli.", "Nibda biex ngħid li matul l-aħħar snin il-bord ta' l-awtorita' tad-djar kien impenjat bit-tfassil ta' policies ġodda sabiex l-iskemi u l-inizjattivi ta' l- awtorita' jkunu aktar soċjali u ta' għajnuna lill-klijenti bi bżonnijiet soċjali.", "Dan l-aħħar rajna wkoll titjib fil-policies ta' l-awtorita' biex aktar persuni jkunu jistgħu jibbenefikaw mill-programm vast ta' skemi u servizzi li joffru kull xorta ta' għajnuna fil-qasam tad-djar.", "L-awtorita' qed tikkonċentra l-aktar fuq it-titjib ta' postijiet eżistenti.", "Importanti li wieħed isemmi li ta' kull sena l-awtorita' tad-djar tagħti għajnuna finanzjarja biex jiġu rranġati medja ta' 400 dar, fosthom djar fejn m'hemmx kamra tal-banju jew hemm bżonn li din tinbidel, djar li huma substandards, kif ukoll djar fejn ma saret l-ebda manutenzjoni matul numru ta' snin.", "Sa ftit żmien ilu l-ammont ta' flus li inkwilini ta' proprjeta' tal-gvern setgħu jibbenefikaw minnu kien ta' Lm750 f'każ li l-fond kien mibni wara l- 1975, u Lm1,000 f'każ li l-fond kien mibni qabel l-1975.", "Dan l-aħħar snin ġie deċiż li l-ammont ta' sussidju għandu jiżdied għal Lm3,000 sabiex jiġi daqs l-ammont li persuna li qiegħda tikri mingħand il-privat.", "Dan ifisser li l-inkwilini tal-gvern se jingħataw aktar għajnuna finanzjarja sabiex irendu l-proprjeta' mikrija lilhom aktar diċenti u ta' livell xieraq fil- ħajja tal-lum.", "Tingħata wkoll assistenza lill-inkwilini li qegħdin jikru mingħand is-settur privat permezz ta' skema ta' sussidju fuq il-kera fejn l- awtorita' qiegħda tgħin numru sostanzjali ta' applikanti billi tħallas parti mill-kirja dovuta lis-sidien privati.", "Kif inhu magħruf l-ammont tal- kera ta' postijiet privati dejjem qed jiżdied u għalhekk inħasset il-ħtieġa li l-awtorita' tirrevedi l-income bracket ta' l-applikanti taħt din l- iskema.", "L-iskema ta' rranġar u titjib f'residenzi privati u dawk mikrija mill- privat ukoll is-sena l-oħra sarulhom titjib fil-kondizzjonijiet tagħhom.", "Is- sussidju permezz ta' għotjiet ġie miżjud u f'każ ta' residenza li jkollu strutturi perikolużi issa tista' tingħata għotja sa massimu ta' Lm4,000.", "Qabel din kienet Lm3,500.", "Barra minn hekk residenza li tkun substandard tista' tibbenefika minn Lm3,000 u qabel dan l-ammont kien ta' Lm2,500.", "Kondizzjoni oħra f'dawn l-iskemi li ġiet mibdula s-sena l-oħra hija l- limitu tal-valur tal-proprjeta'.", "Sabiex tikkwalifika taħt din l-iskema proprjeta' riedet tkun tiswa anqas minn Lm40,000.", "L-awtorita' ħasset li l- limitu ta' proprjeta' li tikkwalifika għal għajnuna taħt din l-iskema għandu jkun ta' Lm60,000 u dan sabiex jirrifletti ż-żieda fil-prezz tal- proprjeta'.", "L-awtorita' tad-dajr qed tagħmel ħilitha biex tippromwovi r-riġenerazzjoni urbana.", "Fix-xogħol ta' l-awtorita' dan it-tip ta' żvilupp jinvolvi l-aktar spiża qawwija peress li hu xogħol diffikultuż u li jirrikjedi ħafna ħin u impenn.", "Ingħata bidu wkoll għal skema oħra li tinkoraġġixxi sidien privati biex jikru proprjeta' residenzjali lill-awtorita' tad-djar.", "L-intenzjoni ta' din l-inizjattiva hija biex proprjeta' vojta fil-gżejjer Maltin tiġi integrata fis-suq u wżata mir-residenti Maltin.", "L-Awtorita' tad-Djar s'issa kriet blokka fit-tramuntana ta' Malta u dan il-bini ġie mikri lill- applikanti fuq lista tad-diparitment ta' l-akkommodazzjoni soċjali.", "Din hija parti minn proġett kontinwu biex nippromwovu l-aħjar użu ta' proprjeta' eżistenti.", "Hemm ukoll l-iskema magħrufa bħala Sir Sid Darek.", "Din l-iskema għandha l- iskop biex residenti fil-proprjeta' tal-gvern isiru sidien ta' darhom billi jingħataw sussidju fuq il-prezz tal-bejgħ skond il-mezzi ta' dħul ta' l- applikant.", "Per eżempju, jekk applikant għandu dħul ta' mhux iżjed minn Lm2,500 dan iħallas biss 30% tal-valur tal-proprjeta' u jekk wieħed jaqla' bejn Lm2,500 u Lm4,000 iħallas 50% tal-post u hekk tibqa' tiela' sad-dħul ta' Lm7,100 fejn wieħed iħallas il-prezz tal-propejta' kollu.", "Din l-iskema ġiet diskussa diversi drabi mill-bord ta' l-awtorita' tad-djar.", "Biex ma ssir l-ebda spekulazzjoni minn bini tal-gvern l-awtorita' ħadet id- deċiżjoni li kull kuntratt ta' post mibjugħ taħt l-iskema Sir Sid Darek għandu jinkludi klawsola li tgħid li f'każ li l-proprjeta' titwaqqa' u terġa' tiġi żviluppata f'diversi fondi, l-awtorita' timponi ħlas li jammonta għal 25% tal-valur ta' l-art.", "Ġie deċiż ukoll il-prezzijiet li bihom għandhom jinbigħu appartamenti jew djar tal-gvern.", "Ġie deċiż li l-prezz ta' fond, per eżempju, b'kamra tas- sodda waħda mhux inqas minn Lm12,000, fond b'żewġt ikmamar tas-sodda mhux inqas minn Lm14,000, fond b'tliet ikmamar tas-sodda mhux inqas minn Lm18,000, dar mhux inqas minn Lm30,000.", "Matul is-sena 2006 kellna wkoll it- tieni ħarġa ta' bejgħ ta' proprjeta' taħt l-inizjattiva ta' shared ownership li kienet tinkludi 259 post għall-bejgħ.", "Kif kien mistenni kien hemm interess qawwi ħafna f'din l-inizjattiva li tagħti opportunita' lil ħafna familji li jkollhom id-dar tagħhom.", "Irid jingħad li l-awtorita' għandha żewġ skemi biex iħajru u fl-istess ħin jgħinu persuni jsiru sid ta' darhom.", "F'din l-inizjattiva persuni li ma jistgħux iħallsu l-ammont sħiħ qed jingħataw l-opportunita' li jħallsu wieħed minn kull tlieta jew tnejn minn kull tlieta tal-prezz tal-proprjeta', bid-differenza tagħmel tajjeb għaliha l-awtorita' li tidħol bħala part owner.", "Peress li kien hemm domanda qawwija għal din l-iskema, l-awtorita' tad-djar fasslet skema sabiex tgħin persuni li se jakkwistaw l-ewwel residenza tagħhom mingħand il-privat.", "Reċentement l-awtorita' introduċiet sistema ġdida dwar l-equity sharing.", "Din l-iskema hija mmirata biex tgħin lil dawk li jridu jixtru l-ewwel dar tagħhom mill-privat.", "F'każ fejn il-prezz tal- proprjeta' ma jkunx jista' jintlaħaq kollu b'loan mill-bank, l-awtorita' tagħmel tajjeb għad-differenza bejn is-somma li tkun tista' tiġi mislufa mill-bank u l-prezz attwali tal-proprjeta'.", "B'dan il-mod l-awtorita' ssir part owner ta' din ir-residenza, il-benefiċċjarji m'humiex obbligati li jħallsu lura l-ammont li tkun ħarġet l-awtorita' qabel għaxar snin.", "Wara dan iż-żmien l-awtorita' titlob informazzjoni meħtieġa biex tkun tista' tivverifika jekk l-applikant ikunx f'pożizzjoni li jħallas lura l-ammont jew jerġax jieħu loan biex jixtri x-share li tkun ħarġet hi.", "L-awtorita' kompliet tagħti prijorita' lill-qasam ta' l-akkommodazzjoni lil dawk il-persuni bi bżonnijiet speċjali.", "Hawnhekk ġew imħaddma numru ta' inizjattivi.", "L-awtorita' ħasset li din l-iskema kellha tinkorpora fiha means testing ġeneruż biex b'hekk tingħata għajnuna lil persuni li verament għandhom bżonn ta' għajnuna finanzjarja sabiex jirrendu r-residenza tagħhom addattata għad-diżabilita' tagħhom.", "Għalhekk ġie deċiż li kull spejjeż relatati ma' xi apparat neċessarju għad-diżabilita' jew spejjeż f'mediċini jew trattament fi sptar jkunu mnaqqsa mill-ammont ta' assi li jippossjedi l- applikant.", "Kondizzjoni oħra li ġiet mibdula tirreferi għall-valur tal- proprjeta' ta' persuna b'diżabilita'.", "Issa biex persuna tikkwalifika għal għotja tal-valur tad-dar ma jridx ikun iktar minn Lm150,000, qabel il-valur tad-dar kien ta' Lm100,000.", "Policy ġdida li ħadet l-awtorita' tirrigwardja l-istallar tal-lifts ġewwa djar privati ta' persuni b'diżabilita'.", "Mis-sena l-oħra qed jingħata ammont ġeneruż ta' Lm5,000 għall-istallar ta' lift li jinqasam f'żewġ ammonti, Lm1,000 għall-bini ta' blokka tal-lift u Lm4,000 għall-apparat tal-lift.", "L-awtorita' kompliet tagħti għotjiet lil numru ta' aġenziji u organizzazzjonijiet non-governattivi li jipprovdu support fil-qasam ta' l- akkommodazzjoni.", "Kompliet bil-programm ta' bini ta' appartamenti b'kamra ta' sodda waħda li jkunu jinkludu l-faċilitajiet kollha.", "Dawn huma mmirati għall-anzjani.", "L-awtorita' qed tmexxi proġett interessanti ħafna li jissejjaħ Headstart.", "Dan il-proġett jaqa' taħt il-proġett Equal tal- European Social Fund.", "Permezz ta' dan il-programm qed tingħata għajnuna liż-żgħażagħ li ħarġu mill-istituti biex ikollhom aċċess għal taħriġ, xogħol u akkommodazzjoni.", "Il-proġett li sottomettiet dan l-aħħar l- awtorita' tad-djar se jiġi jiswa total ta' €263,000 u l-awtorita' se toħroġ 25% ta' dan, jiġifieri total ta' €65,000.", "Dan il-programm se joffri liż- żgħażagħ li ħarġu minn xi istituzzjoni pakkett integrat li jinkludi tagħlim f'xi snajja' partikolari, l-opportuntia' ta' xogħol f'dak il-qasam li jagħżlu u fl-aħħar imma mhux l-inqas aċċess għal housing affordibbli.", "Dan il-proġett beda f'Jannar tas-sena 2005 u sissa 15-il żagħżugħ u żagħżugħa spiċċaw it-taħriġ fis-snajja' li għażlu huma, uħud minn dawn iż-żgħażagħ se jkomplu l-istudju tagħhom u oħrajn qegħdin jiġu mgħejjuna jsibu xogħol jew diġa' qed jaħdmu.", "Il-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ għandha sehem importanti f'dan il- proġett billi tgħin lil dawn iż-żgħażagħ fi programmi ta' taħriġ u biex isibu xogħol skond is-sengħa li għażlu huma stess.", "Dawn iż-żgħażagħ jingħataw l-opportunita' li jgħixu waħedhom sabiex jibdew jgħixu ħajja indipendenti.", "Kien diffiċli ħafna għall-awtorita' tad-djar li ssib akkommodazzjoni għal dawn iż-żgħażagħ li ħarġu mill-istituti, iżda b'ħafna determinazzjoni l-awtorita' rnexxielha ssibilhom appartamenti.", "Ġew impjegati mentors li jgħinu fid-diffikultajiet li jiltaqgħu magħhom ta' kuljum.", "Fl-aħħar ta' dan il-programm l-awtorita' tad-djar se tistabilixxi flimkien maż-żgħażagħ l-aħjar għażla ta' housing għalihom u tgħinhom biex ikollhom aċċess għal dan it-tip ta' housing.", "Grazzi għal din l-inizjattiva dawn iż-żgħażagħ se jkollhom l-opportunita' li jitgħallmu xi sengħa li tagħtihom l-opportunita' li jsibu xogħol u jkollhom aċċess għal housing affordabbli.", "Permezz ta' dan il-pakkett, dawn iż-żgħażagħ qed jirċievu assistenza li se tgħinhom biex jintegraw ruħhom aħjar fis-soċjeta'.", "Mr Speaker, il-gvern huwa wkoll impenjat biex ikompli jtejjeb fuq dak li għamel fl-aħħar snin dwar il-qasam tad-djar.", "Dan ħareġ b'mod l-aktar ċar fil-budget li għadu kif ippreżenta għas-sena 2008 fejn ippropona miżuri oħra biex tkompli titħaddem il-politika fil-qasam tad-djar, dik li kulħadd isir sid ta' daru, u dan biex tkompli tissaħħaħ l-għajnuna li diġa' qiegħda tingħata lill-koppji, speċjalment għarajjes żgħażagħ li jixtru l-ewwel dar għal skop ta' residenza tagħhom.", "Għal dan il-għan il-gvern se jagħti sussidju sa massimu ta' 1% fuq ir-rata bażi ta' imgħax kif stabbilita mill- Bank Ċentrali, jekk din tkun ogħla minn 3.7%.", "Is-sussidju se jingħata matul il-perjodu ta' għaxar snin fuq ix-xiri ta' l-ewwel residenza, li l-valur tagħha ma jaqbiżx il-Lm50,000.", "B'din il-miżura, il-gvern qed jikkalkola li se jinvesti madwar Lm500,000 fl-2008 biex il-koppji ġodda jakkwistaw darhom u b'hekk itaffu l-piż meta jkun hemm ċaqliq fir-rati ta' l-imgħax.", "Qed jiġi ppreparat it-tielet ħruġ ta' l-iskema tax-shared ownership ta' l- awtorita' tad-djar.", "Taħt din l-iskema se jkun hemm 333 appartament li għandhom valur kummerċjali ta' Lm14.5 miljun.", "Matul is-sena li ġejja, l- awtorita' tad-djar qed tippjana li tkompli tinvesti madwar Lm5.5 miljun fil- bini ta' appartamenti oħra, u l-gvern se jalloka Lm0.5 miljun biex l- awtorita' tad-djar ittejjeb u testendi l-equity sharing scheme għax-xiri ta' l-ewwel dar.", "Għal dan il-għan, l-awtorita' se tiffinanzja sa massimu ta' Lm14,000 mill-prezz ta' dar kompluta u sa massimu ta' Lm10,000 mill- prezz ta' dar shell li l-valur tagħha ma jaqbiżx il-Lm50,000.", "Bħalissa, il-ġenituri li jgħaddu xi art jew proprjeta' lill-uliedhom għall- użu tar-residenza tagħhom qegħdin iħallsu t-taxxa tal-boll fuq dan it- trasferiment.", "Il-gvern jemmen li għandu jagħmilha aktar faċli lill-familji biex jgħinu lil uliedhom jakkwistaw darhom.", "Għal dan il-għan, it-taxxa tal- boll fuq it-trasferiment ta' proprjeta' waħda, u darba biss, mill-ġenituri lill-ulied, biex din tintuża għal skop ta' residenza personali mill-ulied, se titnaqqas b'1.5% għal 3.5% fuq dik il-parti li llum qiegħda tiġi intaxxata bil-5%.", "Barra minn dan, u bħala parti mill-politika tal-gvern Nazzjonalista lejn ħajja aħjar għaċ-ċittadini kollha ta' Malta u Għawdex, qed naraw l-iżvilupp u t-tisbiħ ta' żoni tal-housing estate.", "Il-Ministeru għall-Familja u Solidarjeta' Soċjali se jkompli jinvesti madwar Lm10.5 miljuni bejn l-1998 u s-sena 2010 għat-tiswija tad-djar.", "Id-dipartiment tal- bini qed jagħmlu dan ix-xogħol biex il-miri tal-gvern għall-housing estate jintlaħqu, u b'hekk, b'mod konkret, inkomplu ntejjbu l-kwalita' tal-ħajja għall-familji Maltin u Għawdxin.", "Ix-xogħol ta' tisbiħ li qed isir hu differenti u jirrifletti l-ħtiġijiet tal-lokal u l-familji li jgħixu fihom.", "Infetħu bosta ġonna għan-nies ta' kull eta', tfal, ġenituri u anzjani, li f'dawn l-ispazji tant sbieħ jistgħu jqattgħu ħin flimkien f'ambjent ferrieħi u mimli paċi.", "Per eżempju, f'Kerċem, Għawdex, dan l-aħħar ġiet inawgurata playing field bħala parti minn kumpless sportiv, b'investiment ta' kważi Lm17,000.", "Fir-Rabat, Għawdex, proprju fiż-żona Taċ-Ċawla, inbeda proġett b'investiment ta' Lm45,000, li jinkludi t-tkabbir u t-tisbiħ taż-żona tal-playing field, irranġar tal-ground tal-football, il-ħolqien ta' iktar postijiet ta' parkeġġ f'diversi postijiet, belveder, pavimentar ta' diversi bankini fiż- żona, irranġar u tisbiħ tal-pitch tal-boċċi u xogħol ġenerali ta' tisbiħ li jinkludi wkoll street furniture.", "Mr Speaker, nikkonkludi billi ngħid li kemm il-policies li semmejt kif ukoll l-inizjattivi mħabbra mill-gvern fil-budget għas-sena 2008 u inizjattivi oħra jixhdu l-impenn ta' l-awtorita' tad-djar u tal-gvern sabiex jitwettaq l-għan li jiġu pprovduti djar xierqa f'ambjent aħjar, kif jgħid tajjeb il-mission statement ta' l-awtorita' tad-djar.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi, Onorevoli.", "Aktar rimarki?", "Insejjaħ lill-Onor.", "Coleiro Preca.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO PRECA: Mr Speaker, jiena f'dan l-intervent xtaqt nieħu d-dibattitu fuq livell forsi anqas partiġġjan, mhux għax huwa ħażin li noqogħdu nifirħu b'rixna hawnhekk, imma min-naħa l-oħra nemmen li dan huwa qasam li wasal il-waqt li fih inkunu aktar innovattivi u nħarsu fit-tul.", "Ma rridux nieħdu biss miżuri li jindirizzaw imma rridu naraw ukoll affarijiet oħra li ma nkunux qed nikkunsidraw fil-kwadru sħiħ u li ma nkunux evalwajna biżżejjed f'dak li nkunu qegħdin nintroduċu.", "Mr Speaker, l-ewwelnett irrid ngħid li dan huwa abbozz li ż-żewġ naħat tal- Kamra naqblu dwaru u wieħed irid jgħid li kien proprju fl-1987, taħt il- Prim Ministru Karmenu Mifsud Bonnici u dak iż-żmien Segretarju Parlamentari l-Onor.", "Leo Brincat, meta kienet daħlet l-idea dwar din l-amalgamazzjoni.", "Dan għax hija xi ħaġa minn ewl id-dinja li x-xogħol fuq dan il-qasam tant importanti u vast ma jistax jibqa' jsir minn diversi entitajiet li jaħdmu b'mod separat minn xulxin.", "Wara li għadda dan iż-żmien kollu u minkejja wkoll li tul dawn l-20 sena ta' gvern Nazzjonalista smajna kemm-il darba x- xewqa tal-gvern li jagħmilha, issa fl-aħħar din l-amalgamazzjoni waslet.", "Mr Speaker, dan ifisser li issa se jkun hemm aktar ċentralizzazzjoni f'dan il-qasam.", "Ifisser ukoll li l-awtorita' se tkun mgħobbija b'ħafna aktar responsabbilta' minn dak li għandha llum, u allura nittama li l-gvern se jkun qed jilqa' għal dan bi struttura aktar b'saħħitha u b'riżorsi biżżejjed biex ma jkunx hemm diffikultajiet ħalli dak li qed tgħid din il- liġi jkun implimentat.", "Dan qed ngħidu għax sfortunatament għandna tendenza li nagħmlu liġijiet li dwarhom ma jkunx hemm diviżjonijiet ta' politika imma fl-aħħar mill-aħħar imbagħad ikunu liġijiet sbieħ biss għal fuq l- ixkaffa.", "Meta mbagħad naraw il-mod kif l-affarijiet ikunu qed joperaw niskopru li hemm nuqqas ta' riżorsi u nuqqas ta' strutturi effettivi biex jitwettaq il-kompitu qawwi li jkun qed jinxteħet fuq l-ispalel ta' dik l- entita' partikolari.", "Mr Speaker, jiena nqis li l-opportunita' li qed tagħtina din il-liġi hija opportunita' importanti.", "Din is-sena se tkun sena speċjali għax mhux biss niddiskutu l-housing per se waqt il-voti tal-Ministeru għall-Familja u Solidarjeta' Soċjali u waqt l-estimi ta' l-Awtorita' tad-Djar, imma din is- sena għandna l-opportunita' li nistgħu nkomplu niftħu u nitkellmu fuq dan il-qasam vast, qasam li għandu dimensjoni soċjali mill-akbar.", "Qed ngħid hekk għax dan huwa qasam li jolqot nies li huma bla mezzi finanzjarji biex ikollhom housing addattat u xieraq u nies li għandhom mezzi limitati li forsi jistgħu jaslu sa ċertu punt imma jkollhom bżonn ta' ftit spalla oħra biex jaslu.", "Jolqot ukoll nies li għandhom il-mezzi finanzjarji, imma jekk ma jkollniex politika li tkun konsistenti u sostenibbli, minkejja l-mezzi finanzjarji li għandhom biex huma jkollhom housing addattat, dawn jistgħu jispiċċaw imwarrba fix- xifer.", "Mr Speaker, dan il-qasam jolqot ukoll bl-aktar mod mill-qrib lil kulħadd għax jolqot ukoll il-qasam ta' l-ambjent, il-kwestjoni ta' l-iżvilupp sostenibbli.", "Dan qed ngħidu għax naħseb li hawn ukoll kien hemm lok li nitkellmu f'din id-dimensjoni wkoll għax fl-aħħar mill-aħħar, il-politika li se jkun qiegħed iħaddem il-gvern f'dan is-settur se tkun ta' eżempju għall-kumplament.", "Jiena dejjem ngħid li ladarba hemm l-intervent ta' l- istat f'dan is-settur, allura definittivament il-gvern qiegħed setting the pace anke fejn jidħlu oqsma oħra bħalma huma l-ambjent u l-iżvilupp sostenibbli.", "F'dawn l-oqsma rridu nkunu aktar ċari, aktar miftuħa u aktar ħolistiċi meta niġu biex niddiskutu u nagħmlu l-politika.", "Huwa qasam ukoll, Mr Speaker, li jaffettwa ħafna mill-qrib ukoll is-suq finanzjarju u l-qagħda ekonomika ta' pajjiżna.", "Aħna nafu li ftit ġimgħat ilu kellna l-kwestjoni fejn il-credits li kienu qed jingħataw għall- mortgages effettwaw is-swieq finanzjarji b'saħħithom barra minn xtutna inkluż ta' l-Istati Uniti.", "Jiena ngħid li anke f'dan ir-rigward irridu noqogħdu attenti b'liema mod inkunu qed ninkoraġġixxu s-self fit-tul u l- kwantita' ta' self.", "Jiena nħoss li wasal iż-żmien li pajjiżna jkun innovattiv anke f'dan.", "Irrid ngħid ukoll li ftit tax-xhur ilu, il-Kummissjoni Fidi u Ġustizzja li hija entita' tal-Knisja kienet qanqlet diskussjoni sħuna ħafna fuq il- kwestjoni tal-prezzijiet astronomiċi tal-proprjeta' f'pajjiżna.", "Anke l- partit Laburista kien ħadem u mbotta 'l quddiem miżuri biex jindirizza din id-diffikulta' ta' l-anqas fejn jirrigwarda l-first time buyers partikolarment il-koppji żgħażagħ.", "U jiena ngħid li huwa tajjeb li l-gvern issa fil-budget adatta dawn il-miżuri.", "Dawn huma miżuri li anke l-partit Laburista kien qed jimbotta, u dan juri kemm aħna oppożizzjoni kostruttiva.", "Aħna ma noqogħdux inżommu l-proposti tagħna f'xi kaxxa magħluqa biex imbagħad nissorprendu fl-aħħar ħalli nintgħoġbu fl-aħħar.", "M'huwiex veru li għax inkunu fl-oppożizzjoni rridu naraw lill-pajjiż sejjer lura, anzi aħna oppożizzjoni li rridu naraw lill-pajjiż dejjem sejjer 'il quddiem ħalli jekk Alla jrid, meta nkunu fil-gvern, inkunu nistgħu nkomplu ntejbu fuq it-tajjeb li jkun hemm.", "Aħna ma nixtiequx inkunu fil-gvern biex noqogħdu nsewwu l-ħsara, imbagħad nibdew nibnu wara li nkunu sewwejna l- ħsara.", "Irridu nibdew naħdmu mill-ewwel jekk jista' jkun fuq it-tajjeb li jkun hemm, u għalhekk nieħdu gost li l-gvern Nazzjonalista, għal darba forsi f'ħafna snin, irnexxielu jismagħna u ħa on board diversi proposti tagħna fosthom ukoll f'dan is-settur.", "Jiena nixtieq ukoll inkompli nenfasizza fuq kemm hu importanti dan is- settur, Mr Speaker, billi nagħmel riferenza proprju għal dak li ntqal fil- konferenza dwar human settlements tal-Ġnus Magħquda f'Istanbul.", "F'din il- konferenza kienu ddikjaraw li right to adequate housing is a universal declaration of human rights.", "Ma' din id-dikjarazzjoni hemm marbut il-fatt li l-housing soċjali jrid ikun wieħed adegwat, li joffri faċilitajiet essenzjali għas-saħħa tal-persuni, għas-sigurta', għall- komfort u saħansitra anke għal dak li huwa nutrition.", "Mr Speaker, l-aċċessibilita' wkoll kienet imniżżla bħala prinċipju f'din id- dikjarazzjoni tal-konferenza tal-Ġnus Magħquda li llum insibuha bħala l- Istanbul Declaration on Human Settlements.", "Hawnhekk tissemma l- aċċessibilita' għall-iżvantaġġjati u għall-vulnerabbli, u fost dawn hemm imsemmija wkoll il-kwestjoni tas-single mothers u familji b'ġenitur wieħed, l-anzjani, it-tfal, id-diżabbli, dawk li huma terminally ill, l-HIV positive individuals, dawk li jbatu minn saħħa mentali, vittmi ta' diżastri naturali u vittmi ta' vjolenza domestika fost oħrajn.", "Hawn isemmi lista sħiħa ta' dawk li huma vulnerabbli.", "Imbagħad it-tielet prinċipju marbut ma' din id-dikjarazzjoni hu li dan kollu jrid ikun affordabbli.", "Mr Speaker, meta l-komunita' internazzjonali, permezz ta' organizzazzjoni kbira bħall-Ġnus Magħquda, b'dikjarazzjoni tistabbilixxi l-housing bħala dritt uman, allura aħna bilfors irridu nħarsu lejn dan il-qasam b'ħafna aktar serjeta', b'ħafna aktar impetus u b'ħafna aktar rieda.", "Ovvjament ħaddieħor għandu gvernijiet oħra u parlamenti oħra biex jaraw l-affarijiet tagħhom, pero' f'dan kollu aħna jikkonċernana pajjiżna u rridu nħarsu lejn il-perspettiva tagħna, lejn il-bidliet li seħħew, b'liema mod qegħdin jaffettwawna u b'liema irridu nindirizzawhom.", "U qed ngħid dan għax f'dawn l-aħħar snin seħħew ħafna bidliet soċjo-ekonomiċi.", "Mr Speaker, bidla li fil-fehma tiegħi li ma nistgħux nibqgħu ninjoraw, u nħoss li qegħdin ninjorawha, hija ż-żieda straordinarja tas-single mothers f'pajjiżna.", "Jiena nħoss li qegħdin ninjoraw din il-bidla u jekk m'aħniex se nindirizzawha b'galbu kbir u b'responsabbilta' kbira mhux biss fil-qasam tal-housing imma f'ħafna oqsma oħra, se jkollna, biex ngħid hekk, splużjoni.", "Fejn qabel kont tidħol inti ġo appartamenti u housing units li kienu adegwati għall-familja li kienet qed tgħix fihom, illum tidħol u ssib kważi prattikament tnejn jew tliet familji, u allura hemmhekk, in terms ta' spazju għandek prattikament sub-standard housing.", "Tidħol ġo djar fejn mara u t-tarbija joqogħod fi spazju verament limitat, meta ma ssibx ukoll units li fihom jgħixu żewġ single mothers.", "Hawnhekk aħna rridu niffukaw mhux biss fuq l-aspett ta' housing u qed nenfasizza dan għax jien inħoss li għadna m'aħniex qegħdin inwaddbu taħt il-lenti dan il-fenomenu li laqat lilna wkoll.", "Hawnhekk irridu nkunu sensittivi ħafna, irridu nkunu għaqlin u nindirizzaw l-affarijiet bil-galbu.", "Dan il-kambjament f'pajjiżna qed jaffettwa wkoll lil dan is-settur importanti tal-housing.", "Mr Speaker, sfortunatament għandna wkoll il-kwestjoni tas-separazzjonijiet u ta' żwiġijiet imkissrin fejn inti jkollok housing unit li ġabar familja u f'daqqa waħda ġew żewġ familji.", "Il-qrati ħafna drabi jaqtgħuha li d-dar matrimonjali għandha tinbiegħ, u allura imbagħad fuq is-suq għandek id- domanda għal żewġ housing units, fejn ħafna drabi fuq naħa jkollok il-mara bit-tfal u l-missier għalih.", "Dan huwa kambjament soċjali ieħor li ma nistgħux naffordjaw indawwru dahrna għalih.", "Irridu nħarsu lejn dan il- fenomenu mhux iktar b'mod spezzettat imma b'housing policy nazzjonali.", "Jien ngħid li għandu jkun hemm qbil nazzjonali fuqu dan.", "Ma nistgħux naffordjaw noqogħdu nilagħbu.", "Irrid ngħid ukoll li dan huwa qasam li hemm il-ħajjiet tan-nies fin-nofs.", "Ħadd minna m'għandu biss jazzarda joqgħod jilgħab b'ħajjet in-nies.", "Għandna wkoll il-karatteristiċi partikolari f'pajjiżna li huwa ċ-ċokon tagħna u l-art limitata tagħna.", "Hawnhekk tidħol il-kwestjoni tas-sostenibilita' fl-iżvilupp tagħna.", "Dan ukoll jeħtieġ li nwaddbuh taħt il-lenti.", "Mr Speaker, gvern Laburista ta' l-1996 dan kollu kien diġa' qed jarah, u fil-fatt, il-Ministru ta' dak iż-żmien sieħbi Alfred Portelli kien ukoll lesta draft ta' policy nazzjonali.", "Dak iż-żmien ukoll, il-kollega tiegħi hawnhekk, l-Onor.", "Stefan Buontempo kien uffiċjal fid-dipartiment tas-social housing, lestew draft national housing policy u li kieku ma saritx l- elezzjoni fl-1998 din kienet se toħroġ bħala white paper.", "Dan hu l-mod kif irridu nimxu, Mr Speaker, jekk veru rridu nindirizzaw dan il-qasam tant importanti fil-ħajja tan-nies.", "Hemm imbagħad, per eżempju, il-kwestjoni tal- homeless.", "F'dan il-weekend li għadda l-YMCA reġgħu fakkruna li hemm kategorija vulnerabbli ta' żgħażagħ u anke ta' nies li m'humiex żgħażagħ li huma homeless.", "U forsi hawn xtaqt ukoll nagħmel riferenza għall-mod kif il- homeless ġie definit fir-rapport tal-YMCA li kien sar fl-2002.", "Id- definizzjoni ta' homeless hija din:", "\"When the individual is asked to leave the family because he/she has brought shame to the family by getting involved in criminal activities, addictions or having a child out of wedlock\".", "Jiena nista' ngħid li sa din il-ġimgħa stess kellmitni tfalja għadha lanqas għalqet 18-il sena li sfortunatament għandha diffikulta' ġejja minn żwieġ imkisser, fejn il-parent li kienet qed toqgħod magħha għandha diffikultajiet ta' saħħa mentali.", "Din it-tifla għal darba darbtejn f'ħajjitha kellha toħroġ barra mid-dar u tidħol ġo shelter, jiġifieri għexet iktar ġox-shelters.", "Meta ħarġet minn ġo shelter marret ma' l-ewwel persuna li sabet.", "Madwar ftit ġimgħat ilu kellha tarbija, u din spiċċat barra d-dar mifruda mit-tarbija tagħha tgħix ma' xi ħadd li meta jfettillu jkeċċiha 'l barra.", "Il-homeless jeżistu f'dan il-pajjiż, u fil-fehma tiegħi dawn huma n-nies li l-aktar li rridu nsemmgħu l-vuċi tagħhom, dawn huma n- nies li l-iktar għandhom bżonn lil min jitkellem għalihom.", "Il-homeless, Mr Speaker, f'dan il-pajjiż jeżistu.", "Jeżistu meta tiltaqa' ma' żgħażagħ Ii rrijabilitaw ruħhom mill-vizzju ta' abbuż minn sustanzi u jgħidulek id- diffikultajiet biex jerġgħu jintegraw fis-soċjeta'.", "Saħansitra anke fejn joqogħdu jkollhom problema, u allaħares ma jkunux l-organizzazzjonijiet bħall-YMCA, Osanna Pia, Suret il-Bniedem eċċ., li joffru shelter.", "Il- Caritas, b'mod partikolari, issa anke qed tipprova tiftaħ shelter proprju għal dawk li jew ħarġu jew inkella se jkunu deħlin fi programmi ta' riabilitazzjoni.", "Allaħares m'għandiex dawn l-organizzazzjonijiet għax kieku dawn iż-żgħażagħ u anke nies li m'humiex daqshekk żgħażagħ fl-eta' m'għandhomx fejn imorru.", "Mr Speaker, hawn qegħdin nitkellmu fuq faxxa kbira ta' nies fosthom anke min għandu l-mezzi biex jasal waħdu biex ikollu dar diċenti.", "Jekk ikollna politika li ma tkunx addattata u tiskussjah lil dan ukoll tista' twaddbu f'xifer ta' faqar suġġettiv, faqar relattiv minkejja li għandu l-mezzi biex jasal.", "Aħseb u ara dawk li m'għandhom l-ebda mezzi finanzjarji biex ta' l- anqas ikollhom b'mod assigurat saqaf fuq rashom.", "Pajjiżi oħra bħall- Ingilterra telqu mill-aspett ta' intervent sħiħ mill-istat.", "Prattikament is- social housing kien f'idejn l-istat, imbagħad bil-mod il-mod naqqsu billi ħadu over assoċjazzjonijiet mhux governattivi li m'humiex intiżi biex jagħmlu profitt.", "Aħna għad m'għandniex dik il-kultura.", "Jien m'iniex qed ngħid din għandha tkun il-way forward tagħna.", "Jalla xi darba naslu għaliha, imma ma narax li hija xi ħaġa ta' l-immedjat, u forsi għad għandna bżonn ħafna aktar żmien ta' dan it-tip ta' intervent biex aħna nkunu nistgħu nipprovdu social housing lil dawk in-nies speċjalment li m'għandhomx mezzi.", "Mr Speaker, hawnhekk tkellimna ħafna fuq il-kwestjoni tal-miżuri li issa qed nindirizzaw għall-first time buyers.", "M'hemmx dubju li din kienet xi ħaġa importanti u m'hemmx dubju li dak huwa grupp f'pajjiżna li jrid ikun indirizzat, imma ma nistgħux biss nitkellmu fuq politika li kulħadd isir sid ta' daru, għax mhux kulħadd qiegħed f'dik il-qagħda.", "Mhux kulħadd għandu l-mezzi biex isir sid ta' daru, u hemm nies li jridu jħarsu lejn xi ħaġa differenti.", "U dawn in-nies lanqas lejn is-suq tal-kera mingħand il- privat ma jistgħu jħarsu.", "U biex nitkellmu bl-aktar mod sinċier u onest hawnhekk irridu ngħidu li minkejja li l-awtorita' tad-djar ħarġet bi skemi, u għal darba darbtejn irrevediethom u anke għolliet l-ammont ta' sussidju li tagħti lil dawk li għandhom il-ħtieġa ta' għajnuna biex ikunu f'qagħda li jistgħu jikru mingħand il-privat, xorta waħda dan m'huwiex biżżejjed.", "Mr Speaker, jekk m'iniex sejra żball, il-massimu ta' skema ta' sussidju fuq il-kera ta' l-awtorita' tad-djar hija xi Lm30.", "Issa wieħed irid jimmaġina li jkollok, per eżempju, mara separata bit-tfal li qed tgħix bil-benefiċċju soċjali jew forsi b'manteniment li ma jkunx ilaħħaq aktar minn Lm140 jew Lm150 fix-xahar li minnhom trid tħallas appartament b'kera ta' Lm100 jew Lm80 fix-xahar.", "Jekk din il-mara tikri appartament b'Lm100 u tieħu Lm30 tas-sussidju se jibqgħalha biss f'idejha Lm80 fix-xahar biex titma, teduka u tikkura lill-uliedha kif ukoll tħallas għas-servizz tad-dawl u l-ilma.", "Terġa' ħafna drabi dawn il-postijiet bil-kirjiet ikollhom il-meter tad-dawl u l-ilma jibqa' fuq is-sid u għaldaqstant lanqas jaċċessaw għas-sussidju fuq is-surcharge.", "Dawn huma familji li spiċċaw fqar minħabba li għandhom bżonn saqaf fuq rashom u dawn irridu nindirizzawhom.", "Dawn it-tip ta' nies qed jikbru fin-numru u m'huwiex biżżejjed li namalgamaw l-awtorita' u d- dipartiment tas-social housing biex tindirizza lil dan it-tip ta' nies.", "Ta' l-anqas, apparti l-amalgamazzjoni jrid jiġi assigurat li dawn it-tip ta' familji jkun jista' jkollhom mezzi finanzjarji biżżejjed ħalli jkunu jistgħu jgħixu diċentement.", "U meta ngħidu jgħixu diċentement jiġifieri jkunu jistgħu jlaħħqu ma' dak li huwa verament essenzjali u bażiku għal ħajjithom.", "Mr Speaker, nixtieq issa nagħmel enfasi fuq din il-kwestjoni ta' l- amalgamazzjoni li se tkun riflessa permezz ta' dan il-qafas legali li qegħdin niddiskutu hawnhekk.", "Hawn irrid ngħid li din il-bidla diġa' nħasset anke permezz tal-fatt li d-dipartiment tas-social housing mar qrib il- housing authority ġol-Furjana stess.", "Fil-fehma tiegħi dan il-fatt diġa' għamel kambjament għan-nies.", "Forsi tgħidli li din substantially għadha ma fissret xejn, imma jiena ngħid li tfisser, għax ċertu ammont ta' kordinament diġa' jinħass.", "Hija diġa' pass 'il quddiem, pero' dan mhux biżżejjed.", "Jiena nħoss, Mr Speaker, li se jkun hemm ħtieġa li jiġu rranġati s-sistemi li qabel id-dipartiment tas-social housing kien qed jimxi bihom.", "Il- kwestjoni tal-point system fil-fehma tiegħi hija xi ħaġa li ma tinftehimx.", "Jiena ma nafx kemm-il darba jiġu każijiet ta' nies quddiemi, u għamel sew l- Onor. Stefan Buontempo li semma' l-fatt li l-housing fil-mentalita' tan- nies għadha xi ħaġa marbuta mal-politiċi.", "In-nies għadha tfittex lilna għax ikunu qatgħu qalbhom.", "Kieku qegħdin isibu s-soluzzjonijiet, bil-mezzi li suppost huma aċċessibbli għalihom, kieku ma jiġux għandna.", "Il-kwestjoni tas-social housing hija waħda mill-uġigħ ta' ras li llum jien inwaddabha kważi fl-istess keffa mal-problema ta' l-impjiegi.", "Issa jien m'iniex xi waħda minn dawk li jekk hemm skema ta' l-awtorita' li tista' ssolvi l- problema ta' dik il-familja, noqgħod ngħidilhom le, morru applikaw is- social housing.", "Jien stess niggwida lil dak li jkun biex jekk jista' jkun, jekk hemm skema li tista' tipprovdilhom soluzzjoni, ngħinhom jaċċessaw għaliha.", "Hawnhekk jiena nieħu l-opportunita' biex insellem u anke nirringrazzja lil ħafna impjegati tal-housing authority li jaħdmu mhux biss għall-paga imma jaħdmu wkoll b'qalbhom u jagħmlu ħilithom biex jippruvaw jgħinu lin-nies.", "Lil dawn jiena nixtieq insellmilhom u anke nirringrazzjahom tal- koperazzjoni li juru man-nies.", "Issa dan qed ngħidu minkejja li hemm nies qed jgħixu f'postijiet substandard, limitati fl-ispazju u fil-periklu li jaqa' s-saqaf - u jien ma nafx kemm-il każ għandi bħalissa – u huma ċċertifikati mhux biss minn periti privati imma anke mit-tekniċi tad- dipartiment tas-social housing, li huma strutturi perikolużi u sadanittant m'hemmx alternattiva x'noffruhom.", "Sur President, jiena qed jiġini mad-daqqa t'għajn każ ta' mara ta' 80 sena.", "Lil din mhux se tfiehemha biex tmur issib post, tikrih, imbagħad tieħu s- sussidju.", "Fuq kollox din assolutament lanqas għandha biex.", "L-unika soluzzjoni għal din il-mara hi li tingħata xi unit alternattiv mid- dipartiment.", "Per eżempju, jiena kull meta nara x-xita nitwerwer għal ċerti familji li naf li qegħdin fi strutturi perikolużi u li d-dipartiment jaf bihom imma m'għandux x'jagħti.", "U jekk m'aħniex se naraw kif dawn it-tip ta' nies jiġu indirizzati, se nibqgħu b'diffikultajiet u se nibqgħu ukoll nirriskjaw ħajjet in-nies.", "Mr Speaker, aħna ma nistgħux nitkellmu fuq il-kwestjoni tal-housing b'mod limitat qisna qed inħarsu minn lembut.", "Irridu nitkellmu fil-wisa' kollha tiegħu.", "Jiena bdejt insemmi l-point system.", "Din trid tiġi b'xi mod irranġata.", "Ikollok nies li qegħdin f'dawn it-tip ta' sitwazzjonijiet imbagħad meta tistaqsi kemm għandhom points issib li dawn għandhom veru ftit.", "Jiena ma nafx il-kriterji li fuqhom jingħataw dawn il-points u niddubita kemm in-nies jafu l-kriterji.", "Kieku jafu l-kriterji jkellmuk fuqhom u jippruvaw jispjegawlek, għax dawn, qabel ma jiġu għandna, ikunu xebgħu jmorru ġod-dipartiment jistaqsu.", "U dan kollu qed ngħidu għax wieħed irid jara kif se jirranġa din il-ħaġa.", "Nixtieq insemmi wkoll l-istorja tal-ftuħ u għeluq ta' files li ma nafx kemm- il darba ntbagħtu ittri.", "Hawn nies li kif jaraw ittra ġejja minn dipartiment tal-gvern kważi twerwirhom, ma jkunux jafu x'għandhom jagħmlu u jispiċċaw ma jweġbux imbagħad imorru jfittxu wara ċertu żmien u jgħidulhom li kienet intbagħtitilhom ittra biex jaraw għadx hemm interess, u issa ngħalaq il-file għax dik l-ittra ma ġietx imwieġba.", "Dawn qed insemmihom biex jiġu indirizzati, u dawn il-każi ma naħsibx li nafhom jiena biss.", "Jiena ċerta li anke min qiegħed kemm fid-dipartiment kif ukoll min mhux qiegħed fid-dipartiment imma bħali jagħmilha man-nies, jaf bihom ukoll u qed insemmihom bħala eżempju ta' kemm hemm ħtieġa li nindirizzaw dawn id- diffikultajiet.", "Mr Speaker, jiena bdejt mill-ewwel nitkellem fuq il-kwestjoni tal-ħtieġa ta' policy nazzjonali, u hawn xtaqt insemmi xi ħaġa li ltqajt magħha dan l- aħħar waqt li kont qiegħda naqra.", "Ta' min nagħti apprezzament lil Cyrus Schayegh, li huwa urban sociologist, li għandu warajh esperjenza ta' madwar 20 sena fit-tagħlim, fir-riċerka u wkoll fl-iżvilupp ta' housing policies, u anke fl-implimentazzjoni.", "Dan għallem Harvard University, University of Hartford, University of Toronto u anke għallem fl-Universita' ta' Malta.", "Dan kien ġie mistieden tal-YMCA, jekk m'iniex sejra żball ftit xhur ilu, u wara li għamel xi żmien jgħix Malta, u allura indaga tajjeb dwar il-qagħda tal-housing f'pajjiżna, kiteb ktieb intitolat \"Housing Policy in Malta: Malta's Place in the Worlds of Welfare Capitalism\".", "Jien inħoss li dan huwa ktieb li worth it wieħed jagħtih daqqa t'għajn, għax fih mitqlu deheb f'riċerka.", "Fih hemm ġabra ta' affarijiet flimkien, u meta ġie dan il-ktieb f'idejja u kont qed inqallbu, waħda mill-affarijiet li tolqtok mill-ewwel u li tinkwetak meta tidħol sew fis-suġġett, hi l- fenomenu dwar kemm ingħataw permessi għall-bini ta' housing units f'dan il- pajjiż mill-MEPA, li hija ħafna aktar mid-demand li għandna.", "Dan ifisser li we are over-supplied with housing units, imbagħad tiskopri li minkejja li matul dawn is-snin, kull darba l-MEPA kienet qed tagħti numru sostanzjali ta' permessi għall-iżvilupp ta' residenzi, ħafna aktar mid-domanda tas-suq, sadanittant il-prezzijiet fil-pajjiż tal-proprjeta' komplew jogħlew.", "U jiena ngħid dawn x'affarijiet huma?", "Għax normalment, fejn għandek over- supply ikollok kompetizzjoni, u suppost ir-regoli tal-kompetizzjoni jiffavorixxu lill-konsumatur, lil dak li jrid jixtri l-proprjeta' f'dan il- każ.", "Mr Speaker, hawnhekk ta' min wieħed jistaqsi dwar x'qed jiġri.", "Proprju fil- paġna 247 ta' dan il-ktieb hemm tabella li fil-fatt ħarġet mill-MEPA, msemmija number of dwellings development permits issued by MEPA by type of building, mill-1994 sa l-2005.", "Issib li, per eżempju, fl-2005 in-numru ta' permessi maħruġa mill-MEPA żdiedu b'2,497 aktar mis-sena ta' qabel, jiġifieri mill-2004.", "U kienu kważi d-doppju taż-żieda li kien hemm bejn l- 2003 flimkien ma' l-2004.", "Jiġifieri hawnhekk hawn affarijiet li jikkuntrastaw ma' xulxin.", "Xi ħaġa qed jiġri.", "Issa tajjeb li ngħidu li s- sors ta' din it-tabella huwa mis-Central Bank of Malta reports, u d-data li hemm għall-2005 hija mill-iState of Construction Industry report għas-sena 2005.", "Jiġifieri qed nitkellmu fuq awtoritajiet u mhux fuq xi ħadd li jrid joqgħod jitkellem b'mod fieragħ.", "Mela għandek l-ewwelnett il-MEPA li qed tiddeċiedi li toħroġ permessi għal residenzi iktar milli fil-fatt hemm ħtieġa għalihom.", "Imma imbagħad, mhux hekk biss, imma għandna over-supply ta' residential units u sadanittant il- prezz ikompli jogħla.", "Per eżempju, mill-istess tabella nsibu li bejn l- 1994 u l-2005 il-permessi żdiedu minn 2,000 għal 9,000, żieda ta' 350%.", "Jiġifieri ejjew noqogħdu attenti.", "Għalhekk jiena fil-bidu għidt li dan mhux biss għandu dimensjoni soċjali ta' nies bla mezzi imma għandu wkoll dimensjoni kbira fuq il-kwestjonijiet ta' l-ambjent u ta' l-iżvilupp sostenibbli ta' pajjiżna.", "Aħna pajjiż daqs naqra.", "Ħaddieħor, li hu ħafna ikbar minna u li lanqas tikkompara l-ispazji li għandu, ukoll għandu housing policy adattata marbuta mas-sustainable development kif suppost.", "Allura għaliex aħna, li aħna daqshekk żgħar u li aħna tant sensittivi, qed ngħoddsu f'dawn l-affarijiet?", "Mr Speaker, dan iwassalni biex ngħid li mhux biss ikun hemm din l-amalgamazzjoni, li fiha daħal ukoll id-dipartiment ta' l-artijiet imma hemm ukoll il-ħtieġa ta' kordinament sħiħ bejn il-MEPA u l- Awtorita'.", "Dan għax apparti l-bżonnijiet ta' dawk li għandhom bżonn akut ta' social housing u wkoll ta' dawk li għandhom il-mezzi biex jaslu waħedhom u għandhom bżonn ta' policies adattati, irridu nindirizzaw il- ħtieġa wkoll ta' dawk kollha li jgħixu f'din id-daqsxejn ta' gżira limitata.", "Mr Speaker, jiena wkoll irrid nagħmel riferenza għall-housing topic paper li kienet saret mill-MEPA stess fl-2002.", "Fl-2002 il-MEPA kienet ħarġet din il-housing topic paper u fost l-affarijiet li jintqalu hemm sentenza żgħira li tgħid hekk:", "\"There are more dwellings being built than are actually needed.\"", "Mela minkejja li l-MEPA kienet qed tindaga u qed tagħmel din il-housing topic paper, naturalment fuq riċerka, naturalment bi studju, jiġifieri mhux bl-amment, u qed tammetti li qed jinbnew aktar dwellings milli hemm bżonn - u hawn qed nitkellmu fuq residenzi u mhux fuq commercial premises - xorta waħda kompliet għaddejja u tagħti l-permessi għall-iżvilupp.", "U minkejja dan kellna wkoll il-gvern li s-sena li għaddiet ta l-eżempju ħażin ħafna li ġie f'dan il-parlament, ma ddejjaq xejn, għadda minn fuq ras is-soċjeta' ċivili u estenda l-areas ta' l-iżvilupp.", "Għalhekk jien fil-bidu għedt li rridu noqogħdu attenti għax bil-policy li jmexxi kull gvern f'dan il-qasam, hu qed jagħti l-eżempju, hu qiegħed setting the pace għal ħaddieħor.", "Nixtieq ukoll nagħmel riferenza għall-istate of the construction industry report ta' l-2005, fejn hemm ammissjoni kbira fuq il-kwestjoni tal-prezz tal-bini.", "Din l-ammissjoni hija din:", "\"The rise in price of housing continued unabated in 2005.", "During 2005, prices for flats were on average estimated to have increased by 20.34% when compared to 2004.", "Prices for maisonettes were on average estimated to have increased by 15.32% while prices for terraced house were on average estimated to have increased by 9.3%.\"", "Hawn, Mr Speaker, jiena rrid niġbed l-attenzjoni mhux biss għall-fatt li minkejja li l-MEPA taf li qed jinbnew iktar dwellings milli għandna bżonn, allura għandna over-supply qed tagħti l-permessi, pero' l-prezzijiet qed jisplodu wkoll.", "Barra minn hekk f'liema kategorija qed jisplodu l-aktar?", "Fl- appartamenti, il-flats.", "L-istate of the construction industry report ta' l- 2005 jgħid li l-appartamenti, matul is-sena 2000, il-prezz average stmat li tela' bi 20.34%, filwaqt li ta' maisonettes 15.32% u 9.3% tat-terraced houses.", "Għaliex qed niffoka fuq l-appartamenti, Mr Speaker?", "Għax in-norma hi li ħafna koppji żgħażagħ u familji dak li qegħdin jixtru.", "U allura hawn ukoll hawn mistoqsija kbira.", "Mela fuq naħa għandna l-MEPA li taf li hawn iżżejjed dwellings fuq is-suq u xorta tibqa' tagħti l-permessi aktar milli hemm ħtieġa, sadanittant il-prezzijiet jogħlew.", "U fejn hi l-aktar l-għafsa tal- prezzijiet?", "Proprju fuq dawk il-units li jistgħu jaqdu lil dawn il- kategoriji ta' nies li aħna, b'policy adattata ta' social housing jeħtieġ li nkunu qed nindirizzaw.", "Nirringrazzjak", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joe Falzon.", "ONOR.", "JOE FALZON: Sur President, waħda mill-affarijiet li verament tieħu gost biha f'dan il-parlament hija li jkollok dibattitu ta' livell għoli ħafna, u jiena nirringrazzja anke lill-kelliema ta' qabli wkoll, għax tara minn diversi aspetti l-fiżjonomija differenti ta' kif għandhom isiru ċerti affarijiet.", "Naturalment wieħed jieħu gost ukoll jara l-politika ta' dan il- gvern fejn f'dak li jidħol housing, għamel ħafna u ħafna ġid.", "Qed ngħid dan fil-kuntest mhux biss tal-housing soċjali imma anke rigward il-politika li dan il-gvern dejjem emmen fiha li kulħadd isir sid ta' daru.", "Din il- politika hija l-għira ta' pajjiżi barranin oħrajn, għax fl-aħħar mill-aħħar twassal li jkollok livell ta' għajxien ħafna u ħafna aħjar, naturalment dejjem biċ-ċirkostanzi taż-żminijiet.", "U qed ngħid li dejjem biċ-ċirkostanzi taż-żminijiet għax bħalissa, għalkemm il-prezz tal-proprjeta' għola, naturalment kulħadd jirrikonoxxi l-avvanzi kbar li qed isiru fil-pajjiż u kulħadd ukoll jirrikonoxxi l-andament ekonomiku ta' dan il-pajjiż.", "Mr Speaker, irrid ngħid ukoll li ftit ilu ġejna listed ukoll bħala t-tieni l-aqwa pajjiż l-iżjed ideali biex tirtira fihom, u allura naturalment, il- prezzijiet ta' l-akkomodazzjoni jilħqu livelli għolja.", "Dan fl-aħħar mill- aħħar jawgura xi ħaġa tajba għax ifisser li l-pajjiż sejjer tajjeb.", "Ifisser ukoll li fil-pajjiż hawn ċerta sigurta' u għandek servizzi tas-saħħa u ta' edukazzjoni mill-aħjar.", "Prattikament għandek pajjiż li laħaq livelli għoljin ħafna, in-nies li qed jgħixu f'dan il-pajjiż naturalment huma komdi u allura ma jistax jonqos li x-xena internazzjonali tħares lejn pajjiżna b'lenti tajba.", "Din hija xi ħaġa pożittiva ħafna.", "Mr Speaker, irrid ngħid ukoll li ċ-ċertifikati tal-gvern fil-qasam tal- housing kienu pożittivi ħafna u kienu milqugħin b'mod tajjeb ħafna mis- soċjeta' inġenerali.", "Ftit ġranet ilu kellna wkoll budget ieħor li indirizza wkoll b'mod tajjeb lil dawk iż-żgħażagħ li qed ifittxu biex isiru wkoll sidien ta' djarhom.", "Kien budget li indirizza liż-żgħażagħ ukoll b'sensiela ta' miżuri pożittivi li issa jiżdiedu ma' dawk li kien hemm fis- snin ta' qabel ukoll.", "Dawn huma miżuri li jiffaċilitaw ix-xiri ta' dik li hija l-ewwel residenza.", "Kif anke forsi l-Ministru tista' taċċenna fil- winding up, aħna ma tantx nagħmlu plejtu bl-iskemi li noħorġu, u fil-fatt hemm xi skemi li lanqas il-Labour Party ma kien jaf li diġa' qegħdin fis- seħħ.", "Dan jidher minn dak li kienu qed jipproponu huma.", "Dawn mingħalihom li qegħdin jipproponulna xi ħaġa sabiħa u ġdida u f'daqqa waħda irrealizzaw li aħna attwalment diġa' għandna politika ħafna u ħafna aħjar, b'miżuri fis- seħħ li diġa bbenefikaw minnhom numru kbir ta' nies.", "Sur President, nixtieq nagħmel aċċenn partikolari għal xi ħaġa li ilha tiġi diskussa snin twal rigward akkomodazzjoni f'pajjiżna.", "Se nagħmel riferenza għal-liġijiet tal-kera li għandna fil-preżent.", "Sur President, dwar dan is- suġġett tisma' ħafna opinjonijiet differenti, pero' naħseb li dwar din il- kwestjoni jagħmel ħafna sens kieku f'dan il-parlament nitkellmu b'mod sinċier u prattiku.", "Wara kollox din hija liġi li se tagħlaq 70 sena u kulħadd jaf ukoll l-inġustizzji li din iġġib magħha.", "Din il-liġi prattikament tfisser li finalment ikun aħjar jekk ma tkunx sid ta' dar li hija mikrija.", "Dan qed ngħidu għax apparti li tkun mgħobbi b'ruxxmata spejjeż, fl-istess ħin meta t-tfal tiegħek jaslu biex ikollhom id-dar, inti tibda tgħid li għandek dar li qiegħda mikrija għand ħaddieħor bis-soldi u suġġett għall-obbligi legali f'dak li huwa, per eżempju, tibdil ta' soqfa l- external maintenance ta' dawn id-djar, u t-tfal tiegħek iridu jaraw x'jagħmlu biex isibu saqaf.", "Naħseb li fl-aħħar mill-aħħar din hija pożizzjoni relattivament frustranti.", "Mill-banda l-oħra wieħed irid jirrikonoxxi wkoll li ma tkunx qed isseħħ ġustizzja jekk wieħed jaqbad u lil dawk in-nies li għandhom post b'din il-kera baxxa jgħidilhom li dik il- kera spiċċat.", "B'dan il-mod ħafna nies jispiċċaw barra fit-toroq.", "Jiena nappella li din il-liġi għandha tiġi riformata billi tiġi diskussa f'livell għoli f'dan il-parlament, u diskussa wkoll bejn iż-żewġ naħat tal- Kamra lil hinn minn dak il-ballun politiku li jsarraf f'opportuniżmu li jivvantaġġja partit jew ieħor.", "Jiena naħseb li n-nies hemm barra jippretendu li ssir xi forma ta' ġustizzja f'dan ir-rigward.", "Wara kollox din hija xi ħaġa li dan il-pajjiż, jekk mhux illum, għada pitgħada irid jgħaddi minnha.", "Hija xi ħaġa wkoll li fl-aħħar mill-aħħar għandha tkun pożittiva għal kulħadd.", "Mr Speaker, sfortunatament il-politika tal-Labour Party f'dan ir-rigward kienet dejjem politika ta' biża' u ta' inġustizzji kbar.", "Per eżempju, kulħadd jiftakar ir-requisitions li għad għandna l- effetti tagħhom sal-lum, u kulħadd jirrikonoxxi wkoll li kellu jkun gvern Nazzjonalista li appuntu għaraf sitwazzjonijiet bħal dawn, ħa stand u għamel pass fil-bidu tas-snin 90 biex beda jindirizza ċerti affarijiet.", "Bla dubju ta' xejn għad fadal ħafna xi jsir u jiena nappella li jkun hawn livell ta' diskussjoni tajba f'din ir-riforma li għandna bżonn f'dan il- qasam.", "Grazzi ħafna.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Jekk m'hawnx iktar rimarki nsejjaħ lill-Ministru, l-Onor.", "Dolores Cristina, biex tagħmel il-winding up.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Mr Speaker, jiena nibda l-winding up, billi nirringrazzja lill-kelliema kollha taż-żewġ naħat tal-Kamra li ħadu sehem f'dan id-dibattitu.", "Għamilna żewġ seduti u jidhirli li kien dibattitu li sar b'mod għaqli u kawt ħafna.", "Apparti lill-kollega l-Onor.", "Joe Falzon, illum ħadt gost partikolarment nisma' l-kontribut ta' l-Onor.", "Coleiro Preca, li naħseb li semmiet dak li kien diġa' intqal minn bosta kelliema oħra, pero' b'mod u manjiera li poġġiet kollox flimkien u anke issottolineat ċerti problemi li għandna.", "Naħseb ukoll li l-Onor.", "Coleiro Preca għamlet bosta proposti validi u allura nirriserva d-dritt li nkun nista' nikkummenta dwarhom u għal oħrajn għada, meta niġi biex inkompli nagħmel il-winding up.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sari l-ħin.", "Il-Ministru Dolores Cristina tibqa' in possession.", "Issa nitlobha biex jekk jogħġobha tressaq l-aġġornament.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni kienet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Mr Speaker, nipproponi l-aġġornament tal-Kamra għal nhar l-Erbgħa, 7 ta' Novembru, 2007, fis-6.00 pm, b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet dwar ir-Riżorsi ta' l- Enerġija – Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Awtorita' tad-Djar - Tieni Qari (Kont.); u", "Abbozz ta' Liġi li Jimplimenta Miżuri ta' l-Estimi - Tieni Qari.", "-----------------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Istituzzjonijiet Finanzjarji - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Ligi dwar ir-Reġistru Ċentrali – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Amministrazzjoni Pubblika - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Awtorita' Maltija dwar l- iStandards u Diversi Liġijiet - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet dwar il-Komunikazzjoni - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "Insejjaħ lill-Onor.", "Michael Asciak.", "ONOR.", "MICHAEL ASCIAK: Mr Speaker, f'dan l-aġġornament nixtieq niġbed l- attenzjoni ta' l-awtoritajiet għal ċerti problemi u ċerti complaints li qiegħed nisma' mingħand it-turisti fuq ċerti servizzi li nagħtu f'pajjiżna.", "Jien ma naħdimx fis-settur turistiku direttament, għalkemm ġieli jkolli pazjenti turisti li mmur narahom, u bażikament dawn il-complaints jgħiduhomli n-nies li niltaqa' magħhom b'mod informali u turisti oħra li kellimthom matul dan is-sajf f'pajjiżna.", "Mr Speaker, complaint konsistenti li naħseb li nagħmlu sew li nibdew nindirizzaw b'mod iktar assidwu, hija l-problema tat-trasport pubbliku f'Malta.", "It-trasport pubbliku Malta li jużaw it-turisti huwa l-ewwel servizz li turist li jiġi Malta se jiltaqa' miegħu.", "Jekk ma jikrix karozza, kull turist li jiġi Malta jrid juża t-trasport pubbliku.", "Dan is-sajf irċevejt ħafna ilmenti fuq it-trasport pubbliku Malti u se nibda bl-ilmenti dwar is-servizz tal-karozzi tal-linja.", "Dan li se ngħid issa ma jgħoddx għax-xufiera kollha, pero' hemm ċerti xufiera tal-karozzi tal-linja qegħdin iħammrulna wiċċna mal-barranin u qegħdin jagħtu nuqqas ta' servizz xieraq lill-poplu Malti.", "Hemm bżonn li l-ADT tindirizza din il-kwestjoni b'mod serju ħafna.", "Hawn qed nirreferi għan-nuqqas ta' korteżija man-nies, dagħa, kliem ħażin u pastażati.", "Wieħed jista' jgħid: Allura għaliex dak li jkun ma jirrapportax?", "Hawn irridu nkunu saqajna ma' l-art u nirrealizzaw li turist li se jiġi hawn Malta għal ġimagħtejn, l-inqas ħaġa li jkollu f'moħħu hi li joqgħod jitla' l-qorti u joqgħod jiġġieled ma' dak u ma' l-ieħor.", "Ir- realta' hi li hemm xufiera li qed ikunu psataż lejn it-turisti b'riżultat li dan ma jerġax jiġi.", "Turist li kellimt jien qalli li mhux beħsiebu jerġa' jiġi Malta minħabba ċerti inċidenti li nqalgħu fil-karozzi tal- linja.", "Għalxejn se noqogħdu ngħidu li jrid isir rapport.", "Huwa granted li għandu jsir rapport u wieħed għandu jimxi fuqu, pero' rridu nkunu iktar proattivi fuq din il-kwestjoni.", "Hawn nerġa' ngħid li mhux ix-xufiera kollha jaġixxu b'dan il-mod, pero' hemm uħud li apparti l-pastażati li semmejt jittrattaw lin-nies qishom annimali, jilbsu b'mod mhux xieraq, jagħmlu over charging, u anke ma jżommux il-ħinijiet.", "Dan it-turist partikolari li semmejt ra l-iskeda fuq il-bus shelter li kellu jkun hemm l-aħħar vjaġġ mill-Mellieħa f'ċertu ħin bil-lejl, pero' evidentement ix-xufier in kwestjoni ddeċieda li ma kien hemm ħadd għall-aħħar vjaġġ, ikkanċellah u ħalla n-nies kollha jistennew fuq il-bus stop.", "Konsegwentement dawn kollha spiċċaw kellhom jikru taxi.", "Problemi oħra li smajt kienet li għax distanza tkun qasira, ix-xufier ma jtellgħux lill-passiġġier.", "Per eżempju, kien hemm wieħed li mis-Surfside tas-Sliema ried jaqbad xarabank sal-Ferry tas-Sliema u x-xufier ma rikkbux għax it-traġitt kien qasir.", "Din in-nuqqas ta' korteżija lejn il-barranin tagħmlilna ħafna ħsara u rridu nibdew nindirizzawha b'mod assidju.", "Min mhux kapaċi jagħti servizz tajjeb f'dak ix-xogħol għandu jwarrab, ikun qed jagħmel pjaċir lilu nnifsu u lill-pajjiż.", "Ma jistax ikun nibqgħu sejrin hekk.", "Min mhux kapaċi jagħti servizz tajjeb jagħmel pjaċir lill-pajjiż u lilu nnifsu u jmur jagħmel xogħol ieħor li jħossu komdu jagħmel.", "U din il- kwestjoni jridu jindirizzawha kemm-il Ministeru tat-turiżmu, kemm-il Ministeru tat-trasport kif ukoll l-ADT.", "Dawn iridu jaraw x'se jagħmlu bis- servizz tat-trasport b'mod iktar aggressiv.", "Jiena mhux qed nippretendi li mil-lum għal għada se nsolvu l-problema kollha, pero' għadna lura ħafna.", "Per eżempju, barra minn Malta għandek il-ħinijiet imniżżlin fuq il-bus stops u dawn jinżammu sa l-inqas minuta.", "Jekk xarabank għandha tgħaddi fid- 9.07a.m, l-aktar l-aktar b'minuta tmur żmerċ.", "Hawn Malta m'hawnx din it- tradizzjoni imma rridu nagħmlu xi ħaġa fuqha wkoll.", "Illum, bir-rispett kollu, għadna bil-karta mwaħħla fuq il-bus stop u m'hemm l-ebda komunikazzjoni bejn min qed jistenna fuq il-bus stop u x-xarabank.", "Ħafna postijiet f'pajjiżi barra minn Malta fuq kull bus stop għandek electronic window li timmarkalek li ġejja l-bus, kemm fadlilha biex tasal u x'ħin se tasal.", "Dawn xi affarijiet ta' barra minn hawn?!", "Qegħdin fis-sena 2007 u se nidħlu fis-sena 2008, possibbli li daqshekk diffiċli biex ikollna servizz ta' trasport pubbliku li wieħed ma jsemmix dawn in-nuqqasijiet fih?!", "Aħna l-Maltin forsi mdorrijin b'dawn in-nuqqasijiet u forsi neħduhom for granted jew with a pinch of salt, imma mhux hekk għat-turist.", "Jiddispjaċini ngħid hemm ħafna lok fis-servizz ta' trasport pubbliku li jrid jiġi rranġat, primarjament l-attitudni lejn in-nies.", "Qisu li n-nies li jirkbu x-xarabank qed jagħmlu pjaċir lill-operatur tax-xarabank minflok li x-xufier qed jagħti servizz bix-xarabank.", "Hawn nerġa' ngħid li hemm xufiera li huma ta' l-affari tagħhom, li juru korteżija u li huma edukati, pero' hemm min m'huwiex, u ma naħsibx li nistgħu nibqgħu nittolleraw sitwazzjoni bħal din.", "Dan l-aħħar meta kont il-Ġermanja kelli laqgħa ma' wieħed mill-funzjonarji ta' l-Euro-MedITI.", "Din hija kumpannija li twaqqfet bi sħab - hemm xi erba' kumpanniji oħra b'ishma tal-gvern - biex tgħin fir-riċerka għall-bżonn ta' l-industrija u tal-gvern Malti wkoll.", "Wieħed mill-proġetti li ġie identifikat kien dawn l-electronic devices li jitwaħħlu fix-xarabank u fuq l-istages biex lilek jinformawk x'ħin għandha titlaq ix-xarabank, kemm fadlilha biex tasal u b'hekk wieħed ikun jaf iktar fejn qiegħed.", "Nitlob lill-awtorita' partikolari biex taħdem b'mod aħjar li dan jesiġuh.", "Punt ieħor li rrid insemmi huwa dwar is-servizz tat-taxis.", "Ili ngħid li s- servizz tat-taxis f'Malta, kieku jagħti servizz tajjeb li wieħed jista' joqgħod fuqu jagħmlu ħafna iktar flus milli fil-fatt qed jagħmlu llum, pero' l-mentalita' tas-sistema tat-taxis f'Malta hija kompletament ħażina.", "Il-mentalita' hija jekk jirnexxili naqla' Lm20 issa bi vjaġġ wieħed inkun daħħalt ta' ġurnata mbagħad ma jinteressanix x'jiġri iktar tard.", "Din hija attitudni ħażina.", "L-ewwelnett għedt kemm-il darba u diġa' tkellimt fuq il- kwestjoni tal-meters.", "Bir-rispett kollu qabel ma jkun hawn xi ħadd li jara li l-meters jintużaw b'mod regolari naħseb li fuq l-issue tat-taxis kulħadd se jkun qed jagħżaq fl-ilma.", "Mhux qed ngħid li ma sarx titjib dan l-aħħar pero' jrid ikun hemm ħafna iktar.", "Illum għad hemm it-tendenza li jisirquk u għad hemm it-tendenza li jipprovaw ma jagħtukx l-irċevuta.", "Ftit ilu qbadt taxi mill-airport u meta wasalt id-dar qalli li bl-irċevuta jżommli Lm8 u bla riċevuta jżommli Lm6.", "Meta għedtlu li jien membru tal- parlament ħariġli l-irċevuta.", "Għad hemm din l-attitudni.", "Jien ġieli sifirt f'pajjiżi oħra fosthom l-Italja, l-Ingilterra u l-Amerika u f'dawn il-postijiet taqbad taxi bla problemi ta' xejn u relattivament bi ftit flus.", "It-tendenza hi li taqbadha iktar it-taxi.", "It-tendenza fi New York, per eżempju, hi li kull fejn immur, immur bit-taxi għax naf li mhux se jisirquni, naf li ma jagħtukx problemi u naf li m'humiex daqshekk għaljin.", "Il-kummerċ fi New York huwa kbir u f'ċertu ħin tal-ġurnata n-nies kważi jiġġieldu biex jirkbu t-taxi.", "Pjuttost il-kummerċ jiġri warajhom flok huma jiġru wara l-kummerċ.", "Mr Speaker, rigward il-karozzini wkoll naħseb we can give a better product, speċjalment fil-mod kif jilbsu.", "Jekk tmur New York jew Ruma ma tarax sewwieqa tal-karozzini bix-shorts u bi qmis miftuħa.", "Ma tarahomx dawn l- affarijiet.", "Dan in-nuqqas ġej mix-xufiera.", "Ma nistgħux lil dawn joħorġulhom uniformi?", "Jien mhux qed nippretendi li noħorġu xi uniformi bil-barnuża, pero' jekk tmur New York jew Ruma ssib li x-xufiera jkunu lebsin pulit.", "Huwa veru li l-karozzini tagħna jkunu mżejnin ukoll, pero' jiena nippretendi li we give a very slipshod service f'dak li huwa trasport.", "Naħseb ukoll li rridu nkunu daqsxejn proactive fuq din il-biċċa xogħol.", "Jien mhux qed ngħid li m'hemmx diffikultajiet għax nista' nimmaġina li wieħed isibhom, pero' rridu naslu.", "Ma jistax ikun li tibqa' din il- mentalita' li qishom qed jagħmlulek pjaċir biex jagħtuk is-servizz.", "Is- servizz qiegħed hemm biex tużah, tieħu gost tużah u meta tużah tingħata servizz tajjeb.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joe Falzon.", "ONOR.", "JOE FALZON: Sur President, jien nixtieq ukoll ningħaqad ma' l-Onor. kollega Michael Asciak u nieħu spunt minn dak li tkellem dwaru għax vera hija xi ħaġa sabiħa li fil-pajjiż ikollok l-eċċellenza, s-serjeta' u l- kwalita'.", "Sur President, bħalissa bħall-kollegi sħabi jiena wkoll qed nagħmel numru ta' house visits fid-disa' u fl-għaxar distrett elettorali u bla dubju ta' xejn dawn l-affarijiet li qed isemmi l-Onor. kollega jdejqu lil kulħadd.", "Il- poplu Malti jixtieq li verament ikun hemm iżjed serjeta' fil-mod ta' kif isiru l-affarijiet anke fis-sens ta' atteġġjament tal-persuni, u apparti l- complaints li semma l-Onor.", "Asciak dwar it-trasport jiena nista' nsemmi wkoll complaints oħra li nirċievi, fosthom dwar l-industrija tal-bini.", "Mr Speaker, jiena kemm-il darba ġbidt l-attenzjoni anke f'dan il-parlament li ħafna ħaddiema fis-settur tal-kostruzzjoni fosthom bennejja u dawk li jwaqqgħu bini eżistenti sabiex ikun jista' jitla' ieħor kważi kważi ħadd ma jista' jkellimhom.", "Dawn jagħmlu l-post tagħhom u jibdew fi x'ħin iridu, jispiċċaw fi x'ħin iridu, u xi kultant anke jibqgħu għaddejjin ukoll f'perijodi li huma turistiċi.", "Jiena naħseb dan l-atteġġjament huwa totalment bil-kontra ta' dak li għandu suppost ikun.", "Għalkemm huwa pass pożittiv li bdew joħorġu wkoll regolamenti f'dan ir-rigward, pero' jiena ngħid li aħna għandna bżonn bidla kbira fil-mentalita' ta' kif isiru l- affarijiet, speċjalment f'dan is-settur li jimpjega ħafna nies.", "Sur President, hawnhekk irrid ngħid li sfortunatament dan huwa settur li daħlu ħafna nies fih mhux għax huma mħarrġa f'dik is-sengħa.", "Per eżempju, fis-settur tad-demolition għandek nies li totalment lanqas jafu eżattament l-andament tax-xogħol.", "Dawn lanqas biss huma mħarrġa, u madankollu jaħdmu kważi kważi mingħajr l-ebda gwida ta' xi perit u jagħmlu totalment dak li jridu.", "Jien fil-professjoni tiegħi niltaqa' ma' din il-problema wkoll għax tibda ġieli tispjega lil ċerti nies dwar x'għandu jsir, pero' meta titlaq minn fuq il-post tal-lant, dawn jagħmlu totalment bil-maqlub ta' dak li tkun għedtilhom.", "Meta din il-ħaġa niddiskutiha ma' periti oħra dawn jgħidulek li jgħaddu mill-istess esperjenzi.", "Dan huwa ħażin għax l- ewwelnett jista' jwassal għal inċidenti li saħansitra sfortunatament ġieli jkunu fatali wkoll.", "Dawn iseħħu għax ikun hemm ħaddiema li jaħdmu b'ċerta negliġenza u b'ċertu mod li jkun ta' periklu mhux biss għalihom imma anke għal ħaddiema oħrajn u għal terzi persuni fosthom nies li jkunu għaddejjin fit-toroq.", "Sur President, f'dan ir-rigward għandu jidħol anke l-operat tal-kunsilli lokali f'dak li huwa t-traffic management ħdejn sit partikolari.", "Il-frażi \"traffic management\" hawnhekk m'hijiex appropriate għax ħafna drabi jkun traffic mismanagement li sfortunatament iwassal għal chaos sħiħ fiż-żona in kwestjoni.", "Illum jekk tmur tapplika għal permess għand il-kunsill lokali, dan kważi kważi jaqbad u joħroġlok il-permess mingħajr ma jagħti kas ta' xejn u mingħajr ma jagħti kas l-andament tat-traffic management tal-madwar.", "Forsi l-iżjed li jgħidlek hu li trid tikri warden għal dak il-ħin li inti tagħlaq it-triq, pero' ma jarawx l-inkonvenjent li wieħed joħloq biex jagħlaq triq.", "Sur President, is-sitwazzjoni f'pajjiżna hi li kważi kważi inti tista' tmur u taqbad u tagħlaq it-triq dment li għandek il-permess tal-kunsill lokali.", "Kważi kważi dak li jkun jispiċċa jagħmel l-arja bil-permess li jkollu mar- residenti kollha tal-madwar.", "Litteralment tispiċċa king of the road, u dan huwa atteġġjament totalment ħażin.", "Jien nappella li l-kunsilli lokali jħarsu lejn xi ħaġa b'mod oġġettiv u lejn xi ħaġa iżjed serja f'dan ir- rigward.", "Dan li qed ngħid iseħħ l-Imsida, pero' mhux biss.", "Il-Gżira, San Ġiljan u Tas-Sliema jsir l-istess.", "Dejjem u kontinwament tisma' l- complaints.", "Jiena nifhem u napprezza li ċertu inkonvenjent ta' xogħol se jkun hemm dejjem, pero' almenu għandna niġbdu ħabel wieħed biex l- inkonvenjent innaqqsuh kemm jista' jkun.", "Irridu wkoll inħarsu lejn xi ħaġa li tkun iżjed ħolistika.", "Per eżempju, jekk inti minħabba sit ta' kostruzzjoni għalaqt triq, inti hemmhekk ma tistax tibqa' bis-sistema ta' one-way f'dik il-ġurnata partikolari bil- konsegwenza li ħafna karozzi jispiċċaw iduru ma' l-inħawi kollha biex jippruvaw isibu xi triq li m'hijiex one-way.", "Għandna nibdew naħsbu wkoll fuq construction management reports iżjed dettaljati li għandhom jiġu sottomessi lill-MEPA kif ukoll lill-kunsilli lokali biex iħarsu lejn din il- ħaġa b'mod aktar ħolistiku u b'ċertu sens ta' maniġġjar tajjeb ta' traffiku.", "Jien m'iniex se nitkellem dwar il-prattiċi ta' xogħol li għandna ndaħħlu għax persważ li jieħdu ħafna u ħafna iżjed ħin, pero' nixtieq nagħmel rimarka f'dan il-kuntest.", "Sur President, huwa żgur li f'Malta għandu jkun hawn anke registration of contractors speċjalment f'dak li huwa ta' konstruzzjoni.", "Dan biex isir xogħol b'mod aktar serju għax bla dubju ta' xejn prattikament l-irħis dejjem jispiċċa jirbaħ pero' ġeneralment l-irħis jispiċċa li jkun ta' prezz għoli f'dawk li huma safety, site management u f'dawk l-affarijiet l-oħrajn kollha li prattikament jipprovdu xogħol tajjeb bl-inqas inkonvenjenza għall- ġirien.", "Jiena nappella biex inħarsu lejn dan is-settur b'mod ħolistiku u b'mod ħafna iżjed dettaljat.", "Dan is-settur kiber ħafna f'dawn iż-żmenijiet u persważ li għandna nindirizzawh b'mod li jottjeni kwalita' tajba.", "Fl- opinjoni tiegħi din għandha tkun it-triq fil-ġejjini għall-futur ta' dan is- settur.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada l-Erbgħa, 7 ta' Novembru 2007 fis-6.00 pm. bl-aġenda kif ikkomunikata mill-Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra kienet aġġornata mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "BRUSSELL - LAQGĦA DWAR IL-MIŻURI TAL-PIXXISPAD", "28708.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid min kien ir-rapprezentant tad- Dipartiment tas-Sajd li attenda għal-laqgħa dwar il-miżuri tal-pixxispad li saret nhar is-17 ta' Ottubru 2007 fi Brussell?", "X'miżuri ġew proposti min- naħa Maltija sabiex ikunu mħarsa d-drittijiet tas-sajjieda Maltin u Għawdxin?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Ninsab infurmat li l-laqgħa tas-17 ta' Ottubru kienet laqgħa bejn il-Kummissjoni Ewropea u s-settur, u għaldaqstant ma jattendix rappreżentant tat-Taqsima ta' l-Affarijiet Veterinarji u s-Sajd.", "BRUSSELL - LAQGĦA DWAR IL-MIŻURI TAL-PIXXISPAD", "28709.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' l-Ministru jinfurmani għaliex fil-laqgħa ta' 17 ta' Ottubru, 2007 li saret fi Brussel dwar The management measures for swordfish ġiet mistiedna l-Għaqda Koperattiva tas-Sajd biss?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Ninsab infurmat li uffiċjal mit-Taqsima għall- Affarijiet Veterinarji u s-Sajd kienet bagħtet e-mail liż-żewġ koperattivi, jiġifieri lill-Għaqda Koperattiva tas-Sajd u lill-Koperattiva Nazzjonali tas-Sajd.", "L-e-mail fuq fishcoop@maltanet.net lill-Koperattiva Nazzjonali tas-Sajd ma waslitx u meta rat hekk l-uffiċjal ċemplet lis-segretarju tal- koperattiva u ftehmu li tibgħatlu l-istedina fuq l-indirizz e-mail tiegħu personali.", "Din l-istedina kienet indirizzata lill-koperattiva.", "LICEO MIKIEL ANTON VASSALLI", "28715.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 28568 u jgħid liema klassijiet fil-Liceo Mikiel Anton Vassalli tal-Handaq huma bla għalliema fl-istudji tal-kompjuter?", "Meta l-istudenti se jingħataw dawn l-għalliema li bħalissa huma nieqsa?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li minn nhar it-Tnejn, 5 ta' Novembru, 2007, l- istudenti li għandhom studji tal-kompjuter fl-iskola sekondarja subien fil- kulleġġ Sant'Injazju għandhom l-għalliema meħtieġa.", "FUND FOR GOOD CAUSES", "28716.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' issa l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 27278, 27799, 27930, 28058, 28255 u 28584 u jgħid matul din is-sena liema għaqdiet u proġetti ġew iffinanzjati mill-Fund for Good Causes li ġej mill- lotteriji?", "Liema għaqdiet oħra ġew mgħarrfa li se jingħataw fondi u x'inhuma l-proġetti ffinanzjati?", "Fuq liema kriterji ġew magħżula l- għaqdiet u l-proġetti?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "DAR MALTA FI BRUSSELL", "28717.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 24645 u jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 28123, 28412 u 28586 u jgħid kemm hemm organizzazzjonijiet kummerċjali li jinsabu lesti jikru partijiet minn Dar Malta u jgħid liema huma dawn l- organizzazzjonijiet kummerċjali?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "INĊIDENT BEJN ANZJANA U HELPER", "28722.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO PRECA staqsiet lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid x'passi ttieħdu wara l-inċident li nqala' nhar it-22 ta' Awissu, 2007 bejn l-anzjana msemmija permezz ta' dettalji li qed jintbagħtu separatament u l-helper assenjata lilha, fejn din ta' l- aħħar sfat attakkata mill-imsemmija anzjana li tbati minn dementia qawwija?", "Min ħa u qed jieħu r-responsabbilta' li l-imsemmija anzjana tibqa' tgħix għal rasha minflok ma tinġabar f'xi dar ta' l-anzjani?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Jiena nfurmata li hekk kif it-taqsima ħidma soċjali fil-Ministeru għal Għawdex irciviet informazzjoni mingħand il-Part Time Social Assistant ta' l-anzjana konċernata, li hija (il-PTSA) ġiet aggredita b'xi mod mill-anzjana, immedjatament il-Kap tas-Sezzjoni tas-Social Work fi ħdan il-Ministeru ordna lis-social workers li qed isegwu l-każ fit-taqsima psikjatrika fl-Isptar mentali f'Għawdex, sabiex jivverika x'ġara.", "Dak inhar stess, flimkien mat-tabib tal-polyclinic (Victoria) huma għamlu vista fid-dar tal-anzjana, fejn l-imsemmi tabib iċċertifika li l-anzjana ma kienx jinħtieġilha li tinġabar fl-isptar.", "Irriżulta wkoll li l-aggrediment kien wieħed ta' natura ħafifa, tant li l-helper baqgħet sal-lum tagħti servizz lil din l-anzjana li min-naħa tagħha hi kuntenta ħafna b'dan is-servizz.", "Dwar min ħa u qed jieħu r-responsabbilta' li l-imsemmija anzjana tibqa' tgħix fil-komunita', din hija deċiżjoni li tittieħed mill-multi disciplinary team ta' l-isptar mentali kull darba li l-anzjana tattendi b'mod regolari għall-appuntamenti tagħha fl-outpatients għall-assessment.", "VETTURI LI JAĦDMU BL-ELETTRIKU", "28725.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jgħid kemm hija t-taxxa ta' reġistrazzjoni fuq vetturi li jaħdmu bl-elettriku u l-batterija (Electric cars)?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ir-rati ta' taxxa fuq reġistrazzjoni huma :", "Battery driven electric cars 0 % Petrol/Diesel electric hybrid cars 16.5 %", "MDINA ROAD – TRAFFIC LIGHTS", "28726.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 27463, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-kamra kopja tal-pjanti u site plan ta' fejn ġejjin dawn it-traffic lights fi Triq l-Imdina?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Kopja tal-pjanti u site plan ta' fejn ġejjin dawn it-traffic lights fi Triq l-Imdina tpoġġiet aktar kmieni fis-seduta waqt il- ħin tat-tqegħid ta' karti.", "ZABBAR - DRENAĠĠ", "28727.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid għaliex id-dipartiment konċernat qed jagħmel komunikazzjoni ġdida tad- drenaġġ fit-triq li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separament u r- residenti qed jintalbu biex iħallsu għall-ispejjeż tax-xogħol?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninsab infurmat li x-xogħol fi Sqaq il-Fatħa, Żabbar ser isir mill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma mal-grupp li jmiss ta' kuntratti ta' estensjonijiet tad-drenaġġ.", "Hu ppjanat li dawn il-kuntratti jingħataw sa l-aħħar ta' Jannar 2008.", "Il-KSI ma talbet l-ebda ħlas għal dan ix-xogħol.", "FIDI TA' ĊENS", "28728.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'qed iżomm lill- Uffiċċju Konġunt milli jagħmel il-kuntratt ta' fidi ta' ċens lill-persuna mir-Rabat, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li l-proċess tal-fidi taċ-ċens fuq il- fond in kwistjoni jinsab fi stat avvanzat.", "Fil-fatt l-Uffiċċju Konġunt se jieħu passi biex issir pjanta tal-proprjeta' bl-iskop li din tiġi reġistrata fir-Reġistru tal-Artijiet biex wara jkun jista' jsir il-kuntratt tal-fidi.", "FIDI TA' ĊENS", "28729.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'qed iżomm lill- Uffiċċju Konġunt biex jinfeda ċ-ċens ta' persuna minn Wied il-Għajn, li d- dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li l-persuna in kwistjoni applikat biex tifdi ċens f'Mejju tas-sena 2007.", "Peress li l-Uffiċċju Konġunt għadu qiegħed jipproċessa mijiet ta' applikazzjonijiet li rċieva qabel Mejju 2007, l-applikazzjoni tiegħu tiġi proċessata fiż-żmien opportun.", "CEKK TAR-RELIEF", "28730.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru għall-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru tgħid għaliex il-persuna minn Bormla, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, ma rċevietx iċ- ċekk tar-relief?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħti parir lill- persuna indikata li tmur l-uffiċċju distrettwali tad-dipartiment tas- sigurta' soċjali tal-lokalita' tagħha, jew iċċempel SPIC fuq numru tat- telephone 159, biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.", "ĦLAS TA' KERA", "28731.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jintervjeni fil-każ umanitarju tar-resident, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, minħabba li għandu bosta problemi finanzjarji u għalhekk ma jistax iħallas l-kera tal-posta li jabita fih u li hi dovuta lill-Uffiċċju Konġunt?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li l-persuna fil-kwistjoni għandu ammont sostanzjali ta' arretrati ta' kera li ma tħallsux.", "Għalkemm huwa ffirma ftehim mal-Uffiċċju Konġunt sabiex iħallas ammont raġonevoli kull tlett xhur il-kerrej ma żammx ma dan il-ftehim.", "TRADE LICENSING UNIT", "28732.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm idaħħal flus fit-Trade Licensing Unit, kull sena, mil-liċenzji tal-ħwienet, skond it-tariffa li hemm illum?", "Kemm hu previst li jibda jdaħħal bit-tariffi l-ġodda?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Tweġiba tingħata f' seduta oħra.", "CVA – ĦRUĠ TA' KONTIJIET", "28733.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jgħid x'kien l-ammont ta' flus invoiced kull xahar mic-CVA minn Mejju 2007 sa l-aħħar tax-xahar ta' Ottubru 2007?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ninsab infurmat li l-ammont ta' kontijiet li nħarġu u l-ammont ta' flus li tħallsu sa l-aħħar tax-xahar t'Ottubru kienu dawn:", "|Mejju |7,509.85 | |Ġunju |9,101.68 | |Lulju |32,223.16| |Awissu |29,381.01| |Settembru |39,984.52| |Ottubru |41,667.40|", "UNIVERSITA' TA' MALTA", "28734.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Universita' ta' Malta għandix rabta ma' Gian Pietro Caliari li jgħid li huwa Professur ta' l- istess Universita' (Ref: http://www.gianpietrocaliari.eu/?page_id=2)", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "OĠĠETTI MAQBUDA", "28735.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 27890 jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'kienu l-oġġetti li nqabdu f'kull każ u x'passi ttieħdu mill-pulizija f'kull każ?", "Jista' jgħid kemm-il każ ittella' l-Qorti b'arrest u kemm-il każ itella' l-Qorti bi proċedura oħra?", "Jista' jgħid f'kemm-il każ l-persuna/i involuta/i nżammet/nzammu taħt arrest għall-interrogatorju mill-Pulizija u għal kemm-il siegħa nżammu taħt arrest?", "Jista' jgħid kemm għadda żmien bejn l-akkadut fl-ajruport u l- apparizzjoni fil-Qorti f'kull każ?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi kien hemm tlett każijiet fejn l- oġġetti li nqabdu kienu armi tan-nar u munizzjon u każ ieħor fejn l-oġġetti kienu logħob tan-nar.", "Fl-ewwel tlett każijiet il-pulizija ressqet il-qorti b'arrest, filwaqt li fl-aħħar każ il-persuna giet imressqa b'ċitazzjoni.", "Peress li fl-ewwel tlett każi il-persuni tressqu b'arrest, dan sar fi ftit siegħat, filwaqt li fl-aħħar każ iċ-ċitazzjoni kienet għal ftit xhur wara.", "PUSSESS TA' OĠĠETTI PROJBITI", "28736.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: B'referenza għall-mistoqsija 27890, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid f'kull każ x'passi ttieħdu mill-Kummissarju tal-VAT u mill-Kontrollur tad-Dwana?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "ĦAŻNA TAL-GASS", "28737.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: B'referenza għall- applikazzjoni mal-MEPA PA01947/02 approvata fl-1 ta' Frar ta' din is-sena, jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 28534 u jagħti indikazzjoni ta' meta hu ppjanat li jiċċaqlaq is-sit tal-ħazna tal-Gas fis- sit propost f'Bengħajsa?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninsab infurmat li l-iżvillup propost li għalieħ ħareġ l-''Outline Development Permit'' 01947/02 huwa ppjanat li jsir mill ''operator'' li jintgħażel biex jingħata il-konċessjoni biex imexxi it- taqsima tal-Gas tal-Korporazzjoni Enemalta, liema sejħa u proċess qed jitmexxa mill-''Privatisation Unit''.", "SOLAR WATER HEATERS", "28738.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 28405 u jgħid għaliex l-Enemalta qed tagħti tlett xhur biss ċans minn mindu jitwaħħal servizz ġdid biex il-familji jwaħħlu solar water heaters ħalli jkunu jistgħu jibbenefikaw minn refund fuq il- meter tad-dawl u l-ilma?", "Ma jaħsibx li koppji żgħażagħ li jkunu qed jirranġaw d-dar fejn joqogħdu ikollhom bżonn servizz tad-dawl minn qabel ma jidħlu fid-dar tagħhom u ma jkunux jistgħu jwaħħlu s-solar water heater minn qabel?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "ENEMALTA – DĦUL MIS-SURCHARGE", "28740.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlet flus l-Enemalta, xahar b'xahar, mis-surcharge fuq il-konsum tad-dawl u l-ilma bejn Marzu 2007 u Settembru 2007?", "Jista' jaqsam d-dħul mis- surcharge bejn dak mill-konsum domestiku u dak mill-konsum kummerċjali/industrijali?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "TARXIEN - BUS SHELTER", "28741.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Għaliex wara sena li dam biex tlesta bus shelter fi Triq iz-Zejtun (quddiem Sonren Pharmacy) Tarxien MEPA Permit 04089/05, l-karozzi tal- linja lejn u miz-Zejtun qed jgħaddu minn Triq il-Knisja, f'liema triq m'hemmx bus stops jew shelters.", "Jista' dan ix-shelter jiġi żarmat u jintrama fi Triq il-Knisja?", "Nies li jużaw il-buses m'għandhomx post stabilit fejn jirkbu, xemx u xita.", "Fil-bidu tal-ġurnata jinħoloq kaos għaliex il-buses jiefqu f'nofs Triq il-Knisja (double parking) biex il- passiġġieri jirkbu b'periklu kbir u t-traffiku jitwaqqaf.", "Ix-xogħol inutli li sar fuq dan il-bus shelter hu ta' kwalita' jew ta' periklu meta tara display board kbira tal-ħġieġ wieqfa fuq biċċa njama għaliex il-concrete ma tpoġġix sew?", "Saru inspections wara li sar dan ix-xogħol?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "NEFQA TAL-FONDI MILL-EU", "28742.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 27704 u r-risposta mogħtija, jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 28372 u 28615 u jgħid kif intnefqu Lm136,262,989.62 li Malta rċeviet mill-Unjoni Ewropea?", "F'liema proġett ntnefqu dawn il-flus?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li mill-fondi li rċevejna mill-UE li huma Lm136,262,989.86; (Lm112,156,521.20 huma Lump Sum and Budgetary Compensations u Lm6,311,854.65 huma advance payments) filwaqt li l-bilanċ ta' Lm17,794,614.01 huma relatati mal-proġetti li qegħdin fit- tabelli li tpoġġew fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni fis-seduta waqt il- ħin tat-tqegħid ta' karti.", "FAMILJI EŻENTI MIS-SURCHARGE", "28743.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għall-Familja u tas- Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru tgħid kemm persuni jew familji ġew eżenti mis-surcharge fuq dawl u ilma?", "Kemm hu l-ammont li vvota l-Gvern għal din l-public obligation?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Ninsab infurmata li hemm 28,186 familja li gawdew mill-benefiċċju għall-energija.", "L-ammont li ġie vvutat għal din il-miżura għal din is-sena kien Lm3.3 miljuni.", "MALTA ENTERPRISE - INĊENTIVI", "28744.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kif tqassmu l-inċentivi mill-Malta Enterprise Corporation matul din is-sena?", "Kemm kien l-ammont ta' dawn l-inċentivi?", "Liema kienu l-kumpaniji li rċevewhom?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra."]} {"filename": "20030528_004d_par.doc", "date": "2003-05-28", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 4 L-Erbgħa, 28 ta' Mejju, 2003 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 4 L-Erbgħa, 28 ta' Mejju, 2003", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.04 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "4", "L-Erbgħa, 28 ta' Mejju, 2003", "WERREJ", "MINUTI 90", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI 90", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "INDIRIZZ B'RISPOSTA GĦAD-DISKORS TAL-PRESIDENT TA' MALTA 95", "AĠĠORNAMENT 120", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 122", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 003 li saret fit-27 ta' Mejju, 2003 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "SERVIZZ PUBBLIKU – INGAĠĠ TA' SKRIVANI", "1.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Chris Agius) staqsa lill-Prim Ministru: Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li għamlu l- eżami biex jidħlu jaħdmu bħala skrivani maċ-ċivil fl-aħħar sejħa?", "Kemm għaddew minnhom?", "Meta se jibda l-proċess biex jiġu ngaġġati?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Prim Ministru): Ninsab informat li kien hemm 994 kandidat li għamlu l-eżami ta' skrivan mas-servizz pubbliku fl-aħħar sejħa għal applikazzjonijiet ta' l-10 ta' Settembru, 2002.", "Minn dawn għaddew 545 kandidat.", "L-ingaġġ ta' skrivani jsir skond l-ordni tal-mertu tar-riżultat u meta jkun il-bżonn skond il-ħteġijiet tas-servizz.", "KORDIN : FAĊILITA' KORRETTIVA – INGAĠĠ TA' GWARDJANI", "2.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Chris Agius) staqsa lill-Ministru tal- Gustizzja u Intern: Jista' il-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess sabiex jiġu ngaġġati gwardjani mal-faċilita' korrettiva ta' Kordin?", "Kemm persuni applikaw u minn liema lokalita' ġejjin?", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru tal-Ġustizzja u Intern): Ninsab informat illi l-proċess għall-ingaġġ ta` gwardjani mal-faċilita` korrettiva ta` Kordin se jibda u dalwaqt isiru l-interviews.", "Kien hemm 295-il applikant u dawn ġejjin mil-lokalitajiet kif jidher hawn taħt:", "|Attard |3 | |Balzan |2 | |B'Kara |10 | |Birzebbuga |13 | |Bugibba |1 | |Cospicua |3 | |Fgura |7 | |Floriana |1 | |G'Mangia |1 | |Gudja |3 | |Gzira |3 | |Hamrun |8 | |Iklin |1 | |Kalkara |3 | |Kirkop |5 | |Luqa |5 | |Marsa |12 | |M'Scala |7 | |M'Xlokk |5 | |Mellieħa |1 | |Mġarr |2 | |Mosta |3 | |Mqabba |3 | |Mrieħel |1 | |Msida |1 | |Mtarfa |1 | |Naxxar |1 | |Għarghur |2 | |Għaxaq |7 | |Għawdex |6 | |Paola |17 | |Pieta' |2 | |Qormi |10 | |Qrendi |17 | |Rabat |2 | |Safi |7 | |San Giljan |2 | |San Gwann |2 | |Senglea |6 | |Siġġiewi |5 | |Sliema |4 | |St Lucia |6 | |St Paul's Bay |4 | |St Venera |5 | |Tarxien |11 | |Valletta |8 | |Vittoriosa |1 | |Zabbar |11 | |Zebbuġ |10 | |Zejtun |26 | |Zurrieq |18 |", "PERSUNI B'DIŻABILITA' – APPLIKAZZJONIJIET GĦAL AKKOMODAZZJONI SOĊJALI", "3.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Chris Agius) staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm applikanti mad-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali li għandhom xi membru tal-familja b'diżabilita'?", "Minn liema lokalita' ġejjin?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Ninsab informat li d-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali għandu 184-il applikazzjoni ta' persuni li għandhom xi membru tal-familja bi problemi ta' mobilita'.", "Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra tabella li turi l-lokalitajiet minn fejn ġejjin l-applikanti.", "SINGLE PARENTS - APPLIKAZZJONIJIET GĦAL AKKOMODAZZJONI SOĊJALI", "4.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Chris Agius) staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet mad-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali ta' persuni li huma single parents?", "Minn liema lokalita' ġejjin?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jien informat li d-dipartiment għandu 735-il applikazzjoni pendenti ta' single parents - 334 minn dawn huma nisa single bit-tfal u 401 huma nisa separati bit-tfal – u fuq il-mejda tal-Kamra qed inpoġġi tabella li turi l-lokalitajiet minn fejn ġejjin dawn l- applikazzjonijiet.", "TARZNA - ĦADDIEMA BARRANIN", "5.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Chris Agius) staqsa lill-Ministru għat-Teknologija ta' l-Informatika u Investiment: Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema barranin fit-tarzna ta' Bormla?", "Jista' jgħid ta' liema nazzjonalita' huma, x'inhu l-grad tagħhom u x'salarju għandhom?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru għat-Teknoloġija ta' l-Informatika u l- Investiment): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li bħalissa t-tarzna ta` Bormla qiegħda timpjega tliet ħaddiema barranin ta` nazzjonalita' Ingliża.", "Dawn huma:", "ISEM GRAD SALARJU GROSS", "Joseph P Moore chief executive LM118,727 David Kahlbom production executive LM 59,124 Chris Bell commercial executive LM 59,124", "Is-salarju gross jinkorpora housing allowance ta`Lm15,000 fis-sena fil-każ ta' J.P. Moore; Lm5,850 fis-sena fil-każ ta' D. Kahlbom; u Lm5,850 fis- sena fil-każ ta' C. Bell.", "Barra mis-salarju, dawn l-executives igawdu minn fringe benefits oħra li jikkonsistu f'biljetti ta' l-ajru, term assurance, health insurance, relocation costs u karozza tal-kumpannija.", "MALTA DRYDOCKS - IMPJEGATI", "6.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Chris Agius) staqsa lill-Ministru għat-Teknologija ta' l-Informatika u Investiment: Jista' il-Ministru jgħid f'kemm-il dipartiment hi maqsuma d-drydocks?", "Jista' jgħid minn kemm-il ħaddiem hu magħmul kull dipartiment?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Mizzi, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jista' il-Ministru jgħid jekk fid-drydocks bħalissa hemmx nuqqas ta' ħaddiema f'ċerti snajja?", "Kemm huwa veru li hemm il-ħsieb li jiġu mpjegati xi apprendisti għal dan ix-xogħol?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Speaker, mill-memorja nista' ngħid li dan l-aħħar fit-tarzna infetħet skema għall-apprendisti - kien hemm min daħal għaliha u ma kompliex - u l-intenzjoni hi li din it-talba terġa' ssir.", "Il-verita' hi li ċerti skills indispensabbli biex it-tarzna tibqa' għaddejja qegħdin jispiċċaw.", "Għal dan il-għan, il-management tat-tarzna qed idaħħal apprendisti ġodda biex jaħdmu f'diversi oqsma li llum mhux faċli li ssibhom.", "Naturalment is-suċċess ta' din l-iskema jiddependi mill-ambjent tax-xogħol li wieħed ikun se jidħol għalih u sa ċertu punt anke mill-kapaċita' ta' l- iskejjel li jippreparaw lill-istudenti għal dan il-għan.", "Ċertament it- tarzna hija sfida mhux biss għall-pajjiż imma anke biex hi stess jirnexxielha wara dawn is-snin kollha, tħarreġ biżżejjed ħaddiema fi snajja li ħafna drabi mhuwiex komdu li taħdem fihom u wisq inqas huwa komdu l- ambjent li wieħed jaħdem fih.", "Naħseb huwa challenge għall-pajjiż kollu li fil-kuntest sħiħ ta' ristrutturazzjoni li trid issir fit-tarzna, wieħed jirnexxielu jżomm il- bilanċ neċcessarju u filwaqt li ż-żewġ naħat tal-Kamra nirrikonoxxu li fit- tarzna hemm nies żejda f'pożizzjonijiet ġenerali, ma jistax ikun li minħabba f'hekk wieħed jingħalaq f'linja dejqa ħafna u ma jeħux ħsieb il- futur.", "Kien għalhekk li nbdiet din l-iskema ta' apprendistat u l-ħsieb tal-management hu li jiddentifika t-taqsimiet fejn qed ikun hemm dawn il- vakanzi u jħajjar tfal Maltin biex jitħarrġu f'dawn is-snajja'.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Kif nafu, il-ħaddiema tad-drydocks u tas-shipbuilding ingħataw l-opportunita' li jieħdu s-somma u jirtiraw mix-xogħol.", "Hemm il- ħsieb li din is-sistema terġa' titħaddem?", "X'beħsiebu jagħmel il-gvern biex jara li l-postijiet jerġgħu jimtlew?", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Fil-fatt dan kien wieħed mill-punti li ġew ttrattati fl-istudju li sar minn Appledore dwar il-proċess ta' ristrutturazzjoni li hemm bżonn li jitwettaq fit-tarzna.", "Fost l-affarijiet li ġew proposti hemm ukoll ir-rakkmandazzjoni li jkun hemm sistema ta' apprendisti li bil-mod il-mod jitħarrġu biex tidħol ġenerazzjoni ta' ħaddiema ġodda fis-snajja u fil-kapaċitajiet li t-tarzna tassew għandha bżonn.", "Fil-programm ta' ristrutturazzjoni li ġie approvat mit-task force hemm pjan li jaħseb biex fuq medda ta' seba' snin jintroduċi skema ta' rtirar volontarju ħalli jibdew jonqsu numru ta' ħaddiema.", "Fil-fatt nafu x'kienu r- riżultati ta' dik l-iskema għax kienu ġew imħabbra pubblikament, anke fi stqarrija li kienet saret f'dan il-parlament.", "Dan il-proċess jaħseb ukoll għall-introduzzjoni ta' skema ta' apprendistat u fil-fatt din l-iskema bdiet u mill-istqarrija li kien għamel il- management wieħed jinnota li għalkemm din l-iskema nfetħet għal numru ikbar ta' apprendesti, ma kienx hemm lanqas it-take-up li kien hemm bżonn biex jimtlew il-vakanzi ta' l-apprendisti li l-management kien qed jaħseb biex jintroduċi.", "L-aħħar laqgħa tat-task force saret fi Frar li għadda u dakinhar l- intenzjoni kienet li jkun hemm preżentazzjoni ta' l-inizjattivi li l- management kien qiegħed jieħu.", "Minn dakinhar ma reġgħetx saret laqgħa oħra minħabba l-fatt li kienet bdiet il-kampanja tar-referendum u mbagħad il- kampanja elettorali.", "Wara l-elezzjoni ridt jiena stess bi prudenza inħalli ftit tal-ħin jgħaddi biex kulħadd jerġa' jaqbad ir-rutina, anke min-naħa ta' l-oppożizzjoni, biex ikun hemm konferma minn rappreżentanti tagħha bħala osservaturi parteċipattivi, u wara li ppruvajt nerġa' nlaqqa' it-task force din il-ġimgħa stess, dan ma setax isir minħabba l-fatt li s- segretarju ġenerali tal-GWU kien imsiefer għall-konferenza ta' l-ETUC.", "Għalhekk hemm il-ħsieb li din il-laqgħa ssir fil-15-il ġurnata li ġejjin.", "Permezz ta' dawn il-laqgħat il-gvern se jkompli miexi fuq il-programm ta' twettiq ta' pjan ta' ristrutturazzjoni, inkluż il-parti li tittratta l- assets li għandha t-tarzna kif ukoll l-ammont ta' flus li għandha tagħti lill-gvern.", "Qed nippruvaw noħolqu sitwazzjoni fejn il-balance sheet tkun nadifa, ħalli b'hekk tkun tista' tinfetaħ paġna ġdida li tagħti lit-tarzna, ġejjieni li fuqu tkun tista' tibni.", "Se tkun ta' priorita' ukoll l-urġenza li jiġi konkluż ftehim kollettiv.", "Dan se jkun ta' ġid għat-tarzna għax permezz tiegħu se ndaħħlu sistemi effiċjenti ta' operazzjonijiet kif ukoll aspetti ta' flessibilita', biex kull ħaddiem ikun jista' jagħti l-massimu possibbli għall-azjenda tiegħu u fl-istess ħin hu stess ikun qed jingħata kumpens għal dak li hu jkun ikkontribwixxa għalih.", "Se jintlaħaq ukoll ftehim fuq il-kodiċi ta' dixxiplina biex it-tarzna inkomplu mmexxuha 'l quddiem bi sforzi komuni bejn kulħadd għall-interess ta' pajjiżna.", "KONSUM TA' ALKOĦOL – ETA` MINIMA", "37.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA (f'isem l-Onor.", "Jason Azzopardi) staqsa lill- Ministru tal-Gustizzja u Intern: Jista' il-Ministru jixtarr l-utilita` u l- bżonn urġenti li l-eta` minima għall-konsum ta' l-alkoħol tkun l-eta` ta' 18-il sena u mhux ta' 16-il sena?", "ONOR.", "TONIO BORG: Qed jiġu kkonsidrati diversi proposti għal kontroll aħjar tal-konsum u l-abbuż ta` l-alkoħol.", "Una volta tittieħed deċiżjoni, isiru l-emendi neċessarji.", "PROGRAMMI TA' L–UE – TAĦRIĠ BARRA MINN MALTA", "38.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA (f'isem l-Onor.", "Jason Azzopardi) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm kienu l-klijenti ta' l-ETC li bbenefikaw minn programmi ta' l-UE, bħall-programm Leonardo da Vinci, u ġew mibgħuta għal perjodi ta' taħriġ barra minn Malta, speċjalment dawk li huma bla xogħol?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni): Informat li 51 klijent ta' l-ETC ibbenefikaw mill-programm Leonardo da Vinci.", "Dawn kienu maqsuma fi tliet gruppi matul l-aħħar tliet snin - 30 minnhom intbagħtu fis-sena 2000 filwaqt li l-21 l-oħra se jintbagħtu din is-sena - u fosthom hemm grupp ta' 15-il persuna li jirreġistraw ma' l-ETC bħala unemployed.", "Tletin benefiċarju ntbagħtu taħt il-kategorija ta' trainers fl-FAS international consulting ltd. fl-Irlanda.", "Dawn marru għal ġimgħatejn bejn Marzu 2001 u Diċembru 2002.", "Waqt l-exchange, il-benefiċarji mit-training services division ta' l-ETC irċevew informazzjoni u taħriġ dwar l-FAS apprenticeship training, il-kontenut tal-kors, kif wieħed jamministra kors, servizzi dwar id-diżabili kif ukoll interventi ma' l-unemployed.", "Żewġ gruppi ta' tliet persuni kull wieħed se jakkwistaw esperjenza ta' ġimgħa bejn Novembru 2003 u Marzu 2004 fiċ-childcare centres ta' Reggio Emilia, magħrufa għall-faċilitajiet li għandhom biex iqiegħdu tfal fiċ- ċentru ta' kull attivita'.", "Il-benefiċarji japprofittaw ukoll minn opportunita' biex jitgħallmu aktar dwar il-proċess pedagoġiku adattat minn dawn iċ-ċentri.", "Dan se jkun ta' profitt minħabba li f'Malta għad ma hawnx standards relatati mal-preparazzjoni pedagoġika tal-ħaddiem f'dan is- settur.", "Ħmistax-il individwu li jirreġistraw bħala unemployed ma' l-ETC se jmorru għal 12-il ġimgħa ġo lukandi u ristoranti ta' kwalita' fl-Irlanda.", "L-iskop ta' dan il-proġett, li qiegħed isir f'kollaborazzjoni ma' l-awtorita' tat- turiżmu, huwa biex dawn l-individwi jiksbu esperjenzi ġodda f'dan is-settur kif ukoll iżidu mal-possibiltajiet tagħhom li jsibu xogħol.", "Dawn il- placements se jibdew fil-bidu ta' Settembru ta' din is-sena sa l-aħħar ta' Novembru ta' l-istess sena.", "Dan ifisser li kull benefiċarju ser jagħmel madwar tliet xhur jaħdem fl-Irlanda u meta jirritornaw Malta se jiġu mogħtija ċertifikat kif ukoll xogħol b'kuntratt f'wieħed mill-hotels ta' kwalita' fi xtutna.", "MEPA - PJAN LOKALI GĦAN-NOFSINHAR TA' MALTA", "39.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA (f'isem l-Onor.", "Jason Azzopardi) staqsa lill- Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jindika t- timeframe li matulu huwa maħsub li l-local plan għan-nofsinhar ta' Malta jkun lest?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO (Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent): Ninforma lill-Onor.", "Membru li l-MEPA mistennija toħroġ id-draft tal-pjan lokali għan-nofsinhar ta' Malta għall-konsultazzjoni pubblika għal madwar Ottubru 2003", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Mizzi, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jista' il-Ministru jgħid meta se jkun lest dan il-pjan u meta se jkunu lesti pjani oħra li hemm pendenti?", "Hija ħaġa normali li lejliet l-elezzjoni, id-DCC jiltaqa' f'ħinijiet fit-tul u jiġu deċiżi ammont konsiderevoli ta' permessi?", "Jista' jgħid ukoll jekk inżammetx il- prassi li l-files jidhru quddiem id-DCC, kull wieħed wara min imissu?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Dan il-pjan lokali għan-naħa t'isfel ta' Malta kellu jitlesta lejn l-aħħar tas-sena l-oħra u l-bidu ta' din is-sena.", "Għar-rigward tal-ħinijiet, naħseb li l-Onor.", "Membru m'huwiex informat tajjeb għax il-kummissjonijiet għall-kontroll ta' l-applikazzjonijiet baqgħu għaddejjin bix-xogħol u bil-ħinijiet normali tagħhom.", "Tant hu hekk li jekk wieħed iqabbel n-numru ta' applikazzjonijiet li telgħu għad- deċiżjoni ma' perjodi oħrajn, isib li m'hemm xejn stramb.", "Għar-rigward tal-prassi, safejn naf jien l-files li telgħu għad- deċiżjonijiet baqgħu bl-istess sistema li kien hemm qabel.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jiġifieri l-Ministru qed jgħid li l-prassi dejjem kienet li d-DCC jiltaqa' minn filgħodu sal-11.00 p.m, kif għamlu fil-ġranet ta' qabel l-elezzjoni?", "Jien noqgħod fuq il-kelma tiegħu u jekk nibqgħu mexjin b'dan il-mod nista' ngħid li sejrin tajjeb!", "Jista' almenu jgħidilna minn meta bdiet din il-prassi?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Kien l-Onor.", "Mizzi stess li uża l-kelma ''prassi'' fil-kuntest tal-mistoqsija jekk il-files baqgħux jitilgħu wara xulxin.", "Il-ħinijiet li fihom tiltaqa' id-DCC baqgħu l-istess u ma nafx jekk l-Onor.", "Membru huwiex qed jalludi għall-bord ta' l-awtorita'.", "Kien hemm żmien meta l-Onor.", "Mizzi stess kien membru ta' dan il-bord - jaf ukoll l-Onor.", "Membru li kienu jsiru konsultazzjonijiet bejn iċ-chairman u l- kumplament tal-membri - u minħabba li l-aġenda kienet tkun twila, il- laqgħat kienu jibdew minn filgħodu.", "Għall-bqija, jien informat li d-DCC baqa' jiltaqa' kif kien normalment jiltaqa' qabel.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Galea, domanda supplimentari.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Jista' il-Ministru jgħid jekk hijiex il-prassi li l- kunsilli lokali jippruvaw iwaqqfu proġetti li jkunu diġa' ġew approvati mill-MEPA?", "Jista' jgħid ukoll jekk hemmx żmien stipulat meta kunsill lokali ta' lokalita' partikolari ikun jista' jagħmel l-oġġezzjonijiet tiegħu għal xi proġett li jkun qiegħed jiġi suġġerit, anke jekk ikun jikkonsisti f'dar ta' l-anzjani, per eżempju?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Il-perijodu li fih l-kunsill lokali jista' jagħmel oġġezzjoni għal xi applikazzjoni huwa ta' 21 ġurnata.", "Ġaladarba applikazzjoni tkun ġiet approvata, il-kunsill lokali jista' jagħmel appell minn dik id-deċiżjoni, kif fuq kollox għandhom dritt jagħmlu individwi oħrajn.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Tqegħid ta' Karti?", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "INDIRIZZ B'RISPOSTA GĦAD-DISKORS TAL-PRESIDENT TA' MALTA", "Ikompli mis-27 ta' Mejju, 2003.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Ninforma lill-Kamra li s'issa n-naħa tal-gvern ħadet 138 minuta u n-naħa ta' l-oppożizzjoni ħadet 173 minuta.", "GĦaldaqstant il- ħin tad-diskussjoni tal-lum għandu jinqasam indaqs bejn il-kelliema tal- gvern u l-kelliema ta' l-oppożizzjoni bil-winding up għall-gvern.", "L-Onor.", "Karl Chircop.", "ONOR.", "KARL CHIRCOP: Grazzi, Sur President.", "F'din l-okkażjoni biex nirrispondu d-diskors tal-President tajjeb li naraw x'qal l-Eċċellenza Tiegħu fil-bidu tad-diskors fejn jingħad hekk:", "\"Mill-ewwel, il-gvern tiegħi jrid jisħaq fuq il-fatt li dan huwa programm maħsub biex jivvantaġġja lill-poplu kollu bla eċċezzjoni.\".", "Hawnhekk l-istress hija fuq il-kelma \"kollu\".", "Jien irrid ngħid minn issa li dan huwa importanti li jseħħ u nispera li din il-leġislatura ma timxix fuq il-prassi li mxiet biha proprju fil-ħames snin li għaddew.", "Più o meno tista' tgħid li dan id-diskors huwa fotokopja tad-diskors li smajna ħames snin ilu u nafu b'każi fejn m'hu veru xejn li gvern Nazzjonalista preċedenti mexa b'riga dritta biex ngħid hekk għall-poplu kollu bla eċċezzjoni.", "Hawnhekk m'iniex qed nagħmel kritika għall-persuna tal-President innifsu għax aħna nafu, li għalkemm inqara minnu, probabbilment huwa diskors li ġie ppreparat għalih.", "Il-President għamel diskors mimli b'affarijiet sbieħ li kien fih wish list sħiħa dwar l-aspett edukattiv u tal-kultura, aspetti ambjentali, il-qasam soċjali u tal-familja, ix-xogħol u l-ekonomija, kif ukoll it-tmexxija pubblika.", "Naturalment l-affarijiet li hemm fid-diskors innifsu huma kollha pożittivi u j'Alla din il-leġislatura jirnexxilha twettaqhom għax fil-maġġor parti tagħhom diġà kienu qegħdin hemmhekk proprju ħames snin ilu, imma sfortunatament baqgħu lampa stampa u ma ċċaqlaqna xejn 'il quddiem.", "Biżżejjed naraw - u din xi ħaġa li lili ġenwinament tinkwetani - kif meta aħna qegħdin ngħidu li rridu nimbarkaw fuq programm biex intejbu s-sistema edukattiva, l-ambjent tagħna, il-qasam soċjali, ix-xogħol, l-ekonomija, kif ukoll t-tmexxija pubblika, u fl-istess ħin nafu l-istat finanzjarju kemmxejn prekarju - aħjar nuża l-kelma \"kemmxejn\" biex ma ninstemax allarmanti - li jinsab fih il-pajjiż bħalissa.", "Sur President, illum għandna public debt li qiegħed jiżdied bir-rata ta' Lm300,000 kuljum.", "Dan ifisser li jekk kull wieħed u waħda minna hawnhekk jitkellem għal medja ta' kwarta, mill-bidu sa l-aħħar tad-diskors ta' kull deputat tagħna, id-dejn nazzjonali qiegħed jiżdied bi Lm3,000, 'il fuq minn Lm3,000.", "Din hija s-sitwazzjoni kritika li tinsab fiha l-qagħda finanzjarja tal-gvern fil-preżenti.", "Fid-diskors tal-President jissemmew id-diversi proġetti mibdija fosthom tax- Xatt tal-Kottonera fejn tgħidx kemm kienu qalulna li n-nies iridu jmorru passiġġati u jaqbżu jgħumu, imma fil-fatt in-nies hemmhekk baqgħu fl-istess sitwazzjoni għax dan il-proġett qajla mexa 'l quddiem.", "Hemm il-proġett ta' Manoel Island, ta' Tigne`, tal-cruise liner terminal, tad-daħla tal-Belt, u għexieren ta' proġetti oħrajn li sfortunatament baqgħu l-istess.", "Jekk dan il-gvern irid imexxi dawn il-proġetti 'l quddiem għax verament jemmen fil- potenzjal li t-turismu u anke l-qasam kulturali għandu ġewwa pajjiżna biex idawwar ir-rota ekonomika 'l quddiem, irridu verament nimbarkaw bis-sħiħ fuqhom.", "Nerġa' ntenni li meta nara din is-sitwazzjoni finanzjarja kritika ta' pajjiżna ma nafx kemm sejjer jirnexxilna.", "Importanti nagħtu daqqa t'għajn ukoll lejn dak li qal il-President dwar il- qasam soċjali, fejn qal:", "\"... is-servizzi soċjali jeħtieġ li jiġu mgħarbla mill-gvern, flimkien ma' l-oppożizzjoni u l-għaqdiet tas-soċjeta` ċivili, ċertament mhux biex jitnaqqsu jew jitnaqqru, iżda biex isiru aktar sostenibbli u jaqblu mal-bżonnijiet veri tan-nies.\".", "Din mhix xi ħaġa ġdida, imma assistejna għaliha tul il-ħames snin li għaddew, fejn gvern Nazzjonalista preċedenti għamel attakk sħiħ fuq il- benefiċċji soċjali kif konna nafuhom qabel.", "Ikolli ngħid li bi skuża li l-gvern irid jiġġieled l-abbuż mijiet ta' familji nqatgħulhom benefiċċji soċjali b'mod inġust.", "Dan rajnieh iseħħ fil- qasam taċ-children's allowance, per eżempju, fejn in-nefqa tagħha tnaqqset minn Lm21 miljun għal Lm14 miljun fi spazju ta' madwar ħames snin.", "B'mod uffiċjali l-gvern kulma rnexxielu jiġġustifika minn dan it-tnaqqis ta' Lm7 miljun kien proprju Lm0.5 miljun biss għal dak li għandu x'jaqsam ma' frodi fil-qasam tad-dipartiment tas-sigurta` soċjali.", "Huwa tajjeb li l-gvern jiġġieled l-abbuż kontra l-benefiċċji soċjali, iżda min-naħa l-oħra importanti li ma nesaġerawx.", "Importanti li dak li huwa abjad nsejħulu abjad u dak li huwa iswed insejħulu iswed.", "Ma nistgħux nagħmlu programm biex niġġieldu l-abbuż tal-benefiċċju soċjali u nibdew inqaċċtu ċerti benefiċċji bl-addoċċ għas-sempliċi raġuni li s-sistema interna fi ħdan id-dipartiment tas-sigurta` soċjali ma tlaħħaqx biex tgħarbel tajjeb biżżejjed il-claims li jkun hemm għal ċerti benefiċċji.", "GĦax huwa proprju dan li qed jiġri.", "Hemm nuqqas ta' staff u forsi s-sistema tas-SABS tal-computer għadha ma ġietx mgħallma tajjeb biżżejjed lill-istess impjegati u mhumiex ilaħħqu, allura taqbad u tinqata' l-kundanna bla ma ssir investigazzjoni serja biżżejjed fuq dawk l-eluf ta' każi li hemm pendenti.", "GĦaldaqstant jaqbdu u jqaċċtu l-benefiċċji soċjali bl-addoċċ.", "Mr Speaker, rigward il-qasam tas-saħħa il-President qal:", "\"Id-diviżjoni tas-saħħa, bħal dik ta' l-edukazzjoni, sejra xxaqleb xogħolha minn dik ta' operatur għal dik ta' regolatur ta' servizzi, b'aktar awtonomija lil kull sptar.", "Il-ġrajja l-kbira f'dan il-qasam sejra tkun il-ftuħ ta' l-isptar Mater Dei fl-2005.", "Sadattant, inkomplu ntejbu s-servizzi fl-isptarijiet tal-lum, l-aktar dawk fl-out- patients.\".", "Nerġa ntenni li dan huwa kollu diskors sabiħ li jimliek bil-kurraġġ però min-naħa l-oħra kont nistenna li l-istess gvern ta' l-Eċċellenza Tiegħu jagħmel daqsxejn enfasi fuq il-qasam primarju tas-saħħa.", "Nafu li sfortunatament taħt il-gvern Nazzjonalista preċedenti l-qasam tas-saħħa primarja verament mar lura u qala' d-daqqa tal-mannara.", "Diversi polikliniċi ġew magħluqa u oħrajn li spiċċaw jaħdmu fuq bażi part-time.", "Naf li wieħed ma jistax jaqbad iparla u jfajjar bl-addoċċ għax hemm ċerti problemi, bħal nuqqas ta' tobba, allura ma tistax taqbad u tiftaħ polikliniċi kif ġieb u laħaq.", "Però jidher ukoll li sfortunatament il-gvern mhux qed jagħmel il-homework tiegħu tajjeb biżżejjed biex jipproġetta li jkollu aktar tobba u aktar riżorsi umani għal dawn il-polikliniċi.", "Tajjeb li jkollna sptar ġdid, sabiħ u effiċjenti, imma fl-istess ħin ma nistgħux ninsew il-bażi tal-kura tas-saħħa primarja għax nafu kemm għandna nies, b'mod speċjali anzjani, li ma jkollhomx il-faċilita` u l-fakultà li jmorru fl-isptarijiet jew inkella fid-dipartiment ta' l-out-patients, allura jkun iktar faċli għalihom li jinqdew fir-raħal tagħhom jew inkella fid-distrett tagħhom.", "GĦaldaqstant huwa importanti li l-gvern jerġa' jeżamina bir-reqqa din is-sitwazzjoni għax nafu li hemm ċerti żoni ta' Malta fejn mhumiex moqdijin tajjeb daqs oħrajn mill-aspett ta' kura primarja.", "Importanti li l-gvern jara kif jagħmel biex idaħħal aktar dixxiplina f'ċerti polikliniċi li mhumiex qed jagħmlu xogħolhom tajjeb biżżejjed, kemm f'dak li għandu x'jaqsam ma' servizz ta' tobba u kemm servizz ta' paramediċi u anke l-bereġ ta' l-istess polikliniċi.", "Iktar 'l isfel fid-diskors insibu enfasi li biex ikun jista' jottjeni dawn l-iskopijiet kollha, il-gvern se jikkontrolla aħjar in-nefqa pubblika.", "Din hija xi ħaġa li ta' min jinkoraġġiha u nisperaw li wara dawn is-snin kollha jirnexxilna verament nibdew naqbdu l-barri minn qrunu u nirkbu l-barri!", "Hemm każi fejn titwaħħax bis-sitwazzjonijiet finanzjarji li għandhom ċerti sezzjonijiet governattivi.", "Proprju l-ġimgħa l-oħra wasal għal widnejja li fl-istess pixxina nazzjonali ġewwa tal-Qroqq hemm dejn ta' madwar Lm92,000.", "Jiġifieri l-gvern għandu jagħti madwar Lm92,000 lill-kuntratturi li jissupplixxu l-ilma, jew li jissuplixxu l-kimiċi biex jiġi ttrattat l-ilma, meta aħna nafu li l-budget annwali tal-pixxina huwa ta' madwar Lm80,000.", "Jiġifieri hemmhekk diġà għandna sitwazzjoni fejn ovvjament m'hu veru xejn li n-nefqa pubblika hija kkontrollata.", "Huwa sabiħ li ssebbaħ it-traffic islands u r-roundabouts billi tiżra' l- fjuri, imma min-naħa l-oħra l-gvern qiegħed ilaħħaq ma' spejjeż iktar bażiċi?", "Kif qed naraw, għandna diversi oqsma, b'mod speċjali fil-qasam soċjali, fejn il-gvern qiegħed dahru mal-ħajt u qed ikollu jqaċċat mill- benefiċċji soċjali bl-addoċċ.", "Kemm huwa aħjar allura li nkomplu mexjin fuq it-triq li kien qabad il-partit Laburista fl-imgħoddi fejn kellna welfare state li kien l-għira ta' ħafna pajjiżi ġirien, milli nispiċċaw inqaċċtu benefiċċji bl-addoċċ bl-iskuża tal-welfare society u mhux welfare society.", "Nerġa' ntenni li hija xi ħaġa sabiħa li nsebbħu dawn iż-żoni bħalma huma r- roundabouts, imma ma jagħmilx sens li mbagħad affarijiet bażiċi jibqgħu lura.", "Nieħdu l-każ tal-mediċini li tgħidx kemm-il darba jkunu out of stock proprju fl-istess bereġ tal-gvern.", "Jien tajt eżempju wieħed off-hand proprju biex nuri li m'hu veru xejn li l-gvern qed jikkontrolla n-nefqa pubblika b'mod serju.", "Tajjeb naraw kif matul il-leġislatura l-oħra kien hemm ir-rapport interim jew preliminari ta' l-istess welfare reform commission, Ii reġgħet qed tissemma ħafna dan l-aħħar, li kien qal iswed fuq l-abjad, għal darba darbtejn, li l-istat finanzjarju prekarju li ninsabu fih huwa proprju responsabbli minnu l-gvern Nazzjonalista ta' qabel l-1996.", "Sfortunatament din hija t-track record li għandu l-partit Nazzjonalista fid-diversi gvernijiet li mexxa u ntenni li, jekk kemm il-darba din it-track record mhix se tiġi mibdula, ftit għandna ċans li nkunu nistgħu nwettqu dan il- ħafna wishful thinking li għandna f'dan id-diskors.", "L-aħħar punt li nixtieq nagħmel riferenza għalih huwa proprju l-qasam tal- familja.", "Il-familja tissemma diversi drabi f'dan l-ispeech, kemm fil-qasam tal-qorti tal-familja kif ukoll in ġenerali.", "Huwa importanti li l-gvern iwennes u jieħu ħsieb lill-familji tagħna mill-aħjar li jista', għax nafu kemm qegħdin jintlaqtu ħażin bl-istresses tal-ħajja moderna kif ukoll bid- direzzjoni li qabad vis-à-vis il-kwestjoni tal-welfare society.", "Minkejja li l-gvern jipprova jpinġi stampa sabiħa fil-qasam tax-xogħol, nafu li hemm ħafna u ħafna nies qiegħda f'dan il-pajjiż.", "Barra minn hekk hemm ħafna u ħafna nies li qegħdin ifittxu xogħol u m'humiex qed jiġu sodisfatti.", "Dawn huma kollha affarijiet li se jitfgħu piż negattiv fuq il- livell ta' l-għajxien tal-familji tagħna.", "Min-naħa l-oħra erġajna smajna għat-tieni darba konsekuttiva l-fatt li l- gvern qiegħed iwiegħed li jwaqqafi l-qorti tal-familja, xi ħaġa li ilna nisimgħu biha għal madwar sitt snin, imma sfortunatament jidher li kollox baqa` kif inhu.", "Jien nawgura li mhux biss tiġi mwaqqfa l-qorti tal- familja, imma li dawn il-ħafna xewqat sbieħ li hawn fid-diskors tal- President jiġu mwettqa għall-ġid tal-familji, tal-pensjonanti u tal- ħaddiema Maltin u għall-ġid tal-pajjiż kollu kemm hu.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Il-Ministru tal-Ġustizzja u l- Intern.", "ONOR.", "TONIO BORG: Grazzi, Sur President.", "Il-programm tal-gvern, kontenut fid-diskors tal-President kif isir tradizzjonalment, in parti huwa kontinwazzjoni ta' dak li diġà beda l-gvern u in parti huwa programm ta' inizjattivi ġodda fid-dawl tal-programm elettorali.", "Dan il-programm huwa msejjes fuq żewġ rebħiet f'konsultazzjonijiet elettorali li kellna matul din is-sena, kemm dik tar-referendum u kemm dik ta' l-elezzjoni ġenerali.", "Naturalment dan m'iniex qed ngħidu b'sens trijonfalistiku, però importanti li meta niddiskutu l-programm tal-gvern inżommu dan quddiem għajnejna.", "Il-partit attwalment fil-gvern rebaħ referendum speċifiku fuq l-Unjoni Ewropea, u ma ninsewx li rebaħ ħames elezzjonijiet mill-aħħar sitta in parti wkoll fuq pjattaforma tad-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea.", "GĦaldaqstant m'hemmx dubju issa, kif qatt ma kien hemm fil-passat, li l- gvern Nazzjonalista għandu mandat elettorali ċar sabiex jagħmel it-tibdil meħtieġ sabiex pajjiżna jingħaqad ma' 24 pajjiż ieħor fil-bini ta' din l- Ewropa ġdida.", "U dan diġà qed inwettquh.", "Sur President, nixtieq naqsam mal-Kamra l-esperjenzi ta' l-ewwel laqgħa tal- kunsill tal-ministri ta' l-intern u tal-ġustizzja li attendejt għaliha bħala ministru minn pajjiż li se jissieħeb fl-Unjoni Ewropea fl-1 ta' Mejju tas-sena li ġejja.", "F'dan il-kunsill aħna għandna rwol ta' osservaturi attivi, jiġifieri m'għandniex vot imma l-bqija għandna kollox.", "GĦandna d- dokumenti kollha li jitqassmu matul dawn il-laqgħat, għandna d-dritt ta' attendenza mill-bidu sa l-aħħar f'dawn il-laqgħat u qegħdin niġu ttrattati sa minn issa bħala membri. l-unika ħaġa li m'għandniex hija l-vot, għalkemm ftit huma l-kwestjonijiet li jitilgħu għall-vot għax hemm ċertu sens ta' kompromess bejn pajjiż u ieħor f'dawk li huma direttivi, regolamenti u deċiżjonijiet li jieħu l-kunsill tal-ministri.", "U ma ninsewx li dan huwa l-ogħla organu fejn jidħlu deċiżjonijiet li jorbtu fl-Unjoni Ewropea.", "Mill-esperjenza tiegħi f'din il-laqgħa jien inħoss li aħna mhux talli ma tlifniex is-sovranità talli ssaħħet is-sovranita` ta' pajjiż żgħir.", "Malta poġġewha bejn il-Ġermanja u l-Portugall bħala seating arrangements, jiġifieri l-pajjiżi ż-żgħar qed jinfilzawhom bejn pajjiżi li diġà huma membri ħalli ma jkunx hemm 15-il-pajjiż membru fuq naħa u l-10 li għadhom se jingħaqdu fuq naħa oħra.", "Jiġifieri jien ħassejtni kburi li qed nirrappreżenta lil pajjiżi madwar mejda ma' 24 ministru ieħor u li nipparteċipaw mill-bidu sa l-aħħar fil-qasam tal-ġustizzja u l-intern.", "Ministri oħrajn għandhom esperjenza f'oqsma oħra.", "Xtaqt insemmi punt li qajjem l-Onor.", "Anġlu Farrugia l-bieraħ - ħadt gost nisma' din il-parti li qbilt magħha, imma kien hemm affarijiet oħrajn li ma qbiltx miegħu fuqhom - fejn qal: Ejjew ningħaqdu ma' pajjiżi oħrajn newtrali fl-Unjoni Ewropea sabiex inħarsu n-newtralita`.", "Naqbel miegħu perfettament fuq dan.", "Naħseb dak li hemm sabiħ fl-Unjoni Ewropea, li ħadd ma jiddomina lil ħadd f'affarijiet importanti, speċjalment id-difiża, jew taxxi jew inkella żieda ta' membri ġodda.", "Jien nemmen li bħala pajjiż newtrali se nkunu kapaċi nħarsu n-newtralita` tagħna, naturalment newtralita` fid-dawl taż-żmenijiet tal-lum.", "(Interruzzjonijiet) Anzi, qiegħed naqbel miegħek dwar kemm huwa importanti li fl-Unjoni Ewropea ningħaqdu ma' pajjiżi newtrali oħrajn u dan juri li fl- Unjoni Ewropea ħadd ma jiddomina lil ħadd.", "Anke fil-gwerra ta' l-Iraq rajna li kien hemm min qabel, kien hemm min ma qabilx, u kien hemm min qabel basta jkun hemm riżoluzzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti.", "Din hi l- libertà li se jkollna ġewwa l-Unjoni Ewropea.", "Naħseb li dan kien punt tajjeb li qajjem l-Onor.", "Farrugia u nassigurah li aħna fil-fatt dejjem kellna dak il-ħsieb u naħseb li aħna kapaċi to defend our own turf.", "Iżda ma naqbilx miegħu fuq il-kwestjoni li aħna qisna se nabdikaw l- awtonomija, is-sovranita` tal-qrati tagħna għax se jibdew japplikaw il- liġijiet ta' l-Ewropa.", "L-ewwelnett il-liġijiet ta' l-Ewropa se jkunu mfasslin minna wkoll għax aħna se nkunu ġewwa Brussell mal-Portugiżi, mad- Daniżi u nfasslu d-direttivi, ir-regolamenti u d-deċiżjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea.", "U l-proċess idum ħafna.", "Per eżempju hemm direttiva li qed niddiskutuha bħalissa li ilha proposta mill-kummissjoni minn Ottubru tas- sena 2001, jiġifieri ħadd ma jieħu lil ħadd b'sorpriża.", "Hemm ċertu proċess li fih jinħmew ir-regolamenti.", "Jagħmel sens li jekk aħna nkunu pparteċipajna fit-tfassil tagħhom imbagħad aħna nkunu obbligati li nossservaw dawn ir-regolamenti.", "Allura aħna se jkollna liġi Maltija, approvata mid-deputati Maltin, Ii tgħid li regolament li meta sar ikunu pparteċipaw fih il-Maltin isir parti mil-liġi Maltija.", "Illum wara kollox diġà għandna eżempju ta' dan, għalkemm f'qasam limitat tad-drittijiet tal-bniedem.", "Aħna diġà għandna liġi li tgħid li l-provvedimenti tal-konvenzjoni Ewropea tad-drittijiet tal-bniedem jirbħu fuq kwalunkwe provvediment ieħor ta' liġi li għanda f'pajjiżna.", "Hawnhekk ma tidħolx il-kwestjoni taż-żewġ terzi, imma dejjem soġġetti għall- kostituzzjoni, jiġifieri aħna qatt ma nistgħu niksru l-Kostituzzjoni.", "Però nistgħu nagħmlu liġi ordinarja li tgħid li l-liġijiet li nkunu pparteċipajna fihom aħna - fl-oqsma li għandhom kompetenza fihom l-Unjoni Ewropea għax f'ħafna affarijiet oħrajn l-Unjoni Ewropea m'għandhiex kompetenza u niddeċiedu kompletament aħna - jirbħu fuq liġijiet oħrajn li nkunu għaddejna aħna stess.", "Imma liġi Maltija se tgħidu dan.", "L-Onor.", "Farrugia semma xi ħaġa wkoll fuq il-qorti tal-familja li tissemma wkoll fil-programm tal-gvern.", "Jafu li sar progress kbir f'dan il-qasam għax mhux biss lesti r-regolamenti imma qed jitlesta l-bini sabiex ikollna qorti tal-familja suret in-nies.", "Illum diġà għandna qorti li tieħu ħsieb is-separazzjonijiet u l-kawżi tal-familja, imma issa se jkollna qorti mhux biss speċifikatament fuq hekk imma se tieħu ċ-ċivil u l-kriminal li għandhom x'jaqsmu ma' kwestjonijiet tal-familja u jiġu deċiżi fi blokk li se jkun kompletament separat.", "Jien ħadt gost ħafna nara li diġà ġew applikati - u jista' jikkonferma l- Onor. Farrugia - il-video conferencing ta' xhieda li ma jkunux iridu jixhdu fl-awla fejn ikun hemm preżenti l-akkużat jew inkella f'kawża ċivili.", "Din hija liġi li għamel il-gvern Nazzjonalista taħt il-liġi tal-pulizija u li diġà qed tiġi attwata.", "Jiġifieri dawn huma eżempji ta' x'nixtiequ nagħmlu aħna fil-qasam tal-ġustizzja biex ikollna dejjem iktar ġustizzja.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Marie Louise Coleiro.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Grazzi, Sur President.", "Fl-intervent qasir tiegħi xtaqt li nagħmel xi rimarki fuq il-programm tal-gvern, għax importanti li wieħed jifhem li għalkemm kien l-Eċċellenza Tiegħu l- President li għamel id-diskors, fil-verita` huwa l-programm tal-gvern.", "Bażikament qisu karta supplimentari jew kumplimentari għall-programm elettorali tal-partit Nazzjonalista.", "Sur President, jien deherli li dan il-programm kellu jkollu ħafna iktar affarijiet inklużi fih, partikolarment meta tqis li fit-tieni paragrafu, f'paġna 3 tad-diskors, hemm miktub li dan huwa programm maħsub biex jivvantaġġja lill-poplu kollu bla eċċezzjoni.", "Dan huwa kliem sabiħ u tħoss li huwa preludju għal affarijiet ħafna aktar konkreti.", "Imma aħna m'aħniex qed nitkellmu fuq partit li daħal ġdid fil-gvern għax din hija r-raba` leġislatura tiegħu, jiġifieri sa l-aħħar ta' din il-leġislatura se jkun għamel kważi 20 sena fil-gvern.", "GĦaldaqstant ma nistgħux inħarsu lejn dan il-programm ta' ħidma għalih waħdu, imma bilfors irridu nħarsu wkoll lejn it-track record tat-tliet leġislaturi ta' dan il-partit fil-gvern.", "F'dan id-diskors insibu li dan huwa programm li jmur lil hemm minn kull firda jew differenza politika.", "Allura jien kont nippretendi li f'dan il- programm tal-gvern insib kif dan il-partit, li sa l-aħħar ta' din il- leġislatura se jkun ilu 20 sena fil-gvern, se jittratta dawk l-inġustizzji li twettqu abbażi ta' diskriminazzjoni politika mal-Laburisti fil-bidu ta' din il-leġislatura, tant li fis-sena u għaxar xhur ta' gvern Laburista kellu jagħmel il-liġi dwar l-investigazzjoni ta' inġustizzji.", "Kif se jirrimedja dawk l-inġustizzji li saħansitra ġew pruvati bil-qorti, u anke kellna sentenza tal-qorti, digriet tal-qorti?", "GĦad hemm numru sostanzjali ta' dawn il-Laburisti li daħlu fil-proċedura ġudizzjarja u kien hemm deċiżjoni li jingħataw rimedju u sal-lum għadhom ma ngħatawx rimedju.", "Jien ippretendejt li fid-diskors tal-President il-gvern jgħid li dan huwa programm maħsub biex jivvantaġġja lill-poplu kollu bla eċċezzjoni u li dan huwa programm li jmur lil hinn minn kull firda jew differenza politika imma minn dan kollu m'hemm xejn.", "Għalhekk fil-bidu ta' din il-leġislatura jkun tajjeb li nsemmuhom dawn l-affarijiet għax m'hemmx dubju li dak li ġara fit- tribunal kontra l-inġustizzji u s-sentenzi li nħarġu minn hemmhekk li konsegwenza tagħhom ̧ sal-lum l-individwi li kienu milquta għadhom ma ħadux ir-rimedju kif ġie deċiż saħansitra mill-istess qorti, imur kompletament kontra artiklu 45 tal-Kostituzzjoni ta' Malta.", "Barra minn hekk artiklu 6 tal-liġi dwar it-tribunal ta' l-inġustizzji titkellem fuq dan b'mod mill- aktar ċar.", "Sur President, nixtieq insemmi xi każijiet li sfortunatament minkejja li ġie deċiż li għandhom jingħataw rimedju mill-qorti, s'issa għadhom ma ngħataw l-ebda rimedju effettiv u jien naf nies li saħansitra ġew imċaħħda mix-xogħol.", "Per eżempju, każ partikolari li nixtieq insemmi huwa dak ta' ċertu George Galea li kellu każ kontra l-kummissarju tal-Pulizija.", "Dan kellu kiosk f'The Strand Tas- Sliema u fil-bidu ta' din il-leġislatura ta' gvern Nazzjonalista ħadulu l-liċenzja biex tawha lill-partitarju Nazzjonalista.", "Ovvjament dan mar għand it-tribunal ta' l-inġustizzji, ingħata digriet biex din il-liċenzja tingħata lura u sal-lum għadu ma ħax lura x-xogħol tiegħu.", "Fil-fatt issa għandu każ sub judice fl-Prim'Awla tal-qorti.", "Għalhekk aħna se nagħmluha ċara mill-bidu ta' din il-leġislatura li aħna bħala partit mhux se noqogħdu b'idejna marbutin.", "Aħna se nkunu qed nesploraw kull proċedura legali possibbli biex jekk ikun hemm bżonn dawk in- nies li kellhom digriet tal-qorti minħabba diskriminazzjoni politika kontra tagħhom u li sal-lum għadhom ma ħadux ir-rimedju, imorru quddiem il-qorti Ewropea għad-drittijiet tal-bniedem.", "Jien kont nippretendi xi ħaġa f'dan is-sens ladarba mal-curtain-raiser ta' dan il-programm ta' ħidma tal-gvern ̧ eżattament fit-tieni paragrafu ̧ qed jingħad li dan huwa programm maħsub li jmur lil hinn minn kull firda jew differenza politika.", "Pero' jidher li dan huwa biss kliem sabiħ fl-arja.", "Jien nispera li l-gvern Nazzjonalista jiddeċiedi li dak li sar issa matul tliet leġislaturi jirranġah u jagħti rimedju lil dawn in-nies.", "Nixtieq insemmi wkoll il-każijiet li ġew irrapportati mill-ombudsman.", "F'wieħed mir-rapporti tiegħu l-ombudsman qal li fl-armata ġew iddiskriminati xi nies u allura irrikkmanda li dawn kellhom jingħataw rimedju xieraq ħalli din id-diskriminazzjoni tiġi megħluba pero' sal-lum dawn għadhom ma ħadu xejn.", "Huwa mportanti li ngħid ukoll li fl-aħħar update tal-kummissjoni ta' l-Unjoni Ewropea dwar il-pożizzjoni ta' Malta fit-triq għal sħubija sħiħa kien hemm rimarka dwar il-kwestjoni ta' l- inġustizzji.", "Għalhekk jien ippretendejt li dan kellu jissemma wkoll f'dan id-diskors tal-President.", "Sur President, f'paġna 3 ta' dan id-diskors qed jingħad li jrid ikollna soċjetà kemm jista' jkun inklużiva u allura jien ippretendejt li jkollna aktar spejgazzjoni fuq il-kwestjoni tal-pensjonijiet.", "Il-kwestjoni tal- pensjonijiet ilha tinkwieta lill-anzjani u lill-Maltin u l-GĦawdxin għax fuq kollox din mhijiex xi ħaġa marbuta biss ma' l-anzjani tal-lum imma hija marbuta aktar u aktar ma' dawk mill-mid-thirties 'il fuq.", "Dawn in-nies iridu joqgħodu attenti għaliex quddiemhom m'għandhomx biżżejjed snin ta' xogħol li jistgħu jikkumpensaw għall-pensjoni xierqa 'l quddiem pero' dan il-programm ta' ħidma ma jsemmi xejn fid-dettall.", "Kulma smajna kienu biss stqarrijiet min-naħa tal-ministru tal-finanzi, kważi ġimgħa wara r- riżultat elettorali, imma f'daqqa waħda kien hemm silenzju sħiħ u irranġar aħjar ta' kif ġew artikolati ċerti stqarrijiet.", "Per eżempju ̧ dwar il-kwestjoni tas-servizzi soċjali kulma hemm huma tliet linji li ma jsemmu xejn konkret.", "Jien kont nistenna li fid-diskors tal-President nisma' xi ħaġa wkoll dwar il-kwestjoni tal-faqar f'pajjiżna.", "Qed ngħid dan għax minn rapport li ħareġ lejn l-aħħar tas-sena li għaddiet jew inkella fil-bidu ta' din is- sena min-national statistics office irriżulta li f'pajjiżna llum għandna madwar 15% tan-nies li qed jgħixu fir-riskju tal-faqar.", "Dan l-istess rapport igħid ukoll li aktar minn 20% ta' l-anzjani minn 65 sena 'l fuq u 55% ta' dawk il-familji b'ġenitur u b'but wieħed ukoll qed jgħixu fir- riskju tal-faqar.", "Pero' minkejja li qed ngħidu li rridu nħarsu lejn soċjeta` li tkun verament inklużiva dan il-programm ta' ħidma ma jidħolx fid-dettall u ma jsemmi xejn fuq din il-kwestjoni tant importanti.", "Hawnhekk smajna diversi kelliema tal-gvern igħidu li l-pass li jmiss huwa qabża fil-kwalità imma naħseb li dawn in-nies li għadni kemm semmejt mhux qabża fil-kwalità iridu imma ġlieda għall-għajxien tagħhom.", "Għaldaqstant jien kont nippretendi li dan il-programm tal-gvern ikun realistiku u allura jinkludi lil dawn in-nies ukoll.", "Sur President, jien kont nippretendi wkoll li nidħlu aktar fid-dettall dwar il-kwestjoni tad-drittijiet tat-tfal.", "Forsi hawnhekk il-membri tan-naħa l- oħra jgħiduli li fuq il-Mejda tal-Kamra tqiegħed abbozz ta' liġi dwar it- twaqqif għall-kummissarju tat-tfal.", "Fil-ġranet li ġejjin dan l-abbozz ta' liġi se jkun qed jiġi diskuss f'dan il-parlament imma definittivament ma jiġborx fih il-qafas legali bżonjuż li għandhom bżonn it-tfal Maltin.", "Per eżempju ̧ fil-bidu tal-leġislatura l-oħra Dr. Ugo Mifsud Bonnici li dak iż- żmien kien President kien ta l-parir lil dan il-parlament biex jemenda l- liġijiet li jirrigwardaw tfal imwielda barra ż-żwieġ pero' għaddew erba' snin u nofs u għadu ma sar xejn.", "Fil-leġislatura li għaddiet tkellimna ħafna fuq il-kwestjoni tal-qafas legali ħalli nirregolaw il-fostering f'pajjiżna u ntejbu l-liġijiet dwar l- addozzjoni għax nafu kemm għandna koppji jistennew bil-ħniena li jkollhom l-opportunita` li jadottaw it-tfal.", "Pero' sal-lum sfortunatament għadu ma sar xejn.", "Jien kont nippretendi li fejn jidħlu t-tfal kellu jkun hemm xi ħaġa f'dan il-programm tal-gvern għal din il-leġislatura li ġejja pero' jidher li m'hemm xejn.", "Issa se ngħid xi ħaġa fuq il-liġijiet li jirrigwardaw in-nisa.", "L-abbozz ta' liġi li fil-leġislatura ġie approvat minn dan il-Parlament m'huwiex qed jaqdi d-drittijiet tan-nisa f'pajjiżna, mhux biss id-drittijiet legal imma lanqas dawk l-affarijiet li fil-prattika huma mportanti biex jgħinu lin-nisa jimxu 'l quddiem, partikolarment meta nafu li dan il-pajjiż għandu bżonn ħafna l-kontribut u l-parteċipazzjoni tan-nisa Maltin u Għawdxin, anke fil-qasam tax-xogħol.", "M'għandna l-ebda indikazzjoni f'dan il-programm ta' ħidma għal din il- leġislatura ta' dan il-gvern jekk hux qed ikun hemm xi tip ta' proponiment biex isir sforz ħalli jiġu ntrodotti aktar family friendly hours u aktar flexitime fuq il-postijiet tax-xogħol ħalli n-nisa bil-familja jkunu jistgħu jippartċipaw aktar f'dan il-qasam tant importanti għall-ekonomija tagħna.", "Issa nixtieq ngħid xi ħaġa dwar l-ambjent.", "Fil-paragrafu li jitkellem fuq l-ambjent jissemmew il-widien u jien nixtieq niġbed l-attenzjoni li l- kwesjtoni tal-widien trid tmur lil hinn mill-kwestjoni ta' l-ilqugħ u mill- kwestjoni ta' l-ambjent naturali.", "Per eżempju, illum Wied is-Sewda ġewwa Ħal Qormi m'għadux wied kif ħalqu l-Bambin imma sar zona residenzjali.", "Fil- fatt hemmhekk illum hemm kważi żewġ irħula żgħar li nqatgħu mill-core tar- raħal ta' Ħal Qormi u allura huwa mportanti li dan il-post ikun safe għar- residenti kemm mill-aspett ta' traffiku li jgħaddi minnu u anke mill-aspett ta' l-ilmijiet li jilqa' ġo fih.", "Aktar minn kollox dan il-wied sar bypass u allura meta nitkellmu fuq widien naħsbu fuq postijiet bħal dan.", "Għalhekk ma nistgħux nippretendu li l-kunsill lokali jagħmel affarijiet li jridu eluf kbar ta' liri jiġifieri bilfors irid ikun hemm l-imbottar u l- animu ġenwin tal-gvern ċentrali biex ċerti affarijiet jitranġaw.", "Huwa mportanti ħafna wkoll li semi-industrialised areas bħar-raħal ta' Ħal Qormi jkollhom policies ċari.", "Ħal Qormi huwa wieħed mill-postijiet li llum jiġbor fih 40% tal-warehousing f'Malta; aktar minn raħal residenzjali kważi sar industrial estate.", "M'huwiex biżżejjed li jkollna local plans imma rridu nidħlu fl-animu ta' dak li jkun qed jiġri ħalli l-affarijiet ikunu aktar lokalizzati u allura jkollna indirizz partikolari għad- diffikultajiet partikolari ta' lokalità bħal din.", "Issemmew ukoll is-setturi tal-portijiet u tat-tarznari.", "Per eżempju ̧ f'paġna 7 insibu sentenza li tgħid li fuq is-settur tal-portijiet għandhom jitkomplew id-diskussjonijiet dwar ir-riformi meħtieġa u dawn għandhom jiġu implimentati.", "Din hija sentenza vaga li tista' tinkorpora ħafna affarijiet u allura t-tħassib f'imħuħ il-ħaddiema tal-portijiet ikompli jikber.", "Huwa mportanti li l-gvern ikun ċar x'tip ta' regolament se jkollu jaċċetta issa li Malta se tidħol fl-Unjoni Ewropea.", "Għaldaqstant huwa mportanti li nkunu ċari ma' dawn il-ħaddiema ħalli b'hekk ikunu jafu fejn qegħdin.", "Sur President, jien nixtieq nagħlaq fuq dan il-punt.", "Minn programm ta' ħidma ta' gvern li sa l-aħħar ta' din il-leġislatura se jkun ilu 20 sena fil-gvern kont nippretendi aktar sustanza u affarijiet dettaljati għaliex hemm areas sħaħ li tħallejna sajmin kompletament fuqhom.", "Għaldaqstant nappella lill-gvern biex jerġa' jagħti daqqa ta' għajn tajba ħalli d- defiċjenzi li fih dan il-programm tal-gvern ikunu nkorporati għall-ġid tal- poplu Malti u Għawdxi kollu.", "Hemmhekk imbagħad inkunu ċerti li jkun programm li jkun qed jindirizza u jaħseb għal soċjeta` Maltija u GĦawdxija inklużiva.", "Qabel nagħlaq irrid nifraħ u nawgura lill-kollegi ġodda tagħna f'din il- Kamra snin ta' ħidma siewja fl-aħjar interess tal-poplu Malti u GĦawdxi kollu.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Insejjaħ lill-Onor.", "Mario Galea.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Mr Speaker, jien irrid ningħaqad mal-kollega tiegħi l-Onor.", "Marie Louise Coleiro u nifraħ lid-deputati kollha li telgħu miż- żewġ naħat tal-Kamra.", "Nixtieq nifraħ ukoll lil dawk kollha li kkontestaw l- elezzjoni u ma ġewx eletti għax dawn ukoll taw il-kontribut tagħhom, lill- ex-deputati u lilek, Mr Speaker ̧ għall-ħatra tiegħek.", "Jien nittama li jkollna parlament li fih nagħrfu naħdmu flimkien.", "L-ewwel osservazzjoni li rrid nagħmel hija li l-oppożizzjoni trid tiddeċiedi x'inhi l-kritika tagħha fuq id-diskors tal-President għaliex s'issa kien hemm ftit kontradizzjoni f'dak li kienet qed tgħid.", "Per eżempju, eżattament wara ċ-ċerimonja tal-ftuħ il-grupp parlamentari Laburista ħareġ stqarrija u qal li d-diskors tal-President kien biss kliem sabiħ.", "Pero' mbagħad fl-istess nifs dawn għamlu kapital għax id-diskors tal-President kien fih ċertu awtokritika għax jammetti li hemm affarijiet li tħallew jitgħawġu u li jridu jiġu ddrittati.", "Dikjarazzjoni dwar dan dehret ukoll fuq il-ġurnal \"It-Torċa\" ta' nhar il-Ħadd.", "Diversi kelliema ta' l-oppożizzjoni għamlu plejtu għax il-gvern qed jammetti li ċerti oqsma ġew traskurati jew li stajna għamilnihom aħjar.", "Jien lill-oppożizzjoni ngħidilha li m'għandhiex għalfejn tistagħġeb għax meta tammetti li għad fadal x'tirranġa ma tkunx qed tagħmel ammissjoni ta' falliment imma tkun qed tagħti prova ta' serjeta`.", "Liema gvern tajjeb kemm hu tajjeb, hu f'liema pajjiż hu, ifformat mil-liema partit hu ̧ jista' jkun kredibbli jekk jiftaħar li għamel kollox perfett u ma żbalja f'xejn?", "Jien naħseb li tiżbalja jekk temmen li tkun għamilt kollox tajjeb jew li m'għandekx x'tirranġa.", "Darba kien hawn xi ħadd li tilef l-elezzjoni u qal li ma kienx tort tiegħu imma tal-poplu għax ma fehmux imma imbagħad ġiet elezzjoni oħra u reġa' tilifha.", "Naħseb li anke dan huwa stil ġdid u frisk ta' tmexxija għax fil-pjan ta' ħidma tiegħu, il-gvern ammetta li kien hemm oqsma li seta' għamilhom aħjar.", "Din hija prova ta' gvern li mhux qdiem jew spiċċa bla ideat, kif tħobb tgħidilna l-oppożizzjoni, imma huwa gvern ġdid li fid-diskors tal- ftuħ tal-Parlament ̧ minflok intilef fl-akkwisti kbar li għamel, semma affarijiet li jistgħu jitranġaw u jittejbu.", "Nawgura li ħaddieħor ikollu l-kuraġġ, l-għaqal u l-umiltà li jammetti fejn żbalja jew fejn seta` għamel aħjar.", "Jgħidu li l-ewwel pass biex tirranġa xi ħaġa huwa li tinduna inti stess li dik ix-xi ħaġa tista' ssir aħjar u aħna hekk għamilna.", "Fid-diskors ta' l-eċċellenza tiegħu l-President, proprju f'paġna 4 ̧ hemm parti li tgħid hekk:", "\"L-ewwelnett ̧ għad jonqos inqas minn sena biex inwettqu fiha l-aħħar preparattivi meħtieġa ħalli nkunu nistgħu nagħmlu l-parti sħiħa tagħna bħala membri ta' l-Unjoni Ewropea.", "F'dan iż-żmien qasir, ħafna minna ̧ kemm mis-settur pubbliku, kif ukoll mis-settur privat ̧ iridu jsiru jafu minn ġewwa kif tassew jaħdmu l-istituzzjonijiet u s-sistemi Ewropej.\".", "Jien hawnhekk nixtieq ngħid li dan il-Parlament irid jitgħallem jaħdem f'din ir-realta` ġdida li se ġġib magħha s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea.", "Bħala istituzzjoni dan il-Parlament għandu bżonn jissaħħaħ u jrid jieħu l-miżuri minn issa biex jissaħħaħ.", "Irid ikun Parlament aktar ippreparat u jridu jiżdiedu s-support services lid-deputati kollha taż-żewġ naħat biex inkunu nistgħu nagħmlu xogħolna sew.", "Iridu jissaħħu wkoll il- kumitati tal-Kamra.", "Per eżempju, huwa mportanti li s-Sedja tieħu l-passi meħtieġa biex il-Kumitat Permanenti għall-Affarijiet Barranin jissaħħaħ għax ir-rwol tiegħu se jitwessa` u se jsir ferm u ferm aktar importanti bis-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea.", "Dan il-kumitat se jkollu r-rwol li mhux biss iżomm lill-membri ta' dan il- Parlament aġġornat b'dak li jkun qed isir fl-Unjoni Ewropea iżda jrid jagħmel monitoring ta' l-abbozzi u l-leġislazzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea.", "Irrid ngħid xi ħaġa fil-qosor dwar ir-rwol ġdid ta' dan il-Parlament ladarba nsiru membri.", "Kulħadd jaf li f'ċerti oqsma, bħal ̧ per eżempju, ir- regoli tas-suq ̧ il-leġislazzjoni ta' l-Unjoni Ewropea għandha kompetenza esklussiva pero' ovvjament dejjem irid ikun hemm konsultazzjoni mal-pajjiżi membri.", "Imbagħad hemm il-kompetenza li jgħidulha \"shared\" bejn l-Unjoni Ewropea u l-istati membri.", "Imbagħad hemm il-kompetenza li tkun esklussiva għall-istati membri bħal per eżempju l-oqsma ta' l-edukazzjoni u r- reliġjon.", "Dan ifisser li fejn jidħlu l-oqsma ta' l-edukazzjoni u r- reliġjon huma l-pajjiżi membri biss li għandhom il-kompetenza esklussiva li jilleġislaw.", "Kontra dak li ġie allegat f'gazzetta lokali ftit ġranet ilu, il-fatti huma li jekk pajjiż membru fl-Unjoni Ewropea jidhirlu li l-Unjoni Ewropea tkun illeġislat f'area fejn m'għandhiex kompetenza dan il-pajjiż membru jista' jfittex rimedju anke quddiem il-qorti Ewropea.", "Mhux veru li l- leġislazzjoni tagħna se tibda ssir kollha mil-Unjoni Ewropea jew inkella li dan il-Parlament se jitlef ir-rwol tiegħu kif ta' spiss sfortunatament għadna nisimgħu.", "Jien ngħid li r-rwol ta' dan il-Parlament se tissaħħaħ ukoll għax hemm konvenzjoni li tipproponi li l-parlamenti nazzjonali għandhom dritt u obbligu li jagħmlu monitoring biex jaċċertaw jekk il- prinċipju tas-sussidjarjeta` jkunx qed jiġi salvagwardat jew le fil- leġislazzjoni li tkun qed tipproponi l-kummissjoni.", "Barra minn hekk proposti leġislattivi u dokumenti ta' konsultazzjoni se jibdew jintbagħtu lill-parlamenti nazzjonali fl-istess ħin li jintbagħtu lill-parlamenti Ewropej u dan se jitlob mill-Parlament tagħna ċertu impenn.", "Dan il-Parlament irid jibda jaħseb minn issa wkoll kif se jagħmel il- monitoring tal-leġislazzjoni ta' l-Unjoni Eworpea għax ladarba nsiru membri dan il-Parlament irid jagħmel il-monitoring tiegħu indipendentement mill- monitoring li jkun qed jagħmel il-gvern.", "Dan il-Parlament irid ikollu l- istrutturi lesti li s'issa għad m'għandux għal dak kollu li jiġi propost mill-Unjoni Ewropea rigward abbozzi ta' liġijiet u dokumenti ta' konsultazzjoni.", "Ta' min igħid ukoll li lanqas il-Kumitat Permanenti għall- Affarijiet Barranin għad m'għandu s-support services biex jagħmel dan il- monitoring u għalhekk naħseb li rridu nibdew naħsbu, naħdmu u nippreparaw minn issa.", "Sur President, mistoqsija li nixtieq nagħmel hija din: Il-monitoring tal- leġislazzjoni ta' l-Unjoni Ewropea se jibda jsir mill-Kumitat Permanenti għall-Affarijiet Barranin?", "Xi wħud igħidu li ladarba nsiru membri ta' l- Unjoni Ewropea ma jagħmilx sens li l-affarijiet li għandhom x'jaqsmu ma' l- Unjoni Ewropea għandhom jibqgħu jaqgħu taħt il-Kumitat Permanenti għall- Affarijiet Barranin għax l-Unjoni Ewropea mhux se tibqa' xi ħaġa estera għalina imma se ssir parti mir-realta`.", "Min-naħa l-oħra x'se nagħmlu( Se nagħmlu kumitat ieħor esklussivament għal materji ta' l-Unjoni Ewropea( Hemm pajjiżi applikanti li l-parlamenti tagħhom diġa` waqqfu jew għandhom il-ħsieb li jwaqqfu kumitati permanenti tal-Kamra biex jittrattaw materji ta' l-Unjoni Ewropea imma jien ngħid li m'għandux isir hekk.", "Naħseb li bil- limitazzjoni tar-riżorsi li għandna jkun żball li dan il-Parlament iwaqqaf kumitat ieħor assoċjat biss ma' l-Unjoni Ewropea.", "Fl-opinjoni tiegħi - warajja se jitkellem l-Onor.", "Jason Azzopardi li bla dubju ta' xejn huwa aktar espert minni f'dan il-qasam - li rridu nagħmlu huwa li nibqgħu bil- kumitat eżistenti li jittratta l-affarijiet barranin u forsi nbiddlulu ismu.", "Dan nistgħu nsemmuh kumitat għall-affarijiet Ewropej u barranin.", "Pero' naħseb li din hija waħda mid-deċiżjonijiet li rridu nieħdu din is- sena.", "Jien għandi suġġeriment ieħor fuq il-kompożizzjoni ta' dan il-kumitat li issa se jkollu rwol daqstant wiesa' u impenjattiv.", "Per eżempju, jekk ikollna abbozz jew dokument ta' konsultazzjoni mill-Unjoni Ewropea dwar l- industrija ̧ il-kumitat għall-affarijiet Ewropej u barranin ikun jista' jistieden lill-ministru responsabbli mill-industirja u flimkien max-shadow minister jew mal-kelliem ta' l-oppożizzjoni għall-industrija biex jifformaw il-kumitat għall-affarijiet barranin.", "Jien ngħid li l-Kumitat Permanenti għall-Affarijiet Barranin jagħmel sew jekk minn issa jibda jagħmel xi forma ta' public hearings.", "Hija ħasra li dawn ma nagħmluhomx f'dan il- Parlament imma għallinaqas jista' jagħmilhom dan il-kumitat.", "Dan għaliex hemm nies esperti f'dawn il-materji li jifhmu ħafna aktar milli jifhmu wħud minna hawn ġew dwar it-tibdiliet li hemm bżonn isiru f'dan il- Parlament ladarba nsiru membri fl-Unjoni Ewropea imma dawn m'għandhomx vuċi għax m'humiex membri parlamentari.", "Għalhekk naħseb li jagħmel sew il- Kumitat Permanenti għall-Affarijiet Barranin jekk jieħu l-inizjattiva u jibda jistieden nies esperti – bħalissa għandi f'moħħi lil Fr. Peter Serracino Inglott - li jiġu hawn u nistaqsuhom x'inhi l-opinjoni tagħhom.", "Mhux bilfors li dak li jgħidu se naċċettawh kollu imma għallinqas nibdew nisimgħu x'għandhom xi jgħidu nies li huma mdorrijin jaħdmu fir-realta` ta' l-Unjoni Ewropea u forsi jistgħu jagħtuna parir dwar x'tibdiliet għandhom isiru f'dan il-Parlament u fil-Kumitat Permanenti għall-Affarijiet Barranin ladarba nsiru membri.", "Hemm nies li m'humiex membri parlamentari li għandhom ħafna x'jgħidulna.", "Dawn huma ftit mill-għażliet li għandna quddiemna.", "L-argument tiegħi huwa li f'din is-sena li fadal irridu nibdew naħdmu biex insaħħu lil dan il- Parlament ħalli nkunu nistgħu nlaħħqu ma' l-ammont tax-xogħol li se jaqa' fuqu.", "Sur President, jien irrid nagħlaq fuq dan il-punt.", "Il-bieraħ kien hemm komunikat lill-president tal-konvenzjoni mil-Kap ta' l-Oppożizzjoni u mill- Onor. George Vella li ħadu pożizzjonijiet li jxaqilbu lejn il- pożizzjonijiet li kienu ħadu ż-żewġ rappreżentanti l-oħra tal-gvern fuq il- konvenzjoni.", "Jidher li issa aktar minn rwol passiv, se jgħaddu għal rwol attiv.", "Il-membri ta' l-oppożizzjoni se jibdew jieħdu rwol attiv għalkemm sfortunament dan se jsir biss fl-aħħar ftit ġimgħat li l-konvenzjoni fadlilha ħajja.", "Dan jawgura tajjeb għax forsi issa jista' jibda jkollna politika nazzjonali u dan huwa punt li ssemma anke mill-eċċellenza tiegħu Monsinjur Arċisqof fil-quddiesa tal-ftuħ ta' dan il-Parlament li qal li bi sħubija fl-Unjoni Ewropea rridu nibdew naħsbu u naġixxu bħala nazzjon.", "Jien nawgura li anke dan il-Parlament jagħraf jagħmel il-pass li jmiss u aktar miż-żewġ naħat tal-Kamra, aħna u huma, inkunu Parlament wieħed b'żewġ gruppi, b'ideat differenti u b'pożizzjonijiet differenti iżda li jkollna l- għaqal li fejn ma naqblux ̧ naqblu li ma naqblux.", "Iżda hemm diversi oqsma fejn nistgħu naħdmu u niġbdu ħabel wieħed għall-ġid ta' pajjiżna u b'sens ta' lealta` għal dawk li eleġġewna.", "Jien konvint li l-maġġoranza assoluta tal-poplu tistenna li l-gvern u l-oppożizzjoni jikkooperaw flimkien għall-ġid ta' pajjiżna aktar u aktar issa li se nissieħbu fl- Unjoni Ewropea.", "Nagħlaq billi ngħid li għandi tama qawwija – anzi qawwija ħafna - li anke f'dan il-Parlament se tibda rebbiegħa ġdida.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Jason Azzopardi.", "ONOR.", "JASON AZZOPARDI: Mr Speaker, inħossni kważi kommoss għall-fatt li għalkemm din hija t-tieni leġislatura għalija bħala membru parlamentari, illum qed nagħmel l-ewwel intervent tiegħi fl-ewwel leġislatura bħala Malta Ewropea, u aħna l-65 membru parlamentari li hawn f'din il-Kamra għada pitgħada se nkunu nistgħu niftaħru li aħna konna parteċipi, konna xhieda u konna atturi prinċipali mill-viċin ta' proċess li ttrasforma lil pajjiżna.", "Din hija epoka ġdida, u jien insejjaħ din il-leġislatura bħala a watershed legislature li timmarka l-bidu ta' xi ħaġa li l-effetti tagħha se jkunu dejjiema.", "Aħna l-65 membru parlamentari li hawn f'din il-Kamra se jkollna responsabbilta` kbira matul il-ħames snin li ġejjin, u fil-fatt niddubita jekk mill-1962 'l hawn qattx kien hemm leġislatura oħra li l-effetti tagħha kienu daqstant dejjiema.", "Huwa veru li l-leġislatura ta' l-1962 kienet importanti għax matulha pajjiżna kiseb l-indipendenza tiegħu, pero` din il- leġislatura daqstant ieħor se tkun far reaching fl-effetti tagħha.", "Naħseb li aħna stess għadna lanqas irrealizzajna kemm dak li se jiġri matul din il- leġislatura se jeffettwana mill-viċin għax il-bidla li se ssir m'hijiex se ssir mil-lat fiżiku u strutturali but it is a cultural change.", "Irridu nibdew nagħmlu a quantum leap ahead anke fil-mod kif nagħmlu l-politika tagħna.", "Mr Speaker, ħadt verament gost nisma' lill-ħabib u kollega tiegħi l-Onor.", "Mario Galea li tista' tgħid li qaxxar is-suġġett bil-mod inimitabbli tiegħu.", "Huwa laqat il-musmar fuq rasu meta qal li matul din il-leġislatura se nagħmlu politika ġdida, u jekk jippermettili jien se nżid ngħid li se nagħmlu politika ġdida with a capital \"p\" and not with a small \"p\".", "Hawnhekk nixtieq nieħu l-okkażjoni biex insellem lil Aldo Moro, li kien famuż - kif wara kollox għadu - għall-politika ta' konverġenza li kien jagħmel, u sal-lum għadna nsibu ħafna kitbiet fuq il-politika ta' konverġenza tiegħu.", "Kif qal tant tajjeb l-Onor.", "Mario Galea, għandna nagħmlu politika ta' kompromess billi naraw x'hemm tajjeb fl-argumenti li tkun qed iġġib in-naħa l-oħra tal-Kamra.", "Dan l-Onor.", "Membru naħseb li qrali moħħi meta rrifera għall-fatt li l-pożizzjoni li ħadu l-Kap ta' l-Oppożizzjoni u l-Onor.", "George Vella fid-diskors li għamlu waqt il-konvenzjoni Ewropea hija kważi identika għall-pożizzjoni tal-gvern.", "Naf li forsi se jkun hemm min jgħidli li dan huwa pass żgħir 'il quddiem, pero` ġaladarba l-pożizzjonijiet li qed jieħdu l-gvern u l-oppożizzjoni qed iqarrbu flimkien, dan jista' jkun bidu ġdid.", "L-awtur Graham Greene f'waħda mill-kitbiet tiegħu jgħid li \"there is always a moment when the door opens and lets the future in\", u dan li qed ngħaddu minnu llum huwa preċiżament dak il-mument fejn we are letting the future in.", "Il-futur irridu nittraduċuh fil-ħobża ta' kuljum ta' kull wieħed u waħda minna, pero` kif qal l-E.T. l-Arċisqof nhar is-Sibt li għadda waqt l-omelija, biex nagħmlu dan il-mument tassew storiku u memorabbli huwa vitali li naġixxu u li naħsbu bħala nazzjon.", "Irridu nattakkaw l-argument u mhux il-persuna li tkun qed tagħmel dak l-argument.", "Fi kliem ieħor, irridu nikkritikaw il-messaġġ u mhux il-messaġġier.", "Fil-fehma tiegħi, hemm bżonn nagħmlu iktar kompromessi.", "Naturalment dawn m'għandniex nagħmluhom mal-prinċipji jew mal-valuri, imma fuq ċerti pożizzjonijiet u fuq ċerta politika għandu jkun hemm iktar tqarrib u iktar konverġenza.", "Fl-affarijiet nazzjonali għandu jidħol spirtu ġdid.", "Irridu nibdew naslu għal pożizzjoni komuni, u fil-fehma tiegħi, jekk hemm xi ħaġa li l-Unjoni Ewropea se tbiddel f'pajjiżna, dan huwa l-mod kif nagħmlu u nħaddmu l-politika tagħna.", "L-Unjoni Ewropea se tgħolli 'l fuq il-kwalita` u l-livell tad-dibattitu politiku f'pajiżna, se jkun hemm iktar lok ta' qbil u inqas lok ta' konfrontazzjoni, jiġifieri anke fil-livell ta' dibattitu parlamentari se jkollna a quantum leap ahead.", "Mr Speaker, is-senatur Kennedy kien iħobb jikkwota frażi li kien jgħidha l- awtur Irlandiż George Bernard Shaw: \"People see things that are and ask why; I see things that never were and ask why not\".", "Aħna wkoll irridu nibdew nagħmlu dawn it-tip ta' mistoqsijiet u ngħidu, per eżempju: Għaliex m'għandux ikun hemm iktar konverġenza fuq il-politika soċjali, edukattiva, ambjentali u rurali fost l-oħrajn?", "Għaliex m'għandux jinbidel il-partit Laburista u jkollna partit Laburista li joħroġ b'ideat ġodda?", "Żgur li jien m'għandi l-ebda dritt nimponi fuq il-partit Laburista, pero` l-poplu jesiġi li jkun hemm bidla f'dan il-partit.", "Qed ngħid dan mhux għax inħobb lill- partit politiku tiegħi inqas imma għax inħobb lil Malta iktar, kif intqal fil-ktieb ta' Shakespeare; Julius Caesar, meta ntqal, \"Not because I love Caesar less but because I love Rome more\".", "Aħna nixtiequ li l-partit Laburista jinbidel u joħroġ b'ideat ġodda li jkunu inqas distruttivi u iktar kostruttivi.", "Per eżempju, x'ġid ħareġ mill-politika tal-partit Laburista li dan il-partit ma jipparteċipax fil-kummissjoni għar-riforma tas-saħħa mentali?", "M'iniex se nsemmi n-nuqqas ta' parteċipazzjoni tal- partit Laburista fil-MEUSAC ukoll.", "Hemm xi ħaġa li m'hijiex daqstant apolitika fir-riforma tas-saħħa mentali?", "Madanakollu l-partit Laburista ddeċieda li ma jagħtix is-sehem tiegħu f'din il-kummissjoni.", "Kif għedt fil-bidu tad-diskors tiegħi, id-diskorsi li għamlu l-Kap ta' l- Oppożizzjoni u l-Onor.", "George Vella waqt il-konvenzjoni Ewropea juru li almenu kien hemm moviment fil-politika tal-partit Laburista, u għalkemm dan ma jfissirx li l-politika tal-partit Laburista nbidlet, għallinqas hemm indikazzjoni ta' ċertu tibdil, u j'Alla fil-futur qarib naraw iktar tibdil bħal dan.", "Aħna rridu wkoll li s-soċjeta` tagħna tkun waħda inklussiva, u jekk hemm xi ħaġa li veru laqtitni fid-diskors ta' l-E.T. l-President tar- Repubblika nhar is-Sibt li għadda, din kienet meta semma s-soċjeta` inklussiva.", "Mr Speaker, l-erba' snin u nofs li għaddew kienu ta' esperjenza tajba ħafna ta' kif id-diversi għaqdiet li jifformaw is-soċjeta` ċivili jistgħu jaħdmu flimkien mal-gvern bil-għan li f'pajjiżna jitkattar il-ġid u li jkun hemm solidarjeta` fost il-poplu tagħna.", "Jekk il-MEUSAC kien trendsetter, jien nemmen li fil-qafas leġislattiv tal-liġi tal-Malta council for economic and social development hemm lok biex dan nagħmluh.", "Jekk wieħed iħares lejn artiklu 6 tal-liġi ta' l-MCESD isib dan il-kliem:", "\"The council shall, at its first sitting, proceed to appoint a standing civil society committee ...\".", "Fil-fatt dan il-kumitat diġa` jeżisti u tlaqqa' kemm-il darba, pero` fl- opinjoni tiegħi, hemm bżonn li nagħtuh profil ikbar u rwol iktar preċiż.", "In-non-governmental organisations ukoll jifformaw parti mis-soċjeta` ċivili, u hawnhekk ta' min isemmi li filwaqt li fi żmien il-partit Laburista ta' bejn l-1996 u l-1998 l-NGOs kienu jieħdu Lm400,000 fis-sena, kif tela' l-gvern Nazzjonalista fl-1998 dawn bdew jingħataw Lm800,000 fis- sena, jiġifieri fi żmien il-gvern Nazzjonalista l-għajnuna lill-NGOs irduppjat.", "Jien naqbel mal-Ministru għall-Politika Soċjali li jkun hemm iktar ċentri reġjonali għall-familja bħal dak li nfetaħ is-sena l-oħra fil- Kottonera bl-isem \"Aċċess\" għax dawn iservu ta' għajnuna kbira għall- familji.", "Hawnhekk ta' min isemmi wkoll il-European affairs committee, li kumbinazzjoni aċċenna għalih ukoll l-Onor.", "Mario Galea.", "Ma nikkonsidrax ruħi bħala espert, kif għoġbu jgħidli l-Onor.", "Mario Galea, għax nassigurah li baqgħali ħafna x'nitgħallem, pero` nemmen - jew għallinqas din hi l- opinjoni umli tiegħi - li l-Ewropa m'għadhiex iktar taħt il-mansjoni ta' l- affarijiet barranin.", "Illum l-Ewropa saret parti minn darna, saret parti mill-politika tagħna ta' kuljum u hija magħġuna mal-politika soċjali, mal- politika ta' l-edukazzjoni, mal-politika ambjentali, mal-politika tal- biedja u s-sajd, mal-politika taż-żgħażagħ u tal-kultura u ma' tant oqsma politiċi oħrajn.", "L-Ewropa saret parti minn darna, l-Ewropa saret parti minna u aħna sirna parti mill-Ewropa.", "Għalhekk l-Ewropa m'għadhiex iktar mansjoni ta' l-affarijiet barranin.", "Jien nemmen li għandna nsibu r-riżorsi biex jitwaqqaf a European affairs committee minħabba l-leġislazzjoni ta' l- Unjoni Ewropea, pero` nemmen li għandna nindirizzawha għax tkun misnomer li l-European affairs committee jkun jieħu ħsieb affarijiet relatati ma' l- Unjoni Ewropea.", "Mr Speaker, ma nixtieqx intawwal għax inkun qed nieħu mill-ħin ta' ħaddieħor, pero` rrid nagħmel l-aħħar punt tiegħi.", "Jien nemmen li dan il- gvern mhux se jkun gvern Nazzjonalista imma se jkun gvern Malti mmexxi mill- partit Nazzjonalista, li tagħmel differenza.", "Irridu nkunu fidili għall- valuri li jagħtuna l-identita` tagħna bħala Maltin, bħala pajjiż Ewropew u bħala pajjiż Mediterranju.", "Irridu nqiegħdu s-sisien f'dak kollu li għandu x'jaqsam ma' patrimonju kulturali, soċjali u reliġjuż ta' l-Ewropa.", "B'hekk biss nistgħu nagħmlu lil Malta ta' għada aħjar minn Malta tal-bieraħ, kif wara kollox jistħoqqilha.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Iktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, qabel ma ngħaddi biex nagħmel l- intervent tiegħi nixtieq insellem lill-membri parlamentari ġodda li ġew eletti kif ukoll lill-ministri u lis-segretarji parlamentari l-ġodda filwaqt li nsellem lil dawk il-ħbieb tiegħi miż-żewġ naħat tal-Kamra li kienu membri parlamentari fil-leġislatura li għaddiet u li ma ġewx eletti għal din il-leġislatura.", "Min-naħa tal-partit Laburista nsellem lil sieħbi l-professur Louis Buhagiar, lill-perit Carmelo Borg, lin-nutar Joe Cilia u lis-sinjura Rita Law u min-naħa tal-partit Nazzjonalista nsellem lis-Sur Michael Bonnici, lill-ex-ministru Michael Refalo, lill-ex-segretarju parlamentari George Hyzler, lil Dr John Vella, lil Dr Michael Asciak, lil Dr Jean Pierre Farrugia u lis-Sur Victor Galea Pace.", "Matul il-leġislatura li għadha kemm għaddiet jien qattajt ħafna ħin ma' dawn in-nies u nista' ngħid li tgħallimt ħafna mingħandhom, liema tagħlim se nibqa' ngħożżu u napprezzah tul ħajti kollha.", "Issa ħalli niġi għall-intervent tiegħi.", "Nibda biex ngħid li l-qagħda soċjali tal-poplu tagħna llum hija dik bħal tas-sold xelin, u għalhekk nista' nifhem għaliex fid-diskors mirqum tiegħu, l-E.T. il-President tar-Repubblika tkellem fis-sens li pajjiżna għandu bżonn jiddritta dak li tħalla mgħawweġ.", "Fid-diskors tiegħi beħsiebni niffoka fuq ċerti sitwazzjonijiet li qed jiltaqa' magħhom il-poplu Malti u Għawdxi llum u li dwarhom jeħtieġ li jkollu risposta jew rimedju mill-iktar fis possibbli.", "Ħalli nibda billi nirriferi għas-servizzi tas-saħħa.", "Sfortunatament illum iċ-ċittadini Maltin u Għawdxin li jinqdew mill-erba' ċentri tas-saħħa ewlenin li għandna f'pajjiżna, jiġifieri dawk tar-Rabat, ta' Ħal Qormi, ta' Birkirkara u ta' Bormla, jinsabu mingħajr is-servizz ta' tabib b'xejn fuq bażi ta' 24 siegħa kuljum.", "Biex tkompli tagħqad, is- sitwazzjoni fil-każ taċ-ċentru tas-saħħa tar-Rabat hija agħar għax mhux qed ikun ipprovdut is-servizz tat-teħid ta' l-X-ray lanqas, u dan għar-raġuni li żmien ilu dan l-apparat ġralu l-ħsara u sal-lum baqa' ma ssewwiex.", "Minħabba f'hekk, ir-residenti tal-Baħrija, ta' Ħad-Dingli, ta' l-Imdina, ta' l-Imtarfa u tar-Rabat qed ikollhom imorru jinqdew miċ-ċentru tas-saħħa tal-Mosta, u allura dan qed jikkawża inkonvenjent anke għar-residenti tal- Mosta, tal-Mellieħa, ta' l-Imġarr, ta' San Pawl il-Baħar, ta' Buġibba, tal- Bidnija, ta' Burmarrad, tal-Manikata, tal-Qawra, tan-Naxxar, tal-Għargħur u ta' l-inħawi tal-madwar għax kif wieħed jista' jimmaġina, dawn qed ikollhom jistennew għal ħin twil biex jinqdew.", "Dan iwassalni biex nitkellem fuq il-fatt magħruf li bis-sħubija sħiħa ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, il-poplu Malti u Għawdxi se jeħel spejjeż ġodda, u għalhekk il-gvern huwa fid-dmir li jiddikjara minn fejn se jkunu pprovduti dawn l-ispejjeż il-ġodda.", "Nispera li minħabba dawn l-ispejjeż il-ġodda, il- gvern ma jiddeċidiex li jnaqqar il-pensjonijiet u l-benefiċċji soċjali l- oħra jew inkella ma jiddeċidiex li jimponi iktar taxxi.", "Il-gvern għandu jassigura wkoll li l-paga tal-ħaddiema ma tinxtorobx sabiex il-pajjiż ilaħħaq ma' dawn l-ispejjeż il-ġodda.", "Il-gvern huwa fid-dmir li jgħid kemm jirriżultalu li jridu jiżdiedu l-pagi tal-ħaddiema bi sħubija fl-Unjoni Ewropea sabiex jiġi evitat li fil-futur jinħoloq tilwim mat-trade unions dwar dan.", "Għaldaqstant il-Prim Ministru għandu jippubblika l-prezzijiet interni u esterni tal-prodotti ta' l-ikel fl-Unjoni Ewropea, liema prezzijiet kien irrifjuta li jippubblikahom qabel ir-referendum.", "Mr Speaker, illum qegħdin f'sitwazzjoni fejn fl-istess nifs li l-Bank Ċentrali qed jitkellem fuq l-ottimiżmu li hawn fil-pajjiż għal dak li hu investiment, kemm il-federazzjoni ta' l-industriji kif ukoll il-general retailers' and traders' union qed jitkellmu dwar il-problemi ta' kompetittivita` li pajjiżna għandu quddiemu.", "Ta' min isemmi wkoll li minkejja l-argumenti li nġabu dwar it-tisħiħ u l-ħarsien tan-newtralita` u tal-Kostituzzjoni ta' Malta, spiċċajna biex filwaqt li tkun għaddejja gwerra, nimlew il-portijiet storiċi tagħna bil-vapuri qerrieda tal-gwerra, u dan meta ż-żewġ naħat tal-Kamra jemmnu li jridu jattiraw iktar kummerċ f'pajjiżna.", "Il-gvern Nazzjonalista huwa fid-dmir li jispjega kif se jirrimedja għal dawk il-ħwejjeġ li telaq fil-ġenb.", "Wara l-2004 huwa se jkun neħħa l- vantaġġ li kellhom l-imprendituri lokali li jimportaw is-sorsi ta' l-ikel li ma nipproduċux lokalment bla dazju jew tariffa minn dawk il-pajjiżi li m'humiex membri ta' l-Unjoni Ewropea, u dan meta storikament pajjiżna kien u jibqa' importatur nett sabiex jissodisfa d-domanda ta' l-ikel tal-Maltin u l-Għawdxin, tat-turisti, tat-tjur u tal-bhejjem.", "Il-gvern huwa fid-dmir li jassigura wkoll illi l-imprendituri lokali jibqgħu jgawdu minn prezzijiet kompetitivi li minn żmien għal żmien jiddominaw fis-swieq internazzjonali ta' l-ikel.", "Nixtieq nagħmel riferenza wkoll għall-bidliet li se jsiru fil-munita.", "Is-saħħa tal-valur tal-lira Maltija ġejja minn mekkaniżmi li nużaw f'pajjiżna, liema mekkaniżmi jissarrfu f'kambju vantaġġjuż tant li llum għandna sitwazzjoni fejn Lm10 miljun jissarrfu f'Euro 23.3 miljun.", "Għalhekk il-gvern Nazzjonalista huwa fid-dmir li jgħidilna għaliex se jarmi dawn il-mekkaniżmi attwali tal-lira Maltija.", "Ta' min jgħid li dawn il- mekkaniżmi jnaqqsu ċ-ċans li l-ekonomija ta' Malta ġġarrab żbilanċ kbir b'kawża ta' riċessjoni fil-pajjiżi ta' l-Euro-zone, u għalhekk il-gvern Nazzjonalista huwa fid-dmir li jispjegalna kif jista' jkun li meta jinbidlu dawn il-mekkaniżmi u Malta ddaħħal il-Euro, mhux se jkun hawn għoli tal- ħajja.", "Huwa fid-dmir ukoll li jispjega lill-poplu kif il-mekkaniżmi l- ġodda tal-Euro se jibqgħu jsostnu l-kompetittivita` li tgawdi l-industrija lokali llum permezz tal-mekkaniżmi attwali.", "Ikun interessanti jekk il- gvern jispjega lill-poplu xi pjani għandu sabiex jikkonforma ma' l-esiġenzi tar-regolamenti l-ġodda ħalli Malta tidħol fil-Euro-zone u x'se jiswa lill- poplu dan it-tibdil.", "Issa nixtieq ngħid xi ħaġa dwar l-iżvilupp rurali.", "Mill-1998 'il hawn il- kampanja tal-gżejjer Maltin tħalliet abbandunata tant li llum nistgħu ngħidu li tinstab fi stat ta' telqa totali.", "Biżżejjed insemmi l-irdumijiet imġarrfa, in-nixfa fil-ġibjuni, it-telqa fil-widien u l-ilma tax-xita, li parti sostanzjali minnu jispiċċa jintrema' l-baħar.", "Jissemma' dejjem il- bini tal-ħitan tas-sejjieħ, pero` llum spiċċajna fejn il-gvern, minflok m'hu qed jibni l-ħitan tas-sejjieħ, qed jibni ħitan tal-konkos u tal-ġebel tal-franka.", "Fil-ħin limitat li għandi nixtieq nagħmel riferenza wkoll għas-settur tal- biedja u għall-konsumatur.", "Jintqal kontinwament li hekk kif nissieħbu fl- Unjoni Ewropea, il-prezzijiet ta' l-ikel se jorħsu, pero` fl-istess waqt qed nissussidjaw il-prezzijiet tal-prodotti ta' l-ikel li jkunu ġejjin mill- Unjoni Ewropea.", "Jintqal kontinwament ukoll kemm il-bdiewa u r-raħħala se jmorru tajjeb bis-sħubija sħiħa ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, pero` fl- istess waqt il-gvern qed jissussidja lill-bdiewa u r-raħħala minħabba li qed ibassar li bir-regoli ta' l-Unjoni Ewopea se jmorru ħażin.", "Ma nistax nitkellem fuq is-settur tal-biedja mingħajr ma nawgura lill-Ministru l-ġdid li huwa responsabbli mill-biedja, mill-ikel u mill-ambjent, biex jagħraf isolvi dawn il-kontradizzjonijiet u d-diversi diffikultajiet li sab ma' wiċċu.", "Nixtieq nikkonkludi dan id-diskors bħalma għamilt kif bdejtu, u dan billi nsellem lill-ex-deputat mexxej tal-partit Laburista, l-Onor.", "George Vella filwaqt li nirringrazzjah għall-mod kif mexxa lill-partit Laburista.", "L- Onor. Vella għallimni ħafna affarijiet, fosthom li għandi nkun umli u ġeneruż ma' kulħadd, u biex nissostanzja dan li qed ngħid huwa biżżejjed li nsemmi ħaġa waħda biss.", "Meta jien sirt membru ta' dan il-Parlament, kont għadni ma naffordjax li nixtri karozza, u l-Onor.", "Vella, minkejja li hu kien miż-Żejtun, kien jieħu paċenzja bija u jwassalni r-Rabat.", "Issa hawnhekk wieħed irid japprezza li bħala tabib, l-Onor.", "George Vella kien ikun ilu ġurnata sħiħa jsuq biex imur fid-djar jagħti s-servizz mediku tiegħu, pero` minkejja dan kollu, huwa kien jogħġbu jtellagħni sar-Rabat wara li jispiċċa l-Parlament, jiġifieri wara d-9:30 p.m., qabel ma jinġabar id-dar tiegħu.", "Dawn huma affarijiet li tibqa' tiftakarhom jgħaddi kemm jgħaddi żmien, pero` l-Onor.", "Vella ma kienx umli u ġeneruż miegħi biss imma ma' sħabi kollha taż-żewġ naħat tal-Kamra.", "Nixtieq insellem ukoll lill- Onor. Alfred Sant tal-ħatra tiegħu bħala mexxej tal-partit Laburista.", "Mingħand l-Onor.", "Sant tgħallimt ħafna wkoll, fosthom li l-interessi ta' pajjiżna għandhom jiġu l-ewwel u qabel kollox.", "Nittama li matul il-ġimgħat u x-xhur li ġejjin jien, bħala membru parlamentari, inwettaq id-dmir tiegħi li nara li f'dan il-Parlament tiġi rispettata r-rieda tal-poplu għax wara kollox, żgur li l-iskop ewlieni tal- Membri taż-żewġ naħat tal-Kamra hu dak li nagħmlu l-aħjar possibbli ħalli naraw li l-poplu Malti u Għawdxi jkollu verament kwalita` ta' ħajja aħjar, liema kwalita` ta' ħajja m'għandhiex tassiguralu piżijiet imma għandha tassiguralu opportunitajiet xierqa u għajxien diċenti.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Iktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "Is- Segretarju Parlamentari Agius.", "ONOR.", "FRANCIS AGIUS (Segretarju Parlamentari): Mr Speaker, jien ukoll nixtieq li fil-bidu ta' din il-leġislatura nikkummenta fuq id-diskors li għamel l-E.T. l-President tar-Repubblika, li huwa l-programm tal-gvern il- ġdid li jien nagħmel parti minnu, liema programm il-poplu Malti u Għawdxi vvota favur tiegħu b'mod demokratiku u li allura aħna għandna l-obbligu li naraw illi jitwettaq.", "L-ewwelnett ta' min jirrimarka li dan il-programm huwa mqassam fuq ħamest oqsma, u hekk kif wieħed iħares lejn dan il-programm jinduna mal-ewwel li l- iskop prinċipali ta' dan il-gvern huwa li jmexxi 'l quddiem dawk l- interessi kollha li jeffettwaw lill-individwu.", "Id-diskors ta' l-E.T. l- President tar-Repubblika huwa mirqum b'mod li jipprovdi tagħrif dwar dak kollu li għandu f'moħħu jagħmel il-gvern fil-ħames snin li ġejjin, u għalhekk żgur li m'huwiex b'kumbinazzjoni li l-ewwel qasam li jissemma f'dan id-diskors huwa dak ta' l-edukazzjoni.", "Sur President, aħna nemmnu li l-edukazzjoni tal-poplu tagħna hija l-iktar ħaġa importanti li l-bniedem jista` jakkwista għax b'hekk iseħħ l-iżvilupp sħiħ ta' kull persuna.", "Ir-rwol tal-gvern huwa li joħloq ambjent demokratiku, ambjent ta' opportunita` u ambjent ta' ġustizzja.", "Jien, li għaddejt 43 sena ngħix f'dan il-pajjiż nista' ngħid li f'pajjiżna kien hawn żmenijiet fejn dawn l-opportunitajiet mhux dejjem setgħu jittieħdu bl- istess mod, speċjalment fil-qasam ta' l-edukazzjoni.", "Illum għad għandna ħafna sfidi x'niffaċċjaw.", "Mingħajr ma nkun klassista, għax ma nemminx li l- qasma fil-klassi għadha kif kienet fl-antik, jien ngħid li għad fadlilna ċerti gruppi ta` nies fis-soċjeta` tagħna li jenħtieġ li huma wkoll jieħdu sehem fil-proċess ta' edukazzjoni.", "Jien ċert li issa, speċjalment bl-introduzzjoni tat-tagħlim ta' l- informatika, li l-gvern qed jagħtiha spinta 'l quddiem b'investiment qawwi - f'din il-leġislatura ġie introdott ministeru speċifikament għal dan il- qasam - il-popolazzjoni se tibbenefika minn dan il-metodu ġdid ta' tagħlim.", "Il-gvern għandu programm vast fejn jidħol il-qasam ta' l-edukazzjoni f'pajjiżna, pero` nixtieq nara aktar żvilupp fil-qasam tekniku, mhux biss fil-qasam universitarju.", "Qasam ieħor li l-gvern qed jagħtih priorita` huwa dak ta` l-ambjent.", "Issa wasal iż-żmien li nieħdu stock ta' dak li ġara u naraw li kull żvilupp li se jseħħ fil-futur jieħu in konsiderazzjoni r-riżorsi li għandna, fosthom il-baħar, il-ftit art agrikola li għad fadlilna u s-sorsi ta' l-ilma għax dawn huma oqsma li bihom irridu ngħixu u nkabbru l-industriji tagħna, partikolarment l-industrija tat-turiżmu li fiha tinvolvi ħafna nies u li għalhekk tuża ħafna minn dawn ir-riżorsi.", "Għalhekk jeħtieġ li mhux biss inħarsu lejn lat fiskali u ekonomiku imma rridu nħarsu wkoll mil-lat ta' żvilupp sostenibbli.", "Sur President, ngħaddi biex ngħid xi ħaġa fuq il-qasam soċjali.", "Il-qasam soċjali, għal ħafna, huwa meqjus li huwa bbażat fuq in-nukleu tal-familja.", "Pero` l-familja Maltija tal-lum m'hijiex biss kif ħafna jpenġuha, ir-raġel, il-mara u t-tfal, imma tista' tkun magħmula minn diversi persuni li qegħdin jgħixu flimkien taħt saqaf wieħed jaqsmu l-problemi u l-ġid li għandhom flimkien.", "Naħseb li dan huwa mudell li kull partit, irrispettivament mil- politika li jħaddan, irid jissalvagwardja għax il-familja hija l-aqwa ċellula tas-soċjeta`.", "Jekk fil-qasam soċjali, fil-qasam ekonomiku u fl- oqsma kollha tal-leġislazzjoni ma jkollniex politika, across the board, li ma tħarisx lejn l-impatt li jista` jkollha fuq il-familja jista' jkun li jkollna policies li l-familja jitfgħuha lura, u dan ma nixtiequhx li jsir.", "Huwa ferm importanti li l-membri vulnerabbli f'dan in-nukleu u li m'għandhomx saħħa ekonomika bħalma huma l-anzjani, it-tfal u persuni b'diżabilita, fil-liġijiet u fl-implimentazzjoni tagħhom isibu kull sostenn u kull għajnuna.", "L-implimentazzjoni tal-liġijiet tagħna trid tkun tali li twassal li l-familja Maltija tkun vera familja b'saħħitha.", "Trid tassigura li jkun hemm ekwita` fit-tqassim tal-benenfiċċji soċjali u li ssir ġustizzja soċjali ma` dawn il-membri li, kif diġa` għedt, jistgħu b'xi mod ikunu vulnerabbli u għax forsi m'għandhomx saħħa ekonomika jkunu mwarrbin.", "Sur President, hawnhekk wieħed ukoll irid isemmi l-pożizzjoni tal-mara fil- familja li għalkemm it-trend hija li x-xogħol volontarju li jagħmlu fil- familja qiegħed dejjem jonqos nista` ngħid li dan għadu ta' valur kbir u ta' importanza ekonomika biex is-soċjeta` tagħna tkompli miexja 'l quddiem.", "Ta` min jgħid ukoll li meta wieħed jistudja kif taħdem l-ekonomija tagħna jrid iqis ix-xogħol li jwettqu l-anzjani, in-nanniet meta jkunu qed jieħdu ħsieb it-tfal tat-tfal tagħhom.", "Dawn huma kollha fatturi importanti li aħna rridu nisfruttaw b'mod għaqli f'pajjiżna.", "Sur President, aħna dejjem ngħidu li Malta hija gżira żgħira, imma rridu nivvantaġġjaw ruħna anke mid-distanzi qosra li għandna f'pajjiżna meta naħsbu fir-rwol li għandha l-familja.", "Ħafna drabi noqogħdu naħsbu biex nibnu istituzzjonijiet li jkunu ftit 'il bogħod u ma naħsbux biżżejjed fuq mezzi ta' trasport ħafna iktar effikaċi u li jservu iktar għall-bżonnijiet tal-lokalitajiet tagħna.", "Illum permezz tal-prinċipju tas-sussidjarjeta` fil- politika li ġab dan il-gvern m'humiex biss il-Parlament jew il-kabinett u l- ministri li għandhom il-poter li jbidlu xi ħaġa f'pajjiżna.", "Permezz tal- kunsilli lokali għandna d-deċentralizzazzjoni tal-poter.", "Hawnhekk wieħed jista' jara l-vantaġġi li ġġib magħha politika ta' dan it-tip.", "Ta` min jirrimarka wkoll kien dan il-gvern waħda li mexxa dawn l-affarijiet 'il quddiem għax dejjem sab l-oppożizzjoni min-naħa l-oħra biex idaħħal dawn il- prinċipji fil-prattika.", "Sur President, qasam ieħor importanti li jissemma fid-diskors tal-President huwa dak tat-tmexxija pubblika.", "Dan huwa qasam li għandu bżonn ta' iktar riformi.", "Ilna nitkellmu fuq dan il-qasam għal snin twal, sar ħafna titjib, imma hemm bżonn li dan il-qasam inkomplu ntejbuh.", "It-tmexxija pubblika ta' pajjiżna trid tkun tali li tiġbed l-aħjar nies u ma jibqax ikollna dik id-drain, li dejjem kellna, fejn l-aħjar nies imorru fis-settur privat.", "Is-settur pubbliku għandu jiġbed in-nies tajbin u mhux in-nies li jfittxu biss il-job security.", "Iridu jkunu nies li jfittxu challenges u kapaċi jagħmlu karriera anke fis-settur pubbliku.", "Dan il-gvern, permezz ta' ftehim kollettiv, wieħed wara l-ieħor, wassal biex is-servizz pubbliku jżomm dawn it-tip ta' nies.", "Dan huwa importanti ħafna għaliex it-tmexxija pubblika taffettwa l- maġġoranza tas-servizzi li jaffettwaw lill-maġġoranza tan-nies, bħalma huma s-servizz tas-saħħa, is-servizzi soċjali u ħafna u ħafna servizzi oħrajn.", "It-tmexxija pubblika huwa qasam li jenħtieġ li nkomplu nindukrawh.", "Huwa qasam ukoll li jimmerita li nħarsu lejh mil-lat ta' iffinanzjar b'lenti qawwija biex il-flus jintnefqu bl-iktar mod għaqli.", "Ma jistax ikun li f'dan il-qasam ma jkollniex accountability u metodi ta' kif inkunu nafu kif, fuq hiex u min qed jintnefqu flus il-poplu.", "Dawn huma affarijiet li jeħtieġ isiru u b'dan il-programm il-gvern se jkollu l- li dan jitwettaq.", "Dan huwa importanti għaliex imbagħad biex ma nibqgħux nitkellmu fuq impressjonijiet, imma nitkellmu fuq il-fatti għax ikollna l-metodi li jwasslu sabiex wieħed jara li l-flus qed jintnefqu bil-mod li kienu ppjanati li jintnefqu.", "Sur President, jien naħseb li fuq kollox dan kollu li hawn f'dan il- programm qed isir għall-ġid ta' pajjiżna.", "F'dawn il-15-il minuta li tkellimt il-kelma \"Ewropa\" ma semmejtiex darba, dan biex nuri li bid- diskors tiegħu, il-President kien qiegħed jindirizza lill-poplu Malti u lill-ebda istituzzjoni oħra.", "Dan se nagħmluh għaliex jaqbel lilna.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT (Kap ta' l-Oppożizzjoni): Sur President, naħseb li d- dover tiegħi llejla huwa li nesprimi d-diżappunt tiegħi lejn il-kontenut tad-diskors tal-President għax naħseb li mhux l-oppożizzjoni biss, imma l- poplu kollu stenna li jkun hemm diskors li jkun fih iktar kontenut strateġiku u li jagħti direzzjoni mhux fl-ajru, imma b'mod konkret għal dak li għandu quddiemu pajjiżna fiż-żmien li ġej.", "Sur President, jien nhar is-Sibt li għadda tajt notizia ta' emenda li tista' titressaq mill-oppożizzjoni.", "Għamiltha għal raġunijiet proċedurali, imma m'iniex se nressaq emenda.", "Min-naħa tagħna se nivvotaw kontra l- indirizz tal-President – dan ma kitbux il-President tar-Repubblika ovvjament, imma huwa mod kif il-gvern ressaq il-proprosti tiegħu għall- futur - għaliex stennejna ħafna u ħafna aħjar.", "Stennejna indirizz li għallinqas issa jieħu into account ta' x'għadda minnu pajjiżna fl-aħħar snin u jippreżenta dak li jiena nsejjaħlu road map għall-futur.", "Stennejna pjan ta' tmexxija għall-futur li b'mod ċar, sempliċi u konkret ipoġġi quddiem il-pajjiż x'se jiġri, x'se jkunu l-indirizzi tal-gvern fil-ħames snin li ġejjien biex jitwettqu ċerti oġġettivi li huma preċiżi jew li kellhom ikunu preċiżi, u npoġġi fil-ġenb il-ħafna kliem tekniku vag, jew ideoloġiku vag u fl-aħħar għallinqas f'din ir-road map nuru kif il-gvern qed jipproponi li jimxi 'l quddiem biex iwettaq l-oġġettivi tiegħu li għandhom ikunu l-oġġettivi tan-nazzjon.", "Ovvjament dan fl-isfond li qed ngħixu.", "Issa għaddejna ċertu żmien ta' kontroversja li matulu kien hemm għażliet x'isiru u naħseb li l-isfond huwa sfond li aħna lkoll nifhmu x'inhu.", "X'inhu l-kwestjonijiet li għandna madwarna f'dan il-qafas, u li l-gvern kien mistenni li jagħti risposta għalihom bir-road map li kellu jippreżenta, u li m'għamilx, fl-indirizz tal-President?", "L-ewwelnett l-aktar ħaġa ċara hija l-kwestjoni kollha ta' x'għandha tkun l-aħjar relazzjoni bejn Malta u l-Unjoni Ewropea.", "Il-qasma dwar x'inhi l-aħjar rabta bejn Malta u l-Unjoni Ewropea li kellna, li rajna u għexna fl-aħħar snin.", "Imma mbagħad mal- kwesjtonijiet li jitqanqlu minn din il-kontroversja kollha kien hemm mill- inqas żewġ issues oħrajn enormi li ilhom jiffaċċjawna u li ilna nistennew risposta serja għalihom.", "L-ewwelnett hemm l-issue tal-modernizzar tal- pajjiż.", "Nisimgħu u milli jidher se nibqgħu nisimgħu fuq il-ħtieġa li ntejbu l-produttivita` tal-pajjiż, li nżidu l-investiment dirett fil- pajjiż, li l-ambjent ta' pajjiżna nagħtuh nifs ġdid u nirranġawh.", "Ċertament ma nistgħux nibqgħu nipposponu iktar deċiżjonijiet u road map għall-futur li l-poplu qed jistenna.", "Marbuta ma` dan imbagħad hemm it-tielet direzzjoni strateġika li hija t- tmexxija tas-settur pubbliku.", "Irridu naraw il-mod kif is-settur pubbliku, li qiegħed jixrob daqstant mid-dħul tal-familji u mir-riżorsi tal-pajjiż, qiegħed jintuża jew ma jintużax kemm biex iwettaq l-oġġettivi tal-pajjiż u anke wkoll biex iżomm ċertu sens ta' bilanċ bejn setturi differenti - bejn is-soċjal, il-produttiv, l-infrastrutturali, l-amministrattiv u kif se nimmaniġjaw dawn l-affarijiet.", "Mela mill-inqas fl-isfond li kellna quddiemna fil-kwestjonijiet ta' x'se joħroġ issa mill-iżviluppi vis-à-vis l- Unjoni Ewropea, il-modernizzazzar ta' pajjiżna u t-tmexxija tas-settur pubbliku, ir-road map li stennejna mill-indirizz tal-President ma rajnihiex.", "Kellna stqarrija ta' intenzjonijiet sbieħ, parti minnhom espressa b'mod tajjeb, parti minnhom espressa b'mod ftit stort fl-opinjoni tiegħi, imma bħala programm ta' tmexxija b'mod konkret li l-poplu jista` jgħid li dan hu li se nkunu qed nagħmlu u li hekk se nkunu qed naħdmu, lil hinn minn affarijiet vagi, kummenti vagi u affarijiet li ilna nisimgħu, ma kienx hemm.", "Nixtieq li fuq kull waħda minnhom nagħmel ir-rimarki tiegħi fl-isfond, kif diġa` għedt, li mhux se nressqu emenda għall-mozzjoni li għandna quddiemna.", "L-ewwelnet dwar l-Unjoni Ewropea rrid nibda billi ngħid li jidher ċar, u nifhimha, li fl-indirizz tal-President il-kwestjonijiet ta' sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea qegħdin hemm biex idawwlu bil-kbir – ħalli nuża l-kelma \"idawwlu\" – il-mod kif il-gvern qed iħares lejn il-ħames snin ta' quddiemu.", "Imma tajjeb li nifhmu minn xiex għaddejna wkoll.", "F'pajjiżna, bejn iż-żewġ partiti l-kbar, kellna kunsens dwar il-punt li Malta jrid ikollha l-aħjar rabta ma' l-Unjoni Ewropea, liema rabta tivvalorizza l-pożizzjoni Mediterranja u l-pożizzjoni Ewropea tagħna, tkabbar l-iżvilupp f'pajjiżna u tippermettilna nipparteċipaw, skond in-normi u l-kondizzjonijiet tagħna, għall-integrazzjoni u l-iżvilupp Ewropew.", "Li ma konniex qed naqblu, u ilna snin ma naqblux fuqha, hija l-forma ta' din ir-rabta - jekk hijiex sħubija sħiħa kif ried il-gvern jew forma oħra ta' tmexxija kif kienet qed tissuġġerixxi l-oppożizzjoni Laburista.", "Issa saret kif saret l-għażla finali, l-elezzjoni li għaddiet tat il-verdett fuq sħubija sħiħa u allura huwa ċar li fis-snin li ġejjin Malta se tkun qiegħda ssir parti mill-Unjoni Ewropea.", "F'dan il-kuntest xorta waħda rridu niffaċċjaw il-mistoqsijiet li anke min- naħa tal-gvern xi kultant tqajjmu - imma kienet tqajjimhom ukoll in-naħa ta' l-oppożizzjoni - dwar kif il-valuri li joħorġu mill-parteċipazzjoni fl- integrazzjoni Ewropea bis- sħubija sħiħa, għax Malta se tkun parti mill- proċess ta' integrazzjoni Ewropea, se jintrabtu, se jitwaħħdu, se jiġġeddu għall-valuri li safejn nafu aħna lkoll nemmnu fihom - il-valuri ta' l- indipendenza, il-valuri tal-ħelsien u l-valuri tan-newtralita`.", "Hawnhekk ir- road map li l-gvern irid jippreżentalna hi dwar kif fil-proċess li Malta tkun qed issir parti mill-Unjoni Ewropea dawn il-valuri li m'humiex tan- Nazzjonalisti biss jew tal-Laburisti biss imma ta' kulħadd se jinżammu sodi, se jiġġeddu u se jimxu 'l quddiem.", "Tajjeb li nirriflettu fuqhom anke f'kuntest istituzzjonali kif qed jagħmel l-indirizz li għandna quddiemna.", "Dan l-indirizz tal-President iħares biss lejn il-futur mil-lat istituzzjonali u naħseb li dan hu żball kbir.", "Mhux biżżejjed li jagħmel hekk u l-impatt tad-dimensjonijiet l-oħra qisna m'aħniex qegħdin nidħlu fihom.", "Imma anke mil-lat istituzzjonali tajjeb li nirriflettu ftit anke b'mod konkret.", "Ejja, per eżempju, nieħdu l-kwestjoni istituzzjonali tar-rappreżentanza ta' Malta fil-Parlament Ewropew fejn mistennija li jkollna ħames deputati Ewropej, għalkemm hemm ċans li nispiċċaw b'erbgħa jekk tgħaddi l- kostituzzjoni li qed tiġi diskussa bħalissa.", "Imma mhux se nidħol jekk għandhomx ikunu erbgħa, ħamsa jew sitta frankament, għalkemm huwa punt.", "It- tmexxija tal-Parlament Ewropew li għandha poter ugwali istituzzjonalment daqs il-Kunsill tal-Ministri fil-liġijiet li japplika mal-pajjiżi kollha ta' l-Unjoni Ewropea.", "Kif jitmexxa l-Parlament Ewropew?", "Jitmexxa b'dan il- mod: Għandek, jekk niftakar tajjeb, madwar 17-il sottokumitat li jidderieġu, u sewwa jagħmlu, ix-xogħol li minnu joħorġu l-liġijiet, id- direttivi Ewropej li japplikaw għall-pajjiżi kollha.", "U jekk se niffokaw biss fuq il-lat istituzzjonali l-mistoqsija se tkun din.", "Kif se nkunu f'pożizzjoni li aħna nagħmlu sorvelja sħiħa u serja ta' dawn il-liġijiet u proposti li se jkunu qed jaffettwaw lil pajjiżna?", "U għandna nagħmluha din is-sorvelja għax dak li jgħaddi minn hemm awtomatikament se jidħol f'pajjiżna.", "Din hija kwestjoni prattika istituzzjonali li stennejna xi forma ta' road map fuqha li torbot ukoll imbagħad, għaliex le, ma` kif il- valuri ta' l-indipendenza, il-ħelsien u n-newtralita` tagħna, li se nsostnu, jintrabtu wkoll mal-ħtieġa li nagħtu sehem sħiħ għall-binja Ewropea.", "Minn dan kollu, bir-rispett kollu, ma smajna xejn min-naħa tal- gvern.", "Imma ma naħsibx li fuq il-qasam ta' l-Unjoni Ewropea rridu niffokaw biss, kif għamel il-gvern, fuq il-lat istituzzjonali għax jekk tanalizza u tifli dak li qal il-President fid-diskors tiegħu għan nom tal-gvern, il-proposti għall-futur huma sempliċement istituzzjonali, kif se ndaħħlu l-liġijiet u d- direttivi ta' l-Unjoni Ewropea u kif se ndawwru r-rota fuqhom.", "Imma issa lil hinn minn hemm, ma nistgħux nibqgħu fuq autopilot, dak li tgħidilna l- Unjoni Ewropea nagħmluh.", "Kollox sew tagħmlu jekk ikun maqbul, imma lil hinn minn hemm issa rridu naraw x'inhuma l-konsegwenzi u kif se niggwidaw il-konsegwenzi u x'inhuma l-konsegwenzi li rridu u ma rridux.", "U fuq dan, bir-rispett kollu, m'għandna l-ebda indikazzjoni mid-diskors tal-President.", "Sur President, issa permezz tal-qafas ġdid li se jidħol f'pajjiżna rridu nimmiraw għal iktar impjiegi, għal inqas inflazzjoni, għal iktar investiment u għal titjib fil-provvista tat-tmexxija tal-pajjiż.", "Irridu naraw kif se nkunu qed immexxu r-relazzjonijiet internazzjonali tagħna mhux biss diplomatiċi imma anke ekonomiċi.", "Irridu naraw x'se jkun l-indirizz tagħna, x'se jkunu t-targets tagħna.", "Irid ikollna road map bi pjan li tgħid għal dawn il-ħames snin se nersqu \"hemm\", se nagħmlu \"hekk\" u \"hekk\".", "Mhux bilfors tasal imma ma nistgħux nibqgħu autopilot.", "Fl-aħħar ħames snin li għaddew wieħed jifhem li l-gvern kellu dik li jien kont ngħidilha ossessjoni li jdaħħal lil Malta akkost ta' kollox fl-Unjoni Ewropea u jinnegozja bil-kbir biex idaħħal id-direttivi u r-regoli ta' l-Unjoni Ewropea.", "Dak biss kien l-oġġettiv tiegħu.", "Forsi kien xogħol diffiċli wkoll, imma l-iktar xogħol faċli meta mbagħad se tqabblu ma' kif f'dan il-qafas li se tkun qed iddaħħal se tkun qed tinnaviga bħala pajjiż u bħala gvern u fejn se timmira biex tilħaq oġġettivi li huma l-oġġettivi li jridu l- familji tagħna wara kollox.", "At the end of the day jekk dak huwa l- oġġettiv li ssettja l-gvern u laħqu, trid tara kif issa se jkun qiegħed jittraduċi dan l-oġġettiv politiku, ideoloġiku, għidulu li trid, f'għanijiet konkreti ta`tmexxija tal-gvern b'għanijiet, b'oġġettivi u b'targets li jirriflettu fuq il-ħajja tal-poplu.", "Minn dan kollu, bir- rispett kollu ma hawn xejn u l-indirizz jerġa' jitlaq bl-istrateġija ta' l- aħħar ħames snin li jgħid li rridu ndaħħlu direttivi li jipprattikaw fl- Unjoni Ewropea.", "Jien naħseb li dan huwa żball strateġiku.", "Ma nistgħux nibqgħu autopilot, dak li jridu minn Brussel inwettquh, u għalhekk qed nivvotaw, ċertament jien, kontra l-indirizz tal-President.", "Issa li l- gvern laħaq dak li ried hemm bżonn li jittraduċi dak ġab, sħubija sħiħa fl- Unjoni Ewropea, f'targets ta' tmexxija li jirriflettu fuq il-ħajja tal- familja fil-futur tagħna, imma r-road map għall-futur, fl-indirizz tal- President ma narawx.", "Sur President, jiena nemmen li għaddejna wisq żmien bi gvern iffokat biss fuq l-oġġettivi ta' l-unjoni Ewropea u bl-affarijiet l-oħra qegħdin imperrċa u mdendlin u ma nafux fejn sejrin.", "Semmejthom fil-bidu u nerġa' insemmihom issa.", "Il-kwestjoni ta' investiment ġdid f'pajjiżna.", "X'inhuma t- targets tal-gvern?", "X'inhija r-road map tal-gvern biex issa li laħaq it- target politiku ideoloġiku tiegħu jressaq investiment ġdid lejn pajjiżna?", "Bir-rispett kollu, issa billi noqogħdu nirrepetu u ngħidu li se nagħmlu l- Malta enterprise u l-korporazzjoni għall-iżvilupp, l-IPSE u l-METCO se ngħaqqduhom flimkien!", "Imma mhux dak hu l-punt.", "X'se jkun qed isir fil- prattika biex inżidu l-produttivita` ta' pajjiżna u biex nattiraw investiment ġdid lejn pajjiżna?", "Dan għandna bżonnu bħall-ħobż.", "Fuq dan, għal min jifhem kif għandhom jiġu ppreżentati l-affarijiet, m'hemm xejn.", "U li hemm stramb f'din l-istorja kollha hija li meta taqra t-trattat li ffirma l-gvern hemm numru sħiħ ta' impenji biex joħloq pjan \"hemm\", pjan \"hemm\" u pjan \"hemm\" fis-setturi kollha.", "Jiġifieri issa se nkunu qed nagħmlu dawn il-pjani proforma, sempliċement għaliex qiegħda fit-trattat, jew hemm xi road map strateġika biex tgħidilna x'targets irridu nilħqu fl- oqsma kollha.", "Fil-qasam ta' l-investiment, fil-qasam ta' l-ambjent u anke fil-qasam ta' l-edukazzjoni!", "Billi ssemmilna tliet miżuri li huma barra mill-isfond!", "Imma skużi, dawn xi proposti huma!?", "Jien nemmen allura li issa, fl-oqsma kollha, hemm bżonn sens ta' direzzjoni.", "Ma nistgħux nibqgħu aktar indaħħlu l-miżuri ta' l-Unjoni Ewropea u donnu kollox se jimxi waħdu għax l-affarijiet m'humiex se jimxu waħidhom.", "Irid ikun hemm sens strateġiku u pjan strateġiku min-naħa tal- gvern u l-gvern irid jgħidilna x'inhu dan il-pjan.", "Jien nemmen li dan ma jeżistix, ħlief dak li nibqgħu autopilot u sempliċement dak li naħsbu li jridu ta' Brussell, indaħħluh f'pajjiżna!", "L-argument m'huwiex jekk indaħħlux dak li jridu ta' Brussell.", "L-argument hu li fil-qafas ta' sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea hemm bżonn li l-gvern jagħmel stqarrija ċara, li ma kenitx saret u lanqas saret fid-diskors tal-President, u jgħidilna x'inhuma t-targets tiegħu fis-setturi vitali ta' l-ekonomija u fost l-oħrajn, ta' tmexxija soċjali.", "Imbagħad dawn jorbothom mar-riżorsi tal-pajjiż, mat-tmexxija tal-pajjiż u mat-tmexxija aministrattiva.", "Min-naħa ta' l-oppożizzjoni nagħmilha ċara li aħna se nkunu qed naħdmu fl- interess nazzjonali u r-realtajiet naċċettawhom.", "Aħna m'aħniex qegħdin ngħidu \"le\" għal kull ħaġa li jipproponulna, kif jippruvaw ipinġuna l- karikaturisti tal-media Nazzjonalista.", "Aħna naraw x'inhu l-mertu ta' kull każ u fejn ikun hemm qbil, immexxu, mela le!", "Imma min-naħa l-oħra nistennew imbagħad li nkunu nafu x'inhuwa l-kejl li fuqu qed jaħdem il- gvern.", "Nistennew li l-gvern jgħidilna x'inhuma t-targets għal kull settur u fejn irid imur skond ir-realta` Maltija u ma nibqgħux biss autopilot!", "Għax huwa veru li bi sħubija sħiħa rridu naħdmu f'ċerti parametri imma dawn il-parametri aħna kkontestajnihom fl-imgħoddi u issa qegħdin hemm.", "Imma issa bir-rispett kollu, qed nistennew min-naħa tal-gvern li jgħidilna mhux iktar li se jibqa' jdaħħal minn dawn il-parametri.", "Idaħħal kemm irid parametri, għax ikollu jagħmilhom, fair enough, imma almenu jgħidilna kif se jinnaviga fl-oqsma differenti li huma vitali għall-familji tagħna u għall-futur tagħna.", "Sur President, jien nemmen li dan ma ntqalx fid-diskors tal-President.", "Naħseb li dan huwa żball kardinali u nħeġġeġ lill-gvern li fix-xhur li ġejjin, jiftaħ qalbu mal-poplu Malti u Għawdxi u jgħidlu dwar il-qafas li għandna quddiemna, li huwa realta' f'pajjiżna, u għal xiex se nkunu qed nimmiraw f'kull każ.", "Min-naħa tagħna se nkunu lesti li nagħtu l-għajnuna tagħna imma dejjem irridu nikkonvinċu ruħna li każ b'każ, ikun hemm tabilħaqq rieda tajba u pjani tajbin għall-ġid tal-poplu Malti u Għawdxi.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Insejjaħ issa lill-Prim Ministru biex jagħlaq dan id-dibattitu.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Mr Speaker, dan huwa parlament ġdid f'ċirkostanzi uniċi, mhux għax kien hawn elezzjoni, għax dik hija rikorrenza ta' kważi kull ħames snin, imma għax il-pajjiż għadda minn perijodu ta' soul searching, fejn ifittex u jipprova jeżamina.", "Naħseb li jien ngħid sewwa ad litteram li kull persuna, kull ċittadin Malti għarbel lilu nnifsu dwar id-deċiżjonijiet li kellu jieħu.", "Għaddejna prattikament 11-il ġimgħa ta' kampanja referendarja u kampanja elettorali, kampanji li naħseb li jiddistingwu ruħhom minn kull kampanja oħra li qatt kellna f'pajjiżna, kemm għall-intensita` ta' l-attivitajiet li saru kif ukoll għall-intensita` ta' l-argumenti li ġew esposti lill- opinjoni pubblika.", "Nista' ngħid li l-poplu Malti ħareġ bl-unuri kollha għax kellna dibattitu intens, qawwi, all persuasive u wasalna għall- konklużjonijiet li kulħadd jafhom.", "Qegħdin niltaqgħu issa fil-parlament il-ġdid u qed niddiskutu d-diskors tal- President, li huwa prattikament il-messaġġ tal-gvern il-ġdid lil din il- Kamra, dwar ix-xogħol li jrid jitwettaq fis-snin ta' din il-leġislatura.", "Jien għedt kemm-il darba fiż-żewġ kampanji, li f'Malta konna qed ngħixu mument storiku, kemm għal Malta, għax trid tieħu pass ta' importanza unika, irrepetibbli u straordinarja, u mument storiku wkoll għax nafu li d- dibattitu fil-pajjiżi ta' l-Ewropea kien u għadu għaddej fuq l-Ewropa, li se ssir fil-veru sens tal-kelma, Ewropa waħda, bit-tkabbir li għandu jitwettaq fl-1 ta' Mejju tas-sena d-dieħla.", "Kulħadd jaf u kulħadd qed jassisti b'ċerta attenzjoni u b'ċerta ansjeta` għad-dibattitu li qed isir fl-Unjoni Ewropea fil-konvenzjoni dwar il-futur ta' l-Ewropa.", "Huwa maħsub li l-Ewropa jkollha għall-ewwel darba kostituzzjoni, ikollha trattat ġdid u l-moviment bħalissa, partikolarment f'dibattitu li sar proprju f'dawn il-ġranet, ġie ppreżentat, minn dak li hu msejjaħ il-presidium tal-konvenzjoni, l-ewwel draft ta' din il- kostituzzjoni proposta.", "Qiegħed isir ukoll dibattitu akkanit u jien nagħmel l-ewwel rimarka u ngħid li nieħu pjaċir naqra fil-gazzetti tal-lum li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni u l-Onor.", "George Vella, li huma membru u sostitut fil-konvenzjoni li jirrappreżentaw l-Oppożizzjoni, kitbu formalment il-pożizzjoni kif qed jarawha huma dwar din il-proposta konvenzjoni u naturalment fuq l-iktar argumenti u punti sħan li għad iridu jiġu dibattuti.", "Mr Speaker, jien nieħu pjaċir proprju b'dan l-atteġġjament ta' l- oppożizzjoni li nista' nsejjaħlu post-election u post-referendum, u biex nuża l-espressjoni li għadu kemm uża l-Kap ta' l-Oppożizzjoni, ir-riżultat li l-oppożizzjoni taċċetta r-realtajiet.", "Rajna li l-oppożizzjoni issa qiegħda anke tipparteċipa bl-ideat tagħha dwar il-kostituzzjoni li jrid ikollha l-Ewropa.", "Jien dan nieħu pjaċir bih u nawgura li l-membri kollha tagħna fil-konvenzjoni; ir-rappreżentanti ta' dan il-parlament kif ukoll ir- rappreżentanti tal-gvern, dan jibqgħu isegwuh.", "Nafu li fis-summit li se jsir fit-Tessaloniki fil-21 ta' Ġunju, se jkun hemm quddiem il-Kunsill Ewropew l-ewwel draft tal-kostituzzjoni għall-kummenti u għall- approvazzjoni - tkun xi tkun id-deċiżjoni - li fiha aħna se nipparteċipaw.", "Kif jaf kulħadd, ftit tal-ġranet ilu, ġie Malta l-president attwali tal- kunsill Ewropew, Costas Simitis, li huwa l-Prim Ministru tal-Greċja, u f'laqgħa li kellu miegħi, talabni ngħidlu x'inhi l-pożizzjoni tal-gvern Malti fuq id-diversi proposti li hemm quddiem il-kummissjoni.", "Jien esprimejt il-qbil tiegħi fejn kien il-każ, ir-riżervi tal-gvern Malti u naturalment għedt li l-pożizzjonijiet finali tal-gvern Malti neħduhom meta jkun il-mument, pero` s'issa fuq diversi proposti m'hemmx il-qbil tal-gvern Malti.", "Ma naħsibx li huwa l-mument opportun li nidħlu fid-dettalji pero` nerġa' ngħid li hija ħaġa pożittiva li jidher li ż-żewġ naħat tal-Kamra issa qegħdin jipparteċipaw b'mod attiv u kostruttiv f'din il-konvenzjoni.", "Mr Speaker, jien konvint li l-pajjiż għaddej minn mument fejn wieħed jistenna li jkollna perijodu twil sew ta' stabilita` f'pajjiżna.", "Jien m'iniex qed ngħid li qabel il-pajjiż ma kienx stabbli, imma issa li d- direzzjoni finali tal-pajjiż għal ħafna snin li ġejjien ġiet determinata u ż-żewġ naħat tal-Kamra - anke fid-diskorsi li saru f'dawn it-tlett ijiem - qed jgħidu li dan huwa fatt rikonoxxut minn kulħadd", "u rridu naħdmu fil-parametri ġodda bi sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, naħseb li għall-poplu Malti dan huwa verament mument importanti ħafna, anzi nżid ngħid li huwa mument psikoloġiku importanti ħafna wkoll, li tajjeb li nibnu fuqu.", "Jien naħseb li l-poplu Malti huwa sodisfatt li issa l- kwestjoni ta' sħubija ġiet determinata b'mod finali u rridu naraw kif il- pajjiż sejjer juża dawn l-opportunitajiet li se jiġuna, biex nieħdu l-ikbar vantaġġ għal pajjiżna.", "Mr Speaker, huwa mument li naħseb li jrid joħloq dan li jien sejjaħtlu - meta tkellimt f'postijiet oħra – milieu ġdid f'pajjiżna, ambjent li anke hawn f'dan il-parlament fit-tlett ijiem tad-dibattitu, jien ħadt pjaċir li rrifletta ruħu ħafna.", "Jien segwejt prattikament id-diskorsi kollha li saru miż-żewġ naħat tal-Kamra u nista' ngħid li t-tema rikorrenti f'kull intervent kienet li issa li għandna d-deċiżjoni meħuda mill-poplu Malti, irridu - u nerġa' nuża anke l-istess kliem li għadu kemm uża l-Kap ta' l- Oppożizzjoni - naħdmu fl-interess nazzjonali.", "Jien ħadt pjaċir nisma' dan il-kwalita` ta' diskors, nerġa' ngħid li proprju l-Onor.", "Alfred Sant għadu kif qal, li aħna lesti li naħdmu fl- interess nazzjonali, nirrikonoxxu r-realtajiet li għandna quddiemna u lesti wkoll nagħtu l-għajnuna tagħna fejn ikun hemm bżonn u fejn naturalment l- għajnuna ta' l-oppożizzjoni tkun xierqa għax iħossu li jistgħu jagħtu l- għajnuna tagħhom.", "Dan kollu fil-kwadru ta' dan il-mument storiku, uniku u rripetibbli ta' pajjiżna li Malta se ssir membru ta' l-Unjoni Ewropea.", "Proprju f'dan il-kuntest imbagħad nistqarr li ma fhimtx sewwa l-portata tad- diskors tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni meta qal li huwa se jivvota kontra l- mozzjoni li tirringrazzja lill-President tad-diskors li għamel lill-Kamra, għax dan id-diskors huwa nieqes minn road map għal dak li Malta se tgħaddi minnu bħala membru ta' l-Unjoni Ewropea.", "Jien naħseb li ħadd ma kellu jistenna u żgur li d-deputati m'għandhomx jistennew, li fid-diskors tal-President ikun hemm id-dettalji kollha ta' x'se tfisser is-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea.", "Dak il-proċess ormai għaddejnih, għaddejnih f'perijodu twil ta' snin, ta' preparazzjoni, ta' diskussjoni fil-pajjiż li nvolviet lis-soċjeta` ċivili kollha, dħalna fl- irqaqat ta' x'se tfisser is-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, u bħala riżultat ta' dawk id-diskussjonijiet kważi interminabbli, wasalna biex aħna konna f'pożizzjoni li niffirmaw it-trattat li sar f'Ateni fis-16 ta' April, li proprju jirriproduċi r-riżultati ta' dawk in-negozjati kollha.", "U allura ngħid sinċerament li ma tantx nifhem il-kritika tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni li ppretenda li jkun hemm xi road map f'dan is-sens għax jekk nitkellmu fuq road map, jiġifieri kif aħna se nadottaw dak li hemm qbil fuqu diġa` fl-Unjoni Ewropea għal pajjiżna, dan diġa` ddeterminajnih.", "Fil-fatt il-Kap ta' l-Oppożizzjoni kompla u qal li fuq l-Unjoni Ewropea kien hemm dejjem kunsens dwar li Malta għandha tfittex l-aħjar rabta u dik issa ġiet deċiża.", "Imbagħad qal li issa li Malta se tidħol, irridu nkunu kafu kif il-valuri tagħna sejrin inżommuhom bħala membri ta' l-Unjoni Ewropea u semma indipendenza, ħelsien u newtralita`.", "Naturalment dawn kienu element ta' diskussjoni fin-negozjati li kellna.", "Dwar indipendenza ma kienx hemm x'tinnegozja għax il-gvern iqis - kif hemm imsemmi fid-diskors tal-President - li sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea hija l-milja ta' l-indipendenza, għax il-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea li diġa` ingħaqdu jew se jingħaqdu ma' l-Unjoni Ewropea, huma kollha kemm huma pajjiżi indipendenti, saru membri, baqgħu indipendenti u proprju għax kollha kienu indipendenti u sovrani, għamlu l-għażla ħielsa li jidħlu fl- Unjoni Ewropea kif qiegħda tagħmel Malta f'dan il-mument.", "Jiġifieri ma nistax nifhem kif wieħed jista' jippretendi li fid-diskors tal-President ikun hemm road map li tgħid kif se nissalvagwardjaw il-valur ta' l- indipendenza u l-ħelsien meta Malta meta se tidħol fl-Unjoni Ewropea.", "L-istess ngħid għan-newtralita`.", "Fin-negozjati kien hemm diskussjoni fuq in-newtralita`, li ġiet riflessa wkoll fit-trattat li ffirmajna f'Ateni fis- 16 ta' April, fejn kien hemm dikjarazzjoni dwar in-newtralita` ta' Malta.", "U l-gvern Malti qed jgħid li aħna se nżommu dik in-newtralita` u se nipprattikawha.", "Dan ifisser li l-Unjoni Ewropea aċċettat il-pożizzjoni tagħna ta' pajjiż newtrali, kif hemm imniżżel fil-kostituzzjoni ta' pajjiżna.", "Nerġa' ngħid li jiena sinċerament ma nistax nifhem xi tfisser li wieħed kellu jistenna xi road map fuq dawn 'l hekk imsejħa valuri, fid- diskors tal-President.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni semma l-kwestjonijiet istituzzjonali fl-Unjoni Ewropea u semma l-każ tan-numru ta' membri tal-parlament, li nafu li sal- lum huma ħamsa.", "Il-gvern Malti dejjem baqa' jgħid u jinsisti - l-aħħar darba proprju mal-Prim Ministru Simitis - li għal kull pajjiż membru ta' l- Unjoni Ewropea għandu jkun hemm minimum ta' sitt membri parlamentari.", "Forsi hawn min jistaqsi jekk wieħed jagħmilx daqshekk differenza.", "Iva, tagħmel differenza għax aħna konxji li rridu nipparteċipaw bil-mezzi kollha tagħna partikolarment fejn jiġu moħmija u ppreparati d-deċiżjonijiet, jiġifieri fil-kumitati.", "Illum għandna esperjenza żgħira ħafna.", "Proprju l-Onor.", "Josef Bonnici u l- Onor. Tonio Fenech, irritornaw illum mil-laqgħat tal-kumitati.", "Nafu li wieħed jipparteċipa b'mod attiv f'dawn il-laqgħat u jkun qed isegwi u naturalment jagħti l-veduti tiegħu b'mod ugwali daqs l-oħrajn.", "Li aħna jkollna ħames membri jew eventwalment forsi sitt membri, veru toħloq diffikulta`, imma din tfisser li l-isforzi tagħna rridu nirduppjawhom, irridu nkabbruhom u rridu naraw kif aħna verament inkunu nistgħu nlaħħqu ma' dak kollu li jkun qed jiġri fl-Unjoni Ewropea.", "Nistgħu dan nagħmluh?", "Naħseb li l-eżempju huwa ta' pajjiż ieħor żgħir bħal tagħna li għandu sitt membri fl-Unjoni Ewropea.", "Qed nirriferi għal-Lussemburgu.", "Dan il-pajjiż huwa magħruf li huwa attiv il-ħin kollu f'dak kollu li jiġi deċiż pero` huwa veru li dan se jagħmel strain fuq il-ħames jew is-sitt MEPs li eventwalment ikollna u rridu nitgħallmu naħdmu.", "Irridu nitgħallmu, per eżempju, kif ikollna l-funzjonarji tagħna li jkunu qegħdin hemmhekk u jsegwu partikolarment dak kollu li ma jistgħux jagħmlu direttament il- membri tal-parlament Ewropew Maltin.", "Jiġifieri anke hawn jien ma nifhimx x'wieħed seta' jistenna f'dan ir- rispett għar-rigward ta' kif se jaħdmu l-MEPs tagħna.", "Huwa importanti ħafna li minn issa nibdew nitgħallmu.", "Jiena persważ li kif it-tliet membri nominati min-naħa tal-gvern, hekk ukoll iż-żewġ membri min-naħa ta' l-oppożizzjoni, jibdew dan l-eżerċizzju ...", "Għax finalment meta Malta tkun membru ma nibqgħux hemmhekk ngħidu \"il-gvern u l-oppożizzjoni\" imma rridu nkunu lkoll Maltin u naraw li l-interessi ta' pajjiżna nissalvagwardjawhom f'kull okkażjoni li jkun hemm.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni kkummenta wkoll li m'hemmx indikazzjonijiet kif aħna se nġibu l-investiment.", "Hawn ukoll naħseb li meta għamilna kampanja, meta għamilna diskussjonijiet mal-constituted bodies ta' Malta u kien hemm qbil ġenerali, kważi totali, ta' l-operaturi kollha li qed jgħidu li l- ikbar inċentiv u l-ikbar possibbilta` li l-investiment jiġi Malta huwa b'Malta fl-Unjoni Ewropea, ir-risposta tiegħi hi li l-fatt li l-poplu tagħna aċċetta kif aċċetta - wara li kull wieħed u kull waħda minna għarbel miegħu nnifsu x'inhu l-aħjar għal Malta – kellna d-deċiżjoni li jekk irridu li l-investiment f'Malta jikber u jekk irridu li l-ekonomija f'Malta tikber, fattur ewlieni se jkun il-fatt li Malta se tkun membru ta' l-Unjoni Ewropea.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni staqsa dwar kif aħna se noħolqu aktar impjiegi f'pajjiżna u kif nikkontrollaw l-inflazzjoni f'pajjiżna.", "Jien naħseb li wieħed m'għandux jistenna li d-diskors tal-President biex jidħol fid- dettalji ta' dawn l-affarijiet għaliex il-programm ta' dan il-gvern nafu x'inhu.", "Dan il-programm huwa ddikjarat mill-ġdid fid-diskors tal-President, u naturalment wieħed irid jara kif se tirreaġixxi l-ekonomija tagħna għaċ- ċirkostanzi ġodda li qegħdin fihom.", "Jien smajt id-diversi diskorsi tad-deputati miż-żewġ naħat tal-Kamra u nixtieq issa nagħmel riferenza għal xi punti li ssemmew.", "L-Onor.", "Evarist Bartolo qal li l-kummissjoni ta' l-Unjoni Ewropea ħarġet is-second monitoring report dwar xi progress għamlu l-pajjiżi kandidati.", "Huwa staqsa jekk kienx hemm xi slippage min-naħa ta' Malta.", "Il-pożizzjoni safejn naf jien hija li l-monitoring report għadu ma sarx.", "Il-proċess jibqa' għaddej u ma jiqafx għax il-kummissjoni li tipprepara dan il-monitoring report tagħmel diversi komunikazzjonijiet mal-gvernijiet ta' kull pajjiż, inkluż naturalment Malta.", "Il-kummissjoni tipprepara tabelli li l-gvern Malti jirreaġixxi għalihom u jara humiex korretti.", "Il-ministeri u d-dipartimenti tagħna jaraw x'hemm nieqes u jara wkoll x'kummenti tajba jkun hemm.", "Dan il- proċess għaddej, ikompli għaddej u mistenni li l-kummissjoni tkun f'pożizzjoni li tagħlaq ir-rapport tagħha f'Ġunju u jiġi ppubblikat f'Lulju.", "Mr Speaker, dan ifisser li r-risposta għall-mistoqsija ta' l-Onor.", "Evarist Bartolo dwar jekk hemmx xi slippage min-naħa ta' Malta hi li f'dan l- istadju ma rċevejna ebda twissija.", "Qed insemmi t-twissija għaliex il- kelliemi semma wkoll jekk il-gvern Malta kellux xi twissija.", "Hu għamel riferenza għal xi rapport ta' xi diskors ta' Gunther Verheugen fejn qal li hemm pajjiżi fejn numru ta' setturi baqgħu lura.", "Lill-Onor.", "Bartolo nista' ngħidlu li huwa veru li hemm affarijiet li għad irridu nagħmluhom, pero' mhux qegħdin f'pożizzjoni li ngħidu li kien hemm xi rapport li ġibidilna l- attenzjoni formalment li aħna m'aħniex qegħdin inlaħħqu ma' dak li suppost għamilna.", "M'hemmx dubju li għad hemm ħafna xi jsir fuq dak kollu li kkommettejna ruħna għalih fin-negozjati u dan irid isir sad-data ta' sħubija fl-ewwel ta' Mejju tas-sena d-dieħla.", "Mr Speaker, mill-bqija naħseb li l-Onor.", "Louis Galea rrisponda għad-domandi li saru mill-Onor.", "Evarist Bartolo fuq is-sistema edukattiva.", "Jien ħadt pjaċir li l-kummenti kienu pożittivi fis-sens li l-Onor.", "Bartolo apprezza li f'din il-kwesjtoni hawn qbil żgur miż-żewġ naħat li nagħmlu l-progress li nistgħu.", "L-Onor.", "Bartolo għamel xi domandi dwar skejjel primarji u sekondarji pero' dawn huma affarijiet ta' dettal li dan il-parlament ikun jista' jitkellem dwarhom 'il quddiem.", "Mr Speaker, irrid nagħmel riferenza għall-punt li semmewh almenu żewġ deputati min-naħa ta' l-Oppożizzjoni, jekk m'iniex sejjer żball mill-Onor.", "Anglu Farrugia u mill-Onor.", "Leo Brincat.", "Dawn qalu li l-gvern qed jgħid li se jipprivatizza l-Air Malta, is-Sea Malta u l-Gozo Channel.", "Jiddispjaċini li mhux hekk hawn miktub fid-diskors tal-President u lanqas m'hija l- intenzjoni tal-gvern li jagħmel dan.", "Naturalment wieħed hawn bilfors irid jirrimarka li d-diskors tal-President m'huwiex xi diskors li fih wieħed ikun jista' jdaħħal patafjun dettalji.", "Ma fiha xejn li nqerru li l-ewwel draft kien diskors ta' xi siegħa u kwart, imbagħad qtajna, qtajna u qtajna minnu pero' xorta waħda baqa' daqsxejn twil!", "Insomma, ma tistax tistenna d- detalji, pero' fih hemm paragrafu li jitkellem dwar l-Air Malta, is-Sea Malta fejn hemm miktub dan il-kliem: \"Tkompli l-privatizzazzjoni ta' l-impriżi li m'għandhomx jibqgħu f'idejn il-gvern.\".", "Hawnhekk irrid ngħid li ormai ilna li bdilna l-filosofija ekonomika ta' pajjiżna.", "Aħna għedna li l-gvern mhux qiegħed hemm biex moħħ kummerċjali, imma l-gvern qiegħed hemm biex imexxi l-pajjiż u allura fejn l-operazzjoni m'hijiex eżattament u strettament funzjoni tal-gvern, aħna nipprivatizzaw.", "Pero' mbagħad it-tieni sentenza tgħid hekk:", "\"Servizzi bħall-Air Malta, Sea Malta u l-Gozo Channel, l-istess bħall- korporazzjonijiet responsabbli għall-enerġija u għall-ilma jridu jaħdmu b'suċċess f'ambjent liberalizzat, fid-dawl ukoll ta' l-obbligi soċjali tal-gvern.\".", "Hawnhekk hawn żewġ kunċetti.", "L-ewwelnett dawn l-oqsma mhux se jiġu privatizzati għaliex is-sinifikat ta' dan il-paragrafu huwa bil-maqlub.", "Filwaqt li fl-ewwel sentenza tkellimna fuq il-privatizzazzjoni, fit-tieni sentenza qegħdin nitkellmu fuq x'm'aħniex se nipprivatizzaw, pero' meta ma tipprivatizzax ma jfissirx li żżomm sistemi ta' monopolju u ta' nuqqas ta' kompetizzjoni.", "Hawnhekk aħna qegħdin ngħidu li iva, rridu korporazzjonijiet - u fosthom semmejna b'isimha dik ta' l-enerġija u ta' l- ilma - li jridu jidraw jaħdmu f'ambjent liberalizzat.", "Dan ma jfissirx li se jiġu dawn privatizzati.", "Issa forsi m'huwiex tort tad-deputati li nterpretawha hekk, imma jidher ċar li dan huwa s-sinifikat li qed ngħidu hawn.", "It-tieni kunċett huwa importanti ħafna u jikkwalifika l-ewwel statement.", "Qegħdin ngħidu li jridu jaħdmu b'suċċess f'ambjent liberalizzat fid-dawl ukoll ta' l-obbligi soċjali tal-gvern.", "B'dan il-mod aħna qegħdin ngħidu li l-Gozo Channel, il-Water Services Corporation, l-Enemalta u l-Air Malta għandhom obbligi soċjali.", "Fit-terminoloġija ta' l-Unjoni Ewropea dan ifisser li għalkemm iridu jitħaddmu fil-kunċett ta' kompetizzjoni fejn inti għandek tara li dawn l-azjendi jitħaddmu fi klima liberalizzata, imma l- gvern irid iqis li hu jimplimenta l-obbligi soċjali tiegħu.", "Jiġifieri jien naħseb li hawn kien hawn daqsxejn ta' misunderstanding.", "It-tielet sentenza fl-istess paragrafu tgħid li t-tarznari jridu jiġu fuq saqajhom bir-ristrutturazzjoni diġa' mfassla.", "Hawn ħadd ma qal li se nipprivatizzaw it-tarzna.", "Forsi ftehmet hekk għax it-tarzna qegħda msemmija fl-istess paragrafu ma' l-awtoritajiet.", "Jien ma nsib ebda diffikulta' li nipprivatizza t-tarzna kieku din tkun fuq saqajha u tkun tista' taħdem mingħajr il-bżonn ta' għajnuna mill-gvern.", "Hawn qed nitkellmu fuq il-futur nittamaw mhux imbiegħed ħafna, imma żgur li m'hijiex xi ħaġa ta' issa.", "Mr Speaker, kif għedt diġa' dan id-dibattitu kien dibattitu li ta indikazzjoni tajba ta' kif beħsiebna naħdmu f'dan il-parlament.", "Min-naħa tal-gvern hemm iddikjarat fid-diskors tal-President u nerġa' niddikjarah jien, li aħna nixtiequ li jkollna amministrazzjoni differenti milli qatt kien hawn qabel Irridu li tkun amministrazzjoni li twassal biex id- deċizjonijiet żgħar u kbar jittieħdu kemm jista' jkun b'konsensu wiesa' fl- interess nazzjonali.", "Naturalment il-key phrase tal-ħidma tagħna jien irrid li tkun - u ħadt pjaċir ħafna nerġa' ngħid li wżaha wkoll il-Kap ta' l- Oppożizzjoni - l-interess nazzjonali.", "Fid-deċiżjonijiet kollha li se jkollna quddiemna, biċċiet minnhom mhux tant diffiċli, oħrajn diffiċli u oħrajn diffiċli ħafna, irridu npoġġu mhux fil-ġenb, imma ninjoraw l- interess settorjali u fuq kollox meta naslu għad-deċiżjonijiet irridu nfittxu u naħdmu lkoll għall-interess nazzjonali.", "Jien naħseb li kemm dan id-dibattitu kif ukoll l-ambjent ġenerali fil- pajjiż huwa irrepetibbli għaliex wara li l-poplu Malti kollu għamel sforzi kbar biex ikun f'pożizzjoni li jiddeċiedi tajjeb fuq issue daqstant importanti bħalma hi s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea u wara li l- poplu Malti kkonferma d-deċiżjoni li kien ħa fir-referendum bl-għażla tal- gvern il-ġdid, issa f'pajjiżna hawn l-ispirtu li rridu lkoll nagħmlu qabża ta' kwalità.", "Jien nerġa' ngħid li anke aħna d-deputati rridu nagħmlu qabża ta' kwalità fid-diskorsi li nagħmlu għax fejn aħna nagħmlu diskorsi ta' 40 minuta li fihom ngħidu li rridu fil-parlament Ewropew id-diskors huwa limitat għal tliet minuti u dan huwa diffiċli.", "Fil-fatt f'dawk it-tliet minuti trid tgħid affarijiet importanti ħafna, trid tkun preċiż u trid tkun to the point u sħabna li qed ikollhom l-ewwel esperjenzi fl-Unjoni Ewropea, anke fil-parlament Ewropew, dan jafuh sew.", "Per eżempju, hawnhekk qed nara lill-Onor.", "Michael Frendo li kważi dejjem bagħatli d-diskorsi li għamel li dejjem ikunu ta' tliet minuti.", "Jien nawgura ̧ u nibda minni, li dan il-Parlament jirreaġixxi għal dawn iż- żmenijiet mibdula li qed ngħixu llum billi nagħmlu wkoll qabża ta' kwalità f'dak kollu li se nagħmlu f'din il-Kamra.", "Nirringrazzjak.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Issa se ngħaddi biex inqiegħed il-mistoqsija fuq il- mozzjoni kif imressqa mill-Onor.", "Joseph Falzon fis-seduta ta' nhar is-Sibt ̧ 24 ta' Mejju, 2003.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MR SPEAKER: Din id-division se tittieħed minn hawn u 20 minuta oħra.", "Peress li intalbet votazzjoni, il-Kamra ġiet sospiża fid-9:00p.m. u rriżumiet 20 minuta wara.", "MR SPEAKER: Nitlob lill-Onor.", "Membri jieħdu posthom ̧ jekk jogħġobhom.", "Issa se nerġa' npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hija l-mozzjoni kif imressqa mill-Onor.", "Joseph Falzon fis-seduta ta' nhar is-Sibt 24 ta' Mejju, 2003.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "VOTAZZJONI NRU.", "1 FAVUR: 34 L-Onor. |Abela Anthony |Fenech Adami | | |Eddie | |Agius David |Frendo Michael | |Agius Francis |Galea Censu | |Arrigo Robert |Galea Louis | |Azzopardi |Galea Mario | |Frederick | | |Azzopardi Jason |Gatt Austin | |Bonnici Josef |Gonzi Lawrence | |Borg Joe |Gonzi Michael | |Borg Tonio |Mifsud Bonnici | | |Antoine | |Cristina Dolores |Mifsud Bonnici | | |Carmelo | |D'Amato Helen |Mugliett Jesmond| |Dalli John |Puli Clyde | |de Marco Mario |Pullicino George| |Debono Giovanna |Pullicino | | |Orlando Jeffrey | |Deguara Louis |Vassallo Edwin | |Falzon Joseph |Zammit Dimech | |Fenech Antonio |Zammit Dimech | | |Francis | | | |", "KONTRA: 25", "L-Onor. | | | |Abela Joseph |Farrugia Angelo | |Agius Chris |Farrugia Noel | |Bartolo Evarist |Gulia Gavin | |Brincat Joseph |Herrera Jose' | |Brincat Leo |Mangion Charles | |Buhagiar Charles |Mizzi Joe | |Buontempo Stefan |Parnis Silvio | |Cardona Chris |Refalo Anton | |Caruana Justyne |Sammut Joseph M | |Coleiro Marie |Sant Alfred | |Louise | | |Cuschieri Joseph |Vassallo Adrian | |Dalli Helena |Vella Karmenu | |Debono Grech | | |Joseph | |", "Il-mozzjoni għaddiet.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Insejjaħ issa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali biex, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament tal- Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Sur President, ninforma lill-Kamra li minħabba li nhar it-Tnejn hemm l-iSmall Nations Games, qbilna li ma jkunx hemm seduta tal-Parlament u allura qed nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tlieta, 3 ta' Ġunju, 2003 fis-6:00 p.m. b'din l-aġenda:", "Mozzjonijiet", "Ħatra ta' Deputy Speaker.", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kummissarju għat-Tfal – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Awditjar Intern u Investigazzjonijiet Finanzjarji – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili – Tieni Qari; u", "Xi agenda oħra li tista' tiġi komunikata aktar tard.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "Il-Ministru Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni): Sur President, l-ewwel u qabel kollox, nixtieq nirringrazzja lill-votanti tad- distrett tiegħi talli għal darba oħra għażluni biex nirrappreżentahom f'dan il-parlament bħal ma għamilt f'dawn sittax-il sena u nirrigrazzja lil dawk kollha li għenu sabiex il-partit Nazzjonalista jibqa' fil-gvern u jkun jista' jkompli jmexxi lil pajjiżna 'l quddiem fi żmien li ġej.", "Bħalma jiġri wara kull elezzjoni, il-gvern sab sitwazzjonijiet u pożizzjonijiet ġodda li għandu josserva u jaħdem fuqhom sabiex ikun f'qagħda li jaħdem tajjeb kemm fuq livell distrettwali u kemm fuq livell nazzjonali.", "Kull waħda minn dawn is-sitwazzjonijiet u pożizzjonijiet hi esperjenza fiha nfisha.", "M'għandix dubju li sa din l-aħħar leġislatura, l- iżjed bidla importanti li ġab il-gvern kienet meta ntroduċa l-kunsilli lokali f'dan il-pajjiż pero` f'din il-leġislatura l-ġdida, il-gvern se jintroduċi bidla akbar u hawn qed nirreferi għad-dħul ta' Malta fl-UE.", "F'dan il-kuntest, kull membru parlamentari li hawnhekk jirrapreżenta lid- distrett tiegħu u l-Ministri li jirrapreżentaw lil Malta għandhom ikunu lesti għal sfidi ġodda.", "Meta Malta tidħol membru ta' l-UE, lkoll kemm aħna se nkunu qed ngħixu esperjenza ġdida u hu fid-dmir ta' kull wieħed mill-65 membru li hawn f'din il-Kamra, li mhux biss jgħixha hu din l-esperjenza imma li jittrasmetti din l-esperjenza lin-nies tad-distrett tiegħu.", "Sur President, kull wieħed minna hawn ġew, għandu jħares lura lejn l- esperjenzi li jkun għadda minnhom fis-snin ta' qabel, jiftakar fl-iżbalji li saru fil-passat u jaħdem sabiex dawn l-iżbalji ma jiġux ripetuti sabiex inkunu f'pożizzjoni aħjar biex naqdu l-obbligi tagħna lejn il-poplu.", "Kull membru hawn ġew għandu dejjem jaħdem biex itejjeb is-servizz tiegħu lejn dawk li hu jirrapreżenta u dan jista' jagħmlu billi jħares lejn ix-xogħol li għamel fil-passat u jsib metodi aħjar kif jaħdem.", "Illejla, xtaqt nagħmel enfasi fuq xi punti li huma marbutin mal-kostitwenza li jiena nirrapreżenta f'dan il-parlament.", "Uħud minn dawn il-punti, imorru 'l hemm mill-obbligi ministerjali tiegħi pero` dawn huma punti li jiena nħossni fid-dmir li nitkellem fuqhom.", "Sfortunatament ma għandix ħin biżżejjed biex insemmi l-punti kollha u għalhekk sejjer insemmi punti li forsi ħaqqhom iżjed attenzjoni minn oħrajn, punti li ħarġu proprju waqt il- kampanja elettorali meta aħna l-politiċi jkollna iżjed ċans nitkellmu man- nies.", "Sur President, se nibda biex nitkellem fuq id-dar ta' l-anzjani fil- Mellieħa, dar li fuqha l-Mellieħin ilhom jitkellmu għal dawn l-aħħar tnax- il sena.", "Jiena naf li xi ftit xhur ilu, il-MEPA solviet il-problemi kollha li kien hemm marbuta ma' din id-dar pero` wara li ħareġ il-permess, xi NGOs ħarġu stqarrijiet kontra l-bini ta' din id-dar partikolari.", "Jiena nemmen li hu l-obbligu tagħna bħala gvern, li nkomplu bil-bini ta' din id-dar ta' l- anzjani u nsibu modi differenti biex din id-dar tkun tista' tiġi ffinanzjata u tibda topera.", "Ma ninsewx li l-Mellieħa hu raħal maqtugħ għalih u jkun tajjeb li l-anzjani f'dan ir-raħal, li huma pjuttost numerużi, jingħataw faċilitajiet ta' kura li għandhom anzjani oħra f'pajjiżna.", "Fl-istess raħal, hemm ukoll il-kwestjoni tax-shooting range li għada ma saritx realta`.", "Id-dilettanti ilhom is-snin jistennew il-permess sabiex bi flushom stess, ikunu jistgħu jinvestu f'din ix-shooting range u jibdew jipprattikaw id-delizzju tagħhom.", "Għalhekk, jiena naħseb li wasal iż-żmien li l-kriterji li fuqhom jistgħu jsiru shooting ranges – tajjeb li ngħidu li l-ewwel kriterji ġew drafted seba' snin ilu – jiġu applikati ħalli dawn id-dilettanti jkunu jistgħu jinvestu f'din ix-shooting range u jaqtgħu x- xewqa tagħhom", "Kwestjoni oħra marbuta mal-Mellieħa hija kwestjoni ta' Santa Marija Estate li llum hija meqjusa bħala wieħed mill-iżjed postijiet f'Malta fejn hemm bini ta' kwalita` għolja.", "F'dawn in-naħat, hemm kwestjonijiet marbutin ma' numru sostanzjali ta' toroq.", "Kien hemm ħafna drabi fejn nies li qegħdin fil- politika jew le, ippuntaw subgħajhom lejn il-gvern tal-ġurnata u akkużawh li ma jridx jagħmel l-investiment meħtieġ f'din il-lokalita`.", "Ir-realta` hi li hemm kwestjonijiet legali pendenti quddiem il-qrati ta' pajjiżna u naħseb li għadda żmien biżżejjed biex dawn jiġu deċiżi ħalli nkunu nafu min hu legalment responsabbli biex jagħmel dawn it-toroq sabiex fl-aħħar mill- aħħar, dawn in-naħat ikollhom toroq ta' livell tajjeb.", "Nagħmel appell lil dawk kollha li qed jgħidu lin-nies li l-gvern tal-ġurnata ma jridx jagħmel dawn it-toroq - meta fil-fatt jafu li r-realta` mhux hekk - biex jieqfu.", "Hemm ukoll il-kwestjonijiet tal-bypass ta' San Pawl il-Baħar u dak ta' l- Imtarfa.", "Dawn huma żewġ biċċiet xogħol fil-pajjiż li huma meħtieġa.", "Fil-każ ta' l-Imtarfa, parti sostanzjali mix-xogħol lest u l-parti oħra titkompla matul iż-żmien li ġej.", "L-investiment tal-gvern f'din il-bypass huwa wieħed sostanzjali pero` l-gvern għandu l-impenn biex ikompli u jlesti dan ix- xogħol.", "Fuq il-bypass ta' San Pawl il-Baħar, saru numru kbir ta' domandi parlamentari u hawnhekk irrid nenfasizza li din hija waħda mit-toroq li tifforma parti mit-trans-european network u li l-flus li se jintefqu fuq din il-parti tan-network se jkunu ġejjin mill-UE.", "Tajjeb li ngħid li t- trans-european network fit-territorju Malti se jkun twil, bejn wieħed u ieħor, 56 kilometru u dan jibda mill-inħawi tal-Freeport u jibqa' sejjer saċ-Ċirkewwa u anke partijiet ġewwa Għawdex.", "Hu fuq dan in-network li se nonfqu madwar 14-il miljun lira fit-tliet snin li ġejjin u għalkemm dan kollu mhux se jsolvi l-problemi kollha tat-toroq f'pajjiżna, pero` tajjeb li n-nies ikunu jafu li x-xogħol qed isir u qed isir bis-serjeta`.", "Irrid nagħmel riferenza wkoll għat-Lm12 miljun li ġejjin mill-protokoll taljan bħala investiment fil-qasam tat-toroq f'pajjiżna.", "Dawn il-flus sejrin jintefqu fuq parti oħra tan-network prinċipali ta' pajjiżna, dik li twassal mill-airport għall-inħawi tal-Mosta via Ħaż-Żebbuġ.", "Tajjeb li ngħid li dawn l-Lm14 miljun mill-UE u t-Lm12 miljun mill-protokoll taljan mhux se jkunu biżżejjed biex isir ix-xogħol kollu meħtieġ fir-road network ta' pajjiżna.", "Ċertament, dawn huma flus li ġew għax il-gvern tal-ġurnata għażel it-triq tal-membership fl-UE u grazzi għal dan il-fatt, aħna qegħdin f'pożizzjoni li ninvestu dawn il-flus over and above l-investiment normali li l-gvern jagħmel is-soltu.", "Pero` tajjeb li nerġa' nenfasizza li dawn il- flus mhux se jkunu biżżejjed biex nirranġaw ir-road network kollu u għandna bżonn livell ta' investiment akbar minn dak li seħħ f'dawn l-aħħar ħames snin li għaddew biex it-toroq tagħna jkunu jistgħu jilħqu livell tajjeb.", "Fil-ħames snin li għaddew, saru madwar 100 kilometru ta' toroq f'pajjiżna pero` dan ċertament mhux biżżejjed.", "Jekk il-gvern jrid li jkollna toroq ta' livell, jiena nappella sabiex dan ikompli jkabbar l-investiment, over and above il-flus li ġew minn barra sabiex fl-aħħar mill-aħħar, dawk it-toroq kollha - mhux dawk prinċipali biss – li m'humiex ta' livell tajjeb, jiġu upgraded.", "Sur President, nixtieq nitkellem ukoll dwar il-vandaliżmu.", "F'dan il-pajjiż qegħdin kontinwament ninvestu f'signage sabiex it-traffiku jiġi kkontrollat bl-aktar mod effiċjenti.", "Sfortunatament, uħud minn dawn it-traffic signs qed jiġu mkissra minn persuni irresponsabbli.", "Eżempju ta' dan qiegħed fejn ir-roundabout tax-Xemxija fejn hemm t-tabella li tindika San Pawl il-Baħar, mgħawġa.", "Hu ċar li din it-tabella xi ħadd għawwiġha u żgur ma ġietx hekk minħabba ċirkostanzi naturali.", "Eżempju ieħor ta' dan li qiegħed ngħid qiegħed ħdejn il-mina ta' Regional Road fejn tara t-tabella li tindika lejn Birkirkara biż-żewġt itruf mgħawġin.", "Dan hu att vandalu ieħor minn persuni li għax għawġu tabella, mingħalihom għamlu xi bravura kontra l-Gvern.", "Nappella biex dawn l-atti ta' vandaliżmu jieqfu għax ikun għal xejn li l- gvern jinvesti il-flus – flus li ġejjin mit-taxxi tal-poplu - f'signage jekk imbagħad ikun hemm xi persuni irresponsabbli li ma' l-ewwel ċans imorru u jkissru dak ix-xogħol kollu li jkun sar.", "Fuq l-istess argument, nixtieq ngħid li minkejja li l-overhang signs li qegħdin nagħmlu hawn Malta huma madwar metru aktar għoljin mill-istandards internazzjonali u minkejja l-fatt li hemm leġislazzjoni li titkellem dwar il-ħtieġa li l-load li jkun qed jinġarr ma jkunx iżjed minn 4.5 metri għoli mill-art, xorta għadna naraw overhang signs imkissra u ħaġa ta' l-iskantament, ħadd ma jinduna b'din il-ħsara li tkun saret!", "Tajjeb li ngħid ukoll u nagħlaq hawn, li s-sinjali li jsiru mhux qegħdin hemm biex isebbħu imma biex dak li jkun, pedestrian jew driver, jirrispettahom u jużawhom ħalli jkun hemm traffic flow effiċjenti u iżjed importanti minn hekk, ħalli nħarsu s-saħħa u l-ħajja ta' kull wieħed u waħda minna.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it-Tlieta, 3 ta' Ġunju, 2003 fis-6:00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fid-9:50 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "HEALTH PROMOTION UNIT - MOVE FOR HEALTH", "40.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Wara s-suċċess miksub fil-move for health organizzata mill-health promotion unit tad- dipartiment tas-saħħa, liema attivita' saret fil-bidu ta' Mejju 2003 u li fiha ħadu sehem kważi 100 ruħ, jaħseb il-Ministru li mixjiet simili fil- kampanja għandhom jibqgħu jiġu organizzati regolarment matul is-sena minbarra fil-ġranet tas-sajf?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Id-dipartiment għall-promozzjoni tas-saħħa organizza l-mixja fil-kampanja dan ix-xahar sabiex isaħħaħ il-kuxjenza pubblika dwar l-importanza ta` l-attivita` fiżika għall-ħajja b'saħħitha u l-benefiċċji soċjali u ekonomiċi marbuta ma` l-attivita` fiżika.", "Id-dipartiment għamel appell sabiex jistieden lid-dipartimenti, setturi oħra fil-gvern u liċ-ċivil, il-media u wkoll lis-setturi privati biex huma wkoll jagħtu l-appoġġ, jieħdu azzjoni u joħolqu nċentivi ħalli tiżdied il- kultura ta` l-attivita` fiżika fost il-poplu Malti u Għawdxi.", "Id- dipartiment jinsab lest li jikkollabora ma` dipartimenti, kunsilli lokali u setturi kemm tal-gvern kif ukoll tal-privat li jixtiequ jaħdmu flimkien ħalli jinkiseb l-istess għan.", "Dan hu l-mod l-iktar sostenibbli li bih wieħed jista` jsaħħaħ is-saħħa pubblika fil-gżejjer Maltin.", "Sadanittant id-dipartiment lest li jibqa` jorganizza regolarment il-mixjiet fil-kampanja matul is-sena, safejn hu possibbli.", "INĊIDENTI FUQ IL-POST TAX-XOGĦOL", "41.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhu l- persentaġġ ta' inċidenti li kienu nvoluti fihom ħaddiema fuq il-post tax- xogħol li waqgħu mill-għoli matul l-ewwel ħames xhur tas-sena?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni qegħda tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "INĊIDENTI FUQ IL-POST TAX-XOGĦOL", "42.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kienu dawk il-ħaddiema li kienu nvoluti f'inċidenti fuq il-post tax-xogħol mill-1 ta' Jannar, 2003 sal-lum u kif dan in-numru jipparaguna ruħu ma' l-istess perjodu tas-sena l-oħra?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni qiegħda tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "QAWRA – XOGĦLIJIET ILLEGALI", "52.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid fuq liema kriterji nħareġ il-permess biex isiru xogħlijiet li jinsabu kif indikati fil-mistoqsija parlamentari 2688?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li wara li ġiet irrifjutata PA 443/98, kif issemma' qabel, daħlet applikazzjoni PA 455/01 to replace existing stairs in front garden.", "L-applikazzjoni ġiet approvata fit-2 ta' April, 2001 għax tneħħiet il-canopy mill-front garden u allura ma kienx hemm iżjed oġġezzjoni għall-proposta.", "AGRO-INDUSTRIJA – PRE-ACCESSION FUNDS", "53.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomici: Jista' il-Ministru jindika x'inhuma l-fondi reġjonali nazzjonali ta' l-UE sabiex pajjiżna jattira u jippromwovi investimenti ġodda fl-agro- industrija?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li attwalment Malta qed tibbenefika minn pre-accession funds bl-għan ewlieni li nsaħħu l- istrutturi nazzjonali u nippreparawhom għad-dħul fl-Unjoni Ewropea.", "Fir- rigward ta' l-agro-industrija, Malta qed tibbenefika minn dawn il-proġetti:", "| |Fondi li|Fondi li | | |ġejjin |jinħarġu | | |mill-UE |mill-gvern| | |(million|Malti | | |euros) |(million | | | |euros) | |IACS |1.00 |- | |Elaboration |0.142 |- | |of a code of | | | |food | | | |agriculture | | | |practice | | | |(GOCAP) | | | |Scoping |0.096 |- | |study: | | | |Institute of | | | |agribusiness | | | |(MCAST) | | | |Animal |0.580 |- | |health/public| | | |health | | | |(veterinary | | | |control) | | | |Capacity |0.500 |0.250 | |building at | | | |the | | | |viticulture | | | |unit | | | |Feasibility |0.025 |- | |study for the| | | |const. of a | | | |cold storage | | | |facility | | | |Rural dev. |1.350 |0.01 | |Project | | | |PRDSS |1.450 |0.230 | |Capacity |0.450 |0.200 | |building in | | | |Malta-oenolog| | | |y unit | | | |Capacity |0.150 |- | |building in | | | |the food and | | | |veterinary | | | |regulation | | | |division in | | | |the area of | | | |milk | | | |production | | | |Total |5.743 |0.690 |", "B'dan it-tisħiħ, pajjiżna jkun qed iħajjar ukoll investimenti ġodda f'dan is-settur.", "NON-EU COUNTRIES – TARIC FUQ L-IMPORTAZZJONI TA' PRODOTTI TA' L-IKEL", "54.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomici: Jista' il-Ministru jgħid min se jħallas it-TARIC dovuta lill-UE fuq l-importazzjoni ta' materja prima ta' l-ikel u ta' prodotti ta' l-ikel importati minn non-EU centres wara s-sħubija, skond il-kalkoli ta' l- importazzjoni attwali?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li Malta fl-Unjoni Ewropea se tkun qed issegwi l-iskeda tat-tariffi li għandha l-UE ħlief ghal dak li ġie maqbul fin-negozjati li Malta kellha ma' l-Unjoni.", "Pero' f'dan il-kuntest, tajjeb li wieħed ifakkar ukoll li l-UE għandha ftehim ta' kummerċ ħieles ma' 'l fuq minn 100 pajjiż ieħor.", "Dan ifisser li bħala membru ta' l-Unjoni Malta tkun tista' timporta wkoll minn dawn il-pajjiżi mingħajr tariffa jew b'tariffa preferenzjali.", "UE – SUSSIDJU FUQ L-IMPORTAZZJONI TA' ZOKKOR U ĊEREALI", "55.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomici: Ladarba l-gvern Nazzjonalista aċċetta li jgħabbi lill-poplu b'piż ta' Lm6 miljun sabiex jissussidja l-prezz għoli taz-zokkor u ċereali importati mill-Unjoni Ewropea fl-ewwel tmien xhur biss tas- sħubija ta' Malta fl-Unjoni kif dikjarati fl-SMPPMA, jista' il-Ministru jgħid jekk dawn il-flus humiex ġejjin minn taxxi ġodda, minn tnaqqir tal-benefiċċji soċjali jew minn sorsi oħrajn?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Infakkar lill-Onor.", "Interpellant li fin-negozjati ma' l- Unjoni Ewropea, il-gvern ħaseb sabiex ikollu pjan strateġiku li jwassal għall-viabilita' ta' l-agrikoltura permezz ta' investiment u għajnuna speċjali lill-bdiewa u r-raħħala.", "Il-gvern ħaseb ukoll sabiex jagħmel tajjeb ghal xi differenzi li jista' ikun hemm fil-prezzijiet ta' xi prodotti importati wara s-sħubija.", "Tajjeb li wieħed jgħid li huwa ippjanat li parti minn dan is-sussidju se jkun ġej mill-Unjoni Ewropea.", "NON-EU COUNTRIES - TARIFF QUOTAS FUQ L-IMPORTAZZJONI TA' PRODOTTI TA' L- IKEL", "56.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomici: Jista' il-Ministru jgħid minn meta l-prodotti ta' l-ikel importati minn non-EU countries se jibdew ikunu kkontrollati permezz tas-87 kwota li l-Unjoni se timponi fuq pajjiżna wara s-sħubija?", "Jista' il- Ministru jagħtini breakdown tal-kwoti tal-prodotti in kwestjoni u minn liema pajjiżi ġejjin?", "ONOR.", "JOHN DALLI: L-Onor.", "Interpellant jaf li fil-Uruguay round, l-Unjoni Ewropea introduċiet sistema ta' tariff quotas fuq numru ta' prodotti minflok is-sistema ta' liċenzjar u kwoti kwantitattivi li kienu jeżistu qabel.", "B'rizultat ta' dan, wara s-sħubija Malta wkoll tkun tista' timporta dawn il-prodotti b'tariffi mnaqqsa.", "Dettalji dwar il-kwoti li qed jagħmel referenza għalihom l-Onor.", "Interpellant jinsabu fit-TARIC li hija aċċessibbli mill-website ta' l-UE.", "NON-EU COUNTRIES - SPECIAL SAFEGUARDS FUQ L-IMPORTAZZJONI TA' PRODOTTI TA' L-IKEL", "57.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomici: Jista' il-Ministru jgħid minn meta l-prodotti ta' l-ikel importati minn non EU countries se jibdew ikunu kkontrollati permezz tal- 539 special safeguards li l-Unjoni se timponi fuq pajjiżna wara s-sħubija?", "Jista' il-Ministru jagħti breakdown tal-prodotti u l-pajjiżi li magħhom se jkollna nibdew nosservaw dawn is-safeguards mposti fuq l-importazzjoni ta' l-ikel tal-poplu?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li bħala parti mill- arranġamenti dwar il-kummerċ fil-qafas tal-world trade organisation, huwa possibbli li pajjiż jintroduci special safeguards fuq ċerti prodotti meta s- settur ikun qed jiffaċċja ċirkostanzi speċjali.", "Bi sħubija fl-Unjoni, Malta se tkun tista' tieħu din it-tip ta' azzjoni kontra xi prodotti li jkunu ġejjin minn barra l-Unjoni Ewropea.", "Dettalji dwar l-ispecial safeguards li qed jagħmel riferenza għalihom l- Onor. Interpellant, jinsabu fil-world trade organisation integrated database li hija aċċessibbli mill-website tal-world trade organisation.", "NON-EU COUNTRIES - DAZJU FUQ L-IMPORTAZZJONI TA' PRODOTTI TA' L-IKEL", "58.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomici: Jista' il-Ministru jgħid kemm hi t-tariffa u kemm hu d-dazju li l-gvern Nazzjonalista se jimponi fuq il-poplu Malti u Għawdxi wara Mejju ta' l-2004 fuq zokkor, qmuħ u ċereali importati minn pajjiżi li mhumiex membri ta' l-UE?", "Meta se jiġu fis-seħħ?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li r-rati ta' dazju għas-sena 2004 għal oġġetti importati għal ġewwa l-Unjoni Ewropea għadhom ma' ġewx stabiliti.", "Dawn jiġu ppubblikati normalment għal ħabta ta' Novembru 2003."]} {"filename": "20070313_506d_par.doc", "date": "2007-03-13", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Uffiċjali u Rivedut) L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 506 It-Tlieta, 13 ta' Marzu, 2007 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 506", "It-Tlieta, 13 ta' Marzu, 2007", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.01 p.m.", "Talba", "Seduta Nru. 506", "It-Tlieta, 13 ta' Marzu, 2007", "WERREJ", "MINUTI 240", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 240", "TQEGĦID TA' KARTI 245", "MOZZJONIJIET", "RIŻOLUZZJONI DWAR TRASFERIMENT B'ĊENS TA' PROPRJETA'", "F'RICASOLI LIL SMARTCITY (MALTA) LIMITED 246", "AĠĠORNAMENT 269", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 271", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB 278", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 505 li saret fit-12 ta' Marzu, 2007 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "NEFQA FUQ FUEL", "23402.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 22858, jista' il-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali ta' fuel matul l-2006 fil- ministeru, dipartimenti, dekasteri u enti li jaqgħu taħtu?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA (f'isem il-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil- Komunita'): In-nefqa ta' fuel fil-ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħtu fis-sena 2006 kienet kif ġej:", "| |Transp|Boiler| | |ort |Fuel | | |Fuel | | | |Lm |Lm | |Department of|17,108|239,83| |Elderly and | |4 | |Community | | | |Care | | | |Medicines |763 |NIL | |Authority | | | |MCH |9,698 |91,505| |Division |101,64|248,38| | |3 |2 | |Zammit Clapp |6,688 |4,290 | |Hospital | | |", "BIĊĊERIJA - DEBONING PLANT", "23418.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: X'inhi r-raġuni li d-deboning plant fil-biċċerija għadu m'huwiex beda jitħaddem meta skond il-pjan tal-minsteru dan kellu jitħaddem f'April 2005/2006?", "ONOR.", "FRANCIS AGIUS (Segretarju Parlamentari)(f'isem il-Ministru għall- Affarijiet Rurali u Ambjent): Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat- tweġiba mogħtija għal mistoqsija parlamentari 23753.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Carmelo Abela): L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Allura għandi nifhem li għadna ma nafux meta se jibda jitħaddem dan id-deboning plant?", "THE DEPUTY SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "FRANCIS AGIUS: Id-deboning plant jagħmel parti mix-xogħlijiet li għaddejjin bħalissa biex jitjieb l-operat fil-biċċerija u l-ħsieb hu li jitħaddem fix-xhur li ġejjin.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jista' jgħidli eżattament f'liema xahar se jitħaddem peress li diġa' għaddew tliet snin minn meta kellu jitħaddem?", "THE DEPUTY SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "FRANCIS AGIUS: Sur President, fil-biċċerija qegħdin isiru diversi xogħlijiet u huwa kkalkulat li dawn il-lines ikunu miftuħin aktar tard din is-sena.", "Saru improvements fuq il-bovine line, il-killing box ġiet finalizzata f'Jannar li għadda, ix-xogħol fuq il-lairage wkoll ġie finalizzat u l-bill of quantities ħareġ fit-2 ta' Marzu.", "Il-quatations tal- movable platforms ħarġu wkoll fit-2 ta' Marzu u għaddejjin negozjati mal- middlemen dwar il-cutting and deboning li ġew finalizzati fl-aħħar ta' Jannar ta' din is-sena.", "L-ispecifications għaċ-chillers ġew ippreparati, il-layout għan-new dispatch area għandu jiġi finalizzat fit-22 ta' dan ix- xahar, il-layout għan-new middlemen cleaning line ġew finalizzati u l-bill of quantites ħarġu wkoll fit-2 ta' Marzu ta' din is-sena.", "Irrid ngħid li fil-biċċerija se jkun hemm area fejn il-middlemen ikunu jistgħu jkunu preżenti, naturalment skond in-normi ta' l-iġjene, f'xi sezzjoni tal-biċċerija.", "L-istructural works fil-lairage ta' l-iswine line ukoll ġew finalizzati u l-bill of quantities se joħorġu fis-16 ta' Marzu.", "L-equipment għall-carbon dioxide stunning system ġie approvat mill-finanzi u l-call for quotations għal equipment ieħor li għandu x'jaqsam ma' l- apparat li permezz tiegħu jinqatlu l-annimali, se toħroġ fl-20 ta' dan ix- xahar.", "Fil-5 ta' Marzu beda x-xogħol strutturali fuq it-tripery f'section oħra u l-quotations huma mistennija li jsiru fil-ġimgħat li ġejjin.", "Hemm diversi sezzjonijiet oħrajn li se jsirilhom ix-xogħol strutturali u mhux se noqgħod insemmihom kollha.", "Jien irriferejt biss għal uħud minnhom biex nagħti eżempju tax-xogħol li qed isir fil-biċċerija.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Is-Segretarju Parlamentari jikkonferma li d-deboning plant tlesta qabel ma Malta ssieħbet fl-Unjoni Ewropea?", "Jekk iva, jikkonferma li dawn ix-xogħlijiet li qed isemmi ma sarux fid-deboning plant peress li dan l-impjant kien diġa' lest?", "THE DEPUTY SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "FRANCIS AGIUS: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel il-mistoqsija bil-miktub ħalli nagħtih risposta eżatta.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jista' almenu jgħidli jekk tħarrġux biżżejjed butchers biex jaħdmu f'dan id-deboning plant, jew se jiġu l-biċċiera li hemm f'Għawdex peress li d-deboning plant f'Malta għadu magħluq?", "THE DEPUTY SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "FRANCIS AGIUS: Ir-recruitment u t-training tal-personnel f'dan ir- rigward huwa dejjem ongoing.", "Kif kelli anke l-okkażjoni nispjega l-bieraħ, qed isir upgrading tal-biċċiera fuq diversi oqsma.", "Kien hemm talba għal biċċiera ġodda, dawn qegħdin fil-proċess li jiġu ngaġġati imma kif jaf l- Onor. Interpellant, dawn il-proċeduri jieħdu fit-tul.", "Qegħdin f'taħdidiet ma' min hu konċernat li jagħti s-servizzi tiegħu, fosthom il-middlemen u x- xerrejja, ħalli jkollna biċċerija li taħdem fuq linji kemm jista' jkun kummerċjali.", "Irrid infakkar li l-biċċerija hija servizz ieħor lil din l- industrija u l-gvern se jkompli jagħti l-parti tiegħu.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Sur President, nerġa' nfakkar li mill-1 ta' Mejju ta' l-2004, id-deboning plant ma ħadem qatt.", "Barra minn hekk l-inċineratur li nbena biex jaħraq il-fdalijiet fil-biċċerija se jispiċċa jaħraq il- fdalijiet ta' l-annimali u tal-bnedmin ukoll, minkejja li hemm l-isptar il- ġdid.", "Fid-dawl ta' dan it-taħwid kollu, u nispeċifika li m'hu xejn ħlief taħwid, jista' is-Segretarju Parlamentari jara kif jista' jkun hemm management aħjar u strategija li tilħaq l-għanijiet mixtieqa u mhux nibqgħu ngħidu li dan se jinfetaħ ftit xhur oħra meta diġa' għaddew is-snin u s- sitwazzjoni baqgħet l-istess?", "THE DEPUTY SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "FRANCIS AGIUS: Sur President, kif għedt il-bieraħ ukoll, il- biċċerija ilha mwaqqfa għal għexieren ta' snin u l-progress li sar fil- qasam kollu ta' l-agrikoltura, inkluż il-qasam tar-raħħala u dak li qed isir fil-biċċerija mhux talli m'huwiex taħwid, talli qegħdin nużaw ir- riżors uman bl-aħjar mod, u fejn nistgħu, kuntrarjament għal dak li kien jagħmel il-partit Laburista, ninvolvu wkoll is-settur privat.", "Aħna m'għandniex x'naħbu u nafu kif kienet titħaddem il-biċċerija qabel.", "Kważi qatt ma sar investiment bis-serjeta' fiha.", "Issa qiegħed investiment bis- serjeta'.", "L-Onor.", "Interpellant kull darba jgħid li l-fdalijiet ta' l-annimali u l- fdalijiet umani li jibqgħu wara xi operazzjoni se jinħarqu fl-istess post. Naturalment jekk dawn se jinħarqu, se jinħarqu b'teknoloġija li hija state of the art.", "Hawnhekk m'aħniex qed nitkellmu fuq finanzi żgħar u se jkun hemm separazzjoni totali fejn jidħlu dawn iż-żewġ wastes, li huma l-grade A type hospital wastes u l-animal wastes.", "L-Onor.", "Farrugia kull darba jistaqsini meta se jkun lest ix-xogħol.", "Jiena ppruvajt nagħtih stampa tax- xogħlijiet li qegħdin isiru fil-biċċerija għax wieħed irid japprezza li f'dik li hija amministrazzjoni jista' jkun hemm ċertu dewmien, imma jiena konvint li dan ix-xogħol se jkun konkluż u jkun jista' jibda jitħaddem.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Peress li minn wara l-1 ta' Mejju, 2004 lanqas il- border inspection post ta' l-ajruport m'għadu jitħaddem, jista' s- Segretarju Parlamentari jgħidli jekk dan għadux jaqa' taħt id-dekasteru tal- ministeru tiegħu jew jekk marx taħt il-ministeru tas-saħħa?", "ONOR.", "FRANCIS AGIUS: Aħna għandna l-obbligu li nsegwu dak kollu li jkun dieħel f'pajjiżna, u dan l-aktar li nagħmluh permezz tal-border inspection post li hemm fil-freeport, li għadu taħt is-servizz veterinarju.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Allura dak li nbena fl-ajruport m'hemmx aktar bżonnu?", "ONOR.", "FRANCIS AGIUS: Altru li hemm bżonnu, Sur President.", "Hemm ċerti bżonnijiet li jiġu indirizzati mill-freeport u hemm oħrajn li jiġu indirizzati mill-ajruport, pero' dan ta' l-aħħar m'huwiex jintuża in full swing.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Dan ma baqax jitħaddem fl-1 ta' Mejju, 2004 minħabba l-fatt li m'hemmx veterinarji biżżejjed?", "ONOR.", "FRANCIS AGIUS: Fl-1 ta' Mejju, 2004 ma jidhirlix li kien lest, anzi kienu għadhom għaddejjin ix-xogħlijiet strutturali fuqu.", "Jekk l-Onor.", "Interpellant irid ikun jaf eżatt xi ħsebijiet hemm għal meta jkun fully functional nitolbu jagħmilli mistoqsija bil-miktub.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Peress li fuq il-mejda tal-Kamra tpoġġiet evidenza li x-xogħol fuq dan il-border inspection post tlesta u sewa madwar €750,000, allura din kienet ħrafa tal-ministeru preċedenti?", "ONOR.", "FRANCIS AGIUS: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel mistoqsija bil- miktub biex nivverifika l-istatement li għadu kif għamel.", "BIĊĊERIJA – INĊINERATUR", "23419.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: X'inhi r-raġuni li l-inċineratur il-ġdid tal-biċċerija ma jitħaddimx minkejja li skond il-pjan tal-ministeru kellu jibda jitħaddem f'April 2005/2006?", "ONOR.", "FRANCIS AGIUS (f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent): L-inċineratur il-ġdid tal-biċċerija għadu ma tħaddimx minħabba li l-gvern qiegħed fil-proċess li jiddetermina kif l-impjant għandu jiġi modifikat biex jilqa' għall-ħteġijiet tal-pajjiż filwaqt li jkun assigurat li l- faċilitajiet għat-trattament ta' l-iskart ikunu massimizzati u b'hekk jiġu ffrankati l-flus.", "Dan ilna nirrepetuh bosta drabi.", "Dan il-proċess flimkien man-negozjati ġew ffinalizzati u riċentement ġie ffirmat il- kuntratt biex jibdew ix-xogħlijiet meħtieġa għal dawn il-modifiki.", "L- impjant hu mistenni li jibda jaħdem aktar tard din is-sena.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: X'inhi r-raġuni li dan l-impjant li għadu ġdid u li sewa Lm4.5 miljun, u tgħidx kemm sar ftaħir li hu kbir biżżejjed biex ilaħħaq mal-ħteġijiet tal-pajjiż irid jiġi modifikat?", "THE DEPUTY SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "FRANCIS AGIUS: Sur President, kif diġa' spjegajt, dan l-impjant se jintuża għal żewġ tipi ta' fdalijiet.", "Madanakollu nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmilli mistoqsija bil-miktub u nkun nista' ngħaddilu aktar informazzjoni.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Il-modifikazzjonijiet qegħdin isiru biex jinħarqu l- fdalijiet umani jew biex jinħarqu l-fdalijiet tat-tjur u l-annimali?", "ONOR.", "FRANCIS AGIUS: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel mistoqsija bil- miktub u jingħata tweġiba min-nies tekniċi.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jista' almenu jgħidilna x'inhuma l-projections ta' l- istudji ta' qabel u ta' l-istudji tal-lum vis-á-vis il-modifiki u allura kemm se jkun jiswa lill-biċċerija dan l-impjant?", "ONOR.", "FRANCIS AGIUS: Nitolbu jagħmel il-mistoqsijiet bil-miktub biex inkun nista' ngħaddihom lit-tekniċi li qed jaħdmu fuq dan il-proġett.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Min se jkun responsabbli min-nefqa biex fl-inċineratur jinħarqu l-fdalijiet ta' l-annimali u dawn umani?", "ONOR.", "FRANCIS AGIUS: Nerġa' nitolbu jagħmel mistoqsija bil-miktub.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: L-ispejjeż li jirrikjedu dawn il-modifikazzjonijiet se jsiru mill-finanzi tal-gvern jew għada pitgħada se jiġu maqsumin fuq il- produtturi u n-nies li jiġġeneraw l-istess skart?", "Jista' jgħid kif ġew ippjanati l-istudji?", "ONOR.", "FRANCIS AGIUS: Il-policy tal-gvern hi li minbarra li f'dan l-impjant jinħarqu l-fdalijiet ta' l-annimali li jkunu ġejjin mill-biċċerija, jinħaraq ukoll il-fadalijiet umani li jkunu ġejjin mill-isptarijiet.", "Għaldaqstant qed isir l-istudju neċessarju biex nimmassimizzaw dan ir- riżors fil-pajjiż, pero' jekk l-Onor.", "Interpellant jagħmel il-mistoqsija bil-miktub inkun nista' nagħtih risposta mil-lat tekniku.", "NEFQA FUQ MOBILE PHONES", "23421.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 22863, jista' il-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali tal-mobile phones fil-ministeru, dipartimenti, dekasteri u enti li jaqgħu taħt il-ministeru matul l-2006?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "BIĊĊERIJA - DEBONING PLANT", "23753.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' l-Ministru jinformani meta tlesta d-deboning plant fil- biċċerija?", "ONOR.", "FRANCIS AGIUS (f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent): Il-cutting and deboning plant ġiet ikkummissjonata parzjalment fl-2005.", "Fl- 2006 saru konsultazzjonijiet ma' entijiet privati u koperattivi bil-ħsieb li tinħareġ sejħa għall-offerti biex il-cutting and deboning plant topera bħala entità privata.", "Dan wassal biex jiġi mħejji dokument biex jakkumpanja s-sejħa għall-offerti.", "Id-deċiżjoni biex tinħareġ is-sejħa għall-offerti ma tteħditx minħabba li kienu għaddejin diskussjonijiet mal-biċċiera, il-middlemen, li joperaw fil- biċċerija u dan minħabba r-regoli ta' l-Unjoni Ewropea.", "Issa, li ntlaħaq qbil mal-biċċiera, l-impjant se jibda jitħaddem sa nofs is-sena bħala parti mix-xogħlijiet biex jitjieb l-operat fil-biċċerija.", "BIĊĊERIJA - DEBONING PLANT", "23754.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt ilu magħluq l-impjant tad- deboning fil-biċċerija?", "ONOR.", "FRANCIS AGIUS (f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent): Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba mogħtija għal mistoqsija parlamentari 23753.", "BORMLA - DAR GĦALL-ANZJANI", "24163.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Chris Agius) staqsa lill- Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Peress li meta sar ix-xogħol fuq id-dar għall-anzjani f'Bormla, saret filliera ta' dawl fl-art mal-ġenb tal-ground ta' l-iskola primarja, li sal-lum wara ħafna snin li fetħet din il-home għadhom qatt ma nxtegħlu, tista' l-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni li qatt ma nxtegħlu?", "Hemm xi ħsieb li dawn xi darba jixgħelu, jew saru biss biex iżejnu?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi l- mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "RIŻENJI TA' CHAIRMEN", "24222.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ilu jservi fil- kariga ministerjali preżenti kemm kien hemm chairmen ta' kumitati, korporazzjonijiet, enti, awtoritajiet, aġenziji u korpi parastatali li jaqgħu taħtu li rriżenjaw jew talbu espressament li ma jiġux kkonsidrati mill-ġdid għall-kariga li kienu qegħdin jokkupaw?", "Min kienu u fejn kienu qegħdin iservu?", "Jista' jagħti d-dati ta' kull każ applikabbli?", "ONOR.", "TONIO BORG (Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern): Fil-perijodu indikat l-unika riżenja kienet dik taċ-chairman taċ-ċentru Malti ta' l-arbitraġġ fit-22 ta' Frar, 2004.", "RIŻENJI TA' CHAIRMEN", "24223.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: Jista' l-Ministru jgħid kemm ilu jservi fil-kariga ministerjali preżenti kemm kien hemm chairmen ta' kumitati, korporazzjonijiet, enti, awtoritajiet, aġenziji u korpi parastatali li jaqgħu taħtu li rriżenjaw jew talbu espressament li ma jiġux kkonsidrati mill-ġdid għall-kariga li kienu qegħdin jokkupaw?", "Min kienu u fejn kienu qegħdin iservu?", "Jista' jagħti d-dati ta' kull każ applikabbli?", "ONOR.", "TONIO BORG (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l- Impjiegi): Tlabt li ma jinħeliex ħin ta' uffiċjali pubbliċi fuq il-ġbir tat-tagħrif mitlub.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Brincat, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Filwaqt li nirringrazzja lill-ministri kollha li ġentilment tawni t-tagħrif mitlub għal dawn is-sensiela ta' mistoqsijiet, inkluż il-prim ministru li ħa l-inkarigu li jiġbor it-tagħrif neċessarju, niddiplora l-attitudni tal-Ministru Galea li ta struzzjonijiet ċari biex l- uffiċjali pubbliċi tiegħu ma jiġbrux it-tagħrif mitlub, u qed nipprotesta formalment dwar dan.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Naturalment jiena ma nafx x'kienet l-intenzjoni speċifika imma nista' nimmaġina x'inhi.", "Hemm ministeri li jkollhom xi korporazzjoni waħda jew tnejn u hemm oħrajn, bħall-ministeru ta' l- edukazzjoni, fejn għandek gamut wiesa' ta' ħafna kumitati.", "Terġa' id- domanda m'hijiex biss dwar dawk il-persuni li rriżenjaw imma anke dwar dawk li esprimew l-intenzjoni li jirriżenaw imma mbagħad ma rriżenjawx, jiġifieri anke d-dnub tal-ħsieb irridu nirrapportaw lill-parlament.", "Issa sakemm ikollok ftit, forsi l-problema biex tagħti l-informazzjoni ma tkunx kbira ħafna, imma jekk ikollok ħafna, l-istorja hija differenti.", "Il-mistoqsija qed titlob ukoll dawn min kienu u fejn kienu qed iservu.", "Wieħed irid jikkonsidra li taħt il-ministeru ta' l-edukazzjoni hemm ħafna korporazzjonijiet pubbliċi, kummissjonijiet u kumitati fid-diversi skejjel.", "Biss biss għandek kumitat għal kull skola.", "Jiġifieri li toqgħod tfittex din l-informazzjoni kollha fuq medda ta' snin trid taħli ħafna ħin.", "Għallinqas l-informazzjoni li tintalab għandha tkun limitata għal area partikolari.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, naħseb li l-mistoqsija tiegħi kienet ċara.", "Jiena kont qed nirriferi għan-nies li kellhom ċerta kariga ta' natura eżekuttiva u nerġa' ngħid li l-ministri kollha kkoperaw, inkluż il- prim ministru, u ma narax għaliex il-ministru ta' l-edukazzjoni kellu jwieġeb b'dan il-mod għax għalkemm il-Ministru Zammit Dimech kellu lista twila xorta waħda tani t-tagħrif mitlub.", "THE DEPUTY SPEAKER: Is-Sedja qed tieħu nota ta' dan u forsi wieħed ikun jista' jiċċara l-affarijiet mal-ministru ta' l-edukazzjoni biex naraw x'kienet l-intenzjoni tiegħu.", "Pero' skond l-ordnijiet permanenti s-Sedja m'għandhiex il-fakulta' li tidħol fil-mertu ta' kif iwieġeb il-ministru.", "RIŻENJI TA' CHAIRMEN", "24224.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid kemm ilu jservi fil-kariga ministerjali preżenti kemm kien hemm chairmen ta' kumitati, korporazzjonijiet, enti, awtoritajiet, aġenziji u korpi parastatali li jaqgħu taħtu li rriżenjaw jew talbu espressament li ma jiġux kkonsidrati mill-ġdid għall-kariga li kienu qegħdin jokkupaw?", "Min kienu u fejn kienu qegħdin iservu?", "Jista' Jagħti d- dati ta' kull każ applikabbli?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA (f'isem il-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant illi kemm illi nservi fil-kariga ministerjali preżenti kien hemm chairperson waħda li rriżenjat mill-kariga li kienet tokkupa.", "Din kienet Ms Sylvia Sciberras li kienet isservi bħala kap tal-Forum Malta fl-Ewropa.", "Ms Sciberras irriżenjat fis-6 ta' Mejju, 2006.", "RIŻENJI TA' CHAIRMEN", "24225.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' l-Ministru jgħid kemm ilu jservi fil-kariga ministerjali preżenti kemm kien hemm chairmen ta' kumitati, korporazzjonijiet, enti, awtoritajiet, aġenziji u korpi parastatali li jaqgħu taħtu li rriżenjaw jew talbu espressament li ma jiġux kkonsidrati mill-ġdid għall-kariga li kienu qegħdin jokkupaw?", "Min kienu u fejn kienu qegħdin iservu?", "Jista' jagħti d- dati ta' kull każ applikabbli?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (Ministru għat-Turiżmu u Kultura): Iċ-chairmen li rriżenjaw jew talbu espressament biex ma jiġux kkonsidrati mill-ġdid għall-kariga tagħhom fil-ministeru għat-turiżmu u kultura u l-enti li jaqgħu taħtu kienu kif ġej:", "Is-Sur Hans Cauchi, Chairperson - Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti irriżenja fl-24 ta' Jannar 2007;", "Ms Grace Borg, Chairperson - Malta Song Board irriżenjat fis-26 ta' Novembru 2005;", "Is-Sur Alfred Chetcuti Chairperson - Kummisssjoni Nazzjonali Folklor irriżenja fit-22 ta' Novembru 2006;", "Dr Mario Tabone Vassallo, Chairman - Orkestra Nazzjonali irriżenja f'Ottubru 2004;", "Is-Sur John C. Grech, Chairman - Awtorita' Maltija tat-Turiżmu irriżenja fl- 24 ta' Marzu 2004;", "Is-Sur Romawald Lungaro Mifsud, Chairman - Awtorita' Maltija tat-Turiżmu irriżenja fil-31 ta' Awissu 2006;", "Is-Sur Christopher Grech, Chairman - Awtorita' Maltija tat-Turiżmu talab li ma jiġix ikkonsidrat mill-ġdid għal din il-kariga fil-31 ta' Marzu, 2005.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Tqegħid ta' Karti. ll-Viċi Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "TONIO BORG: Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "K.L.B.L. 41/1/2007 – Bye-Laws ta' l-2007 dwar Kontroll tal-Ħamiem (Kunsill Lokali Msida);", "u f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali 40 ta' l-2007 – Ordni ta' l-2007 dwar Għajnuna f'Każijiet ta' Transitu għal Raġunijiet ta' Tneħħija bl-Ajru;", "Avviż Legali 41 ta' l-2007 – Insurance Business (Criteria of sound and Prudent Management) (Amendment) Regulations, 2007; u", "Avviż Legali 43 ta' l-2007 – Regolamenti ta' l-2007 li jemendaw ir- Regolamenti dwar il-Finanzi Ġenerali; u", "Avviż Legali 46 ta' l-2007 – Regolamenti ta' l-2007 li jestendu l- Applikabilita ta' disposizzjonijiet dwar Impjegati Part-Time għal Servizz mal-Gvern.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Zammit Dimech.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal- Kamra:", "Tagħrif dwar il-kompożizzjoni tal-Malta Song Bord tas-snin bejn l-2005 u l-2007, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari 24269.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali 45 ta' l-2007 – Regolamenti ta' l-2007 li jemendaw ir- Regolamenti fuq il-Provvista ta' l-Elettriku (Emenda Nru. 2); u", "f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjieg, inqiegħed fuq il- mejda tal-Kamra: Avviż Legali 47 ta' l-2007 – Avviż ta' bidu fis-seħħ ta' l-artikoli ta' l-Att ta' l-2006 li jemenda l-att dwar l-Edukazzjoni (Att Nru. XIII ta' l-2006);", "Avviż Legali 48 ta' l-2007 – Regolamenti ta' l-2007 dwar l- Involviment ta' Impjegati (Għaqda Kooperattiva Ewropea); u", "Tagħrif dwar studenti Għawdxin li se joqogħdu għall-eżamijiet tal- MATSEC fil-livell tas-SEC, fil-livell avvanzat u livell intermedju, f'Mejju 2007, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari 24355.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Agius.", "ONOR.", "FRANCIS AGIUS: Sur President, f'isem il-Ministru ta' l-Affarijiet Rurali u l-Ambjent, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali 42 ta' l-2007 – Control of Ralstonia solanacearum (Smith) Yabuuchi et al (Amendment) (No. 2) Regulations, 2007;", "Avviż Legali 44 ta' l-2007 – Regolamenti ta' l-2007 dwar il- Konservazzjoni ta' l-Għasafar Selvaġġi (Dikjarazzjoni dwar l-Istaġun għall-Kaċċa u l-insib tal-Gamiem u s-Summien); u", "Kopja ta' żewġ ritratti li juru underground bring-in sites f'Paceville, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari 24377.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet.", "Il- Ministru Gatt.", "MOZZJONIJIET", "RIŻOLUZZJONI DWAR TRASFERIMENT B'ĊENS TA' PROPRJETA' F'RICASOLI LIL SMARTCITY (MALTA) LIMITED", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Sur President, nipproponi:", "Billi l-Gvern tar-Repubblika ta Malta bi ħsiebu jaghti b'ċens lil SmartCity (Malta) Limited proprjeta' f'Ricasoli limiti tal-Kalkara kif inhi deskritta aħjar fl-abbozz ta' ftehim imqiegħed fuq il-mejda tal- Kamra, għaż-żmien, biċ-ċens u taħt il-kundizzjonijiet li jinsabu fl- istess abbozz;", "U billi huwa maħsub fil-paragrafu (d) tas-subartikolu (1) ta' l- artikolu 3 tal-Kapitolu 268 Att dwar it-Trasferiment ta' Artijiet tal- Gvern li art li tkun proprjeta' tal-Gvern jew amministrata minnu tista' tigi trasferita skond riżoluzzjoni speċjali tal-Kamra tad- Deputati li tkun fis-seħħ filwaqt tat-trasferiment;", "U billi huwa xieraq li t-trasferiment fuq imsemmi jsir skond riżoluzzjoni speċjali tal-Kamra tad-Deputati;", "Għalhekk huwa b'dan riżolut li l-proprjeta' f'Ricasoli limiti tal- Kalkara kif deskritta aħjar fl-abbozz tal-ftehim li jinsab imqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra tiġi mogħtija b'ċens lil SmartCity (Malta) Limited, għaż-żmien, għall-iskop u skond il-pattijiet u kundizzjonijiet imsemmija fl-istess abbozz.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Min jissekonda?", "ONOR.", "FRANCIS AGIUS: Nissekonda.", "THE DEPUTY SPEAKER: Rimarki?", "Il-Ministru Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Sur President, huwa b'sodisfazzjon kbir li f'isem il- gvern qiegħed inressaq din ir-riżoluzzjoni għaliex qed inġibu quddiem il- Kamra tad-deputati l-akbar proġett ta' investiment li qatt sar f'pajjiżna u l-akbar proġett li se joħloq impjiegi f'pajjiżna f'att wieħed ta' investiment.", "Mhux hekk biss, imma dan huwa l-ewwel proġett fejn l-impjiegi qegħdin jiġu garantiti billi tiddaħħal penali jekk ma jinħolqux.", "Qegħdin inġibu quddiem il-Kamra tad-deputati l-akbar investiment f'pajjiżna li se jirriżulta fi stimolu ekonomiku u li huwa uniku għal Malta.", "Fuq kollox b'sodisfazzjoni kbir qed inressaq din ir-riżoluzzjoni li hija statement qawwi u viżibbli li dan il-gvern rebaħ il-ġlieda għat-trasformazzjoni ekonomika ta' pajjiżna u ġibna f'pajjiżna dik l-imsejħa l-ekonomija l- ġdida.", "Sur President, jien inħares lejn din ir-riżoluzzjoni bħala prova konkreta li dan mhuwiex gvern tal-paroli, mhuwiex gvern li jiddelitta u jħażżeż id- dokumenti, mhuwiex gvern li jaħbi l-fehmiet politiċi veri tiegħu, anzi huwa gvern li jiddeċiedi u jattwa.", "Dan huwa gvern li kiser kull rekord fil- qasam ta' l-investiment minn barra minn pajjiżna u welled l-aqwa proġett li qatt ra pajjiżna.", "Dan huwa gvern li ġab l-aktar xogħol li qatt ra pajjiżna u kabbar l-ekonomija Maltija waqt li fl-istess ħin kien qiegħed jittrasforma l-bażi finanzjarja tal-gvern.", "Dan huwa gvern li jwettaq u jikkonkludi u mhuwiex gvern li joqgħod gallarija, jittama lil kulħadd u jara kif jagħmel biex jiġbor il-voti, jiġi minn fejn jiġu, basta ma jikkommettix ruħu u ma jkunx ċar għall-futur.", "Kuntrarju għal dak li qal l- Onor. Mangion fil-kumitat li żammejna l-bieraħ u b'konferma ta' dak li qal l-istess Onor. Mangion li fil-kumitat meta qal li l-importanti hu li nieħdu d-deċiżjonijiet għaliex huwa biss min ma jiddeċiedix li ma jiżbaljax.", "Dan huwa gvern li jiddeċiedi, jattwa u jġib lejn pajjiżna ġid ekonomiku kbir.", "Sur President, dan il-proġett huwa eżempju ċar tal-kapaċita' ta' dan il- gvern kif minn viżjoni nittraduċu għar-realta'.", "X'kienet il-viżjoni tagħna fl-1999?", "Kienet viżjoni li l-ekonomija ta' pajjiżna trid tbiddel il-bażi tagħha mill-manifattura tradizzjonali u mit-turużmu bħala ż-żewġ pilastri ewlenin ta' l-ekonomija għal manifattura iktar moderna, turiżmu differenti u pilastru ġdid ieħor ibbażat fuq l-IT.", "Emminna li l-IT jista' jkun kolonna prinċipali ta' l-ekonomija ta' pajjiżna.", "Minkejja l-ħafna ġeremiji li kellna ma' saqajna emminna wkoll li f'Malta kellna nies li kapaċi jilqgħu din l-isfida u għalhekk qed noħolqu korsijiet fl-universita' u fil- kulleġġi tagħna ġodda billi ndaħħlu oqsma ta' taħriġ ġdid biex il-Maltin u l-Għawdxin isiru kapaċi jaħdmu fil-qasam ta' l-IT.", "Kellna l-viżjoni li nagħmlu minn Malta ċentru ta' eċċellenza fil-Mediterran u għaliex konna kompetenti dik il-viżjoni konna kapaċi nittraduċuha fi pjan konkret b'miri konkreti li ridna nilħqu matul is-snin.", "Dak iż-żmien ġejna kkritikati li dak il-pjan kien ambizzjuż wisq biex nilħquh.", "Pero' emminna fil-kapaċita' tagħna u għalhekk investejna bil-qawwi fl-infrastruttura, fl-edukazzjoni u fit-taħriġ, investejna bil-qawwi fis-sistemi bħall-e-government li llum huma rikonoxxuti l-aħjar fl-Unjoni Ewropea.", "L-ambizjoni kbira li kellna dwar SmartCity mhux biss ilħaqnieha imma ssorpassajniha u għalhekk illum qed issir realta'.", "Il-viżjoni ta' seba' snin ilu wasslitna għal dan il- proġett ta' Lm110 miljun li kif nispjega iktar 'il quddiem se jħalli iktar miljuni minn hekk fl-ekonomija Maltija.", "Fejn kien il-partit Laburista f'dan kollu?", "Sa l-2003 lanqas kellu spokesperson fuq dan il-qasam u sa l-2003 injora totalment qasam li biddel lid-dinja, igglobalizza lid-dinja kollha u biddel il-metodu ta' kif taħdem l-ekonomija.", "Ġabar ruħu fis-sena 2003 meta appunta spokesperson pero' mbagħad bdejna naraw ix-xettiċiżmu tradizzjonali tal-Malta Labour Party f'dan il-qasam.", "Bdew jiddieħku bina li aħna ambizzjużi wisq, li qegħdin infasslu affarijiet irraġunġibbli, li qegħdin inħarsu lejn l-istilel u li m'aħniex se naslu.", "Pero' jiena ngħid li altru li wasalna għaliex illum wasalna f'punt li mhux biss qegħdin naħsdu dak li żrajna imma qegħdin naħsdu dak li emminna li jista' jiġri.", "U hawnhekk nixtieq nagħti parir lill-ħbieb tiegħi tan-naħa l-oħra biex ma jħallux lil min qiegħed jagħtihom il-pariri u li għandu interessi personali fil-pariri li qed jagħtihom jimpressjonahom b'dak li qed jgħidilhom.", "Għandhom jieħdu bħala konsulenzi firxa wiesgħa u differenti ta' nies li m'għandhomx interessi partikolari u jagħmlu pjaċir lil dan il-pajjiż li ma jippubblikawx dawk il-policy papers fuq l-ICT li ppubblikajtu.", "In-naħa l-oħra għandha tieħdu dan il-qasam bis- serjeta' mhux biex ilaħħqu magħna imma biex verament ikunu ta' servizz għal dan il-pajjiż.", "Sur President, jiena nħossni kburi li f'isem il-gvern illum qed inressaq din il-mozzjoni.", "Inħares biss lejn in-numri u nimpressjona ruħi.", "Il- bieraħ il-KPMG, ditta magħrufa biżżejjed ta' awdituri f'Malta, ippreżentat studju, ikkummissjonat mill-ministeru tiegħi, magħmul minnhom u ċċertifikat minnhom dwar l-effett ekonomiku li se jkollu l-investiment ta' Lm110 miljun fi SmartCity.", "Aħna dejjem emminna u dejjem ridna nkunu nafu mhux tant il-Lm110 miljun li se jintnefqu direttament biex f'Ricasoli jsir SmartCity imma ridna nkunu nafu - għax din kienet l-iktar ħaġa importanti għall-pajjiż - dawk il-Lm110 miljun x'se jġibu bħala added value, bħala effett ekonomiku fuq il-GDP u bħala differenza fil-finanzi tal-gvern.", "U allura qabbadna lill-KPMG li fit-tim tagħhom żiedu l-Prof.", "Lino Briguglio, ekonomista magħruf biżżejjed, u l-bieraħ ippubblikaw il-konklużjonijiet tagħhom.", "Iktar tard se nitlob il-permess tal-Kamra biex inpoġġi fuq il- mejda tal-Kamra kopja ta' dan ir-rapport li jaqsam l-iżvilupp f'żewġ partijiet, id-development phase u l-operational phase, il-fażi fejn l-ewwel isir l-iżvilupp u mbagħad jikkalkola l-effetti waqt il-fażi operazzjonali.", "Għal kull fażi jaqsamhom f'żewġ xenarji, il-konservattiva, jiġifieri dak li ġie kkuntrattat u l-potential, jiġifieri dak li jaħsbu li jista' jiġri jekk l-affarijiet jimxu kif suppost.", "Hawnhekk se nikkwota l-aggregate tat-tnejn, jiġifieri l-parti ta' l- iżvilupp mal-parti ta' l-operazzjoni u nagħmel average taż-żewġ xenarji differenti bejn il-contracted u l-potential.", "Meta nsemmi dawn il- konklużjonijiet li waslu għalihom il-KPMG qed nagħmilhom fuq bażi realistika ħafna u mhux qed nieħu l-aħjar xenarju posibbli li huma jsemmu.", "Kif nafu dan huwa investiment dirett ta' Lm110 miljun u l-KPMG qed jgħidu li l-GDP ta' pajjiżna bħala direct input at current prices hu mistenni li jiżdied b'Lm4.3 miljun fl-2007 u jitla' b'Lm260 miljun fl-2018.", "Jiġifieri fuq medda ta' għaxar snin qed jipprevedu li dan il-proġett iżid il-GDP ta' pajjiżna b'Lm260 miljun, effett ekwivalenti għal 5.9% at current prices tal- GDP, effett uniku ta' dan l-investiment.", "Għandhom sezzjoni oħra li turi kif dan l-investiment se jaffettwa l-finanzi diretti tal-gvern at current prices u jikkalkolaw li l-effett nett fis-sena 2008 jibda Lm700,000 u fis- sena 2018 jkun tela' għal Lm49.4 miljun.", "Dan huwa dħul ġdid għall-gvern minn interessi, taxxi, corporate tax u dwana fil-kaxxa ta' Malta minn dan l-investiment biss.", "Sur President, ġie eżaminat ukoll l-external trade balance u l-konklużjoni tal-KPMG hija li waqt li fil-fażi operazzjonali fl-2008 ikollna outflow ta' Lm1.1 miljun, sas-sena 2018 jitbiddel f'positive net balance ta' Lm120.8 miljun fl-external trade balance.", "Dawn huma numri impressjonanti.", "Għal dak li jirrigwarda l-impjiegi, il-KPMG jipprevedu li waqt id-development phase mill-aħħar ta' din is-sena u s-sena d-dieħla l-impjiegi jvarjaw minn 410 għal 630 u malli nibdew noperaw l-impjiegi għandhom jistabbilizzaw bejn 7,600 sa massimu ta' 10,500.", "Filwaqt li qed jagħmlu dawn il- previżjonijiet, qed jagħmlu kondizzjoni li mhux qed jieħdu in konsiderazzjoni dak li l-ekonomisti jsejħulu s-super multiplier effect, cioe' jekk il-profitti li jiġu ġenerati mill-kumpanniji jitpoġġew lura fl- investiment li jkunu għamlu dawk il-kumpanniji u dak l-effett huwa ġenerat mill-infiq addizzjonali tal-gvern.", "Jiġifieri jekk tneħħi s-super multiplier effect il-GDP ta' pajjiżna huwa mistenni li jiżdied mill-2018 'il quddiem b'Lm260 miljun kull sena; il-finanzi tal-gvern mill-2018 'il quddiem mistennija li jiżdiedu b'Lm50 miljun kull sena, l-external trade balance hu mistenni li jkollu positive trend mill-2018 'il quddiem b'Lm120 miljun kull sena u l-impjiegi għandhom jistabbilizzaw ruħhom għal numru ta' bejn 7,600 u 10,500.", "U dan kollu mingħajr ma nikkonsidraw il-benefiċċju li pajjiżna se jieħu bil-kreazzjoni ta' medda ta' art li se tkun public spaces f'dan il-proġett b'investiment ta' Lm3.5 miljun u mingħajr ma nikkonsidraw il-public gain li se jiggwadanjaw l-iktar il-lokalitajiet ta' dawk l-akwati bħax-Xgħajra, il-Kalkara u Ħaż-Żabbar u minbarra l-vantaġġ inestimabbli li se tieħu Malta meta tiġi marketed barra minn Malta minn dawn l-iżviluppaturi li minħabba l-isem tagħhom, minħabba l-istabilita' tagħhom u minħabba l-fama tagħhom internazzjonali bla dubju ta' xejn jiġbdu lejhom l-aħjar investituri u se jkunu huma li jbigħu dan il-proġett.", "Dan huwa vantaġġ inestimabbli f'termini ta' flus pero' huwa wkoll vantaġġ enormi f'dak li mdorrijin insejħu bħala branding jew forsi jista' jingħad li huwa marketing ukoll.", "Ladarba semmejt l-iżviluppaturi rridu naraw ta' min hu dan il-proġett u min se jmexxih għaliex waqt il-kumitat saru ċerti domandi li deherli li kienu pjuttost strambi.", "Jiena nemmen li meta tibni proġett hemm żewġ prinċipji importanti li huma s-serjeta' ta' l-investitur li tkejjilha b'diversi modi - u l-iktar importanti hija l-fama tiegħu fis-suq - u s- serjeta' kuntrattwali.", "Bla dubju ta' xejn jeżistu wkoll d-doomsday scenarios, x'jiġri jekk tqum rivoluzzjoni x'imkien.", "Id-doomsday scenarios tqajmu wkoll fil-kumitat tal-Parlament kemm rigward l-investiment kif ukoll rigward il-kuntratt innifsu.", "Ħalli nibda billi l-ewwel neżamina min hu l- investitur.", "Il-proġett se jkun proprjeta' ta' SmartCity (Malta) Ltd., kumpannija li se titwaqqaf f'Malta skond il-liġijiet ta' Malta li fiha l- gvern Malti se jkollu 9%.", "Issa biex inkun preċiż il-gvern Malti se juża kumpannija, il-MGTIL pero' l-beneficiary wara din il-kumpannija huwa l- gvern Malti u ħadd iktar u dan se jkollu 9%.", "U qed insemmi l-beneficiary ownership apposta għaliex illum anke l-banek jaġixxu skond min ikun x- shareholder.", "Per eżempju, l-Enemalta ma kenitx kapaċi tissellef dak li għandha tissellef fuq il-balance sheet tagħha, il-Lm200 miljun u iktar - u trid tissellef iktar - li kieku m'hemmx il-gvern warajha għaliex kieku fuq l-istrength tal-balance sheet l-ebda bank ma jsellifha.", "U allura r- reputazzjoni ta' min hu l-investiment huwa assolutament importanti fid- dinja finanzjarja.", "Jiġifieri hawnhekk qed ngħidu li 9% huwa tal-gvern Malti, il-91% l-oħra se jkunu proprjeta' ta' kumpannija li jisimha SmartCity Dubai, SZLLC, reġistrata f'Dubai.", "Din il-kumpannija hija owned one hundred per cent minn TECOM Investments - mhux limited għaliex għandhom terminoloġija oħra – li għandha ma nafx kemm-il proġett f'Dubai u ċ-chairman tagħha huwa Ahmed Bin Byat li nzerta wkoll hu s-segretarju ġenerali tad-Dubai Executive Council, il-kabinett ta' Dubai.", "Qed insemmi dawn l-affarijiet biex ngħid x'sigurta' għandna għaliex qamu xi domandi fil-kumitat parlamentari dwar dawn in-nies u jekk jinqala' xi ħaġa kif se nistaqsu għall-guarantee.", "Issa se niġi għaliha.", "U allura qed insemmi lin-nies u nsemmi l-pożizzjonijiet.", "Pero' TECOM Investments hija kumpannija sussidjarja u l-mother company hija Dubai Holdings.", "Issa jista' jkun li hawn xi nies li ma jafux min huma Dubai Holdings, pero' f'Mejju tas-sena l-oħra jien poġġejt fuq il-mejda tal-Kamra - u se nerġa' npoġġiha - lista sħiħa ta' x'kumpanniji hemm taħt Dubai Holdings.", "Imma mid-dehra ħadd ma raha għaliex mill-kummenti li smajt min- naħa Laburista fil-kumitat tal-Kamra qisha din id-Dubai Holdings xi kumpannija tal-ħabba gozz li nsibuha fit-triq.", "Sur President, irrid ngħid li ċ-chairman u s-CEO ta' Dubai Holdings tagħha huwa Mohammed Al Gergawi li huwa l-ministru ta' l-istat għall-cabinet affairs ta' Dubai li huwa ċ-chairman tad-Dubai Executive Council.", "Jiġifieri qed niddiljaw ma' l-ogħla żewġ awtoritajiet tal-kabinett ta' Dubai.", "U min hu l-beneficial owner tad-Dubai Holdings?", "Il-beneficial owner ta' l-MGTIL, il-kumpannija Maltija li se jkollha 9%, huwa l-gvern Malti u l-beneficial owner ta' Dubai Holdings huwa l-Eċċellenza tiegħu, il-Ġeneral Sheikh Mohammed bin Rashid al Maktoum, owner ta' 99.67% tax-shares ta' Dubai Holdings.", "U l-partit Laburista jridni mmur nitolbu jagħmilli garanzija bankarja li jekk jeħlu l-penali ta' Lm0.25 miljun se jħallsuha!", "U ħalluna!", "Din hija s-serjeta'?", "B'dan il-mod triduna niddijljaw ma' dawn l- investituri li se jġibu dan il-ġid f'Malta.", "Dawn huma investituri ta' kwalita' u min kien preżenti mill-partit Laburista fil-kumitat it-tnejn jafu li lill-investitur ta' kwalita' titolbu inqas garanzija u titlob ħafna garanziji lil min hu problematiku.", "Immaġinaw immur nitlob lil din il- kumpannija li hija owned personalment minn Sheikh ta' Dubai garanzija bankarja mill-BOV jew mill-HSBC li jekk jeħel Lm0.25 miljun penali kapaċi jħallasha qisni m'iniex nafdah!", "Intom taħsbu li dan il-gvern daqshekk taċ- ċajt jew tridu tilagħbu kif tagħmlu s-soltu għall-gallarija biex taparsi togħġbu lil kulħadd?!", "Sur President, l-akbar garanzija hija s-serjeta' ta' ma' min tiddilja, li tafda lil min qiegħed in-naħa l-oħra mhux għax ibellgħulek kollox pero' għaliex it-track record tiegħu jitkellem waħdu.", "U jiena nħossni kburi li ma tlabtx garanzija bankarja għal Lm0.25 miljun għaliex ma jidhirlix li għandi nitlobha ma' dawn in-nies.", "Jekk hawn xi ħadd li jidhirlu differentement, nassigurah li kieku mort fuqu u tlabtu garanzija bankarja ta' kwart ta' miljun lira, kienu jitilqu 'l hemm l-għada filgħodu.", "Meta f'Mejju ġejna biex inbigħu lill-Maltacom, aħna tlabna lil Dubai Holdings tgħidilna kif se jiffinanzjaw l-acquisition tal-Maltacom u f'ittra datata 15 ta' Jannar 2006 – u dan id-dokument ġie injorat min-naħa l-oħra - dawn irrispondewna hekk:", "\"Dubai Holdings, parent company of the bidder TECOM Investments Ltd., hereby confirm that it is our intention that we will provide the financing for the purchase price, Lm94 million, of Maltacom from our on hand cash reserves.\".", "Dubai Holdings ħallsu l-Lm94 miljun tal-Maltacom mill-cash reserves li għandhom.", "U lili triduni mmur nitlob lix-Sheikh Mohammed garanzija għal Lm0.25 miljun!", "U ħalluna!", "B'dan il-mod tridu ġġibu l-investiment?", "Biex iġġib l-investimenti trid tkun kapaċi u mhux tilagħbu għall-gallarija biex taparsi qed timpressjonaw.", "Imbagħad qalulna – u din reġgħu rrepetuha llum fil-press release li ħarġu - li m'hemmx serjeta' kuntrattwali għaliex aħna għandna 9% biss tal- kumpannija u allura m'għandniex x'nikkontrollaw.", "Mela aħna ċwejjeċ daqshekk li ddefendejna biex nikkontrollaw fuq id-9% li għandna fil-kumpannija.", "Fl- ewwel jew fit-tieni sena tal-liġi titgħallem li biex tikkontrolla jrid ikollok nofs il-kumpannija jew iktar.", "Pero' jiena ngħid li n-naħa l-oħra konvenjentement insew il-garanziji kollha li għandna fil-kuntratt, fil- masterplant u fl-investment agreement li jiggarantixxu kif isir l-iżvilupp u mhux jiggarantixxu l-kumpannija.", "Konvenjentement insew jgħidu li hemm garanzija bil-miktub tat-TECOM li tiggarantixxi l-obbligi kollha kemm ta' SmartCity (Malta) kif ukoll ta' SmartCity Dubai.", "Insew li t-TECOM qed tiggarantixxi li l-proġett jiġi kompletat fi żmien stipulat?", "Qed jinsew li t-TECOM iggarantixxew l-impjiegi kollha u l-ħlas tal-multi relattivi u li dawn l-obbligi li jagħlqu l-proġett fi żmien u jimpjegaw jibqgħu obbligi tat-TECOM indipendentement minn kull trasferiment li jistgħu jagħmlu?", "Dawn l-affarijiet injorawhom kompletament.", "Dawk huma l- garanziji, mela 9% jew iktar jew inqas fil-kumpannija.", "Il-garanzija hi li t-TECOM waħedhom qegħdin jiggarantixxu li dan il-proġett irid jispiċċa.", "U barra minn hekk, biex niżguraw daħħalna fil-kuntratt id-dekadenza, jiġifieri d-dritt li aħna nxolju u nieħdu lura l-art jekk il-proġett ta' l- ICT ma jitlestiex fi żmien stipulat.", "Waħda mir-raġunijiet għaliex aħna nistgħu nxolju l-kuntratt minkejja l-garanziji kollha li għandna hi li jekk l-ICT ma jinbeniex fi żmien li ftehimna, allura l-kuntratt jiġi xolt u l- art terġa' tiġi lura għand il-gvern.", "F'każ li t-TECOM tuża xi parti minn dak lit kun bniet għal xi ħaġa li mhux maqbula, bħal, per eżempju, tuża l- uffiċċji biex tagħmel residenzi, aħna nistgħu nxolju l-kuntratt u nieħdu lura l-art.", "Konvenjentement ma qalux li l-masterplan ma jistax jinbidel ħlief bil-kunsens tal-gvern.", "Dan kollu jfisser li kulma ftehimna kif għandu jinbena, fejn għandu jinbena, x'għandu jinbena, kemm għoli għandu jinbena u kif għandu jintuża issa huwa maqbul u mhux se jinbidel ħlief bil-kunsens tal-gvern.", "U jista' jkollna share wieħed fil-kumpannija għaliex din il-garanzija tibqa' tgħodd u jekk l-uffiċċji jibdew jużawhom għall-appartamenti xorta nieħdu lura l- art u jekk il-bini ta' l-ICT li l-iktar jinteressa lilna ma jitlestiex fiż-żmien stipulat allura nieħdu lura l-art, anke jekk ikollna share wieħed biss.", "Pero' minn dan ma qalu xejn.", "Dawn huma l-garanziji veri.", "Ma qalux, per eżempju, li mingħajr il-kunsens tal-gvern l-agreement li hemm fuq il- bini mhux se jitbiddel.", "Illum qed niftehmu li, per eżempju, bejn wieħed u ieħor is-sulari se jkunu bejn erba' u għaxra skond minn fejn tiġi l-art.", "Pero' minn dan kollu ma qalu xejn tan-naħa l-oħra.", "Jista' ma jkollna l-ebda sehem fil-kumpannija għaliex dawk il-garanziji jibqgħu dejjem għaliex huma versu l-gvern.", "Garanzija oħra li qatt ma semmew hija li l-ispazji pubbliċi jridu jintużaw bilfors bħala spazji pubbliċi, ma jistgħux jinbnew u li jridu jibqgħu miftuħin 24 siegħa kuljum mit-Tnejn sal-Ħadd għall-użu tal-Maltin u l- Għawdin.", "Dik hija l-garanzija u mhux id-9% li għandna fil-kumpannija.", "Lanqas ma qalu li għandna garanzija oħra li l-foreshore hija definita fejn hi u li se tkun dejjem aċċessibbli għall-pubbliku Malti.", "Dik hija l- garanzija u mhux id-9%.", "Jista' ma jkollniex share wieħed għaliex il- garanzija tal-foreshore hija imniżżla indipendentement mid-9% li għandu l- gvern fil-kumpannija.", "Garanzija oħra li n-naħa l-oħra ma qalet xejn dwarha hija li terz mill-investiment jkun f'equity u mhux issellfu l-bank.", "Rajna diversi żviluppi f'dan il-pajjiż fejn ingħatat biċċa art, l-art imorru jeħduha l-bank,min-naħa tiegħu l-bank joħroġ 90% tal-flus ta' l-iżvilupp u l-iżviluppatur joħroġ 10% tal-flus.", "Aħna ftehimna li terz ta' l- investiment irid jiġi f'equity u din il-garanzija ma tiddefendihiex bid-9% li għandna għaliex jista' ma jkollna xejn u l-flus xorta jridu joħorġuhom.", "Għandna garanzija oħra hija li t-TECOM qabel 14-il sena, ħlief l- eċċezzjonijiet li nsemmu, ma jistgħux jittrasferixxu x-shares tagħhom lil ħaddieħor ħlief jekk ikunu lestew l-ICT jew ikunu impjegaw il-5,600 ruħ.", "Din il-garanzija assolutament m'għandhiex x'taqsam mad-9%.", "Sur President, id-9% qegħdin hemmhekk biex lilna jagħtuna l-profitti għaliex nemmnu f'dan l-investiment u minkejja d-9% aħna kkontrollajna fil- kumpannija l-iktar affarijiet importanti u ċioe', żgurajna li jkollna pre- action rights, jiġifieri jekk il-kapital jiżdied oltre l-$220 miljun li huma tagħna diġa' mħallsin, aħna għandna dejjem id-dritt li nibqgħu nżommu d-9%.", "M'għandhomx dritt inaqqsu x-share capital, ma jistgħux ibiddlu l- istatut tal-kumpannija u ma jistgħux ixolju l-kumpannija.", "Is-soltu dan kollu seta' jsir mill-majority shareholder.", "Dawk huma l-garanziji.", "Jiena nappella lin-naħa l-oħra biex ma joqogħdux jgħaddu n-nies biż-żmien u jgħidu li għaliex għandna 9% biss allura m'għandniex effective control.", "Sur President, l-effective control ma joħroġx mill-kumpannija imma joħroġ mill-kuntratt, mill-investment agreement u mill-masterplan.", "Sur President, jiena ngħid ukoll li għandna effective control permezz taż-żewġ tipi ta' penalitajiet li għandna; penali għad-dewmien fil-bini u penali jekk ma jirnexxilhomx jimpjegaw l-ammont ta' nies li huwa previst.", "Qalulna li t- tieni penali hija baxxa.", "Din hija l-ewwel darba li daħlet f'40 sena u qatt ma kellna bħalha.", "(Interruzzjonijiet) Hawn Malta ħafna drabi jiġri li jiġi xi ħadd jinvesti, jiftaħ kamra u jgħid li se jimpjega 40 ruħ, imbagħad jimpjega kemm irid, ħadd ma jiċċekkjah u jibqa' għaddej u wara ma nafx kemm nintendu li m'hemm xejn.", "Din hija r-rabta ċoff u mhux li qalu huma, imma niġi għaliha iktar tard.", "Issa għaliex f'dan il-kuntratt daħħalna din il-penali, tan-naħa l-oħra qalulna li żammejniha baxxa!", "Taf x'inhu l-argument li ġabu?", "Li dawn jifilħu jħallsu.", "Allura min jiġi jinvesti l-miljuni f'pajjiżna għaliex ikun jiflaħ, tkompli tbellagħlu?!", "Jiena ngħid li għandna nirraġunaw bil-kontra għaliex dan l-investitur se jieħu riskju kbir u jiena naqbel ma' l-Onor.", "Mangion meta qal li jalla jagħmel il-profitt imma mhux għaliex jiflaħ tkompli tbellagħlu!", "Ma nistgħux nittrattaw l-investiment b'dan il-mod għaliex kieku bil-garanzija li jitlaq l-għada.", "Dan x'raġunament hu?", "L-Onor.", "Brincat kien bankier u nixtieq inkun naf kieku fil-pożizzjoni tiegħu kienx jafda lil din il-kumpannija b'Lm0.5 miljun penali.", "Għaliex jekk ma kienx naħseb kien imur l-HSBC jew xi bank ieħor biex jaħdem għaliex ma jistax ikun li nużaw dan it-tip ta' kejl.", "Il-garanzija hija li għandna black on white li se jimpjegaw 5,600 ruħ.", "U fejn hija l-garanzija tagħhom?", "Il-garanzija tagħhom hi li fi spazju ta' 103,000 square meters se jibnu uffiċċji li jieħdu 5,600 ruħ fil-qasam ta' l-ICT.", "Issa intom taħsbu li dawn huma daqshekk imġienen li jibnu uffiċċji u jieħdu riskju li ma jimluhomx?!", "Jien mhux il-penali tikkonvinċini u allaħares jasal li jħallasha u lanqas biss inħares lejha bħala flus li nista' ndaħħal.", "Jien jikkonvinċini l-fatt li dawn ikkommettew ruħhom li jibnu uffiċċji biżżejjed li jieħdu 5,600 ruħ u jistgħu jużawhom biss bħala uffiċċji għaliex hekk jgħid il-kuntratt.", "They are confident they can do it.", "They have proved they can do it.", "U għalhekk jiena fiduċjuż.", "Ovvjament inkunu qed nipprovaw nagħtu x-xemx bl-għarbiel li ngħidu li l-kontroll tal-gvern ġej mid-9%.", "Imbagħad kellhom il-wiċċ isemmulna x'ġara f'Chambrai.", "Jien l- ewwel wieħed li nammetti li tgħallimna mill-kuntratt ta' Chambrai, u mhux mill-kuntratt ta' Chambrai biss tgħallimna imma tgħallimna mill-kuntratt tal-MIDI, tgħallimna mill-kuntratt tal-Waterfront tal-Belt u tgħallimna mill-kuntratt tal-Waterfront ta' Bormla.", "Aħna kollha rajnihom il-kuntratti u kollha pprovajna nieħdu xi ħaġa minnhom biex nibnu fuqhom u għamilnihom bl-esperjenza kollha li għandna.", "Intom tafu x'tgħallimtu minn Chambrai?", "Meta Dr. Michael Caruana rnexxilu jixtri lil kulħadd u reġa' beda jmexxi l- proġett 'il quddiem intom hawnhekk għajjartuh ġakbin u traditur ta' l- Għawdxin, ivvotajtu kontra tiegħu u ma kontux kuntenti biżżejjed għaliex mortulu wara l-bieb tal-proġett u għamiltulu kuruna tar-rand tal-mejtin.", "Dak li ħa mingħandkom Dr. Michael Caruana għax emmen fl-Għawdxin.", "Dażgur li aħna tgħallimna mill-kuntratt ta' Chambrai pero' ma tistax tqabbel il- kuntratt ta' Chambrai ma' dan il-kuntratt li għandu rabta sħiħa ta' garanziji kollha eżegwibbli fil-qorti indipendentement mix-shareholding li għandna.", "Sur President, wara li tajt ħarsa lejn is-serjeta' ta' l-investitur, issa se nagħti ħarsa lejn il-proġett.", "M'hemm l-ebda dubju li min irid iħares mingħajr lenti preġudizzjarju jrid jammetti li dan huwa proġett ta' investiment kbir u fuq din jaqblu ż-żewġ naħat tal-Kamra.", "Fil-fatt wara l- istqarrija li ħareġ il-partit Laburista dalgħodu nista' niġbed numru ta' konklużjonijiet li qed naqblu fuqhom.", "Per eżempju, il-partit Laburista m'għadux jgħid li dan huwa proġett ta' spekulazzjoni jew li dan huwa proġett ieħor - kif qal qabel il-kap tal-partit tagħhom - ta' bini ta' appartamenti u vilel.", "Il-partit Laburista jidher li jaqbel mad-dritt li kkonċedejna li nikkonvertu ċ-ċens minn wieħed temporanju għal wieħed perpetwu.", "THE DEPUTY SPEAKER: Ippermettili, Onor. Gatt, nixtieq niġbidlek l- attenzjoni li għaddew l-40 minuta.", "L-Onor.", "Mario Galea.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Sur President, hemm ftehim li fit-tliet seduti l- kelliema m'humiex marbuta b'limitu ta' ħin.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sur President, nikkonferma li hemm qbil li m'hemmx limitu ta' ħin u m'hemmx għalfejn tintalab extension jew leave of House.", "THE DEPUTY SPEAKER: Mela skond il-ftehim li ntlaħaq is-Sedja kull kelliemi se jkun eżentat mil-limitu ta' ħin.", "L-Onor.", "Gatt jista' jkompli bl- intervent tiegħu.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Sur President, nieħu l-okkażjoni biex nirringrazzja lill-Kamra.", "Nieħu pjaċir ninnota wkoll li jidher li qed naqblu kompletament ħlief għal biċċa żgħira immens tal-foreshore – pero' fuq din nitkellem iktar tard għaliex għandhom żball ukoll – u jidher li m'hemmx oġġezzjonijiet fuq il-master plan, fuq l-investment agreement, fuq is- sulari u fuq il-phasing.", "Fil-fatt il-partit Laburista m'għadux jgħid li dan tant huwa proġett ta' spekulazzjoni li qed nużaw 20% ta' l-art biex jinbew il-lodgings.", "Jien ngħid li qed naqblu fuq 99% ta' l-affarijiet u għalhekk stagħħibt kif il-bieraħ ivvotaw kontra waqt il-kumitat.", "Għalkemm l-istqarrija li qratj dalgħodu hija fattwalment nofsha żbaljata, nistgħaġeb kif il-bieraħ kellna vot ta' le u nispera li f'dawn it-tliet seduti din in-naħa tagħmel l-almu tagħha biex tikkonvinċi lin-naħa l-oħra biex jivvotaw magħna meta niġu għall-vot fl-aħħar jew almenu ngħadduha b'mod unanimu mingħajr oppożizzjoni biex ikollna Kamra magħquda u mhux jiġrilna kif ġralna fil-kumitat fejn ivvotaw le u kellna niġu quddiem din il-Kamra.", "Meta naqra din l-istqarrija tal-partit Laburista ngħid: Kif jista' jkun qed naqblu fuq l-iktar affarijiet importanti ta' dan il-proġett u għal erba' ħmerijiet jibqgħu jgħidu le għall-gost li jgħidu le?", "Jiena nappella biex inkunu above dan il-pettiness u ngħidu li dan il-proġett huwa ta' kulħadd, mhux tal-partit Nazzjonalista jew tal-gvern, imma proġett ta' Malta.", "Qed naqblu lkoll li dan m'huwiex proġett ta' spekulazzjoni.", "Jiena jdejjaqni min jipprova, għax ikollu aġenda moħbija, jagħmel ħmerijiet ta' assimilazzjoni qisna dan il-proġett se nibnuh f'nofs Tas-Sliema u se nbigħu l-flats kollha tas-Sliema u se nbigħu l-garaxxijiet kollha ta' San Ġiljan!", "Liema spekulatur tagħtih 300 tomna art u jżomm terz minnha biex jagħmel public spaces?", "Liema spekulatur jagħmilha f'dan il-pajjiż?!", "Liema spekulatur għal 340 appartament jibni car park ta' bejn 5,000 u 6,000 garaxx?", "L-ewwelnett irrid ngħid li din il-kelma ta' spekulatur iddejjaqni u t-tieni nett aħjar nibdew niddefinixxu preċiżament xi tfisser spekulazzjoni għax mid-dehra kulħadd għandu d-definizzjoni tiegħu.", "Min, jekk irridu nużaw b'mod speġjorattiv il-kelma \"spekulatur\", jaċċetta li jingħata 300 tomna art u jista' jgħolli massimu ta' għaxar sulari bil- medja ta' sulari tkun sitta?", "Liema spekulatur f'pajjiżna qatt intrabat li jipprovdi 5,600 impjieg?", "U fuq kollox, min jaċċetta li jingħata 300 tomna art u jħalli terz minnha miftuħa għall-public spaces fejn lanqas tista' tibni xejn fuqha u minn dak li tista' tibni tieħu biss 72,000 square metres li tista' tibnihom bħala appartamenti, jiġifieri madwar 20% ta' l-art u tintrabat – ħaġa li kulħadd qed jinjora – li mit-72,000 square metres li tista' tibni 50% minnhom iridu jkunu l-coverage, jiġifieri nofsha trid tinżamm biex tinżamm id-distanza bjen il-built-up areas?", "Ir-realta' hija li dan huwa proġett li jmur ħafna lil hinn mill-flus li se jintnefqu direttament, imur ħafna lil hinn mill-bini fiżiku li se jġib miegħu, huwa proġett li jintegra ruħu fl-ekonomija Maltija, huwa proġett li jagħti sinjal ċar ta' l-għeluq ta' fażi u bini ta' fażi oħra u huwa proġett ta' viżjoni ta' dan il-gvern kif ried u emmen li Malta tista' ssir.", "Dan huwa l-component essenzjali ta' dan il-proġett u mhux il- kondizzjonijiet tal-flus jew kemm jeħel penali u ma jeħilx penali jew jekk jagħtiniex garanzija jew ma jagħtiniex għaliex dawn kollha tista' tiddibattihom ad infinitum.", "M'iniex qed ngħid li l-finanzi mhumiex importanti pero' l-qalba tal-proġett mhumiex il-finanzi.", "Pero' rrid ngħid li jidher li l-konvinċiment ta' l-Oppożizzjoni miexi mhux ħażin u fil-fatt jekk naqbad l-istqarrija uffiċjali ma nsib l-ebda kritika fuq is-Lm7 miljun premium li se neħduhom f'shares fil-kumpannija.", "Dawn stajna neħduhom cash pero' ddeċidejna li dan huwa proġett li jagħmel sens għal Malta, ridna li jkollna say żgħira fih u dehrilna li aħjar inkunu preżenti fil-kumpannija milli neħduhom cash.", "Fil-fatt l-Oppożizzjoni taqbel magħna li huwa sew li ma kkalkolajniex fil-premium il-parti li se tinbena għall-ICT u l-parti li għandha x'taqsam mal-commercial għax iż-żewġ partiti jaqblu li għal dawn l- investimenti prattikament għandna nagħtuhom b'xejn l-artijiet u meta ġejna biex nikkalkolaw il-premium ħdimna fuq il-kuntratt tal-MIDI.", "Fil-fatt il- MIDI joħroġ Lm82 per square metre u kieku napplikah għal dan il-kuntratt, suppost daħħalna Lm6 miljun, fil-fatt daħħalna Lm7 miljun li jiġi Lm1 miljun iktar.", "U jidher li l-Oppożizzjoni mhijiex qed tikkritikah iktar.", "F'din l-istqarrija ma nsibu l-ebda kritika dwar iċ-ċens.", "L-Oppożizzjoni taqbel li jkun hemm rata fuq ir-rata ta' kif tikkonverti ċ-ċens temporanju għal ċens perpetwu fir-rigward ta' l-uffiċċji.", "Ma saret l-ebda kritika dwar l-investiment totali ta' Lm110 miljun li t-TECOM se tinvesti fil- proġett u ma kkritikawx t-Lm3.5 miljun li t-TECOM sejra tinvesti fl-ispazji pubbliċi.", "Qablu magħna għaliex ma nislux kelma fuq l-istatut tal- kumpannija, fuq il-memorandum u l-articles of association.", "Qablu magħna wkoll fuq l-investment agreement li jikkontrolla l-Lm110 miljun.", "Sur President, fl-opinjoni tiegħi, qabdu ma' żewġ punti li huma minuri għall-aħħar u nazzarda ngħid li wieħed minnhom huwa perikoluż għal min ħasbu għaliex ħasbu b'mod redikolu ħafna.", "L-ewwel ħaġa qalulna fl- istqarrija li dan l-investiment se jiswa l-flus u hawn claim mill-gvern li għadu mhux ikkalkolat, imma mhux kif qalu huma min-naħa tagħna għaliex aħna aħna nafu kemm se nonfqu fit-toroq, nafu kemm se nonfqu għall-ilma, u li għadu mhux ikkalkolat huwa l-elettriku għaliex għadhom ma tawniex ir- requirements huma.", "In-naħa l-oħra qed tgħid li jmissna rkuprajna dak li se nonfqu fl-infrastruttura l-ġdida minn fuq il-fidi taċ-ċnus.", "Ħalli ngħidu li nfaqna Lm3 miljun biex nirriallokaw u se nonfqu Lm20 miljun - ma nafx jekk hux se nonfqu Lm20 miljun, pero' qed inkun ġeneruż - biex dan l- investiment isir realta'.", "Allura jekk se nonfqu Lm20 miljun ta' darba u mhux kull sena biex 5,600 Malti jiġu impjegati, tiġu tgħidulna li jmissna rkuprajnih mill-proġett?", "Mid-dehra konvenjentement insew li l-KPMG qalulna li għax se ninvestu dawn l-Lm20 miljun u huma se jinvestu Lm110 miljun, se jkollna żieda fil-finanzi tal-gvern ta' Lm50 miljun sena wara sena.", "Allura għandi bżonn inġibhom lura direttament mill-investiment?", "X'differenza jagħmilli jekk l-Lm20 miljun inġibhomx f'fidi ta' ċens jew inġibhomx minn ġbir ta' taxxi ta' attivita' ekonomika ġdida?", "Se nġibu lura Lm50 miljun sena wara sena.", "Jekk in-numri huma tajbin anke investiment ta' Lm30 miljun jew Lm40 miljun nagħmlu!", "Issa niġi għat-tieni punt.", "Aħna ftehimna li r-rata li biha trid taqleb ċens temporanju għal wieħed perpetwu għandha tkun ta' Lm1.50 per square metre fil-kummerċjali u Lm1.70 fir-rigward tal-lodging, rati li huma ogħla minn dawk li huma applikati fil-kuntratt tal-MIDI.", "Il-bieraħ in-Nutar Mangion fil-kumitat qalilna li għandu ittra mingħand il-Lands fejn xi ħadd għandu dar u restorant, skadielu ċ-ċens ta' Lm18 li sar mitt sena ilu.", "Tistgħu timmaġinaw kemm mar tajjeb il-gvern!", "F'mitt sena nbnew restorant u post u dan ħallas Lm18 għal mitt sena sħiħa.", "Issa dan il-post ġie lura f'idejn il-gvern u l-gvern qed jgħid lil dan l-individwu li lest ibigħulu u li r-rata tal-fidi ta' dawn it-Lm18 li saru mitt sena ilu, hija ta' Lm1,000 per square metre.", "U qal: X'jiġifieri lil dak titolbuh Lm1,000 per square metre u lil dan liberu u frank il-post, ma tagħmlulu l-ebda kondizzjonijiet u jista' jagħmel li jrid bih u l-gvern jista' jagħmel li jrid?", "U dan jikkomparah ma' dak li għamilna fil-MIDI, ma' dak li għamilna fil-Valletta Waterfront u ma' dak li għamilna issa u fl-istqarrija jgħidu ċar u tond li l-gvern imissu jistħi li qed jitlef il-flus mir-rata tal- fidi taċ-ċens u li r-rata taċ-ċens temporanju biex naqilbuh għal wieħed perpetwu kellu jkun ta' Lm1,000 per square metre.", "Jiena naħseb li n-nutara kollha, min jaħdem fl-art, il-bankiera u l- avukati jifhmu li hawnhekk mhux qed inqabblu same with same pero' ma nistax nifhem kif intom ma vvotajtux kontra fir-riżoluzzjoni tal-MIDI - għaliex mort niċċekkja l-minuti u sibt li r-riżoluzzjoni tal-MIDI għaddiet nem. con. – meta r-rata kienet inqas milli hi f'dan il-proġett.", "Allura kif issa f'daqqa waħda biddiltu l-pożizzjoni?", "Nispera li jkolli spjegazzjoni kif fil- MIDI qbiltu fuq rata inqas u issa għaliex għandna rata ogħla qed tgħidu li mhijiex biżżejjed u triduha Lm1,000 per square metre?", "Din qiegħda miktuba black on white.", "Tafu kemm tiġi kieku kellna nagħmlu dik ir-rata?", "Niddubita jekk xi ħadd qattx ta kas mill-partit Laburista kemm iridu jħallsu kieku kellna napplikaw din ir-rata.", "Iridu jħallsu Lm90 miljun għall- commercial u Lm88 miljun għall-lodging.", "Jiġifieri intom qed tgħidulna li biex jaqbilbu minn ċens temporanju għal ċens perpetwu, iridu joħorġu Lm178 miljun.", "U intom taħsbu li konna naslu li kieku b'xi mod azzardajna nagħmlu hekk?", "Imma dawn huma affarijiet realistiċi?", "U fl-istess ħin tiġu tgħidu li j'Alla jiġu Malta biex jagħmlu l-profitti?", "Din l-istess bħal meta talbuni nitlob garanzija ta' Lm0.25 miljun lil Sheikh Mohammed!", "Nitlob il- garanziji kieku l-art ħadha xi wieħed mill-kuntratturi li tellajtu magħkom Dubai!", "Jiġifieri kieku kontu intom fil-gvern b'dan il-mod kontu tinnegozjaw?", "Għaliex jekk tagħmlu hekk, żgur li ma ġġibu xejn f'Malta.", "Aħna bnejna struttura finanzjarja li tagħmel sens, b'investiment ta' Lm110 miljun, bl-effetti kollha kollaterali kif spjegati fir-rapport tal-KPMG, b'share tal-gvern ta' 9% intenzjonat primarjament għad-dividends pero' biex ikollna wkoll preżenza u vuċi fl-iżvilupp u għalina huwa importanti wkoll li terz ta' l-investiment se joħroġ minn equity u mhux se jiġi kollu leveraged fl-art.", "Dan kollu juri s-serjeta'.", "Sur President, il-finanzi huma importanti wkoll u huwa importanti wkoll x'se jinbena.", "Il-parametri ġenerali ta' l-iżvilupp fil-masterplan huma ċarissimi u jiena ma naf bl- ebda proġett ieħor fejn qabel ma nagħmlu l-kuntratt diġa' nafu l-parametri ġenerali u rabta sħiħa dwar x'se jinbena u x'se jsir mill-użu ta' l-art b'mod dettaljat.", "Irridu niftakru li 33% ta' l-art mhijiex se tinbena, il- public spaces se jkunu miftuħa mit-Tnejn sal-Ħadd 24 siegħa kuljum għall- Maltin, għall-Għawdxin u għall-barranin.", "Minn dak li se jinbena 46% se jintużaw għall-uffiċċji, 29% se jintużaw għall-commercial u 25% se jintuża għall-lodging.", "Dan huwa l-konċett li ridna għaliex aħna ridna belt oħra - u rrepetejniha diversi drabi – u la ridna nibnu belt dormitorju fejn kulħadd jitlaq filgħodu biex jaħdem u ma jkunx hemm ħlief il-klieb u lanqas ridna technopark jew business park fejn ikun hemm ix-xogħol filgħodu u matul il-lejl kollox ikun mejjet.", "Il-commitment huwa li l-bini ma jkunx ta' iktar minn għaxar sulari, il-maġġoranza b'erba' sulari, l-average se jkun ta' sitt sulari u jimxi ma' kif qiegħda l-art li titla' mill-baħar u tibqa' tiela' 'l fuq.", "Se jintużaw l-ogħla standards ekoloġici u l-użu massiċċ tar-removables, pjan ta' trasport serju li espandew fuqu bil-kbir Buchanan.", "Jiena ddiżappuntajt ruħi meta l-ebda ġurnalista mis-suppost ġurnalisti li fuq l-aġenda tagħhom għandhom l-ekoloġija, ir-renewables u t- trasport ma rrapporta xejn meta l-espert ta' Buchanan għamel mill-inqas 15- il minuta jgħid x'se jużaw, kif se jagħmlu ir-recycling ta' kollox, kif jekk jista' jkun m'huma se jarmu xejn, kif se jiżguraw li t-trasport kemm jista' jkun ma joħnoqx il-belt u kif se jagħmlu l-park and rides.", "Imbagħad jiġu jikkritikaw li dawn l-affarijiet ma nagħtux kashom fil-proġetti tagħna.", "Ħadd ma rrapporta li li għall-ewwel darba f'Malta hemm il- commitment li jinbena proġett fuq il-bażi tas-silver rating tal-LEED U.S. Standard li jeżisti internazzjonalment.", "Dan huwa wieħed mill-ogħla standards ta' kostruzzjoni li jeżistu fid-dinja.", "Sur President, tkellimna wkoll fuq il-benefiċċji li se jkollhom in-nies tax-Xgħajra, tal-Kalkara u ta' Ħaż-Żabbar u minn hawn nirringrazzja lill- kunsilli lokali ta' dawn il-lokalitajiet għaliex qed naħdmu magħhom id f'id u se nibqgħu naħdmu id f'id matul is-snin kollha li ġejjin biex niżguraw li dan l-iżvilupp ikun fuq favur il-komunitajiet tagħhom.", "Kif diġa' għidt, jidher li l-partit Laburista qed jabqel f'kollox għaliex ma oġġezzjona għal xejn ħlief – u dawn l-affarijiet lanqas temminhom – għal żewġ tentufiet li kultant jiena ngħid li jsiru apposta.", "Qalulna li waħda mill-problemi hija li l-foreshore jista' jinbidel minn ħames metri.", "U jiena nixtieq ngħid li fuq il-foreshore hemm żewġ affarijiet; waħda hemm pjanta li tiddelinea l-foreshore fl-approved masterplan u hemm sentenza li tgħid li l- masterplan ma jistax jinbidel ħlief bil-kunsens tal-gvern.", "Allura jiena ma nistax nifhem kif tista' tibdel il-foreshore mingħajr il-kunsens tal-gvern!", "It-tieni ħaġa hi li jekk dawn jagħmlu land reclamation, il-parti tal- baħar li ssir art u tiġi reklamata, issir parti biċ-ċens bil-kondizzjoni li l-ewwel ħames metri jiġu kkonsidrati bħala foreshore.", "U biex inkun preċiż se nikkwota:", "\"There shall be a five metre band abutting on the sea or such lesser width as maybe approved in the approved masterplan...\"", "– li m'hemmx –", "\"... or as may otherwise be agreed between the partners.\".", "Dan ifisser li se jkun ħames metri, ħlief jekk naqblu mod ieħor.", "U fl- istqarrija tagħhom qalu li jmissna niddeċiedu aħna bħala public policy li hi ħames metri u se tibqa' ħames metri biex ma ssirx talba.", "Jiena ma nistax nifhem kif nista' nżommhom milli jagħmlu talba għaliex talba tista' ssir dejjem u ovvjament tista' tiċħadha.", "Il-public policy hi li tkun ħames metri pero' nista' nqum għada filgħodu u nbiddilha għaliex il-gvern jagħmel il-public policy.", "Allura mhux l-istess ħaġa qed ngħidu?", "Jekk naqblu nistgħu nbiddluha pero' m'għandna l-ebda intenzjoni li nbiddluha għaliex bħalissa l-public policy hi li se tkun ħames metri.", "It-tieni oġġezzjoni li qed issir fuq il-masterplan kollu hija fuq il-beach concession.", "Aħna għidna li l-gvern jikkonsidra li jagħtihom beach concession flimkien ma' waħda mill-hotels u l-partit Laburista qed jgħid li jmissna ddeċidejniha minn issa.", "Kif nistgħu niddeċiduha minn issa jekk il- hotel għadhom lanqas jafu fejn se jpoġġuha?!", "L-ewwel iridu jiddeċiedu fejn se jpoġġu l-hotel imbagħad nagħtuhom il-beach concession li diġa' hija mmarkata fil-masterplan, bħala entita' nafu x'inhi, u allura m'hemm l-ebda diffikulta'.", "Allura aħna kellna nwaqqfu l-kuntratt kollu għaliex għad m'għandniex identifikazzjoni tal-beach concession?", "Ma naħsibx li din turi s-serjeta' li bihom isiru dawn l-affarijiet.", "Qalu li jekk mhux possibbli li nidentifikawha għallinqas kellu jiġi limitat l-għadd ta' beach concessions.", "Jekk l-membri tan-naħa l-oħra jaqraw sewwa, isibu li aħna qed nużaw is-singular, \"a beach concession\" u qed ngħidu li \"The government shall grant to the company a part of the foreshore for the purposes of a beach concession for the exclusive use of the hotel and commercial area.\".", "Sur President, li jmiss – u forsi dan l-iktar li jinteressa lil kulħadd - huwa l-proċess tal-MEPA li se jsir kollu kemm hu.", "Minn Lulju li għadda t- TECOM investew ħafna flus fuq studji preliminarji, fuq indikazzjonijiet u laqgħat - u kellu bżonn li dawn l-affarijiet isiru fuq kull proġett maġġuri - qabel ma qgħadu jistennew li l-kuntratt jgħadduh minn hawnhekk, jiġifieri użaw disa' xhur b'mod tajjeb ħafna biex jagħmlu ramping up ta' l- istudji kollha u allura l-MEPA tkun tista' taċċellera l-proċess f'dan ir- rigward.", "Ladarba napprovaw il-masterplan, ħaġa li ssir immedjatament wara li ngħaddu minn dan il-Parlament, it-TECOM japplikaw għal outline development permit u skond l-agreement li għandna mal-MEPA, min-naħa tagħhom għandhom jikkonsidrawh u jieħdu deċiżjoni fi żmien 60 ġurnata.", "Imbagħad 60 ġurnata minn hemmhekk it-TECOM hija marbuta li tapplika għal full development permit li għandu jiġi kkonsidrat mill-MEPA fi żmien 60 ġurnata oħra.", "Jiġifieri jekk kollox jimxi kif suppost, jekk ma jkunx hemm l-eċċezzjonijiet u jekk ma jkunx hemm il-problemi fi żmien sitt xhur li huwa l-perjodu previst mil-liġi li l-MEPA għandha tirrispondi fuq full development permit - jiġifieri ma qbiżna xejn mil-liġi, applikajna l-liġu u se nosservaw kull virgola tal-liġi u l-proċess seta' jiġi aċċellerat minħabba d-disa' xhur u l-investiment li għamlu qabel it-TECOM - u malli joħroġ il-full development permit, fi żmien sitt xhur wara li nitilqu, bejn wieħed u ieħor, wara li ssir l-applikazzjoni l-completion date ta' l-ewwel fażi hi ta' 18-il xahar u f'dik i l-fażi jiġi kompletat l-ewwel fażi ta' l- ICT li huwa bejn 18,000 metru kwadru u 10,500 metru kwadru.", "Sur President, il-proċess kollu tal-bini għandu massimu ta' 14-il sena.", "Fir-realta' jista' jsir ħafna qabel u l-probabbilta' hi li jsir ħafna qabel, pero' għalina li jinteressana hijal-fażi ta' l-ICT, tal-bini ta' l- uffiċċji li jridu jitlestew wara tmien snin u mhux wara 14-il sena u l-fażi ta' l-impjiegi fejn 5,600 ruħ iridu jkunu impjegati fi żmien tmien snin u mhux fi żmien 14-il sena.", "Jiena għidt li sat-tmien sena jridu jiġu impjegati 5,600 persuna.", "Fir-realta' dawn ma jiġux impjegati f'daqqa waħda u ftehimna li fit-tieni sena jrid ikun hemm diġa' 400 impjegati, fit- tielet sena jrid ikun hemm 1,000 impjegat, fir-raba' sena jrid ikun hemm 2,000 impjegat, fil-ħames sena jrid ikun 3,500 impjegat, fis-sitt sena jrid ikun hemm 5,000 persuna impjegata u fit-tmien sena 5,600 impjegat.", "Waqt id- diskussjoni fil-kumitat ġejna kkritikati li ma ftehimniex il-mix magħhom.", "Jien jidhirli li ma kellniex niftiehmu l-mix, fir-realta' ddiskutejniha, pero' fuq il-mix ma jistax isir ftehim għaliex iċ-ċirkostanzi jistgħu jinbidlu skond iż-żmien.", "L-importanti hija li b'mod indirett iggarantixxejna li l-ammont ta' spazju ta' uffiċċji li se jinbnew waħidhom jiggarantixxu li jrid ikun hemm 5,600 ruħ impjegat fl-uffiċċji biex dawn jaħdmu indirettament.", "Jiena ma naħsibx li dawn huma imġienen li se jibnu uffiċċji u jħalluhom vojta.", "Kif għidt fil-bidu, iridu nqisu ma' min qed niddiljaw u rridu nagħmilha ċara li qed niddiljaw mar-ruler tad-Dubai u mhux ma' sempliċement businessman.", "Sur President, kif diġa' rriferejt għaliha, il-partit Laburista deherlu li kelli nitlob garanzija u talbuni biex ngħolli l-penali għaliex dawn jifilħu jħallsu.", "Jiena assolutament ma naqbilx li tgħolli l-penali għaliex jifilħu jħallsu.", "Il-penali trid tagħmilha raġjonevoli pero' m'hijiex ġustifikazzjoni li tgħolli l-penali għaliex jifilħu jħallsu.", "It-tieni ħaġa talbu garanzija pero' fuq din il-kwestjoni diġa' spjegajt biżżejjed u t- tielet ħaġa qalu li jistgħu jirrillokaw kumpanniji Maltin hemmhekk u dawn jiġu magħduda.", "Allaħares ma jiġrix hekk!", "X'ngħidilhom lill-Maltin?", "Ngħidilhom: Intom suwed u allura ma ngħoddukomx u se tibqgħu barra?", "Aħna rridu li jmorru hemmhekk, parti mis-sabiħ ta' dan li se jiġi kkreat huwa li se nġibu d-dinja f'Malta u nagħtu opportunita' unika lill-Maltin - u għalhekk immur oltre ix-xogħol u ngħid li l-aspett kummerċjali ta' dan il- proġett huwa l-internazzjonalizzazzjoni, il-possibilita' li għall-ewwel darba ħafna kumpanniji Maltin se jkunu jistgħu jaħdmu ma' multinazzjonali kbar għax se jkunu hawn Malta u min kien ikun diffiċli għalih li jsiefer, li jbigħ lilu nnifsu barra minn Malta se jsib lid-dinja ma' saqajh.", "Terz tax-xogħol li jsir f'Dubai internet city isir minn kumpanniji li qegħdin f'Dubai internet city stess.", "Immaġina kumpannija żgħira Maltija li timpjega madwar 20 ruħ fejn qabel kienet tħares biss lejn is-suq Malti issa tista' tmur taħdem fi Smartcity u ssib bieb ma' bieb magħha l-IBM, lill-Microsoft, lill-Oracle u l-oħrajn kolha.", "Din hija l-opportunita' kbira li għandna.", "Sur President, dan il-proġett huwa opportunita' wkoll għat-turiżmu.", "Kemm ilna ngħidu li għandna bżonn inkabbru l-business tourism?", "Jiena m'għandi l-ebda dubju li parti mill-ispill-over effect se jkun il-business tourism, jiġifieri dak it-turist li jiġi għal jumejn jew tlieta u jerġa' jitlaq pero' dawn it-tip ta' turisti jonfqu ħafna flus f'dawk il-jumejn jew tlieta.", "Meta ssemmi t-TECOM l-Ingilterra, Franza u l-Italja, issib li jiġu l-aħjar businessmen għax f'Dubai kulħadd irid ikun.", "Immaġina tidħol f'sala mistieden mit-TECOM u tara Smartcity Malta!", "Dak huwa r-reklam veru li rridu għal Malta - u mhux il-kampanji biex nirreklamaw lil Malta fuq il- buses - fejn nies ta' suċċess jgħidu li għażlu lil Malta.", "Kif qatt nistgħu nixtruha dik il-kampanja?", "Fejn qatt ħloqna hub ta' attivita' kummerċjali bħal din li se noħolqu?", "Fejn qatt ħloqna hub fejn l-impjiegi m'humiex kollha fil-computers?", "Se jkun hemm bżonn ta' electricians, ta' plumbers, ta' nies li jaħdmu fid-drenaġġ, se jkun hemm bżonn ta' ġardinara, waiters, barmen, managers, nies fl-accounts, se jkun hemm bżonn min jirranġa l-ħġieġ, se jkun hemm bżonn ta' mastrudaxxi, insomma se jkun hemm bżonn minn kollox.", "Dan huwa s-sabiħ ta' dan il-proġett u dan is-sabiħ għamilnieh fin-naħa t'isfel ta' Malta ħalli n-nies tan-naħa t'isfel ta' Malta jkunu jafu darba għal dejjem min iġib l-investiment veru u mhux għaliex fis-south ta' Malta nsibu maġġoranza Laburista, allura l-partit Nazzjonalista ma jinvestix fih.", "Din hija l-viżjoni vera ta' dan il-partit u għalhekk b'wiċċi minn quddiem ngħid li llum qegħdin nassistu għal għeluq ta' kapitlu fl-istorja ekonomika ta' pajjiżna, kapitlu li, fl-opinjoni tiegħi, jimmarka b'suċċess il-viżjoni li kellna f'dan il-qasam u li l-Oppożizzjoni kienet tiddieħak biha sa ftit snin ilu, kapitlu li jimmarka wkoll suċċess ta' pjan fil-qasam ta' l-ICT li l-Oppożizzjoni qalet li huwa ambizzjuż wisq biex nilħquh u kapitlu li naħseb jimmarka b'xi mod l-għeluq definittiv ta' fażi ekonomika li m'għadhiex tajba għal pajjiżna, mhux ma kenitx tajba fi żmienha pero' li għadda żmienha.", "Fuq kollox nemmen li dan l-investiment huwa prova ċara, evidenti u inkonfutabbli tas-suċċess tal-politika finanzjarja u ekonomika ta' dan il-gvern, gvern b'viżjoni li kapaċi jittraduċi fi pjan li jġib ir- riżultati.", "Irrid nirrimarka wkoll li ma' l-għeluq ta' dan il-kapitlu mill-ewwel qegħdin niftħu kapitlu ieħor.", "Aħna mhux lesti noqogħdu nparlaw, mhux lesti noqogħdu fuq tfassil ta' dokumenti in arja u żgur mhux lesti li noqogħdu gallarija.", "Smartcity timmarka linja ċara fl-iżvilupp ta' pajjiżna, tindika l-futur li rridu nimxu lejh, tindika l-bidu tagħna b'mod qawwi fl-ekonomija ġdida u tindika l-viżjoni żviluppata għal fejn għandu jmur pajjiżna, viżjoni li huwa biss il-partit Nazzjonalista li fassal għal pajjiżna u viżjoni li tintlaħaq biss bil-partit nazzjonalista fil-gvern.", "Sur President, nitlob il-permess tal-Kamra biex inqiegħed fuq il-mejda tal- Kamra xi dokumenti.", "THE DEPUTY SPEAKER: Hawn il-permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Kopja tar-rapport maħruġ mill-KPMG intitolat \"Socio-economic impact assessment of the SmartCity (Malta) project\" datat 8 ta' Marzu, 2007; u", "Kopja ta' Appendiċi intitolat \"TECOM and Dubai Holdings entities\" maħruġ minn TECOM Investments.", "THE DEPUTY SPEAKER: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Mario Galea.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Sur President, waqt li kont qed nipprepara biex nagħmel dan l-intervent ftakart li 15-il sena ilu fl-1992 meta ġejt elett l-ewwel darba f'din il-Kamra inzertajt li kont l-iżgħar membru parlamentari u allura kelli nagħmel, kif jiġri dejjem, ir-risposta għad-diskors tal- President.", "Dakinhar meta kont qed naħseb x'se ngħid, niftakar li mort nitkellem ma' l-Onor.", "Austin Gatt, li dak iż-żmien kien segretarju ġenerali tal-partit Nazzjonalista, dwar xi punti li stajt ngħid f'dan id-diskors.", "Niftakar li l-Onor.", "Austin Gatt kien issuġerixxa li billi jiena membru parlamentari li kont ġej min-naħa tas-south ta' Malta kelli nagħmel l- argument li l-gvern għandu jfittex li jiżviluppa n-naħa t'isfel ta' Malta, ifittex investiment għan-naħa t'isfel ta' Malta biex il-qasma tan-naħa t'isfel ta' Malta u n-naħa ta' fuq ta' Malta tibqa' biss qasma ġeografika u ma tkunx qasma ta' parti żviluppata iktar mill-oħra jew qasma ta' klassi aħjar mill-oħra.", "Dan ġara fl-1992 meta l-Onor.", "Austin Gatt kien għadu segretarju ġenerali tal-partit Nazzjonalista.", "Inċidentalment 15-il sena wara dan il-proġett li qed jiġi xprunat mill-Ministru Austin Gatt proprju hekk se jagħmel.", "Aħna diġa' għamilna investiment kbir bħala gvern fejn jidħlu skejjel, toroq, infrastrutturau , diversi proġetti oħra lejn in-naħa t'isfel ta' Malta imma issa dan l-investiment se jagħti spinta enormi lin- naħa t'isfel ta' Malta.", "Fil-fatt illum nixtieq nitkellem fuq l-effett li se jħalli l-proġett ta' SmartCity fuq in-naħa t'isfel ta' Malta.", "Xtaqt nibda billi nagħmel riferenza għall-masterplan ta' dan il-proġett li tpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra l-ġimgħa l-oħra mill-ministru.", "Jekk wieħed jagħti daqqa t'għajn lejn il-masterplan ta' dan il-proġett jistaqsi din l- ewwel mistoqsija: X'ifisser il-proġett ta' SmartCity għal pajjiżna?", "Hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq investiment - u din semmiha l-ministru fl- introduzzjoni tiegħu – li se joħloq first-class jobs, impjiegi ta' kwalita' li sal-lum iż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin ħafna drabi kien ikollhom isiefru biex isibuhom.", "Issa dawn il-first-class jobs se nġibuhom fin-naħa t'isfel ta' Malta.", "L-ICT u dik li hija magħrufa bħala the knowledge industry ma joħolqux biss opportunitajiet ta' jobs fl-IT imma joħolqu xelta wiesgħa ta' tipi ta' impjiegi oħra li jkunu meħtieġa bħala support services bħalma huma impjiegi fil-lukandi u fil-qasam tal-catering, opportunitajiet għal ħwienet ġodda biex dak li jkun isib in-niċċa tiegħu, impjiegi fit-trasport u tant impjiegi oħra li se jkun hemm bżonn biex nagħtu s-support services.", "Ħafna drabi smajna l-kritika u l-mistoqsijiet min-naħa ta' l-Oppożizzjoni jekk dan il-proġett hux se joffri biss opportunitajiet ta' impjiegi għal min huwa gradwat fl-ICT u għal nies li huma professjonisti f'dan il-qasam.", "Ir-realta' hi li l-qasam ta' l-ICT li se jkun parti minnhom, imma kif qal il-Ministru Gatt fl-introduzzjoni tiegħu għandek ħafna impjiegi oħra li se jiġu ġenerati bħala support services.", "L-ICT qiegħed isir il-vettura l-ġdida li qed tmexxi u se tkun qed tmexxi l-ekonomija ta' dan il-pajjiż.", "Din il- vettura se tkun qed tixpruna l-ekonomija tagħna, se jkunu qed isuquha ż- żgħażagħ Maltin u Għawdin u fiha nnifisha hija opportunita' ġdida għal Malta.", "Dan huwa proġett li kienu joħolmu bih bliet kbar u issa se jiġi Malta, proprju fir-Ricasoli, fin-naħa t'isfel ta' Malta.", "Kif diġa' għidt jien se nikkonċentra d-diskors tiegħi fuq l-effett ta' dan il-proġett għan-naħa t'isfel ta' Malta għaliex jien mhux biss twelidt u għext iż-Żejtun, imma jien wieħed mill-membri parlamentari f'din il-Kamra li nirrappreżenta lin- nafa t'isfel ta' Malta.", "U naħseb li hija xi ħaġa importanti li nibda billi ngħid x'għandu jkun il-punt tat-tluq meta qed nindirizzaw l-aspett ta' dan is-suġġett.", "Ħalli nħarsu lejn l-istat li jinsab fih illum ir-Ricasoli.", "Minbarra t-telqa ġenerali li teżisti f'dan il-post, dan il-post kien f'kuntrast dirett ma' dak kollu li dan il-gvern dejjem xtaqt jagħmel mill- Port il-Kbir.", "Sal-lum il-kontribut ta' dan il-qasam industrijali lejn l- ekonomija ta' pajjiżna, li nistgħu ngħidu li xi darba kien validu għal pajjiżna, kien wieħed marġinali.", "Minbarra l-inkonvenjent kbir tas-sewage outfall li hemm f'dan il-post, ir-residenti tal-madwar kellhom iħabbtu wiċċhom ma' l-aspetti negattivi tat-tip ta' attivita' industrijali li kienet titmexxa mir-Ricasoli sal-lum.", "Matul il-lejl, kontra dak li qed nipproponu aħna, dan il-post lanqas tażżarda tersaq lejh għaliex jiġbed biss lejh attivita' illegali.", "Iżda forsi l-iktar aspett rilevanti huma l- familji tal-madwar, b'mod speċjali t-tfal, li qatt ma setgħu jgawdu mill- ispazji ta' dan il-post minħabba l-istat li kien fih.", "Għalkemm wieħed jista' jargumenta li dan il-post kien miftuħ għall-pubbliku, fir-realta' kien imsakkar bil-ktajjen ta' l-industrija tal-manifattura.", "It-terminu SmartCity mhuwiex biss brand jew xi marketing gimmick jew xi pakkett sabiħ li all service but no substance, imma huwa pakkett sħiħ li bil-mod kif inhu ppreżentat fih is-sustanza se jagħmel id-differenza mhux biss għall-ekonomija ta' pajjiżna, mhux biss għaż-żgħażagħ tagħna imma anke għan-naħa t'isfel ta' Malta.", "Qed noħolqu dik li tissejjaħ knowledge-based township, belt ġdida u mhux qasam industrijali jew business park biss.", "Jekk noħolqu qasam industrijali jew business park inkunu qed nilħqu l-għan tagħna parzjalment biss.", "Din il-lifestyle u l-benefiċċju tagħha ġejjin ukoll mil-livell għoli ta' kwalita' li bih qed jiġi propost il-bini ta' dan il-proġett.", "Din mhijiex belt li se tkun attiva biss bi nhar biss mill- attivita' kummerċjali u mbagħad bil-lejl issir ċimiterju u lanqas se tkun belt attiva bil-lejl biss minħabba l-postijiet tad-divertiment, imma se jkun hemm a happy mix tat-tnejn.", "Jiġifieri din il-belt se tkun attiva, kemm bi nhar u kif ukoll bil-lejl u dan huwa t-tip ta' ambjent li jridu jaħdmu fih l-aqwa imħuħ f'dawn l-oqsma u aħna nemmnu li dan huwa l-ambjent li jixraq lill-IT professjonali ta' Malta imma jien inżid ngħid ukoll li dan huwa t-tip ta' ambjent li jixraq lin-naħa t'isfel ta' Malta.", "Għall- ewwel darba għandna gvern li bis-serjeta' qed jagħmel id-differenza fin- naħa t'isfel ta' Malta.", "Jien ngħid li fuq kollox dan għandu jkoll l- impenn tagħna bħala pajjiż lejn in-nofsinhar ta' pajjiżna.", "Sur President, lil hinn mir-retorika politika dan il-gvern qiegħed juri bil-fatti impenn reali li minn hawn u ftit snin oħra se jkun realta' lejn in-nofsinhar ta' Malta.", "Minbarra x-xogħlijiet infrastrutturali kollha li twettqu, fosthom il-proġett tal-Cottonera Waterfront issa bi SmartCity se nagħmlu stqarrija ċara dwar min verament u realment jimportah minn din il- parti ta' Malta u mhux li nużawha bħala ballun politiku.", "Il-fatt li fil- kuntratt qed ngħidu li terz ta' l-art, jiġifieri 117,000 metru kwadru ta' art se jkunu spazji miftuħa mhux mibnija u aċċessibbli b'xejn għal 24 siegħa kuljum biex il-familji tal-madwar ikunu jistgħu jiddevertu fihom jitkellem waħdu.", "Barra minn hekk, fil-kuntratt assigurajna li x-xatt jibqa' miftuħ għall-pubbliku mingħajr xkiel ta' xejn.", "Il-gvern ta' l-Onor.", "Alfred Sant kien proprju tilef fuq l-ispazji pubbliċi fil-Kottonera.", "F'dan il-proġett qed nassiguraw li se jkun hemm spazji miftuħa u x-xatt li se jkun miftuħ u aċċessibbli għall-pubbliku mingħajr ħlas.", "Sur President, waqt li qed nitkellem il-Kap ta' l-Oppożizzjoni dieħel jgħajjat ...", "THE DEPUTY SPEAKER: Onor. Galea, kompli bl-intervent tiegħek.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Imma qed itellifni u nitolbok li twaqqfu.", "THE DEPUTY SPEAKER: Għandek il-protezzjoni tiegħi.", "Kompli.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Sur President, jien għandi dritt nitkellem u ilu għaxar minuti quddiemi jgħajjat b'leħen għoli.", "THE DEPUTY SPEAKER: Għandek il-ħin li titkellem u tista' tkompli bl- intervent tiegħek.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Hawnhekk għandu jkollna r-rispett lejn xulxin.", "(Interruzzjonijiet)", "THE DEPUTY SPEAKER: Ippermettili Onor. Galea, hawn point of order mill-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jiena nixtieq inkun naf fejn interrompejt lill-Onor.", "Galea.", "Jien kont qiegħed nistaqsi lilek bil-kalma kollha fejn huma r- rapporti li ppreżenta l-Ministru fuq il-mejda tal-Kamra.", "Aħna għandna dritt li jkollna kopja tagħhom imma s'issa għad m'għandniex.", "Jiena assolutament ma nterrompejtux, u hija proċedura normali tal-Kamra li wieħed imur ikellem lill-President tal-Kamra.", "Anke din qed iddejjaqkom issa?", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Fil-fatt qed isiru l-fotokopji tad-dokumenti li poġġa l-Ministru fuq il-mejda tal-Kamra għaliex naturalment il-Ministru poġġa kopja waħda u ma kienx hemm kopji oħrajn.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, ilni li staqsejthom kwarta ilu u għadhom ma ġewx.", "Dan huwa rapport li tpoġġa mill-Ministru fuq il-mejda tal-Kamra u għad m'għandniex kopja tiegħu.", "THE DEPUTY SPEAKER: Jiena informat li qed isiru bħalissa.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Imma, bir-rispett kollu, fl-istess mument għandna protesta mill-Onor.", "Membru li qed jitkellem, li jien assolutament ma interrompejtux u ma ħaristx lejh, li qed jgħidilna: Intom x'qed tagħmlu?", "U jien qed nistaqsi lilek b'mod diskret, off the record, biex tgħaddilna l- kopji.", "THE DEPUTY SPEAKER: Fil-fatt qed isiru l-fotokopji u naturalment kif ikunu lesti jingħataw lill-membri.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Tista' tgħidilna kemm baqagħlhom?", "THE DEPUTY SPEAKER: Dalwaqt ikunu preżenti fil-Kamra.", "L-Onor.", "Galea jista' jkompli jitkellem.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Sur President, jien assolutament ma jdejjaqnix il-Kap ta' l-Oppożizzjoni għaliex ikellem lis-Sedja u lanqas idejjaqni għaliex jikkomunika ma' sħabu, li jdejjaqni hu li jipprova jmeri l-fatti magħrufa.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni ilu minn meta bdejt id-diskors tiegħi, xi għaxar minuti, jitkellem ma' sħabu u miegħek b'leħen għoli u beda jtellifni u jien ssaportejtu, għidt forsi jinduna li qed itellifni, imma milli jidher ma ndunax u issa qed jipprova jieħu tiegħu minn fuq.", "Jiena tlabt il- protezzjoni tiegħek għaliex meta beda jdur quddiemi u jitkellem b'leħen għoli u jgħajjat mal-messaġġiera u jargumenta miegħek, jew ma nafx x'beda jagħmel, lili beda jtellifni.", "THE DEPUTY SPEAKER: Nappellalek biex tkompli bl-intervent tiegħek.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Ippermettili.", "Jiena naħseb li jekk ikun qed jitkellem deputat u xi ħadd ikun qed jitkellem b'leħen għoli b'mod persistenti għal diversi minuti, lil min ikun qed jitkellem itellfu u jien tlabt li juri ftit kortesija u jbaxxi leħnu.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Point of order, il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jiena kont qed nitkellem miegħek off-mic, kont qed nitkellem mal-messaġġiera off-mic, kont qed nitkellem ma' sħabi off-mic u allura ħadd m'hu qed jismagħni.", "Kieku kelli nagħmel dawn l-affarijiet meta nkun nitkellem ma nispiċċaw qatt.", "Dan mhuwiex mod kif nitkellmu f'din il- Kamra.", "Jien kont qed nitkellem miegħek biex nistaqsi għal kopja tar- rapport li tpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra, ma kienx hemm u kont qed nistaqsi lill-messaġġiera biex iġibuh.", "Dan il-ħafna nervożiżmu ma nistax nifhmu.", "Jiena assolutament ma kontx qiegħed indejjaq lill-Onor.", "Galea u lanqas biss kont qed naħseb fih.", "Jista' jgħid li jrid, x'jimportani xi jgħid.", "THE DEPUTY SPEAKER: Kollox sew.", "Fil-fatt id-dokumenti waslu u se jgħaddulek kopja tiegħu.", "Nappella lill-membri biex nuru rispett lejn xulxin.", "L-Onor.", "Mario Galea jkompli bl-intervent tiegħu.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Sur President, naċċerta lil kulħadd li jien m'għandi l- ebda nervożiżmu u qatt ma kont cool and relaxed bħalma jien illum.", "Sempliċement kien qed itellifni bil-leħen għoli u kulmin kien hawn jaf li beda jitkellem kontinwament b'leħen għoli u jiena b'kortesija tlabtu jbaxxilu ftit.", "(Interruzzjonijiet)", "THE DEPUTY SPEAKER: Point of order ieħor, il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: L-Onor.", "Galea huwa l-whip tan-naħa l-oħra u suppost jaf x'jiġri f'dan il-Parlament u allura li jqajjem dan il-punt b'dan il- mod huwa offensiv personalment ukoll.", "Daqskemm kemm-il darba għamiltha waqt li kont qed nitkellem jien!", "Dawn x'affarijiet huma!", "Allura li ndur fuq il-President tal-Kamra u ngħidlu jekk jistax ikollna kopja tar-rapport li poġġa l-Ministru fuq il-mejda tal-Kamra ddejjaq lill-Onor.", "Galea meta qed jagħmel l-espożizzjoni tiegħu?!", "Ilna siegħa u nofs nistennew!", "THE DEPUTY SPEAKER: Ippermettuli ftit.", "Naħseb li l-punt sar miż-żewġ membri.", "L-Onor.", "Galea jkompli bl-intervent tiegħu fuq il-mozzjoni.", "Grazzi.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Grazzi, Sur President, m'għandix żmien iktar x'naħli ma' min irid joqgħod ifettaq.", "THE DEPUTY SPEAKER: Onor. Galea, jekk jogħġbok, għax inkella se nkomplu sejrin biha.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Imma aħjar issikktu milli jkompli jgħid tiegħu.", "THE DEPUTY SPEAKER: Qed ngħidlek li għandek il-protezzjoni tas-Sedja biex tkompli bl-intervent tiegħek.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Għandu jkollok ftit kuraġġ u ssikket lill-Kap ta' l- Oppożizzjoni.", "THE DEPUTY SPEAKER: Naħseb li l-kuraġġ urejtu dejjem.", "(Interruzzjonijiet) Ippermettuli ftit.", "Naħseb li jiena l-kuraġġ urejtu dejjem f'kull ċirkostanza u naħseb li kont fair ma' kulħadd.", "Issa nitolbok li ma nkomplux għaddejjin biha.", "Point of order, il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: In-naħa tal-gvern trid tirrispetta lis-Sedja u li xi ħadd jgħidlek li għandek turi l-kuraġġ huwa nuqqas ta' rispett lis-Sedja u għandu jagħmel apoloġija lis-Sedja.", "Issa jekk ma jridx jagħmel apoloġija lis-Sedja, affari tiegħu.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-punt sar u l-Onor.", "Galea jista' jkompli bl- intervent tiegħu.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Sur President, kif kont qed ngħid il-fatt li se nsaħħu ....", "(Interruzzjoniijet) Look who's talking now!", "Min qed jitkellem fuq il- korrettezza politika?!", "THE DEPUTY SPEAKER: Ippermuttili, ma nixtieqx interruzzjonijiet.", "Onor. Galea, jekk jogħġbok, indirizza lis-Sedja u kompli bl-intervent tiegħek u ma nixtieqx interruzzjonijiet iktar.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Grazzi, Sur President.", "Il-fatt li se nsaħħu l- infrastruttura għaliex ovvjament marbut ma' dan il-proġett hemm proġetti ta' toroq, servizzi ta' elettriku u drenaġġ li jridu jitwasslu sar- Ricasoli, b'dan il-proġett se nsaħħu bil-kbir il-provvista ta' l-IP bandwidth, jiġifieri hawnhekk qed nitkellmu fuq provvista aħjar, iktar effiċjenti u aktar effettiva ta' internet u ta' faċilitajiet ta' komunikazzjoni permezz tal-computer.", "Ovvjament minn dawn il-proġetti kollha se jgawdu r-residenti ta' l-ibliet u l-irħula fin-nofsinhar ta' Malta għaliex ovvjament dawn se jkunu ta' benefiċċju wkoll għalihom.", "Qegħdin ukoll nagħtu spinta qawwija, Sur President, lit-turiżmu fin-naħa t'isfel ta' Malta.", "L-attivita' kummerċjali ewlenija tal-kumpanniji fi SmartCity se tkun barra minn pajjiżna u allura wieħed bilfors ibassar li se jinħoloq ammont kbir ta' business tourism, li kif qal il-ministru, jiġi hawn għal ftit ġranet u l-probabbilta'hi li iktar iva milli le, meta jkunu hawn jonfqu l-flus.", "Marbut ma' dan il-proġett, diġa' ġie żviluppat programm ta' miżuri mal- kunsilli lokali tax-Xgħajra u l-Kalkara - u jien irrid nirringrazzja lil dawn il-kunsilli għall-approach pożittiv tagħhom għal dan il-proġett – li se jitħabbar fi żmien tliet ġimgħat.", "X'inhu l-valur soċjali u ekonomiku ta' dan il-proġett?", "Għalkemm l-aspett ta' l-iżvilupp huwa wieħed eċċitanti u pożittiv għall-aħħar, żgur li l-akbar valur tal-proġett huwa l-impatt soċjali u ekonomiku tiegħu.", "Dan il-proġett se jkun l-akbar pass li pajjiżna se jkun qiegħed jagħmel fis-snin li ġejjin u dan kollu l-gvern qiegħed jagħmlu mingħajr ma jdur fuq it-taxxi tal-poplu.", "Fil-fatt huwa mistenni li dan il-proġett iħalli dħul enormi għall-pajjiż bil-bosta ikbar milli kieku l-gvern mar għal straight sale ta' l-art bħala proprjeta'.", "Jiġifieri jekk wieħed ikejjel kemm se jdaħħal il-pajjiż mhux biss in the short term imma aktar in the long term, isib li l-pajjiż fl-aħħar mill-aħħar - u mhux il- gvern għax illum hawn aħna u 20 sena oħra nistgħu ma nkunux aħna - se jdaħħal ħafna iktar milli kieku qabad din l-art kollha u biegħha bħala proprjeta'.", "Il-Ministru tkellem fuq id-doomsday scenario u jien xtaqt nagħlaq billi nagħmel kumment politiku.", "Meta tara dan kollu tiskanta għaliex l- Oppożizzjoni m'approvatx proġett bħal dan fl-istadju tal-kumitat.", "Tajjeb li nenfasizzaw li kieku l-Oppożizzjoni qablet ma' dan il-proġett fl-istadju tal-kumitat ma kienx ikollna għalfejn niġu hawn u nagħmlu tliet seduti oħra.", "Dak li għamlet l-Oppożizzjoni fuq il-proġett ta' SmartCity għalija huwa tipikament kif ħafna drabi jimxi l-partit Laburista; neither here nor there, sieq waħda 'l hawn u sieq waħda 'l hemm.", "Dalgħodu ħarġu stqarrija u għamlu konferenza ta' l-aħbarijiet fejn donnhom qegħdin jgħidu li jaqblu ma' dan il-proġett fil-parti l-kbira tiegħu.", "U allura jiena nerġa' nistaqsi l-mistoqsija li għamel il-Ministru: Ladarba kważi qegħdin taqblu ma' l-aspetti kollha ta' dan il-proġett, ħlief għal xi affarijiet żgħar, għaliex il-bieraħ m'approvajtuhx fl-istadju ta' kumitat?", "Kieku ġie approvat fl-istadju ta' kumitat ovvjament ma kienx ikun hemm għalfejn niġu hawn.", "Jien irrid nappella biex l-Oppożizzjoni tfittex il-ġid nazzjonali fuq dan il-proġett u mhux dak li taħseb li jaqbel lilha.", "Huwa diġa' pożittiv li l-Oppożizzjoni donnha rtirat l-akkużi li kienet qed tagħmel sa ftit snin ilu meta kienet tgħid li dan il-proġett m'hu xejn ħlief spekulazjzoni.", "Illum donnha qed titkellem b'lingwa differenti u wieħed jinnota din il-bidla b'mod pożittiv.", "Jiena ngħid li dan il-proġett ma ġiex approvat il-bieraħ għaliex l-Oppożizzjoni Laburista anke quddiem opportunita' kbira bħal din se tibqa' l-partit tal-le, il-partit li lejliet li nkunu se nieħdu deċiżjonijiet importanti għall-futur ta' pajjiżna jipprova jaqta' qalb in-nies u jibqa' l-partit tal-le.", "Dalgħodu l- Oppożizzjoni qalet li ma vvotatx favur fil-kumitat għax għad għandha diffikultajiet fuq il-proġett.", "Jiena ngħid li d-diffikultajiet jibqgħu dejjem anke jekk tiġi biex tirranġa kamra fid-dar, aħseb u ara meta tkun se tidħol għal proġett bħal dan.", "Imma fuq kollox dan huwa proġett li se jagħmel differenza fin-naħa t'isfel ta' Malta, se jagħmel differenza għall- ekonomija ta' pajjiżna u se jagħmel differenza fil-ħajja ta' eluf ta' nies li se jkollhom l-opportunita' li jaħdmu fi SmartCity.", "L-attitudni ta' l- Oppożizzjoni fuq SmartCity turi għal darb'oħra d-differenza bejn iż-żewġ partiti, aħna partit li nitkellmu fuq l-opportunitajiet filwaqt li l- Oppożizzjoni tibqa' l-partit li dejjem jitkellem fuq id-diffikultjaiet.", "Aħna naraw kull bidla li nagħmlu bħala opportunita' u huma jarawha bħala diffikulta'.", "Nixtieq nagħlaq bil-kumment ta' l-ex-prim minsitru Ingliż, Winston Churchill, li naħseb jgħodd ħafna għall-Oppożizzjoni meta darba kien qal li l-pessimist jara diffikulta' f'kull opportunita', filwaqt li l-ottimist jara l-opportunita' f'kull diffikulta'.", "Grazzi, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joe Falzon.", "ONOR.", "JOSEPH FALZON: Sur President, jien assistejt għad-dibattitu li sar fil-kumitat il-bieraħ li minn naħa qajjem ċerti punti u min-naħa l-oħra ġab fid-dawl spjegazzjonijiet ċari fuq dan il-proġett tant importanti għal pajjiżna.", "Illum qegħdin niddiskutu proġett li se jbiddel ir-Ricasoli fi state of the art knowledge-based, employment led, mixed use development.", "Naħseb li l-investituri kkonsidraw lil Malta biex tilqa' fiha l-ewwel proġett ta' investiment li qed isir fl-Unjoni Ewropea fuq l-istess linja ta' Dubai internet city u Dubai media city.", "Dan il-proġett se jwassal biex global investiment partners jiffokaw fuq l-operazzjonijiet u n-negozju tagħhom minn Malta permezz ta' SmartCity u huwa f'dan il-kontest li rridu noħolqu l-ġist ta' dan id-dibatittu.", "Filwaqt li huwa tajjeb li tagħmel l- osservazzjonijiet, tagħmel ċerti punti u tikkjarifika fuq ċerti punti pero' żgur huwa tajjeb ukoll li żżomm f'moħħok il-prinċipju li bih telaq il- gvern li fl-istadju inizjali tan-negozjati qal fejn irid jasal u effettivament wasal.", "Meta l-investiment kien jiffoka fuq il-manifattura ngħata s-sit ta' Ricasoli għall-bini tal- fabbriki u ġew iġġenerati l-impjiegi u għal dak iż-żmien kien tajjeb li dak is-sit ingħata għall-bini ta' fabbriki.", "Illum għarafna li ż-żmien inbidel u rridu nattrezzaw Ricasoli b'investiment tal- lum u tal-futur, cioe' bl-iżvilupp ta' l-informatika.", "Ricasoli kien parti mill-isfida tar-rivoluzzjoni fil-manifattura meta dan kien jagħmel sens għal pajjiżna u llum se jakkomoda fih l-isfida li ġġib magħha t- teknoloġija.", "Fl-opinjoni tiegħi, waqt id-dibattitu fil-kumitat l- Oppożizzjoni injorat kompletament il-valur miżjud li dan il-proġett iġib miegħu, ma ħadet l-ebda konsiderazzjoni ta' l-investiment, tar-reputazzjoni ta' l-investituri u lanqas ma fehmet l-għan ewlieni tal-gvern li jġib lil Malta fuq livell ta' l-aqwa eċċellenza f'dik li hija strateġija biex niġbdu xogħol lejn pajjiżna, xogħol li jiftaħ bibien beraħ ta' opportunitajiet.", "F'dan il-proġett partikolari l-gvern ma ħarisx biss lejn il-valur tal-prezz ta' l-art fl-immedjat biss iżda ħares ukoll lejn il-valur u l-ispinta fl- ekonomija kollha.", "Dan il-gvern faċilment seta' jinnegozja din l-art u jagħmel minnha proġett ta' real estate bħalma ġara fis-sit ta' Tigne' u allura ndaħħlu iżjed flus fl-immedjat pero' f'dan il-proġett prinċipali l- iskop tal-gvern kien bil-maqlub għax aħna ridna li jkun hemm rabta ma' l- investiment u ma' l-impjiegi li proġett bħal SmartCity jista' jġib.", "L- argument tal-partit Laburista kien iktar iffokat fuq dettalji li huma lil hinn mill-prinċipju ta' SmartCity u l-partit Laburista kien iktar interessat fil-penali tal-kuntratt milli fl-impjiegi, qabbel dan il- proġett ma' sit ta' żvilupp iktar milli ma' xi ħaġa li fiha nnifisha toħloq ix-xogħol u qabbel dan il-proġett ma' xi ħaġa li fissret dettalji żgħar tekniċi ta' kuntratt milli ma' reklam li dan il-proġett jista' jġib għal pajjiżna.", "Jiena nistaqsi u l-poplu Malti kollu jistaqsi: Għaliex Dubai għażlet lil Malta?", "Illum id-dinja kollha qed tara l-avvanzi ta' l-ICT ġewwa Malta u l-impenn tal-gvern f'dan il-qasam.", "Li Dubai investew f'Malta jfisser l-aqwa ċertifikat li seta' jakkwista l-poplu Malti u l-aqwa rikonoxximent li stajna nakkwistaw f'dak li huwa żvilupp ta' l-informatika.", "F'dan il- kontest qegħdin nitkellmu wkoll fuq ministeru importanti li għandu r- responsabilita' ta' l-iżvilupp tat-teknoloġija f'pajjiżna u dan il-proġett huwa ċertifikat mill-aqwa lil dan il-ministeru mmexxi mill-Ministru Austin Gatt li qed jiffoka mhux biss fuq id-dinja kif taħdem illum imma wkoll fuq dawk l-iżviluppi li rridu nħarsu lejhom għada pitgħada, kif irridu li d- dinja kollha tiġi tħares lejna u kif irridu li d-dinja tgħid li Malta hija ċentru ta' eċċellenza għall-iżvilupp tat-teknoloġija ta' l-informatika.", "Dubai mhux qed jaraw biss is-settur ta' l-ICT jiżviluppa f'pajjiżna iżda qegħdin jaraw ukoll il-potenzjal kbir li hemm f'Malta u li flimkien aħna lkoll irridu nisfruttaw.", "Dan se jwassal biex id-dinja kolha tiffoka fuq Malta u allura b'dan il-mod se tkun qed isservi ta' reklam kbir għal pajjiżna u se sservi wkoll biex dawn l-istrategic partners jiżviluppaw l- operat tagħhom f'pajjiżna.", "Punt importanti kien l-għażla tas-sit u kif intqal fil-kumitat, il-gvern ikkonsidra żewġ siti partikolari, dak ta' Pembroke li seta' jiġi kkonsidrat bil-kbir u dak tar-Ricasoli, fis-south ta' Malta.", "Il-gvern ħadem u pproġetta li dan l-investiment isir f'Ricasoli għaliex irid li s- south ta' Malta nagħmluh ġojjell mill-aqwa.", "Fil-fatt bil-politika konsistenti tiegħu, dan il-gvern investa fis-south u poġġa l-aqwa proġetti li taw lis-south identifikazzjoni ġdida ta' xi jfisser pajjiżna u ta' kif għandna narawh jiżviluppa 'l quddiem.", "Marbut ma' dan ukoll hemm il- qasam ta' l-edukazzjoni għaliex aħna nafu kemm irridu nkunu attrezzati biex nilħqu ma' l-isfidi ta' dan il-proġett.", "Permezz ta' dan l-iżvilupp li qed isir, se nkunu f'sitwazzjoni li mhux in-nies ifittxu x-xogħol iżda x-xogħol ikun qiegħed hemmhekk lest għal dawk l-impjegati li jridu jiżviluppaw it-teknoloġija ta' l-ICT.", "Għalhekk il-gvern Malti qed jieħu ħsieb sabiex numru ta' nies jiggradwaw fl-IT u ġew imħejjija courses apposta, ġie attrezzat ukoll l-MCAST biex sa madwar erba' snin mil-lum inkunu laħħaqna ma' l-1,000 gradwat fl-ICT.", "Jiena nittama li dawk iż- żgħażagħ kollha hemm barra li qed jisimgħuna jifhmu x'opportunita' qegħdin noffrulhom u jifhmu li dan il-gvern qiegħed jara li dan huwa qasam li rridu niżviluppawh ħafna.", "Hija ħasra wkoll li forsi l-Oppożizzjoni ma tridx tiġi magħna fuq dan il-proġett tant importanti pero' jiena ngħid li għada pitgħada tasal magħna wkoll kif waslet fuq ħafna proġetti oħra.", "Sur President, irridu nifhmu wkoll li dan il-proġett tant importanti mhuwiex qiegħed hemm għall-benefiċċju ta' xi settur partikolari jew forsi għall-benefiċċju ta' dak li jħaddan politika ta' xi kulur partikolari, imma qiegħed hemm għall-pajjiż kollu, qiegħed hemm għall-ġenerazzjonijiet taż- żgħażagħ tal-lum u qiegħed hemm ukoll għall-ġenerazzjonijiet future.", "Bla dubju ta' xejn dan il-proġett se jagħti tifsira ġdida lil Malta, tifsira ġdida dwar xi jfisser ix-xogħol għaż-żgħażagħ tagħna u se jagħti spazju kbir ukoll għall-iżvilupp ġewwa pajjiżna.", "Jien nistaqsi wkoll: X'għan irridu nilħqu b'dan il-proġett?", "Aħna llum qegħdin nidħlu f'konklużjoni ta' fażi li se twassal għall-bidu ta' fażi oħra u allura rridu dejjem inżommu f'moħħna minn fejn tlaqna.", "Għalhekk tajjeb li nikkonsidraw min kienu l-kompetituri tagħna għaliex kif kulħadd jista' jimmaġina Dubai ma kkonsidratx lil Malta biss u naħseb li mhux Malta biss kienet qed toffri dan il-potenzjal biex tiġbed a strategic partner bħal dan.", "Huwa importanti ħafna li dejjem inżommu l-punt tat-tluq tagħna u dejjem inżommu ma' liema ġgant qegħdin ninnegozjaw, liema ġgant irridu niġbdu u liema ġgant se joħloq dak ix-xogħol kollu għal pajjiżna.", "Għalhekk jiena nappella biex f'dan il-każ anke aħna nkunu smart u wise biex flimkien niżviluppaw dan il-potenzjal li se jinħoloq f'pajjiżna.", "Kif kulħadd jaf, tħejjew ħafna rapporti – li m'iniex se noqgħod nidħol fid- dettalji tagħhom - fosthom il-masterplan, il-project description statement, ir-rapport li għamlu l-KPMG rigward l-isfidi ekonomiċi u soċjali, u l- impatti soċjo-ekonomiċi li dan il-proġett għandu jġib miegħu pero' rridu nagħmlu riferenza wkoll dwar x'għandha tkun il-viżjoni tagħna għall-futur.", "Fejn irridu nwasslu lil pajjiżna?", "Kif irridu nkunu attrezzati biex appuntu niggarantixxu ħafna xogħol kbir għall-ġejjieni?", "Fil-kumitat kien hemm ħafna diskussjonijiet fuq garanziji, penalitajiet u għalhekk huwa tajjeb li nsemmuhom pero' ma naħsibx li għandna nagħmluhom il-make or break ta' dan il-proġett tant importanti għal pajjiżna.", "Meta qegħdin nitkellmu fuq Dubai internet city qed nitkellmu fuq nies ta' ċertu kalibru li żgur li mhux se jissograw li jħammġu r-reputazzjoni tagħhom għal pajjiżna u allura l-penali tagħhom hija marbuta u kkonsidrata mhux biss bl-impjiegi iżda bir-reputazzjoni tagħhom mad-dinja kollha.", "U allura tajjeb li dejjem nibqgħu ffokati fuq l-overall picture u fuq dan l-iżvilupp li huwa ta' importanza kbira għal pajjiżna.", "Nikkonkludi billi l-ewwelnett nistieden lill-poplu Malti u Għawdxi kollu biex jirrikonoxxi l-isforzi kbar tal-gvern, jirrikonoxxi l-ħidma kbira li qegħdin nagħmlu għall-pajjiż u jirrikonoxxi wkoll fejn irridu nwasslu lil pajjiżna.", "Nappella wkoll biex jekk jintalab il-vot finali, dan ma jitteħidx fuq livell partiġġjan iżda fuq x'nixtiequ verament għal pajjiżna.", "Naħseb min qiegħed jismagħna hemm barra huwa konxju mill-bżonn ta' dan it- tip ta' investiment għal pajjiżna u għalhekk irridu nżommu f'moħħna li vot bħal dan għandu jkun vot mhux għal xi partit jew ieħor iżda għandu jkun vot għall-investiment lejn Malta.", "Grazzi, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Leo Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, nixtieq nipprotesta formalment dwar il- fatt li filwaqt li l-Ministru fil-kumitat mhux biss ippreżentalna dak li kien obbligat li jippreżentalna, cioe' l-kuntratt, il-ftehim, eċċ, imma ntavola wkoll il-masterplan li ma kellux obbligu statutorju li jagħmel dan, għamel sewwa u kellna ċans nifluh u quite rightly aċċetta fil-kumitat li jagħtina l-opportunita' li nistaqsu dwaru u tana to the best of his ability t-tweġibiet li ħass li kellu jagħti - mingħajr ma nidħol fil-merti tagħhom - min-naħa l-oħra noġġezzjona meta nqum hawnhekk bħala l-kelliem ta' l- Oppożizzjoni fuq l-informatika għaliex wara li sar ħafna song and dance fuq dan ir-rapport tal-KPMG, jiena xtaqt nikkummenta fuqu imma naħseb inkun prużuntuż jekk nikkummenta fuq dokument li għad ma kellix l-opportunita' li naqra.", "Il-Ministru għadu kemm intavolah, għadda għand il-Clerk of the House - mhux tort tal-Clerk of the House għax dan għadda għandu fit-tmiem id-diskors tal-Ministru, għaddiet kopja waħda biss, jiġifieri il-Ministru ma ġiex lest b'diversi kopji photocopied biex jgħaddihom lilna u niġbruhom ...", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Austin Gatt, bil-permess ta' l-Onor.", "Leo Brincat.", "ONOR.", "AUSTIAN GATT: Sur President, nixtieq nippreċiża li jiena ngħatajt draft ta' parti mir-rapport u mhux ir-rapport sħiħ Friday evening.", "Ir- rapport sħiħ rajtu qabel ma saret il-press conference Monday morning, saret il-press conference Monday afternoon u malli saret il-press conference poġġejnieh fuq il-website jiġifieri ma ġiex delayed lanqas minuta biex nippubblikah.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Ikompli l-Onor.", "Leo Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, naħseb li l-Ministru kellu t-team tiegħu li kien qiegħed jgħinu biex ilesti d-diskors tiegħu u għamel sewwa għax dak huwa parti mix-xogħol tiegħu, imma jiena m'għandix it-team tiegħi għax aħna bħala Oppożizzjoni m'għandniex ir-researchers tagħna u għalkemm jiena nidħol fuq l-internet regolarment nistqarr li lanqas kelli ċans nittrekkja u nniżżel d-dokument tal-ministeru u kont nippretendi li dan id-dokument kellu jiġi għall-informazzjoni u għall-attenzjoni tagħna fiżikament biex ikollna ċans li nagħmlu skrutinju xieraq tiegħu u ngħaddu l-ġudizzju tagħna f'din il-Kamra kif għaddejna anke fil-kumitat bl-iktar mod kostruttiv fejn tajna l-opinjonijiet tagħna f'forma ta' mistoqsija dwar id-diversi aspetti tal-kuntratt li kellna għall- konsiderazzjoni tagħna.", "Sur President, qed ngħid dawn l-affarijiet għaliex jien irrid li dan id- dibattitu, naqblu jew ma naqblux, infettqu fuq dettall jew fuq ieħor, ikun dibattitu li jirrifletti ċerta serjeta', ma jkunx fih arroganza, ma jkunx fih theddid u jkun hemm l-impenn miż-żewġ naħat ħalli d-diskussjoni tkun waħda serena u waħda matura.", "Dan id-dibattitu ma jsegwuhx biss in- Nazzjonalisti jew il-Laburisti akkaniti, imma jsegwuh anke n-nies tat- triq li ma jmorrux fil-każini politiċi, li ma jmorrux il-mass meetings u r- rallies ta' l-ebda naħa imma fil-kwiet ta' djarhom dawn in-nies, li naħseb li kull wieħed minna miż-żewġ naħat niltaqgħu magħhom, jagħmlu l-ġudizzju tagħhom fil-kwiet u fl-elezzjoni ġenerali l-vot tagħhom jiswa daqs tal- Ministru Gatt u daqs tiegħi għax huwa vot daqstant ieħor importanti u validu.", "Għalhekk irridu nindirizzaw lil dawn in-nies ukoll u jekk aħna nitkellmu biss għall-gallarija sfortunatament dawn in-nies inkunu qegħdin nemarġinawhom.", "Nerġa' ngħid li għamel sewwa l-Ministru li ressaq il- masterplan u ntavolah hawnhekk.", "Imma kelli bilfors illum meta qed nagħmel ir-riċerka tiegħi fuq dan id-dibattitu noqgħod immur nittrekkja fuq is-site tiegħu u nniżżel dokument li seta' ġie mgħoddi lilna faċilment?", "(Interruzzjonijiet) M'iniex qed ngħid biex jagħtihulna qabel ma jkollu kopja hu għax mhux qed nitlob l-impossibbli.", "Imma kienet unfair li niġu hawnhekk f'din il-Kamra u nitolbu kopja proprju ftit minuti qabel ma bdejt l-intervent tiegħi.", "Nerġa' ngħid li nkun prużuntuż jekk nikkummenta fuq id- dokument imma meta għajnejja waqgħu fuq paġna 1 tal-project background diġa' qed nara ċerti ineżattezzi.", "Per eżempju, il-KPMG semmew kemm se jkun l-investiment u qed jgħidu li:", "\"The developers are accepting a contractual obligation to deliver a minimum of 5,600 jobs, 65% of which will be new jobs in the knowledge industry.\".", "Il-gvern għamel statements to this effect diversi drabi.", "Mill-kumitat tal- verifika li ltaqa' f'dawn l-aħħar ġranet ħareġ ċar li m'hemmx contractual obligation dwar il-mix ta' kemm se jkun hemm minnhom li huma ICT related jobs jew le, jiġifieri anke on this point of technicality, anke mill-ewwel faċċata ta' dan ir-rapport, anke mill-project background li lestewlna l- KPMG għajnejja diġa' waqgħu fuq ineżattezza.", "Issa nerġa' ngħid jiena mhux se nikkumenta fuq ir-rapport għaliex ma kellix ċans niflih u neżaminah għaliex kopja tiegħu waslet għandi għaxar minuti ilu.", "Sur President, aħna dalgħodu għamilna press conference bħala partit Laburista, konna d-deputy leader, l-Onor.", "Charles Mangion, jien u sieħbi l- Onor. Joe Mizzi, u elenkajna diversi aspetti li dehrilna li qed iwassluna biex niġu f'pożizzjoni li qed naqblu mal-proġett ta' SmartCity - kuntrarju għal dak li qalu ta' \"In-Nazzjon'' u anke l-Ministru nnifsu fil-kummenti li ta l-bieraħ lil \"In-Nazzjon'' - imma għandna r-riżervi fuq ċerti aspetti tal-kuntratt.", "Ovvjament issa se nsemmi ċerti punti ta' kritika, imma jien issa qed ngħid għas-sustanza ħalli norbot ma' dak li elenkajna dalgħodu fil- press conference tagħna.", "Fil-fatt jiena se nibqa' in possession għaliex beħsiebni ntawwal iktar għada u fit-tmiem l-intervent tiegħi beħsiebni npoġġi fuq il-mejda tal-Kamra xi emendi għall-mozzjoni tal-Ministru, intiżi mhux biex inkunu in confrontation mal-gvern imma biex niftħu għajnejn il- gvern għaliex dawn jirriflettu anke l-ispirtu u s-sustanza ta' dak li elenkajna fil-press conference tal-lum.", "Personalment nixtieq - u dan japplika anke għal sħabi għax iddiskutejniha anke fuq livell ta' grupp parlamentari għaliex aħna ħadd minna ma jiġi hawnhekk u jfajjar bl-addoċċ kif jaħsbu xi wħud u mill-informazzjoni li għandi, il-grupp parlamentari tagħna jiltaqa' fuq bażi ħafna iktar regolari milli jiltaqa' dak tal-partit Nazzjonalista, imma l-affarijiet interni tal-partit Nazzjonalista jarawhom huma u mhumiex responsabbilta' tagħna - li jekk aħna se nressqu xi emendi fid-diskussjonijiet li għandna quddiemna llum, għada u fis-seduta ta' nhar it-Tlieta, ma nkunux sempliċement li ressaqnihom biex noqogħdu infettqu għaliex dak ma jwassalna mkien imma aħna rridu li separatament minn dak li jista' jingħad fil-plenarja min-naħa tal-gvern u min-naħa tagħna bħala Oppożizzjoni, naraw dawk il-punti ta' diverġenza u jekk hemm bżonn forsi jkun hemm xi kumitat konġunt u tekniku ħalli dan l-imbierek proġett - u mhux qed ngħidha b'mod dispreġjattiv - nagħmlu minnu proġett nazzjonali.", "Il-Ministru qal li aħjar warrabna d-dokument tagħna u ma ppubblikajnihx, imma dak nitkellem fuqu iktar tard.", "Aħna rridu bħala partit Laburista kemm jekk inkunu fl-Oppożizzjoni u għada pitgħada meta nkunu fil-gvern, kif l- indikazzjonijiet juru li huma, li l-qasam ta' l-ICT bħall-qasam tas- servizzi finanzjarji jkun qasam li jkun fih kunsens nazzjonali u lejn dik id-direzzjoni rridu nimbottaw, Sur President.", "Għalhekk aħna qed nissuġġerixxu li għandu jkun hemm a sort of working team tekniku li jiddiskuti flimkien f'seduti separati jew seduta separata, lil hinn mill- parametri ta' din il-plenarja ħalli naraw kif nistgħu nittekiljaw is- suġġerimenti li qed jagħmel il-partit Laburista.", "Aħna qed ngħidu li naqblu mal-proġett imma għandna ċertu riżervi fuq il-kuntratt u jekk jistgħu jiġu sorvolati dawk ir-riżervi fuq il-kuntratt, idealment naslu mhux biss għall- qbil fil-prinċipji dwar SmartCity imma għall-qbil dwar il-proġett kollu ta' SmartCity.", "Nittama li once li jitressqu l-emendi min-naħa tiegħi u anke min-naħa tal-kollegi tiegħi, il-Ministru jeħodhom fi spirtu pożittiv għaliex nerġa' ngħid il-bieraħ attakkana fuq NET TV li qed immorru kontra SmartCity kollu kważi, qisna qed inwarrbu l-proġett u qed ngħidu le għall- investiment barrani.", "Dan intqal ukoll mill-ġurnal ''In-Nazzjon'' u nittama li jkun hemm xi korrezzjoni dwar dan.", "Illum il-Ministru qalilna li ma tantx qegħdin 'il bogħod minn xulxin u qal li kważi kważi qbilna fuq 99% ta' l-affarijiet u kważi kważi stajna vvotajna iva fuq il-proġett il-bieraħ mingħajr il-bżonn li niġu f'din il-plenarja biex niddiskutu dawn l-affarijiet.", "Nittama li niġi kkwotat tajjeb dwar dan u ma niġix miżinterpretat dwar dak li qed ngħid.", "Dan qed ngħidu għaliex il-partit Laburista jrid li indipendentement – u dan għidtu wkoll dan l-aħħar fuq One TV meta intervistatni Pauline Miceli fi programm televiżiv - minn jekk iseħħx jew le SmartCity - għaliex to be fair meta ġie rrekordjat il-programm kont għadni ma nafx li l- Ministru kien se jġibu għad-diskussjoni fil-Parlament daqshekk fil-viċin - aħna rridu li jkun hemm kunsens fuq il-qasam ta' l-informatika.", "Għaliex irridu li jkun hemm kunsens?", "Għaliex aħna mhux biss irridu investituri tajbin u serji fil-pajjiż fil-qasam ta' l-informatika, imma rridu li ż-żewġ naħat li aħna noffru l-kontinwita'.", "Is-servizzi finanzjarji fil-pajjiż imxew 'il quddiem minn mindu daħal il- kunsens fl-1994 u jien hawnhekk, ħalli nkunu ultra-pożittiv, insellem anke lin-naħa tal-partit Nazzjonalista li meta konna fil-gvern aħna u kellna l- kriżi politika u naf li kienu għaddejjin ħafna konfoffi biex ikollna undermining tal-gvern, meta ġejna għal-liġi ta' l-insurance b'maturita' min- naħa tal-partit Nazzjonalista dakinhar kienu John Dalli u l-Professur Josef Bonnici, minkejja li kienu qed ifettqu fuq leġislazzjonijiet oħrajn għaliex irrealizzaw l-importanza tal-financial services u rrealizzaw li ma tistax tilgħab il-ping-pong politiku bil-financial services, minkejja li kienu qed isibulna x-xagħra fl-għaġina f'kull biċċa xogħol li konna qed niddiksutu hawnhekk għaliex kellna anke min qed jispara fid-direzzjoni tagħna min-naħa tagħna stess, xorta waħda għaddejna l-liġi mill-Parlament, għaddejniha mill-istadji kollha, morna fil-kumitat u f'seduta waħda rnexxielna ngħadduha anke mill-istadju ta' kumitat.", "U qed insemmi dawn l- affarijiet biex inkun oġġettiv u nsemmi l-pożittiv u hekk għandu jkun fil- qasam ta' l-informatika ħalli hemm min hemm fil-gvern, aħna, huma jew partit ieħor ikun immaterjali u min qed jinvesti f'Malta jkollu moħħu mistrieħ li fil-qasam ta' l-informatika f'Malta hawn il-kontinwita' bħalma hawn fil-qasam tal-financial services.", "Jekk aħna jirnexxielna niksbu din il-kontinwita' naħseb li nkunu rbaħna battalja importanti, battalja li forsi ma tissarrafx f'voti għall-partit jew ieħor f'termini partiġġjana, imma battalja li tkun rebħet l-apprezzament tan-nies li kapaċi jaħsbu b'moħħhom u mhux jitmexxew mill-emozzjonijiet ta' qalbhom.", "Niġi issa għall-proġett innifsu,Sur President.", "Meta sena ilu l-Ministru ħabbar il-proġett ta' SmartCity kien hemm ġurnal lokali li ħass li kellu jistqarr jew jikkwota lil-Labour party li kien qed jagħti reazzjoni bierda - jekk niftakar sew użaw il-kelma lukewarm, m'għandix il-cutting quddiemi - għal statement li għamilt min-naħa tiegħi għall-proġett ta' SmartCity meta dan tħabbar oriġinarjament.", "Dan ma kien minnu xejn, Sur President, u ngħidu mingħajr apoloġiji ta' xejn għaliex jekk wieħed jaqra l-media release li ħareġ il-partit Laburista dak inhar isib li aħna għamilniha ċara li l-Oppożizzjoni tilqa' kull investiment li jwassal għall-ħolqien ta' impjiegi ġodda u ta' żieda fil-produttivita' tal-pajjiż.", "B'hekk żgur ma konniex qed nagħmlu eċċezzjoni dwar il-proġett ta' SmartCity nnifsu.", "Il-kritika tagħna kienet biss illi deher illi t-timing tat-tħabbir tal- proġett, fil-fehma tagħna għallinqas, jista' jkun konna żbaljati, kienet donnha intiża biex tikkoinċidi mal-kampanja għall-elezzjonijiet tal- kunsilli lokali tas-sena 2006.", "Wieħed jista' jaqbel u jista' ma jaqbilx magħna imma dik kienet l-interpretazzjoni tagħna.", "L-istess kif id-data oriġinali ta' meta se jiġi varat il-proġett dak inhar, li kienet intiża li ssir fis-sena 2008, kien hemm min interpretaha li setgħet tikkoinċidi ma' l- elezzjoni ġenerali li jmiss.", "Issa jien mhux se nkun partiġġjan u noqgħod ngħid li dan ma ttraduxxix ruħu f'riżultati elettorali li xtaq il-partit Nazzjonalista.", "Għalkemm l-elezzjonijiet lokali m'ilhomx li għaddew, dik hija acqua passata.", "Jien m'iniex qed ngħid li anke din is-sena l-Ministru għamel minn kollox biex jikkonkludi in time ma' l-elezzjonijiet tal- kunsilli lokali imma jibdew jidħlulek id-dubji x'ħin tara li s-sena l-oħra l-proġett tħabbar proprju lejliet l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali u din is-sena l-proġett ġie konkluż kważi lejliet l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali wkoll.", "Forsi veru, it is a coincidence imma, fil-fehma tiegħi, it is a strange coincidence.", "U għalhekk forsi kien hemm min ikkritikana min- naħa tal-partit Nazzjonalista għaliex ma kkonkludejniex fuq dan il-proġett lejliet l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali għax deher li kien hemm min ried jieħu mileage għall-kunsilli lokali kif għamel il-gvern li uża u mmobilizza r-riżorsi tal-gvern ċentrali biex ipattu għad-defiċjenzi tal- gvernijiet lokali fl-areas speċjalment fejn kien hemm maġġoranzi Nazzjonalisti.", "Imma dak il-kapitlu nagħlquh hawn.", "Fil-fatt sakemm konna Dubai f'nofs Ġunju li għadda, minkejja li kienu għaddew erba' xhur sħaħ mindu tħabbar il-proġett ta' SmartCity@Malta, dak ta' Kerala kien għadu ma ġiex konkluż, għalkemm aħna xorta waħda nawguraw li dan iseħħ.", "Imma anke hemmhekk wieħed jara d-differenza għaliex il-fatt li ma ġiex konkluż il-proġett tagħhom ma jfissirx neċessarjament li huma se jieħdu xi deal agħar minn tagħna.", "Anzi minn dak li għallinqas wieħed jista' jaqra fil-websites jidher li hemmhekk they are holding out proprju għax ma jixtiequx iċedu t-titlu tal-freehold lill-investituri prospettivi.", "Jiġifieri qegħdin itawlu proprju fl-ispirtu biex jieħdu the toughest bargain possibbli għal pajjiżhom, imma jiena l-iktar li jinteressani llum bħala Malti huwa ovvjament x'qed jiġri f'pajjiżna iktar milli f'pajjiż ieħor għalkemm għandi kull rispett lejn il-poplu Indjan u għall-iżviluppi ekonomiċi u industrijali li jsiru f'dak il-pajjiż.", "Fl-ewwel reazzjon tiegħi l-unika riżerva li kelli kienet tikkonsisti fl- awgurju tiegħi li l-proġett ta' SmartCity kellu jiġi trattat b'aktar professjonalita' milli kien wera, dejjem fil-fehma tiegħi, il-Ministru Gatt meta ħħendilja l-proġett ta' Gama Textiles.", "Issa tgħiduli: X'għandhom x'jaqsmu l-Gama Textiles ma' proġett ta' dan il-kobor u ta' dawn il-miljuni?", "Naf li hemm baħar jaqsam u m'iniex daqshekk imbeċilli, imma dan qed ngħidu għaliex meta kien se jiġi llonċjat il-proġett tal-Gama Textiles deherli li kien hemm ċertu dilettantiżmu fil-mod kif ġie handled mill- Ministru Gatt u jien awgurajt li ma jkunx hemm l-istess dilettantiżmu fil- mod kif jiġi handled il-proġett ta' SmartCity.", "U dan qed ngħidu għax dakinhar fil-każ ta' Gama Textiles, kellna ħafna ftaħir li ġejjin l- Awstrijaċi b'ċertu state of the art equipment biex jassorbu mil-labour force tad-Denim biex imbagħad sfuma kollox fix-xejn.", "Fi kliem ieħor ir- riżervi tiegħi ma kenux dwar l-operaturi ta' SmartCity kif ipprovaw jindikaw ċerti nies fil-media Nazzjonalista iżda dwar l-operat tal-Ministru Gatt li dakinhar ħassejt ġenwinament li kelli nikkritika fil-kontest ta' Gama Textiles u mhux fil-kontest ta' SmartCity.", "Jiena kont kawt biżżejjed - ma rridx ngħid li kelli xi foresight speċjali – u għidt dakinhar - u naħseb illum ma jiddispjaċinix li għidtu - illi nirriservaw id-dritt li ngħaddu ġudizzju finali meta jkollna f'idejna l-kuntratti u l-ftehim kollha dokumentati marbutin ma' dan il-proġett.", "Din hija xi ħaġa li seħħet biss f'dawn l-aħħar ġimgħat ovvjament għax it-taħdidiet ġew konklużi dan l- aħħar, jiġifieri mhux qed nagħti tort lill-gvern li ma kellniex id- dokumenti l-oħra - mhux qed ngħid għad-dokument tal-KPMG – għaliex dawn għaddihomlna fi żmien opportun biżżejjed biex nifluhom u mmorru quddiem il- kumitat u nagħmlu dawk il-ħames sigħat ta' mistoqsijiet kostruttivi, fil- fehma tagħna, fuq medda ta' jumejn.", "Sfortunatament il-Ministru Gatt dakinhar minflok ma ttratta l-istqarrija Laburista bis-serjeta' li kien jixirqilha, akkużana li konna żbaljati bil- pożizzjoni li ħadna u li l-Oppożizzjoni kellha d-dmir li ma tipprovax tgerrex investimenti li setgħu jipprovdu impjiegi għall-Maltin.", "Issa jekk kien hemm xi ħadd li gerrex l-investimenti - naf li llum qed jokkupa kariga u mhux suppost insemmih – kien dak il-Kap ta' l-Ooppożizzjoni li għamel ħafna snin Prim Ministru ta' Malta u li meta kien hawn ċertu unrest fil- pajjiż, anke mar għand industrijalisti Ġermaniżi u pprova jgerrex l-export credit guarantees li jkopru l-esportazzjoni ta' Malta lejn il-Ġermanja.", "Aħna qatt m'għamilna dan u qatt m'aħna se nagħmluh, Sur President, anke jekk ikun proġett li ma naqblux miegħu u mhux qed ngħid għal SmartCity biex ma niġix interpretat ħażin.", "Jiena nisfida lill-Ministru biex jidentifika istanza waħda li fiha l-partit Laburista qua partit Laburista pprova jgerrex dan il-proġett minn gżiritna.", "Sfortunatament dakinhar wara li żbroffa l-Ministru Gatt kien imiss lil diversi kelliema ewlenin Nazzjonalisti biex jaqgħu fl-istess nassa mingħajr ma dehru li jew qraw jew flew sew l-istqarrija li jiena ħriġt f'isem il-partit Laburista.", "Jekk imbagħad allura min-naħa l-oħra qraw u flew dak li għidt jiena u xorta waħda qalu dak li qalu allura mbagħad nattribwixxi l-malinjita' imma jiena nagħtihom il-benefiċċju tad-dubju u neħodha li dawn speċi għamlu kantaliena mingħajr ma qraw u flew sewwa dak li jiena kont għidt.", "Sfortunatament fost in-nies li waqgħu f'din in-nassa ma kenux biss xi editorjalisti jew xi columnists li jiktbu biex jimlew paġni propogandistiċi, imma l-akkuża li jiena kont qed nipprova ngerrex dan l- investiment, għamilhieli l-Prim Ministru nnifsu, għamilhieli l-ħabib tiegħi id-Deputat Prim Ministru Tonio Borg u għamilhieli s-Segretarju Ġenerali tal- partit Nazzjonalista, is-Sur Joe Saliba.", "Dawn huma affarijiet dokumentati, jiġifieri m'iniex qed nivvintahom minn żniedi.", "Biex ma nsemmix ukoll il- media Nazzjonalista li għajritna li qed nagħmlu dan għax qed insofru minn perjodu ta' għeneb qares u li kienet tistenna li nkunu aktar prudenti u ma nipprovawx nagħmlu ħsara.", "Naħseb illi llum kulmin qed isegwina, Sur President, u kulmin għandu daqsxejn melħ f'moħħu jaf li hemm differenza kbira bejn id-dritt li tistaqsi domandi relevanti li jkunu fl-interess nazzjonali u li tipprova tiżra' d-dubji ħalli toħloq l-inċertezza.", "Jekk kien hemm bżonn konferma li l-Oppożizzjoni kienet favur dan il-proġett fil- prinċipju, din kompla taha l-Kap ta' l-Oppożizzjoni nnifsu minkejja li dawn moħħhom biex jiddemoraliżżawh - għalkemm din ma ħadmitx lanqas fl- elezzjonijiet lokali - meta 48 siegħa biss wara li tħabbar li l-proġett kien ġie finalizzat, laqa' bil-ferħ il-proġett konċernat.", "Iżda dan il- gvern huwa ultra touchy u hemm bżonn li jifhem li hemm baħar jaqsam bejn li toġġezzjona għal proġett fil-prinċipju u li taċċetta proġett fil- prinċipju iżda li tirriżerva d-dritt li tistaqsi domandi fl-interess pubbliku, tesprimi ċerti riżervi u anke tagħmel ċerti suġġerimenti prattiċi.", "U dan huwa proprju dak li għamilna fil-kumitat tal-verifika, Sur President.", "Tant konna prudenti li minflok għamilna statements kategoriċi li setgħu ġew interpretati ħażin, għamilna biss mistoqsijiet fejn tlabna tagħrif u kjarifiċi min-naħa tal-Ministru Gatt.", "Għalkemm lill-Ministru Gatt nikkritikawh diversi drabi li hu aggressiv u kultant arroganti, fil- kumitat to the best of his ability pprova jwieġeb mill-aħjar li seta' u mill-informazzjoni kollha li kellu f'idejh il-mistoqsijiet li staqsejna aħna.", "Konna sodisfatti kollha bihom?", "Le.", "Kellna ċerti dubji dwar dak li qalilna?", "Iva.", "Inħolqu dubji ġodda b'xi tweġibiet li tana?", "Jista' jkun ukoll, imma nerġa' ngħid l-attitudini kienet waħda pożittiva kemm min-naħa tagħna mill-mod kif ressaqna l-mistoqsijiet u kif ukoll min-naħa tiegħu bil- mod kif ipprova jagħtina t-tagħrif neċessarju mingħajr ma joqgħod idur mal- lewża u jevita l-issues konċernati għaliex kien hemm każijiet fejn, per eżempju, staqsejnieh jekk kienx hemm obbligu kuntrattwali fuq it-tali ħaġa u qalilna le u jekk kienx hemm obbligu kuntrattwali fuq xi ħaġa oħra u qalilna iva.", "Sur President, f'dan l-ispirtu għandhom isiru l-affarijiet f'dan il- Parlament imma b'ċertu konsistenza.", "Imma bir-rispett kollu lejn il- kollega tiegħi l-Ministru Gatt – jiena nikkritikah imma fl-istess ħin dak li huwa pożittiv ngħid li huwa pożittiv - ma nistgħux nitkellmu b'mod raġjonevoli fil-kumitat konġunt, f'din il-Kamra nitkellmu f'mod trijunfalistiku u mal-ġurnalisti ta' \"In-Nazzjon\" nitkellmu b'mod differenti.", "Hemm bżonn daqsxejn konsistenza politika u rispett għal kulmin ikun qed isegwina.", "Għalhekk jiena ngħid illi f'dawn iċ-ċirkostanzi huwa barra minn loku l-ewwelnett dak li deher fil-media Nazzjonalista f'dawn l- aħħar sigħat li aħna vvotajna kontra SmartCity sempliċement għaliex ħassejna li proġett ta' din il-portata kellu jiġi diskuss fil-Kamra plenarja u kif ukoll kien barra minn loku l-kumment ta' NET TV il-bieraħ li għax għażilna li neżerċitaw id-dritt li nirreferu din ir-riżoluzzjoni lill- Kamra kollha għajruna li konna qegħdin nirriskjaw li saħansitra nwasslu biex ix-xogħol fuq il-proġett issa se jdum aktar biex jibda proprju minħabba fina.", "Go tell it to the marines!", "Issa nafu l-gvern kemm dam, kienu x'kienu ċ-ċirkostanzi li wassluh biex idum, imma dam sena jew aktar biex ikkonkluda l-proġett li suppost kellu jiġi finalizzat is-sena l-oħra.", "Issa għax l-Oppożizzjoni ddeċidiet li teżerċita d-dritt tagħha li minn kumitat tmur plenarja u d-deċiżjoni finali minflok tittieħed jew ittieħdet il-bieraħ issa se tittieħed nhar it-Tlieta - għax it-Tnejn festa u ma nistgħux niltaqgħu - se taqa' d-dinja?", "Se nkunu qed nostakolaw il- proġett?", "Se nkunu qed nitfgħu l-proġett lura u nirriskjaw li dan ma jiġix fis-seħħ?", "Jew se naffettwaw it-timescales u l-iskadenzi li l-gvern quite rightly għandu f'moħħu biex jimplimentah ħalli jkun jista' jħaffef kemm jista' jkun l-implimentazzjoni tiegħu?", "Huwa veru li dawn il-kummenti ma qalhomx il-Ministru imma qalitu l-media Nazzjonalista u naħseb li n-naħa l- oħra trid terfa' r-responsabbilta' għal dak li jintqal uffiċjalment mill- organi tal-partit.", "Ftit taż-żmien ilu kien hemm min ħa għalih min-naħa tal-gvern - mhux qed ngħid għall-Ministru - għax sejjaħt il-proġett ta' Malta bħala clone ta' dak li Dubai internet city għandhom fl-Emirati Għarab.", "Il-kelma \"clone\" kienu ta' Dubai internet city stess li wżawha, tant illi meta ħabbru l- proġett ta' Malta fil-media ta' Dubai qalu li mill-inqas tliet Dubai internet city clones kienu maħsuba li jitwaqqfu.", "Din l-aħbar kienet fil- Gulf News u f'xi media oħra minn tagħhom u speċifikaw ukoll li kellhom f'moħħhom tnejn fl-Indja u l-oħra f'Malta, filwaqt li qalu li kienu qegħdin jikkonsidraw ukoll intrapriżi simili fil-Pakistan u fl-Iran.", "X'sar minnhom frankament la naf u lanqas daqstant jinteressani.", "Jiena wżajt il-kelma \"clone\" ukoll għaliex il-Ministru Gatt ipprova jagħti l-impressjoni li dan il-konċett kien wieħed għal kollox innovattiv meta l-fatti kienu juru mod ieħor.", "Nammetti li jista' jkun li l-idea ta' clusters ta' l-IT huma xi ħaġa ġdida għal Malta.", "Iżda l-firxa ta' diversi SmartCities speċjalment fl-Asja u fil-Lvant Nofsani kemm jekk seħħew kemm jekk għadhom jiġu negozjati, kemm jekk iseħħu għada jew pitgħada juri li l-mudell ta' Malta ma kienx xi mudell illi nħoloq espressament għalina.", "Il-fatt illi ftit xhur ilu aħna ħtafna l-invit telefoniku li għamlulna l-investituri fi SmartCity ta' TECOM Investments biex niltaqgħu magħhom fl-uffiċċini tagħhom f'Dubai aċċettajnieh pożittivament għax ridna nibagħtu sinjal li konna pożittivi dwar l-investiment prospettiv tagħhom f'Malta.", "Il-messaġġ tagħna lil TECOM anke dwar il-Maltacom dakinhar kien li għalkemm ma qbilniex mal- prezz li bih inbiegħet il-korporazzjoni - naħseb għandna dritt ngħidu dan għax qalitu tliet kwarti ta' Malta - u man-nuqqas ta' garanzija għall- impjieg tal-ħaddiema tal-Maltacom wara li jgħaddu t-tliet snin, għamilnihielhom ċara li ma kellna l-ebda ħsieb li nagħmlu ballun politiku minn dawn iż-żewġ proġetti.", "U kien f'dan il-kontest li aħna lqajna l- assigurazzjoni dwar il-ħaddiema tal-Maltacom li TECOM tawna meta konna Dubai.", "Meta ftit ilu kont fuq Smash Television mal-kollega tiegħi l-Onor.", "David Agius kont għidt biss li nawgura li l-proġett jimmaterjalizza u li jiġi fis- seħħ fid-dati skedati mill-istess gvern.", "Dan għidtu l-aktar għaliex kien il-gvern innifsu li donnu ċaqlaq il-lasti dwar meta l-proġett kellu jkun fully operational.", "Filli qalu li kellu jitlesta sas-sena 2016 u filli qalu li dan se jkun fully operational biss fis-sena 2021, naf li kien hemm balbuljata ta' diversi skadenzi.", "Bil-permess tiegħek, Sur President, nixtieq nirreferi għal diversi statements li saru mill-gvern is-sena l-oħra biex nuri kemm il-gvern għal ċirkostanzi li qatt ma ġew magħmula pubbliċi, lanqas fil-kumitat tal-verifika li ltqajna l-bieraħ, wasslu biex il-gvern tbiegħed mit- target dates.", "L-argument li kien ġab il-Ministru Gatt kien li anke l-proġett ta' Kerala waqa' lura u allura speċi la waqa' lura tagħhom allura jista' jaqa' lura tagħna.", "Imma nerġa' ngħid li f'Kerala għandek gvern li qed iżomm sod fuq l-aspett tal-freehold land u qed itawwal biex isaħħaħ idejh.", "Aħna ġenwinament għadna sal-lum fil-għama li ma nafux x'kienu d-dettalji, x'kienu l-istumbling blocks, x'kienu l-permutations ġodda u x'kienu l-implikazzjonijiet ġodda li wasslu biex kien hemm dan id- dewmien kollu biex jiġi konkluż dan il-ftehim.", "Jien għandi xi cuttings u se nikkwota ftit minnhom illum u nkompli għada.", "Per eżempju, fl-24 ta' Frar ta' l-2006 l-Ministru Gatt qal li:", "\"F'Marzu li ġej ...", "- jiġifieri mhux Marzu li qegħdin fih issa imma sena ilu –", "\"... ikun iffirmat il-ftehim inizjali li jwassal għall-ftehim finali li sa Mejju jew Ġunju ta' l-2006 jrid ikun approvat mill-Parlament.\".", "Minn Ġunju sal-lum ovvjament għadda żmien sostanzjali.", "Il-Ministru Gatt kompla jgħid li:", "\"Ix-xogħol fuq dan l-iżvilupp mistenni jibda din is-sena stess.\".", "- mhux issa fl-2007 imma fl-2006 -", "\"L-impjiegi se jinħolqu fuq medda ta' tmien snin u l-ewwel uffiċċji ta' SmartCity@Malta ...", "- għax dak iż-żmien kien għad hemm l-\"@\" u issa twaqqgħet –", "\"... mistennija jibdew joperaw fl-2008.\".", "Intqal ukoll illi kellu jinħatar unit permanenti li jinkludi lil dawk kollha marbutin mal-proġett biex kemm jista' jkun tkun eliminata l- burokrazija żejda fit-twettiq ta' dan il-proġett; xi ħaġa li żgur naqblu magħha fil-prinċipju.", "Fl-10 ta' Marzu, \"In-Nazzjon\" ikkwota lill-Ministru Gatt jgħid li:", "\"Il-gvern qed jippjana li sa Ġunju 2006 se jkun ressaq fil-Parlament ir-riżoluzzjoni meħtieġa biex ikun jista' jibda l-iżvilupp fiż-żona ta' Ricasoli għall-bini ta' SmartCity@Malta.\".", "Tmint ijiem wara \"In-Nazzjon\" qalet illi:", "\"Il-gvern iħabbar li kkonkluda ma' TECOM Investments ta' Dubai in- negozjati fuq livell legali fuq il-ftehim inizjali b'rabta ma' l- investiment ta' SmartCity@Malta.", "Il-ftehim inizjali issa mistenni jkun iffirmat bejn iż-żewġ partijiet fil-jiem li ġejjin f'pajjiżna.", "Kien f'dan il-ftehim ukoll iffirmat", "- u dejjem qed nikkwota mill-gazzetta \"In-Nazzjon\" –", "\"... li jibdew mill-ewwel id-diskussjonijiet dettaljati li għandhom iwasslu għal ftehim finali li jrid jitressaq għall-approvazzjoni fil- Parlament Malti sa Ġunju 2006 għaliex il-mira hi li x-xogħlijiet fuq SmartCity jibdew fl-aħħar tliet xhur ta' l-2006.\".", "Issa nfakkar li qegħdin f'Marzu 2007 u s'issa ovvjament għadna ma kkonkludejniex dak li għandu jiġi konkluż, għalkemm nawguraw li naslu biex il-proġett iseħħ.", "THE DEPUTY SPEAKER: Onorevoli, sar il-ħin.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Nibqa' in possession.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Brincat se jibqa' in possession.", "Il- Ministru Gatt, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar l-Erbgħa, 14 ta' Marzu 2007 fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Riżoluzzjoni dwar trasferiment ta' proprjeta' f'Ricasoli, limiti tal- Kalkara, lil SmartCity (Malta) Limited - Kontinwazzjoni;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Organizzazzjonijiet Volontarji - Tieni Qari (Kont);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta (Emenda Nru 2) - Tieni Qari; u", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Ġustizzja Amministrattiva - Tielet Qari.", "--------------------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili (Emenda Nru 2) - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Reġistru Ċentrali - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili (Emenda Nru 2) - Kumitat Permanenti.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Franco Galea.", "ONOR.", "FRANCO GALEA: Sur President, f'pajjiżna hawn min jaħseb li aħna l- politiċi naħsbu fiċ-ċittadin meta jasal il-waqt li dawn jixħtu l-vot, imbagħad wara li nkunu ħadnilhom il-vot nagħmlu li rridu.", "Fl-istess waqt ma rridux ninsew li ċ-ċittadin għandu moħħ u għażla indipendenti u l-vot tiegħu jew tagħna għandu jintuża b'mod responsabbli u mhux bħala mezz ta' theddida.", "F'dawn iż-żmenijiet għaddejjin minn perjodu delikat li wassal biex eluf ta' dilettanti tal-kaċċa u insib, għal raġunijiet li jaf bihom kulħadd, fis-7 ta' Marzu li għadda ħarġu fit-toroq tal-Belt sabiex iwasslu l-protesta tagħhom.", "L-istorja ta' pajjiżna dejjem urietna li n-nies ħarġu jipprotestaw meta ħassew li d-drittijiet tagħhom ġew b'xi mod mirfusa.", "Tajjeb li niftakru kif f'bosta okkażjonijiet dawn il-protesti wasslu sabiex il-problemi kibru u l-polarizzazzjoni fuq il-kwestjonijiet kibret tant li nħolqot xi forma ta' firda fil-pajjiż.", "Inċidenti bħal tas-7 Giugno, f'Tal- Barrani u protesi oħra riċenti huma eżempji ta' dan li qed ngħid.", "Sur President, il-vjolenza, ġejja minn fejn tkun ġejja, għandha dejjem tiġi bla riserva kkundannata.", "Barra minn hekk, il-vjolenza fuq il-forzi tas-sigurta' tal-pulizija għandha tittieħed b'aktar serjeta'.", "Irridu nifhmu wkoll li l-ġurnalisti mad-dinja kollha huma kategorija li batiet minħabba l-persekuzzjoni minn min ma jridx li l-verita' tasal għand il- poplu.", "Pero' filwaqt li nerġa' ntenni l-kundanna tiegħi għal kull forma ta' vjolenza fiżika, ġejja minn fejn tkun ġejja, irrid ukoll nikkundanna forom oħra ta' vjolenza li saru u qed isiru minn ċerti kwartieri bħalma hija l- vjolenza morali fejn settur tal-popolazzjoni jiġi ttimbrat bħala kriminali; il-vjolenza bil-fomm u l-vjolenza bil-pinna bħal meta jinkitbu ittri inġusti kontra pajjiżna u kontra t-tradizzjonijiet tagħna.", "Tant ieħor irridu nammettu li l-vjolenza li seħħet fis-7 ta' Marzu ma saritx mill-kaċċaturi jew in-nassaba kollha u nittama li ħadd ma jiġġeneralizza għax jien mill-esperjenza diretta tiegħi nemmen li l- maġġoranza l-kbira tal-kaċċaturi u n-nassaba huma nies onesti, m'humiex aggressivi u fuq kollox għandhom imħabba kbira għall-ambjent ta' pajjiżna fil-kontest li jifhmu huma.", "Tant ieħor irridu nkunu nafu sew fuqxiex qed nitkellmu billi l-kaċċaturi jiġu minn kull settur tas-soċjeta'.", "Irridu noqogħdu attenti għal ċerti għaqdiet jew gruppi barranin li filwaqt li qed jiġu jippontaw subgħajhom lejn Malta tagħna, ma jarawx is-sitwazzjonijiet ferm aktar gravi li qed iseħħu madwar l-Ewropa.", "B'hekk ma rridx innaqqas mill-problemi kkawżati minna, iżda m'huwiex sew li isimna jiġi mħammeġ minn min f'pajjiżu jkun hemm affarijiet aktar serji u mhux se nsemmi eżempji biex ma naqax għall-istess żbalji tagħhom.", "Għalkemm għandna problema bis-sitwazzjoni fir-regolamentazzjonijiet tal- kaċċa u l-insib, inħoss li nistgħu nimxu 'l quddiem billi nammettu li saru bosta żbalji u anke abbużi, pero' mhux mill-kaċċaturi u min-nassaba biss.", "Ċerti abbużi qatt ma kellhom iseħħu u dawn seħħew minħabba nuqqas ta' dixxiplina u ta' ħsieb li fl-aħħar mill-aħħar għamlu ħsara lil kulħadd.", "Jiena nemmen li f'dan il-kontest kollu nistgħu b'rieda tajba nimxu 'l quddiem u sabiex dan iseħħ irridu naċċettaw numru ta' prinċipji; l- ewwelnett li l-ambjent ta' madwarna hu ta' kulħadd u kulħadd għandu responsabbilta' li jħarsu b'tali mod li jiġi mkattar għal uliedna; li l- osservanza tar-regolamenti u l-liġijiet hu dover sagrosant ta' kull ċittadin jekk irridu ngħixu fi stat ċivilizzat u li l-kaċċa u l-insib huma tradizzjonijiet tal-ħajja Maltija u almenu fejn jidħol l-insib ilu Malta minn żmien il-kavallieri u allura ma nippretendux li ma jkunx hemm garr jew reazzjonijiet meta dawn it-tradizzjonijiet jiġu ristretti.", "Kif kulħadd jaf fl-Ewropa hemm tradizzjonijiet simili oħra bħalma huma l- corrida Spanjola, il-palio ta' Siena u bosta eżempji oħra fejn ġew osservati t-tradizzjonijiet lokali.", "Il-kaċċa u l-insib huma prattiċi differenti waħda mill-oħra b'rekwiżiti totalment differenti minn xulxin.", "Jekk naċċettaw dawn il-punti aħna nkunu qed inpoġġu s-sisien sabiex ikun jista' jintlaħaq bilanċ permezz ta' inizjattivi maħsuba sabiex inħarsu kemm l-ambjent kif ukoll it-tradizzjoni.", "Jien hawnhekk nixtieq ngħaddi billi nressaq xi proposti dwar il-kaċċa u l-insib għall-konsiderazzjonijiet tal- partijiet kollha.", "Qabel xejn nixtieq naċċerta lil kulħadd li l-iskop tiegħi hu li nipprova nilħaq bilanċ bejn il-pożizzjonijiet kollha b'mod ġenwin u nittama li dawn jiġu eżaminati purament f'dan il-kontest.", "Sabiex wieħed jeżamina s-sitwazzjoni huwa dejjem xieraq li l-kaċċa u l- insib jiġu trattati separatament għax il-ħteġijiet u l-problemi ta' dawn iż- żewġ attivitajiet, għalkemm relatati, huma uniċi.", "Li jgħaqqadhom żgur hi l- passjoni li l-prattikanti ta' dawn l-attivitajiet għandhom lejhom u l- kontroversji u l-eċċezzjonijiet ta' l-għaqdiet ambjentali.", "Apparti minn hekk, tajjeb li wieħed jisħaq fuq il-fatt li dawn l-attivitajiet, taqbel u ma taqbilx magħhom, iservu ta' żvog uniku għal ħafna dilettanti u li dawn iżommu 'l bogħod minn attivitajiet perikolużi lil dawk iż-żgħażagħ li jipprattikawhom.", "Irridu naraw l-element uman tas-sitwazzjoni preżenti fejn hawn numru sew taċ-ċittadini li se jispiċċaw mingħajr l-uniku żvog li għandhom u jkun ħsieb nobbli jekk lil dawn noffrulhom xi alternattivi.", "Jekk wieħed iħares lejn il-qasam tal-kaċċa wieħed ma jistax ma jirrimarkax li hemm opportunitajiet sabiex iħares b'mod aktar kostruttiv lejn dan is- settur.", "Nixtieq nissuġġerixxi li nħarsu lejn il-konċett ta' breed and release fejn għaqdiet jew individwi jiġu allokati riserva jew riservi minn fejn jiġu mkabbra speċi permessi bħalma huma l-faġjan, is-summien u l-ħaġel li jiġu meħlusa għall-kaċċa alternattiva.", "L-iskop hu li jitkabbru speċi meħlusa għal din it-tip ta' kaċċa alternattiva.", "Skop ieħor hu sabiex jitkabbru tjur li ma jtirx fil-bogħod.", "Ikun ideali li kieku dawn iċ-ċentri jkollhom aċċess sabiex wieħed jikkontrolla l-influss fihom u jrid ikun hemm faċilitajiet rikreattivi għall-membri kif ukoll l-ambjent li fih tiġi mħarsa kull speċi ta' flora and fauna protetti.", "Dawn iċ-ċentri jistgħu jiġu operati matul xi perjodi bħala ċentri għall- bird watching u f'ċerti perjodi oħra meta n-numru ta' l-għasafar jippermetti jsir rilaxx għal din il-kaċċa alternattiva.", "B'dan il-mod wieħed jista' jikkonsidra l-introduzzjoni mill-ġdid ta' perjodi diversi u speċifiċi għal din it-tip ta' kaċċa alternattiva għal dawn iċ-ċentri.", "Fi ftit kliem hawn min irabbi wkoll fniek li ovvjament joqtolhom bil-mod li jista' joqtolhom u b'dan il-breed and release jistgħu jiġu kkaċċjati bil- mod tradizzjonali.", "Jien nemmen li hawn ħafna dilettanti tal-kaċċa u anke nassaba li jkunu lesti mhux biss li jidħlu għal dan il-proġett iżda li anke joperaw bħala green wardens għax ikun fl-interess tagħhom li dawn iċ- ċentri jitmexxew b'mod serju u sostenibbli.", "Dawn għandhom ikunu lesti li jiggarantixxu li l-kaċċa fuq tjur oħra f'dawn iċ-ċentri ma jkunx permess.", "Jien persważ li dawn iċ-ċentri jistgħu jiżviluppaw f'negozju kbir għal dawk il-ħwienet li diġa' jissupplixxu lin-nassaba u lill-kaċċaturi; għall- operaturi speċjalizzati fit-turiżmu għall-finijiet ta' kaċċa alternattiva, iżda jagħti spunt ukoll sabiex il-kaċċatur, in-nassab u l-konservazzjonisti jkollhom bażi li minnha joperaw u jedukaw lil xulxin u lill-poplu.", "Sur President, mill-firda nistgħu nibnu l-għaqda u aħna għandna l-mezzi, il-kapaċita', il-kwalita' u d-dover li nagħmlu dan u jien ninsab ċert li minn Malta nistgħu nagħtu eżempju ta' kif inlaqqgħu r-rekwiżiti tal- partijiet kollha u fl-istess ħin nilqgħu l-għan li nipproteġu b'mod effettiv l-għasafar tal-passa.", "Nirringrazzjak.", "THE DEPUTY SPEAKER: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l- Kamra taġġorna għal għada l-Erbgħa, 14 ta' Marzu 2007 fis-6.00 p.m. bl- aġenda kif komunikata mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u fid-9.15 p.m. il-Kamra ġiet aġġornata.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "RIŻENJI TA' CHAIRMEN", "24226.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm ilu jservi fil-kariga ministerjali preżenti kemm kien hemm chairmen ta' kumitati, korporazzjonijiet, enti, awtoritajiet, aġenziji u korpi parastatali li jaqgħu taħtu li rriżenjaw jew talbu espressament li ma jiġux kkonsidrati mill-ġdid għall-kariga li kienu qegħdin jokkupaw?", "Min kienu u fejn kienu qegħdin iservu?", "Jista' jagħti d-dati ta' kull każ applikabbli?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Kemm ili nservi fil-kariga ministerjali preżenti ma kien hemm l-ebda chairmen ta' kumitati, korporazzjonijiet, enti, awtoritajiet, aġenziji jew korpi parastatali li jaqgħu taħti li rriżenjaw mill-kariga li kienu qed jokkupaw.", "Iżda fl-2004 kien hemm talba waħda mic-chairman ta' l-airport charges regulatory board, is-Sur Bernard Scicluna, sabiex ma jiġix ikkonsidrat mill- ġdid għal din il-kariga u għaldaqstant in-nomina tiegħu ma ġietx imġedda u minfloku nħatar chairman ġdid b'effett mill-1 ta' Jannar 2005.", "Is-Sur Scicluna kien inħatar chairman ta' dan il-bord għall-ewwel darba fis- 17 ta' Diċembru, 2002.", "RIŻENJI TA' CHAIRMEN", "24227.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' l-Ministru jgħid kemm ilu jservi fil-kariga ministerjali preżenti kemm kien hemm chairmen ta' kumitati, korporazzjonijiet, enti, awtoritajiet, aġenziji u korpi parastatali li jaqgħu taħtu li rriżenjaw jew talbu espressament li ma jiġux kkonsidrati mill-ġdid għall-kariga li kienu qegħdin jokkupaw?", "Min kienu u fejn kienu qegħdin iservu?", "Jista' jagħti d-dati ta' kull każ applikabbli?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Is-Sur Joe N Tabone irriżenja minn chairman ta' l- awtorita' ta' Malta dwar ir-riżorsi b'effett mit-13 ta' Jannar 2005.", "ŻJARAT FL-ISKEJJEL", "24239.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 23926 dwar żjarat fl-iskejjel, jista' l-Ministru jgħid x'kienu l-affarijiet li nstabu ħżiena fl-iskejjel?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Dawn iż-żjarat saru bl-iskop li jkunu ta' għajnuna fl- identifikazzjoni ta' affarijiet jew sitwazzjonijiet li jistgħu joħolqu periklu sew għall-istudenti kif ukoll għall-għalliema.", "Dawn iż-żjarat jieħdu forma ta' risk assessment, li wara jiġi diskuss mal-kapijiet ta' l- iskejjel biex jiġu identifikati metodi kif dawn jiġu mtejba.", "HAL KIRKOP - KUMPLESS SPORTIV", "24240.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: B'riferenza għall-aħbar li se jinbena kumpless sportiv f'Hal Kirkop, jista' l-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol u kemm se jiġi jiswa?", "Min se jagħmel dan ix-xogħol u x'inhuma l-faċilitajiet li se jkun fih dan il-kumpless?", "Meta huwa maħsub li jitlesta x-xogħol fuq dan il- kumpless?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ix-xogħol fuq il-kumpless sportiv f'Ħal Kirkop beda.", "Ix-xogħol se jiġi jiswa madwar Lm530,000 u l-kuntrattur li rebaħ it-tender tal-kostruzzjoni wara proċess tal-kumitat tal-kuntratti huwa Elbros Construction.", "Informat ukoll li l-kumpless ta' Ħal Kirkop se jkun multi-sports usage u mhux marbut ma' xi sport partikolari.", "Il-post se jkollu fih first aid room, fitness centre u uffiċini għall-amministrazzjoni.", "GĦAQDIET FILANTROPIĊI - TAXXA FUQ L-INCOME", "24249.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk għaqdiet filantropiċi humiex suġġetti li jħallsu t-taxxa fuq l-income, l-15% fuq kontijiet bankarji u xi taxxi oħrajn?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-għaqdiet filantropiċi ma jħallsux income tax jekk ikunu ġew eżentati taħt id-dispożizzjonijiet ta' l-artikolu 12(1)(e) ta' l- att dwar it-taxxa fuq l-income.", "Din l-eżenzjoni tapplika wkoll għall- interessi li jista' ikollhom minn kontijiet bankarji.", "Fil-każ ta' għaqdiet li m'għandhomx din l-eżenzjoni, it-taxxa titħallas bir- rati stabbiliti għal persuna oħra sa massimu ta' 30% u jistgħu jħallsu bil- 15% fuq kontijiet bankarji.", "MARSA SPORTS COMPLEX", "24250.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol fil- faċilita' sportiva tal-Marsa li issa ilu li beda jinbena mhux ħażin?", "Meta huwa maħsub li jinfetaħ dan il-bini u għal xiex se jservi?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-kunsill Malti għall-isport kompla fuq l-ewwel fażi tax-xogħol tal-car park ġewwa l-kumpless sportiv tal-Marsa.", "Fil-fatt ix- xogħol strutturali tal-car park tlesta u anke d-dawl intern ta' l-istess car park.", "Ix-xogħol tad-dawl intern, apparti l-fittings, tlesta fl-2006.", "Il-kunsill Malti għall-isport din is-sena se joħrog it-tender għal finishes tal-car park.", "SCIENCE LAB U TECHNOLOGY TECHNICIANS", "24251.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru jgħid jekk dawk li huma technicians, bħal ngħidu aħna Science Lab u Technology Technicians, u li jinsabu fi Skala 14 hux possibbli jitilgħu xi skala jew tnejn wara numru ta' snin?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-materja hi regolata mill-ftehim classification, regrading and assimilation of the technical class.", "MCAST - GĦALLIEMA TA' L-IT", "24252.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru jinvestiga rapporti li waslu għandi mingħand numru ta' studenti u ġenituri dwar għalliema ta' dixxendenza Ingliża li tgħallem ġewwa l-MCAST studenti ta' l-IT ġewwa ċentru ta' l-EC f'Paceville fejn qed jingħad li tgħajjar lill-istudenti tant li rrappurtawha lill-counsellors u li tgħid diskors dispreġjattiv fil-konfront tal-pajjiż u anke kontra l-MLP?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-MCAST qed jieħdu l-passi meħtieġa.", "BORMLA - CARE AND REPAIR", "24260.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru tara li anzjan Bormliż li jgħix f'fond li parti minnu hu strutturalment perikoluż u dan l-istess fond għandu bżonn kamra tal-banju ġdida għall-ħtiġijiet tal-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, isirlu wkoll aġġornar tal-fond billi jibbenefika mill-inizjattiva care and repair?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Mir-rekords ta' l-awtorita' tad-djar ma jirriżultax li l-persuna ndikata qatt għamlet talba biex tibbenefika mill- inizjattiva tal-care and repair.", "B'danakollu, fil-futur qarib l-awtorita' se tispezzjona l-fond indikat biex tivverifika jekk il-persuna tistax tibbenefika minn din l-inizjattiva.", "MTA - GĦAŻLA TA' KUMPANNIJA", "24266.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' l-Ministru jgħid xi proċeduri ntużaw biex il-kumpannija li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, tingħażel għal xogħol għall- awtorita' Maltija tat-turiżmu?", "Jista' jgħid ġewx avviċinati individwi/kumpanniji għall-istess xogħol?", "Fuq liema bażi ntagħżlet il- kumpannija?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Minħabba n-natura urġenti tax-xogħol kif indikat fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 24267, din il-kumpannija tqabbdet permezz ta' direct order li ngħatat abbażi ta' l-esperjenza u track record eċċellenti tagħha.", "MTA - ĦLASIJIET LIL KUMPANNIJA", "24267.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' l-Ministru jgħid xi ħlasijiet saru jew iridu jsiru lill- kumpannija li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, għax-xogħol li għamlet għall-awtorita' Maltija tat-turiżmu?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Il-kumpannija msemmija ngħatat ħlasijiet kif ġej: Lm742; Lm1,000; Lm2,318 u Lm61 biex jiġi ppreparat rapport fuq l- istruttura tal-marketing ta' l-awtorita' tat-turiżmu.", "Dan l-inkarigu ngħata minħabba li nħass il-bżonn urġenti ta' re-engineering estensiv tal-mod kif jopera l-marketing fl-awtorita' Maltija tat-turiżmu biex jiġi assigurat li l-bidliet msemmija jsiru sa tmiem l-2006 sabiex jibda jinħass l-impatt immedjat tagħhom fl-2007.", "MALTA SONG BOARD", "24269.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra lista tal-membri u chairperson tal-Malta song board 2005/2006 u 2006/2007?", "Jista' jagħti l-ħlasijiet, salarji u allowances kollha li ħadu/jieħdu tul il-ħatra tagħhom?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l- informazzjoni mitluba.", "PROĠETTI TURISTIĊI", "24270.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' l-Ministru jagħti lista tal-proġetti turistiċi li se jsiru f'Malta u Għawdex b'fondi ta' l-Unjoni Ewropea matul din is-sena?", "Jista' jgħid kemm se jintnefqu fuq kull proġett?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Il-proġetti turistiċi li l-finanzjamenti tagħhom mill-Unjoni Ewropea huwa diġa' magħruf u deċiż huma kif jidher fit- tabella hawn taħt.", "Dawn ma jinkludux proġetti li jistgħu jiġu ko-finanzjati mill-programm ta' fondi strutturali għal matul is-snin 2007-2008 kif indikat fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 24086.", "|Isem |Aġenzija li|Valur | |tal-Proġett |qed |tal-Proġe| | |timplimenta|tt | | |l-proġett | | |European |Ministeru |Lm 28,000| |Destinations|għat-Turiżm| | |of |u u |Jinkludi | |Excellence |l-Kultura |ko-finanz| |(European | |jament | |Commission –| |mill-Kumm| |DG | |issjoni | |Enterprise | |Ewropea | |and | |ta' 50% | |Industry, | | | |Tourism | | | |Unit) | | | |Tourism and |Awtorita' |Lm159,300| |Support |Maltija |Lm89,598 | |Services |għat-Turiżm|matul | |Training |u |l-2007) | |Programme | | | |(European | |Jinkludi | |Social Fund)| |ko-finanz| | | |jament | | | |mill-Fond| | | |Soċjali | | | |Ewropew | | | |(ESF) ta'| | | |75% | |Haġar Qim |Heritage |Lm | |and Mnajdra |Malta |2,134,305| |Conservation| | | |and | |Jinkludi | |Interpretati| |ko-finanz| |on Project | |jament | | | |mill-Fond| | | |Ewropew | | | |għall-Iżv| | | |ilupp | | | |Reġjonali| | | |(ERDF) | | | |ta' 63% | |Empoka |Fondazzjoni|L-għajnun| |(Intelligent|Temi Zammit|a ta' | |Energy |b'għajnuna |l-MTA | |Europe |finanzjarja|tammonta | |Programme) |ta' |għal | | |l-Awtorita'|Lm30,000 | | |Maltija |fuq | | |għat-Turiżm|it-tliet | | |u |snin | | |(il-proġett|tal-proġe| | |għandu |tt 2006 –| | |numru ta' |2008 | | |partners |(Lm10,000| | |barranin, u|matul | | |l-valur |l-2007) | | |sħiħ | | | |tal-proġett|Jinkludi | | |jirrifletti|ko-finanz| | |l-valuri |jament | | |allokati |mill-Kumm| | |lill-partne|issjoni | | |rs kollha) |Ewropea | | | |ta' 50% |", "STABBILIMENT KUMMERĊJALI - DAQQ TA' MUŻIKA", "24271.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li l-pulizija tieħu l-passi meħtieġa kontra stabbiliment kummerċjali li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li jdum ħinijiet twal, anke sas-sigħat bikrin ta' fil-għodu, jdoqqu l-mużika b'volum eċċessiv, b'inkonvenjent kbir għall- ġirien anzjani li joqogħdu fuq l-istabbiliment?", "ONOR.", "TONIO BORG: Kull meta rriżulta li kien hemm xi ksur tar-regolamenti fil-ħanut imsemmi, il-pulizija ħadet passi u nbdew proċeduri kriminali quddiem il-qorti.", "PEMBROKE - TISWIJA TA' FAĊĊATA", "24276.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Wara l-ispezzjoni msemmija fir-risposta għall- mistoqsija parlamentari 24074, tista' l-Ministru tgħid jekk hux se jkun hemm xi azzjoni li tittieħed fuq il-post indikat?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Mill-ispezzjoni li rrifera għaliha l-Onor.", "Interpellant, irriżulta li, skond il-policy stabbilita dwar tiswijiet, ix- xogħol mitlub jaqa taħt ir-responsabbilta' ta' l-inkwilini.", "KAŻ PERSUNA B'DIŻABILITA'", "24293.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministra tikkonsidra każ ta' ġuvni ta' 19-il sena b'diżabilita' u skond ommu dan qed jiġi abbandunat minn missieru?", "Dan il-każ diġa' ġie mressaq l-Appoġġ u anke ċ-ċentru ħidma soċjali ta' Santa Venera imma jixtiequ li jingħata aktar attenzjoni.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Il-każ indikat tressaq għall-attenzjoni tal- ħaddiema soċjali ta' l-aġenzija Sapport fil-21 ta' Frar 2007.", "Ninsab informata wkoll li mmedjatament inbeda x-xogħol fuq dan il-każ u saru ħafna kuntatti inkluż mal-membri tal-familja, is-servizz legali ta' l- aġenzija, il-pulizija, l-iskola fejn tattendi l-persuna, iċ-child safety services tad-diviżjoni ta' l-edukazzjoni u maċ-child protection services u d-domestic violence services ta' l-aġenzija Appoġġ.", "TISWIJA F'APPARTAMENT TAL-GVERN", "24316.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru tgħid meta se jsir l-aġġornar tal- parti komuni li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Għaddejt it-talba lid-dipartiment tal-bini u tiswija ta' djar biex jinvestiga u jieħu l-azzjoni meħtieġa.", "BIRGU - SPEZZJONI F'POST TAL-GVERN", "24317.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru tgħid meta mistennija ssir l- ispezzjoni fil-fond ġewwa l-Birgu li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: L-ispezzjoni li rrifera għaliha l-Onor.", "Interpellant saret ftit wara li l-persuna applikat għal akkomodazzjoni alternattiva.", "CARE AND REPAIR", "24319.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Minsitru tara li l-ġuvni li ma jaħdimx li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, jibbenifika mill-inizjattiva care and repair?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Mir-rekords ta' l-awtorita' tad-djar, ma jirriżultax li l-persuna ndikata qatt għamlet talba biex tibbenefika mill- inizjattiva tal-care and repair.", "Ninsab informata wkoll li fil-futur qarib l-awtorita' se tispezzjona l-fond indikat biex tivverifika jekk il-persuna tistax tibbenefika minn din l- inizjattiva.", "CARE AND REPAIR", "24320.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru tara li l-familja li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, tibbenifika mill-inizjattiva care and repair?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Mir-rekords ta' l-awtorita' tad-djar, ma jirriżultax li l-persuna ndikata qatt għamlet talba biex tibbenefika mill- inizjattiva tal-care and repair.", "Ninsab informata wkoll li fil-futur qarib l-awtorita' se tispezzjona l-fond indikat biex tivverifika jekk il-persuna tistax tibbenefika minn din l- inizjattiva.", "REVIŻJONI TAL-KERA", "24321.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta saret l- aħħar reviżjoni tal-kera u meta se ssir ir-reviżjoni li jmiss tal-familja li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ir-reviżjonijiet tal-kirjiet ta' postijiet residenzjali jsiru mid-dipartiment ta' l-akkomodazzjoni soċjali u għaldaqstant l-Onor.", "Membru huwa mitlub jirriferi l-mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "QORTI TA' GĦAWDEX", "24353.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tara li l-kamra li ġiet allokata fil-bini tal-Qorti ta' Għawdex għall-avukati tiġi fornuta b'computer?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Fil-kamra allokata għall-avukati diġa' hemm computer.", "IMPRENDITURI GĦAWDXIN", "24354.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru jelenka skemi/inċentivi/sussidji offruti mill-Malta Enterprise lill-imprendituri Għawdxin; jgħid kemm ilhom viġġenti dawn l-iskemi/inċenvitivi/sussidji u kemm ibbenefikaw f'dawn l-aħħar ħames snin minn kull skema/inċentiv/sussidju?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "EŻAMIJIET TAL-MATSEC", "24355.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru jgħid kemm studenti Għawdxin se joqogħdu għall-eżamijiet tal-MATSEC f'kull suġġett separatament?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif mitlub se jitpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "MMA - SAFAR", "24368.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni: Mill-ewwel tas-sena 2007 sal-lum, jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus fuq safar mill-awtorita' marittima ta' Malta?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: L-awtorita' marittima ta' Malta nefqet Lm25,334.76 fuq safar minn Jannar sa Frar 2007.", "Huwa mistenni li Lm7,130 minn dan l-ammont jiġu rifonduti minn proġetti ta' l-Unjoni Ewropea.", "REĠISTRAZZJONI TA' VAPURI", "24369.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid għaliex qed jiġu reġistrati vapuri jew tankers li għandhom 'il fuq minn 25 sena?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Hija l-prattika li l-awtorita' marittima ta' Malta tirreġistra vapuri ta' mhux iktar minn 25 sena.", "Madanakollu jeżistu ċirkostanzi fejn, sidien li għandhom diversi bastimenti oħra diġa' itajru, se jtajjru l-bandiera Maltija, kien ikollhom ifittxu bandiera oħra sabiex jirreġistraw il-bastimenti tagħhom ta' eta' ta' 25 sena jew iktar.", "Għaldaqstant, f'każi bħal dawn l-awtorita' tikkonsidra l-possibbilta' ta' reġistrazzjonijiet ta' vapuri ta' eta' ta' 25 sena jew iktar.", "Dawn il-konsiderazzjonijiet bl-ebda mod ma jnaqqsu mill-kontrolli meħtieġa.", "Fil-fatt, l-awtorita' dejjem issostni sistema fejn bastimenti ta' 25 sena jew iktar ikunu soġġetti għal spezzjonijiet riġidi, saħansitra qabel ma dawn jiġu aċċettati għar-reġistrazzjoni.", "VAPURI REĠISTRATI TAĦT IL-BANDIERA MALTIJA", "24370.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jagħti lista ta' kull tanker/vapur reġistrat taħt il-bandiera Maltija li għandu 'il fuq minn 25 sena u jgħid min huma l-aġenti lokali f'kull każ?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: L-informazzjoni mitluba hija ta' natura kummerċjali u ma nħossx li għandha tiġi mogħtija.", "ADT - KUNTRATTI", "24371.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra rendikont tal- kuntratti kollha li ngħata jew li kien involut fihom mingħand l-awtorita' dwar it-trasport il-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, mill-1 ta' Jannar 1999 sat-28 ta' Frar 2007?", "Jista' jgħid f'liema kariga jew kapaċita' esegwixxa l-kuntratt?", "Jista' jgħid kemm tħallas għal kull kuntratt b'riferenza kuntratt, kuntratt?", "Jista' jgħid jekk il-persuna ngħatatx il-kuntratti lilha personalment jew lil xi kumpannija/ditta/soċjeta'/partnership li fiha għandu interess u jagħti l- isem tagħha?", "Jista' jgħid inħarġitx sejħa għal offerti jew ingħatawx direct orders riferibbilment għal kull kuntratt?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "PROĠETT TAĊ-ĊIRKEWWA", "24372.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid, bejn wieħed u ieħor, id-data ta' meta hu mistenni jitlesta l-proġett taċ-Ċirkewwa u kemm hi l-aħħar ċifra ta' flus li se tiġi mħallsa mill-awtorita' marittima ta' Malta?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Il-proġett tal-mollijiet u t-terminals fiċ-Ċirkewwa u l- Imġarr huwa stmat li jiswa madwar Lm14.55 miljun.", "Bħalissa, l-awtorita' marittima ta' Malta qegħda tipprepara sabiex toħroġ it-tenders neċessarji għall-bini ta' terminal fiċ-Ċirkewwa permezz ta' fondi mill-European regional development fund.", "L-informazzjoni fuq l-ispiża ta' dawn ix-xogħlijiet għadha qegħda tinġabar u tkun tista' tingħata aktar tard.", "PROĠETT TAĊ-ĊIRKEWWA", "24373.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jikkonferma jekk hux minnu li kien hemm għajjat fil-kurituri ta' l-awtorita' marittima ta' Malta bejn min qed imexxi l-proġett taċ-Ċirkewwa u ċ-chairman ta' l-awtorita'?", "Dan l-inċident għandu x'jaqsam mal-mollijiet taċ-Ċirkewwa?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Ma kienx hemm għajjat fil-kuruturi ta' l-awtorita' marittima ta' Malta bejn min qed imexxi l-proġett taċ-Ċirkewwa u ċ-chairman ta' l-awtorita'.", "ŻEJTUN - UNDERGROUND BRING-IN SITE", "24377.", "L-ONOR.", "GEORGE VELLA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' l-Ministru jagħti aktar dettalji dwar fiex se jkun jikkonsisti dak li huwa ppjanat bħala underground bring-in site li beħsiebha tiżviluppa l-Wasteserv fi Triq Dun Spir Grixti, fiż-Żejtun?", "Jista' jgħid jekk dan huwiex l-ewwel wieħed tax-xorta tiegħu f'Malta u għaliex u kif intgħażel proprju post fiċ-ċentru abitat taż-Żejtun u mhux barra mir-raħal?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Underground bring-in site għandha l-istess konċett ta' bring-in sites oħra li mdorrijin naraw f'lokalitajiet oħrajn.", "Id- differenza hi li l-kontenituri jinsabu taħt l-art; kulma jidher huma erba' bins żgħar u puliti.", "Peress li l-kontenituri jridu jitpoġġew taħt l-art, hemm izjed xogħol ta' istallazzjoni li jrid isir, bħal tħaffir taħt l-art.", "L-underground bring-in site fiż-Żejtun se tkun waħda minn sitta, però m'hijiex l-ewwel waħda.", "Infatti l-ewwel underground bring-in site li saret kienet dik li tinsab fiċ-ċentru ta' Paceville.", "Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra ritratti proprju ta' din il-facilità.", "Il-post ġewwa ż-Żejtun ġie magħżul flimkien mal-kunsill lokali propju għax huwa sit abitat fejn fil-futur se jiġi żviluppat ġnien għall-pubbliku.", "Għalhekk kien xieraq li jintuża dan it-tip ta' bring-in site biex jikkumplimenta mal-proġett kollu.", "ĦAL QORMI - TARAĠ F'CANON ROAD", "24378.", "L-ONOR.", "CLYDE PULI staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jgħid meta se jiġi rranġat it-taraġ li hemm jagħti minn Canon Road, Ħal Qormi għal Sta.", "Venera minn fuq il-bypass wara li xi residenti ilmentaw li hemm ħafna knatan imwaqqgħin li huma ta' periklu għall-istess residenti?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "ĦAL QORMI - DOOR NUMBERING", "24379.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' l-Ministru jgħid meta se jitkompla l-proċess ta' l- organizzar tan-numri tal-bibien fit-toroq ta' Ħal Qormi, partikolarment fi Triq il-Kummerċ?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Hemm il-ħsieb li jsir xogħol ta' għoti ta' numri lill- bibien ġewwa Ħal Qormi matul din is-sena.", "Ninsab informat ukoll li Triq il-Kummerċ tinsab f'żona industrijali u għaldaqstant ma taqax taħt ir-responsabbilta' tad-door numbering unit sabiex isir l-organizzar tan-numri tal-bibien fiha.", "Skond il-liġijiet eżistenti, din il-unit hija responsabbli sabiex torganizza n-numri tal- bibien f'żoni residenzjali biss.", "WSC - PROBLEMA TA' ĦRUĠ TA' ILMA", "24380.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 23983, fejn intqal li ma jirriżultax li saru xi rapporti lill- korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma dwar ħruġ ta' ilma fl-indirizz indikat separatament, jista' l-Ministru jivverifika peress li jien stess għamilt rapport fuq il-każ fit-18 ta' Settembru, 2006 bl-e-mail lil customer care@ wsc.com.mt?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Bi żvista ma ttieħditx azzjoni mill-korporazzjoni għas- servizzi ta' l-ilma wara li rċeviet l-e-mail ta' l-Onor.", "Interpellant u għaldaqstant il-korporazzoni għas-servizzi ta' l-ilma tħoss li għandha tapoloġizza miegħu.", "Fit-12 ta' Marzu intbagħat uffiċjal tal-korporazzjoni għas-servizzi ta' l- ilma biex jinvestiga l-każ, iżda għalkemm kien hemm sinjali ta' umdita' ma kienx possibbli li jinġabar sample ta' l-ilma li qed jiskula.", "Madankollu l-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma se tagħmel l- investigazzjonijiet neċessarji, permezz ta' eżerċizzju ta' leak detection, fl-inħawi ta' l-indirizz indikat.", "AQUEOUS BF", "24381.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' l-Ministru jgħid kemm ilu out of stock il-cream Aqueous BF?", "Meta jaħseb li se jerġa' ikun in stock?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "SERVIZZ PUBBLIKU - INGAĠĠ TA' SKRIVANI", "24382.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li toħroġ sejħa għall-ingaġġ ta' skrivani maċ-ċivil fil-futur qarib?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Is-sejħa għall-ingaġġ ta' skrivani fis-servizz pubbliku ssir meta jkun il-bżonn skond il-ħtiġijiet tas-servizz.", "KORP TAL-PULIZIJA – INGAĠĠ TA' KUNTISTABBLI", "24383.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hu l-complement tal-korp tal-pulizija bħalissa?", "Jista' jgħid jekk hemmx ħsieb li jkun hemm sejħa għall-kuntistabbli ġodda fil-futur qarib?", "ONOR.", "TONIO BORG: Fil-preżent hemm 1,876 persuna fil-korp tal-pulizija; jekk ikun hemm bżonn, isir reklutaġġ ieħor kif dejjem sar taħt il-gvern preżenti.", "SERVIZZI PUBBLIKU - RELIĠJUŻI", "24385.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hu n-numru ta reliġjużi mpjegati fis-servizz pubbliku jew f'korpi/enti oħra tal-gvern?", "X'inhu x-xogħol li qed jagħmlu?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB", "MEPA – RAPPORT TA' L-AWDITUR", "W322.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja ta' l-ittra jew talba li l-avukati tal-MEPA għamlu lill-Ombudsman sabiex dan jagħti parir dwar ir-rapport ta' l-awditur tal-MEPA stess?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub ikun aktar speċifiku."]} {"filename": "20050222_240d_par.doc", "date": "2005-02-22", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Uffiċjali u Rivedut) L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 240 It-Tlieta, 22 ta' Frar, 2005 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 240 It-Tlieta, 22 ta' Frar, 2005", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6:03 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "240", "It-Tlieta, 22 ta' Frar, 2005", "WERREJ", "MINUTI 923", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI 923", "TQEGĦID TA' KARTI 929", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR ARKIVJI NAZZJONALI (KUMITAT)", "NATIONAL ARCHIVES BILL(COMMITTEE STAGE) 930", "AĠĠORNAMENT 952", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 957", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 239 li saret fit-21 ta' Frar, 2005 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "ĠUSTIZZJA U INTERN - MOBILE PHONES", "10553.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u l-Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kienet l- ispiża totali tal-ministeru, inkluż ta' l-entitajiet li jaqgħu taħtu, għall- mobile phone calls u l-kiri jew xiri tagħhom matul is-sena 2004?", "X'ammont tħallas s'issa?", "Kemm hu n-numru ta' mobile phones li fil-preżent il- ministeru - jew l-entitajiet li jaqgħu taħtu - huwa responsabbli għall- pagament tagħhom u kemm kien dan fis-sena 2004?", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI (Segretaru Parlamentari) (f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern): Ninsab informat illi t- tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant hu kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.", "KOMPETITTIVITA' U KOMUNIKAZZJONI - MOBILE PHONES", "10554.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Kompetittivita' u l- Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża totali għall-mobile phone calls u l-kiri jew xiri tagħhom matul is-sena 2004 għall- ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħtu?", "X'ammont tħallas s'issa?", "Kemm hu n-numru ta' mobile phones li fil-preżent il-ministeru – jew l-entitajiet li jaqgħu taħtu - huwa responsabbli għall-pagament tagħhom u kemm kien dan fis- sena 2004?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni): Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.", "SAĦĦA, ANZJANI U KURA FIL-KOMUNITA' - MOBILE PHONES", "10555.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża totali tal- ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħtu għall-mobile phone calls u kiri jew xiri tagħhom matul is-sena 2004?", "X'ammont tħallas s'issa?", "Kemm hu n- numru ta' mobile phones li fil-preżent il-ministeru – jew l-entitajiet li jaqgħu taħtu - huwa responsabbli għall-pagament tagħhom u kemm kien dan fis- sena 2004?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunita'): L-ispiża totali għall-mobile phones matul is-sena 2004 kienet ta' Lm10,232.42 waqt li s-somma li tħallset s'issa hija ta' Lm10,103.58.", "In-numru ta' mobile phones li fl-2004 il-ministeru bl-entitajiet li jaqgħu taħtu kien responsabbli għalihom kien ta' 38 u din is-sena l-ammont baqa' l- istess.", "FAMILJA U SOLIDARJETA' SOĊJALI - MOBILE PHONES", "10556.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Familja u s- Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru tgħid kemm kienet l-ispiża totali tal-ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħtu għall-mobile phone calls u kiri jew xiri tagħhom matul l-2004?", "X'inhi s-somma li tħallset s'issa?", "Kemm hu n-numru ta' mobile phones li fil-preżent il-ministeru - jew l- entitajiet li jaqgħu taħtu - huwa responsabbli għall-pagament tagħhom u kemm kien dan fis-sena 2004?", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI (f'isem il-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali): Ninsab informat li t-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.", "AFFARIJIET BARRANIN - MOBILE PHONES", "10557.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża totali tal-ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħtu għall-mobile phone calls u kiri jew xiri ta' l-istess matul l-2004?", "X'inhi s-somma li tħallset s'issa?", "Kemm hu n-numru ta' mobile phones li fil-preżent il-ministeru - jew l-entitajiet li jaqgħu taħtu - huwa responsabbli għall-pagament tagħhom u kemm kien dan fis-sena 2004?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem il-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin): Ninsab informat illi l-ispiża totali tal-ministeru - inkluż l-entitajiet li jaqgħu taħt il-ministeru u l-ambaxxati - għall-mobile phones u l-kiri jew xiri tagħhom matul l-2004 kienet ta' Lm34,610.16, li minnhom s'issa tħallset is-somma ta' Lm33,749.72.", "In-numru ta' mobile phones fil-ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħtu, inkluż l-ambaxxati, huwa ta' 107 meta fl-2004 dan kien ta' 116.", "SKEJJEL – XOGĦOL TA' MANUTENZJONI", "10558.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impieg: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra rapporti bir-rakkommandazzjonijiet li saru lid-dipartiment ta' l- edukazzjoni sabiex isiru xogħlijiet ta' manutenzjoni fl-iskejjel ta' l- istat, dejjem bil-għan li jiġu evitati perikli li kawża tagħhom jistgħu jweġġgħu l-istudenti waqt il-ħin ta' l-iskola?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impieg): Informat li d-diviżjoni ta' l-edukazzjoni rċeviet żewġ rapporti b'rakkommandazzjonijiet mill-OHSA, wieħed fuq l-Iskola Sekondarja tas- Subien Vincenzo Borg Brared u l-ieħor fuq l-Iskola Primarja 'B' Sir Anthony Mamo.", "Qed jittieħdu l-passi meħtieġa biex isir xogħol fuq fence fil-bitħa ta' skola minnhom u xogħol ieħor ta' manutenzjoni fl-iskola l-oħra.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Meta huwa maħsub li jiġi ffinalizzat dan ix-xogħol?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Jiddispjaċini imma quddiemi m'għandix dan id- dettalji, għalkemm nassumi li x-xogħol in kwestjoni m'għandux jieħu daqshekk fit-tul biex jitlesta.", "Ix-xogħol li jrid isir fi skola minnhom jikkonsisti fi twaħħil ta' fence fuq l-open edges ta' bitħa interna, filwaqt li fl-iskola l-oħra hemm diversi aspetti li rridu nieħdu ħsiebhom, fosthom low railing, upgrading ta' toilets u xogħol fil-main gate biex titnaqqas il-possibbilta' ta' żliq meta tkun ix-xita.", "Jiena m'għandix informazzjoni dwar x'miżuri qed tieħu d-diviżjoni ta' l- edukazzjoni abbażi ta' dawn ir-rapporti, pero' beħsiebni niċċekkja.", "TURIŻMU F'GĦAWDEX", "10600.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul mis-settur tat-turiżmu għal Għawdex bejn l-1999 u l-2004?", "Kemm turisti żaru Għawdex fl-istess perjodu?", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI (f'isem il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura): Iċ-ċifri maħruġin mill-uffiċċju nazzjonali ta' l-istatistika juru li n- numru ta' turisti li żaru Għawdex bejn l-2001 u l-2004 kien kif ġej:", "2001 - 641,335 (56% tat-total ta' turisti) 2002 - 590,517 (54% tat-total ta' turisti) 2003 - 568,220 (52% tat-total ta' turisti) 2004 - 582,424 (52% tat-total ta' turisti)", "Statistika għas-snin 1999 u 2000 ma teżistix, filwaqt li statistika dwar dħul mis-settur tat-turiżmu tinżamm għal Malta u Għawdex flimkien.", "FAMILJA U SOLIDARJETA' SOĊJALI - KONSULENTI", "10601.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru tal-Familja u tas-Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru tagħti lista ta' konsulenti jew kumpanniji ta' konsulenza, lokali jew barranin, li l-ministeru, inkluż korporazzjonijiet pubbliċi li jaqgħu taħtu, għamel użu minnhom matul l-2004?", "Fiex jikkonsistu s-servizzi li ngħataw u xi ħlasijiet saru?", "Kemm għad baqa' ħlasijiet x'isiru?", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI (f'isem il-Ministru tal-Familja u tas- Solidarjeta' Soċjali): Dwar l-ewwel żewġ partijiet tal-mistoqsija nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 7080; waqt li dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija ninsab informat li m'hemm l- ebda ħlasijiet pendenti ħlief f'xi każijiet fejn il-kont għadu ma ntbagħatx.", "ŻVILUPP URBAN U TOROQ - KONSULENTI", "10602.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' l-Ministru jagħti lista ta' konsulenti jew kumpanniji ta' konsulenza, lokali jew barranin, li l- ministeru, inkluż korporazzjonijiet pubbliċi li jaqgħu taħtu, għamel użu minnhom matul l-2004?", "Fiex jikkonsistu s-servizzi li ngħataw u xi ħlasijiet saru?", "Kemm għad baqa' ħlasijiet x'isiru?", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI (f'isem il-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq): Ninsab informat illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f'seduta oħra.", "TURIŻMU U KULTURA - KONSULENTI", "10603.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' l-Ministru jagħti lista ta' konsulenti jew kumpanniji ta' konsulenza, lokali jew barranin, li l- ministeru, inkluż korporazzjonijiet pubbliċi li jaqgħu taħtu, għamel użu minnhom matul l-2004?", "Fiex jikkonsistu s-servizzi li ngħataw u xi ħlasijiet saru?", "Kemm għad baqa' ħlasijiet x'isiru?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (Ministru għat-Turiżmu u Kultura): Qed inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jista' l-Ministru jgħid jekk mal-lista li poġġa fuq il-mejda tal-Kamra hemmx xi rapport dwar it-turiżmu f'Għawdex?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Mr Speaker, din il-lista ta' konsulenzi u servizzi oħra konnessi ma tindikax xi rapport speċifiku dwar Għawdex.", "Pero' nieħu l-opportunita' biex infakkar li fl-eżerċizzju ta' restructuring li għaddej fl-awtorita' tat-turiżmu, Għawdex ġie identifikat bħala wieħed mis-setturi li fuqu rridu niffokaw għal dak li huwa marketing.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jista' l-Ministru jgħid x'kuntatti saru mal- ministeru għall-affarijiet rurali u l-ambjent rigward attivitajiet agroturistiċi?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ċertament mhux l-ewwel darba li kelli diskussjoni mal-ministru responsabbli mill-agrikoltura dwar dan il-qasam.", "L-intenzjoni tagħna t-tnejn hi li niżviluppaw il-konċett ta' agroturiżmu.", "Dan ifisser li jkollok nies kompetenti kemm fl-awtorita' tat-turiżmu kif ukoll fid-dipartiment ta' l-agrikoltura li jifformolaw policy guidelines flimkien.", "Dan m'huwiex speċifikament indikat bħala wieħed mis-setturi prinċipali ta' marketing fir-restructuring ta' l-awtorita' tat-turiżmu, pero' meta ssir riferenza għal emerging markets ġodda jsir aċċenn għal din il-possibbilta'.", "Naħseb li Malta tippresta ruħha tajjeb biex jekk u meta l-kondizzjonijiet ikunu tajbin, nikkonsidraw proġetti bħal dawn.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Peress li ħafna mill-kampanja qed tinqered u anke l- irdumijiet qegħdin jiġġarrfu, jista' l-ministru jgħidilna x'inhi l-policy tal-gvern fiċ-ċirkostanzi attwali?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Evidentement l-irdumijiet għandhom il- valur tagħhom, pero' dwar il-konservazzjoni u l-ħarsien tagħhom ikun aħjar jekk l-Onor.", "Interpellant jagħmel mistoqsija bil-miktub lill-ministru konċernat.", "Jiena naqbel li l-irdumijiet huma attrazzjoni tajba u li jridu jingħataw attenzjoni speċjali flimkien ma' prijoritajiet oħra, fosthom il- wirt storiku, iż-żoni turistiċi u l-istat ta' pajjiżna b'mod ġenerali.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Għandi nifhem ukoll li l-ministeru għat-turiżmu jirċievi bosta rapporti mingħand uħud mit-tour operators dwar il-problemi li jiltaqgħu magħhom meta jżommu xi attivita' fil-kampanja.", "Jista' l- ministru jgħidilna xi rwol speċifiku għandu l-ministeru tiegħu f'dan ir- rigward?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Kif naħseb li jaf l-Onor.", "Interpellant, il- ministeru għat-turiżmu kien ħa l-inizjattiva li jniedi numru ta' countryside walks.", "Fil-fatt ħriġna pubblikazzjonijiet biex nippromwovu ċerti rotot u anke nidentifikaw dawk il-landmarks li n-nies għandhom ifittxu.", "Jiġifieri f'dan is-sens għandna rwol, anke li nikkordinaw l- interessi tagħna flimkien mal-ministeru konċernat.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jikkonferma l-ministru li qatt ma ssir spezzjoni ta' dawn ir-rotot, bir-riżultat li min jitħajjar imur mixja fil-kampanja ħlief żdingar ma jarax?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-awtorita' tat-turiżmu ġieli għamlet spezzjonijiet tar-rotot fejn isiru l-countryside walks indikati minnha flimkien mal-ministeru għat-turiżmu.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Qed nieħu pjaċir li l-ministru qed juri li japprezza l-importanza li l-kampanja tinżamm kemm jista' jkun nadifa u dan ħalli ma nagħmlux reklam ħażin lil pajiżna.", "Jista' allura l-ministru jieħu l-inizjattiva u jara li dawn il-mogħdijiet jiġu spezzjonati regolarment minn gwardjani lokali jew minn xi nies maħtura apposta għal dan il-għan?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Naturalment ma nsib l-ebda diffikulta' li ngħaddi s-suġġeriment ta' l-Onor.", "Interpellant lill-ministeru konċernat.", "MALTA SHIPYARDS – IMPJEGATI OVER AGE", "10643.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Chris Agius) staqsa lill- Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni fuq il-kotba tal-Malta Shipyards li qabżu l-61 sena?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fil-Malta Shipyards m'hemm l-ebda impjegat li qabeż il-61 sena.", "BORMLA - SUR TA' SAN ĠWANN", "10644.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Chris Agius) staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni dwar l-area fuq is-sur ta' San Ġwann, peress li r-residenti ta' l-inħawi jixtiequ jibdew jieħdu ħsieb il-post huma ħalli dan ma jibqax mitluq?", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI (f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u l-Intern): Ninsab informat li t-taqsima proprjeta' tal-gvern tikkonsidra kwalunkwe talba sabiex tiġi allokata art tal-gvern sakemm l- iskop li tintalab għalih ikun approvat mill-MEPA.", "Fi kwalunkwe każ, jekk it-talba tiġi aċċettata ikun meħtieġ li tinħareġ sejħa għal offerti.", "F'dan il-każ partikolari ma jirriżultax li saret xi talba sabiex tiġi allokata l-art in kwestjoni.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Imma x'inhi r-raġuni li art li tkun meħtieġa għall- ġid komuni u għall-interess tal-komunita', xorta waħda tingħata lil terzi u addio l-oġġezzjonijiet li jista' jkun hemm?", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Li nista' ngħid hu li l-proċess biex tingħata biċċa art isir bl-aktar mod regolari u bl-aktar mod normali, fis- sens li wara li joħroġ il-permess tal-MEPA u wara li toħroġ sejħa għal offerti jsiru l-proċeduri kollha neċessarji, għalkemm ma nafx jekk l-Onor.", "Interpellant huwiex qed jirriferi għal xi ħaġa li hi barra mis-soltu.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, il-komunita' Rabtija ilha s-snin titlob li jiġi estiż iċ-ċimiterju tal-post u anke li jkun hemm spazju għall- parking u proprju art li tista' tintuża għal dawn l-iskopijiet ingħatat lil individwu biex jagħmel ġnien privat.", "Allura x'jistgħu jkunu r-raġunijiet li jwasslu lid-dipartiment ta' l-art biex jirrikonoxxi individwu partikolari u ma jirrikonoxxix il-ġid tal-komunita'?", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: L-Onor.", "Interpellant għandu dejjem id- dritt jagħmel domandi parlamentari pero', bir-rispett kollu lejh, m'iniex mir-Rabat u m'għandi l-ebda idea la tal-post li qed jirriferi għalih u lanqas ta' l-allokazzjoni li qiegħed jirriferi għaliha.", "Jien ikolli nippreżumi li saru l-proċeduri kollha neċessarji li wieħed normalment jimxi bihom f'allokazzjoni ta' art tal-gvern.", "Issa jekk l-Onor.", "Interpellant qed jirriferi għal xi ħaġa li saret b'mod irregolari, hemm il-proċeduri legali neċessarji li bihom wieħed jista' jattakkahom.", "We are open għal kwalunkwe forma ta' skrutinju tal-proċeduri li jsiru mid-dipartimenti tal-gvern.", "Kien hemm każijiet fejn saru kawżi lil ċerti dipartimenti - mhux neċessarjament f'dan il-każ li qed nitkellmu fuqu - u nstab li dawn ma segwewx il-proċeduri neċessarji.", "Pero' safejn naf jien, fil-maġġoranza tal-każijiet il-proċeduri jiġu osservati b'ċerta skrupolożita'.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Imma jista' xi ħadd jgħidli fuq liema kriterji l- gvern jistabbilixxi li l-interessi ta' individwu privat għandhom jingħataw prijorita' fuq l-interess tal-komunita'?", "X'iwassal biex il-gvern jiddeċiedi b'dan il-mod?", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Jien qed nippreżumi - għax hawnhekk qed nitkellmu fl-arja - li ħarġet sejħa fuq biċċa art u wara li saret l- offerta, ċerta persuna ġiet aġġudikata li tista' tieħu l-post.", "Issa jekk kemm-il darba saritx talba qabel mill-kunsill lokali tar-Rabat biex din l- art tiżdied maċ-ċimiterju jew ma' xi ġnien pubbliku ma nafx, apparti li anke teżisti proċedura li trid tiġi segwita mill-kunsill lokali partikolari.", "Jiena ma nafx x'rappreżentazzjonijiet saru dwar dan il-każ partikolari u bir-rispett kollu, l-Onor.", "Interpellant għandu l-fakulta' li jagħmel mistoqsija parlamentari speċifika fuq dan il-każ u jingħata tweġiba.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, jien nifhem li s-segretarju parlamentari qed jipprova jiżvijjani, imma xtaqt inkun naf x'inhi l- proċedura tal-gvern qabel ma jiddeċiedi li jagħti biċċa art lil persuna privata.", "Jiġifieri l-gvern jagħmel evalwazzjoni jekk dik l-art tistax tkun ta' użu għall-ġid tal-komunita'?", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Imma allura b'dak l-argument kull art tista' tingħata għal skop pubbliku u għall-ġid komuni!", "Issa jekk sarx xi eżerċizzju biex issir evalwazzjoni ta' l-art partikolari ma nafx, imma kif tgħallem l-esperjenza, is-soltu tiġi eżaminata fil-kontest tat-talba li tkun saret.", "U jkun hemm diversi drabi wkoll fejn wieħed jagħmel talba għal art tal-gvern abbandunata, il-gvern jara jekk dik it-talba tkunx ġustifikata jew le jew jekk kemm-il darba tkunx se tgħaddi xi triq minn hemmhekk jew jekk ikunx se jsir xi proġett skond il-pjan ta' żvilupp u mbagħad jiddeċiedi accordingly.", "Issa jekk fil-każ partikolari kienx hemm talba minn xi kunsill lokali jew minn xi individwu ieħor jiddispjaċini ngħid li ma nafx nirrispondi.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jiġifieri s-segretarju parlamentari qed jikkonferma li qabel ma jagħti biċċa art lil xi persuna privata, il-gvern jistħarreġ u jivverifika jekk dik l-art hijiex meħtieġa għall-ġid tal-komunita' aktar milli għall-ġid ta' l-individwu?", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Jiena ċert li proprjeta' li tkun se tgħaddi triq minn fuqha ma tingħatax lil xi ħadd b'offerta, kif isir normalment mil-lands.", "Pero' dwar il-każ partikolari li qed jirriferi għalih l-Onor.", "Interpellant ma nafx saritx verifika jew le.", "Donnu li l- Onor. Interpellant qed jgħid li l-lands għandu joqgħod jara l-artijiet kollha li l-gvern għandu jistax l-ewwel jittrasformahom għal skop pubbliku u mbagħad wara jara jekk għandux jaċċetta sejħa mingħand xi ħadd.", "Jien ma nafx jekk din tiġix segwita bħala proċedura normali u fil-każ partikolari nerġa' nirrepeti li ma nafx x'ġara u ma ġarax.", "AWTORITA' TAD-DJAR - CARE AND REPAIR", "10645.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Chris Agius) staqsa lill- Ministru tal-Familja u tas-Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm każi ta' care and repair fil-Kottonera u fil-Kalkara li x-xogħol fuqhom għadu ma bediex?", "Tista' tgħid kemm jieħu żmien sabiex jibda x- xogħol minn meta uffiċjali ta' l-awtorita' tad-djar iżuru l-post, dejjem jekk kollox ikun sew?", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI (f'isem il-Ministru tal-Familja u tas- Solidarjeta' Soċjali): Ninsab informat li l-awtorita' tad-djar għandha dawn il-każijiet pendenti taħt l-inizjattiva ta' care and repair, u cioe': Ħamsa biex issir l-ewwel spezzjoni; 24 biex issir spezzjoni minn perit; sitta biex jiġu diskussi mill-panel u tlieta biex jitlestew id-dokumenti ta' sejħa għal offerti.", "Iż-żmien biex jibda x-xogħol jiddependi minn diversi fatturi, fosthom mill-volum tax-xogħol meħtieġ; il-ħtieġa jew le ta' permessi mill-MEPA; il- bżonn jew le ta' ħruġ ta' sejħa għal offerti; jekk ix-xogħol jinvolvix bini perikoluż u jekk l-applikant ikunx lest li jsib kuntrattur u jissorvelja x-xogħol hu stess.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti u nsejjaħ lill-Ministru Louis Galea.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Speaker, f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali 49 ta' l-2005 - Regoli ta' l-2005 dwar Bejgħ ta' Prodotti tal-Biedja; u", "f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "K.L.B.L. 60/2/2005 - Bye-laws ta' l-2005 dwar l-Organizzazzjoni ta' Korsijiet (Kunsill Lokali Swieqi);", "Tabelli li juru l-għadd u l-eta' ta' priġunieri fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin flimkien ma' dettalji dwar ir-reati li tagħhom instabu ħatja jew dwarhom qegħdin jinżammu taħt arrest preventiv, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari 10856; u", "Tabelli li juru l-għadd ta' persuni li ntbagħtu l-ħabs matul l-2004, ir-reati li dwarhom ġew sentenzjati u s-sentenza li ngħatat f'kull każ, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari 10860.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar l-għadd u l-grad ta' impjegati fil-Public Broadcasting Services (PBS) flimkien ma' tagħrif ieħor dwar spejjeż ta' l-istess kumpannija, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari 10838.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Zammit Dimech.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-mejda tal- Kamra:", "Estimi tad-dħul u nfiq tas-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali għas-sena 2005;", "Rapport Annwali tas-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali għas-sena 2004;", "Audited financial statements tas-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali għas-sena li għalqet fit-30 ta' Settembru 2004;", "Estimi tad-dħul u nfiq taċ-Ċentru Malti għar-Restawr għas-sena 2005;", "Rapport Annwali taċ-Ċentru Malti għar-Restawr għas-sena 2004;", "Report and financial statements taċ-Ċentru Malti għar-Restawr għas- sena li għalqet fit-30 ta' Settembru 2004;", "Estimi tad-dħul u nfiq ta' Patrimonju Malta għas-sena 2005;", "Rapport Annwali ta' Patrimonju Malta għas-sena 2003-2004; u", "Report and consolidated financial statements ta' Patrimonju Malta għas- sena li għalqet fit-30 ta' Settembru 2004.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR ARKIVJI NAZZJONALI", "NATIONAL ARCHIVES BILL", "L-ordni għall-Kumitat ġie moqri.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor.", "Mario de Marco, Viċi President tal-Kumitati, jippresjedi.", "Ikompli mid-29 ta' Novembru, 2005.", "Klawsola 4 – Għanijiet u funzjonijiet ta' l-Arkivji Nazzjonali.", "Clause 4 - Objects and functions of the National Archives.", "THE DEPUTY CHAIRMAN (Onor. Mario de Marco): Il-Ministru Louis Galea.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Chairman, f'din il-klawsola l-abbozz ta' liġi jagħti idea b'ċertu dettall ta' x'se jkunu l-iskopijiet u l-funzjonijiet ta' din l-organizzazzjoni.", "Fis-seduti ta' qabel għaddejna klawsola 3 li tipprovdi għat-twaqqif ta' din l-organizzazzjoni li se tissejjaħ Arkivji Nazzjonali ta' Malta li se jkollha personalita` ġuridika distinta.", "Allura se tgawdi ċertu awtonomija fil-ħidma tagħha u se tgawdi wkoll ċerti setgħat li ngħatawlha bil-liġi biex tkun tista' ġġib 'il quddiem dan is-settur.", "Fi klawsola 4 se neżaminaw liema huma dawk l-affarijiet li għandhom jaqgħu taħt il-funzjoni ta' din l-organizzazzjoni.", "Nerġa' nippreċiża li meta qed nitkellmu fuq arkivji nazzjonali m'aħniex qegħdin nitkellmu fuq tant u tant ħwejjeġ li huma importanti ħafna imma li iktar jaqgħu fi ħdan il-qasam tal- patrimonju u tal-wirt kulturali, iżda qegħdin nitkellmu fuq dik il-ġabra ta' dokumenti pubbliċi li jinġemgħu minn jum għall-ieħor fid-dipartimenti u fl-entitajiet governattivi.", "Dawn huma arkivji nazzjonali veri u proprji.", "Naturalment hemm ħwejjeġ oħra li nsejħulhom arkivji imma jistgħu jkunu arkivji ta' entitajiet privati, ta' entitajiet kulturali jew ta' entitajiet ekkleżjastiċi.", "Meta qed nitkellmu fuq arkivji nazzjonali qed nitkellmu fuq dik id-dokumentazzjoni li ħafna drabi nsibuha fil-files tad-dipartimenti u f'dokumentazzjoni fid-diversi ministeri, fil-Parlament u f'ċerti entitajiet oħrajn pubbliċi.", "Huwa dan is-settur li qegħdin nipprovaw insaħħu.", "Din l-organizzazzjoni li qegħdin inwaqqfu se jkollha bħala objettivi tagħha u bħala xogħol li tħares il-memorja kollettiva tan-nazzjon Malti u tipproteġi d-drittijiet ta' ċittadini Maltin permezz ta' l-għażla, preservazzjoni u aċċess għall-arkivji b'liema mezz ikun fl-ogħla livell.", "Hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq memorja kollettiva tan-nazzjon Malti, pero` b'riferenza għad-definizzjoni ta' arkivji nazzjonali.", "Jiġifieri mhux il- memorja kollettiva kollha kemm hi, imma l-memorja kollettiva kif miġbura f'dawn id-dokumenti ta' natura pubblika.", "Joħroġ ċar anke mit-test ta' din il-klawsola li hemm proċess li mhux kull biċċa karta li tiġi prodotta f'dipartiment tal-gvern, kull ittra, kull dokument fl-aħħar mill-aħħar se jispiċċa arkivju nazzjonali għax hemm kriterji, hemm sengħa u hemm taħriġ apposta ta' kif wieħed jagħżel dak li jappartjeni tassew, li se jifforma l-memorja kollettiva minn dak li ma jkunx.", "U għalhekk hawnhekk qegħdin ngħidu li din il-protezzjoni tad-dritt taċ-ċittadini għal din il-memorja kollettiva jrid isir bi proċess ta' għażla.", "Jiġifieri n-nies kompetenti fl-arkivji nazzjonali bl-għajnuna ta' uffiċjali oħra li se jkun hemm f'kull dipartiment, iridu jibdew jagħmlu għażla ta' x'se jgħaddi u x'mhux se jgħaddi għall-arkivji nazzjonali.", "Hemm ukoll il-proċess tal-preservazzjoni.", "Irid ikun hemm preservazzjoni iktar immedjata għal dawk id-dokumenti li diġa` huma rari għax għadda ċertu żmien minn fuqhom u li jeħtieġ li jkunu kkurati b'mod tajjeb.", "Dawn id- drittijiet ikunu mħarsa b'mezz ieħor li huwa l-aċċess għall-arkivji, jiġifieri li dawn ikunu organizzati b'mod u manjiera li jkunu miftuħa għall- eżami tal-pubbliku skond kriterji li nitħaddtu dwarhom iktar tard f'dan l- abbozz ta' liġi.", "Naturalment hawn pubbliku li jinteressah dan is-suġġett u ġieli wieħed imur l-arkivji nazzjonali u jiltaqa' ma' nies li m'humiex magħrufa li għandhom xi interess partikolari fir-riċerka u jħobbu jfittxu fl-istorja, fid- dokumentazzjoni li hemm fl-arkivji nazzjonali biex jifhmu iktar kif issawret l-istorja tagħna.", "L-iktar li se jibbenefikaw minn dan l-aċċess huma dawk li jagħmlu riċerka storika ta' diversi aspetti biex ikunu jistgħu joħorġu stampa dokumentata u stampa ċara ta' minn xiex ikun għadda poplu, ta' kif ikunu saru deċiżjonijiet politiċi, ta' kif ikunu seħħew żviluppi soċjali, żviluppi ekonomiċi u żviluppi kulturali, almenu in parti, kif ikun irriżulta minn dawn id-dokumenti fl-arkivji nazzjonali.", "It-tieni funzjoni ta' l-arkivji nazzjonali tkun li jinżamm reġistru nazzjonali ta' l-arkivji.", "Tajjeb ngħid li din l-idea li jkun hemm reġistru nazzjonali ta' arkivji m'hijiex idea ġdida imma nibtet iktar minn 60 sena ilu meta s-suġġett kien qiegħed fuq l-aġenda tal-gvern ta' dak iż-żmien u reġgħet ġiet mqanqla minn ċerta Anne Williams f'konferenza li kienet saret dwar il-\"Maltese history: What future?\"", "Illum bil-mezzi teknoloġiċi ta' awtomatizzazzjoni li jeżistu huwa ħafna iktar possibbli li jkun hawn reġistru ta' l-arkivju nazzjonali.", "Funzjoni oħra hija li jissorvelja filwaqt li jkollu s-setgħa li jispezzjona kull prattika dwar iż-żamma ta' records ġo l-uffiċċji pubbliċi.", "Hawnhekk qegħdin diġa` nagħtu indikazzjoni ta' prattiċi ġodda li rridu li jidħlu f'dawk li sal-lum konna nsejħulhom ir-registries tad-dipartimenti governattivi u ta' l-entitajiet pubbliċi.", "Illum nafu li ħafna mid- dokumentazzjoni tiġi filed u wara li l-files jintużaw mill-uffiċjali konċernati jmorru lura fir-reġistri.", "Min għandu esperjenza tas-sistema tal- filing tal-gvern żgur li jasal għall-konklużjoni li għandna bżonn li nagħtu ħarsa mill-ġdid lejn il-mod kif jinżammu l-files, b'mod partikolari lejn min ikun responsabbli għal dawn ir-reġistri u xi kwalifiki jrid ikollu.", "Pero` fuq dan forsi nitkellmu iktar tard fi klawsoli susssegwenti.", "F'dan l-istadju qed ngħidu li jekk wieħed jassumi li se jkun hemm is- sistemi f'kull dipartiment, f'kull taqsima tal-gvern, f'kull entita` pubblika xorta waħda din l-organizzazzjoni nazzjonali se jkollha s-setgħa li tispezzjona biex tara xi prattiċi qegħdin jintużaw fiż-żamma ta' dawn ir- records fid-diversi uffiċċji pubbliċi.", "Funzjoni oħra ta' l-arkivj nazzjonali se tkun li jaċċetta u jakkwista records privati ta' ċerta importanza li jistgħu jsiru b'donazzjoni, b'xiri, tħollija b'wirt jew depożitu.", "Jista' jagħti l-każ - dawn jinqalgħu minn żmien għall-ieħor – li jkun hemm xi ħadd li kellu karigi importanti fil- pajjiż li jkollu dokumentazzjoni importanti tiegħu personali fil-familja tiegħu u jkun qed iħoss li m'għandux biżżejjed serħan tal-moħħ x'se jiġri minn dik id-dokumentazzjoni meta għada pitgħada jiġi nieqes.", "Allura wieħed jistaqsi jekk jistax jagħmel xi arranġament biex din id-dokumentazzjoni tinġabar mal-ħażna ta' l-arkivji nazzjonali minflok toqgħod tiġri minn id għall-oħra permezz tal-wirt u forsi tiġi frammentata għaliex mhux kulħadd ikun kapaċi japprezza l-valur ta' dik id-dokumentazzjoni.", "Aħna qed ngħidu li l-arkivji nazzjonali għandhom ikollhom din il-funzjoni li jassumu r- responsabilita` għal dawk l-arkivji b'mod u manjiera li japplikaw għalihom l-istess diliġenza u l-istess kura u professjonalita` li jiġu applikati għall-arkivji pubbliċi.", "L-arkivji nazzjonali f'ċertu sens diġa` għandhom ċerta expertise, kompetenza u esperjenza u iktar ma jgħaddi ż-żmien iktar se jkollhom din l- esperjenza.", "Allura huwa tajjeb li dawn jipprovdu direzzjoni għall-arkivji Maltin oħrajn, arkivji privati u arkivji ta' entitajiet kulturali oħra f'dawk l-oqsma bħalma huma l-preservazzjoni ta' records ta' arkivji, amministrar tagħhom u skemi nazzjonali ta' koperazzjoni.", "Funzjoni oħra ta' l-arkivji nazzjonali hija li jinkoraġġixxu t-taħriġ professjonali kemm ta' l-arkivisti kif ukoll ta' l-amministraturi ta' records.", "M'hemmx dubju li l-amministraturi tar-records li jkollhom id- dipartimenti tal-gvern jirrikjedu ċertu taħriġ professjonali.", "Ir- registries fejn jinżammu r-records tad-dipartimenti tal-gvern jew ta' l- entitajiet pubbliċi ħafna drabi jkunu qed jiġu amministrati minn uffiċjali pubbliċi li mhux dejjem ikunu xtaqu li jaħdmu f'dak il-qasam jew inkella jkunu nies li għadhom kif jidħlu mal-gvern u jibdew l-ewwel esperjenza tagħhom f'dan is-settur li jidher settur mhux delikat, imma fil-fatt huwa delikat ħafna.", "Allura jeħtieġ li noħolqu grupp ta' nies li huma mħarrġin professjonalment biex ikollhom f'idejhom din ir-riżorsa importanti.", "Subklawsola (2) ta' klawsola 4 titkellem dwar ir-reġistru nazzjonali ta' l- arkivji.", "Qed ngħidu li:", "\"... għandu jkun fih partikolaritajiet, f'dik l-għamla li l-Arkivista Nazzjonali jqis adatta;", "i) ta' l-arkivji miftuħa għall-ispezzjon pubbliku u fejn tkun tinstab il-proprjeta`.'.", "Inutli jkollok dokumenti reġistrati f'dan ir-reġistru nazzjonali jekk ma jgħidlekx fejn qegħdin u jekk ma tkunx taf kif tista' tispezzjonahom b'mod pubbliku.", "Għandu jkun hemm dettalji ta' records ta' ċerta importanza nazzjonali li jistgħu jkunu f'arkivji privati biex wieħed jiffaċilita kemm jista' jkun in-networking u r-riċerka, naturalment wara li jkun ingħata l- permess meħtieġ mill-proprjetarju tar-records.", "Ir-reġistru għandu jkun fih kull dettall jew informazzjoni oħra li jġibu 'l quddiem l-arkivji u l- provvediment ta' faċilitajiet ta' riċerka għall-pubbliku kollu.", "F'dan l-istadju din hija l-ispjegazzjoni li xtaqt nagħti.", "Naħseb li dawn il-punti huma spjegati b'mod ċar anke fl-istess abbozz ta' liġi.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Evarist Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nixtieq ngħaddi xi tliet rimarki.", "Waħda minnhom forsi qed ngħaddiha daqsxejn tard u jmissni tkellimt qabel.", "Imma jekk irridu għad għandna l-opportunita` li nirranġawha.", "Erġajt rajt – għax nistqarr li kont ilni li tlaqtu dan l-abbozz ta' liġi peress li ma bqajniex niddiskutuh b'mod kontinwu – id-definizzjonijiet u ndunajt li ma tajniex definizzjoni tal-frażi \"memorja kollettiva\".", "Naħseb li ma tkunx idea ħażina li nikkonsidraw, anke f'dan l-istadju, li fost id-definizzjonijiet li qed nagħmlu ndaħħlu d-definizzjoni ta' \"memorja kollettiva\".", "L-abbozz ta' liġi l-ħin kollu jsemmi l-frażi \"memorja kollettiva\" pero' m'għamilna d- definizzjoni tagħha mkien.", "Naħseb li huwa importanti li nagħmlu d- definizzjoni tagħha anke biex nagħtu definizzjoni wiesgħa u moderna ta' xi tfisser il-memorja kollettiva u kif narawha llum.", "Filwaqt li l-abbozz jagħmilha ċara li qed nitkellmu mhux biss fuq dokumenti miktuba, imma records f'kull għamla, jiġifieri qed nifhem li dik tinkludi videos, audio tapes, etc., huwa importanti ħafna li bħala wirt kulturali tagħna nqisu wkoll il-wirt ta' dawk li ma kenux jafu jiktbu u jaqraw imma kienu kapaċi jkantaw, jitkellmu u jesprimu ruħhom b'mod mhux miktub.", "Naħseb li m'għandhiex tkun problema biex nagħmlu d-definizzjoni ta' \"memorja kollettiva\".", "Meta ġejna biex nilleġislaw fuq il-ħarsien tal-wirt kulturali u storiku qgħadna attenti u hemmhekk daħħalna diċitura li naħseb tista' tkun ta' għajnuna għalina f'dan l-abbozz, fejn tkellimna ħafna fuq il-wirt storiku intanġibbli.", "Allura nerġa' ngħid li jkun nuqqas jekk ma nagħtux definizzjoni ta' \"memorja kollettiva\" f'test ta' liġi li huwa mibni kollu kemm hu biex iħares il-memorja kollettiva.", "Dak huwa l-ewwel punt li xtaqt nagħmel.", "Nixtieq inqajjem il-kwestjoni dwar x'se jiġri minn dawk id-dokumenti ta' entitajiet pubbliċi li kellhom sehem importanti ħafna fil-mod kif żviluppat il-ħajja f'dan il-pajjiż u li maż-żmenijiet differenti ġew ipprivatizzati.", "Nifhem li dawk ma jaqgħux iżjed taħt id-definizzjoni ta' \"uffiċċju pubbliku\" pero` żgur li għandna entitajiet bħal, per eżempju, banek jew korporazzjonijiet oħra, li żgur għandhom records importanti li għandhom ikunu aċċessibbli anke nazzjonalment, għallinqas sal-punt li mbagħad ġew taħt il-kontroll ta' kumpanniji privati.", "Forsi wieħed jista' jgħid li qed naħsbu għaliha meta qed nitkellmu fuq arkivji privati?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Dan il-punt li qed iqajjem l-Onor.", "Bartolo huwa kopert bil-proviso għal paragrafu (d) ta' partita 1 li hemm fit-Tieni Skeda li jittratta preċiżament il-każ ta' korporazzjonijiet pubbliċi jew parastatali, jew organizzazzjonijiet pubbliċi li ġew privatizzati.", "Il- provvedimenti ta' dan l-abbozz japplikaw sad-data meta l-gvern ta' Malta jew xi korp tiegħu jew kontrollat minnu ma jibqax ikollu kontroll effettiv.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Jiġifieri qed nieħdu ħsiebha.", "Din tfisser li taħseb ukoll għal kull ħaġa li kienet fil-pussess ta' l-entita` ta' qabel, inkluż dokumenti u affarijiet oħra kulturali?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Iva.", "Jien jidhirli li meta korporazzjoni pubblika jew organizzazzjoni pubblika tiġi privatizzata, hemm data kuntrattwali - jew b'liġi jew b'xi metodu legali li jkun ġie adottat - u sa dik id-data kull dokument jifforma parti u jaqa' taħt l-awspiċi ta' din il-liġi.", "Nixtieq nistaqsi lill-Onor.", "Bartolo jekk għandux xi terminoloġija li wieħed jista' jiddiskuti dwar it-tifsira ta' \"memorja kollettiva\"?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Jekk niftakar tajjeb, fil-liġi dwar il-ħarsien tal-wirt storiku dħalna fiha u naħseb li d-definizzjoni f'dik il-liġi tkun tajba biex tiġi applikata għal din il-liġi għaliex hemmhekk tkellimna fuq il-wirt storiku tanġibbli u intanġibbli.", "Mingħalija tajna definizzjoni li naħseb tista' toqgħod hawnhekk.", "ONOR LOUIS GALEA: Jien se neżamina l-punt jekk wieħed għandux jinkludi definizzjoni tal-frażi \"memorja kollettiva\".", "Jien għadni m'iniex ċert u għad irrid nirrifletti ftit iktar.", "Ma naħsibx li se nikkonkludu dan l- abbozz kollu kemm hu llum, allura jkollna ċans naħsbu ftit u niddiskutu.", "Imma nerġa' nenfasizza n-natura ta' dak li qegħdin nipprovaw nagħmlu hawnhekk.", "Meta qed nitkellmu fuq memorja kollettiva f'dan l-abbozz ta' liġi qed nirriferu għal dawk il-partijiet dokumentati b'kull għamla jew mezz li huma riżultanti minn atti pubbliċi jew minn proċessi pubbliċi.", "Meta qed nitkellmu fuq memorja kollettiva, anke f'din il-klawsola qed ngħidu li waħda mill-funzjonijiet ta' l-arkivji nazzjonali hija li jħares il-memorja kollettiva tan-nazzjon Malti, fis-sens li jrid jippreserva u jipprovdi aċċess għall-arkivji kif definiti f'din il-liġi.", "U bil-kelma \"arkivji\" qed nirriferu għal records ta' valur dejjiemi li jintgħażlu għal preżervazzjoni permanenti, imma huma records li aħna se nsibuhom fid- dipartimenti tal-gvern jew inkella f'istituzzjonijiet pubbliċi bħalma hu l- Parlament, il-Kabinett tal-ministri u entijiet pubbliċi oħrajn bħall- korporazzjoni enemalta u l-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma u oħrajn simili.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: L-iktar li kelli f'rasi kien il-PBS.", "Irridu nagħmluha ċara li dawk ir-records huma inklużi.", "Kif spjega l-ministru, fid- definizzjoni hemm li \"b'kull mezz u għamla\", u allura dik tinkorpora kolox.", "Jiġifieri huwa importanti li dik tkun ċara.", "Qed nifhmu tajjeb?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-public broadcasting services bla dubju ta' xejn hija organizzazzjoni pubblika mwaqqfa b'liġi u llum tieħu anke fondi pubbliċi u hija kkontrollata effettivament mill-gvern.", "F'dan is-sens kull ħaġa li jagħmel il-PBS, il-proċess ta' decision-making u l-proċess amministrattiv, inkluż dak li jipproduċi, huma kollha arkivji li jridu jkunu protetti għall-finijiet ta' arkivji nazzjonali.", "Hawnhekk għandna nies li huma esperti in materja, jiġifieri jekk hi kwestjoni li forsi rridu niċċaraw id-definizzjoni, irridu mmorru lura għal xi klawsola li diġa` għaddejna.", "Jien nipproponi li nirriservaw il- pożizzjoni tagħna fuq dan il-punt ta' definizzjoni ta' \"memorja kollettiva\" biex nilħqu nikkonsultaw u nżommu quddiem għajnejna b'riferenza partikolari għal dawn il-kwestjonijiet ta' xandir pubbliku, sew jekk inhuwa l-PBS, sew jekk inhuwa l-universita`, sew jekk inhu Channel 22, hu liema mezz hu, biex nassiguraw li qed nipprovdu għalih ukoll.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Naqbel.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-punti li kien qed jagħmel il-kollega tiegħi ma jirriferux għal klawsola 4 imma għal klawsola 2 tat-tifsiriet.", "Jien m'għandix diffikulta` li meta niċċaraw dan il-punt, jekk ikun hemm bżonn, immorru lura għal klawsola 2.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki fuq klawsola 4?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 4.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 4 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta 'Liġi.", "Klawsola 5 – Ħatra ta' Arkivista Nazzjonali.", "Clause 5 - Appointment of National Archivist.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, wara li waqqafna l-korp u sejjaħnielu arkivji nazzjonali ta' Malta issa se nipprovdu għal dak l-uffiċjal eżekuttiv ewlieni li se jkun responsabbli għat-tmexxija ta' kuljum ta' dan il-korp.", "Dan qed insejħulu arkivista nazzjonali.", "F'ċertu sens bħalma għandna l-librar nazzjonali, bħalma sal-lum kellna l-arkivista, illum qed nadottaw dan it-terminu uffiċjalment biex nadottaw nomenklatura għal dan l- uffiċjal għoli ta' din l-organizzazzjoni.", "Klawsola 5 tgħid li:", "\"Ikun hemm arkivista nazzjonali li jkun persuna li jkollha kwalifiki professjonali, kompetenza rikonoxxuta u reputazzjoni fil-kamp ta' l- arkivji, u li tkun maħtura mill-Ministru wara konsultazzjoni mal- Kunsill għal perjodu ta' tliet snin taħt dawk il-pattijiet u l- kondizzjonijiet li jistgħu jiġu stabbiliti fl-ittra tal-ħatra.", "Meta jiskadilha żmienha dik il-persuna tista' tiġi matħura mill-ġdid għal perjodu ieħor jew perjodi oħra ta' tliet snin:", "Iżda l-ewwel Arkivista Nazzjonali jkun maħtur mill-Ministru għal perjodu tal-bidu ta' tliet snin.\".", "F'subklawsola (2) ta' din il-klawsola qed ngħidu wkoll li r-rappreżentanza legali u ġudizzjarja ta' l-arkivji nazzjonali għandu jvesti fl-arkivista nazzjonali u jkun hu li legalment jirrappreżenta din l-organizzazzjoni.", "Imma naturalment qed nagħtu l-poter lill-arkivista li huwa jaħtar uffiċjali oħrajn jew impjegati biex ikunu jistgħu jidhru f'ismu f'kull proċediment ġudizzjarju jew f'kull kuntratt jidhru biex jiffirmaw skond il-ħtieġa jew skond kif jidhirlu li huwa xieraq.", "Tajjeb nispjega li hawnhekk aħna qegħdin nużaw metodu li diġa` ħaddimnieh f'xi liġijiet oħra, fejn wara li nkunu waqqafna organizzazzjoni ġdida u nkunu qed nipprovdu għal min se jidħol għar-responsabbilta` ta' kuljum tagħha, imbagħad ngħaddu għall-manjiera ta' kif jiġi maħtur.", "Jekk wieħed iħares, per eżempju, lejn l-uffiċċju nazzjonali ta' l-istatistika, insibu ħatra li ssir fuq linji simili.", "Anke jekk wieħed iħares lejn il-liġi dwar il-patrimonju kulturali jsib provvedimenti simili.", "Il-liġi tipprovdi li l- ewwel arkivista nazzjonali jinħatar għal tliet snin, pero` wieħed jista' jiddiskuti t-terminu taż-żmien.", "Hawnhekk nixtieq indaħħal emenda - li nipproponiha iktar tard fid- diskussjoni - biex inkunu nistgħu nispeċifikaw li għall-finijiet ta' Għawdex għandu jinħatar assistent arkivista nazzjonali għal Għawdex, li jkun jirrispondi lill-arkivista nazzjonali.", "Diġa` għandi l-ħsieb li meta niġu għall-iskeda taħt l-arkivji jkun hemm inkluża t-taqsima ta' l-arkivji ta' Għawdex.", "Jidhirli li l-proposta tal-Ministru għal Għawdex, l-Onor.", "Giovanna Debono, kif ukoll ta' Fr Bezzina, li nipprovdu b'mod speċifiku għal din il-kariga fil-liġi hija ħaġa tajba.", "Meta ddiskutejna dan il-punt fl-istadju tat-Tieni Qari kont fissirt li rridu nifhmu li l-arkivji nazzjonali huma organizzazzjoni waħda, huma l-arkivji ta' Malta li tinkludi dejjem lil Għawdex.", "Pero` m'hemmx dubju li huwa importanti li d- dokumentazzjoni pubblika li tinġabar minn żmien għal żmien iktar tista' tiġi organizzata, ikun hemm il-preservazzjoni tagħha u anke l-aċċess għaliha f'Għawdex stess, kif wara kollox bdejna niżviluppaw u kif inhu l- ħsieb li nkomplu niżviluppaw.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Roderick Galdes.", "ONOR.", "RODERICK GALDES: Il-ministeru għandu l-ħsieb li jkun hemm section permanenti apposta għall-assistent arkivista għal Għawdex, mhux sempliċement li jkun arkivista stazzjonat Malta jirrappreżenta lil Għawdex, imma se jkun impjegat full-time għal din il-gżira?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Kif diġa` għidt, beħsiebni li meta niġu għat-Tieni Skeda nipproponi emenda li tkun tgħid li r-records li joriġinaw f'Għawdex mill-ministeru, minn dipartimenti u minn entitajiet pubbliċi mwaqqfa f'Għawdex għandhom ikunu depożitati fis-sezzjoni ta' Għawdex ta' l-arkivji nazzjonali.", "B'hekk dan nagħmluh ċar.", "Sal-lum għandna lil xi ħadd li huwa part-time f'ċertu sens.", "Meta tgħaddi din il-liġi u jkollna l-provvediment għal din il-kariga, imbagħad joħorġu l-applikazzjonijiet u ssir il- proċedura normali biex jinħatar xi ħadd.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Justyne Caruana.", "ONOR.", "JUSTYNE CARUANA: Il-ministru għadu kif qal li se toħroġ sejħa għall-applikazzjonijiet.", "X'garanzija se jkollhom l-istaff li hemm jaħdmu preżentement fl-arkivji nazzjonali li se jżommu l-pożizzjoni tagħhom fl- ambitu u fil-kontest ta' din il-liġi wkoll?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Napprezza jekk tagħtini parir kostituzzjonali kif dan nista' niggarantixxih.", "ONOR.", "JUSTYNE CARUANA: Le, m'hijiex kwestjoni ta' Kostituzzjoni.", "Il- persuni li qegħdin diġa' jagħmlu dan ix-xogħol hemmhekk, x'pożizzjoni se jkollhom vis-a`-vis din il-liġi l-ġdida?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Jien naħseb li l-Onor.", "Caruana għandha tkun responsabbli biżżejjed li tifhem li jekk xi ministru hawn jagħti xi garanzija fuq call for application li għad trid toħroġ, ikun qed imur oltre l-limiti tiegħu u jkun qiegħed jesponi ruħu għal kritika ġustifikata.", "Bir- rispett kollu, ma naħsibx li huwa prudenti li tagħmel din it-tip ta' mistoqsija.", "Issa jekk trid tilgħab għall-gallarija, ilgħab għall- gallarija.", "ONOR.", "JUSTYNE CARUANA: M'iniex qed nilgħab għall-gallarija.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Hekk qed tagħmel.", "Bir-rispett kollu, m'intix tkun responsabbli.", "ONOR.", "JUSTYNE CARUANA: M'iniex qed nilgħab għall-gallarija.", "Waqt li kont qed nitkellem fl-istadju tat-Tieni Qari, staqsejt ukoll jekk min diġa' qed jaħdem hemmhekk hux se jkollu jerġa' japplika?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nitolbok tagħtini metodu legali skond il-liġi kif timpjega lil xi ħadd b'mod regolari, jekk mhux b'applikazzjoni.", "ONOR.", "JUSTYNE CARUANA: Allura se tkeċċuhom?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Imma min qallek?", "ONOR.", "JUSTYNE CARUANA: Qed nistaqsik.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Għalfejn qed tagħmel dawn il-mistoqsijiet?", "Ma nistax inwieġbek jien.", "ONOR.", "JUSTYNE CARUANA: Qed nagħmilhom għax inħossni fid-dover li għandi nagħmilhom.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Le, bir-rispett kollu, m'intix qed taqdi dmirek.", "Nerġa' ngħidlek li din hija irresponsabbilta`.", "Jekk għandek sistema legali kif nagħmilha, agħtihieli.", "ONOR.", "JUSTYNE CARUANA: Ma naħsibx li hija irresponsabbilta`!", "U jekk qed taħseb li qed nagħmel dawn il-mistoqsijiet biex nilgħab għall-gallarija għandek żball għax m'iniex it-tip li noqgħod nagħmel dawn l-affarijiet.", "Fl- arkivji t'Għawdex hemm in-nies jaħdmu u nħossni fid-dover li nressaq dan il- punt.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nerġa' ngħidlek, agħtini sistema legali kif nagħmilha.", "X'affarijiet dawn!", "Inkredibbli kif titkellmu!", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Klawsola 5 tgħid:", "\"Ikun hemm arkivista nazzjonali li jkun persuna li jkollha kwalifiki professjonali, kompetenza rikonoxxuta u reputazzjoni fil-kamp ta' l- arkivji ...\" .", "Nixtieq li nkunu ċari fuq il-kelma \"fil-kamp\", anke jekk ma nbiddluhiex, imma biex joħroġ ċar fid-dibattitu x'kien l-ispirtu tal-leġislatur.", "S'issa f'dan il-qasam ma kellniex nies li kienu professjonalment kwalifikati.", "Kien ikollhom kwalifika akkademika u kienu nies li bit-tradizzjoni u bl- imħabba tagħhom għal dan il-qasam bnew kompetenza u anke reputazzjoni.", "Dan il-kliem li qegħdin inpoġġu hawnhekk ifisser li qed nippreferu nies li jkunu tħarrġu fil-ħiliet u fil-kompetenzi li hemm bżonn biex tkun arkivista.", "Nerġa' ngħid li kellna avukati li jien insellmilhom għax-xogħol li għamlu f'dan il-qasam.", "Filwaqt li f'postijiet oħra l-kwalifiki professjonali huma ċari bħal, per eżempju, xi kwalifiki professjonali għandek bżonn biex tiġi mogħti l-warrant biex tkun edukatur, f'dan il-każ meta qed nużaw il-kliem \"fil-kamp ta' l-arkivji\" qed nagħmluha ċara li rridu nies li jkunu tħarrġu, mhux sempliċement bnew isem.", "Huwa importanti li juru mħabba u impenn lejn dak il-qasam, imma jkunu għaddew anke mill- proċess edukattiv li professjonalment ikkwalifikahom biex jagħmlu xogħol speċifiku ta' arkivisti.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Bla dubju ta' xejn, qegħdin nipprovaw nassiguraw li l- persuni li se jkunu qed jaħdmu f'dan il-kamp ma jkunux persuni li ġew maħtura mingħajr ma jkunu ġew ibbażati l-kriterji bis-serjeta`.", "Meta wieħed qed jibni din l-organizzazzjoni ġdida bilfors irid jara li tkun immexxija minn xi ħadd li għandu dawn il-kwalifiki, li għandu din il- kompetenza u li għandu din ir-reputazzjoni fil-kamp ta' l-arkivji.", "Forsi l- iktar nies li jaqgħu taħt din id-definizzjoni huma dawk li rriferiet għalihom l-Onor.", "Justyne Caruana, imma naturalment dan qiegħed isir fi kwadru ta' provvediment li meta mbagħad tapplikah u toħroġ is-sejħa għall- applikazzjonijiet meħtieġa, min diġa` ilu jaħdem f'dan il-kamp u stabbilixxa reputazzjoni oġġettiva qed tagħtih ukoll ċerta garanzija li l- ħidma li hu għamel ma ttirx mar-riħ.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Il-punt li qed nipprova nagħmel huwa li dawn qed neħduhom li huma t-tliet kwalitajiet għall-arkivista nazzjonali, mhux in ġenerali.", "Naħseb li dik hija distinzjoni importanti.", "Irid ikollu kwalifiki professjonali, kompetenza rikonoxxuta u reputazzjoni, jiġifieri t- tlieta f'salt.", "U meta qed ngħidu \"fil-kamp ta' l-arkivji\" jien nifhem li l- kwalifiki professjonali jridu jkunu fl-istudji ta' l-arkivji.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Fil-qasam ta' l-arkivji.", "Per eżempju, jekk xi ħadd li jkun għadu kif ġie with a first degree fl-arkivistika qed jikkompeti ma' xi ħadd li għandu kompetenzi pprovati għax kien qed imexxi l-arkivji tal- Knisja, għandu a proven record tal-ħidma f'dan il-kamp, mhux sempliċement kwalifika professjonali, allura dik tikkwalifikah biex ikun ikkonsidrat iktar minn dak li għandu a first degree biss.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Meta tiġi biex toħroġ is-sejħa għall- applikazzjonijiet għal arkivista nazzjonali huwa importanti li tkun ċara li biex wieħed ikun jista' japplika, mhux biex jiġi magħżul, irid ikollu kwalifiki speċifiċi ta' arkivista.", "Persuna bħali ma nkunx intitolat biex insir arkivista nazzjonali, minkejja li jista' jkolli kwalifiki oħra, għax fl-ebda mument tal-formazzjoni professjonali tiegħi m'għamilt żmien nitħarreġ fl-istudju u fil-ħiliet arkivistiċi.", "Din se tkun importanti.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Jien nemmen li min se jidħol għat-tmexxija ta' din it- tip ta' organizzazzjoni jrid ikun dotat b'ċerta esperjenza li trid tkun ipprovata u rrid ngħid pożittiva għax jista' jkun li tkun għamilt esperjenza li r-riżultati tagħha mbagħad ikunu qanqlu ċerta evalwazzjoni kritika.", "Hawnhekk qegħdin ngħidu li din il-persuna tkun maħtura mill- ministru.", "Nafu li kull darba li ngħidu li l-ministru jaħtar, wieħed jibda jistaqsi mill-ewwel fuq liema kriterji se jaħtar.", "Allura huwa importanti li l-ministru jkollu kriterji gwida li npoġġuhom ċari anke fil-liġi.", "Sur President, jekk tagħtini ftit minuti nkun nista' nlesti l-emenda li rriferejt għaliha.", "Kif għidt aktar kmieni, se nżid paragrafu ieħor f'din il-klawsola biex nipprovdu għall-assistent arkivista nazzjonali għal Għawdex.", "Nipproponi din l-emenda:", "\"B\" Minnufih wara subklawsola (2) ta' klawsola 5 għandha tiżdied din is-subklawsola ġdida li ġejja:-", "\"(3) Ikun hemm ukoll Assistent Arkivista Nazzjonali għal Għawdex bl- istess kwalifiki professjonali bħall-Arkivista Nazzjonali maħtur bl- istess mod u għall-istess perjodi kif hu maħtur l-Arkivista Nazzjonali.\".", "\"B\" Immediately after subclause (2) of clause 5 there shall be added the following new subclause:-", "\"(3) There shall also be an Assistant National Archivist for Gozo with the same professional qualifications as the National Archivist and who shall be appointed in the same manner and for the same periods of time as the National Archivist.\".", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Kif inhi miktuba, naħseb li r-responsabbilta` speċifika tiegħu hija għal Għawdex biss.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ma jfissirx li ma jkunx jista' jiġi jikkollabora għax huwa assistent ta' l-arkivista nazzjonali wkoll.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l-emenda \"B\" kif moqrija mill-ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"B\" għaddiet nem. con.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 5, kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 5, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 6 – Funzjonijiet u dmirijiet ta' l-Arkivista Nazzjonali.", "Clause 6 - Functions and duties of the National Archivist.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, din il-klawsola se tispjega f'ħafna dettall ix-xogħljiet, id-dmirijiet u l-funzjonijiet ta' l-arkivista nazzjonali.", "Għalkemm illum m'humiex ħafna n-nies li jaħdmu fl-arkivji nazzjonali, il-ħsieb huwa li eventwalment din it-taqsima tissoda ruħha u dawn id-dmirijiet ta' l-arkivista nazzjonali eventwalment iridu jitħarrġu fihom ukoll l-uffiċjali pubbliċi li se jkunu qed jaħdmu fid-diversi dipartimenti tal-gvern - li nitkellmu dwarhom iktar tard f'dan l-abbozz ta' liġi - bl-iskop li x-xogħol jibda jsir b'manjiera kemm jista' jkun tajba.", "Qed ngħidu li l-arkivista nazzjonali jkun l-uffiċjal eżekuttiv ewlieni ta' l-arkivji nazzjonali u jkollu r-responsabbilta` għall-preservazzjoni ta' records pubbliċi ta' valur dejjiemi li ma jkunux records li t-trasferiment seta' ġie pospost taħt subartiklu (5) ta' l-artiklu 8 ta' dan l-Att.", "Hawnhekk qed nirriferi għal ċirkostanzi fejn ċerti records ma jgħaddux taħt ir-responsabbilta` diretta ta' l-arkivista nazzjonali.", "Pero' fuq dan nitkellem iktar tard fil-liġi.", "F'din il-klawsola hawn sensiela ta' dmirijiet ta' l-arkrivista, fosthom li jipprovdi assistenza u parir professjonali dwar it-twaqqif u t-tmexxija ta' sistema ta' filing u tar-reġistru f'uffiċċji pubbliċi u jispezzjona l- prattiċi taż-żamma tar-records.", "Huwa importanti ferm li jaqbel mal- kapijiet ta' l-uffiċċji pubbliċi, mad-diretturi, maċ-chief executives ta' dawn l-entitajiet pubbliċi dwar il-manjiera kif se jinżammu dawn ir-records biex meta jasal il-mument li jgħaddu f'idejn l-arkivji nazzjonali jkun sar xogħol b'manjiera tajba.", "Parti mix-xogħol tiegħu huwa wkoll li jieħu ħsieb li jkun hemm konformita' ma' standards għat-tmexxija ta' records pubbliċi.", "F'din il-klawsola nsibu diversi funzjonijiet li hu responsabbli għalihom l- arkivista nazzjonali.", "Dan l-abbozz ta' liġi jipprovdi mhux biss id- deskrizzjoni tax-xogħol tiegħu imma ta' sħabu l-uffiċjali kollha li se jkunu qed jaħdmu f'dan is-settur.", "Barra minn hekk, l-arkivista nazzjonali għandu jassumi responsabbilta` għall-amministrazzjoni, l-organizzazzjoni u l-kontroll amminisrattiv ta' l-uffiċjali u l-impjegati li jkunu jaħdmu f'dan is-settur.", "Irid jiżviluppa l-istrateġiji meħtieġa, jagħti pariri lill-ministru u lill-kunsill dwar l-arkivji fuq kull materja li għandha x'taqsam ma' l-arkivji nazzjonali.", "Fl-aħħarnett irid iwettaq dawk id- dmirijiet l-oħra skond ma l-ministru jista' jassenjalu minn żmien għal żmien.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il- mistoqsija hi klawsola 6.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 6 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 7 – Ġurament ta' Segretezza.", "Clause 7 - Oath of Secrecy.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-arkivista nazzjonali u kull impjegat ta' l-arkivji nazzjonali għandu jieħu l-ġurament tas-segretezza li huwa msemmi fl-Ewwel Skeda.", "Dan huwa importanti ħafna għaliex aħna rridu napprezzaw li mhux kull dokument, mhux kull file, mhux kull memorandum ta' xi dipartiment, xi ministeru, tal-Parlament jew ta' xi ħaġa jew oħra li tgħaddi fil-pussess ta' l-arkivista nazzjonali awtomatikament issir aċċessibbli għall-pubbliku.", "Hija l-prattika internazzjonali li hemm diversi dokumenti li jibqgħu sigrieti għal ċertu numru ta' snin u anke fil-liġi nitkellmu fuq dan.", "Allura kulmin jaħdem f'dan is-settur hu tenut li jipproteġi u josserva din il-konfidenzjalita`.", "Dan il-ġurament tas-segretezza jittieħed l-aktar għaliex l-arkivista nazzjonali u l-uffiċjali tiegħu se jkollhom id-dritt li jmorru f'dipartimenti jispezzjonaw il-files, li wħud minnhom jista' jagħti l-każ li jkunu għadhom viġenti u jkunu għadhom qed jintużaw.", "Fil-files governattivi, bħalma hu l-każ fil-files ta' kull entita' oħra, ikun hemm ħwejjeġ ta' natura diversa; tista' tkun ta' natura ta' interess pubbliku, tista' tkun ta' natura ta' sigurta` u tista' tkun ta' natura kummerċjali li tkun sensittiva bħala informazzjoni.", "Għalhekk l-arkivista nazzjonali u l- ispetturi tiegħu huma marbuta b'dan il-ġurnament ta' segretezza li huma josservaw din il-konfidenzjalita`.", "Il-ħsieb hu li l-ispezzjoni ssir fuq prattiċi ta' żamma ta' records u mhux fuq il-kontenut.", "Imma naturalment meta wieħed qed jara kif jinżammu l-files f'ċertu sens, trid u ma tridx, tkun qiegħed tara l-kontenut tagħhom ukoll.", "Jidhrilna li huwa importanti li wieħed iserraħ ras kwalunkwe uffiċjal pubbliku ieħor u kwalunkwe entita' pubblika għal dak li jirrigwarda l- materjal sensittiv.", "B'hekk qegħdin inkopru sew dak il-materjal li jista' jmur fl-arkivju u anke materjal li għadu mhux miftuħ għall-pubbliku.", "Din il-klawsola diġa` għandna bħalha fil-liġi dwar l-arkivji nazzjonali ta' l- 1990, li issa qegħdin inneħħu bil-mod il-mod.", "Imma l-lista ta' records pubbliċi li għandna fl-iskeda ma' dan l-Att hija wiesgħa ħafna wkoll.", "L- iktar bidla importanti hija li fl-Att ta' l-1990 insemmu ċerti kategoriji ta' records bħal, per eżempju, testi ta' ċerti liġijiet, mentri fl-abbozz li għandna quddiemna ftaħna ħafna l-iskop ta' l-arkivji nazzjonali.", "Il- pubblikazzjonijiet li jaqgħu taħt il-provvediment tal-legal deposits ta' l- Att dwar il-libreriji huma ħwejjeġ li jaqgħu taħt il-librerija nazzjonali.", "Jiġifieri f'ċertu sens m'aħniex qed indaħħlu prinċipju ġdid hawnhekk għax il-prinċipju tas-segretezza konna diġa` ħsibna għalih f'artiklu 5 tal-liġi ta' l-1990 u issa qegħdin inġorru dan il-prinċipju f'din il-liġi.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Evarist Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Ma nafx jekk iniex nifhem tajjeb il-forma tal- ġurament.", "Għandi l-impressjoni li kif qiegħda deskritta hawnhekk, min qed jieħu l-ġurament qed jintrabat li ma jikxef xejn waqt il-qadi ta' dmirijietu, imma jekk jispiċċa minn dak is-servizz qed jinħall minn dak l- obbligu?", "Forsi ma fhimthiex tajjeb.", "Dan il-ġurament jgħid hekk:", "\"... ma nikxifx u ma nxandarx, waqt l-impieg tiegħi bħala Arkivista Nazzjonali/impjegat ta' l-arkivji Nazzjonali, jew f'xi żmien wara, xi ħaġa li nsir naf biha li għandha x'taqsam ma' xi persuna, ...\".", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-kliem \"jew f'xi żmien wara\" ma jkoprix?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Imma l-kliem \"f'xi żmien wara\" huma vagi ħafna.", "Safejn naf jien il-liġijiet Ingliżi fejn jidħlu karigi ta' dan it-tip jgħidu kemm ikun dan iż-żmien u ma jħalluhiex daqshekk miftuħa \"f'xi żmien wara\".", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Jien nirringrazzja lill-Onor.", "Bartolo li ġibidli l- attenzjoni għal dan il-punt.", "Pero` nixtieq nieħu parir fuqha.", "Meta niġu biex ngħaddu l-Iskeda nikkonsidraw jekk nistgħux inkunu aktar preċiżi fuq il-frażi \"jew f'xi żmien wara\".", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Xtaqt nagħmel punt ieħor.", "Meta qed ngħidu li fil-qadi ta' dmirijietu l-arkivista jispezzjona kif qed jinżammu l-arkivji ta' uffiċċji pubbliċi, jista' jkun li d-Data Protection Act ma tħallix li dan ikun jista' jidħol jispezzjona?", "Ħalli nagħti eżempju.", "Naturalment hemm oqsma sensittivi ħafna, bħalma huma r-records fl-isptar u għalhekk tajjeb li nagħmlu dan il-ġurament.", "L-arkivju ta' l-isptar huwa importanti ħafna għax minnu tista' tieħu l-istorja mhux biss individwali imma anke ta' soċjeta`, jiġifieri għal riċerka epidemoloġika dawn ir-records huma importanti.", "Bis-saħħa li qed tagħti din il-liġi n-nies li se jaħdmu ma' l- arkivji nazzjonali se jkollhom dritt ta' aċċess għal din l-informazzjoni u d-Data Protection Act m'hijiex se żżommhom milli jaraw files ta' dan it- tip?", "Qed nistaqsi għaliex m'iniex bniedem legali imma naħseb li ta' min jagħti daqsxejn kasha.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-pożizzjoni hija li għandna l-liġi biex nipproteġu l-privatezza tad-data taċ-ċittadini tagħna, issa qed ngħaddu liġi oħra li se tagħti l-opportunita` lill-arkivista nazzjonali u lin-nies tiegħu li jagħmlu spezzjonijiet ta' registries ta' postijiet fejn jinżammu dawn ir- records pubbliċi, mhux tant biex jaraw il-kontenut imma biex jaraw il- manjiera ta' kif qed jinżammu.", "Naturalment fil-kors ta' dan il-proċess huwa mistenni li dawn l-uffiċjali jkunu qegħdin jaraw tagħrif u informazzjoni oħra.", "U għalhekk qed nimponu dan il-ġurament ta' segretezza.", "Id-Data Protection Act toħloq ukoll ċerti kriterji ta' kif dik id-data trid tiġi miżmuma u protetta.", "M'għandix il-liġi quddiemi biex inkun nista' nagħmel riferenza speċifika.", "Pero` b'din il-liġi l-Parlament se jkun qiegħed jawtorizza taħt ġurament ta' segretezza li ċerta dokumentazzjoni tkun tista' tiġi eżaminata għall-finijiet ta' din il-liġi, prinċipalment biex wieħed jara kif ikunu qed jinżammu l-arkivji.", "Jiġifieri ma naħsibx li se jkun hemm konflitt bejn id-Data Protection Act u din il-liġi.", "Rigward il-frażi fil-forma tal-ġurament li aktar kmieni qanqal id- diffikulta` dwarha l-Onor.", "Evarist Bartolo, se nipproponi din l-emenda:", "\"C\" Fit-test Malti ta' l-Ewwel Skeda għal klawsola 7, minflok il- kliem \"waqt l-impieg tiegħi bħala Arkivista Nazzjonali/impjegat ta' l- Arkivji Nazzjonali, jew f'xi żmien wara,\" għandu jidħol dan il-kliem \"waqt l-impieg tiegħi bħala Arkivista Nazzjonali/impjegat ta' l- Arkivji Nazzjonali, u fl-ebda żmien wara,\".", "\"C\" In the Maltese text of the First Schedule to clause 7, for the words \"waqt l-impieg tiegħi bħala Arkivista Nazzjonali/impjegat ta' l- Arkivji Nazzjonali, jew f'xi żmien wara,\" there shall be substituted the words \"waqt l-impieg tiegħi bħala Arkivista Nazzjonali/impjegat ta' l-Arkivji Nazzjonali, u fl-ebda żmien wara,\".", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Ridt nagħmel rimarka oħra biss.", "Jien semmejt id- Data Protection Act għaliex minn mindu għaddiet ma reġax kellna dibattitu fuqha u jidher li qed tiġi stabbilita prassi li biha qed jinqabżu l-limiti tal-liġi nnifisha u qed tintuża b'mod esaġerat.", "Għalhekk esprimejt ċertu tħassib.", "(Interruzzjonijiet) Fil-fehma tiegħi, qed tintuża b'mod esaġerat probabbilment għax għadha fil-bidu tat-tħaddim tagħha, sakemm wieħed jistabbilixxi sewwa x'jiġri u x'ma jiġrix.", "Imma jekk aħna moħħna mistrieħ li n-nies li jmorru jaraw kif jinżammu l-arkivji ma jinżammux 'il barra bl-iskuża tad-Data Protection Act, allura m'għandix għalfejn nitħasseb.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "Il-Ministru Galea.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Meta staqsejt lin-nies li jieħdu ħsieb l-arkivji nazzjonali fuq dan il-punt qaluli li ma jidhrilhomx li hemm xi ħaġa li tista' żżomm lill-uffiċjali ta' l-arkivista, ladarba qed nawtorizzawhom b'din il-liġi biex jispezzjonaw.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l-emenda \"C\" kif imressqa u moqrija mill-ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"C\" għaddiet nem. con.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 7, kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 7, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 8 – Rekords li għandhom jiġu depożitati fl-Arkivji.", "Clause 8 – Records to be deposited in the Archives.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, din hija klawsola importanti għaliex tidħol fid-dettall biex tiddeskrivi liema huma dawk ir-records pubbliċi li għandhom jiġu preservati fl-arkivji nazzjonali.", "L-ewwelnett qiegħed jiġi speċifikat li r-records li għandhom jiġu preservati fl-arkivji nazzjonali huma dawk ir-records pubbliċi elenkati fit-Tieni Skeda li tinsab ma' dan l- Att.", "Allura tajjeb li mill-ewwel immorru fuq it-Tieni Skeda fejn insibu l- lista ta' records pubbliċi li minn banda tispeċifika u mill-banda l-oħra tiġġeneralizza f'ċertu sens.", "Partita 1 tat-Tieni SkedaTajjeb tgħid li records u arkivji pubbliċi li għandhom jiġu preservati f'repositorju ta' arkivji li jaqa' taħt ir- responsabbilta` ta' l-arkivji nazzjonali huma dawk ir-records u arkivji oriġinati, jiġifieri li jinħolqu, riċevuti – jista' jkun li nirċevuhom – jew li jkunu konservati f'dawn il-postijiet li se nsemmi: L-Uffiċċju tal- President ta' Malta, il-Kamra tar-Rappreżentanti, l-Uffiċċju tal-Kabinett tal-Ministri, imbagħad xi ministeru, dipartiment, kummissjoni, awtorita`, aġenzija jew uffiċċju pubbliku ieħor.", "Imbagħad qed nagħmlu proviso li fil- każ ta' dawk il-korporazzjonijiet pubbliċi jew parastatali, jew organizzazzjonijiet pubbliċi li ġew privatizzati jew se jiġu privatizzati, il-provvedimenti tal-liġi ta' l-arkivji nazzjonali japplikaw sad-data meta l-gvern ta' Malta jew xi korp tiegħu jew kontrollat minnu ma jibqax ikollu kontroll effettiv.", "Naħseb li din hija ċara għar-rigward ta' dawk l-oqsma li jiġu privatizzati, jiġifieri ma jibqgħux taħt il-kontroll effettiv tal-gvern.", "Il-kliem \"kontroll effettiv tal-gvern\" huwa meħud mill-Kostituzzjoni li diġa` għandu interpretazzjoni ċara u m'hemmx dubju x'inhu taħt il-kontroll tal-gvern u x'mhux taħt il-kontroll tal-gvern.", "Imbagħad il-lista tkompli tindikalna dawk l-uffiċċji li d-dokumentazzjoni tagħhom taqa' taħt is-superviżjoni ta' l-arkivji nazzjonali.", "Dawn huma records konservati minn xi ambaxxata jew rappreżentanza tal-gvern Malti barra minn Malta, jew minn xi uffiċjal li jkun qed jaqdi dmirijietu f'dik il-kariga; mill-kummissjoni elettorali jew minn xi kumitat jew uffuċjal tagħha; mill-qrati tal-ġustizzja jew minn xi qorti oħra jew tribunal ieħor li jkollhom ġurisdizzjoni f'Malta jew minn xi imħallef, maġistrat jew uffiċjal ieħor ta' dik il-qorti; minn xi kunsill lokali jew awtorita`, kumitat jew sotto-kumitat jew uffiċjal tiegħu.", "Hemm ukoll dawk ir-records konservati minn xi predeċessur jew suċċessur ta' xi waħda minn dawk l-istituzzjonijiet, korpi jew individwi imsemmija aktar qabel.", "Imbagħad għandna records preservati minn xi korp jew individwu ieħor hekk imsemmi mill-ministru b'regolamenti magħmulin skond dan l-Att.", "Għada pitgħada jista' jkun hemm xi taqsima b'xi dokumenti ta' natura pubblika li forsi wieħed jista' jidħol f'diffikulta` jekk jaqgħux taħt l- arkivji nazzjonali u għalhekk il-ħsieb huwa li nagħtu l-possibbilta` li dan ikun jista' jiġi dikjarat permezz ta' regolamenti apposta mill-ministru konċernat.", "Iktar tard beħsiebni ndaħħal dik il-parti li tirrigwarda lil Għawdex.", "Jiġifieri taħt din l-Iskeda rrid inżid paragrafu li jgħid li records li joriġinaw mill-ministeru għal Għawdex, minn dipartimenti governattivi u entitajiet pubbliċi mwaqqfa Għawdex, għandhom ikunu depożitati fis-sezzjoni ta' Għawdex ta' l-arkivji nazzjonali.", "Partita 2 tat-Tieni Skeda tgħid li dawk ir-records pubbliċi u l-arkivji kollha li filwaqt tad-dħul fis-seħħ ta' dan l-Att kienu fil-kustodja ta' l- arkivji nazzjonali ta' Malta għandhom jitqiesu bħala records pubbliċi għall- finijiet ta' dan l-Att.", "Naturalment din m'hijiex l-ewwel liġi li tirregola l-arkivji nazzjonali għaliex kellna l-liġi ta' l-1990.", "Minn dak iż-żmien twaqqaf l-arkivju nazzjonali, hemm it-taqsima f'Għawdex u b'dan il-provvediment irridu niddikjaraw li dawk huma wkoll records pubbliċi għall-finijiet ta' din il- liġi.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Irrid nirrimarka - u anke l-kollegi tekniċi tagħna rrimarkaw dwar dan il-punt - jekk il-kelma \"xi\" li qed tintuża fit- Tieni Skeda hijiex vaga wisq u minflokha għandhiex tidħol il-kelma \"kull\".", "Bl-Ingliż tgħid \"any embassy\" imma fil-każ tal-Malti qed nistaqsi jekk hijiex vaga wisq.", "Jekk naħsbu li m'hijiex vaga wisq tibqa' kif inhi.", "Jekk naħsbu li trid tkun aktar ċara li qed ngħidu kull ambaxxata, kull kunsill lokali, kull kumitat jew aġenzija pubblika, allura għandna nibdluha.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Galdes.", "ONOR.", "RODERICK GALDES: Xtaqt nirriferi għall-parti fejn qed jissemmew il- kunsilli lokali jew awtorita`, kumitat jew sotto-kumitat jew uffiċjal tiegħu.", "Peress li aħna daħħalna u qed nipprovaw indaħħlu l-konċett ta' gvern lokali f'dan il-pajjiż u nafu li f'dawn l-aħħar għaxar snin kien hemm diversi kunsilli lokali li ħadu inizjattivi biex itejbu l-libreriji tagħhom u jipprovaw jiġbru materjal u informazzjoni dwar il-lokal tagħhom biex in- nies tal-lokal ikollhom aċċess għal din l-informazzjoni, jien qed nifhem li wara li jgħaddi ż-żmien dan il-materjal se jispiċċa f'idejn l-arkivji nazzjonali f'post ċentrali.", "Pero` naħseb li ta' min jistħarreġ il- possibbilta` li nagħtu aktar aċċess għall-informazzjoni fil-lokalitajiet stess.", "Jista' forsi l-ministru jiddiskuti jew inkella jaħseb dwar il- konċett li l-informazzjoni li tinżamm mill-kunsill lokali tibqa' aċċessibbli fil-lokal partikolari milli tittieħed fl-arkivji nazzjonali fuq bażi ċentrali?", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Assolutament m'hawn xejn fil-liġi li jipprojbixxi dan.", "Issa ħalli nkunu b'saqajna fl-art.", "Meta saret il-liġi ta' l-arkivji nazzjonali kien għad ma kellniex kunsilli lokali u dak iż-żmien ma konniex qed nieħdu ħsieb l-arkivistika nazzjonali b'mod tajjeb.", "Issa li żdiedu l- kunsilli lokali u m'hemmx dubju li dawn qegħdin iġemmgħu records pubbliċi li jitfgħu dawl u xiehda fuq il-ħajja ta' kull lokalita` tagħna, se jkun ifisser li mmultiplikajna sostanzjalment l-ammonti ta' files u ta' arkivji nazzjonali li jridu jinġabru.", "Jiġifieri naħseb li hawn irridu ngħaddu minn learning curve li teħodilna ċertu żmien.", "Il-gvernijiet iridu jdaħħlu subgħajhom fil-but u jibdew jaħsbu kif se jittrattaw din il-problema.", "Aħna diġa` qed niddiskutu anke l-possibbilta` ta' bini ġdid biex inkunu nistgħu eventwalment inpoġġu fih dawn l-arkivji.", "Santu Spirtu huwa bini li qdiena, li minnu rnexxielna diġa` nibnu ċerta esperjenza u ċerti standards f'dan il-kamp, imma huwa ċar li meta tara liema huma l-istandards li qegħdin nimmiraw għalihom, dawn huma standards li sew mill-punto di vista ta' spazju, ta' ambjent klimatiku, ta' l-għodda teknoloġika li se jkollna bżonn biex niffaċilitaw il-ħażna u l-aċċess ta' l- informazzjoni, se jasal dak iż-żmien meta l-gvern tal-ġurnata jrid jipprovdi bini li l-iskop tiegħu mill-bidunett ikun għal arkivju nazzjonali.", "Allura jiġi ddisinjat għal dan l-iskop u b'hekk inkunu nistgħu nwettqu l-obbligi li qed nidħlu għalihom b'din il-liġi.", "Issa min se jkun qed imexxi l-arkivji nazzjonali jrid jara x'inhu ta' ġid għall-arkivji nazzjonali u kif iwettaq l-obbligi tal-liġi li ma jinkludux biss l-għażla u l-preservazzjoni, imma jinkludu wkoll l-aċċess.", "Jista' jagħti l-każ li jkun hemm possibbiltajiet li biex iżżomm din l-arkivistika kollha forsi tkun trid iktar minn post wieħed u wieħed jista' jikkonsidra jekk għandux ikun hemm ċertu tqassim reġjonali tal-ħażna ta' din id- dokumentazzjoni.", "Dan nistgħu nipprospettawh illum bl-informazzjoni li għandna f'idejna, pero` m'aħniex fil-pożizzjoni li niddeċiedu issa u tkun trid tiġi deċiża fil-mument proprju meta min ikun qed imexxi jkun irid jagħmel dik id-deċiżjoni.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Galdes.", "ONOR.", "RODERICK GALDES: L-argument proprju tiegħi huwa dwar jekk nistgħux għallinqas inħallu option għal dawk il-lokalitajiet li diġa` għandhom xi forma ta' infrastruttura.", "L-arkivista nazzjonali jibqa' responsabbli għall- informazzjoni anke bħala kordinazzjoni mal-lokalitajiet, pero` l-gvern lokali għandna nagħtuh l-option partikolari li, jekk irid, ċerti dokumenti jinżammu fi spazju anke approvat min-naħa ta' l-arkivista nazzjonali biex kemm jista' jkun dik l-informazzjoni tkun aċċessibbli.", "Għallinqas nistgħu nagħtu l-option lil dawk li għandhom l-infrastruttura meħtieġa biex f'dan il-pajjiż nibdew naħsbu għall-futur ukoll.", "Dak huwa l-argument tiegħi.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Minstru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-punt huwa li fil-liġi mkien m'aħna nispeċifikaw xi post partikolari f'Malta fejn jinżammu dawn l-arkivji jew inkella m'hemm xejn fil-liġi li b'xi mod jeskludi lill-arkivista nazzjonali milli jiddefinixxi post f'kull lokalita` bħala li jkun l-arkivju nazzjonali li fih jinżammu l-arkivji ta' dak il-kunsill lokali.", "Pero` mhux il-każ li wieħed jispeċifika f'xi parti fil-liġi li l-arkivista nazzjonali jkollu s- setgħa li jispeċifika post f'lokalita` għal dan l-iskop.", "Dan m'huwiex eskluż u ma naħsibx li hemm għalfejn ngħiduh f'dan l-istadju.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Galdes.", "ONOR.", "RODERICK GALDES: Jekk qed nifhem sew bħalissa l-arkivista nazzjonali proprjament jista' jasal għal deċiżjoni bħal din u ma jżommu ħadd.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Infatti aħna m'għandniex biss il-post ta' Santu Spirtu imma hemm postijiet oħra fejn hemm ħażna ta' arkivji.", "Naturalment meta nsemmu l-arkivji nazzjonali jekk ma nkunux qed nirriferu għal dak tal- kavallieri li qiegħed il-Bibljoteka, mill-ewwel nifhmu jew għat-taqsima f'Għawdex jew inkella għat-taqsima li għandna f'Santu Spirtu.", "Imma fil- fatt taħt ir-responsabbilta` ta' l-arkivji nazzjonali hemm postijiet oħrajn fejn hemm ħażna ta' arkivji għaliex ma kienx hemm spazju u lanqas personnel li permezz tagħhom stajna nagħmlu din l-għażla ħalli wieħed jiddeċiedi x'se jżomm u x'mhux se jżomm, imbagħad jibda l-proċess ta' preservazzjoni u l-ikkatalogar tagħhom.", "Sur President, qabel inkompli nispjega klawsola 8, se nipproponi din l- emenda għat-Tieni Skeda:", "\"D\" Fit-Tieni Skeda għal klawsola 8, paragrafu 2 għandu jiġi enumerat mill-ġdid bħala paragrafu 3 u minnufih wara paragrafu 1 għandu jidħol dan il-paragrafu 2 li ġej:-", "\"2.", "Rekords li joriġinaw mill-Ministeru għal Għawdex, minn sezzjonijiet ta' Għawdex ta' dipartimenti governattivi, u minn entitajiet pubbliċi mwaqqfa Għawdex, għandhom ikunu depożitati fis- sezzjoni ta' Għawdex ta' l-Arkivji Nazzjonali.\".", "\"D\" In the Second Schedule to clause 8, paragraph 2 shall be renumbered as paragraph 3 and immediately after paragraph 1 there shall be inserted the following new paragraph 2:-", "\"2.", "Records originated by the Ministry for Gozo, Gozo sections of government departments, and by public bodies established for Gozo shall be deposited at the Gozo Section of the National Archives.\".", "Sur President, subklawsola (1) ta' klawsola 8 tispjega fid-dettall liema huma r-records li għandhom jiġu preservati.", "Imbagħad subklawsola (2) ta' klawsola 8 tgħid hekk:", "\"Dawk l-Arkivji ta' xorta partikolari li huma regolati b'xi liġi oħra li tkun fis-seħħ minn żmien għal żmien għandhom jinżammu u jkunu regolati skond dik il-liġi sakemm dawk l-arkivji jkunu preservati u magħmulin aċċessibbli skond standards miftiehma ma' l-Arkivista Nazzjonali.\".", "Subklawsola (3) ta' klawsola 8 tgħid li:", "\"Minkejja d-dispożizzjonijiet ta' subartikolu (2) hawn iktar qabel, il- Ministru jista' bi ftehim mal-Ministru resposabbli għal xi arkivju partikolari, jordna t-trasferiment ta' dokumenti miżmuma f'dawk l- arkivji għall-Arkivji Nazzjonali, hekk li dan jiġri taħt dawk il- kondizzjonijiet li jistgħu jiġu miftiehma bejn il-Ministru u l- Ministru responsabbli għal dawk l-Arkivji; u meta xi dokument bħal dak ikun trasferit għall-Arkivji Nazzjonali dak id-dokument għandu, għall- fini ta' kull liġi li tirregola d-depożitu ta' dak id-dokument fl- arkivji eżistenti, jitqies li huwa depożitat kif imiss skond dik il- liġi, u kull responsabbilta` relattiva għal dak id-dokument, inkluż il- ħruġ ta' kopji u estratti minn hemmhekk, kif ukoll awtentikazzjoni tiegħu, għandha mat-trasferiment ta' dawk id-dokumenti tkun tvesti fl- Arkivista Nazzjonali.\".", "Dawn iż-żewġ paragrafi xi jfissru, Sur President?", "Aħna nafu li llum, minbarra l-arkivji nazzjonali jeżisti wkoll l-arkivju notarili li diġa` huwa regolat b'liġi apposta li tipprovdi dwar iż-żamma ta' kuntratti kollha tan-nutara Maltin u Għawdxin u hemm ukoll l-arkivju ta' l-Ordni ta' San Ġwann, li llum qiegħed miżmum mill-Bibljoteka Nazzjonali.", "Mhux l-ewwel darba li tqanqal il-punt jekk l-arkivji ta' l-Ordni ta' San Ġwann u l-arkivji tan-nutara, u jista' jkun xi arkivji oħrajn, għandhomx jingħaqdu f'post wieħed.", "Sur President, illum dan mhux possibbli li jsir fiżikament, pero` mhux eskluż li 'l quddiem ikun hawn dawn il- possibbiltajiet.", "Il-konċett jista' jkun li huwa tajjeb u allura m'għandhiex tiġi eskluża l-possibbilta` għall-futur.", "Dan l-artiklu jagħtina l-liberta` li f'mument propizju wieħed ikun jista' jieħu dan il- pass b'mod gradwali mingħajr ma jkun hemm il-ħtieġa li wieħed jerġa' joqgħod jilleġisla.", "Jiġifieri hawnhekk qegħdin nissanzjonaw l-eżistenza ta' arkivji oħra li huma regolati b'liġi oħra.", "Kulma qed ngħidu huwa li l-arkivista nazzjonali jkun jista' jagħti pariri dwar kif għandhom jinżammu l-affarijiet, u forsi anke jagħti daqqa t'id f'dan ir-rigward.", "Imbagħad 'il quddiem jekk ikun hemm il-possibbilta` li wieħed jgħaqqad dawn it-taqsimiet differenti ta' dokumenti pubbliċi - kif inhuma dawk ta' l-arkivji notarili - ma jkunx hemm bżonn li wieħed joqgħod jerġa' jgħaddi liġi mill-Parlament.", "Ikun possibbli li jkun hemm il-ftehim meħtieġ bejn il-ministri li huma responsabbli għal dan it-trasferiment.", "Naturalment jiġu mħarsa l-kondizzjonijiet meħtieġa u b'din il-manjiera wieħed ikun għadda dawn l-arkivji f'idejn in-nies li jkunu jifhmu.", "Subklawsola (4) ta' klawsola 8 tgħid li:", "\"L-Arkivista Nazzjonali jista' jiċċertifika li xi rekords dipartimentali partikolari li jkunu għaddew minn fuqhom iżjed minn tletin sena ma għandhomx għaliex jiġu trasferiti fl-Arkivji Nazzjonali għall-preservazzjoni, u dawk ir-rekords li jiġu hekk ċertifikati għandhom jinżammu fl-uffiċċji pubbliċi adatti jew, skond il-każ, jintbagħtu lura f'dak l-uffiċċju pubbliku, fejn dawn jistgħu jinżammu, jew isir minnhom, bla ħsara għall-għoti ta' awtorizzazzjoni taħt l- artikolu 6 ta' dan l-Att.\".", "Il-portata ta' din is-subklawsola hija li wara li wieħed jagħmel eżami ta' dawn id-dokumenti pubbliċi, jista' jiddeċiedi li m'humiex ta' xi interess partikolari li għandhom jinżammu fl-arkivji nazzjonali u allura jista' jiġi ordnat li dawn jinżammu fid-dipartiment konċernat jew inkella jista' jkun hemm ukoll l-awtorizzazzjoni li dawn it-tipi ta' dokumentazzjoni ma tibqax lanqas tinżamm u wieħed jiddispondi minnhom skond kif ikun awtorizzat.", "Fi klawsola 6 għidna li hija l-funzjoni ta' l-arkivista nazzjonali li jagħti ċerti deċiżjonijiet dwar kif wieħed għandu jiddisponi minn records pubbliċi jekk ma jkunx hemm raġuni għalfejn ikunu preservati.", "Allura hawnhekk qed ngħidu li jridu jinżammu sa 30 sena, imbagħad wieħed ikun jista' jieħu anke din id-deċiżjoni partikolari.", "Subklawsola (5) ta' din il-klawsola tgħid li:", "\"L-Arkivista Nazzjonali jista' jipposponi li jaċċetta t-trasferiment ta' rekords u arkivji fil-kustodja tiegħu jekk ma jkollux fejn iqegħidhom jew ma jkunx jista' jagħmel arranġamenti oħra biex iżommhom fl-Arkivji tiegħu.\".", "Kif għidna kemm-il darba fil-kors tad-diskussjoni ta' din il-liġi, is- sitwazzjoni hija 'l bogħod minn dik li suppost tkun fejn jidħlu l-arkivji nazzjonali.", "Hemm backlog ta' xogħol li huwa verament qawwi u kieku kull dipartiment kellu jaqbad il-files li għandu u jpoġġihom wara l-bieb ta' l- arkivista nazzjonali, inkunu qegħdin noħolqu chaos.", "Irrid ngħid li dan ma jiġrix f'Malta biss, imma jiġri anke barra minn pajjiżna.", "F'din il- klawsola hemm provvediment apposta biex nissalvagwardaw li jibda proċess u jieħu l-kors taż-żmien tiegħu sakemm f'xi mument fil-futur l-affarijiet jiġu kif suppost.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: F'subklawsola (4) qed ngħidu li dawk ir-records li jkunu għaddew minn fuqhom iżjed minn 30 sena jistgħu jiġu ċertifikati li m'għandhomx għaliex jiġu trasferiti fl-arkivji nazzjonali.", "Ħalli nieħdu l- każ tal-qorti.", "Fil-qorti għandna records li ma jistgħu qatt isiru aċċessibbli għall-pubbliku, anke jekk għandhom interess pubbliku.", "Hawnhekk konna semmejna l-każ ta' Borg Pisani.", "Is-sentenza nafuha, imma safejn naf jien ix-xiehda li ngħatat fil-proċess m'hijiex aċċessibbli.", "Naf min ipprova jirriċerka dan il-każ, imma żammewh milli jieħu l-informazzjoni.", "Nixtieq inkun naf jekk aħniex inbiddlu dik is-sitwazzjoni għaliex m'għandix idea.", "(Interruzzjonijiet) Jiġifieri jekk il-qorti tkun ordnat li x-xiehda tinżamm sigrieta, anke wara li jgħaddu 30 sena nibqgħu marbutin li ma nistgħux nieħdu dik l-informazzjoni?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Irrid nistaqsi fuqha.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Jien naħseb li din hija importanti għaliex għandna każi ċelebri fl-istorja tagħna, speċjalment peress li aħna konna kolonja, u allura mhux l-ewwel darba li kien hemm ordnijiet biex tinżamm segretezza dwar affarijiet li l-Ingliżi kienu jiddefinixxuhom bħala sensittivi.", "Din ma kenitx xi definizzjoni akkademika imma definizzjoni politika biex jiddefendu l-interessi tagħhom.", "Jien naħseb li għall-memorja kollettiva tagħna u għall-istorja tagħna jkun importanti li jinfetħu każi ta' dan it-tip għaliex hemm sensiela sħiħa.", "Semmejt il-każ ta' Borg Pisani bħala eżempju, imma żgur li kellna mumenti storiċi oħra fejn tressqu nies quddiem il-qrati tagħna.", "Għaddew is-snin u d-dokumenti fejn hemm xiehda importanti dwarhom baqgħu m'humiex aċċessibbli għalina.", "Naħseb li wasal iż- żmien li jkollna xi ħaġa dwar dan.", "Ma nemminx li għandu jkun hemm ġustifikazzjoni.", "Is-sabiħa hi li aħna li konna kolonja għandna ċerti dokumenti sensittivi li jibqgħu eternament mistura u l-pajjiż kolonizzatur għandu liġijiet li jirregolaw kif anke records ta' dak it-tip jiġu pubbliċi, dejjem jekk huwa fl-interess tiegħu li jagħmilhom pubbliċi.", "Għaliex din hija l-ironija ta' kolonja!", "Ħafna mill-informazzjoni sensittiva li nsiru nafu, insiru nafuha malli jiġu rivelati skond l-obbligi tal-public records office f'Londra.", "Din tkun xi ħaġa interessanti għax għandna każi sensittivi, bħal, per eżempju, x'ġara mill-avukat Nerik Mizzi u sħabu, x'ġara minn Borg Pisani, minn Manuel Dimech u attivisti oħrajn li jien nemmen li kollha aġixxew kif fiehmu li kien l-aħjar biex iressqu 'l quddiem lil dan il-pajjiż.", "Jien nemmen li dawn in-nies ġenwinament kienu jemmnu fil-kawża tagħhom, anke jekk wieħed jaqbel jew ma jaqbilx magħhom, imma dik hija kwestjoni oħra.", "Jien naħseb li anke għall-memorja kollettiva tagħna hemm bżonn li tagħrif bħal dan jibda jsir aċċessibbli għaliex naħseb li waħda mir-raġunijiet għalfejn f'pajjiżna għandna problema biex tifforma kuxjenza nazzjonali hija proprju minħabba li qisu lanqas l-istorja tagħna ma tappartjeni għalina b'mod komuni.", "Jien nawgura li xi darba kulmin kien jappartjeni għal din il-familja Maltija jsir parti mill-memorja kollettiva tagħna u parti mill-kuxjenza storika tagħna, mhux wieħed joqgħod jiġġudika llum jekk kienx jaqbel magħhom jew le.", "Per eżempju, jien għalija parti mill-kuxjenza storika tagħna għandha tkun li wieħed jaċċettta kemm nies bħal Manuel Dimech u kif ukoll nies bħal Nerik Mizzi għaliex huma parti mill-memorja kollettiva tagħna.", "Din m'hijiex kwestjoni ta' ġudizzju jekk wieħed jaqbilx ma' l-ideat ta' wieħed jew ta' l-ieħor, imma memorja kollettiva ta' nazzjon tfisser proprju l- memorja ta' kulħadd.", "Il-kolonji jkollhom problema biex jiżviluppaw din il- memorja kollettiva għaliex parti mil-logħba ta' kif kolonizzatur jiddomina kolonja hija proprju li jifred sezzjoni kontra oħra ta' l-istess popolazzjoni.", "U dik l-istrateġija tant magħrufa li saret cliche' ta' \"ifred u saltan\" ġiet imħaddma tajjeb ħafna hawn Malta u l-effett għadu jinħass sal-lum.", "Jien għandi dubji serji kemm hawn individwi f'dan il- pajjiż li lesti jaċċettaw nies ta' ideoloġiji differenti, ta' twemmin differenti u ta' viżjonijiet differenti bħala parti mill-memorja kollettiva tagħna.", "Qisna għadna niġġudikaw jekk dawk l-individwi ta' 100 sena ilu, ta' 80 sena ilu jew ta' 60 sena ilu humiex magħna jew kontra tagħna.", "Pajjiżi oħra għaddew minn dan l-iżvilupp imma mal-milja tas-snin ċerti esperjenzi li għall-bidu jkunu bdew bħala esperjenzi ta' naħa jew ta' oħra jsiru parti mill-memorja kollettiva tagħhom.", "Meta jsiru parti mill-memorja kollettiva jkun sinjal li dik il-komunita` nazzjonali qed tingħaqad għaliex jekk wieħed jibqa' mifrud anke fuq l-istorja, iktar u iktar se jibqa' mifrud fuq il-preżent u fuq il-ġejjieni.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, ivverifikajt ma' l-esperti dwar il- punt li qanqal l-Onor.", "Bartolo u jirriżulta li l-Kodiċi Kriminali diġa` jipprovdi li proċessi verbali ma jsirux pubbliċi jekk mhux bil-permess ta' l-avukat ġenerali tar-repubblika.", "Jista' jkun hemm ukoll proċessi oħrajn kriminali li fil-kors tal-proċeduri jkun hemm digriet tal-qorti li dawn għandhom jibqgħu sigrieti jew jinstemgħu bil-magħluq, allura meta jiġi mitmum il-proċess kollu, dik il-parti li tkun instemgħet bil-magħluq tibqa' wkoll bil-magħluq u hekk tiġi arkivjata.", "Jidher li din il-problema tqum biss fil-każijiet li huma ta' natura kriminali, mhux każijiet ta' natura oħra, li tista' tkun ċivili jew inkella kostituzzjonali.", "Naħseb li l-aħjar rimedju f'dan l-istadju hu li wieħed jikkonsulta lill-avukat ġenerali fuq dan il-punt għaliex hemm provvedimenti fil-Kodiċi Kriminali li jirregolaw kif ċerti dokumenti ta' proċediment kriminali jsiru pubbliċi jew inkella jinżammu sigrieti u ma nħossnix fil- pożizzjoni li nista' nieħu pożizzjoni.", "Jien qed nifhem il-punt li qed iqanqal l-Onor.", "Bartolo.", "Per eżempju, jien ma kontx naf li hemm partijiet mill-proċeduri tal-każ ta' Borg Pisani li m'humiex aċċessibbli għall- pubbliku.", "Nafu, anke skond ir-records office Ingliż, li kultant żmien tisma' li nfetħu dokumenti ta' ċerta epoka u jkun hemm avviż apposta biex wieħed ikun jaf x'qed jiġri.", "Għaldaqstant irridu nidħlu sew f'dan il-punt ma' l-avukat ġenerali tar-repubblika u naraw xi jfisser għax xi kultant tkun bdiet tiġi applikata ċerta proċedura u ħadd ma jikkontestaha u kulħadd jibqa' għaddej biha.", "Jista' jkun li niddiskutu l-punt u l-avukat ġenerali jgħidilna li m'għandux ikun hemm diffikulta` li meta jgħaddi tant żmien minn fuqhom, ladarba qegħdin għand l-arkivji nazzjonali, dawn għandhom jiġu regolati bir-regolamenti ta' l-arkivji nazzjonali.", "Se niddiskuti ma' l-oppożizzjoni u anke mal-kollegi tiegħi fuq dan il-punt biex fi stadju ulterjuri, jekk ikun hemm bżonn, nagħmlu provvediment apposta biex nindirizzawh.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Dan ifisser li d-diskussjoni fuq klawsola 8 se tiġi posposta u ngħaddu għall-klawsola li jmiss?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Le, Sur President, jien qed nipproponi li ngħaddu l- klawsola bl-emenda proposta għat-Tieni Skeda u wara li nkunu rajna sew bejnietna dan il-punt li tqanqal, jekk naqblu li għandna nressqu xi provvediment, inressquh ad hoc iktar tard fl-istadju ta' dan il-kumitat.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija l-emenda \"D\" għal klawsola 8, kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"D\" għaddiet nem. con.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 8, kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 8, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 9 – Ma jistgħux jinħarġu rekords mill-Arkivji Nazzjonali mingħajr permess", "Clause 9 - Records may not be taken out of the National Archives without permission.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, din hija klawsola li tirregola l-ħruġ ta' records mill-arkivji nazzjonali.", "Naturalment minħabba l-valur ta' l- arkivji nazzjonali l-prinċipju huwa li ebda record jew oġġett preservat fl- arkivji nazzjonali ma jista' jinħareġ mill-post fejn ikunu jinstabu l- arkivji nazzjonali.", "Dan il-prinċipju jista' jiġi sorvolat jekk ikun hemm il- permess bil-miktub ta' l-arkivista nazzjonali.", "U kull permess li jingħata għandha tinżamm kopja tiegħu u anke tkun disponibbli biex tiġi spezzjonata.", "Qed ngħidu wkoll li biex joħroġ xi ħaġa mill-post fejn hemm l-arkivji nazzjonali, bilfors irid ikun hemm il-permess ta' l-arkivista nazzjonali u biex joħroġ xi dokument barra minn Malta li jappartjeni għall-arkivji nazzjonali, dan ikun jeħtieġ il-permess tal-ministru responsabbli wara li jkun ikkonsulta kemm lill-arkivista nazzjonali, kif ukoll lill-kunsill dwar l-arkivji.", "Sur President, ġieli jkollna l-problema li jkun hemm bżonn li jiġu ppreżentati fil-qorti xi dokumenti li jinstabu fl-arkivji nazzjonali.", "Hawnhekk qegħdin ngħidu li biex isir dan l-arkivista nazzjonali:", "\"... għandu jesebixxi jew xort'oħra juża l-oriġinal wara li jagħmel kopja tiegħu għall-preservazzjoni fl-arkivji jekk dan ikun possibbli.\".", "Fil-passat kellna l-esperjenza li xi dokumenti li jkunu ġew ippreżentati fi proċessi l-qorti - u ħafna drabi l-qorti tinsisti li jiġi prodott l- oriġinal - imbagħad jibqgħu f'dak il-proċess u ma jerġgħux jirritornaw u jkun hemm ċerti diffikultajiet.", "Hawnhekk naħseb li qegħdin nistipulaw biżżejjed il-manjiera ta' kif wieħed ikun jista' joħroġ dawn id-dokumenti.", "F'ċirkostanzi normali qed inħallu f'idejn l-arkivista nazzjonali biex jagħti l-permessi meħtieġa.", "Huwa biss fejn si tratta li jkun hemm bżonn li wieħed jibgħat xi dokument barra minn Malta, ħafna drabi għal raġunijiet validi bħalma huma wirjiet jew inkella kkuppjar speċjalizzat, li ndaħħlu lill-ministru fin-nofs u lanqas jiddeċiedi waħdu imma jiddeċiedi b'konsultazzjoni ma' l-arkivista nazzjonali u mal-kunsill dwar l-arkivji.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 9.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 9 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 10 – Aċċess għal rekords.", "Clause 10 - Access to records.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, hawn qegħdin nikkonfermaw ir-regola internazzjonali li tistabbilixxi l-perjodu ta' 30 sena qabel ċerti records isiru pubbliċi.", "Qegħdin ngħidu li:", "\"Bla ħsara għal kull liġi li tipprojbixxi jew tillimita l-iżvelar ta' informazzjoni f'xi rekord pubbliku, ir-rekords pubbliċi fl-Arkivji Nazzjonali, jew f'xi repositorju ta' arkivji ieħor taħt il-kontroll ta' l-Arkivista Nazzjonali, għandhom ikunu disponibbli għall-ispezzjon pubbliku wara li jgħaddi perjodu ta' tletin sena minn meta jkunu oriġinati, ħlief sakemm ma jkunx ġie ordnat mill-Ministru perjodu itwal jew iqsar wara konsultazzjoni mal-Ministru responsabbli għal dak l-uffiċċju pubbliku li jkun oriġina r-rekords jew is-suċċessur fil- qadi tal-funzjonijiet tiegħu.\".", "Dan huwa t-tip ta' provvediment li wieħed isib f'diversi liġijiet oħrajn li jirregolaw din il-materja.", "Apparti dak li tkellimna dwaru iktar qabel, li se naraw kif nistgħu nissorvolaw dawk il-liġijiet li jipprojbixxu jew jillimitaw l-iżvelar ta' informazzjoni f'xi record pubbliku għall-finijiet ta' xi proċessi li kellna fil-qrati, naħseb li din ir-regola għaddiet mit- test taż-żmenijiet u ta' esperjenzi ta' pajjiżi oħrajn.", "Naħseb li wieħed m'għandux isib diffikulta` fuqha.", "Pero` l-klawsola tkompli tgħid li:", "\"Meta jiskadi l-perjodu ta' tletin sena ordnat fis-subartikolu (1), rekords li jintgħażlu għal preservazzjoni permanenti li jkunu għadhom klassifikati bħala konfidenzjali, jew sigrieti, għandhom ikunu eżaminati mill-Kunsill sabiex jiġi aċċertat sew jekk ikunx meħtieġ li dawn jibqgħu jiġu klassifikati u, jekk dak ma jkunx meħtieġ, dawn għandhom jiġu de-klassifikati u jkunu miftuħa għall-ispezzjon pubbliku taħt is-subartikolu (1) ta' dan l-artikolu.\".", "Din qed indaħħluha biex jekk xi ħadd jgħid li xi informazzjoni hija sigrieta jew konfidenzjali, wara li jgħaddu 30 sena l-kunsill ta' l-arkivji jaraha u jista' jiddeċiedi li m'hemm xejn li verament se jipperikola s- sigurta` tal-pajjiż fiha u allura tiġi de-klassifikata u tkun tista' tinfetaħ għall-pubbliku.", "Skond subklawsola (2) ta' klawsola 10 hemm ukoll il-possibbilta` li:", "\"Il-Ministru jista', bil-parir ta' l-Arkivista Nazzjonali, jillimita l- aċċess mill-pubbliku għal dokumenti u oġġetti meta fid-diskrezzjoni tiegħu:", "a) dawn ikun fihom informazzjoni li tkun inkisbet minn xi awtorita` pubblika taħt obbligazzjoni ta' segretezza jew konfidenzjalita`; jew b) is-sigurezza Statali jew is-sigurta` personali ta' xi individwi jkunu hekk jeħtieġu; c) jew il-fraġilita` ta' l-Arkivji tkun hekk teħtieġ; jew d) dan ikun meħtieġ biex tkun tista' ssir l-organizzazzjoni ta' l- arkivji.\".", "Subklawsola (3) tgħid li:", "\"... kull kopja ta' dokument, maħruġa bħala kopja vera siġillata kif imiss bis-siġill ta' l-Arkivji Nazzjonali u ffirmata mill-Arkivista Nazzjonali, għandha għall-finijiet ta' kull liġi, titqies bħala kopja awtentika u għall-iskop ta' prova f'qorti jew tribunal titqies li hija waħda ekwivalenti għall-oriġinal.\".", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Subklawsola (2) tgħid li:", "\"Il-Ministru jista', bil-parir ta' l-Arkivista Nazzjonali, jillimita l- aċċess mill-pubbliku għal dokumenti u oġġetti meta fid-diskrezzjoni tiegħu ...\".", "Fl-istadju tat-Tieni Qari jien kont diġa` rrimarkajt fuq il-kliem \"fid- diskrezzjoni tiegħu\" u għidt li qed nagħtu wisq poter lill-ministru, li huwa persuna politika, li jiddeċiedi s-sigurezza statali.", "Naħseb li għandu jkun hemm differenza bejn ġudizzju li jista' jagħti ministru u ġudizzju li jista' jagħti arkivista nazzjonali.", "Se nagħmel dan it-tip ta' ġudizzju fuqi ħalli ma nkunx qed nirrifletti fuq ħadd aktar.", "Naħseb li bħala politiku kieku jien meta niġi biex niddeċiedi jekk dokument għandux ikun aċċessibbli jew le, probabbilment nagħmel konsiderazzjonijiet politiċi iktar milli konsiderazzjonijiet professjonali u konsiderazzjonijiet li jagħtu aċċess għar-riċerkaturi.", "Kif inhi d-diċitura tal-liġi, qed tagħti wisq diskrezzjoni lill-ministru, speċjalment meta qed tgħid: \"Il-ministru jista', bil-parir ta' l-arkivista nazzjonali, jillimita l-aċċess mill- pubbliku għal dokument u oġġetti meta fid-diskrezzjoni tiegħu\", lanqas biss tgħid \"fid-diskrezzjoni tagħhom\" għaliex kieku għallinqas għandek il- ġudizzju politiku u l-ġudizzju professjonali.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Naħseb li għandek raġun.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Jekk naslu għal dik naħseb li jien inkun sodisfatt, anke jekk b'dak li qed ngħid qed nitfa' dell fuq il-politiċi.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Pero` qisha qiegħda ftit żejda, fis-sens li diġa` qegħdin ngħidu li hawn dawn l-erba' każi speċifiċi li nafu x'inhuma.", "Il- liġi qed tgħid meta l-informazzjoni tkun inkisbet minn awtorita` pubblika taħt obbligazzjoni ta' segretezza jew konfidenzjalita`.", "Dak faċilment jiġi stabbilit.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Hekk hu, hemm benchmark.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ċirkostanza oħra hija meta s-sigurezza statali jew is-sigurta` personali ta' xi individwu jkunu hekk jeħtieġu.", "Irrid nifhem li kulħadd se jaġixxi b'responsabbilta`, kemm il-ministru u kif ukoll l- arkivista.", "Jiġifieri jkun hemm diskussjoni bejniethom jekk ikun il-każ.", "It-tielet ċirkostanza hija meta l-fraġilita` ta' l-arkivji tkun hekk teħtieġ.", "Din il- materja żgur li iktar jifhem fiha l-arkivista milli l- ministru.", "U l-aħħar ċirkostanza li tissemma fil-liġi meta jista' jiġi limitat l-aċċess hija meta jkun hemm bżonn issir l-organizzazzjoni ta' l- arkivji.", "Ħalli nerġa' nġib l-eżempju li xi darba jinbnew arkivji nazzjonali - forsi naqra far-fetched minħabba l-qagħda tal-finanzi fil- pajjiż f'dan il-mument – u jiġi l-mument meta tkun se tittrasferixxi u torganizza l-arkivji, u għaldaqstant ma jkunux aċċessibbli.", "Allura din id- diskrezzjoni għalfejn għandha tidħol?", "Jiġifieri naqbel miegħek, ma narax li din hija essenzjali.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nixtieq nistaqsi lill-ministru - nitolbu jikkumpatini jekk se ngħid xi ħmerija legali - jekk meta qed ngħidu: \"Il- Ministru jista', bil-parir ta' l-Arkivista Nazzjonali\" l-Interpretation Act tobbligax li dak il-parir ikun bil-miktub jew le?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-Interpretation Act f'dan is-sens tistabbilixxi li ministru jista' jmur kontra d-direzzjoni ta' l-arkivista, basta hu jiġġustifika bil-miktub ir-raġuniijet għaliex mhux qed jaqbel.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Jiġifieri dak l-obbligu hemm qiegħed.", "Għalhekk ma ħassejtx il-bżonn li nressaq emenda.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Jien kemm ilni ministru forsi kelli żewġ jew tliet okkażjonijiet fejn ħassejt li kelli nikteb minuta dettaljata biex ngħid għaliex ma kontx qiegħed naqbel mad-direzzjoni li kont qed niġi mogħti.", "Sur President, wara l-kummenti li għamel l-Onor.", "Bartolo dwar subklawsola (2) se nipproponi din l-emenda:", "\"E\" F'subklawsola (2) ta' klawsola 10 il-kliem \"fid-diskrezzjoni tiegħu\" għandhom jitħassru.", "\"E\" In subclause (2) of clause 10 the words \"in his discretion\" shall be deleted.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l-emenda \"E\" għal klawsola 10, kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"E\" għaddiet nem. con.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 10, kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 10, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 11 – Dritt ta' preferenza eżerċitabbli mill-Gvern.", "Clause 11 – Right of preference exercisable by the Government.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Din hija klawsola li tipprovdi għal dritt ta' preferenza fejn ikun hemm il-bejgħ ta' xi record jew dokument li fil-fehma tal-ministru, wara konsultazzjoni ma' l-arkivista nazzjonali, għandu valur arkivistiku jew storitiku u jkun fl-interess pubbliku li dan jiġi akkwistat biex jinżamm bħala parti mill-arkivji nazzjonali.", "Dan huwa prattikament l- istess kliem li għandna fil-liġi dwar il-patrimonju kulturali.", "Hija ħaġa tajba għax kultant ikun hemm xi dokument ta' ċertu valur li jkun qiegħed għall-bejgħ.", "Ġieli kellna pitturi li kienu għall-bejgħ jew inkella oġġetti ta' arti u mhux l-ewwel darba li l-gvern eżerċita d-dritt ta' preferenza biex dawn jakkwistahom għall-patrimonju ta' pajjiżna.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 11.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 11 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 12 – Relazzjonijiet mal-Ministru.", "Clause 12 – Relations with the Minister.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Klawsola 12 hija klawsola standard li tista' tgħid qiegħda fil-liġijiet kollha ta' dan it-tip fejn wieħed jispjega x'inhi r- relazzjoni bejn l-arkivista nazzjonali u l-ministru.", "Bażikament il- ministru, kif inhu obbligat, għandu d-dritt li jagħti direzzjoni ta' policy u meta jagħti din id-direzzjoni l-arkivista nazzjonali jkun irid isegwi dik il-policy tal-gvern.", "Naturalment il-ministru jkollu l-faċilita` għall-ksib ta' informazzjoni dwar l-arkivji nazzjonali.", "Din hi meħtieġa għal ħafna raġunijiet ta' kontabilita` pubblika u hija t-tip ta' klawsola li kważi nsibu fil-liġijiet kollha kemm huma.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: AIktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 12.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 12 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 13 - Eżenzjoni minn ċertu taxxi.", "Clause 13 - Exemption from certain taxes.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Din hija wkoll meħuda verbatim mill-artiklu 13 tal- liġi dwar il-patrimonju kulturali.", "Dan ifisser li l-arkivji nazzjonali jkunu eżenti mill-ħlas ta' ċerta taxxa fuq servizzi bħal kopji fotostatiċi, eċċ.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 13.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 13 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Sar il-ħin.", "Fid-9.00 p.m. il-Kamra rriżumiet u l-Viċi President tal-Kumitat irrapporta progress u talab il-permess sabiex il-Kumitat jerġa' jiltaqa'.", "MR SPEAKER: Nitlob liIl-Ministru biex, jekk jogħġbu, iressaq l- Aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar l-Erbgħa, 23 ta' Frar 2005, fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Prevenzjoni ta' Abbuż fis-Swieq Finanzjarji - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Arkivji Nazzjonali – Kumitat (Kont.); u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali - Tielet Qari.", "-----------------------------------", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Reġistru Ċentrali - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, il-Ministru Austin Gatt li hu responsabbli mill-enemalta, dan l-aħħar talab lill-ħaddiema ta' din il-korporazzjoni biex jiskużaw ruħhom mal-poplu għas-sitwazzjoni tal-biki li jinsab fiha l- pajjiż fil-każ taċ-ċilindri tal-gass.", "Jien f'isem il-poplu se nitlob lill- Ministru Austin Gatt u lill-bord ta' l-enemalta biex jirriżenjaw minħabba s- sitwazzjoni li ġabu lil pajjiżna fiha għax għalkemm sirna membri ta' l- Unjoni Ewropea qisna qegħdin fi żmien il-gwerra, kulħadd fil-kju biex jixtri ċ-ċilinidri tal-gass.", "Din hi sitwazzjoni tal-mistħija!", "Raġuni oħra għaliex qed ngħid li għandhom jirriżenjaw hi l-manipulazzjoni li saret biex ħbew il-verita' mill-poplu.", "Għandha tingħad il-verita' dwar min hu responsabbli għat-taħwid li hemm fl-enemalta u l-gvern għandu jerfa' r-responsabbilta' għall-falliment tagħha.", "Kif jista' jkun li wieħed ikun jaf x'passi qed jieħu l-gvern u kemm hu responsabbli minn kull qasam tista' tgħid, apparti mill-enemalta, jekk il-poplu ma jiġix informat x'inhu jiġri?", "Minkejja li l-gvern qed jaħseb li l-poplu Malti u Għawdxi hu imbeċilli u qed jittrattah ta' imbeċilli, naċċertah li għandu moħħ biżżejjed biex ikun jaf x'inhu jiġri u jagħraf il-mod kif qed jiġi ttrattat.", "Għaliex qed ngħid hekk?", "Għax illum se niżvela r-raġuni għaliex wasalna f'din is-sitwazzjoni tal-biki, għax mhux talli fil-pajjiż għandna kriżi minn kull aspett, talli għandna kriżi morali kbira u dan jaħti għalih il-gvern bil-mod kif qed jaġixxi.", "Jekk wieħed jiftakar sew, madwar sena ilu l-enemalta kienet neħħiet ċertu tip ta' ċilindri tal-gass mis-suq u begħithom għall-iskrapp għalkemm kienu għadhom tajbin biex jintużaw.", "Ftit żmien wara rriżulta li l-enemalta kellha bżonn tixtri ċ-ċilindri tal-gass għaliex kien hemm nuqqas tagħhom, allura kien hemm żmien meta l-poplu ma setax jixtri ċilindri tal-gass ġodda u min kien għadu kemm iżżewweġ kellu diffikulta' biex jixtri ċilindru tal- gass.", "Meta ġew iċ-ċilindri tal-gass il-ġodda, il-gvern qal li dawn setgħu kienu difettużi u allura dawn inġabru lura.", "X'ġara?", "Saret inkjesta u sal- lum għadna ma nafux min hu responsabbli u spiċċajna biex il-poplu ħareġ il- flus biex inxtraw dawn iċ-ċilindri.", "Il-konsegwenzi se jbatihom il-poplu Malti u dan l-aħħar erġajna ġejna f'sitwazzjoni fejn kien hemm ineffiċjenza kbira f'dak li għandu x'jaqsam mad-distribuzzjoni tal-gass u minkejja li kien għad hemm problema dwar iċ-ċilindri tal-gass, lill-poplu qalulu li dawn dalwaqt jaslu.", "Huwa tajjeb li nfakkar li fid-9 ta' dan ix-xahar waqt il-ħin tal- mistoqsijiet, jien għamilt diversi mistoqsijiet lill-ministru responsabbli u waħda minnhom kienet tittratta proprju dwar in-nuqqas ta' ċilindri tal- gass.", "Il-ministru responsabbli kien spjega li dan ġara minħabba li nġabru ċerti ċilindri li jistgħu jkunu difettużi, imma madankollu ma spjegax min refa' r-responsabbilta' għal dan il-fatt.", "Imbagħad beda jiġi ndikat li l- problema m'hijiex biss dik taċ-ċilindri tal-gass, imma kienet tirrigwarda wkoll il-ħaddiema ta' l-enemalta minħabba li hemm prattiċi antikwati u nġibdet ukoll l-attenzjoni tal-unions.", "Min-naħa tagħhom l-unions qalu li ma jafux li kien hemm diskussjoni dwar dan, jiġifieri kien qed jidher li se niżvijjaw l-affarijiet min-nuqqas ta' ċilindri tal-gass għall-problema tal- ħaddiema.", "Imma l-biċċa xogħol hija din.", "Fid-9 ta' Frar il-ministru fl- ebda mument ma qal il-verita' dwar in-nuqqas ta' distribuzzjoni ta' ċilindri tal-gass, għaliex wieħed mill-fatturi ma kienx in-nuqqas ta' ċilindri tal-gass fis-suq – huwa veru li kien hemm nuqqas ta' ċilindri, imma kienu ġew ammont ta' ċilindri - għax l-enemalta tiċċekkja regolarment kemm hemm gass storjat u peress li kien jidher ċar li l-ammont ta' gass maħżun kien żgħir ħafna, inqabdu f'panic għax irriżulta li jekk ma jnaqqsux l-ammont fid-distribuzzjoni tal-gass, dawn jinqabdu fuq sieq waħda.", "Allura ħasbu li jnaqqsu n-numru ta' ċilindri tal-gass li jitqassmu u sadanittant jagħmlu pressjoni biex il-konsenja tal-gass tasal f'pajjiżna mill-iktar fis possibbli ħalli ma jilħaqx jispiċċa l-gass kollu u jqum kaos sħiħ.", "Min-naħa tagħna nista' ngħid li konna nafu li kien hemm nuqqas ta' gass, pero' biex żgur ma jakkużawniex li qed noħolqu panic fil-pajjiż u ma jgħidux li l-gass spiċċa għaliex aħna ġegħilna lill-poplu jmur jixtri l- gass, m'għamilna xejn minn dan u jien qgħadt lura milli nitkellem dwar dan.", "Imma m'huwiex sew li meta l-awtorita' kienet taf b'dan - peress li kuljum jittieħed rendikont ta' kemm hemm gass fit-tankijiet, allura kienu jafu f'liema sitwazzjoni qegħdin - lill-poplu ma qalulux il-verita' dwar is- sitwazzjoni tal-ħażna tal-gass, imma qagħdu jduru mal-lewża u jwaħħlu fil- ħaddiema.", "Għalhekk ma jistax ikun li l-poplu jaċċetta li min hu responsabbli ta' manipulazzjoni bħal din - jiġifieri l-ministru responsabbli u l-bord ta' l-enemalta - ma jeħux ir-responsabbilta' li jirriżenja.", "Dawn kienu jafu li hemm nuqqas ta' gass u fil-fatt ftit ġranet wara fil-gazzetta ħarġet l-aħbar li hemm nuqqas ta' gass, imma spiċċajna biex minflok ma l-gvern ħa passi kontra min hu responsabbli, dawwarha fuq il-ħaddiema.", "Niġi għal xi ħaġa oħra.", "Suppost li hemm ir-regolatur li jara li jkun hemm ħażna biżżejjed ta' gass u ta' riżorsi oħra.", "Ħaġa ta' l-iskantament hi li l-Malta resources authority għadha lanqas biss tniffset.", "Qed tieħu flus il- poplu biex suppost tagħmilha ta' regolatur u sal-lum għadha ma tniffsitx.", "Allura mhux bilfors jidher ċar li n-nies f'din l-awtorita' huma nies tal- qalba li qed jitħallsu l-belli liri minn flus il-poplu u m'humiex qed jagħmlu xogħolhom?", "U min hu responsabbli għal dawn l-affarijiet?", "Mhux il- gvern?", "Allura l-poplu iktar u iktar jitlob bi dritt ir-riżenja tal- ministru responsabbli u tal-bord ta' l-enemalta li fallew u waqqgħu lil pajjiżna għar-redikolu.", "Imma l-isbaħ waħda hi kif fl-ogħla istituzzjoni tal- pajjiż isiru dawn il-manipulazzjonijiet biex jaħbu r-realta' tas- sitwazzjoni f'pajjiżna, imbagħad biex inkomplu ndaħħku niġu hawn fil-ħin tal-mistoqsijiet, isiru mistoqsijiet b'mod dirett biex toħroġ il-verita' u kemm il-ministru responsabbli mir-resources authority u kif ukoll is- segretarju parlamentari li kien qed jirrispondi f'isem il-ministru responsabbli mill-enemalta, jew jgħidulek biex tagħmel mistoqsija bil- miktub jew inkella jgħidulek li l-problema dalwaqt isolvuha.", "Huma qalu li din kienet ta' darba, imma d-domanda tal-gass żdiedet.", "Issa min qed jgħid li dan ġara minħabba li din ix-xitwa l-kesħa żdiedet u min qed jgħid li dan ġara peress li għola l-pitrolju u minfloku qed jużaw il- gass.", "Il-gvern ħallas tant esperti u biddel tant nies u poġġa nies oħra minflokhom biex l-affarijiet jimxu sew, skond hu, imma jidher biċ-ċar li n- nies ma nbidlux biex isiru l-affarijiet sew imma nbidlu għaliex huma tal- qalba u spiċċajna biex morna għall-agħar.", "Dawn lanqas jafu jikkalkolaw li fix-xitwa se jkun hemm domanda ikbar ta' gass!", "Allura x'inhi s- sitwazzjoni?", "Hija sitwazzjoni tal-biki.", "Wara kollox min hu responsabbli għal din l-ineffiċjenza kbira li hawn fil- qasam ta' l-enerġija?", "Mhux min ilu 17-il sena fil-gvern?!", "Mela l-ministru ġie jgħid li hemm dawn in-nuqqasijiet minħabba l-prattiċita' tal-ħaddiema!", "Jekk issa qed jgħid li hemm dawn in-nuqqasijiet u ilu 17-il sena fil-gvern, allura qatt ma kien induna?", "Dan ix-xogħol huwa kollu tort tiegħu għaliex minkejja li l-affarijiet ilhom ma jsiru sew għal 17-il sena, baqa' ma ħax passi.", "Din hija sitwazzjoni tal-biki fejn il-verita' nħbiet mill-poplu, għax l- awtoritajiet kienu jafu li l-ħażna tal-gass hija limitata ħafna u pprovaw jimmanipulaw u jtawlu ż-żmien billi jnaqqsu d-distribuzzjoni tal-gass li kien hemm preżenti biex lill-poplu ma juruhx li kien hemm nuqqas ta' gass.", "Jipprovaw jidħku bl-intelliġenza tal-poplu għax jaħsbu li hu imbeċilli.", "Għaliex?", "Biex jimmanipulaw u jaħbu l-ineffiċjenza tal-gvern u ta' min hu responsabbli mill-bord ta' l-enemalta.", "U għalhekk jien bi dritt f'isem il- poplu nitlob li kemm il-ministru responsabbli u kif ukoll iċ-chairman u l- bord ta' l-enemalta jirriżenjaw.", "Wara kollox jien niftakar li l-ministru kien qal li l-kariga politika tagħhom trid tkun magħżula b'mod politiku.", "Din mhux qalha biss imma għamilha.", "Hu qal kemm-il darba li dawk qegħdin hemmhekk biex jimxu kif irid il-gvern.", "Mela issa, la l-politika tal-gvern falliet, għandu jirriżenja hu u jirriżenja l-bord.", "M'hemmx triq oħra jekk veru jemmen fid-demokrazija u jemmen li kulħadd għandu jkun accountable.", "Mhux billi jgħid li l-ħaddiem għandu jkun accountable jekk hu ma jkunx accountable.", "Ma nistax nifhem kif l-uniku tort li jista' jieħu dan il-gvern hu li jwaħħal f'ħaddieħor li m'għamilx l-affarijiet sew.", "Imma fir-realta' min jieħdu t-tort?", "It-tort dejjem jieħdu l-poplu.", "U min iħallashom għall- iżbalji?", "Iħallashom il-poplu u l-ħaddiema għaliex dan l-aħħar l-attakki dejjem qed imorru diretti fuq il-ħaddiema biex issa meta ntajru lil xi nies minn x'imkien biex ipoġġu nies oħra, ikollhom skuża li taparsi kien hemm l- ineffiċjenza u l-affarijiet marru ħażin.", "Mentri jkunu qed jinbidlu minħabba li huma tal-qalba u l-iżbalji li jsiru min-nies tal-qalba jinħbew.", "Ma nistax nifhem kif s'issa għadu ma ġiex żvelat min kien responsabbli biex jinġabu dawk iċ-ċilindri li qalu li kienu difettużi jew mhux aċċettabbli.", "Min ħa din ir-responsabilita'?", "Wara kollox il-poplu qed iħallas.", "Ma nistgħux naċċettaw iktar is-sitwazzjoni li niftaħru li dan il-pajjiż hu demokratiku, fejn min suppost qed jipproteġi d-demokrazija qed jidħak bil- poplu u jimmanipulah biex ma jurihx il-verita'.", "Ma jistax ikun li naċċettaw dawn l-affarijiet fl-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż.", "Din hi sitwazzjoni tal-biki!", "Mhux bilfors li l-poplu qed jitlef il-fiduċja f'dan il-pajjiż meta min hu responsabbli ammetta falliment huwa stess meta talab lill-ħaddiema ta' l- enemalta jiskużaw ruħhom mal-poplu?", "Min hu responsabbli mill-enemalta?", "Mhux hu?", "(Interruzzjonijiet) Le, ma qalx li jiskuża ruħu.", "Trid tkun ipokrita meta tgħid lill-ħaddiema ta' l-enemalta jiskużaw ruħhom meta tkun int responsabbli mill-enemalta u tkun inti li għażilt lil dawk in-nies li huma responsabbli għal dan in-nuqqas kbir ta' ħabi li sar.", "Ma nistgħux naċċettaw li min qiegħed hemmhekk biex jara li d-demokrazija sseħħ veru, joħnoq id-demokrazija.", "Jien ma nistax nifhem kif lill-poplu tista' taħbilu l-verita' u twasslu biex ma jkunx jaf x'inhi s-sitwazzjoni fil-pajjiż.", "Is-sitwazzjoni hi li tista' tgħid hawn kriżi f'kull qasam, imma issa spiċċajna komplejna żidna kriżi oħra bil-fatti morali, għaliex m'hemmx limitu minn dan il-gvern bil-mod li jasal biex jaħbi r-realta' tas- sitwazzjoni mwiegħra li jinsab fiha l-pajjiż.", "U nerġa' ngħid li ninsab persważ li l-poplu Malti u Għawdxi jaqbel miegħi meta qed nitlob ir-riżenja tal-ministru responsabbli u tal-bord ta' l-enemalta.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Noel Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, l-għoli tal-ħajja f'pajjiżna qed ikompli jirranka minn ġimgħa għall-oħra u minn xahar għall-ieħor, sitwazzjoni f'pajjiżna li kulma tmur qed tkompli tnixxef is-saħħa tal-paga tal-ħaddiema, is-saħħa tal-pensjonijiet u tal-benefiċċji soċjali.", "Kulma tmur din is-sitwazzjoni qed tkompli tnixxef il-flus fiċ-ċirkolazzjoni ta' l- ekonomija u fid-dawl ta' dan qed naraw li iktar ma jmur id-dejn tal- komunita' kummerċjali dejjem tiela'.", "Dawn huma sitwazzjonijiet li jindikaw b'mod ċar li dan il-poplu qiegħed f'sitwazzjoni li jitlef dak li aħna lkoll flimkien nirrikonoxxu bħala l-ġid komuni tiegħu, il-kwalita' ta' ħajja f'pajjiżna.", "F'dawn l-aħħar jiem numru ta' familji Maltin u Għawdxin qed jirċievu mill-ġdid in-notifika biex iħallsu l-ħlas ta' l-assigurazzjoni privata tas-saħħa u jirriżulta li ċerta insurance, biex tiggarantixxi s-servizz tas-saħħa għal persuna waħda għoliet b'Lm37 fis-sena.", "Dan huwa mod ieħor ta' l-għoli tal-ħajja, irrispettivament miż-żidiet fl-ikel u fix-xorb li l-familja qed tiffaċċja kontinwament u minbarra ż-żidiet fil-fuel u fuq l-affarijiet essenzjali għall-ħajja ta' kuljum.", "Din is-sitwazzjoni kulma tmur qiegħda toħloq żvantaġġi u tifflaġella l-ġid komuni tal-familji tagħna.", "Hemm bżonn li dan il-gvern ma jkomplix jirrombla lill-poplu u jdaħħlu b'rasu ġol-ħajt.", "Il- gvern wiegħed politika differenti minn dik li llum qed tifflaġġella l-bwiet tal-familji kollha Maltin u Għawdxin u għaldaqstant għandu jara kif isostni l-wegħdiet li għamel.", "Mr Speaker, nixtieq nitkellem fuq il-qagħda fis-settur tal-biedja.", "Illum meta tiltaqa' mal-bdiewa full-time li huma magħrufin għall-ħila u l- kapaċita' tagħhom, jgħidulek li m'għadhomx jaqilgħu l-ħobża tagħhom mir- raba', imma kellhom ifittxu xogħol ieħor u qed jagħmlu xogħol ieħor.", "Mela pajjiżna qed jitlef fost l-aqwa ħiliet patrimonjali, għaliex il-biedja hija l-ikel għall-bniedem, għat-tjur u għall-bhejjem u meta jkollok bdiewa u raħħala li jerfgħu mix-xogħol, ifisser li qed jerfgħu nies li huma marbutin ma' l-istorja u mal-patrimonju ta' pajjiżna.", "U għaldaqstant irrid nagħmel appell li ħafna bdiewa u raħħala qed isofru wkoll telf.", "Dawk li għadhom ma refgħux mill-mestier qed isofru telf kbir.", "Jien nidħak meta nisma' lill-Ministru Austin Gatt - kif għadu kemm qal sieħbi l-Onor.", "Joe Mizzi - jipprova jitlob lill-ħaddiema tal-korporazzjoni enemalta jagħmlu apoloġija lill-poplu.", "Jien m'iniex nitlob lill-ħaddiema jagħmlu apoloġija lill-bdiewa, lir-raħħala u lill-familji tagħhom, imma qed nitlob lill-gvern Nazzjonalista jikkumpensa lil dawn in-nies fid-dawl tad- dikjarazzjonijiet foloz li għamel meta wiegħed lin-nies tax-xogħol, lill- imprendituri u lill-industrijalisti li jekk kemm-il darba jkun hawn ħtieġa u jinħass nuqqas ta' spazju għall-bejgħ tal-prodotti tagħhom, dan se jintroduċi l-miżuri ta' salvagwardi.", "F'dan il-każ irriżulta, kif konna ngħidu aħna, li dawn il-miżuri ta' salvagwardi ma jistgħux joperaw.", "Illum il-poplu huwa konxju li dan il-gvern daħak bih, bħalma huma konxji l-bdiewa u l-produtturi.", "Mela fid-dawl ta' din id-daħka l-gvern għandu jikkumpensa lil dawn in-nies li għamlu investiment kbir sija jekk kienu industrijalisti, bdiewa jew raħħala, għax ġew imwiegħda mill-gvern li s-suq tagħhom se jkun protett.", "Illum, per eżempju, jirriżulta li fl-industrija tat-tjur il-bejgħ naqas b'40%.", "L-industrija lokali tat-tjur qalgħet daqqa ta' ħarta kbira fost numru ta' raħħala u l-familji tagħhom tilfu 'l fuq minn Lm200,000 wara li l-koperattiva tagħhom falliet totalment.", "It-telf ta' flus enormi huwa kkawżat minħabba d-dikjarazzjonijiet foloz li għamel il-gvern Nazzjonalista b'mod diżonest, kemm qabel ir-referendum u kif ukoll wara l-elezzjoni u llum jaf x'inhi s-sitwazzjoni.", "Huwa tort tiegħu li dawn is-setturi qed ifallu u li l-pajjiż qed jitlef dejjem is-saħħa tal- flus tiegħu.", "Rajna kif matul l-2003 u l-2004, minkejja li l-basket tal-muniti ssaħħaħ bi 92% ta' l-investiment tiegħu - 70% fil-Euro u 22% fl-iSterlina - b'mod mill- iktar inġust il-lira tagħna tbaxxiet fil-livell ta' Euro 228 għal kull Lm100 meta qabel ma sar it-tisħiħ tal-valur kemm tal-Euro u kif ukoll l- iSterlina kienet Euro 240.", "F'dawn iċ-ċirkostanzi l-gvern għandu jkun ċar mal-poplu u jispjega jekk dan l-iżvalutar jew diprezzament hux se jerġa' jseħħ bejn l-2005 u l-2006, bejn l-2006 u l-2007 u bejn l-2007 u l-2008, jiġifieri jekk dan huwiex se jwassal biex il-valur tal-lira tagħna jinżel fil-livell ta' Euro 180 jew Euro 160 għal kull Lm100.", "Qed ngħid dan għaliex kif kont qed nistqarr kulma jmur il-flus qed jinxfu mill-idejn u d-dejn tal-komunita' kummerċjali dejjem tiela'.", "Kulma jmur il- ħajja qiegħda dejjem togħla fil-marġini kollha tagħha u dawn huma sitwazzjonijiet li qed jifflaġġellaw fil-laħam il-ħaj il-qagħda tal-familja tagħna.", "Illum tiltaqa' ma negozjanti kbar, tiltaqa' ma' nies li tliet snin jew erba' snin ilu kont tieħu gost tarahom jintegraw fil-ħajja tal-kummerċ f'pajjiżna, anke dawk li jaħdmu fuq il-mobiles u fuq ħafna affarijiet li llum saru essenzjali għall-istil ġdid li l-progress iġib miegħu fis- soċjeta', jgħidulek: Illum aħjar inkun responsabbli mill-attivita' ta' din l-aġenzija fuq bażi reġjonali milli jkolli l-kummerċ tiegħi għaliex id-dħul qiegħed dejjem jonqos, il-marġini tal-profitti dejjem qed jonqsu u n-nies ħafna drabi ma jħallsux malajr.", "Illum għandek numru ta' kumpanniji li jimpjegaw in-nies li jgħidulek li l-attivita' kummerċjali ma tiflaħx tiġbor il-flus tagħha fi żmien 30 jum u wisq aktar f'40 jum, allura qed ikollhom jeċċedu ż-żmien għal 60 jum u anke aktar.", "Kawża ta' dan dejjem qed tonqos u tinxef id-domanda tal-flus f'dawn l-azjendi u din hi problema oħra li qed tolqot lill-poplu Malti u Għawdxi.", "Imbagħad insibu ċerti banek fejn ikollok azjendi li minkejja li jkollhom valur ta' Lm1 miljun proprjeta', għal xi raġuni jew oħra ma jagħtux sosteniment finanzjarju meta jafu li din is-sitwazzjoni hija kkawżata minħabba l-andament ekonomiku li għaddej fil-pajjiż.", "Riżultat ta' dan ħafna kumpanniji qegħdin jispiċċaw daharhom mal-ħajt, qed imorru jitolbu ċerti overdrafts u l-banek tagħna m'humiex jeċċedu minkejja li l-proprjeta' tkun tagħmel tajjeb fid-dawl tad-differenza li teżisti bejn il-bilanċ li l- azjenda jew individwu jkollu bżonn iżid bħala overdraft għal dak li huwa l- valur tal-proprjeta' attwali.", "Mr Speaker, jekk se nkomplu nittraskuraw u se jibqa' jkollna gvern li qisu m'hu qed jiġri xejn quddiem dawn l-affarijiet, dan il-pajjiż se jaqa' fi kriżi ferm aktar serja milli qiegħed fiha llum.", "U għaldaqstant f'dan l- intervent tiegħi irrid nappella lill-gvern biex janalizza sew il-qagħda ekonomika għax dan il-gvern mar lura minn kelmtu, inqabad li daħak bin-nies u nqabad li għamel dikjarazzjonijiet foloz bir-riżultat li llum m'għandniex kontroll fuq l-għoli tal-ħajja.", "Illum kollox jindika li fix-xhur u l- ġimgħat li ġejjin l-ħajja bilfors trid tkompli togħla u dan minħabba numru ta' fatturi, fost kollox minħabba li l-gvern għamel dikjarazzjonijiet foloz ripetutatment matul l-aħħar snin u allura hemm bżonn l-id tar- responsabbilta'.", "Għalhek nappella lill-Prim Ministru Gonzi sabiex janalizza s-sitwazzjoni qabel ma jkun hu l-kaġun li jdaħħal lil pajjiżna b'rasu ġol-ħajt.", "Jien nappella b'mod sinċier biex in-naħa l-oħra ma tkomplix tagħlaq għajnejha t-tnejn, ma tkomplix issodd widnejha, ma tkomplix taħbi wiċċha minn din il-qagħda diffiċli u din il-kriżi li ħolqu huma stess.", "Għandhom ikunu kredibbli biżżejjed u janalizzaw kif jistgħu jwettqu viżjoni li tabilħaqq terġa' tagħti lura dak in-nifs ġdid kif fuq kollox huwa ppreparat li jagħti l-partit Laburista meta l-gvern jogħġbu jsejjaħ l-elezzjoni.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada l-Erbgħa, 23 ta' Frar, 2005 fis-6.00p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "SIGURTA' SOĊJALI – BORD TA' APPELL", "10646.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Familja u tas- Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid minn min hu magħmul il-bord ta' l-appelli tas-sigurta' soċjali?", "Kull meta jiltaqa'?", "Kemm ilu ma jiltaqa'?", "Jista' jgħid meta se jinstema l-każ tas-sinjura li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Il-bord li jittratta appelli minn deċiżjonijiet tad-direttur tas-sigurta' soċjali hu maħtur skond l-Artikolu 107 ta' l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali (Kap. 318).", "Il-bord ikun kompost minn arbitru jew deputat arbitru u jkun megħjun minn panel ta' assessuri li jirrappreżentaw lill-ħaddiema u lil min iħaddem.", "Fil-bidu ta' din is-sena ġie maħtur l-Onor.", "Imħallef Franco Depasquale bħala arbitru ġdid iżda l-panel ta' assessuri għadu ma ġiex maħtur għax id- dipartiment qed jistenna n-nomini ta' l-assessuri li jirrappreżentaw lill- ħaddiema biex jiġu maħtura fuq il-panel.", "Għal din ir-raġuni u peress li d- deċiżjoni ta' meta u kif jinstemgħu l-appelli hu, skond il-liġi, f'idejn l- arbitru, f'dan l-istadju mhux possibbli nagħti data ta' meta se jinstema l- każ tal-persuna ndikata.", "ADT – KAŻ DWAR APPLIKAZZJONI", "10647.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Jista' il-Ministru jara li jsir xi ħaġa fuq il-każ - dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament - peress li din il-persuna li ma tafx tikteb talbet li l-karozza tkun garaged u min imlielu l-karti għamillu to scrap?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ladarba l-applikazzjoni kienet titlob biex tiġi skreppjata l-karozza, l-awtorita dwar it-trasport imxiet skond din it- talba.", "Għalhekk m'huwiex possibbli li tiġi revokata d-deċiżjoni u l-vettura ma tkunx tista' terġa' tintuża.", "DIRETTUR TAT-TOROQ", "10648.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Jista' il-Ministru jgħid min hu d-direttur tat-toroq?", "Meta laħaq u post min ħa?", "X'inhu s-salarju u benefiċċji oħra li jġorr miegħu dan il- post?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Id-direttur tad-direttorat tan-network infrastructure huwa Prof H. Semar.", "Huwa laħaq f'Awissu 2004 u minn din id- data ssostitwixxa lis-Sur Carmel Zammit.", "Prof Semar huwa mpjegat mal-GTZ-Deutsch Gesellschaft fur Technishe Zusammenarbeit Kmbh, Germany (German agency for technical corporation) liema kumpannija għandha kuntratt ma' l-awtorita' dwar it-trasport biex toffri servizzi professjonali.", "Bħala benefiċċji għandu karozza u użu ta' mobile phone bl-ispejjeż kollha mħallsa.", "KAŻ DWAR GĦALLIEM", "10670.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l- persuna - dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - ma ġiex imġedded il- warrant temporanju tiegħu meta ilu snin sħaħ li kellu dan il-warrant?", "Jista' jgħid x'inhi r-raġuni li minkejja li ilu 15-il sena u aktar jgħallem ma ngħatax warrant permanenti?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-persuna konċernata ressqet l-ilment tagħha quddiem it-tribunal skolastiku.", "Għaldaqstant mhux prudenti li wieħed jippronunzja ruħu sakemm il-każ hu sub judice.", "TRIBUNAL SKOLASTIKU", "10672.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid meta twaqqaf it-tribunal skolastiku u min huma l-membri tiegħu?", "Kemm-il darba ltaqa' dan it- tribunal u x'każi jitilgħu quddiemu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tribunal skolastiku huwa nkluż fl-artiklu 42 (2) u (3) ta' l-Att dwar l-Edukazzjoni (Kap 327).", "Dan l-att jgħid li l-persuni nominati huma msejħa biex iservu fuq it-tribunal għal perjodu ta' ħames snin.", "Fl-1 ta' Diċembru 2004 twaqqaf it-tribunal skolastiku għal ħames snin li ġejjin.", "Il-membri tat-tribunal skolastiku preżenti huma: Dr. Anna Felice LL.D., President", "Il-membri eletti mill-iskejjel statali, privati u tal-Knisja huma: Mr Carmel D'Amato, Dip.", "Educ (Adm. & Mang.), B.A.(Hons) M.Ed.; Mr Joseph Muscat, B.A.(Hons); Rev. Fr. Alan Scerri, S.TH.B., M.Ed.Sc., Ph.D.", "PBS - ĦADDIEMA", "10838.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 10724 u cioe' jgħid kemm hemm ħaddiema bħalissa fil-PBS skond ir-rank u d-dipartiment tagħhom?", "Kemm ġie jiswa lill-gvern u lill-PBS il-proċess ta' ristrutturar tal-kumpannija?", "Kemm hemm kontributuri u part-timers mal-PBS bħalissa?", "Kemm qed tlaħħaq l- ispiża totali tal-kontributuri bħalissa kif ukoll tal-programmi li qed jiġu farmed out, possibbilment skond il-qasam rispettiv tagħhom?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni fis-seduta.", "KAŻ DWAR CHEQUE TAL- PENSJONI", "10842.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 10723 u cioe' billi l-anzjan - id-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament - ilu żmien rikoverat f'San Vincenz de Paule u billi m'għadx hemm familjari joqogħdu f'dak l-indirizz, x'inhi r-raġuni li minkejja li l-persuna l-oħra - id-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - ilha żmien twil titlob biex il-pensjoni tintbagħat fl-indirizz ta' dan ta' l-aħħar billi għandha prokura fuq iċ-cheque tal-pensjoni ta' l-anzjan, it-Teżor xorta waħda qed jibqgħu jibagħtu ċ-cheques fl-indirizz antik ta' l-istess anzjan?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: F'każijiet bħal dawn, is-sezzjoni pensjonijiet tat- Teżor titlob lill-pensjonant konċernat sabiex jimla' u jiffirma formula maħruġa mit-Teżor jew jibgħat ittra lit-Teżor fejn jitlob u jindika fejn għandu jibda jirċievi iċ-cheque tal-pensjoni.", "PROF.", "L BRIGUGLIO", "10843.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin: B'riferenza għar-risposta mogħtija għal mistoqsija parlamentari 10542, jista' il-Ministru jgħid x'inhi l-ispiża ta' konsulenza nvoluta?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Kif għidt fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 10542, l-ispejjeż qed jinqasmu bejn l-inter-governmental panel on climate change u l-ministeru ta' l-affarijiet barranin.", "Għal-laqgħa li se ssir f'Cairns, l-Awstralja bejn l-14 u s-17 ta' Marzu 2005 bħala preparazzjoni biex jiġi ffinalizzat ir-rapport, saru arranġamenti sabiex l-ispejjeż tal-passaġġi ta' l-ajru għall-Awstralja u lura se jitħallsu mill-inter-governmental panel on climate change, waqt li l-Gvern Malti se jħallas is-somma globali ta' Lm300 bħala per diem allowance and contingencies lill-Prof Briguglio.", "Fil-panel ta' l-inter-governmental panel on climate change ma jsir l-ebda ħlas ta' konsulenza.", "GĦAWDEX – FANAL TA' L-GĦASRI", "10847.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għal Għawdex: Tista' il-Ministru tgħid jekk il-fanal ta' l-Għasri huwiex jitħaddem u jekk hemmx ħaddiema tal-gvern hemm?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Il-fanal ta' l-Għasri, magħruf aħjar bħala l- fanal tal-ġurdan, qiegħed jaħdem b'mod normali u li m'hemm l-ebda ħaddiema tal-gvern jaħdmu fih.", "GĦAWDEX: L/O GĦAJNSIELEM – DRAINAGE BLOCKAGE", "10848.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid għal liema raġuni l-blockage ta' drenaġġ li hemm f'Ras il-Ħobż limiti ta' Għajnsielem, f'Għawdex għadu ma ssewwiex minkejja li issa d-drenaġġ ilu ħiereġ ġol-baħar għal iktar minn ġimgħa?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ix-xogħol biex jitneħħa l-blockage inbeda, pero' kellu jiġi pospost minħabba l-maltemp li kien qiegħed jikkaġuna periklu kbir għall-ħaddiema.", "Ix-xogħol se jitkompla mmedjatament meta t-temp ikun jippermetti.", "GĦAJNUNA LIR-RAĦĦALA", "10849.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Peress li fl-applikazzjoni għall-għajnuna lir-raħħala mill-Unjoni Ewropea qed ikun hemm rekwiżit tal-permess mill-MEPA u peress li l-ipproċessar ta' tali permess jieħu ċertu tul u jilħaq jiskadi t- terminu għall-applikazzjoni għall-għajnuna, jista' il-Ministru jgħid x'rimedju għandhom dawn ir-raħħala biex ma jiġux imċaħħda milli japplikaw għall-għajnuna?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: L-applikazzjoni għal permess mill-MEPA huwa proċess skond il-liġi u jikkostitwixxi proċedura li ilha tiġi applikata f'Malta għal bosta snin, irrispettivament jekk se tintalab għajnuna jew le.", "Biex jintlaħqu r-rekwiżiti ta' l-Unjoni Ewropea qed isir kull sforz biex iż- żmien ta' l-ipproċessar jonqos u jkun hemm servizz iffukat aktar fuq l- applikazjonijiet minn bdiewa u raħħala.", "Tant hu hekk li ġie ffurmat kumitat speċifiku bejn l-agrikoltura u l-awtorità sabiex jissorvelja l- ipproċessar ta' dawn l-applikazzjonijiet, .", "Ġiet ukoll imfassla policy aġġornata dwar żvilupp agrikolu li bħalissa qiegħda għall-konsultazzjoni pubblika.", "CCF - PRIĠUNIERI", "10856.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm persuni l-ħabs illum, għaliex qegħdin hemm u jagħti breakdown tar-reati u l- etajiet tagħhom?", "ONOR.", "TONIO BORG: Fil-21 ta' Frar 2005 fil-ħabs ta' Kordin kien hemm 287 priġunier.", "Minn dawn hemm 72 taħt arrest preventiv u 215 issentenzjati.", "Ir-reati li għalihom ġew misjuba ħatja jew qegħdin jinżammu taħt arrest preventiv kif ukoll l-eta' tagħhom huma kif jidher fit-tabella li poġġejt fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni fis-seduta.", "KLANDESTINI - MARD INFETTIV", "10857.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunita': Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm mill-klandestini li waqgħu taħt il-kustodja ta' l-armata kienu jbatu minn mard infettiv meta waslu Malta?", "X'kien it-tip ta' mard?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Fid-dipartiment tas-saħħa pubblika matul is-sena 2004 ġew rappurtati ħames każi ta ' klandestini li kienu jbatu b'mard infettiv.", "Peress li n-numri huma żgħar u allura jistgħu jiġu identifikati, mhux se tingħata aktar informazzjoni.", "PULIZIIJA - VETTURI NVOLUTI F'INĊIDENTI TAT-TRAFFIKU", "10858.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm-il vettura tal-pulizija kienet involuta f'xi kolliżjoni s-sena l-oħra u kemm nefqu l- pulizija biex ġiet irranġata l-ħsara?", "ONOR.", "TONIO BORG: B'żieda mat-tagħrif li tajt bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari 7803, matul is-sena l-oħra kien hemm 16-il vettura oħra tal-pulizija involuta f'inċident tat-traffiku, li 11-il każ minnhom irriżulta li t-tort ma kienx tal-pulizija.", "It-total tat-tiswija tal-ħames vetturi l-oħra kien jammonta għal Lm1,084.", "IMMIGRANTI KLANDESTINI", "10859.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm nefqet l-armata fuq il- klandestini s-sena l-oħra u kif u fuqxiex intnefqu dawn il-flus?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Matul is-sena 2004 l-armata nefqet Lm1,014,691 in konnessjoni ma' l-immigranti rregolari.", "Dawn intnefqu kif ġej:", "|Pagi f'għases |Lm474,| | |258 | |Pagi ta' suldati | | |mpjegati fil-kċejjen|200,35| | |0 | |Pagi ta' xufiera – | | |twassil ta' |29,310| |immigranti | | |fil-Health Centres | | |tal-Gvern u | | |sptarijiet | | |Pagi | | |f'amministrazzjoni |73,183| |ġenerali | | |Ikel | | | |128,40| | |9 | |Affarijiet | | |tat-tindif (bħal |15,481| |dawk użati | | |fit-tindif ta' | | |kċejjen, | | |akkomodazzjoni u | | |iġjene personali) | | |Spejjeż Varji1 | | | |41,654| |Manutenzjoni | | |tal-postijiet fejn |41,098| |joqogħdu | | |l-immigranti | | |irregolari | | |Ilma u elettriku | | | |7,303 | |Trasport – Konsum | | |ta' fuel u żjut |2,928 | |Fuel ieħor bħal | | |ċilindri tal-gas |684 | |għat-tisjir | | |Medikazzjoni | | | |33 |", "Dawn intnefqu fi fridges, sodod double tier, camp beds, tined (tip Marquee), saqqijiet, servizzi ta' l-iskip u ta' tindif tal-fosos (mhux inklużi fit-tabella t'hawn fuq), boroż taż-żibel, tindif u manutenzjoni ta' mobile toilets u xi ftit rations oħra li jingħataw lis-suldati waqt li dawn ikunu stand-by waqt xi rewwixta mill-immigranti rregolari.", "CCF - PRIĠUNIERI", "10860.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm persuni ntbagħtu l-ħabs is-sena l-oħra u għaliex f'kull każ individwali, għal kemm żmien u x'kien ir-reat?", "ONOR.", "TONIO BORG: Matul is-sena 2004 in-numru ta' dokumenti biex persuna tinżamm il-ħabs maħruġa mill-Qrati ta' Malta kien ta' 663.", "Dawn kienu maqsumin fi 335 sentenza u 328 ordni biex jinżammu taħt arrest preventiv.", "It-tagħrif dwar ir-reati li nstabu ħatja dwarhom u l-pieni li ngħataw hu kif jidher fit-tabella li poġġejt fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni fis- seduta.", "REATI KONNESSI MAD-DROGA", "10861.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ittellgħu persuni l-qorti s-sena l-oħra fuq reati konnessi mad-droga?", "X'kien ir-reat u x'weħlu f'kull każ individwali?", "ONOR.", "TONIO BORG: Matul is-sena 2004 il-pulizija ressqet 569 persuna quddiem il-qorti fuq akkużi relatati ma' droga.", "Il-każijiet ta' 164 minn dawn ġew deċiżi filwaqt li l-oħrajn għadhom pendenti.", "Is-sentenzi mogħtija kienu jinkludu ħabs, multa, sentenza ta' ħabs sospiża u probation.", "PROĠETT TA' MANOEL ISLAND", "10919.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 10545 u cioe' billi f'laqgħa li d-diriġenti tal-MIDI kellhom mal-Gżira United FC għarrfuhom li l-proġett ta' Manoel Island għandu jibda tard din is-sena, jista' il-Ministru jgħarraf lill-Kamra: jekk il-Gżira United FC jistgħux ikunu jafu meta se jibda x-xogħol tal-ground il-ġdid fil-proġett ta' Manoel Island, liema ground għandu jkun l-ewwel xogħol tal-proġett?", "Jekk il-Gżira United FC jistgħux ikunu jafu jekk hemmx ftehim bejn il-gvern u l-MIDI dwar it-titlu tal-ground?", "Jekk il-Gżira United FC jistgħux ikunu jafu jekk hix l-intenzjoni tal-gvern li jsir ftehim mal-Gżira United FC fuq tmexxija u titlu legali tal-ground?", "Jekk il-Gżira United FC jistgħux ikunu jafu li jekk mhix l-intenzjoni li jsir ftehim bejn il-partijiet konċernati, x'inhi l-intenzjoni tal-gvern?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "INVENTARJU TA' L-AMBAXXATI", "10920.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin: Jista' il-Ministru jikkonferma jekk hemmx regolamenti li f'kull każ meta jinbidlu ambaxxaturi jsiru nventarji qabel jitlaq l-ambaxxatur u malli jasal ta' warajh?", "Jekk iva, dan se jsir fid-dawl tat-tibdiliet varji ta' ambaxxaturi li għadu kif ħabbar?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Il-prattika hi li meta jinbidlu ambaxxaturi jsiru inventarji fir-residenza qabel jitlaq l-ambaxxatur u malli jasal ta' warajh (għalkemm m'hemm ebda regola li titlob dan).", "Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija, nikkonferma li m'hemm ebda ħsieb li din il-prattika li ġiet segwita sa llum tinbidel.", "Fi kwalunkwe każ l-ambaxxatur huwa responsabbli għall-inventarju tar- residenza u ta' l-ambaxxata.", "AMBAXXATURI - UŻU TA' VIP LOUNGE", "10921.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid jekk meta persuna tispiċċa minn ambaxxatur iżżommx id-dritt li tuża l-VIP Lounge ta' l-ajruport u li tiġi upgraded fuq il-vjaġġi ta' l-Air Malta?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "AIR MALTA - ĦADDIEMA", "10929.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li filwaqt li l-impjegati ta' l-Air Malta kellhom tnaqqis fis-salarju sabiex jagħmlu tajjeb għat-telf, mhux l-istess fil-każ ta' barrani li għandu salarju fenomenali - in-nazzjonalita' qed tintbagħat separatament - li għadu fil-kariga mingħajr ma nstabet persuna oħra li tista' tagħmel l-istess xogħol b'anqas spejjeż?", "X'ammont ġie mnaqqas mis-salarju jew allowances ta' l-istess persuna sabiex jagħmlu tajjeb għad-diffikultajiet li l-kumpannija għandha?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "ĠNIEN L-ARGOTTI - TRAINEE GARDENERS", "10954.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm trainee gardeners fl-Argotti herbarium and university botanic gardens?", "Kemm ilu trainee kull wieħed minn dawn?", "Veru li l-kuntratt ta' dawn it-trainee gardeners qed jiġġedded xahar b'xahar?", "Hemm ħsieb li dawn isiru tal-post?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Peress li l-Argotti Herbarium u l-University Botanic Gardens jaqgħu taħt ministeru ieħor, nitlob lill-Onor.", "Interpellant jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "KUNSILLI LOKALI", "10957.", "L-ONOR.", "FRANCO GALEA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk huwiex possibbli li missier u iben joħorġu bħala kandidati tal-kunsilli lokali fuq l-istess distrett?", "ONOR.", "TONIO BORG: M'hemm xejn fil-liġi li żżomm missier u iben milli jikkontestaw bħala kandidati fl-istess kunsill lokali.", "SIGURTA' SOĊJALI - BENEFIĊĊJI SOĊJALI", "10958.", "L-ONOR.", "FRANCO GALEA staqsa lill-Ministru tal-Familja u tas- Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid kemm-il każ ta' separazzjoni kien hemm bejn is-sena 1991 u s-sena 2005 bejn Maltin miżżewġin ma' barranin u kemm minnhom qed jieħdu social benefits?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Ebda dipartiment jew entita' taħt id-dekasteru tiegħi ma jżomm l-istatistika mitluba..", "ARTISTIC DANCERS", "10959.", "L-ONOR.", "FRANCO GALEA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jikkonferma jekk hux qed jingħataw permessi għal artistic dancers u xi tfisser eżattament din it- terminoloġija?", "ONOR.", "TONIO BORG: Normalment talbiet għal ħruġ ta' liċenzji ta' impjieg għal entertainers, inklużi dancers, jintlaqgħu.", "Dawn iżda, joħorġu bil-kundizzjoni li l-kummissarju tal-pulizija għandu dritt iwaqqaf kwalunkwe spettaklu jekk isiru xi atti indiċenti jew jekk jintuża lbies mhux xieraq.", "TIFTIX TAŻ-ŻEJT", "10960.", "L-ONOR.", "FRANCO GALEA staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi studji li jindikaw fiex waslet Malta fit-taħditiet bejn Malta, il-Libja u t-Tuneżija dwar il- linja tat-territorju Malti għat-tiftix taż-żejt?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: It-taħditiet bejn Malta u l-pajjiżi ġirien dwar il- qsim tal-blata kontinentali għadhom għaddejjin u meta jkun hemm bżonn li jingħata xi tagħrif jingħata f'waqtu.", "KUNTRABANDU FUQ IL-BAĦAR", "10961.", "L-ONOR.", "FRANCO GALEA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm inqabdu nies f'dawn l-aħħar ħames snin b'kuntrabandu minn fuq il-baħar?", "ONOR.", "TONIO BORG: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "FAĊILITA' FINANZJARJA INTERNAZZJONALI", "10962.", "L-ONOR.", "GEORGE VELLA staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: In vista tal-fatt li riċentement l-idea ta' faċilita' finanzjarja internazzjonali bħala għajnuna għal żvilupp kienet milqugħa tajjeb ħafna minn ħafna pajjiżi Ewropej u anke in vista tal-fatt li l-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi tal-Lussemburgu Jean Claude Junker qal li l-biċċa l- kbira tal-ministri tal-finanzi ta' stati membri ta' l-Unjoni Ewropea huma favur id-dħul ta' taxxa fuq il-pitrolju u/jew biljetti ta' l-ajru u li huwa kien se jagħmel suġġerimenti biex taxxa bħal din tiddaħħal biex mid-dħul tiġi ffinazjata din l-għajnuna għall-iżviluppi, jista' il-Prim Ministru jgħid jekk din il-proposta kenitx fuq l-agenda ta' l-aħħar laqgħa ta' l- ECOFIN?", "Jista' jgħid x'reazzjoni għandu l-gvern tiegħu għal proposta bħal din, stante l-fatt li proprju ftit ġranet ilu pajjiżna diġa' kellu żieda sostanzjali fuq il-prezz tal-pitrolju u fuq it-taxxa għall-biljetti ta' l- ajru?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "XGHAJRA - ŻVILUPP TA' SIT", "10964.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid x'tama hemm li s-sit li tinsab ix-Xgħajra kif indikat fil-pjanta - kopja tagħha qed tintbagħat separatament - jinħariġlu permess għal żvilupp?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Is-sit immarkata fuq il-pjanta annessa mal- mistoqsija jinsab barra l-limitu ta' l-iżvilupp f'post fejn l-uniku żvilupp permessibbli huwa dak relatat ma' l-agrikultura.", "XGĦAJRA - TRIQ", "10965.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jgħid jekk xi parti mis-sit li tinsab ix- Xgħajra kif indikat fuq il-pjanta - kopja tagħha qed tintbagħat separatament - hijiex se ssir triq?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex jibgħat pjanta aktar ċara peress li dan is-sit ma jistax jiġi determinat eżatt.", "SIĠĠIEWI - APPARTAMENTI TAL-GVERN", "10966.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u tas- Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid meta se jiġu stallati lifts fi blokki 2 u 3 fi Triq Ramija, fis-Siġġiewi?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: It-tender għall-istallar tal-lifts qiegħda fil- proċess ta' evalwazzjoni mid-dipartiment tal-kuntratti.", "BIRGU - AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA", "10967.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u tas- Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid x'tama hemm li familja ta' tmien persuni mill-Birgu - dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - li jgħixu f'fond wieħed u li għandhom 122 punt u ta' bilfors ikollhom jużaw il- washroom bħala kamra tas-sodda, jiġu pprovduti b'post tal-gvern mid- dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: L-applikazzjoni qed tiġi kkunsidrata.", "FGURA - AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA", "10968.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u tas- Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid x'tama hemm li anzjan ta' 81 sena - dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament - jiġi pprovdut post alternattiv mid-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Id-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali m'għandux applikazzjoni pendenti mingħand il-persuna ndikata.", "FGURA – KAŻ DWAR SERVIZZI SOĊJALI", "10969.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u tas- Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid għaliex il-persuna mill- Fgura - dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - qed tallega li qed tirċievi inqas servizzi soċjali milli suppost?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Il-persuna ndikata ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha."]} {"filename": "20050119_222d_par.doc", "date": "2005-01-19", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Uffiċjali u Rivedut) L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 222 L-Erbgħa, 19 ta' Jannar, 2005 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 222 L-Erbgħa, 19 ta' Jannar, 2005", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6:02 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "222", "L-Erbgħa, 19 ta' Jannar, 2005", "WERREJ", "MINUTI 45", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 45", "TQEGĦID TA' KARTI 57", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JIMPLIMENTA MIŻURI TA' L-ESTIMI (IT-TIENI QARI)", "BUDGET MEASURES IMPLEMENTATION BILL (SECOND READING) 57", "AĠĠORNAMENT 81", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 86", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 221 li saret fit-18 ta' Jannar, 2005 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "ATTARD - TRIQ IL-MIXTLA", "9152.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joseph Abela) staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' il-Ministru jgħid meta se jinbeda x- xogħol fuq Triq il-Mixtla f'Ħ'Attard?", "Il-ministru huwa konxju mill- inkonvenjent li qed ikollhom iħabbtu wiċċhom miegħu ta' kuljum ir-residenti ta' din it-triq minħabba d-diżlivelli u ż-żdingar li hemm fiha?", "Jista' jgħid kemm saru toroq f'Ħ'Attard tul dawn l-aħħar ħames snin?", "Jista' jagħti lista tat-toroq li jaqgħu taħt ir-responsabilita' tal-gvern u li għandhom bżonn isiru mil-bidu f'Ħ'Attard?", "Jista' jgħid liema minn dawn it- toroq se jibbenefikaw mill-fondi ta' l-Unjoni Ewropea?", "Jista' jgħid liema huma t-toroq f'Ħ'Attard li se jiġu rranġati mill-gvern fis-sena 2005?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT (Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq): Jien informat li Triq il-Mixtla hija waħda mid-diversi toroq li ġew inklużi fil- programm ta' kostruzzjoni ta' toroq li għandhom isiru iktar 'il quddiem.", "Toroq li saru f'Ħ'Attard fl-aħħar ħames snin huma parti minn Triq l-Imdina, Triq Żnuber, Triq il-Ponsjetta, n/s fi Triq Żnuber, Daħlet l-Oleandri, Daħlet iċ-Ċipress u Daħlet iċ-Ċawsli.", "Fil-preżent l-awtorita' għandha lista ta' toroq li għadhom qatt ma saru u li huma nklużi fil-programm ta' prijoritajiet.", "Dawn huma Triq A. Durer, Triq il-Bettiegħa, Triq Envin Cremona, Triq Ferdinandu Inglott, Triq il- Fikus, Daħlet l-Istrinġitur, Triq il-Konti R.Barbaro, Triq il-Larinġ, Triq Lorenzo Manche', Triq il-Mixtla, Triq in-Nebbieta, Triq Peter Paul Rubens, Triq is-Sardinella, Triq it-Taħħan, Triq iż-Żaħħar, Triq iż-Żbiba u Triq iż- Żraġen.", "Fir-rigward ta' toroq oħra fil-lokalita', dawn isiru aktar 'il quddiem skond l-esiġenzi tad-direttorat.", "Rigward toroq f'Ħ'Attard li se jibbenifikaw mill-fondi tal-Unjoni Ewropea, nixtieq infakkar li l-finanzi li jiġu minn barra jintużaw fuq toroq arterjali u mhux it-tip ta' toroq li semma' l-Onor.", "Interpellant.", "Mill-fondi li ġejjin mill-ħames protokoll Taljan hemm skedata t-triq li minn Ħ'Attard twassal għas-Saqqajja.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Huwa possibbli li fil-bidu tas-sena, meta jiġu allokati l-fondi għat-toroq, tibda tingħata lista ta' dawk it-toroq li jkunu maħsuba li jsir ix-xogħol ta' asfaltar fuqhom?", "Qed ngħid hekk sabiex il-poplu Malti u Għawdxi jkun jaf liema toroq jkunu se jiġu asfaltati matul is-sena u fl-istess ħin jekk xi ħadd ikun irid jagħmel xi osservazzjoni dwar xi urġenza partikolari, wieħed ikun jista' jilqa' għaliha.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Jekk qed nifhem sew l-Onor.", "Interpellant qed jgħid li aħna għandna nistabbilixxu l-prijoritajiet u nistennew lin-nies jagħmlu xi osservazzjoni fuq il-prijoritajiet li nkunu għażilna jew qiegħed jitlob li meta noħorġu l-lista ta' toroq, wara li jkunu ntagħżlu l- prijoritajiet, inħarġu t-tenders, ġew aġġudikati u waslu biex jingħataw, għandna ninformaw lin-nies ħalli jekk ikun hemm xi ħadd li jinqabad bil- karozza ġo garaxx, per eżempju, meta tkun se tinqala' xi bankina, ma jibqax hemm sakemm dan ix-xogħol jitlesta?", "Hekk qed jgħid l-Onor.", "Interpellant?", "Għax ma fhimtx għal kollox il-mistoqsija tiegħu.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, jien qed nissuġġerilu li meta ssir il-lista ta' prijoritajiet ta' liema toroq ikun se jsir ix-xogħol fuqhom, qabel ma din il-lista tiġi finalizzata, għandha tiġi ppubblikata biex jekk ikun hemm min ikollu xi osservazzjoni, jkun jista' jibgħatha u l-ministeru jikkonsidraha.", "Din hija parti mis-suġġeriment tiegħi.", "Imbagħad meta jiġi ffinalizzat liema toroq ikunu se jsiru, għandu jkun hemm perijodu żgħir sakemm isir ix-xogħol biex wieħed ikun jista' jaħseb għal xi inkonvenjent li jista' jinqala'.", "Imbagħad ovvjament hemm ċerti toroq li għalkemm ma jkunux skedati li jsir ix-xogħol fihom, ikunu ta' ċerta urġenza u allura jekk ikun se jsir ix-xogħol fihom, il-poplu għandu jiġi nformat.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Mr Speaker, saru diversi eżerċizzji ta' prijoritajiet fil-passat u minħabba li x-xogħol fuq ċerti toroq sar, dawn suppost li nqatgħu mil-lista ta' prijoritajiet.", "Naħseb li l-lista ta' toroq li saru u li ma sarux trid tiġi aġġornata xi ftit biex naqtgħu minnha t-toroq li saru u naraw ukoll x'toroq jonqoshom isiru.", "Lin-nies li jien inkarigajt biex jagħmlu dan l-eżerċizzju għedtilhom biex jitkellmu mal-kunsilliera, għax naħseb li ħadd iktar minnhom ma jkun jaf il-prijoritajiet tal-lokalitajiet partikolari.", "Dak huwa l-ħsieb tagħna.", "Pero' ta' min jgħid li kultant jinqalgħu ċerti ntoppi li minkejja li tkun inħarġet it-tender biex isir ix-xogħol neċessarju f'dik it-triq partikolari, din mhux dejjem tiġi aġġudikata fiż-żmien mixtieq.", "Per eżempju fi żmien l-Onor.", "Censu Galea nħarġu madwar 60 triq u dawn ma setgħux jiġu aġġudikati minħabba nuqqas ta' qbil bejn l-Awtorita' dwar it- Trasport u l-kuntratturi.", "U kultant toqgħod lura milli tinforma lin-nies li se tibda x-xogħol fuq ċerti toroq għax tgħolli l-aspettattiva tagħhom li se jinbeda x-xogħol, meta tkun għadek ma rrisolvejtx issues oħra li jistgħu jqumu.", "Jiġifieri aħna nkunu nistgħu ninformaw lin-nies li se nibdew ix-xogħol fuq it-toroq kważi kważi meta jkollna l-aċċettazzjoni mid-dipartiment tal- kuntratti u huma jikkonfermawlek l-aġġudikazzjoni tat-tender partikolari.", "Pero' xorta waħda se nieħu s-suġġeriment ta' l-Onor.", "Interpellant li kemm jista' jkun ninformaw lin-nies ftit ġranet qabel ma jinbeda x-xogħol.", "Għax ġieli rriżultaw każi ta' xi ħadd li jkollu garaxx, u f'daqqa waħda tinqala' t-triq u dan l-individwu ma jkunx jista' joħroġ il-vettura tiegħu u każijiet simili bħal dawn, waqt li jkun qed isir ix-xogħol.", "BIRKIRKARA - ASFALTAR TA' TRIQ IL-QANPIENA L-KBIRA", "9243.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Chris Cardona) staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' il-Ministru jara li Triq il-Qanpiena l-Kbira f'Tal-Qattus, Birkirkara, tingħata t-tarmac peress li din tinsab fi stat diżastruż?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: It-triq imsemmija mill-Onor.", "Interpellant taqa' taħt ir-responsabilita' tal-gvern ċentrali u hija nkluża fil-programm tat- toroq li jridu jsiru.", "Id-direttorat qed iħejji programm għall-bini ta' toroq ġodda u t-triq imsemmija se ssir skond il-prijoritajiet li jirriżultaw.", "ĦAMRUN - TRIQ ĠDIDA FI TRIQ VILLAMBROSA", "9428.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA (f'isem l-Onor.", "Antoine Mifsud Bonnici) staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' il-Ministru jgħid meta se jinbeda x-xogħol biex tiġi rranġata Triq Ġdida fi Triq Villambrosa, il- Ħamrun, li tibda minn Triq Villambrosa u tispiċċa fi Triq il-Liċeo?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: It-triq imsemmija mill-Onor.", "Interpellant taqa' taħt ir-responsabilita' tal-gvern ċentrali u hija nkluża fil-programm tat- toroq li jridu jsiru.", "Id-direttorat qed iħejji programm għall-bini ta' toroq ġodda u t-triq imsemmija se ssir skond il-prijoritajiet li jirriżultaw.", "GĦAWDXIN LI JIRĊIEVU GĦAJNUNA SOĊJALI", "9556.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru tal-Familja u tas- Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid x'inhu n-numru ta' persuni residenti f'Għawdex li jirċievu xi forma ta' benefiċċji soċjali bħala persentaġġ tat-total nazzjonali għall-perjodu bejn l-2000 u l-2004?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA (Ministru tal-Familja u tas-Solidarjeta' Soċjali): Peress li d-dritt għall-benefiċċji soċjali mħallsa taħt l-Att dwar is- Sigurta' Soċjali m'huwiex marbut mal-lokalita' fejn ikunu jabitaw il- benefiċjarji, ma tinżammx statistika dwar l-informazzjoni mitluba mill- Onor. Interpellant.", "TAXXA TAD-DĦUL", "9581.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta' taxxa tad-dħul imħallas minn dawk residenti f'Għawdex bħala persentaġġ ta' l-ammont totali miġbur u mħallas fl-aħħar ħames snin sad-data li tiġi mwieġba din il- mistoqsija?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (Segretarju Parlamentari) (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): L-ammont ta' taxxa tad-dħul imħallas minn residenti Għawdxin bħala persentaġġ ta' l-ammonti totali miġbura matul is-snin 2000 sas-7 ta' Diċembru, 2004 huwa s-segwenti:", "Sena 2000: 2.95% Sena 2001: 3.38% Sena 2002: 3.40% Sena 2003: 3.36% Sena 2004: 4.41%", "Mr Speaker, nixtieq inżid ngħid li ħafna mill-kumpanniji jkunu reġistrati hawn Malta, u għalhekk l-ammont ta' taxxa tagħhom jitħallas direttament hawn Malta u jitqies mad-dħul li jidħol hawn Malta.", "EUROPEAN AGENCIES TAL-UE", "9697.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 7294 u jelenka dawk il-European Agencies ta' l-Unjoni Ewropea li t-twaqqif tagħhom għadu fil-pipeline?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO (Ministru ta' l-Affarijiet Barranin): L-aġenziji regolatorji li qegħdin fil-proċess li jitwaqqfu wara li ġiet addottata l- leġislazzjoni Ewropea li twaqqafhom huma:", "European Centre for Disease Prevention Control;", "European Railway Agency;", "European Chemicals Agency;", "European Agency for the Management of Operational Cooperation at the external borders of the Member States of the European Union;", "Executive Agency for the Programme on Public Health.", "Aġenziji regolatorji oħra proposti huma:", "Community Fisheries Control Agency", "Human Rights Agency", "Entitajiet oħra ta' l-Unjoni Ewropea li huma proposti huma dwar:", "L-immigrazzjoni Ir-riċerka L-edukazzjoni u l-kultura", "KUNSILLI LOKALI - DONAZZJONIJIET", "9698.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 7626 u jgħid liema kienet l-ogħla donazzjoni fi flus kontanti li saret minn kunsill lokali matul l-2000 u l-2004, sena b'sena, u minn liema kunsill?", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI (Segretarju Parlamentari)(f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern): Ninsab informat illi l- ogħla donazzjoni fi flus kontanti li saru mill-kunsilli lokali matul is- snin l-2000 u l-2004 kienu hekk:", "2000/2001 Kunsill Lokali Żebbuġ (G) M.U.S.E.U.M. (Subien) Lm 2,500", "2001/2002 Kunsill Lokali Fgura M.U.S.E.U.M. Lm 500 Kunsill Lokali M'xlokk M.U.S.E.U.M. Lm 500", "2002/2003 Kunsill Lokali Qormi Skola Primarja A San Sebastjan Lm 400 Kunsill Lokali Qormi Skola Primarja B San Sebastjan Lm 400 Kunsill Lokali Qormi Skola Primarja A San Ġorġ Lm 400 Kunsill Lokali Qormi Skola Primarja B San Ġorġ Lm 400 Kunsill Lokali S.Ġiljan The Scouts Association Lm 400", "2003/2004 Kunsill Lokali Żebbuġ(G) M.U.S.E.U.M. (Subien) Lm 724", "KUNSILLI LOKALI - DONAZZJONIJIET", "9699.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 7625 u jgħid kemm ingħataw donazzjonijiet fi flus mill-kunsilli lokali f'Malta u Għawdex matul l-2000 u l-2004?", "Hemm limitu għal kemm jistgħu jingħataw donazzjonijiet kontanti minn kunsilli lokali?", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI (f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u l-Intern): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li matul l-2000 u l-2004, il-kunsilli lokali f'Malta u Għawdex taw donazzjoniijiet fi flus kif elenkat fil-lista mehmuża.", "L-ebda kunsill m'għandu jagħmel donazzjoni lil xi organizzazzjoni mhux governattiva li ma tkunx inkluża fit-Tmien Skeda iżda kunsill jista' f'sena finanzjarja waħda, jagħmel donazzjoni lil xi organizzazzjoni stabbilita fil- lokalita' li ma tkunx elenkata fit-Tmien Skeda, sakemm din id-donazzjoni ma tkunx teċċedi l-Lm50.", "L-ammont ta' donazzjonijiet li kunsill jagħmel f'sena finanzjarja waħda, ma jistax jeċċedi 0.5 fil-mija ta' l-allokazzjoni annwali għal dik is-sena.", "L- informazzjoni mogħtija hi dik miġbura s'issa.", "GĦAWDEX - TILWIMIET INDUSTRIJALI", "9784.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għal Għawdex: Tista' il-Ministru tgħid kemm kien in-numru ta' tilwimiet industrijali li ġew irreġistrati mal-ministeru tagħha matul din is-sena?", "Tista' tinformana bl-istess informazzjoni għas-sena l-oħra?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO (f'isem il-Ministru għal Għawdex): Ninsab informat li bejn l-2003 u l-2004 ma kienet rreġistrata l-ebda tilwima industrijali mal-ministeru tiegħi.", "MR SPEAKER: Il-kap ta' l-oppożizzjoni, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ALFRED SANT (Kap ta' l-Oppożizzjoni): Veru li l-helicopter biex tmur Għawdex issa sar jiswa Lm50, imma nittama li b'daqshekk Għawdex ma sarx parti mill-affarijiet barranin!", "Jista' il-Ministru jinformana x'inhi l-pożizzjoni eżatta tal-ħaddiema fl-impriżi tal-ħalib f'Għawdex u jekk hemmx xi forma ta' struttura industrijali li tirregola l-pożizzjoni tagħhom?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Sur President, jien qiegħed hawnhekk biex nissostitwixxi lill-Ministru Debono u sfortunatament m'għandix il- background neċessarju biex inwieġeb lill-Onor.", "Interpellant.", "Pero' m'għandix dubju li jekk jagħmel mistoqsija bil-miktub, jingħata l- informazzjoni kollha.", "MR SPEAKER: Il-kap ta' l-oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jaf il-ministru li jekk nagħmel domanda bil-miktub, tilħaq tgħaddi ġimgħa sakemm ningħata risposta?", "Jaf li hemm inkwiet kbir fost in-numru mhux żgħir ta' ħaddiema fl-impjant tal-ħalib f'Għawdex għax dawn ma jafux eżattament x'inhu l-futur tagħhom?", "Jista' il-Ministru jiċċekkja biex forsi ningħata risposta kemm jista' jkun malajr?", "Għax hawn qed nilagħbu bil-ħajja tan-nies u din m'hijiex...!", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Sur President, napprezza l-punt li għamel il-kap ta' l-oppożizzjoni.", "Se nirriferi l-mistoqsija lill-Ministru Debono u nwassal ukoll il-messaġġ li huwa importanti li jingħata risposta kemm jista' jkun malajr.", "TILWIMIET INDUSTRIJALI MAL-MINISTERU TAS-SAĦĦA", "9785.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' tilwimiet industrijali li ġew irreġistrati mal- ministeru tiegħu matul din is-sena?", "Jista' jinformana bl-istess informazzjoni għas-sena l-oħra?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil- Komunita': Id-dipartiment ma jiġborx l-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant.", "MR SPEAKER: Il-kap ta' l-oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jista' il-Ministru jgħidilna għaliex il-ministeru konċernat ma jiġborx din l-informazzjoni?", "Jista' jgħidilna jekk hux veru li jkun hemm nies li jiddeċiedu li ma jagħmlux ix-xogħol tagħhom bħala strike individwali fil-ministeru konċernat?", "Forsi għalhekk ma ssirx din il- ġabra ta' informazzjoni?", "MR SPEAKER: Is-segretarju parlamentari.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: X'irid jgħid biha meta jgħid \"strike individwali\"?", "MR SPEAKER: Il-kap ta' l-oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Hawn qed nirriferi għal meta jkun hemm individwi jew professjonisti li ma jagħtux is-servizzi tagħhom fuq bażi individwali, jiġifieri jiddeċiedu li jagħmlu strike individwalment.", "MR SPEAKER: Is-segretarju parlamentari.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Mr Speaker, safejn naf jien it-tilwimiet industrijali jsiru tramite l-union u ma naħsibx li jkun hemm nies individwali li jagħmlu dawn l-affarijiet.", "MR SPEAKER: Il-kap ta' l-oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Mr Speaker, jiena għamilt żewġ mistoqsijiet.", "L-ewwel staqsejt x'inhi r-raġuni għala ma tinżammx l-informazzjoni rikjesta u t- tieni, jekk huwiex minnu li jkun hemm każi - u forsi għalhekk forsi ma tinżammx din l-informazzjoni - fejn individwu jew professjonist, jibqa' lura milli jagħti s-servizz tiegħu għax jiddeċiedi li fit-tali ġurnata jagħmel strike.", "Għalhekk ma jitfaċċax għax-xogħol jew ikun qiegħed fil- canteen ma jagħmel xejn, qisu ma ġara xejn!", "Jien qed nirriferi għall-qasam tas-saħħa, l-anzjani u l-kura fil-komunita'!", "Imma ladarba l-ministru għal Għawdex m'hijiex qiegħda hawn u lanqas il-ministru tas-saħħa, l-anzjani u l- kura fil-komunita' m'hu qiegħed hawn, xi ħadd irid jirrispondi fl-aħħar mill-aħħar!", "MR SPEAKER: Is-segretarju parlamentari.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Mr Speaker, jien ma nistax nifhem għaliex il-kap ta' l-oppożizzjoni qed jipprova jagħti l-idea li bniedem jista' jmur fuq ix- xogħol u bi protesta, jekk jidhirlu li f'tali ġurnata m'għandux jaħdem, jiddeċiedi li waħdu jagħmel strike.", "Safejn naf jien, skond il-conditions of employment, dawn l-individwi jridu jkunu parti minn union biex ikunu jistgħu jagħmlu dawn l-affarijiet.", "Jekk irid ikun jaf x'inhi r-raġuni li ma tinżammx il-lista ta' dawn l- individwi, ikun aħjar jekk jagħmel domanda ad hoc peress li l-ministru nkarigat m'huwiex qiegħed hawn għax jinsab fuq xogħol ieħor tal-gvern.", "MR SPEAKER: Il-kap ta' l-oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: U għala ma tinżammx l-informazzjoni dwar tilwimiet industrijali?", "Jista' jinformana?", "MR SPEAKER: Is-segretarju parlamentari.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Jiena tlabt lill-kap ta' l-oppożizzjoni biex jekk jogħġbu jagħmel domanda ad hoc, għax jiena ma nafx x'inhi r-raġuni għala ma tinżammx din l-informazzjoni.", "MR SPEAKER: Il-kap ta' l-oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Bir-rispett kollu, hemm żewġ partijiet fil-mistoqsija tiegħi.", "Waħda minn dawn hija dwar in-numru ta' tilwimiet industrijali li ġew irreġistrati mill-ministeru tiegħu u s-segretarju parlamentari qed jgħid li din l-informazzjoni ma tinżammx.", "Ladarba qed jgħid hekk, għandi nifhem li għandu jkun jaf għala din l-informazzjoni ma tinżammx!", "(Interruzzjonijiet) Li wieħed jgħid li ma ġewx irreġistrati tilwimiet industrijali mod, imma li jgħid li din l-informazzjoni ma tinżammx, mod ieħor!", "MR SPEAKER: Is-segretarju parlamentari.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Id-dipartiment ivverifika u probabbilment m'għandux tilwimiet industrijali fil-preżent.", "(Interruzzjonijiet) Il-ministru rrisponda li d-dipartiment ma jiġborx l-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant.", "Issa l-kap ta' l-oppożizzjoni qed jistaqsi għala din l- informazzjoni ma tinġabarx.", "U jiena rrispondejtu li għandu jagħmel domanda ad hoc biex jingħata risposta mill-ministru konċernat.", "MR SPEAKER: Il-kap ta' l-oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Mr Speaker, din l-istorja qed issir tad-daħk!", "Nistgħu nifhmu kif ministeru ma jżommx lista, għax fil-fatt ma jkunx jaf - għax hekk tfisser din - x'inhuma t-tilwimiet industrijali li jinqalgħu matul is-sena fil-ministeru tiegħu?", "Għax li ma jżommx tfisser li ma jafx!", "Allura who is responsible, who is in charge?", "Li l-ministru jgħid li ma tinżammx din l-informazzjoni jfisser li hu ma jafx kemm saru tilwimiet industrijali.", "Hu ma qalilniex li ma sarux, għax kieku qal hekk kont nifhimha imma qal li ma jafx kemm saru tilwimiet industrijali għax ma jżommx din l-istatistika!", "Il-mistoqsija allura hija: Min hu in charge biex ikun jaf din l-informazzjoni?", "Ma jidhirlux il-ministru li r-risposta li qed jagħtina - ħa nkun aktar crude issa - ma tagħmilx sens!", "Kif jista' ministru jgħid li ma jżommx informazzjoni dwar kemm saru tilwimiet industrijali!", "Jiġifieri ma nafux kemm għandna jew kemm kellna tilwimiet industrijali!", "U allura mbagħad tqum din id-domanda: Who is in charge li jkun jaf dawn l-affarijiet?", "MR SPEAKER: Is-segretarju parlamentari.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: M'għandix x'inżid ma' dak li għedt, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: L-Onor Carmelo Abela, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Jista' is-segretarju parlamentari jgħid jekk hijiex policy tal-gvern li l-ministeri individwali ma jżommux din l-informazzjoni?", "MR SPEAKER: Is-segretarju parlamentari.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel domanda lil kull ministeru u jkun jista' jingħata risposta.", "TILWIMIET INDUSTRIJALI MAL-MINISTERU TAL-FAMILJA U SOLIDARJETA` SOĊJALI", "9786.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill-Ministru tal-Familja u tas-Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid kemm kien in-numru ta' tilwimiet industrijali li ġew irreġistrati mal-ministeru tagħha matul din is-sena?", "Tista' tinformana bl-istess informazzjoni għas- sena l-oħra?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Matul l-2003 u l-2004 ġiet irreġistrata tilwima industrijali waħda f'kull waħda minn dawn is-snin.", "Dawn it-tilwimiet kienu dwar il-ftehim kollettiv f'żewġ aġenziji li jaqgħu taħt ir-responsabilita ta' dan il-ministeru.", "MR SPEAKER: Il-kap ta' l-oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Filwaqt li napprezza li l-ministru għallinqas għandha din l-informazzjoni, tista' tgħidilna fejn kienu dawn l-aġenziji u x'kienu l-każijiet?", "MR SPEAKER: Il-ministru.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Dik ta' l-2003 kienet fl-aġenzija Appoġġ u kienet ukoll dwar il-ftehim kollettiv, ġiet solvuta u ngħalaq il-ftehim u dik li kellna aktar kmieni din is-sena kienet fl-aġenzija Sedqa li wkoll kienet dwar il-ftehim kollettiv li kien skada fl-aħħar ta' l-2003.", "Ovvjament kien hemm ħafna ħerqa min-naħa ta' l-impjegati biex jerġgħu jibdew in-negozjati għall-ftehim kollettiv ġdid li bħalissa għadhom għaddejjin.", "MINISTERU GĦALL-IŻVILUPP URBAN U TOROQ – ĠARR TA' GĦAMARA", "9787.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' il-ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 9605 u jgħid kemm kienu l-ispejjeż tal-ġarr u ta' l-għamara ġdida li nxtrat jew inkriet?", "Saru xi alterazzjonijiet jew xogħlijiet oħra fil-postijiet il-ġodda, u jekk iva, kemm ġew jiswew?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Qed nipprovdi t-tagħrif mitlub dwar it- trasferiment tal-ministeru tiegħi minn Cavalier House għal House of the Four Winds, Valletta u l-uffiċċju tad-direttorat tal-EU fil-Furjana.", "Spejjeż ta' ġarr - Lm 1,616 Xiri ta' għamara - Lm10,948 Alterazzjonijiet/xogħolijiet oħra - Lm19,193", "MINISTERU GĦALL-KOMPETITTIVITA` U KOMUNIKAZZJONI - ĠARR TA' GĦAMARA", "9788.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill-Ministru għall-Kompetittivita' u l-Komunikazzjoni: Jista' il-ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 9604 u jgħid kemm kienu l-ispejjeż ta' ġarr u ta' għamara ġdida li nxtrat jew inkriet?", "Saru xi alterazzjonijiet jew xogħlijiet oħra fil-postijiet il-ġodda, u jekk iva, kemm ġew jiswew?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għall-Kompetittivita` u l-Komunikazzjoni): Jien informat li meta kien hemm il-bdil fil-ministeri saru dawn l-ispejjeż:", "Xiri ta' għamara ġdida Lm8075 Xogħol/żebgħa tal-post Lm4745 Spejjeż tal-ġarr Lm1369", "Jien informat ukoll li minħabba li sar dan it-tibdil, ta' min jinnota li fi ħdan il-ministeru tiegħi żdiedu żewġ direttorati oħra li qabel ma kinux jeżistu, bil-konsegwenza li żdiedu wkoll diversi nies.", "Għaldaqstant inħass il-bżonn li tinxtara għamara waqt li saru xogħlijiet ta' żebgħa u xi alterazzjonijiet oħra fil-post il-ġdid.", "KUMPRATURI TAL-ĦUT", "9790.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid għaliex il- kumpraturi tal-ħut ma ġewx mogħtija rċevuti mill-konsulent tad-dipartiment għall-flus li ġabrilhom sabiex jipprovdilhom iċ-ċertifikati u l-ID card tax- xiri tal-ħut frisk?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO (Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent): Ninsab informat li meta saru l-korsijiet għal dawk kollha li jagħmlu handling tal-ħut, jiġifieri il-food handlers course, l-irċevuti ħarġu mid- DAS, id-departmental accounting system, u ntbagħtu bil-posta.", "SPTARIJIET U KLINIĊI TAL-GVERN - TITQIB", "9906.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid jekk it-titqib mill- isptarijiet u kliniċi tal-gvern huwiex b'xejn jew le għal persuni li jmorru barra minn Malta, ngħidu aħna għall-missjoni jew inkella għal xi attivita` simili?", "F'każ li hemm ħlas għal dan it-titqib, jista' jgħid kemm hu f'kull każ u minn meta beda jsir ħlas?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem il-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil- Komunita'): Ninforma l-Onor.", "Interpellant li t-tilqim u l-mediċini speċifiċi li jintużaw sabiex jagħtu xi protezzjoni kontra mard infettiv li wieħed jista jiġi espost għalih waqt is-safar qatt ma kienu jingħataw b'xejn mill-isptarijiet u kliniċi tal-gvern, ħlief forsi tilqim komuni bħal tal-polio, tetnu jew difterite.", "Iżda l-vjaġġatur is-soltu ma jintalab iħallas xejn iżjed minn kemm dawn ġew jiswew lill-gvern.", "Fil-passat kien hemm xi każi - l-aktar fejn jidħlu membri tal-kleru sejrin għal tul ta' żmien fuq missjoni - fejn l-ministru eżentahom minn dan il- ħlas, iżda dawn dejjem kienu każi eċċezzjonali.", "Dawn l-eżenżjonijiet għadhom jingħataw f'każijiet individwali.", "Il-prezzijiet tat-tilqim jvarjaw minn żmien għall-ieħor skond il-prezz tat- tender ta' dak il-prodott.", "It-tilqim li għandna bħalissa in stock għal vjaġġaturi jiswa kif inhu indikat hawn taħt:", "|Polio kull |Lm1.00 | |fjala | | |Hep.", "B |Lm3.50 | |Typhoid |Lm1.50 | |Rabies |Lm13.50| |Tetanus/per |Lm0.60 | |dose | | |Meningitis A&C|Lm1.84 | |Yellow fever |Lm17.50| |Diph.Tet.kull |Lm1.50 | |fjala | | |Dt Adult |Lm2.34 |", "FISH FARMS - SPEZZJONIJIET", "9907.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid jekk isirux spezzjonijiet għall- għarrieda f'inħawi fejn hemm il-fish farms sabiex jaraw jekk hux kollox qed isir kif suppost?", "Jekk iva, fejn saru u kemm saru matul is-sena 2004?", "Liema hija dik l-awtorita` jew awtoritajiet li suppost jagħmlu dan?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Ninsab informat li ma teżistix liġi li torbot lill-operaturi tal-fish farms kif jagħmlu ix-xogħol ta' kuljum tagħhom.", "Fil-permess ta' żvilupp tagħhom għandhom responsabbilitajiet diversi li huma jridu jippruvaw permezz ta' studji minn persuni terzi.", "Dawn jinkludu water monitoring u surveys oħra li l-operaturi jħallsu għalihom fil- programm ta' monitoraġġ u li jsiru minn persuni jew istituzzjonijiet magħżula, minn proċess li jinvolvi lill-MEPA.", "S'issa ma jidhirx li hemm impatti li jirrikjedu azzjoni mit-taqsima ta' konservazzjoni u kontroll tas- sajd fi ħdan il-ministeru.", "Min-naħa tal-MEPA il-monitoring meħtieġ mill-permessi ta' l-iżvilupp huwa dak fuq l-impatt tal-gaġeġ tal-ħut fuq l-ambjent.", "Dan jinkludi monitoring tal-kwalità ta' l-ilma, u l-biodiversità madwar il-gaġeġ.", "Spezzjonijiet għal finijiet ta' navigazzjoni u sigurta` fuq il-baħar huma responsabbilita' tal-Malta Maritime Authority.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "KUMITATI PERMANENTI", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Jason Azzopardi.", "ONOR.", "JASON AZZOPARDI (President tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej): Mr Speaker, nirrapporta li:", "23 dokument maħruġa mill-Kummissjoni Ewropea (pipeline acquis) li ġew scrutinised u cleared mill-working group fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej.", "U inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "| | |77.", "Proposal for a | | | |Directive of the European | | | |Parliament and of the Council| | | |amending, for the | | | |twenty-ninth time, Council | | | |Directive 76/769/EEC on the | | | |approximation of the laws, | | | |regulations and | | | |administrative provisions of | | | |the member states relating to| | | |restrictions on the marketing| | | |and use of certain dangerous | | | |substances and preparations | | | |(substances classified as | | | |carcinogen, mutagen or toxic | | | |to reproduction –C/M/R) (COM | | | |(2004) 638) | | | | | | | |78.", "Proposal for a | | | |Directive of the European | | | |Parliament and of the | | | |Council on the | | | |approximation of the laws | | | |of the member states on | | | |extraction solvents used in| | | |the production of | | | |foodstuffs and food | | | |ingredients (Codified | | | |Version) (COM (2003) 467) | | | | | | | |80.", "Proposal for a | | | |Directive of the European | | | |Parliament and of the | | | |Council on foodstuffs | | | |intended for particular | | | |nutritional uses (codified | | | |version) (COM (2004) 290) | | | | | | | |85.", "Recommendation for a | | | |Council Decision | | | |authorizing the Commission | | | |to negotiate the conditions| | | |for Community accession to | | | |the United Nations Economic| | | |Commission for Europe | | | |(UN-ECE) agreement | | | |concerning the adoption of | | | |uniform conditions for | | | |periodical technical | | | |inspections of wheeled | | | |vehicles and the reciprocal| | | |recognition of such | | | |inspections (done at Vienna| | | |on 13 November 1997) (SEC | | | |(2004) 1067 Final) | | | | | | | |87.", "Proposal for a | | | |Regulation of the European | | | |Parliament and of the | | | |Council on the | | | |implementation of the | | | |international safety | | | |management code within the | | | |Community (COM (2003) 767) | | | | | | | |90.", "Proposal for a | | | |Council Decision on the | | | |Position to be adopted by | | | |the Community within the | | | |ACP-EC Council of | | | |Ministers on the Amendment | | | |of Decision 1/2003 of the | | | |ACP-EC Council of Ministers| | | |of 16 May 2003 regarding | | | |the accession of the | | | |Democratic Republic of | | | |Timor Leste to the ACP-EC | | | |partnership agreement (COM | | | |(2004) 609 Final) | | | | | | | |91.", "Proposal for a Council| | | |Decision adjusting to the | | | |financial resources of the | | | |9th European Development | | | |Fund (EDF) further to the | | | |accession of the Democratic| | | |Republic of Timor Leste to | | | |the ACP-EC partnership | | | |agreement (COM (2004) 610 | | | |Final) | | | | | | | |93.", "Proposal for a Council| | | |and Commission Decision on | | | |the conclusion of the | | | |Protocol to the Partnership| | | |and Cooperation agreement | | | |between the European | | | |Communities and their | | | |member states, of the one | | | |part, and the Russian | | | |Federation, of the other | | | |part to take account of the| | | |accession of the Czech | | | |Republic, the Republic of | | | |Estonia, the Republic of | | | |Cyprus, the Republic of | | | |Latvia, the Republic of | | | |Lithuania, the Republic of | | | |Hungary, the Republic of | | | |Malta, the Republic of | | | |Poland, the Republic of | | | |Slovenia and the Slovak | | | |Republic to the EU (COM | | | |(2004) 292 Final) | | | | | | | |94.", "Proposal for a Council| | | |and Commission Decision on | | | |the conclusion of the | | | |Protocol to the Partnership| | | |and Cooperation agreement | | | |between the European | | | |Communities and their | | | |member states, of the one | | | |part, and the Republic of | | | |Kyrgyzstan, of the other | | | |part to take account of the| | | |accession of the Czech | | | |Republic, the Republic of | | | |Estonia, the Republic of | | | |Cyprus, the Republic of | | | |Latvia, the Republic of | | | |Lithuania, the Republic of | | | |Hungary, the Republic of | | | |Malta, the Republic of | | | |Poland, the Republic of | | | |Slovenia and the Slovak | | | |Republic to the EU (COM | | | |(2004) 305 Final) | | | | | | | |95.Proposal for a Council | | | |and Commission Decision on | | | |the conclusion of the | | | |Protocol to the Partnership| | | |and Cooperation agreement | | | |between the European | | | |Communities and their | | | |member states, of the one | | | |part, and the Republic of | | | |Kazakhstan, of the other | | | |part to take account of the| | | |accession of the Czech | | | |Republic, the Republic of | | | |Estonia, the Republic of | | | |Cyprus, the Republic of | | | |Latvia, the Republic of | | | |Lithuania, the Republic of | | | |Hungary, the Republic of | | | |Malta, the Republic of | | | |Poland, the Republic of | | | |Slovenia and the Slovak | | | |Republic to the EU (COM | | | |(2004) 307 Final) | | | | | | | |96.", "Proposal for a Council | | | |and Commission Decision on | | | |the conclusion of the | | | |Protocol to the Partnership| | | |and Cooperation agreement | | | |between the European | | | |Communities and their | | | |member states, of the one | | | |part, and the Republic of | | | |Uzbekistan, of the other | | | |part to take account of the| | | |accession of the Czech | | | |Republic, the Republic of | | | |Estonia, the Republic of | | | |Cyprus, the Republic of | | | |Latvia, the Republic of | | | |Lithuania, the Republic of | | | |Hungary, the Republic of | | | |Malta, the Republic of | | | |Poland, the Republic of | | | |Slovenia and the Slovak | | | |Republic to the EU (COM | | | |(2004) 272 Final) | | | | | | | |98.Proposal for a Council | | | |and Commission Decision on | | | |the conclusion of the | | | |Protocol to the Partnership| | | |and Cooperation agreement | | | |between the European | | | |Communities and their | | | |member states, of the one | | | |part, and Georgia, of the | | | |other part to take account | | | |of the accession of the | | | |Czech Republic, the | | | |Republic of Estonia, the | | | |Republic of Cyprus, the | | | |Republic of Latvia, the | | | |Republic of Lithuania, the | | | |Republic of Hungary, the | | | |Republic of Malta, the | | | |Republic of Poland, the | | | |Republic of Slovenia and | | | |the Slovak Republic to the | | | |EU (COM (2004) 268 Final) | | | | | | | |Proposal for a Council and | | | |Commission Decision on the | | | |conclusion of the Protocol | | | |to the Partnership and | | | |Cooperation agreement | | | |between the European | | | |Communities and their | | | |member states, of the one | | | |part, and the Republic of | | | |Azerbaijan, of the other | | | |part to take account of the| | | |accession of the Czech | | | |Republic, the Republic of | | | |Estonia, the Republic of | | | |Cyprus, the Republic of | | | |Latvia, the Republic of | | | |Lithuania, the Republic of | | | |Hungary, the Republic of | | | |Malta, the Republic of | | | |Poland, the Republic of | | | |Slovenia and the Slovak | | | |Republic to the EU (COM | | | |(2004) 267 Final) | | | | | | | |Proposal for a Council and | | | |Commission Decision on the | | | |conclusion of the Protocol | | | |to the Partnership and | | | |Cooperation agreement | | | |between the European | | | |Communities and their | | | |member states, of the one | | | |part, and the Republic of | | | |Moldova, of the other part | | | |to take account of the | | | |accession of the Czech | | | |Republic, the Republic of | | | |Estonia, the Republic of | | | |Cyprus, the Republic of | | | |Latvia, the Republic of | | | |Lithuania, the Republic of | | | |Hungary, the Republic of | | | |Malta, the Republic of | | | |Poland, the Republic of | | | |Slovenia and the Slovak | | | |Republic to the EU (COM | | | |(2004) 302 Final) | | | | | | | |101.", "Proposal for a Council| | | |Decision on the conclusion | | | |of the agreement between | | | |the European Community and | | | |the Republic of San Marino | | | |providing for measures | | | |equivalent to those laid | | | |down in Council Directive | | | |2003/48/EC on taxation of | | | |savings income in the form | | | |of interest payments (COM | | | |(2004) 643-2) | | | | | | | |102.", "Proposal for a Council| | | |Decision on the conclusion | | | |of the agreement between | | | |the European Community and | | | |the Principality of | | | |Liechtenstein providing for| | | |measures equivalent to | | | |those laid down in Council | | | |Directive 2003/48/EC of 3 | | | |June 2003 on taxation of | | | |savings income in the form | | | |of interest payments (COM | | | |(2004) 569-2) | | | | | | | |103.", "Proposal for a Council| | | |Decision on the signature | | | |of the agreement between | | | |the European Community and | | | |the Republic of San Marino | | | |providing for measures | | | |equivalent to those laid | | | |down in Council Directive | | | |2003/48/EC on taxation of | | | |savings income in the form | | | |of interest payments and | | | |the approval and signature | | | |of the accompanying | | | |Memorandum of Understanding| | | |(COM (2004) 643-1) | | | | | | | |104.", "Proposal for a Council| | | |Decision on the signature | | | |of the agreement between | | | |the European Community and | | | |the Principality of | | | |Liechtenstein providing for| | | |measures equivalent to | | | |those laid down in Council | | | |Directive 2003/48/EC of 3 | | | |June 2003 on taxation of | | | |savings income in the form | | | |of interest payments and | | | |the approval and signature | | | |of the accompanying | | | |Memorandum of Understanding| | | |(COM (2004) 569-1) | | | | | | | |105.", "Proposal for a Council| | | |Decision amending Decision | | | |2000/746/EC authorising the| | | |French Republic to apply a | | | |measure derogating from | | | |article 11 of the Sixth | | | |Council Directive | | | |77/388/EEC on the | | | |harmonisation of the laws | | | |of the member states | | | |relating to turnover taxes | | | |(COM (2004) 692 final) | | | | | | | |106.", "Proposal for a Council| | | |Regulation on the | | | |implementation of Protocol | | | |No 4 on the Ignalina | | | |nuclear power plant in | | | |Lithuania, as annexed to | | | |the Act concerning the | | | |conditions of accession to | | | |the European Union of the | | | |Czech Republic, Estonia, | | | |Cyprus, Latvia, Lithuania, | | | |Hungary, Malta, Poland, | | | |Slovenia and Slovakia | | | |(\"Ignalina Programme) (COM | | | |(2004) 624-1) | | | | | | | |107.", "Proposal for a Council| | | |Regulation on the | | | |implementation of Protocol | | | |No 9 on the Bohunice VI | | | |nuclear power plant in | | | |Slovakia, as annexed to the| | | |Act concerning the | | | |conditions of accession to | | | |the European Union of the | | | |Czech Republic, Estonia, | | | |Cyprus, Latvia, Lithuania, | | | |Hungary, Malta, Poland, | | | |Slovenia and Slovakia (COM | | | |(2004) 624-2) | | | | | | | |109.", "Proposal for a Council| | | |Decision establishing a | | | |European Police College | | | |(CEPOL) as a body of the | | | |European Union (COM (2004) | | | |623) and | | | | | | | |113.", "Proposal for a Council| | | |and Commission Decision on | | | |the conclusion of the | | | |protocol to the partnership| | | |and cooperation agreement | | | |between the European | | | |Communities and their | | | |member states, of the one | | | |part, and Ukraine, of the | | | |other part, to take account| | | |of the accession of the | | | |Czech Republic, the | | | |Republic of Estonia, the | | | |Republic of Cyprus, the | | | |Republic of Latvia, the | | | |Republic of Lithuania, the | | | |Republic of Hungary, the | | | |Republic of Malta, the | | | |Republic of Poland, the | | | |Republic of Slovenia and | | | |the Slovak Republic to the | | | |European Union (COM (2004) | | | |251 Final) |", "TQEGĦID TA' KARTI", "MR SPEAKER: Il-Ministru Galea.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: (Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impieg): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar l-arranġamenti finanzjarji miftiehma bejn il-Fondazzjoni Skejjel ta' Għada (FTS) u l-APS Bank Ltd, u kopja ta' sanction letter datata 19 ta' Ottubru 2004, maħruġa mill-APS Bank Ltd bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 9917.", "MR SPEAKER: Il-Ministru Jesmond Mugliett.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Estimi ta' dħul u nfiq ta' l-Awtorita' dwar it-Trasport għas-sena 2004- 2005.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Ngħaddu għal stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JIMPLIMENTA MIŻURI TA' L-ESTIMI", "BUDGET MEASURES IMPLEMENTATION BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri Ikompli mit-18 ta' Jannar, 2005 Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet", "MR SPEAKER: Aktar rimarki?", "Insejjaħ lill-Onor.", "Stefan Bountempo.", "ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO: Sur President, meta ftit tal-jiem ilu kont qiegħed nipprepara sabiex nagħmel kelmtejn dwar dan l-abbozz ta' liġi ħassejt li għandi niffoka fuq ċerti miżuri li qed jieħu l-gvern tal-partit Nazzjonalista fir-rigward ta' dan il-pajjiż.", "Pero`, nhar is-Sibt filgħaxija fil-kon-katedral ta' San Ġwann saret quddiesa organizzata mill- moviment ta' Kana għal dawk li żżewġu fis-sena 2004 u l-ġurnali u l-media tkellmu fuq l-omelija ta' Monsinjur Arċisqof Ġużeppi Mercieca.", "Jien ġibt xi cuttings mill-gazzetti Sunday Times u t-Torċa.", "Nixtieq nikkwota x'qalet is-Sunday Times taħt il-heading \"Archbishop highlights newly wed housing problems'', pero` nagħmilha ċara daqs il-kristall li mhux se nipprova ninqeda bid-diskors ta' Monsinjur Arċisqof, imma nħoss li huwa importanti li dak li qal nifhmuh, ngħarbluh u nagħmlu xi ħaġa fuq it- twissija li tana.", "L-Arċisqof qal hekk:", "\"I can mention for example the difficulties which they have to find their own homes.", "Couples are often finding it very difficult to acquire their home or else to do so they have to shoulder huge debts which cost them many difficulties.", "The state needs to open its eyes wide to these problems.", "The state has every interest to see that new families are able to set up their own home without having to go in the exaggerated costs possibly dictated by the giants of the financial and real estate sectors with the consequences which all these cause for the family to be able to build itself on love and unity.''.", "L-Onor.", "Anthony Abela qisu beda jidħak meta semmejt l-imħabba.", "Ejjew ma neħdux id-diskors tal-Monsinjur Arċisqof biċ-ċajt.", "Għal ċerti nies li forsi jkunu komdi din l-omelija ma tfisser xejn, imma nafu bil-problemi kbar li qed jiffaċċjaw il-familji Maltin u Għawdxin mhux biss fil-qasam tad- djar imma f'diversi oqsma, fosthom il-qasam tax-xogħol.", "Imma fil-ftit tal-ħin li għandi għad-dispożizzjoni tiegħi nixtieq niffoka fuq dan il-qasam.", "X'inhu jagħmel l-istat fuq il-prezzijiet tal-proprjeta` f'dan il-pajjiż?", "X'impenn għandu l-istat sabiex jgħin lil dawn in-nies?", "Monsinjur Arċisqof kien qiegħed jindirizza lil dawk iż-żgħażagħ li żżewġu s- sena l-oħra, lill-miżżewġin ġodda u liż-żgħażagħ li qed iħejju għaż-żwieġ li llum iktar mill-bieraħ iridu jħabbtu wiċċhom ma' ċerti sfidi li mhux dejjem ikun faċli li wieħed jirbaħhom.", "L-Arċisqof semma bħala eżempju d- diffikultajiet li l-koppji l-ġodda jiltaqgħu magħhom sabiex isibu d-dar tagħhom.", "Spiss qiegħed jiġri li l-koppji qed isibuha diffiċli ħafna li jiksbu d-dar tagħhom u biex jirnexxilhom ikollhom jidħlu għal djun tqal ħafna li joħolqulhom bosta diffikultajiet.", "Hemm bżonn li l-gvern jiftaħ għajnejh beraħ għal dawn il-problemi.", "Nieħu din l-opportunita` biex inħeġġeġ li nieħdu l-parir ta' monsinjur arċisqof u l-gvern jiftaħ għajnejh għal din il-problema.", "F'dan il-pajjjiż qed tikber il-problema tas-separazzjonijiet.", "Il-gvern x'qiegħed jagħmel sabiex il-koppji żgħażagħ ma jiddejnux daqskemm qed jiddejnu?", "Jien ma nistax nifhem eżatt x'inhi l-funzjoni ta' l-Awtorita` tad-Djar fejn jidħlu appartamenti għal dawn il-koppji li għadhom ma żżewġux.", "Il-prezzijiet li talbet l-Awtorita` tad-Djar fl-aħħar sejħa li kien hemm ma kenux jirriflettu l-iskop soċjali li għalih suppost qiegħda hemm.", "Jien ma nippretendix li persuna li għandu dħul finanzjarju ta' Lm5,000 jew Lm6,000 ma jħallas xejn, imma skużi ejjew ma ngħakksuhomx iżjed milli huma magħfusin, meta f'dan il-pajjiż hawn ukoll kriżi fix-xogħol.", "Is-sena l-oħra d-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali ma ħa l-ebda proprjeta` ġdida min-naħa ta' l-awtorita` tad-djar.", "Għandna nimpenjaw ruħna bis-serjeta` f'dan il-qasam meta tant qed jogħlew il-prezzijiet tal- proprjeta` f'dan il-pajjiż.", "Hawnhekk nagħmilha ċara daqs il-kristall li m'iniex ngħid li għandna nikkontrollaw is-suq, imma ejjew nagħmlu l-impenn tagħna wkoll ħalli ma tkomplix tikber din il-problema.", "Fl-aħħar mill-aħħar jekk ikun hawn separazzjonijiet min irid iħallas għalihom?", "Ħafna drabi dawn jispiċċaw jibbenefikaw mis-servizzi soċjali li l-poplu Malti u Għawdxi jkollu jħallas għalihom.", "Sur President, il-punt li qed nipprova nagħmel huwa li rridu nieħdu bis- serjeta` dak li qal Monsinjur Arċisqof.", "Ejja nibdew b'dawk li bbenefikaw min-naħa tal-Housing Authority u naraw kemm minnhom ma kenux kapaċi jkomplu jħallsu dak il-fond li tathom l-awtorita`?", "Dik hija l-ewwel ħaġa li rridu nħarsu lejha għax nafu li hawn ħafna li m'humiex kapaċi jħallsu l- prezzijiet li qed titlob l-awtorita` tad-djar.", "Jien ma ngħidx ejjew inneħħu t-taxxi, imma ejjew ninċentivaw sabiex dawk id- djar li huma battala nitfgħuhom fis-suq.", "M'iniex ngħid li għandha terġa' tidħol il-liġi tar-rekwiżizzjoni, iżda li ninċentivaw lis-sidien tad-djar battala biex jitfgħu l-proprjeta` tagħhom fis-suq għax jekk jidħlu fis-suq bosta proprjetajiet ikun hawn il-kompetizzjoni.", "Ejjew ngħidu l-verita`.", "Anke l-iżviluppatur għandu piżijiet kbar għax il-prezz ta' l-artijiet qed jogħla, il-permessi qed jogħlew, it-taxxi bħall-VAT qed jiżdiedu u aħna nafu li żviluppatur m'għandux refund tal-VAT!", "Allura fl-aħħar mill-aħħar min se jħallasha?", "Mhux il-koppja żagħżugħa!", "Kemm tiflaħ tħallas flus koppja?", "Illum nafu li għal 20 sena sħaħ parti mill-paga tal-koppja trid tmur sabiex tħallas id-dar tagħha.", "Dan id-diskors ta' l-Arċisqof irridu neħduh bis-serjeta` u mhux nitkellmu għal ftit ħin u spiċċa kollox.", "Jien nipproponi li l-gvern jagħmel xi ħaġa konkreta, fis-sens li mhux biss nitkellmu hawnhekk, imma nagħmlu kummissjoni biex nattakkaw din il-problema għaliex hija għafsa ta' qalb meta tara l-familji Maltin qed jitkissru minħabba din il-problema tal- proprjeta`.", "Jistgħu jkunu t-tfal tagħna stess!", "Nistgħu nkunu aħna stess li nidħlu f'dejn!", "Probabbli kull wieħed u waħda minna li qegħdin hawnhekk aħna sidien tal- proprjeta` u nafu li l-prezzijiet tal-proprjeta` qed ikomplu dejjem jogħlew.", "Illum huwa kważi impossibbli li ssib proprjeta`, hi fejn hi, inqas minn Lm35,000 jew Lm40,000!", "Qed nitkellmu fuq appartament li jkun inqas minn 120 metru kwadru.", "Dawn l-affarijiet huma ta' għajb għal dan il- pajjiż!", "Issa kif nistgħu ngħinu lill-koppji żgħażagħ?", "Ma nistgħux ngħidulhom ma jiżżewġux u jibqgħu jgħixu ma' ommhom u missierhom!", "Jien nemmen ħafna fil- familja u għalhekk kulħadd - il-Knisja, il-gvern u l-oppożizzjoni - irid jiġbed ħabel wieħed sabiex din il-problema ma tkomplix tikber.", "Din m'hijiex problema tal-gvern Nazzjonalista biss, iżda hija problema ta' kulħadd!", "Kulħadd jista' jiffaċċja dawn it-tip ta' problemi imma ejjew ma nħallux din il-problema tikber iżjed milli hi.", "Diġa` hija kbira!", "Is- separazzjonijiet, kif għedt aktar qabel, qed jiżdiedu u ma nistgħux naffordjaw li jkomplu jitfarrku iktar familji Maltin u Għawdxin.", "Filwaqt li għandna dawn id-djun kollha fuq il-proprjeta` tal-koppji Maltin u Għawdxin qed naraw ukoll kemm qed togħla l-ħajja.", "Mal-pagamenti tad-dar li nħallsu ta' kull xahar għandna l-ispiża għall-ħajja, sempliċement sabiex nieklu.", "M'iniex qed ngħid li noqogħdu nagħmlu l-kapriċċi.", "Lanqas biss qiegħed naħseb fuq dawn l-affarijiet!", "Jiena naħseb li minn wara li ġie elett fis-sena 2003, kull ħaġa li miss il-partit Nazzjonalista kienet battalja!", "Per eżempju, meta ħareġ ir-regolamenti li jirrigwardjaw it-tipjip kellu problemi mas-sidien tal-bars u restaurants.", "Issa jien nagħmilha ċara li qatt ma pejjipt.", "Kien hemm il-kwestjonijiet dwar dar Malta fi Brussell, l- isptar Mater Dei, it-Teatru l-imwaqqa' -- meta qalu li l-parlament sejjer minflok it-teatru l-imwaqqa' -- l-eco-tax, iż-żieda fil-prezz tal- pitrolju, tal-ħobż, tal-plastic bags, it-tnaqqis tal-ġranet tal-leave li jieħdu l-ħaddiema minflok il-public holidays li jiġu fil-weekend u ż-żieda fin-nollijiet tat-trasport.", "Kif kont ġej hawnhekk rajt l-istudenti jipprotestaw minħabba ż-żieda ta' 5c fin-nollijiet tal-karozzi tal-linja.", "Wasalna f'din l-estremita`!", "Ara kemm kull sold huwa importanti f'dan il-pajjiż!", "Fejnhom dawk l-affarijiet li kienu jwegħduna tal-partit Nazzjonalista?", "Fejn hi l-fiduċja?", "Kienu jgħidulna li tant kien se jkollna xogħol li kważi rridu nġibu n-nies minn barra l-pajjiż sabiex jaħdmu hawnhekk!", "Vera li qed jiġu jaħdmu hawnhekk imma għandna problema kbira ta' qgħad!", "Jien nagħlaq hawnhekk u nappella minn qalbi sabiex nieħdu bis-serjeta` dak li ntqal fl-omelija tal-Monsinjur Arċisqof.", "Jien għal darba oħra noffri l- għajnuna tiegħi għax irrid il-ġid lil pajjiżi u nerġa' nipproponi li titwaqqaf kummissjoni b'rappreżentanti mill-Knisja, mill-partit Laburista, mill-gvern u diversi entitajiet biex flimkien nipprovaw ma nħallux il- koppji żgħażagħ Maltin u Għawdxin ikomplu jitfarrku minħabba l-problema tal- proprjeta`.", "Nirringrazzjak.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Insejjaħ lill-Onor.", "Karl Chirchop.", "ONOR.", "KARL CHIRCHOP: F'dan l-abbozz ta' liġi li permezz tiegħu se jiġu implimentati diversi miżuri ta' l-estimi u diversi miżuri amministrattivi oħra, ma tistax ma taċċennax għal ċerti punti li diġa` tkellimna dwarhom waqt id-dibattitu dwar id-diversi ministeri, u naturalment, nagħmlu xi kummenti dwar żviluppi oħrajn li ġraw matul dawn l-aħħar ġranet u li qed jintqal ħafna dwarhom fuq il-mezzi tax-xandir tagħna.", "Sur President, din in-naħa tal-Kamra insistiet għal diversi drabi li dan il- budget huwa morsa fuq il-familji tal-ħaddiema.", "Xejn iżjed u xejn inqas!", "Fil-fatt l-iktar li se jkun qed jagħfas huwa kemm fuq is-saffi ta' taħt u kemm fuq is-saffi tal-klassijiet tan-nofs.", "Dan huwa budget li għal darba oħra qed jifqa' x-xibka soċjali u se jkompli jimmina kull ħajt ta' kenn li kien baqagħlu l-poplu tagħna, speċjalment dak is-saff ta' poplu li l- eżistenza tiegħu xi ftit jew wisq tiddependi fuq il-welfare state li bena l- partit Laburista fis-sebgħinijiet u t-tmenijiet u li kompla saħħaħ il- partit Nazzjonalista fl-aħħar tat-tmeninijiet.", "Dan il-budget jista' jissejjaħ budget klassista, li sejjer ikompli joħloq differenzi kbar bejn il-klassijiet ta' fuq fis-soċjeta` tagħna u dawk tan- nofs, u jkolli ngħid li se jkompli joħloq differenzi bejn id-distretti tan- north u tas-south għax hemmhekk ukoll tinħass id-differenza b'mod aċċentwat.", "Mr Speaker, irrid ngħid bla tlaqliq ta' xejn li għalkemm il-benefiċċji soċjali fil-voti li ddiskutejna matul dawn l-aħħar xhur se jiżdiedu b'mod assolut, pero` din iż-żieda tista' tattribwiha kompletament għall-fatturi demografiċi.", "Kif diġa` kelli l-opportunita` li naċċenna, il-popolazzjoni tagħna qiegħda dejjem tikber u tixjieħ u l-ikbar persentaġġ ta' din iż- żieda fil-benefiċċji soċjali propjru jmur biex jagħmel tajjeb għal dan il- fattur, cioe` l-pensjonijiet fix-xejriet kollha tagħhom.", "Pero` min-naħa tagħna, bħala oppożizzjoni, ma nistgħux ma niġbdux l- attenzjoni li ċerti benefiċċji, għalkemm sar eżerċizzju sabiex nipprovaw nagħtu l-impressjoni falza li sejrin ikomplu jitjiebu, fil-fatt se jkomplu jitnaqqsu.", "Fost l-oħrajn kellna l-benefiċċju ormai famuż taċ-children's allowance fejn, għalkemm ittieħdet miżura żgħira ħafna, fejn se jkunu qed itejbu xi ħaġa żgħira ħafna f'dan il-benefiċċju, nafu li l-vot se jkompli jitnaqqas b'somma fenomenali ta' Lm650,000 oħra!", "L-Onor.", "Bountempo diġa` għamel aċċenn għall-kwestjoni tal-housing u kulma rrid ngħid jien huwa li waħda mill-akbar problemi li qiegħda tolqot b'mod negattiv proprju l-eżistenza tal-familji Maltin u Għawdxin, huma ta' liema kulur politiku huma, hija proprju l-għoli astronomiku li għandna fil- prezzijiet tal-housing fil-pajjiż bħalissa.", "Dan jitkellem dwaru d-dokument tal-partit Laburista għar-riġenerazzjoni ekonomika u soċjali.", "Nafu li jekk fl-1995 kellna paga medja ta' madwar Lm2,500, u dak iż-żmien appartament medju ta' tlett ikmamar tas-sodda kien jiswa Lm10,000, fis-sena 2004, meta kellna paga medja ta' Lm3,500, allura l-paga medja żdiedet b'Lm1,000, il- prezz ta' appartament medju żdied b'erba' darbiet aktar, għax illum trid madwar Lm40,000 biex tixtri appartament ġebel u saqaf.", "Jiġifieri d-distakk bejn il-pagi, l-introjtu tal-familji Maltin u l-ispiża li jridu jagħmlu sabiex jixtru post fejn joqogħdu kompla jikber b'mod fenomenali.", "Nafu ċert li l-gvern m'għamel xejn f'dan ir-rigward, anzi mhux talli m'għamel xejn, talli dak li għamel kien proprju biex ikompli jinkoraġġixxi dan id-distakk.", "Huwa importanti li nagħtu ħarsa fuq fuq lejn il-kwestjoni tat-taxxi li jissemmew ħafna fid-diversi programmi li aħna l-politiċi nattendu għalihom fuq il-media.", "Minn statistika li ħarġet proprju dan l-aħħar mill-Unjoni Ewropea nafu li l-poplu tagħna huwa wieħed mill-aktar intaxxati fl-Unjoni Ewropea.", "Mhux imbilli jgħidulna li aħna naqgħu taħt l-average ta' l-istess Unjoni Ewropea.", "U anke fuq dan l-argument ta' tassazzjoni rrid ta' bilfors nislet xi riflessjonijiet soċjali.", "Nafu li fuq bażi ġenerali kull pajjiż, jew inkella kull poplu, għandu tliet tipi ta' taxxi li jiffaċċja.", "Għandu it-taxxi diretti bħalma hija l-income tax, il-capital gains tax u oħrajn, għandu dawk li huma indiretti, jiġifieri l-VAT, dazji , import levies u anke taxxi fuq prodotti u fuq produzzjoni, imbagħad għandu wkoll in-national insurance contributions.", "Jekk nieħdu l-persentaġġi mill-ammont totali li jiġbor il-gvern hawn Malta insibu li l-poplu tagħna jħallas 38% f'taxxi diretti, 42% f'taxxi indiretti u l-20% l-oħra huma f'termini ta' kontribuzzjonijiet tas-sigurta` soċjali.", "Meta dawk il-figuri nqabbluhom ma' l-average ta' l-Unjoni Ewropea nsibu li effettivament, fejn għandu x'jaqsam ma' taxxi indiretti, li ħafna minnhom huma taxxi ta' konsum, u li allura familji ta' ħaddiema, pensjonanti u dawk li jiddependu fuq benefiċċji soċjali jeħluhom mija fil-mija, għax dawn ma tistax tevitahom, il-familji Maltin qed jiġu ntaxxati b'medja ta' 10% aktar minn pajjiżi oħrajn Ewropej.", "Sur President, il-vilta` ta' dan il-gvern hija li filwaqt li dawn il-figuri huma diġa` eżistenti, jiġifieri sa l-aħħar tas-sena finanzjarja l-oħra, dan il-budget se jkompli jagħfas f'din id-direzzjoni.", "Għax filwaqt li l-EU average fi ħlas ta' taxxi indiretti hija ta' 33%, u aħna diġa` nħallsu 42%, 9% aktar mill-EU average, hawnhekk se nkomplu nagħfsu fuqhom.", "Din hija l- kuxjenza soċjali ta' dan il-gvern li tant jiftaħar biha?", "Proprju f'dawn il-ġranet jekk mara tad-dar tmur tixtri mingħand tal-grocer issib li minħabba l-imbierka eco-tax, li tant u tant iffissa li jdaħħal dan il-gvern, prodott bħalma huwa ċ-Cif li jintuża sabiex jitnaddfu l-borom u l- platti, minn 48c f'daqqa waħda għola għal 57c.", "Prodott ieħor, il-comforto instant coffee, minn 115ċ għola għal 130ċ.", "M'iniex se noqgħod nagħmel lista tal-prodotti li nsibu għand il-grocer hawnhekk, imma dawn huma żewġ affarijiet li qed insemmihom għax ġew f'moħħi bħalissa biex nuri ż-żieda fenomenali fil-prezzijiet li qiegħed jiffaċċja l-poplu Malti bħalissa.", "U dan mhux qiegħed ngħidu jien, Karl Chirchop, jew inkella tal-partit Laburista, kulħadd qed iħossha din iż-żieda, minn fuq sa isfel.", "Sfortunatament dawn huma kollha taxxi li deħlin b'mod indirett li se jkomplu jnaqqru l-ispending power u s-savings ratio tal-familji tal- ħaddiema li diġa` qiegħed baxx ħafna hawn Malta.", "U issa niddubita kemm se jibqgħalhom l-possibilita` - b'mod average qed ngħid - li jkomplu jfaddlu.", "Aħna nafu li fl-1995 minn kull Lm100 li kienu jaqilgħu kienu jġemmgħu Lm10, filwaqt li sas-sena l-oħra kienu jġemmgħu average ta' Lm2!", "Aħseb u ara fejn se nispiċċaw f'dan il-pajjiż b'dawn l-imberkin taxxi li deħlin ħelu ħelu minn taħt, li qed infaqqgħu ma' wiċċ il-poplu b'mod orkestrat ġurnata wara l-oħra.", "Irrid ngħid - bħalma qalu sħabi - li aħna nafu li din it-tassazzjoni addizzjonali indiretta qawwija se tpoġġi piż addizzjonali ta' 8.4%.", "Il- familji Maltin se jkunu qegħdin jiġu ntaxxati medja ta' madwar Lm20 fil- ġimgħa iktar.", "Dan apparti l-problemi l-oħrajn li hemm.", "Fil-bidu, jiena semmejt li dan il-budget huwa morsa fuq il-ħaddiema u nafu kif il-morsa tagħfas minn fuq u minn isfel.", "Dan it-tgerrim huwa kollu minn taħt.", "Il-problema ewlenija -- u dan, toħroġ titkellem ma min titkellem u jsiru kemm isiru surveys- - li qed tinkwieta u taffliġġi l-poplu Malti hija l-problema tax-xogħol.", "Jiena kelli l-fortuna jew l-isfortuna - skond mil- liema punto di vista - li nattendi diversi programmi tal-media fuq dan is- suġġett inkluż Xarabank ta' nhar il-Ġimgħa li għaddiet.", "Minkejja li saru ħafna wegħdiet biex jinsterqu l-voti qabel l-elezzjoni li għaddiet u ta' qabilha, il-qgħad kompla tiela' 'l fuq u sfortunatament il- gvern jidher ċar li m'huwiex miexi pari passu mal-problemi li ħoloq hu stess f'dan il-qasam.", "Naraw, per eżempju, kif bl-iskuża li jrid isolvi l- problema tan-nuqqas ta' kompetittivita`, b'daqqa ta' pinna se jkun qed jisraq id-dritt sagrosant tal-leave tal-ħaddiema tagħna u jneħħilhom erbat ijiem din is-sena u diversi ġranet oħrajn għas-snin li ġejjin.", "Dan mhux aħna biss kontrih imma l-korpi kostitwiti kollha u minn hawn irrid insellmilhom b'mod speċjali l-unions li tant jaħdmu għall-interessi tal- familji tal-ħaddiema.", "Aħna għamilna madwar għaxar snin niddiskutu l-liġi taċ-CERA li fiha hemm entrenched madwar 80 artiklu li qegħdin hemmhekk biex jissalvagwardjaw l-interessi tal-ħaddiema.", "X'insibu ma' wiċċna?", "Insibu gvern assolutament totalitarju u arroganti li ma jrid jisma' minn ħadd.", "Dan iġib l-iskużi li taparsi qed jinnegozja fi ħdan l-MCESD imma nafu - għax ammettew huma stess - li jekk kemm-il darba l-imsieħba soċjali m'humiex se joħorġu bi proposti validi u allura jaqblu miegħu fuq din il-kwestjoni, allura awtomatikament il-gvern se jmexxi b'din il-miżura anti-soċjali u kontra l-interess tal-familji tal-ħaddiema.", "Din hija d-diskussjoni li jrid il-gvern?", "Li jiddikjara minn qabel li bi ħsiebu jkompli b'din l-idea li jattakka u jimmina l-kwestjoni tal-btajjel.", "Sur President, irrid ngħid ukoll li ma nistax nifhem kif donnu issa qam kulħadd fuq din l-issue, li l-gvern irid inaqqas il-btajjel pubbliċi.", "Ma ninsewx li dan il-gvern ilu jgħid li jrid jattakka l-cost of living adjustments (COLA,) u din hija miżura ferm iktar ħarxa minn tal-btajjel pubbliċi għax tolqot b'mod aktar negattiv l-interessi tal-ħaddiema.", "Nerġa' ngħid li dan il-gvern ġab xita ta' taxxi fuq il-familji tagħna u dawn imponihom fuq l-affarijiet essenzjali għall-għixien tagħna.", "Il-gvern qed jagħmel dan kollu biex jagħmel tajjeb għall-irresponsabilita` kbira li biha mexxa dan il-pajjiż u biex ipatti għall-iżballji tiegħu.", "Tajjeb li nfakkru lill-poplu Malti dwar it-taxxi li żdiedu f'dawn l-aħħar ftit ġranet.", "Wara kollox, il-liġi li għandna quddiemna qiegħda hemm biex tintroduċi proprju dawn it-taxxi.", "Fost dawn it-taxxi hemm żieda qawwija fil- prezz tal-pitrolju u l-ġustifikazzjoni għal dan hu biex jaqtgħu l-abbuż.", "Veru li hawn l-abbuż imma l-gvern għandu jaqta' fejn hemm l-abbuż u mhux jgħabbi l-piż fuq l-anzjani li għadhom jużaw l-pitrolju biex isaħħnu d-dar tagħhom speċjalment f'dan ix-xahar u nofs li huwa l-aktar perjodu kiesaħ.", "Ejja nkunu onesti!", "Naqblu li hawn abbuż minn ċerti setturi fil-kwestjoni tal-pitrolju, imma mhux ġust li minħabba xi nies f'xi setturi, ibatu l- familji tal-ħaddiema li huma nies diċenti u li jiddikjaraw kull sold li jaqilgħu għax ma jistgħux jagħmlu mod ieħor, Sur President.", "Kellna wkoll żieda fil-prezz tad-diesel u hawnhekk l-argument tal-gvern hu li dan qegħdin jagħmluh minħabba l-ambjent.", "Din hija taxxa oħra li kif għidt fil-bidu se tkun qiegħda hemmhekk biex tnaqqas u tnaqqar mill-għixien tal-ħaddiema.", "Kellna wkoll żieda fil-prezz tal-ħobż u l-liberalizazzjoni fil-prezz tal-ħobż.", "Fl-istess nifs qalulna li għollew il-ħobż u li l-gvern mhux se jibqa' jinnegozja aktar fuq dan il-prodott essenzjali.", "Il-ħaddiema tagħna mhux talli jridu jixtru ħobż bi prezz ogħla imma jridu jħallsu għall- basket tal-ħobż ukoll issa!", "Kellna żieda ta' 17% fuq il-kontijiet tad-dawl u ta' l-ilma.", "Se nsemmi wkoll dak li qal l-Onor.", "Stefan Bontempo u li qal l-Arċisqof fejn skond il-knisja, waħda mill-akbar kaġuni ta' separazzjonijiet hija l- problema li hemm fil-prezz ta' proprjeta`.", "Iż-żewġ naħat tal-Kamra nirrikonoxxu li għandna problemi demografiċi li qed jaffettwaw il-welfare state u l-provvediment tiegħu u nafu li għandna problema ta' fertilita` fil- pajjiż fejn il-familji tagħna qed ikollhom anqas u anqas tfal.", "Ma tantx hawn nies bħali li għandhom erbat itfal u iktar ma jgħaddi ż-żmien iktar qegħdin jonqsu dawn it-tip ta' familji.", "Bilfors jiġri dan meta il-gvern jintaxxa daqshekk lil dawn il-familji.", "Tqisx professjonist, imma qis ħaddiem b'paga stabbli li se jiġi ntaxxat għax għandu familja kbira u allura jikkonsma aktar dawl u ilma.", "Il-gvern qabad u daħħal iż-żieda ta' 17% vilment mingħajr ma għamel distinzjoni bejn is-sitwazzjonijiet soċjali differenti tal-poplu tagħna.", "Il-gvern lill-poplu Malti qed jgħidlu: Iġġibx aktar tfal jew inkella ġib anqas għax aktar ma jkollok tfal, aktar se tħallas fuq l-ilma u dawl u dik is-17% se tinħass aktar.", "Dan li qed jgħidulu lill-poplu Malti u b'hekk qed ikomplu jitfgħu l-melħ fuq il-ferita tal-problema demografika li għandna.", "Dan minflok jagħmel bħalma għamlu Franza fejn ħajru lin-nisa li jaħdmu jkollhom it-tfal għaliex ipprovdew servizz tajjeb ta' child care facilities.", "Dan il-gvern ma tax każ tal- problemi tax-xogħol u tad-demografija li għandna u qed jippretendi li dawn jissolvew waħedhom!", "Dan mhux mod ħolisitiku ta' kif nibdew nieħdu ħsieb din il-problema u hemm bżonn li l-gvern jerġa' jirrevedi din it-taxxa ta' 17% fuq il-kontijiet tad- dawl u l-ilma għaliex qiegħda taqta' fil-laħam il-ħaj u hi kontra l- interessi tal-familji kbar.", "Ma ninsewx li anke ċ-children's allowance - li tagħmel xi ftit tajjeb għal dawn l-affarijiet - bil-mod il-mod qiegħda titnaqqar.", "Għandna xita ta' taxxi oħrajn, Sur President.", "Kien hemm żieda fin-nollijiet tal-karozzi tal-linja u tal-vapuri tal-Gozo Channel.", "Issa smajna wkoll li dawk kollha li għandhom mard kroniku u jridu jmorru l- isptar sabiex ikomplu jieħdu l-kura tagħhom, iridu jibdew iħallsu..", "Pero` qaluli wkoll li qalulhom li se jqabbżuhom il-queue u nitlob lill-Onor.", "Tonio Fenech jikkonfermaha din.", "Hemm ukoll l-eco-tax li ħolqot ħafna nkwiet u anke ħafna abbuż għax addirittura smajna bi ħwienet li żammew 13-il ċenteżmu fuq basket tal-plastik.", "Kien hemm ukoll iż-żieda fil-VAT minn 15% għal 18% li daħlet is-sena l-oħra u l-VAT iddaħħlet anke fuq affarijiet essenzjali bħalma huma l-mediċini u affarijiet ta' l-iskejjel.", "Hemm taxxa ġdida fuq il-mobile phones li għaliha hemm riferenza f'din il-liġi li għandna quddiemna.", "Kien hemm żieda fuq it- taxxa fuq vetturi second hand, fuq il-proprjeta` li tintiret u anke fuq dawk l-anzjani li qegħdin rikoverati f'San Vinċenż u djar oħra ta' l- anzjani.", "Imbagħad, fuq dan kollu, jiġi l-gvern u bl-iskuża tal-kompetittivita`, ineħħi l-konċessjoni tal-btajjel pubbliċi li jaqgħu fil-weekend.", "Din hija l- ikbar daħka f'wiċċ il-poplu li qatt smajt kemm ili fil-politika.", "Kif jista' dan il-gvern jitmejjel bin-nies b'dan il-mod!", "F'ġieħ l-irġulija hemm bżonn li they start calling a spade, a spade u jibdew imexxu b'mod raġonevoli u li jagħmel sens.", "Ma jistax ikun nibqgħu sejrin hekk.", "Sur President, meta l-partit Laburista jkun fil-gvern, aħna se nirrivedu l- piżijiet ta' taxxi li hemm fuq il-klassi tan-nofs u tal-klassi ta' taħt għax hemm bżonn li l-piż tat-taxxi f'dan il-pajjiż jibda jinġarr b'mod aktar ġust u soċjalment ekwu.", "Irridu wkoll indaħħlu l-accountability.", "Ma jistax ikun li l-poplu tagħna nkomplu nitolbuh iħallas dan l-ammont ta' taxxi kollha u mbagħad isiru ħniżrijiet bħalma kellna fil-kwestjonijiet tal- RJ 70's, ta' l-ambaxxati li niftħuhom u nerġgħu nagħlquhom, ta' l-isptar Mater Dei - li issa sirna nafu li se jiġi jiswa madwar Lm250 miljun - u ta' Dar Malta.", "Kien hemm sparpaljar ta' flus fuq l-awtoritajiet li fetħu bl- għexieren matul dawn l-aħħar snin.", "Hemm lista interminabbli, Sur President.", "Il-gvern mhux qed jirnexxilu jkun raġel biżżejjed miegħu nnifsu u jżomm in- nies li japponta huwa stess, accountable għal dawn l-iżbalji li qed jiswew lill-poplu Malti u Għawdxi miljuni ta' liri!", "L-aktar ħaġa għażiża għall-partit Laburista u għalija bħala rappreżentant tal-familji tal-ħaddiema hija l-kwestjoni tar-rispett lejn il-ħaddiem.", "Ma jistax ikun li nibqgħu nittraskuraw l-aspett uman.", "Jiġu ħafna każi ma' wiċċna ta' nies jibku.", "Din semmejtha proprju fil-programm Xarabank tal- ġimgħa l-oħra.", "Kien hemm persuna li wara 35 sena servizz mal-PBS, tefgħuh 'il barra.", "Dan imbagħad mar ikellem lill-Onor.", "Austin Gatt u dan qallu li jekk ma jafx juża l-camera - meta dan qatt ma ħadem bħala camera person – jista' jitlaq 'l barra.", "Jekk is-segretarju parlamentari irid, nista' nagħtih l-isem ta' dan l- individwu.", "Dan ta 35 sena servizz u kien fadallu ħames snin biss biex jirtira minn mal-PBS!", "Ħareġ imbikkem!", "Ma jistax ikun li l-poplu tagħna nibqgħu nittrattawh b'dan il-mod!", "Xi ngħidu fuq it-tarznari, Sur President?", "L-istess kwestjoni fuq ta' l-IPSL fejn dawn il-ħaddiema ma jafux fejn qegħdin.", "Hemm il-kwestjoni tal-ħaddiema li kienu ma' l-MDC li bagħtuhom id-dar, baqgħu jħallsuhom u ħafna minnhom lanqas biss sabulhom post.", "Din hija l-kwestjoni kollha Sur President.", "Ma jistax ikun li dan il-gvern awtokratiku jibqa' jitratta l-familja tal-ħaddiema b'dan il-mod u aħna għalhekk se nivvotaw kontra din il-liġi.", "Grazzi.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Silvio Parnis.", "ONOR.", "SILVIO PARNIS: Sur President, l-effetti tal-budget bdew jinħassu sewwa fost il-poplu tagħna.", "Tan-naħa l-oħra jgħidu li kollox miexi sewwa f'dan il-pajjiż, pero` jien mhux se ngħid x'ngħidu ta' din in-naħa.", "Jiena se ngħid x'qed jgħidu n-nies tat-triq li fl-aħħar elezzjoni vvotaw lill- partit Nazzjonalista u li qegħdin iħossu li dak kollu li wegħedhom dan il- partit qabel l-elezzjoni, spiċċa fix-xejn.", "Dawn qegħdin isibu l-bibien magħluqa ma' wiċċhom u jekk ma tkunx verament tal-qalba, m'għandekx ċans issib sodisfazzjon.", "Tan-naħa l-oħra jaħsbu li kollox miexi sewwa f'pajjiżna.", "Dawn jaħsbu li għaliex ikunu qed imexxu l-pajjiż minn wara skrivanija, dan miexi 'l quddiem.", "Tisma' lil tan-naħa l-oħra jgħidu li hawn impjiegi kemm trid f'dan il-pajjiż, li l-ħaddiem jinstab kuntent, li hawn ħafna ġid, li t- turiżmu miexi 'l quddiem u li n-negozju qabad rankatura 'l fuq.", "Sfortunatament, meta titkellem ma' dawk kollha midħla tax-xogħol f'pajjiżna, jgħidulek li dan mhux veru.", "Jekk aħna tal-partit Laburista mhux se nikkritikaw dak li qed jagħmel il-gvern Nazzjonalista, aħna nkunu kompliċi miegħu.", "Jiena ninsab persważ li din in-naħa qatt m'hu se tittradixxi lill-ħaddiem u lill-poplu Malti.", "Bl-għajta li l-ambjent jieħu r-ruħ, ħarġu bl-idea ta' l-eko-kontribuzzjoni.", "Jiena nagħmilha ċara li l-partit Laburista m'huwiex kontra l-ambjent, imma ma nistgħux naqblu li l-poplu jiġi ntaxxat b'dan il-mod fuq il-basktijiet tal-plastik speċjalment meta tqis li kienu tan-naħa l-oħra nefqu kollox għax għoġobhom jgħixu fil-lussu u jixtru karozzi, mobiles u djar barra minn Malta bħallikieku aħna kellna xi bir tal-flus li ma jispiċċa qatt.", "Illum il- ħaddiem qed ikollu jħallas għall-kumdita` kollha li għoġobhom jgħixu fiha tan-naħa l-oħra.", "Tan-naħa l-oħra issa qed jgħidu: Issa fadlilna l-aħħar tliet snin u ejja nikluha tajjeb.", "Il-ħaddiem sejjer ikompli jbati u jitlef mill-valur reali tal-paga li jaqla'.", "Sur President, jekk tan-naħa l-oħra jaħsbu li f'dan il-pajjiż kollox miexi sew u jekk hawn nies li jaħsbu li dak li qed ngħidu aħna fuq din in-naħa hu biss biex nagħmlu xi kapital politiku, jiena ngħidilhom li dan mhux minnu.", "Sur President, il-bieraħ kelli ċans li mmur inżur żona ta' flats li fihom jgħixu ħafna single parents li xi darba kienu familji.", "Dawn żgur ma jistgħux jgħixu bl-għoli tal-ħajja li qed jifni l-pajjiż tagħna.", "Min għandu dħul baxx ma jistax jibqa' jgħix il-ħajja kif jistgħu jgħixuha tan-naħa l- oħra jew b'rispett lejn id-dinjita` tiegħu.", "Jekk tan-naħa l-oħra jgħidu li qed nigdeb, jiena lest li neħodhom f'din l-area.", "Kien hemm omm li qaltli li għandha żewġt itfal u tista' żżomm waħda biss, għax minħabba l-għoli tal- ħajja u minħabba li din tgħix bir-relief, ma tistax iżżommhom it-tnejn.", "Kien hemm familji li minħabba l-għoli fid-dawl, lanqas jużaw heater għax meta jiġi l-kont tad-dawl ma jkunux jistgħu jħallsuh!", "Dawn il-flats kollha mimlijin problemi soċjali u għal tan-naħa l-oħra, qisu m'hu qiegħed jiġri xejn.", "L-aqwa li jgħidu li f'pajjiżna hawn ix-xogħol, anzi mhux biss jgħidu hekk imma jgħidu li lanqas isibu nies biex jaħdmu!", "Fil-każ jiġu għandi, u malajr nagħtihom lista ta' nies li jiġu għandi biex ngħinhom isibu xogħol!", "Sur President, tan-naħa l-oħra mhux b'saqajhom ma' l-art u jekk aħna noqogħdu siekta f'dan il-Parlament u barra minnu, aħna nkunu kompliċi ta' dan kollu u ta' warajna jisħtuna.", "Jekk aħna ma ngħidu xejn, is-silenzju tagħna jkun appoġġ għal dawk kollu li qegħdin jagħmlu tan-naħa l-oħra.", "Għalhekk, kif jgħid il-leader tagħna, f'ħin opportun noħorġu u nipprotestaw.", "Tan-naħa l-oħra jitkażaw għax ngħidu li ħerġin nipprotestaw.", "Insew kemm kienu joħorġu jipprotestaw bil-borom ġo Tas-Sliema!", "Insew kemm kienu jmorru barra minn Malta u jipprovaw ifarrku l-investiment u t- turiżmu!", "Insew kollox dawn, Sur President!", "Dawn illum saru l-aktar nies retti f'pajjiżna imma jiena nibqa' ngħid li ta' fuq baqgħu jgawdu u t'isfel spiċċaw ħadu l-għadam.", "Qalulna li l-pitrolju għollewh minħabba l-ambjent u qalu li huma ftit dawk in-nies li jużaw il-pitrolju għax għamlu xi survey.", "Dejjem bis-surveys, kumitati u teatrini, imbagħad tfittex u ma ssib xejn, Sur President!", "Imbagħad ilaqqgħu erba' min-nies minn tal-qalba biex jaqilgħu lira u addio s-surveys.", "Is-surveys misshom jgħamluhom billi jduru d-djar tan-nies.", "Is- surveys misshom jgħamluhom meta jiġu n-nies u jgħidu li taħt dan il-gvern ma jistgħux ikomplu mexjin.", "Trid tħoss il-bniedem tad-demm u l-laħam u titkellem miegħu!", "Is-surveys tagħmilhom meta jiġu n-nies u jgħidulek li l- gvern waqqfilhom ir-relief.", "Jgħidulek li b'paga minima ma jistgħux ilaħħqu ma' l-ispejjez tat-tfal ta' l-iskola bħal uniformijiet u photocopies.", "Min hu batut ikompli jbati f'dan il-pajjiż.", "Kien il-partit Laburista fis-snin 70 u 80 li għolla lil dan il-poplu tagħna u lill-ħaddiem għamlu kważi daqs tan-nofs u daqs is-sinjur.", "Dawn reġgħu baxxew lill-ħaddiem għax ma felħux jaraw li l-ħaddiem ikun daqs is-sinjur.", "Dawn qatt ma jistgħu jkunu favur il- ħaddiem, Sur President.", "Dawn kienu għamlu plejtu għax fi żmienna kienu pprotestaw l-istudenti, u issa li reġgħu pprotestaw, ma ġewx appoġġjati.", "Allura dak kollu li jsir fi żmienna biss hu ħażin u dak li jsir fi żmienhom huwa kollu tajjeb?", "Il-poplu tagħna għandu moħħ biex jaħseb u min jaħseb li l-poplu tagħna huwa xi poplu injorant, hu żbaljat.", "Tan-naħa l-oħra qarrqu bih fl-aħħar elezzjoni u wegħduh stilel kullimkien u ħajja aħjar u minn dan kollu ma sar xejn.", "Issa l-gvern qed jgħid lill-poplu: Oħroġ it-taxxa ħalli bit-taxxa li inti toħroġ inkun nista' ngħix komdu jiena.", "Dan li qegħdin jagħmlu.", "Hu tajjeb li aħna minn dan il-parlament u barra minn hawn, nitkellmu dwar dak kollu li qed isir fil-pajjiż tagħna.", "Ma rridx inkun kompliċi ma' tan-naħa l-oħra bis-skiet tiegħi.", "Ma jistax il-poplu jibqa' b'idejh marbuta u qisu ma qed jiġri xejn.", "Għola l-pitrolju, għolew in-nollijiet tal-karozzi tal- linja, għola l-ħobż u għoliet il-ħajja, Sur President.", "Jiena ma mmurx nixtri imma in-nies jitkellmu u tajjeb li tkun taf x'qegħdin jgħidu n-nies.", "Għolew l-affarijiet kollha u kull fejn tmur, kollox qiegħed jogħla.", "Morru staqsu lil tan-negozju ħalli taraw xi staġnar hawn fil-pajjiż tagħna.", "Imma tan-naħa l-oħra jgħidulek: Le, ix-xogħol sejjer tajjeb.", "Jiena ngħid prosit lil dawk il-unions kollha, 'l bogħod minn kull kulur politiku, li qed jaħdmu biex lill-ħaddiem iżommulu d-dinjita` tiegħu.", "Tan- naħa l-oħra jridu joqogħdu attenti għax meta tipprova tkisser il-unions, tkun qiegħed tkisser lilek innifsek.", "Tiċċajtawx mal-unions u tiċċajtawx mal- GWU li hija l-ikbar union f'pajjiżna.", "Min irid jingħaqad u min ingħaqad mal- GWU ngħidulu prosit.", "Min ried joqgħod gallerija għaliex jissapportja lil tan-naħa l-oħra, joqgħod gallerija imma l-poplu jkun jaf min verament qiegħed jiġġieled għad-drittijiet tiegħu.", "Xi ngħidu fuq l-għoli tal-proprjeta`?", "Kulħadd jaf kemm hi diffiċli biex ikollok l-ewwel dar u li ma tixtrihiex b'inqas minn Lm35,000.", "Ejja nifhmu verament li hawn nies li qegħdin ibatu u naraw kif nistgħu ngħinuhom billi ntellgħuhom tarġa.", "Dan huwa l-akbar monument li nistgħu nagħmlu f'dan il- Parlament jekk niftehmu kif lil dawn in-nies li qegħdin ibatu minħabba l- miżuri tal-budget, u ma jitkellmux, ma nħalluhomx ibatu iżjed.", "Meta aħna konna ngħidu li l-pajjiż ma jiflaħx jonfoq iktar, tan-naħa l-oħra kienu jidħku.", "Kien hawn xi erba' professuri hawn u qalu: Id-dejn iħallsuh uliedna.", "U veru bdew iħallsuh u llum spiċċaw mhux biss l-ulied iħallsu d- dejn imma l-poplu Malti kollu b'negozju staġnat u b'turiżmu rieqed.", "Jekk tan-naħa l-oħra għejjew, imisshom jgħidu li għejjew, jew jekk ma jridux jisimgħu iktar, jgħidu li ma jridux jisimgħu iktar.", "F'dawn is-snin kollha fil-gvern, rabbew l-għanqbut u kulħadd jaf lil dak u lill-ieħor u dan ma jistax jibqa' sejjer hekk għaliex dan il-poplu tagħna ma jistax jibqa' jbati.", "In-nies ma jifilħux aktar piżijiet, u l-aktar li jkunu qegħdin ibatu minn dawn il-miżuri ma jkunux is-sinjuri imma l-ħaddiema, u dawn li jinsabu 'l isfel.", "Għad għandna tfal ta' ġenituri li huma batuti fis- soċjeta` u dawn ma jistgħux ikunu bħal tfal oħra.", "Irridu nifhmu li ma tistax tkejjel lil kulħadd bl-istess miżien.", "Il-pensjonanti għaddejjin minn żminijiet diffiċli.", "Jiena nħeġġeġ tan-naħa l-oħra biex jitkellmu magħhom.", "Jien fil-Milied kelli ċans indur l-anzjani f'San Vinċens u dawn qaluli li din is-sena għall-ewwel darba ma setgħux jixtru rigal lit-tfal u lin-neputijiet tagħhom!", "Dan għaliex irċevew kontijiet li riedu jħallsuhom mill-pensjoni tagħhom wara li ħadulhom 60% u 80% minnha!", "Ill-partit Nazzjonalista kien jitkaża meta mill-pensjoni konna nieħdu 40%!", "Dawn huma l-istess Nazzjonalisti li kienu 50 u 100 sena ilu, li meta oriġinaw qatt ma riedu jitħalltu mal- ħaddiem, imbagħad għaliex riedu taparsi gvern differenti neħħew il-ġlekk u l-ingravata u libsu l-flokk biex taparsi huma wkoll tal-ħaddiem!", "Sur President, kien il-partit Laburista li ħadem fil-pajjiż sabiex ħoloq iċ- children's allowance, il-bonuses, l-edukazzjoni b'xejn, il-housing estates u l-AirMalta.", "Mentri llum qed naraw kif se nagħmlu sabiex inkissru lill- AirMalta ħalli ngħidu li din m'hijiex b'saħħitha u b'hekk ikun hemm xi erba' bażużli li jeħduha!", "Qegħdin immewtuha bil-mod il-mod u l-pjan kollu huwa li nipprovaw inkissruha!", "Il-partit Laburista għamel monumenti kbar li se jibqgħu f'qalb il-poplu u f'qalb il-ħaddiem għaliex dawn ma sarux bis- saħħa tal-mexxejja Laburisti biss iżda saru flimkien mal-ħaddiem!", "L-aktar nies li kellhom ibatu huma l-aktar nies li ħadmu sabiex f'pajjiżna ġabu dawn ir-riformi, bħal per eżempju, il-ħaddiema tat-tarznari li l-gvern Nazzjonalista xeba' jagħtihom bis-sieq.", "U għalhekk nittama li f'dan il- pajjiż wieħed jifhem id-differenza bejn gvern li daħak bih u bejn Oppożizzjoni Laburista li qiegħda twiegħdu li flimkien nistgħu naslu u jekk naħdmu flimkien żgur li bi gvern Laburista nkunu nistgħu noħorġu mill-isqaq li daħħluna fih tal-partit Nazzjonalista, li l-uniku skop tagħhom huwa li jgawdu huma, ta' madwarhom u dawk tal-qalba!", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Is-Segretarju Parlamentari Anthony Abela.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Sur President, smajt b'attenzjoni d-diskors ta' l- Onor. Parnis u ħadt l-impressjoni li seħibna ma kienx jgħix f'Malta bejn l- 1996 u l-1998 u lanqas kien jgħix f'Malta qabel l-1987!", "Ħadt ukoll l- impressjoni li suppost ma ġarax dak li ġara fl-1998, li suppost ma ġarax dak li ġara fis-sena 2003 u suppost kellhom ikunu huma n-nies li jagħmlu l- budget ta' din is-sena għaliex kellhom ikunu huma fil-gvern!", "Madankollu ma nixtieqx nibbaża l-intervent tiegħi fuq x'inhu u x'mhux suppost, pero' naħseb li jkun aħjar li nitkellmu fuq dak li hu.", "Din il-liġi li għandna quddiemna llum hija r-riżultat tad-diversi miżuri li ttieħdu fil-budget u tirrifletti s-serjeta' li biha qed jaħdem il-gvern tal- ġurnata, is-serjeta' li aħna nħarsu lejn dak li hu bħala dak li hu, u mhux nagħtu l-illużjonijiet.", "Jekk għandna ngħidu xi ħaġa fuq topic speċifiku, ngħiduh kif inhu u mhux nitkellmu in aria u nagħtu l-impressjoni li nistgħu nirranġaw is-sitwazzjoni ta' pajjiżna billi niżvalutaw il-lira!", "Minflok dan kollu qed inħarsu lejn dak li jista' isir.", "Sur President, is-sena li għadidet il-gvern reġa' introduċa l-capital gains tax fuq il-qligħ li jsir mill-proprjeta' li tinbiegħ wara li tkun intirtet.", "F'dak l-istadju konna għedna - mhux kif spjegawha l-partit Laburista li qalu fuq kulma tiret se teħel 35% - li l-ammont li tiddikjara fis- suċċessjoni, jiġifieri l-ispejjeż ta' taxxa u spejjes legali li tkun ħallast, flimkien ma' l-inflation factor ma jkunux taxxabbli u tħallas it- taxxa fuq id-differenza, jiġifieri fuq il-qligħ.", "Din id-differenza seħħet għaliex jew il-partijiet kienu ddikjaraw valur sostanzjalment anqas minn dak tas-suq fil-kuntratt ta' dikjarazzjoni tat-trasferiment b'kawża ta' mewt, jew inkella għaliex titbiddel iċ-ċirkostanza ta' dik il-proprjeta'.", "Per eżempju, proprjeta' li għaddiet fil-wirt kienet tinsab mikrija jew okkupata minn terzi persuni u meta tiġi biex tbigħha jkunu tbiddlu ċ- ċirkostanzi tagħha.", "Allura kien ikun hemm ammont sostanzjali ta' qligħ li mbagħad dak l-ammont jiġi taxxabbli fuq l-istess sistema bħal meta bniedem xtara appartament jew xi biċċa art u ħalliha hemmhekk, imbagħad wara perijodu ta' żmien biegħha u allura l-inflazzjoni u l-ispejjes li jkun hemm fuqha ma jkunux taxxabbli.", "Mela din is-sena l-gvern - u rrid ngħid li s-segretarju parlamentari Tonio Fenech kien kważi aktar ġeneruż mill-ideat tiegħi dwar x'kellu jsir f'dan il-kambjament u l-ammont li ma kellux ikun taxxabbli - ħareġ legal notice fejn lil dawn in-nies tahom iċ-ċans li jirrevedu l-valur li kienu taw f'dawn il-kuntratti ta' dikjarazzjoni ta' trasferiment b'kawża ta' mewt.", "U ngħataw iċ-ċans li jekk proprjeta' intirtet immedjatament bejn l-1993 u l- 1995, wieħed għandu ċ-ċans li l-prezz jgħollih minn Lm1,000 għal Lm3,000 u jkun żiedu bil-200%.", "Din tibqa' tinżel man mano sakemm dawk li wirtu bejn l-2002 sa l-24 ta' Novembru, 2003, ikunu jistgħu jirrevedu l-kuntratt ta' dikjarazzjoni ta' trasferiment b'kawża ta' mewt billi jgħollu l-prezz b'20%.", "Irridu ngħidu li min kien ġust u ddikjara l-prezz veru meta għamel id- dikjarazzjoni ta' trasferiment b'kawża ta' mewt m'għandux għalfejn jibża' li waqa' fl-abbissi kif qal l-Onor.", "Parnis, iżda jirringrazzja lill-Bambin li l-gvern illum qed jagħtih iċ-ċans u fetaħlu tieqa minn fejn sa Ġunuju li ġej ikun jista' jiddikjara valur iżjed minn kemm għoliet il-proprjeta'!", "Min ried għaxar snin ilu jiddikjara appartament Lm2,000, issa lanqas għaxar snin ilu appartament ma' kien jiswa Lm2,000 u lanqas sentejn ilu ma kien jiswa Lm3,000 jew Lm4,000, pero' ċerti nies kien mingħalihom li f'xi ħin jew ieħor il-gvern se jerġa' jmur lura u jerġa' jagħti xi amnestija jew xi ħaġa oħra.", "Għalhekk, għaliex aħna nisimgħu min-nies u għaliex nitkellmu man-nies, fil- konfront ta' din il-biċċa ħadna tliet passi.", "L-ewwel pass li għamilna għedna li peress li dawk in-nies li wirtu qabel l-1993 kienu jimlew formola ta' suċċessjoni u r-rata ta' ħlas tas-suċċessjoni kienet għolja minkejja li l-valur tal-prezz kien wieħed baxx, bdew iħallsu 7% bħala taxxa finali.", "Wara dan kien hemm min gerger ukoll, għaliex qal li kien hemm min għamel konvenju u nqabad taħt din il-morsa u għalhekk aħna tajnihom iċ-ċans li jirreġistraw.", "U kien hemm madwar 1,420 konvenju li ħriġnielhom ċertifikat kull wieħed u b'hekk meta jagħmlu l-kuntratt se jeħlu biss 5% fuq il-prezz bħala taxxa finali.", "Sur President, mhux hekk biss iżda erġajna smajna min-nies u għaliex tkellimna man-nies u ddibattejna magħhom, l-Onor.", "Fenech tramite l- minsiteru, ħadna ħsieb li erġajna ġeddidna dawn iċ-ċertifikati b'sena oħra.", "B'hekk, dawk il-kuntratti relattivi fuq il-proprejtajiet li kienu saru l- konvenji fuqhom qabel Novembru tas-sena 2003, issa jistgħu jsiru sat-30 ta' Novembru tas-sena li ninsabu fiha.", "Iżda dak ma kienx biżżejjed, u baqgħet iddoqq id-diska li lin-nies qed neħdulhom 35% ta' dak kollu li wirtu!", "Insejna ż-żmenijiet ta' meta l-gvern Nazzjonalista neħħa t-taxxa minn fuq l- għamara, li neħħa t-taxxa minn fuq il-mobbli, li neħħa t-taxxa minn fuq l- istocks u depożiti li jkun hemm fil-Malta Stock Exchange u li neħħa t-taxxa minn fuq l-investimenti bankarji!", "Dawn kollha nsejnihom!", "Mhux investimenti bankarji f'Malta biss iżda anke dawk l-investimenti bankarji li kienu barra minn Malta!", "Dawn kollha nsejnihom għaliex huwa essenzjali li ċerti professuri – u bħalma jgħajtu li hawn professuri fuq din in-naħa ċert li hemm professuri wkoll fuq in-naħa l-oħra - minflok ma jagħtu lill-pazjent li jiġi quddiemhom il-mediċina ħalli jirranġa s- sitwazzjoni, jgħidulu li 99% għandek xi ħaġa terminali u fi żmien 9 xhur tista' tmur tkellem lid-deffien!", "Din kienet l-attitudni negattiva, li nippreżentaw idea ta' kriżi u doomsday ħalli kemm jista' jkun inbeżżgħu lin- nies!", "Sur President, jekk inħarsu verament lejn iż-żieda fil-pensjonijiet, lejn iż-żieda fl-assistenza soċjali u lejn il-flus li qed ninvestu fi proġetti kapitali, u mbagħad min-naħa l-oħra nħarsu lejn il-passi finanzjarji li ħadna sabiex nirreletaw tassew kif se niġbru l-flus, insibu li aħna bbażajna fuq il-fatt li ħafna mill-flus se niġbruhom mit-tkabbir fl- ekonomija u mhux billi mponejna taxxi!", "U jekk wieħed joqgħod jikkontja sew il-miżuri li ħadna u fuq kemm se niġbru flus minnhom, isib li dawn ma jġibux l-ammont li qed nagħtu bħala żieda direttament f'taxxi f'dawn is- setturi!", "Jien lanqas qiegħed ngħid li kollox jinsab miexi fuq ir-rubini għaliex naħseb li ma kien hawn l-ebda gvern f'Malta li taħtu kien kollox perfett!", "La meta konna taħt ir-reġina, la meta konna kontra r-reġina, la meta ħadna l-indipendenza, la wara li sirna repubblika u lanqas illum ma nsibu gvern li se jġib kollox perfett!", "U li kieku jkun hawn gvern perfett lanqas ikun hemm bżonn li jippreżenta ruħu partit ieħor għall-elezzjoni għaliex jekk l- affarijiet ikunu perfetti lanqas ikun hawn min jikkontesta!", "Madankollu aħna konna napprezzaw il-fatt li - bħalma bqajna nistennew sa l- aħħar minuta qabel il-budget - forsi jintlaħaq patt soċjali fil-kumitat relattiv u li jattendi għalih is-segretarju parlamentari Tonio Fenech.", "U sa sagħtejn qabel ippreżentajna l-budget konna għadna nittamaw li l-print- out tal-budget ma tkunx dik li ffinalizzajna l-lejl ta' qabel u dakinhar filgħodu iżda kien ikollna bżonn nipprintjaw ftehim soċjali!", "Pero' xorta waħda għadna ma qtajniex qalbna minnu u kien sabiħ li llum naqraw li l- unions kollha - irrispettivament mill-kulur jew idea tagħhom - waslu f'xi tip ta' ftehim bejniethom sabiex għada waqt il-laqgħa li se ssir tiġi ppreżentata kontro-proposta għal dak li ħareġ il-gvern.", "U dan qed ngħidu għaliex aħna nemmnu li f'pajjiżna rridu nitkellmu u niddeċiedu u safejn nistgħu, nibqgħu nistennew sabiex nkunu nistgħu nagħtu lil pajjiżna dak il- ftehim milħuq bejn il-partijiet soċjali kollha.", "Imma xorta hawn min jinkwetah il-punt li l-gvern tal-ġurnata qed jagħmel minn kollox sabiex jilħaq ftehim soċjali!", "Sur President, minkejja dak li ntqal mill-Oppożizzjoni dwar li aħna ma ħarisniex lejn il-bżonnijiet soċjali, nixtieq nistaqsi x'inhuma l-akbar bżonnijiet soċjali llum?", "Dan m'mhuwiex kif qal l-Onor.", "Parnis li wliedna se jkollhom iħallsu d-dejn li qed nagħmlu llum iżda l-ewwel xogħol huwa sabiex uliedna jkollhom ambjent aħjar, fejn ikunu jistgħu jgħixu.", "Dan mhux se nagħmluh kif qal xi ħadd li se jkollna magħtab akbar milli kellna s'issa!", "Fil-fatt, din il-ġimgħa qegħdin naffrontaw din il-problema u l- ġimgħa l-oħra l-Ministru ta' l-Ambjent mar jipprova jitkellem u jiddiskuti man-nies ta' Wied il-Għajn fuq l-impjant ta' Sant Antnin.", "Madankollu spiċċajna b'charade ta' tgħajjir, fejn ċerta nies għall- iskopijiet politiċi tagħhom, minflok ma tkellmu bil-kelma t-tajba u ppruvaw iwasslu l-messaġġ tagħhom bl-akbar edukazzjoni, infexxew f'tgħajjir u kważi kellna abbuż fuq l-integrita' tal-minsitru preżenti!", "Saħansitra kellu jiġi eskortat mill-pulizija għaliex minflok nirraġunaw bħalma nagħmlu hawn ġew u noqgħodu niddiskutu fuq xi punti li ma naqblux dwarhom, naqbdu nieħdu l- liġi f'idejna u fejn ma naslux bil-kelma t-tajba naqbdu nbeżżgħu lil min qed jieħu dawn id-deċiżjonijiet!", "Huwa faċli li l-Ministru Pullicino ma jiħux il-passi li qed jieħu, kemm jekk hija eko-kontribuzzjoni u kemm jekk huwa l-mod ta' kif qed naffrontaw il-problema tal-waste disposal, u wieħed jibqa' għaddej u mbagħad naraw x'jiġri.", "Pero' dan il-gvern ma jimxix b'din is-sistema'!", "Dan m'huwiex gvern li se jipprova jilludi n-nies b'ideat ta' virtual reality, imbagħad fir-realta' ma jsir xejn!", "Din hija d-differenza reali bejn dak li qed jingħad mill-Oppożizzjoni u dak li qed jingħad min-naħa tal-gvern!", "Sur President, m'għandniex għalfejn nagħtu l-impressjoni li l-affarijiet ma jistgħux isiru, għaliex l-affarijiet fil-fatt jistgħu jsiru!", "Dan il-budget ma jirriflettix biss il-bżonnijiet tas-sena 2005 imma wkoll il-bżonn li pajjiżna ma jerġax jgħaddi minn dawk is-snin ta' meta d-deficit annwali kien jaqbeż il-Lm100 miljun!", "U fil-fatt is-sena li għaddiet id-deficit niżżilnih għal Lm94.5 miljuni, matul din is-sena għandna naslu għas-somma ta' Lm76 miljun, is-sena ta' wara ninżlu taħt is-Lm60 miljun u eventwalment, sa l-2007 inkunu nistgħu naslu għat-target – impoġġi quddiemna mill-Unjoni Ewropea - within the 3% bracket!", "Filwaqt li qed nitkellem fuq il-miżuri tas-sena d-dieħla huwa importanti li nwassal il-messaġġ li l-budget tagħna - kontra dak li ġara vis-a-vis il- gvern Ungeriż u l-gvern Grieg – huwa meqjus mill-Unjoni Ewropea bħala budget fattibbli, reali u li veru qiegħed jaffronta l-problema tad-deficit f'pajjiżna mingħajr ma jeskludi l-bżonnijiet kapitali.", "Fil-fatt aħna ma nsejniex il-bżonnijiet kapitali fl-edukazzjoni u żidna ammont sostanzjali għaliha!", "Ma nsejniex il-fondi li se nagħtu lill-Malta Heritage sabiex din tkompli tieħu ħsieb il-wirt kulturali tagħna u b'hekk inkunu nistgħu nwassluh aħjar lit-turisti li jżuruna!", "Lanqas insejna l-bżonnijiet ta' l- isptarijiet, il-bżonnijiet infrastrutturali u t-toroq!", "Madankollu ħadd mill-kelliema ta' l-Oppożizzjoni ma' jgħid li għalkemm qed isiru ħafna affarijiet ħżiena, hemm affarijiet tajba li qed isiru.", "Bħalissa quddiemi qed nara lill-Onor.", "Anġlu Farrugia li huwa mid-distrett tiegħi, u rrid ngħid li bħalissa fid-distrett tagħna qed isiru ħafna toroq, li parti minnhom qed inħallsuhom aħna u l-parti l-oħra qed inħallsuhom mill- flus tal-protokoll Taljan, kif ukoll spejjes oħra infrastrutturali li se nieħdu mingħand l-Unjoni Ewropea!", "Sur President, id-diskors kollu li sar matul il-budget jirrifletti dak li qed nagħmlu llum, u rridu ngħidu ukoll li finalment aħna ninsabu kuntenti li l-liġijiet tal-budget għaddew kollha nem.con.", "U tant kienu sodisfatti bina li l-partit Laburista ddeċieda li lanqas kellu għalfejn joqgħod hawn għall-votazzjoni u ħareġ 'il barra!", "B'hekk il-vot kien ta' 34 favur u xejn kontra.", "Ovvjament issa jistgħu jgħidu li anke aħna konna għamilna hekk, pero' dakinhar kien hemm raġunijiet oħra għalfejn ħriġna 'l barra!", "Pero' dakinhar il-partit Nazzjonalista ma kienx daħal fil-parlament għaliex il- partit Laburista kien tilef il-maġġoranza assoluta f'elezzjoni mmexxija minnu u xorta baqa' jiggverna kontra l-volonta' tal-poplu!", "U hemmhekk kellna l-ewwel episodju fi 22 sena, fejn il-budget għadda mingħajr ebda vot kontra u kien hemm il-vot tal-Prim Ministru u l-vot supplimentari oħra għaddew kollha bi 33 favur u xejn kontra!", "Allura hawnhekk ikolli nistaqsi jekk huwiex floku dan il-garr li qed isir min-naħa ta' l-Oppożizzjoni?", "Hija attwali l-kritika li qed issir min-naħa ta' l-Oppożizzjoni jew inkella qed jingħata lip service ieħor ħalli ma mmorrux ngħidu li għalkemm hemm affarijiet ħżiena hemm ukoll affarijiet tajbin?!", "Jien verament ma nistax nifhem!", "Fl-estimi tal-budget u oħrajn li qed iħarsu lejn l-operat tal-gvern u ta' l-entitajiet assoċjati miegħu insibu li hawnhekk qed isir xogħol tajjeb.", "Kien hemm ċirkostanzi li ġegħluna nieħdu ċerti passi bħal, per eżempju, is-surcharge li saret fuq id- dawl u l-ilma u ż-żieda fil-prezz tal-pitrolju.", "Irrid ngħid li huwa minnu li dan laqat ħażin lil ċertu nies, inkluż lill-familja tiegħi għaliex aħna wkoll insaħħnu d-dar tagħna bil-pitrolju.", "Pero' huwa fatt li kien hemm persuni fit-toroq tagħna li kienu qed jabbużaw mill-pitrolju u, tort tagħhom, il-gvern kellu jieħu ċerti passi fil-konfront tal-pajjiż kollu!", "Sur President, ħadd ma jista' jifhem - inkluż l-Onor.", "Tonio Fenech li jinsab bilqiegħda ħdejja - kif fix-xhur tas-sajf il-konsum tal-pitrolju jibqa' jikber, tant li kulħadd beda jaħseb li nqalbu l-istaġuni f'pajjiżna u kulħadd ried isaħħan id-dar tiegħu fi żmien is-sajf!", "Imbagħad din is- sena kellna każ fejn persuna nstabet tħallat il-pitrolju u sabiex ma tidħolx il-qorti ddeċidiet li tħallas 'il fuq minn Lm10,000 sabiex tirranġa l-affarijiet illegali li kellha!", "Kellna wkoll każijiet fejn id-dwana marru jiċċekkjaw fuq l-art ħalli jaraw jekk il-pitrolju u d-diesel kellux l- istess kulur li jkollu l-pitrolju u d-diesel duty free.", "Fil-fatt sibna li mhux biss kien qed isir abbuż minn dan id-duty free diesel iżda saħansitra, sabiex jiffrankaw u jdaħħlu aktar profitt, a skapitu ta' dawk li jixtru mingħandhom u jħallsu prezzijiet tajba, bdew iħalltu l-pitrolju miegħu wkoll!", "B'hekk wasalna fis-sitwazzjoni fejn l-ammont ta' pitrolju kien qed jirdoppja u jittrippla matul ix-xhur tas-sajf!", "Issa qed naraw x'kienet ir-realta' għaliex l-ammont ta' pitrolju li qed jinxtara reġa' ġie għan-normal u għal dak li kien snin twal ilu!", "Barra minn hekk, il-gvern qiegħed jagħti somma flus f'għajnuna lil dawk il- każijiet soċjali ta' nies li huma batuti.", "Dan għaliex finalment aħna ma rridu naraw lil ħadd batut u li l- impressjoni li naħa jew oħra trid tara xi parti minn Malta batuta fil-finanzi tagħha hija ħrafa u idjozija!", "Jien ma nemminx li l-partit Laburista jrid jara n-nies batuti u nemmen ukoll li in their heart of hearts jemmnu dak li nemmnu aħna.", "Jiena jiddispjaċini meta nisma' lill-Onor.", "Parnis jgħid li n-nies ta' San Vinċenz de Paule ma kellhomx flus din is-sena sabiex jixtru r-rigali tat- tfal u tan-neputajiet tagħhom.", "Dan għaliex aħna assigurajna li kulmin hu f'dar ta' l-anzjani jingħata full service, jiġifieri mediċini, ikel, tindif u kull ħaġa oħra!", "Barra minn hekk se jkollhom mill-anqas Lm600 f'idejhom matul is-sena.", "Aħna jiddispjaċina li l-Onor.", "Parnis ma semmiex kemm nies imorru jaraw lill-anzjani fl-aħħar tax-xahar ħalli jiffirmawlhom iċ-ċekk tagħhom u jeħduh huma!", "U sfortunatament għad fadal ħafna nies li jagħmlu dan fil-konfront tal-familjari tagħhom!", "L-appell tagħna f'dan ir-rigward huwa wieħed, dak li nibqgħu nistiednu lill- Oppożizzjoni sabiex jiġu b'kummenti kostruttivi u konkreti u mhux jiġu b'ħolm fis-sema, li ma jagħtux skossi lis-sistema kompetittiva ta' pajjiżna, li ma jagħtux skossi lill-poplu Malti in ġenerali u li t-taxxa titħallas effettivament minn min jiflaħ iħallas.", "U minflok ma noqogħdu ngħidu lin-nies kif jevitaw l-obbligi ċivili tagħhom, nippruvaw ngħinu sabiex insaħħu l-kultura li bniedem għandu jaqdi l-obbligu tiegħu lejn il- gvern, anke billi sempliċement jitlob irċevuta fejn għandu jitlobha u billi jara li ħaddieħor isegwi l-liġijiet ukoll!", "Jekk inti batut ma jfissirx li biex issegwi l-liġijiet trid bilfors tħallas it-taxxi, għaliex jekk inti ma taqax taħt dak il-bracket mhux qed nippretendu li għandek tħallas it-taxxi.", "Pero' m'hemm xejn li jżomm lil kulħadd milli jitlob irċevuta ta' dawk l-affarijiet li jixtri jew tas- servizz li qed jirċievi!", "Hu x'inhu s-servizz, għandi d-dritt li jkolli l- irċevuta fiskali tiegħu.", "Imbagħad il-gvern ikun jista' jassigura li jkun f'pożizzjoni li jista' jtejjeb is-sitwazzjoni tal-Maltin kollha!", "Fil-fatt, l-ewwel li se ntejbu hija s-sitwazzjoni ta' min qiegħed fis-saffi l-iżjed baxxi ta' l-ekonomija Maltija għaliex aħna ma rridux li n-nies ikunu below the breadline!", "Aħna rridu li kemm jista' jkun n-nies mhux jeżistu iżda jgħixu b'dekor.", "Aħna rridu nies li jlaħħqu mal-ħajja u, min jaqla' ftit, ta' l-anqas ikun jista' jgħix b'mod li jlaħħaq mal-ħajja b'dak il-ftit li għandu.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Angelo Farrugia.", "ONOR.", "ANGELO FARRUGIA: Sur President, donnu li s-segretarju parlamentari ma kienx parti mit-team tal-gvern Nazzjonalista matul dawn l-aħħar snin għaliex il-problemi li għandna u li konsegwenza tagħhom qed ikollna nieħdu dawn il-miżuri qawwija - irrespettivament kif għandu jinqasam il-piż - huwa proprju minħabba l-amminstrazzjoni ħażina li għamel gvern Nazzjonalista wara l-ieħor!", "Dan qed ngħidu għaliex anke l-eżempju li ġab sabiex jipprova jinkkonvinċi lil din il-Kamra u lil kulħadd dwar il-miżuri li ħadu, jiġifieri kif ippruvaw jaġġustaw l-inġustizzja li daħlet ma' l-introduzzjoni tat-taxxa fuq il-wirt, hija tgerfixa, abbuż u taxxa inġusta fil-konfront tal-poplu Malti u Għawdxi!", "Dan għaliex filwaqt li qed nitkellem fuq l-1,400 konvenju, huwa veru wkoll li kif inhi l-pożizzjoni llum, t-taxxa fil- konfront ta' proprjeta' li tiġi trasferita bħala kawża ta' suċċessjoni, il- gvern qed jieħu terz minn dak li huwa trasferibbli!", "Sur President, hija taxxa ġusta li familja ta' ħamsa li wirtet dar, meta għadhom lanqas biss raddew is-salib, diġa' għandhom terz minn dak il-valur li se jmur għand il-gvern?", "B'hekk it-tfal lanqas se jieħdu daqs l-ammont li se jieħu l-gvern!", "Dawn huma taxxi u ħniżrijiet li daħlu wara l-wegħdiet kollha li saru!", "Ma rridux ninsew li aħna kellna kampanja ta' referendum għall-Unjoni Ewropea fejn ma nafx x'ma wegħdux u kemm qalu li se nkunu aħjar!", "Imbagħad kellna l-kampanja ta' l-elezzjoni ġenerali u l-kampanja ta' l-elezzjoni tal-membri parlamentari Ewropej, u wara bdew ġejjin id- daqqiet, u daqqiet mhux lil dak u lill-ieħor imma across the board, kulħadd fl-istess keffa, irrispettivament min hu żgħir, min hu fin-nofs, min hu taħt u min hu fuq, baqgħu għaddejjin.", "U s-segretarju parlamentari qed jiġi jipprova jikkonvinċina li dawn huma fid-direzzjoni t-tajba.", "Mr Speaker, li kieku ċerti miżuri taw ir-riżultati nifhimha, pero` l- istatistika stess turi li l-ekonomija ma kibritx bir-ritmu li kienet għaddejja bih matul is-snin preċedenti u anke fis-snin bejn l-1996 u 1998.", "F'dawk is-sentejn il-GDP laħqet żdiedet kważi 10%, li kien rekord.", "F'dak il-brief period ta' gvern tal-partit Laburista konna diġa` wasalna biex tellajna dan is-suċċess ekonomiku, miraklu ekonomiku!", "Mr Speaker, hawnhekk għandna abbozz ta' liġi li se jimplimenta ċerti miżuri li qed nipprovaw nikkonvinċu li huma ġustifikati, apparti ftit kosmetika fil-każ ta' l-eżenzjoni fuq il-bio-diesel.", "Hija xi ħaġa pożittiva li jiġi ġġenerat fuel mill-iskart.", "Imma fil-każ tal-kontroversja tal-pitrolju, li ovvjament ġibtuha intom ukoll, ma jreġix l-argument li għollejtu l-prezz għaliex kien isir abbuż.", "Meta kien hemm il-kwestjoni tal-kuntrabandu tad- diesel - inti taf x'qed ngħid Onor. Segretarju Parlamentari - ħadtu l- miżuri fil-budget u għamiltu riferenza għal dak li għedt jien f'April fil- parlament.", "Imma jekk sar xi out of court settlement bejn il-kontrollur tad- dwana u min abbuża, sal-lum il-parlament ma jaf xejn.", "L-oppożizzjoni kienet qed tistenna li tiġu tgħidulna li dak li għedna hawnhekk huwa veru, kien hemm l-abbuż.", "Il-gvern qed jirrikonoxxi li kien hemm min qed jaħżen diesel, li mhux suppost kien għandu, biex jerġa' jbigħu.", "Issa rriżulta li X,Y,Z huma l-persuni nvoluti u sar dan l-arranġament magħhom.", "Imma lanqas dan ma tgħidulhom lill-oppożizzjoni u lill-poplu Malti u Għawdxi?", "Imma lill- poplu Malti u Għawdxi x'nagħtuh?", "Lill-poplu Malti u Għawdxi nagħtuh żieda fit-taxxa tal-VAT, minn 15% għal 18%, ħaġa li żgur li ma għedtulux fil-kampanja elettorali.", "Semmejna t- taxxa tal-wirt, it-taxxa fuq dokumenti, u 17% surcharge fuq il-kontijiet tad-dawl u l-ilma.", "Kemm kienu qamu rwiefen meta aħna għamilna dawk iż- żidiet fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma!", "Illum għandna 17% surcharge fuq il- kontijiet.", "Jien ngħid li l-poplu Malti u Għawdxi għandu mhux biss iwieġeb għas-sejħa li għamilna biex jiġi jipprotesta kontra dan kollu fl-aħħar ta' Jannar, imma għandha tqum rivoluzzjoni sħiħa biex ngħidu lill-gvern ireġġa' l-affarijiet għal kif kienu, speċjalment fejn qed ikun hemm il-weġgħat kbar taż-żgħar li żgur mhumiex se jkunu fil-pożizzjoni li jżommu l-istess livell ta' għajxien li kellhom sa ftit tal-ġimgħat ilu.", "Minn hawn nifraħ lill-istudenti ta' l-universita` li rajt jien u dieħel il- parlament li kienu qed jipprotestaw għaliex anke lil dawn qed tagħfsuhom.", "X'ma wegħedtuhomx intom meta konna fil-gvern aħna?!", "Ikkampjajtuhom quddiem il-parlament u quddiem Kastilja meta aħna konna qegħdin nagħmlu ċerti miżuri fl-interess ta' kulħadd!", "U llum mhux talli ma tajtuhomx dak li kontu tgħidulhom, talli issa qed teħdulhom ukoll dak li hu tagħhom u żidtulhom l-ispiża tat-trasport għall-universita` u affarijiet oħra.", "Jien ninkoraġġixxi aktar studenti, ħaddiema, nisa tad-dar, il-poplu Malti u Għawdxi kollu biex minn għada joħroġ fit-toroq jagħmlu protesti kontra l- gvern Nazzjonalista.", "Jekk hemm bżonn anke l-ħwienet jagħlqu u jiġu magħna.", "Din hija l-attivita` politika ħajja tal-poplu Malti biex jgħid \"le\" għal aktar ħniżrijiet.", "Mr Speaker, tajjeb infakkru li fil-kampanja ta' qabel ir-referendum kienu dejjem jgħidulna bil-vantaġġi li se jkollna meta nidħlu fil-European Union u jispjegawlna d-diversi direttivi ta' l-Unjoni Ewropea.", "Allura jekk kien hawn partit li suppost kien ippeparat għal dan kollu, dan kien il-partit Nazzjonalista.", "Allura meta jagħmel miżura fiskali, charge, excise duty, sejħilha li trid, bħat-taxxa li daħħal issa fuq il-mobile phones, il-gvern Nazzjonalista jmissu jaf x'inhu jagħmel!", "Għax skond id-direttiva 97/13 EC li l-member states iridu jaderixxu għaliha dwar legal systems għal min għandu individual licence tal-mobile phones u kif għandhom isiru l- ħlasijiet, f'deċiżjoni tal-European Courts of Justice f'Settembru tas-sena 2003, fil-kawża Albacom u Infostrada, li huma żewġ kumpanniji Taljani tal- mobile phones li għamlu kawża kontra l-ministero del tesero Taljan, l- avukat ġenerali ta' l-EU qal li jekk bħala pajjiż tagħmel charge fuq xiri ta' servizz jew fuq xiri li jikkonċerna l-mobile phones tmur kontra l- prinċipju tal-liberalizzazzjoni.", "U kif taf int, u kif jaf kulħadd, il- gvern Taljan irtira dak iċ-charge.", "Issa jien qed nistaqsi x'se tagħmlu fuq din.", "Ċipru u pajjiżi oħra li kienu qed jaraw fejn jistgħu jagħmlu charge, duty, taxxa oħra, m'għamluhiex.", "Allura din ma kontux tafuha intom il-professuri tal-professuri, għaliex kellkom ħafna min jgħidilkom, fosthom il-MIC, il- moviment ta' l-EU, il-partit Nazzjonalista, il-korpi kostitwiti u ma nafx kemm kien hemm madwar il-mejda fil-press conference meta kien hemm il-prim ministru Fenech Adami?", "Din waħda mid-direttivi.", "Għaldaqstant jien nipproponi li din it-taxxa ta' 3% fuq il-mobile telephony services li nsibu fil-ħames skeda ta' dan l-abbozz ta' liġi tiġi irtirata mill-gvern biex ma toħloqx inġustizzja.", "Qed tiġi imposta 3% excise duty fuq il-leasing of lines u fuq it-top-up vouchers.", "Din hija taxxa inġusta li at this stage aħna bħala oppożizzjoni qed nistednukom biex b'irġulija tirtirawha permezz ta' avviż legali ieħor jew inkella b'emenda fl-istess liġi ħalli ma mmorrux kontra l-ispirtu tad-direttiva ta' l-UE dwar il- liberalizzazzjoni tas-servizz tal-mobile telephony.", "Jekk il-gvern ma jirtirax din it-taxxa jibqa' għażla waħda.", "Bħalma l- kumpanniji tal-mobile phones Taljani l-Infostrada u l-Albacom għamlu kawża kontra l-ministeru tal-finanzi Taljan, min-naħa ta' l-oppożizzjoni - għax din l-issue ġiet diskussa fil-grupp parlamentari Laburista - ninvitaw u nkunu solidali maż-żewġ kumpanniji lokali Vodaphone u Go Mobile biex jiftħu proċeduri kontra l-Prim Ministru, bħala ministru responsabbli mill-finanzi biex jew jirtira dan l-excise duty ta' 3%, inkella jkollhom jieħdu din l-issue quddiem il-European court of justice.", "Nibdew b'dawn il-kummiedji!", "Mr Speaker dħalna fl-UE, suppost nafu x'jgħidu d-direttivi kollha u ndaħħlu dawn it-taxxi!", "Din waħda mil-lista sħiħa ta' taxxi meta suppost kellna rebbiegħa ġdida.", "Suppost wara r-rebbiegħa kellna sajf tajjeb u xitwa aħjar fejn wieħed ikun iktar għas-sħana.", "Nafu li l-kesħa żdiedet imma biex tagħmel is-sħana trid iktar flus taħt gvern Nazzjonalista minħabba li jekk tuża l-pitrolju għandek prezz astronomiku, u jekk tuża l-elettriku trid tħallas surcharge ta' 17% fuq il-kont.", "Imma xi ħaġa trid tuża!", "Ma naħsibx li se noqogħdu nużaw il-faħam!", "Din hija s-sitwazzjoni taħt gvern Nazzjonalista, imbagħad jiġi jistaqsina fejn konna!", "Fejn kontu intom?", "Minħabba d-dnubiet kollha li għandna, taħt dan l-abbozz ta' liġi l-gvern se jerġa jiġi awtorizzat biex jissellef is-somma ta' mhux iżjed minn Lm150 miljun permezz ta' stocks.", "Huwa fatt li pajjiżna, bħala self lokali, huwa l-iktar pajjiż midjun fid-dinja.", "Jiġifieri d-differenza bejn Malta u l- pajjiżi tal-Latin America bħall-Argentina, Brazil, Venezuela eċċ., li huma mifqugħin bid-dejn, hija sempliċi, li filwaqt li ħafna mid-dejn tagħhom huwa dejn barrani, aħna ssellifna lokalment.", "Pero` pro-rata, pajjiżna huwa l-iktar pajjiż midjun li hawn fid-dinja.", "Ta' min hu t-tort?", "Meta aħna konna fil-gvern bejn l-1971 u l-1987 ħallejna miljuni ta' liri fil-kaxxa ta' Malta, imbagħad meta telgħu n-Nazzjonalisti għamlu t-tħarbit li jista' jimmaġina kulħadd.", "Issa, kif jgħidu bit-Taljan, sopra corna bastonate, il-kontroll ma jeżistix!", "Nefqu Lm9 miljuni biex xtraw ambaxxata, Lm32,000 karozza biex isuqha ambaxxatur fit-toroq ewlenin ta' waħda mill- ibliet fejn għandna l-ambaxxata!", "Mhux xorta!", "Ma nafx kemm-il elf lira fis- sena ntnefqu f'kontijiet tal-mobiles li rridu nagħmlu tajjeb għalihom!", "Kemm ikollhom xi jgħidu l-Ministru Pullicino u l-Ministru Giovanna Debono?", "Allura tlum lil xi ħadd li qed iweġġa' ħafna li issa joħroġ fit-toroq?", "Tlum lil xi ħadd li jgħidlek li qiegħed solidali miegħek?", "Anzi, dan li jistenna l-poplu għax il-miżuri li ttieħdu se jibda jħosshom fil-ġimgħat li ġejjin, speċjalment meta jibdew deħlin il-kontijiet tad-dawl u l-ilma.", "Anke l-ħobża ta' kuljum għollew, meta l-ħobża kienet xi ħaġa li ma tmisshiex!", "Anke l-prezz tal-ħobż illiberalizzaw, m'hemmx iktar kontroll fuqu.", "Ma jinteressahomx iktar milli jgħinu lin-nies li verament huma fil- bżonn!", "Mr Speaker, niġi għad-diżastru ekonomiku.", "Jien niftakar bħalma jiftakar kulħadd kemm kienu jgħidu li se jiġi xogħol.", "Kienu jgħidu li jekk jitla' gvern Nazzjonalista jkun hawn fiduċja, xogħol u sigurta`.", "Din il-famuża slogan tan-Nazzjonalisti!", "Ix-xogħol suppost kellu jibda jiġri wara l- ħaddiem.", "Ix-xogħol qiegħed jiġri wara l-ħaddiem issa li qegħdin fis-sena 2005, qegħdin taħt gvern Nazzjonalista u qegħdin fl-UE?", "Fejn hu x-xogħol?", "Suppost kellu jintemm il-biża' mill-qgħad!", "Imma llum il-qgħad sploda kif jistgħu jitkellmu sħabi.", "Ħdejja hawn il-main spokesman ta' l-oppożizzjoni fuq dan il-qasam, l-Onor.", "Karl Chircop, li diġa`qalilna kif inhi l-qagħda tax-xogħol.", "Hija sitwazzjoni tal-biki.", "Allura tista' tlum lil min mhux qed jaħdem li joħroġ fit-toroq u jipprotesta għaliex il-gvern daħak bih meta qallu li se jġib ix-xogħol?", "Ma kellhomx jinħolqu impjiegi ġodda?", "Tgħidx kemm kienu qalulna li se jiġi investiment!", "Anzi, meta kien hemm il-kontroversja qawwija dwar l-HSBC - u għadha hemm għax għadha m'hijiex mitmuma, għax il-maskra trid tinkixef maż-żmien – kienu qalulna: Għalfejn qed teħduha daqshekk kontra l-HSBC?", "Apparti li se jkollna bank internazzjonali f'pajjiżna, dan il-bank għandu sistemi li se jagħmlu l-mirakli u se jġib l-investiment.", "Issa tajjeb li wieħed ikun jaf li kemm ilu hawn l-HSBC, il-valur tal-proprjeta` li qabad mingħand il- Maltin diġa` qabeż il-prezz li ħallas biex xtara l-Mid-Med.", "Qed ngħid għall-proprjeta` li qabad biss, mhux il-profitti.", "Jiġifieri aħna poġġejna parassita fuq ġisimna biex jiġbdilna demmna.", "Imma apparti minn hekk, huwa fatt li dan ma ġab investiment ta' xejn għax lanqas il-complement kollu ta' l-impjegati li kellu dan il-bank ma żamm għax fejn seta' jnaqqas, naqqas.", "Din hija s-sitwazzjoni u dawn kienu jgħidulna li se jkollna l-aħjar klima biex ikun hawn l-investiment!", "U mhux talli ma ġiex investiment barrani, talli lanqas investiment lokali.", "Waħda mir-raġunijiet għalfejn l-investiment ma ġiex lejn pajjiżna hija n- nuqqas ta' kredibilita` fil-gvern.", "Ħadd ma jista' jistenna li pajjiżna jiġbed investiment kemm-il darba hemm dubju fuq il-kredibilita`, u ladarba titlef il-kredibilita` tkun tliftha for good.", "Il-kredibilita` titlifha meta jkun hemm domandi li t-tweġiba għalihom qatt ma waslet.", "Per eżempju, domandi dwar kif saru ċerti affarijiet, it-taħwid li għandna fl-infiq kapitali, fuq l-isptar tal-meravilja Mater Dei, il-problema ta' l- ambaxxata, il-kwestjoni tal-MIA, il-kwestjoni tal-Freeport, u l- kwestjonijet l-oħra li għandhom x'jaqsmu ma' l-Air Malta.", "U d-domandi mhux aħna nistaqsuhom.", "Jien kelli okkażjonijiet barra minn Malta fejn iltqajt ma' nies li huma interessati li jiġu jinvestu f'pajjiżna u dawn jistaqsu ħafna affarijiet.", "Per eżempju, staqsewni: Veru li kien hemm dawk il- persuni, damu erbat ijiem fil-lukanda u lanqas kellimtuhom?", "Dawk x'ġew jagħmlu?", "U jien ngħidilhom: Lili qegħdin tistaqsu?", "Għaliex ma tgħidux lill-ambaxxatur biex jistaqsi lill-gvern x'kont qed tagħmel inti hemmhekk waqt li kienu għaddejjin it-taħdidiet?", "Din hija kredibilita` li tiġbed l- investimenti?", "Mr Speaker, l-iktar ħaġa oxxena hija li meta ftit tax-xhur ilu konna qegħdin flimkien mal-unions fil-kumitat tal-Kamra biex naraw li jkun hemm titjib fil-liġi industrijali, il-Prim Ministru Gonzi stess – dak iż-żmien kien għadu ma sarx prim ministru imma kien ministru – kien hu stess bħala ministru tal-finanzi; li attakka l-istess drittijiet tal-ħaddiema li kienu dejjem sanċiti skond il-liġi fejn għandhom x'jaqsmu leave u kondizzjonijiet oħra.", "Hu stess kien, imbagħad irid li kulħadd ibaxxi rasu!", "Jien minn hawn nappella lill-unions kollha ta' dan il-pajjiż biex ma jibżgħux mill-gvern Nazzjonalista.", "Nappella lill-poplu Malti u Għawdxi li l-mod kif qed imexxi l-gvern Nazzjonalista is more than too much!", "Illum kulħadd jaf, Nazzjonalisti inklużi, li daħku bina.", "Dawn daħku bina fuq ħafna affarijiet, mhux biss fuq affarijiet li għandhom x'jaqsmu direttament mal-ħaddiem.", "Fuq kollox ħaddiema Nazzjonalisti hemm ukoll, u dawn jafu li huma mweġġgħin.", "Tkellmu mal-ħaddiema tal-gvern u mal-ħaddiema tal-privat, Nazzjonalisti u m'humiex, u jgħidulkom dwar il-miżuri li ħadtu!", "Jekk kemm-il darba hemm problema finanzjarja, li ħloqtu intom stess, allura ma kontux kapaċi taraw kif taqsmu l-piżijiet tagħha?", "Mela l-piżijiet jinqasmu billi tagħmel line bir-riga u titfagħhom fuq kulħadd?", "Hekk jinqasmu l-piżijiet?", "Tajjeb, allura min ikollu marid fil-familja, irid jimrad kulħadd miegħu, mhux nieħu ħsieb lil dak u nipprova nissepara lill- oħrajn biex jibqgħu b'saħħithom!", "Il-gvern Nazzjonalista jrid jifrex il- marda tiegħu.", "Min għandu jagħmel tajjeb għal din il-problema?", "Min għandu jħallas?", "Min għadu ma ħallasx!", "Min għaffeġ!", "Min għandu jagħmel tajjeb għall-korruzzjoni f'dan il-pajjiż?", "Il-ħaddiem, l-impjegat u s-self- employed iż-żgħir iridu jagħmlu tajjeb għal dan ukoll?!", "Għandu jagħmel tajjeb min bill subgħajh fis-sasla, min evada t-taxxa bl-eluf ta' liri, Nazzjonalisti kbar li rranġajtulhom l-ex officio assessments tal-VAT qabel l-elezzjoni li għaddiet!", "Issa se dduru fuq iż-żgħir?", "Erġgħu duru fuq dak!", "Dik hija l-verita`!", "Mr Speaker, minn hawnhekk ngħid lill-unions biex jibqgħu moħħhom hemm għax bħalissa hemm it-tbatija, imma wara li jkun hemm ġlieda tajba tiġi l- glorja.", "Ir-rebħa ma tiġix waħedha, trid taħdem għaliha!", "M'hawn xejn lest fil-ħajja, kollox bix-xogħol jinkiseb, imma kulħadd irid jagħti sehmu, il- poplu Malti u Għawdxi kollu.", "Tridu tirrijaffermaw li dan il-gvern ma jistax ikompli jaħdem hekk.", "Spiċċa, m'huwiex kapaċi, eżawrixxa l-enerġija tiegħu, nixef mill-ideat, ma baqagħlux sinerġija, ma baqagħlux iktar fejn jista' jaħdem.", "Għaliex?", "Għax ilu biżżejjed, għejja u huwa mniġġes minn ħafna problemi.", "Mr Speaker, il-pajjiż jista' jmexxih biss min huwa serju, min huwa onest, min ma jibżax mis-sewwa, min ma jridx il-korruzzjoni fil-pajjiż, min irid jara li jiġi protett iż-żgħir, il-pensjonant u l-istudenti li qegħdin hawn barra fix-xita jiġġieldu għad-drittijiet tagħhom, u min irid jara li jiġi protett il-marid.", "Għax issa nafu li anke biex tidħol l-isptar trid tibda tħallas 5% ta' dak li issa se jibda jkun dovut.", "Din hija l-verita` kollha, l-istampa tal-gvern Nazzjonalista llum.", "Mr Speaker, issa bil-wiċċ tost kollu s-segretarju parlamentari semma l- kwestjoni ta' l-impjant ta' Sant'Antnin.", "Mhux sew li l-ministru kellu joħroġ bil-pulizija mil-laqgħa li saret dwar il-pjanijiet li għandu l-gvern għal dan l-impjant.", "Pero`, jaf jew ma jafx li daħku bir-residenti fuq dan l-impjant?", "Kif tiġi tgħid li se żżid il-volum ta' skart li se jiġi ttrattat fl-impjant ta' Sant'Antnin meta kulma kien hemm kienet applikazzjoni fl-2003 quddiem il-MEPA.", "Matul il-kampanja elettorali kollha qatt ma saret riferenza għal dan l-impjant.", "Min daħak bil-poplu?", "Mhux in- Nazzjonalisti li qegħdin faċċata?!", "Għalhekk illum is-sitwazzjoni hija sempliċi; irridu nieħdu deċiżjoni.", "Meta aħna tlaqna 'l barra u ma pparteċipajniex fil-vot kellna raġuni validissima, li lanqas biss ridna nkunu parteċipi ma' din il-ħniżrija ta' budget li ġie ppreżentat.", "Qatt ma kellna budget daqshekk arroganti, li jdardrek, budget iebes li jikkontempla tbatija indirizzata lill-ħaddiema, lin-nies tal-klassi medja u lis-self-employed iż-żgħir.", "Ma ħallielhom inizjattiva ta' xejn!", "Kif tista' tipparteċipa f'dak il-vot?", "U bħala azzjoni ta' protesta, we walked out.", "Għalfejn qed jistagħġbu meta huma għamlu sentejn ma jidħlux fil-parlament?", "Ir-raġuni li ġabu kienet li dakinhar il-gvern Laburista ma kellux dritt jiggverna.", "Dak iż-żmien il- partit Laburista kellu dritt imexxi u kien raġel biżżejjed li jagħmel emendi kostituzzjonali, imma xorta damu sentejn ma jidħlux il-parlament.", "Aħna tlaqna 'l barra għal raġuni valida u ġusta li, quddiem il-liġi, quddiem kwalunkwe dritt fundamentali tal-bniedem tgħidlek: X'se taħgmel?", "Se toqgħod ċass tistenna?", "Mr Speaker, għalhekk id-diskors tiegħi llum huwa ffokat fuq appell wieħed: Poplu Malti u Għawdxi, ingħaqad, Nazzjonalist u m'intix, you have to stand up for your rights kontra dan il-gvern li issa għamel iżżejjed.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Insejjaħ lis-Segretarju Parlamentari Tonio Fenech biex, jekk jogħġbu, jagħmel il-winding up.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Mr Speaker, dawn l-aħħar jumejn kont imsiefer u ma stajtx insegwi l-kelliema kollha miż-żewġ naħat tal-Kamra, għalkemm xi ftit jew wisq segwejt dak li ntqal minn dak li ġie rrapportat.", "Pero`, llum segwejt lil kulħadd u l-ġimgħa li għaddiet segwejt id-diskorsi kollha li saru.", "Jien nistagħġeb bl-oppożizzjoni, għax qisu ma kenux bil-qiegħda fuq il-bank fid-diskors tal-budget!", "Qisu mhux għall-vot biss, meta telqu 'l barra, ma kenux hawn, imma lanqas għad-diskors innifsu, forsi they were dreaming away!", "Jew inkella, l-oppożizzjoni mhux sempliċement trid tħawwad l-imħuħ jew tipprova tieħu xi gwadan politiku, imma f'każi speċifiċi qed tigdeb b'mod sfaċċat.", "Jien ngħid li hija ħasra li nużaw din l-istituzzjoni biex nagħmlu allegazzjonijiet kompletament bla bażi jew aħjar nagħmlu statements li ma nafx minn fejn ħarġet il-bażi tagħhom biex mingħalina nipprovaw nirbħu xi argument.", "Nibda biex nirrispondi ftit, kif inhu l-iskop tal-winding up, għal numru ta' kummenti li għamlet l-oppożizzjoni.", "L-ewwelnett għall-kumment li ilna nisimgħu minn kull kelliem: \"Dan mhux kollu tort tal-gvern?", "Għaliex issa qed tiġu fuqna biex nipprovaw nerfgħu magħkom?\"", "L-ewwelnett nistaqsi ftit x'nifhmu meta ngħidu \"tort tal-gvern\".", "Tort tal-gvern ta' xiex?", "Tort tal- gvern minħabba l-fatt li dan il-gvern", "mexxa l-pajjiż b'tali mod u manjiera li bnejna l-infrastruttura, illiberalizzajna l-ekonomija, wessajna l-benefiċċji soċjali, saħħaħna l- istrutturi edukattivi, tas-saħħa u ta' l-ambjent u fuq kollox tejjibna l- qagħda tal-poplu Malti u Għawdxi?", "Din hi r-realta' ta' l-istorja ta' gvern Nazzjonalista, allura għaliex qed ngħidu li hu tort tal-gvern?", "Imbagħad meta tipprova tisma' l-argument tagħhom, issib li qed iħalltu l- kompetittivita' ta' dan il-pajjiż ma' l-issue tad-deficit fejn pajjiżna għandu programm quddiemu li jrid jindirizza fl-interess tagħna lkoll.", "Li jgħajjruna bid-deficit nifhimha, imma mhux meta fit-22 xahar ta' gvern Laburista d-deficit sploda.", "Jien nistaqsi fejn hi l-konsistenza ta' l- oppożizzjoni u fejn kienu l-kelliema ta' l-oppożizzjoni meta ppreżentaw il- budgets tagħhom u meta ħabbrulna r-riżultati li kisbu fit-tmexxija finanzjarja ta' dan il-pajjiż?", "Mr Speaker, fir-realta' n-numru ta' miżuri li ttieħdu f'dan il-budget għandhom l-għan aħħari li nkomplu nsaħħu l-ekonomija ta' dan il-pajjiż.", "Altru milli dan kien xi budget fejn il-gvern qata' qalbu mis-sitwazzjoni li għandu quddiemu, kif qaltilna l-oppożizzjoni, qisu mgħaffeġ taħt xi kriżi u ma jafx fejn se jmur u fejn irid jasal.", "Dan il-budget kellu direzzjoni ċara ta' kif irridu naraw l-ekonomija ta' pajjiżna tiżviluppa b'mod sostenibbli u b'mod li l-ġenerazzjonijiet tal-futur, filwaqt li jgawdu mill- investimenti li qed nagħmlu llum, ma nitfgħux piż eċċessiv fuqhom.", "Imma għall-oppożizzjoni dan kollu jidher li ma jagħmilx sens, għax dawn qed iħalltu l-issues flimkien u qed jargumentaw li l-gvern għandu xi tort.", "Mr Speaker, l-ewwelnett irrid nitkellem ftit fuq id-deficit li l- oppożizzjoni qed tqis bħala problema.", "Id-deficit ikun problema meta kif kien sar fit-22 xahar ta' gvern Laburista ma jsirx biex nibnu l- infrastruttura, u biex insaħħu lil pajjiżna, imma nagħmlu d-deficit sempliċement biex nieklu minn ġewwa.", "Jien m'iniex se noqgħod nirrepeti l- istess affarijiet, imma meta tqabbel id-dħul rikorrenti mal-ħruġ rikorrenti jirriżulta surplus li jikkontribwixxi għal parti minn dak li ninvestu fl- infrastruttura tal-pajjiż.", "Id-deficit fih innifsu, diment li huwa fuq livelli sostenibbli - għalhekk fuq livell Ewropew hemm benchmark ta' 3% ta' dak li jipproduċi l-pajjiż, jiġifieri hemm konċett li l-element ta' deficit m'huwiex problematiku anzi huwa meħtieġ biex taqsam l-investiment li tagħmel bejn il-ġenerazzjonijiet - huwa aċċettabbli.", "Mr Speaker, quddiemna għandna programm biex inwasslu lil pajjiżna f'dan il- livell li, kif diġa' għedna, se nagħmluh billi kemm jista' jkun innaqqsu n- nefqa tal-gvern - irridu nifhmu li meta tnaqqas in-nefqa tal-gvern m'hijiex bla konsegwenzi – u billi nattakkaw l-abbużi Ħabbarna kif se nagħmlu dan, u f'dawk is-setturi li qabel qatt ma konna nieħdu ħsiebhom, jew li llum nagħrfu li rridu nagħmlu ħafna iktar, irridu nifhmu li aħna li qed ingawdu mill-investiment kbir li qed isir f'settur bħalma hu l-ambjent, irridu nikkontribwixxu għalih.", "Mr Speaker, dan il-budget jindirizza wkoll żewġ issues importanti.", "L- ewwelnett, jindirizza r-realta' li pajjiżna qiegħed jikkompeti.", "Issa jekk qed nagħrfu li pajjiżna qed jikkompeti imma nagħlqu għajnejna u ngħidu li ma jinteressaniex x'qed jiġri madwarna, u nibqgħu għaddejjin mingħajr ma nirrikonoxxu li ħaddieħor qed jagħmel ħafna iktar minna f'din it-tellieqa internazzjonali, ifisser li pajjiżna fil-futur se jibda jiffaċċja l-kriżi li b'xi mod l-oppożizzjoni qed tipprova tinsinwa li qed ngħixu llum.", "Fir- realta', il-gvern b'responsabbilta' qed jgħid li jekk aħna llum qed nibdew ninnotaw tnaqqir fil-kompetittivita' ta' pajjiżna u ma rridux naqgħu lura, hemm bżonn li nagħmlu ftit, imma biżżejjed biex nindirizzaw l-issues illum.", "Allura, f'dan l-isfond ngħid li l-budget li ressaq il-gvern f'Novembru li għadda kien wieħed responsabbli.", "Dan iċ-ċertifikat tagħtihulna wkoll l- Unjoni Ewropea.", "Il-bieraħ akkompanjajt lill-prim ministru għal-laqgħa tal- ministri tal-finanzi li saret fi Brussell, dik magħrufa bħala l-ECOFIN.", "Fuq l-aġenda ta' din il-laqgħa, fost oħrajn, kien hemm ir-rapport tal- kummissjoni dwar kemm il-pajjiżi li daħlu fl-Unjoni Ewropea qed jirnexxilhom jimxu mal-pjan ta' konverġenza u mat-targets li hemm quddiemhom biex id-deficit ikun fuq livelli aċċettabbli u sostenibbli għal dak li huwa l-patt ta' stabilita'.", "U l-bieraħ il-kunsill tal-ministri wara li evalwa r-rapport, ikkonferma li mhux kif qaltilna l-oppożizzjoni li l- gvern qed jipprova jaħbi - lanqas naf kemm skużi ġabu li ma rnexxilniex inżommu mal-miri tagħna - imma li dan il-gvern irnexxielu jżomm mal-miri tiegħu.", "Dan fih innifsu huwa sinjal importanti fuq livell internazzjonali li d-deficit m'huwiex problema għal min irid jinvesti f'pajjiżna, għax il- gvern għandu kontroll tal-qagħda finanzjarja f'pajjiżna, imma fuq kollox għaliex il-programm li għandu quddiemu huwa realistiku u attainable fl- isfond tal-budget u l-miżuri li ħabbarna.", "Mr Speaker, nerġa' ngħid li dan fih innifsu huwa sinjal importanti fuq livell internazzjonali għal kulmin jqis jekk iridx jinvesti f'pajjiżna, għax messaġġ bħal dan jinżel tajjeb u juri li għal min jinvesti flusu f'pajjiżna m'humiex se jkunu f'riskju għaliex il-gvern qed jindirizza l- qagħda finanzjarja tal-pajjiż b'mod responsabbli.", "U dan jikkonferma - kuntrarju għall-allegazzjonijiet li smajna ma nafx kemm-il darba – li l- finanzi f'idejn gvern nazzjonalista huma fis-sod għax hu jaf kif jamministra l-finanzi tal-pajjiż b'responsabbilta'.", "Mr Speaker, l-issue prinċipali li pprova jindirizza dan il-budget, proprju kif ipprovaw jikkritikaw l-oppożizzjoni, huwa l-ħolqien tax-xogħol.", "Irridu naraw li pajjiżna jkompli joħloq l-opportunitajiet tax-xogħol għax aħna dħalna fl-Unjoni Ewropea għax rajna li hemm opportunitajiet kbar għall- pajjiż biex jiġi aktar investiment biex tassew inkunu nistgħu noffru l- opportunitajiet tax-xogħol lil uliedna.", "Pero' nerġa' ngħid li ma nistgħux nagħmlu dan u fl-istess ħin ninjoraw dak li qed jiġri madwarna, meta nafu li llum fil-produzzjoni, fis-settur turistiku u f'dawk li huma s-servizzi pajjiżna m'huwiex waħdu - qisu kulħadd fil-queue biex jixtri s-servizzi, il-prodotti jew il-prodott turistiku minn pajjiżna - imma hemm ħafna pajjiżi madwarna fil-viċin u fil- bogħod.", "Huwa tajjeb li ngħidu li għall-kumpanniji multi-nazzjonali li jinvestu fid-dinja kollha, min jaħseb li ċ-Ċina u Malta huma 'l bogħod minn xulxin hija illużjoni fid-dinja tal-lum.", "Illum kulħadd iħares fejn se jipproduċi l-prodotti tiegħu bi kwalita' – jien ngħid li bil-kapaċitajiet tal-ħaddiem Malti dik nistgħu noffruha - pero' wkoll bi prezz kompetittiv.", "U allura fil-budget ridna nagħtu numru ta' inċentivi biex f'pajjiżna jkomplu jiġu l-fabbriki ta' kwalita'.", "U għalhekk il-lista twila ta' inċentivi – m'iniex se nerġa' nirrepetihom, għax irrepetejnihom kemm-il darba - u ta' riċerka biex nattiraw anke industrija speċifika f'pajjiżna.", "Wieħed ma jridx jinsa l-għajnuna li tajna f'dan il-budget lis-setturi ż- żgħar tas-self employed, fejn invesetejna record ta' Lm5 miljun fit-taħriġ tal-ħaddiema, imma tlabna wkoll kontribuzzjoni mill-ħaddiema.", "Issa ejja npoġġu l-iswed fuq l-abjad.", "Din il-miżura li ppropona l-gvern biex inkattru l-produttivita' tal-pajjiż talbet mill-ħaddiem nofs siegħa aktar xogħol fil-ġimgħa.", "Dan hu li tlabna mill-ħaddiem għall-produttivita', imma lill-unions m'għoġbithomx il-proposta tal-gvern.", "Mr Speaker, meta ressaqt din il-liġi kelli ċans nispjega fit-tul x'wassal lill-gvern biex iħabbar il-miżura fil-budget - mhux kif qed tpinġiha l- oppożizzjoni - li l-public holidays li jaqgħu s-Sibt jew il-Ħadd ma jiżdidux mal-leave, imma dan ma jfissirx li qtajna erbat ijiem.", "Din is- sena intlaqtu erbat ijiem, is-sena d-dieħla se jintlaqtu tnejn u s-sena ta' wara se jintlaqtu erba'.", "Fis-snin sussegwenti dejjem jinbidel, jista' jkun jumejn, tlieta, erbgħa, imma l-isfond ta' dak li ridna nagħmlu huwa proprju li nagħtu lil pajjiżna opportunita' li nikkompetu fuq livell internazzjonali.", "Fil-fatt meta tqabbel il-ġranet tal-leave li għandu pajjiżna ma' pajjiżi oħrajn Ewropej issib li pajjiżna bi 38 ġurnata leave kif inhi s-sitwazzjoni llum, huwa l-iktar pajjiż li għandu ġranet tal-leave mill-Unjoni Ewropea kollha.", "Imbagħad ngħidu li rridu nikkompetu.", "Jekk irridu nikkompetu rridu naraw x'miżuri se nieħdu biex l-ispiża tal- produzzjoni nagħmluha b'mod li tkun kompetittiva.", "U meta ngħidu dan fir- realta' qed ngħidu li rridu nixtru materja prima b'irħas.", "Imma dan ma jiddependix daqstant minn pajjiżna, imma jiddependi minn fejn qed jixtri l- manifattur Malti, kemm se jirnexxilu jġib prezzijiet tajbin u x'se jiswielu biex jipproduċi dak il-prodott u allura l-element ta' valur miżjud li għandna f'pajjiżna.", "Issa jien irrid ngħid li din il-miżura ma ħadnihiex għax, b'xi mod, kif kienet il-politika ta' l-oppożizzjoni, irridu nrendu l-kompetittivita' tagħna biċ-cheap labour.", "Anzi, il-viżjoni ta' dan il-gvern kif ġiet imressqa f'dan il-budget hi li aħna rridu nattiraw dawk il-fabbriki, dawk il-postijiet tax-xogħol li għandhom valur miżjud għoli.", "Dik hi l- istrateġija tagħna u fil-budget indirizzajna dik l-istrateġija.", "Ħabbarna inċentivi speċifiċi biex nattiraw dan it-tip ta' fabbriki billi tajna l- għajnuna fuq r-riċerka u l-iżvilupp u billi nidejna numru ta' inċentivi oħra biex nattiraw dik l-industrija ta' valur miżjud u anke billi nsaħħu s- settur turistiku.", "Pero' ma nistgħux ninjoraw il-fatt li llum għandna fabbriki li qed joffru l-opportunitajiet tax-xogħol li forsi fil-viżjoni tagħna fit-tul m'humiex permanenti.", "Imma sakemm jiġu l-fabbriki l-oħrajn li joffru postijiet tax-xogħol ġodda ma jfissirx li se ninjuraw il-qagħda ta' dawn il-fabbriki u ma nagħmlu xejn biex lil dawn il-fabbriki nibqgħu nagħtuhom spazju biex jibqgħu jkunu kompetittivi ħalli l-ħaddiema f'dawk il- postijiet tax-xogħol ma jitilfux il-post tax-xogħol tagħhom.", "Huwa żbaljat min jikkritika lil dan il-gvern li qabad u qata' bil-mannara u ddeċieda, kif jipprovaw jagħtu l-impressjoni l-kelliema ta' l-oppożizzjoni.", "Għajruna \"gvern li ma jridx jisma', gvern arroganti\".", "Naħseb li f'ċirkostanza bħal dawn, qatt ma kien hawn gvern li ddiskuta daqshekk fit- tul il-proposti biex naslu għas-soluzzjonijiet.", "U jiena nieħu gost nisma' li l-unions fl-aħħar iltaqgħu flimkien biex jaslu għal proposta komuni bejniethom, għax s'issa lanqas dik ma kellna bħala pajjiż.", "Huwa importanti li wasalna għal proposta bħal din, pero' rridu nifhmu li kellna proċess ta' erba' xhur u nofs niddiskutu qabel il-budget, bqajna niddiskutu wara l- budget u meta ma ntlaħaqx ftehim fuq kif se tiġi mplimentata l-miżura fuq l- MCSD, erġajna tajna spazju ta' ġimagħtejn oħra biex naslu għal ftehim, għaliex dan il-gvern irid jasal bil-ftehim.", "Dan huwa dak li dejjem għedna u sostnejna f'numru ta' okkażjonijiet, stqarrijiet u diskorsi li għamilna.", "Nippreferu li lil dan il-pajjiż inwassluh għad-deċiżjonijiet importanti biex inkabbru l-produttivita', biex inkunu kompetittivi u biex noħolqu l- postijiet tax-xogħol flimkien, għax spiċċa ż-żmien li ngħidu l-unions fuq naħa u min iħaddem fuq in-naħa l-oħra.", "Din hi gżira waħda, aħna intrapriża waħda u jekk pajjiżna jimxi 'l quddiem ingawdu lkoll, min iħaddem u min jaħdem, għax fuq kollox dan hu fejn irridu nwasslu lil pajjiżna.", "U jien nesprimi t-tama tiegħi li issa, li se nerġgħu niltaqgħu fuq livell ta' MCSD, naslu għal qbil fuq dawk il-miżuri li huma meħtieġa biex nagħmlu lil pajjiżna kompetittiv.", "Altru li l-gvern f'dan is-sens m'huwiex miftuħ għall- proposti li jiġu quddiemu!", "U hawnhekk se nsemmi waħda mill-gidbiet sfaċċati li ħarġet bihom l-oppożizzjoni.", "Jien smajt lill-Onor.", "Karl Chircop jgħid, ma nafx minn fejn ħareġ biha din, li l-gvern irid jattakka l-COLA.", "Għal min forsi qed jismagħna mid-dar, dan ried ifisser li l-gvern b'xi mod ikkonsidra, iddiskuta jew ippropona li ż- żieda ta' l-għoli tal-ħajja ma tingħatax.", "Dan mhu minnu xejn!.", "Prinċipju li żgur qbilna fuqu l-imsieħba soċjali kollha - irrid ngħid li lanqas min iħaddem ma ħareġ b'din it-tip ta' proposta - hu li ż-żieda għall-għoli tal- ħajja tibqa' tingħata lil kulħadd u tibqa' tiżdied mal-paga.", "Nixtieq li l- Onor. Karl Chircop jgħidli minn fejn sema' din il-gidba sfaċċata, f'liema stqarrija tal-gvern qatt raha, jew f'liema dokumet jew proposta tal-gvern qatt tressqet.", "Għax lanqas fiċ-chairman's report, li l-gvern qal li kien pass li seta' jwassal għal ftehim, m'hemm din il-proposta.", "Anzi proprju dak ir-rapport jibda biex jgħid li ż-żieda ta' l-għoli tal-ħajja għandha tibqa' tingħata lil kulħadd.", "M'għamlux hekk pajjiżi oħra, imma safrattant aħna ma ridniex niġbdu lejn dik it-triq u allura altru li l-gvern ma jridx li b'xi mod ikisser lil dan il-pajjiż.", "Imma rridu nifhmu li l-għan tal- proposti li qed jagħmel il-gvern f'dan il-budget hu li pajjiżna jimxi 'l quddiem u l-ħaddiem igawdi aktar.", "Irridu ninvestu fil-pajjiż biex ikun jista' jikkompeti.", "Lil min irid jinvesti f'dan il-pajjiż irridu nagħtuh l- ispazju biex joħloq ix-xogħol, imma forsi hawn min għal skopijiet ulterjuri qed jippreferi ma jarax dan it-tip ta' ftehim isir.", "Jien nittama li fl- aħħar mill-aħħar naslu biex ikollna ftehim li jkompli jżid il- kompetittivita' u l-produttivita' fil-pajjiż.", "Saru diversi kummenti oħra u jien nieħu gost meta mill-oppożizzjoni jgħidulna kemm jaqblu li jkollna ambjent aħjar, pero' ma nafx eżattament x'qed jifhmu dwar l-eko- kontribuzzjoni, jekk jaqblux magħha jew le.", "Nhar il-Ġimgħa kelli okkażjoni nkun fuq il-programm Xarabank fejn l-Onor.", "Roderick Galdes qal li l-eko-kontribuzzjoni hija tajba jekk titħaddem tajjeb.", "Hu staqsa dwar l-implimetazzjoni tal-miżura tal-boroż tal-plastic, imma ma qalx li hija ħażina.", "Imbagħad jiġi l-Onor.", "Silvio Parnis u jitkellem kompletament bil-maqlub.", "Mela l-membri tal-partit Laburista għandhom policy fejn jew sempliċement jilagħbu għall-gallerija biex taparsi jiddefendu lir-residenti, jew jibdew ifajru gideb sfaċċat.", "Kellna sitwazzjoni oħra fejn l-Onor.", "Joe Abela l-bieraħ għamel dikjarazzjoni f'din il-Kamra, jew ipprova jbenġilha taparsi b'mistoqsija fejn qal: Jista' l- prim ministru jikkonferma jekk daħalx f'konvenju jew xtarax proprjeta' fin- Naxxar biex jitlaq minn Wied il-Għajn?", "Infajru l-affarijiet biex nagħtu lil min jgħid \"rajtu x'qal!\" u nxerrdu dan il-ħafna tfesfis fil-widnejn fuq affarijiet li huma purament gidba.", "U l-gvern kellu opportunita' li fi stqarrija jirrispondi għal dan kollu.", "Mr Speaker, irridu nifhmu li l-gvern huwa responsabbli lejn l-ambjent mhux biss bid-diskors imma bil-fatti.", "Quddiem dan il-poplu ressaqna programm sħiħ ta' kif irridu npoġġu l-ambjent fuq sisien li jixirqu lil dan il- pajjiż u fuq l-aspirazzjonijiet li għandu l-poplu Malti u Għawdxi.", "Pero' li nilludu ruħna li dawk il-miri, li kulħadd qed jgħid li l-gvern għandu jmur għalihom, jistgħu jsiru mingħajr ma nikkontribwixxu, hija illużjoni.", "Qed nidħku bina nfusna u li nibqgħu nattakkaw dak kollu li jsir f'dan is-sens huwa ħażin.", "Jien ma ngħidx li implimentazzjoni ta' xi ħaġa jew oħra ma tistax issir aħjar, pero' fl-implimentazzjoni wkoll urejna kemm nibqgħu miftuħin ma' l-imsieħba soċjali.", "Aħna iltqajna mas-setturi li forsi ma fehmux, jew interpretaw ħażin, jew l-affarijiet ma kenux ċari u fejn kien hemm bżonn emendajna biex dak li nimplimentaw ikun fattibli u aċettabbli.", "Gidba oħra li smajt illejla mill-Onor.", "Karl Chircop kienet li issa lil min qed imur l-isptar fuq mard kroniku l-gvern qed jgħidlu li jrid iħallas.", "Jien ngħidlu b'wiċċi minn quddiem li din hija gidba sfaċċata.", "Jien ngħid lill-Onor.", "Karl Chircop iġibli l-kontijiet li qed jitqassmu fuq il-mard kroniku għax ma nafx minn fejn ħareġ biha din.", "Qed jitfgħu dawn l- affarijiet biex jipprovaw jintgħoġbu ma' min qiegħed jisma' u jdaħħlu d- dubji, qisu l-gvern b'xi mod jew ieħor qiegħed jagħmel l-affarijiet minn wara dar in-nies.", "Mr Speaker, smajt diversi allegazzjonijiet oħra.", "Per eżempju, l-Onor.", "Anġlu Farrugia reġa' għamel dikjarazzjoni - jien nerġa' ngħid li dan jew ma semax id-diskors tal-budget jew lanqas ra r-regolamenti li ħarġu proprju fil-ġranet li għaddew - illi l-gvern se jieħu terz minn dak li jintiret.", "Nerġa' ngħid li lanqas f'dak li tħabbar fil-budget tas-sena 2003 ma konna qed nieħdu terz.", "MR SPEAKER: Ippermettili ftit, l-Onor.", "Anġlu Farrugia on a point of order.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Jien għidt li dak it-terz għadu hemm u sar aġġustament għall-budget għal ċerti konvenji li kellhom jirreġistraw ruħhom, li huwa fl-ammont ta' 1,400.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Iva, imma dan ifisser li mhux veru l-gvern se jieħu terz minn dak li jintiret.", "L-ewwelnett fil-miżura kif kienet imħabbra oriġinarjament, l-intenzjoni kienet li l-gvern jieħu l-capital gains fuq dik il-porzjoni li minnha jsir il-qligħ u mhux fuq il-bejgħ tal-valur li kien intiret oriġinarjament u l-valur kif inbiegħ.", "Minn dejjem kienet li malli tiret isir aġġustament ta' dak il-valur skond il-jum tal-wirt li fuqu jitħallas biss 5%, imbagħad fuq dak il-prezz u d-differenza titħallas il- 35%, jiġifieri fuq il-parti tal-qligħ biss mill-jum tal-wirt 'l hemm u mhux tal-prezz oriġinali.", "Fiċ-ċirkostanzi rajna li fil-fatt kellna numru ta' snin, bejn l-1992 u l- 2003, meta kienu ntirtu proprjetajiet u dawn allura kienu se jiġu affettwati għax il-valuri kienu tant baxxi dak iż-żmien li se neħduhom 'l hinn minn dik li kienet l-intenzjoni f'dak il-budget.", "F'dan il-budget ħadna ħsieb li nindirizzawha billi qed nagħtu opportunita' li sat-30 ta' Ġunju ta' din is-sena ssir ir-rifużjoni proprju ta' dik li kienet id-denunzja.", "Jiġifieri altru li l-gvern qatt ma kellu l-intenzjoni li b'xi mod jew ieħor jaqsam fuq il-livell tal-wirt kif proprju qiegħed jipprova jallega l-Onor.", "Anġlu Farrugia.", "Fuq il-każ tal-pitrolju li ssemma hawnhekk, jien nifhem li għandna nattakkaw l-abbużi u noqogħdu attenti biex ma nolqtux lil min hu żgħir, u hekk għamilna bħala gvern.", "Pero' ma smajt minn ħadd f'din il-kamra proposti alternattivi għal kif qed jipproponu huma li jmissna attakkajna l- abbuż li kien qed isir fuq il-pitrolju.", "Abbuż li meta ngħidu li suppost nikkunsmaw 2 miljun litru pitrolju fis-sena, konna qed nikkunsmaw 22 miljun litru!", "Dak ma ssejjaħlux abbuż, imma dak ifisser li m'hu veru xejn li l-pitrolju kien qed jintuża biex insaħħnu d-djar tagħna, imma kien qed jintuża għall-iskop illi wieħed iħalltu mad-diesel, proprju meta, kif qed jgħid l-Onor.", "Tonio Borg, fiż-żmien tas-sajf konna qed nużaw l-ikbar ammont ta' pitrolju.", "Lill-familji li kienu qed jiddependu fuq il-pitrolju biex isaħħnu d-djar tagħhom, il-gvern tahom kumpens ta' Lm14 biex ma jintlaqtux ħażin.", "Irrid infakkar li ħadna din il-miżura wara li studjajna s- sitwazzjoni u għamilna studju ta' kemm qed jintuża l-pitrolju mid-djar fejn ġie stabbilit li 35% biss mill-familji Maltin u Għawdxin jużaw il-pitrolju d-dar, u minn dawn il-familji, jiġifieri minn dawn il-35%, huma biss 37% li jużaw il-pitrolju biex isaħħnu darhom.", "Qed ngħid dan biex nifhmu kemm il- poplu Malti ċċaqlaq mill-użu tal-pitrolju biex isaħħan daru u mar għal mezzi alternattivi.", "U l-pitrolju, li mis-suq internazzjonali konna qed nixtruh ogħla mid-diesel, kien qed jintuża għal skopijiet ta' inġenji.", "Mr Speaker, biex nikkonkludi ngħid li rridu nipprovaw inkunu konsistenti fil-kritika tagħna.", "Dan il-gvern wera responsabbilta' kbira lejn il-pajjiż meta ressaq dan il-budget, wera li għandu l-viżjoni kif irid jara u kif irid iwassal lil pajjiżna biex jisfrutta l-opportunitajiet li għandna quddiemna.", "Dan il-gvern jagħraf l-isfidi li hemm quddiemna, u mhux bħal kif forsi għamlu l-oppożizzjoni jew jipproponu li nagħmlu, li nagħlqu għajnejna għaċ-ċirkostanzi reali ta' dak li qed jiġri madwarna, imma li nirrikonoxxu li jekk pajjiżna jrid jibqa' jiżviluppa, jekk pajjiżna jrid jibqa' jikber, irridu naslu lkoll flimkien.", "U dan il-gvern jibqa' dejjem miftuħ għad-diskussjoni biex naslu lkoll flimkien.", "Min-naħa l-oħra, Mr Speaker, l-proposti li nagħmlu aħna huma proposti li huma konkreti, u mhux proposti li nitfgħuhom mingħajr ma nevalwawhom.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jimplimenta diversi miżuri ta' l-Estimi u biex jipprovdi għal miżuri amministrattivi oħra\" ikun moqri t-Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MR SPEAKER: Din id-division tittieħed minn hawn u 20 minuta oħra.", "Billi fid-9.00 p.m. intalbet votazzjoni s-seduta ġiet sospiża u rriżumiet 20 minuta wara.", "MR SPEAKER: Se nerġa' npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jimplimenta diversi miżuri ta' l-Estimi u biex jipprovdi għal miżuri amministrattivi oħra\" ikun moqri t-Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mario Galea.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Sur President, ninforma lill-Kamra li għan-naħa tal- gvern se jiġi paired il-Ministru Austin Gatt.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Ninforma lill-Kamra li għan-naħa ta' l-oppożizzjoni se jiġi paired l-Onor.", "Alfred Sant.", "VOTAZZJONI NRU.", "80 FAVUR: 33", "L-Onor.", "|Abela Anthony |Frendo Michael | |Agius David |Galea Ċensu | |Agius Francis |Galea Franco | |Arrigo Robert |Galea Louis | |Asciak Michael |Galea Mario | |Azzopardi |Gonzi Lawrence | |Frederick | | |Azzopardi Jason |Gonzi Michael | |Borg Tonio |Mifsud Bonnici | | |Antoine | |Cassar Joseph |Mifsud Bonnici | | |Carmelo | |Cristina Dolores |Mugliett Jesmond| |D'Amato Helen |Puli Clyde | |Dalli John |Pullicino George| |de Marco Mario |Pullicino | | |Orlando Jeffrey | |Debono Giovanna |Vassallo Edwin | |Deguara Louis |Zammit Ninu | |Falzon Joseph |Zammit Dimech | | |Francis | |Fenech Antonio | |", "KONTRA: 23", "L-Onor. | | | |Abela Carmelo |Farrugia Michael| |Agius Chris |Farrugia Noel | |Brincat Joseph |Galdes Roderick | |Brincat Leo |Gulia Gavin | |Buhagiar Charles |Herrera Jose' | |Buontempo Stefan |Mangion Charles | |Caruana Justyne |Mizzi Joe | |Chircop Karl |Parnis Silvio | |Coleiro Marie |Refalo Anton | |Louise | | |Cuschieri Joseph |Vassallo Adrian | |Dalli Helena |Vella George | |Farrugia Angelo | |", "Il-mozzjoni għaddiet u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tieni Darba.", "MR SPEAKER: Issa nsejjaħ lill-Viċi Prim Ministru sabiex jekk jogħġbu jressaq l-aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "TONIO BORG (Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l- Intern): Nipproponi l-aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tnejn, 24 ta' Jannar 2005, fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Mozzjonijiet", "Estimi ta' l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika għas-sena 2005.", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Kunsilli Lokali - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li Jimplimenta Miżuri ta' l-Estimi – Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi dwar Arkivji Nazzjonali – Kumitat (Kont.); u", "Xi aġenda oħra li tista' tiġi komunikata aktar tard.", "-----------------------------------", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Reġistru Ċentrali - Kumitat Permanenti.", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Anton Refalo.", "ONOR.", "ANTON REFALO: Sur President, din il-ġimgħa l-poplu Għawdxi reġa' assista għal kummiedja oħra -- traġika ngħidilha jien -- fejn il-poplu Għawdxi U Malti ingħata l-aħbar li se jerġa' jibda s-servizz tal-helicopter fil-gżira Għawdxija.", "Biex tingħata din l-aħbar kien qisu ser ikollna xi Papa ġdid, bid-duħħan ħiereġ u b'xi ħadd joħroġ jgħajjat Habemus Papam!", "Dan għaliex ġie proprju l-Prim Ministru nnifsu flimkien ma' tliet ministri oħra sabiex iħabbru li sar ftehim ma' kumpannija Spanjola, u li bis-saħħa ta' dan il-ftehim, kien se jerġa' jibda jopera s-servizz tal-helicopter għall-gżira Għawdxija.", "U dan mistenni li jibda f'Marzu li ġej.", "Dan it-tħabbir li sar ifakkarni f'meta l-kabinett Nazzjonalista kien iltaqa' f'Għawdex - dak iż-żmien il-Prim Ministru kien Dr Edward Fenech Adami – sabiex iħabbru li fil-gżira Għawdxija kien se jkun hemm ċentru komunali u li kien se jibda xogħol ta' parkeġġ.", "Pero' kulħadd jaf x'ġara minn dan iċ-ċentru komunali għaliex baqa' qatt ma sar!", "Darba minnhom kienu vvotaw Lm20,000 għal dan iċ-ċentru u darb'oħra, wara li tlaqqa' dan il-famuż kabinett, kienu vvotaw Lm5,000 oħra!", "Fil-bidu tad-diskors tiegħi għedt li din kienet kummiedja traġika proprju għaliex ma kienet xejn ħlief propaganda rħisa, propaganda sabiex tipprova tilgħab bis-sentimenti tal- poplu Għawdxi u propaganda sabiex il-partit Nazzjonalista mingħalih juri kemm huwa bravu, kif fil-fatt wera fis-suppost irranġar ta' l-isptar Mater Dei!", "Sur President, dawn ċemplu lill-operaturi turistiċi ta' Għawdex u ċemplu lill-lukandiera, u qalulhom li l-ministeru kien se jerġa' jniedi s-servizz tal-helicopter u talbuhom sabiex jattendu għal din l-aħbar.", "Ovvjament dawn kollha marru ferħanin għal din l-aħbar, pero' ma kenux jafu kif kienu se jkunu n-nollijiet tas-servizz tal-helicopter għaliex ma qalulhom xejn!", "Madankollu, wara li nedew dan is-servizz bdiet ħierġa bil-mod il-mod l- informazzjoni u sirna nafu li għat-turisti u għall-Maltin, il-fare kien se jkun Lm50 bir-return u għall-Għawdxin studenti u anzjani l-fare kien se jkun Lm26 bir-return!", "F'dan ir-rigward naħseb li tkun xi ħaġa tajba li nqabblu dawn il-prezzijiet mas-servizz sussidjat li kien jingħata qabel meta s-servizz kien jiġi operat mill-AirMalta.", "Qabel kellek servizz fejn persuna kienet tħallas biss Lm18 u min kien jieħu connecting flight ta' l-AirMalta kien iħallas biss Lm5!", "Mhux hekk biss, punt aktar importanti mill-ħlas huwa li fejn qabel konna bdejna f'Għawdex - b'tant tbatija - sistema ta' dwana, fejn persuna kienet tħalli l-bagalji tagħha ġol-heliport ta' Għawdex u jekk tkun sejra New York, kienet terġa' tara l-bagalji tagħha biss meta tasal ġo John F. Kennedy Airport, dan is-servizz spiċċa!", "Għawdex kien iservi bħala punt tad-dwana għall-bagalji, u b'hekk bniedem ma kienx ikollu bżonn jaqbad il- bagalji tiegħu u jerġa' lura bihom Malta biex jaqbad l-ajruplan.", "Pero' din is-sistema reġgħet spiċċat għaliex issa m'għadx hemm l-AirMalta, u b'hekk erġajna morna 100 pass lura!", "Sur President, hawnhekk nistaqsi lill-Gvern u ngħidilhom b'min iridu jitmejlu?!", "Dan għaliex kulħadd jaf li b'dawn il-prezzijiet is-servizz mhux se jkun wieħed vijabbli u qatt ma jista' ikun vijabbli!", "Ma jistax ikun li turist se jiġi jħallas aktar biex imur minn Malta għal Għawdex milli biex imur minn Malta għal Londra!", "M'iniex qiegħed nirriferi għar-RyanAir, pero' ma jistax ikun li se jkollok tħallas aktar milli kieku tieħu fare minn Malta sa Londra biex inti tmur Għawdex!", "U proprju dan is-servizz għamluh Lm50 għaliex jafu li dan is-servizz m'huwiex vijabbli, u biex imbagħad imorru għall-mezz l-ieħor, dak li nipprovaw nagħmlu fixed wing.", "Din hija s-soluzzjoni li dan il-gvern qiegħed jara għall-gżira Għawdxija.", "U għalhekk, ladarba kien jaf li l-helicopter ma jistax jaħdem f'Għawdex kien messu qalilna mill-ewwel li se nagħmlu fixed wing għall-gżira Għawdxija u naraw kif inħaddmu din is-sistema'!", "Pero' żgur li dan is- servizz m'huwiex wieħed soċjali għaliex ma jmissek qatt taħseb li student Għawdxi jew anzjan Għawdxi jista' jaffordja li jħallas Lm26 sabiex imur sa Malta u lura!", "Jiġifieri żgur li dan m'huwiex servizz soċjali u lanqas m'hu servizz li minnu se jibbenifika t-turist!", "Min hu dak it-turist jew tour operator li se jħallas Lm50 biex jivvjaġġa minn Malta għal Għawdex?", "Sur President, in-naħa tal-gvern jafu li dan is-servizz m'huwiex feasible u mhux se jaħdem!", "Għal-liema raġuni vvintaw servizz b'dawn il-prezzijiet eżorbitanti?", "Jekk nemmnu li rridu nġibu turisti ta' kwalita' lejn Għawdex, għalfejn f'daqqa waħda lit-tour operator Għawdxi għabbejnih b'Lm50 sabiex jagħmel użu mis-servizz tal-helicopter?", "Kollha kemm aħna nafu li kif ġie maħdum dan is-servizz ma jista' qatt ikun wieħed li jaħdem!", "Jien assolutament ma naqbel xejn mal-Prim Ministru meta ġie jgħid li mhux se jingħata sussidju.", "X'jiġifieri ma jkunx hemm sussidju?", "Mela waqt il-budget il-Prim Ministru jiġi jgħid li ma jistgħux jagħtu lill- Għawdxin aktar sussidju mill-Maltin minħabba li l-liġi ma tippermettihx, u mbagħad jiġi jgħid li dan is-servizz irid jaħdem mingħajr sussidju!", "Għalfejn irid jaħdem mingħajr sussidju?", "Aħna l-Għawdxin m'għandniex dritt daqs il-Maltin li jkollna mezz ta' trasport effikaċi li bih naslu almenu sal-Mellieħa?", "M'għandiex niġu rikonoxxuti aħna l-Għawdxin sabiex ikollna sussidju fuq in-noll u mhux student jew anzjan Għawdxi jkollu jħallas Lm26 sabiex jaqsam il-gżejjer?", "Min se jużah dan is-servizz?", "Biex tkompli tgħaxxaqha dan l-aħħar ħarġet direttiva mill-Gozo Channel fejn persuni li kellhom il-pass sabiex jaqsmu minn Għawdex għal Malta b'xejn jitneħħilhom!", "Issa lkoll kemm aħna nafu li hemm familji li jkollhom jinżlu Malta tliet darbiet jew aktar fil-ġimgħa sabiex jieħdu l-chemotherapy!", "Per eżempju, jien naf b'każ ta' waħda mara b'żewġt itfal żgħar u li trid tinżel tliet darbiet fil-ġimgħa Malta għall-chemotherapy u trid tieħu t-tfal magħha!", "Issa lil persuni bħal din il-mara neħħewlhom il-pass u issa se jkollhom iħallsu l-fare huma!", "Sur President, dan huwa ħażin għaliex hemm bżonn li nibqgħu nirrikonoxxu li s-servizz tal-Gozo Channel huwa servizz soċjali għall-Għawdxin!", "Hemm bżonn li lill-Għawdxin nagħtuhom is-sussidju, hemm bżonn li lill-Għawdxin nagħmluhom bħall-Maltin u nagħtuhom l-istess benefiċċji u l-istess opportunitajiet ta' ħajja u ta' xogħol bħalma għandhom sħabna l-Maltin!", "Dan huwa għajb u żball kbir li qed jagħmel gvern Nazzjonalista, fejn b'deċiżjoni wara l-oħra qed ikisser u jfarrak t-tessutt kollu, dak kollu li l-Għawdxin mal-miġja taż-żmien kienu rebħu għaliex kien ġie rikonoxxut, kemm taħt gvernijiet Nazzjonalisti kif ukoll taħt gvernijiet Laburisti, li Għawdex huwa reġjun għalih u li għandu problemi speċjali.", "Għalhekk hemm bżonn li lill-Għawdxin ngħinuhom sabiex verament nagħtu nifs ġdid lill- Għawdex ħalli jimxi 'l quddiem.", "Dan huwa nuqqas serju ta' ippjanar u hemm bżonn li bis-serjeta' naħdmu sabiex lill-gżira Għawdxija nagħtuha n-nifs.", "Pero', il-mod ta' kif qed jiġu mħaddma l-affarijiet u d-deċiżjonjiet żbaljati li qed jittieħdu qed juru biċ-ċar li l-partit Nazzjonalista fil-gvern ma jridx li Għawdex jingħata n-nifs!", "Xahar ilu, fil-każ ta' Chambray smajna lill-Prim Ministru u l-membri l-oħra tal-gvern jgħidu li f'Għawdex m'hemmx bżonn ta' lukanda five star oħra!", "Araw xi problemi dawn!", "Għandna n-naħa tal-gvern li qed jirrikonoxxu u jammettu li f'Għawdex il-lukandi qed jagħlqu u r-rimedju tagħhom huwa li jibqgħu jagħlqu u m'hemmx bżonn li niftħu aktar lukandi!", "Dik kienet deċiżjoni żbaljata oħra li għamel dan il-gvern u issa qed issir deċiżjoni żbaljata wara l-oħra pero' x'jimpurtahom?!", "Issa taparsi għamlu s-servizz tal-helicopter, iżda għamlu prezzijiet li qatt ma tista' timmaġina kif persuna b'xi mod jew ieħor tista' tħallas Lm26 kuljum biex tuża s-servizz tal-helicopter!", "Għalhekk setgħu m'għamlu xejn mal-ewwel u mhux reġgħu ġew jitmejlu bil-poplu Għawdxi u jgħidulu li se jagħmlu dan is-servizz, meta mbagħad għamlu prezzijiet eżorbitanti, prezzijiet li ma jagħmlux sens u li ma jistgħu qatt jitħaddmu!", "J'Alla dan is-servizz jirnexxi, pero' nerġa' ngħid, li waħda mill-motivazzjonijiet għaliex saru dawn il-fares kienet sabiex il-gvern joħloq raġuni valida biex ikun jista' jmur għall-fixed wing!", "Sur President, is-sur gvern messu qalilna biex inwarrbu l-helicopter u mmorru għall-fixed wing jekk jaħseb li din is-sistema alternattiva hija aħjar u aktar cheap mill-helicopter, u mhux l-ewwel jagħmlilna dan is- servizz biex imbagħad iġib l-iskuża li ma jintużax!", "Dan kollu qed juri l- mod kif Għawdex miexi lura bħall-granċ!", "M'hemm l-ebda pjan ta' tmexxija, u ilna ngħidu sena wara l-oħra li lill-Għawdex irridu nagħtuh in-nifs u l- bżonn li nqajmu t-turiżmu, pero' dawn id-deċiżjonijiet li qed jieħu l-gvern qegħdin ikissru lill-Għawdex!", "Din id-darba kien hemm il-Ministru għal Għawdex preżenti wkoll u naħseb li hi tat il-kunsens tagħha għal dawn il- fares!", "Ma naħsibx li llum il-Ministru tista' tgħid li ma ġietx ikkonsultata u tat il-fiat tagħha wkoll sabiex isiru dawn il-fares tal- vjaġġi bil-helicopter!", "Nagħlaq id-diskors tiegħi billi ngħid li għandna bżonn nippjanaw bis- serjeta' fir-rigward ta' Għawdex.", "Dan il-gvern qed juri li m'għandu l-ebda viżjoni għall-gżira Għawdxija u qiegħed juri li lill-Għawdex telqu għal riħu!", "Il-gvern jiġi Għawdex biss sabiex jagħmel press coverage għalih u għal xejn aktar!", "Ġew tliet ministri u l-Prim Ministru nnifsu sempliċiment sabiex iħabbru li reġgħu għamlu s-servizz tal-helicopter!", "Sur President, nagħlaq fuq il-punt li, meta kont inti ministru għal Għawdex u kont għamilt il-heliport ma kienx hemm dan id-daqq ta' trombi kollu u ma kenux ġew dawn il-ministri kollha!", "Kont proprju inti li għamilt l- istruttura tal-heliport taħdem, aħseb u ara li kieku għamluh huma x'kienu jagħmlu!", "Naħseb li bejn il-kliem u l-fatti hemm baħar jikkombatti u naħseb li llum, il-poplu Għawdxi jaf u huwa konxju li dan il-gvern, speċjalment kif qed imexxi llum, m'hu qed jagħmel ebda sens għal gżira Għawdxija!", "Il- poplu Għawdxi jaf li dan il-gvern m'għandu l-ebda viżjoni għal gżira Għawdxija u jaf ukoll li dan il-gvern qiegħed jagħtih daqqiet ta' stallett waħda wara l-oħra mingħajr ma jtejjiblu l-kwalita' tal-ħajja tiegħu!", "Għalhekk ninsab fiduċjuż li fl-elezzjoni li ġejja l-poplu Għawdxi se jivvota għall-partit Laburista sabiex ikollu partit li verament jagħtih politika li tixraqqlu.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Silvio Parnis.", "ONOR.", "SILVIO PARNIS: Sur President, il-ħin ta' l-aġġornament tiegħi nħobb nużah għall-ħidma politika li jkolli.", "Aħna l-politiċi m'għandniex id- dover biss ġewwa l-parlament, iżda l-ħidma tagħna hija wkoll li niltaqgħu man-nies u naraw x'inhuma l-problemi tagħhom.", "Dan għaliex is-sabiħ tal- politika huwa li matul il-ħames snin tal-leġislatura niltagħu mal-poplu, nifhmu l-problemi li jkollu u nipprovaw ngħinuh ħalli ntejbulu l-ħajja tiegħu.", "Naħseb li dak huwa l-iskop ta' kull politiku, u tieħu pjaċir meta n-nies jibdew jitkellmu miegħek.", "Kultant tapprezza wkoll li ħafna min-nies li politikament ma jkunux jaqblu miegħek jinsew id-differenzi ta' bejnietna - bejn jekk humiex Laburisti jew Nazzjonalisti - u jilqgħuk fi djarhom sabiex tiddiskuti l-problemi li jiltaqgħu magħhom.", "Illum ħassejt il-bżonn li nitkellem dwar area u toroq abbandunati fil-lokal tad-distrett tiegħi, u qiegħed nirriferi għal Ħal Tarxien.", "Ħal tarxien huwa lokal li kellu fejn jespandi għaliex mad-dawra tiegħu kien għad fadal ħafna ħdura.", "Illum din spiċċat, u għal dawn l-aħħar 15-il sena rajna żvilupp mad-dawra kollha ta' Ħal Tarxien, żvilupp li beda fi gvernijiet Laburisti u kompla jiżviluppa taħt gvernijiet Nazzjonalisti.", "Naħseb li kulmin kellu biċċa art illum spekulaha għall-bini.", "Issa meta jikbrulek il-lokalitajiet ikollok aktar problemi ta' toroq u ta' l-isfaltar tagħhom.", "Fil-fatt, ir-residenti li joqogħdu fi Triq Marjanu Gerada - li kien skultur - u fi Triq Dun Karm Sant, ġewwa Ħal Tarxien, ilhom ħafna li kellmuni dwar it-toroq tagħhom.", "Il-bieraħ mort nitkellem magħhom u kollha tkellmu dwar l-abbandun totali li teżisti f'din l-area!", "Ir-residenti ma qagħdux b'idejhom marbuta u ressqu petizzjoni lill-ministru responsabbli mit-toroq!", "Konna anke għamilna konferenza fuq il-post ħalli nuru t-telqa li hemm f'din l-area.", "Tkellimna ma' dawk ir-residenti li fetħulna l-bieb u rrid ngħid li kulħadd laqagħna f'dawn iż-żewġ toroq li semmejt.", "Dawn ilmentaw magħna dwar id- diżastru li jinsabu fihom dawn it-toroq, fejn jekk tagħmel ħalba xita ma tkunx tista' tgħaddi bit-tajn li jkun hemm fihom!", "Saħansitra biex it-tfal imorru l-iskola qed jispiċċaw imxarrbin, għaliex sakemm joħorġu mid-dar u jiġi l-vann għalihom jixxarrbu!", "Hemm ukoll plots privati li fihom intefa' ħafna radam u ħmieġ u fl-istess triq issib ġebel abbandunat, żibel u ħaxix ħażin!", "Sur President, irrid ngħid ukoll li kelli feedback tajjeb li l-kunsill lokali qiegħed jaħdem fuq din l-area. , Jidher li l-kunsill lokali ltaqa' mar-residenti ħalli l-istess residenti joħorġu ż-żibel tagħhom 'il barra għaliex l-iscammels ma kenux qed jidħlu f'dawn it-toroq bil-konsegwenza li kien jinġabar il-ħmieġ.", "Jien wegħdthom li fl-ewwel aġġornament li jkolli kont se nitkellem dwar l-istat ħażin li hemm fi Triq Marjanu Gerada u Triq Dun Karm Sant ġewwa Ħal Tarxien.", "Ir-residenti ta' dawn iż-żewġ toroq ilhom jiġu mwiegħda għal ħafna snin li l-istat tat-toroq tagħhom se jieħdu ħsiebhom u jien ħassejt li jekk il- gvern għandu xi pjanijiet, inkunu aħna li minn dan il-parlament inwasslulhom din l-aħbar.", "Dan għal ġid tar-residenti Tarxiniżi, li ħafna minnhom huma residenti ġodda u ġejjin minn lokalitajiet differenti, u għalhekk ikun tajjeb li niltaqgħu magħhom u nagħtuhom merħba fil-lokalita' tagħna.", "Għaldaqstant, qiegħed nagħmel dan id-diskors fl-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż.", "Dalgħodu stess mort f'dawn it-toroq sabiex niġbed xi ritratti li juru t- traskuraġni li hemm fihom biex inkun nista' inpoġġihom fuq il-mejda tal- Kamra.", "Kif kont hemmhekk rajt b'għajnejha lment li kien qed iwassal resident li joqgħod fi Triq Dun Karm Sant.", "F'din it-triq hemm pole tad- dawl li qiegħed jiġbed il-wires u qed jiġbed ukoll kantun!", "Dan, jekk jagħmel daqsxejn ta' riħ qawwi, qiegħed fil-periklu li jaqa' u ssir xi diżgrazzja!", "Għalhekk ħassejt il-ħtieġa li nressaq dan l-ilment ukoll ħalli l-awtorita' tieħu azzjoni immedjata.", "Permezz ta' dan l-aġġornament qiegħed nitlob lill-gvern sabiex issa li hemm is-servizzi kollha mgħoddija f'dawn it-toroq, jibda mill-aktar fis ix-xogħol fihom!", "Ir-residenti ġew imwiegħda li dan ix-xogħol kellu jibda f'Jannar, iżda jidher li s'issa għadu ma sar xejn.", "Għalhekk qed inħeġġeġ lill-gvern Nazzjonalista sabiex dan ix-xogħol fi Triq Marjanu Gerada u parti minn Triq Dun Karm Sant jsir.", "Sur President, qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra dawn ir-ritratti li juru d-diżastru li jinstabu fihom dawn it-toroq, b'ħofor li bihom ma tistax tgħaddi, bil-ħmieġ u l-abbandun li hemm fihom u b'munzelli ta' ġebel u żibel li n-nies ikollhom jgħixu fihom!", "Għandi wkoll ritratt ta' plot li fiha hemm kull tip ta' ħmieġ u żibel u fejn, matul il-lejl, joħorġu l- ġrieden minnha!", "Qed inpoġġi wkoll ritratt tal-pole li qiegħed jiġbed il- kantun u li jekk jaqa' jista' jagħmel ħsara u jista' wkoll jikkawża xi inċident fatali.", "Ilejla stess għamilt mistoqsija parlamentari fuq dan il- pole, flimkien mar-ritratt, ħalli l-Enemalta tieħu azzjoni mmedjata.", "Dan qiegħed nagħmlu għaliex inħoss li fil-parlament nitilgħu għar-residenti kollha!", "Fil-parlament qegħdin hawnhekk sabiex inressqu l-ilmenti ta' dawk kollha li jħossu u jixtiequ li jkollhom ambjent aħjar milli għandhom.", "Jekk m'hawnx oġġezzjoni, nixtieq inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra dawn ir-ritratti ħalli nuri bil-fatti dak li jinsabu fih ir-residenti ta' Triq Marjanu Gerada u Triq Dun Karm Sant.", "Nittama li l-appell tan-nies, il-petizzjoni li ressaqna fix-xhur u fi snin l-imgħoddija u l-istess talba tar-residenti tiġi milqugħa mill-gvern preżenti.", "F'isem ir-residenti ngħid li aħna qed nistennew li r-risposta tal-gvern tkun li fil-ġranet li ġejjin jinbeda x- xogħol f'dawn it-toroq.", "Qabel nagħlaq irrid nitlob il-permess biex inqiegħed xi ritratti fuq il- mejda tal-Kamra.", "MR SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva).", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "SILVIO PARNIS: Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Ritratti li juru toroq f'Ħal Tarxien.", "MR SPEAKER: Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it-Tnejn, 24 ta' Jannar, 2005 fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fid-9.50 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "SANT'ANTNIN – IMPJANT TA' RIĊIKLAĠĠ", "9908.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid x'inhu l-pjan tal-gvern għall-impjant tar- riċiklaġġ ta' Sant'Antnin?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Il-MEPA qiegħda tipproċessa applikazzjoni għal titjib fl-impjant tal-kompostaġġ ta' Sant'Antnin u għall-kostruzzjoni ta' material recovery facility, u dan skond l-istrateġija għall-immaniġġjar ta' l-iskart għall-gżejjer Maltin li kienet ġiet adottata mill-gvern fl- 2001.", "Din l-applikazzjoni bħalissa qiegħda fl-istadju ta' l-environmental impact assessment.", "Dan id-dokument ġie ppreżentat lill-MEPA fl-aħħar ta' Ottubru u diġa' ħareġ għall-konsultazzjoni ma' l-entitajiet konċernati.", "Huwa maħsub li l-impjant se jittratta 36,000 tunnellata ta' skart riċiklabbli miġbur mill-bring-in-sites fil-material recovery facility u 35,000 tunnellata ta' skart organiku.", "L-iskart organiku se jiġi trattat f'digestion plant li jiġġenera l-enerġija kif ukoll kompost ta' kwalita` tajba li jkun konformi mad-direttivi maħruġa mill-Unjoni Ewropea.", "FTS - PROMOZZJONIJIET", "9915.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid xi promozzjonijiet ingħataw fil-fondazzjoni għall-iskejjel ta' għada f'dawn l-aħħar sitt xhur?", "Jista' jgħid ukoll f'dawn l-aħħar sitt xhur kemm ġew impjegati ħaddiema, b'kuntratt, full-timers jew part-timers inkella contract based, u x'inhu x-xogħol tagħhom?", "Jista' jgħid ukoll min huma u minn fejn huma?", "Jista' jgħid jekk kienx hemm sejħa għal receptionist?", "Min hi u minn fejn hi dik li ġiet magħżula għal dan ix-xogħol?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-ebda promozzjonijiet ma ngħataw fl-FTS f'dawn l- aħħar sitt xhur.", "F'istess perjodu ġew impjegati full-time żewġ draughtsmen li kienu studenti ħaddiema mad-diviżjoni ta' l-edukazzjoni.", "Ebda ħaddiem ieħor ma ġie mpjegat f'dawn l-aħħar sitt xhur, la full-time u lanqas part- time.", "Għar-rigward tar-receptionist ġie miftiehem mal-MIMCOL biex temporanjament jiġu sekondati żewġ persuni ma' l-FTS, waħda li kienet impjegata mal-PBS u l-oħra li kienet impjegata ma' l-MDC.", "Bħalissa t-tnejn qegħdin jagħmlu xogħol amministrattiv u fir-reception.", "SISTEMA TAL-CLUSTER", "9916.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: Peress li f'diversi okkażjonijiet il-Ministru kien qal li fil-bidu ta' Jannar 2005 se tinbeda s-sistema tal-cluster, jista' jgħid fejn bdiet titħaddem u minn meta?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-proġett pilota ġie pospost għal wara l- pubblikazzjoni tad-dokument għad-diskussjoni fuq is-suġġett.", "EDUKAZZJONI - VOT KAPITALI", "9917.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 9622 u 9772 u cioe' jagħti tagħrif u spjega dwar l- arranġamenti finanzjarji miftiehma bejn l-FTS u APS Bank?", "Dwar l-aħħar żewġ sentenzi fit-tweġiba tal-Ministru, jista' jgħid jekk għandux l- informazzjoni mitluba kif ukoll ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-ftehim bejn l-FTS u APS Bank?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif mitlub tpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni fis-seduta.", "Poġġejt ukoll fuq il-mejda tal-Kamra sanction letter li telenka t-termini ta' l-arranġament finanzjarju bejn l-FTS u APS Bank."]} {"filename": "19960618_554d_par.doc", "date": "1996-06-18", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Uffiċjali u Rivedut) IS-SEBA' PARLAMENT Seduta Nru. 554 It-Tlieta, 18 ta' Ġunju, 1996 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati Malta Prezz Lm1 IS-SEBA' PARLAMENT Seduta Nru. 554", "It-Tlieta, 18 ta' Ġunju, 1996", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament il-Palazz, il-Belt Valletta fis-6.05 p.m.", "Talba Seduta Nru. 554", "It-Tlieta, 18 ta' Ġunju, 1996", "WERREJ MINUTI 633", "MISTOQSIJIET -TWEĠIBIET ORALI 633", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEDJA 640", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IS-SERVIZZ TAS-SIGURTA'", "SECURITY SERVICE BILL 641", "AĠĠORNAMENT 667", "MISTOQSIJIET-IMWIEĠBA BIL-MIKTUB 672", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 553 li saret fis-17 ta' Ġunju, 1996 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET -TWEĠIBIET ORALI", "SPTAR SAN LUQA - TINDIF", "33555.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Edwin S. Grech) staqsa lill- Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jordna lill- awtoritajiet ta' l-Isptar San Luqa biex inaddfu d-dawrien ta' l-isptar li bħalissa jinsabu fi stat ta' abbandun?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru għall-Iżvilupp Soċjali): Ninsab informat li d-dawrien ta' l-Isptar San Luqa m'huma fl-ebda stat ta' abbandun u li dawn jitnaddfu b'regolarita'.", "SPTAR MONTE CARMELI - SUPERVIŻJONI", "33556.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Edwin S. Grech) staqsa lill- Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jikkonferma li fl- Isptar Monte Carmeli fil-preżent qed issir pressjoni fuq it-tobba biex ma jirrikmandawx li pazjenti jkollhom constant supervision minħabba n-nuqqas ta' infermiera?", "Veru li meta tiġi ordnata din is-superviżjoni mit-tobba ħafna drabi din tingħata f'forma ta' collective supervision fejn ikun hemm minn 3-4 pazjenti osservati minn infermier wieħed?", "Veru li f'xi okkażjonijiet minflok infermier jitħalla health assistant biex jagħti din is-superviżjoni?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Hu fatt magħruf minn kulħadd li jeżisti nuqqas ta' infermiera tant illi anke bl-użu ta' l-overtime huwa kultant diffiċli biex l-Isptar Monte Carmeli jkopri d-domanda għal constant supervision.", "M'hi qed issir ebda pressjoni fuq it-tobba konsulenti biex ma jirrikmandawx li pazjenti jkollhom constant supervision, iżda qegħdin jiġu mitluba illi jeżaminaw il-pazjent ta' spiss biex dan jirċievi livell ta' superviżjoni psikjatra medika illi tikkorrispondi għall-bżonn ta' constant supervision.", "Huwa veru illi ġiet konsidrata sistema ta' collective supervision.", "Din tikkonsisti filli, skond deċiżjonijiet kliniċi meħuda minn tobba u nurses, grupp żgħir ta' pazjenti jitpoġġew taħt is-superviżjoni ta' nurse wieħed jew iżjed, skond in-numru ta' pazjenti u l-bżonn tagħhom.", "Dawn il-materji għadhom qed jiġu diskussi u għadha ma tteħditx deċiżjoni.", "Sakemm isir reklutaġġ ta' iżjed infermiera, dan jista' jkun metodu ieħor biex l-isptar jikkontrolla bl-iżjed mod għaqli riżorsi limitati ġo l-isptar.", "Huwa veru illi, fejn huwa korrett illi dan isir, xi pazjenti jitpoġġew taħt constant supervision ta' health assistant minflok infermier.", "Eżempju huwa fejn il-pazjent huwa minorenni u l-uniku bżonn kif deċiż mill- psikjatra jkun li ma jiġix esplojtat minn pazjenti oħra aktar adulti.", "SPTAR MONTE CARMELI - FAĊILITAJIET TERAPEWTIĊI", "33557.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Edwin S. Grech) staqsa lill- Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid x'qed isir fil- preżent fl-Isptar Monte Carmeli biex il-pazjenti jingħataw faċilitajiet terapewtiċi u ta' riabilitazzjoni aħjar fil-kontest tar-riforma tas-saħħa mentali?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li diversi professjonisti, inkluż tobba, infermiera, occupational therapists u social workers huma nvoluti fix-xogħol ta' terapija ta' riabilitazzjoni.", "Qabel ma bdiet ir-riforma tas-saħħa mentali kienu jeżistu l-half way house u l-hostel għar-riabilitazzjoni tal-pazjenti ta' l-Isptar Monte Carmeli.", "Bħala parti mir-riforma tas-saħħa mentali twaqqaf steering group għad-dipartiment tar-riabilitazzjoni mmexxi minn policy psychiatrist, departmental co-ordinator u diversi professjonisti oħra.", "Il-pazjenti qegħdin jiġu kategorizzati fi gruppi iżjed uniformi biex il-proċess ta' riabilitazzjoni jitmexxa aħjar.", "Jeżisti wkoll kuntatt tajjeb ma' Villa Chelsea fejn ġew trasferiti numru ta' pazjenti li marru tajjeb fil-half way house u l-hostel biex ikomplu l-proċess ta' riabilitazzjoni fil-komunita'.", "Kemm dawn l-ex-pazjenti ta' l-Isptar Monte Carmeli kif ukoll oħrajn li bħalissa għadhom l-isptar, eventwalment jistgħu wkoll imorru jgħixu ġo flats li ġew mogħtija lin-National Mental Health Commission għal dan il- preċiż skop.", "SPTAR MONTE CARMELI - HEALTH WORKERS", "33558.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Edwin S. Grech) staqsa lill- Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm pazjenti fl-Isptar Monte Carmeli li qed jagħmlu użu jew li jingħataw attenzjoni minn din il-kategorija ta' health workers: (a) occupational therapists; (b) physiotherapists; (c) psychologists; u (d) social workers?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li s-servizzi provduti mill- paramediċi fl-Isptar Monte Carmeli li għalihom qed jirriferi l-Onor.", "Interpellant bħalissa huma kif ġej:", "a) il-physiotherapist qed jagħmel tliet sessjonijiet fil-ġimgħa fi tliet swali differenti u kull darba qed jattendi ma' 12-il pazjent;", "b) hemm 202 pazjent li jagħmlu użu kuljum mis-servizzi tad-dipartiment tal-occupational therapy;", "c) 50 pazjent qed jiġu followed-up mill-psikoloġi; u", "d) s-social workers, assistiti mill-casual social workers; bħalissa għandhom caseload ta' 302 clients.", "SPTAR MONTE CARMELI - INFERMIERA", "33559.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Edwin S. Grech) staqsa lill- Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l- complement totali ta' infermiera fl-Isptar Monte Carmeli?", "Kemm minn dawn l- infermiera għandhom taħriġ speċjali fil-psychiatric nursing?", "Jista' l- Ministru jgħid jekk bħalissa huwiex għaddej xi kors ta' in-service training għall-infermiera?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat illi l-complement totali ta' infermiera fl-Isptar Monte Carmeli huwa ta' 261.", "Minn dawn hemm 29 li huma speċjalizzati f'psychiatric nursing maqsumin fi 18 registered psychiatric nurses jew li għandhom id-diploma ta' psychiatric nursing u l-11 l-oħra huma enrolled psychiatric nurses.", "Fuq inizjattiva tal-management ta' l-Isptar Monte Carmeli bħalissa għaddej programm ta' taħriġ fuq bażi ta' in-service training.", "Wara li saret il-proposta tqassam questionnaire fost l-infermiera biex huma stess jindikaw ix-xewqat tagħhom fejn għandhom jiġu mħarrġa.", "Mit-tweġibiet li ressqu l-impjegati stess, tfassal programm skond il-ħteġijiet indikati minnhom maqsum fuq żewġ fażijiet - dak bażiku u l-ieħor avvanzat.", "Għal dan it-taħriġ qed jattendu 202 nurses u health assistants.", "SPTAR SAN LUQA - PARKEĠĠ", "33577.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Edwin S. Grech) staqsa lill- Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l- politika li tintuża fil-preżent mill-awtoritajiet ta' l-Isptar San Luqa dwar parking fil-grounds ta' l-isptar?", "Min jista' jipparkja ġewwa l-isptar u min le?", "Ma jidhirlux l-Ministru li hemm bżonn ta' kontroll iżjed?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li l-arranġamenti dwar parking fl- ispazju ristrett li hemm fil-grounds ta' l-Isptar San Luqa huma:", "Staff: matul il-ġurnata għandhom permess permanenti li jidħlu bil-karozza t- tobba kollha, infermiera mill-grad ta' nursing officer 'il fuq u uffiċjali ta' grad ekwivalenti; jinħarġu permessi temporanji għal raġunijiet personali li jista' jkollu individwu partikolari; matul il-lejl, nħar ta' Ħadd u festi pubbliċi, l-istaff kollu jista' jdaħħal il-karozza u jipparkja fil-grounds ta' l-isptar;", "Pubbliku: f'każijiet ta' emerġenza; biex jitwasslu u jinħarġu persuni rikoverati bħala in-patients; biex titwassal persuna li ma tistax timxi jew persuna anzjana; persuna li għandha sticker valida maħruġa mill- Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita'.", "Meta l-pubbliku jikkoopera ma' dawn l-istruzzjonijiet ma jkunx hemm bżonn kontrolli aktar milli jeżistu bħalissa.", "Informat iżda li l-awtoritajiet ikollhom jirrikoru regolarment għall-għajnuna tal-pulizija f'dan ir- rigward.", "TA' L-IBRAĠĠ - TRIQ IL-KWARTA - TARMAC", "33935.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Salvu Sant) staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Komunikazzjoni u Teknologija: Imbilli Triq il-Kwarta, f'Ta' l-Ibraġġ limiti tas-Swieqi hi waħda mill-ewwel toroq li ġiet ifformata bil-bini f'dawn l-inħawi u mbilli hi l-unika triq li qatt ma ngħatat tarmac, jista' l-Ministru jara għaliex dan ma sarx u jirrimedja s- sitwazzjoni?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (f'isem il-Ministru għat-Trasport, Komunikazzjoni u Teknoloġija): Jien informat li Triq il-Kwarta f'Ta' l-Ibraġġ mhux l-unika triq li għalkemm asfaltata għandha bżonn resurfacing.", "Din hija waħda minn katina ta' toroq f'din l-area li għandhom jiġu resurfaced.", "MR SPEAKER (Onor. Lawrence Gonzi): Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT (Kap ta' l-Oppożizzjoni): Jista' l-Ministru jispjega fuq liema strateġija qed isir l-asfaltar tat-toroq?", "Huwa minnu illi effettivament qed jiġu asfaltati t-toroq prinċipali arterjali u mhux qed tingħata l-ebda attenzjoni lit-toroq li huma sekondarji u li jiddependu mill-kunsilli lokali?", "Huwiex il-każ allura li wieħed jargumenta li dawn l- arranġamenti li taparsi qed isiru fejn jidħlu t-toroq prinċipali jagħmlu parti minn strateġija elettorali biex tlellex għajnejn il-poplu, imma effettivament it-toroq sekondarji u residenzjali m'humiex qed jingħataw biżżejjed attenzjoni biex dawn jissewwew?", "Allura huwa l-każ li l-kunsilli lokali qed jintużaw bħala paraventu biex jidhru li huma mhux qed jagħmlu x- xogħol fit-toroq fejn jgħix il-poplu?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Speaker, assolutament ma jirriżultalix illi t- tiswija, ir-resurfacing u anke l-bini ta' toroq mill-ġdid huwa xi eżerċizzju li għandu x'jaqsam ma' l-elezzjonijiet ġenerali li jmiss u wisq inqas huma xi forma ta' eżerċizzju ta' tlellix li għandu x'jaqsam ma' xi kampanja elettorali.", "M'hemmx dubju li l-istat tat-toroq ta' pajjiżna jirrikjedi attenzjoni u li għandhom jingħataw ċerti riżorsi għal dan l- iskop.", "Il-kwestjoni tat-toroq m'hijiex xi kwestjoni ġdida u nistgħu ngħidu illi anke l-maltemp straordinarju u x-xita qawwija li kellna servew biex joħorġu fid-deher dnubiet strutturali minħabba nuqqas gravi ta' ippjanar u anke minħabba difetti mill-iktar serji fil-metodu ta' kif nibnu t-toroq hawn Malta.", "Fil-fehma tiegħi hija problema li tirrikjedi impenn biex it-toroq li qed nirranġaw - kif ukoll il-ġodda li qegħdin isiru - ikunu toroq ta' ċertu livell.", "Pero' wieħed irid jifhem illi dan kollu jirrikjedi fondi sostanzjali u forsi l-Kap ta' l-Oppożizzjoni jiftakar li l-Parlament għal din is-sena approva n-nefqa ta' somma ta' flus mill-iktar qawwija li, jekk m'iniex sejjer żball, tavviċina Lm6 miljun jew tisboqhom.", "Parti minn din is-somma hija dovuta għall-proġett li jirrigwarda l-multi-level project ta' toroq li hemm f'Regional Road, li żgur se jkun ta' fejda kbira, kif ukoll toroq arterjali oħra; filwaqt li l-parti l-oħra ta' din is-somma qiegħda tintuża biex jiġu magħmula mill-ġdid jew inkella jiġu resurfaced toroq li huma f'żoni residenzjali.", "Min idur dawra ma' Malta u GĦawdex jara li hemm diversi nħawi fejn qegħdin isiru xogħlijiet fuq toroq fl-abitat.", "Naturalment, fil-bqija ta' l-abitat hemm numru kbir ta' toroq li għad iridu jsiru peress li hawn il-Gvern kellu jiffaċċja sensiela ta' prioritajiet fuq proġetti oħra infrastrutturali fl-oqsma ta' l-enerġija, l-ilma, l- avjazzjoni ċivili, l-edukazzjoni u tas-saħħa fejn ried jara kif jipprioritizza l-fondi li kellu għad-dispożizzjoni tiegħu.", "Naħseb illum ħafna minn dawn il-prioritajiet fundamentali ġew indirizzati jew qed jiġu indirizzati u jidher ċar - u l-Gvern dan fissru fil-pubbliku f'diversi okkażjonijiet - li l-priorita' li trid tingħata lit-toroq issa telgħet ħafna 'l fuq fil-lista tal-prioritajiet konċernati.", "Filwaqt li jiena nifhem l-eżasperazzjoni taċ-ċittadini Maltin u anke tat-turisti li jżuruna dwar l-istat tat-toroq, irrid nenfasizza wkoll li l-kwalita' tal- formazzjoni tat-toroq li mbarka fuqha dan il-Gvern - dan jidher fit-triq ta' Santa Venera u toroq arterjali oħrajn bħal dik li qed issir f'Regional Road u f'partijiet oħra ta' Malta u GĦawdex - żgur li tisboq il-kwalita' ta' kwalunkwe triq li ġiet ifformata f'pajjiżna f'dawn l-aħħar 25 sena jew 30 sena.", "GĦad fadal ħafna iktar xogħol xi jsir u jkun iblaħ min jaħseb li dan huwa xi programm li tista' twettqu bis-serjeta' jekk inti tħares sal- ponta ta' mnieħrek u taħseb biss sa l-elezzjoni.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Waqt li wieħed japprezza t-tul li bih jirrispondi l- Ministru mingħajr ma jagħti fatti ġodda - naħseb li din hija relatata mal- fatt li jkun qiegħed jipprova jnaqqas il-ħin tal-mistoqsijiet fuq fatti - jikkonfermalniex li fl-aħħar sentejn fuq il-voti tat-toroq kien hemm tnaqqis fl-investiment kapitali, kemm f'dak li għandu x'jaqsam ma' manutenzjoni kif ukoll f'dak li għandu x'jaqsam ma' spiża kapitali għal proġetti ġodda?", "Jikkonfermalniex wkoll li l-massimu tal-fondi marru fuq proġetti kbar u kien hemm tnaqqis sostanzjali fil-voti li kienu dedikati għal manutenzjoni ta' toroq kemm arterjali u anke dawk residenzjali?", "Jikkonfermalna wkoll li kien hemm tnaqqis sostanzjali fl-artikolazzjoni tal- fondi li qed imorru fuq toroq residenzjali jew sekondarji li jaqgħu taħt il- kunsilli lokali fejn dawn imsieken qed iservu ta' paraventu fuq din il- ħaġa?", "Jikkonfermalniex wkoll li biex isir dan l-isforz iddisprat li sar dan l-aħħar fuq ċerti arterji fejn - hawnhekk napprezza anke l-kelma li semma hu \"eżasperazzjoni\" għax effettivament kellu raġun il-Ministru jgħid li bħalissa teżisti eżasperazzjoni fost il-poplu f'dak li qed jiġri f'dan il-qasam - kien hemm transfer ta' vot kapitali mill-housing għal fuq it- toroq biex ikun jista' jsir dan l-isforz, mhux iddisprat u mhux elettorali, biex it-toroq arterjali jkunu jistgħu jiġu rranġati?", "Jien qed nieħu gost li kkonfermalna li dan l-isforz m'huwiex għal raġunijiet elettorali imma għal raġunijiet oħra, li x'inhuma jista' jikkonkludi l-poplu stess.", "Allura jekk sar dan it-transfer ta' voti kapitali minn fuq il-housing għal fuq it- toroq jista' jgħidilna x'se jsir minn dak li kien prevvist li jsir mill- voti kapitali tal-housing għal din is-sena?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Speaker, stante li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni semma l-kelma \"disperazzjoni\" ma nafx kemm-il darba, nista' nifhem ...", "(Interruzzjonijiet) \"Eżasperazzjoni\" jien darba semmejtha imma l-Kap ta' l- Oppożizzjoni irrifera għal \"disperazzjoni\" ma nafx kemm-il darba u nista' nifhem l-ossessjoni li wieħed jista' jkollu meta jkun fi stat iddisprat anke għal raġunijiet elettorali.", "Imma, stante wkoll li l-Kap ta' l- Oppożizzjoni talab diversi statistiċi fuq diversi ħwejjeġ li wieħed ikun irid jivverifika sew mad-dokumentazzjoni kif ukoll ma' l-uffiċjali konċernati, napprezza jekk din l-istatistika jew tintalab b'mistoqsija bil- miktub inkella nimpenja ruħi li npoġġiha fuq il-Mejda tal-Kamra fl-ewwel opportunita' li jkun possibbli biex nirrikjama s-supplementary question li tkun saret u dak it-tagħrif inkunu nistgħu nagħtuh bl-aktar eżattezza wara l-verifiki meħtieġa.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, il-mistoqsija li staqsejt fuq ċerti affarijiet li għandhom x'jaqsmu mal-housing ċertament m'hijiex kwestjoni ta' verifika ta' statistika imma ta' deċiżjoni li ttieħdet.", "Jista' l- Ministru jgħidilna iva jew le jekk kienx hemm virement ta' fondi kapitali minn fuq il-housing għal fuq it-toroq biex isiru l-proġetti li qed isiru bħalissa?", "MR SPEAKER: Il-Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd.", "ONOR.", "CENSU GALEA (Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd): Assolutament m'inix informat li sar xi virement tat-tip li qed isemmi l-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "RABAT - SERVIZZ TA' TRASPORT PUBBLIKU", "33960.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għat-Trasport, Komunikazzjoni u Teknologija: Jista' l-Ministru jinformani għaliex minkejja l-interpellanzi tiegħi fil-Parlament sabiex jiġi estiż it-trasport pubbliku għar-residenti ta' Għar Barka fir-Rabat u fl-Imtarfa f'ħinijiet differenti u aktar spissi, baqa' ma sar xejn sal-lum?", "Jista' l-Ministru jgħid għaliex filwaqt li ntqal li dawn ir-rotot huma ggravati għadhom lanqas saru ċerti xogħlijiet, per eżempju, f'Għar Barka biex titwessa' l-parti ta' triq li qed tostakola r-rotta biex tasal sa Għar Barka?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (f'isem il-Ministru għat-Trasport, Komunikazzjoni u Teknoloġija): Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall- mistoqsija nru.", "32833 fis-Seduta 534 fit-30 t'April 1996.", "Jien informat li minn dak iż-żmien qed tittieħed azzjoni billi qed jinħadmu l-pjanti dettaljati tal-partijiet li jridu jitwessgħu biex tkun tista' tintalab l- espropjazzjoni tal-partijiet milquta.", "BAĦRIJA - DAWL/ILMA", "33961.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jara li jsir ix-xogħol meħtieġ sabiex tissaħħah il-provvista tad-dawl u l-pressa ta' l-ilma fl-inħawi ta' Triq il-Ġdida fi Triq Patri Tumas Xerri l-Baħrija?", "Huwa possibbli li jsir dawl adegwat f'din it-triq u li ssir sistema ta 3 phase flok single phase f'dawn l-inħawi tal-Baħrija?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (f'isem il-Ministru għall-Ambjent) : Ninsab informat li l-provvista tad-dawl fit-triq imsemmija sejra tiġi imsaħħa fil-futur qarib flimkien ma' xogħlijiet oħra.", "Il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma nvestigat ir-rapport u rriżulta li l-pressjoni ta' l-ilma fi Triq Patri Tumas Xerri l-Baħrija limiti tar- Rabat hija sodisfaċenti meta ġiet kalkulata li hi 1.9 bar.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jista' l-Ministru, jekk jogħġbu, jinformana kif saru l- assessments f'dak li għandu x'jaqsam mad-dawl f'din il-area?", "Jien informat li hemm assessments differenti.", "Huwa qed jitkellem fuq triq waħda, pero' qed jintqal li l-assessments li saru fit-triq ta' warajha huma differenti.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Jien naħseb li din hija materja ta' natura teknika.", "Biex ministru jkun f'pożizzjoni li jwieġeb kif sar assessment jien nifhem li jrid ikun jaf x'inhuma l-kriterji tekniċi li ntużaw, liema area ġiet koperta u fuq liema servizzi wieħed qiegħed jitkellem.", "Naħseb li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni huwa raġunevoli biżżejjed biex japprezza li nformazzjoni bħal din tkun trid tingħata wara li jsiru l-verifiki mat-tekniċi konċernati.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ma jidhirlux l-Ministru li l-problema mhux qed tkun il-kwestjoni teknika li qed iqajjem hu imma l-fatt li l-Ministru għall- Ambjent mhux preżenti f'din il-Kamra?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Speaker, jien jidhirli li l-fatt li l-Ministru għall-Ambjent m'huwiex hawn huwa f'ċertu sens irrelevanti.", "Irrid ngħid li l-Ministru għall-Ambjent, bħal diversi ministri oħra, ikun għall-question time b'mod regolari u jirrispondi bl-iktar mod assidwu u informattiv, anke għas-supplementary questions li jsirulu.", "Il-fatt li fil-mument l-Onor.", "Francis Zammit Dimech qiegħed fuq xogħol ieħor ma naħsibx li jiġġusitifika l-kumment tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l.-Oppożizzjoni", "ONOR.", "ALFRED SANT: Waqt li napprezza d-dexterity tal-Ministru - mhux qed ngħid \"eżasperazzjoni\" issa imma \"dexterity\" - biex jipprova jilqa' għal dan il-ballun u għal blalen oħra, ma jidhirlux li dan diġa' huwa t-tieni każ fejn qed jirrispondi għal ministru li hu assenti.", "Lest li jagħti l- istess ċertifikat lill-ministri ta' qablu bl-istess mod?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: No comment", "ONOR.", "ALFRED SANT: Fuq il-bażi tan-no comment tal-Ministru, ma jaħsibx li forsi hemm bżonn ta' arranġament aħjar kif isiru dawn il-mistoqsijiet u kif isiru r-risposti?", "Aħna qegħdin nistennew lill-Onor.", "Louis Galea jirrispondi għall-mistoqsijiet li jsirulu u biex ma jgħidx li l-ministru konċernat mhux hawn, qed jgħid li din hija kwestjoni teknika u għalhekk m'huwiex qed jirrispondi għaliha, li ċertament m'huwiex il-każ.", "Il- mistoqsija li għadni kemm għamilt fuq il-limiti tal-Baħrija m'hijiex kwestjoni teknika u kieku l-ministru konċernat kien hawn suppost li kien ikun f'pożizzjoni li jirrispondi għaliha.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Speaker, jien dejjem nissorprendi ruħi bil-mod kif il-Ministru Francis Zammit Dimech ikollu l-grasp tad-dettalji tas-suġġett li jkun irid iwieġeb fuqu, ħafna drabi nklużi materji tekniċi (Interruzzjonijiet) Anzi!", "Issa timmiżinterpretanix.", "M'għandi lanqas l- iċken dubju li l-mistoqsija supplimentari tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni tirrikjedi informazzjoni li hija teknika li normalment ministru ma jkunx jista' jwieġeb għaliha mingħajr riferenza għal nies tekniċi.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jien naħseb li l-Ministru jaqbel li mhux sewwa li jkun hemm id-dawl ta' barra jixgħel filgħodu u filgħaxija għal ġimgħa sħiħa u mbagħad ikun hemm id-dawl ta' barra li ma jixgħelx għal ġimgħat sħaħ - każijiet simili jeżistu fi Triq il-Velleran u Triq San Xmun fil-Fgura.", "Għalhekk jista' l-Ministru jgħidilna x'inhu jsir meta l-Enemalta jaslulha rapporti bħal dawn?", "Nitlob lill-Ministru jgħidilna jekk humiex se jittieħdu l-passi - s'intendi jinforma lill-ministru responsabbli - biex tiġi solvuta din il-problema għax issa dawn ilhom ġimgħa mingħajr dawl.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Speaker, m'hemmx dubju li naqbel ma' l-Onor.", "Mizzi li mhux sewwa li d-dawl pubbliku jibqa' jixgħel bil-lejl u bi nhar għal ċertu żmien meta suppost li s-sistema tipprovdi li matul il-ġurnata dan jintefa'.", "Għalhekk nassigura lill-Onor.", "Membru li l-ilment li qed iqanqal inġibu a konjizzjoni tal-ministru konċernat biex jittieħdu l-passi meħtieġa.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Mr Speaker, issa li qed nitkellmu fuq assigurazzjonijiet fuq provvista ta' dawl u fuq provvista u pressa ta' ilma, jista' l-Ministru bl-istess mod jassigurana wkoll li mhux se jkun hemm qtugħ mhux neċessarju ta' dawl u ta' pressa ta' ilma ma' Malta u Għawdex matul ix-xhur tas- sajf?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Speaker, fil-fehma tiegħi, m'hemmx bżonn li nagħti din l-assigurazzjoni verbali għaliex the proof of the pudding is in the eating.", "Il-miżuri kollha li ħa l-Gvern fil-qasam ta' l-ilma u fil-qasam ta' l-enerġija wrew li matul l-aħħar żminijiet, sew jekk kien is-sajf kif ukoll jekk kienet ix-xitwa, il-provvista ta' l-ilma u tad-dawl kienet sodisfaċenti ħafna.", "Il-Gvern huwa konxju li d-domanda għas-servizzi dejjem qed tiżdied minħabba t-titjib li qed isir fil-kwalita' tal-ħajja u anke fl- iżvilupp tas-soċjeta' tagħna u, kif juru d-dokumenti u l-fatti kollha, l- istess Gvern huwa kommess fuq investiment sostanzjali biex dejjem jassigura li l-provvista tlaħħaq mad-domanda.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jista' allura l-Ministru jaċċertana li ċerti problemi li qed jissemmew dwar l-Enemalta, bħalma hija shortage of cash, m'humiex veri u li effettivament m'hemmx problema fl-operat ta' l-Enemalta f'dak li għandu x'jaqsam mal-provvista tad-dawl u anke fuq livell finanzjarju?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-Korporazzjoni Enemalta hija korporazzjoni li torganizza lilha nnifisha b'mod li kemm jista' jkun l-operat tagħha tmexxih fuq bażi kummerċjali bil-Gvern jagħti d-direzzjoni ġenerali u jagħmel monitoring ta' l-iżvilupp ta' dik il-korporazzjoni kif titlob il- liġi tal-pajjiż.", "Il-korporazzjoni hija vestita b'funzjoni mill-iktar importanti li tipprovdi servizzi essenzjali u għal dan l-iskop għandha l- programmi tagħha ta' investimenti li jsiru bl-approvazzjoni tal-Gvern.", "M'hemmx dubju li fejn ikun meħtieġ żvilupp f'dawn is-servizzi l-Gvern jieħu l-miżuri meħtieġa biex ikun hemm l-investiment finanzjarju sabiex jara li dan l-iżvilupp ma jiġix b'xi mod interrott.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Mr Speaker, bis-solita dexterity u retorika tajba tiegħu l-Ministru qed jaċċertana li m'hemmx problemi finanzjarji ta' cash flow u affarijiet oħra fl-Enemalta.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Speaker, jien imgħallem li meta jista' jkollok - mhux qed ngħid li f'dan il-każ huwa hekk - problema ta' cash flow ma jfissirx li jkun hemm problema partikolari u tista' tgħid li ma naf bl-ebda impriża li minn żmien għal ieħor ma jkollhiex problema ta' cash flow.", "Dan nafu anke bħala ministru responsabbli għas-sigurta' soċjali fejn ikollna impriżi li minħabba mumenti temporanji ta' stretching tal-cash flow situation tagħhom ġieli jirritardjaw biex iħallsu anke l-kontribuzzjonijiet tas-sigurta' soċjali.", "Għalhekk naħseb li wieħed, almenu su due piedi, m'għandux jagħmel każ li l-Enemalta m'hijiex f'pożizzjoni ssostni s-servizz li hija trid tipprovdi għall-pajjiż.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet skada.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEDJA", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Prim Ministru): Mr Speaker, inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:", "Memorandum dwar il-Funzjonijiet tal-Kunsilli Lokali (Rapport dwar l- Effiċjenza milħuqa) għall-perjodu bejn Jannar u Marzu 1996.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru tal-Ġustizzja u Kultura.", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO (Ministru tal-Ġustizzja u Kultura): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 105 ta' l-1996 - Avviż ta' bidu fis-seħħ ta' l-Att ta' l-1995 li jemenda l-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili; u", "Avviż Legali Nru 107 ta' l-1996 - Regolamenti ta' l-1996 li jemendaw l- Iskeda li tinsab ma' l-Att dwar il-Kummissarji għall-Ġustizzja.", "u f'isem il-Ministru għat-Trasport, Komunikazzjoni u Teknoloġija inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 108 ta' l-1996 - Regolamenti ta' l-1995 dwar l-Użu ta' Seat Belts fuq Vetturi bil-Mutur - Avviż ta' bidu fis-seħħ dwar Karozzi Speċifikati;", "Avviż Legali Nru 109 ta' l-1996 - Regolamenti ta' l-1996 li jemendaw ir-Regolamenti dwar is-Servizz tat-Telefon (Emenda Nru 3); u", "Avviż Legali Nru 110 ta' l-1996 - Regolamenti ta' l-1996 li jemendaw ir-Regolamenti dwar is-Servizz tat-Telefon ma' Barra minn Malta.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru ta' l-Intern.", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern) Mr Speaker, inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 106 ta' l-1996 - Avviż ta' bidu fis-seħħ ta' l-Att dwar Gwardjani Privati u Lokali;", "Avviż Legali Nru 111 ta' l-1996 - Regolamenti ta' l-1996 li jemendaw ir-Regolamenti dwar iż-Żamma ta' Bon Ordni f'Lokalitajiet ta' Divertiment;", "Lista ta' każijiet ta' membri tal-Korp tal-Pulizija li kontrihom qed jittieħdu passi fil-Qrati, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numri 33975; u", "Kopja ta' Ċirkolari Nru 63/93 dwar proċedura ta' ħlas ta' overtime/allowance lill-membri tal-Korp tal-Pulizija, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 34020.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IS-SERVIZZ TAS-SIGURTA'", "SECURITY SERVICE BILL", "L-ordni għal Kumitat ġie moqri.", "FIL-KUMITAT L-Onor.", "Michael Bonnici, President tal-Kumitati jippresjedi.", "Klawsola 4 - Il-kap tas-Servizz ta' Sigurta' (Kont.)", "Clause 4 - The head of the Security Service (Cont.)", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Mr Chairman, il-bieraħ konna wasalna f'subklawsola 4(3), dik il-parti li tgħid li l-kxif ta' informazzjoni li tkun inkisbet mis-Servizz ta' Sigurta' jista' ssir:", "\"...... sabiex jiġi stabbilit jekk persuna għandhiex tiġi impjegata, jew tkompli tiġi impjegata, minn xi persuna, jew f'xi kariga jew kapaċita' ħlief skond provvedimenti f'dak ir-rigward li jiġu approvati mill-Ministru.\"", "u saret l-oġġezzjoni li din timplika li persuna tista' titlef l-impjieg jew tista' ma tingħatax impjieg minħabba informazzjoni li jkun kiseb is- Servizz ta' Sigurta' u li l-persuna konċernata tista' lanqas tkun taf b'dik l-informazzjoni li tkun inkisbet dwarha, aħseb u ara kemm tista' tkun taf li dik l-informazzjoni qed tinkiseb biex tkun jew ta' ostaklu għaliha li takkwista l-impjieg jew inkella tkun il-kaġun li titlef l-impjieg.", "F'dan ir-rigward l-Oppożizzjoni toġġezzjona li jkun hemm din is-setgħa fil- liġi.", "Dan għaliex jekk il-persuna konċernata ma tkunx taf b'dik l- informazzjoni miksuba u mikxufa mis-Servizz ta' Sigurta' skond il- provvedimenti mogħtija mill-ministru allura din il-persuna la tkun tista' tagħmel rappreżentazzjonijiet, la tkun tista' tagħti spjegazzjonijiet, la tkun tista' tiġġustifika ruħha u lanqas tkun tista' tiskolpa ruħha.", "Mhux qed ngħidu li jittieħdu l-passi fuq persuna li nstabet ħatja ta' xi waħda mill-infrazzjonijiet kontemplati f'dan l-abbozz, imma qed ngħidu biss informazzjoni miksuba mis-Servizz ta' Sigurta' u mhux neċessarjament li dik l-informazzjoni kienet tested u pruvata.", "Sitwazzjoni bħal din hija sitwazzjoni tassew prekarja, m'hijiex tajba u m'għandniex nittollerawha fil- liġi tagħna.", "Jien nittama li l-Gvern jifhem is-serjeta' ta' din l- oġġezzjoni u jemenda l-abbozz ta' liġi billi jneħħi din il-parti ta' din is-subklawsola li tawtorizza l-kxif ta' informazzjoni miksuba mis-Servizz ta' Sigurta' għall-finijiet ta' mpjieg ta' persuna.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Ħalli nkomplu fuq il-fil tal-bierah.", "Din is- subklawsola 4(3) fiha nnifisha ma tagħtix drittijiet lil ħadd, jiġifieri ma tagħtix id-dritt lis-Servizz ta' Sigurta' biex juża xi poter jew funzjoni biex jara jekk għandhiex tiġi mpjegata persuna f'xi korp ta' dixxiplina partikolari.", "L-ewwel trid tkun teżisti dik l-informazzjoni, jiġifieri tkun diġa' nġabret taħt il-provvedimenti ta' dan l-abbozz; u allura dawn jinkludu l-metodi konvenzjonali - dawn m'għandhomx bżonn ta' l- ebda mandat imbasta li jaqgħu taħt il-funzjonijiet imsemmijin fi klawsola 3 - kif ukoll il-poteri speċjali b'mandat fejn mhux biss irid ikun hemm xi ħaġa li taqa' taħt il-funzjonijiet tas-Servizz ta' Sigurta' imma trid tkun ġiet mgħoddija mis-sifting organs li għandna f'dan l-abbozz - li huma l- Prim Ministru u l-ministru - skond il-kriterji li se niddiskutu iktar tard fi klawsola 6.", "Pero' jekk din l-informazzjoni tkun ġiet akkwistata b'mod legali, il-prinċipju hu li ma tistax tintuża għall-iskop li qed isemmi l- Onor. Membru ħlief jekk il-ministru, fil-kapaċita' tiegħu ta' ministru responsabbli mis-Servizz ta' Sigurta', jagħmel provvedimenti għal liema tip ta' mpjiegi wieħed jista' jikxef informazzjoni sabiex persuna li m'hijiex idonea għal xi kariga sensittiva ma tiġix impjegata.", "Ħaġa li, del resto, bħala informazzjoni diġa' qed issir illum.", "Illum meta l-Pulizija tkun qed tara lil min tista' ddaħħal fil-Korp tal- Pulizija l-ewwel ħaġa li tara hi l-fedina penale, pero' mbagħad tara affarijiet oħra wkoll.", "Aħna ġieli kellna informazzjoni li tinġabar mid- distretti tal-pulizija dwar nies li, għalkemm għandhom fedina nadifa, xorta waħda ma jkunx indikat li persuna li jkun hemm ċerti suspetti dwarha għandha tidħol fil-Korp tal-Puliizja.", "Naturalment ma jridx ikun xi suspett mitfuh \"hekk\" imma jrid ikun suspett fondat.", "Dan isir fil-Korp tal- Pulizija - u nittama li anke fl-Armata - b'mod iktar rigoruż milli sempliċement jekk wieħed ikun se jidħol bħala salesman ġewwa ħanut tal- merċa.", "Dan għaliex kemm jista' jkun wieħed għandu jgħaddi mill-għarbiel lill-persuni li jkunu fil-forzi ta' l-ordni biex jara li mhux biss ma jkunx hemm reati kriminali - għax jekk ikun ikkommetta reati kriminali hemmhekk għandna l-fatt innifsu li jkun reġistrat - imma li lanqas ikollok informazzjoni dwar nies li għalkemm ma jkunux ikkommmettew reati kriminali jkunu suspetti b'mod sod li huma nvoluti f'ċerta attivita' kriminali.", "Din hija l-intenzjoni ta' dan l-artiklu - naf li jista' jweġibni l-Onor.", "Membru li m'hemmx din il-kwalifika għall-provvedimenti - u jrid ikun stupidu u njorant il-ministru li jagħmilha għal xi mpjieg ieħor ħlief dawk l-impjiegi konnessi ma' karigi sensittivi.", "Kif inhi mibnija din is-subklawsola, il- prinċipju hu li għall-ebda raġuni ma tista' tuża informazzjoni għal skopijiet ta' mpjieg ħlief skond provvedimenti li jinħarġu mill-ministru.", "Qed nara t-test Ingliż u naħseb li hemm żball żgħir ta' ortografija għaliex fl-aħħar parti ta' subklawsola 4(3) hemm:", "\".....except in accordance with provisions in that behalf approved by the Minister\".", "Jien naħseb li trid tiġi \"on that behalf\" jew inkella \"in that regard\" u għalhekk se nressaq din l-emenda fit-test Ingliż biss.", "\"D\" Fit-test Ingliż tas-subklawsola (3) tal-klawsola 4, minflok il-kliem \"in that behalf\" għandhom jidħlu l-kliem \"in that regard\".", "\"D\" In the English text of subclause (3) of clause 4 for the words \"in that behalf\" there shall be substituted the words \"in that regard\".", "THE CHAIRMAN: Hawn rimarki?", "L-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Mr Chairman, ir-risposta mogħtija hi insodisfaċenti ħafna.", "Dan għaliex f'dak li qed jipproponi l-Ministru qiegħed jikkontempla żewġ kontinġenzi; waħda li persuna qed issib ostaklu biex tiġi mpjegata minħabba l-kxif ta' informazzjoni miksuba mis-Servizz ta' Sigurta', li għaliha l-Ministru pprova jirrispondi imma rrisponda b'mod mhux sodisfaċenti; u l-kontinġenza l-oħra kontemplata, li hija agħar, il- Ministru ħarabha.", "Għandna l-każ li persuna titkeċċa mill-impjieg abbażi ta' informazzjoni miksuba u mikxufa mis-Servizz ta' Sigurta' u m'hemm xejn ipprovdut li l-persuna li titkeċċa mill-impjieg ikollha l-opportunita' li tiddefendi ruħha.", "GĦaliex?", "GĦax normalment il-mezz tad-difiża jkun li jekk inti fis-servizz pubbliku hemm il-Public Service Commission; jekk m'intix fis-Servizz Pubbliku u l-kuntratt tiegħek huwa għal żmien indefinit hemm it-tribunal industrijali; u jekk il-kuntratt huwa għal żmien definit u s-sid ma jagħtix ġustifikazzjoni m'hemmx rimedju ħlief li tieħu nofs is- salarju għaż-żmien li jibqa' minn dak il-perjodu definit ta' l-impjieg.", "Jekk nikkontemplaw il-każ ta' persuna fis-servizz pubbliku li titkeċċa abbażi ta' kxif ta' informazzjoni miksuba mis-Servizz ta' Sigurta', skond il-provvedimenti li se nsibu aktar 'il quddiem is-Servizz ta' Sigurta' ma jistax jiġi mġiegħel jagħti l-informazzjoni li jkollu lill-Public Service Commission.", "Mhux li jekk hu jħoss li għandu jagħtiha ma jagħtihiex, imma ma jistax jiġi mġiegħel.", "Allura qiegħdin f'pożizzjoni fejn il-gvern jista' jittermina l-impjieg mingħajr ma l-impjegat ikollu l-possibbilta' li jiddefendi ruħu u li jipprova jiskolpa ruħu.", "L-istess ħaġa fil-każ tat-tribunal industrijali għax jekk, per eżempju, bank jittermina l-impjieg ta' xi ħadd fuq kxif ta' informazzjoni miksuba mis-Servizz ta' Sigurta', l-bank żgur ma jistax jiġi mġiegħel jgħid is-sors tar-raġuni tat-tkeċċija.", "Għalhekk qed ngħid li din il-kontinġenza għat- tkeċċija mill-impjieg żgur m'hemmx ġustifikazzjoni għaliha għax f'kull każ ta' tkeċċija mill-impjieg fuq informazzjoni miksuba bil-mezzi ordinarji ma jkun hemm ebda oġġezzjoni li dik l-informazzjoni hekk miksuba tiġi kkontestata mill-individwu jew li jipprova jikkontrobattiha ħalli jiskolpa ruħu.", "F'dan il-każ din il-possibbilta' ma teżistix.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Naħseb li m'intix korrett.", "Ħalli l-ewwel nieħdu xenarju sempliċi u mbagħad nieħdu każ estrem.", "Waqt li qed jagħmlu telephone tapping lil xi ħadd prospettat b'hold up fuq bank, jirriżulta minn dik il-konversazzjoni li hemm suspett fondat illi persuna li hija għassa mal-bank - tista' tkun pulizija jew suldat - kienet involuta f'xi reat bħala kompliċi jew inkella li kien involut xi impjegat tal-bank.", "Nassumu li l-ministru għamel provvedimenti biex tkun tista' tinkixef dik l- informazzjoni dwar dak it-tip ta' reat, kuntrarju għall-prinċipju ġenerali li f'materji industrijali ma tistax tiġi wżata din l-informazzjoni.", "X'jiġri f'dan il-każ?", "F'każ li l-individwu huwa fl-armata jista' jitkeċċa minnufih mingħajr ma jmur quddiem il-Public Service Commission, probabbli skond il-provvedimenti ta' l-Att dwar il-Forzi Armati; fil-każ ta' pulizija jgħaddi mill-Public Service Commission; u fil-każ ta' impjegat tal-bank jitkeċċa mal-ewwel u mbagħad wara jista' jsir każ jekk id-dismissal kenitx unfair jew le taħt il-provvedimenti ta' l-Industrial Relations Act ta' l- 1976.", "Klawsola 18 ta' l-abbozz, kif aċċenna l-Onor.", "Membru, bħala regola ġenerali ssemmi li:", "\"18(1) Fi proċedimenti li jsiru quddiem xi qorti jew tribunal, ma għandha tinġieb ebda prova u ma għandha ssir ebda mistoqsija waqt il- kontro-eżami li (f'kull każ) ittendi li tissuġġerixxi -", "(a) li jkun sar jew ikun ser isir reat taħt l-artikolu 15 jew 16 ta' dan l-Att minn xi persuna minn dawk imsemmija fis-subartikolu (2) ta' dan l-artikolu; jew.....\".", "- mela għandna sitwazzjoni fejn xi ħadd qed juża dik l-informazzjoni biex jitkeċċa xi ħadd li huwa diġa' fl-impjieg; naturalment fil-proċeduri se tqum il-kwestjoni għaliex inti keċċejtu u l-prinċipal irid jagħti dik ir- raġuni - \"(b) li jkun inħareġ jew li jkun ser jinħareġ mandat lil xi ħadd minn dawk il-persuni:\".", "Imbagħad waħda mill-eċċezzjonijiet li nsibu fil-paragrafu (b) tas- subklawsola 18 (3) hija:", "\"meta tinġieb prova jew il-mistoqsija waqt kontro-eżami ssir bil-għan li jiġi stabbilit kemm hu ġust jew le li ssir tkeċċija minħabba f'reat taħt l-artikolu 15 ta' dan l-Att .....\".", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Biss.", "Dik hija limitata għal dak.", "ONOR.", "TONIO BORG: Iva, imma biex tuża l-informazzjoni fi proċeduri kriminali trid tgħid x'inhi, pero' ma tistax tidħol fil-kwestjoni dwar jekk sarx reat jew dwar jekk inħariġx il-mandat.", "Inti ma tistax tgħid li għandek informazzjoni li t-tali kien involut mingħajr ma tgħid x'inhi dik l- informazzjoni.", "L-argument ta' l-Onor.", "Mifsud Bonniċi huwa li se jkun hemm inequality of arms bejn il-prinċipal - li f'dan il-każ jista' jkun il- Gvern - u l-impjegat għaliex l-impjegat ma jkunx jista' jikkontesta dik l- informazzjoni.", "Jiena m'iniex qed naraha din id-diffikulta'.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Subklawsola 18 (1) tgħid:", "\"Fi proċedimenti li jsiru quddiem xi qorti jew tribunal ma għandha tinġieb ebda prova u ma għandha ssir ebda mistoqsija waqt il-kontro- eżami li (f'kull każ) ittendi li tissuġġerixxi ....\"", "diversi affarijiet.", "Issa din ir-regola hija mwarrba b'din is-subklawsola fil-każ biss ta' meta jkun reat taħt klawsola 15 li titratta dwar il-kxif ta' informazzjoni ta' min interċetta xi ħaġa.", "Dik hija xi ħaġa oħra.", "Hawnhekk qegħdin nikkontemplaw il-każijiet kollha ħlief dan.", "ONOR.", "TONIO BORG: Pero' l-ewwel proviso jgħid:", "\"Iżda ebda ħaġa f'dan is-subartikolu ma għandha titiqies li tipprekludi l-kxif, filwaqt li tingħata xiehda, ta' informazzjoni li tkun tista' tinkixef skond dan l-Att jew taħt kull dispożizzjoni oħra tiegħu.\".", "Mela min qed jipproċedi għat-tkeċċija jrid jieħu deċiżjoni jekk din l- informazzjoni għandux jużaha.", "Naturalment din id-deċiżjoni jrid jeħodha s- Servizz ta' Sigurta'.", "Jiena naħseb li ftit se jkunu dawk il-każijiet fejn is-Servizz ta' Sigurta' jew il-prosekutur se jiddeċiedi li jmur quddiem il- qorti jew it-tribunal u jgħid liema hija l-informazzjoni interċettata, għaliex inkella se jinqalgħu ċertu problemi proċedurali oħrajn.", "Imma ladarba tieħu dik id-deċiżjoni mbagħad kulħadd ikun jista' jeżaminaha biex jara jekk dik l-informazzjoni hijiex korretta jew le jew jekk hijiex ġenwina jew le.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Din hija biċċa leġislazzjoni Ingliża oħra li tkun magħmula bizzilla fejn tidher li qed tagħti l-possibbilta' imma tkun maħduma b'mod li tostakola l-possibbilta'.", "Dan il-proviso jgħid:", "\"Iżda ebda ħaġa f'dan is-subartikolu ma għandha titiqies li tipprekludi l-kxif ..... \"", "- hawnhekk donnu qed jingħad li l-kxif jista' jsir imma mbagħad naraw l- ilqugħ li din għandha -", "\"... filwaqt li tingħata xiehda ta' informazzjoni li tkun tista' tinkixef skond dan l-Att jew taħt kull dispożizzjoni oħra tiegħu.\".", "Dan l-Att jgħidlek li ma tistax tagħmel kontro-eżami.", "Hawnhekk m'għandniex x'naqsmu mar-reat kontemplat taħt il-klawsola 15 għax dak huwa sui generis u huwa l-uniku każ li m'huwiex protett.", "Hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq informazzjoni li għadha ma wasslitx għal reat imma fuq informazzjoni li meta wieħed fil-fatt jittestjaha tista' tirriżulta li hija nfondata, nonostante li din tista' tkun il-kaġun tat-terminazzjoni ta' l-impjieg ta' xi ħadd u ħadd ma jista' jikkontestaha jew jikkontrollaha għaliex skond dak li qed ngħidu hawnhekk ma tistax tagħmel kontro-eżami.", "Jien għalhekk għidt li d-dispożizzjonijiet meħudin mill-liġi Ingliża ma tridx taqrahom leġġerment għaliex kull ħaġa li tagħti hija negata bil-kliem li jiġi wara.", "Il-kliem \"li tkun tista' tinkixef skond dan l-Att\" meta dan jipprojbixxi l- kontro-eżami fil-fatt ifisser li skond dan l-Att ma tistax tinkixef fil- kontro-eżami għaliex dan jipprojbixxi l-kontro-eżami.", "Tajjeb ukoll li wieħed jgħid li l-fatt li klawsola 18 teskludi kategorija waħda biss mir-restrizzjoni jfisser li fil-kategoriji l-oħrajn kollha ma jistax isir għaliex kieku ma tagħmilx l-esklużjoni.", "ONOR.", "TONIO BORG: Pero' l-uniċi domandi tal-kontro-eżami li ma tistax tistaqsi jew inkella ma tistax iġġib prova dwarhom ......", "(Interruzzjonijiet) Minn fejn toħroġ li ma tistax tagħmel kontro-eżami?", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Mill-klawsola 18.", "ONOR.", "TONIO BORG: Ma tistax tagħmel kontro-eżami għal żewġ skopijiet; għax ma jkunx ħareġ mandat jew fil-każ tar-reati taħt il-klawsoli 15 u 16 ħlief jekk inti tkun se titkeċċa proprju għaliex ksirt il-liġi.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Nieħdu eżempju crude ħafna fejn persuna se titkeċċa għaliex is-Servizz ta' Sigurta' kiseb informazzjoni bil-mezzi li għandu li din qiegħda tiżvolġi attivita' politika biex timmina s-sistema demokratika parlamentari fil-pajjiż.", "Din il-persuna tiġi akkużata b'dan u titkeċċa mill-impjieg.", "Meta din il-persuna tikkontesta l-każ jgħidulha li għandhom informazzjoni li qiegħda tiżvolġi attivita' li biha timmina s- sistema demokratika parlamentari tal-pajjiż.", "X'tista' tagħmel din il- pesuna jekk ma jistax jiġi kontro-eżaminat min għamel din asserzjoni ħalli juri abbażi ta' xiex wasal għal din il-konklużjoni?", "ONOR.", "TONIO BORG: Minn fejn qed toħroġha din il-konklużjoni?", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: GĦaliex ma tistax issir il-kontro-eżami u ma tistax iġġiegħlu jgħid minn fejn ġab dik l-informazzjoni.", "ONOR.", "TONIO BORG: Imma llum din hekk qiegħda wkoll.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Dażgur li mhux hekk qiegħda llum!", "Illum min jallega xi ħaġa jrid jipprovaha għax inkella it-tribunal ma jinteressahx x'inhi l-opinjoni ta' dak li jkun.", "ONOR.", "TONIO BORG: Per eżempju, meta fil-qorti pprovajna nistaqsu għaliex arrest huwa llegali, qalulna għaliex għandhom informazzjoni li dan kellu l- armi llegali.", "Meta nistaqsuhom min tahom l-informazzjoni, tieqaf hemm.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: M'għandux x'jaqsam!", "ONOR.", "TONIO BORG: Jiena m'jien qed nikkundanna lil ħadd, imma qed ngħid: X'hawn f'dan l-abbozz ta' liġi li jaggrava l-pożizzjoni legali tal-lum?", "Nassumu li llum dik l-informazzjoni tista' titlobha.", "B'dan l-abbozz ta' liġi kif inhu, l-uniċi żewġ affarijiet li ma tistax titlob bħala prova huma jekk inħariġx il-warrant jew le u jekk sarx reat taħt il-klawsoli 15 u 16.", "Pero' inti tista' tikkontrolla dik l-informazzjoni minn fejn ġiet.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Le, ma tistax.", "Mela s-Servizz ta' Sigurta' jista' jikxef is-sors ta' l-informazzjoni?", "ONOR.", "TONIO BORG: llum il-pulizija wkoll ma jistgħux jikxfu s-sors ta' l- informazzjoni.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Imma jekk ma tikxifx is-sors il-pulizija trid tipprova dak li tallega, inkella ma jiswa xejn.", "ONOR.", "TONIO BORG: Nieħdu l-każ ta' l-arrest illegali.", "Il-prinċipju proċedurali jibqa' l-istess, kemm jekk huwa każ ta' terminazzjoni ta' impjieg u kemm jekk huwa każ ta' arrest illegali.", "Kien hemm żmien li meta kien isir arrest il-qrati qatt ma kienu jattakkawh dwar jekk kienx hemm dubji raġunevoli imma kienu jattakkawh fuq affarijiet oħra - jew għaliex żammek aktar minn 48 siegħa, jew għaliex sawtek, jew għaliex ma takx ir- raġuni ta' l-arrest.", "Imbagħad bdew jattakkaw billi jgħidu: Inti ma jmissikx arrestajtu.", "U l-pulizija kienet tgħid: Jiena għandi informer li tani nformazzjoni li inti kellek l-aċidu jew l-armi llegali fid-dar.", "Imma inti ma tistax tistaqsi biex jgħidulek min qalilhom dik l-informazzjoni ħalli tikkontrolla lilu.", "Imbagħad kien hemm id-digriet.", "Imma dan kien qabel ma sar dan l-abbozz ta' liġi.", "F'dan l-abbozz m'hawn xejn li qed ibiddel din il-pożizzjoni.", "Jista' jkun li għada jgħidu li trid tgħid min hu l-informer.", "Hawnhekk m'hawn xejn li jaggrava l-pożizzjoni ħlief li ma jistgħux isiru domandi fuq dak li qed jgħidu l-paragrafi (a) jew (b) tas- subklawsola 18(1).", "Jekk illum tista' tistaqsi fuq kwalunkwe ħaġa oħra anke wara li jgħaddi dan l-abbozz tista' tistaqsiha u jekk ma tistax tistaqsiha llum ma tistax tistaqsiha wara li jgħaddi dan l-abbozz.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Il-pożizzjoni m'hijiex hekk u nirrifjuta li niddiskuti l-kwestjoni tat-tkeċċija mill-impjieg abbażi ta' analoġija, anke jekk din hi ta' l-arrest illegali, għaliex din hija ċirkostanza assolutament differenti milli qegħdin nsemmu.", "Hawnhekk hawn abbozz li jintitola t-tkeċċija mill-mpjieg abbażi ta' kxif ta' informazzjoni li s- Servizz ta' Sigurta' jkun kiseb fl-operazzjonijiet tiegħu.", "Hija rrelevanti jekk il-mezzi taħt dan l-abbozz kenux ordinarji, speċifiċi jew straordinarji.", "Jekk l-employer igħid li jkun ħa d-deċiżjoni abbażi ta' informazzjoni mikxufa lilu mis-Servizz ta' Sigurta', it-tribunal jista' jsejjaħ lir-rappreżentanti tas-Servizz ta' Sigurta' biex jipprovaw il- fondatezza ta' dik l-informazzjoni?", "Hekk qegħdin ngħidu?", "ONOR.", "TONIO BORG: Jiena naf x'qed tgħid inti, imma jien m'iniex qed ngħid hekk.", "Jiena qed ngħid li jekk f'ċirkostanzi simili llum tista' tintalab dik l-informazzjoni allura iva, imma jekk illum ma tistax tintalab allura le.", "Nassumu li membru fil-Korp tal-Pulizija qed jgħaddi proċeduri quddiem il-Public Service Commission fuq informazzjoni li jkollu dwaru l- Korp tal-Pulizija.", "Per eżempju, informer fiċ-ċrieki kriminali jagħti informazzjoni li hemm spettur tal-pulizija nvolut f'ċirku kriminali.", "Dan la jkun tressaq il-qorti u lanqas ma jkun instab ħati ta' reat imma sempliċement għandhom suspetti li huwa nvolut f'ċirku kriminali.", "X'jagħmel il-Kummissarju tal-Pulizija jekk jiddeċiedi li joqgħod fuq dik l- informazzjoni li jkun akkwista?", "Il-kummissarju jista' jew ikompli jinvestiga sakemm jaqbdu fil-fatt jew inkella jista' jieħu r-riskju li jkeċċih, abbażi ta' dik l-informazzjoni biss, billi jgħaddih mill-Public Service Commission. llum x'jiġri jekk l-avukat tal-pulizija li jkun qed jiġi proċessat quddiem il-Public Service Commission biex jitkeċċa jistaqsi d-domanda?", "Il-pożizzjoni hi li jekk il-pulizija jkunu jridu jirrisponduha jirrisponduha u jekk ma jkunux iridu ma jirrisponduhiex.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Illum il-Public Service Commission tassessja l-fondatezza tas-suspett u jekk ma tkunx konvinta li dak m'huwiex suspett imma fatt ma taċċettax it-talba tal-kummissarju biex tkeċċih.", "Imma dan il-każ huwa bil-maqlub.", "ONOR.", "TONIO BORG: Hawnhekk l-istess għax jekk jibqgħu biss fuq sempliċi suspett tgħid li dan m'huwiex biżżejjed.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Imma f'dan il-każ bil-maqlub.", "ONOR.", "TONIO BORG: GĦaliex qed tgħid li bil-maqlub?", "Din hija teorija biss għax fil-fatt m'hawn xejn fl-abbozz li jsostniha.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Hija miktuba fl-abbozz apposta biex tikkontempla dan.", "ONOR.", "TONIO BORG: Le, m'hijiex miktuba fil-liġi għax tirrigwarda dawk iż- żewġ domandi biss.", "Dik qed iżżidha inti stess għax meta staqsejtek taħt liema parti tal-liġi inti għidtli: Int tista' tippretendi li l-Pulizija se tikxef is-sors tagħha?", "U semmejt lill-Pulizija lanqas lis-Servizz ta' Sigurta'.", "Ara kemm m'hix qiegħda espressament fil-liġi.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Il-kontro-eżami jista' jsir biss f'ċerti ċirkostanzi fosthom fir-rigward ta' reat taħt klawsola 15.", "Mela f'kull ħaġa oħra li m'hijiex taħt artiklu 15 il-kontro-eżami ma jistax isir.", "ONOR.", "TONIO BORG: Le m'hix hekk.", "Skond klawsola 18 insibu li:", "\"(1) Fi proċedimenti li jsiru quddiem xi qorti jew tribunal, ma għandha tinġieb ebda prova u ma għandha ssir ebda mistoqsija waqt kontro-eżami li ...\"", "U mbagħad tispeċifika x'inhi.", "Mhux ma jistax isir kontro-eżami imma qed nassumi li l-kontro-eżami jista' jsir imma ma tistax tistaqsi mistoqsija.", "Il-projbizzjoni mhux li m'għandux isir il-kontro-eżami imma m'għandha ssir l-ebda mistoqsija waqt il-kontro-eżami li tissuġġerixxi subklawsola 18 (a) jew (b).", "Jien ħati għax qajjimt klawsola 18, pero' din il-klawsola tipprova t-teżi tiegħi li hija kompletament differenti minn dik ta' l-Onor.", "Membru.", "Dan l- abbozz ma jagħti l-ebda poter li tittermina l-impjieg ta' ħadd għax mhuwiex dan l-abbozz li jirregola t-terminazzjoni ta' mpjieg imma liġijiet oħra skond il-kategorija tiegħek; jiġifieri jekk inti impjegat normali hemm l- Industrial Relations Act; jekk inti uffiċjal pubbliku hemm il-Public Service Commission Regulations; u jekk inti membru tal-Forzi Armati taqa' taħt Armed Forces Act ta'1968.", "Din il-klawsola ma tagħti l-ebda setgħa li tittermina l-impjieg ta' ħadd.", "Hawn sempliċement qed nirregolaw il-prova li tista' tinġieb, imbagħad sta għal dawn l-istituzzjonijiet differenti - l- Industrial Relations Tribunal, il-Public Service Commission - li jiddeċiedu xi proċeduri għandhom jieħdu dwar informazzjoni li tingħata.", "Per eżempju, jien nista' ma ndaħħlekx fil-Korp tal-Pulizija jew fl-Armata għax għandi suspett, pero' una volta tidħol trid tipprova li d-dismissal huwa unfair bħala impjegat u allura l-employer irid jipprova li d-dismissal huwa ġust.", "Ma jistgħux jitkeċċew nies fuq suspett.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Wieħed irid jaqra klawsola 4 kollha kemm hi biex jasal għall-konklużjoni li dak li qed jgħid il-Ministru mhux korrett.", "Klawsola 4 tgħid hekk:", "\"(2) Il-kap tas-Servizz ... ikollu d-dmir li jiżgura -", "(a) ... li ma tiġi żvelata ebda informazzjoni mis-Servizz ħlief meta din tkun meħtieġa għal dan l-għan jew bil-għan li jsiru proċedimenti kriminali;\"", "Mela dak huwa l-prinċipju, imma din l-istess klawsola imbagħad tkompli tgħid:", "\"(4) Mingħajr ebda preġudizzju għall-ġeneralita' tal-paragrafu (a) tas- subartikolu (2) ta' dan l-artikolu, il-kxif ta' informazzjoni għandu jitqies bħala meħtieġ għat-twettiq sew tal-funzjonijiet tas-Servizz meta dan ikun jikkonsisti -\"", "ONOR.", "TONIO BORG: In-National Archives Act wara tletin sena.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Skużi, \"l-arranġamenti msemmija.... għandhom ikunu tali li jiżguraw li l-informazzjoni li tkun fil-pussess tas- Servizz ma tiġix żvelata għall-użu sabiex jiġi stabbilit jekk persuna għandhiex tiġi mpjegata jew tkompli tiġi mpjegata... ħlief skond provvedimenti f'dan ir-rigward li jiġu approvati mill-Ministru\".", "Mela meta l-Ministru japprova provvedimenti bħal dawn, l-informazzjoni li skond din il-klawsola s-Servizz ta' Sigurta' ma jistax jiżvela tkun tista' tinkixef għall-fini tat- terminazzjoni ta' l-impjieg.", "Issa s-Servizz ta' Sigurta' kixef ma' l-employer l-informazzjoni li biha l-impjegat jiġi terminat l- impjieg tiegħu.", "Meta l-employer jaġixxi fuq informazzjoni mogħtija mis- Servizz ta' Sigurta' huwa jiżvela lit-tribunal jew lill-Public Service Commission li huwa - l-Gvern jew l-employer privat - kellu jittermina l- impjieg fuq informazzjoni mogħtija lilu mis-Servizz ta' Sigurta'.", "Il- Ministru qed jgħid li mbagħad is-Servizz ta' Sigurta' jiġi mistoqsi biex jgħid abbażi ta' x'hiex huwa ta dik l-informazzjoni lill-employer.", "Dak li qed jgħid il-Ministru ma jistax ikun għax kieku jista' jkun il-Ministru m'għandux għalfejn jagħmel il-provvedimenti speċjali f'dan ir-rigward.", "ONOR.", "TONIO BORG: Jieħu r-responsabbilta' hu.", "M'għandux jiġi mpedut milli jużaha dik l-informazzjoni u jekk jużaha jrid jerfa' r- responsabbilta' tagħha anke bħala prova fi proċeduri quddiem tribunal.", "Issa jekk dik twasslek biss għal suspett, hard luck u tieqaf hemm, imma l- impjegat ma jiġix imkeċċi.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Kieku fatt ippruvat m'hemmx għalfejn tipprovdi għalih fl-abbozz għax it-tkeċċija minn impjieg tkun konsegwenzjali .", "ONOR.", "TONIO BORG: Imma biex jiġri hekk irid jammetti li għamel ir-reat, jiġifieri irid ikollok ammissjoni.", "Fuq suspett ma jiġrix hekk.", "Jien qed ngħid għal skopijiet ta' terminazzjoni.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Jien mhux qed ngħid jammetti li għamel reat imma bil-maqlub.", "Il-persuna lanqas taf fuqhiex tkeċċiet u lanqas għandha mezz biex tikkontrolla fuqhiex tkeċċiet għax ħadd ma jagħtiha l- informazzjoni.", "Meta titkeċċa fl-interess pubbliku, dak hu li jingħad fil- każ tal-Gvern.", "ONOR.", "TONIO BORG: L-ewwelnett dan l-abbozz ma jagħti l-ebda poter ta' terminazzjoni ta' mpjieg ta' ħadd.", "Inti qed tassumi affarijiet li m'għandekx tassumihom u nixtieqek li tispjega għaliex.", "Imkien fl-abbozz m'hemm li dik l-informazzjoni ma tistax tiġi kkontrollata, anzi klawsola 18 tipprova r-regola li dik tista' tikkontrollaha.", "Tista' tistaqsi kollox ħlief żewġ affarijiet u dawn iż-żewġ affarijiet ma jinkludux dik il-ħaġa li qed tgħid inti.", "Dan hu l-argument kollu tiegħi.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Jien ngħid bil-maqlub għax l-eżistenza ta' klawsola 18 turik li f'ċirkostanzi oħra ma jistax isir konto-eżami u s- Servizz ta' Sigurta' ma jistax jiġi mistoqsi abbażi ta' xhiex wasal għal dik il-konklużjoni ta' suspett.", "ONOR.", "TONIO BORG: F'liema parti ta' klawsola 18 għax jien qrajtha din il- klawsola u ma tgħidx hekk?", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: L-eżistenza stess ta' klawsola 18.", "ONOR.", "TONIO BORG: GĦar-rigward biss ta' mistoqsijiet dwar dawk iż-żewġ materji li huma relevanti għal skopijiet li qed niddiskutu hawnhekk.", "Jien m'iniex naqbel miegħek u qed nipprovalek li m'hawn xejn f'dan l-abbozz ta' liġi li jsostni l-argument tiegħek li għax is-Servizz ta' Sigurta' sempliċement jgħid li aħna għandna nformazzjoni li persuna hija nvoluta f'reat, din titkeċċa mingħajr ħadd ma jistaqsi xejn.", "Jekk dan hu sostnut minn xi liġi oħra ma nafx, imma mhux sostnut minn dan l-abbozz ta' liġi.", "Klawsola 18 tagħti indikazzjoni kontrarja għal dak li qed tgħid inti għax tagħmel eċċezzjonijiet speċifiċi li ma jinkludux dak li qed tgħid inti.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Iktar ma l-Ministru jipprova jissimplifika l-kwestjoni billi jorbotha ma' provi ta' reati, iktar jikkonvinċini li fil- fatt jaf bid-difett ta' dan il-provvediment.", "Min qallek bis-suspett ta' reat?", "X'jiġifieri suspett ta' reat?", "Per eżempju, employer jista' joġġezzjona li jkollu mpjegat omosesswali jew b'tendenzi omosesswali u s- Servizz ta' Sigurta' ikun akkwista dik l-informazzjoni waqt investigazzjoni li ma tkunx proprju għal dak l-iskop.", "Per eżempju, daħal fid-dar tiegħi bil-moħbi u minn dak li ra seta' kkonkluda li jien għandi tendenzi omosesswali.", "ONOR.", "TONIO BORG: Imbagħad x'jiġri?", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Imbagħad jiġri li dik l-informazzjoni jgħaddiha lil min jimpjegani.", "Immaġina li jien naħdem fl-Uffiċċju tal- Prim Ministru u l-kap tas-Servizz ta' Sigurta' jmur jgħid lill-Prim Ministru x'jien u minħabba f'hekk il-Prim Ministru jittermina l-impjieg tiegħi.", "Pero' dan m'huwiex reat.", "(Interruzzjonijiet) Jien jidhirli li ħaġa bħal din hija perikoluża.", "ONOR.", "TONIO BORG: Inti taħseb li dan il-każ li qed issemmi jaqa' taħt subklawsola 4(3)?", "Nista' ngħidlek li dan m'għandux x'jaqsam ma' din il- klawsola.", "Pero' nassumu li l-ministru jawtorizza - kontrarjament għall- prinċipju li ma jistax isir kxif ta' informazzjoni - li jkun jista' jsir kxif ta' informazzjoni dwar l-istat ta' bniedem tal-każ li semmejt int; anke kieku jsir hekk, b'dak biss m'huwiex intitolat li jkeċċi n-nies.", "F'dak il-każ allura jien nagħmillu kawża kostituzzjonali.", "Mur arana nkeċċu n-nies hekk!", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Dan kollu għaliex qed nagħtu s-setgħa lis- Servizz ta' Sigurta' li jikxef l-informazzjoni, mhux għall-iskop tal-qadi tal-funzjonijiet tiegħu jew bi proċedimenti kriminali - anzi hawn ngħid li mhux għall-iskop ta' proċedimenti kriminali ħalli żgur neskludu r-reat - imma fil-każ ta' tkeċċija ta' l-impjegati.", "Dan jiġri meta aħna nikkombinaw jew inħalltu s-setgħat ta' l-aġenti ta' l-ispjunaġġ ma' ħwejjeġ oħra.", "Per eżempju, hemm setgħa li tista' tkun ġustifikata u li raġunevolment tista' ssostniha f'ċerti ċirkostanzi, bħal meta jkun hemm persuna li qiegħda tispjuna u hemm setgħa li l-użu tagħha ma jistax ikun ġustifikat.", "Imma jekk l-ispjunaġġ ikun sar ma' ħwejjeġ oħra allura dik is- setgħa tkun trid tingħata dejjem.", "Issa ħalli niġu għal subklawsola 4 (5) u din tgħid hekk:", "\"Il-kap tas-Servizz ta' Sigurta' għandu jagħmel rapport ta' kull sena dwar ix-xogħol tas-Servizz lill-Prim Ministru u lill-Ministru u jista' kull żmien jirraporta lil xi wieħed minnhom dwar xi ħaġa li jkollha x'taqsam max-xogħol tas-Servizz.\".", "Imbagħad, aktar 'il quddiem, jista' jiġri li dan ir-rapport jingħata lil ħaddieħor.", "Imma x'inhuwa l-iskop ta' dan?", "Il-Kummissarju tal-Pulizija jagħtik rapport kull sena ta' kif imexxi l-korp?", "Il-Brigadier ta' l- Armata jagħtik rapport tax-xogħol li jagħmel matul is-sena?", "Allura għalfejn il-kap tas-Servizz ta' Sigurta' huwa marbut li jagħti rapport meta dak li għamel huwa proprju bil-mandati li tkun tajtu int?", "Nenfasizza l- kelma \"proprju\" għaliex dan ma jagħmilx sens li l-kap tas-Servizz ta' Sigurta' ma jaġixxix proprju kif iħoss hu.", "Le, ma jagħmilx sens.", "ONOR.", "TONIO BORG: Għaliex?", "X'fiha ħażin li wieħed jagħmel rapport annwali.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Għax min għandu responsabbilta' li jħares l-interessi nazzjonali, b'kwalunkwe mezz, mhux se jistenna l-mandati tiegħek biex jagħmel xogħlu.", "Jekk dan jara dubbiena għaddejja li hija suspettuża mhux se joqgħod imur għand il-ministru li forsi mbagħad ma jagħtihx mandat.", "F'dan il-każ il-kap tas-Servizz ta' Sigurta' ikun huwa responsabbli.", "ONOR.", "TONIO BORG: Ikun responsabbli l-ministru.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Imma dawn l-affarijiet ma jaħdmux hekk fil- prattika ħlief li kull meta jkun hemm talba l-ministru jagħti mandat.", "Liema ministru se jassumi responsabbilta' li jiċħad it-talba tal-kap tas- Servizz ta' Sigurta'?", "Fiċ-ċirkostanzi liema ministru jkun għaref u edott iktar mill-kap tas-Servizz ta' Sigurta'?", "F'ċerti ċirkostanzi min jista' jkun speċjalizzat iktar mill-kap tas-Servizz ta' Sigurta'?", "ONOR.", "TONIO BORG: Jien ma naqbilx miegħek.", "Bħalissa m'aħniex qed niddiskutu il-mandat imma l-ħtieġa li jsir ir-rapport darba fis-sena u li huwa obbligatorju minbarra li jistgħu jsiru rapporti oħra wkoll.", "Jien ma nara xejn ħażin f'dan, anzi naraha ħaġa tajba li wieħed dejjem ikun jista' jikkontrolla dak li qed jiġri, apparti permezz ta' l-approvazzjoni tal- mandati.", "Nerġa' ngħid li jien ma nara xejn ħażin f'dan anzi ngħid li hija ħaġa tajba.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "(Onor. Membri: No) Il- mistoqsija hija l-emenda għal klawsola 4 kif imressqa u moqrija mill- Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"D\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 4 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 4, kif emendata, għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill- Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 5 - Membri tas-Servizz ta' Sigurta'.", "Clause 5 - Members of the Security Service.", "ONOR.", "TONIO BORG: Din il-klawsola tirregola l-kostituzzjoni tas-Servizz ta' Sigurta' nnifsu u tipprovdi li l-membri għandhom jinħatru mill-kap tas- servizz - li kif għidna huwa regolat bi klawsola 4 - b'dawk il-patti u l- kondizzjonijiet li jistgħu jiġu approvati mill-ministru.", "Fil-fatt, magħhom hemm lista sħiħa ta' persuni li jistgħu jkunu membri fis-Servizz ta' Sigurta' u dawn jinkludu: \"uffiċjali pubbliċi; membri ta' u persuni oħra impjegati jew maħtura fi jew għall-għanijiet tal-Forzi Armati ta' Malta; membri ta' u persuni oħra impjegati jew maħtura fi jew għall- għanijiet tal-Korp tal-Pulizija ta' Malta ...\"", "Il-kap tas-Servizz ta' Sigurta' għandu dritt li jagħżel minn dawn il-kategoriji ta' nies biex ikunu membri fi ħdan is-Servizz ta' Sigurta'.", "Infatti xi ħaġa simili diġa' teżisti b'mod limitat ħafna fin-national drug intelligence unit.", "Il- kap ta' l-NDIU jista' jagħżel mhux biss minn fost il-membri tal-Korp tal- Pulizija - fil-fatt dan lanqas biss jaqa' taħt il-Korp tal-Pulizija - imma jista' jagħżel ukoll nies mid-Dwana u mill-Armata u jista' jagħżel ukoll nies li m'huma mill-ebda grupp li qed insemmu - hawn qed ngħid għal nies magħżula biex ikunu membri tan-NDIU.", "Il-lista għal dawn il-membri fil-fatt hija ftit itwal u dan m'huwiex x'arranġament amministrattiv imma l-abbozz stess jipprovdi li l-membri tas-servizz jinħatru minn uffiċjali pubbliċi, minn membri tal-Forzi Armati ta' Malta, minn membri tal-Korp tal-Pulizija jew inkella min membri minn kwalukwe korp dixxiplinat ieħor.", "Il-membri tas- servizz jistgħu jkunu wkoll", "\"diretturi ta' u persuni oħra impjegati jew maħtura fi jew għall- għanijiet ta' korpi mwaqqfa permezz ta' xi liġi u ta' kumpanniji fejn il-maġġoranza ta' l-ishma parteċipattivi tagħhom jkunu kontrollati mill-Gvern\"", "jew inkella l-membri jistgħu jkunu persuni li skond l-Att dwar is-Sigrieti Uffiċjali jkunu mpjegati ta' korp preskritt.", "Fil-fatt fl-emenda għall- Official Secrets Ordinance li tagħha diġa' approvajna s-Second Reading rajna li l-Prim Ministru jista' joħroġ ordni li biha jiddikjara ċertu uffiċċju bħala preskritt.", "Jiġifieri l-membri tas-Servizz ta' Sigurta' jistgħu jintgħażlu minn dawn il-kategoriji differenti kollha kif ukoll minn kumpanniji li jipprovdu servizzi postali, ta' telegrafija mingħajr fili u ta' telekomunikazzjoni - bħall-impjegati tat-Telemalta Corporation - jew ta' kwalunkwe korporazzjoni oħra li tkun involuta fil-kummerċ.", "Dawn jistgħu jintgħażlu għal dak iż-żmien li hekk ikun meħtieġ mill-Ministru bil-miktub wara li ssirlu talba mill-kap tas-Servizz.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: L-ewwelnett nixtieq niċċara ħaġa teknika fir-rigward ta' l-aħħar paragrafu ta' klawsola 5 li tgħid li ċerti nies jistgħu jiġu maħtura mill-kap tas-Servizz ta' Sigurta' bħala membri tas- servizz u jkompli hekk:", "\" għal dak iż-żmien li hekk ikun meħtieġ mill-Ministru bil-miktub wara li ssirlu talba mill-kap tas-Servizz sabiex is-Servizz ta' Sigurta' jiġi assistit minnhom fit-twettiq tal-funzjonijiet tiegħu.\".", "Nixtieq inkun jaf jekk dan il-paragrafu huwiex relatat ma' paragrafi (a), (b), (ċ), (d) u (e) jew inkella ma' paragrafu (e) biss.", "ONOR.", "TONIO BORG: Nista' ngħid li bil-mod kif inhu dan il-paragrafu jirrelata mal-lista kollha, pero' jekk tagħtini ċans nivverifika sewwa.", "(Interruzzjonijiet) Dan il-paragrafu jikkwalifika għal-lista kollha u mhux għall-paragrafu (e) biss u għalhekk il-provvediment ta' l-aħħar paragrafu japplika għall-paragrafi (a), (b), (ċ), (d) u (e).", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Mela allura t-test Malti qiegħed tajjeb imma t-test Ingliż m'huwiex għax jibda mdaħħal 'il ġewwa.", "Mela issa għandna li l-membri tas-servizz - fi kliem ieħor dawn se jkunu aġenti sigrieti - fil-fatt se jkunu nies magħżula minn impjegati oħra.", "Din hija formolazzjoni oħra ta' \"aġenti sigrieti\", biex ma jintużawx il-kliem \"aġenti sigrieti\".", "Għaliex?", "Dan għaliex - per eżempju - dik il-persuna li taħdem fil-posta u se tkun membru tas-servizz m'hijiex se tiġi trasferita mill-posta għal x'imkien ieħor imma trid tibqa' taħdem fil-posta biex b'hekk tkun tista' tinterċetta l-ittri.", "Anke fil-każ ta' nies li jaħdmu mat-Telemalta, dawn biex jinterċettaw il-kommunikazzjonijiet, it-telefonati u l-cables se jkollhom jibqgħu hemmhekk bħala mpjegati mat-Telemalta imma xorta se jkunu aġenti tas-Servizz ta' Sigurta'.", "Mela dawn il-membri tas- Servizz ta' Sigurta' se jkunu aġenti sigrieti.", "Jiġifieri, apparti li dawn in-nies huma impjegati normali fl-impjieg tagħhom huma se jkunu wkoll recruited, imdaħħla jew magħżula, bħala membri tas-Servizz ta' Sigurta'.", "Mela issa se jkollna li l-istess impjegati ta' dawn il-postijiet ta' xogħol li qed insemmu mhux se jkunu jafu minn minnhom hu aġent sigriet jew min hu li qed jispjuna fuqhom għax hu membru tas-Servizz ta' Sigurta'.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mela l-ħaddiema tal-posta, la semmejt il-posta, se joqogħdu jispjunaw fuq sħabhom tax-xogħol.", "Se mai impjegat tal-posta jista', per eżempju, ikun mpjegat wkoll bħala membru tas-Servizz ta' Sigurta' u meta jiġi awtorizzat xogħlu jkun li jiġbor informazzjoni għas- Servizz ta' Sigurta', pero' żgur mhux biex jispjuna fuq sħabu tal-posta.", "Dan sakemm ma jkunx hemm xi ħadd fil-posta li jkun qed jagħmel xi wieħed minn dawk ir-reati li jaqgħu taħt dan l-abbozz.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Din isbaħ!", "Jiġifieri jkun hemm min joqgħod b'widnejh u b'għajnejh miftuħa biex jisma' u jara ħwejjeġ li jistgħu jkunu ta' utilita' għas-Servizz ta' Sigurta'.", "ONOR.", "TONIO BORG: Issa kkwalifikajtu.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Jekk ikun imħallas għalhekk, ma joqgħodx b'għajnejh u b'widnejh miftuħa!", "ONOR.", "TONIO BORG: Mhux għal sħabu biss imma għal kulħadd.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Mela allura jissemma' kollox u jara kollox ħalli jkun ċert li ma taqbiżlux xi ħaġa li tista' tkun utli għas-Servizz ta' Sigurta'.", "Naħbu kemm naħbu dawn l-affarijiet, dan se jkun l-istat ta' l-affarijiet.", "Wara kollox, kif hemm f'pajjiżi oħra moħbijin taħt din il- formolazzjoni.", "Mhux hekk hemm l-Ingilterra minn fejn qed nieħdu dawn l- affarijiet, jiġifieri li jkun hemm l-aġenti sigrieti f'kull dipartiment?", "Dawn bħala xogħol jispjunaw fuq kulħadd u jgħidulek li dan qed jagħmluh b'kuxjenza safja għall-protezzjoni ta' l-interessi nazzjonali.", "F'pajjiżna hekk se nkunu wkoll.", "Dawn il-membri tas-Servizz ta' Sigurta' jistgħu jkunu uffiċjali pubbliċi, membri tal-Forzi Armati ta' Malta u persuni oħra impjegati mill-Forzi Armati ta' Malta jew maħtura għall-għanijiet tal-Forzi Armati ta' Malta.", "Dan huwa kollu meħud mil-liġi Ingliża.", "Fi klawsola 5 għandna li dawn jistgħu jkunu wkoll membri ta' u persuni oħra mpjegati jew maħtura fil-Korp tal-Pulizija, persuni li skond l-Att dwar is-Sigrieti Uffiċjali ikunu membri jew impjegat ta' korp preskritt jew inkella kuntrattati mill-Gvern.", "Għalfejn dawn il-kategoriji kollha u ma nagħmluhiex għal kull persuna li l-kap tas-Servizz ta' Sigurta' iħoss li tkun utli għas-servizz u dan bl-approvazzjoni tal-ministru?", "Inti m'għandekx membri tal-Korp tal-Pulizija biss imma nies impjegati fil-Korp tal-Pulizija u, aktar minn hekk, nies maħtura għall-għanijiet tal-Korp tal- Pulizija.", "X'jiġifieri dan kollu?", "Allura ma tkunx aktar faċli jekk ngħidu li kull persuna li l-kap tas-Servizz ta' Sigurta' jħoss li hi idonea u tista' tgħin lis-servizz fil-qadi tal-funzjonijiet tiegħu tista' tiġi mpjegata bħala membru tas-Servizz ta' Sigurta' bill-patti u l- kondizzjonijiet approvati mill-ministru u punto e virgola?", "ONOR.", "TONIO BORG: Jekk l-Onor.", "Membru jħares lejn il-lista jsib li dawn huma kollha konnessi ma' rwol pubbliku: uffiċjali pubbliċi, il-Forzi Armati ta' Malta, il-Korp tal-Pulizija, kull korp dixxiplinat ieħor ta' l-Istat jew korp dixxiplinat minnu nnifsu, dawk il-ftit persuni li jista' jkollhom l-uffiċċju tagħhom preskritt skond l-Att dwar is-Sigrieti Uffiċjali - nimmaġina li meta l-Prim Ministru juża dak il-poter jużah b'riferenza għal nies li verament jista' jkollhom fil-pussess tagħhom dawk is-sigrieti uffiċjali - persuni li jkunu membri f'korp imwaqqaf b'liġi li allura minnu nnifsu huwa korporazzjoni pubblika u kumpanniji li għandhom maġġoranza ta' ishma tal-Gvern.", "L-unika kategorija li tista' tkun kumpannija privata hija:", "\"kumpanniji li jipprovdu servizz postali, ta' telegrafija mingħajr fili jew ta' telekomunikazzjoni;\".", "L-oħrajn, b'xi mod jew ieħor, kollha huma parti mill-amministrazzjoni għax għandek uffiċjal pubbliku li huwa mpjegat ta' dipartiment, għandek korp imwaqqaf permezz tal-liġi li hija l-public corporation u għandek ukoll il- kumpanniji li l-maġġoranza ta' l-ishma tagħhom huma f'idejn il-Gvern.", "Dawn huma t-tliet saffi li jifformaw l-amministrazzjoni pubblika.", "Peress li anke l-kuntratturi huma kuntrattati mill-Gvern, l-unika kategorija li tista' tkun purament privata u tista' tkun membru tas-Servizz ta' Sigurta' hija:", "\"kumpanniji li jipprovdu servizz postali, ta' telegrafija mingħajr fili jew ta' telekomunikazzjoni;\".", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Jien niskanta kif il-Ministru, bl- esperjenza li issa għandu bħala ministru ta' l-intern, ma jafx li l-aħjar informazzjoni u l-iktar waħda li hija ta' siwi għall-Korp tal-Pulizija ma jġibuhiex il-membri tal-Korp tal-Pulizija imma nies barra l-korp li l- pulizija għandhom kuntatti magħhom.", "Fil-fatt hemm vot apposta amministrat mill- kummissarju, bla ndħil ta' ħadd, li minnu jħallas nies biex iġibulu l- informazzjoni.", "ONOR.", "TONIO BORG: Allura kull informer isir membru tas-Servizz ta' Sigurta'!", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Mela le!", "Dawk huma l-aħjar membri.", "ONOR.", "TONIO BORG: Imma mhux biex tkun membru.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Mela għaliex?", "ONOR.", "TONIO BORG: Mela dawk se jisparixxu b'dan l-abbozz?", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Mela għaliex?", "ONOR.", "TONIO BORG: Qed inħalltu żewġ affarijiet flimkien għax wieħed ikun impjegat tas-Servizz ta' Sigurta' li jara li hu jfittex in-nies biex jagħtuh l-informazzjoni u inti qed titkellem fuq il-kategorija ta' dawk li jagħtu l-informazzjoni lis-Servizz ta' Sigurta.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: L-aħjar nies li jkunu aġenti tas-Servizz ta' Sigurta' la jkunu uffiċjali pubbliċi u lanqas ikunu membri tal-Korp tal- Pulizija.", "ONOR.", "TONIO BORG: Ir-rwol huwa differenti.", "Ir-rwol ta' l-informer u r- rwol ta' l-impjegat huma żewġ affarijiet kompletament differenti.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Jistgħu jkunu t-tnejn.", "Jien qed ngħidlek li mingħajr ma wieħed joqgħod jagħmel riferenzi għal dan kollu, għandu jkun hemm formolazzjoni ġenerika li tgħid li kull persuna - hi x'inhi jiġifieri mpjegata, diżokkupata jew pensjonanta - li hija idonea u għandha l-kwalitajiet li l-kap tas-Servizz ta' Sigurta' iħoss li huma utli u tajbin għall-funzjonijiet tas-servizz tkun tista' tiġi maħtura membru ta' dan is- servizz.", "Fi klawsola 5 (b) hemm:", "\"membri ta' u persuni oħra impjegati jew maħtura fi jew għall- għanijiet tal-Forzi Armati ta' Malta;\".", "Imma l-Forzi Armati lil min jimpjegaw?", "Mela l-Forzi Armati jimpjegaw n- nies?", "U x'jiġifieri \"maħtura fi jew għall-għanijiet tal-Forzi Armati ta' Malta\"?", "Illum hawn xi ħadd li jaqa' taħt din il-kategorija għall-għanijiet tal-Forzi Armati?", "ONOR.", "TONIO BORG: Jien għandi l-impressjoni li l-Forzi Armati għandhom ukoll civilians impjegati magħhom.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Dawk huma mpjegati tal-gvern.", "ONOR.", "TONIO BORG: Dawk jiġu mpjegati tal-gvern ukoll pero' jista' jkun li, per eżempju, xi ħadd jagħmel kuntratt ta' mpjieg ma' xi ħaddieħor li, skond ċerti interpretazzjonijiet, ma jaqax taħt uffiċjal pubbliku imma jkollu kuntratt ta' mpjieg mal-gvern u allura jaqa' taħt impjieg.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Dik qiegħda fi klawsola 5 (d) (ii) fejn hemm:", "\"kuntrattati mill-Gvern;\".", "ONOR.", "TONIO BORG: Imma hemm differenza bejn kuntrattur u kuntrattati.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: GĦalhekk m'hemmx skop għal dan!", "Imbagħad l-isbaħ waħda hija li jista' jkollna direttur ta' korp imwaqqaf mill-Gvern li jkun membru tas-Servizz ta' Sigurta'.", "ONOR.", "TONIO BORG: Jista' jkun.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Mhux bilfors li din se tagħmilha fit- Telemalta!", "Kif jista' jkun li ma tagħmilhiex jekk, fejn ikun utli u bżonnjuż, ikollok is-setgħa li tinterċetta t-telefonati u l-cables.", "Bilfors trid tagħmilha.", "B'dan se tpoġġi lill-bord tad-diretturi f'pożizzjoni li jippruvaw isibu min fosthom hu l-aġent sigriet.", "U le jaħasra!", "Dawn l-affarijiet m'għandhomx isiru.", "Imbagħad skond l-aħħar parti ta' klawsola 5 dawn jinħatru:", "\"għal dak iż-żmien li hekk ikun meħtieġ mill-Ministru bil-miktub wara li ssirlu talba mill-kap tas-Servizz sabiex is-Servizz ta' Sigurta' jiġi assistit minnhom fit-twettiq tal-funzjonijiet tiegħu.\"", "Mela l-membri tas-Servizz ta' Sigurta' se jkunu għal żmien determinat?", "ONOR.", "TONIO BORG: Din il-lista tintitola lill-kap tas-Servizz ta' Sigurta' li minn dawn il-kategoriji kollha li semmejna, li kważi kollha għandhom rwol pubbliku, jkun jista' jagħżel lil dawk in-nies sabiex ikunu membri tas-Servizz ta' Sigurta' għal dak iż-żmien li jiddetermina hu .", "M'hemm xejn li jgħidlek li dak iż-żmien ma jistax jiġġedded.", "F'dan l- abbozz m'hawn xejn - għallinqas fit-teorija, għax fil-prattika naraha diffiċli kif din tista' tiġi attwata - li jgħidlek li l-kap tas-Servizz ta' Sigurta' ma jistax jimpjega nies li ma jkunux f'dawn il-kategoriji, pero' mbagħad ikun irid isegwi ċerta proċedura.", "Kif nafu din il-proċedura hija marbuta mal-Kostituzzjoni u li, minnha nnifisha, tista' tikxef l-identita' ta' dak li jkun u allura tkisser u twaqqa' l-funzjoni stess li tkun impjegat tas-Servizz ta' Sigurta'.", "Inklużi ma' dawn hemm ...", "(Interruzzjonijiet) Jiġifieri m'hawn xejn li jimpedixxi lill-kap tas- Servizz ta' Sigurta', pero' fil-prattika ma narax kif jista' jagħmel xi ħaġa oħra ħlief li jagħżel minn dawn il-ħames kategoriji ġenerali ta' nies, li kważi kollha għandhom rwol pubbliku, u li jgħidilhom li qegħdin għal ċertu żmien.", "Imbagħad, jekk lil wieħed isibu tajjeb ikun jista' jġeddidlu ż-żmien u jekk wieħed ma jinstabx tajjeb jista' anke jwaqqfu qabel ma jiskadi dak il-perijodu ta' żmien.", "Jien naħseb li jrid ikun hemm din il- flessibbilta'.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Il-governing paragraph ta' klawsola 5 ma jgħidx hekk, imma jgħid ċar u tond li:", "\"Il-membri tas-Servizz għandhom jinħatru mill-kap tas-Servizz b'dawk il-patti u kondizzjonijiet li jistgħu jiġu approvati mill-Ministru ...\".", "Kieku hemm punto hemmhekk ma kont ngħid xejn.", "Imma mbagħad hemm:", "\"... u inklużi magħhom hemm:\".", "Jiġifieri dawn mhux bilfors iridu jkunu minn dawn il-kategoriji li speċifikajt, anzi.", "ONOR.", "TONIO BORG: Pero' diffiċli nimmaġina kif tista' ma tkunx.", "GĦidli inti kif tista' ddaħħal lil xi ħadd f'Servizz ta' Sigurta' jekk tiddikjara minn qabel li trid nies biex ikunu mpjegati fis-Servizz ta' Sigurta'.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Minn fejn se tagħmel l-għażla tal-kap?", "Tista' tagħmel l-għażla tal-kap tas-Servizz ta' Sigurta' minn barra s- servizz pubbliku, peress li lanqas għandek din l-eċċezzjoni.", "Mela jekk il- kap iħoss li hemm persuna barra s-servizz pubbliku li hija adatta, dan ma jistax jaħtarha?", "Skond klawsola 5 il-kap għandu s-setgħa li jagħmel dan, bil-patti u l-kondizzjonijiet approvati mill-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Jien l-ewwel għidt li din fil-prattika tista' tqajjem ċerti diffikultajiet, anzi l-argument li għamilt - fil-fatt dwar dan anke tlabt parir legali ħalli nkun żgur minn dak li qed ngħid - huwa li minkejja dawn il-kategoriji donnu m'hemm xejn li jeskludi illi jistgħu anke ma jkunux minn dawn il-kategoriji.", "Imma jekk inhu hekk ikun irid isegwi r- regoli li hemm fil-Kostituzzjoni għax, kif taf inti, ġaladarba dan huwa servizz li se jiġi ffinanzjat minn fondi pubbliċi jrid isegwi ċerta proċedura.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Mhux meta hemm liġi speċjali li tipprovdi mod ieħor.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mela bil-liġi speċjali nista' nikser il-Kostituzzjoni?", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: X'jiġifieri!", "ONOR.", "TONIO BORG: Mela bil-liġi speċjali jien nista' nikser il- Kostituzzjoni?", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Din isbaħ!", "Il-kap tas-Servizz ta' Sigurta' jrid isegwi r-recruitment tal-public service?", "U issa ma tarax!", "ONOR.", "TONIO BORG: Il-Kostituzzjoni tapplika wkoll biex jidħol impjegat f'kumpannija li l-maġġoranza ta' l-ishma tagħha huma tal-gvern u hija l- kategorija ta' amministrazzjoni pubblika fejn l-inqas hemm l-involviment tal-gvern.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Imma għaliex qed titkellmu hekk, qiskom tfal innoċenti!", "Ma tafux li dan il-Gvern tana l-ikbar lezzjoni kif jimpjega mijiet ta' nies fuq kuntratt definit bla ma josserva l-proċedura tal-Kostituzzjoni.", "Tista' tibda mill-assistent personali u segretarju tal- Prim Ministru.", "Allura jekk fl-aħħar ta' klawsola 5 hawn \"għal dak iż-żmien li hekk ikun meħtieġ\", kif qed tgħidli li fir-rigward ta' min jintgħażel minn barra s-servizz pubbliku jridu jiġu osservati l-proċeduri tar- recruitment skond il-Kostituzzjoni?", "Anzi bil-maqlub, għax għal żmien determinat ma tosservax il-provvedimenti tal-Kostituzzjoni u ta' dan għidtu li għandkom il-parir ta' l-Attorney General's Office.", "Din hija kwestjoni li ilha sejra disa' snin.", "ONOR.", "TONIO BORG: Dan huwa punt kostituzzjonali u s-soltu nħobb nidħol fil-fond dwar jekk kuntratturi privati, ċioe' xi ħadd li mhux sempliċement għandu kuntratt ta' appalt imma kuntratt definit ta' impjieg jaqax taħt il- provvedimenti kostituzzjonali jew le.", "Din qisha kienet l-prattika mhux biss f'dawn l-aħħar disa' snin imma anke qabel għax minn dejjem kien hemm ċerti kuntratti ta' impjieg mal-gvern għal żmien definit li ma kenux jaqgħu taħt il-provvedimenti kostituzzjonali.", "Jekk huwa hekk allura jista' jsir dak li qed tgħid inti; jekk m'huwiex hekk dak ma jistax isir.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Le, inti taf li din il-kwestjoni qamet disa' snin ilu u l-Gvern, bil-parir tal-Avukat Ġenerali, kien ta spjegazzjoni hawnhekk li meta jkun kuntratt għal żmien determinat wieħed ma jridx josserva l-provvedimenti tal-Kostituzzjoni.", "Din il-proċedura ntużat biex ġew impjegati mijiet ta' nies minn kull ministru, inkluż il-Prim Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Pero' sotto correzione, anke qabel l-1987 kien hemm persuni li kellhom kuntratt definit ta' impjieg u fejn ukoll ma ġietx segwita din il-proċedura.", "Bħalissa f'moħħi għandi isem imma m'inix se ngħidu għaliex irrid inkun mija fil-mija ċert.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Hawn min ilu disa' snin f'din is- sitwazzjoni ta' kuntratt għal żmien determinat u għadu mal-gvern!", "ONOR.", "TONIO BORG: U bl-ebda security of tenure ħlief għaż-żmien li qiegħed fil-kuntratt għaliex jidhirli li ħafna minnhom jiġġeddu kull sena.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Din hija prattika li ġiet użata u li skond dan il-Gvern ma taqax taħt il-provvedimenti tal-Kostituzzjoni għall- finijiet ta' recruitment.", "Hemm numru kbir ta' nies li ġew impjegati hekk u għadhom impjegati hekk.", "Hawnhekk għandna \"għal dak iż-żmien li hekk ikun meħtieġ mill-Ministru bil-miktub wara li ssirlu talba mill-kap tas- Servizz\", li jfisser għal żmien determinat.", "Ma naħsibx li l-kap tas- servizz se jkun għal żmien indeterminat.", "Fil-fatt, nerġa' ngħid, lanqas għandna l-mod kif jinħatar il-kap tas-servizz sigriet għax kull ma hemm hu li jiġi maħtur mill-Prim Ministru, imma m'għandniex minn fejn jinħatar u kif jinħatar u jekk jirrekjedix l-approvazzjoni ta' xi ħadd.", "Hawnhekk qed nagħtu s-setgħa lill-kap tas-Servizz ta' Sigurta' biex jimpjega nies taħt il-patti u l-kondizzjonijiet li jistgħu jiġu approvati mill-ministru.", "Allura għandi nifhem li dawn mhumiex il-patti u l-kondizzjonijiet tas- servizz pubbliku għax kieku m'għandekx bżonn tagħmilhom hekk.", "Imbagħad għandek ukoll id-diretturi u persuni oħra mpjegati minn korpi mwaqqfa permezz ta' xi liġi u persuni oħra mpjegati.", "Allura mhux kulħadd?", "Jien jidhirli li din il-klawsola ma tagħtix affidament ta' kif se jkun kompost il-korp tas-Servizz ta' Sigurta' imma tindika li f'kull korp governattiv jista' jkun hemm aġent sigriet li huwa membru tas-Servizz ta' Sigurta'.", "Dan l-aġent, li jista' jkun direttur ta' Enemalta jew Telemalta u jista' jkun ukoll direttur ta' bank, se jkun l-iktar persuna odjata fuq il-post tax-xogħol għax wieħed ikun jibża' minnu u ma jistax jafdah.", "Nixtieq ngħid ukoll li fejn fil-Malti hemm \"kuntrattati mill-Gvern\" bl- Ingliż qegħda \"a government contractor\" u jien naħseb li din m'hijiex verżjoni korretta - jew l-Ingliż tal-Malti jew il-Malti ta' l-Ingliż.", "Jista' xi ħadd jispjega l-paragrafu (d) kif bl-Ingliż għandna \"a government contractor\" u bil-Malti għandna \"persuni kuntrattati mill-Gvern\"?", "ONOR.", "TONIO BORG: Id-defenizzjoni ta' \"kuntrattati mill-Gvern\" skond il- bidu ta' paragrafu (d) hija l-istess definizzjoni li hemm fl-Att dwar is- Sigrieti Uffiċjali", "u allura wieħed irid jagħti titwila lejn id-definizzjoni li hemm hemmhekk.", "Fi klawsola 3 ta' l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar is- Sigrieti Uffiċjali hemm \"kuntrattati mill-Gvern\" u fl-Ingliż qegħda \"goverment contractor\" u d-definizzjoni hija dik li", "\"kuntrattat mill-Gvern\" tfisser, bla ħsara għas-subartiklu (3) ta' dan l-artiklu, kull min ma jkunx funzjonarju pubbliku iżda li jkun jipprovdi, jew ikun impjegat fil-provvista ta' oġġetti jew servizzi.... \" għal ċertu skopijiet li jissemmew fl-Att innifsu.", "THE CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "Il-mistoqsija hi klawsola 5.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 5 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 6 - Mandati: ġenerali Clause 6 - Warrants: general.", "ONOR.", "TONIO BORG: Klawsola 6 tirregola kif jinħarġu l-mandati u l- awtorizzazzjonijiet.", "F'liema każijiet se jkun hemm bżonn li tinħareġ awtorizzazzjoni mill-ministru?", "L-ewwel awtorizzazzjoni hija mitluba f'każ ta' \"dħul fi, jew interferenza ma' proprjeta' \".", "Mela f'każ li s-Servizz ta' Sigurta' jidhirlu li għall-qadi tad-dmirijiet tiegħu jrid jidħol fi jew jinterferi ma' proprjeta' privata ma jkunx jista' jagħmel dik l-operazzjoni jekk ma jakkwistax l-awtorizzazzjoni minn qabel.", "Jekk isir dan id-dħul jew din l-interferenza mingħajr awtorizzazzjoni se jkun reat kriminali.", "Dan ma jkunx reat kriminali biss fis-sens ta' vjolazzjoni ta' proprjeta' imma se jkun reat speċifiku li qed jiġi maħluq taħt dan l-abbozz.", "It-tieni ħaġa li għandha bżonn l-awtorizzazzjoni hija meta s-Servizz ta' Sigurta' jkun irid jagħmel interċettazzjoni.", "\"Interċettazzjoni\" għandna din id-definizzjoni:", "\"għar-rigward ta' ordni, tinkludi l-ksib, it-tfixkil, il-qirda, il- ftuħ, l-interruzzjoni, is-soppressjoni, il-waqfien, il-qbid, it- tismigħ, is-sorveljanza, ir-reġistrazzjoni, l-ikkupjar, is-smigħ ta' u li tara komunikazzjonijiet u l-ksib ta' informazzjoni minn dawk il- komunikazzjonijiet; \"", "Mela ebda interċettazzjoni ta' dan it-tip ma tista' ssir, kif ukoll ta' :", "\"interferenza ma' komunikazzjonijiet fil-kors tat-trasmissjoni tagħhom bil-posta jew bil-mezz ta' sistema ta' telegrafija mingħajr fili jew ta' telekommunikazzjoni jew b'kull mezz ieħor...\"", "ħlief jekk għal din l-interċettazzjoni jew interferenza jkun hemm awtorizzazzjoni b'mandat maħruġ mill-ministru.", "Kif jinħareġ dan il-mandat?", "Dan il-mandat jista' jinħareġ biss mill-ministru fuq talba tas-Servizz ta' Sigurta'.", "Wara li jinħareġ dan il-mandat il-ministru jista' jibdel l- istess mandat.", "X'irid jagħmel il-ministru qabel ma jawtorizza operazzjoni bħal din, jiġifieri li jagħti dan il-poter speċjali lis-Servizz ta' Sigurta'?", "Il-ministru joħroġ dan il-mandat biss jekk jiġu sodisfatti tliet rekwiżiti.", "L-ewwel rekwiżit huwa li", "\"jqis bħala li jkun meħtieġ li l-azzjoni jkollha tittieħed għar-raġuni li x'aktarx tkun ta' valur sostanzjali fl-assistenza li tingħata lis- Servizz...\",", "u allura mhux biss \"valur\" kif għidt fit-Tieni Qari imma \"valur sostanzjali\".", "It-tieni rekwiżit - flimkien ma' l-ewwel wieħed għax dawn m'humiex alternattivi - huwa li:", "\"jkun sodisfatt li dak li l-azzjoni tkun qiegħda tfittex li tikseb ma jkunx jista' raġonevolment jinkiseb b'mezzi oħra\"", "jiġifieri mhux tagħmel interċettazzjoni biex tevita l-overtime lill- pulizija jew lill-membri tas-Servizz ta' Sigurta' biex jissorveljaw in- nies.", "Jekk hemm mezzi oħra li bihom wieħed jista' jilħaq dak l-iskop allura ma jistax jinħareġ il-mandat.", "It-tielet rekwiżit - flimkien ma' l-ewwel u t-tieni rekwiżit - huwa dak li l-Ministru", "\"jkun sodisfatt illi jkun hemm fis-seħħ arranġamenti sodisfaċenti skond dan l-Att għar-rigward tal-kxif ta' informazzjoni miksuba bis- saħħa ta' dan l-artiklu u li kull informazzjoni miksuba bis-saħħa tal- mandat tkun soġġetta għal dawk l-arranġamenti\".", "Iktar tard fl-abbozz hemm x'inhu meqjus li jkun raġunevoli biex jiġi sodisfatt dan it-tielet rekwiżit.", "Dawn it-tlieta rekwiżiti individwalment flimkien u m'humiex alternattivi, jiġifieri: valur sostanzjali għall- investigazzjoni għall-assistenza tas-servizz, li ma hemmx raġunevolment mezz ieħor kif wieħed jista' jikseb dik l-informazzjoni, u li l-Ministru jkun sodisfatt li hemm arranġamenti sodisfaċenti biex dik l-informazzjoni miksuba ma tinkixifx ħlief skond il-provedimenti ta' dan l-abbozz.", "Il-mandat irid ukoll jispeċifika l-azzjoni li trid tittieħed.", "Wara li ssir talba mis-Servizz ta' Sigurta', il-ministru jista' joħroġ jew jibdel mandat bis-saħħa ta' din il-klawsola li jkun jawtorizza li titieħed kull azzjoni bħalma jkun hemm speċifikat fil-mandat dwar dik il-proprjeta' li tkun hekk speċifikata jew dwar kull komunikazzjoni hekk speċifikata.", "Dan m'huwiex mandat inbjank imma l-mandat jrid jispeċifika ċerti dettalji.", "Fi klawsola 7 nkunu nistgħu nidħlu iktar fid-dettal dwar x'irid ikun fih il- mandat u x'tip ta' komunikazzjoni tista' tiġi interċettata.", "Il-mandat mhux se jkun indefinit imma għandu life span ta' sitt xhur.", "Dawn id-dettalji niġu għalihom fi klawsoli oħra peress li f'din il-klawsola qed ngħidu meta għandek bżonn il-mandat u x'inhuma l-kriterji li għandu juża l-Ministru qabel ma jiddeċiedi li jinħareġ dan il-mandat.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Din hija waħda mill-klawsoli l-iktar oġġezzjonabbli ta' dan l-abbozz.", "L-ewwel oġġezzjoni hija kwestjoni ta' prinċipju.", "Hawnhekk għandna sitwazzjoni oġġezzjonabbli ħafna fejn il- ministru, bniedem politiku, se jsir parti integrali mill-operazzjoni u mill-mod operattiv tal-pulizija u tal-membri tas-Servizz ta' Sigurta'.", "Għaliex?", "Għax il-ministru għandu konsiderazzjonijiet ħafna iktar differenti minn uffiċjal li l-għan tiegħu huwa l-manteniment ta' l-ordni pubbliku fil-pajjiż.", "Liema ministru se jiffirma li joħroġ mandat ħalli l- kap tas-Servizz ta' Sigurta' jibgħat l-aġenti tiegħu biex jidħlu fi proprjeta' tal-canvasser prinċipali tiegħu ?", "Liema ministru se jawtorizza lill-kap tas-Servizz ta' Sigurta' jew lill-aġenti tiegħu biex jiftħu l- ittri tal-bodyguard tiegħu?", "Liema ministru se jiffirma mandat lill-kap tas- Servizz ta' Sigurta' biex ibagħbas fil-korrispondenza u jissemma t- telephone lill-aġent tiegħu li jgħinu fil-kampanja elettorali?", "GĦaliex se npoġġu l-politiċi f'din il-pożizzjoni li jkollhom it-tentazzjoni - jekk ma ngħidx il-konsiderazzjoni reali u prattika - li jiddiskriminaw kontra min se jissoġġettaw għal dawn il-passi u għal dawn is-setgħat straordinarji?", "Li l-politiċi - dawn għandhom jitbegħdu kemm jista' jkun mill-operazzjoni u mill-mod operattiv tal-Korp tal-Pulizija u tal-Forzi Armati ta' Malta - se jkunu l-arbitri li jiddeċiedu jekk dawn is-setgħat għandhomx jintużaw għaż- żamma ta' l-ordni pubbliku, kontra l-kriminalita' organizzata u kontra t- tixrid tad-droga żgur li m'hijiex is-sitwazzjoni ideali.", "GĦaliex għandna npoġġu lill-ministri f'din il-pożizzjoni?", "Diġa' tajna eżempju ta' prim ministru jinnegozja hu u jiltaqa' hu mal-kriminali f'post sigriet.", "Issa se nagħmlu agħar billi se nagħtu is-setgħa lill-Prim Ministru u lill- ministru - għalhekk se npoġġuhom f'diffikulta' - li jawtorizzaw lill-kap tas-Servizz ta' Sigurta' biex juża l-aġenti tiegħu ħalli jidħlu fil- proprjeta' tan-nies.", "ONOR.", "TONIO BORG: Dan japplika għal kulħadd għax jekk tagħmel imħallef jista' jkollu t-tifel jew in-neputi.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Dak huwa limitat, imma bniedem politiku mhux jista' jkollu imma għandu iktar.", "ONOR.", "TONIO BORG: Jekk tkompli ġġebbed l-argument tista' tagħmlu għal kulħadd.", "Onor. Mifsud Bonnici, l-esperjenza tiegħi hija li l-iktar bniedem li jieħu deċiżjonijiet huwa l-politiku.", "Issa d-deċiżjonijiet jistgħu jkunu tajbin u jistgħu jkunu ħżiena.", "Din hija l-opinjoni personali tiegħi.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: L-esperjenza tagħna mhux hekk.", "ONOR.", "TONIO BORG Fl-aħħar mill-aħħar il-politiku jiddeċiedi.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Imma l-esperjenza tal-ħajja mhux hekk.", "THE CHAIRMAN: Jekk se titkellmu flimkien mhux se tiġu recorded.", "ONOR.", "TONIO BORG: L-importanti li ma nitkellmux flimkien.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Id-djalogu mhux hekk għandu jkun?", "Mela l- kantanti ma jidħlux wieħed fuq l-ieħor meta jkantaw u aħna qed nagħmlu bħalhom!", "ONOR.", "TONIO BORG: Id-diskussjonijiet hekk għandhom ikunu; basta ma nitkellmux it-tnejn f'salt.", "Dan huwa punt li wieħed jista' jaqbel miegħu u jista' ma jaqbilx.", "Jien qed nipprova niġġustifika għaliex dan il-punt qiegħed hemm.", "Il-bilanċ li qed nipprovaw noħolqu f'dan l-abbozz huwa li qabel ma ssir operazzjoni ta' dan it-tip - għax jekk mhux ta' dan it-tip m'għandha bżonn l-ebda mandat - allura hemmhekk jidħlu l-membri ta' l- eżekuttiv, f'dan il-każ l-ministru u jista' jidħol ukoll il-Prim Ministru.", "Kull każ irid jitla' quddiem il-ministru jew il-Prim Ministru bir- raġunijiet għaliex għandhom jingħataw dan id-dritt f'dan il-każ partikolari.", "Din hija ċara.", "Fil-fatt fl-abbozz ta' liġi għandna li:", "\"Il-Ministru jista', wara li ssirlu talba mis-Servizz ta' Sigurta'...\".", "Is-Servizz ta' Sigurta' jrid jagħmel dik it-talba, il-ministru jara jekk jeżistux dawk it-tliet rekwiżiti li hemm u jawtorizza din l-operazzjoni.", "Wara li ssir l-operazzjoni hemm is-sistema tal-kummissjunarju li, mingħajr ma jkollu lment, jinvestiga l-operat tal-ministru.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Issa l-kwestjoni tal-kummissjunarju niġu għaliha iktar tard.", "ONOR.", "TONIO BORG: Inti ma tistax tara l-awtorizzazzjoni jekk qabel ma tara is-salvagwardji.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Il-kummissjunarju jista' jeżisti mingħajr l-indħil tal-ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Kieku ma kienx hemm it-tieni salvagward kont nagħti raġun lilek, pero' t-tieni salvagward jissorvelja.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Jien qed nirriferi għal meta l-ministru ma jaġixxix għaliex ikun canvasser tiegħu.", "Il-kummissjunarju lanqas jidħol f'każ li ma joħroġx l-ordni.", "Il-kummissjunarju jidħol kieku tkun ħarġet l- ordni.", "ONOR.", "TONIO BORG: Dan huwa kontroll fuq is-Servizz ta' Sigurta' biex ma jsirx abbuż jew eċċess ta' żelu jew inkella żball daparti tas-servizz.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Imma aħna m'aħniex nagħmlu proċess ta' l- intenzjonijiet.", "ONOR.", "TONIO BORG: Ċerta flessibbilta' trid tingħata.", "Jien kontra li l- ġudikatura tidħol f'dan l-istadju, pero' jekk l-Onor.", "Mifsud Bonnici qed jipproponi li tidħol il-ġudikatura f'dan l-istadju għandu jgħidilna.", "Aħna rridu noħolqu sistema li taħdem għax inkella nkunu għamilniha għal xejn.", "Nerġa' nirrepeti li fit-Tieni Qari dwar liġi oħra - insejt liema waħda kienet - l-Onor.", "George Vella kien ilmenta minn dewmien biex toħroġ ordni ta' investigazzjoni fuq traffikant tad-droga għax l-ewwel irid jaraha l- Avukat Ġenerali u mbagħad imur biha quddiem il-qorti.", "L-Onor.", "Membru kien ilmenta mill-fatt li mhux qed joħorġu biżżejjed investigation orders u donnu ta wieħed x'jifhem li dan huwa minħabba kif inhi s-sistema.", "Issa hawn għandna sistema fejn il-membri tal-ġudikatura mhux se jidħlu f'dan l- istadju imma se jidħlu fl-istadju ta' wara li jinħareġ il-mandat.", "Issa rridu niddeċiedu.", "Jien naħseb li jekk l-Onor.", "Mifsud Bonnici jikkonvinċini li hemm sistema aħjar ...", "(Interruzzjonijiet) Jien naħseb li din hija sistema li toħloq bilanċ tajjeb biex dan is-servizz jaqdi d-dmirijiet tiegħu tajjeb b'mod effiċjenti u li mhux nagħmluh għall-isem biss.", "Barra minn hekk, qabel il-mandat hemm is-salvagwardji permezz tal-kariga politika ta' dak li jkun u wara li joħroġ il-mandat hemm is-salvagwardji permezz tal-kummissjunarju.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Il-politiku għandu jkun imbiegħed iktar mill-funzjonarji u mhux kif qed nagħmlu hawn li jimmedesima ruħu fil-mod kif joperaw.", "Immaġina li l-ministru jasal f'sitwazzjoni fejn ikollu talba biex joħroġ mandat kontra Żeppi l-Ħafi jew is-Sunnaru!", "Għalfejn se tpoġġi lill-ministru f'dik il-pożizzjoni?", "Il-mandat għandu joħorġu min għandu l- obbligu li jżomm l-ordni pubbliku, mela ministru.", "Ma tarax li din is- sistema ma tistax taħdem f'pajjiżna biċ-ċokon tiegħu!", "Dak huwa l-ewwel difett ta' din is-sistema.", "It-tieni nett biex jintalab u joħroġ il-mandat il-ministru jrid ikun konvint li l-mezzi ordinarji ma jwasslux.", "Mela qed tinsa li din il-liġi qed issir għax il-mezzi ordinarji m'humiex biżżejjed kontra l-kriminalita' organizzata?", "Kieku mhux hekk din il-liġi mhux qed issir.", "(Interruzzjonijiet) Kieku l-mezzi ordinarji li għandek taħt is-setgħa tiegħek iwassluk biex tikkontrolla l-kriminalita' organizzata kieku m'għandekx għalfejn titlob dawn is-setgħat.", "Mela allura meta l-kap tas- servizz jiġi u jitolbok dawn is-setgħat bilfors trid tagħtihomlu u mhux se toqgħod tindaħallu jekk humiex adattati jew jekk hemmx mezzi ordinarji.", "ONOR.", "TONIO BORG: Jien se nipprova nipperswadi lill-Onor.", "Mifsud Bonnici li dan l-argument ma jsegwix.", "Hu qed jgħid li l-Gvern għamel dan l-abbozz għax għandu bżonn poteri speċjali peress li għandna sitwazzjoni speċjali.", "Skond l-Onor.", "Mifsud Bonnici, biex wieħed jawtorizza ċerti affarijiet minħabba fis-sitwazzjoni speċjali se joħorġu l-mandati kollha li jitlob s- Servizz ta' Sigurta'.", "Kif diġa' għidt dan l-argument ma jsegwix.", "Il- ġudizzju tas-Servizz ta' Sigurta' dwar jekk jeżistux dawn it-tliet paragrafi jista' jkun wieħed tajjeb u jista' jkun li l-ministru ma jaqbilx, f'liema każ il-mandat ma joħroġx.", "Jidhirli li fit-Tieni Qari xi ħadd semma li fl-Amerka - issemmiet l-FBI - hemm numru limitat ħafna ta' mandati ta' dan it-tip u meta jien smajtu wkoll għidt li meta tqis in- numru ta' nies involuti f'reati li jsiru hemmhekk - ovvjament m'humiex dawk in-nies kollha suspettati li se jikkommettu reati - dan huwa veru numru limitat.", "Fl-Amerka għandhom is-sistema li l-imħallef jawtorizza l- ħruġ ta' mandat.", "Fl-Ingilterra l-ministru jawtorizza l-ħruġ ta' mandat qabel ma ssir l-interċettazzjoni u min-numru ta' mandati li ħarġu ma jidhirx li nħarġu għal xejn b'xejn.", "Issa jista' jkun li għalkemm in-numru ta' mandati li nħarġu huwa limitat xorta waħda saru abbużi fihom.", "Jien ma naqbilx ma' min jgħid li permezz ta' dan l-abbozz se jinħareġ awtomatikament mandat għal kull talba li ssir.", "Il-provvedimenti ta' dan l- abbozz ma jsostnux dan.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Onor. Borg, taħt ir-responsabbilta' tiegħek inti għandek Korp tal-Pulizija li l-funzjoni tiegħu huwa biex jiġġieled il-kriminalita' bil-mezzi li għandu.", "Il-kriminalita' min se jiġġelidha issa, il-Korp tal-Pulizija li qiegħed taħtek jew is-Servizz ta' Sigurta' l-ġdid?", "Is-Servizz ta' Sigurta' l-ġdid se jiġġieled il- kriminalita' organizzata u dan se jiġġildilha bil-mezzi straordinarji li se tagħtih u mhux bil-mezzi ordinarji li għandu l-Korp tal-Pulizija għax inkella dan ma jagħmilx sens.", "Fil-fatt waħda mill-oġġezzjonijiet kienet għalfejn inti ma saħħaħtx sezzjoni tal-Korp tal-Pulizija jekk se tagħtihom ukoll il-kriminalita' organizzata.", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq kriminalita' organizzata biss, imma lis-Servizz ta' Sigurta' tajtu wkoll reati gravi li m'humiex bilfors prodott ta' kriminalita' organizzata.", "ONOR.", "GEORGE M. HYZLER: Imma din hija proċedura speċjali.", "Il-proċedura ordinarja hemmhekk baqgħet.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: X'għandu x'jaqsam!", "Jekk is-Servizz ta' Sigurta' jaġixxi f'ċirkostanzi li l-Korp tal-Pulizija jista' jaġixxi fihom ukoll, il-ġustifikazzjoni għal dan trid tkun li jkun hemm il-ħtieġa ta' setgħat speċjali.", "Il-Korp tal-Pulizija, bil-mezzi ordinarji, ukoll isolvi r-reati gravi u mhux biss is-Servizz ta' Sigurta'.", "Min se jgħid liema reati gravi se jiġu nvestigati mill-Pulizija u liema se jiġu nvestigati mis- Servizz ta' Sigurta'?", "It-tielet oġġezzjoni hija jekk tistax tingħata ġustifikazzjoni u spjegazzjoni lill-poplu xi jrid jinftiehem bil-kliem \"dħul fi, jew interferenza ma' proprjeta'\".", "Dan huwa kliem vag.", "Skond il-liġi dan huwa illegali imma issa f'dawn iċ-ċirkostanzi se jsir legali.", "X'jiġifieri \"interferenza ma' proprjeta'\"?", "\"Dħul fi proprjeta\" jfisser li tidħol ġo dari bil-moħbi u għalhekk jien ma nkunx nista' nikkontrollak.", "Tippjantali xi ħaġa hemmhekk imbagħad jien niġi akkużat biha!", "Għax dħul bil-moħbi hekk tfisser.", "Min se jikkontrollak?", "Li ssir interċettazzjoni tat-telefonati nifhimha, li jsir tbagħbis tal-posta nifhimha, imma li għandek bżonn id-dħul fil-proprjeta' biex taqbad il-kriminalita' organizzata ma nifhimiex?", "Dawn se jkunu għadhom nies suspettati u għalhekk se jkun hemm ħafna riskji.", "B'hekk qegħdin nistiednu li dak li ġara f'pajjiżi oħra fejn għandhom dawn il- liġijiet nġibuh ġo darna u minflok nitgħallmu mill-abbużi, mill-iżbalji u mill-konsegwenzi ħżiena ta' pajjiżi oħra se nikkupjawhom qisu ma ġara xejn u ma nafu xejn.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Chairman, din l-awtorizzazzjoni m'hijiex qiegħda hemm biex tagħmel affarijiet illegali bħal meta tippjanta xi ħaġa.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Dażgur!", "Tidħolli fil-proprjeta'.", "ONOR.", "TONIO BORG: Ħalli nieħdu eżempju.", "Nagħtu każ li jmut xi ħadd fi proprjeta', xi ħadd isib l-arma u jpoġġiha f'razzett.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Imbagħad inti tagħtih promozzjoni!", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "TONIO BORG: Le, dak kien eżempju.", "Dawn l-abbużi jekk isiru jkunu saru u mbagħad naturalment wieħed ikun irid jieħu passi, pero' din il- klawsola bl-ebda mod m'hi qed tawtorizza li dan isir.", "Bl-istess argument li qed jgħid l-Onor.", "Mifsud Bonnici dan ifisser li jekk il-ministru jidhirlu li jkun x'aktarx ta' valur sostanzjali għall-investigazzjoni li s- Servizz ta' Sigurta' jidħol biex joqtol jew jisraq, allura dan jista' jagħmlu.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Mhux dħul fil-proprjeta' qed tgħid?", "ONOR.", "TONIO BORG: Appuntu!", "Biex isir dak id-dħul fil-proprjeta' mis- Servizz ta' Sigurta' irid ikun hemm poter speċjali u barka speċjali.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Il-barka tal-ministru, dik kollox.", "ONOR.", "TONIO BORG: Il-barka tal-ministru biex ikun hemm id-dħul biss għax il-ministru ma jistax jawtorizza affarijiet illegali.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: X'jiġifieri!", "Allura għalfejn id-dħul fil- proprjeta'?", "Trid tgħidilna għalfejn trid id-dħul fil-proprjeta' u ma tużax il-warrant normali tal-perkwiżizzjoni.", "ONOR.", "TONIO BORG: Inti għidt biex tippjanta.", "Jien qed ngħid li l-mandat jista' jinħareġ biss għal żewġ skopijiet u jrid jiġi speċifikat x'azzjoni trid tittieħed f'dan il-mandat.", "U dan għaliex?", "Għax għandek il-mandat li jawtorizzak tidħol fil-proprjeta' għax kieku m'għandekx bżonn dan il-mandat u fil-fatt illum il-Pulizija lanqas warrant m'għandha bżonn biex tidħol fi proprjeta' privata.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Allura f'liema ċirkostanzi se jsir dan?", "ONOR.", "TONIO BORG: Imbagħad għandek bżonn mandat biex tinterċetta komunikazzjoni u jistgħu jsiru ż-żewġ affarijiet flimkien.", "S'hemm irridu naslu.", "Imma jekk inti tippjantja xi ħaġa llegali ...", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: M'intix se taħrabli minnha din.", "ONOR.", "TONIO BORG: Id-domanda qed nirrispondihielek.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Jiena l-interċettazzjoni m'iniex qed insemmiha.", "Dik ikkonċedejtielek.", "Jien qed ngħidlek biss għad-dħul fil- proprjeta'.", "Bil-liġi llum il-perkwiżizzjonijiet jistgħu jsiru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Għalhekk qiegħda hemm, imma s'hemm tasal.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Għidli f'liema ċirkostanza hija ġustifikata li tidħol fi proprjeta' meta, skond il-liġi kif inhi llum, fl- istess ċirkostanza ma tistax tagħmel hekk?", "ONOR.", "TONIO BORG: L-ewwelnett għandek is-Servizz ta' Sigurta' u allura bilfors trid tagħmel proċedura speċjali għalih.", "Huwa veru wkoll li jista' jagħti l-każ li għal dawk ir-raġunijiet serji li semmejna diġa' wieħed jista' jidħol fi proprjeta' anke għal skopijiet ta' interċettazzjoni.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Anke mhux għall-interċettazzjoni.", "L- interċettazzjoni fiha nnifisha hija ġustifikata u allura biex tagħmilha tista' tuża kulma hemm bżonn.", "ONOR.", "TONIO BORG: Le, mhux bilfors.", "Jekk dik l-interċettazzjoni ġġib magħha dħul fi proprjeta' tkun trid mandat.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Għal kxif ta' informazzjoni.", "ONOR.", "TONIO BORG: Imma jista' jkun hemm dħul fi proprjeta' li ma jinvolvix ukoll interċettazzjoni.", "Li ma jistax jagħmel huwa dak li ssuġġerejt inti, jiġifieri li jippjanta xi ħaġa llegali.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Jiena m'iniex qed ngħidlek li jista' jagħmel hekk.", "ONOR.", "TONIO BORG: Inti għidt li bih se noħolqu dan it-tip ta' abbuż.", "Dan it-tip ta' abbuż mhux se joħroġ minn hawn.", "ONOR.", "KARMENU MIFUSD BONNICI: Dażgur!", "Hekk ġara f'pajjiżi oħra.", "ONOR.", "TONIO BORG: Iva, imma mhux minħabba liġi bħal din.", "Ġara hekk għax kien hemm nies korrotti li kemm jekk għandhom din il-liġi kif ukoll jekk m'għandhomx .....", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Hawn tant korrotti f'Malta!", "ONOR.", "TONIO BORG: Insemmilek eżempju ta' meta saret din il-ħaġa mingħajr ma kellna din il-liġi.", "ONOR.", "GEORGE M. HYZLER: F'Watergate ma kellhomx din il-liġi biex għamluha u lanqas fi żmien Pietru Pawl Busuttil!", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Mela l-interferenza mal-proprjeta' m'għandhiex tkun.", "Il-komunikazzjoni u l-posta huma apparti għax dawk huma konsiderazzjonijiet oħrajn.", "Issa qegħdin nitkellmu fuq proprjeta'.", "Ir-raba' punt huwa dan.", "Għid kif skond artikli 38 u 41 tal-Kostituzzjoni dawn is-setgħat humiex għal finijiet ta' difiża, ta' public safety u public order?", "Huma ksur ta' l-artiklu 38 tal-liberta' ta' l-espressjoni u huma ksur ta' l-artiklu 41 tad-dritt tal-proprjeta', liema provvedimenti jistgħu jiġu ġustifikati biss f'każ ta' interess ta' difiża, ta' public order - inti biddilt il-liġi Ingliża u minflok \"pubic safety\" għamiltha \"public order\".", "Jekk taħt din l-abbozz għandek ċirkostanzi li ma jaqgħux taħt difiża, public safety jew public order - u minn dawn għandek - dawn is-setgħat ta' interferenza fil-proprjeta' huma kontra l-provvedimenti tal- Kostituzzjoni.", "L-interċettazzjoni tal-komunikazzjoni, li m'humiex taħt dawn it-tliet ċirkostanzi, huma kontra l-provvedimenti tal-Kostituzzjoni.", "ONOR.", "TONIO BORG: Onorevoli, dan il-punt qajjimtu inti wkoll fit-Tieni Qari.", "Dan l-abbozz ma jistax jiġi applikat b'mod li jmur kontra l- Kostituzzjoni.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: L-oraklu qed jirrispondi.", "ONOR.", "TONIO BORG: Il-funzjonijiet tas-Servizz ta' Sigurta' huma ħaġa u l- poter tal-ministru li jawtorizza ċerti affarijiet oħrajn hija ħaġa oħra u din ili ngħidha f'kull seduta li kellna.", "Ħalli nieħdu eżempju.", "L-economic well-being tas-soċjeta' hija eċċezzjoni għal the right of privacy taħt l- European Convention of Human Rights.", "(Interruzzjonjiet) Fil-konvenzjoni hija espressament imsemmija bħala eċċezzjoni.", "Jekk pero' id-dħul fil- proprjeta' m'hijiex imsemmija bħala eċċezzjoni, allura l-ministru ma jistax joħroġ mandat bi ksur tal-kostituzzjoni tal-pajjiż.", "Hawn qed jingħata dan il-poter skond dawk il-kriterji.", "Issa jekk il-ministru jidhirlu li dak il- mandat se jagħmel xi ħaġa li tikser il-Kostituzzjoni ikun qed jieħu r- riskju hu għax ma jistax jikser l-ogħla liġi tal-pajjiż.", "THE CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki jekk jogħġobkom?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 6.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "THE CHAIRMAN: Din id-division tittieħed minn hawn u 20 minuta oħra.", "Billi ntalbet votazzjoni il-Kumitat ġie sospiż fit-8.25 p.m. u rriżuma 20 minuta wara.", "THE CHAIRMAN: Se nerġa' npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hija klawsola 6.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "VOTAZZJONI NRU 344", "FAVUR: 33", "\\L-Onor.", "|Asciak |Galea Louis | |Michael | | |Bonello du |Galea Mario | |Puis George | | |Bonnici |Gatt Lawrence | |Josef | | |Bonnici |Hyzler George | |Michael | | |Borda Manuel|Mifsud Bonnici Antoine | |Borg Joseph |Muscat Claude | |Borg Tonio |Muscat Richard | |Cassar Joe |Psaila Savona Joe | |Cuschieri |Refalo Louis | |Louis | | |Dalli John |Refalo Michael | |Debono |Spiteri Carm Lino | |Giovanna | | |Deguara |Tabone Anton | |Louis | | |Demarco |Vella John | |Guido | | |Fenech Adami|Zammit Ninu | |Eddie | | |Fenech Joe |Zammit Stanley | |Frendo |Zammit Dimech Francis | |Michael | | |Galea Censu | | | | |", "KONTRA: 24", "L-Onor.", "|Abela Wistin|Mintoff Dom | |Attard |Mizzi Joe | |Montalto | | |John | | |Borg Carmel |Moran Vincent | |Buhagiar |Muscat Philip | |Charles | | |Buhagiar |Nicholl Tony | |Louis | | |Calleja Reno|Portelli Alfred | |Farrugia |Refalo Anton | |Michael | | |Farrugia |Sant Alfred | |Noel | | |Gatt George |Sant Salvu | |Grech Edwin |Schembri Adami Sandro | |Mangion |Spiteri Lino | |Charles | | |Mifsud |Vella Karmenu | |Bonnici | | |Karmenu | |", "Klawsola 6 għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 7 - Mandati: interċettazzjoni.", "Clause 7 - Warrants: interception.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Chairman, din il-klawsola tispjega kif u għal xiex jinħarġu l-mandati u tgħid hekk:", "\"(1) Bla ħsara għas-subartikolu (2) ta' dan l-artikolu, l- interċettazzjoni jew l-interferenza ta' komunikazzjoni meħtieġa b'mandat ikunu l-interċettazzjoni ta' jew l-interferenza ma' -", "(a) dawk il-komunikazzjonijiet li jintbagħtu lil jew minn indirizz wieħed jew iktar indirizzi speċifikat fil-mandat, li jkun indirizz jew indirizzi li x'aktarx jintużaw għat-trasmissjoni ta' komunikazzonijiet, ...\"", "- naturalment komunikazzjonijiet bejn il-bnedmin -", "\"... lejn jew minn -", "(i) persuna partikolari waħda speċifikata jew deskritta fil-mandat; jew", "(ii) grupp singolu ta' fondi partikolari li jiġu hekk speċifikati jew deskrtitti; u", "(b) dawk il-komunikazzjonijiet l-oħra (jekk ikun hemm) li jkunu meħtieġa li wieħed jinterċetta jew jinterferixxi magħhom sabiex ikun jista' jinterċetta jew jinterferixxi ma' komunikazzjonijiet ...\"", "Dawn diġa' ddiskrivejthom.", "Sub-paragrafu (b) jitkellem fuq komunikazzjonijiet oħra li jgħinuk biex inti mbagħad tagħmel l-interċettazzjoni tal-komunikazzjoni f'sub-paragrafu (a), jiġifieri indirizzi speċifiċi, persuni speċifiċi jew komunikazzjonijiet bejn fondi partikolari li dejjem iridu jiġu deskritti fil-mandat biex wieħed dejjem jillimita dan il-poter hekk imsejjaħ \"speċjali\".", "Fil-każ ta' komunikazzonijiet esterni, li aħna dħalna ftit fid- definizzjoni tagħhom fl-ewwel seduta, dawk id-dettalji ta' subklawsola (1) ta' l-artiklu ma japplikawx.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Nagħmlu ħażin ħafna jekk naqraw biss biċċa u ma naqrawx din il-klawsola kollha u jekk ma nispjegawx kemm huma wiesgħa u estensivi dawn il-provvedimenti.", "L-ewwelnett ngħid li l-paragrafu prinċipali ta' klawsola 7 jitkellem dwar l- interċettazzjoni jew l-interferenza tal-komunikazzjoni.", "Irrid ngħid li l- kelma \"interferenza\" intużat ukoll fi klawsola 6 għar-rigward ta' proprjeta' u komunikazzjoni filwaqt li f'din il-klawsola l-kelma \"interferenza\" qed tiġi wżata limitatament għal komunikazzjoni u mhux għal proprjeta'.", "ONOR.", "TONIO BORG: Ara d-definizzjoni tal-kelma \"interċettazzjoni\" li qiegħda fi klawsola 2 u hemm issib li din", "\"tinkludi l-ksib, it-tfixkil, il-qirda, il-ftuħ, l-interruzzjoni, is- soppressjoni, il-waqfien, il-qbid, it-tismigħ, is-sorveljanza, ir- reġistrazzjoni, l-ikkuppjar, is-smigħ ta' u li tara komunikazzjonijiet u l-ksib ta' informazzjoni minn dawk il-komunikazzjonijiet.\"", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Fi klawsola 6 għandna \"interferenzza ma' proprjeta'\", jiġifieri dħul fil-proprjeta' li tista' tkun proprjeta' mmobbli jew anke proprjeta' mobbli, bħal per eżempju, karozza jew caravan.", "Imma proprjeta' m'hijiex komunikazzjoni.", "L-interċettazzjoni u l- interferenzi għar-rigward tal-komunikazzjoni nsibuha f'subklawsola 6(2) u d- dħul jew interferenza għar-rigward ta' proprjeta' nsibuha f'subklawsola 6(1).", "Mela hemm bil-kelma \"interferenza\" nkunu qed nirriferu għall- interferenzi fi proprjeta' u għall-interferenzi ta' komunikazzjoni.", "Imma l-ewwel paragrafu ta' klawsola 7 jitkellem dwar interċettazzjoni jew interferenza ta' komunikazzjoni.", "Mela hawn qed neskludu l-proprjeta'.", "Paragrafu (a) (ii) tas-subklawsola 7 (1) jgħid hekk:", "\"(ii) grupp singolu ta' fondi partikolari li jiġu hekk speċifikati jew deskritti.\"", "Issa x'għandhom x'jaqsmu \"fondi partikolari\" mat-telekomunikazzjoni?", "Ma' l-intereferenza fil-proprjeta' nifhimha.", "Imma nerġa' ngħid li klawsola 7 qed titkellem dwar komunikazzjoni u mhux dwar proprjeta'.", "ONOR.", "TONIO BORG: Jien Jien hekk fhimtha wkoll.", "Ħalli niċċekkja jekk hemmx xi żball jew inkella jekk hux dik l-intenzjoni.", "(Interruzzjonijiet) Nista' nikkonferma li dik qiegħda tikkwalifika l- kwestjoni tal-komunikazzjonijiet u mhux il-kwestjoni ta' l-interferenza bi proprjeta'.", "Jista' jkun hemm komunikazzjoni ta' kull xorta li tintbagħat mhux minn persuna waħda partikolari għal persuna oħra, imma minn grupp ta' fondi partikolari li jiġu hekk speċfikati jew deskritti.", "Allura f'dak il- każ ngħid li jridu jiġu speċifikati jew deskritti, mhux neċessarjament l- ismijiet tal-persuni li jkunu qed jikkomunikaw, imma għallinqas grupp singolu ta' fondi partikolari.", "Biss din tikkwalifika l-kwestjoni tal- komunikazzjoni u mhux tal-proprjeta'.", "Fil-fatt din hija meħuda minn artiklu 3 ta' l-Interception of Communications Act ta' l-1985 li tgħid hekk:", "\"The interception required by the warrant shall be the interception of ... \",", "u fost oħrajn jgħidlek hekk:", "\"... communications to and from one particular set of premises so specified or described.\".", "Naturalment dawn ikunu speċifikati u deskritti fil-mandat.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Jekk fhimt sewwa l-Ministru qal li hija interferenza ta' komunikazzjoni anke għar-rigward ta' - hawn ngħid li trid tiġi speċifikata dik l-interferenza - grupp singolu ta' fondi partikolari li jiġu hekk speċifikati jew deskritti.", "Pero' jien għidt li l- interferenza ta' komunikazzjoni m'għandhiex x'taqsam ma' fondi pero' l- Ministru qed jassigurana li din hija intenzjonata u għaldaqshekk ikolli nistqarr li dak li fhimt u li ssuspettajt huwa minnu.", "Mela li tinterferixxi f'komunikazzjoni relatata ma' fond ifisser li inti lil dak il- fond trid tagħmillu t-telephone bugging.", "Mela s-setgħa li qed nagħtu hawnhekk hija maħsuba biss biex l-aġenti tas-Servizz ta' Sigurta' jidħlu bil-moħbi ġol-proprjeta' u hemmhekk jippjantaw apparat li permezz tiegħu jkunu jistgħu jinterferixxu f'dak li jkun qed jingħad.", "Nerġa' ngħid li din qiegħda għal din ir-raġuni biss u m'hemm l-ebda ġustifikazzjoni jew spjegazzjoni loġika oħra għaliha.", "Fil-fatt waqt li konna qed niddiskutu klawsola 6 għalhekk kont għidt li d-dħul fil-proprjeta' jista' jintuża mhux biss biex mill-proprjeta' tikxef informazzjoni imma ukoll biex tkun tista' tippjanta xi ħaġa.", "Tan-naħa l-oħra kienu ħadu għalihom imma issa għandna l-prova li l-abbozz qiegħed jikkontempla proprju dan.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mela jien qatt ħrabt minnha din!", "Meta inti għidt \"tippjanta xi ħaġa\" ma kontx qed tirriferi għall-bugging device imma kont qed tirriferi għal każ li jaqbdu jidħlu u jagħmlu xi ħaġa u mbagħad jgħidu: Ara dan għandu d-droga!", "Aħna hekk fhimnik u għalhekk l-Onor.", "Hyzler wieġbek b'dak il-mod.", "Din missek għidtha fit-Tieni Qari.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Nagħtu kas li fehmuni hekk.", "ONOR TONIO BORG: Imma din ma tintitolakx tagħmel hekk.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Nagħtu kas li fehmuni hekk u din ma tintitolakx li tagħmel hekk, pero' xorta jista' jsir hekk.", "ONOR.", "TONIO BORG: Anke mingħajr din il-liġi jista' jsir hekk.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Mela aħna għandna neskludu l-possibbilta' li jsir hekk.", "Apparti dak li għidna fi klawsola 6 li l-interpretazzjoni li qed nagħti jien hija korretta, jiġifieri li dik l-interferenza ta' komunikazzjoni relatata ma' fond partikolari jew ma' dar jew ma' post partikolari, dik l-interferenza se ssir permezz tal-bugging.", "ONOR.", "TONIO BORG: Nerġa' ngħid li\"bugging device\" semmejtu diġa' fit- Tieni Qari u jidhirli li kien hemm ħaddieħor li semmih ukoll.", "Kif diġa' għidt jien qatt ma ħrabt minnha din u għalhekk qed nerġa' ngħidha bl- iktar mod ċar li dak li ma jistgħux jagħmlu huma affarijiet illegali u mhux għall-interċettazzjoni ta' komunikazzjoni.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Nagħtu kas li tagħmel bugging device ġo kamra tas-sodda.", "ONOR.", "TONIO BORG: Interessanti!", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Kamra tas-sodda, biex ma nsemmix kamra aktar delikata jew aktar sigrieta!", "Issa mill-informazzjoni li inti takkwista permezz tal-bugging device, liema parti minnha se titqies li għandha x'taqsma mad-difiża jew mas-sigurta' u liema parti mill- informazzjoni jew mid-diskors - l-aktar affarijiet intimi u konfidenzjali - m'għandhiex x'taqsma ma' sigurta'?", "Jiġifieri kif se tagħżel jew tgħarbel dan id-diskors konfidenzjali u intimu li tkun ġbart permezz tal-bugging device?", "ONOR.", "TONIO BORG: Dan huwa argument kontra l-phone tapping.", "Peress li għadu ma ġiex ivvintat mezz kif wieħed jista' jkun jaf minn qabel x'se jgħidu tnejn min-nies u lanqas għadu ma ġie ivvintat mezz li bih wieħed jifred diskors dwar kriminalita' minn l-affarijiet l-oħra kollha li m'għandhomx x'jaqsmu mal-kriminalita', dan l-argument huwa kontra kull possibbilta' jew kull forma ta' interċettazzjoni.", "Hawn nixtieq nerġa' nsemmi l-Ġappun li fil-kostituzzjoni tiegħu jipprojbixxi kwalunkwe forma ta' interċettazzjoni.", "Ġaladarba aħna se naċċettaw l-interċettazzjoni wieħed ma jistax joħroġ b'dan l-argument għax dan l-argument hu kontra li jkun hemm interċettazzjoni.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Le.", "ONOR.", "TONIO BORG: Una volta li se taċċettha allura din il-forma trid tieħu.", "(Interruzzjonijiet).", "Onor. Mifsud Bonnici, dan l-argument ilek tgħidu mill-bidu u jien fhimtu, jiġifieri li f'konversazzjoni li tiġi interċettata veru li jista' jkun hemm parti żgħira minnha li għandha x'taqsam u jista' jkun hemm il-parti kbira l-oħra li m'għandha x'taqsma assolutament xejn.", "Allura mbagħad wieħed ikun irid jara - fil-fatt l- abbozz jipprovdi għal dan ukoll - kif jista' jeqred dik il-parti ta' l- informazzjoni ħalli ma tinkixifx.", "Pero' hija ħaġa ovvja li wieħed ma jistax jipprevedi x'tip ta' diskors se jingħad fil-kamra tal-banju jew x'imkien ieħor.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Le, Onor. Borg, hawnhekk qed nitkellmu fuq ħwejjeġ differenti.", "ONOR.", "TONIO BORG: Din hija parti mis-sistema li se ssir u jekk naraw li dawn l-affarijiet se jkunu ta' perikli kbar allura ma nagħmlux interċettazzjoni u niefqu hemm.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Pero' hawn qed nitkellmu fuq ħwejjeġ differenti għax qed nitkellmu fuq phone tapping.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mela mhux xorta jsir fil-każ ta' phone tapping?", "Mela xi ħadd ikun jaf x'se jingħad fuq it-telefon!", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Hawn nies li kontra qalbhom jaċċettaw li inti tagħmel it-telephone tapping u jaċċettaw ukoll li jkun hemm tbagħbis fl-ittri tagħhom.", "Imma almenu hawn tkun qed tissoġġetta lill-individwu għal dawk iż-żewġ oqsma biss li huma l-komunikazzjoni li ssir bit-telefon u l-ftuħ ta' l-ittri, li forsi m'humiex daqshekk essenzjali fil-ħajja ta' kuljum.", "Pero' li jkun hemm min qed jissemma' kulma qed jingħad ġo darek allura dik hija xi ħaġa totalment differenti.", "Dan għaliex li tissemma kull ħaġa intima u konfidenzjali li wieħed ikun irid jagħmel ġo daru ma tistax tqiegħda fl-istess livell bħalma jiftħu l-ittri u li jissemmgħu dak li jingħad fuq it-telefon.", "Għalhekk m'għandux x'jaqsam ma' dak li qed tgħid.", "U meta għandek il-mezzi tat-telephone tapping u anke li tiftaħ l-ittri għandek bżonn ukoll tal-bugging?", "Dażgur li le!", "ONOR.", "TONIO BORG: Ir-raġuni hija għaliex hemm ċerti nies li huma intelliġenti biżżejjed li ma jużawx it-telefon.", "Ir-raġuni għalfejn din qiegħda fil-leġislazzjoni Ingliżi hija għaliex ċerti nies huma intelliġenti biżżejjed li ma jużawx it-telefon u jistgħu jużaw bar jew proprjeta' - li tista' tkun jew ma tkunx tagħhom - biex jiftehmu fuq kif se jikkommettu reat u allura ma jkunu użaw la telefon u lanqas ittri.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Dażgur!", "Mela le!.", "ONOR.", "TONIO BORG: Inti staqsejtni mistoqsija u jien issa tajtek ir- risposta.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Sewwa!", "Jiġifieri għandna nagħmlu hekk.", "Jiġifieri jien se jkolli noqgħod nagħmel tfittxija kuljum fl-uffiċju tiegħi professjonali ta' avukat biex nara jistax ikun hemm min qed jissemmali jew jagħmel recording ta' kull ma ngħid man-nies li jiġu hemm għal xi parir?", "Anke l-uffiċji ta' l-avukati se jiġu f'din is-sitwazzjoni.", "Fl-Istati Uniti ta' l-Amerka taf fejn wasslu?", "Ġew fis-sitwazzjoni fejn qed isir bugging jew interċettazzjoni anke tal-qrar.", "Fil-fatt minħabba dan il-każ inqalgħet kwestjoni kbira bejn il-Vatikan u l-Gvern Amerikan.", "U aħna, hawn Malta, nhar il-Ħadd tlabna l-approvazzjoni tal-massa tal-partit fil-gvern biex nintroduċu dawn l-affarijiet fost ħafna ftaħir u glorja!", "Imissna nistħu li nħossu li għandna l-bżonn nintroduċu dawn l-affarijiet ġewwa pajjiżna mela noqogħdu niftaħru u niġġustifikaw dan billi ngħidu biex ma tiġix assassinata xi persuna.", "Kemm hemm ġustifikazzjoni li jekk hemm bżonn ikollna martri biex ma jkollniex dawn l-affarijiet ġo pajjiżna?", "Mela issa se nagħmlu bugging ta' l-uffiċċji u tad-djar ukoll.", "Nixtieq naf liema ministru, dehen u ta' ġieħ, se jawtorizza li isir dan.", "Allaħares.", "ONOR.", "TONIO BORG: Anzi!", "Ma tkunx dehen u ta' ġieħ jekk hemm indikat li tista' takkwista informazzjoni importanti u ma takkwistahiex għax ma tużax dak il-poter.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: M'intix se tissemma' jew tinterċetta komunikazzjoni importanti biss imma se tissemma' affarijiet intimi, familjari u konfidenzjali minn ġod-djar u minn ġo uffiċċji professjonali.", "Inti trid li jissemmgħu affarijiet li huma konfidenzjali?", "Allaħares fl- imgħoddi xi ħadd ikkontempla li jikkonsidra miżuri bħal dawn għax kieku kien iqum il-poplu ħalli jonxor lil min qed jintroduċi dawn l-affarijiet ġo pajjiżna!", "Illum niftaħru li qed indaħħluhom minflok ma nibku li qed nħossu l-ħtieġa li ndaħħluhom.", "Allura l-Gvern ma jikkonsidrax li filwaqt li jħalli l-interċettazzjoni tat-telefonati u tal-posta, jabbanduna l-bugging tad-djar u ta' l-uffiċċji?", "ONOR.", "TONIO BORG: Il-garanzija mhix qiegħda fuq jekk tagħmilx bugging jew le.", "Il-garanzija hija fil-ħruġ tal-mandat, liema mandat irid jinħareġ qabel l-operazzjoni nnifisha.", "Imbagħad hemm is-salvagwardji wara li ssir l- operazzjoni.", "Għalkemm wieħed jista' jikkritika li dawn jiġu wara, jien nara li jipperikola l-funzjoni tas-Servizz ta' Sigurta' jekk tgħidli li jkun assolutament projbit li s-servizz jagħmel dawn l-affarijiet meta mill- esperjenza li hemm fil-leġislazzjoni Ingliża - u għalhekk iddaħħlet - nafu li hawn min ma jużax il-komunikazzjonijiet telefoniċi imma juża komunikazzjonijiet f'postijiet pubbliċi jew privati.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: L-ewwelnett ma jipperikolax l-operazzjoni tas-Servizz ta' Sigurta', se mai din tkun restrizzjoni kemm fuq il-mod kif jista' jopera kif ukoll fuq is-setgħat li għandu s-Servizz ta' Sigurta'.", "Jekk jien qed nikkonċedi l-interċettazzjoni tat-telefonati u tal-posta diġa' tajt żewġ setgħat li ma jeżistux illum.", "Hawnhekk qed ngħidu jekk għandhiex tingħata s-setgħa tal-bugging tad-djar.", "Ma nistax nifhem kif il- Gvern ma jagħmilx differenza bejn interċettazzjoni ta' telefonata u tal- posta li m'humiex essenzjali - wara kollox min jgħid affarijiet konfidenzjali minn fuq it-telefon affari tiegħu għax jaf li hemm ir-riskju - u affarijiet li jingħadu fid-djar.", "Kieku ġod-djar jingħadu affarijiet li huma kontra l-interessi nazzjonali kieku tajjeb li wieħed ikun jafhom, imma s-Servizz ta' Sigurta' se jkun jaf l-affarijiet intimi ta' ġod-dar.", "L- oġġezzjoni m'hijiex għax inti taqbad l-oġġett li se jammonta għal reat imma għaliex inti ssir taf bi ħwejjeġ li kulħadd iħoss, fl-intimu tal-kuxjenza tiegħu, li ma għandu jiżvelahom ma' ħadd ħlief mas-sieħeb jew mas-sieħba tiegħu.", "Se nagħmlu lil kulħadd għarwien ġo daru u l-kap tas-Servizz ta' Sigurta' jnemmes lil kulħadd!", "X'affarijiet dawn!", "Possibbli li f'pajjiżna wasalna f'din il-kriżi li għandna bżonn nagħmlu dan?", "Jekk wasalna f'din il-kriżi u l-poplu ma japprezzax ikun ħażin ħafna jekk ma niftħulux għajnejh, imma jekk ma wasalniex f'din il-kriżi m'għandniex nagħtuhom dawn is-setgħat.", "Jekk l-Onor.", "Ministru Borg ma tniggżux il- kuxjenza għax jaf li hu mhux se jabbuża minn dawn is-setgħat, pero' l- kuxjenza tiegħu jmissha tkun taf li warajh ikun hemm ħaddieħor u m'għandux jirriskja li jitfa' lill-poplu tagħna f'idejn ħaddieħor li ma jafx min se jkun.", "THE CHAIRMAN: Għal-lum nagħlqu hawn għax sar il-ħin.", "Fid-9.20 p.m. id-diskussjoni fuq klawsola 7 ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "Il-Kamra rriżumiet u l-President tal-Kumitati rrapporta progress u talab il-permess sabiex il-Kumitat jerġa' jiltaqa'.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Viċi Prim Ministru, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "GUIDO de MARCO (Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin): Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar l- Erbgħa, 19 ta' Ġunju, 1996, fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Mediċini Perikolużi - it- Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Servizz tas-Sigurta' - Kumitat (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Bord ta' Standards ta' Malta - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income (Emenda Nru 2) - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kontroll tal-Pestiċidi - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Lottu Pubbliku - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Pools tal-Gvern Malti fuq il- Logħob - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Konservazzjoni u l-Amministrazzjoni tas-Sajd - it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar ir-Regolament tat-Traffiku - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Serq u l-Kustodja ta' Tfal - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta (Emenda Nru 1) (Abbozz Nru 124) - it-Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta (Emenda Nru 2) (Abbozz Nru 125) - it-Tielet Qari; Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Professjoni Medika u l- Professjonijiet li għandhom x'jaqsmu magħha - it-Tieni Qari; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali - it-Tieni Qari. ---------------------- Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar is-Sigrieti Uffiċjali - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Hemm rimarki?", "L-Onor.", "Schembri Adami.", "ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI: Sur President, kien fl-aħħar tas-snin sebgħin illi l-ambjent sar suġġett ta' studju mhux biss għax-xjenzati imma wkoll għall-ekonomisti, għas-soċjoloġi, għall-avukati u anke għall- politiċi.", "F'dawk iż-żminijiet bdejna nikkonsidraw aktar il-protezzjoni ta' l-ambjent f'kull sfera ta' l-attivita' tal-bniedem u qajl qajl bdejna naraw lill-poplu jagħti aktar kas ta' l-ambjent b'mod li nħolqot kuxjenza ambjentali li l-awtoritajiet kellhom bilfors jirrispondu għaliha.", "Dan ir- response mhux dejjem kien koordinat, tant li l-ewwel sforzi amministrattivi fil-protezzjoni ta' l-ambjent kienu karatterizzati min-nuqqas ta' koordinament ta' kif se nsolvu problemi ambjentali kaġunati minn żvilupp imgħaġġel - u mhux tant ippjanat - minn densita' għolja ta' popolazzjoni u minn nuqqas ta' art sabiex takkomoda l-attivitajiet kollha tal-bniedem.", "Nieħdu l-każ ta' Malta.", "Meta bdiet tinħoloq kuxjenza favur l-ambjent nibtu numru ta' organizzazzjonijiet - llum dawn qed ikomplu jissaħħu bl-għaqdiet taż- żgħażagħ favur l-ambjent - imma sfortunatament l-awtoritajiet mhux dejjem kienu kapaċi jikkordinaw bejniethom.", "Ejjew inkunu prattiċi.", "Bħalissa għandna l-Awtorita' ta' l-Ippjanar, l-Awtorita' Marittima u d-Dipartiment għall-Protezzjoni ta' l-Ambjent li mhux dejjem jagħrfu fejn tieqaf ir- responsabbilta' ta' wieħed u tibda r-responsabbilta' ta' l-ieħor fil- kwestjonijiet ta' protezzjoni ta' l-ambjent bħal, per eżempju, l-ambjent tal-baħar.", "Fin-nuqqas ta' qsim ċar ta' responsabbiltajiet bejn dawn l- organizzazzjonijiet u oħrajn bħalhom bilfors li jkollna piki li ma jagħmlux ġid u li jwasslu għal tberbiq ta' flus u ħela ta' riżorsi limitati.", "Għalhekk ejjew naqbdu l-barri minn qrunu billi nitkellemu ċar li biex tipproteġi l-ambjent irid ikollok il-mezzi, ir-riżorsi u l-flus.", "Issa donnu li beda jidher konċett ġdid, li huwa wkoll imniżżel fl- Environment Protection Act, li jpoġġi r-responsabbilta' tal-ħlas għad-danni ambjentali fuq dak li jikkaġuna dawn l-istess danni - the polluter pays principle jew min iħammeġ irid iħallas.", "Konċett ieħor li issa ġie aċċettat huwa dak li fin-nuqqas ta' informazzjoni biżżejjed dwar kif ċertu żvilupp jista' jaffetwa l-ambjent ikun aħjar li wieħed ikun prudenti u jassumi li l-impatt x'aktarx se jkun wieħed negattiv - il-precautionary principle.", "Barra l-aspett ta' protezzjoni ta' ambjent hemm aspett li xtaqt nitkellem dwaru, cioe' environmental management.", "Mr Speaker, illum wasalna għal fażi oħra importanti f'dan l-iżvilupp ta' għarfien ambjentali f'pajjiżna, jiġifieri f'dik il-fażi ta' maturita' u konsolidament.", "Qed nirrealizzaw li kull problema ambjentali x'aktarx li ġejja minn nuqqas ta' management tajjeb tar-riżorsi naturali u ambjentali.", "X'irid jitwettaq f'kull każ ta' management?", "Jien naħseb li l-ewwelnett wieħed irid jidentifika l-problemi li jeżistu u l-għan li jrid jasal għalih.", "Imbagħad irid jara x'inhi l-għodda li jista' juża sabiex jilħaq dak l-għan u wkoll irid jiddeċiedi kif se juża dik l-għodda u l-mezzi disponibbli kollha sabiex bl-aktar mod effiċjenti jilħaq l-għan tiegħu.", "Dan huwa l-istil ta' management li daħħlu pajjiżi oħrajn u dan huwa l- istil ta' management li għandu jiġi wżat fl-industrija u kull fejn hemm amministrazzjoni serja.", "Dan l-istess stil ta' management jista' jintuża sabiex nipproteġu l-ambjent waqt li fl-istess ħin ikollna wkoll l-iżvilupp mixtieq.", "Kull attentat ta' management tar-riżorsi ambjentali tagħna jrid ikun ibbażat fuq informazzjoni dettaljata ta' dawn ir-riżorsi.", "Biex inkunu f'pożizzjoni li nipproteġu r-riżorsi tal-baħar u tax-xtut tagħna għandna bżonn inkunu nafu x'inhuma dawn ir-riżorsi u din l-informazzjoni toħroġ minn programm ta' monitoring dwar dawn ir-riżorsi.", "Fil-każ tal-problema ta' tniġġiż ambjentali rridu nkunu nafu aktar dwar x'inhuma l-livelli ta' ċerti kimiċi u kif ċerti attivitajiet tal-bniedem jistgħu fil-fatt iħassru l-ambjent.", "Dan il-programm komprensiv s'issa ma jeżistix.", "Bħallikieku hawn xi tabib li jista' jfejjaq pazjent mingħajr ma jeżaminah!", "Aktar ma nersqu lejn is-sena 2000 ċertament li se naraw aktar sforzi - suppost ġenwini! - sabiex infasslu programm serju ta' monitoring ambjentali u dan iktar se jwassal, jew għandu jwassal, sabiex nieħdu azzjoni f'waqtha u flokha ta' protezzjoni sħiħa ta' l-ambjent.", "Nieħdu l-każ tal- kontaminazzjoni tax-xtut ta' dawn il-gżejjer bid-drenaġġ.", "GĦal dawn l-aħħar tlieta jew erba' snin beda jsir sforz sabiex id- Dipartiment għall-Protezzjoni ta' l-Ambjent jittestja l-kwalita' tal-baħar biex jara jekk dan huwiex tajjeb għall-għawm.", "Huwa veru li dan it-tagħrif beda jiġi ppubblikat imma l-poplu sar iktar konxju ta' din il-problema.", "Allura jien nistaqsi l-awtoritajiet lesti li jonfqu aktar flus sabiex jikkontrollaw din il-problema ta' tniġġiż mid-drenaġġ?", "Huwa mportanti t- tagħrif dwar din il-problema u dwar kif tista' ssolviha imma jeħtieġ li ma nieqfux hawn, anzi jeħtieġ nirrealizzaw li d-drenaġġ m'huwiex l-unika problema ta' dawn il-gżejjer.", "Ċertament li meħtieġa aktar mezzi sabiex nifirxu l-programmi tagħna dwar l-istat ta' l-ambjent.", "Nistħajlek tgħid: Imma x'se jsir jew x'jista' jitwettaq?", "L-ewwel ħaġa rridu nifhmu darba għal dejjem li ma jistax ikun u m'għandux ikun li dan il-programm ta' monitoring fuq l-ambjent jitwettaq u jkun responsabbilta' ta' l-Universita'.", "Dan ix-xogħol għandu jsir kontinwanent mid-Dipartiment għall-Protezzjoni ta' l-Ambjent u sabiex dan jassumi r-responsabbilta' teknika hemm bżonn ta' laboratorji speċjalizzati li jkunu mgħammra tajjeb għal dan it-tip ta' xogħol.", "L-Universita' tista' tipproduċi l-gradwati meħtieġa sabiex isibu posthom f'dawn il-laboratorji governattivi, kif ukoll tista' tgħin lid-dipartiment fl-iżvilupp ta' metodi u analisi adattati għal dan il-monitoring.", "Xogħol bħal dan ċertament li jinvolvi l-flus u hawn ma nistgħux nibqgħu dejjem niddependu fuq għajnuna minn barra imma għandna nirrealizzaw li sabiex nipproteġu l-ambjent jenħtieġ li nħallsu għalih bħalma nħallsu għas-servizzi tad-dawl u l-ilma.", "Mr Speaker, jenħtieġ li l-liġijiet għall-protezzjoni ta' l-ambjent ma jibqgħux biss fuq il-karta imma għandhom jiġu implimentati b'mod konsistenti u f'kull każ.", "Dan se jkun iktar evidenti b'dak li qed igħid il- Gvern li jrid jersaq lejn l-Unjoni Ewropeja.", "Hemm bżonn isiru żviluppi kbar fil-qasam ta' l-ambjent u rridu naraw żieda ta' għarfien xjentifiku bażiku mill-poplu, mill ħafna professjonisti u anke mill- politiċi.", "Hemm bżonn li dawn ikollhom ċertu livell ta' scientific literacy ferm aħjar milli għandhom illum għaliex dan jgħin biex verament nimxu 'l quddiem fl- għarfien ta' dawn il-problemi.", "Mr Speaker, tkellimt fuq l-ambjent fuq livell nazzjonali; imma mbagħad kemm isiru reati internazzjonali!", "Ħalli npoġġi dan il-ħsieb fil- perspettiva korretta tiegħu.", "Nitkellmu dwar is-sovranita' ta' l-Istati; nitkellmu dwar l-ugwaljanza bejn Stat indipendenti u sovran u Stat ieħor indipendenti u sovran; inħarsu lejn id-dritt internazzjonali bħala relazzjoni - modus vivendi - fil-forum internazzjonali ta' diversi Stati; nitkellmu fuq il-konċett ta' responsabbilta' ta' stat vis-a-vis ieħor; kif ukoll noqogħdu attenti li Stat sovran u indipendenti ma jxekkilx l-istess sovranita' u indipendenza ta' Stat ieħor.", "Iżda fejn qegħdin u x'qed nipprova ngħid?", "F'dan il-qasam ukoll hemm reati li jistgħu jsiru minn Stat kontra Stat ieħor u minn Stat kontra l-komunita' internazzjonali.", "Ta' min jgħid illi Stat li jkun qed jagħmel esplojtazzjoni u użu ħażin mir-riżorsi tiegħu għandu jħossu responsabbli li l-attivitajiet tiegħu, anke dawk li jaqgħu fil-ġurisdizzjoni tiegħu, jistgħu jikkawżaw ħsara lill-ambjent ta' Stati oħra.", "Dan insibuh rifless ukoll fil-Konvenzjoni tal-Liġi tal-Baħar ta' l-1982 u li kien unur li ddiskutejniha hawnhekk.", "Ta' min jgħid li, tenuti dawn il-problemi ta' l-ambjent, is-Segretarju Ġenerali tal-Ġnus Magħquda kien qal hekk fl-aħħar rapport annwali tiegħu:", "\"Hemm bżonn li nindirizzaw il-kwestjoni ta' l-ambjent bħala totalita', b'mod sħiħ u li nistabilixxu normi ċari u ekwitabbli għall-imġieba fil- qasam ta' l-ambjent mill-Istati taħt id-dritt internazzjonali.\"", "B'dan f'moħħna, aħna għandna nistaqsu jekk wasalniex biex naraw kif se niddeterminaw il-problemi ta' ġurisdizzjoni, kemm hija r-responsabbilta' ta' Stat u kif għandna nkejlu il-quantum ta' l-irresponsabbilta' ta' Stat fid-difiża ta' dan il-ħarsien ta' l-ambjent.", "Il-Kummissjoni Legali Internazzjonali kienet ħejjiet draft fuq dawk li huma r-responsabbiltajiet ta' l-Istati.", "F'subartiklu 19.2 tad-draft insibu dwar dawn ir-reati internazzjonali u hemm definizzjonijiet ricchi dwar il-konoxxenza tad- drittijiet ta' l-Istati.", "Ċertament fost dawn ir-reati llum nsibu diversi nuqqasijiet serji u ksur ta' obbligazzjonijiet rigward il-protezzjoni ta' l- ambjent.", "L-aggressjoni, il-ġenoċidju u l-apartheid huma kollha reati internazzjonali imma barra dawn anke reat marittimu internazzjonali ta' ċerta gravita' għandu jitqies bħala reat internazzjonali.", "Mr Speaker, illum hawn aktar kuxjenza dwar kif għandna nikkontrollaw u dwar kif għandna nissalvagwardjaw l-ambjent marittimu f'dawk li huma kontrolli fejn jidħol it-tniġġiż, kif ukoll qed nagħtu s-saħħa tad-dritt internazzjonali lill-fehmiet u l-aspettattivi ta' diversi Stati.", "Kemm ibħra qed jispiċċaw imniġġża u kemm fil-fatt żdied it-tniġġiż taż-żejt?", "Anke dwar dak li huwa skart marittimu, wasal iż-żmien li ngħidu li dawn huma reati internazzjonali u li għandhom ikunu punibbli severament.", "Il- verita' hi li ebda konferenza internazzjonali, tajba kemm hi tajba, ma tista' qatt tasal għal soluzzjoni ta' dawn il-problemi globali ta' kontaminiazzjoni ġejjin mill-industrijalizzazzjoni.", "L-element ta' inforzar tal-liġijiet fuq livell internazzjonali jista' jkun daqsxejn fjakk, imma żgur li għandna niġġieldu lir-reati kontra l-ambjent b'kull mezz, dejjem u f'kull ħin.", "Grazzi Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Hemm aktar rimarki?", "L-Onor.", "Noel Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, numru ta' għaqdiet taż-żgħażagħ qegħdin jilmentaw minn diversi problemi li kibru matul dawn l-aħħar snin u li naturalment qed jagħmluha aktar diffiċli għal dawn l-għaqdiet li jkomplu jġibu 'l quddiem l-għanijiet li huma mwaqqfa għalihom.", "Wieħed irid jirrispetta l-għanijiet ta' dawn l-għaqdiet volontarji sabiex joħolqu iktar attivita' fost iż-żgħażagħ tagħna ħalli dawn jipparteċipaw fid- diversi dixxiplini sportivi, f'ideat kulturali varji u f'attivitajiet oħrajn li jorganizzaw.", "Ċerti kwestjonijiet - bħall-kwestjoni tal-VAT - xahar wara xahar qegħdin joħolqu problemi bla bżonn lil dawn iż-żgħażagħ li jiddedikaw il-ħin ħieles tagħhom sabiex jaraw kif jambjentaw aktar attivita' matura, moderna u li tgħin lil żgħażagħ oħra jipparteċipaw f'dak li qed jiġri madwarhom u naturalment f'dak li jappartjeni għad-delizzju tagħhom.", "Problema serja oħra li qegħdin jiffaċċjaw l-għaqdiet, partikolarment dawk sportivi, hija li matul dawn l-aħħar snin kien hawn nuqqas kbir ta' investiment sostenibbli għall-faċilitajiet sportivi eżistenti.", "Iż- żmenijiet jinbidlu u magħhom iġibu aktar diffikultajiet.", "Illum dawn iż- żgħażagħ huma mgħobbija b'ċerti diffikultajiet u hemm bżonn li nirrispettaw aktar l-impenn tagħhom u li naraw kif nistgħu niddiskutu b'mod aktar matur u aktar prattiku sabiex ma nħallux piż żejjed fuq dawn l-għaqdiet.", "Biżżejjed għandhom il-problema tal-kontijiet tat-telephones li, għal xi raġuni jew oħra, tħallew b'rata kummerċjali.", "Barra minn hekk, iċ-ċokon ta' pajjiżna joħloq nuqqasijiet li huma, biex ngħid hekk, naturali fis-sens li ftit ikunu l-parteċipanti u allura n-nies responsabbli minn dawn l-għaqdiet ikunu jridu jħabbtu wiċċhom ma' dawn l- affarijiet ukoll.", "Sal-lum pero', minkejja li nitkellmu ħafna dwar iż- żgħażagħ u dwar l-impenn biex inżommuhom 'il bogħod mill-vizzji qerrieda - fejn kulma jmur qed ikun aktar diffiċli biex wieħed jirbaħ lura liż- żagħżagħ vizzjati - dawn il-problemi għadhom qatt ma ġew tackled.", "Jiena nappella lill-Gvern biex ma jkomplix jorqod u biex ikun aktar prattiku, realistiku u aġġornat ma' l-isfidi tal-lum u li bi ftit attenzjoni u spejjeż naraw kif ngħelbu ħafna mill-problemi li għandhom dawn l-għaqdiet taż-żgħażagħ.", "Nixtieq nagħmel enfasi ukoll biex jekk kemm-il darba, fil-futur qarib, ikun hemm il-ħsieb li l-Assoċjazzjoni Nazzjonali tal-Basketball tiġi allokata jew li hi tiżviluppa xi faċilita' oħra - u allura f'dak il-każ ma jkollhiex aktar rabta jew interess li torganizza l-attivita' tal-basketball f'Ta' Qali - il-padiljun f'Ta'Qali għandu jiġi allokat lil dawk l- għaqdiet li matul dawn l-aħħar snin dejjem kienu minn ta' quddiem biex ġabu u ħolqu aktar spazju għaż-żgħażagħ biex jipparteċipaw fil-logħba tal- basketball.", "Jiena nifhem li d-Depiro Youth Centre, li mhux biss kiseb ħafna suċċessi imma wkoll kien mekkaniżmu importanti sabiex dan l-isport sar popolari u anke għaqqad iżjed żgħażagħ fi ħdanu, għandu jkun ikkonsidrat biex jiġi offrut dan il-padiljun ħalli jkompli jżid il-ħidma tiegħu u jkompli jsaħħaħ u jtejjeb il-faċilitajiet li għandu fil-preżent.", "Fil-ħin li baqagħli rrid nagħmel riferenza għall-problemi kbar li qegħdin isibu ż-żgħażagħ b'diżabilita' biex imorru fiċ-ċentri, kemm fis-sajf u kif ukoll wara s-sajf, minħabba li m'għandhomx aċċess.", "Illum nafu kemm wieħed qed jinvesti b'mod aktar prattiku u b'mod aktar serju sabiex nintegraw fis- soċjeta' tagħna persuni b'diżabilita'.", "Il-ġenituri ta' dawn il-persuni b'diżabilita', minkejja li huma numru żgħir, qegħdin jiġu mwiegħda li l- Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' u l-ministeru konċernat qegħdin jaħdmu biex jiżviluppaw ċentru ieħor, imma jiddispjaċini ngħid li jidher li dan għadu daqsxejn 'l bogħod.", "F'dan ir-rigward jiena nixtieq nissuġġerixxi - mhux nikkritika - li dak il-bini fl-Imtaħleb li ntqal li se jsir ċentru għall-korrezzjoni ta' żgħażagħ delinkwenti imma li sal-lum mhuwiex qed jintuża - bini li sarlu l-manutenzjoni u fejn hemm ħafna għamara u faċilitajiet oħra - jibda' jintuża minn dawn iż-żgħażagħ sakemm jiġi żviluppat ċentru ieħor.", "Nixtieq nagħmel ukoll riferenza għall-problemi kbar li hemm fil-bajja tal- Ġnejna.", "Minkejja li matul dawn l-aħħar snin jien u l-kollegi tiegħi li nirrappreżentaw dan id-distrett tkellimna sabiex issir il-manutenzjoni meħtieġa f'din il-bajja, inklużi it-triq u l-wied, ix-xogħlijiet li kienu nbdew waqfu.", "Il-fatt huwa li kemm iċ-ċittadini kif ukoll it-turisti qed jitkażaw għall-mod kif dan ix-xogħol qed jitħalla abbandunat.", "Jiena nifhem li għandu jkun hemm impenn serju mill-Ministeru għat-Trasport, Komunikazzjoni u Teknoloġija, mill-Ministru għall-Ambjent u mis-segretarjat parlamentari responsabbli għat-turiżmu sabiex titwaqqaf kummissjoni li, b'koordinazzjoni mal-Kunsill Lokali ta' l-Imġarr, tieħu ħsieb li jekk hemm bżonn jiġu provduti l-fondi u joħorġu t-tenders sabiex jitħaffu ċerti xogħlijiet.", "B'hekk din il-bajja titgawda aħjar miċ-ċittadini u ma tkomplix isservi ta' reklam ħażin mat-turisti li mingħajrhom nafu kemm tmur lura l-attivita' ekonomika u soċjali ta' pajjiżna.", "Mr Speaker, jidher li l-ħin għad-dispożizzjoni tiegħi spiċċa u għaldaqstant se jkolli nieqaf hawn.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada l-Erbgħa, 19 ta' Ġunju, 1996 fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fid-9.50 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET-IMWIEĠBA BIL-MIKTUB", "RABAT - TRIQ FRANTON", "33962.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari tiegħi dwar Triq Franton ir-Rabat, matul dawn l-aħħar snin u r- risposti tiegħek u tal-Ministru Frendo ċioe' li dan ix-xogħol huwa fir- responsabbilta' tal-Kunsill Lokali tar-Rabat, jista' l-Ministru jinvestiga għaliex ix-xogħol baqa' ma sarx xorta waħda?", "Ma jħossx il-Ministru li mhux sew li minkejja li tkellimna għal snin sħaħ dwar il-ħtieġa ta' l-asfaltar ta' din it-triq, ix-xogħlijiet ma saru qatt u l-anzjani u r-residenti ta' din it-triq qed ikollhom ibatu l-konsegwenzi innoċentement u inġustament?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Fir-risposti li tajt dwar Triq Franton Ir-Rabat, jien qatt ma għidt li din hija responsabbilta' tal-Kunsill Lokali tar- Rabat.", "Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta li tajt għall mistoqsija Nru 31837 fis-Seduta Nru 523 fil-25 ta' Marzu 1996.", "ATTARD - KWALITA' TA' ILMA", "33966.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li f'dawn l-aħħar ġranet l-ilma ta' partijiet minn Ħ'Attard kellu togħma kbira ta' kimika?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Għaddejt dan l-ilment lill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma.", "BUĠIBBA - TRIQ IT-TURISTI - EXECUTIVE SUITE", "33967.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari tiegħi numru 33884, jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju waslu l-investigazzjonijiet ta' l- Awtorita' ta' l-Ippjanar?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li l-cafeteria hija koperta minn permess maħruġ fl-applikazzjoni PA 1020/93 iżda inħareġ Avviż biex Tieqaf u Ta' Twettieq (Ref ECF 800/96) għat-twaħħil tat-tabella u għal vending machine peress li dawn saru mingħajr il-permess ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "BUĠIBBA - TRIQ IT-TURISTI - BINI LLEGALI", "33968.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 33883, jista' l- Ministru jgħid f'liema stadju waslu l-investigazzjonijiet ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li l-cafeteria in kwistjoni hija koperta minn permess approvat fl-applikazzjoni PA 1020/93 maħruġ mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar fis-27 ta' Awissu 1993 għal alterazzjonijiet u bdil ta' użu minn post residenzjali għal coffee shop.", "Peress li x-xogħol ma sarx kif kien approvat fil-permess u l-pjanti approvati, kien inħareġ Avviż biex Tieqaf u ta' Twettieq (Ref ECF 118/94).", "Is-sid minn naħa tiegħu issottometta applikazzjoni ġdida (Ref PA 1740/96) sabiex jirregolarizza ruħu, liema applikazzjoni għadha qed tiġi proċessata mid-Direttorat.", "ATTARD - TRIQ TUMAS CHETCUTI - TARMAC", "33969.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: Jista' l-Ministru jara li Triq Tumas Chetcuti, f'H'Attard tingħata wiċċ tat-tarmac peress li din hi triq mibnija kollha u li tieħu ħafna traffiku tqil fuqha minħabba li hi viċin ta' barriera?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Jien infurmat li l-prioritajiet ta' l-asfaltar ta' toroq ġodda jingħataw mill-Kunsill Lokali flimkien mad-Dipartiment tat- Toroq.", "Dawn isiru skond il-fondi disponibbli.", "Dwar H'Attard nirreferi lill-Onor Interpellant ghar-risposta tiegħi għall- mistoqsija Nru. 33533 fis-Seduta Nru. 544 tas-27 ta' Mejju 1996.", "F'din ir- risposta tajt l-stampa kollha dwar asfaltar ta' toroq f' H'Attard.", "PULIZIJA - GĦAJNUNA MINN SCOTLAND YARD", "33970.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju waslu d-diskussjonijiet ma' Scotland Yard biex uffiċjali ingliżi jgħinu lill-pulizija f'każijiet ta' ċerta entita' mhux solvuti?", "Ġew diskussi xi każijiet speċifiċi fejn tista' tingħata għajnuna?", "Hu mistenni li jsir xi ħaġa sa l-aħħar ta' din is-sena biex Scotland Yard jibda jgħin lill-pulizija Maltija?", "ONOR.", "TONIO BORG: L-unika ħaġa li nista' nżid mat-Tweġibiet tiegħi għall- Mistoqsijiet Parlamentari numri 29761, 30080 u 32041 hu li kien hemm żviluppi f'din il-materja.", "M'hux prudenti li nagħti iktar informazzjoni minħabba in-natura delikata tal-materja.", "SKEJJEL - EŻAMIJIET TAL-JUNIOR LYCEUM", "33971.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' studenti li se joqogħdu għall-eżamijiet tal-Junior Lyceum din is-sena?", "Kemm hemm bniet?", "Kemm hemm studenti mill-iskejjel tal-Knisja u dawk privati li se joqogħdu għall-eżamijiet?", "Kemm-il student ġie eżentat milli joqgħod għall-eżami tar-Reliġjon?", "X'raġunijiet prinċipali ngħataw mill-ġenituri meta saret din it-talba?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien infurmat li n-numru ta' studenti li qagħdu għall-eżamijiet għad-dħul fl-ewwel sena tal-Junior Lyceum din is-sena kien ta' 4,558.", "Minn dawn, 2182 huma bniet.", "In-numru ta' studenti mill-iskejjel tal-Knisja u dawk privati kien 845.", "Kien hemm 13-il student/a li l-ġenituri tagħhom talbu eżenzjoni mill-eżami tar-Reliġjon.", "Din l-eżenzjoni ngħatat.", "Il-ġenituri li għamlu talba għal din l-eżenzjoni taw bħala raġuni l-fatt li huma ma jħaddnux ir-Reliġjon Kattolika.", "QRATI - LISTA TAL-ĠURATI", "33972.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kultura: Jista' l-Ministru jgħid min hu responsabbli li jfassal il-lista tal-ġurati biex iservu fil-Qrati Kriminali?", "Wara li l-isem ta' persuna jitniżżel mal-ġurati, min hu responsabbli biex minn żmien għal żmien jiġi ċċekkjat li xi persuna ma tkunx weħlet xi sentenza tal-Qorti li allura timpediha milli sservi ta' ġurat?", "X'jista jsir biex ma jerġax jiġri dak li ġara l-ġimgħa li għaddiet fil- Qorti Kriminali fejn ġurat kellu jirtira minħabba li kellu sentenza sospiża fuq drogi li veru qiegħda fl-appell?", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata f'seduta oħra.", "QORTI - ĠURIJIET DIFFERITI", "33973.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kultura: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il ġuri kien appuntat quddiem l- Imħallef Victor Caruana Colombo li ġie differit għaliex l-Imħallef kien qed jippresjedi l-inkjesta dwar il-makni tal-biljetti tal-karozzi tal-linja?", "Liema kienu dawn il-ġurijiet?", "Kemm saru ġurijiet fl-istess żmien u quddiem liema imħallef?", "Liema kienu?", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: L-informazzjoni għadha qed tinġabar u risposta tingħata f'seduta oħra.", "QRATI - DROGA DISTRUTTA", "33974.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kultura: Jista' l-Ministru jgħid, din is-sena, s'issa x'kien l-ammont ta' droga li l-Qrati Maltin ordnaw li tiġi meqruda?", "X'tip ta' droga kienet?", "Meta ġie distrutt kull ammont ta' droga?", "Min kien preżenti f'kull każ ta' distruzzjoni?", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Jien infurmat li ma tinżammx statistika dwar is-suġġett msemmi mill-Onor.", "Interpellant.", "PULIZIJA - KAWŻI TA'PULIZIJA QUDDIEM IL-QRATI", "33975.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm pulizija li bħalissa qegħdin jistennew biex jgħaddu passi legali quddiem il-Qrati Maltin?", "Ta' liema rank?", "F'liema stadju qegħda kull kawża?", "Fuq liema akkuża?", "Meta ttieħdu passi l- ewwel darba f'kull każ?", "ONOR.", "TONIO BORG: Mill-1890 membri fil-Korp tal-Pulizija, bħalissa hemm sittax (16) il-membru li qed jittieħdu passi legali kontrihom quddiem il- Qrati Maltin.", "Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.", "REFUĠJATI", "33979.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm huwa n- numru ta' refuġjati li hawn f'pajjiżna?", "Ta' liema nazzjonalita' huma?", "X'għajnuna qed jingħataw it-tfal ta' dawn ir-refuġjati li jgħixu Malta?", "X'rapporti jsiru minn żmien għal żmien ma' organizzazzjonijiet internazzjonali li jieħdu ħsieb jestendu għajnuna lit-tfal tar-refuġjati?", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li peress li l-informazzjoni ghadha qed tingabar, risposta tinghata f' seduta ohra.", "MTARFA - TRIQ TA' BUQANA - TARMAK", "33980.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: Jista' l-Ministru jgħid fuq liema bażi t- Triq ta' Buqana ċioe' il-parti tat-triq li mill-bypass ta' l-Imtarfa tieħdok sal-parti tar-roundabout tal-pont tal-Mosta ma ġietx konsidrata bħala waħda ta' prijorita' biex tingħata t-tarmak?", "Jaf il-Ministru li f'din il-parti tat-triq numru kbir ta' karozzi u vetturi kbar qed ikollhom jgħaddu wrong side minħabba l-ħofor kbar li hemm f'din it-triq?", "Jaf il- Ministru li din is-sitwazzjoni ħolqot periklu serju fis-sistema tat- traffiku?", "Jista' għaldaqstant il-Ministru jinvestiga u jara li jsiru xogħlijiet tat-tarmak li hemm bżonn ħalli jiġu evitati xi inċidenti fatali li l-istat ta' din it-triq jista' jikkawża?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Jien infurmat li it-triq tal-Buqana hija waħda mit- toroq li d-Dipartiment tat-Toroq ppjana li jirranġa kif suppost.", "Huwa konxju mill-kundizzjonijiet tagħha.", "Id-Dipartiment tat-Toroq huwa konxju ukoll minn toroq oħra madwar Malta li jeħtiġilhom xogħol estensiv simili.", "L-Onor.", "Interpellant irid jifhem li dan ix-xoghol, li huwa wieħed konsiderevoli, irid isir wieħed wara l-ieħor mħabba l-limitazzjonijiet ta' kuntratturi li huma attrezzati biex jagħmlu xoghol estensiv ta' din il- kwalita`.", "AWTORITA' TA' L-IPPJANAR - CHRIS STRATFORD", "33981.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 33792, jista' l- Ministru jgħid x'inhu s-salarju tas-Sur Chris Stratford?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ma għandi xejn x'inżid ma' l- informazzjoni li diġa' tajt għal Mistoqsija Parlamentari Nru 31138 Seduta Nru 508.", "SLIEMA - TRIQ SANT'ANĠLU - DRIVE-IN", "33982.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Jista' d-Dipartiment tas-Sanita' jinvestiga kif drive-in qrib 65, St. Angelo Str, Sliema qed jintuża bħala rubbish dump, li qed iwassal għal ħafna ġrieden fl-akwati?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li l-post imsemmi ġie spezzjonat mill-'Health Inspector' tad-Distrett fit-12 ta' Ġunju, 1996 fil-11.30 ta' filgħodu.", "Dan ma sab l-ebda akkumulu ta' żibel jew evidenza ta' ġrieden.", "PENSJONANTI TAL-GVERN - ARRETRATI", "33985.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid meta hu antiċipat li l-pensjonanti tal-Gvern jingħataw l- arrears dwar il-ftehim milħuq?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ezercizju li jinvolvi r-revizjoni tal-pensjonijiet ta'l-impjegati tal-Gvern li rtiraw wara l- 1 ta' Jannar l-1991 izda qabel ma l-grad li kienu fih kien assimilat definitivament, jolqot madwar 2,500 pensjonant.", "Minn dawn thallsu l-arretrati lil aktar minn 1,000 pensjonant.", "Qed isir ukoll sforz biex il-kumplament jithallsu fl-anqas zmien possibbli.", "MINISTERU TAL-ĠUSTIZZJA U KULTURA - \"DOPING TESTS\"", "34015.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kultura: Jista' l-Ministru jgħid jekk hux minnu li l-flus allokati għal \"doping tests\" mill-ministeru li ġew offruti lil xi għaqdiet ma ġewx utilizzati?", "Jista' l-Ministru jgħid liema għaqdiet kienu dawn u x'inhuma r-raġunijiet mogħtija? 11/06/96", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Il-policy tal-Gvern hi li jsir ftehim ma' dawk l-għaqdiet li bi ħsiebhom jagħmlu 'doping tests' biex jibgħatu jgħarfuna biex l-ispejjeż ta' dawn it-tests jitħallsu mill-vot speċifikat għal dan il-għan.", "Għalhekk ma nifhimx il-mistoqsija ta' l-Onor.", "Interpellant.", "LOGĦOB TAL-PAJJIŻI Ż-ŻGĦAR - \"DOPING TESTS\"", "34016.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kultura: Jista' l-Ministru jinvestiga jekk hux minnu li fl-aħħar Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar li saru fil-Lussemburgu ġie offrut lill-kontinġent Malti li jsiru \"doping tests\" b'xejn waqt l-istess avveniment għal dawk il-parteċipanti Maltin li jiksru n-\"national record\" ta' pajjiżna?", "Huwa minnu li din l- offerta ma ntużatx mill-kontinġent Malti?", "Jekk fl-affermattiv, x'inhi r- raġuni għal dan?", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Peress li l-Onor.", "Interpellant messu jaf li l-parteċipazzjoni ta' Malta f'attivitajiet u kompetizzjonijiet sportivi tiddependi fil-biċċa l-kbira mill-Kumitat Olimpiku Malti, filwaqt li l- Gvern mhuwiex involut, ikun għaqli li jagħmel l-istħarrig tiegħu mal-K.O.M.", "RAĦAL ĠDID - TRIQ IS-SULTANA", "34017.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista'l- Ministru jara li l-inħawi tal-parti t'isfel ta' Triq is-Sultana, Raħal Ġdid jitnaddfu aktar spiss minn kenniesa u li titranġa t-triq u l-bankini fl- istess triq?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nirreferi l-Onor.", "Interpellant għat- tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 32615 Seduta Nru 527.", "RAĦAL ĠDID - TA' LOURDES - INTIENA MINN GARAXX", "34018.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jinvestiga u jieħu passi dwar ilmenti li qed jkolli mingħand kostitwenti fil-parti t'isfel ta' Raħal Ġdid magħrufa bħala \"Ta' Lourdes\", dwar intejjen kbar li ġejjin minn garaxx li jinsab faċċata tat-tarf ta' Triq is-Sultana b'bieb iswed ikkawżat minn xi konservazzjoni ta' ġlud ta' l- annimali?", "Jeżisti l-permess għal dan ix-xogħol?", "ONOR.", "TONIO BORG: Dwar il-garaxx in kwistjoni, il-pulizija tad-distrett diġa' ħadet passi fil-Qorti kontra sid il-garaxx, f'żewġ okkażjonijiet minħabba intejjen kaġunati minn ġlud ta' annimali li qed jinħażnu fl- imsemmi garaxx, u fiż-żewġ okkażżjonijiet is-sid ħareġ liberat peress li ma' irriżultax li kien hemm ħmieġ u r-riħa ma' kienitx qawwija.", "Dwar permessi, jekk mill-investigazzjonijiet jirriżulta li fil-post in kwestjoni qed issir attivita' li skond l-Art.", "181 tal-Kodiċi ta' Liġijiet tal-Pulizija tammonta għal \"bejgħ ta' oġġetti jew merkanzija, sew bl- ingrossa kemm bl-imnut, jew għall-eżerċizzju ta' arti jew sengħa\" jittieħdu passi kriminali.", "ĊITTADINANZA - APPLIKAZZJONI NRU.OPM/EXP/66/96", "34019.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jara fiex waslet l-applikazzjoni OPM/EXP/66/96 ta' Iraqqin li applika għaċ-ċittadinanza Maltija?", "Jista' l-Ministru jgħid x'jonqos biex din l-aplikazzjoni tkun finalizzata?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab infurmat li l-applikazzjoni għaċ- ċittadinanza Maltija magħmula mill-persuna li qed jirreferi għaliha l-Onor Membru ġiet approvata fit-13 ta' Ġunju 1996.", "PULIZIJA - SIGĦAT TA' XOGĦOL", "34020.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid f'kemm-il siegħa tikkonsisti ġimgħa normali ta' xogħol ta' membru tal-korp tal-pulizija?", "Liema ranks tal-korp huma ntitolati għall- \"allowances\" u fiex jikkonsistu?", "X'inhi r-raġuni li l-pulizija li jaħdmu fl-Akkademja m'għandhom l-ebda \"allowances\" (ħlief) dawk li jkunu mal-\"gate\" minkejja li ġieli jaħdmu madwar 60 siegħa fil-ġimgħa?", "ONOR.", "TONIO BORG: Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra Ċirkolari Nru. 63/93 li tittratta dwar il-proċedura fejn jitħallas \"overtime\"/\"allowance\" lill-membri tal-Korp.", "Dawk fl-Akkademja li huma ntitolati ħlas ieħor barra l-paga skond din iċ- ċirkolari, diġa' qed jitħallsu.", "DJAR - TIGNE'", "34023.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 33914 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd, jista' l-Ministru jgħid billi fil-fuljett tal-Planning Authority dwar konsultazzjoni pubblika dwar il-pjan lokali għan-North Harbours fil-paragrafu dwar djar jissemma speċifikament il-bini ta' djar f'Tigne Point, jista' l-Ministru jgħid xi pjani għandu d-dipartiment għal dan il-bini f'area li minnha ġew mitlubin jitilqu ir-residenti oriġinali ta' Tigne' HE?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi għad-Development Brief tal-Manoel Island u Tigne' Point għal informazzjoni dwar żvilupp li ser isir fiż-żewġ lokalitajiet imsemmija.", "TA' XBIEX - GĦALQA", "34024.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kultura: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 33915 ċioe' jista' l-Ministru jara li tiġi kkonsidrata l-għalqa mitluqa li hemm faċċata ta' Ta' Xbiex FC biex tiġi żviluppata bħala faċilita' sportiva rikreattiva għaż-żgħażagħ tal-lokal?", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li tlabt lill-uffiċjali tat-Taqsima Sport jistħarġu jekk il-Kunsill Lokali ta' Ta' Xbiex jew xi għaqda sportiva għamlitx xi talba dwar dan.", "TA' XBIEX - KERA TA' FOND", "34025.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 33916 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent, jiġifieri jista' l- Ministru jgħid fiex waslet it-talba ta' l-armla minn Ta' Xbiex HE (dettalji qed jintbagħtu under separate cover) biex issa li r-raġel tagħha ilu mejjet kważi 30 xahar, il-kera tal-fond tiddawwar f'isimha?", "ONOR.", "CENSU GALEA: Jien infurmat li qed isiru l-investigazzjonijiet neċessarji peress li d-Dipartiment irriżultalu li l-armla kienet toqgħod post ieħor meta miet ir-raġel.", "TELEPHONES - TELEPHONE NO.", "248520", "34033.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: Jista' l-Ministru jinvestiga għaliex il- linja tat-telefon Nru. 248520 għalkemm ġiet irrapportata għallinqas tliet darbiet din il-ġimgħa, xorta baqgħet difettuża u kultant anke tinqata'?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Jien infurmat li l-manutenzjoni meħtieġa fuq il- linja tat-telefon msemmija fil-mistoqsija saret fl-14 ta' Ġunju 1996.", "PTA - MAKNI TAL-BILJETTI TAL-KAROZZI TAL-LINJA", "34046.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: Wara dak li ddikjara l-Imħallef Caruana Colombo fl-inkjesta dwar il-makni tal-biljetti tal-karozzi tal-linja, jista' l-Ministru jgħid x'passi se jittieħdu kontra s-Sur Custo', iċ- Chairman ta' l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku u uffiċjali eżekuttivi oħra li skond l-inkjesta ħallew traskuraġni kbira fl-uffiċini ta' l- awtorita' tant li tender sensittiva sabet ruħha għand terzi persuni qabel ġiet pubblikata?", "Min se jieħu r-responsabbilta' ta' l-inkwiet kollu li nqala' marbut ma' din it-tender?", "X'passi se jittieħdu mill-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku biex dawk l- iżbalji li saru ma jerġgħux isiru?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Ir-rakkomandazzjoni tal-Bord ta' l-Inkjesta dwar il-makni tal-biljetti tal-karozzi tal-linja hi li l-istess \"Adjudicating Team\" li kien qed jara l-offerti għal din it-tender jibqa' sejjer bix- xogħol tiegħu.", "Is-Sur Custo hu c-Chairman ta' dan it-team u fil-fatt il- Bord kompla x-xogħol fuq it-tender kif rakkomandat.", "Għal dak li jirrigwarda l-aspetti tas-sigurta' fl-Uffiċċju ta' l- Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku, fil-fatt diġa' ttieħdu passi biex tiżdied is-sigurta'.", "PTA - OFFERTI LILL-MALTECH LTD", "34047.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: Jista' l-Ministru jikkonferma jekk il- kumpannija Maltech Ltd ħaditx xi offerti oħra mingħand l-Awtorita' dwar it- Trasport Pubbliku?", "Jekk iva, meta?", "X'kienu l-offerti li ġew awarded lil din il-kumpannija?", "Jekk iva, tħallset diġa'?", "Jekk le, billi nstab li din il-kumpannija pprovat tieħu offerta ta' l-awtorita' b'qerq, jista' l- Ministru jgħid jekk ittieħdux passi biex din il-kumpannija ma titħallasx bħala kastig?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Jien infurmat li l-kumpannija msemmija fil- mistoqsija qatt ma ħadet xi kuntratt jew offerta maħruġa mill-Awtorita` dwar it-Trasport Pubbliku.", "KUNSILLI LOKALI - QRENDI", "34048.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx xi talba mill-Kunsill Lokali tal-Qrendi biex jibda jieħu ħsieb it-tempju ta' Ħaġar Qim u l-Imnajdra?", "Billi dawn it- tempji huma mitluqa, żdingati, maħmuġa u abbandunati, jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex il-kunsill - li huwa attiv ħafna - ma jitħalliex jieħu ħsieb it-tempji msemmija, jekk fil-fatt saret din it-talba?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Kif jaf l-Onor Interpellant, skond ir-Raba' Skeda ta' l-Att XV ta' l-1993 dwar Kunsilli Lokali, is-siti u imkejjen arkeoloġiċi kollha reġistrati mad-Dipartiment tal-Mużewijiet huma esklużi mir-responsabbilta' tal-Kunsill Lokali.", "Rigward il-kummenti magħmula fil-mistoqsija, dwar l-istat tat-tempji msemmija, nirreferi lill-Onor Interpellant għad-diversi risposti f'dan ir- rigward mogħtija mill-Ministru għall-Ġustizzja u Kultura.", "SAĦĦA - VITAMINI", "34049.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Billi issa nstab li l-ġelatina li tintuża biex tiksi l-vitamini tista' tkun ta' periklu jekk din tkun prodotta fl-Ingilterra, peress li din hija by-product tal-laħam taċ-ċanga, jista' l-Ministru jgħid jekk sarx xi studju mid-Dipartiment tas-Saħħa dwar liema huma dawk il-vitamini?", "Billi l- pajjiżi kollha ta' l-Ewropa u l-Amerika ipprojbew l-importazzjoni ta' dawn il-vitamini, x'għamel il-Gvern Malti?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li d-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika qiegħed isegwi mill-qrib l-iżvilupp u r-rakkomandazzjonijiet f'dan il- qasam.", "B'dan l-iskop, u bħal ma qiegħed diġa' jiġri f'pajjiżi oħra ta' l- Ewropa, sejjer jinbeda proġett sabiex jiġu stabbiliti oriġini tal-merħliet li minnhom qegħdin jiġu estratti l-prodotti għall-użu fil-mediċinali.", "L- Aġenzija li tikkontrolla l-mediċini fl-Ingilterra tatna l-assigurazzjoni illi l-prodotti immanufatturati u mibjugħa l-Ingilterra ma fihomx ġelatina ta' oriġini Ingliża, u għalhekk ma jidhirx li hemm il-ħtieġa li jsiru restrizzjonijiet fuq l-importazzjoni ta' dawn il-farmaċewtiċi.", "AWTORITA' TAX-XANDIR - FREKWENZI", "34050.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Prim Ministru: Billi ċ- Chairman ta' l-Awtorita' tax-Xandir f'laqgħa ta' Kumitat Parlamentari ddikjara li l-kwestjoni dwar il-frekwenzi tat-television li kien hemm bejn Malta u l-Italja ġiet riżolta, jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dettaljat dwar x'inhi eżatt il-qagħda llum?", "Liema huma dawk il-frekwenzi li reġgħu ġew għand il-Gvern Malti?", "Meta se jiġu allokati jekk jista' jsir dan?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ġejt infurmat li meta ċ-Chairman ta' l- Awtorita' tax-Xandir kien qed iwieġeb mistoqijiet waqt laqgħa tal-Kumitat Permanenti dwar il-Kontijiet Pubbliċi, hu qal li wara taħdidiet bejn il- gvernijiet ta' Malta u ta' l-Italja, il-Gvern Malti rnexxilu jikseb għadd ta' frekwenzi.", "Kif għidt fir-Rapport ta' Ħidma tar-Raba' Sena tat-Tieni Leġislatura tal- Gvern (ippubblikat fid-29 ta' Mejju 1996) f'Mejju ta' l-1995 intlaħaq ftehim mal-Gvern Taljan fuq seba' frekwenzi tat-televiżjoni.", "Dawn issa ġew reġistrati f'isem Malta skond il-\"Broadcasting Agreement\", Stockholm, 1961.", "B'dan il-ftehim ser tkompli titwettaq il-wegħda tal-Gvern li jkun hawn pluraliżmu anke fil-qasam tax-xandir bit-televiżjoni.", "Dan kollu jfisser li filwaqt li sallum Malta kellha l-Kanali 9 u 10 fil- \"VHF Band\" u l-Kanali 21 u 29 fil-\"UHF Band\", permezz tal-ftehim li ntlaħaq mill-Gvern preżenti mal-Gvern Taljan, Malta akkwistat seba' Kanali oħra jiġifieri l-Kanali 39, 42, 44, 50, 53, 64 u 67 fil-\"UHF Band\" minbarra li żammet dawk li diġa kellha.", "Jien infurmat li qed isiru taħdidiet mal-Gvern Taljan biex isir tpartit fis- sens li t-Taljani jieħdu l-Kanal 21 (jiġifieri dak li jintuża mill-\"Canale Cinque\") u minfloku jagħtu kanal ieħor lill-Gvern Malti.", "VALLETTA - UFFIĊĊJU TAS-SUR RAY BONDIN", "34052.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jikkonferma li s-Sur Ray Bondin qala' l-aluminium li kellu fl-uffiċċju tiegħu fi Triq l-Ifran, il-Belt u dan mhux taħt l-ordni ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar?", "Huwa skond il-proċedura stabbilita' li ma toħroġx notice li titwaħħal man-naħa ta' barra f'każ ta' tibdil bħal dan?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Tlabt lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar tinvestiga.", "SILVERSTAR TOURIST BUSES - PERMESS GĦALL-GABBANA", "34053.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid jekk is-sid ta' Silverstar Tourist Buses l/o Summer Flats, No. 3, Triq it-Turisti, Qawra għandux permess għall-gabbana li tella'?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li fis-27 ta' Frar 1996 inħareġ Avviż biex Tieqaf u ta' Twettieq kontra s-Sur Antoine Micallef ta' Northumbria House, Flat 6, Triq ix-Xolfa, Buġibba talli saret struttura mingħajr permess fil-front garden f'Islander Triq it-Turisti, Qawra.", "Sadanittant is-sid appella minn dan l-Avviż (Ref Appeal 165/96) liema appell għadu pendenti quddiem il-Bord ta' l-Appell ta' l-Awtorita' ta' l- Ippjanar.", "FONDAZZJONI GĦALL-ISTUDJI INTERNAZZJONALI - DIRETTUR ĠENERALI", "34054.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jgħid minn min hu mħallas id-Direttur Ġenerali tal-Fondazzjoni għall-Istudji Internazzjonali u x'inhu s-salarju tiegħu?", "Dan huwa eżenti mill-ħlas ta' taxxa?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Kif kien diġa' ntqal fi tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari 30129 (Seduta 566 tal-leġislatura preċedenti - 29/10/91) is- salarju tad-Direttur Ġenerali msemmi kien u għadu dak li ġie ffissat mill- Gvern preċedenti u sussegwentement ma ġiet awtorizzata ebda żieda minn dan il-Gvern.", "DJAR - KAŻ BIL-FILE NO.", "(H 12087 - RO 46974)", "34055.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 32370, jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi żviluppi għat-talba tal-familja Buttigieg minn Tas-Sliema (H 12087 - RO 46974) għall-fond iżgħar milli għandha billi l-familja ċkienet konsiderevolment fin-numru?", "ONOR.", "CENSU GALEA: M'għandi xejn x'inżid mat-tweġiba li tajt għall- mistoqsija nru.", "32370.", "PIETA' - TRIQ ID-DULURI - SISTEMA TAD-DRENAĠĠ", "34070.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jispjega għaliex f'dawn l-aħħar jiem żviluppat ħsara fis- sistema tad-drenaġġ ta' Our Lady of Sorrows Street, Pieta'?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li l-pumping station tad- drenaġġ li hemm fit-tarf ta' Triq id-Duluri, li qiegħda fi Triq Marina, qiegħda tiġi rranġata u jinbidel il-makkinarju tagħha kollu.", "Din tkun lesta u tibda topera għall-aħħar ta' Lulju 1996.", "AWTORITA' TA' L-IPPJANAR - IMPJEGATI BARRANIN", "34071.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid jekk qabel ma jiġu ngaġġati konsulenti jew impjegati barranin ma' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar issirx sejħa għall- applikazzjonijiet kemm lokali kif ukoll barra l-pajjiż?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li issir sejħa għall- applikazzjonijiet għall-ingaġġ ta' staff barrani wara li tkun saret sejħa lokali.", "SAĦĦA - SPIŻERIJI", "34078.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm talbiet quddiem id-Dipartiment tas- Saħħa għall-ftuħ ta' spiżeriji?", "F'liema rħula jew bliet saru dawn it- talbiet?", "Hemm xi limitu jew kriterji ta' kemm u fejn għandhom jiftħu spiżeriji?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "GĦAWDEX - POST TA' DIRETTUR VAKAT", "34086.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Jista' l-Ministru jgħid kemm intefgħu applikazzjonijiet għall-mili tal- post ta' Direttur vakat mis-Sur Salv Camilleri?", "Xi kwalifiki għandhom dawn u fuq liema kriterji se jiġu assessjati?", "ONOR.", "ANTON TABONE: Nitlob lill-onor interpellant jagħmel din il- mistoqsija lill-Prim Ministru peress li hija dwar materja li taqa' taħt ir- responsabbilita' ta' l-Uffiċċju tiegħu.", "GĦAWDEX - XOGĦOL FL-ISTADIUM", "34087.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nies li qegħdin jagħmlu xogħol ta' manutenzjoni fil-Gozo Stadium?", "Mil-liema fondi qegħdin jitħallsu dawn il- ħaddiema?", "Xi gradi għandhom dawn il-ħaddiema u x-xogħol qegħdin jagħmlu?", "ONOR.", "ANTON TABONE: Fil-Gozo Stadium hemm erba' ħaddiema jaħdmu regolari.", "Dawn il-ħaddiema qegħdin jitħallsu mill-fondi tal-Ministeru għal Għawdex.", "Il-ħaddiema huma tliet labourers u gardener u qegħdin jagħmlu xogħol ta' manutenzjoni fil-pitch u tindif ġenerali.", "GĦARGHUR - TAX-XWIEKI - PROVVISTA TA' ILMA", "34088.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Peress li l-area tax-Xwieki, Għargħur ta' spiss ikollhom qtugħ ta' l-ilma u fl-aħħar tliet ġimgħat is-sitwazzjoni marret ħafna għall-agħar, jista' l- Ministru jieħu l-passi kollha possibbli fl-iqsar żmien ħalli l-problemi kollha dwar il-kwalita' kif ukoll is-servizz ta' l-ilma f'dawn l-akwati jiġu solvuti darba għal dejjem?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Għaddejt dan l-ilment lill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma.", "ZABBAR - TRIQ IX-XGĦAJRA - BUS STOP", "34089.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jara li jsir bus stop fi Triq ix-Xgħajra, Zabbar fil-parti bejn ir- residenzi 59 u 60 li jiġu f'nofs din it-triq peress li kemm lejn in-naħa tax-Xgħajra kif ukoll lejn in-naħa ta' Ħaz Zabbar hemm distanza konsiderevoli sabiex in-nies ta' din l-area jkunu moqdija?", "ONOR.", "TONIO BORG: Din il-materja taqa' taħt l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku u għalhekk nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi din il- Mistoqsija lill-Ministru għat-Trasport, Komunikazzjoni u Teknoloġija.", "ZABBAR - TRASPORT LILL-ISTUDENTI", "34090.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Imbilli fil-parti ta' Ħaz-Zabbar lejn ix-Xgħajra fejn din il-parti ta' l-aħħar issa tagħmel mat-Tieni Distrett Elettorali hemm distanza għat-tfal sabiex imorru l-iskola tax-Xgħajra kif ukoll dik ta' Ħaz- Zabbar, jista' l-Ministru jordna li jiġi provdut trasport bħal bnadi oħra ta' Malta?", "Jista' l-Ministru jikkonsidra li l-parti li sservi bħala ċentru għal dan is-servizz tkun Triq ix-Xgħajra, Zabbar fejn hemm ir-residenzi 59 u 60?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien infurmat li fl-inħawi msemmija diġa' qed jiġi provdut trasport għal tfal li joqgħodu aktar minn mil il-bogħod mill-iskola li jattendu.", "Hemm żewġ buses li jieħdu t-tfal għall-iskola tax-Xgħajra minn parti mill- Kalkara u minn St Peter's Housing Estate u minn parti minn Ħaż-Żabbar.", "Servizz ta' trasport ieħor jeżisti minn Latnija, tal-Plier Housing Estate, Xgħajra, Marsascala u Ta' Xaqqa għall-iskola ta' Ħaż-Żabbar.", "Il-konfini tad-Distretti Elettorali m'għandhomx x'jaqsmu xejn ma' dan is- servizz.", "SIGURTA' SOĊJALI - KAŻ BL-I.D. NO.", "724346", "34091.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jinvestiga l-każ tal-persuna bl-I.D. No. 724346, N.I. 117644(D) li kienet impjegata f'lukanda u għaliex għalkemm weġġa' fuq ix- xogħol u rrapporta ruħu sick sab li l-impieg tiegħu ġie terminat hekk kif irritorna għax-xogħol, u dan meta proprjetarju stess ta' din il-lukanda jista' jikkonferma d-diliġenza li biha din il-persuna kienet taqdi x- xogħol tagħha?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nitlob l-Onor.", "Interpellant jirreferi l-Mistoqsija lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani.", "IMPJIEGI - CASUAL PART-TIME CLEANERS", "34092.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li jitjiebu l- kondizzjonijiet tal-casual part-time cleaners li ġew impjegati dan l-aħħar fl-iskejjel tal-Gvern?", "Billi dawn qed jaħdmu biss massimu ta' 15-il siegħa fil-ġimgħa u jitħallsu bil-Lm1.65c fis-siegħa u billi minn dan l-ammont iridu jħallsu Lm3.50c bolla, ma jaħsibx il-Ministru li għandhom jittieħdu passi biex jitjiebu l-kondizzjonijiet tagħhom?", "Jaħseb il-Ministru li anki tul is-sajf dawn għandhom jiddaħħlu għax- xogħol billi diġa' ġew informati li se jwaqqfuhom għax-xhur tas-sajf?", "Ma jaħsibx il-Ministru li anki fil-vaganzi tas-sajf dawn xorta jistgħu jagħmlu ċertu tindif li ma jistax isir waqt il-ġranet ta' l-iskola?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: L-informazzjoni mitluba qed tinġabar.", "Tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "QORMI - QASAM TAD-DJAR - FLT.", "1, BLKX4", "34096.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI staqsa lill-Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd: Jista' d-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar jibgħat spettur jara l-ħsara li qed issir fejn qed joħroġ l-ilma mill-ħajt fi flat 1, Blk X4, fil-Qasam tad-Djar, f'Ħal Qormi?", "ONOR.", "CENSU GALEA: Għaddejt it-talba lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija tad-Djar.", "ŻEJTUN - TRIQ E. ATTARD BEZZINA - TARMAK", "34097.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: Jista' d-dipartiment konċernat jagħti t- tarmak fi Triq E. Attard Bezzina, fiż-Żejtun, peress li hi triq ġdida bla tarmak?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Jien infurmat li l-prijoritajiet ta' asfaltar ta' toroq ġodda jsiru mill-Kunsill Lokali u mid-Dipartiment tat-Toroq.", "Dawn isiru skond il-fondi disponibbli.", "ŻEJTUN - TRIQ BUGĦARBIEL - PROVVISTA TA' ILMA", "34098.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Tista' l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma tipprovdi s-servizz ta' l- ilma lir-residenti ta' \"Nashville\", Triq Bugħarbiel, Żejtun peress li ilhom 10 ijiem mingħajr ilma?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Tlabt lill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma tinvestiga."]} {"filename": "20040428_122d_par.doc", "date": "2004-04-28", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 122 L-Erbgħa, 28 ta' April, 2004 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 122 L-Erbgħa, 28 ta' April, 2004", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.02 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "122", "L-Erbgħa, 28 ta' April, 2004", "WERREJ", "MINUTI 45", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI 45", "TQEGĦID TA' KARTI 52", "MOZZJONIJIET", "ESTIMI TAD-DĦUL U NFIQ TA' L-AWTORITA` MARITTIMA TA' MALTA 53", "AĠĠORNAMENT 76", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 121 li saret fis-27 ta' April 2004, kienu konfermati.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI", "RAZZETT TAL-ĦBIBERIJA – GĦAJNUNA", "4754.", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: Jista' il-ministeru jgħaddi fondi lir-Razzett tal-Ħbiberija għas-servizz tajjeb li qed joffri lil ħafna tfal ta' skejjel differenti minħabba li d-diffikultajiet finanzjarji tar-razzett jistgħu jwasslu biex dan is-servizz ma jibqax jingħata u t-tfal jiċċaħdu minn servizz tant essenzjali għalihom?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (Ministru għat-Turiżmu u Kultura) (f'isem il- Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi): Fl-estimi tal- ministeru m'hemmx vot għal dan l-iskop.", "Bħala NGO fil-qasam ta' diżabbilta' ir-Razzett tal-Ħbiberija jaqa' fil-parametri tal-politika soċjali.", "Talbiet għal għajnuna għandhom jitressqu lil dan il-ministeru.", "INTERNATIONAL TRADING & HOLDING COMPANIES – NEGOZJATI MAL-KUMMISSJONI EWROPEA", "4755.", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid x'pożizzjoni esprimiet il-Kummissjoni Ewropea f'Awissu li għadda dwar l-international trading and holding companies f'pajjiżna?", "X'wieġeb il-gvern dwar din il- pożizzjoni?", "Fiex waslu n-negozjati bejn iż-żewġ naħat fuq dan il-qasam?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (Segretarju Parlamentari) (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Malta ma taqbilx ma' l-evalwazzjoni li għamlet il- kummissjoni Ewropea fuq il-miżuri tat-taxxa li qed jirriferi għalihom l- Onor. Interpellant in konnessjoni mal-code of conduct for business taxation billi ssostni li dawn il-kumpanniji huma taxxabbli fuq id-dħul kollu tagħhom bir-rata ta' 35% bħal kull kampannija oħra Maltija.", "Ix-shareholders ta' dawn il-kumpanniji u ta' kull kumpannija oħra Maltija huma persuni distinti mill-kumpannija u huma suġġetti għar-regoli taħt il- liġi tat-taxxa bħala persuni differenti mill-kumpannija.", "Għandhom ikomplu jsiru diskussjonijiet bejn Malta u l-kummissjoni Ewropea fuq dan is- suġġett.", "RAZZETT TAL-ĦBIBERIJA - GĦAJNUNA", "4756.", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill-Ministru tal-Familja u tas-Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħaddi fondi lir-Razzett tal-Ħbiberija għat-tmexxija tiegħu u s-servizzi li joffri bla ħlas għax bid-diffikultajiet finanzjarji li qed jiffaċċja se jissogra ma jibqax jilħaq tant persuni b'diżabbilta' li għandhom bżonn is-servizzi tiegħu?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA (Ministru tal-Familja u tas-Solidarjeta' Soċjali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li r-Razzett tal-Ħbiberija kien wieħed mill-organizzazzjonijiet volontarji li matul is-snin li għaddew irċieva għajnuna finanzjarja mill-fond allokat għal dan l-iskop taħt il-vot tal- Ministeru għall-Politika Soċjali.", "Ninsab infurmata li l-bord imwaqqaf apposta qed jikkunsidra t-talba għall- għajnuna għal din is-sena minn din l-organizzazzjoni flimkien ma' talbiet minn organizzazzjonijiet volontarji oħra.", "GĦAQDIET/ORGANIZZAZZJONIJIET - ĦLAS GĦAS-SERVIZZ TAD-DAWL U L-ILMA", "4757.", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill-Ministru għat-Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u l-Investiment: Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm għaqdiet u organizzazzjonijiet li s'issa kienu jingħataw xi forma ta' sussidju jew kellhom rata mraħħsa ta' ħlas għas-servizzi tad-dawl u l-ilma?", "Min huma dawn l-għaqdiet u organizzazzjonijiet?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru għat-Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u l- Investiment): Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.", "RAZZETT TAL-ĦBIBERIJA - ĦLAS TAD-DAWL U L-ILMA", "4758.", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo):staqsa lill-Ministru għat-Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u l-Investiment: Jista' il-Ministru jgħid jekk itteħditx xi deċiżjoni dan l-aħħar biex organizzazzjonijiet bħar- Razzett tal-Ħbiberija li jagħmlu tant ġid fost persuni b'diżabilita', ma jibqgħux b'rati mraħħsa ta' l-ilma u d-dawl?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jiena nfurmat li ma ttieħdet l-ebda deċiżjoni li l- organizzazzjonijiet bħar-Razzett tal-Ħbiberija ma jibqgħux iħallsu b'rati mraħħsa tad-dawl u l-ilma.", "Anzi xi żmien ilu kien ingħata kreditu sostanzjali lil dan il-konsumatur partikolari meta fil-każ ta' l-ilma kienet applikata t-tariffa għal organizzazzjonijiet mhux kummerċjali (para (k) tat-tariffa) b'mod retrottiv.", "DAR TAL-PROVVIDENZA - ĦLAS TA' DAWL U ILMA", "4759 ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo):staqsa lill-Ministru għat-Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u l-Investiment: Jista' il-Ministru jgħid x'rati ta' dawl u ilma jitħallsu mid-dar tal-Provvidenza fis- Siġġiewi?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jiena nfurmat li ir-rati tad-dawl u l-ilma li jitħallsu mid-dar tal-Providenza fis-Siġġiewi huma l-irħas rati jiġifieri:", "Ilma taħt skema - Orgnizzazzjonijiet mhux kummerċjali (para (k) tat- tariffi)", "Rati huma kif jidhru hawn taħt:", "|Dritt tas-servizz|Lm 4 | |Konsum sa 57 |xejn | |metru kubu | | |Konsum 'l fuq |35c kull metru | |minn 57 metru |kubu | |kubu | |", "Elettriku taħt skema - Assistenza Soċjali", "|Dritt tas-Servizz|Xejn | |Konsum |Rati domestiċi | | |normali |", "SKEJJEL - ETA' TA' L-ISKOLA OBBLIGATORJA", "4865.", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li fil-futur qarib l-eta' ta' l-iskola obbligatorja titla' għal 18–il sena?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi): S'issa ma jidhirx li hemm ħsieb li titla' l-eta' obbligatorja ta' l-iskola għal 18-il sena fil-futur qarib.", "Iżda l-gvern irid jinkorraġixxi liż-żgħażagħ ikomplu l-edukazzjoni anki wara s-16 il- sena.", "STUDENTI LI JKUNU TEMMEW L-EDUKAZZJONI SEKONDARJA", "4866.", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid x'qed tagħmel id-diviżjoni ta' l-edukazzjoni biex tħajjar aktar studenti jkomplu l-istudji tagħhom wara li jkunu spiċċaw l-edukazzjoni sekondarja tagħhom?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi): Qed isir kull sforz biex titjieb il-kwalita' ta' l- edukazzjoni bażika u jitjiebu is-servizzi ta' pariri vokazzjonali li jgħinu l-istudenti jifhmu l-importanza ta' żvilupp edukattiv sħiħ.", "SKEJJEL STATALI - FIFTH FORMERS", "4867.", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid kemm huwa stmat li se jispiċċaw tfal mill-iskejjel statali (Form 5) fl-aħħar ta' din is-sena skolastika?", "Kemm minnhom huma bniet?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi): In-numru ta' studenti (Form 5) li huwa stmat li se jispiċċaw mill-iskejjel statali fl-aħħar ta' din is-sena skolastika huwa:", "| |Subien |Bniet |Total | |Malta |1,610 |1,716 |3,326 | |Għawdex|168 |241 |409 | |Total |1,778 |1,957 |3,735 |", "SKEJJEL TAL-KNISJA - FIFTH FORMERS", "4868.", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid kemm huwa stmat li se jispiċċaw studenti mill-iskejjel tal-Knisja wara li jkunu temmew il-Form 5 fl-aħħar ta' din is-sena skolastika?", "Kemm huma bniet?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi): Infurmat li mill-iskejjel tal-Knisja (Form 5) huwa smat li fl-aħħar ta' din is-sena skolastika sa jispiċċaw 1,470 student minnhom hemm 653 bniet.", "SKEJJEL PRIVATI - FIFTH FORMERS", "4869.", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid kemm huwa stmat li se jispiċċaw studenti mill-iskejjel privati (Form 5) fl-aħħar ta' din is-sena skolastika?", "Kemm huma bniet?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi): Infurmat li mill-iskejjel indipendenti privati (Form 5) huwa smat li fl-aħħar ta' din is-sena skolastiku se jispiċċċaw 397 student minnhom hemm 189 bniet.", "KUNSILL MALTI GĦALL-KULTURA U L-ARTI", "4870.", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela): staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid min huma l-membri li jiffurmaw il-kunsill Malti għall-kultura u l-arti?", "Kemm-il darba ltaqa' l- kunsill fl-aħħar 12-il xahar, jiġifieri bejn Marzu 2003 u Frar 2004?", "Kemm attenda kull wieħed min dawn il-membri għal-laqgħat li żamm il-kunsill?", "Kemm jitħallas kull membru?", "Jista' jgħid kemm tħallsu flus għal kull laqgħa li attenda kull membru tal-kunsill?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Il-kunsill Malti għall-kultura u l-arti huwa ffurmat mis-sinjuri:", "Prof. Joe Friggieri - Chairman Josef Camilleri - Vice Chairman Prof. Richard England Rev. Prof. Peter Seraccino Inglott Prof. Mro.", "Charles Camilleri Lara Strickland Norbert Attard George Glanville Charles Stroud", "Dr Paul V. Mifsud huwa d-direttur eżekuttiv.", "Il-membri jirċievu honorarium ta' Lm1,200 fis-sena waqt li ċ-chairman jirċievi honorarium ta' Lm6,000 fis-sena.", "Bejn Marzu 2003 u Frar 2004 il- kunsill iltaqa' 11-il darba.", "L-attendenza tal-membri f'dawn il-laqgħat tinsab elenkata fit-tabella segwenti:", "Laqgħat tal-kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti (Marzu 2003 - Frar 2004)", "[pic]", "* Irriżenja f'Awissu 2003 ** Appuntat f'Awissu 2003", "X = Preżenti E = Skużat/a", "MINISTERU GĦAL GĦAWDEX - SPEJJEŻ FUQ FUEL", "5177.", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' il-Ministru tgħid kemm kienet l-ispiża f'ċifra ta' flus tal-fuel li nefaq il-ministeru u d-dekasteri li jaqgħu taħtha fl-ewwel tliet xhur tas-sena?", "Kemm hu l-ammont li tħallas minn din iċ-ċifra?", "Tista' tipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perijodu tas-sena 2003 rispettivament?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (f'isem il-Ministru għal Għawdex): L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant hija mogħtija fit-tabella hawn taħt.", "| | | | | | | |Spiża |Ammont |Spiża |Ammon| | |Jannar|li |Jannar|t li | | |– |tħallas|– |tħall| | |Marzu |Jannar |Marzu |as | | |2003 |– Marzu|2004 |Janna| | | |2003 | |r | | | | | |– | | | | | |Marzu| | | | | |2004 | | |Lm |Lm |Lm |Lm | |Segret|422.47|422.47 |355.98|252.6| |arjat | | | |5 | |Privat| | | | | |Dipart|283.46|283.46 |309.34|183.0| |iment | | | |5 | |għas-S| | | | | |ervizz| | | | | |i | | | | | |Korpor| | | | | |attivi| | | | | |Dipart|4,273.|3,453.6|4,111.|2,016| |iment |90 |4 |31 |.58 | |tal-Cu| | | | | |stomer| | | | | |Servic| | | | | |es | | | | | |Dipart|5,236.|5,236.3|5,525.|4,510| |iment |32 |2 |92 |.20 | |tal-Pr| | | | | |oġetti| | | | | |u | | | | | |Żvilup| | | | | |p | | | | | |TOTAL |10,216|9,395.8|10,302|6,962| | |.15 |9 |.55 |.48 |", "MINISTERU GĦAT-TURIŻMU U KULTURA - SPEJJEŻ FUQ FUEL", "5178.", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża f'ċifra ta' flus tal-fuel li nefaq il-ministeru u d-dekasteri li jaqgħu taħtu fl-ewwel tliet xhur tas-sena?", "Kemm hu l-ammont li tħallas minn din iċ-ċifra?", "Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perijodu tas-sena 2003 rispettivament?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li l-ispiża li ntnefqet għall-fuel matul l-ewwel tliet xhur tas-sena 2004 kienet ta' Lm8,339.17 li minnhom tħallsu Lm7,323.17 waqt li dik għall-istess perijodu tas-sena 2003 tammonta għal Lm7,233.77 u li minnhom tħallsu Lm7220.77.", "Inżid ngħid li l- ispiża f'kull każ tinkludi fiha nefqa ta' fuel għall-generators u boilers ta' l-airconditioning tal-Mediterrenean conference centre.", "MINISTERU TAS-SAĦĦA - SPEJJEŻ FUQ FUEL", "5179.", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża f'ċifra ta' flus tal-fuel li nefaq il-ministeru u d- dekasteri li jaqgħu taħtu fl-ewwel tliet xhur tas-sena?", "Kemm hu l-ammont li tħallas minn din iċ-ċifra?", "Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perijodu tas-sena 2003 rispettivament?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (f'isem il-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil- Komunita'): Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jgħid eżatt għal liema fuel qiegħed jirriferi.", "MINISTERU GĦAT-TEKNOLOĠIJA TA' L-INFORMAZZJONI U INVESTIMENT - SPEJJEŻ FUQ FUEL", "5180.", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill-Ministru għat-Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u l-Investiment: Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża f'ċifra ta' flus tal-fuel li nefaq il-ministeru u d-dekasteri li jaqgħu taħtu fl-ewwel tliet xhur tas-sena?", "Kemm hu l-ammont li tħallas minn din iċ-ċifra?", "Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perijodu tas-sena 2003 rispettivament?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.", "MINISTERU GĦAR-RIŻORSI U INFRASTRUTTURA - SPEJJEŻ FUQ FUEL", "5181.", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet l- ispiża f'ċifra ta' flus tal-fuel li nefaq il-ministeru u d-dekasteri li jaqgħu taħtu fl-ewwel tliet xhur tas-sena?", "Kemm hu l-ammont li tħallas minn din iċ-ċifra?", "Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perijodu tas-sena 2003 rispettivament?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura): Jien infurmat li l-konsum ta' fuel ta' kull tip għas-sena 2003 kien 238,759 litri li jammonta għal Lm69,916, filwaqt li dak għas-sena 2004 kien 223,078 litri li jammonta għal Lm69,093.", "Dan ifisser li fis-sena 2004 kien hemm tnaqqis ta' 7% fil-konsum u 1% fl-ispiża.", "Il-kontijiet tas-snin msemmija hawn fuq tħallsu kollha.", "MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET RURALI U AMBJENT - SPEJJEŻ FUQ FUEL", "5182.", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet l- ispiża f'ċifra ta' flus tal-fuel li nefaq il-ministeru u d-dekasteri li jaqgħu taħtu fl-ewwel tliet xhur tas-sena?", "Kemm hu l-ammont li tħallas minn din iċ-ċifra?", "Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perijodu tas-sena 2003 rispettivament?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent): Jien infurmat li l-ispiża tal-fuel li nefaq il-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent u d-dekasteri li jaqgħu taħtu bejn Jannar u Marzu ta' din is-sena kienet ta' Lm14,959.", "Minn dan l-ammont, sal-21 ta' April 2004, kienet tħallset is-somma ta' Lm10,647.", "Ta' min isemmi li dan l-ammont jinkludi dak tas-sezzjoni tal-parks, afforestazzjoni u riabilitazzjoni tal-kampanja li fl-istess perijodu tas- sena l-oħra kien taħt ir-responsabbilta' tal-Ministeru għar-Riżorsi u l- Infrastruttura.", "Bejn Jannar u Marzu 2003, il-Ministeru ta' l-Agrikultura u s-Sajd kien għamel spiża ta' Lm11,038 għall-fuel.", "Sal-21 ta' April 2003, kienu tħallsu Lm6,943 minn l-imsemmija somma.", "Min-naħa l-oħra, ninsab infurmat li l-ispiża f'ċifra ta' flus tal-fuel li nefqet l-awtorita' ta' Malta dwar l-ambjent u l-ippjanar (MEPA) fl-ewwel tlett xhur tas-sena hija ta' Lm5,720.", "Matul l-istess perijodu tas-sena l- oħra l-ispiża kienet ta' Lm5,689.", "(Sal-lum għad hemm Lm3,447 pendenti mill- ispiża għal din is-sena.)", "Ninsab infurmat li l-ispiża tal-WastServ Malta Ltd. fuq fuel bejn Jannar u Marzu ta' l-2004, kienet ta' Lm935.19.", "Dawn il-kontijiet kollha ġew imħallsa.", "Din l-istess spiża bejn Jannar u Marzu tas-sena 2003, kienet ta' Lm187.99.", "GĦAQDIET SPORTIVI - DONAZZJONIJIET FINANZJARJI", "5241.", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid kemm f'dawn l-aħħar sentejn ingħataw donazzjonijiet finanzjarji jew xort'oħra lill-clubs, għaqdiet jew soċjetajiet sportivi u kulturali mill-ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu?", "Jista' jgħid f'kull każ min kienu dawn is-soċjetajiet li bbenefikaw u kemm kien l-ammont jew il-valur ta' ammont li ngħataw?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent): Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.", "GĦAQDIET SPORTIVI - DONAZZJONIJIET FINANZJARJI", "5242.", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' il-Ministru jgħid kemm f'dawn l-aħħar sentejn ingħataw donazzjonijiet finanzjarji jew xort'oħra lill-clubs, għaqdiet jew soċjetajiet sportivi u kulturali mill-ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu?", "Jista' jgħid f'kull każ min kienu dawn is-soċjetajiet li bbenefikaw u kemm kien l-ammont jew il-valur ta' ammont li ngħataw?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq): Jiena nformat li ma ngħataw l-ebda donazzjonijiet finanzjarji kif ġie deskritt fid-domanda.", "GĦAQDIET SPORTIVI - DONAZZJONIJIET FINANZJARJI", "5243.", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru tal-Familja u tas-Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid kemm f'dawn l-aħħar sentejn ingħataw donazzjonijiet finanzjarji jew xort'oħra lil clubs, għaqdiet jew soċjetajiet sportivi u kulturali mill- ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tagħha?", "Tista' tgħid f'kull każ min kienu dawn is-soċjetajiet li bbenefikaw u kemm kien l-ammont jew il-valur ta' ammont li ngħataw?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "GĦAQDIET SPORTIVI U KULTURALI - XOGĦLIJIET", "5244.", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm f'dawn l-aħħar sentejn ġew sponsorjati xogħlijiet għal clubs, għaqdiet jew soċjetajiet sportivi u kulturali mill-Ministeru tiegħu jew entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilita' tiegħu ?", "Jista' jgħid f'kull każ, min kienu dawn is-soċjetajiet li bbenefikaw u kemm kien l-ammont jew il-valur ta' dan ix-xogħol?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem l-Onor.", "Lawrence Gonzi): Ngħarraf lill- Onor. Interpellant li matul dawn l-aħħar sentejn, il-Forzi Armati ta' Malta għamlu għotja ta' numru ta' vetturi tal-militar lil Malta aviation museum foundation wara li dawn kienu ġew iċċertifikati unserviceable minn board of survey f'Diċembru ta' l-2001.", "Il-valur totali li kien ġie stmat fuq dawn il-vetturi kien jammonta għas- somma ta' Lm2,409.", "Ngħarraf ukoll lill-Onor.", "Interpellant li fid-dekasteru tal-finanzi fl- aħħar sentejn ġew sponsorjati Lm43,223 lill għaqdiet sportivi, Lm10,500 lil għaqdiet edukattivi u Lm15,358 fil-qasam kulturali.", "Aktar tagħrif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.", "GĦAQDIET SPORITIVI U KULTURALI - XOGĦLIJIET", "5245.", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm f'dawn l-aħħar sentejn ġew sponsorjati xogħlijiet għal clubs, għaqdiet jew soċjetajiet sportivi u kulturali mill-Ministeru tiegħu jew entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilita' tiegħu ?", "Jista' jgħid f'kull każ, min kienu dawn is-soċjetajiet li bbenefikaw u kemm kien l-ammont jew il-valur ta' dan ix-xogħol?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern): Ninsab infurmat li fil-perijodu indikat ma sarux xogħlijiet kif imsemmi mill-Onor.", "Interpellant.", "GĦAQDIET SPORTIVI U KULTURALI - XOGĦLIJIET", "5246.", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid kemm f'dawn l-aħħar sentejn ġew sponsorjati xogħlijiet għal clubs, għaqdiet jew soċjetajiet sportivi u kulturali mill-Ministeru tiegħu jew entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilita' tiegħu ?", "Jista' jgħid f'kull każ, min kienu dawn is-soċjetajiet li bbenefikaw u kemm kien l-ammont jew il-valur ta' dan ix-xogħol?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi): It-tagħrif mitlub se jitpoġġa fuq il-mejda tal- Kamra.", "INSTITUTE OF HEALTH CARE - NURSING COURSES", "5260.", "ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 5097 u cioe' jista' jgħid x'inhu l-istaff complement ta' l-institute of health care fejn jirrigwardjaw il-courses tan-nurses?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi): Infurmat li n-numru ta' staff akkademiku fl- istitut għall-ħarsien tas-saħħa li jagħtu sehemhom fil-korsijiet tan-nurses hu kif ġej:-", "Part-Time 24 Full-Time 27 (15 minn dawn għandhom full-time release mid-dipartiment tas-saħħa)", "KANĊER FIL-BLADDER", "5261.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l- Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru ġentilment jgħid kif tikkompara Malta ma' pajjiżi Ewropej fejn tidħol is-survival rate ta' cancer tal- bladder?", "ONOR.", "HELEN D'AMATO (Segretarju Parlamentari) (f'isem il-Ministru tas- Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunita'): Malta tikkompara tajjeb ħafna fejn jidħol is-survival rate wara ħames snin mid-dijanjosi tal-kanċer tal- bladder.", "Fil-fatt Malta qiegħda fit-tielet post fost il-pajjiżi tal-EU.", "Dan skond rapport datat 20 ta' April 2004 maħruġ mill-Unjoni Ewropea li tiegħu qiegħed nipproduċi estratt.", "PJAN GĦAN-NOFSINHAR TA' MALTA", "5262.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 1684 li ngħatat fis-seduta 38 nhar id-29 ta' Settembru 2003, peress li issa għaddew erba' xhur mis-sena 2004, jista' il-Ministru ġentilment jgħid meta l-pjan għan-nofsinhar ta' Malta ħareġ għal konsultazzjoni pubblika u meta se jkun iffinalizzat?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent): Ninsab infurmat li l-abozz tal-pjan lokali għan-nofsinhar ta' Malta jinsab fi stadju ta' preparazzjoni avvanzata iżda għad hemm proċedura ta' konsultazzjoni interna li trid isseħħ qabel ma' dan l-abbozz jitressaq quddiem il-bord ta' l-awtorita' ta' Malta dwar l-ambjent u l-ippjanar (MEPA) għall-approvazzjoni tiegħu biex ikun jista' jinħareġ għal konsultazzjoni pubblika.", "MR SPEAKER: Peress li eżawrixxejna d-domandi li kellna fuq l-aġenda ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "HELEN D'AMATO: Mr Speaker, f'isem il-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunita` nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Report and financial statements tal-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi għas-sena li għalqet fil-31 ta' Diċembru, 2003.", "MR SPEAKER: Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet.", "MOZZJONIJIET", "ESTIMI TAD-DĦUL U NFIQ TA' L-AWTORITA` MARITTIMA TA' MALTA", "MR SPEAKER: Il-Ministru Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għall-Kompetittivita` u Komunikazzjoni): Mr Speaker, nipproponi:", "Illi l-Kamra tapprova l-estimi tad-dħul u nfiq ta' l-awtorita` marittima ta' Malta għas-sena finanzjarja mill-1 ta' Ottubru, 2003 sat- 30 ta' Settembru, 2004 skond l-Att dwar l-Awtorita` Marittima ta' Malta, Kap. 352.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "MARIO GALEA: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Infakkar lill-Kamra li d-diskussjoni fuq din il-mozzjoni għandha tieħu seduta waħda bil-ħin jinqasam indaqs bejn kelliema tal-gvern u kelliema ta' l-oppożizzjoni ̧ bil-winding-up għall-gvern.", "Il-Ministru Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Sur President, wieħed irid iħares lejn id-dibattitu li se nagħmlu llum fid-dawl tal-ħidma li qed tagħmel l-awtorita` marittima ta' Malta fid-diversi funzjonijiet li għandha.", "Fil-fatt naħseb li jkun tajjeb jekk fil-bidu ta' dan id-dibattitu wieħed jerġa` jfakkar x'inhuma l- funzjonijiet li għandha din l-awtorita` u l-iskop li għalihom hija għandha dawn il-funzjonijiet, anke għaliex sfortunatament ħafna drabi min ikun qiegħed jagħmel id-day-to-day administration ta' awtorita` bħal din jiffoka fuq punti partikolari ta' ħidma li tkun qed twettaq l-awtorita` u forsi ma jikkonċentrax biżżejjed fuq il-funzjonijiet wesgħin li għandha.", "Imbagħad se niffoka l-intervent tiegħi billi nsemmi x'wettqet l-awtorita` marittima ta' Malta matul is-sena li qegħdin niddiskutu u naturalment nagħti ħarsa 'l quddiem biex ngħid x'se jkunu l-ħidmiet futuri tagħha.", "L-awtorita` marittima ta' Malta hija responsabbli mill-attivita` tal- yachting, mill-merchant shipping, mill-amministrazzjoni tal-portijiet u mill-capital projects li jkunu qed isiru f'dan is-settur.", "Iktar ma jgħaddi ż-żmien, l-awtorita` marittima ta' Malta iktar qed tiddistakka lilha nnifisha mill-funzjonijiet kummerċjali li kellha d-dover li twettaq meta twaqqfet, jiġifieri 12-il sena ilu, u iktar qed tgħaddi għal funzjoni regolatorja ta' kontroll leġislattiv.", "Hija qed tipprova tara li min qiegħed jaħdem fid-diversi setturi li għandhom konnessjoni mal-qasam marittimu attwalment ikun qiegħed jimxi mar-regoli stretti li jkunu qed jiġu applikati.", "Fl-awtorita` marittima ta' Malta hemm ċerti oqsma, b'mod partikolari l- qasam tal-merchant shipping u f'ċertu sens anke l-qasam tal-portijiet, li minbarra l-funzjonijiet li huma marbuta mal-ħidma lokali, għandhom ukoll funzjonijiet internazzjonali, u permezz tagħhom tkun qed tiġi rrappreżentata l-pożizzjoni tal-gvern Malti fil-fora internazzjonali li dawn ikunu qed jipparteċipaw fihom.", "Sur President, wieħed jista' jgħid li sa ftit tas-snin ilu l-uniċi yacht marinas li kellna f'pajjiżna kienu dawk ta' l-Imsida, ta' Ta' Xbiex u ta' GĦawdex, li bejniethom kellhom madwar 1,000 berthing facility matul ix-xhur tax-xitwa u iktar minn 1,100 berthing facility matul ix-xhur tas-sajf għax matul ix-xhur tas-sajf iktar ikun faċli li tagħmel berthing facilities.", "Fil-fatt għal snin twal l-awtorita` marittima kellha l-funzjoni li tassigura li l-faċilitajiet ta' berthing li nvestiet fihom ikunu qed jiġu wżati b'mod tajjeb.", "Ta' min igħid li meta saru dawn il-berthing facilities, l-awtorita` marittima assigurat ruħha li dawn ikunu ta' l-aħjar kwalita` possibbli li setgħet tiggarantixxi, u għalhekk wara l-investimenti li għamlet f'dawn il- faċilitajiet, hija kellha d-dover li tara li dawn il-faċilitajiet ikunu wżati b'mod tajjeb.", "Hija riedet tassigura li min qed juża dawn il-berthing facilities qiegħed josserva r-regolamenti u l-liġijiet ta' pajjiżna kif ukoll iħallas id-dues tiegħu lilha.", "Bi pjaċir ngħid li l-maġġoranza l- kbira ta' dawk li wżaw il-berthing facilities li tipprovdi l-awtorita` marittima matul is-snin li għaddew użawhom b'mod tajjeb u ħallsu d-dues tagħhom regolarment, jiġifieri wieħed jista' jgħid ̧ b'mod ġenerali, li ma kienx hemm diffikultajiet f'dan ir-rigward.", "Kif nafu, matul il-ġimgħat u x- xhur li għaddew kien hemm ukoll diskussjoni pubblika dwar dawk li ma kenux qegħdin iħallsu d-dues tagħhom, u fil-fatt ittieħdu anke ċerti miżuri kontra tagħhom.", "Għalhekk nixtieq nieħu din l-okkażjoni biex nappella lil dawn il-persuni josservaw il-kondizzjonijiet li daħlu għalihom għax matul iż-żmien li ġej l-awtorita` marittima se tkompli għaddejja bil-ħidma tagħha biex tara li kulħadd iħallas id-dues dovuti minnu.", "Wieħed jirrealizza li dan huwa iktar u iktar importanti li jsir meta jara li l-awtorita` marittima għandha quddiemha 300 jew 400 talba pendenti għal berthing facilities.", "L-attivita` tal-yachting fil-pajjiżi tal-Mediterran reġgħet żdiedet b'mod sostanzjali, u hekk ukoll qiegħda tiżdied il-kompetizzjoni f'dan is-settur.", "Għalhekk aħna rridu nassiguraw li l-berthing facilities li għandna f'pajjiżna jiġu wżati bl-aħjar mod possibbl.", "Hawnhekk ta' min isemmi funzjoni oħra li għandha l-awtorita` marittima llum, dik li tiggarantixxi li fil-pajjiż ikun hawn yacht marinas privati.", "Fil-fatt f'pajjiżna diġa` għandna tliet yacht marinas privati, u hawnhekk qed nirriferi għall-yacht marina tal-Kottonera, għall-yacht marina ta' San Ġiljan u għall-yacht marina li hemm fl-inħawi ta' Manoel Island.", "Naturalment hawnhekk l- awtorita` marittima għandha wkoll funzjoni regolatorja x'taqdi, dik li tiggarantixxi li min ikun qed jamministra dawn il-yachting centres ikun qed josserva r-regolamenti tagħha, liema regolamenti ġew imfassla matul is-snin li għaddew biex il-yachting activity fil-pajjiż tkun ta' l-ogħla livell.", "L-awtorita` marittima trid tkompli tara x'possibbiltajiet hemm biex jiġu identifikati siti għal yachting centres oħrajn.", "Fil-fatt madwar disa' jew għaxar snin ilu l-awtorita` marittima, flimkien ma' l-awtorita` ta' l- ippjanar, kienet identifikat numru ta' siti f'pajjiżna li setgħu jiġu żviluppati f'yachting centres, u l-ewwel sit li kienet identifikat dak iż- żmien kien dak fl-inħawi tal-Kottonera fejn illum wieħed jista' jgħid li diġa` hemm numru ta' yachts li jorbtu f'dawk l-inħawi.", "Fil-fatt jien informat li xorta waħda għad baqgħalna numru sostanzjali ta' talbiet għall- faċilitajiet ta' yachting minn diversi sidien, kemm Maltin kif ukoll barranin.", "Għalhekk jien nispera li matul is-sena finanzjarja li qegħdin fiha, l-awtorita` marittima tkun tista' taqbad ir-rapporti u d- diskussjonijiet li saru snin ilu mill-ġdid biex forsi tikkonsidra l- possibbilta` li jitwaqqfu iktar yacht marinas f'pajjiżna.", "Per eżempju, jien niftakar li wara li kien ġie identifikat is-sit tal-Kottonera, kienu ġew identifikati wkoll l-inħawi ta' San Pawl il-Baħar għax inħass li hemmhekk kien hemm lok fejn isiru iktar żviluppi ta' yachting.", "Issa naħseb li qed jerġa' joqrob iż-żmien li l-awtorità marittima ̧ flimkien mal-persuni konċernati, tara li l-faċilitajiet li għandna jkomplu jiġu żviluppati anke f'dawn l-inħawi, jekk naturalment ma jkunx hemm diffikultajiet u oġġezzjonijiet partikolari.", "Pero' nemmen li nistgħu niżviluppaw f'dan is-sens.", "Irridu naraw jekk huwiex possibbli li jiżdiedu faċilitajiet f'xi bajja oħra f'Għawdex bħalma hemm fil-port ta' l-Imġarr għax hemmhekk hemm nuqqas kbir ta' spazju minħabba l-limitazzjonijiet naturali li hemm.", "Fil-gżira Għawdxija għandna numru ta' talbiet għal berthing facilities ̧ b'mod partikolari għax-xhur tas-sajf ̧ meta minbarra l-faċilitajiet li għandna wżati s-sena kollha, ikun hemm pressjoni minn mijiet ta' persuni li jkunu jixtiequ jżuru l-gżejjer Maltin, però ma jsibux fejn jorbtu l-yacht tagħhom.", "Tajjeb li wieħed jgħid li matul is-snin li għaddew l-awtorità marittima Maltija kienet qed tara li mhux biss jiżdiedu kemm jista' jkun il-berthing facilities, imma li jkun hemm ukoll regolamentazzjoni ta' dak kollu li huwa marbut ma' l-attività tal-baħar f'pajjiżna minħabba li żdiedu ħafna l-opri tal-baħar fl-ibħra territorjali Maltin.", "L-awtorità marittima qed tinsisti li dawk il-persuni li għandhom opri tal-baħar ta' iktar minn 100 horsepower ikollhom liċenzja.", "Fil-fatt matul is-sentejn li għaddew, wara li kien hemm l-avviż legali dwar il-ħtieġa li min isuq opri tal-baħar ta' 'l fuq minn 100 horsepower ikollu liċenzja, kien hemm madwar 3,000 persuna Maltija li marru għamlu l-kors tagħhom fl-MCAST u ngħataw il-liċenzja.", "L-awtorità marittima issa qed tavża li wara li jgħaddi s-sajf li ġej se jkun hemm il-ħtieġa li anke persuni li għandhom opri tal-baħar minn 75 horsepower 'il fuq ikollhom il-liċenzja.", "Dan qegħdin nagħmluh għaliex nemmnu li bil-mod il-mod mhux biss dawk li għandhom opra tal-baħar kbira, imma kulmin għandu opra tal-baħar għandu jkollu l-liċenzja biex isuqha.", "Tajjeb li wieħed ifakkar li llum hawn iktar minn 13,000 opra tal-baħar fil- gżejjer Maltin.", "GĦaldaqstant matul is-snin li għaddew l-awtorità marittima identifikat bajjiet li fihom jista' jsir l-għum u allura ma jkunux jistgħu jidħlu fihom opri tal-baħar.", "Fil-ġimgħat li ġejjin se jerġa' jsir dan id- delinjament għax filwaqt li rridu nagħtu l-possibbiltajiet kollha lil min għandu opra tal-baħar, irridu nilħqu l-bilanċ billi l-għawwiema f'pajjiżna jkunu jistgħu jużaw l-istess postijiet jew inkella partijiet mill-istess postijiet.", "Naturalment dejjem hemm id-diffikultà ta' l-ispazji li għandna f'pajjiżna, però iktar ma jiżdied in-numru ta' l-opri tal-baħar iktar se tikber il- ħtieġa ta' regolamentazzjoni.", "Id-direttorat tal-merchant shipping fi ħdan l-istess awtorità ma jikkonċernax lill-persuni in ġenerali, imma lil dawk in-nies, b'mod partikolari uffiċċji legali, li joperaw f'dan is-settur.", "L- iktar funzjoni importanti li għandha l-awtorità marittima fil-qasam tal- merchant shipping huwa marbut mal-fatt li aħna ninsabu fil-ħames post f'dak li huwa numru ta' vapuri u ammont ta' tunnellaġġ li huwa reġistrat taħt il- bandiera Maltija.", "Minn nhar is-Sibt li ġej, permezz tad-dħul tagħna fl-Unjoni Ewropea, Malta se tkun it-tieni pajjiż fost il-membri ta' l-Unjoni Ewropea li taħt il- bandiera tiegħu hemm l-iktar vapuri rreġistrati.", "GĦalhekk għandna responsabbiltajiet li rridu nkomplu nerfgħu biex nassiguraw li kull min imiss mal-bandiera Maltija jkollu l-garanzija li din hija bandiera li tagħti s-servizzi neċessarji.", "Irridu nassiguraw li min jaħdem taħt il- bandiera Maltija jkun moħħu mistrieħ li jkun jista' jaħdem mingħajr ma jkollu jiffaċċja xi problemi ikbar min-normal.", "Minkejja dak kollu li kultant jingħad fil-media Maltija, wieħed irid jenfasizza l-progress kontinwu li sar mid-direttorat għall-mechant shipping f'dan il-pajjiż, mhux daqstant fl-ammont ta' tunnellaġġ li hemm reġistrat, imma fil-kwalità tar-reġistrazzjoni taħt il-bandiera tagħna.", "Kultant ikun hemm min jipprova jitfa' xi dubji fuq il-kwalità tal-bandiera tagħna u jistaqsi jekk hijiex bandiera ta' serjetà, però jien nista' niggarantixxi li kull darba li ġew barranin iżuru lill-awtorità marittima raw b'għajnejhom il-mod kif jaħdem id-direttorat tal-merchant shipping.", "U meta ħarġu mill-awtorità marittima rrealizzaw li ċerti stampi li seta' kellhom qabel ma waslu hawnhekk mhumiex ir-realtà dwar dak li tagħmel l-awtorità marittima.", "Aħna konxji mill-fatt li baqgħalna xi diffikultajiet li bdejna niffaċċjaw b'mod partikolari wara l-inċident ta' l-Erika kważi ħames snin ilu, però iktar ma jgħaddi ż-żmien iktar qed ikollna rakkmandazzjonijiet tajba minn kulmin jiġi jżur u jispezzjona l-istess direttorat.", "Dawn qed jintebħu li fl-aħħar mill-aħħar il-bandiera Maltija hija waħda serja ħafna.", "F'dan ir-rigward tajjeb li wieħed jenfasizza li r-rata ta' detenzjoni li kellha l-bandiera Maltija matul is-snin naqset b'mod sostanzjali.", "Fil-fatt bejn l-1998 u llum minn madwar 17% nqasna għal ftit iktar minn 6% bħala detention rate.", "Għad baqgħalna x'nagħmlu biex noħorġu minn dik li tissejjaħ il-blacklist tal-Paris MOU.", "Hawnhekk ta' min jispjega li biex tinqala' minn dik il-blacklist mhuwiex biżżejjed li jkollok riżultati pożittivi f'sena partikolari, imma jrid ikollok riżultati pożittivi għal tliet snin wara xulxin, ftit inqas mill-ammont ta' snin li għaddew s'issa.", "Jien m'għandix dubju li bir-riżultati li nkisbu fil-ħames snin li għaddew wasalna fil-qrib ħafna biex noħorġu minn din il-lista.", "Jekk ma jkunx hemm xi traġedja kbira matul ix-xhur li ġejjin, jien m'għandix dubju li wara li tispiċċa s-sena finanzjarja li qegħdin niddisutu nkunu nistgħu ngħidu li l- bandiera Maltija tkun ħarġet minn din il-lista.", "Qed ngħid dan għaliex fi żjarat li għamlu f'pajjiżna membri tal-kummissjoni li l-ħidma tagħhom hija marbuta mal-qasam tad-direttorat tax-shipping indikaw li Malta għamlet progress sostanzjali u mxiet ħafna iktar minn pajjiżi oħra.", "Fil-fatt wieħed jista' jgħid ukoll li fil-livell ġenerali kellna detention rate inqas minn dik ta' ċerti pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropea matul is-sena li għaddiet u dan minkejja l-fatt li għandna t-tieni l-ikbar flotta reġistrata.", "U kif diġà għedt, b'riżultat ta' l-inċidenti li semmejt iktar kmieni, in-numru ta' spezzjonijiet li jsiru fuq vapuri bil- bandiera Maltija huwa ikbar minn dak li jsir fuq vapuri ta' bnadar oħrajn.", "Sur President, m'għandix dubju wkoll li bil-ħidma li saret u li qiegħda ssir mill-istess direttorat nistgħu naslu biex ikollna iktar isem tajjeb f'dan ir-rigward.", "Jien ngħid li mhux ta' b'xejn li f'Novembru li għadda, għal darb'oħra ̧ Malta reġgħet ġiet eletta fl-eżekuttiv ta' l-international maritime organisation.", "Din hija l-ewwel darba li Malta ġiet eletta bħala membru ta' dan l-eżekuttiv għat-tielet darba konsekuttiva u dan huwa dovut għall-ħidma li ssir fuq livell personali mid-direttur is-Sur Lino Vassallo kif ukoll għall-ħidma li ssir fuq livell aktar globali mid-direttorat tal- merchant shipping.", "M'għandix dubju li dan huwa riżultat tax-xogħol kollu li għamlet l-istess awtorità marittima pero' rrid ngħid li għad baqgħalna x'nagħmlu biex il-messaġġ ta' ħidma pożittiva li għandna f'dan ir-rigward ikompli jasal kemm jista' jkun 'il bogħod.", "Pero' l-progress u l-ħidma qegħdin hemm u jien m'għandix dubju wkoll li iktar ma jgħaddi ż-żmien iktar se nkomplu mexjin f'din id-direzzjoni pożittiva.", "Sur President, wieħed jista' jgħid li d-direttorat tal-portijiet għandu żewġ funzjonijiet separati.", "Funzjoni minnhom hi li jispezzjona vapuri ta' bnadar oħrajn li fil-fatt jiġu jżuruna.", "Hawnhekk ikun tajjeb li wieħed jenfasizza li matul is-sena li għaddiet għal darba oħra kellna żieda sostanzjali fin-numru ta' vapuri li jew ġew direttament fil-portijiet tagħna jew inkella għaddew mill-ibħra territorjali Maltin.", "Kemm meta jgħaddu mill-ibħra territorjali Maltin kif ukoll meta fil-fatt iżuru l- portijiet tagħna, id-direttorat tal-portijiet għandu responsabbiltà li jassigura li dawn il-vapuri jkunu f'qagħda tajba u għandu wkoll id-dover li minn żmien għal ieħor jispezzjona l-faċilitajiet li għandhom dawn l-istess vapuri.", "F'dan ir-rigward il-ħidma ta' spezzjonijiet mid-direttorat tal- portijiet trid tkompli titwessa' u jrid jiġi assigurat ukoll li din issir bl-akbar serjetà.", "Naturalment għandna wkoll ir-responsabbiltà li nassiguraw li l-ikbar numru ta' nies possibbli jkunu mpjegati biex jaqdu l- funzjoni ta' inspectors f'dan id-direttorat flimkien ma' inspectors oħrajn li jridu jiġu utilizzati għall-merchant shipping directorate.", "Minbarra din il-funzjoni d-direttorat tal-portijiet għandu wkoll funzjoni oħra importanti, funzjoni li għal ħafna minna hija iktar importanti minn dik li semmejt qabel.", "Fil-fatt dan irid jassigura wkoll li l-portijiet tagħna jkunu wieħed mill-mezzi mill-iktar importanti ta' kif l-attività kummerċjali f'pajjiżna tkompli tiżdied, tkompli tikber u tkompli tiggarantixxi wkoll livell aħjar ta' għajxien għal dawk kollha li jaħdmu fihom.", "Hawn ta' min wieħed igħid li l-portijiet mhux biss huma wżati mill- cruiseliners li jiġu jżuruna imma huma wżati wkoll minn vapuri ta' organizzazzjonijiet anke kultant militari.", "Huwa mportanti li wieħed igħid ukoll li matul is-snin li għaddew id-dħul ta' l-impjegati tal-portijiet, hu x'inhu l-livell li fih jaħdmu, żdied u dan huwa dovut għall-ħidma kbira li hemm.", "Pero' m'għandix dubju li rridu naħdmu wkoll fil-kontest tal-kompetittività li l-ħin kollu tissemma' f'dan il-pajjiż.", "Irridu naraw kif Malta tkun kompetittiva mhux biss fil-livell lokali imma wkoll biex tattira lejha attività marittima oħra għall-inħawi tal-Mediterran.", "Dan qed ngħidu għax ċerti żviluppi li qed isiru fin-naħa ta' fuq ta' l-Afrika għandhom jagħtu l-possibbiltà li tiżdied l-attività kummerċjali fl-inħawi ta' pajjiżna.", "GĦal dan il-għan irridu nassiguraw li kulmin imiss mal-portijiet tagħna, kemm jekk inhuwa ħaddiem tax-xatt, kemm jekk inhuwa burdnar u kemm jekk inhuwa foreman irid ikun qed jagħti s-sehem tiegħu kontinwament u b'mod qawwi.", "Hawnhekk irrid nenfasizza dak li ġie enfasizzat diversi drabi oħra.", "Aħna ilna nitkellmu fuq il-ħtieġa ta' riformi fil-portijiet tagħna għal numru twil ta' snin.", "Issa wasal iż-żmien li fil-fatt kulmin imiss ma' dawn il- portijiet mhux biss igħid li hemm bżonn li ssir xi ħaġa imma jipparteċipa u jara li hu jkun minn ta' quddiem biex fil-fatt iwassal ħalli r-riformi jirnexxu.", "Ikun kollu għalxejn li jkollna unions, li jkollna sidien ta' intrapriżi, li jkollna nies li jagħmlu attività kummerċjali anke fil-privat li jgħidu li hemm bżonn ir-riformi fil-portijiet, imbagħad kull wieħed minn dawn l-istess setturi jara kif jagħmel biex hu jibqa' kif kien il-bieraħ u possibbilment forsi jerġa' jmur lura għal kif kien il-bieraħt lura.", "Jekk irridu li l-portijiet tagħna jsiru aktar kompetittivi bis-serjetà u jkunu qegħdin joffru ċ-ċentru ta' attività kummerċjali li kulħadd jixtieq li jkollna – u hawn qed nirriferi kemm għall-port il-kbir ̧ kemm għall-port ta' Marsaxlokk kif ukoll għall-possibbiltà ta' użu ta' portijiet oħrajn li jista' jkollna 'l quddiem f'pajjiżna - irridu naraw li jsiru dawk il- bidliet li hemm bżonn.", "Irrid ngħid li ċerti bidliet diġà qed jidhru.", "Per eżempju, nista' nsemmi wieħed mis-setturi li fil-passat kien sors ta' problemi fil-portijiet tagħna.", "Dan huwa s-settur tal-piloti li sa ftit tas- snin ilu kien forsi wżat bħala mod ta' kif jimblokka l-portijiet tagħna.", "Illum wara li għaddew sena u tliet xhur minn meta twaqqfet il-koperattiva tal-piloti fil-portijiet tagħna, mhux biss żdiedet l-attività tagħhom, mhux biss żdied l-income tagħhom, mhux biss żdied il-livell ta' serjetà tax- xogħol li fil-fatt jagħmlu, imma aktar minn ħaġa oħra qegħdin nassiguraw li l-piloti nfushom ikollhom l-aħjar tip ta' għajxien possibbli.", "Dan barra li dawn in-nies illum huma kburin bis-servizzi u bil-ħidma li qegħdin jagħmlu f'dan il-qasam.", "M'għandix dubju li jekk l-eżempju tal-piloti jittieħed minn oħrajn - u hemm diskussjonijiet għaddejjin kemm mal-mooring men kif ukoll ma' setturi oħra - nistgħu nilħqu dawk li huma l-aħjar livelli ta' għajxien għal dawn il-persuni.", "Irrid ngħid ukoll li huwa mportanti ferm li ma tiġix oskurata l-possibbiltà tar-riformi li hemm bżonn fil-portijiet tagħna proprju minħabba interessi kummerċjali li jista' jkun hemm.", "Il-persuni u l-organizzazzjonijiet kollha li jmissu mal-portijiet tagħna jafu li madwar sentejn ilu ħadu sehem f'eżerċizzju li għamlet l-awtorità marittima permezz ta' dak li kien jissejjaħ il-port consultative council.", "Dakinhar kulħadd kellu l- opportunità li jiġi 'l quddiem u jipparteċipa.", "Fil-fatt kienu ħafna dawk li ġew 'il quddiem u pparteċipaw u dwar dan hemm rapporti li fil-fatt huma konklużivi, li jaf bihom prattikament kulmin kien f'dawn id- diskussjonijiet.", "Jien nispera li fil-ġimgħat li ġejjin dawn l-istess proposti jiġu ppubblikati b'mod li minnhom inkunu nistgħu nippjanaw bis-serjetà r-riformi li hemm bżonn isiru fil-portijiet tagħna.", "Hawn irrid ngħid li jien mhux qed ngħix fl-illużjoni li r-riformi fil-portijiet tagħna jistgħu jsiru bl- istess mod kif isiru r-riformi f'xi kumpannija waħda partikolari għaliex hemmhekk hemm diversi interessi oħrajn li huma kultant konflittwali, pero' fl-istess ħin m'għandix dubju li bil-volontà ta' kulħadd nistgħu naslu wkoll biex ir-riformi meħtieġa li matul is-snin li għaddew diversi drabi qbilna li għandhom iseħħu, ikunu jistgħu jiġu mplimentati għall-benefiċċju l-ewwel u qabel kollox ta' dawk kollha li jaħdmu fil-portijiet tagħna, kemm jekk inhuma l-ħaddiema, kemm jekk inhuma l-importaturi u kemm jekk inhuma dawk li għandhom interessi kummerċjali fil-qasam marittimu b'mod dirett.", "Dawn kollha kemm huma jistgħu jaqilgħu l-għajxien diċenti tagħhom naturalment billi jitħallsu tax-xogħol li jagħmlu, pero' ma jibqgħux jitħallsu tax-xogħol li ma jagħmlux.", "Dan qed ngħidu għax fl-opinjoni tiegħi xi ħaġa li għandha tkun marbuta mar-riforma fil-portijiet tagħna hija proprju l-fatt li jsir ħlas adegwat għax-xogħol li jsir pero' ma jibqax isir ħlas għal xogħol li fil-fatt qatt ma jkun sar.", "L-aħħar punt li rrid nagħmel jirrigwarda d-direttorat responsabbli mill- proġetti kapitali.", "Hawnhekk wieħed jista' jgħid li l-ikbar attivitajiet li għaddejjin bħalissa minn din il-parti ta' l-awtorità marittima huma l- proġetti taċ-Ċirkewwa u ta' l-Imġarr f'Għawdex.", "Fil-fatt fil-każ ta' Għawdex ix-xogħlijiet huma lesti pero' fil-każ taċ-Ċirkewwa wasalna fl- aħħar stadju tax-xogħol fil-baħar u nispera li fix-xahar jew fix-xahrejn li ġejjin fil-fatt jitlesta x-xogħol fil-baħar fiċ-Ċirkewwa biex proprju qabel ix-xhur tas-sajf inkunu nistgħu nibdew nużaw dawn iż-żewġ berths.", "Jirriżulta, anke mir-rapport annwali li qed niddiskutu, li għal dan il- proġett diġà saret nefqa ta' aktar minn Lm8 miljun, u dan kollu sar bil- għan li niffaċilitaw il-mod ta' kif isiru t-traġitti bejn Malta u Għawdex kemm f'dak li huwa traġitt ta' persuni kif ukoll f'dak li huwa traġitt ta' merkanzija u ta' numru kbir ta' vetturi.", "Hawnhekk nixtieq nagħmel punt żgħir ta' riflessjoni.", "Miċ-Ċirkewwa u mill- Imġarr kull sena jaqsmu iktar minn 3 miljun persuna u iktar minn 0.75 miljun vettura u allura l-gvern għandu l-obbligu li jara li kulmin imur biex jipprovdi xogħol f'Għawdex, kulmin jiġi biex jagħmel ix-xogħol tiegħu f'Malta u kulmin jitla' Għawdex biex jagħmel attività kummerċjali jkollu l- aħjar faċilitajiet possibbli.", "Naturalment minbarra l-iżvilupp fil-baħar għandna wkoll l-iżvilupp fuq l- art.", "Fil-każ ta' Għawdex l-iżvilupp fuq l-art miexi wkoll.", "Issa wieħed jista' jargumenta li miexi iktar bil-mod milli wieħed kien jistenna u li għadna ma wasalniex biex iffinalizzajna x-xogħol fin-naħa ta' Għawdex, pero' hemmhekk ix-xogħol miexi u nistenna li fix-xhur li ġejjin il-ħidma tintensifika aktar biex jiġi assigurat li t-terminal f'Għawdex ikun komplut fl-iqsar żmien possibbli.", "Rigward ix-xogħol tat-terminal fiċ-Ċirkewwa rrid ngħid li dan għad irid jinbeda pero' għal darba oħra hawnhekk ukoll irridu naraw li x-xogħol li jsir ikun tali li jiggarantixxi li dawk il-persuni li jaqsmu min-naħa għall- oħra jkollhom l-aqwa servizz possibbli.", "Sur President ̧ il-ħidma ta' l-awtorità marittima, kif ipprovajt nispjega f'din l-introduzzjoni, hija mifruxa f'diversi aspetti tal-ħajja.", "Hija mifruxa fuq aspetti lokali u fuq aspetti internazzjonali.", "L-ewwel u qabel kollox jibqa' l-għan ta' min imexxi l-awtorità marittima u tal-gvern li dawn is-servizzi u l-faċilitajiet li tagħti l-istess awtorità jkomplu jiżdiedu u jitjiebu.", "Rigward ir-riformi rrid ngħid li wasal iż-żmien li kulħadd jattwa bis-serjetà dak li jemmen fih.", "Wasal iż-żmien li bis-serjetà nattwaw il-bidliet li madwar il-mejda lkoll kemm aħna ngħidu li rridu nwettqu.", "Dan irridu nagħmluh għal darba oħra fl-aħjar interess ta' kulmin ̧ l-ewwel u qabel kollox, jaħdem f'dawk l-inħawi pero' mbagħad aktar importanti rridu nagħmluh ukoll fl-interess ta' Malta, fl-interess ukoll tal-kompetittività ta' dan il-pajjiż u fl-interess ta' ħidma aktar qawwija u aktar intensiva fil-qasam marittimu.", "L-opportunitajiet qegħdin hemm u issa jiddependi minna - u b' \"minna\" mhux qed nirreferi biss għall- amministratturi ta' l-awtorità marittima u għall-politiċi biss pero' għal kulmin b'xi mod imiss ma' din l-attività - biex is-suċċess li kellna sal- lum ikompli jikber fl-interess mhux ta' l-awtorita' marittima imma fl- interess ta' Malta.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sur President, meta fil-bidu tas-snin disgħin il-gvern Nazzjonalista beda jimbarka fuq il-politika żmerċa tiegħu li joħloq awtorità 'l hawn u awtorità oħra 'l hemm aħna konna ġejna mwiegħda li dan il-pass kien se jġib aktar serjetà, aktar accountability, aktar awtonomija, tmexxija serja u għaqlija, u fuq kollox tmexxija sostenibbli.", "Naħseb li llum il-poplu Malti u Għawdxi induna li dan kollu ma wasalx, u nduna mhux għaliex jisma' lill-oppożizzjoni titkellem fuq ċerti abbużi meta niddiskutu l-estimi.", "Illum kulħadd jaf li f'ħafna mill-awtoritajiet li għamel dan il- gvern saru abbużi serji u saħansitra daħlu jaħdmu fihom nies li kienu inqas kapaċi u inqas kwalifikati min-nies oħra li kienu applikaw biex jidħlu għall-istess xogħol.", "Dan kollu għax dawn għandhom għajnejhom blu.", "Kien hemm ukoll każijiet fejn inħolqu jobs li ma kienx hemm bżonnhom imma nħolqu biex naqdu lil dak jew lill-ieħor.", "Kien hemm ukoll każijiet ta' sparpaljar ta' flus li diffiċli li wieħed jispjegahom.", "Dan kollu ġara għax permezz ta' l-awtoritajiet sar possibbli li wieħed isib il-loopholes biex jagħmel dawn l-affarijiet.", "Il-poplu Malti u Għawdxi kollu jaf li dawn huma affarijiet li seħħew fl- awtoritajiet li waqqaf il-gvern Nazzjonalista, u m'hu veru xejn li dawn l- awtoritajiet ġabu iktar accountability, awtonomija u tmexxija serja, għaqlija u sostenibbli, kif kien wiegħed dan il-gvern.", "Issa llum għandna quddiemna l-estimi ta' waħda minn dawn l-awtoritajiet; l-awtorita` marittima ta' Malta.", "Sur President, matul dawn l-aħħar snin saru diversi liġijiet b'ħafna kliem sabiħ, fosthom l-Att XVII ta' l-1991, li waqqaf proprju l-awtorita` marittima ta' Malta, fejn artiklu 6 jelenka proprju x'responsabbiltajiet suppost kellha terfa' din l-awtorita`.", "Meta wieħed qara dik il-liġi 13-il sena ilu żgur li ħa l-impressjoni li fejn jidħlu l-portijiet u l-ibħra Maltin kien se jkollna xi ġenna ta' l-art imma jien nistaqsi: Fil-verita` din l-awtorita` kemm qdiet dawn ir-responsabbiltajiet imsemmija fil-liġi?", "Huwa biżżejjed li wieħed idur dawra mal-portijiet, fosthom mal-port il- kbir, biex jara t-telqa u d-diżastru li jinsabu fihom dawn il-portijiet.", "Il-gazzetta \"The Malta Independent\" ta' nhar it-Tnejn, 26 ta' April ta' din is-sena ddeskriviet is-sitwazzjoni mwiegħra u tal-biki li jinsab fiha l- port ġewwa l-Marsa taħt il-headline \"Malta's walk of shame\", u dan meta dan il-port jista' jagħti kontribut importanti fil-qasam marittimu.", "M'hemmx għalfejn ngħid li portijiet oħra jinsabu għaddejjin mill-istess problemi.", "Issa għaddew snin biżżejjed biex wieħed seta' jieħu l-passi li kien hemm bżonn u jirranġa dawn l-affarijiet.", "Anke l-mollijiet għandhom bżonn maintenance sew għax bħalissa qed iservu ta' periklu.", "Per eżempju, id-deep water quay No. 4 xejn m'hu safe, anzi jinsab f'sitwazzjoni tal-biki, u jekk bastiment jinqabad f'xi maltempata fil-port hemm il-possibbilta` li jkollna xi diżgrazzja.", "Issa aħna nafu x'konsegwenzi jkollna nsofru jekk jegħrqilna xi bastiment fil-port, u dan minbarra li b'hekk inkunu qed inpoġġu fil- periklu l-għajxien ta' ħafna ħaddiema li jiddependu mill-portijiet biex jaqilgħu l-ħobża tagħhom ta' kuljum.", "Hawnhekk nista' nsemmi wkoll it-telqa li hemm anke f'dak li għandu x'jaqsam mal-bollards.", "Il-bollard No. 26 tad-deep water quay mhux xhur ilha li nkisret imma s-snin, u minkejja li kif kulħadd jaf, jekk tinqala' xi maltempata huwa importanti li bastiment ikollu bollard fejn jitfa' ċ-ċima u jorbot, sal-lum din il-bollard għadha ma ġietx imsewwija.", "Dawn in- nuqqasijiet jista' jarahom kulħadd, pero` minkejja li l-awtorita` marittima ta' Malta qiegħda hemmhekk biex tara dawn in-nuqqasijiet u tara li jiġu rranġati, u minkejja dak il-ftaħir kollu bl-effiċjenza, jeżistu dawn il- problemi kbar.", "Problema oħra li niltaqgħu magħha ta' kuljum hija dik li l-bastimenti jbattlu l-bilges u jarmu materjal tad-drenaġġ fil-port, u minkejja l-ħafna ftaħir fuq l-effiċjenza m'huma qed jittieħdu l-ebda passi kontra dawn l- abbużi.", "Meta wieħed jaqra r-rapporti li tippreżenta l-awtorita` marittima ta' Malta kull sena jsib ħafna diskors fuq proġetti li jkunu se jsiru u fuq affarijiet bħal dawn, imma n-nuqqasijiet serji ma jiġux solvuti u jibqgħu magħna għal sena wara l-oħra.", "Jien nistaqsi: Matul dawn l-aħħar 13-il sena dawn in-nuqqasijiet kemm swew miljuni ta' liri fis-sena lill-poplu?", "U l-poplu kemm iffranka flus bit- twaqqif ta' din l-awtorita` minn meta kien hemm dipartiment tal-portijiet?", "Jien ngħid li l-awtorita` marittima ta' Malta marret żmerċ f'dak li hu nfiq u sar ħafna xalar bil-flus li qabel kienu jintużaw biex imantnu l-ekonomija ta' pajjiżna.", "Kien hemm żmien twil meta kienu jissemmew l-obbligi u r- responsabbiltajiet biex nagħtu l-impressjoni li l-awtorita` marittima ta' Malta qed tieħu lil dan il-qasam bis-serjeta`.", "Per eżempju, kienu jissemmew ħafna l-konvenzjoni ta' Barcellona, il-law of the sea ta' l-1972, il-convention on prevention of pollution by dumping of wastes and other matters, l-international convention for prevention of pollution from ships, imma mbagħad immorru fil-port u x'insibu?", "Insibu li ta' kuljum qed jinxteħet ħafna ħmieġ u likwidu fil-port!", "Imbasta konna noqogħdu nsemmu dawn il-konvenzjonijiet u l-liġijiet!", "Kienet tissemma wkoll l-international convention on civil liability for oil pollution damage, u mbagħad ġara dak il-każ fil-bajja tar-Rinella meta ħareġ dak iż- żejt kollu meta sar it-tank cleaning u niġġes il-bajja kollha!", "Dan huwa daħk fil-wiċċ!", "Konvenzjoni oħra li kienet tissemma hija l-convention on oil pollution, preparedness, response and co-operation in case of emergency.", "Imbagħad naqraw ir-rapport annwali u nsibu li lanqas biss tissemma ħaġa waħda li se ssir biex jiġu ndirizzati dawn in-nuqqasijiet!", "Jien persważ li kieku l- awtorita` marittima għamlet xi ħaġa f'dan ir-rigward, kienet iddoqq it- trombi u tiftaħar b'dak li għamlet.", "Il-verita` hi li s-sitwazzjoni f'dan il-qasam hija mwiegħra, mhux kif ipinġuha.", "Kienu jsemmu wkoll il-provvedimenti tal-MARPOL, li jitkellmu dwar il- kondizzjoni li għandhom jinżammu fiha l-vapuri, u l-annexes ta' dan l- istrument, li tant kienu jiftaħru bih, imma anke hawn, tara biss nuqqasijiet.", "Per eżempju, għaliex iż-żibel li jintrema' mill-bastimenti għadu qed jinħaraq ġewwa Kordin bil-konsegwenza li sal-lum ir-residenti ta' Raħal Ġdid u ta' dawk l-akwati għadhom jibilgħu dawn il-fumes, li ħafna minnhom ikunu tossiċi?", "U għaliex għadna naraw iż-żejt nieżel fil-baħar meta jkun qed isir it-tank cleaning fir-Rinella?", "Dan biex ma nistaqsix ukoll għaliex lanqas biss għadha twaħħlet sistema ta' filters fl-impjant ta' Ricasoli biex ma joħorġux fumes velenużi minn hemmhekk, li joħorġu ta' spiss u li qed jagħmlu ħafna ħsara lir-residenti tal-Kalkara u tal- Kottonera.", "Imma anke hawn, qisu m'hu qed jiġri xejn, imbasta semmejna dawk iI-konvenzjonijiet kollha!", "Imbagħad xi ngħidu għaż-żejt li jfur fil-portijiet mill-impjanti malli tagħmel ftit xita, għall-iskart tossiku li jintrema, għad-dredging li baqa' jintefa' fil-baħar u għad-drenaġġ li ta' spiss qed jibqa' dieħel fil-port u fil-bajjiet ta' madwaru?", "Issa dawn l-abbużi mhux qed isiru bil-lejl fid- dlam imma qed isiru fid-dawl tax-xemx fejn jista' jarahom kulħadd!", "Imbagħad l-awtorita` marittima ta' Malta toħroġ tgħid li qed tħallas lill- konsulenti, li qed tagħmel l-istudji u li l-ispezzjonijiet qed isiru!", "Tant qed isiru l-ispezzjonijiet li, Alla jbierek, lanqas b'taħrika waħda għadna ma smajna meta qed isiru dawn l-abbużi kollha fil-portijiet tagħna!", "Sur President, jekk wieħed jara xi flus ġew ivvotati biex il-portijiet jiġu mnaddfa jsib li dawn huma ftit, imma l-ikbar ironija hija li jkollok bil- ħsara opra favur l-ambjent li tnaddaf l-uċuh tal-baħar fil-portijiet u minkejja li jgħaddu x-xhur, din tibqa' ma tissewwiex.", "Ta' min igħid ukoll li l-ħsara ma saritx minħabba xi inċident imma bi traskuraġni.", "Imbagħad noqogħdu niftaħru kemm l-awtorita` marittima ta' Malta saret effiċjenti għax daħħlet sistema ġdida tal-computers li biha tkun taf il-movimenti tal-bastimenti kollha u ħafna ftaħir ieħor bħal dan!", "Ftaħir għandna kieku, imma mbagħad x'insibu?", "Insibu li bis-sistema l-ġdida tal-computers b'kollox li għandha l-awtorita` marittima, bastiment li jkun ilu li telaq minn mal-moll ġimgħa, fuq il-computer ikun għadu jidher li għadu mal-moll bil-konsegwenza li mbagħad isir ħafna shifting tal- bastimenti bla bżonn.", "F'din is-sitwazzjoni tinsab l-awtorita` marittima minkejja l-ftaħir kollu li għamilna bis-sistema l-ġdida tal-computers!", "X'jiswa li jkollok sistema ġdida tal-computers jekk imbagħad, minkejja li jkunu jafu li dieħel bastiment fil-port biex iħott jew jgħabbi, lanqas biss jindenjaw ruħhom jaraw x'inhu l-weather forecast?!", "Biex imbagħad ikun ir-riħ u joqogħdu jippanikjaw kif se jagħmlu shifting ta' bastiment minn hawn għal hemm!", "Din hi r-realta`, imbasta noqogħdu niftaħru bil-computers li għandna!", "Imbagħad xi ngħidu għas-sigurta` li hemm fil-portijiet?", "Dan l-aħħar seħħ xi inċident fil-port fejn kien involut bastiment, pero` ma smajna xejn dwaru u donnu nħeba kollox.", "Jien lill-awtorita` marittima nappellalha biex toqgħod attenta għax bħal dak l-inċident jistgħu jiġru iktar.", "Jiddispjaċini ngħid li fil-port tagħna m'hemm sigurta` ta' xejn, u dan meta wieħed mill-obbligi prinċipali li għandha l-awtorita` marittima huwa dak li tassigura li jkun hemm navigational aids u li tagħti s-sehem tagħha biex tara li jkun hemm is- safety fil-baħar ta' madwar gżiritna.", "Ma ninsewx li Malta hija gżira u din għandha tagħti l-għajnuna tagħha lin-navigaturi bl-aħjar mod possibbli, anke billi tipprovdi faċilitajiet effiċjenti u moderni.", "Imma x'qed jintnefaq biex dan l-obbligu jiġi mwettaq?", "Xejn!", "U dan meta l-ministru stess, waqt seminar li sar dan l-aħħar, ikkonferma li qed ikun hemm żieda fin-numru ta' bastimenti li jkunu qed iġorru l-cargo u li qatt ma kien hawn bastimenti jġorru merkanzija perikoluża daqs illum.", "Fil-fatt matul dak is- seminar il-ministru kkonferma wkoll li jekk ikun hawn xi diżastru minħabba xi bastiment biż-żejt f'Malta, pajjiżna jispiċċa jegħreq u b'hekk inkissru l-ekonomija kollha ta' pajjiżna.", "Allura aħna xi sforzi għamilna biex nipprovdu iktar faċilitajiet f'dan il-kamp ħalli nevitaw li jsiru dawn it- tip ta' diżgrazzji?", "Semmuhomli, u għiduli l-flus li nfaqtu fihom!", "Ir- realta` hija li xejn, jew ftit li xejn sar f'dan ir-rigward.", "Mr Speaker, jien ma nistax nifhem kif jippretendu u jagħtu lil wieħed x'jifhem li l-awtorita` marittima hija awtorita` effiċjenti u li qiegħda shipshape fuq il-baħar.", "Jekk is-shipshape li tinsab fih l-awtorita` marittima huwa dak it-tip ta' shipshape li ntwera fuq reklam li għamlet l- awtorita` marittima ta' Malta fuq il-magazine \"Lloyd's List\" tad-29 ta' Diċembru tas-sena l-oħra ...!", "Għaliex qed ngħid dan?", "Għax dak huwa reklam tal-mistħija!", "Huwa miktub bi kliem imkisser li ma jagħmilx sens.", "Per eżempju, fost affarijiet oħra f'dan ir-reklam hemm frażi li tgħid \"Being one of the eeding fag States\" u taħt l-istampa tal-bandiera merkantili ta' pajjiżna hemm miktub \"Malta, a flag built on conf\".", "Din x'inhi; forsi confusion?!", "Hemm diversi nuqqasijiet oħra f'dan ir-reklam, li suppost qed jippromwovi lill-awtorita` marittima ta' Malta in a shipshape condition.", "U l-mod kif inhu dan ir-reklam qed jagħmel dannu kbir lil pajjiżna.", "Issa nixtieq nitlob il-permess biex dan inqiegħdu fuq il-mejda tal-Kamra,.", "MR SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' artiklu li deher f'rapport speċjali dwar Malta fil-ħarġa ta' Lloyd's List tad-29 ta' Diċembru 2003 intitolat \"An uphill task to meet tough demands of EU entry\".", "Jien nistaqsi: Kemm tħallas għalih dan ir-reklam?", "X'passi ttieħdu fil- konfront ta' min għamel dan ir-reklam, u min kien wara dan ir-reklam?", "Il- poplu għandu dritt ikun jaf kemm intnefqu flus f'dan ir-reklam għax wara kollox din it-tip ta' ħneżrija, li żgur ma tagħmilx ġieħ lill-awtorita` marittima ta' Malta u lil pajjiżna, intnefqet minn flus il-poplu.", "Sur President, wara li l-awtorita` marittima ta' pajjiżna kienet ilha s- snin tgħid li skond il-liġi, hija responsabbli mill-pollution ta' l-ibħra miż-żjut, dan l-aħħar smajt li issa d-diretturi ta' l-awtorita` marittima rrifjutaw li l-MMA tieħu r-responsabbilta` ta' l-oil pollution response module.", "M'hemmx għalfejn ngħidu li l-awtorita` marittima hija mmexxija minn attivista Nazzjonalista, u fil-fatt jien ġieli tkellimt fuqha f'okkażjonijiet oħra.", "Għaliex jidher li l-maritime authority donnha qed tirrifjuta li tieħu din ir-responsabbilta`?", "Għax hija konxja tas- sitwazzjoni tal-biża' li niġu fiha jekk Allaħares qatt issir xi diżgrazzja fuq xi tanker li jkun qed iġorr iż-żejt viċin tagħna.", "Allaħares m'hemmx l- opri tad-dipartiment tal-protezzjoni ċivili li kien ġab il-partit Laburista meta kien fil-gvern!", "Anke l-kimiċi li qed jintużaw huma kollha skaduti.", "Dawn l-affarijiet imissha ssemmi l-awtorita` marittima!", "Sur President, kontra qalbi jkolli ngħid li l-awtorita` marittima ta' Malta m'hi xejn ħlief awtorita` taż-żufjett, u dan mhux qed ngħidu biss minħabba dak ir-reklam li semmejt jew inkella minħabba li issa, f'daqqa waħda, l-MMA ma tridx terfa' iktar ir-responsabbilta` f'dak li għandu x'jaqsam mat- tniġġis miż-żejt, imma iktar u iktar għal dan li se ngħid.", "L-ewwelnett ta' min jgħid li jekk wieħed ineħħi r-ripetizzjoni ta' doveri li suppost l-awtorita` ilha tkopri mill-1992, fir-rapport annwali ta' l- awtorita` marittima li jkopri s-sena 2002/2003 ftit li xejn isib sustanza, pero` jsib statements qosra li filwaqt li għal xi wħud ikunu tad-daħk, għal xi wħud - u jien naqa' taħt din il-kategorija - ikunu tal-biki, u minn statements bħal dawn wieħed jinduna kemm il-poplu Malti u Għawdxi għandu għal xiex jinkwieta.", "Għaliex?", "Għaliex hawnhekk qed jingħad li wara 13-il sena, issa ndunaw li d-direttorati qed jagħmlu xogħol doppju.", "Fil-fatt issa d-diretturi qed isostnu li jekk jitnaqqas dan l-overlapping ta' xogħol, il-costs se jonqsu.", "Imma dawn x'affarijiet huma?!", "Allura wara 13- il sena ndunaw li kien qed isir xogħol doppju?", "U issa x'se nagħmlu bin- nies?", "Se nagħtuhom is-sensji?", "Minjaf x'se jiġri minnhom dawk in-nies - issa hawnhekk m'iniex qed nirriferi għal kulmin jaħdem fl-awtorita` marittima imma qed nirriferi biss għal xi wħud - li matul is-snin ingħataw salarju tajjeb, ingħataw gelgul ta' overtime u l-poplu kien jagħmel tajjeb għalihom bit-taxxa li jħallas?", "Forsi ma tantx se jbatu!", "Id-diretturi qegħdin jiftaħru - u din narawha anke fl-annual report - li ħafna mix-xogħlijiet ta' dawn in-nies se jiġu automated u li dawn in-nies se jiġu deployed elsewhere, imma dan x'ifisser?", "Se nibdew nagħmlu bħalma qiegħed jagħmel dan il-gvern f'oqsma oħra; inwaħħlu fin-nies u dawk in-nies li m'għandniex bżonnhom jiġu deployed x'imkien ieħor?", "Dawn huma kummenti żgħar, imma jfissru ħafna.", "Allura issa, wara 13-il sena, indunajtu b'dawn l-affarijiet?!", "Wara kollox mhux intom stess kontu li daħħaltu n-nies jaħdmu fl-awtorita` marittima?", "Issa tard wisq!", "Anke meta wieħed iħares lejn il-financial accounts jinnota affarijiet strambi, Mr Speaker.", "Jien qrajt il-financial accounts ta' diversi snin, u ma nistax nifhem kif kull darba tinġab l-iskuża li għadu m'huwiex magħruf kif se jiżviluppaw ċerti figuri għax qabel tkun għad trid tingħata ċerta informazzjoni.", "Imbagħad joqogħdu jilagħbu bil-figuri billi jsemmu ċerti fatturi, bħal per eżempju, li t-trade and other debtors jammontaw għal inqas minn Lm3.6 miljun u joqogħdu jsemmu d-depreciation biex mingħalihom jaljenaw lill-poplu u b'hekk ikunu jistgħu ma jagħtux sodisfazzjon.", "Issa l- MMA qed tiftaħar li għandha surplus ta' Lm1 miljun, u dan meta hija kklassifikata bħala waħda mill-iktar ħames awtoritajiet marittimi tad-dinja li għandha reġistrati bastimenti taħtha.", "Ikun interessanti li wieħed ikun jaf ukoll li nofs l-infiq ta' l-awtorita` marittima, jiġifieri Lm3.5 miljun fis-sena, imorru f'salarji, f'sub-costs, f'administration expenses, fi promotions, f'representations u f'operating expenses.", "Ta' min jikkonsidra anke l-flus li ddaħħal l-awtorita` marittima minn affarijiet oħra, fosthom minn korsijiet li torganizza, fejn il-fees għalihom m'humiex baxxi.", "L- awtorita` marittima qed iġġib skuża meta qed tgħid li qed tagħmel il- korsijiet biex teduka lill-poplu f'dik li hija safety u f'affarijiet oħra bħal dawn.", "Huwa tajjeb li l-awtorita` marittima torganizza korsijiet f'dan il-qasam, imma l-aim tagħha m'hu veru xejn li huwa li teduka imma li tagħmel il-flus.", "Issa ġew jgħidulna li l-awtorita` marittima qed tagħmel il-korsijiet lill-barklori!", "Biex niftehmu, huwa tajjeb li l-MMA tagħti kors lill-barklori dwar is-safety tal-passiġġieri u mbagħad tassessjahom fuq dak li tkun għallmithom, imma mhux tagħmlilhom kors bħal dawk li jkunu qed jitgħallmu jsuqu speedboat!", "Dawn x'affarijiet huma?", "Dawn huma affarijiet tad-daħk, jew aħjar tal-biki!", "Dak it-tip ta' kors li l-MMA qed tagħti lill-barklori żgur li ma jgħoddx għal dak it-tip ta' ġarr ta' passiġġieri li jagħmlu huma, u dawn il-ħaddiema għandhom jiġu mħarrġa f'oqsma differenti.", "Huwa tajjeb li lill-barklori tgħallimhom il-basic tan- navigazzjoni, imma dan għandu jkun kors speċifikat, iktar u iktar meta wieħed jieħu in konsiderazzjoni li ħafna minn dawn il-ħaddiema - u dan m'iniex qed ngħidu b'disprezz - ma jafux jaqraw u jiktbu Imbagħad xi ngħidu għall-proġetti monstri li għandha l-MMA, fosthom dak tat-terminals ta' l-Imġarr u ċ-Ċirkewwa?", "Anke f'dan il-każ, hemm taħwid kbir, fejn apparti d-dewmien li qed ikun hemm f'dawn il-proġetti, l-istima ta' kemm se jiġu jiswew dawn il-pjanti tinsab tiela' u nieżla.", "Daqqa nsemmu li dawn il- proġetti se jiġu jiswew Lm8 miljun, daqqa ngħidu li se jiġu jiswew Lm10 miljun minħabba li kellhom jinbidlu l-pjanti, u nista' nibqa' sejjer!", "U mbagħad xi ngħidu għal dak li qed tagħmel l-awtorita` marittima f'Għawdex?!", "L-awtorita` marittima qed tħawwad kollox mal-ministru responsabbli minn Għawdex, u addio l-MEPA; imbagħad jirranġaw magħha wara!", "Suppost il- bastimenti li għandna jaħdmu fi kwalunkwe temp, pero` dan m'hu veru xejn!", "(Interruzzjonijiet) Tiġi tgħidli li mhux veru wkoll?!", "U xi tgħiduli għall- bini tal-maritime trade centre?", "Dan iċ-ċentru kemm se jiġi jiswa flus?", "U aħna x'irriduh dak il-bini kbir?", "Jaqaw hemm xi ħadd tal-qalba fin-nofs?", "Żgur li hemm xi ħaġa fin-nofs!", "Dawn huma affarijiet li ma jitwemmnux!", "Għalhekk, Mr Speaker, wieħed bilfors ikollu jgħid li l-awtorita` marittima hija falliment ieħor, u wieħed ma jistax jaħrab minn din ir-realta`.", "Jekk iridu, nista' nsemmilhom il-bastimenti li suppost jistgħu jintużaw f'kull temp meta dan m'hu minnu xejn, u dan qed ngħidu għax ma rridx li jkollna xi maltempata u tiġri xi diżgrazzja li tpoġġi l-għajxien ta' ħafna ħaddiema fil-periklu jew inkella jweġġgħu n-nies.", "Dawn huma affarijiet li ħadd ma jrid jarahom.", "Wara kollox aħna rridu niżviluppaw il-portijiet tagħna bis- serjeta`, u hemm lok kbir fejn dan jista' jsir għax għad hemm ħafna spazju fejn wieħed jista' jiżviluppa.", "Għalhekk ejjew niżviluppaw il-portijiet tagħna bis-serjeta` għax minbarra li dan ifisser introjtu għal pajjiżna, jipprovdi x-xogħol lill-Maltin u lill-Għawdxin.", "Madanakollu biex dan isir, ma rridux nibqgħu nparlaw fil-vojt u nagħmlu ħafna reċti, imbasta naraw li qegħdin sew l-erbgħa tal-qalba u mill-bqija mill-oħrajn ma jinteressana xejn.", "Fl-introduzzjoni tiegħu, il-ministru qal li hemm bżonn ta' riforma fil- portijiet, u jien ngħidlu: Mela m'hemmx bżonn issir riforma fil-portijiet!", "Huwa qal ukoll li hemm bżonn li kulħadd jagħti s-sehem tiegħu.", "Jien naqbel li hemm bżonn li kulħadd jagħti s-sehem tiegħu, pero` skużi, bħalma naqbel li hemm bżonn issir riforma fil-portijiet u li kulħadd għandu jagħti s-sehem tiegħu, naqbel ukoll li hemm bżonn illi anke l-gvern jagħti s-sehem tiegħu.", "Forsi hawn wieħed jistaqsini: Fiex triduh jagħti s-sehem tiegħu l- gvern?", "Dażgur li l-gvern jista' jagħti s-sehem tiegħu!", "Ikun tajjeb jekk infakkar li fid-diskors tiegħu, il-ministru għamel elenku dwar li l- ħaddiema tal-port għandhom jitħallsu tax-xogħol li jagħmlu, għamel elenku dwar li l-ħaddiema tal-port m'għandhomx jitħallsu ta' xogħol li ma jagħmlux, imma m'għamilx elenku wieħed; dak li d-dritt tagħhom irridu nagħtuhulhom ukoll!", "U l-ministru għaliex m'għamlux dan il-punt?", "Hawnhekk ikun tajjeb jekk infakkar f'dik id-direttiva ta' l-UE li kienet se tgħaddi mill-parlament Ewropew, liema direttiva kienet se tpoġġi l-impjiegi ta' ħafna ħaddiema Maltin u Għawdxin li għandhom xogħol konness mal-port fil- periklu.", "Fil-fatt b'din id-direttiva, kien se jkun jista' jiġi bastiment u jaqbad u jħott il-cargo mingħajr ma jqabbad lill-ebda ħaddiem Malti u mingħajr ma juża l-ebda faċilita` f'Malta.", "M'hemmx għalfejn ngħid li dan żgur li kien se jkun ta' detriment għall-ħaddiema tal-portijiet tagħna, u bir-raġun kemm il-ħaddiema Maltin u Għawdxin kif ukoll ħaddiema oħra li jaħdmu f'portijiet ta' pajjiżi li qegħdin fl-UE pprotestaw permezz ta' l- unions tagħhom biex jaraw li dik id-direttiva ma tgħaddix mill-parlament Ewropew.", "Fil-fatt nixtieq nieħu l-okkażjoni biex b'wiċċi minn quddiem infaħħar lis-segretarju ta' l-union, li għamel il-parti tiegħu iktar minn unions oħra barranin għax nista' ngħid li kien minn ta' quddiem nett biex ġab lil ħaddieħor konxju li din id-direttiva hija ta' theddida għall- ħaddiema tal-portijiet ta' pajjiżna u ta' pajjiżi oħra ġirien tagħna.", "Fil- fatt is-segretarju ta' l-union, flimkien mal-ħaddiema, għamel l-almu kollu tiegħu biex iqajjem kuxjenza dwar il-fatt li direttiva bħal din kienet se tpoġġi lill-ħaddiema tal-portijiet fil-periklu.", "L-ewwel ħaġa li għamel is- segretarju ta' l-union kienet li mar ikellem lil min deherlu li jista' jinfluwenza biex din id-direttiva ma tgħaddix mill-parlament Ewropew u mar quddiem il-gvern biex jgħaddi petizzjoni tal-ħaddiema li fiha huwa esprima l-preokkupazzjoni ta' l-union f'isem il-ħaddiema tal-portijiet Maltin u Għawdxin.", "Ara l-gvern Nazzjonalista qagħad b'ħalqu magħluq u m'għamel l- ebda kumment għax ma riedx jidħol fl-istorja.", "Is-segretarju ta' l-union ġie wkoll għandna l-membri ta' l-oppożizzjoni fejn kellem lili bħala rappreżentant tal-portijiet u lill-Onor.", "Evarist Bartolo bħala l-kelliem ewlieni li għandu x'jaqsam ma' l-affarijiet ta' l-UE, u min-naħa tagħna aħna għamilnihielu ċara li kulma nistgħu nagħmlu huwa li nagħmlu lobbying min-naħa soċjalista biex din id-direttiva ma tgħaddix, u fil-fatt hekk għamilna.", "Anke s-soċjalisti Ewropej bdew jaħdmu biex din id-direttiva ma tgħaddix, u fil-fatt meta resqet quddiem il-parlament m'għaddietx.", "Dan serraħ moħħ il-ħaddiema tal-portijiet Maltin u Għawdxin kif ukoll ta' ħafna pajjiżi Mediterranji oħra li jinsabu fl-UE jew li għad iridu jidħlu f'din l- unjoni.", "Però dan l-aħħar erġajna smajna li se jerġa' jkun hemm tentattiv ieħor biex idaħħlu din id-direttiva li tpoġġi fil-periklu l-għajxien tal-ħaddiema Maltin u Għawdxin li jaħdmu fil-portijiet.", "Fid-diskors tiegħu l-ministru qal li l-ħaddiem għandu jagħti sehmu u allura l-ħaddiem issa jistenna li l- gvern jiddikjara li r-rappreżentanti tiegħu fil-parlament Ewropew se jivvotaw kontra din id-direttiva.", "Jien naċċerta lill-poplu Malti u Għawdxi li jekk terġa' tiġi din id- direttiva min-naħa tagħna nivvotaw kontra tagħha.", "Il-gvern għandu jiddikjara x'se jagħmel issa, meta waslet l-elezzjoni tal-membri għall- parlament Ewropew ħalli l-poplu jkun f'pożizzjoni li jiddeċiedi bil-fatti quddiemu.", "Jekk il-gvern ma jiddikjarax li mhux se jivvota kontra din id- direttiva u mbagħad din tiġi quddiem il-parlament Ewropew, allura huwa ċar li biex il-ħaddiema u l-familji li għandhom lil xi ħadd fil-familja jaħdem fil-portijiet jew f'xi xogħol konness mal-portijiet, ma jkollhomx ħaġa oħra x'jagħmlu ̧ biex jissalvagwardaw il-jobs tagħhom, ħlief li jivvotaw lill- membri parlamentari li se joħorġu għall-MEP f'isem il-partit Laburista.", "B'hekk ikunu żguri li dawn se jivvotaw kontra din id-direttiva u se jagħmlu minn kollox biex din ma tgħaddix mill-parlament Ewropew.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Jose' Herrera.", "ONOR.", "JOSE' HERRERA: Sur President, kuntrarjament għad-diskors li nagħmel is-soltu, meta niddibatti l-estimi nħobb nitkellem fuq l-aspett finanzjarju tas-suġġett.", "Allura se niddedika l-ewwel parti tad-diskors tiegħi billi nagħmel xi erba' osservazzjonijiet żgħar fuq il-matematika ta' l-estimi in kwestjoni.", "L-ewwel punt li ġibidli l-attenzjoni kien is-surplus għas-sena 2003 li kien ta' Lm1,099,000.", "Ma' l-ewwel daqqa ta' għajn wieħed jgħid li hawnhekk hawn kambjament pożittiv sostanzjali mis-sena l-oħra għax filwaqt li s-sena l- oħra kien hemm telf ta' Lm488,000 din is-sena qlajna Lm1 miljun.", "Però wieħed irid japprezza li s-sena l-oħra kien hemm nefqa ferm akbar milli kellna din is-sena.", "Filwaqt li l-ispiża għas-sena l-oħra kienet ta' madwar Lm5 miljun, din is-sena l-ispiża naqset b'madwar Lm0.5 miljun.", "Mela l- ewwel Lm0.5 miljun li morna minn fuq din is-sena wieħed jiġġustifikah mal- fatt li n-nefqa kienet sostanzjalment inqas, u naturalment jekk inti tonfoq inqas il-qligħ jiżdied.", "Per eżempju, ta' min isemmi li s-sena l-oħra kien hemm nefqa straordinarja ta' darba li swiet lill-awtorità madwar Lm800,000.", "Però meta wieħed janalizza daqsxejn il-passat ta' l-introjtu ta' l-awtorità marittima jara li xorta qegħdin lura ħafna.", "Il-performance finanzjarja ta' l-awtorità marittima xorta hija lil hinn ħafna minn kull aspettattiva.", "Qed ngħid hekk għax sas-sena 2001 il-qligħ ta' l-awtorità kien dejjem jiżdied proporzjonalment.", "Infatti fis-sena 2001 is-surplus kien ta' Lm2.5 miljun u din is-sena, mingħajr ma kellna l-iskużi ta' xi nefqiet straordinarji, kellna biss surplus ta' Lm1 miljun.", "Jiġifieri tliet snin ilu l-qligħ kien darbtejn u nofs akbar milli hu din is-sena.", "Kien ftit aħjar mis-sena l- oħra però żgur li qegħdin 'il bogħod mill-performance ta' l-awtorità ta' żmien il-gvern Laburista ta' l-1996, l-1997 u l-1998 kif ukoll tas-snin 2000 u 2001.", "F'dak il-perijodu l-awtorità kienet qed tiġġenera introjtu sostanzjali.", "Din is-sena tejjibna xi ftit mis-sena l-oħra, però l-kritika tagħna hi fis-sens li mhuwiex tajjeb biżżejjed.", "Sur President, jien inħobb nikkritika wkoll kif isiru l-estimates.", "Is- sena l-oħra, meta konna qed niddiskutu l-awtorità marittima fil-parlament, kien hemm estimate li s-surplus għal din is-sena kien se jkun ta' ftit iktar minn Lm0.5 miljun.", "Din is-sena qed ngħidu li qed nipprevedu li s- surplus għas-sena d-dieħla se tkun Lm300,000 biss.", "Dawn l-estimates ma jagħmlux sens.", "Skond il-liġi l-estimi ta' ċerti entitajiet bħall-awtorità marittima u oħrajn iridu jiġu approvati mill-parlament għax il-leġislatur ħass li dawn tant huma entitajiet importanti u tant jiġġeneraw attività ekonomika li huwa demokratiku li l-parlament jiskrutinizza anke dawn l-estimi.", "Dan apparti li niddiskutu l-estimi tal-ministeri, kif isir is-soltu.", "Allura wieħed jippretendi li dawn l-istimi jkun realistiċi kemm possibilment jistgħu jkunu biex finalment ikollna stampa ċara ta' l-aspetti fiskali u finanzjarji ta' l-entità li tkun.", "Is-sena l-oħra stmajna li din is-sena se naqilgħu Lm0.5 miljun u qlajna Lm1.1 miljun jiġifieri lanqas ikkalkolajna n-nofs, imma kkalkolajna ammont bl-addoċċ.", "Issa s-surplus previst għas-sena d-dieħla - u ma nafx għaliex, għax normalment mill-estimi ma tkunx taf, però forsi l-ministru jgħidilna - huwa biss ta' Lm300,000.", "GĦalhekk nistaqsi: Dan huwa ammont mixħut bl- addoċċ?", "Huwa ammont realistiku meta wieħed jara kemm kienet tiġġenera flus fil-passat meta ma kienx hemm xi investimenti jew xi nefqiet kapitali kbar?", "Kif qed nistmaw li l-profitti għas-sena d-dieħla se jkunu biss ta' Lm300,000?", "Naturalment meta wieħed janalizza dawn l-estimi - u għalhekk qiegħed dan il-parlament - wieħed jistaqsi lill-ministru: Tista' tispjegali għaliex il-forecast għas-sena d-dieħla huwa biss ta' Lm300,000?", "Dik hija l-ewwel mistoqsija tiegħi.", "Issa se neżamina ftit l-estimi ta' diversi direttorati fi ħdan l-awtorità.", "Kif jaf kulħadd l-akbar direttorat fi ħdan l-awtorità huwa l-merchant shipping directorate.", "Is-sena l-oħra dan id-direttorat ikkontribwixxa lill-awtorità madwar Lm1.6 miljun.", "L-introjtu minn dan id-direttorat żdied b'madwar Lm200,000.", "Però dan ġie newtralizzat - mhux kompletament però kważi ġie newtralizzat - minħabba spiża żejda ta' madwar Lm150,000.", "Jiġifieri jekk inti tagħsar l-introjtu mill-merchant shipping directorate issib li baqa' pressappoco kif inhu.", "L-introjtu mir-reġistrazzjoni ta' bastimenti u fees baqgħu wkoll pressappoco l-istess u żdiedu biss b'Lm150,000.", "Insibu wkoll li mill- accounts ta' l-awtorità l-ammont attwali li daħal mir-registrazzjoni u mill- annual fees huwa ta' Lm2.85 miljun.", "Meta mbagħad naraw l-estimates attwali nsibu li mir-reġistrazzjoni u mill-annual fees l-ammont huwa ta' ftit aktar minn Lm3 miljun.", "Jien ngħid li dawn għandhom ikunu l-istess għax aħna qed nitkellmu fuq l-actual u allura dak li hemm fl-accounts suppost li jkun jaqbel ma' l-actual estimates.", "Dan qed ngħidu mhux biex infettaq imma għax dak hu l-iskop li wieħed jiskrutinizza l-estimi. |l-projection għas-sena d-dieħla hu li l-introjtu mir-reġistrazzjoni tal-biċċiet tal-baħar ikunu madwar Lm2.98 miljun.", "Fuqhiex qed nagħmlu dawn il-proġezzjonijiet; fuq l-accounts jew fuq l- actual estimates?", "Hawnhekk wieħed jara li anke matematikament għandek ċerti anomaliji.", "Sur President, ta' min jinnota wkoll li kien hemm żieda sostanzjali fis- salarji tan-nies u fl-istaff cost.", "Qabel id-direttorat kien iħallas madwar Lm450,000 u din is-sena ħallas aktar minn Lm600,000 jiġifieri kien hemm żieda ta' Lm137,000, li tammonta għal 30% fuq is-sena l-oħra.", "Żieda simili narawha wkoll f'dawk li huma spejjeż amministrattivi fejn naraw li kien hemm żieda ta' madwar Lm50,000.", "GĦalkemm Lm50,000 m'huwiex xi ammont sostanzjali, din hija żieda sostanzjali għax hija żieda fl-amministrazzjoni ta' 40% fuq in-nefqa tas-sena l-oħra.", "Meta wieħed jeżamina l-estimi tad-direttorat isib li kien hemm tnaqqis mill- introjtu, pero' l-kontribuzzjoni li għamel dan id-direttorat lill-awtorità kien akbar minn tas-sena l-oħra.", "Dan minħabba li globalment l-ispejjeż niżlu aktar milli żdied l-introjtu.", "Hawnhekk ukoll, meta wieħed jeżamina l-figuri f'dan ir-rigward isib li l-estimi attwali u l-accounts ma tantx jaqblu bejniethom u fil-fatt hemm xi diskrepanzi żgħar ukoll.", "Li hemm stramb hu għaliex kien hemm tnaqqis fl-introjtu minn affarijiet li joriġinaw mill-berthing tal-yachts u small craft licences.", "Jekk wieħed jara l-introjtu mill-berthing ta' yachts fil-yacht marina u biċċiet ta' dgħajjes żgħar - mhux vapuri – isib li hemm tnaqqis u dan huwa nkwetanti.", "Dan għaliex matul dawn l-aħħar snin ilna ngħidu f'dan il-parlament li l- yachting huwa niche market naturali għal pajjiżna minħabba l-ġeografija tal-pajjiż, minħabba li qegħdin f'nofs il-Mediterran u minħabba li għandna temp tajjeb u nvestejna ħafna flus fil-yacht marinas.", "Per eżempju ̧ meta ndur nara ħafna yachts fil-yacht marinas tradizzjonali imma qed nara wkoll yachts li bdew jorbtu fin-naħa tat-three cities.", "Hemmhekk hemm anke super yachts, jiġifieri almenu viżwalment jidher li l-attività ekonomika u kummerċjali tal-yachting f'dan il-pajjiż qed tiffjorixxi b'mod naturali.", "Kważi kważi lanqas għandek għalfejn tinvesti f'xi kampanja tar-reklamar kbira għax Malta hija pajjiż ideali għal din l-attività kummerċjali.", "Pero' meta wieħed janalizza dan kollu jsib li dan il-progress li suppost għamilna fil-yachting mhux qed jissarraf f'termini reali ta' flus.", "Din naturalment hija xi ħaġa nkwetanti u hija xi ħaġa li wieħed ikollu jikkritikaha meta jeżamina l-estimi in kwestjoni.", "Niġi issa għall-ports directorate.", "Hawnhekk l-istampa finanzjarja tbiddlet sostanzjalment għax filwaqt li s-sena l-oħra dan id-direttorat kien għamel deficit ta' Lm1.1 miljun, din is-sena d-deficit kważi spiċċa għal kollox u huwa ftit inqas minn Lm200,000.", "Naturalment ir-raġuni prinċipali hija minħabba li l-operating expenses tas-sena l-oħra kienu ta' madwar Lm1.4 miljun mentri din is-sena niżlu għal Lm375,000.", "L-operating expenses ta' dan id-direttorat huma kurjużi u ta' min wieħed forsi jelabora u jispjega ftit kif dawn niżlu b'mod daqstant sostanzjali minkejja li s-salarji ̧ l- istaff costs u affarijiet amministrattivi oħra żdiedu.", "Probabbilment hemm raġuni valida li tagħmel sens, pero' meta wieħed jaqra l-estimi li ġew ippreżentati fil-parlament, wieħed jgħid: Imma kif jista' jkun inżidu s- salarji u l-costs u mbagħad l-operating expenses jaqgħu b'mod daqstant drastiku?", "Issa għal xi raġuni jew oħra għas-sena d-dieħla l-introjtu minn dan id-direttorat se jonqos mentri l-ispejjeż se jiżdiedu.", "Qed jiġi previst ukoll li għas-sena d-dieħla se jkun hemm deficit ta' madwar Lm0.5 miljun.", "Again wieħed igħid li din ma tantx hija stampa daqshekk inkoraġġanti.", "Punt ieħor li laqatni fuq l-awtorità in ġenerali u li pjuttost huwa nkwetanti jirrigwarda l-borrowing li qed tagħmel l-istess awtorità.", "Mil- lum għal għada l-awtorità żiedet is-self tagħha għal Lm1.7 miljun.", "Dawn fl- estimi tas-sena l-oħra ma kenux jirriżultaw.", "Barra minn hekk ma jidhirx li dan is-self - jista' jkun li jien żbaljat pero' jien qed nitkellem dwar dak li hemm fl-estimi, jiġifieri jista' jkun li mhux qed nifhem l-estimi jew inkella li l-estimi mhumiex ċari – ta' Lm1.7 miljun se jkun forma ta' injezzjoni kapitali f'din l-awtorità.", "Din ma naħsibx li se tkun għal xi spiża rikorrenti biex inżidu l-administration cost jew l-operating cost ta' l-awtorità.", "Din is-sena kien hemm ukoll żieda fuq l-imgħax li tħallas l-awtorità.", "Qabel kienet tħallas biss Lm2,500 u issa dan tela' għal Lm75,000.", "Wieħed irid igħid ukoll li l-ammont ta' imgħax li nħallsu m'huwiex kbir pero' huwa sostanzjali meta wieħed iqis li dan qiegħed bil-5.15% u bil-5.75%.", "Dan ifisser li hemm dejn sostanzjali.", "Jien mhux qed ngħid li azjendi kummerċjali m'għandhomx jisselfu, pero' qed naqgħu wisq fil-vizzju li l- entitajiet tagħna jibdew jakkumulaw ħafna dejn, inħallsu l-imgħax, id- dejn jiġi riferut imbagħad ħames snin oħra jew seba' snin oħra niġu rinfaċċjati b'xi bomba ta' dejn ieħor.", "Dan qed ngħidu għax wieħed irid jibda jikkontrolla.", "Mhux qed ngħid li hemm xi dejn sorprendenti, imma qed ngħid li hemm dejn li beda dieħel sewwa fl-awtorità.", "Sur President, l-awtorità marittima hija waħda mill-azjendi ekonomiċi u kummerċjali tal-pajjiż li hija healthy, għalkemm m'hijiex xi industrija daqstant kbira li żżomm il-kaxxa ta' Malta ħajja.", "Pero' hija industrija li meta tagħsarha fl-aħħar tħalli ftit qligħ, timpjega ammont ta' nies sostanzjali, hija tajba għall-image ta' pajjiżna u tieħu ħsieb ħafna mill- attivitajiet kummerċjali turistiċi tal-pajjiż.", "Fl-opinjoni tiegħi, għalkemm is-surplus tagħha jidher żgħir, l-impatt tagħha huwa wieħed kbir ħafna għaliex hemm ħafna qligħ indirett li ma jsirx kieku m'hemmx l- awtorità.", "Per eżempju ̧ il-qligħ kollu li jsir fil-portijiet minn azjendi privati - dawn l-azjendi privati jħaddmu n-nies - isir għaliex l-awtorità marittima tipprovdi s-servizzi, jiġifieri jien naħseb li l-importanza ta' din l- awtorità nazzjonalment ma tistax tkejjilha bl-importanza tas-surplus li hija tħalli.", "Lanqas ma tista' tikkalkolaha ma' l-ammont ta' nies li huma mpjegati magħha għax m'humiex ħafna, pero' meta mbagħad wieħed jirrealizza li fir-reġistrazzjoni tal-vapuri hemm mijiet ta' professjonisti - kemm avukati, kemm accountants, kemm ekonomisti, kif ukoll managers - li jħaddmu ħafna nies magħhom f'dak li għandu x'jaqsam ma' ship registration, per eżempju, meta tara l-qligħ li tagħmel l-awtorità minħabba l-fees tagħha tgħid: \"U iva, ix-ship registration f'Malta kemm hija mportanti?", "Ma tantx hu kbir is-surplus.\"", "Pero' fil-verità x-ship registration waħdu jiġġenera ħafna qligħ indirett u hemm mijiet ta' nies li minħabba li l-liġi tagħna hi kif inhi qed immexxu b'dan il-mod.", "Irrid ngħid ukoll li issa se jkollna ftit problemi li rridu nilqgħu għalihom.", "Hawnhekk se jkolli naqra summary li għamilt jien għalfejn dak li jkun jiġi jirreġistra l-vapur tiegħu hawn Malta.", "L-ewwelnett għandek il- kwestjoni tal-vapuri li għandhom tonnage exceeding 1,000 net tons.", "Rigward dawn il-vapuri hemm:", "\"Exemption from income tax on gains or profits derived from the ownership or the operation of the exempted ship.", "No tax shall be paid on dividends paid by the company to the shareholder if such dividends are paid out of the gains or profits mentioned in paragraph (a) ...", "No stamp duty shall be payable in respect of any instrument ...\"", "The registration of an exempt ship such as the bill of lading and the allotment of any newly issued shares transfer, assignment or negotiation.", "Ships under 100 net tons excluding pleasure yachts may qualify for the above exemption only if the shareholders of the owning company are non- residents and non domiciliary of Malta.\".", "Issa hawn se jkollna problema u qed insemmiha biex nilqgħu għaliha.", "Dawn l- exemptions jgħoddu jekk il-persuna tkun ta' nazzjonalità barranija pero' issa se nidħlu fil-kwestjoni ta' state aid.", "State aid – din hija waħda mill-elementi preokkupanti – ma tfissirx biss li jkun hemm kumpannija sejra għal għajnha u l-gvern jagħtiha l-flus, bħal, per eżempju, fil-każ tat- tarznari li għal żmien twil kellhom il-problema li ma kenux qed jiġġeneraw biżżejjed flus u jimpjegaw ħafna nies, u l-gvern, għax għandu kuxjenza soċjali u ma jridx li jkun hemm unemployment, jaqbad u jissussidja.", "L- Unjoni Ewropea tatna d-derogi, għamilna r-ristrutturar u nisperaw li fil- perijodu tad-derogi jirnexxielna naslu fejn irridu naslu, pero' jekk inti issa tiffavorixxi lil xi ħadd minn ħaddieħor, dik hija forma ta' state aid.", "Għalhekk issa rridu nkunu lesti ħalli nindirizzaw il-problemi li se niffaċċjaw issa li dħalna fl-Unjoni Ewropea.", "Jien mhux qed ngħid kontra jew favur l-Unjoni Ewropea, pero' rridu naraw jekk il-leġislazzjoni Ewropea tistax taffettwana negattivament rigward dawn il-privileġġi li għandna hawnhekk.", "Hawnhekk nixtieq nindirizza li min qed imexxi din l-industrija.", "M'huwiex tort tagħhom jekk ikun hemm dawn il-problemi pero' dawn m'għandhomx jagħmlu a political issue out of it.", "Jien nappellalhom biex jekk għada pitgħada jitfaċċjaw il-problemi, dawn mhux naħbuhom taħt it-tapit u ngħidu: Isma' din aħjar ma nqajmuhiex għax il-partit Laburista jista' jakkwista vantaġġ politiku fuqha.", "Dawn huma problemi li se jolqtu lil Malta.", "Dawn huma problemi li jistgħu jaffettwaw niche market li hija għal qalb il-Maltin u jien, bħala kelliem ta' din in-naħa għal dan is-suġġett, inwiegħed lill- kollega tiegħi li jekk jinqalgħu problemi f'dan is-sens f'dan is-settur u jinġiebu għad-dibattitu hawn, aħna noffru l-id ta' ħbiberija u mingħajr ma nagħtu dehra partiġjana, dawn nindirizzawhom flimkien għall-ġid tal-pajjiż.", "Dan nagħmluh għaliex in-niche markets ta' pajjiżna rridu nibżgħu għalihom.", "Jista' jkun li din forsi se tkun xi ftit aktar challenging u aktar diffiċli, issa li dħalna fl-Unjoni Ewropea, pero' dan ma jfissirx li ma nistgħux neżistu fi ħdan l-Unjoni Ewropea u jrid ikollna l-kuraġġ li jekk ikun hemm xi problemi u kwestjonijiet ̧ dawn niffaċċjawhom bejnietna u nindirizzawhom.", "Sur President ̧ fuq kwestjonijiet ta' servizzi finanzjarji u affarijiet sensittivi il-partit Laburista dejjem offra l-id ta' ħbiberija.", "Hawn infakkar lill-kollega tiegħi li meta kien hemm il-kriżi tal-vapur Erika, il- partit Laburista ma ħax gwadann politiku, anzi ta support lill-gvern u lill- awtorità u għidna li aħna għamilna l-affarijiet sew u l-inċident li ġara m'huwiex tort tagħna.", "Hekk se nagħmlu wkoll f'dawn l-affarijiet, għaliex din hija industrija li indirettament għandha impatt qawwi għall-pajjiż.", "Iż- żewġ partiti, meta konna qed nagħmlu kampanja elettorali ̧ konna nwiegħdu li, per eżempju, se nagħmlu Malta ċentru tal-yacht marinas, jiġifieri m'għandniex xi politika marittima differenti, biex ngħid hekk.", "Fuq din naqblu u allura rridu ngħinu lil xulxin.", "Hemm kwestjoni oħra fuq il-vapuri li qed tinkwetana u dwar din jien u l- Onor. Charles Mangion konna ħriġna press release flimkien għax din il- kwestjoni għandha wkoll implikazzjonijiet finanzjarji.", "Qed nirriferi għall- fatt li fis-26 ta' Awissu ta' l-2003 l-Istati Uniti ddeċidiet li timponi 2% freight tax fuq il-vapuri.", "Din it-taxxa tkun imposta jekk ma jiġix dikjarat min ikun il-beneficiary owner tal-vapur u dik hija waħda mir-raġunijiet li jiġu jirreġistraw vapuri hawnhekk.", "Issa l-Amerka m'hijiex Sqallija, allavolja Sqallija hija mportanti wkoll.", "Pero' l-Amerka hija terz ta' l-ekonomija tad-dinja.", "Terz ta' l-attività kummerċjali u marittima tad-dinja tgħaddi mill-Amerka u allura jekk se jżidulna din it-2% - u hemm pajjiżi li ma jħallsuhiex - aħna mhux se nkunu daqstant kompetittivi u kemm on the long-term kif ukoll on the short-term din tista' tikkrealna preġudizzju u telf.", "Jidher li qabel kien hemm double taxation agreement ma' l-Amerikani fejn konna nħallsu flat rate ta' 3% biss bħala taxxa.", "Meta kienet tippersisti din id-double taxation agreement l- Amerikani kienu kuntenti u kienu jħalluna noperaw kif konna qed noperaw.", "Meta għall-ewwel darba konna biddilna l-qafas finanzjarju tagħna ġara li d- double taxation agreement kien waqa' u kellna din il-problema u ma rnexxilniex naslu għal arranġament ieħor.", "Jien informat li qed issir ħidma anke diplomatika min-naħa tal-gvern fuq dan ir-rigward pero' din hija problema kbira li b'xi mod tista' tiskossja xi ftit jew wisq din l- industrija.", "Sur President, ftit snin ilu għamilna l-upgrading tal-liġi marittima tagħna fuq il-leġislazzjoni ta' vapuri fejn il-partit Laburista vvota mal-gvern.", "Il-qafas legali tagħna fuq dawn l-affarijiet huwa ta' standard internazzjonali, jiġifieri m'aħniex xi banana republic fejn in-nies jiġu jirreġistraw l-imbarazz tagħhom hawn.", "U l-kritika li kienet issirilna, li ma konniex serji, illum ftit li xejn għadek tismagħha.", "Pajjiżna llum huwa pajjiż serju u modern pero' bħal kull negozjant ieħor, għax il-pajjiż huwa bħal negozjant, irridu nkunu kapaċi noffru xi ħaġa żejda milli joffru pajjiżi oħra.", "Huwa veru li issa se tkun ftit aktar diffiċli għalina li nagħmlu dan peress li qegħdin fl-Unjoni Ewropea, pero' again, id-diriġenti ta' l-awtorità jridu jkunu forsi iktar makakki u iktar intelliġenti u jaraw kif jagħmlu biex mill-aspetti finanzjarji jew ta' tassazzjoni, jirreżistu ftit aktar milli kienu jirreżistu qabel.", "Dan qed ngħidu għax hemm min irid iġegħelna nagħmlu l-leġislazzjoni tagħna totalment eżatt bħal-liġi Ewropea.", "Issa se nkunu rappreżentanti anke fil-fora tal-parlament Ewropew u se nkunu qed nieħdu parti wkoll fid-dibattiti anke fil-kunsill.", "Hemm se jkollna wkoll il- kummissarju tagħna.", "Dawn għalhekk sejrin hemm, biex jaqbżu għall-interessi ta' Malta.", "Jiena ngħid li t-tekniċi u l-esperti li jmexxu dawn l-azjendi u n-niche markets tagħna jridu jkunu lesti u armati biex jilqgħu għal kull direttiva li b'xi mod tista' taffettwa ħażin l-industriji Maltin.", "Dan l-aħħar, kif jaf kulħadd, il-parlament Malti bil-mod il-mod beda jistrada lilu nnifsu u jikkrea dak il-makkinarju neċessarju sabiex nibdew nilqgħu l-isfidi Ewropej.", "Ftit xhur ilu għall-ewwel darba kkreajna l- kumitat għall-affarijiet barranin u Ewropej li xogħlu se jkun li jiskrutinizza d-direttivi li jiġu mill-Unjoni Ewropea pero' rridu niskrutinizzaw ukoll id-deċiżjonijiet tal-qorti tal-ġustizzja ta' l-Unjoni Ewropea, ir-riżoluzzjonijiet tal-parlament Ewropew u anke ċerti deċiżjonijiet li joħorġu mill-kummissjoni.", "Naturalment dawn se jibdew jaffettwaw lil Malta b'mod dirett.", "Lill-esperti u lid-diriġenti tekniċi li qed imexxu waħda mill-aktar attivitajiet ekonomiċi fil-pajjiż u li qegħdin hawn ngħidilhom li huma wkoll iridu jkunu lesti u jikkoordinaw bejniethom għall-interessi ta' pajjiżna.", "Aħna m'aħniex kollha tekniċi, ma jistax ikun li nifhmu f'kollox u allura huma dawn l-esperti li jridu jkunu lesti li jikkomunikaw ma' dan il-kumitat parlamentari jekk ixommu li ġejja xi direttiva jew xi riżoluzzjoni li taffettwa b'mod negattiv l-andament ta' din l-industrija.", "Dan il-kumitat se jkollu segretarjat u se jkollu wkoll xi nies esperti.", "GĦall-ewwel darba se jkollna nies esperti u segretarjat opportun li jgħin l-andament ta' dan il- kumitat u allura nħeġġeġ lin-nies li jmexxu dawn l-entitajiet sabiex iġibu a konoxxenza tagħna dawn il-fatti biex aħna, fil-limitazzjoni tagħna ̧ nkunu nistgħu nipproteġu l-interess ta' pajjiżna kif imiss.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Jekk m'hawnx aktar rimarki nsejjaħ lill-Ministru biex jagħmel il-winding up.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, fil-ħin li fadal nixtieq inwieġeb għal dak li qalet l-oppożizzjoni u naturalment ngħaddi wkoll il-kummenti tiegħi fuq diversi punti li ssemmew biex fil-futur naraw kif nistgħu nibqgħu nibnu fuq dan is-settur importanti.", "Fl-introduzzjoni għal dan id-dibattitu fil-fatt ipprovajt nuri kif l- awtorità marittima għandha obbligi lokali, għandha obbligi internazzjonali u għandha wkoll l-obbligu li tħares lejn il-ħteġijiet marittimi tagħna b'mod totali u tipprova kemm jista' jkun tisfrutta l-pożizzjoni geografika ta' Malta bħala gżira fil-Mediterran.", "Nistgħu nagħmlu dan biss jekk b'serjetà nieħdu l-opportunitajiet li hemm quddiemna u jekk kulmin ̧ b'xi mod, għandu x'jaqsam mal-qasam marittimu jieħu hu wkoll b'serjetà d-dover li għandu.", "Din m'hijiex biss kwestjoni ta' drittijiet imma hija wkoll kwestjoni ta' doveri.", "Jien li bħalissa ninsab responsabbli politikament minn dan is-settur għandi d-doveri tiegħi u naturalment anke l-kelliema ta' l-oppożizzjoni għandhom id-doveri tagħhom.", "Hawn irrid ngħid li b'mod ġenerali, id-diskorsi li għamlu l-membri ta' l-oppożizzjoni llejla juru ċertu apprezzament għall-ħidma li qed tagħmel l-awtorità.", "Fil-bidu meta l-Onor.", "Mizzi beda jitkellem fuq il-jobs for the boys, jien ħsibt li dan kien se jagħmel xi sensiela ta' akkużi biex jindika kif l- awtorita` marittima ta' Malta qed tkun sors għal job for the boys, pero` sakemm għalaq id-diskors tiegħu huwa kien għadu ma qal xejn minn dan kollu, u għalhekk jien naħseb li meta kien qed jgħid dak id-diskors huwa ma kienx qed jirriferi għall-awtorita` marittima ta' Malta imma kien qed jitkellem b'mod ġenerali fuq aspetti oħrajn li m'humiex għad-diskussjoni quddiem dan il-parlament illejla.", "Kif għedt fl-introduzzjoni tiegħi għal dan id-dibattitu, l-awtorita` marittima ta' Malta trid tkompli tara li tattwa l-obbligi lokali u internazzjonali tagħha bis-serjeta` għax wara kollox huwa fl-interess ta' kulmin jaħdem fil-qasam marittimu u tal-poplu Malti u Għawdxi kollu li dan is-settur ikompli jiżviluppa matul iż-żmien li ġej.", "Jien apprezzajt ħafna lill-Onor.", "Herrera, li ġie f'din il-Kamra, qabad l-estimi li ppubblikat l- awtorita` marittima u ta spjegazzjoni dwarhom lil dawk li kienu qed jisimgħuna jew li forsi se jaqraw it-transcripts ta' dan id-dibattitu.", "Ta' min jgħid ukoll li fl-estimi li għandna quddiemna hemm dettalji li ma tistax teħodhom għalihom waħedhom imma trid bilfors tħares lejhom b'mod globali.", "Mr Speaker, min qed janalizza dak li qed jingħad matul dan id-dibattitu iktar jista' japprezza kemm l-awtorita` marittima ta' Malta għandha funzjonijiet importanti.", "Fl-introduzzjoni li għamilt iktar kmieni, jien diġa` semmejt il-fatt li iktar ma jgħaddi ż-żmien, lill-awtorita` marittima ta' Malta iktar qed inbiddluha minn awtorita` b'ħafna attivita` kummerċjali għal awtorita` regolatorja, kif inhu r-rwol proprju tagħha.", "Qed ngħid dan mhux biex naħrab minn xi kritika li hija marbuta man-nuqqas ta' dħul jew man-nuqqas ta' ħidma finanzjarja li jista' jkollha l-awtorita` imma għaliex dawn huma l-fatti.", "Jekk wieħed jaqbad l-estimi ta' din is-sena u jqabbilhom ma' l-estimi ta' snin oħra fil-passat ikun jista' jirrealizza li hemm ċertu dħul illi filwaqt li qabel kien imur għand l-awtorita` marittima, illum lanqas biss għadu jidher fil-voti ta' l-awtorita` marittima, u dan mhux għaliex Malta m'għadhiex iddaħħal l-istess flus - anzi nista' ngħid li hemm setturi fejn illum pajjiżna qed idaħħal flus iktar minn kemm kien idaħħal fil-passat - imma għaliex naturalment meta l-awtorita` marittima tkun qed taqdi l- funzjoni tagħha ta' regolatur, il-flus imorru għand dipartimenti u entitajiet governattivi oħrajn li għandhom ħidma iktar diretta lejn in- negozju u lejn il-kummerċ.", "Waħda mill-fatturi li hija marbuta man-nuqqas ta' dħul li kellha l- awtorita` marittima f'ċerti aspetti kienet il-passenger tax għax illum din m'għadhiex titħallas lill-awtorita` marittima.", "Fil-fatt permezz ta' kuntratt li sar bejn id-dipartimenti tal-gvern u l-konsorzju li qed jiżviluppa l-inħawi tal-port il-kbir fin-naħa tal-belt Valletta, il-VISET, dawn il-flus minflok ma baqgħu jmorru għand l-awtorita` marittima ta' Malta, jekk m'iniex sejjer żball bdew imorru għand id-dipartiment ta' l- artijiet.", "Sur President, matul it-12-il sena li ilha mwaqqfa, l-awtorita` marittima ta' Malta dejjem serviet biex l-attivita` marittima kummerċjali ta' pajjiżna tkompli tiżdied, u l-Onor.", "Herrera qal sew meta qal li minbarra d- dħul dirett li kellha l-awtorita` marittima u li jidher fir-rapport annwali tagħha, entitajiet oħra, partikolarment uffiċċji legali, gawdew minn ċertu dħul proprju b'riżultat ta' l-attivita` li għamlet l-awtorita` marittima matul is-snin li għaddew.", "Fil-fatt jien se nallaċċja dan il-punt mal-punt li qajjem l-Onor.", "Joe Mizzi fid-diskors tiegħu meta staqsa jekk xi ħadd jistax jgħid kemm l-awtorita` marittima qiegħda ddaħħal inqas jew iktar milli kien idaħħal id-dipartiment tal-portijiet, pero` jien ma nistax nagħmel dan il-paragun, u dan għal diversi raġunijiet.", "Fil-fatt dan il- paragun ma jistax isir prinċipalment għaliex illum l-attivita` marittima ta' pajjiżna m'għandha x'taqsam xejn ma' dik li kellu pajjiżna f'dak iż- żmien li kien jeżisti d-dipartiment tal-portijiet.", "Dak iż-żmien l- attivita` marittima f'pajjiżna kienet ferm iktar limitata tant li llum lanqas għadha biss tintgħaraf.", "Sur President, jekk irridu nħarsu bis-serjeta` lejn l-attivita` marittima ta' pajjiżna ma nistgħux nillimitaw ruħna billi nitkellmu fuq dak li smajna imma rridu nitkellmu fuq il-fatti.", "Kif għedt fl-introduzzjoni tiegħi għal dan id-dibattitu, illum għandna 13,000 opra tal-baħar f'pajjiżna.", "Hawnhekk m'iniex se mmur lura għall-1970 imma se mmur lura biss għall-1998, meta kont sirt il-ministru responsabbli minn dan is-settur.", "Fil-fatt dak iż- żmien kellna biss nofs l-opri tal-baħar li għandna llum, u dan juri li llum il-Maltin u l-Għawdxin tant irnexxielhom itejbu d-dħul tagħhom li setgħu jaffordjaw li jinvestu f'opra tal-baħar.", "Naturalment kif għedt drabi oħra, kemm f'dan il-parlament kif ukoll barra minn dan il-parlament, il-fatt li fl-ibħra tagħna għandna 13,000 opra tal- baħar iġib miegħu pressjoni li m'hijiex żgħira fuq kif l-ibħra tagħna għandhom jiġu utilizzati, kemm mill-Maltin u l-Għawdxin li għandhom xi opra tal-baħar kif ukoll minn dawk li m'għandhomx u li matul ix-xhur tas-sajf imorru l-baħar biex jiddivertu.", "L-Onor.", "Mizzi qal illi biex issuq opra tal- baħar, din m'hijiex kwestjoni ta' tagħlim imma hija kwestjoni ta' dħul ta' flus għall-awtorita` marittima, pero` jien nista' nassigura lill-Onor.", "Mizzi u lil kulmin huwa preżenti f'din il-Kamra li kieku l-awtorita` marittima tħares lejn din l-operazzjoni biss bħala qligħ ta' flus, ma tagħmilhiex.", "Għaliex qed ngħid dan?", "Għax l-awtorita` marittima m'hijiex qiegħda hemmhekk biss biex taqla' l-flus mill-korsijiet li torganizza flimkien ma' l-MCAST imma qiegħda hemmhekk ukoll biex tassigura b'serjeta` li kulmin isuq opra tal-baħar ikun jaf x'qed jagħmel u b'hekk jevita li jsiru ħafna inċidenti.", "Meta xi tliet snin ilu semmejna għall-ewwel darba l-ħtieġa li min isuq opra tal-baħar ikollu liċenzja tas-sewqan kelli tgergir u lmenti minn diversi nies, li ġew jipprotestaw miegħi anke b'mod personali għaliex ħasbu li b'hekk b'xi mod konna se nfixklulhom id-dritt li jiddevertu permezz ta' dak l-investiment li jkunu għamlu, imma llum il-maġġoranza l-kbira ta' dawk il- persuni li ġew għal dawn il-korsijiet qaluli li għalkemm mingħalihom kienu jafu ħafna affarijiet u minkejja li kienu ilhom isuqu xi opra tal-baħar ħames snin, għaxar snin jew iktar, kienu għadhom ma jafu xejn.", "Fil-fatt kien proprju dan l-għan ta' l-awtorita` marittima; li kulmin ikun qed isuq opra tal-baħar f'pajjiżna jkun mgħallem u informat, u dan l-għan intlaħaq tant li llum għandna madwar 3,000 persuna li huma liċenzjati biex isuqu xi opra tal-baħar mingħajr ma jkunu ta' periklu għalihom infushom, għal min ikun riekeb magħhom jew għal min ikun qed isuq opri tal-baħar oħrajn.", "Sur President, l-Onor.", "Mizzi qalilna wkoll: Huwa sew li għall-barklori jsir l-istess kors li jsir għal dawk li jsuqu l-ispeedboat?", "L-ewwelnett ma naħsibx li l-barklori u dawk li jsuqu l-ispeedboat jingħataw l-istess kors, u t-tieni nett jien ngħid ħaġa oħra wkoll.", "Illum nistgħu nagħmlu kors għall-barklori għax in-numru ta' persuni li qed jitħajru jerġgħu jaħdmu ta' barklori qed jiżdied.", "Fil-fatt kien hemm numru sostanzjali ta' persuni li xi darba kellhom liċenzja biex jaħdmu ta' barklori u dan l-aħħar marru jagħmlu pressjoni fuq l-awtorita` marittima biex il-liċenzja tagħhom tiġi mġedda.", "In-numru ta' barklori qed jiżdied mhux għaliex hemm ministru l- Onor. Ċensu Galea jew għaliex l-awtorita` marittima qed iġġiegħel lil dawn il-persuni japplikaw għal-liċenzja imma qed jiżdied għas-sempliċi raġuni li l-attivita` kummerċjali fil-port il-kbir tant żdiedet li iktar nies qed iħossu li jekk isiru barklori, jistgħu jaqilgħu l-għajxien tagħhom minn hemmhekk, anke billi jġorru lit-turisti li jiġu jżuru lil pajjiżna permezz tal-cruiseliners minflok il-baħrin.", "Jien ngħid: J'Alla n-numru ta' barklori jkompli jiżdied u kemm huma kif ukoll il-passiġġieri li jkollhom magħhom ikunu jafu x'inhuma l-obbligi u r-responsabbiltajiet tagħhom kif ukoll x'għandhom jagħmlu jekk Allaħares qatt iseħħ xi inċident waqt li huma jkunu fuq dawn l-opri tal-baħar.", "Sur President, fil-qasam marittimu jista' jkun hemm is-sigurta` u s- serjeta` biss jekk ikun hemm leġislazzjoni serja li tirrigwarda lil dawk il- persuni li jikru l-opri tal-baħar lill-Maltin u l-Għawdxin kif ukoll lit- turisti li jkunu jixtiequ jmorru jiddevertu fuq il-baħar.", "Aħna rridu li kulmin imiss ma' dan is-settur ikun jaf x'inhuma d-doveri tiegħu.", "L-ikbar dwejjaq tiegħi huwa meta nisma', kif sfortunatament ġieli smajt fil-passat, li persuna korriet jew mietet waqt li kienet qed tgħum jew waqt li kienet fuq xi opra tal-baħar, u għalhekk napprezza ferm il-ħidma li qed tagħmel l- awtorita` marittima biex tiggarantixxi serjeta` fis-sewqan ta' opri tal- baħar.", "Jien naqbel mal-kumment li għadda l-Onor.", "Herrera meta qal li l- oppożizzjoni setgħet tieħu vantaġġ politiku fuq il-kwestjoni ta' l-Erika, imma hija qagħdet lura milli tagħmel dan, kuntrarjament għal xi wħud oħrajn f'pajjiżna.", "Fil-fatt kif qal l-Onor.", "Herrera, dak iż-żmien l-oppożizzjoni għamlet sewwa li minflok ma ħarġet tiġri biex tiskorja xi goal politiku, għarfet li dak li ġara ma kien tort ta' ħadd.", "Issa għaddew kważi ħames snin minn mindu seħħ dak l-inċident, u nispera li ma ndumux ma nsiru nafu min kien responsabbli għalih.", "Nappella biss - u dan l-appell m'iniex qed nagħmlu lill-partit Laburista jew lil xi ħadd f'pajjiżna - biex l- awtoritajiet Maltin ma jiġux informati dwar id-deċiżjonijiet li jkunu ttieħdu fir-rigward ta' dan l-inċident permezz tal-ġurnali imma jiġu nformati permezz ta' modi leġittimi, bħal, per eżempju, permezz ta' l- ambaxxati tagħna jew ta' nota verbali.", "M'iniex se nidħol iktar fil-fond fuq dan il-każ għax dan huwa każ li jrid ikompli jinstema', pero` żgur li hemm modi kif jaslu affarijiet serji bħal dawn.", "M'għandix għalfejn naqra l- ebda ġurnal Franċiż biex inkun naf li se jitressaq il-qorti xi ħadd akkużat b'dan l-inċident jew li se jitkomplew il-proċeduri fuqu.", "Sur President, billi l-awtorita` marittima ta' Malta hija konxja li għandha ċerti limitazzjonijiet f'dak li hu personnel, hija ma qagħditx lura milli tfittex l-expertise ta' persuni li f'ċerti aspetti jifhmu aktar mill- impjegati li hemm ma' din l-awtorita`.", "Fil-fatt hawnhekk nixtieq li f'isem l-awtorita` nwassal l-apprezzament tiegħi lil Malta maritime law association, li permezz ta' ftehim li għamlet ma' l-awtorita` marittima ta' Malta, qiegħda tgħin biex tfassal ċerta leġislazzjoni proprju fl-interess tas-settur marittimu Malti.", "F'din l-assoċjazzjoni hemm grupp ta' persuni li jaħdmu kontinwament f'dan in-negozju u għalhekk jistgħu jagħtu l-pariri tagħhom u anke jindirizzaw problemi partikolari.", "L-Onor.", "Herrera qalilna li għandna noqogħdu attenti li ma jmurx dan ikun xi forma ta' state aid lil gruppi oħrajn.", "Fil-fatt l-awtorita` marittima, flimkien ma' dan il-grupp ta' avukati li semmejt, qed jaħdmu biex f'dawn il- ġranet tiġi ppubblikata l-aħħar leġislazzjoni li għandha bżonn f'dan il- mument - qed ngħid li din hija l-aħħar leġislazzjoni li għandha toħroġ f'dan il-mument għax dan huwa settur ħaj li ċ-ċirkostanzi fih jinbidlu kontinwament - ħalli b'hekk inkunu nistgħu nassiguraw li kulmin jaħdem fis- settur marittimu Malti jkun jaf preċiżament x'inhuma l-obbligi tiegħu u anke x'inhuma d-drittijiet tiegħu għax aħna rridu li ħadd ma jkun jaf x'inhuma l-obbligi tiegħu u mbagħad ma jkunx jaf x'inhuma d-drittijiet tiegħu.", "Is-settur marittimu b'hekk biss jista' jimxi 'l quddiem.", "Matul dan id-dibattitu saru xi riferenzi għall-fees, u naħseb li wħud minn dawk li semmew il-fees m'humiex intiżi sew dwar kif inhuma l-affarijiet fir- realta`.", "Pero` nassigura lil kulħadd li fiż-żmien li ġej l-awtorita` marittima se tkompli tosserva l-obbligi li għandha, anke f'dak li għandu x'jaqsam ma' fees.", "Sur President, l-awtorita` marittima ta' Malta mhux biss trid tibqa' taqdi l-obbligi lokali tagħha imma trid tibqa' taqdi wkoll anke l-obbligi internazzjonali tagħha.", "L-Onor.", "Mizzi qalilna: X'jiswa billi jkollok sistema kompjuterizzata li biha tkun tista' tkun taf fejn qiegħed vapur jekk wara ġimgħa li vapur ikun telaq mill-port, fuq il-computer ikun għadu jidher fil-port?", "Ta' min igħid li l-ħidma tal-vessel traffic management and information services biex l-awtorita` marittima ta' Malta tkun tista' tara fejn ikun qegħdin il-vapuri tagħha qiegħda ssir permezz ta' għajnuna min-naħa ta' l-Unjoni Ewropea, anke bis-saħħa ta' arranġament ta' twinning li issa ilu għaddej ix-xogħol fuqu x-xhur u wasal biex jiġi konkluż.", "Dan huwa mportanti li jsir mhux biex ikollna kontroll assolut fuq fejn ikunu sitwati l-vapuri imma biex jekk Allaħares qatt iseħħ xi inċident, inkunu nafu eżatt fejn huma l-vapuri tagħna u anke, jekk ikun possibbli, x'attivita` jkunu qegħdin jagħmlu.", "L-Onor.", "Mizzi għamel diversi punti billi qagħad fuq dak li sema'.", "Issa jien lill-Onor.", "Mizzi ilni nafu numru twil ta' snin u m'għandix dubju li jkollu l-intenzjonijiet tajba tiegħu meta jitkellem b'ċertu mod, pero` ma naħsibx li jkun serju min jiġi f'dan il-parlament u jitkellem fuq dak li jkun sema'.", "F'dan il-parlament irridu nitkellmu fuq il-fatti.", "L-Onor.", "Mizzi għamel riferenza għal reklam partikolari.", "Dak ir-reklam jien ma rajtux, pero` nassigura lill-Onor.", "Mizzi li se nara min kien responsabbli għal dak ir-reklam u jekk itteħdux passi fil-konfront ta' min għamel dawk l- iżbalji li huwa għamel riferenza għalihom.", "Madanakollu jien ma nistax noqgħod fuq dak li nisma' imma rrid nivverifika u naċċerta lili nnifsi li dak li jkun qed isir, ikun qed isir b'mod tajjeb fl-aħjar interess ta' pajjiżna.", "L-Onor.", "Mizzi staqsa wkoll x'inhi l-pożizzjoni preżenti tal-pollution response centre għar-rigward tal-pollution tal-baħar.", "L-ewwelnett ta' min igħid li sal-lum il-pollution response centre u l-attivita` marbuta ma' dak iċ-ċentru qatt ma kienu jaqgħu taħt l-awtorita` marittima, pero` nista' nassigura lill-Onor.", "Mizzi li bħalissa l-awtorita` marittima għaddejja b'diskussjonijiet mal-persuni li jamministraw dak iċ-ċentru, u dan mhux biex twaddab ir-responsabbiltajiet tagħha f'ħoġor ħaddieħor imma biex tassigura ruħha li hi tkun tista' twettaq ir-responsabbiltajiet legali li għandha permezz ta' għodda fiżiċi, u iktar importanti minn hekk, permezz ta' għodda umani.", "Wara kollox x'jiswa li jkollok lanċa, vapur jew xi opra oħra tal-baħar jekk imbagħad ma jkunx hemm persuni mħarrġa biex imexxu dik l-opra tal-baħar?", "Almenu sal-lum jien qatt għadni ma rajt l-ebda opra tal- baħar topera waħedha.", "Jien bħall-Onor.", "Mizzi rajt ir-ritratti tal-portijiet tagħna li kien hemm fuq il-ġurnali, u naturalment m'huwiex diffiċli li jkun hemm coverage ta' ritratti bħal dawk għax kulmin iżur dawn il-postijiet ikun jista' jara b'għajnejh dawk l-affarijiet li wrew dawk ir-ritratti.", "Matul iż-żmien li għadda l-awtorita` marittima ta' Malta kemm-il darba ħadet passi biex tassigura li l-mollijiet jiġu mnaddfa pero` aħna l-Maltin għandna l-vizzju misħut li dak li mhux tagħna naħsbuh li hu tagħna u nipprovaw nikkapparrawh.", "Fil-fatt l-awtorita` marittima ilha żmien - u mhux minn nhar it-Tnejn li għaddew, jiġifieri minn meta dehru dawk ir-ritratti fuq il- ġurnali - tara li l-mollijiet ikunu mnaddfa, pero` wara biss ftit ġimgħat, biex ma ngħidx sigħat, ikun hemm min jerġa` jimla' dawn il-postijiet bl- iskart.", "Sur President, kif għedt fl-introduzzjoni li għamilt għal dan id-dibattitu, irridu nassiguraw li fil-portijiet tagħna, b'mod partikolari fil-port il- kbir, ikun hemm il-parteċipazzjoni ta' kulmin imiss mal-portijiet tagħna.", "Ara ma jkunx hemm min jaħseb li tista' tagħmel riforma fil-portijiet tagħna daqslikieku tagħmel riforma f'xi kumpannija partikolari.", "Qed ngħid dan għaliex jien konxju mill-fatt li meta tkun se tagħmel xi riforma fil- portijiet, tkun trid tikkonsidra numru ta' aspetti u attivitajiet kummerċjali li jsiru minn diversi nies, entitajiet u organizzazzjonijiet tal-ħaddiema li xi kultant iħalltu l-attivita` trejdunjonistika ma' l- attivita` kummerċjali.", "L-Onor.", "Mizzi qal li meta jkun se jidħol xi vapur fil-portijiet tagħna, lanqas jieħdu in konsiderazzjoni ta' kif ikun it-temp, u mbagħad isibu problema biex ibiddlu l-pożizzjoni tal-berthing.", "Fil-fatt jien nista' nassigura lill-Onor.", "Mizzi li mhux talli min huwa responsabbli jieħu in konsiderazzjoni tat-temp talli ħafna drabi dawn ikollhom pressjonijiet min- naħa tas-sidien tal-vapuri jew minn persuni li jkunu qegħdin jimportaw il- prodotti hawn Malta li jilmentaw għaliex meta jkun il-maltemp, min ikun responsabbli jkun qed joġġezzjona li jdaħħal dak il-vapur partikolari fil- port.", "Naturalment min ikun responsabbli jagħmel dan għall-benefiċċju tas- sigurta` fil-portijiet tagħna u sabiex il-prodotti li jkun hemm fuq dak il- vapur ma jiġrilhomx ħsara, pero` min ikun qed jimporta xi prodotti partikolari l-iktar ħaġa li tinteressah tkun dik li l-vapur jidħol fil-port il-kbir u jinħatt, anke jekk ikun il-maltemp u allura jkun hemm ċerti riskji.", "Huwa importanti li nassiguraw li dawn l-affarijiet ma jibqgħux jiġru.", "L-Onor.", "Mizzi qal ukoll li waqajna fil-muta fuq dak l-inċident li ġara l- ġimgħa li għaddiet fejn kien hemm ħabta bejn vapur u ieħor fil-portijiet tagħna, pero` jien nista' nassigura lill-Onor.", "Mizzi li aħna ma waqajniex fil-muta fuq dan l-inċident u ma tkellimna xejn dwaru għax qabel ma wieħed jasal għal xi konklużjoni, l-ewwel ikunu jridu jsiru l-investigazzjonijiet neċessarji.", "Imbagħad wara li jsiru l-investigazzjonijiet tista' tasal għal xi konklużjoni.", "Sur President, jien m'iniex wieħed minn dawk li se nasal għal xi konklużjoni qabel ma nkun naf iċ-ċirkostanzi kollha li fihom ikunu saru l-inċidenti partikolari.", "L-Onor.", "Mizzi qal li jispera li l-ministru llejla jiddikjara li se jagħmel kampanja fost id-deputati li se jirrappreżentaw lill-partit li qiegħed fil- gvern biex meta d-direttiva terġa' tiġi għad-diskussjoni fil-parlament Ewropew, dawn jivvotaw kontra.", "Nivvota kontra xiex?", "F'dan il-parlament xi ħadd jaf x'direttiva se titressaq quddiem il-parlament Ewropew jew għal darba oħra qegħdin noqogħdu fuq dak li qalilna xi ħadd?", "Hawnhekk qed jingħad li hawn proposta, però din il-proposta għadha ma waslitx għall- formalitajiet tagħha.", "Forsi l-proposta li jkun hemm quddiem il-parlament Ewropew tkun kuntrarja għal dak li kien hemm żmien ilu, u jkun fl-interess tal-ħaddiema Maltin li minflok nivvotaw kontra nivvotaw favur.", "Forsi d- direttiva tkun b'tali mod li tiddefendi l-ħaddiema fid-diversi setturi tal- portijiet tagħna.", "Nitkellmu fuq x'nagħmlu bil-vot tagħna fil-mument li nkunu nafu fejn ikunu sejrin verament il-proposti, u nkunu nafu dak li qed nivvotaw fuqu.", "Jekk niddikjaraw kif se nivvotaw fuq xi ħaġa li ma nafux x'inhi nkunu qed nagħmlu żball kbir u naħseb li tkun qed tagħmel żball kbir in-naħa ta' l-oppożizzjoni jekk tipprova tiddikjara minn issa li se tkun kontra xi ħaġa li attwalment ma tafx x'inhi.", "Sur President ̧ f'dan ir-rigward ukoll l-Onor.", "Mizzi kien ġentlom biżżejjed biex qal li l-union li tirrappreżenta lil dawn il-ħaddiema - fil-fatt ġew għand il-gvern ukoll - ressqet petizzjoni b'mod mill-iktar kordjali dwar il- ħteġijiet tal-ħaddiema kif kienet qed tarahom il-union f'dak il-mument partikolari u dwar il-pożizzjoni li kellu jieħu l-parlament Ewropew.", "Finalment għaddiet dik ir-riżoluzzjoni li kienet qed tissapportja l-union, fis-sens li d-direttiva m'għaddietx mill-parlament Ewropew.", "Iżda għal darba oħra hawnhekk il-gvern qed jinsisti li ħafna minn dak li qed jingħad, li l-ħaddiema ta' vapur jistgħu jiġu jħottu u jgħabbu u jagħmlu li jridu, ma kenitx ir-realtà.", "Id-direttiva, kif finalment ġiet diluted matul erba' snin ta' diskussjoni li damet għaddejja, ma kenitx tgħid li jista' jiġi xi vapur hawn Malta u jagħmel li jfettillu.", "Kien hemm prekawzjonijiet u kien hemm modi ta' kif wieħed jiggarantixxi li ma jkunx hemm dan it-tip ta' abbuż fil-konfront tal-ħaddiema Maltin.", "Kif għedt iktar kmieni, id-dover ta' l-awtorità marittima u tiegħi bħala ministru huwa li nkomplu niggarantixxu li l-ħaddiema fil-portijiet tagħna jibqgħu jaqilgħu għajxien diċenti għall-familji tagħhom.", "Fl-aħħar mill- aħħar dan il-punt partikolari ddiskutejnih aktar minn sena ilu u kif qal l- Onor. Herrera, tajjeb jew ħażin għada pitgħada Malta se tidħol formalment fl-Unjoni Ewropea u allura m'għandniex noqogħdu nipprovaw niskurjaw punti politiċi.", "Eżattament, m'għandniex għalfejn nipprovaw niskurjaw punti politċi f'dan is-sens imma r-realtajjiet tal-ħajja jibqgħu dawk li huma.", "Qabel ma kkonkludejna d-diskussjonijiet fuq id-derogi li kien hemm bżonn fil-qasam tat-trasport li taħtu jaqgħu l-ħaddiema tal-portijiet, aħna ddiskutejna fit-tul magħhom il-prekawzjonijiet neċessarji biex niggarantixxu li dawn il-ħaddiema tal-portijiet - m'iniex qed nitkellem fuq settur wieħed - jibqgħu jaqilgħu l-għajxien tagħhom.", "Però, kif għedt iktar kmieni, dan ma jfissirx li jibqgħu jitħallsu fejn m'għandhomx jew inkella ma jitħallsux fejn għandhom jitħallsu.", "GĦandhom jitħallsu tax-xogħol li jagħmlu.", "Dan insistejt fuqu diversi drabi mar- rappreżentanti ta' l-unions li ltqajna magħhom u se nibqgħu niltaqgħu magħhom biex niddiskutu dawn il-punti.", "Dan irrepetejtu wkoll lill-persuni li jirrappreżentaw liċ-chamber of commerce, lill-federation of industry u lil dawk kollha li b'xi mod imissu ma' dan is-settur.", "Jien m'għandix dubju li jekk ikun hemm effiċjenza fil-mod kif isiru l- affarijiet, il-ħaddiema tal-portijiet tagħna mhux talli ma jonqsilhomx id- dħul tagħhom talli fl-aħħar mill-aħħar, bħalma ġralhom ħaddiema f'portijiet oħrajn madwar l-Ewropa permezz ta' l-attività ġdida li għamlu, iżidu l- income tagħhom.", "Fl-aħħar irrid nitkellem dwar dak li qal l-Onor.", "Mizzi rigward in-nefqa fuq il-moll taċ-Ċirkewwa u ta' l-Imġarr.", "Mhux l-ewwel darba li ntqal dan id- diskors però nassigurah li l-awtorità marittima m'għamlitx li fettlilha mal- ministeru ta' Għawdex, kif qal l-Onor.", "Mizzi, jekk m'iniex sejjer żball, imma biex tkun f'pożizzjoni li takkomoda t-talbiet, kultant anke l- impożizzjonijiet li għamlet l-awtorità ta' l-ippjanar fuq l-istess awtorità marittima, din kellha tidħol għal nefqa ikbar minn dik li kienet ippjanata oriġinarjament.", "Mhux talli l-awtorità marittima ma tbiddilx il-pjanti kif ifettlilha hi, mhux talli ma taqlibx l-affarijiet rashom 'l isfel kif ifettlilha hi, talli kellha tidħol f'nefqiet ikbar proprju biex tkun f'qagħda li takkomoda t-talbiet ta' l-awtorità ta' l-ippjanar.", "Naturalment sakemm ir-riżultat aħħari jkun wieħed aħjar minn dak li bdejna bih, l-awtorità marittima ma tiddejjaqx tagħmel dak l-investiment proprju għaliex trid li fiċ-Cirkewwa jkollna port li jipprovdi s-servizzi fl-ikbar numru ta' ġranet possibbli.", "L-Onor.", "Mizzi stess għamel mistoqsijiet parlamentari fejn staqsa jekk bl-estensjoni tal-breakwaters ta' pajjiżna aħniex se jkollna all weather port, fis-sens li jaħdem 365 ġurnata għal 24 siegħa kuljum.", "Bit-terminoloġija \"all weather port\" qegħdin infissru li d-drabi li jkun hemm waqfien tas-servizz ikunu verament minimi, ferm u ferm inqas milli kellna sal-lum.", "Dan irridu nagħmluh fl-interess ta' l-ekonomija Maltija u, iktar importanti, fl-interess ta' l-ekonomija Għawdxija, tal-ħaddiema li jaħdmu Għawdex u ta' dawk li jaqilgħu l-għajxien tagħhom permezz tal-Maltin u t-turisti li jżuru l-gżira Għawdxija.", "Madwar 3 miljun ruħ u madwar 750,000 karozza jaqsmu matul is-sena u dan huwa wieħed mis-sorsi kbar ta' għajxien li għandha l-gżira Għawdxija.", "Naturalment l-awtorità marittima qed tagħmel l-investiment biex tkompli taqdi d-doveri internazzjonali permezz tal-ħidma fid-direttorat tal- merchant shipping li, bil-problemi kollha li ffaċċja, bil-bidliet kbar li għamel matul is-snin, xorta waħda jista' jqis lilu nnifsu bħala direttorat li rnexxielu jwassal il-bandiera Maltija - issa mhux iktar il-bandiera marittima, imma l-bandiera ta' pajjiżna - 'il quddiem fost l-bnadar internazzjonali.", "Sur President, aħna għandna r-responsabbiltà li fil-qasam marittimu nibqgħu mexjin 'il quddiem billi naraw kif din l-awtorità żżid l-attività ekonomika tagħha kemm f'Malta kif ukoll barra minn pajjiżna għall-ġid tal-poplu tagħna.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Se npoġġi l-mistoqsija fuq il-mozzjoni.", "Il- mistoqsija hi li l-Kamra tapprova l-Estimi tad-Dħul u Infiq ta' l-Awtorità Marittima ta' Malta għas-sena 2003/2004.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MR SPEAKER: Din il-votazzjoni tittieħed minn hawn u 20 minuta oħra.", "Peress li fid-9.00 p.m. intalbet votazzjoni, is-seduta ġiet sospiża u rriżumiet 20 minuta wara.", "MR SPEAKER: Se nerġa' npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hija li l- Kamra tapprova l-Estimi tad-Dħul u Infiq ta' l-Awtorita` Marittima ta' Malta għas-sena 2003/2004.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mario Galea.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Mr Speaker, għan-naħa tal-gvern se jiġu paired l- Onor. Robert Arrigo, l-Onor.", "Michael Asciak, l-Onor.", "Josef Bonnici, l-Onor.", "Tonio Borg, l-Onor.", "Joe Falzon, l-Onor.", "Louis Galea, l-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici, l-Onor.", "Jeffrey Pulicino Orlando, l-Onor.", "Edwin Vassallo u l-Onor.", "John Dalli.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONRO.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, għan-naħa ta' l-oppożizzjoni se jiġu paired l-Onor.", "John Attard Montalto, l-Onor.", "Evarist Bartolo, l-Onor.", "Leo Brincat, l-Onor.", "Marie Louise Coleiro, l-Onor.", "Joe Debono Grech, l-Onor.", "Noel Farrugia, l-Onor.", "Gavin Gulia, l-Onor.", "Alfred Sant, l-Onor.", "George Vella u l-Onor.", "Karmenu Vella.", "VOTAZZJONI NRU.", "50 FAVUR : 24", "L-Onor.", "|Abela Anthony |Frendo Michael | |Agius David |Galea Censu | |Agius Francis |Galea Mario | |Azzopardi |Gatt Austin | |Frederick | | |Azzopardi Jason |Gonzi Lawrence | |Borg Joe |Gonzi Michael | |Cristina Dolores |Mifsud Bonnici | | |Antoine | |D'Amato Helen |Mugliett | | |Jesmond | |de Marco Mario |Puli Clyde | |Debono Giovanna |Pullicino | | |George | |Deguara Louis |Zammit Ninu | |Fenech Antonio |Zammit Dimech | | |Francis |", "KONTRA : 18", "L-Onor. | | | |Abela Carmelo |Dalli Helena | |Abela Joseph |Farrugia Angelo| |Agius Chris |Farrugia | | |Michael | |Buhagiar Charles |Herrera Jose' | |Buontempo Stefan |Mangion Charles| |Cardona Chris |Mizzi Joe | |Caruana Justyne |Parnis Silvio | |Chircop Karl |Sammut Joseph | |Cuschieri Joseph |Vassallo Adrian|", "Il-mozzjoni għaddiet", "MR SPEAKER: Issa nsejjaħ lill-Prim Ministru ̧ biex jekk jogħġbu, iressaq l-aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Sur President, nipproponi l-aġġornament tal-Kamra għal għada l-Ħamis, 29 ta' April 2004, fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Ilsien Malti - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar ir-Rifuġjati - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Kostituzzjoni tal-Kariga ta' Avukat Ġenerali u dik ta' Avukat tar-Repubblika - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Professjoni tal-Psikoloġija - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Reġistru Ċentrali – Kumitat; u", "Abbozz ta' Liġi biex Jemenda Liġijiet dwar il-Komunikazzjoni - Tieni Qari.", "-------------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet - Kumitat Permanenti.", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili (Emenda Nru 2) - Kumitat Permanenti.", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili - Kumitat Permanenti.", "Sur President ̧ jien informat li hemm qbil bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra li għada ssir diskussjoni bla vot fuq il-kumpannija Sea Malta.", "Il-ħin tad- diskussjoni jinqasam indaqs bejn il-kelliema tal-gvern u l-kelliema ta' l- oppożizzjoni bl-għeluq isir mill-gvern.", "Il-ħin ta' l-interruzzjoni tax- xogħol ikun fid-9.00 p.m. u dak il-ħin tingħalaq id-diskussjoni mingħajr ma ssir il-mistoqsija u mingħajr votazzjoni.", "Il-ħin ta' l-aġġornament jittieħed bħas-soltu.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Hawn rimarki?", "L-Onor.", "Justyne Caruana.", "ONOR.", "JUSTYNE CARUANA: Sur President, tajjeb jew ħażin għaddiet sena mill-ewwel darba li ndirizzajt lis-Sedja u f'kull aġġornament li għamilt s'issa, dejjem ipprovajt nara diversi setturi f'Għawdex u nindirizza ċerti problemi li għandna.", "Dan nagħmlu bit-tama li xi ħadd min-naħa tal-gvern jirreaġixxi ħalli l-affarijiet f'Għawdex jibdew mexjin 'il quddiem.", "Sa mill-ewwel diskors tiegħi urejt u esprimejt it-tama li l-inklussivita` li tant issemmiet sena ilu, tiġi attwata u llum ngħid li sfortunatament, din il-kelma kienet biss intiża għad-diskors ta' l-okkażjoni u qatt ma kien hemm l-intenzjoni li tiġi attwata.", "Dan qed ngħidu għax l-atteġjament tal- gvern matul din is-sena wera li jew isir kif jgħid il-gvern jew ma jsir xejn.", "Naħseb li f'kull diskors li għamilt s'issa, b'xi mod jew ieħor indirizzajt l-issue tal-Gozo Channel.", "Fid-diskors tal-ftuħ tal-parlament ġie aċċennat li trid issir il-privatizzazzjoni tal-Gozo Channel u mbagħad intqal li din il-kumpannija trid taħdem f'ambjent liberalizzat.", "Bħal-lum ġimgħa eżatt il- Ministru Austin Gatt faqqalna bomba għax ħabbar il-miżuri li l-gvern beħsiebu jieħu dwar il-Gozo Channel.", "Fil-gazzetti lokali l-ministru ġie kkwotat li qal li hu ma kien qed jagħmel xejn ġdid għax dawn il-miżuri kienu l-istess miżuri li kien ħa gvern Laburista fl-1997.", "Forsi l-ministru qal hekk għax mingħalih li b'dan id-diskors se jagħlaq ħalq l-oppożizzjoni u b'hekk jittama li ma jkunx hemm kritika min-naħa tagħna pero` lill- ministru ngħidlu li fl-1997, jien kont waħda minn dawk li ħriġt nipprotesta – dak iż-żmien kont studenta - għax ħassejt li dawn il-miżuri ma kenux ġusti u ma naħsibx li l-minsitru jippretendi li jien noqgħod b'ħalqi magħluq u ma ngħidx dak li għandi ngħid biex niddefendi d-drittijiet tagħna l-Għawdxin.", "Bir-rispett kollu, ma nafx kif il-ministru jista' jagħmel paragun bejn l-affarijiet kif ġraw fl-1997 u bejn l-affarijiet kif għamilhom hu.", "F'aġġornament li kont ħadt xahrejn ilu meta ż-żieda tan-nollijiet bdiet tberraq kont għedt li ma nixtieqx li s-sitwazzjoni terġa' tkun bħal tat- traġitti meta baxx baxx minn wara daharna kienu ttieħdu ċerti deċiżjonijiet biex it-traġitti tal-Gozo Channel jiġu ridotti.", "Waqt dak l-aġġornament kont ittamajt ukoll li waqt li kien qed isir dan il-famuż studju li kienu qegħdin jirriferu għalih min-naħa tal-gvern, kienu se jiġu kkonsidrati diversi aspetti u fatturi kemm ta' natura soċjali kif ukoll ta' natura ekonomika fejn jiġu kkonsultati diversi nies u stakeholders li huma nvoluti direttament fl-attivita` ekonomika ta' Għawdex.", "Stennejt ukoll li qabel ma tfaqqa' din il-bomba se jkun hemm pjan serju dwar kif se jiġi minimizzat l-impatt ta' dawn il-miżuri l-ġodda fid-diversi aspetti tagħhom.", "Sfortunatament bqajt diżappuntata għall-aħħar għaliex apparentement għad baqa' ħafna xi jsir u dan ix-xogħol messu sar qabel u mhux issa.", "Nista' ngħid li reġgħet ġiet ripetuta l-istorja ta' meta tnaqqsu t-traġitti u mbagħad ġie l-ministru f'Għawdex biex jispjegalna x'ġara u x'ma ġarax.", "Jien qed ngħid dan kollu għax wara din l-istqarrija li għamel il-ministru, jien ħassejt li kien id-dover tiegħi li nagħmel sensiela ta' mistoqsijiet parlamentari biex il-ministru jiċċarali xi affarijiet.", "Jien nirringrazzjah talli rrisponda għal xi mistoqsijiet li għamilt u nifhem li rrispondihom mill-aħjar mod li seta'.", "Qed ngħid hekk għaliex apparentement ħafna mill- affarijiet li staqsejtu jew ma kienx jafhom jew inkella ma riedx jirrispondihom.", "Per eżempju, l-ewwel mistoqsija li qed tiġini f'rasi kienet dwar jekk in vista taż-żieda tan-nollijiet huwiex se jiżdied il-kumpens relattiv li jingħata lill-ħaddiema u lill-istudenti li jiġu Malta kuljum.", "Din kienet mistoqsija parlamentari numru 5274.", "Biex inkun fair, din il-mistoqsija ndirizzajtha lill-Ministru għal Għawdex li nimmaġina li kienet involuta f'din in-novità tan-nollijiet.", "Pero' r-risposta li tatni kienet tgħid hekk:", "\"Il-kumpens relattiv għaż-żieda fin-nollijiet qed jiġi kkonsidrat.\".", "Jiġi kkonsidrat issa?", "Allura l-gvern qabad u fattar dawn iż-żidiet fin- nollijiet u lanqas biss indenja ruħu jikkonsidra minn qabel l-effett tagħhom fuqna l-Għawdxin li nagħmlu użu minn dawn is-servizz soċjali ta' kuljum?!", "Jien kont nippretendi li fattur bħal dan għandu jkun element determinanti fuq deċiżjoni bħal din!", "Minn hawnhekk toħroġ ċara d-distinzjoni bejn il-partit Laburista fil-gvern u l-partit Nazzjonalista fil-gvern għaliex meta fi żmien il-partit Laburista fil-gvern kienu saru dawn il-miżuri, dan l-aspett soċjali kien ingħata prijorita` u importanza, tant li niftakar li kienet ġiet adottata sistema ta' vouchers li permezz tagħha aħna l-istudenti u l-ħaddiema konna naqsmu b'xejn.", "Jien staqsejt ukoll dwar il-liberalizzazzjoni tar-rotta ta' Sa Maison u jidher li dan huwa l-ewwel pass biex il-Gozo Channel taħdem f'ambjent liberalizzat.", "Permezz ta' mistoqsija parlamentari numru 5276, jien tlabt kjarifika wkoll fuq dan il-punt.", "Fil-fatt il-Ministru Austin Gatt irrispondieni li dan il-pass sar għaliex il-kumpannija kienet qed tagħmel it-telf minn dan is-servizz tal-cargo għal Sa Maison u għalhekk billi jitneħħa dan is-servizz, se jitnaqqas it-telf.", "Informani wkoll li fil- ġimgħat li ġejjin kellha toħroġ sejħa għall-offerti mill-awtorita` marittima ta' Malta.", "Għal darba oħra, jien ġewni ħafna domandi f'moħħi.", "Per eżempju, x'se jkun l-impatt ta' din il-liberalizzazzjoni?", "Kif se jintlaqtu dawk in-negozjanti Għawdxin li jagħmlu użu minn dan is-servizz?", "Kemm se jkunu n-nollijiet?", "Hemm maħsuba xi skema ta' għajnuna jew sussidju biex tikkumpensa lil dawn in-negozjanti?", "X'effett se jkollu dan fuq l- attivita` ekonomika f'Għawdex?", "Dawn huma mistoqsijiet li jiġu waħedhom u kemm jien bħala deputata Għawdxija kif ukoll l-Għawdxin kollha in ġenerali, qed jistennew ir-risposti għalihom.", "Staqsejt ukoll dwar l-impatt tal-miżura fuq il-ħaddiema iżda l-Ministru assigurani li mhux se jkun hemm impatt fuq il-ħaddiema minħabba din il- liberalizzazzjoni pero` sinċerament m'iniex konvinta li dan se jkun il-każ.", "X'se jsir mix-shifts ta' dawn il-ħaddiema li jaħdmu f'Sa Maison?", "Ovvjament dan mhux se jibqa' jsir.", "Staqsejt ukoll dwar x'tip ta' vapuri huma maħsuba li jintużaw; jekk dawn humiex se jġorru vetturi tal-merkanzija biss jew vetturi tal-merkanzija u passiġġieri.", "Il-ministru qalli li r-risposta għal din id-domanda tingħata f'seduta oħra.", "Qed nippreżumi li hekk se jiġri għaliex drabi oħra għamilt suppożizzjonijiet li mbagħad spiċċaw realta`.", "Nissoponi li l-ministru lanqas biss ħaseb fuqha din jew ippjana dwarha.", "Biss li rrid ngħid huwa li hemm ħafna ħaddiema u studenti li jużaw is-servizz ta' Sa Maison, speċjalment fis-sajf meta jkunu bil-half days, għax jippreferu jaqsmu bil- baħar milli jagħmlu dak it-traġitt twil saċ-Ċirkewwa fuq karozzi tal-linja - ġieli bil-wieqfa – f'dik is-sħana kollha.", "Staqsejt ukoll dwar il-mod ta' kif il-crew se jiddaħħal xogħol skond l- esiġenzi tas-servizz.", "Il-ministru spjegali li peress li n-numru ta' passiġġieri ma jaqbiżx il-500 ruħ, inkiseb permess mill-awtorita` marittima ta' Malta biex il-vapuri jkunu jistgħu joperaw b'ekwipaġġ ta' 11 minflok ta' 15.", "Issa n-numru ta' 15-il membru ta' l-ekwipaġġ abbord ma jkunx dejjem fiss irrispettivament minn kemm ikun hemm nies abbord imma jkun flessibbli skond kemm ikun qed iġorr passiġġieri.", "Qalli wkoll li ż-żieda tan-nies għal dawn il-vjaġġi li jġorru 'l fuq minn 500 passiġġier se jittellgħu mill-art jew mill-vapur li jkun marbut ġewwa l-port ta' l- Imġarr.", "Ovvjament din ir-risposta għandha ċerti implikazzjonijiet.", "Aħna diġa` nafu li l-overtime tal-ħaddiema tal-Gozo Channel naqas.", "Nafu li ntbagħtu ċirkolarijiet biex ċerti ħaddiema ma jirrapportawx għax-xogħol fil-Ħdud u l- btajjel pubbliċi u nafu wkoll li ċerti ħaddiema ġew imġiegħla jieħdu l- leave tagħhom.", "Issa, b'din in-novita` awtomatikament se jirriżulta proċess fejn għandek ta' l-inqas erba' f'kull shift li mhux se jdaħħluhom xogħol għaliex jekk il- crew minn 15 se jinżel għal 11, għandek erba' li se jibqgħu jperpru.", "Jekk ikun hemm il-bżonn dawn l-erba', se jdaħħluhom jew mill-art - dawk li jkunu qegħdin jagħmlu x-xogħol tagħhom fuq l-art - jew inkella mill-vapur li jkun sorġut faċċata fl-Imġarr.", "Jien hawnhekk nistaqsi lill-Ministru: Dan x'riżultat se jkollu fuq il-paga tal-ħaddiem u fuq il-job security tagħhom?", "Jien naħseb li l-ħaddiema tal-Gozo Channel għandhom dritt ikunu jafu fejn qegħdin u mhux noqogħdu nilagħbu xi logħba b'detriment għall-ħaddiem.", "Jien kemm-il darba għedt li l-ħaddiema tal-Gozo Channel m'għandhomx jisfaw vittmi għaliex mhux sewwa li l-ewwel indaħħluhom biex nagħmlulhom pjaċir imbagħad nieħdu miżuri bħal dawn għad-detriment tagħhom u tal-familji tagħhom.", "Staqsejt ukoll dwar il-ħaddiema tal-bars tal-vapuri tal-Gozo Channel.", "Nafu li biex jagħmlu l-pjaċiri, speċjalment qabel l-elezzjoni, dawn daħħlu l- ħaddiema mal-Gozo Channel billi deffsuhom jaħdmu fil-bars.", "Jien staqsejt lill-ministru biex jgħidli x'impatt se jkollu fuq il-ħaddiema l-fatt li tħabbar li l-catering issa se tieħu ħsiebha l-Gozo Channel stess u jekk hux se jkun hemm żieda jew tnaqqis ta' ħaddiema minħabba f'dan.", "Il-ministru rrisponda li dawn il-ħaddiema mhumiex tal-Gozo Channel imma huma mpjegati ma' kumpannija oħra u għalhekk ma jistax jgħid x'impatt se jkun hemm fuqhom.", "Issa ovvjament għandna konferma li dawn li mingħalihom jaħdmu mal- Gozo Channel, mhu qed jaħdmu mal-Gozo Channel xejn u jaħdmu ma' kumpannija oħra.", "Pero' li seta' jgħid il-ministru huwa li x-xogħol kien se jibda jsir mill-ħaddiema tal-Gozo Channel u se jiġu ffrankati Lm150,000 fis-sena.", "Issa l-Lm150,000 fis-sena minn fejn se jiġu ffrankati?", "Mill-pagi tal- ħaddiema jew mill-ikel?", "Jiġifieri l-ministru qed igħidilna li issa li se jinbidel il-caterer, il-provider ta' l-ikel preżenti qed jieħu Lm150,000 aktar milli suppost?", "Jew inkella r-riduzzjoni se ssir minn fuq il-ħaddiema tal-bars?", "Qed insemmi dawn il-mistoqsijiet parlamentari li għamilt għaliex il-poplu għandu dritt ikun jaf x'inhu jiġri.", "Ladarba qed nitkellem fuq dan is-suġġett nixtieq nirriferi għat-twissijiet li saru dwar iż-żieda tan-nollijiet mill-Gozo business chamber u mill-Gozo tourism association.", "Qabel l-elezzjoni, dawn iż-żewġ entitajiet kienu qed jiffavorixxu l-politika tal-gvern dwar l-Unjoni Ewropea u dak iż-żmien il- gvern ta kas ta' dak li kienu qed jgħidu.", "Pero' issa ovvjament għax qegħdin iddoqqu qanpiena li mhux qed togħġob lill-gvern, baqa` għaddej minn fuqhom qisu bulldozer.", "Issa nixtieq nerġa' nagħmel riferenza għal dak li kont għedt fl-aħħar aġġornament xi xahrejn ilu, fejn iddiskutejt rapport li kienu ħarġu dawn iż- żewġ entitajiet li ta' min jagħti kashom għax dawn ikopru kompletament l- isfera ekonomika GĦawdxija u ovvjament iħossu b'idejhom is-sitwazzjoni ekonomika kritika u prekarja li għandna f'GĦawdex.", "M'huwiex mument propizju biex jittieħdu miżuri bħal dawn u mhu se joħroġ l-ebda ġid għall-gżira GĦawdxija minn dawn iż-żidiet.", "Dawn se jservu biss biex lill-gżira tagħna jrenduha anqas kompettitiva u jiġu mgerrxa iżjed turisti, speċjalment il- Maltin li jiġu GĦawdex u jiġġeneraw ftit negozju għall-imprenditur GĦawdxi.", "Sur President, jien niskanta kif il-ministru għal GĦawdex - li qiegħda fil- Kabinett fejn suppost jiġu deċiżi u diskussi ċerti miżuri – tista' tibqa` passiva u siekta għal dan kollu.", "Jien niskanta kif din tista' tittollera sitwazzjoni fejn għandek miżuri li se jaffetwaw il-ħajja GĦawdxija f'kull qasam u f'kull livell radikalment.", "Niskanta wkoll u nistaqsi fejn huma dawk in-nies li kienu jipprotestaw miegħi fl-1997.", "Mela għax issa dawn il- miżuri qed jeħodhom il-gvern tagħhom, ma jimpurtax?", "Jien naħseb li jekk aħna l-GĦawdxin m'aħniex kapaċi nirrispettaw lilna nfusna, kif nippretendu li ħaddieħor jirrispettana meta aħna kuntenti li jiġi xi ħadd minn Malta u jiġi jiddettalna u jagħmel bina li jrid?", "Jien nemmen li din hija issue ta' l-GĦawdxin kollha, lil hinn minn kull partiġjaniżmu politiku.", "F'sena waħda, il-Gozo Channel spiċċat taħt il-mira tal-gvern u nixtieq nappella lill-GĦawdxin kollha sabiex ningħaqdu kollha flimkien u ma nibqgħux passivi u naqilgħu ġo fina.", "Il-Gozo Channel hija s- servizz soċjali tagħna u nħeġġeġ lill-GĦawdxin kollha sabiex ningħaqdu flimkien ħalli ma nħallu lil ħadd jeħdilna dak li huwa tagħna.", "Dan l- appell qed nagħmlu partikolarment lid-deputati kollha GĦawdxin, u lilek ukoll ̧ Sur President.", "Nappella biex ninsew id-differenzi politiċi tagħna u niġġieldu għal dak li huwa tagħna għax nemmen b'sinċerita` u b'qawwa kollha li aħna d-deputati GĦawdxin għandna npoġġu l-interessi ta' Għawdex u ta' l- GĦawdxin kollha l-ewwel u qabel kollox u dan għandu jipprevali fuq kull twemmin politiku.", "Ejjew niġġieldu ħalli dak li huwa tagħna nżommuh għalina.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sur President, jien se jkolli nitkellem bħall-Onor.", "Caruana, fis-sens li għandna nieħdu dak li ħaqqna ̧ pero' rigward il- Kottonera.", "Madwar tmien snin ilu, meta l-partit Laburista kien fil-gvern, aħna konna rajna x'se nagħmlu biex nagħtu spinta vera lill-Kottonera u biex nagħtu r-ruħ lin-naħa ta' isfel ta' Malta u dan kemm mill-aspett soċjali u kemm mill-aspett ekonomiku.", "Fil-fatt il-gvern Laburista kien nieda rapport soċjo-ekonomiku għan-naħa ta' isfel ta' Malta li fih kienu nvoluti l- partiti politiċi, l-għaqdiet reliġjużi, l-għaqdiet filantropiċi eċċ.", "Wara li kien tlesta dan ir-rapport kienet saret konferenza fejn il-partiti kienu qablu li dan ir-rapport igħaddi fi stadju ta' azzjoni billi jkun hemm kumitat li jieħu ħsieb il-prijoritajiet sabiex jibda jwettaq dak Ii kien ġie maqbul f'dan l-istess rapport mill-partiti politiċi u minn kulħadd.", "Fil-fatt l-aħħar konferenza kienet saret fil-kulleġġ De La Salle.", "Ikun tajjeb li ngħid li dan il-kumitat ta' azzjoni kien inħatar.", "Tant hu hekk li jien kburi li kont nagħmel parti kemm minn dan il-kumitat kif ukoll mill-kumitat li mexxa biex sar dan ir-rapport.", "Fil-fatt jien tajt sehem qawwi fih u ddedikajt ammont ta' sigħat sostanzjali biex dan ir-rapport seta' jsir.", "Pero' dan kollu għamiltu minn qalbi għaliex naf li n-naħa tagħna għandha l-problemi u naf li hemm bżonn li jkun hemm żvilupp ekonomiku li jrid ikun marbut ma' l-aspett soċjali wkoll.", "Sfortunatament kienet waslet l-elezzjoni ta' l-1998 u tela` l-partit Nazzjonalista u minkejja li l-partit Nazzjonalista kien jaqbel ma' dak il- pjan soċjo-ekonomiku għan-naħa ta' isfel ta' Malta u minkejja li kien jaqbel li jsir kumitat ta' azzjoni biex isiru prijoritajiet ħalli jitwettqu ċerti affarijiet, l-ewwel ħaġa li għamel kien li talab lill-membri f'dan il- kumitat biex jirriżenjaw.", "Fil-fatt ġejna sfurzati biex nirriżenjaw u hekk għamilna la l-gvern ried hekk.", "Pero` min-naħa l-oħra, ftit ġimgħat wara l- elezzjoni, meta l-Prim Ministru tal-lum, l-Onor.", "Gonzi, ġie mistoqsi jekk il-gvern hux se jimxi fuq il-linji ta' dan il-pjan soċjo-ekonomiku għan- naħa ta' isfel ta' Malta, dan kien qal li dak il-pjan se jeħduh on board u se jimxu fuq dak il-pjan biex nagħtu nifs ġdid lin-naħa ta' isfel ta' Malta.", "GĦaddew ix-xhur u spiċċajna biex dan il-gvern mhux talli ma żammx kelmtu li jimxi fuq dan il-pjan, talli meta ġab esperti minn barra biex jagħmlu r- rapporti fuq ir-riġenerazzjoni tal-Kottonera, dawn ma tahomx kopja u ma qalilhom xejn b'dan ir-rapport.", "Jien iltqajt magħhom u staqsejthom jekk il- gvern kienx tahom kopja ta' dan l-istudju jew tahomx brief dwar dak l- istudju li kien sar, u huma dejjem saħqu miegħi li ma jafu b'xejn.", "Jien għedtilhom bl-importanza tiegħu, kif sar, x'fih u baqgħu skantati kif il- gvern ma qalilhom xejn dwar dan.", "Sfortunatament dan kollu juri nuqqas ta' serjeta` min-naħa tal-partit Nazzjonalista fejn tidħol in-naħa ta' isfel ta' Malta.", "Ftit tal-ġimgħat ilu, l-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici beda jgħidilna biex inkunu reali u ma noqogħdux nikkritikaw bħallikieku l-partit Nazzjonalista m'għamel xejn fil- Kottonera.", "Naħseb li jekk insemmi din biss li semmejt issa, dwar dan il- pjan li qabel fuqu kulħadd ̧ anke l-partit Nazzjonalista, żgur li kellu jsir ħafna iżjed milli sar.", "Il-bqija li sar, mhux veru sar għan-nies tal- Kottonera imma sar għal ċertu spekulaturi u biex jiggwadanjaw ċerti nies u xejn iktar.", "Imbagħad xi ngħidu fuq il-yacht marina?", "Kien il-partit Laburista li f'dan ir-rapport saħaq li għandha ssir yacht marina biex niġġeneraw l-impjiegi.", "Nesa l-partit Nazzjonalista li meta tela' fil-gvern qal li din se tiġġenera madwar 500 impjieg?", "Fejn huma l-500 impjieg?", "Fejn qegħdin jaħdmu n-nies tan-naħat tagħna?", "Allura mhux bilfors tgħid li veru mhu qed isir xejn ladarba dawn l-impjiegi ma ġewx maħluqa?", "Veru li saret il-yacht marina - anke aħna għedna li rridu nagħmlu yacht marina – imma din irridu nagħmluha b'tali mod li tiġġenera l-impjiegi għan-nies ta' dawk l-akkwati.", "Imma minn dan kollu, il-partit Nazzjonalista m'għamel xejn!.", "Il-partit Nazzjonalista ftaħar ukoll li l-bini li sar fil-Birgu ̧ li jibda min-naħa ta' Sant' Anġlu u jibqa` sejjer għan-naħa tal-Kalkara ̧ ġie sabiħ u qed jiġi aċċettat min-nies.", "Dan mhu veru xejn.", "L-ewwelnett saret spekulazzjoni għax din mhux in-nies tal-Kottonera gawdew minnha imma min ħa l-art u qed ibigħ dawk il- postijiet.", "Mhux talli ma gawdiex il-poplu tal-Kottonera, talli r-residenti qed isofru l-konsegwenzi.", "Meta jien kont fuq il-bord ta' l-awtorità ta' l- ippjanar għamilt minn kollox biex dan ma jsirx.", "Fil-fatt jien mhux biss kont ivvotajt kontra dak il-bini imma għamilt minn kollox biex kemm jista' jkun nipprova nnaqqas il-problema u l-inkonvenjent li qed joħloq lin-nies ta' dawk l-akkwati.", "Per eżempju, il-linji ta' kif kellu jsir il-bini ma ġewx rispettati u l-livell stabbilit ta' fejn kellu jasal il-lift inqabeż.", "Kien hemm qbil ukoll li hemmhekk ikun belveder imma jekk wieħed imur hemmhekk ̧ diżastru jara u mhux belveder!", "Dawn huma affarijiet li mhux suppost saru u jien nitlob lill-MEPA biex tmur tinvestiga u tara għaliex dan mhuwiex dak li ġie mwiegħed il-poplu tal-Kottonera.", "Sur President, irrid infakkar li biex dak il-proġett isir kellu jintervjeni l-gvern għax jien niftakar li meta dan il-proġett ġie għad- diskussjoni quddiem l-awtorità ta' l-ippjanar domt disa' sigħat inżomm id- diskussjoni b'argumenti sodi bbażati fuq il-liġi.", "Għalhekk żammejthom u xejn iżjed u mhux għax riedu joqogħdu għal dak li kont qed ngħid jien!", "Imbagħad kellu jidħol il-gvern u jagħti garanzija ̧ bla ma jsir traffic impact assessment, biex isir proġett.", "Issa llum hemmhekk in-nies qed ibatu l-konsegwenzi kollha u se jbatu aktar 'il quddiem meta jsir il-parking fl- area ta' Santa Margerita f'Bormla.", "Nerġa` ngħid li jien kont u nibqa' kontra dan kollu.", "Dawn huma l-affarijiet li ġabulna fil-Kottonera!", "X'ġabu iżjed?", "Fejn gawdew in-nies tal-Kottonera?", "Fuq il-bini storiku ma sar xejn biex jiġu attirati t-turisti fl-areas tagħna.", "Ikun tajjeb li wieħed isemmi wkoll li l-partit Laburista waqqaf kumitat konġunt għall-Kottonera fejn hemm involuti fih is-sindki, il-kunsilliera u d-deputati tar-reġjun u bħala president hemm il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "Aħna qed nagħmlu xi ħaġa oħra mill-oppożizzjoni biex nippromwovu t-turiżmu li joħloq u jiġġenera l-impjiegi li tant għandna bżonn għaliex taħt dan il- gvern, l-unemployment żdied u mhux l-impjiegi!", "Allura għax aħna qed nipprovaw innaqqsu l-illitteriżmu u nagħtu edukazzjoni aħjar lit-tfal tagħna, qed nagħmlu xi ħaġa ħażina?", "Allura jekk aħna qed nipprovaw nippromwovu xi ħaġa u qed niddiskutu biex nipprovaw niġġeneraw aktar impjiegi fil-Kottonera, qed nagħmlu xi ħaġa ħażina?", "Qed nagħmlu xi ħaġa tajba u naċċerta lil kulħadd li mhux paroli fil-vojt qed isir għax qed naħdmu bis-serjeta`u kulħadd qed jagħti sehem għax nafu kemm għandna bżonn dan kollu fil-Kottonera.", "Importanti li nagħmluh dan u naċċerta lil kulħadd li qed ikun hemm riżultati pożittivi.", "Sur President, bħalma konna ħadna inizjattiva meta konna fil-gvern bil-pjan soċjo-ekonomiku għan-naħa ta' isfel ta' Malta, issa erġajna ħadna l- inizjattiva u ħloqna dan il-kumitat konġunt tal-Kottonera.", "Kulma sar fil- Kottonera min-naħa tal-partit Nazzjonalista, sar biex jiġu aġevolati l- ispekulaturi u dak li wiegħdu kien kollu sħab u xejn aktar għax l- unemployment żdied minflok naqas, l-edukazzjoni marret lura minflok marret 'il quddiem u l-problemi soċjali żdiedu minflok naqsu.", "Wara kollox ̧ Sur President, jekk il-gvern lanqas irnexxielu jsolvi l-problema ta' l-ilma li jkun hemm ħdejn il-Verdala, kif jista' dan isolvi problemi ferm akbar?", "Biex nagħlaq nixtieq insemmi daqsxejn lix-Xgħajra.", "F'Ottubru tas-sena 2002 talbu biex isiru l-lampi u dawn il-lampi ma sarux u lill-kunsill lokali issa qalulu li dawk il-lampi huma a spejjeż tiegħu.", "X'jiġifieri dan?", "Mela dawn il-lampi ntalbu fl-2002, kien hemm approvazzjoni ̧ safejn naf jien u sakemm jaf il-kunsill ukoll, imma anke kieku ma kienx hemm l- approvazzjoni, jekk kien hemm bżonnhom u issa ir-responsabbilta` tal-lampi waqgħet fuq il-kunsill lokali, dawn għandhom isiru mill-gvern għax il- kunsill lokali tax-Xgħajra m'għandhomx flus u għandhom raġun u jien nitlob minn hawnhekk lill-Ministru Austin Gatt biex jintervjeni għax din hija xi ħaġa li għandha ssir.", "Wara kollox dawn mhux illum intalbu!", "Il-partit Laburista verament jemmen fil-Kottonera u dak li jagħmel, ma jagħmlux bi skop ta' smokescreen u ma jagħmlux biex jaġevola lil xi spekulaturi imma jagħmlu biex jipprova jsolvi l-problemi li għandna u biex jagħti spinta 'l quddiem lill-Kottonera.", "Il-partit Laburista huwa l-partit tal-ħaddiema u l-maġġoranza tal-ħaddiema jafu li se jsibu l-partit Laburista warajhom li jipprova jtaffi dawn il-problemi.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada l- Ħamis 29 ta' April 2004 fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Prim Ministru.", "Fl-9.50 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija."]} {"filename": "20061114_461d_par.doc", "date": "2006-11-14", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Uffiċjali u Rivedut) L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 461 It-Tlieta, 14 ta' Novermbru 2006 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 461", "It-Tlieta, 14 ta' Novermbru 2006", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-9.01 a.m.", "Talba", "Seduta Nru. 461", "It-Tlieta, 14 ta' Novermbru 2006", "WERREJ", "MINUTI 1", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 1", "TQEGĦID TA' KARTI 7", "MOZZJONIJIET", "ESTIMI TAD-DĦUL U NFIQ TAL-KORPORAZZJONI GĦAX–XOGĦOL U", "TAĦRIĠ GĦAS-SENA 2006 - 2007 7", "AĠĠORNAMENT 24", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 29", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 460 li saret fit-13 ta' Novembru, 2006 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "MFA - KONSULENT", "21105.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Helena Dalli) staqsa lill- Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: X'inhu r-rwol tal-persuna - li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - li hija impjegata ma' l- universita', sekondata mal-fondazzjoni għall-istudji internazzjonali u li tkun mad-delegazzjonijiet barranin li jiġu hawn Malta?", "Jista' ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt tax-xogħol ta' l-imsemmi persuna għas- servizzi li qed tagħti?", "Permezz ta' liema sejħa ġiet magħżula biex taqdi dan is-servizz?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi) (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Il-persuna ndikata tinsab fuq kuntratt bħala konsulent mal-ministeru ta' l-affarijiet barranin.", "Peress li fil-ministeru l-post ta' direttur tal-protokoll kien vakanti u l-persuna ndikata għandha esperjenza f'dan il-qasam, intalbet biex sakemm tinħatar persuna f'din il-kariga tassisti lill-ministru fil- qadi ta' din il-kariga.", "Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal- kuntratt tal-persuna msemmija.", "FABBRIKI TAL-FARMAĊEWTIKA – CHEMICAL WASTE", "21874.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Charles Buhagiar) staqsa lill- Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: X'qiegħed isir bil-chemical waste li jipproduċu l-fabbriki tal-farmaċewtika f'Ħal Far?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent): Minn informazzjoni li għandha l-MEPA, ammont sostanzjali ta' dan it-tip ta' skart qed jiġi esportat sabiex ikun rikoverat barra minn Malta billi f'pajjiżna m'għandniex faċilitajiet adatti għar-rimi jew rikoveru ta' dan l- iskart.", "Mhux eskluż li ammonti ta' dan it-tip ta' skart jinsabu maħżunin fl-industrija sakemm jiġu esportati.", "JETTING BOWSERS", "21876.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Charles Buhagiar) staqsa lill- Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 21630 u jgħid mingħand liema kuntrattur qegħdin jiġu mikrija l-jetting bowsers mid- dipartiment tad-drenaġġ?", "Kemm tħallas il-kuntrattur għal dan is-servizz matul dawn l-aħħar 12-il xahar?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (f'isem il-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni): Bħalissa l-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma m'hu qed tikri l-ebda jetting bowsers għax il-kuntratt skada fl- aħħar ta' Awissu 2006.", "Qabel din id-data il-kuntrattur kien Polisal u fl- aħħar 12-il xahar tal-kuntratt tħallas Lm506,041.", "MAINS TA' DRENAĠĠ", "21878.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Charles Buhagiar) staqsa lill- Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 21629 u jgħid b'konnessjoni ma' proġetti ta' bini ta' toroq, liema meded tal-mains tad-drenaġġ ġew spezzjonati permezz tas- CCTV qabel ma nbeda x-xogħol matul dawn l-aħħar 12-il xahar?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT (Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq): Risposta tingħata f'seduta oħra.", "TAXXA FUQ IS-SAFAR", "21893.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Anġlu Farrugia) staqsa lill- Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni: Kif jiġi regolat il-ġbir tat-taxxa minn fuq it-tluq minn Malta li jistabbilixxi kemm fir-realta' jsiefru nies u kemm jitħallsu f'taxxi?", "Jista' jagħtini rendikont ta' kemm ilha li daħlet fis-seħħ tali sistema tassattiva versus l-ismijiet tal- passiġġieri.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni): It- taxxi ta' tluq hi miġbura mingħand il-linji ta' l-ajru fuq il-bejgħ ta' biljetti lil dawk il-passieġieri li joriġinaw minn Malta.", "Dawn il-linji ta' l-ajru jagħtu rendikont regolari ta' l-ammont ta' biljetti li jkunu biegħu u jagħmlu l-pagament relattiv.", "Qatt ma nġabru ismijiet ta' passiġġieri li kienu ħallsu t-taxxa ta' tluq kemm ilha li daħlet din it- taxxa mill-1997.", "PBS - CHAIRMAN", "21894.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Anġlu Farrugia) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: Jista' l-Ministru jgħid kif il-persuna, li isimha qed jintbagħat separatament, ġie appuntat bħala chairman?", "Fuq liema merti ntgħażel u fost kemm-il persuna ġie magħżul jew maħtur?", "Min eżamina tali għażla jew ħatra?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-mistoqsija għandha ssir lill-ministru konċernat u cioe' lill-ministru responsabbli mill-PBS.", "MOSTA - TOROQ", "21895.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Anġlu Farrugia) staqsa lill- Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Meta se jitlestew Triq San Ġużepp u Triq San Paċifiku fil-Mosta?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: It-tender għall-bini ta' toroq imsemmija mill- Onor. Interpellant kien għalaq fil-25 ta' Lulju, 2006.", "Id-dipartiment tal- kuntratti aġġudika dan it-tender u l-kuntrattur magħżul għandu jirċievi l- letter of acceptance fil-jiem li ġejjin.", "ĦADDIEMA MILL-UNJONI EWROPEA", "21897.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Anġlu Farrugia) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru jgħid preċiżament kif iċ-ċittadin Malti se jkun protett u jiġi assigurat li ebda ċittadin ieħor barrani mill-pajjiżi membri ġodda fl-Unjoni Ewropea, jiġifieri mill-Bulgarija u r-Rumanija, ma jieħdux xogħol Malti peress li l- paga 'l isfel minn dik magħrufa bħala l-paga minima hija biżżejjed għalihom?", "Kif se jiġi assigurat il-poplu Malti li se jiġi protett meta hawn min fil-qasam ta' min iħaddem lest biex jimpjegahom?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Bħalissa applikazzjoni għal permessi ta' xogħol għal ċittadini ta' pajjiżi membri ta' l-EU jiġu approvati b'mod awtomatiku.", "Min- naħa l-oħra l-applikazzjoni għal permessi għal non-EU citizens jiġu kkunsidrati kif deskritt fir-risposta għal mistoqsija parlamentari 21704.", "Qabel ma tiġi kkunsidrata l-applikazzjoni, dettalji dwar il-vacancy jidhru fuq il-website ta' l-ETC taħt it-taqsima ta' work permits u kull ċittadin Malti jista' jindika l-interess tiegħu f'dawn il-vacancies billi javza l- KXT.", "Il-korporazzjoni tirriferi dawn il-persuni lill-prinċipal li jkun qed jannunzja l-vacancy u l-prinċipal ikollu jirrapporta lura lill- korporazzjoni u jiġġustifika d-deċiżjoni tiegħu.", "B'dan il-mod, il-Maltin qegħdin jingħataw id-dritt li jiġu kkunsidrati għal dawn il-vacancies qabel non-EU citizens.", "F'dan l-istadju l-applikazzjonijiet għal ħaddiema mill-Bulgarija u r- Rumanija jiġu pproċessati bl-istess mod bħal dawk ta' non-EU citizens.", "DAR MALTA FI BRUSSELL", "21899.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Anġlu Farrugia) staqsa lill- Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jgħid fiex wasal il-proġett ta' Dar Malta fi Brussell?", "Jista' jgħid preċiżament kemm se jiġi jiswa dan l-embellishment u min ħa t-tenders għal tali proġetti?", "Jista' jgħid meta u kemm se ddaħħal il-kaxxa ta' Malta mill-kirjiet imsemmija mill-gvern mill-istess proprjeta' fi Brussell?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): L- Informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.", "TERMINAL TAĊ-ĊIRKEWWA", "21901.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Anġlu Farrugia) staqsa lill- Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni: X'inhi r-raġuni li x- xogħol fuq il-proġett tat-terminal taċ-Ċirkewwa waqaf?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Ix-xogħol fuq it-terminal taċ-Ċirkewwa għadu għaddej tant li fil-jiem li għaddew ġew approvati l-permessi neċessarji mill-MEPA.", "Bħalissa qed isiru l-preparamenti neċessarji għall-ħruġ tat-tenders għall- bini kif approvat.", "TURIŻMU RELIĠJUŻ", "21906.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru għat-Turiżmu u Kultura: X'inhu jsir biex jiġi attirat it-turiżmu reliġjuż biex b'hekk jitgawda aktar il-wirt kulturali reliġjuż?", "Kien hemm kuntatti ma' l-awtoritajiet tal-knisja f'dawn l-aħħar xhur dwar dan?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (f'isem il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura): Fi Frar 2006 sar kuntatt uffiċjali mill-MTA ma' l-organizzazzjoni tat-turiżmu reliġjuż immexxijja minn Mons. Philip Calleja.", "Aktar tard fl-istess xahar, l-MTA bagħtet rappreżentant biex jipparteċipa fil-fiera RELIGIO li saret f'Pariġi.", "Saru wkoll zewġ press trips, wieħed f'Ġunju u l-ieħor f'Settembru 2006 fejn fuq stedina ta' l-MTA żaru Malta u Għawdex numru ta' ġurnalisti speċjalizzati fil-qasam reliġjuz, minn Franza - Homme Nouveau, France Catholique, Feu & Lumiere, KTO TV, mill-Olanda - Quinta, Katholiek Nieuwsblad, u mill-Belgju - L'Evenement, sabiex jippromwovu l-wirt reliġjuz tagħna.", "Barra minn hekk, l-MTA qed tipparteċipa fi-proġett finanzjat mill-Unjoni Ewropea – Med Mission, li jitratta dwar l-itinerarju ta' San Pawl fil- Mediterran.", "Ta' min jgħid ukoll illi l-MTA għandha kuntatt kontinwu mal- Fondazzjoni tal-Kon-Katidral ta' San Gwann, fejn spiss jittieħdu ġurnalisti biex jiffilmjaw u jirrappurtaw dwar il-Katidral.", "L-istess isir fil-każ tal- Katidral ta' l-Imdina, il-Katidral ta' Għawdex, il-Katakombi ta' San Pawl u postijiet oħra ta' interess turistiku-reliġjuz.", "L-MTA għandha wkoll kuntatti mal-membri tal-Missione Archeologica Italiana fejn jiġu segwiti l-iskavi ġewwa San Pawl Milqi.", "Dan jgħin sabiex it- turiżmu reliġjuz kif ukoll arkeoloġiku jiġu promossi fl-Italja.", "MUŻEWIJIET FIL-PARROĊĊI", "21907.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' l-Ministru jgħid x'inhu jagħmel biex il-mużewijiet li hemm kważi f'kull parroċċa jinfetħu aktar biex jitgawdew kemm mill-Maltin kif ukoll mit-turisti?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (f'isem il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura): Dawn il- mużewijiet li qed jirriferi għalihom l-Onor Interpellant jappartjenu għall- knisja u ma jaqgħux taħt ir-responsabbiltà ta' Heritage Malta jew tal- gvern.", "PROĠETTI TA' TOROQ", "21914.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Charles Buhagiar) staqsa lill- Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 21656 u jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra t-total ta' proġetti ta' toroq u junctions li ġew sottomessi għall-fondi mill-Unjoni Ewropea bl-ispiża stmata għal kull proġett separatament?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: L-ADT issottomettiet applikazzjoni għall-bini ta' toroq mill-fondi ta' koezjoni u żewġ applikazzjonijiet għall-bini ta' toroq mill-fondi strutturali.", "L-applikazzjoni għall-fondi ta' koezjoni tikkonsisti fi tliet proġetti li huma:", "|St. Paul's |Fiche |€6 miljun| |Bay Bypass |Value |(Lm2,575,| | | |800) | | |Tender |€5.952 | | |Value |miljun | | | |(Lm2,554,| | | |723) | |Civil |Fiche |€1.20 | |Aviation |Value |miljun | |Avenue | |(Lm515,16| | | |0) | | |Tender |€1.154 | | |Value |miljun | | | |(Lm495,27| | | |9) | |Mġarr Rd |Fiche |€3.886 | |Għajnsielem |Value |miljun | | | |(Lm1,668,| | | |260) | | |Tender |€3.376 | | |Value |miljun | | | |(Lm1,449,| | | |136) |", "L-applikazzjonijiet għall-fondi strutturali huma:", "|Manwel Dimech|Fiche |€5.537 | |Bridge |Value |miljun | | | |(Lm2,376,| | | |380) | | |Tender |€4.651 | | |Value |miljun | | | |(Lm1,996,| | | |057) | |Ħal Far Phase|Fiche | €4.587 | |III |Value |miljun | | | |(Lm1,968,| | | |710) | | |Tender |€4.244 | | |Value |miljun | | | |(Lm1,821,| | | |341) |", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Qed jiġi investigat u analizzat il-fatt li t-traffiku fit-toroq tagħna qiegħed dejjem jiżdied, anke fil-weekends?", "Hemm il-ħsieb li 'l quddiem isiru flyovers biex din il-problema ma tkomplix tikber?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ir-rata ta' żieda ta' traffiku m'hijiex waħda straordinarja.", "Fil-fatt wara ż-żieda qawwija ta' traffiku li kellna f'dawn l-aħħar 15-il sena, illum iż-żieda annwali fuq vetturi fit-toroq hija ta' madwar 3% tal-karozzi eżistenti.", "Dan ma jfissirx li mhux qed ikollna problemi tat-traffiku, anke għaliex dan ġieli jiġi kkawżat minħabba xogħol li jkun qed isir fuq ċerti proġetti.", "B'mod partikolari nirriferi għan-naħa ta' fuq ta' Malta, fejn qed ikun hemm konġestjoni kbira tat-traffiku, speċjalment nhar ta' Ħadd, għax apparti li n-nies joħorġu fil-ħin ħieles tagħhom, bħalissa għaddej ix-xogħol fuq il-bypass ta' San Pawl il-Baħar u t- Triq tal-Manikata.", "Biex wieħed iżomm it-traffiku għaddej b'mod tajjeb qed nippruvaw nużaw sistemi moderni fejn wieħed jista' josserva t-traffiku permezz ta' cameras u electronic signs li jistgħu anke juruk fejn ikun hemm post vojt fejn tipparkja.", "Miżura oħra li qegħdin nieħdu u li tista' tgħin lit-traffiku hija dik tal-proġett park & ride, li qed nagħmlu fil-Belt, biex inġibu dik li ngħidulha l-model shift.", "Ovvjament is-soluzzjoni ta' bini ta' flyovers jew multi level junctions hija wkoll waħda mis-soluzzjonijiet.", "Wieħed miż-żewġ proġetti li għandna dwar flyovers huwa dak tar-roundabout tal-Kappara, li kulħadd japprezza li hija waħda mill-aktar areas problematiċi u l-intenzjoni tagħna hi li dan ikun iffinanzjat mill-fondi ta' l-Unjoni Ewropea.", "Nisperaw li t-tender għal dan ix-xogħol joħroġ għall-ħabta ta' Jannar tas-sena d-dieħla u x'aktarx li minħabba l-expertise li jinkludi dan il-proġett, noħorġuh bħala design and build.", "Multi level junction ieħor - dan jissejjaħ underpass - li nixtiequ nagħmlu u li forsi m'huwiex daqshekk ikkumplikat, huwa dak fi Triq Diċembru 13 biex it-traffiku li jkun sejjer għan-naħa tal-port, għan-naħa tat-triq tal- Viset, ikun jista' jiġi deviated għal ftit 'il bogħod minn fejn hemm il- monument tar-repubblika fl-istess triq, biex kemm jista' jkun nilqgħu din id-devjazzjoni ħafna iktar kmieni mingħajr ma t-traffiku jkollu għalfejn jidħol lejn il-Blata l-Bajda jew il-Furjana u l-Belt.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Ġiet evalwata s-sitwazzjoni li żviluppat fil-parti ta' ħdejn il-bridge tal-Mosta, inti u sejjer lejn Targa Gap u tibqa' nieżel għal Burmarrad?", "F'każ li din is-sitwazzjoni ma ġietx evalwata, jista' l- Ministru jara li tiġi evalwata fil-ġejjieni qarib?", "Qed nistaqsi dan għax hawnhekk apparti mill-problema tal-bypass, il-volum tat-traffiku qiegħed iktar ma jmur iktar jiġi f'bottleneck minħabba l-mod kif ġew magħmula t-toroq il-ġodda għal raġunijiet ta' safety.", "Dan qed jikkawża traffiku enormi f'ċerti ħinijiet tal-ġurnata u qed jaffetwa ħażin il-business fil-lokalita' ta' Buġibba, il-Qawra u San Pawl il-Baħar.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: M'għandix din l-informazzjoni quddiemi, pero' se nara jekk humiex qed jiġu monitored il-problemi tat-traffiku fl-area li qed jirriferi għaliha l-Onor.", "Interpellant.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Ħafna drabi qajjimt l-argument li numru ta' zebra crossings mhux qed jingħataw il-manutenzjoni meħtieġa u saħansitra hemm uħud minnhom li lanqas qed ikunu mixgħula, bħal dik li hemm fil-qasam tad- djar tan-Nigret, ir-Rabat, li ilha tliet snin ma tinxtegħel.", "Jista' l- Ministru jara kif jirrimedja l-problema li teżisti bejn il-kunsill lokali u l-awtorita' biex il-pedestrians ikunu tabilħaqq protetti f'dan ir-rigward?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Jidhirli li dwar il-pelican crossing li qed jirriferi għaliha l-Onor.", "Interpellant kont weġibt f'mistoqsija parlamentari li saritli.", "Il-prattiċi viġenti u magħrufa minn kulħadd huma li l-ADT tagħmel ix-xogħol infrastrutturali u mbagħad l-applikazzjoni biex jinxtegħlu t-traffic lights issir mill-kunsill lokali ta' dik il-lokalita' partikolari.", "Għaldaqstant ma nafx għaliex għandu jkun hemm problema bejn il-kunsill lokali tar-Rabat u l-ADT f'dan ir-rigward.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Il-Ministru ma jinkwetahx il-fatt li zebra crossing tibqa' ma tinxtegħelx għal tliet snin sħaħ, apparti li din m'hijiex prattika għall-pedestrian?", "Jekk kemm-il darba ma saritx l-applikazzjoni, l- ADT ma tistax tikkordina u tiffaċilita dan il-proċess?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Meta l-periti ta' l-ADT jagħlu dak li għandhom jagħmlu ma jibqgħux jimmonitorjaw x'jiġri fuq dik il-pelican crossing partikolari, imbagħad irid ikun il-kunsill lokali, li qiegħed iktar viċin iċ-ċittadini, li għandu jieħu dik ir-responsabbilta'.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Allura l-ADT u l-ministeru responsabbli mit-trasport ma jżommux ruħhom aġġornati dwar il-prekawzjonijiet li hemm bżonn jittieħdu biex is-sigurta' tal-pedestrians tkun tabilħaqq protetta?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ir-responsabbilta' prinċipali ta' l-ADT dwar road safety hija speċifikament fuq toroq arterjali, distributorji, u linking.", "Ovvjament jekk ikun hemm xi ħaġa straordinarja f'toroq oħrajn tidħol l-ADT, imma normalment fuq toroq lokali, il-kunsill lokali għandu dik ir- responsabbilta'.", "Naturalment jekk il-kunsill lokali jitlob lill-ADT li jixtieq jieħu xi miżuri biex jiġi kkontrollat it-traffiku billi jitwaħħlu speed cameras u pedestrian crossings, normalment l-ADT tikkonsidrahom dawn l-affarijiet u anke tiġi evalwata r-responsabbilta' ta' l-implimentazzjoni.", "Pero' xi ħaġa li suppost jeħodha l-kunsill lokali f'idejh ma tibqax tiġi monitored mill-ADT.", "GREEN WARDENS - ĊITAZZJONIJIET", "21919.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Charles Buhagiar) staqsa lill- Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern: Kemm inħarġu ċitazzjonijiet mill-green wardens minn meta bdew jaħdmu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġuztizzja): In-numru ta' ċitazzjonijiet li nħarġu mill-green wardens minn mindu bdew jaħdmu fl-1 ta' Jannar, 2006 sa l-10 ta' Ottubru, 2006, kienu hekk:", "Green wardens tal-MEPA ħarġu 458 ċitazzjonijiet permezz tal-hand-held computer;", "Green wardens ingaġġati mal-kumpanniji tal-gwardjani lokali ħarġu 2,175 ċitazzjoni permezz tal-hand-held computer.", "Dan ifisser li minn mindu bdew jaħdmu s'issa, il-green wardens ħarġu total ta' 2,633 ċitazzjoni.", "KARNIVAL – ĦRUĠ TA' TENDER", "21920.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 21822 u jgħid jekk ħarġitx xi tender jew expression of interest għal xi servizz jew ieħor marbuta mal-karnival?", "Jekk fl- affermattiv, jista' ipoġġihom fuq il-mejda tal-Kamra?", "Jekk din għadha ma ħarġitx, hemm xi ħsieb li dan isir fil-futur qarib?", "Saru kuntatti formali jew informali mal-kumpannija Where's Everybody?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (f'isem il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura): Il-kunsill għall-kultura u l-arti, f'isem il-kummissjoni nazzjonali folklor ħareġ diversi kwotazzjonijiet għal servizzi marbuta mal-Karnival 2007.", "Dawn huma l-karru tar-re tal-karnival, mużika background, innu tal-karnival, il- parata, il-booklet, sistema ta' PA fl-enclosure u l-Furjana, cranes u tower Ladders.", "Qed inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra kopja ta' dawn is-sejħiet.", "Il-kummissjoni folklor fi ħdan il-kunsill għamlet ukoll tliet sejħiet ta' expression of interest.", "L-ewwel waħda, li għalqet fit-22 ta' Awissu, kienet biex jintrama stand f' Misraħ il-Ħelsien, Valletta, filwaqt li t- tieni sejħa kienet għal-loġistika kollha ta' l-enclosure f'Misraħ il- Ħelsien, il-Belt Valletta, u din għalqet fl-10.00 a.m. ta' nhar it-Tlieta, 31 ta' Ottubru, 2006 u kienet pubbliċizzata permezz ta' stqarrija fl- istampa u dehret f'avviż speċifiku fil-ġurnali ewlenin tal-Ħadd, 29 ta' Ottubru, 2006.", "Qed inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra kopji tas-sejħiet imsemmija.", "It-tielet expression of interest kienet tirrigwarda il-poster tal-karnival.", "Fl-aħħar nett ninsab infurmat ukoll li minn naħa tal-kunsill u tal- kummissjoni, ma saru ebda kuntatti formali jew informali mal-kumpannija Where's Everybody.", "UŻU TA' BIODIESEL", "21925.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Charles Buhagiar) staqsa lill- Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: B'riferenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 21661, jista' l-Ministru jagħti l-ammont ta' biodiesel li ntuża kull xahar kif ukoll l-average price għal kull xahar?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (f'isem il-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura): L- informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant hija kif tidher hawn taħt:", "|Xahar |Litri |Ammont|Prezz | | | |(Lm) |kull | | | | |litru | | | | |(Lm) | |Jannar | |341.02|0.40 | | |856.82| | | |Frar |1,676.|662.15|0.40 | | |32 | | | |Marzu |1,835.|750.65|0.41 | | |32 | | | |April |1,754.|710.69|0.41 | | |78 | | | |Mejju |1,538.|631.99|0.41 | | |69 | | | |Gunju |1,811.|766.99|0.42 | | |31 | | | |Lulju |1,371.|585.17|0.43 | | |46 | | | |Awissu |1,331.|561.69|0.42 | | |02 | | | |Settemb|1,366.|583.71|0.43 | |ru |17 | | | |Ottubru|1,232.|532.23|0.43 | | |01 | | | | | | | | |Total |14,773|6,126.|0.41 | | |.90 |29 | | | | | |(avera| | | | |ge) |", "VILLAĠĠ TAL-KARNIVAL", "21927.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21825 dwar il-villaġġ tal-karnival?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (f'isem il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura): Ma jkunx etiku li wieħed jagħti dettalji ta' x'ġie rakkomandat fil-kumitat kif indikat mill-Onor.", "Interpellant, speċjalment meta wieħed jikkonsidra li dawn ir-rakkomandazzjonijiet eventwalment ikunu riferiti lill-kabinett tal- gvern.", "WASTESERV - PERIT", "21933.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: X'inhi l-pożizzjoni tal-perit li ismu qed jintbagħat separatament vis-á-vis il-kumpannija WasteServ?", "X'inhu l-ħlas dovut lilu għas-servizz li qed jagħti?", "Jista' jgħid jekk hux impjegat jew inkella konsulent?", "Jista' jgħid jekk hemmx xi kuntratt jew le?", "Jekk fl-affermattiv, jista' ipoġġih fuq il-mejda tal-Kamra?", "Jista' l- Ministru jgħid ukoll jekk dan l-istess perit jagħmilx xi xogħol ieħor fi ħdan l-istess ministeru jew xi ente oħra li taqa' taħt l-istess dekasteru?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent): Il-perit imsemmi ġie mqabbad fil-funzjoni ta' perit forensiku b'konnessjoni ma' l-appell tal-MEPA dwar l-impjant għat-trattament ta' l-iskart ta' Sant'Antnin.", "Huwa ġie mqabbad mill-kumpannija WasteServ (Malta) Limited fuq bażi ta' konsulenza diretta skond il-kriterji stabbiliti mir- regolamenti dwar il-kuntratti pubblici ta' l-2000.", "Il-ħlas għal dan is- servizz kien ta' Lm59.", "BENEFIĊĊJI SOĊJALI", "21945.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Chris Agius) staqsa lill- Ministru tal-Familja u tas-Solidarjeta' Soċjali: X'inhi r-raġuni li l- persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, m'hi tieħu l-ebda benefiċċju?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (f'isem il-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali): Il-persuna ndikata mill-Onor.", "Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid- dipartiment tas-sigurta' soċjali dwar il-każ tagħha.", "FIDI TA' ĊENS", "21946.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Chris Agius) staqsa lill- Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk kerrej ta' fabbrika jistax jifdi ċ-ċens ta' l- istess proprjeta' tal-gvern?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (f'isem il-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni): Il-fidi ta' ċens huwa regolat mill-Kap.", "16 tal-Liġijiet ta' Malta u l-provvedimenti ta' din il-liġi jridu jiġu applikati f'kull każ.", "ST.", "NICHOLAS MARRIED QUARTERS - DAWL", "21947.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Chris Agius) staqsa lill- Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru jara li jinbidlu l-bozoz tad-dawl maqtugħa fil-verandi ta' St. Nicholas Married Quarters, f'Bormla?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (f'isem il-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni): Il-Korporazzjoni Enemalta sejra tieħu l- passi meħtieġa biex tibdel il-bozza maqtugħa.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-Mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti. ll-Ministru Louis Galea.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, f'isem il-Ministru għall-Familja u Solidarjeta' Soċjali, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Tagħrif dwar l-iskemi ta' l-Awtorita' tad-Djar, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 21997; u", "Kopja tal-ftehim datat it-3 ta' Ottubru 2006 bejn l-Awtorita' tad-Djar u s-sid ta' binja fi Triq Carmelo Delucca fil-Qawra, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 21999.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet.", "Il-Ministru Louis Galea", "MOZZJONIJIET", "ESTIMI TAD-DĦUL U NFIQ TAL-KORPORAZZJONI GĦAX–XOGĦOL U TAĦRIĠ GĦAS-SENA 2006 - 2007", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, nipproponi:", "Illi l-Kamra tapprova l-estimi tad-dħul u nfiq tal-Korporazzjoni għax- Xogħol u t-Taħriġ għas-sena finanzjarja mill-1 ta' Ottubru 2006 sat-30 ta' Settembru 2007 skond l-Att dwar is-Servizzi ta' Impieg u Taħriġ, Kap. 343.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Rimarki?", "Il-Ministru ta' l-Edukazzjoni.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, fis-seduta ta' dalgħodu u tal-lejla se neżaminaw l-estimi tal-korporazzjoni għax-xogħol u taħriġ għas-sena finanzjarja li bdiet f'Ottubru ta' din is-sena u se tispiċċa fl-aħħar ta' Settembru tas-sena d-dieħla.", "Dan se nagħmluh wara li poġġejna dawn l- estimi fuq il-mejda tal-Kamra flimkien mar-rapport u ma' l-istqarrija finanzjarja verifikata mill-awdituri tal-korporazzjoni.", "Il-korporazzjoni għax-xogħol u taħriġ qiegħda tiġi fdata biex tinvesti f'dan is-servizz pubbliku ta' l-impjiegi u fl-iskemi ta' taħriġ Lm4,852,000.", "Dan huwa budget sostanjali ħafna għall-qies ta' pajjiżna, u huwa maqsum, kif ikunu maqsumin dawn l-estimi, bejn dawk li huma ċerti żviluppi kapitali, inizjattivi, programmi ta' taħriġ u spejjeż kurrenti.", "Bħala kapital insibu li hemm Lm319,000 li ħafna minnhom se jiġu mill-fond reġjonali Ewropew għall-iżvilupp, u mbagħad jekk wieħed jara l-programmi jsib li anke hawnhekk hawn sehem qawwi ħafna tal-fondi ta' l-Unjoni Ewropea.", "Fil-fatt għas-sena finanzjarja li qegħdin fiha, din is-somma tlaħħaq għal kważi Lm3 miljuni.", "Għandek Lm818,000 li għadhom ġejjin mill- fondi li kellna bejn l-2004 u l-2006, imbagħad għandek Lm2,047,000 li huma fondi ġejjin mill-budget il-ġdid ta' l-Unjoni Ewropea għall-2007/2013.", "Hemm ukoll spiża ta' ftit aktar minn Lm1.5 miljun li hija l-ispiża rikorrenti tal-korporazzjoni biex tkun tista' tagħti s-servizzi kollha, li skond il- liġi hija marbuta li tagħti.", "Naturalment f'din l-okkażjoni nagħtu ħarsa mill-viċin lejn dwar kif il- korporazzjoni tkun qiegħda topera u x'servizzi qiegħda tagħti f'kuntest wiesa' ta' l-ivżilupp soċjali ekonomiku tal-pajjiż, b'mod partikolari l- iżvilupp tas-suq tax-xogħol.", "Nistgħu ngħidu li l-ħidma tal-korporazzjoni għax-xogħol u taħriġ hija maqsuma f'żewġ partijiet prinċipali li huma s- servizz ta' l-impjiegi u s-servizz li għandu x'jaqsam mal-programmi ta' taħriġ għal dawk li qegħdin ifittxu x-xogħol.", "Hemm ukoll programmi ta' natura speċjali, bħalma huma l-programmi li għandhom x'jaqsmu mal- promozzjoni ta' aktar ugwaljanza bejn is-sessi fil-qasam tax-xogħol u taħriġ.", "Minn xi snin 'il hawn, il-korporazzjoni daħlet ukoll għall-piż kbir fejn trid timplimenta proġetti b'fondi ta' l-Unjoni Ewropea, liema proġetti jirrikjedu ħafna xogħol, b'mod partikolari amministrattiv, sabiex jiġi assigurat li dawn il-fondi jiġu applikati bl-aħjar mod possibbli.", "Irrid ngħid li jekk wieħed jaqbad l-ewwel parti, dik li tirrigwarda s- servizz ta' l-impjiegi, insibu li hawnhekk il-korporazzjoni tat servizz lil numru kbir ta' ħaddiema u employers.", "Nafu li l-korporazzjoni hija d- depożitarju - biex ngħidu hekk - ta' ħafna informazzjoni dwar is-suq tax- xogħol, u ċioe' min qed jibda jaħdem, min qed jispiċċa mix-xogħol partikolari tiegħu, min qed jfittex ix-xogħol u x'xogħol qegħdin ifittxu.", "Dan huwa servizz ta' importanza kbira l-ewwel u qabel kollox għal min qiegħed ifittex ix-xogħol, pero' huwa importanti wkoll għall-employers.", "Allura nistgħu ngħidu li l-ETC hija aġenzija ta' importanza kbira fil-qasam ta' l-ekonomija ta' pajjiżna.", "Ix-xogħol ta' l-ETC huwa wieħed delikat immens, speċjalment għax qiegħda tittratta ma' numru konsiderevoli ta' nies li fil-kors tal-ħajja tax-xogħol tagħhom jgħaddu minn fażijiet differenti.", "Għandek dawk li għadhom se jibdew ifittxu x-xogħol għall-ewwel darba, dawk li kienu f'impjieg u jridu jsibu xogħol ieħor għax ikunu tilfu dak li kellhom u għandek oħrajn li jkunu jridu jibdlu l-impjieg ma' xogħol ieħor differenti jew aħjar.", "Għaldaqstant ħafna drabi jkun hemm bżonn ħafna xogħol ta' assessment u xogħol li jista' iwassal anke għal taħriġ partikolari.", "L-ETC trid tgħin lil dawk il-ħaddiema li jkunu qegħdin ifittxu mpjieg isibu dan l-imjieg.", "Tajjeb ngħid li matul is-sena li għaddiet it-taqsima tas- servizzi ta' l-impjiegi żiedet sew l-isforzi tagħha biex tkun tista' toffri opportunitajiet ta' xogħol lil dawk li qegħdin jirreġistraw magħha bħala li qed ifittxu mpjieg.", "Matul din is-sena l-korporazzjoni kellha 8,738 vakanza ta' mpjiegi rreġistrati magħha.", "F'kelma waħda kien hemm talba għal 8,738 ħaddiem minn diversi employers biex jimlew vakanzi li nħolqulhom jew oħrajn ġodda.", "Dan ifisser 16% żieda fir-reġistrazzjonijiet ta' vacancies fuq is- sena li għaddiet.", "Ta' min jgħid li hawnhekk tkun għaddejja ħidma kbira mill- korporazzjoni għax-xogħol u taħriġ, liema korporazzjoni m'hijiex passiva anzi hija proattiva b'kuntatti li jkollha ma' l-employers u b'seminars, li jiġu organizzati fil-fiera li ssir apposta, ma' ħafna mill-istess employers.", "Għalhekk nistgħu ngħidu l-ETC għaddejja l-ħin kollu b'kampanja ta' informazzjoni sabiex l-employers u min qed ifittex ix-xogħol ikunu mgħarrfa dwar is-servizz li toffri, u jkunu mitluba biex ma joqogħdux lura milli jużaw is-servizzi li toffri.", "Sur President, tajjeb ukoll li ngħid li bħala fatt il-korporazzjoni għax- xogħol u taħriġ, waħedha, sabet impjieg għal 3,336 persuna.", "Jiġifieri rnexxielha tpoġġi 3,336 persuna li kienu qed jirreġistraw magħha f'vakanzi li l-employers riedu jimlew.", "Dan juri l-valur kbir tal-ħidma li qiegħda tagħmel l-ETC f'dan il-kamp.", "Mela wieħed jista' jinnota li filwaqt li l- employers kellhom bżonn 8,738 ħaddiem biex jimlew il-vacancies tagħhom, l- ETC, min-nies li jirreġistraw magħha, setgħet tipplejsja 3,336 ħaddiem.", "Din hija xi ħaġa, li kif nispjega iktar tard, tqanqal ċerti riflessjonijiet li tajjeb inkunu nistgħu namgħlu.", "Naturlament l-ETC ma toqgħodx b'idejha fuq żaqqha u fil-fatt intervistat 2,512-il ħaddiem f'dawk li jgħidulhom profile interviews.", "Jiġifieri ma jagħmlulhomx xi intervista ta' ejja ħa mmorru jew intervista qasira, imma ssir intervista fil-fond u personalizzata ma' dawn l-individwi, min-nies imħarrġa apposta fl-ETC, biex jinbena l-profil ta' l-individwu ħalli l-ETC issir tafu aħjar.", "Saru wkoll 7,111-il intervista oħra sabiex jiġu ċċekkjati l-vakanzi ta' xogħol li jidħlu jew inkella xi problemi li jista' ikollhom il-ħaddiema.", "L-employment advisors ta' l-ETC fasslu 2,195 pjan ta' azzjoni b'manjiera personalizzata sabiex jgħinu lil dawn l-individwi jaqbdu t-triq fis-suq tax-xogħol.", "It-taqsima ta' l-ETC ġewwa Għwedex għamlet 676 intervista fil-fond sabiex tfassal il-profil tal-ħaddiema Għawdxin u għamlet 1,198 follow up interviews oħra bl-iskop li wieħed ikun jista' jgħin lil dawn il-ħadidema.", "Ħmistax ilu poġġejt fuq il-mejda tal-Kamra rapport dettaljat fuq din il- ħidma li ssir b'attivitajiet speċjali bħalma huma l-job search seminars, job clubs u work motivation seminars.", "Hemm ukoll diversi skemi sabiex dawk li qegħdin jirreġistraw għax-xogħol ikunu jistgħu jiġu motivati u b'hekk jieħdu l-opportunitajiet tax-xogħol li jkun hemm għad-dispożizzjoni tagħhom.", "Hemm il-job experience scheme li tipprovdi l-ewwel esperjenza għal dawk li jkunu għadhom kif spiċċaw mill-iskola.", "B'hekk it-transizzjoni bejn l-iskola u d-dinja tax-xogħol issir ħafna aħjar.", "Hemm ukoll il-work start scheme li tiġi applikata għal dawk li jkunu ilhom nieqsa mis-suq tax- xogħol - ħafna minnhom ikunu nisa – mill-inqas ħames snin.", "Permezz ta' din l-iskema l-ħaddiem ikun jista' jerġa' jidra r-ritmu tax-xogħol.", "Hemm skema oħra, l-active youth scheme, li tapplika biss għaż-żgħażagħ.", "Hemm żewġ skemi oħra li huma r-redeployment scheme u l-employment training placement scheme li wieħed jista' jagħmel użu minnhom sabiex isib ix-xogħol li jkun qiegħed ifittex.", "Sur President, il-korporazzjoni għax-xogħol u taħriġ għandha diversi għodda li minn sena għal sena tirfinahom jew taġġustahom skond iċ-ċirkostanzi tal- ġurnata jew ta' l-individwu.", "B'hekk persuna li tkun qiegħda tfittex impjieg tkun tista' tagħmel użu minn din l-għodda, u waħedha tkun taf x'opportunitajiet jeżistu f'dan il-kamp.", "Fil-fatt il-ħaddiema Maltin, permezz tal-computer, ma jsirux jafu biss l-opportuntaijiet ta' xogħol li jeżistu f'pajjiżna, imma anke b'opportunitajiet ta' xogħol li jeżistu fl- Unjoni Ewropea.", "F'dan ir-rigward għandna servizz apposta li huwa l- European employment service, fejn minn fuq il-computer ikunu jistgħu jaraw l-employment opportunties kollha li l-employment services tal-pajjiżi fl- Unjoni Ewropea jkunu qegħdin joffru.", "Minn Awissu tas-sena l-oħra l-ETC saret ukoll responsabbli għall-ħruġ ta' work permits lill-barranin.", "Fil-fatt matul is-sena finanzjarja li għadha kemm għalqet, il-korporazzjoni pproċessat 7,094 work permit, li 6,750 minnhom ġew ikkonsidrati pożittivament u allura nħareġ il-work permit rilevanti.", "Minn dawn il-work permits kien hemm 3,087 li skond il-liġi ġew mogħtija b'mod awtomatiku, għaliex ġew maħruġa lil ċittadini ta' l-Unjoni Ewropea jew inkella taħt il-liġijiet tagħna lil persuni li għandhom dritt għall-protezzjoni umanitarja.", "Fil-fatt minnhom kien hemm 2,223 ċittadini Ewropej, 701 li għandhom protezzjoni umanitarja temporanja, 80 li ġew iċċertifikati li huma asylum seekers, 72 refuġjati u 11-il persuna dipendenti ta' ċittadini ta' l-Unjoni Ewropea, anke jekk ġejjin minn pajjiżi li m'humiex membri ta' l-Unjoni Ewropea.", "Il-bilanċ ta' 3,006 work permit ġew maħruġa lill-persuni li ġejjin mit-third world countries.", "Għalhekk din tagħti stampa ċara tal-firxa kbira tax-xogħol li tagħmel l- ETC.", "Dan iġibni biex nagħmel ftit riflessjonijiet fuq x'qed jiġri fis-suq tax-xogħol f'pajjiżna.", "M'hemmx dubju li waħda mill-attivitajiet l-aktar importanti għal kull bniedem hija x-xogħol.", "Nafu li x-xogħol m'huwiex biss fundamentali għad- dinjita' ta' kull wieħed u waħda minna, imma huwa fundamentali għal għajxien tagħna u tal-familji tagħna.", "Ix-xogħol huwa fundamentali sabiex kollettivament inkabbru l-ġid komuni.", "Huwa proprju fuq il-bażi tal-ġid komuni li aħna nkunu nistgħu nassiguraw soċjeta' magħquda, soċjeta' li tiġġieled l-inġustizzji u soċjeta' fejn kulħadd ikun jista' jieħu ħsieb mill-aħjar li jista' id-diffikultajiet li kull wieħed u waħda minna ngħaddu minnhom.", "Huwa bis-saħħa tax-xogħol, bis-saħħa ta' kemm aħna kapaċi nkunu kompetittivi li nkabbru l-ekonomija.", "U meta tikber l-ekonomija jkollna servizzi soċjali b'saħħithom, servizzi fil- qasam ta' l-edukazzjoni, fil-qasam tas-saħħa u anke fil-pensjonijiet, l- iżjed għal dawk il-familji li jkunu qegħdin ifittxu x-xogħol u għall-mument ikollhom bżonn appoġġi ta' assistenza soċjali.", "Għalhekk is-suq tax-xogħol kull gvern jagħti kasu bil-kbir u jieħu ammont ta' miżuri biex dan ikun wieħed importanti.", "Il-Kamra għadha kif għamlet ħmistax-il ġurnata tiddibatti l-budget għas- sena d-dieħla, li huwa miżgħud b'miżuri sabiex ulied il-familji Maltin jingħataw l-aħjar opportunita' li pajjiżna jista' joffri fil-mument biex inkunu nistgħu nipprepraw ruħna għax-xogħol bl-edukazzjoni jew billi nattiraw l-investiment ħalli jinħolqu l-oppurtunitajiet tax-xogħol jew inkella billi ninċentivaw persuni, speċjalment lin-nisa, sabiex jidħlu fid- dinja tax-xogħol.", "Issa x'inhi s-sitwazzjoni?", "Is-sitwazzjoni hi li jekk nagħsru r-realta' li qegħdin ngħixu, insibu li għandna ekonomija li qed turi li hi kapaċi taħdem f'ambjent, mhux faċli, ta' ristrutturar tas- setturi prinċipali li jiffurmaw l-ekonomija, qed turi li kapaċi ttejjeb il- kompetittivita' u l-produttivita' tagħha u li hi kapaċi li taġġusta ruħha għas-swieq internazzjonali, li ċkejknin kemm aħna ċkejknin nifformaw parti minnhom.", "U meta jkollok din it-tip ta' sitwazzjoni dejjem se jkollok numru ta' nies li f'xi mument jew ieħor se jkunu qegħdin ifittxu x-xogħol.", "Meta nitkellmu fuq kif inhi sejra l-ekonomija bilfors trid titkellem fuq l- istatistika u fuq figuri biex toħroġ stampa ta' x'qed tagħmel l-ekonomija, imma fil-verita' għalkemm dan hu xogħol li rridu nagħmluh, ix-xogħol li lilna l-iktar jinteressana huwa l-ħidma li nagħmlu ma' kull wieħed u ma' kull waħda li fuq livell uman, fuq livell individwali qed ifittxu x-xogħol.", "Dak li jinteressana.", "Kemm-il darba għedna li anke jekk jifdal wieħed biss jirreġistra għax-xogħol xorta waħda nibqgħu nitħabtu għalih, aħseb u ara meta jkollok numru akbar li qegħdin jirreġistraw għax-xogħol.", "Imma rridu wkoll, Sur President, oġġettivament naraw l-ekonomija tagħna x'qiegħda tagħmel, x'qed toħloq u x'indikazzjonijiet qiegħda turi ħalli naraw x'inhi s-sitwazzjoni.", "Dan huwa eżerċizzju li wkoll aħna rridu nagħmluh għax kulħadd irid jifhem il-pajjiż kif qiegħed jiżviluppa.", "Hemm sinjali pożittivi li għandhom jagħmlulna l-kuraġġ.", "U dawn is-sinjali għax il-politika li jkun qiegħed iħaddem il-pajjiż u l-gvern tal-ġurnata hija politika li qiegħda tagħti r-riżultati, u kieku kulħadd jagħmel il-parti tiegħu, żgħira jew kbira, dawk ir-riżultati mhux biss inżommuhom imma nkabbruhom ukoll.", "Sur President, meta nitkellmu fuq figuri f'dan il-qasam insibu li għandna l- figuri ta' l-uffiċċju nazzjonali ta' l-istatistika li jinġabru permezz tal- labour force survey – u fuq din l-istatistika nibnu ħafna mill-miżuri tagħna - u mbagħad hemm dik li tissejjaħ l-istatistika amministrattiva li tinġabar mill-korporazzjoni għax-xogħol u taħriġ.", "Irrid mill-mill-ewwel nispjega li ż-żewġ forom ta' statistiċi m'għandhomx l-istess bażi għax il- labour force survey, kif jixhed ismu stess, huwa survey li jsir fuq persuni ta' bejn is-16 u l-64 sena, mentri l-korporazzjoni tax-xogħol u taħriġ ma taħdimx bis-sistema ta' survey, imma taħdem bis-sistema tar- realta' tal-persuna, li mhux biss hija available għax-xogħol imma li tkun trid ix-xogħol, tant li tmur tirreġistra.", "Fil-labour force survey għandek ħafna li jgħidu li huma available għax-xogħol, imma fir-realta' ma jkunux daqshekk immedjati fir-realta' li jsibu x-xogħol, tant li ma jmorrux jirreġistraw għax-xogħol.", "Dan jispjega għalfejn il-labour force survey jagħtina ċerta statistika u l-ETC tagħtina realta' oħra.", "L-aħħar ċifri maħruġa mill-ETC u li għad iridu jiġu kkomunikati lill- uffiċċju nazzjonali ta' l-istatistika, juruna li hemm 7,147 persuna jirreġistraw fuq iż-żewġ partijiet tar-reġistru.", "Fuq l-ewwel parti tar- reġistru hemm dawk li huma tassew kostanti fis-sistema tar-reġistrar, u dawn ilaħħqu s-6388, mentri fuq it-tieni parti tar-reġistru hemm 809.", "L- ewwel riflessjoni li rridu nagħmlu hija dik li ċ-ċifra ta' 7,000 hija waħda relattivament kostanti għal ċertu numru ta' żmien.", "Tajjeb ngħidu wkoll li din iċ-ċifra hija waħda rilevanti meta wieħed iqis minn xiex għadda l- pajjiż fl-aħħar 12-il xahar.", "Bħala medja, kull sena fl-aħħar erba' snin, ġew notifikati kważi 6,000 vakanza ta' mpjieg mill-ETC.", "Hawnhekk wieħed forsi jista' jistaqsi: Imma kif jiġu nnotifikati kważi 6,000 vakanza ta' mpjieg meta mbagħad għandek 7,000 jirreġistraw għax-xogħol?", "Jiena għedt li din hija l-medja għaliex kif nafu, matul din is-sena li għaddiet, iċ-ċifra ta' vacancies qabżet it-8,000 post. Allura jekk ikollok 8,000 vacancy, kif jista' ikun li jkollok 7,000 ruħ li qegħdin jirreġistraw għax-xogħol?", "Hawnhekk insibu ċerta sitwazzjoni, u tajjeb li nagħtu stampa tas- sitwazzjoni kollha kemm hi ħalli minnha nisiltu ftit dak li qiegħed jiġri.", "Sur President, f'dan il-pajjiż qed ikollna investiment dirett barrani, jew le?", "Iva, f'dan il-pajjiż qed ikollna sew investiment dirett mill-Maltin stess fl-impriżi tagħhom u qiegħed ikollna wkoll investiment kbir ħafna, għal pajjiżna, minn barra.", "Jekk inqabblu sitt xhur ma' sitt xhur, jiġifieri minn Jannar sa Ġunju ta' din is-sena ma' l-istess perjodu tas-sena l-oħra, insibu li filwaqt li s-sena l-oħra kellna bejn wieħed u ieħor Lm100 miljun f'investiment dirett barrani, fl-istess perjodu ta' din is-sena diġa' qbiżna it-Lm300 miljun f'investiment dirett barrani.", "Ix-xenarju ekonomiku qiegħed juri li aħna għamilna qabża importanti ħafna fit-tnaqqis tad- deficit.", "Fil-fatt fl-1998 kellna deficit ta' 10% tal-GDP mentri din is-sena se nagħlquha b'deficit ta' 2.8% tal-GDP.", "Xi ngħidu mbagħad fuq il-pagi?", "L- istatistika li għandu l-gvern ġabha minn dak li ddikjaraw il-ħaddiema stess fil-formuli ta' l-income tax fil-perjodu ta' bejn Jannar u Lulju.", "Id-dħul ta' l-impjegati għas-sena 2005 kien ta' Lm211.5 miljun, mentri din is-sena, bejn Jannar u Lulju, id-dħul ta' l-impjegati kien ilaħħaq is-somma ta' kważi Lm243 miljun.", "F'kelma waħda rajna żieda ta' Lm32 miljun aktar bejn Jannar u Lulju ta' din is-sena fuq Jannar u Lulju tas-sena li għaddiet.", "Dan juri li f'sena fil-paga medja kien hemm żieda ta' Lm194 jew inkella żieda medja ta' 3.35%.", "F'dan ix-xenarju kellna wkoll l-akbar ammont ta' nies li qatt kienu jaħdmu f'pajjiżna.", "Dan in-numru kien ilaħħaq mal-139,000 ħaddiema li kienu qegħdin jaħdmu bi qligħ.", "Kellna ammont minn dawn il-ħaddiema li kienu qed jaħdmu part-time – nafu huwa fenomenu li daħal fil-pajjiż – mhux biss bħala t- tieni job, imma wħud minnhom ikunu jobs li nsejħulu l-job prinċipali.", "Issa x'inhu r-ristrutturar li qed isir?", "Per eżempju, jekk wieħed iħares lejn is- settur pubbliku jsib li bejn l-2003 u l-2006 il-ħaddiema fis-settur pubbliku naqsu b'4,250, mentri l- ħaddiema fis-settur privat żdiedu b' 5300.", "Huwa f'dan il-kuntest li rridu nħarsu lejn iċ-ċifra ta' 6,388 li qegħdin jirreġistraw fuq Part I tar-reġistru u ċ-ċifra ta' 759 li qegħdin jirreġistraw fuq Part II.", "Dawn iċ-ċifri qegħdin juru biċ-ċar li l-ekonomija tagħna qiegħda toħloq l-impjiegi.", "Sur President, tajjeb li nfakkar li jekk naraw daqsxejn il-kumpanniji pubbliċi tal-gvern u nqabbluhom ma' l-2003 - data li kont qed insemmi - jekk nieħdu l-Malta shipyard insibu li fl-2003 kellha 2,621 ħaddiem mentri Illum għandha 1,692.", "Jekk nieħdu l-Enemalta, li ma kellhiex ir- ristrutturazzjoni li kellha x-shipyard, fl-2003 kellha kważi 2000 impjegat, mentri din is-sena għandha magħha 1733.", "L-Air Malta fl-2003 ukoll kellha 2000 impjegat u llum għandha 1,600 impjegat.", "Il-Water Services Corporation fl-2004 - m'għandix iċ-ċifra għall-2003 - kellha 1,600 impjegat u llum għandha 1,500 impjegat.", "Dawn huma kollha figuri li juri kif qed issir ristrutturazzjoni fejn is-settur pubbliku qiegħed inaqqas l-impjiegi f'diversi setturi.", "U qiegħed inaqqashom bi pjan, għax il-gvern qiegħed jirristruttura, jipprivatizza, u qed jaħdem sabiex is-servizzi li jagħti u dak li jipproduċi jagħmlu b'manjiera aktar produttiva u effettiva.", "Meta ngħidu li bejn Ġunju tas-sena l-oħra u Ġunju ta' din is-sena nħolqu madwar 6,156 impjieg, aħna nkunu qed infissru li minkejja t-tnaqqis ta' impjiegi fis-settur pubbliku, minkejja l-irtirar ta' ħaddiema, u minkejja n-numru akbar ta' żgħażagħ li jagħżlu li jkomplu jistudjaw iċ-ċifra ta' nies jaħdmu ta' xorta waħda baqgħet tilħaq l-139,000.", "Issa meta tara x'issostitwejt minn dawk li ma baqgħux jaħdmu u x'żidt magħhom, issib li l-ekonomija rnexxielha tagħtina 'il fuq minn 6,000 impjieg, u dan juru biċ-ċar li l- ekonomija tagħna qiegħda taħdem.", "Sur President, tajjeb ngħid li bħala medja, kull xahar, qegħdin jiġu rrapportati mas-750 vacancy mill-employers.", "Allura meta l-labour force survey juri li hemm 12,700 ruħ li huma lesti li jaħdmu kif se nispjegawha din?", "Nispjegawha billi nifhmu eżattament x'qiegħed jiġri.", "L-ewwelnett, min huwa motivat li jrid jaħdem, iċ-chances huma li dan imur jirreġistra għax- xogħol.", "Kif għedt ftit ilu, minn dawn għandna 6,388 persuna li qegħdin jirreġistraw fuq l-ewwel parti tar-reġistru.", "Allura xi jfisser li l-labour force survey jurik ċifra ta' 12,700?", "Ifisser li għandek nies li qed jgħidu li huma available għax-xogħol imma l-opportunita' li għandhom m'hijiex waħda li timmotivahom biżżejjed, u tajjeb li ngħid li l-biċċa l-kbira tagħhom huma nisa.", "Issa kif tispjega l-fatt li din iċ-ċifra tal-labour force survey, li ilna nsegwuha mhux ħażin, baqgħet prattikament statika meta matul din is-sena kellna collective reduncies ta' madwar 2,500?", "Fis- settur tal-produzzjoni tagħna – u nafu liema huma l-fabbriki għax issemmew - kellna b'kollox collective redundancy ta' aktar minn 2,500 ħaddiem.", "Madankollu n-numru ta' persuni li marru jirreġistraw għax-xogħol u anke dawk li kienu mniżżla fil-labour force survey baqa' fl-istess livell.", "Allura nistgħu ngħidu li l-ekonomija tagħna mhux biss qiegħda tassorbi x- xokk ta' dawn il-collective redundancies, imma qiegħda tassorbi wkoll – b'hekk il-labour supply u l-gainfully occupied population tagħna mhux biss ma jonqsux imma jiżdiedu - dak in-numru, dejjem jiżdied, tal-baby boomers ta' wara l-gwerra li kull sena qed jirtiraw f'numri iktar minn snin oħra.", "Fil-fatt qiegħed ikollna pensjonanti ġodda aktar milli kien ikollna fis- snin li għaddew, u qiegħed ikollna inqas żgħażagħ li qegħdin jidħlu fis-suq tax-xogħol għaliex aħna, apposta, qed nonfqu miljuni kbar ta' liri biex nimbottaw liż-żgħażagħ biex mhux imorru fid-dinja tax-xogħol imma jmorru fid-dinja ta' l-edukazzjoni u t-taħriġ.", "Issa l-labour force survey jistaqsi liż-żgħażagħ ta' 16, 17, 18 u 19-il sena jekk humiex fid-dinja tax-xogħol, mentri aħna qegħdin ngħidu lil dawn iż-żgħażagħ sabiex ma jmorrux fid-dinja tax-xogħol, imma jmorru fid-dinja ta' l-edukazzjoni u t-taħriġ.", "Fil-fatt 70% taż-żagħażagħ ta' 17-il sena - li hija qabża enormi minn tliet snin ilu - għadhom qegħdin ikomplu bl- edukazzjoni u t-taħriġ tagħhom.", "Minkejja li kellna dawn il-collective redundancies u dawn l-affarijiet kollha, l-ekonomija tagħna qiegħda tassorbi u tagħtina wkoll żieda netta fil-qasam ta' l-impjiegi.", "Il-labour force survey stess qiegħed jurina li bejn l-2004 u l-2005 kien hemm żieda ta' 1,500 impjieg.", "Min-naħa l-oħra, iċ-ċifri ta' l-ETC qegħdin juru, għal raġunijiet li diġa' spjegajna aktar qabel, li effettivament kien hemm 2,373 impjieg f'dan l-istess perjodu.", "Għaldaqstant nistgħu ngħidu li għandna sitwazzjoni ekonomika li qiegħda żżomm tajjeb u żżid fir-ritmu tagħha.", "U żżid fir-ritmu għax qegħdin naraw li t-tkabbir ekonomiku tagħna huwa wieħed pożittiv, kellna żieda fit-tkabbir ekonomiku fuq snin oħrajn, qegħdin ukoll pożittivi anke meta tqabbel it-tkabbir ekonomiku tagħna mal-medja ta' l- Unjoni Ewropea, u allura naraw li għandna ċerta żvilupp pożittiv.", "Sur President, allura kif nistgħu nispjegaw il-fatt li l-employment rate ta' kważi 55% m'hijiex qiegħda tiżdied kif tindika l-aġenda ta' Lisbona?", "Fil-politika ma nagħti tort lil ħadd li jikkwota anke affarijiet mill- aġenda ta' Lisbona, pero' rridu nkunu realistiċi u nifhmu x'inhu l-mudell soċjali u ekonomiku li żviluppa ġo pajjiżna.", "Jiena dejjem infakkar li meta saret l-aġenda ta' Lisbona, fis-sena 2000, aħna konna għadna m'aħniex membri fl-Unjoni Ewropea u għalhekk l-aġenda ta' Lisbona ma setgħetx tagħti kas tal-karatteristiċi speċjali li għandu pajjiżna.", "Hemm ukoll ċerti kontradizzjonijiet fil-miri ta' din l-aġenda, kif il-pajjiżi kollha, niente di meno, jindikaw kull darba li niltaqgħu fil-kunsill tal-ministri u nibdew nitkellmu fuq dan is-suġġett.", "Il-problema tagħna hija, jekk irridu nsejħulha problema, li meta niġu fuq min huma n-nies li jridu jaħdmu, għandna nirrealizzaw li l-bażi li tieħu l-aġenda ta' Lisbona hija l- popolazzjoni ta' bejn il-15 u l-64 sena.", "Issa x'inhu l-mudell tagħna l-Maltin?", "Ħalli nibdew minn isfel.", "Aħna rridu li ż-żgħażagħ tagħna jmorru jaħdmu jew inkella rridu li ż-żgħażagħ tagħna jkomplu l-istudji tagħhom?", "Dawk li jridu ż-żgħażagħ ikomplu l-istudji tagħhom se jkollhom politika kontra l-aġenda ta' Lisbona taħt il-parti li tirrrigwada l-mira ta' l-employment rate u se jgħidu liż-żgħażagħ ta' bejn 16 u 19-il sena: Aħna għandna l-MCAST, is-sixth forms, il-junior college u l-Higher Secondary ta' Giovanni Curmi u rridukom tkomplu tjistudjaw u allura tmorrux fis-suq tax-xogħol, tidħlux fil-gainfully occupied population, tifformawx parti mill-employment rate, imma morru u komplu studjaw.", "Mela trid taqbad dawk l-eluf ta' żgħażagħ tagħna u tneħħihom minn dan il-mudell.", "Jekk aħna se nibqgħu nattakkaw l-employment rate, irridu nistaqsu b'saqajna ma' l-art għaliex għandna mudell li qegħdin nimbuttawh f'din id-direzzjoni.", "Naturalment wieħed jista' jgħid li aħna liż-żgħażagħ irriduhom ikomplu bl-istudji tagħhom minflok imorru fid-dinja tax-xogħol.", "Hawn min jgħidilna li l-persentaġġ tal-parteċipazzjoni ta' nisa fid-dinja tax-xogħol għadu baxx.", "Dan huwa fenomenu li wieħed irid jifhmu.", "Aħna għandna politika li issa ilha ftit mhux ħażin timbotta lin-nisa biex jidħlu fis-suq tax-xogħol.", "Sa l- budget li għadna kif ippreżentajna fih numru ta' miżuri li huma maħsuba jagħmluha aktar faċli għan-nisa li jridu jidħlu lura fid-dinja tax-xogħol.", "Naturalment meta qegħdin nitkellmu fuq in-nisa rridu nagħmlu distinzjoni.", "Hawnhekk m'aħniex qegħdin nitkellmu fuq in-nisa kollha għaliex dawk in-nisa li m'għandhomx it-tfal jew ir-responsabilita' tal-familja, kważi kollha jkunu qegħdin jaħdmu.", "Pero' hemm dawk li jkollhom it-tfal, il-familja jew inkella li jkunu jridu jieħdu ħsieb il-ġenituri anzjani tagħhom jew inkella jkunu qegħdin jieħdu ħsieb ta' xi ħadd fil-familja li jkollu bżonnijiet speċjali.", "Dawn it-tip ta' nisa ma jkunux jistgħu jaħdmu.", "Huma proprju dawn in-nisa li jistgħu jagħtu kontribut fis-suq tax-xogħol.", "Minn dawn in- nisa li qed jaħdmu, illum ilħaqna l-persentaġġ ta' 35% imma ovvjament jonqosna naħdmu aktar.", "Issa liema hi dik il-politika li se tressaqna għal 60% tan-nisa li jaħdmu?", "Kemm se naċċellerawha u b'kemm irridu naċċellerawha?", "Kemm se jkollna rispons min-nisa li letsi jaħdmu?", "Meta wieħed iħares lejn dan il-fenomenu u jibda jara x'qiegħed jiġri jsib li diġa' għandna 56% ta' l-istudenti universitarji li huma nisa.", "Jiena dejjem ngħid li dan se jkollu impatt qawwi fuq is-soċjeta' Maltija għaliex fil-miżien ta' din il-kwestjoni kollha jidħlu fatturi komplessi li wieħed irid jaħseb għalihom.", "Issa fil-budget ta' din is-sena l-gvern estenda l- family-friendly measures għas-settur pubbliku kollu kemm hu.", "Għal dawk li huma part-timers qegħdin ngħidu li l-kontribuzzjonijet tas-sigurta' soċjali għandhom jitħallsu pro-rata, jiġifieri skond in-numru ta' sigħat li wieħed jaħdem, u allura soġġett għal-livell minimu ta' sigħat li wieħed jaħdem.", "B'hekk suppost li nagħmluha aktar faċli għal dawk in-nisa li jridu jidħlu lura għax-xogħol għaliex se jqisuha aktar remunerattiva minħabba li mhux se jkollok kontribuzzjoni tas-sigurta' soċjali fissa, qawwija u li titnaqqas minn dak li tkun qlajt matul il-ġimgħa.", "Dawn il-miżuri kollha se jgħinu għal dan il-għan u magħhom għad irridu ndaħħlu aktar.", "Issa rrid ngħid xi ħaġa fuq il-childcare centres.", "F'pajjiżna għadna lura fiċ-ċentri għall-ħarsien tat-tfal.", "Fil-fatt meta kellna l-opportunita' li jsiru ċerti surveys fuqhom, ir-riżultat ma kenux dejjem favur iċ-childcare centres.", "Issa dawn iċ-childcare centres fejn se tpoġġihom?", "Se tpoġġihom fil-komunita', fil-lokalita' ta' fejn joqogħdu l- ġenituri jew inkella fil-post tax-xogħol tagħhom?", "Kellna postijiet tax- xogħol fejn dawn iċ-ċentri qabdu ħafna.", "Per eżempju, iċ-childcare centre ta' l-universita' u dak ta' l-ETC imxew ħafna.", "Min-naħa l-oħra kellek childcare centres f'postijiet tax-xogħol privati li ma tantx qabdu art.", "Fl- aħħar mill-aħħar tidħol ukoll il-kwestjoni ta' min se jidħol għall-ispejjeż għal dawn iċ-ċentri.", "Jekk ma jkunx hemm bilanċ bejn dak li se joħroġ il- ġenitur, li se jħalli lill-uliedu fiċ-childcare centre, ma' x'inhi r- renumerazzjoni li se jieħu mix-xogħol, dawn iċ-childcare centres se jibqgħu ma jiżdiedux bir-rata li għandhom jiżdiedu.", "Sur President, jiena ngħid li bil-mod il-mod l-affarijiet fil-pajjiż se jibdew jindraw.", "Ninsab ċert li aktar u aktar ġenituri se jibdew ifittxu ċ- childcare centres u se jkunu anke ppreparati li jagħtu kontribut għaċ- childcare centres.", "Fil-fatt kemm il-ministeru tiegħi u kemm il-ministeru għall-familja u s-solidarjeta' soċjali qegħdin jaħdmu flimkien sabiex joffru mudelli ta' childcare centres li jistgħu jkunu aċċessibbli aktar.", "Għalhekk irrid nerġa' ngħid li l-problema li għandna m'hijiex waħda ta' suq tax-xogħol.", "Fil-fatt is-sena li għaddiet, is-suq tax-xogħol tagħna kellu turnover ta' aktar minn 8,000 vacancy.", "Il-problema tagħna hija waħda ta' nuqqas ta' ħaddiema li jridu jimlew ċerti vacancies li jinħolqu.", "F'dan ir- rigward wieħed jibdew jiġuh ċerti mistoqsijiet u jibda jgħid: Kif jista' jkun li jkollok 7,000 ruħ jirreġistraw għax-xogħol u mbagħad meta toffrilhom ix-xogħol jirrifjutawh?", "Dan isir għaliex tidħol kwestjoni oħra.", "Ikollok nies li jridu x-xogħol imma ma jaċċettawx il-paga li tkun qiegħda tiġi offruta lilhom jew inkella ma jkunux iridu dak it-tip ta' xogħol.", "Naturalment hawnhekk m'iniex qiegħed nitkellem fuq nies li qegħdin jirreġistraw għall-middle management job jew inkella għal clerical job.", "Hawnhekk qiegħed nitkellem fuq numru ta' nies li huma low-skilled workers.", "Għandna biżżejjed vakanzi reġistrati ma' l-ETC sabiex jidħlu jaħdmu kważi l- low-skilled workers kollha li hemm jirreġistraw magħha.", "Allura għalfejn dawn m'humiex jidħlu jaħdmu?", "Ma jidħlux jaħdmu f'dawn il-postijiet għax dawn il-ħaddiema ma jaċċettawx li jitħallsu bil-paga minima nazzjonali.", "U din hija waħda mill-problemi li qegħdin niffaċċjaw fl-ekonomija tagħna.", "F'ċertu sens, qegħdin insiru vittmi tas-suċċess li qiegħed ikollna fl- ekonomija tagħna.", "Għandna setturi fl-ekonomija tagħna li mxew 'il quddiem.", "Jekk nieħdu s-setturi ta' l-IT, li m'humiex is-setturi maġġoritarji, insibu li dawn qegħdin joffru pagi tajbin.", "Hemm ukoll setturi oħra fil- qasam tas-servizzi finanzjarji kif ukoll fis-settur pubbliku li qegħdin joffru pagi tajbin.", "Ħafna drabi l-ekonomija qiegħda tiġi mbuttata minn dawn il-pressjonijiet ta' dawn is-setturi li qed jikbru u li qed iħallsu mhux ħażin.", "Jekk naraw dak li qed jagħmlu l-fabbriki tal-farmaċija, il- fabbriki ta' l-IT, il-fabbriki fis-settur elettroniku u l-fabbriki ta' investiment dirett barrani, li kollha jirrikjedu ċertu żvilupp edukattiv, taħriġ, kwalifiki u kompetenzi, insibu li dawn qegħdin joffru pagi tajba.", "Għalhekk qegħdin naraw li hemm xi setturi tal-low-skilled workers li lanqas biss jersqu lejn l-ETC.", "Għandna vacancies għal min qed ifittex ix-xogħol, imma dawn m'humiex qegħdin jiġu mimlija bin-nies li qegħdin jirreġistraw.", "Ħafna drabi meta wieħed jiġi offrut dawn l-impjiegi bil-paga minima nazzjonali jew ftit aktar, dak li jkun jikkalkola x'benefiċċji soċjali qiegħed jieħu u meta jagħmel dan isib li jekk jibqa' jirreġistra, se jibqa' fejn hu, jekk ma jmurx aħjar meta jirnexxilu jagħmel xi daqxejn xogħol bil- moħbi!", "L-ETC tgħid li hawn employers li qegħdin jinvestu wisq ħin u enerġija sabiex jintervistaw lill-ħaddiema li tibgħatilhom.", "Imbagħad dawn il- ħaddiema juru biċ-ċar li ma jkunux iridu jaċċettaw dik l-offerta ta' xogħol li tkun qiegħda ssirilhom.", "Fil-fatt mhux l-ewwel darba li l-employers jirrapportaw li l-ħaddiema stess jitolbu ċertifikat mingħand l-employers ħalli juru li m'humiex tajbin għal dak ix-xogħol.", "Ċerti employers, biex jeħilsu, jagħtu dan iċ-ċertifikat anke jekk jafu li dan l-individwu huwa tajjeb għax-xogħol.", "L-employer jgħidlek li la l-ħaddiem wera l-intenzjoni li mhux lest li jaħdem miegħu jippreferi li jeħles minnu milli jkollu ħafna nkwiet sabiex jipprova jġiegħlu jaħdem.", "Sur President, meta l-labour force survey qiegħed juri li hemm 12,700 ruħ li lesti li jaħdmu, dan ma jfissirx li huma lesti li jaħdmu at all costs.", "Vacancies għal dawn in-nies diġa' hemm, pero' dawn in-nies ma jkunux lesti li jaħdmu b'dawn il-pagi jew b'dawn il-kondizzjonijiet.", "Irridu ngħidu li qiegħed ikun hawn madwar 740 vacancy fix-xahar.", "Dan in-numru joħroġ mir- rendikont ta' kull vacancy li tiġi rrapportata lill-ETC u li tiġi reklamata fil-mezzi tal-komunikazzjoni u fil-gazzetti.", "Nerġa' ngħid li din is-sena kien hemm 8,800 vacancy li ġiet reklamata jew reġistrata ma' l-ETC, li bejn wieħed u ieħor jiġu madwar 740 vacancy fix-xahar.", "Issa meta neżaminaw iċ- ċifra li jagħtina l-labour force survey insibu li l-proporzjon ta' nisa li qegħdin jiddikjaraw li jridu jaħdmu huwa proporzjon kbir ħafna.", "Il-labour force survey qiegħed jurina li l-biċċa l-kbira ta' l-irġiel iridu jaħdmu, imma mbagħad qiegħed jurina li hemm 5,500 mara li qegħdin jgħidu li lesti li jaħdmu.", "Fil-verita' insibu li ma' l-ETC hemm biss 1,600 mara li qegħdin jgħidu li jridu jaħdmu.", "Għalhekk insibu din id-diskrepanza bejn dawk in-nisa li qegħdin imorru l-ETC sabiex isibu x-xogħol ma' dawk li qegħdin jesprimu x-xewqa li jridu jaħdmu, imma li mhux neċessarjament ikunu lesti li jimlew dawk il-jobs available on the market.", "Naħseb li hawnhekk għandna nagħmlu din ir-riflessjoni sabiex nifhmu li tħares minn fejn tħares, għandna suq ta' xogħol u ekonomija li rridu ntejbuhom aktar.", "Irridu naħdmu ħafna aktar sabiex inkabbru l-ekonomija iktar milli diġa' qegħdin inkabbruha.", "Għandna bżonn li nieħdu ħafna miżuri sabiex niffaċilitaw l-aktar in-nisa li joħorġu għas-suq tax-xogħol.", "U dan għandna nagħmluh mingħajr ma nipperikolaw ir-responsabbiltajiet li għandhom dawn l- ommijiet fit-trobbija ta' wliedhom.", "Sur President, hawnhekk irridu noqgħodu ftit attenti.", "Il-mudell kulturali tagħna ma nistgħux ninjorawh.", "Ma nistgħux naqbdu u ngħidu li se nqabblu lilna nfusna mal-Finlandja, ma' l-Isvezja jew ma' l-Ingilterra.", "Aħna għandna mudell soċjali li qiegħed jinbidel b'rata pjuttost mgħaġġla.", "Naturalment mhux kull tibdila li qegħdin naraw f'dan il-mudell soċjali qiegħda togħġobna, imma huwa mudell li qiegħed jevolvi.", "Min-naħa tagħna ħdimna ħafna u qegħdin nagħtu riżultat importanti.", "L-ekonomija tagħna, taħt id-direzzjoni ekonomika li qiegħed jagħti l-gvern preżenti, qiegħda trendi.", "Kif għedt aktar qabel, l-ekonomija tagħna qiegħda tagħtina stampa tan-numru ta' nies li huma available għax-xogħol, pero' sabiex dawk in-nies jidħlu verament fid-dinja tax-xogħol hemm fatturi li wieħed irid jindirizzahom.", "Nerġa' ngħid li aħna se nagħmlu minn kollox sabiex liż-żgħażagħ tagħna ma nħalluhomx jidħlu fid-dinja tax-xogħol daqshekk kmieni.", "Se nibqgħu nagħmlu minn kollox anke jekk l-employment rate tal-Lisbon agenda tibqa' baxxa.", "Min-naħa tagħna se nibqgħu nissiltu sabiex iż-żgħażagħ tagħna jkomplu jedukaw ruħhom u jitħarrġu.", "Fir-rigward tan-nisa, bħala gvern nemmnu bl- għażla ħielsa tal-mara li għandha responsabbiltajiet ta' familja.", "Jien ma rridx naqbad lin-nisa kollha - kif kien jiġri fil-pajjiżi komunisti - u ngħidilhom li jridu jmorru jaħdmu bilfors.", "Xi kultant lil pajjiżna kienu jqabbluh ma' pajjiżi ex-komunisti li llum daħlu fl-Unjoni Ewropea.", "Dawn il- pajjiżi kellhom mudell soċjali u politiku li kien iġiegħel lin-nisa joħorġu jaħdmu, u allura meta l-istess pajjiżi daħlu fl-Unjoni Ewropea, daħlu b'dak it-tip ta' mudell soċjali.", "Għalija huwa punt ta' prinċipju li filwaqt li rrid noħloq il-qafas soċjo-ekonomiku ħalli niffaċilitaw it-triq għal dik il- mara li tixtieq toħroġ taħdem, irrid li din tkun għażla li tagħmel dik il- mara li għandha r-responsabbiltajiet familjari.", "Idealmet l-għażla għandha tkun tal-koppja li tkun qiegħda trabbi t-tfal għaliex il-politika trid tkun waħda li twassal anke lill-irġiel għal din id-deċiżjoni.", "L-irġiel m'għandhomx iqisu t-tarbija tagħhom bħala xi ħaġa li m'hijiex tagħhom.", "L- irġiel għandhom ukoll jerfgħu il-piż tat-trobbija u l-kura fil-familja.", "Iridu huma wkoll jgħinu lill-mara tagħhom ħalli jekk din tkun tixtieq toħroġ taħdem, tkun tista' tagħmel hekk mingħajr ħafna problemi.", "Naturalment aħna nafu li fid-dinja tax-xogħol l-istrutturi soċjali jridu jitjiebu wkoll u għalhekk huwa importanti li l-gvern ikompli jdaħħal dawn il-miżuri bħalma daħħalna f'dan il-budget u jipprovdi strutturi soċjali oħra li jiena kont qiegħed nitkellem fuqhom.", "Għandna wkoll il-problema ta' dawk in-nies li qegħdin ifittxu x-xogħol u li m'humiex qegħdin jaċċettaw dak ix-xogħol għar-raġunijiet li diġa' semmejt ftit ilu.", "Dawn huma kollha faċċati ta' l-istess problema komplessa li għandna, pero' bil-politika li qiegħed iħaddan il-gvern preżenti, dawn il-problemi qiegħed jindirizzahom b'mod tajjeb.", "Irrid ngħid li l-korporazzjoni għax-xogħol u taħriġ tagħmel ħafna xogħol ieħor.", "Nerġa' ngħid li hemm azzjonijiet li huma maħsuba apposta sabiex jittrattaw l-opportunitajiet indaqs għall-ħaddiema u li jkun hemm il-promozzjoni ta' l-equal opportunities fix-xogħol u fit-taħriġ.", "Hemm ukoll diversi skemi li huma maħsuba għal persuni b'diżabilita' jew dawk bi bżonnijiet speċjali, kif ukoll skemi apposta għal dawk il-persuni li ilhom maqtugħin ħafna mis-suq tax-xogħol.", "L-ETC hija wkoll impenjata sabiex tirfina l-istruttura tagħha u dan qiegħda tagħmlu permezz tar-riċerka, tal-ġbir ta' l-informazzjoni u bil-mod ta' kif taħdem mal-klijenti tagħha.", "Nerġa' ngħid li l-ETC għandha wkoll ħidma importanti ħafna fil-qasam ta' l-implimentazzjoni tal-programmi li huma ffinanzjati mill-fondi strutturali ta' l-Unjoni Ewropea.", "Matul is-sentejn li għaddew, u anke matul din is-sena, kien hemm diversi programmi li kienu qegħdin jitħaddmu.", "Għas-sena d-dieħla hemm l-isfida - li fl-opinjoni tiegħi hija sfida kbira ħafna – fejn qiegħed jiġi fdat lilhom ammont ta' finanzi mhux ħażin sabiex ikunu jistgħu jinvestuhom f'diversi programmi.", "Sur President, imbagħad hemm it-tieni parti ta' l-ETC, li hija l-parti li għandha x'taqsam mat-taħriġ.", "Irrid ngħid li t-training services li tagħti l- korporazzjoni tax-xogħol u taħriġ huma xi ħaġa ta' importanza kbira.", "Quddiemi għandi xi ċifri li xtaqt insemmihom ħalli nkunu nafu dak li qiegħda tagħmel l-ETC f'dak li huwa taħriġ.", "Per eżempju, bejn Ottubru 2005 u Settembru 2006 f'Malta ġew imħarrġa 6,015-il persuna.", "Dawn ġew imħarrġa fil-qasam tal-computers, ta' l-informatika, fil-qasam ta' servizzi f'uffiċċji, fil-qasam tal-litteriżmu, basic skills, fil-qasam turistiku, fil-qasam tas-sigurta', fil-qasam ta' l-ikel u f'diversi oqsma tas-snajja' bħalma huma l-welding, it-tqegħid ta' madum, l-elettronika u r- refrigeration.", "F'Għawdex ġew imħarrġa mill-ETC 748 persuna.", "F'kelma waħda nistgħu ngħidu li kien hemm 6,763 persuna li kienu qegħdin jitħarrġu b'mod regolari.", "Barra minn hekk, kien hemm ukoll korsijiet ta' bil-lejl kemm fil- qasam tekniku kif ukoll fil-qasam tal-management.", "Kellna aktar minn 2,000 persuna li ġew imħarrġa f'dan il-qasam.", "Irrid ngħid li l-korporazzjoni għax-xogħol u taħriġ tagħmel xogħol ta' valur mhux żgħir f'dan il-qasam u llum hija meqjusa bħala waħda mit- training providers ewlenin li hawn fil-pajjiż.", "Meta nitkellmu fuq it- training providers, inkunu qegħdin nitkellmu fuq l-MCAST, l-universita' u anke fuq l-ETC.", "Fil-fehma tiegħi żvilupp li qiegħed ikollu impatt pożittiv fuq is-sehem li se twettaq l-ETC fil-qasam tat-taħriġ huwa proprju l-ħidma li qiegħda ssir mill-kunsill Malti għall-kwalifiki, li issa avvanza x- xogħol tiegħu sabiex f'pajjiżna jkollna l-qafas nazzjonali tal-kwalifiki.", "It-taħriġ li tagħti, iċ-ċertifikati u l-kwalifiki li tagħti l-ETC huma importanti u għandhom il-valur tagħhom, pero' sal-lum dawn għadhom m'humiex rikonoxxuti kif suppost.", "Meta jkollna f'postu l-qafas nazzjonali tal-kwalifiki, dawn il-korsijiet u ċ-ċertifikati li tagħti l-ETC se jkollhom ir-rikonoxximent taħt ir- regolamenti li jwaqqaf il-kunsill Malti għall-kwalifiki, u b'hekk barra li ċ-ċertifikati jkollhom rikonoxximent akbar, il-korporazzjoni għax-xogħol u taħriġ tkun tista' ittejjeb is-servizzi u l-kwalita' tal-korsijiet tagħha.", "Il-qafas nazzjonali tal-kwalifiki se jkun magħmul mill-iċken livell sa l- ogħla livell ta' dottorat li jista' jiġi mill-universita' ta' Malta jew minn xi istituzzjoni ta' edukazzjoni terzjarja lokali jew barranija oħra.", "Din hija xi ħaġa importanti għaliex meta nibdew niċċertifikaw il-kompetenzi tan-nies, se nkunu nistgħu ngħinu wkoll lil min qiegħed ifittex ix-xogħol sabiex jersaq lejn is-suq tax-xogħol b'ċertifikat ta' kompetenza li m'għandux iqanqal dubji fost l-employers.", "Meta l-qafas nazzjonali tal- kwalifiki jkun f'postu jibda jkun ħafna iktar possibbli u faċli sabiex meta xi ħadd jirreklama l-vacancies, jirreklama wkoll x'livell ta' kompetenza qiegħed ifittex.", "Dan għandu jiffaċċilita' ukoll l-assessment ta' l-iskills u tal-kompetenzi tal-ħaddiema.", "Eventwalment - għaliex għadna rridu niżviluppaw din is-sistema - se nkunu qegħdin niċċertifikaw il-kompetenzi li wieħed ikun akkwista permezz ta' taħriġ informali.", "Dan it-taħriġ jinkiseb mill-esperjenzi tax-xogħol u mhux mill-bankijiet ta' l-iskola.", "Jista' jkollok lil xi ħadd li jkun ħadem ma' persuna oħra bħala bajjad, mastrudaxxa, salesman jew xi ħaġa oħra, u allura biż-żmien jikseb l-esperjenza ta' dik is-sengħa.", "F'dak il-każ wieħed jista' jgħid li m'għandux ċertifikat ta' skola x'juri, pero' għandu l- kompetenzi kollha meħtieġa għax matul il-ħajja l-bniedem jiġbor ħafna tagħlim.", "Aħna ngħidu li l-esperjenza tal-ħajja hija l-akbar u l-aqwa universita'.", "Issa kif tista' tkejjel dawn l-esperjenzi?", "Il-qafas nazzjonali tal-kwalifiki għandu jkollu mekkaniżmi li bihom dak li jkun jersaq quddiem il-bordijiet relattivi sabiex ikellmuh, jintervistawh u jagħmlulu diversi forom ta' assessments.", "Imbagħad dawn il-bordijiet ikunu jistgħu jgħidu: Veru li t-tali persuna ma tafx tikteb u taqra, pero' f'dik il-vokazzjoni partikolari laħqet it-tieni livell jew it-tielet livell.", "Dan kollu se jgħin lil dak l-individwu mhux biss sabiex ikollu dan ir- rikonoxximent, imma sabiex abbażi ta' dak iċ-ċertifikat ikun jista' jtejjeb u jibni fuq dak li għandu.", "Sur President, nemmen li fis-snin li ġejjin dan se jkollu żvilupp importanti ħafna.", "Fuq kollox dan qegħdin nagħmluh sabiex noħolqu dak li jissejjaħ a level playingfield.", "Sal-lum għandna wisq kompartamentalizzazzjoni bejn l-oqsma differenti ta' l-edukazzjoni.", "L- universita' għandha l-kwalifiki tagħha, l-MCAST għandu tiegħu, is-sixth forms għandhom il-Matsec u affarijiet oħra, l-iskejjel tal-gvern għandhom is-sistema obbligatorja, u mbagħad hemm is-sistemi ta' l-istituzzjonijiet privati li f'pajjiżna żdiedu u se jkomplu jiżdiedu aktar.", "Issa ma nistgħux inħallu lil kulħadd jagħti ċ-ċertifikati, il-kwalifiki u d-diplomi tiegħu mingħajr ma dawn jinġabru ġo qafas fejn ikunu jistgħu jissarrfu b'mod komparabbli u rikonoxxut.", "Id-dinja tal-lum ma nistgħux naħarbuha u l- politika edukattiva trid tkun waħda ta' tagħlim kontinwu.", "Qatt m'hu tard wisq biex titgħallem, u titgħallem kemm titgħallem qatt m'hu biżżejjed.", "Trid dejjem taġġorna lilek innifsek u allura se jkollna bżonn li ċ- ċertifikati u l-kompetenzi li niżviluppaw fil-ħajja tagħna jkunu kompetenti.", "Iċ-ċertifikati u l-kompetenzi li jkollna ma jridux idaħħluna fi sqaq jew inkella jpoġġu saqaf fuq rasna u ma jħalluniex niżviluppaw aktar.", "Irridu naraw li joħolqulna passaġġi li bihom inkunu nistgħu ngħaddu minn livell għal ieħor u minn settur għal ieħor.", "Sur President, għandu jkun possibbli li nkunu nistgħu ngħaddu mid-dinja tax- xogħol għall-MCAST, mill-MCAST għall-universita' u mill-universita' lura għall-MCAST.", "Dawn ngħidulhom il-passaġġi ta' l-edukazzjoni, il-passaġġi tat- taħriġ u l-passaġġi għall-mobilita' fid-dinja tax-xogħol.", "Nemmen li dan il- kunsill Malti għall-kwalifiki, li fuqu hemm rappreżentata wkoll il- korporazzjoni għax-xogħol u taħriġ, huwa kunsill li se jgħinna niffokaw aktar fuq kif dan it-taħriġ, li jsir mill-ETC u mill-MCAST, ikun jista' jattira lejh dawk in-nies li, għal xi raġuni jew oħra, fil-kors ta' l- edukazzjoni obbligatorja tagħhom ma jkunux sfruttaw biżżejjed l- opportunitajiet li jkunu ltaqgħu magħhom.", "Għalhekk l-ETC u l-MCAST qegħdin jattiraw nies li qegħdin jgħinuhom fil-basic skills għall-edukazzjoni, fejn f'ċerti affarijiet jibdew prattikament mill-bidu u f'numru sew minnhom qegħdin diġa' jwasslu.", "Illum l-iżvilupp tal-basic skills fl-ETC u fl-MCAST qiegħed jiżviluppa b'mod tajjeb.", "Għandna nies impenjati u dedikati li qed jagħtuna ħafna riżultati tajbin f'dan il-qasam.", "Sur President, tajjeb ngħid li anke f'dan ix-xogħol, sew id-diviżjoni ta' l- edukazzjoni u sew il-fondazzjoni għal servizzi edukattivi, qegħdin jagħmlu ħafna xogħol.", "Il-fondazzjoni għal servizzi edukattivi qiegħda tagħmel xogħol importanti ta' litteriżmu mal-ġenituri u ma' l-adulti.", "Jekk nieħdu d- dipartiment li għandu x'jaqsam ma' l-edukazzjoni ta' l-adulti nsibu li anke hemmhekk l-interess qiegħed jikber b'mod sostanzjali u qiegħed ikollna ħafna iktar nies li qed jinteressahom li jidħlu fil-kamp ta' l-edukazzjoni għall-adulti.", "Għalhekk naħseb li meta llum qegħdin niġu hawnhekk sabiex il- parlament japprova dawn l-estimi ħalli l-ETC tkun tista' tapplikahom skond il-liġi fid-diversi programmi tagħha, se nkunu qegħdin nagħmlu xi ħaġa ta' benefiċċju kbir għal kulmin irid jagħmel użu minn dawn is-servizzi.", "Huwa importanti wkoll li nifhmu r-realtajiet il-ġodda li l-ħin kollu qegħdin jiżviluppaw fis-soċjeta' tagħna ħalli nkunu nistgħu nagħtu l-aħjar servizz possibbli.", "Irrid nagħlaq l-intervent tiegħi billi nirringrazzja minn qalbi lill-bord tal-korporazzjoni għax-xogħol u taħriġ u lill-ex-chairman Dr Roberto Tufigno, li għamel ħafna xogħol importanti fl-ETC.", "Dr Tufigno kien chairman ta' l-ETC għal numru ta' snin u jiena nħoss li kien persuna dedikat u li kien fehem x'inhi l-missjoni tal-korporazzjoni għax-xogħol u taħriġ.", "Dr Tufigno ddirieġa l-bord meta l-ETC għamlet żviluppi importanti ħafna, sew fl-istruttura interna tagħha kif ukoll fil-programmi li nidiet.", "Irrid nirringrazzja wkoll lill-ħaddiema kollha, mill-iżgħar wieħed sal- akbar wieħed, tal-korporazzjoni għax-xogħol u taħriġ kif ukoll lill-membri tal-bord li ġejjin minn oqsma differenti.", "Nirringrazzja wkoll liċ-chief executive li qiegħda tmexxi din il-korporazzjoni flimkien mat-team maniġerjali li għandha u lill-impjegati kollha tagħha.", "Jiena nħoss li dawn qegħdin jagħtu servizz li m'huwiex biss meqjus tajjeb hawn Malta, imma anke meta nqabbluh ma' dak li jagħmlu korporazzjonijiet bħal din f'pajjiżi oħra ta' l-Unjoni Ewropea, insibu li huwa paragun pożittiv ħafna.", "Nawgura li issa, li se nidħlu għal din is-sena finanzjarja ġdida, inkomplu nimpenjaw ruħna flimkien ħalli ntejbu d-diversi aspetti li jaqgħu taħt din il- korporazzjoni.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Karl Chircop.", "ONOR.", "KARL CHIRCOP: Sur President, qabel nibda nirrispondi għal dak li qal l-ministru rrid nirringrazzja lid-diriġenti kollha ta' l-ETC għax-xogħol siewi li jagħmlu u anke għas-sapport li dejjem sibt min-naħa tagħhom kull meta kelli xi diffikultajiet f'dan il-qasam.", "Nirringrazzja wkoll lill- ħaddiema kollha, mill-kbir saż-żgħir, li jaħdmu f'din l-intrapriża.", "Jiena smajt b'attenzjoni kbira l-intervent tal-ministru u rrid ngħid mill- ewwel li għalkemm naqbel ma' diversi affarijiet li semma, fuq affarijiet oħra l-oppożizzjoni għandha r-riservi tagħha.", "Id-diskussjoni li għandna llum hija waħda importanti ħafna għaliex kif nafu l-ETC għandha rwol ċentrali x'taqdi għal pajjiżna.", "Kif nafu, bin-nefqa li se jkollha għad- dispożizzjoni tagħha l-ETC, kemm mis-sovvenzjoni tal-gvern kif ukoll minn fondi ta' mill-Unjoni Ewropea, ix-xogħol li trid tagħmel l-istess korporazzjoni huwa mistenni li jkollu ħafna value added.", "Jekk tikkompara s- somma sotanzjali li se jkollha l-ETC għad-dispożizzjoni tagħha għas-sena d- dieħla mal-prodott gross domestiku ssib li dik is-somma hija ammont żgħir ħafna.", "Għalhekk huwa importanti li l-ETC taħdem b'mod effiċjenti ħalli fl- aħħar mill-aħħar bl-Lm4 miljuni li għandha għad-dispożizzjoni tagħha twassal il-ġid fl-ekonomija kollha ta' pajjiżna, li f'dik pubblika biss diġa' hemm madwar biljun lira, aħseb u ara meta mbagħad wieħed, ma' l- ispiża pubblika, iżid r-rankatura ekonomika li tkun għaddejja fis-suq privat.", "L-isfidi li għandha l-ETC huma kbar ħafna, u nista' ngħid li wħud minnhom qegħdin jiġu kkumbattuti tajjeb mentri hemm oħrajn li wieħed jista' jgħid li rridu naħdmu iżjed biex ngħelbuhom.", "Il-fondi li se jkollha l-ETC għal din is-sena ġejjin minn żewġ sorsi.", "Għandek ftit aktar minn Lm2 miljuni ġejjin mis-sovvenzjoni tal-gvern u ftit aktar minn Lm2 miljuni oħra ġejjin mill-European social fund.", "Dawn il-fondi ta' l-Unjoni Ewropea se jintużaw għall-programmi li suppost se jkunu qegħdin jagħmlu il-ġid lil dawk kollha li se jkunu qegħdin ifittxu l-għajnuna ta' din il-korporazzjoni.", "Irrid ngħid li fis-snin ta' qabel diġa' kienu jeżistu ftit minn dawn il-fondi ta' l-European social fund li mhux kollha kienu jiġu utilizzati u sfruttati.", "Tant hu hekk li anke l-istess ministru qalilna li hemm ċertu ammont ta' spill over mis-snin ta' qabel.", "Għalhekk issa se noqogħdu aktar attenti ħalli jekk hemm aktar fondi x'wieħed jista' jutilizza, nutilizzawhom u nimmasimizzaw il-benefiċċju kollu li nistgħu nieħdu minnhom.", "Sur President, is-suq tax-xogħol huwa xi ħaġa li ma nistgħux nittraskuraw f'dan id-dibattitu.", "F'dan is-settur, wieħed irid joqgħod attent meta jkun qed jitkellem dwaru.", "Għaliex?", "Għax sakemm aħna nkunu qegħdin neżaminaw il- figuri li jkollna quddiemna, ħafna drabi, dawk il-figuri jkunu diġa' nbidlu.", "Li rrid ngħid huwa li s-suq tax-xogħol m'huwiex statiku, hemm ħafna ċaċliq u ċertu dinamiżmu li l-ETC stess trid ukoll tadatta ruħha għalih.", "Għaldaqstant l-ETC ma tridx tkun passiva, imma proattiva.", "Sfortunatament il-ħidma l-ETC mhux dejjem qiegħda tagħti r-riżultati mixtieqa, għax il- gvern, bil-ħidma tiegħu f'dan il-qasam, qiegħed ipoġġilha ċerti pressjonijiet li m'hijiex qiegħda tlaħħaq magħhom.", "U dan qiegħed ngħidu l- aktar mill-aspett makro-ekonomiku.", "Sur President, wara din l-introduzzjoni qasira nixtieq niġi għal suġġett importanti u għal qalbi ħafna, u li kulmin jopera f'dan il-qasam jitkellem dwaru u jirrikonoxxi l-fatt li f'pajjiżna għandna problema ċentrali u ewlenija.", "Hawnhekk qiegħed nirriferi għall-kwestjoni tal-parteċipazzjoni tal-mara fil-qasam tax-xogħol.", "Irrid ngħid mill-ewwel li għalkemm isiru ħafna statements dwar l-importanza tal-parteċipazzjoni tan-nisa fid-dinja tax-xogħol, ir-rata ta' nisa li jaħdmu fl-ekonomija tagħna sfortunatament qiegħda tibqa' fl-inqas livell ta' l-Unjoni Ewropea, u ta' kwalunkwe pajjiż li l-aspirazzjoni tiegħu hija dik li l-ekonomija tiegħu tiżvolġi fuq linji dejjem aktar moderni.", "Kulmin illum għandu għajnejh fuq is-sitwazzjoni tal- labour market jammetti li waħda mill-akbar problemi li għandu s-suq tax- xogħol Malti hija proprju n-nuqqas ta' parteċipazzjoni tan-nisa.", "U jekk irridu nkunu onesti, bilfors ikollna nammettu li l-gvern li ilu responsabbli għat-tmexxija ta' dan il-pajjiż għal dawn l-aħħar 20 sena falla kompletament f'dan il-qasam.", "Hemm ħafna raġunijiet għal din ir-rata baxxa ta' parteċipazzjoni femminili fil-qasam tax-xogħol, pero' fl-opinjoni tiegħi u ta' bosta nies oħra, l- ewwel raġuni hija li l-istess partit Nazzjonalista għamel snin sħaħ statiku fuq din l-issue.", "Konna nisimgħu u għadna nismgħu ħafna statements dwar kif nistgħu nkabbru l-parteċipazzjoni tan-nisa fid-dinja tax-xogħol, pero' bil-fatti għadu ma sar xejn.", "Kien biss fl-aħħar żewġ budgets li l- gvern beda jipprova jindirizza din il-problema, imma naħseb li ħalla wisq għall-aħħar għax din il-problema laħqet kibret wisq.", "U jekk il-gvern mhux se jieħu miżuri drakonjani sabiex infejqu din il-marda, wisq nibża' li se nibqgħu lura fil-qasam tal-parteċipazzjoni femminili fis-suq tax-xogħol.", "Għalkemm jiena nemmen li jagħmel x'jagħmel il-gvern mill-punto di vista ta' inizjattivi, xorta waħda jkun għad jonqos l-aktar fattur importanti.", "U x'inhu dan il-fattur?", "Il-ħolqien ta' opportunitajiet ta' xogħol.", "Jidher li l-ekonomija Maltija b'mod ġenerali hija nieqsa minn opportunitajiet ta' xogħol.", "Jgħidu x'jgħidu u jpinġu liema stampa jippruvaw ipinġu l-membri tan-naħa l- oħra, l-oppożizzjoni u l-korpi kostitwiti, li kontinwament nitkellmu magħhom, m'humiex jaraw din l-istampa.", "Wisq u wisq inqas qegħdin jarawha n- nies li kontinwament niltaqgħu u nitkellmu magħhom fit-triq.", "Għalhekk minkejja ċerti miżuri li l-gvern qiegħed jieħu biex tiżdied ir-rata ta' parteċipazzjoni femminili fis-suq tax-xogħol, il-mara Maltija xorta waħda qiegħda tibqa' żvantaġġata.", "Dawn l-istess miżuri m'humiex qegħdin iħallu l- frott għaliex sfortunatament opportunitajiet ta' xogħol ġdid ftit li xejn qiegħed ikun hawn.", "Din hija xi ħaġa li rajniha sseħħ proprju matul din is- sena, għax il-miżuri u l-inċentivi li gvern ħareġ bihom il-gvern fil-budget li għadda ma ħadmux.", "Jekk inħarsu lejn pajjiżi oħra fil-Mediterran, anke membri ta' l-Unjoni Ewropea - ħalli ma nqabblux ruħna ma' pajjiżi ex komunisti, kif semma l- ministru fid-diskors tiegħu - nsibu li dawn il-pajjiżi żiedu r-rata ta' parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol tagħhom.", "Per eżempju, fl- Italja, li m'huwiex pajjiż ex komunist, din ir-rata ta' parteċipazzjoni tan- nisa fid-dinja tax-xogħol minn 35.8% telgħet għal 45.2%.", "L-istess fil- Greċja, li wkoll m'huwiex pajjiż ex komunist, minn 36.6% din telgħet għal 45.2%.", "Jekk inħarsu lejn ir-rata ta' parteċipazzjoni tan-nisa fid-dinja tax- xogħol f'pajjiżi l-oħra nsibu li anke fil-pajjiżi Nordiċi, ir-rata ta' parteċipazzjoni hija d-doppju tar-rata tagħna, u kważi kullimkien, overall, din ir-rata żdiedet sew matul dawn l-aħħar għaxar snin.", "Il-partit Laburista jemmen bis-sħiħ li dan ir-riżors uman, li tħalla jiġi ttraskurat, għandu jingħata kull attenzjoni meħtieġa ħalli jiġi utilizzat aħjar.", "Naturalment ma rridu nisfurzaw lil ħadd għaliex aħna nemmnu fl-għażla libera ta' l-individwu.", "Pero' fl-aħħar mill-aħħar, lil dik il-mara tad-dar li tkun rabbiet lit-tfal tagħha sa ċertu eta' għandek tiffaċilitalha l- proċess sabiex terġa' tmur lura għas-suq tax-xogħol.", "Dan il-proċess għadnu jsir bl-akbar serjeta' għaliex aħna nemmnu li b'hekk mhux biss se tiggwadanja dik il-familja partikolari, imma se tiggwadanja l-ekonomija in ġenerali.", "Ir-rata baxxa ta' nisa li jaħdmu f'Malta ġejja wkoll min-nuqqas ta' għajnuna diretta li l-istat jagħti lil dawk in-nisa li jaħdmu.", "Sfortunatament, il-gvern m'huwiex jinvesti biżżejjed sabiex ikollna childcare centres affordable u aċċessibbli għan-nisa li jaħdmu.", "Imbagħad il-problema tkompli tikber u tħalli impatt negattiv fuq is-soċjeta' tagħna għaliex ir-rata tat-trabi li jitwieldu qiegħda dejjem tonqos.", "Fil-fatt illum ħafna skejjel primarji qiegħed ikollhom ħafna inqas studenti minħabba t-tnaqqis drastiku fin-numru ta' trabi li qegħdin jitwieldu.", "Gvern responsabbli għandu allura jirreaġixxi għal din is-sitwazzjoni u juża dak il-persentaġġ ta' għalliema żejda, jew inkella għalliema li jkunu bla xogħol, u dawk il-klassijiet li jkunu vojta u jutilizzahom bħala childcare centres viabbli għal dawk in-nisa, li llum aktar minn qatt qabel, għandhom bżonn joħorġu jaħdmu.", "Il-falliment tal-gvern, li jilħaq il-mira stabbilita mill-istess Unjoni Ewropea, ikompli joħroġ fid-deher mill-ammont ta' nisa li qegħdin jirreġistraw għax-xogħol.", "Fir-rapport li għandna quddiemna llum hemm indikat li f'Settembru ta' din is-sena, l-ammont ta' nisa jirreġistraw għax- xogħol ilaħħaq għal 1,712.", "Din iċ-ċifra hija l-ogħla waħda f'dawn l-aħħar ħames snin.", "Mela hawnhekk għandna prova ċara li jekk il-gvern Nazzjonalista ħa xi miżuri fil-budget preċedenti f'dan ir-rigward, dawn mhux talli ma ħadmux talli fallew kompletament.", "Fil-fatt kellna żieda ta' 4.5% fuq il- figura ta' Settembru tas-sena l-oħra.", "Din is-sitwazzjoni tindika li l- miżuri li tant ftaħar bihom il-gvern preżenti, u li suppost kellhom iħajru u jagħmluha aktar faċli sabiex in-nisa joħorġu jaħdmu ma kenux effettivi.", "Jekk il-gvern m'huwiex se jimbarka fuq policies realistiċi u joħloq opportunitajiet ta' xogħol li b'mod naturali jattiraw aktar lin-nisa, bħal, ngħidu aħna, child minding, care for the elderly u nursing m'aħniex se ninqalgħu minn din il-problema.", "Ma' dawn il-policies irid ikun hemm ukoll il-ftuħ ta' childcare centres li jkunu komdi għall-bwiet tan-nisa u mhux jiġu mġiegħla jħallsu fees għoljin daqs il-pagi li jkunu qegħdin jaqilgħu mix-xogħol tagħhom.", "Sur President, il-gvern irid verament jemmen f'dak li jgħid.", "Ħalli nispjega aħjar dak li rrid ngħid.", "Jidher biċ-ċar li għalkemm il-prim ministru elenka lista ta' inċentivi, li aħna naqblu magħhom, sabiex jgħin lill-mara toħroġ taħdem, f'ċerti oqsma dawn m'humiex se jkunu ssostanzjati b'nefqiet ġodda.", "Tant hu hekk, li anke l-istess Ministru Dolores Cristina ma kenitx ċara la fl-intervista li tat fuq il-ġurnal \"In-Nazzjon\" ftit tal- jiem wara dan il-budget u lanqas fir-risposta li tatni fil-winding-up tagħha meta konna qegħdin niddiskutu l-voti tal-budget tal-ministeru tagħha.", "Aħna naqblu mal-gvern li se jintroduċi ċerti miżuri fiskali sabiex jinkoraġġixxi lill-mara toħroġ taħdem, għax dawn huma miżuri verament meħtieġa.", "Mhux talli naqblu talli anke fir-rapport li ħejjejna aħna - dan ġie ppublikat f'Settembru li għadda - flimkien ma' l-esperti tagħna fuq il- qasam tax-xogħol daħħalna ċerti policies li l-gvern adottahom huwa fil- budget li ressaq xahar wara li ġie ppublikat dan ir-rapport.", "Għaldaqstant irrid nirringrazzja lill-gvern li rrikonoxxa l-policies tal-partit Laburista f'dan il-qasam bħala policies tajbin.", "Aktar tard se jkolli l- okkażjoni ngħid kif dawn il-policies li ħabbar il-gvern fil-budget tiegħu huma biss parti żgħira mill-pakkett li qiegħed iħabbar il-partit Laburista.", "Kif diġa' għedt dwar il-kwestjoni taċ-childcare centres, il-Ministru Cristina ma kenitx ċara f'dak li qalet fuq il-ġurnal \"In-Nazzjon\" tas-27 ta' Ottubru, 2006.", "Iżda mbagħad - u hawnhekk tinħoloq l-anomalija - meta wieħed ifittex kemm verament dawn l-inizjattivi biex intejbu u niftħu ċ- childcare centres se jkunu sostnuti b'nefqa akbar, fl-estimi nsibu li l-vot rikorrenti baqa' l-istess, Lm30,000.", "Is-sena l-oħra kellna vot ta' Lm130,000 – dan kien vot 7,007 - li sfortunatament ma reġax irrepeta ruħu, anzi spiċċa fix-xejn.", "Allura bilfors ikollok tistaqsi: Meta l-gvern jgħid li jrid itejjeb iċ-childcare centres tiegħu, b'liema mod se jtejjibhom?", "Bil-paroli biss?!", "Mill-fatti li għandna quddiemna jidher li mhux se jkun hemm aktar flus allokati għalihom.", "Jekk forsi jistgħu jiġu utilizzati xi fondi mill-European social fund, li ma jirriżultawx f'dawn l-estimi, wieħed jagħmel sew li jikkjarifika dan il-punt.", "Issa biex ħadd ma jgħid li l-partit Laburista jikkritika biss jaf, se nsemmi l-miżuri li l-partit Laburista qiegħed jippreżenta bħala pakkett ta' inċentivi biex verament jgħin u jinkoraġixxi lill-mara Maltija jew li tibqa' fis-suq tax-xogħol jew inkella terġa' tidħol fis-suq tax-xogħol wara li tkun rabbiet lill-ulieda.", "F'dan ir-rapport aħna qegħdin ngħidu li gvern Laburista ġdid jinkoraġġixxi aktar parteċipazzjoni tan-nisa Maltin u Għawdxin fis-suq tax-xogħol billi jipprovdi childcare centres, li realment jiffunzjonaw, bħala appoġġ għall-ommijiet ħaddiema, u l-prezz ta' dawn għandu jkun wieħed issussidjat.", "Jiġifieri qegħdin ngħidu li gvern Laburista se jkun qiegħed imur oltre' billi b'mod dirett jissussidja dawn iċ-ċentri.", "Qegħdin ngħidu wkoll li b'liġi jrid jiġi regolat is-settur kollu taċ- childcare, peress li minbarra l-aspett finanzjarju, fost l-ommijiet tinħass ċerta biża' u eżitazzjoni meta jiġu biex jafdaw lill-uldiedhom ma' nies barranin, u għalhekk gvern Laburista ġdid se jimbarka fuq kampanja edukattiva f'dan ir-rigward.", "Sur President, qegħdin ngħidu wkoll li trid titwaqqaf struttura alternattiva għaċ-childcare centres biex jiddaħħal il-konċett ta' shared mothering.", "Dan ifisser li ommijiet li jkunu għadhom id-dar jieħdu ħsieb uliedhom ikunu jistgħu jieħdu ħsieb it-tfal ta' ħaddieħor ukoll.", "Hawnhekk irrid nenfasizza li l-konċett tax-shared mothering għandu jiddaħħal taħt sorveljanza stretta, anke taħt l-istess liġi li għandha tirregola s-settur taċ-childcare.", "Barra minnhekk qed ngħidu li għandha titwessa' s-sistema li biha skejjel jibqgħu miftuħin wara li jispiċċaw il-klassijiet formali u jipprovdu superviżjoni, sport u taħriġ lit-tfal li l-ommijiethom ikunu għadhom għax-xogħol.", "Fis-servizz pubbliku jrid jitħaddem proġett formali biex il-flexy time verament jiġi attwat, anke skond ħteġijiet individwali, bi qbil bejn l- impjegati u s-superjuri tagħhom.", "Per eżempju, waqt li konna għaddejjin bid- diskussjonijiet tagħna mad-diversi unions, waħda mill-problemi li semmewlna l-MUMN u l-MAM kienet li ċ-childcare centre li hemm fl-isptar ta' Karen Grech, li qiegħed hemm biex jieħu ħsieb it-tfal tat-tobba u tal-ħaddiema kollha li jaħdmu fl-isptar, sfortunatament qiegħed jagħlaq kmieni.", "Minflok ma jagħlaq fil-5.00 p.m. qiegħed jagħlaq fit-3.00 p.m. u minħabba dawk is- sagħtejn ħafna mill-impjegati ta' l-isptar ma jistgħux jisfruttaw b'mod sħiħ dan ir-riżors, u allura, sa ċertu punt, qed jiġi moħli.", "Aħna nemmnu li dawn l-affarijiet iridu jiġu indirizzati bl-aktar mod akut u mgħaġġel.", "Fl-aħħarnett qegħdin ngħidu li għandhom jitejbu l-istrutturi fiskali ħalli jħajjar aktar lill-mara tirritorna fis-suq tax-xogħol.", "Qegħdin ngħidu li għandhom jinħolqu strutturi ġodda li sa ċertu punt, anke l-gvern preżenti, wara li ilu 20 sena jmexxi dan il-pajjiż, jidher li se jadotta fil-budget li jmiss.", "Issa nisperaw li dawn il-miżuri fiskali ma jkunux biss a whitewashing exercise bħalma kien il-każ taċ-childcare centres!", "Sur President, ngħaddi issa biex ngħid xi ħaġa dwar iż-żgħażagħ.", "Fir-rapport hemm indikat li l-ammont ta' żgħażagħ ta' bejn is-16 u l-24 sena li qegħin jirreġistraw għax-xogħol qabeż l-2,000 ruħ.", "Dan ifisser li għandek madwar 30% ta' dawk li qegħdin ifittxu x-xogħol li huma żgħażagħ.", "Fir-realta' nemmen li n-numru ta' żgħażagħ bla xogħol huwa ferm ogħla minn hekk.", "Dan għaliex huwa fatt magħruf li eluf ta' żgħażagħ li m'huma intitolati għall- ebda benefiċċju soċjali marbut mar-reġistrar, anke kif qal l-istess ministru, tant ikunu qatgħu qalbhom li jippreferu ma jirreġistraw xejn u joqogħdu d-dar jistennew xi opportunita' titfaċċalhom, jew inkella jaraw ikellmux xi politiku ħalli jgħinhom isibu xogħol.", "Fil-fatt mhux l-ewwel darba li ġew għandi minn dawn iż-żgħażagħ, bħalma jmorru għand kull wieħed u waħda minnha f'din il-Kamra, sabiex ngħinhom biex forsi jsibu xi mpjieg.", "Kull nhar ta' Erbgħa filgħodu meta mmur nara l-kostitwenti tiegħi ġewwa l- każin laburista ta' Raħal Ġdid tgħidx kemm jiġu żgħażagħ jitolbuni sabiex insibilhom xogħol.", "U meta nistaqsihom jekk jirreġistrawx, il-parti l-kbira tagħhom lanqas biss ikunu ħolmu li jkellmu l-ETC.", "Għalhekk dawn iż-żgħażagħ m'humiex inklużi ma' dak l-ammont li jirreġistraw għax-xogħol.", "Sur President, dan huwa fenomenu li b'xi mod jew ieħor irridu nindirizzawh.", "M'iniex qiegħed nitkellem b'xi disprezz lejn l-ETC, imma dik hi l-verita', xejn iżjed u xejn inqas.", "Dan m'iniex ngħidu biex nikkritika lin-nies li jaħdmu fl-ETC iżda sabiex niġbdilhom l-attenzjoni biex forsi jindunaw li wasal iż-żmien li l-ETC timbarka fuq kampanji edukattivi aktar b'saħħithom.", "Naf li mhux l-ewwel darba li saru kampanji edukattivi imma apparentament m'humiex qegħdin ikunu effettivi biżżejjed sabiex iħajru aktar żgħażagħ ħalli jersqu u jfittxu l-għajnuna ta' l-ETC.", "Min-naħa tiegħi nista' ngħid li nħeġġeġ mijiet ta' żgħażagħ fis-sena sabiex jersqu lejn l-ETC u jagħmlu użu mill-korsijiet ta' taħriġ u mis-servizzi li toffri.", "Madankollu tiskanta kemm issib żgħażagħ li lanqas biss ikollhom idea ta' dawn l- iskemi.", "Hawnhekk irrid nagħmel appell sinċier sabiex l-ETC timbarka fuq programmi aktar b'saħħithom ħalli tindirizza din il-problema ta' nuqqas ta' għarfien mill-kumplament tas-soċjeta'.", "Dawn il-programmi għandhom jiġu indirizzati l-aktar għal dawk il-klijenti prospettivi tagħha għaliex b'xi mod jew ieħor qiegħda titlifhom.", "Fl-aħħar mill-aħħar ma rridux ninsew li l-għan ewlieni ta' l-ETC huwa dak li ttejjeb il-qagħda tas-suq tax-xogħol u l-ekonomija ta' pajjizna.", "Sfortunatament, sa ċertu punt l-ETC spiċċat ħadet pożizzjoni daqsxejn zbaljata, u qisha qiegħda hemmhekk sabiex taġixxi fl-interessi tal- gvern tal-ġurnata, ikun min ikun fil-gvern.", "B'hekk ħafna min-nies jħarsu lejha b'mod negattiv, għax ix-xogħol soċjali li twettaq din l-azjenda, xi ftit jew wisq, qiegħed jiġi mtappan mill-attitudni tal-gvern innifsu.", "Sur President, minkejja li dan ir-rapport ma jispeċifikax kemm hemm żgħażagħ li qegħdin fuq il-lista tal-long-term unemployed ma' l-ETC, jiena ninsab konvint li f'dawn l-aħħar 12-il xahar din iċ-ċifra żdiedet ukoll.", "Dan qiegħed ngħidu għax jiena niltaqa' ma' ħafna żgħażagħ li qegħdin f'din is-sitwazzjoni.", "Matul dawn l-aħħar snin inħolqot problema ġdida li qabel ma kenitx teżisti f'pajjiżna.", "Fejn qabel kien ikollna ħafna studenti li kienu jidħlu fl-iskejjel tas-snajja', issa qiegħed ikollna persentaġġ ta' school leavers li m'humiex jirnexxilhom jidħlu fis-sistema' ta' l-MCAST.", "Allura qiegħed jinħoloq pool ġdid ta' klijenti li bilfors iridu jaqgħu f'ħoġor l- ETC għaliex m'għandhomx alternattiva oħra fejn imorru għat-taħriġ tagħhom.", "Sfortunatament uħud minn dawn iż-żgħażagħ tant ikunu illiterrati li anke l- istess ETC issibha diffiċli biex issibilhom impjieg.", "Għalhekk nixtieq li l- ETC tgħidilna kemm hemm hu tal-long-term unemployed ħalli nkunu nafu kemm hemm minnhom li huma żgħażagħ.", "Il-partit Laburista jaqbel mat-twaqqif ta' l-MCAST bħala konċett, u nemmnu li dan irid jiġi msaħħaħ ħalli jkun jista' għal jilqa' għal dawn il- problemi li semmejt.", "Pajjiżna ma jistax jaffordja li jibqa' jitlef daqstant potenzjal uman fis-suq tax-xogħol.", "Għalina anke t-telfien ta' ħaddiem wieħed hija problema, aħseb u ara meta qiegħed ikollok mijiet ta' żgħażagħ fis-sena li m'humiex jidħlu fl-MCAST hekk kif ikunu spiċċaw mill- iskola.", "Dan huwa sagrileġġ li jrid jieqaf minnufih u għalhekk il-partit Laburista fil-pjan tiegħu għall-edukazzjoni, li ġie mħejji u ppreparat minn sieħbi l-Onor.", "Carmelo Abela, qiegħed jipproponi li l-MCAST taħdem bi sħab kontinwu ma' l-iskejjel sekondarji għall-preparazzjoni ta' dawn iż- żgħażagħ.", "Proprju l-ġimgħa l-oħra f'waħda mil-laqgħat ta' l-outreach tiegħu l-partit Laburista kien qiegħed jiltaqa' ma' l-MUT.", "Din il-union stqarret magħna li hemm nuqqas kbir fil-counselling departments.", "Il- problemi soċjali f'pajjiżna, kif semma ukoll il-Ministru Galea, tant kibru li l-guidance teachers fl-iskejjel tagħna m'humiex ilaħħqu għax il-ħin tagħhom meħud kollu kollu biex jittekiljaw dawn il-problemi soċjali li jitfgħulhom f'ħoġorhom it-tfal fil-ħin ta' l-iskola.", "Allura mhux qed jibqgħalhom ħin biex jiġi utilizzat għall-carreer guidance għall-istudenti.", "Dan kollu innotajnieh aħna, bħala oppożizzjoni, u qiegħda tinnotah ukoll, u tistqarru, il-union ta' l-għalliema Maltin u Għawdxin.", "Irrid nerġa' ngħid li pajjiżna ma jistax jibqa' jitlef dawn iż-żgħażagħ u jħallihom jaqgħu neqsin mill-ksib ta' għarfien ġdid li tant huwa meħtieġ fid-dinja tal-lum.", "Meta nuża l-kelma \"għarfien\" ma rridx nagħti x'wieħed jifhem li qiegħed nirreferi għall-għarfien akkademiku biss.", "Anzi, meta nuża l-kelma \"għarfien\" qiegħed naċċenna wkoll għall-ksib ta' ħiliet fis-snajja'.", "Nerġa' ngħid li għandna settur mill-popolazzjoni ta' l-istudenti Maltin u Għawdxin, li fejn qabel kienu jsibu l-isfog li jkomplu javvanzaw f'dawn is- snajja', illum qegħdin isibu l-bibien magħluqin.", "Sur President, hawnhekk jidħol ukoll il-kunċett ta' l-employability.", "Anke rigward dan, il-partit Laburista fid-dokument tiegħu ħass il-bżonn li jiddedika faċċata sħiħa fuq din il-problema.", "Għalkemm il-kwestjoni ta' l- employability ilha tinħass sewwa, illum saret aktar urġenti minħabba t- tnaqqis drastiku fl-opportunitajiet ta' impjiegi.", "Huwa minnu li dan il- fenomenu ma laqatx lilna biss, laqat lid-dinja kollha, għax kif diġa' għedt il-labour market huwa xi ħaġa dinamika, xi ħaġa ħajja u l-ħin kollu jinbidel, pero' huwa daqstant ieħor minnu li f'pajiżna, il-gvern, sa ċertu punt, baqa' lura minn dan l-aspett.", "Nisimgħu ħafna diskors sabiħ, imma fil- fatt l-impenn serju għadu lura milli jiġi attwat on a larger scale.", "Din il-problema ta' l-employability qiegħda tinħass fuq żewġ saffi.", "Fl- ewwel saff għandek il-problema ta' kif is-sistema edukattiva tagħna se tipprepara lill-istudenti b'mod li l-korsijiet akkademiċi tagħhom, ikunu x'ikunu l-korsijiet li qegħdin jagħmlu, jiġu mfassla aktar fuq bażi ta' karrieri u ta' mpjieg fil-futur.", "Jiġifieri dawn il-korsijiet, ikunu f'liema livell ikunu, għandhom ikunu career oriented.", "Hawnhekk jinħass il- bżonn akut li s-sistema edukattiva tagħna tkun megħjuna b'mod dirett mill- gvern ħalli l-carreer guidance tiġi mogħtija l-ispazju tagħha, kif ukoll il- finanzjament meħtieġ għaliha.", "Jekk għandek ammont ta' guidance teachers li m'humiex ilaħħqu max-xogħol li għandhom, il-gvern bilfors irid jinvesti aktar f'dan is-settur.", "F'dan is-settur ma tistax tippretendi li tinvesti illum u tara r-riżultati l-għada, iridu jgħaddu s-snin sabiex tilħaq l- għan tiegħek.", "It-tieni l-problema ta' l-employability hija li f'pajjiżna diġa' għandna eluf ta' ħaddiema bla xogħol li waqgħu barra mis-sistema edukattiva tagħna u għaldaqstant tilfu ħafna mill-kwalitajiet tas-snajja' u ħiliet li kienu jeħtieġu biex jidħlu fid-dinja tax-xogħol.", "U aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar qed isir diffiċli li jinstabilhom impjieg diċenti fiż-żmenijiet tal- lum.", "Mela għandek l-ewwel saff tal-problema li ġej minn dawk l-istudenti li għadhom fl-iskejjel u li m'humiex isibu biżżejjed career guidance.", "Imbagħad għandek il-problema l-oħra li għandha x'taqsam ma' dawk li laħqu ħarġu mis-sistema edukattiva u li għandhom nuqqas ta' ħiliet tekniċi u akkademiċi li huma tant meħtieġa sabiex jidħlu fid-dinja tax-xogħol.", "Il- partit Laburista qiegħed ukoll jindirizza din il-problema fil-programm tiegħu.", "Irridu nifhmu li l-proċess ta' l-employability għandu jibda minn kmieni fis-sistema tat-tagħlim tagħna, u m'għandux jieqaf fl-aħħar sena ta' l-iskola, iżda għandu jissokta saħansitra anke wara l-impjieg.", "Sur President, hawnhekk bi pjaċir ninnota - il-bieraħ stess tqiegħed ir- rapport fuq il-mejda tal-Kamra - l-inizjattiva li ttieħdet dwar il-kunċett ta' life-long learning, li sfortunatament għadna lura ħafna fih.", "Il-punt li rrid nenfasizza llum hu li f'ħafna affarijiet għadna lura wisq, u huwa proprju issa li se nibdew nindirizzawhom.", "Sfortunatament l-istrutturi tax- xogħol ta' pajjiżna ftit li xejn jgħinu f'inizjattivi li jikkonċernaw din il-problema tal-life-long learning, kemm fuq bażi ta' gvern kif ukoll fuq bażi ta' intrapriżi privati.", "Dan ma jfissirx li m'hemmx intrapriżi privati li m'humiex attivi f'dan il-qasam, biss xorta waħda għadna lura ħafna.", "Dan jista' ikun ukoll minħabba li l-gvern innifsu waqa lura f'din l-inizjattiva li kellu jieħu tant u tant snin ilu.", "Dan kollu huwa nkwetanti mhux biss mil- lat ekonomiku iżda anke mil-lat soċjali, għax dawk l-ħaddiema li tilfu l- opportunita' li jtejbu l-ħiliet tagħhom meta kienu studenti, issa se jkun diffiċli sabiex tibda tgħallimhom mill-ġdid.", "Din hija waħda mill-ikbar sfidi li għandha quddiemha l-ETC.", "Hemm numru minn dawk li jirreġistraw għax- xogħol li, b'xi mod jew ieħor, trid bilfors tgħinhom ħalli jsiru employable, imma l-ETC qiegħda tiltaqa' ma' ċerta resistenza.", "Jien naf u napprezza, għax din ir-resistenza niltaqa' magħha ta' kuljum u nipprova nindirizzaha anke fuq bażi personali biex nikkonvinċi lil ċerti nies, li jistennew li jkollhom xogħol tajjeb meta ma jkollhomx kwailifiki biżżejjed, ħalli jidħlu f'xi kors milli toffri l-ETC.", "F'paġna 5 tar-rapport insibu aċċenn fuq l-iskemi u fost l-oħrajn jissemma l- active youth scheme.", "Hemmhekk jingħad li 130 żagħżugħ għamlu użu minn din l- iskema u ħadu l-benefiċċji tagħha.", "Issa fl-opinjoni tiegħi 130 żagħżugħ huwa ammont żgħir ħafna meta tqabblu ma' l-ammont kbir ta' żgħażagħ li għandna jfittxu x-xogħol.", "Għalhekk hemm bżonn li jsir xi ħaġa ħalli din l- iskema nagħtuha aktar impetus u nirriklamawha aktar.", "Fl-istess ħin nistaqsi: X'follow up sar fuq dawn il-130 żagħżugħ li ħadu l-benefiċċju minn din l-iskema?", "X'sar minnhom dawn iż-żgħażagħ?", "Spiċċaw barra, tilfu x- xogħol tagħhom jew reġgħu marru lura fuq il-kotba ta' l-ETC?", "Sur President, irrid issa ngħid xi ħaġa dwar il-fenomenu tal-long-term unemployed.", "Fir-rapport tingħata l-impressjoni li din il-faxxa ta' qgħad matul dawn l-aħħar 12-il xahar naqset.", "Fil-fatt qiegħda tiġi ndikata ċ- ċifra ta' 2,571.", "Fil-verita' din il-figura hija ferm 'il bogħod mill- fatti.", "U dan għas-sempliċi raġuni li min, minħabba ċirkostanzi jew oħra, jinqata' mir-reġistrar u jerġa' jibda jirreġistra għax-xogħol, anke mill- għada stess, jitlef il-priority tiegħu.", "Din hija xi ħaġa li kulħadd jaf biha.", "Hekk taħdem l-ETC.", "Kulmin jinqata' mir-reġistrar, anke jekk stess imur jirreġistra l-għada, xorta waħda jkun tilef il-priority li kellu.", "Jiġifieri jekk dan kien ilu sentejn jew ħames snin jirreġistra u għal xi raġuni nqata' mir-reġistrar, jekk imur jirreġistra l-għada se jkollu jibda mill-ġdid.", "Allura il-figura ta' 2,571 tal-long-term unemployed tista' tkun misleading.", "Sfortunatament dan kollu huwa logħob bin-numru sabiex tingħata l-impressjoni li l-qgħad qiegħed jiġi kkontrollat.", "Għalhekk jiena nixtieq li lill-ministru jgħidilna kemm fil-fatt kien hemm long-term unemployed li ġew struck-off, imbagħad reġgħu daħlu fuq il-kotba ta' l-ETC u issa ma jirriżultawx aktar bħala long-term unemployed.", "Sur President, nixtieq ngħid xi ħaġa speċifika fuq is-sitwazzjoni xejn feliċi li tinsab fiha l-gżira ta' Għawdex fejn jidħol il-qasam tax-xogħol.", "Dwar is-sitwazzjoni tal-qgħad f'Għawdex dan ir-rapport kważi ma jsemmi xejn, ħlief sentenza waħda fl-ewwel paġna fejn jgħid li qgħad f'Għawdex kompla jiżdied u qarreb il-figura ta' 700 ruħ.", "Jidher biċ-ċar li din il- figura tista' tgħid li ġiet istituzzjonalizzata, għax issa ilha li stabbilit ruħha għal dan l-ammont.", "Fejn qabel konna mdorrijin b'figura ta' madwar 400 ruħ, fl-aħħar sena u nofs din il-figura telgħet għal 700 baqgħet dejjem l-istess.", "In-nuqqas ta' stampa dettaljata dwar Għawdex saret apposta sabiex din il-Kamra tibqa' fl-għama dwar is-sitwazzjoni allarmanti li hemm fil-gżira Għawdxija fil-qasam tax-xogħol.", "Sfortunatament f'Għawdex hemm diżastru sħiħ!", "Ma rridx ninstema' allarmanti, imma dik hija r-realta'.", "Sur President, f'dan l-ambitu nesiġi li l-ministru jippreżentalna rapport dettaljat fuq is-sitwazzjoni tal-labour market li turi biċ-ċar il-mod ta' kif żvolġa s-suq tax-xogħol f'Għawdex matul dawn l-aħħar ħames snin.", "Jekk ikun hemm bżonn, wara li dan ir-rapport jiġi magħmul pubbliku, aħna lesti li nipparteċipaw f'dibattitu sħiħ u kostruttiv fuq din is-sitwazzjoni li għandna fil-gżira Għawdxija.", "Jien infurmat li dawn it-tipi ta' rapporti jsiru kull tliet xhur u jinżammu internament.", "Ninsab ċert ukoll li l- ministru għandu aċċess għal dawn ir-rapporti u persważ li s-sitwazzjoni qiegħda tippreokkupah.", "Bħala oppożizzjoni m'għandniex aċċess għal dawn il- figuri, pero' il-feedback popolari - ħalli nsejjaħlu hekk - li għandna bħala partit, qiegħda tindika li s-sitwazzjoni fil-labour market ġewwa l- gżira Għawdxija hija ħafna agħar minn dik ta' Malta.", "Hija sitwazzjoni li l- Għawdxin stess qegħdin ixebbħuha ma' dik tas-snin sittin, fejn l-uniku rimedju għalihom kienet l-emigrazzjoni.", "Jien kelli l-opportunita' nitkellem ma' l-Għawdxin proprju fl-assemblea li saret is-sibt li għadda filgħaxija u kulħadd jgħidlek sabiex tmur tara l-industrial estate tax-Xewkija ħalli tara kif ma' baqa' ħadd.", "Kulma fadal hija l-fabbrika tal-FXB, xi żewġ mastrudaxxi żgħar, fabbrika oħra tal-plastik u l-fabbrika ta' Magro Brothers.", "Kulħadd jgħidlek li fl-industrial estate tax-Xewkija hemm il- baħħ, u dan qiegħed ngħidu b'għafsa ta' qalb.", "Sur President, ħalli issa ngħid xi ħaġa dwar l-employment advisory services.", "Filwaqt li bħala oppożizzjoni nemmnu bis-sħiħ f'tali servizzi għaliex nifhmu li dawn jistgħu jkunu ta' għajnuna kbira, hemm bżonn li min jagħti dawn is-servizzi ikun professjonalment ippreparat sabiex jagħmilha ta' advisor.", "Nixbgħu nisimgħu każi ta' persuni li verament ikollhom bżonn ta' l-għajnuna u jgħidulek li meta jmorru l-ETC għall-parir jew għal xi ħaġa oħra jsibu biss skrivani li ħafna drabi ma jkunux attrezzati sabiex jagħmluha ta' advisors.", "Issa dan mhux qiegħed ngħidu għax għandi xi ħaġa kontra dawn il-ħaddiema, anzi persważ li ħafna minnhom jagħmlu l-almu tagħhom kollu sabiex jippruvaw jgħinu lil dawn in-nies.", "Kif għedt aktar kmieni fid-diskors tiegħi, anke jiena stess ikolli nagħmel dan it-tip ta' xogħol, kemm bħala parlamentari u kemm bħala tabib għaliex niltaqa' ma' dawn il-problemi ta' kuljum.", "Jiddispjaċini ngħid li l-mod kif qegħdin jiġu ffaċċjati dawn in-nies li jkollhom bżonn ta' xi parir ħafna drabi qiegħed ikun lacking fis-sustanza.", "Għaldaqstant hemm bżonn li l-impjegati ta' l- ETC jingħataw aktar taħriġ u jekk ikun hemm bżonn, anke one-to-one training, għax uħud minnhom m'humiex qegħdin irendu kemm suppost.", "Sur President, każ klassiku ta' kemm l-employment advisory services ta' l- ETC ma jingħatawx b'mod professjonali kien proprju l-eżerċizzju ta' l- intervisti li sar dan l-aħħar mal-long-term unemployed fl-istitut kattoliku ġewwa l-Furjana.", "Mijiet ta' persuni li ġew imsejħa għal dawn l-intervisti qalulna li dawn ma kienu advisory sessions xejn, iżda sempliċiment eżerċizzju ta' ftit minuti fejn b'mod ta' kafkaf ġew mimlija ċerti preset forms b'mistoqsijiet ta' dettalji li l-ETC diġa' kienet taf bihom.", "Apparti minn hekk, in-nies li ġew imsejħa kienu mġiegħla jattendu bilfors - din nifimha għax la fuq kotba ta' l-ETC trid timxi skond ir-regoli tagħha – u ġew ġew mgħarrfa li jekk ma jattendux minn ta' l-inqas żewġ korsijiet kienu se jinqatgħu minn fuq ir-reġistru.", "Xi wħud minn dawk li marru għal dan l- eżerċizzju qalulna li meta huma qalu lill-intervistaturi tagħhom li l- korsijiet li offrewlhom kienu diġa' għamluhom, l-intervistaturi ma kenux jafu kif se jweġbuhom.", "Kien hemm min qalilhom li huma m'għandhomx x'jaqsmu, għax kienu ġew ingaġġati mill-ETC proprju għal dan l-eżerċizzju biss, u li jekk ma jattendux jinqatgħu mir-reġistru.", "Dan huwa l-mod kif nittrattaw lill-ħaddiema prospettivi ta' Malta u Għawdex jew lil dawk li qegħdin ifittxu s-servizzi ta' l-ETC?", "Dan huwa l-gvern li jemmen fid- demokrazija?", "Dan l-atteġjament m'hu demokratiku, anzi jqarreb lejn il- faxxismu.", "X'jiġifieri nibgħat għan-nies u ngħidilhom li jekk ma jattendux għal minn ta' l-inqas żewġ korsijiet jiġu maqtugħin mir-reġistru, anke jekk dawk il-korsijiet ikunu diġa' attendew għalihom?!", "Il-mod ta' kif ġie mtella' dan l-eżerċizzju jindikalna b'mod ċar li dan ma sarx bħala employment advisory service, imma kien sforz biex il-gvern jipprova jbaxxi r-rata tal-qgħad qabel il-budget.", "Lill-membri tal-gvern ngħidilhom li intom qed tippruvaw tkomplu tidħku bin-nies għax is-sitwazzjoni reali m'hijiex dik li qegħdin jipprovaw ipinġu huma.", "MR SPEAKER: Onor. Chircop, niġbidlek l-attenzjoni li sar il-ħin.", "Se tibqa' in possession?", "ONOR.", "KARL CHIRCOP: Iva, Mr Speaker, inkompli llejla.", "MR SPEAKER: Il-Ministru Louis Galea, jekk jogħġbu, iressaq l-aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tlieta, 14 ta' Novembru 2006, fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:-", "Estimi tad-dħul u nfiq tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2006-2007 – Kontinwazzjoni;", "Abbozz ta' Liġi li jirregola l-Infurzar ta' Drittijiet ta' Proprjeta' Intellettwali - Tieni Qari (Kont);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi tal-Liġijiet tal-Pulizija - Tieni Qari (Kont);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali (Emenda Nru 2) - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta (Emenda Nru 2) - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili (Emenda Nru 2) - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Organizzazzjonijiet Volontarji - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li Jimplimenta Miżuri ta' l-Estimi - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Ġustizzja Amministrattiva - Tieni Qari; u", "Diskussjoni miftuħa dwar rapport maħruġ mis-Segretarjat għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed - Kontinwazzjoni. --------------------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili (Emenda Nru 2) - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Reġistru Ċentrali - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Franco Galea.", "ONOR.", "FRANCO GALEA: Sur President, f'din il-kwarta li għandi għad- dispożizzjoni tiegħi nixtieq nagħmel diskors li huwa bbażat fuq l-opinjoni tiegħi pero' qabel nibda, xtaqt ngħid li jiena se niddedika dan l- aġġornament għal dawk in-nisa kollha li fil-passat għamlu abort u li llum jiddispjaċihom, tant li wħud minnhom qegħdin anke jgħinu biex nisa oħra ma jgħaddux mill-istess triq li għaddew huma.", "Sur President, jiena, inti u kulmin qiegħed jismagħna qed jagħmel dan għaliex il-ġenituri tawna l-opportunita' li ngħixu, u anke jekk forsi b'diffikultajiet finanzjarji xorta raw kif għamlu biex tawna ħajja tajba bil-mezzi li kellhom.", "Sfortunatament, uħud għażlu triq oħra, it-triq li b'niket kbir tintgħażel minn persuni barra minn xtutna li jagħżlu li jeħilsu mit-trabi tagħhom billi jneħħu l-ħajja li jġorru fil-ġuf bil-metodu orribbli ta' l-abort.", "Irrid ngħid li fl-aħħar sena 16-il pajjiż introduċew jew illiberalizzaw l-abort.", "Din m'hijiex l-ewwel darba li tkellimt fuq dan is-suġġett u fil-fatt tkellimt fuqu wkoll fis-seduta 181 tat-3 ta' Novembru, 2002.", "Il-kwestjoni ta' l-abort hija l-iżjed ħaġa li lili qiegħda ddejjaqni u hija l-iżjed ħaġa li jien ma nista' naċċetta qatt li sseħħ.", "Jiena ma nifhimx kif mexxejja ta' pajjiżi kbar m'għandhomx il-kuraġġ iwaqqfu dan l-att ta' krudelta' makabra u bla ħniena.", "Kif tista' the right of choice li tant jiftaħru biha ċerti pajjiżi tintuża għall-qtil tal-massa?", "Kif ċerti pajjiżi jikkundannaw il-gwerer, in-nażismu u d-dittatorjat meta fil-pajjiż tagħhom stess jippermettu li trabi innoċenti jiġu mqatta' biċċa biċċa fil- kliniċi tagħhom?!", "Din hija d-demokrazija moderna, Sur President?!", "Kultant l-abort fuq l-istess mara ma jsirx darba, imma darbtejn u anke iżjed.", "Dan sewwa, Sur President?", "Biex koppja ma jkollhomx tfal, għandhom għażla ta' x'jistgħu jagħmlu iżda t-tarbija x'għażla għandha?", "Xi dritt għandha għall-ħajja sa mill-konċepiment?", "Iżjed ma naħseb fuq dan is- suġġett, iżjed itini biex nistaqsi x'qed jiġri f'din id-dinja.", "Jien se nagħti xi eżempji biex wieħed jifhem il-ħsebijiet tiegħi.", "Per eżempju, jien ma nifhimx kif fuq il-gazzetti lokali naqraw ittri ta' ċittadini li jgħixu fil-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea li joqogħdu jitkażaw għax il-Maltin joqtlu l-għasafar meta mbagħad fl-Unjoni Ewropea stess isiru eluf ta' abortions.", "Ma nifhimx kif hemm regolamenti biex joqtlu l-ħniezer fil-biċċeriji b'mod li l-annimal ma jsofrix u mbagħad it-tarbija tinqatel bil-mod li tinqatel fl-abort.", "Allura ħanżir igawdi iżjed rispett mit-tarbija?!", "Kif nipproteġu l- bini u l-pjanti u fl-istess ħin it-trabi mhux imwielda la jiġu protetti u wisq aktar jingħatalhom id-dritt fundamentali biex jgħixu u jkunu protetti sa mill-konċepiment?!", "Dan huwa bla sens, Sur President.", "Din hija kwestjoni ta' flus fejn il-gvernijiet jippermettu l-abort biex jiffrankaw xi flus fuq social services?", "Dan kollu kif jikkontrasta mal-fatt li l-popolazzjoni fl-Unjoni Ewropea qiegħda tonqos?", "Il-verita' hi li m'hemmx ħniena fejn il-flus jiġu l-ewwel u qabel kollox.", "Sur President, rajna wkoll kif se jerġa' jsir referendum fil-Portugall dwar din il- kwestjoni u kellu bżonn il-Madonna ta' Fatima tgħin biex dan ma jgħaddix.", "Rajna wkoll kif l-Irlanda u l-Italja, pajjiżi kattoliċi, daħlu l-abort imma almenu, bil-ħniena t'Alla, f'Malta ma daħalx u huwa illegali u anke qegħdin nitkellmu biex it-tarbija mhux imwielda jkollha d-dritt għall-ħajja sa mill- konċepiment.", "Jien hawnhekk qed nagħmel appell biex l-emenda dwar id-dritt tal-ħajja tidħol kemm jista' jkun malajr fil-Kostituzzjoni ta' Malta għax kull liġi hija marbuta mal-bniedem.", "Allura kif jista' jkollok liġijiet fuq il-bniedem meta fil-Kostituzzjoni għad m'għandekx miktub li t-tarbija mhix imwielda għandha dritt għall-ħajja sa mill-konċepiment?", "Biex il-Kostituzzjoni tkun kompluta f'dan il-kontest, din trid tibda tipproteġi l-ħajja mill-bidunett.", "F'Malta l-abort huwa illegali u ma tistax toqtol iżda m'hemmx id-dritt għall-ħajja sa mill-konċepiment.", "Jien irrid nappella lil kull min qiegħed jismagħna, inkluż il-membri Parlamentari, biex jiffirmaw il-petizzjoni favur il-ħajja mill-konċepiment u b'sodisfazzjon kbir ngħid li xi deputati miż-żewġ naħat tal-Kamra kif ukoll ic-chairperson ta' l-Alternattiva Demokratika diġa` għamlu hekk fuq is-sit elettroniku www.lifemalta.org.", "Sur President, li rrid nifhem hu kif mexxejja ta' pajjiżi oħra jistgħu jikkonvinċu lin-nies tagħhom li huma għandhom għal qalbhom id-drittijiet umani, meta huma jippermettu li t-trabi jiġu eleminati bla ħniena.", "Sur President, hu tajjeb li l-maġġoranza ta' ħutna l-Maltin għandhom valuri tajbin li jrabbu lill-uliedhom bl-aħjar mod li jistgħu, iżda dan l-aħħar żmenijiet rajna u ħarġu affarijiet li juru li għandna xi affarijiet fuqhiex ninkwetaw aħna wkoll.", "Rajna kif hawn każi ta' abbużi sesswali fuq it-tfal, rajna u smajna kif bil-wiċċ tost kollu deher tabib barrani fuq il-media Maltija biex joffri s-servizz ta' l-abort b'xejn għal Maltin f'pajjiżu.", "Rajna kif anqas nies qed imorru l-quddies nhar ta' l-Ħadd.", "Dawn l-aħħar ġimgħat kellna wkoll żgħażagħ ta' 16-il sena li ffilmjaw u nnegozjaw films pornografiċi tagħhom stess.", "Min-naħa l-oħra ngħid li hu pożittiv li qegħdin jiżdiedu s-single mothers li ma jagħżlux it-triq ta' l-abort.", "Sur President, semmejt dan kollu għax ma rridu nieħdu xejn for granted.", "Malta tagħna qiegħda tinbidel ukoll, u d-droga, is-serq u affarijiet oħra jeżistu f'din il-gżira.", "Ir-ritmu mgħaġġel tal-ħajja moderna qiegħda taffettwana, iżda ma rridu xejn li jdeffes denbu fejn jidħol id-dritt tal- ħajja.", "Sur President, qegħdin naraw kif fl-Ingilterra l-abort jista' jsir sa wara 24 ġimgħa tqala u kif tfajliet ta' 16-il sena jistgħu jagħmlu l- abort mingħajr il-consent tal-ġenituri.", "Smajna kif riċentement fl-Italja, missier adottiv stupra tifla ta' 16-il sena u s-sentenza nqatgħet li peress li din it-tifla kellha relazzjoni ma' raġel ieħor fil-passat, allura l- istupru ma kienx daqshekk gravi.", "Sur President, fejn m'hemmx rispett għad- dritt tal-ħajja m'hemmx ġustizzja xierqa u jinfetħu l-bibien ta' l-infern u din hi l-opinjoni tiegħi.", "Fil-Ġermanja nafu li biex mara tagħmel abortion irid ikollha ċertifikat ta' tabib, u dan huwa pożittiv.", "Iżda jekk it-tabib iħoss li dan l-abort mhux ġustifikat, dan jista' jinforma lill-kliniċi u t-tobba kollha tal- pajjiż biex din ma tagħmlux?", "Ħafna minna disposti nagħmlu sagrifiċċji personali estremi biex it-tfal ma jmutux b'xi mard jew bil-ġuħ bħalma naraw jiġri f'postijiet bħal Afrika, iżda jekk ma nistgħux ngħinu u nsalvaw lil kulħadd, ejjew nibdew - aħna bħala Maltin - nibagħtu messaġġ ċar lill- Unjoni Ewropea biex tibda l-proċess sabiex trazzan l-abort.", "Ejjew ngħidu lill-Unjoni Ewropea biex b'mod immedjat u ċar turi fuq il-pakketti liema huma dawk il-mediċini li in parti huma magħmula minn ċelloli li ġejjin minn feti abortiti b'mod naturali, jiġifieri b'korriment.", "Sur President, tramite l-euro-parlamentari tagħna irridu wkoll nsemmgħu leħinna sabiex inwaqfu li mara tagħmel abort iżjed minn darba.", "Irridu wkoll, jekk ma nistgħux nwaqqfu l-abort għal kollox, li jsir studju fuq kull pajjiż ta' l-Unjoni biex naraw x'effetti jħalli l-abort sew fuq il- pajjiż u sew fuq il-bniedem.", "Irridu li fl-Unjoni Ewropea tidħol sistema fejn l-istat jagħmel tajjeb għat-tfal li jitwieldu b'diżabilita' u jkunu simbolikament dikjarati wlied il-pajjiż fejn l-istat jagħmel tajjeb għal well being ta' dawn in-nies.", "Irridu wkoll li jonqos iż-żmien li fih mara tista' tagħmel l-abort.", "Per eżempju, fl-Ingilterra jista' jsir l-abort sa 24 ġimgħa.", "Għalfejn din il-krudelta' kollha?", "Irridu li qabel ma mara tagħmel l-abort ikun obbligatorju li tgħaddi minn session ta' counselling u fl-istess waqt tara video biex tkun taf għalxiex tkun dieħla meta tkun se tagħmel l-abort.", "Id-dinja moderna m'għandha qatt tippremetti li hu min hu responsabbli għat-tfal tonqoslu r-responsabbilta' tiegħu, u ma jistax ikun li tfal taħt is-16-il sena jabbortixxu mingħajr il-kunsens tal-ġenituri.", "Sur President, it-tfal se jaslu fi stat li se jkollhom xi obbligu ma' xi ħadd talli ġabhom fid-dinja?", "Biex nagħlaq nixtieq nirrepeti storja li kont semmejt fl-aġġornament tiegħi tat-3 ta' Novembru 2004, liema storja ġrat madwar tliet snin ilu u dehret fuq gazzetta Ingliża f'Ġunju ta' l-2004.", "Hawnhekk kellna omm li għażlet biex tmur għal dan il-proċess li tieħu xi tip ta' injection biex il-baby jitwieled b'mod naturali, u fil-każ partikolari n-nurses jew il-consultants ma qablux li l-tarbija setgħet titwieled ħajja.", "Fil-fatt fuq il-gazzetta ġie rrapportat li kien hemm omm li qalet:", "\"If I had been given an idea that my baby would be born alive after abortion, I would have never gone through it.\".", "Pero' l-iżjed ħaġa kiefra hi li l-omm qalet hekk dwar it-tarbija tagħha:", "\"She was perfectly formed and tiny.", "I wanted to hold her and the baby was handed to me in a cardboard dish.", "My partner got her out, she grasped for breath.", "Her heart was visibly beating, she felt really cold and so he put her inside his shirt to keep her warm.\".", "Imbagħad irreferiet għall-isptar u qalet li meta talbitilhom biex jagħtuha inkubatur, għall-ewwel ma tawulhiex u mbagħad tawulha mitfi biex it-tarbija żgur tmut.", "L-omm qalet ukoll:", "\"They offered no assistance at all.\".", "Fil-fatt il-ġenituri ta' din it-tarbija dak iż-żmien kienu qegħdin jikkonsidraw jiftħu kawża lil dak l-isptar.", "Sur President, jien ma nikkundannax lil dawk in-nisa li jagħmlu abort u nemmen li dawn għandhom bżonn l-għajnuna, iżda hemm bżonn wkoll li f'pajjiżna inqajmu aktar awareness u ndaħħlu din l-emenda fil-Kostituzzjoni biex nagħtu l-eżempju kemm lill-poplu tagħna u kemm lill-Unjoni Ewropea u pajjiżi oħra.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Insejjaħ lill-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici, Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Sur President, jiena ġo dan il-Parlament għamilt u smajt diversi diskorsi u rrid ngħid li d-diskors ta' l-Onor.", "Franco Galea kien diskors verament tajjeb u li jqanqal is-sentimenti u l- ħsieb tan-nies.", "Sfortunatament, dawn l-ideat ftit jersqu għad-dibattitu internazzjonali jew nazzjonali, pero' meta jitressqu u jitressqu b'dan il- mod, naħseb li joħolqu ċertu impatt għax huwa verament ikrah li f'soċjeta' ċivilizzata bħal tagħna u bħal dik Ewropea, xi ħadd jaċċetta li hemm xi dritt fundamentali li toqtol persuni oħrajn.", "Sur President, jiena xtaqt nieħu dan l-aġġornament biex nitkellem fuq affarijiet kompletament differenti minn dak li semma' l-Onor.", "Franco Galea.", "Jiena dejjem nibqa' affaxxinat dwar kemm hi sabiħa l-ħajja politika, dwar kemm fiha affarijiet ta' interess u ta' intelliġenza u dwar kemm ħafna drabi ssib lilek innifsek f'ħafna dibattiti u diskussjonijiet verament interessanti.", "Ċerti drabi ssib lilek innifsek f'pożizzjonijiet li inti stess lanqas tkun taf għalfejn tqiegħedt fin-nofs imma xorta waħda dan ma jnaqqasx mill-isbuħija tad-dibattitu parlamentari u l-isbuħija li wieħed jikkritika jew jattakka membru ieħor fuq in-naħa l-oħra tal-Kamra u mbagħad il-membru l-ieħor jirribatti għall-argumenti li jkunu saru sabiex jgħin fil- proċess tas-sejbien tal-verita'.", "Sur President, jekk m'hawnx proċess ta' sejbien tal-verita' ġo dan il-post, allura naħseb li s-soċjeta' tagħna m'għandhiex ħafna żbokki futuri.", "Fortunatament f'din il-Kamra għandek ħafna membri parlamentari li huma responsabbli u li jħarsu lejn il-verita'.", "Il-ġimgħa li għaddiet jiena sibt lili nnifsi fix-xenarju fejn il-Kap ta' l- Oppożizzjoni beda jitlob li jiena jew nirriżenja u jekk allaħares qatt idi tieqafli u allura ma nkunx nista' niffirma r-riżenja, allura jkun il-prim ministru li jiffirmahieli hu u jieħu ħsieb li nirriżenja.", "Jiena nibqa' skantat b'ċerti diskorsi li jsiru mill-Kap ta' l-Oppożizzjoni u anke bqajt skantat bil-mod teatrali li bih qal dan id-diskors, pero' indipendentement minn din il-ħaġa, jiena ma xtaqtx inġib il-kwestjoni fuq livell personali imma xtaqt nħares lejha b'mod kemm jista' jkun oġġettiv sabiex il-poplu - li finalment janalizza l-affarijiet u jivvutalna - ikollu quddiemu stampa ċara.", "Hi sfortunata li ċerti drabi aħna l-politiċi nieħdu wisq mit-tagħlim ta' Niccoló Macchiavelli fejn nippruvaw noħolqu ħafna smokescreens u paraventi biex fl-istess ħin ngħattu problema li ma rriduhiex tidher.", "Sur President, jiena dħalt fix-xenarju minħabba l-kwestjoni ta' l-assenjazzjoni ta' kuntratt għat-tindif tal-qorti lill-kumpannija Special Cleaners Ltd wara sejħa għall-offerti mill-amministrazzjoni tal-qorti.", "Din ġiet magħżula proprju għax qabilha kien hemm kumpannija oħra li kellha l-aħjar rati u din baqgħet ma resqitx dak li jissejjaħ il-bid bond.", "B'konsegwenza t'hekk, il- kumpannija Special Cleaners Ltd ħadet dan il-kuntratt.", "Din il-kumpannija għamlet xahrejn tagħmel ix-xogħol fil-qorti u tul dawn ix- xahrejn, kif kien diġa' prestabilit, ix-xogħol kollu li sar ġol-qorti sar dejjem taħt is-superviżjoni tan-nies tal-qorti, jiġifieri ma kienx hemm dak li ġie allegat min-naħa l-oħra tal-Kamra li f'xi mument kien hemm xi ħadd li daħal ġo xi kamra li fiha kien hemm xi files u allura ma kienx hemm kontroll.", "Anzi, kull darba li daħlu f'dawk il-famużi sigrieti tal-qorti, dejjem kien hemm l-uffiċjali inkarigati biex jissorveljaw u jieħdu ħsieb li jsir it-tindif ġol-qorti.", "Dan sar b'mod regolari u tul dawn ix-xahrejn ma rriżulta li kien hemm xejn nieqes minkejja li ntqal li dawn kienu qegħdin jagħmlu x-xogħol mingħajr superviżjoni, u allura din il-kumpannija għamlet ix-xogħol tagħha.", "Wara dawn ix-xahrejn, saret domanda parlamentari u fl-istess ħin in-nies tal- qorti saru jafu li din il-kumpannija - irrid ngħid li din hi kumpannija kummerċjali debitament reġistrata, jiġifieri għandha personalita' ġuridika u għandha drittijiet legali - kellha l-azzjonisti tagħha li kienu relatati ma' persuna li tinsab il-ħabs, is-Sur Mario Camilleri magħruf bħala l- Imnieħru u li hu involut f'numru ta' kawżi.", "Minħabba f'hekk ittieħdet id- deċiżjoni li minħabba raġunijiet ta' sigurta' dan il-kuntratt jiġi terminat mill-ewwel.", "Jiena ngħid li l-amministrazzjoni tal-qorti għamlet il-proċeduri tagħha tajjeb, sija meta ġiet biex tagħżel din il-kumpannija kif ukoll meta ġiet biex tittermina dan il-kuntratt.", "Wieħed irid jirrimarka li l-kunjom Camilleri m'huwiex xi kunjom rari f'pajjiżna, anzi huwa kunjom komuni ħafna u għalhekk wieħed ma jista bl-ebda mod jixħed xi forma ta' responsabbilta' fuq min ta dan il-kuntratt.", "Apparti hekk, l-aġġudikazzjoni tal-kuntratt kienet direttament għar-rigward il-kwestjoni tat-tindif.", "Jiena allura rrid nassigura li l-ewwelnett, il-proċess biex ġiet magħżula din il-kumpannija sar skond il-proċeduri, it-tieni li t-tindif sar ukoll skond il-proċeduri u t-tielet xtaqt inserraħ moħħ in-nies li fl-ebda mument ma kellna lis-Sur Mario Camilleri jnaddaf l-awli tal-qorti.", "Qed ngħid dan għax din hija l-impressjoni li qiegħda tingħata.", "Issa, kif intqal f'diversi stqarrijiet, jirriżulta li x-xogħol hemmhekk sar b'mod regolari u jien ma nistax nippretendi li ġol-qorti għandu jkolli nies li għandhom konoxxenza 'l fuq min-normalita', imma għandu jkollhom konoxxenza normali.", "Meta tqis iċ-ċirkostanzi kollha tinduna li l-affarijiet saru sewwa, u fuq dan nixtieq nitkellem fuq ir-responsabbilta' tiegħi bħala politiku għax hawn ġew l- attakk huwa: Isma', ġara xi ħaġa li m'għoġbietx l-oppożizzjoni u allura hemm responsabbilta' politika tiegħi.", "Jiena hawnhekk niġi mgħallem li m'għandix nidħol fil-kuntratti ta' l-għoti ta' dawn l-affarijiet u allaħares aħna, bħala politiċi, nidħlu f'dawn l-affarijiet.", "Allura aħna kif għandna xi forma ta' responsabbilta' fiha din?", "Hemm punt ieħor, Sur President.", "Jiena lis-Sur Mario Camilleri ma nafux, qatt ma ltqajt miegħu, qatt ma kien klijent tiegħi, qatt ma kellimtu, qatt ma avviċinani bl-ebda mod u qatt ma kelli xi konnessjoni miegħu u allura dan huwa persuna kompletament estranea għalija.", "U hawn tajjeb li ngħid li kemm qabel kif ukoll wara li sirt membru parlamentari, jien qatt ma ddefendejt traffikanti tad-drogi.", "Jiġifieri let the record show.", "Jiena fix- xogħol tiegħi - alright ma kontx l-aqwa avukat fil-kamp penali, pero' kelli kawżi f'dan il-kamp ukoll - qatt ma ddefendejt lin-nies li huma marbutin mat-traffikar tad-droga.", "Mhux hekk biss, Sur President, imma rrid inserraħ ukoll moħħ il-Kap ta' l-Oppożizzjoni li minn meta jiena ħadt il-ġurament tiegħi bħala segretarju parlamentari qatt ma erġajt irfist l-għatba ġo l- uffiċċju legali tiegħi f'Bormla, li kont ili 20 sena naħdem fih biex nagħti l-parir lin-nies.", "Jiġifieri tul dan il-perijodu kollu jiena żammejt lili nnifsi fidil għall-ġurament li ħadt meta sirt segretarju parlamentari u bl- ebda mod ma dħalt f'dawn l-affarijiet.", "Allura meta tqis dawn l-affarijiet kollha tirrealizza li l-oppożizzjoni qiegħda tonfoħ ħafna duħħan fuq xi ħaġa li ma teżistix u fuq materja li m'għandha ebda punt politiku li tista' tuża' biex tixħet ir-responsabbilta' tagħna fuqha.", "Irrid ngħid ukoll li l-fatt li niġi attakkat hawnhekk ma jfissirx li hija xi ħaġa straordinarja għax il-Kap ta' l-Oppożizzjoni attakka diversi membri minn din in-naħa tal-Kamra.", "Jiena nifhem u anke niddejjaq ngħaqqad din il- problema mal-problema ta' SmartCity u ta' Dubai, pero' nemmen li din hi xi forma ta' diversiv jew aljenazzjoni li wieħed irid joħloq.", "Jiena ngħid li kieku ma kenitx din il-kwestjoni kienu jsibu xi kwestjoni oħra.", "Allura f'dawn iċ-ċirkostanzi kollha jiena nwieġeb lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni billi ngħidlu li la jiena u anqas in-nies tal-qorti m'għandhom responsabbilta' f'dan kollu.", "Dawn għamlu x-xogħol tagħhom tajjeb, għamlu l- affarijiet kif kellhom isiru u meta ġew a konoxxenza tal-fatti mill-ewwel ħadu l-passi neċessarji, u allura naħseb li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni hu kompletament żbaljat.", "Jiena xtaqt li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni jipprova jattakkani fuq affarijiet ta' sustanza u fuq affarijiet li ppruvajt inwettaq, għax ħafna drabi ninsew dak li jkun sar u l-pożizzjonijiet li jkunu ttieħdu ġo dan il-parlament.", "Nibda biex infakkar il-kwestjoni tal-qorti tal-familja u ngħid li meta ġejna biex niddiskutu dan is-suġġett fil-parlament, il-Kap ta' l- Oppożizzjoni kien kontra u vvota kontra l-avviż legali li bih għamilna l- qorti tal-familja.", "Kuntrarjament għal dak li għadu kif kiteb l-Onor.", "Joe Brincat, il-qorti tal-familja qiegħda tagħmel ħafna ġid u qed ikollha s- suċċessi tagħha.", "L-istess ġara meta daħħalna proċeduri differenti oħra bħall-ittra uffiċjali eżekuttiva u l-kwestjoni taċ-ċentru tal-medjazzjoni.", "Dawn kollha kien kontra tagħhom l-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "Jiena kont nippreferi li kieku ġie hawn u għamel l-argument tiegħu direttament fuq is- sustanza, u ċioe' li huma ma jaqblux fuq il-kontenut tal-politika tagħna.", "Dan għandu politika li hija negattiva, u kif jgħidu, meta inti ma jkollok xejn pożittiv tispiċċa tiġbor ħafna affarijiet negattivi.", "Dan li għandu l- Kap ta' l-Oppożizzjoni, li ġab lilu nnifsu f'pożizzjoni fejn m'għandux ideat u kredu politiku.", "Minħabba f'din il-ħaġa allura anke f'dak li qegħdin nagħmlu fl-amministrazzjoni tal-ġustizzja, qed jipprova jagħti impressjoni kompletament differenti minn dak li verament sar.", "Il-bieraħ l-Onor.", "Gavin Gulia ta x'tifhem li l-ministri ta' qabli m'għamlux ħafna xogħol f'din id-direzzjoni.", "Ġol-qorti sar ħafna tibdil ġdid u mxejna ħafna 'l quddiem, imma m'aħniex kuntenti għax inħossu li nistgħu nimxu ferm aktar 'il quddiem.", "Pero' bl-ebda mod m'għandna naċċettaw li xi ħadd jiġi hawnhekk u jipprova jċekken ix-xogħol kollu li sar fl-amministrazzjoni tal- qorti f'din il-leġislatura b'dan is-suppost skandlu li fil-fatt ma jeżistix.", "Illum qrajt l-editorjal ta' gazzetta bil-Malti li addirittura tgħid li aħna insensittivi għar-rigward ta' din il-ħaġa.", "Aħna m'aħniex insensittivi, aħna sensittivi ħafna u ħadna mill-ewwel il-passi li kellna nieħdu, pero' wieħed ukoll irid joqgħod attent għax anke l-istess ġurnal \"L- Orizzont\" qiegħed jgħid li kważi kważi qiegħed jiddubita mill- allegazzjonijiet li saru mill-Onor.", "Jose' Herrera.", "Fil-fatt jekk wieħed jaqraha jsib li tgħid hekk:", "\"Sadanittant, biex il-kwestjoni tkompli taggrava, kien hemm il-każi ta' telefonati mill-ħabs lid-deputati parlamentari li tkellmu dwar il- każ.", "Sitwazzjoni aktar aggravata, jekk huwa veru, li kien hemm telefonata li saret mill-ħabs lid-deputat parlamentari li qajjem il- każ permezz ta' mistoqsija parlamentari.\".", "Jiġifieri min-naħa waħda niġu akkużati kemm aħna ħżiena u kemm m'aħniex nagħmlu l-affarijiet kif suppost, pero' fl-istess ħin qed isiru botti interni fl-istess partit Laburista.", "Anke l-bieraħ kien hemm artiklu tad- deputat ewro-parlamentari Joe Muscat fejn għamel numru ta' domandi fuqna, pero' imbagħad semma l-każ ta' l-Onor.", "Charles Mangion u ta' kif dan irriżenja.", "Il-mod ta' kif irriżenja l-Onor.", "Charles Mangion intesa minn kulħadd, pero' xorta waħda qed jinħass il-bżonn fil-kamp tal-partit Laburista li jerġa' jitqajjem dan il-każ biex kulħadd jerġa' jiftakar fih.", "Allura naħseb li qegħdin nidħlu fi crossfire bejn nies fil-partit Laburista nnifsu fuq din il-kwestjoni.", "Sur President, jiena nagħlaq billi ngħid li ħadt pjaċir li l-Kap ta' l- Oppożizzjoni attakkani, għax tiġi attakkat meta tkun rilevanti.", "Hawnhekk nistaqsi lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni jispjegalna jekk kienx jaf bid- delegazzjoni ta' nies fin-negozju u politiċi mill-kamp Laburista qabel ma marret Dubai jew wara.", "Din hija r-risposta li hu għandu jagħti lil din il- Kamra għax fuqha wieħed ikun jista' jislet ħafna affarijiet.", "Jiena ngħid li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni ma kienx jaf biha u għalhekk għamel din is-sejħa biex laqqa lil kulħadd fiċ-ċentru Laburista b'mod viżiv għal kulħadd.", "Pero' f'ġieħ is-sewwa u l-verita' li jiena għedt hawnhekk u li nibqa' nsostni li qed ngħid, aħna m'għandniex niġu attakkati biex jinħoloq diversiv għall-problemi interni tal-partit Laburista.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal-lejla, it- Tlieta, 14 ta' Novembru 2006 fis-6.00 p.m.", "Fin-12.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "ŻGOMBRU FI TRIQ", "21948.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li tiġi sorveljata l- ordni ta' showroom li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li sidha qiegħed jiżgombra t-triq u ta' kuljum qed ikun hemm ilmenti mir- residenti?", "ONOR.", "TONIO BORG: Il-pulizija qed tagħmel spezzjonijiet fil-post indikat u qed tieħu passi skond il-liġi.", "ST NICHOLAS MARRIED QUARTERS", "21954.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' l-Ministru jara li jissewwa d-dawl tal-verandi ta' St. Nicholas married quarters, f'Bormla?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "CLEANSING SERVICE DEPARTMENT", "21958.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' l-Ministru jgħid kemm għandhom jieħdu l-ħaddiema tal- cleansing service department bħala arretrati ta' overtime?", "Kemm-il xahar imorru lura dawn il-ħlasijiet?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: L-ammont ta' arretrati f'overtime li għandhom jieħdu l- ħaddiema tal-cleansing services department hu ta' Lm28,021.58, li jmorru lura sa Mejju, 2006.", "BDIEWA, RAĦĦALA U SAJJIEDA", "21966.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-bdiewa, raħħala u sajjieda ma ħadux kumpens għat-telf li sofrew meta nofs il-ħlas tal-bolla ta' l-NI ma ġiex assorbit bl-assigurazzjoni li kienu ġew imwiegħda?", "Jista' dan il- kumpens jitħallas sa l-aħħar ta' din is-sena?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Peress li l-iskema ta' rifużjoni tan-nofs bolla tas-sigurtà nazzjonali ma kenitx kompatibbli mar-regoli ta' l-Unjoni Ewropea, din kellha titneħħa.", "Fl-istess waqt ittieħdu miżuri, bħal miżura ad hoc fil-qasam tal-biedja, kif ukoll għajnuniet finanzjarji lis- sajjieda.", "L-għajnuniet kollha kienu ferm aktar mill-miżura waħda li kienet teżisti qabel is-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea.", "Inżid ngħid ukoll li fuq l-iskema ta' assigurazzjoni, il-Kummissjoni Ewropea ġiet notifikata bil-proposta ta' Malta wara eżerċizzju dettaljat u konsultazzjoni dwar skema ta' assigurazzjoni għall-biedja u s-sajd skond ir- regoli ta' l-Unjoni Ewropea.", "XIRI TA' APPARTAMENT TAL-GVERN", "21972.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' persuna b'diżabilita' tixtri flat tal-gvern li qed tgħix fih iffinanzjat minn familjiari tagħha?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Inkwilin f'post tal-gvern li jkun ilu konoxxut bħala l-kerrej għal mill-anqas ħames snin, ikun jista' japplika biex jixtri l-fond fejn ikun joqgħod taħt l-iskema \"sir sid darek\".", "Għalkemm m'hemm xejn xi jżomm lill-familjari ta' persuna li jgħinuha finanzjarjament biex tixtri l-fond, il-kuntratt tal-bejgħ tal-fond isir biss mal-kerrej konoxxut li jkun qed jixtri l-fond mikri lilu mill-gvern.", "ĦADDIEMA FIL-COLD STORES", "21973.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Skond il-health & safety regulations, kemm huma obbligati li jaħdmu ħinijiet fil-friża u barra l-friża ħaddiema li jaħdmu f'cold stores?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ir-regolamenti dwar saħħa u sigurta' ma jispeċifikawx it-tul ta' ħin li persuna tista' taħdem ġo cold store peress li dan jiddependi fuq kemm tkun baxxa t-temperatura, in-natura tax-xogħol li jkun mistenni li jsir, il-physical activity u l-protezzjoni personali li jkollhom il-ħaddiema.", "It-tul ta' ħin irid jiġi stabilit minn min iħaddem skond l-evalwazzjoni tar- riskju li hu obbligat jagħmel skond Kap. 424 u skond regolamenti sussidjarji.", "SIĠAR F'TA' XBIEX H.E.", "21974.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' l-Ministru jara li jiċċekknu s-siġar li hemm quddiem block B2, Ta' Xbiex H.E. minħabba li qed jitilgħu magħhom il-qtates u l-ġrieden b'inkonvenjent għar-residenti tal-block?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Dawn is-siġar jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal- kunsill lokali ta' Ta' Xbiex, pero' sal-lum għadha ma saritx talba sabiex jinżabru.", "MANUTENZJONI TA' SAQAF", "21992.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: B'riferenza għall-fond li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, peress li s-saqaf tiegħu huwa perikoluż tista' l- Ministru tirrimedja tali manutenzjoni?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Ninsab informata li m'hemm l-ebda talba quddiem id- dipartiment tal-bini u tiswija ta' djar dwar l-ilment li għalih qed issir riferenza.", "B'danakollu l-każ ġie riferut lid-dipartiment biex jinvestiga u jieħu l-azzjoni meħtieġa.", "SKEJJEL GOVERNATTIVI - HARDWARE TA' L-IT", "21993.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru jgħid kif se tinħadem is-sistema tal- leasing tal-hardware ta' l-IT għall-iskejjel governattivi skond il-budget 2007?", "Il-MITTS se tkun u/jew diġa' hi involuti fil-proċess?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "BANEK - HOME LOANS", "21995.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hu stmat li l-banek silfu flus bħala home loans fis-sena 2006?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "IMPJEGATI TAL-GVERN - KAROZZI", "21996.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm temmew l-impjieg tagħhom ħaddiema tal-gvern, li kienu jokkupaw ċerta kariga, li kellhom karozza għall-użu tagħhom, jiġifieri meta temmew ix-xogħol kienu intitolati li jixtru l-karozza?", "Min kienu?", "X'kariga kellhom?", "Kemm kien l-ammont ta' flus li bih inxtraw il-karozzi għas-snin 2000-2006?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "SKEMI TA' L-AWTORITA' TAD-DJAR", "21997.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru tgħid liema huma l-iskemi ta' l- awtorita' tad-djar?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: It-tagħrif mitlub qed jitpoġġa fuq il-mejda tal- Kamra.", "SKEMI TA' L-AWTORITA' TAD-DJAR", "21998.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru tgħid liema huma l-iskemi u l- inizjattivi li twaqqfu mill-awtorita' tad-djar fis-snin 2005 u 2006?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: L-awtorita' tad-djar ma waqqfet l-ebda skema jew inizjattiva matul l-2005 u l-2006.", "AWTORITA' TAD-DJAR", "21999.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: B'riferenza għal dak li qalet il-Ministru li xi ħadd kera lill-awtorita' tad-djar, tista' ġentilment tpoġġi kopja tal-ftehim li sar bejn l-awtorita' u s-sid tal-binja li qed jikri biex l-awtorita' talloka għall-benefiċċjarji ta' l-istess awtorita'?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Kopja tal-kuntratt li għalih qed issir riferenza qed jitpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "INKJESTA MAĠISTERJALI DWAR MEWT TA' PERSUNA", "22000.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid fiex waslet l- inkjesta maġisterjali rigward il-mewt ta' persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li ġrat kawża li sfronda s-saqaf ta' fejn kien jgħix?", "ONOR.", "TONIO BORG: L-inkjesta maġisterjali dwar il-każ imsemmi kienet konkluża mill-maġistrat inkwirenti nhar il-31 ta' Jannar, 2001.", "KAŻ DWAR PENSJONI", "22009.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru tinvestiga jekk persuna mill-Imsida li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, hijiex tirċievi l-pensjoni korretta?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Il-każ tal-persuna indikata ma jistax jiġi investigat għaliex m'għandniex dettalji biżżejjed.", "TINDIF TA' WIDIEN F'SAN ĠWANN", "22010.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' l-Ministru jinvestiga lment ta' familja minn San Ġwann li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, dwar flooding li jkollhom fit-triq kull meta tagħmel ix-xita?", "Jista' jsir ukoll tindif tal- widien li hemm qrib tagħhom, kif soltu kien isir fix-xhur tas-sajf, qabel ma jaqleb it-temp?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra."]} {"filename": "20060522_387d_par.doc", "date": "2006-05-22", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Uffiċjali u Rivedut) L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 387 It-Tnejn, 22 ta' Mejju 2006 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 387", "It-Tnejn, 22 ta' Mejju 2006", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.02 p.m.", "Talba", "Seduta Nru. 387", "It-Tnejn, 22 ta' Mejju 2006", "WERREJ", "MINUTI 241", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 241", "TQEGĦID TA' KARTI 247", "MOZZJONIJIET 248", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JINKORPORA L-KONVENZJONI DWAR IL-KUNTRATT", "GĦALL-ĠARR STRADALI INTERNAZZJONALI TA' MERKANZIJA (L-EWWEL QARI) 248", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IL-KONVENZONI EWROPEA", "(L-EWWEL QARI) 248", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-KODIĊI ĊIVILI (L-EWWEL QARI) 249", "ESTIMI TAD-DĦUL U NFIQ TAS-SOVRINTENDENZA TAL-PATRIMONJU KULTURALI", "U PATRIMONJU MALTA GĦAS-SENA 2005 - 2006 249", "AĠĠORNAMENT 272", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 276", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 386 li saret fis-17 ta' Mejju, 2006 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "KONSULENTI", "18492.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joe Debono Grech) staqsa lill- Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm konsulenti hemm fid-dekasteru tiegħu li qegħdin jieħdu xi forma ta' remunerazzjoni jew ħlas?", "Min huma u x'tip ta' konsulenza qegħdin jagħtu?", "X'remunerazzjoni jew ħlas qegħdin jingħataw għal dan is-servizz?", "Min ingaġġhom?", "Min awtorizza dan l-ingaġġ u għal kemm żmien?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura) (f'isem il- Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni): Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Leo Brincat, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, ma nafx il-Ministru jistax jgħidilna jekk l-Onor.", "Austin Gatt huwiex imsiefer.", "MR SPEAKER: Il-Ministru Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għall-Kompetittivita` u Komunikazzjoni): Iva, il-Ministru Gatt jinsab imsiefer.", "MR SPEAKER: L-Onor.Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, l-Onor.", "Austin Gatt huwa on record li qal li lest jagħtina ċertu tagħrif dwar il-privatizzazzjoni tal-Maltacom ladarba l-ftehim jiġi ssiġillat u allura l-ewwel domanda tiegħi hija din.", "Meta t-Tecom Investments qalu li daħlu għall-proġett ta' SmartCity għax kienu ħadu l-Maltacom ukoll, fil-gazzetti ġie rrapportat li l-ministru stqarr li għalkemm huma seta' kellhom dan f'moħħhom, il-ħsieb tal-gvern kien differenti.", "Jista' il-Ministru jgħidilna fir-realta' x'inhi l-fehma ġenerali mill-feedback li kellu s'issa dwar dan?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Sur President, sħabna ta' l-oppożizzjoni jistgħu jixhdu li l-Ministru Gatt minn kollox jagħmel biex ikun preżenti meta jkollu mistoqsijiet x'iwieġeb u għaldaqstant l-interpellanzi supplimentari li qed jagħmel l-Onor.", "Brincat qegħdin nieħdu nota tagħhom biex ngħadduhom lill- ministru ħalli ma' l-ewwel opportunita' li jkollu jweġibhom.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Filwaqt li nieħu nota tal-fatt li l-ministru jinsab imsiefer, xorta waħda nħoss li kellu jkun hawn ħaddieħor li jissostitwih u dan bil-għan li informazzjoni ta' interess pubbliku, ma tinżammx milli tixxandar sakemm il-ministru jkun imsiefer.", "Għaldaqstant it-tieni mistoqsija supplimentari tiegħi hija din, Sur President.", "Jista' jgħidilna l-Ministru, f'termini speċifiċi, x'inhuma l-benefiċċji u l- value added li se jkunu qed jikkontribwixxu t-Tecom Investments jekk verament jikkwalifikaw bħala sieħba strateġiċi fil-Maltacom?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ejja nkunu saqajna ma' l-art.", "Huwa veru li l-Onor.", "Austin Gatt jinsab imsiefer u veru wkoll li jiena qiegħed nirrispondi għan- nom tiegħu, pero' b'daqshekk ħadd m'għandu jippretendi li jiena għandi nkun naf kollox dwar dan is-settur.", "Jien persważ li l-ministru għandu din l- informazzjoni fuq ponot subgħajh u allura jkun aħjar jekk l-Onor.", "Brincat jistenna sakemm jiġi lura l-Onor.", "Gatt ħalli jingħata risposta preċiża, Sur President.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Billi l-Onor.", "Austin Gatt għamilha ċara li l-ftehim kellu l-barka tal-kabinett, inħoss illi kull ministru responsabbli għandu jassumi r-responsabbilta' għall-ftehim milħuq ma' Tecom kif ukoll għall- implikazzjonijiet tiegħu.", "Għalhekk se nagħmel it-tielet mistoqsija supplimentari tiegħi, Sur President.", "Ftit ilu lill-Onor.", "Gatt staqsejtu jekk huwiex minnu li t-Tecom Investments kienu għadhom fl-infanzja tagħhom dwar il-mobile telephony u hu qalli li kien se jweġibni wara li jiġi ffirmat il-tftehim.", "Issa li dan il-ftehim ġie ffirmat, nista' ningħata xi ħjiel?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Sur President, nirrispondi kif diġa' weġibt.", "Irridu ndaħħluha f'moħħna li l-Onor.", "Austin Gatt huwa l-ministru responsabbli minn dan is-settur.", "Issa l-ministru jinsab imsiefer fuq xogħol u m'huwiex qiegħed on holiday.", "Il-mistoqsijiet li qed jagħmel l-Onor.", "Brincat qegħdin jiġu reġistrati u appena l-ministru jiġi lura, ikun jista' jagħtih ir- risposti neċessarji.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, il-gvern ingħata xi assigurazzjoni li ma ssirx talba mit-Tecom lir-regolatur biex jgħolli t-tariffi tal-fixed telephony fil-ġejjieni qarib jew in the medium term?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nerġa' ngħid li l-Ministru Gatt jinsab imsiefer fuq xogħol u jiena persważ li ladarba jiġi lura u jara dawn il-mistoqsijiet, iweġibhom bil-mod kif jaf hu.", "Pero' hawnhekk irid ikollna daqsxejn sens ta' prattiċita' għax nagħmlu mod inkun qed nissostitwixxi lil xi ħadd li jkun indispost, ngħidu aħna l-ministru tas-saħħa - jien żgur ma nifhem xejn dwar is-saħħa - inutli li jsiruli domandi dwar dan is-settur.", "Din hija l- prassi u hekk isiru l-affarijiet, apparti wkoll li kien hemm żmien meta l- Onor. Joe Mizzi kien ikun preżenti waħdu u kien jerfa' il-piż ta' kulħadd meta hu kien ministru bla portafoll!", "Nerġa' ngħid li rridu nkunu saqajna ma' l-art u ladarba l-ministru jkun hawn - fil-fatt mhux b'kapriċċ m'huwiex qiegħed hawn - ikun jista' jirrispondi.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Peress li l-Ministru żeffen lili fin-nofs, nixtieq ngħidlu li meta jiena kont ministru u kont nirrispondi f'isem sħabi, kont l- ewwel nindaga dwar il-mistoqsijiet li kien ikolli,", "kont nagħmel riċerka u mbagħad nitlob l-informazzjoni mingħand l-esperti.", "Jiġifieri kont niġi preparat u ma kontx nagħmel bħalma qed jagħmel hu llum, Sur President.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Sur President, jien semmejt lill-Onor.", "Joe Mizzi għar- raġuni waħda biss, bl-iskop li kulmin qed jismagħna jkun jaf li l-ħabib tagħna ta' l-oppożizzjoni qatt ma naqas li jagħmel dmiru.", "Pero' lill-Onor.", "Mizzi nixtieq infakkru wkoll li meta hu kien fuq din in-naħa tal-Kamra, dak iż-żmien ma kienx għola l-prezz tal-crude oil!", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Għax tajjeb li kulħadd ikun jaf li meta dak iż-żmien kont nistaqsih x'inhi r-raġuni għala l-kontijiet tad-dawl kienu qegħdin jirduppjaw, hu kien jirrispondini li t-tweġiba jista' jagħtihieli biss il- ministru responsabbli.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sur President, naċċertah li dawk il-mistoqsijiet mhux jien irrispondejthom.", "Kien ikun hawn il-ministru konċernat u kien jirrispondihom hu.", "(Interruzzjonijiet) Ikun aħjar jekk dak li jagħmel hu ma jitfgħux fuqi għax fil-verita' nista' ngħid li hu kemm-il darba ma jirrispondix, la ta' ħaddieħor u kultant lanqas tiegħu stess!", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: F'din il-Kamra hawn record ta' kull seduta li saret.", "Wieħed jista' jara u jiċċekkja l-affarijiet u jasal għall-konklużjonijiet tiegħu.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Fid-dawl tal-punt li qajjem l-Onor.", "Ninu Zammit, se jkolli nillimita d-domandi supplimentari li baqagħli għal questions of policy, li allura nifhem li bilfors ġew ittrattati f'livell ta' kabinett.", "Jiġifieri mhux se nagħmel domandi tekniċi li l-Onor.", "Austin Gatt biss huwa f'pożizzjoni li jirrispondi.", "L-ewwel mistoqsija supplimentari li għandi hija din, Sur President.", "F'xi stadju jew ieħor, il-gvern ikkonsidra li minflok ma jagħti l-ishma tal- Maltacom lill- barranin, joffri l-ishma li jrid jiddisponi minnhom lill-pubbliku Malti?", "U jekk iva, x'wasslu biex ibiddel fehemtu?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Sur President, m'għandi xejn x'inżid ma' dak li rrepetejt għal diversi drabi.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Il-gvern ma jħossx li kien ikun għaqli li kieku kkonsulta mal-Maltacom qabel ma ħa l-pass drastiku tal-privatizzazzjoni totali, speċjalment fid-dawl tal-fatt illi l-korporazzjoni diġa' kellha ċerti strategic plans għaddejjin?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nerġa' nwieġeb kif diġa' weġibt, Sur President.", "Il- Ministru Gatt jinsab imsiefer u persważ li meta jiġi lura u jara dawn il- mistoqsijiet, jagħti t-tweġibijiet neċessarji.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, din li se nsemmi żgur hija xi ħaġa li ġiet ittrattata f'livell ta' kabinett.", "Il-gvern jaqbel mal-fehma pubblika li l-għaġla kollha tal-bejgħ tal-Maltacom saret minħabba konsiderazzjonijiet tad-dejn nazzjonali, ħalli pajjiżna jiġi konformi ma' 'l hekk imsejħa Maastricht criteria ta' l-Unjoni Ewropea?", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG (Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern): Sur President, dak li se ngħid, aktar milli biex nirrispondi din id-domanda partikolari, se ngħidu biex ikollna ċerta gwida.", "Ċertament fil-Parlament jistgħu jsiru u għandhom isiru domandi, imma x'inhi r-raġuni li jistgħu jsiru domandi lil ministri differenti u mhux lil ministru wieħed?", "Proprju sabiex dak li jkun jagħmel id-domanda skond is-suġġett ta' dak il-ministru partikolari.", "Terġa', dawn id-domandi li qegħdin isiru lanqas biss għandhom x'jaqsmu mad- domanda oriġinali.", "Għax allura nista' niġi u noqgħod inwieġeb jien għal kulħadd, bl-argument li jien membru tal-kabinett u ma tagħmilx differenza fuq xiex nitkellmu, anke jekk nitkellmu fuq l-Imgieret jew fuq il-ħabs!", "Għalhekk hemm bżonn ta' ċerta ordni, Sur President.", "Barra minn hekk, dawn id-domandi supplimentari fuq il-privatizzazzjoni tal- Maltacom lanqas qegħdin fuq l-aġenda.", "Jiġifieri lanqas kieku kellu jiġi l- aġent ministru li qed jissostitwixxi lill-Onor.", "Austin Gatt ma jkun jista' iwieġeb, peress li d-domandi supplimentari m'għandhom x'jaqsmu xejn mad- domanda prinċipali.", "Jiena ġieli rrispondejt domandi li ma jkunux fuq l- aġenda, anke jekk m'iniex obbligat li nagħmel hekk, imma għallinqas ikollhom x'jaqsmu mal-ministeru tiegħi partikolari.", "Hawn qed nieħu l-impressjoni li qegħdin isiru ħafna domandi biex imbagħad jekk ma tingħatax tweġiba, noqogħdu ngħidu li l-gvern qed jaħrab mir- risposta.", "Dan żgur m'huwiex il-każ għax il-gvern jixtieq jagħti risposta għal dawn id-domandi, dejjem permezz tal-ministru responsabbli mis-settur partikolari.", "Imma mhux bl-iskuża li għax hawn interpellanzi fuq il-private staff, nistaqsu dwar il-privatizzazzjoni tal-Maltacom, bl-argument imġebbed li l-kwestjoni tkun għaddiet mill-kabinett.", "MR SPEAKER: Is-Sedja mhix l-ewwel darba li ġibdet l-attenzjoni ta' l-Onor.", "Membri li domanda supplimentari trid tkun marbuta mad-domanda oriġinali, pero' dejjem sta għall-ministru li jkun jekk jirrispondix jew le.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Għalhekk huwa nġust li wieħed jibqa' jinsisti li d- domanda ssir lil ministru ieħor, Sur President.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Naħseb li l-prassi hija mod ieħor, huma x'inhuma l- osservazzjonijiet tal-Viċi Prim Ministru.", "Nagħmel l-aħħar mistoqsija supplimentari u nieqaf hawn, Sur President.", "Ma jidhirlux il-gvern li bil-profitti li qed tagħmel il-Maltacom bħalissa, it-Tecom se jkunu f'pożizzjoni li jiffinanzjaw minn fuq dar il-Maltacom in- nefqa kapitali u l-investiment tagħhom fi SmartCity@Malta?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: M'għandi xejn x'inżid ma' dak li diġa' għedt, Sur President.", "SPONSORSHIPS", "18493.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joe Debono Grech) staqsa lill- Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi membri fil-private staff u l- kumplament tad-dekasteru tiegħu li qegħdin jiġu sponsorjati mill-istess ministeru għal xi tip ta' studju, kemm Malta kif ukoll barra minn Malta?", "Kemm hemm u min huma l-persuni?", "Xi grad huma?", "Kemm hi l-ispiża u min awtorizzaha?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (f'isem il-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni): Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "(Interruzzjonijiet)", "Evidentement l-informazzjoni tieħu ż-żmien sakemm tinġabar u għalhekk li r- risposta qiegħda b'dan il-mod.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sur President, tajjeb nirreġistraw li din il-mistoqsija saret fl-24 ta' April, 2006.", "Bħalma l-istanding orders jgħidu kif għandhom isiru l-mistoqsijiet, jgħidu wkoll f'kemm żmien għandhom jitwieġbu.", "Nispera li s-Sedja tiġbed l-attenzjoni li hemm dan il-perijodu li fih għandhom jiġu mwieġba l-mistoqsijiet.", "Għax li jingħad li r-risposta se tingħata f'seduta oħra, dik ma hi risposta xejn.", "Kif tiġi tgħidli li r- risposta se tingħata f'seduta oħra meta d-domanda tkun ilha li saret mill- 24 ta' April?", "L-informazzjoni li qed tintalab tittratta dwar membri tal-private staff u fil-kumplament tad-dekasteru ta' l-Onor.", "Austin Gatt li huma sponsorjati mill-istess ministeru għal xi tip ta' studju.", "Naħseb li kien hemm żmien biżżejjed biex tinġabar l-informazzjoni.", "Jekk il-ministru konċernat ilu dan iż-żmien kollu biex jagħti l-informazzjoni, aħseb u ara kemm jista' jagħti din l-informazzjoni l-ministru li qiegħed jagħmilha ta' aġent!", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: U issa ma nafux li d-dekasteru ta' l-Onor.", "Austin Gatt jinkludi l-Enemalta, il-Malta Enterprise, il-water services corporation u d- dockyard fost l-oħrajn!", "Xi ħadd jaħseb li din l-informazzjoni kollha se tiġborha f'ġimgħatejn?", "Kif jista' ikun?", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Il-ministru konċernat mhux l-ewwel darba li għamiltlu mistoqsija u qalli li kemm wieħed jagħfas buttuna u jkollu l-informazzjoni kollha.", "Allura possibbli li l-ministeru ta' l-IT m'għandux din il- faċilita' li l-Onor.", "Austin Gatt tant jiftaħar biha?", "Possibbli li wara kollox m'humiex daqshekk avvanzati fejn jidħol id-dekasteru tiegħu?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Sur President, bil-kliem kulħadd jgħid li jrid, imma hawnhekk l-informazzjoni li qed tintalab trid ċertu ħin biex tinġabar.", "Jiena persważ li malli l-ministru jiġbor l-informazzjoni kollha, jgħaddiha lill-Onor.", "Mizzi.", "UNIFORMIJIET", "18494.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joe Debono Grech) staqsa lill- Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid jekk il-membri tal-private staff tiegħu - mhux messaġġiera - ingħatawx uniformi jew ħlas għall-uniformi matul l-2004 u l- 2005?", "X'kienet l-ispiża u min awtorizzaha?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (f'isem il-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni): Jien informat li matul is-sena 2004 u 2005 membri tal-istaff privat tiegħi li m'humiex messaġġiera ingħataw uniformi.", "Il-ħlas kien ta' Lm186 fl-2004 u Lm595.44 fl-2005.", "L-imsemmija spiża ġiet awtorizzata mis-segretarju permanenti.", "IMPJEGATI OVER-61", "18495.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joe Debono Grech) staqsa lill- Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm uffiċjali hemm fis-segretarjat privat u l- kumplament tad-dekasteru tiegħu li għandhom 'il fuq minn 61 sena?", "Jista' jgħid min huma dawn l-uffiċjali?", "X'eta' u kariga għandhom?", "Huma mpjegati fuq bażi full-time jew part-time?", "X'salarju u benefiċċji oħra għandhom?", "Jista' jgħid kemm ilhom jokkupaw tali kariga?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (f'isem il-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni): Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "DIRECT ORDERS", "18496.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joe Debono Grech) staqsa lill- Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm direct orders ingħataw fil-ministeru u l- kumplament tad-dekasteru tiegħu 'il fuq minn Lm2,000 matul l-2004 u l-2005?", "Jista' jgħid kemm kienet tqum kull waħda?", "Lil min ingħatat u min approvaha?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (f'isem lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni): Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "XOGĦOL TA' TINDIF", "18497.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joe Debono Grech) staqsa lill- Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali lill-kumpanniji privati għal xogħol ta' tindif fl-uffiċċju tal-ministru u fil-kumplament tad-dekasteru tiegħu matul is-snin 2004 u 2005?", "Jista' jgħid min kienu l- kuntratturi?", "Kemm ħadu kull wieħed?", "Min approva kull nefqa?", "Inħarġet xi forma ta' tender?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (f'isem il-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni): Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "ĠURIJIET PENDENTI", "18749.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġurijiet hemm pendenti u x'inhu r-reat allegat?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi fil-preżent hemm 33 ġuri pendenti u r-reati allegati huma s-segwenti:", "Traffikar ta' droga - 11 Importazzjoni u pusses ta' droga - 2 Omiċidju Volontarju - 9 Attentat ta' omiċidju volontarju - 6 Riċettazzjoni ta' xi rigali jew vantaġġi u kxif ta' sigrieti pubbliċi - 2 Sekwestru ta' persuna u ħarba mill-ħabs - 1 Serq u pussess ta' arma - 1 Korruzzjoni ta' minorenni - 1", "HEALTH INSPECTORS", "18750.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid kemm nies ittellgħu l-qorti mill-health inspectors is-sena l-oħra?", "ONOR.", "HELEN D'AMATO (Segretarju Parlamentari) (f'isem il-Ministru tas- Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita'): Qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-mejda tal-Kamra.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sur President, kont għamilt mistoqsija dwar il-mediċini li ma kenux baqgħu jingħataw lil dawk l-anzjani li jkunu għalqu ċerta eta' u l-ministru kien qalli li d-WHO dan l-aħħar qed tirrakkmanda li dawn il- mediċini għandhom jibqgħu jingħataw.", "Is-Segretarju Parlamentari qiegħda f'pożizzjoni tgħidli jekk il-gvern mexiex fuqha din ir-rakkmandazzjoni?", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "HELEN D'AMATO: L-Onor.", "Interpellant qed jirriferi għall-pilloli kontra l-cholesterol fejn fi żmien meta l-Onor.", "Michael Farrugia kien ministru, id-WHO kienet iddikjarat li dawn ma jagħmlu l-ebda benefiċċju fil- każ ta' persuni 'l fuq minn 75 sena u minn dak iż-żmien 'il hawn ma kenux baqgħu jingħataw.", "Issa qed nerġgħu nevalwaw is-sitwazzjoni, anke skond rapporti li waslulna mid-WHO u jekk jinstab li jkun ta' benefiċċju li jerġgħu jibdew", "jingħataw, tittieħed deċiżjoni f'dan is-sens.", "GOOD CAUSES FUND", "18751.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm flus tqassmu mill-good causes fund is-sena l-oħra u lil min?", "ONOR.", "TONIO BORG (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): L- ammont totali ta' flus li tqassmu mill-good causes fund matul l-2005 hu ta' Lm365,080, b'lista tal-benefiċjarji titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "AIDS", "18752.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid kemm persuni hawn li għandhom l-AIDS?", "Kemm hawn HIV positive u kemm mietu s'issa?", "ONOR.", "HELEN D'AMATO (f'isem il-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil- Komunita'): Skond informazzjoni miġbura mid-dipartiment tas-saħħa pubblika, illum hawn disa' persuni li għandhom l-AIDS.", "Mill-1986 sal-lum mietu 53 persuna b'din il-marda.", "L-HIV saret notifikabbli bil-liġi fit-27 ta' Jannar, 2004 u għalhekk in- numru ta' persuni li huma HIV positive ma setax jiġi determinat bi preċiżjoni sa din id-data.", "Pero' nistgħu ngħidu li sa l-aħħar ta' 2003 kien hemm 210 testijiet pożittivi, għalkemm dan in-numru ma jeskludix testijiet li jkunu saru aktar minn darba.", "Mis-27 ta' Jannar, 2004 s'issa kien hemm 39 każ ta' HIV irrapportati lid- dipartiment tas-saħħa pubblika.", "VETTURI TAX-FREE", "18753.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hawn karozzi tat-tip BMW, Audi, Jaguar, Mercedes, Ferrari, Saab u 4-wheel drive tax-free llum?", "ONOR.", "TONIO BORG (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): L- informazzjoni tinsab fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.", "XIRI TA' MEDIĊINI", "18755.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid kemm għandu arretrati xi jħallas id-dipartiment fuq xiri ta' mediċini?", "ONOR.", "HELEN D'AMATO (f'isem il-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil- Komunita': Id-dipartiment tas-servizzi farmaċewtiċi tal-gvern kellu Lm11,856,204 xi jħallas għal xiri ta' mediċini u tagħmir mediku sa l-aħħar t'April 2006.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Din is-somma tinkorpora l-arretrati li għandu jagħti l- gvern?", "MR SPEAKER: Is-Segratarju Parlamentari.", "ONOR.", "HELEN D'AMATO: Jiena neħodha li l-gvern għandu jħallas is-somma li semmejt.", "VAT DEPARTMENT", "18784.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid x'kien id- dħul tad-dipartiment tal-VAT f'dawn l-aħħar ħames snin minn multi li nħarġu kontra ksur tar-regoli tal-VAT?", "ONOR.", "TONIO BORG (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Tagħrif dwar multi mħallsa fuq ksur tar-regoli tal-VAT fis-snin mitluba għax ma ngħatatx riċevuta jew għax ir-riċevuta ma kenitx skond il-liġi, huwa kif jidher mit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.", "WIED TA' BURMARRAD", "19027.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il- mejda tal-Kamra kopja tal-pjanti tax-xogħlijiet ta' tħammil fil-wied ta' Burmarrad?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-pjanta bir-rotta relattiva għat-tħammil tal-wied ta' Burmarrad.", "WIED TA' BURMARRAD", "19028.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' il-Ministru jara li tiġi wżata s-sistema li ntużat f'wied Qlejgħa sabiex isir lanqas impatt fuq l- ambjent meta jsiru x-xogħlijiet fil-wied ta' Burmarrad?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Jien informat illi l-ħitan tas-sostenn għall-kanal ġew imfassla biex jiffaċilitaw tindif u manutenzjoni mingħajr ma jkun hemm ħsara.", "L-użu tas-sistema tal-gabion biex ġew iffurmati l-ħitan ta' l-għelieqi kif ukoll il-ġnub ta' wied Qlejgħa mhux ideali għal fejn hu previst tindif u manutenzjoni ta' sikwit.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-Mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti u nsejjaħ lill-Viċi Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "TONIO BORG: Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali 111 ta' l-2006 - Regolamenti ta' l-2006 li jemendaw l- Għaxar Skeda li tinsab ma' l-Att dwar Kunsilli Lokali.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Ninu Zammit.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Kopja tad-disinji u l-pjanti tal-proġett tal-wied ta' Burmarrad, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 19030.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Dolores Cristina.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA (Ministru tal-Familja u Solidarjeta` Soċjali): Sur President, f'isem il-Ministru għal Għawdex inqiegħed fuq il-mejda tal- Kamra:", "Lista tal-korsijiet tas-snajja' li ma fetħux f'Għawdex, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 19180.", "MR SPEAKER: Ngħaddu għal Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Il-Viċi Prim Ministru.", "MOZZJONIJIET", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JINKORPORA L-KONVENZJONI DWAR IL-KUNTRATT GĦALL-ĠARR STRADALI INTERNAZZJONALI TA' MERKANZIJA", "ONOR.", "TONIO BORG: Sur President, f'isem il-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq, nipproponi l-Ewwel Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att ta' l- 2006 li jinkorpora l-Konvenzjoni dwar il-kuntratt għall-ġarr stradali internazzjonali ta' merkanzija\".", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att ta' l-2006 li jinkorpora l-Konvenzjoni dwar il-kuntratt għall-ġarr stradali internazzjonali ta' merkanzija\" ikun moqri l-Ewwel Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri l-Ewwel Darba.", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IL-KONVENZONI EWROPEA", "ONOR.", "TONIO BORG: Sur President, nipproponi l-Ewwel Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att ta' l-2006 li jemenda l-Att dwar il-Konvenzjoni Ewropea\".", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att ta' l-2006 li jemenda l-Att dwar il-Konvenzjoni Ewropea\" ikun moqri l-Ewwel Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri l-Ewwel Darba.", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-KODIĊI ĊIVILI", "ONOR.", "TONIO BORG: Sur President, nipproponi l-Ewwel Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att ta' l-2006 li jemenda l-Kodiċi Ċivili\".", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att ta' l-2006 li jemenda l-Kodiċi Ċivili\" ikun moqri l-Ewwel Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri l-Ewwel Darba.", "MR SPEAKER: Il-Ministru Zammit Dimech.", "ESTIMI TAD-DĦUL U NFIQ TAS-SOVRINTENDENZA TAL-", "PATRIMONJU KULTURALI", "U PATRIMONJU MALTA", "GĦAS-SENA 2005 - 2006", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (Ministru għat-Turiżmu u Kultura): Sur President, nipproponi:", "\"Illi l-Kamra tapprova l-Estimi ta' Dħul u Nfiq ta':-", "1.", "Is-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali; u 2.", "Patrimonju Malta.", "għas-sena finanzjarja mill-1 ta' Ottubru 2005 sat-30 ta' Settembru 2006 skond l-Att dwar il-Patrimonju Kulturali (Kap. 445).\".", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Rimarki?", "Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Sur President, naħseb li huwa xieraq - anke jekk hija koinċidenza - li din id-diskussjoni partikolari qed issir ftit ġranet wara li kellna f'pajjiżna forum mill-aktar interessanti dwar it- turiżmu kulturali u dwar il-bilanċ li wieħed irid jipprova jkollu bejn li juża l-wirt kulturali tagħna biex jattira lejh l-akbar ammont ta' turisti u li jkun hemm l-immaniġġjar ta' dawn is-siti storiċi, arkeoloġiċi u kulturali li jagħtu lil Malta l-identita` partikolari tagħha sabiex nassiguraw li ma jkunx hemm kummerċjalizzazzjoni esaġerata ta' dawn l- istess attrazzjonijiet ta' pajjiżna li twassal għal sitwazzjoni li l- Ingliżi jsejħulha to kill the goose that lays the golden egg.", "L-Onor.", "Evarist Bartolo kien preżenti wkoll għall-ftuħ ta' dan il-forum u nibda biex nenfasizza li huwa ta' ġieħ għal pajjiżna li l-Europa Nostra - li hija waħda mill-aktar għaqdiet internazzjonali prestiġjużi fejn jidħol il-qasam tal-wirt kulturali – organizzat dan il-forum f'pajjiżna.", "Fil-ftuħ ta' dan il-forum tkellem il-Prinċep Henrik tad-Danimarka u se nikkwota kif iddeskriva lil pajjiżna:", "\"Malta's strategic position, its closeness to the major civilisations, its inevitable contact with maritime routes due to its central Mediterranean position, its involvement, often unwittingly, in the regional conflicts has given it a debt of history and a cultural heritage disproportionate to its size.", "Rare are the countries which thus could have come into contact with so many peoples, travellers or foreign invaders.", "Rare are those who played such a role in foreign policy, strategic decisions influencing the destinies of other nations.", "The visitors of today are fortunately more amateurs of aestheticism than the former invaders and they are also friendly tourists enjoying the sun, sea, hospitality and the unmatched historical and cultural riches of the archipelago of Malta.\".", "Sur President, f'pajjiżna qed insiru dejjem aktar konxji ta' dak li huwa l- akbar riżors tagħna - apparti naturalment il-poplu nnifsu – u ċioe` l-wirt storiku u kulturali ta' pajjiżna.", "M'hemmx dubju li jagħmlilna unur kbir li dawn il-kredenzjali ta' pajjiżna jkunu affermati minn persuna li huwa bla ebda dubju awtorita` f'dan is-settur, mhux biss għaliex isegwi s-suġġett tal-wirt kulturali b'mod assidwu f'livell personali, imma għaliex issa ilu għal diversi snin, president ta' organizzazzjoni ta' fama internazzjonali li kapaċi titkellem b'awtorita` fuq dan is-suġġett.", "F'dan is-sens jien nixtieq nirringrazzja mhux biss lill-Prinċep Henrik u lill-membri tal- kunsill u d-delegati ta' Europa Nostra li kienu f'pajjiżna, imma anke lil Din l-Art Ħelwa li naturalment għamlet din l-okkażjoni possibbli.", "Kien ukoll ta' unur u ta' prestiġju għall-ministeru għat-turiżmu u kultura li nassoċjaw ruħna ma' l-organizzazzjoni ta' dan l-avveniment u li nagħtu l- għajnuna kollha li ntalbet minna biex dan l-avveniment kien suċċess u dan jixhduh proprju d-diversi delegati fil-konversazzjonijiet li kellhom magħna matul dan l-istess forum u f'okkażjonijiet soċjali li kien hemm marbuta miegħu.", "Sur President, illum għandna għad-diskussjoni quddiem il-Kamra l-estimi ta' awtorita` u ta' enti li huma fil-qalba ta' dan il-ħarsien tal-wirt kulturali ta' pajjiżna.", "Hawnhekk qed nitkellmu dwar Heritage Malta li kif nafu hija l-aġenzija tal-gvern li għandha r-responsabbilta` tat-tmexxija tas-siti kollha li huma marbuta mal-wirt kulturali ta' pajjiżna u ugwalment qed nitkellmu dwar struttura regolatorja importanti, li hija s- sovrintendenza tal-patrimonju kulturali.", "Bħala introduzzjoni rrid nesprimi ftit ħsebijiet fuq dawn iż-żewġ entitajiet mill-aktar importanti li għandna għad-diskussjoni hawnhekk u naturalment fil-winding up nispjega iżjed affarijiet skond l-interventi li jsiru f'din id-diskussjoni.", "Nagħmel enfasi kontinwa fuq il-kelma \"diskussjoni\" għax l-esperjenzi ta' diskussjonijiet simili li kellna fil-passat miż-żewġ naħat tal-Kamra kienu pożittivi u kienu ffokati fuq kemm irridu nirrikonoxxu lkoll kemm aħna - mhux biss in- naħa tal-gvern - ix-xogħol siewi li qed jagħmlu Heritage Malta u s- sovrintendenza.", "Għalhekk naħseb li jekk niftaħ din id-diskussjoni billi nesprimi r-ringrazzjament miż-żewġ naħat tal-Kamra ma nkunx qed nabbuża.", "Naturalment in-naħa l-oħra tista' ma taqbilx miegħi imma ma naħsibx li dan huwa l-każ.", "Naħseb li naqblu lkoll li dawn qed jagħmlu xogħol mill-aqwa, xogħol b'impenn u xogħol b'dedikazzjoni u din għalija hija l-karatteristika ewlenija li għandu jkun hemm għal kull impenn li nidħlu għalih.", "Tista' tidħol għal impenn għaliex ikun ix-xogħol normali tiegħek u jkollok sodisfazzjon, fl-opinjoni tiegħi, limitat ħafna jew inkella tista' tidħol għal impenn għaliex tkun f'settur li jkun tassew għal qalbek u tkun tassew qed tħoss li b'dak li tkun qed tagħmel, qed tagħmel ġid kbir mhux biss lil pajjiżek f'dan il-każ imma lill-umanita` kollha u lil ġenerazzjonijiet futuri.", "Aħna kburin li aħna l-kustodji ta' dan il-patrimonju kbir u rridu nippreservawh u ugwalment nippreżentawh tajjeb għall-poplu Malti u għat- turisti li jżuruna.", "Allura jien ma nistax ma nibdiex mingħajr ma nirringrazzja minn qalbi liċ-chairman, liċ-chief executive, lill-membri kollha tal-bord tad-diretturi fuq Heritage Malta, lill-impjegati, lill- kuraturi u lin-nies fil-management li jagħtu lil din l-aġenzija governattiva anke l-identita` partikolari tagħha.", "Nixtieq nirringrazzja ugwalment ukoll lis-sovrintendent tal-wirt kulturali, lill-persuna li llum jaġixxi bħala l-aġent sovrintendent u lill-uffiċjali kollha li għandu madwaru.", "Irrid ngħid mill-bidu nett li din is-sovrintendenza jeħtiġilha aktar riżorsi pero` anke bir-riżorsi limitati li għandha, din qiegħda timpenja ruħha b'mod serju ħafna.", "Jien se nibda billi nsemmi xi xogħol li qed isir mill-Heritage Malta u m'għandi ebda dubju li għandna nkunu nafu x'inhu qed jiġri rigward il- proġett għall-preservazzjoni u preżentazzjoni aħjar ta' Ħagar Qim u l- Imnajdra.", "Forsi tajjeb nibda b'dan għaliex jekk nibqa' fuq it-tema li kienet diskussa fil-forum ta' Europa Nostra, \"striking the right balance\", dan jiġi każ tipiku.", "Aħna għandna wirt storiku ta' eluf ta' snin li pero` ilu fl-apert għal żmien ferm u ferm inqas u li llum qed jiffaċċja riskji kbar ta' degradazzjoni jekk ma neħdux ħsiebu.", "Dan huwa sit li bla ebda dubju huwa parti integrali mill-prodott Malti, li aħna mhux biss irridu ngawduh bħala poplu Malti imma li jagħtina valur miżjud kbir għal skopijiet ta' turiżmu, pero` naturalment jekk ma nkunux qed insibu l-bilanċ ġust, se jkun wirt li ma nkunux nistgħu nitkellmu dwaru ftit tas-snin oħra.", "Għalhekk fil-preżent qed jitwettaq proġett minn Heritage Malta iffinanzjat mill-fondi strutturali Ewropej sabiex dan is-sit ikun preservat u anke ppreżentat aħjar.", "Dan il-proġett issa daħal fi stadju importanti ħafna.", "Irrid infakkar li f'Diċembru tas-sena li għaddiet ingħataw il-permessi meħtieġa wara diskussjonijiet li kien hemm bżonn mal-MEPA u minn dak iż- żmien, grupp internazzjonali ta' periti kien impenjat sabiex jikkonkludi d- dettalji tad-disinji.", "F'Ġunju ta' din is-sena, id-dokumenti tat-tender ewlieni tal-proġett se jaslu għand id-dipartiment tal-kuntratti għall- pubblikazzjoni ta' dan it-tender li huwa l-akbar wieħed marbut ma' dan il- proġett.", "Fil-fatt dan it-tender jiswa aktar minn €2 miljun filwaqt li l- proġett fit-totalita` tiegħu se jiġi jiswa' €3.5 miljun.", "Dan huwa t-tender li jinkludi l-kostruzzjoni ta' żewġ tined protettivi, tinda fuq Ħaġar Qim u l-oħra fuq l-Imnajdra.", "L-għan ta' dawn it-tined huwa li nipproteġu dawn it-tempji – li huma parti mill-patrimonju kulturali dinji - għal 25 sena għax xejn m'hu etern, lanqas dawn it-tined.", "Wara dan il-perijodu naraw jekk għandniex nibqgħu nipproteġuhom b'dan il-mod jew jekk għandniex nużaw sistemi oħrajn skond l-aħħar riċerka xjentifika li tkun qed issir.", "Pero` dan huwa perijodu kruċjali għaliex qed insalvaw dan il-monument storiku ta' l-akbar importanza.Irrid ngħid ukoll li matul l- aħħar sena twettaq programm ta' moniteraġġ intensiv tal-kondizzjonijiet klimatiċi u ambjentali f'dawn iż-żewġ tempji u kien hemm studju fuq kif dawn il-kondizzjonijiet jeffettwaw ħażin lit-tempji.", "S'issa dan il- moniteraġġ sar minn kuntrattur li kien imħallas totalment mill-pre- accession funds u issa se jkompli jitwettaq minn Heritage Malta sabiex b'hekk dejjem ikun hemm tagħrif sħiħ fuq l-effetti pożittivi li se jkollhom it-tined fuq dawn it-tempji.", "Ix-xogħlijiet li qed nitkellmu dwarhom huma programmati li jitweqqu matul is-sena 2007 u fl-istess waqt se jkun hemm għaddej ix-xogħol fuq il-bini taċ-ċentru l-ġdid biex jilqa' l-viżitaturi b'mod xieraq.", "Dan huwa bini li se jinkludi fih servizzi sanitarji, kafeterija u anke post minn fejn wieħed jista' jixtri tifkira ta' dawn it- tempji.", "Jien dejjem nawgura - u naf li tal-Heritage Malta huma impenjati wkoll f'dan is-sens – li t-tifkira tkun waħda li verament tirrifletti l- esperjenza taż-żjara ta' dak li jkun fuq dak is-sit u l-fatt li l-Heritage Malta bdiet tiftaħ ħwienet immexxija fuq dan il-prinċipju f'numru ta' siti storiċi kif ukoll preżentazzjoni awdjoviżiva u espożizzjoni tas-sejbiet arkeoloġiċi juri kemm mexjin fid-direzzjoni t-tajba.", "Il-pjan tagħna huwa li matul is-sena 2008 dan iċ-ċentru għall-viżitaturi jkun lest u allura flimkien mat-tined inkunu lħaqna l-bilanċ ġust bejn il- konservazzjoni u l-preservazzjoni.", "Wieħed għandu jispjega aħjar u jagħti background lil min iżur dawn it-tempji u mhux sempliċement inħalluhom jgħidu kemm dan il-ġebel kbir huwa interessanti jew forsi jsibu xi leaflet li jiggwidahom.", "Illum nafu li l-immaniġġjar ta' sit storiku jirrikjedi ferm iktar minn hekk u visitors centre attrezzat u mmexxi b'mod professjonali se jkun parti minn din l-esperjenza li se noffru f'dan ir-rigward.", "Meta nitkellem dwar il-Heritage Malta, naturalment ma nistax ukoll ma nerġax nesprimi s-sodisfazzjon kbir tiegħi għal ħidma oħra li din l-enti governattiva għamlet diġa` f'diversi oqsma, bħal, per eżempju, id-Domus Romana.", "Naħseb li nafu bil-bidla kbira li saret minn kif niftakru l-istess post meta kien għadu magħruf bħala l-Villa Rumana.", "Hemmhekk mhux sempliċement inbidel l-isem imma l-post kien riorganizzat minn ġewwa biex jilqa' l-viżitaturi u biex jagħti spjegazzjoni aħjar ta' l-esperjenza li wieħed ikun qed jgħaddi minnha u anke biex issir konservazzjoni u preservazzjoni aħjar tad-diversi oġġetti storiċi u ta' importanza kbira li għandek fil-post u li huma protetti f'showcases li huma għoljin imma li lkoll naqblu li kienu meħtieġa għall-konservazzjoni aħjar ta' dan il- patrimonju.", "Il-Heritage Malta għamlet ukoll il-proġett ta' l-Ipoġew u anke jekk issa dan huwa proġett li kien inawgurat numru ta' snin ilu, ma jfissirx li m'għandniex nirrikoxxu x-xogħol kollu li sar.", "Bħalissa Heritage Malta għaddejja b'impenn fuq il-proġett tat-tempji ta' Ħal Tarxien apparti l- proġetti li għandha fuq il-mużew ta' l-arti li kif nafu, anke permezz ta' Casa Scalia, se jitkabbar u jiġi ppreżentat aħjar.", "Illum Heritage Malta għandha mansjoni aktar wiesgħa għax qed tkopri fiha dak li qabel kien magħruf bħala l-Malta Centre for Restoration li llum huwa integrat b'mod totali u nirriferu għalih bħala l-conservation division ġewwa l-Heritage Malta.", "Anke hemmhekk qed nara impenn sabiex mhux biss ikollna studju, riċerka u faċilitajiet l-aktar moderni sabiex dak li huwa xogħol ta' konservazzjoni, anke fuq oġġetti li jingħataw fil-kustodja tagħna minn entitajiet oħrajn, isir bl-aktar mod dedikat u professjonali possibbli, imma dan ikun fih innifsu esperjenza edukattiva li titmexxa bl-istess dedikazzjoni u impenn kif inhi l-karatteristika tal-ħidma kollha f'din l- enti governattiva.", "Anke jekk nixtieq inżomm l-introduzzjoni tiegħi fil-qosor għaliex inkella nkun qed innaqqas mill-ħin tiegħi tal-winding up, naħseb li ma nistax ma nirriferix ukoll għall-ħidma tas-sovrintendenza tal-patrimonju kulturali li tinkludi xogħol fuq inventarju kulturali nazzjonali.", "Dan l-inventarju għalija huwa importanti ħafna għaliex kif għedt qabel, l-akbar riżors huwa dak tal-wirt kulturali tal-pajjiż u naturalment dan għandu jkun ikkatalogat u mdaħħal f'information management system biex hekk ikollna l-informazzjoni diġitalizzata u tkun tista' tintuża mhux biss għal skopijiet ta' riċerka u studju imma anke biex naqsmu l-informazzjoni b'mod aktar faċli ma' strutturi regolatorji Ewropej anke bħala parti mill-proċess li għalija huwa interessanti ħafna u li jfissir li inti għandek toħloq mobilita` - anke jekk xi kultant tkun mobilita` virtwali - ta' dak li huwa l-wirt kulturi kollu tal-pajjiż.", "Nafu li kienet saret sejħa għall-proposti mis-sovrintendenza preċiżament f'dan ir-rigward u kienet ukoll saret l-għażla ta' min se jaħdem magħna.", "Fil-fatt il-proġett miexi anke permezz ta' inputting.", "Is-sovrintendenza tagħmel xogħol ieħor ukoll.", "Din taħdem biex tikkoordina mal-MEPA u jsiru meetings regolari biex din mhux sempliċement tgħid jekk taqbel jew ma taqbilx ma' diversi żviluppi li jkunu proposti imma ħafna drabi tagħmel suġġerimenti pożittivi u proattivi dwar siti li fihom ikun qed isir xogħol infrastrutturali importanti u xogħol li l-pajjiż ikollu bżonn għal raġuni jew oħra, bħax-xogħlijiet li kellhom isiru ġewwa l-Marsa u r-Rabat.", "Is- sovrintendenza tgħid ukoll x'inhu l-aħjar metodu li għandu jintuża biex wieħed jagħmel dawk ix-xogħlijiet li jkunu meħtieġa mil-lat infrastrutturali imma li min-naħa l-oħra jkun qed jikkonserva l-fdaliljiet storiċi tal-pajjiż.", "Il-fdalijiet storiċi jistgħu jkunu katakombi, jistgħu jkunu affarijiet mill-epoka Rumana u anke parti minn dak li probabbilment kien il-port Ruman f'Malta, jiġifieri l-fdalijiet ivarjaw.", "Għalija dan huwa fenomenu interessanti ħafna u jfakkarni f'dak li tant snin ilu kont nisma' fi żjarat li kont nagħmel ġewwa Ruma fejn kull fejn iħaffru jridu joqogħdu attenti għax ikun saff taħt saff taħt saff ta' storja.", "Probabbilment hemm iżjed storja midfuna milli hemm storja mikxufa.", "Il-fatt li f'Malta hawn ħafna fdalijiet u anke ħafna potenzjal ta' preżenza ta' fdalijiet jorbot preċiżament ma' dak li għedt fil-bidu dwar kemm dan huwa pajjiż li tassew jista' jkun kburi b'dan il-wirt kulturali kbir li għandu.", "Meta nitkellem dwar il-ħidma tas-sovrintendenza ma nistax ma nirriferix ukoll għax-xogħol li din qiegħda tagħmel fir-rigward tal-policy u l- politika tagħna dwar il-wirt kulturali.", "Hawnhekk qed nirriferi għad- dokument tan-national strategy for the cultural heritage u fl-aħħar tas- sena li għaddiet konna anke għamilna forum ieħor ma' l-NGOs fejn dawn ipparteċipaw u taw ideat anke preċiżi f'workshops speċifiċi li ttrattaw partijiet differenti ta' dan is-suġġett tant importanti.", "Pero` aħna ma ridniex noqogħdu biss fuq dak li ntqal f'dawn id-diversi workshops imma wara ktibna lill-NGOs u lis-soċjeta` ċivili kollha.", "Jien ktibt personalment lil min jirrappreżenta lill-NGOs fil-pajjiż, fosthom Din l-Art Ħelwa – li bla ebda dubju ta' xejn kienet minn tal-bidu nett li xprunat ħafna ħidma anke fil-livell tal-volontarjat favur il-wirt kulturali tal-pajjiż - u l-Fondazzjoni Wirt Artna.", "Dawn huma l-aktar tnejn li forsi jissemmew pero` fil-verita` għandek diversi oħrajn li jaħdmu anke b'sens ta' volontarjat u b'sens ta' impenn f'qasam jew f'ieħor u li xi kultant anke jispeċjalizzaw fuq il-wirt kulturali ta' pajjiżna.", "Allura lil dawn l-entitajiet kollha ktibtilhom, ħafna minnhom anke personalment u mhux lilhom biss, imma anke lis-settur kummerċjali tal-pajjiż, lill-kunsilli lokali u lill-ministeri l-oħra kollha biex kulmin irid, b'mod proattiv, jagħti dak li jara bħala parti mill-viżjoni ta' l-istrateġija nazzjonali tagħna fuq il-wirt kulturali tal-pajjiż, ikun jista' jagħmel dan.", "Irrid ngħid li r-reazzjoni kienet pożittiva u kellna feedback inkoraġġanti ħafna minn diversi entitajiet, anke minn dawk li m'humiex direttament involuti fil-ħarsien tal-wirt kulturali imma li fehmu li anke huma għandhom responsabbilta` u rwol importanti f'dan ir-rigward.", "Naturalment il-mira tagħna issa hija li l-istrateġija nazzjonali dwar il-wirt kulturali titfassal u tkun diskussa f'sessjoni apposta fil-parlament kif tipprevedi l- liġi u li torbot ukoll mal-policies li qed jifformola l-istess ministeru dwar dan is-suġġett.", "Irrid ngħid ukoll li meta nitkellmu dwar il-ħidma tas-sovrintendenza, għalija din trid tkun ukoll sena importanti fejn insaħħu r-riżorsi umani.", "Diġa` tkellimna f'okkażjonijiet preċedenti dwar rapporti li saru mill- management efficiency unit rigward l-operat tas-sovrintendenza.", "Il- benefiċċju ta' dak ir-rapport qiegħed hemmhekk, l-analisi hija preċiża u l- indikazzjoni dwar kif is-sovrintendenza għandha tkun strutturata f'livell ta' management u f'livell uffiċjali qiegħda hemm.", "Naturalment huwa kruċjali li issa wieħed jgħaddi għall-implimentazzjoni ta' dak kollu li jirriżulta min dan ir-rapport.", "Sur President, aħna ħadna pass li nistgħu nsejħulu simboliku – pero` għalija kien ukoll rilevanti ħafna - fejn tlabna wkoll lis-sovrintendenza biex tuża parti mill-area tal-Forti Sant'Anġlu.", "Għalija dan huwa importanti naturalment għaliex l-area tal-Forti Sant' Anġlu hija area ta' patrimonju kulturali eċċezzjonali għall-pajjiż.", "Naħseb li fix-xhur u s-snin li ġejjin irridu nsibu wkoll formola dejjem iktar preċiża dwar l-involviment ta' l-entitajiet governattivi jew non- governattivi li jridu jkunu involuti b'mod dirett dwar it-tmexxija ta' area ta' importanza daqshekk unika, pero` għalija, il-fatt li qed nidentifikaw dan is-sit anke fir-rigward tas-sovrintendenza huwa preċiżament biex inkunu qed nagħtu messaġġ ċar li hawnhekk hawn sit li mhux biss huwa prestiġjuż imma huwa sit li għandu jintuża bħala simbolu ta' l-istorja ta' dan il- pajjiż.", "Dan huwa sit li għandu jintuża għal esibizzjonijiet temporanji, għal konferenzi u għal avvenimenti kulturali li jkunu ta' l-ogħla livell possibbli.", "Jien ma nistax ma nirringrazzjax lil min diġa` mar fis-sit biex ineħħi tunnellati sħaħ ta' skart li nġabar matul is-snin pero` naturalment ninsab konxju wkoll tal-fatt li jekk il-post ma jkunx immaniġġjat bl-aktar mod rett, l-iskart jerġa' jakkumula.", "Fil-bidu ta' din id-diskussjoni nixtieq insemmi ftit eżempji mill-ħidma kemm ta' Heritage Malta kif ukoll tas-sovrintendenza pero` qabel ma nkomplu d-diskussjoni, xtaqt nesprimi numru ta' ħsebijiet li għalija huma importanti.", "Naħseb li fl-istorja ta' pajjiż jiġi mument fejn l-isfida ta' dak li jkun akkumula fl-eluf ta' snin preċedenti tinħass b'mod akbar minn qatt qabel.", "Irrid ngħid - u dan huwa mertu kemm ta' Heritage Malta u kemm tas-sovrintendenza - li dak il-mument qatt ma ħassejnieh daqskemm qed inħossuh bħalissa.", "Meta jien nara l-ħidma li jkunu għaddejjin biha mhux biss din l-aġenzija governattiva u din l-istruttura regolatorja imma anke tant soċjetajiet oħrajn fil-pajjiż, jien inħares b'fiduċja lejn il-fatt li bħala poplu llum il-ġurnata aħna konxji ta' dawn l-affarijiet aktar minn qatt qabel.", "L-ewwel ċavetta għas-suċċess ta' l-immaniġġjar aħjar tal-wirt kulturali bħala riżorsa naturali ta' pajjiżna għall-akbar ġid anke ekonomiku tagħha huwa li inti tagħraf x'għandek.", "Jekk inti m'intix konxju ta' din l-istorja ta' eluf ta' snin u ta' dak li kien l-impatt ta' dik l-istorja fuq il- fabric tal-landscape tagħna, inti lanqas biss tkun bdejt biex tieħu l-passi li għandek bżonn tieħu ħalli dak li hu tiegħek tibża' aktar għalih.", "Mela dik hija l-ewwel raġuni.", "It-tieni raġuni hija li qatt daqs illum ma' ddedikajna riżorsi finanzjarji, umani u amministrattivi lejn dan is-settur.", "Jien konxju li dan huwa settur tant vast u tant kbir li jirrikjedi dejjem aktar u inti dejjem tiffoka fuq dak li jkun għad irid isir.", "Jekk fil- konkatidral ta' San Ġwann kellna r-restawr – li lkoll nammiraw - tal- kappella ta' l-Italja, il-mument li dak ix-xogħol ta' restawr ikun tlesta, huwa ugwalment il-mument li inti tħares dawra madwarek u tgħid li hemm kappelli oħra li wkoll irridu nirrestawraw.", "Anke l-kumplament tal- konkatidral fih innifsu rridu nduruh minn fuq s'isfel ħalli nippreżentawh bħala wieħed mill-isbaħ ġojjelli li għandna fil-pajjiż.", "Meta inti tagħmel dan, awtomatikament - dan ukoll huwa valur fih innifsu - tikkomunika aħjar kemm internament ġewwa pajjiżna kif ukoll mal-viżitaturi tagħna, dak li issa nafu aktar u dak li aħna konxji aktar dwaru.", "Dan ifisser li qed napprezzaw iżjed, għaliex meta tapprezza normalment tikkomunika iżjed ukoll.", "Il-komunikazzjoni fil-livell nazzjonali qed issir anke bi skemi indirizzati għat-tfal ta' l-iskejjel, fejn tfal u nies ta' eta` żgħira jidħlu f'dawn il-postijiet, l-esperjenza tkun iktar pjaċevoli.", "Fl-istess ħin qed jitgħallmu ferm aktar milli jekk tipprova tuża sempliċement is- sistema didattika.", "Irrid ngħid ukoll li dak kollu li qed isir qed iwassal biex ikollna aktar viżitaturi anke fil-livell turistiku.", "Fil-fatt meta nipparaguna s-sena finanzjarja li għaddiet mas-sena finanzjarja preċedenti nsib li kellna żieda pożittiva ta' żjarat fis-siti kollha storiċi u kulturali ta' pajjiżna.", "Dan jawgura tajjeb mhux biss għax qed imorru aktar nies, imma anke għaliex aħna qed nikkomunikaw aħjar.", "Dan huwa wkoll parti mill- bilanċ, u meta qed tagħmel dan kollu - u dan hu l-ħsieb li se nagħlaq bih - Malta tkun qed tirrealizza dak li diversi pajjiżi diġa` tkellmu dwaru matul is-snin li għaddew u ċioe` li r-riżorsi kulturali ta' pajjiż m'humiex sempliċement obbligu u dover.", "Aħna kustodji ta' eluf ta' snin ta' storja tal-pajjiż u għandna obbligu lejn il-komunita` internazzjonali, lejn organizzazzjoni internazzjonali bħall-UNESCO, lejn inizjattivi ġodda li llum għandek fil-livell ta' l-Unjoni Ewropea, lejn l-umanita` b'mod ġenerali u lejn il-ġenerazzjonijiet futuri li dan nikkonservawh u nispjegawh aħjar.", "Dak huwa l-parti ta' l-obbligu li huwa pjaċevoli u ma jirrikjedi ebda ġustifikazzjoni oħra pero` llum qed ikun hemm ukoll rikonoxximent qawwi ta' dak li qed jissejjaħ, forsi b'daqsxejn mod poetiku, cultural industries.", "Il-qasam tal-performing arts, dak li jissejjaħ il-creative industries – pero` dan m'huwiex settur li qed niddiskutu llejla – ukoll huwa parti mir- responsabilita` tal-ministeru tiegħi.", "Dan kollu, apparti li huwa obbligu pożittiv, b'immaniġġjar tajjeb jista' jservi ta' ġid ekonomiku kbir għaliex dan kollu jfisser li tista' tattira aktar turisti u jkollok returns aħjar.", "Fil-fatt hekk qed jiġri anke f'pajjiżna.", "Meta naraw anke l-budget u l- estimi, insibu li llum għandek kalkolu ta' economic generation aktar pożittiva minn dak li qed ikun ikkonservat aħjar, jiġifieri ż-żewġ fatturi ta' konservazzjoni u returns ekonomiċi m'humiex kontradittorji imma huma komplimentari.", "Għalija l-aktar eżempju sempliċi li nista' nagħti kif dawn huma komplimentari u mhux kontradittorji nagħtih fuq kwalunkwe mużew li nistgħu nimmaġinaw.", "Kien hemm min, mhux f'Malta imma madwar id-dinja, kien jaħseb fil-passat li l-mużew huwa l-post fejn inti sempliċement taħżen dak li għandek u ma jkunx jimporta jekk huwiex aċċessibbli u spjegat.", "Seta' jkun hemm fdalijiet fil-kantina li huma msakkrin u mbagħad forsi ttella' xi biċċa u tibdilha, qisu ma ġara xejn għax l-aqwa li jkunu qegħdin hemm.", "Din tkellimtha anke ma' kuraturi f'mużewijiet kbar ħafna f'diversi pajjiżi, u nista' nassigura lill-membri kollha tal-Kamra li dan m'huwiex xi fenomenu li għexnieh f'Malta biss.", "Illum dan il-konċett spiċċa u issa l-enfasi hi li dan għandu jkun spjegat, għandu jkun ippreżentat aħjar u anke jkun aktar interattiv.", "Għandu jkun hemm anke terminals ħdejn l-oġġetti li għandek li jagħmlulek mistoqsijiet dwar dak li għandek esibit u inti twieġeb u tara jekk tgħidx it-tweġiba tajba.", "Dawn il-postijiet jistgħu jkunu wkoll venues ta' attivitajiet kulturali jew ta' attivitajiet oħrajn fejn allura se jkollok numru akbar ta' persuni li jiġu f'kuntatt ma' l-istorja ta' pajjiżhom milli kieku kienu jiġu kieku bqajna bil-mentalita` preċedenti.", "Fil-verita' ikollok introjtu akbar jekk tikkonserva aħjar, jekk tapprezza iżjed u jekk tagħmel aktar riċerka u dan joħloq ċirku pożittiv.", "Jien nagħlaq billi nerġa' nirringrazzja kemm lil Heritage Malta kif ukoll lis-sovrintendenza li huma bla ebda dubju żewġ forzi proattivi u dinamiċi f'dan il-mod ta' ħsieb ġdid u ta' implimentazzjoni li għaddejjin minnu favur il-wirt kulturali tagħna.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Evarist Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Sur President, jien ningħaqad mal-kollega tiegħi l- ministru biex ngħid grazzi u prosit lil dawk li huma attivi f'dan is- settur, pero` peress li l-parlament m'huwiex mutual admiration society, nixtieq insemmi punti li naħseb li għandhom jissemmew biex l-affarijiet li qed isiru tajjeb, isiru aħjar, u dawk li qed naqgħu lura fihom, nieħdu ħsiebhom.", "Jien l-ewwel punt li rrid nagħmel huwa dwar il-kontest ġenerali li fih jaħdmu l-għaqdiet u l-istrutturi tal-ħarsien storiku u kulturali f'pajjiżna.", "Għalkemm huwa tajjeb u essenzjali li dawn ikollhom il-pjan strateġiku tagħhom, li jkollhom il-mod kif jaħdmu, hemm ħafna elementi li ma jiddependux minnhom għaliex huma qed jaħdmu f'ambjent u f'kontest li ma jikkontrollawx huma stess.", "Dawn huma biss player, huma parti minn din l- istampa, imma l-big picture irridu nagħtuha kasha wkoll.", "Irrid ngħid li jien inkwetat ħafna fuq x'qed jiġri f'dan il-qasam fil-livell politiku.", "Fi Frar li għadda ħareġ rapport li jien inqisu rapport tajjeb ħafna, li jismu \"State of the environment report\" tas-sena 2005.", "Jien se nikkwota minnu kelma b'kelma bl-Ingliż anke biex ma niġix akkużat li qiegħed nagħmel xi traduzzjoni biex ngħawweġ għal xi skopijiet partiġjani.", "Waħda mill- konklużjonijiet li għamel dan ir-rapport hija din:", "\"Landscape is threatened by increasing built-up area, industrial and coastal development, taller buildings on urban fringes obstructing views of historical centres, modern agricultural practices, increasing vehicular access, littering, poor standards of design and work, and lack of maintenance.\".", "Imbagħad iwissi hekk:", "\"Some important areas of high quality landscape character particularly in Gozo, Comino and in Malta have not yet been given statutory protection.\".", "Imbagħad isemmi l-bżonn ta' a national strategic plan.", "\"Malta will need to map out a sustainable development plan for the energy generation, transport and tourism sectors, as well as develop a basket of measures to address the nexus of social, environmental and economic issues surrounding house-building and house quality availability and affordability.\".", "Jiġifieri dan huwa l-kontest ġenerali li fih qed jaħdmu l-Heritage Malta u s-sovrintendenza u jekk dak l-ambjent ġenerali nħalluh ikompli jiddeterjora kif qiegħed jiddeterjora, jagħmlu kemm jagħmlu dawn l-għaqdiet, xorta se jkunu qed jaħdmu f'ambjent ostili għalihom.", "Ħafna drabi jkunu aktar qegħdin fire-fighting u aktar jipprovaw isalvaw is-sitwazzjoni milli jimxu 'l quddiem.", "Hawnhekk jien nappella lill-gvern li l-ewwelnett jagħmel din it-tip ta' national strategic plan fejn jorbot flimkien mhux biss il-qasam ekonomiku - m'għandniex national strategic plan għall-ekonomija - imma anke l-ambjent, affarijiet ta' trasport u affarijiet tas-saħħa għaliex dawn jorbtu flimkien.", "U jekk, per eżempju, il-gvern issa ddeċieda li se jħalli aktar bini jsir f'areas barra ż-żoni ta' żvilupp, dak se jkun qiegħed ikisser u fl-istess ħin ikun qed joħloq aktar problemi milli diġa` għandna.", "Aħna diġa` għandna ħafna bini.", "Fil-fatt jekk inqabblu lilna nfusna ma' pajjiżi oħra anke minħabba ċ-ċokon tagħna, l-ammont ta' ambjent mibni huwa ħafna akbar.", "Barra minn hekk, sfortunatament ħafna minnu huwa mibni ħażin.", "Għaliex dik hi s-sabiħa!", "Kieku meta nagħmlu l-iżvilupp urban inżommu ċerta kwalita` u ċertu disinn, jien ma niddejjaq xejn kieku jiġu ħbieb tiegħi minn barra u nurihom partijiet sħaħ ta' Malta, Għawdex u Kemmuna pero` fil- każ tal-bini li nbena fl-aħħar 50 sena ma nsib kważi xejn li nista' nħossni kburi u mmur nurih lill-barrani.", "(Interruzzjonijiet) Dawn ngħoddhom fuq id waħda.", "Jien għalhekk dan l-aħħar ħadt gost li rċevejt ittra mill-kamra tal-periti fejn ingħad li issa se jkollna proġett għall-politika nazzjonali għall- arkitettura biex iqajjem għarfien pubbliku dwar id-dritt ta' kull individwu li jgawdi ambjent mibni b'mod sħiħ kemm soċjalment kif ukoll ekonomikament u b'mod sostenibbli.", "Minbarra dan, dan il-proġett għandu l-għan li jkattar għarfien aktar profond ta' l-aspett kulturali li joffri l-ambjent mibni.", "Issa x'se nsewwu mill-ħsara li diġa` għamilna jien għandi dubji serji, għaliex mhux faċli tgħid li għandna nirriversjaw il-bini bl-addoċċ u l-bini ta' kwalita` fqira li joħolqilna problemi mhux biss ta' kwalita` ta' ħajja imma anke problemi ta' saħħa mentali.", "Dan qed ngħidu għax wieħed mid- dokumenti li għandha l-Unjoni Ewropea fuq il-kwalita` ta' l-arkitettura, il- kwalita` ta' ambjent li ngħixu fih, urban u rurali, speċjalment urban, għaliex ħafna minna ngħixu f'ambjent urban, jgħid li bini li ma jkunx ta' kwalita` tajba u li ma jkunx iddisinjat tajjeb joħloqlok problemi anke ta' saħħa mentali.", "U d-dokument li bagħtulna ma' dik l-ittra ta' l-Unjoni Ewropea, proprju tgħid kemm is-sħubija hija parti importanti ħafna biex ikollna ambjent tajjeb li ngħixu fih.", "Qabel ma ngħaddu biex niddiskutu b'mod speċifiku dawn l-istrutturi rrid nerġa' nagħmel appell lill-gvern biex ma nkomplux neqirdu dak li fadal minn pajjiżna.", "Għandna ħafna x'insewwu, għandna ħafna x'infejqu fil-ħsarat li saru, fl-isfreġji li għamilna, u jekk se nħallu aktar żvilupp isir milli diġa` sar se nkomplu nikkomplikaw l-affarijiet.", "Minħabba f'hekk jien nerġa' nappella għal dak il-pjan strateġiku nazzjonali li għamel aċċenn għalih fil- konklużjonijiet tiegħu s-\"State of the environment report\" għas-sena 2005.", "Dan qed ngħidu għax imkien ma qrajt li l-gvern se jaċċetta din ir- rakkmandazzjoni.", "Billi jkollna rapporti tajbin li mbagħad inħalluhom jiġbru l-għabra fuq l-ixkafef inkunu qed inżidu ċ-ċiniżmu taċ-ċittadini dwar il-ħajja politika tagħna u aħna ma tantx jimpurtana minn dawn l- affarijiet.", "Huwa tajjeb li nagħmlu r-rapporti, imma fl-aħħar in-nies jiġġudikawna – u għandhom raġun - bl-affarijiet li jsiru u mhux b'dak li ngħidu.", "Fl-aħħar mill-aħħar dak huwa l-aktar importanti u allura jien nappella biex dan il-pjan strateġiku nazzjonali jsir.", "Dan bħalma hemm bżonn li jsir pjan settorjali.", "Jien naf li fil-każ tal-Heritage Malta sar, pero` hemm bżonn li jsir ukoll fuq il-livell tat-turiżmu flimkien mal-MEPA, mas- sovrintendenza kulturali li se niddiskutu llejla, ma' Heritage Malta, ma' l- MTA u mal-kamra tal-periti.", "Jekk ma nagħmlux hekk il-kwalita` ta' l-ambjent ġenerali li fih joperaw Heritage Malta u oħrajn se jkompli jmur lura u dak huwa ħażin għas-settur, għall-wirt storiku u għalina bħala poplu.", "Nixtieq ngħid xi ħaġa wkoll fuq it-turiżmu kulturali.", "Skond studji ta' l-istess awtorita` Maltija tat- turiżmu dawk li jiġu speċifikament għall-kultura f'pajjiżna qegħdin f'minoranza kbira.", "Fil-fatt xi 16% biss jiġu għal skop ta' turiżmu kulturali, jiġifieri madwar 190,000.", "Li hu tajjeb huwa li żewġ terzi minnhom jiġu fix-xhur mhux tas-sajf, jiġifieri dawk għandna naħdmu biex inżiduhom iżjed u dan nistgħu nagħmluh b'ħafna modi differenti.", "Tajjeb li ngħidu li aktar min-nofshom, jiġifieri 53% minnhom, joqogħdu f'lukandi 3- star u 4-star u din qed ngħidha għax minħabba ċertu snobbiżmu stupidu f'pajjiżna naħsbu li n-nies li jħobbu l-kultura u n-nies li jħobbu l-wirt storiku huma nies li jmorru biss fil-5-star.", "Jien għalhekk nagħmel enfasi li rridu nsaħħu l-kwalita` ta' dawk li jissejħu budget hotels.", "Jien kważi ngħid li lanqas għandna għalfejn nagħmlu klassifikazzjoni u nħoss li jkun utli kieku nneħħu barra l-kategoriji ta' 3-star u 4-star u nirriferu għalihom bħala budget hotels.", "Il-budget hotels huma hotels tajbin, huma hotels ta' kwalita` tajba jekk ikunu miżmumin tajjeb u jagħtu servizz tajjeb.", "Il-kelma \"budget hotel\" minnha nnifisha ma tfissirx kwalita` inferjuri ta' servizz jew ta' prodott imma jkollha biss inqas faċilitajiet milli toffrilek 5-star hotel.", "Jekk irridu li f'pajjiżna nkabbru t-turiżmu tax-xitwa u t-turiżmu kulturali, jrid ikollna budget hotels sector tajjeb ħafna, għax in-nies li jivvjaġġaw f'ħafna pajjiżi differenti biex jaraw u jgawdu l-wirt kulturali ta' bliet u ta' pajjiżi differenti jekonomizzaw fuq it-titjiriet u jmorru f'budget hotels biex dak li jiffrankaw minn hemm jonfquh f'konsum, f'divertiment, f'kultura u f'esperjenzi li jgħaddu f'dawk il-pajjiżi.", "Kont qed ngħid li 53% ta' dawk li jiġu għat-turiżmu kulturali jmorru fil- lukandi 3-star u 4-star u għalhekk dawn il-lukandi rridu nieħdu ħsiebhom u rridu nsalvawhom u mhux inħalluhom sejrin lura kif qed jagħmlu bħalissa.", "Bħalissa l-profitt tat-3-star waqa' b'iktar minn 20% u tal-4-star b'xi 10% inqas.", "Dan huwa", "inkwetanti ħafna u għalhekk huwa importanti li dan is-settur insaħħuh.", "Minn dawn it-turisti 10% biss imorru fil-5-star.", "Fil-fatt 29% imorru f'akkomodazzjoni oħra u dan huwa settur ieħor li rridu nsaħħu u nibnu f'pajjiżna.", "Dan qed ngħidu għax is-city breaks u x-short holidays, dawk li nsejħulhom do it yourself holiday, jippreferu jmorru f'self-catering apartments u dak huwa settur li jista' jiġi organizzat ħafna aħjar bil-ħafna bini vojt li għandna.", "Ħaġa oħra li tinkwetana hija fejn imorru dawn it-turisti li jiġu.", "Dawn is- 16% li jiġu għat-turiżmu kulturali, 95% minnhom imorru l-Belt, imbagħad 10% biss imorru l-Kottonera.", "Dawn huma affarijiet li rridu naħdmu fuqhom biex nifirxu iżjed il-preżenza tat-turisti li jiġu fit-territorju kollu tal- gżejjer tagħna.", "Lokalitajiet differenti fil-gżejjer tagħna għandhom ħafna diversita` kulturali li rridu nużawha ħafna aħjar.", "Irrid nagħmel punt ieħor li naf li m'għandux x'jaqsam mas-sovrintendenza u mal-Heritage Malta as such, imma rrid nagħmlu għax, fil-fehma tiegħi, huwa punt kruċjali u jekk se nkomplu ma nagħtux kasu se jkollna l-problemi.", "Jien nagħmel minn kollox biex kemm jista' jkun nitkellem man-nies li jibagħtulna turisti hawnhekk u meta nitkellem magħhom, dan nagħmluh bl-iskop biex jibagħtu n-nies.", "Jien mhux se noqgħod ngħidilhom biex ma jibagħtux turisti f'Malta għax ma jogħġobnix wiċċ il-ministru tat-turiżmu.", "Aħna rridu n-nies jiġu hawnhekk u nħoss li rrid nagħmel dmiri li kemm jista' jkun inġibu nies lejn pajjiżna, imma mbagħad mill-banda l-oħra, meta jgħiduli ċerti affarijiet irridu nagħtu kashom.", "Per eżempju, jien tkellimt ma' nies li jibagħtu l-cruiseliners f'pajjiżna u rrid ngħid li minn hemmhekk ħarġet xi ħaġa li tinkwetani ħafna.", "Studji li rajt b'għajnejja stess, kwalitattivi u kwantitattivi, fuq l-image li għandha Malta fis-settur tal-cruiseliners li aħna nixtiequ li jirnexxi u jikber, jagħtu impressjoni fqira ħafna ta' pajjiżna.", "Dawn ma jafux pajjiżna.", "Aħna għandna għajnejna mimlijin li aħna l-aktar territorju wara Ruma li għandna wirt storiku pero` dan m'huwiex magħruf fis-swieq minn fejn irridu nġibu n-nies.", "Dan la huwa magħruf fl-Istati Uniti, la huwa magħruf fi Franza, la huwa magħruf fil-Ġermanja, la huwa magħruf fl-Italja u lanqas fl-Ingilterra.", "Għalihom Malta hija l-Belt, fejn wara 12.00 p.m. kullimkien ikun magħluq, il-Mosta, ir-Rabat u daqsxejn l-Imdina.", "Is-7,000 sena ta' storja bl-", "Ipoġew, Ħaġar Qim u l-Ġgantija ma jafuhomx, jiġifieri hemmhekk irid isir sforz qawwi biex il-wirt storiku tagħna jkun magħruf.", "M'għandniex noqogħdu nimlew għajnejna li dan kollu huwa magħruf għax m'huwiex.", "Jekk ittella' archaeological sites jew world heritage sites fuq l-internet, tagħna ma jitilgħux minn quddiem.", "Jien ngħid li m'huwiex biżżejjed li jkollok website, imma trid tagħmel ukoll il-mekkaniżmi li hemm bżonn f'dak li jissejjaħ is-search engine marketing biex x'ħin ittella' archeaological heritage in the world ma ssibx biss il-piramidi jew il- muntanji tal-Peru`, imma jitilgħu wkoll Ħaġar Qim u l-Imnajdra.", "Dawn huma affarijiet li rridu nagħmlu follow-up tagħhom u mhux nimlew rasna li għax għandna website allura wasalna.", "Irridu naraw kif fil-google u fis-search engines l-oħra x'mezzi hemm, u hemm mezzi ta' kif dawn jitilgħu mill-ewwel, għax inkella jkollna l-problemi.", "Aktar minn hekk, lili jispjegawli li l-cruiseliners ikollhom budget għall- passiġġieri li jiġu hawn, li believe it or not huwa ta' xi 75c kull wieħed mil-lat tal-kumpannija.", "Jiġifieri dawn b'75c iridu jagħtuhom excursion f'Malta.", "Issa forsi jkun hawn min igħid li 75c għal kull persuna huma ftit wisq pero` hekk jibbaġittjaw, u aħna rridu, b'xi mod jew ieħor, nagħtuhom a good experience b'dak il-budget.", "Per eżempju, lili qaluli li x'ħin jinżlu Civitavecchia u jmorru l-Vatikan, il-Vatikan jidħlu b'xejn.", "Fil-katidral ta' Montecarlo wkoll jidħlu b'xejn pero` x'ħin jiġu Malta fil-konkatidral ta' San Ġwann iridu jħallsu u fil-katidral ta' l-Imdina jridu jħallsu wkoll.", "Jien nipprova niddefendihom u ngħidilhom: Dawn kif se nsostnuhom?", "Jgħiduli li rridu nsibu mezzi oħra, għax meta nagħmlu prodotti tagħna li huma importanti ħafna li nuruhom, li huma ogħla minn destinazzjonijiet oħra, dawn ma jdaħħluhomx fl-excursion.", "Minħabba f'hekk, il-partijiet li jaraw ta' pajjiżna m'humiex l-aħjar partijiet tagħna, u aħna rridu nsibu mezz - u hemm modi kif insibu mezz - biex din il-ħaġa nieħdu ħsiebha.", "Per eżempju, meta niġu biex naraw x'pakkett noffrulhom, jien ngħid li aħjar ikollna Lm100,000 minfuqa f'xi forma ta' royalty card biex min jinżel hawnhekk ikun jista' jmur f'postijiet tajbin ta' kwalita` tajba u ma jħallasx milli nonfqu xi Lm100,000 f'marketing li nitfgħuhom il-baħar u ma nafux x'effett ikunu qed jagħtuna.", "Jien nappella biex dawn l-affarijiet nagħtu kashom.", "Sur President, l-aktar ħaġa li tinkwetani hija meta nitkellem ma' setturi differenti fuq dawn il-problemi u nsib li nobody owns the problem.", "Meta ħadd ma jħoss li dik hija l-problema tiegħu ħadd ma jindirizzaha din il- problema.", "Naħseb li minbarra li rridu naħdmu - u għalhekk għedt grazzi u prosit lill-ħbieb tagħna hawnhekk li jaħdmu f'dan is-settur għax-xogħol li jagħmlu u għall-preżentazzjoni ta' l-affarijiet – irridu nżidu wkoll xi ħaġa oħra li aħna neqsin minnha li hija l-animazzjoni.", "Huwa importanti li jkollok konservazzjoni aħjar, preżervazzjoni aħjar imma l-animazzjoni għadna lura fiha.", "Bdejna xi affarijiet imma dawn affarijiet bħal dawn irridu nagħmluhom ukoll.", "Fil-ftit ħin li baqagħli nixtieq niffoka ftit fuq is-sovrintendenza.", "L- ewwelnett irrid ngħid li ma naħsibx li għandna għalfejn nieħdu tliet snin biex is-sovrintendenza twettaq ir-rakkmandazzjonijiet li hemm fl-istrategic review li sar mill-management efficiency unit.", "Jien kont nippreferi li kieku dawn ir-rakkmandazzjonijiet tpoġġew fuq il-mejda tal-Kamra għax naħseb li konna nkunu f'pożizzjoni aħjar li niddiskutu s-sovrintendenza kieku kellna f'idejna dak ir-review report.", "Filwaqt li niftaħru li għandna l-aktar wirt storiku wara Ruma, is-sovrintendenza li għandha funzjonijiet importanti ħafna għall-ħarsien u preservazzjoni ta' dan il-wirt fiha daqs team tal-football biex taħdem, għax dawn qegħdin 11, min imexxiha u għaxra oħra.", "Din qed taħdem b'inqas minn terz tar-riżorsi li l-management efficiency unit qed tirrikkmanda.", "Meta qed taħdem b'depleted human resources daqshekk inqas minn kemm għandha bżonn, kif tista' tagħmel ix- xogħol tagħha sew?", "Biex tagħqad - u din ngħidha bl-aktar rispett u mingħajr ma nweġġa' lil ħadd – ikun aħjar li s-sovrintendenza tiffoka fuq il-funzjonijiet prinċipali tagħha u mhux tiddupplika x-xogħol li qed jagħmel ħaddieħor.", "Dawn għandhom biżżejjed x'jagħmlu u allura jkun aħjar li taġixxi bħala regolatur u twettaq il-funzjonijiet li hija biss tista' tagħmel.", "Fil-liġi tal-wirt storiku u kulturali tajniha funzjonijiet preċiżi x'għandha tagħmel, u speċjalment bin-nuqqas ta' riżorsi li għandha, allura jmissha tiffoka fuq l-iktar affarijiet importanti li hi biss tista' tagħmilhom u tħalli xogħol ieħor f'dan il-qasam għall-protagonisti l-oħra f'dan is-settur, kemm jekk hija l-Heritage Malta kif ukoll jekk hemm nies oħra.", "Punt ieħor li nixtieq nagħmel huwa li bħala partit Laburista mhux l-ewwel darba li għamilna kritika", "lill-gvern fuq il-ħolqien ta' entitajiet barra s-settur pubbliku.", "Minkejja li konna nifhmu l-bżonn li nagħmlu strutturi li jkunu aktar effiċjenti, aktar effikaċi u aktar effettivi, imma fl-istess ħin konna ngħidu li biex nagħmlu dan għandna nagħmlu l-biċċa diffiċli li nbiddlu dak li hemm bżonn li jinbidel fis-settur pubbliku.", "Fis-settur pubbliku hemm ħafna x'jinbidel imma issa, wara li għamilna aġenzija bħal Heritage Malta, ejja ma nerġgħux immorru lura u nibdew inxekkluha qisha diparitment tal-gvern.", "Għax inkella għalfejn għamilna aġenzija?", "Jekk ixxekkilha bħal dipartiment tal-gvern u tibda' tgħabbiha bil-burokrazija, allura jibda jkollok l-istess riżultati bħal dipartimenti tal-gvern għax hemmhekk ma tantx inbdilna.", "Lura għal waħda mill-funzjonijiet importanti tas-sovrintendenza, fl-istate of the environment report ta' l-2005 qrajt sentenza inkwetanti ħafna li fil- MEPA, anke għax m'hemmx riżorsi umani fis-settur li suppost jiskeda l- proprjeta` biex ikun hemm il-ħarsien storiku u kulturali, ilu ma jsir xogħol serju f'dan il-qasam għal dawn l-aħħar erba' snin.", "Dan qed ngħidu għax inutli noqogħdu niġu hawn niddiskutu x'għandha tagħmel is- sovrintendenza u x'għandha tagħmel Heritage Malta u mbagħad il-MEPA lanqas hija armata biex tagħmel ix-xogħol ħalli nsalvaw il-proprjeta` li għandna.", "Meta naqraw li s-sovrintendenza m'hijiex armata daqskemm suppost, imbagħad ma neħduhiex bi kbira li, per eżempju, tagħmel rakkmandazzjonijiet ...", "Hawn irrid ngħid li jien nixtieq li f'rapport bħal dan ma jkollniex biss x'irrikkmandat is-sovrintendenza lill-MEPA dwar skedar jew dwar passi imma anke r-riżultati.", "Qed ngħid dan għax hawnhekk naqraw x'inhi l-intenzjoni tas-sovrintendenza, pero` ma naqrawx x'kien ir-riżultat.", "Meta s- sovrintendenza mbottat għal xi ħaġa - u għandna lista fir-rapport li ressqet - x'kienu r-riżultati?", "Qalulna li minn 300 sit inviżtaw 200.", "Ir- riżultat ta' dawk il-200 x'kienu?", "Il-100 l-oħra li ma nviżtawx, x'ġara minnhom?", "Sur President, noqogħdu ngħidu li għandna ħafna wirt storiku u għandna minn fejn naħlu.", "X'għandna minn fejn naħlu?", "M'għandna xejn għax kull pulzier li għandna rridu nsalvawh u rridu nieħdu ħsiebu.", "Jien ħadt gost nisma' l- ministru jgħid li qed isir ħafna.", "Jien naf li n-nies li qed imexxu Heritage Malta jemmnu ħafna fl-istrategic planning u għandi kull rispett lejhom.", "Għandna bżonn ta' strategic plan for heritage u fuq cultural heritage nazzjonali.", "Għandna bżonn wieħed li jkun top-down u l-ieħor li jkun bottom- up għax fih irridu ndaħħlu mhux biss il-protagonisti nazzjonali li l-flus tagħhom nivvotawhom f'dan il-parlament imma rridu ndaħħlu wkoll is-settur privat, l-għaqdiet non-governattivi u rridu ndaħħlu wkoll il-kunsilli lokali wkoll.", "Jien jiddispjaċini ħafna li mmur lokalitajiet differenti ta' pajjiżna, kemm f'Malta kif ukoll f'Għawdex, li għandhom ħafna wirt storiku u kulturali fil-livell lokali u ħafna drabi n-nies tal-lokal stess lanqas japprezzaw u lanqas jafu kemm għandhom minn dan il-wirt.", "Imbagħad nitkellem mal-lukandiera u ristorantiera tal-post u jgħiduli li m'għandhom xejn x'juru.", "F'Malta bqajna bil-mentalita` li kulma għandna huma l-Imdina, il- Belt u issa bdiet tiela' daqsxejn il-Kottonera.", "F'pajjiżna għandna ħafna wirt storiku mifrux u l-kunsilli lokali u l-għaqdiet ta' dawk il- lokalitajiet jistgħu jagħtu sehemhom biex dan il-wirt jibda jiġi apprezzat.", "Jien nawgura li nagħmlu dan l-ippjanar flimkien biex il-lokalitajiet differenti tagħna jkunu jistgħu joffru mir-rikkezza kulturali u storika tagħna mill-livelli differenti u nuru d-diversita` li għandna f'pajjiżna.", "Biex dan kollu jseħħ irid ikun hemm good strategic political leadership.", "Meta ngħid good strategic political leadership żgur li m'għandix f'rasi xi mudell ta' politiku, xi imperatur orjentali li jindaħal f'kollox, anke fil- micro management li jiddetta kollox u jagħmel kollox hu, imma qed nirriferi għal xi ħadd li fih irid jagħti viżjoni, nifs, spazju, biex dan ix-xogħol ikun jista' jsir tajjeb.", "Dan huwa importanti pero` naħseb li mhux qed isir għar-raġunijiet li semmejt qabel.", "Anke rigward ir-rapport ta' l- environment li semmejt qabel fuq livell nazzjonali, hemm bżonn li nħaffu r- review li ssuġġeriet il-management efficiency unit fuq is-sovrintendenza għax jekk aħna sodisfatti b'ħafna mill-aspetti li qed isiru f'dan il-qasam, hemm affarijiet oħra li m'aħniex sodisfatti dwarhom, u jien iffokajt fuq xi punti u ssuġġerejt ukoll dwar kif nistgħu naffrontawhom aħjar.", "Jien se nagħlaq billi nawgura lil kulmin jaħdem f'dan is-settur u filwaqt li ngħidlu grazzi u prosit ngħidlu wkoll li hemm ħafna aktar x'nagħmlu iżjed.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Roderick Galdes.", "ONOR.", "RODERICK GALDES: Sur President, illum għandna quddiemna l-estimi ta' waħda mil-aġenziji li għandha importanza l-ewwelnett għax nafu li Malta hija miżgħuda bl-elementi storiċi, pero` wkoll għax ninsabu f'sitwazzjoni fejn is-soċjeta` tagħna mhux qed tagħraf biżżejjed il-bżonn li dan il- patrimonju li għandna nibqgħu nħarsuh u nisfruttawh b'mod li nieħdu dak kollu possibbli minnu.", "L-isfortuna hija li llum għad għandna nies li ma jifhmux l-importanza tal-wirt storiku ta' pajjiżna u għad għandna setturi sħaħ fis-soċjeta` Maltija li trid u ma tridx, għadu mhux qed jintlaħaq l- aspett edukattiv lejhom sabiex jifhmu l-importanza ta' dan il-qasam.", "Qabel xejn nixtieq nawgura, kif għamel sieħbi l-Onor.", "Evarist Bartolo, lill-uffiċjali ta' Heritage Malta li qed jagħmlu sforz ġenwin f'dan is- settur biex nilħqu l-għanijiet tagħna.", "Sfortunatament meta nikkomparaw ruħna ma' pajjiżi li qed jikkompetulna direttament f'dan is-settur, għadna daqsxejn lura u għadna daqsxejn lura mhux tort tal-Heritage Malta pero` għax għandna riżorsi limitati mhux inkwantu ta' finanzi biss imma anke riżorsi umani.", "Waħda mill-problemi li, fil-fehma tiegħi, ilha tinħass żmien minn min jaħdem f'dan is-settur u minn min jinteressah dan is-settur hija l- koordinazzjoni.", "Is-sena li għaddiet kont għedt li f'pajjiżna hemm numru ta' entitajiet li b'xi mod jinvolvu ruħhom fil-wirt storiku pero` m'humiex qegħdin jiġbdu ħabel wieħed.", "Sieħbi semma' l-każi relatati bejn il-MEPA, is-sovrintendenza u l-Heritage Malta.", "Dan il-pajjiż, li huwa pajjiż ċkejken, pajjiż li għandu limitazzjoni qawwija f'dak li għandu x'jaqsam ma' riżorsi umani, ma naffordjawx li jkollna entitajiet li minflok qegħdin jaħdmu flimkien biex naslu f'direzzjoni waħda qegħdin nitilqu minn bnadi differenti.", "Per eżempju, jien nistaqsi jekk wasalx iż-żmien li nkomplu namalgamaw dawn l-entitajiet.", "Hawnhekk nixtieq insemmi r-rwol li għandhom il-Valletta rehabilitation project, il-Cottonera rehabilitation project u l-Imdina rehabilitation project fejn sar ħafna xogħol min-naħa tal-ministeru responsabbli mill-infrastruttura, inkluż il-Heritage Malta nnifisha.", "Għalhekk għandna nkomplu nikkoordinaw u namalgamaw dawn l-isforzi ġenwini li jsiru b'risq il-wirt storiku ħalli jkollna viżjoni u direzzjoni ċara fejn irridu naslu.", "Per eżempju, illum il-ġurnata jinħass nuqqas kbir f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-inforzar li għandu relazzjoni anke mal-wirt storiku nnifsu.", "Fil-fatt fil-MEPA erbgħa min-nies hemm li huma dedikati full-time fix-xogħol relatat li suppost li trid tagħmel ma' l-ambjent storiku.", "Meta wieħed jikkompara mal-bżonnijiet ambjentali li hemm f'dan il- qasam insibu li għandu jkun hemm numru ta' ħaddiema u riżorsi umani importanti biex inlaħħqu mal-provvista li għandna, speċjalment ma' l- ongoing activities relatati mal-wirt storiku.", "Per eżempju, wieħed mill- ilmenti li smajt kemm-il darba hija li n-naħa tas-sovrintendenza mhux qed tlaħħaq max-xogħol ta' monitoring li suppost isir fuq dawn is-siti storiċi għaliex qed ikollha konsultazzjonijiet qawwija min-naħa tal-MEPA u l-MEPA mill-banda l-oħra tilmenta li ħafna drabi ddum ma tirċievi r-risposti.", "Allura jien nistaqsi: Għalfejn għandna żewġ entitajiet separati?", "Għalfejn ma jkunx hemm amalgamazzjoni ta' unit sħiħ fejn wieħed jaħdem fuq dan is- settur sabiex l-inforzar isir kif inhu xieraq?", "Issa se ngħid xi ħaġa wkoll fuq l-inforzar.", "Per eżempju, jien nemmen li qed ikollna abbużi esaġerati f'ċerti oqsma li m'aħniex qegħdin ninnotawhom u l-passi ma jitteħdux b'mod ekwu u ġust.", "Nafu li kellna każijiet fejn l- awtoritajiet ħadu passi ma' min hu dgħajjef li ma jkunx għamel daqstant ħsara lill-ambjent storiku, iżda mbagħad fejn saret ħsara enormi fil-qasam tal-wirt storiku konna daqsxejn lenient aktar f'dak li għandu x'jaqsam mal- mod kif jittieħdu l-passi u f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-inforzar.", "Jien nixtieq nitkellem ukoll dwar dak kollu li sar rigward l-amalgamazzjoni li saret miċ-ċentru Malti għar-restawr.", "Jidher ċar li għad hemm inċertezza qawwija fost l-impjegati taċ-ċentru Malti għar-restawr u fost l-impjegati li kienu jaħdmu mal-Heritage Malta.", "Naħseb li din l-inċertezza qed twassal sabiex l-isforzi tagħhom ma jisfruttawhomx kif inhu xieraq, għaliex issa, għalkemm ilhom li għaddew dawn ix-xhur kollha, jeħtieġ li din is- sitwazzjoni tissolva darba għal dejjem ħalli l-inċertezza ta' ċerti impjegati hemmhekk tiġi solvuta u fl-istess ħin dan iċ-ċentru Malti, li llum il-ġurnata jinsab taħt il-Heritage Malta, jibda jiffunzjona kif inhu xieraq.", "Per eżempju, nixtieq nistaqsi wkoll jekk huwiex veru li matul din l-aħħar sena kien hemm student wieħed biss li applika jew inkella li ġiet aċċettata l-applikazzjoni tiegħu għall-kors dwar il-konservazzjoni, meta wieħed jikkonsidra li dan iċ-ċentru kellu budget sostanzjali.", "Għalhekk hawnhekk nistaqsi jekk huwiex ġustifikat li jkollok budget bħal dak biex imbagħad persuna waħda biss tibbenefika minnu.", "Issa huwa veru li hemm il-korsijiet part-time u korsijiet oħrajn pero` finalment aħna għandna bżonn ċertu expertise biex meta l-istudenti joħorġu minn hemmhekk ikollhom opportunita` li jaħdmu f'dan is-settur, jimxu 'l quddiem u jagħtu servizz lil pajjiżna aktar milli jkollok nies li forsi marru jieħdu l-kors tagħhom hemmhekk u l- pajjiż ma jeħux daqstant minnom matul iż-żmien.", "Jien mhux qed ngħid li dawn m'għandniex bżonnhom, għax għandna bżonnhom, pero` trid tara kemm wieħed jista' jrendilek ukoll matul iż-żmien meta inti tinvesti fih u tħarreġ fih dak kollu li tixtieq fil-qasam tal-wirt storiku.", "Per eżempju, jien nixtieq insemmi l-awtonomija ta' l-aġenzija Heritage Malta.", "Irrid nagħmilha ċara li jien ma naqbilx li għandu jkun hemm pressjoni politika fuq din l-aġenzija għax jekk hawn aġenzija li forsi tgawdi mill-fiduċja taż-żewġ partiti - ħalliha li mbagħad aħna fil- prinċipju jkollna modi differenti kif naħdmu - m'għandux jiddaħħal l- element politiku a skapitu tal-wirt storiku Malti.", "Nixtieq ngħid xi ħaġa wkoll rigward in-nuqqas ta' promozzjoni edukattiva.", "Per eżempju, nista' ngħid li għandna element qawwi f'dak li għandu x'jaqsam mal-wirt storiku li m'aħniex konxji dwaru, inkluż anke fil-mod kif nippreżentaw il-proġetti tagħna.", "Jien nifhem li hemm riżorsi limitati u m'għandniex xi ngergru fuq l- upkeep tas-siti storiċi ewlenin li għandna għaliex dan huwa tajjeb ħafna.", "Pero` nista' ngħid li riċentement mort il-Ġgantija temples u nista' ngħid li minkejja li hemmhekk kien hemm biżibilju ta' turisti li kienu qed iżuruh, sfortunatament m'għandniex dak l-aspett viżwali jew inkella dak l- aspett fejn wieħed jista' jiġbor l-informazzjoni dwar dan is-sit storiku bil-konsegwenza li sfortunatament min imur iżuru jisma' daqsxejn storja dwaru pero` ma jistax jimraħ f'dan it-tempju.", "Imbagħad bilfors ikollok Maltin u anke turisti li meta jmorru hemmhekk igħidulek li marru jaraw il- ġebel.", "Għalhekk huwa importanti li nwasslu l-informazzjoni kollha neċessarja.", "Jien nifhem li hemm pjanijiet pero` jirriżulta li ttieħdu snin sħaħ sabiex nilħqu l-għanijiet tagħna mal-MEPA fuq visitor centre.", "Għandu jkun hemm din il-burokrazija meta nafu li pajjiżi oħra diġa` mxew 'il quddiem u qegħdin jikkompetulna direttament bis-siti storiċi tagħhom?", "Nistgħu aħna naħlu xi erba' snin biex niddeċiedu fejn se npoġġu visitor centre f'dan il-post meta eluf ta' turisti barranin iżuru dan is-sit storiku matul is-sena?", "Jien naħseb li dan ma jagħmilx sens.", "Riċentement f'waħda mil-laqgħat li jkollna mal-membri parlamentari tas-CPA barra minn Malta kelli l-opportunita` li mmur anke nżur il-mużew ta' Edinburgh u nista' ngħid li dawn jimmeraviljawk.", "Minkejja li dawn", "m'għandhomx ir-riżorsi li għandna aħna f'dak li għandu x'jaqsam mal-wirt storiku u m'għandhomx l-elementi li bihom jistgħu jbigħu", "'l quddiem lit-turisti tagħhom, il-proġetti li jagħmlu huma inkredibbli u t- targets li jkollhom ilestuhom fi żmien sentejn jew tliet snin.", "Per eżempju, il-mużew ta' l-arkeoloġija ilu li għalaq mill-1995 imbagħad fl- 1997 reġgħet infetħet il-parti tat-tempji megalitiċi pero` abbandunajna l- partijiet tal- bronż, ta' żmien ir-Ruman u ta' żmien il-Feniċi.", "Għaliex?", "Aħna naffordjaw li ma mmexxux 'il quddiem dawn l-elementi importanti li għandna bħala gżira li finalment tiddependi assolutament minn ekonomija bbażata fuq turiżmu?", "Jien nerġa' ntenni fuq in-nuqqas ta' fondi.", "Per eżempju, min qed jitħarreġ f'dan il-qasam bħalissa għandu problema.", "Riċentement kelli telefonata mingħand żewġ studenti li qegħdin fil-kors ta' l-arkeoloġija li qaluli li qegħdin bejn ħalltejn x'se jaqbdu jagħmlu għaliex qalulhom biex ma jkomplux jistudjaw f'dan il-qasam għax m'hemmx biżżejjed fondi u għajnuna min-naħa tal-gvern.", "Tant hu hekk li dawn huma beżgħana ħafna għal meta joħorġu mill-universita` għax filwaqt li kellhom garanzija min-naħa tal-Heritage Malta u anke minn awtoritajiet oħrajn li qegħdin jaħdmu f'dan il-qasam li għandhom bżonn in-nies fl-arkeoloġija, xorta waħda qalulhom ċar u tond li l-fondi huma limitati ħafna u m'hemmx garanzija li jkollhom impjieg jew inkella l-opportunita` li qegħdin ifittxu.", "Allura wieħed jistaqsi: Jagħmel sens dan f'pajjiżna meta aħna miżgħudin bil-wirt storiku u b'elementi li fihom nistgħu nisfruttaw 'il quddiem?", "Għandek din iċ-ċerta diżillużjoni min-nies li qegħdin jipprovaw ifittxu opportunita` f'dan il-qasam.", "Jien irrid nerġa' nirriferi wkoll għas-sovrintendenza.", "Ma jagħmilx sens li din għabbejnielha daqshekk responsabbilta` u llum il-ġurnata, kif qal anke sieħbi l-Onor.", "Evarist Bartolo, nafu li din hija nieqsa mir-riżorsi meħtieġa bil-konsegwenza li mbagħad se nbatu mill-elementi ta' nuqqas ta' inforzar u ta' monitoring li jrid isir kontinwament fl-istess ħin tad- deċiżjonijiet li jridu jittieħdu fuq numru ta' siti 'l hemm u 'l hawn.", "Pero` jeħtieġ li jkollna wkoll koordinazzjoni sħiħa minn fuq s'isfel bejn l- entitajiet kollha differenti li jaħdmu f'dan is-settur.", "Sur President, il- proġetti li kemm-il darba ssemmew hawnhekk kemm se jdumu fuq l- ixkaffa?", "Permezz ta' dawn il-proġetti mhux biss intejbu l-qagħda tas-siti storiċi tagħna iżda nagħtu nifs lill-wirt storiku tagħna.", "Fl-istess ħin inkunu qed inwasslu messaġġ mhux biss fost it-turisti imma anke fost il-Maltin li hemm bżonn li nirriġeneraw dawn is-siti storiċi tagħna.", "Per eżempju, jien ħadt pjaċir bil-proġett li sar tad-domus Romana.", "Għaliex le?", "Dan kien wieħed mill-aktar proġetti ta' suċċess li għamlet Heritage Malta f'dawn l-aħħar xhur.", "Pero` jeħtieġ li mhux biss ikun hemm allokat proġett wieħed matul is-sena jew inkella proġett fuq bażi ta' tliet snin.", "Proġetti bħal dawn iridu jsiru kontinwament għaliex għad għandna ħafna siti storiċi abbandunati u ma naffordjawx li dawn inħalluhom jinqerdu.", "Ladarba dawn nitilfuhom ngħidu: Ara x'kellna f'pajjiżna imma tlifnih!", "Dan bħalma qed jintilfu, per eżempju, il-galleriji ta' l-injam f'ċerti siti storiċi importanti f'pajjiżna.", "Illum ħlief aluminium m'huwiex dieħel u l-awtoritajiet jafu li hemm din il-problema.", "Per eżempju, qegħdin niġbru fondi mingħand in-nies f'dak li għandu x'jaqsam mal-planning gain?", "Għandna wkoll l-urban improvement fund.", "Pero` kemm minn dawn il-fondi li qegħdin jieħdu, anke f'dak li għandu x'jaqsam ma' parking, bħas-CPPS, qegħdin imorru għas-siti storiċi li għandna jew inkella għall-elementi ta' wirt storiku f'pajjiżna?", "Dawn huma prattikament ftit biex aħna nkomplu nirriġeneraw il-prodott li għandna u għalhekk nisħaq fuq il-bżonn li jkun hemm il-konservazzjoni għaliex din mhux biss iżżomm fi stat tajjeb it- tessut storiku li jkollok, iżda fl-istess ħin tagħmel użu tajjeb minnu u tisfruttah b'tali mod li l-pajjiż jiġġenera mhux biss introjtu ekonomiku imma wkoll importanza soċjali fih.", "Sur President, qabel nagħlaq id-diskors tiegħi nixtieq nagħmel xi mistoqsijiet.", "Riċentement sirna nafu li s-sovrintendenza kkuntrattat xogħlijiet relatati ma' arkeoloġi privati sabiex dawn iwettqu xogħol ta' skavi jew moniteraġġ ta' żvilupp f'żoni li huma arkeoloġikament sensittivi.", "Jien naħseb li wieħed għandu jevalwa ftit kemm dan ix-xogħol qed iqum spejjeż għaliex hawnhekk qed nitkellmu fuq flejjes li qed ilaħħqu ammont ta' flus mhux ħażin.", "Per eżempju, f'dak li għandu x'jaqsam ma' inforzar kemm persuni tressqu l-qorti għax kisru l-Att dwar il-wirt storiku Malti f'dawn l-aħħar snin?", "Kemm minn dawn ittieħdu passi kontrihom?", "Nistaqsi wkoll dwar serq tal-wirt kulturali.", "Dan huwa importanti għaliex minkejja", "li nafu li kontinwament issir ħsara lill-wirt kulturali ta' pajjiżna m'aħniex qegħdin nieħdu passi biżżejjed meta nafu li ma naffordjawx li nkomplu nitilfu wkoll minn dawn l-elementi storiċi li għandna.", "Jien nemmen f'direzzjoni, Sur President.", "Hemm bżonn li l-gvern jagħti direzzjoni ġdida u jkompli jagħti sostenn lil dan il-qasam.", "Aħna bħala partit nemmnu li għandna nkomplu nappoġġjaw lil dan il-qasam storiku għaliex huwa parti essenzjali mill-ħajja tal-poplu Malti u Għawdxi u fl- istess ħin niddependu wkoll fuq dak l-introjtu li ndaħħlu minnu f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-ekonomija ta' pajjiżna.", "Jeħtieġ li jkollna wkoll bażi soda għar-riċerka fuq l-ambjent storiku biex tiggwida wkoll programmi ta' azzjoni ġdida dwar dan.", "Sur President, jien ħadt pjaċir li l-Onor.", "Evarist Bartolo u anke l-ministru riċentement qal li għandu jkun hemm strategic plan pero` jeħtieġ li mill-pjan ngħaddu għall-fatti għax finalment mhux li tikteb fuq il-karta jgħodd iżda wkoll li tattwa l-affarijiet ħalli nilħqu l- għanijiet tagħna f'dan il-qasam.", "Nemmen ukoll li għandu jkun hemm impenn fuq il-konservazzjoni ta' l-elementi storiċi sabiex minnu jgawdu kemm il- ġenerazzjonijiet li għandna llum iżda jgawdu wkoll uliedna u ulied uliedna għaliex huwa tajjeb li l-wirt storiku nkomplu mmexxuh 'il quddiem fil-qasam li ninsabu fih.", "Fl-istess ħin għandna niggarantixxu li dan jibqa' jintiret għall-ġenerazzjonijiet ta' warajna.", "Sur President, jien nixtieq nagħlaq billi nirringrazzja lil dawk li kellna l-opportunita` li naħdmu magħhom f'dan il-mestjier b'mod partikolari l- Heritage Malta, is-sovrintendenza u l-entitajiet kollha relatati mal-wirt storiku għax-xogħol u s-sapport li nsibu mingħandhom anke matul is-sena meta jkollna bżonn li naħdmu fuq ix-xogħol parlamentari tagħna.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joseph Brincat.", "ONOR.", "JOSEPH BRINCAT: Sur President, aħna hawnhekk nistgħu niġġieldu bejnietna fuq diversi affarijiet imma fuq il-wirt storiku jidher li kulħadd jaqbel li dan għandna nippreżervawh għax huwa wirt tagħna lkoll, wirt li filwaqt li għandna sehem minnu, ħadd ma jmur għand in-nutar biex ibigħu bis- subbasta ħalli jieħu flusu.", "Imma sfortunatament hawn min iqis li għandu", "ċertu potenzjal fuq il-wirt storiku aktar milli għandu għall-komunita`.", "Aħna hawnhekk qed nitkellmu fuq żewġ entitajiet.", "Qed nitkellmu fuq is- sovrintendenza u fuq il-Heritage Malta.", "Jien wieħed mill-kummenti li nixtieq nagħmel huwa - per eżempju, illum fuq il-mejda tal-parlament sibt karta dwar in-national commission for the promotion of equality bejn in- nisa u l-irġiel - li l-fattur, mingħajr diżrispett lejn l-irġiel, li qed jikkontribwixxi biex Heritage Malta turi ċertu dinamiżmu huwa l-fatt li ċ- chief executive hija mara, imbagħad hemm diversi managers f'diversi oqsma illi huma nisa wkoll pero` l-irġiel m'għandhomx għax jieħdu għalihom.", "Jien ngħid li dan jagħmel sens għax in-nisa jibżgħu għal dak li hu tal-familja tagħhom.", "Anke l-irġiel jieħdu ħsieb dawn l-affarijiet imma l-bejta l-aktar li tieħu ħsiebha hija l-mara.", "L-irġiel ma jeħdux ħsieb dawn l-affarijiet daqs in-nisa.", "In-nisa aktar għandhom galbu u tifla aktar iżżomm xi kexxun jew inkella l-basket ta' l-iskola kif suppost minn tifel.", "Naħseb li ċerti affarijiet li jidhru li saru mis-sena l-oħra 'l hawn huma indikazzjoni ta' ċertu fervur u ċertu entużjażmu.", "Dan huwa tajjeb għaliex il-patrimonju nazzjonali tagħna ma rridux inħarsu lejh biss bħala xi ħaġa ta' l-imgħoddi imma din hija xi ħaġa li tirrendi għall-quddiem.", "Per eżempju, jien sodisfatt li nara li f'dan il-qasam hemm 300 persuna taħdem.", "Kieku bl-attivitajiet li qegħdin jipprovaw jagħmlu bil-kumpannija sussidjarja ta' Heritage Malta, ikollhom bżonn il-kontribut tal-gvern għall- ordinary budget tagħhom, jien ngħid li dan il-patrimonju diġa` qiegħed jissarraf f'attwalita` għaliex li jkollok 300 persuna jaħdmu f'dan il-qasam huwa kontribut għall-attivitajiet f'pajjiżna speċjalment meta jkollna nies li ħerġin mill-universitajiet b'degrees u b'ħafna knowledge imbagħad mingħajr opportunitajiet.", "Hawn min jgħid li barra minn Malta ssib ħafna opportunitajiet pero` jien nieħu gost li ż-żgħażagħ tagħna jsibu l- opportunitajiet hawnhekk u l-qasam proprju tal-heritage huwa possibilita` kbira fejn jinstabu okkażjonijiet oħrajn ħalli jkun hawn ix-xogħol f'pajjiżna.", "Issa hawnhekk qed nitkellmu biss fuq in-nies li jidhru fuq il- kotba tal-heritage għaliex ma' dan il-qasam imbagħad hemm numru ta' nies oħrajn li direttament jew indirettament jibbenefikaw mill-attivita` turistika.", "Għalhekk dan huwa asset li rridu nieħdu ħsiebu.", "Sur President, kien hemm okkażjonijiet fejn jien ikkritikajt lis- sovrintendenza tal-heritage.", "Jien naqbel mal-kollega tiegħi l-Onor.", "Evarist Bartolo li qal li l-11-il ruħ li hemm jaħdmu hemmhekk – dawn għandhom budget ta' Lm130,000 – u li jridu jagħmlu dak ix-xogħol kollu huma understaffed.", "Imma meta mbagħad jien nisma' li l-MEPA għandha bord ieħor li huwa l-HAC u hemm is-sovrintendenza allura nistaqsi: Għalfejn se noqogħdu niddupplikaw l-affarijiet, fejn kulħadd ifarfar minn fuq spalla u jwaddabha fuq l-ispalla l-oħra sakemm xi ħadd jispiċċa forċina?", "Meta tispiċċa forċina tibqa' bil-lasta f'idejk!", "Dan huwa ħażin.", "Ma jistax ikollna settur suppost speċjalizzat f'qasam u min-naħa l-oħra jkollok settur – hawnhekk irrid ngħid li jien nappartjeni għall-organizzazzjoni f'dan il-qasam minħabba li nintbagħat minn dan il-parlament – li fi ħdanu jkollu affarijiet oħra.", "Sur President, jekk kien hemm każ li kellu impatt fuq l-opinjoni pubblika kien il-każ tad-dar ta' Tas-Sliema.", "Per eżempju, kien hemm nies li lili staqsewni kif aħna li qegħdin fil-bord ma stajna nagħmlu xejn.", "Pero` hawnhekk il-bord jiddelega lid-DCC, kien hemm il-battibekki, naħa bdiet tgħid li s-sovrintendenza għandha l-veto, is-sovrintendenza tgħid li m'għandhiex veto u allura l-affarijiet jibqgħu fin-nofs.", "U qabel seta' jsir xi ħaġa dik id-dar ġewwa Tas-Sliema sparixxiet.", "Sur President, issib nies li minbarra li dawn jaħdmu biex jaqilgħu l-ħobż minnu ikunu dedikati għax-xogħol tagħhom.", "Per eżempju, ġewwa l-MEPA ssib kwantita` ta' nies li huma akkaniti għall-ambjent.", "Bħalissa qed niftakar f'ċertu wieħed mir- Rabat Għawdex, li llum huwa mejjet, Johnny Bezzina, Alla jaħfirlu, li dan kien iħobb joqgħod ifittex fuq l-istorja ta' Malta.", "Dan ma kienx proprjament ix-xogħol tiegħu imma kien jagħti kontribut kbir.", "U ġewwa Għawdex hemm ħafna nies li jkollhom dedikazzjoni kbira għax-xogħol tagħhom.", "Jien ngħid li hawnhekk qiegħda d-dikotomija li teżisti fil-pajjiż.", "Filwaqt li għandna min huwa ħerqan li jippreserva l-wirt storiku - u d-definizzjoni tal-wirt storiku rridu nwessgħuha - min-naħa l-oħra jkun hemm it-tendenza ta' min jgħidlek li bil-wirt storiku mhux se jsir sinjur u allura mill-wirt storiku jgħaddi għal affarijiet oħrajn.", "Pero` l-wirt storiku huwa l-wirt ta' kulħadd filwaqt li l-esplojtazzjoni jew l-ispekulazzjoni se tmur favur il-ftit.", "U jien inxaqleb lejn dawk li jkunu tal-ħafna u ta' kulħadd.", "Għalhekk biex nerġa' ngħaddi għas-sovrintendenza rrid ngħid li jekk hemm xi diffikulta` dwar jekk għandux ikun hemm veto jew le – jien nemmen li jekk hemm bżonn issir emenda legali u jekk il-ministru jkollu l- opportunita` forsi jagħti kasi fuq dan – fuq deċiżjoni bħal dik tad-dar ta' Tas-Sliema, per eżempju, fejn jaqa' l-bini jew inkella fejn ikun hemm il- prohibition tas-sovrintendenza ...", "Per eżempju, artiklu 47 ta' kapitlu 445 jgħid li sovrintendent jista', fil-każ ta' xi ksur ta' dispożozzjoni ta' l- istess Att jew ta' regolamenti magħmulin taħtu, jinnotifika ordni ta' konservazzjoni u protezzjoni.", "Jekk dan m'huwiex biżżejjed għandna nagħmluha ċara li ordni ta' konservazzjoni u protezzjoni tissupera kwalunkwe deċiżjoni oħra speċifikament anke jekk ikun hemm building permit.", "Il- kollega tiegħi forsi jaf li llum jekk bniedem ikollu permess biex iħaffer u d-dar ta' maġenbu jregħedha għax ma jżommx id-distanza li ssemmi l-liġi, ħadd ma jista' jżommu u allura wieħed irid joqgħod jagħmel mandat ta' inibizzjoni u ħafna logħob minn dan.", "Illum bniedem li jkollu permess qisu jkollu liċenzja u jagħmel li jrid.", "Sur President, jekk aħna ma nagħtux is-saħħa lis-sovrintendenza li fejn jidħol il-wirt storiku tagħna jkun hemm overriding powers ħalli mbagħad jekk ikun hemm bżonn tagħti l-poter - ħalli ħadd ma jkun kapriċċjuż - li dik tiġi kkontestata amminstrattivament, u mhux trid toqgħod tmur il-qorti, mhux se nevitaw li jkollna lil xi wieħed bil-permess tal-MEPA li jagħmel dak li għandu jagħmel u f'ħakka ta' għajn iwaqqa' dak li għandu jwaqqa'.", "Issa nixtieq nitkellem fuq xi ħaġa oħra u hawn qed nirriferi għad- definizzjoni ta' \"wirt storiku\" u l-patrimonju nazzjonali tagħna.", "Per eżempju, lili laqtuni żewġ ritratti; wieħed minnhom ta' raġel b'idejh mgħollija u b'imnieħru ħdejn abtu, u ieħor ta' statwa ta' raġel b'imnieħru mtajjar.", "Issa jien għedt li dan ta' l-aħħar lanqas jara sa imnieħru ma jista' għax lanqas imnieħer m'għandu.", "Issa f'dak li għandu x'jaqsam ma' patrimonju ma rridux inħarsu biss lejn l-attwali imma rridu nħarsu in a wider context.", "Proprju l-bieraħ waqt li kont qiegħed naqra xi kotba u pubblikazzjonijiet minħabba dan id-debate, fuq stazzjon tat-televiżjoni Taljan kienu qed iġibu l-Puglia u t-trullo li hemm hemmhekk.", "Issa min ifittex fil-kotba jsib li l- idea tat-trullo teżisti fil-Puglia u f'Malta.", "Fil-Puglia din hija estensjoni tal-girna Maltija.", "Imma din m'hijiex il-girna kif nafuha aħna, il-kamra baxxa f'għalqa, imma hija struttura li fiha jgħixu n-nies.", "Per eżempju, darba waqt li kont qiegħed indur post f'Ħaż-Żebbuġ fejn hemm wied, sibt post jgħidulu Sqaq it-Troll, li huwa proprju l-kostruzzjoni li qed insemmi.", "X'għamlu hemmhekk?", "Parti minnu għamluh world heritage site, imma din m'hijiex xi ħaġa li hija mejta, imma fil-fatt qed tintuża, joqogħdu fiha t-turisti u hija ppreżervata b'kuluri sbieħ mhux bħal tagħna fejn wieħed iċallas ħalli tiegħu jkun differenti minn ta' maġenbu, għax jekk hu jagħmel ir-roża jien nagħmel l-aħdar u jekk dak għamel l-aħdar jien nagħmel l-isfar.", "Bħala struttura għandna ħafna bini, imma kemm għandna postijiet li huma fuq wiċċ l-art li qed jgħixu fihom in-nies li mhux il-Belt Valletta biss, li jekk nieħdu ħsieb li jkollna preżervazzjoni tal-karatterisitċi tagħhom, dawn huma ġojjell!", "Post ieħor meraviljuż fl-Italja huwa Matera u bħalu dan għandna dak il-post magħruf bħala l-Għerien, lejn in-naħa tar-Rabat.", "Matera hija belt sħiħa u hemmhekk kollox qiegħed fil-blat u fl-għerien.", "Qed nitkellem fuq dan għax aħna nitkellmu fuq il-palazz, fuq l-Imdina, fuq Ħaġar Qim u fuq postijiet oħrajn li kollha huma sbieħ imma issa we have to look forward.", "Jien ma rridx niġi hawnhekk u nagħmel il-kritika ħalli ngħid li kkritikajt lill- ministru jew lill-Heritage Malta imma qed ngħid li issa għandna nimxu 'l quddiem.", "Kemm għandna ċentri ta' bliet li waqt li nagħmluhom UCA u village core ma nagħtux direzzjoni u jien ili neqred, anke fil-ġurnali.", "Kultant il- MEPA toħroġ xi regolament, per eżempju, bħal tal-Belt, fejn il-faċċata u l- vetrini jkunu ta' l-injam imbagħad ninsew il-kulur.", "Per eżempju, madwar il- Port il-Kbir, li l-arkitettura tiegħu fiha nnifisha hija wirt storiku, tara bini miżbugħ aħdar il-faċċata kollha.", "Issa jien il-kulur aħdar inħobbu, imma blokk sħiħ miżbugħ aħdar jidher qisu dagħwa f'postijiet sensittivi bħal dawn.", "Per eżempju, lili laqatni l-fatt li f'belt qadima bħalma hija Budapest li għandha parti fil-għoli, bnew il-Hilton u dawn ħbewha fis-swar b'mod li ma tagħtix fil-għajn.", "Hawnhekk fejn il-Heritage Malta u speċjalment is- sovrintendenza għandu jkollhom ċertu kontroll.", "Jien inkun l-ewwel wieħed li ngħid lill-ministru biex din il-liġi tinbidel u s-sovrintendenza jkollha poter li tagħti ġudizzju u tgħid li t-tali ħaġa ma tistax issir.", "Dan ma jsirx kapriċċjożament imma għandha tagħti r-raġuni għaliex tkun ħadet dik id-deċiżjoni.", "Imma mhux l-ewwel ngħidu li hemm il-permess imbagħad nibqgħu għaddejjin.", "Fir-rapport rajt li s-sovrintendenza tqis ukoll ix-shelters ta' żmien il-gwerra bħala parti mill-patrimonju Malti.", "Imbagħad niddejjaq li prattikament kuljum ngħaddi minn ħdejn il-Waterfront u nara partita shelters imbarrati u qisu ma ġara xejn.", "Jekk irridu nagħmlu sens, huma dawk il-postijiet li qegħdin għall-vista tan-nies li rridu nutilizzaw aħjar.", "Ġewwa Għawdex bejn il-bank u bini ieħor hemm shelter.", "Per eżempju, meta kont tifel żgħir minjaf kemm għaddejt passiġġata mill- Bombi ma' ommi u ma' missieri, Alla jaħfrilhom, u hemmhekk ix-shelters kienu miftuħin.", "Illum hemm kollox imbarrat.", "Mela nippreservaw shelter li qiegħed f'nofs dar, u dak li huwa parti mill-ambjent storiku ninsewh.", "Dan qed ngħidu għax filwaqt li ċerti affarijiet irridu nimxu fuqhom, speċjalment dwar dak li huwa aċċessibbli għal kulħadd u li jolqot l-għajn, imbagħad dak li hu moħbi noqogħdu nfettqu fuqu.", "Hawnhekk jien naqbel ma' Andreotti meta qalulu li jekk iħaffru biex jagħmlu l-underground se jsibu r- remains.", "Dakinhar kien qalilhom li jekk se joqogħdu jimxu b'dan il-mod l- underground għandhom jinsewh, għax kull fejn tħaffer f'Ruma se ssib ir- remains.", "Sur President, jien m'iniex qed ngħid li fejn jinstabu r-remains m'għandux ikun hemm il-konservazzjoni u l-iżvilupp tiegħu bħall-każ ta' l-Imqabba, bħall-każ tas-Salini u bħall-każ tan-Naxxar, u nittama li postijiet li jkunu ta' wirt storiku nivvalorizzawhom, imma ma nistgħux, minħabba biża' li jista' jkun hemm xi ħaġa, ngħidu li ma jsir xejn.", "Wara kollox, jekk ma jsir xejn ħadd ma jkun jaf u ħadd qatt ma jiskopri jekk ikunx hemm xi ħaġa.", "Jien ngħid li dejjem għandu jinżamm il-bilanċ.", "Per eżempju, hemm il-boxes tal-concrete li qishom torrijiet li ħallew l-Ingliżi.", "Dażgur li dawn huma parti mil-wirt storiku tagħna.", "Ġewwa Tigne` għandna l-kwestjoni ta' fejn kienu jqiegħdu l-kanuni, se jsir żvilupp.", "Issa dawn se jippreżervawhom b'xi mod, imma se jkunu moħbijin ġewwa fi żvilupp għall-benefiċċju prinċipalment ta' dak l-istess żvilupp.", "Jien qed ngħid li meta niġu għall-patrimonju nazzjonali, il-poter tas- sovrintendenza għandu jkun akbar, għandu jkollu overruling power fuq il- MEPA, fuq dak u fuq l-ieħor għax inkella l-ispekulaturi jdawru kollox kif jaqblilhom.", "Per eżempju, illum kont qed nisma' lill-kollega tiegħi jitkellem dwar il-ħerża tal-bjar.", "Kemm insterqu minnhom dawn u kemm għamlu affarijiet oħrajn minflokhom!", "Sur President, l-akbar appell li nagħmel huwa li għandna nsibu pilot sites fl-irħula tagħna fejn b'mod koordinat nipprovaw noħorġu l-arkitettura vernakolari ta' pajjiżna li hija parti mill- wirt storiku u ma nippermettux iżjed il-ħafna kuluri, fejn ċerti postijiet ikunu qishom karnival.", "Jien se nagħlaq b'dan il-punt.", "Jien mhux se nsemmi l-poeżija ta' Anton Buttigieg li kien kiteb fuq il-kerrejja u b'liema kuluri kienu jiżbugħhom meta kien jasal San Gejtanu.", "Jista' jkun li dakinhar kien qed jesaġera imma kieku llum ħadd ma jagħti kas għax għandna ħafna kuluri u dawn ukoll huma arkitettura.", "Jien ngħid li għandna nerġgħu mmorru lura għall- karatteristiċi Maltin u l-kuluri għandna nagħmluhom b'mod koordinat bħalma jsir f'pajjiżi oħrajn bħal Spanja, il-Greċja u t-Tuneżija.", "F'dawn il- pajjiżi bil-kulur jippreżervaw l-arkitettura ta' pajjiżhom u jagħmlu ġojjelli li jieħdu ħsiebhom in-nies li jkunu qegħdin jużaw l-istess bini.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Carmelo Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Sur President, fil-ftit minuti li fadal nixtieq niffoka ftit fuq dak li qabel kien iċ-ċentru Malti għar-restawr u li issa ġie amalgamat mal-Heritage Malta.", "Fil-fatt ftit tax-xhur ilu dan il- parlament kien qabel li ċ-ċentru Malti għar-restawr ma jibqax ċentru għalih waħdu imma jaqa' taħt ir-responsabilita` tal-Heritage Malta.", "Fil-fatt din l- amalgamazzjoni konna ħarisna lejha qisha xi ħaġa li tista' ssarraf f'aktar ġid.", "Nixtieq infakkar ukoll li meta konna qegħdin nitkellmu fuq dak l- abbozz ta' liġi, il-ministru kellu jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra xi rapport jew tnejn dwar l-operat ta' dak li kien iċ-ċentru Malti għar-restawr u l- operat ta' min kien imexxi dak iċ-ċentru dak iż-żmien anke minħabba ċerti allegazzjonijiet li kienu qegħdin isiru mhux biss lokalment imma anke barra minn Malta.", "Pero` jidhirli li sal-lum, dawn ir-rapporti għadhom ma tpoġġewx fuq il-mejda tal-Kamra.", "Dak iż-żmien kien intqal li ftit kien fadal biex dawn ir-rapporti jitlestew pero` minn dak iż-żmien sal-lum ma smajna xejn, u jien persważ li dawn ir-rapporti huma lesti u ma jonqos xejn ħlief li jitpoġġew fuq il-mejda tal-Kamra kif kien imwiegħed f'dak id- dibattitu.", "Nixtieq issa niġbed l-attenzjoni għal xi punti li ġew għal-attenzjoni tiegħi dwar din l-amalgamazzjoni.", "L-ewwelnett tajjeb li wieħed jgħid li kien hemm ċerti nies li ħassew li ma kellhomx jibqgħu bil-kondizzjonijiet il-ġodda u allura kellek numru minnhom li telqu minħabba l-kondizzjonijiet tax-xogħol.", "Dik kienet għażla tagħhom u wieħed ma jista' jgħid xejn fuqha.", "Kellek ukoll dawk li baqgħu taħt il-Heritage Malta bl-amalgamzzjoni kif saret u dawn sofrew tnaqqis fis-salarju u ovvjament ġustament gergru għax ladarba kienu mdorrijin b'ċertu dħul, m'huwiex sew li dan jitnaqqsilhom.", "Hawnhekk nixtieq niġbed l-attenzjoni wkoll dwar id-diffikultajiet li l-gvern stess kien qed joħloq meta kien qed jippermetti li jkollok bosta entitajiet u awtoritajiet li l-kondizzjonijiet tagħhom ikunu differenti.", "Jien ma nagħtix tort lill-Heritage Malta li tipprova ġġib kollox taħt qafas wieħed b'agreement wieħed pero` mill-banda l-oħra wieħed jifhem dawk il- ħaddiema li tnaqqsulhom ċerti kondizzjonijiet biex l-amalgamazzjoni ssir skond l-istrutturi u l-ftehim kollettiv li kellha diġa` Heritage Malta.", "Hawnhekk għandna eżempju ieħor ta' kif il-gvern għandu jaħdem b'aktar għaqal.", "Jien ngħid li għandu jkun hemm kontroll u mhux il-gvern iħalli f'idejn xi ħadd li dwaru l-ministru kien qal li jixtieq li kellu għaxra oħra bħalu.", "Kieku kellu għaxra oħra bħalu, taħwid għaxar darbiet iżjed kien ikollna.", "Ħaġa oħra li tidher li ma nqatgħetx u li ta' min jaħdem aktar fuqha hija l-kwestjoni ta' aħna u huma.", "Jidher li din l-amalgamazjoni għadha ma seħħitx minkejja l-isforzi li qed isiru - u nifhem li hemm sforzi ġenwini li qed isiru - min-naħa tat-tmexxija tal-Heritage Malta biex il- kwestjoni ta' aħna tal-Belt u huma ta' Bighi tinqata' kemm jista' jkun malajr.", "Din hija xi ħaġa li forsi trid iż-żmien għaliha, żmien li sfortunatmaent inħela mhux tort tat-tmexxija ta' Heritage Malta imma tort ta' kemm damu r-risposti mill-ministeri u dipartimenti tal-gvern fosthom l- OPM, il-ministeru tal-finanzi u l-ministeru tal-kultura biex wieħed ipoġġi f'postha l-organisation structure il-ġdida ta' Heritage Malta.", "Għaddew numru ta' xhur fejn tal-Heritage Malta kellhom jistennew direzzjoni jew risposti minn dawn id-diparitmenti.", "Dan fisser li baqa' numru ta' ħaddiema li ma jafux fejn qegħdin, jekk humiex ma' naħa jew ma' oħra, jew inkella ma jafux il-kondizzjonijiet tagħhom.", "Jien nawgura li wieħed ipoġġi dawn l-affairjiet f'posthom mill- aktar fis possibbli għax dan kollu jħalli impatt b'mod dirett fuq ix-xogħol li dawn il-ħaddiema jkunu mistennija li jagħmlu.", "Għalhekk ikun tajjeb li wieħed jiġbed l-attenzjoni li hemm bżonn u juri aktar rispett lejn dawn in- nies li tul dawn l-aħħar xhur għaddew minn ċerti diffikultajiet minħabba l- bidla li saret.", "Lil dawn il-persuni mhux bilfors se tikkuntentahom f'dak kolu li qed jgħidu, imma jekk wieħed jismagħhom u japprezza aktar ix-xogħol tagħhom, dawn il-ħaddiema jkunu aktar motivati.", "Fl-aħħar ftit ħin li fadal nixtieq nistaqsi dwar kif qed jiġi deċiż li l-korsijiet li qed jiġu organizzati kważi kollha qed jingħataw lill-MISCO.", "Nafu li l-MISCO għandha ċerta affiljazzjoni jew assoċjazzjoni mal-partit Nazzjonalista u hawnhekk jien nappella biex fil-qasam tar-restawr u fil-qasam tal-kultura ikun hemm aktar ħidma bejn id-diviżjoni tal-konservazzjoni fi ħdan Heritage Malta u l- universita` ta' Malta.", "Naf li ma' l-universita` hemm xi problemi li naħseb li aktar ġejjin min-naħa ta' l-universita` pero` nittama li dawn ma jibqgħux ikaxkru.", "Nappella wkoll biex ikun hemm iktar ħidma ma' l-MCAST għax huwa importanti li l-qasam ta' l-edukazzjoni u d-diviżjoni tal- konservazzjoni fi ħdan il-Heritage Malta jaħdmu iktar flimkien.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru, jekk jogħġbu, jgħaddi għall-winding up.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Sur President, kif irringrazzjajt bil-quddiem nixtieq nerġa' nirringrazzja lill-kelliema kollha li ħadu sehem f'din id- diskussjoni.", "Naħseb li l-għażla tal-kelma \"diskussjoni\" minflok il-kelma \"dibattitu\" kienet addattata għax naħseb li tkellimna b'mod miftuħ, kultant kritiku, pero` anke b'mod oġġettiv dwar operat ta' żewġ strutturi f'pajjiżna li evidentement għandhom ċertifikat għoli miż-żewġ naħat tal- Kamra.", "Dan qed ngħidu għax kellna kliem mill-aktar pożittiv rigward l- operat kemm tal-Heritage Malta kif ukoll tas-sovrintendenza.", "Issa nixtieq nirriferi għal xi punti speċifiċi li saru matul din id- diskussjoni.", "L-Onor.", "Bartolo beda billi rrifera għall-istate of the environment report fejn hemm aċċenn ukoll li l-pajsaġġ tagħna huwa mhedded minħabba li għandek wisq areas li nbnew.", "Malta hija dik li hi u l-bini li jsir fil-pajjiż huwa bini li jeffettwa l-livell ta' l-esperjenza li ngħixu.", "M'għandi ebda dubju li hawn ħafna li jixtiequ li l-volum tal-bini ma jestendix daqskemm estenda pero` min-naħa l-oħra dan il-pajjiż kellu jsib il-bilanċ bejn l-iżvilup ekonomiku tiegħu u l-iżvilupp b'mod ġenerali u li jippreżerva l-aktar aspetti kruċjali u importanti tiegħu mhux l-inqas dawk marbuta mal-wirt kulturali.", "Il-fatt - dan ma nistax ma ngħidux – li llum nistgħu nikkwotaw minn rapporti magħmula b'dan il-mod oġġettiv u indipendenti jfisser li dan il-gvern ħoloq strutturi li huma trasparenti li tista' taqbel magħhom fuq deċiżjonijiet li jieħdu u kultant tista' ma taqbilx.", "Dawn l-awtoritajiet jirrapportaw b'mod pubbliku, jinvolvu esperti ta' fehmiet diversi, ta' nies li jagħmlu r-rapporti b'mod kuxjenzjuż u allura nistgħu nikkwotaw minn rapporti bħal dawn u nieħdu s-suġġerimenti u l-pariri tajbin li jingħataw fihom.", "Rigward il-ħtieġa li jkun hemm pjan komprensiv li jkopri l-aspetti kollha ta' l-iżvilupp u kif dan jorbot ma' oqsma ekonomiċi differenti u ma' aspetti kulturali allura li jkollok pjan strateġiku nazzjonali naħseb li llum, aktar minn qatt qabel, żgur li għandek ħafna enfasi biex l-affarijiet isiru bis-serjeta`, bi proċeduri miftuħa u b'parteċipazzjoni pubblika kemm ta' l-individwi kif ukoll tal-kunsilli lokali, ta' għaqdiet ambjentali u ta' għaqdiet li jemmnu fil-wirt kulturali.", "Tant hu hekk li hemm ċerti elementi li dan il-pjan jifformawh.", "Min-naħa tiegħi nillimita ruħi b'mod partikolari għal pjan strateġiku nazzjonali li jolqot il-wirt kulturali.", "Kif diġa` aċċennajt qabel, din l- istrateġija qiegħda tinħadem, anzi nista' ngħid li l-ħsieb huwa li din tkun kompluta sa qabel tmiem din is-sena u li kif indikajt meta kont qed nintroduċi din id-diskussjoni, għandu jkun hemm dokument li jwassal għal dibattitu parlamentari.", "Qed nuża l-kelma \"dibattitu\" għax m'għandi l-ebda dubju li fuq dik l-istrateġija nazzjonali se jkun hemm aċċenni għal diversi aspetti tal-wirt kulturali tagħna li jistgħu jkunu preżervati aħjar, fejn għandna diffikultajiet pero` se jkun hemm mhux biss l-istrateġija, mhux biss id-dokument ta' dak li jrid isir għall-futur imma anke analisi profonda u oġġettiva u dan diġa` qed nagħmluh fil-forum li jsir kull sena fejn aħna qegħdin nagħtu mhux biss rapporti dwar l-istate of the environment imma anke rapporti dwar l-istate of our cultural heritage.", "Dawk id-dokumenti naqrahom, kif taqrahom l-oppożizzjoni u kif jaqrawhom l- għaqdiet mhux governattivi fil-pajjiż u naħseb li min irid jara jekk ċerti affarijiet sarux aħjar, dan jista' jarahom fir-rapporti li l-gvern huwa responsabbli għall-ħruġ tagħhom għax dan huwa parti mill-proċess miftuħ li aħna nemmnu li għandu jkun hawn.", "Ma setax jonqos li l-kollega tiegħi l-Onor.", "Evarist Bartolo jagħmel aċċenn b'mod partikolari għall-pjan tat-turiżmu.", "Jien diġa` weġibt għal mistoqsijiet parlamentari, anke llejla, li l-pjan f'dan is-sens issa qiegħed fi stadju avvanzat li jinħareġ u bla dubju dan iwassal ukoll għal diskussjoni.", "Nista' nassigurah minn issa li dan se jkun pjan preċiż u dettaljat għax l-aktar ħaġa faċli fil-ħajja hija li toħroġ dokument u toqgħod tgħid dak li huwa ovvju, li hemm bżonn inkabbru t-turiżmu, li parti mit-turiżmu li rridu nkabbru jrid ikun it-turiżmu kulturali u biex dan nagħmluh irridu nagħmlu faċilitajiet u servizzi aħjar fil-pajjiż.", "Naħseb illi kieku kelli nipprova nagħmel rapport f'dan il-ħin nista' noqgħod niktbu issa u nagħmlu imma tkun qed tgħid l-ovvju, tkun qed tgħid dak li anke t-tfal ta' l-iskola primarja jafu jgħidu.", "Aħna rridu nagħmlu dokumenti daqsxejn aktar profondi minn hekk u li jkun hemm informazzjoni oġġettiva u miri preċiżi li joffru wkoll, għal skop ta' kritika oġġettiva, benchmarks biex wieħed ikun jista' jkejjel il-ħidma tagħna f'dan ir- rigward.", "L-Onor.", "Evarist Bartolo rrifera wkoll għall-bini fl-aħħar 50 sena u meta għamel dak il-kumment mill-ewwel għamilt nota.", "Hawnhekk irrid nirriferi għal dak li qed nagħmlu bħala ministeru u anke permezz ta' Heritage Malta flimkien mal-kamra tal-periti pero` biex inkun korrett l-istess Onor. Bartolo mill-ewwel irrifera għall-fatt li rċieva ċirkolari mill-kamra tal- periti f'dan is-sens.", "Jien ma nistax ma nagħmilx appell lill-periti u hawn qed nirriferi għal dawk li l-professjoni tagħhom hija marbuta ma' l- arkitettura.", "Il-parti marbuta ma' l-inġinerija ċivili hija importanti ħafna għax mingħajrha jkollok ħafna strutturi li jispiċċaw jaqgħu u ma jkunux siguri imma hawnhekk nixtieq insemmi l-professjoni ta' dik il- kburija li inti kont strument kreattiv.", "Jien ngħid li fl-aħħar 50 sena ma kellniex ħafna binjiet li jispikkaw u li issa li qegħdin fl-2006 dawn se nħalluhom bħala wirt għall-ġenerazzjonijiet ta' 100, 200 u 300 sena oħra.", "Naħseb li dan is-sens ta' dover irid jidħol fina lkoll bħala pajjiż u dan ma jiddependix biss mill-periti imma jiddependi wkoll mill-klijenti tagħhom.", "Jekk illum nitkellmu dwar l-arkitettura barokka tal-Belt Valletta li hija ġojjell ieħor ma jfissirx li 300 sena jew 400 sena ilu kellna periti u inġiniera tajbin imma jfisser li kien hawn ordni tal-kavallieri li kkummissjonat lil dawn in-nies u li esiġiet l-ogħla livell.", "Issa jekk ikollok il-periti li l-klijenti tagħhom jgħidulhom biss biex jagħtuhom l-ispazju massimu u jaraw kif jaqilgħu l-flus minn kull toqba immaġinabbli u mbagħad il-kwalita` jarawha wara, naturalment il-periti jiġu f'sitwazzjoni diffiċli.", "Iżda naħseb li anke hawnhekk irridu nsibu dan il- bilanċ bejn li jkun hemm aktar għarfien u aktar orgolju fil-professjoni tal- periti tagħna dwar il-kontribut li din il-professjoni tista' tagħmel anke għall-ġenerazzjonijiet futuri u ngħidu li dawn huma x-xogħlijiet tal-lum li huma l-wirt kulturali ta' għada.", "U l-involviment tagħna, kemm bħala ministeru kif ukoll bħala Heritage Malta, mal-kamra tal-periti anke f'dik li qed tissejjaħ fil-livell Ewropew bħala l-iżvilupp tal-quality charter marbuta mal-professjoni ta' l-arkitettura, huwa preċiżament biex nagħtu stimolu f'dan ir-rigward.", "Naħseb li qed nimxu bil-fatti biex nipprovaw li lkoll kemm aħna nkunu konxji ta' dan id-dover interessanti.", "L-Onor.", "Bartolo aċċenna għall-fatt li 16% biss tat-turisti jiġu għal skop ta' kultura skond statistika li tinżamm mill-awtorita` tat-turiżmu u li żewġ terzi minnhom dawn ma jiġux fis-sajf u dak huwa fatt pożittiv.", "Naturalment jien nawgura li jkun hemm perċentwali akbar li jiġu għal skop ta' kultura.", "Pero` b'mod ġenerali rrid ngħid li fejn aħna tradizzjonalment konna ngħidu li f'Malta tiġi biss għal-leisure, jiġifieri tiġi biss għall- baħar u għax-xemx, anke jekk tiġi fix-xitwa għax it-temp tagħna jkun temp aħjar milli jkun ħafna drabi fil-pajjiżi minn fejn jiġi t-turist, illum ngħidu li t-total ta' turiżmu marbut direttament ma' leisure huwa ta' 56%.", "Dan ifisser li għandek 44%, kważi n-nofs, li huwa marbut ma' dawn is- segments differenti.", "Il-parti tal-kultura hija 16% pero` mbagħad għandek segments oħrajn li wkoll qed jikbru, bħall-conference and incentive, bħal li tiġi hawnhekk biex tmur Għawdex, it-tagħlim tal-lingwa Ingliża, il- growth markets u l-isports inkluż id-diving.", "Issa se nkunu għedna kollox.", "Huwa veru li din l-istatistika hija importanti pero` naħseb li huwa importanti wkoll li b'mod regolari jkollok interphase bejn l-iskop prinċipali għalfejn tkun ġejt u l-esperjenza li ssib f'Malta.", "X'irrid ngħid b'dan?", "Irrid ngħid li dawk is-16% li jiġu Malta għall- kultura u li jkunu studjaw u għamlu riċerka, ċerti affarijiet ikunu jafuhom kważi daqsna u dawn jiġu hawnhekk biex jagħmlu aktar minn ġurnata waħda f'postijiet bħal Ħaġar Qim, l-Imnajdra u l-Ġgantija jew ikunu ġew Malta biex jagħmlu r-rotta jew isegwu parti mir-rotta tal-passi ta' San Pawl jew inkella biex jaraw arkitettura barokka.", "Per eżempju, m'hemm xejn ħażin li dawn filwaqt li jkunu qegħdin hawnhekk fuq xi seminar u jkollhom xi ġurnata li ma tkunx organizzata b'excursion jew b'ġita kulturali, imorru jgawdu l- klima u l-baħar u bil-maqlub.", "Jiġifieri m'hemm xejn ħażin li s-56% li jiġu biss biex jistrieħu u biex jiddevertu, meta jkunu hawn jiskopru li għandna t-tempji, jiskopru li għandna d-Domus Romana, jiskopru li għandna l- konkatidral ta' San Ġwann u jiskopru li għanda l-belt qadima ta' l-Imdina.", "Dan huwa parti mill-mod ta' kif għandna noffru pakkett dejjem aħjar tal- prodott Malti jiġifieri għalkemm din l-istatistika hija importanti, il- verita` hija l-esperjenza li aħna rridu noffru fit-totalita` tagħha lit- turist.", "Dwar is-suġġeriment li sar dwar il-viżitaturi fuq cruiseliners irrid ngħid li jekk hemm mod kif nagħtu aktar informazzjoni dan għandna nagħmluh.", "Ġieli tkellimna ma' operaturi f'dan is-sens li nagħtu DVDs, li nagħtu materjal ta' informazzjoni, li nappellawlhom li meta jkunu qed jagħmlu marketing għall-pajjiż jagħmlu aċċenn akbar fuq il-kultura.", "Issa jekk dan għandux ifisser bħala marketing, li ladarba tkun wasalt hawn kollox huwa b'xejn, ma tikkonvinċinix għax naħseb li meta tagħmel hekk ma tkunx qed tagħti valur iżjed imma tkun qed tiżvaluta.", "U naħseb li meta ssegwi anke mid-diskussjoni li aċċennajt għaliha fil-bidu li għadu kemm kellna dwar il-bilanċ korrett li trid tagħmel bejn it-turiżmu u l-ħarsien tal-patrimonju kulturali tagħna, ma jfissirx li għax inti viżitatur li ġej minn barra allura f'daqqa waħda kollox ikun miftuħ, kollox ikun b'xejn, qisu dik il-parti mill-prodott ta' pajjiżna m'għandhiex l-ispejjeż tagħha, fosthom ta' manutenzjoni, ta' konservazzjoni u ta' preżentazzjoni aħjar biex dik l-esperjenza tagħmilha waħda isbaħ anke għall-viżitatur.", "Naħseb li hawnhekk irridu noqogħdu attenti li ma niġġeneralizzawx.", "L-Onor.", "Evarist Bartolo semma wkoll ir-riforma tas-sovrintendenza u b'mod partikolari r-rapport tal-MEU.", "Qal li m'hemmx għalfejn li dan jieħu tliet snin biex ikun implimentat.", "It-tweġiba hija li m'hu qed jieħu xejn tliet snin biex ikun implimentat.", "Ir-rapport finali tal-MEU tlesta fit-tmiem is- sena 2005, l-implimentazzjoni tibda din is-sena u jista' jkun li parti minnha tkompli s-sena d-dieħla.", "Dan ifisser li fil-fatt qegħdin nimpliemtnaw b'mod immedjat jew f'perijodu ta' sena jew sena u nofs dak li kien ippreżentat lilna b'mod finali fi tmiem is-sena li għaddiet.", "Saret riferenza wkoll dwar jekk hemmx duplikazzjoni tax-xogħol bejn ix-xogħol tas- sovrintendenza u dak tal-MEPA.", "Kultant il-linji ma jkunux ċari daqskemm wieħed jixtieq pero` l-verita` hija li s-sovrintendenza hija waħda limitata u fil-fatt intqal hawnhekk li hija daqs team tal-football.", "Jien lil dan it- team tal-football insellimlu għax huwa team li jiskorja ħafna.", "Huwa team li għandu track record tajjeb on the ground pero` naħseb li naqblu lkoll li s- sovrintendenza teħtieġ staff akbar anke għax għandha doveri kbar.", "Ovvjament la għandha doveri kbar awtomatikament teħtieġ li jkollha numru ikbar ta' nies mingħajr eseġerazzjonijiet b'mod iffokat u b'mod iktar speċjalizzat.", "L-Onor.", "Galdes semma wkoll il-kwestjoni ta' aktar inforzar b'mod partikolari mis-sovrintendenza.", "Il-verita` hi li s-sovrintendenza tagħmel azzjonijiet regolari u numerużi ta' inforzar, tagħmel dan skond il-liġi u ma taġixxix dejjem waħedha.", "Hawnhekk intqal li dawk kollha li qegħdin fil- qasam ta' l-inforzar għandna ngħaqqduhom kollha flimkien.", "Anke jekk is- suġġeriment jinstema' interessanti, onestament naħseb li din tkun xi enforcement agency mostruża jekk noħolquha.", "Din xi tfisser fir-realta`?", "Qed ngħidu li l-inforzar tas-sovrintendenza jingħaqad ma' l-inforzar permezz ta' l-enforcement direct action li għandha l-MEPA.", "Immaġina jekk issa dawn tgħaqqadhom ma' l-inforzar fil-livell tal-pulizja, ta' l-armata u anke tal-wardens li kollha jistgħu jagħmlu inforzar speċjalment dawk li huma fil-livell ambjentali.", "Il-verita` hi li x-xogħol ta' aġenziji varji li r-rwol tagħhom huwa ta' inforzar tar-regolamenti għandu jsir b'mod koordinat.", "Jien sodisfatt b'mod partikolari bil-koordinament li jsir mis- sovrintendenza ma' entitajiet oħra fosthom mal-pulizija kif ukoll mad-dwana u xi drabi anke t-tlieta flimkien.", "Biex nagħti eżempju ta' kif dan ġara nista' nsemmi r-rapporti dwar nies li jipprattikaw l-isport tad-diving.", "Minn dawn hemm min mhux biss jogħdos imma hemm min iħobb isib affarijiet ta' valur storiku u jibni l-kollezzjoni tiegħu.", "Dan meta kif nafu jeżisti dover ċiviku u morali u jeżisti wkoll dover legali ċar li jekk tiltaqa' ma' oġġett li huwa ta' wirt kulturali u ta' wirt storiku, anke jekk dan ikun fil-ġnien tad-dar tiegħek, għandek id- dover li tinforma u tgħaddi l-oġġetti li tkun sibt lill-awtoritajiet kompetenti.", "Fil-fatt nafu b'nies li bnew kollezzjonijiet, saret operazzjoni bejn is-sovrintendenza u l-pulizija wara li s-sovrintendenza kitbet lill- kummissarju tal-pulizija f'dan is-sens, u wara investigazzjoni intensiva nstabu madwar 500 oġġett ta' valur kulturali.", "Dan kien riżultat ukoll tal- fatt li sfortunatament kellhom isiru sitt raids f'residenzi privati u anke", "f'post ieħor.", "Illum hemm anke inkjesta maġisterjali għaddejja pero` qed nirriferi għal dan il-każ anke biex nindika u nagħti eżempji ta' kemm il- forzi ta' l-inforzar jikkollaboraw ħafna flimkien.", "L-Onor.", "Galdes għamel aċċenn ukoll għall-aspett ta' l-impjegati fl-MCR, illum impjegati fil-Heritage Malta.", "Smajna wkoll lill-Onor.", "Abela jitkellem b'mod oġġettiv rigward dawn l-impjegati.", "Il-verita` hi li llum l-impjegati kollha huma konxji u jafu preċiż dwar il-pożizzjoni tagħhom.", "L-impjegati kollha rċevew il-kuntratt relatat għalihom, kollha rċevew l-informazzjoni relatata għar-responsabilita` tagħhom u dwar il-kondizzjonijiet tax-xogħol tagħhom fi ħdan Heritage Malta.", "Bħala gvern u oppożizzjoni, meta konna qed nagħmlu l-emendi għal-liġi biex niffaċilitaw il-fatt li l-MCR tiġi inkorporata bħala diviżjoni tal-konservazzjoni ġewwa Heritage Malta, konna għamilna emendi fil-liġi b'ċertu kuraġġ parlamentari - u kuraġġ parlamentari miż-żewġ naħat għax huma emendi li għaddejna b'mod unanimu flimkien fil-kumitat permanenti għall-konsiderazjoni ta' l-abbozzi ta' liġi - fejn għedna li nies li għax kienu f'dawk l-enti differenti kellhom salarji, kondizzjonijiet, bonuses jew konsiderazzjonijiet oħra – u f'ċerti każi kien hemm diversi strumenti forsi daqsxejn kreattivi – ma ħallejnihomx jibqgħu b'dik is-sistema.", "Aħna kellna l-kuraġġ u flimkien għamilna emendi neċessarji biex nagħmlu streamlining.", "Issa rigward l-istreamlining - u hawnhekk nagħmel aċċenn għal kumment ieħor li għamel kelliem ta' l-oppożizzjoni – intqal li kien hemm xi xhur li kellhom jistennew tweġiba mil-ministeru tal-finanzi u mid-dipartiment tal- kultura fil-ministeru għat-turiżmu u kultura.", "Jien naf għalxiex qed isir dan l-aċċenn.", "Il-verita` hi li Heritage Malta ma qalux sempliċement li hemm l-istruttura ta' qabel u joqogħdu fuq dik biss, imma għamlu struttura li hija akbar anke mil-lat ta' responsabilitajiet u mil-lat ta' management u ħadu l-opportunita` biex fejn segħtu, b'mod raġjonevoli, jkun hemm kondizzjonijiet aħjar.", "Din hija struttura li bilfors kellha tiġi analizzata mill-istrutturi varji li llum għandu l-gvern.", "Aħna nagħmlu hekk ma' l-awtoritajiet u ma' l-entitajiet pubbliċi kollha għas-sempliċi raġuni li meta ma konniex nagħmlu hekk - u hawn b'ebda aċċenn għal Heritage Malta – tispiċċa dejjem b'xi entita` 'l hawn u 'l hemm li tagħmillek ftehim għal rasha", "u li dak ikun ftehim totalment differenti minn ta' l-entitajiet pubbliċi l- oħra.", "Sur President, jien għandi esperjenza ta' dan anke meta kont f'ministeri differenti.", "Sakemm jiġri hekk u ħadd ma jgħid xejn kollox sew, imma li kien jiġri hu li l-unions - li lanqas jien ma nagħtihom tort għax kulħadd irid jaħdem għall-interess ta' l-għalqa li qed jipproteġi hu - jgħidulek li lit- tali entita` għednielhom iva.", "Għalhekk għedt li l-emendi għamilnihom b'mod koordinat flimkien pero` li rrid ngħid huwa li Heritage Malta ppreżentawlna struttura ġdida u impenjattiva wkoll li allura rrikjediet iż-żmien biex tkun analizzata.", "Hawn irrid ngħid li dik hija aċċettata u l-ministeru tagħna żgur li għamel il-parti tiegħu biex nuru lill-ministeru tal-finanzi x'kien qed jiġi suġġerit u għaliex konna qegħdin naqblu ma' ħafna minn dak li kien qed jiġi suġġerit.", "Naturalment jibqgħu xi każi pendenti, kif irrikonoxxa l-istess Onor. Abela, ta' min talab li jkun trasferit x'imkien ieħor, ta' min irid detailing mal-gvern u ma jibqax ma' l-awtorita'.", "Dawn qed ikunu konsidrati mill-gvern skond il-policies normali tal-gvern.", "Se jibqagħlek min kellu kondizzjonijiet mod u jisgħobbih għall-fatt li llum għandu kondizzjonijiet differenti.", "L-appell li għamilt indirettament dakinhar kien – u dan m'għamiltux bħala appell imma għamiltu bħala ringrazzjament - li dan huwa xogħol li ma tistax tkejlu bħala xogħol, ma tistax tkejlu minn kemm għandek salarju, leave, bonus jew overtime imma minn kemm jagħtik sodisfazzjon u minn kemm tkun dedikat għalih.", "U Heritage Malta għandha dawn it-tip ta' impjegati magħha.", "Għalhekk l-appell tiegħi huwa li dan għandu jkun l-ixprun, anzi għandna nibqgħu nkunu innovattivi, motivati, nibqgħu anke bħala team wieħed.", "M'għandniex ngħidu \"aħna u intom\" sempliċement għax qabel konna żewġ entitajiet.", "Illum Heritage Malta hija enti waħda u l-management naf li qed jagħmel minn kollox biex jipprovdi taħriġ ġdid, jipprovdi sistemi ta' motivazzjoni u qed jipprova jara l-bżonnijiet u l-ħteġijiet ta' kulħadd.", "Imma meta pajjiżna u dan b'mod ġenerali nkejlu s-sodisfazzjon tagħna minn dak li aħna qed nagħmlu għas-settur li qed naħdmu fih, naħseb li verament inkunu kuntenti aktar.", "Min ikejjel bis-sigħat u bir-rata ta' kull siegħa naħseb li ma jkun kuntent qatt.", "Hawn irrid ngħid li almenu fis-settur tal- wirt kulturali - għaliex inkun daqsxejn ottimist iżżejjed jekk napplikah għall-oqsma kollha tal-pajjiż - qed nara ferm iktar impenn minn qatt qabel.", "Kellna mistoqsija wkoll dwar is-sejħa li saret għal archaeological studies fil-livell tas-sovrintendenza.", "Irrid ngħid li din saret preċiżament anke biex wieħed ipatti għall-fatt li m'għandekx l-istaff complement meħtieġ.", "Aħna rridu li jkun hemm ukoll nies kompetenti li jagħtu l-għajnuna tagħhom, biex jgħinu lis-sovrintendenza fl-evalwazzjoni ta' l-applikazzjonijiet tal- MEPA.", "Il-verita` hija li llum hemm skema kif min qed jagħmel proġett ta' żvilupp irrid jiffinanzja wkoll studji meħtieġa biex wieħed jara l-impatt kulturali apparti l-impatt ambjentali u l-impatt arkeoloġiku.", "Minħabba f'dan il-verita` hi li din is-sejħa ma fissritx spiża addizzjonali għall- gvern.", "Fil-fatt m'hemmx provdut fil-finanzi għaliha.", "Sur President, kellna wkoll mistoqsija dwar in-numru ta' studenti.", "Irrid ngħid li Heritage Malta, minbarra audits finanzjarji u amministrattivi li diġa` sar aċċenn għalihom, qed tagħmel audit anke akkademiku.", "Dan qed isir anke b'nies professjonali minn barra.", "Naturalment irridu naraw kif il-korsijiet li jkun hemm ikunu korsijiet li tassew jattiraw lejhom numru ta' studenti.", "Jien naħseb li naqblu lkoll li m'huwiex biżżejjed li jkollok student wieħed ġewwa l-kors tal-B.Cons. tal-konservazzjoni imbagħad ikompli bil-kors tal-Masters fl- istess suġġett.", "Huwa veru li kellek aktar minn 20 student ieħor f'korsijiet ta' natura vokazzjonali.", "Anke jekk dawn kienu għal programmi qosra pero` huma rilevanti wkoll.", "Irrid ngħid ukoll li anke bil-ftehim li Heritage Malta għandha ma' l-universita` ta' Malta se jkun possibbli li nkunu aktar proattivi u nattiraw verament aktar studenti f'dan ir-rigward.", "Saret ukoll mistoqsija rigward Għawdex u rigward il-Ġgantija.", "Irrid ngħid li għada stess il-MEPA se tkun qed tikkonsidra l-każ ta' applikazzjoni li saret min-naħa tagħna biex ikun hemm temporary visitors centre f'dik l-area u anke titjib ġenerali.", "Naturalment hawnhekk f'dan l-istadju qed nitkellmu fuq it-titjib temporanju għaliex imbagħad hemm bżonn visitors centre li jkun ferm aktar permanenti.", "Naħseb li naqblu lkoll li visitors centre permanenti jirrikjedi ż-żmien biex isir u allura qabel trid tagħmel faċilitajiet temporanji.", "Jien nawgura li l-proċess mal-MEPA jkun wieħed li jwassal għal riżultat pożittiv.", "Issemma l-mużew nazzjonali ta' l- arkeoloġija.", "Il-verita` hi li apparti li għandha dan il-proġett li qiegħda tagħmel ġewwa Għawdex, Heritage Malta qiegħda wkoll taħdem fuq il-mużew nazzjonali ta' l-arkeoloġija ġewwa l-Belt.", "Jien b'sodisfazzjon ngħid li diġa` għandek xogħlijiet ta' konservazzjoni li qed isiru, anke biex nagħmlu preżentazzjoni aħjar ta' kif jitmexxa dan il-mużew.", "Dwar dan naħseb li għamilt biżżejjed aċċenn fl-introduzzjoni tiegħi dwar kif jien nemmen li l- mużewijiet tagħna għandhom jitmexxew.", "Irrid ngħid ukoll li għandek tenders għal xogħlijiet strutturali anke fuq il-faċċati ta' dan il-mużew, u dawn se jinħarġu dalwaqt.", "Fil-fatt qed nikkalkolaw li din is-sena biss fuq dan il-mużew waħdu nonfqu aktar minn Lm100,000.", "Jien nawgura li jkun hemm iżjed esibizzjonijiet ta' livell verament għoli u anke talks.", "Dawn diġa` qed isiru ġewwa dan il-mużew u m'għandi ebda dubju li llum il-profil tal-mużew nazzjonali ta' l- arkitettura għola ħafna.", "Dan qed iseħħ ukoll għaliex hemmhekk qed isiru esibizzjonijiet ta' kull tip, kemm fuq il-muniti, kemm fuq il-figuri u statwetti marbuta mal-kostumi ta' l-opera ta' Beijing, biex nagħti żewġ eżempji riċenti, kif ukoll fuq aspetti oħrajn, fosthom anke arti kontemporanja.", "Il-verita` hi li inti qiegħed dejjem tattira iżjed nies ġo mużew imprezzabbli ta' pajjiżna li jien ukoll nawgura li jsir dejjem aktar interattiv u li fih ikollna iktar animazzjoni.", "Hawn irrid ngħid li min-naħa l-oħra sar ukoll aċċenn f'dan ir-rigward.", "Ma nistax ma nirriferix għal diversi interventi li saru dwar ir-relazzjoni bejn il-MEPA u s-sovrintendenza.", "Jien naħseb li huwa suġġeriment delikat li ngħidu li s-sovrintendenza issa għandha tingħata poter ta' veto fuq kwalunkwe ħaġa li tmiss il-wirt kulturali tal-pajjiż.", "L-ewwelnett jekk nagħmlu hekk, inkunu qisna qed ngħidu li l-MEPA f'dan il-qasam m'hijiex awtorita` li qiegħda tiffunzjona tajjeb.", "Intqal ukoll li rridu nikkoordinaw dejjem aħjar ir-relazzjoni bejn il-MEPA u s-sovrintendenza.", "Jien informat li anke fl-istrateġija nazzjonali dwar il-wirt kulturali dan is-suġġett se jkun indirizzat u l-verita` hi li aħna naħdmu ħafna flimkien.", "Per eżempju, sar aċċenn fuq il-heritage advisory committee.", "Il-heritage advisory committee, li huwa kumitat fuq il-wirt kulturali, fil-fatt ma jinħatarx biss mill-ministru responsabbli mill-proċess ta' l-ippjanar imma nofsu u ċ- chairmanship tiegħu jinħatar minni.", "Dan preċiżament biex inżommu din il- missjoni li l-Onor.", "Galdes korrettement aċċenna għaliha.", "Huwa għalhekk li naħtruh flimkien pero` naħtruh flimkien biex dan ikun kumitat li jaħdem b'mod indipendenti u li jagħti pariri rilevanti.", "Issa se mai irridu naraw kif nirfinaw aħjar dan l-interfacing bejn is-sovrintendenza u l-MEPA.", "L- Onor. Brincat tkellem ukoll dwar dawn l-overriding powers u allura t- tweġiba hija l-istess għalih ukoll.", "Kellna wkoll kumment dwar gender mainstreaming anke għaliex illum irċevejna invit għal seminar f'dan ir-rigward.", "Jien m'għandi ebda dubju mill- kapaċitajiet tan-nisa u nifraħ jien ukoll lis-CEO.", "Fl-erba' minuti li fadal m'għandix il-ħin biex nidħol f'xi aċċenni għal studji psikoloġiċi li saru fuq dan is-suġġett pero` rigward gender mainstreaming hawn l-Onor.", "Dolores Cristina li ssegwi dan is-suġġett b'impenn u b'attenzjoni kbira.", "Naturalment irridu nirrikonoxxu x-xogħol li jagħmlu l-irġiel ġewwa Heritage Malta.", "Biex ma noqgħodx insemmihom kollha, almenu nsemmi ċ-chairman.", "Fil- fatt għandna ċ-chairman u s-CEO flimkien u naħseb li l-input qed ikun pożittiv minn kulħadd.", "L-Onor.", "Abela staqsa dwar ir-rapport in konnessjoni ma' l-ICONOS.", "Jien nerġa' nimpenja ruħi li m'għandi ebda diffikulta` li dawn ir-rapporti, fil- mument opportun, inqegħedhom fuq il-mejda tal-Kamra.", "Wara kollox jien kważi kont issuġġerejt li mhux sempliċement inqegħedhom fuq il-mejda tal- Kamra imma nirriferuhom lill-kumitat permanenti dwar il-kontijiet pubbliċi wkoll.", "Li nixtieq li l-oppożizzjoni tapprezza huwa li qegħdin fi stadju delikat u sensittiv ħafna ta' diskussjonijiet ma' l-Unjoni Ewropea preċiżament dwar kif dan il-proġett almenu fil-parti kbira tiegħu, inawgurat fit-totalita` tiegħu, jista' jkompli miexi 'l quddiem.", "Jien ma naħsibx li dan huwa l-aktar mument korrett li nqiegħed dak li qed jiġi mitlub pero` m'għandi l-ebda diffikulta` li ma' l-oppożizzjoni, fuq bażi kunfidenzjali, niddiskuti informazzjoni li jien ikolli.", "'Il quddiem id- dokumenti, kif offrejt, mhux biss ikunu fuq il-mejda tal-Kamra imma anke jkunu għall-iskrutinju tal-kummitat li aċċennajt għalih, pero' naħseb li għandna nistennew il-konklużjoni tad-diskussjonijiet ma' l-Unjoni Ewropea li nawgura li huma imminenti u li nirringrazzja lil Heritage Malta u n-nies li għenuna fuq audit, anke għax-xogħol kbir li sar fil-ġimgħat li għaddew preċiżament f'dan ir-rigward.", "Naħseb li fuq il-proċess ta' l-amalgazzjoni tkellimna u naturalment kien hemm ċaqliq anke ta' uffiċċji f'dan ir-rigward.", "Jien m'għandi ebda dubju li kien hemm titjib kbir.", "Li huwa żgur hu li jkun irid jgħaddi aktar żmien minn meta inti tagħmel amalgamazzjoni biex tħoss l-effetti totali tagħha.", "Irid jgħaddi ż-żmien biex inti tħoss l-effett totali tal-bidliet kollha li tkun għamilt, ta' strutturi ġodda, ta' management li inti tkun introduċejt u ta' motivazzjoni li tkun qed tipprova ddaħħal fin-nies.", "Fl-aħħar mill- aħħar il-motivazzjoni tiġi bħal meta ngħidu it takes two to tango jiġifieri mhux biss billi l-management jagħmel is-sistemi kollha professjonali u moderni dwar kif joħloq l-ambjent neċessarju imma billi jkun hemm ukoll dan is-sens ta' impenn u ta' dover mill-impjegati li kważi fit-totalita` jeżisti għax illum huwa karatteristika pożittiva ħafna.", "Pero` naturalment irridu naħdmu iżjed.", "Nixtieq inwieġeb mistoqsija wkoll fuq il-korsijiet.", "Il-programm li sar mil- MISCO huwa programm ta' sitt lectures u nista' ngħid li din l- organizzazzjoni hija rispettata minn kulħadd u safejn naf jien hija organizzazzjoni li taħdem ma' kulħadd.", "Il-verita` hija li ma naħdmux ma' kuntrattur wieħed biss imma naħdmu ma' diversi għax dan huwa l-qasam tal- wirt kulturali, huwa l-qasam tagħna lkoll u kif ipprevedejna kellna diskussjoni pożittiva għax hawn apprezzament akbar, hawn impenn akbar u hawn għoti ta' riżorsi akbar minn qatt qabel.", "Din hija l-akbar riżorsa ta' Malta bħala pajjiż.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-mistoqsija hija l-mozzjoni kif imressqa u moqrija mill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MR SPEAKER: Din id-division tittieħed minn hawn u 20 minuta oħra.", "Billi fid-9.00 p.m. intalbet votazzjoni l-Kamra ġiet sospiża u rriżumiet 20 minuta wara.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hija l-mozzjoni kif imressqa u moqrija mill- Ministru għat-Turiżmu u Kultura.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mario Galea.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Sur President, għan-naħa tal-gvern se jiġu paired l- Onor. Joseph Cassar, l-Onor.", "Louis Deguara, l-Onor.", "Tonio Fenech, l-Onor.", "Austin Gatt, l-Onor.", "Clyde Puli u l-Onor.", "George Pullicino.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sur President, għan-naħa ta' l-oppożizzjoni se jiġu paired l-Onor.", "Chris Cardona, l-Onor.", "Marie Louise Coleiro, l-Onor.", "Anġlu Farrugia, l-Onor.", "Charles Mangion, l-Onor.", "Alfred Sant u l-Onor.", "George Vella.", "VOTAZZJONI NRU.", "133", "FAVUR: 28", "L-Onor. |Abela Anthony |Frendo Michael | |Agius David |Galea Censu | |Agius Francis |Galea Franco | |Arrigo Robert |Galea Louis | |Asciak Michael |Galea Mario | |Azzopardi |Gonzi Lawrence | |Frederick | | |Azzopardi Jason |Gonzi Michael | |Borg Tonio |Mifsud Bonnici Antoine| |Cristina Dolores |Mifsud Bonnici Carmelo| |D'Amato Helen |Mugliett Jesmond | |Dalli John |Pullicino Orlando | | |Jeffrey | |de Marco Mario |Vassallo Edwin | |Debono Giovanna |Zammit Ninu | |Falzon Joseph |Zammit Dimech Francis |", "KONTRA: 21", "L-Onor. | | | |Abela Carmelo |Farrugia Michael | |Abela Joseph |Farrugia Noel | |Agius Chris |Galdes Roderick | |Bartolo Evarist |Gulia Gavin | |Brincat Joseph |Herrera Jose' | |Brincat Leo |Mizzi Joe | |Buontempo Stefan |Parnis Silvio | |Caruana Justyne |Refalo Anton | |Chircop Karl |Sammut Joseph | |Cuschieri Joseph |Vassallo Adrian | |Dalli Helena | |", "Il-mozzjoni għaddiet u l-estimi ġew approvati", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "TONIO BORG: Sur President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal għada t-Tlieta, 23 ta' Mejju 2006, fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Kriminali - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att dwar Dazju tas-Sisa - Tielet Qari; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta - Tieni Qari.", "-----------------------------------", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Reġistru Ċentrali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Servizzi ta' Impieg u Taħriġ - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Liġijiet dwar il-Protezzjoni tal-Konsumatur - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Intermedjarji fl-Assigurazzjoni - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Michael Asciak.", "ONOR.", "MICHAEL ASCIAK: Sur President, bħala membru ta' din il-Kamra nixtieq nagħmel diskors li jmur fl-istess linja li jmorru diskorsi ta' nies li huma ċivilizzati, biex nikkundanna bl-akbar mod qawwi ċerta pressjoni li qed issir bi vjolenza diretta lejn ċerti ġurnalisti u nies oħra li jitkellmu kontra x-xenophobia.", "Ma rridx inħalli din l-okkażjoni tgħaddi mingħajr ma nsemma leħni ma' dawk kollha li semmgħu leħinhom qabli, jiġifieri l-knisja, il-prim ministru, il-kap ta' l-oppożizzjoni u diversi politiċi oħra.", "Jien wieħed minn dawk li qatt ma bżajt naqbeż għal dawk li nħoss li huma dritijjiet umani u drittijiet fundamentali.", "Dik kienet ir-raġuni għaliex dħalt fil-politika, u sakemm in-nies iħalluni fil-politika, jien nibqa' naqdi d-doveri tiegħi u nikkundanna bl-aktar mod qawwi l-avvenimenti sistematiċi li qegħdin jipprovaw iġiegħlu lin-nies jagħlqu ħalqhom billi jbeżżgħuhom.", "Hawn irrid ngħid li r-realta` hi li jekk ħadd ma jibża' u kulħadd jibqa' jitkellem, jirnexxielna nikkontrollaw is-sitwazzjoni.", "Sur President, fi żmien it-tieni gwerra dinjija kien hemm pastor protestant li kien qal li meta Hitler u n-nazi bdew jaqbdu lin-nies, joqtluhom jew jitfgħuhom il-ħabs, huwa bħala pastor qagħad kwiet għax ma darux għalih.", "Qal li meta daru għall- Lhud qagħad kwiet għax ma kienx Lhudi u meta daru għall-kattoliċi qagħad kwiet għax ma kienx kattoliku.", "Imbagħad meta daru għall-ħandikappati u għan-nies b'diżabilta` qagħad kwiet u ma qal xejn għax ma kienx bniedem b'diżabilita`, meta daru għall-ġurnalisti qagħad kwiet għax ma kienx ġurnalist u meta daru għan-nies omosesswali qagħad kwiet għax ma kienx bniedem omosesswali.", "Qal li meta fl-aħħar daru għalih, imbagħad ma kien hemm ħadd biex jaqbeż għalih.", "Dan id-diskors iġib quddiem nett l-importanza tas-solidarjeta` u l-fatt li f'dawn iċ-ċirkostanzi huwa imporanti li l-politiċi kollha, il-ġurnalisti kollha u l-establishment kollu tal-pajjiż ikunu magħqudin.", "Malta, bħall-kumplament ta' l-Ewropa, tinsab għaddejja minn problemi li ma tistax tikkontrrollahom hi minn barra.", "Dan huwa fenomenu tal- globalizzazzjoni.", "Aħna ma nistgħux nikkontrollaw il-moviment ta' l- informazzjoni, il-moviment tan-nies u s-sitwazzjoni barra xtutna.", "L-unika ħaġa li nistgħu nipprovaw nagħmlu hija li nikkontrollaw is-sitwazzjoni fi xtutna billi nagħrblu sew dawk in-nies li jfittxu l-kenn f'pajjiżna.", "Dan irridu nagħmluh billi nagħtuhom il-jedd ta' hearing li hu fair u min ma ħaqqux li jingħata l-istatus ta' rifuġjat jerġa' jiġi ritornat f'pajjiżu.", "Issa sakemm dawn jistennew id-deċiżjoni jekk jingħatawx l-istatus ta' rifuġjat jew le, aħna obbligati l-ewwelnett bħala bnedmin li nirrispettaw lil dawn in-nies u nagħtuhom id-drittijiet fundamentali tagħhom.", "Meta mbagħad jinstab li dawn m'għandhomx dritt ta' status ta' rifuġjat nibagħtuhom lura.", "Dawk li jingħataw l-istatus ta' rifuġjat, allura bil- liġi internazzjonali għandhom ċerti drittijiet li rridu nirrispettaw.", "Per eżempju, hemm liġijiet li jgħidu li jekk se jdumu hawn żmien twil, sakemm jiġu ripatrijati huwa importanti li dawn jingħataw xi forma ta' xogħol.", "Dawn m'humiex se joqogħdu bil-qiegħda jħarsu għal sentejn, tlieta jieħdu biss mill-kaxxa ta' Malta jew min-nies li jsostnuhom meta jkunu jistgħu jingħataw workbook u jaħdmu.", "Naħseb li hija xi ħaġa umana li wieħed jaċċedi għal dan ir-rikjest.", "Fil-fatt hekk isir, u hemm ħafna oqsma fl- industrija Maltija fejn dawn in-nies jistgħu jaħdmu faċilment.", "Niftakar li meta kont tabib ta' l-immigranti ta' l-Iraq inzertajt naf grupp li kellhom ħafna skills u fost oħrajn kienu silversmiths, tobba u inġiniera u bihom is-soċjeta` tagħna kienet arrikkiet ruħha.", "Illum ħafna minnhom marru l-Istati Uniti jew il-Kanada.", "Anke n-nies li jiġu mill-Afrika jista' jkollhom ċerti skills.", "Per eżempju, jien naf tnejn li kienu qegħdin jistudjaw għal tobba pero` sfortunatament fis-Somalja, is-sistema ta' l- universita` fejn kienu qegħdin jistudjaw tħassret u ġegħluhom imorru jiġġieldu bħala suldati.", "Barra minn hekk wieħed jista' jgħid ukoll li anke fl-oqsma ta' l-industrija manwali hemm ħafna fejn dawn in-nies jistgħu jaħdmu.", "Dawn jistgħu jagħmlu wkoll xogħol li ħafna Maltin lanqas jekk tħallashom tajjeb ma jridu jagħmluh.", "Illum sfortunatament dieħla f'pajjiżna d-drawwa li jiġi xi ħadd jgħidlek biex issiblu x-xogħol pero` meta ssiblu x- xogħol jgħidlek: Dak mur għamlu int bil-Lm140 fil-ġimgħa.", "Imbagħad meta tistaqsih xi jrid jgħidlek xogħol bil-qiegħda, xogħol għassa ma' latrina, xogħol ta' messaġġier jew xogħol ħafif.", "Il-kumplament ma jgħoddx għalih.", "Sfortunatament għandna din il-mentalita` dieħla u allura għandna oqsma, per eżempju, fil-qasam tal-bini, li mhux faċli ssib ħaddiema biex jaħdmulek fihom.", "Sur President, irrid ngħid ukoll li min qed iwettaq ċerti atti, illum jew għada se jinqabad.", "Eventwalment fl-aħħar isir xi żball, u llum jew għada dak li jkun jinqela.", "Min qed jagħmel din il-biċċa xogħol qed jagħmel hekk biex ibeżża' lin-nies milli jitkellmu.", "Issa n-nies li huma involuti huma nies ta' l-affari tagħhom, u billi jagħmlulhom hekk m'humiex se jbeżżgħuhom Min qed jagħmel ċerti azzjonijiet la se jbeżża' lill-ġurnalisti, la se jbeżża' lin-nies tal-knisja Maltija li jaħdmu fil-knisja u lanqas se jbeżża' lill-membri tal-parlament.", "Dan huwa ġenn.", "Hija l-għira, il- mibegħda jew il-fissazzjoni li twassal biex jitwettqu dawn l-avvenimenti.", "Per eżempju, fl-Amerika il-Ku Klux Klan kienu jagħmlu dawn l-atti kontra s- suwed u kien hemm individwu, fis-sapjenza kbira tiegħu, li ddeċieda li min għandu ġilda sewda għandu xi drittijiet inqas milli għandu hu.", "Minn hawnhekk aħna għandna nagħtu l-akbar kundanna u nuru s-solidarjeta` ma' min kien effettwat.", "Sur President, meta tistudja l-psikoloġija u l-bijoloġija ssib li fl- evoluzzjoni, il-bniedem inqata' mill-kumplament ta' l-annimali.", "Aħna primati bħala annimali – mhux ix-xadini għax ix-xadini m'humiex primati – u huma primati wkoll iċ-chimpanzees, l-apes u l-bonoboes.", "Dawn li huma primati kollha għandhom fil-ġenetika tagħhom it-tendenza li huma annimali soċjali, dawk li ngħidulhom pro-social groups.", "Ix-xenophobia toħroġ mil- kapaċita` ta' dawn l-annimali li jifformaw organizzazzjoni soċjali u x- xenophobia nsibuha f'kull grupp minn dawn il-primati li jifformaw dawn is- soċjetajiet, jiġifieri fl-apes, fiċ-chimpanzees u fil-bonoboes.", "Meta lil dawn iddaħħlilhom lil xi ħadd ġdid fil-komunita` tagħhom, għax huma pro- social, dawn għandhom tendenza iħarsu lejh b'mod ikrah u jipprovaw jeskluduh.", "Għalkemm din tiġi tidher li hija tendenza annimaleska tagħna imma wara kollox aħna bnedmin u mhux annimali.", "Aħna suppost għandna l- kuxjenza, għandna l-konoxxenza, għandna l-morali u għandu jkollna l- kapaċita` li nogħlew 'il fuq minn dak l-istat u nħaddmu rispett bilaterali lejn bnedmin oħra bħalna.", "Sur President, jien naħseb li t-tip ta' xenophobia li jesibixxu l- maġġoranza tal-Maltin hija iktar waħda ta' biża' milli waħda ta' mibegħda.", "Għalhekk naħseb li bl-establishment tal-knisja, tal-politika u ta' dawn l- orgnaizzazzjonijiet li jaħdmu f'dan il-qasam nistgħu negħlbuha pero` mbagħad ikollok ukoll lil dawn in-nies li jobogħdu.", "Dawn issibhom f'kull soċjeta` u lil dawn in-nies għandna nagħmlulhom żewġ affarijiet.", "L- ewwelnett għandna nipprovaw ngħallmuhom pero` jekk ma jridux jitgħallmu, allura jridu jirrealizzaw li s-soċjeta` m'hijiex bħalhom u s-soċjeta` mhux se tħallihom ikomplu għaddejjin b'dawn l-affarijiet.", "Illum jew għada dawn se jinqabdu u se jkollhom iħallsu konsegwenzi ta' dak li qegħdin jagħmlu, pero` huwa importanti li jirrealizzaw li dawn l-affarijiet m'għandhomx isiru.", "Dawn huma affarijiet li bl-Ingliż jissejħu \"basic animal instinct\" .", "Dawn huma nies li qed iċedu għall-istint annimalesk tagħhom u mhux qed iħallu l-moħħ, il-kuxjenza u l-konoxxenza tagħhom tegħleb lil dawn l- istinti.", "Jien se nagħlaq b'dan il-punt.", "Jien nistgħaġeb kif ta' l-ANR ikkundannaw dak li ġara - u sewwa għamlu – pero` issa se jagħmlu protesta f'bieb il- Belt kontra dak li qed jiġri.", "Issa din xi protesta hi?", "Din se tkun xi protesta kontra l-globalizzazzjoni?", "Din hija xi ħaġa li jridha l-gvern Malti jew xi ħaġa li qed nieħdu gost biha?", "Il-gvern Malti qed jieħu paċenzja ta' Ġobb b'din il-biċċa xogħol.", "U dak li qed jiġri kif se jiġi kontrollat?", "Issa se nagħmlu telephone line lil Alla u ngħidulu biex ipoġġi lin-nies kollha f'gaġġa fil-pajjiż tiegħu ħalli ħadd ma jkun jista' jiċċaqlaq!", "Dan se jkun fenomenu ta' dan il-millennju u ma nistgħux inwaqqfuh.", "Nikkontrollawh nistgħu pero` nwaqqfuh le.", "Nikkontrollawh bl-għajnuna, bil- ħidma u bl-integrated policy li ssir mill-Unjoni Ewropea u ma' pajjiżi sħabna kemm ta' l-Unjoni Ewropea kif ukoll dawk tan-naħa ta' isfel tal- Mediterran.", "Din hija bħal marda.", "Hawn mard li tista' tfejqu pero` hawn mard li tista' tikkurah u ma tistax tfejqu.", "Jekk ma tistax tfejjaq ċertu mard, bħall-mard taz-zokkor u bħall-pressjoni, allura tipprova tikkontrollah.", "Dan it-tip ta' mard ma tistax tfejqu pero` tista' żżommu taħt kontroll.", "Issa din il-kwestjoni hekk hi, għandna nfittxu li nikkontrollawha, u dan nistgħu nagħmluh bl-għajnuna ta' l-Unjoni Ewropea li suppost għandha tfassal policy għall-immigrazzjoni.", "Wara kollox l-Unjoni Ewropea, bħall-pajjiżi kollha tad-dinja, fosthom l-Istati Uniti, l-Awstralja u l-Kanada wkoll għandha bżonn immigration policy.", "U għandha bżonn immigration policy għax il-birth rate ta' l-Ewropej waqgħet immens.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Franco Galea.", "ONOR.", "FRANCO GALEA: Sur President, bħall-Onor.", "Michael Asciak nixtieq li jien ukoll nikkundanna dawk l-atti li saru kontra l-familja tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia li se nitkellem fuqha aktar tard f'dan l- aġġornament.", "Id-diskors li ħejjejt għal din is-seduta huwa dwar l-isfidi li pajjiżna se jiffaċċja bħala riżultat tal-globalizzazzjoni.", "Jien ngħid li dawn l-isfidi jistgħu jiġu affrontati.", "Nixtieq nibda billi ngħaddi kelma ta' konsolazzjoni lill-kantant Malti Fabrizio Faniello wara r- riżultat ta' l-Eurovision ta' nhar is-Sibt li għadda.", "Jien qatt ma ltqajt ma' Fabrizio iżda nista' nobsor kif jista' jħossu dan il-kantant bravu u popolari bir-riżultat li kiseb.", "Fil-ħajja kull deni ħudu b'ġid u nixtieq ngħid li ftit kien hemm rebbieħa tul il-51 sena tal-Eurovision li attwalment kellhom xi suċċessi kummerċjali.", "Fabrizio diġa` għamel suċċess kbir f'bosta pajjiżi u jien persważ li kapaċi jieħu dan ir-riżultat sfortunat bħala sfida għall-futur.", "Nixtieq nagħti ħajr ukoll lill-kantant Malti Keith Camilleri li pparteċipa fil-grupp ta' kantanti li kantaw għall-Isvizzera u qata' figura tajba ħafna.", "Dan il-ġuvni wkoll għandu futur sabiħ quddiemu.", "Il-fatt li dan ġie magħżul minn pajjiż biex jirrappreżentah fil-Eurovision inħoss li diġa` jagħmlu rebbieħ.", "Dan qed ngħidu għax pajjiż bħal dak b'dawk l-ammonti ta' nies b'dawk it-talenti kollha spiċċaw għażlu Malti biex jirrappreżentahom.", "Jien naħseb li ta' dan Keith Camilleri ħaqqu prosit ukoll.", "Ngħid ukoll grazzi lill-pubbliku Malti li jżomm quddiemu l-ispirtu nazzjonali, tas- support li ta b'mod tanġibbli lil Keith.", "Naħseb li għandna nkunu aktar viċin dawn in-nies speċjalment f'mumenti bħal dawn.", "M'għandniex noqogħdu nikkritikaw biss iżda rridu nġegħluhom iħossuhom kunfidenti.", "Aħna l-Maltin kultant ma ngħinux lin-nies tal-pajjjiż li jkollhom ċerti talenti.", "Lil dawn ngħinuhom billi nużaw iżjed il-mużika tagħhom, nattendu iżjed il-kunċerti tagħhom u mmorru iżjed it-teatru.", "Aħna l-Maltin għanda ħafna talenti għax il-Maltin kapaċi u nemmen li l-Maltin għandna futur kbir quddiemna fejn jidħol dan il-qasam.", "Qabel ma ngħaddi għal punti oħrajn li nixtieq inqajjem illum, nixtieq għal darb'oħra nesprimi d-dispjaċir tiegħi u r-rabja għall-attakki li qed iseħħu fuq proprjetajiet privati.", "L-aħħar attakk kien fuq id-dar tal-familja Daphne Caruana Galizia.", "Dan kien attakk li seta' kellu eżitu ferm aktar traġiku għax kieku ma kienx hemm azzjoni mill-ġar, id-dar kienet tieħu n- nar.", "Jien ċert li azzjoni miskina bħal din żgur li mhux se trażżan il- pinna prolifika ta' Daphne Caruana Galizia, li taqbel jew ma taqbilx magħha jew ma' dak li tikteb, hija waħda mill-opinjonisti l-iktar segwiti fil- pajjiż.", "Hi x'inhi r-raġuni u huma min huma dawn il-kriminali li qed jagħmlu dawn l-atti barbari, nittama li l-forza ta' l-ordni jaqbduhom sabiex jieħdu l-ġustizzja li ħaqqhom.", "Nittama li dan isir mill-aktar fis għax fil-veru sens tal-kelma qed nilagħbu man-nar, u jekk l-affarijiet ikomplu għaddejjin hekk, wisq nibża' li din il-vjolenza jista' jkollha xi eżitu traġiku.", "Irridu niftakru li jekk qegħdin nitkellmu fuq kuluri tal-ġilda, kemm jekk bniedem huwa abjad, kemm jekk għandu ġilda skura, fl-aħħar mill-aħħar demmna ta' kulħadd l-istess.", "Sur President, jien rajt diversi nies ta' nazzjonalitajiet differenti f'diffikultajiet.", "Meta tara nies li qed ibatu ma tistax tagħtihom dahrek.", "Jien għadni ġej minn konferenza ta' ġimgħa flimkien mal-kollega ta' l-oppożizzjoni, l-Onor.", "Joseph Sammut, li kienet organizzata mill-commonwealth parliamentary association li t-tema tagħha kienet dwar l-isfidi li għandna quddiemna b'riżultat tal-globalizzazzjoni.", "Matul il-jiem li kont hemmhekk kelli l-opportunita` li naħseb ħafna fuq kif pajjiżna għandu jiffaċċja l-futur, b'mod speċjali dwar x'inhuma l-isfidi ewlenin li għandna negħlbu flimkien.", "Bla dubju ta' xejn l-akbar ostaklu li pajjiżna dejjem kellu fuq livell internazzjonali kien iċ-ċokon tiegħu.", "Fid-dinja llum għandna korporazzjonijiet multinazzjoanli li huma ħafna ikbar bħala dħul u bħala riżorsi mill-ħajja f'pajjiżi anke ikbar minna.", "F'pajjiżna għandna nipprovaw nisfruttaw iċ-ċokon tagħna u l-pożizzjoni tagħna f'salib it-toroq bejn l- Afrika u l-Ewropa.", "Aħna ma nistgħux nikkompetu bin-numri.", "L-azjendi tal- manifattura tagħna m'għandhomx l-economies of scale bħal dawk ta' pajjiżi ġganteski bħall-Indja jew aktar u aktar taċ-Ċina.", "Tant ieħor il-kapital Malti m'huwiex biżżejjed biex jinfluwenza l-kummerċ reġjonali speċjalment dak internazzjonali.", "Nistgħu nikkompetu tassew billi nagħtu valur akbar lilna nfusna, lil ulied din Malta ċkejkna.", "Il-Malti kemm-il darba wera l- ħila tiegħu f'ħafna oqsma fuq livell internazzjonali.", "Biżżejjed wieħed jara l-fatt li għandna azjendi u strutturi pubbliċi li huma l-għira għal kulmin jiġi jżurna.", "Fl-opinjoni tiegħi, il-ħaddiem Malti kien u għadu l- akbar asset li għandu dan il-pajjiż.", "Nemmen li t-triq li nqabdet tul l- aħħar snin bl-investiment fl-edukazzjoni komprensiva u informazzjoni professjonali u vokazzjonali taż-żgħażagħ u tal-ħaddiema tagħna f'infrastruttura ta' kwalita`, fl-iżvilupp ta' qafas ta' servizzi moderni u f'qasam pubbliku aktar effiċjenti u modern huma kollha passi lejn l-isfidi li għandna quddiemna.", "Nemmen li b'mod immedjat għandna erba' sfidi li rridu negħlbu.", "M'hemm l- beda dubju li l-effett tal-globalizzazzjoni qed jidher b'mod ċar fl- isfruttament tal-faqar tal-pajjiżi sotto-żviluppati u l-inkwiet tiegħi huwa li ħafna mir-riżorsi u materja prima li jintużaw ġejjin minn dawn l-istess pajjiżi.", "F'pajjiżna rridu niżguraw li nżommu u nsaħħu fejn hu possibbli miżuri li dawk is-setturi tas-soċjeta` li huma batuti ma jibqgħux lura iżda tingħatalhom id-dinjita` sabiex jilqgħu għal dawn l-isfidi.", "It-tieni sfida globali hija kif nistgħu negħlbu l-ispejjeż li dejjem telgħin minħabba l- għoli fil-prezzijiet taż-żejt internazzjonali.", "Nemmen li dan jista' jsir mhux billi naraw kif nistgħu nnaqqsu xi ħela li tista' qed issir, iżda billi nħarsu b'mod attiv kif ħabbar il-prim ministru, lejn sorsi ta' enerġija alternattiva.", "It-tielet sfida hija dwar kif nipproteġu u nkattru l-ambjent ta' madwarna sabiex nagħtu valur lil pajjiżna u l-gawhar tiegħu.", "Nemmen li għandna nkattru l-ambjent billi nipproteġu dik l-art mhux mittiefsa.", "Għandu jsir sforz sabiex tingħata rilevanza xierqa lejn bini bis-sens, ta' komunita` u ta' protezzjoni ta' wirt kulturali tagħna.", "Dan m'huwiex biss importanti għalina u għal uliedna imma wkoll għal kulmin jiġi jara pajjiżna kemm bħala investitur kif ukoll bħala turist.", "Fuq kollox irridu niżguraw li kull koppja jkollha ċans tibni jew tixtri dar mingħajr ma tissallab bil- prezzijiet eżorbitanti tal-proprjeta` kif inhuma llum.", "Fl-aħħarnett l-akbar sfida li għandu pajjiżna huwa li nħaddnu aktar sens ta' għaqda u li din l- għaqda tissarraf fi sforz komuni, ta' innovazzjoni u ta' kreattivita` sabiex Malta ssir ċentru ta' eċċellenza f'kull qasam.", "Irridu nitgħallmu nħarsu lil hinn mill-piki parrokkjali ta' bejnietna, għax id-dinja qed tiġri quddiemna u l-iżvilupp ma jistenna lil ħadd.", "Ir-realta` tal- globalizzazzjoni qiegħda magħna u rridu naraw kif nistgħu mhux biss nilqgħu għal dawn l-isfidi iżda fuq kollox nibnu flimkien qafas li fih il-pajjiż jintegra ruħu f'ambitu internazzjonali b'mod speċjali fi ħdan ir-reġjun tal- Mediterran.", "Qed ngħixu f'dinja ta' kuntrasti kbar fejn il-valur tal-ħajja f'ċerti pajjiżi huwa inqas minn xejn.", "Il-ġuħ, il-faqar, in-nuqqas ta' servizzi tas-saħħa u fuq kollox in-nuqqas ta' tama jistonaw sew mal- kumditajiet tas-soċjeta` moderna fejn il-flus u l-konsumiżmu saru jikkontrollaw il-ħajjiet tal-popli.", "Huwa għal dan il-għan li hemm bżonn kontroll qawwi fuq il-livell internazzjonali għall-attivitajiet tal-kooperazzjoni multinazzjonali.", "Il- ġurisprudenza attwali bbażata fuq it-territorju għandha limitazzjonijiet kbar fir-realtajiet li żviluppaw tul is-snin li ġabuna fejn ninsabu llum.", "Inħoss ukoll li wasal il-waqt li tiġi fformata aġenzija sabiex korporazzjonijiet multinazzjonali jiġu kontrollati u fl-istess waqt irridu noħolqu fuq livell internazzjonali miżuri u strutturi ħalli jħarsu l-popli kollha kontra l-isfruttament fl-impjiegi, fiċ-ċaqliq tal-kapital u fl- istandards ta' kwalita`.", "S'issa l-miżuri li hemm m'humiex ta' livell mixtieq għax kieku ħafna ditti ma kenux ifittxu pajjiżi fejn il-ħaddiema, li xi kultant ikunu tfal, jaħdmu għal inqas minn USD1 għal kull ġurnata xogħol ta' 12-il siegħa jew aktar f'każi estremi.", "Aktar minn hekk id-dinja tal-lum saret dinja ħafna aktar aċċessibbli permezz tal-mezzi ta' komunikazzjoni tal-massa, u hawn nagħmel riferenza għall-kisbiet kbar li pajjiżna kellu fil-qasam tat-telefonija immobbli, l- internet u t-televiżjoni diġitali.", "Dawn kollha ġew integrati fil-ħajja ta' kuljum u qed jgħinu biex ikollna pajjiż iktar ifformat u effiċjenti.", "Jien nistieden lil din il-Kamra biex tirrifletti fuq il-messaġġ tiegħi tal-lum u li fuq kollox naraw kif flimkien naħdmu b'sens unitarju ħalli dawn l-isfidi jintlaqgħu.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada t-Tlieta, 23 ta' Mejju, 2006, fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fid-9.50 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "WIED TA' BURMARRAD", "19030.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' il-Ministru jgħid liema huma l-esperti tal-gvern li tqabbdu sabiex iħejju pjan ta' riabilitazzjoni tal-wied ta' Burmarrad?", "Jista' ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tar-rakkmandazzjonijiet ta' dawn l-esperti?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Il-proġett tal-wied ta' Burmarrad ġie ddisinjat mill- periti u l-inġiniera ċivili tad-diviżjoni tas-servizzi fi ħdan il-ministeru għar-riżorsi u infrastruttura, speċifikament minn dawk tal-marine u stormwater unit.", "Għall-iskop ta' permess mill-MEPA, id-dipartiment ħareġ tender għall- esperti ambjentali, liema kuntratt wasal biex jingħata fil-ġranet li ġejjin.", "Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tad-disinji u pjanti, disinji li dejjem jistgħu jiġu modifikati skond il-ħtieġa.", "WIED TA' BURMARRAD", "19031.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' il-Ministru jgħid kemm se jiġi jiswa x-xogħol fuq il- wied ta' Burmarrad u meta hu mistenni li jitlesta?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ix-xogħol fuq il-wied ta' Burmarrad se jiġi jiswa madwar Lm900,000 u hu mistenni jitlesta fi żmien sena, dejjem suġġett għall-ħruġ ta' permessi min-naħa tal-MEPA u anke għal xi sejbiet arkeoloġici.", "BIODIESEL", "19041.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 18340, jista' il- Ministru jgħid għala l-unika pompa li hemm fir-Rabat mhux tingħata provvista adegwata ta' biodiesel?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Il-liċenzja li għandha kull petrol station tippermetti li din taħżen u tiddistribwixxi petrol u diesel fuel biss.", "Wara li jintemm il-proċess kurrenti ta' liberalizzazzjoni li bħalissa għaddej minn perijodu ta' konsultazzjoni, l-awtorita` dwar ir-riżorsi tkun tista' testendi l-liċenzja biex tkopri wkoll il-bejgħ ta' biofuels.", "Wara li jseħħ il-proċess ta' liberalizzazzjoni, se jinħarġu liċenzji ġodda li jippermettu l-bejgħ ta' dawn iż-żewġ kategoriji ta' diesel taħt regolarizzazzjoni adegwata, u cioe' ta' diesel mhux imħallat u ta' biodiesel.", "SKART", "19091.", "L-ONOR.", "JOSEPH CASSAR staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid kemm skart ġie ġġenerat mill-2000 sa l- 2005?", "Meta bdiet issir is-separazzjoni ta' l-iskart?", "Kemm skart ġie sseparat sal-lum f'dak li huwa ħġieġ, karti, plastik u metal?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Fis-siti mmaniġġati mill-WasteServ ġie ddepożitat skart skond kif imniżżel hawn taħt:", "2000 |Magħtab |1,409,641 | | |tunnellata | |Qortin | 36,014 | | |tunnellata | |Sant'Antni| 31,381 | |n |tunnellata |", "2001 |Magħtab |1,160,879 | | |tunnellata | |Qortin | 75,557 | | |tunnellata | |Sant'Antni| 32,103 | |n |tunnellata |", "2002 |Magħtab |1,516,431 | | |tunnellata | |Qortin | 75,233 | | |tunnellata | |Sant'Antni| 15,553 | |n |tunnellata |", "2003 |Magħtab |796,328 | | |tunnellata | |Qortin | 43,485 | | |tunnellata | |Sant'Antnin | 24,434 | | |tunnellata | |Siti għal skart ta'|761,882 | |kostruzzjoni |tunnellata |", "2004 |Magħtab | 277,402 | | |tunnellata | |Qortin | 43,485 | | |tunnellata | |Sant'Antnin | 34,992 | | |tunnellata | |Siti għal skart ta'|2,177,861 | |kostruzzjoni |tunnellata |", "2005 |Magħtab | 250,523 | | |tunnellata | |Qortin | 16,827 | | |tunnellata | |Sant'Antnin | 40,750 | | |tunnellata | |Siti għal skart ta'|1,185,174 | |kostruzzjoni |tunnellata |", "Is-separazzjoni ta' l-iskart fil-bring-in sites imnedija mill-WasteServ bdiet f'Lulju ta' l-2003 fil-każ ta' Malta u f'April ta' l-2004 fil-każ ta' Għawdex.", "Iċ-ċifri għal bejn Lulju ta' l-2003 u Frar ta' l-2006 huma hekk:", "| |Karti |Plasti|Metall|Ħġieġ | | | |k | | | |Malta |1,550,6|452,47|254,78|805,41| | |35kg |1kg |0kg |7kg | |Ghawde| | | |103,34| |x |115,170|62,780|22,900|8 |", "WIED IZ-ZIJU", "19098.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jikkonferma li l-istrateġija tal-gvern hija li f'Wied il-Għajn mhux biss jinbena mpjant tar-riċiklaġġ imma wara ċertu żmien jinbena wkoll, permezz ta' fondi mill-Unjoni Ewropea, inċineratur li se jkun qed jaħraq aktar minn 130,000 tunnellata ta' dirty waste u engineered landfill li tibda tintuża wara li tingħalaq dik ta' l-Għallies fl-2013?", "F'każ li ma jikkonfermax dan, jista' jinformana x'jgħidu u xi jfissru d-dokumenti u r-rapporti li hemm quddiem l-Unjoni Ewropea u quddiem il-MEPA f'dan ir-rigward?", "Jista' jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-gvern fil- futur qarib jew aktar 'il bogħod jieħu l-barriera ta' Wied iż-Żiju sabiex din tintuża bħala engineered landfill?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Le, il-gvern m'għandu l-ebda ħsieb li ġewwa Wied il-Għajn ikun hemm inċineratur u/jew engineered landfill u għaldaqstant mhux ċar għal liema rapporti l-Onor.", "Interpellant qed jirriferi.", "Lanqas ma għandu l-ħsieb il-gvern li jieħu l-barriera ta' Wied iż-Żiju sabiex tintuża bħala engineered landfill.", "Hawn ta' min jgħid li din il-barriera kienet ġiet identifikata minn konsorzju privat fl-2000 biex tiġi żviluppata f'landfill, iżda din il- proposta ma ġietx ikkonsidrata aktar għax il-gvern identifika l-Għallies bħala s-sit preferut għal din il-faċilità.", "WIED IŻ-ŻIJU", "19099.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid kemm huwa minnu li l-gvern ħa jew qed jieħu passi biex jieħu f'idejh il-barriera ta' Wied iz-Ziju, qrib l-impjant ta' Sant'Antnin?", "X'inhu l-iskop ta' dan l-akkwist?", "Jista' jgħid jekk il- permess tal-barriera msemmija ġiex estiż?", "Għal kemm-il sena ġie estiż?", "Il- kunsill lokali ġie kkonsultat?", "Il-kunsill lokali ġie kkonsultat dwar il- ħsebijiet tal-gvern jew tal-WasteServ dwar il-barriera msemmija?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Il-gvern la ħa u lanqas qed jieħu passi biex jieħu f'idejh il-barriera ta' Wied iz-Ziju li tinsab qrib l-impjant ta' Sant'Antnin.", "Din il-barriera kienet ġiet identifikata minn konsorzju privat biex tiġi żviluppata f'landfill, iżda din il-proposta ma ġietx ikkonsidrata aktar għax il-gvern identifika l-Għallies bħala s-sit preferut għal din il-faċilità.", "Il-permess ta' l-estensjoni tal-barriera tal-qawwi HM 08 Wied iż-Żiju, Żejtun hu PA 3952/97, maħruġ nhar is-17 ta' Mejju, 2000.", "Hemm permess ieħor fuq il-fond mal-konfini tal-barriera kollha - PA 5901/00 - maħruġ nhar it-30 ta' Novembru, 2005 għall-perijodu ta' sena u li jieħu post il- permessi li nħarġu fuq dan is-sit qabel din id-data.", "Il-kunsill lokali taż-Żejtun ġie kkonsultat rigward dan l-iżvilupp.", "PROTEZZJONI ĊIVILI", "19100.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm flus intnefqu mill-protezzjoni ċivili għand Army Surplus tal-Mosta matul dawn l-aħħar sentejn?", "Jista' jgħid ukoll kemm minn dan ix-xiri sar b'direct order u kemm sar b'purchase order normali?", "ONOR.", "TONIO BORG: Tagħrif dwar x'intnefaq għand Army Surplus fuq materjal mixtri mid-dipartiment tal-protezzjoni ċivili matul is-sena 2005 u l-2006 hu hekk:-", "|2005 |Lm5,123.40| |2006 | | | |1,111.25 |", "Kull ħlas sar permezz ta' local purchase order.", "EŻAMIJIET TAS-SEC", "19101.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid jekk fl-eżami tas-sec ta' l- Ingliż, paper 2A, fit-tieni comprehension, kienx hemm żball li seta' ħawwad lill-istudenti, fis-sens li fit-tieni mistoqsija ta' true or false kien hemm miktub \"The Prince is next to the Throne\", meta riedet tiġi \"The Prince is next in line to the Throne\"?", "Jekk dan kien żball, dawk li jikkoreġu se jagħtu kas ta' dan?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Fl-eżami ta' l-Ingliż, paper 2A, it-tieni comprehension kienet fuq il-Prinċep William ta' l-Ingilterra u t-tieni sentenza kienet tgħid hekk: \"The 23-year-old Prince, who is second in line to the British Throne, is at Sandhurst on a 44-week course.\"", "Il-mistoqsija 2(b) ta' true or false kienet tibda hekk: \"Prince William is next to the Throne. ( ) .......\".", "F'dan il-kuntest l-istudenti ma tħawdux bil-mistoqsija u ħadd mill- eżaminaturi - s'issa mmarkaw mijiet ta' karti - ma rrapporta li xi student seta' ħaseb li \"next to\" qed tintuża bħala preposition of place.", "L-eżaminaturi ntalbu biex f'każ li jiġri dan jikkonsidraw it-tweġiba bħala korretta.", "ASSENTEIŻMU", "19102.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 18243 u jgħid x'kien il-persentaġġ ta' assenteiżmu mill-iskejjel ta' l- istat, primarji u sekondarji fit-tieni term ta' din is-sena skolastika?", "Jista' jgħid ukoll f'liema skola l-aktar li kien hemm persentaġġ għoli ta' studenti assenti?", "F'liema skejjel kien l-aktar baxx?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: In-numru ta' studenti assenti f'xi ġurnata jew aktar mit-tieni term ta' din is-sena skolastika mill-iskejjel ta' l-istat, primarji u sekondarji hu kif ġej:-", "|Primarji | |minn total | |Bniet u |846 |ta' 17,934 | |Subien | | | |Sekondarji |1,23|minn total | |Bniet |6 |ta' 9,079| |Sekondarji |1,88|minn total | |Subien |6 |ta' 8,970|", "Ma jidhirlix li jkun ta' ġid li niżvela l-iskejjel fejn kien hemm l-akbar jew l-anqas numru ta' studenti li assentixxew ruħhom, għalkemm diffikulta' biex ninforma lill-Onor.", "Membru b'dan m'għandix basta konfidenzjalment.", "ASSENTEIŻMU", "19103.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 18244 u jagħti ċ-ċifri ta' studenti assenti mingħajr raġuni valida mill- iskejjel tal-knisja u dawk indipendenti?", "Jista' jgħid ukoll liema huma l- iskejjel fejn kien hemm l-aktar u l-anqas assenteiżmu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: In-numru ta' studenti assenti f'ġurnata jew aktar mill- iskejjel tal-knisja kien hekk :-", "Primarji - 3092 Sekondarji - 3701", "Informat ukoll li n-numru ta' studenti assenti mill-iskejjel indipendenti kien hekk:-", "Primarji - 763 Sekondarji - 532", "Ma jidhirlix li jkun ta' ġid li niżvela l-iskejjel fejn kien hemm l-aktar jew l-anqas numru ta' studenti li assentixxew ruħhom, għalkemm diffikulta' biex ninforma lill-Onor.", "Membru b'dan m'għandix basta konfidenzjalment.", "PEMBROKE ANIMAL SHELTER", "19123.", "L-ONOR.", "MICHAEL ASCIAK staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 18270, jista' il- ministeru jikkuntattja lil dawk involuti dwar id-dettalji li qed jintbagħtu separatament, peress li dawn il-persuni ma kkuntattjahom ħadd u l-klieb m'għandhomx fejn joqogħdu wara li l-MEPA għalqet il-post ta' Pembroke?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Il-gvern għandu d-dmir josserva li l-klieb u l- annimali l-oħra jkunu ttrattati sewwa, iżda mhux responsabbli biex isib post fejn jinżammu l-klieb.", "Minkejja dan, il-gvern jipprova jara jistax jiddedika art pubblika adegwata li tista' tintuża għal dan l-iskop, iżda dan mhux dejjem huwa possibbli.", "Sadanittant ħadd m'għandu l-jedd jokkupa art pubblika mingħajr awtorizzazzjoni u jibdel sit bħala post ta' akkomodazzjoni għall-klieb mingħajr il-permess tal-MEPA.", "U bil-liġi ta' pajjiżna, il-kustodju ta' dawn il-klieb irid jara u jassigura s-saħħa u l-ħarsien ta' dawn l- annimali.", "Jien informat li uffiċjali mit-taqsima għall-ħarsien ta' l-ikel u l- attività veterinarja tal-ministeru għall-affarijiet rurali u ambjent ikkuntattjaw lil din il-persuna diversi drabi.", "PJAZZA SANT'ANNA", "19124.", "L-ONOR.", "ROBERT ARRIGO staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: B'riferenza għall-pjazza Sant'Anna li suppost se terġa' tiġi lura għal kif kienet - għalkemm jidher li issa hemm bini ta' tmien sulari (PA01176/00) li wasal sal-ground floor u qed jieħu parti minn din il- pjazza, meta pjani ta' l-ADT u survey map tal-MEPA juru li din il-parti tal-pjazza hija bla bini - jista' il-Ministru jgħid hux minnu li din il- pjazza hija proprjeta' privata?", "Hemm titlu fuq din il-biċċa art?", "Kif se jibni tmien sulari u se jostakola l-arja u d-dawl ta' ħaddieħor ġaladarba dan huwa inqas minn żewġ metri mill-bini ta' ċertu valur arkitettoniku eżistenti?", "Jista' ikun li l-MEPA ħarġet il-permess b'oversight?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Skond l-applikazzjoni sottomessa, l-applikant iddikjara li huwa s-sid tal-propjeta'.", "F'kull każ il-MEPA, meta jkun hemm kwestjonijiet ta' ownership, ma tistax tiddikjara jew tikkonferma min huwa s-sid jew le għaliex din tagħmilha biss il-qorti.", "Huwa għalhekk li l- permessi jinħargu mingħajr preġudizzju għal drittijiet ta' terzi.", "Il-MEPA attwalment qed tinvestiga l-każ biex tistabilixxi jekk hemmx lok ta' sottomissjonijiet foloz li abbażi tagħhom il-MEPA setgħet ġiet żgwidata u dan a tenur ta' artiklu 39 (A) ta' l-Att dwar l-Ippjanar.", "F'każ li jinstab li saru sottomissjonijiet foloz allura l-MEPA tieħu l-passi kif provdut fl-artiklu msemmi.", "Il-permess li nħareġ huwa għal estensjoni vertikali fuq il-linja", "tal-bini ta' porch eżistenti fil-pjan terran u mhux fuq art li fuqha m'hemmx bini.", "STREET LIGHTING", "19125.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jara li jitwaħħal arblu tad-dawl quddiem il-gate taċ-ċimiterju ta' Ħaż-Żabbar?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Minħabba li d-dawl tat-toroq issa ġie devolut lill- kunsilli lokali, l-istallar ta' lampi ġodda huwa responsabbilta' tal- kunsill lokali.", "FOND FL-ISLA", "19126.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tara li tiġi solvuta l-problema ta' inkwilin mill-Isla li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Għaddejt it-talba ta' l-Onor.", "Interpellant lid- dipartiment tal-bini u tiswija ta' djar biex jinvestigaw u jieħdu l-azzjoni meħtieġa.", "AKKOMODAZZJONI SOĊJALI", "19127.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid għaliex id-dipartiment għall- akkomodazzjoni soċjali mhux qed jieħu azzjoni biex single parent b'208 points tkun tista' tibbenefika minn post tal-gvern?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: M'għandi xejn xi nżid mat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 17505.", "POST TAL-GVERN", "19128.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid fejn waslet it-talba ta' persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: L-applikazzjoni qed tiġi kkonsidrata flimkien m'oħrajn simili.", "CARE AND REPAIR", "19129.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tara li anzjana minn Bormla li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, tkun tista' tibbenefika mis- servizz tal-care and repair?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Il-persuna li qed jirriferi għaliha l-Onor.", "Interpellant m'għandha l-ebda applikazzjoni pendenti ma' l-awtorita' tad- djar.", "Madankollu l-awtorita' qed tieħu nota tad-dettalji provduti u fi żmien qasir se tispezzjona l-post biex jiġi vverifikat jekk din il-persuna tistax tibbenefika taħt l-inizjattiva tal-care and repair.", "AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA", "19130.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tara li jittieħdu l-passi biex id- dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali jaċċetta applikazzjoni ta' persuna homeless li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Il-persuna indikata m'għandha l-ebda applikazzjoni mad-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali.", "PREZZ TAL-PITROLJU", "19138.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Nista' inkun naf meta l-prezz tal-pitrolju sar ekwivalenti għall-prezz tad-diesel?", "X'kien il-bejgħ medju tal-light heating oil u kemm hu l-bejgħ medju llum?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-informazzjoni mitluba hija ta' natura kummerċjali u ma tistax tingħata.", "BEJGĦ TAL-PITROLJU", "19139.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Nista' inkun naf kemm kien il- bejgħ medju tal-pitrolju qabel żdied il-prezz u kemm hu l-bejgħ medju llum?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-informazzjoni mitluba hija ta' natura kummerċjali u allura ma tistax tingħata.", "LIGHT HEATING OIL", "19140.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jikkonferma l-Ministru li qed isiru investigazzjonijiet dwar użu abbużiv tal-light heating oil?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "TRIQ WIED ĦAL BALZAN", "19141.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jgħid għaliex qatt mhu qed issir manutenzjoni f'Wied Ħal Balzan?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: It-triq imsemmija la hi triq arterjali u lanqas distributorja u għalhekk il-manutenzjoni hija responsabbilta' tal-kunsill lokali.", "TRIQ IL-MITĦNA FIL-MOSTA", "19142.", "L-ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jgħid meta se jitwaqqa' ħajt tas-sejjieħ biex tiġi estiża u mwessgħa Triq il-Mitħna, fil-Mosta?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: It-tender biex isiru x-xogħlijiet ħareġ u dalwaqt jintgħażel il-kuntrattur.", "HOUSING", "19143.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Il-gvern għadu bil-ħsieb li l-awtorita' tad-djar u d-dipartiment tad-djar jiġu amalgamati?", "Il-working hours, inkluż ir-reduced hours, se jiġu affettwati bħala kondizzjonijiet tax-xogħol?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Waqt li t-tweġiba għall-ewwel parti tal-mistoqsija hi fl-affermattiv, mhux il-waqt li nikkummenta dwar it-tieni parti tal- mistoqsija, anke peress li l-istruttura l-ġdida li se tieħu r- responsabbilta' tal-funzjonijiet attwali ta' l-awtorita' tad-djar u d- dipartimenti konċernati għad trid tiġi determinata.", "TRIQ TA' ĦAD-DINGLI", "19144.", "L-ONOR.", "JOSEPH CASSAR staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Jista' il-Ministru meta huwa pproġettat li tingħata wiċċ ġdid it- triq li mir-Rabat tieħu għal Ħad-Dingli?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: L-awtorita' dwar it-trasport għaddejja bi progamm ta' kostruzzjoni ta' diversi partijiet min-network ta' toroq arterjali u distributorji.", "Barra minn hekk, riċentement sar xogħol ta' major patching fuq partijiet oħra ta' dan in-network, bl-iskop li titjieb ir-ridability ta' dawn it-toroq bħala miżura temporanja.", "Dawn ix-xogħlijiet mistennija jitkomplew fix-xhur li ġejjin, dejjem skond il-prioritajiet li jirriżultaw mill-ispezzjonijiet li jsiru fuq bażi regolari.", "AMBAXXATURI GĦAL MALTA", "19145.", "L-ONOR.", "JOSEPH CASSAR staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn ambaxxaturi ta' pajjiżi mill- Unjoni Ewropea residenti Malta?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Il-pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropea li għandhom ambaxxatur residenti Malta huma l-Italja, Franza, il-Ġermanja, l- Awstrija, il-Belġju, l-", "Olanda, Spanja, il-Portugall, il-Greċja u r-Renju Unit.", "L-Irlanda wkoll għandha ambaxxata f'Malta iżda l-ambaxxatur huwa residenti Ruma.", "DISINN TAL-MUNITA EURO", "19146.", "L-ONOR.", "JOSEPH CASSAR staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid fiex wasal il-proċess ta' għażla tad- disinn li se jintuża fuq il-munita euro?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Wara li l-pubbliku għażel it-temi għall-wiċċ nazzjonali tal-munita euro, il-bank ċentrali ikkummissjona disinjatur tal- muniti sabiex joħloq id-disinji tat-temi magħżula.", "Dan il-proċess issa wasal fi tmiemu u fil-ġranet li ġejjin, il-kumitat nazzjonali għall-bidla fl-euro u l-bank ċentrali se jniedu proċess ta' għażla fuq id-disinni finali tal-muniti euro.", "MANUTENZJONI TA' PJAZEZ", "19147.", "L-ONOR.", "JOSEPH CASSAR staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' il-Ministru jgħid kemm pjazez ġew irranġati mill- gvern ċentrali matul din il-leġislatura?", "Jista' jagħti lista tagħhom?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Matul din il-leġislatura ġew irranġati dawn il-pjazez mill-gvern ċentrali:-", "*Il-pjazez ta' l-Imdina *Ġnien il-Bennej, fiż-Żurrieq *Il-pjazza ta' Paceville *Il-pjazza ta' Ħal Kirkop *Il-pjazza ta' Ħal Safi *Ix-Xarolla, fiż-Żurrieq *Pjazza Paolino Vassalli, Bormla *Il-pjazza tal-Mellieħa u *Misraħ il-Missjoni ż-Żgħira, l-Imqabba.", "ANZJANI OVER-100", "19148.", "L-ONOR.", "JOSEPH CASSAR staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid kemm anzjani hawn li għandhom 'il fuq minn 100 sena?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Skond l-uffiċċju elettorali, anzjani hawn 105 li għandhom 'il fuq minn 100 sena, sebgħa minnhom residenti San Vincenz.", "BENEFIĊĊJU TAL-MARD", "19154.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tara li jinħareġ il-ħlas tas-sick leave ta' persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jivverifika d- dettalji mibgħuta.", "QUADRICYCLES", "19155.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li xufiera u passiġġieri fuq muturi żgħar b'erba' roti mhux qegħdin jiġu obbligati jilbsu crash helmet?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Dawn it-tip ta' vetturi bil-mutur m'humiex ikkonsidrati bħala mutur iżda huma kklassifikati bħala quadricycles, fl- istess klassi tal-karrozzi u sal-lum għad m'hemmx il-ħtieġa bil-liġi li jintlibes crash helmet waqt l-użu ta' dawn il-vetturi.", "Peress li dawn il-vetturi ma joffru l-ebda protezzjoni lis-sewwieq, qed tkun ikkonsidrata l-possibbiltà li tiddaħħal fil-liġi l-ħtieġa ta' l-użu ta' crash helmet.", "KAROZZI TAL-LINJA", "19156.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' karozzi tal-linja ġodda?", "Kemm minn dawn il-vetturi ġodda li ġew mibdula ma' oħrajn qodma ġew ritornati lill-ADT?", "F'każ li ma ġewx ritornati, qegħdin joħorġu fuq ir- rotta minflok il-vetturi l-ġodda?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: S'issa nbidlu 131 karrozza tal-linja m'oħrajn ġodda low-floor.", "Dawn bdew jinbidlu fl-1997, meta kienu waslu Malta l-ewwel ħames karozzi tal-linja ġodda li kienu ġew ordnati fl-1996 u dan wara ftehim milħuq bejn il-gvern u s-sidien tal-karozzi tal-linja.", "Skond il-kuntratt li kien sar, suppost li l-ħames karozzi tal-linja qodma li nbidlu kellhom jingħataw lill-awtorità - dak iż-żmien l-awtorità dwar it- trasport pubbliku - iżda l-bord maħtur minn gvern Laburista kien aċċetta li operatur partikolari li bidel erba' karrozzi jibqa' iżomm għandu l-erba' karozzi antiki tiegħu.", "Jien informat ukoll li fir-rigward tal-vetturi l-oħra li nbidlu mill-1999 'l hawn, kien hemm 12-il vettura qadima li baqgħu ma ġewx ritornati.", "Fir- rigward ta' 11 minnhom, is-sidien ippreżentaw affidavit li l-vettura ma setgħetx tiġi ritornata jew għaliex kienet tkissret jew għaliex kienet mitfugħa f'xi għalqa f'kondizzjoni ħażina ħafna.", "Fil-każ tal-vettura l- oħra, is-sid li għażel li ma jieħu l-ebda għajnuna finanzjarja mingħand il- gvern għall-vettura l-ġdida li daħħal wera x-xewqa li jibqa' iżomm l-antika bħala rikordju.", "Ma jirriżultax li karozzi minn dawk qodma li ma ġewx ritornati lill- awtorita' dwar it-trasport qed jintużaw fuq xogħol tar-rotta minflok dawk ġodda, għalkemm tajjeb jingħad li l-awtorita' dwar it-trasport tagħmel monitoraġġ kuljum fuq l-użu tal-karrozzi tal-linja l-ġodda biex ikun żgurat li dawn jintużaw kif suppost.", "SKOLA PRIMARJA TA' PEMBROKE", "19157.", "L-ONOR.", "ROBERT ARRIGO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jinformana f'liema stadju wasal il- proġett ta' skola primarja ġdida f'Pembroke?", "Meta hu maħsub li jibda u jitlesta x-xogħol?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: F'dan l-istadju m'għandix x'inżid mat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 17203.", "KUNSILLI LOKALI", "19158.", "L-ONOR.", "ROBERT ARRIGO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Peress li kumpanniji ta' l-assikurazzjoni m'humiex jaċċettaw li jkopru l-kunsilli fid-dawl ta' xi sentenza tal-qorti kontra l- kunsilli lokali, jista' il-Viċi Prim Ministru jidħol fil-kwestjoni biex ikun hemm ekwita' kemm fir-responsabbiltajiet kif ukoll l-assikurazzjoni li tkopri l-istess?", "ONOR.", "TONIO BORG: Flimkien ma' l-assoċjazzjoni tal-kunsilli lokali, id- dipartiment għall-gvern lokali qed jara kif tista' tinstab soluzzjoni għad- diffikultajiet li qed jiltaqgħu magħhom diversi kunsilli lokali biex ikollhom polza ta' assikurazzjoni kontra danni lil terzi.", "Għal dan il-għan qed tkun esplorata l-possibbilta' li ssir xi forma ta' block policy li tkun tkopri l-kunsilli interessati.", "L-assoċjazzjoni talbet proposti mill-broker tagħha sabiex din il-materja tiġi sorvolata.", "HOST FAMILIES", "19159.", "L-ONOR.", "ROBERT ARRIGO staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid jekk Pembroke huwiex indikat bħala żona turistika?", "Jista' jgħid kemm host families hemm liċenzjati u kemm hemm liċenzji għal stabilimenti turistiċi f'Pembroke?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Skond avviż legali 87/2005, Pembroke mhuwiex meqjus bħala żona turistika għall-fini ta' kontribuzzjonijiet lill- awtorita' tat-turiżmu, għalkemm qed jiġi nkluż fiż-żona kostali għall-fini ta' immaniġġar ta' żoni turistiċi.", "Sas-17 ta' Mejju, 2006 f'Pemborke kien hemm 80 host families liċenzjati u stabiliment wieħed ta' akkomodazzjoni turistika - hostel li jinkludi fih liċenzja ta' bar.", "ASFALTAR TA' TOROQ", "19160.", "L-ONOR.", "ROBERT ARRIGO staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jinformana jekk hux minnu li l-armata talbet lill-kunsill lokali ta' Pembroke biex jirranġa xi toroq mhux urbani madwar ir-ranges tal-lokal?", "Dawn it-toroq huma barra mir- responsabbiltajiet tal-kunsill?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Bil-maqlub ta' dak li qed jintqal fil-mistoqsija, kien il-kunsill lokali ta' Pembroke li talab lill-armata biex jissewwew it- toroq li hemm fir-ranges ta' Pembroke u tal-madwar u li jaqgħu taħt ir- responsabbiltajiet tal-kunsill.", "Fil-fatt, il-kunsill ippropona li joffri l- finanzjament tal-materjal u li l-armata tipprovdi n-nies biex isiru t- tiswijiet.", "Din il-proposta tal-kunsill għadha qed tiġi kkonsidrata mill-armata.", "POSTIJIET FIS-SIĠĠIEWI", "19161.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid lil min ġew allokati l-postijiet ta' l-uffiċċju konġunt bin-numri 45 u 46 fi Triq San Ġwann, is-Siġġiewi?", "ONOR.", "TONIO BORG: Il-fondi bin-numri 45 u 46 fi Triq San Ġwann, is- Siġġiewi ma ġew allokati lil ħadd mill-uffiċċju konġunt.", "COMPUTER DOMAIN", "19162.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għall- Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il- Ministru jgħid kemm tlaħħaq in-nefqa għas-servizzi ta' taħriġ mal-computer domain, skond il-kors - inkluż ECDL core, advanced u equal skills - matul dawn l-aħħar tliet snin?", "Kemm studenti applikaw u għal liema korsijiet attendew?", "Jista' jagħti d-dettalji tal-proċess ta' l-għażla li jsir?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "TICKETING BOOTHS", "19163.", "L-ONOR.", "ROBERT ARRIGO staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: B'riferenza għall-mistoqsija dwar ticket booths fix-xatt ta' Tas- Sliema, peress li bħalissa hemm iżjed minn ħames booths bil-liċenzja, jista' il-Ministru jelenka dawk il-kumpanniji li għandhom permess u kemm ticket booths liċenzjati għandhom?", "Jista' jgħid meta l-MEPA se tieħu deċiżjoni dwar l-applikazzjonijiet pendenti?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Waqt li nistenna li l-MEPA tipproċessa l- applikazzjonijiet kif inhu stipulat fil-liġi, l-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jirriferi dik il-parti tal-mistoqsija għar-rigward ta' liema booths għandhom liċenzja lill-ministru konċernat.", "KONTIJIET TA' L-ILMA", "19164.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 18610 u jgħid għaliex familja li dettalji dwarha qed jintbagħtu", "separatament, għadha ma rċevitx id-deċiżjoni tal-bord tad-WSC dwar kontijiet għoljin li rċievet f'dawn l-aħħar xhur?", "X'inhi din li familja li tgħix bil-pensjoni ta' l-invalidita' ma tistax tibbenefika mill-eżenzjoni tas-surcharge ta' l-ilma?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Il-każ tressaq quddiem l-advisory board tal- korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma fil-11 ta' April, 2006 u ġie approvat li għandu jsir tnaqqis mill-kont ta' l-ilma ta' Lm53.12.", "Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, l-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jirriferi l-mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "3-STAR HOTELS", "19165.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid x'inizjattivi hemm maħsuba biex jiġu promossi lukandi ta' tliet stilel?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Il-promozzjoni li tagħmel l-awtorita' tat- turiżmu mhix intenzjonata li tiffavorixxi xi kategorija jew oħra ta' akkomodazzjoni.", "Il-marketing ta' l-awtorita' hu mmirat biex jattira firxa aktar wiesgħa ta' viżitaturi lejn id-destinazzjoni u dawn jagħmlu l-għażla skond il-preferenzi u l-budget li jkollhom.", "Madankollu ta' min jgħid li l- awtorita' qed taħdem bis-sħiħ biex din is-sena jiġi mniedi internet portal mill-MTA li jagħti faċilita' lill-viżitatur jagħmel il-bookings ta' l-ajru u akkomodazzjoni on-line.", "L-istabilimenti ta' akkomodazzjoni kollha se jingħataw il-faċilita' li jirreġistraw il-proprjeta' tagħhom fuq dan il-portal biex ikunu jistgħu jibbenefikaw minn bookings on-line.", "TITJIRIET BL-AJRU", "19166.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Peress li qed jasluli lmenti dwar nuqqas ta' titjiriet mir-Renju Unit, Franza u l-Ġermanja li qed iwassal biex eluf ta' turisti ma jiġux hawn, jista' il-Ministru jgħid x'passi qegħdin jittieħdu biex tiġi indirizzata din il-problema?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "TOUR OPERATORS", "19167.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid x'għajnuna finanzjarja qed jingħataw tour operators ibbażati Malta jew barra li jispeċjalizzaw f'li jġibu turisti lejn Malta u Għawdex?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: It-total li l-awtorita' qiegħda tagħti bħala marketing support lit-tour operators ibbażati Malta jew barra li jġibu turisti f'Malta u Għawdex huwa ta' Lm1.8 miljun.", "4-STAR HOTELS", "19168.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid x'inizjattivi hemm maħsuba biex jiġu promossi lukandi ta' erba' stilel?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jirriferi għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 19165.", "PJAN STRATEĠIKU GĦAT-TURIŻMU", "19169.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol biex jitfassal pjan nazzjonali strateġiku għat-turiżmu?", "Jista' jgħid fiex wasal ix-xogħol għat- tfassil ta' pjani strateġiċi nazzjonali settorjali fit-turiżmu?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ix-xogħol biex jitfassal pjan strateġiku għas- snin 2006-2008 jinsab fi stadju avvanzat u anke tfasslu proposti dwar il- missjoni, objettivi u strateġiji flimkien ma' profili dettaljati dwar is- segments kollha li l-awtorita' identifikat bħala importanti għall-iżvilupp tat-turiżmu f'pajjiżna.", "Dawn il-profili huma l-bażi ta' konsultazzjoni estensiva li saret kemm internament ġewwa l-awtorita' kif ukoll esternament ma' assoċjazzjonijiet, organizzazzjonijiet u individwi", "involuti fit-turiżmu u issa li qegħdin fl-aħħar fażi ta' konsultazzjoni, ix- xogħol fuq id-dokument miexi wkoll.", "Il-pjan strateġiku se jagħti direzzjoni u jistabilixxi l-framework li madwaru jissawru l-business plans ta' l-awtorita' għas-snin 2006-2008.", "FONDI MILL-UNJONI EWROPEA", "19170.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 19044, jista' il-Prim Ministru jgħid x'passi qed jittieħdu biex sa l-aħħar ta' din is- sena jintnefqu t-80% li fadal minn fondi Ewropej?", "X'jiġri jekk ma jintnefqux kollha sa l-aħħar tas-sena 2006?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: B'żieda mat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 19044, ninforma lill-Onor.", "Interpellant li kull fond għandu medda ta' implimentazzjoni speċifika sa meta għandhom jintnefqu l-flus u sa meta għandu jsir l-aħħar pagament fuq fond jew programm partikolari.", "Ta' min jgħid li l-fondi f'pajjiżna huma kollha allokati fi programmi u proġetti, bil-gvern fiduċjuż li l-għanijiet finanzjarji ta' l-infiq ta' kull fond jew programm - li huma varji u jestendu sa l-2009 għal uħud mill- programmi/proġetti - se jintlaħqu.", "HERITAGE MALTA", "19174.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx verita' f'rapporti li ċertu xiri ta' prodotti u servizzi minn Heritage Malta qed isir mingħajr ma jinġiebu kwotazzjonijiet varji u/jew alternattivi?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Heritage Malta timxi skond il-public contracts regulations kif ukoll skond il-procurement regulations tal-gvern fejn dejjem ġew rispettati t-thresholds stabiliti.", "Fejn inħass il-bżonn għal xi direct orders, Heritage Malta dejjem talbet il-permessi kollha meħtieġa mill-enti konċernati biex tkun tista' tagħmel dan.", "PRIVATIZZAZZJONI TAL-MALTACOM", "19175.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid jekk kienx hemm persuni oħra, apparti l-privatisation unit, involuti f'taħditiet ma' l-Emirates International Telecommunications (M) Ltd. dwar il- privatizzazzjoni tal-Maltacom?", "Jekk iva, min huma?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "ASSISTENZA SOĊJALI", "19176.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tara x'sar mill-każ ta' persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Il-persuna indikata ġiet informata bil-miktub mid- dipartiment tas-sigurta' soċjali dwar il-każ tagħha.", "AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA", "19177.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tara l-każ ta' persuna li tinsab bla dar u li qiegħda tgħix fil-club tal-boċċi tal-Marsa?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: L-applikazzjoni qed tingħata l-attenzjoni meħtieġa.", "ANZJANA F'DAR TAL-GVERN", "19178.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tal-Familja u tas- Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tara għaliex anzjana li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, qed tħallas Lm10.83 fil-ġimgħa bħala arretrati?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Jekk l-Onor.", "Interpellant qed jirriferi għall- kontribuzzjoni dovuta bħala resident f'dar jew istituzzjoni tal-gvern għall- anzjani, ninsab informata li l-ammont ta' kontribuzzjoni jiġi stmat mid- dipartiment għall-anzjani u kura fil-komunita'.", "KAŻ TA' PENSJONI", "19179.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari li saret fil-konfront ta' persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, tista' lil din l-anzjana tinħarġilha xi forma ta' pensjoni?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Il-persuna indikata ġiet informata bil-miktub mid- dipartiment tas-sigurta' soċjali dwar il-każ tagħha.", "KORSIJIET FIS-SNAJJA'", "19180.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għal Għawdex: Tista' il-Ministru tgħid kemm mill-korsijiet fis-snajja' li għalihom kienu qegħdin jintlaqgħu l-applikazzjonijiet f'Jannar 2006, baqgħu ma fetħux?", "Liema huma l-korsijiet u kemm studenti laħqu applikaw?", "Kemm se jintilfu fondi minħabba l-fatt li l-korsijiet baqgħu ma fetħux?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Il-korsijiet fis-snajja f'Għawdex iffinanzjati mill- Unjoni Ewropea huma maqsuma f'zewġ fażijiet u meta ħarġu l- applikazzjonijiet ħarġu għal diversi korsijiet, iżda fl-ewwel fażi nbdew dawk il-korsijiet li għalihom kien hemm l-akbar numru ta' applikazzjonijiet.", "Il-flus allokati għal dawn il-korsijiet mhux se jintilfu għax aktar korsijiet se jiġu offruti aktar tard din is-sena, kif kien ippjanat oriġinarjament.", "Lista ta' dawk il-korsijiet li ma fetħux kif ukoll in-numru ta' l- applikanti għalihom qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "SVPR", "19184.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 19022, jista' il-Ministru jikkonferma li daħal l-ilma mit-twieqi?", "Kemm ġiet l-ispiża?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ix-xogħol fuq it-twieqi tal-blokk ta' Padre Pio kien parti mix-xogħol ta' manutenzjoni li jsir regolarment u dan", "kien meħtieġ minħabba li wara s-sajf, peress li l-binja kienet għada relattivament ġdida, kien hemm postijiet fejn is-sealer inqata' minn mal- ġwarniċa tat-tieqa u beda dieħel l-ilma.", "Is-sealer reġa' sar mill-kuntrattur oriġinali a spejjeż tiegħu.", "IT F'ST.", "LUKE'S", "19208.", "L-ONOR.", "JOSEPH ABELA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid kemm flus ġew ivvotati mid- dipartiment tas-saħħa matul is-snin 2004 u 2005 fuq teknoloġija ta' l- informazzjoni f'St. Luke's?", "Jista' jgħid kemm hi l-allokazzjoni finanzjarja sabiex ikunu jistgħu jinxtraw computers u apparat ieħor ta' l-IT f'St. Luke's għas-sena 2006?", "Jista' jgħid kemm fondi ġew utilizzati sa Mejju 2006 minn din l- allokazzjoni?", "Jista' jgħid kemm talbiet hemm pendenti għall-bdil ta' computers u apparat ieħor bħal printers u scanners?", "Minn liema swali jew dipartimenti ġejjin dawn it-talbiet u kemm ilhom pendenti?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-ammont ivvotat fuq teknoloġija ta' l-informazzjoni f'St. Luke's kien ta' Lm88,176 għas-sena 2004 u Lm48,577 għas-sena 2005.", "L-allokazzjoni sabiex ikunu jistgħu jinxtraw computers u apparat ieħor ta' l-IT f'St. Luke's", "għas-sena 2006 hu ta' Lm39,550 u minn din l-allokazzjoni s'issa ġew utilizzati Lm21,616.", "Bħalissa minn St. Luke's hemm pendenti 38 talba għal computers ġodda u ħamsa għal printers ġodda, kif ġej:", "|Kompjut|Fiżjoterapija |2 | |ers | | | | |Biomedical |1 | | |Engineering | | | |Swali tat-tfal |2 | | |Dipt. ta' |4 | | |l-Outpatients | | | |Taqsima |3 | | |tal-Maternita' | | | |Patoloġija |6 | | |Taqsima |3 | | |tal-Kirurġija | | | |Radjoloġija |3 | | |Spiżerija |7 | | |Taqsima ta' |1 | | |l-Ortopedija | | | |Sala ta' |1 | | |l-Oftalmija | | | |Taqsima |3 | | |tal-Mediċina | | | |Amministrazzjoni |2 |", "|Printer|Patoloġija |2 | |s | | | | |Taqsima |1 | | |tal-Mediċina | | | |Taqsima |1 | | |tal-Maternita' | | | |Stores |1 |", "Ta' min jiċċara li t-talbiet ma jiġux milqugħa skond id-data rispettiva, imma kull talba tiġi kkonsidrata fuq il-merti tagħha kif ukoll skond l- ammont ta' fondi vvotati għal dak l-iskop.", "MALTACOM", "19209.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm kien il-valur ta' kull sehem tal-Maltacom minn Jannar 2005 sal-lum?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Din l-informazzjoni tista' tinġabar minn fuq il-website ta' l-istock exchange.", "ĊITAZZJONIJIET", "19210.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ċitazzjonijiet saru mill-gwardjani lokali fl-ewwel erba' xhur tas-sena, inkluż fejn l- akkuża hija marbuta ma' l-ambjent u l-indafa?", "ONOR.", "TONIO BORG: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "COTTONERA WATERFRONT", "19211.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid jekk sarx xi progress dwar il-bini ta' lukanda fix-xatt tal-Cottonera?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ma sar ebda progress f'dan is-sens.", "COTTONERA WATERFRONT", "19212.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Jista' il-Ministru jgħid jekk sarx xi progress dwar il-bini ta' lukanda fix-xatt tal-Cottonera?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Dan l-aħħar kelli laqgħa mal-periti u d- diretturi tal-Vittoriosa Gaming Ltd li għandhom l-obbligu jiżviluppaw hotel biswit il-Casino di Venezia u d-diretturi kkonfermaw li lestew il-pjanti neċessarji u l-pjani għall-investiment tal-hotel.", "Fil-fatt il-kumpannija bdiet taħditiet mal-MEPA dwar l-applikazzjoni għall-istess hotel.", "Waqt l-istess laqgħa saru diskussjonijiet sabiex il-proċess ta' kostruzzjoni jimxi f'sinerġija ma proġetti oħra li hemm fix-xatt tal-Birgu, inkluż dak tal-landscaping.", "COTTONERA WATERFRONT", "19213.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' il-Ministru jgħid jekk sarx xi progress fuq il-bini ta' lukanda fix-xatt tal-Cottonera?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jirriferi l-mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "COTTONERA WATERFRONT", "19214.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid jekk sarx xi żvilupp dwar parkeġġ", "fin-naħa tal-Cottonera biex jaqdi l-bżonnijiet ta' l-operaturi fil- waterfront u jekk dak li suppost isir taħt il-ground ta' l-iskola ta' Bormla għadux fil-pjani li jsir?", "Jista' jgħid kellux xi proposta mill- istess operaturi?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jirriferi l- mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "KANEN TA' L-ILMA", "19222.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 19082 u jgħid meta hemm il-ħsieb li jsiru xogħlijiet ta' bdil ta' kanen u mains f'diversi toroq fiż-Żejtun?", "Minħabba diversi lmenti rigward pressa baxxa u provvista irregolari ta' l- ilma kif ukoll ilma bis-sadid, jista' il-Ministru jgħid jekk dawn l-ilmenti waslux għand il-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma?", "Hemm ħsieb li jibdew ix-xogħlijiet biex dan l-inkonvenjent għar-residenti jiġi rrimedjat?", "Meta se jibdew u f'liema toroq?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "SKOLA TA' WIED IL-GĦAJN", "19223.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid jekk l-iskola ta' Wied il- Għajn hix se tinkera fis-sajf lil terzi biex isservi ta' post ta' tagħlim?", "Taħt liema kondizzjonijiet se tingħata?", "Kemm huwa n-numru ta' studenti li mistennija jiġu?", "Meta bdew it-trattati dwar dan il-proġett?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Kumpannija li tagħti servizz ta' tagħlim ta' l-Ingliż għall-barranin uriet interess li tikri xi klassijiet fl-iskola ta' Wied il- Għajn matul ix-xhur tas-sajf għal skopijiet ta' tagħlim ta' l-Ingliż.", "Billi d-diskussjonijiet biex jiġu stabiliti l-kondizzjonijiet ma ġewx finalizzati, f'dan l-istadju ma jistax jingħata n-numru ta' studenti li mistennija jiġu.", "PROĠETTI U XOGĦLIJIET F'GĦAWDEX", "19224.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 17318 u jgħid x'inhuma l-programmi, l-inizjattivi, l-iskemi, il-proġetti u x-xogħlijiet li d-dipartimenti tal-gvern, l-awtoritajiet, l-organizzazzjonijiet u l-enti l-oħra li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu se jkunu qed iwettqu f'Għawdex minn din is-sena sa l-2008?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Tagħrif dwar programmi, inizjattivi, skemi, proġetti u xogħlijiet ta' awtoritajiet, organizzazzjonijiet u enti oħra li jaqgħu taħt ir-reponsabbilta' tal-ministeru huwa kif ġej:", "Heritage Malta se tkompli bil-programm ta' upgrading fis-siti u mużewijiet immexxija minnha, bil-għan li l-gżira Għawdxija toffri esperjenza aktar interessanti u memorabbli lill-viżitaturi.", "Dan jinkludi xogħol ta' manutenzjoni, reviżjoni u upgrading ta' wirjiet permanenti, ħolqien ta' diversi faċilitajiet moderni u titjib infrastrutturali b'mod ġenerali.", "Kull sit jew mużew immexxi minn Heritage Malta se jibbenefika min dawn ix- xogħlijiet u inizjattivi.", "Fost dawn hemm il-proġett għall-ħolqien ta' interim visitors unit, il-bini ta' walkways ġodda u r-riabilitazzjoni tal- madwar tal-Ġgantija.", "Se jitlesta wkoll ir-refurbishment tal-mużew ta' l-arkeoloġija u se jitkompla l-proċess ta' bdil ta' vetrini tal-mużewijiet l-oħra fiċ- Ċittadella.", "Fl-istess waqt, Heritage Malta se tkun qed taħdem fuq numru ta' applikazzjonijiet għall-fondi strutturali ta' l-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari b'konnessjoni mat-Tempji tal-Ġgantija u maċ-Ċittadella.", "Min-naħa tas-Sovrintendenza għall-Patrimonju Kulturali, bħala proġett kapitali din is-sena se jkun qed jitlesta x-xogħol ta' programming tas- sistema informatika li se tmexxi l-inventarju tal-patrimonju kulturali u fit-tliet snin li ġejjin se tkun qed tinġabar id-data dwar il-patrimonju kulturali, bl-inputting ta' din l-informazzjoni ġewwa s-sistema ta' l- inventarju nazzjonali.", "Dan ix-xogħol ta' programming u data collection qed isir fuq livell nazzjonali u se jkopri t-terittorju Għawdxi kollu kif ukoll l-ibħra tiegħu.", "Bħala proġetti rikorrenti prinċipali, is-Sovrintendenza għall-Patrimonju Kulturali fis-sena li qegħdin fiha u għas-snin li ġejjin se tkun impenjata fuq dawn il-proġetti:", "*Proġett fil-wied ta' Mġarr ix-Xini (2006-2007), programm ta' riċerka arkeoloġika b'kollaborazjoni mal-kunsilli lokali tax-Xewkija u ta' Sannat, parti minn proġett funded mill-Unjoni Ewropea;", "*Proġetti wirt lokali Xagħra (2006-2008), b'kollaborazzjoni mal-kunsill lokali tax-Xagħra, programm ta' konservazzjoni u studju tal-patrimonju kulturali f'din il-lokalita`, b'parti minn dan il-proġett jinvolvi l- preparazzjoni ta' att ta' kurazija għal ċentru ta' attivita` kulturali f'din il-lokalita`; u", "*Pjan ta' management u konservazzjoni taċ-Ċitadella, xogħol li qed isir fuq talba ta' u b'kollaborazjoni mal-ministeru għal Għawdex u li jinvolvi l- preparazzjoni ta' abbozz ta' pjan għall-management u konservazzjoni taċ- Ċittadella.", "Il-Kunsill għall-Kultura u l-Arti qiegħed f'negozjati mal-ministeru għal Għawdex dwar kordinazzjoni ta' attivitajiet bejn il-kumitat tal-kultura ta' Għawdex u l-kunsill, liema negozjati waslu fi stat avvanzat u diga' sar ftehim dwar bdil ta' gruppi ta' għannejja.", "Anke l-Orkestra Nazzjonali f'Ghawdex matul ix-xahar ta' Ottubru ittella' opri maż-żewg teatri ewlenin, filwaqt li l-fondazzjoni ċentru għall- kreattivita' ta' San Ġakbu għandha l-ħsieb li jsiru xi proġetti f'Għawdex iżda dawn għadhom qed jiġu diskussi.", "L-Awtorita' tat-Turiżmu se tara li titkompla l-iskema għas-settur privat tat-turiżmu li kienet imnedija fl-2004, bi 13-il kumpannija Għawdxija jibbenefikaw minn din l-iskema.", "Sa Settembru ta' l-2006 dawn il-kumpaniji jridu jlestu l-proġetti approvati.", "L-Awtorita' tat-Turiżmu hija involuta fit-taħriġ għas-settur turistiku bħala parti minn proġett iffinanzjat minn fondi strutturali.", "Bħalissa għaddejja l-konsultazzjoni dwar il-proġetti u l-iskemi li jistgħu jiġu ffinanzjati minn fondi Ewropej u x-xogħol preparatorju għal dawn il- proġetti u l-iskemi.", "Jintefgħu applikazzjonijiet għall-finanzjament minn programmi Ewropej.", "Xogħol ieħor jinkludi:", "*Il-promozzjoni tal-programm Ewropew Kultura 2000, media u għal relevanza għas-settur turistiku, kulturali u awdjoviżiv;", "*L-iżvilupp tal-politika kulturali għal Malta li tinkorpora dirrettament lil Għawdex;", "*L-iżvilupp tal-politika għat-turiżmu li parti minnha hija ta' relevanza għal Għawdex; u", "*L-evalwazzjoni u żvilupp tal-pożizzjoni ta' Malta fuq proposti leġislattivi Ewropej li jistgħu jaffettwaw kemm lil Malta u kemm lil Għawdex fil-qasam turistiku u kulturali.", "SKEMA TA' SELF", "19227.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 19093, tista' il-Ministru tikkonsidra każi ta' persuni b'income baxx fejn l- għajnuna hija indispensabbli?", "Jistgħu jsiru emendi fil-liġi f'dan is-sens?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Għaddejt il-każ lill-awtorita tad-djar għall- konsiderazzjoni.", "HORNS DITCH", "19228.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' il-Ministru jara li ssir tindifa ġenerali fl-inħawi ta' Horns Ditch - fejn kien hemm l-ex-uffiċċju tal-public works li llum jinsab abbandunat - anke minħabba infestazzjoni ta' ġrieden?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: L-awtorita' dwar it-trasport tinsab f'kuntatt mad- diviżjoni tax-xogħlijiet sabiex fil-futur qarib isir it-tindif neċessarju fiż-żona msemmija.", "KONFINI TA' L-IŻVILUPP", "19234.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra d- dokumenti kollha in konnessjoni ma' l-estensjonijiet proposta ta' skemi ta' bini li dwarhom qed issir konsultazzjoni?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Niġbed l-attenzjoni ta' l-Onor.", "Interpellant li l- pjanti li jindikaw it-talbiet li saru u d-dokument li jelenka l-kriterji li ġew imfassla mill-kabinett diġa' huma aċċessibbli fuq il-website tal-MEPA.", "BIEB TA' SANTA LIENA", "19236.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' il-Ministru jgħid meta se jitlesta l-proġett tal- Bieb ta' Santa Liena, ġewwa Bormla?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: L-ewwel fażi tal-proġett tal-Bieb ta' Santa Liena, cioe' il- pavimentar bil-ġebla tal-qawwi huwa lest u qegħdin isiru l-aħħar tħejjijiet biex jiġi ffinalizzat ix-xogħol fuq il-pont ta' l-injam li jsaqqaf id-drop pit ta' taħt il-bieb.", "Anke nħarġu sejħiet għal offerti għall-istallazzjoni tad-dawl, bis-sistema tiġi stallata sa nofs Awissu.", "MEPA URBAN IMPROVEMENT FUND", "19237.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 19071, jista' il-Ministru jikkwota l-legal notices li permezz tagħhom twaqqaf l-urban development fund mill-MEPA, peress li kwalunkwe tariffa teħtieġ li tkun koperta b'leġislazzjoni anke jekk sussidjarja?", "Kif jistgħu l-kunsilli lokali japplikaw għal dawn il-fondi?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: L-urban improvement fund mhijiex tariffa iżda hija planning obligation skond kif speċifikat fl-Att dwar l-Ippjanar ta' l- Iżvilupp - riferenza għat-terminu \"urban improvement fund\" tinsab fil- policy and design guidance 2005 li twaqqaf bl-approvazzjoni tal-bord tal- MEPA f'April 2005 - bil-kunsilli lokali jistgħu jissottomettu l-proposti tagħhom biex jiġu evalwati mill-awtorità bħalma jiġri fl-environment initiatives in partnership programme.", "AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA", "19274.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tinvestiga każ ta' housing ta' familja li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Il-familja indikata ġiet mitluba mid-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali biex tikkonferma bil-miktub jekk għadhiex interessata fl-applikazzjoni li għamlet snin ilu għal akkomodazzjoni alternattiva.", "Ninsab informata wkoll li dan sar peress li din il-familja kienet naqset li tirrispondi komunikazzjoni mill-imsemmi dipartiment żmien ilu.", "PLOT F'BIRKIRKARA", "19275.", "L-ONOR.", "MICHAEL ASCIAK staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'se jsir minn plot mhix żviluppata fit-tarf ta' fuq ta' Triq il-Knisja il-Qadima, kantuniera ma' Triq Indri Galea, Birkirkara, peress li qed isservi biex nies", "irresponsabbli jarmu kull tip ta' materjal u żibel?", "ONOR.", "TONIO BORG: L-uffiċċju konġunt qiegħed iħejji l-pjanti neċessarji sabiex toħroġ sejħa għal offerti għall-bejgħ tal-plot imsemmija.", "PAVIMENTAR TA' L-IMDINA", "19276.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: B'riferenza għall-proġett ta' pavimentar ta' l-Imdina, jista' il-Ministru jgħid kemm ġie jiswa l-proġett u jagħti breakdown ta' l- ispejjeż, ħlas ta' overtime jew ħlas ta' xi allowance oħra kif ukoll ħlas għall-monitoring arkeoloġiku?", "Inħareġ compliance certificate ġaladarba sal-lum għadhom ma sarux ir-rampi kif rikjest mill-MEPA?", "Jista' jgħid jekk hux minnu li l-pavimentar ġie hacked bil-makna meta skond it-tender kellu jsir bl-idejn?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Fi proġett ta' din in-natura wieħed jistenna variations addizzjonali kif ukoll penalitajiet.", "Dawn l-ammonti żgħar qed jiġu maħduma u vverifikati u għaldaqstant l-informazzjoni tingħata hekk kif jiġu stabiliti dawn iċ-ċifri.", "Ir-rampi rikjesti saru kollha ħlief waħda li qegħdin isiru diskussjonijiet dwarha.", "It-tender tgħid li l-finish tal-paving slabs għandu jkun bħall-finish ta' pjazza f'Ragusa fi Sqallija.", "CABLE DEVIATION", "19277.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Tista' l-Enemalta tieħu passi biex issir deviation tal-cables mill-indirizz li qed jintbagħat separatament, peress li ħareġ il-permess tal-bini u ma jistax jinbeda x- xogħol qabel l-Enemalta iċċaqlaq dawn il-cables?", "Jista' ikolli indikazzjoni meta se jsir dan ix-xogħol?", "Kemm hu l-average waiting time fuq xogħlijiet bħal dawn?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ix-xogħol li kellu jsir fuq deviation tal-cables fl- indirizz imsemmi tlesta fit-18 ta' Mejju, 2006.", "Id-dewmien sakemm isir deviation ivarja konsideratament skond it-tip ta' deviation li tkun trid issir.", "MOSTA PLAYING FIELD", "19278.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jara li ssir sorveljanza adegwata mill-pulizija fl-inħawi tal-playing field f'Tal-Blata l-Għolja, il-Mosta peress li qegħdin jiġu rrapportati ħafna abbużi f'din l- area, inkluż teħid ta' droga u serq mid-djar?", "ONOR.", "TONIO BORG: Minn rapporti magħmula lill-pulizija jidher illi matul din is-sena kien hemm żewġ rapporti ta' serq u rapport ieħor ta' ħsara volontarja fl-inħawi msemmija.", "Informat ukoll illi qed issir ronda fl-inħawi kemm mill-pulizija tad- distrett kif ukoll mill-mobile squad u l-iskwadra ta' kontra d-droga.", "TRIQ IL-ĠIŻIMIN FIS-SWIEQI", "19279.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 19073 u jgħid tistax titwessa' il-parti dejqa fit-tarf t'isfel ta' Triq il-Ġiżimin, fis- Swieqi?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Se jsir survey min-naħa ta' l-awtorita' dwar it- trasport f'din il-parti ta' Triq il-Ġiżimin fis-Swieqi.", "Minn dan is-survey irid jiġi deċiż għandhiex issir expropriation diretta jew f'isem terzi.", "BOATYARD F'BENGĦAJSA", "19280.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Jista' il-Ministru jindika d-data meta Baldacchino Boatyard se jkunu jistgħu jużaw il-fond allokat lilhom f'Bengħajsa, wara li xi żmien ilu ġew żgumbrati minn Manoel Island minħabba l-proġett tal-MIDI?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Bħalissa għaddejjin negozjati dwar extra work mal- kuntrattur li kien ingħata t-tender għax-xogħlijiet meħtieġa f'Bengħajsa.", "Qiegħed isir kull sforz biex dawn jiġu konklużi u l-extra works jitlestew mill-aktar fis possibbli biex S & J Baldacchino Boatyard ikunu jistgħu jużaw il-fond.", "ĦADDIEMA FIL-MINISTERU", "19281.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' il- Ministru tirrispondi mistoqsija parlamentari 17300 u tgħid kemm ħaddiema fil-ministeru ngħataw allowance matul l-2005 u għall-ewwel erba' xhur ta' din is-sena?", "X'inhu l-grad tagħhom?", "F'liema fergħa tal-ministeru qegħdin jaħdmu u x'xogħol qed jagħmlu?", "Min talab li tingħata l-allowance u min ta l-approvazzjoni?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "RISTRUTTURAR FIL-MINISTERU", "19284.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' il- Ministru tgħid jekk hemmx il-ħsieb li jiġi ristrutturat il-ministeru għal Għawdex?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Peress li l-istrutturar tal-ministeru għal Għawdex hu marbut mal-pjan ta' żvilupp, l-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jirriferi għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 19286.", "PJAN TA' ŻVILUPP GĦAL GĦAWDEX", "19286.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Peress li ilni aktar minn seba' xhur nitlob lill-Ministru għal Għawdex tpoġġi fuq il- mejda tal-Kamra kopja tal-pjan ta' żvilupp għal Għawdex meta sena u nofs ilu hi stess għarrfet lill-Kamra li l-abbozz tiegħu kien lest, tista' jekk jogħġobha tpoġġi dan id-dokument fuq il-mejda tal-Kamra?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Malli l-pjan ikun approvat mill-gvern jitpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "BINI TA' TOROQ F'GĦAWDEX", "19288.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' il- Ministru tagħtini l-informazzjoni sħiħa li tlabtha f'mistoqsija parlamentari 16772 u tgħid kemm kilometri u mhux kemm metri kwadri saru ta' toroq ġodda u ta' bini mill-ġdid ta' toroq kull sena mill-1999 sa l-2005?", "Tista' tgħid ukoll kif kienu maqsumin f'residenzjali, industrijali u domestiċi?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "AGRIKOLTURA U SAJD", "19289.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' il- Ministru tgħid x'inhuma l-iskemi fl-oqsma ta' l-agrikoltura u sajd taħt il- ministeru tagħha ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: L-iskemi fl-oqsma ta' l-agrikoltura u sajd ko- finanzjati mill-Unjoni Ewropea jaqgħu taħt il-ministeru għall-affarijiet rurali u ambjent u joħorġu fuq bażi nazzjonali.", "MOBILE PHONE RECEPTION", "19290.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jikkonferma li l-awtorita' għall- komunikazzjoni waslulha diversi lmenti mill-Vodafone u l-Go Mobile li r-reception fl-area ta' wara l-moskea f'Raħal Ġdid marret lura drastikament dawn l-aħħar ġimgħat?", "Jista' jgħid jekk hux qed issir investigazzjoni u fiex waslet din l-investigazjzoni?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Fil-ġimgħat li għaddew, l-awtorita' għall- komunikazzjoni rċeviet xi lmenti mingħand iż-żewġ operaturi tat-telefonija ċellulari, jiġifieri il-Vodafone u l-Go Mobile dwar reception fqira fiż- żona qrib il-moskea f'Raħal Ġdid.", "Sar stħarriġ da parti tal-frequency investigation unit fi ħdan l-awtorita' għall-komunikazzjoni, b'kordinazzjoni maż-żewġ operaturi diġa' imsemmija, liema stħarriġ wassal biex din il-problema tiġi riżolta.", "L-awtorita' għall-komunikazzjoni qed timmoniterja s-sitwazzjoni biex safejn hu possibbli tevita li l-problema terġa' tinqala'.", "ĦADDIEM TAS-SENA", "19298.", "L-ONOR.", "JOSEPH ABELA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid kemm swiet iċ-ċerimonja tal-ħaddiem tas-sena li saret fl-isptar Monte Carmeli?", "Jista' jgħid kemm sewa r- riċeviment li sar wara ċ-ċerimonja?", "Jista' jgħid għala nħarġet ordni sabiex tobba li jaħdmu bir-reduced hours mad-dipartiment tal-pedjatrija jibdew jaħdmu s-sigħat kollha?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-informazzjoni mitluba hi kif ġej:", "Iċ-ċerimonja swiet: Lm1345 Ir-riċeviment sewa: Lm1152 Less donations: Lm 630", "Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija nħolqot sitwazzjoni fejn f'ċerti ħinijiet, partikolarment bil-lejl, seta' kien hemm numru mhux adegwat ta' tobba biex jieħdu ħsieb il-każi l-isptar u għaldaqstant, għall-ġid ta' l- istess pazjenti, il-konċessjoni tar-reduced hours għat-tobba f'dan id- dipartiment qed tiġi riveduta.", "SCHOLARSHIPS", "19302.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid kemm scholarships ingħataw għall-korsijiet barra minn Malta f'dawn l-aħħar sitt snin?", "Jista' jgħid f'liema universitajiet jew kulleġġi ngħataw u f'kull każ individwali kemm ħallas il-gvern għalihom?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Risposta tingħata f'xi seduta oħra."]} {"filename": "20071030_576d_par.doc", "date": "2007-10-30", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Uffiċjali u Rivedut) L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 576 It-Tlieta, 30 ta' Ottubru, 2007 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 576", "It-Tlieta, 30 ta' Ottubru, 2007", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-9.02 a.m.", "Talba", "Seduta Nru. 576", "It-Tlieta, 30 ta' Ottubru, 2007", "WERREJ", "MINUTI 666", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 666", "TQEGĦID TA' KARTI 672", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "KUMITAT TA' PROVVISTA - ESTIMI ĠENERALI 2008", "IS-SEBA' JUM STABBILIT", "MINISTERU GĦAL GĦAWDEX 673", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IR-RATIFIKA TA' PATTIJIET BEJN MALTA U L-ISTATI UNITI TA' L-AMERIKA FUQ L-IMBARKAZZJONI TA' BASTIMENTI (It-Tielet Qari) 701", "AĠĠORNAMENT 702", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEGBA BIL-MIKTUB 702", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 575 li saret fid-29 ta' Ottubru, 2007 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "ĦLAS TA' KERA", "26223.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Joe Debono Grech) staqsa lill- Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallset f'kera ta' proprjeta' użata mill-ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul Jannar, Frar u Marzu 2007?", "Jista' jgħid fejn tinstab l-istess proprjeta' mikrija, għal liema skop qiegħda tintuża u min hu/huma s- sid/sidien?", "ONOR.", "HELEN D'AMATO (Segetarju Parlamentari) (f'isem il-Ministru għar- Riżorsi u Infrastruttura): In-nefqa f'kera ta' proprjeta' użata mill- Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura, mid-dekasteru u l-enti li jaqgħu taħtu, matul l-ewwel tliet xhur ta' din is-sena, kienet ta' Lm 56,211.55.", "Il-post fejn tinstab l-istess proprjeta' mikrija, għal liema skop qiegħda tintuża u min hu/huma s-sid/sidien huwa kif qed jidher hawn taħt:", "|Post |Skop |Sid/Sidie| | | |n | |2nd floor, |Uffiċini ta'|Mizzi | |Millenia |l-Awtorita' |Group | |Buildings, |ta' Malta |Ltd. | |Triq Aldo |dwar | | |Moro, Marsa |ir-Riżorsi | | |Bini f'Belt |Uffiċini |Lands | |is-Sebħ, |tal-Minister|Departmen| |Furjana |u |t | |K03 – Kordin|Workshop u |Malta | |Industrial |uffiċini |Industria| |Estate |tal-MSD |l Parks | | | |Ltd. | |San Pawl |Stores |Bonnici | |il-Baħar |għas-CMD |Brothers,| | | |Burmarrad| |Qrendi |Garaxx |Is-Sur | | |għall-karozz|George | | |a uffiċjali |Abela u | | |tal-Ministru|s-Sur | | | |George | | | |Magro |", "ĦLAS TA' KERA", "26226.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Joe Debono Grech) staqsa lill- Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Kemm tħallset f'kera ta' proprjeta' użata mill-ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul Jannar, Frar u Marzu 2007?", "Jista' jgħid fejn tinsab l-istess proprjeta' mikrija, għal liema skop qed tintuża u min hu/huma s-sid/sidien?", "ONOR.", "HELEN D'AMATO (f'isem il-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil- Komunita'): L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant tinsab hawn taħt:", "|Propjeta'|Użu |Sid (mhux | | | |il-Gvern) | |Stores |Stores |Marina Milling| |tas-Servi|– Marsa|& Grain | |zzi | |Handling Ltd. | |Farmaċewt| | | |iċi | | | |tal-Gvern| | | |(GPS) | | | |Ċentru |Ċentru |Kunsill Lokali| |ta' Matul|ta' |B'Kara | |il-Jum |Matul | | |tad-Dipar|il-Jum | | |timent |- | | |ta' |B'Kara | | |l-Anzjani| | | |u Kura | | | |fil-Komun| | | |ita' | | | |Ċentru |Ċentru |Kunsill Lokali| |ta' Matul|ta' |Mosta | |il-Jum |Matul | | |tad-Dipar|il-Jum | | |timent |– Mosta| | |ta' | | | |l-Anzjani| | | |u Kura | | | |fil-Komun| | | |ita' | | | |Ċentru |Ċentru |Kunsill Lokali| |ta' Matul|ta' |B'Bugia | |il-Jum |Matul | | |tad-Dipar|il-Jum | | |timent |- | | |ta' |B'Bugia| | |l-Anzjani| | | |u Kura | | | |fil-Komun| | | |ita' | | | |Ċentru |Ċentru |Kunsill Lokali| |ta' Matul|ta' |Dingli | |il-Jum |Matul | | |tad-Dipar|il-Jum | | |timent |- | | |ta' |Ħad-Din| | |l-Anzjani|gli | | |u Kura | | | |fil-Komun| | | |ita' | | | |Uffiċċji |Sezzjon|Telecare | |tat-Telec|i |Conservatorio | |are |Telecar|Vincenzo | | |e - |Bugeja | | |Santa | | | |Venera | | |Ċentru |Ċentru |Kunsill Lokali| |Ċiviku |tas-Saħ|B'Kara | |B'Kara |ħa | | | |B'Kara | | |37-39 Rue|Diparti|Messrs Spiteri| |D'Argens |ment |/ Falzon | |Msida |tas-Saħ| | | |ħa | | | |Pubblik| | | |a | | |'Antonio'|Food |Robert Randle | |Triq |Safety | | |Nani, Ta'|Unit | | |Xbiex | | | |32 Triq |Spiżeri|Portanier Bros| |il-Qalb |ja | | |ta' Ġesu,| | | |Santa | | | |Venera | | | |'St |Berġa |Josephine | |Helen' | |Catania | |Triq | | | |in-Naxxar| | | |, San | | | |Gwann | | | |21 Triq |Spiżeri|Carmelo | |Balbi, |ja |Micallef | |Marsa | | | |53 Triq |Uffiċċj|Maria Stella | |il-Parroċ|u |Felice | |ċa, |tas-Saħ| | |Ħaż-Żebbu|ħa | | |ġ | | | |Pjazza M.|Ċentru |Maltapost | |Scicluna,|tas-Saħ| | |Gżira |ħa – | | | |Gżira | | | | |Total | | | |Lm77,978 |", "Barra minn hekk, il-ministru jagħmel użu minn diversi propjetajiet tal- gvern u li l-kera fuqhom tammonta għal Lm492,827 fl-ewwel tliet xhur.", "ĦLAS TA' KERA", "26229.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Joe Debono Grech) staqsa lill- Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Kemm tħallset f'kera ta' proprjeta' użata mill-ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul Jannar, Frar u Marzu 2007?", "Jista' jgħid fejn tinsab l-istess proprjeta' mikrija, għal liema skop qed tintuża u min hu/huma s-sid/sidien?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru għall-investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni): Qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.", "ĦLAS TA' KERA", "26231.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Joe Debono Grech) staqsa lill- Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallset f'kera ta' proprjeta' użata mill-ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul Jannar, Frar u Marzu 2007?", "Jista' jgħid fejn tinsab l-istess proprjeta' mikrija, għal liema skop qed tintuża u min hu/huma s-sid/sidien?", "ONOR.", "HELEN D'AMATO (f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent): It-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "ĦLAS TA' KERA", "26232.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Joe Debono Grech) staqsa lill- Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallset f'kera ta' proprjeta' użata mill-ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul Jannar, Frar u Marzu 2007?", "Jista' jgħid fejn tinsab l-istess proprjeta' mikrija, għal liema skop qed tintuża u min hu/huma s-sid/sidien?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT (Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq): L-ammont ta' kera mħallsa għall-perjodu bejn Jannar u Marzu 2007, kienet ta' Lm2,825.00. fuq uffiċini numru 4, 5, 6, 7 u 8 fis-sular 3 u 4 f'Transcontinental House, Triq Żakkarija, Valletta.", "Uffiċini 4 u 5 huma okkupati mill-Projects Development and Co-ordination Unit, filwaqt li fl- uffiċini 6, 7 u 8 jinstab id-direttorat għas-Support Services and Financial Management.", "Sidien tal-proprjeta' huma Transcontinental Properties ta' 54/1, Triq Żakkarija, il-Belt Valletta.", "Qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja ta' kif tħallset il-kera matul l-ewwel tliet xhur tas-sena 2007.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Carmelo Abela, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Jista' l-ministru jispjega kif saret din l-għażla?", "Għandi nifhem li kien hemm xi sejħa sabiex il-persuni interessati jagħmlu l- offerti tagħhom.", "Hemm il-ħsieb li xi bini tal-gvern jiġi utilizzat mill- awtorita' minflok li tibqa' issir il-kirja?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Dwar il-units u s-support services and financial management saret sejħa pubblika għal min joffri spazji ta' uffiċini għal dawn iż-żewġ units li ma kellhomx uffiċini minn fejn jaħdmu u ntagħżlet l- aktar offerta vantaġġjuża.", "L-awtorita' dwar it-trasport tagħmel użu minn uffiċini oħrajn mikrija li qegħdin f'Valley Road, Birkirkara, pero' huwa maħsub li fix-xhur li ġejjin, mhux bilfors nibqgħu nużaw dawk l-uffiċini.", "Fil-fatt biswit l-uffiċini ta' l-awtorita' dwar it-trasport f'San Maison għadhom kemm ġew evakwati uffiċini tal-Joint Office u l-ispazju vojt huwa earmarked sabiex jittieħdu mill-awtorita' dwar it-trasport.", "U jekk jifdal l-ispazju, dawn l-uffiċini jiġu refurbished ħalli dik is-sezzjoni ta' l-NID, li huwa d-direttorat dwar l-infrastruttura tat-toroq, jerġa' jmur viċin il-kumplament ta' l-awtorita' dwar it-trasport.", "ĦLAS TA' KERA", "26233.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Joe Debono Grech) staqsa lill- Ministru ta' l-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallset f'kera ta' proprjeta' użata mill-ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul Jannar, Frar u Marzu 2007?", "Jista' jgħid fejn tinsab l-istess proprjeta' mikrija, għal liema skop qed tintuża u min hu/huma s-sid/sidien?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO (Ministru ta' l-Affarijiet Barranin): Jiena nformat li l-kera ta' proprjeta' wżata mill-ministeru, dekasteru u enti kienet ta' Lm243,944.", "Is-somma ta' Lm243,198 hija kera ta' ambaxxati, residenzi u konsolati ġenerali ta' Malta.", "Il-kirjiet tal-ministeru ammontaw għal Lm486 u dawn ikopru l-bini tal-ministeru nnifsu u garages.", "Il-ministeru jħallas ukoll il-kera tad-Diplo Foundation li tammonta għal Lm330.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Carmelo Abela, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Jista' il-ministru jgħid jekk hijiex il-policy tal- ministeru li fejn ikun possibbli, ambaxxati, residenzi u konsolati jinxtraw minflok jinkrew?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: M'hemmx policies speċifiċi dwar dan għax jiddependi ħafna miċ-ċirkostanzi tal-post.", "Jiddependi wkoll mill-finanzi li jkollna għad-dispożizzjoni tagħna.", "Naturalment dan jiddependi wkoll mill-ispejjeż li nkunu għamilna riċentement.", "Kif jaf l-Onor.", "Interpellant, il-gvern Malti f'dan il-perijodu kkonċentra fuq Brussels u allura ma kienx possibbli li nħarsu wkoll lejn proprjetajiet oħra minħabba li kien importanti ħafna li nikkonċentraw fuq l-ambaxxata li għandna hemmhekk sabiex din tkun attrezzata kif suppost.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Fil-każ ta' Brussels ġie deċiż li l-ambaxxata tinxtara u mhux tinkera, hux hekk?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Eżattament.", "Kull fejn ikun hemm l-okkażjoni li jinxtraw ambaxxati kif ukoll residenzi li jkunu naturalment ta' vantaġġ għalina, dan isir.", "U l-aħħar akkwist sostanzjali li sar kien dak ta' Brussels u għalhekk, ikkonċentrajna fuq dak l-akkwist.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Kien intqal ukoll li parti mill-ambaxxata ta' Brussels, kellha tiġi mikrija lil terzi.", "Hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq Dar Malta li għandna fi Brussels.", "Issa jista' il-ministru jgħidli jekk il- kirjiet, f'partijiet minnha seħħewx jew inkella għadux kmieni sabiex dan isir?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Kif inħadmet is-sistema, din il-proprjeta' m'hijiex amministrata direttament mill-ministeru ta' l-affarijiet barranin.", "Aħna għandna responsabilita' għall-parti tagħna li qegħdin nużaw bħala ambaxxata.", "Naf li kien hemm xi punti legali li kienu qegħdin jiġu eżaminati sabiex ikunu jistgħu jsiru dawn it-tip ta' kirjiet.", "Pero' irrid ninforma ruħi aktar dwarha għaliex il-parti tagħna hija l-parti eżattament fejn qegħdin nużaw aħna għall-uffiċjali tagħna.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Hawnhekk hawn imsemmija d-Diplo Foundation.", "Jista' l- Ministru jgħidilna x'tagħmel din il-fondazzjoni u jista' jgħidilna wkoll kif ġie deċiż li l-ministeru jħallas il-kera tagħha?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Naħseb li hawnhekk nista' nikkjarifika l-punt bl- aktar mod ċar.", "Aħna ngħinu lil din il-fondazzjoni billi nħallsu l-kera tal- post tagħhom.", "Din is-somma tammonta għal Lm330 kull tliet xhur.", "Barra minn hekk ngħinuhom ukoll b'assistenza oħra għax din hija fondazzjoni bbażata f'Malta kif ukoll f'Ġinevra u hija fondazzjoni li tagħti degrees ta' l-Universita' ta' Malta.", "Għal min huwa familjari mal-MEDAC, din hija ekwivalenti tagħha, għalkemm għandha suġġetti differenti u tuża l-internet.", "F'kelma waħda, ħafna minn dawn il-korsijiet jikkonsistu f'distance learning.", "Imbagħad ikun hemm perijodu qasir fejn l-istudenti jkunu mistennija li jiġu Malta.", "Din il-fondazzjoni qiegħda tagħmel ħafna ġid fil- qasam tad-diplomazija u hija magħrufa ma' ħafna gvernijiet barra minn Malta.", "Fil-fatt ħafna nies ġew ittrenjati permezz tad-Diplo Foundation.", "Sa ċertu sens hija wkoll ambaxxattriċi ta' l-isem ta' Malta.", "U allura aħna ngħinuhom bil-qalb kollha.", "Bħalissa qegħdin nitkellmu magħhom fuq kif nistgħu ngħinu fi programm li huma qegħdin jagħmlu għat-training ta' diplomatiċi sabiex ikunu jistgħu jinnegozjaw l-issues ta' l-adaptability tal-pajjiżi fuq il-climate change.", "Bħalissa hawn l-issue tal-climate change u qegħdin jikkonċentraw fuq l- ismall island states.", "Dawn qalulna li huma se jkunu qegħdin joffru korsijiet sabiex jittrenjaw diplomats ħalli dawn ikunu jistgħu jifhmu aħjar l-issues u jkunu jistgħu jinnegozjaw aħjar fuq livell internazzjonali għall- bżonnijiet ta' l-ismall islands states.", "B'hekk il-gvern Malti, bħala parti mid-development aid, ikun wieħed milli jniedi dan it-tip ta' proġett li huma se jkunu qegħdin iniedu f'laqgħa li se ssir f'nofs Novembru fil- Maldives, u li se tkun miftuħa għall-istati gżejjer żgħar.", "Din il-laqgħa se tikkonċentra fuq kif se jiġu affettwati l-gżejjer iż-żgħar mit-tibdil fil-klima.", "Fl-opinjoni tiegħi din il-fondazzjoni tagħmel ħafna ġid u għaldaqstant, aħna nieħdu gost li nkunu assoċjati magħha u li ngħinuha għaliex din tgħina wkoll nipproġettaw l-immaġini ta' Malta internazzjonalment u anke l- immaġini ta' l-Universita' ta' Malta.", "VETTURI REĠISTRATI ĠODDA", "28116.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Charles Buhagiar) staqsa lill- Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 27951 u jgħid x'kien in-numru ta' vetturi ġodda reġistrati fis-snin 2003, 2004, 2005, 2006 u 2007 (sal-lum) f'kull kategorija separatament?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ir-risposta tingħata f'seduta oħra.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Carmelo Abela, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Sur President, hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq vetturi reġistrati ġodda.", "Jidher li l-Onor.", "Buhagiar diġa' għamel din il- mistoqsija darb'oħra għax il-mistoqsija tal-lum qiegħda tirriferi għal mistoqsija parlamentari 27951.", "Nifhem li dawn il-vetturi jkunu diġa' reġistrati fis-sistema kompjuterizzata ta' l-awtorita'.", "Issa mistoqsijiet bħal dawn ġieli ġew imwieġba.", "Allura x'inhi d-diffikulta' sabiex din l- informazzjoni tingħata ladarba, safejn naf jien, din tinstab fuq is-sistema kompjuterizzata ta' l-awtorita'?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Jiena persważ li għal ħafna mis-snin li hemm imsemmija f'din il-mistoqsija, l-informazzjoni diġa' ingħatat f'risposti preċedenti.", "X'aktarx l-unika informazzjoni li għadha qiegħda tinġabar hija dik li għandha x'taqsam ma' l-2007.", "Xi kultant trid tikkategorizzahom u trid tagħmel ċerta cross checking.", "U naħseb li l-unika problema li kien hemm kienet dik ta' l-2007.", "Madankollu ma naħsibx li għandna ndumu sabiex nagħtu din ir-risposta.", "XOGĦOL FUQ MANOEL ISLAND", "28143.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Charles Buhagiar) staqsa lill- Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 27957, li titkellem dwar xogħlijiet li kellhom isiru mill-MIDI fuq Manoel Island, jista' l-Ministru jgħid x'xogħlijiet saru s'issa u x'kellu attwalment isir s'issa skond il-kuntratt?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Skond il-kuntratt u skeda ta' xogħlijiet, l-ewwel fażi ta' restawr kellu jkun lest ħames snin mill-ħruġ tal-permess mill- MEPA.", "Dan seħħ fl-2003.", "Għalhekk dawn ix-xogħlijiet għandhom ikunu lesti sal-2008.", "Jista' isir estensjoni ta' dan il-perjodu minħabba il-fatt li l- RMYC tħallew jokkupaw il-parti tal-fortizza sakemm jinstab sit alternattiv.", "Xogħlijiet li saru s'issa jinkludu: Interventi ta' emerġenza fil-Fortizza Manoel 2001; restawr tal-pont tal-ħadid; restawr tal-Polverista', blokok A,B,C u D fuq il-Fortizza Manoel; il-kappella ta' Sant' Antnin; il- casemates u l-fortifikazzjonijiet (swar).", "Dawn ix-xogħlijiet imsemmija huma kompleti jew fi stadju avvanzat ta' xogħol.", "Saru xogħlijiet estensivi fuq il-bini li se jinkorpora l-uffiċini tal-MIDI.", "Sar ukoll xogħol fuq iċ-ċentru ta' distribuzzjoni li ġie trasferit lil Enemalta.", "Il-MEPA qiegħda tipproċessa l-applikazzjoni fuq il- Lazzarett.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Carmelo Abela, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Sur President, jidher li x-xogħol ta' restawr sar.", "Naħseb li l-post li qiegħed jiġi okkupat mir-Royal Malta Yacht Club huwa wieħed miżmum fi stat pjuttost aċċettabbli.", "Madankollu nifhem li f'ċerti postijiet, speċjalment minn barra, hemm bżonn ta' ċertu restawr.", "Issa jiena xtaqt inkun naf jekk il-ministeru ta' l-Onor.", "Mugliett huwiex involut sabiex jinstab sit alternattiv għar-RMYC.", "Jekk iva, jista' jgħid fiex waslu t-trattattivi minħabba li l-prime site li kien qiegħed jokkupa dan il- club, issa se jkollhom iħalluh.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Il-ministeru huwa nvolut ħafna sabiex isib sit alternattiv għall-RMYC.", "Fil-fatt din kienet ġiet indikata pubblikamant għaliex is-sit alternattiv instab.", "Dan is-sit huwa parti minn area biswit il-post fejn ġie ndikat li se jkun hemm il-pitch tal-football tal-Gżira FC u anke parti minn taħt ta' l-istess pitch ħalli jkun hemm car park.", "Irrid ngħid li sabiex dan kollu seta' isir, kien hemm bżonn ta' ħafna trattativi legali.", "Dan għaliex is-sit indikat kien parti minn area li taqa' taħt il- konċessjoni tal-MIDI u li l-MIDI riedu jagħtuh lura lill-gvern fl-2010.", "Allura għamilna abbozz ta' kuntratt fejn il-MIDI tirrilaxxa dan is-sit.", "Il- MIDI għandha żżomm xi servituwijiet u kellhom jiġu wkoll ikkreati servituwijiet ġodda.", "Riedu jsiru wkoll ċerta kondizzjonijiet dwar l-użu u allura kien hemm ħafna diskussjonijiet legali kemm ma' l-avukati tal-MIDI kif ukoll ma' l-avukati ta' l-AG.", "Issa għandna abbozz wieħed ta' rilaxx ta' l-art, u mbagħad irid ikollna abbozz ieħor li jrid jiġi quddiem dan il-parlament sabiex permezz ta' riżoluzzjoni, dak is-sit ikun jista' jingħata lill-RMYC fil-format ta' kuntratti bħalma jingħataw organizzazzjonijiet sportivi meta nagħtuhom faċilitajiet minn fejn ikunu jistgħu jiġġestixxu l-attivita' sportiva tagħhom.", "Nista' ngħid li dak l-abbozzar sar kollu u jista' jkun li fil- ġranet li ġejjin nipproponu li nressqu dawn il-kuntratti fil-parlament ħalli jiġu diskussi permezz ta' riżoluzzjoni parlamentari.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Il-gvern se jagħmel parti mill-iżvilupp ta' dan il- club?", "Meta tingħata l-konċessjoni se jieħdu ħsieb li jiżviluppawh huma bħala club jew inkella l-gvern se jagħti s-sehem tiegħu anke billi jgħin fl- iżvilupp tiegħu?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Il-ground tal-Gżira huwa ndikat li jrid jinbena mill-ġdid fil-parti tat-tramuntana ta' Manoel Island.", "Dan se jiġi mċaqlaq minn fejn qiegħed illum - illum jinsab eżatt kif taqsam il-pont - u se jidħol aktar 'il ġewwa minn Manoel Island, in-naħa tat-tramuntana, hekk kif taqbeż il-boat repair yard.", "Il-gvern se jgħaddi l-art lir-RMYC u se jagħti wkoll ammont - nista' ngħid li ilu li kien hemm dan il-commitment min-naħa tal-gvern - ta' Lm100,000 sabiex isostni parti mill-iżvilupp li se jagħmel dan il-club.", "Il-bqija ta' l-iżvilupp se jagħmluh ir-RMYC minn fondi li jiġġeneraw huma stess.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Hemm ħsieb ta' kemm se tkun il-konċessjoni ta' l-art?", "Din se tkun ta' 49 sena jew aktar?", "Ġiet diskussa l-kera li l-club huwa mistenni li jħallas?", "U fl-aħħar mill-aħħar meta huwa maħsub li x-xogħol jibda?", "Il-ministru semma li l-gvern kellu bżonn jieħu lura parti mill-art qabel iż-żmien mingħand il-MIDI, pero' nista' inkun naf jekk hemmx il-ħsieb li jibda jsir l-iżvilupp kemm fuq il-ground tal-Gżira kif ukoll tal-post tar-Royal Malta Yacht Club?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Sur President, il-kera se tkun fl-istess livelli ta' konċessjonijiet sportivi.", "Għalkemm l-art għandha valur għoli minħabba li qiegħda f'Manoel Island u se tkun ta' top class real estate, il-gvern mhux se jżomm dak il-parametru imma se jżomm il-konsiderazzjoni li r-RMYC hija għaqda sportiva li qiegħda tagħti kontribut lill-pajjiż.", "Għalhekk għandna bżonn ngħinuha ħalli jkollha post diċenti minn fejn tmexxi l- attivitajiet tagħha.", "Il-ħsieb tagħna huwa li kemm jista' jkun malajr ir-RMYC ikunu jistgħu jibdew bl-iżvilupp tagħhom.", "Min-naħa tagħhom diġa' għandhom sottomissjonijiet mal-MEPA għall-iżvilupp u safejn naf jien, diġa' għandhom xi risposta mingħand il-MEPA, fejn din qiegħda tindika liema bajja hija propensa li taċċetta dak it-tip ta' żvilupp.", "L-intenzjoni tal-gvern hija li kemm jista' jkun l-iżvilupp isir malajr, anke minħabba l-mod ta' kif inhuma t-time frames vis-a-vis il-pitch tal-Gżira FC.", "Safejn naf jien hemm skadenza sa meta dan jitlesta, u jekk m'iniex sejjer żball l-iskadenza hija sa l-2010.", "Għalhekk ma tistax iddum ħafna milli tibda l-iżvilupp ta' dan il-club għaliex l-ewwel trid tlesti lilu, anke minħabba l-parking li se jsir taħt l-istess pitch u mbagħad wara jkun jista' jitkompla l-istess żvilupp tal-pitch.", "Fil-fatt anke fl-istess kuntratti li għandna mal-MIDI, li qegħdin jirrilaxxaw l-art, hemm ċerti kondizzjonijiet li jorbtu lir-RMYC fuq il-mod ta' kif huma jkunu qegħdin jibnu dan il-car park taħt il-pitch ħalli ma jkunx qiegħed jippreġudika l-bini ta' l-istess pitch mill-MIDI.", "L- istruttura ta' dan il-car park se tkun tali li tkun tiflaħ football pitch fuqha, u li jkunu jistgħu jsiru ċerta servituwijiet ta' mogħdija ta' stormwater li jista' jaqa' fuq dan il-pitch u affarijiet bħal dawn.", "Nista' ngħid li ħadna ħsieb ta' l-affarijiet kollha.", "L-issue legali ta' kif ngħaddu l-art se niġu biha hawnhekk quddiem il- parlament, permezz ta' riżoluzzjoni parlamentari.", "Naħseb li l-MEPA se jkollha wkoll direzzjoni mingħand il-gvern fuq kif dan huwa żvilupp mixtieq u ma naħsibx li għandna ndumu sabiex ikollna l-permessi sħaħ mingħand il- MEPA.", "Naf ukoll li r-Royal Malta Yacht Club għandhom ċerta fondi sabiex ipoġġu ma' dak li qiegħed jagħtihom il-gvern.", "Għaldaqstant m'iniex qiegħed nara problemi sabiex dawn jimbarkaw bil-bini tal-club tagħhom.", "DIVIŻJONI TAX-XOGĦLIJIET - OVERTIME", "28144.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Charles Buhagiar) staqsa lill- Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' l-Ministru jagħti breakdown ta' l-overtime imħallas lill-ħaddiema fid-diviżjoni tax-xogħlijiet matul is- snin 2006 u 2007 skond il-gradi tagħhom?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura): Qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra breakdown ta' l-overtime imħallas lill- ħaddiema fid-diviżjoni tax-xogħlijiet matul is-snin 2006 u 2007 skond il- grad tagħhom.", "DIVIŻJONI TAX-XOGĦLIJIET - MAKKINARJU", "28145.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Charles Buhagiar) staqsa lill- Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' l-Ministru jagħti l-lista (inkluż il-valur) tal-makkinarju tqil li nxtara mid-diviżjoni tax- xogħlijiet matul is-snin 2006 u 2007?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninsab infurmat li l-lista, inkluż in-nefqa fuq makkinarju tqil li nxtara mid-diviżjoni tax-xogħlijiet, matul l-2006 u l- 2007 hija kif tidher hawn taħt:", "2006", "|Makkinarju |Valur | | |(Lm) | |Tipping Truck |23,800.| |with crane |00 | |Refuse Disposal |4,990.0| |Truck |0 | |Forklifter (3 |9,440.0| |ton) |0 | |Dumper |10,995.| | |00 | |Dumper |10,996.| | |00 | |TOTAL |60,221.| | |00 |", "2007", "|Makkinarju |Valur | | |(Lm) | |Water Bowser |11,682.| | |00 | |Road Sweeping |10,030.| |Machine |00 | |Forklifter (2 |4,975.0| |ton) |0 | |2 Road Sweepers |24,680.| | |00 | |Mini dumper |1,600.0| | |0 | |Van flat bed |9,350.0| | |0 | |TOTAL |62,317.| | |00 |", "KUMITATI TA' RIABILITAZZJONI", "28146.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Charles Buhagiar) staqsa lill- Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Kemm ingħataw fondi l-kumitati tar- riabilitazzjoni għas-snin 2006 u 2007 kull kumitat separatament?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninsab infurmat li l-fondi li ngħataw separatament lill- kumitati tar-riabilitazzjoni għas-snin 2006 u 2007 huwa kif jidher hawn taħt:", "| |Kumitat |Kumitat |Kumitat| | |għar-Rijab|għar-Rija|għar-Ri| | |ilitazzjon|bilitazzj|jabilit| | |i tal-Belt|oni |azzjoni| | |Valletta u|tal-Kotto|ta' | | |l-Furjana |nera |l-Imdin| | | | |a | | |143,500.00|95,000.00|11,500.| |200| | |00 | |6 | | | | | |40,000.00 |5,000.00 |5,000.0| |200| | |0 | |7 | | | |", "Fil-lokalitajiet li jinsabu taħt il-kappa ta' dawn it-tlitt kumitati, jiġifieri CRP – Kottonera kollha, MRP – Mdina u VRP – Valletta u Furjana ġew investiti madwar Lm417,341 fl-2006 u Lm119,905 fl-2007 kif muri hawn taħt:-", "|2006 | |2007 | | | |Lm | |Lm | |Hastings |90,92|Hastings |2,846| |Gardens |9 |Gardens | | |Mdina |201,8|Mdina |6,455| |Paving |00 |Pavin | | |Mixtla ta'|121,7|Mixtla ta'|84,77| |Bormla |25 |Bormla |3 | |St. |2,887|Mall – |25,83| |Helen's | |Furjana |1 | |Gate | | | | |Total |417,3|Total |119,9| | |41 | |05 |", "Dan l-investiment kien imsarraf fil-proġetti ta' restawr, riabilitazzjoni u tisbiħ.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Carmelo Abela, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Sur President, skond it-tweġiba tal-ministru jidher li l-fondi allokati għat-tlitt kumitati ta' riabilitazzjoni dejjem qegħdin jonqsu mill-2006 għall-2007.", "Filwaqt li x-xogħlijiet saru, skond it- tabella l-oħra li qal il-ministru, jidher li x-xogħol qiegħed isir minn ministeru jew minn entitajiet oħra.", "X'inhu l-futur tal-kumitat ta' riabilitazzjoni u jekk ifissirx li dawn il-kumitati humiex se jiġu żarmati?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ovvjament il-kumitati se jibqgħu hemmhekk u se jibqgħu jiffunzjonaw.", "Il-fatt hu li l-mod ta' kif kienu qegħdin jiġu operati l- fondi, ma kienx l-aktar mod adegwat.", "Nista' insemmi każ li semmejtu l- bieraħ f'din il-Kamra; il-Kappella tal-Kalkara, li kien ilu jsir ix-xogħol fuqha għal xi sitt snin.", "Fuq dan ir-restawr intefqu ċerta ammont ta' flejjes imma r-riżultat ma jidhirx.", "Allura d-deċiżjoni hija li x-xogħol jiġi kollu mmaniġġjat mill-ministeru.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti u nsejjaħ lill-Ministru Ninu Zammit.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern): Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:-", "Tagħrif dwar każi ta' serq fil-Mellieħa, San Pawl il-Baħar, in-Naxxar, San Ġiljan, Pembroke, Sliema u l-Gżira rapportati bejn Jannar u Settembru 2007, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 28542.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "KUMITAT TA' PROVVISTA", "ESTIMI ĠENERALI 2008", "IS-SEBA' JUM STABBILIT", "MINISTERU GĦAL GĦAWDEX", "L-Ordni għall-Kumitat ġie moqri", "FIL-KUMITAT", "L-Onor.", "Carmelo Abela, President tal-Kumitati, jippresjedi.", "THE CHAIRMAN: Illum il-kumitat għandu quddiemu l-voti tal-ministeru għal Għawdex.", "Nixtieq ninforma lill-kumitat li l-ħin tad-diskussjoni tal-lum huwa ta' tliet sigħat u għandu jinqasam indaqs bejn kelliema tal-gvern u kelliema ta' l-oppożizzjoni, bl-aħħar nofs għall-gvern.", "Il-Ministru għal Għawdex, jekk jogħġobha, tressaq ir-riżoluzzjonijiet tagħha.", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO (Ministru għal Għawdex): Sur President, nipproponi:", "VOT 38 - MINISTERU GĦAL GĦAWDEX", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn €49,173,080 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 38 - Ministeru għal Għawdex, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2008.", "VOT VIII - MINISTERU GĦAL GĦAWDEX", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn €10,145,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot VIII – Ministeru għal Għawdex, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2008.", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "L-Onor.", "Anton Refalo.", "ONOR.", "ANTON REFALO: Sur President, għan-nom ta' l-oppożizzjoni qiegħed inressaq din l-emenda:", "VOT 38 - MINISTERU GĦAL GĦAWDEX", "Personal Emoluments", "Item 11 - Holders of Political Office", "Ħassar iċ-ċifra \"€38,044\" u ssostitwixxi minflok iċ-ċifra \"€38,041\".", "Delete the figure \"€38,044\" and substitute therefore the figure \"€38,041\".", "Sur President, se nibda billi ngħid kif beħsibni nipproċedi bil-kritika dwar il-budget, sabiex il-ministru tkun tista' tirrispondini.", "L-ewwelnett sejjer nitkellem fuq l-amministrazzjoni fil-gżira Għawdxija u mbagħad se nidħol ftit fuq il-finanzjament tal-gvern għar-rigward ta' Għawdex.", "Irrid insemmi wkoll proġetti u wegħdi li għamel il-partit Nazzjonalista fil-gvern u li dawn baqgħu ma twettqux, filwaqt li oħrajn li saru, saru bi spiża ferm aktar ogħla minn dik ippjanata għalihom.", "Wara se ndur għall-qagħda soċjo- ekonomika tal-gżira Għawdxija u fl-aħħarnett se nipprova nispjega lil din il-Kamra u lill-poplu Malti u Għawdxi kollu xi jfisser il-pjan ta' \"Bidu Ġdid\" li jrid il-partit Laburista għall-gżira Għawdxija fi ftit taż-żmien ieħor, eżattament meta l-partit Laburista jkun fil-gvern.", "Nibda mill-ewwel billi nsellem lill-kollega tiegħi l-Onor.", "Justyne Caruana għaliex ma setgħetx tiġi hawn illum sabiex tagħti l-kontribut tagħha f'dan il-budget.", "Minn hawnhekk insellmilha u għan-nom ta' l-oppożizzjoni nixtieq nirringrazzjaha ta' dak kollu li għamlet f'din il-leġislatura għall-ġid tal- poplu Għawdxi.", "Żgur li dan huwa l-aħħar diskors ta' kritika li se nagħmel fuq il-budget qabel ma l-gvern jiffaċċja l-elezzjoni ġenerali.", "Għan-nom tiegħi, kif ukoll għan-nom ta' l-oppożizzjoni Laburista, nixtieq nirringrazzja lil dawk kollha li taw is-sehem u l-kontribut tagħhom fl- interess tal-poplu Għawdxi.", "Nixtieq nirringrazzjahom għall-ħidma tagħhom kontinwa sabiex Għawdex tagħna jimxi 'l quddiem.", "Għaldaqstant nixtieq nirringrazzja lill-impjegati fil-ministeru ta' Għawdex, lill-ħaddiema kollha, lill-NGO's, lill-għaqdiet volontarji u lil kulħadd għas-sehem impenjattiv li taw b'mod kontinwu għall-ġid ta' din il-gżira.", "Issa li wasalna fl-aħħar ta' din il-leġislatura, se mmur lura għal meta jiena u l-Ministru Giovanna Debono tlajna għall-ewwel darba f'dan il- parlament.", "Niftakar li kien preċiżament fl-1987 u minn dakinhar sal-lum għaddew aktar minn 20 sena.", "Flimkien f'dan il-parlament rajna lill-Għawdex jinbidel, xi drabi għall-aħjar, imma kien hemm okkażżjonijiet oħra fejn saru żbalji kbar.", "Dawn l-iżbalji saru għaliex il-gvern tal-ġurnata webbes rasu.", "Dawn l-iżbalji messhom qatt ma saru għaliex tefgħu lil Għawdex tagħna lura.", "Bħalissa qiegħed jiġi f'moħħi l-proġett ta' Chambrai, fejn din l-art kienet ingħatat b'ċens lill-mażun tal-loggia tal-mażuni tal-P2 Roberto Memmo.", "Din l-art ingħatat b'ċens meta aħna, bħala Għawdxin, stajna wżajniha aħjar għall-ġid tal-poplu Għawdxi.", "U minn dan il-post ta' Chambrai Għawdex ma ħa proprju xejn.", "Sur President, evitajna skoss ieħor kbir bil-proġett li kien se jsir fir- Ramla l-Ħamra u minn hawnhekk nixtieq nappella lill-gvern u b'mod partikolari, lill-Ministru għal Għawdex, sabiex ma tħalli li jsir l-ebda proġett f'Ħondoq ir-Rummien.", "Din hija waħda mill-ftit bajjiet li fadal ta' ġmiel naturali u hemm bżonn li din inħalluha hemm għall-uliedna li fis-sajf imorru jgawdu dak l-ambjent.", "Nerġa' nappella lill-Ministru għal Għawdex sabiex ma tħallix li dan il-proġett isir għaliex – li l-ministru stess iddikjarat li hi taqbel ma' dan il-proġett - ikun żball ieħor kontra l- interess tal-poplu Għawdxi.", "Min-naħa tagħna żgur li ħdimna sabiex lill-Għawdex tagħna nġibuh 'il quddiem.", "Naqblu li la jien u lanqas il-gvern m'aħna sodisfatti u kuntenti bl-istruttura tal-ministeru għal Għawdex.", "Kif jaf kulħadd, maż-żmien, f'dan il-ministeru tfaċċaw diversi konsenturi u fl-opinjoni tiegħi, u kif dejjem għedt, dan il-ministeru għal Għawdex, ġie ridott għal każin politiku.", "Dan tefa' lil Għawdex lura, u fejn qabel kien il-vetrina ta' Malta, illum kulħadd jgħid, speċjalment il-Maltin, li aħna sirna s- Cindirella ta' Malta.", "Sur President, għadni kif għedt li l-gvern stess m'huwiex kuntent bis-setup tal-ministeru għal Għawdex.", "Madankollu, għalkemm għadda daqstant żmien, xorta waħda baqa' m'għamel xejn sabiex isaħħaħ dan il-ministeru.", "Il- ministeru għal Għawdex u l-Ministru Giovanna Debono ilhom żmien jiftaħru fuq kif se jagħmlu pjan ta' żvilupp għal Għawdex.", "Skond il-ministru, dan il-pjan – huwa tajjeb li kieku jsir hekk – se jkun marbut mar-ristrutturar tal-ministeru.", "Jiena nagħmel riferenza għal tliet mistoqsijiet parlamentari li kont għamilt f'din il-Kamra.", "L-ewwel mistoqsija kienet iġġib in-numru 17,834, l-oħra n-numru 18,286 u t-tielet waħda kienet in-numru 19,284.", "U għalkemm il-Ministru għal Għawdex dejjem taċċetta li hemm bżonn li kemm il- pjan ta' struttura kif ukoll il-pjan ta' żvilupp għal gżira Għawdxija jimxu flimkien u dwar kif hemm bżonn li dawn it-tnejn isiru, xorta waħda, għalkemm għadda daqshekk żmien, baqgħu ma sarux.", "Il-partit Nazzjonalista fil-gvern dejjem iwiegħed, sena wara l-oħra, li sejjer iniedi u joħroġ dawn il-pjanijiet, pero` s'issa qatt ma ħariġhom.", "Fil-fatt, fl-aħħar mistoqsija parlamentari li kont għamilt u li ġġib in-numru 19,284, jiena kont staqsejt lill-Ministru għal Għawdex:", "\"Tista' il-Ministru tgħid jekk hemmx il-ħsieb li jiġi ristrutturat il- ministeru għal Għawdex.\".", "Min-naħa tagħha l-Ministru Giovanna Debono weġbitni hekk:", "\"Peress li r-ristrutturar tal-Ministeru għal Għawdex huwa marbut mal- Pjan ta' Żvilupp, nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta tal- mistoqsija parlamentari 19,286.\".", "Issa għall-mistoqsija parlamentari 19,286, il-ministru kienet weġbitni fil- 25 ta' Mejju, 2006, u kienet qaltli hekk:", "\"Nixtieq ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li malli l-pjan ikun approvat mill-gvern, dan jitpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.\".", "Issa minn dakinhar, mill-25 ta' Mejju, 2006, sal-lum għaddew sena u nofs, u la l-pjan ta' żvilupp ma tpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra u lanqas ma sar ir- ristrutturar tal-ministeru għal Għawdex!", "Dan huwa ħażin għax illum il- ministeru għal Għawdex m'għadux aktar jaħdem u m'għandux aktar saħħa imma sar sempliċement każin politiku, fejn hemmhekk jitwieldu l-pjaċiri u xejn aktar.", "F'dan il-ministeru ftit li xejn isir ġid għal Għawdex.", "Issa x'aħna ngħidu aħna bħala partit Laburista li fi ftit taż-żmien ieħor qiegħed jipprospetta li jkun fil-gvern?", "Sur President, aħna qegħdin ngħidu, permezz tal-pjan tagħna għall-bidu ġdid, li m'aħniex kuntenti bis-set-up tal-ministeru kif inhu llum u rridu nsaħħuħ ħalli jkun jista' jgħin sabiex il-pjan ta' żvilupp għal Għawdex jitwettaq b'mod effiċjenti u f'waqtu.", "Għalhekk, malli nitilgħu fil-gvern, se noħolqu dak il-makkinarju u għodod neċessarji sabiex iċ-ċittadin Għawdxi jkun verament fiċ-ċentru ta' l-amministrazzjoni, kemm f'Malta kif ukoll fl- Ewropa.", "Qegħdin ngħidu li aħna rridu li jkun hemm rappreżentanza Għawdxija fuq il-kunsill Malti għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali.", "Qegħdin ngħidu wkoll li aħna nemmnu li għandu jkun hemm awtorita' tat-turiżmu direttament responsabbli minn Għawdex.", "Bil-partit Laburista fil-gvern ikun hemm rappreżentanza Għawdxija fuq il-bordijiet nazzjonali li b'xi mod għandhom responsabbilta` għall-pjan soċjali u ekonomiku tal-gżira Għawdxija.", "Fuq kollox qegħdin ngħidu li sabiex Għawdex jisfrutta aħjar l- opportunitajiet u l-vantaġġi li toffri l-Unjoni Ewropea, il-kunsill reġjonali li se jitwaqqaf minn gvern Laburista jkollu r-rappreżentanza tiegħu fi Brussels, fejn jingħata servizz ta' sapport mir-rappreżentanza permanenti Maltija.", "Fi ftit kliem, din hija l-viżjoni tal-partit Laburista għal Għawdex, u mhux kif qegħdin jgħidu huma, bl-eċċellenza kollha tagħhom għas-sena 2015, imma aħna lesti li nagħmlu dan kollu appena nirbħu l- elezzjoni li ġejja u nkunu fil-gvern.", "U dan nagħmluh għax aħna m'aħniex bħall-partit Nazzjonalista!", "Dak li ngħidu u nwiegħdu, aħna nwettquh.", "Min- naħa tagħna m'aħniex inwiegħdu l-mirakli imma qegħdin inwiegħdu liċ- ċittadin Malti u Għawdxi li rriduh verament fiċ-ċentru ta' l- amministrazzjoni, bl-għajta ta' xogħol, ħarsien u dinjita`.", "Dan li rridu għall-gżira Għawdxija, tmexxija serja u onesta, mhux kif għandna llum, pajjiż mifni bil-korruzzjoni!", "Tant hu hekk li l-korruzzjoni llum tista' tmissha b'idejk!", "Il-korruzzjoni ma teżistix biss f'għoti ta' kuntratti imma teżisti wkoll f'affarijiet żgħar.", "Il-bieraħ ġie wieħed id-dar tiegħi li kien jappoġġja lill-partit Nazzjonalista.", "Dan ir-raġel għandu stabbiliment ta' l-ikel ġo l-Imġarr u qalli li fi ftit taż-żmien ieħor se jkollu jagħlaq.", "Dan għaliex issa li għalqet l-Imġarr Hotel, it-turisti li kienu jkunu f'dik il-lukanda m'għadux jiggwadanja minnhom peress li t-turisti li kienu joqogħdu fiha kienu jmorru jieklu għandu.", "Barra minn hekk, il-ġimgħa l-oħra ltaqa' ma' ħabib tiegħu u staqsieh għalfejn ma jmurx jiekol għandu forsi jqallgħu lira.", "U dan wieġbu li ma jistax imur jiekol għandu għax il-gvern dejjem jibgħathom fl-istess ħanut.", "Biex jikkonferma dak li qallu wrieh voucher ta' Lm5, fejn il- ħaddiema kollha tal-gvern imorru f'dan il-ħanut ġo Għajnsielem sabiex jieklu xi ħaġa.", "Fl-aħħar dan ir-raġel dar fuqi u qalli kif jista' jivvota lill-partit Nazzjonalista!", "Dik hija l-korruzzjoni!", "Dawn m'humiex affarijiet kbar imma affarijiet żgħar li jiswew ħafna u li jweġġgħu ħafna l-qalb ta' dak li jkun.", "F'Għawdex għandek il-korruzzjoni, l-isparpaljar tal-flus, deċiżjonijiet li jittieħdu mingħajr ħadd ma jkun jaf min qiegħed jeħodhom, deċiżjonijiet li jmorru kontra l-interessi tal-poplu Għawdxi u ħadd m'huwa accountable għal dak li jkun qiegħed jiġri.", "Jiena nieqaf ftit hawn sabiex nappella lill- gvern Nazzjonalista, b'mod partikolari lill-Ministru għal Għawdex, sabiex ma jagħmlux l-iżball li għamlu fis-sena u disa' xhur li damu fl- oppożizzjoni.", "Dakinhar il-partit Laburista fil-gvern kien waqqaf il-kunsill reġjonali għal Għawdex.", "Konna nafu mill-bidu li kważi l-kunsilli kollha kienu Nazzjonalisti, pero` aħna emminna li sabiex verament lil Għawdex inġibuh 'il quddiem u sabiex ikun hemm ir-ristrutturar ta' Għawdex, kien hemm bżonn li f'Għawdex ikollok kunsill reġjonali ħalli dan ikun jista' jwettaq il-pjan ta' żvilupp għall-gżira Għawdxija.", "Dakinhar il-partit Nazzjonalista fl-oppożizzjoni ħareġ kontra dan il- kunsill għax kien qiegħed jagħmlu l-partit Laburista.", "Dan kien żball kbir u dakinhar il-poplu Għawdxi tilef mezz li bih l-Għawdxin seta' jkollhom sens ta' awtonomija fit-tmexxija ta' pajjiżna.", "Jien illum hawn u għada ma nkunx, pero' hemm bżonn – din hija l-ħolma tiegħi – li lil Għawdex nagħtuh sens ta' tmexxija li trid tkun differenti minn dik ta' Malta.", "Naħseb li dan il-kunsill reġjonali għal Għawdex kien il-mod, bid-difetti kollha li kien fih, li lil Għawdex stajna nagħtuh sens ta' awtonomija.", "Jiena dejjem għedt li l-ebda Malti mhu ġej biex jirranġa l-problemi tagħna.", "Il-problemi tagħna rridu nirranġawhom aħna l-Għawdxin għax aħna nafu x'inhuma dawn il- problemi.", "Kien mument storiku meta aħna ridna nagħtu din id-dimensjoni politika importanti lill-gżira Għawdxija.", "Għalhekk nappella lill-ministru sabiex fi ftit taż-żmien ieħor tkun magħna.", "Tkun magħna meta jkun hemm il- partit Laburista fil-gvern, ħalli flimkien nagħmlu dan il-kunsill reġjonali għal Għawdex.", "Nerġa' ngħid li jkun dan il-kunsill li jibda jwettaq politika tajba u importanti għall-gżira Għawdxija u li jikkordina mal-ministeru għal Għawdex.", "Il-ħolma tiegħi hija li minn hemmhekk imbagħad nitilgħu tarġa aktar 'il fuq fil-kwalita`.", "Hemm bżonn li fil-gżira Għawdxija mhux naraw kollox bil-politika u kollox inqisu f'termini ta' politika minn filgħodu sa filgħaxija!", "Fl-opinjoni tiegħi hemm bżonn li jkun hemm think tank ta' nies professjonali, li m'għandhomx x'jaqsmu mal-politika, fejn l-impenn ewlieni tagħhom ikun dak ta' kif jagħmlu l-ġid u joħolqu x-xogħol għall-gżira Għawdxija.", "Naħseb li jekk nimxu b'dan il-mod, jekk Alla jrid, inkunu qegħdin nagħmlu ġieħ lill-poplu Għawdxi.", "Naħseb li hemm bżonn ukoll li jitwaqqaf uffiċċju reġjonali ta' l-istatistika fi ħdan il-ministeru.", "Hemm bżonn ukoll, kif diġa` għedt, u kif wegħedna aħna fil-Pjan għal Bidu Ġdid, li l-Gozo Channel tkun ukoll taħt ir-responsabbilta` tal-ministeru għal Għawdex.", "Hemm bżonn li jittieħdu inizjattivi mill-ministeru, flimkien mal-kunsilli lokali, il-Knisja u l-NGO's fil-qasam soċjali fuq it-twaqqif u t-tmexxija ta' childcare centres fl-irħula tagħna, u tat-twaqqif u t-tmexxija ta' affarijiet li jagħmlu l-ġid liż-żgħażagħ tagħna.", "Fi ftit kliem din hija l- viżjoni li l-partit Laburista qiegħed jipprospetta għall-gżira Għawdxija.", "Aħna qegħdin inpoġġu liċ-ċittadin fiċ-ċentru ta' l-amministrazzjoni u mhux nagħmlu bħalma għamel il-partit Nazzjonalista.", "Il-prim ministru attwali jrid ipoġġi lill-familji tagħna fis-sod billi jpoġġihom f'inkwatru!", "Aħna qegħdin ngħidu li l-poplu Għawdxi huwa poplu intelliġenti, poplu li jaf jiżen, jgħarbel u jagħraf x'inhuma l-interessi tal-gżira Għawdxija.", "Mela ejjew flimkien, mingħajr l-ebda dimensjoni politika imma b'sens ta' altruiżmu, infasslu politika ħalli nfejqu lil Għawdex tagħna.", "Dan għax, kif jaf kulħadd, Għawdex huwa marid!", "Marid għax fejn qabel konna niftaħru li aħna fiċ-ċentru ta' l-amministrazzjoni, illum kulħadd jaf li sirna ċittadini tat-tieni klassi.", "U din lili tweġġagħni għax minn dejjem emminna u ħdimna sabiex jekk verament irridu li ċ-ċittadin Għawdxi jkollu l-istess affarijiet bħaċ-ċittadin Malti, almenu trid twasslu sal-Mellieħa.", "Issa sabiex tkun tista' twettaq dawn l-affarijiet, irid ikollok l-impenn politiku u jrid ikollok is-serjeta` li tasal.", "Hekk kif dan l-impenn politiku jispiċċalek, lil Għawdex tibda tieħdu lura bis-serjeta`.", "Sur President, xtaqt li issa niġi għal dawk il-proġetti li saru, għal dawk li ġew imwiegħda u għall-ispiża tagħhom.", "Hawnhekk irrid mill-ewwel nakkuża lill- gvern talli għamel sensiela ta' wegħdiet li mbagħad ma wettaqhomx.", "Kien hemm flus ivvotati li baqgħu ma ntefqux u proġetti stmati mod, iżda mbagħad spiċċaw jiswew ħafna aktar.", "Tajjeb li nkunu nafu li d-dejn nazzjonali tela' għal Lm1,600 miljuni!", "Is-sena l-oħra d-dejn tela' b'Lm40 miljun, u ma rridux ninsew li begħna kull ħaġa li kienet tal-poplu Malti u Għawdxi.", "Kull azjenda u kull korp inbiegħ, bir-riżultat li s-sena l-oħra, xorta waħda spiċċajna b'dejn ta' Lm40 miljun.", "Ħalli nibda l-ewwel bil-flus ivvotati għal Għawdex li baqgħu ma ntefqux u mbagħad ngħaddi għall-wegħdi ta' proġetti u inizjattivi li ma nżammux.", "U se nibda nikkwota ftit iċ- ċifri.", "Jekk wieħed jara ftit in-nefqa kapitali jsib li dan huwa eżempju ċar ħafna ta' flus ivvotati għal Għawdex li baqgħu ma ntefqux.", "Nibdew bis-sena 2005, fejn kellek is-somma ta' Lm5,700,000 ivvotati għal Għawdex.", "Minn dawn intefqu Lm2,444,000 u allura kellna Lm3,259,000 li baqgħu ma ntefqux.", "Fis- sena 2006 kellek is-somma ta' Lm6,168,000 ivvotati għal Għawdex.", "Minn dawn intefqu Lm4,547,362 u kellna Lm1,620,638 li baqgħu ma ntefqux.", "Fis-sena 2007 kellek Lm8,701,000 ivvotati għal Għawdex.", "Minn dawn intefqu Lm5,364,103 u kellna Lm3,336,897 li baqgħu ma ntefqux.", "Jekk tgħodd flimkien is-somom tat-tliet snin issib li bħala flus ivvotati kellek Lm20,573,000 filwaqt li flus minfuqa kellek Lm12,355,937, u l-flus li baqgħu ma ntefqux kienu Lm8,217,063.", "Issa l-vot kapitali għas-sena d-dieħla huwa ta' Lm4,446,752, jiġifieri anqas minn kemm kien ivvotat għal din is-sena.", "Din is-somma hija wkoll anqas b'Lm1,008,855 minn dak li mistenni jintefaq din is-sena wara li l-vot jiġi rivedut.", "Issa jekk wieħed inaqqas il-flus li se jibqgħu mhux minfuqa din is-sena - jiġifieri Lm3,336,897 - mill-flus li ġew ivvotati għas-sena d-dieħla, isib li jibqa' biss Lm1,018,351 ivvotati ġodda.", "Mir-risposti għall-mistoqsijiet parlamentari mogħtija mill-ministru għal Għawdex joħroġ biċ-ċar u ma jibqa' l-ebda dubju li mill-Lm5,200,050 ivvotati għall-proġetti taħt l-EU structural funds għas-sena 2007/2013, l-ebda lira minnhom m'hi sejra tintefaq matul din is-sena.", "Dan ifisser li l-vot totali kapitali għas-sena d-dieħla – fejn aħna qegħdin ngħidu Lm4,355,348 - lanqas biss ikopri l- ispiża ta' dawn il-proġetti.", "Mela dawn il-proġetti mhux biss ma sarux matul din is-sena, kif kien wiegħed il-gvern, imma lanqas hemm il-ħsieb li jitlestew kollha sas-sena d-dieħla.", "Fil-fatt, jekk wieħed jara l-vot għas- sena d-dieħla fuq dawn il-proġetti jsib li s-somma totali hija ta' Lm2,504,107 li hija inqas min-nofs l-istima ta' dawn il-proġetti.", "Sur President, wieħed jistaqsi: X'inhuma dawn il-proġetti?", "L-ewwel proġett huwa dak tat-triq tax-Xlendi, it-triq ta' Pinu, l-immodernizzar ta' l- operating theatre fl-isptar ġenerali ta' Għawdex, it-twaqqif tar-radiology unit fl-isptar ġenerali ta' Għawdex, it-titjib ta' Villa Randon, il-proġett taż-Żewwieqa u r-riabilitazzjoni tal-Qortin.", "Issa dawn il-proġetti m'humiex xi mega proġetti, u fuq ħafna minnhom, il-prim ministru li għandna u li jiddiletta ħafna bl-eċċellenza, ġie ftaħar bihom fl-aħħar żewġ diskorsi tal-budget li għamel.", "Naħseb li għandu żewġ budgets oħra jiftaħar bihom, imma l-Għawdxin drawh lil dan il-prim ministru!", "Jafu li għandu biss paroli fil-vojt, li jipprova jidħak b'dak li jkun, u li meta mbagħad tagħsar dak li jingħad, ma ssib xejn.", "Fih innifsu dan juri li fejn jidħol Għawdex, il-gvern preżenti veru jeċċella.", "Jeċċella fl-inkompetenza tiegħu sabiex jattwa proġetti kapitali għal Għawdex!", "Jeċċella wkoll fl- inefiċċjenza tiegħu għax ma jmexxix fuq pjan serju u sostenibbli!", "Fl- aħħarnett jeċċella wkoll fl-abilita` tiegħu li jaddotta sistema ta' cut and paste u li minn sena għall-oħra jirrepeti u jwiegħed dejjem l-istess proġetti!", "Sur President, jekk hemm xi ħaġa li dan il-prim ministru jibqa' imfakkar għaliha hija proprju dik li m'għandux il-qawwa meħtieġa sabiex isostni dak li jgħid.", "Fil-fatt, illum jgħid mod u l-għada jgħid kontra dak li jkun qal il-ġurnata ta' qabel, u l-pitgħada jerġa' jgħid mod ieħor!", "Dan il-prim ministru jiġi jigdeb hawn fil-parlament, bħalma għamel fil-każ tas-sussidju tal-helicopter, li m'huwiex fil-pjan ta' żvilupp, u jigdeb u jħawwad sabiex taparsi jimpressjona.", "Mingħalih li x-xilep – kif qal il-poplu Għawdxi - issa huwa ġewwa!", "Dan huwa l-prim ministru li għandna llum, meta qal li m'huwiex bħal dak ta' qablu!", "Il-prim ministru qalilna li fi tliet snin u nofs irnexxielu jirranġa kollox, ġab kollox fuq saqajh u li m'huwiex bħal ta' qablu, li kien għamel partita dejn.", "Qisu li x-xemx telgħet tliet snin u nofs ilu meta huwa sar prim ministru ta' Malta!", "Naturalment jekk irid jgħix f'din il-fantasija, jiena nawguralu kull suċċess!", "Ħalli nibda bil-proġett tat-triq tax-Xlendi.", "Il-partit Nazzjonalista fil- gvern ilu jiftaħar li se jagħmel din it-triq mis-sena 2004, minn meta Malta daħlet fl-Unjoni Ewropea.", "Dakinhar qalu li x-xogħol fuqha kellu jibda fl- 2005 u li kellu jitlesta sa l-2006.", "Issa, kif jaf kulħadd, għandu xorti li x-xogħol jispiċċa fl-2008!", "Allura kif tista' temmen lil dan il-gvern meta f'biċċa triq – dik tax-Xlendi - mar sentejn żmerċ!", "Mur emminhom lil dawn in-nies meta qegħdin iwiegħdu l-proġetti kapitali li skond huma sejrin jagħmlu sas-sena 2015!", "Mur emminhom!", "U għalhekk, meta tara dawn l- affarijiet ma tistax temmnu lill-prim ministru li għandna.", "Dejjem jiftaħar b'dak li se jagħmel u mbagħad kelmtu qatt ma jżommha.", "Issa m'għandniex biss dan l-eżempju, imma għandna sensiela ta' eżempji oħra.", "Ħalli nibda nsemmi xi ftit minnhom.", "Nibda billi nsemmi l-yacht marina.", "Fis-sena 2004, fl-ewwel budget speech tiegħu għas-sena 2005, il-prim ministru kien ftaħar li fost il-miżuri li jridu jitwettqu f'Għawdex kien hemm il-bini ta' irmiġġ għall-yachts.", "Imbagħad ġiet is-sena ta' wara u l-prim ministru kien qal li se jkomplu jsostnu bl-aktar mod qawwi kull inizjattiva li ttejjeb il-prodott turistiku f'Għawdex, inkluż il-proġett tal-yacht marina.", "Huwa għalhekk li jiena ngħid li l-prim ministru m'għandux il-qawwa meħtieġa sabiex isostni dak li jgħid u għaldaqstant tilef kull kredibilita`.", "Huwa għalhekk li jkollu paniku kbir meta jiġi Għawdex għax jaf li llum is-sapport li kellu f'Għawdex spiċċalu.", "Issa qiegħed jipprova jwiegħed l-affarijiet ħalli jipprova jiġbor il-voti.", "Proġett ieħor kien il-casino.", "Fis-sena 2004 il-prim ministru kien qal li fost miżuri konkreti li jridu jitwettqu f'Għawdex kien hemm il-casino.", "L- istess is-sena ta' wara, jiġifieri fl-2005, il-prim ministru kien qal li se jkomplu jsostnu bl-aktar mod qawwi kull inizjattiva li ttejjeb il-prodott turistiku f'Għawdex, inkluż il-ftuħ ta' casino.", "Din hija t-tieni konferma li l-prim ministru m'għandux il-qawwa meħtieġa sabiex isostni dak li jgħid.", "Imbagħad kellna l-famuża riabilitazzjoni tal-miżbla tal-Qortin.", "F'dan ir- rigward irrid inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra din il-biċċa pjanta li għamlu n-Nazzjonalisti fil-gvern sabiex mingħalihom jimpressjonaw li sejrin jagħmlu dan ix-xogħol.", "L-ewwelnett dan huwa proġett li ilu jissemma għal għaxar snin.", "Hawnhekk qalu li sejrin jagħmlu park, bil-cable cars, b'hand climbing track u anke b'adventure playground.", "Dan huwa kollu daħk fil-wiċċ!", "Ikun sewwa li kieku jsir, imma issa ilna nisimgħu bi proġetti li jibqgħu ma jsirux.", "U issa sejrin inbellgħuha lill-poplu Għawdxi li sejrin nagħmu dan il-proġett?!", "Kieku l-gvern wera rieda tajba u vvotata xi ammont ta' flus għal dan il- proġett kien ikun forsi kredibbli, imma m'hemm xejn fil-budget għal dan il- proġett.", "U din hija l-viżjoni tagħhom għas-sena 2015.", "L-aktar waħda vili hija meta tmur - kif ħadu lili – fil-korsa taż-żwiemel tax-Xewkija u tara l- istat ta' abbandun komplet li tinsab fiha din il-korsa.", "Hemm l-istalel qegħdin jaqgħu, b'perikolu għan-nies, u l-ministru għal Għawdex ma tindenjax ruħha sabiex tirranġa ftit din il-korsa.", "Stat ta' abbandun komplet!", "Din hija l-eċċellenza li l-partit Nazzjonalista fil-gvern qiegħed jaspira għaliha.", "Issa forsi abbandunawha għax kien għamilha Karmenu Mifsud Bonnici?", "Il-Ministru għal Għawdex ma temminx li jekk ikollok korsa taż- żwiemel kif suppost jaf ikollok niċċa oħra fejn inti tista' iġġib it-turist li huwa dilettant tat-tiġrijiet taż-żwiemel ġewwa Għawdex?", "Nerġa' ngħid li din il-korsa hija abbandunata, bil-ġebel nieżel, bl-istalel jaqgħu biċċa biċċa u ħmieġ ma' kullimkien.", "Saħansitra qegħdin jitfgħu t- terrapien hemmhekk u mbagħad niġu niftaħru li se nagħmlu dan il-park bil- cable cars!", "Jistgħu jitwemmnu tal-partit Nazzjonalista fil-gvern?", "Imbagħad l-eċċellenza tagħhom tafu x'inhi?", "Korsa taż-żwiemel abbandunata!", "Anke sabiex taqdi lil min ried jagħmel tal-go carts, minflok għamlulu track kif suppost, għamlulu partita pajpijiet ta' l-ilma ħalli n-nies taparsi moqdijin.", "Biex tkompli tgħaxxaqha, tefgħu container ħalli ma jibnux bil- ġebel u dan qiegħed ikerrah l-ambjent.", "Sur President, fl-opinjoni tiegħi din m'hijiex politika li tagħmel ġid lill- poplu Għawdxi għax qegħdin nitmejlu bin-nies.", "Illum dak iż-żmien spiċċa u m'għandniex għalfejn nagħmlu hekk.", "Dan kif qal il-prim ministru fid-diskors tiegħu tal-budget.", "Jekk jiġri hekk ħaqqna daqqa ta' ħarta, u dan huwa l- mod ta' kif il-partit Nazzjonalista fil-gvern qiegħed jipprova jidħak bil- poplu Għawdxi.", "Issa nixtieq ukoll inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra 18-il ritratt li jikkonfermaw dak li qiegħed ngħid fuq il-korsa taż-żwiemel li għandna fix-Xewkija Għawdex.", "Nappella lill-ministru sabiex jekk verament trid il-ġid tal-poplu Għawdxi, tipprova tirranġa din il-korsa għax fi ftit taż-żmien ieħor din se taqa' għal kollox.", "Niġi issa għal proġett ieħor, dak tal-korsa tal-golf.", "Fis-sena 2004 il-prim ministru kien qal li fi ftit ġimgħat oħra, il-gvern immexxi minnu, se jkun qiegħed jieħu deċiżjoni dwar golf courses f'Malta u Għawdex.", "Ġiet is-sena 2005, u fid-diskors tiegħu għas-sena 2006, il-prim ministru kien qal li huma kienu konvinti li l-korsa tal-golf hemm bżonnha, u li l-gvern kien iddeċieda li jkun hemm golf course f'Għawdex.", "Kien qal ukoll li se jkomplu jsostnu bl-aktar mod qawwi kull inizjattiva li ttejjeb il-prodott turistiku f'Għawdex, inkluż il-korsa tal-golf.", "Minn dakinhar ma semma xejn aktar. u naħseb li din hija t-tielet konferma li l-prim ministru m'għandux il-qawwa meħtieġa sabiex isostni dak li jgħid.", "Niġi issa għal proġett ieħor, dak tal- faċilitajiet għall-konferenzi ħalli nipprovaw nirbħu l-voti ta' l-iljun u ta' l-istilla.", "Fl-2004, fl-ewwel sena tiegħu bħala prim ministru, kien qalilna li se jkomplu jsostnu bl-aktar mod qawwi kull inizjattiva li ttejjeb il-prodott turistiku f'Għawdex, inklużi faċilitajiet għall-konferenzi.", "Naħseb li anke hawnhekk il-prim ministru żelaq u wera li m'għandux ir-rieda meħtieġa sabiex isostni dak li qiegħed jgħid.", "Dan għax fl-2005 ma semma xejn dwar din il-faċilita` u issa, lejlet l-elezzjoni, sabiex mingħalih jidħak bis- soċjetajiet ta' l-iljun u ta' l-istilla, ġie jgħidilna li l-gvern se jniedi programm ħalli ż-żewġ teatri ta' l-opra f'Għawdex ikunu jistgħu jintużaw għall-konferenzi matul is-sena kollha.", "Jiena ħadt ir-ruħ għax ħsibt li fl- aħħar ġejja xi ħaġa tajba għal Għawdex.", "Għalhekk mort infittex il-vot u sibt li dawn mhux talli ma vvotawx flus għal dan il-għan, imma talli filwaqt li għal din is-sena kien hemm ivvotati €11,647 għaż-żamma ta' l- opri f'Għawdex, għas-sena d-dieħla se jnaqqsuhom u għamluhom €11,000!", "Ara lil min trid temmen!", "Aħna bħala partit Laburista, li qiegħed jaspira li jkun fil-gvern, ma nitkellmux b'dan il-mod, imma ngħidu l-verita`.", "Issa x'aħna ngħidulhom lil dawn iż-żewġ għaqdiet u lill-għaqdiet kollha kulturali u tal-banda li hemm ġewwa Għawdex?", "Lis-soċjetajiet u lill-għaqdiet ta' l-istilla u ta' l- iljun, kif ukoll lill-għaqdiet l-oħra, għall-iżvilupp soċjo-ekonomiku ta' Għawdex, qegħdin inwiegħduhom li nsaħħu l-għajnuna għaż-żamma ta' l-opri liriċi u ta' programmi kulturali ta' livell internazzjonali li jattiraw Maltin u barranin lejn Għawdex.", "Aħna se nagħmlu dan bl-akbar serjeta` u b'impenn għas-snin kollha li ġejjin u m'aħniex se nistennew lejlet elezzjoni ġenerali sabiex nagħmlu wegħdiet fiergħa bħal dawn.", "Dan nagħmluh għax konvinti li rridu nsaħħu lis-soċjetajiet infushom.", "Aħna konvinti, nemmnu u nħobbu l-kultura f'Għawdex u rridu nġibu turiżmu ta' kwalita` fil- gżira Għawdxija.", "Proġett ieħor kien dak taċ-ċentru komunali.", "Kull sena l-gvern Nazzjonalista ftaħar li se jibni ċentru komunali għal Għawdex.", "Kull sena jivvotaw il-flus għalih imma dan iċ-ċentru ma jsir qatt!", "Ħalli ngħid xi ħaġa tad-daħk.", "Tmien snin ilu, il-ministru għal Għawdex, meta konna qegħdin niddiskutu l- budget għas-sena 2000, kienet qalet dan il-kliem:", "\"Sur President, irrid nagħmel riferenza wkoll għall-vot li jidher żgħir iżda li għandu prospetti kbar.", "Qiegħda nirriferi għall-vot ta' Lm20,000 għall-proġett ta' kostruzzjoni li qegħdin insejħulu ċentru komunali.", "Dan il-vot se jservi sabiex isir studju ta' cost benefit tal-proġett fiċ-ċentru tar-Rabat li għandu jkun ta' benefiċċju għal Għawdex kollu.", "Diġa` lestejna development brief dwaru u dan l- iżvilupp propost se jinkludi faċilitajiet kummerċjali kif ukoll a multi-level underground car park għall-komunita`.", "Huwa maħsub ukoll li jkun proġett li jservi ta' promozzjoni għall-attivitajiet soċjali u kulturali.", "Anke joħloq spazju tajjeb għall-intrapriża privata.", "Fil- fatt is-sehem tal-privat f'dan il-proġett għandu jkun wieħed qawwi u żgur li se jservi wkoll sabiex joffri opportunitajiet ta' xogħol ġewwa Għawdex.", "Jiena nittama li ma ndumx ma nikkonkludi l-istudji biex jekk il-Bambin irid dan iċ-ċentru komunali jkun jista' jinbeda.", "Sur President, bil-kliem kulħadd jista' jgħid li jrid imma l-fatti u ċ- ċifri ma jista' imerihom ħadd.", "Dawn huma xhieda tal-verita`.\".", "X'verita` hija din?!", "Li ma sarx u li mhux se jsir?!", "U għaliex mhux se jsir dan il-proġett?", "Mhux se jsir minħabba li hemm erba' pampaluni li ma jriduhiex tagħmlu għax inkella titlef il-voti tagħhom!", "Għalhekk li l- ministru m'hijiex se tagħmel dan iċ-ċentru komunali!", "Din il-wegħda ma saritx darba biss fis-sena 2000.", "Sentejn wara fid-diskussjoni dwar l-estimi tal-budget għas-sena 2002 il-Ministru għal Għawdex reġgħet qalet dan il- kliem:", "\"Dak li nidħlu għalih aħna nagħmluh bl-akbar responsabbilta` kif qegħdin nagħmlu fiċ-ċentru komunali.\".", "Sur President, dan xi kliem hu?", "Inwiegħdu l-affarijiet, ngħidu li sejrin nagħmluhom bis-serjeta`, ngħidu li l-fatti u ċ-ċifri ħadd ma jista' imerihom, ngħidu li dak li nidħlu għalih nagħmluh bl-akbar serjeta`, u mbagħad niġu f'dan il-budget tal-lum u ma nsibu xejn fuq iċ-ċentru komunali!", "Dan il-proġett huwa wieħed abbandunat.", "L-aqwa li nparlaw u ngħidu ħafna affarijiet!", "Proġett ieħor kien dak ta' l-impjant tat- trattament tad-drenaġġ.", "Dan il-proġett jinten bil-korruzzjoni!", "Dak li jaf kollox, il-prim ministru tal-lum, kull sena jiġi jiftaħar bil-proġetti għat- trattament tad-drenaġġ.", "Kif jaf kulħadd dan il-proġett kien ko-finanzjat mill-Unjoni Ewropea u suppost li sar qabel ma' Malta daħlet membru ta' l- Unjoni Ewropea.", "Oriġinarjament dan l-impjant kellu jkun lest sas-sena 2005.", "Tant hu hekk li għas-snin 2004/2005 il-gvern ivvota aktar minn Lm1,600,000.", "Imbagħad kellu jitlesta f'Novembru tas-sena 2006 imma l-proġett baqa' ma tlestix.", "Għalhekk il-gvern talab lill-Unjoni Ewropea għal estensjoni ta' sena.", "L- estensjoni ngħatat u l-proġett kellu jkun lest sa din is-sena, u suppost li l-pagamenti għalih kellhom ikunu proċessati u mibgħuta lill-kummissjoni Ewropea sax-xahar li għadda.", "Madankollu l-proġett baqa' ma tlestiex u issa l-gvern għandu kwestjonijiet jaħarqu mal-kummissjoni Ewropea mhux biss fuq it-telf ta' l-ammonti kbar ta' fondi imma anke fuq materji oħra relatati mal-kuntratti li saru għal dan il-proġett.", "Din hija l-kompetenza u l- effiċjenza tal-partit Nazzjonalista fil-gvern, proġetti mwiegħda li ma jitwettqux?!", "Proġett ieħor kien dak ta' l-inċentivi għall-industriji ż-żgħar.", "Fl-2004, fid-diskors tal-budget għall-2005, il-prim ministru tal-lum, dak li jaf kollox, kien qal li l-gvern kien qiegħed jaħdem fuq strateġija ġdida għat- tisħiħ ta' l-industrija u tal-kummerċ f'Għawdex.", "Qal ukoll li kien qiegħed iħejji pakkett ġdid ta' għodda finanzjarja bil-għan li jagħmel tajjeb għall- iżvantaġġi li dawn l-oqsma jbatu minnhom f'Għawdex.", "Erġajna ġejna fl-2005, u dak li jaf kollox, nesa għal kollox din l-istrateġija ġdida.", "Issa s-sena l-oħra ftakar u qal li sabiex ikomplu jsostnu u jistimolaw investiment ġdid lejn pajjiżna, il-gvern kien se jpoġġi miljun lira oħra mal-fondi ta' l- Unjoni Ewropea għal dan il-għan.", "Minn dawn il-fondi kien hemm 25% li kienu se jkunu dedikati esklussivament għal Għawdex.", "Issa, kif diġa` għedt qabel, din l-iskema kienet biss waħda mill-iskemi taċ- ċekċik li beda jdaħħal matul din is-sena gvern Nazzjonalista minħabba li kienet qiegħda toqrob l-elezzjoni.", "Fil-fatt fid-diskors tiegħu tal-budget għas-sena d-dieħla kellu jammetti li l-iskemi ta' l-għajnuna għall-impjieg ta' Għawdex, li tnediet din is-sena, bl-iskop li tinċentiva l-ħolqien ta' l- impjiegi f'Għawdex, sa issa ma ħallietx ir-riżultati mixtieqa.", "Għaldaqstant din l-iskema se titwessa' billi jitneħħa l-minimu ta' ħames impjegati ġodda sabiex kumpannija tikkwalifika għall-għajnuna.", "U x'se jkun għamel b'daqshekk il-prim ministru?", "Se jkun żied iċ-ċekċik maċ-ċekċik li kien hemm, u xejn aktar!", "Allura kif tista' temmnu lill-prim ministru meta jgħid li jrid iwettaq politika għall-gżira Għawdxija?!", "Issa ladarba qegħdin nitkellmu fuq l-industrija Għawdxija rrid niġbed ukoll l-attenzjoni ta' din il-Kamra fuq dak li kienet qalet il-ministru għal Għawdex disa' snin ilu.", "Hawnhekk qiegħed nirriferi għas-17 ta' Diċembru ta' l-1998 meta konna qegħdin niddiskutu l-vot ta' Għawdex għas-sena 1999.", "Il- ministru Giovanna Debono kienet qalet hekk:", "Irrid ngħid ukoll li kienet saret propoganda dwar il-garaxxijiet tax- Xħajma.", "Hemmhekk nerġa' nirrepeti li aħna m'aħniex kontra l-iżvilupp li jinbnew numru ta' garaxxijiet għall-industrijalisti imma kontra biss li jiġi xi ħadd f'din il-Kamra, u anke barra minn din il-Kamra, u jagħti l-impressjoni li dawn il-garaxxijiet kienu diġa` ġew ippjanati taħt il-gvern preċedenti.", "Ara aħna l-affarijiet nagħmluhom bil-għaqal u bis-serjeta`, u hekk kif tlajna fil-gvern, jiena sejjaħt laqgħa ma' l-awtoritajiet ta' l-ippjanar ġewwa l-ministeru għal Għawdex u fost is- suġġetti li ddiskutejna, iddiskutejna proprjament kif għandna niżviluppaw il-garaxxijiet għall-industriji fil-gżira Għawdxija.", "Dan għax jiena nemmen u nħoss li dawn it-tipi ta' garaxxijiet huma xi ħaġa ta' priorita`.\".", "Sur President, dan il-kliem intqal fis-sena 1999, fejn il-ministru għal Għawdex kienet qalet li hija tħoss li dawn it-tipi ta' garaxxijiet huma xi ħaġa ta' priorita`.", "Mela mill-1999 sa l-2007 baqgħu ma srux u tgħid li huma ta' priorita`.", "Imbagħad il-ministru kompliet tgħid hekk dakinhar:", "\"Jiena tlabt lill-awtorita` ta' l-ippjanar sabiex tidentifika xi siti oħra ġewwa Għawdex li jkunu adatti għal dan it-tip ta' żvilupp ħalli jekk is-sit tax-Xħajma ma jkunx possibbli, inkunu diġa` għaddejna studji fuq siti oħra\".", "Mela l-ministru qalet li għaġġlet lil tal-MEPA ħalli jekk is-sit ma jkunx adattat, ikollha siti oħra fejn tkun tista' tagħmel dan il-proġett.", "B'hekk ma jkunx hemm telfien ta' żmien u dan il-proġett ikun jista' jsir.", "Minn dak iż-żmien lil hawn laħqu għaddew tmien snin u l-proġett għadu ma sarx!", "Sadanittant il-ministru kompliet tgħid hekk dakinhar:", "\"Hemmhekk irrid ngħid li l-awtorita` ta' l-ippjanar tant ħadet dan ix- xogħol bis-serjeta` li proprju ftit tal-ġranet ilu rċevejna draft report b'siti ġodda identifikati.\".", "Ħalli issa nerġa' naqbad fuq il-proġett tal-Qortin.", "Mela kellna xi ħaġa ta' priorita` u li kellu jinbeda fl-1999 imma baqa' ma sarx, u mbagħad tiġi l- ministru tgħidilna li se tagħmel dan il-proġett tal-park u l-cable cars ġox- Xagħra!", "B'min iridu jidħku dawn in-nies?", "Nistgħu nsemmu proġett ieħor, li huwa dak ta' l-arti u s-snajja' f'Għajnsielem li kellu jkun lest sas-sena 2006 iżda sal-lum għadu m'huwiex lest.", "U hawnhekk se nsemmi dak li gvern Laburista ġdid qiegħed joffri għall-gżira Għawdxija.", "Aħna qegħdin ngħidu li sabiex nattiraw l-investiment lejn Għawdex, fil-pjan tagħna għal din il- gżira qegħdin inwiegħdu u naċċertaw lil kulħadd li se ndaħħlu statut fiskali u finanzjarju li jkopri inċentivi fiskali u finanzjarji għal dawk l- intrapriżi fis-setturi tal-manifattura, ta' l-artiġjanat, tat-teknoloġija ta' l-informazzjoni, ta' l-ipproċessar, tal-prodotti agrikoli u tas-sajd, tal-lukandi u ta' l-operaturi tas-servizz tat-trasport bl-ajru bejn Malta u Għawdex.", "Proġett ieħor huwa dak tad-decompression chamber.", "Dan ġie inawgurat b'tant pompa mill-prim ministru, dak li jaf kollox, f'Novembru li għadda.", "Kien hemm preżenti l-ministru għal Għawdex kif ukoll is-supretendent ta' l- isptar, u sal-lum dan id-decompression chamber għadu ma jaħdimx.", "Il- ministru kienet taf - skond ir-rapport li kien għamel ċertu Peplow - li dan ma jistax jaħdem minħabba d-duħħan miċ-ċumnija, imma l-aqwa li nawgurajna d- decompression chamber, bir-riżultat li din is-sena tliet bugħadassa kellhom jittieħdu Malta!", "Mela dan id-decompression chamber, b'fondi mill-Unjoni Ewropea, għadu ma jistax jitħaddem.", "Proġett ieħor kien dak tal-cruise liners.", "Hawnhekk se nfakkar lil din il-Kamra fid-diskors tal-budget tas- sena 2006, f'paġna 49, paragrafu 4, fejn kienu qalu hekk:", "\"Fis-settur tal-cruiseliners il-gvern irid li Għawdex jibbenefika direttament.\".", "Ġejna għad-diskors tal-budget tas-sena 2007 u f'paġna 56, paragrafu 1, qalu hekk:", "\"Għawdex għandu jgawdi wkoll mis-settur tal-cruiseliners.", "Għaldaqstant l-awtorita` marittima se tinvesti f'faċilitajiet ta' irbit meħtieġ għal dan is-settur.\".", "Ġejna issa għall-budget attwali, dak tas-sena 2008, u f'paġna 37, item 12, dak li jaf kollox, reġa' qalilna hekk:", "\"Fix-Xlendi se jinbnew faċilitajiet sabiex Għawdex ikun jista' jgawdi mill-waqfa tal-cruiseliners.\".", "Sur President, ippermettili npoġġi fuq il-mejda tal-Kamra dan il-famuż \"Għawdex\", propoganda tal-ministru Giovanna Debono!", "Ara kemm hu sabiħ, fih ir-ritratti tal-proġetti kbar li se jagħmlu!", "Fuq in-naħa ta' wara għandek kartolina li fuqha tara cruiseliner trakkat 'il barra mix-Xlendi.", "Fuq din il-kartolina nistgħu naraw il-cruiseliner Seaborne Pride ftit 'il barra mix-Xlendi.", "Dan kien f'April ta' l-2006.", "Meta tiftaħ ftit dan il- fuljett, li f'Għawdex kulħadd irċevieh, issib wegħda tal-partit Nazzjonalista fil-gvern.", "Din hija wegħda tal-Ministru għal Għawdex u tgħid hekk:", "\"Il-Ministeru għal Għawdex ħadem mill-qrib ħafna ma' l-operaturi turistiċi ta' dan il-cruiseliner sabiex din iż-żjara setgħet tkun ta' suċċess.\".", "Onorevoli Ministru, b'min trid tidħak?!", "Fit-triq ta' San Lawrenz nonfqu kważi Lm2 miljuni aktar, u mbagħad sabiex inġibu baga li tiswa Lm50,000 ħalli cruiseliner ikun jista' jorbot 'il barra mix-Xlendi, ma nsibux flus għaliha!", "Basta niftaħru b'dan il-cruiseliner li kien ta' darba biss.", "Fil- fatt dan il-cruiseliner trakka fix-Xlendi f'April ta' l-2006.", "Illum qegħdin aktar minn sena wara, u għadu ma sar xejn!", "Dan huwa proġett ieħor tal- partit Nazzjonalista fil-gvern.", "Dan il-fuljett bil-kartolina ġo fih se npoġġih ukoll fuq il-mejda tal-Kamra.", "Proġett sublimi ieħor kien dak ta' l-istazzjon għat-trasferiment ta' l- iskart.", "Il-prim ministru tal-lum, dak li jaf kollox, u l-ministru għal Għawdex, ilhom isemmu dan il-proġett mis-sena 2000.", "Issa jiena se nikkwota sena b'sena dak li kienet qalet il-ministru f'dan il-parlament fuq dan il- proġett.", "F'seba' snin ma sar assolutament xejn ħlief paroli!", "Fis-sena 2000 il-ministru kienet qalet hekk:", "\"Problema oħra f'Għawdex li issa qegħdin nindirizzaw b'għaqal u bi pjan...\"", "- dawn dejjem bl-għaqal u bi pjan jimxu.", "Mela kieku ma jimxux b'għaqal u bi pjan, fejn konna mmorru?!", "Imma dawn jimxu b'għaqal u bi pjan!", "Dik hija l- intelliġenza li tahom Alla, dik li jimxu b'għaqal u bi pjan –", "\"...hija l-miżbla tal-Qortin fix-Xagħra.", "Issa verament u bl-akbar serjeta` se jitressqu proposti u soluzzjonijiet għat-tneħħija ta' dan l-iskart solidu permezz ukoll ta' offerti mħabbra riċentement mill- ministru Francis Zammit Dimech.\".", "Imbagħad ġejna għas-sena 2001, u l-ministru, li sena qabel kienet tant insistiet b'għaqal, bi pjan u b'serjeta`, m'għamlet xejn fuq dan il- proġett.", "Lanqas biss semmietu fid-diskors tagħha tal-budget!", "Naħseb li kienet insietu d-dar!", "Fl-2002 reġgħet ftakret f'dan il-proġett u kienet qalet dan il-kliem:", "\"Grazzi għat-twaqqif ta' waste transfer station se tingħalaq il-miżbla tal-Qortin ġewwa x-Xagħra.", "Dawn huma proġetti li l-poplu Għawdxi ilu ħafna jistennihom, u issa se nwettquhom grazzi dejjem għal dan il- gvern li għandu ħeġġa, gvern li jieħu l-affarijiet bis-serjeta`\".", "Sur President, kemm iħobbha dan il-gvern il-kelma \"serjeta`\"!", "Fl-2003, il- ministru għal Għawdex u l-gvern tagħha reġgħu tilfu l-ħeġġa u s-serjeta` tagħhom għax m'għamlu xejn fuq dan il-proġett.", "Il-ministru lanqas biss kellha l-ħeġġa li ssemmih dan il-proġett!", "Kif kienet qalet sentejn qabel, il-poplu Għawdxi kien ilu żmien jistennieh u reġgħet ftakret fih fl-2004.", "Pero` din id-darba ħaditha kontra l-oppożizzjoni għax kienet qaltilna hekk:", "\"Imma allura issa, għax din il-miżbla għalqet, minflok tfaħħar id- deċiżjoni, l-oppożizzjoni qiegħda tfittex xi skuża oħra sabiex tikkritika din il-miżura daqstant tajba?\".", "Il-ministru waħħlet fl-oppożizzjoni meta suppost waħħlet fiha nnifisha għax dik is-sena reġgħet m'għamlet xejn sabiex it-transfer station tinbena.", "Kulma għamlet kien dak li tagħlaq il-miżbla tax-Xagħra fl-1 ta' Mejju ta' l- 2004.", "Ovvjament dan għamlitu għax ġiet imġiegħla tagħmel hekk mill-Unjoni Ewropea.", "Minħabba l-għeluq ta' din il-miżbla, il-gvern għadu sal-lum, tliet snin u nofs wara, jonfoq il-belli liri ta' kuljum sabiex jieħu l-iskart kollu ta' Għawdex lejn Malta.", "B'hekk qiegħed initten il-vapuri tal-Gozo Channel u jqalla' lil kull min ikun hemm fuq il-vapur.", "U dan qiegħed ikun ukoll ta' detriment għas-saħħa ta' kulħadd.", "Sur President, fl-2005 il-ministru għal Għawdex reġgħet insiet dan il- proġett.", "Din hija l-istess ministru li riedet tagħmel dan il-proġett b'daqstant ħeġġa u serjeta`, imma nsietu għal kollox dan il-proġett!", "Imbagħad fl-2006 daħal fix-xena dak li jaf kollox, jiġifieri l-prim ministru tal-lum.", "Dak li jaf kollox, u li x-xemx telgħet meta laħaq hu prim ministru ta' Malta, kien iddikjara fid-diskors tiegħu għall-2006 li matul dik is-sena kien se jibda x-xogħol fuq il-bini tal-waste transfer station għal Għawdex.", "Naturalment, min jaf lill-prim ministru, intebaħ li dan kien biss kliem fieragħ, u fil-fatt matul l-2006 ma nbeda l-ebda xogħol.", "L-unika deċiżjoni li ħadu dakinhar kienet dik li l-waste transfer station issir fix-Xewkija f'tal-Kus.", "Fid-diskors tiegħu għall-2007, il-prim ministru reġa' irrepeta dak li kienu qalulu qabel.", "Fil-fatt qalilna hekk:", "\"Mil-lat ambjentali matul is-sena li ġejja, se jinbeda x-xogħol fuq il- bini ta' waste station\".", "Madankollu reġa' ma sar xejn.", "Issa żgur li l-ministru se twaħħal fil- kunsill lokali tax-Xewkija għax xi ħadd irid jeħel magħha!", "Naturalment dan m'huwiex il-każ, għax jekk jiena nirriferi għall-mistoqsija parlamentari 28073, il-Ministru George Pullicino kien qalli hekk:", "\"Dwar il-faċilita` tat-trasferiment ta' l-iskart domestiku, il- WasteServ Malta Ltd. għadha għaddejja bl-aħħar assessments sabiex l- outline development permit li għandha f'idejha għal dan l-iżvilupp jinbidel għal full development permit biex bih din tkun tista' tiżviluppa din il-faċilita`.\".", "Mela hawnhekk qegħdin jgħidu li sal-lum għadhom qegħdin jipprovaw ibiddlu l- outline development permit għal full development permit.", "Għalhekk m'hu veru xejn li l-ministru ma bdietx dan il-proġett minħabba xi mandati li għamel il-kunsill lokali tax-Xewkija.", "M'hu veru xejn!", "Dan kollu gideb sabiex nitmejlu bil-poplu!", "M'hu veru xejn, għax lanqas biss għandhom il-full development permit.", "Mill-2000 sa l-2007 lanqas biss ġabu l-full development permit!", "Kellna wkoll ħafna gideb fuq proġett ieħor li huwa dak tal-biċċerija ta' Għawdex.", "Għarukaza!", "Dan huwa monument ta' l-għarukaża għall-gvern Nazzjonalista!", "Mill-2004 il-biċċerija għadha magħluqa sal-ġurnata tal-lum.", "B'hekk għandek il-produtturi u r-raħħala li jridu joqogħodu jmorru Malta ta' kull ġimgħa bil-bhejjem tagħhom.", "Fejn qatt kienet din?!", "Lanqas meta konna kolonja ma konna mmorru Malta bil-bhejjem tagħna għall-qatla!", "Mela għalaqna l- biċċerija għax dħalna fl-Unjoni Ewropea u mill-2004 sal-lum din il- biċċerija għadha magħluqa.", "Imma sadanittant għadna nieħdu t-tenders!", "Nerġa' nistaqsi; Fejn qatt kienet din?", "U mbagħad niġu niftaħru b'għaqal, bi pjan u b'serjeta`!", "Sur President, meta fl-2002 konna qegħdin niddiskutu l-vot għal Għawdex għas-sena 2003, aħna konna ġbidnielha l-attenzjoni minħabba li l-gvern ma kienx qiegħed jagħti widen lis-setturi tal-biedja u tas-sajd.", "Il-ministru qaltilna li m'huwiex minnu li huma warrbu lil dan il-qasam u kienet qaltilna hekk:", "\"Dawn huma importanti għall-ekonomija tal-gżira u għalhekk sar xogħol regolari matul is-sena.", "Dan ix-xogħol, fis-sena 2002, jinkludi t- tkomplija ta' l-immodernizzar tal-biċċerija, u għad fadal xi jsir.\".", "Il-ministru kienet taf li sentejn wara konna se nidħlu fl-Unjoni Ewropea.", "Allura, jekk kellha toħroġ it-tender, għalfejn m'għamlithiex qabel u mhux għalaqna l-biċċerija u għadha magħluqa sal-lum?!", "Il-ministru kienet taf li jekk mhux se tirranġa l-biċċerija, il-kummissjoni Ewropea kienet se tagħlaqha.", "U fil-fatt hekk ġara, għax il-biċċerijia għalqet fl-1 ta' Mejju, 2004.", "Imbagħad tiġi hawn fil-parlament fl-aħħar ta' Novembru tas- sena 2004 u bħallikieku kienet għamlet xi bravura, qaltilna dan il-kliem:", "\"Iva, bħalissa l-biċċerija ta' Għawdex tinstab magħluqa.", "Żgur li huwa skomdu għar-raħħala u għall-produtturi tal-laħam li darba fil-ġimgħa jkollhom jiġu f'Malta sabiex issir il-qatla tal-bhejjem tagħhom.", "Pero` l-biċċerija m'għalqitx sabiex tibqa' magħluqa imma sabiex tiġi modernizzata.", "Huwa minnu li kien maħsub li x-xogħol jibda qabel, imma l-fatt hu li issa beda, u jekk Alla jrid jitlesta.", "Mela nsemmu l- biċċerija u naqilbu l-iskop ġenwin tal-proġett minn wieħed pożittiv għal xi wieħed negattiv.\".", "Mela t-tort tagħha l-ministru tagħtih lill-oppożizzjoni!", "Kien tort tal- ministru għax m'għamlitx ix-xogħol minn qabel, u minflok qiegħda tgħid li aħna qegħdin indawru skop pożittiv għal wieħed negattiv.", "Fl-2004 il- ministru nsiet li sentejn qabel kienet qalet li x-xogħol ta' l- immodernizzar tal-biċċerija kien inbeda!", "Imbagħad ġejna għas-sena l-oħra fejn il-ministru qaltilna hekk:", "\"Tlesta x-xogħol marbut mal-kostruzzjoni.", "U filwaqt li qiegħed isir xogħol ta' tikħil u xogħlijiet oħra, id-dipartiment tal-kuntratti qiegħed jiġġudika tender oħsra għall-equipment u għas-servizzi anċillari.\".", "Fl-24 ta' Ottubru ta' l-2006 erġajna ġejna f'dan il-parlament u l-ministru rrispondiet mistoqsija parlamentari li kien għamlilha sieħbi l-Onor.", "Noel Farrugia.", "Fir-risposta tagħha, il-ministru wieġbet b'dan il-kliem:", "\"Il-Ministru tinsab informata li l-pjan tal-gvern għall-biċċerija ta' Għawdex għad irid jiġi upgraded.", "Dalwaqt se terġa' toħroġ offerta għall-provvista, installazzjoni, ittestjar u kummissjonar ta' apparat u servizzi tal-biċċerija peress li l-ebda tenderer fl-offerta oriġinali ma kien compliant mat-tender\".", "Dan ifisser li l-ministru lanqas biss kienet taf x'inhu jiġri imma kienet ġiet informata minn ħaddieħor.", "Issa x'inhuma l-implikazzjonijiet ta' dawn l- affarijiet?", "Fl-2006, minflok il-proġett mar 'il quddiem, aktar mar lura.", "Fl-2006 riedet terġa' toħroġ it-tender, jintefgħu l-offerti, tiġi aġġudikata u jekk ikun hemm offerta aċċettabbli, ried isir ix-xogħol ta' importazzjoni, stallazzjoni, ittestajar u kummissjonar ta' l-apparat.", "Issa sabiex dan ix-xogħol isir trid sitt xhur.", "Sena ilu l-ministru kienet qaltilna li din it-tender dalwaqt terġa' toħroġ.", "Erba' xhur wara, fi Frar ta' l-2007, il-ministru reġgħet irrispondiet mistoqsija parlamentari 23864 fejn qalet li t-tender se terġa' tiġi ppubblikata fi ftit taż-żmien ieħor.", "X'taħwid hu dan?!", "Imbagħad erġajna ġejna f'dan il-parlament fit-22 ta' Ottubru ta' 2007, tmien xhur wara, u l-ministru reġgħet qalet li t-tender mistennija li tiġi pubblikata fi ftit tal-ġranet oħra.", "U allura mhux bilfors li tirrabja meta tisma dawn l-affarijiet.", "Għaddiet sena oħra, u ħlief paroli ma smajniex fuq il-biċċerija.", "Tajjeb li l-poplu jkun jaf li anke jekk it-tender toħroġ fi ftit tal-ġranet oħra, żgur li trid sena oħra sabiex il-biċċerija terġa' tiftaħ.", "U fil-frattemp x'se jiġri?", "Ir-raħħala se jibqgħu ikkripati bil-biċċerija magħluqa.", "Sur President, ħalli nsemmi proġett ieħor.", "Fil-bidu għedt li l-lista ma tispiċċa qatt.", "Sa nsemmi l-proġett tat-triq tax-Xlendi.", "Din suppost tlestiet fis-sena 2006.", "Fir-risposta li tat għall-mistoqsija parlamentari 14497, li jiena kont għamiltielha fl-4 ta' Ottubru, 2005, dwar liema proġetti f'Għawdex kienu se jiġu finanzjati mill-Unjoni Ewropea għas-snin 2004/2006, il-ministru għal Għawdex qaltli li fost l-oħrajn kien hemm it- triq tax-Xlendi li tiswa €1.1 miljuni.", "F'mistoqsija parlamentari 15934 il- ministru kienet qaltli li din it-triq kellha tibda fl-2005 u kellha titlesta fl-2006.", "Il-flus li kien hemm ivvotati għat-triq tax-Xlendi mill- Unjoni Ewropea għall-programm li jkopri s-snin 2004/2006 intilfu minn fuq din it-triq sabiex imorru għall-ispejjeż żejda li ntefqu fuq it-triq tar- Rabat u ta' San Lawrenz.", "Irrid infakkar lil din il-Kamra li dakinhar dan seta' jsir taħt il-programm Ewropew ta' finanzjament li jkopri s-snin 2004/2006 għax kien hemm il-flus allokati apposta għal Għawdex u l-flus li ma ntefqux fuq proġett speċifiku f'Għawdex setgħu jmorru fuq proġetti oħra f'Għawdex stess.", "Issa taħt il- programm il-ġdid ta' finanzjament ta' l-Ewropa li jkopri s-snin 2007/2013, jekk flus fuq proġett għal Għawdex ma jintefqux, Għawdex m'għandu l-ebda dritt li dawk il-flus jonfoqhom fuq proġett ieħor f'Għawdex.", "Pero` ħalli nkompli fuq dan il-proġett tat-triq tax-Xlendi.", "Din it-triq reġgħet ġiet proposta fil-programm il-ġdid ta' l-Ewropa li jkopri s-snin 2007/2013 u li din it-triq kellha ssir fl-2007.", "Fil-fatt għal din it-triq, flimkien mat- triq ta' Ta' Pinu u l-immodernizzar tas-sala ta' l-operazzjonijiet u t- twaqqif tar-radiology unit fl-isptar ġenerali ta' Għawdex, ġew ivvotati Lm1.75 miljuni.", "Mir-risposta li tatni l-ministru fit-8 ta' dan ix-xahar għall-mistoqsija parlamentari 27550 jirriżulta li fuq dawn it-tliet proġetti għadha m'għamlet xejn ħlief li ssottomettiet applikazzjoni għall- flus taħt il-fondi strutturali.", "Illum, sabiex din it-triq issir, trid tikkompeti u tintagħżel minn fost proġetti oħra minn Malta u Għawdex taħt il-fondi strutturali għas-snin 2007/2013.", "Skond il-ministru, l-istima tal- proġetti hija ta' Lm5,117,180.", "Sur President, niġi għal proġett ieħor, dak taż-Żewwieqa u ta' Villa Rundle.", "Għal dawn il-proġetti l-gvern ivvota Lm1.4 miljuni għas-sena 2007.", "Mir-risposta għall-mistoqsija parlamentari li għamilt lill-ministru għal Għawdex aktar kmieni dan ix-xahar, irriżulta li fuq dawn il-proġetti m'għamlet xejn, ħlief - kif diġa` spjegajt – li ssottomettiet applikazzjoni bħalma għamlet fil-każ tat-triq tax-Xlendi u Ta' Pinu, u ta' l-apparat ta' l-isptar.", "Skond l-istess mistoqsija parlamentari 27551, l-istima għal dawn il-proġetti hija ta' Lm5,213,120.", "Dan ifisser li jekk nieħdu l-ispiża tal- proġetti taż-Żewwieqa, ta' Villa Rundle, ta' Ta' Pinu, tax-Xlendi u ta' l- isptar, l-ispiża totali – tajjeb li l-poplu jifhem kemm huwa vojt il-kliem li jgħidu tan-naħa l-oħra – tlaħħaq is-somma ta' Lm10,331,000, filwaqt li għas-sena d-dieħla, il-gvern ivvota biss Lm5,833,000 għal dawn il-proġetti!", "B'min tridu tidħku?!", "Hawnhekk joħroġ biċ-ċar li dawn il-proġetti ma jistgħux jitlestew is-sena d-dieħla għax filwaqt li l-ispiża tagħhom tlaħħaq 'il fuq minn Lm10 miljuni, il-gvern qiegħed jivvota s-somma ta' Lm5 miljuni għas-sena d-dieħla.", "Dawn huma l-proġetti tal-partit Nazzjonalista fil-gvern!", "Fil-ftit ħin li baqagħli se ngħid xi ħaġa fuq il-qagħda soċjo-ekonomika tal- gżira Għawdxija, u se nibda bl-impiegi li għandna f'Għawdex.", "Fis-sena 2003 il-ħaddiema full-time kienu 8,441 filwaqt li tliet snin wara, taħt il-prim ministru tal-lum u taħt il-ministru Giovanna Debono bħala ministru għal Għawdex, in-numru ta' ħaddiema full-time naqas għal 8,334.", "Dan ifisser li fi tliet snin kellna telf ta' 107 impjiegi.", "In-numru ta' persuni jirreġistraw għax-xogħol f'Għawdex kien ilaħħaq il-550 fl-2003 filwaqt li sa Diċembru, 2006 in-numru żdied għal 706.", "Mela fi tliet snin kellna żieda ta' 156 Għawdxi u Għawdxija li bdew jirreġistraw għax-xogħol.", "F'dawn l- aħħar tliet snin l-Għawdxin b'kollox poġġew il-bank Lm23 miljun imma ddejnu Lm55 miljun mill-istess banek.", "Il-gvern sikwit jiftaħar fuq kemm qiegħed jirnexxilu jġib investiment dirett barrani lejn Għawdex f'dawn l-aħħar tliet snin, u f'dawn l-aħħar tliet snin kien hemm valur ta' Lm850 miljun f'investiment barrani f'Malta filwaqt li Għawdex ma messitux Lm1 waħda!", "Fl-2003 il-prodott gross domestiku ta' Għawdex, ras għal ras, fi prezzijiet tas-suq, kien ta' Lm3,622 filwaqt li dak ta' Malta kien ta' Lm4,712.", "Dan ifisser li ras għal ras, il-prodott gross domestiku f'Għawdex fl-2003 kien 77% ta' dak li kien f'Malta.", "Fl-2005 il-prodott gross domestiku ta' Għawdex, ras għal ras, kien ta' Lm3,744 filwaqt li dak ta' Malta kien ta' Lm4,923.", "Dan ifisser li ras għal ras, il-prodott gross domestiku f'Għawdex, fl-2005 kien 76% ta' dak li kien f'Malta.", "Dan kollu jfisser li Għawdex, minflok ma qiegħed jilħaq l-istess livell ta' żvilupp li għandha Malta, aktar sejjer lura.", "Jekk wieħed iqis iż-żieda ta' Lm188 miljun fil-prodott gross domestiku għas-sena 2006 li kien hemm bir-reviżjoni li saret aktar kmieni din is-sena, jirriżulta li Għawdex qata' ferm aktar lura.", "Dan għax parti sostanzjali minn din iż-żieda kienet dovuta għall-industrija tar- remote gambling u tal-fish farming, żewġ industriji li kif jaf kulħadd, Għawdex messu ftit li xejn minnhom.", "Ħalli niġi issa għall-qasam tal- biedja.", "Sur President, f'dawn l-aħħar tliet snin l-agrikoltura Għawdxija ħadet skossi kbar.", "Fl-2006 il-produtturi Għawdxin tal-frott u l-ħaxix biegħu mill-pitkalija 2,225 tunnellata inqas milli kienu biegħu fl-2003.", "Fl-2006 l- istess produtturi biegħu Lm4,035,000 inqas milli biegħu fl-2003.", "Il- produzzjoni tat-tjur tas-simna naqset minn 2,507 tunnellati fl-2003 għal 1,188 tunnellati fl-2005.", "Il-produzzjoni tal-bajd frisk naqset minn 11.5 miljuni fl-2003 għal 9.6 miljuni fl-2005.", "In-numru tan-nagħaġ naqas minn 5,247 fl-2003 għal 4,095 fl-2006 filwaqt li n-numru ta' mogħoż naqas minn 1,617 fl-2003 għal 1,345 fl-2006.", "Il-majjali naqsu minn 5,045 fl-2003 għal 4,632 fl-2006.", "Prova konkreta oħra li turina kif l-agrikoltura u s-sajd f'Għawdex marru lura nsibuha fil-valur miżjud gross fil-prezzijiet bażiċi.", "Fil-fatt, minn Lm6,815,000 fl-2003 dan niżel għal Lm6,002,003 fl-2004 u baqa' nieżel għal Lm6,002,089 fl-2005.", "Dan ifisser li kellna telf ta' Lm1,138,000 f'sentejn.", "Insemmi l-famuż kuntratt tal-Gozo Channel, li bih il-partit Nazzjonalista fil-gvern daħak bil-poplu Għawdxi u ried jidħak ukoll bl-Ewropa, imma ma rnexxilux.", "Illum kulħadd jaf li f'April ta' l- 2004, meta dawn għamlu dan it-taparsi kuntratt ma' l-Unjoni Ewropea fuq il- Gozo Channel, issa l-kummissjoni Ewropea bagħtitilhom opinjoni motivata li jekk ma jneħħux il-monopolju minn fuq il-Gozo Channel, huma kienu se jieħdu passi permezz tal-European Court of Justice.", "Issa n-Nazzjonalisti se jħallu l-elezzjoni tgħaddi ħalli mbagħad, wara l-elezzjoni, joħorġu t- tender sabiex is-servizz ma jibqax aktar monopolju tal-Gozo Channel.", "Dan huwa wieħed mid-dnubiet kbar li għamel il-partit Nazzjonalista fil- gvern.", "Li kieku verament kellhom l-interess ta' Għawdex, kien messhom, qabel ma dħalna fl-Unjoni Ewropea, talbu deroga sabiex jiġu meħlusa mir- regolamenti Ewropej dwar dan is-servizz, bħalma għamlu fuq kollox pajjiżi oħra bħal Spanja, il-Portugall u l-Greċja.", "Ħalli nagħti ftit taċ-ċifri fuq il-vjaġġi li jsiru bejn iż-żewġ gżejjer.", "Kemm ilha ministru l-Onor.", "Giovanna Debono, in-numru ta' vjaġġi li tagħmel il-Gozo Channel bejn l- Imġarr u ċ-Ċirkewwa naqas b'2,500 fis-sena filwaqt li dak ta' Sa Maison naqas bin-nofs, jiġifieri minn 600 vjaġġ għal 300 vjaġġ.", "Minflok, il- ministru tiġi tiftaħar biż-żieda fil-passiġġieri li għamlu użu mill- Gozo Channel sabiex tagħtina l-impressjoni ta' kemm telgħu Maltin u barranin lejn Għawdex.", "Sur President, il-ministru ma tgħidx li f'sentejn Għawdex tilef mal-54,000 Malti u barrani u li ż-żieda ta' passiġġieri li qiegħda ġġorr il-Gozo Channel ġejja min-numru kbir ta' Għawdxin li qiegħed ikollhom imorru jaħdmu Malta minħabba li f'Għawdex m'humiex isibu xogħol, ħtija tat-traskuraġni ta' dan il-gvern li għandna!", "Ma jgħidux li filwaqt li sa ftit tas-snin ilu l-Għawdxin jaħdmu mal-gvern f'Malta kienu madwar 400 ruħ mentri llum hemm 'il fuq minn 900 persuna taħdem f'Malta.", "Dan ifisser żieda ta' 500 Għawdxi li qiegħed ikollu jmur Malta sabiex jaħdem.", "Lanqas jgħidu li din iż-żieda ta' ħaddiema Għawdxin f'Malta tfisser żieda ta' madwar 200,000 passiġġier fis-sena.", "Dan minbarra ż-żieda ta' Għawdxin li llum qegħdin jaħdmu mal- privat f'Malta.", "Ħalli issa niġi għas-servizz bl-ajru.", "Il-prim ministru tal-lum qalilna li s-servizz bl-ajru ma jissemmiex fil- programm ta' Pjan għal Bidu Ġdid tal-partit Laburista.", "Fid-diskors tal- budget il-prim ministru qalilna hekk:", "\"Qalu li se jwaqqfu b'sussidju s-servizz tal-helicopter lejn Għawdex, imma dan m'huwiex imsemmi fil-pjan.\".", "Lili ħawwadni, għax dan il-prim ministru jħawwad u jigdeb sabiex jimpressjona lin-nies.", "Għalhekk mort sibt il-Pjan għal Bidu Ġdid li nieda l-partit Laburista u sibt li mhux talli huwa msemmi, imma talli msemmi darbtejn.", "Imsemmi taħt it-turiżmu, item 74, paragraph 2, paġna 589, fejn qegħdin ngħidu li se jingħata sussidju għas-servizz tal-helicopter bejn l- ajruport internazzjonali tal-Gudja u Għawdex kif ukoll sabiex ikun hemm trasport pubbliku dirett mill-ajruport għaċ-Ċirkewwa.", "U msemmi wkoll taħt il-miżuri f'paġna 586 fejn qegħdin ngħidu li inċentivi fiskali speċjali għal Għawdex jingħataw lill-operaturi tas-servizz tat-trasport bl-ajru bejn Malta u Għawdex.", "Imbagħad jiġi l-prim ministru fil-parlament u jgħid li dan is-servizz tas-sussidju m'huwiex imsemmi fil-pjan tagħna ta' żvilupp!", "Sur President, kelli ħafna aktar xi ngħid fuq il-qagħda ta' Għawdex, pero` se jkolli nieqaf hawnhekk minħabba li spiċċali l-ħin tiegħi.", "Illum ma lħaqtx insemmi t-turiżmu, l-edukazzjoni, is-saħħa u lanqas ilħaqt insemmi xi jfisser il-Pjan ta' Bidu Ġdid li nieda l-partit Laburista.", "Pero`, kif jgħidu l-Ingliżi, the proof of the pudding is in the eating.", "Hawnhekk irrid nistaqsi lill-poplu Għawdxi kif jista' jerġa' jafda lill-partit Nazzjonalista sabiex jerġa' imexxihom għal ħames snin li ġejjin!", "Nappella lill-poplu Għawdxi sabiex jaqra l-Pjan ta' Bidu Ġdid li nieda l-partit Laburista.", "Il-pjan ta' żvilupp għal Għawdex hija t-tweġiba tal-partit Laburista għax-xewqa u l-aspirazzjonijiet tal-Maltin u l-Għawdxin kollha li jixtiequ bidu ġdid.", "Kif diġa` għedt aktar qabel, bħala partit Laburista m'aħniex inwiegħdu l-mirakli, imma qegħdin inwiegħdu bidla li trid titwettaq fuq il-pedament tal-verita`.", "Dak li ngħidu bis-serjeta` li jrid isir, irid isir bis-serjeta`.", "Jekk aħna ngħidu li jrid isir b'dak l-ammont ta' flus, allura jrid isir b'dak l- ammont ta' flus.", "Bidla li trid isseħħ u titfassal fuq pjan serju bl-għajta ta' xogħol, ħarsien u dinjita`.", "L-għan ta' dan il-pjan ta' żvilupp għall- gżira Għawdxija huwa dak li jpoġġi lill-familji Għawdxin fuq quddiem nett.", "Bħala partit Laburista fil-gvern irridu noħolqu x-xogħol għal Għawdxin tagħna u rridu nassiguraw futur mill-aqwa għaż-żgħażagħ u għat-tfal Għawdxin, tfal bħal tiegħi li għadhom żgħar.", "Lil dawn irridu nagħtuhom futur sabiħ, ġejjieni tajjeb u soċjeta` ħanina.", "Irridu nagħtu s-sehem tagħna bħala Għawdxin fl-Ewropa.", "Irridu noffru tama ġdida lill-ħaddiema Għawdxin, lill-impjegati Għawdxin u lis-self-employed Għawdxin.", "Fuq kollox irridu nsostnu s-servizzi soċjali u s-servizzi tas-saħħa f'Għawdex u rridu ntejbu u nifirxu t-tagħlim għax dan huwa l-ewwel pedament li jridu jieħdu t- tfal tagħna.", "Irridu wkoll inħarsu l-ambjent għax l-ambjent m'huwiex tagħna biss imma huwa wkoll għal dawk ta' warajna.", "Aħna rridu dan il-pjan ta' żvilupp li għamilna għall-gżira Għawdxija, u f'dan l-aħħar diskors tiegħi ta' kritika għall-budget, ninsab kburi b'dan il-pjan li għamilt għall-iżvilupp ta' Għawdex.", "Jiena qiegħed nagħti - mill-oppożizzjoni llum, imma fi ftit żmien ieħor se nkunu fil-gvern - l-aqwa garanzija għax se nagħtu bidu ġdid għal dan l-Għawdex tagħna, bidu ġdid b'impenn sħiħ.", "Aħna dejjem għedna u se nkomplu ngħidu li dak li nwiegħdu bħala partit Laburista, inwettquh.", "Nirringrazzjak.", "THE CHAIRMAN: Skada l-ħin disponibbli għan-naħa ta' l-oppożizzjoni u l-ħin kollu li fadal huwa għan-naħa tal-gvern.", "Nifhem li l-Onor.", "Anton Refalo għandu xi dokumenti li jixtieq ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.", "Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "ANTON REFALO: Sur President, inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra:", "18-il ritratt li juru l-istat tar-racecourse u racetrack tal-go-carts f'Ta' Xħajma f'Għawdex;", "Pubblikazzjoni \"Għawdex\" – Ħarġa Nru 3 tax-xitwa 2007, maħruġ mill- Ministeru għal Għawdex; u", "Kopja ta' pjanta għal proġett ta' park rikreattiv fix-Xagħra, Għawdex.", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "L-Onor.", "Frederick Azzopardi.", "ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI: Sur President, ningħaqad jiena wkoll ma' l- Onor. Anton Refalo u nawgura lill-Onor.", "Justyne Caruana sabiex tirritorna fostna fi żmien qasir.", "Familji fis-sod hija t-tema li qiegħda tkompli tiggwidana fil-preżent.", "Dan għax gvern immexxi mill-partit Nazzjonalista dejjem emmen li l-familja jixraqilha u għandu jkollha l-aħjar.", "Aħna rridu li l-familja tagħna, matul il-mixja li għandna quddiemna u fl-inizjattivi li nkunu qegħdin nieħdu, dejjem jibqgħu familji sodi.", "Familji li jgħożżu l- akbar dmir li għandhom, dak li jrabbu lil uliedhom għall-ġid ta' pajjiżna, id-dmir li jagħtu lil uliedhom dak li tajna aħna lil uliedna u dak li missierijietna taw lilna.", "Dan huwa d-dmir tal-familja tagħna.", "Il-mixja politka li aħna għandna hija dik li filwaqt li nimmodernizzaw lil pajjiżna, nagħtu wkoll l-appoġġ meħtieġ lill-familji ħalli jkunu jistgħu jrabbu lit- tfal tagħhom u jrabbuhom bl-aħjar mod possibbli.", "Matul l-aħħar snin ħdimna u rsistejna sabiex nassiguraw is-sostenibilita` tal-finanzi pubbliċi.", "Wasalna ħafna mit-triq għax niżżilna d-deficit għal taħt it-3% u beħsiebna nkomplu nniżżluh.", "Naqqasna wkoll u se nkomplu nnaqqsu d-dejn ta' pajjiżna.", "Il-ħidma tal-gvern tat riżultati mixtieqa u dawn ir-riżultati llum ġew rikonoxxuti wkoll kemm mill-Unjoni Ewropea kif ukoll minn diversi aġenziji internazzjonali.", "Wettaqna din il-ħidma kollha b'risq l-ekonomija ta' pajjiżna.", "Ir-riżultati ġew u qegħdin ikomplu ġejjin.", "Tant hu hekk li lħaqna l-kriterji ta' Maastricht u b'hekk ġiet approvata t-talba tagħna sabiex pajjiżna jdaħħal l-ewro mill-1 ta' Jannar ta' l-2008.", "Fuq kollox l-ekonomija tagħna qiegħda toħloq il-ġid li qiegħed jissarraf f'aktar opportunitajiet ta' xogħol u xogħol aħjar.", "Sur President, fil-bidu tal-ħidma tiegħu, il-gvern immexxi mill-Prim Ministru Lawrence Gonzi poġġa l-ekonomija, l-edukazzjoni u l-ambjent bħala l-pilastri ewlenin tal-politika tiegħu.", "Dawn kienu għażliet maħsuba u strateġiċi li fuqhom u madwarhom il-gvern ried jibni u jfassal il-pjan u l- ħidma tiegħu għad-diversi oqsma tal-politika soċjali u ekonomika.", "Dan għamlu b'risq il-poplu tagħna u b'risq pajjiżna.", "Għaldaqstant tfasslu numru ta' strateġiji u pjani sabiex nilħqu l-għanijiet tagħna.", "Fil-fatt illum qegħdin fi stadju avvanzat fit-twettiq tagħhom.", "Dawn l-istrateġiji u l-pjani ntrabtu b'mod tajjeb ħafna mal-pjan ta' riforma nazzjonali bl-għan li jixpruna l-kompetittivita` u l-produttivita ta' pajjiżna.", "Intrabtu wkoll ma' sensiela ta' inizjattivi u programmi li tfasslu sabiex jiġu investiti b'mod tajjeb u effettiv il-kważi biljun ewro li l-gvern irnexxielu jikseb mill-Unjoni Ewropea għall-perijodu 2007/2013.", "Fis-6 ta' Mejju li għadda l-prim ministru kien għamel id-diskors ta' l- għeluq f'konferenza bit-tema \"Aktar xogħol u xogħol aħjar\" li kienet organizzata f'Għawdex.", "Dakinhar il-prim ministru, fid-diskors tiegħu, tana viżjoni ċara ta' fejn jixtieq li jwassal lil dan il-pajjiż fid-dawl ta' viżjoni iktar wiesgħa għall-pajjiż kollu kemm hu.", "Din il-viżjoni kien ħabbarha ftit tal-ġranet qabel, jiġifieri fl-1 ta' Mejju.", "Fiż-żewġ okkażjonijiet il-prim ministru tkellem dwar l-ambizzjoni u l-miri għoljin li għandu l-gvern.", "Iddikjara li kull meta l-partit Nazzjonalista fil-gvern poġġa dawn il-miri quddiemu dejjem laħaqhom u b'hekk wassal lill-poplu sabiex javvanza.", "Dakinhar il-prim ministru qal li sas-sena 2015 Malta għandha tkun ċentru għall-informatika reġjonali ta' l-aqwa kwalita` u qal ukoll li anke fil-qasam tas-servizzi finanzjarji, pajjiżna jista' jsir ċentru reġjonali fi żmien qasir.", "Il-prim ministru kien sostna li l-gvern, sas-sena 2015, irid li Malta tkun ċentru ewlieni fit-turiżmu billi toffri oqsma ta' servizzi speċjalizzati, filwaqt li ssir ukoll ċentru minn fejn l-industrija tal-manifattura tkun tista' tkompli tiżviluppa b'valur miżjud għall-ekonomija tagħna.", "Qal ukoll li għandu fiduċja li sas-sena 2015, Malta mhux biss ikollha l-aqwa universita` u MCAST imma jkollha wkoll l-aqwa skejjel u għalliema.", "B'hekk pajjiżna jsir ċentru reġjonali li joffri servizz edukattiv sal-livell terzjarju, kif ukoll fil-qasam tar-riċerka u l-innovazzjoni.", "Meta tkellem fuq Għawdex, il-prim ministru kien qal li l-viżjoni tal-partit Nazzjonalista fil-gvern għas-seba' snin li ġejjin hija mibnija fuq is-sitt pilastri li l-gvern irid jibni sal-2015 għal pajjiż kollu.", "Il-miri li poġġa quddiem pajjiżna kienu dawk li pajjiżna jsir ċentru ta' servizzi ta' back office u ta' l-appoġġ tiegħu mhux biss għas-settur pubbliku, imma anke għall-impriżi kbar fis-servizz privat, kemm f'Malta kif ukoll dawk f'livell internazzjonali.", "Dan il-gvern irid ukoll li tiġi żviluppata l-infrastruttura fil-qasam tat- turiżmu, bl-iskop li jkunu attirati l-cruiseliners u l-konferenzi internazzjonali, kif ukoll turisti li jagħżlu din id-destinazzjoni minħabba d-diving u anke minħabba l-istorja u l-kultura tagħna.", "Malta tkun qabdet it- triq sabiex tkun ċentru speċjalizzat fil-qasam ta' l-enerġija alternattiva.", "Kien poġġa wkoll il-mira li jiġi sfruttat il-potenzjal fis-settur tas- saħħa, inkluż dak ta' Għawdex.", "Mira oħra li semma l-prim ministru kienet dik li bl-investiment li qiegħed isir fl-edukazzjoni, fl-infrastruttura u fl-informatika, din il-gżira tinbidel f'ċentru ta' servizz ta' l- informatika.", "Dak li wiegħed il-prim ministru fil-bidu ta' Mejju li għadda beda t-triq tar-realta` bil-miżuri li hemm imħabbra fil-budget għas-sena 2008.", "Altru li dan m'huwiex kliem fieragħ kif ġie deskritt illum.", "Fid- diskussjoni tal-lum issemmiet ukoll is-sena 2015.", "Kif nafu din id-data m'hijiex daqshekk 'il bogħod u Malta diġa` bdiet it-triq sabiex sa dik is- sena tkun laħqet l-eċċellenza f'sitt oqsma partikolari.", "B'dawn il-miri quddiem għajnejh, il-gvern qiegħed ifassal programm ċar sabiex jitfasslu miri speċifiċi li pajjiżna għandu jilħaq ta' kull sena.", "B'hekk, sa l-2015 naslu għall-eċċellenza f'sitt oqsma li kien semma l-prim ministru waqt il-konferenza li għaliha għamilt riferenza aktar qabel.", "Dakinhar il-prim ministru kien qal ukoll li sa sentejn oħra pajjiżna mhux se jibqa' jitkellem aktar fuq id-deficit, imma l-ekonomija tagħna tant tkun issodat li nibdew nitkellmu fuq bilanċ pożittiv.", "Il-gvern immexxi mill- partit Nazzjonalista għandu viżjoni ambizzjuża għall-poplu Malti u Għawdxi li tiffoka wkoll fuq strateġija għal Għawdex, flimkien ma' sitt oqsma li sas-sena 2015 għandhom il-potenzjal li jsiru ċentru ta' eċċellenza.", "Meta l- gvern jitkellem fuq is-sena 2015, ikun qiegħed iressaq viżjoni ambizzjuża għal pajjiżna.", "Din hija viżjoni ta' ġid għall-poplu Malti u Għawdxi, għall-familji tagħna, għat-tfal u ż-żgħażagħ tagħna, għan-nisa tagħna, għall-pensjonanti u għal kulmin għandu bżonn ta' spalla fuqhiex iserraħ.", "Dan għax jekk jirnexxilna naslu għal dawn il-miri, allura nkunu nistgħu nifirxu dan il-ġid ħalli l- ġustizzja soċjali titgawda minn kulħadd.", "Dan huwa dak li qegħdin nipproponu f'dan il-budget li ressaqna bħala gvern.", "Din hija viżjoni ffokata fuq l-oqsma u l-prijoritajiet li filwaqt li ma jnaqqsu xejn minn kull qasam ieħor, jenfasizzaw kif nistgħu nkomplu nagħmlu suċċess flimkien fil-leġislatura li jmiss.", "Fil-qosor, il-viżjoni tagħna tistedinna niffokaw fuq sitt oqsma speċjali li ġew identifikati bħala l-aktar oqsma li joffru potenzjal għas-suċċess ta' pajjiżna sal-2015.", "Aħna nemmnu li ma' dawn l-oqsma għandu jkun hemm iffokar speċjali fuq Għawdex, li wkoll għandu jkun parti integrali minn dawn il-miri.", "Madankollu jrid ikollu strateġija speċifika għaċ-ċirkostanzi partikolari ta' l-Għawdxin.", "Il-budget li ppreżenta l-prim ministru għas-sena d-dieħla huwa budget ieħor, flimkien ma' dawk li diġa` ressaq bħala ministru tal- finanzi, li jiffokaw b'impenn qawwi fuq il-prijoritajiet li għandhom jagħmlu differenza pożittiva fil-ħajja ta' kuljum tal-familji tagħna.", "Dan huwa budget li żamm mal-wegħda li kien għamel il-prim ministru fl-ewwel budget tiegħu u li kien ressaq bħala l-kap tal-gvern tliet snin ilu.", "Din il- wegħda kienet li pajjiżna u l-poplu tagħna kapaċi jirnexxu u jiksbu s- suċċessi li għalihom qegħdin nimmiraw.", "Illum nistgħu nirrealizzaw aħjar il- pjan komprensiv u l-viżjoni li kellu l-prim ministru tliet snin ilu.", "Sur President, id-deċiżjonijiet ebsin li ttieħdu b'responsabbilta` llum issarrfu f'kisbiet għalina lkoll, kisbiet għall-poplu Malti u Għawdxi kollu.", "Il-kelma li ta l-prim ministru fuq kif aħna kapaċi nirnexxu, qegħdin narawha u ngħixuha bl-inizjattivi li ħabbar.", "Fost dawn l- inizjattivi nsibu t-tnaqqis sostanzjali għat-tieni sena konsekuttiva fl- income tax, dħul akbar għall-familji b'żieda wiesgħa fiċ-children's allowance u lista twila ta' għajnuniet għall-koppji żgħażagħ, fosthom għal meta jaslu sabiex jixtru d-dar tagħhom.", "Il-familji bit-tfal u l-anzjani se jibdew igawdu minn żieda sħiħa fid-dħul tagħhom.", "Se jkun hemm tnaqqis fil- VAT fl-attivitajiet kulturali, filwaqt li nieda aktar investiment, inizjattivi u inċentivi sabiex l-ekonomija tagħna tkompli tikber u toħloq ix-xogħol.", "Madanakollu, dan huwa budget prudenti li jirrikonoxxi l-qagħda finanzjarja tal-pajjiż u li jkompli jikkontribwixxi sabiex l-istess qagħda finanzjarja ta' pajjiżna tissokta tkun sostenibbli u tibqa' tkun sostenibbli anke għall- ġenerazzjonijiet futuri.", "Fid-dawl li se ssir elezzjoni ġenerali fix-xhur li ġejjin, il-gvern seta' għamel ħerba mill-finanzi tiegħu billi joffri miżuri u inċentivi li jpoġġuh f'dawl tajjeb mal-poplu.", "Madankollu l-gvern żamm l-impenn u l-wegħda tiegħu li kien għamel tliet snin ilu li jżomm id- deficit tal-pajjiż taħt kontrol.", "Fl-istess ħin sab il-mezzi finanzjarji sabiex iwieżen lil dik is-sezzjoni vulnerabbli tas-soċjeta` filwaqt li għamel tajjeb għaċ-ċaqliq fil-prezzijiet billi ta żieda meħtieġa lill- ħaddiema u lill-anzjani.", "Dan minn barra li l-gvern wettaq it-tieni parti tar-riforma fil-faxex ta' tassazzjoni fuq id-dħul li se tħalli aktar flus fil-but tal-ħaddiema.", "Din is-sena l-poplu se jkun qiegħed jiffranka miljuni ta' liri minn dawn ir- riformi.", "Dawn ir-riformi jfissru miljuni ta' liri li l-gvern seta' tefa' fil-kaxxa ta' Malta sabiex jagħmel aktar tajjeb għall-iżbilanċ.", "Madnakollu l-gvern jemmen li huwa x-xogħol li jgħin sabiex l-ekonomija tikber.", "Dan kien ikkonfermat sena wara l-oħra b'budgets kontinwi li inċentivaw lil kulmin ried jaħdem.", "Dawn huma żewġ ingredjenti importanti ħafna għas-serħan il-moħħ tal-poplu li ra li s-sagrifiċċji li għamel fl-aħħar tliet snin ma tarux mar-riħ minħabba li hemm elezzjoni ġenerali fil-qrib.", "Kien ikun irresponsabbli l-gvern li kieku, wara s-sagrifiċċji kollha li għamel il- poplu, kien jisparpalja l-finanzi tiegħu.", "Fir-rigward tal-miżura relatata mar-riforma tat-taxxa, il-budget jaħseb sabiex tkompli ssir ir-riforma li bdiet 12-il xahar ilu.", "Din ir-riforma se tħalli fil-bwiet tan-nies xejn inqas minn Lm24 miljun fi żmien 24 xahar.", "Il- miżura fir-rigward taċ-children's allowance se twassal ukoll għal żidiet sostanzjali għax issa kulħadd se jingħata xi tip ta' children's allowance.", "Hemm imbagħad il-miżura l-oħra favur l-anzjani, fejn dawn se jibbenefikaw minn diversi inizjattivi minbarra l-fatt li se jieħdu wkoll żieda sħiħa fil- pensjoni u l-bonus tagħhom.", "Sur President, dan huwa budget mibni fuq il-bżonnijiet tal-familja.", "Jekk wieħed ikollu janalizza u jiġbor fil-qosor dan il-budget ma jsib xejn inqas minn 13-il inizjattiva favur il-familja, isib aktar flus fil-but tal- ħaddiema u tnaqqis sostanzjali fit-taxxa tad-dħul.", "Hemm dħul akbar għall- familja b'żieda wiesgħa fiċ-children's allowance kif ukoll għajnuniet għall- koppji żgħażagħ sabiex dawn ikollhom id-dar tagħhom u tnaqqis fil-boll meta huma jakkwistaw proprjeta`.", "Hemm żieda ta' Lm1.50 fil-ġimgħa fil-pagi tal- ħaddiema, l-anzjani se jgawdu minn żieda sħiħa fid-dħul tagħhom u se jingħataw l-għajnuna meta dawn imorru fid-djar privati ta' l-anzjani.", "Ir- romol ukoll se jgawdu bit-tneħħija tal-bolla fuq id-dar tal-koppja.", "Il-leave tal-maternita` se jiżdied għal 14-il ġimgħa.", "Se tingħata għajnuna lil min jibgħat lit-tfal tiegħu f'kindergartens privati u f'nurseries sportivi.", "Se jkun hemm tnaqqis fil-VAT fuq attivitajiet kulturali, investiment qawwi fl-edukazzjoni, fl-iskejjel, fl-universita`, fl-MCAST, fl- ambjent, fit-toroq, fis-saħħa u fil-kura tal-prevenzjoni kontra l-kanċer.", "Se jkun hemm inizjattivi u għajnuniet sabiex l-ekonomija tkompli tikber u toħloq ix-xogħol.", "Se tingħata għajnuna lil dawk li jkunu fid-djar privati ta' l-anzjani, u se jkun hemm aktar investiment, inizjattivi u inċentivi sabiex l-ekonomija tkompli tikber u toħloq ix-xogħol.", "Sur President, s'issa tkellimt b'mod ġenerali dwar il-budget li ħabbar il- gvern, u tkellimt b'dan il-mod għax konvint li l-effetti pożittivi li se jgawdi minnhom il-poplu Malti se jkollhom l-istess effett fuq il-poplu Għawdxi.", "Madankollu ladarba qegħdin niddiskutu l-estimi tal-ministeru għal Għawdex, jiena wkoll se nagħmel riferenza għall-ġid li bbenefika minnu Għawdex u x'se jibbenefika fil-futur.", "Ovvjament dan għax il-gvern Nazzjonalista dejjem ta lil Għawdex l-attenzjoni li tixraqlu.", "Ir-riżultati li qegħdin jinkisbu f'Għawdex juru kemm il-politika li miexi biha l-gvern preżenti hija politika fid-direzzjoni t-tajba u li qiegħda tissarraf f'ġid għal Għawdex u għall-poplu Għawdxi kollu.", "Huwa minnu li Għawdex, bl-insularita` doppja, għandu u se jibqa' jkollu l- problemi partikolari tiegħu.", "Imma f'dawn l-aħħar snin, forsi aktar minn Malta, Għawdex ra tibdiliet infrastrutturali kbar.", "L-attenzjoni partikolari tal-gvern Nazzzjonalista għal Għawdex dejjem kienet fuq quddiem ta' l- aġenda politika tiegħu.", "Illum Għawdex għandu sptar ġenerali modern, sistemi ġodda ta' dwal, telekomunikazzjoni, ilma u drenaġġ, toroq tajbin, fergħa ta' l-Universita` ta' Malta, żewġ ċentri ta' l-MCAST, vapuri ġodda u terminal fl-Imġarr li jixraq iż-żmenijiet tal-lum.", "'Il quddiem se jinbena terminal simili fiċ-Ċirkewwa.", "Għandna residenza għall-anzjani f'Sant Anna.", "In-numru ta' studenti Għawdxin li jattendu l-universita` dejjem qiegħed jiżdied, u fejn qabel dawn kienu waħdiet, illum jgħoddu l-mijiet.", "Għandna lista ta' proġetti oħra li ġew imwettqa minn gvernijiet immexxijin mill- partit Nazzjonalista u li qegħdin jitgawdew mill-poplu Għawdxi.", "Sur President, dan kollu juri kemm Għawdex mar 'il quddiem f'dawn l-aħħar snin.", "Issa l-pass tal-gvern huwa dak li jikkonsolida dak li għamel s'issa u fl-istess waqt ikompli b'dan il-proċess għax jemmen li Għawdex, bħala gżira, għandu l-ħteġijiet partikolari tiegħu.", "Illum erġajna ġejna ikkritikati mill-oppożizzjoni għax Għawdex m'huwiex qiegħed jingħata l- importanza li suppost tingħatalu.", "L-akbar ċertifikat li jxejjen dan l- argument huwa proprju l-budget li ġie propost għas-sena 2008 fejn għal Għawdex ġiet ivvotata l-akbar somma ta' finanzi li qatt ġiet ivvotata.", "Għawdex ġie mogħti attenzjoni li bħala qatt ma ngħata fl-ebda budget ieħor, u fil-fatt tħabbru xejn inqas minn 20 inizjattiva għal Għawdex.", "Dawn jikkonsistu, fost l-oħrajn, f'korsijiet u inizjattivi ġodda għall-iżvilupp tar-riżorsi umani li se jiġu organizzati mill-ETC.", "Inizjattiva oħra tinkludi benefiċċji speċjali u addizzjonali għall-Għawdxin f'għajnuna teknika permezz ta' grants għal dawk il-persuni bla xogħol li jibdew jaħdmu għal rashom.", "Se tinfirex l-iskema ta' għajnuna għall-impjieg f'Għawdex li tiffinanzja parti sostanzjali mill-ispejjeż ta' min jimpjega persuna bla xogħol.", "Dan se jsir billi jitneħħa l-minimu ta' ħames impjiegi ġodda sabiex tikkwalifika għal din l-għajnuna.", "Se jkollna bini ta' ċentru ta' back office li joffri opportunitajiet ġodda f'dan ix-xogħol u l-bini ta' l-iskola sekondarja ġdida tas-subien u titjib fiċ-ċentru ta' l-MCAST.", "Se ssir taqsima tar-radjoloġija fl-isptar ġenerali ta' Għawdex u t-tieni sala ta' l-operazzjonijiet.", "Il-gvern se jerġa' jinvesti Lm40,000 oħra f'organizzazzjoni ta' attivitajiet soċjali u kulturali f'Għawdex.", "Fix- Xlendi se jinbnew faċilitajiet għall-cruiseliners u se jkollna wkoll il- proġett ta' riabilitazzjoni tax-Xatt iż-Żewwieqa u l-port l-antik ta' l- Imġarr.", "Inizjattiva oħra hija dik li l-Heritage Malta se tkompli bil-proġett ta' konservazzjoni fit-tempju tal-Ġgantija u l-inħawi tal-madwar sabiex ix- Xagħra tkun ċentru turistiku nazzjonali marbut mal-preistorja ta' Malta u Għawdex.", "Se jkollna b'Lm250,000 f'inizjattivi ġodda ta' afforestazzjoni, riabilitazzjoni tal-widien u l-immaniġġjar ta' l-ambjent Għawdxi.", "Dan il- proġett għandu joħloq mal-50 impjieg ġdid.", "Se tingħata art lill- istituzzjonijiet edukattivi ta' reputazzjoni internazzjonali li jkunu interessati jiżviluppaw il-campus tagħhom f'Għawdex.", "Għawdex dejjem jibqa' parti minn Malta imma dejjem se jkollu parti speċjali fil-viżjoni u fil- politika tal-gvern immexxi mill-partit Nazzjonalista.", "Kien għalhekk li investejna bil-kbir fil-mezzi ta' trasport modern li issa se jkunu kumplementati b'faċilitajiet ġodda u moderni fil-port ta' l-Imġarr.", "Dawn se jkunu nawgurati fi ftit tal-ġimgħat oħra.", "Għawdex qiegħed igawdi wkoll minn investiment qawwi ta' miljuni ta' ewros li ġejjin mill-fondi Ewropej.", "Insemmi biss li mit-€850 miljun li Malta se tieħu mill-Unjoni Ewropea sas-sena 2013 se jkun hemm €85 miljun minnhom li se jmorru għal Għawdex.", "Illum tlestew it-toroq arterjali ġodda li taw aspett ġdid u modern lil mezzi ta' aċċess li jeżistu fil-gżira ta' Għawdex.", "Ma' dawn wieħed irid isemmi l-investiment sabiex Għawdex ikollu protezzjoni u titjib fl-ambjent tiegħu, inkluż trattament tad-drenaġġ qabel ma ma dan jintefa' fil-baħar.", "Barra minn hekk, se jkun hemm inizjattivi oħra fit- trattament ta' l-iskart u l-għeluq tal-miżbla li kienet qiegħda tagħmel ħsara kbira lill-aspett ambjentali, li huwa xi ħaġa naturali għal Għawdex.", "Fl-istess ħin ingħatat spinta 'l quddiem sabiex il-prodott turistiku ta' Għawdex jitjieb permezz ta' investiment dirett f'oqsma speċifiċi għall- gżira tagħna, fosthom l-isport, l-arti u l-wirt storiku.", "Sur President, fir-rigward ta' l-ambjent il-gvern għadu kif nieda proċess ta' konsultazzjoni dwar id-disinn li qiegħed ikun propost għall-park ta' rikreazzjoni fil-Qortin, ix-Xagħra.", "Irrid ngħid li din il-pjanta li tpoġġiet illum fuq il-mejda tal-Kamra hija biss il-proċess ta' konsultazzjoni.", "Fil-fatt aktar 'il quddiem se jkun hemm disinji aħjar u disinji li juru kif se jsir dan il-proġett.", "Din hija biss konsultazzjoni u għalhekk qiegħda tiddeskrivi x'se jsir f'dan il-proġett li huwa maħsub li jinbidel minn miżbla f'park għall-familja kollha.", "Id-disinn li tħabbar ħmistax ilu jinkludi fih belvedere, adventure playground u cinema fil- miftuħ.", "Dan il-proġett huwa maħsub ukoll li jsir mill-finanzjament ta' l- Unjoni Ewropea.", "Kumpanniji privati qegħdin ikomplu jiskopru l-potenzjal qawwi li joffri Għawdex.", "Il-gżira Għawdxija se tkompli tistagħna b'investiment għaqli ieħor li jikkonsisti f'kumpless kbir b'għadd ta' ħwienet li se jkunu kollha taħt saqaf wieħed.", "Dan il-kumpless bl-isem ta' Prime Mall se jieħu post dik li kienet il-Lukanda Duke of Edinburgh, fi Triq ir-Repubblika, ir- Rabat.", "Il-kumpannija Island Developers Limited daħlet għal dan il-proġett b'investiment ta' aktar minn Lm2.5 miljuni.", "Dan l-investiment, li huwa wieħed qawwi għal Għawdex, se jsir mhux biss għax wieħed qiegħed isib ir- riżorsi umani li hemm bżonn, imma anke għaliex il-gżira, minnha nnifisha, illum qiegħda tipproduċi prodott tajjeb bl-infrastruttura tajba li qiegħda tgawdi l-gżira Għawdxija.", "Sur President, il-fatt li dan l-aħħar kienet rapportata żieda qawwija ħafna fit-turiżmu, l-aktar dak intern, kompla jħeġġeġ lill-kumpanniji lokali u barranin sabiex jinvestu f'Għawdex.", "Huwa maħsub li f'dan il-kumpless jiġu mpjegati bejn 50 u 70 persuna.", "L-istess jista' jingħad għall-HSBC li se jiftaħ ċentru għas-servizzi fix-Xewkija.", "F'dan iċ-ċentru se jkun hemm numru ta' ħaddiema Għawdxin b'impjieg full time.", "Dan se jsir b'investiment ta' Lm343,000 u se jibda jaħdem f'Jannar li ġej.", "It-taħriġ tal-ħaddiema se jibda f'nofs Novembru li ġej u l-operat se jinvolvi spiża ta' madwar Lm430,000 fis-sena.", "Bil-budget għas-sena 2008, gvern Nazzjonalista qiegħed juri li għandu viżjoni għall-pajjiż li se tkompli tissarraf f'ġid għall- poplu kollu ħalli b'hekk jissokta t-titjib fil-kwalita` tal-ħajja tal- Maltin u l-Għawdxin, b'aktar opportunitajiet f'kull qasam.", "Il-budget għas- sena 2008 se jkun ifisser aktar investiment u ħolqien ta' impjiegi ġodda li minnhom se jgawdu l-ħaddiema u l-familji kollha għax quddiemhom se jkollhom opportunitajiet ġodda li jtejbu l-kondizzjonijiet tax-xogħol u l-pagi tagħhom.", "B'riżultat ta' dan, il-livell ta' għajxien tagħhom jitjieb ukoll.", "Il-budget se jkun ifisser ħafna wkoll għall-istudenti li se jkunu qegħdin itemmu l- istudji tagħhom fid-diversi livelli u dawn se jsibu jistennihom ambjent ta' xogħol li joffri mhux biss opportunitajiet kbar ta' xogħol, imma anke impjiegi li jagħtu sodisfazzjon f'dawk l-oqsma li pajjiżna qiegħed jaħdem sabiex fihom ikun l-aqwa u l-aħjar sas-sena 2015.", "Dak li kiseb illum il- poplu ma ġiex b'kombinazzjoni imma huwa riżultat ta' viżjoni politika li l- gvern Nazzjonalista ressaq quddiem il-poplu.", "Din il-viżjoni kienet li Malta ssir membru ta' l-Unjoni Ewropea, xi ħaġa li seħħet f'Mejju ta' l-2004 u li minn dakinhar 'l hawn, il-partit Nazzjonalista fil-gvern dejjem ħares 'il quddiem sabiex din l-esperjenza tissarraf f'titjib fl-oqsma kruċjali li jolqtu l-ħajja ta' kull wieħed u waħda minnha.", "Din hija politika li wara kollox attirat l-investiment barrani u li ssarrfet f'numru rekord ta' ħaddiema ġodda fis-suq tax-xogħol kif ukoll rekord ta' investiment li kien ilaħħaq il-Lm575 miljun.", "Sur President, nikkonkludi billi ngħid li l-viżjoni tagħna għall-2015 sabiex Malta u Għawdex isiru ċentru ta' eċċellenza f'sitt oqsma importanti għal pajjiżna hija l-viżjoni tal-poplu Malti kollu, poplu li għandu fiduċja fih innifsu u fil-kapaċitajiet tiegħu.", "Pajjiżna għandu jkompli fid- direzzjoni li qabad sabiex ikompli jikseb suċċess u direzzjoni li tkompli twitti t-triq u tkompli tagħti livell ta' għajxien aħjar għall-familji Maltin u Għawdxin kollha.", "Il-miżuri li ħa l-gvern fil-budget huma kollha ndirizzati sabiex jassiguraw ġejjieni fis-sod u aħjar għalina u għal uliedna.", "Nirringazzjak.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Grazzi.", "Il-Ministru Giovanna Debono.", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Sur President, jiena wkoll nibda d-diskors tiegħi billi nsellem lill-Onor.", "Justyne Caruana li dalgħodu ma setgħetx tkun magħna minħabba li tinstab indisposta.", "Jiena nawguralha s-saħħa u li terġa' tkun magħna fl-iqsar żmien possibbli.", "Ikolli ngħid li segwejt b'attenzjoni kbira ż-żewġ diskorsi li saru dalgħodu mill-Onor.", "Frederick Azzopardi u mill-Onor.", "Anton Refalo.", "Nixtieq nifraħ lill-Onor.", "Frederick Azzopardi għad-diskors li għamel u għall-mod ta' kif elabora fuq l-20 miżura li għandna mħabbra f'dan il-budget għal Għawdex.", "Kif għedt, smajt ukoll id- diskors ta' l-Onor.", "Anton Refalo min-naħa l-oppożizzjoni li kellu għad- dispożizzjoni tiegħu siegħa u nofs.", "Dalgħodu ssorprendejt ruħi kif f'dan il-ħin kollu li kellu għad- dispożizzjoni tiegħu il-kelliem ta' l-oppożizzjoni ma sabx il-ħin sabiex jitkellem fuq it-tliet oqsma tant importanti għal Għawdex.", "Dawn it-tliet oqsma huma l-edukazzjoni, is-saħħa u l-andament tat-turiżmu f'Għawdex.", "Fl- opinjoni tiegħi hemm xi ħaġa li m'hijiex qiegħda sew fl-oppożizzjoni biex f'siegħa w nofs ma jsibux imqar ftit minuti ħalli jitkellmu fuq dawn it- tliet oqsma.", "Anzi nazzarda ngħid li ma ssemmewhomx għax ma kellhomx x'jikkritikaw fuqhom.", "Dan qiegħed jagħtina wkoll l-aħjar ċertifikat li tista' tagħti lil din in-naħa tal-Kamra, lill-gvern u lill-ministeru ta' Għawdex fir-rigward ta' dawn it-tliet oqsma tant importanti.", "Naħseb li kemm ilu mwaqqaf il-ministeru għal Għawdex u kemm ilna niddiskutu l-voti tal-budget, din kienet l-ewwel darba li ma smajniex kritika min-naħa ta' l- oppożizzjoni fuq dawn it-tliet oqsma li huma tant importanti għalina.", "Min-naħa tagħna żgur li se nsemmuhom dawn it-tliet oqsma.", "Aktar 'il quddiem fid-diskors tiegħi żgur li se nitkellem fuqhom għax huwa verament ta' ġid għalina lkoll, għall-Għawdxin u għall-gżira tagħna li aħna nitkellmu dwar kif sejra l-edukazzjoni, kif sejjer il-qasam tas-saħħa u kif sejjer it-turiżmu llum u li ngħidu x'inhuma l-pjanijiet għall-futur.", "Dalgħodu qegħdin hawnhekk sabiex niddiskutu l-ħames vot għal Għawdex f'din il-leġislatura.", "B'mod dirett, għal ministeru għal Għawdex, din is-sena qegħdin ninvestu aktar minn Lm4 miljuni jew inkella €10 miljun għall- proġetti infrastrutturali.", "Qegħdin ninvestu wkoll Lm21 miljun jew kważi €50 miljun taħt il-vot rikorrenti, li lkoll huma investiment b'risq Għawdex.", "Kumplessivament dan ifisser żieda ta' Lm1.5 miljuni fuq l-allokazzjoni finanzjarja riveduta għas-sena li għaddiet fejn tidħol allokazzjoni finanzjarja għall-voti ta' kull sena.", "Din iż-żieda se tfisser differenza li tinħass mill-poplu għax se jkun hemm aktar flus permezz ta' proġetti li se jħallu ġid kbir lil Għawdex u aktar flus permezz ta' żieda fil-vot ta' l-għotja finanzjarja għall-istudenti Għawdxin fl-universita`, aktar opportunitajiet lill-istudenti Għawdin ta' l- ITS u servizz ta' home help għall-anzjani, fost l-oħrajn.", "Aħna qegħdin inħarsu lejn Għawdex minn kull aspett tiegħu u m'aħna nħallu xejn barra.", "Għandek l-iżvilupp tal-prodott turistiku, it-titjib tal-faċilitajiet ta' l- edukazzjoni u s-saħħa, l-investiment fl-istudent Għawdxi ta' kull eta', fil- ħaddiema Għawdxin u fin-negozjanti Għawdxin.", "Se jkollna investiment fil- biedja, fis-sajd, fil-kultura, fl-artisti u fil-wirt storiku tagħna kif ukoll fl-ambjent tagħna.", "Sur President, aħna għandna rekord ta' inizjattivi li wettaqna f'dawn l- aħħar snin u għandna rekord ta' proġetti li wettaqna b'suċċess minkejja dak li tipprova tpinġi l-oppożizzjoni Laburista u minkejja l-kritika kollha li saret dalgħodu min-naħa tal-partit Laburista.", "Dan il-gvern irnexxielu jkompli jagħmel suċċess minn Għawdex b'kuntrast enormi mal-kantaliena ta' ilmenti u dlam li dejjem tpinġi l-oppożizzjoni.", "Sfortunatament hekk taf tagħmel l-oppożizzjoni!", "Smajnieha ftit tal-ħin ilu teqred, tivvinta, tħarref, tkabbar l-iswed u d-dlam minflok ma tirrikonoxxi t-triq it-tajba li qbadna u li fiha qegħdin nieħdu lil pajjiżna, inkluż lill-Għawdex.", "Il-gvern tal-ġurnata mmexxi mill-Onor.", "Lawrence Gonzi jemmen bil-fatti f'Għawdex, u għal darb'oħra qiegħed iniedi numru ta' miżuri li huma mmirati li jkomplu jibnu fuq it-tajjeb ta' gżiritna.", "Dawn l-affarijiet ma jissemmewx mill-partit Laburista u mill-kelliemi ta' l-oppożizzjoni.", "Għall- partit Laburista Għawdex huwa meqjus tat-tieni klassi, kif għamel riferenza għaliha dalgħodu l-kollega l-Onor.", "Anton Refalo.", "Tismagħhom jitkellmu tibda taħseb li Għawdex huwa xi pajjiż tat-tielet dinja, fejn kollox sejjer ħażin, straġi fuq straġi u jimbottaw lill-gżira tagħna lura minflok 'il quddiem.", "Aħna ma naħdmux hekk.", "Aħna nħarsu lejn l-isfidi ta' Għawdex u fihom infittxu l-opportunitajiet u s-soluzzjonijiet għad-diffikultajiet.", "Aħna ma naqtgħux qalbna allavolja xi kultant insibu lil min ifixkilna minflok insibu lil min jgħinna.", "Aħna rridu nagħtu lura lil Għawdex, Għawdex aħjar.", "Aħna nemmnu f'Għawdex u fil-potenzjal tiegħu bħala gżira.", "Huwa għalhekk li kontinwament infittxu li ntejbu u nkomplu nibnu fuq dak li sibna u li wettaqna sal-lum.", "F'dan l-aħħar budget ta' din il-leġislatura ma nistax ma nirringrazzjax lill-prim ministru u ministru tal-finanzi, Dr. Lawrence Gonzi, li dejjem ta widen għall-problemi u għall-isfidi partikolari tagħna l-Għawdxin.", "Barra minn hekk, tana wkoll l-għodda meħtieġa sabiex jiena, bħala ministru għal Għawdex, inkun nista' naħdem aħjar.", "Irrid ngħid grazzi wkoll lill-kollegi ministri li ħafna minnom investew porzjon mhux żgħir mill-vot finanzjarju tagħhom b'risq Għawdex.", "Dan l- ammont ma jidhirx taħt il-vot ta' Għawdex imma xorta waħda huwa investiment għall-gżira Għawdxija.", "Hemm ukoll aktar fondi li m'iniex qiegħda ngħoddhom mal-miljuni ta' liri li qegħdin ninvestu b'mod dirett għal Għawdex.", "Irrid niżżiħajr ukoll lil kull wieħed u waħda mill-ħaddiema fil-ministeru għal Għawdex u d-dipartimenti kollha tiegħu li flimkien, f'dawn l-aħħar snin, ħdimna ġranet sħaħ u li ħafna drabi, kienu twal ukoll, sabiex lil Għawdex nippreżentawh lura, fit-tmiem il-leġislatura, aħjar milli sibnieh.", "Fil-bidu tad-diskors tiegħu l-Onor.", "Anton Refalo fakkarni li dħalna flimkien f'din il-Kamra għall-ewwel darba, u dan ilu aktar minn 20 sena.", "Kien hu stess li rrimarka li Għawdex illum huwa differenti minn kif kien qabel.", "Jiena nkompli nżid ma' dak li qal billi ngħid li Għawdex illum huwa differenti imma b'mod ħafna aħjar milli kien qabel u nemmen li Għawdex illum huwa ferm aħjar minn dak li writna.", "Gvern Nazzjonalista dejjem ħadem bis-sħiħ favur Għawdex, imma x-xorti riedet li għal 22 xahar Għawdex ġie relegat għat-tieni diviżjoni.", "Madankollu ma damx wisq hekk għax il-poplu għaraf x'inhu l-aħjar għalih, u minn sempliċi dipartiment taħt il-portafoll tal-prim ministru ta' dak iż-żmien, illum Għawdex sar reġjun fl-Ewropa u reġjun fl-Unjoni Ewropea.", "Illum Għawdex huwa differenti u sar differenti għall-aħjar.", "Illum nitkellmu fuq problemi partikolari għax diġa` għelibna sfidi oħrajn.", "Huwa stat ta' fatt li llum huwa rikonoxxut minn kulħadd li Għawdex jeħtieġ attenzjoni partikolari, u allura aħna d-deputati tal-partit Nazzjonalista fil-gvern sħaqna fuq id-distintivita` ta' Għawdex, kemm mil-lat ta' amministrazzjoni kif ukoll għal skopijiet oħra, fosthom it-turiżmu u l-investiment.", "Illum l- oppożizzjoni temmen bil-ħtieġa ta' pjan għal Għawdex għax konna aħna li ġegħilna lil kulħadd jirrealizza kemm Għawdex għandu bżonn ta' ħidma li tkun iffokata.", "Aħna dejjem wettaqna politika li tiffavorixxi lil Għawdex għax tħares lejh bħala entita` waħda, distinta u unika.", "Dawn l-affarijiet aħna għamilniehom bil-fatti.", "Sur President, aħna bil-fatti indirizzajna sfidi ewlenien għal gżiritna, fosthom dawk marbuta mal-qasam ekonomiku.", "Iffaċċjajna realtajiet li ma kenux sbieħ, fosthom l-għeluq ta' fabbriki li kienu jħaddmu mijiet ta' ħaddiema.", "Madankollu ma bqajniex b'idejna fuq żaqqna imma ħdimna kemm flaħna sabiex dak li ġara - u dan ġara sforz tar-realtajiet ekonomiċi internazzjonali – iweġġa' mill-inqas lil Għawdex u lill-poplu tiegħu.", "Illum nafu li ħafna minn dawk li kienu impjegati fil-qasam tal-produzzjoni tradizzjonali qegħdin jaħdmu fil-qasam tas-servizzi.", "Nafu li qasam partikolari tax-xogħol f'Għawdex għadda u għadu għaddej minn shift, u minn settur partikolari li ħa daqqa mar għal setturi oħra li qegħdin juru l- potenzjal tagħhom li jkomplu jikbru.", "Dwar il-qasam tax-xogħol li għamel riferenza għalih il-kelliem ta' l- oppożizzjoni, nixtieq ngħid li s-sitwazzjoni tal-qgħad fi gżiritna inkwetatna u se tkompli tinkwetana sakemm jibqa' jkun hemm min ġenwinament ikun qiegħed ifittex ix-xogħol.", "Pero` illum nafu li Għawdex mhux biss reġa' kiseb il-kompetittivita` għax qegħdin naraw investiment ġdid mis-settur privat riesaq lejn gżiritna, imma meta investiment ġdid li ħabbarna għadu jrid jiftaħ il-bibien tiegħu, diġa` qegħdin naraw tnaqqis fin-nies qiegħda meta mqabbla mas-sena li għaddiet.", "Jekk inħarsu lejn iċ-ċifri tan-nies qiegħda taħt l-ewwel parti tar-reġistru naraw li fl-aħħar erba' xhur ta' din is-sena n-numru ta' nies jirreġistraw għax-xogħol f'Għawdex kien inqas mill-istess erba' xhur tas-sena l-oħra.", "Fil-fatt l-ETC informatna li fl-aħħar sena tagħha, jiġifieri bejn Ottubru 2006 u Settembru 2007, f'Għawdex kien hawn l-ogħla numru ta' postijiet vakanti għax-xogħol fl-aħħar ħames snin.", "Din l-aħħar sena kienet ukoll l- aħjar sena mill-aħħar ħames snin għal dawk li huma l-placements ta' nies, u allura għal dawk li sabu impjieg f'Għawdex stess.", "Bħalissa qegħdin naraw xogħol għaddej sabiex fi żmien qasir ħafna jiftaħ ċ-ċentru tas-servizzi tal- HSBC ġewwa Għawdex.", "Jekk inħarsu b'mod partikolari lejn l-aħħar erba' snin fejn Għawdex esperjenza tibdil mhux żgħir, naraw li din is-sena li qegħdin fiha, meta mqabbla mas-sena 2003, qabel ma għalqu l-fabbriki bħal MP Clothing u Lloyds, li r-riżultati llum huma ferm 'il bogħod mill-istampa li trid tpinġi l-oppożizzjoni.", "Illum għandna records pożittivi anke fejn jidħlu l-impjiegi fil-qasam tas- settur privat.", "Fil-fatt dan is-settur żdied bi kważi 200 ruħ f'erba' snin.", "Rajna wkoll tnaqqis fis-settur pubbliku ta' 280 ruħ u għandna wkoll żieda fil-qasam tas-self- employed b'aktar minn 100 persuna.", "Ma' dan irrid inżid l-investiment qawwi li għamel il-gvern, b'mod partikolari l-ministeru għal Għawdex fl-aħħar sentejn, fejn indirizzajna mill-qrib l-industrija ta' l- artiġjanat.", "Ilkoll kemm aħna nafu kemm hija importanti din l-industrija ġewwa Għawdex, u għalhekk aħna dħalna għal investiment ta' kważi €1 miljun sabiex illum għandna ċentru ta' l-artiġjanat f'ta' Dbieġi li huwa aktar attraenti u attrezzat għan-negozji ġodda f'dawn l-oqsma.", "Barra minn hekk bnejna incubation crafts centre li mistenni li jiġi nawgurat fil-ġimgħat li ġejjin.", "Dan se jkompli jħajjar aktar Għawdxin sabiex jiftħu n-negozju tagħhom f'dan il-qasam.", "Sur President, qiegħda nsemmi n-negozji, u għalhekk irrid nagħmel riferenza għal dak li qiegħed jiġi deċiż din il-ġimgħa stess u li se jolqot lil dawk kollha li għandhom xi liċenzja ta' negozju jew ta' ħwienet.", "Irrid ngħid li apparti r-roħs fil-liċenzji fuq bażi nazzjonali, issa l-Għawdxin se jibdew igawdu minn roħs addizzjonali ta' 25% fuq il-liċenzja tan-negozju tagħhom.", "Dan ifisser li issa anke l-ħwienet f'Għawdex sejrin igawdu minn tnaqqis ta' 25% fit-trading licence tagħhom, bħal dawk tat-turiżmu.", "Dan għandu jiġi kkomunikat dalwaqt b'avviż legali mill-ministeru responsabbli.", "Din ukoll hija aħbar, li għalkemm ma tisemmiex fil-budget, se titħabbar fil-ġranet li ġejjin.", "Dan minbarra l-opportunitajiet ġodda għal diversi ħaddiema tal- gvern Għawdxin li qegħdin jiġu trasferiti lejn Għawdex sabiex jagħmlu xogħol ta' back office.", "Bdejna dan il-proċess xi ftit tas-snin ilu sabiex nittrasferixxu skrivani Għawdxin lura lejn Għawdex.", "Minn hawnhekk irrid insellem ukoll lill-oppożizzjoni għax hija wkoll kienet ħadet din l- inizjattiva qabel l-1987 u ttrasferiet l-istess ħaddiema lejn il-gżira Għawdxija.", "Aħna xi ħaġa tajba nsemmuha u nifirħulhom għaliha.", "Pero` aħna komplejna bil-kbir għax anke fl-aħħar xhur ittrasferejna 22 skrivan ieħor għal xogħol fuq is-servizz ta' 'l hekk imsejjaħ is-servizz tal-153, kif ukoll fis- sezzjonijiet tat-Teżor u tal-pensjonijiet.", "Irrid ngħid li lanqas mhu se nieqfu hawn.", "Se nkomplu nittrasferixxu aktar xogħol tal-gvern li jsir f'Għawdex filwaqt li se nibnu wkoll ċentru għall-back office ħalli nkomplu noffru opportunitajiet ġodda f'dan il-qasam tax-xogħol ġewwa Għawdex.", "Bla dubju ta' xejn, dan kollu qiegħed jissarraf f'aktar xogħol u xogħol aħjar għall-Għawdxin ġewwa Għawdex.", "Dan kollu qiegħed iseħħ għax aħna nħaddmu politika li temmen fil-poplu Malti u Għawdxi u fil-kapaċitajiet tiegħu, u nemmnu li jekk tinċentivah jew turih it-triq, kif iħobb jgħid tant tajjeb il-prim ministru tagħna, il-poplu kapaċi jidħol għal inizjattivi li minnhom ikun jista' jgawdi huwa stess.", "Dwar il-qasam tax-xogħol irrid insemmi l-ħidma li komplejna nwettqu bħala ministeru għal Għawdex, b'mod partikolari fl-aħħar sentejn, fejn permezz ta' tliet skemi u 50 kors ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea, ibbenefikaw kważi 450 Għawdxi.", "Uħud minn dawn l-Għawdxin ma kenux jaħdmu, imma llum mhux biss ħafna minnhom għandhom impjieg, imma hemm uħud li fetħu wkoll l- ewwel negozju tagħhom.", "Fil-ġranet li ġejjin se nkomplu noffru aktar korsijiet, din id-darba għal dawk li ma jafux jaqraw u jiktbu.", "B'hekk anke min għandu bżonn dawn il-ħiliet, li huma meqjusa tant bażiċi, se nkunu qegħdin nindirizzawh.", "Jekk tistaqsuna jekk aħniex kuntenti b'dan kollu, it- tweġiba hija le.", "Għadna m'aħniex kuntenti sa barra għax aħna nemmnu fil- potenzjal tal-ħaddiem Għawdxi u nemmnu li kapaċi jasal aktar 'il bogħod.", "Sur President, nemmnu wkoll li meta nintroduċu aktar miżuri bħal dawk li ħabbar il-prim ministru f'dan il-budget, il-poplu Għawdxi jkun kapaċi jidħol għalihom b'suċċess.", "Huwa għalhekk li bħala gvern qegħdin nipproponu aktar korsijiet u inizjattivi ġodda mill-ETC.", "Huwa għalhekk li qegħdin nintroduċu benefiċċji soċjali u addizzjonali għall-Għawdxin permezz ta' grants u għajnuniet oħra sabiex inħajru aktar nies jaħdmu għal rashom.", "Huwa għalhekk ukoll li qegħdin nagħmlu t-twessigħ ta' l-iskema ta' impjiegi li nidejna aktar kmieni din is-sena sabiex din tinkludi wkoll dawk l- impriżi li jħaddmu anqas minn 5 ħaddiema.", "Ħin minnhom il-kollega ta' l-oppożizzjoni qalilna li aħna qegħdin nagħtu ċ- ċekċik.", "Li tinvesti Lm1 miljun għal Għawdex biss għal dan l-iskop ma naħsibx li huma ċekċik.", "Issa jekk il-miljuni saru ċekċik, mela veru ma nafux x'qegħdin ngħidu!", "Dan il-gvern qiegħed jagħti kas ta' kulħadd, mill- kbir saż-żgħir, liż-żgħażagħ u lill-adulti, lil min huwa ta' l-iskola u lil min ma tantx iħossu komdu f'ambjent akkademiku, lil min hu impjegat u lil min jista' jimpjega, lin-negozjant, kemm dak li għandu negozju kbir kif ukoll dak li għandu negozju żgħir, lil min jaspira għal karriera ambjizzjuża tal-moħħ u lil min iħossu aktar komdu forsi bix-xogħol ta' l- id.", "Minbarra l-korsijiet u l-iskemi li semmejt ftit ilu, irrid ngħid li fl- istess ħin aħna komplejna ninvestu f'numru eżawrenti ta' korsijiet offruti f'Għawdex permezz tad-dipartiment ta' l-edukazzjoni imma anke permezz ta' l- MCAST.", "Irrid ngħid li din is-sena l-MCAST f'Għawdex laqa' fi ħdanu numru record ta' studenti li għandhom aktar minn 16-il sena u li għażlu li jkomplu bl-istudji vokazzjonali tagħhom f'Għawdex stess.", "Ta' min jinnota li meta l-medja fl-aħħar erba' snin kienet qisha ta' 180 student li jidħol għall-kors full time fl-MCAST f'Għawdex, dan ix-xahar, li jiġi l-bidu ta' din is-sena skolastika, daħlu record ta' 230 student Għawdxi.", "Dan minbarra n-numru ta' studenti li daħlu jistudjaw għall-ewwel darba fis- sixth form f'Għawdex u li daħlu fl-universita` f'Malta, fl-MCAST jew fl-ITS f'Malta.", "Biss biss il-ministeru għal Għawdex matul din is-sena qiegħed jagħti għajnuna finanzjarja addizzjonali - dik li konna tejjibna aħna sentejn ilu - lil 650 student Għawdxi fl-universita` ta' Malta.", "Dan juri kuntrast enormi mat-360 student li kienu jistudjaw fl-universita` tagħna għaxar snin ilu.", "Illum għandna kważi d-doppju ta' studenti fl-universita` f'Malta għal dak in-numru ta' studenti li kien hemm fl-universita` fi żmien gvern Laburista.", "Sur President, dawn huma l-opportunitajiet li joffri l-gvern tagħna.", "U minkejja l-mijiet ta' studenti li llum qegħdin ikomplu bl-edukazzjoni tagħhom wara li jagħlqu s-16-il sena, anke f'Għawdex stess, il-miri tagħna għadna ma lħaqnihomx.", "Għadna ma wasalniex fejn irridu, u dan minkejja l- avvanzi kbar li għamilna.", "Aħna rridu li aktar żgħażagħ ikomplu għaddejjin bl-edukazzjoni tagħhom ħalli jkollhom it-taħriġ meħtieġ sabiex ikunu f'pożizzjoni dejjem aħjar li jagħżlu huma fejn iridu jaħdmu.", "Aħna rridu nagħtuhom iċ-ċavetta ħalli huma mbagħad ikunu jistgħu jmorru f'dawk il- linji li l-aktar jaqbel lilhom għax aħna nafu li ladarba jaqbel lilhom, ikun jaqbel ukoll għal pajjiżna.", "Din hija r-realta` tas-suq tax-xogħol.", "U għaliex aħna naħdmu b'għaqal, qegħdin ninvestu fiż-żgħar, fiż-żgħażagħ, fil- familji u fin-nisa tagħna, u wkoll f'dawk li jixtiequ jaħdmu.", "Ma nistax nitkellem fuq dan is-suġġett ta' l-edukazzjoni u ma nitkellimx fuq l-investiment qawwi li bħala gvern qegħdin nagħmlu fl-infrastruttura ta' l-iskejjel, anke f'Għawdex stess.", "Madankollu dalgħodu l-oppożizzjoni nsiet tagħmel riferenza għal dawn l-affarijiet.", "Il-ministeru għal Għawdex u l-fondazzjoni għall-iskejjel ta' għada f'dawn l-aħħar tmien snin investew aktar minn Lm2,500,000 b'risq l-iskejjel ta' Għawdex.", "Dan huwa record ieħor ta' investiment li mar għat-titjib ta' l-iskejjel primarji, għall- iskejjel sekondarji, għall-iskola post sekondarja u għall-iskejjel speċjalizzati, fosthom dawk marbuta ma' l-arti u l-iskola għat-tfal b'diżabilita`.", "Hawnhekk m'iniex qiegħda ninkludi investiment ieħor qawwi - u nerġa' ngħid li dan huwa record ieħor – ta' Lm3 miljuni fuq bini mill-ġdid ta' l-iskola sekondarja tas-subien fir-Rabat Għawdex.", "Dan huwa proġett li kif wegħedna, bdejnieh u jinsab miexi b'ritmu tant tajjeb li mis-sena d-dieħla stess se nkunu nistgħu nibdew nużaw l-ewwel blokk ta' din l-iskola, li se tkun state of the art, ma' dawk li diġa` bniet l-FTS f'Malta.", "Imma din id-darba se jkunu ż-żgħażagħ Għawdxin li se jgawdu minn din l-iskola.", "Ladarba qiegħda nitkellem fuq faċilitajiet edukattivi ġodda, irrid insemmi miżura oħra li ħabbar il-gvern f'dan il-budget, dik li jipprovdi art lill-istituzzjonijiet edukattivi ta' reputazzjoni internazzjonali li jkunu interessati li jiżviluppaw campus tagħhom ġewwa Għawdex.", "Aħna ninvestu f'Għawdex għax nemmnu f'Għawdex u li Għawdex jixraqlu l-aħjar.", "Aħna nemmnu li dak li jeżisti f'Malta, safejn huwa possibbli u safejn ikun jagħmel sens, għandu jeżisti wkoll f'Għawdex.", "Aħna nħarsu lejn il-pożittiv ta' Għawdex u nkomplu ntejbuh, mhux biss fil- qasam ta' l-edukazzjoni u x-xogħol, imma wkoll f'oqsma oħra li forsi mhux kulħadd jagħtihom daqstant priorita`.", "Imma aħna nemmnu li għandna nkomplu ntejbu u ninvestu kemm nifilħu fihom.", "Il-qasam tas-saħħa, kif għedt dalgħodu stess, baqa' barra mid-diskussjoni ta' l-oppożizzjoni.", "Min-naħa tiegħi rrid ngħid li bħala gvern, lill-qasam tas-saħħa tajnieh priorita` mill-aktar importanti.", "F'Malta llum għandna sptar li huwa monument.", "Minn dan l-isptar se nibbenefikaw ukoll aħna l-Għawdxin, u se nibbenefikaw mhux biss minn dawk is-servizzi li wieħed ma jistax jipprovdihom f'Għawdex, imma għax permezz ta' l-informatika, li wkoll qegħdin ninvestu fiha fl-isptar ta' Għawdex u fl-isptar Mater Dei, se nkunu virtwalment magħquda flimkien ħalli s-servizzi mediċi f'Għawdex ikomplu jitjiebu.", "Dan minbarra l- investiment qawwi li għamilna s'issa fl-isptar ġenerali ta' Għawdex u l- investiment qawwi li għadna qegħdin nagħmlu u rridu nkomplu nagħmlu.", "Biss biss nista' insemmi l-proġetti li qegħdin naħdmu fuqhom għat-twaqqif tar-radiology unit għall-isptar u l-proġett l-ieħor ta' l-immodernizzar komplet tat-tieni sala ta' l-operazzjonijiet, li flimkien jinvolvu investiment ta' aktar minn Lm1 miljun.", "Dawn huma l-affarijiet li qegħdin nagħmlu fil-qasam tas-saħħa wara li f'dawn l-aħħar snin investejna wkoll Lm2 miljuni oħra fuq l-immodernizzar tas-swali kollha ta' l-isptar, bħal per eżempju, id-dipartimenti ta' l-outpatients, l-emerġenza, il-medical records u l-laboratorju.", "Ftaħna wkoll taqsimiet ġodda bħar-renal unit, l- isolation unit, il-gynaecology ward, u ntroduċejna sistemi ġodda għall-pre- plating system ta' l-ikel u dħalna għall-investiment kapitali fuq ir- residenza Sant'Anna.", "Se nkomplu naħdmu fil-qasam tas-saħħa anke billi nestendu l-iskema ta' l-ispiżjar ta' l-għażla tiegħek f'Għawdex ukoll.", "Imbagħad tiġi l-oppożizzjoni - mhux dalgħodu imma f'okkażjonijiet oħra - u toħloq issue mid-donazzjonijiet li jsiru minn żmien għal żmien minn għaqdiet volontarji Għawdxin.", "Bħal qisu trid tgħid li l-gvern ittraskura l-qasam tas-saħħa f'Għawdex.", "Donnha l-oppożizzjoni trid tgħid ukoll li allaħares ma jkunux dawn l- għaqdiet volontarji għax kieku l-isptar ta' Għawdex il-Bambin biss jaf f'hiex kien jispiċċa!", "Jiena ngħid li l-investiment li qegħdin nagħmlu u li se nkomplu nagħmlu fl-isptar ġenerali ta' Għawdex jitkellem waħdu.", "Imma fl- istess ħin ma nara xejn ħażin li jkun hemm għaqdiet li jħossu li għandhom jikkontribwixxu sabiex dak li diġa` qiegħed jagħmel b'tant attenzjoni u dedikazzjoni l-gvern preżenti jkunu huma wkoll li jikkumplementawh għaliex jaraw li tagħhom ukoll ikun investiment f'għalqa fertili.", "Żgur li kieku l- gvern abbanduna l-qasam tas-saħħa l-ebda għaqda volontarja ma kienet se toffri l-għajnuna tagħha f'dan il-qasam.", "Aħna nilqgħu din it-tip ta' kollaborazzjoni mas-settur tal-volontarjat u se nkomplu ninkoraġġixxu lil daqstant residenti f'Għawdex, u anke le, sabiex ikomplu jsostnu dan l- ispirtu altruwista tagħhom u jgħinu lil ħaddieħor.", "Sur President, ma nistax nitkellem fuq Għawdex f'dibattitu bħal dan tal-lum mingħajr ma nsemmi l-qasam tat-turiżmu.", "Għawdex huwa sinonimu ma' dan il- qasam, aktar u aktar illum meta n-numru ta' turisti li qegħdin jiġu jżuruna, u aktar importanti minn hekk, in-numru ta' turisti li qegħdin joqogħdu Għawdex, qiegħed aktar jiżdied.", "Naħseb li hu għalhekk li l- oppożizzjoni m'għamlitx riferenza għalih!", "Irrid ngħid li f'dawn l-aħħar ftit snin, anke f'dan il-qasam, għaddejna minn sfidi partikolari, sfidi li ħassithom Malta bħala gżira, u għalhekk b'konsegwenza ta' hekk, anke Għawdex ħass dan l-impatt.", "Imma llum nistgħu naraw bl-aktar mod ċar kif anke dan il-qasam reġa' qam fuq saqajh, u dan grazzi għad-deċiżjonijiet li ħa dan il-gvern, li permezz tagħhom għamel lil pajjiżna aktar aċċessibbli.", "Nibda billi nsemmi l-introduzzjoni tal-low cost airlines.", "Żgur li din kienet deċiżjoni mill-aktar għaqlija.", "Fejn jidħol Għawdex, irrid insemmi t- tnedija ta' servizz ġdid mill-kumpannija Gozo Channel li toffri servizz ta' trasport dirett bejn l-ajruport nazzjonali ta' Malta u ċ-Ċirkewwa li ntlaqa' tajjeb ħafna f'dawn l-aħħar erba' xhur li ġie offrut.", "Fil-fatt f'dawn l-erba' xhur għamlu użu minnu madwar 2,600 passiġġier.", "Din ma kenitx lanqas l-unika inizjattiva li ħadna f'dan il-qasam għax l-aċċessibilita` lejn Għawdex kompliet titjieb taħt dan il-gvern.", "Fil-fatt mhux biss offrejna u se nerġgħu noffru skemi ridotti għall-ħlas tal-vapur għal kulmin irid jitla' Għawdex f'ħinijiet partikolari u fil-maġġor parti tal-ħinijiet tax-xogħol matul is-sena, imma qegħdin inżidu wkoll vjaġġi bil-lejl.", "B'hekk komplejna nagħmlu lil Għawdex aktar aċċessibbli matul il-ħin kollu tal- ġurnata u fl-istaġuni kollha tas-sena.", "Dan lanqas huwa biżżejjed, Sur President.", "Proprju llum wara nofsinhar, il- Ministru Austin Gatt, li huwa responsabbli mill-Gozo Channel, għandu aktar x'joffri u dan se jħabbru fil-press conference li se nattendu għaliha llum wara nofsinhar.", "Dan biex ma nsemmix ukoll it-tlestija tat-terminal ta' l- Imġarr li mistenni jibda jopera hekk kif il-vapuri tal-Gozo Channel jiġu aġġustati minimament sabiex ikunu jistgħu jtellgħu lill-passiġġieri b'mod separat mill-vetturi.", "Irrid ngħid ukoll li t-turiżmu qiegħed jikseb riżultati pożittivi anke minħabba l-ħidma ta' l-awtorita` Maltija għat- turiżmu, li anke fejn jidħol Għawdex ħadet ħsieb li tirreklama u tħajjar aktar turisti jżuru lil gżiritna.", "Ma qgħadniex biss fuq l-inizjattivi, għalkemm tajbin, ta' l-awtorita` Maltija tat-turiżmu, imma bħala gvern ħdimna sabiex insaħħu wkoll it-turiżmu domestiku, jiġifieri t-turiżmu minn Malta.", "U għall-ewwel darba rrikonoxxejna bil-fatti dan is-settur importanti u ħdimna fuq strateġija ta' reklamar u inċentivi sabiex insaħħu dan l- aspett tat-turiżmu fi gżiritna.", "Sur President, imbarkajna fuq strateġija ta' reklamar, mhux biss permezz ta' billboards apposta li waqqafna f'toroq arterjali f'Malta imma anke permezz ta' pubblikazzjoni kull xahar li titqassam bieb bieb f'Malta, bil- għan li tikxef aktar is-sbuħija naturali, kulturali u anke soċjali ta' Għawdex.", "Dawn ir-riżultati li ksibna qiegħed iħosshom kulħadd.", "Fl-istss ħin bdejna naraw b'mod regolari żjajjar minn cruiseliners, fejn minkejja li m'humiex ta' l-istess kobor daqs dawk li jidħlu fil-Port il-Kbir, xorta waħda qegħdin iġibu magħhom numru ta' high end toursts b'mod regolari f'Għawdex.", "Imma xorta waħda għadna m'aħniex kuntenti.", "Minkejja li din is- sena s'issa daħlu cruiseliners ta' daqsijiet differenti f'Għawdex u minkejja li fl-aħħar erba' snin, it-total ta' cruiseliners kien ta' 31 meta mqabbel ma' tnejn biss li daħlu bejn l-1997 u l-1998, - naħseb li hemmhekk kienet il-one-off li semma l-Onor.", "Anton Refalo - aħna nemmnu li din it-tip ta' industrija tiflaħ tkun aktar b'saħħitha minn hekk.", "Għalhekk dan il- gvern qiegħed jalloka fondi sostanzjali sabiex 'il barra mill-port tax- Xlendi jsiru l-faċilitajiet meħtieġa ħalli anke Għawdex jibqa' jgawdi minn din it-tip ta' industrija b'mod aktar regolari u b'mod strutturat wkoll.", "Dan ikun ifisser aktar flus u ġid għal Għawdex.", "Sur President, lit-turist trid tħajru jiġi f'pajjiżna.", "Trid tagħmilhielu aktar faċli sabiex jiġi f'pajjiżna.", "Fl-istess ħin trid imbagħad tagħtih dak il-prodott li jkun qiegħed jistenna, jekk mhux ukoll tagħtih aktar minn dak li jkun qiegħed jistenna.", "Għalhekk aħna nvestejna b'mod qawwi fil-prodott turistiku ta' Għawdex, bi prodott li jvarjaw mit-toroq, li dwarhom nitkellem aktar tard, imma anke bi prodott li jaffettwa l-esperjenza tal- viżitatur f'pajjiżna.", "Dan għax ħdimna mill-qrib mal-GTA, ma' l- assoċjazzjoni tat-turiżmu għal Għawdex u mal-Gozo Business Chamber.", "Jiena minn hawnhekk irrid insellmilhom għall-ġid kbir li jagħmlu lil Għawdex.", "U dan għaliex aħna gvern li jikkonsulta u gvern li jagħti widen lis- soċjeta` ċivili.", "Aħna dħalna għal inizjattivi partikolari u dawn l- inizjattivi għamlu d-differenza.", "Identifikajna dawk l-oqsma li ridna naħdmu fuqhom b'mod dirett u tajna widen lin-nies ta' l-industrija u ħdimna b'mod iffokat fuq attrazzjonijiet ewlenin għal Għawdex.", "Ridna ngħinu lill- lukandiera u lill-istabbilimenti kollha tal-catering u ta' l-akkomodazzjoni sabiex l-istaġjonalita` ta' Għawdex tiġi riflessa fit-tnaqqis ta' 25% tal- liċenzji li dawn qegħdin iħallsu fis-sena.", "Bnejna u wasalna fl-aħħar fażijiet tat-tkomplija ta' ċentru ġdid għat- taħriġ, li qegħdin nirriferu għalih bħala t-training hotel fil-Qala, li se jindirizza l-kwalita` tas-servizz tal-ħaddiema li jaħdmu fil-qasam turistiku.", "Ħdimna b'mod iffokat fuq il-qasam tad-diving, u rrid ngħid li llum qegħdin ingawdu għall-ewwel sena minn meta wettaqna l-proġett li jħares lejn dan il-qasam minn kull naħa.", "Illum verament nistgħu naraw id- differenza u l-kontribut li l-proġett tan-niche tourism tad-diving, b'investiment ta' €1,400,000, kellu fuq Għawdex.", "Biss biss irrid ngħid li minn post li kien meqjus bħala l-aħħar wieħed fil-preferenzi ta' l-għaddasa li kienu jiġu Għawdex sabiex jgħoddsu, illum ix-Xatt l-Aħmar huwa meqjus bħala t-tieni l-aktar preferut wara d-Dwejra bħala post fejn jgħoddsu l- għaddasa.", "Marbut ma' dan il-proġett kellna komponent li donnha l-oppożizzjoni lilu biss tara.", "Forsi ssemmi lilu għax s'issa għadna m'aħniex qegħdin nieħdu r- riżultati pożittivi daqs kemm ħadna mill-elementi l-oħra ta' l-istess proġett.", "Irrid ngħid li d-decompression chamber li stallajna fl-isptar ġenerali ta' Għawdex s'issa għadha m'hijiex qiegħda tiffunzjona.", "Madankollu dan mhux minħabba d-dħaħen ta' l-inċineratur, kif għal xi żmien damu jgħidu ta' l-oppożizzjoni, imma minħabba n-nuqqas ta' tabib li jmexxi din it- taqsima.", "Nerġa' nikkonferma għal darba, tnejn tlieta li aħna diġa` ħarriġna lill-istaff u tajnieh l-opportunitajiet ta' taħriġ li kien hemm bżonn.", "Pero` fin-nuqqas ta' tabib kellna nerġgħu noħorġu sejħa għar-reklutaġġ ta' tabib, u fil-preżent jinsab għaddej dan il-proċess sabiex jintgħażel it- tabib li jkun jista' jmexxi din it-taqsima.", "Dan ifisser li fil-qrib anke d- decompression chamber tkun tista' tkun ta' suċċess.", "Sur President, ħsibna wkoll sabiex tissaħħaħ il-pożizzjoni ta' Għawdex bħala attrazzjoni kulturali.", "Fuq dan l-aspett, il-gvern tal-lum, f'dawn l- aħħar snin ħadem sabiex mhux biss itejjeb il-preżentazzjoni ta' uħud mis- siti storiċi tagħna, imma beda b'mod maħsub it-triq sabiex verament lil gżiritna nfasslulha kalendarju kulturali li minnu nnifsu jservi ta' attrazzjoni turistika.", "Irrid ngħid li fl-aħħar snin investejna ħin, enerġija u fondi b'risq iċ-Ċittadella u t-tempji tal-Ġgantija.", "B'hekk dawn iż-żewġ ġojjelli tagħna nkomplu nħarsuhom.", "Dwar dan ta' l-aħħar irrid nirringrazzja lill-aġenzija nazzjonali Heritage Malta li kkumplementat il- ħidma tal-ministeru għal Għawdex, fejn wara li wettaqna studju tridimensjonali għat-tempji u rrestawrajna ħajt li kien iġġarraf, issoktat bil-programm ta' ħidma f'dan is-sit imprezzabbli permezz ta' sensiela ta' inizjattivi.", "Fost dawn l-inizjattivi kien hemm il-bdil ta' diversi ħitan, landscaping u l-bini riċenti ta' temporary visitors centre li mistenni jinbidel f'ċentru permanenti permezz ta' fondi mill-Unjoni Ewropea sas-sena 2013.", "Tajjeb li ngħid li Heritage Malta qiegħda tagħmel biċċa xogħol tajba, u kif imħabbar f'dan il-budget, se tkompli bil-proġett tagħha ta' konservazzjoni tal-Ġgantija u fl-inħawi tal-madwar sabiex nagħmlu mix-Xagħra ċentru turistiku nazzjonali marbut mal-preistorja ta' Malta u Għawdex.", "Fiċ- Ċittadella l-ministeru ta' Għawdex wettaq diversi inizjattivi ta' restawr, fosthom fis-swar minn naħa ta' barra, ħitan tas-sejjieħ mis-swar 'il ġewwa, restawr tar-Ravelin u tal-Polverista.", "Barra minn hekk, akkwistajna wkoll fondi addizzjonali mill-Unjoni Ewropea sabiex infasslu master plan dwar l- immaniġġjar u l-konservazzjoni tas-sit.", "U kif ħabbar ukoll il-prim ministru f'dan il-budget, aħna se nkomplu ninvestu fi proġett mill-aktar ambizzjuż, dak tar-restawr tas-swar f'Malta u f'Għawdex, li minnu se tgawdi wkoll iċ-Ċittadella.", "Sur President, ma nistax nitkellem fuq iċ-Ċittadella u ma nsemmix il- proġett tal-mużew ta' l-arkeoloġija, fejn illum, għall-ewwel darba f'pajjiżna, għandna eżebiti l-fdalijiet imprezzabbli tal-Brockdorff Circle wara li dawn inżammew għal snin twal magħluqa f'kaxxa f'Malta.", "Illum erġajna ġibna lura f'Għawdex dawn il-fdalijiet li għandhom aktar minn 5,000 sena ta' storja.", "Investejna wkoll f'vetrini state of the art sabiex b'hekk dawn il-fdalijiet jistgħu jitgawdew mill-pubbliku, b'mod partikolari minn dawk li jħobbu l-istorja u l-kultura ta' pajjiżna.", "Ladarba qiegħda nsemmi l- mużew ta' l-arkeoloġija, ma nistax ma nsemmix ukoll il-proposta li qiegħed jagħmel il-gvern f'dan il-budget, dik li 'il quddiem inwaqqfu mużew ta' l- arti moderna u kontemporanja f'Għawdex.", "Ċertament li din se tkun attrazzjoni turistika oħra, pero` se tkun ukoll apprezzament xieraq lejn ix-xogħol mill-aktar ta' valur li diversi artisti għamlu u qegħdin jagħmlu f'Għawdex f'dawn iż-żmenijiet li fihom qegħdin ngħixu.", "U dan għaliex aħna, bħala pajjiż, għandna x'noffru lill-viżitatur f'dik li hija storja u kultura.", "Aħna nemmnu li Għawdex għandu vantaġġ fejn jidħol dan il-qasam.", "Bħalissa qegħdin inkomplu bl-immodernizzar ta' l- istess mużew ta' l-arkeoloġija u qegħdin naħdmu fuq master plan sħiħ għaċ- Ċittadella.", "F'dan il-budget qegħdin nipproponu aktar ħidma f'dan il-qasam sabiex tassew nisfruttaw il-potenzjal ta' Għawdex.", "Marbuta ma' l-istorja u l-kultura ma nistax ma nsemmix l-attivitajiet kulturali.", "Hawnhekk irrid ngħid li qatt daqs din is-sena ma kellna daqstant attivitajiet kulturali għaddejjin f'Għawdex li servew sabiex aktar Maltin u barranin jiġu jżuru lil gżiritna, b'mod partikolari fix-xhur li m'humiex tas-sajf.", "Minbarra attivitajiet organizzati minna bħala ministeru, bħalma kienu Lejlet Lapsi u n-Notte Gozitana, li organizzajniehom flimkien mal- ministeru tat-turiżmu u kultura, kellna wkoll għadd ta' inizjattivi oħra mtellgħin mill-kunsilli lokali, mill-għaqdiet volontarji u anke minn organizzazzjonijiet oħrajn.", "Rekord ieħor?", "Mela le!", "Dan huwa rekord ieħor għax dan il-gvern għaraf il-potenzjal ta' din in-niċċa turistika, u mis- sena li għaddiet ivvota Lm40,000 għal skema ġdida li tinċentiva l- organizzazzjoni ta' attivitajiet kulturali.", "Din l-iskema qegħdin nerġgħu noffruha, u fil-ġranet li ġejjin se nniedu s-sejħa għall-attivitajiet għas- sena 2008.", "Sur President, irrid infakkar ukoll li f'dan il-qasam, fil-budget tas-sena li għaddiet, il-gvern iddeċieda li jeżenta mill-VAT l-attivitajiet kulturali li jsiru minn għaqdiet kulturali oħrajn.", "Anke din il-miżura li ttieħdet fuq bażi nazzjonali kienet ta' benefiċċju għal dan il-qasam f'Għawdex.", "Marbut ma' dan kollu se jkolli nsemmi rekord ieħor, dak tal- kumpannija Gozo Channel, fejn matul din is-sena ġarret rekord ta' passiġġieri u vetturi kull xahar minn Jannar sa Settembru.", "Fil-fatt diġa` ġarret 790,000 vettura u aktar minn 3,000,000 passiġġier, rekords mhux biss meta tqabbilhom ma' l-istess xhur tas-sena li għaddiet jew ma' dawk tas- sena ta' qabel, imma rekords ukoll meta tqabbilhom mas-snin kollha preċedenti.", "Ladarba qiegħda nsemmi rekord ta' passiġġieri ma nistax ma nsemmix ukoll ir-record ta' turisti li qagħdu f'Għawdex, jiġifieri turisti Maltin u barranin li qattgħu lejl jew aktar ġewwa Għawdex.", "Fl-ewwel seba' xhur ta' din is-sena - bejn Jannar u Lulju – stajna naraw l- akbar numru ta' turisti mhux biss fuq is-sena l-oħra imma anke fuq il-ħames snin li għaddew.", "F'Għawdex ġew 14% aktar turisti meta mqabbla ma' l-istess seba' xhur ta' l-2003, li wasslu għal żieda ta' 5% fl-iljieli f'Għawdex.", "Dan minkejja li bejn Għawdex u Malta m'għandniex is-servizz ta' l-ajru li kellna fl-2003.", "Ir-riżultat fit-turiżmu huwa wieħed pożittiv, u is- suċċessi fl-industrija turistika qegħdin ngħiduhom mhux aħna biss imma, aktar minn hekk, qegħdin jgħiduhom ukoll il-lukandiera, tar-ristoranti u dawk kollha li b'xi mod jew ieħor imissu b'mod dirett jew indirett ma' dan il-qasam.", "Il-prodott turistiku Għawdxi verament tjieb fl-aħħar snin.", "Għad jiġi żmien li l-poplu jibda jagħmel użu mit-terminal il-ġdid tal-port ta' l- Imġarr li diġa` mid-dehra esterjuri tiegħu jidher li huwa terminal li jagħmel ġieh lil Għawdex.", "Madankollu aħna m'aħniex se nieqfu hemm, u se nkomplu ntejbu wkoll id-dehra ta' l-ewwel art li jsib it-turist hekk kif jasal Għawdex.", "U din id-darba se nagħmluh permezz ta' proġett li jagħti aktar ħajja lill-inħawi Taż-Żewwieqa u tal-port l-antik ta' l-Imġarr.", "Sur President, matul l-aħħar sena ħdimna wkoll fuq dan il-proġett sabiex illum qegħdin niffinalizzaw it-tenders meħtieġa ħalli x-xogħlijiet meħtieġa fuq dan il-proġett ikunu jistgħu jibdew matul is-sena li ġejja.", "Ladarba semmejt il-proġett Taż-Żewwieqa ma nistax ma nsemmix ukoll il-proġett tal- Villa Rundle, il-ġnien pubbliku tagħna f'Għawdex.", "Hawnhekk fl-aħħar sena ħdimna bis-sħiħ u akkwistajna l-permessi meħtieġa mill-MEPA.", "Il-pjanti tagħna ġew ukoll ippubblikati sabiex fil-bidu tas-sena li ġejja nkunu nistgħu noħorġu t-tenders meħtieġa.", "Irrid ngħid li b'dawn iż-żewġ proġetti se nkunu qegħdin ninvestu aktar minn Lm5 miljuni, u dan qegħdin nagħmluh għall-ġid tal-prodott turistiku ta' Għawdex.", "Pero` lanqas se nieqfu hemm u fil-fatt qegħdin nipproponu li Għawdex jibda jibbenefika b'mod aktar tanġibbli mis-suq tat-turiżmu marbut mal-konferenzi, u dan billi ngħinu liż- żewġ teatri tagħna fil-Belt Victoria.", "Din hija l-politika tal-gvern immexxi mill-partit Nazzjonalista.", "Dawn huma r-riżultati tanġibbli ta' politika li żżomm lil Għawdex fiċ-ċentru tagħha u mhux fil-periferija.", "Mhux ta' b'xejn li l-gazzetta \"The Sunday Times\" ta' l-Ingilterra qieset lil Għawdex ma' l-ewwel 100 destinazzjoni turistika għal dan is-sajf.", "L-investiment tal-gvern f'dan il-qasam qiegħed jirrendi aktar turisti fil-lukandi, ristoranti, guest houses, farmhouses, supermarkets, ħwienet tal-ħwejjeġ u tas-souvenirs, attrazzjonijiet u tant servizzi oħra li noffru minn pajjiżna.", "Mat-turiżmu jiekol kulħadd, u r- riżultati pożittivi li kellna fix-xhur kollha ta' din is-sena, u li mistennija jissoktaw matul il-bqija tax-xhur ta' din is-sena, urew biċ-ċar kemm din l-industrija hija importanti u kemm dan il-gvern qiegħed verament jindirizza l-isfidi ewlenin ta' Għawdex u ta' Malta.", "Jekk insemmi l-isfidi ta' pajjiżna ma nistax ma nirriferix għall-qasam ta' l-ambjent, qasam li mhux biss huwa importanti għall-ekonomija tagħna u għall-kwalita` tal-ħajja tagħna imma huwa wkoll qasam li f'dawn l-aħħar snin ra investiment qawwi min-naħa tal-gvern.", "Biżżejjed insemmi l-miljuni ta' liri li ndirizzajna b'mod dirett lejn it-titjib ta' l-ambjent marittimu, b'mod partikolari permezz tal-proġett ta' l-impjant għat- trattament tad-drenaġġ flimkien mal-masterplan tad-drenaġġ.", "Dalgħodu saret riferenza għal dan il-proġett mid-deputat tan-naħa l-oħra tal-Kamra.", "Imma possibbli li fuq investiment daqstant tajjeb naraw kif nipprovaw inċappsuh u nitfgħu fuqu t-tajn?", "Mhux biżżejjed li kien hemm min qal li xi kuntrattur partikolari Għawdxi ħa l-kuntratt fuq dan il-proġett għax huwa ħabib tiegħi personali jew inkella ħabib ta' l-Onor.", "Jesmond Mugliett.", "Issa ħalliha li mbagħad mhux biss instab li dan l-individwu ma qalx il-verita`, imma talli min tefa' dawn l-akkużi lanqas kien kapaċi jissostanzjahom u għadu sal- ġurnata tal-lum ma telax quddiem il-kumitat għall-kontijiet pubbliċi!", "Sur President, dan il-proġett huwa mill-aktar importanti għal Għawdex u permezz ta' l-impjant tal-master plan tad-drenaġġ, aħna se nkomplu ntejbu l- gżira Għawdxija.", "Se nkunu qegħdin ukoll nagħlqu l-outflow ta' San Blass u eventwalment anke dak ta' Wied il-Mielaħ.", "Dan se jkun ifisser li l-prodott turistiku tagħna jkun jista' jibbenefika għax se nkunu nerġgħu nistgħu nagħtu lura dawn iż-żewġ bajjiet sbieħ għat-tgawdija tal-pubbliku.", "Dalgħodu ssemma' wkoll l-għeluq tal-miżbla tal-Qortin u r-riabilitazzjoni tagħha.", "Dan l-aħħar jiena u l-Ministru Pulliċino żorna l-miżbla u ħabbarna l-ewwel disinn tal-park ta' rikreazzjoni li se nagħmlu hemmhekk.", "Allura dan m'huwiex tajjeb?", "L-Onor.", "Anton Refalo qalilna li qed nippreżentaw biċċa pjanta.", "B'dan il-kliem ried qisu jmaqdar dan il-proġett imma mbagħad, fl- istess nifs, qalilna li nisperaw li din il-pjanta nwettquha, u allura fl- istess ħin faħħarha wkoll.", "Aħna jimpurtana mill-ambjent u rrid ngħid ukoll li qegħdin ninvestu €300,000 fid-Dwejra.", "Investejna wkoll eluf ta' liri fil-ġenerazzjoni ta' l- enerġija alternattiva li aħna għamilna fiċ-ċentru amministrattiv ta' Għawdex.", "Għalhekk aħna wkoll qegħdin inħabbru miżura ġdida f'dan il-budget, b'investiment ta' Lm0.25 miljun, f'investimenti ġodda ta' afforestazzjoni, riabilitazzjoni ta' widien u immaniġġar ta' l-ambjent.", "Irrid ngħid ukoll li fil-qasam ta' l-agrikoltura u tas-sajd għamilna titjib.", "Dalgħodu ssemmiet ukoll il-biċċerija.", "Tajjeb ngħidu li x-xogħol tal-biċċerija ma waqax lura minħabba t-traskuraġni ta' xi ħadd imma għax iċ-ċirkostanzi li ħadd ma kellu kontroll fuqhom ippermettew li jsir hekk.", "Madankollu issa għandna l-ħruġ tat-tender li ħarġet il-ġimgħa l-oħra u li mistennija tagħlaq, jekk m'iniex sejra żball, fit-18 ta' Awissu.", "Sur President, fid-diskors tiegħi semmejt l-edukazzjoni, is-saħħa, ix- xogħol, l-ambjent u t-turiżmu.", "Issa rrid ngħid ukoll xi ħaġa fuq it-toroq.", "Illum nista' niftaħar li fl-aħħar erba' snin għamilna xogħol fuq 40 triq f'Għawdex, b'tul ta' 14-il kilometru.", "Fadlilna aktar x'nagħmlu għax aħna se nkomplu bil-programm tagħna ta' bini ta' toroq f'żoni residenzjali ġodda kif ukoll ta' bini mill-ġdid ta' toroq arterjali, fosthom it-tkomplija tat- triq ta' l-Imġarr lejn ir-Rabat, it-triq tax-Xlendi u t-triq li tagħti għal Ta' Pinu.", "U jekk inħarsu lejn dawn it-toroq naraw li aħna bil-fatti tajna lil Għawdex dehra ferm aħjar milli kellna qabel.", "Jiena jiddispjaċini li min- naħa l-oħra tal-Kamra, minflok ma nisimgħu proposti konkreti jew inkella suġġerimenti li jagħmlu sens, nisimgħu biss attakk kontra dak li jipproponi l-gvern.", "Allura jkolli ngħid li l-oppożizzjoni saret wisq previdibbli.", "Dak kollu li jagħmel il-gvern għalihom huwa ħażin, u issa nista' nissoponi x'se jiġri!", "Issa jħallu ftit taż-żmien u mbagħad jibdew jikkritikaw dak kollu li għedna dalgħodu.", "Madankollu l-poplu Malti u Għawdxi jaf fejn wasalna, għandu għajnejn biex jara u għandu moħħ ukoll sabiex jevalwa u jaħseb.", "Wasalna s'hawn għax aħna bħala gvern qegħdin inħaddmu politika li tistimola lill- poplu tagħna sabiex huwa jasal aktar 'il bogħod.", "Aħna nifhmu l-isfidi ta' Għawdex u naħdmu bis-sħiħ għall-aħjar interess ta' Għawdex.", "Aħna nemmnu fil-poplu tagħna u rridu narawh jasal fejn qatt ma wasalna s'issa.", "Aħna nemmnu li l-isfidi li għandna quddiemna nistgħu ndawruhom f'opportunitajiet.", "Qegħdin nagħtu sens ta' direzzjoni lil Malta u lil Għawdex, qegħdin ninvestu f'pajjiżna, fil-ħaddiema, fil-pensjonanti, fil- familji tagħna, u qegħdin nagħmlu minn kollox sabiex indawru d-deficit ta' pajjiżna f'surplus.", "Aħna nemmnu li b'par idejn sodi nistgħu nwasslu dan il-vapur fid- destinazzjoni tagħna minkejja l-ħalel, xi kultant qawwija, li niffaċċjaw.", "Dan il-gvern qiegħed jinvesti daqs qatt qabel f'oqsma partikolari, fosthom fl-edukazzjoni, fis-saħħa, fl-ambjent u fix-xogħol.", "Dawn huma kollha oqsma li minnhom se jgawdi Għawdex bħala parti minn dan il-pajjiż sabiħ tagħna.", "Imma dan il-budget qiegħed ukoll jinvesti aktar milli investejna s'issa f'Għawdex.", "Aħna rridu nkomplu nsaħħu lil gżiritna u rridu nkomplu ntejbu l- opportunitajiet u l-potenzjal ta' din il-ġawhra.", "Irridu nkomplu nimmiraw għall-aqwa u l-aħjar għal dak li għandu x'jaqsam ma' Għawdex.", "Sur President, finalment jiena nemmen bis-sħiħ fil-poplu Għawdxi.", "Nemmen li aħna poplu bieżel u ħawtiel, poplu li kapaċi jaddatta ruħu u li kapaċi jikkompeti ma' ħaddieħor, anke fuq livell internazzjonali.", "Jiena nħares lejna bħala reġjun speċjali fl-Unjoni Ewropea, fejn għas-snin li ġejjin qegħdin inkomplu niggwadanjaw minn minimu ta' 10% tat-€855 miljun, fejn b'politika bil-għaqal jirnexxilna lkoll flimkien inkomplu nibnu fuq dak li għamilna s'issa.", "B'hekk inkomplu nkattru x-xogħol, insaħħu u ntejbu l- potenzjal ta' gżiritna, intejbu l-ambjent ta' madwarna, noffru edukazzjoni u saħħa ta' l-ogħla kwalita` u nsawru l-viżjoni ta' Għawdex 2015 ħalli Għawdex u l-Għawdxin verament ngħixu ħajja aħjar.", "Nirringrazzjak.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Grazzi.", "Skada l-ħin tad-diskussjoni fil-Kumitat ta' Provvista.", "Il-mistoqsija hija l-emenda kif imressqa u moqrija mill-Onor.", "Anton Refalo għal Vot 38?", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Din id-division tittieħed minn hawn u ħames minuti oħra skond il-mozzjoni 307 ta' l-10 ta' Ottubru, 2007.", "Billi ntalbet votazzjoni l-Kumitat ġie sospiż fin-12.30 p.m. u rriżuma ħames minuti wara.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Se nerġa' npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hija l- emenda kif imressqa u moqrija mill-Onor.", "Anton Refalo għal Vot 38.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Mario Galea.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Sur President, f'isem il-gvern se jiġu paired l-Onor.", "John Dalli, l-Onor.", "Louis Deguara u l-Onor.", "George Pullicino.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sur President, min-naħa ta' l-oppożizzjoni se jiġu paired l-Onor.", "Justyne Caruana, l-Onor.", "Charles Mangion u l-Onor.", "Alfred Sant.", "VOTAZZJONI NRU.", "208", "FAVUR : 21", "L-Onor.", "|Abela Carmelo |Dalli Helena | |Agius Chris |Farrugia | | |Michael | |Bartolo Evarist |Farrugia Noel | |Brincat Joseph |Galdes | | |Roderick | |Brincat Leo |Mizzi Joe | |Buhagiar Charles |Parnis Silvio | |Buontempo Stefan |Refalo Anton | |Cardona Chris |Sammut Joseph | |Chircop Karl |Vella George | |Coleiro Preca |Vella Karmenu | |Marie Louise | | |Cuschieri Joseph | |", "KONTRA : 31", "L-Onor.", "|Abela Anthony |Galea Censu | |Agius David |Galea Franco | |Agius Francis |Galea Louis | |Arrigo Robert |Galea Mario | |Asciak Michael |Gatt Austin | |Azzopardi |Gonzi Lawrence| |Frederick | | |Azzopardi Jason |Gonzi Michael | |Borg Tonio |Mifsud Bonnici| | |Antoine | |Cassar Joseph |Mifsud Bonnici| | |Carmelo | |Cristina Dolores |Mugliett | | |Jesmond | |D'Amato Helen |Puli Clyde | |de Marco Mario |Pullicino | | |Orlando | | |Jeffrey | |Debono Giovanna |Vassallo Edwin| |Falzon Joseph |Zammit Ninu | |Fenech Antonio |Zammit Dimech | | |Francis | |Frendo Michael | |", "L-emenda m'għaddietx.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi:", "VOT 38 - MINISTERU GĦAL GĦAWDEX", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn €49,173,080 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 38 - Ministeru għal Għawdex, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2008.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Din il-votazzjoni tittieħed immedjatament skond l- istess mozzjoni ta' proċedura, u bl-istess arranġament tal-pairing.", "VOTAZZJONI NRU.", "209", "FAVUR : 31", "L-Onor.", "|Abela Anthony |Galea Censu | |Agius David |Galea Franco | |Agius Francis |Galea Louis | |Arrigo Robert |Galea Mario | |Asciak Michael |Gatt Austin | |Azzopardi |Gonzi Lawrence | |Frederick | | |Azzopardi Jason|Gonzi Michael | |Borg Tonio |Mifsud Bonnici | | |Antoine | |Cassar Joseph |Mifsud Bonnici | | |Carmelo | |Cristina |Mugliett Jesmond| |Dolores | | |D'Amato Helen |Puli Clyde | |de Marco Mario |Pullicino | | |Orlando Jeffrey | |Debono Giovanna|Vassallo Edwin | |Falzon Joseph |Zammit Ninu | |Fenech Antonio |Zammit Dimech | | |Francis | |Frendo Michael | |", "KONTRA : 21", "L-Onor.", "|Abela Carmelo |Dalli Helena | |Agius Chris |Farrugia Michael| |Bartolo Evarist|Farrugia Noel | |Brincat Joseph |Galdes Roderick | |Brincat Leo |Mizzi Joe | |Buhagiar |Parnis Silvio | |Charles | | |Buontempo |Refalo Anton | |Stefan | | |Cardona Chris |Sammut Joseph | |Chircop Karl |Vella George | |Coleiro Preca |Vella Karmenu | |Marie Louise | | |Cuschieri | | |Joseph | |", "Ir-Riżoluzzjoni taħt Vot 38 għaddiet.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi:", "VOT VIII - MINISTERU GĦAL GĦAWDEX", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn €10,145,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot VIII – Ministeru għal Għawdex, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2008.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt Vot VIII għaddiet.", "Fis-12.38 p.m. il-Kamra rriżumiet u l-Viċi President tal-Kumitati rrapporta li r-Riżoluzzjonijiet taħt Voti 38 u VIII tal-Ministeru għal Għawdex ġew approvati mill-Kumitat ta' Provvista.", "MR SPEAKER: Ngħaddu għat-tieni item fuq l-aġenda.", "Il-Ministru ta' l- Affarijiet Barranin.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IR-RATIFIKA TA' PATTIJIET BEJN MALTA U", "L-ISTATI UNITI TA' L-AMERIKA FUQ", "L-IMBARKAZZJONI TA' BASTIMENTI", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Sur President, nipproponi t-Tielet Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jirratifika pattijiet bejn Malta u l-Istati Uniti ta' l-Amerika fuq l-Imbarkazzjoni ta' Bastimenti\".", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "MICHAEL ASCIAK: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Se npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jirratifika pattijiet bejn Malta u l-Istati Uniti ta' l- Amerika li jipprovdu għall-imbarkar fuq bastimenti li dwarhom ikun hemm suspett ta' proliferazzjoni fuq il-baħar ta' armi ta' qirda massiċċa jew ta' traffiku illegali ta' mediċinali narkotiċi jew ta' sustanzi psikotropiċi\" jinqara t-Tielet Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Il-mozzjoni għaddiet u l-Abbozz ta' Liġi nqara t-Tielet Darba u għadda.", "MR SPEAKER: Sar il-ħin.", "Il-Viċi Prim Ministru, jekk jogħġbu, iressaq l- Aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "TONIO BORG: Sur President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tlieta, 30 ta' Ottubru 2007, fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:-", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Kumitat ta' Provvista - Estimi Ġenerali 2008", "It-Tmien Jum", "Voti tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it- Tlieta, 30 ta' Ottubru 2007, fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill- Viċi Prim Ministru.", "Fis-12.39 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEGBA BIL-MIKTUB", "XOGĦOL TA' RESTAWR", "28147.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' l-Ministru jgħid liema xogħol ta' restawr sar fuq is- swar matul l-2006 u 2007?", "X'kien il-valur ta' dan ix-xogħol?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninsab infurmat li matul is-sena 2006, saru xogħlijiet ta' restawr fuq is-Sur ta' Santa Barbara l-Belt, Westreme Battery il- Mellieħa u s-Swar tal-Birgu fuq in-naħa tal-foss.", "Ix-xogħlijiet saru kollha mill-ħaddiema tat-Taqsima tar-Restawr u huwa stmat illi komplessivament ġew investiti madwar Lm70,000.", "Matul is-sena 2007 tkomplew ix-xogħlijiet ta' restawr fuq is-Sur ta' Santa Barbara l-Belt, u s-swar tal-Birgu fuq in-naħa tal-foss.", "Dawn ix- xogħlijiet saru mill-ħaddiema tat-Taqsima tar-Restawr u s'issa ntefqu madwar Lm50,000.", "Saru wkoll xogħlijiet ta' manutenzjoni fuq il-mina ta' Sant'Anna ta' l-Isla u s-Sur ta' San Ġakbu l-Birgu.", "Dawn ix-xogħlijiet li saru bid-direct labour huma stmati li swew Lm3,500.", "Matul is-snin 2006 u 2007, saru xogħlijiet biex jiġu dokumentati s-Swar tal- Couvre Porte u tal-Kavallier u Bastjun ta' San Ġwann fil-Birgu, kif ukoll il-Kavallier ta' San Ġwann, is-Swar ta' Sant' Andrija u ta' San Mikiel fil- Belt bi preparazzjoni għal tenders għal xogħlijiet fuq dawn is-siti.", "Dawn l-istudji saru mill-ħaddiema tal-Photogrammetry Section fi ħdan it-Taqsima tar-Restawr.", "MELLIEĦA - SERQ TA' KAROZZI", "28508.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' karozzi li nsterqu fil-Mellieħa matul l-ewwel disa' xhur tas-sena 2007?", "Jista' jinfurmani bl-istess dettall għas-snin kollha abbażi ta' l-aħħar ħames snin sena b'sena?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant huwa kif jidher hawn taħt:- |200|200|200|200|200|200| |2 |3 |4 |5 |6 |7* | |14 |10 |16 |11 |9 |4 |", "*Jannar - Settembru", "BUĠIBBA - SERQ MINN DJAR", "28509.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet minn djar privati li saru f'Buġibba matul l-ewwel 9 xhur tas- sena 2007?", "Jista' jinfurmani bl-istess dettalji għall-aħħar 5 snin sena b'sena?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant huwa kif jidher hawn taħt:-", "|2002 |200|200|200|200|200| | |3 |4 |5 |6 |7* | |14 |7 |6 |16 |14 |12 |", "*Jannar - Settembru", "QAWRA - SERQ TA' KAROZZI", "28510.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' karozzi li nsterqu fil-Qawra matul l-ewwel disa' xhur tas-sena 2007?", "Jista' jinfurmani bl-istess dettall għas-snin kollha abbażi ta' l-aħħar ħames snin sena b'sena?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant huwa kif jidher hawn taħt:-", "|200|200|200|200|200|200| |2 |3 |4 |5 |6 |7* | |28 |19 |17 |21 |18 |8 |", "*Jannar - Settembru", "XEMXIJA - SERQ MINN DJAR", "28511.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet minn djar privati li saru fix-Xemxija matul l-ewwel 9 xhur tas- sena 2007?", "Jista' jinfurmani bl-istess dettalji għall-aħħar 5 snin sena b'sena?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant huwa kif jidher hawn taħt:-", "|200|200|200|200|200|200| |2 |3 |4 |5 |6 |7* | |11 |5 |9 |8 |7 |9 |", "*Jannar - Settembru", "BUGIBBA - SERQ TA' KAROZZI", "28512.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' karozzi li nsterqu f'Bugibba matul l-ewwel disa' xhur tas-sena 2007?", "Jista' jinfurmani bl-istess dettall għas-snin kollha abbażi ta' l-aħħar ħames snin sena b'sena?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant huwa kif jidher hawn taħt:-", "|200|200|200|200|200|200| |2 |3 |4 |5 |6 |7* | |13 |21 |14 |12 |5 |7 |", "*Jannar - Settembru", "MANIKATA - SERQ MINN DJAR", "28513.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet minn djar privati li saru fil-Manikata matul l-ewwel 9 xhur tas- sena 2007?", "Jista' jinfurmani bl-istess dettalji għall-aħħar 5 snin sena b'sena?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant huwa kif jidher hawn taħt:-", "|200|200|200|200|200|200| |2 |3 |4 |5 |6 |7* | |1 |0 |0 |0 |2 |0 |", "*Jannar - Settembru", "KAZI TA' SERQ", "28542.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid mill-bidu ta' din is-sena sal-aħħar ta' Settembru, 2007 x'każi ta' serq u ksur tal-liġi oħra ġew rrappurtati f'dawn il-lokalitajiet: Mellieħa, San Pawl il-Baħar, n- Naxxar, San Ġiljan, Pembroke, Sliema u l-Gżira?", "ONOR.", "TONIO BORG: It-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant huwa kif jidher fit-tabella li tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni fis- seduta waqt il-ħin tat-tqegħid ta' karti."]} {"filename": "20070611_535d_par.doc", "date": "2007-06-11", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Uffiċjali u Rivedut) L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 535 It-Tnejn, 11 ta' Ġunju , 2007 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 535", "It-Tnejn, 11 ta' Ġunju, 2007", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.02 p.m.", "Talba", "Seduta Nru. 535", "It-Tnejn, 11 ta' Ġunju, 2007", "WERREJ", "MINUTI 572", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 572", "TQEGĦID TA' KARTI 581", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IL-MEDIĊINI (It-Tieni Qari)", "MEDICINES ACT (AMENDMENT) BILL(Second Reading) 581", "AĠĠORNAMENT 602", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 608", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB 612", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 534 li saret fis-6 ta' Ġunju, 2007 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "SURVEY ON INCOME AND LIVING CONDITIONS", "25991.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Marie Louise Coleiro Preca) staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar il-lokalitajiet li minnhom ġejjin id-59,315 persuni indikati, permezz tas-survey on income and living conditions 2005, li qed jgħixu taħt is-60% tal-median equivalised income u għaldaqstant taħt il-poverty line?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (Segretarju Parlamentari) (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: It-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant ma jistax jingħata għax l-istatistika mitluba tinġabar fuq bażi nazzjonali u mhux lokali.", "GĦAJNUNA MILL-UNJONI EWROPEA", "26345.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Marie Louise Coleiro Preca) staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: X'inhuma l-kriterji stabbiliti li fuqhom jintgħażlu dawk il-persuni li jingħataw l-għajnuna mibgħuta mill-EU, permezz ta' l-għoti ta' għaġin, ross, ħalib, eċċ.?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent): L-ewwelnett min jikkwalifika jkun irid jiġbor formola apposta mill- uffiċċju distrettwali ta' l-għajnuna soċjali.", "Id-distribuzzjoni ssir fuq dawn il-kriterji:", "Persuni li m'għandhomx possibbiltà li jmantnu lilhom infushom jew li qegħdin taħt livell ta' għajxien bażiku;", "Persuni li jgħixu f'istituzzjonijiet mhux governattivi bħal orfanatrofji, kenn ta' emerġenza, eċċ; u", "Persuni li jirċievu għajnuna ta' sigurtà soċjali mhux kontributorja, inkluża dik ta' qgħad, diżabbiltà u benefiċċji mediċi.", "Fi ftit kliem, ir-regolament ta' l-Unjoni Ewropea 3149/92, jitkellem dwar provvista ta' ikel lil min hu l-aktar fil-bżonn.", "Il-kriterji ġew stabbiliti wara konsultazzjoni mal-ministeru tal-familja u solidarjetà soċjali u l-għaqdiet volontarji bħala linji gwida għall-kappillani u l- għaqdiet tal-karità.", "Fil-fatt it-tqassim ta' l-ikel isir mill-parroċċi u mill-għaqdiet tal-karità, fosthom il-Moviment Azzjoni Soċjali, YMCA u ARKA.", "MR SPEAKER: (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jista' s-segretarju parlamentari jgħidli jekk il-ministru jinsabx imsiefer fuq xogħol tal-gvern?", "Jekk le, għaliex m'huwiex preżenti fil-Kamra?", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Għandi nassumi li l-ministru dalwaqt ikun qiegħed hawn.", "TAXXA FUQ TRASFERIMENT TA' PROPRJETA`", "26393.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Marie Louise Coleiro Preca) staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Jaf il-prim ministru li t-taxxa fuq trasferiment ta' proprjeta` ġejja minn wirt fuq nisa miżżewġin u li ma jaħdmux qed tkun indirizzata lill-irġiel tagħhom?", "Ma jidhirlux li din il- proċedura hija waħda diskriminatorja abbażi ta' sess?", "Ma jidhirlux li din il-proċedura m'hijiex konformi mal-prinċipju tal-liġi, fis-sens li proprjeta` li ġejja minn wirt hija meqjusa bħala parafernali u mhux parti mill-komunjoni ta' l-akkwisti u għaldaqstant, il-parti l-oħra fiż-żwieġ m'għandhiex għalfejn tkun involuta anke mil-lat ta' taxxa?", "X'se jsir min- naħa tad-dipartiment biex din il-proċedura tinbidel?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant illi taħt il-liġi ta' l-income tax, koppja miżżewġa li jgħixu flimkien huma meqjusa bħala taxpayer wieħed u jiġu ntaxxati flimkien fuq return waħda.", "Kull dħul li jkollhom, kemm jekk flimkien jew individwalment, huwa ntaxxat b'dik ir-return.", "Il-koppja għandha d-dritt tagħżel min minnhom jitqies bħala l-konjuġi responsabbli għall-finijiet ta' taxxa u għalhekk m'hemm l-ebda diskriminazzjoni.", "NEFQA FUQ SAFAR UFFIĊJALI", "25382.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joe Debono Grech) staqsa lill- Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Kemm kienet in-nefqa fuq safar, inklużi spejjeż ta' lukandi, flights u subsistence allowance fil-ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħt ir- responsabbilta' tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 separatament xahar b'xahar?", "Min kienu l-uffiċjali separatament?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni): Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.", "SAFAR UFFIĊJALI - LUKANDI", "25383.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joe Debono Grech) staqsa lill- Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Ta' kemm stilel kienu l-lukandi li marru fihom l-uffiċjali mill-ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta` tiegħu matul x-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007, safra b'safra separatament?", "Min kienu dawn l-uffiċjali?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.", "KAROZZI ENVIRONMENTAL FRIENDLY", "25384.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joe Debono Grech) staqsa lill- Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid jekk inxtrawx karozzi li ma jużawx diesel, petrol jew lrp sabiex jaħdmu u li fl- istess ħin huma aktar environmental friendly fil-ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar jew Marzu 2007?", "F'każ li fl-affermattiv, kemm kienet in-nefqa separatament u xahar b'xahar?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO (Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent): Fil- perjodu msemmi ma nxtrat ebda karozza mill-ministeru tiegħi u mill-entijiet li responsabbli minnhom jien.", "NEFQA FUQ SAFAR UFFIĊJALI", "25385.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joe Debono Grech) staqsa lill- Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Kemm kienet in-nefqa fuq safar, inklużi spejjeż ta' lukandi, flights u subsistence allowance fil- ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta` tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 separatament xahar b'xahar?", "Min kienu l-uffiċjali separatament?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: In-nefqa fuq safar, inklużi spejjeż ta' lukandi, flights u subsistence allowance fil-ministeru u l-entijiet li jaqgħu taħti kienu hekk:", "|Jannar 2007 |Lm 20,976.21| | Frar 2007 |Lm 26,823.29| | Marzu 2007 |Lm 21,360.68|", "Peress li fil-biċċa l-kbira tiegħu dan is-safar kien fuq xogħol konness ma' l-Unjoni Ewropea, total ta' Lm21,868.51 se jkunu rifużi mill-Kummissjoni Ewropea.", "Lista ta' l-uffiċjali involuti qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "SAFAR UFFIĊJALI – LUKANDI", "25386.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joe Debono Grech) staqsa lill- Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Ta' kemm stilel kienu l- lukandi li marru fihom l-uffiċjali mill-ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta` tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007, safra b'safra separatament?", "Min kienu dawn l-uffiċjali?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.", "Niġbed l-attenzjoni ta' l-Onor.", "Interpellant li The Public Service Management Code tistabbilixxi żewġ kategoriji għal-lukandi, jiġifieri Superior I u Superior II.", "KAROZZI ENVIRONMENT- FRIENDLY", "25387.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joe Debono Grech) staqsa lill- Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-ministru jgħid jekk inxtrawx karozzi li ma jużawx diesel, petrol jew lrp sabiex jaħdmu u li fl- istess ħin huma aktar environment-friendly fil-ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta` tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar jew Marzu 2007?", "F'każ li fl-affermattiv, kemm kienet in-nefqa separatament u xahar b'xahar?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT (Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq): Ma nxtrat l-ebda karozza tat-tip indikat mill-Onor.", "Interpellant mill-ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta` tiegħi matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: F'mistoqsijiet preċedenti lill-ministru kont ġbidtlu l- attenzjoni li l-kumpannija li ħadet il-kuntratti tat-toroq, li tinsab fl- istess uffiċċju ma' kumpannija oħra, ma ħaditx ir-returns tagħha lill-MFSA.", "Jista' l-Ministru jikkonferma jekk dan huwiex korrett jew le?", "MR SPEAKER: Niġbed l-attenzjoni li din il-mistoqsija m'għandhiex x'taqsam ma' dik oriġinali u għaldaqstant sta għall-ministru jekk jirrispondix jew le.", "Il-Ministru Mugliett.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Mr Speaker, jidhirli li mhux sew li nitkellem dwar kumpannija li m'għandha x'taqsam xejn ma' l-operat tiegħi jew tal-gvern.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Fil-fatt jiena kont semmejt żewġ kumpanniji - waħda minnhom hija Sant & Mugliett - u għedt li dawn ma ressqux id-dokumenti dwar il-finanzi tagħhom lill-MFSA.", "Allura jidhirli li l-mistoqsija li qed nagħmel għandha x'taqsam ma' dik oriġinali peress li din il-kumpannija tinsab fl-istess uffiċċju ma' kumpannija oħra li għandha kollox l-istess bħalha, inkluż l-impjegati.", "UFFIĊJALI INTITOLATI GĦALL-GAZZETTI", "25444.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Chris Agius) staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Min huma n-nies fil- private staff u d-dekasteru tiegħu intitolati għall-gazzetti kuljum?", "Kemm kienet in-nefqa fuq xiri ta' gazzetti matul is-sena 2006?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern): It-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant hu kif jidher fit- tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.", "UFFIĊJALI INTITOLATI GĦALL-GAZZETTI", "25445.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Chris Agius) staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Min huma n-nies fil-private staff u d-dekasteru tiegħu intitolati għall-gazzetti kuljum?", "Kemm kienet in-nefqa fuq xiri ta' gazzetti matul is-sena 2006?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi): It-tagħrif dwar xiri ta' ġurnali se jitpoġġa fuq il-mejda tal- Kamra.", "UFFIĊJALI INTITOLATI GĦALL-GAZZETTI", "25446.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Chirs Agius) staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Min huma n-nies fil-private staff u d-dekasteru tiegħu intitolati għall-gazzetti kuljum?", "Kemm kienet in-nefqa fuq xiri ta' gazzetti matul is-sena 2006?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Barranin): It- tqassim tal-gazzetti m'huwiex regolat mill-Public Service Management Code jew minn ċirkularijiet tal-gvern.", "Hija fid-diskrezzjoni tal-ministeru min jirċievi settijiet ta' gazzetti.", "Prinċipalment dan isir fuq bażi li kull direttorat fil-ministeru jkollu sett gazzetti għal matul il-ġranet tax- xogħol tal-ġimgħa sabiex kull membru fid-direttorat tal-ministeru jżomm ruħu aġġornat f'dak li hu għaddej.", "Din il-prassi tintuża wkoll fl- ambaxxati.", "Dan in vista tal-fatt ukoll li l-informazzjoni f'waqtha hija ta' importanza kbira għall-ħidma tal-ministeru.", "L-ispiża totali, inkluża dik ta' l-ambaxxati, għall-2006 kienet ta' Lm12,709.68.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jista' s-segretarju parlamentari jgħid jekk il-ministru huwiex imsiefer fuq xogħol tal-gvern?", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Iva, il-ministru jinsab imsiefer.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Min qiegħed acting minfloku?", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Il-Ministru Ċensu Galea.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jista' l-Ministru jagħti xi informazzjoni dwar l-aħħar taħdidiet li kellhom isiru mat-Tuneżija?", "MR SPEAKER: Il-Ministru Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għall-Kompetittivita` u Komunikazzjoni): Ili mill-bieraħ nirrappreżenta lill-Ministru Frendo u f'dawn il-jumejn ma kellix diskussjonijiet mat-Tuneżini.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Allura lanqas il-Kabinett ma jiġi informat meta l- ministru jkollu dan it-tip ta' laqgħat mat-Tuneżija?", "Jekk din l- informazzjoni lanqas jafha l-ministru li qiegħed jirrappreżenta lill- Ministru Frendo, kif jista' jkun jafha l-poplu?", "MR SPEAKER: Niġbidlek l-attenzjoni li din il-mistoqsija m'hijiex relatata mal-mistoqsija oriġinali.", "Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Ħalli nkunu ċari daqs il-kristall.", "Din m'hijiex kwestjoni ta' jekk irridux nirrispondu jew le.", "Jekk l-Onor.", "Mizzi jrid jagħmel mistoqsija, jagħmilha bil-miktub u jingħata tweġiba tlett ijiem oħra.", "Dan ma jfissirx li l-gvern ma jridx jagħti tweġiba.", "Il-gvern irid jagħti tweġiba, pero` l-Onor.", "Mizzi jrid jagħmel il-mistoqsija skond ir-regolamenti tal-Kamra.", "Mill-bqija, dwar jekk il-mistoqsija hijiex relatata mal-mistoqsija oriġinali jew le, irridu noqogħdu għar-ruling ta' l-iSpeaker.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jekk skond l-iStanding Orders sta għall-ministru jekk jirrispondix mistoqsija supplimentari jew le, mhux bilfors li l-ewwel trid issir il-mistoqsija biex jara jekk tkunx relatata ma' dik oriġinali?", "MR SPEAKER: L-istanding orders ma jgħidu xejn fuq dan il-punt.", "Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, nitolbu jsibli r-regolament li jgħid dak li qed jgħid hu.", "Jekk mistoqsija supplimentari m'hijiex relatata mal- mistoqsija oriġinali, hija out of order.", "Nirrepeti li jew se nsegwu r- regoli tal-Kamra, u nsegwuhom f'kollox, jew inkella nġibu ruħna b'mod raġonevoli.", "Pero` f'kollox irridu nkunu raġonevoli, mhux fejn jaqbel lil din in-naħa mod, u fejn jaqbel lin-naħa l-oħra mod ieħor!", "Barra minn hekk, nirrepeti li l-fatt illi s-Sedja tagħti ruling u tgħid li l-mistoqsija m'hijiex relatata mal-mistoqsija oriġinali, ma jfissirx li l- gvern ma jridx iwieġeb.", "Dan huwa tgħawwiġ ta' l-affarijiet.", "Dan ifisser biss li l-Onor.", "Membru kulma jrid jagħmel hu li jaqbad pinna u biċċa karta, jagħmel il-mistoqsija bil-miktub u niggarantilu li jingħata risposta fi żmien tlett ijiem, skond ir-regolamenti tal-Kamra.", "MR SPEAKER: Dawk huma r-regolamenti, wara kollox.", "L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jiena naf li, skond ir-regolamenti, wara tlett ijiem jiġu mwieġba, imma jiena għamilt mistoqsijiet li ili xi erba' xhur niġri warajhom biex ningħata risposta.", "Kull darba jgħiduli li se ningħata risposta l-ġimgħa ta' wara u bqajt bla risposta.", "Imbagħad minn fuq, jgħidli li m'iniex nimxi skond l-iStanding Orders!", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Onor. Mizzi, ma noħolqux dibattitu.", "UFFIĊJALI INTITOLATI GĦALL-GAZZETTI", "25447.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Chris Agius) staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Min huma n-nies fil-private staff u d-dekasteru tiegħu ntitolati għall-gazzetti kuljum?", "Kemm kienet in-nefqa fuq xiri ta' gazzetti matul is-sena 2006?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (Ministru għat-Turiżmu u Kultura): In-nefqa fuq xiri ta' gazzetti matul l-2006 kienet ta' Lm3,876.74.", "L-uffiċjali ntitolati għall-gazzetti kuljum huma kif ġej:", "Chairman, Chief Executive Officer, Direttur Communications - Awtorita' tat- Turiżmu.", "Ministru, Segretarju Permanenti, Segretarju Privat, Assistent Segretarju Privat, Communications Coordinator - Ministeru għat-Turiżmu u Kultura; Is- Sovrintendent tal-Patrimonju Kulturali.", "Entitajiet oħra bħad-dipartiment tat-turiżmu, Heritage Malta, t-Teatru Manoel, Dar il-Mediterran għall-Konferenzi u l-Orkestra Nazzjonali m'għandhomx uffiċjal wieħed partikolari intitolat għall-gazzetti iżda tinxtara kopja tal-gazzetti biex jinżammu aġġornati dwar dak li jirrigwardhom.", "UFFIĊJALI INTITOLATI GĦALL-GAZZETTI", "25448.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Chris Agius) staqsa lill-Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni: Min huma n-nies fil-private staff u d-dekasteru tiegħu ntitolati għall-gazzetti kuljum?", "Kemm kienet in-nefqa fuq xiri ta' gazzetti matul is-sena 2006?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jista' l-Ministru jgħidli jekk hijiex għaddejja xi nkjesta bil-pulizija dwar l-għoti ta' liċenzji ta' l-opri tal-baħar?", "MR SPEAKER: Onorevoli, din m'hijiex relatata mal-mistoqsija oriġinali u għalhekk hija out of order.", "Naturalment qabel ma ssir id-domanda, is-Sedja ma tkunx taf jekk hux se tkun supplimentari jew le, allura bilfors trid tagħti ċ-ċans li dak li jkun jagħmilha.", "Imma din m'hijiex supplimentari.", "Ladarba inti taf li m'għandekx tagħmel mistoqsija supplimentari li ma tkunx relatata, għandek tikkontrolla ftit is-sitwazzjoni tiegħek.", "L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Ladarba l-iStanding Orders jgħidu li sta għall-Ministru jekk jirrispondix jew le, mhux bilfors irrid nagħmillu d-domanda biex imbagħad jiddeċiedi hu?", "L-iStanding Orders hekk jgħidu!", "MR SPEAKER: Onor. Mizzi, l-iStanding Orders ma jgħidux hekk.", "(Interruzzjonijiet) Ippermettili ftit.", "F'dawn l-aħħar żewġ seduti jew tlieta għamilniha ċara biżżejjed din il-ħaġa u m'għandux għalfejn ikun hemm repetizzjoni tad-diskors li sar.", "On a point of order, l-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Il-point of order hu li suppost nibdew fis-6.00 p.m. u llum bdejna fis-6.02 p.m.!", "(Għajjat)", "MR SPEAKER: Inżommu daqsxejn serjeta' jekk jogħġobkom!", "On a point of order, l-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: X'ħin suppost tibda s-seduta skond l-iStanding Orders?", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom!", "(Interruzzjonijiet) Ngħaddu għall- mistoqsija li jmiss.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Qajjimt point of order, Mr Speaker, u trid tagħti ruling dwaru!", "MR SPEAKER: Onor. Mizzi, jien sejjaħtlek biex tagħmel il-mistoqsija li jmiss.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Fi x'ħin tibda s-seduta, Mr Speaker?", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Nitlobkom iżżommu s-serjeta' f'din il-Kamra.", "Issa qed nitlob lill-Onor.", "Mizzi biex jagħmel il-mistoqsija li jmiss.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, inti l-aħħar darba għedtli li fuq point of order tagħti ruling meta jkun min-naħa tal-gvern.", "Allura jekk il-point of order ikun min-naħa ta' l-Oppożizzjoni ma tagħtix ruling?", "MR SPEAKER: Ir-ruling tajtu drabi oħra, Onorevoli.", "Dak ir-ruling li tajt stands.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mela għandi raġun għax hekk kien ir-ruling.", "UFFIĊJALI INTITOLATI GĦALL-GAZZETTI", "25449.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Chris Agius) staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Min huma n-nies fil-private staff u d- dekasteru tiegħu ntitolati għall-gazzetti kuljum?", "Kemm kienet in-nefqa fuq xiri ta' gazzetti matul is-sena 2006?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura): Il-ministeru għar-riżorsi u infrastruttura nefaq is-somma ta' Lm3,834.19 fuq xiri ta' gazzetti matul l-2006.", "F'dan il-ministeru l-prassi hi li minbarra l- ministru, jirċievu kopja tal-gazzetti wkoll il-Kap fis-segretarjat privat fil-ministeru; A/Segretarju Privat tal-Ministru; Segretarju Permanenti; Diretturi Ġenerali; Diretturi; Assistant Direttur, Dipartiment għas- Servizzi tat-Tindif; u Ko-ordinatur Eżekuttiv għall-Proġetti ta' Rijabilitazzjoni.", "AKKOMODAZZJONI SOĊJALI", "25953.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Stefan Buontempo) staqsa lill- Ministru għall-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru tara li ssir spezzjoni mill-ħaddiema tad-dipartiment għall-akkomodazzjoni Soċjali fil-fond f'Hal Għaxaq, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, peress li hu ċkejken wisq biex fih jgħixu sitt persuni?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita') (f'isem il-Ministru għall-Familja u Solidarjeta' Soċjali): L-ispezzjoni li rrifera għaliha l-Onor.", "Interpellant mistennija ssir fil-futur qrib.", "AKKOMODAZZJONI SOĊJALI", "25954.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Stefan Buontempo) staqsa lill- Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru tgħid jekk il-persuna minn Ħaż-Żabbar, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, għandhiex applikazzjoni quddiem id-dipartiment għall- akkomodazzjoni soċjali?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (f'isem il-Ministru għall-Familja u Solidarjeta' Soċjali): It-tweġiba hi fin-negattiv.", "AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA", "25956.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Stefan Buontempo) staqsa lill- Ministru għall-Familja u Solidarjeta' Soċjali: X'inhi r-raġuni li anzjana minn Bormla, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, qatt ma ġiet provduta post alternattiv mid-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali peress li l-post li tgħix fih huwa kkundannat?", "Tista' l-Ministru tgħid meta saret l-aħħar spezzjoni mill-ħaddiema tad-dipartiment u tpoġġi fuq il- mejda tal-Kamra r-rapport tal-housing inspectors?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (f'isem il-Ministru għall-Familja u Solidarjeta' Soċjali): Il-persuna ndikata mill-Onor.", "Interpellant saritilha offerta li tinstabilha kirja privata sussidjata temporanja sakemm jinstab post alternattiv addattat f'waħda miż-żewġ lokalitajiet kif mitlub mill- applikanti.", "Għalkemm hi ma xtaqietx taċċetta din l-offerta, id-dipartiment ikkonvinċiha li dan hu l-aktar pass għaqli fiċ-ċirkostanzi.", "AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA", "25957.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Stefan Buontempo) staqsa lill- Ministru għall-Familja u Solidarjeta' Soċjali: X'possibilita' hemm li xebba omm minn Raħal Ġdid, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, tbiddel il-post fejn toqgħod flimkien ma' bintha ta' 15-il sena, ma' post ieħor tal-gvern?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (f'isem il-Ministru għall-Familja u Solidarjeta' Soċjali): L-applikazzjoni tal-persuna ndikata mill-Onor.", "Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' oħrajn simili.", "UFFIĊĊJU KONĠUNT - FOND", "25985.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Stefan Buontempo) staqsa lill- Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-fond li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament u li jinsab f'Bormla għadux ta' l-uffiċċju konġunt jew le?", "Jekk m'għadux, qatt kien ta' l-Uffiċċju Konġunt?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern): Ma jirriżultax li l-fond in kwestjoni qatt kien ta' l-uffiċċju konġunt.", "MSIDA - TOROQ", "25986.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Stefan Buontempo) staqsa lill- Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Meta se jsiru t-toroq fl-Imsida li kienu msemmija fil-programm \"Bini ta' toroq residenzjali 2006-2008\", liema programm inħareġ mill-ministeru għall-iżvilupp urban u t-toroq fl-2006?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: It-toroq ta' l-Imsida li qegħdin fil-programm imsemmi se jitlestew sa l-aħħar tas-sena 2008.", "POLITIKA NAZZJONALI TAŻ-ŻGĦAŻAGĦ", "26403.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: B'riferenza għall- mistoqsija parlamentari 25766, jista' l-Ministru jagħti informazzjoni u fatti konkreti dwar kif il-politika nazzjonali taż-żgħażagħ qed titwettaq f'kull ħidma tal-gvern fid-diversi oqsma?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi): F'dan l-istadju m'għandi xejn x'inzid mat-tweġiba oriġinali.", "WIED IL-GĦAJN - TRIQ IL-BUTTUNIERA", "26404.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 25769 dwar Triq il-Buttuniera ġewwa Wied il-Għajn?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għal mistoqsija parlamentari 25769.", "SKEJJEL TA' L-ISTAT - ASSENTEIŻMU", "26434.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 26249 dwar assenteiżmu fl-iskejjel primarji u sekondarji ta' l-Istat?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Peress li t-tagħrif mitlub għadu qed jiġi verifikat, tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "FOOTBALL NURSERIES - ABBUŻI", "26453.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-kummissarju tal-pulizija hux qed jinvestiga dak li qed jiġi allegat fil-gazzetta \"The Malta Independent on Sunday\" bid-data 27 ta' Mejju li hemm korruzzjoni sħiħa fil-football nurseries, inkluż ħlas ta' somma flus lill-coaches biex players żgħażagħ jilagħbu fit-team, issir vjolenza fiżika u anke xiri?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern): Billi l-artikolu msemmi fih diversi assunzjonijiet ġeneriċi, il- pulizija m'hijiex f'pożizzjoni li tibda investigazzjoni fuq dak li hemm.", "FOOTBALL NURSERIES - ABBUŻI", "26455.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru għall-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru titlob lill-kummissarju għat-tfal biex tinvestiga dak li ġie allegat dwar każijiet serji ta' abbuż fiżiku u morali fuq it-tfal fil-football nurseries kif rrappurtat f'\"The Malta Independent on Sunday\" tas-27 ta' Mejju?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (f'isem il-Ministru tal-Familja u tas-Solidarjeta' Soċjali): Għaddejt it-talba ta' l-Onor.", "Interpellant lill-kummissarju għat-tfal biex tinvestiga l-allegazzjonijiet li rrifera għalihom fil- mistoqsija.", "FOOTBALL NURSERIES – ABBUŻI", "26456.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Bħala Ministru responsabbli mill-isport, jista' jinvestiga dak li \"The Malta Independent on Sunday\" tas-27 ta' Mejju, allegat dwar abbużi fuq it-tfal fil-football nurseries?", "Kemm hemm coaches f'dawn in-nurseries li b'xi mod huma mpjegati mad-diviżjoni ta' l-edukazzjoni?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Id-diviżjoni ta' l-edukazzjoni m'għandhiex informazzjoni dwar għalliema li huma wkoll coaches ta' football nurseries, pero' tlabt lid-diviżjoni taħdem mal-kunsill Malti għall-sport dwar l- allegazzjoni msemmija.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Hemm xi ground tal-boċċi fuq skala ta' livell internazzjonali fl-isports complex tal-Kottonera?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Kien sar xi diskors dwar spazju li fih seta' jsir pitch tal-boċċi ta' skala internazzjonali f'dan il-kumpless, pero' baqa' ma ġiex konkluż.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jiġifieri dan ix-xogħol ma kienx sar?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-kumpless sportiv tal-Kottonera nbena għal diversi dixxiplini.", "Waħda mid-dixxiplini li f'mument kienet qed tiġi kkunsidrata għal dan l-iskop kienet tal-logħob tal-boċċi.", "Kemm ili responsabbli direttament għall-isport jien, din il-materja ma ġietx konkluża u għaldaqstant id-diskors għad irid jerġa' jinqabad biex wieħed jara x'tip ta' direzzjoni għandu jieħu.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Allura għal xiex qed tintuża l-area li kellha tintuża għal dan il-għan?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mill-pjanti ma jirriżultax li kien hemm xi parti partikolari intenzjonata għal dan il-għan, pero' nkun irrid nagħmel verifika mal-kunsill Malti għall-isport.", "ĠNIEN GADDAFI", "26479.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Leo Brincat) staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: B'riferenza għar-risposta li ngħatat għal mistoqsija parlamentari 6516, fejn il-ministru qal li l-ministru responsabbli mill-agrikoltura u sajd għamel talba għall-assistenza biex jiġi stabbilit ġnien klassiku Għarbi, possibilment fi Ġnien Gaddafi, f'Raħal Ġdid, kif se jiġi effettwat dan il-proġett mill-estenzjoni ta' l- MCAST li ħabbar il-Prim Ministru l-bieraħ?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel il- mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "BANK ĊENTRALI - CONSULTANTS", "26484.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Leo Brincat) staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Kemm ħallas il-Bank Ċentrali ta' Malta lill-kumpannija ta' consultants li l-isem tagħha qed jintbagħat separatament, għall-istudju li sar dwar job descriptions u l-ikkategorizzar tagħhom?", "Kemm minnu ġie mplimentat?", "X'kienet ir-raġuni li żewġ uffiċjali tal-Bank allegatament marru għand din il-kumpannija ta' consultants qabel ma r-rapport ġie sottomess lill-Bank innifsu?", "L-impjegati tal-Bank se jkollhom aċċess għal dik il-parti tar-rapport li tikkonċerna l-career development tagħhom fuq bażi dipartimentali?", "Xi kriterji sejrin jibdew jiġu applikati meta jkun hemm vacancy li timtela minn ġewwa jew minn barra?", "Billi l-unions kienu ġew mwiegħeda kopja ta' dan ir-rapport fil-bidu tal-proċess, jista' jgħid jekk minn meta tlesta r- rapport għaddewx kopja lilhom?", "Il-Bank Ċentrali għandu 3 year strategic plan kif għandhom banek ċentrali oħrajn fl-Unjoni Ewropea?", "Il-bank għandu xi pjan ta' retraining għall- impjegati tiegħu?", "X'inhuma l-kriterji li fuqhom qed jiġu offruti early ritirement plans lil ċerti impjegati?", "Minn fejn jinxtraw il-biljetti ta' l-ajru konnessi ma' safar ta' diriġenti tal-bank?", "Kien hemm xi tibdil wara li spiċċa minn ministru tal-finanzi l-Onor.", "John Dalli?", "Jikkonferma li d-deputat gvernatur qed jkun involut fl-interviewing panels kollha inklużi anke xogħol sekondarju bħal cash handling trainees?", "Billi hemm diriġenti tal-bank li għandhom aċċess għall-użu ta' karozzi tal- bank, jista' jgħid jekk dawn il-company cars jistgħux jintużaw ukoll minn membri tal-familji tagħhom?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Skond l-informazzjoni mogħtija lili mill-Bank Ċentrali, il-konsulenza u x- xogħol li sar fuq job evaluation bħala parti minn eżerċizzju ta' ristrutturar tar-riżorsi umani tal-bank li wassal għal benchmarking tal- jobs fil-livelli kollha, sewa Lm35,800.", "Il-konsulenti ġew magħżula minħabba li huma rinomati internazzjonalment f'dan il-qasam, b'esperjenza twila u database mibnija fuq verifiki simili li saru f'numru ta' banek ċentrali oħrajn.", "Bħala parti mill-eżerċizzju il-bank intalab mill-konsulenti biex waqt it- tħejjija tar-rapport issir verifika minn uffiċjali tal-bank biex jiżguraw li fehmu sew l-istruttura tal-bank u t-tqassim tax-xogħol.", "Il-konsulenti kkonkludew li l-istruttura tal-bank u l-livelli tal-jobs kienu korretti.", "Għalkemm id-dettalji tar-rapport u l-metodoloġija wżata huma għodda għall- użu esklussiv tal-management tal-bank, ir-riżultati b'mod ġenerali ġew imfissra u spjegati mill-konsulenti u mill-bank lir-rappreżentanti tal- ħaddiema.", "Il-proċess ta' job evaluation skond il-metodoloġija wżata mill- konsulenti qiegħed jintuża mill-bank kull meta jkun hemm sejħa għal mili ta' vakanzi, jew għal benchmarking ta' jobs ġodda, li jinħarġu minn żmien għal żmien.", "Ir-riżultati tal-konsulenza m'għandhom l-ebda sehem dirett fil-career development.", "Fuq il-livell personali ta' l-impjegat, il-career development jiġi trattat mill-uffiċċju tar-riżorsi umani u fuq il-livell tal-bank bħala istituzzjoni jiġi trattat matul l-istrategic workshop organizzat għall- impjegati kollha kull sena.", "F'dan il-workshop kull impjegat ikollu l- opportunità li jiddiskuti l-miri tax-xogħol għas-sena sussegwenti u jkun jista' jikkontribwixxi għat-tfassil ta' strateġija biex jintlaħqu l- għanijiet futuri tal-bank.", "L-artikolu 42 tal-ftehim kollettiv tal-bank jelenka l-kundizzjonijiet ta' l- iskema għall-waqfien mix-xogħol volontarju.", "Taħt dawn il-kundizzjonijiet, il-bank, fuq inizzjattiva tiegħu, jista' jagħmel offerta lill-impjegat biex jispiċċa mill-impjieg qabel l-età ta' l-irtirar.", "Offerti bħal dawn saru mill-bank konformi ma' dan l-artikolu.", "Il-proċeduri għall-akkwist ta' prodotti u servizzi huma dokumentati fil- policies and procedures.", "Taħt dawn ir-regoli il-bank perjodikament joħroġ sejħa għall-offerti għal servizzi ta' l-ivjaġġar.", "Bħalissa l-bank jinqeda għand żewġ kumpanniji ta' l-ivjaġġar.", "L-aħħar talba għall-offerti saret sentejn ilu.", "Il-bank jikkonferma li normalment d-deputat gvernatur jippresjedi s-selection panels.", "Karozzi wżati minn uffiċjali għolja tal-bank huma klassifikati bħala cars for personal use taħt l-income tax fringe benefits u għaldaqstant dawn l- uffiċjali jħallsu t-taxxi dovuti skond ir-regoli maħruġa mid-dipartiment tat-taxxi nterni.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Tqegħid ta' Karti.", "L- Onor. Anthony Abela.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Sur President, f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi nqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Lista tal-Membri fuq il-Kummissjoni dwar l-Impjiegi nominati mill-Prim Ministru u mill-Kap ta' l-Oppożizzjoni mill-1979 sa l-2007, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru W 359.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT", "DWAR IL-MEDIĊINI", "MEDICINES ACT (AMENDMENT) BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mis-6 ta' Ġunju, 2007.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "MR SPEAKER: Rimarki.", "L-Onor.", "Michael Farrugia huwa in possession.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Sur President, illum qed niddiskutu t-tibdil fil- liġi li tirrigwarda l-mediċini.", "L-aħħar darba għamilt elenku sħiħ ta' diversi problemi li hemm f'dan il-qasam pero` naħseb li jkun tajjeb li nżid punt ieħor.", "Jinħass il-bżonn li mill-aktar fis jinbidlu ċerti regolamenti u direttivi li għandhom x'jaqsmu mar-reġistrazzjoni tal-mediċini ħalli jkun possibbli li dawn ikunu aktar disponibbli fis-suq lokali u b'hekk tiżdied il-kompetittivita`.", "Minkejja l-wegħda li kellna mill-gvern Nazzjonalista li fl-1 ta' Novembru li għadda kellhom jinbidlu r-regolamenti li jwasslu għal aktar kompetittivita` u roħs fil-mediċini, f'pajjiżna l-mediċini huma fost l-ogħla.", "Fil-fatt f'pajjiżna l-prezzijiet huma 6% ogħla mill-medja ta' kemm jinbiegħu l-mediċini fil-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea.", "Meta wieħed iqabbel il-paga medja hawn Malta ma' dik tal-pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropea jibda jirrealizza li mhux ta' b'xejn li l-familji Maltin u Għawdxin jilmentaw mill-għoli tal-prezzijiet tal-mediċini.", "Anke l-indiċi tal- prezzijiet juri kemm il-mediċini qed jogħlew b'pass mgħaġġel.", "Nixtieq nagħmel riferenza wkoll għal xi ħaġa li tkellimt fuqha nhar l- Erbgħa, jiġifieri l-inċidenti li ġraw fl-isptar il-ġdid f'Tal-Qroqq nhar it- Tnejn tal-ġimgħa li għaddiet.", "Jidher li bejn id-diversi stqarrijiet li saru u dak li fil-fatt ġara hemm qabża kbira u jien tlabt, bl-aktar mod formali, li ssir investigazzjoni minn persuni professjonali fil-qasam tal- bini fejn jagħmlu evalwazzjoni ta' x'ġara eżattament ħalli dak li ġara ma jerġax jiġri fil-futur.", "S'issa kien hemm skiet perfett dwar dan għax in- naħa tal-gvern tipprova tagħti l-impressjoni li ġraw biss affarijiet żgħar.", "Pero` għal darb'oħra nsostni li għandhom isiru l-investigazzjonijiet kollha neċessarji dwar il-ħsarat li saru u l-ispiża tagħhom u li jitqabbdu esperti li jagħmlu evalwazzjoni ċara ta' dak li ġara sabiex jiġi assigurat li inċidenti simili ma jerġgħux jiġru, aktar u aktar meta jibda jkun hemm il-pazjenti fl-isptar.", "Infakkar li l-postijiet li ġew affettwati huma postijiet sensittivi ħafna u żgur li ħadd ma jixtieq li affarijiet bħal dawn ikunu ripetuti.", "Ladarba qed insemmi din il-problema relatata ma' l-isptar naħseb li rrid insemmi xi ħaġa oħra li hija importanti.", "Kemm-il darba ngħatajna l- impressjoni li hemm numru ta' ħaddiema li mhux se jkun hemm aktar bżonnhom jew inkella mhux se jkun hemm bżonn daqstant ħaddiema anċillari fl- isptarijiet.", "Per eżempju, konna ngħatajna l-impressjoni li minħabba ċerti sistemi li nħolqu fl-isptar, issa mhux se jkun hemm aktar bżonn ta' nies jiġru minn naħa għal oħra.", "Pero` minn diversi ċirkularijiet li bdew ħerġin fl-isptarijiet jidher li dawn il-persuni anċillari se jkun hemm bżonnhom xorta waħda, u fl-istess numru jekk mhux aktar ukoll!", "Diversi ċirkularijiet li qed joħorġu juru li ċerti testijiet tad-demm ma jistgħux jintbagħtu bis- sistema tan-pneumatic system, jiġifieri permezz ta' tubi li mis-swali suppost iwasslu għal-laboratorji.", "Fost dawn it-testijiet, s'issa ssemmew il-blood gases u t-testijiet ta' l-urea and electrolytes.", "Għalhekk jidher li xorta waħda se jibqa' l-bżonn ta' numru ta' runners bejn is-swali u l- laboratorji.", "Agħar minn hekk jidher li s-sistema se tkun aktar ikkomplikata fejn jidħol id-dipartiment tal-farmaċija.", "Hemm lista twila ta' mediċini li mhux se jkunu jistgħu jintbagħtu mill-ispiżeriji għas-swali li jużaw din is- sistema.", "Fost dawn wieħed jista' jsemmi kull mediċina li hija control drug, kull mediċina li toħroġ bil-karta l-ħadra, kull tip ta' inhalers, kull mediċina li tiswa l-flus jew li wieħed jista' jkollu xi diffikulta` biex ikun jista' jixtriha, kull mediċina li hija dry powder, kull mediċina li tkun fi fliexken tal-ħġieġ jew fi ħġieġ li jinkiser malajr, u kull sistema li għandha x'taqsam ma' drips, eċċ. Jekk wieħed jara din il-lista li ma tispiċċa qatt, isib li attwalment in-pneumatic system m'hi se ssolvi l-ebda problema f'dan ir-rigward u bl-ebda mod m'hi se tnaqqas il-bżonn ta' numru ta' ħaddiema, kif il-membri tan-naħa tal-gvern kemm-il darba pprovaw jagħtu l-impressjoni.", "Dan ifisser li xorta waħda se jibqa' jkun hemm il- bżonn ta' nies jiġru fil-kuriduri bit-testijiet tad-demm, bil-mediċini, bid- drips, bl-injections u b'affarijiet oħrajn.", "Sur President, aħna konna ngħidu li rridu nkunu nafu minn qabel x'inhu l- pjan ta' migrazzjoni mhux biex sempliċement inkunu nafuh, imma biex jekk ikun hemm xi problemi dwar it-tħaddim ta' ċerti sistemi, dawn jiġu evalwati mill-ewwel u mhux nistennew sa tliet ġimgħat qabel ma jsiru l-affarijiet biex jibdew jintbagħtu ċ-ċirkularijiet u l-ittri 'l hawn u 'l hemm.", "Illum qed insibu li l-affarijiet huma differenti minn kif il-gvern kien jagħti impressjoni li huma.", "Per eżempju, nhar l-Erbgħa jien għedt li filwaqt li l- gvern dejjem kien jagħti l-impressjoni li għandna infermiera u qwiebel biżżejjed, f'daqqa waħda qegħdin nisimgħu li għandna 300 infermier inqas milli huwa meħtieġ biex ikunu jistgħu jitħaddmu l-isptar Mater Dei u l- isptar San Luqa fl-istess żmien ta' migrazzjoni u meta dan jieħu over il- qasam tar-riabilitazzjoni.", "Għax ma rridux ninsew li l-isptar Zammit Clapp se jkun qed jieħu d-dipartiment ta' l-onkoloġija min-naħa ta' l-isptar Boffa.", "Il-gvern aktar kien jinteressah li jonfoq il-miljuni fuq bini milli fuq ir-riżorsi umani neċessarji u dan huwa eżempju ta' nuqqas ta' ppjanar serju.", "Ta' min jgħid, per eżempju, li hemm numru ta' persuni li ilhom ix- xhur u s-snin jistennew biex jintbagħtu għall-ispeċjalizzazzjoni.", "Imma filwaqt li dawn tħallew jittewbu, qabdu u għażlu tlieta min-nies malajr malajr, mingħajr ma ħarġet ebda sejħa, biex jintbagħtu jispeċjalizzaw.", "Mela filwaqt li lill-oħrajn kienu jgħidulhom li m'għandhomx fondi, għal dawn in-nies instabu fondi!", "Dan m'huwiex mod serju kif jitmexxew id-dipartimenti, aktar u aktar meta se jinfetaħ sptar ġdid.", "Jidher li għandna sistema fejn l-id il-leminija ma tafx x'inhi tagħmel l-id ix-xellugija.", "Fuq naħa għandna fondazzjoni għas- servizzi mediċi li toħroġ ċerti direttivi u ordnijiet, u fuq in-naħa l-oħra għandna dipartiment tas-saħħa li ma jaqbilx ma' kif qed tmexxi din il- fondazzjoni.", "Għalhekk jidher li kollox miexi bla pjan.", "Huwa importanti ħafna li nkunu nafu 'l fejn aħna mexjin għax ma jagħmilx sens li jkollok tmexxija ġejja minn fondazzjoni għas-servizzi mediċi taħt dipartiment u minn dipartiment tas-saħħa li jaqa' direttament taħt ministeru.", "Dan il-mod ma jagħmilx sens u tinħoloq sitwazzjoni ta' diżgwid għax ma jkollniex direzzjoni waħda ċara.", "Hemm bżonn li llum qabel għada nkunu nafu eżattament min se jmexxi dan l-isptar.", "Se tmexxih il-fondazzjoni għas- servizzi mediċi bin-nies li jaqgħu taħt ir-responsabbilta` tagħha, biċ- chief executive, bil-managers u l-personnel l-ieħor kollu, jew se jmexxih id-dipartiment tas-saħħa?", "Min se jmexxi l-isptar?", "Nerġa' ngħid li ma jagħmilx sens li l-fondazzjoni għas-servizzi mediċi ma taqax taħt id-dipartiment tas-saħħa.", "Jekk hemm bżonn, l-ewwel riforma li għandha ssir għandha tkun li l-fondazzjoni għas-servizzi mediċi tibda taqa' taħt il-ministeru tas-saħħa, b'responsabbilta` u accountability lejn dan il- ministeru.", "Ma nistgħux nibqgħu mexjin kif aħna mexjin illum, għaliex din ma tissejjaħx riforma imma balbuljata.", "Hemm bżonn li l-affarijiet jitmexxew b'aktar serjeta` u bi pjan fit-tul.", "Il-pjanijiet imisshom ilhom is-snin li saru u mhux isiru illum.", "Illum wasalna fl-istadju li jsiru d- diskussjonijiet, imma jidher li għadna ma wasalniex s'hemmhekk.", "Sur President, jien nixtieq nagħmel riferenza għan-nefqa ta' l-isptar għax la se jħallas il-poplu din hija xi ħaġa ta' interess nazzjonali.", "Nibda biċ- child care centre.", "Minkejja li kien ippjanat li jkun hemm child care centre fl-isptar il-ġdid, issa ntqal li ċ-child care centre mhux se jkun parti mill-isptar.", "Dan meta kulmin huwa b'xi mod jew ieħor involut, direttament jew indirettament, jgħidlek li jagħmel aktar sens li ċ-child care centre ikun ħdejn il-post tax-xogħol u mhux ikun 'il bogħod u jingħata f'idejn il-privat.", "Ħalli nitkellem ftit fuq id-dipartiment ta' l-onkoloġija.", "Mill-istqarrijiet li saru f'dan il-parlament, kien jidher li dan kellu jkun parti mill-isptar f'Tal-Qroqq imma issa qed jingħad li dan se jkun fl-isptar Zammit Clapp, bl- equipment, bl-apparat u bil-bunkers kollha li hemm bżonn.", "Jekk nibda bil- lista ta' affarijiet li kienu jidhru li se jsiru mod u issa se jsiru mod ieħor, ma nispiċċa qatt.", "Kif ħadd min-naħa tal-gvern għadu ma ġie f'din il- Kamra u qal li l-ftehim ma' Skanska se jonqos b'tant ammont ladarba ċerti proġetti li, skond il-ftehim, kellhom isiru fl-isptar f'Tal-Qroqq, issa mhux se jsiru hemmhekk imma se jsiru f'postijiet oħrajn?", "Stqarrija bħal din ma nistennihiex mill-Ministru Louis Deguara imma nistenniha mill-Prim Ministru u mis-Segretarju Parlamentari Tonio Fenech.", "Sa ftit tal-jiem ilu s-Segretarju Parlamentari Tonio Fenech qal li l-ammont ma nbidilx; baqa' l- istess.", "Imma jien nippretendi li Skanska għandha tieħu inqas minn dak miftiehem għar-raġunijiet li qed insemmi.", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq infiq ta' flus il-poplu u għalhekk irridu nitkellmu b'mod serju.", "Ikollna ċans nitkellmu darb'oħra dwar kif intnefqu l-Lm250 miljun, dwar iż-żmien li ħa l- isptar biex inbena u dwar l-abbużi, imma naħseb li llum ikun tajjeb li naraw flus il-poplu kif qed jintnefqu.", "Kieku flus il-poplu ntnefqu aktar bil-għaqal u l-pjanijiet u l-ftehim saru bil-għaqal, konna niffrankaw il- miljuni u dawk il-flus konna ninvestuhom fir-riżorsi umani, konna noħolqu servizzi tajbin u konna naraw li l-poplu Malti u Għawdxi jingħata kwalita` ta' ħajja aħjar.", "Mhux kif qegħdin illum, biex jarak speċjalista fid- dipartiment tad-dijabete jew fid-dipartiment ta' l-uroloġija, trid tgħaddi sena.", "Nafu, Sur President, li dwar l-investigazzjonijiet ftit li xejn kellna titjib u l-waiting lists għall-operazzjonijiet baqgħu dejjem jitwalu.", "Barra minn hekk, mhux l-ewwel darba li tisma' li xi ħadd kellu jmur fid- dipartiment ta' l-emerġenza u għamel xi tmien sigħat jistenna sakemm inqeda.", "Jekk hemm bżonn issir riforma fid-dipartiment ta' l-emerġenza ħalli n-nies jistennew inqas, ejjew nagħmluha.", "Il-miljuni li setgħu ġew iffrankati minflok ma tberbqu minħabba l-ftehim ħażin li sar minn gvernijiet Nazzjonalista, setgħu ntużaw biex il-kura fil-komunita`, li hija tant essenzjali u hija l-fus ta' kull riforma tas-saħħa, tinbidel, tissaħħaħ u tibda timxi b'mod kif suppost.", "B'dan il-mod inqas pazjenti jkollhom bżonn jersqu lejn l-isptarijiet tagħna.", "B'dawk il-flus setgħu saru r-riformi neċessarji, il-bini u l-infrastruttura neċessarji ħalli iktar anzjani jkollhom fejn joqogħdu u mhux nispiċċaw b'numru ta' anzjani li jkollhom joqogħdu fl-isptar San Luqa għax il-gvern għadu ma pprovdiex sodod biżżejjed fir-residenzi għall-anzjani.", "Mhux billi l-prim ministru, b'ħafna pompa, jumejn ilu ħareġ jgħid li se jsir il-bini ta' residenza għall-anzjani fil-Mellieħa.", "Dan qed jgħaddi lin- nies biż-żmien.", "Tafu kemm ilu ġej dan il-bini?", "Iljunfanta kienet tilħaq twelled mhux iljunfant wieħed, imma xi tmien iljunfanti wara xulxin minn meta tħabbar li se jsir dan il-bini!", "L-ewwel darba li ssemma dan il-bini kien tmien snin ilu, u nhar is-Sibt li għadda poġġew l-ewwel ġebla!", "Waqt elezzjoni tal-kunsilli lokali fil-Mellieħa, hekk kif il-partit Nazzjonalist xamm telfa, waħħal billboard, inqas minn mitt metru 'l bogħod minn fejn kienu qed jivvotaw in-nies, li kien igħid li hemmhekk kien se jkun is-sit fejn se tinbena dar ta' l-anzjani.", "Dak il-billboard twaħħal ħames snin u tliet xhur ilu, Mr Speaker!", "Wara ħames snin u tliet xhur tpoġġiet l-ewwel ġebla!", "Din hija s-serjeta`.", "Din hija l-linja tat-tmexxija, u għalhekk jien insostni li dak li għandna bżonn m'huwiex sempliċement riforma fis- saħħa jew tibdil fil-mod tat-tmexxija maniġerjali fil-qasam tas-saħħa.", "Il- problema ġejja mir-ras.", "U hawn mhux qed nirriferi għall-ministru imma qed nirriferi għall-prim ministru għaliex hu għandu jara li dawn l-affarijiet isiru, u mhux jiġi jgħid li din hija wegħda oħra tal-partit Nazzjonalista li ġiet imwettqa.", "Il-gvern qiegħed l-ewwel ġebla wara tmien snin li ħabbar li se tinbena din id-dar, u wara li ħames snin u tliet xhur ilu waħħal billboard li kien jgħid li hemmhekk se tinbena dar ta' l-anzjani!", "Sur President, ir-riforma li rridu naraw fil-qasam tas-saħħa m'hijiex fil- bini, imma f'nies li għandhom viżjoni totali, viżjoni ħolistika tal-bidla kollha li hemm bżonn issir.", "Gvern Nazzjonalista m'għandux għalfejn isib skużi.", "Issa ilu hemmhekk 19-il sena, għajr għal 22 xahar ta' gvern Laburista.", "Allura llum ma jistax jgħid li għandna bżonn nibdew naħsbu kif se nsaħħu l-kura primarja f'pajjiżna.", "Bonġu!", "Min kissirha l-kura primarja f'pajjiżna?", "Min ma ħax il-passi neċessarji ħalli jara li ma jkollniex il- brain-drain ta' speċjalisti u professjonisti oħra fid-diversi oqsma konnessi mas-saħħa?", "Dawn telqu għax dan il-gvern m'għamel xejn biex iħajjarhom jibqgħu hawn.", "Ftit tas-snin ilu, dan il-gvern saħansitra qal li għandna nurses biżżejjed – anzi żżejjed - u llum jibki li għandna 300 nurse nieqsa.", "Illum wasalna f'sitwazzjoni li biex inħaddmu t-teatri għandna bżonn id-doppju ta' anaesthetic nurses u theatre nurses li għandna llum.", "Jekk minn għada jsir it-trasferiment għall-isptar f'Tal-Qroqq, insibu li għandna infermiera biex inħaddmu biss ftit iktar minn nofs it-teatri.", "Mr Speaker, fl-aħħar erba' minuti tad-diskors tiegħi se nikkonċentra fuq dak li jrid il-poplu Malti u Għawdxi.", "Il-poplu jrid jgħix ħajja aħjar billi kull riforma li ssir iżżomm fiċ-ċentru lill-individwu, lill-pazjent.", "Il- poplu jrid riforma li twassal sabiex il-pazjent verament jiġi meqjus bħala individwu u mhux bħala numru.", "Il-poplu jrid riforma li tara li l-waiting- lists jonqsu, li biex wieħed jagħmel investigazzjoni ma jkollux għalfejn jistenna sena u nofs, kif inhi s-sitwazzjoni llum.", "Il-poplu jrid riforma li permezz tagħha jkun hemm prevenzjoni ċara u testijiet li jkunu qegħdin isiru b'mod konkret, u b'mod kontinwu ħalli jitnaqqas il-mard minn pajjiżna.", "Ir-riforma trid issir ukoll fis-sens li d-dipartiment għall- protezzjoni tas-saħħa jkun verament dipartiment li jeduka lill-poplu Malti u Għawdxi kif jgħix aħjar.", "Fil-każ ta' l-edukazzjoni dwar il-prevenzjoni ma rridux nispiċċaw ngħaddu mis-sitwazzjoni li għaddejna minnha fil-każ ta' l- iscreening għall-breast cancer.", "Ħames snin ilu d-dipartiment kien qal li jixtieq idaħħal ir-riformi imma m'għandux biżżejjed nies imħarrġa.", "Tliet ġimgħat ilu smajna esponent ewlieni tal-gvern jirrepeti l-istess kliem.", "Qal li se jipprovaw jaraw kif jibagħtu nies biex jitħarrġu fuq breast screening.", "Mela biex din il-miżura tiġi implimentata għad iridu jitħarrġu n-nies.", "Allura hawn qed nitkellmu fuq xi ħames snin oħra!", "Imma kieku l- gvern għamel dak li qal ħames snin ilu, kieku llum wasalna biex nimplimentaw il-breast screening f'pajjiżna.", "Aħna qed nagħmluha ċara, Mr Speaker, li l-partit Laburista jrid jara li jkun hemm il-ġid neċessarju biex minn dan il-ġid ikunu jistgħu jiġu sostnuti l-oqsma kollha ta' welfare state f'pajjiżna.", "Irridu li fil-qasam tas-saħħa l-poplu jingħata s-servizz li jixraqlu u servizz li jkun b'xejn.", "Aħna bl-ebda mod ma rridu li titnaqqas xi ħaġa minn dak li l-poplu diġa` għandu, anzi rridu li l-poplu Malti u Għawdxi jasal biex ikollu servizz aħjar ħalli jkun jista' jgħix kwalita` ta' ħajja aħjar.", "Aħna nemmnu li jekk ikollna poplu b'saħħtu jkollna pajjiż b'saħħtu, u pajjiż b'saħħtu fl-aħħar mill-aħħar ikun jista' jiġġenera l-ġid u jkompli jsostni l-welfare state.", "Aħna nemmnu li l-welfare state jrid jissaħħaħ f'pajjiżna għax nemmnu li l- poplu Malti ħaqqu l-aħjar.", "U l-poplu Malti u Għawdxi se jkun qiegħed jingħata l-aħjar mhux għax hi l-ambizzjoni tiegħu, imma għax verament jixraqlu l-aħjar servizzi tas-saħħa u servizzi soċjali u edukattivi oħrajn.", "Aħna bħala pajjiż irridu nkunu minn ta' quddiem f'dan il-qasam.", "Irridu naraw kif anke meta nqabblu lil pajjiżna ma' pajjiżi oħrajn ta' l-Unjoni Ewropea, inkunu fost l-aqwa pajjiżi avvanzati ta' l-Unjoni Ewropea.", "U għad fadlilna x'naqdfu biex inlaħħqu magħhom, imma rridu nkunu ambizzjużi biżżejjed li jkollna targets ċari ta' fejn irridu mmorru.", "Imbagħad irridu nkunu nafu kif se naslu u nagħmlu l-preparamenti kollha li hemm bżonn biex naslu għal dak il-punt.", "Aħna ma rridux niġu f'sitwazzjoni fejn meta naslu biex inkunu wettaqna xi ħaġa nsibu li m'għamilniex il-preparamenti neċessarji, jew għax ma ngħatajniex il-pariri neċessarji jew inkella għax ħallejna f'idejn ħaddieħor.", "Sur President, gvern Laburista jagħmilha ċara li jrid futur aħjar għall- poplu Malti u Għawdxi.", "U l-futur aħjar għall-poplu Malti u Għawdxi joħroġ ċar mill-pjanijiet tal-partit Laburista li, kif ħabbar il-mexxej tal-partit Laburista, se jiġu ppubblikati f'Lulju li ġej.", "Dawn il-pjanijiet huma l- futur ta' pajjiżna u l-futur aħjar li ħaqqu l-poplu Malti u Għawdxi.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Silvio Parnis.", "ONOR.", "SILVIO PARNIS: Sur President, meta nitkellmu dwar is-saħħa ngħidu li din għandha titpoġġa dejjem fl-ewwel post fuq l-aġenda.", "Meta wieħed iħares lura, jara kemm il-partit Laburista f'dan il-qasam għandu passat glorjuż.", "Jien mhux qed ngħid li dak kollu li għamilna fil-passat kien mija fil-mija tajjeb, għax naħseb li kulmin ikun qed jagħmel xi ħaġa huwa soġġett għall- iżbalji u għan-nuqqasijiet.", "Pero` meta wieħed jara r-riformi kbar li għamel il-partit Laburista fil-qasam tas-saħħa, naħseb li jsib li għamilna passi glorjużi.", "Kien il-partit Laburista li għamel il-qasam tas-saħħa b'xejn, għalkemm jien xorta nibqa' nemmen li s-servizzi tas-saħħa għandhom jingħataw b'xejn lil kulħadd imma bi prijorita` għal dawk li għandhom l-inqas dħul.", "Jien nemmen li l-partit Laburista dejjem ħadem f'dan il-qasam tas-saħħa u tajjeb li hawnhekk insellmu lin-nies li ħadmu qabilna, bħat-Tabib Hyzler u t-Tabib Vincent Moran.", "Barra dawn, fis-sena u tmien xhur li għamilna fil-gvern l- Onor. Michael Farrugia ħadem tassew biex tajna prijorita` lill-qasam tas- saħħa.", "Dan għaliex is-saħħa hija l-aktar ħaġa importanti li għandu l- bniedem.", "Mr Speaker, meta nitkellmu fuq dan is-suġġett inħoss li għandna nirringrazzjaw lil kulmin jagħti servizz fil-qasam tas-saħħa bħat-tobba, paramediċi, nurses, health assistants, eċċ. Nafu li m'hijiex ħaġa faċli li taħdem mal-marid.", "Jien m'iniex se nitkellem dwar il-ftuħ ta' l-isptar il- ġdid, imma ngħid biss li bħala oppożizzjoni kostruttiva hija x-xewqa tiegħi li l-isptar il-ġdid jinfetaħ mingħajr ebda difetti.", "Jien mhux qed ngħid li fil-bidla mill-isptar San Luqa għall-isptar Mater Dei l-affarijiet se jkunu mexjin tajjeb mija fil-mija.", "Ovvjament meta ssir bidla bilfors ikun hemm xi ftit ta' l-iskossi.", "Madankollu nittama li ma jkunx hemm żbalji kruċjali li jagħmlu għajb lid-dipartiment u lill-qasam tas-saħħa f'pajjiżna.", "Jien mhux se noqgħod nitkellem dwar dak li ġara u dwar iż-żmien twil li ħa dan l- isptar biex jinfetaħ.", "Naħseb li l-poplu għandu jiġġudika hu dwar id- dewmien ta' 17-il sena.", "Jien diġa` naf x'se jgħidu tan-naħa l-oħra.", "Dawn se jgħidu li aħna l-ewwel konna kontra u mbagħad kabbarna l-isptar.", "Imma dwar dan inħallu f'idejn il-poplu biex jiġġudika.", "Huwa normali li f'bini ġdid jidħol xi ftit ilma, imma li jidħol l-ilma u jinqala' l-madum hija xi ħaġa differenti.", "Jien ma neħux pjaċir b'dawn l-affarijiet, għax wara kollox dawn il-flus ikunu ħarġu mill-but tal-poplu, mit-taxxi tal-poplu u frott tat-tbatija tal-poplu.", "Sur President, aħna niftaħru kemm naqas id-dejn nazzjonali f'pajjiżna pero` jien nistaqsi lill-poplu u lill-ħaddiem x'iggwadanja mit-tnaqqis f'dan id- dejn.", "Lill-poplu nistaqsih: Inti kemm ħriġt mill-but?", "Kemm qed tbati u kemm qed tħallas surcharge, taxxi u VAT?", "F'dawn l-20 sena li ilu jmexxi l- partit Nazzjonalista, inti kemm rajt rettezza fit-tmexxija tal-finanzi tal- pajjiż?", "Inti tħoss li kienu mmexxijin kif suppost il-finanzi tal-pajjiż?", "Kien hemm ħela żejda?", "Jiena nobgħod niġġudika jew inġiegħel lin-nies jiġġudikaw, imma llum il-poplu jaf jaqra u jikteb.", "Aħna nidħlu fid-djar tan- nies u dawn jitkellmu magħna, jistaqsuna dwar il-proposti tagħna, jgħidulna fiex indejquhom, x'jogħġobhom fina u x'idejjaqhom fil-partit Nazzjonalista.", "Irrid ngħid li issa li qorbot l-elezzjoni jien se mmur b'wiċċi minn quddiem għand in-nies.", "L-ewwelnett jien m'iniex se naqa' fl-iżball li jaqa' fih ħaddieħor, li għax tkun ġejja l-elezzjoni jibda jdur id-djar u jibgħat il-karti.", "Dawn huma affarijiet li ili nagħmilhom minn kemm ilni fil- parlament.", "Il-bieb ma nħabbtux illum għax ġejja l-elezzjoni imma ħabbattu matul il-ħames snin li għaddew.", "Jien mhux illum, għax ġejja l-elezzjoni, qed ikolli kuntatt man-nies imma dejjem u għalhekk inħalli f'idejn il-poplu biex jiġġudika.", "Aħna għandna l-kuxjenza safja u nadifa li qed nagħtu l-aħjar li nistgħu lill-poplu tagħna.", "Jien nawgura li meta jinfetaħ l-isptar il-ġdid, dan ikun sptar li jagħti servizz.", "Ma neħux pjaċir jekk ma jingħatax servizz tajjeb lill-poplu tagħna għax il-poplu tagħna ħallas il-miljuni għal dan l-isptar.", "Dan ma ħallsux il-gvern Nazzjonalista jew il-partit Nazzjonalista.", "Dan ħallsu l-poplu kollu, nazzjonalist u laburist, u l-poplu tagħna bid-dritt għandu jippretendi li jkollu servizz ta' kwalita`.", "Wara kollox fuq dan il- proġett ma ntnefqux xi Lm50,000, imma ntnefqu miljuni sħaħ.", "Kien ippjanat li jintnefqu tant miljuni u dik is-somma rdoppjat.", "Sur President, kemm aħna u kemm tan-naħa l-oħra jiltaqgħu ma' nies li qed jistennew li jsejħulhom għal xi operazzjoni li għandhom bżonn, fosthom tal- katarretti u ta' l-irkobba.", "Għal dawn l-operazzjonijiet hemm waiting-lists enormi.", "Issa hemm nies fuq il-waiting-list li għandhom 80 sena u sakemm ikunu qed jistennew biex jagħmlu l-operazzjoni ta' l-irkobba jilħqu jmutu.", "Dawn huma affarijiet li niltaqa' magħhom; ġieli jiġu nies għandi biex nipprova ngħinhom u hekk nagħmel.", "Imma mbagħad ikun hemm każi fejn in-nies jilħqu jmutu sakemm jaslu għall-operazzjoni ta' l-irkobba jew tal- katarretti.", "Għax li jkollok waiting-list ta' 'l fuq minn 4,000 biex jagħmlu operazzjoni tal-katarretti hija xi ħaġa li wieħed irid jaħseb dwarha.", "X'se nagħmlu dwar din il-problema?", "Jien nifhem li professur ma jistax jagħmel 50 operazzjoni tal-katarretti kuljum, imma allura rrridu naraw x'se nagħmlu.", "Hekk ukoll irridu naraw x'jista' jsir dwar it-tobba taċ-ċentri tas-saħħa li lkoll niltaqgħu magħhom u nitkellmu magħhom, u jgħidulna li fiċ-ċentri m'hemmx tobba biżżejjed.", "Dawn huma affarijiet li rridu niddiskutuhom u nippjanaw dwarhom għax, kif għedt fil-bidu, is-saħħa tiġi l-ewwel u qabel kollox.", "Dan l-aħħar kont qed insegwi l-elezzjonijiet li saru f'Dublin u rajt kemm taw importanza lill-qasam tas-saħħa f'pajjiżhom.", "Fil-fatt fil-kampanja elettorali li għamlu l-partiti, dawn wegħdu aktar sodod fl-isptarijiet u insurance għal min ma jaħdimx meta jasal f'ċerta eta`.", "Aħna wkoll irridu naraw x'nistgħu nagħmlu bħala pajjiż sabiex nagħtu lill-poplu tagħna l- aħjar li jista' jkollu.", "Sur President, il-partit Laburista, kemm mill- oppożizzjoni kif ukoll meta kien fil-gvern, għamel l-aħjar li seta' fil- qasam tas-saħħa.", "Jien dak iż-żmien ma kontx f'dan il-parlament imma niftakar miżura li kienet daħlet u li jien naqbel magħha, dik tal-ħlas ta' 50ċ għall-mediċini.", "Ta' min jgħid li din jaqblu magħha anke nies li politikament ma jaqblux mal-partit Laburista.", "Issa veru li b'din il-miżura xorta ma konniex se naslu biex insolvu l-problema li teżisti f'dan il- qasam, imma forsi konna nsolvu parti żgħira minnha.", "Jiena naħseb li f'dan il-parlament dak li huwa tajjeb għandna nsostnuh.", "Nerġa' ngħid, jien nawgura li l-isptar il-ġdid ikun sptar li jagħti l-aħjar servizz liċ-ċittadini tagħna.", "Hawnhekk qed nipprova nkun kostruttiv u nittama li meta nkunu fil-gvern aħna u nkunu qegħdin nagħmlu xi miżuri, ma nsibux tfixkil min-naħa l-oħra.", "Meta daħħalna l-miżura tal-50ċ fuq il- mediċini, tan-naħa l-oħra kienu għajruna li aħna partit bla kuxjenza soċjali.", "Issa lill-poplu nistaqsuh: Konna qegħdin nagħmlu tajjeb?", "Jiena nemmen li dik kienet miżata tajba biex innaqqsu l-abbuż.", "U jiena kontra l- abbuż.", "Hemm nies li jieħdu l-pilloli mill-isptar jew miċ-ċentri tas-saħħa u ma jużawhomx.", "Per eżempju, din il-ġimgħa mietet mara u bintha qaltli li għandha kważi nofs kartuna ħalib minn dak li jingħata lil dawk li ma jkunux qegħdin jieklu.", "Jiena għedtilha biex iċċempel iċ-ċentru tas-saħħa u tagħtihulhom lura, allavolja l-probabilita' tkun li dawn ma jaċċettawhx.", "Issa jiena ma nafx kif ma jaċċettawx affarijiet li jittieħdu lura meta dawn ikunu għadhom magħluqin.", "Hemm bżonn naraw kif innaqqsu l-ħela u l-abbuż.", "Irridu nipprovaw ngħallmu lin-nies tagħna li l-flus flok ma jintnefqu f'din il-ħela, nistgħu nużawhom aħjar billi nipprovdu tipi ta' mediċini oħrajn.", "Bħalissa qed niftakar f'nies li t-tobba jordnawlhom il-Fosimax kontra l- uġigħ fid-dahar.", "Għal erbgħa minn dawn il-pilloli trid tħallas Lm19 u tuża waħda fil-ġimgħa.", "Mr Speaker, dan kollu qed ngħidu għaliex jiena nemmen li aħna għandna nkunu oppożizzjoni kostruttiva.", "U nippretendi li meta aħna nkunu fil-gvern, tan- naħa l-oħra jingħaqdu magħna biex naħdmu ħalli nagħtu l-aħjar li jixraq lill-poplu tagħna.", "Aħna qegħdin f'dan il-parlament għal ftit taż-żmien; ma ġejniex għal għomorna, u għalhekk nixtieq li sakemm qegħdin f'dan il- parlament inkunu qegħdin nagħtu l-aħjar li nistgħu lill-poplu tagħna.", "Jien nemmen li meta nkunu aħna fil-gvern irridu naħdmu dwar il-kartuna ta' schedule five u dawk li jkunu se jibdew jużawha għall-ewwel darba.", "Din forsi tieħu xi ftit taż-żmien, pero` wieħed irid jassigura li jgawdu minn dawn il-benefiċċji dawk in-nies li forsi l-inqas li jifilħu jħallsu.", "Aħna ma rridux li min jista' jħallas jibbenefika mill-kartuna s-safra, imbagħad min m'għandux biex iħallas jibqa' mingħajr mediċini għax forsi jkunu out of stock.", "Il-mediċini taħt schedule five għandu dritt għalihom kulħadd, imma min m'għandux biex iħallas għandu jingħata prijorita` fuq dak li meta l- mediċini jkunu out of stock ikun kapaċi jdaħħal idejh fil-but u jixtrihom.", "Wieħed irid jassigura li verament inkunu qed naħsbu f'dawk li l-aktar li għandhom bżonn.", "Ma rridux li min hu l-inqas ikompli dejjem jaqla'.", "Kultant issib nies li jgħidu li għax huma jħallsu t-taxxi għandhom dritt daqs ħaddieħor għall-benefiċċji.", "Imma hawn min forsi m'hux kapaċi jkollu tant dħul u jħallas daqstant taxxi.", "J'Alla kulħadd ikollu dħul tajjeb u jkun kapaċi jaħseb fl-oħrajn.", "Meta mbagħad ikun hemm każi fejn pilloli jkunu out of stock, lil dak li għandu dħul ta' xi Lm130 fil-ġimgħa se ngħinuh biex ikun jista' jixtri dawk il-pilloli?", "Sur President, jiena nifhem illi riformi bħal dawn huma ebsin u li bihom tista' toħloq rivoluzzjoni f'dan il-pajjiż.", "Pero` nawgura li dak li ħdimna fuqu bejn l- 1996 u l-1998, li naslu f'sitwazzjoni fejn il-pazjent ikun jista' jagħżel l- ispiżjar minn fejn iġib il-mediċini, naslu għalih għall-ġid ta' l-istess pazjenti.", "Qed nieħu pjaċir li għandna konferma li l-ispiżjara u l-pharmacy technicians li hemm mal-gvern se jibqgħu.", "Fil-fatt kien hemm xi wħud li kienu nkwetati u resqu lejna u kellmuna fuq is-sitwazzjoni tagħhom.", "Aħna nieħdu pjaċir li dawn se jibqgħu jagħtu servizz fid-dipartimenti tal-gvern.", "Mr Speaker, minbarra li għandna pjan dwar is-saħħa, aħna qegħdin nagħfsu wkoll fuq pjan dwar il-qasam ta' l-anzjani.", "Aħna rridu nsaħħu dawk is- servizzi li diġa` hemm fl-isptarijiet u fir-residenzi ta' l-anzjani.", "Ma rridux li l-anzjani jibqgħu joħorġu l-flus u ma jingħatawx servizz tajjeb.", "Dan ikun irid isir bil-kollaborazzjoni ta' kulħadd, inkluż tal-ħaddiema u ta' min iħaddem.", "Magħqudin flimkien irridu naħdmu biex nagħtu l-aħjar servizz lill-anzjani tagħna.", "Jiena spiss nagħmel mistoqsijiet parlamentari dwar pilloli out of stock.", "Dawn nagħmilhom mhux biex nieħu xi gwadann politiku imma b'solidarjeta` lejn dawk li għandhom dħul baxx, u dawk li forsi baqgħu ġuvintur jew xebbiet biex iduru bil-ġenituri.", "Ħafna drabi dawn in-nies qatt ma jkunu ħadmu u allura jispiċċaw b'pensjoni verament baxxa.", "Meta l-pilloli li jieħdu jkunu out of stock dawn in-nies jispiċċaw b'riskju għal saħħithom għax ma jkunux jistgħu jixtru dawk il-pilloli.", "Wieħed irid jara x'jista' jagħmel dwar sitwazzjonijiet bħal dawn.", "Każi oħrajn li rridu nieħdu ħsieb huma ta' dawk il-familji fejn il-kap tal-familja ma jkunx jaħdem - mhux għax ma jridx imma għax ikun ġie qiegħed - u l-familja tiegħu tkun qed tgħix bil-benefiċċji soċjali.", "Dawn meta jkollhom bżonn, ikollhom iġibu t-tabib privat u jixtru mediċini li jqumu l-belli liri għax ikun hemm drabi fejn it-tobba jordnawlhom pilloli li ma ssibhomx fl- ispiżeriji tal-gvern.", "Jiena nemmen li f'dan il-qasam aħna rridu naħdmu lkoll flimkien għaliex is-saħħa tiġi l-ewwel, hija l-iktar ħarġa importanti.", "Il-ħaddiem għandu dritt għas-saħħa u għandu dritt li jkollu l- aħjar possibbli għall-familja tiegħu għax dan jimla lil kull wieħed u waħda minna bil-kuraġġ biex nimxu 'l quddiem.", "Ladarba qed nitkellmu dwar dan is-suġġett xtaqt insemmi lil dawk l-anzjani li ma joħorġux mid-djar tagħhom.", "Nifhmu li qabel kien hemm servizz fejn dawk l-anzjani li ma joħorġux minn djarhom kienu jitwasslulhom il-mediċini fi djarhom.", "Dan is-servizz m'għadux jeżisti.", "Nittama li servizzi bħal dawn inkunu nistgħu noffruhom lil dawk l-anzjani li verament m'għandhom lil ħadd idur bihom jew jagħtihom wens, li m'humiex ħafna fin-numru.", "Ovvjament huuwa importanti illi jkun hemm nies apposta li jkunu jistgħu jagħtu dan is- servizz.", "Minn hawnhekk nixtieq nirringrazzja lil dawk kollha li ħadmu magħna biex għamilna l-pjan dwar il-qasam ta' l-anzjani.", "Kien hemm minnhom li politikament jaqblu mal-partit Laburista u oħrajn li ma jaqblux imma għandhom għal qalbhom il-qasam ta' l-anzjani.", "Dawn emfasizzaw l-importanza li l-pilloli li jingħataw l-anzjani verament ikunu qegħdin jeħduhom fid- djar tagħhom.", "Ġieli jkun hemm anzjani li jbatu bid-dementia u meta jġibulhom il-pilloli jinsew li jridu jeħduhom.", "Allura meta dawn imutu, fid- dar tagħhom jinstab volum ta' pilloli d-dar.", "Apparti li hija ħela li qed iġibu l-pilloli u mhux qegħdin jeħduhom, huwa ta' ħsara għal saħħithom li meta suppost qed jieħdu dawk il-pilloli, fil-fatt ma jeħduhomx.", "Dan kollu qed ngħidu għax il-prevenzjoni hija importanti ħafna u rridu nagħfsu fuqha.", "Pajjiżi oħrajn diġa` ħadu ħsieb jagħfsu ħafna fuq il- prevenzjoni.", "Jekk, per eżempju, minn meta nkun għadni żgħir noqgħod attent li ma nikolx ħafna ħelu, inkun qiegħed innaqqas ir-riskju li għada pitgħada niżviluppa d-dijabete.", "U jekk ma nkunx dijabetiku nkun qed niffranka l- flus lill-gvern.", "Hemm ħafna punti li nista' nsemmi, imma nixtieq nerġa' nsemmi l-pilloli tal-kolesterol.", "Għal darba oħra se nuri kemm aħna oppożizzjoni kostruttiva.", "U huwa importanti li nkunu kostruttivi fil- kritika tagħna, kemm f'dan il-parlament kif ukoll barra minn dan il- parlament.", "Imbagħad nieħdu pjaċir meta l-kritika tagħna ma taqax fuq widnejn torox.", "Ma rridx nerġa' niftaħ dibattiti, pero` kien hemm drabi fejn ikkritikajna l-fatt li l-pilloli tax-xaħam fid-demm ma kenux qegħdin jingħataw lil dawk in-nies li għandhom 'il fuq minn 75 sena.", "Fil-fatt wara l-kritika tagħna, dawn il-pilloli bdew jingħataw.", "Dawn huma affarijiet li nieħdu pjaċir bihom għax permezz tal-kritika tagħna qegħdin jiggwadanjaw dawk l-anzjani li għandhom 'il fuq minn 75 sena u li għandhom bżonn dawn il- pilloli.", "Aħna kkritikajna dawn l-affarijiet bħalma kkritikahom anke l- ombudsman.", "Sur President, jiena niftakar li qabel l-elezzjoni ta' sitt snin ilu, il- gvern preżenti kien semma l-proġett tal-bini ta' dar għall-anzjani fil- Mellieħa.", "Issa f'daqqa waħda qegħdin jiftaħru li se jagħmlu ħafna proġetti kbar.", "J'Alla jsiru dawn il-proġetti, pero` l-proġetti m'għandhomx isiru għax tkun riesqa l-elezzjoni imma għaliex ikun hemm bżonnhom u allura għandhom isiru dejjem.", "Ma tistax tibqa' dejjem tidħak bil-poplu.", "Jekk tidħak bil-poplu, kapaċi tqum għada u ssib li l-poplu daħak bik.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Is-Segretarju Parlamentari Helen D'Amato.", "ONOR.", "HELEN D'AMATO (Segretarju Parlamentari): Sur President, qiegħda nieħu gost li se jkolli l-opportunita` li nitkellem fuq il-qasam tas-saħħa u fuq il-qasam ta' l-anzjani.", "Naturalment il-qasam ta' l-anzjani huwa marbut ħafna mal-qasam tas-saħħa għaliex jekk wieħed jara min huma l-akbar benefiċċjarji tal-qasam tas-saħħa tagħna, isib li huma l-anzjani.", "Kif nafu, aktar ma tikber, aktar għandek iċ-ċans li tiġi bżonn il-qasam tas- saħħa u aktar se tagħmel użu mis-servizzi li jingħataw, sew għal sitwazzjonijiet akuti, li għalihom għandna l-isptar ġenerali. sew għal sitwazzjonijiet ta' riabilitazzjoni, li għalihom għandna l-isptar Zammit Clapp, sew għall-mard tal-kanċer, li għalih għandna l-isptar Boffa u sew għall-qasam tas-saħħa mentali.", "Fil-fatt għandna numru ta' anzjani li jiġu bżonn il-qasam psikjatriku.", "Minbarra dawn, imbagħad hemm ir-rikoveru fit- tul fid-djar ta' l-anzjani jew inkella fir-residenza San Vincenz.", "Hemm ukoll is-servizzi li jingħataw fil-komunita`, ngħidu aħna l-bereġ u ċ- ċentri tas-saħħa.", "Fil-maġġoranza tagħhom, l-aktar li jagħmlu użu minn dawn is-servizzi huma l-anzjani.", "Jiena se nibda billi nirringrazzja lil kulmin b'xi mod jew ieħor qiegħed jagħti xi servizz f'dawn l-oqsma.", "Lil dawn in-nies ma rridux nirringrazzjawhom biss għall-ħidma tagħhom, imma rridu nirringrazzjawhom ukoll għas-servizz li joffru.", "Dan għaliex meta taqta' l-valur tas-servizz mill-qasam tas-saħħa, u tarah biss bħala xogħol kwalunkwe, tkun qiegħed titlef parti mill-valur ta' dan is-servizz.", "Għaliex hija kważi vokazzjoni li inti taħdem f'settur li għandu x'jaqsam mas-saħħa tal-bniedem.", "Irrid ngħid li nieħu gost nisma' lill-kelliema ta' l-oppożizzjoni jgħidu li jridu jkomplu jsostnu dak li għandna fil-qasam tas-saħħa għaliex għalkemm forsi ma naqblux fuq ħafna affarijiet, żgur li t-tnejn naqblu li l-aktar ħaġa importanti għall-bniedem hija s-saħħa.", "Nafu li ma' kulmin niltaqgħu l- ewwel ma jgħidlek huwa li l-aktar ħaġa importanti hija s-saħħa.", "Dan għaliex is-saħħa tippermettilek tagħmel ħafna affarijiet, kemm meta tkun għadek żgħir u kemm meta ssir anzjan.", "Għalhekk wieħed mill-għanijiet tagħna huwa li mhux biss nikkuraw lin-nies imma li nżommu l-popolazzjoni tagħna b'saħħitha.", "Dan mhux qiegħed jagħmlu biss il-ministeru tas-saħħa.", "Hemm proġetti oħra fi ħdan il-ministeru ta' l- edukazzjoni, fi ħdan il-ministeru ta' l-ambjent u fid-diversi ministeri l- oħra, li kollha flimkien iridu jgħinu sabiex il-poplu Malti jgħix ħajja b'saħħitha.", "Aħna rridu li l-poplu mhux biss jgħix fit-tul imma li jkollu wkoll is-saħħa, li tippermettilu li jkun jista' jgħix ħajja ta' kwalita` f'etajiet aktar avvanzati.", "Naturalment nibdew nifhmu xi tfisser verament is-saħħa meta tinġibdilna widintna u nibdew inħossu xi tektika 'l hawn u 'l hemm.", "F'dak il-każ l-ewwel ħaġa li nagħmlu hija li mmorru jew għand it- tabib kuranti tagħna, li għad għandu post fil-ħajja tal-familji Maltin, jew inkella nerħulha lejn l-isptar.", "Min-naħa tagħna rridu nibqgħu nassiguraw li t-tabib tal-familja jibqa' jkollu dak ir-rwol importanti li jfejjaq, jagħti l-pariri u anke jgħin fil-prevenzjoni tal-mard u fis-saħħa tal- familji tagħna.", "Sur President, xi kultant naqbżu lit-tabib tal-familja u mmorru dritt lejn l-isptar.", "Nagħmlu hekk għaliex inħossuna siguri li kif inkunu hemm, jekk ikun hemm bżonn, jaqbdu u jagħmlulna t-testijiet kollha neċessarji.", "U dan kollu qegħdin neħduh b'xejn.", "Naturalment in-nies iħallsu t-taxxi, imma s- servizz jingħata b'xejn.", "Madankollu llum kien hemm xi tektika min-naħa ta' l-Onor.", "Parnis, fejn donnu beda jinsinwa li dawn is-servizzi m'humiex se jibqgħu b'xejn.", "Kien hemm żewġ ċirkostanzi fejn għamel dawn l- insinwazjonijiet.", "F'punt minnhom qalilna kemm huwa importanti li s-servizz tas-saħħa jibqa' b'xejn, imma mbagħad qalilna li dawk in-nies li m'għandhomx il-mezzi meħtieġa, għandhom jingħataw prijorita`.", "Issa aħna diġa` għandna sistema ta' means testing għal ċerti benefiċċji.", "Allura issa se noqogħdu nagħmlu l-means testing fuq is-servizzi wkoll?", "Il-partit Laburista qiegħed jaħseb biex jagħmel sistema ta' means testing f'dan ir- rigward ukoll?", "Minn dak li qal illum l-Onor.", "Parnis hekk ta l-impressjoni.", "Min-naħa tiegħi qiegħda nistenna bil-ħerqa d-dokument tal-partit Laburista li se joħroġ f'Lulju ħalli nara eżattament x'se jkun fih.", "Jidher li donnha reġgħet qamet il-biċċa xogħol tal-pilloli, qisu hemm xi ħsieb dwar dan.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Mr Speaker, għandi point of order.", "MR SPEAKER: X'inhu l-point of order, Onor. Farrugia?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Sur President, nixtieq nagħmel point of order għaliex il-kelliema tinsab misleaded.", "Lill-Onor.", "D'Amato ngħidilha li m'għandhiex għalfejn tistenna sa Lulju sabiex tara d-dokument tal-partit Laburista imma tista' tara d-dikjarazzjonijiet li kienu saru f'Lulju tas- sena li għaddiet.", "Dawn id-dikjarazzjonijiet tal-partit Laburista kienu ċari ħafna.", "Mingħajr l-ebda tlaqliq, kien ġie dikjarat li s-servizz tas- saħħa se jkun b'xejn taħt gvern Laburista.", "MR SPEAKER: Onor. Farrugia, dan m'huwiex point of order, imma punt ta' kjarifika.", "L-Onor.", "D'Amato tkompli bid-diskors tagħha.", "ONOR.", "HELEN D'AMATO: Sur President, nirringrazzja lill-Onor.", "Farrugia tal- punt ta' kjarifika li għamel, pero` jiena kont qiegħda nirriferi għad- diskors li għamel l-Onor.", "Parnis u mhux għad-diskors tiegħu.", "Dan id- diskors ġie recorded u kulħadd jista' jisimgħu.", "Fid-diskors tiegħu l- Onor. Parnis insinwa li se jkun hemm xi forma ta' preferenza u xi forma ta' means testing.", "Issa jekk dan m'huwiex minnu tant aħjar, pero` naqblu li din l-insinwazzjoni saret.", "Inutli tgħiduli sabiex inserraħ rasi għaliex mhux jien irrid inserraħha.", "Jiena naf li xi jrid jagħmel il-partit tagħna.", "L-insinwazzjoni min-naħa ta' l-Onor.", "Parnis saret; u jekk saret saret.", "Jiena qiegħda nistenna b'ċerta ħerqa li joħroġ id-dokument tal-partit Laburista f'Lulju li ġej.", "Jekk se jkun jixbaħ lid-dokumenti li diġa` ħarġu s-sena l-oħra, allura nista' ngħid li m'aħniex nistennew xi lettura tajba ħafna!", "Pero` we look forward ħalli naraw x'qiegħed jipproponi l-partit Laburista fil-qasam tas-saħħa.", "Sur President, jekk kien hawn gvern li fil-passat ħadem fil-qasam tas-saħħa u fil-qasam ta' l-anzjani, dan żgur li kien il-partit Nazzjonalista.", "Dan qiegħed jagħmlu fil-preżent u se jkompli jagħmlu fil-futur għaliex dan huwa partit konsistenti.", "Dan huwa partit li jagħmel dak li jwiegħed.", "U jiena lill-poplu ngħidlu biex jiġġudikana fuq dak li qegħdin nagħmlu u mhux fuq dak li qegħdin ngħidu.", "Issa hawnhekk, b'mod ħelu ħafna, l-Onor.", "Farrugia qalilna li minn mindu ħabbarna l-bini tad-dar ta' l-anzjani fil-Mellieħa laħqu twieldu ħafna ljunfanti għaliex ħadet numru ta' snin sakemm beda l- bini tagħha.", "Qalilna wkoll li llum qegħdin niftaħru għaliex poġġejna l- ewwel ġebla.", "Forsi dwar id-dar tal-Mellieħa nistgħu ngħidu li setgħu jitwieldu ħafna ljunfanti għaliex kien hemm aħna fil-gvern.", "Ara li kieku ħallejnieha f'idejn il-partit Laburista, dik id-dar ma kenitx issir għaliex għalih m'hemmx bżonnha.", "Saħansitra kien hemm dikjarazzjoni fejn intqal li dik id-dar fit-tramuntana ta' Malta m'hemmx bżonnha.", "Il-partit Nazzjonalista fil-gvern emmen li fit-tramuntana ta' Malta - minħabba s- sitwazzjoni ġeografika u demografika – hemm bżonn ta' dar għall-anzjani.", "Nerġa' ngħid li jista' jkun li kien hemm żmien biex jitwieldu ħafna iljunfanti, pero` dik il-ġebla tqiegħdet.", "U din il-ġebla ma poġġejnihiex għaliex waslet l-elezzjoni, kif qal l-Onor.", "Parnis.", "Jiena nassigurah li dan mhux minnu u jekk verament jaħsbu hekk, allura ma jafux x'hemm bżonn isir sabiex tasal li titpoġġa dik il-ġebla.", "L-Onor.", "Farrugia qiegħed jgħidilna li aħna morna niġru nqiegħdu l-ewwel ġebla.", "Nista' ngħidlu li ilna żmien twil għaddejjin b'ħidma fuq dan il- proġett u wżajna metodu ġdid ta' kif se tinbena d-dar tal-Mellieħa, is- sistema ta' public/private partnership.", "Qegħdin ngħidu li din id-dar se titlesta fi żmien stipulat ta' sena ħalli tkun għall-benefiċċju tan-nies li joqogħdu fit-tramuntana ta' Malta.", "Ħalli ngħid xi ħaġa fuq din id-dar li għalkemm simbolikament tqiegħdet l-ewwel ġebla tagħha, fir-realta` diġa` tqiegħdu ġebel oħra.", "Min imur fuq il-post diġa` jista' jara fejn se jiġu l- kmamar għaliex il-pedamenti huma lesti.", "Għalhekk min qiegħed jaħseb li poġġejna l-ewwel ġebla u daqshekk, qiegħed jgħarralu.", "Anzi jiena nistieden lil kulħadd sabiex imur fuq il-post ħalli jara b'għajnejh.", "Din id-dar ta' l-anzjani se tinbena faċċata ta' l-iskola, fuq ir-riħ ta' l-Għadira, u allura żgur li se tkun tgawdi veduta mill-isbaħ.", "Sur President, min imur hemmhekk jista' jara wkoll fejn ġejja l-berġa u fejn ġejjin il-kmamar għaliex il-pedamenti diġa` qegħdin hemm.", "Ix-xogħol tal-katusi u tad-drenaġġ lesti wkoll.", "Mela min ħaseb, u pprova jinsinwa, li fil-proġett tad-dar tal-Mellieħa tqiegħdet biss l-ewwel ġebla u daqshekk, se jgħarralu.", "Għalhekk aħjar noqogħdu attenti kif nitkellmu.", "Dik id-dar se titlesta allavolja ħadna ftit taż-żmien.", "Pero` l-mod kif qed issir is-sħubija mal-privat f'dan il-proġett kien metodu ġdid fjamant.", "Jista' jkun li ħadna aktar żmien milli xtaqna, imma ridna nagħmlu l- affarijiet bis-serjeta`.", "Ridna nagħmlu l-affarijiet sew ħalli dan il- metodu jibda jintuża fi proġetti oħra; mhux biss fi proġetti li għandhom x'jaqsmu mas-saħħa, imma anke fi proġetti oħra f'oqsma differenti.", "X'tirrapreżenta d-dar tal-Mellieħa?", "Din m'hix se tkun sempliċement dar residenzjali, imma se tinkorpora fiha l-prinċipji ta' dan il-gvern.", "L-għan prinċipali tagħna fejn jidħol il-qasam ta' l-anzjani huwa dak li l-anzjan jibqa' jgħix ġo daru u fil-komunita` fejn trabba u rabba.", "Għalhekk fi ħdan din id-dar ta' l-anzjani se nipprovdu berġa għall-użu tan-nies tal- komunita`.", "Qegħdin noffru ċentru ta' matul il-jum, li għandu jgħin lil numru ta' anzjani li jħossuhom waħedhom matul il-ġurnata u li jistgħu jitħajru jmorru f'xi dar ta' l-anzjani proprju għaliex iħossuhom waħedhom matul il-ġurnata.", "Fil-fatt diġa` għandna 16-il ċentru minn dawn madwar l- irħula Maltin u dan se jkun ċentru ieħor għat-tramuntana ta' Malta, b'mod partikolari għall-Mellieħin.", "Se jiġi pprovdut ukoll is-servizz tal- fiżjoterapija sabiex ngħinu lil dawk li jkollhom bżonn ta' riabilitazzjoni u b'hekk ninkoraġġuhom jibqgħu jgħixu fil-komunita`.", "Nafu kemm huwa diffiċli għan-nies tat-tramuntana ta' Malta - speċjalment l-anzjani li jibdew jaqtgħu qalbhom malajr - sabiex jinżlu lejn in-naħa ta' isfel minħabba li hemm ċerta distanza.", "Għaldaqstant il-fiżjoterapija u l- occupational therapy se jibdew jingħataw minn ġewwa d-dar ta' l-anzjani fil- Mellieħa.", "Sur President, anke l-location ta' din id-dar intgħażel bi ħsieb.", "Fil-fatt din qiegħda biswit skola, li jfisser li matul il-ġurnata jkun hemm ċertu moviment u atmosfera.", "Qiegħda wkoll biswit ġnien pubbliku, li wkoll jista' joffri ċertu ambjent ta' moviment u azzjoni.", "Din id-dar qiegħda wkoll viċin il-qalba tar-raħal u allura l-anzjani tal-Mellieħa jew tat-tramuntana ta' Malta li jkunu qegħdin f'din id-dar, jekk ikunu għadhom mobbli, se jsibuha aktar faċli li jmorru l-knisja tar-raħal.", "Ovvjament dawn se jkollhom il-kappella tagħhom, pero` aħna ninkoraġġuhom sabiex joħorġu.", "U għal dawn l-anzjani se jkun faċli li jibqgħu jmorru fil-qalba tar-raħal, per eżempju fil-każini, u jibqgħu jipparteċipaw fil-ħajja tar-raħal.", "Għalhekk ridna li din id-dar tkun proprju fil-qalba tar-raħal.", "Xi ngħidu mbagħad għall-veduti?", "Jiena ngħid li mkien f'pajjiżna m'hemm veduti sbieħ daqs dawk t'hemmhekk.", "Se jkun hemm veduta aktar milli għandha l-aqwa lukanda, għax se tkun iġġib il-bajja tal-Mellieħa taħtek.", "Aħna f'kull qasam nimmiraw għall-eċċellenza; immirajna għall-eċċellenza fl- isptar il-ġdid u se nimmiraw għall-eċċellenza anke fid-djar ta' l-anzjani tagħna.", "Dik hija l-hallmark ta' dan il-partit għaliex aħna ma nikkuntentawx bil-ftit.", "Aħna rridu li l-affarijiet ikunu aktar mill-aħjar u għalhekk il-partit tagħna huwa partit li n-nies jistennew ħafna minnu.", "L- aspettattiva tan-nies mill-partit Nazzjonalista hija għolja ħafna u għalhekk forsi ġieli jkun hemm xi tgergir.", "Aħna hekk irriduhom lin-nies, li jippretendu ħafna minna.", "Ħalli nsofru xi ftit tat-tgergir u xi ftit tal- kritika, pero` aħna rridu li n-nies jistennew ħafna mingħandna għaliex huma jixirqilhom biss il-ħafna.", "Id-dar tal-Mellieħa se tkun ukoll tal-gvern.", "X'irrid ngħid b'dan?", "Kien hemm min beda jinsinwa - u nafu li qegħdin jiġru diċeriji fil-Mellieħa - li sabiex tmur f'din id-dar, se jkollok tħallas Lm25 kuljum.", "Intqal li hemmhekk se jkun hemm ukoll is-sodod tal-privat u li f'dik id-dar se jmorru s-sinjuri.", "Insomma sar ħafna tpaċpiċ żejjed għaliex hemm nies li ma jifilħux jaraw oġġett sabiħ.", "Jien inħobb ngħid li dawn in-nies tuġagħhom żaqqhom.", "Għalhekk se ngħid mill-ewwel li d-dħul fid-dar tal-Mellieħa se jkun l-istess bħal dak tad-djar l-oħra, jiġifieri l-ewwel trid tagħmel applikazzjoni maċ-ċentru \"Servizz Anzjan\" fil-Belt, li huwa ċ-ċentru li joffri s-servizzi kollha lill-anzjani.", "Issa nafu li kien hemm min mar jgħid lin-nies tal-Mellieħa sabiex ma japplikaw xejn.", "Imma, nerġa' ngħid, dawn qed jgħidu hekk għaliex qed tuġagħhom żaqqhom!", "L-applikazzjonijiet għad-dħul f'din id-dar jintlaqgħu fiċ-ċentru \"Servizz Anzjan\" fil-Belt, bħalma jintlaqgħu l-applikazzjonijiet għad-djar ta' l-anzjani li hemm fiż- Żejtun, f'Bormla, fil-Mosta, fl-Imsida, fl-Imtarfa, fil-Gżira u f'St Vincent de Paule.", "Il-metodu tal-ħlas huwa l-istess ukoll.", "Il-fatt li din id-dar se tkun ta' livell ta' eċċellenza mhux se jaffettwa l-ħlas.", "Din se tkun bl-istess ħlas tad-djar l-oħra għaliex aħna rridu li d-djar kollha jkunu bħal din id-dar.", "Fil-fatt qegħdin nagħmlu refurbishment fid-djar kollha ħalli nġibuhom għall-aħjar stat possibbli.", "Mela r-rata tal-ħlas se tkun dik li qegħdin iħallsu l-anzjani l-oħra fid-djar l-oħra ta' pajjiżna.", "Għalhekk dan il-ħafna paroli fil-vojt għandu jinqata' kemm jista' jkun malajr u min jisma' dan it-tip ta' tpaċpiċ għandu jaqtagħlu ż-żarda.", "Issemmew ukoll xi servizzi oħra li aħna rridu nagħtu u xi proġetti oħra li aħna rridu nagħmlu.", "Bħalissa għaddejjin diversi xogħlijiet f'postijiet oħra għaliex aħna ma ffokajniex biss fuq id-dar tal-Mellieħa.", "Bħalissa fir- residenza San Vincenz hemm blokka ta' 150 sodda li qiegħda tiġi rranġata.", "Se jiżdiedu l-kmamar tal-banju, se jitneħħa d-diżlivell li hemm u se jiżdiedu l-kmamar ta' l-ikel.", "Din il-blokka se tkun fuq l-istess livell tal-blokok l-oħra l-ġodda li l-partit Nazzjonalista għamel f'San Vincenz meta ttrasforma dan l-isptar.", "U għal dan irrid nirringrazzja lill- predeċessuri tiegħi, fosthom il-Professur Rizzo Naudi, l-Onor.", "Antoine Mifsud Bonnici u l-Onor.", "Francis Agius.", "Illum jiena u l-Ministru Deguara qegħdin inkomplu fuq dak li bdew ta' qabilna.", "Filwaqt li l-partit Laburista se jkompli jibni fuq dak li għamilna aħna, il-partit tagħna se jkompli fuq tagħna stess!", "Dik hi d-differenza.", "Il-partit Laburista se jkompli jaħdem fuq dak li għamilna aħna, pero` aħna se nkomplu fuq dak li għamilna aħna.", "U hekk se nibqgħu nagħmlu.", "Se nibqgħu naħdmu u nwettqu miżuri li jridu jagħmlu differenza fil-ħajja ta' kuljum tal-Maltin u l- Għawdxin.", "Il-proġetti li qegħdin iseħħu bħalissa u li qegħdin naħdmu fuqhom, m'aħniex qegħdin nagħmluhom għaliex ġejja l-elezzjoni.", "Allaħares l-affarijiet kellhom isiru hekk!", "Jingħad hekk għaliex, kif ngħidu, wieħed jagħti lil ħaddieħor milli jkollu hu.", "Il-proġetti tagħna huma ongoing u żgur li m'aħniex nagħmluhom issa għax riesqa l-elezzjoni.", "Fil-fatt is-sena l-oħra lestejna xi ħaġa, bħalma lestejna xi ħaġa oħra s-sena ta' qabel.", "Ħalli nsemmi, per eżempju, iċ-ċentru li qiegħed isir għal min għandu d-dementia, li għadu ma ssemmiex għaliex s'issa għadna ma ftaħnihx b'mod uffiċjali, imma għadna qegħdin nagħmlu t-testing tiegħu.", "Dan se jkun ċentru għan-nies li għandhom il-marda tad-dementia u li qegħdin fi djarhom u qegħdin jieħdu ħsiebhom il-familjari tagħhom.", "Dan iċ-ċentru, li se jkun fir-residenza San Vincenz, se jkun ċentru ta' attivita` għal matul il-jum għal dawk il- persuni li għandhom problemi tad-dementia.", "Sur President, bħalissa qegħdin naħdmu wkoll fuq iċ-ċentru ta' riabilitazzjoni f'San Vinċenz li se jkollu 280 sodda.", "Il-pjanti ta' dan iċ- ċentru diġa` qegħdin quddiem il-MEPA, fejn bħalissa qed isir assessment tat- traffic flow skond il-pjanti li tajniehom.", "Rigward id-dipartiment ta' l- onkoloġija, kien hawn min issuġġerixxa diversi postijiet fejn dan jista' jiġi lokat.", "Aħna qegħdin naħdmu f'dan ir-rigward ukoll ħalli l-qasam ta' l- onkoloġija jkun fl-isptar Zammit Clapp.", "Nafu li Zammit Clapp huwa ddestinat bħala sptar u jekk ma jkunx sptar nistgħu nitilfuh?", "Nafu jew ma nafux?", "Jiena naħseb li nafuhom dawn l-affarijiet.", "L-isptar Boffa qiegħed jagħmel xogħol tajjeb u imprezzabbli.", "Naħseb li trid tmiss miegħu sabiex tkun taf verament xi jfisser.", "Meta tkun f'mument fejn tkun muġugħ, kemm b'mod fiżiku kif ukoll b'mod sentimentali, meta tingħata l-aħbar li inti jew xi ħadd minn tal-familja tiegħek se jkollu bżonn imur f'dak l-isptar għat-terapija minħabba l-marda qerrieda tal- kanċer, tibda tirrealizza xi jfisser ix-xogħol li qed isir f'dak l-isptar.", "Meta tirfes l-għatba ta' dak il-bieb bl-aħbar li xi ħadd mill-familjari tiegħek se jidħol hemm bħala pazjent, tibda verament tapprezza aktar il- ħidma tan-nies ta' dak l-isptar.", "Sfortunatament il-bżonn tas-sodod f'dak l- isptar qiegħed jikber.", "Aħna rridu li n-nies li għandhom problemi tal- kanċer jingħataw il-kura u l-ispeċjalizzazzjoni li jingħataw f'dak l- isptar.", "Għalhekk qegħdin inkabbru l-fiżiku ta' l-isptar Boffa u qegħdin inġibu makkinarju aħjar milli għandna sal-lum.", "Kien għalhekk li qegħdin nagħmlu dan l-investiment.", "Imma, kif għedt aktar qabel, meta tirfes l- għatba ta' dak l-isptar għax inti jew xi ħadd tal-familja jkun milqut mill- marda tal-kanċer, tibda tifhem is-sitwazzjoni aħjar.", "Jiena rrid nirringrazzja lil kulmin jaħdem u jagħti s-sehem tiegħu fl-isptar Boffa.", "Meta qed ngħidu li l-kura tal-kanċer se tibda tingħata mill-isptar Zammit Clapp, irridu ngħidu li dan m'aħniex se nagħmluh b'mod kapriċċuż.", "Dan se jsir għaliex nemmnu li n-nies li jaħdmu f'dan il-qasam se jġorru magħhom dak l-impenn li sal-lum qed juru fl-isptar Boffa għall-isptar Zammit Clapp, iżda jkunu jistgħu jaħdmu b'metodi aħjar ta' kura, metodi aktar aġġornati u li jirrispettaw il-mediċina tal-lum.", "Sur President, irrid ngħid xi ħaġa fuq ir-rehabilitation għaliex kull ħolqa tagħqad ma' l-oħra.", "Fl-isptar Zammit Clapp qiegħed jingħata servizz imprezzabbli għal dak li għandu x'jaqsam mar-riabilitazzjoni.", "Pero` rridu niftakru li Zammit Clapp għandu 60 sodda biss li huma għall-anzjani, mentri hemm persuni oħra li qed ikollhom joqogħdu fl-isptar San Luqa għar- riabilitazzjoni, u dawn m'humiex anzjani.", "Issa dawn in-nies ikunu qegħdin jokkupaw sodda li tista' tintuża għal mard akut minħabba li ma jkunux jistgħu jmorru d-dar peress li jkollhom bżonn ir-riabilitazzjoni.", "Jiena m'iniex se nidħol fid-dettall ta' dawn l-affarijiet għaliex m'iniex xi esperta fejn jidħol il-mard.", "Pero` naf li min ibati minn xi stroke jew ikollu xi inċident tat-traffiku u ma jkunx għadu għalaq is-60 sena, m'għandux fejn imur għar-riabilitazzjoni.", "Issa forsi jkun hawn min jgħidli li domna ftit biex skoprejna dan il-fatt.", "Imma dawn l-affarijiet isiru waħda wara l-oħra, servizz wara servizz u bl-għaqal tista' tgħaqqad katina ma' oħra.", "Għalhekk se nagħmlu ċ-ċentru ta' riabilitazzjoni.", "Sur President, nafu li ħafna minnu se jużawh l-anzjani imma nafu li f'Zammit Clapp hemm nies li m'humiex anzjani u barra minn hekk, hemm oħrajn, anke anzjani, li għandhom bżonn imorru Zammit Clapp għar- riabilitazzjoni imma m'humiex isibu post. Għalhekk aħna qegħdin ngħidu li se nagħmlu binja ġdida ta' 280 sodda u taħt saqaf wieħed se niġbru s- servizzi kollha konnessi mar-riabilitazzjoni, jiġifieri s-servizzi ta' fiżjoterapija, hydrotherapy u occupational therapy.", "Dan se jkun jilqa' fih lil kulħadd minbarra t-tfal.", "Il-kura kollha tat-tfal se tibqa' kkonċentrata fl-isptar Mater Dei.", "Fir-rigward ta' l-anzjani, se naħdmu bil-filosofija li nipprovaw nirriabilitawhom ħalli jkunu jistgħu jmorru lura fil-komunita`.", "Imma dan mhux bil-paroli biss.", "Faċli tgħid li lill-anzjani trid tħallihom fil- komunita`.", "Imma dan xi jfisser?", "Is-servizzi li għandna ta' matul il-jum – bid-difetti kollha tagħhom – jiġifieri s-servizzi tal-home help, tal-meals on wheels u tat-telecare, kollha għandhom ġenitur wieħed.", "U dan huwa l- partit Nazzjonalista.", "Nerġa' ngħid li huwa faċli li tgħid li lill-anzjani għandna nħalluhom id-dar, pero` rridu naraw li nsostnu l-kura primarja.", "Diġa` beda l-konċett tal-comcare permezz ta' multi-disciplinary team li beda jaħdem mill-kura primarja u jrid jagħmel assessment ta' dak li għandhom bżonn l-anzjani u kif lill-anzjani tagħna nistgħu nagħtuhom is- servizzi neċessarji.", "Is-servizzi diġa` jeżistu imma jridu jiġu rfinati.", "Irridu niftakru li għandna faxxa wiesgħa ta' anzjani; hemm dawk ta' 60 sena u hemm dawk ta' 90 sena.", "L-aspettattiva, il-bżonnijiet u l- aspirazzjonijiet ta' dawk li għandhom 60 sena huma differenti minn ta' dawk li għandhom 90 sena.", "Għalhekk irridu naraw x'inhuma l-bżonnijiet u l- aspettattiva ta' dawn in-nies u nilqgħu għalihom.", "Imbagħad għal dawk ta' eta` iżgħar għandna pjanijiet oħrajn.", "Per eżempju, xi ħaġa li qed nagħmlu għal dawk l-anzjani li għadhom fuq tagħhom u għadhom imorru d-day centre żidna t-tagħlim tal-computer u l-użu ta' l-internet.", "Min qatt ħolom f'dan il-pajjiż li lill-anzjani se nipprovdulhom is-servizz tat-tagħlim tal-computer u l-internet miċ-ċentri ta' matul il-jum?", "Imma dak hu li qed nagħmlu.", "Fil-ħajja tal-lum l-anzjan li ma jkollux idea ta' dawn l-affarijiet jibda jħossu maqtugħ.", "Sur President, ftit tas-snin ilu l- anzjani ma kenux jafu jiktbu u kienu jħossuhom maqtugħin u iżolati mis- soċjeta`.", "Għalhekk gvern Nazzjonalista beda l-adult classes biex jgħallimhom jiktbu u jibdew iħossuhom parti mill-komunita`.", "Pero` llum aktar qed nemfasizzaw fuq l-użu tal-computer, l-użu ta' l-internet, l-e- mails u affarijiet bħal dawn.", "Dan hu li qed nagħtu lill-anzjani.", "Jien inħeġġeġ lil kulħadd biex jipparteċipa għax f'dawn l-affarijiet m'hemmx limitu ta' eta`.", "Pero` b'saqajja ma' l-art nifhem li anzjani aktar avvanzati fl-eta` u anzjani li jkunu aktar fraġli jkollhom bżonnijiet differenti.", "Tkellimna wkoll dwar is-servizz tal-pharmacy of your choice.", "Illum il- ġurnata dan se jibda jsir realta` u se jgħin biex lill-anzjani tagħna li qegħdin fi djarhom u l-familjari tagħhom niffaċilitawlhom l-affarijiet f'dak li għandu x'jaqsam mas-servizz tal-mediċini.", "Hawnhekk irrid ngħid xi ħaġa fuq il-ħela.", "Il-ħela jagħmilha min irid pero` jien nappella lin- nies biex ma jeħdux pilloli u affarijiet oħra li m'għandhomx bżonn.", "L- Onor. Parnis semma każ ta' familja li kellha nofs kamra mimlija prodott simili għall-ħalib.", "Jien ngħid li dawn l-affarijiet mhux l-anzjani jmorru għalihom imma l-familjari tagħhom.", "L-Onor.", "Parnis staqsa għalfejn dawn ma jitteħdux lura.", "Id-dipartiment tas-saħħa ma jistax jeħodhom lura, għax jista' jkun li dawn, per eżempju, kienu f'xi post umdu.", "Allura mbagħad aħna se nagħtuhom lil ħaddieħor?", "Dan japplika wkoll għall-pilloli.", "Ħadd ma jieħu gost jieħu pilloli li qabel kienu għand xi ħaddieħor.", "Dawn l- affarijiet m'humiex skond ir-regola tal-mediċini.", "Għalhekk irridu noqogħdu attenti x'ninsinwaw u x'ngħidu.", "Aħna nikkundannaw il-ħela, pero` żgur li ma nikkundannawx l-użu tajjeb ta' l-affarijiet u s-servizzi eċċellenti fil- qasam tas-saħħa u fil-qasam ta' l-anzjani tagħna.", "Jien ma nixtieqx intawwal, pero` rrid ngħid li dan il-qasam huwa għal qalb ħafna nies.", "Għandna ħafna nies li jaħdmu b'impenn billi jagħtu servizz lill-anzjani tagħna u dan jagħmluh b'ħafna imħabba.", "Jien mhux qed ngħid li ma niltaqgħux ma' sitwazzjonijiet fejn xi nies, anzjani u m'humiex, meta jmissu ma' l-isptar, mad-djar ta' l-anzjani jew ma' xi servizzi, ma jiltaqgħux mal-kuntrarju.", "Niltaqgħu mal-kuntrarju u kultant tibda tgħid għalfejn isiru ċerti affarijiet u li għal ħabba bżar inkunu se nitilfu l- borma.", "Imma l-opinjoni ġenerali tan-nies hija li s-servizz li għandna, għandna nkomplu ntejbuh.", "Anke l-WHO tatna l-konferma li s-servizz li noffru huwa tajjeb.", "Naturalment, bħal kull ħaġa oħra, irridu nimxu 'l quddiem.", "Sur President, il-pass li jmiss huwa li niffokaw aktar fuq il-bżonnijiet individwali pero` mhux li nagħmlu kollox b'mod individwalista.", "Hawnhekk irridu noqogħdu attenti.", "Ma rridux nidħlu fix-xibka ta' l-individwaliżmu, imma rridu nkunu konxji dwar x'għandha bżonn Helen Borg minn Birkirkara - qaluli li hawn xi 3,000 minnhom! - li għandha 60 sena jew 80 sena u x'għandhom bżonn Karmenu Camilleri miż-Żurrieq, Karmenu Camilleri miż- Żejtun, Karmenu Camilleri minn Marsaxlokk u Karmenu Camilleri minn Tas- Sliema.", "Dawn x'qed jistennew mis-servizz tas-saħħa?", "Għal dawn in-nies irridu nkomplu nirfinaw il-ħidma tagħna.", "Qabel nagħlaq irrid nirringrazzja lil kulmin b'xi mod jew ieħor għen biex is-settur tas-saħħa f'pajjiżna seta' jagħtina r-riżultati li qed jagħtina llum.", "Per eżempju, it-tobba tagħna li jmorru barra huma mgħallma f'Malta u l-bażi tat-tagħlim tagħhom huwa pajjiżna.", "Għalhekk meta dawn imorru barra verament nitilfuhom u jien tuġagħni qalbi meta nisma' dan.", "Pero` dawn imorru barra b'eċċellenza u meta jiġu lura jkunu fost l-aqwa.", "Għandna tobba, nurses bravi, careworkers, fiżjoterapisti, occupational therapists u speech therapists bravi ħafna.", "Anke dawk li jmexxu huma bravi.", "Għandna wkoll il-farmaċisti li dan l-aħħar bdew jistaqsu x'se jiġri minnhom minħabba s-sistema tal-pharmacy of your choice.", "Fl-isptar hemm post għall-farmaċisti; posthom huwa li jamministraw il-mediċina u li jaraw li l- mediċina tkun qed tinżamm tajjeb.", "Lil dawn in-nies għandna bżonnhom fl- isptar tagħna.", "Illum dawk li qed jiggradwaw f'dan il-qasam tal-farmaċija bilkemm qed jiġu għandna għax f'Malta stess hemm ċerti opportunitajiet, u hawnhekk nista' nsemmi l-fabbriki tal-farmaċewtika.", "Illum hawn opportunitajiet kbar.", "Illum jekk tiggradwa bħala spiżjar, li tidħol spiżjar mal-gvern m'huwiex l- uniku mod biex tgħix.", "Dik hija d-differenza llum.", "Min jiggradwa bħala nurse mhux bilfors jaħdem mal-gvern.", "Qabel hekk kienet is-sistema; nistudja, niggradwa u l-unika opportunita` li jkolli tkun li naħdem mal- gvern.", "Illum mhux hekk.", "Illum hawn ħafna opportunitajiet, mhux biss barra minn Malta imma anke f'pajjiżna stess.", "Aħna qed nikkompetu magħna nfusna għax għandna riżors uman li huwa tajjeb, imħarreġ, kapaċi u li jista' jagħmel minn pajjiżna pajjiż aktar eċċezzjonali milli hu illum.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Michael Asciak.", "ONOR.", "MICHAEL ASCIAK: Sur President, kultant f'dan il-parlament jingħadu ċerti affarijiet li tibda ġġib għajnejk wara widnejk.", "Mhux qed nirriferi għall-Onor.", "Helen D'Amato għax tkellmet tajjeb, pero` kelliema tan-naħa l- oħra tal-Kamra jgħidu ċerti affarijiet li jien nibda naħseb u ngħid: Imma possibbli l-memorja tagħhom hija tant qasira li ma jiftakrux dak li kien jiġri taħt il-partit Laburista?", "Hawnhekk mhux qed nirriferi biss għal dak li kien jiġri qabel l-1987 imma anke għal dak li kien jiġri fi żmien il- gvern Laburista ta' bejn l-1996 u l-1998.", "L-ewwelnett, ngħiduha kif inhi, il-partit Laburista kien bla viżjoni, għadu bla viżjoni u sakemm jibqa' bil-mentalita` li għandu llum jibqa' bla viżjoni.", "Il-partit Laburista m'huwiex tajjeb biex imexxi lil pajjiżna.", "Ara kemm jiftaħru tan-naħa l-oħra li ġejja l-elezzjoni u li wasal iż-żmien tal-bidla, jien inħoss sinċerament li jkun għajb għal pajjiżna li jitla' l- partit Laburista fil-gvern bil-mentalita` li għandu llum.", "Jien ngħid li veru wasal iż-żmien tal-bidla, bidla fil-partit Laburista u fin-nies li qed imexxu l-partit Laburista llum li għandhom jitneħħew mill-elettorat Malti.", "Lil dawn in-nies il-poplu għandu jħallihom fil-bankijiet ta' l-oppożizzjoni sakemm jitħaddem il-mekkaniżmu intern u jkun hemm tmexxija Laburista ġdida.", "Il-poplu Malti tixraqlu oppożizzjoni soda, tajba u gvern alternattiv, imma l-oppożizzjoni li għandna llum la hija soda, la hija tajba u lanqas hija gvern alternattiv.", "L-oppożizzjoni li għandna llum moħħha biss biex tipprova twaqqa' għaż-żufjett, bil-ħmerijiet u bil-mentalita` dejqa tagħha, l-affarijiet li huma ta' ġid għall-pajjiż u li qed isiru u saru u jibqgħu jsiru minn gvern li għandu viżjoni soda għal pajjiżna.", "Sur President, hawnhekk nixtieq insemmi l-u-turns kbar li għamel il-partit Laburista dwar kollox.", "Il-partit Laburista għamel u-turns fuq il-kunsilli lokali, fuq l- Unjoni Ewropea, fuq il-munita ta' l-ewro u fuq l-isptar ta' Għawdex.", "Per eżempju, dan kien jgħid li l-isptar ta' Għawdex ma jriduhx u m'huwiex tajjeb.", "Fil-fatt meta telgħu fil-gvern Mintoff kien jgħid li dak għandna nagħlquh għax m'huwiex tajjeb u nġibu lill-pazjenti kollha Malta.", "Konna aħna li bnejna l-isptar ta' Għawdex u dejjem saħħaħna s-servizzi tas-saħħa f'Għawdex.", "Sur President, fejn m'għamilx u-turns il-partit Laburista?", "Fl-elezzjoni ġenerali ta' l-1996 niftakarhom jgħidu li kif jitilgħu fil-gvern, l-isptar Mater Dei – dak iż-żmien kien jismu l-isptar San Raffaele – jagħlquh għax m'għandniex bżonnu u li huwa għas-sinjuri.", "Imbagħad fl-1996 telgħu fil- gvern, biddlu l-kuntratt u żiedu n-numru ta' sodod ta' dan l-isptar.", "Għalhekk jekk kien hemm u-turn kbira li għamel il-partit Laburista, din kienet waħda minnhom.", "U bħal din rajna ħafna oħrajn.", "Rajna wkoll u-turn fuq il-VAT u fuq il-cash registers.", "Imbagħad fl-aħħar il-poplu ddejjaq u għamel u-turn lill-partit Laburista u reġa' bagħtu fl-oppożizzjoni!", "Sur President, din hija r-realta`.", "Il-partit Laburista dak li hu tajjeb ma jgħidlux tajjeb u dak li hu ħażin jgħidlu ħażin.", "Il-partit Laburista moħħu biex jikkritika u jwaqqa' għaċ-ċajt il-proġetti tal-gvern u lill-gvern imma mbagħad meta tibda tistaqsih x'għandu għall-poplu Malti u x'se joffrilu aħjar milli qed noffru aħna li għandna record fil-gvern li huwa second to none ....", "Imbagħad jiġi l-Onor.", "Silvio Parnis, bir-rispett kollu lejh, u jgħidlek: Il-poplu Malti x'se jieħu billi naqas id-deficit?", "Meta nisma' dawn l-affarijiet nibda nrodd is-slaleb!", "Il-poplu Malti x'vantaġġ ħa billi daħal fl-Unjoni Ewropea?", "Ma ħa xejn il-poplu Malti!", "Il-poplu Malti ħa €850 miljun f'seba' snin!", "Tajjeb li nfakkru li meta l-partit Laburista kien fil-gvern id-deficit kien ta' Lm150 miljun fis-sena.", "X'vantaġġ ħa l- poplu Malti li d-deficit niżel fejn kellu jinżel?", "Jien niftakar lill- partit Laburista f'din il-leġislatura, qabel ma biddel id-diska, jgħid li jekk jitla' fil-gvern jiżvaluta l-lira, jiġifieri minn 100ċ li jkollok fil- but jibqagħlek 90ċ.", "Jien ngħid li l-kelliema tal-partit Laburista meta jitkellmu ma jkunux jafu x'qed jgħidu.", "Ara llum għax qed jgħidu li huma favur li tidħol il-munita ta' l-ewro u għax niżżilna d-deficit fejn kellna nniżżluh, m'għadhomx jitkellmu fuq id-devalwazzjoni.", "Dawn ma jistgħux jitkellmu fuq id-devalwazzjoni għax il-fatt li niżżilna d-deficit u l-fatt li se tidħol l-ewro jfisser ukoll li ma jistgħux jagħmlu devalwazzjoni.", "Allura issa din m'għadhomx isemmuha.", "Il-fatt li d-deficit niżel ifisser ukoll li żdied l-investiment fil-pajjiż u li hemm ratings aħjar mill- aġenziji internazzjonali fosthom il-Moodies.", "Jien m'iniex involut f'dan il- qasam, pero` naqra l-gazzetti bħal ħaddieħor u nitgħallem u allura naf li b'konsegwenza ta' dak li ġara, ir-ratings għolew u hawn aktar investiment.", "Dak hu li jfisser li tnaqqas id-deficit!", "Ifisser ukoll li l-finanzi tal- pajjiż jitħaddmu b'mod serju u mhux għax tkun ġejja l-elezzjoni f'daqqa waħda kulħadd joħlom li jibda jivvinta l-proġetti u jibda jonfoq u jimpjega n-nies bl-addoċċ biex imbagħad wara ngħidulhom \"daqshekk\" jew nibdew inħawdu xi ħaġa oħra.", "Hawnhekk infakkar li qabel l-elezzjoni ta' l-1987 kienu daħlu 8,000 ruħ mal-gvern.", "Issa din ma jistax jagħmilha aktar il- partit Laburista.", "U mhux il-partit Laburista biss ma jistax jagħmilha, imma lanqas il-partit Nazzjonalista għax issa d-deficit qiegħed taħt kontroll, u hekk għandu jkun.", "Dik hija s-serjeta` ta' l-amministrazzjoni tal-flejjes tal-pajjiż.", "Għalhekk ma nippretendix li jkun hawn kelliema bħall-kelliem li tkellem qabli min-naħa l-oħra tal-Kamra, li jgħidu dawn il-ħmerijiet għax meta nismagħhom nibda ngħid: Imma l-poplu Malti huwa daqshekk miġnun li jikkonsidra li jtella' lill-partit Laburista fil-gvern?", "Fl-opinjoni tiegħi, meta nara u nisma' dawn l-affarijiet nibda ngħid: Miskin l- individwu li vvinta l-accounts u li vvinta x-xjenza ta' l-ekonomija, għax il-partit Laburista dawn lanqas għandhom bżonnhom.", "Mingħalihom jistgħu jħawdu u jgerfxu kif iridu u l-pajjiż jimxi 'l quddiem.", "Il-partit Laburista għandu mentalita` ta' medjokrita` f'kulma jmiss, kemm saħħa, kemm ekonomija, kemm agrikoltura u kemm ambjent.", "Il-partit Laburista huwa l- epitomija tal-medjokrita` f'kollox.", "Kemm ilni f'dan il-parlament – m'ilnix snin kbar, pero` ilni biżżejjed – kważi qatt ma smajt idea tajba min-naħa l- oħra!", "Kieku kultant tisma' idea tajba tkun tista' forsi tgħid li dawn għandhom materja griża li jistgħu jħaddmuha biex iġibu lill-pajjiż 'il quddiem.", "M'għandix dubju li għandhom materja griża, pero` sfortunatament bl-intenzjonijiet tagħhom u bil-metodu kif jaħdmu, din il-materja flok ma jużawha b'mod pożittiv, jużawha b'mod li huwa self-destructive.", "Jien dejjem għedt li jekk irridu li ssir xi ħaġa f'dan il-pajjiż irid ikun hemm il-partit Nazzjonalista fil-gvern, inkella ma jsir xejn.", "Il-partit Laburista baqa' partit tal-bankini u partit tal-bozoz.", "M'iniex qed ngħid li dawk m'humiex importanti, anzi tant huma importanti li aħna ħloqna gvernijiet lokali biex jieħdu ħsiebhom.", "Pero` l-gvern ċentrali ma jistax jibqa' marbut mal-bozoz u mal-bankini u mat-toqob fit-toroq.", "Dawk huma importanti, imma għandhom isiru mill-awtoritajiet li hawn apposta.", "Pero` mbagħad irridu mmorru oltre minn hekk.", "Ma nistgħux nieqfu f'mentalita` ta' dak it-tip.", "Meta kont qed nistudja l-mediċina fl-isptar, flimkien mal-kollega tiegħi tan-naħa l-oħra tal-Kamra l-Onor.", "Michael Farrugia, kien hemm il-partit Laburista fil-gvern.", "Dak iż-żmien huwa wkoll kien jingħaqad magħna biex jipprotesta, u kien jagħmel sewwa jekk kien iħoss li kellu jagħmel hekk.", "Aħna lkoll għexna r-realta` li t-tobba Maltin ħarġu fuq strike għal għaxar snin u meta ssib tabib fl-isptar kont trid tkellmu jew bil-Pakistani jew biċ-Ċekoslovakk jew bir-Russu jew b'xi lingwa oħra bħal dawn.", "Fl-ewwel tliet snin tal-clinical years tiegħi kont nagħmilha ta' interpretu mill- Malti għall-Ingliż, għat-Taljan jew għal xi lingwa oħra, għax iċ-Ċeki mhux kollha kienu jitkellmu l-Ingliż, u nassigurakom li konna nħawduhom lill- pazjenti.", "L-eżami mediku dak iż-żmien kien isir three-way, mill-pazjent lill-interpretu, mill-interpretu lit-tabib, imbagħad nerġgħu mit-tabib lill- interpretu u l-interpretu jerġa' jgħid lill-pazjent.", "Naħseb li l-ħabib tiegħi jiftakarhom dawn iż-żmenijiet li ma tantx kienu sbieħ, meta anke l- istudenti tal-mediċina kellhom joqogħdu jipprotestaw billi jintrabtu biex jieħdu dak li hu tagħhom.", "Sfortunatament għaddejna minn żmenijiet li nispera li ma jerġgħu jiġu qatt.", "Ir-realta` hi li l-partit Laburista poġġa l-mediċina fil-ħama.", "Jien għamilt żmien twil naħdem fis-swali ta' l-isptar San Luqa.", "Meta marru lura s-swali fl-isptarijiet?", "Meta qalgħu daqqa ta' ħarta?", "Meta fetħu l-isptar Karen Grech u fis-swali l-oħra kien hemm roster ta' erba' SRNs f'kull sala, ma kenux ħasbu – għax dawn kollox hekk jagħmlu – biex iżidu l-complement tan-nurses kif sar illum.", "Ara llum waqqafna l-institute of health care, u daħħalna mhux biss nurses, imma anke physiotherapists, radiographers u speech therapists.", "U llum tant qed nipproduċu minn dawn, li barra li jieħu minnhom il-gvern, jieħu wkoll ħaddieħor.", "Pero` dak iż-żmien, meta kienu se jiftħu sptar ġdid, lanqas biss ħasbu biex iżidu l-complement tan-nurses.", "Fetħu l-isptar Karen Grech u meta ġejna b'żewġ sptarijiet, qabdu nofs in- nursing staff li kien hemm fis-swali ta' l-isptar San Luqa u bagħtuhom fis- swali ta' Karen Grech.", "Hemmhekk nassigurakom li l-mediċina f'Malta kienet qalgħet daqqa ta' ħarta kbira u s-servizz fis-swali u fl-isptar dam is-snin biex reġa' ġie fuq saqajh.", "Għax mhux faċli li tmexxi sala b'żewġ staff nurses, speċjalment jekk ikollok nurses bis-sick leave jew bil-vacation leave.", "Imbagħad kien ikollok ammont ta' health assistants u dak iż-żmien kien hemm ukoll is-certified nurses li issa spiċċaw.", "Għax illum imxejna aktar 'il fuq, u n-nurses jistgħu jiksbu l-BSc.", "Din hi r-realta` li kien ibati l-pazjent f'dawk iż-żmenijiet.", "Niftakar li l-qasam tas-saħħa qala' daqqa ta' ħarta kbira wkoll meta għalaq il-Blue Sisters Hospital u St Catherine's Hospital.", "Dawn iż-żewġ sptarijiet kien għalaqhom il-partit Laburista għax kien iffissat li jniżżel lil kulħadd fl-istess livell.", "Flok jgħollu lin-nies biex kulħadd ikun tajjeb, moħħhom kien li jniżżlu lil kulħadd to the lowest common multiple; kulħadd l-istess.", "Tajjeb li kulħadd ikun l-istess, imma biex kulħadd ikun tajjeb l-istess u mhux kulħadd ikun ħażin l-istess.", "Din kienet il- fissazzjoni tal-partit Laburista.", "Din il-mentalita` kienet tidher fl- għeluq ta' l-iskejjel privati u fl-għeluq ta' l-isptarijiet privati.", "X'ġara meta għalqu żewġ sptarijiet privati?", "Dawk l-20% jew 25% tal- popolazzjoni li on average dejjem kienu jirrikorru għall-kura tas-saħħa fil- privat, mhux għax is-servizz fl-isptar tal-gvern huwa ħażin, imma għax iridu servizz privat, għax jistgħu jħallsu għall-kumdita` tagħhom jew għax ikunu jridu tabib li għandhom fiduċja fih, f'daqqa waħda reġgħu waqgħu kollha fuq l-isptar ċentrali tal-gvern.", "U s-servizz tal-kura tas-saħħa f'Malta – hawn m'iniex qed nirriferi għat-tobba biss, imma anke n-nurses, physioterapists, eċċ. – reġa' qala' daqqa ta' ħarta enormi.", "Niftakar kemm kien diffiċli biex nipprovaw inlaħħqu ma' dik il-pressure li kien ikollna.", "F'daqqa waħda żewġ sptarijiet għalqu u l-piż kollu waqa' fuq l-isptar San Luqa.", "Fetaħ l-isptar Karen Grech u l-istaff inqasam fi tnejn.", "Nassigurakom li ħadd ma jrid li jkun jgħix f'dawk iż-żmenijiet li għaddejna minnhom.", "Lanqas int, għax int ukoll kont tiġi tipprotesta magħna.", "U, nerġa' ngħidlek, sewwa kont tagħmel.", "MR SPEAKER: Ippermettili, Onor. Asciak.", "On a point of order, l-Onor.", "Michael Farrugia.", "ONOR MICHAEL FARRUGIA: Sur President, jien m'iniex lest li nħalli lil xi ħadd jgħid xi ħaġa fuqi li ma tkunx eżatta.", "Iva, dakinhar kont nipprotesta, mhux għall-mod kif kienu qed isiru l-affarijiet min-naħa tal- gvern, imma għall-mod kif kienu qed jintgħażlu l-istudenti biex jintbagħtu barra.", "Apparti minn hekk, inħossni onorat li jien kont inservi dak iż- żmien, tajt sehmi lill-poplu Malti u Għawdxi u tajt sehmi mill-aħjar li stajt.", "MR SPEAKER: Onor. Farrugia, dan mhux point of order imma punt ta' kjarifika.", "Ikompli l-Onor.", "Michael Asciak.", "ONOR.", "MICHAEL ASCIAK: Infakkru li dak iż-żmien kien hemm fil-gvern il- partit Laburista.", "Jiġifieri l-Onor.", "Michael Farrugia kien qed jipprotesta fuq xi ħaġa li għamel il-partit Laburista.", "Nerġa' ngħid, kellu dritt jagħmel hekk u sewwa għamel.", "Jien qed ngħid biss kif kienet is-sitwazzjoni dak iż-żmien.", "Illum naraw li s-sitwazzjoni nbidlet mil-lejl għan-nhar.", "Issa din ma ġratx f'daqqa, biex inkunu saqajna fl-art.", "L-affarijiet jieħdu ż-żmien ...", "(Interruzzjonijiet) Kien hemm ħafna taħwid, Onor. Farrugia, u inti taf bit-taħwid!", "MR SPEAKER: No cross debate.", "Onor. Asciak, jekk jogħġbok, indirizza lis- Sedja.", "ONOR MICHAEL ASCIAK: Kieku nibda ngħid l-affarijiet li kienu jsiru, mhux 40 minuta rrid, imma erba' sigħat.", "Illum x'inhi r-realta`?", "Illum għandna sitwazzjoni totalment differenti.", "L-isptarijiet li kien għalaq il-Labour party aħna ftaħniehom.", "Sfortunatmaent li kien intilef ma stajniex inġibuh lura, pero` nfetħu sptarijiet simili u neħħejna 20% mil-load li jaqa' fuq l- isptarijiet tal-gvern.", "Aħna noffru s-servizz lil kulħadd l-istess fl- isptarijiet tal-gvern.", "Kif qalet l-Onor.", "Helen D'Amato qabli, il-World Health Organisation stess ikkonfermat li servizz tas-saħħa tagħna huwa l- ħames l-aħjar servizz fid-dinja.", "J'Alla min ikollu bżonn jiġi l-isptar jinqeda tajjeb, pero` min irid imur fi sptar privat u jħallas good luck to him, lili jkun qed jiffrankali l-ispejjeż.", "Din bħall-kwestjoni ta' l-iskejjel privati.", "Min irid jibgħat lit-tfal tiegħu fi skola privata u jħallas, good luck to him għax lili qed jiffrankali.", "Tant hu hekk li l-gvern qed jagħti refund tat-taxxa lin-nies li jibagħtu lit-tfal tagħhom fi skola privata għax il-gvern jaf li dak l- individwu qed jerfa' l-piż ta' l-edukazzjoni hu.", "Hekk ukoll meta n-nies jagħżlu li jieħdu s-servizzi tas-saħħa fil-privat, qegħdin jiffrankaw lill- gvern ħafna mir-riżorsi li kieku jkunu qed jingħataw lilhom, u ta' dan aħna grati.", "Aħna offrejna l-liberta`.", "Jien ma ngħidx li l-liberta` hija l-aqwa don li Alla ta lill-bniedem, imma żgur li hija t-tieni l-ikbar don li ta lill-bniedem.", "U r-realta` hi li dan il-partit jirrispetta l-liberta` ta' l- individwu u jagħtih kull okkażjoni biex iħaddimha, mentri l-Labour party, minħabba l-fissazzjoni tiegħu li jniżżel lil kulħadd fil-lowest common multiple, qatt ma kien jirrispetta dik il-liberta`.", "Jekk immorru lura fiż- żminijiet u nibdew insemmu x'kien jiġri ma nispiċċaw qatt.", "Illum wasalna lejlet il-ftuħ ta' l-isptar Mater Dei, idea tal-partit Nazzjonalista, għalkemm illum nisimgħu lill-partit Laburista jgħid li kien hu li ħareġ bl-idea ta' l-isptar il-ġdid.", "Jekk tara l-gazzetti tal-partit l-ieħor u tisma' s-Super One, tista' tieħu l-impressjoni li din kienet idea tal-partit Laburista.", "X'inhu l-ħsieb tagħna?", "Il-ħsieb tagħna huwa li ngħollu lil kulħadd fl-aħjar livell possibbli.", "Aħna mhux bħal- Labour party, iffissati li inniżżlu lil kulħadd fl-iktar livell baxx.", "Aħna rridu ngħollu lil kulħadd fl-ogħla livell possibbli.", "Se jiftaħ dan l-isptar u nafu li se jkun sptar state of the art.", "Se jkun sptar li se nkunu kburin bih u se jkun sptar b'intenzjoni tajba oħra, li jservi ta' eċċellenza medika fil-Mediterran biex jiġbed lejh numru ta' operazzjonijiet li ovvjament jitħallsu mill-barranin li jiġu f'dan l-isptar.", "Dan ikun qed jgħin lill-kaxxa ta' Malta u jgħin ukoll biex l-isptar ikun iktar sostenibbli.", "Lil-Labour party ngħidlu: Your slip is showing.", "L-għeneb qares li għandu fuq dan l-isptar sfortunatament qed jidher kuljum, iktar ma jgħaddi ż- żmien.", "Per eżempju, għax nhar it-Tnejn għamlet ix-xita, instaddet katusa u daħal l-ilma fl-isptar il-ġdid, għamlu dan l-għaġeb kollu!", "Id-dar tiegħi qatt ma għerqet, pero` t-Tnejn li għadda għerqet u naħseb li ma kienx hawn dar f'Malta u f'Għawdex li nhar it-Tnejn li għadda ma daħlilhiex ilma.", "Mela għax instaddet katusa u nqalgħu erba' tiles bdew jgħidu li l-isptar għereq u smajna ħafna ewfemiżmi u metafori!", "Sur President, jien naf biss li fid-29 ta' Ġunju l-isptar se jiftaħ u l- poplu Malti ...", "(Interruzzjonijiet) Issa jegħreq tibżax!", "Dak nieħdu ħsiebu aħna biex ma jegħriqx.", "Fl-Imnarja l-poplu Malti se jkun jista' jara b'għajnejh u jmiss b'idejh it-titjib fis-servizzi li se jibdew joħorġu minn dan l-isptar.", "Fi żmien tliet xhur, bejn wieħed u ieħor, huwa maħsub li s- servizzi kollha jmorru fl-isptar il-ġdid, imbagħad naraw min verament għandu s-servizzi tas-saħħa għal qalbu.", "Il-Labour Party dejjem jeqred u jgorr, nistħajlu qisu dawk is-sireni ta' żmien Jason and the Argonauts, fejn kien ikun hemm is-sireni fuq il-blat joqogħdu jgħannu u jgħajtu lin- nies u lill-baħrin kienu jorbtuhom bil-ħbula mal-vapur biex il-vapur ma jinkaljax.", "Il-Labour party dejjem jeqred u jingħi biex il-poplu Malti jinkalja miegħu.", "Imma aħna ngħidu lill-poplu Malti biex joqgħod attent għax meta l-Labour party jaġixxi b'dak il-mod, ikun qed jinganna.", "Illum il-Labour party mhux qed jgħid li meta kont student tal-mediċina jien, 25 sena ilu, il-life expectancy għall-irġiel kienet ta' xi 70 jew 75 sena, probabbilment inqas.", "Dak iż-żmien jekk kienu jinstaddulek l-arterji ta' qalbek kont tibqa' sejjer għand Alla.", "X'differenza llum!", "Dak iż-żmien konna nistagħġbu meta kienu jibagħtu lil xi ħadd l-Ingilterra biex jagħmlulu l-bypass jew biex jibdlulu valve f'qalbu.", "Illum fejn isiru l- operazzjonijiet kollha tal-valves, tal-bypass u l-heart transplants?", "Meta Mr Bernard għamel l-ewwel transplant kulħadd baqa' mbellah fis-South Africa.", "Illum it-transplants isiru anke f'Malta.", "Il-pazjenti li jidħlu fl- isptar San Luqa biex jagħmlu angiograms u angioplasties żdiedu b'eluf kbar.", "Ir-riżultat ta' dan huwa Ii l-life expectancy ta' l-irġiel hija ta' 80 sena u tan-nisa ta' 83 jew 85 sena.", "Il-fatt li lill-bniedem żidtlu l-ħajja b'20 sena oħra għamlet differenza kbira anke fil-kwalita` tal-ħajja.", "Veru li waqa' piż akbar fuq l-isptarijiet ta' l-anzjani, imma kif qalet l-Onor.", "Helen D'Amato qabli, aħna għalhekk tejjibna St Vincent de Paule residence, tejjibna Boffa Hospital u Zammit Clapp Hospital, u numru kbir ta' djar ta' l-anzjani.", "Dawn is-servizzi kollha daħħalniehom biex jilqgħu għall-fatt li l-kwalita` tal-ħajja f'Malta marret 'il quddiem, is-servizzi fl-isptar marru 'l quddiem u, jekk Alla jrid, se jkomplu sejrin 'il quddiem.", "Il-kelliem Laburista ta' qabli qal li t-taxxa fuq il-preskrizzjoni tal- mediċini kienet taxxa tajba.", "Tant kient taxxa tajba li wara sena u nofs il- Labour party reġa' spiċċa fl-oppożizzjoni!", "Jien ngħid li waħda mir- raġunijiet għaliex il-Labour party mar lura fl-oppożizzjoni hija għaliex spiċċa l-partit tal-lemin ta' Malta; kien tilef totalment l-aspettattiva soċjali tiegħu.", "It-taxxa ta' 50ċ kienet iddaħħlet fuq kull riċetta.", "Issa wieħed irid iqis li jkun hemm min ikollu tlieta jew erba' riċetti.", "Kienet ħaġa pwerili li toqgħod tiċċarġja 50ċ għal kull riċetta li ssir.", "Bil-Malti ngħidu nraqqgħu l-pannu bil-qargħa aħmar.", "Barra minn dan, irridu niftakru li kien hemm dawk it-33 taxxa li għamel il-Labour party u li qatt ma kien semmiehom qabel l-elezzjoni.", "Sur President, meta l-kelliema tal-Labour party jgorru fuq l-impjant ta' Sant Antnin u nistaqsuhom fejn se jagħmluh meta jkunu fil-gvern, dawn jgħidulna li diġa` għażlu erba' postijiet, imbagħad jaraw.", "Meta nistaqsuhom fejn huma dawn l-erba' postijiet jgħidulna li issa m'hux il-waqt li jiżvelawhom, imbagħad jgħidulna meta jkunu fil-gvern.", "Għandhom jgħidulna issa mhux meta jkunu fil-gvern.", "Il-poplu Malti issa jrid ikun jaf.", "L- istess għamlu fuq it-33 taxxa; ma qalu xejn qabel l-elezzjoni.", "Kienu wiegħdu wkoll li se jneħħu l-VAT u mbagħad daħħlu s-CET.", "Kienu wiegħdu li se jneħħu l-cash registers u dawn reġgħu daħħluhom, u biċ-ċomba wkoll.", "Imbagħad bdew ġejjin it-taxxi, fosthom il-liċenzja biex tidħol il-Belt, li telgħet għal Lm20.", "Issa din neħħejnieha, imma ħadd ma qal xejn.", "It-taxxa li għamel il-partit Laburista biex in-nies jidħlu l-Belt se titneħħa minn fuq il-karozzi.", "(Interruzzjonijiet) Dak m'għandux x'jaqsam.", "L-importanti li intom daħħaltuha u aħna neħħejnieha.", "Sur President, il-gvern Laburista għamel taxxa fuq id-drenaġġ, taxxa fuq il- garaxx, taxxa fuq il-meter ta' l-ilma, taxxi telgħin u taxxi neżlin.", "U dan kollu seħħ f'sena u nofs, mhux wara ħames snin.", "F'sena u nofs il-poplu Malti spiċċa bi 33 taxxa, u dawn jgħajru lilna bit-taxxi!", "Għamlu 33 taxxa u xorta fallew il-kaxxa ta' Malta għax tellgħu deficit ta' Lm150 miljun.", "Dan hu l-partit Laburista.", "Kemm qalu affarijiet!", "Qalu li l-istipendji ma kenux se jmissuhom, imma kif telgħu bye bye l-istipendji!", "(Interruzzjonijiet) M'għandhomx x'jaqsmu l-istipendji t'issa, Onor. Farrugia.", "M'għandhomx x'jaqsmu.", "L-istess fil-każ tal-kunsill tat-tarzna, l-ewwel qalu li se jibqa' hemm u kif telgħu fil-gvern, arrivederci Roma!", "Telaq kollox.", "Din m'hijiex oppożizzjoni li tista' toqgħod fuqha, m'hijiex oppożizzjoni li tista' tafdaha.", "U fil-ħajja dik kollox, it-trust.", "The Labour party betrays the trust of the people.", "Il-partit Laburista ma tistax tafdah.", "L-Onor.", "Helen D'Amato għandha raġun tgħid li meta l-partit Nazzjonalista jkun fil-gvern titla' l-aspettattiva tal-poplu.", "Veru, mill-ewwel titla' l-aspettattiva.", "Ara meta telgħu huma fil-gvern fl-1996 u ffriżaw l-applikazzjoni ta' Malta għas-sħubija fl-Unjoni Ewropea għax ma kenux jemmnu fl-Ewropa,f' daqqa waħda ħadna nose-dive.", "U żgur, min se jiġi jinvesti hawn?", "Ħadna nose- dive, waqqgħu l-aspettattiva tal-poplu Malti kollu u mbagħad nafu x'ġara.", "Kif imbagħad erġajna tlajna aħna fl-1998, l-aspettattiva reġgħet telgħet.", "Dak hu l-partit Nazzjonalista.", "Dak hu l-partit Laburista.", "Tista' taqsamha b'sikkina d-differenza, mhux fil-politika biss, imma anke fil-mentalita` tagħhom.", "Illum sfortunatament għadek tismagħhom jitkellmu kontra l-Unjoni Ewropea.", "Għadek tismagħhom jitkellmu qisna għadna qabel ir-referendum.", "Hawn deputati minn dan il-parlament – mhux se noqgħod insemmi ismijiet - li jekk tismagħhom jitkellmu taħseb li għadna ma dħalniex fl-Unjoni Ewropea.", "Ilna tliet snin fl-Unjoni Ewropea u f'Jannar li ġej se tidħol il-euro, u għadek tismagħhom jgħidu: Għax l-Unjoni Ewropea \"hekk\" u l-Unjoni Ewropea \"hekk\"!", "Nhar l-Erbgħa sejrin Brussels niltaqgħu mal-Kummissjoni Ewropea.", "Nofs il- backbenchers Laburisti ġejjin, u sewwa jagħmlu għax hemmhekk se jkollna l- opportunita` li niltaqgħu mal-kummissarji Ewropej.", "Dan ma ġarax minħabba l- partit Laburista, imma minħabba l-partit Nazzjonalista.", "Jiddispjaċini ngħid li l-partit Laburista huwa kompletament bla viżjoni.", "Niftakar li darba politiku Laburist kbir qal: M'hux fl-interess tagħna li l-poplu Malti u Għawdxi jkun edukat għax ladarba l-poplu Malti u Għawdxi jkun edukat, aħna nibqgħu fl-oppożizzjoni.", "U hekk ġralhom dawn, baqgħu fl- oppożizzjoni.", "Għax aħna taf x'għamilna?", "Qed nedukaw lill-poplu Malti u Għawdxi!", "MR SPEAKER: Ippermettili Onor. Asciak.", "L-Onor.", "Michael Farrugia on a point of order.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Mr Speaker, xbajt nisma' lill-kollega jimmiżlijdja lil din il-Kamra mill-bidu sat-tmiem.", "MR SPEAKER: Dan mhux point of order, Onor. Farrugia.", "Hu għandu r- responsabbilta` ta' dak li jgħid.", "L-Onor.", "Michael Farrugia, bil-permess ta' l-Onor.", "Asciak.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Ma jistax ikun li kelliem jimmiżlijdja lill-Kamra l-ħin kollu.", "ONOR.", "MICHAEL ASCIAK: Dik hija opinjoni tiegħek.", "Dan mhux point of order.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Dan huwa point of order fuq misleading u se ngħid fejn qed jimmiżlijdja.", "ONOR.", "MICHAEL ASCIAK: Dan mhux point of order.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Ma jistax jiddeċiedi l-Onor.", "Asciak jekk hux point of order jew le.", "MR SPEAKER: Ippermettili ftit, Onor. Farrugia.", "Jien diġa` għedtlek li dan m'huwiex point of order.", "Jekk l-Onor.", "Asciak jagħtik l-opportunita` biex tispjega l-punt tiegħek, allura għandek il-fakulta` li tikkjarifika l-punt tiegħek.", "ONOR.", "MICHAEL ASCIAK: L-Onor.", "Farrugia jista' jagħmel il-punt tiegħu fil- qosor għax fadal ħames minuti biss.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, fil-qosor jekk jogħġbu.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Jekk trid, lest nagħtik extension biex nagħmel tajjeb għall-ħin li nkun ħadtlek!", "Waħda mill-affarijiet li l-partit Nazzjonalista huwa magħruf għaliha hija appuntu li kelliem ewlieni tal- partit Nazzjonalista fl-antik, is-Sur Panzavecchia, kien qal dawn il- preċiżi kelmiet: Huwa ta' għajb li jiġi l-Onor.", "Membru li jinsa l-istorja tal-partit tiegħu u jitfagħha fuq ħaddieħor.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Ikompli l-Onor.", "Asciak.", "Jekk jogħġbok indirizza lis- Sedja, u m'hemmx cross debates.", "ONOR.", "MICHAEL ASCIAK: Mr Speaker, jien niftaħar li fil-partit Nazzjonalista kien hemm nies bħal Monsinjur Dandria li għall-edukazzjoni f'pajjiżna ma kien hemm ħadd li għamel, jekk mhux iktar minnu, almenu daqsu.", "Pero` ma rridx ninqabad fin-nassa ta' l-oppożizzjoni li qed jipprovaw jiżvijawni minn dak li rrid ngħid.", "Issa wasalna għal ġawhra oħra li se jdaħħal il-partit Nazzjonalista.", "Din hija l-iskema tal-pharmacy of your choice, jiġifieri li dak li jkun jista' jagħżel hu l-ispiżerija minn fejn iġib il-mediċina.", "Wara li għamilna żmien twil nisimgħu lill-oppożizzjoni tattakka lill-gvern li qed ikun hemm queues twal fl-ispiżerija ta' l-isptar u fl-ispiżeriji tal-polikliniċi biex in- nies jieħdu l-mediċini, issa ħriġna b'din l-idea.", "Din m'hix idea ġdida u lanqas hi idea tagħhom, hija idea tagħna.", "U mhux billi l-kollega ta' l- oppożizzjoni qal li kien se jdaħħalha fl-1998, xahrejn qabel l-elezzjoni ġenerali.", "(Interruzzjonijiet) Jumejn?", "Jumejn aħjar!", "Mela din hija skema li tista' tvaraha f'jumejn?", "Jien ngħidlek li lanqas f'xahrejn.", "Din kienet idea tal-partit Nazzjonalista, tant li tista' ssibha fil-manifest elettorali ta' l-1987.", "U issa se nagħmluha.", "Il-partit Nazzjonalista se jagħmilha.", "MR SPEAKER: F'dan il-mument l-Onor.", "Asciak huwa in possession u allura għandu d-dritt li jitkellem u għandu r-responsabbilta` ta' dak li jgħid.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Għandu d-dritt li jitkellem imma mhux li jgħid li jrid.", "L-ewwelnett ma kienx jumejn qabel l-elezzjoni.", "MR SPEAKER: Onor. Farrugia, dan mhux point of order.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: L-Onor.", "Asciak qed jimmiżlijdja lill-Kamra u la qed jimmiżlijdja lill-Kamra, jien għandi dritt nagħmel point of order.", "U rrid nuri għaliex qed ngħid li dan hu point of order.", "MR SPEAKER: Onor. Farrugia, dan mhux point of order.", "L-Onor.", "Asciak għandu r-responsabbilta` ta' dak li jgħid u hekk jitmexxew id-dibattiti hawn ġew.", "Inti kellek il-ħin tiegħek u ħadtu kollu.", "ONOR.", "MICHAEL ASCIAK: Mr Speaker, jien se nkompli nitkellem għax fadalli żewġ minuti.", "L-Onor.", "Michael Farrugia qed jaħlili l-ħin apposta.", "MR SPEAKER: Ippermettili ftit, Onor. Asciak.", "Onor. Farrugia, jekk il- point of order huwa dak li diġa` għedt, is-Sedja ddikjarat li dak mhux point of order.", "Issa jekk għandek xi point of order ieħor, għidilna x'inhu.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Il-point of order huwa li l-Onor.", "Michael Asciak qiegħed jimmiżlidja lill-Kamra!", "U rrid nispjega fejn qiegħed jimmiżlidja lill-Kamra.", "ONOR.", "MICHAEL ASCIAK: Sur President, l-Onor.", "Farrugia diġa` tkellem fil-ħin tiegħu.", "MR SPEAKER: Onor. Farrugia, f'dan il-mument l-Onor.", "Michael Asciak huwa in possession u għalhekk għandu d-dritt li jkompli bid-diskors tiegħu.", "Għaldaqstant nistieden lill-Onor.", "Asciak sabiex ikompli bid-diskors tiegħu.", "ONOR.", "MICHAEL ASCIAK: Sur President, dawn huma t-tattiċi tal-partit Laburista!", "Ħadd ma jista' jitkellem bihom!", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Nerġa' nsejjaħ lill-Onor.", "Farrugia fuq point of order.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Sur President, il-point of order tiegħi kien fuq dak li qal l-Onor.", "Michael Asciak għaliex qiegħed jimmiżlijdja lill-Kamra.", "Ta' l-anqas nistenna ruling min-naħa tas-Sedja fuq il-gideb li qiegħed jingħad f'din il-Kamra.", "MR SPEAKER: Onor. Farrugia, ma tistax timputa fuq is-Sedja ħwejjeġ bħal dawn.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Sur President, nimputah għaliex inti qiegħed taċċetta li ma jiġix ikkoreġut il-gideb li qiegħed jingħad.", "MR SPEAKER: F'dan il-mument l-Onor.", "Asciak huwa in possession u huwa jerfa' r-responsabbilta' ta' dak li jgħid.", "L-istess ħaġa għandu jagħmel kull membru ieħor.", "(Interruzzjonijiet) Issa daqshekk.", "Kompli, Onor. Asciak.", "ONOR.", "MICHAEL ASCIAK: Sur President, jiena nistieden lill-membri ta' l- oppożizzjoni sabiex jaqraw dak li jgħid il-programm elettorali tal-partit Nazzjonalista ta' l-1987.", "Irrid ngħid li din l-iskema tal-mediċini li se tiġi introdotta se tkun ta' ġid kbir għall-poplu Malti għaliex permezz tagħha jispiċċaw il-queues, tispiċċa l-istennija u kulħadd ikun jista' jieħu l-mediċini li għandu bżonn bil-kumdita` kollha mill-ispiżeriji tar- raħal tiegħu.", "U se jkun il-partit Nazzjonalista li rnexxielu jdaħħal din l- iskema.", "Aħna kburin b'dan għaliex permezz ta' din l-iskema se nkomplu ngħollu l-livell tas-servizz tas-saħħa f'Malta.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Carmelo Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Sur President, l-ewwel rimarka tiegħi hija li llum suppost li qegħdin nitkellmu l-abbozz ta' liġi li jemenda l-Att dwar il- Mediċini.", "Jiena segwejt dak li ntqal f'dan id-dibattitu u ħlief fuq l- impjant tar-riċiklaġġ ta' Wied il-Għajn, fuq l-istipendji u fuq kif kienu l- finanzi tal-pajjiż bejn l-1996 u l-1998, ma smajtx.", "Smajt ukoll gideb jingħad f'din il-Kamra mill-kelliem ta' qabli, liema gideb ma ġiex sostanzjat.", "Fil-fatt l-Onor.", "Farrugia pprova jiġbed l-attenzjoni għall- fatt li qed jingħad dan il-gideb, pero` l-kelliem ta' qabli baqa' għaddej mingħajr ma pprovda dokumenti li jissostanzjaw dak li kien qiegħed jgħid.", "Fl-aħħar mill-aħħar min kien ministru dak iż-żmien, jiġifieri l-Onor.", "Michael Farrugia, żgur li jaf aktar minnu.", "Jekk se nimxu fuq dak li kien qal il-Prim Ministru Gonzi matul il-ġimgħa li għaddiet, l-Onor.", "Michael Asciak kellu jitwaqqaf minn dak li kien qiegħed jgħid, jew inkella s-Sedja kellha tiġbidlu l-attenzjoni ħalli jitkellem fuq l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna u mhux jitħalla jdaħħal affarijiet li assolutament m'għandhom x'jaqsmu xejn mas-sustanza ta' l-abbozz ta' liġi.", "Il-prim ministru qalilna li għandna nimxu ma' l-iStanding Orders u dawn jgħidu ċar u tond li l-kelliem fit-Tieni Qari jrid jitkellem fuq l- abbozz ta' liġi li jkollu quddiemu.", "Issa, safejn naf jien, l-impjant tar- riċiklaġġ ma jissemmiex fl-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna li jittratta l-Att dwar il-mediċini!", "Safejn naf jien l-istipendji ma jissemmewx fl-abbozz ta' liġi!", "Safejn naf jien, is-sitwazzjoni tal-finanzi bejn l-1996 u l-1998 skond l-Onor.", "Michael Asciak, ma tissemmiex fl-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna!", "Għaldaqstant, ladarba ġie aċċettat li l- Onor. Asciak jitkellem fuq dawn is-suġġetti, jien ma nistax inħalli dan il- gideb u t-tgħawwiġ ta' fatti jibqgħu għaddejjin.", "Li kieku l-gideb u t- tgħawwiġ tal-fatti u l-wegħdiet fiergħa jiġu ntaxxati, żgur li llum ma kienx ikollna problemi fil-finanzi ta' pajjiżna!", "Sur President, mingħajr ma naqa' fl-istess nassa ta' l-Onor.", "Michael Asciak, ikun tajjeb li nfakkar ftit lill-Kamra u lil min qiegħed jismagħna li meta tela' l-gvern Laburista fl-1996, sab tliet problemi prinċipali ma' wiċċu li kienu jinvolvu kontijiet pendenti ta' miljuni kbar ta' liri.", "Wieħed minn dawn il-kontijiet kien ta' l-iskejjel tal-Knisja li kellhom miljuni kbar xi jħallsu f'arretrati.", "Dawn il-kontijiet ma kenux tħallsu fi żmien il-gvern Nazzjonalista ta' qabel l-1996, pero` l-Onor.", "Michael Asciak ftaħar bl-iskejjel privati.", "Kien hemm kont ieħor pendenti għal toroq li kienu saru qabel l-elezzjoni ta' l-1996 biex jipprovaw jiġbru ftit voti.", "Dawn ukoll kienu jammontaw għal miljuni kbar ta' liri li kienu għadhom ma tħallsux.", "It-tielet kont kien dak li għandu x'jaqsam mal-mediċini, fejn kien hemm miljuni kbar ta' liri f'arretrati li kienu għadhom ma tħallsux għall-mediċini.", "Tant hu hekk, li l-importaturi tal-mediċini kienu heddew lill-gvern Laburista ta' l-1996 li jekk ma jħallasx dawn il-kontijiet fi żmien raġunevoli, ma kenux se jbigħu pilloli u mediċinali lill-gvern Laburista.", "Dawn il-kontijiet fuq il-mediċini kienu jammontaw għal bejn Lm7 miljun u Lm8 miljun.", "Imma dawn l-affarijiet ma semmihomx l-Onor.", "Asciak.", "Naturalment għall-Onor.", "Asciak ix-xemx dejjem titla' mill-1987 lil hawn, mentri dak kollu li sar qabel, kien kollu ħażin.", "L-Onor.", "Asciak ipinġi dak iż-żmien b'ħafna nies imutu fit-triq bil-ġuħ!", "Imma fil-verita` kien gvern Laburista li qered il-faqar minn Malta.", "Meta suppost konna agħar naħseb li konna aħjar għaliex ma kienx hemm waiting lists fl-isptar.", "Illum hemm waiting-lists twal għal diversi tipi ta' operazzjonjiet u appuntamenti.", "U dan meta suppost li qegħdin ħafna aħjar minn qabel.", "Meta llum suppost qegħdin ħafna aħjar, insibu polyclinics - li kulħadd jgħid kemm huma importanti għaliex jifformaw parti mill-primary health care – li kellhom jingħalqu jew jiġu ristretti fil-ħin tal-ftuħ tagħhom għaliex m'hemmx tobba għalihom.", "U dan meta llum suppost li qegħdin ħafna aħjar!", "Illum għandna sptarijiet privati li qegħdin imorru għand il-gvern sabiex jagħmlu arranġamenti miegħu fuq is-sodod, meta fiż-żmien meta suppost li konna agħar, il-gvern Laburista kien talab is-sodod fis-settur privat u ħallas għalihom hu.", "Dan kien fi żmien meta konna ħafna agħar u llum, li suppost qegħdin ħafna aħjar, għandna dawn il-problemi!", "Sur President, il-kelliem ta' qabli semma l-iskema ta' l-ispiżerija ta' l- għażla tiegħek.", "Jien hawnhekk m'għandix il-programm elettorali tal-partit Nazzjonalista u ma nafx jekk nagħmilx tajjeb li noqgħod fuq il-kliem li qal l-Onor.", "Asciak meta smajt tant gideb u tagħwiġ ta' fatti.", "Imma fuq dan l- argument se noqgħod fuq il-kelma tiegħu.", "Mela l-Onor.", "Membru qalilna li l- ispiżerija ta' l-għażla tiegħek kienet wegħda elettorali tal-partit Nazzjonalista fl-1987.", "Madankollu llum qegħdin fl-2007 u jekk il-kontijiet tiegħi huma tajbin, diġa` għaddew 20 sena minn dik il-wegħda.", "Jekk sabiex nimplimentaw xi ħaġa - li se tibda bi prova – rridu nieħdu 20 sena, dan jikkonferma l-għajta tagħna u tal-maġġoranza tal-poplu Malti dwar il-bżonn ta' bidla fit-tmexxija tal-pajjiż.", "Ma jistax ikun mod ieħor għaliex il- bżonn tal-bidla jidher anke minn dawn l-affarijiet.", "Ftit taż-żmien ilu kellna stqarrija mill-prim ministru fejn qalilna li ninsabu fejn qegħdin, anke fil-qasam ta' l-edukazzjoni u t-taħriġ, minħabba l-gvern Laburista.", "U kien qiegħed jirriferi għall-gvernijiet Laburisti ta' qabel l-1987.", "Li jkollok gvern li f'20 sena ma rnexxilux ibiddel dak li xtaq ibiddel, u qiegħed jgħid li għad għandna konsegwenzi li ġejjin minn 20 sena ilu, jikkonferma aktar kemm dan il-pajjiż għandu bżonn ta' bidla fil- gvern.", "U jekk jista' jkun din il-bidla għandha sseħħ illum qabel għada.", "Imbagħad l-Onor.", "Asciak semma t-taxxa ta' 50ċ fuq ir-riċetti mediċinali.", "Iċ-charge ta' 50ċ li kienet ma' riċetta li jista' jkollok numru ta' pilloli miktubin fuqha, kienet intenzjonata sabiex tiftaħ kampanja edukattiva fuq il-ħela tal-mediċini.", "Min jaħdem f'dan il-qasam jgħidlek li hemm nies li ma joqogħdux jaraw jekk fadlilhomx aktar pilloli, imma meta jkun imisshom jaqbdu u jmorru jġibu aktar skond ir-riċetta.", "Smajna b'sitwazzjonijiet fejn wara li jmutu xi anzjani, jsibulhom kxaxen sħaħ mimlijin pilloli u riħa taqsam ta' pilloli mad-dar tagħhom.", "Illum kulħadd jgħid, inkluż il- gvern stess, li l-kont tal-pilloli sploda u li qegħdin nonfqu miljuni kbar ta' liri fuq il-mediċini.", "Imma għaliex aħna pprovajna nedukaw lill-poplu billi nagħmluh aktar konxju mill-ġbir tal-pilloli, spiċċaw ikkundannawna.", "Smajniehom jgħidu li dik kienet taxxa anti-soċjali.", "Issa safejn naf jien – u hawnhekk subject to be correced – din kienet waħda mill-proposti li l- gvern Nazzjonalista kien qiegħed jikkonsidra qabel l-1996.", "Ma laħqux daħħluha minħabba li ġiet l-elezzjoni, pero` din kienet waħda mill-proposti li l-gvern Nazzjonalista kien qiegħed jikkonsidra.", "L-Onor.", "Asciak semma wkoll il-famużi 33 taxxa.", "Nixtieq li xi ħadd jagħmilli lista ta' kemm neħħa taxxi l-gvern Nazzjonalista mill-1998 lil hawn.", "Mhux hekk biss imma ma' dik il-lista, għandu jagħmel lista oħra ta' taxxi li daħlu mill-1998 sal-lum.", "Jiena naħseb li mhux 33 taxxa jiġu imma aktarx li naqbżu t-330 taxxa!", "Biżżejjed insemmu l-VAT li minn 15% telgħet għal 18%.", "Il-VAT daħlet ukoll fuq affarijiet ta' l-edukazzjoni u ta' apparat mediku.", "Allura dawn l-affarijiet ma jsemmihomx l-Onor.", "Asciak?", "Isemmi biss dak li jaħseb li jista' jpinġi f'dawl sabiħ lill-partit tiegħu.", "Ma nagħtihx tort u jagħmel sew, pero` jrid ikun ukoll oġġettiv u ġust ma' l-istorja.", "Ma nistgħux ngħidu li bejn l-1971 u l-1987 kellna diżastru.", "Ovvjament fis-snin sittin kellna gvern Nazzjonalista u allura kollox kien tajjeb dak iż-żmien!", "Tant kellna kollox tajjeb li l-Maltin li kienu emigraw bdew jiġu lura!", "Imma fil-fatt ġara bil-maqblub għaliex il-Maltin dak iż-żmien komplew jemigraw għax ma rawx futur f'pajjiżhom.", "Għalhekk meta nitkellmu, kemm naħa u kemm oħra, għandna nkunu oġġettivi fi kliemna.", "Nagħmlu żball jekk gvern ma jibnix fuq it-tajjeb ta' qablu.", "Ċertament li fl-1987 il-gvern Nazzjonalista sab affarijiet tajbin li kompla jibni fuqhom.", "L-istess wara l-elezzjoni li jmiss, gvern Laburista se jkompli jibni fuq it-tajjeb li sar mill-gvern preżenti.", "Madankollu għandna l-pjani tagħna, li ilna għaddejjin bihom ix-xhur, sabiex nuru t-triq 'il fejn irridu nwasslu lil pajjiżna.", "Għalhekk naħseb li rridu nkunu ġusti magħna nfusna ħalli fl-aħħar mill-aħħar, intejbu l-livell ta' l-għajxien tal-poplu tagħna.", "L-Onor.", "Asciak semma wkoll il-life expectancy.", "Imma din m'hijiex xi ħaġa tal-lum.", "Jekk il-life expectancy dak iż-żmien kienet ta' 70 jew ta' 75 sena f'pajjiżna, f'pajjiżi barranin ma kenitx ta' 80 u 90 sena.", "Veru li llum il- life expectancy żdiedet, imma għaliex il-mediċina avvanzat bħalma avvanzat f'pajjiżi oħrajn.", "Imma issa Allaħares pajjiżna ma jaddottax riċerka u żviluppi ta' avvanz li saru f'pajjiżi oħra!", "Jiena niftaħar kemm ma' Maltin u anke ma' barranin bil-livell ta' edukazzjoni li toffri l-universita` ta' Malta f'dak li għandu x'jaqsam mal-qasam tal-mediċina.", "Għalfejn m'għandix niftaħar?", "Ma niftaħarx bil-livell ta' l-universita' ta' Malta għaliex f'dawn l-aħħar 20 sena kien hawn gvern Nazzjonalista?", "Din hija mentalita` dejqa ta' politiċi antikwati bħall-Onor.", "Asciak, li jara b'nuċċali iswed lill-oppożizzjoni u b'nuċċali abjad jew inkella f'xemx tisreġ lin-naħa tiegħu biss.", "Nerġa' ngħid li din hija mentalita` dejqa.", "Sur President, fl-opinjoni tiegħi għandna ċerti affarijiet fil-qasam mediku u fis-servizzi li jiġu offruti min-nies professjonali, li għandhom jagħmluna kburin.", "U għaliex m'għandniex nirrikonoxxu l-ħidma ta' dawn in- nies?", "Minkejja d-diffikultajiet kollha li jiltaqgħu magħhom, dawn in-nies qegħdin jagħtu servizz mill-aħjar li jistgħu.", "Min-naħa l-oħra nikkundanna lil dawk il-ftit li jabbużaw mis-servizz pubbliku sabiex jiggwadanjaw fis- servizz privat.", "Nikkundannahom għaliex qegħdin jolqtu lin-nies fuq l-aktar ħaġa għażiża għalihom, is-saħħa.", "U hemmhekk irridu naraw x'għandna nagħmlu.", "Jien m'għandi l-ebda dubju mis-servizz ta' kwalita` li jagħtu l- professjonisti kollha f'pajjiżna, kemm fis-settur privat, kif ukoll fis- settur pubbliku.", "Pero` hemm il-ftit li jagħmlu l-ħsara lill-professjoni tagħhom.", "Hemm il-ftit li jibqgħu joħorġu ċertifikati bl-addoċċ lit-tfal ħalli dawn ma jattendux skola.", "Din hija xi ħaġa li m'għandhomx jagħmluha.", "Ftit huma dawn in-nies, pero` qegħdin jagħtu isem ħażin lill-professjoni kollha.", "Hekk ukoll huma ftit dawk in-nies li jinqdew bis-settur pubbliku sabiex jiggwadanjaw fis-settur privat.", "Dan ukoll huwa ħażin.", "Problema oħra li rridu nħarsu lejha, jekk irridu li s-settur tas-saħħa verament jimxi 'l quddiem, hija s-sitwazzjoni ta' brain-drain li għaddejjin minnha f'dawn l-aħħar snin.", "Din hija xi ħaġa li ma nistgħux nibqgħu għaddejjin biha.", "Għaliex inkella kif se noffru servizz ta' livell aħjar għaċ-ċittadini tagħna?", "Wara li l-pajjiż ikun investa f'dawn in-nies, dawn qegħdin ikollhom jitilqu minħabba l-kondizzjonijiet tax-xogħol li għandhom.", "Il-pajjiż huwa li jinvesti u mhux il-gvern.", "Il-gvern jinvesti mit-taxxi tal-poplu.", "Meta nitkellmu fuq il-gvern f'dan il-kontest, inkunu qegħdin nitkellmu fuq it-taxxi li jħallsu n-nies onesti; kemm Nazzjonalisti, kemm Laburisti, kemm dawk ta' mingħajr twemmin politiku, kif ukoll dawk ta' kulur ieħor.", "Jien ma nafx li l-ministri jagħmlu ġabra bejniethom sabiex jagħmlu xi ħaġa għall-pajjiż.", "Il-pajjiż jafda t-taxxi tiegħu lill-gvern għal ħames snin.", "Issa, fl-opinjoni tiegħi, it-taxxi tiegħu afdahom f'idejn gvern ħażin.", "Imma wara l-elezzjoni li jmiss, il-pajjiż se jkollu gvern aħjar mill-gvern preżenti.", "Għalhekk irridu nħarsu bis-serjeta` lejn din il- problema li qed insemmi, jiġifieri li wara li l-pajjiż jinvesti sabiex jeduka u jħarreġ il-professjonisti fil-qasam mediku, dawn qegħdin jispiċċaw jitilqu mill-pajjiż.", "Sur President, dawn in-nies qegħdin jitilqu mill-pajjiż minħabba l- kondizzjonijiet tax-xogħol tagħhom u għaliex m'humiex jaraw futur mingħajr inġustizzji fil-post tax-xogħol.", "Irridu naraw x'nistgħu nagħmlu sabiex f'pajjiżna jkollna verament servizz ta' saħħa aħjar.", "L-Onor.", "Michael Asciak ma tkellimx fuq is-sitwazzjoni tal-waiting-lists.", "Imma hu jaf li jekk il-Maltin iħarsu lejn dik id-deċiżjoni tal-qorti Ewropea dwar waiting time ta' sena, ikun hawn ħafna Maltin li jistgħu jagħmlu l-istess.", "Jiena naħseb li l-qasam tas-saħħa – bħall-qasam ta' l-edukazzjoni – huwa ta' kulħadd.", "Kulħadd għandu jaħdem sabiex ikollna l-aħjar liġijiet u l-aħjar servizzi fil-qasam mediku għaliex, fl-aħħar mill-aħħar, ikun jista' jgawdu minnhom il-poplu Malti u Għawdxi kollu.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin u għalhekk nitlob lill-ministru sabiex, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal għada, it-Tlieta 12 ta' Ġunju 2007, fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Mediċini - Tieni Qari (Kont);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income – Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Istituzzjonijiet Finanzjarji - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Awtorita' ta' Malta dwar ir- Riżorsi - Tieni Qari", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Organizzazzjonijiet Volontarji – Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta (Emenda Nru 2) – Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili (Emenda Nru 2) - Tielet Qari; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili - Tielet Qari.", "--------------------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili (Emenda Nru 2) - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Foster Care - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Reġistru Ċentrali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza li tneħħi l-Kontroll tad-Djar - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Kumpanniji - Kumitat Permanenti; u Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT (Kap ta' l-Oppożizzjoni): Grazzi, Mr Speaker.", "Trasparenza, kontabilita`, effiċjenza, Sur President.", "Dawn huma l-għajtiet li qegħdin ileħħnu ċ-ċittadini u l-familji quddiem dak li jinsab għaddej fis-settur pubbliku minn gvern għajjien, gvern maqbud fix-xibka tal- korruzzjoni, gvern li ma jafx fejn sejjer u li jbiddel id-deċiżjonijiet tiegħu left, right and centre bla ebda boxxla.", "Din ikollna ngħiduha iktar u iktar illum meta saret konferenza stampa mill-Prim Ministru u l-Ministru Louis Galea biex, skond ix-xandir ta' l-Istat, li sar qisu aġenzija tar- reklamar għall-gvern, jippromwovu t-trasparenza u l-kontabilita`.", "Bir-rispett kollu, minn din-naħa tal-Kamra aħna ilna żmien ninsistu u nisħqu fuq tmexxija serja u trasparenti f'kontest fejn f'dawn l-aħħar snin, bl-aktar mod ċar, il-gvern nefaq aktar minn Lm190 miljun aktar minn dak li pprospetta li se jonfoq fuq proġetti tiegħu, kbar u żgħar.", "Dan f'kontest fejn proġetti li l-gvern jgħid li se jdumu sena, fil-fatt idumu għaddejjin sentejn u tlieta, jew saħansitra ma jispiċċaw qatt bħal fil-każ tal- portijiet taċ-Ċirkewwa u l-Marfa.", "Dan f'kontest ukoll fejn f'dawn l-aħħar tliet snin jew erbgħa, taħt it-tmexxija ta' Dr Gonzi bħala prim ministru, il-bilanċ ta' fondi minn taxxi diretti u indiretti kull sena żdied bħala piż b'Lm240 miljun fis-sena.", "Ħares lejn l-estimi ta' erba' snin ilu u r- returns ta' erba' snin ilu u ħares lejn l-estimi ta' din is-sena, u tara żieda ta' Lm240 miljun.", "Allura f'dan il-kontest huwa aktar meħtieġ li jkun hemm trasparenza, kontabilita` u effiċjenza.", "Fejn m'hemmx trasparenza hemm korruzzjoni; fejn m'hemmx kontabilita` hemm irresponsabbilta`, u fejn m'hemmx effiċjenza hemm tberbiq ta' flus li jissarrfu f'iktar piżijiet ta' taxxi fuq iċ-ċittadini.", "U dawn il-flus, minflok ma jmorru fuq servizzi soċjali u titjib fl-infrastruttura, jispiċċaw moħlija.", "Allura f'dan il-kontest meta mbagħad inqajmu każi lampanti li fihom huma involuti ministri tal-gvern preżenti li għadhom joqogħdu madwar il-mejda tal-Kabinett u ma tittieħed l-ebda azzjoni, allura d-daħk li jkollok tidħak huwa daħk qares.", "Meta tara lill-Prim Ministru Gonzi u lill-Ministru Louis Galea quddiem il-cameras tat-television tal-PBS jitkellmu fuq l-effiċjenza, fuq il-kontabilita` u fuq it-trasparenza, bilfors ikollok jew tidħak qares, jew tibki d-dmugħ, dmugħ li jkun qares ukoll, għax dan kollu qed jissarraf f'piżijiet dejjem akbar fuq il-familji Maltin u Għawdxin.", "Sur President, dan l-aħħar kellna każ lampanti fejn kien hemm min qal: Ara naqra, anke Alfred Sant qed jinvolvi ruħu f'din il-kampanja kontra, miskin, il-Ministru Ċensu Galea!", "Ara naqra, mill-ġdid qiegħed jattakka personalment lill-Ministru Ċensu Galea kif attakka personalment lil ministri oħra.", "Ma jistħix dan ir-raġel!", "Għalija kienu qed jgħidu, Sur President.", "Ħalliha li l-ħin kollu għaddejjin b'attakki personali fuqi, b'facelift hemm u facelift il-ħin kollu.", "Imma dik m'hix problema; li nattakka, skond huma, l-aġir ta' ministru li hu ministru bħall-oħrajn hi problema għalihom.", "Issa ministru qiegħed fil-kariga biex jirrispondi għall- aġir tiegħu, u l-aġir ta' dan il-ministru kien bl-aktar mod dokumentat.", "Aħna m'aħniex qed inħarsu lejn għamilx facelift jew le dan il-ministru.", "X'jimpurtani!", "Jista' jagħmel li jrid, lili dan ma jinteressanix.", "Li jinteressani huwa l-operat tiegħu bħala ministru, bħala bniedem li qiegħed hemm biex bi trasparenza, kontabilita` u sens ta' effiċjenza, ikun żgur li l-fondi tal-pubbliku, li joħorġu mit-taxxi tal-familji Maltin u Għawdxin, qed jitmexxew b'serjeta`, b'responsabbilta`, bi trasparenza u b'ħeġġa.", "U x'għedna aħna fuq il-Ministru Ċensu Galea?", "M'għedniex li kellu facelift.", "Ma tarax!", "X'jinteressana, nerġa' ngħid!", "Li għedna kienu affarijiet ħafna iktar iffokati u pprovati b'tapes ta' diskors li hu qal ħames snin jew sitt snin ilu, meta kien responsabbli għat-trasport.", "U ma ċaħadx li qalhom.", "Dak inhar qalhom bl-iktar mod dirett, bl-iktar mod skjett u bl-iktar mod onest, għax kien jaħseb li kien qiegħed fil-privat.", "Imbagħad fil-pubbliku qal affarijiet oħra.", "Issa dan għadu ministru fil-Kabinett ta' Dr Gonzi.", "M'għadux bl-istess responsabbiltajiet, imma għandu responsabbiltajiet oħra li xorta waħda huma onerużi u importanti.", "Sur President, bir-rispett kollu, kif tista' tkun ministru u ma tagħtix spjega ta' dak li għedt ħames snin jew sitt snin ilu u qisu ma ġara xejn?", "Kif tista' tkun prim ministru li għandna nafdawk u nemmnuk fuq trasparenza, kontabilita` u effiċjenza, meta ma tagħtix spjega ta' kif tista' tittollera li jkollok madwarek nies li taparsi qed imexxu lil dan il-pajjiż b'mod serju?", "Kif tista' tħalli ministru li għamel dawn l-istqarrijiet, jaf li għamilhom u ma ċaħadx li għamilhom, stqarrijiet li jirriflettu ħażin fuq l- operat tal-gvern Nazzjonalista tul dawn l-aħħar snin sal-lum?", "Issa dawn qegħdin on tape, Sur President, b'mod dokumentat li sal-lum ma ċaħdu ħadd.", "Ħalli ngħidlek x'kien qal il-Ministru Ċensu Galea ma' nies qrib tiegħu.", "Ċaħad li huma l-canvassers tiegħu, imma jekk m'humiex il-canvassers tiegħu huma n-nies li jagħtuh il-pariri.", "Issa jekk iġġieled ma' wieħed minnhom, dak ma jinteressaniex u ma ffokajniex fuq x'qal wieħed jew l-ieħor minnhom.", "Nerġa' ngħid, ma jinteressaniex.", "Li jinteressana hu x'qal il-Ministru Ċensu Galea b'mod rekordjat, b'mod li ma jistax jiċħad li qalu.", "X'qal hu jinteressana, u fost l-affarijiet dokumentati li qal għandna dan.", "Fil-laqgħat li kellu mal-canvassers jew nies li jagħtuh il-pariri jew konsulenti tiegħu, Galea qal - u ammetta - li fi ħdan l-ADT kien hemm brimba li kienet il-kawża ta' ħafna mill-problemi li kellha l-ADT u li din il-brimba kien hemm bżonn li tinqatel, iżda hu ma kellux il-velenu.", "Għandu jkun qal ukoll li ma kellux il-pala biex joqtolha.", "F'post ieħor, f'recording li sar, ammetta li kien lest li jaqta' rasu li kien hemm nies fl-ADT li ma kenux jidħlu għax-xogħol u kienu jiffirmaw.", "Mela għandna ministru li jaċċetta din il-ħaġa u qisu ma ġara xejn!", "Ammetta li fl-ADT kien hemm kukkanja ta' nies li jlabalbu u li ma setax jafda fuqhom.", "Il- Ministru Ċensu Galea ammetta li minkejja li kellem lil ħafna nies, ma setax isib lil min jaċċetta li joqgħod chairman ta' l-ADT għax pajjiżna – qal - huwa pajjiż tal-cowards.", "Ħalli nikkwota x'qal: \"Ħadd m'hu ċuċ.", "Anke jekk toffrilu Lm1 miljun mhux se joqgħod biex imexxi hemmhekk.\".", "L-istess Ministru Ċensu Galea ddikjara li madwar 50 ħaddiem fi ħdan l-ADT ma kenux qed jaħdmu sewwa u li kienu qed jitħallsu mal-Lm200,000 pagi fis-sena għalxejn.", "Ftaħar ukoll - u qiegħed irrekordjat dan - li meta l-ADT bdiet topera minn Sa Maison ma laqax talba biex il-ħaddiema jkollhom uffiċini separati għalihom għax, fi kliemu, ried li l-kummiedji li jagħmlu jkun jista' jarahom kulħadd.", "Il-Ministru Ċensu Galea, on record, ammetta wkoll li fl-ADT kien hemm ħafna intriċċi u kellu bżonn l-għajnuna, li ma setax isib, biex dawn jitneħħew.", "Qal ukoll li kien jaf li fi ħdan l-ADT kulħadd kien jagħmel li jrid, iżda fl-istess ħin reġa' qal li on his own ma setax jasal u li kellu bżonn l- għajnuna ta' xi ħadd responsabbli, jekk kien fadal xi ħadd responsabbli.", "Imbagħad l-agħar waħda, fl-opinjoni tiegħi, għalkemm mhux kulħadd jaqbel miegħi, hi li ammetta - u dan qiegħed on record fuq tape - li fl-ADT l- impjegati ma kenux bħaħan tant li kienu lesti li anke jixhdu falz biex jgħattu l-ħażin ta' xulxin.", "Mela għandna ministru tal-gvern, li għadu membru tal-Kabinett, li jgħid dawn l-affarijet bl-iktar mod skjett, jgħaddi ż-żmien, jgħaddu s-snin, u x'jiġri?", "Jibqa' ministru tal-Kabinett.", "Intellgħu dawn il-fatti quddiem il- kuxjenza pubblika - għax kuxjenza pubblika jkolli ngħid, mhux opinjoni pubblika - u mhux talli l-ministru ma jitkellem xejn u ma jgħid xejn, talli anke l-prim ministru tiegħu jibqa' sieket.", "Veru li ma jiddefendihx - għax Dr. Gonzi ma ddefendihx - imma ma qal xejn lanqas.", "Allura f'din il- ħaġa qegħdin noħolqu dħaħen fl-imħuħ?", "Bir-rispett kollu, le.", "Is-sena li għaddiet kien skatta l-isk andlu ta' l-ADT.", "Kienu qegħdin joħorġu liċenzji tas-sewqan bit-tixħim.", "Mela kienet ilha tinħema l- barumbara!", "Kienet ilha għaddejja l-istorja!", "U fl-aħħar skattat, kif m'għandix dubju li se tibqa' tiskatta.", "Għaliex tibqa' tiskatta?", "Għax iċ- chairman ta' l-ADT, is-Sur Selvaggi, huwa on record li stqarr mal-ġurnal \"l- orizzont\" li l-istess nies li kien hemm dak iż-żmien għadhom hemm.", "L- istess nies li kien hemm dak iż-żmien għadhom hemm!", "Mela kif jistgħu mbagħad Dr. Gonzi u Dr. Louis Galea jmorru quddiem il-PBS u jiftaħru bit- trasparenza u l-kontabilita` u l-liġi l-ġdida li se jdaħħlu?!", "Qed nidħku bin-nies!", "Għalhekk hemm bżonn il-bidla f'dan il-pajjiż, u bidla kbira f'dan il-pajjiż, għax in-nies li qegħdin fuq quddiem fin-naħa tal-gvern huma klikka waħda, kukkanja waħda biex jidħku bin-nies, biex jidħku bina, biex jidħku bil-familji, biex jidħku biċ-ċittadini.", "U dan joħroġ ċar.", "Sur President, jiena se npoġġi fuq il-mejda tal-Kamra parti mid- dokumentazzjoni ta' din il-Kamra.", "Jiġifieri jekk tfittex int, Sur President, jew l-istaff tiegħek fir-records tal-Kamra dan li se ngħid issibu.", "U bl-aktar mod palpabbli, qawwi.", "Fl-istess żmien li l-Ministru Galea kien qed jagħmel dawn l-istqarrijiet kollha li semmejt, li qegħdin on record u ma ċaħadhomx u ma jistax jiċħadhom - fid-19 ta' Lulju 2002, jiġifieri fl-istess żmien li saru dawn ir-recordings li għadni kemm irriferejt għalihom - saritlu mistoqsija mill-Onor.", "Carmelo Abela, li b'kumbinazzjoni qiegħed ħdejja llejla.", "Dakinhar l-Onor.", "Carmelo Abela staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni dan li ġej:-", "\"Jista' l-Ministru jgħid kemm ħaddiema nqabdu li ma kenux fuq xogħolhom fl-ewwel sitt xhur tas-sena fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?", "X'kien ix-xogħol tagħhom?", "X'passi ttieħdu?\"", "Din hija mistoqsija li saret, nerġa' ngħid, fid-19 ta' Lulju, 2002.", "Alla jbierek, il-Ministru Ċensu Galea, li kien diġa` jaf ir-risposta - pumm paqq kien jafha minn dak li nqabad jgħid - fis-16 ta' Settembru 2002, xahrejn wara, irrisponda hekk:", "\"Jien informat li fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena ma kienx hemm ħaddiema li nqabdu mhux fuq xogħolhom.\".", "X'inhi din jekk mhux daħk fil-wiċċ, jekk mhux qerq?!", "Dan qarraq bil-Kamra.", "Kien jaf li mhux veru.", "Qal hu stess li mhux veru.", "Kif jista' jgħidilna li kien informat li ma kienx hemm nies li għamlu din il-ħaġa?!", "Din se npoġġiha fuq il-mejda tal-Kamra, għalkemm qiegħda fir-records tal-Kamra.", "Għalhekk imbagħad tiġi d-daħka b'dan li qegħdin niffaċċjaw min-naħa ta' dan il-gvern, li apparti mill-inkompetenza u l-għejja tiegħu, għadu jippersisti li jidħak bin-nies, għax mhux veru li jrid li jkun hawn trasparenza, kontabilita` u effiċjenza.", "Mhux billi noqogħdu nagħmlu l-press conferences tal-PBS b'items fl-aħbarijiet li jidhru qishom avviż ta' pubbliċita`.", "Nibqgħu nidħku bin-nies!", "Nibqgħu ngħidu affarijiet li huma gideb, u din ir- risposta parlamentari hija gidba.", "U huwa pprovat li hija gidba.", "Sur President, issa forsi għadda ftit taż-żmien u ma nistgħux intellgħuh quddiem dan il-parlament b'disprezz lejn il-parlament, imma bir-rispett kollu, toqogħdux tgħiduli: Dak baħbuħ, toqgħodx tattakkah.", "Mhux qed ngħidlu li għamel facelift, mhux qed nattakkah personali, imma qed nattakkah fuq l-operat tiegħu.", "Wara kollox qed nikkritika bil-qawwi f'isem il-familji Maltin u Għawdxin kollha li qegħdin iġorru dawn il-piżijiet tat- taxxi minħabba t-tberbiq ta' flus.", "U dan skond ma qal il-Ministru Ċensu Galea nnifsu.", "Qed ngħiduhom għax l-affarijiet ma jistgħux jibqgħu sejrin hekk.", "Għandna sptar, per eżempju, li wara t-tberbiq kbir ta' flus li sar fuqu ...", "Għandu affarijiet tajbin, mhux ovvja li għandu affarijiet tajbin.", "Allaħares ma jkollux affarijiet tajbin!", "Infaqna Lm300 miljun fuqu!", "Imma mbagħad tisma' li għamlet l-ewwel xita u sfronda kollox, jew kważi, u ħadd m'hu responsabbli.", "Ħadd m'hu accountable!", "Il-ministru tas-saħħa m'għandux x'jaqsam, il-prim ministru m'għandux x'jaqsam u Tonio Fenech m'għandux x'jaqsam.", "Li għandu x'jaqsam kienet katusa misduda!", "Mhux aktar il-ministri responsabbli!", "Il-katusi huma responsabbli f'dan il-pajjiż!", "Allura aħna se niqbgħu sejrin hekk?!", "Kieku kien każ wieħed forsi jgħaddi, imma across the board qed ikollna dawn il-problemi.", "L-uniku wieħed li nżamm responsabbli – ħa ngħidu kollox, għax trid tgħid kollox – kien l-ex ministru ta' l-affarijiet barranin John Dalli.", "Dak veru nżamm responsabbli.", "F'dak il-każ bdew joħorġu l-biljetti ta' l-ajru kontra r- regolamenti tal-gvern u nstab li kienu qed jgħaddu mill-familja tiegħu.", "U ntużaw l-iskużi tat-tapes u mhux kuntratti jew x'kien hemm ta' l-isptar Mater Dei ...", "(Interruzzjonijiet) Veru, Tal-Qroqq qisha katusa.", "Imma ntużat dik l-iskuża minflok ir-raġuni vera għaliex tneħħa John Dalli, jiġifieri li kien qed juża lill-familja tiegħu biex jgħaddi l-biljetti ta' l-ajru għan- nies tal-foreign affairs ...", "F'dak il-kaz inżamm responsabbli, Alla jbierek!", "Imbagħad kien hemm każi oħra li semmejniehom u bqajna nsemmuhom u qisu ma ġara xejn.", "Dr. Gonzi u sħabu jfakkruni f'dawk it-tliet xadini Ġappuniżi, wieħed għandu jdejh ma' widnejh, wieħed għandu jdejh m'għajnejh u l-ieħor b'idejh ma' ħalqu, li jfissru la tisma', la tara u lanqas tgħid.", "U mbagħad dejjem l-istess, il-media li hija cosy cosy mal-partit Nazzjonalista għaddejja bl-attakki fuqi u fuq sħabi għax qed nattakkaw personali.", "Aħna qed nattakkaw personali Alla jbierek!", "Per eżempju, meta tkellimna fuq Michael Frendo, mhux fl-1996 u qabel imma sentejn ilu jew sena u nofs ilu, fuq id-DVDs ikkopjati li wżaw biex imexxu l-propaganda personali tiegħu, qalulna: Ma' dak taqbdu miskin!", "Imbagħad ikun hawn ta' l-Exotique, Mrs. Grace Borg, u toħroġ bl-argumenti kontra tal-monti, għax tal-monti qegħdin jikkopjaw id-DVDs.", "Kif tista' tkun serju bħala gvern, kif tista' tkun accountable bħala gvern, kif tista' tkun effiċjenti bħala gvern, kif tista' tkun trasparenti bħala gvern, jekk ministru tiegħek huwa ħati li fil- propaganda tiegħu uża DVDs ikkopjati, u ma tagħtix kas!", "Imbagħad iddur fuq xi ħadd tal-monti?!", "U ejja!", "U ejja!", "Kellna wkoll il-każ li qajjimna dwar is-Segretarju Parlamentari Tony Abela, li bl-aktar mod lampanti – għax bil-provi dan – joħroġ dokumentazzjoni notarili, xogħol notarili stampat bil-bolla notarili personali tiegħu, fuq letterheads ta' l-OPM, ta' Kastilja.", "Mill-ġdid, dan huwa ksur lampanti tar- regoli hekk imsejħa ta' etika tal-gvern, li issa qed jgħidu li jridu jagħmluhom liġi.", "Iridu jagħmluhom liġi!", "Ksur lampanti bħal dak tal-kodiċi ta' etika u qisu ma ġara xejn.", "Ma ġara assolutament xejn.", "Anzi l-prim ministru iddefendieh lis-Segretarju Parlamentari Tony Abela.", "U anke hemm qalulna: Xi ħadd xipli bħal dak, nice bħal dak, jaqdi anke lil-laburisti, se tattakkawh?", "Lil dak se tikkritikaw?", "Inkella mbagħad kellna l-każ tal-Ministru Louis Galea, il-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Kultura.", "Issa bl-aktar mod ċar, minn inkjesta li kienet kważi ġudizzjarja dwar dak li għandu x'jaqsam mal-fondazzjoni għall- iskejjel, ħareġ li kien hemm kuntratti li kienu banana shots, maħduma b'mod biex jittieħdu minn ċerti kuntratturi li jaqgħu kollha fid-distretti tiegħu.", "Alla jbierek dawn il-kuntratti jaqgħulhom in their laps!", "Banana shots kollha kemm huma!", "Dan mhux aħna għidnieh, imma qaluh l-esperti ġudizzjarji li daħlu fl-istorja.", "Ġara xi ħaġa?", "Ma ġara xejn.", "Kontabilita`?", "Trasparenza?", "Effiċjenza?", "Mela meta l-kuntratti jsiru b'dak il-mod se jkun hemm effiċjenza?!", "Mela xi ħadd li qed iġebbed 'l hemm u qed iġebbed 'l hawn biex idaħħal kuntratt, għax mid-distrett tiegħek, għandu għalfejn ikun effiċjenti?!", "Anzi għandu għalfejn jara kif iġebbed 'l hemm u jġebbed 'l hawn ħalli l-kuntratt, jekk jiswa Lm200,000 iġibu Lm300,000.", "Mhux tajjeb?!", "Min iħallashom dawn?", "Il-familji u ċ-ċittadini mit-taxxi diretti u indiretti tagħhom.", "U nerġa' nfakkar li taħt l-Onor.", "Gonzi, fl- aħħar tliet snin, kull sena fis-sena, dawn it-taxxi żdiedu b'Lm240 miljun.", "U nista' nkompli għaddej.", "Hemm ukoll il-każ ta' l-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici.", "Skandalizzaw ruħhom.", "Mill-ġdid, ma jidhirx li għamel xi facelift l-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici.", "Imma, skużi, min hu responsabbli għall- fatt li jingħata kuntratt ta' tindif tas-swali tal-qorti u ta' l-uffiċċju tiegħu lil kumpannija li kien ċar li tappartjeni għal persuna li qiegħda l- ħabs akkużata u misjuba ħatja b'reati ta' drogi?!", "Min?!", "Ħadd m'hu responsabbli?!", "Ħadd m'hu accountable?!", "Issa dan fi żmien meta nafu li fl- aħħar snin kien hemm dokumentazzjoni importanti tal-qorti li ntilfet jew ġiet distrutta jew ma nstabitx.", "Allura ma nqajmuhomx dawn l-affarijiet?!", "Allura, ngħid jien, il-Prim Ministru Lawrence Gonzi ma jħossx li għandu d- dover li jistaqsi min huwa accountable għal ħaġa bħal din?", "Kif jista' jkun li jingħata kuntratt ta' cleaning, anke ta' l-uffiċċju tal-ministru, f'kontest fejn dokumenti tal-qorti ntilfu, u hu m'għandux responsabbilta`?!", "Ħadd ma jaf x'ġara!", "Issa dwar dan il-każ ikun tajjeb li nagħmlu rimarka oħra.", "L-istess persuna involuta f'din il-biċċa xogħol – u hawnhekk qed nistaqsi – toħroġ mill-ħabs fuq pledge li tħallas b'xi Lm25,000 – skond kif qaluli – fi flus kontanti!", "Issa jekk tmur il-bank u tiddepożita Lm5,000, Lm7,000 jew Lm8,000, jistaqsuk minn fejn ikunu ġew dawn il-flus.", "Imma, Alla jbierek, jekk tħallas Lm25,000 kontanti biex toħroġ mill-ħabs fuq pledge, ma jsirux mistoqsijiet?!", "Hemmhekk ma jqumux mistoqsijiet?", "Qed nistaqsi biex inkun staqsejt.", "Imma dan mhux trasparenza nieqsa u kontabilita` nieqsa?", "U l- effiċjenza fejn hi?", "Sur President, jien għadni ma spiċċajtx għax għandna lista ma tispiċċa qatt.", "Nista' nsemmi lill-Ministru Mugliett li huwa responsabbli minn dawn il-kuntratti kbar tat-toroq li għaddejjin bħalissa.", "Hawnhekk, f'dan il- parlament, sieħbi l-Onor.", "Joe Mizzi qajjem kemm-il darba mistoqsijiet li għandhom x'jaqsmu mar-rabtiet ta' l-Onor.", "Jesmond Mugliett mal-periti li huma inkarigati minn dawn il-kuntratti.", "Ir-rabtiet m'humiex daqstant okkulti, imma qegħdin kważi taħt il-wiċċ.", "Biżżejjed tneħħi l-ġir u tarahom.", "Ingħatajna xi spjegazzjoni dwar din il-ħaġa?", "Qam l-Onor.", "Gonzi biex jispjega fuq din il-ħaġa?", "Le, bil-maqlub.", "L-Onor.", "Gonzi, f'daqqa waħda, ħareġ bil-linja li mistoqsijiet supplimentari li ma jkollhomx x'jaqsmu mal-mistoqsija li tkun saret f'din il-Kamra, m'humiex se jirrispondu għalihom.", "Hekk qal.", "Imbagħad illum il-Prim Ministru jkollu l- wiċċ, flimkien ma' l-Onor.", "Louis Galea, jagħmel press conference bil-PBS għaddej - qisha pubbliċita` kbira ta' Procter & Gamble - fuq trasparenza, effiċjenza u kontabilita` fis-servizz pubbliku!", "Kif jistgħu jaħsbu li jistgħu jibqgħu jidħku bil-poplu b'dan il-mod?!", "Il-poplu qed iġorr dawn il-piżijiet ta' taxxi daqstant kbar minħabba l- ineffiċjenzi, in-nuqqas ta' kontabilita` u n-nuqqas ta' trasparenza tagħhom.", "Fil-każ ta' l-Onor.", "Mugliett fuq it-tmexxija ta' l-ADT - li bir- rispett kollu lejh u lejn kulħadd wiritha mingħand il-Ministru Ċensu Galea - bl-iskandli li kien hemm ta' tixħim fil-liċenzji, imma fuq kollox bil-mod kif il-kuntratti l-kbar tat-toroq jispiċċaw kważi kollha f'ħoġor l-istess nies li għandhom din ir-rabta ċara mal-Ministru Mugliett, hemmhekk l-ebda spjegazzjoni, l-ebda trasparenza u l-ebda kontabilita`.", "U nista' nibqa' sejjer.", "Imbagħad hemm il-każ tal-Ministru Austin Gatt li qajjimnieh f'dan il- parlament.", "Membru ta' l-istaff privat tiegħu jinqabad bl-aktar mod trasparenti u ċar li bidel il-flus bi black market - flus kontanti Maltin għal flus kontanti barranin jew viċeversa - u qisu ma ġara xejn!", "Nistaqsu u nagħmlu pressjoni fuq din il-ħaġa, imma għalxejn.", "M'hemm l-ebda risposta konvinċenti.", "Dan biex ma nsemmix ukoll il-każ ta' membru tas-segretarjat privat tiegħu li nqabad kriminalment passibbli minn xi ħaġa li assolutament tiddiżgustak u mhux talli ma kellux għalfejn jgħaddi mit-trapass li suppost jgħaddi minnu min jinqabad f'ħaġa bħal din, talli b'xi mod l-affarijiet saru tali li qiegħed jgħix ħajja tajba – good luck to him – f'Ġinevra bħala impjegat ta' għaqda internazzjonali.", "L-affarijiet iridu jingħadu, Sur President.", "Hawn wisq familji li qed iġorru piżijiet li ma jistgħux jifilħu biex nagħlqu għajnejna għall-ħtieġa li tabilħaqq il-gvern ikun trasparenti, accountable u effiċjenti.", "Kieku rrid nesaġera – imma m'iniex nesaġera, qed ngħid l-affarijiet kif inhuma – insemmi, per eżempju, il-każ ta' l-Onor.", "Edwin Vassallo li rranġa biex il- mara tiegħu tmur fuq tour imħallas mill-Unjoni Ewropea.", "Imma dik ħalliha!", "Dak huwa dnub venjalissimu.", "Good luck to him, l-Onor.", "Edwin Vassallo, li qed jipprova jagħmel l-affarijiet tajba.", "Imma mbagħad insemmi l-każ tal-Ministru għal Għawdex.", "Kif jista' jkun li kuntratti kbar li jingħataw għall-bini f'Għawdex jispiċċaw kollha għand l- istess tnejn min-nies?!", "U jekk tkellem lill-Għawdxin – kif naħseb li tkellem int, Sur President – jgħidulek bir-rabtiet okkulti li dejjem jgħaddu f'dan it-tip ta' kuntratti.", "Lili wrewni ċerta korrispondenza li ma nistax nuża għax il-biżgħa li hawn f'dan il-pajjiż hija enormi.", "Imma tibda tgħid: Ma jistax ikun!", "Maħduma bizzilla dawn l-affarijiet!", "Kif jista' jkun li kuntratti bħal dawn dejjem jispiċċaw għand l-istess nies li jgħidulek li se tonfoq Lm5 u tispiċċa tonfoq Lm15?!", "Id-differenza tispiċċa f'taxxi fuq il-poplu Malti u Għawdxi.", "Sur President, għalfejn qed nagħmel dan l-aġġornament?", "Qed nagħmel dan l- aġġornament għax naħseb li l-ħtieġa ta' bidla li għandu dan il-pajjiż ma toħroġx biss mit-telqa ekonomika u mit-telqa soċjali li għandna, imma toħroġ ukoll min-nuqqas ta' kontabilita`, ta' trasparenza u ta' effiċjenza.", "Anke n-nies li sejrin tajjeb – u hemm min sejjer tajjeb f'dan il-pajjiż – jgħidulek li minkejja li sejrin tajjeb ma jridux li dan il-pajjiż jitmexxa b'dan il-mod u jiddgħajjef b'dan il-mod.", "Il-ħtieġa tal-bidla qiegħda hemm ukoll biex nagħtu nifs ġdid lil tmexxija li tkun tabilħaqq trasparenti, tabilħaqq accountable u tabilħaqq tipprova tkun effiċjenti.", "Tmexxija li minflok li tisparpalja r-riżorsi ta' dan il- pajjiż at the margin, minflok tħalli kollox jispiċċa u jiġġammja f'katusa, tabilħaqq tiftaħ għal kulħadd ħalli jinħass li hemm opportunita` għat- talenti ta' kulħadd.", "Hemm bżonn opportunita` biex il-flus li qed inħallsu mit-taxxi tagħna nużawhom bl-aħjar mod possibbli.", "U għax nużawhom bl-aħjar mod possibbli, imbagħad naslu għall-punt fejn inkunu nistgħu nnaqqsu t- taxxi u bl-istess flus nagħmlu aktar.", "Ninsabu f'sitwazzjoni fejn għax m'għandniex accountability, trasparenza u effiċjenza, qed nonfqu aktar flus u qed ikollna inqas delivery, u dak huwa ħażin.", "Qabel nagħlaq inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Kopja tal-mistoqsija parlamentari numru 35055 imwieġba mill-Ministru għat- Trasport u Komunikazzjoni fis-Seduta Nru 782 tas-16 ta' Settembru 2002 dwar impjegati fid-dekasteru tal-Ministru li ma kenux fuq xogħolhom matul l-ewwel sitt xhur ta' l-2002.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada, it- Tlieta, 12 ta' Ġunju, 2007, fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill- ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "HOARDING TAL-ĠOBON U Z-ZOKKOR", "26489.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 26338 u jgħid min huma dawk in-negozjanti li ġew msejħa bħala hoarders mill-Gvern innifsu li kienu responsabbli li wasslu biex Malta teħel penali għall- hoarding tal-ġobon u taz-zokkor qabel is-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea?", "Tista' ssemmihom b'isimhom?", "Billi qed jingħad li dawn ser ikollhom jagħmlu tajjeb għall-penali li ser ikollha tħallas Malta, jista' jikkonferma meta dawn mistennija jiġu mitluba jroddu dan il-ħlas lill-Gvern Malti?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Ninsab infurmat li preżentement għaddej eżerċizzju biex jiġu identifikati dawk l-operaturi li xtraw ammonti straordinarji ta' ġobon immedjatament qabel is-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea.", "Huwa mistenni li dan l-eżerċizzju jitlesta dalwaqt minħabba li jinvolvi ġbir ta' informazzjoni minn numru ta' dipartimenti biex jiġu identifikati l- importaturi kkonċernati u l-kwantitajiet ta' prodotti li mportaw tul is- snin qabel Malta ssieħbet fl-Unjoni Ewropea.", "Għar-rigward taz-zokkor, nixtieq niċċara li din il-kwistjoni hija kompletament differenti għax l-importazzjoni taz-zokkor hija regolata minn skema ta' għajnuna statali.", "Ninsab infurmat ukoll li z-zokkor li kien importat ma kienx esportat lejn xi Stat Membru ieħor, imma kien jew użat fis-suq lokali jew maħdum fi prodotti oħrajn li kienu esportati lejn pajjiżi terzi.", "IBRAĠĠ – GĦALQA FI TRIQ IS-SIEGĦ", "26490.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 26387 u cioe' : Għandi rapporti li fi Triq is-Siegħ, l-Ibraġġ hemm għalqa li tinfed għal Triq il-Miżieb li qed tintuża bħala rubbish dump u li minkejja li skond il-mapep tal-MEPA hija pproġettata li trid issir Triq il-Wejba, għandha bini fuq art li n-nies ingħataw x'tifhem li hi art tal-gvern.", "Jista' l-Ministru jikkonferma jekk hiex se ssir din it-triq kif indikat fil- website tal-MEPA?", "U jekk iva, jista' jikkonferma wkoll jekk xi bini mbarrat li hemm fl-inħawi ħdejn Triq il-Miżieb li jinfed għal Triq is-Siegħ inbeniex bil-permessi meħtieġa?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "FORZI ARMATI – SEJĦIET GĦAL OFFERTI", "26491.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 26366 u jgħid mill-1 ta' Jannar sal-20 ta' Mejju, 2007 kemm ħarġu sejħiet għal offerti mill-Armata?", "Kemm tefgħu l-offerti, x'kienet kull offerta u min kienu f'kull każ?", "Min rebaħ dawn l-offerti?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "GŻIRA – ZEBRA CROSSING FI SLIEMA ROAD", "26493.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jara li ssir zebra crossing oħra fi Sliema Road, Gzira faċċata ta' Luqa Briffa Street, Gzira billi hemmhekk hemm l-akbar konċentrament ta' ħwienet u twassal biex ħafna nies speċjalment anzjani jkollhom jaqsmu f'dik il-parti tat-triq?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ninsab infurmat li minn spezzjoni li saret fuq il- post minn uffiċjali tat-Taqsima għall-Immaniġjar tat-Traffiku rriżulta li hemm pelican crossing fi Sliema Road li hi mija u sbatax (117) metru bogħod minn kantuniera ma' Triq Briffa.", "Għaldaqstant iż-zebra crossing proposta mill-Onor.", "Interpellant tiġi viċin wisq ta' tali pelican crossing eżistenti.", "Hemm ukoll traffic lights junction kantuniera ma' Triq D'Argens li huma tlieta u sittin (63) metru bogħod minn kantuniera ma' Triq Luqa Briffa.", "Għaldaqstant, pedestrian crossing kantuniera ma' Triq Luqa Briffa tkun viċin wisq tat-traffic lights bil-konsegwenza li l-capacity ta' tali traffic light junction tista' tkun kompromessa.", "ANZJAN - REVIŻJONI TAL-KAŻ", "26557.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għall-Familja u Solidarjeta' Soċjali: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 26023, jista' l-Ministru jirrevedi l-każ peress li dan is-sinjur, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, għalkemm għandu dħul ta' Lm3,452 bejn il-koppja peress li l-mara tiegħu tinsab f'San Vincenz de Paule Residence u allura parti minn din il-pensjoni tmur għall-miżata tagħha f'San Vincenz de Paule Residence u d-dħul reali tiegħu mhux qed ikun ta' Lm3,452 imma anqas?", "Tista' din il-persuna tiġi nfurmata direttament?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Ninsab infurmata li l-persuna Indikata mill-Onor.", "Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali dwar il-każ tagħha.", "TARZNA - ĦADDIEMA BARRANIN", "26584.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 26390 u 25877 u jgħid: Kemm ħaddiema barranin ħadmu fit-Tarzna fl-2005 u 2006?", "Kemm kienu bħala esperti u kemm bħala ħaddiema?", "X'kien l-ammont li tħallas lil dawn il-ħaddiema?", "Kemm hemm ħaddiema fit-Tarzna li għandhom bejn 17-19-il sena, bejn 20-30 sena, bejn 41-50 sena u 'l fuq minn 50 sena?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "SINEMET - 110", "26586.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' l-Ministru jara għaliex il-mediċina Sinemet - 110 li hi tant importanti għal dawk il-pazjenti li għandhom bżonnha m'għadhiex tingħata mill-isptar u lanqas ma tinstab għall-bejgħ fl- ispiżeriji?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Il-mediċina Sinemet - 110 għadha tingħata mill- isptar.", "FACILITATORS", "26587.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru jikkonsidra li jipprovdi facilitators lil dawk l-istudenti li għandhom dan il-bżonn anke wara li jispiċċaw il-Form V u jibqgħu jattendu xi skola?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-istudenti statemented li jispiċċaw il- Form V u jibqgħu jattendu istituzzjonijiet li jaqgħu taħt id-Divizjoni ta' l-Edukazzjoni xorta waħda jibqgħu jingħataw is-servizz ta' facilitator jekk ikun għad għandhom il-bzonn ta' dan is-servizz.", "Kull każ ta' studenti bi bżonnijiet partikolari ta' tagħlim li jridu jsegwu korsijiet post- sekondarji, vokazzjonali u terzjarji jiġi konsidrat fuq il-merti tiegħu fil- qafas tar-regoli ta' l-istituzzjonijiet edukattivi konċernati.", "SAN PAWL TAT-TARĠA - DAWL", "26588.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru jara li t- triq prinċipali li tagħti minn San Pawl tat-Tarġa l/o Naxxar għal Santa Margerita, Mosta partikolarment il-parti li tgħaddi fuq il-barriera, tiddawwal għax bil-lejl ikun hemm nuqqas kbir ta' dawl li qiegħed joħloq inkonvenjent kbir lis-sewwieqa u lil dawk kollha li jużaw din it-triq għall- mixi u jogging?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninsab infurmat li l-provista ta' l-istreetlighting f'din it-triq hija r-responsabbilta' tal-Kunsill Lokali u mhux tal- Korporazzjoni Enemalta.", "DOOR NUMBERING", "26590.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' l-Ministru jara li d-door numbering unit jivverifika l-indirizz, li qed jintbagħat separatament, peress li jeżisti l-istess indirizz fl-istess triq?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninsab infurmat illi wara site inspection li saret irriżulta illi fit-triq imsemmija hemm żewġt idjar bin-numru ndikat.", "Fil- granet li ġejjin ser jintbagħtu n-nies tad-door numbering unit biex isir l- eżerċizzju tat-triq imsemmija.", "DINGLI - TRIQ DUN KARM AZZOPARDI", "26592.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għala triq ġdida li qiegħda tinbena bħalissa f'Had-Dingli (Triq Dun Karm Azzopardi) mhix se tinfetaħ kollha minkejja li d-distanza biex isir hekk hi verament żgħira?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ninsab infurmat li peress li naħa waħda tal-parti mhux miftuħa tat-triq imsemmija mill-Onor.", "Interpellant inbniet reċentament, is-sid tal-bini in kwestjoni huwa obbligat li jiftaħ u jifforma sa nofs it-triq tul il-bini tiegħu cioe' nofs il-parti tat-triq in kwestjoni.", "Dan l-obbligu joħroġ minn Kapitlu 10 tal-liġijiet ta' Malta (Kodiċi tal-Pulizija).", "In-nofs l-ieħor tat-triq ikun jista' jinfetaħ wara li l-art skemata bħala triq pubblika tiġi esproprjata.", "Dan peress li l-art ta' magħha għadha ma ġietx żviluppata.", "REBATE FUQ IS-SURCHARGE", "26593.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru tivverifika jekk il-persuna, li d- dettalji tagħha qegħdin jingħataw separatament, tikkwalifikax għal rebate fuq is-surcharge tal-kontijiet ta' l-elettriku u l-ilma?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jaghti parir lill- persuna ndikata li tmur l-Ufficcju Distrettwali tad-Dipartiment tas- Sigurta' Socjali li jkopri l-lokalita' taghha biex tinghata l-informazzjoni u l-ghajnuna mehtiega.", "SPIŻJARA U PHARMACY TECHNICIANS", "26597.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' l-Ministru jgħid x'ser ikun il-futur ta' l- ispizjara u l-pharmacy technicians issa li daħlet ir-riforma li l-pazjenti se jibdew jiġbru l-mediċini mingħand l-ispizjar ta' l-għażla tagħhom?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninforma lil-Onor Interpellant li l-ispiżjara u l- Pharmacy Technicians ser jibqgħu impjegati tal-Gvern jagħmlu xogħol skond il-job descriptions tagħhom.", "MELLIEĦA - DAR GĦALL-ANZJANI", "26598.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l- ftehim li sar bejn il-gvern u l-privat dwar l-bini ta' dar għall-anzjani fil-Mellieħa?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ma nistax nifhem għaliex qed terġa ssir din l-istess domanda meta diġa ġiet imwieġba tliet darbiet 25295, 25740, 26319 u d- dokument mitlub tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra f'seduta numru 531 fid-29 ta' Mejju 2007.", "GĦAJN TUFFIEĦA - INĊIDENT", "26600.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'passi qed jittieħdu biex inċident li seħħ nhar it-Tnejn 28 ta' Mejju, 2007 fil-baħar tar-ramla ta' Għajn Tuffieħa u li seta kellu konsegwenzi serji ħafna ma jerġax jirrepeti ruħu?", "Jikkonferma li l-ambulanza ma setgħetx tgħaddi minħabba li ħadd ma kellu ċ- ċavetta tal-katnazz tal-katina li tagħlaq din il-bajja għal vetturi?", "Jista' jgħid min hu responsabli mill-ftuħ ta' din il-katina?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi ma sar ebda rapport lill-pulizija dwar xi inċident fir-ramla ta' Għajn Tuffieħa nhar it-28 ta' Mejju 2007 jew dwar xi ambulanza li ma setgħetx tgħaddi minħabba li l-aċċess kien magħluq.", "SKEMA TA' IKEL B'XEJN MILL-EU", "26602.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid jekk pensjonanti ta' l- invalidita' taħt il-61 sena jikkwalifikawx għal skema ta' ikel b'xejn mogħti mill-EU?", "Jekk ma jikkwalifikawx, x'inhi r-raġuni?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Għal darb'oħra nerġa' ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-ikel li qiegħed jirreferi għalih huwa regolat mir- Regolament EU 3149/92.", "Dan jirreferi għal għajnuna lil dawk l-aktar fil- bżonn irrispettivament mill-istat soċjali tagħhom.", "SKEMA TA' IKEL B'XEJN MILL-EU", "26603.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid jekk romol li l-unika dħul tagħhom hu l-pensjoni tar-romol jikkwalifikawx għall-iskema ta' ikel b'xejn mogħti mill-EU?", "Jekk ma jikkwalifikawx, x'inhi r-raġuni?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba mogħtija għal mistoqsija parlamentari 26602.", "VETTURI – ĦRUĠ EĊĊESSIV TA' DUĦĦAN", "26606.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jgħid kemm karozzi f'din l-aħħar sena ttellgħu għat-test ta' eċċessivita' ta' duħħan mill-vettura tagħhom b'riżultat tar- rapporti li saru permezz tas-sistema tal-sms?", "Jista' jgħid kemm minnhom intalbu li jagħmlu tiswijiet meħtieġa biex jirregolarizzaw u kemm minnhom inżammu milli jużaw il-vetturi b'mod permanenti?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ninforma l-Onor.", "Interpellant illi bejn April 2006 u Marzu 2007, kien hemm 1,291 vetturi li ttellgħu għat-test ta' eċċessivita' ta' duħħan mill-vettura tagħhom b'riżultat tar-rapporti li saru permezz tas-sistema tal-sms fejn 157 minnhom intalbu li jagħmlu tiswijiet meħtieġa biex jirregolarizzaw.", "L-ebda vettura ma nżammet milli tintuża b'mod permanenti.", "VETTURI – ĦRUĠ EĊĊESSIV TA' DUĦĦAN", "26607.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jgħid kemm karozzi tal-linja f'din l-aħħar sena ttellgħu għat-test ta' eċċessivita' ta' duħħan mill-vettura tagħhom b'riżultat tar-rapporti li saru permezz tas-sistema tal-sms?", "Jista' jgħid kemm minnhom intalbu li jagħmlu tiswijiet meħtieġa biex jirregolarizzaw u kemm minnhom inżammu milli jużaw il-vetturi b'mod permanenti?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ninforma l-Onor.", "Interpellant illi bejn April 2006 u Marzu 2007, kien hemm 57 karozzi tal-linja li ttellgħu għat-test ta' eċċessivita' ta' duħħan mill-vettura tagħhom b'riżultat tar-rapporti li saru permezz tas-sistema tal-sms fejn 6 minnhom intalbu li jagħmlu tiswijiet meħtieġa biex jirregolarizzaw.", "L-ebda karozza tal-linja ma nżammet milli tintuża b'mod permanenti", "XIRI TA' GARAXX", "26625.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li jitmexxa l-każ ta' xiri ta' garaxx li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li t-Taqsima Proprjeta' tal-Gvern għadha qed tevalwa t-talba li qed jirreferi għaliha l-Onor.", "Interpellant.", "Huwa mistenni li l-applikant jingħata risposta sa l-aħħar ta' dan ix-xahar.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB", "SKEJJEL - VAGANZA", "W356.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Minħabba li l-Ministru għoġbu jagħti t-Tnejn 4 ta' Ġunju 2007 vaganza lill-iskejjel kollha u allura mhux se jkun hemm ħaddiema fl-iskejjel, jista' jgħid jekk l-iskrivani part-time hux se jibbenefikaw ukoll minn dan billi jitħallsu ta' din l-istess ġurnata minħabba li mhux possibbli għalihom li jattendu l-iskola għax m'hu se jkun hemm ħadd?", "Jista' jara li ma ssir l-ebda diskriminazzjoni ma' ħadd f'dan ir-rigward?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Peress li l-vaganza ma kenitx waħda pubblika, ġew applikati l-kriterji li jgħoddu għall-vaganzi ta' l-iskejjel.", "ZEJTUN - TRIQ SAN PIJU X", "W358.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru jinvestiga jekk hux possibbli li fi Triq San Piju X fiz-Zejtun isir xi ħaġa mill- Enemalta minħabba li kull meta jinxtgħelu xi magni li jaħdmu bihom id-dawl jitbaxxa?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninsab infurmat li l-Enemalta ser tinvestiga dan il-kaz u jittieħdu l-passi necessarji.", "KUMMISSJONI DWAR L-IMPJIEGI", "W359.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jgħid min kienu l-membri fil-Kummissjoni Dwar l-Impjiegi nominati mill-Prim Ministru u mill-Kap ta' l-Oppożizzjoni mill-bidu tagħha sal-lum separatament għal kull Kummissjoni?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-membri kollha tal-Kummissjoni dwar l-Impjiegi minn meta ġiet iffurmata għall-ewwel darba fl-1 ta' Settembru 1979 'l hawn.", "AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA", "W361.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għall-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' ġentilment il-Ministru tara jekk hux possibbli li l-persuna li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament tingħata post alternattiv minħabba li ilhom li applikaw bosta snin u qed igħixu f'post mhux ideali għall-familja tagħha?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Jiena infurmata illi l-persuna msemmija m'għandhiex applikazzjoni pendenti għall-post alternattiv mad-Dipartiment għall- Akkomodazzjoni Soċjali."]} {"filename": "20040204_100d_par.doc", "date": "2004-02-04", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) L-GÓAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 100 L-Erbæa, 4 ta' Frar, 2004 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 L-GÓAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 100 L-Erbæa, 4 ta' Frar, 2004", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgóet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.03 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "100", "L-Erbæa, 4 ta' Frar, 2004", "WERREJ", "MINUTI 805", "MISTOQSIJIET - TWEÍIBIET ORALI 805", "TQEGÓID TA' KARTI 811", "ORDNIJIET TAL-ÍURNATA", "ABBOZZ TA' LIÍI LI JEMENDA L-ATT DWAR L-AMMINISTRAZZJONI FINANZJARJA", "U L-VERIFIKA (KUMITAT)", "FINANCIAL ADMINISTRATION AND AUDIT (AMENDMENT) BILL (COMMITTEE STAGE) 812", "ABBOZZ TA' LIÍI LI JIMPLIMENTA MIÚURI TA' L-ESTIMI (KUMITAT)", "BUDGET MEASURES IMPLEMENTATION BILL (COMMITTEE STAGE) 815", "AÍÍORNAMENT 839", "MISTOQSIJIET GÓAL TWEÍIBIET ORALI MWIEÍBA BIL-MIKTUB 844", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 99 li saret fit-3 ta' Frar, 2004 íew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEÍIBIET ORALI", "DAR IL-MEDITERRAN - SISTEMA TA' COOLING TOWERS", "3792.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru góaú-Úgóaúagó u Kultura: B'riferenza góall-mistoqsija parlamentari 3394, jista' il-Ministru jara li tiíi investigata l-possibbilta' li jinstab rimedju óalli jkun evitat l- inkonvenjent ta' l-istorbju kkawúat mill-cooling towers?", "Jista' jara li jsiru l-alterazzjonijiet meótieía peress li jirriúulta li din is-sistema saret snin ilu u allura tista' ma tkunx konformi ma' regoli u standards tal- lum", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saóóa)(f'isem il-Ministru góaú-Úgóaúagó u Kultura): Ninforma lil Onor. Interpellant li l-cooling towers saru skond is-sengóa u l-arti u góadhom fi stat tajjeb u allura m'hemmx il-ósieb li jinbidlu.", "Biss qiegóed isir studju biex jiíi determinat kif jistgóu jitnaqqsu l-ósejjes li jagómlu.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Carmelo Abela): L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Imma jista' il-Ministru jgóidilna x'qed isir sadanittant sabiex óadd ma jbati minn dan l-inkonvenjent?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Sur President, irrid nirrileva li r-risposta tal- kollega tiegói góall-ewwel domanda li kienet saritlu fil-bidu kienet tgóid hekk:", "\"Minkejja li qiegóda ssir din l-allegazzjoni, ma naf li sar l-ebda rapport lill-pulizija li qieæed isir xi storbju illi qed jikkaíuna xi inkonvenjenza lil xi óadd.\"", "Ma' din ir-risposta hemm imniúúel ukoll li wieóed irid jikkonsidra li l- istallazzjoni ta' air-conditioners fis-sala La Valette tista' ííib magóha problemi tekniði.", "Jiíifieri wieóed irid ipoííi fil-keffa dawn id- diffikultajiet ukoll.", "Issa jekk l-Onor.", "Interpellant jixtieq aktar informazzjoni milli tajtu, nitolbu biex íentilment jagómel domanda bil- miktub u jingóata tweíiba mill-ministru konðernat.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Peress li dan mhux kaú ta' inkonvenjent ta' darba, jista' l-Onor.", "Deguara jestendi s-support tieæu góal din il-kawúa íusta u jikkomunika mal-ministru konðernat óalli forsi jkollna soluzzjoni fil-qrib?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Sur President, bil-qalb kollha nieóu konjizzjoni tal-preokupazzjoni li qed juri l-Onor.", "Membru.", "M'hemmx góalfejn ngóidlu li s-support tiegói qiegóed hemm u se nikkomunika ma' l-Onor.", "Mugliett biex naraw kif l-aójar li nistgóu nsolvu l-problema li qed issir riferenza góaliha.", "SAÓÓA - NEFQA FUQ MEDIÐINI", "3793.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saóóa: Jista' il- Ministru jagóti breakdown tan-nefqa li góamel id-dipartiment tas-saóóa f'mediðini góall-isptarijiet tal-gvern, ðentri tas-saóóa u bereí matul is- sena 2003?", "Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni góas-snin 1999, 2000, 2001 u 2002?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-informazzjoni qieæda tiníabar u tweíiba tinæata f'xi seduta oóra.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppoúizzjoni, domanda supplimentari.", "ONOR.", "ALFRED SANT (Kap ta' l-Oppoúizzjoni): Jista` il-Ministru jæidilna kif inhu organizzat id-dipartiment tas-saóóa fejn tidóol l-amministrazzjoni ta' mediðini?", "Jeúisti uffiððju ðentralizzat li minnu joóroí l-istockage, l- ordering, is-supply u d-distribution lill-isptarijiet, ðentri tas-saóóa u bereí?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Sur President, l-ewwelnett il-funzjonijiet kollha li qiegóed jirriferi góalihom il-Kap ta' l-Oppoúizzjoni kienu sa ftit ta' úmien ilu nkorporati taót il-government pharmaceutical services, taót it- tmexxija tas-Sinjura Lilian Wismayer li kienet tikkordina d-diversi óidmiet ta' procurement, tqassim u analisi tal-prodotti li konna nixtru.", "Il-GPS kienet taqdi l-funzjoni taæha tajjeb pero', peress li din hija parti mid- diviújoni u aóna qegódin fil-proðess li nisseparaw ir-rwol ta' regolatur minn dak ta' provider, it-tliet funzjonijiet prinðipali li kienet taæmel il- GPS illum tqassmu taót tliet partijiet.", "Dak li góandu x'jaqsam ma' xiri u tqassim ta' mediðini góadu taót il-GPS, b'funzjoni ridotta óafna u qieæed jitmexxa mill-acting director Anna Debattista.", "Parti mill-funzjoni li kienet taæmel il-GPS qabel óaditha l- MRU li issa marret Mizzi House fil-Gúira, fejn qeædin jiíu eúaminati l- partijiet regolatorji tal-mediðini li jidólu æandna.", "L-MRU bóalissa hija mmexxija minn Patricia Vella bóala acting director.", "Imbagóad hemm il- policy unit fi Triq Melita, il-Belt li tieóu ósieb il-policies li nuúaw fix-xiri u t-tqassim ta' mediðini.", "Issa jekk il-Kap ta' l-Oppoúizzjoni jkun irid aktar dettalji nkun nista' nagótihomlu.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppoúizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jekk il-Ministru jippermettili nixtieq li niffokaw fuq dak il-unit li jieóu ósieb is-supply, id-distribution u l-ordering.", "Jista' jería' jgóidli fejn jinsab dan il-unit?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: It-tqassim proprju jsir mill-GPS, quddiem l-isptar San Luqa.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppoúizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Mela l-GPS li huwa nkarigat mill-ordering, mis- supply u mid-distribution æandu budget li joóroí minn kemm ikollu búonn mediðini sena b'sena u jekk niftakar sew il-Ministru kien qal li at one stage, il-budget kien qed ilaóóaq bejn Lm13-il u Lm15-il miljun.", "Jista' il-Ministru jgóid kif qed isir il-íbir ta' informazzjoni u l-monitoring ta' l-ordering systems?", "Góax waóda mill-problemi li dejjem ikollhom dawn hi li ma jkunux jafu eúattament kemm huma l-istocks u x'talbiet ikunu se jidólu minn sena góal oóra.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ovvjament wieóed jista` jipproíetta x'mediðini se jkollu búonn.", "Fil-fatt fis-seduta tat-30 ta' Jannar tajt breakdown tan- nefqa u l-pagamenti li saru góall-mediðini.", "Illum qed nonfqu madwar Lm11.7 miljun fuq il-mediðini, bil-kumplament jintnefqu fuq prostheses u affarijiet oóra bóal knee u hip replacements.", "Ovvjament l-ordni ssir taót úewí branki differenti, Sur President.", "Góandek dawk il-mediðini li jkunu patient jew client-based, jiíifieri mediðina li ma tkunx qiegóda fuq il-formolarju u allura t-talba biex tinxtara trid tiíi mill-konsulent.", "Jekk din tkun mediðina ídida tkun trid issir talba lill-kumitat min-naóa tal-konsulent, bil-kumitat imbagóad iwaqqaf protokoll u skond dak il-protokoll jara jekk il-pazjent huwiex intitolat jew le.", "Óafna drabi wieóed jixtri dawn it-tip ta' mediðini fuq stock limitat æax ikollok numru ta' pazjenti limitati.", "Naturalment il-mediðini jinbidlu pero' ma jinbiddlux b'dik ir-regolarita` li wieóed ma jkunx jista` jipproíetta.", "Tant hu hekk li t-tenders li qeædin naætu huma fuq perjodu ta' tliet snin, bi staggering of supplies.", "Ovvjament jekk wieóed jara li l-konsum ta' ðerta mediðina qieæed jitla` iújed mis-soltu, juúa xi mekkaniúmu ieóor biex jagómel tajjeb æal dak in- nuqqas.", "Jien m'iniex informat li n-nuqqas ta' mediðini íewwa l-GPS huwa dovut góall- mod ta' kif taódem is-sistema.", "Óafna drabi toóroí tender góal ðerti mediðini u ma jkun hemm óadd li jitfa' l-offerta peress li l-profit margin ikun úæir óafna u allura jkollna nixtru permezz ta' direct order.", "Kultant ikollok tenderer li ma jagómilx id-delivery tal-mediðina partikolari, jew ikun hemm min jagómel claim góax peress li t-tender ma jkunx óadha hu, jgóid li l-affarijiet imxew iníustament u allura tibda ðerta proðedura li ovvjament il-Kap ta' l-Oppoúizzjoni jaf biha.", "Dawn ikunu verament ir- raíunijiet góala jkun hemm nuqqas ta' mediðini, Sur President.", "Óafna drabi jiíri wkoll li f'daqqa waóda toóroí pillola li mil-lat ta' riúultati, taæti qabúa kbira vis-a-vis il-pillola li nkunu ordnajna u allura jkun hemm perijodu fejn wieóed ikun irid jaæmel aííustament fit- tenders biex inkunu nistæu nlaóóqu mat-talbiet li jkollna.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppoúizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Kemm hu minnu li l-istocks jaqgóu limitati æax it- tenderers jew is-suppliers ma kenux qed jitóallsu mill-gvern?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Sur President, din id-domanda diía' irrispondejt góaliha u nista' anke nirriferi góar-risposta li tajt lill-Onor.", "Michael Farrugia fis-seduta tat-30 ta' Jannar.", "L-ewwelnett il-pagamenti u l- ólasijiet jieqfu f'Ottubru ta' kull sena, jiíifieri sakemm jería' jiíi l- budget il-ídid u sakemm isir l-istocktaking u affarijiet bóal dawn.", "Jekk wieóed ióares lejn ið-ðifri jsib li filwaqt li fl-2003 ordnajna bi Lm11.7 miljun f'mediðini, óallasna 'l fuq minn Lm9 miljun.", "Infakkar li taót l-amministrazzjoni preðedenti kienet ittieódet id- deðiújoni li biex ma nibqæux dejjem iníebbdu bejn Lm3 miljun u Lm5 miljun minn sena góal oóra, ikollna a one-off payment biex naqtæu l-arretrati kollha u hekk kien sar.", "Fil-fatt fl-1997 in-nefqa kienet Lm7 miljun u tóallsu eúatti Lm7 miljun, fl-1998 in-nefqa kienet Lm7 miljun u tóallsu Lm6.8 miljun, fl-1999 in-nefqa kienet Lm7 miljun u tóallsu Lm6.7 miljun, fl- 2000 in-nefqa kienet Lm8.8 miljun u tóallsu Lm8.5 miljun, fl-2001 in-nefqa kienet Lm9.2 miljun u tóallsu Lm9.8 miljun, fl- 2002 in-nefqa kienet Lm11.1 miljun u tóallsu Lm9 miljun u fl-2003 in-nefqa kienet Lm11.7 u tóallsu Lm9 miljun.", "Issa meta ngóidu li tóallsu Lm9 miljun ma jfissirx li góax ma kienx hemm flus - góax jaf ikollok pagamenti b'óames snin lura jew sitta li jkun góadhom ma tóallsux - imma dan sempliðement jiíri jew góax l-invoices ma jkunux waslu jew góax issir claim li l-invoices intilfu jew ikun hemm xi diskrepanza bejn il-kompoúizzjoni ta' dak li nkunu ordnajna u dak li jkun íie provdut.", "Jiíifieri jista' ikollok dawn it-tip ta' problemi, Sur President.", "Il-Kap ta' l-Oppoúizzjoni jrid japprezza li minbarra n-nefqa li qed insemmu fuq il-mediðini, wieóed irid iúid madwar Lm6 miljun jew Lm7 miljun oóra li m'huma mediðini xejn imma huma valves u affarijiet simili li wieóed mhux jinkludi f'dawn il-pagamenti.", "Jiíifieri meta ngóidu li n-nefqa fuq mediðini hija ta' Lm15 miljun, hemm inkluú id-disposables.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppoúizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jista' il-Ministru jgóid jekk is-sistema hijiex komputerizzata f'dak li góandu x'jaqsam maú-úamma ta' stocks u ta' re- ordering?", "Jista' jgóid kif qed taódem?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Mr Speaker, kien hemm attentat biex is-sistema tkun komputerizzata.", "Jien kont ippruvajt indaóóalha bóala xi óaía provviúorja fl-1995, meta konna daóóalna s-sistema` sage u din ovvjament kienet limitata f'dak li setæet tipproduði, pero` æaddej ukoll business reorganisation programme u proðess íewwa l-GPS biex inkunu nistæu ndaóólu sistemi komputerizzati.", "Wieóed irid jiftakar ukoll li s-sistema li trid tiddaóóal fil-GPS tifforma parti mill-IT tender li æandu joóroí u allura wieóed irid jifhem li hemm proðess ftit twil góax trid tóarreí lin-nies.", "Sal-lum góadna nuúaw úewí sistemi, dik tas-sage u dik manwali, peress li kien hemm diffikultajiet kbar - naóseb li l-Kap ta' l-Oppoúizzjoni jaf æal xiex qieæed nirriferi - li æadhom ma íewx solvuti.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppoúizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ngóid góalija nóossi ffrastornat quddiem risposta bóal din æax niftakar li bejn l-1997 u l-1998 konna fl-istess sitwazzjoni, qisha l-komputerizzazzjoni hija xi óaía li se taqa' minn Mars!", "X'inhuma l- problemi biex tidóol sistema komputerizzata?", "Dak iú-úmien ma stajtx nifhimhom u llum nifhimhom anqas.", "X'inhu jiíri eúattament?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Sur President, óafna drabi nóossni ffrustrat daqs il-Kap ta' l-Oppoúizzjoni góax frekwentement jiíini s-suspett li hemm min m'æandux interess li jdaóóal sistema komputerizzata.", "Ma nafx æaliex imma huwa fatt li dejjem jinqalgóu l-intoppi u din l-imbierka sistema komputerizzata tibqa' ma tasalx.", "Irrid næid ukoll li f'dawn l-aóóar snin iújed ikkonðentrajna biex is- sistema komputerizzata tidóol fl-isptar proprju, jiíifieri meta bdejna ndaóólu l-patient administration system, il-file tracking system u dan kollu.", "Pero' jekk il-Kap ta' l-Oppoúizzjoni jixtieq nista' nagótih aííornament dettaljat dwar il-problema.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppoúizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Naóseb li jkun interessanti u importanti jekk il- Ministru jista' forsi jissupplixxina b'xi forma ta' dokument dwar din il- óaía.", "Waóda mill-problemi dejjem kienet tkun li óadd ma jaf x'góandu u kultant isir re-ordering meta ma jkunx hemm búonn ta' re-ordering, jew inkella jsir re-ordering óaúin æax ikun skatta fil-mument óaúin.", "Imbaæad meta tistaqsi dwar l-inventarju ta' l-istocks tkun qisek qed titkellem fuq the Holy Grail góax óadd ma jaf eúattament fejn qegódin u mhux qegódin.", "Allura jista' il-Ministru jgóid xi tracking u kordinament isir bejn is- sistema ta' supply u distribution u ð-ðentri li l-aktar li jaæmlu talba fuqhom.", "Per eúempju, l-isptarijiet huma kompletament awtonomi fid-demands li jaæmlu u góandhom l-istocks tagóhom ukoll?", "Jew hemm xi sistema li l-istocks taæhom joóoríu awtomatikament mill-GPS?", "Góax nagómilha ðara li din qatt ma fhimtha jien.", "Jiíifieri St. Luke's u St. Vincent de Paule góandhom storeroom bil-mediðini tagóhom u allura meta jagómlu l-orders, óadd ma jkun jaf eúattament jekk hux qed ikollhom extra stock?", "Góax lanqas kontrolli fuq dak il-livell ma jidher li hemm!", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Góandek úewí tipi ta' supplies.", "L-ewwelnett kollox joóroí mill-GPS pero` imbaæad ikollok units, bóal dik tal-kardjoloíija, li jordnaw direttament huma.", "Jiíifieri l-affarijiet jidólu sempliðement íol- GPS skond ordni li jkun æamel il-cardiac team - per eúempju góal catheters - u peress li dawn huma speðifiði æall-cardiac team, imorru direttament hemm.", "Audit isir ukoll, fis-sens li jekk aóna nissupplixxu 1000 cardiac catheters fis-sena nibbilanðjawhom.", "Sur President, qed insemmi l-kardjoloíija góax naóseb li dan huwa l-mudell li rridu nibnu fuqu, wieóed mill-ftit branki li æandna speðjalizzati fejn isir audit pubbliku.", "Fil-fatt nista' ngóaddi kopja tiegóu lill-Kap ta' l- Oppoúizzjoni óalli jara bir-reqqa t-trasparenza li tintuúa biex ikollna rendikont tas-supplies li jkunu íew ordnati.", "Pero` imbaæad mill-GPS joóoríu s-supplies æal units differenti íewwa l-isptar San Luqa, íewwa St. Vincent de Paule, íewwa l-isptar t'Góawdex u íewwa l-isptar Zammit Clapp.", "Waqt il-budget speech óabbart ukoll li sa l-aóóar ta' din is-sena se jkollna sistema komputerizzata in place illi tiggarantixxi d- distribuzzjoni, jiíifieri li nkunu nistæu niððekkjaw kull item li jidóol íewwa l-GPS u kull item li joóroí mill-GPS.", "B'hekk inkunu nafu mhux biss f'liema sptar marru imma anke f'liema sala marru.", "Allura ovvjament wieóed jista' jibda jikkomparahom.", "Per eúempju, jekk inti óriít 500 prosthetes tal-hip fis-sena, tkun taf li dawk marru bilfors fl-ortopedija u wieóed jista` faðilment jiððekkja kemm saru operazzjonijiet illi kellhom búonnhom.", "Anke góall-mediðini se nkunu kapaði nagómlu dan.", "(Interruzzjonijiet)", "Sa l-aóóar tas-sena 2004 se jkollna records eúatti tal-mediðini kollha mhux biss dawk li jkunu óaríu in bulk imma anke fejn tqassmu.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppoúizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Qed nitkellmu fuq is-central supplies tal-GPS u s-sub- supplies fl-isptarijiet fuq drugs u mhux fuq affarijiet oóra góax fl- opinjoni tiegói affarijiet oóra nistgóu nikkontrollawhom jekk naódmu tajjeb.", "Il-problema fi úmienna dejjem kienet li f'post ma nafux kemm æandna stock in real terms, f'post ieóor jipproteíu ruóhom u they over- request u allura óadd ma ma jkun jaf l-istocks fejn qeædin.", "Issa frankament ilna mill-1995 ngóidu li se jkollna sistema komputerizzata li se taætina stampa across the board.", "Góax jekk din mhix se tidóol inutli li nikkontrollaw dawn l-affarijiet!", "Góax jekk sub-supplies f'St. Lukes ma jafux x'æandhom, l-ewwelnett tista' ddaóóal lok æal abbuú ðar u t-tieni jkun hemm min irid jipproteíi ruóu by oversupplying.", "Imbagóad tispiðða jkollok óafna drugs li jkunu qegódin hemm ta' xejn.", "U l-istess óaía fil- GPS, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Sur President, kif æedt, din is-sistema li qegódin nitkellmu dwarha æandha tkun up and running sa l-aóóar ta' din is-sena.", "Pero` tajjeb li næid li din is-sistema diía' qiegóda taódem u qiegóda taódem tajjeb óafna íewwa l-isptar Monte Carmeli.", "Qed nirriferi góall-fatt li ma jkunx hemm over-supply u ma jkunx hemm over-storage.", "Aóna ridna li qabel ma nintroduðuha fl-isptar San Luqa, ikollna ðerta esperjenza fl- isptar Monte Carmeli, ovvjament fuq skala iúgóar.", "Pero` il-fatt li taóseb li se jkollok over-stocking u mediðini li jaqtæu, óaía jew oóra, m'huwiex ikkorroborat bl-istatistika.", "L-iújed li jinkwetani m'huwiex li jkollok over-stocking jew li jaqtæu l-istocks imma l-mentalita`.", "Per eúempju, íewwa l-GPS kienu juúaw sistema – naóseb li dawn l-affarijiet anke t-tfal ta' l-iskola jagómluhom - li fuq l-ixkaffar dejjem jippustjaw dak li dieóel fuq quddiem u ta' wara óadd qatt ma jóares lejh.", "Jien niftakar li meta tlajt góall-ewwel darba fit-theatre ta' St. Lukes u kienu qed juruni fejn iúommu l-punti, kont innotajt li kien hemm xi óames xkafef fuq xulxin bil-punti, biú-úewí xkafef t'isfel punti li æadhom kemm íabuhom u allura kienu íodda u t-tliet xkafef ta' fuq kollha punti maqtuæin.", "Góaliex?", "Góax óadd ma jindenja ruóu li meta jagómel replacement iíib minn ta' fuq u jpoííi l-íodda dejjem at the back!", "Illum fil-GPS góandek sistema ta' xkaffar fejn il-ídid dejjem jidóol minn naóa u meta tieóu, tieóu minn naóa l-oóra u allura æandek continuous turnover.", "Hija parti mill-kultura li rridu ndaóólu.", "Pero' anke fuq din inkun nista' ngóaddilu dettalji dwar il-programm li góandna li sa l-aóóar tas-sena æandha tkun up and running, kif qieæda running íewwa l-isptar Monte Carmeli.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Joseph Abela, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOSEPH ABELA: Sur President, jien góamilt óames snin naódem fil- wards íewwa St. Luke's. Jista' il-Ministru jispjega l-fatt kif fit- treatment room ta' kull ward m'hemm l-ebda kontroll ta' kif jittieódu l- mediðini?", "Góax filwaqt li fl-isptar Zammit Clapp u sptarijiet oóra privati góandek kontroll sóió permezz ta' pharmacist li jieóu ósieb il-mediðini u l- mod kif jinóaríu, f'St. Luke's ma jeúistix dan it-tip ta' kontroll.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Sur President, dan it-tip ta' kontroll 'il quddiem se jkun jeúisti.", "L-Onor.", "Membru jaf li madwar sentejn, tliet snin ilu konna ntroduðejna l-ward pharmacist, proprju góax huwa l-kompitu tiegóu li jara kif jittieódu u jitqassmu l-mediðini u jara jekk hemmx reazzjoni bejn mediðina u oóra.", "U kif jaf, konna bdejna bil-ward pharmacist góax xtaqtna li f'kull sala jkun hemm spiújar in charge tat-tqassim u tal-procurement ta' l-istock tal-mediðini.", "Illum sfortunatament din il-funzjoni taqa' fuq in-nursing officer li jkun in charge mis-sala.", "Qed ngóid sfortunatament góax din m'hijiex il-persuna kwalifikata góal dan il-góan góax iújed tkun moóóha biex iúúomm id-dangerous drugs milli óaía oóra u allura dak m'huwiex l-istat ideali.", "Intopp wieóed góandna, fis-sens li minkejja li hemm applikazzjoni miftuóa biex jidólu ward pharmacists, ma rnexxielna níibu lil óadd.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "JOSEPH ABELA: Sur President, filwaqt li fl-ispiúerija góandek il- pharmacy technicians - góax inti jista` ikollok spiújar wieóed li jkun qieæed jieóu ósieb numru ta' wards, imma mbaæad ikollok pharmacy technician li góallinqas ikun qed iúomm kontroll tas-sitwazzjoni - kif jispjega l- fatt li l-kors ta' pharmacy technicians ma baqax isir ladarba mhux qed jirnexxielna nsibu pharmacists?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Sur President, naóseb li wieóed irid ióares lejn il- livelli li jixtieq.", "Meta l-konsulent jew it-tabib jordna xi mediðina, il- pharmacy technician m'huwiex il-persuna adatta biex tkun taf jekk hemmx cross-reaction, jekk jaqblux jew jekk hux suppost teóodhom flimkien.", "Il- pharmacy technician mhuwiex the technical person imma iújed góandu xoæol ta' dispensing.", "L-ispiújar huwa proprja l-persuna li tkun taf eúattament x'inhi r-reazzjoni bejn mediðina u oóra.", "Jiíifieri jekk iddeðidejna li nagómlu l-affarijiet bis-serjeta', meta qegódin nitkellmu fuq pharmacist li jkun in charge mit-tqassim tal-mediðini íewwa s-sala, irridu nilóqu dak il-livell u mhux immorru pass lura.", "THE DEPUTY SPEAEKR: L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "JOSEPH ABELA: Fis-sitwazzjoni preúenti æandek shortage ta' nurses fil-wards u din ir-responsabbilta` qed taqa` fuqhom, bil-konsegwenza li inti jkollok nurse li fost ir-responsabbiltajiet l-oóra jrid ukoll jieóu ósieb tal-mediðini.", "Kieku verament isiru r-rapporti minn nies ta' x'qed jiíri fit-tqassim tal-mediðini ...", "U dan mhux tort tan-nurses imma minóabba l-pressure esaíerata li æandhom u f'dak l-aspett góandhom raíun il- unions.", "Allura ma jaæmilx sens li jkollok persuna li góallinqas tkun qed tieóu ósieb l-istock li jkun qed joóroí mit-treatment room?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Naóseb li l-kollega tieæi jifhem ukoll illi l- funzjoni ta' kif jitqassmu l-mediðini íos-sala dejjem kienet tappartjeni lin-nurse, æalkemm ir-responsabbilta` dejjem kienet tal-konsulent jew tat- tabib in charge.", "Issa li qeædin nippruvaw naæmlu hu li næollu l-kwalita`, Sur President.", "Li jkollok spiújar minflok nurse jkun ifisser li jekk inti se tagómel pharmacy technician minflok in-nursing officer, dak inqas ikkwalifikat.", "Jiíifieri fuq mediðini jew fuq ir-reazzjoni bejn mediðina u oóra, iújed huwa kapaði n-nursing officer milli huwa l-pharmacy technician.", "U allura jekk se nagómlu pharmacy technician f'dak il-livell inkunu qegódin innaqqsu l-livell ta' servizz li nkunu qegódin naætu.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "JOSEPH ABELA: Imma l-punt kollu hu li jkollok pharmacy technician li jkun qed jgóin lin-nursing officer.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Sur President, hemm ðerti affarijiet li ma tistax tiddelegahom.", "Jiíifieri la hija fil-job description u lanqas hija l- persuna trained biex taæmel dan ix-xoæol.", "Teknikament dan ix-xogóol jista' isir minn spiújar u góalhekk il-liíi tæidlek illi fl-ispiúeriji privati jrid ikun spiújar li jqassam il-mediðini, imma fl-isptar mod ieóor.", "Aóna nafu li l-persuna li hija l-aktar kapaði u hija trained biex tqassam il-mediðini, jiíifieri the most knowledgeable professional fuq il-mediðini, m'huwiex it-tabib imma l-ispiújar.", "U allura fejn m'æandekx supply ta' tobba u m'æandekx back-up services, trid tinsisti li jkun l-ispiújar li jqassam il-mediðini.", "Tant hu hekk li ð-chamber kienet óaríet direttiva li dawn il- mediðini psikotropiði li konna nqassmu mill-íewwa l-health centres, ma nibqæux inqassmuhom jekk ma jkunx hemm spiújar preúenti.", "Il-liíi hekk tgóid u jien ngóid li góandhom raíun, Sur President.", "Pero` naóseb li jkun úball kbir jekk tiddelega funzjoni lil persuna inqas kkwalifikata minn dik il-persuna li qed taqdi dik il-funzjoni llum.", "Il-mod intelliíenti hu li nóajru iújed spiújara mhux biss li jiggradwaw imma li jibqæu mal-gvern.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-óin tal-mistoqsijiet góadda.", "Ngóaddu góal Tqegóid ta' Karti.", "Il-Ministru Ðensu Galea.", "TQEGÓID TA' KARTI", "ONOR.", "ÐENSU GALEA (Ministru góat-Trasport u Komunikazzjoni): Mr Speaker, inqiegóed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagórif dwar ólasijiet li saru matul l-2003 fuq is-servizz ta' mobile phones fil-ministeru u d-dipartimenti li jaqgóu taót id-dekasteru tal- ministru ta' l-edukazzjoni, bi tweíiba góall-mistoqsija parlamentari numru 4078; u", "Tagórif dwar ólas mill-iskejjel ta' l-istat góall-uúu tal-faðilitajiet fir-razzett tal-óbiberija matul is-snin skolastiði bejn l-2002 u l- 2004, bi tweíiba góall-mistoqsija parlamentari numru 4117.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru tas-Saóóa.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Mr Speaker, inqiegóed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagórif dwar ólasijiet li saru matul l-2003 fuq is-servizz ta' mobile phones fil-Ministeru u d-dipartimenti li jaqgóu taót id-dekasteru tal- Ministru tas-Saóóa, bi tweíiba góall-mistoqsija parlamentari numru 4079.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru góat-Teknoloíija ta' l-Informazzjoni u l-Investiment.", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru góat-Teknoloíija ta' l-Informazzjoni u l- Investiment): Mr Speaker, inqiegóed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagórif dwar l-góadd ta' households li kellhom is-servizzi tad-dawl u l-ilma sospiúi minóabba kontijiet pendenti, bi tweíiba góall- mistoqsija parlamentari numru 4083.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Is-Segretarju Parlamentari Anthony Abela.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (Segretarju Parlamentari): F'isem il-Ministru tal- Finanzi u l-Affarijiet Ekonomiði inqiegóed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tabella li turi l-ammont ta' flus miíbura mill-uffiððju tal-VAT u r- rifuújonijiet imóallsa bejn l-2001 u l-2003, bi tweíiba góall- mistoqsija parlamentari numru 4075.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Is-Segretarju Parlamentari Carmelo Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI (Segretarju Parlamentari): Mr Speaker, f'isem il-Ministru tal-Íustizzja u l-Intern inqiegóed fuq il-Mejda tal- Kamra:-", "Tabella li turi l-ammont ta' flus miíbura mill-uffiððju tal-passaporti bejn l-2001 u l-2003, bi tweíiba góall-mistoqsija parlamentari numru 4074; u", "Tagórif dwar ólasijiet li saru matul l-2003 fuq is-servizz ta' mobile phones fil-Ministeru u d-dipartimenti li jaqgóu taót id-dekasteru tal- Ministru tal-Íustizzja u l-Intern, bi tweíiba góall-mistoqsija parlamentari numru 4076.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Íurnata.", "ORDNIJIET TAL-ÍURNATA", "ABBOZZ TA' LIÍI LI JEMENDA L-ATT DWAR L-AMMINISTRAZZJONI FINANZJARJA U L- VERIFIKA", "FINANCIAL ADMINISTRATION AND AUDIT (AMENDMENT) BILL", "L-ordni góall-Kumitat íie moqri", "FIL-KUMITAT", "L-Onor Carmelo Abela, President tal-Kumitat, jippresjedi.", "Ikompli mit-2 ta' Frar 2004.", "Klawsola Ídida 6 - (Kont.)", "New Clause 6 – (Cont.)", "THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari Anthony Abela.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Sur President, konna wasalna fl-góeluq tad- diskussjoni dwar klawsola ídida 6.", "Ladarba l-góan ewlieni ta' dan l-abbozz ta' liíi huwa li jipprovdi miúuri góall-protezzjoni ta' flejjes pubbliði minn frodi u irregolaritajiet oóra u góall-irkupru ta' flejjes pubbliði, din hija klawsola mportanti.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Hawn aktar rimarki?", "L-Onor.", "John Attard Montalto.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Jien naóseb li l-aktar óaía li tistona f'din l-emenda hija li r-regolamenti jistgóu jsiru bl-Ingliú biss.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Sur President, jien naóseb li fið-ðirkostanzi, jagómel sens li dawn ikunu bl-Ingliú minóabba li aóna qed indaóóluhom fuq kaúijiet internazzjonali.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Imma kif inhi l-liíi, m'hijiex xi óaía relattiva biss góal dak li góandu jsir skond il-parlament u d-direttivi Ewropej u tal-kunsill.", "Apparti dan, ma nistax nifhem góalfejn l-ewwel il- gvern kien góamel fanfarra daqshekk qawwija li l-lingwa Maltija íiet uffiðjalment rikonoxxuta bóala waóda mill-lingwi tal-parlament Ewropew u issa jrid igóaddi mill-parlament Malti, liíi li tgóid li r-regolamenti jistgóu jsiru u jiíu ppubblikati bl-Ingliú biss.", "Dan ma jagómilx sens.", "Minkejja dan, nifhem li probabbilment ir-raíuni ta' dan kollu hi n-nuqqas ta' persuni li kapaði jagómlu traduzzjonijiet ta' livell aððettabbli.", "Fil- fatt fl-istorja riðenti ta' pajjiúna, il-lingwa Maltija spiððat diúonorata minn traduzzjoni li saret u hawnhekk mhux se ngóid li kien tort ta' dak jew ta' l-ieóor imma naóseb li l-eúekuttiv seta' mexxa l-affarijiet b'mod aktar serju f'dak ir-rigward.", "Sur President, fil-futur il-parlament Ewropew jaf jiddeðiedi li góandu jkun hemm biss úewí lingwi uffiðjali - il-Franðiú u l-Ingliú ̧ per eúempju – sabiex l-affarijiet jiíu simplifikati imma sakemm góandna l-opportunita` li l-lingwa tagóna tiíi rikonoxxuta f'din l-istituzzjoni, naóseb li aóna góandna nuúaw lilha.", "Il-gvern góamel sew li nsista li l-lingwa Maltija góandha tkun il-lingwa uffiðjali u l-fatt li l-lingwa Maltija íiet aððettata wassal biex il-lingwa tagóna tkun importanti daqs lingwi oóra ta' pajjiúi óafna akbar minna.", "Ðertament dan kien poúittiv pero` imbagóad il- lingwa Maltija spiððat, kif góedt diía`, diúonorata meta l-gvern stess kellu jirtira t-traduzzjoni ta' ðerti dokumenti importanti li kienu saru.", "Minkejja dan, xorta mhux aððettabbli li naqtgóu qalbna li jkollna l- kapaðita` li nagómlu liíijiet bil-lingwa tagóna stess.", "Il-gvern m'góandux jaððetta dan.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joseph Cuschieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Jien nixtieq inkompli anke fuq dak li góadu kif qal sieóbi.", "Jien xi kultant nibqa' skantat kif f'dan il-parlament jersqu proposti jew emendi bóal dawn góal-liíijiet tagóna meta sa ftit taú-úmien ilu, kulóadd jiftakar kemm sar daqq ta' trombi góax il-lingwa Maltija íiet rikonoxxuta fl-Unjoni Ewropeja.", "Wieóed jifhem il-fatt li jkun hemm ðertu kliem tekniku li ma jkunx jista' jingóad bil-Malti u góalhekk ikollu bilfors jingóad bl-Ingliú.", "Fil-fatt kieku f'din l-emenda jingóad dan li qed ngóid kieku l-emenda tkun aððettabbli.", "Pero' din l-emenda tgóid hekk:", "\"Regolamenti li jsiru taót dan l-artikolu jistgóu jsiru u jkunu pubblikati bl-ilsien Ingliú biss.\".", "Huwa veru li l-lingwa Ingliúa hija t-tieni lingwa uffiðjali f'pajjiúna – u hemm min hu interessat li jpoííi t-Taljan bóala t-tielet lingwa uffiðjali f'pajjiúna – imma l-lingwa primarja tagóna hija l-lingwa Maltija.", "Ma nistax nifhem kif wara li ngóatat daqstant importanza l-lingwa Maltija fi úmien ir-referendum fejn anke intuúat bóala issue, issa kollox waqa' fil- muta u l-gvern qiegóed anke jressaq emendi bóal dawn fil-parlament Malti.", "Jien naóseb li ma jagómilx unur lilna d-deputati – kemm tan-naóa tal-gvern u kemm ta' l-oppoúizzjoni - li napprovaw dawn it-tip ta' proposti.", "Góalhekk naóseb li hawnhekk góandu jiíi kkonsidrat li l-emenda tiíi emendata u minflok ma tgóid li r-regolamenti li jsiru taót dan l-artiklu, jistgóu jsiru u jkunu pubblikati bl-ilsien Ingliú biss, góandha tgóid li r- regolamenti li jsiru taót dan l-artiklu, isiru bil-lingwa Maltija u fejn ma jkunx possibbli, minóabba kliem tekniku, isiru bil-lingwa Ingliúa.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Sur President, rigward dan l-artiklu l-ídid li qed jiíi ntrodott hawnhekk u li jolqot l-insolvency tal-kumpanniji u l- bankruptcy procedures, wieóed jifhem li dawn se jaffettwaw u jkunu jifformaw parti mill-pakkett tal-liíijiet finanzjarji li bdew góaddejjin minn dan il-parlament fl-1995.", "Ovvjament il-liíi dwar il-bankruptcy u l- insolvency huwa element importanti aktar u aktar meta wieóed irid ióajjar kumpanniji multi-nazzjonali biex jinvestu u jibdew joperaw minn Malta.", "Huwa mportanti wkoll li núommu r-rispett lejn il-lingwa Maltija u góalhekk ir-regolamenti góandhom ikunu pubblikati biú-úewí lingwi pero` fejn ikun hemm kwestjoni ta' interpretazzjoni bejn it-test Malti u t-test Ingliú, góandu jipprevali t-test Ingliú.", "Din kienet il-linja li konna óadna f'dawk il-liíijiet finanzjarji li góaddejna xi óames snin ilu bil-góan li niíbdu lejna l-investiment barrani u dan kien jagómel sens li nagómluh óalli meta xi konsulent jew investitur ikun qed jaqra d-dokumenti bl-Ingliú, dan ikun moóóu mistieó li dak it-test Ingliú se jipprevali fuq dak Malti f'kaú li jkun hemm xi konflitti bejn it-testi.", "Dan kollu huwa perfettament loíiku u jien naqbel miegóu.", "Góalhekk is-suííeriment ta' din in-naóa tal-Kamra huwa li noóoríu r- regolamenti biú-úewí lingwi u naffermaw li f'kaú ta' konflitt ta' interpretazzjoni bejn it-test Malti u t-test Ingliú, it-test Ingliú jipprevali.", "B'dan il-mod inkunu rrispettajna l-lingwa nazzjonali tagóna – li hija mportanti góall-identita` tal-pajjiú - u fl-istess óin inkunu prattiði biúúejjed biex effettivament nilóqu l-iskop ta' din il-liíi", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Sur President, meta nitkellmu fuq affarijiet finanzjarji huwa ferm diffiðli li tuúa t-test Malti biss u fil-fatt, l- Onor. Charles Mangion, anke waqt li kien qed jitkellem bil-Malti, kellu bilfors juúa kliem Ingliú bóal ̧ per eúempju ̧ \"insolvency\".", "Allura jagómel sens li nuúaw it-test Ingliú meta nippreúentaw ir-regolamenti ladarba din il-lingwa tintuúa fid-dinja bankarja u finanzjarja.", "Per eúempju, aóna bóala nutara nagómlu kuntratti ta' overdraft.", "Issa hawn min jagótini ̧ f'erba' kelmiet, deskrizzjoni tal-kelma \"overdraft\"?", "Naóseb li trid tikteb mill-inqas paragrafu u nofs biex forsi tkopri d-definizzjoni kollha li jagóti d-dizzjunarju Ingliú ta' din il-kelma u allura, fl-opinjoni tiegói, jagómel sens li dawn isiru mill-ewwel bl-Ingliú.", "Pero` jekk l-Onor.", "Charles Mangion se jinsisti li r-regolamenti taót dan l-artiklu jsiru biú- úewí lingwi u f'kaú ta' diffikulta`, jipprevali t-test Ingliú, allura jien ma nsib l-ebda diffikulta`.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Hawnhekk sempliðement qed inkomplu nsegwu l- prassi li diía` hija stabbilita fl-oqsma tal-liíijiet finanzjarji.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Sur President, ladarba diía` góandna l-liíi tad- dwana li r-regolamenti tagóha jsiru bl-Ingliú biss, il-liíi dwar is-civil aviation li r-regolamenti tagóha jsiru bl-Ingliú biss kif ukoll óafna mir- regolamenti tal-MFSA li qegódin bl-Ingliú, naóseb li nistgóu nibqgóu mexjin fuq din il-linja biex nevitaw il-problemi.", "Qed ngóid dan góax nistgóu noóolqu preðedent fis-sens li xi óadd jista' jgóidlek li bil-Malti fehem xi óaía u bl-Ingliú ma kenitx l-istess u nispiððaw bil-kaúijiet fil-qorti.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Sur President, aóna diía` góidna s-suííeriment tagóna x'inhu u dan jevita problemi ta' interpretazzjoni ta' liema lingwa tipprevali.", "THE CHAIRMAN: Hawn aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija li klawsola ídida 6 tifforma parti mill-Abbozz ta' Liíi.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola Ídida 6 góaddiet u íiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liíi.", "Klawsola 1 – Titolu fil-qosor.", "Clause 1 – Short title.", "THE CHAIRMAN: Hawn rimarki?", "Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Sur President, nipproponi din l-emenda verbali:", "Fi klawsola 1 minflok il-kliem \"Att ta' l-2003\" góandhom jidólu l- kliem \"Att ta' l-2004\".", "In clause 1, for the words \"Act, 2003\" there shall be substituted the words \"Act, 2004\".", "THE CHAIRMAN: Hawn rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija l- emenda verbali mressqa mis-segretarju parlamentari.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda verbali góaddiet nem.con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 1 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 1 ̧ kif emendata ̧ góaddiet nem. con. u íiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liíi.", "It-Titolu góadda nem. con. u íie ordnat biex isir parti mill-Abbozz ta' Liíi.", "THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari Anthony Abela.", "ONOR.", "ANTONY ABELA: Sur President ̧ nipproponi li l-Iskrivan tal-Kamra jkun awtorizzat li jikkoreíi xi úbalji ta' l-ortografija u jagómel ir- renumbering tal-klawsoli fejn ikun hemm búonn.", "THE CHAIRMAN: Il-Kumitat jaqbel?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-Kumitat qabel li l-Iskrivan tal-Kamra jkun awtorizzat li jikkoreíi xi úbalji ta' l-ortografija u jagómel ir-renumbering neðessarju.", "Il-Kamra rriúumiet u s-Segretarju Parlamentari, l-Onor.", "Anthony Abela rrapporta l-Abbozz ta' Liíi mgóoddi b'emendi.", "ABBOZZ TA' LIÍI LI JIMPLIMENTA MIÚURI TA' L-ESTIMI", "BUDGET MEASURES IMPLEMENTATION BILL", "L-Ordni góall-Kumitat íie moqri", "FIL-KUMITAT", "L-Onor.", "Carmelo Abela, President tal-Kumitat, jippresjiedi", "Klawsola 2 – Dóul fis-seóó ta' din it-Taqsima", "Clause 2 – Coming into force of this Part", "THE CHAIRMAN: Hawn xi riamrki fuq din il-klawsola?", "L-Onor.", "Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: L-effett ta' din il-klawsola japplika fuq l-abbozz kollu?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Le, din tapplika biss góal Taqsima I. Góall-miúuri differenti l-oóra hemm speðifikat meta jiíu fis-seóó.", "Jiíifieri klawsola 2 li titkellem fuq id-dóul fis-seóó mhux qed tirreferi góall-abbozz kollu.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Tajjeb, mela nistgóu mmexxu.", "THE CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki( (Onor. Membri: No) Il-mistqosija hija klawsola 2.", "Dawk favur( (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra( (Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 2 góaddiet u íiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liíi.", "Klawsola 3 – Tifsir", "Clause 3 – Interpretation", "THE CHAIRMAN: Hawn xi rimarki?", "L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Sur President, góadna kif góaddejna l-abbozz ta' liíi li jemenda l-Att dwar l-Amministrazzjoni Finanzjarja u l-Verifika u qed ngóidu li l-kelma \"dóul\" se jkollha l-istess tifsira li góandha f'dak l- Att.", "THE CHAIRMAN: Hawn iktar rimarki( (Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 3.", "Dawk favur( (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra( (Onor. membri: No) Carried.", "Klawsola 3 góaddiet u íiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liíi.", "Klawsola 4 - Awtorita` li jiníabar self.", "Clause 4 - Authority to raise loan", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Sur President, naóseb li din il-klawsola hija waóda self-explanatory.", "Hawnhekk qed ngóidu li l-gvern jista` jiíbor, b'self, is- somma ta' mhux iújed minn Lm100 miljun u góall-fini li tiníabar dik is- somma, il-ministru responsabbli góall-finanzi huwa awtorizzat li joóroí stock, kif prattikament dejjem sar s'issa.", "THE CHAIRMAN: Hawn iújed rimakri?", "L-Onor.", "Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Sur President, minkejja li l-gvern kien ilu jwiegóed óafna li d-deficit se jiíi kkontrollat, fil-fatt dan ma seóóx.", "Fis- sena 2002 il-gvern ipproíetta li d-deficit góas-sena 2003 kellu jkun ta' Lm78 miljun, imma llum nafu li dan jammonta góal Lm105 miljun.", "Minkejja li dan hu Lm30 miljun iújed milli kien ipproíettat, il-gvern xorta qed jgóid li jinsab kuntent.", "Hawnhekk tajjeb li wieóed jinnota li f'dan il-perjodu kien hemm dóul minn one-off items, bóad-dóul mir-registration scheme u l- bejgó ta' l-interess li l-Maltacom kellha fil-Vodafone, li íew inkorporati fid-dóul tal-gvern fl-aóóar tas-sena.", "Minkejja dan kollu jibqa' fatt li d-dejn nazzjonali, bejn Novembru tas-sena 2002 u Diðembru 2003, údied b'rata ta' Lm0.5miljun kuljum.", "Jiíifieri qegódin naraw sitwazzjoni fejn minkejja l-wegódi ta' rebbiegóa ídida u finanzi fis-sod, is-sitwazzjoni finanzjarja hija waóda mwiegóra u n-nies qed ikollhom iduqu iújed taxxi flok biðða mir-rebbiegóa l-ídida.", "Góaliex?", "Góax il-gvern qed jintroduði miúuri li bihom se jkun qed jieóu minn fuq dahar il-poplu madwar Lm60 miljun f'taxxi íodda góas-sena d-dieóla.", "Minkejja dan kollu, ftit li xejn jidher sabió il-prospett li d-deficit se jkun ikkontrollat jew li r-rata tad-dejn li qed niddejnu biha se tibda tisslowja.", "Sakemm l-ispiúa tal-gvern tibqa' tespandi bir-rata li qed tespandi llum, ma tantx se niksbu riúultati tajbin.", "U hawn tajjeb li ngóid li l-ispiúa tal-gvern mhux qed tespandi fl-oqsma soðjali - fl-aóóar snin l- ispiúa tal-gvern fuq il-qasam soðjali baqgóet madwar 40% - imma qed tespandi fl-infiq li qed isir fit-twaqqif ta' dawn il-óafna fondazzjonijiet u awtoritajiet u fuq it-toroq fejn l-ispiúa qed tisplodi minóabba ineffiðjenzi burokratiði.", "Dawn huma úewí setturi fejn din il-problema trid tiíi indirizzata.", "Hawnhekk il-gvern qed jitlob l-awtorizzazzjoni biex jiddejjen sa Lm100 miljun oóra.", "Ðertament li l-gvern se jkollu xi dejn ieóor li jkun góalaq u jkun irid ióallsu.", "Pero` fl-istess óin se jidóol f'dejn ídid u góalhekk se júid ir-rata ta' dejn, u dan se jibqa' jiíri sakemm ma jkunx hemm kontroll fuq in-nefqa pubblika.", "Dan il-gvern mhux proattiv imma reazzjonarju góax flok qed ikun attiv u jevita d-dejn, qed ikun reazzjonarju góal dan id-dejn u qed ifittex l-aktar soluzzjoni faðli, iúid it-taxxi u jiddejjen.", "Biex verament jaqbad il-barri minn qrunu - óa nuúa fraúi li juúaw kelliema tan- naóa l-oóra – il-gvern irid jikkontrolla n-nefqa.", "Flok góamel qed jagómle hekk u ra jekk il-value for money hux qed jingóata, jekk l-accountability hux verament qed tinúamm u jekk hemmx il-benchmarking fil-performance tiegóu - dawn kollha kienu wegódi li ma rrealizzaw ruóhom qatt - nesa dan kollu u óa the easiest road, dik li júid it-taxxi.", "F'dan l-artiklu qegódin naraw li minkejja li l-gvern se júid id-dóul tiegóu b'Lm60 miljun fuq dak li kien hemm is-sena li góaddiet, xorta qed ióoss il- búonn li jipprevedi dejn ta' Lm100 miljun oóra, u wisq probabbli diía` góandna previzjoni ta' kemm se jiúdied id-dejn pubbliku góas-sena li íejja.", "THE CHAIRMAN: Hawn aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 4.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 4 góaddiet u íiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liíi.", "Klawsola 5 – Skop", "Clause 5 - Purpose", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Sur President, góal din il-klawsola se nipproponi din l-emenda:", "\"A\" Fit-testi Malti tal-klawsola 5 li hemm fit-Taqsima I, minflok il- kliem \"xort'oóra jsiru, matul is-\" góandhom jidólu l-kliem \"xort'oóra jsiru, matul is-sena 2004 jew matul snin sussegwenti.\".", "\"A\" In the Maltese text of clause 5 in Part I for the words \"xort'oóra jsiru, matul is-\" there shall be substituted the words \"xort'oóra jsiru, matul is-sena 2004 jew matul snin sussegwenti.\".", "Sur President, hawnhekk qegódin ngóidu li flejjes imsellfin taót l- awtorita` ta' din it-taqsima góandhom ikunu approprjati u applikabbli góall- iskop li jitóallsu l-ispejjeú li jeððedu dóul fil-fond konsolidat matul is- sena 2003 u dawk proíettati li jsiru.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Mangion.", "ONOR CHARLES MANGION: Sur President, rigward id-dejn li jista' jsir taót din l-awtorita` biex nibbilanðjaw il-fond konsolidat, f'kaú li d-dóul ma jlaóóaqx ma' l-ispiúa u allura niddejnu biex inpattu góal dik ix-shortfall, ma nistax nifhem góaliex iddaóólu il-kliem \"jew matul is-snin sussegwenti\".", "Jiena nifhem li ma' kull estimi ta' kull sena - qed nassumi li dawn jiíu kull sena - il-gvern ikun qed jagómel previújoni ta' kemm se jkollu búonn jiddejjen fis-sena ta' wara.", "Góalhekk nixtieq li l-Onor.", "Abela jispjegalna góaliex íiet inkorporata l-fraúi \"jew matul is-snin sussegwenti\".", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Abela.", "ONOR TONY ABELA: Sur President, jekk l-Onor.", "Mangion jara l-aóóar linja ta' din il-klawsola 5 isib li kien hemm misprint u dik il-fraúi nqabúet totalment.", "ONOR CHARLES MANGION: Le, mhux dak il-punt.", "Jiena qiegóed nistaqsi: X'inhi r-raíuni li minkejja li aóna qegódin nitkellmu fuq estimi u budget measures góas-sena 2004 qegódin ukoll ninkludu s-snin sussegwenti meta fl- aóóar tas-sena 2004 se jkollna estimi u budget measure góas-sena 2005?", "ONOR.", "ANTHONY ABLEA: Ir-raíuni hi li l-gvern jista' joóroí self góal iújed minn sena u allura jista' jagómel roll over tal-flus li jkun issellef matul dik is-sena u juúahom góas-sena ta' wara.", "Góalhekk jagómel sens li tagómilha hekk góax il-gvern mhux neðessarjament joóroí bonds góal disa' xhur jew góal sena biss.", "THE CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l-emenda kif imressqa u moqrija mis-Segretarju Parlamentari.", "Dawk favur( (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "L-emenda \"A\" góaddiet.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 5, kif emendata.", "Dawk favur( (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra( (Onor. Membri: No) Carried", "Klawsola 5, kif emendata, góaddiet u íiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liíi.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Sur President, nipproponi li klawsoli 6, 7, 8 u 9 taót Taqsima II jiíu posposti.", "THE CHAIRMAN: Hawn permess biex dawn il-klawsoli jiíu posposti?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingóata u klawsoli 6, 7, 8 u 9 íew posposti.", "Klawsola 10 – Emenda ta' l-Att dwar is-Sigurta` Soðjali.", "Clause 10 – Amendment of the Social Security Act.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Sur President, góal din il-klawsola li tagóti dati varji góal meta jidólu fis-seóó ðerti emendi góandi din l-emenda:", "\"B\" Il-Klawsola 10 góandha tiíi emendata kif íej:-", "(a) is-subklawsoli (2) u (3) tagóha góandhom jiíu enumerati mill-ídid bóala subklawsoli (3) u (4) tagóha; u", "(b) minnufih wara s-subklawsola (1) tagóha góandha tidóol is- subklawsola (2) ídida li íejja:-", "\"(2) Id-disposizzjonijiet ta' l-artikolu 15A góandhom jitqiesu li bdew iseóóu fl-4 ta' Jannar, 1992.\".", "\"B\" Clause 10 shall be amended as follows:-", "(a) subclauses (2) and (3) thereof shall be renumbered as subclauses (3) and (4) thereof; and", "(b) immediately after subclause (1) thereof, there shall be added the following new subclause (2):-", "\"(2) The provisions of article 15A shall be deemed to have come into force on the 4th January, 1992.\".", "Aktar 'il quddiem se nressaq klawsola ídida 15A li se tbiddel id- definizzjoni ta' \"service pension\" fl-Att prinðipali li fiha se jkun hemm ir-raíuni góaliex qed titressaq din l-emenda.", "Fil-fatt qegódin ngóidu li din il-klawsola, per se, íiet fis-seóó b'mod retroattiv mill-4 ta' Jannar, 1992.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Taqsima 3 tirreferi góall-fatt li mill-5 ta' Jannar, il-bdiewa u s-sajjieda rikonoxxuti mill-gvern bóala full-timers mhux se jkunu aktar intitolati li jieódu lura minæand id-direttur ta' l- agrikoltura u sajd nofs il-kontribuzzjonijiet li jóallsu taót is-Social Security Act fuq l-income li jkun íej mill-farming jew mill-fishing.", "Qed ngóid hekk góax hawn óafna cross references góall-liíijiet oóra u tajjeb li nippreðiúaw.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Le, mhux qeædin niftehmu.", "Is-subclauses 2 u 3 se jiíu renumbered 3 u 4 u bóala subclause 2 se tidóol din:", "\"2) Id-disposizzjonijiet ta' l-artikolu 15A góandhom jitqiesu li bdew iseóóu fl-4 ta' Jannar, 1992.\".", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Dik hi dwar id-definition of service pension.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Hekk hu.", "Issa dik se tibda sseóó b'effett mill-4 ta' Jannar 1992.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Jista' s-segretarju parlamentari jispjegalna l- effetti ta' din il-miúura li se tidóol with retroactive effect?", "Qed nistaqsi dan góax l-abbozz, mhux emendat, li æandna quddiemna juri li kollox se jibda fit-3 jew 5 ta' Jannar 2004, bóala dispoúizzjonijiet li qegódin jimponu fuq il-poplu Malti piúijiet íodda.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Sur President, sa l-1992 persuna li kienet tirðievi waóda jew iújed pensjonijiet tas-servizz kienet tieóu anqas pensjoni wara r- retirement tagóha.", "Dan kien ifisser li din kienet intitolata biss æall- flat rate tar-retirement pension.", "Pero` fl-istess óin jekk il-pensjoni tas- servizz tieæu kienet titóallas mill-gvern Ingliú, dak li jkun kien intitolat æal rata oæla minn dik tar-retirement pension.", "Issa se ndaóólu klawsola ídida biex nipprovaw narmonizzaw is-sistema.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Jiíifieri skond il-klawsola ídida 15A li æadha kif íiet ippreúentata lili, u allura qed naraha issa, qeædin næidu li jekk ikollok úewí pensjonijiet, l-oæla waóda fosthom tiíi kkonsidrata f'kaú ta' retirement.", "Dan ifisser li sal-lum kienu qed jiíu kkonsidrati ú-úewí pensjonijiet?", "Jiíifeiri jekk xi óadd jispiðða bil-pensionable age u jieóu d- due terzi, iú-úewí pensjonijiet kienu jiíu kkonsidrati?", "Qed nistaqsi dan góax jiena m'iniex espert fuq is-social services u allura nixtieq nikkjarifika l-affarijiet.", "Baúikament, li qed nistaqsi hu: X'inhu l-impatt ta' klawsola ídida 15A?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Fl-1992 il-liíi kienet íiet emendata sabiex persuna li jkun jirðievi aktar minn pensjoni waóda tas-servizz jieóu biss l-ogóla waóda.", "Issa aóna biex nieódu ósieb dawk il-kaúijiet fejn l-oæla pensjoni kienet titóallas mill-Gvern ta' Malta.", "Góalhekk qeædin indaóólu din l- emenda biex nissalvagwardjaw kontra din il-possibilta`.", "Jiíifieri qeædin næidu li jekk dak iú-úmien illeíislajna b'mod li jista` jkun li kien hemm xi nies li íew affettwati b'mod negattiv, issa se nirraníaw dik il- poúizzjoni biex dak li jkun jibqa' jieóu l-oæla pensjoni kemm jekk tiíi mill-gvern Ingliú u kemm jekk tiíi mill-gvern Malti.", "(Interuzzjonijiet).", "Iva, kien hemm interpretazzjoni differenti minn nies differenti ta' dak li æaddejna fl-1992.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Jiíifieri llum, dak li jkun se jibqa' jirðievi ú- úewí pensjonijiet kemm minæand il-Gvern Ingliú u kemm minæand il-Gvern Malti.", "Allura x'inhu l-benefiððju li se jgawdi il-pensjonant?", "Jekk jiíi xi óadd góandi li jirðievi pensjoni minæand il-Gvern Ingliú u oóra minæand il- Gvern Malti u jistaqsini kif se jkun affettwat b'din il-liíi, jien kif se nwieíbu?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Se nneóóu l-ambigwita` li kien hemm qabel góax qabel íieli kien jiíi interpretat li meta wieóed ikun qed jieóu úewí pensjonijiet, dan góandu dritt biss góall-oæla waóda u jitlef il-pensjoni l- oóra.", "Issa qed ngóidu li dak li jkun góandu dritt jikkwalifika góal kwalunkwe pensjoni íejja minn fejn íejja.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Mela qeædin næidu li jekk wieóed kien jikkwalifika æal úewí pensjonijiet u jkollu waóda ogóla minn ta' Malta, dan kien jitlef dik ta' Malta.", "Allura issa dak li jikkwalifika æalih taót il-liíi Maltija se jibda jieódu?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA : Iva.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Mela se tiúdiedlu l-pensjoni effettivament.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Iva, æax bl-interpretazzjoni li ngóatat qabel kien hemm min íie affettwat negattivament, tant li l-pensjoni ma tlaóóaqlux id- due terzi.", "Illum qeædin næidu li se ninsew l-anomaliji ta' minn fejn íejja l-pensjoni - jekk hux minn naóa jew minn oóra – bl-iskkop li l-pensjoni æallinqas dejjem tlaóóaq id-due terzi.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Jiíifieri din qieæda ntiúa biex telimina ð- ðirkostanza li jkollok nies li minóabba li qed jirðievu úewí pensjonijiet tas-servizz Ingliú jew servizz ieóor u dik ta' Malta jitilfu d-dritt li jikkwalifikaw æad-due terzi, u dan hu effettivament ta' benefiððju æalihom.", "Jiíifieri jien se noqæod fuq l-interpretazzjoni li qed jaæti s-segretarju parlamentari dwar dan góax dan jiííustifika l-fatt góaliex se mmorru lura æall-1992.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Iva, biex min sofra jiíi kompensat.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Jekk huwa dak il-kaú allura hemm íustifikazzjoni li mmorru lura.", "Nispera li dik l-interpretazzjoni hi tajba.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Jiena qed nagóti l-interpretazzjoni ta' l-esperti.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Jien qed ngóid dan for the records tal-parlament æax li jkollok miúura fiskali with retroactive effect hija xi óaía li ma naqblux maæha.", "Pero` jekk din effettivament qed tfisser dak li spjega s- segretarju parlamentari, jiíifieri li se nirraníaw l-anomalija li kien hemm bejn pensjoni u oóra, u dawk li sofrew se jiíu kompensati, allura aóna naqblu fuqha.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Sur President, b'din l-emenda aóna qeædin nassiguraw li min qieæed taót id-due terzi jasal æad-due terzi.", "Ovvjament imbaæad ma jridx ikun hemm min jipprova jabbuúa minn din il-liíi biex jieóu iújed.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Hawn mhux qed nitkellmu fuq l-abbuú góax l-abbuú dejjem abbuú jibqa'.", "THE CHAIRMAN: Tajjeb li nippreðiúa ftit li qed nitkellmu fuq klawsola 10.", "Qed ngóid dan góax qed issir referenza æall-klawsola ídida 15A, xi óaía li æadha mhux parti mill-abbozz ta' liíi.", "Hawn iktar rimarki?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Sur President, jien naððetta din l-ispjegazzjoni li ingóatat mis-segretarju parlamentari u nitlob li tkun recorded speðifikament kif tidher li íiet spjegata, u cioe` bóala benefiððju æall- pensjonant.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l-emenda kif imressqa u moqrija mis-Segretarju Parlamentari.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "L-Emenda \"B\" góaddiet.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 10, kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 10, kif emendata, góaddiet u íiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liíi.", "Klawsola 11 – Emenda ta' l-artikolu 15 ta' l-Att prinðipali.", "Clause 11- Amendment of article 15 of the principal Act.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Sur President, din il-klawsola tneóói s-sussidju li qed jitóallas lill-bdiewa æas-social service contributions æaliex illum dan qed jiíi rifless kemm fil-mod ta' kif dawn ióallsu t-taxxa, æax æandhom dritt li jóallsu t-taxxa ta' likwidazzjoni skond il-bejæ li jkollhom, kif ukoll minóabba sussidju u æajnuna li dawn jikkwalifikaw æalihom minóabba l- Unjoni Ewropea.", "Jiíifieri qed jiíu ampjament kompensati b'dawk.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Sur President, ta' min jinnota li meta xi snin ilu dan il-parlament kien approva li l-full-time farmers u full-time fishermen ikollhom din l-aíevolazzjoni fiskali fuq l-NI contribution taæhom, dak kien intiú minóabba l-fatt li konna qed nirrikonoxxu li kemm l-agrikoltura kif ukoll is-sajd, æalkemm úæar f'pajjiúna u kull ma jikkostitwixxu huwa 3% tal- GDP, æandhom importanza strateíika, u kien f'dan l-ispirtu li dan il- parlament kien approva dan il-benefiððju.", "Irrid ngóid li wieóed ma jistax sempliðiment jæid li dawn il-bdiewa u s- sajjieda se jkunu kompensati góax se jibdew jibbenefikaw minn xi assistenza oóra.", "Naóseb li kien ikun aójar kieku kellna d-dettalji ta' kemm kien jiswa dak il-benefiððju li kienu jieódu qabel, benefiððju li kien jibqa` góaddej.", "Góaliex qed ngóid hekk?", "Qed ngóid hekk góax tajjeb li nippreðiúaw li din l- góajnuna li se jieódu direttament l-bdiewa u s-sajjieda wisq probabbli hi góal perjodu fiss.", "Ðertament dan ma jindikax il-fatt li l-biedja, kemm illum u kemm fil-futur, trid tibqa' ta' importanza strateíika æal pajjiúna.", "Ovvjament, it-tibdil la huwa neðessarju jrid isir.", "Pero' góandu jkun hemm dik l-assistenza kollha neðessarja biex il-biedja ttejjeb u tirfina l- produzzjoni taæha.", "Minkejja dan, il-biedja Maltija trid tibqa' tiíi kkoltivata mill-gvern góax id-diffikultajiet fil-biedja mhumiex úgóar.", "Ma tantx góandna art u mhux l-art kollha hi tajba góall-biedja u góalhekk l- art teótieí spiúa kapitali kbira biex tagóti l-frott.", "Hemm búonn ukoll li l- gvern ióeííeí iú-úgóaúagó, li ma tantx jaraw prospett u futur fil-biedja, biex jispeðjalizzaw f'dan il-qasam u mhux sempliðiment jispiððaw jaódmu biðða art æall-gost.", "Effettivament iridu jidólu fil-qasam tal-biedja bóala karriera - li ðertament ma tkunx karriera faðli u tkun esposta góal óafna riskji speðjalment mill-elementi – u juúaw ix-xjenza biex jikkontrollaw u jipproduðu prodotti aójar.", "Jiena naóseb li l-fatt li l-bdiewa kien ikollhom rebates fl-NI contributions kienet forma ta' inðentiv æaú-úæaúaæ li jkunu qed ióarsu lejn l-agrikoltura bóala karriera, imma issa b'din il-miúura li ttieódet dan l-inðentiv spiðða wkoll.", "Sfortunatament, aktar ma jæaddi ú-úmien, aktar in-numru ta' full-time farmers qed jonqos u aktar qed ikollna nies li qed jikkummerðjalizzaw ir- raba` tagóhom æax dan ma jkunx qed jirrendi.", "Hawn min jargumenta li m'góandniex góalfejn ninkwetaw óafna dwar dan góax aóna nistæu nimportaw il- óxejjex u affarijiet bóal dawn minn pajjiúi qrib tagóna.", "Pero` xorta jibqa' l-fatt li hu importanti li l-agrikoltura tagóna, úæira kemm hi úæira, góandha tibqa' tinúamm, u tibqa' tinúamm góal skopijiet strateíiði mhux neðessarjament góal skopijiet ekonomiði góax din hija xi óaía li júommu quddiem góajnejh kull pajjiú.", "L-Amerika, l-iktar pajjiú b'saóótu fid-dinja tagóti importanza kbira lill-agrikoltura.", "Il-Íappun, li huwa pajjiú industrjalizzat óafna u m'góandux xi agrikoltura partikolari wkoll jagóti protezzjoni lill-qasam agrikolu tiegóu bóala parti mill-attivita` ekonomika strateíika.", "Góalhekk aóna ðertament ma naqblux li dawn is-sussidji jitneóóew b'effett minn din is-sena góaliex dan se jkollu impatt negattiv fuq l-agrikoltura u s-sajd u dan l-impatt negattiv mhux se jkun faðli li wieóed jirriversjah.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Abela.", "ONOR ANTHONY ABELA: Sur President, jien ma kontx bil-ósieb li nagómel diskors fuq il-policy ta' l-agrikoltura kollha tal-pajjiú.", "Pero` ta' min isemmi kif kienet is-sitwazzjoni tal-bieraó u kif inhi s-sitwazzjoni tal- lum.", "Is-sitwazzjoni tal-bieraó kien úmien meta l-gvern ma kienx beda ðerti proðeduri li jagótu l-góajnuna lill-bdiewa u allura dawk is-sussidji kienu importanti.", "Illum, bejn dak li vvota l-gvern dawn l-aóóar tliet snin u dak li íej mill-Unjoni Ewropea, il-bidwi se jibbenefika minn Lm5.78 miljun.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Góal kemm úmien?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Issa qegódin nitkellmu fuq perjodu fiss, imma jibqa' l-fatt li góal dak il-perjodu, dan is-settur qed jiíi kopert óafna iktar milli kien qabel.", "Issa jekk óames snin oóra jkun hemm gvern li jidhirlu li góandu jería' jdaóóal is-sussidju li kien hemm qabel....", "(Interruzzjonijiet) Pero` rridu wkoll nikkonsidraw il-fatt li llum il-bidwi qiegóed jibbenifika f'dak li hu ólas ta` income tax góax issa qiegóed jingóata rata fissa ta' 3% bóala settlement tax fuq il-bejgó tal-prodotti tiegóu fil-pitkalija.", "Jiíifieri wieóed irid jieóu wkoll dan in konsiderazzjoni.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Sur President, is-segretarju parlamentari qed jgóid li se nneóóu góajnuna u se nagótu góajnuna oóra.", "Jien l-argument tiegói kien li b'din l-inizjattiva qed tneóói inðentiv li jaf kien ióajjar nies biex jidólu f'dan is-settur.", "Veru li l-gvern qed jagóti l-góajnuna imma din hi góajnuna biex wieóed ibiddel l-istil tal-produzzjoni, itejjeb l-art li jkun qed jaódem jew inkella biex minn úmien góal úmien ibiddel in-natura tal-prodott li jkun qed ikabbar.", "Pero` din ta' l-NI contribution kienet intiúa mhux biss biex taíevola lill-individwu per se, imma biex tóajjar ukoll lill-individwu biex jidóol bóala full-time farmer.", "Qed ngóid dan góax in-numru ta' dawn qiegóed dejjem jonqos minóabba li qed jindunaw li ma tantx jaqbel li jidólu jew jibqgóu f'dan is-settur minóabba ð-ðirkostanzi eúistenti.", "Kif góedt qabel, il-biedja hi attivita` ekonomika strateíika u góalhekk góandu jkun hemm kull góajnuna biex dan is-settur jiíi sostnut.", "Aóna nafu li m'hemmx xi attrazzjoni partikolari f'dan is-settur minóabba n- natura tax-xogóol tiegóu u góalhekk inizjattiva bóal dik li kien hemm qabel kienet tóajjar lil xi wóud biex jidólu f'dan is-settur.", "Dan hu l-argument kollu tiegói.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn aktar kummenti?", "L-Onor.", "Noel Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Sur President, fid-dawl li l-Onor.", "Anthony Abela qed jgóid li m'góandux kummenti oóra x'jagómel, naóseb li din il-Kamra tistenna li tingóata spjegazzjoni góaliex il-gvern góamel u-turn, kemm dwar dak li wiegóed lill-poplu u kemm dwar dak li wiegóed lill-bdiewa, lir-raóóala u lis-sajjieda.", "Qabel l-aóóar elezzjoni íenerali l-gvern wiegóed li góalkemm se jneóói l-ólas ta' nofs il-bolla kien se jagómel assigurazzjoni biex ikun jista' jiggarantixxi l-prodott tal-bidwi, tar-raóóal u tas-sajjied.", "Jiíifieri l-gvern kellu jissostitwixxi l-góajnuna li jagóti lill-bdiewa, lir-raóóala u lis-sajjieda b'xi tip ta' assigurazzjoni.", "X'íara minnha din il-wegóda?", "Se jitilquha hekk mingóajr ma jagótu spjegazzjoni?", "Insewha din< jew qiegóda f'moóóhom u se ssir sena jew sentejn oóra?", "Jiena nistenna li dan kollu jiíi spjegat min-naóa l-oóra tal-Kamra góax dwar dan ma smajna xejn.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Sur President, jien naóseb li dan kollu li qed jistaqsi fuqu l-Onor.", "Farrugia diía` íie spjegat b'mod tajjeb mill-ministru góall-affarijiet rurali u ambjent waqt il-budget fejn spjega l- limitazzjonijiet ta' l-agrikoltura f'Malta u góaliex il-Partit Nazzjonalista bóala gvern iííieled góal dawk il-miúuri li íab fin-negozjati li góamel ma' l-Unjoni Ewropea.", "Irridu ngóidu wkoll li din l-góajnuna fil- bolla kienet tingóata biss góal dawk il-bdiewa li jkunu fil-koperattivi.", "Aóna qegódin nagótu l-góajnuna lill-bidwi biex itejjeb il-poúizzjoni tiegóu u biex ikollu dóul ikbar.", "Aóna qegódin ngóidulu: Il-bolla óallasha, pero` minkejja li se taqla` iújed u se úúid l-introjtu tiegóek it-taxxa ta' l- income hija waóda finali ta' 3%.", "Jiíifieri jekk wieóed jieóu kollox in konsiderazzjoni, dak li qegódin nipprovdu jkopri óafna iújed minn l-ammont li jikkonðerna ólas ta' nofs il-bolla.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Sur President, kif qed tinnota, m'aóniex ningóataw l- informazzjoni li tlabna.", "Aóna nirrispettaw il-fatt li l-biedja tingóata l- góajnuna u din góandha tkompli tingóata minóabba raíunijiet strateíiði.", "Imma l-punt tiegói kien li l-gvern góamel dikjarazzjoni u dwarha l-ministru responsabbli mill-iúvilupp rurali ma qal xejn fid-diskors tal-budget.", "Jiena kont hawn u góamilt kwaúi sagótejn sóaó nisimgóu, imma dwar dan ma semma xejn.", "Allura bilfors ikolli nistaqsi: Il-gvern mhux se jirrikonoxxi dak li wiegóed?", "Mhux se jagómel assigurazzjoni biex kemm-il darba jkun hemm xi problema, il-bidwi jkun protett permezz ta' din l-assigurazzjoni li l-flus tagóha se jiíu investiti mill-gvern?", "Il-gvern nesa dan kollu u m'hu se xejn?", "Diía` óriína u se nkomplu noóoríu skoss flus góal dan is-settur u sfortunatament il-produzzjoni qiegóda dejjem tonqos góax ma ssibx fenek jew laóam tal-majjal fis-suq u jkollna nimpurtawh.", "Imma apparti dan, góax dan mhux suííett tal-lum, il-mistoqsija tiegói hi sempliði: Góaliex wegóedtu lill-bdiewa, lir-raóóala u lis-sajjieda li se tagótuhom assigurazzjoni u issa m'intomx se tagómlu dan?", "Hemm xi raíuni?", "Jekk hemm, nesiíu li nkunu nafu din ir-raíuni.", "Il-gvern góamel wegóda qabel ir-referendum u qabel l- elezzjoni u issa l-bdiewa qegódin jistaqsuna: Fejn baqa' l-gvern fuq il- wegóda li kien góamel li se jkollna assigurazzjoni tagómel tajjeb góall- iúvantaíí li se nbatu bóala bdiewa, raóóala u sajjieda.", "Jista' l-gvern jgóidilna x'íara minnha din il-wegóda?", "Aóna nistennew li b'mod responsabbli, il-gvern jagótina risposta dwar jekk din il-wegóda íietx imwarrba jew le, u góaliex.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Grazzi.", "Infakkar li qegódin fi stadju ta' kumitat u góalhekk nitlobkom biex kemm jista' jkun, il-kummenti jkunu speðifiði góad- dispoúizzjonijiet.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Anthony Abela.", "ONOR TONY ABELA: Sur President, peress li qegódin fi stadju ta' kumitat wieóed ma jistax jidóol f'dibattitu dwar l-agrikoltura.", "Jekk irid nagómlu dibattitu fuq l-agrikoluta, hemm il-fora propizji u mbagóad naraw jekk dak li wegódna, aóniex se nwettquh jew le.", "Sa fejn naf jien, dak wegódna se nwettquh.", "Pero` dak li qed isemmi l-Onor.", "Farrugia m'góandux x'jaqsam mal- liíi.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Mangion.", "ONOR CHARLES MANGION: Sur President, l-ewwelnett noííezzjona góal dak li qal l-Onor.", "Abela góaliex dan huwa financial bill u l-implikazzjonijiet tiegóu huma óafna.", "Góalkemm qegódin fi stadju ta' kumitat, hawnhekk mhux qed infettqu fuq il-liíi góax din il-liíi tgóid li fejn qabel il-gvern kien jagóti lura nofs il-ólas tal-bolla, issa mhux se jibqa' jagómel hekk.", "Din mhijiex xi klawsola tal-kodiði ðivili li rridu noqogódu nfittxuha bil-punto e virgola.", "Qegódin nagómlu l-mistoqsijiet u góal kull mistoqsija qed nitolbu risposta dwar l-effett ta' din l-emenda.", "Din mhijiex kwestjoni ta' policy.", "It is a straight question that requires a straight answer.", "Jekk hawn xi óadd mill-koperattiva tal-bdiewa li qed jismagóna, dan se jistaqsi: L-effett ta' dan kollu fuqi kif se jkun?", "Din mhix kwestjoni li nidólu fil-policy ta' l-agrikoltura.", "Xejn minn dan!", "Semmejnieha góall- importanza tagóha u góidna góaliex ma naqblux li din góandha titneóóa pero` issa qed nistaqsu ðerti mistoqsijiet li ðertament jitolbu risposta.", "Jien mhux qed nippretendi li l-Onor.", "Abela jkun jaf ir-risposti kollha góax din hija liíi fiskali li tolqot diversi dekasteri.", "Issa, jekk l-Onor.", "Abela m'góandux l-informazzjoni neðessarja jew m'góandux espert minn dak il-qasam ma jimpurtax.", "Imma jiena nifhem li bóalma hawn l-espert mill-qasam tal- finanzi u anke mill-qasam tas-servizzi soðjali – u sewwa góamlu li íew góax din il-liíi tolqot lis-settur tagóhom - góandu jkun hawn l-esperti fl-oqsma l-oóra li qed nitkellmu fuqhom sabiex dawn jagótu l-góajnuna lis-segretarju parlamentari f'dan l-istadju.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Anthony Abela.", "ONOR ANTHONY ABELA: Sur President, fil-kontest ta' dak li qed jgóid l- Onor. Mangion, l-effett ta' dan li qed isir illum huwa aktar minn kopert minn miúuri oóra li diía` óa l-gvern, kemm lokalment qabel ma dóalna fil- kontest tar-relazzjoni tagóna ma' l-Unjoni Ewropea kif ukoll fil-kontest ta' dak li íibna u akkwistajna mill-Unjoni Ewropea favur l-agrikoltura u s- sajd Malti.", "ONOR NOEL FARRUGIA: Sur President, dan kollu jfisser li l-bdiewa, ir- raóóala u s-sajjieda se jibqgóu jsaffru u din il-wegóda mhux se sseóó góax dan il-bill mhux se jipprovdi góall-assigurazzjoni tal-qabda u tal- produzzjoni.", "Allura hawn mhux talli mhux ngóaddu liíijiet biex nipproteíu x- xogóol tal-bdiewa u s-sajjieda talli qed iníibu fix-xejn l-góajxien ta' dawn in-nies u tal-familji tagóhom.", "Aóna diía` góedna góaliex konna nissussidjaw nofs il-bolla imma issa, jekk dan se jieqaf u mhu se jkollhom assigurazzjoni ta' xejn, x'se jagómlu dawn f'kaú ta' problemi?", "Illum anke biex nassiguraw id-djar u l-karozzi tagóna qed insibu l-problemi minóabba l- premiums góoljin li qed jitolbu l-kumpanniji ta' l-assigurazzjoni.", "Góidli inti kif il-bidwi jew sajjied jista` jóallas l-assigurazzjoni privata fuq l- attivita` tiegóu?", "X'se jiíri minn dawn in-nies f'kaú li jinqala' xi óaía?", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn iújed rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 11.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 11 góaddiet u íiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liíi.", "Klawsola 12 – Emenda ta' l-artikolu 93 ta' l-Att prinðipali.", "Clause 12 - Amendment of article 93 of the principal Act.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Abela.", "ONOR ANTHONY ABELA: Sur President, góal din il-klawsola se nipproponi din l-emenda:", "\"C\" Minflok il-klawsola 12 góandu jidóol dan li íej:-", "\"Emenda ta' l-artikolu 93 ta' l-Att prinðipali.", "12.", "Minflok l-artikolu 93 ta' l-Att prinðipali góandu jidóol dan li íej:-", "\"Residenti ta' Servizz Residenzjali Finanzjat mill-Istat.", "93.", "(1) Bla ósara góad-disposizzjonijiet ta' dan l-Att, meta matul xi perjodu persuna tkun qed tirðievi Servizz Residenzjali Finanzjat mill- Istat, dik il-persuna góandha tóallas lill-Gvern dik il-kontribuzzjoni skond ma tista' tiíi ordnata taót is-subartikolu (2) ta' dan l- artikolu.", "Id-Direttur góandu jikkalkola l-kontribuzzjoni li góandha titóallas minn dak ir-resident skond id-disposizzjonijiet ta' dan l- artikolu.", "(2) Il-Ministru jista', bi ftehim mal-Ministru responsabbli góall- finanzi, jagómel regolamenti li jkunu jipprovdu dwar il-kalkolu tal- kontribuzzjoni dovuta minn residenti ta' Servizzi Residenzjali Finanzjati mill-Istat skond ma jkun hemm speðifikat fl-istess regolamenti.", "(3) Kontribuzzjonijiet dovuta skond id-disposizzjonijiet ta' hawn aktar qabel ta' dan l-artikolu góandhom jitnaqqsu minn kull benefiððju, pensjoni, bonus, góajnuna jew allowance li góandha titóallas taót dan l-Att:", "Iúda meta ebda benefiððju, pensjoni, bonus, góajnuna jew allowance ma jkunu dovuti taót dan l-Att lil resident, jew meta r-rata ta' dik il- pensjoni jew ólas ieóor ma jkunux biúúejjed biex ikopru l- kontribuzzjoni dovuta lill-Gvern, id-Direttur (Servizzi góall-Anzjani u góall-Komunita`), ikollu s-setgóa jagómel kuntratt ma' dak ir- resident u, jew kull parti oóra, skond ma jista' jkun jeótieí il-kaú, góal kull ólas li jista' jkun dovut lill-Gvern.", "(4) Minkejja d-disposizzjonijiet ta' dan l-artikolu, meta resident ta' Servizz Residenzjali Finanzjat mill-Istat ikun persuna miúúewía li l-konjuíi tagóha ma jkunx resident tali, u ma jkunx qiegóed jirðievi xi benefiððju, pensjoni, bonus, góajnuna jew allowance li góandha titóallas taót dan l-Att bi dritt lill-konjuíi nnifsu, 60% mir-rata ta' benefiððju, pensjoni, bonus, góajnuna jew allowance li kienet kieku xort'oóra titóallas lil dak ir-resident góandha titóallas lill- konjuíi li ma jkunx resident.\".\".", "\"C\" Amendment of article 93 of the principal Act.", "12.", "For article 93 of the principal Act there shall be substituted the following:-", "\"Residents of State Financed Residential Service.", "93.", "(1) Subject to the provisions of this Act, where during any period a person is receiving a State Financed Residential Service, such person shall pay to the Government such contribution as may be prescribed under subarticle (2) of this article.", "The Director shall calculate the contribution payable by such resident in terms of the provisions of this article.", "(2) The Minister may, with the concurrence of the Minister responsible for finance, make regulations providing for the calculation of the contribution due by residents of State Financed Residential Services as are specified by the same regulations.", "(3) Any contributions due in terms of the foregoing provisions of this article shall be deducted from any benefit, pension, bonus, assistance or allowance payable under this Act:", "Provided that where no benefit, pension, bonus, assistance or allowance is due under this Act to a resident, or where the rate of such pension or other payment is not sufficient to cover the contribution due to Government, the Director (Elderly and Community Services), shall be empowered to enter into a contract with such resident and, or any other party, as the case may require, for any payment that may be due to Government.", "(4) Notwithstanding the provisions of this article, where a resident of a State Financed Residential Service is a married person whose spouse is not such a resident, and is not in receipt of a benefit, pension, bonus, assistance or allowance payable under this Act in the spouse's own right, 60% of the rate of benefit, pension, bonus, assistance or allowance which would have otherwise been payable to such resident shall be payable to the spouse who is not a resident.\".\".", "Din il-klawsola qiegóda tintroduði konðett ídid ta' xi jfisser resident fis- servizz residenzjali finanzjat mill-istat u qed tagóti lill-gvern id-dritt li jiíbor il-kontribuzzjoni mingóand resident u dritt lid-direttur biex jikkalkula l-ammont li góandu jitóallas góal din il-kontribuzzjoni.", "Barra minnhekk qiegóda tagóti lill-ministru d-dritt li joóroí dawk ir-regolamenti biex jipprovdu l-metodoloíija góall-kalkolazzjoni ta' tali kontribuzzjoni dovuta mir-residenti.", "Din tipprovdi wkoll li tnaqqas at source il- kontribuzzjoni minn xi benefiððji, pensjoni, assistenza jew allowance pagabbli taót l-att u sanzjonijiet li d-direttur ta' l-anzjani u servizzi komunitarji jista' jidóol f'kuntratt góall-pagament ta' kull bilanð li jkun góadu dovut.", "Ovvjament qegódin ngóidu wkoll li l-mara jew ir-raíel tar- resident jingóata 60% tal-benefiððju fejn dawn jibqgóu joqogódu fid-dar tagóhom partikolari.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Mangion.", "ONOR CHARLES MANGION: Sur President, ðertament ma nistax nifhem x'definizzjoni ídida qed tagóti lil resident f'dar tas-servizz residenzjali finanzjat mill-istat.", "M'hemm l-ebda definizzjoni.", "Dawk li qegódin rikoverati fir-residenza San Vincent de Paule llum baqgóu taót l-istess definizzjoni, baqgóu persuni.", "L-unika definizzjoni ídida li qegódin nagótu hija li se nqaxrulhom aktar mill-pensjoni tagóhom.", "Aójar ngóidu ðar u tond li b'din il-miúura li ddaóólet fil-budget minflok 60% se neódulhom 80% tal- pensjoni lil dawn l-anzjani.", "Issa hawn mhux qed nagómlu distinzjoni bejn anzjan resident li qiegóed rikoverat hemmhekk u góandu búonn il-kura medika u assistenza kontinwa u anzjan resident li m'góandux min jieóu ósiebu u qiegóed jgóix hemmhekk u jaf ikun individwu b'saóótu, mobile u jista' joóroí mill-istituzzjoni b'mod liberu u góalhekk góandu dritt li jgóix óajja diðenti, góax lil dan ta' l-aóóar xorta se neódulu 80%.", "Aóna mhux qed ngóidu li dan ma góandux jikkontribwixxi lejn l-istat, pero` bniedem li hu residenti hemm íew u ma jkollu lil óadd min jixtrilu l- affarijiet m'góandux dritt góal 40% tal-pensjoni tiegóu biex jixtri xi óaía u jgawdiha?", "Ovvjament 60% tal-pensjoni imorru bóala kontribut imma ma tistax teóodlu iújed góax inkella dan ma jibqax jgóix imma jibda biss jeúisti.", "Dan m'góandux ikollu l-flus biex jixtri pakkett sigaretti?", "Bniedem li góandu 80 sena, wasal fl-aóóar snin ta' óajtu se ngóidulu biex ma jpejjipix issa wkoll!", "Dan m'góandux ikollu d-dritt li jgóix u jgawdi naqra meta nafu u nirrikonoxxu li l-anzjani jkunu taw kontribut kbir lis-soðjeta` tagóna matul óajjithom?", "Óafna minn dawn l-anzjani jkunu góamlu sagrifiððji kbar biex rabbew il-familja u mbagóad ikunu qegódin isofru minn ðirkostanzi fejn jew il-membri tal-familja jkunu abbandunawhom jew inkella l-membri tal- familja jkunu imsefrin.", "Allura dawn bilfors se jispiððaw rikoverati hemmhekk dment li ma jkunux mija fil-mija b'saóóithom.", "Ikollok xi wóud li anke jekk ikunu b'saóóithom, xorta jkunu lesti li jmorru f'dar residenzjali biex ikollhom naqra kumpannija u biex ióossuhom f'ambjent aktar safe.", "Jiena nifhem li góal ðerti servizzi jridu jikkontribwixxu mill-pensjoni tagóhom, imma hawnhekk morna fl-estrem góax injorajna kompletament l- element uman u lill-anzjan qed inóallulu biss 20 ðenteúmu minn kull lira.", "B'20 ðenteúmu kwaúi anqas jasal sal-Belt b'tal-linja aóseb u ara jekk jiltaqa' ma' xi óbieb u jmorru jieódu xi óaía.", "Ilkoll naqblu li l- pensjonant, sakemm jibqa' b'saóótu, góandu dritt li jgawdi l-óajja soðjali tiegóu bl-akbar indipendenza.", "Sur President, b'din il-miúura qed inðaódulhom li jkollhom l-indipendenza li jgóixu aójar góaliex erbat ijiem oóra l-gvern se jispiðða jieóu l-pensjoni kollha ta' dawn ir-residenti u fil-fatt, din l-emenda ma fiha xejn li teskludi li 'l quddiem joóroí regolament li jgóid li l-gvern se jibda jieódu 90% mill-pensjoni ta' l- anzjani rikoverati fi djar tal-gvern.", "Sur President, ta' min jgóid ukoll li dawn il-flus li qegódin jittieódu mill-pensjoni ta' dawn ir-residenti lanqas se jibbenefika minnhom il- welfare committee.", "Il-gvern lir-residenti sempliðiment qalilhom li huma qed jieódu óafna u allura hu se jeódilhom aktar mill-pensjoni u jitfa' dawn il- flus fil-óofra tad-dejn li dan óaffer matul dawn is-sbatax-il sena ta' amministrazzjoni.", "Mela l-pensjonant jgóaddi óajtu kollha jaódem góall- pensjoni tiegóu u imbagóad, minóabba l-irresponsabbilta` fiskali tal-gvern, din íiet isostenibbli u issa qegódin ngóidulu li se neódulu 80% u mhux hekk biss imma d-direttur, bis-saóóa li qed nagótuh b'din il-klawsola, se jkollu d-dritt li jaqbad u jgóolli din il-kontribuzzjoni góal 99% billi jirrakkmanda dan u l-ministru jiffirma u imbagóad forsi niíu hawnhekk u b'xi mozzjoni, niddiskutu dawn il-miúuri within 28 days.", "Wieóed góandu jinnota wkoll li dawn it-80% jitnaqqsu minn kull benefiððju, pensjoni, bonus jew allowance u dan ifisser li mhux il-pensjoni biss qed titnaqqsilhom lil dawn ir-residenti.", "Jekk dan kien jirðievi xi bonus – il- bonuses huma ntiúi proprju biex itejbu l-kwalita` tal-óajja ta' dak li jkun – anke dan se jiíi attakkat.", "Dan issa íie speðifikat góaliex fil-budget speech il-pensjoni biss issemmiet li se titnaqqas.", "Dan ifisser li dawn l- anzjani se jitilfu l-bonuses u l-allowances li jingóataw b'approvazzjoni minn dan il-parlament bl-góan li ntejbu l-kwalita` tal-óajja ta' dawn in- nies.", "Sur President qed ngóid dan kollu góaliex aóna nóossu u nóennu góal dawn ir- residenti f'dawn id-djar u rridu ntejbulhom il-kwalita` tal-óajja tagóhom u mhux innaqsuhielhom kif qiegóed jagómel dan il-gvern.", "Il-gvern qiegóed tant dahru mal-óajt li xott xott, preúenta din l-emenda ídida u ma tana l-ebda spjegazzjoni ta' l-implikazzjonijiet tagóha.", "Sur President, il-gvern ippreúentalna klawsola ídida - rajtha quddiemi llejla, ridt naqraha there and then u nipprova nifhem l-implikazzjonijiet tagóha - u lanqas ingóatat spjegazzjoni ta' l-implikazzjonijiet tagóha fuq l-individwu.", "Hawnhekk qed jiíu mposti taxxi íodda mingóajr ma qiegóda tingóata spjegazzjoni ta' l- impatt tagóhom fuq l-individwu.", "Jiena nistenna li ningóata l-ispjegazzjoni ta' l-implikazzjonijiet ta' l-affarijiet li jiíu proposti speðjalment jekk ikunu klawsoli íodda.", "Fil-proviso tas-subklawsola (3) ta' din il-klawsola qed jingóad:", "\"Iúda meta ebda benefiððju, pensjoni, bonus, góajnuna jew allowance ma jkunu dovuti taót dan l-Att lil resident, jew meta r-rata ta' dik il- pensjoni jew ólas ieóor ma jkunux biúúejjed biex ikopru l- kontribuzzjoni dovuta lill-Gvern, id-Direttur (Servizzi góall-Anzjani u góall-Komunita`), ikollu s-setgóa jagómel kuntratt ma' dak ir- resident u, jew kull parti oóra, skond ma jista' jkun jeótieí il-kaú, góal kull ólas li jista' jkun dovut lill-Gvern.\".", "Mela hawnhekk id-direttur jista' baúikament jagómel ir-rati li jrid jekk wieóed m'góandux allowance biúúejjed, pero` fl-aóóar mill-aóóar dawn irid jibqgóalhom xi Lm600 fis-sena f'idejhom.", "Issa llum Lm600 fis-sena lanqas góall-pocket money ta' sena ta' tifel ta' 15-il sena ma jservu!", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Pero` dawn ma jmorrux Paceville!", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Billi ma jmorrux Paceville, dawn góandhom il- óajja tagóhom ukoll.", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq il-minimum li jista' jibqagólhom imma jekk hemm xi óadd li jibqagólu aktar minn Lm600, il-gvern qed jagómel minn kollox biex joóodlu dawn il-flus extra ukoll.", "Fil-fatt is- subklawsola tagóti s-setgóa lid-direttur biex fejn il-kontribuzzjoni lejn il-gvern ma tlaóóaqx, dan ikun jista' jagómel arraníament ma' dik il- persuna.", "Qed nirriferi góal din góax dawn it-tip ta' inizjattivi diía` bdejt narahom f'ðerti homes privati fejn hemm il-gvern imdaóóal u fejn ikun hemm anzjan li jekk góandu xi proprjeta`, biex jidóol f'dik il-home, jagómlulu kuntratt biex dik il-proprjeta` jitrasferiha lill-owners ta' dik il-home.", "Hawn min jgóid li dan tajjeb la darba dik il-home tkun qed tipprovdilu l- akkomodazzjoni.", "Imma hawnhekk min qed jirregola biex ma jkunx hemm pressjoni psikoloíika fuq l-anzjan sabiex dan iðedi l-propjeta`?", "L-anzjan meta jkun irid jidóol f'xi dar ta' l-anzjani jaf ikun f'mument ta' diffikulta` psikoloíika u fiúika góax ikollu búonn kull góajnuna u ma jsib lil óadd min jgóinu u góalhekk jaf ikun hemm ðerta pressjoni fuq dan l- anzjan.", "Allura keeping in mind dan kollu, qed ngóidu li d-direttur jista' jmur fuq tali anzjan, jistaqsih jekk góandux proprjeta` u inóalluhom jagómlu kuntratt biex dan l-anzjan jitrasferixxi din il-propjeta` li jkollu?", "Ma ninsewx li d-direttur jista' jiddelega l-poter tiegóu lil min ikun qed jamministra d-djar u allura qegódin nagótu lok fejn jista' ikun hemm pressjoni fuq residenti fi djar biex jekk góandhom xi proprjeta`, dawn jgóadduha lil min qed jamministra u dan mingóajr ma jkun hemm óadd li jipproteíi lil dawn l-anzjani mill-pressjoni li tista' ssir fuqhom.", "Kieku l-anzjan jillikwida xi proprjeta` li góandu fis-suq miftuó u imbagóad il-flus li jaqla' minnha jinvestihom f'bonds sabiex ikun jista' jóallas il- kontribuzzjoni li jrid jagómel lill-gvern, hemm nifhimha u naqbel magóha imma mhux nagótuh id-dritt li jagómel kuntratt miegóu.", "Irid ikun hemm xi óadd – u f'din il-liíi m'hawn óadd u xejn dwar dan – li jiddefendi l- interessi ta' dak l-anzjan li qiegóed f'dik id-dar u li jista' jiíi psikoloíikament imíiegóel biex jgóaddi l-proprjeta` tiegóu lil xi óadd.", "Min se jiddeðiedi l-prezz ta' dik il-proprjeta`?", "Id-direttur?", "Min se jkun li japprova jekk dak l-anzjan góandux jgóaddi dik il-proprjeta` bi prezz li jkun iffissat mid-direttur?", "Hu importanti li dan kollu núommuh f'moóóna fil- kuntest li d-direttur jista' jiddelega dan ix-xogóol lil nies oóra u fil- kuntest li l-gvern ikun f'joint-partnership mal-privat u góalhekk irridu nassiguraw li dan il-poter ma jkunx jista' jiíi abbuúat.", "Dan huwa poter ídid u rridu noqogódu attenti kif jiíi eúerðitat, Sur President.", "Issa ngóaddi góall-aóóar punt dwar il-koppji u forsi hawnhekk, l-Onor.", "Abela jkun jista' jiððara naqra aktar subklawsola (4) góax ma tantx stajt nifhimha.", "F'kaú ta' koppja miúúewía fejn wieóed minnhom biss ikun qed jgóix f'dar tal-gvern, il-gvern se jibqa' jeóodlu 60% jew se jeóodlu 80%?", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Grazzi.", "Aktar rimarki.", "L-Onor.", "Abela.", "ONOR ANTHONY ABELA: Sur President, l-Onor.", "Mangion semma' punti importanti, pero` dawn irridu narawhom fil-kontest ta' diversi affarijiet.", "Din iú-úieda hi indirizzata góal dawk in-nies li joqogódu f'dar ta' l- anzjani fejn hemm provdut is-servizz mediku kollu li jkollhom búonn, bóal San Vinðenú.", "Fejn hemm anzjani li qed joqogódu fi djar sussidjati mill- gvern jew djar oórajn tipo ta' l-Imtarfa, taú-Úejtun u ta' l-Imsida fejn m'hemmx is-servizz mediku totali, hemmhekk dawk se jibqgóu jóallsu 60%.", "Tajjeb ukoll li l-Onor.", "Mangion jinnota li aóna qegódin ngóidu li l-ólas huwa fuq id-dóul tar-residenti u m'hemm xejn li b'xi mod jista' jíiegóel bniedem ibiegó proprjeta` biex jasal góal dak il-pagament.", "Jekk inti góandek id-dar, u d-dar tiegóek ma tirrendilekx dóul mhux mistenni li l- gvern jiíi f'arraníament miegóek biex iíiególek tittrasferixxi proprjeta` lilu bl-ammont li jidhirlu hu.", "Ma nistax nifhem min fejn íab din l-idea l- Onor. Mangion góax aóna dejjem tkellimna fuq id-dóul ta' l-anzjan f'dik is- sena partikolari u bl-ebda mod m'hu qegódin ngóidu li r-resident góandu jmiss l-assi tiegóu biex ióallas il-kontribuzzjoni lejn il-gvern.", "ONOR CHARLES MANGION: Mela bir-rispett kollu, il-proviso góandu jiíi ððarat góallinqas fit-test Malti góax dan jgóid hekk:", "\"Iúda meta ebda benefiððju, pensjoni, bonus, góajnuna jew allowance ma jkunu dovuti taót dan l-Att lil resident, jew meta r-rata ta' dik il- pensjoni jew ólas ieóor ma jkunux biúúejjed biex ikopru l- kontribuzzjoni dovuta lill-Gvern, id-Direttur (Servizzi góall-Anzjani u góall-Komunita`), ikollu s-setgóa jagómel kuntratt ma' dak ir- resident u, jew kull parti oóra, skond ma jista' jkun jeótieí il-kaú, góal kull ólas li jista' jkun dovut lill-Gvern.\".", "Mela ú-úewí okkaújonijiet fejn jista' jiíri dak li semmejt huma waóda fejn dan ma jieóu xejn mingóand il-gvern bóala allowance u allura l-gvern ma jistax jaqbad u jaqtagólu there and then u l-oóra hi meta r-rata ta' dik il- pensjoni jew ólas ieóor ma tkunux biúúejjed biex tkopri l-kontribuzzjoni.", "Issa hawnhekk tenótieí spjegazzjoni góax sa fejn naf, il-kontribuzzjoni hi 80% tal-pensjoni li wieóed ikun qed jirðievi, hi kemm hi dik il-pensjoni u ma hemmx stabbilit minimum tal-kontribuzzjoni li wieóed irid jagóti lill- gvern.", "Tajjeb li dan jiíi spjegat góax milli jidher hawnhekk, il-gvern stabbilixxa minimum fuq il-kontribuzzjoni u m'góadniex nitkellmu biss fuq persentaíí u góalhekk jiena nitlob lill-Onor.", "Abela jgóidilna kemm hu dan il-minimum.", "Apparti dan, qegódin ngóidu li d-direttur – u nitlob lis-segretarju parlamentari jikkonsidraha din – ikollu s-setgóa jagómel kuntratt ma' dak ir-resident.", "Issa din hi wiesa' wisq u tista' tfisser kollox.", "Tista' tfisser kuntratt biex tittrasferixxi l-proprjeta`, tista' tfisser kuntratt fuq id-dóul li jista' jkollu minn dik il-proprjeta` u óafna affarijiet oóra góax m'hemm l-ebda limiti fuqhiex jista' jsir dan il-kuntratt.", "Kieku nemendawha biex dan ikollu s-setgóa jagómel kuntratt ma' dak ir-resident fuq id-dóul li jkollu mill-assi tiegóu nkunu verament qed nillimitaw il- kuntratt góal dóul li dan jista' jkollu u mhux góal affarijiet oóra.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Abela.", "ONOR ANTHONY ABELA: Il-prassi sal-lum dejjem kienet – u se tibqa' – li óadd ma jista` jiíi míiegóel jipoteka jew ibigó proprjeta`.", "Issa biex inserraó moóó l-Onor.", "Mangion dwar dan, fl-aóóar tal-proviso ta' subklawsola (3) nistgóu núidu l-kliem \"pero` dan ma jistax b'xi mod jipotekalu jew iíiególu jbigó proprjeta`.\".", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Mangion.", "ONOR CHARLES MANGION: Iva, s-segretarju parlamentari jista' jagómel hekk pero` ma jkunx qed ikopri kollox góax dan l-anzjan jaf ikollu xi bonds per eúempju.", "Issa jiena nifhimha li dan teóodlu persentaíí fuq id-dóul mill- interessi tal-bonds, imma dan se jiíi míiegóel jbigó il-bonds biex ióallas il-kontribuzzjoni?", "ONOR ANTHONY ABELA: It-tip ta' kuntratt huwa dak diía` eúistenti fil-liíi tas-social security u dan ifisser li m'aóniex qed indaóólu xi kunðett ídid ta' liema assi jista' jidóol góalihom il-gvern.", "Jekk wieóed jara kull interpretazzjoni li kien hawn f'dan is-sens, jinduna li d-direttur qatt ma aíixxa b'mod kif qed jalludi góalih l-Onor Mangion góax qatt ma kien hemm bniedem li íie míiegóel jittrasferixxi jew jipoteka xi proprjeta`.", "Góalhekk, jiena ma nistax nifhem góaliex l-Onor.", "Mangion qiegóed jinsisti góal din meta effettivament il-prassi u l-liíijiet kollha li góandna huma f'dan is-sens, u dan id-dritt ilu jeúisti.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Jiena nifhem l-interpretazzjoni li qed jaæti l-Onor.", "Abela pero` hawnhekk qed nibdlu l-artiklu 93 ta' l-att prinðipali.", "Issa hawnhekk góandna subklawsola ídida u minn kif inhi redatta, it-termini taæha ma jeskludux li d-direttur jista' jíieæel lil xi óadd jipoteka d-dar tiegóu biex dan ikun jista' jóallas il-kontribuzzjoni tiegóu.", "Din hija subklawsola ídida u qed tibdel l-affarijiet.", "Taót l-artiklu l- ieóor kien hemm ðerta prassi u konvenzjonijiet li úviluppaw imma issa, aóna qed nitkellmu fuq artiklu ídid.", "Il-wording ta' din is-subklawsola ma jeskludux li d-direttur jista' jíieæel lil xi óadd jipoteka d-dar tiegóu u l-Onor.", "Abela qed jaqbel mieæi li dan hu poter li d-direttur jista' jeúerðitah.", "Kulma qal hu, li sal-lum dan qatt ma íie eúerðitat huwa minnu, imma dan m'góandux x'jaqsam ma' dak li qed ngóid jiena.", "Ejja nkunu ðari li qeædin naqblu li dan id-dritt ma jistax jiíi eúerðitat b'mod li r-resident jiíi míieæel ibiæ jew jipoteka l-proprjeta` immobiljari tieæu jew xi assi jew investimenti li dan jista' jkollu biex ióallas din il-kontribuzzjoni.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Sur President, wara li tkellimt ma' l-esperti fuq dak li qal l-Onor.", "Mangion, iddeðidejna li biex inneóóu kull ekwivoku, dak il- proviso se jinqata` barra.", "Góalhekk nitlob il-permess biex nirtira l-emenda \"C\" li góadni kif ressaqt æal klawsola 12 biex minflokha nressaq emenda oóra.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn permess biex l-emenda \"C\" tiíi rtirata?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingóata u l-emenda \"C\" íiet irtirata.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Sur President, nipproponi din l-emenda:", "\"D\" Minflok il-klawsola 12 góandu jidóol dan li íej:-", "\"Emenda ta' l-artikolu 93 ta' l-Att prinðipali.", "12.", "Minflok l-artikolu 93 ta' l-Att prinðipali góandu jidóol dan li íej:-", "\"Residenti ta' Servizz Residenzjali Finanzjat mill-Istat.", "93.", "(1) Bla ósara góad-disposizzjonijiet ta' dan l-Att, meta matul xi perjodu persuna tkun qed tirðievi Servizz Residenzjali Finanzjat mill-Istat, dik il-persuna góandha tóallas lill-Gvern dik il- kontribuzzjoni skond ma tista' tiíi ordnata taót is-subartikolu (2) ta' dan l-artikolu.", "Id-Direttur góandu jikkalkola l-kontribuzzjoni li góandha titóallas minn dak ir-resident skond id-disposizzjonijiet ta' dan l-artikolu.", "(2) Il-Ministru jista', bi ftehim mal-Ministru responsabbli góall- finanzi, jagómel regolamenti li jkunu jipprovdu dwar il-kalkolu tal- kontribuzzjoni dovuta minn residenti ta' Servizzi Residenzjali Finanzjati mill-Istat skond ma jkun hemm speðifikat fl-istess regolamenti.", "(3) Kontribuzzjonijiet dovuta skond id-disposizzjonijiet ta' hawn aktar qabel ta' dan l-artikolu góandhom jitnaqqsu minn kull benefiððju, pensjoni, bonus, góajnuna jew allowance li góandha titóallas taót dan l-Att.", "(4) Minkejja d-disposizzjonijiet ta' dan l-artikolu, meta resident ta' Servizz Residenzjali Finanzjat mill-Istat ikun persuna miúúewía li l-konjuíi tagóha ma jkunx resident tali, u ma jkunx qiegóed jirðievi xi benefiððju, pensjoni, bonus, góajnuna jew allowance li góandha titóallas taót dan l-Att bi dritt lill-konjuíi nnifsu, 60% mir-rata ta' benefiððju, pensjoni, bonus, góajnuna jew allowance li kienet kieku xort'oóra titóallas lil dak ir-resident góandha titóallas lill-konjuíi li ma jkunx resident.\".\".", "\"D\" For clause 12 there shall be substituted the following:-", "\"Amendment of article 93 of the principal Act.", "12.", "For article 93 of the principal Act there shall be substituted the following:-", "\"Residents of State Financed Residential Service.", "93.", "(1) Subject to the provisions of this Act, where during any period a person is receiving a State Financed Residential Service, such person shall pay to the Government such contribution as may be prescribed under sub-article (2) of this article.", "The Director shall calculate the contribution payable by such resident in terms of the provisions of this article.", "(2) The Minister may, with the concurrence of the Minister responsible for finance, make regulations providing for the calculation of the contribution due by residents of State Financed Residential Services as are specified by the same regulations.", "(3) Any contributions due in terms of the foregoing provisions of this article shall be deducted from any benefit, pension, bonus, assistance or allowance payable under this Act.", "4) Notwithstanding the provisions of this article, where a resident of a State Financed Residential Service is a married person whose spouse is not such a resident, and is not in receipt of a benefit, pension, bonus, assistance or allowance payable under this Act in the spouse's own right, 60% of the rate of benefit, pension, bonus, assistance or allowance which would have otherwise been payable to such resident shall be payable to the spouse who is not a resident.\".", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Hawn rimarki( L-Onor.", "Charles Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Sur President, nirringrazzja n-naóa tal-gvern li aððettaw il-kritika kostruttiva min-naóa ta' l-oppoúizzjoni u dak il- proviso íie rtirat.", "Pero` qabel staqsejt ukoll - u issa li hawn is- segretarju parlamentari responsabbli mill-qasam ta' l-anzjani forsi jkun jista' jilluminana - jekk il-gvern stabbilixxix a minimum amount li hu jippretendi li góandu jkun il-kontribut ta' persuna residenti f'dar ta' l- anzjani.", "Jiíifieri se jibqa' jimponi l-perðentwali ta' 80% fuq il-pensjoni, ikun kemm ikun l-ammont tal-pensjoni - li aóna nikkonsidrawha abbuúiva u oxxena - jew inkella qed jgóid li l-kontribuzzjoni góandha tkun 80% tal- pensjoni pero` mhux inqas minn dak il-minimu li donnu qed jistabbilixxi?", "Dan qed ngóidu góax wieóed ingóata x'jifhem li l-gvern góandu f'moóóu li jistabilixxi a minimum contribution ukoll.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Francis Agius.", "ONOR.", "FRANCIS AGIUS (Segretarju Parlamentari): Sur President, m'hemm l- ebda ósieb li l-gvern jistabbilixxi dan il-minimum li qed isemmi l-Onor.", "Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Jiena nirringrazzja lis-Segretarju Parlamentari Francis Aguis li qed jgóid li m'hemm l-ebda ósieb li jiíi ffissat xi minimum contribution.", "Pero` irrid ngóid li xorta waóda ma naqblux ma` din il-miúura li permezz tagóha il-gvern se jieóu 80% tal-pensjoni ta' l- anzjani li jinsabu rikoverati fid-djar tal-gvern.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Agius.", "ONOR.", "FRANCIS AGIUS: Nixtieq nería' nenfasizza l-punt li b'din il-miúura se jiíu milquta biss l-anzjani li qegódin taót kura medika totali, jiíifieri dawk li qegódin f'San Vinðenz u uóud mir-residenti li qegódin fl- Imtarfa Home.", "Dawk l-anzjani li qegódin fid-djar ta' l-Imsida, taú-Úejtun, ta' Bormla, tal-Mosta u tal-Gúira se jibqgóu jóallsu bis-60%.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Dan huwa punt ieóor interessanti u wieóed jistenna li r-regolamenti li joóoríu bis-saóóa ta' dan l-artiklu jispeðifikaw dan kollu b'mod ðar.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Noel Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Sur President, x'isir f'kaú li anzjani jkollhom búonn xi ikel jew equipment partikolari li ma jkunx provdut mill-home u b'dik l- 20% tal-pensjoni li jibqagólhom ma jkunux jistgóu jixtru dan l-ikel jew l- equipment?", "Nitiluqhom góal rióhom kif íew mitluqa góal rióhom il-bdiewa u sajjieda fil-kaú tas-sigurta` soðjali li semmejna ftit ilu?", "ONOR.", "FRANCIS AGIUS: Sur President, inserraó ras l-Onor.", "Noel Farrugia li óadd m'hu se jintelaq góal rióu.", "Insostni li kemm f'San Vinðenz u kemm f'postijiet oóra fejn qed tingóata kura totali, dawn l-affarijiet se jiíu provduti, kemm jekk hu ikel góal dieta speðjali u kemm jekk huma affarijiet relatati mas-saóóa tagóhom, pero` mhux se ninkorraíixxu affarijiet li jagómlu l-ósara lis-saóóa bóalma huma s-sigarretti.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Nirringrazzja lill-Onor.", "Aguis talli qal li l- anzjani mhux se jintelqu góal rióhom bóal óafna affarijiet oóra li ilhom li ntelqu góal rióhom úmien twil.", "THE CHAIRMAN: Hawn aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija l-emenda kif imressqa u moqrija mis-Segretarju Parlamentari.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra( (Onor. Membri: No) Carried.", "L-emenda \"D\" góaddiet.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 12, kif emendata.", "Dawk favur( (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra( (Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 12 kif emendata góaddiet u íiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta ta' Liíi.", "Klawsola 13 – Emenda ta' l-artikolu 95 ta' l-Att Prinðipali", "Clause 13 – Amendment of article 95 of the principal Act", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Sur President, f'din il-klawsola qed nissostitwixxu l- kliem \"lill-Kumitat dwar Welfare mwaqqaf bl-artikolu 130 ta' dan l-Att\" bil-kliem \"lill-Gvern\".", "L-iskop tagóha huwa li flok li flus jitóallsu lill- welfare committee, jitóallsu lill-gvern biex ipoííihom fil-fond konsolidat óalli mbagóad jintuúaw meta jkun hemm búonn.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Sur President, jekk qed nifhimha sew din il- klawsola, qegódin ngóidu li l-flus li jinúammu se jmorru góand il-gvern u mhux góand il-welfare committee.", "Jista' s-segretarju parlamentari jgóid kemm minn dawn it-80% tal-pensjoni li se jittieódu, se jmorru góand il- welfare committee?", "Góal min qed jismagóna, il-welfare committee huwa dak il- kumitat li l-fondi li jiíbor imorru góall-benefiððju ta' l-anzjani biss.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Sur President, qegódin norbtu l-amministrazzjoni ta' dawn il-flus direttament mal-gvern biex dan ikun jista' jamministra l- flus bóala parti mill-konsolidat, imma l-istess ammont qed jingóata lura biex jiíi uúat góall-búonnijiet ta' l-anzjani bóalma kien jiíri qabel.", "Pero` l-idea hija li l-gvern jamminsitra dan l-ammont direttament hu, góax parti minnu jista' juúah taót is-Social Security Act.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Mela, f'dan ir-rigward il-welfare committee nqala' kompletament 'il barra u floku se jieóu ósieb kollox il-gvern.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Le, ma nqalax 'il barra.", "Inqala' 'il barra mill- amminsitrazzjoni finanzjarja ta' dak l-ammont.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Iva, dak hu li qed ngóid jien.", "Issa l-flus se jmorru kollha góand il-gvern, hux hekk?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Iva.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Pero` hawnhekk qed insemmu l-gvern u mhux il-fond konsolidat.", "Allura jekk il-flus se jmorru fil-fond konsolidat ma jkunx aójar li nispeðifikaw li l-flus jidólu fil-fond konsolidat?", "Hawnhekk hawn min hu espert u forsi jista` jilluminana dwar dan.", "Il-gvern jista' jamministra dawn il-flus b'dawk li jgóidulhom below the line accounts u dawn ma jidólux fil-fond konsolidat.", "Din hi sistema komplessa imma titóaddem.", "Allura d-domanda tiegóu hi jekk huwiex il-kaú li minflok il- kliem \"lill-Gvern\" ndaóólu l-kliem \"fil-fond konsolidat\".", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Agius.", "ONOR.", "FRANCIS AGIUS: Sur President, illum kellna l-ewwel laqgóa tal- welfare committee kif reía' íie kostitwit u l-idea hija li l-flus li jiníabru mill-pensjoni ta' l-anzjani se jgóaddu lill-gvern pero` l-welfare committee se jibqa' jamministrahom, góax il-prinðipju politku huwa li dawn il-flus jerígóu jgóaddu lura lill-anzjani bóala servizzi servizzi.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Sur President, jekk wieóed jara r-rapport finanzjarju ta' l-expenditure tal-gvern jinnota ú-úieda relatata li qed tiíi rrapportata bóala parti min-nefqa tal-gvern fil-qasam ta' l-anzjani.", "Per eúempju, f'San Vinðenz de Paule minn Lm75,000 in-nefqa telgóet góal Lm400,000.", "Imbagóad góandek nefqa fi djar oóra li minn Lm150,000 telgóet góal Lm350,000.", "Dan kollu juri li din in-nefqa qed tiíi rapportata direttament bóala expenditure tal-gvern u m'hemm xejn below the line.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Din l-asserzjoni ovvjament qed tiíi recorded, u jiena se nieóu l-kelma tan-naóa tal-gvern li m'hemm xejn below the line.", "Pero' nixtieq ngóid dan.", "Qabel il-flus kienu jkunu amministrati mill- welfare committee u dan kien jiddeðiedi kif l-aójar jintnefqu dawk il-flus.", "Pero' illum se niíu f'sitwazzjoni fejn il-welfare committee jrid jitlob lill-gvern biex ikun jista` japplika ðerti fondi góal ðerti attivitajiet.", "Huwa tajjeb li jkun hemm element ta' kontroll fuq il-welfare committee góax dan jista', per eúempju, jgóid li se jixtrilhom il-frott imma imbagóad jixtri frott ta' kwalita` óaúina.", "Allura l-kontroll hu importanti biex wieóed jelimina l-possibbilta` ta' abbuú.", "Imma jiena nixtieq nistaqsi dan: Jista` l-Onor.", "Francis Agius, bóala Segretarju Parlamentari responsabbli mill-qasam ta' l-anzjani, jassigurana li l-flessibilita` u l-faðilita` li kellu sal-lum il-welfare committee se jibqa' jgawdiha, anke finanzjarjament?", "Jew inkella dan jista` jgóid li m'hemmx finanzi góat-tali óaía góax dawk il-flus li marru góand il-gvern íew allokati góal xi óaía oóra?", "Tista' tiíri din il-possibilita`?", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Agius.", "ONOR.", "FRANCIS AGIUS: Sur President, nixtieq inserraó ras l-Onor.", "Mangion li minkejja li l-ósieb tiegóu jista' jiíri, dan mhux se jiíri.", "Tajjeb li nfakkar li ð-chairperson tal-welfare committee huwa l-permanent secretary tad-dipartiment tal-politika soðjali, hemm rappreúentant tal- finanzi, baúikament hemm team ta' nies involuti fil-qasam ta' l-anzjani.", "Diía` hemm proviso li dawn il-flus kollha se jintuúaw góall-anzjani pero`, kif qal tajjeb l-Onor.", "Mangion, irid ikun hemm il-kontrolli.", "Nassigurah wkoll li min-naóa tad-dipartiment ta' l-anzjani, il-flessibbilta` li kellu dan il-welfare committee se tibqa'.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Sur President, il-kumitat se jibqa' dak li hu u l- flessibilita` tista` tkun flessibli daqs il-lastiku.", "Il-kwestjoni kollha hija jekk meta dan se jitlob góall-fondi hux se jingóatawlu.", "Qed nistaqsi dan góax qabel il-fondi kienu f'idejh u issa se jkunu f'idejn il-gvern u jrid ikun il-gvern li jgóaddi l-fondi lill-dan il-kumitat.", "Il-welfare committee se jibqagólu góad-dispoúizzjoni tiegóu l-istess ammont li kien ikollu qabel?", "Qabel dan il-welfare committee kien ikollu \"X\" amount; b'din l-emenda se jibqagólu l-istess ammont available góalih?", "Se jonqos jew se jiúdied dan l-ammont?", "Suppost jiúdied la góollew il-kontribuzzjoni góal 80%.", "Nixtieq li nkunu ðari fuq din.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Sur President, dawn se jkollhom iújed fondi u dan jidher ðar mill-estimi li ppreúenta l-gvern góax dawn juru li l-gvern qed jivvota flus iktar mis-soltu góal dawn id-djar.", "Irrid ngóid li fl-opinjoni tagóna l-flus li qabel kienu direttament f'idejn il-welfare committee issa se jiíi amministrati aójar, u sakemm il-welfare committee jibqa' jimxi b'mod ekwu bóalma kien jimxi qabel, dan se jkollu l-availability góal dawn il-flus.", "THE CHAIRMAN: Hawn aktar rimarki( (Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 13.", "Dawk favur( (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra( (Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 13 góaddiet u íiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liíi.", "Klawsola 14 - Emenda ta' l-artikolu 101 ta' l-Att prinðipali.", "Clause 14 - Amendment of article 101 of the principal Act.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Sur President, góal din il-klawsola se nressaq din l- emenda:", "\"E\" Minflok il-klawsola 14 góandu jidóol dan li íej:-", "\"Emenda ta' l-artikolu 101 ta' l-Att prinðipali.", "14.", "Il-proviso li hemm mas-subartikolu (1) ta' l-artikolu 101 ta' l- Att prinðipali góandu jiíi emendat kif íej:-", "(a) minflok il-kliem \"Dipartiment góall-Óarsien ta' l-Anzjani\" góandhom jidólu l-kliem \"Dipartiment góas-Servizzi góall-Anzjani u góall-Komunita`\";", "(b) minnufih wara l-kelma \"benefiððju\" góandha tidóol il-kelma \", góajnuna\";", "(c) il-kliem \"lill-Kumitat dwar Welfare imwaqqaf skond l-artikolu 130 ta' l-Att\" góandhom jitóassru;", "(d) minflok il-kliem \"l-artikoli 93 u 131 ta' dan l-Att\" góandhom jidólu l-kliem \"l-artikolu 93 lill-Gvern\"; u", "(e) il-kliem minn \"Kull somma hekk imnaqqsa\" sal-kliem \"lill-imsemmi Kumitat dwar Welfare.\" góandhom jitóassru.", "\"E\" For clause 14 there shall be substituted the following:-", "\"Amendment of article 101 of the principal Act.", "14.", "The proviso to subarticle (1) of article 101 of the principal Act shall be amended as follows:- (a) for the words \"Department for the Welfare of the Elderly\" there shall be substituted the words \"Elderly and Community Services Department\";", "(b) immediately after the word \"benefit\" there shall be inserted the word \", assistance\";", "(c) the words \"to the Welfare Committee established in terms of article 130 of this Act\" shall be deleted;", "(d) the words \"articles 93 and 131 of this Act\" shall be substituted by the words \"article 93 to Government\"; and", "(e) the words from \"Any sum so deducted\" to the words \"the said Welfare Committee.\" shall be deleted.\".", "Sur President, din hija xi óaía konsegwenzjali góal dak li góedna fi klawsola 13 u qiegóda tissostitwixxi l-klawsola 14 kif ippreúentata fl- abbozz li góandna quddiemna.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: L-unika óaía li dwarha nixtieq daqsxejn ta' kjarifikazzjoni hija góaliex minflok il-kelma \"benefiððju\" qed indaóólu l- kelma \"góajnuna\".", "X'inhi d-differenza bejn iú-úewí kelmiet, góax la darba nbidlet sinjal li hemm xi skop?", "B'din il-klawsola qegódin naraw li dak li kien jagómel il-welfare committee m'góadux f'idejh góax íie arrogat f'idejn il-gvern.", "Minkejja li l-welfare committee se jibqa' hemmhekk, fl-opinjoni tiegói, dan se jkun struttura li qiegóda hemmhekk góalxejn góax il-fondi qegódin f'idejn il-gvern, u min góandu l-flus f'idejh jiddetermina x'isir minkejja li l-kumitat fit-teorija se jibqa' hemmhekk biex ióares l-interessi ta' l-anzjani.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Sur President, il-kelma \"góajnuna\" iddaólet góax il- gvern jista' jagóti xi tip ta' góajnuna oóra diretta jew indiretta, one-off jew mod ieóor - per eúempju, din is-sena óareí a one time payment ta' Lm39 jew ta' Lm52 skond il-kaú - lin-nies li jkunu residenti f'dawn id-djar u allura deherilna li jkun aójar li minflok il-kelma \"benefiððju\" indaóólu l- kelma \"góajnuna\" biex inkopru kollox.", "THE CHAIRMAN: Hawn aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija l-emenda kif imressqa u moqrija mis-Segretarju Parlamentari.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "L-emenda \"E\" góaddiet.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 14 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 14, kif emendata, góaddiet u íiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liíi.", "Klawsola 15 – Emenda ta' l-artikolu 131 ta' l-Att prinðipali", "Clause 15 – Amendment of article 131 of the principal Act", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Sur President, din l-emenda hija konsegwenzjali góall-fatt tal-bidla li saret f'dik li hi amminstrazzjoni tal-flus miíbura mill-pensjonijiet ta' l-anzjani, fejn issa qed ngóidu li dawn se jgóaddu f'idejn il-gvern minflok góand il-welfare committee.", "THE CHAIRMAN: Hawn xi rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 15.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra( (Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 15 góaddiet u íiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liíi.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Anthony Abela.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Sur President, nitlob il-permess tal-Kumitat biex inressaq il-klawsoli íodda f'dan l-istadju.", "THE CHAIRMAN: Hawn talba mis-Segretarju Parlamentari biex iressaq klawsoli íodda f'dan l-istadju.", "Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingóata", "Klawsola Ídida 15A", "New Clause 15A", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Nitlob il-permess tal-Kamra biex inressaq klawsola ídida góall-ewwel qari.", "L-Iskrivan tal-Kamra qara n-nota maríinali u klawsola ídida 15A tqieset li nqrat l-Ewwel Darba, skond l-Ordni Permanenti Nru. 101.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Nipproponi t-tieni qari ta' klawsola ídida 15A:", "\"F\" Minnufih wara klawsola 15 góandha tidóol il-klawsola ídida 15A li íejja, li fl-Att finali góandha tidher fit-Taqsima III fl-ordni numeriku xieraq.", "\"Emenda ta' l-artikolu 2 ta' l-Att prinðipali.", "15A.", "It-tifsira \"Pensjoni tas-Servizz\" fis-subartikolu (1) ta' l- artikolu 2 ta' l-Att prinðipali góandha tiíi emendata kif íej:", "a) Paragrafi (ii) u (iii) tiegóu góandhom jiíu enumerati mill-ídid bóala paragrafi (iii) u (iv) tiegóu;", "b) Minnufih wara paragrafu (i) tiegóu góandu jidóol dan il-paragrafu (ii) ídid li íej:-", "\"(ii) b'seóó mill-4 ta' Jannar, 1992, meta persuna tkun qiegóda tirðievi úewí Pensjonijiet tas-Servizz jew iújed, tkun biss dik il- Pensjoni tas-Servizz li tkun ogóla jew l-ogóla minn dawk il- Pensjonijiet, skond ma jista' jkun il-kaú, li titqies bóala Pensjoni tas-Servizz góall-fini ta' stima, reviújoni jew stima mill-ídid ta' pensjoni dwar min jirtira jew l-invalidita` taót dan l-Att; b'dan illi, u unikament góall-fini ta' l-istima, reviújoni jew stima mill- ídid ta' Pensjoni góal Min Jirtira skond l-artikolu 44 u paragrafu (i) tas-subartikolu (1) ta' l-artikolu 47 ta' dan l-Att, meta persuna li tkun qiegóda tirðievi úewí Pensjonijiet tas-Servizz jew iújed bóal dawk li xi waóda minnhom góandha titóallas minn jew góan-nom tal-Gvern tar-Renju Unit, id-Direttur ikollu dritt jagóúel, f'isem dik il- persuna, liema minn dawk il-Pensjonijiet tas-Servizz kif hawn qabel imsemmija góandha titqies li tkun il-Pensjoni tas-Servizz góal dan l- aóóar skop.", "B`dan illi d-dritt li ssir dik l-góaúla góandu jiíi eúerðitat góal darba waóda biss.", "Iúda, b'seóó mill-4 ta' Jannar 1992, u unikament góall-fini msemmija fil-paragrafu ta' qabel dan f'din it-tifsira, meta Pensjoni tas- Servizz kif hawn qabel imsemmija f'din it-tifsira tkun", "(a) kommutata f'parti biss minnha u l-pensjonant ikun wasal fit-72 sena tiegóu, hija 50% mill-parti kommutata biss minn dik il-Pensjoni tas-Servizz li góandha titqies, u", "(b) kommutata kollha kemm hi, hija 50% biss minn dik il-Pensjoni tas- Servizz li góandha titqies, b`dan illi b'seóó mill-4 ta' Ottubru 1997, meta dik il-Pensjoni tas-Servizz tkun íiet kommutata kollha kemm hi, din ma góandhiex tibqa' titqies góall-finijiet ta' dan l-Att.\"; u", "(c) il-provisos góall-paragrafu (iv) tiegóu kif enumerat mill-ídid góandhom jitóassru.\".\".", "\"F\" Immediately after clause 15 there shall be added the following new clause 15A, which in the final version of the Act shall appear in Part III in the appropriate numerical sequence.", "\"Amendment of article 2 of the principal Act.", "15A.", "The definition \"Service Pension\" in subarticle (1) of article 2 of the principal Act shall be amended as follows:", "(a) Paragraphs (ii) and (iii) thereof shall be renumbered as paragraphs (iii) and (iv) thereof;", "(b) Immediately after paragraph (i) thereof there shall be inserted the following new paragraph (ii):-", "\"(ii) with effect from the 4th January, 1992, where a person is in receipt of two or more Service Pensions, only the higher or highest, as the case may be, of such Service Pensions shall be deemed to be a Service Pension for the purpose of assessing, revising or re-assessing a pension in respect of retirement or invalidity under this Act; so however that, and solely for the purpose of assessing, revising or re- assessing a Retirement Pension in accordance with article 44 and paragraph (i) of subarticle (1) of article 47 of this Act, where a person who is in receipt of two or more such Service Pensions one of which is payable by or on behalf of the United Kingdom Government, the Director shall have the right to elect, on behalf of the person, which of such Service Pensions as aforesaid is to be deemed to be the Service Pension for this latter purpose.", "So however that the right to such election shall be exercised only once.", "Provided that, with effect from the 4th January 1992, and solely for the purpose referred to in the foregoing paragraph of this definition, where a Service Pension as aforesaid in this definition has been", "(a) commuted in part only and the pensioner has reached his 72nd birthday, 50% of the commuted part only of such Service Pension shall be taken into account, and", "(b) commuted in whole, only 50% of such Service Pension shall be taken into account, so however that with effect from the 4th October 1997, where such Service Pension has been commuted in whole, it shall no longer be taken into account for the purposes of this Act.\"; and", "(c) the provisos to paragraph (iv) thereof as renumbered shall be deleted.\".", "THE CHAIRMAN: Hawn rimarki?", "(Onor. Membri: No).", "Il-mistoqsija hija li klawsola ídida 15A tkun moqrija t-tieni darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Carried.", "Il-mozzjoni góaddiet u Klawsola Ídida 15A inqrat it-Tieni Darba.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Sur President, nipproponi li klawsola ídida 15A tifforma parti mill-abbozz ta' liíi.", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Sur President, din il-klawsola ídida taffettwa d- definizzjoni ta' \"service pension\" fl-Att Prinðipali.", "Din hija emenda importanti li hija mmirata biex tiggarantixxi li ma jkunx hemm iújed misinterpretazzjoni tal-kliem \"service pension\" li íieli tingóata minn xi uffiðjali.", "Óalli issa nispjega daqsxejn kif wasalna góal dan li qed ngóidu f'din il-klawsola ídida.", "Sa l-1992, persuna li kienet tirðievi pensjoni waóda jew iújed mis-servizz, kellha l-pensjonijiet tagóha meóuda in konsiderazzjoni fis-sens li minnhom jiíi deducted id-dritt tiegóu góall-pensjoni in rigward l-irtirar tiegóu.", "Dan íeneralment kien ifisser li din il-persuna kienet tkun intitolata biss góar-rata fissa ta' pensjoni góall-irtirar.", "Pero`, fl-istess óin, jekk waóda mill-pensjonijiet tagóha kienet titóallas mill-Gvern Ingliú, allura dik il-persuna kienet intitolata góall-ogóla rata tal-pensjoni baúika tiegóu.", "Fl-1992, il-liíi nbidlet b'effett li fejn persuna kienet tirðievi aktar minn pensjoni waóda, minn dawk il-pensjonijiet tas-servizz, l-ogóla waóda biss kienet titqies fl-assessment tal-pensjoni ta' l-irtirar tiegóu.", "Pero` kien hemm kaúi fejn l-ogóla pensjoni ma kenitx dik tal-Gvern Ingliú, imma kienet dik tal-Gvern Malti u allura il-pensjoni tal-Gvern Ingliú ma kenitx titóallas iújed.", "Sabiex nissalvagwardaw kontra din il-possibilita` fl-1992 sar proviso li kien jagóti dritt li wieóed jagóúel l-ogóla service pension, dejjem jekk il-pensjonant kellu waóda mill-pensjonijiet tiegóu íejja mill- Gvern Ingliú.", "Dan xorta kien ikollu d-dritt li jirðievi l-ogóla rata ta' pensjoni meta s-servizz tal-pensjoni tiegóu kien jitóallas mill-Gvern Ingliú.", "Kulóadd kien kuntent b'din l-emenda?", "Ma naósibx góax b'din l- emenda, il-pensjonanti li kienu jirðievi úewí pensjonijiet, kellhom biss pensjoni waóda li tista' tiíi konsidrata u góaldaqstant filwaqt li kienu jitóallsu l-ogóla rata ta' pensjoni, din setgóet tapplika biss góal dawk li kellhom pensjoni mill-Gvern Ingliú u kienet tista' taffettwa li dawn jieódu anqas mid-due terzi.", "Fl-1996 din il-liíi nbidlet b'mod li l-pensjonanti li jirðievu basic flat retirement rate jew somma miújuda, din kellha tiúdied fi tliet faúijiet biex tilóaq il-livell ta' úewí terzi tal-pensjoni bóala entitlement.", "Fl- 1997 il-liíi reígóet íiet emendata sabiex il-quantum tal-pensjoni góall- fini tas-social service pension titqies fuq l-ammont oriíinali li jitóallas bóala pensjoni meta l-pensjonant oriíinarjament irtira.", "Dan kien ifisser li l-quantum kien imur lura góall-1979 u allura jekk naraw il-mod kif góoliet il-óajja mill-1979 'l hawn, din kienet taffettwa lill-istess pensjonanti b'mod negattiv.", "Mela kellna kaúijiet fejn in vista tal-liíi ta' l-1997, il-quantum tal-pensjoni tas-servizz Ingliú kienet tinúel 'l isfel u tiíi inqas minn dak li suppost kienu jieódu n-nies.", "Sur President, dawn iú-úewí emendi, jekk jittieódu flimkien, íabu sitwazzjoni li nies li kellhom pensjoni ogóla ta' retirement mingóand il- Gvern Ingliú, kienu jitolbu din biss jekk jagóúlu li jieódu l-pensjoni Ingliúa góall-fini ta' l-assessment.", "Imbagóad fl-2002 id-dipartiment tilef appell góax l-umpire f'dak il-kaú kien iddeðieda favur l-appellant billi l- liíi ma kenitx ðara biúúejjed u dan tóallas Lm10,300 bóala arretrati fuq il- baúi tad-dritt góat-tieni góaúla skond il-liíi ta' l-1997.", "Huwa evidenti li rridu naraw li kulóadd jikkwalifika góall-pensjoni taú- úewí terzi u ma jkunx hemm interpretazzjoni differenti góal kaúi differenti u allura qegódin narmonizzaw l-affarijiet sabiex dawn il-pensjonanti jikkwalifikaw góall-pensjoni ta' úewí terzi mingóajr ma jkun hemm dritt li bniedem joqgóod jillitiga lejn óaía jew oóra jew jipprova jibbenefika iújed minn úewí terzi minóabba misinterpretazzjoni tal-liíi.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Sur President, dan l-artiklu diía` tkellimna fuqu waqt li konna qegódin nitkellmu fuq il-fatt li dan se japplika b'mod retroattiv mis-sena 1992.", "Nería' ntenni, kif diía` spjega l-Onor.", "Abela, li dan l-artiklu ídid huwa intiú biex jagóti benefiððju lil dawk il- pensjonanti li ma benefikawx minn xi affarijiet minóabba li kien hemm xi anomalija u góalhekk aóna naqblu miegóu.", "Góandna l-espert tas-social services hawnhekk u dan qed jikkonferma li dan se jkun ta' benefiððju góal dawk il-pensjonanti li setgóu sofrew minóabba din l-anomalija.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: L-emenda tillimita l-interpretazzjonijiet góax qabel kien hemm min jagóti interpretazzjoni differenti góall-istess óaía u issa qed nassiguraw li l-pensjonanti kollha jkollhom pensjoni taú-úewí terzi.", "THE CHAIRMAN: Hawn iújed rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija li klawsola ídida 15A issir parti mill-abbozz ta' liíi.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra( (Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 15A góaddiet u kienet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liíi.", "Klawsola Ídida 15B", "New Clause 15B", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Nitlob il-permess tal-Kamra biex inressaq klawsola ídida 15B góall-ewwel qari.", "L-Iskrivan tal-Kamra qara n-nota maríinali u klawsola ídida 15B tqieset li nqrat l-Ewwel Darba, skond l-Ordni Permanenti Nru. 101.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Sur President, nipproponi t-tieni qari ta' klawsola ídida 15B.", "\"G\" Minnufih wara klawsola ídida 15A góandha tidóol il-klawsola ídida 15B li íejja, li fl-Att finali góandha tidher fit-Taqsima III fl- ordni numeriku xieraq.", "Emenda ta' l-artikolu 20 ta' l-Att prinðipali.", "15B.", "Minflok is-subartikolu (3) ta' l-artikolu 20 ta' l-Att prinðipali góandu jidóol dan li íej:-", "\"(3) Il-jedd ta' membru li góar-rigward tiegóu góandha titóallas Góajnuna góall-Mard góandu jintemm:-", "(i) minn l-ewwel jum minn meta jidóol f'Servizz Residenzjali Finanzjat mill-Istat, fejn ir-resident ikun qed jiíi provdut bi trattament ta' livell 2 skond ma jiíi speðifikat mill-Ministru b'avviú fil-Gazzetta; u", "(ii) minn l-ewwel jum li jaóbat wara l-jum meta, minkejja l-fatt li jkun íie medikament mibgóut minn istituzzjoni bóal dik skond ma jiíi speðifikat mill-Ministru fil-Gazzetta, huwa jidóol bóala resident ta' xi istituzzjoni oóra finanzjata mill-Gvern.\".\"", "\"G\" Immediately after clause 15A there shall be added the following new clause 15B, which in the final version of the Act shall appear in Part III in the appropriate numerical sequence.", "Amendment of article 20 of the principal Act.", "15B.", "For subarticle (3) of article 20 of the principal Act there shall be substituted the following:-", "\"(3) The right of any member in respect of whom Sickness Assistance is payable shall be extinguished:-", "(i) from the first day of admission to a State Financed Residential service, wherein the resident is being provided with level 2 care as specified by the Minister by notice in the Gazette; and", "(ii) from the first day following the day on which, notwithstanding the fact that he has been medically discharged from such an institution as specified by the Minister in the Gazette, he becomes a resident of any other state financed institution.\".", "THE CHAIRMAN: Hawn rimarki?", "(Onor. Membri: No).", "Il-mistoqsija hija li klawsola ídida 15B tkun moqrija t-tieni darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Carried.", "Il-mozzjoni góaddiet u Klawsola Ídida 15B inqrat it-Tieni Darba.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Sur President, nipproponi li klawsola ídida 15B issir parti mill-abbozz ta' liíi.", "THE CHAIRMAN: Kont se nistaqsi jekk hawnx xi rimarki, imma peress li sar il- óin se jkollna niefqu hawn u nkomplu darba oóra.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni fuq Klawsola Ídida 15B kienet interrotta u baqgóet aííornata.", "Il-Kamra rriúumiet u s-Segretarju Parlamentari l-Onor Anthony Abela rrapporta progress u talab il-permess sabiex il-Kumitat jería' jiltaqa'.", "THE DEPUTY SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari, jekk jogóíbu, iressaq l- Aííornament tal-Kamra.", "AÍÍORNAMENT", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Sur President, nipproponi l-Aííornament tal-Kamra góal nhar it-Tnejn, 9 ta' Frar 2004 fis-6.00 p.m. b'din l-aíenda:", "Ordnijiet tal-Íurnata", "Abbozz ta' Liíi li Jimplimenta Miúuri ta' l-Estimi – Kumitat (Kont.);", "Abbozz ta' Liíi dwar ir-Reíistru Ðentrali - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liíi dwar l-Ilsien Malti - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liíi li jemenda l-Att dwar ir-Rifuíjati – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liíi biex jemenda l-Att dwar l-Amministrazzjoni Finanzjarja u l- Verifika – Tielet Qari; u", "Xi aíenda oóra li tista' tiíi komunikata aktar tard.", "------------------------------------------", "Abbozz ta' Liíi li jemenda l-Kodiði Ðivili (Emenda Nru 2) - Kumitat Permanenti.", "Abbozz ta' Liíi li jemenda l-Kodiði Ðivili - Kumitat Permanenti.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Noel Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Sur President, illum waqt il-óin tal-mistoqsijiet osservajt li minkejja li l-gvern qed jiftaóar li qed jinvesti miljuni ta' liri biex jitwettaq ir-ristrutturar fis-settur tal-biedja, xorta waóda góad hemm ðerti diffikultajiet li qegódin dejjem jiggravaw.", "Dan íej mill-fatt li skond informazzjoni li tpoííiet fuq il-Mejda tal-Kamra, id-dipartiment tas- sanita` qed jikkonfiska kwantita` kbira ta' tjur.", "Din l-informazzjoni svelat li filwaqt li qabel kienu jiíu konfiskati ftit mijiet ta' kilos, issa qed naqúbu æal eluf ta' kilos.", "Kieku veru qed isir ir-ristrutturar, din l-industrija tal-laóam abjad ma tinstabx f'din is-sitwazzjoni.", "Lanqas mill-provvista tal-laóam tal-fenek lokali m'hu mhux qed ikun moqdi l- konsumatur.", "Apparti dan qed naraw li ta' kull xahar qed ikollna nimportaw kwantita` sostanzjali ta' laóam tal-majjal biex nissodisfaw id-domanda tal- konsumatur u dan l-aóóar qegódin f'sitwazzjoni fejn il-konsumatur reía' mhux qed isib ðanga friska fis-suq.", "Sur President, qeædin f'sitwazzjoni fejn jum wara l-ieóor u íimgóa wara íimæa, qieæda taggrava t-theddida fuq ix-xogóol tal-bdiewa, tar-raóóala u tal-óaddiema li jaódmu fl-agro-industrija.", "Din it-theddida íejja mill-fatt li minkejja l-gvern wiegóed li l-biedja se tkun protetta u sal-lum jirriúulta li góadhom ma íewx stabbiliti s-salvagwardi li se jikkontrollaw l-importazzjoni biex il-prodotti tal-bidwi u tar-raóóal lokali jkunu protetti kif imwieæed.", "Mhux talli dawn is-salvagwardi ma íewx ippubblikati talli l-ministru góall-affarijiet barranin, li se jkun il-kummissarju li se jirrappreúenta lil pajjiúna fl-Unjoni Ewropea, iddikjara li l-ewwel irid ikun hemm sitwazzjoni diffiðli biex inkunu nistgóu nuúaw din l-góodda biex nissalvagwardaw il-prodotti lokali.", "Quddiem din il-politika daqstant instabbli mhux bilfors ikollna nistaqsu lill-ministru responsabbli x'inhu jiíri f'dan il-qasam.", "Il-kampanja tinsab fi stat ta' deúertifikazzjoni u qatt ma ósiebna biex nagómlu lqugó góall-ilma tax-xita bil-konsegwenza li taæmel ix-xita jinqalgóu l-óitan tas-sejjieó u l-óamrija tiníarr kollha æal íol-baóar.", "Kellna spluújoni ta' boreholes illegali li llum qed nirrikonoxxuhom, u nagómlu tajjeb góax dan huwa búonn góas-settur tal- biedja, imma mbagóad qatt ma ósibna biex nilqgóu góall-ilma tax-xita.", "Sur President, ta' min wieóed ukoll jgóid li dan il-gvern lanqas biss qed jaóseb biex il-flus li qed ninvestu fis-settur ta' l-agrikoltura, liema flus íejjin mit-taxxi tal-poplu, almenu jsostnu l-provvista ta' l-ikel li dejjem kellna.", "Din il-provvista li matul is-snin kienet self-sufficient illum qed ikollha problemi kbar, speðjalment fejn jidólu t-tjur góax il- gvern óolom li jekk wieóed irabbi piú ta' 7,000 tunnellata ta' tiíieí, dan jista' jipproduði 7,000 tunnellata ta' laóam abjad góall-konsum.", "Dan íenn!", "Ma jistax ikun li jiíi l-ministru u joqgóod jiftaóar u jgóid óafna diskors fuq dan il-qasam li meta tagósru ma joóroí xejn minnu.", "Per eúempju, ma nistax nifhem kif il-ministru ried jimplika li l-Organizzazzjoni Dinjija ta' l-Ikel u l-Biedja m'hijiex xi organizzazzjoni dinjija imma hija waóda li góandha x'taqsam mal-pajjiúi tat-tielet dinja.", "Ara f'liema stupidaíni qed jaqgóu l-ministri!", "Dan qalu meta aóna tlabna lill-ministru biex iíib esperti minn din l-organizzazzjoni minóabba l-problemi li góandna fis- settur tal-biedja.", "Qed nonfqu daqstant miljuni biex suppost naæmlu r- ristrutturar u góandna sitwazzjoni diúastruúa u tal-mistóija f'dan il- qasam.", "Din hija sitwazzjoni li wieóed irid jirrifletti sew fuqha u mhux jibqa` æaddej qisu bill-bulldozer u jgóid li l-affarijiet mexjin sew.", "Is- sitwazzjoni hi waóda tali li x-xogóol tal-bdiewa u r-raóóala huwa mhedded serjament u se jkompli jkun mhedded góaliex matul din is-sena mhux talli l- gvern mhux se jóallas nofs il-ólas tas-sigurta` soðjali, talli injora kompletament wegóda oóra, dik ta' l-assigurazzjoni li kien se jaæmlilhom óalli kemm-il darba jkollhom xi problemi bil-prodotti taæhom, dawn ikunu sostnuti b'din il-forma ta' assigurazzjoni.", "Din l-assigurazzjoni suppost kellha tapplika góall-produtturi tal-óalib frisk, tað-ðanga friska, tal- fniek, tal-majjal u tal-óxejjex u frott iúda minn dan kollu ma íara xejn.", "Sur President, qeædin ninvestu madwar euro 200 miljun f'dan is-settur - u qed næid madwar æax illum il-lira Maltija íiet úvalutata u minn tmien xhur ilu 'il hawn Lm100 m'góadhomx ekwivalenti góal euro 240 u l-lira Maltija m'góadx góandha iktar saóóa - biex suppost niggarantixxu d-dóul íust æall- bdiewa tagóna u æall-góajxien diðenti tal-familji tagóhom u xorta qed nispiððaw nheddu dawn il-prinðipji fundamentali li s-soðjeta` tagóna b'sens sóió góandha tirrispetta u tappoíía.", "Ma jistax ikun li l-gvern jibqa` qisu statwa tax-xemgóa, jippompja argumenti fil-media li taparsi kollox góadu miexi fuq ir-rubini meta s-sitwazzjoni preúenti turina li pajjiúna sejjer lura bóal granð.", "Kif qed insemmi l-euro qed niftakar f'episodju li íara llum.", "Hija xi óaía ta' umiljazzjoni lejn dan in-nazzjon li ma jkollna lil óadd min-naóa tal- gvern li jaæti spjegazzjoni góad-dikjarazzjonijiet li saru mill- International Monetary Fund.", "Dawn qed jappellaw lill-accession countries ma jgóaíílux biex jidólu fil-euro.", "Issa ta' min ifakkar li qabel ir-referendum u qabel l-elezzjoni tan-naóa l-oóra kienu jgóidu li góad fadlilna biex indaóólu l-euro, imma issa kemm il-gvernatur tal-Bank Ðentrali kif ukoll il- minsitru tal-finanzi qed jgóidu li góandna nidólu fl-euro kemm jista' ikun malajr.", "Jista` xi óadd min-naóa tal-gvern jaæti spjegazzjoni fuq din il- óaía?", "Góaliex qegódin nittrattaw dawn l-affarijiet daqstant importanti u strateíiði b'dan il-mod?", "Malta hija net importer æax irridu nimportaw kollox minn barra u allura Malta tiddependi minn lira b'saóóitha.", "Issa b'din is-sitwazzjoni kollox se jogóla u se anke nitilfu l-kompetittivita`.", "Kif jista` dan il-gvern ma jaæmel xejn, qisu kollox sejjer tajjeb.", "Dawn huma ðirkostanzi li jkomplu joóolqu kaos fil-pajjiú.", "Inutli noqogódu nippoúaw æar-ritratti tal-media lokali b'ilbies sabió u ingravajjet, imbagóad góandna din il-óallata ballata fejn il-gvernatur tal-Bank Ðentrali u l-ministru jgóidu li rridu ndaóólu fil-euro malajr kemm jista` jkun, meta qabel kienu jgóidu li góad fadlilna biex naslu æal dan.", "Min-naóa l-oóra, ir-rappreúentanti góoljin fil-qasam finanzjarju ta' l-Unjoni Ewropea stess jgóidu li hemm búonn nistennew u ma' næaíílux.", "Indirettament il-lira tagóna qiegóda dejjem tiddgóajjef u niskanta kif meta hemm dawn id- dikjarazzjonijiet mill-IMF óadd min-naóa tal-gvern ma jagóti spjegazzjoni dwar dan.", "X'inhi r-raíuni li l-gvern qed jgóid li góandna nidólu kemm jista` jkun malajr fil-euro u l-IMF qed jæidu mod ieóor?", "Il-poplu Malti góandu kull dritt li jkun jaf x'inhi r-raíuni jew id-demokrazija æall-gvern qiegóda biss fejn jidhirlu hu!", "Sur President, nagólaq billi ngóid li ma jistax ikun li l-gvern ikompli jagómel dikjarazzjonijiet foloz lill-poplu.", "Din hija oxxenita` u nappella lill-gvern u lill-ministru li se jkun kummissarju góall-pajjiúna fl-Unjoni Ewropea biex ma jkomplux jagómlu jew jippermettu li jsiru dikjarazzjonijiet foloz lill-poplu.", "Hemm búonn li jkunu onesti u jiffaððjaw ir- responsabbilta` li góandhom u jaærfu d-diúastru li qed nesperjenzaw, liema diúastru huwa dovut góall-ingann u t-tgóawwií tal-fatti li dan il-gvern æamel minn mindu tela` fil-gvern fl-1987.", "F'dawn ið-ðirkostanzi fejn pajjiúna hu midjun, il-gvern góandu jkun responsabbli u jgóid il-verita` kollha u ma jaóbix il-fatti taót it-tapit.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Gavin Gulia.", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Sur President, il-bieraó filgóaxija, il-ministru tal- íustizzja u intern, l-Onor.", "Tonio Borg, góoíbu jitkellem fuq l-aftermath tal-íuri ta' Meinrad Calleja.", "Kull filæodu qabel ma' nidóol æax-xoæol, l- ewwel óaía li nóobb naæmel hija li naqra l-gazzetti u b'hekk kelli l- opportunita` li naqra kummenti li æadda l-Onor.", "Tonio Borg, skond kif íie rraportat mill-íurnali Maltin.", "Malli qrajt dawk il-kummenti li góadda íibt góajnejja wara widnejja u góalhekk dalgóodu stess tlabt lill-istaff tal- parlament sabiex jippreparawli transcript tad-diskors tiegóu.", "Bil- kontradizzjonijiet li l-Onor.", "Borí qal bejn vers u ieóor spiððajt mhux biss íibt góajnejja wara widnejja, iúda íibthom wara rasi!", "Pero` qabel nirrispopndi góad-ddiskors tal-ministru, speðjalment dawk il-partijiet fejn íabuli góajnejja wara rasi, nixtieq l-ewwel nagómel priambolu qasir dwar il- kaú kollu.", "Sur Preident, jidhirli li fl-1996 il-Gvern Nazzjonalista ddeðieda li wara l- kaú ta' attentat ta' qtil fuq Richard Cachia Caruana, li huwa s-segretarju personali tal-prim ministru, jagóti tliet maófriet presidenzjali lil Joseph Fenech.", "Nixtieq nagómilha ðara li dawn it-tliet maófriet tawhomlu b'kundizzjoni.", "Ta' min wieóed jgóid li maófra presidenzjali tista' tingóata qabel ma jibda proðess, waqt li jkun góaddej il-proðess u anke wara li tingóata kundanna.", "F'pajjiúna, il-biðða l-kbira tal-maófriet presidenzjali jingóataw wara li tingóata kundanna.", "Jekk qatt kien hemm kaúijiet li l-maófriet presidenzjali inæataw waqt proðess jew qabel bidu ta' proðess, dawn kienu pjuttost rari.", "Dan il-kaú partikolari li qed nitkellem fuqu huwa prattikament kaú uniku góax ma ngóatatx maófra presidenzjali waóda biss iúda næataw tlieta qabel ma beda l-proðess.", "Nería' ngóid dawn ma næatawx bla kundizzjoni iúda ngóataw bil-kundizzjoni li Joseph Fenech jgóid il-verita` kollha u mhux biðða 'l hawn jew biðða 'l hemm.", "L-istramberija tagóha din hija li dan ingóata dawn it-tliet maófriet presidenzjali wara l-kaú ta' attentat ta' l- omiðidju fuq Richard Cachia Caruana, sija góall-kompliðita` ammessa ðara u pprovata tiegóu, ex admissis minn fommu, fl-attentat ta' qtil ta' Richard Cachia Caruana, f'kaú ieóor fuq traffikar ta' droga li fih kien involut Meinrad Calleja u f'kaú ta' serq li assolutament ma kellu x'jaqsam xejn, la mal-kaú ta' l-attentat ta' omiðidju ta' Richard Cachia Caruana u lanqas mal- kaú ta' traffikar u importazzjoni ta' drogi li fih kien involut Meinrad Calleja u, ex admissis, Úeppi l-Óafi.", "Æal xi raíuni, ingóatat ukoll maófra presidenzjali fuq kaú ta' serq li ma kellu x'jaqsam assolutament xejn mal- kaú ta' omiðidju, iúda ngóatat kundizzjoni.", "Fil-kuntratti aóna nagómlu l- kundizzjonijiet fejn ngóidu pacta sunt servanda, jiíifieri l-pattijiet qegódin hemmhekk sabiex jiíu osservati.", "Meta ma jiíux osservati l- obbligazzjonijiet allura l-kuntratt jiíi xolt.", "Jekk jien nagómel kuntratt miegóek b'kundizzjoni u inti ma tosservax din il-kundizzjoni, jien se jkolli nibqa' b'dak il-kuntratt?", "Úgur li le, f'dak il-kaú jitóassar kollox.", "Pero` l-bieraó il-Ministru Tonio Borg ried jirraíuna mod ieóor u spiðða biex qal ukoll li dawn it-tip ta' maófriet presidenzjali li jingóataw b'kundizzjoni ma jistgóux jitneóóew.", "Jiena naqbel li maófra presidenzjali, speðjalment wara conviction, ladarba ngóatat ma tistax titneóóa, imma mhux meta tajt maófra presidenzjali qabel ma nbeda proðess u góamilt kundizzjoni ðara u tonda li dak li ngóata l- maófra presidenzjali jrid jgóid il-verita`.", "Il-kundizzjoni qiegóda hemmhekk biex jekk dak li jkun ma jgóidx il-verita` jkun naqas lejn il-maófra presidenzjali li jkun inæata u jkollu jsofri l-konsegwenzi.", "Sur President, fl-aóóar il-ministru ammetta li hemm il-konsegwenzi góaliha minæajr ma nduna u spiðða kkontradixxa lilu nnifsu, u f'dawn il-ftit minuti li fadalli óa nirrispondi góal ftit mill-kontradizzjonijiet li semma' l- Onor. Tonio Borg.", "Il-ministru qal li rnexxa l-proíett \"maófriet presidenzjali ta' Úeppi l-Óafi\" góax kien hemm íuri fuq traffikar u importazzjoni ta' droga li kien mixli bih Meinrad Calleja u dan ingóata sentenza ta' 15-il sena óabs.", "Naturalment, il-ministru qal dak li jaqbillu.", "Pero` ma qalx li kien hemm tliet íurijiet oórajn, fosthom ta' Clarissa Cachia, ta' Ian Farrugia u ieóor ta' Meinrad Calleja stess li fihom ix-xhud prinðipali tal-prosekuzzjoni, li kien proprju Joseph Fenech li ngóata t- tliet maófriet presidenzjali, ma íiex emmnut, mhux billi l-Ministru Tonio Borg jiíi jippontifika li r-raíuni góaliex waslu góal dik il-konkluújoni ta' liberazzjoni minn tliet íuriet differenti ma kellux x'jaqsam jekk Úeppi l-Óafi íiex emmnut jew le.", "Jekk il-kaú kollu kien jorbot fuq ix-xhieda ta' Úeppi l-Óafi, kif jista` jiíi l-ministru hawnhekk u jæid li mhux il-kaú góaliex il-íurija ma emmnux lil Úeppi l-Óafi?!", "Jekk kien l-uniku xhud li l- prosekuzzjoni riedet tistrih fuqu, kif jiíi jgóid dawn l-affarijiet?!", "Dawn affarijiet xokkanti u ma nafx kif jiíi jgóidhom hawn il-Ministru tal- Íustizzja u Intern!", "Sur President, irrid ngóid ukoll li meta r-regolamenti tal-logóob íew favur dak li xtaq hu u l-gvern tiegóu, hemmhekk is-sistema tal-íustizzja kriminali f'pajjiúna óadmet, imbagóad meta l-boðða ma íietx qrib il-likk kif ried hu jew il-gvern tiegóu f'daqqa waóda óaríu jæidu li jeótieí riforma fis-sistema tal-íustizzja kriminali.", "Prosit, mela fejn jaqbillu l- ministru jgóid li l-íuri rnexxa u s-sistema taódem, u góax issa Meinrad Calleja ma nstabx óati, allura s-sistema tal-íurija ma taódimx.", "Dan kollu minóabba li íie skreditat Joseph Fenech li ngóata tliet maófriet presidenzjali.", "Óalli nkompli naqra minn dak li qal il-ministru l-bieraó, u se naqra testwalment.", "Dan qal hekk:", "\"Kieku ma kenitx il-maófra li ngóatat lil Fenech f'Mejju ta' l-1996, sa dak il-mument ma kien hemm l-ebda prova fuq ðerti nies oórajn li kienu nvoluti f'dak l-attentat ta' qtil u li kienu preúenti fl-Imdina góax il-pulizija ma kenitx taf li kienu involuti b'xi mod fil-kaú.''.", "Sur President, allura jekk il-ministru tal-íustizzja u intern qal li ma kien hemm l-ebda prova dak iú-úmien, skond hu meta mbagóad Úeppi l-Óafi góamel ðerti dikjarazzjonijiet, allura mbaæad kellhom il-prova!", "Allura kif issa qiegóed jingóad li Úeppi l-Óafi qal il-verita` pero` ma setax jiíi korroborat.", "Mela l-ministru qiegóed jgóid li b'Úeppi l-Óafi kellhom il- prova, pero` issa – u qalha hu stess, ara x'kontradizzjoni fid-diskors tiegóu! - ma setax jiíi kkorroborat.", "Aóna nafu li jekk inti góandek evidenza ðirkostanzjali li ma tistax tiíi korroborata, dik ma tammontax góal prova, Sur Ministru!", "Fuq dawn l-affarijiet suppost li tgóallimni inti, bóala professur l-Universita` u tgóallem lill-istudenti tal-liíi.", "Illum skoprejtuha li x-xhieda ta' Úeppi l-Óafi ma setgóetx tiíi kkorroborata?", "Dak iú-úmien ma kontux tafu li fuq dak li kien qiegóed jgóid Úeppi l-Óafi, xorta waóda ma kellkomx korroborazzjoni?", "Mela góalfejn Úeppi l-Óafi næata tliet maófriet presidenzjali jekk ma kienx se jiíi korroborat?", "Intom kontu tafu eúattament x'qegódin tagómlu meta tajtu dawn it-tliet maófriet, mingóalikom li góandkom prova!", "Qrajtlek testwalment kliemek stess Onor. Borg.", "Issa llum qegódin tgóidu li t-testimonjanza waóedha ta' Úeppi l-Óafi ma kenitx treíi.", "Qed tammetti llum li ma kenitx treíi dik it- testimonjanza ta' Úeppi l-Óafi, mela góalfejn tajtuh tliet maófriet presidenzjali?", "Hemm búonn ta' spjegazzjoni fuq dawn l-affarijiet u mhux tipprovaw tgóaddu ú-úmien bin-nies.", "Sur President, issa næaddi biex næid fuq l-akbar góereúija li smajt u se nkompli naqra góax góarukaúa u xokkanti dawn l-affarijiet.", "Il-ministru qal hekk;", "\"Il-maófriet, íaladarba jingóataw ma jistgóux jiíu rtirati u hemm raíuni ovvja.", "Min se jmur jagóti informazzjoni lill-pulizija kif se jirnexxielha tkisser is-solidarjeta` bejn il-kriminali permezz ta' proklama, jekk dik il-persuna li tibbenifika minn dik il-proklama ikollha l-biúæa li l-góada l-proklama tiíi rtirata?''.", "Imma skuúi, jekk inti góamilt kundizzjoni lil Joseph Fenech biex jgóid il- verita`, minn xiex tridu jibúa`?", "Sur President, ma jibúax min jingóata maófra b'kundizzjoni li jgóid il-verita` u dik il-verita` jæidha!", "Dak m'góandux góalfejn jibúa' mill-proklama li jingóata góax jaf li mhux se tiíi rtirata.", "Jibúa' dak li jingóata proklama u ma jgóidx il-verita` u hekk góandu jkun.", "Iva, dak góandu jibúa', Onorevoli Ministru tal-Íustizzja u Intern, góaliex il-proklama tieæu tkun bil-kundizzjoni li jgóid il- verita`, u dik il-verita` twassal góall-kundanna li tkun mixtieqa.", "Dawn huma affarijiet xokkanti!", "Sur President, il-ministru kkontradixxa lilu nnifsu.", "Filli f'nifs wieóed qiegóed jgóid li l-maófra presidenzjali ta' Úeppi l-Óafi ma tistax titneóóa u mbagóad minuta wara jæid hekk:", "\"Tista' tagóti proklama b'kundizzjonijiet?", "Daúgur li tista' tagóti proklama bil-kundizzjonijiet.", "U lanqas huwa l-gvern li jiddeðiedi jekk dawk il-kundizzjonijiet íewx osservati jew le.", "Hemm l-awtorita` tal- prosekuzzjoni ta' l-avukat íenerali, u hu jara jekk dawk il- kundizzjonijiet íewx osservati jew le, imma mhux responsabbilta` tal- gvern.\".", "Anqas jitwemmnu dawn l-affarijiet.", "Dan diskors il-ministru u mhux diskorsi.", "Kif f'nifs wieóed l-ewwel jæid li l-proklami ma jistgóux jitneóóew u mbagóad jgóid li huwa l-avukat íenerali li jrid jara jekk il- kundizzjonijiet inkissrux jew le.", "Skuúi, imma x'se joqgóod jara jagómel l- avukat íenerali jekk il-kundizzjonijiet tkissrux jew le meta l-proklama ma tistax titneóóa?!", "Meta inti stess qiegóed tgóid li huwa xogóol l-avukat íenerali li jara jekk il-kundizzjonijiet inkisrux jew le, mhux ovvja li jkun qed dan biex jara jekk æandhiex titneóóa l-proklama jew le!", "Sur President, dawn huma oxxenitajiet li qed isiru f'pajjiúna.", "B'kontradizzjoni kbira l-Ministru ta' l-Intern u l-Íustizzja l-bieraó l- ewwel qal li l-proklama ma tistax titneóóa u mbagóad b'riferenza góall- avukat íenerali, biex ifarfar ir-responsabbilta`minn fuq il-gvern tiegóu u jitfagóha f'óoíor l-avukat íenerali, qal li la jkun hemm ksur fil- kundizzjonijiet huwa l-avukat íenerali li jneóói l-proklama.", "Dawn l- affarijiet li qed isiru f'pajjiúna huma affarijiet li ma jitwemmnux.", "Sur President, nagólaq billi ngóid li fl-1995 Dr Eddie Fenech mar jiltaqa` ma' Úeppi l-Óafi Adami fis-satra tal-lejl taót il-pont ta' San Íiljan, u d- dnub ma jmut qatt góax dik il-laqgóa baqgóet tiíri warajh sa tmien snin wara, u iva, Onor. Prim Ministru, it is your downfall.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-óin, il-Kamra hija aííornata góal nhar it-Tnejn 9 ta' Frar 2004 fis-6.00 p.m. bl-aíenda kif komunikata mis- Segretarju Parlamentari.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aííornat mingóajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GÓAL TWEÍIBIET ORALI MWIEÍBA BIL-MIKTUB", "LEZZJONIJIET TAL-PRIVAT", "4013.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgóid jekk jeúistux regolamenti dwar kemm góandu jkun hemm studenti meta góalliem jagóti l-privat?", "Jaf li skond ilmenti li rðevejt qed ikun hemm klassijiet ta' aktar minn 15-il ruó f'garaxxijiet u djar privati?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: S'issa l-Att dwar l-Edukazzjoni ta' l-1998 ma jirregolax l-æoti tal-privat minn æalliema.", "Iúda fost il-proposti li qed jiíu kkonsidrati fl-abbozzar ta' emendi jew liíi ídida ta' l-edukazzjoni, hemm dawk li jirregolaw id-diversi aspetti ta' l-æoti ta' lezzjonijiet privati.", "SOSPENSJONI TAS-SERVIZZ TAT-TELEFON", "4014.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru góat-Teknoloíija ta' l- Informazzjoni u Investiment: Jista' il-Ministru jgóid kemm hemm residenzi li nqatgóalhom is-servizz tat-telefon wara li l-kontijiet ma tóallsux?", "X'inhi dovuta l-Maltacom minn households li ma óallsux il-kontijiet tat- telefon?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant æat-tweíiba ta' mistoqsija parlamentari 1130.", "SOSPENSJONI TAS-SERVIZZ TAT-TELEFON", "4015.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru góat-Teknoloíija ta' l- Informazzjoni u Investiment: Jista' il-Ministru jgóid kemm hemm kumpanniji/góaqdiet li ma óallsux il-kontijiet tat-telefon?", "Kien hemm min nqatagólu s-servizz?", "X'inhu l-ammont totali li góandhom jagótu?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant æat-tweíiba ta' mistoqsija parlamentari 1130.", "ENEMALTA - KONTIJIET PENDENTI", "4016.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru góat-Teknoloíija ta' l- Informazzjoni u Investiment: Jista' il-Ministru jgóid x'inhi dovuta l- korporazzjoni Enemalta góall-ólas ta' kontijiet minn households?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Fl-aóóar ta' Diðembru 2003 il-kontijiet pendenti domestiði u postijiet kummerðjali úæar kienu hekk -", "|Malta |Lm11,885,2| | |73 | |Góawdex| | | |778,292 | |Total |Lm12,663,5| | |65 |", "Minn dawn l-ammonti, Lm6,472,538 huma kontijiet li æadhom kif óaríu u l- perjodu tal-kreditu æadu m'æaddiex; Lm1,124,894 huma kontijiet pendenti ta' bejn tlieta u sitt xhur; Lm1,026,800 huma kontijiet pendenti ta' bejn sitta u disa' xhur; Lm662,247 huma kontijiet pendenti ta' bejn disgóa u tnax-il xahar; u Lm3,377,086 huma kontijiet ta' aktar minn sena.", "In-numru ta' accounts f'dawn is-setturi jlaóóaq 230,000 jew aójar 190,000 domestiði (djar, garaxxijiet domestiði) u 40,000 kummerðjali úæar (ówienet, uffiðini, garaxxijiet eðð)", "L-ammonti huma biss tal-konsumaturi ta' l-elettriku.", "ENEMALTA – KONTIJIET PENDENTI", "4017.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru góat-Teknoloíija ta' l- Informazzjoni u Investiment: Jista' il-Ministru jgóid kemm hi dovuta l- korporazzjoni Enemalta minn kumpanniji/góaqdiet, eðð. li ma óallsux il- kontijiet?", "Min huma dawk li l-aktar góandhom jagótu?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Fl-aóóar ta' Diðembru 2003 il-kontijiet pendenti f'dawn is-setturi (hotels, fabbriki, azjendi kummerðjali kbar, sptarijiet, dipartimenti tal-gvern u farms) kienu jlaóóqu Lm17,763,663.", "Minn dan l-ammont, Lm8,258,577 huma kontijiet kurrenti li l-perjodu tal- kreditu æadu m'æaddiex; Lm3,450,010 huma kontijiet li ilhom pendenti bejn tlieta u sitt xhur; Lm717,109 huma kontijiet li ilhom pendenti bejn sitta u disa' xhur; Lm1,022,403 huma kontijiet li ilhom pendenti bejn disgóa u tnax-il xahar; u Lm4,315,564 huma kontijiet li ilhom pendenti aktar minn sena.", "Fl-aóóar ammont hemm id-djun tat-tarznari u æalhekk huwa æoli óafna.", "WSC - KONTIJIET PENDENTI", "4018.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru góat-Teknoloíija ta' l- Informazzjoni u Investiment: Jista' il-Ministru jgóid kemm góandha tieóu l- korporazzjoni góas-servizzi ta' l-ilma minn households?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Il-korporazzjoni æas-servizzi ta' l-ilma kontinwament toóroí kontijiet u kontinwament iddaóóal ólasijiet.", "Æaldaqstant ið-ðifri li ntalbu ma jeúistux æal xi sena jew oóra iúda jistæu jinæataw æal íurnata partikolari.", "L-ammonti dovuti fil-31 ta' Diðembru ta' l-aóóar tliet snin lill- korporazzjoni æas-servizzi ta' l-ilma æall-konsum domestiku ta' ilma kienu hekk :", "| |Malta |Góawdex |Total | |2001|Lm4,494,|Lm |Lm | | |500 |111,711 |4,606,211 | |2002| | | | | |5,303,98|115,635 |5,419,616 | | |1 | | | |2003| | | | | |4,494,71|85,646 |4,580,365 | | |9 | | |", "MOSTA: TA' MLIT - ASFALTAR TA' TOROQ", "4045.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru góat-Trasport u Komunikazzjoni: Wara dak li ntqal fil-íurnal \"The Times\" tas-27 ta' Jannar, 2004 jista' il-Ministru jifhem l-uríenza tax-xogólijiet u jgóarrafni mingóajr iktar telf ta' úmien meta se jitlestew it-toroq údingati fl-inóawi Ta' Mlit, fil-Mosta?", "ONOR.", "ÐENSU GALEA: L-awtorita' dwar it-trasport nidiet diversi proíetti ta' toroq fil-Mosta li jinkludu l-area ta' Xkora, il-bini tal-bypass il- ídida bejn il-Mosta u n-Naxxar, il-bini mill-ídid ta' Triq il-Belt Valletta u l-kostruzzjoni ta' Triq il-Ótajriet.", "Ma' dawn irid jiúdied ix-xogóol li tlesta mill-awtorita' dwar it-trasport flimkien mal-kunsill lokali fi Triq il-Kbira sabiex titnaqqas ukoll il-problema ta' l-góargóar waqt ix-xita.", "Fil-preúent ingóataw kuntratti biex ikunu jistgóu jsiru Triq Walter Salamone, Triq Íuúeppi Hyzler, Triq Íanni Vella, Triq Ta' l-Awrora u parti minn Triq Mons. M. Azzopardi, Triq Dun Aní Dingli, Triq il-15 ta' Awissu, Triq il-Kulleíí u Triq Carmelo Schembri, filwaqt li se jitkompla x-xogóol biex isiru Triq Ðinju, Triq il-Barjol, Triq il-Waqqafa u Triq l-Antinni, bi spiúa ta' aktar minn Lm1.8 miljun.", "Fir-rigward ta' toroq oóra fil-lokalita', dawn ikunu jistgóu isiru aktar 'il quddiem skond il-prioritajiet li jkollu quddiemu d-direttorat tat- toroq.", "PASSAPORTI - ÍBIR TA' FONDI", "4074.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru tal-Íustizzja u Intern: Jista' il-Ministru jgóid x'ammonti ta' flus níabru mill-uffiððju tal- passaporti matul is-snin 2001, 2002 u 2003?", "ONOR.", "TONIO BORG: L-ammonti ta` flus miíbura mill-uffiððju tal-passaporti matul is-snin imsemmija huwa kif jidher mit-tabella li poííejt fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni fis-seduta.", "VAT - ÍBIR TA' FONDI", "4075.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomiði: Jista' il-Ministru jgóid x'ammonti ta' flus iníabru mill-uffiððju tal-value added tax matul is-snin 2001, 2002 u 2003?", "ONOR.", "JOHN DALLI: L-ammonti ta' flus migbura mid-dipartiment tal-VAT huwa kif jidher mit-tabella li poííejt fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni fis- seduta.", "ÍUSTIZZJA U INTERN - MOBILE PHONES", "4076.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru tal-Íustizzja u Intern: Jista' il-Ministru jgóid x'ammonti tóallsu matul is-sena 2003 góas-servizz ta' mobile phone fid-dipartimenti li jaqgóu taót id-dekasteru tiegóu?", "Min huma dawk l-uffiðjali li góandhom l-uúu ta' mobile phone?", "ONOR.", "TONIO BORG: It-taærif mitlub hu kif jidher mit-tabella li poííejt fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni fis-seduta.", "FINANZI - MOBILE PHONES", "4077.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomiði: Jista' il-Ministru jgóid x'ammonti tóallsu matul is- sena 2003 góas-servizz ta' mobile phone fid-dipartimenti li jaqgóu taót id- dekasteru tiegóu?", "Min huma dawk l-uffiðjali li góandhom l-uúu ta' mobile phone?", "ONOR.", "JOHN DALLI: L-ammonti móallsa fuq mobile phones matul is-sena 2003 mid-dipartimenti fid-dekasteru tieæi huwa kif íej:", "|XAHAR |AMMONT | |Jannar | Lm 1422 | |Frar |1213 | |Marzu |1776 | |April |1566 | |Mejju | 962 | |Gunju | 927 | |Lulju | 759 | |Awissu |1200 | |Settembru |1774 | |Ottubru |1674 | |Novembru | 1051 | |Diðembru | 145 |", "Il-mobile phones intuúaw minni, mis-segretarji parlamentari u minn uffiðjali fit-tliet segretarjati privati tad-dekasteru, skond kif intitolati æalihom permezz tal-linji ta' gwida æas-segretarjati privati.", "Intuúaw ukoll mis-segretarju permanenti u minn 12-il direttur íenerali, 14- il direttur, segretarju fuq bord ta' inkjesta, úewí chairpersons u diversi uffiðjali fis-sezzjonijiet tad-dwana li juúawhom minóabba n-natura tax- xoæol taæhom.", "EDUKAZZJONI - MOBILE PHONES", "4078.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgóid x'ammonti tóallsu matul is-sena 2003 góas-servizz ta' mobile phone fid-dipartimenti li jaqgóu taót id-dekasteru tiegóu?", "Min huma dawk l-uffiðjali li góandhom l-uúu ta' mobile phone?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagórif mitlub tpoíía fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni fis-seduta.", "SAÓÓA - MOBILE PHONES", "4079.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru tas-Saóóa: Jista' il- Ministru jgóid x'ammonti tóallsu matul is-sena 2003 góas-servizz ta' mobile phone fid-dipartimenti li jaqgóu taót id-dekasteru tiegóu?", "Min huma dawk l- uffiðjali li góandhom l-uúu ta' mobile phone?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-informazzjoni mitluba tpoííiet fuq il-mejda tal- Kamra aktar kmieni fis-seduta.", "SOSPENSJONI TAS-SERVIZZ TAD- DAWL U L-ILMA", "4083.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru góat-Teknoloíija ta' l- Informazzjoni u Investiment: Jista' il-Ministru jaííornani dwar l- informazzjoni ta' mistoqsija parlamentari 3569 góar-rigward tas-servizz ta' l-elettriku góas-snin 1998, 1999, 2000, 2001 u 2002?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-informazzjoni mitluba tpoííiet fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni fis-seduta.", "MOSTA U RABAT – ASFALTAR TA' TOROQ", "4084.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru góat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jinformani kemm mill-fondi tal-protokoll Taljan se jintuúaw sabiex isiru toroq fil-Mosta, l-Imtarfa u r-Rabat?", "Liema toroq se jiíu rraníati?", "ONOR.", "ÐENSU GALEA: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant góat-tweíiba ta' mistoqsija parlamentari 3761.", "SANITA' – KONFISKA TA' TJUR", "4085.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saóóa: Jista' il- Ministru jgóidilna kemm inqerdu containers bit-tiíieí wara li íew maqbuda mid-dipartiment tas-sanita' matul din is-sena u s-sena li góaddiet?", "Jista' jinformani bit-tunnellaíí ta' tiíieí li nqerdu wara li íew maqbuda mid- dipartiment tas-sanita'?", "Jista' jipprovdi l-informazzjoni góas-snin 2000, 2001 u 2002?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Matul din is-sena u s-sena li æaddiet íew maqbuda tliet containers bit-tiíieí minn uffiððjali tas-sanita'.", "Il-kontenut ta' wieóed minn dawn il-containers li kien jammonta æal 2,850 kilo íie meqrud b'ordni tal-qorti.", "Il-piú tal-kontenut taú-úewí containers l-oóra m'hux stabilit æaliex kien diffiðli li tali tiíieí jintiúnu peress li kienu ammonti kbar.", "Dawn it-tiíieí æadhom ma' nqerdux æaliex il-kaú æadu sub judice .", "L-ammont ta' tiíieí maqbuda mid-dipartiment tas-sanita' matul is-snin 2000, 2001 u 2002 huwa ta' 588.7 kilo, 600 kilo u 200 kilo rispettivament.", "Fis- sena 2003 íew maqbuda 4,560 kilo, inkluú l-2,850 kilo li íew meqruda kif diía' imsemmi.", "MCAST - BOARD OF GOVERNORS", "4102.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgóid meta hemm il-ósieb li l-bord tal-gvernaturi tal- MCAST jiíi kostitwit góal kollox kif suppost?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Peress li qed jiíi kkonsidrat tibdil fl-istatut tal- MCAST, se nistenna t-terminu oriíinali tal-bord preúenti jiskadi tul din is- sena bl-iskop li jinóatar bord skond it-tibdil imsemmi.", "NOS - KOPPJI LI JIKKOABITAW", "4103.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomiði: Skond tagórif miíbur mill-uffiððju nazzjonali ta' l- istatistika, jista' il-Ministru jgóid kemm jirriúulta li góandna koppji li jikkoabitaw u mhux miúúewía bil-knisja jew bið-ðivil fil-gúejjer tagóna?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Skond l-istóarrií dwar l-istil tal-óajja li sar bejn Íunju u Lulju 2003, íie stmat li hawn madwar 3,000 koppja li jikkoabitaw u mhumiex miúúewíin bil-knisja jew bið-ðivil.", "AÍENZIJA GÓALL-KONTROLL TA' FRUNTIERI", "4104.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tal-Íustizzja u Intern: Jista' il-Ministru jgóid x'passi óa l-gvern s'issa biex l-aíenzija góall- kontroll ta' fruntieri tiíi stabilita f'Malta peress li pajjiúi oóra diía' bdew il-pressjoni tagóhom mal-Presidenza Irlandiúa biex jieódu huma din l- aíenzija?", "ONOR.", "TONIO BORG: Wara konsultazzjoni mal-ministeru góall-affarijiet barranin, Malta se tesprimi l-interess taæha li aíenzija tal-kontroll tal- fruntieri tiíi stabilita f`Malta.", "Peress li hemm diversi pajjiúi oóra li esprimew l-istess xewqa, din il- materja finalment tiíi deðiúa mill-oæla organu ta` l-Unjoni.", "RAZZETT TAL-ÓBIBERIJA - UÚU TA' FAÐILITAJIET", "4117.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: B'riferenza góall-mistoqsija parlamentari 3986, jista' il-Ministru jgóid kemm hemm skejjel primarji u sekondarji statali li qed juúaw il- faðilitajiet tar-Razzett tal-Óbiberija matul din is-sena skolastika?", "Jista' jgóid kemm kien hemm skejjel juúaw dawk il-faðilitajiet fis-sena skolastika li góaddiet u din is-sena u kemm óallsu góall-uúu ta' dawn is- servizzi?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagórif mitlub tpoíía fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni fis-seduta."]} {"filename": "20070618_539d_par.doc", "date": "2007-06-18", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Uffiċjali u Rivedut) L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 539 It-Tnejn, 18 ta' Ġunju, 2007 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 539", "It-Tnejn, 18 ta' Ġunju, 2007", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.02 p.m.", "Talba", "Seduta Nru. 539", "It-Tnejn, 18 ta' Ġunju, 2007", "WERREJ", "MINUTI 701", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 701", "TQEGĦID TA' KARTI 709", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR L-ISTITUZZONIJIET FINANAZJARJI (It-Tieni Qari)", "FINANCIAL INSTITUTIONS (AMENDMENT) BILL (Second Reading 710", "AĠĠORNAMENT 728", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 733", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduti Nri.", "537 u 538 li saru fit-13 u l-15 ta' Ġunju, 2007 rispettivament ġew konfermati.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): Inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tweġiba għall-mistoqsija parlamentari li saret mill-Onor.", "Charles Mangion lis-Sedja dwar xiri ta' biljetti ta' l-ajru.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "SERVIZZ ĊIVILI - UNPAID/STUDY LEAVE", "26318.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Michael Farrugia) staqsa lill- Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 26010, jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm impjegati fiċ- ċivil li qegħdin fuq unpaid leave jew study leave?", "Kemm hemm impjegati li ilhom bejn sena u sentejn; bejn sentejn u tliet snin; bejn tliet snin u erba' snin; bejn erba' snin u ħames snin u aktar?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (Segretarju Parlamentari) (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Fiċ-ċivil hemm b'kollox 949 impjegat li qegħdin fuq unpaid leave jew fuq study leave.", "Dawn qegħdin imqassma kif indikati fit- tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.", "KUNTRATT TAL-COMPUTERS", "26474.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Charles Mangion) staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 26363, il-Prim Ministru jikkonferma li l-kuntratt ta' l-Integrated Health System, tal-computers, li kien tħassar minħabba allegat abbuż, ingħata mingħajr ħruġ ta' offerti?", "Jekk iva, kif se tiġi assigurata t-trasparenza u l-kontabilita`?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għal mistoqsija parlamentari 26628.", "GAMBLING", "26485.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Charles Mangion) staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 26357, il-gvern għandu l-ħsieb li jirregola l-gambling b'mod aktar komprensiv minħabba l-fatt li dan qiegħed jikber f'forom varji f'pajjiżna?", "Ma jidhirlux li għandha ssir distinzjoni ċara legali bejn slot machines u amusements machines u l-użu tagħhom, l-aktar minħabba l-fatt li l-vizzju tal-logħob qiegħed dejjem jikber fost il-minorenni?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Kif jaf tajjeb l-Onor.", "Interpellant, il-gvern, fid-diskors tal-budget 2007, diġà indika s-sensitività tas-sitwazzjoni li qed tiġi riferuta fil- mistoqsija.", "Il-qafas regolatorju u s-sorveljanza f'dan il-kamp huma importanti u jimxu id f'id.", "Il-gvern għandu l-ħsieb li minflok jindirizza s-sitwazzjoni biċċa biċċa, jittratta dan is-settur b'mod ħolistiku u minn angoli differenti lil hemm mill-konsiderazzjonijiet fiskali fuq l-istess livell li jinkludu dawk legali, soċjali kif ukoll morali.", "KONTIJIET TAD-DAWL U L-ILMA", "25475.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Chris Agius) staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Kemm kienet in-nefqa f'kontijiet tad-dawl u l-ilma matul is-sena 2006 fil-ministeru u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id- dekasteru tiegħu?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura): In-nefqa f'kontijiet fuq id-dawl u l-ilma mill-ministeru għar-riżorsi u l- infrastruttura u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu matul is-sena 2006 kienet kif jidher hawn taħt:", "Ministeru Lm 5,884.48 Dipartimenti Lm 126,597.15 Total Lm 132,481.63", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jista' l-Ministru jinforma lill-poplu dwar il-kawża ta' qtugħ ta' l-elettriku li qed ikollna fil-pajjiż?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Safejn naf jien, dawn l-affarijiet tieħu ħsiebhom l- Enemalta.", "Madanakollu l-qtugħ ta' elettriku mhux qed ikun ta' barra minn hawn u huwa relatat mat-tħaddim ta' makkinarju.", "Jien persważ li l-Enemalta tagħmel l-almu tagħha kollu biex sitwazzjonijiet simili jiġu rranġati fl- iqsar żmien teknikament possibbli.", "KONTIJIET TAD-DAWL U L-ILMA", "25477.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Chris Agius) staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Kemm kienet in-nefqa f'kontijiet tad-dawl u l-ilma matul is- sena 2006 fil-ministeru u dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO (Ministru għal Għawdex): In-nefqa f'kontijiet tad- dawl u ilma matul is-sena 2006 fil-ministeru u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi kienet kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.", "KONTIJIET TAD-DAWL U L-ILMA", "25479.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Chris Agius) staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita`: Kemm kienet in-nefqa f'kontijiet tad-dawl u l-ilma matul is-sena 2006 fil-ministeru u dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita'): In- nefqa totali f'kontijiet tad-dawl u l-ilma matul is-sena 2006 kienet:", "Lm", "GPS 12,375.87 Boffa Hospital 35,070.66 Division / Ministry 198,648.20 Elderly & CC 922,022.00 Mount Carmel Hospital 211,301.00 St Lukes Hospital 629,642.20 Total 2,009,059.93", "KONTIJIET TAD-DAWL U L-ILMA", "25480.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Chris Agius) staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Kemm kienet in-nefqa f'kontijiet tad-dawl u l-ilma matul is-sena 2006 fil- ministeru u dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni): In-nefqa f'kontijiet tad-dawl u l-ilma fis-sena 2006 fil- ministeru tiegħi kienet ta' Lm 12,938.32.", "KONTIJIET TAD-DAWL U L-ILMA", "25484.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Chris Agius) staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Kemm kienet in-nefqa f'kontijiet tad- dawl u l-ilma matul is-sena 2006 fil-ministeru u dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?", "ONOR.", "FRANCIS AGIUS (Segretarju Parlamentari) (f'isem il-Ministru għall- Affarijiet Ruarli u Ambjent): In-nefqa f'kontijiet tad-dawl u l-ilma fil- ministeru u dipartimenti li jaqgħu taħtu matul is-sena 2006 kienet ta' Lm377,087.58.", "KONTIJIET TAD-DAWL U L-ILMA", "25486.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Chris Agius) staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Kemm kienet in-nefqa f'kontijiet tad-dawl u l-ilma matul is-sena 2006 fil-ministeru u dipartimenti li jaqgħu taħt id- dekasteru tiegħu?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT (Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq): In-nefqa f'kontijiet ta' dawl u l-ilma matul is-sena 2006 kienet kif ġej:-", "Ministeru/Dipartiment Lm 5,520.64 Awtorita` dwar it-Transport Lml6,9l2.00", "SAFAR UFFIĊJALI – KONTIJIET PENDENTI", "25581.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joseph Debono Grech) staqsa lill- Ministru għal Għawdex: Hemm kontijiet pendenti mhux magħluqa jew flus minn subsistence allowance żejda mhux ritornati fuq xi safar li sar matul Jannar, Frar u Marzu 2007, fil-ministeru, dekasteru u enti tagħha?", "F'każ li fl-affermattiv min huma dawn l-uffiċjali u x'inhi r-raġuni?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: It-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari li għamel l-Onor.", "Interpellant hija fin-negattiv.", "NEFQA FUQ OSPITALITA`", "25582.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joseph Debono Grech) staqsa lill- Ministru għall-Kompetittivita` u Komunikazzjoni: Kemm kienet in-nefqa fuq kull tip ta' hospitality fil-ministeru, dekasteru u enti tiegħu separatament u xahar b'xahar matul Jannar, Frar u Marzu 2007?", "Min ta l- approvazzjoni għal dan l-infiq f'kull każ separatament?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għall-Kompetittivita` u Komunikazzjoni): Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant.", "SAFAR UFFIĊJALI – KONTIJIET PENDENTI", "25583.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joseph Debono Grech) staqsa lill- Ministru għall-Familja u Solidarjeta`Soċjali: Hemm kontijiet pendenti mhux magħluqa jew flus minn subsistence allowance żejda mhux ritornati fuq xi safar li sar matul Jannar, Frar jew Marzu 2007, fil-ministeru, dekasteru u enti tagħha?", "F'każ li fl-affermattiv min huma dawn l-uffiċjali u x'inhi r- raġuni?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA (Ministru tal-Familja u Solidarjeta` Soċjali): M'hemmx kontijiet pendenti biex jingħalqu jew flus f'subsistence allowance li jridu jiġu ritornati fuq safar li sar bejn Jannar u Marzu 2007 minn uffiċjali fil-ministeru, dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħtu.", "NEFQA FUQ SAFAR UFFIĊJALI", "25584.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joseph Debono Grech) staqsa lill- Ministru għal Għawdex: Kemm sewa flus is-safar, inkluż flights, subsistence allowance u accomodation, li fih kienet involuta l-ministru, inkluż l- uffiċjali li marru magħha, globalment għal kull safra separata?", "Fejn kienet id-destinazzjoni u min akkumpanjaha matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 separatament?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: L-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.", "NEFQA FUQ SAFAR UFFIĊJALI", "25585.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joseph Debono Grech) staqsa lill- Ministru tal-Familja u Solidarjeta` Soċjali: Kemm sewa flus is-safar, inkluż flights, subsistence allowance u accommodation, li fih kienet involuta l-ministru, inkluż l-uffiċjali li marru magħha, globalment għal kull safra separata?", "Fejn kienet id-destinazzjoni u min akkumpanjaha matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 separatament?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għal mistoqsija parlamentari 25361.", "SAFAR UFFIĊJALI – KONTIJIET PENDENTI", "25586.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joseph Debono Grech) staqsa lill- Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx kontijiet pendenti mhux magħluqa, jew flus minn subsistance allowance żejda mhux ritornati fuq xi safar li sar matul Jannar, Frar jew Marzu 2007, fil- ministeru, dekasteru u enti tiegħu?", "F'każ li fl-affermattiv, min huma dawn l-uffiċjali u x'inhi r-raġuni?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Il-kontijiet kollha dwar safar li sar matul Jannar, Frar u Marzu ta' din is-sena huma magħluqin u ma hemm ebda kont pendenti jew flus minn subsistence allowance żejda mhux ritornati.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Roderick Galdes, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "RODERICK GALDES: Bil-permess tal-Ministru, jista' jgħidli meta se jibdew jingħataw ir-refunds li ġew imwiegħda fil-budget fuq ix-xiri ta' l- apparat tas-solar heating.", "MR SPEAKER: Ippermettili ftit, Onorevoli.", "Din m'hijiex relatata mad- domanda oriġinali.", "PJANTI TAD-DIPARTIMENT GĦALL-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI", "26501.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Stefan Buontempo) staqsa lill- Ministru għall-Familja u Solidarjeta` Soċjali: Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra, kopji tal-pjanti ta' 25, Triq Pietro Floriani, Floriana, li fih se jkun hemm is-sede tad-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal- pjanti mitluba mill-Onor.", "Interpellant.", "ISLA - SPEZZJONI TA' FOND", "26502.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Stefan Buontempo) staqsa lill- Ministru għall-Familja u Solidarjeta` Soċjali: Meta hi mistennija li ssir l-ispezzjoni mill-ħaddiema tad-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali fil- fond fl-Isla, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħti parir lill- persuna indikata li tmur fil-customer care tad-dipartiment għall- akkomodazzjoni soċjali ħalli tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.", "SKEMA TA' CARE AND REPAIR", "26503.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Stefan Buontempo) staqsa lill- Ministru għall-Familja u Solidarjeta` Soċjali: Tista' l-Ministru tara li l- individwu mill-Birgu, li għandu ħamest itfal u li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, jibbenefika mill-inizjattiva tal-care and repair?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħti parir lill- persuna indikata li tmur il-customer care ta' l-awtorita' tad-djar biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Tista' tgħidli jekk it-tiswijiet ta' galleriji jaqgħux taħt l-iskema ta' care and repair?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Iva, it-tiswijiet ta' galleriji jistgħu jsiru permezz tal-care and repair, li hija inizjattiva wiesgħa ħafna.", "Jekk l- Onor. Interpellant jaf b'xi persuni li għandhom galleriji li għandhom bżonn xi tiswijiet, nitolbu jagħtihom il-parir li jmorru l-customer care ta' l- awtorita' tad-djar u bla dubju ta' xejn – naturalment taħt ċerti parametri, jiġifieri skond id-dħul u l-assi li jkollhom – ikunu jistgħu jingħataw għajnuna biex jagħmlu t-tiswijiet meħtieġa.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sur President, ħafna drabi, anke meta jkun hemm l- approvazzjoni li jsiru xi xogħlijiet ta' care and repair, wieħed qed ikollu jdum jistenna s-snin sabiex dawn attwalment isiru.", "Ir-raġuni hi li hemm kwantita` kbira ta' xogħol xi jsir u mhux qed jinstabu kuntratturi biżżejjed biex jagħmluh.", "Hemm xi pjan dwar kif din il-problema tista' tiġi solvuta?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Ma jidhirlix li hemm xi lista twila ta' persuni li qed jistennew li jsirilhom xogħol ta' tiswijiet fl-abitazzjoni tagħhom.", "Permezz ta' din l-iskema, l-awtorita' tibgħat kuntrattur jagħmel ix-xogħol neċessarju u tħallsu hi.", "Imbagħad hemm skema oħra, li taħdem kważi bl- istess mod, li permezz tagħha l-individwu jagħżel il-kuntrattur hu, jagħmillu x-xogħol neċessarju u mbagħad jitħallas mill-awtorita`, basta jinżammu l-irċevuti.", "ALLEGAZZJONI DWAR UFFIĊJALI TAD-DIPARTIMENT", "26504.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Stefan Buontempo) staqsa lill- Ministru għall-Familja u Solidarjeta` Soċjali: Huwa minnu dak li qed tallega persuna minn Ħaż-Żabbar, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li qed tkun injorata minn uffiċjali ta' l-istess ministeru?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Minn investigazzjoni li saret, inkluż kuntatt mal- persuna indikata mill-Onor.", "Interpellant, irriżulta li din qatt ma kellmet lil xi uffiċjal fil-ministeru tiegħi u għalhekk l-allegazzjoni tagħha li ġiet injorata minn uffiċjali ta' l-istess ministeru hi kompletament infondata.", "SINGLE PARENT - BENEFIĊĊJU SOĊJALI", "26505.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Stefan Buontempo) staqsa lill- Ministru għall-Familja u Solidarjeta` Soċjali: Tista' l-Ministru tgħid għaliex is-single parent mill-Birgu, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, mhix qed tiegħu r-relief fuq it-tifel iż-żgħir tagħha?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħti parir lill- persuna indikata li tmur l-uffiċċju distrettwali tad-dipartiment tas- sigurta' soċjali li jkopri l-lokalita' tagħha biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.", "ĦATRA TA' MANAGERS", "26506.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Stefan Buontempo) staqsa lill- Ministru għall-Familja u Solidarjeta` Soċjali: Meta huma mistennija li joħorġu l-appointments tal-manager area officers tas-servizzi soċjali?", "Meta se jingħataw?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Il-ħatriet ta' managers li rrifera għalihom l- Onor. Interpellant se jinħarġu kif jitlesta l-proċess li jiġu assenjati f'liema uffiċċju distrettwali se jaħdmu.", "FORZI ARMATI - IMPJEGATI PAJŻANA", "26533.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Leo Brincat) staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Kemm hemm nies attached ma' l-Armata bħala pajżana li fiż-żmien kienu jaħdmu f'korpi tax-xogħol?", "Kemm hemm nies b'kollox fl-Armata nnifisha?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Fl- Armata bħalissa hemm 57 persuna pajżana mpjegati magħha li qabel kienu jaħdmu f'korpi tax-xogħol.", "B'kollox l-Armata timpjega 1,575 suldat regolari u 133 ħaddiema pajżana.", "SETTUR PUBBLIKU - COMPUTERS", "26543.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Leo Brincat) staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l- Ministru jgħid kemm mis-sistemi eżistenti ta' l-IT - fis-settur pubbliku u fl-iskejjel tal-gvern - huma tal-kategorija pentium 1,2,3,4 - socket 423,4 - socket 775 flimkien ma' oħrajn i.e. dual core, AMD etc?", "Minn dawk Pentium 4 kemm minnhom huma over 2.4 ghz?", "X'inhi d-distribuzzjoni ta' snin li fuq medda tagħhom inxtraw il-Pentium 4 computers għad-dipartimenti tal- gvern u l-iskejjel ta' l-Istat?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant safejn jirrigwarda l-ministeru tiegħi.", "L- informazzjoni dwar is-sockets ma tistax tingħata għax m'hemmx fir-records.", "SAN GWANN - TRIQ IL-BAĦAR L-ISWED", "26545.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Leo Brincat) staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jara jekk jistgħux isiru xi traffic calmers jew sleeping policemen fi Triq il-Baħar l-Iswed, San Ġwann, minħabba l-veloċita` li biha jgħaddi t-traffiku b'riskju għar-residenti ta' l-area?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Minn riċerka li saret fir-records tat-taqsima għall-immaniġjar tat-traffiku rriżulta li ma kien hemm l-ebda talba mill- kunsill lokali ta' San Ġwann għal tali road humps fi Triq il-Baħar l-Iswed.", "TWAĦĦIL TA' BOZOZ", "26547.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Leo Brincat) staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Fejn tibda u tispiċċa r-responsabbilta' rispettiva ta' l-Enemalta u tal-kunsilli lokali dwar twaħħil u tibdil ta' bozoz f'toroq li jinsabu f'zoni residenzjali?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-Enemalta hija responsabbli mill-manutenzjoni ta' l- istreet lighting (pole mounted) bl-eċċezzjoni ta' xi ftit toroq arterjali li jaqgħu taħt ir-responsabbilta` ta' l-ADT.", "Rigward ir-responsabbilta` tal- kunsilli lokali nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi l-mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "EŻAMIJIET TAL-MATSEC", "26550.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Kemm kien hemm ilmenti bil- miktub permezz ta' e-mail jew xort'oħra dwar żbalji jew ineżattezzi f'suġġetti varji fl-eżamijiet tal-MATSEC, fil-livell intermedju u dak avvanzat?", "Liema kienu s-suġġetti u x'kienu l-ilmenti?", "X'passi ttieħdu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi): Din is-sena kien hemm ilment wieħed dwar mistoqsija fl-eżami tal-Malti fil- livell Intermedju li, skond l-ilment, kienet dwar aspett barra mis-sillabu.", "Irriżulta, iżda, li ma kienx hemm bażi għal dan l-ilment.", "Ma kienx hemm ilmenti oħra dwar żbalji jew ineżattezzi fil-karti ta' l-eżami.", "Informat ukoll li kien hemm ilment dwar l-eżami ta' paper II fil-kimika fil- livell avvanzat għax l-istudenti ma ngħatawx kopja tal-periodic table waqt l-eżami.", "L-ebda mistoqsija f'din il-karta ma kienet titlob tagħrif dwar il- periodic table u għalhekk l-istudenti ma kenux żvantaġġjati.", "Kien hemm ilment ieħor li xi għaxar minuti wara li beda l-eżami ta' l-ekonomija fil- livell avvanzat, l-iskritt tal-kandidati inbidel iżda ingħata ħin barrani biex jagħmel tajjeb għall-ħin li ntilef.", "VALLETTA - TEATRU RJAL", "26551.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Meta se jsir ix-xogħol li kellu jsir biex is-sit tat-Teatru Rjal jiġi mgħotti?", "Kien hemm xi żviluppi f'dan is-sens?", "Kemm hija kbira l-ħsara li ġarrbu s-siġġijiet li tħallew esposti għall- elementi kollha?", "Għal kemm tammonta din il-ħsara?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (Ministru għat-Turiżmu u Kultura): Qiegħda ssir stima tax-xogħol li meħtieġ isir sabiex is-sit imsemmi jkun fi stat tajjeb, skond ir-regoli relevanti sabiex isir fih il-Malta Arts Festival Summer 2007.", "Il-proġett sabiex dan is-sit jiġi mgħotti jinsab fil-fażi ta' ppjanar.", "DVD TAL-KANZUNETTA \"VERTIGO\"", "26552.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru għat-Turiżmu u Kultura: B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 25716, jista' l-Ministru jgħid xi ftehim jew kuntratt hemm bejn Where's Everybody u kumpanniji sussidjarji jew assoċjati u l-Maltasong Board, dwar il-produzzjoni u l-bejgħ tal-music video, ic-CD u d-DVD tal-kanzunetta \"Vertigo\"?", "Jista' jippreżenta kopja tal-kuntratti kollha li saru bejn iż- żewġ naħat?", "Kemm intalbet tħallas il-kumpannija Where's Everybody għad- drittijiet tal-kanzunetta \"Vertigo\" li, skond il-liġi huma proprjeta' tal- Maltasong Board, biex ikunu jistgħu jużawha fil-programmi tagħhom?", "Għaliex kumpanniji u ħwienet li talbu li jbigħu c-CD u d-DVD tal-kanzunetta \"Vertigo\" ma ngħatawx permess minn Where's Everybody biex jagħmlu dan?", "Għaliex il-kanzunetta \"Vertigo\" qed tinbiegħ biss minn żewġ kumpanniji?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "RAPPORT TAL-MATSEC", "26553.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 26243, jista' l-Ministru jgħid liema rakkmandazzjonijiet fir-rapport tal-MATSEC twettqu s'issa u liema huma l- oħrajn li huma maħsuba li jitwettqu?", "Minn meta se jitwettqu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: F'dan l-istadju m'għandi xejn x'inżid mat-tweġiba diġa` mogħtija għall-mistoqsija ċitata.", "GOLF COURSE", "26554.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Leo Brincat) staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Il-Prim Ministru jiċħad jew jikkonferma li l-fatt li mar lura mid-deċiżjoni li tinbena korsa tal-golf fix-Xagħra l- Ħamra - li sa ftit żmien ilu kien għadu qed isostni, kontra s-short-list tal-MEPA li kienet sejra ssir fl-interess nazzjonali apparti minn konsiderazzjonijiet oħra – seta' kien dovut għall-fatt li d-direttorat ta' l-ambjent ta' l-Unjoni Ewropea sar jaf bil-każ u għamel pressjoni fuq il- gvern biex jekk hemm bżonn jirrevedi l-policy dikjarata tiegħu dwar bini ta' golf courses ġodda, b'mod partikolari dwar dik tax-Xagħra l-Ħamra?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Il- gvern ma kienx motivat mill-konsiderazzjoni li qed isemmi fid-deċiżjoni li ħa dwar ix-Xagħra l-Ħamra.", "GUIDANCE AND COUNSELLING", "26555.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: B'referenza għall- mistoqsija parlamentari 26244, jista' l-Ministru jgħid meta tlesta r- rapport dwar is-servizz tal-guidance and counselling u meta wasal għandu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: F'dan l-istadju m'għandi xejn x'inżid mat-tweġiba diġa` mogħtija għall-mistoqsija ċitata.", "SEKWESTRU TA' FLIEXKEN TA' XORB", "26556.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Leo Brincat) staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: B'riferenza għad-deċiżjoni ta' l-uffiċjali tad-dwana li ssekwestraw għadd ta' fliexken ta' xorb alkoħoliku mill- confectionary li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, dejjem jekk it-talba tas-sid tal-ħanut hija ġustifikata u kkorroborata bl-evidenza mitluba mid-dipartiment konċernat, jista' l-Ministru jgħid x'qed iżomm lid- dwana ta' Malta milli jagħti lis-sid tal-ħanut lura l-fliexken kollha li qed jinżammu mid-dwana meta, dejjem skond is-sid tal-ħanut, kull flixkun inxtara legalment u skond il-liġi?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Ninsab infurmat li dan l-istabbiliment kiser Regolament 13 tat-Taqsima B tas-Sitt Skeda, Kap 382 tal-Liġijiet ta' Malta.", "Dan ir-regolament jistipula li l-fliexken tax-xorb alkoħoliku esebiti għall-bejgħ irid ikollhom imwaħħla fuqhom faxxa jew bolla hekk kif indikat mill-kontrollur tad-dwana.", "PENSJONI TAL-PUBLIC ACCOUNTS", "26559.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il- pensjoni tal-public accounts tiżdiedx jew tibqa' kif tkun?", "Jista' jgħid ukoll jekk il-gvern hux qed jikkonsidra li jagħti xi żieda għal din il- pensjoni?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): L- informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u se tingħata tweġiba f'xi seduta oħra.", "RIŻENJA TAS-SUR BUGELLI", "26641.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: X'kienu r-raġunijiet li għalihom irriżenja s-Sur Buġelli?", "Min ħa over ir-responsabbilta` tax- xogħol pendenti li kellu f'idu dan l-uffiċjal għoli fid-dipartiment jew ministeru?", "X'kien fil-fatt ix-xogħol pendenti li huwa kellu responsabbilta` tiegħu?", "ONOR.", "FRANCIS AGIUS (f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent): It-tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "RIŻENJA TA' DR M. VELLA", "26642.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: X'kienu r-raġunijiet li għalihom irriżenjat Dr M Vella?", "Min ħa over ir-responsabbilta` tax-xogħol pendenti li kellha f'idha din l-uffiċjal għoli fid-dipartiment jew ministeru?", "X'kien fil-fatt ix-xogħol pendenti li hija kellha responsabbilta` tiegħu?", "ONOR.", "FRANCIS AGIUS (f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent): Dr Mireille Vella applikat għall-post ta' direttur ġenerali f'ministeru ieħor wara l-ħruġ ta' ċirkulari mill-uffiċċju tal-prim ministru.", "Permezz ta' struttura ġdida, il-post ta' Direttur International & Legal Coordination li kienet tokkupa Vella issa ġie integrat fil-post ġdid ta' Direttur Ġenerali responsabbli mill-aspetti regolatorji fil-qasam veterinarju u tas-sajd.", "Din il-kariga issa hija okkupata minn Dr Anthony Gruppetta li llum jokkupa l-kariga ta' Direttur Ġenerali Veterinary Regulations and Fisheries Conservation and Control.", "BIĊĊERIJA - INĊINERATUR", "26643.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Għaliex l-inċineratur fil- Biċċerija għadu m'hux jaħdem?", "Kemm fil-fatt hija kkalkulata l-ispiża meħtieġa biex jitħaddem dan l-inċineratur il-ġdid?", "Meta fil-fatt se jitħaddem?", "Min kien/u l-uffiċjal/uffiċjali responsabbli minn dan il- proġett?", "ONOR.", "FRANCIS AGIUS (f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent): Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 23821.", "Il-project manager ta' l-impjant kien l-ex direttur ġenerali fit-taqsima ta' l-ikel u l-affarijiet veterinarji.", "Illum dan il- proġett qed jaqa' taħt il-WasteServ Malta Ltd.", "ĦADDIEMA LI RRIŻENJAW", "26644.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid min kienu l-uffiċjali/ħaddiema li rriżenjaw u jew spiċċaw mix-xogħol fid- dipartimenti, ministeru, entitajiet li jaqgħu taħtu mill-1 ta' Mejju, 2004 'l quddiem?", "Liema vakanzi mtlew u liema għadhom pendenti?", "ONOR.", "FRANCIS AGIUS (f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent): L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "ĦADDIEMA LI RRIŻENJAW", "26645.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Min kienu l-uffiċjali u ħaddiema li rriżenjaw jew spiċċaw mix-xogħol fid-dipartimenti, ministeru, entitajiet li jaqgħu taħtu mill-1 ta' Mejju, 2004 'il quddiem?", "Liema vakanzi mtlew u liema għadhom pendenti?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): L- informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u se tingħata tweġiba f'xi seduta oħra.", "ĦADDIEMA LI RRIŻENJAW", "26646.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid min kienu l-uffiċjali/ħaddiema li rriżenjaw u jew spiċċaw mix-xogħol fid-dipartimenti, ministeru, entitajiet li jaqgħu taħtu mill-1 ta' Mejju, 2004 'il quddiem?", "Liema vakanzi mtlew u liema għadhom pendenti?", "ONOR.", "TONIO BORG (Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern): Mir-records disponibbli t-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant hu kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.", "Ma nħossx li jkun prudenti li jingħataw l-ismijiet tal-persuni konċernati.", "Il-postijiet li ġew vakati mtlew skond il-bżonn u r-riżorsi disponibbli.", "ĦAŻ-ŻEBBUĠ - TRIQ DE ROHAN", "26675.", "L-ONOR.", "FRANCO GALEA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cassar) staqsa lill- Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jgħid jekk jistax isir xi ħaġa urġenti fi Triq De Rohan, Ħaż-Żebbuġ, Malta u dan għaliex hemm problema ta' flooding speċjalment fil-bidu tat-triq, anke meta tagħmel naqra xita?", "Jidher li din il-problema issa ilha diversi snin u qed tkun ta' inkonvenjent kbir għan-nies tal-lokal.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq): Qiegħed isir studju min-naħa ta' l-ADT biex tkun tista' tiġi solvuta din il- problema.", "TAL-BLAT HOUSING ESTATE – STALLAZZJONI TA' LIFT", "26676.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Ministru għall-Familja u Solidarjeta` Soċjali: Meta se jinbeda x-xogħol fuq l-installazzjoni ta' lift fil-blokki A,B,C u D fuq Tal-Blat housing estate Qormi wara li r- residenti diġa' ssottomettew l-applikazzjoni tagħhom u l-applikazzjoni tal- MEPA ilha approvata mis-26 ta' Ġunju 1998?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru għall-Familja u Solidarjeta' Soċjali): L-awtorita` tad-djar għandha żewġ applikazzjonijiet għal stallar ta' lift fi blokki C u D fil-binja indikata mill-Onor.", "Interpellant.", "Dawn iż-żewġ applikazzjonijiet saru f'Novembru 2006.", "Iż-żewġ siti ġew spezzjonati mill-perit u l-konsulent dwar il-lifts ta' l- awtorita` u qed jitħejjew il-pjanti tal-partijiet komuni tal-blokki biex jiġu sottomessi l-applikazzjonijiet għall-permessi lill-MEPA.", "L-applikazzjoni approvata mill-MEPA fl-1998, li rrifera għaliha l-Onor.", "Interpellant, kienet dwar bini ta' sular ieħor fuq il-blokki A, B, C u D, liema proġett qatt ma ġie mwettaq.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-Mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti u nsejjaħ lill-Viċi Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "TONIO BORG: Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:-", "Tagħrif dwar każijiet ta' vjolenza domestika li ġew rapportati bejn Jannar u Mejju 2007, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 26724; u", "f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi, inqiegħed fuq il-mejda tal- Kamra:-", "Dikjarazzjonijiet għas-sena 2006, magħmula skond paragrafi 48 u 49 tal- Kodiċi ta' l-Etika għall-Ministri u s-Segretarji Parlamentari; u", "Tagħrif dwar proġetti ffinanzjati mill-Fifth Italo-Maltese Financial Protocol u mill-Pre-accession Programmes ta' l-Unjoni Ewropea, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 26698.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor Abela.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: F'isem il-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:-", "Tagħrif dwar ħaddiema barranin li ħadmu fit-Tarzna fl-2005 u fl-2006 kif ukoll dwar ħaddiema Maltin fit-Tarzna maqsuma skond l-etajiet, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 26691;", "f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent, inqiegħed fuq il- mejda tal-Kamra:-", "Tagħrif dwar rapporti li ġew ikkummissjonati mid-dipartimenti u enti fid- dekasteru li għalih hu responsabbli l-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 26678; u", "f'isem il-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq, inqiegħed fuq il-mejda tal- Kamra:-", "Kopja tal-pjanta tas-Sliema Transport Action Plan, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 26711.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA", "L-ATT DWAR L-ISTITUZZONIJIET", "FINANAZJARJI", "FINANCIAL INSTITUTIONS (AMENDMENT) BILL", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Tonio Fenech.", "ONOR.", "TONIO FENECH (Segretarju Parlametnari): Sur President, f'isem il- Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi, nipproponi t-Tieni Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Att dwar l-Istituzzjonijiet Finanzjarji, Kap 376\".", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Rimarki?", "Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Sur President, l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna se jemenda żewġ liġijiet sabiex inkunu nistgħu naddottaw direttiva ta' l- Unjoni Ewropea, li l-għan tagħha huwa li timplimenta l-payments services.", "Dawn huma servizzi ta' pagamenti fi ħdan is-suq Ewropew, li jsiru minn pajjiż għal ieħor sabiex jiġu faċilitati l-pagamenti li jsiru minn individwi, kumpanniji jew imprendituri minn pajjiż għal ieħor.", "B'hekk is- suq intern ikun ħafna aktar effiċjenti milli huwa llum.", "Tajjeb li ngħidu li sal-lum, jekk inti tipprova tħallas xi ħaġa minn fuq l-internet, jew inkella tagħmel pagament f'pajjiż ieħor, hemm perjodu ta' żmien sakemm jgħaddi u jiġi kkonfermat il-pagament tiegħek.", "Hemm ukoll xi charges relatati ma' dan il-pagament.", "Jekk tagħmel trasferiment minn kont ta' bank għal kont ta' bank ieħor, il-flus donnhom jisparixxu għal xi ġimgħa u inti ma tkunx taf jekk il-flus tiegħek telqux minn dak il-bank jew inkella waslux fil-bank l-ieħor.", "Ovvjament il-flus ikunu qegħdin jeħlu f'bank jew ieħor u dak il-bank, f'dak il-perjodu jkun qiegħed jagħmel il-qliegħ minn fuqhom permezz ta' l-interessi.", "Id-direttiva li qegħdin nipproponu li naddottaw b'dan l-abbozz ta' liġi tfittex li tilħaq l-għanijiet ta' l-Unjoni Ewropea billi toħloq il-qafas leġislattiv meħtieġ ħalli dawn it-tip ta' pagamenti jiġu ffaċilitati u allura l-konsumatur innifsu jkun jista' jagħmel it-transazzjonijiet tiegħu ħafna aktar malajr.", "B'hekk il-konsumatur ikun jista' igawdi wkoll minn suq aktar miftuħ.", "Sur President, l-emendi li qegħdin nipproponu huma għal-liġi ta' l-1994 dwar l-istituzzjonijiet finanzjarji.", "Se nipprova nibda d- diskors tiegħi billi nagħmel riferenza għall-ħtieġa li nħasset għal din id- direttiva.", "Mad-dħul ta' l-ewro f'numru ta' pajjiżi beda jidher li, filwaqt li veru li l-ewro kien qiegħed iġib numru ta' vantaġġi fl-attivita` ekonomika, li kienet qiegħda titkattar, billi twessgħu l-possibilitajiet għall-kummerċ u kiber il-kummerċ innifsu, dan il-kummerċ wassal sabiex fl- aħħar mill-aħħar ikun hemm xi forma jew oħra ta' pagamenti.", "Per eżempju, jekk inti qiegħed tesporta u toħroġ invoice, min jirċeviha jrid jibgħatlek il-ħlas minn bank għall-ieħor u dan il-ħlas irid jibagħtu permezz ta' pagament.", "Jekk inti trid tixtri prodott minn fuq l-internet, trid iddaħħal il-credit card number sabiex tagħmel il-pagament.", "U jekk inti ssiefer x'imkien, trid tuża l-credit card sabiex tħallas.", "Mela f'xi forma jew oħra, kull kummerċ iwassal għal pagament.", "Issa x'beda jirriżulta mad-dħul ta' l-ewro?", "Filwaqt li bil-munita ta' l-ewro tista' tħallas u tinqeda kullimkien – għax jekk issiefer u tmur tixtri l-ħwejjeġ, per eżempju, tista' tħallas bl-ewro - b'cheque book ma tistax tħallas għax iċ-cheque ma jiġix aċċettat.", "Dan għaliex probabbilment il-bank li għandek il-kont fih jinsab fil-pajjiż li inti tlaqt minnu - fil-każ tagħna f'Malta – u inti tkun qiegħed tħallas f'pajjiż barrani.", "Per eżempju, jekk inti qiegħed tħallas fl-Italja, fejn bank Malti m'huwiex rikonoxxut, ma tistax tuża debit card - mhux il-credit card għaliex dik tista' tużaha kullimkien – sabiex tagħmel pagament għaliex dik il-karta m'hijiex rikonoxxuta lil hinn minn xtutna.", "Issa jekk, per eżempju, tkun qiegħed fi Franza għal btala u tmur tixtri minn ħanut, sid il- ħanut jista' ma jaċċettax ħlas bil-credit card jekk l-ispiża tiegħek ma tkunx se taqbeż is-somma ta' €10.", "Din hija xi ħaġa komuni u ġeneralment f'każijiet bħal dawn ikollok tuża d-debit card.", "Pero` llum debit card maħruġa minn bank Malti ma tistax tintuża sabiex tagħmel transazzjoni fi Franza jew f'xi pajjiż ieħor.", "Kien għalhekk li l-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari dawk li qegħdin fiz-zona ta' l-ewro, bdew jirrealizzaw li jridu jagħmlu pass ieħor lejn l-għaqda monetarja.", "Għaliex dawn riedu li mhux biss jiffaċilitaw l- attivita` kummerċjali bl-ewro bħala karta, imma ħassew il-bżonn li s- sistemi bankarji u finanzjarji tal-pajjiżi fl-Unjoni Ewropea, ikunu ħafna aktar armonizzati.", "L-għan huwa li jekk wieħed ikollu bżonn inħallas f'pajjiż barrani b'debit card maħruġa minn bank Malti, il-bank Malti jkun fdat fil-pajjiż l-ieħor.", "Fil-fatt meta taċċetta pagament b'cheque jew b'debit card maħruġa minn pajjiż ieħor, tkun qiegħed twassal il-messaġġ li inti dik id-debit card qiegħed tafdaha u li taf li hekk kif tgħaddiha mill- makna, se tirċievi l-ħlas dovut lilek.", "Issa sabiex dan ikun jista' isir, irid ikollna sistema konformi u armonizzata ħalli n-numri tal-kontijiet tal- banek ikunu jintgħarfu mill-banek ta' pajjiżi oħrajn.", "Illum fi kwalunkwe pajjiż Ewropew, min-numri tal-credit card tiegħek wieħed jista' jkun jaf jekk il-card tiegħek hijiex ġenwina u allura tista' tagħmel il-pagament biha.", "Bl-istess mod irid ikun hemm sistemi simili sabiex iċ-cheques u d- debit cards jiġu aċċettati barra mill-pajjiż fejn ikunu maħruġa.", "Hemm ukoll sistemi oħra ta' pagamenti.", "Id-direttiva titkellem ukoll, per eżempju, fuq ħlasijiet minn fuq il-mobile phone.", "Jiġifieri din id- direttiva m'hijiex tillimita ruħha għall-mezzi tradizzjonali ta' pagamenti imma qiegħda tippermetti l-faċilita` li wieħed ikun jista' jagħmel użu minn tipi differenti ta' pagamenti.", "Sur President, kien għalhekk li fl-Unjoni Ewropea twieled il-konċett li barra z-zona ta' munita waħda, dik ta' l- ewro, ikun hemm ukoll dik li jgħidulha \"the single euro payments area\".", "Dan ifisser li, bħalma hemm il-euro zone, ikun hemm zona fl-Unjoni Ewropea - għalkemm il-ħsieb huwa li ma tkunx tinkludi biss dawk il-pajjiżi li diġa` addottaw il-munita ewro – li tkun is-single euro payments area.", "Dan se jkun ifisser li jien inkun nista' nħallas f'pajjiż barrani bl-istess faċilitajiet li nuża f'pajjiżi.", "Mela jekk jien għandi debit card, din inkun nista' nużaha wkoll fi Franza.", "L-istess ħaġa tgħodd għaċ-cheque book u għal kull metodu ta' ħlas ieħor.", "Il-metodi ta' pagamenti kollha li jien imdorri nuża f'pajjiżi se nkun nista' nużahom ukoll f'pajjiżi barranin.", "Bl- istess mod, jekk jien irrid inħallas bi standing order f'pajjiż ieħor, inkun nista' nagħmel standing order mill-kont tiegħi fil-bank Malti għal ħlas f'pajjiż ieħor fl-Ewropa.", "Xi ħaġa bħal din sal-lum ma tistax issir.", "Il-prinċipju fundamentali tas- single euro payments area huwa li l-kont li jien għandi ma' bank liċenzjat fl-Unjoni Ewropea, ikun fejn ikun, jiġi rikonoxxut fi kwalunkwe pajjiż ieħor fl-Unjoni Ewropea.", "Sal-lum, kulmin jaħdem fi Brussels mal- kummissjoni, mal-Kunsill tal-Ministri, fil-Parlament Ewropew jew inkella f'xi istituzzjoni oħra, hu x'inhu x-xogħol tiegħu, ikollu jiftaħ kont ma' bank Belġjan fi Brussels sabiex il-paga tiegħu tidħol f'dak il-kont.", "Fi kliem ieħor, wieħed ma setax jibgħat il-paga tiegħu direttament f'Malta mingħajr ma jkollu jagħmel ħafna checking u mingħajr ħafna problemi ta' spejjeż, jekk ma jkollux it-talba tiegħu rifjutata wkoll!", "Jiġifieri sal- lum hemm ħafna komplikazzjonjiet.", "Malli tidħol is-single euro payments area wieħed se jkun jista' jżomm biss il-kont li għandu f'Malta, u minn dak il-kont jibqa' jagħmel il-pagamenti tiegħu anke fi Brussels.", "Barra minn hekk il-paga tiegħu ta' Brussels tibda tiġi debitata fil-kont tiegħu hawn Malta daqs li kieku dak il-kont kien miftuħ f'bank Belġjan.", "Għalhekk wieħed jifhem mill-ewwel il-vantaġġ kbir li din is-sistema tista' toffri lill-konsumatur Ewropew u anke lis-settur tan-negozju.", "Permezz ta' din is-sistema l-pagamenti, kemm dawk elettroniċi kif ukoll dawk b'mezzi ta' cards, se jiġu faċilitati u jkunu jistgħu jsiru ħafna aktar malajr milli qed isiru llum.", "L-aktar ħaġa importanti hija li se twessa' s-suq bankarju Ewropew u se tiftħu għal aktar kompetizzjoni.", "Issa ladarba s-suq bankarju jinfetaħ għal aktar kompetizzjoni, dan se jkun ifisser li l-konsumatur se jgawdi wkoll.", "Illum jekk titkellem ma' nies fl-industrija u anke fis-settur bankarju ta' pajjiżna, jgħidulek li l-aktar ħaġa li ddejjaqhom hija li, fl-opinjoni tagħhom, il-banek illum qegħdin joħolqu ħafna charges.", "Ġieli ssib min jgħid li l-banek jiftiehmu bejniethom ħalli ma jikkompetu xejn.", "Fir- realta` ma jidhirx li hu hekk.", "Ta' min jgħid li l-MFSA, fil-website tagħha, ippubblikat il-bank charges tal-banek ħalli l-konsumatur ikun jista' jara fejn jaqbillu.", "Meta tidħol is-single euro payments area inti se tkun tista' tagħżel jekk il-kont tal-bank tiegħek iżżommux ma' bank Malti jew inkella ma' bank barrani.", "Jekk tħoss li ċ-charges tal-bank Malti huma għoljin wisq, inti tkun tista' tagħżel bank barrani li jagħtik l- istess livell ta' servizzi u attenzjoni li qed tistenna.", "Fi kliem ieħor, inti se tkun tista' żżomm il-kont tiegħek ma' bank fil-Ġermanja, li mbagħad jibgħatlek iċ-cheque book, id-debit card u l-credit card biex tkun tista' tagħmel il-pagamenti tiegħek skond kif tixtieq.", "Dan se jwessa' l-potenzjal ta' l-użu ta' l-istrumenti finanzjarji ta' pagamenti fl-Unjoni Ewropea kollha.", "Sur President, tajjeb ngħid li l-industrija bankarja m'hijiex kontra din l- inizjattiva.", "Anzi l-ewwel inizjattiva kienet ittieħdet mill-banek infushom, meta, kif għedt fil-bidu, mad-dħul ta' l-ewro, il-banek stess bdew iħossu li l-konsumaturi u s-settur tan-negozji riedu ħafna aktar effiċjenza fil-mod kif isiru t-transazzjonijiet finanzjarji f'dan is-suq li għandu munita waħda.", "Għalhekk kienu bdew id-diskussjonjiet sabiex ikun jista' jiġi implimentat il-konċett li fl-Unjoni Ewropea tassew ikun hemm sistema ta' pagamenti li tkun armonizzata u rikonoxxuta mill-Unjoni Ewropea kollha, sistema li tnaqqas l-ispejjeż u żżid l-effiċjenza.", "Għalfejn qiegħed ngħid li din is-sistema tnaqqas l-ispejjeż?", "Kulħadd jaf li meta l-banek ikunu jistgħu jimmaniġġjaw volum akbar ta' transazzjonijiet, l-ispejjeż jonqsu.", "Dan ifisser tnaqqis fl-ispejjeż għall-konsumatur ukoll.", "Meta għandek suq frammentat, fejn il-banek differenti ma jirrikonoxxux lil xulxin, il-pagamenti għaddejjin il-ħin kollu minn bank għal ieħor iżidu l- volum tax-xogħol u l-ispejjeż.", "B'hekk tonqos l-effiċjenza u jiżdiedu l- ispejjeż għall-konsumatur u għall-industrija.", "Illum kulħadd jaf li l-infrastruttura tal-pagamenti fl-Unjoni Ewropea – li tinkludi s-sistemi ta' l-informatika, is-sistemi li jipproċessaw il- pagamenti, it-tip ta' servizzi li jingħataw u s-sistemi ta' komunikazzjoni - hija differenti ħafna.", "Kull pajjiż għandu l-liġijiet tiegħu, il- protokolli tiegħu, il-guidelines tiegħu u s-sistemi ta' l-informatika tiegħu.", "Il-mod kif is-sistema ta' pagamenti taħdem mal-Bank Ċentrali ta' Malta hija differenti minn kif taħdem is-sistema ta' pagamenti mal-Bank Ċentrali ta' l-Ingilterra.", "Kif għedt, kull pajjiż għandu s-sistemi tiegħu.", "Li qiegħda tfittex l-Unjoni Ewropea permezz tal-payment services directive, hija li tgħin fl-imbottatura sabiex l-oġġettiv li l-Unjoni Ewropea poġġiet quddiemha, jiġi implimentat sa l-2010.", "Dan l-oġġettiv huwa li jkun hemm sistema komuni li qiegħda tissejjaħ is-single euro payments area.", "Il-proċess innifsu beda fis-sena 2000 – 2001, meta l-Kummissjoni Ewropea addottat l-ewwel regolament li kien jittratta l-pagamenti li jsiru bejn pajjiż u ieħor fis-settur kummerċjali.", "Dan kien ifisser li jidħol aktar il- prinċipju ta' l-ugwaljanza f'dawk li huma charges li jiġu ttrattati, b'mod partikolari fil-ħlasijiet bl-ewro bejn l-istati membri li jkunu qegħdin jagħmlu dik it-transazzjoni bejniethom.", "Dan ir-regolament kien daħal fis- seħħ fl-2002 u mbagħad fl-2003 kien ġie estiż għall-pagamenti li jsiru minn fuq il-cards.", "Pero` hemmhekk kien beda wkoll ir-review tas-sistema ħalli jaraw kif din tista' tittejjeb.", "Dak iż-żmien l-industrija nnifisha fehmet l- importanza li sa l-2010 għandu jinħoloq il-konċett tas-single euro payments area u b'hekk istitwiet il-European payments council - dak li llum huwa rikonoxxut bħala forum importanti ħafna mis-settur privat - ħalli dan il- kunċett ikun jista' jiġi implimentat.", "Fuq dan il-kunsill ma tpoġġix il- Kummissjoni Ewropea jew l-istati membri imma tpoġġi l-istess industrija, jiġifieri l-banek Ewropej li kkommettew ruħhom sabiex jaraw li s-single euro payments area sseħħ.", "Tajjeb ngħidu wkoll li ħafna banek ingħaqdu f'dan il-kunsill importanti għaliex bdew jindunaw li min se jkun kapaċi jidħol l-ewwel f'dan is-suq, se jkun jista' jagħti s-servizzi tiegħu mhux biss liċ-ċittadini ta' pajjiż wieħed, imma lil kulmin irid fl-Unjoni Ewropea.", "Għalhekk kull bank wessa' s-suq tiegħu għal dak is-suq ta' 500 miljun ruħ.", "Sur President, il-banek jafu li jekk ma tiġrix ħalli tkun minn ta' quddiem fl-implimentazzjoni ta' dan il-konċett, jistgħu jitilfu mill-konsumaturi tagħhom.", "Il-konsumatur u l-kummerċjant għandu l-għażliet tiegħu.", "Dan se jmur għand dak il-bank li l-pagamenti se jkun jista' jagħmilhomlu aktar malajr għaliex jekk jiena rrid nagħmel pagament jew inkella nirċievi pagament, ma rridx li bank jeħodli sebat ijiem mill-interessi tiegħi sakemm tiġi attwata dik it-transazzjoni.", "Jien ma rridx nagħmel sebat ijiem mingħajr ma naf jekk il-flus humiex fil-kont tiegħi jew inkella fil-kont tal-bank l-ieħor.", "Wisq probabbli li ma jkunu qegħdin fl-ebda kont, imma jkunu f'xi but ta' xi bank li jieħu l-interessi fuqhom sakemm jagħmel il- pagament.", "Per eżempju, nafu li min jirċievi pagamenti mill-Italja għandu problema kbira; ġieli għadda xahar sħiħ sakemm wasal pagament minn bank Taljan għal bank Malti.", "Allura dak ix-xahar interessi min rebaħhom?", "Ikun rebaħhom xi wieħed mill-banek li qiegħed jagħmel it-transazzjoni u mhux il- konsumatur jew il-kummerċjant innifsu.", "Mela min se jidħol għal din is-sistema jaf li t-trasferiment se jsir b'mod immedjat għaliex il-banek se jkunu qegħdin jirrikonoxxu l-kontijiet ta' xulxin.", "Issa llum x'inhi l-iskuża?", "Il-banek jgħidulek li jridu jivverifikaw il-kont tiegħek, li jridu jaraw min huwa l-bank tiegħek, li jridu jiċċekkjaw jekk huwiex veru li inti għandek il-kont f'dak il-bank u dawn il-ħafna affarijiet.", "Imbagħad, wara li jagħmlu dawn ic-checks kollha - bl-iskuża li ma jridux jitfgħulek il-flus f'kont ta' ħaddieħor imma jkunu żguri li jitfgħu l-flus fil-kont tiegħek - u jikkonvinċu ruħhom, jittrasferixxu l-flus.", "Meta tidħol din is-sistema armonizzata, fejn is- sistemi jirrikonoxxu lil xulxin u allura l-kontijiet ta' barra jiġu rikonoxxuti mill-banek Maltin u l-kontijiet Maltin jiġu rikonoxxuti mill- banek barranin, ma jkunx hemm għalfejn isiru dawn iċ-checks.", "Jekk issib dak il-kont fis-sistema ta' dak il-bank u n-numri jikkorrispondu, it- trasferiment isir b'mod immedjat.", "Min se jgawdi minn dan kollu?", "Se jgawdi l-konsumatur għaliex dak ix-xahar interessi se jeħodhom hu u mhux il-bank.", "U hawnhekk nifhmu għalfejn huwa fl-interess tal-banek li jidħlu fis-single euro payments area malajr kemm jista' ikun, bil-mira tkun li s-sistema tiġi implimentata b'mod sħiħ sas- sena 2010.", "Fil-fatt, fl-2003 il-European payments council ippubblika dik li tissejjaħ ir-road map li riedet twassal sabiex mis-sena 2004 jiġu implimentati numru ta' kambjamenti f'numru ta' banek, sistemi, proċeduri u affarijiet oħrajn ħalli sas-sena 2010, tkun tista' tiġi implimentata s- single euro payments area.", "Fil-fatt kien ħareġ rules book dwar kif għandhom jiġu trattati d-debit cards, il-credit transfers u diversi mezzi oħra ta' pagamenti li kellhom jidħlu fis-seħħ sa l-aħħar tas-sena 2008.", "Fih ukoll l-agreements li jridu jsiru bejn id-diversi banek, kif ukoll numru ta' preparamenti tekniċi u standards li setgħu jġibu din l-inter- operability ta' sistemi ħalli s-sistemi tal-banek ikunu jistgħu jaqraw lil xuxlin u allura jkunu jistgħu jiġu faċilitati dawn it-transazzjonijiet.", "Fuq livell parallel il-Kummissjoni Ewropea bdiet tħares lejn il-qafas legali ħalli din is-sistema tkun tista' tiġi implimentata.", "Dan ifisser li bdew jidħlu fil-liġijiet tal-pajjiżi differenti fl-Unjoni Ewropea sabiex jaraw x'inhuma l-affarijiet komuni bejniethom u x'inhuma l-affarijiet li llum qegħdin joħolqu x-xkiel bejn il-pajjiżi.", "B'hekk dawn il-problemi jkunu jistgħu jiġu rrimedjati u jkollna qafas leġislattiv li jippermetti li din l-attivita' ssir u jkun jiffaċilita u jimbotta lill-istituzzjonijiet finanzjarji kollha lejn dan l-objettiv.", "Kif nafu, dejjem ikun hemm istituzzjonijiet finanzjarji li jkunu front runners, jiġifieri dawk li qegħdin jaraw l-opportunita' u l-vantaġġi tagħha, u mbagħd ikun hemm ukoll dawk l-istituzzjonijiet finanzjarji li jibqgħu jkarkru.", "Sfortunatament ikun hemm istituzzjonijiet li jibdew jgħidu li se jimxu skond id-direttivi li joħorġu, li għalissa m'huma se jagħmlu xejn u li kif qegħdin bħalissa jinsabu komdi.", "Anzi jibdew jaraw li jista' jkun hemm element ta' profitt li jista' jintilef minħabba l-bidliet li jkunu qegħdin jiġu proposti.", "Għalhekk sabiex is-single euro payments area tiġi attwata, irid ikun hemm sistema li tassew iġġiegħel lill-banek kollha jimplimentawha b'mod koerenti u b'mod konsistenti, l-aktar f'dawk is- sistemi li jridu jiġu implimentati.", "Issa biex dan iseħħ inħasset il-ħtieġa li tiġi studjata - u fil-fatt dan il-parlament hekk sejjer jagħmel - sistema leġislattiva ħalli tiffaċilita dan il-proċess.", "B'hekk twieled il- konċett tal-payment services directive.", "Sur President, tajjeb li ngħid ukoll li fl-2004 il-Parlament Ewropew kien għadda riżoluzzjoni biex jagħti l-appoġġ sħiħ tiegħu lil din id-direttiva li tħeġġeġ lill-oqsma regolatorji u lill-industirja biex ikomplu jaħdmu flimkien ħalli naslu għas-single euro payments area.", "B'hekk jintbagħat messaġġ politiku ċar li l-Ewropa hija kommessa li sas-sena 2010 tkun tista' tiġi implimentata din is-sistema.", "Huwa tajjeb li ngħid li l-Kummissjoni Ewropea, f'Diċembru tas-sena 2005, jiġifieri sena u nofs ilu, ħarġet bl- ewwel proposta ta' din id-direttiva flimkien ma' impact assessment dwar x'impatt seta' jkun hemm fuq l-infrastruttura Ewropea kollha.", "L-għan prinċipali tad-direttiva kien li jkun hemm armonizzazzjoni tal-qafas legali biex jitneħħew dawk l-ostakli legali u tekniċi għall-kreazzjoni ta' suq integrat sas-sena 2010.", "Fil-fatt il-kummissjoni daħħlet numru ta' konċetti ġodda, fosthom l-għoti ta' liċenzja biex ikunu jistgħu jsiru pagamenti lill-istituzzjonijiet finanzjarjji stabbiliti, kif ukoll biex tinħoloq sistema ta' liċenzjar lil istituzzjonijiet oħrajn li m'humiex neċessarjament istituzzjonijiet finanzjarji ta' kreditu bħalma huma l- banek, imma huma intermedjarji oħrajn li jistgħu jaċċettaw pagamenti, per eżempju, fuq l-internet jew depożiti oħrajn ta' flus jew pagamenti.", "B'hekk tinħoloq aktar kompetizzjoni fis-suq intern u allura jitneħħew l-ostakli u jinħolqu servizzi oħrajn ġodda li jistgħu joffru l-ħwienet jew anke operaturi ta' sistemi ta' telefonija.", "Għaliex minbarra l-mezzi tradizzjonali ta' kif jgħaddu l-pagamenti, jistgħu jintużaw mezzi oħrajn, ngħidu aħna s-sistemi tat-telefonija.", "Ikun tajjeb li ngħid li din id-direttiva ma kenitx biċċa xogħol żgħira.", "Kien hemm proċess twil ta' konsultazzjoni u numru ta' ideat ġew diskussi, sabiex illum għandna din id-direttiva li qed tiġi ppreżentata fil-qafas leġislattiv u fl-emendi li qegħdin nagħmlu.", "B'hekk sas-sena 2010 fl-Unjoni Ewropea verament ikun hemm sistema waħda, is-single euro payments area, li tikkumplimenta l-vantaġġi kbar li l-ewro diġa` qed jagħti lil dawk il- pajjiżi li laqgħuh.", "Nafu li fost il-vantaġġi ta' din il-munita waħda nistgħu nsemmu l-istabilita` li din tagħti, it-trasparenza fil-prezzijiet u inqas spejjeż għax m'hemmx bżonn ta' konverżjoni.", "Imma permezz tas-single euro payments area nkunu nistgħu nagħmlu l-pass li jmiss, jiġifieri li s- sistemi ta' pagamenti jiġu faċilitati b'mod li min qed jagħmel pagament f'pajjiż barrani ikollu l-istess effiċjenza daqslikieku qed jagħmlu f'pajjiżu stess.", "Saru diversi studji dwar l-impatt li s-single euro payments area tista' tħalli fuq l-Unjoni Ewropea kollha.", "Fil-fatt numru ta' studji jistmaw li d- diversi soċjetajiet li hemm fuq il-pagamenti preżenti jistgħu jsalvaw spejjeż li jistgħu jwasslu sa 3% ta' dak li jipproduċi l-pajjiż.", "Din m'hijiex figura żgħira meta tikkonsiidra li d-deficit ta' pajjiżna llum huwa ta' 2.3% ta' dak li jipproduċi l-pajjiż.", "Jiġifieri għal pajjiż żgħir bħal tagħna sistema waħda ta' pagamenti tista' twassal biex l-impatt ikun, skond dawn l-istudji, ta' ftit miljuni mhux ħażin.", "Jekk inneħħu n-numru ta' ineffiċjenzi li hemm fil-pagamenti – jien tajt eżempji prattiċi bħal meta bank li suppost jibgħatlek depożitu, iżomm il-flus għal xi sħaħ bil- konsegwenza li l-interessi fuq dak il-pagament jeħodhom hu minflok li teħodhom int - u tara kemm isiru u kemm jintilfu pagamenti fl-Unjoni Ewropea, mill-ewwel tinduna bl-impatt pożittiv ta' leġislazzjoni bħal din.", "Ta' min jgħid li hemm numru ta' spejjeż li se jiġu ffrankati mid-diversi operaturi nfushom, li għalkemm għal uħud jistgħu jammontaw għal ftit cents biss, meta jkunu transazzjonijiet kbar jistgħu jfissru ħafna flus.", "Illum l- Unjoni Ewropea timmaniġġja madwar 231 biljun transazzjoni li jammontaw għal madwar €52 triljun f'pagamenti.", "Dan juri kemm is-setturi kummerċjali u l- konsumaturi fl-Unjoni Ewropea jistgħu jibbenefikaw minn savings li jammontaw għal miljuni kbar ta' euros.", "Dan jista' jsir bid-dħul ta' sistema armonizzata komuni ta' pagamenti li tkopri transazzjonijiet minn bank għal bank, transazzjonijiet fuq e-invoicing jew e-commerce, transazzjonijiet b'sistemi ta' pagamenti differenti.", "Ovvjament il-banek infushom jirrikonoxxu dan l-impatt għax bħalma jiġri f'kollox, jekk xi ħadd jirbaħ xi ħaġa, xi ħadd ieħor jitlef.", "Qabel, dawk l-interessi u dawk iċ- charges kienu qed jirbħuhom il-banek, pero` dawn jirrikonoxxu wkoll li meta ddaħħal din it-tip ta' sistema jikbru ċ-chances li tikber l-attivita` ekonomika u kummerċjali fi ħdan l-Unjoni Ewropea u allura jkun hemm aktar attivita` kummerċjali.", "Sur President, il-konsumatur għandu x'jibbenefika minn din id-direttiva u mill-introduzzjoni tas-single euro payments area?", "Mill-ewwel jiġuk f'moħħok numru ta' benefiċċji li jgawdi minnhom il-konsumatur.", "L-ewwelnett konsumatur jista' jibda jagħmel – mhux immedjatament malli ngħaddu l- leġislazzjoni imma meta tidħol fis-seħħ l-implimentazzjoni sħiħa tas- sistema, jiġifieri fis-sena 2010 – użu mis-sistema ta' cross-border direct debit.", "Dan xi jfisser?", "Kif nafu, illum mod effettiv li ħafna jużaw biex iħallsu bih hu dak fejn wieħed jibgħat bank instruction sabiex it-tali jitħallas permezz ta' direct debit tal-kotba li wieħed ikun xtara.", "S'issa, jekk inti se tixtri prodott minn Franza u ġġibu Malta – allura hemm cross- border transaction - tista' tagħmel il-pagament permezz tal-credit card.", "Meta tidħol is-sistema, il-pagament mhux biss bi kreditu jkun jista' jsir imma anke b'debitu billi tħallas direttament u mill-ewwel.", "B'hekk inti tkun qed tiffranka li teħel l-interessi u tiffranka ċerti spejjeż.", "Barra minn hekk, meta tidħol is-sistema tas-single European payment area, meta ssiefer tkun tista' tibda tuża mhux biss il-credit card - sal-lum fuq livell Ewropew hija rikonoxxuta biss il-credit card - iżda wkoll id-debit card.", "Dan huwa rilevanti, u ngħid għaliex.", "Ħafna drabi f'pajjiżi oħra ssib ħwienet li jkollhom notice li tgħid li ma jaċċettawx credit cards jekk l-ispiża tkun ta' inqas minn €50.", "Allura turist li jkun irid jixtri xi ħaġa minn dak il-ħanut, li tkun tiswa inqas minn €50 ikollu bilfors juża l-cash.", "Ovvjament jekk ikun Franċiż u qiegħed fi Franza jkun jista' jħallas bid-debit card.", "Ladarba tidħol din is-sistema, il-kont tiegħek f'bank Malti jibda jiġi rikonoxxut ukoll mis-sistema bankarja Franċiża, u inti wkoll tkun tista' tuża d-debit card biex tħallas u allura jekk ma tkunx aċċettata l-credit card tkun tista' tuża d- debit card.", "Dan ifisser li meta ssiefer tkun tista' tnaqqas il-ħtieġa li toqgħod tmur b'ħafna flus fil-but, biex imbagħad ikollok tħalli nofshom moħbijin jew f'xi safe fil-lukanda, kwart minnhom fil-but tiegħek u l-kwart l-ieħor fil- but tal-mara li ma jmurx xi ħadd jisirqek u tispiċċa b'xejn.", "Il-fatt li se tkun tista' tibda tuża d-debit card ifisser li tista' tieħu l-ikbar vantaġġi mhux biss għax qed tuża l-istess sistema monetarja, imma anke għax m'għandekx bżonn iġġorr miegħek ħafna cash.", "Dan ifisser ukoll li jekk il- flus tiegħek baqgħu fil-bank minn fejn kont qed tieħu l-interessi, dawk l- interessi se tibqa' teħodhom sal-mument li tiġi biex tagħmel pagament, filwaqt li qabel biex issiefer kien ikollok toħroġ il-flus mill-bank, iżżommhom fil-but, tagħmel ġimgħa tiġri b'€1,000 fil-but mingħajr ma jkunu qed jaqilgħu l-ebda interessi, sakemm tużahom.", "Bis-sistema l-ġdida l-flus jibqgħu fil-bank u tuża d-debit card biex tħallas.", "Vantaġġ ieħor importanti hu li b'din is-sistema inti jkollok bżonn biss kont tal-bank wieħed.", "Jiġifieri jekk inti se tagħmel xi żmien toqgħod u taħdem barra u allura se tirċievi xi ħlasijiet hemmhekk, ma jkollokx bżonn – kif jiġri llum – li toqgħod tiftaħ kont f'dak il-pajjiż.", "Nafu li llum il- prassi, anke f'Malta, hija li flok ma jħallsuk b'cheque jagħmlulek direct debit f'kont il-bank.", "Imma sal-lum jekk qed taħdem fi Brussels ikollok tiftaħ kont f'bank fil-Belġju, biex is-salarju jiġi depożitat f'dak il- kont.", "Veru li jaċċettaw li jitfgħulek il-paga f'kont Malti, pero` l-ewwel ħaġa li jgħidulek hi li l-pagament ma jasallekx mill-ewwel; probabbli jdum madwar sitt ijiem sakemm jitlaq mill-bank tagħhom u jasal fil-bank tiegħek.", "S'issa teħel ukoll xi charges peress li għadna m'aħniex fl-ewro u allura inti titlef ukoll fuq il-kambju.", "Ovvjament ladarba nidħlu fl-ewro dak l- iżvantaġġ jispiċċa.", "Pero` ladarba tidħol din is-sistema, il-kont tal-bank tiegħek f'bank lokali jiġi aċċettat ukoll bħala kont leġittimu daqslikieku huwa kont ġo dak il-pajjiż li inti qiegħed fih, jiġifieri jkun qisu kont li nfetaħ fil-Belġju, fil-Ġermanja jew f'kull pajjiż ieħor ta' l-Unjoni Ewropea.", "U dan huwa vantaġġ kbir għall-individwu li ma jridx joqgħod jinkwieta kemm jiftaħ kontijiet, għax effettivament se jkun jista' jiftaħ kont wieħed biss.", "Vantaġġ ieħor importanti hu li din is-sistema tobbliga pagamenti ħafna iktar mgħaġġla.", "Fil-fatt hemm sistema li bażikament tgħid li meta jkun hemm transazzjoni elettronika, dik it-transazzjoni trid tiġi kreditata fil- kont ta' min suppost jirċievi dak il-pagament fi żmien 24 siegħa, xi ħaġa li sal-lum kulħadd jaf li ma tiġrix.", "Allura l-prassi li llum teżisti li meta tirċievi pagament, il-banek minimament iżommulek il-flus għal ħamest ijiem sakemm jiddepożitawhomlok fil-kont tiegħek, se tispiċċa u tibda tirċievi dak il-pagament erbat ijiem qabel ma normalment kont tirċevih.", "Hemm il-vantaġġ l-ieħor li ladarba inti qed tirċievi l-flus iktar kmieni, tista' tużahom u allura tnaqqas il-piż ta' kreditu mis-settur tan-negozju.", "Meta xi ħadd jesporta l-prodotti u jkun qed jistenna l-pagament, kull ġurnata li tgħaddi u l-pagament ikun għadu ma rċevihx tfisser li jkun qiegħed jitgħabba bil-piż ta' l-interessi li jrid iħallas mal-kont tal-bank tiegħu għax probabbilment ikun qed jaħdem b'overdraft.", "Allura jekk il- pagament idum ma jasallu jkun qed iħallas għal dak id-dewmien, meta d- dewmien m'hux tort tiegħu jew tort ta' min qed iħallsu, imma tort tal-banek li qed idumu ma jgħaddulu l-flus.", "Vantaġġ ieħor importanti hu li s-sistema qed tnaqqas il-possibbiltajiet li jkun hemm bank charges bla bżonn.", "Fil-fatt id-direttiva tobbliga li l- pagament isir sħiħ u mhux jitnaqqsu xi charges sakemm isir it-trasferiment u allura l-payment order trid tidentifika l-pagament sħiħ mingħajr ma jsir l-ebda tnaqqis lill-benefiċċjarju.", "Dan jagħti ċ-ċertezza legali lill- obbligi ta' ħlasijiet li suppost inti qed tirċievi.", "Mela, nerġa' ngħid, jekk jien qed nesporta, u ftehemt ma' min qed jixtri mingħandi li jrid iħallasni €50,000 fi żmien 30 jum, ħafna drabi jiġri li veru jħallasni fi żmien 30 jum, imma probabbilment il-flus nirċevihom xi ħamest ijiem tard.", "Barra minn hekk, il-bank iżommli l-bank charges, u flok jagħtini €50,000, apparti t-telf mill-kambju, jeħodli biċċa minnu u jagħtini, per eżempju €49,800.", "Skond id-direttiva, din ma tistax issir.", "La tiġi implimentata s- sistema l-ġdida l-bank ma jistax inaqqaslek xi ħaġa minn dak li inti se titħallas.", "Id-direttiva tħares ukoll lejn kif se żżid il-protezzjoni lill-istess konsumatur fis-sistema bankarja.", "Dan tagħmlu billi, per eżempju, tassigura li jkun hemm informazzjoni aħjar u tobbliga ċerti regoli ċari fuq meta ssir transazzjoni b'mod ħażin, ngħidu aħna jiġi kkreditat il-kont tiegħek meta kellu jiġi kkreditat ta' ħaddieħor.", "Ħafna drabi meta tara l-bank statement issib debit entry u credit entry li jkunu ndaqs, u tibda tgħid: Għaliex saru dawn l-entries; jien qatt ma tlabt li ssir din it-transazzjoni.", "Sal- lum meta skrivan tal-bank jieħu żball u jagħmel ir-reversal fil-kont tiegħek mingħajr ma jgħidlek.", "Pero` d-direttiva tobbliga li lill-account holder jgħidulu għaliex ikun qed isir dak it-trasferiment.", "Tajjeb ukoll illi qed jidħlu ċerti limitazzjonijiet f'dak li għandu x'jaqsam ma' liability, biex f'każijiet fejn ikun hemm loss jew serq ta' strument ta' pagamenti, ikun hemm massimu sakemm jista' jiġi obbligat li jerfa' l- istess konsumatur.", "Din hija marbuta ma' €150 sakemm ma jinqabadx li, per eżempju, l-individwu li kellu dik il-credit card illi jkun qal li ntilfet, fir-realta` ma tkun intilfet xejn imma jkun qed jużaha għal xi skopijiet kriminali.", "Pero` jekk ġenwinament titlef il-credit card jew id-debit card u jkun hemm min jabbuża minnha, il-konsumatur jiġi protett minn €150.", "Dan huwa l-impatt illi jista' jiġi mġiegħel jerfa' hu, speċjalment f'dawk l- istati membri li m'għandhomx regolamenti aktar vantaġġjużi għall- konsumaturi.", "Jekk hemm pajjiż illi qed jagħti minn €100 'il fuq, allura jkun jista' jibqa' jagħmel hekk.", "Issa rrid nitkellem ftit dwar kif se jkunu jistgħu jsiru pagamenti aktar veloċi u jekk hemmx spejjeż extra.", "Tajjeb ngħid illi d-direttiva fiha nnifisha tobbliga ż-żmien illi fih irid isir il-pagament.", "Id-direttiva tħares ukoll lejn ir-responsabbiltajiet li jridu jiġu implimentati fl- istruttura tas-sistema bankarja u tħares lejn kif il-bidla fis-sistema ma twassalx sabiex il-banek infushom jgħollu l-ispejjeż għall-konsumatur.", "Irrid infakkar ukoll illi l-għan prinċipali ta' din id-direttiva huwa proprju li jkun hemm roħs fis-servizzi.", "Ħalli nsemmi ftit affarijiet prattiċi li effettivament jistgħu jolqtu lill-konsumatur innifsu.", "Per eżempju, ġieli tiltaqa' ma' xi ħadd li għandu kont il-bank f'pajjiż li diġa` għandu l-munita ewro u jistaqsi x'se tfisser għall-kont tiegħu din is- sistema li l-Unjoni Ewropea trid tħaddem sa l-2010.", "Naħseb li din hija mistoqsija leġittima.", "L-ewwelnett irridu ngħidu li l-implimentazzjoni tas- single euro payments area m'hijiex qisha l-introduzzjoni ta' l-ewro.", "Jiġifieri hawnhekk mhux qed nitkellmu fuq xi rivoluzzjoni f'termini monetarji, fejn qed naqilbu l-munita.", "Xejn minn dan.", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq kif se tiżdied l-effiċjenza fis-sistemi finanzjarji u fis- sistemi tal-banek.", "Billi din is-sistema qed tiġi implimentata b'mod gradwali huwa diffiċli li wieħed iħoss l-impatt tagħha immedjatament.", "Pero` hemm affarijiet li bil- mod il-mod il-konsumatur se jibda jinduna li qed iħosshom.", "Per eżempju, issa mhux biss se tkun tista' tagħmel il-pagamenti bl-ewro imma l-istatus tal-kont tal-bank tiegħek eventwalment se jkun rikonoxxut fl-Unjoni Ewropea kollha.", "B'danakollu jista' jkun hemm ftit kambjamenti.", "Per eżempju, xi ftit jew wisq jinbidel il-mod kif inhuma enumerati l-kontijiet tal-bank.", "S'issa aħna mdorrijin bin-numri kif narawhom illum fil-kontijiet tal-bank, imam probabbilment irid jiġi stabbilit format partikolari li bih in-numri jkunu jistgħu jiġu rikonoxxuti fl-Unjoni Ewropea kollha.", "Fis-sistemi tat-telefonija daħħalna l-portabilita` tan-numru u allura jekk l-ewwel tibda ma' service provider, per eżempju mal-Vodafone, imbagħad tiddeċiedi li taqleb mal-Go, tkun tista' żżomm in-numru.", "L-istess se jiġri fis-sistema tal- kontijiet bankarji.", "Bis-sistema l-ġdida tan-numri, jekk jien ikolli kont ma' bank f'Malta, jista' jkolli aċċess għal dak il- kont minn bank Franċiż.", "Sistema simili hija dik tal-credit cards; il- computer jaċċerta li n-numru ħareġ minn bank Malti u l-bank fi Franza jirrikonoxxi dak il-kont.", "B'dan il-mod tkun tista' tuża l-credit card u d- debit card kemm jekk tkun imsiefer u anke jekk forsi tkun qed tagħmel xi negozju.", "Dan jgħodd ukoll jekk inti tkun trid tagħmel pagament minn bank Malti għal bank f'pajjiż ieħor li għandu l-ewro.", "Illum nafu li l-pagament idum ma jasal fil-kont ta' min jirċevih u li jintilfu l-flus f'charges u interessi.", "Filwaqt li sal-lum minimament trid iddum tistenna ħamest ijiem biex tirċievi dak il-pagament, meta s-sistema kollha tkun implimentata sas- sena 2010, tgħaddi biss ġurnata minn meta jkun sar it-trasferiment sakemm jirrifletti ruħu fil-kont l-ieħor.", "Tista' wkoll tagħmel pagamenti b'direct debit.", "Per eżempju, hawn min jabbona b'mod regolari f'magazines li jiġu minn barra, li trid tħallas għalihom kmieni fis-sena u lanqas tista' tħallas permezz ta' standing order minn kont lokali.", "Fil-fatt biex tħallas trid toqgħod tiftaħ kont barra, tpoġġi l-flus hemmhekk u tagħmel l- istanding order minn dak il-pajjiż għall-kumpannija li tridha tirċievi dik l-istanding order.", "La l-kont tiegħek f'Malta jibda jkun rikonoxxut, l- istanding order tkun tista' tagħmlu mill-kont tiegħek f'Malta għal għand il- persuna jew il-kumpannija li tkun qed tistenna l-pagament mingħandek.", "L-iktar ħaġa importanti hi li m'għandekx bżonn toqgħod tiftaħ kontijiet f'pajjiżi differenti għall-attivita` tiegħek, imma tiftaħ kont wieħed f'pajjiżek.", "Teknikament tista' tiftaħ kont f'pajjiż ieħor, tużah f'pajjiżek u tinqeda kollox minnu.", "Dan se jfisser – u naħseb li dan huwa l- għan ewlieni wara l-proġett imsejjaħ single European payments area, li l- payment services directive qed tipprova twassal għalih u timplimenta – li inti bħala konsumatur se jonqsulek l-ispejjeż b'mod sostanzjali peress li se tiżdied il-kompetizzjoni ta' fejn tista' tiftaħ il-kont tiegħek u ma tkunx limitat li bilfors tiftaħ il-kont ma' banek Maltin, imma tkun tista' tiftaħ kontijiet ma' min trid f'pajjiżi oħra fl-Unjoni Ewropea.", "Dan iżid ukoll fit-trasparenza.", "Ilum wieħed jista' jqabbel iċ-charges tal-banek ta' Malta billi jidħol fil- website tal-Malta Financial Services Authority.", "Dan qed isir apposta għax din l-informazzjoni tgħin biex is-suq ikun iktar kompetittiv, ħalli jekk wieħed jara li l-bank li qiegħed miegħu hu jiċċarġja ħafna iktar milli jiċċarġja bank ieħor ikun jista' jiddeċiedi skond kif jaqbillu abbażi ta' dik l-informazzjoni.", "Pero` d-dritt tal-passporting of services fis-suq Ewropew u l-fatt li l-liċenzjar tas-servizzi bankarji biex ikunu jistgħu jgħaddu pagamenti qed jiġi estiż għal intermedjarji oħra li m'humiex neċessarjment banek, se jissarrfu f'possibilita` akbar li s-servizzi ta' banek li hemm f'pajjiżi oħra jiġu f'pajjiżna.", "Allura l-konsumatur jingħata l-opportunita` li jgawdi minn ċerta trasparenza fis-sens li jara jekk il- banek Maltin humiex iktar kompetittivi fil-konfront ta' banek Ewropej.", "Sur President, il-kompetizzjoni hija sikkina li taqta' minn żewġ naħat, għax veru li se jgawdi l-konsumatur imma jekk il-banek Maltin jagħrfu jkunu intelliġenti u kompetittivi se jgawdi wkoll is-settur tas-servizzi finanzjarji f'pajjiżna, b'mod partikolari dawk il-banek li forsi m'għandhomx branches rappreżentattivi f'pajjiżi oħrajn fl-Unjoni Ewropea, imma jridu jfittxu mod kif jidħlu f'dawk is-swieq.", "Suq kbir ta' 500 miljun ruħ m'hux daqstant diffiċli li tiekol biċċa minnu, anke banek lokali li jfittxu jesportaw is-servizzi tagħhom fis-swieq kollha ta' l-Unjoni Ewropea.", "Illum huwa difiċli li bank Malti li ma joffrix servizzi fl-Italja jikkonvinċi konsumatur Taljan li minflok jiftaħ il-kont tiegħu ma' bank Taljan jiftaħ il-kont tiegħu ma' bank Malti.", "Ladarba tidħol is-single European payments area u allura l-kont tal-bank se jkun rikonoxxut kullimkien fl-Unjoni Ewropea, din il-possibbilta` tikber ħafna iktar u jkun hemm anke l-potenzjal li naraw is-servizzi ta' retail banking f'pajjiżna jespandu lil hemm minn sempliċement l-400,000 ruħ li joqogħdu f'pajjiżna, għal klijenti potenzjali oħrajn fil-viċin jew mhux daqstant fil-viċin li jagħżlu li jridu jiftħu l-kontijiet tagħhom f'pajjiżna.", "Is-single European payments area se tfisser ukoll benefiċċji kbar għal min hu fin-negozju.", "Barra l-vantaġġi li se jagħti l-ewro, dan is-settur se jgawdi minn numru ta' benefiċċji oħra.", "Kif diġa` spjegajt, illum meta tesporta jkollok tistenna xi ħamest ijiem, sitt ijiem jew sebat ijiem sakemm tirċievi l-pagament.", "Issa se jkun hemm iktar trasparenza u iktar garanzija fil-pagamenti.", "Allura s-settur tan-negozju se jgawdi minn aktar effiċjenza fis-sistema tal-pagamenti, se jonqsulu l-ispejjeż u se jkollu titjib fil-likwidita`, li nafu kemm hija importanti għas-settur kummerċjali.", "Ta' min jgħid ukoll li kif id-direct debits se jkunu ta' vantaġġ għall-konsumatur, hekk ukoll se jkunu għall-kummerċjant għax meta jiġi biex iħallas b'direct debit mill-kont tiegħu, jew jirċievi pagament, it-trasferiment isir fi żmien 24 siegħa u mingħajr spejjeż.", "Illum negozju li jagħmel attivita` kummerċjali qawwija b'mod regolari fis- suq Ewropew ġeneralment, għall-konvenjenza u biex inaqqas l-ispejjeż, jiftaħ kont f'Malta pero` jżomm ukoll kontijiet f'pajjiżi oħrajn fejn għandu n-negozju prinċipali, fejn l-iktar li jagħmel kummerċ.", "Dan tifhmu għax b'hekk jiffranka ħafna charges, ħafna interessi u ħafna telf.", "Peress li dak li jkun probabbilment ikun irid jagħmel pagamenti minn dak il- pajjiż, ikun jaqbillu jimmaniġġja kollox minn hemm.", "Pero` dan ifisser skumdita` għax biex wieħed jiftaħ kont irid imur hemmhekk ħalli jaraw l- identifikazzjoni tiegħu u jagħmlu ċ-checks neċesarji qabel ma jagħtuh il- kont, il-credit card, id-debit card u dak kollu li normalment jagħtu ma' kull kont.", "U kull darba li jinqalagħlu xi ħaġa jkollu jagħmel international call.", "Ladarba tidħol is-single European payments area fis- sena 2010 dan kollu jispiċċa.", "Sur President, tispiċċa wkoll il-ħtieġa li jekk trid tirċievi debit cards minn pajjiżi differenti trid toqgħod iżżomm terminals u makni oħrajn simili biex timmaniġġja dawk it-transazzjonjiet differenti.", "F'pajjiżi akbar minn tagħna ssib min jgħidlek li jaqbillu jirċievi wkoll pagamenti f'pajjiż ieħor, per eżempju fl-Awstrija.", "Peress li ħafna Ġermaniżi jmorru l- Awstrija biex jixtru, ħafna negozji jkollhom żewġ makni, waħda għall- Awstrija u l-oħra għall-Ġermanja.", "Imma dik il-ħtieġa 'l quddiem tispiċċa għax l-istess makna li tintuża għall-cards ta' Malta se tintuża wkoll minn Franċiż li jiġi hawn u jħallas bid-debit card u l-credit card tiegħu.", "Dan żgur li se jgħin anke lis-settur turistiku f'pajjiżna se jiffaċilita l-mod kif isiru l-pagamenti, iżid il-likwidita` għall-individwu li jrid iħallas u effettivament jagħmillu ħajtu ħafna iktar faċli.", "Dan ifisser li l-kummerċ se jgawdi minn użu akbar ta' debit cards u credit cards u se titnaqqas il- ħtieġa li jintuża l-cash, il-likwidita` li nafu li għandha r-riskji tagħha.", "Proprju l-għan prinċipali tas-single European payments area huwa li jwassal li s-sistemi bankarji Ewropej isiru ħafna iktar consumer friendly, ħafna iktar consumer efficient, biex jonqsu l-ispejjeż għall-banek u fl- aħħar mill-aħħar għall-konsumatur.", "Dan hu l-oġġettiv prinċipali tas-single payments area.", "Id-direttiva timplimenta wkoll numru ta' miżuri, li mbagħad irid joħorġu b'regolamentazzjoni anke fil-liġi tagħna, dwar kemm bank jista' jdum ma jagħmel pagament, u timponi ċerti obbligi.", "F'dan ir-rigward l-industrija għadha ftit xettika u l-Unjoni Ewropea tixtieq li s-single payments area tagħti l-istess vantaġġi mhux biss lil min qiegħed fl-Unjoni Ewropea u qed jiftaħ kont fl-Unjoni Ewropea, imma anke lil min jirċievi pagamenti minn barra l-Unjoni Ewropea u jiddepożitahom f'dak il-kont prinċipali.", "Sur President, kif għedt, is-single European payments area ma tistax tintlaħaq mingħajr ir-rieda tajba tal-banek Ewropej li, kif għedt, ingħaqdu biex iġibu din is-sistema fis-seħħ.", "Għaliex, ngħiduha kif inhi, biex isseħħ iridu jinbidlu s-sistemi ta' l-IT, irid ikun hemm aktar portability ta' l- account numbers, u jiddaħħlu wkoll id-debit cards fl-istess sistema li taċċetta l-credit cards.", "Jiġifieri hemm kambjamenti loġistiċi li jridu jsiru fil-banek Ewropej kollha sas-sena 2010.", "Pero` l-Unjoni Ewropea u l-industrija jirrikonoxxu li dan jista' jsir biss jekk barra mill-qafas teknoloġiku u mill-qafas ta' protokolli bejn banek u istituzzjonijiet oħrajn, ikun hemm il-qafas leġislattiv li joħloq is- sistema armonizzata biex jgħin fir-rikonoxximent ta' l-istituzzjonijiet finanzjarji fil-pajjiżi varji, fil-liċenzjar u fir-rikonoxximent tas- servizzi u kif dawk is-servizzi jiġu regolamentati.", "Għalhekk hemm il-ħtieġa li ssir it-traspożizzjoni ta' din id-direttiva, li għaddiet wara proċess twil biex din id-direttiva tiġi fis-seħħ fil-pajjiżi kollha ta' l-Unjoni Ewropea fl-1 ta' Novembru, 2009.", "Jiġifieri l-leġislazzjoni kollha li aħna qegħdin ngħaddu effettivament trid tiġi fis-seħħ fl-1 ta' Novembru 2009.", "Kif għedt, il-payment services directive qed toħloq il-foundations legali li huma meħtieġa biex ikollna dan is-suq iktar liberalizzat ta' pagamenti fl-Unjoni Ewropea.", "Il-leġislazzjoni qed tfittex li tistabbilixxi sistema moderna u komprensiva tar-regolamenti għall-pagamenti li jsiru fl-Unjoni Ewropea biex l-istess effiċjenza li llum għandna fil-pagamenti nazzjonali, tkun teżisti fi ħdan l-Unjoni Ewropea kollha.", "U sabiex dan iseħħ, Sur President, irridu ngħaddu numru ta' emendi għall-Financial Institutions Act ta' l-1994 li, kif nafu, tirregola l-investiment tas-servizzi finanzjarji u s-servizzi bankarji.", "Dan l-att huwa amministrat mill-Malta Financial Services Authority bħala l-awtorita` kompetenti li tirregola t-trasmissjoni ta' flus u pagamenti, u anke tamministra b'mod regolatorju s-sistemi ta' pagamenti fuq livell superviżorju.", "Fil-fatt id-direttiva tfittex li timplimenta l-attivitajiet li l-payments institutions u l-financial institutions iridu jagħmlu biex jamministraw din id-direttiva.", "Għaldaqstant hemm il-ħtieġa li d-definizzjoni ta' financial institution titwessa' biex tkopri wkoll kull persuna li regolarment jew abitwalment għandha holdings jew tagħmel attivita' li hija listed fix- schedule ta' l-att, jiġifieri li tagħmel jew tirċievi b'mod regolari ċerti pagamenti biex b'hekk inkunu nistgħu naraw tassew isseħħ il-kompetizzjoni fis-suq.", "Sur President, f'dan l-istadju nagħlaq hawnhekk.", "Ovvjament issa nisma' anke l-argumenti ta' l-oppożizzjoni u mbagħad fil-winding up inkun nista' nwieġeb għall-kummenti li jsiru.", "Grazzi ħafna.", "MR.", "SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Jose` Herrera.", "ONOR.", "JOSE` HERRERA: Sur President, nibda billi nirreferi għall-aħħar kumment tal-kollega tiegħi – u għandu raġun - li biex tiġi implimentata din id-direttiva, jiġifieri l-payment services directive, mhux biss għandna nemendaw l-att li qed nemendaw illum, imma hemm bżonn li nemendaw anke diversi liġijiet oħra.", "Fil-fatt jien kont qed nisma' b'attenzjoni u napprezza dak li qal il-kollega tiegħi, imma meta wieħed jaqra liġi li qed temenda kapitlu 376 tal-liġijiet ta' Malta, jinduna li ħafna minn dak li qal il-kollega tiegħi jista' jirriżulta minn din il-liġi.", "Din il-liġi hija liġi pjuttost qasira u ovvjament ma tinkludix dak kollu li qal il-kollega tiegħi, li b'ċerta abbilta` u teknikalita` rnexxielu jispjega fid-dettal l- skop wara d-direttiva tal-ħlasijiet li qed nimplimentaw illum.", "Fil-fatt wieħed mill-ewwel jirrealizza li b'din il-liġi qed nimplimentaw biss ċerti aspetti minnha.", "Jien m'iniex se noqgħod nirripeti dak kollu li qal il-kollega tiegħi għax inkella nkun qed nagħmel eżerċizzju f'ripetizzjoni, li m'hux l-iskop tiegħi.", "Nibda biex nikkritika ftit l-abbozz ta' liġi nnifsu.", "Nibda b'kumment fuq il-forma u mhux fuq is-sustanza; l-ewwel darba li ġrali hekk.", "Il-liġijiet tagħna, skond il-Kostituzzjoni ta' Malta u skond il-prassi ta' dan il-Parlament, jinqasmu fi tnejn; il-parti bil-Malti u l-parti bl- Ingliż.", "Skond il-Kostituzzjoni, it-tnejn huma lingwi uffiċjali ta' Malta u fejn hemm diverġenzi, nirriferu għal-lingwa Maltija għaliex aħna pajjiż sovran.", "Issa jiena nistieden lis-Sedja u lill-kollegi tiegħi fil-Parlament jinnotaw li, għal xi raġuni jew oħra, meta wieħed jibda janalizza din il-liġi u jiġi għall-parti ta' l-aħħar, jiġifieri fejn hemm l-iskedi, jara li f'daqqa waħda tintuża l-lingwa Ingliża.", "(Interruzzjonijiet) Iva, nofs il-liġi qiegħda bl-Ingliż, bl-iskeda b'kollox, u n-nofs l-ieħor qiegħed bil-Malti, waqt li l-iskeda hija bl-Ingliż.", "Għaliex l-iskeda għandha tkun bl-Ingliż?", "Jien naħseb li qed inkunu skorretti għax jew għandna l-lingwa tagħna jew le.", "Jien ma rridx noqgħod nitkellem fuq dawn il-kwestjonijiet, pero` nħossni kostrett li nitkellem fuq dawn l-affarijiet.", "Jew għandna l-lingwa tagħna u se naqsmu l-liġi fi tnejn, nofsha bl-Ingliż u nofsha bil-Malti, jew inkella se nagħmluha bl-Ingliż biss.", "X'inhu l-iskop li nagħmluha bil- Malti u bl-Ingliż meta nofs il-parti tal-Malti qiegħda bl-Ingliż?", "Din hija osservazzjoni tiegħi fuq il-forma u naħseb li għandu jsir daqsxejn aktar sforz fil-parti tal-Malti.", "Safejn naf jien, għalkemm dħalna fl- Unjoni Ewropea, bqajna pajjiż sovran u baqgħalna l-lingwa tagħna.", "Għalhekk naħseb li l-liġijiet f'dan il-Parlament għandna ngħadduhom bil-Malti.", "Forsi din hija kritika li meta wieħed jismagħha, jgħid: Fejn sejjer b'rasu d- deputat Parlamentari Herrera?", "Jien ninsisti li dik il-parti ta' l-abbozz li suppost tkun bil-Malti, fil-fatt tkun kollha bil-Malti.", "Din hija l- ewwel parti tal-kritika tiegħi, fuq il-forma u żgur mhux fuq is-sustanza għaliex fuq is-sustanza naqbel.", "Barra minn hekk, jien naħseb li fl-abbozz hawn żball.", "(Interruzzjonijiet) Kif qed jgħid is-Segretarju Parlamentari, fl-abbozz fil-fatt hawn żball.", "(Interruzzjonijiet) Hawnhekk mhux qed inqajjem nullitajieta; qed ngħid biss li l-abbozz għandu jiġi ppreżentat bil-Malti u mhux bl-Ingliż.", "Naħseb li kien fid-dover tiegħi li niġbed l- attenzjoni tas-Sedja għal dan il-punt, pero` mhux se nqajjem eċċezzjonijiet proċedurali għas-sempliċi raġuni li l-partit Laburista jaqbel mal-kontenut ta' dan l-abbozz.", "Jiġifieri m'għandniex interess li din il-liġi ma tgħaddiex jew li ma tgħaddix bi speditezza għaliex fis-sustanza, anke għal raġunijiet li semma s-Segretarju Parlamentari stess, l-oppożizzjoni Laburista taqbel.", "Pero` wieħed irid juża iktar kawtela u jassigura li meta joħroġ abbozz ta' liġi, il-parti tal-Malti tkun attwalment bil-Malti.", "Jien ħassejt li kelli nagħmel din l-enfasi, Sur President.", "Qabel ma nidħol u nanalizza ftit il-liġi, irrid inqajjem punt li qed jinkwetani.", "Din hija liġi li tittratta entitajiet u awtoritajiet finanzjarji u qed nitkellmu wkoll fuq kwestjonijiet ta' regolamentazzjoni.", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq abbozz ta' liġi li qed jilleġisla fuq dak li huwa kompitu regolatorju.", "Hemm awtorita' speċjali li tirregola dawk l- attivitajiet li huma msemmijin fl-ewwel skeda.", "Din l-awtorita' m'hijiex l- MFSA u wieħed irid jikkummenta għaliex m'għandhiex tkun l-MFSA.", "Jien wieħed minn dawk li nemmen li mhuwiex tajjeb li f'pajjiż ikollok pluralita' ta' awtoritajiet regolatorji jekk inti tista' tiċċentralizza f'dak li huwa regolamentazzjoni, speċjalment jekk ikun hemm l-istess aspetti jew l-istess skopijiet.", "Naħseb m'huwiex ħażin li jkollok awtorita' regolatorja waħda pero' fuq dik nitkellem ftit aktar tard.", "Sur President, f'dak li rrid ngħid iktar u iktar qed jispirani l-Onor.", "Joe Mizzi li qiegħed hawn preżenti fil-Parlament.", "Jiddispjaċini li jkolli nikkummenta f'dan il-kontest; jien rarament nitkellem fuq polemiki meta nitkellmu fuq aspetti finanzjarji u ta' servizzi għax nibqa' nemmen li f'dak li għandu x'jaqsam ma' servizzi finanzjarji, pajjiżna għandu jkun up- to-date u jkollu sistemi li jkunu state of the art.", "Bażikament hawnhekk qed nitkellmu fuq servizz bankarju u indubjament pajjiżna għandu jkollu ċerta serjeta` u jkun ċentru ta' eċċellenza f'dan is-settur.", "Għalhekk nemmen ukoll li meta nitkellmu fuq dawn l-affarijiet, irridu nkunu kawti u prudenti u kemm jista' jkun irridu naħdmu b'politika ta' consensus bejn iż- żewġ naħat tal-Kamra għaliex jekk ma jkollniex politika ta' consensus fuq is-servizzi finanzjarji u l-investiment, ingerrxu l-investiment.", "Jien għalhekk dejjem kont kawt f'dawn u b'mod prudenti dejjem ġbidt il-linja tal- gvern f'dawn l-oqsma.", "Dejjem għaddejn il-kritika tiegħi fejn ħassejt il- bżonn, pero` l-oppożizzjoni Laburista dejjem ħadet pożizzjoni ta' kawtela u ta' consensus.", "Illum ukoll, Sur President, l-oppożizzjoni Laburista se tieħu pożizzjoni ta' consensus mal-gvern.", "Pero` la qed nitkellmu fuq istituzzjonijiet finanzjarji rridu nieħu spunt.", "Hawnhekk irrid nagħmilha ċara li b'dak li se ngħid illum żgur li mhux qed nindirizza l-kritika tiegħi lejn is- Segretarju Parlamentari Tonio Fenech jew lejn il-ministru tiegħu.", "Pero` se jkolli nagħmel ċerta kritika.", "Ikolli ngħid li hemm numru ta' awtoritajiet regolatorji fil-pajjiż li qegħdin fi kriżi u dan huwa gravi u inkwetanti ħafna.", "Bdejna bil-kriżi fl-ADT fejn irriżulta manifestament li kien hemm abbuż u korruzzjoni istituzzjonalizzati.", "Mijiet ta' nies kellhom iħallsu l- flus biex jakkwistaw ċerti liċenzji u l-maġġoranza assoluta ta' nies li kienu qed jagħmlu l-eżamijiet għall-għoti tal-liċenzji fi ħdan din l- entita' governattiva regolatorja kienu qed jinxtraw.", "Dawn kienu nies b'ċerta kariga u b'ċerta responsabbilta'.", "Tant kien hemm abbuż u tant kien hemm korruzzjoni li hemm kriżi kbira li ħadd ma jista' jinnegaha.", "Jien niskanta kif kriżi bħal dik isseħħ u qisu xejn m'hu xejn.", "Kien hemm korruzzjoni istituzzjonalizzata f'dik l-aġenzija governattiva!", "Allaħares dan seħħ fi żmien il-Labour.", "Jekk fi żmien gvern Laburista xi ħadd kien jiffirma karta biex xi ħadd jiddobba television tal-kulur, kienet tqum kriżi nazzjonali fil-pajjiż u kien ikun hemm mass meetings fl-akbar pjazez ta' Malta b'Fenech Adami quddiem nett u b'De Marco bħala sostenn.", "Issa, Alla jbierek, kellna entita` governattiva regolatorja li nqabdet b'korruzzjoni u abbuż istituzzjonalizzat fiha li kien ilu għaddej għal numru ta' snin, u minkejja dan, qisu ma ġara assolutament xejn fil-pajjiż.", "Xejn!", "Hemm aġenzija governattiva korrotta from A to Z, fejn biex tieħu liċenzja trid tħallas lill-eżaminatur!", "Dawn l-affarijiet ġraw, każ wara każ, għaxra wara għaxra u mija wara mija.", "Kulħadd jaf, kulħadd ipaċpaċ u qisu ma ġara xejn.", "Jien ġieli kelli nitla' l-qorti niddefendi xi nies fuq każijiet simili, u ġielu nstabu ħatja.", "Dawn ħafna drabi jispiċċaw jagħtu xebgħa lill-eżaminaturi!", "Illum, kważi kważi ngħid: Sewwa kienu jagħmlulhom!", "Mela fil-kuritur tal-qorti kulħadd ipaċpaċ u b'ħalq daqs dinja jgħid li hemm il-korruzzjoni u li nxtraw in-nies, u jgħaddu x-xhur u jibqa' ma jiġri xejn.", "Imbagħad faqqgħet il-bużżieqa u ma ġara xejn lanqas, Sur President!", "Ċerti nies li m'għamlux l-eżami u xtraw lill-entita` governattiva, intalbu jagħtu l-liċenzja lura imma, Alla jbierek, kien hemm oħrajn li, minkejja li kienu korrotti daqs ħaddieħor, għal xi raġuni jew oħra ma ntalbux iroddu l- liċenzja lura.", "Dik hija t-trasparenza fl-aġenziji regolatorji tal-pajjiż, Sur President!", "Diskriminazzjoni, abbużi u korruzzjoni!", "Issa faqqgħet oħra, u din se nqajjimha hawnhekk għax issa qed nitkellmu fuq settur tas-servizzi finanzjarji.", "Dan se jkun skandlu akbar minn dak ta' l-ADT.", "Jien mhux l- ewwel darba li semmejt f'dan il-Parlament l-iskandli tal-Malta Maritime Authority.", "Pero` hawnhekk jien qajjimt skandlu kbir li tkellimt dwaru għal darba, darbtejn, tlieta, fejn spjegajt kif min kien qiegħed jagħti t- tenders fil-Malta Maritime Authority, kellu interess dirett u kien ikun preżenti waqt li jiġu assenjati t-tenders.", "Imma minkejja li dan l-iskandu ssemma kemm-il darba, qisu ma ġara xejn.", "Mela jien inkun viċi-chairman tal- Malta Maritime Authority – u mbagħad wara anke chairman – u nkun ukoll sħab f'kumpannija li titfa' bid għal tender mill-aġenzija u mbagħad inkun preżenti waqt l-aġġudikazzjoni ta' dik it-tender!", "Dan il-każ kont qajjimtu fil-parlament għal darba darbtejn - u minn fuq għamluli libell - u Alla jbierek qisu ma ġara assolutament xejn!", "Jien naf x'qed ngħid u rrid ngħid ukoll li l-investigazzjoni bdieha l-Onor.", "Joe Mizzi.", "Issa hemm korruzzjoni sfaċċata fil-Malta Maritime Authority.", "Din il- kwestjoni qed inqajjimha llum għax ir-reġistrazzjoni tal-vapuri hija parti mis-servizzi finanzjarji tal-pajjiż.", "Mhux billi rridu nuru li aħna serji u trasparenti u nikkreaw l-aġenziji u l-entitajiet awtonomi biex nuru li aħna Ewropej iktar mill-Ewropej u li aħna trasparenti iktar minn min suppost li hu trasparenti, jekk imbagħad f'dawn l-aġenziji u l-entitajiet governattivi ma ssibx ħlief korruzzjoni sfaċċata li jaf biha kulħadd, korruzzjoni tqażżek!", "Kull fejn tmur - tieġ, ambaxxata, il-qorti, hu fejn hu - kulħadd ipaċpaċ u jgħid li ħlief korruzzjoni u abbużi ma ssibx.", "Issa nippretendi li fuq dawn l-affarijiet jittieħdu passi għax jekk ma jitteħdux passi u l- affarijiet ma jiġux skossat,i dan il-pajjiż se jitlef il-kredibilita` tiegħu mhux magħna l-Maltin imma ma' barra.", "F'pajjiżna ridna nkunu puri u għaddejna liġi li biex takkwista liċenzja ħalli tkun tista' ssuq speedboat trid tgħaddi minn ċerti eżamijiet!", "Jien ili nsuq speedboat u dgħajsa minn mindu kelli seba' snin.", "Is-sajjieda jafu jużaw luzzu u lanċa iktar minn min jeżaminahom fil-Malta Maritime Authority.", "Naf x'qed ngħid għax trabbejt mas-sajjieda f'San Pawl il-Baħar peress li minn dejjem kellna d-dgħajjes.", "Is-sajjieda kemm iħossu l-arja b'subgħajhom u jkunu jafu jekk hux ġej maltemp, minn fejn ġej il-maltemp, jekk hux se jkun hemm baħar 'l isfel jew għoli, jivvjaġġaw bl-istint ...", "Kollox jafu.", "Imma lil dawn is-sajjieda kollha ta' Malta u Għawdex issoġġettajniehom għall-eżamijiet tal-Malta Maritime Authority.", "Issa 99% minn dawn is-sajjieda lanqas jafu jaqraw, imma jifhmu fil-baħar għaxar darbiet iktar mit-taparsi eżaminaturi ta' l-awtorita`.", "U dawn kollha jeħlu!", "Ftit snin ilu fettilli xtrajt speedboat u għax kellha iktar power minn 80 hp jew 100 hp, u twila iktar minn 20 pied, kelli nagħmel eżami biex inġib il-liċenzja ħalli nkun nista' nsuqha, allavolja kont ilni 40 sena mmur fuq id-dgħajjes ma' missieri.", "Għamilt sitt ġimgħat nistudja u kien eżami verament diffiċli.", "Jien għaddejt għax imdorri u dixxiplinat li nistudja, u sħabi s-sajjieda li fl-affarijiet tal-baħar lanqas nibda magħhom, m'għaddewx.", "Dawn m'humiex nies akkademiċi imma jmexxu luzzijiet u laneċ u jifhmu fil-baħar miljun darba iktar minn dawn in-nies li qed jeżaminawhom.", "Nerġa' ngħid, jien mort għall-eżami u għax jien kapaċi naqra u nistudja - għax imdorri hekk - għaddejt, filwaqt li dawn li jmexxu d-dgħajjes u l- laneċ, kollha weħlu Alla jbierek!", "Ħalliha li ilhom xi 30 jew 40 sena jaħdmu fuq il-baħar, esperti f'dak il-ġeneru ta' xogħol.", "Kellhom joqogħdu għal dan il-biċċa eżami u waħħluhom, ma tawhomx il-liċenzja.", "Hemm mijiet li ma setgħux jgħaddu mill-eżami.", "Issa min imexxi dawn l-eżamijiet irrealizza li lil min hu illitterat ma tistax tagħtih ktieb ħalli jistudja biex jagħmel eżami bil-miktub.", "Imma jekk wieħed ikun illitterat ma jfissirx li ma jifhimx fil-baħar.", "Sur President, peress li bdew jeħlu dawk in-nies kollha, fil-Malta Maritime Authority daħlet korruzzjoni istituzzjonalizzata għal sena wara sena; ilha xi erba' snin jew iktar.", "Hemm bejn 800 u 1,000 persuna li biex ħadu l- liċenzja ħallsu Lm180 jew Lm190.", "Allura tista' tgħid li għal-liċenzji kollha li qed jingħataw hemm nies fil-Malta Maritime Authority li qed jitħallsu!", "Din hija korruzzjoni skjaċċanti.", "Dawn huma l-istituzzjonijiet regolatorji ta' Malta, istituzzjonijiet korrotti!", "Noqogħdu niġu fil- parlament, nitkellmu fuq dixxiplina, trasparenza, kontrolli u dawn l- affarijiet, imbagħad f'waħda mill-iktar awtoritajiet importanti fil-pajjiż fil-qasam marittimu - fejn taparsi qed inkunu iktar kattoliċi mill-Papa, fejn għandna l-aqwa bandiera f'Malta, l-aqwa liġijiet marittimi, u l-ikbar serjeta` fil-pajjiż – hemm dik il-ħniżrija kbira, li biex takkwista liċenzja trid tmur u tixtriha.", "Dik hija l-awtorita` marittima f'Malta!", "Jeħtieġ li jseħħ terremot fl-awtorita`.", "Min hu b'xi mod implikat jew min missu kien jaf u ppermetta li dan isir, għandu jitkeċċa għax din it-tip ta' korruzzjoni fil-pajjiż m'għandhiex tibqa' tiġi aċċettata.", "Inkella inutli noqogħdu niġu hawn u nwaqqfu l-awtoritajiet.", "Tagħmel awtorita` u mbagħad tista' tixtri l-liċenzja!", "Ngħaddu liġijiet fil-qasam tar-reġistrazzjoni tal-vapuri biex naqtgħu bastimenti li huma double hulled u ma nirreġistrawx vapuri antiki biex nuru kemm aħna serji u ma jgħajruniex li għandna bandiera tal-konvenjenza, imbagħad minn wara l-kwinti –għax hemm forsi jsir il-ħlas - jerġgħu jinbidlu r-regolamenti.", "U naf x'qed ngħid.", "F'daqqa waħda vapuri li għandhom iktar minn 25 sena qegħdin jiġu reġistrati għax hemm interessi individwali ta' ċerti nies.", "L-ewwel niġu hawnhekk niftaħru bis-serjeta` fir-regolamentazzjoni fejn jidħol ir-reġistru tal-vapuri, imbagħad inbiddlu kollox bil-kwiet, minn wara, mingħajr ma noqogħdu niġu f'dan il-parlament.", "F'daqqa waħda jibda jgħaddi kollox, basta jkun hemm il- ħlas!", "Dan huwa skandlu tremend għal pajjiżna.", "Aħna dejjem nitkellmu fuq kemm huwa importanti li niddiversifikaw u li nipproġettaw lilna nfusna bħala ċentru ta' eċċellenza fil-qasam tas- servizzi.", "Il-kamp tas-servizzi finanzjarji huwa 9% tal-gross domestic product tal-pajjiż u hemm min jgħid li dan is-settur qed jikber b'rata ta' kważi 30% fis-sena.", "Nafu li aħna l-politiċi noqogħdu attenti li ma nisskossawx lil xulxin, nitkellmu b'kawtela speċjalment meta nemendaw xi liġijiet wara li jkunu intervjenew ta' Brussels, u noqogħdu kwieti biex nirregolaw u mmexxu kif għandu jkun.", "U b'hekk salvajna s-settur finanzjarju u s-settur marittimu, tant li baqgħu ġejjin il-vapuri għar- reġistrazzjoni.", "Din is-sena, kif għedt meta ddiskutejna l-estimi ta' l- awtorita` marittima, erġajna lħaqna l-peak li kellna fl-1997 għal dik li hija reġistrazzjoni ta' vapuri.", "Mela suppost irridu dik is-serjeta`.", "Imma, bid-dovut rispett, jekk imbagħad l-aġenziji governattivi jew l- awtoritajiet regolatorji f'dan il-pajjiż nistgħu nitfgħuhom fl-iskip, allura għandna problemi serji li jqażżuk fil-pajjiż.", "Sur President, tifhimha li jkollok bniedem jew tnejn li forsi nxtraw.", "Imma li jkollok sistema istituzzjonalizzata fejn mhux wieħed jew tnejn, imma mijiet u mijiet ta' nies iħallsu biex jieħdu li jridu, dik ma titwemminx.", "Jien nasal biex nifhimha li forsi jkolli dipartiment taħti u s-segretarju jinxtara darba jew darbtejn.", "Imma jekk ikolli dipartiment li fuq medda ta' erba' snin ikun hemm mijiet ta' nies fil-queue biex jixtru lin-nies tad- dipartiment u jien ma nindunax, allura nkun tajjeb biex immur Casa Leone u nirtira hemmhekk, mhux nibqa' mmexxi dipartment!", "Jekk m'intix kapaċi xxomm ir-riħa ta' korruzzjoni u ta' l-abbużi daqstant skjaċċanti, allura jew m'intix kapaċi, jew iblah jew balalu, u trid titlaq.", "Imma ma tistax tiskarta r-responsabbilta` politika, qisu xejn m'hu xejn.", "Meta wieħed jistudja d-dritt kostituzzjonali l-ewwel ħaġa li wieħed jistudja u jrid japprezza f'sistema ta' demokrazija parlamentari hija xi tfisser ir-responsabbilta` parlamentari u politika.", "Il-ministri m'humiex technocrats, imma jrid ikollhom accountability politika, iridu jġorru r- responsabbilta` politika tat-taħwid li jsir fid-dekasteri tagħhom.", "Anke jekk dak it-taħwid jew dak l-abbuż li jsir fid-dekasteri tagħhom forsi ma jkunx imputabbli direttament lilhom, ir-responsabbilta` politika taqa' fuq il-politiku, la fuq ic-chairman, la fuq il-viċi-chairman, la fuq id- direttur, la fuq l-awditur, la fuq l-ex-chief executive, u lanqas fuq il- manager.", "Ir-responsabbilta` politika taqa' square and fair fuq il-politiku.", "Pero`, Alla jbierek f'dan il-pajjiż, ir-responsabbilta` politika spiċċat għal kollox, m'għadhiex teżisti.", "Dik hija s-serjeta`!", "Dan ridt ngħidu għax l-awtorita` marittima hija awtorita` regolatorja - fost il-pluralitajiet ta' awtoritajiet regolatorji li għandna - li għandha aspett finanzjarju.", "U jekk hemm dawn in-nuqqasijiet f'din l-awtorita`, wisq nibża' li għad xi darba jkollna nuqqasijiet anke f'awtoritajiet direttament immirati lejn is-settur tas-servizzi finanzjarji fil-pajjiż.", "Allaħares nitilfu s-serjeta` - u bdejna - f'dawn l-oqsma daqstant delikati tas-servizzi finanzjarji.", "Allaħares ifaqqa' skandlu, per eżempju, li f'Malta biex tirreġistra vapur li mhux suppost tirreġistrah għaliex m'għandux il-kriterji, tmur għand ċerti aġenti jew ċertu rappreżentant u jirranġalek a pagamento.", "Allaħares ifaqqa' dan it-tip ta' skandlu f'pajjiżna għax ir-reġistrazzjoni tal-vapuri f'Malta tkun tajba biss għal ġo l-iskip.", "U din hija wieħed mill-iktar aspetti importanti tas-settur finanzjarju f'dan il-pajjiż.", "Allaħares ifaqqa' dan l-iskandlu, u għandi r- riżervi tiegħi kemm mhux se jfaqqa', anzi l-oppost!", "Meta wieħed jaqra dan l-abbozz ta' liġi jinduna li hawnhekk qed nitkellmu fuq aspetti regolatorji tad-direttiva tas-servizzi.", "Kif għedt qabel, ħafna minn dak li qal il-kollega tiegħi ma ssibux f'dan l-abbozz ta' liġi.", "Irrid ngħid li fil-fatt ma kellniex bżonn direttiva ta' l-Unjoni Ewropea biex nagħmlu regolamentazzjoni ta' l-attivita` finanzjarja għax fil-15 ta' Novembru 1994 għaddejna l-Att dwar l-istituzzjonijiet finanzjarji, kapitlu 376 tal-liġijiet ta' Malta.", "Din il-liġi, li ġiet emendata darbtejn fl- 1995, reġgħet ġiet emendata fl-2002 u mbagħad fl-2006, hija liġi pjuttost voluminuża.", "Fil-fatt fiha 27 artiklu, apparti l-iskedi u fiha 21 paġna.", "Dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna qed jemenda biss xi sitt artikli tal-liġi prinċiparli u allura m'aħniex qed inbiddlu kapitlu 376 tal- liġijiet ta' Malta b'mod daqstant radikali.", "Fil-fatt jekk wieħed jaqra l- klawsoli kollha josserva li is-sustanza ftit li xejn tbiddel, ħlief xi kelma 'l hawn u 'l hemm.", "Tneħħiet, per eżempju, dik il-parti tal-liġi fejn il-ministru kellu l-poter li jimplimenta waħdu d-direttivi, u għamel sew li neħħieha għax dak kien punt kontenzjuż bejn l-oppożizzjoni u l-gvern.", "Aħna konna insistejna li meta niġu biex nimplimentaw direttivi ta' l-Unjoni Ewropea - u fil-fatt illum dan huwa aċċettat – irid jidħol il-parlament.", "Issa qed jiġi emendat dak l-artiklu li kien jippermetti lill-ministru, di suo sponte, jimplimenta direttivi mingħajr ma jinvolvi lil dan il- parlament.", "Barra minn hekk, żdiedet xi ftit l-iskeda dwar x'jikkostitwixxi istituzzjoni finanzjarja.", "Bażikament hemm tmien kategoriji ta' attivitajiet li jipprattikaw istituzzjonijiet finanzjarji.", "Ma nistax naqraha bil-Malti għax, kif għedt qabel, f'dan il-parlament jidher li sirna nippreżentaw leġislazzjoni bil-lingwa Ingliża biss.", "Forsi għad jiġi żmien li nibdew nidibbattu bil-lingwa Ingliża wkoll!", "Qabel kien hemm it-Taljan ... ` llum naħseb li l-Malti bil-mod il-mod qed jiġi emarġinat.", "Kif għedt, l- ewwel parti ta' l-iskeda qiegħda bil-Malti u mbagħad tkompli bl-Ingliż.", "Fost dawn l-attivitajiet ta' istituzzjonijiet finanzjarji nsibu self - li jinkludi krediti personali, krediti taħt mortgage, xiri ta' fatturi kemm bi jew mingħajr dritt ta' rikors, finanzjament ta' transazzjonijiet kummerċjali, financial leasing, kapital ta' sogru jew riskju, ħruġ u amministrazzjoni ta' mezzi ta' pagament rigward travellers' cheques, li llum ħadd m'għadu jużahom, garanziji u rabtiet, negozju għall-persuna nnifisha jew f'isem klijenti, strumenti ta' swieq finanzjarji, kambju ta' flus, financial futures, strumenti ta' rati ta' kambju u imgħax, underwriting ta' ħruġ ta' ishma u s-sehem f'dak il-ħruġ, u senserija ta' flus.", "L-Att dwar l-istituzzjonijiet finanzjarji, ironikament, titkellem fuq kollox ħlief banek.", "Id-direttiva li qed issir riferenza għaliha, madankollu, tittratta l-banek u t-transazzjonijiet li jsiru permezz tal- banek.", "U bir-raġun li fid-diskors li għamel l-abbli kollega tiegħi tkellem fuq id-direttiva li titkellem fuq il-banek.", "Pero` meta wieħed jaqra fuq l- istituzzjonijiet finanzjarji taħt kapitlu 376 tal-liġijiet ta' Malta, jinduna li l-banek tista' ma jissemmewx.", "(Interruzzjonijiet) Jekk taqra l- briefing tal-European parliamentary financial services rigward il-payment services directive tara li ftit li xejn għandha x'taqsam mal-liġi li qed ngħaddu llum.", "Din il-liġi la qed titkellem fuq credit cards ...", "Fiha hemm, per eżempju, emendi ebsin għal dak li jikkonċerna r-riċiklaġġ ta' flus marbutin mat-terroriżmu.", "Fil-fatt hemm ħafna klawsoli dwar l- attenzjoni li għandha tingħata għall-kwestjoni tar-riċiklaġġ ta' flus.", "Hemm sections oħra li jirrigwardaw ir-riferenzi li hemm għall-Bank Ċentrali ta' Malta fejn tidħol id-disclosure.", "Din l-emenda qed tidħol għaliex issa mhux se nitkellmu aktar fuq il-Bank Ċentrali ta' Malta, imma fuq il-Bank Ċentrali Ewropew peress li se nidħlu fil-euro zone.", "Permezz ta' dawn l-emendi, l-awtorita` regolatorja qed tingħata ftit iktar poteri.", "Jien dejjem kelli question mark fuq il-bżonn ta' regolamentazzjoni tal-finanzi.", "Għaliex daqqa jingħad li l-bank ċentrali għandu jkun ir- regolatur per eċċellenza, u daqqa jingħad li m'għandux ikun il-bank ċentrali imma għandu jkun hemm awtorita'.", "U allura kien hemm il-Malta financial authority u awtoritajiet oħra li jaqgħu taħt l-awtorita' finanzjarja Maltija li kellhom il-funzjoni li jirregolaw dan il-qasam.", "Ovvjament wieħed jifhem li dan kollu għadu b'mod esperimentali għaliex ir- regolamentazzjoni ta' dan is-settur m'hijiex xi ħaġa antika f'pajjiżna.", "Qabel l-1990 kollox kien regolarizzat permezz tal-Bank Ċentrali jew permezz tal-ministru responsabbli mill-finanzi.", "M'hemmx dubju li hekk kien isir.", "Imbagħad inħass il-bżonn, anke minħabba ċerti direttivi Ewropej, li jkun hemm regolatur.", "Fair enough, imma jien għad għandi r-riservi tiegħi għaliex ma nistax nifhem kif meta qegħdin nitkellmu fuq istituzzjonijiet finanzjarji, m'għandhiex tkun l-MFSA li tirregola dawn l-istituzzjonijiet.", "Illum jekk hemm xi enti jew aġenzija governattiva li tgawdi r-rispett universali f'dan il-pajjiż, taż-żewġ naħat tal-Kamra u tan-nies li jipparteċipaw f'din l-attivita`, żgur li hija l-MFSA li rnexxielha tkattar il-fiduċja fiha b'mod ġenerali.", "Allura għalfejn għandek tikkrea aġenziji u awtoritajiet regolatorji oħra?", "Din dejjem kienet ir-riserva tiegħi għall- Att dwar l-istituzzjonijiet finanzjarji, jiġifieri Kapitlu 376 tal-liġijiet tagħna.", "Ma naħsibx li kieku kellna nikkonċedu lill-MFSA l-poter li wieħed qed jikkonċedi lil din l-awtorita` ad hoc sui generis, konna se nkunu inkonsistenti ma' xi direttiva Ewropea.", "Fl-opinjoni tiegħi ma konniex se nkunu inkonsistenti.", "L-Unjoni Ewropea trid li dawn l-istituzzjonijiet finanzjarji, li aċċennajt għalihom qabel, ikunu regolati.", "Per eżempju, jekk ikun hemm istituzzjoni li m'hijiex qiegħda tiffunzjona, għandek tneħħilha l-liċenzja.", "Qabel kienet sa tliet xhur mentri llum qiegħda sa sitt xhur.", "Illum l-awtorita` għandha l-obbligu li żżomm reġistru ta' dawn l-entijiet kummerċjali ħalli wieħed ikun jaf x'inhuma dawn l-entijiet li qegħdin jiġġestixxu attivita` kummerċjali.", "Huwa importanti li jinżamm reġistru bħal dan u l-idea li tirregolarizza dawn l-affarijiet f'pajjiż bħal Malta li jrid ikun a financial hub, hija xi ħaġa indispensabbli.", "Pero` ma naqbilx li jkollok pluralita` ta' awtoritajiet u qiegħed nuri għalfejn ma naqbilx.", "Jekk inti tispetizza u tikkrea ħafna pockets ta' awtoritajiet 'l hawn u 'l hemm tispiċċa ma tkunx tista' tikkontrolla, mentri jekk tiċċentralizza l-poter fi ħdan awtoritajiet inqas numerużi, il-kontroll u t-trasparenza jkunu akbar.", "Din il-liġi qiegħda tagħti aktar poteri lil din l-awtorita` li se tkun tista' tirrikkmanda li jsiru aktar regolamenti.", "Ir-regolamenti jsiru taħt din l-awtorita`, u l-liġi tipprovdi wkoll il-mod kif għandhom jiġu inforzati dawn ir-regolamenti.", "Pero` dan l-abbozz ta' liġi ftit li xejn jitkellem fuq il-payment services directive.", "Jien nista' ngħid li qrajt l- abbozz kollu u ma sibt kważi l-ebda riferenza għall-kwestjoni ta' l- armonizzazzjoni ta' proċeduri bankarji, strumenti bankarji u spejjeż bankarji fi ħdan il-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea.", "Din m'hijiex liġi li qiegħda tirrispekkja daqstant id-direttiva li qegħdin nitkellmu fuqha llum.", "Nerġa' ngħid li għalkemm qrajt l-abbozz għal darba, darbtejn, ma stajtx insib riferenza għall-implimentazzjoni ta' din id-direttiva.", "Kif qal tant tajjeb il-kollega tiegħi, l-iskop ta' din id-direttiva huwa li jkun hemm armonizzazzjoni.", "Għaliex?", "L-Unjoni Ewropea m'hijiex xi ħaġa omoġenea bħalma hija l-Amerika, li hija pajjiż wieħed u allura – almenu fil- prinċipju – hemm sistemi nazzjonali.", "L-Unjoni Ewropea bdiet fuq sisien ta' common market bejn numru ta' pajjiżi totalment indipendenti minn xuxlin, pajjiżi li kellhom sistemi ta' governabilita` u demokrazija differenti minn xulxin.", "Fil-fatt hemm min għandu sistema presidenzjali, hemm min għandu sistema parlamentari, hemm min għandu sistema federali, hemm min għandu sistema konfederali u hemm min għandu sistema ċentrali.", "Anke l-mod kif dawn il-pajjiżi jmexxu l-affarijiet finanzjarji tagħhom, huwa differenti.", "Issa jekk wieħed jara x'jingħad fid-direttiva f'dan ir-rigward isib dawn il- kliem:", "\"Today the European Union is confronted with a fragmented payments landscape which has developed along national lines.", "The use of payment instruments vary significantly from country to country since each member state has tailored standards and practices to the needs of domestic users and to the requirements of national legislation.\".", "Dak huwa l-iskop tad-direttiva għaliex kull pajjiż addotta sistema ta' pagamenti bankarji għalih innifsu.", "Kull pajjiż għandu s-sistema tiegħu.", "Per eżempju, ir-rati li wieħed jiċċarġja għall-użu tal-credit cards huma kollha differenti.", "Naturalment fil-ftit dawn m'humiex sinifikanti, pero` fil-ħafna d-differenzi fl-ispejjeż tal-pagamenti u tar-rati bankarji jħallu l-effett tagħhom fuq is-settur tal-kummerċ.", "Issa jew se jkollna suq komuni f'kollox – bħalma hemm f'dak li għandu x'jaqsam ma' dwana, dazju u affarijiet oħra - jew inkella ma jkollna xejn.", "Jekk se jkollna suq komuni, ma jridx ikollna żvantaġġ fil-kummerċ minħabba aspetti bankarji u minħabba l-leġislazzjoni nazzjonali.", "Għalhekk l-Ewropa għaddiet direttiva sabiex dawn il-kwestjonijiet jiġu armonizzati.", "Dak huwa l-iskop ta' din id- direttiva, li fl-aħħar mill-aħħar hija xi ħaġa tajba.", "Kif qal tajjeb l- Onor. Tonio Fenech, sabiex nimplimentaw dak li verament tirrikjedi d- direttiva, irridu nbiddlu liġijiet oħra.", "Fis-sena 2001 il-Kummissjoni Ewropea kienet addottat ir-regolament 2560 li kien jittratta l-cross-border payments.", "L-iskop ta' dan ir-regolament kien li jixpruna \"the establishment of a single payments market and to introduce the principle of equality of charges for payments made in euro within a member state and cross-border\".", "Hawnhekk wieħed jirrealizza li l-iskop huwa li meta tiddaħħal l-ewro jkun hemm armonizzazzjoni fir-rati ta' pagamenti ħalli dejjem ikun hemm il-free market u l-fair competition u mhux ikun hemm xi leġislazzjoni ta' pajjiż partikolari li tkun qiegħda tikkrea żvantaġġ kummerċjali lil dak li jkun.", "Sur President, dik hija l-liġi li għandna quddiemna u ma naħsibx li għandi għalfejn noqgħod nirrepeti dak li qal il-kollega tiegħi.", "Din il-liġi, għalkemm ftit li xejn tassorbi dak li tgħid id-direttiva, hija waħda regolatorja.", "Issa wieħed irid jara għalfejn din l-awtorita` li qed tissemma se jkollha ċerti poteri li tagħmel regolamenti u li tissorvelja.", "Per eżempju, jekk aħna daqshekk akkaniti u kuntenti li ma noħolqux żvantaġġ fil-kummerċ minħabba ċerti miżati li jiċċarġjaw il-banek, xtaqt inkun naf jekk dawn issa humiex se jiġu kollha l-istess.", "Ilkoll kemm aħna nisimgħu kif ċerti banek f'Malta jiċċarġjaw miżati aktar minn banek oħra.", "Nafu li l- HSBC, il-BOV u banek oħra f'Malta jiċċarġjaw rati differenti għas-servizzi tagħhom.", "Jiena s'issa għadni ma fhimtx jekk b'din id-direttiva s-servizzi li joffru l-banek f'pajjiżna, humiex se jkunu kollha l-istess?", "U jekk se jkunu kollha l-istess, se jkunu hekk anke meta kkomparati ma' banek oħra f'pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea?", "Dan qiegħed ngħidu għaliex lanqas f'Malta stess m'huma l-istess ir-rati li jiċċarġjaw il-banek għas-servizzi li jagħtu.", "Infatti wieħed jista' jagħżel bejn bank u ieħor għaliex forsi l-ispiża ta' ċertu servizz hija inqas minn dik ta' bank ieħor.", "Madankollu mit-ton ta' l-Onor.", "Fenech u anke mit-ton ta' din id-direttiva, jidher li donnu hemm din il-ġirja għall- istandardisation tar-rati tas-servizzi bankarji.", "Issa jekk tistaqsuni naqbilx jew le, ikolli ngħid li hawnhekk għandna kontradizzjoni għaliex jew verament se nemmnu fil-kompetizzjoni ħielsa jew m'aħniex se nemmnu fiha.", "Sur President, jew se nħallu lil min jikkompeti fil-kummerċ, inkluż il- banek li jistgħu jikkompetu bejniethom bil-miżati u r-rati li jiċċarġjaw għas-servizzi li jagħtu, jew inkella se nikkontradixxu lilna nfusna fuq xi ħaġa li llum kważi hija d-domma ta' l-Unjoni Ewropea billi ngħidu li fis- settur bankarju m'hijiex se titħalla l-kompetizzjoni ħielsa.", "B'dan il-mod tkun qiegħed tikkontradixxi lilek innifsek għaliex meta tkun qiegħed tagħmel kollox kważi l-istess ma tkunx qed tħalli dak l-element ta' kompetittivita`.", "Xi kultant inħoss li ċerti direttivi, meta mqabblin ma' direttivi oħra, għalkemm forsi ma jkunux jidhru, huma xi ftit kontradittorji.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Edwin Vassallo.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO (Segretarju Parlamentari): Sur President, nixtieq nibda d-diskors tiegħi billi, f'isem il-gvern, nuri d-diżapprovazzjoni għal dak li għadu kemm intqal mill-Onor.", "Herrera.", "Barra minn hekk, nitlob lill- ġurnalisti sabiex joqogħdu attenti kif jinterpretaw dak li ntqal illum f'din il-Kamra.", "Dan għaliex id-diskors ta' l-Onor.", "Herrera kien istituzzjonalment maħsub mhux biex jikkorrompi – għaliex, jekk irridu, ilkoll nafu nitkellmu – imma biex iħammeġ lil wieħed mill-ministri ta' din il-Kamra, lil waħda mill-awtoritajiet u lill-istabilita` - din ma niddejjaqx ngħidha - ekonomika ta' dan il-pajjiż.", "Issa jekk l-Onor.", "Herrera huwa raġel, dak li qal f'din il-Kamra, jerġa' jirrepetih barra minn din il-Kamra.", "Bil-kliem li beda jgħid hawnhekk, kliem ta' l-avukati, ipprova jimplika fatti li, skond hu, seħħew u bil-lingwaġġ li uża kien qiegħed joħloq dubji fejn ma jeżistux.", "Madankollu s-serjeta` ma titlobx hekk.", "L-Onor.", "Herrera kien qiegħed jipprova jħammeġ.", "Jekk sabiex il-politiċi jirbħu vantaġġ politiku partiġjan jagħmlu użu minn dan l-aġir, li jkun jiswa ftit ħdejn il- ħsara li tista' ssir lill-poplu tagħna, allura din il-Kamra ma tibqax aktar tad-deputati kollha imma ssir Kamra ta' ftit deputati diżonesti li ma jixirqilhomx jitkellmu f'isem il-poplu!", "Jekk hemm xi ħaġa ħażina – u din tista' tiġri lil kulħadd u kullimkien għax kulħadd jista' jimrad – u taf li qegħdin jittieħdu azzjonijiet korrettivi fuqha, ma tiġix hawnhekk u tkompli tixħet il-ħmieġ fuq il-ferita.", "Sur President, jekk il-partit Laburista jrid ikun serju – u l-oppożizzjoni qiegħda tiddiskuti affarijiet totalment differenti mill-allegat każ li tkellem fuqu l-Onor.", "Herrera - jiena nitolbu sabiex f'xi ħin jew ieħor iqum jgħid li dak il-kliem qalu fis-saħna ta' l-argument u ma kienx qiegħed jifhem x'inhu jgħid.", "Jekk, min-naħa l-oħra, jibqa' jsostni dak li qal fl- intervent tiegħu, allura jkolli nakkużah li tkellem b'malizzja.", "U wieħed irid joqgħod attent kif jinterpreta dak li qal hawn ġew!", "Is-serjeta` ta' dan il-pajjiż titlob kwalita` differenti ta' deputati.", "Lill-Onor.", "Herrera nerġa' ngħidlu li jekk huwa jaħseb li dak li qal huwa minnu, allura għandu jerġa' jirrepeti l-istess kliem barra minn din il-Kamra.", "B'hekk jekk dak li qal huwa minnu jittieħdu passi immedjati ħalli dak l-abbuż ma jibqax iseħħ.", "Jekk min-naħa l-oħra ma jirriżulta xejn, ikollu jħallas għal dak li qed jgħid.", "ONOR.", "JOSE HERRERA: Mr Speaker, għandi point of order.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Herrera, on a point of order.", "ONOR.", "JOSE' HERRERA: Sur President, dak li kont qiegħed ngħid fuq l-ADT ġie pprovat b'sentenza tal-qorti.", "U dak li għedt fuq il-Malta Maritime Authority, fil-mument propizju ngħidu wkoll barra minn dan il-parlament.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Vassallo jkompli bl-intervent tiegħu.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO: Sur President, dak li qal l-Onor.", "Herrera f'din il- Kamra llum għandu jtennih barra.", "Jekk ma jridx jirrepetih barra għax għad m'għandux provi tiegħu, allura ngħidlu li huwa beżżiegħ.", "Jekk m'għandux provi ta' dak li qal, għalfejn qalu?", "Li kieku għandu l-provi f'idejh joħroġ barra u jirrepeti dak li qal f'din il-Kamra għaliex provi llum u provi għada, provi jibqgħu.", "(Interruzzjonijiet) Oħroġ barra u erġa' rrepeti dak li għedt jekk inti raġel!", "Għalfejn għedtu llum jekk m'għandekx provi tiegħu?", "Qum u għid lil kulħadd li m'għandekx provi.", "Sur President, qegħdin nisimgħuh jgħid li ma jridx joħroġ barra minn din il- Kamra u jirrepeti dak li qal hawn ġew għaliex m'għandux provi.", "Din hija politika ta' allegazzjonijiet u politika li juża min irid jipprova jirbaħ billi jħammeġ.", "Din m'hijiex l-ewwel darba li ntużat din il-politika u miexja pass pass ma' dak li ġara qabel l-elezzjoni ta' l-1996.", "Dak li qiegħed jiġri llum seħħ dakinhar u l-poplu Malti diġa` għadda minn din l- esperjenza fl-1996.", "(Interuzzjonijiet)Issa oqgħod kwiet, Onor. Herrera, għaliex illum ilek tgħid ħafna ħmerijiet!", "Ħalli issa nibda nitkellem fuq is-suġġett li qegħdin niddiskutu llum.", "L-abbozz ta' liġi li qegħdin nitkellmu fuqu llum – kif qal tajjeb l-Onor.", "Tonio Fenech – huwa meħtieġ sabiex issir bidla oħra importanti kemm għal min qiegħed fl-attivita` kummerċjali, kif ukoll għal min qiegħed jaħdem fil- qasam finanzjarju.", "Għalhekk huwa importanti li jkollna leġislazzjoni bħal din li qiegħda ssir llum fuq id-direttiva ta' l-Unjoni Ewropea.", "L-Unjoni Ewropea qiegħda tagħmel sforz sabiex tkun tista' tara li fiz-zona ta' l- ewro jkun hemm simplifikazzjoni tal-proċess tal-ħlasijiet li jsiru minn negozju għal negozju, minn pajjiż għal pajjiż u minn istituzzjoni finanzjarja għal oħra.", "Fi ftit kliem, il-konsumatur se jkun jista' jgawdi b'mod individwali minn din id-direttiva għaliex hu wkoll se jkun jista' jagħżel liema enti finanzjarja liċenzjata jrid juża sabiex ikun jista' jħallas lil min tah xi servizz jew biegħlu xi prodott.", "Mela, Sur President, din il-leġislazzjoni fiha nnifisha hija wkoll proċess għas-simplifikazzjoni tal-proċeduri.", "Din hija leġislazzjoni bħal ħafna oħrajn li għaddew minn dan il-parlament maħsuba sabiex titnaqqas il- burokrazija.", "Leġislazzjonijiet bħal dawn inaqqsu l-burokrazija fil-qasam tal-proċeduri finanzjarji.", "Per eżempju, f'okkażjonijiet oħra l-Ministru Tonio Borg u s-Segretarju Parlamentari Carmelo Mifsud Bonnici ressqu fil- parlament leġislazzjonijiet li ssimplifikaw il-proċeduri tal-qrati u b'hekk ħaffew il-proċess ta' kif issir il-ġustizzja.", "Dak ukoll huwa proċess fit- tnaqqis tal-burokrazija fl-element ġudizzjarju.", "Issa llum qegħdin naraw pass ieħor lejn tnaqqis tal-burokrazija fil-qasam finanzjarju.", "Pero` rrid ngħid li din m'hijiex xi leġislazzjoni li se nibdew ingawdu minnha mill-għada li napprovawha.", "Din il-leġislazzjoni qiegħda tifrex it-tapit sabiex ikunu jistgħu jsiru ċerti riformi u preparamenti, anke mill-istituzzjonijiet finanzjarji f'Malta u f'pajjiżi oħra, speċjalment dawk li qegħdin fil-euro zone ħalli jaraw kif se jikkompetu aktar bejniethom u kif se jintużaw bħala strumenti ta' servizzi finanzjarji.", "Dan għaliex għada pitgħada jien se jkolli aktar liberta` milli għandi llum biex nuża entijiet finanzjarji mhux biss f'Malta, imma anke f'pajjiżi oħrajn.", "L-istess ħaġa se jkun jista' jagħmel ħaddieħor barra minn Malta.", "Il-barranin se jkunu jistgħu jużaw entijiet kummerċjali u finanzjarji Maltin jekk jaraw li huma aktar kompetittivi, għaliex din hija proċedura li filwaqt li qiegħda tissimplifika, qiegħda wkoll tilliberalizza.", "Fil-fatt kull meta ssimplifikajna, dejjem illiberalizzajna.", "Mela hawnhekk qegħdin nilliberalizzaw is-suq finanzjarju.", "Niġi issa għall-pagamenti u għall-metodi ta' kif isiru l-pagamenti.", "Il- ħajja hija magħmula mill-pagamenti għaliex in-nies kontinwament jixtru u jbiegħu.", "Il-kummerċ huwa xi ħaġa essenzjali fil-ħajja ta' kuljum u li kieku kellu jieqaf il-kummerċ, kważi nieqfu ngħixu għaliex illum kollox sar jiddependi mill-kummerċ.", "Naturalment il-kummerċ jiddependi mill-ħlasijiet, u jekk aħna kapaċi nħaffu l-proċeduri li permezz tagħhom isiru l-ħlasijiet u nnaqqsu wkoll l-ispejjeż relatati ma' dawn il-proċeduri, fl-aħħar mill- aħħar inkunu qegħdin inkabbru l-attivita` kummerċjali.", "Barra minn hekk, b'dan il-mod l-Unjoni Ewropea qiegħda tkompli tnaqqas il- barriers to trade għaliex qiegħda tkompli tifrex aktar u tnaqqas id- differenzi li jeżistu bejn stat u ieħor.", "Din l-uniformita`, jiġifieri li dak li nista' nagħmel jien f'Malta jista' jagħmlu ħaddieħor fil-Ġermanja, jew dak li tista' tagħmel enti finanzjarja fl-Ingilterra tista' tagħmlu wkoll enti finanzjarja fid-Danimarka jew f'pajjiż ieħor ta' l-Unjoni Ewropea, tagħmel lill-Unjoni Ewropea dik li hi.", "Għalhekk, b'riżultat tas- sħubija tagħna fl-Unjoni Ewropea, il-gvern għad irid jibda jiġi hawnhekk b'leġislazzjonijiet simili għal dik li qegħdin inressqu llum, għaliex maż- żmien irridu nkomplu nilliberalizzaw u nneħħu dak li qabel kien customized għal xi pajjiż partikolari jew għal xi enti kummerċjali partikolari.", "Sur President, b'dan il-mod kollha kemm aħna nidħlu f'dik is-serjeta` ta' qafas burokratiku fejn hemm ċerta unita` u uniformita`.", "Din il-bidla li qed issir u li trid tkompli ssir hija mibnija fuq entijiet li se jkunu rregolati ħalli jżommu ċerta serjeta`, dixxiplina u ndafa.", "Issa kif se tiggarantixxi li ma jkollokx xi skrivan li għada pitgħada jista' jabbuża mid-dmir tiegħu?", "Dan jista' jsir permezz ta' mekkaniżmi li jkunu qegħdin hemm ħalli meta tiskatta xi irregolarita`, inkunu kapaċi nikkoreġu dak li jkun qiegħed isir.", "Proprju għalhekk jekk wieħed iħares lejn din il- leġislazzjoni ta' ftit paġni, isib li kważi tliet kwarti minnha hija magħmula minn artikli li jipprovaw jagħlqu kull probabilita` ta' abbuż.", "B'hekk l-entijiet li jkunu liċenzjati f'din is-single euro payments area, ikunu magħrufin għall-integrita`, id-dixxiplina, is-serjeta' u l-indafa tagħhom.", "Din hija l-leġislazzjoni li qegħdin inressqu hawnhekk illum.", "Ma naħsbix li nkun żbaljat jekk ngħid li din il-leġislazzjoni hija an eye opener għall-entijiet finanzjarji ta' pajjiżna.", "Minkejja li ġeografikament pajjiżna huwa żgħir, permezz ta' liġijiet bħal dawn, pajjiżna mhux se jibqa' aktar limitat f'dak li għandu x'jaqsam mal-qasam finanzjarju.", "Mela llum il-banek ewlenin tagħna ma jistgħux jgħidu – bħalma kienu jgħidu sal- bieraħ - li se jaġixxu safejn jasal it-territorju Malti.", "Issa se jkollhom ċerta liberta` li biha, jekk jiġu magħrufin għall-integrita`, għall-indafa u għas-serjeta` tagħhom, jistgħu jiġu liċenzjati sabiex ikunu jistgħu joperaw u joffru s-servizzi tagħhom anke lill-konsumaturi barranin.", "Meta nitkellem fuq xi ħaġa bħal din, nibda ngħid li dan huwa s-sabiħ ta' pajjiż li jifforma parti mill-Unjoni Ewropea.", "Li kieku aħna ma konniex imsieħba fl-Unjoni Ewropea, ma konniex inkunu nistgħu ngawdu minn provvedimenti u minn regolamenti ta' din il-kwalita`, bil-konsegwenza li kienu jbatu n-nies fl-attivita` kummerċjali, is-self-employed, is-sidien ta' negozji żgħar u kbar, kif ukoll il-konsumaturi u ċ-ċittadini b'mod ġenerali.", "Nafu, li per eżempju, se jkun hemm rivoluzzjoni fil-metodu kif se jkun jista' jsir is-self li jinkludi krediti personali, mortgages, xiri ta' fatturi kemm ta' merkanzija li jkunu jew ma jkunux bid-dritt ta' rikors, u finanzjament ta' transazzjonijiet kummerċjali.", "Se jiġu affettwati l- financial leasing, il-kapital ta' sogru, insurance brokerage, il-ħruġ u l- amministrazzjoni ta' mezzi ta' pagamenti u traveller's cheques.", "Jekk jiena se nsiefer u se nuża traveller's cheques – għalkemm illum m'għadhomx moda - jew plastic money, se jkolli d-dritt li minflok nagħmel użu minn enti finanzjarja Maltija, nagħżel waħda li qiegħda fi Sqallija għaliex forsi toffrili servizzi aħjar minn dik ta' Malta.", "L-istess ħaġa jista' jagħmel xi ħadd minn Sqallija, mill-Ingilterra, mill- Italja jew minn xi pajjiż ieħor fl-Unjoni Ewropea, jiġifieri jagħżel enti finanzjarja Maltija.", "Jekk min huwa kompetittiv jasal biex jipperswadi lin- nies li għandu value added fil-kompetittivita` tiegħu għaliex qiegħed joffri servizz aħjar fil-qasam finanzjarju, se jkun kapaċi jirbaħ klijenti ġodda li forsi sal-lum– minħabba li għadha ma daħlitx din it-tip ta' operazzjoni – ma jistax jirbaħhom.", "Issa nibdew naraw ukoll garanziji u rabtiet, negozji għal persuna nnifisha jew f'isem il-klijenti, strumenti ta' swieq finanzjarji, ċekkijiet, kambjali u ċertifikati ta' depożitu ...", "Għada pitgħada se jkun permissibbli li jkolli cheque-book ta' bank barrani.", "U dan se jkun jista' jsir legalment u mhux bil-moħbi tas-Segretarju Parlamentari Tonio Fenech!", "Iċ-cheque-book ta' Malta se jkun rikonoxxut ukoll barra mill-pajjiż u allura xi ħadd barrani jista' jkollu kont u depożitu f'bank Malti.", "U dan se jkun jista' jsir bl-aktar mod simplifikat; mhux bħal lum, fejn biex ikollok xi ħaġa simili trid tkun kważi an international trading company.", "Fi kliem ieħor, hawnhekk qegħdin nissimplifikaw il-metodu ta' kif il-flus jistgħu jimxu minn pajjiż għal ieħor u kif it-transazzjonijiet jistgħu jsiru bl-aktar mod faċli.", "Sur President, nixtieq nagħti daqqa t'għajn ħafifa lir-rapport li kien ħareġ mill-GRTU fl-2006.", "F'waħda mill-mistoqsijiet li kienu saru lil membri tal-GRTU li huma sidien ta' negozji żgħar kienu ntalbu jelenkaw dak li jemmnu li jista' jgħinhom ikabbru u jżidu l-bejgħ tagħhom.", "Mir-risposti li ngħataw jidher li kien hemm 10.98% li qalu li jistgħu jkabbru l- attivita` kummerċjali tagħhom billi jkollhom aktar sapport mill-banek, u 7.01% qalu li jistgħu jkabbru l-attivita` kummerċjali tagħhom jekk ikun hemm aktar aċċess għal finanzjament.", "Issa b'din il-leġislazzjoni qegħdin ngħidu li l-banek tagħna se jkunu iżjed cost effective u se jġorru l- ispejjeż huma meta negozjant imur jagħmel pagament, permezz tal-banek, lil xi ħadd barra minn Malta.", "Meta tidħol fis-seħħ din il-leġislazzjoni, il- banek tagħna se jkunu aktar kompetittivi u allura se joffru prezz irħas għas-servizzi li joffru.", "Fl-aħħar mill-aħħar il-kompetizzjoni tissarraf f'offerta ta' servizzi aktar wiesgħa, fejn dak li jkun jista' jinqeda mingħand entijiet finanzjarji li sal-lum lanqas taħseb li tista' tinqeda mingħandhom.", "Dik hija l- kompetizzjoni.", "Issa se jibda jkollna entijiet finanzjarji jikkompetu bejniethom sabiex jaqduna aħjar.", "Dan se jkun ifisser roħs fit-tariffi tas- servizzi li joffru, fosthom tal-pagamenti li jsiru bejn pajjiż u ieħor.", "Il- programm ta' ħidma li jindika l-politika ta' dan il-gvern lejn is-settur tan-negozji ż-żgħar għas-sena politika li ġejja se jkollu bħala objettiv dak li nirbħu mill-aspett ta' kompetizzjoni.", "Iż-żgħir irid jirbaħ fil- kompetizzjoni, pero`anke l-kbir irid jirbaħ.", "U liġi bħal din telenka l-mod kif anke bank internazzjonali jrid itejjeb il-ħidma tiegħu sabiex ikompli jirbaħ fil-kompetizzjoni.", "Allaħares ikun hawn xi bravu li jipprova jgħid li se jnaqqas il- kompetizzjoni għaliex dak ikun ifisser li se jnaqqas l-attivita` kummerċjali.", "Il-kompetizzjoni tikber bir-ritmu li bih tikber l-attivita` kummerċjali.", "Dawn huma żewġ enerġiji li jixprunaw lil xulxin imma huma xiehda ta' l-eżistenza ta' xulxin.", "Il-kompetizzjoni mingħajr l-attivita` kummerċjali ma timxix u żieda fl-attivita` kummerċjali ġġib magħha żieda fil-kompetizzjoni.", "Jiena nawgura li fuq leġislazzjoni bħal din ikun hawn il-qbil ta' din il-Kamra.", "Din il-leġislazzjoni ma titlobx biss il-qbil unanimu tal-parlament imma titlob ċerta serjeta` billi nuru li aħna, bħala parlament, qegħdin nippreparaw lil dan il-pajjiż fuq it-tarġa tas-serjeta` u d-dixxiplina.", "Wieħed mill-artikli ta' dan l-abbozz ta' liġi jgħid hekk:", "\"... l-awtorita` kompetenti tkun sodisfatta li l-istituzzjoni finanzjarja għandha tmexxija soda u bil-għaqal, u għandha arranġamenti b'saħħithom ta' governanza, li fihom tidħol struttura ċara ta' organizzazzjoni b'limiti ta' responsabilita` mfissra b'mod tajjeb, trasparenti u konsistenti ...\".", "Sur President, jiena nixtieq li dan il-kliem ikun jgħodd ukoll għal dak li kont qiegħed nitkellem dwaru fil-bidu tad-dibattitu tiegħi.", "Dan il-kliem irid ikun jgħodd mhux biss għall-entijiet finanzjarji imma anke għad- deputati taż-żewġ naħat tal-Kamra.", "Ejjew inkunu awtorita` kompetenti u awtorita` li kapaċi taħdem bis-serjeta`.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Insejjaħ lis-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo sabiex, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "TONIO FENECH: Sur President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal għada, it-Tlieta 19 ta' Ġunju 2007, fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili (Emenda Nru 2) - Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili - Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Istituzzjonijiet Finanzjarji - Tieni Qari (Kont);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Awtorita` ta' Malta dwar ir- Riżorsi - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Organizzazzjonijiet Volontarji - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Amministrazzjoni Pubblika - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta (Emenda Nru 2) - Tielet Qari; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income – Tielet Qari.", "--------------------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar iċ-Cittadinanza Maltija - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Foster Care - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili (Emenda Nru 2) - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Reġistru Ċentrali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza li tneħħi l-Kontroll tad-Djar - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Kumpanniji - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Mediċini - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Rimarki?", "Is-Segretarju Parlamentari l-Onor.", "Edwin Vassallo.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO: Sur President, f'dan l-Aġġornament nixtieq nitkellem fuq xi affarijiet li qegħdin jiġru f'ċerti lokalijiet tad-distrett tiegħi u ċerti affarijiet oħra li rajthom iseħħu quddiem għajnejja.", "Se nitkellem fuq il-kolliżjonijiet tal-karozzi, fuq ix-xogħol li għaddej fil-lokalita` tal-Mosta bħalissa mill-gvern ċentrali u xogħol ieħor li għaddej mill-gvern ċentrali fl-Imtarfa, kif ukoll fuq l-organizzazzjoni tas-swieq.", "Sur President, nibda b'suġġeriment.", "Illum il-ġurnata nafu li wara arranġamenti li saru dan l-aħħar bejn il-pulizija u s-sistema tal-wardens, meta jkun hemm ħabta bejn żewġ karozzi u ma jkun weġġa' ħadd, dik il-ħabta taqa' taħt ir-responsabbilta` tal-wardens.", "Jiena nemmen li deċiżjoni bħal din ħaffet aktar mill-piż proċedurali, biex insejjaħlu hekk, tal-pulizija.", "Għaliex illum il-ġurnata meta jkun hemm ħabta l-pulizija jistgħu jibqgħu għaddejjin bix-xogħol li jkunu qegħdin jagħmlu u jkunu l-wardens li jmorru fuq il-post u jagħmlu r-rapport ta' dik il-ħabta.", "Illum b'dispjaċir se nitkellem fuq meta s-sistema tfalli, jiġifieri fuq dawk il-każi fejn wara li jkun hemm ħabta bejn żewġ karozzi u ma jkun weġġa' ħadd, il-wardens li suppost jaslu fuq il-post fl-inqas ħin possibbli, fil-fatt ma jaslux u b'hekk jinħoloq kaos kbir.", "Qed ngħid hekk, Sur President, għaliex ftit ta' ġranet ilu fi triq prinċipali fil-Mosta, Triq il-Kostituzzjoni, ħabta bejn żewġ karozzi li naħseb li lanqas kellhom b'Lm10 spejjeż bejniethom, wasslet għal dannu ferm ikbar mid-dannu li kellhom iħallsu lil xulxin iż-żewġ sewwieqa.", "Peress li dawn iż-żewġ karozzi ma setgħux jiċċaqilqu qabel ma jsir l-isketch, spiċċaw waqqfu t- traffiku li jgħaddi minn din it-triq lejn u minn San Pawl il-Baħar, bil- konsegwenza li kkawżaw diżastru u diżordni sħaħ fit-traffiku.", "Mad-daqqa ta' għajn ngħid li kien hemm aktar minn 30 karozza tal-linja weqfin f'ħin wieħed u fi triq waħda minħabba din il-ħabta; iżjed minn 15-il karozza tal- linja ġejjin min-naħa u daqstant ieħor min-naħa l-oħra, għaliex din hi arterja importanti.", "Jiġifieri ħabta ta' ftit liri bejn żewġ karozzi kkawżat karnivalata sħiħa għar-raġuni li l-wardens ma kenux fuq il-post fil- pront biex ikunu jistgħu jagħmlu l-isketch ħalli dawn iż-żewġ karozzi jkunu jistgħu jitneħħew min-nofs.", "Għaldaqstant bil-kalma - mhux għax dak il-ħin bqajt kalm, x'ħin rajt dak il-kaos! – nagħmel l-ewwel suġġeriment tiegħi.", "Nappella lil min hu responsabbli biex jassigura li kull meta jkun hemm ħabta fit-toroq – u llum il-ġurnata tista' tgħid li t-toroq kollha saru toroq arterjali għax, tgħaddi minn fejn tgħaddi, kullimkien traffiku ssib - il-wardens ikunu iżjed effiċjenti u jaslu fil-post aktar malajr.", "Fil-fatt laħqu ħarġu żewġ pulizija mill-għassa tal-Mosta allavolja f'dak il-ħin partikolari ma tantx ikunu jistgħu joħorġu mill-għassa għaliex, skond informazzjoni li għandi, ikunu impenjati f'affarijiet oħra li jkunu taħt ir-responsabbilta' tal- pulizija.", "U għalhekk ma ħarġux qabel.", "Pero` n-nies kollha li nqabdu f'dik il-konġestjoni għamlu aktar minn nofs siegħa jistennew lil xi ħadd jiġi ħalli jkun jista' jċaqlaq dawn iż-żewġ karozzi min-nofs.", "Immaġina turisti, Maltin u xufiera tal-karozzi tal-linja jieqfu kważi għal nofs siegħa jistennew li ħabta li fiha ma weġġa' ħadd, tiġi solvuta.", "Fil-fatt wara tliet minuti li waslu dawn iż-żewġ pulizija, it-triq ġiet cleared u kulħadd seta' jkompli fi triqtu.", "Issa f'dan il-pajjiż qegħdin nitkellmu fuq branding u fuq il-ħtieġa li jkun hawn is-serjeta`.", "Jien għal kollox favur is-serjeta` u għalhekk qed nitkellem b'responsabbilta` imma b'mod pubbliku.", "Għaliex jekk aħna m'aħniex se nibdew nedukaw, anke mill-parlament stess, minflok pass 'il quddiem se mmorru pass lura.", "Jien hawnhekk la qiegħed neħodha kontra Ċikku u lanqas kontra Peppu, imma rridu niġbdu l-attenzjoni ta' xulxin ħalli l- affarijiet nagħmluhom aħjar milli għamilniehom il-bieraħ.", "Għalhekk, nerġa' ngħid, is-suġġeriment tiegħi huwa li min huwa responsabbli għandu jara kif il-wardens jibdew ikunu fuq il-post meta jiġu msejħa għaliex inċident jista' joħloq konfużjoni kbira.", "Wieħed irid jassigura li kemm jista' jkun, min ikun fuq xogħlu tassew jagħti sehmu bl-effiċjenza u effettivita`, sija jekk hu pulizija u sija jekk hu warden.", "Sur President, nixtieq nitkellem ukoll fuq il-kunsill lokali ta' l-Imtarfa li jiena ġieli ddiskutejt miegħu affarijiet li għandhom x'jaqsmu mas-settur kummerċjali.", "Madankollu, jiddispjaċini ngħid li dan huwa wieħed minn dawk il-kunsilli lokali - mhux għaliex huwa mmexxi minn maġġoranza laburista, għaliex jien naf b'kunsilli lokali li huma mmexxijin minn maġġoranza Laburista, li huma tajbin – li jeħtieġlu tbeżbiża minn min suppost jagħtihielu.", "Jien m'iniex awtorizzat biex nagħtih it-tbeżbiża, pero` ladarba l-Imtarfa qiegħda fid-distrett li jien nikkontesta, inħoss li għandi d-dritt li niġi hawnhekk u niġbed l-attenzjoni ta' min hu responsabbli.", "L-Imtarfa hija komunita` b'ħafna familji li għad għandhom it-tfal żgħar.", "Hemmhekk hemm, tista' tgħid, il-faċilitajiet kollha, bħal skola u anke dar ta' l-anzjani.", "U minn hawnhekk irrid nirringrazzja lil dawk kollha li jieħdu ħsieb l-anzjani f'dik id-dar ta' l-anzjani.", "Din hija lokalita` li ġiet mibnija ma' bini ieħor li storikament huwa magħruf bħala bini tas- servizzi Ingliżi.", "L-Imtarfa hija magħrufa bħala Belt il-Ġmiel, u tassew fiha l-ġmiel tagħha.", "Pero` llum il-ġurnata, il-kunsill lokali ta' l- Imtarfa b'maġġoranza Laburista m'hux jibża' għall-ġmiel ta' Belt il-Ġmiel u fil-fatt hemm ċerta telqa.", "Anke ma' l-istess binja fejn hemm il-kunsill lokali, tista' tara ċerta telqa.", "Sur President, huwa faċli għal min hu kunsillier mill-partit fl- Oppożizzjoni biex jaqa' fil-mentalita' ta' l-Oppożizzjoni.", "Jien nemmen li dawn ikunu nies tajbin u jkunu ġew eletti fil-kunsill biex jagħmlu l-ġid, imma mbagħad faċilment jaqgħu fin-nasba tal-kultura ta' l-Oppożizzjoni.", "Dawn flok jagħmlu oppożizzjoni lill-gvern – xi ħaġa naturali li jiena nifhimha – jagħmlu oppożizzjoni lin-nies li tellgħuhom u li tawhom il- fiduċja.", "Nerġa' ngħid, fil-kunsilli lokali l-mentalita` ta' l-Oppożizzjoni hija mentalita` ta' oppożizzjoni mhux lill-gvern imma lin-nies tal- lokalita`.", "Jekk iżżomm il-ħmieġ fil-lokalita` tiegħek, ma tkunx qed tagħmel oppożizzjoni lill-gvern imma oppożizzjoni lil ħutek stess, lill-prinċipju tas-sussidjarjeta` u lill-prinċipju tad-deċentralizzazzjoni.", "U fl-Imtarfa jkolli ngħid li din il-politika ta' l-Oppożizzjoni, din il-politika partiġjana llum il-ġurnata qed iddejjaq lin-nies.", "M'hijiex toħloq riżultati tajbin.", "Dawn la qed jagħmlu ġieħ lill-kunsill lokali u lanqas lil- lokalita` li fiha ħafna koppji żgħażagħ.", "Dan il-kunsill lokali, kull biċċa xogħol li jkun qed jagħmel il-gvern ċentrali jgħid li qed jagħmilha hu u jekk tkun qed issir biċċa xogħol tajba jipprova jara kif iwaqqafha.", "L-Imtarfa hija waħda mil-lokalitajiet fejn bħalissa qed isir xogħol ta' tarmac fuq triq prinċipali, apparti li għadha kemm tlestiet ukoll it-triq ta' taħt l-Imtarfa.", "Fil-fatt illum il-ġurnata kważi t-toroq kollha ta' l-Imtarfa għandhom is-servizzi mgħoddija u miksija bit-tarmac.", "Ma nistax ngħid l-istess għall-Mosta imma l-Imtarfa hija lokalita` żgħira u l-lokalitajiet żgħar kollha għandhom ċerta loġistika infrastrutturali li hija sodisfaċenti.", "U dan grazzi għall-gvern ċentrali.", "Imma fl-istess ħin li jkun għaddej ix-xogħol mill-gvern ċentrali, tara kunsilliera tal-partit Laburista jużaw is-soltu makakkerija partiġjana.", "Pero` fl-aħħar mill-aħħar ħadd ma jista' jigdeb u jekk dak ix-xogħol ikun qed jagħmlu l-gvern ċentrali, ħadd ma jista' jinnegah.", "Il-kunsill lokali lanqas qed jaħdem skond il-liġi u kif suppost.", "Kif jien informat, il- laqgħat qed isiru bit-tqanżih u meta ċerti kunsilliera ma jkunux jistgħu jattendu, tant li bil-kemm ikun hemm quorum, Sur President.", "F'dan il-kunsill hemm pika li jeħtieġ li xi ħadd li huwa awtorizzat jaqbad il-barri minn qrunu u jwaqqafha, għax hija pika tat-tfal iż-żgħar u ma jistax ikun li tibqa' sejra.", "Ma jistax ikun li s-sindku titħalla tipprova toħloq dik id-diżordni istituzzjonali.", "Għalkemm il-pika hija bejn il- kunsilliera u toħroġ fil-kamra fejn jiltaqa' l-kunsill lokali, fl-aħħar mill-aħħar il-komunita` kollha qiegħda tweġġa'.", "Huwa faċli li tkun kunsillier tal-partit ta' l-oppożizzjoni u ma tagħmel xejn biex jeħel b'kollox il-gvern.", "Imma aħna darba ngħixu u mhix ħaġa sabiħa li naħlu ħajjitna hekk mingħajr ma nagħmlu l-ġid meta jkollna ċ-ċans li nagħmluh.", "Il-kap ta' l-oppożizzjoni jħobb jgħid li l-kunsilli lokali huma l- mera ta' gvern alternattiv, ta' gvern Laburista.", "Hawnhekk jiena ngħidlu biex joqgħod attent għax jekk il-ħidma tal-kunsill lokali ta' l-Imtarfa qed isejħilha l-mera ta' gvern Laburista alternattiv, dan ma jawgurax tajjeb.", "Jekk dik il-mera jridha sabiħa u tleqq, allura jrid jagħtiha tindifa number one!", "Meta nitkellem mal-familji ta' l-Imtarfa, ħafna drabi jsemmu l-ħtieġa ta' servizz adegwat tat-trasport pubbliku għal din il-lokalita`.", "Hawnhekk pubblikament nagħmel appell lill-ADT u lill-Ministru Mugliett biex ikomplu bil-ħidma tagħhom ħalli forsi jinstabu mezzi ta' trasport pubbliku alternattiv għal dak li għandna.", "Għax jekk nibqgħu nirraġunaw li biex vjaġġ tal-karozza tal-linja jkun vijabbli jrid ikollu xi 30 jew 40 persuna, allura dan qatt ma jista' jkun vijabbli f'lokalitajiet żgħar.", "Bħalissa qed tiġi f'moħħi wkoll il-lokalita` tal-Bidnija.", "Huwa importanti li tkompli l- ħidma biex f'dan il-pajjiż nibdew naraw mezzi ta' trasport pubbliku iżgħar u b'inqas spejjeż li jkunu jistgħu jintużaw biex jgħaqqdu lokalitajiet bħalma huma l-Bidnija u l-Imtarfa ma' lokalitajiet fil-qrib bħall-Mosta jew ir-Rabat.", "Sur President, ngħaddi biex nitkellem fuq il-Mosta.", "Tajjeb ngħidu li bħalissa fil-Mosta beda x-xogħol ta' l-għoti ta' tarmac fuq triq prinċipali magħrufa bħala Triq il-Ħtajriet.", "Din hija triq wiesgħa u twila u allura se tiġi tiswa mijiet ta' eluf ta' liri.", "Jiena ngħid li kieku nipparagunaw din it-triq mat-toroq fiċ-ċentru tal-Għargħur, bit-tarmac ta' din it-triq tagħmel kważi għaxar toroq.", "Pero` fil-Mosta għandna ħafna minn dawn it- toroq kbar li jinħtieġu jingħataw it-tarmac u ovvjament dawn se jiġu jiswew ħafna.", "Jiena sodisfatt li l-ministeru responsabbli mit-toroq beda x-xogħol fuq din it-triq partikolari, li meta tkun lesta jkunu naqsu mijiet ta' metri kwadri ta' toroq fil-Mosta li sal-ġurnata tal-lum kienu għadhom bla tarmac.", "Hawnhekk irrid infaħħar il-ħidma min-naħa tal-ministeru ta' l- Onor. Mugliett li għaraf li l-Mosta hi forsi waħda mill-iżjed lokalitajiet li għad għandha toroq bla tarmac.", "Irrid ngħid li ftit tax-xhur ilu kien tlesta x-xogħol fuq it-toroq kollha tal-housing estate għalkemm sa l-elezzjoni tal-kunsilli lokali kien għadu mhux lest.", "Illum il-ġurnata, bil-ħidma li kienet saret bejn il-kunsill lokali tal-Mosta, il-ministeru responsabbli mit-toroq, kif ukoll il- ministeru tal-politika soċjali - għax hemmhekk hemm housing estate tal- gvern li għal ħafna snin baqa' bit-toroq kif ħalliehom gvern Laburista - dan il-housing estate ġie msebbaħ u għandu l-kumdita` ta' toroq li huma ta' kwalita` tajba.", "Jidher li, grazzi għall-konsultazzjoni li kien għamel kunsill b'maġġoranza Nazzjonalista, dak ix-xogħol sar.", "Il-kunsill lokali preżenti, b'maġġoranza Laburista għandu biċċa nkwiet inqas fuq xiex jaħseb għax għandu biċċa xogħol kbira lesta.", "L-istess ħaġa nista' ngħid għax- xogħol fuq il-pjazza tal-Mosta li issa ilu ftit li tlesta u li allura l- kunsill b'maġġoranza Laburista m'għandux l-inkwiet li kellu fuqu l-kunsill lokali ta' qablu għax sab sodda mifruxa.", "Dan il-kunsill lokali b'maġġoranza Laburista m'għandux fuq xiex jinkwieta daqskemm kellu fuq xiex jinkwieta l- kunsill lokali ta' qablu.", "Nista' ngħid li se jitkompla x-xogħol fuq Triq San Ġużepp u hemmhekk se tkun ingħalqet parti sostanzjali mix-xogħol kollu li sar - li beda ftit xhur ilu - biex jitlestew numru ta' toroq oħra f'zona residenzjali iżgħar.", "Bħalissa, jekk wieħed jagħti daqqa t'għajn lejn it-triq ta' ħdejn iċ- ċimiterju tal-Mosta, Triq il-Mitħna, jara li għaddej xogħol estensiv biex dik it-triq titwessa' u ftit ġranet oħra se tingħata t-tarmac.", "Jiena ngħid li b'dan ix-xogħol il-Mosta se tkun ħadet ir-ruħ – u proprju hemm statwa tar-ruħ! – għax hemmhekk hemm entratura prinċipali li taqbad mat-triq fejn hemm il-Flower Power, triq arterjali oħra minn fejn jgħaddi ħafna traffiku.", "Dawn huma kollha xogħlijiet li qegħdin isiru mill-gvern ċentrali fil- lokalitajiet, Sur President.", "Meta wieħed jara dan kollu, ikollu jgħid li għandna gvern ċentrali li qed itejjeb il-kwalita` tal-ħajja fil- lokalitajiet tagħna.", "Sur President, fil-ħin li baqagħli nixtieq nitkellem ftit rigward l- organizzazzjoni tas-swieq.", "Hawnhekk se nitkellem b'ċerta attenzjoni għaliex dan huwa punt li lili jweġġagħni.", "Regola importanti li teżisti llum il-ġurnata għal min jaħdem bħala market hawker fis-swieq hija li skond il- liġi preżenti, meta wieħed jingħata l-liċenzja mit-trading licence unit biex jaġixxi ta' market hawker, dan irid imur għand il-kunsill lokali u jirreġistra l-interess tiegħu li jarma f'dik il-lokalita` u dak il-kunsill lokali jniżżel lil dik il-persuna fil-waiting list.", "Il-waiting list hija sistema li suppost tkun trasparenti, pero` dan jiddependi mis-serjeta` tal- kunsill, li tvarja minn kunsill lokali għal ieħor.", "Għandna kunsilli lokali – kemm b'maġġoranza Laburista u kemm b'maġġoranza Nazzjonalista – li huma tajbin u daqstant ieħor għandna kunsilli lokali li għandhom ċerta telqa fuqhom u ma jirregolawx skond il-liġi.", "Allura x'jiġri?", "Jiġri li s-suq jibqa' jikber u jibda joħloq inkonvenjent żejjed lir-residenti.", "Meta jkollok sindku ġdid li jkun lest li jaqbad 'il-barri minn qrunu, isib problema akbar biex jaqta' fil-laħam il-ħaj ladarba ta' qablu ma jkun għamel xejn.", "Jiena dan l-aħħar kelli diversi laqgħat ma' diversi sindki.", "Kellna wkoll laqgħat ma' bejjiegħa, market hawkers, kif ukoll mas-segretarji tal- kunsilli lokali.", "Għaliex aħna minn żmien għal ieħor nagħmlu stock-take tal- problemi.", "Aħna, bħala gvern – anke s-segretarjat tiegħi – m'aħniex il- factotum.", "Aħna m'għandniex id-dritt li nieħdu deċiżjonijiet fuq l- organizzazzjoni tas-swieq partikolari.", "Dik ir-responsabbilta` llum waqgħet f'idejn il-kunsilli lokali, Sur President.", "Pero` minn hawnhekk irrid niġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa li l-ewwelnett nedukaw.", "Għal darb' oħra nemfasizza li l-organizzazzjoni u t-tmexxija tas-suq tal-bejjiegħa tal- monti hija f'idejn il-kunsilli lokali rispettivi.", "U l-bejjiegħa jagħrfu min huma dawk il-kunsilli lokali li jimxu mal-liġi u bihom huma l-iżjed kuntenti.", "Per eżempju, żewġ kunsilli lokali partikolari li jiena nfaħħar għall-organizzazzjoni tas-swieq tagħhom huma dawk taż-Żejtun u tan-Naxxar.", "Dawn huma lokalitajiet li jimxu u jaġixxu skond il-liġi, u l-bejjiegħa jsibu refuġju f'suq fejn il-kunsill lokali jmexxi kif suppost.", "Pero` ma jistax ikun li jibqa' jkollna swieq fejn is-sindki ma jimpurtahomx mill-organizzazzjoni, anzi mhux talli ma jimpurtahomx – għax kieku fiha u ma fihiex – talli bin-negliġenza tagħhom jispiċċaw jawtorizzaw lil min kważi joħloq mafja – naf li hija kelma goffa – u jibda jkun hemm il- bullying bejn terzi persuni li jieħdu pożizzjoni bħallikieku huma jinnegozjaw il-postijiet u biex tinqeda trid tmur għandhom u mhux għand is- sindku!", "Forsi ma jkunx hemm rabta bejnhom u bejn is-sindku, imma f'ċerti swieq tant ikun hemm sitwazzjoni ta' free for all, li jispiċċaw jinħolqu dawn il-bullies.", "Hawnhekk irrid ngħid li qed tidħolli informazzjoni li jista' jkun hemm xi bullies ta' dan it-tip bl-għarfien kemm tal-pulizija, kif ukoll - xi kultant - tas-sindku.", "Allura għax, b'kumbinazzjoni, qegħdin nittrattaw suq, xi ħaġa bħal din ma fihiex x'ninvestigaw u x'nirregolaw, Sur President?!", "Pero` jkun hemm abbużi għaliex tkun qed tinkiser il-liġi u jkun hemm atteġġjament negattiv, meta fl-aħħar mill-aħħar dawn huma sitwazzjonijiet fejn xi ħadd qed jieħu l-flus lil xi ħaddieħor.", "B'dan il- mod tkun qed tinħoloq sistema fejn, filwaqt li l-liġi ma tawtorizzax il- bejgħ ta' postijiet, xorta waħda jkun hemm min hu lest li jżomm il-flus biex xi ħadd jarma minflok xi ħaddieħor.", "Jiena qed niġbed l-attenzjoni tal- Kamra għal dawn l-affarijiet u minn hawn u ftit ieħor se nkun qed nitkellem ma' l-awtoritajiet konċernati biex dan it-tip ta' abbużi jiġu investigati.", "Aħna għandna liġi u l-liġi kapaċi żżomm l-ordni.", "Jekk ma rridux dik il- liġi allura qegħdin ngħidu lil xulxin li ma rridux dik l-ordni.", "Pero` fejn tinħoloq id-diżordni, għawġ u ġlied bejn il-bejjiegħa jista' jinqala'.", "Nawgura – għax għalhekk qed nitkellem b'dan il-mod minn hawnhekk – li qed nibgħat sinjali ċari lis-sindki biex ma jibqgħux, bin-negliġenza u bl- indifferenza tagħhom - awtomatikament jawtorizzaw affarijiet li m'humiex leċiti.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada, it-Tlieta 19 ta' Ġunju 2007, fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mis-Segretarju Parlamentari.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "ĠNIEN L-INDIPENDENZA - FUNTANA", "26677.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa l-funtana ġdida li ġiet inawgurata riċentement fi Ġnien l-Indipendenza f'Tas-Sliema?", "Jista' jgħid xi kriterji ambjentali huma assoċjati ma' dan il-proġett infrastrutturali?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Ninsab infurmat li l-funtana l-ġdida li ġiet inawgurata riċentement f'Tas-Sliema ġiet tiswa madwar Lm8,000.", "Permezz ta' din il-funtana rridu nwasslu l-messaġġ li \"d-dinja ma ġietx mogħtija lilna minn ta' qabilna iżda ġiet mislufa lilna minn uliedna\".", "RAPPORTI KKUMMISSJONATI", "26678.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' rapporti li ġew ikkummissjonati matul din is-sena?", "Jista' jgħid liema kienu dawn ir- rapporti u kemm ġew jiswew?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni fis-seduta waqt it-tqegħid ta' karti.", "MCAST - STUDENTI BIS-DYSLEXIA", "26680.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO PRECA staqsiet lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru jgħid għaliex tlett studenti ta' l-MCAST li attendew kors ta' carers u jbatu mid-dyslexia ma ngħatawx l-għajnuna waqt l-eżami u wara li għamlu r-re-sit damu ġimgħat ma ngħataw ir-riżultati, anzi ġew mitluba biex jerġgħu jagħmlu l-eżami għal darb'oħra u kien wara li oġġezzjonaw fuq parir tat-tabib tagħhom li ngħataw ir-riżultat żmien wara?", "Għaliex m'hemmx arranġamenti partikolari għal żgħażagħ bħal dawn li b'tant entużjażmu jidħlu biex jitħarrġu iżda mbagħad isibu ostakoli mhux mistennija a bażi tad-diffikulta' tagħhom?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li ħadd mill-istudenti fuq dan il-programm ma nforma lill-MCAST dwar dyslexia jew xi ħtiġijiet oħra speċjali.", "L-MCAST minn dejjem kellu nies apposta fis-sezzjoni ta' l-Inclusive Education Unit, biex jieħdu ħsieb jagħtu l-għajnuna neċessarja lil dawk li jipprovdu evidenza professjonali minn tobba jew esperti oħra.", "Minħabba l-livell baxx ta' edukazzjoni tagħhom, dawn l-istudenti ingħataw għajnuna addizzjonali fil-Malti u fl-Ingliz matul il-kors kollu biex jgħinhom fl-istudji tagħhom.", "Dan sar mingħajr ebda spejjez għall-istudenti konċernati.", "FACILITATOR", "26682.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru jara li t-talba għal facilitator, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, tiġi proċessata peress li l- istudent in kwestjoni kulma jmur sejjer ħafna lura?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li se jsir dak kollu possibli biex din l- applikazzjoni tiġi pproċessata qabel il-bidu tas-sena skolastika li ġejja.", "TOROQ - FEASIBILITY STUDIES", "26683.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għal Għawdex: B'referenza għas-sejħa ta' l-offerti li dehret fil-Gazzetta tal-Gvern 1 ta' Ġunju, 2007, Avviż Nru: WB 27/2007 dwar feasibility studies għat-Triq Xlendi u Triq ta' Pinu, Għawdex tista' l-Ministru tispeċifika dan l-istudju fhiex jikkonsisti b'mod dettaljat?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Jiena nfurmata li l-istudji msemmija fil-mistoqsija jikkonsistu f'Economic and Financial Feasibility Studies u li l-kontenut tagħhom huma spjegati b'mod dettaljat fis-sejħa għall-offerti li hija ppublikata bħalissa.", "GĦAWDEX: SPTAR ĠENERALI - MAKNI TAL-KLIEWI", "26684.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm pazjenti li regolarment jużaw il-makni tal- kliewi fl-Sptar Ġenerali ta' Għawdex u kemm hemm magni a diżpożizzjoni tal- pazjenti f'Għawdex?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Ninsab infurmata li n-numru ta' pazjenti li regolarment jużaw il-makni tal-kliewi fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex huwa sebgħa iżda magħhom ġieli jkun hemm xi każijiet ta' pazjenti Maltin u oħrajn barranin.", "Il-makni li huma għad-diżpożizzjoni tal-pazjenti f'Għawdex jammuntaw għal erbgħa.", "MCAST - STUDENT", "26685.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru jgħid għal liema raġuni l-istudent ta' l-MCAST li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament u li m'għaddiex mill-eżami ndikat separatament, l-ewwel ġie infurmat li l-każ tiegħu huwa borderline u allura ser isirlu interview u mbagħad ġie infurmat li ma kienx ser isirlu l-interview bil-konsegwenza li issa ma jistax ikompli l-kors?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "SERVIZZ TA' DAWL U ILMA", "26686.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru jara għaliex anzjan b'diżabilita' li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, la għandu servizz ta' dawl u lanqas ta' ilma?", "Jista' jingħatalu dan is-servizz?", "Jista' jiġi nfurmat bl-aħħar żviluppi?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninsab infurmat li l-post imsemmi jaqa' barra mil- limitu ta' żvilupp.", "Fil-kaz tal-Korporazzjoni għas-Servizz ta' l-Ilma, din m'għandhiex infrastruttura tad-distribuzzjoni ta' l-ilma f'inħawi msemmija.", "Rigward is-servizz ta' l-elettriku ma jirrizultax li l-applikant qatt applika għal dan is-servizz f'dan l-indirizz.", "BENFIĊĊJU SOĊJALI GĦAL OMM SEPARATA", "26690.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għall-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru tara li jitmexxa l-każ ta' omm separata bi tlett itfal, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li qatgħulha r-relief fi Frar, appellat u sal-lum għadha mingħajr risposta?", "Jista' l-każ ta' din il-persuna jitmexxa u tiġi nfurmata bl-aħħar żviluppi?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Ninsab infurmata li, sal-lum, il-persuna ndikata mill-Onor.", "Interpellant naqset li tipproduċi d-dokument legali mitlub mid- Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali u dan minkejja li ntalbet tagħmel dan diversi drabi permezz ta' ittri.", "TARZNA - ĦADDIEMA BARRANIN", "26691.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 26390, 25877 u 26584 u jgħid: Kemm ħaddiema barranin ħadmu fit-Tarzna fl-2005 u 2006?", "Kemm kienu bħala esperti u kemm bħala ħaddiema?", "X'kien l-ammont li tħallas lil dawn il-ħaddiema?", "Kemm hemm ħaddiema fit-Tarzna li għandhom bejn 17-19-il sena, bejn 20-30 sena, bejn 41-50 sena u 'l fuq minn 50 sena?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-informazzjoni mitluba għall-ewwel, it-tieni u l-aħħar parti tal-mistoqsija tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni fis- seduta waqt it-tqegħid ta' karti.", "Għar-rigward ta' l-aħħar parti, il-Malta Shipyards ma tkunx taf kemm attwalment tħallsu l-ħaddiema barranin peress illi dawn jitħallsu direttament mill-Aġenzija barranija li tkun qabbdet il-Malta Shipyards.", "TARXIEN - TRIQ KELINU CACHIA", "26692.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' l-Ministru jara u jintervjeni sabiex Triq Kelinu Cachia, f'Hal Tarxien tiġi mnaddfa mmedjatament mill-ħafna ħmieġ, xewk, skart eċċ li hemm u li ilu hemm mhux ħażin u li qed jaffettwa ħażin il- kwalita' tal-ħajja tar-residenti?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninsab infurmat illi għalkemm it-tindif tat-triq imsemmija ma taqax taħt ir-responsabbilita' tal-Gvern Ċentrali, id- Dipartiment għas-Servizzi ta' l-Indafa ser jieħu passi sabiex dan l- inkonvenjent jitneħħa.", "Il-Kunsill Lokali diġa' gie mgħarraf sabiex iżomm it-triq imsemmija fi stat nadif.", "TARXIEN - TRIQ KELINU CACHIA", "26693.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru ġentilment jara li Triq Kelinu Cachia, f'Hal Tarxien tiġi asfaltata jew jistax jgħid, imqar, meta huwa maħsub li din tiġi asfaltata tenut kont il-prijoritajiet tal-Awtorita' dwar it-Trasport?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li Triq Kelinu Cachia hija nkluża fil-lista ta' toroq li jridu jsiru mill-ADT sa l-2008.", "Ix-xogħol fuq din it-triq isir skond il-prijoritajiet li jirriżultaw.", "INCOME TAX REFUND", "26695.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jivverifika meta l-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, se tieħu l-income tax refund li ilu dovut lilha għal madwar għaxar snin?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Skond kif tħabbar fid-diskors tal-budget għal din is- sena – fil-ġimgħat li ġejjin kull min għandu xi bilanċ favur tiegħu għas- snin ta' qabel l-1998 se jirċievi ittra fejn fiha jkollu ndikat meta ser jitħallas l-ammont lura.", "PROĠETTI FFINANZJATI", "26698.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jagħti l-lista ta' proġetti li ġew iffinanzjati mill-ħames protokoll Taljan u mill-pre-accession funds ta' l- Unjoni Ewropea?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant hi dik kif tidher fil-listi A u B li tpoġġew fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni fis-seduta waqt it-tqegħid ta' karti.", "KORP TAL-PULIZIJA - AVUKATI", "26701.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: B'referenza għal mistoqsija parlamentari 26517, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid min kien il-membru fil-korp tal-pulizija li spiċċa mill-korp għal raġunijiet mediċi wara li ggradwa bħala avukat?", "X'kien il-grad tiegħu fil-korp?", "ONOR.", "TONIO BORG: Filwaqt li ma nħossx li dettalji personali ta' din in- natura għandhom ikunu ppublikati, ninsab infurmat illi din il-persuna kienet daħlet fil-Korp tal-Pulizija bħala kuntistabbli, fejn wara kien ġie promoss għal surġent u sussegwentement kien laħaq spettur.", "Pero' billi sakemm wasal biex jirtira kien għadu m'għaddiex il-perijodu bi prova, huwa kien spiċċa mill-Korp bħala surġent.", "UNIVERSITA' - ASSOCIATE PROFESSOR", "26703.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru jagħti lista ta' min applika għall-post ta' associate professor fl-Universita' ta' Malta minn Jannar 2004 'il quddiem u jgħid f'kull każ:", "1) id-data tal-ġurnata meta l-Universita' rċeviet l-applikazzjoni; 2) id-data li fiha l-pubblikazzjonijiet u materjal relatati ma' l-applikant intbagħtu mill-Universita' ta' Malta lill-Association of Commonwealth Universities f'Londra; 3) id-data li fiha l-Association of Commonwealth Universities bagħtet il- materjal għand ir-referees tagħha; 4) id-data li fiha l-Universita' ta' Malta rċeviet ir-risposta dwar l- applikazzjoni; u 5) id-data li fiha kull applikant irċieva avviż dwar l-andament ta' l- applikazzjoni tiegħu/tagħha?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "SPTAR SAN LUQA - IPPARKJAR", "26705.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' l-Ministru jgħid min hu awtorizzat li jipparkja l- vettura tiegħu fl-Isptar San Luqa?", "Liema kategoriji ta' staff huma ntitolati li jipparkjaw il-vettura tagħhom fl-Isptar San Luqa?", "Min aktar għandu l-permess li jipparkja l-vettura tiegħu fl-Isptar San Luqa?", "Jista' l-Ministru ġentilment iwieġeb dawn il-mistoqsijiet waħda waħda?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-informazzjoni dwar min hu awtorizzat li jipparkja l- vettura fl-isptar San Luqa hi din:", "a. Dawk l-impjegati ta' l-isptar San Luqa li huma elenkati fir-risposta għat-tieni mistoqsija.", "b. Kull min għandu permess temporanju biex jipparkja.", "c. Persuni bil-badge ta' diżabilita.", "d. Vetturi minn Sptarijiet oħrajn, Ċentri tas-Saħħa u Dipartimenti.", "e. Vetturi awtoriżżati li jagħtu servizz fl-Isptar.", "f. Persuni importanti (VIP)", "L-impjegati sa skala 9 jistgħu jipparkjaw matul il-ħin kollu tal-ġurnata, f'areas designati.", "L-impjegati kollha l-oħra jistgħu jipparkjaw mit-Tnejn sas-Sibt wara s-sagħtejn u nofs ta' wara nofsinhar, filwaqt li fil-Ħdud u l- festi huma permessi li jipparkjaw matul il-ġurnata kollha.", "L-impjegati li jaħdmu fl-Istitut tal-Ħarsien tas-Saħħa u fl-iskola Hookham Frere, għandhom ukoll il-postijiet riservati għall-parking.", "KARTA ANZJAN", "26709.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' l-Ministru jgħid jekk persuna anzjana li għandha l- karta anzjan, imma għandha r-raġel jaħdem għax hu iżgħar minnha, hiex intitolata għas-servizzi offruti lil min għandu l-karta anzjan?", "Jekk iva, fid-dawl li żewġha għadu jaħdem liema huma s-servizzi li din l-anzjana hija ntitolata għalihom?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninforma lill-Onor Interpellant li persuna li għandha l-kartanzjan hija ntitolata għal roħs fuq il-vapur tal-Gozo Channel, roħs fuq in-noll tal-karozzi tal-linja, roħs fuq il-fiera tan-Naxxar u roħs għad- dħul fil-grawnd tal-futbol.", "Ta' min jinnota li kull persuna li għandha kartanzjan tkun intitolata għas-servizzi fuq imsemmija irrispettivament jekk ir-raġel tagħha jew mara tiegħu humiex full time worker.", "TIGNE' TRANSPORT ACTION PLAN", "26711.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: B'referenza għar-risposta għal mistoqsija parlamentari 26515, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tat-Transport Action Plan għall-penisola ta' Tigne', Sliema?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Kopja tal-pjanti tas-Sliema Transport Action Plan tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni fis-seduta waqt it-tqegħid ta' karti.", "Dawn jinkludu network and development traffic forecasts għas-sena 2010 fil- penisola ta' Tigne', kif ukoll is-sistema proposta għall-immaniġjar tat- traffiku.", "Xi dettalji mis-sistema proposta partikolarment iż-żona ħdejn il-ferries, jistgħu jinbidlu.", "LIĊENZJA TAT-TV", "26712.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament għadu qed jirċievi avviżi biex iħallas il-liċenzja tat-televiżjoni meta ilu snin bla sett tat-tv u ilu snin li avża lid-dipartiment ikkonċernat li hu bla sett tat-tv u ħadilhom anke stqarrija ġuramentata?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li l-informazzjoni li ngħatat mad-domanda ma tagħmilx referenza għal data partikolari u għalhekk huwa diffiċli biex issir verifika sodisfaċenti, għalkemm il-liċenzja ndikata ma turi ebda reġistrazzjoni jew preżentazzjoni ta' ġurament.", "Għalhekk nitlob lill-persuna kkonċernata titkellem mad-Dipartiment Tas- Servizzi Korporattivi tal-Ministeru tal-Kompetittivita u Komunikazzjoni f'Evans Building Triq Merkanti l-Belt, possibilment bil-kopji tad-dokumenti relattivi sabiex tkun tista' ssir il-verifika neċessarja u jsiru l- korrezzjonijieit neċessarji jekk ikun hemm il-bżonn.", "TOROQ - KUNTRATTI GĦAL XOGĦOL", "26713.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 26634 u jgħid liema kuntratti għal xogħol f'toroq residenzjali li ngħataw xi xhur ilu tlestew sal-lum, inkluż l-isem tal-kuntrattur u l-lokalita' fejn sar ix-xogħol?", "Kemm kien stmat li kellu jiġi jiswa x-xogħol u kemm fil-fatt ġie jiswa wara li tlesta?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "GAMBLING", "26714.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 26485, 26357 u 26627 u jgħid jekk minħabba l-fatt li gambling fil-forom varji tiegħu qed jikber f'pajjiżna, hux il-ħsieb tal-gvern li jirregolah b'mod aktar komprensiv?", "Jidhirlu l-Gvern li għandha ssir distinzjoni ċara legali bejn slot machines u amusements machines u l-użu tagħhom, u dan l- aktar fid-dawl tal-fatt li l-vizzju tal-logħob qed jikber fost il- minorenni?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 26485.", "SIĠĠIEWI – RAPPORTI TA' SERQ", "26715.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm serqiet u reati kriminali ġew rapportati lill-pulizija u li okkorrew fis-Siġġiewi matul is-snin 2004, 2005, 2006?", "Kemm ġew solvuti minnhom dawn is-serqiet u reati?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant huwa kif jidher hawn taħt:", "| |Każi |Solvut|Reati |Solvut| | |ta' |i |oħra |i | | |serq | | | | |2004 |72 |- |86 |4 | |2005 |90 |4 |103 |7 | |2006 |67 |2 |110 |5 |", "ĊENSIMENT 2005", "26716.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 26428 u jgħid meta se jixxandar ir-riżultat taċ-ċensiment tas-sena 2005, speċjalment dak dwar djar u akkomodazzjoni vakanti peress li t-tagħrif hu kruċjali għal sorveljar dwar is-suq tal-proprjeta' f'pajjiżna?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 26428.", "MALTA INDUSTRIAL PARKS", "26717.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid matul din is-sena kemm kienu l-individwi u/jew ażjendi li l-Malta Industrial Parks Limited infurmat li jridu jitilqu minn Ħal Far u jmorru l-qasam industrijali ta' Ħal Luqa?", "Jista' jqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-kundizzjonijiet li qed tesiġi l-Malta Industrial Parks Limited mill- ażjendi nvoluti?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "SAN ĠILJAN: TRIQ SAN ĠORG - BUS STOP", "26718.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jara li jerġa' jitwaħħal il-bus stop li kien hemm qabel fi Triq San Ġorġ, f'San Ġiljan peress li ħafna residenti ta' l-inħawi huma anzjani u jsofru tbatija kbira u inkonvenjenza biex jaslu sal-bus stop tal-bajja ta' Spinola jew f'tarf is-Swieqi?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Jien infurmat li l-bus stop li kien hemm fi Triq San Ġorġ ġie mneħħi minħabba li kien qiegħed ikun ta' ostaklu għat- traffiku.", "Jien infurmat ukoll li dan l-aħħar saret żjara fuq il-post bejn il-Kunsill Lokali ta' San Ġiljan, id-Direttorat tat-Trasport Pubbliku u l-Unit inkarigat mill-Immaniġġjar tat-Traffiku fejn ġie maqbul li fuq żmien ta' prova jiġi nstallat bus stop fi Triq San Ġorġ kantuniera ma' Triq il-Qaliet mal-ġenb tal-HSBC Bank.", "MCAST - ITC", "26719.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti ta' l-MCAST li qed jattendu ċentri privati ta' l-IT għall-korsijiet tagħhom peress li m'hemmx spazju u faċilitajiet għalihom fl-MCAST fil-qasam ta' l-ITC?", "Jista' jgħid kemm kienu dawn l-istudenti fil-bidu tal-kors u kemm hemm minnhom li m'għadhomx jattendu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li n-numru ta' studenti ta' l-MCAST li qed jattendu ċentri privati ta' l-IT hu kif ġej:", "Registered Currently Training Providers 01 Dec '06 Attending Resigned Computer Domain 55 50 5 Key Training Services 54 42 12 St Martin's Institute of IT 31 29 2 STC Training 23 23 0", "AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA", "26720.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru tgħid x'sar mill-applikazzjoni għal akkomodazzjoni diċenti tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li flimkien mal-mara u t-tlett itfal jgħix f'post ċkejken sub- standard, bil-mara diżabbli u ilu jistenna 18-il sena mindu applika?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħti parir lill- persuna ndikata li tmur il-Customer Care tad-Dipartiment għall- Akkomodazzjoni Soċjali biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.", "TRABI MWIELDA MINN OMMIJIET TAĦT L-ETA'", "26723.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' l-Ministru jgħid kemm twieldu trabi din is-sena u s-sena l-oħra lill-ommijiet ta' 16-il sena u taħt is-16-il sena?", "Jista' jaqsam l-informazzjoni skond l-eta' u skond il-lokalita' li tiġi minnha l- omm?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Bejn Jannar tas-sena 2006 u l-aħħar ta' Marzu tas- sena 2007 twieldu 68 tarbija lill-ommijiet ta' sittax-il sena jew iżgħar.", "Il-lokalitajiet huma kif jidhru fit-tabella hawn taħt:", "Trabi li twieldu lill-ommijiet ta' 16-il sena jew inqas bejn Jannar tas- sena 2006 u l-aħħar ta' Marzu tas-sena 2007.", "| | | |Mother'| | | | |s age | |Region |15 |16 |Total | | |years |years| | | |or | | | | |less | | | |Gozo |0 |1 |1 | |North |9 |15 |24 | |Harbour | | | | |South |6 |12 |18 | |Harbour | | | | |South East |5 |8 |13 | |Northern |1 |3 |4 | |Western |1 |7 |8 | |Malta and |22 |46 |68 | |Gozo | | | |", "VJOLENZA DOMESTIKA", "26724.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew irrappurtati każijiet ta' vjolenza domestika din is-sena?", "Jista' jgħid kemm mill-każijiet tressqu nies il-qorti?", "Jista' jgħid il-lokalitajiet li fihom joqogħdu dawk irrappurtati u kemm hemm każijiet f'kull lokalita?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi matul l-ewwel ħames xhur ta' din is- sena l-Pulizija kellha 117-il rapport li b'xi mod jinkwadraw taħt vjolenza domestika, filwaqt li matul l-istess perijodu nbdew proċeduri kriminali kontra 151 persuna dwar l-imsemmija reati.", "Lista li turi l-lokalitajiet u n-numru ta' rapporti tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni fis-seduta waqt it-tqegħid ta' karti.", "MALTAPOST", "26725.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid għaliex bejn il-ħin li jispiċċaw mix-xogħol u l-bidu ta' l-overtime, il- Maltapost mhux qed tħallashom ta' l-ewwel tletin (30) minuta?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninforma lil-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "ARBLU PERIKOLUŻ", "26727.", "L-ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta sejjer jitneħħa l-arblu perikoluż li jinsab f'nofs binja mitluqa f'nofs it- Triq Porzjunkula, f'San Pawl il-Baħar?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninsab infurmat li x-xogħol meħtieġ biex jittneħħa l- arblu msemmi għandu jsir flimkien ma' xogħolijiet oħra simili fil-ġranet li ġejjin.", "KARTA TA' L-EŻAMI", "26734.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 26471 u għar-risposta relattiva peress li l-ilmenti saru lill-Interpellant li mbagħad tressqu lill-Ministru permezz tal-mistoqsija parlamentari msemmija u allura l-ilment wasal fl-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż, jista' l- Ministru jgħid għaliex dawn l-istudenti tal-BCom intalbu jiktbu isimhom u n- numru tal-karta ta' l-identita' fuq il-karta ta' l-eżami tagħhom meta normalment jitniżżel index number?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-Universita', għalkemm mhix obbligata, tuża s-sistema ta' blind marking, jiġifieri li l-ezaminatur jimmarka l-karti ta' l-ezami mingħajr ma jkun jaf l-identita' ta' l-istudent.", "Il-parti fejn l- istudenti jikteb ismu u n-numru tal-karta ta' l-identita' tinqata' u tinżamm mill-amministrazzjoni wara li jingħata numru li jitniżżel ukoll fuq il-manuskrit li jgħaddi għand l-eżaminaturi.", "Din is-sistema tintuża fil- Fakultajiet kollha mhux għall-istudenti tal-B.Com biss.", "Nixtieq nerġa ninforma lill-Onor.", "Membru li ma kien hemm l-ebda ilment dwar dan la minn xi student u lanqas minn rapprezentanti ta' l-istudenti.", "APPLIKAZZJONI GĦALL-ĦRUĠ TA' LIĊENZJA", "26735.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 26510 u għar-risposta relattiva, peress li l-proċess ġie eżawrit u dan ġie konfermat anke minn verifiki li saru u rriżulta wkoll li kollox huwa regolari, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid għaliex din l-applikazzjoni għadha ma ġietx konkluża meta hawn qed nitkellmu fuq l-għajxien ta' familja li qed tistenna l-ħruġ ta' din l-applikazzjoni biex tkun tista' tibda topera, proprju meta dan huwa ż-żmien meta dan it-tip ta' xogħol huwa rikjest fis-suq u dawn l-applikanti qed jiġu mċaħħda milli jaqilgħu l- għajxien tagħhom?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi din l-applikazzjoni ġiet finalizzata.", "Fil-fatt l-applikant ġie infurmat sabiex imur jiġbor din il- liċenzja.", "SUSSIDJU FUQ ĠWIEŻ/GĦALF", "26740.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Għaliex għadhom ma tħallsux is-sussidju fuq ġwież/għalf lill- produtturi lokali għall-perjodu ta' Lulju - Diċembru, 2006?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Ninsab infurmat li l-applikazzjonijiet għas- sussidji fuq il-ġwież ser ikunu pproċessati fil-ġranet li ġejjin.", "Id- dewmien irriżulta minn kjarifiki meħtieġa fuq applikazzjonijiet partikulari.", "SUSSIDJU FUQ ĠWIEŻ/GĦALF", "26741.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid għaliex għadhom ma ħarġux il-formuli għall-applikazzjoni tas-sussidju fuq il-ġwież/għalf għal perjodu ta' Lulju sa Diċembru, 2007 issa li diġa' ninsabu f'nofs Ġunju?", "Għaliex din it- traskuraġni f'dan ir-rigward?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba mogħtija għal mistoqsija parlamentari 26740.", "SANTA LUĊIJA - PULIZIJA MAR-ROUNDABOUT", "26742.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li jkun hemm pulizija tat-traffiku mal-punt tal-ħruġ tat-traffiku minn Santa Luċija għal mar- roundabout li tgħaqqad Telgħet Maria Addolorata, Luqa Road u Triq tal- Barrani fil-ħin ta' bejn is-7.30 a.m. u 8.30 a.m. u dan għaliex qed ikun hemm dewmien esaġerat biex ix-xufiera minn Santa Luċija joħorġu madwar ir- roundabout msemmija, tant li qed iseħħu numru konsiderevoli ta' inċidenti f'dan il-punt?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nirreferi l-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li jien tajt għall-mistoqsija parlamentari 26307.", "EDUCATIONAL PSYCHOLOGISTS", "26743.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 26440, jista' l-Ministru jispeċifika kemm hemm educational psychologists impjegati mad-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni?", "Jista' jelenka x'inhuma l-funzjonijiet ta' dawn il-professjonisti?", "Kemm ilhom li ġew ingaġġati u jekk hemmx il- ħsieb li dawn jiżdiedu fiż-żmien qarib?", "Peress li f'pajjiżi bħall-Amerika ta' fuq huwa stmat li madwar wieħed minn kull ħamest itfal għandu xi forma ta' dyslexia u probabilment hawn Malta u f'pajjiżi oħrajn ir-rata hija pjuttost simili, jista' jgħid jekk hux qed isir screening programme fl- iskejjel primarji tagħna?", "U dan vis-a-vis tal-fatt li kemm-il darba dawn it-tfal jiġi djanjostikati kmieni, ikun possibli li fil-maġġoranza tagħhom tiġi korretta d-diżabilita' tagħhom u fl-istess ħin żgur u mhux forsi nkunu qegħdin innaqqsu r-rata ta' illtteriżmu li għandna f'pajjiżna.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "FAMILJI B'AKTAR MINN WILD WIEĦED - SURCHARGE", "26744.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Fid-dawl tal-fatt li l- allowance tat-tfal naqset (għal raġuni jew oħra) b'madwar 35% matul dawn l- aħħar 10 snin, x'inhu jagħmel l-ministeru sabiex jassigura li dawk il- familji li għandhom aktar minn wild wieħed ma jiġux ntaxxati inġustament bis-surcharge fuq il-kontijiet tad-dawl u l-ilma, u dan fl-ispirtu li din is-surcharge hija maħruġa b'mod lineari, hija taxxa tal-konsum u familji numerużi bilfors jikkonsmaw aktar dawl u ilma?", "Peress li għandna tnaqqis fir-rata' tal-fertilita', kif jista' l-gvern jinkoraġġixxi lill-koppji Maltin ikollhom aktar ulied, b'din il-miżura anti-familja?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.", "ESTENZJONI TA' L-MCAST", "26745.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jaf il-Ministru li filwaqt li huwa sew il-MCAST jiġi estiż u li huwa maħsub li se Jkun qed jiġbor fih l-istudenti kollha ta' Malta f'dan il-kulleġġ, fl-istess nifs l-Enemalta qegħda tibni tankijiet għal ħażna tal-gas/żejt ftit mijiet ta' metri biss 'l bogħod minn dan il- lok?", "Ma jaħsibx li din l-approssimita' ta' eluf ta' żgħażagħ Maltin daqstant viċin ta' dan il-periklu huwa nuqqas ta' ippjanar serju min-naħa tal-Kabinett tal-Ministri?", "Jekk Allaħares qatt iseħħ inċident fil-futur min ser jassumi r-responsabbilta?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Filwaqt li ġejt infurmat li ma jirrizultax li hemm xi periklu jew nuqqas ta' ppjanar kif qed jgħid l-Onor.", "Membru, ser inkompli nsegwi l-materja mqanqla.", "ĊENTRI TAS-SAĦĦA – STATISTIKA DWAR EŻAMIJIET KLINIĊI", "26746.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': B'referenza għal mistoqsijiet parlamentari 26423 u 26424, jaf il-Ministru li fil-health centres qed ikun hemm ħafna dewmien esaġerat u ffullar biex jiġu eżaminati l-pazjenti u li minħabba n-nuqqas ta' tobba saħansitra jiġu rrifjutati numru kbir ta' visti fid-djar kuljum?", "Jista' l- Ministru jelenka kemm seħħew PR examinations, clinical thyroid examinations u kemm ġew ordnati TFT's u PSA's mit-tobba tal-polikliniċi sabiex jiġu djanjostikati mard tal-prostata u tat-tiroide kmieni matul din l-aħħar sena?", "Huwa minnu li l-gvern jemmen fis-servizz tat-tobba tal-familja jew le?", "Japprezza l-Ministru li bil-prezzijiet li jaħdmu bihom il-maġġoranza tat-tobba tal-familja qegħdin jissussidjaw is-servizz pubbliku li bħalissa żgur li mhux ilaħħaq mad-domanda ta' xogħol li qed ikollu għad-dannu tal- pazjenti u l-istaff mediku u paramediku nnifsu li jaħdmu fis-servizz primarju?", "U allura l-Ministru għalfejn ma jikkonsidrax li jagħti aċċess lit-tobba tal-familja li jordnaw testijiet tad-demm tal-PSA u TFT's, imqar f'dawk il-pazjenti follow-ups?", "U dan fl-ispirtu biex jiġu mgħejjuna t- tobba tal-polikliniċi u kif ukoll biex jitħaffef il-proċess ta' djanjostikar jew management mediku ta' dawn il-pazjenti (għall-ġid tal- pazjenti infushom) fl-ispirtu tal-prevenzjoni primarja li suppost nemmnu biha?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Fiċ-Ċentri tas-Saħħa ma tinżamx statistika ta' kemm isiru eżamijiet kliniċi tat-Tyroid, PSA u PR għax dak huwa studju ta' riċerka medika.", "Lanqas tinġabar statistika ta' kemm ġew ordnati TFTs u PSA individwalment.", "Fiċ-Ċentri tas-Saħħa tinġabar statistika kemm ġew ordnati investigazzjonijiet mit-tobba fil-privat u mit-tobba fiċ-Ċentri tas-Saħħa.", "F'każijiet mhux komuni jkollhom isiru viżti urġenti biss miċ-Ċentri tas- Saħħa meta għal raġunijiet mhux previsti bħal mard tat-tobba u riferti tal- qorti, jkun hemm nuqqas ta' tobba.", "EŻAMI TAS-SEC TAT-TALJAN", "26750.", "L-ONOR.", "MICHAEL ASCIAK staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru jgħid kemm għaddew tfal mit-total li poġġew mill-Junior Lyceum, fis-SEC tat-Taljan matul is-sena 2006?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li t-total ta' dawk li għaddew huwa ta' 631.", "Kien hemm 9 assenti u weħlu 114.", "HOUSING AUTHORITY – CLERKS BIL-KUNTRATT", "26751.", "L-ONOR.", "MICHAEL ASCIAK staqsa lill-Ministru għall-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru tgħid jekk hemmx ħsieb li dawk li qegħdin clerks bil-kuntratt fil-Housing Authority jiġu clerks fissi tal- post?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Ninsab infurmata li l-Awtorita' tad-Djar tikkunsidra t-talba ta' l-Onor.", "Interpellant fid-dawl tar-riżorsi umani li jkollha bżonn minn żmien għal żmien u fil-parametri tal-provvedimenti ta' Avviż Legali Numru 51 ta' l-2007.", "MEDIĊINA ELOXATINE", "26752.", "L-ONOR.", "MICHAEL ASCIAK staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunita': Jista' l-Ministru jgħid jekk il-mediċina Eloxatine (Oxaliplatine) li tintuża kontra l-kanċer hijiex meħuda b'xejn mill- ispiżerija tal-gvern?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-mediċina Oxaliplatine tingħata b'xejn mill-Gvern għall-kundizzjonijiet speċifiċi skond protokol stabbilit.", "TABELLA \"FEVER IN CHILDREN\"", "26753.", "L-ONOR.", "MICHAEL ASCIAK staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex possibbli li t- tabella, li qed tintbagħat separatament, titqassam lit-tobba kollha jew titpoġġa f'post prominenti fil-casualty ta' l-Isptar San Luqa jew kliniċi oħra tat-tfal?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Is-suġġeriment ta' l-Onor Interpellant qiegħed jiġi evalwat.", "CASUAL CLEANERS", "26754.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO PRECA staqsiet lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: Jista' l-Ministru jgħid għaliex fid- dipartiment hemm casual cleaners li ilhom is-snin jaħdmu b'dan it-tip ta' kuntratt, uħud aktar minn tmien snin?", "Jista' jgħid jekk dawn l-impjegati humiex se jibqgħu b'dan il-kuntratt u jekk le, x'se jsir?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Kif ikun indikat f'kull sejħa għall-applikazzjonijiet, l-ingaġġ ta' Casual Cleaners huwa ta' natura għal kollox temporanja għax, kif juri l-isem stess, is-servizz tal-Casual Cleaners ikun maħtieġ biss għal numru ta' siegħat fil-ġimgħa jew matul perijodu partikolari tas-sena biex jassistu lill-istaff inkarigat mit-tindif fejn ikun hemm nuqqas ta' General Hands.", "Hekk, per ezempju, il-Casual Cleaners fl-iskejjel jitwaqqfu matul il- vaganzi tas-sajf jew parti minnhom, meta l-istaff permanenti jkun jista' jlaħħaq aħjar mat-tindif.", "Mhix il-prerogattiva tal-Ministeru li jagħmel tibdil fil-kundizzjonijiet ta' l-ingaġġ.", "SPIŻJARA U PHARMACY TECHNICIANS", "26755.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l- Kura fil-Komunita': Jista' l-Ministru jgħid x'se jsir mill-istaff speċjalment l-ispiżjara u l-pharmacy technicians li bħalissa hemm jaħdmu fil-bereġ ta' Malta u Għawdex, hekk kif ma jkunx hemm iktar bżonn is- servizzi tagħhom meta tiġi fis-seħħ l-iskema l-ġdida?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-ispiżjara u l-Pharmacy Technicians li bħalissa jaħdmu fl-ispiżeriji taċ-Ċentri tas-Saħħa jibqgħu jaħdmu fi ħdan id- Diviżjoni jagħmlu xogħol skond ma tistipola il-job description tagħhom."]} {"filename": "20060706_411d_par.doc", "date": "2006-07-06", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Uffiċjali u Rivedut) L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 411 Il-Ħamis, 6 ta' Lulju 2006 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 411", "Il-Ħamis, 6 ta' Lulju 2006", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-9.01 p.m.", "Talba", "Seduta Nru. 411", "Il-Ħamis, 6 ta' Lulju 2006", "WERREJ", "MINUTI 374", "TQEGĦID TA' KARTI 374", "MOZZJONIJIET", "MOZZJONI TA' SFIDUĊJA FIL-MINISTRU AUSTIN GATT 374", "AĠĠORNAMENT 467", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 467", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 410 li saret fil-5 ta' Lulju, 2006 ġew konfermati.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): Skond il-ftehim milħuq fl-aħħar laqgħa tal-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra, il-ħin tal-Mistoqsijiet ta' din is-seduta mhux se jittieħed u għalhekk nistgħu ngħaddu mill-ewwel għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru Austin Gatt.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni): Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar ġarr ta' vetturi kummerċjali fuq ir-rotot Mġarr - Sa Maison - Mġarr u Mġarr-Ċirkewwa-Mġarr, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 19693.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet.", "L-Onor.", "Charles Mangion.", "MOZZJONIJIET", "MOZZJONI TA' SFIDUĊJA FIL-MINISTRU AUSTIN GATT", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Sur President; Din il-Kamra tinnota –", "Li fis-seduta parlamentari tal-31 ta' Mejju, 2006 il-Ministru Austin Gatt, bl-aktar mod arroganti, ammetta li b'nuqqas ta' osservanza ta' liġijiet viġenti u minħabba l-fatt li l-gvern għandu maġġoranza ta' ħames deputati fil-Parlament, l-istess gvern jista' jikser il-liġi u huwa konvint li jista' retroattivament jirratifika kull vjolazzjoni u ksur tar-regolamenti u liġijiet ta' pajjiżna;", "Li l-ammissjoni minn ministru ewlieni tal-gvern li l-liġi ma ġietx osservata tikkostitwixxi abbuż sfaċċat tal-poter inaċċettabbli f'demokrazija vera u rispettabbli;", "Li stqarrija bħal din twaqqa' l-ogħla istituzzjoni kostituzzjonali tal- pajjiż u tirrendi l-Parlament bħala timbru amministrattiv ta' deċiżjonjiet tal-gvern, huma x'inhuma;", "Li dan l-aġir ma jirrispettax il-konvenzjonijiet kostituzzjonali u prinċipji bażiċi tad-demokrazija u, agħar minn hekk, jinsulenta lill-poplu Malti u Għawdxi li jemmen li l-Parlament għandha tkun rispettata mid- deputati kollha eletti u li trid tkun imħarsa wkoll mill-gvern;", "Li l-arroganza manifestata fid-dikjarazzjoni tal-Ministru Gatt timmina r- rispett lejn waħda mill-ogħla istituzzjonjiet ta' pajjiżna, tirrendi f'farsa kull prinċipju ta' demokrazija u tinsulenta lis-Sedja bħala istituzzjoni kostituzzjonali;", "Li dan kollu huwa inaċċettabbli għall-oppożizzjoni li l-membri tagħha ġew eletti mill-poplu u li temmen li kull membru għandu obbligu lejn il-poplu li jassigura li r-regoli u l-konvenzjoni parlamentari u l-liġijiet viġenti jiġu osservati u mħarsa u mhux abbużati.", "Għaldaqstant din il-Kamra:-", "Tikkundanna d-dikjarazzjoni u l-aġir arroganti tal-Ministru Austin Gatt;", "Tinsisti li l-Prim Ministru għandu, mingħajr tlaqliq, jikkundanna d- dikjarazzjoni tal-Ministru Austin Gatt u jirrikonferma bl-aktar mod ċar ir- rispett lejn l-istituzzjoni tal-Parlament;", "Tikkonferma li l-ksur tal-liġi, kif ammetta l-Ministru Austin Gatt, għandu jġorr miegħu responsabbilta' politika f'demokrazija u għalhekk il-Ministru Gatt għandu jirriżenja;", "Tħeġġeġ lill-membri parlamentari kollha li, b'rispett lejn il-ġurament meħud minnhom, jirrikonfermaw il-lealta' tagħhom lejn l-istituzzjoni tal- Parlament u l-ħarsien tal-Kostituzzjoni.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Infakkar lill-Kamra li d-diskussjoni fuq din il-mozzjoni għandha tieħu s-seduta odjerna, li allura tiġi sospiża fis-2.00 p.m. u terġa' tibda fl-4.30 p.m. u nibqgħu sejrin sad-9.30 p.m., bil-ħin jinqasam 3:7 bejn kelliema tal-gvern u kelliema ta' l-oppożizzjoni, bl-introduzzjoni u l-winding-up għan-naħa ta' l-oppożizzjoni.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Charles Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Sur President, l-ewwel ħaġa li rrid nissottolinja huwa x'kien li effettivament xpruna u mmottiva din il-mozzjoni.", "Għalhekk se mmur għal dak li ntqal fil-31 ta' Mejju f'dan il-parlament waqt li kienu qegħdin isiru xi mistoqsijiet mid-deputat l-Onor.", "Joe Mizzi fir-rigward tal- privatizzazzjoni tal-Maltacom.", "Fl-opinjoni tiegħi din hija issue li tinteressa lill-poplu Malti kollu kif ukoll lil dan il-parlament għaliex din hija waħda mill-akbar entitajiet nazzjonali li qiegħda tiġi privatizzata.", "Anke rigward il-prezz ta' l-ishma kien hemm ukoll nuqqas ta' qbil mhux bejn l-oppożizzjoni u l-gvern - għaliex tista' tgħid li dejjem jiġri dan in-nuqqas ta' qbil fuq ċerti affarijiet bejn l-oppożizzjoni u l- gvern - imma anke b'mod wiesa' mill-poplu in ġenerali.", "Fil-fatt kulħadd kien qiegħed jirrimarka dwar kif kien imħabbar il-proċess tal- privatizzazzjoni kif ukoll dwar il-valur jew le ta' l-ishma.", "Filwaqt li kienu qegħdin isiru dawn il-mistoqsijiet, seħħ dak li ġiegħlna nressqu din il-mozzjoni.", "Dan il-Parlament qiegħed hawnhekk sabiex jagħmel ċerti mistoqsijiet u li jekk ma nagħmluhomx inkunu qegħdin naħlu flus il- poplu, xi ħaġa li forsi dan il-gvern ma tantx jagħti kas tagħha.", "Aktar minn hekk, il-mistoqsijiet u r-risposti m'għandhomx ikunu xprunati minn dan it-tip ta' risposti li ngħatajna mill-ministru Gatt.", "Fir-risposta tiegħu l- ministru kien wieġeb hekk:", "\"Iva, naqbel perfettament ma' l-Onor.", "Mizzi li teknikament trid tiġi fil-Parlament.", "Pero' billi dan il-gvern għandu l-maġġoranza u dik il- maġġoranza jżommha dejjem u mhux kif ġara qabel, meta kien hemm maġġoranza ta' wieħed u ntilfet, aħna ċerti li tgħaddi mill-Parlament ukoll.\".", "Imbagħad kompla jgħid hekk:", "\"Jiġifieri jekk aħna naħsbu f'dan il-pajjiż, aħna li għandna maġġoranza hawnhekk ta' ħamsa min-nies, li ma nistgħux nagħtu dawn il- garanziji fin-negozjati, allura verament qed noħolmu issa.\".", "Issa veru wieħed jista' jgħid li l-gvern għandu l-maġġoranza u jista' jgħaddi li jrid.", "Pero' hawnhekk nixtieq ningħaqad ma' l-appell li għamilt int, Sur President, fis-Sette Giugno dwar l-istituzzjoni tal-parlament u x'irridu nagħmlu minn din l-istituzzjoni.", "Jekk din l-istituzzjoni se nirrenduha b'tali mod fejn ngħidu li l-esekuttiv għandu l-maġġoranza assoluta u allura d-diskussjoni li għandha ssir fil-parlament m'hijiex importanti, dak kollu li nagħmlu hawnhekk ikun irrilevanti.", "Allura l- laqgħat u x-schedules li għandna bħalissa fejn il-liġijiet li qegħdin ngħaddu llum bil-għaġġla forsi stajna niddiskutuhom qabel meta ma kellniex aġenda biżżejjed.", "U għalhekk il-laqgħat ta' filgħodu u ta' filgħaxija saru bl-għaġġla sabiex nikkordinaw u nippruvaw niftiehmu ħalli ngħaddu dawn il- liġijiet fil-kumitat.", "Pero' jekk dan huwa l-atteġġament, il-mistoqija dejjem se tibqa' issir: Meta se nagħtu rendikont u fejn se nagħtuh id- dritt lill-poplu li jkun jaf u jkollu l-informazzjoni meħtieġa u neċessarja permezz tal-mistoqsijiet parlamentari li jsiru f'din il-Kamra?", "Sur President, jien m'iniex qiegħed ngħid dan il-kliem għall-membri tal- gvern biss imma qiegħed ngħidu anke għall-membri ta' l-oppożizzjoni.", "Kull membru elett f'din il-Kamra qiegħed jirrapreżenta lill-poplu u għalhekk għandu kull ġustifikazzjoni li jistaqsi mistoqsijiet ta' kjarifika.", "Issa forsi l-membri tal-gvern imorru jistaqsu l-mistoqsijiet tagħhom minn wara l- kwinti, pero' għall-informazzjoni pubblika huwa importanti li l-atteġġament u kif jaħdem dan il-Parlament naraw li jkun wieħed indipendenti.", "Minn naħa waħda rridu li jkollna Parlament indipendenti u min-naħa l-oħra qiegħed ikollna gvern - li għandu l-obbligu li jħares il-Parlament – li f'daqqa waħda qiegħed jirraġuna li hu għandu l-maġġoranza u allura kważi kważi jrid jgħid li m'għandu jagħmel l-ebda dikjarazzjoni!", "Hawnhekk irridu nagħmlu distinzjoni bejn it-tmexxija ta' l-esekuttiv, li min hu fil-gvern għandu d-dritt li jmexxi u l-Parlament.", "F'dan l-istadju jkolli nistaqsi din il-mistoqsija: Dak li ilna nhewdnu u ngħajtu fuqu, fejn ingħaqadna ma' l-Unjoni Ewropea sabiex insaħħu d-demokrazija u fejn nagħmlu s-separazzjoni tal-poter, bl-esekuttiv għalih, bil-ġudikatura għaliha u bil-parlament bħala istituzzjoni oħra, x'ifisser dan il-kliem kollu?", "Dan huwa biss lip service?", "Ma jfisser xejn aktar?", "Mhux sew li nibqgħu għaddejjin bid-deċiżjonijiet minħabba li għandna s-saħħa esekuttiva mingħajr ta' lanqas nagħtu rendikont ta' dak li qed isir meta jsiru l- mistoqsijiet parlamentari bl-aktar mod leġittimu minn din il-Kamra!", "Dan l-atteġġament ilu jiżviluppa f'din il-Kamra u għalhekk qiegħed nagħmel din il-mistoqsija.", "X'irridu nagħmlu minn dan il-Parlament?", "Irridu naslu li fil-konfrontazzjoni li tinqala' nistaġnawh, jew irridu li l-Parlament jaqdi d-dmirijiet tiegħu lejn dan il-pajjiż?", "Dawn huma ż-żewġ għażliet li għandna u l-gvern, kull ministru tal-gvern, kull rappreżentant tal-gvern u l-esekuttiv kollu għandhom obbligu lejn liema triq iridu jmexxu lil dan il- parlament.", "L-appell li għamilt inti, Sur President, kien appell ġustifikat.", "Kif nafu, l-iSpeaker tal-Kamra huwa istituzzjoni kostituzzjonali wkoll u mhux xi pavaljun li ndendluh għall-festa tal-Karmnu jew għal xi festa oħra u mbagħad inneħħuh meta rridu!", "Imma aktar minn hekk, l-iSpeaker għamel appell dwar il-bżonn li jkun hemm aktar kuntatt dirett min-naħa tal-Parlament mal-poplu u ma' dawk l-organizzazzjonijiet li jistgħu jgħinu fit-teħid tad-deċiżjonijiet u li jagħmlu ġid lis-soċjeta' Maltija.", "Il-kumitati tal-Parlament jistgħu wkoll iservu sabiex dan l-għan jintlaħaq.", "Mela inti, Sur President, qiegħed tagħmel l-appell li r-rwol tal-Parlament irid ikun hemmhekk sabiex jagħti sodisfazzjon lill-poplu u dan huwa r-rwol tal-membru parlamentari meta jistaqsi l-mistoqsijiet - anke mistoqsijiet bil-miktub – f'din il-Kamra.", "Madankollu nagħmlu l-mistoqsijiet bil-miktub u jweġbuna li r-risposta tingħata f'seduta oħra!", "Din il-proċedura tibqa' għaddejja ħalli forsi jkun hemm l-impatt – li tista' tkun xi strateġija politika minn dak li joqgħod jiġbed il-ħbula minn wara l-kwinti – u r- risposta ma tingħatax, anke meta l-mistoqsijiet ikunu fundamentali u li jolqtu affarijiet li qed iweġġgħu lill-poplu in ġenerali.", "Per eżempju, dan l-aħħar kellna diversi mistoqsijiet dwar is-surcharge tad-dawl u l-ilma.", "Min jiltaqa' mal-poplu jkun jaf kif qed jiġu affettwati n-nies b'dan is- surcharge ta' kull xahrejn u allura jkollu jagħmel il-mistoqsijiet tiegħu dwar dan l-effett.", "Fost il-mistoqsijiet ikun hemm min jistaqsi dwar jekk xi ħadd għandux jiġi meħlus minn din is-surcharge minħabba s-sitwazzjoni soċjali tiegħu.", "Ħalli nsemmi lil dak il-pensjonant li ma jistax ilaħħaq mal-ħajja, li qiegħed jispiċċa mhux biss ma jixtrix air-conditioner imma lanqas qiegħed jixgħel bozza biex jipprova jlaħħaq bil-pensjoni!", "Dan il- bniedem jista' jikkwalifika sabiex ma jiġix affettwat mis-surhcarge?", "Jew inkella nistaqsu fuq kif wasalna għall-konklużjonijiet ta' l-istimi tas- surhcarge u kif jinħadmu u r-risposta li ningħataw hija dejjem l-istess waħda: \"Risposta tingħata f'xi seduta oħra\" jew inkella: \"Is-suġġett in kwestjoni jaqa' taħt ministeru ieħor\"!", "Sur President, dan huwa proċess sabiex sistematikament lil dan il-Parlament ma jħalluhx jaħdem kif suppost.", "Waħda mill-affarijiet li l-aktar irridu nirriflettu fuqha hija li l-pajjiż, bil-problemi kollha li għandu quddiemu, ikollu l-istituzzjonijet tiegħu li qegħdin verament jirriflettu dak li qiegħed jingħad fil-Kostituzzjoni ta' Malta.", "Dan l-istatement huwa recorded u tahuli verbatim l-uffiċċju ta' l-iSpeaker.", "Għalhekk nixtieq nistaqsi jekk f'pajjiżna nagħmlux distinzjoni bejn il-Parlament, l- esekuttiv u l-partit.", "Milli jidher il-partit qisu sar kollox!", "Il-partit rifless fl-eżekuttiv u l-poplu huwa l-aħħar wieħed li jingħata sodisfazzjon.", "Allura din hija l-politika l-ġdida li ġiet imwiegħda mill- prim ministru?", "Din hija l-politika miftuħa li ħareġ biha l-prim ministru sentejn jew tliet snin ilu meta ġie elett?", "Din hija l-politika miftuħa li fiha mbagħad naraw deċiżjonijiet ta' l-eżekuttiv li jinqdew bl- istituzzjonijiet bħala paraventu?!", "Taparsi għaddejja d-diskussjoni hemmhekk u mbagħad ma jsir xejn għaliex id-deċiżjoni hija ta' xi ħadd li qiegħed fuq nett, mentri l-ieħor huwa sempliċement rubber stamp sabiex jimplimenta dawk id-deċiżjonijiet.", "Dawn l-affarijiet qegħdin narawhom anke mir-regolaturi u mill- istituzzjonijiet li qegħdin hemmhekk mhux biex iħarsu l-gvern imma biex iħarsu l-konsumatur.", "Ir-reazzjonijiet tagħhom jiġu ħafna wara illi l- konsumatur ikun imħares.", "Tgħiduli x'jiġifieri?", "Kellna per eżempju, il-każ tas-surcharge fuq id-dawl u l-ilma.", "Din il-kwestjoni ilha li tqanqlet mhux biss f'dan il-parlament imma anke minn enti ċivili li tant saret riferenza għalihom.", "Dawn iridu jgħinu fid-deċiżjonijiet, jistaqsu l-mistoqsijiet tagħhom u r-regolatur, sabiex jimmotiva u jċaqlaq xi ħaġa – qiegħed nirriferi għall-istudju li sar mir-resources authority – kellhom jgħaddu x- xhur.", "Dan ir-regolatur li qiegħed hemmhekk mhux biex iħares il-gvern imma biex iħares lill-konsumatur, lanqas biss tħajjar jiċċaqlaq qabel ma tah il- fiat il-gvern!", "Din hija l-politika ġdida li rridu nwasslu?", "Din hija l- politika li biha l-gvern irid jiffaċċja l-problemi li qiegħed jiltaqa' magħhom il-pajjiż?", "Min-naħa tal-gvern qiegħed jgħid li dawn il-problemi ma jeżistux, pero' jekk titkellem man-nies f'organizzazzjonijiet ċivili jgħidulek mod ieħor.", "Jien mhux se nitkellem fuq dawn il-problemi bħala Charles Mangion rappreżentant u deputat kap tal-partit Laburista, għaliex forsi tgħidu li l- oppożizzjoni qatt ma taqbel mal-gvern jew li l-oppożizzjoni qiegħda hemm sabiex tikkritika.", "Madankollu l-enti ċivili jitkellmu b'mod ċar dwar il- problema li għandhom fil-qasam turistiku.", "Sal-bieraħ stess kellna dikjarazzjoni mill-ogħla uffiċjali f'dan il-qasam li qalu li l-istaġun tat- turiżmu tax-xitwa kien wieħed ħażin u l-prospetti tal-futur m'humiex sbieħ.", "Allura l-istituzzjonijiet li jridu jmexxu 'l quddiem lil dan il-pajjiż, fosthom il-Parlament, għandna ngħidulhom li ma jinteressaniex?", "Dan l- ispirtu ta' diskussjoni li jien qiegħed hawn, u ladarba għandi l-poter f'idejja, nista' nagħmel li rrid, huwa żbaljat.", "Jekk irridu mmexxu lil dan il-pajjiż b'dan il-mod immexxuh, pero' imbagħad se jkollna l-konsewgenzi u dawk il-konsegwenzi jrid iġorrhom min ikun fid- driving seat.", "Meta min-naħa ta' l-oppożizzjoni ftehimna fuq id-Deputy Speaker u fuq kif għandna nagħmlu l-pairing, għamilnieh bi spirtu pożittiv u għamilnieh sabiex il-governabilita' tal-pajjiż tibqa' għaddejja.", "Għaldaqstant naħseb li jekk ma jkunx hemm ftehim bil-miktub, is-sens tar- rispett u ta' l-irġulija - li inti għamilt aċċenn għalih fid-diskors tiegħek - għandu jirrenja.", "Barra min hekk, dan it-tip ta' approach qiegħed ikattar f'pajjiżna t-tribaliżmu.", "Mela jien qiegħed fil-gvern, għandi l- klijent tiegħi u dan il-klijent jista' jagħmel li jrid, mentri l-oħrajn huma emarġinati.", "Dan mhux qiegħed nagħmlu b'xi sens ta' inferjorita', imma huwa fatt li dan il-feeling qiegħed jinħass f'pajjiżna.", "F'pajjiż żgħir bħal tagħna nagħmlu l-appelli sabiex naraw kif se niffaċċjaw il-problemi nazzjonali.", "Ngħidu li rridu nitkellmu flimkien ħalli naraw kif se nsolvu dawn il-problemi nazzjonali u kulħadd jagħmel dan l-appell.", "Issa dan l-appell irid jiġi l-ewwel u qabel kollox mingħand dawk li qegħdin imexxu l-pajjiż u hawnhekk għandna speċi ta' turning point u għalhekk l- importanza ta' din il-mozzjoni.", "Għadna nemmnu li l-istituzzjoni tal- Parlament għandha l-funzjonijiet tagħha, jew inkella l-Parlament sar a talking shop bħalma hija l-MCESD?", "Nafu li l-MCESD ġiet iddikjarata li hija a talking shop, allura l-Parlament se jsir bħalha?", "Hawnhekk irrid niġbed l- attenzjoni għal dak li għandna fil-Kostituzzjoni tagħna.", "Naħseb li f'din il-Kamra kulħadd ħa l-ġurament ta' lealta' lejn il-Kostituzzjoni u jaf li din tipprova toħroġ bl-aktar mod ċar id-distinzjoni bejn l-esekuttiv u l- Parlament tiegħu.", "Din hija xi ħaġa li nirrikonoxxuha.", "Il-gvern ġie elett b'mod leġittimu u għandu l-esekuttiv bir-responsabbiltajiet li jrid jerfa' u d-deċiżjonijiet li jrid jieħu.", "Il-gvern għandu r-responsabbilta' li jmexxi, imma għandu r-responsabbilta' li jmexxi b'ċerta good governance ukoll – good governance tfisser li tkun accountable u tmexxi fl-aħjar interess pubbliku – u għalhekk meta jitqanqlu mistoqsijiet fejn l-interess pubbliku jkun ewlieni, jeħtieġ li tingħata risposta u ma tingħata l-ebda indikazzjoni min-naħa tal-gvern li ladarba huwa ddeċieda xi ħaġa, allura kulħadd irid jaċċettaha.", "Ċertament li dan ma jirrispekkjax il-Kostituzzjoni għaliex jekk inhuwa hekk, nistgħu naqbdu l-Kostituzzjoni u naħarquha f'nofs il-pjazza li għanda quddiem il- Palazz.", "(Interruzzjonijiet) Ħalli nfakkar daqsxejn lill-viċi prim ministru.", "Jekk huwa jerġa' jikkonferma l-lealta' tiegħu lejn il- Kostituzzjoni, nieħu gost għaliex ikun l-ewwel membru li qed jgħid li għandu rispett lejn il-Parlament.", "Fil-mozzjoni qiegħed jingħad li kulħadd jikkonferma r-rispett tiegħu lejn dan il-Parlament, u mid-dehra inti se tkun l-ewwel wieħed u għalhekk ngħidlek prosit!", "Sur President, tajjeb niġbdu l-attenzjoni tal-Kamra li s-sezzjoni tal- Kostituzzjoni dwar il-Parlament tgħid ċar u tond li l-Parlament huwa kompost mill-President u mill-membri parlamentari eletti.", "Mela hawnhekk mhux qed tgħid li l-Parlament huwa kompost mill-President u mill-ministri.", "Jiġifieri għandna din id-distinzjoni.", "Allura l-obbligu tal-membri parlamentari l-ewwel u qabel kollox huwa lejn il-poplu li jkun eleġih.", "F'din il-Kamra qegħdin ifformati f'partiti politiċi u t-tnejn li aħna għandna l-politika tal-partit tagħna, pero' kull membru għandu l-obbligu li jassigura l-good governance u jassigura li jagħmel dak kollu li jista' u li huwa leġittimament korrett sabiex iħares l-interess pubbliku.", "Dan għandu jagħmlu l-ewwel u qabel kollox kull wieħed u waħda minna li qegħdin f'din il-Kamra.", "X'ħin niġu għall-esekuttiv, id-distinzjoni toħroġ biċ-ċar lejn min huma responsabbli għaliex, il-kabinett li jkun ifformat mill-prim ministru u mill-ministri li jagħżel il-prim ministru fid-diskrezzjoni tiegħu, insibu li artiklu 79(2) jgħid hekk:", "\"The cabinet shall have the general direction and control of the Government of Malta and shall be collectively responsible to Parliament.\"", "Ir-responsabbilta' tat-tmexxija hija f'idejn il-gvern, imma l-kabinett – jiġifieri l-ministri kollha – huwa responsabbli lejn il-Parlament u mhux lejn l-oppożizzjoni jew lejn il-gvern.", "Il-mistoqsija li se nagħmel torbot kollox ma' din il-mozzjoni: Aħna se naċċettaw din id-distinzjoni u dan il- prinċipju?", "Meta niltaqgħu u nitkellmu sabiex insibu mezz ta' kif nagħmlu x-xogħol tal- Kamra, meta nkunu ppressati bil-laqgħat tal-kumitat, dejjem sibna l- kollaborazzjoni ta' xulxin.", "Kif nafu, kulħadd ikollu l-impenji u x-xogħol tiegħu, pero' aħna għandna l-obbligu li mmexxu dawk il-liġijiet li nkunu vvotajna kontra tagħhom.", "U naħseb li s'issa dejjem sibna l-kollaborazzjoni sħiħa – qiegħed ngħidha b'responsabbilta' - min-naħa ta' l-oppożizzjoni sabiex dak li l-gvern irid jagħmel, jiġifieri li jgħaddi l-liġijiet, jgħaddi minn hawnhekk bi ftehim ħalli l-affarijiet jimxu 'l quddiem.", "Naturalment dan nagħmluh mhux fl-interess tiegħi jew fl-interess tal-prim ministru jew ta' xi membru parlamentari ieħor, imma nagħmluh fl-interess nazzjonali.", "Allura issa dan il-bilanċ se jispiċċa?", "Dan il-bilanċ se jisfratta?", "Jekk dan il-bilanċ jisfratta, min se jmur ħażin?", "Dan se jkun fl-aħjar interess tal-pajjiż?", "Sur President, aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar qegħdin naraw b'mod konsistenti li d-diskrezzjoni amminstrattiva qiegħda tiġi wżata b'mod arroganti.", "Issa jekk dan se jkun il-pattern u l-istil li bih se mmexxu, allura jkolli ngħid li m'aħniex se mmexxu lil dan il-pajjiż 'il quddiem imma se nirrelegawh għal sitwazzjoni ta' tribu.", "Din hija xi ħaġa li kulħadd jgħid li m'għandhiex issir, kulħadd jaqbel li r-riżorsi limitati li għandna f'pajjiżna għandna nutilizzawhom, imma dan ma jfissirx li għandu jkun hemm qbil f'kollox.", "Kif jista' jkun!", "Kulħadd għandu opinjoni.", "Il-gvern għandu l-opinjoni tiegħu u l-oppożizzjoni għandha l-opinjoni tagħha, imma d- diskussjoni hija waħda libera.", "L-espressjoni ta' l-opinjoni u l-kritika li għandha ssir m'għandu jkollha l-ebda limitazzjoni.", "Lanqas għandu jkun hemm l-atteġġament li dan m'għandux għalfejn isir, li ma jiswa għal xejn u li huwa kollu ħela ta' ħin!", "Hawnhekk ma nistax ma nirrimarkax fuq ċerti affarijiet li seħħew riċentement u li qed jiġru fuq kull livell amministrattiv.", "Ħalli nieħu, per eżempju, l-irranġar tat-toroq u nitkellem b'mod partikolari fuq il- lokal tiegħi ta' Ħal-luqa.", "Hawnhekk forsi se nkun xi ftit partiġġjan, imma dawn l-affarijiet jista' jarahom u jmisshom kulħadd.", "Il-ministru responsabbli mit-toroq ried jagħmel it-toroq tal-periferija li huma fir- responsabbilta' tal-gvern.", "Għalhekk il-ministru talab lill-kunsill lokali sabiex it-traffiku kollu jibda jgħaddi min-nofs Ħal-Luqa.", "Min-naħa tiegħu, il-kunsill aċċetta għaliex ma jistax jgħid li ma jridx li t-toroq isiru, pero' talab lill-ministru sabiex dawk it-toroq li jitkissru minħabba t-toqol tal-vetturi li jkollhom jgħaddu mir-raħal, il-gvern jerġa' jirranġahom.", "Saħħa li r-residenti jittolleraw dawk it-trakkijiet kollha li jkollhom jgħaddu min-nofs ir-raħal, imma ta' l-anqas għandhom jirranġawlhom it-toroq li jkunu kissru.", "Issa jekk dawn m'għamlux ftehim bil-miktub żgur li ltaqgħu wiċċ'imb'wiċċ u l-ministru qal lis-sindku li hekk kif ilestu dawn it-toroq li hemm fil-periferija, jirranġaw immedjatament dawk it-toroq li tkissru.", "Madankollu t-tip ta' arroganza li ntużat f'dan il-każ lanqas titwemmen.", "Wara li spiċċa x-xogħol kollu, il-gvern qalilhom li m'għandux aktar flus x'jonfoq.", "Speċi x'jimpurtah mit-toroq li tkissru!", "Issa l-gvern ma qalx dan il-kliem lilna li qed nissollevaw dan il-punt imma qalu lir-residenti kollha li qegħdin ibatu minn dan in-nuqqas.", "Allura tajjeb li mmexxu b'dan il-mod?", "Il-gvern lanqas biss qal li mhux se jagħmilhom dan ix-xahar imma se jagħmilhom ix-xahar id-dieħel jew daqs xahrejn oħra dawk it-toroq li tkissru, wara li ġie aġevolat ħalli jkun jista' jagħmel il-parti l-oħra tat-toroq.", "Dan kollu sar b'inkonvenjent għar-residenti li huma dawk il-votanti li lejlet l-elezzjoni mmorru nħabbtulhom il-bieb - iż-żewġ naħat - sabiex neħdulhom il-vot tagħhom.", "Jien qiegħed insemmi dan kollu għaliex ir-residenti qegħdin igorru minn dan l-atteġġament.", "Issa dan it-tgergir qiegħed jasal għandna, iżda nimmaġina li xi ħin jew ieħor jasal għand l-istess membri tal-gvern.", "Allura din hija t- tip ta' tmexxija li qiegħda tiġi applikata u li baqgħet tielgħa sal-livelli ta' fuq.", "Per eżempju, għadna nitkellmu fuq il-famuż każ tal-golf course li rridu nagħmlu f'pajjiżna.", "X'qiegħed jiġri hawnhekk?", "Jien wieħed minn dawk li m'iniex konvint biżżejjed li bil-golf course se nġibu f'daqqa waħda mal- 100,000 turist, pero' dik hija kwestjoni oħra u forsi opinjoni personali.", "Għal għaxar snin sħaħ kellna lill-MEPA, li suppost qiegħda tiddeċiedi fejn għandha ssir u fejn m'għandix issir din il-golf course minħabba l-aspetti ambjentali.", "Din hija l-awtorita' li bil-liġi trid tiddetermina għażla bħal din, għażla li se jkollha impatt fuq iċ-ċokon tal-gżira tagħna.", "F'pajjiżna limitati f'kollox u ninsabu maqtugħin minn kullimkien u għaldaqstant għażla bħal din tirrikjedi li jsiru ċerti studji.", "Naħseb li din kulħadd jifhimha.", "Madankollu, wara snin ta' deliberazzjoni u wara snin ta' konsiderazzjoni ta' l-applikazzjonijiet minn individwi, jiġi one fine day il-kabinett – din ħabbarha il-prim ministru bħala l-kap tal-kabinett – u jiddeċiedi hu fejn għandha tiġi l-golf course.", "Allura għalfejn qegħdin nagħmlu dawn l- awtoritajiet kollha?", "Għalfejn qegħdin nagħmlu dawn il-paraventi li qegħdin jiswew lill-pajjiż madwar Lm78 miljun fis-sena?", "F'daqqa waħda ġie l-gvern u qal lil din l-awtorita' li l-golf course jridha f'dak it-tali post!", "Issa min-naħa tagħkom irranġawli dak kollu li hemm bżonn isir ħalli d-deċiżjoni tiegħi tkun ġustifikata!", "Jekk dan se jkun l-atteġġament, fejn il-gvern jieħu d-deċiżjonijiet huwa stess, allura għandu jgħid li dik hija deċiżjoni tiegħu.", "B'hekk il-poplu jkun jista' jiġġudika aħjar.", "Illum il-poplu qiegħed jinduna b'dawn l-affarijiet.", "L-organizzazzjonijiet ċivili m'humiex stupidi u qegħdin jaraw li din hija kummiedja.", "Il-verita' hi li m'għandniex triq oħra jekk irridu nkunu serji ħlief li nġibu lil dawk l- awtoritajiet li ġew approvati minn dan il-Parlament sabiex iservu ta' bilanċ għall-esekuttiv.", "Dak huwa l-iskop tagħhom u dak huwa l-ispirtu kostituzzjonali ideali li llum ilkoll qegħdin nitkellmu fuqu.", "Hawnhekk qiegħed nipprova ma noqgħodx fuq il-livell kostituzzjonali u l- argumenti kostituzzjonali, għaliex żgur li hawn min huwa aktar espert minni u li se jidħol fid-dettal.", "Li qiegħed nipprova ngħid huwa li t-tmexxija ta' gvern, it-tmexxija ta' pajjiż, il-good governance, l-accountability, il- mod ta' kif l-infiq isir, jekk hux ġustifikat dak li jsir u jekk hux ġustifikat li jkollok nefqa ta' jumejn safar li titla' għal Lm4,000 jew Lm5,000.....", "Forsi hawn min jgħid li dawk m'huma xejn ħdejn il-miljuni li ntefqu, pero' għal min qiegħed iħallas Lm100 surcharge kull xahrejn dawk is- somom huma ħafna.", "Dawn l-issues huma kollha marbutin flimkien u għalhekk qiegħed norbot mal-fatti reali dwar jekk it-tmexxija b'mod ġenerali hijiex tmexxija b'mod arroganti.", "Ovvjament tista' tgħid li hija tmexxija leġittima, pero' bejn dak li huwa leġittimu u dak li huwa arroganti, żgur li huwa argument ieħor.", "Huwa dan li jrid jiġi deċiż ħalli naraw fejn irridu nistradaw lil pajjiżna.", "Ħalli nkompli nsemmi kwestjonijiet oħra bħal dik li semmejt tal-golf course.", "Dawn l-awtoritajiet fejn qegħdin?", "L-awtoritajiet għaddejniehom minn dan il- parlament wara diskussjonijiet li kien hemm kemm fuq il-MEPA, kemm fuq ir- resources authority, kemm fuq it-transport authority u kemm fuq il-maritime authority.", "Dawn l-awtoritajiet għaddejniehom b'tali mod li jkunu qegħdin hemm sabiex iħarsu lill-konsumatur u mhux biex jipproteġu lill-gvern.", "Madankollu, qegħdin inġibu l-istituzzjonijiet jipproteġu lill-gvern u issa anke f'dan il-Parlament iridu jipproteġuh lill-gvern.", "Mela skond il- Kostituzzjoni, ir-responsabbilta' kollettiva tal-kabinett għandha tkun lejn il-Parlament, mentri issa qegħdin bħal speċi naqilbuha rasa 'l isfel għax qegħdin ngħidu li r-responsabbilta' kollettiva tal-Parlament għandha tkun lejn il-kabinett.", "Naqilbu l-prinċipji ta' taħt fuq u nagħmlu kollox bil- maqlub, dak li qegħdin nagħmlu, Sur President.Minbarra tal-MEPA, kellna wkoll il-kwestjoni tal-maritime authority li għadni ma nistax nifhimha, kwestjoni fuq it-tariffi tal-portijiet.", "Smajna b'riforma u mhux riforma fil-portijiet - u jkolli nistqarr li ma nistax nifhem x'qiegħed jiġri – u wisq nibża' li xi ħadd qiegħed jgħix f'dinja oħra.", "Dan għaliex wieħed jgħid li t-tariffi roħsu b'5% u l-ieħor jgħid li t-tariffi żdiedu bi kważi 40% u kulħadd ixejjer id-dokumenti!", "Allura fejn sejjer dan il-pajjiż?", "Forsi aħna l-Maltin sirna immune għal dawn il-kummiedji, imma li kieku jiġi xi ħadd minn barra u jara dawn l- affarijiet żgur li ma jibdiex jemmen 'il għajnejh.", "Naħa waħda jkollok il- ministru u l-MMA jiddikjaraw li t-tariffi roħsu u fuq in-naħa l-oħra jkollok l-aġenti jgħidulek li t-tariffi għolew.", "Tgħidlu le, Sinjur, il- ministru għadu kemm qalilna li t-tariffi roħsu, imma hu jibqa' jinsisti miegħi li dawn għolew.", "Tistgħu timmaġinaw dawn is-sitwazzjonijiet li qegħdin jiżviluppaw f'pajjiżna?", "Il-maritime authority x'qiegħda tiddermina hemmhekk?", "Nimmaġina li biex tgħid jekk it-tariffi roħsux jew le m'għandhiex tkun xi ħaġa diffiċli.", "Kulma trid tagħmel huwa li taqbad container ta' tant piedi u jekk qabel ir- riforma kont trid tħallas Lm200 sabiex itellgħu sa l-istore u issa qed tħallas Lm190, allura t-tariffi roħsu.", "Pero' jekk minn Lm200 issa qiegħed tħallas Lm250, jista' xi ħadd ibellagħha lil min irid iħallas li t-tariffi roħsu?", "Allura dan huwa l-livell diġenerat ta' kif il-pajjiż irridu mmexxuh 'il quddiem?", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Nitlob lill-Onor.", "Mangion sabiex ikompli bl-intervent tiegħu u jindirizza lis-Sedja, jekk jogħġbu.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Sur President, l-aħħar waħda li kellna imma li m'hijiex l-inqas, hija l-kwestjoni ta' l-estensjonijiet ta' l-iskemi ta' l- artijiet.", "U hawnhekk ikolli nerġa' insemmi lill-MEPA bħala dik l- istituzzjoni li għandha x'taqsam b'mod dirett f'din il-biċċa.", "Issa hemm xi tgħid kontra l-MEPA u l-mod ta' kif jimxu u ma jimxux, pero' m'iniex se nidħol f'dak il-mertu.", "Naħseb li sħabi l-periti għandhom ħafna fatti x'isemmu fuq kif il-MEPA daqqa timxi mod u mbagħad f'daqqa waħda l-kriterji jinbidlu.", "Min-naħa tagħha, il-MEPA ilha s-snin tgħid x'għandna bżonn, anzi qalet li m'hemmx bżonn li nestendu għaliex hawn aċċess biżżejjed.", "Wara li għamlet l-istudji tagħha qalet li hawn biżżejjed bini li jista' jiġi żviluppat fl-aħjar interess.", "Dan kien dejjem il-messaġġ li ngħata mill- MEPA, l-awtorita' responsabbli mill-environment u l-planning u dan hu l- parir li tat.", "Imma issa f'daqqa waħda, b'deċiżjoni tal-kabinett - u din il- materja se tiġi quddiem din il-Kamra dalwaqt għad-diskussjoni - qegħdin ngħidu li se nestendu dawk iż-żoni li ġew indikati 'l hawn u 'hemm.", "Ovvjament in-nies in ġenerali kif ukoll il-partit Laburista, li għamel il- kritika tiegħu, staqsew il-mistoqsijiet dwar min huma l-individwi, iżda bqajna bla risposta - naħseb li ma fiha xejn li tistaqsi affarijiet bħal dawn – u fiċ-ċokon ta' pajjiżna malajr tibda tagħmel one plus one u torbot dawn l-affarijiet flimkien.", "Apparti dan kollu, issa qed ngħidu li l- kriterji li ħarġet bihom il-MEPA m'humiex ġustifikati u m'humiex neċessarji.", "Dan meta kien l-esekuttiv stess li waqqaf lill-MEPA u dan għamlu sabiex ma jkunx hemm l-eċċessi mill-politiċi.", "Dan kien l-argument u l-mottiv snin ilu.", "Il-Perit Michael Falzon, li llum m'għadux membru fil- Parlament, kien għajjat ħafna li l-MEPA kienet se tinħoloq sabiex ma jkunx hemm abbuż mill-politiċi.", "Effettivament illum qegħdin f'sitwazzjoni fejn il-kabinett qiegħed jgħidilna li huwa jrid hekk, imma r-responsabbilta' għandha teħodha f'dan il-każ il-MEPA.", "Il-gvern qiegħed jgħidilha lill-MEPA sabiex tendorsja d-deċiżjoni tiegħu.", "Kien hemm 2,500 oġġezzjoni u fi tliet ġimgħat, bejn wieħed u ieħor, dawn irnexxielhom jarawhom kollha.", "Imbierek Alla, f'daqqa waħda l-effiċjenza bdiet tielgħa 'l fuq!", "Lil min irridu ngħaddu biż-żmien?", "L-ewwel ridna dawn l-istituzzjonijiet sabiex taparsi nħarsu liċ-ċittadin u lill- konsumatur, imma issa rriduhom sabiex iservu ta' paraventu għal dak li jkun qiegħed jagħmel l-esekuttiv.", "Allura, minflok qegħdin nimxu lejn gvern aktar miftuħ fil-politika u fid-deċiżjonijiet tiegħu billi meta tagħmillu l- mistoqsijiet tingħata risposta għalihom, l-affarijiet qegħdin immexxuhom bil-maqlub.", "Qiegħed insemmi dawn il-punti fattwali li qegħdin jiġru b'mod regolari minn livell ta' kunsilli sa l-aktar deċiżjonijiet ta' natura nazzjonali.", "Dan l-atteġġament issa tellajnieh għal-livell ta' parlament u għalhekk fil-mozzjoni qegħdin ngħidu li rridu stqarrija fuq jekk għadniex nemmnu fl-istituzzjoni tal-Parlament.", "Nemmnu li dan il-kabinett għandu responsabbilta' kollettiva lejn il-Parlament, li jkun skrutinat u li jkun hemm mistoqsijiet li tingħata risposta għalihom?", "Nemmnu li politikament kull ministru u kull uffiċjal irid iġorr ir-responsabbilta' politika tiegħu?", "Irridu nsostnu l-accountability li tant nitkellmu fuqha?", "Kull politiku, kull uffiċjal u kulmin għandu l-kariga ta' responsabbilta' jrid ikun accountable kemm ta' kif saret in-nefqa kif ukoll ta' jekk intlaħqux it-targets u x-xogħol li kellu jsir.", "Irriduhom dawn l-affarijiet jew ma rriduhomx?", "Dawn l-affarijiet irriduhom jekk irridu nilqgħu l-isfidi, id- diffikultajiet u l-problemi li għandu quddiemu pajjiżna.", "Naturalment nistgħu noqogħdu ngħidu li f'pajjiżna ma jeżistux dawn il- problemi.", "L-istess ħaġa nista' nagħmel jien billi mmur għand tal-ħanut u ngħidlu: \"Taf kemm qiegħed tbigħ inti?\"", "U dan jgħidli: \"Tista' tgħidli li trid int għaliex jien dak li qiegħed inħoss.\"", "Nista' immur għand il- pensjonant li jirċievi l-kontijiet u li ma jistax ilaħħaq ma' l-ispejjeż tal-mediċini u ngħidlu: \"Taf kemm qiegħed tajjeb int, neħħi dawk il- mediċini minn hemm għaliex m'għandekx bżonnhom!", "Dak li jirrikmandalek it- tabib għal saħħtek m'għandekx għalfejn tieħdu!", "Bil-pensjoni tiegħek tista' tlaħħaq mal-kontijiet tad-dawl u l-ilma, m'għandekx għalfejn toqgħod tikkonfondi!\".", "Billi noqogħdu ngħidu dawn l-affarijiet, min se jemminna?", "Għalhekk importanti li din l-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż isservi ta' forum fejn isiru d-diskussjonijiet u ssir il-kritika, Sur President.", "F'dan il-Parlament m'għandu qatt jirrenja l-ispirtu li għaliex għandi l- maġġoranza assoluta, allura nista' nagħmel li rrid, ma jimpurtanix minn ħaddieħor u l-mistoqsijiet li jagħmel kull membru parlamentari, il-kritika li ssir, tajba jew ħażina, ninjoraha kompletament.", "Issa ġieli kellna okkażjonijiet fejn qbilna ma' xulxin u jkun hemm okkażjonijiet fejn ikun hemm suġġerimenti dwar xi liġi li mbagħad naqblu fuqhom.", "Naturalment ikollna wkoll konverġenzi u diverġenzi ta' opinjonijiet u allaħares ma jkunx hekk għaliex dak huwa ir-rwol tagħna bħala oppożizzjoni.", "Xi ħaġa li ridt ngħid ukoll hija li sfortunatament, ir-rispett lejna l-membri u r- rispett lejn il-politiċi ma tantx għadu qawwi fost l-elettorat.", "Jekk l- elettorat ikompli jara din l-arroganza, fejn għaliex il-gvern għandu maġġoranza assoluta allura jagħmel li jrid, dak ir-rispett aktar se jkompli jonqos fost l-elettorat.", "Min-naħa l-oħra, jekk l-elettorat iħoss li l-membri kollha fil-Parlament qegħdin hemm sabiex iħarsu l-interessi tiegħu u sabiex jagħmlu l- mistoqsijiet tagħhom, dak ir-rispett jibda jikber.", "U l-mozzjoni li għandna quddiemna hija xprunata mill-fatt li dan il-Parlament m'huwiex rubber stamp u m'għandux ikun rubber stamp ta' l-esekuttiv, imma għandu jkun il-forum li fih isir l-iskrutinju ta' dak kollu li jkun qiegħed jagħmel il-gvern, naturalment fl-aħjar interess pubbliku.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Il-Ministru Austin Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Sur President, jien se nitkellem fil-qosor kemm jista' jkun u naturalment m'iniex se nagħmel Cicero pro domo sua u mhux se noqgħod niddefendi dak li għedt jew dak li m'għedtx.", "Lanqas mhu se noqgħod nirrispondi l-ħafna allegazzjonijiet li saru mill-Onor.", "Mangion u li m'għandhom x'jaqsmu xejn mal-mozzjoni tal-lum, imma se nsemmi biss numru ta' fatti.", "Dik se nħalliha f'idejn sħabi.", "Issa fuqhiex qegħdin nitkellmu hawnhekk?", "Qegħdin nitkellmu fuq proċedura antika fejn il-policy approvata minn dan il-Parlament dwar it-tneħħija jew it-trasferiment ta' artijiet li huma tal-gvern, issir taħt proċedura li fosthom timponi li sabiex art tal- gvern tiġi trasferita - ħlief għal ċerti eċċezzjonijiet li ma jikkonċernawx dan il-każ – irid ikun hemm riżoluzzjoni mgħoddija mill-Parlament.", "Huwa b'dan il-mod li jsir l-att tat-trasferiment u jiġi ffirmat il-kuntratt.", "Din hija xi ħaġa li l-Onor.", "Mangion jafha perfettament, Sur President.", "Il-gvern jista' jagħmel - ejja nsejħulu hekk - konvenju, pero' dak il- konvenju jrid iġibu permezz ta' riżoluzzjoni ta' dan il-Parlament.", "Din ir- riżoluzzjoni tiġi ppreżentata fil-Parlament, tmur quddiem il-House Business Committee u, jekk hemmhekk ikun hemm qbil, dik ir-riżoluzzjoni ma tiġix quddiem il-whole House.", "Jekk min-naħa l-oħra ma jkunx hemm qbil tiġi dibattuta fil-whole House u vvotata fil-whole House.", "Jekk tiġi approvata fil-business committee jew fil-whole House isir il-kuntratt, jekk ma tiġix approvata allura l-kuntratt ma jsirx.", "Pero' il-konvenju, il-promessa ssir mill-esekuttiv, dejjem hekk kien u dejjem se jibqa' ikun hekk.", "Allaħares mhux hekk u din hija xi ħaġa li għamluha huma stess.", "Il-famuż kuntratt tal- Kottonera li ġabilhom il-gwaj kollu u li bih tilfu l-gvern, kien sar b'dan il-mod.", "Il-gvern Laburista ta' dakinhar kien għamel il-promessa, anzi għamel aktar minn hekk, kif beħsiebni nsemmi aktar 'il quddiem, għax huma eskoġitaw kif jeħilsu minn dan il-Parlament, imma dik hija xi ħaġa li rrid insemmiha aktar 'il quddiem u mhux għalissa.", "X'ġara f'dan il-każ, Sur President.", "Aħna għamilna l-promessa u hawnhekk li nibda nistagħġeb.", "Qabel ma qam dan l-inċident, jien kont poġġejt fuq il-mejda tal-Kamra d-dokumenti kollha li għandhom x'jaqsmu mal-privatizzazzjoni tal-Maltacom.", "Madankollu dawn ħadd ma ta kashom u nista' nassigurakom li ħadd ma qrahom.", "Bħal dejjem, lanqas biss indenjaw ruħhom jarawhom u lanqas fil-Public Accounts Committee ma qalu sabiex nagħmlu session fuqhom.", "Fost dawk id-dokumenti hemm l-impenn tal-gvern u ta' min xtara dawn l-artijiet.", "Dawn id-dokumenti kienu fuq il- mejda tal-Kamra u nista' nissopponi li ħadd ma qrahom qabel ma għamlu din il-mozzjoni.", "Għalhekk sejjer nikkwota minn dawn id-dokumenti u se npoġġi dan l-estratt fuq il-mejda tal-Kamra, Sur President.", "Nerġa' ngħid li din hija xi ħaġa pubblika u li l-partit Laburista kienet f'idejh qabel ma qam dan l-inċident.", "Hawn jgħid li:", "\"The vendor hereby undertakes that it shall procure all the necessary consents and authorisations from the relevant competent authorities, including but not limited to, the approval of the House of Representatives for the transfer of full legal title of the government properties to the company.", "And subject to the receipt of such consents and approvals ...\"", "Dan xi ftiehem il-gvern u x'kien hawn fuq il-mejda tal-Kamra, li suppost tan-naħa l-oħra jafu bihom.", "Għax dak li jsir hawnhekk isir bit-trasparenza kollha għaliex aħna verament nirrispettaw l-istituzzjoni tal-Parlament.", "Madankollu intom ma tajtux kas u issa tridu tilagħbuha qiskom ma kontux tafu b'dawn id-dokumenti.", "(Interruzzjonijiet)", "Klawsola oħra minn dan id-dokument tgħid li:", "\"The vendor hereby undertakes to, within six months of completion ...\"", "- minn meta jsir is-sale tax-shares -", "\"... procure all the necessary consents and authorisations from the relevant competent authorities including, but not limited to, the approval of the House of Representatives, so as to authorise the vendor to enter into a notarial deed with the company\".", "Sur President, dak li ġie miftiehem u dak li ġie mpoġġi fuq il-mejda tal- Kamra, il-konvenju - il-promessa - tal-gvern li jiġi fil-Parlament bir- riżoluzzjoni tradizzjonali li dejjem niġu biha u li hija suġġetta li nġibu l-approval tal-Kamra tad-deputati sabiex isir it-trasferiment.", "Hawnhekk ġiet osservata l-proċedura kif dejjem ġiet osservata minn dan il-gvern u minn min minnkom, meta kien fil-gvern, ried jagħmel trasferiment ta' artijiet.", "Issa ħalli niġi għal dak li għedt jiena.", "Jien mhux se noqgħod nikkumenta fuq dak li għedt imma se naqra biss x'għedt u se naqra kelma b'kelma u mhux partijiet mid-diskors, bħalma għamel l-Onor.", "Mangion.", "Hawnhekk biex qiegħed niġi akkużat jien, Sur President?", "Qiegħed niġi akkużat li jien ammettejt li b'nuqqas ta' osservanza tal- liġijiet viġenti, aħna ksirna l-liġijiet.", "Mela l-ewwel waħda hija li jiena ammettejt li ksirt il-liġijiet.", "Imbagħad jien għedt ukoll li minħabba li l- gvern għandu maġġoranza ta' ħamsa fil-Parlament, l-istess gvern jista' jikser il-liġi.", "Mela jien mhux biss ammettejt li ksirt il-liġi imma għedt ukoll li minħabba li għandna maġġoranza ta' ħamsa, allura nistgħu niksru l- liġi u li retroattivament nista' nirratifika dik!", "Issa minn dak li qara l- Onor. Mangion, dawn joħorġu b'xi mod?", "Jien għedt x'imkien li aħna ksirna l- liġi jew inkella li se nirratifikawha għaliex għandna maġġoranza ta' ħamsa?", "Dawn huma l-falsifikazzjonijiet tan-naħa l-oħra!", "Issa ħalli naqra preċiżament l-iskambju kollu li ntqal dakinhar.", "Ħa nibda b'dak li qal l- Onor. Mizzi.", "U se nikkwota mit-transcript tal-parlament li tani l-Clerk of the House.", "L-Onor.", "Mizzi qal hekk:", "\"Lili bagħtuli pakkett il-Ħamrun imma għadni ma ġbartux u naturalment il-karti għadni ma rajthomx.\"", "Hawnhekk il-kelliem ewlieni ta' l-oppożizzjoni fuq il-Maltacom qed jammetti li l-karti kien għadu ma rahomx.", "Kien għalhekk li jiena għedt li ma qrawx dawk id-dokumenti.", "Imbagħad kompla hekk l-Onor.", "Mizzi:", "\"Xtaqt li l-Ministru jgħidli jekk hemmx xi artijiet u xi bini ta' exchanges u fil-każ liema huma.\"", "Hawnhekk nidħol jien u nirrispondi l-mistoqsija.", "Jien għedt hekk:", "\"Safejn naf jien, l-unika art li m'hijiex mibnija – pero' bl-amment qed nitkellem, jiġifieri subject to correction - hija biss dik li hemm fil-Qawra u hemm l-agreement li dik se tmur lura għand il-gvern.", "Kontra dik l-art hemm numru ta' exchanges li l-Enemalta għandha titlu ta' kera jew ta' ċens fuqhom.", "Dik l-art se tmur lura għand il-gvern u allura l-gvern jagħti titlu ta' xiri lill-Enemalta fuqhom.", "Jiġifieri se jsir kontrokambju bejn artijiet li huma vojta, bħal din li semmejt u li ovvjament tiswa l-flus, kontra numru ta' exchanges li l-Enemalta diġa' għandha titlu ta' kiri jew ta' ċens fuqhom.", "L- indirizzi preċiżi qegħdin imniżżlin fil-lista li semmejt.", "\"Irrid ngħid li dan l-iskambju kien ilu miftiehem xi sena.", "Kien ilu biex isir numru ta' snin, imma ma' l-Enemalta domna ftit biex saru l- valutazzjonijiet kollha relattivi.", "Fil-fatt lanqas spiċċaw saru u hemm biss promessa bejn il-gvern u l-Maltacom li dan prattikament isir f'xi żmien aktar 'il quddiem.\"", "Din l-Onor.", "Mangion konvenjetement qabiżha u ma qrahiex!", "Imbagħad qabeż l- Onor. Mizzi u qal:", "\"Ladarba hemm affarijiet li m'humiex koperti skond il-liġi ...\"", "Naqbeż jien u nirrispondi hekk:", "\"Il-premessa hija ħażina għax mhux il-każ li m'humiex koperti bil- liġi\".", "Hawnhekk jaqbel miegħi l-Onor.", "Mangion li legalment qegħdin mija fil-mija korretti.", "Jien inkompli ngħid hekk:", "\"Fil-fatt huma koperti bil-liġi għax hemm agreement bejn il-Maltacom u l-gvern – teknikament jgħidulha permuta – li ssir il-bidla, li huwa dokument li jorbot legalment\".", "Jaqbeż l-Onor.", "Mizzi u jgħid:", "\"Imma biex dawn iseħħu trid issir mozzjoni fil-Parlament\".", "Naqbeż jien u ngħid:", "\"Iva, naqbel perfettament ma' l-Onor.", "Mizzi li teknikament trid tiġi fil-parlament.", "Pero' billi dan il-gvern għandu l-maġġoranza u dik il- maġġoranza jżommha dejjem u mhux kif ġara qabel, meta kien hemm maġġoranza ta' wieħed u ntilfet, aħna ċerti li tgħaddi mill-Parlament ukoll!", "Qabeż l-Onor.", "Mizzi u beda jgħid li:", "\"Din hija arroganza u irresponsabbilta'!\".", "Jerġa' ikompli l-Onor.", "Mizzi:", "\"Sar agreement meta hemm affarijiet li jridu jiġu l-ewwel mgħoddija mill-Parlament, iżda ma ġewx mgħoddija mill-Parlament u allura l- affarijiet ma mxewx kif suppost\".", "Kien hawnhekk li l-Onor.", "Mizzi beda jiżbalja għaliex fil-verita', dan l- agreement ma kellux jgħaddi mill-parlament.", "Għalhekk qbiżt jien u għedt hekk:", "\"Naqblu perfettament li eventwalment trid tiġi riżoluzzjoni fil- Parlament, pero' ma naħsibx li nkunu qed ngħixu f'dinja jekk ngħidu li dan il-gvern ma jistax jorbot lilu nnifsu li jagħti garanzija lil xi ħadd li mhux se jgħaddiha minn dan il-Parlament.", "Jiġifieri jekk aħna naħsbu f'dan il-pajjiż, aħna li għandna maġġoranza hawnhekk ta' ħamsa min-nies, ma nistgħux nagħtu dawn il-garanziji fin-negozjati, allura verament qed noħolmu issa.\".", "Allura meta taqra dan kollu tista' b'xi mod tikkonkludi li jien ammettejt li nqasna milli nosservaw il-liġi viġenti, li jiena ammettejt li għaliex għandna maġġoranza ta' ħamsa allura m'għandniex għalfejn niġu l-Parlament, jew li b'din il-maġġoranza ta' ħamsa jien nista' retroattivament nirratifika xi ħaġa li ksirt il-liġi biha?", "Għalhekk fl-opinjoni tiegħi l- bażi tal-mozzjoni taqa' għal kollox.", "Naħseb li f'dan il-każ nagħti ftit tar-retroscena għaliex kellha ssir din il-permuta.", "Sfortunatament ikolli ngħid li din il-permuta kellha ssir għaliex fl- eżerċizzju tad-due diligence li għamilna jirriżulta - u dawn qegħdin fid- dokumenti - li l-Maltacom qiegħda tokkupa numru ta' postijiet, sitta b'kollox, li m'humiex tagħha.", "Il-Maltacom m'għandhiex titolu fuq dawn il- postijiet għaliex l-oriġinu tat-titolu huwa difettuż.", "U din hija xi ħaġa li ħarġet mid-due diligence li għamilna.", "Tant hu hekk, li kieku qraw id- dokumenti li poġġejna fuq il-mejda tal-Kamra kienu jsibu li parti mill- permuta li qed issir hija f'dak li huma msejħin third-party properties.", "Ħalli naqra dak li hemm fl-agreement;", "\"Third-party properties\" means the immovable properties listed on annex (a) which are subject to expropriation procedures and no compensation has been paid by the Government of Malta, the original owner thereof, in terms of the Land Acquisition Ordinance, Chapter 88 of the Laws of Malta.", "The Government of Malta shall, in consideration of the transfer mentioned above, undertake to comply with all necessary procedures and formalities required at law, to ensure that the company shall be vested with full legal title to the third party properties at the vendor's cost and expense.\".", "Mela x'ġara?", "Naturalment meta inti qiegħed tbigħ, ix-xerrej jagħmel ir- riċerki tiegħu ħalli jara li dak li qiegħed tbiegħ huwa verament tiegħek.", "Waqt dan l-eżerċizzju kollu kompless tal-Maltacom, aħna għamilna wkoll dan l-eżerċizzju bħalma għamluh huma wkoll.", "Minn dan l-eżerċizzju rriżulta li f'partijiet ta' sitt exchanges differenti, kien hemm art li xi darba kien ħadha l-gvern pero' li qatt ma kien ħallas għaliha.", "Allura l-fażi ta' esproprjazzjoni ma ġietx konkluża u b'hekk ma kienx hemm it-titlu.", "Il- gvern f'xi żmien kien għaddieha lil Maltacom u qatt ma kienu rranġaw it- titlu tagħha.", "Għaldaqstant teknikament m'hemmx titolu fuq dawn l-exchanges.", "Hekk kif skoprejnieha ħadna ħsiebha u se nirranġawha.", "Issa ladarba rridu nħallsu lil min itteħditlu l-art, in kontrokambju se nieħdu lura l-art tal- Qawra.", "Dan huwa l-agreement li sar u sar minħabba li hemm difett fit-titlu ta' ċerti artijiet li huma okkupati mill-Maltacom.", "Dawn huma affarijiet li jiġru u bħala nutar, bilfors li l-Onor.", "Mangion mhux l-ewwel darba li ltaqa' magħhom!", "Dawn jiġru u trid tara kif se ssolvihom.", "Qiegħed ngħid dan kollu għaliex dan id-difett sibnieh meta ġejna biex inbigħu 60%, mentri l-għorrief tan-naħa l-oħra ma skoprew xejn meta bigħu l-40%!", "Sur President, jiena għandi l-IPO li kien sar fi żmien gvern Laburista u se npoġġih ukoll fuq il-mejda tal-Kamra.", "F'paġna 34 insibu li kienu qalu hekk:", "\"The principal properties of the company consist of its head office at Marsa, its 16/17 switching stations located throughout Malta, including international exchanges at Birkirkara and St. George's and its payment centres and branch offices.", "The company believes that its facilities are suitable for their present and intended purposes and are adequate for the company's current levels of operations.\"", "Sur President, Birkirkara hija waħda mill-exchanges li m'hemmx titlu fuqha.", "Fejn huwa d-disclosure ta' nuqqas ta' titlu?", "Min għamlu d-due diligence fi żmien il-gvern Laburista?", "Ma nistagħġibx b'dan kollu għaliex l-advisers li kellhom kienu Arthur Andersen, li qegħdin il-ħabs u l-HSBC li tant jgħajruhom talli ġew Malta!", "Dawn kienu l-advisers tal-partit Laburista fil- gvern u bigħu kollox lil ma nafx min!", "Issa fejn huwa n-nuqqas ta' titlu meta begħtu intom?", "Għedtulhom lil min qiegħed jixtri li f'sitt exchanges, fosthom ta' Birkirkara, m'għamiltux due diligence u ma skoprejtux in-nuqqas ta' titlu?", "U issa li qed nirratifikawha u li qegħdin nintrabtu li nagħmlu l-proċeduri kif għandhom isiru, qegħdin jgħajruna li qed nagħmlu ħażin!", "Dan id-dokument se npoġġih ukoll fuq il-mejda tal-Kamra.", "Madankollu l- oxxenita' m'hijiex dik imma hija xi ħaġa oħra li ħarġet minn riċerka u se nagħlaq biha għaliex, kif jgħidu l-Ingliżi, it takes the cake!", "Jekk niftakar sew din kienet mozzjoni ffirmata mill-Onor.", "Mangion u mill-Onor.", "Mizzi.", "Hawnhekk għandi dokument ieħor ta' l-Onor.", "Mizzi flimkien ma' l-ex Ministru Portelli u, kif jgħid il-Malti, ix-xitan m'għandux ħalib għaliex dan id- dokument kien jikkonċerna the proposed transfer of land at Qawra to Maltacom.", "Mela l-art tal-Qawra li qegħdin nitkellmu fuqha llum kienet għadha tal-gvern dak iż-żmien.", "L-Onor.", "Mizzi, dakinhar ministru bla portafoll u l-ex-Ministru Alfred Portelli, li kien responabbli mill-qasam tal-housing, għamlu joint memo li ġie approvat mill-kabinett u mill-prim ministru ta' dak iż-żmien Dr Alfred Sant.", "F'dan il-memo pproponew li din l- art tal-gvern tal-Qawra tingħata lill-Maltacom.", "Dan kien cabinet memo tal- 15 ta' Jannar, 1998 ref.", "PSMH 163/97 li se npoġġih fuq il-mejda tal-Kamra.", "Kif għedna u qbilna aktar qabel, suppost li kellha ssir parliamentary resolution.", "Madankollu hemm", "metodi ta' kif ma ssirx din il-parliamentary resolution, kif l-Onor. ħbieb tiegħi jafu.", "L-Onor.", "Mizzi u dak iż-żmien l-ex Ministru Portelli ħadu parir u sabu kif jistgħu ma jgħadduhiex mill-Parlament.", "B'hekk għamlu memo fejn irrakkmandaw dan li se naqra, u preċiżament;", "\"Nistgħu ngħadduha lill-housing authority u nħallu lilhom jiddiljaw mal-Maltacom.\",", "kif fil-fatt għamlu.", "Imbagħad x'kiteb l-Onor.", "Mizzi?", "Huwa qal hekk:", "\"Apart from doing away with the need for a parliamentary resolution, this alternative would also obviate the requirement to negotiate and deal with the Holy See.\".", "L-Onor.", "Mizzi sabiex jgħaddi l-art ma riedx jagħmel riżoluzzjoni tal- Parlament!", "Din se npoġġiha wkoll fuq il-mejda tal-Kamra.", "(Interuzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom, no cross-debate.", "Inżommu l-ordni u l-kalma.", "Il-Ministru jkompli bid-diskors tiegħu.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Sur President, jiena m'iniex qed ngħid li din saret b'xi mod illegali kif allegaw huma fuqi.", "Jien qiegħed ngħid li l-ħsieb li jevita l-parliamentary resolution kien ta' l-Onor.", "Mizzi.", "Dan il-metodu seta' isir u nammettih - mhux qed ngħid li ma setax isir - pero' huwa kellu l-ħsieb li jevita l-parliamentary resolution.", "Fil-fatt qalha bil-miktub u se nerġa' naqraha;", "\"Apart from doing away with the need for a parliamentary resolution, this alternative would also obviate the requirement to negotiate and deal with the Holy See.\".", "Sur President, jien ma rridx noqgħod insemmi affarijiet oħra għaliex jistgħu jiġbruhom l-gazzetti wara li nlestu.", "Fil-fatt huma kellhom parir li l-art tiswa Lm1.2 miljun imma huma riedu jbigħuha b'Lm0.4 miljun.", "Madankollu dik hija xi ħaġa oħra u li, kif għedt, tal-gazzetti jistgħu dejjem jiġbru l-informazzjoni minn hawnhekk.", "Nerġa' insostni li mit- transcript u mir-records ta' dan il-Parlament jirriżulta b'mod mill-aktar ċar li jiena fl-ebda ħin ma għedt li aħna ksirna l-liġi.", "Fl-ebda ħin ma għedt li rridu nirratifikaw retroattivament xi ksur tal-liġi, f'ebda ħin ma abbużajt mill-pożizzjoni tiegħi ta' membru parlamentari - mhux ta' ministru - u fl-ebda ħin ma nqast mir-rispett lejn dan il-parlament.", "Jien għamilt dak li jagħmel kull ministru f'dik il-pożizzjoni, fejn għamilna promessa ta' trasferiment ta' l-art u obbligajna ruħna bil-miktub f'dokument li kien diġa' fuq il-mejda tal-Parlament.", "Fih għedna li se niġu f'dan il-Parlament u ngħaddu r-riżoluzzjoni neċessarja.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Nifhem li għandek xi dokumenti biex jitqiegħdu fuq il- mejda tal-Kamra.", "Hawn permess?", "(Onor. Membri: Aye)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Sur President, inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra;", "Kopja ta' joint memo datat il-15 ta' Jannar 1998 mill-ministru tad- djar u mill-ministru mingħajr portafoll lill-kabinett, dwar trasferiment propost ta' art fil-Qawra lill-Maltacom.", "Kopja ta' ittra datata 5 ta' Frar 1998 mingħand is-segretarju tal- kabinett lill-ministru għad-djar u l-kunsilli lokali.", "Extracts relating to the deed of exchange bejn il-Gvern ta' Malta u third-parties.", "Government properties report imħejji minn Camilleri Preziosi Advocates.", "Kopja ta' dokument intitolat 'Maltacom plc – Offering of 37,484,884 shares directly or in the form of global depositary receipts', bid- data tat-8 ta' Ġunju, 1998.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Leo Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, id-disrispett lejn il-Kamra tad-deputati ma joħroġx mill-ftehim li sar mal-Maltacom, imma joħroġ proprju fuq livell politiku mill-kliem li ċċita l-Ministru Austin Gatt stess fid-diskors li għamel illum.", "Fil-fatt se nerġa' nikkwota dak li qal:", "\"...Ma naħsibx li nkunu qed ngħixu f'dinja jekk ngħidu li dan il-gvern ma jistax jorbot lilu nnifisu li jagħti garanzija lil xi ħadd li mhux se jgħaddiha minn dan il-Parlament.", "Jiġifieri jekk aħna naħsbu f'dan il-pajjiż, aħna li għandna maġġoranza hawnhekk ta' ħamsa min-nies, ma nistgħux nagħtu dawn il-garanziji fin-negozjati, allura verament qed noħolmu issa.\".", "F'dan l-istatement politiku l-gvern ħa for granted mhux biss il-Parlament imma anke lill-kollegi tiegħu stess, inkluż dawk il-backbenchers li setgħu ma qablux ma' l-operat tiegħu f'din il-materja.", "Fl-opinjoni tiegħi naħseb li għalkemm ir-responsabbilta' primarja taqa' fuq il-Ministru Gatt, inħoss ukoll li din għandha taqa' fuq il-prim ministru nnifsu.", "Dak li żviluppa f'dan il-każ huwa konferma ċara ta' kemm il-prim ministru fil-prattika huwa politikament impotenti.", "Dan rajnieh diġa' f'diversi okkażjonijiet oħra, pero' jien mhux se noqgħod nidħol fuq il-kwestjoni ta' jekk għandux jagħmel reshuffle jew le.", "Dik hija prerogattiva tiegħu u m'hijiex xi ħaġa li niddiskutuha f'dan il-Parlament.", "Madankollu jidher biċ-ċar li l-prim ministru attwali jinsab miexi pass pass - anke f'dawn l-affarijiet – fuq il- passi tal-prim ministru ta' qablu.", "Qiegħed jiddefendi lill-ministri u lis- segretarji parlamentari tiegħu akkost ta' kollox, anke meta dawn ma jkollhomx nitfa' raġun, kif inhuwa l-każ li għandna quddiemna llum.", "Sur President, nifhem li l-prim ministru, wara ċerti affarijiet li għadda minnhom, ma jistax jaffordja li jkollu aktar fallout politiku fil-partit tiegħu, iżda nemmen li hemm limitu għal kollox.", "Naħseb li l-eħfef ħaġa għall-Ministru Gatt fis-sitwazzjoni tal-lum hi dik li joffri r-riżenja tiegħu minn rajh u mhux iħalli lill-oppożizzjoni tiċċensurah.", "Aħna konna ilna nduqu mill-arroganza tiegħu f'dan il-Parlament, mhux biss fid-diskorsi tiegħu imma anke mill-mod ta' kif jirrispondi l-mistoqsijiet parlamentari.", "U hawnhekk ma nistax nifhem kif riċentement jiġi l-Onor.", "Tonio Borg, jaqbad il-kwestjoni minn saqajha u jgħid li aħna qegħdin nagħmlu dan l-attakk fuq Austin Gatt għaliex nafu li huwa ministru kompetenti.", "Il-kwestjoni ta' l- allegata kompetenza tal-ministru ma tidħol assolutament xejn f'din il- kwestjoni u hija totalment irrilevanti.", "Għalkemm jiena naqbel li kapaċi jieħu deċiżjoni, xorta waħda ma jfissirx li għaliex inti deċiżiv fl- azzjonijiet li tieħu, allura dejjem tkun qiegħed tieħu deċiżjonijiet għaqlin.", "Daqstant ieħor ma jfissirx li sabiex tkun deċiżiv jeħtieġ li tkun arroganti.", "Issa jien, bir-rispett kollu, inħoss li fl-istatement li għamel il-kollega tiegħi Austin Gatt, fuq livell politiku, kien qiegħed ikun arroganti u disrespectul lejn il-Parlament b'dak il-kliem li kkwota huwa stess.", "Dan il-gvern, tajjeb jew ħażin, qiegħed jagħti l-impressjoni li diversi ministri qegħdin jimbuttaw 'il quddiem l-aġenda personali tagħhom.", "Issa jekk dan japplikax għall-każ li qegħdin niddiskutu llum mhux se ngħidu jien, pero' ż-żmien jagħtina parir.", "Li jmissu għamel il-Ministru Gatt hu li jenfasizza - kif għamel f'parti mid-diskors tiegħu – fuq il-punt li dan il-ftehim kien suġġett għall-approvazzjoni parlamentari u jieqaf hemm.", "Kieku għamel hekk naħseb li ħadd ma kien jikkritika xejn minn dak li qal.", "Għax li kieku kellna nużaw l-istess yardstick li uża l-Ministru Gatt, allura wieħed jista' faċilment jagħmilha fatta li meta l-gvern, per eżempju, jiġi quddiem il-Parlament bir-reviżjoni tal-konfini u ta' l-iskemi ta' l-artijiet għall-iżvilupp, din se tgħaddi faċilment peress li l-gvern għandu l-maġġoranza parlamentari.", "U dan minkejja l-fatt li hemm piż min- naħa tagħkom.", "Ejjew nieħdu l-prim ministru nnifsu li qiegħed riżoluzzjoni - kif għamilt jien ukoll min-naħa tiegħi - fuq il-mejda tal-Kamra sabiex ikollu l-approvazzjoni tal-Parlament għad-deċiżjoni li ħa l-gvern fuq il- kwestjoni tar-reviżjoni tal-konfini ta' l-artijiet.", "Sur President, nerġa' ngħid li l-għemil tal-Ministru Gatt huwa insult lejn id-demokrazija parlamentari, iżda l-aktar lejn il-backbenchers Nazzjonalisti li jidhru li qed jittieħdu for granted mill-ministri tagħhom stess.", "Aktar kmieni semmejt l-arroganza tal-Ministru Gatt meta jiġi biex iwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari.", "Jien kont qiegħed nirriferi għall- mistoqsijiet parlamentari li jsiru min-naħa tagħna u għalkemm dik l- arroganza hija xi ħaġa ħażina, pero' nifimha.", "Madankollu għandna wkoll ċerti mistoqsijiet parlamentari li saru minn deputati Nazzjonalisti u li twieġbu bl-istess mod min-naħa tal-Ministru Gatt.", "Minn mindu l-Ministru Gatt kien imexxi - anke bħala segretarju ġenerali - l-partit Nazzjonalista, nara li din hija xi ħaġa sintomatika fl-aġir u fit-tmexxija tiegħu.", "Huwa bniedem intolleranti għall-kritika u jitkellem b'disrispett lejn il-kollegi parlamentari.", "Jiena anke l-mod ta' kif titkellem fuq il-kap ta' l- oppożizzjoni nħoss li hija xi ħaġa totalment inaċċettabbli.", "Naturalment għandek kull dritt li tikkritikah fuq il-policies, għandek kull dritt tgħid li ħa deċiżjonijiet żbaljati, kemm meta kien fil-gvern u anke issa li qiegħed fl-oppożizzjoni, imma li titkellem fuq bażi personali u b'mod disrespectful kif ġieli għamel f'din il-Kamra u anke barra minnha, nerġa' ngħid li hija xi ħaġa totalment inaċċettabbli.", "Ha nfakkar ftit lill- Ministru Gatt ħalli ma jaħsibx li qiegħed nitkellem minn żniedi, Sur President.", "Ftit taż-żmien ilu kien għamel diversi reklami stampati - ovvjament bi flus il-poplu - dwar il-kwestjoni tal-hedging.", "Issa ma rridx ngħid li għamel ħażin għaliex dan għamlu sabiex jispjega l-policy tal-gvern.", "Pero' minkejja li ma ħasibhiex darbtejn sabiex jagħmel dawn ir-reklami, lanqas ħasibha darbtejn sabiex bi flus it-taxpayer jinqeda b'dawn ir-reklami ħalli jinfexx f'ħafna tgħajjir kontra l-partit Laburista u b'mod partikolari kontra l-kap ta' l-oppożizzjoni.", "Kellna riħa partiġġana f'reklami li suppost kienu ntiżi sabiex ifissru l-politika tal-gvern dwar l-enerġija.", "Ftit ilu smajt ukoll xi kummenti fuq is-Super One ta' ċerti backbenchers Nazzjonalisti u anke ta' uffiċjali tal-partit Nazzjonalista.", "U nista' ngħid li kien hemm kuntrast kbir fid-difiża li għamlu lil Austin Gatt min- naħa tal- Prim Ministru Gonzi, min-naħa tal-Viċi Prim Ministru Tonio Borg u min-naħa tas-Segretarju Ġenerali tal-partit Nazzjonalista Joe Saliba.", "Issa ladarba dawn ħadu din il-pożizzjoni, issa jridu jassumu r-responsabbilta' ta' l-arroganza ta' Austin Gatt u jridu jassumu r-responsabbilta' tad- disrispett li Austin Gatt wera lejn dan il-parlament.", "Sur President, inti kellek raġun meta fid-diskors tiegħek tas-Sette Giugno wrejt ċertu tħassib lejn in-nuqqas ta' tolleranza u rispett reċiproku fost il-parlamentari.", "Dan huwa minnu u qegħdin ngħixuh ripetutament, pero' issa għaddejna għal fażi aktar delikata u preokkupanti.", "Mill-fażi tan-nuqqas ta' informazzjoni mitluba mill-oppiżizzjoni u mill-fażi ta' nuqqas ta' risposti għall-mistoqsijiet parlamentari li jsiru minna, issa dħalna għall- fażi ta' żebliħ għall-Parlament innifsu għaliex fl-aħħar mill-aħħar, iż- żebliħ ma kienx biss lejn in-naħa ta' l-oppożizzjoni jew lejn il- backbenchers tal-partit Nazzjonalista imma kien lejn il-Parlament, qua istituzzjoni parlamentari.", "Għaldaqstant inħoss li dan huwa aġir li fl- aħħar mill-aħħar jikkostitwixxi f'insult lejn is-Sedja wkoll.", "Għaldaqstant nistaqsi jekk dan huwiex il-mod ta' kif il-partit Nazzjonalista sejjer jagħmel il-politika li ħabbar l-Onor.", "Lawrence Gonzi meta nħatar bħala kap tal-partit u bħala l-kap tal-gvern.", "Nistaqsi wkoll jekk din hijiex \"ir- rebbiegħa\" li wiegħed il-partit Nazzjonalista.", "Veru li dan l-aħħar xi ħadd kiteb li fil-parlament ma jikbrux fjuri imma lanqas għandna nirriduċu l-parlament għal miżbla!", "(Interruzzjonijiet) Huwa minnu li dak il-ktieb ilu li nkiteb, pero' il-Parlament ġie ridott għal miżbla dan l-aħħar.", "Id-dnubiet ta' l-imgħoddi ma jiġġustifikawx id- dnubiet tal-preżent.", "Nista' ngħid li meta l-prim ministru attwali kien iservi ta' Speaker tal-Kamra, kelli ammirazzjoni kbira għal mod ta' kif kien imexxi u anke għal mod ta' kif kien introduċa l-kumitati parlamentari.", "Dan ngħidu mingħajr tlaqliq ta' xejn, imma l-fatt li issa l-prim ministru spiċċa jiddefendi lil min irid jirriduċi l-Parlament għal rubber stamp jirrifletti ħażin fuqu u juri li qiegħed jagħmel U-turn kbira.", "Din il- pożizzjoni tal-prim ministru qiegħda tikkuntrasta ħafna mal-pożizzjoni moderata u anke matura ħafna li kien jieħu meta kien Speaker ta' din il- Kamra.", "Kull mozzjoni suppost li tiġi dibattuta f'din il-Kamra u mhux sempliċement kemm nivvotaw fuqha.", "Ara l-liġi riċenti dwar il-qrati rajna wkoll xi deputati Nazzjonalisti jagħmlu kritika meqjusa u kritika f'waqtha, li jiena persważ u nawgura lill-ministru Borg sabiex jagħtiha l-konsiderazzjoni neċessarja.", "Allura xi ħaġa bħal din teħodha for granted li awtomatikament għaddiet mill-Parlament u ma tagħtix id-dritt ta' dissent min-naħa tal- parlamentari tiegħek stess?", "Maġġoranza ta' wieħed, maġġoranza ta' tnejn u maġġoranza ta' ħamsa, fiċ-ċirkostanzi huma lkoll irrelevanti.", "L-iċken pass li jista' jagħmel il-prim ministru fiċ-ċirkostanzi tal-lum huwa li jiċċensura pubblikament lill-Ministru Gatt u jitlobu jagħmel apoloġija pubblika.", "Sur President, ninsab konvintissimu mill-intenzjonijiet tiegħek u nifhem ħafna s-sentimenti tiegħek kif riflessi fid-diversi diskorsi pubbliċi li għamilt, pero' bil- modestja kollha ngħid li huwa inutli li nitkellmu dwar kif nistgħu nsaħħu l-Parlament u nagħtuh l-awtonomija tiegħu jekk qabel xejn ma nsaħħuhx aħna nfusna, b'għemilna u bl-imġiba tagħna.", "L-imġiba tal- ministru Gatt fuq livell politiku ma kienet xejn dekoruża, la mill-aspett parlamentari u wisq inqas mill-aspett ministerjali.", "Li kieku l-partit Nazzjonalista kellhom bord ta' viġilanza kif għandna aħna, kien imisshom ilu li ħadu l-miżuri interni kontra l-Ministru Gatt għal dan id-diskors.", "M'għandniex niskantaw bl-attitudni tal-Ministru Gatt, li m'għandi xejn personali kontra tiegħu, pero' nafu kif fl-imgħoddi ma ddejjaq xejn milli jżeblaħ - mhux lilna ta' l-oppożizzjoni – lill-ex- ministri li kienu jokkupaw l-istess dekasteru li llum qiegħed jokkupa huwa stess.", "Hawnhekk qiegħed nirriferi għal Prof Josef Bonnici.", "Il-Ministru Gatt għamel diversi riferenzi għall-operat ta' l-Enemalta u l- operat ta' l-AirMalta, kummenti dispreġġattivi li wieħed ma jistennihomx minn ministru li qed jgħaddihom fuq ministru preċedenti u li kien jokkupa l- istess kariga tiegħu fl-istess kabinett.", "Għalhekk meta ftit ilu kont għedt li l-Ministru Gatt huwa arroganti kont għedtha b'ċerta konvinzjoni.", "Wara li rajt dak li ġara u wara li smajt dak li ntqal f'din il-kwestjoni tal- Maltacom, aktar se nkompli nsaħħaħ il-fehma tiegħi.", "Il-Ministru Gatt għandu kwalitajiet tajbin bħala ministru, mela le, fuq kollox jien m'iniex xi wieħed li nħobb niddemonlizza lil xi ħadd.", "Madankollu sfortunatament huwa a bull in a china shop, bid-differenza li issa ġejna f'sitwazzjoni li ma tantx baqagħlu ħafna x'ikisser għaliex erbat ijiem oħra se jkun kisser iċ-china kollha tal-pajjiż!", "Sur President, jekk m'iniex sejjer żball għadni niftakar lill-ex ministru John Dalli li kien preżenti għad-diskussjoni taħt it-tinda organizzata mill- moviment \"Iva\", waqt il-kampanja referendarja ta' l-Unjoni Ewropea.", "Taħt dik it-tinda kien hemm diversi kelliema min-naħa tal-gvern u min-naħa tal- moviment \"Iva\" li kollha bdew jgħidu li hekk kif nidħlu fl-Unjoni Eworpea, se titrażżan l-arroganza u l-prepotenza kemm min-naħa ta' l-esekuttiv kif ukoll min-naħa tal-ministri nfushom.", "Allura hawnhekk nixtieq nistaqsi din il-mistoqsija lill-pubbliku li qiegħed isegwina: Trażżnet din il- prepotenza?", "Trażżnet din l-arroganza?", "M'iniex se nweġibha jien, imma se nħalli r-risposta f'idejn min qiegħed isegwi x-xena politika ta' pajjiżna.", "Nagħlaq id-diskors tiegħi billi nagħmel din l-osservazzjoni.", "Din m'hijiex xi mozzjoni li ressaqna b'sens ta' pika jew li tirrifletti l- kompetenza tal-Ministru Gatt.", "Lanqas hija xi mozzjoni mressqa sforz il- lanżit li għandna personali kontra l-Ministru Gatt imma hija mozzjoni f'waqtha, mozzjoni propizja u mozzjoni ġustifikata.", "Hija mozzjoni opportuna ħafna u hija intiża għal skop wieħed biss, dak li tagħti lura lill- Parlament il-ġieħ kollu li verament jixraqlu.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Marie Louise Coleiro.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Sur President, din il-mozzjoni m'hijiex mozzjoni li qiegħda tirrifletti biss is-sentimenti tal-partit Laburista fl- oppożizzjoni, imma hija mozzjoni li qiegħda tirrifletti s-sentimenti ta' ħafna Maltin u Għawdxin kif ukoll is-sentimenti ta' ħafna mill-korpi kostitwiti.", "Fil-fatt dawn huma mħassba għall-mod kif il-gvern Nazzjonalista jinsab miexi fit-tmexxija tiegħu, fejn donnu qisu għaddej bil- gaffa minn fuq ras kulħadd.", "Il-kwestjoni ta' l-arroganza, tan-nuqqas ta' trasparenza u n-nuqqas ta' kontabilita' min-naħa tal-gvern Nazzjonalista, saret waħda mill-issues li l-poplu Malti u Għawdxi qiegħed jitkellem fuqha llum.", "Fl-idea tiegħi, ma nkunux qed nagħtu ġieħ la lil dan il-Parlament u wisq anqas lill-poplu tagħna jekk, waqt id-diskussjoni tal-lum, noqogħdu nħalltu ħafna polemiċi politiċi għaliex għalkemm għalina forsi jagħmlu sens u nifhmuhom, għall-poplu hemm barra ma jkunux qed jagħmlu sens u ma jifhimniex.", "Fl-intervent qasir tiegħi, jien nixtieq nagħti spjegazzjoni żgħira tal-konċetti li jmexxuna u kull wieħed u waħda minna f'din il-Kamra rridu noqogħdu attenti u nagħmlu minn kollox sabiex nirrispettawhom u nħarsuhom.", "Fil-fehma tiegħi għanda demokrazija li hija mibnija fuq tliet pilastri, li huma l-pilastru tal-leġislatur, il-pilastru ta' l-esekuttiv u l-pilastru tal-ġudikatura.", "Huwa importanti li dawn it-tliet pilastri jkunu distinti minn xulxin, għaliex meta għandek din it-tip ta' demokrazija għandek ċerta fraġilita' u faċilment jistgħu jidħlu fuq xulxin.", "Għalhekk jien se nikkonċentra biss fuq iż-żewġ pilastri - forsi huma l-aktar li jikkonċernawna minħabba l-mozzjoni tal-lum – tal-leġislatur u ta' l- esekuttiv.", "Jekk hemm xi fraġilita' u li allura toħroġ il-ħtieġa li noqogħdu attenti ħalli ma nidħlux fuq xulxin fuq dawn il-pilastri, hija proprju meta nħarsu lejn il-pilastru tal-leġislatur u l-pilastru ta' l-esekuttiv.", "Fil- fatt dan joħroġ bl-aktar mod ċar mill-Kostituzzjoni tagħna.", "Sur President, aħna nafu li dan il-Parlament għandu l-pilastru demokratiku li huwa msejjaħ il-leġislatur.", "Madankollu għandna wkoll numru ta' persuni li apparti r-responsabbilta' ta' leġislaturi, għandhom ukoll ir- responsabbilta' ta' parti sostanzjali mill-esekuttiv ta' pajjiżna.", "Dan joħroġ mill-Kostituzzjoni tagħna u jekk wieħed iħares", "lejn artiklu 79, fejn għandek l-ispjega fuq il-formulazzjoni tal-kabinett isib hekk:", "\"The cabinet shall have the general direction and control over the Government of Malta and shall be collectively responsible therefore to Parliament.\"", "Mela minkejja li hawnhekk għandna parti mill-esekuttiv tal-pajjiż permezz tal-kabinett, l-istess kabinett huwa responsabbli bl-aktar mod dirett lejn il-Parlament.", "Jekk imbagħad inħarsu lejn it-tieni parti tal-Kostituzzjoni, jiġifieri lejn artiklu 65 fejn għandek il-poteri u l-proċedura tal- Parlament, insibu bl-aktar mod ċar li l-provvedimenti ta' din il- Kostituzzjoni jesiġu li l-Parlament, sabiex jagħmel il-liġijiet dwar paċi, ordni u good government irid ikollu trasparenza u kontabilita' u allura żgur li ma jistax ikollu l-arroganza.", "Sur President, kif qal sieħbi l-Onor.", "Brincat, din il-mozzjoni ma tirriflettix is-sentimenti tiegħi jew tal-kumplament tal-membri l-oħra li niffurmaw il-Parlament, imma tirrifletti l-ħin kollu dak li l-poplu Malti u Għawdxi jrid minna.", "Il-Parlament la huwa tiegħi, la huwa tal-gvern, la huwa ta' l-esekuttiv, la huwa ta' xi ministru u lanqas huwa ta' xi wieħed jew waħda minna f'din il-Kamra.", "Il-Parlament huwa l-ogħla istituzzjoni fejn il-Maltin u l-Għawdxin irregolati mill-ogħla liġi ta' pajjiżna, li hija l-Kostituzzjoni, jippretendu minna trasparenza, kontabilita' u korrettezza politika.", "Għaldaqstant żgur li ma jistax ikollna din it-tip ta' arroganza min-naħa ta' xi ħadd minna.", "Hawnhekk xtaqt nagħti ftit ta' l- eżempji konkreti għalfejn qegħdin nitkellmu b'dan il-mod.", "Fil-fehma tiegħi, dak li esprima l-Ministru Gatt, anke jekk illum qara t-text sħiħ u ta l-interpretazzjoni tiegħu, jiena ngħid li dan il-fatt huwa biss showcase ta' l-attitudni tal-gvern Nazzjonalista.", "Kien hemm bosta sitwazzjonijiet fejn il-gvern Nazzjonlista naqas milli jkun għassies konkret u għassies prattiku tal-valuri demokratiċi.", "Kien hemm bosta okkażjonijiet fejn, per eżempju, gvern Nazzjonalista mhux biss ma kkonsultax, mhux biss ma rax x'inhuma l-aspettattivi u l-bżonnijiet tal- poplu Malti u Għawdxi, imma saħansitra njora bl-aktar mod flagranti l- istess rakkomandazzjonijiet u suġġerimenti li kienet tagħtih is-soċjeta' ċivili.", "U għalkemm m'għandniex soċjeta' ċivili b'saħħitha biżżejjed f'pajjiżna, anke dik il- ftit saħħa li kultant turi, il- gvern preżenti njoraha kompletament.", "Kien hemm diversi okkażjonijiet fejn il-gvern Nazzjonalista, bil-ministri tiegħu u bil-Ministru Austin Gatt fuq quddiem nett, iddeċieda li jinjora kompletament bl-aktar mod arroganti dak li kienet qed tgħidlu s-soċjeta' ċivili.", "Li ma jagħtix kas ta' l- oppożizzjoni nifimha, għalkemm il-gvern għandu dover kbir li jirrispetta dak li tkun qed tgħid l-oppożizzjoni f'din il-Kamra, għaliex wara kollox il- Kostituzzjoni ma tirrikonoxxix biss il-gvern imma tirrikonoxxi lill- Parlament kollu.", "U kif nafu, il-Parlament ma jikkostitwix ruħu biss mill- gvern imma wkoll mill-oppożizzjoni.", "Sur President, kemm-il liġi kellna f'dan il-Parlament jew policies amministrattivi li ġew introdotti min-naħa tal-gvern Nazzjonalista f'leġislaturi differenti fejn lanqas kien hemm mandat elettorali għalihom?", "Jiġifieri meta l-poplu Malti u Għawdxi ġie mistoqsi b'mod demokratiku f'elezzjoni lil min irid itella' fil-gvern, tella' l-gvern b'pakkett ta' wegħdi elettorali.", "Pero' meta mbagħad il-gvern Nazzjonalista qagħad fis- siġġu tal-poter, aġixxa b'mod differenti.", "Kemm-il kwestjoni kellna fejn dan il-gvern injora anke r-rakkmandazzjonijiet u d-deċiżjonijiet ta' istituzzjonijiet internazzjonali?", "L-aħħar waħda li nistgħu nħarsu lejha bħala l-landmark ta' dawn is-sitwazzjonijiet hija ta' kif l-ILO esprimiet ruħha dan l-aħħar fuq il-kwestjoni tal-vakanzi pubbliċi.", "Minflok ma' l- gvern qal dak li kienet qed tgħid l-ILO, beda jhedded lill-GWU u jgħidilha li jekk hija kienet se tibqa' tinsisti fuq id-deċiżjoni ta' l-ILO, fuq ir- rakkmandazzjoni tagħha, allura kien se jiġi fil-Parlament u jnaqqas il- festi pubbliċi.", "Affarijiet bħal dawn ma jirriflettux għajr arroganza sħiħa.", "Kemm-il darba kellna sitwazzjonijiet ta' tassazzjoni fejn minkejja l- insistenza minn bosta bnadi sabiex ma ssirx tassazzjoni mingħajr representation, xorta waħda saret?", "L-aħħar waħda kienet il-kwestjoni tas- surcharge, li għamel riferenza għaliha l-Onor.", "Leo Brincat.", "Niftakru kif is- sena li għaddiet kienet bdiet tinbena kampanja sħiħa mill-Onor.", "Austin Gatt fil-gazzetti sabiex jiġi spjegat lill-poplu Malti dwar il-ħtieġa għar- reviżjoni kemm ta' l-ispejjeż ta' l-Enemalta u kemm taż-żieda fil- prezzijiet taż-żejt fuq is-suq internazzjonali.", "Imbagħad f'daqqa waħda, qabel l-aħħar budget, il-gvern Nazzjonalista, b'mod unilaterali u mingħajr l-ebda diskussjoni f'dan il- Parlament, faqqa' is-surcharge b'mod indiskriminat, xi ħaġa li biha kompla jgħaffeġ lill-", "poplu Malti u Għawdxi kollu kemm hu.", "L-istess nistgħu ngħidu għall-kwestjoni tat-tariffi fil-qrati għax kellna żidiet straordinarji li kienu tħabbru mill-gvern Nazzjonalista u li kien responsabbli għalihom ukoll il-Ministru Gatt.", "Jekk m'iniex sejra żball, dawn kienu tressqu fis-sajf tas-sena 2000 u tressqu mingħajr ħadd ma kien jaf fil-fatt x'se jiġri.", "Illum insibu li dawn l-istess tariffi mhux biss għolew b'mod straordinarju għall-kawżi li ġew submitted minn dak iż-żmien 'il hawn, imma kien hemm ukoll deċiżjoni amministrattiva sabiex anke dawk il-kawżi li jridu jiġu ntaxxati wara, jiġu ntaxxati biż-żidiet tat-tariffi kif seħħew fis-sena 2000.", "U dan minkejja li jkunu ġew submitted proprju qabel id-deċiżjoni li ttieħdet permezz tal-legal notices ta' dawk iż- żmenijiet.", "Sur President, kellna wkoll il-bejgħ ta' l-assi tal-poplu.", "Veru li dawn inbiegħu wara riżoluzzjoni ta'din il-Kamra, pero' l-affarijiet xorta m'humiex isiru sew bħal, per eżempju, il-mod kif ingħata Forti Chambray, post uniku fil-Mediterran li ngħata b'Lm10,000 u l-mod ta' kif inbiegħ il- Mid-Med Bank lill-HSBC.", "Kellna mumenti fejn kellna l-opportunita' li niddiskutu dan il-bejgħ, imma l-opportunita' ingħatatilna meta l-affarijiet kienu diġa' fatta.", "Ma kienx hemm l-opportunita' għal dan il-Parlament qabel ma laħaq sar il-ftehim ma' dawn l-azjendi jew enti kummerċjali li lilhom ġew mibjugħa dawn l-assi.", "Tigne' ingħata b'xejn ukoll u mbagħad kellna l-kwestjoni tal-Maltacom, ta' Pender Place u tas-Sea Malta.", "Għaldaqstant l-Onor.", "Austin Gatt bilfors ikollu jissemma f'dan id-diskors għaliex apparti milli huwa l-protagonista ta' din il-mozzjoni, hemm fatti oħra li huwa nvolut fihom u li jaf bihom kulħadd.", "Niftakru fit-theddida li saret fil-kwestjoni tas-SeaMalta fejn jekk ma jaċċettawx dak li qed jingħad min-naħa tal-gvern, allura din il-kumpannija kellha tagħlaq.", "Fil-fatt is-Sea Malta ngħalqet u l-gvern ġie jaqa' u jqum mill-ħaddiema Maltin li kienu jaħdmu magħha.", "Għalija m'hijiex skuża li tgħid li lill-ħaddiema sibnielhom xogħol alternattiv meta jiena stess naf b'numru ta' ħaddiema li damu minn ta' lanqas tlieta jew erba' xhur jistennew mingħajr ma jafu x'se jiġri minnhom u baqgħu saħansitra tul dak il-perjodu mingħajr it-terminal benefits li kien ħaqqhom.", "Madankollu, il- gvern Nazzjonalista ddeċieda li jibqa' għaddej bħal dik il-gaffa li tgħaddi minn fuq iż-żrar.", "B'dan il-mod baqa' għaddej il-gvern minn fuq ras dawn il- ħaddiema.", "Sur President, nistgħu nsemmu l-kwestjoni riċenti tal-car park ta' Tas- Sliema.", "Il-gvern iddeċieda li hemmhekk jagħmel car park u immaterjalment minn dak li kienu qegħdin jgħidulu n-nies u s-soċjeta' ċivili li ngħaqdet mal-komunita' ta' Tas-Sliema, il-gvern xorta waħda baqa' jinsisti.", "Kellna wkoll il-kwestjoni tal-park and ride.", "X'tip ta' konsultazzjonijiet saru jew se jsiru?", "Kull darba nisimgħu xi ħaġa ġdida dwar dan il-park and ride!", "U l-gvern jibqa' għaddej minn fuq ras kulħadd.", "L-istess ħaġa ma' l-MCESD.", "Kemm-il darba l-MCESD esprimew ruħhom mod u l-gvern jibqa' għaddej xorta waħda?", "F'din il-Kamra kellna dikjarazzjoni - waqt li konna qegħdin nilleġislaw qafas legali għall-kunsill Malti għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali - fejn ex ministru tal-gvern ta' dak iż-żmien kien qalilna f'risposta parlamentari li għall-gvern it-tifsira ta' konsultazzjoni hija li l-gvern jisma' u mbagħad jiddeċiedi hu.", "U dan qalu mingħajr tlaqliq ta' xejn.", "Hekk tfisser għalihom il-kelma \"konsultazzjoni\"!", "Għalhekk fl- opinjoni tiegħi dak li qegħdin niddiskutu hawnhekk huwa sempliċement showcase ta' l-arroganza li sfortunatament dan il-gvern Nazzjonalista bena matul is-snin li ilu jmexxi lil dan il-pajjiż.", "L-istess kwestjoni tapplika għall-estenzjoni ta' l-artijiet għall-iżvilupp u f'dan il-każ anke l-Knisja Maltija rrimarkat fuqu.", "Imbagħad smajna lill- prim ministru jgħidilna li dak li qed jagħmlu għandu skop soċjali.", "Issa jien bħala waħda ffissata fuq dan il-qasam, għadni sal-lum ma nistax nifhem xi skopijiet soċjali jista' jkollha din id-deċiżjoni li l-gvern jibqa' għaddej minn fuq ras il-Maltin u l-Għawdxin.", "U kull darba li tinġibed l- attenzjoni tal-gvern min-naħa ta' persuni integri u li għandhom il- protezzjoni tal-Kostituzzjoni, bħal per eżempju meta kien hemm l-ombudsman Joe Sammut, il-gvern ipprova jkisser il-kredibilita' tiegħu.", "Issa kulħadd jaf kemm huwa persuna integra s-Sur Sammut, liema integrita' wettaqha fil- prattika tax-xogħol tiegħu.", "Pero' minħabba li esprima ruħu kontra l- attitudni u s-stil tat-tmexxija tal-gvern Nazzjonalista, bħal per eżempju fil-każ ta' l-armata, il-gvern ħareġ qatta' bla ħabel u pprova kważi kważi jkisser il-kredibbilta' tiegħu.", "Fl-opinjoni tiegħi dan l-aħħar ġara l-istess ħaġa fir-rigward tal- kummissarju għat-tfal, is-Sinjura Sonia Camilleri, li wkoll għandha l- backing ta' dan il-Parlament permezz tal-kumitat għall-affarijiet soċjali.", "Is-Sinjura Camilleri hija persuna integra u li esprimiet dak li tara hi.", "Madankollu b'xi mod jew ieħor, fl-irkejjen ikun hemm attentati serji sabiex titkisser il-kredibilita' ta' dawn in-nies.", "Rajna wkoll l-attitudni ta' dan il-gvern anke ma' nies li jxejru l-bandiera Nazzjonalista, bħall-ex ministru John Dalli u s-Sinjura Marisa Micallef.", "Kull meta kkritikaw l- andament tal-gvern, dejjem kellhom kampanji sħaħ kontra tagħhom sabiex titnaqqas il-kredibilita' tagħhom.", "Sur President, minn hawn nixtieq nieħu l-opportunita' sabiex is-seduta li qed nagħmlu llum, lil kull wieħed u waħda minna ġġegħilna nirriflettu fuq ir-responsabbilta' kbira li għandna f'din il-Kamra.", "Dak il-ġurament li ħadna fil-bidu ta' kull leġislatura jgħabbina b'responsabbilta' enormi lejn l-ogħla istituzzjoni ta' pajjiżna, il-Parlament, lejn il-Kostituzzjoni u fuq kollox lejn il-poplu Malti u Għawdxi.", "Dan nistgħu nagħmluh billi nkunu mhux biss trasparenti u kontabbli fil-ħidma tagħna, imma li nkunu wkoll politikament korretti.", "Hemm bżonn li kull wieħed u waħda minna nifhmu u nagħrfu din ir-responsabbilta' ħalli verament inkunu qegħdin inwettqu fil- prattika dak li titlob minna l-ogħla liġi ta' pajjiżna, jiġifieri l- Kostituzzjoni.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Allow me to welcome to the House The Hon.", "Toshiki Kaifu, a senior member of the Japanese Parliament and also a former Prime Minister of Japan who is currently on a visit to Malta.", "Mr. Kaifu, we wish you an enjoyable stay in Malta.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Chris Agius.", "ONOR.", "CHRIS AGIUS: Sur President, wara li smajna lill-kelliema min-naħa ta' l-oppożizzjoni, xtaqt nieħu l-ħin tiegħi sabiex jien ukoll nagħmel il- kummenti tiegħi fuq il-mozzjoni li qed niddiskutu llum.", "Kif nafu ftit tal- ġimgħat ilu, eżattament fil-31 ta' Mejju, f'din li suppost hija l-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż, kellna lill-Ministru Austin Gatt li għoġbu jiddikjara li minħabba li l-gvern tiegħu għandu ħames deputati aktar, se jibqa' għaddej mingħajr tfixkil u mingħajr l-approvazzjoni ta' din il-Kamra fir-rigward ta' l-iffirmar ta' l-art tal-Maltacom.", "Kif diġa' għedna f'okkażjonijiet oħra, bħala oppożizzjoni niddeploraw dan l-aġir min-naħa tal-ministru għaliex inħossu li qiegħed jirriduċi l-funzjoni tal-", "Parlament għal rubber stamp.", "Barra minn hekk, l-attitudni tal-Ministru Gatt tmur għal kollox kontra dak li għedt inti, Sur President, fid-diskors li għamilt fl-okkażjoni tal-festa nazzjonali tas-Sette Giugno.", "Naħseb li hija drawwa ta' din il-Kamra li meta jkun hemm trasferiment ta' art tal-gvern lil xi ente privata, bħal fil-każ tal-Maltacom, titressaq mozzjoni sabiex dak it-trasferiment jiġi approvat minn din il-Kamra.", "Fil- passat dejjem hekk sar, iżda din id-darba l-Ministru Austin Gatt għoġbu jibqa' għaddej u jirrombla minn fuq il-Parlament.", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru, bil-permess ta' l-Onor.", "Agius.", "ONOR.", "TONIO BORG: Sur President, l-Onor.", "Chris Agius qed jgħid li kuntrarjament għal dak li jsir is-soltu, sar kuntratt sabiex il-ministru jirrombla minn fuq il-Parlament.", "Dan m'hu veru xejn għax hemm l-istess kondizzjonijiet tas-soltu, fost l-oħrajn li l-kuntratt ikun suġġett għall- approvazzjoni tal-Parlament.", "ONOR.", "CHRIS AGIUS: Kif għedt aktar qabel, kull darba li jsir trasferiment ta' art, titressaq mozzjoni għall-approvazzjoni ta' din il-Kamra.", "Dejjem hekk ġara fil-passat u ngħid għalija, kemm ilni membru, jiġifieri mill- 1996 'il hawn, kellna l-proġett tal-Kottonera, fejn il-gvern Laburista ta' dak iż-żmien kien ressaq dan il-proġett quddiem din il-Kamra.", "Dakinhar it- trasferiment ta' dik l-art kien ġie diskuss bil-kbir u kulħadd kien ingħata l-possibbilta' li jitkellem.", "Fil-fatt is-seduta fuq il-proġett tal- Kottonera kienet ħadet ġimgħat sħaħ sakemm imbagħad ġara dak li ġara.", "Naħseb li kulħadd jaf kif kien spiċċa dan il-proċess, Sur President.", "Hekk kif inbidel il-gvern u reġa' tela' il-gvern Nazzjonalista, kompla fuq il-pjan tal-proġett tal-Kottonera.", "Reġa' tnieda dan il-proġett li kien fih trasferiment ta' art u l-mozzjoni reġgħet ġiet quddiem din il-Kamra għad- diskussjoni.", "Wara li kienet ġiet diskussa fil-kumitat tal-kontijiet pubbliċi, tressqet ukoll quddiem din il-Kamra sabiex saret l-approvazzjoni.", "Tajjeb ngħid li dak iż-żmien il-gvern Nazzjonalista kellu wkoll ħames deputati aktar.", "Anke meta jkun hemm riżoluzzjoni għal trasferiment ta' xi biċċa art lil xi soċjeta' sportiva jew lil xi għaqda soċjali jew lil xi kunsill lokali, dawn il-proċeduri li semmejt jiġu", "osservati kollha.", "Dan il-proċess demokratiku dejjem jitressaq quddiem din il-Kamra.", "Sur President, minn hawnhekk nixtieq nifraħlek għall-40 sena li ilek sservi lill-poplu bħala membru ta' din il-Kamra.", "Naħseb li din kienet l-ewwel okkażjoni tiegħek fejn kellek tgħaddi minn dan il-proċess li minnu għaddejjin illum.", "U appuntu, fid-diskors tiegħek li għamilt fis-Sette Giugno, inti għedt dawn il-preċiżi kelmiet:", "\"Għalhekk nerġa' nagħmel appell minn qalbi lill-membri kollha sabiex iżommu quddiem għajnejhom il-bżonn kontinwu ta' tolleranza, rispett reċiproku u rispett lejn l-istutizzjonijiet waqt li jkunu qegħdin jaqdu d-doveri tagħhom kif jixraq.\".", "Naħseb li d-diskors tiegħek jirrifletti eżattament is-sentiment ta' din il- Kamra u allura xtaqt nagħmillek din il-mistoqsija.", "F'dak id-diskors li ppreparajt dakinhar, kont qiegħed tesprimi d-dwejjaq tiegħek għal dak li sar f'din il-Kamra u li qajjem tant rabja?", "Għalija l-verita' hi li dak li sar mill-Ministru Gatt huwa ċ-ċirasa fuq il-kejk għax ilna niġu mċaħħda minn ċerta informazzjoni li żgur li hija fl-interess tal-poplu.", "Naħseb li bħala oppożizzjoni għandna kull dritt li nkunu nafu x'ikun qiegħed jiġri fl- amministrazzjoni tal-pajjiż.", "Naħseb li huwa d-dritt ta' kull deputat li jagħmel il-mistoqsijiet parlamentari li jkunu ta' interess ġenerali kif ukoll ta' interess pubbliku.", "Ovvjament ma nistgħux niċħdu li jkollna r- risposti għal ħafna mistoqsijiet parlamentari, pero' kien hemm istanzi fejn ċaħħduna mir-risposta.", "Ma naħsibx li dan huwa l-mod ġust ta' kif jitmexxew l-affarijiet.", "Fil-fatt mhux l-ewwel darba li tistaqsi mistoqsija fl- interess pubbliku, sabiex imbagħad ma ningħatawx tweġiba jew ir-risposta ma tkunx waħda sodisfaċenti.", "Ħalli nagħti eżempju ta' xi ħaġa li ġrat lili daqs ġimgħa ilu, Sur President.", "Fil-Kottonera għandna l-junior lyceum Ġużeppi Despott, fejn jattendu numru kbir ta' studenti.", "Ħafna minn dawn l-istudenti flimkien mal-ġenituri tagħhom ġew jistaqsuni x'se jiġri mill-proġett li kellu jinbeda f'din l- iskola, proġett kbir u sabiħ li għandu jagħmel din l-iskola waħda mill- isbaħ.", "Għalhekk għamilt mistoqsija parlamentari lill-Ministru Louis Galea fuq dan il-proġett.", "U staqsejtu hekk:", "\"Jista' il-Ministru jgħid jekk il-pjanti għax-xogħol fuq l-iskola Ġuże' Despott ta' Bormla tlestewx?", "Jista' ipoġġi kopja tagħhom fuq il- mejda tal-Kamra?", "Meta se jibdew ix-xogħlijiet u meta se jitlestew?\"", "Naħseb li fuq mistoqsija bħal din dwar il-proġett li se jibda fi ftit tal- ġranet oħra kellna ningħataw risposta.", "Madankollu l-ministru wieġeb hekk:", "\"Ma jidhirlix li għandi ndaħħal il-prattika li npoġġi l-pjanti fuq il- mejda tal-Kamra.", "Il-bidu u t-tmiem tax-xogħol jiddependi minn meta jiġi konkluż il-proċess tat-tendering u l-għoti tal-kuntratti.\".", "Allura, meta dan huwa proġett li mistenni jibda fi ftit tal-ġranet oħra, x'inhi r-raġuni li l-ministru qed jgħid li jħoss li m'għandux ipoġġi dawn il-pjanti fuq il-mejda tal-Kamra u jagħti l-informazzjoni rikjesta dwar x'se jsir u kif se jintefqu flus il-poplu?", "Naħseb li anke t-tieni parti tar-risposta fiha ħafna xi tgħid għaliex żgur li huwa fl-interess tal-ġenituri, ta' l-istudenti, ta' l-istaff u tan-nies ta' l-akkwati li jkunu jafu meta se jitlesta x-xogħol.", "L-istudenti jridu jkunu jafu wkoll kemm se jdumu jattendu l-iskola l-oħra għax sakemm jitlesta x-xogħol fuq l-iskola tal-Verdala, l-istudenti se jkunu qegħdin jattendu l-iskola Adelaide Cini fil-Ħamrun u għalhekk bir-raġun kollu qegħdin jistaqsu meta se jmorru lura fl-iskola tagħhom.", "Mhux dan il-mod kif għandhom jitwieġbu l-mistoqsijiet li wara kollox isiru fl-interess ta' kulħadd, imma donnu li din it-trend qed tintogħġob dejjem aktar minn uħud mill-ministri meta jħossu li m'għandhomx jirrispondu.", "Ċertament din l- attitudni għandha tiġi indirizzata.", "Ħalli nagħti eżempju ieħor ta' kif ċerti ministri qegħdin jirreaġixxu għal ċerti mistoqsijiet li nagħmlulhom, Sur President.", "Fid-19 ta' Ġunju għamilt mistoqsija parlamentari lill-ministru ta' l- affarijiet barranin, l-Onor.", "Michael Frendo u staqsejtu hekk:", "\"Jista' il-Ministru jgħid xi staff kien hemm fis-segretarjat privat tiegħu bejn Mejju 2005 u Mejju 2006?", "Jista' jgħid ukoll x'kariga kienu jokkupaw u meta ngħataw tali kariga?\".", "Ir-risposta tal-ministru kienet f'dan is-sens:", "\"Il-ministru beħsiebu jitlob il-parir ta' l-avukat ġenerali sabiex ikun aċċertat li l-informazzjoni li tingħata ma tmurx kontra l-Att dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data..\".", "Sur President, jien ma nafx minn meta ttieħdet din id-deċiżjoni fejn issa l- Kamra lanqas dritt m'għandha li tkun taf min huma l-membri ta' l-istaff privat tal-ministru minħabba d-data protection.", "Imma biex aktar inkompli nitħawwad, nagħmel l-istess mistoqsija lil ministri oħra u dawn jagħtuni l-informazzjoni kollha.", "Mela ministru jiddeċiedi mod u ministru ieħor jiddeċiedi mod ieħor!", "Safejn naf jien, il- bieraħ kien hemm risposta għal mistoqsija parlamentari fejn ingħataw sensiela ta' ismijiet.", "Allura ma nafx jekk wara kollox għandux ikollna regola dwar x'jista' jidher b'risposta għal interpellanza u x'inhu dak li ma jistax jidher.", "Ma' dan kollu xtaqt norbot xi ħaġa oħra li nnotajt dan l- aħħar.", "Fit-22 ta' Mejju li għadda għamilt sensiela ta' mistoqsijiet parlamentari dwar il-proġett tal-Kottonera - issa ilu seba' snin li beda dan il-proġett – u fost dawn għamilt l-istess mistoqsija lil żewġ ministri differenti.", "Il-mistoqsija kienet tgħid hekk:", "\"Jista' il-Ministru jgħid jekk sarx xi progress fil-bini ta' lukanda fix-xatt tal-Birgu?\"", "Għamilt din il-mistoqsija lill-ministru responsabbli mit-turiżmu u għamiltha wkoll lill-ministru responsabbli mill-iżvilupp urban u t-toroq għaliex naħseb li t-tnejn li huma jafu x'qed jiġri fuq proġett tant bżonjuż u tant mistenni fil-Kottonera.", "Fit-tweġiba tiegħu, l-Onor.", "Zammit Dimech qal li ma sar l-ebda progress fil-bini ta' din il-lukanda.", "Issa nippretendi li l-ministru tat-turiżmu għandu jkun jaf u għandu jkollu interess jekk tkun se tiftaħ xi lukanda, b'mod partikolari fi proġett tant kontroversjali bħalma hu l-proġett tal-Kottonera.", "U mbagħad jirrispondini l-Ministru Mugliett għall-istess interpellanza u joħroġ jgħid hekk:", "\"Dan l-aħħar kelli laqgħa mal-periti u d-diretturi tal-Vittoriosa Gaming Ltd., li għandhom l-obbligu li jiżviluppaw hotel biswit il- Casino di Venezia.", "Waqt din il-laqgħa, id-diretturi kkonfermaw li kienu lestew il-pjanti neċessarji u l-pjani għall-investiment tal- hotel.", "Fil-fatt il-kumpannija bdiet taħditiet mal-MEPA dwar l- implikazzjoni għall-istess hotel.", "Waqt l-istess laqgħa saru diskussjonijiet sabiex il-proċess tal- kostruzzjoni jimxi b'sinerġija ma' proġetti oħra li hemm fix-xatt tal- Birgu, inkluż ukoll dak tal-landscaping.\".", "Meta ħadt dawn ir-risposti bdejt nitfixkel lil min se naqbad nemmen u fl- istess waqt daħalli dubju dwar kemm it-tweġibiet li jingħataw hawn ikunu jirriflettu l-verita' tal-fatti.", "Dawn l-affarijiet ma jmisshomx isiru u nippretendi li jekk il-ministru m'għandux tweġiba, allura jagħmel kif isir is-soltu u jgħidli li se jwieġeb għall-mistoqsija meta jkollu l- informazzjoni neċessarja.", "Li tirrispondi mod u mbagħad ikun ħaddieħor u jirrispondi b'mod totalment differenti minn dak li qal ministru ieħor, ma naħsibx li huwa aċċettabbli għal din il-Kamra.", "Għaldaqstant naħseb li huwa fid-dover tas-Sedja li tara li dawn l-affarijiet ma jibqgħux isiru.", "Imma ħalli nsemmi xi ħaġa oħra li għandha x'taqsam mal-kontabilita' u mas- serjeta' li għandna f'dan il-pajjiż.", "Il-bieraħ tpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra, ir-rapport dwar l-inkjesta fuq l- operat ta' l-istazzjon Voice of the Mediterranean mill-uffiċċju ta' l- awditur ġenerali, b'lista ta' nuqqasijiet fl-osservanza tal-liġi, liema nuqqasijiet saru minn uffiċjali maħtura mill-gvern stess.", "Dan ir-rapport ikompli jgħid li kien hemm nuqqasijiet ukoll mill-ministru responsabbli mill-affarijiet barranin.", "Il-verita' hi li ħarġu nuqqasijiet kbar fit- tmexxija ta' flus il-poplu.", "Naħseb li dan ir-rapport juri nuqqas ta' serjeta' u ta' kontabilita' kif ukoll abbuż ta' poter.", "Fl-opinjoni tiegħi, ir-rakkmandazzjonijiet li għamel l-awditur ġenerali għandhom jittieħdu in toto ħalli dak li jista' jissewwa, jissewwa.", "Jekk irridu li din il-Kamra tibqa' tgawdi r-rispett dovut lilha, hemm bżonn li jkollna aktar serjeta' u trasparenza dwar kif isir l-operat u t-tmexxija ta' l-amministrazzjoni pubblika.", "Sur President, billi jkollok maġġoranza ta' ħamsa u tibqa' għaddej minn fuq ras kulħadd żgur li m'huwiex il-mod demokratiku ideali ta' kif għandhom jitmexxew l-affarijiet.", "Naħseb dawn il-każi li semmejt u oħrajn li għad iridu jissemmew matul din il-ġurnata jkomplu jsaħħu l-punt tagħna, jiġifieri li l-affarijiet ma jistgħux jibqgħu mexjin f'din id-direzzjoni.", "Anzi nemmen li għandu jkun il-prim ministru nnifsu li jara li dawn l- affarijiet jiġu rranġati kif jixraq f'demokrazija.", "Fin-nuqqas ta' dan, naħseb li se tkompli tintilef il-fiduċja fina u fil-mod ta' kif qiegħda titmexxa din il-Kamra.", "Bla dubju ta' xejn, jiena naqbel mal-mozzjoni li ressqet l-oppożizzjoni Laburista u nappella sabiex dawn il-kummenti li għaddejt jiġu attwati minnufih.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Mario Galea.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Sur President, illum qegħdin hawnhekk għaliex l- oppożizzjoni Laburista ħadet għaliha minn fatt sempliċi u minn fatt li ħadd ma' jista' jiċħdu.", "L-oppożizzjoni ħadet għaliha għaliex fuq mistoqsija ta' l-Onor.", "Joe Mizzi, il-Ministru Austin Gatt wieġeb b'dawn il-kelmiet:", "\"Iva, naqbel perfettament ma' l-Onor.", "Mizzi li teknikament trid tiġi fil-Parlament.", "Pero' billi dan il-gvern għandu l-maġġoranza u dik il- maġġoranza jżommha dejjem u mhux kif ġara qabel, meta kien hemm maġġoranza ta' wieħed u ntilfet, aħna ċerti li tgħaddi mill-Parlament ukoll!\".", "Il-partit Laburista kien waqa' għaċ-ċajt bejn l-1996 u l-1998 meta kien fil- gvern għax ma kienx kapaċi jżomm il-maġġoranza u jien nista' nifhem li jieħdu għalihom kull darba li nsemmulhom dan il-fatt.", "Kif nafu, bħalissa għaddejjin bil-logħob għat-tazza tad-dinja u ħafna nies, bir-raġun kollu, qegħdin jitkellmu fuq il-world cup.", "Issa fil-logħob tal-football ġieli jkollok sitwazzjoni fejn player jaqa' apposta fil-kaxxa l-kbira sabiex jipprova jirbaħ penalty.", "Din l-azzjoni tissejjaħ simulazzjoni u meta r- referee jara xi ħaġa bħal din, juri l-karta s-safra lil dak il-player.", "Illum għandna oppożizzjoni li qiegħda tipprova tagħmel l-istess tip ta' simulazzjoni għax daħlet fil-kaxxa l-kbira, tgerbet f'saqajha stess u waqgħet apposta u issa qiegħda tgħajjat u tnewwaħ għall- penalty!", "L- oppożizzjoni qiegħda takkużana lilna li qegħdin noħolqu theddida għad- demokrazija u li hawn abbuż sfaċċat ta' poter, xi ħaġa inaċċettabbli f'demokrazija vera u rispettabbli.", "Qegħdin jgħidulna wkoll li għamilna farsa minn kull prinċipju tad-demokrazija.", "Madankollu min isegwi l-istorja politika ta' pajjiżna bħalissa qiegħed jgħid: Look who's talking now!", "Ara min qiegħed jagħtina lecture fid-demokrazija!", "Dawn huma l-aktar nies li meta kienu fil-gvern kasbru kull dritt fundamentali tal-bniedem u heddew bis-serjeta' id-demokrazija ta' pajjiżna.", "Dan huwa partit li fil-passat, meta kien fil-gvern, żeblaħ lil dan il- Parlament, fejn kellna saħansitra l-brigadier ta' l-armata jiġi hawn jgħajjat mal-kap ta' l-oppożizzjoni ta' dak iż-żmien, fejn ministru tal- gvern kien ħareġ jattakka lill-kap ta' l-oppożizzjoni u jqattagħlu l-karti li kellu u fejn żewġ persuni, magħrufa bħala l-qaħbu u l-qattus, li kienu fl-istrangers gallery, qabżu r-recint biex isawtu lid-deputati.", "Ara min irid jiġi jagħtina lecture fuq kif għandna nirrispettaw l-istituzzjoni parlamentari!", "Look who's talking now!", "Dik kienet farsa għad-demokrazija, Sur President.", "Farsa tad-demokrazija huwa wkoll il-kap ta' l-oppożizzjoni li jiddeċiedi kollox waħdu u ma jikkonsulta ma ħadd, lanqas ma' sħabu.", "Jiġi hawnhekk jiddikjara l-policies tiegħu u mbagħad sħabu stess jiddikjaraw li lanqas biss ikunu jafu bihom!", "F'dan ir-rigward insibu lista sħiħa u se nsemmihom malajr malajr.", "Kellna l-kwestjoni ta' l-iżvalutar tal-lira, fejn John Attard Montalto jgħid li wħud mid-deċiżjonijiet ittieħdu mingħajr ma tressqu fil-kabinett.", "Kellna lil Lino Spiteri jgħid li Dr. Alfred Sant kien iddeċieda waħdu li jneħħi l-VAT.", "Lino Spiteri kien sema' bl-aħbar waqt li kien qiegħed jiekol f'restaurant u dan meta hu kien shadow minister f'dak il-qasam fejn jidħlu aspetti ta' natura fiskali.", "Kellna l- kwestjoni tar-referendum dwar id-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, b'Dr. Sant jiddeċiedi li sabiex ir-referendum ikun jorbot irid jintrebaħ b'60% tal-voti, iżda jaqbeż Alfred Mifsud u jgħidlu li tali deċiżjoni ħadha waħdu għaliex huma ma kenux jafu biha.", "Sur President, theddida għad-demokrazija hija meta xi ħadd jitlef ir- referendum u xorta waħda joħroġ lin-nies jiċċelebraw għaliex jgħidilhom li kienu huma li rebħu.", "Dik hija theddida għad-demokrazija, meta xi ħadd ma jiħux telfa elettorali.", "Meta aħna mmorru nosservaw l-elezzjonijiet barra minn Malta ma noqogħdux biss għall-elezzjoni u għall-għadd tal-voti, imma nosservaw ukoll lil min ikun tilef l-elezzjoni, ħalli naraw jekk dan huwiex se jaċċetta jew le r-riżultat ta' l-elezzjoni.", "Ma kellhiex għalfejn l- oppożizzjoni tieħu daqshekk għaliha meta għednielhom li huma ma kinux kapaċi jżommu l-maġġoranza tagħhom meta l-kap ta' l-oppożizzjoni, li dak iż- żmien kien prim ministru, kien jiġġieled ma' kulħadd.", "L-Onor.", "Leo Brincat qalilna li aħna nattakkaw b'mod personali lil Dr. Sant pero', safejn naf jien, jekk hawn xi ħadd li jattakka b'mod personali u jagħmel kampanji sħaħ sabiex ikisser lin-nies huwa proprju l-Onor.", "Alfred Sant.", "Dan jagħmel il-kalkoli tiegħu u jgħid: Mela f'dak id-distrett hemm ċans li nirbaħ siġġu jew nirbaħ kunsillier u jaqbad deputat jew ministru minn dak id-distrett u jqattgħu biċċa biċċa mingħajr l-ebda rispett!", "Allura meta aħna nikkritikaw lill-kap ta' l-oppożizzjoni nkunu qegħdin nagħmlu kampanja personali?", "Jien nerġa' nistaqsi lill-oppożizzjoni għalfejn ħadu għalihom meta l-Onor.", "Austin Gatt qalilhom li ma kenux kapaċi jżommu l-maġġoranza tagħhom meta dan huwa fatt. Hawnhekk se nsemmi lista oħra ta' persuni li l-kap ta' l-oppożizzjoni, meta kien prim ministru, kien iġġieled magħhom.", "U din il-lista hija twila mhux ħażin, Sur President.", "Il-kap ta' l-oppożizzjoni iġġieled ma' John Attard Montalto, ma' Alfred Mifsud u ma' Lino Spiteri.", "Fil-fatt Lino Spiteri kien qal lil Dr. Sant li qabel ineħħi l-friża minn fuq l-applikazzjoni ta' Malta għall-Unjoni Ewropea u jbiddel il-politika fiskali, huwa ma setax jagħmel budget sostenibbli.", "Maria Camilleri, li kienet membru parlamentari, qalet li qatt ma kienet tobsor li kienet se tiġi attakkata mill-media tal-partit tagħha stess.", "Sandro Schembri Adami kien irriżenja minn chairman tal-kumitat tal- foreign affairs.", "Tony Nicholl kien ċempel lil Lino Spiteri sabiex jiċħad dak kollu li kien qiegħed jingħad fuqu mill-kap ta' l-oppożizzjoni waqt seduta parlamentari.", "Alex Sciberras Trigona kiteb lil Dr. Sant fejn qallu li kien qiegħed iġelled Laburisti ma' Laburisti.", "Lill-Perit Mintoff qallu li tilef il-boxxla.", "George Abela kien ħareġ jgħid li għandna kap ta' l- oppożizzjoni li tant huwa bravu, li lanqas għandu bżonn konsulenti u fil- fatt George Abela spiċċa rriżenja minn konsulent tal-partit Laburista.", "Dawn huma kollha fatti li seħħew.", "Dawn il-persuni li semmejt m'humiex Nazzjonalisti imma Laburisti daqs l-Onor.", "Sant.", "Allura x'qal ħażin l-Onor.", "Austin Gatt meta qal li l-oppożizzjoni ma kenitx kapaċi żżomm il-maġġoranza tagħha?", "Dan iġġieled ma' kulħadd!", "Jiena ngħid li l-pantomimi li qed jiġu jagħmlu f'din il-Kamra - inkluż meta daħal il-kap ta' l-oppożizzjoni jgħajjat b'mod isteriku waqt id- diskors tal-Ministru George Pullicino - huma kollha sintomi tat-taħwid u l- inkwiet intern li għandhom fil-partit Laburista.", "Il-problemi nterni fil-partit Laburista qed iġibuhom hawn f'dan il-Parlament.", "U bilfors li għandhom power struggle fil-partit tagħhom għaliex kieku s-segretarju ġenerali tagħhom ma kienx se jgħid - m'għandix il-quote eżatta – li huwa ma jaqbilx li jitneħħa l-leader tagħhom għaliex inkella jkunu qegħdin ipaxxu lin-Nazzjonalisti.", "Li kieku m'hemmx issue fil-partit Laburista li jitneħħa l-leader, ma kienx se jgħid dan il-kliem.", "Ara fil-partit Nazzjonalista m'hemm l-ebda issue sabiex jitneħħa l-Onor.", "Lawrence Gonzi.", "Waqt li kont qiegħed nipprepara d-diskors tiegħi ltqajt ma' kwotazzjoni ta' Rudyard Kipling, fejn qal li \"the strength of the wolf is in the pack\".", "Is- saħħa tal-lupu qiegħda fil-fatt li jkun fi grupp u l-prim ministru tagħna għandu din is-saħħa mentri l-kap ta' l-oppożizzjoni m'għandux.", "It-tmexxija tiegħu kienet tmexxija ta' inċertezza u għadha sal-lum tmexxija ta' inċertezza.", "Hawnhekk irrid nagħmel ftit tal-kummenti fuq il-policies tal- partit Laburista.", "Hawnhekk irrid nagħmel parentesi żgħira għax tant aħna gvern mhux demokratiku, tant aħna gvern li ma nirrispettawx lil din l- istituzzjoni tal-parlament u tant ma nistmawx lill-oppożizzjoni, li llum l- oppożizzjoni talbet seba' sigħat u se teħodhom, mentri aħna se nieħdu tliet sigħat!", "Huwa minnu li kieku ridna nieħdu seba' sigħat konna neħduhom ukoll, pero' huma talbu seba' sigħat u aħna kkuntentajnihom.", "Naħseb li gvernijiet li ma jirrispettawx id-demokrazija mhux hekk ikunu.", "Ara huma lill-Perit Mintoff lanqas biss riduh jitkellem fil-Parlament għaliex kien kontrihom u kellu jieħu l-ħin min-naħa ta' l-oppożizzjoni sabiex ikun jista' jagħmel id- diskors tiegħu!", "Sur President, kif għedt ftit ilu rrid ngħid xi ħaġa fuq il-policies tal- partit Laburista.", "Illum resqu b'issue li ma teżistix għaliex ressqu mozzjoni ta' sfiduċja fil-Ministru Austin Gatt u qed jgħidu li hawn theddida għad-demokrazija u li qed nagħmlu farsa mid-demokrazija.", "Madankollu fir-realta' din l-issue ma teżistix.", "Imbagħad fuq issues importanti, fejn il-pajjiż għandu jingħaqad flimkien ħalli nippruvaw insibu soluzzjoni, l-oppożizzjoni tkun assenti.", "Fejn suppost titkellem u fejn hemm bżonn li tagħti l-kontribut tagħha, l- oppożizzjoni tagħżel li tkun assenti.", "U dan l-aħħar kellna l-eżempju klassiku meta ħabbarna r-riforma fuq il-pensjonijiet.", "Kif nafu, din hija problema li se tiġi fuqna daqs 20 sena oħra u għalhekk irridu nibdew naraw minn issa kif se nsolvuha.", "Min-naħa tagħna, meta kien hemm il-fażi ta' konsultazzjoni, stennejna lill- oppożizzjoni sabiex tgħidilna fuqxiex taqbel u fuqxiex ma taqbilx magħna.", "Insomma, stennejniha li se tagħti l-kritika tagħha, pero' l-oppożizzjoni m'għamlet xejn minn dan kollu.", "Il-kap ta' l-oppożizzjoni - jidhirli li kien f'Marzu - qalilna li kien qabbad lill-Onor.", "Karl Chircop sabiex jagħmel rapport f'isem l-oppożizzjoni u li fi żmien xahrejn oħra dan ir-rapport kellu jitlesta.", "S'issa għaddew diġa' erba' xhur u dan ir-rapport għadu ma deherx.", "Meta staqsejna għalih qalulna li huma kienu se jagħtu l-kummenti tagħhom wara li l-gvern jippreżenta l-liġi.", "Hekk tajjeb!", "Fuq dawk l-issues li għandna bżonn il-kontribut ta' l-oppożizzjoni ħalli tagħtina l-kritika tagħha tagħżel li tibqa' assenti u mbagħad joħolqu u jivvintaw issue, bħalma għandna llum, li ma teżistix.", "Imma ħalli nkompli nsemmi l-policies tal-partit Laburista.", "X'inhuma joffru dawn lil pajjiżna?", "Kif użawh il-ħin li ilhom fl-oppożizzjoni?", "Suppost li l-oppożizzjoni aġġornaw il-politika tagħhom sabiex jippruvaw joffru lill-poplu Malti politika għal għada li tkun aħjar minn tagħna.", "Dan se jagħmluh bl-10% żvalutar tal-lira?", "Dawn huma kollha meħudin mir-rapporti tagħhom avolja meta nikkritawhom fuqhom jgħidu li huma abbozzi!", "Dawn huma rapporti li jemmnu fihom għaliex kieku ma kinux se jippubblikawhom.", "Il- politika ġdida li qed joffru lil pajjiżna se jagħmluha permezz ta' l-10% żvalutar tal-lira, billi jgħollu l-bolla għas-self-employed u għall-middle- class, billi jagħmlu taxxa fuq il-villeġġaturi, billi joffru edukazzjoni b'sistema ta' ħlas, billi jagħmlu friża fl-increments tal-ħaddiema tal- gvern u billi jneħħu l-bonus tal-ħaddiema u ta' l-anzjani.", "Dawn mhux qed nivvintawhom aħna, imma huma proprju dak li qiegħed joffri l-partit Laburista jekk għada jkun fil-gvern!", "Issa hawnhekk m'iniex qiegħed insemmi l-kap ta' l-oppożizzjoni ta' 25 sena ilu, meta huwa kien president tal- Malta Labour Party.", "Tafu xi żmenijiet kienu dawk hux?", "Dawk kienu żmenijiet ta' meta kien inqatel Raymond Caruana, meta fiż- Żejtun ma ħallewniex nidħlu ħalli nagħmlu l-meeting, meta nies bħall- ġenituri tiegħi u oħti ġew imsawta għaliex kienu qegħdin jistennew fil-kju sabiex imorru jivvotaw.", "Lill-ġenituri tiegħi u lil oħti kienu qalulhom li n- Nazzjonalisti ma jistgħux jivvotaw u tawhom xebgħa, bħal ħafna nies oħra fiż-Żejtun.", "Dak iż-żmien żgur li kellna theddida għad-demokrazija u Dr. Alfred Sant, li llum irid jagħtina lecture fuq id-demokrazija, kien il- president tal-partit Laburista.", "Jien m'iniex qed ngħid x'kien qed joffri Alfred Sant ta' 15-il sena ilu meta kien kap ta' l-oppożizzjoni.", "Jien qed ngħid Alfred Sant tal-lum x'qed joffri għal għada, politika għal għada, ideat skaduti tal-bieraħt lura.", "Għalhekk ngħid li llum l-oppożizzjoni messha tuża l-ħin tagħha sabiex tagħmel update u tipprova tara bis-serjeta' l-policies li għandha għaliex dawn kollha skaduti.", "Il-verita' hi li l- oppożizzjoni qiegħda taħli l-ħin tagħha fuq il-bankijiet tan-naħa l-oħra u m'hu qiegħda toffri l-ebda viżjoni għal pajjiżna.", "Qabel nagħlaq id-diskors tiegħi xtaqt nagħmel l-aħħar kumment, Sur President.", "Dan l-aħħar, il-partit Laburista ħabbar rapport b'tant pompa u f'dan ir- rapport qalulna kif kienu se jkabbru l-attivita' ekonomika u jżiedu l- impjiegi fil-pajjiż.", "Tafu biex ħarġu?", "Qalulna li f'Malta hemm bżonn li nibdew insewwu l-boots, iż-żraben u l-affarijiet tal-ġilda, kif ukoll li nżidu l-produzzjoni tal-melħ!", "Dawn huma l-opportunitajet li qiegħed joffri l-partit Laburista liż-żgħażagħ tagħna?", "Dik hija l-viżjoni li qegħdin toffru liż-żgħażagħ tagħna?", "Min-naħa l-oħra, għandna l-Ministru Gatt li qiegħed jagħmel xogħlu u li qiegħed iġib ir-riżultati.", "Għandna gvern li qiegħed jaħdem.", "Nistgħu nsemmu Smartcity, li se tibda tħaddem mal-5,000 ruħ u l-bini ta' kulleġġi u skejjel ġodda.", "Morru araw il-kulleġġ ta' San Benedittu u tant oħrajn, l-iskemi ta' taħriġ bħalma ħabbar il-Ministru Austin Gatt, fosthom \"My Potential\" u l-MCAST, li qiegħda tħarreġ ma' l-4,600 student ta' kull sena.", "Mix-xejn ħarriġna żgħażagħ fil-qasam tal-farmaċewtika u llum għandna 15-il kumpannija tal- farmaċewtika.", "Dawn ma ġewx b'kumbinazzjoni imma ġew għaliex ħarriġna liż- żgħażagħ tagħna.", "Mix-xejn ħarriġna u għadna qegħdin inħarrġu liż-żgħażagħ fil-manutenzjoni ta' l-ajruplani.", "U sal-lum għandna l-Lufthansa Technik li qiegħda taħdem fuq linja waħda iżda f'Ottubru li ġej se tiftaħ it-tieni linja tagħha.", "B'hekk se tibda tagħmel il-manutenzjoni ta' żewġ ajruplani fl-istess ħin.", "U mela t-tiswija tal- boots, taż-żraben, ta' l-affarijiet tal-ġilda u l-produzzjoni tal-melħ!", "Dawk se toffru liż-żgħażagħ tagħna?", "Sur President, nagħlaq id-diskors tiegħi bi proverbju Ċiniż, għaliex l- attitudni ta' l-oppożizzjoni tal-lum tfakkarni fih.", "Dan il-proverbju jgħid: \"The person who says it cannot be done should not interrupt the person who is doing it.\".", "Naħseb li kull kumment ieħor huwa żejjed.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Michael Farrugia.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Sur President, qiegħed nieħu pjaċir nisma lill- partit Nazzjonalista jitkellem fuq iċ-Ċiniżi u fuq il-qwiel.", "Min jaf kemm- il darba l-partit Nazzjonalista għajjar lill-gvernijiet Ċiniżi u lill-poplu tiegħu għall-għajnuna li kienu jagħtu lill-partit Laburista meta aħna konna fil-gvern.", "Għalhekk nagħtihom il-prosit u ngħidilhom prosit talli issa saħansitra saru jikkwotaw liċ-Ċiniżi wkoll!", "Illum kont ippreparajt id- diskors tiegħi fuq id-demokrazija u fuq l-osservanza tal-liġijiet u tad- demokrazija parlamentari.", "Issa mhux biss għandna ministru li xi ġimgħat ilu mar kompletament kontra l-osservanza tal-liġijiet u kontra d- demokrazija parlamentari, imma talli għandna wkoll il-whip tal-gvern li qiegħed jgħid li ladarba għandhom maġġoranza ta' ħamsa jistgħu jagħmlu li jridu!", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mario Galea, on a point of order.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Sur President, jiena m'għedtx dak id-diskors u nitlob lill-Onor.", "Farrugia jirtira dak li qal.", "Imur jisma d-diskors jekk irid ħalli jkun jaf li jien m'għedtx dak il-kliem.", "Jien kont qiegħed naqra dak li ntqal mill-Ministru Gatt u allura din qiegħed jivvintaha l-Onor.", "Michael Farrugia.", "Nitlob li t-transcript jitlesta ħalli l-Onor.", "Farrugia jsibli fejn għedt dak il-kliem.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Sur President, jiddispjaċini imma l-Onor.", "Galea qiegħed jieħu mill-ħin tiegħi.", "Jien nkompli nisħaq li l-ispirtu li tkellem fih il-whip tan-naħa tal-gvern, fejn ta s-support tiegħu għall-mod ta' kif mexxa l-affarijiet il-ministru - meta qal li ladarba l-gvern għandu maġġoranza ta' ħames siġġijiet, jaf li se tgħaddi u allura jista' jibqa' għaddej u addio l-liġijiet tal-pajjiż u addio d-demokrazija - ma jagħmilx ġieħ lil dan il-Parlament.", "Nerġa' ngħid li llum ma kellix il-ħsieb li nitkellem b'dan il-mod li se nitkellem bih issa.", "Min irid jitkellem fuq id- demokrazija?", "Min kien jagħmel il-bombi u jibgħat lin-nies jagħmlu l-bombi?", "Min kien jibgħathom lin-nies jagħmlu l-bombi u dan għax kellna gvern li kien qiegħed jipprova jmexxi lill-pajjiż u kien hawn min ried jiddistabilizzah?", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru, on a point of order.", "ONOR.", "TONIO BORG: Sur President, il-kumment li għamel fuq min kien jibgħat lin-nies jagħmlu l-bombi għandu jirtirah jew inkella jibdlu.", "Ma jistax jgħid li din in-naħa kienet tibgħat lin-nies jagħmlu l-bombi.", "M'għandu l- ebda dritt jgħid ħaġa bħal dik.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Sur President, min kien f'din il-Kamra li sawwat deputat Laburista?", "Min kien?", "Kien xi ħadd min-naħa tal-partit Nazzjonalista, jew inkella xi ħadd min-naħa tal-partit Laburista?", "(Interruzzjonijiet) Min qatel lil Karen Grech?", "Aħna qtilniha lil Karen Grech?", "Għidulna min kien jibgħat lin-nies sabiex jagħmlu l-bombi!", "Jien qiegħed nistaqsi u mhux qed ngħid min.", "Min bagħat lin-nies jagħmlu l-bombi ħalli jiddistabilizza lill-gvern tal-ġurnata?", "(Interruzzjonijiet) Min kien jagħmilhom dawn l-affarijiet?", "MR SPEAKER: Nitlob lil kull membru li jkun responsabbli u meqjus fi kliemu.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Sur President, kieku nafu min qatilha lil Karen Grech diġa' tellajnieh il-qorti.", "Safejn naf jien lanqas intom ma qbadtuh il-ħati!", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Sur President, jafu min qatilha lil Karen Grech.", "Kellna prim ministru stess li kien jgħid li jaf lil min qatilha lil Karen Grech.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru, on a point of order.", "ONOR.", "TONIO BORG: Sur President, l-akkuża fil-bidu kienet li din in-naħa kienet tibgħat lil min jagħmel il-bombi.", "Issa qegħdin naqblu li dan m'huwiex veru.", "MR SPEAKER: Nerġa għal darba oħra nitlob lill-Onor.", "Membri sabiex ikunu meqjusin fid-diskorsi li jagħmlu u jassumu r-responsabbilta' ta' dak li jgħidu.", "L-Onor.", "Joe Debono Grech.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Sur President, jekk irid ikun jaf min bagħat lil min jagħmel il-bombi, jista' imur jara l-kawża ta' Barbara u jara x-xhieda tiegħu.", "ONOR.", "TONIO BORG: Sur President, kemm huwa minnu li l-Onor.", "Joe Debono Grech kien iffirma stqarrija ma' sħabu d-deputati li ladarba l-gvern tal- Perit Mintoff għandu l-fiduċja tad-deputati Laburisti, allura m'hemmx għalfejn tiġi diskussa mozzjoni ta' sfiduċja f'dan il-Parlament?", "Qiegħed jgħidli li iva, jiġifieri qed tagħmel allegazzjoni li l-mozzjoni ta' sfiduċja fil-gvern Laburista ma ġietx diskussa f'dan il-Parlament għaliex kien hemm ftehim, karta bejniethom, sabiex ma tiġix diskussa f'dan il- Parlament.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Lill-Viċi Prim Ministru nerġa' ngħidlu li jekk irid ikun jaf min kien jibgħat lin-nies jagħmlu l-bombi, kulma għandu jagħmel hu li jmur jara x-xhieda li kien ta Barbara.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Michael Farrugia jkompli bid-diskors tiegħu.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Sur President, infakkar li kien deputat Nazzjonalista li kien ta b'nerf lil deputat Laburista f'din il-Kamra.", "Insemmi wkoll kif kien hawn persuna fl-istrangers gallery b'revolver fuqu.", "L-ewwel ukoll għedt xi ħaġa,imma mid-dehra kelli l-microphone mitfi u għalhekk se nerġa' ngħidha, din id-darba bil-microphone mixgħul nispera.", "Kien il-kap tal-partit Nazzjonalista, Eddie Fenech Adami, li kien qal li jaf min qatilha lil Karen Grech.", "Kien qal ukoll li hekk kif jitilgħu fil- gvern kien se jressaqhom lil dawn in-nies.", "Lil min ressaq?", "MR SPEAKER: Jekk jogħġbok, Onor. Farrugia, ejja nżommu mal-mozzjoni li għandna quddiemna.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Sur President, probabbilment sew qed tgħid imma kien imissek waqqaft lil ħaddieħor ukoll waqt id-diskors tiegħu.", "Jien ma ġejtx hawnhekk sabiex nitkellem f'din il-vena, imma ladarba ħaddieħor tkellem b'dan il-mod ikolli nirrispondi lura.", "Jien kelli l-ħsieb li nitkellem fuq in-nuqqas ta' demokrazija li miexi biha dan il-gvern.", "Jien kont nippreferi li jkollna ministru li jiġi hawnhekk u jagħmel l-imħatri li l-qgħad f'Malta se jaqtgħu u mhux ikollna ministru li jagħmel l-imħatri li l-fabbriki tat-tessuti se jkollhom iżarmaw.", "Jien kont nippreferi nara lil dawk involuti f'kuntratt li kienu rebħu wara sejħa għall-offerti, li mbagħad, hekk kif inbidel il-gvern fl-1988, ittieħdet deċiżjoni arbitrarja fejn twaqqaf il-kuntratt u spiċċajna biex ingħata kuntratt dirett lil kumpannija oħra, liema kuntratt kien jiswa l-miljuni tal-liri ...", "U min kien involut f'dan kollu?", "Naf min kien, imma qiegħed nistaqsi jien.", "U nerġa' nagħmel il-mistoqsija li għamilt aktar qabel: Min kien jibgħat lin- nies ħalli jagħmlu l-bombi wara d-djar tan-nies li kienu jgħinu fit- tmexxija tal-partit Laburista fil-gvern, ħalli jiddistabilizza lill-gvern li dakinhar kien qiegħed jiggverna?", "Min kellu dan l-interess, il-partit Laburista jew il-partit Nazzjonalista?", "Min kien dak il-partit li pprova jixtri deputat minn tan-naħa l-oħra ħalli jaqsam il-Kamra?", "Min kien dak il- partit?", "Il-partit Nazzjonalista!", "Dawn iridu jitkellmu fuq id-demokrazija?", "Imissihom jistħu!", "Issa għandna eżempju ieħor ta' ministru li jiġi jaqa' u jqum mil-liġijiet kollha li għandna, li jiġi jaqa' u jqum mid-demokrazija parlamentari u jiddeċiedi li għax għandu ħames siġġijiet warajh, allura jista' jaqbad u jmexxi u mbagħad dwar l-affarijiet l-oħra naraw wara x'jista' jinqala'.", "Dik demokrazija min-naħa tal-partit Nazzjonalista, dik osservanza tal-liġi!", "Naturalment issa se jkun hemm l-opportunita' fejn id-deputati tan-naħa tal- gvern, jekk huma leali lejn id-demokrazija, lejn l-osservanza tal-liġi u lejn il-Kostituzzjoni u l-ġurament li ħadu meta saru deputati, jivvotaw kif suppost għandhom jivvotaw.", "Din tal-lum se sservi ta' mera għal xi tfisser id-demokrazija għall-partit Nazzjonalista.", "Il-fehma tagħhom hija li huma jistgħu jgħidu li jridu, imma ħaddieħor ma jistax jiftaħ ħalqu!", "Din hija d- demokrazija għall-partit Nazzjonalista!", "Il-mozzjoni titkellem b'mod ċar u naħseb li l-ġist kollu qiegħed bażikament fl-aħħar paragrafu li jgħid hekk:", "\"...Tħeġġeġ lill-membri parlamentari kollha li, b'rispett lejn il- ġurament meħud minnhom, jikkonfermaw il-lealta' tagħhom lejn l- istituzzjoni tal-Parlament u l-ħarsien tal-Kostituzzjoni.\".", "Faċli li tkun arroganti, faċli li tgħid se tagħmel li rrid, pero' imbagħad għandek affarijiet oħra li bħala pajjiż dejjem ippruvajna nagħmlu mill- aħjar li nistgħu, fejn id-demokrazija, ir-rispett lejn il-liġijiet u lejn id-demokrazija parlamentari għandhom ikunu 'l fuq minn kull ħaġa oħra.", "Jekk verament nemmnu dan allura nkunu għamilna l-ewwel pass 'il quddiem.", "Huwa għalhekk li n-naħa ta' l-oppożizzjoni qiegħda titlob lill-membri parlamentari kollha sabiex jekk verament jirrispettaw il-liġijiet ta' pajjiżna u huma leali lejn il-Kostituzzjoni u l-liġijiet li għandna viġenti, jekk jirrispettaw id-demokrazija parlamentari u jekk verament jemmnu f'demokrazija vera, allura kulħadd għandu jissapportja l-mozzjoni mressqa mill-partit Laburista.", "Jekk le, ikollna nistmawhom ta' li huma lil dawk il-persuni li ma jaqblux ma' din il-mozzjoni, jiġifieri bħala persuni anti-demokratiċi, li ma jirrispettawx il-liġijiet ta' pajjiżna, li jiġu jaqgħu u jqumu mill- ġurament ta' lealta' li ħadu meta saru membri parlamentari u li jiġu jaqgħu u jqumu mid-demokrazija parlamentari.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Silvio Parnis.", "ONOR.", "SILVIO PARNIS: Sur President, illum qegħdin niddiskutu din il- mozzjoni li għandna quddiemna u kulħadd jitkellem fuq id-demokrazija.", "Mhux l-ewwel darba li rajna u smajna bi stejjer li għaddew minnhom ċerti pajjiżi biex jiddefendu d-demokrazija.", "Fil-każ tagħna hawn Malta nistgħu nsemmu dak li għadda minnu l-partit Laburista matul iż-żmien, jekk verament irridu li jkollna idea tajba ta' dak li llum qegħdin niddiskutu.", "Ngħiduha kif inhi, diskors bħal dak ta' l-Onor.", "Membru tan-naħa l-oħra li beda jitkellem fuq is-swat fiż-Żejtun, bilfors li jġegħilna nirreaġixxu.", "Illum jiġu jsemmu lill-Perit Mintoff?", "Fejn jaqblilhom issemmuh u jgħidu li huwa missier Malta!", "Jien daparti tiegħi insellem lill-Perit Mintoff u nawguralu saħħa u għomor dejjem itwal.", "Iva, irridu nibqgħu nagħtu ġieħ u nsellmu lil dawk li ħadmu għall-ġid tal-pajjiż.", "Fejn kienu n-Nazzjonalisti meta kellna l-problema tal-linja medjana?", "Lkoll niftakru meta l-prim ministru Nazzjonalista Fenech Adami kien għajjar lil-Libjani li huma tal-ħabba gozz u li huma maħmuġin.", "Madankollu fil-kwistjoni tal-linja medjana, meta Dr. Fenech Adami qatt ma kien mar il-Libja, dakinhar mar.", "Dakinhar lill-Perit Mintoff għajjarnieh u llum taparsi qegħdin ngħolluh.", "Illum issemmew il-bombi u jien ngħid li dik qiegħda fuq il-kuxjenza ta' min għamilhom u ta' min bagħat lil min jagħmilhom.", "Jekk min kien jagħmel il-bombi, min qatel lil Karen Grech u min qatel lil Raymond Caruana, ma jinqabadx f'din id-dinja, żgur li jrid iħallas ta' għemilu quddiem Alla.", "Dan l-aħħar kien hawn min għamel kampanja sħiħa kontra tiegħi, Sur President.", "Issa jien m'iniex wieħed minn dawk li nħobb nagħmel ħafna teatrini, pero' bilfors kelli nagħmel libell fil-qorti.", "Din hija t-tip ta' politika li rridu nħaddmu f'dan il-pajjiż?", "Sena u nofs sħaħ jibagħtu l- ittri anonimi kontra tiegħi lill-isponsors tal-programm televisiv li nagħmel.", "Madankollu lil dawn in-nies nixtieq ngħidilhom li l-programm xorta waħda se jkompli u fil-fatt diġa' iffirmajna l-kuntratt.", "Għaldaqstant se nkomplu ngħinu lin-nies u x-xogħol tagħna se jkompli għaddej.", "Fost l-ittri anonimi kien riferenza għal karozzi li m'humiex tiegħi.", "Joħorġu jgħidu li Silvio Parnis għandu karozza BMW u jibagħtu l- ittri anonimi lil Dr. Sant sabiex jinvestiga fuqi.", "Isiru dawn il-ħafna kummiedji u mbagħad jirriżulta li dik il-karozza m'hijiex tiegħi imma tal- kumpannija jew ta' ħabib tiegħi li jaħdem mal-kumpannija u li meta jarani fit-triq iwaqqafli ħalli jwassalni.", "Sur President, naħseb li kulmin jemmen fid-demokrazija, jemmen ukoll li aħna qegħdin fil-politika sabiex ngħinu lil ħaddieħor.", "Dak huwa l-iskop ta' dak li qegħdin nagħmlu hawn ġew.", "Issa ara ma jkunx hawn xi ħadd li jaħseb li tal-Labour biss jaħdmu għall-oħrajn, għaliex anke min-naħa l-oħra hemm min jaħdem għal ħaddieħor.", "Dawk in-nies li jkunu qegħdin ibatu, li jkunu għaddejin minn tant problemi fil-ħajja tagħhom, żgur li ma jinteressahomx minn dan it-tgħajjir ta' bejnietna, l-ewwel wieħed jien.", "Illum semmejt l- qtil ta' Karen Grech u minn hawnhekk irrid insellem lil missierha u lill- familja kollha tagħha.", "Semmejt ukoll il-qtil ta' Raymond Caruana u nsellem ukoll lill-familja tiegħu li huma mid-distrett tiegħi.", "Fil-fatt, meta nkun qiegħed inħabbat il-bibien tan-nies inħabbtilhom ukoll, għaliex dawn ukoll għaddew minn trawma kbira.", "Jiena dejjem ħaddant twemmin li min jidħol f'dan il-Parlament għandu jipprova jagħmel politika ġdida u differenti u lil dawk li joperaw minn taħt biex jagħmluli l-ħsara permezz ta' l-ittri anonimi, ngħidilhom grazzi għaliex permezz tagħhom qegħdin jagħmluni aktar popolari fid-distrett.", "Ngħidilhom grazzi għaliex kieku kelli nagħmel dawk ir-reklami kollha fil- gazzetta, kien ikolli nħallas il-belli liri għalihom!", "U filwaqt li nirringrazzjahom ngħidilhom ukoll li għada pitgħada se jinqabdu u, jekk ma jinqabdux, għad jasal dak il-mument meta jibdew jiġuhom il-ħsebijiet kollha dwar il-ħsara li jkunu għamlu u żgur li se jiddispjaċihom għal għemilhom.", "Issa forsi dakinhar jien diġa' inkun fil-qabar jew ma nafx fejn, pero' lil dawn in-nies ngħidilhom li ma nistgħux naħdmu b'dan il-mod.", "Mela ejjew naħdmu sabiex flimkien ngħinu lil dawn in-nies li qegħdin ibatu.", "Sur President, qegħdin jipprovaw jagħmlu minn kollox sabiex iwaqqfuli l- programm.", "Madankollu, meta jkun il-waqt jien se ngħaddi d-dokumenti kollha u nkunu nistgħu nitkellmu dwarhom ukoll.", "Nerġa' ngħid li dawn m'humiex affarijiet li jsiru hekk bl-addoċċ.", "Għalfejn il-politika m'għandiex tkun b'mod filantropiku, ħalli tkun tista' tgħin lil ħaddieħor?", "Għalfejn meta tiġi omm tgħidlek li lit-tifla tagħha se jaqtgħulha jdejha minħabba l-marda tal-kanċer u li allura jkollha bżonn il-flus, aħna ma ngħinuhiex?", "Għalfejn m'għandekx toħloq din it-tip ta' għajnuna?", "Dawn m'hemmx politika fihom.", "Nazzjonalist jew Laburist, jekk huwa marid jew għandu bżonn l-għajnuna, għandna ngħinuh mingħajr ma ndaħħlu l-politika fihom.", "Imma issa ħalli ngħid xi ħaġa fuq id-demokrazija, Sur President.", "Illum il-Ministru Gatt se jkollu jagħmel ġurnata sħiħa jisma' lilna nitkellmu u naf li huwa t-tip li jinfexx f'baraxx u li dak li jkollu fl- istonku joħorġu, fil-fatt nistħajlu Ġermaniż!", "(Interuzzjonijiet) Imma ma jistax ikun li għaliex għandek maġġoranza ta' ħamsa tiddeċiedi li tagħmel li trid.", "L-istess ħaġa tgħodd għalina.", "Jekk aħna jkollna maġġoranza ta' tlieta ma nistgħux nagħmlu li rridu.", "Jien stess ma rridx inkun f'partit li jagħmel dawn l-affarijiet.", "Jien nemmen li l-partit Laburista għadda minn żminijiet diffiċli u minn hawnhekk irrid insellem lil Dr. Alfred Sant.", "Ara kemm jgħajruh, jagħtuh mill-agħar u jaqilgħu affarijiet fuqu, pero' kapaċi jsaħħaħ id-demokrazija fil-partit u jneħħi l-arroganza.", "Jekk jistgħu jgħajruh b'kollox, żgur li ma jistgħux jgħajruh li m'huwiex raġel serju, dinamiku u bniedem li jemmen fid-demokrazija.", "Issa mhux kulħadd jiżbalja!", "Jekk inparlaw ħafna, bħalma għamilt jien illum, nagħmlu xi żball nistgħu.", "Issa min-naħa tagħna x'qegħdin nipproponu f'din il-mozzjoni?", "L-ewwelnett qegħdin ngħidu li xi ħaġa bħal din m'għandhiex terġa tirrepeti ruħha ħalli b'hekk ma jerġgħux jiġru paprati bħal dawn.", "Xi kultant faċli tparla u tgħid li \"għaliex għandna maġġoranza ta' ħamsa, allura nagħmlu li rridu\".", "F'dan il-kliem hemm abbuż sfaċċat ta' poter li m'għandux jiġi ttollerat.", "Ara ma taħsbux li llum in-nies ma jkunux jafu x'qiegħed jingħad f'din il-Kamra u fix-xena politika.", "Illum in-nies ikunu jafu x'qed jiġri f'dan il-Parlament permezz tal-media, tal-gazzetti, ta' l-internet u anke permezz tar-radju.", "Imma n-nies x'ikunu qegħdin jippretendu minna?", "Ċetta, li r-raġel tagħha tilef ix-xogħol tiegħu, xi trid?", "Din x'jinteressaha minn dawn id-debates ta' bejnietna fejn noqogħdu nitgħajru!", "Ċetta jinteressaha li r-raġel ikollu x-xogħol.", "Dawk it-tfal li jkunu spiċċaw mill-iskola u m'għandhomx fejn jaħdmu, żgur li ma jinteressahomx x'inhu jgħid Silvio Parnis fuq il-linja medjana.", "Lanqas ma jinteressahom dak li jiddelitta bih l-Onor.", "Mario Galea dwar kif kienu sawtu lil ommu u lil missieru, għalkemm nifhmu.", "Jekk sawtuhom għamlu ħażin.", "Jien ma naqbilx ma' dawn l-affarijiet u għalhekk flimkien irridu niġbdu ħabel wieħed ħalli min qiegħed ibati jgħid li dawk il-65 membru li hemm f'dik il-Kamra qegħdin jifhmuna u jiddefenduna.", "Il-politika ma nistgħux nużawha sabiex inwaddbu t-tajn lil xulxin għaliex meta nagħmlu hekk l-ewwel li jiġri huwa li t-tajn jerġa' jiġi f'wiċċek.", "Il- prim ministru kien qal li rridu noħolqu stil ta' politika ġdida u jiena daqsu nemmen f'dan l-istil, pero' meta nisma' lil Mario Galea jsemmi x'kien jiġri fis-snin tmenin, x'għamel il-partit Laburista, x'ġara fl-istrangers gallery, il-mewt ta' Raymond Caruana u ta' Karen Grech u dawn l-affarijiet kollha, żgur li dak m'huwiex l-istil ta' politika ġdida.", "Aħna bħalissa qegħdin fl-oppożizzjoni, imma għada pitgħada rridu nkunu fil-gvern u jien dejjem ngħid li aħna rridu noqogħdu attenti li l-iżbalji li jagħmlu tan- naħa l-oħra ma nirrepetuhomx aħna stess.", "L-istorja dejjem għallmitni li xi kultant huwa faċli li toqgħod gallerija u li toqgħod tipproponi.", "Issa nittama li meta nkunu fil-gvern, inkunu kapaċi nitgħallmu mill-iżbalji li jagħmlu l-oħrajn.", "Sur President, jiena ġej min-naħa t'isfel ta' Malta u jiġu jkellmuni ħafna ħaddiema tat-tarzna.", "U bħalissa kulħadd jistaqsini jekk huwiex minnu li se jerġgħu jkeċċu l-ħaddiema tat-tarzna?", "Faċli li nagħmlu statements li jkun fihom ċertu piż, b'mod speċjali meta tkun fuq in-naħa tal-gvern.", "Jiena nemmen li meta nkunu f'din il-Kamra jew meta nkunu qegħdin niltaqgħu man- nies, għandna responsabbilta' kbira xi nġorru.", "Din ir-responsabbilta' tista' tirrifletti ħażin fuqna u anke fuq min ġej warajna.", "Fil-fatt, meta kont għadni barra minn din il-Kamra, ma kontx niddardar li mmur ħdejn il- każin tal-Hibs sabiex nieħu żewġ flixken birra, pero' illum li qiegħed fil- Parlament irrid noqgħod aktar attent.", "U jekk ikolli flixkun birra nipprova nieħdu ġewwa u nipprova nixorbu f'tazza għaliex in-nies li jarawk malajr jibdew jgħidu li dak sakranazz.", "Kif nafu, in-nies kapaċi tibni l-istejjer malajr.", "X'qiegħed nipprova ngħid hawnhekk?", "Qiegħed nirriferi għar- responsabbilta' ta' politiku.", "Fl-aħħar mill-aħħar dan il-Parlament huwa istituzzjoni li għandha tkun rispettata mid-deputati kollha eletti u trid tiġi rispettata minn kulħadd, kemm min-naħa tal-gvern u kemm min-naħa ta' l- oppożizzjoni.", "Il-Parlament huwa l-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż u meta nidħlu hawnhekk ma rridux inġibu ruħna bħalikieku deħlin f'xi każin tal-futbol jew f'xi każin tal-banda.", "Minn hawnhekk joħorġu l-liġijiet, bħalma huma dawk dwar il-paga minima nazzjonali, il-bonuses, il-benefiċċji soċjali kollha u dwar it- tagħlim b'xejn fl-iskejjel.", "Jien mhux se nħallat lil Malta ma' Cuba jew ma' El Salvador.", "Madankollu ma jistax ikollna lil xi ħadd fil-gvern li joħroġ dikjarazzjoni u jgħid li għaliex għandu maġġoranza ta' ħamsa, allura jista' jibqa' għaddej!", "Imma naħseb li l-oppożizzjoni għamlet sew li ressqet din il-mozzjoni għax jekk ma ngħidu xejn u nħalluha għaddejja, taf jiġi għada u tinqala' xi ħaġa aktar gravi, u forsi jgħidu li għandna oppożizzjoni rieqda li lanqas tagħti kas ta' dak li qed jiġri.", "Issa jista' jkun li l-ministru għamel ħafna affarijiet tajbin, imma fuq din żgur li ma naqbilx miegħu, u dan mhux qed ngħidu għaliex għandi xi ħaġa kontrih għax jien m'għandi xejn personali kontra l-ebda membru.", "Sur President, bħala oppożizzjoni m'aħniex qegħdin nikkundannaw lill- Ministru Gatt personalment imma qegħdin nikkundannaw l-attitudni tiegħu u huwa proprju għalhekk li ressaqna din il-mozzjoni, fejn għandna ġurnata sħiħa nitkellmu dwarha.", "Jien nittama fil-65 membru li aħna, anke għan-nom ta' dawk li ġejjin warajna, ħalli qatt ma jkollna għalfejn niffaċċjaw mozzjoni oħra bħal din minħabba theddida għad-demokrazija.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Roderick Galdes.", "ONOR.", "RODERICK GALDES: Illum għandna mozzjoni quddiemna li m'iniex se niddeskriviha kif iddeskriviha il-bieraħ wieħed mid-deputati Nazzjonalisti, meta qal li dan huwa kollu ħela ta' ħin.", "Jiena ngħid li mn'Alla din il- mozzjoni sabiex ta' l-inqas tqajjem daqsxejn kuxjenza f'dan il-Parlament u b'hekk nixtarru bejnietna s-sitwazzjoni ta' fiex ġibna lil dan il-Parlament illum.", "Hawnhekk nixtieq insostni dak li għedt inti, Sur President, fid- diskors tiegħek dwar l-importanza li għandna nagħtu lil dan il-Parlament.", "Jekk m'għamlu xejn gvernijiet Nazzjonalisti f'dawn l-aħħar 19-il sena, żgur li rnexxilhom imewtu dan il-Parlament u qatgħuh mill-kuntatt mal-poplu.", "Illum naħseb li għandna nistaqsu lilna nfusna jekk irridux li l-ogħla istituzzjoni ta' pajjiżna, fejn qegħdin jittieħdu l-aktar deċiżjonijiet importanti, nibqgħu nħallu lin-nies mingħajr ma jkunu jafu x'inhu għaddej.", "Ejjew naraw x'inhi l-ħtieġa li dan il-Parlament għandu bżonn sabiex nerġgħu nagħtuh id-dekor li tant jixraqlu.", "Veru li kienu żmenijiet oħra, imma kien hawn żmien fejn il-Parlament kien l-aktar istituzzjoni li l-poplu kien iħares lejha ħalli jara dak li kien qiegħed jiġri madwaru.", "Insawtu?", "Ejjew ngħixu llum!", "Din il-Kamra kienet l- aktar istituzzjoni li l-poplu Malti kien isegwi b'mod kontinwu u dak li jkun qiegħed jiġri.", "Allura llum kif spiċċa dan il-Parlament?", "Dan il- Parlament spiċċa maqtugħ mill-poplu.", "Anke bħala deputati, qegħdin inħossu li niġu hawnhekk u n-nies lanqas biss jafu x'qiegħed jiġri f'din il-Kamra.", "U hawnhekk nerġa' nisħaq fuq dak li għedt inti, Sur President.", "Irridu naraw x'se nagħmlu sabiex nagħtu l-importanza li jixraqlu dan il-Parlament.", "Jekk hemm bżonn nagħmlu anke iktar użu mill-mezzi ta' komunikazzjoni sabiex lil dan il-Parlament nerġgħu nqajmuh fuq tiegħu.", "Bħala deputat ma nsib l-ebda oġġezzjoni, anzi nibqa' insostni li għandna nimxu f'din it-triq.", "Issa hawnhekk irrid insemmi xi ħaġa rigward l-arroganza, li qegħdin narawha f'diversi okkażjonijiet.", "Kellna l-arroganza tal-Ministru Gatt li qed niddiskutu llum, fejn qal li ladarba jkollok maġġoranza ta' ħamsa tista' tibqa' għaddej u tieħu deċiżjonijiet li l-aktar jistgħu jaffettwaw lil pajjiżna mingħajr ma tiġi f'dan il-", "Parlament.", "Kellna wkoll l-aħħar atroċita' li saret dan l-aħħar min-naħa tal-gvern fejn, f'temp ta' sitt ġimgħat, se nkunu ddeċidejna fuq il-konfini ta' l-artijiet fuq medda ta' art li fiha daqs is-Siġġiewi kollu.", "F'għaxart ijiem iddeċidew permezz tal-computer li jdaħħlu dawn l-artijiet mingħajr lanqas biss rawhom u issa se jiġu hawnhekk jittimbraw dawn l-atroċitajiet ambjentali.", "Allura dan huwa l-mod li kienu wegħduna qabel ma dħalna fl- Unjoni Ewropea dwar kif se nagħmlu tip ta' tmexxija li tkun tirrispetta l- prinċipji ta' l-Unjoni Ewropea?", "B'dan il-mod irredikolajnieh lil dan il- Parlament.", "Kemm niġu hawnhekk nittimbraw kollox f'temp ta' tlett ijiem u ejja ħa mmorru?", "Dawn huma l-issues li l-poplu tant qiegħed jistaqsi dwarhom.", "Spiċċajna f'sitwazzjoni fejn il-partit Nazzjonalista, permezz tal-gazzetta tagħhom MaltaRightNow.com. infexx jikkritika lil patafjun ta' persuni li kitbu artikli fuq il-gazzetta \"The Times\", li wara kollox hija magħrufa li hija gazzetta oħra tan-Nazzjonalisti.", "Dawn in-nies qalu lill-gvern li kien miexi fit-triq il-ħażina, iżda bl-arroganza kollha ġew jgħidulna li dawn huma erbgħa min-nies li huma voċiferi u li jridu juru fehemthom b'mod kontinwu fil-gazzetti bil-lingwa Ingliża u li allura qed jinstemgħu ħafna.", "Qalulna li hemm maġġoranza siekta li qiegħda taqbel magħhom.", "Għax ma jgħidulniex dak li qed jgħid il-poplu inġenerali f'dan ir-rigward.", "Fuq dawn l-issues ambjentali jafu li l-poplu huwa kontrihom.", "Allura jekk irridu nagħmlu proċess sabiex indaħħlu ċerta art fl-iskema, ejjew nagħmluh bi proċess trasparenti u fejn hemm l-inġustizzji naraw li ssir ġustizzja suret in-nies u mhux noħolqu aktar anomaliji, Sur President.", "Hemm issues oħra ambjentali, bħall-każ tax-Xagħra l-Ħamra.", "F'dan il-każ ukoll ġie l-ministru jgħidilna li l-gvern diġa' ddeċieda fuq ix-Xagħra l- Ħamra u għalhekk se nibqgħu għaddejjin.", "Irredikolajna l-istituzzjonijiet ta' pajjiżna, parodija sħiħa.", "Naħseb li jien kont l-aħħar persuna li dħalt bħala membru f'din il-Kamra, imma qatt ma kont nistenna li dan il-Parlament huwa daqstant maqtugħ min-nies.", "Dan huwa kollu tort tal-gvern li qiegħed juża' din l-istituzzjoni bħala rubber stamp u jibqa' għaddej minn fuq kulħadd.", "Dak li qegħdin iħossu n-nies hemm barra mhux qiegħed jingħata kas tiegħu, għaliex il-gvern jemmen li għandna nużaw il-Parlament bħala formalita' fejn niddeċiedu u ejja ħa mmorru.", "Għalhekk inkompli nsostni li jekk irridu nitkellmu fuq id-demokrazija, irridu nagħtu l-impetus meħtieġ lil dan il-Parlament sabiex jirrifletti dak li qed iħoss il-poplu.", "Aħna għandna rwol importanti bħala membri parlamentari u rridu mhux biss inressqu l-ilmenti u nitkellmu skond dak li jgħidulna n-nies, li ovvjament niltaqgħu magħhom b'mod regolari, iżda jeħtieġ ukoll li d-deċiżjonijiet li nieħdu f'din il-Kamra, il-poplu jkun jaf bihom u jkunu aċċessibbli għal kulħadd.", "Illum kif xi ħadd jiftaħ ir-radju u jisma' dak li jingħad f'din il-Kamra, jerġa' jagħlaqlu mill-ewwel għaliex mhux iħoss li hemm dak il- kuntatt bejn in-nies u l-Parlament.", "Jeħtieġ li nagħtu aktar importanza lid- deċiżjonijiet li nieħdu hawnhekk għaliex huwa ħażin li jkollok il-poplu Malti sajjem minn dak li jkun għaddej f'din il-Kamra.", "Titkellem ma' min titkellem issib li ħafna minnhom lanqas biss jafu xi jkun għaddej hawnhekk u x'liġijiet inkunu qegħdin niddiskutu.", "Sur President, din il-ġimgħa kont qiegħed nara daqsxejn ir-reviżjoni li saret fuq il-liġi ta' l-edukazzjoni.", "Kien hawn xi membri parlamentari li qattgħu sigħat sħaħ f'diskussjoni ma taqta' qatt sabiex jgħaddu din il- liġi, pero' illum ħafna minn dan ix-xogħol lanqas biss qiegħed jingħata l- importanza li tixraqlu man-nies li hemm hemm barra.", "Jien hawnhekk qiegħed ninsisti mal-gvern Nazzjonalista li jara xi jrid.", "Jekk irid li joqtol lil dan il-Parlament u jnaqqaslu l-importanza tiegħu, għandu jibqa' miexi fit- triq li qabad.", "Pero' imbagħad ħadd ma jiġi jgħidilna li għandu jkollna istituzzjoni b'aktar diċenza u li jkollha l-identita' li jixirqilha.", "Jien ħadt pjaċir nisma' lil dawk il-membri parlamentari barranin li ħadu sehem fis-CPA li kellna dan l-aħħar jgħidulna li l-Parlament ixandruh kontinwament fuq it-televiżjoni tagħhom u dan jagħmluh sabiex ix-xogħol tal- membri parlamentari jkun qiegħed jidher fost l-elettorat.", "Sur President, l-appell tiegħi lill-gvern huwa dak li ma jibqax miexi bħal trakk dieħel fil-ħajt u li jibqa' għaddej bi speed eċċessiv u jitfa' lill- poplu Malti kollu warajh.", "Jeħtieġ li l-affarijiet isiru b'mod sostenibbli jekk verament nemmnu f'dawn it-tip ta' kunċetti.", "U jekk verament nemmnu li għandu jkollna dawk il-prinċipji li tesiġi minna l-Unjoni Ewropea – bħal dak li jkun hemm solidarjeta' anke f'dak li għandu x'jaqsam ma' l- ambjent - ejjew naraw li ma nħallux l-arroganza tegħleb l-interess komuni ta' din is-soċjeta' u l-interess nazzjonali ta' dan il-pajjiż.", "Għaldaqstant ejjew naraw li naħdmu flimkien sabiex lil dan il-Parlament nagħtuh l- importanza li tixraqlu.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joe Debono Grech.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Darba f'gazzetta bl-Ingliż qrajt li Austin Gatt u Joe Debono Grech jixbħu ħafna lil xulxin fl-attitudni tagħhom.", "Dawn qalu li t-tnejn li aħna nibqgħu għaddejjin u deċiżjoni li nkunu rridu nieħdu, naqbdu u neħduha.", "Naħseb li fuq dak il-kumment naqbel.", "Biss ngħidha b'wiċċi minn quddiem li fid-deċiżjonijiet li ħadt fuq kwestjonijiet ta' kumpanniji li dak iż-żmien kienu jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi, jien dawn qatt ma ppruvajt inbigħhom jew nitlaqhom minn idejja.", "Meta ħadna over aħna, il-posta, l-MIA u l-Gozo Channel kienu kumpanniji mfarrkin, kollha bid-dejn, imma qatt m'għedt li l-unika soluzzjoni għalihom hija li dawn il- kumpanniji jinbiegħu.", "U huwa proprju hawnhekk li ma naqbilx ma' l-Onor.", "Austin Gatt.", "Dawn il-kumpanniji ppruvajna nirranġawhom billi biddilna d- diretturi u l-managers li kien hemm u f'affari ta' 20 xahar, bix-xogħol li għamlu d-diretturi u flimkien mal-ministeru, dawn irranġajnihom u ġibnihom viabbli, Sur President.", "Fil-posta aħna konna sibna 'l fuq minn Lm1 miljun dejn u kien hemm ukoll xi flus li kellha tieħu mid-Deutsche Post.", "Iżda bix-xogħol li kien għamel l- ex-segreterju permanenti Tony Mangion u nies oħra, mhux talli ma nfaqniex Lm2 miljun sabiex xtrajna l-post li fih riedet tmur il-posta, talli ġibnieha fuq saqajha wkoll.", "Fuq dan il-punt nixtieq ngħid ukoll li l-Onor.", "John Dalli, bħala ministru tal-finanzi, kien bagħat memorandum lill-bord ta' dak iż-żmien, fejn qalilhom li ma jaqbilx max-xiri ta' dak il-post li kien se jiġi jiswa Lm2 miljun.", "Kien qallhom li kien hemm post ieħor - fejn hemm il-posta llum – li faċilment setgħu jirranġawh.", "Madankollu l-bord ġie jaqa' u jqum minn dak li kien qallu l-ministru u qabad u daħal f'kuntratt – dan il-kuntratt meta tarah jaqbdek id-daħk – u l-bord intrabat li jixtri l-art b'Lm0.2 miljun, u mbagħad, jekk il-gvern fi żmien sena ma joħroġx il-permessi meħtieġa, jitlef dawk iż-Lm0.2 miljun.", "Ara qattx smajna b'kuntratti ta' din il-kwalita'!", "Madankollu lil dawn in-nies ħadd ma kellimhom u meta kont qajjimt dan il-punt f'din il-Kamra, kien ħareġ iċ- chairman jgħajjarni fil-pubbliku li ma kontx naf x'qed ngħid.", "Qal ukoll li jien miġnun u li lanqas jixraqli li nkun ministru, pero' dan kollu li qalli jien ħadtu with a pinch of salt u l-posta rranġajnieha.", "L-istess ħaġa l-Gozo Channel għax dik il-kumpannija ħadnieha b'Lm0.6 miljun dejn fuqha.", "Id-diesel ma kienx jitħallas u l-ilma li kienu jieħdu dawn il- vapuri kien aktar milli hemm ilma fil-baħar!", "Lanqas il-bolol ma kienu jitħallsu u sibna wkoll biljetti ħerġin minn hawn u minn hemm.", "Xorta waħda l-kumpannija rranġajnieha u anke ġibnieha fuq saqajha.", "Imma l-aktar ħaġa maħmuġa fil-Gozo Channel kienet il-bużullotta li saret fis-26 ta' Ottubru, 1996 – jiġifieri dakinhar ta' l-elezzjoni - fejn kien ġie ffirmat kuntratt għal tliet vapuri.", "(Interruzzjonijiet) Anke kieku tela' gvern Nazzjonalista, forsi l-ministri l-ġodda ma kenux lesti jaqblu ma' dak li ġie ffirmat.", "Ħaġ'oħra Ii ġrat f'din il-kumpannija kienet dik li nbiegħu x- shares ta' kumpannija falluta.", "Fuq l-istess ittra, il-ministru bagħat jistaqsihom dwar jekk humiex lesti li jixtru dawn ix-shares bi prezzijiet fenomenali u l-kumpannija spiċċat biex ħarġet din is-somma fenomenali.", "Madankollu meta aħna konna fil-gvern din il-kumpannija salvajnieha wkoll.", "L-istess ħaġa nistgħu ngħidu għall-MIA, Sur President.", "Hawnhekk kont sibt it-taħwid fil-kuntratti tal-ħwienet u tant kienet xi ħaġa gravi li kellna wieħed minnhom li ried jeħodna l-qorti.", "Aħna konna nafu li l-kawża se nitilfuha fiż-żgur għaliex din il-persuna kellha kuntratt u l-kumpannija ma waslitx għaliex kien hemm xi diskrepanzi.", "Madankollu aħna rranġajnieha wkoll.", "Irranġajna wkoll il-kuntratti tal- ħwienet l-oħra li kien hemm.", "Dawn huma l-affarijiet li sibna f'dawn il- kumpanniji, pero' xorta waħda ma begħna xejn minnhom.", "Il-gvern tagħna kien jaqbel mal-privatizzazzjoni imma mhux ma' privatizzazzjoni totali.", "Aħna konna ngħidu 60% jibqa' f'idejn il-poplu u 40% jinbiegħu bħala shares.", "U llum ġara kollox bil-kontra.", "Illum irridu neħilsu minn dawn il-kumpanniji u huwa hawnhekk li ma naqbilx mal-kollega tiegħi.", "X'jiġifieri tbigħ l- affarijiet li qed iddaħħal il-flus minnhom?", "Illum il-qligħ ta' dawn il- kumpanniji fejn sejjer?", "Il-qligħ tagħhom kollu barra minn Malta sejjer, Sur President.", "L-istess ħaġa għamilna bil-kumpannija tal-lottu għax tajnieha lil kumpannija Griega meta l-gvern kien qed jagħmel il-flus minnha.", "Lanqas konna kapaċi nżommu x-shares f'kumpannija li l-gvern kien qed jagħmel il- flus minnha!", "Imbagħad illum niġu f'din il-Kamra u ngħidu li għaliex għandna maġġoranza ta' ħamsa, allura nistgħu nibqgħu għaddejjin.", "Dawn l-affarijiet ma jsirux hekk u jien ma naqbilx ma' din l-attitudni.", "B'dan ir-raġunar nistgħu ma nagħmlu xejn aktar u niġu bħalma kienet ir-Russja u bħal dawk il- pajjiżi komunisti, fejn il-parlament jiltaqa' darba fis-sena, nagħmlu festa, kulħadd jixrob u jiekol u fl-aħħar niffirmaw għal dak li jkun għadda l-gvern jew l-amministrazzjoni tal-pajjiż.", "Dan l-aġir m'huwiex tajjeb.", "Inkella xi ħaġa oħra, Sur President.", "Per eżempju, nagħmel interpellanza lill-ministru dwar jekk jaħsibx li huwa sewwa li fuq il-website tal-ministeru jingħad li l-leader ta' l- oppożizzjoni huwa xott, imqanżah, kapriċċuż, indeċenti, inkapaċi, ilsienu ħażin u li qatt m'hu se jirbaħ elezzjoni - dan jgħiduh f'website tal-gvern li qiegħda tiġi tiswa mas-Lm7,000 u li hija mħaddma mill-MITTS – u fir- risposta li jagħtini l-Ministru Gatt iweġibni hekk fuq it-tgħajjir fil- konfront ta' Alfred Sant:", "\"Ma naqbel xejn li xi waħda minn dawn l-istqarrijiet iġġorr aġġettivi xejn deċenti, iżda forsi d-definizzjoni tiegħi u dik ta' l-Onor.", "Interpellant ta' kif l-aġġettivi jkunu jew ma jkunux diċenti hija differenti.\"", "Allura tajjeb li fuq website tal-gvern jingħad dan il-kliem fuq il-kap ta' l-oppożizzjoni?", "Dawn huma affarijiet li jagħmlulu unur lil dan il- Parlament?", "Jiena kulħadd jaf x'inhu l-karattru tiegħi, madankollu qatt ma ppruvajt inweġġa' lil ħadd.", "Issa xtaqt inwieġeb ftit lill-Onor.", "Mario Galea dwar min qatel lil Karen Grech u lil Raymond Caruana.", "Jiena niftakar li xahar qabel l-elezzjoni, l-ex-prim ministru ta' dak iż- żmien, illum il-President ta' Malta, kien qal li jaħlef solennement li sitt xhur wara li jkun fil-gvern kien se jgħid min qatel lil Karen Grech u lil Raymond Caruana.", "Madankollu għaddew is-snin u sal-lum għadna ma nafu xejn.", "Dawn l-affarijiet m'humiex sew, saru minn min saru u, anke jekk saru mil-Laburisti, jien ma naqbilx magħhom.", "U min jaf min huma iżda qed iżomm sieket, mhux jagħmel sew lanqas.", "Waħħalna f'ħafna nies iżda mbagħad kollox baqa' għaddej.", "Inwaħħlu f'dak u fl-ieħor, iżda imbagħad insibu li ma hu veru xejn.", "Noqogħdu ngħidu bi frame-up u mhux frame-up, meta dawn l- affarijiet m'humiex sewwa.", "Jien għadni sal-lum nistenna li min hu ħati ta' dawn l-affarijiet jitressaq il-qorti, Sur President.", "Kien hemm ukoll min għamel interpellanzi fuq ċerta kumpannija, iżda l- ministru responsabbli wieġeb li peress li l-kumpannija hija waħda privata ma setax jindaħlilha.", "X'jiġifieri m'għandekx dritt tindaħal f'affarijiet tal-poplu?", "Veru li l-kumpannija marret għand il-privat, imma allura noqogħdu nistaħbew wara tinda biex ma nirrispondux għall-mistoqsija!", "Imbagħad weġbitni waħda li sa ftit ilu kienet taħdem hawnhekk u forsi lil din imissni nistaqsiha tgħidli kif għamlet biex daħlet taħdem l-MIA, jekk hux b'applikazzjoni jew inkella mod ieħor u mela tiġi twieġeb lili b'dak il- mod.", "Aktar 'il quddiem inkun nista' inwieġeb, pero' m'hijiex xi ħaġa li ngħidha hawnhekk.", "Jien għandi ħafna affarijiet xi ngħid u jekk xi ħadd qiegħed jaħseb li għaliex din il-kumpannija saret tal-privat, allura lill- ħaddiem ma hu se jiddefendih ħadd, qiegħed imur wisq 'il bogħod.", "Kellna wkoll il-każ tal-cargo handling, li ħadnieha lill-GWU għaliex għedna li din m'hijiex tajba u tajnieha lil kumpannija minn Singapore bl- idea li l-affarijiet jorħsu.", "Hekk għedna, imma issa diġa' rajna kemm roħsu l-affarijiet għaliex waqt li l-burdnara nqalgħu 'l barra, l- affarijiet diġa' għolew u dan meta din għadha lanqas bdiet topera.", "Dawn huma t-tip ta' risposti li nirċievu mingħand l-Onor.", "Austin Gatt.", "X'jiġifieri tiġi tgħidli li din kumpannija privata u għandha l-permessi bil- miktub!", "Allura qed tgħidli li m'għandix inkun naf x'inhu għaddej fil-port u fl-airport meta r-responsabbilta' finali hi tal-gvern?", "Jekk xi ħadd qed jimmaġina li gvern Laburista se jħalli kollox għaddej minħabba li dawn huma kumpanniji privati, żgur li qed jaħseb ħażin.", "Min qed jaħseb li jista' jibqa' għaddej minn fuq il-ħaddiem u li xejn mhu xejn, qiegħed jaħseb daqsxejn 'il bogħod.", "Għalhekk jien ma nistax nifhem kif il-ministru li jieħu ħsieb dawn l-azjendi jista' jiġi f'din il-Kamra u jgħid li għaliex huma għandhom maġġoranza ta' ħamsa, allura jistgħu jibqgħu għaddejjin.", "Nerġa' ngħid li huwa minnu li dawn il-kumpanniji hemm il-privat fihom, pero' il-gvern m'għandux jippermetti li jsiru affarijiet li jagħmlu ħsara lill-poplu Malti.", "Madankollu wieħed irrid jistaqsi jekk fuq kollox din ġietx privatizzata jew le għax rajna l-mod ta' kif għolew it-taxxi ta' l-ajru.", "Allura dawn il- flus min qed jeħodhom?", "Qiegħed jeħodhom il-poplu Malti, jew qegħdin imorru barra minn Malta?", "L-Onor.", "Puli m'għandux għalfejn jidħak!", "It-taxxa ta' l- airport, mhux dik li jieħu l-gvern imma li tieħu l-MIA.", "Issa jekk irid joqgħod jidħak l-Onor.", "Puli jista', nafu li boloh hawn għax anke l-anġli tal-festa jidħku!", "Jien qiegħed ngħid għat-taxxa li tagħmel l-MIA.", "Ma naħsibx li l-MIA ħadet il-kumpannija biex toqgħod tħares lejha.", "Naturalment dawn ma jissejħux taxxi, imma xorta waħda l-poplu qed ikollu jħallas għalihom.", "Intom issejħulhom aġġustamenti, imma xorta waħda l-poplu qiegħed iħallashom.", "L-istess ħaġa s-surcharge fuq id-dawl u l-ilma, il- poplu qiegħed iħallasha.", "Onor. Puli, mur għid lin-nies jew inkella lill- familji meta tmur tħabbat bieb bieb li s-surcharge m'hijiex taxxa imma aġġustament!", "Għidilhom li dik it-taxxa li qed ikollhom iħallsu fuq id-dawl u l-ilma, kif ukoll fuq id-diesel u l-petrol, m'hijiex taxxa imma aġġustament!", "Aktar jibdew jifhmuk kif tgħidilhom hekk!", "Ġejna hawnhekk għax nafu li l-gvern huwa responsabbli lejn il-Parlament u huwa l-Parlament li jiddeċiedi jekk dawk l-affarijiet għandhomx jgħaddu jew le.", "Jekk imbagħad, għaliex għandhom maġġoranza ta' ħamsa, iriduna nagħmlu bħall-mogħoż u kulħadd jgħid iva, dik ħaġa żgħira.", "Aqbdu għidu mill-ewwel li dan mhu veru xejn Parlament għaliex, jiġri x'jiġri, se tgħaddi tagħkom minħabba li għandkom ħames membri aktar!", "Għalhekk li l-partit Nazzjonalista qiegħed jinkwieta fuq il-kwestjoni tad-distretti.", "Dan irid sistema mħawda ħalli jekk il-partit Laburista jitla' fil-gvern, ikollu biss maġġoranza ta' siġġu wieħed.", "Pero' aħna m'aħniex se noqogħdu għaliha din.", "Dawn huma sinjali ta' arroganza mhux biss min-naħa tal-Ministru Gatt imma mill-ministri kollha.", "Dawn jistaħbew wara l-Ministru Gatt li għandu l- kuraġġ joħroġ jgħid dawn l-affarijiet bil-miftuħ.", "Il-membri l-oħrajn jgħiduhom minn wara u l-Ministru Gatt kixfilhom il-maskra, Sur President.", "M'hemmx bżonn li noqogħdu nistaħbew wara subgħajna għaliex nafu x'inhu jiġri.", "Niġu hawnhekk u nbigħu l-affarijiet mingħajr ma nkunu nafu eżatt x'hemm u meta mbagħad niġu biex inpoġġuhom fuq il-mejda tal-Kamra, insibu fait accompli u lesta l-istorja.", "Dawn huma l-affarijiet li lill-poplu qed idejquh u huwa proprju għalhekk li l-poplu m'għadux jagħti kas tal- Parlament.", "Qabel kien ikun hawn it-televiżjoni li jxandar xi seduti, imma neħħewh għaliex qalu li n-nies ma jridux joqogħodu jisimgħuhom.", "Allura għalfejn ma nużawx channel 22 sabiex jitrasmettihom u mhux noqogħdu nużawh biex nagħmlu propaganda lill-gvern?", "Kellek raġun titkellem kif tkellimt fis-Sette Giugno, Sur President.", "Tkellimt tajjeb meta għedt li l-Parlament hija istituzzjoni li rridu nirrispettawha, għax hawn min jirrispettaha din l-istituzzjoni iżda hawn min ma jirrispettahiex.", "Kemm se ndumu nsemmu dak li ġara fl-imgħoddi?", "Jien x'jimpurtani minn dak li għadda.", "Li għadda ma tistax tirranġah, imma l-futur tista'.", "Hawnhekk kellna garanzija li kollox se jimxi b'mod ġdid, imma minn dan kollu ma rajna xejn.", "F'din il-Kamra ġejna b'ħafna affarijiet kompluti u llum sirna nafu għalfejn qed jagħmlu hekk.", "Dan qed jagħmluh għaliex il-Ministru Gatt qalilna li għandhom maġġoranza ta' ħamsa u allura jistgħu jibqgħu għaddejjin.", "Jien kont nippretendi li anke min-naħa l-oħra kienu se jiddiskutu dawn l- affarijiet.", "Mela allura intom ma tiltaqgħux fil-grupp parlamentari u tgħidu li dawn l-affarijiet ma jistgħux isiru?", "Kellkom wieħed f'din il-Kamra li kellu l-kuraġġ jgħid li ma jaqbilx magħkom.", "Issa poġġejna fuq il-mejda tal- Kamra dawn il-karti u għedna li se niżviluppaw tliet kwarti ta' Malta.", "X'affarijiet huma dawn?", "Allura dawn l-affarijiet qbiltu magħhom fil-grupp parlamentari?", "L-affarijiet ma jimxux hekk!", "Saħansitra kien hemm membru min-naħa tagħkom li lanqas kien stmat mill-ministri.", "U din m'hijiex xi ħaġa li qed ngħiduha aħna imma qaluha l-istess membri parlamentari tagħkom fuq il-gazzetti.", "Fil-fatt dawn il-membri qalu li l-Parlament u l-grupp parlamentari Nazzjonalista m'huwiex stmat.", "Dażgur, għalfejn tistmah ladarba l-gvern għandu l-garanzija li se jiġi hawn u jagħmel dak Ii jrid, peress li għandu maġġoranza ta' ħamsa!", "X'jambih lil dak u lill-ieħor!", "Din hija l-pożizzjoni li għandna llum f'dan il-Parlament u dawn huma affarijiet li ma jagħmluniex unur.", "Sur President, illum jien nista' nitqies bħala wieħed mill-antiki f'din il- Kamra u kien hemm min għajjarni wkoll dinosawru.", "M'hemmx x'tagħmel, ikollok tieħu paċenzja!", "Madankollu min jaf kemm hawn min jixtieq li jkun dinosawru bħali f'dan il-Parlament.", "Inti tkun dinosawru għaliex Alla jkun tak is- saħħa li tibqa' tiġi hawnhekk u diment li Alla jibqa' jagħtini s-saħħa, se nibqa' niġġieled għall-ħaddiema.", "Nista' ngħid li jiena batejt mhux ħażin talli ġġelidt għall-ħaddiem.", "Irrid ngħid ukoll li llejla lill-Onor.", "Tonio Borg se nġiblu l-kawża li semmejtlu aktar kmieni dalgħodu ħalli ngħidlu min kien jagħmilhom il-bombi.", "Dawn l-affarijiet nafuhom.", "Il-Ministru Gatt jaf li jien għandi l-istess karattru tiegħu u dak li jkolli ngħidu, għaliex jekk inżomm sieket jibda' juġgħani l-istonku u filgħaxija ma nkunx nista' norqod sew!", "Madankollu nitolbu sabiex ma jerġax jgħid dawk l-affarijiet li qal għaliex la jagħmlu unur lilu u lanqas jagħmlu unur lil dan il-Parlament.", "Mhux sewwa li jseħħu dawn l-episodji fil-Parlament u naħseb li din il-mozzjoni kienet f'waqtha.", "Mhux aħjar li bis-saħħa tal-mozzjoni naraw x'qiegħed jiġri f'din il-Kamra għaliex lin-nies t'hemm barra dejjaqniehom b'dawn l- affarijiet.", "Araw ma taħsbux li n-nies se jieħdu pjaċir b'xi naħa jew oħra meta jseħħu dawn l-affarijiet!", "Huwa minnu li fil-passat seħħew ċerti affarijiet, pero' dawk kienu żmenijiet oħra.", "Dawk iż-żmenijiet illum spiċċaw u għalhekk m'għandniex nagħmlu bħalma jsir fil-Parlament Taljan!", "Naħseb li hemmhekk kulħadd jaf x'isir.", "Nerġa' ngħid li dawn l-affarijiet m'għandhomx isiru u hawnhekk irrid nagħmel l-aħħar appell tiegħi.", "Min jaf min qatel lil Karen Grech u lil Raymond Caruana, żewġ persuni innoċenti, għandu jgħid min huma għaliex mhux sew li jżommhom fl-istonku tiegħu.", "Dawn l-affarijiet qiegħed nesiġihom għaliex huma affarijiet li ma neħux pjaċir bihom.", "L-aħħar parir li xtaqt nagħti lil kull membru ta' din il-Kamra huwa li meta ma jkollokx xi tgħid, tgħid xejn ħalli ma naqgħux għaċ-ċajt!", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Clyde Puli.", "ONOR.", "CLYDE PULI: Sur President, naħseb li l-mozzjoni mressqa mill- oppożizzjoni hija biss attentat fqir għall-gwadann ta' ftit propaganda rħisa, a skapitu ta' ħidma aktar sfiqa parlamentari aktar sfiqa u a skapitu tal-verita' sagrosanta, liema verita' diġa' iddeskriviha l-istess Ministru Austin Gatt.", "Ikolli nammetti li l-mozzjoni sfortunatament se tagħmlilna l- ħsara.", "Din il-ħsara mhux se ssir lilna bħala membri parlamentari fuq in- naħa tal-gvern, iżda fil-konfront ta' l-istess istituzzjoni parlamentari u għall-proċess demokratiku b'mod ġenerali, ħsara diretta lil element neċessarju ta' l-istess demokrazija, bħalma hija l-essenzjalita' tal- fiduċja, xi ħaġa li hija importanti li nsostnu fil-proċess politiku u fl- istituzzjonijiet tagħna.", "Fl-opinjoni tiegħi, il-mozzjoni tal-lum hija waħda minn serje ta' azzjonijiet li qed inawru din il- fiduċja għal gwadanji oħra li wieħed jista' wkoll isejħilhom pwerili.", "Sinċerament niddejjaq li kull darba rridu noqogħdu ninħlew f'attakki u kontrottakki, pero' filwaqt li kultant is-skiet huwa risposta, jiġu mumenti fejn ikun neċessarju li wieħed iwieġeb sabiex ixejjen il-kritika li tkun saret, fejn avolja din tkun waħda qarrieqa, pero' meta tkun qed issir b'mod sistematiku, pass wara pass, jum wara jum, Ħadd wara Ħadd, tibda wkoll toħloq illużjoni li xi kultant, sfortunatament, tibda wkoll tittieħed bħala verita'.", "U għal din ir-raġuni ppermettili li nesprimi r-raġunijiet għad- disapprovazzjoni tiegħi.", "L-akkuża prinċipali li tippreżenta din il- mozzjoni hija dik li diġa' spjega aktar kmieni l-Ministru Gatt innifsu, jiġifieri li l-gvern irriduċa lil dan il-Parlament f'eżerċizzju ta' rubber stamping u għaldaqstant f'istituzzjoni li m'hijiex daqstant demokratika.", "Issa rrid ngħid li jekk illum niġi hawnhekk u nsostni li ninsab kompletament kuntent bil-mod ta' kif qiegħda taħdem is-sistema fil-preżent, forsi ma nkunx qiegħed ngħid is-sew.", "Fil-fatt ma kenitx l-ewwel darba li jiena stess, flimkien ma' sħabi ta' din in-naħa, għamilt kritika kostruttiva ta' kif nistgħu ntejbu s-sistema parlamentari tagħna.", "Ikolli nistqarr li m'iniex beħsiebni nieqaf hawn u fiż-żmien li ġej se nkompli nitkellem bil-għan li nipprova ntejjeb ukoll din l-istituzzjoni.", "U min għandu din l-intenzjoni, anke jekk tkun ġejja min-naħa l-oħra, għandu mnejn isib l-appoġġ tiegħi u ta' sħabi.", "Min-naħa l-oħra ma nistax niddikjara l- istess appoġġ lil min, għal skopijiet ta' moħħu, jiddikjara mingħajr ma jissostanzja li l-gvern irriduċa dan il-Parlament f'rubber stamp.", "Kummenti simili m'humiex biss sproporzjonati imma naħseb anke xi ftit jew wisq esaġerati.", "Biżżejjed infakkar li kienet din in-naħa tal-Kamra li introduċiet il-kumitati tal-Kamra, fosthom il-kumitat ta' skrutinju għall- affarijiet Ewropej u l-kumitat għall-kontijiet pubbliċi.", "Issa naħseb li kumitati bħal dawn għandhom ir-rwol speċifiku li bl-aktar mod dirett isaħħu r-rilevanza tal-Parlament billi jiskrutinaw ukoll il- ħidma tal-gvern.", "Infakkar ukoll li kienet din in-naħa tal-Kamra li kellha tressaq għad-diskussjoni abbozz dwar l-ombudsman, minkejja li fi programmi elettorali preċedenti, anke ta' gvernijiet Laburisti, kien hemm din il- proposta li baqgħet qatt ma twettqet.", "U allura kellha tkun din in-naħa tal-Kamra li ressqet din il-proposta.", "L-ombudsman flimkien ma' l- awditur ġenerali huma żewġ istituzzjonijiet taħt il-kappa parlamentari li wkoll qegħdin jgħinu sabiex din l-istituzzjoni tkun aktar effettiva fir- rwol ta' skrutinju tagħha tal-gvern.", "Għalhekk altru milli rubber stamping!", "Sur President, m'hemmx dubju li jien ukoll wieħed minn dawk li nixtieq nara Parlament awtonomu u standing orders aħjar, li jiffaċilitaw il-ħidma ta' dan il-Parlament u allura l-proċess demokratiku.", "Iżda fejn huma l- kontroproposti ta' l-oppożizzjoni għall-proposti li ressqitilha din in-naħa tal-gvern xhur ilu?", "Dawn mhux l-istess nies li ddikjaraw li din mhijiex xi ħaġa importanti u li allura ma kellhomx jagħtuha priorita'?", "Allura kif illum nitkellmu mod u mbagħad l-għada nitkellmu mod ieħor?", "Kif tista' l- oppożizzjoni tkun daqstant laxka u tipprova tirredikola lil din l- istituzzjoni b'akkuża ta' rubber stamping?", "Tafu b'xi ħadd mid-deputati Nazzjonalisti li għandu xi bajunetta ma' sidru sabiex jivvota favur il- gvern, kontra r-rieda tiegħu?", "Forsi l-oppożizzjoni taf b'xi direttiva fejn lid-deputati Nazzjonalisti qiegħda tneħħilhom id-dritt li jitkellmu fejn jixtiequ jew fejn jiġu mistiedna li jitkellmu?", "Jew inkella l-limitazzjonijiet u s-sarimi li jaf bihom id-diktat tas-segretarju ġenerali tagħhom issa jridu jgħabbuhom fuq ħaddieħor?", "Ħalli niċċaraw xi ħaġa darba għal dejjem.", "Il-gvern tal-ġurnata, kemm f'dan il-Parlament u kemm f'negozjati ma' terzi, huwa komdu u liberu li meta jaġixxi f'ċerti parametri stabiliti, jagħti l- garanzija li se jsib il-kumplament tal-maġġoranza warajh.", "Naħseb li din hija xi ħaġa importanti li niċċarawha.", "Kull meta membru tal-kabinett jagħmel dan, ikun qed jagħmlu għaliex jaf li huwa jifforma parti minn team b'saħħtu, li jifforma parti minn partit magħqud u parti minn gvern.", "Din il- garanzija jista' jagħtiha mhux biss għaliex għandna gvern li għandu maġġoranza komda ta' ħames deputati, imma għaliex huwa konxju li l-uniku gvern li tilef il-poter qabel iż-żmien huwa l-istess gvern immexxi minn seħibna ta' quddiemna.", "Kulħadd jiftakarha dik il-kwestjoni li faqqgħet f'dan il-Parlament wara biss 22 xahar tal-Partit Laburista fil-gvern.", "Huwa tajjeb li niftakru li gvern Laburista hekk imsejjaħ ġdid, dak iż-żmien ma waqax għax kellu maġġoranza parlamentari ta' siġġu wieħed.", "Kien hemm gvernijiet miż-żewġ partiti li matul l-40 sena u fuqhom ta' indipendenza, kellhom maġġoranza ta' siġġu wieħed biss u qatt ma kellhom problemi simili.", "Kien biss il-gvern Laburista, hekk imsejjaħ ġdid u mmexxi minn Dr. Alfred Sant, li ma rnexxielux jagħmel il-perijodu sħiħ tiegħu.", "Kien biss il-gvern immexxi minn Dr. Sant li kien il-gvern ta' għomor qasir, għaliex waqa' wara biss 22 xahar!", "Il- problema li kellha u li għad għandha l-oppożizzjoni Laburista mhix id-differenza ta' siġġu, imma kienet u għadha n-nuqqas ta' viżjoni politika u l-idea politika li fl-opinjoni tiegħi tista' tgħaqqad warajha numru kbir ta' nies, personalitajiet diversi, kultant opposti, imma kollha bl-istess idea, dan il-prinċipju u dik il-boxxla - li f'dawk is- sentejn kienet intilfet - li tiggwidahom għall-interess komuni u mhux għall- interess personali.", "Fin-nuqqas ta' din il-viżjoni, il-farsa politika li kien hawn f'dan il- Parlament fl-1998 minn dawk l-istess nies li jixtiequ jerġgħu jiġu fuq din in-naħa tal-Kamra, għadha mhux biss possibbli imma hija wkoll fattibbli.", "Dak li ġara dakinhar meta waqa' l-gvern ta' Dr. Alfred Sant għadu possibbli minħabba n-nuqqas ta' viżjoni politika.", "Għalhekk il-partit Laburista ta' l- Onor. Sant m'huwiex kapaċi jagħti l-garanziji li jagħtu l-ministri ta' din in-naħa għaliex il-garanziji li kien ta fuq il-mollijiet tal-Kottonera fl- 1998 kienu swewh qares u allura ma jistax jagħtihom fil-futur għaliex l- għerq tal-problema ta' dakinhar għadu ma spiċċax.", "L-għerq tal-problema ma jismux sempliċiment Duminku Mintoff imma kien jismu nuqqas ta' viżjoni, l- għajta għall-għaqda.", "Huwa għalhekk dan l-għagħa kollu fuq l-art tal-Maltacom għaliex issa l-kap ta' l-oppożizzjoni kull ilma qiegħed jibqa' jaħsbu misħun.", "Għalhekk l- istess kap ta' l-oppożizzjoni u sħabu kontiwament jirrikorru għall- interpretazzjoni perversa tal-fatti.", "Dawn jinterpretaw il-ġlied u l- instabilita' tal-partit u tal-grupp parlamentari Laburista bħala xi best practice tad-demokrazija u fl-istess ħin jinterpretaw, dejjem b'mod erratiku, l-għaqda fi ħdan il-partit u l-grupp parlamentari Nazzjonalista bħala xi forma ta' rubber stamping.", "Fil-priedki ta' nhar ta' Ħadd u fuq is- Super One kulħadd jista' jgħid li jrid.", "M'hemmx dubju li probabbilment l- aktar fidili jistgħu japplawdu għal dak li jisimgħu, bħalma ġara fi Pjazza Gavino Gulia waqt il-furja ta' qabel l-elezzjoni ta' l-1996.", "Madankollu jiena konvint li aktar ma jkun hawn mossi bħal dawn, aktar il- poplu se jkompli jifhem x'inhi d-differenza bejn iż-żewġ partiti.", "Fil- fatt dak li għandna llum, minkejja d-difetti kollha tiegħu, huwa l-gvern Nazzjonalista - għax aħna m'aħniex nies perfetti - gvern ta' Dr. Lawrence Gonzi, gvern stabbli u gvern magħqud li baqagħlu sentejn oħra sabiex iwettaq il-programm sħiħ tiegħu.", "Naturalment dan se nagħmluh minkejja kull tfixkil li jista' jinqala' matul iż-żmien.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joe Brincat.", "ONOR.", "JOE BRINCAT: Ippermettuli nibda d-diskors tiegħi b'espressjoni li ħarġet minn fomm l-Onor.", "Clyde Puli.", "Nista' ngħid li hemm persuni min-naħa tal-gvern li qed jiġu fuqna l-membri ta' l-oppożizzjoni – mhux bil- bajunetta – u jgħidulna biex nagħmlu aktar reżistenza għal ċerti liġijiet li qed jgħaddi l-gvern tagħhom.", "Jgħidulna li huma ma jistgħux jitkellmu u allura jitolbu lilna sabiex nitkellmu aħna għalihom u b'hekk forsi ċerti liġijiet ma jgħaddux u ċerti affarijiet ma jsirux.", "Dawn in-nies jiġu fuqi u jmorru fuq sħabi u jien lil dawn ngħidilhom li min għandu xi ħaġa x'jgħid, għandu jaqbad iqum u jitkellem hawn fil-Parlament.", "Ma joqogħdux jistennew lilna li nitkellmu għalihom.", "Imma issa ħalli niġu għall-każ tal- lum, Sur President.", "In-naħa tal-gvern għandha maġġoranza ta' ħames siġġijiet, b'gerrymandering oxxen, għaliex matematikament ir-riżultat m'huwiex proporzjonali.", "Gvern Nazzjonalista qatt ma kellu maġġoranza ta' ħamsa bħalma għandu llum u din il-maġġoranza sproporzjonata ġabuha minħabba li lagħbu bid-distretti.", "Issa wara li tieħu maġġoranza ta' wieħed u ta' tnjen, l-akbar rispett tad- demokrazija huwa l-mod ta' kif tittratta mal-minoranza.", "Jekk m'intix kapaċi tittratta tajjeb mal-minoranza li jkollok fil-Parlament, ma jkollok l-ebda demokrazija.", "Dan għaliex il-maġġoranza taf tieħu ħsieb tagħha nnifisha u allura hija l-minoranza li għandha bżonn tal-protezzjoni.", "Barra minn hekk, mhux dejjem il-minoranza għandha tort.", "Din hija l-istess bħall-esperjenza ta' xena familjari.", "Jaf ikollok il-ġenituri li jkunu jaħsbu li huma jafu kollox u mbagħad daqsxejn ta' tifel żgħir fl-istess familja jgħid ħaġa waħda u jkollu raġun!", "Jien hawnhekk mhux se noqgħod nitkellem fuq id-demokrazija għaliex jekk inti tibqa' għaddej minħabba li għandek il-maġġoranza, m'intix qed tħaddem id-demokrazija imma tkun dħalt f'sistema oħra, tkun dħalt fis-sistema tal-faxxiżmu.", "Huwa stil faxxista li tgħaddi minn fuq ħaddieħor għaliex għandek il-maġġoranza tas-siġġijiet.", "Ta' l-anqas ismagħha lill-minoranza għaliex il-minoranza tista' turik kif ma tiżbaljax.", "Dan l-aħħar kont imsiefer waqt li kienet qed issir il- kommemorazzjoni ta' Kalċidon Agius, li jien kont ktibt fuqu fuq il-gazzetta \"The Times\".", "Meta konna aħna fil-gvern kien hemm min jagħmilha tal-bully u Kalċidon Agius kien iħobb juża l-espressjoni \"What is sauce for the goose is sauce for the gander\".", "Fil-fatt jekk immorru nsibu d-debates insibu li din l- espressjoni hija wżata diversi drabi minn Kalċidon Agius.", "Dan kien idur u jgħidulhom li dejquh, qażżuh u kien jagħmel minn kollox sabiex jipproteġi lill-minoranza.", "Bħalma qal l-Onor.", "Puli, wieħed jista' jgħid li jrid waqt li jkun qiegħed jitkellem f'xi distrett jew fuq it-television, imma meta niġu hawnhekk, bħala Parlament, il-membri kollha huma ndaqs u suppost li nivvutaw mhux biss according to party lines, imma skond il-kuxjenza tagħna.", "Jekk ma nagħmlux hekk, x'se jiswa dan il-Parlament?", "Sur President, issemmiet l-arroganza u dażgur li aħna nitkellmu fuq l- arroganza!", "Illum il-kelma rubber stamp trid taraha fil-kuntest ta' meta jkollok il-leġislazzjoni.", "Il-leġislazzjoni tagħti l-fakulta' lill-ministru li jagħmel regolamenti u r-regolamenti li jista' jagħmel il-ministru jridu jkunu jirriflettu dawk il-liġijiet kollha li suppost inkunu ilna niddiskutu f'dan il-Parlament.", "Ħalli nagħti eżempju.", "Saret emenda fil-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili għal Artiklu 1009(a) fejn qed ngħidu li l-ministru jista' jagħmel regolamenti sabiex jattwa dan il-kodiċi.", "Xi ħadd ħaseb li għandu l-poter li lill-qorti ċivili jista' jagħtiha l-ismijiet u s- sezzjonijiet u effettivament ġabha in konflitt ma' artiklu ieħor li għandna fil-Kostituzzjoni, li jrid ikun hemm prim awla tal-qorti ċivili.", "Jekk tmur tfittex fl-organizzazzjoni u proċedura ċivili ma ssibhiex għaliex tneħħiet, pero' imbagħad issibha bħala regolament.", "Il-verita' hi li l-ministru għandu poter li jattwa u mhux li jivvinta, Sur President.", "Għax ma nneħħux il-ħmerijiet tal-kumitati permanenti għax ngħid għalija meta dan il-Parlament kien jagħmel ix-xogħol f'seduti plenarji, id- dibattiti kienu jkunu aktar effettivi u kien ikollna parteċipazzjoni akbar fil-Parlament.", "Barra minn hekk, il-poplu kien ikun jaf aktar bl-affarijiet li qed iseħħu hawnhekk.", "L-aqwa kriterju tad-demokrazija huwa li l-poplu jkun jaf b'dak li jkun għaddej u mhux aħna nkunu qiesna qed ninstemgħu fi programm tar-radju, l-ewwel jibda kantant u mbagħad jiġi l-ieħor warajh!", "F'dan il-każ kulma jonqosna huwa li nibdew nagħmlu xi waqfa għar-reklami!", "Dan huwa l-Parlament u dik hija t-tifsira ta' rubber stamp, Onor. Puli.", "F'dan il-każ tidħol ukoll l-illegalita'.", "Żmien ilu fl-1976, taħt gvern Laburista - għaliex kienu qegħdin isiru l- fouls taħt gvern Laburista – kienet saret il-liġi tad-disposal of government land act.", "Din kienet torbot lil kull ministru tal-lands u lil kull ministru ieħor sabiex ma jaqbadx jaħseb li l-art pubblika hija xi patrimonju li ħallihulu n-nannu, imma jrid jgħaddiha jew b'mozzjoni fil- parlament, jew b'tender jew inkella skond policy li tkun tapplika.", "Jekk wieħed jara l-Artiklu 3(1)(d) ta' dak l-Att isib li dak li l-ministru deherlu li għandu s-saħħa li jagħmel għaliex għandu l-maġġoranza, huwa illegali.", "MR SPEAKER: Il-Ministru Gatt, on a point of order.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jidher li l-Onor.", "Brincat għadu mhux jaraha r-rabta.", "Ir- rabta qiegħda hemmhekk fuq il-mejda tal-Kamra u għalkemm kienet hemmhekk u ilha hemmhekk ix-xhur, l-Onor.", "Brincat ma rahiex.", "Din erġajt irrepetejtha dalgħodu u għedt li l-bejgħ isir subject to approval by the House of Representatives.", "ONOR.", "JOE BRINCAT: Sur President, fil-fatt biex tiġi trasferita art tal- gvern, Artiklu 3(1)(d) ta' l-Att dwar it-Trasferiment ta' Artijiet tal- Gvern jesiġi li l-ewwel irid ikun hemm riżoluzzjoni speċjali tal-Kamra tad- Deputati li tkun fis-seħħ filwaqt tat- trasferiment.", "Qiegħed ngħid dan għaliex ma jistax l-ewwel tkun committed b'dak il-mod u mbagħad id- deċiżjonijiet ikunu ttieħdu kollha.", "Allura x'tiġi tagħmel f'dan il- Parlament?", "U issa niġu ngħidu li għandna l-maġġoranza!", "L-Onor.", "Puli qal ċertu diskors li fih x'tifhem u li bih aktar għarraq is- sitwazzjoni għax qal li kull ministru jaf li huwa qiegħed f'team magħqud u dak li jagħmel jaf li sħabu se jissapportjawh.", "Mela kull ministru qisu għandu prokura mingħand kulħadd li dak li jagħmel huwa benfatt!", "U dan huwa ħażin għaliex allura x'jiswa li jkollok il-kumitati sabiex jagħmlu l- iskrutinju?", "X'jiswa li tagħmel ir-riżoluzzjonijiet fil-Kamra meta l- affarijiet ikunu diġa' kommessi?", "U kommessi b'mod li tgħid li jiġri x'jiġri, se nibqa' għaddej għaliex għandi s-saħħa!", "Huwa proprju hawn l- iżball għax fil-Parlament ma jistax ikollna l-attitudni li għaliex għandek il-maġġoranza tista' tagħmel li trid.", "Meta tagħmel hekk tkun qiegħed turi arroganza, Sur President.", "Bniedem li darba kien Nazzjonalist qalli li l-gvern ma jistax jibqa' għaddej minn fuq ras kulħadd.", "Ma jfissirx li għaliex għandek il-maġġoranza se tirbaħ dejjem.", "Jekk għandek raġun se tirbaħli dejjem, pero' mhux dejjem għandek raġun u mhux dejjem kull ministru, f'kull gvern, kellu jew ikollu raġun.", "Mhux kull ministru fil-gvern dejjem kellu l-appoġġ u l-qbil ta' sħabu l-ministri l-oħra għaliex xi kultant bilfors ikollok tirfes il-kallu ta' l-ieħor.", "Issa jekk ma rridux li niġu hawnhekk sempliċement għaċ- ċerimonja tal-mozzjonijiet, tat-tieni qari, ta' l-istadju ta' Kumitat u mbagħad tat-tielet qari, biex fl-aħħar issib li ma jkun sar assolutament xejn, irridu naraw x'se nagħmlu.", "Aktar m'hu qed jgħaddi ż-żmien, aktar qiegħed joħroġ biċ-ċar li meta aħna nispjegaw l-affarijiet fuq ċerti liġijiet in good faith, jibqa' ikollna l-attitudni li we know it all, li aħna bravi u li intom ma tafu xejn.", "Mela l-ewwel infattru l-oġġett u mbagħad naraw x'jiġri!", "Sur President, jekk wieħed, per eżempju, jaqbad Kap. 480, li għandu x'jaqsam ma' l-armi, isib li dan għadda mill-Parlament b'taħwida papali.", "Fil-fatt għandna liġi ta' l-armi li lanqas tgħid kif bdiet fis-seħħ, jekk bdietx jew ma bdietx, ħlief għal notament li nsibu taħt.", "F'din il-liġi lanqas jingħata l-poter lill-ministru meta din jista' iġibha fis-seħħ.", "Jekk wieħed iħares lejn ir-reati ta' l-armi u jara liema qorti hija kompetenti, isib tbażwira enormi.", "Dan għaliex daqqa jgħid li hija l-qorti tal-maġistrati u mbagħad eżatt taħtha, issib li l-qorti tal-maġistrati ma tiddeċidix kollox u għalhekk trid tkun qorti istruttorja.", "Parti kkupjawha mil-liġi l-antika u fiha daħħlu parti oħra ġdida.", "B'hekk ġabu taħwida papali, bir-rispett lejn dak kollu li huwa papali.", "Nerġa' ngħid li huwa ħażin jekk f'dan il-Parlament ma nirrispettawx lil xulxin.", "Id-dmir tagħna bħala oppożizzjoni huwa li niftħu għajnejn il-gvern u hawnhekk ma nistħix ngħid li kemm-il darba jkun hemm affarijiet li nagħti s-suġġerimenti tiegħi fuqhom ħalli l-affarijiet isiru aħjar.", "Dan nagħmluh għaliex id-dmir tagħna m'huwiex dak li ngħidu dik ħażina minn fuq s'isfel.", "Id-dmir tagħna huwa li jekk xi ħaġa fiha d-difetti, naraw li ma nħalluhiex bihom u nippruvaw nagħmluha aħjar.", "Għalfejn għandna nkomplu għaddejjin bl- iżball għaliex ħadd ma jkun irid ibaxxu rasu u jammetti li żbalja?", "Jien kont tgħallimt li anke l-bniedem ġust jiżbalja mitt darba kuljum!", "Issa jekk aħna kollha kemm aħna ġusti, suppost li niżbaljaw mas- 6,500 darba kuljum jew inkella kull darba li jiltaqa' l-Parlament!", "L-istess ħaġa nistgħu ngħiduha fuq dak li jsir mill-art tal-gvern u minn kif pajjiżna qiegħed ibigħ lil ħaddieħor il-proprjeta' u l-affarijiet li kienu jirrendu u mbagħad wara nindunaw b'dak li nkunu għamilna.", "M'hemmx għalfejn immorru l' bogħod ħafna għaliex biżżejjed naraw L-HSBC.", "Kemm kienu qalu li ġabu prezz tajjeb tiegħu u mbagħad, fi żmien tliet snin, mill- profitti li għamel dan il-bank, irnexxielu jħallas dik is-somma li kien ħareġ.", "Jiġifieri dawn ħadu flushom lura fi żmien tliet snin u miflok żdied l-employment bdew inaqqsu n-nies minn magħhom.", "Biss biss jekk tħares lejn il-proprjeta' kollha li ħadu tinduna li s-somma kellha tkun wisq aktar minn hekk.", "Għandna wkoll il-prime sites ta' pajjiżna, bħalma hija Forti Chambray.", "Din ukoll ġiet committed lil persuna waħda u f'hiex spiċċajna?", "Ir-risposta jafuha l-Maltin u l-Għawdxin.", "F'Forti Chambray għamilna dawk il-flats minflok il-proġett li suppost kellu jsir.", "U ġejna f'din il-Kamra u għaddejna dan il-proġett b'ċerti kriterji li bl-ebda mod mhu se noqgħod niddiskutihom.", "Sur President, meta saret il-liġi tad-disposal of land act kienet saret proprju sabiex ikun hemm il-kontroll tal-Parlament.", "Saħansitra kien ingħata d-dritt lill-membru parlamentari individwali li jista' jikkontesta, b'kawża ċivili, l-operat tal-ministru jew ta' l-awtorita' li tkun, quddiem il-qrati jekk kemm-il darba tkun inkisret din il-liġi.", "Li qiegħed nipprova ngħid jien huwa li jekk jirriżultali dawn il-fatti preċiżi u jkunu dokumentati sa l-aħħar u jekk dawn l-affarijiet ma jsirux skond il-liġi, jiena bħala rappreżentant tal-poplu se niġi nħabbat il-bieb ta' l-uffiċċju tiegħek ħalli toħroġ id-dritt tar-reġistru u b'hekk din il-kawża tkun tista' issir.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Anġlu Farrugia.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Sur President, ma kenitx sorpriża għalija meta ġiet intavolata din il-mozzjoni, anke għax m'hijiex l-ewwel waħda fejn aħna tlabna għar-rizenja tal-Ministru Austin Gatt - jidhirli li din hija t-tieni jew it-tielet mozzjoni - għax bl-atteġġament tiegħu qisu m'hemmx post għall-partit Laburista.", "Biżżejjed teżamina l-interventi li jagħmel fil- konfront tal-partit Laburista, tal-kap ta' l-oppożizzjoni u ta' uħud minna biex tinduna li għalih il-partit Laburista xi ħaġa żejda.", "Pero` in-normi ta' kif titħaddem id-demokrazija żgur li m'għandhomx jiddependu fuq dak li jħoss il-Ministru Gatt, imma għandhom ikunu normi bbażati fuq sisien sodi ta' prinċipji demokratiċi u aħna għandna ngħożżu u nirriaffermaw dawn il- prinċipji.", "Żgur li wieħed m'għandux jgħid li għax għandu l-maġġoranza għandu dritt li jkun arroganti u li l-oppożizzjoni qisha ma teżistix, anke jekk m'għandux grazzja mal-partit Laburista.", "Sur President, hija ħasra li qed nużaw dan il-ħin tal-Parlament b'dan il- mod minħabba mġiba skorretta meta suppost qegħdin niddiskutu affarijiet ferm aktar importanti.", "Din l-imġiba skorretta sal-lum għadha ma ġietx ikkoreġuta min-naħa tal-gvern u f'din il-mozzjoni aħna qed nuru l-għadab tagħna għal dan, u qed nitolbu li din l-imġiba tiġi kkoreġuta.", "Tajjeb ngħidu li l-Onor.", "Austin Gatt mhux ġdid għal mġiba bħal din u jekk wieħed jara d-diskorsi tiegħu fil-konfront ta' ħafna kwistjonijiet jinduna b'dan.", "Inzerta li jien u hu dħalna fil-Parlament fl-istess żmien, f'Ottubru 1996.", "Pero` jiena kont nafu qabel għax kien ukoll segretarju ġenerali tal-partit Nazzjonalista anke meta pajjiżna kien immexxi mill-partit Laburista u dak iż-żmien ried jiddistabilizza l-ordni pubbliku billi anke kien organizzatur tal-famużi ġkieket blu.", "L-arroganza ta' l-Onor.", "Gatt baqgħet tielgħa, skaletta waħda wara l-oħra u bl-iskuża ta' restructuring 'l hawn u re- organisation 'l hemm, qed ikollna ħaddiema li qed jispiċċaw mill-impjieg tagħhom, ħaddiema li mhux qed ikollhom garanzija tax-xogħol għal aktar minn tliet snin u ħaddiema li jkollhom joqogħdu għal kondizzjonijiet mhux xierqa.", "Dan kollu għaliex il-Ministru Gatt għoġbu jittratta lill-partit Laburista, lill-unions u lil dawk li għandhom għalihom l-interess tal- ħaddiema, b'dan il-mod.", "Jiena naf li din il-mozzjoni m'hijiex se tgħaddi - qalilna hu! - għax il- partit Nazzjonalista f'dan il-Parlament għandu maġġoranza ta' ħamsa u nafu li din il-mozzjoni se tiġi defeated aktar tard illejla.", "Imma huwa l- prinċipju li jgħodd.", "Il-poplu Malti għandu jkun jaf li dan il-Parlament għandu jkun kompost minn parlamentari eletti mill-poplu li jimxu mas- sistema demokratika u jġibu ruħhom b'mod denn.", "Il-membri parlamentari għandhom jimxu skond proċeduri li jagħtu l-istess dritt lill-parlamentari, sew jekk huma membri ta' l-oppożizzjoni u sew jekk huma membri tal-gvern, meta jiġu diskussi kwistjonijiet f'dan il-Parlament.", "Fil-fatt qed nara hawnhekk lill-Onor.", "Jason Azzopardi u oħrajn li b'kuraġġ, għax huwa Parlament ħieles, esprimew dak li ħassu anke jekk ma qablux ma dak li qal il-gvern.", "L-istess ħaġa tapplika aktar u aktar meta għandek diskussjoni dwar trasferiment ta' proprjeta` li għandu interess fiha l-poplu Malti u għandha interess il-Maltacom.", "Bl-aktar mod arroganti u b'nuqqas ta' rispett lejn il-prassi legali, il- Ministru Gatt għoġbu jgħid fis-seduta tal-31 ta' Mejju li għaliex il-gvern għandu maġġoranza ta' ħamsa, hu jista' ma jagħtix kas ta' dan kollu u jekk irid jista' jibqa' għaddej.", "Immaġina li kieku atteġġament bħal dan kellna nħalluh għaddej unnoticed and unaddressed!", "Jien kont nistenna li qabel ma wieħed jaħseb fuq din il-mozzjoni, il-Prim Ministru Gonzi u sħabu jgħidu li l-Ministru Gatt għamel ħażin li tkellem hekk, imma dan ma ġarax.", "Allura l- oppożizzjoni x'tagħmel?", "Taġixxi qisu m'hu qed jiġri xejn?", "Din hija l- ġurnata meta aħna d-deputati eletti għandna nħarsu d-dritt fundamentali tad- demokrazija u ngħidu wkoll li l-esekuttiv huwa suġġett għall-Parlament u li l-Parlament huwa suprem fuq l-esekuttiv.", "Il-kabinett m'huwiex 'il fuq mill-Parlament għax il-Parlament huwa l-ogħla instituzzjoni tal-pajjiż u tad-demokrazija, kif sanċit fl-istess Kostituzzjoni tagħna.", "Allura kif jista' jiġi l-Ministru Austin Gatt u jgħid li għax għandu ħamsa maġġoranza fil-Parlament, allura hu suprem?", "Is- supremazija hija tal-Parlament.", "Dażgur li nikkundannaw dawn l-affarijiet!", "Nikkundannaw u kif id-dikjarazzjonijiet u l-aġir arroganti tal-Ministru Austin Gatt!", "Il-partit Laburista jemmen - u sofra għax jemmen f'dan - li l- elementi kollha tad- demokrazija jitolbu r-rispett lejn kull prassi, kull liġi, kull regolament u kull proċedura li hija stabilita, kemm fir- regolamenti għall-membri parlamentari tagħna u kemm f'dak kollu li jiddeċiedi l-Parlament as a whole.", "Sur President, kif taf inti aħna ddeċidejna ħafna affarijiet fejn ma konniex naqblu u ddeċidejna li naqblu fl-interess nazzjonali.", "Aħna l- parlamentari għandna d-dritt li naraw u nistaqsu lil kull ministru, speċjalment fil-question time, biex naraw li l-interess tal-poplu Malti verament qed jiġi mħares.", "Imma kif jista' jiġi mħares jekk ikollok wieħed bħall-Ministru Austin Gatt li jitkellem b'din l-arroganza u bit-theddid fil- konfront ta' l-oppożizzjoni, tal-leader tagħna u fil-konfront tal-partit Laburista in ġenerali, qisu m'għandux metodu ieħor biex jindirizza lil din il-parti importanti tal-ħajja demokratika tal-pajjiż.", "Il-poter telagħlu għal rasu lill-Ministru Austin Gatt u meta jiġri dan, ikollna problema.", "Minkejja li jiena naf li hemm membri tal-gvern li ma jaqblux ma' dak li qed jagħmel il-Ministru Austin Gatt, nifhem li dawn għandhom istruzzjonijiet ċari biex jivvutaw mal-gvern sabiex il-Ministru Gatt ma jkollux jirreżenja.", "Pero` il-verdett veru għandu jingħata mill-poplu Malti, Sur President.", "Nisperaw li n-nies, wara li jisimgħu dan id-dibattitu u jqisu dak kollu li qed jagħmel il-Ministru Austin Gatt, jivvutaw b'mod li mhux biss dan jispiċċa fl-oppożizzjoni bħalma se jispiċċaw il-membri kollha tal-gvern, imma li dan jispiċċa d-dar.", "Jekk il-Ministru Gatt mhux qed jifhem li għandu jkollu rispett lejn l-oppożizzjoni f'dak li huwa dibattitu u prassi demokratika f'dan il-Parlament, allura lanqas ħaqqu li jkun membru parlamentari.", "J'Alla l-Ministru Gatt ikompli sejjer b'dan l-atteġġament wara li l-mozzjoni ma tgħaddix illejla sabiex dan jagħti ċertifikat aktar b'saħħtu lill-partit Laburista li tant ilu jaħdem biex dan il-pajjiż ikun aktar kredibbli u biex ikollna aktar demokrazija sħiħa f'dan il-Parlament u f'kull settur ieħor li jitolb li r-regoli tad-demokrazija jiġu salvagwardjati.", "B'hekk il-poplu ikollu aktar raġunijiet għalfejn għandu jivvota lill-partit Laburista.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Jason Azzopardi.", "ONOR.", "JASON AZZOPARDI: Sur President, jiena tal-fehma li kieku din il- mozzjoni kellha tkun is-suġġett ta' kawża quddiem il-qorti, l-oppożizzjoni kienet titlifha bl-ispejjeż - jekk mhux ukoll bi spejjeż doppji - għax indubbjament kienet titqies bħala kawża mmirata biex taħli l-ħin jew biex sempliċement iddejjaq lil dak li jkun.", "Din hija mozzjoni li minnha nnifisha hija falza għax m'għandhiex pedamenti morali, politiċi u legali korretti.", "Din il-mozzjoni hi mibnija fuq premessa falza u hija bbażata fuq premessa li persuna minn din in-naħa - inzerta ministru, imma seta' kien min kien - qalet kliem li effettivament ma qaletx, xi ħaġa li allura turi oppożizzjoni opportunista li ma tiddejjaq xejn tgħawweġ u tiżgwida l- opinjoni pubblika biex iġġib il-boċċa fejn il-likk.", "Dik ukoll hija forma ta' arroganza u wieħed irid jissenjalaha għax meta wieħed jippreżenta mozzjoni u jpoġġi f'ħalq xi ħadd kliem li fil-fatt ma jkunx qal, dak ikun inġust u skorrett.", "Jekk irridu li l-poplu jkompli jkollu opinjoni tajba tal- politiċi tiegħu ma jistax ikun li jsiru dawn l-affarijiet għax bihom naqgħu fil-baxx u l-poplu tagħna ma jixraqlux li jkollu politiċi ta' livell baxx.", "Din il-mozzjoni tfakkarni f'dak il-proverbju ta' żmien ir-Rumani li jgħid li muntanja tqila twelled ġurdien ta' l-imramma u f'dan il-każ ġurdien żgħir ħafna!", "Shakespeare kien qal much ado about nothing u hekk din il- mozzjoni.", "Din hija mozzjoni bbażata fuq kliem li fil-fatt ma ntqalx u din hija xi ħaġa ovvja, pero` nixtieq immur lil hinn minn dan il-punt.", "Jiena nixtieq inkun naf jekk hux qed nifhem sew ir-raġuni għala l-oppożizzjoni qed tagħmel din il-mozzjoni.", "Forsi biex tipprova tiżvija l-opinjoni pubblika dwar il-fatt li l-oppożizzjoni għadha ma ħaditx pożizzjoni fuq ċerti materji ta' interess pubbliku, ewlenija fosthom ir-riforma fil- pensjonijiet?", "Li jkollok partit fl-oppożizzjoni, it-tieni l-akbar partit fil-pajjiż, li jaspira li jkun fil-gvern għada pitgħada u li mbagħad fuq materja daqstant importanti bħalma hija r-riforma fil-pensjonijiet ma jieħux pożizzjoni, minkejja dak li ġie mwiegħed mit-tmexxija tal-partit Laburista, hija xi ħaġa nkwetanti and it smacks of irresponsibility.", "Din hija xi ħaġa li wkoll irridu ngħidu waqt li qed niddiskutu mozzjoni bħal din għax hija xi ħaġa li l-poplu jrid jirrifletti fuqha.", "L-oppożizzjoni hija verament lesta biex tassumi r-riedni tal-poter, Sur President?", "Dan qed ngħidu għax faċli tikkritika, faċli titfa' l-kliem f'ħalq dak li jkun, faċli tiżgwida, faċli tqarraq, imma meta tiġi għas-si u n-no u l- poplu jgħidlek you must bite the bullet, x'pożizzjoni se tieħu fuq ir- riforma tal-pensjonijiet?", "Jekk inti għada pitgħada tkun fil-gvern, jien kif se nintlaqat?", "X'inhi l-opinjoni tiegħek?", "X'inhi l-proposta tiegħek?", "X'inhuma l-effetti tal-miżuri Ii inti se tieħu fil-konfront tiegħi għada pitgħada?", "Din hija xi ħaġa importanti u ta' min jirrifletti fuqha għax huwa preokkupanti li l-oppożizzjoni mhix turi li lesta biex tiggverna, li hija responsabbli u li hija konxja mid-dmirijiet kostituzzjonali u politiċi tagħha.", "L-istess, m'hemmx pożizzjoni min-naħa tal-partit Laburista dwar jekk Għawdex għandux jibqa' jew le distrett elettorali wieħed.", "Din hija xi ħaġa li se tkun diskussa dalwaqt f'dan il-Parlament u l-partit Nazzjonalista issa ilu diversi ġimgħat li mpenja ruħu favur li Għawdex ikun distrett elettorali wieħed.", "Saru diskussjonijiet u laqgħat bejn iż-żewġ partiti sabiex Għawdex ikun meqjus bħala reġjun wieħed, imma dawk id-diskussjonijiet nafu li ma wasslu għall-ebda riżultat.", "Allura l-prim ministru, bħala persuna li jassumi r- responsabbiltajiet tiegħu, ressaq fil-Parlament emenda kostituzzjonali sabiex Għawdex jibqa' jitqies bħala distrett wieħed.", "Aħna nafu x'jemmen il- partit Nazzjonalista.", "Nemmnu li Għawdex għandu l-bżonnijiet partikolari tiegħu u għalhekk, anke fin-negozjati għal sħubija ma' l-Unjoni Ewropea ddiskutejna, iddibattejna u nnegozjajna biex Għawdex ikun dikjarat reġjun għalih, xi ħaġa li n-naħa l-oħra ma kenitx temmen fiha imma xorta wasalna biex nilħquha.", "Filwaqt li l-partit Nazzjonalista huwa partit b'politika, f'dan il-każ, favur Għawdex u l-Għawdxin, aħna qegħdin insibu kurrenti kontra tagħna min-naħa tal-partit Laburista fl-inizjattiva tagħna favur Għawdex u dan qegħdin narawh f'affarijiet oħra.", "L-istorja tirrepeti ruħha - u hawn infakkar dak il-proverbju li l-passat huwa mera tal-futur - fuq il- euro.", "Il-kwestjoni ta' l-euro hija xi ħaġa oħra fejn, għal darb'oħra, qegħdin naraw lill-partit Laburista fuq quddiem nett idoqq id-diska tal-biża' mill- bidla, id-diska ta' min jibża' li jieħu deċiżjoni għax m'għandux fiduċja u għalhekk dejjem iħalli għal għada.", "Din hija d-diska li l-mexxej Laburista reġa' qed jittanta jdoqq, l-istess diska li smajnieha tindaqq fuq is- sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea.", "Kemm smajna li pajjiżna mhux preparat, kemm smajna li kien għadu kmieni wisq biex jissieħeb, kemm smajna li pajjiżna se jispiċċa joħroġ ferm aktar milli jdaħħal.", "Niftakruh lil Dr. Sant jgħid: Allaħares qatt nidħlu!", "Evidentement l-istorja tirrepeti ruħha.", "Hija xi ħaġa li lili tippreokkupani u naħseb anke lill-poplu.", "Mhux id- deputati tal-partit Laburista biss jiltaqgħu mal-kostitwenti u jien indur il-kostitwenti tiegħi kull ġimgħa u niltaqa' ma' nies, kemm ta' opinjoni Nazzjonalista u kemm ta' opinjoni Laburista, imma speċjalment floaters, għax dawk li jrebbħuk l-elezzjoni fl-aħħar mill-aħħar.", "U l-floaters qegħdin jiżdiedu f'dan il-pajjiż, Sur President.", "Meta titkellem mal-floaters, dawk li għandhom rashom fuq għonqhom, dawk li jirraġunaw bil- moħħ u mhux bil-qalb, jgħidulek li l-partit Laburista għadu mhux qed inissel fiduċja u mhux qed jagħti garanzija li huwa kapaċi jassumi r- responsabbiltajiet tiegħu u jmexxi.", "Smajna ftit tal-ġimgħat ilu, per eżempju, lill-partit Laburista jgħid gidba oħra meta vvinta li l-bank ċentrali se jkollu jħallas Lm10 miljun multa fis-sena malli nidħlu fil- euro.", "X'għamel il-bank ċentrali f'Malta dwar dan?", "Ċaħad dak li vvinta l- partit Laburista.", "X'għamel l-ECB fi Frankfurt dwar dan?", "Ċaħad ukoll dak li vvinta l-partit Laburista, imma dan xorta ma qalx lill-poplu li kien żbaljat.", "Il-partit Laburista - jew min qal dak il-kliem - ma ħariġx apoloġija u qal mea culpa, jiddispjaċini, kien lapsus jew xi ħaġa bħal din.", "Iva, din ukoll hija forma ta' arroganza għax meta inti tgħid xi ħaġa u l- fatti juruk li ma kellekx raġun – bħal fil-każ tal-bank ċentrali - u inti xorta ma titlobx skuża lill-poplu, allura din ukoll hija forma ta' arroganza.", "Ejja mmorru ftit lura għal qabel ir-referendum u niftakru x'kien ġara dakinhar li ħareġ ir-riżultat tar-referendum.", "Dakinhar l-\"Iva\" rebaħ b'maġġoranza kbira u l-oppożizzjoni flok ma aċċettat ir-riżultat, ħeġġet lill-partitarji Laburisti biex joħorġu jifirħu u jiċċelebraw.", "B'hekk spiċċajna b'xi ħaġa unika fid-dinja demokratika fejn min tilef u min rebaħ ħareġ jiċċelebra, bir-riskju li setgħu jseħħu xi inċidenti minħabba ċ- ċelebrazzjonijiet konfliġġenti li kienu qed iseħħu dakinhar.", "Dik ukoll hija forma ta' arroganza, dik hija wkoll forma ta' diżonesta` intelletwali, għax id-diżonesta` għandha diversi forom.", "Id-diżonesta` m'hijiex kwestjoni ta' flus biss.", "Id-diżonesta` intelletwali hija just as bad u allura hija arroganza li jkollok partit Laburista li joħroġ jgħid li rebaħ meta kulħadd jaf li ma rebaħx u ta' dan qatt ma talab skuża lill-poplu.", "Sur President, effettivament jien ngħid li din il-mozzjoni saret biex tħawwad l-imħuħ u l-opinjoni pubblika, pero` in-nies qegħdin jaraw ir- riżultati pożittivi li l-ekonomija qiegħda tagħti.", "L-ekonomija qiegħda tesperjenza xi ħaġa pożittiva ferm għax għandna investiment barrani rekord li ġie tradott fil-ħolqien ta' kważi 4,000 impjieg ġdid u anke qegħdin naraw ġid minn proġetti li ġejjin, bħal, per eżempju ta' l-HSBC.", "Kemm kienu kontra l-HSBC tal-partit Laburista!", "Kemm marru wara l-bieb tal-bank qabel ma kien hemm it-transfer ta' l-HSBC u qalu li huma kontra l-bejgħ tal-Mid Med Bank lill-HSBC!", "Dan kollu jfakkarni f'Luteru għax hekk kien jagħmel u mal-bibien tal-knejjes kien iħobb joqgħod iwaħħal it- tabelli!", "Pero` nafu x'ġara fl-HSBC, x'vot ta' fiduċja min-naħa ta l-HSBC fil-ħolqien ta' call centre li ftit tal-ġimgħat oħra se jkun qed joħloq numru ta' impjiegi ġodda.", "Sur President, dan kollu juri li għal darb'oħra, in-naħa ta' l-oppożizzjoni qiegħda tiżbalja u qiegħda tkun skorretta.", "Għamel tajjeb il-Ministru Gatt li rrifera għal dak id-dokument ta' l-ex Ministru Portelli tal-gvern Laburista fl-1998.", "Issa għandna dokument esebit fuq il-mejda ta' din il- Kamra - u nistenna u nispera li n-naħa l-oħra jikkummentaw fuq dan id- dokument – li juri manuvra biex dan il-Parlament jiġi evitat.", "Hawnhekk jingħad:", "\"Apart from doing away with the need for a parliamentary resolution, this alternative would also obviate the requirement to negotiate a deal with the Holy See\".", "Allura hawnhekk għandna miktub, iswed fuq l-abjad, x'qed jgħid ministru Laburista f'memo lill-kabinett dwar x'għandhom jagħmlu biex jittrasferixxu art fil-Qawra lill-Maltacom mingħajr ma jmorru fil-Parlament.", "What's good for the goose is good for the gander, għadu kemm qalilna l-Onor.", "Joe Brincat.", "Mela allura jekk kien ħażin dak iż-żmien ħażin illum ukoll, għalkemm m'huwiex veru, nerġa' ngħid, dak li qed tallega l-oppożizzjoni!", "Pero`, if the worse comes to the worst, aħna nistennew kundanna u anke mozzjoni ta' awto-ċensura min-naħa ta' l-oppożizzjoni fuq dak li hemm f'dan id-dokument.", "Nistennew u naraw, Sur President.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Anton Refalo.", "ONOR.", "ANTON REFALO: Sur President, fil-ftit minuti li ilni hawn smajt lill- Onor. Jason Azzopardi jitkellem u, bir-rispett kollu lejh, ma naqbel xejn ma' dak li qiegħed jgħid li what's good for the goose is good for the gander għar-raġuni li two wrongs never make a right!", "Naħseb dan kollu jdur mal-fatt dwar x'importanza wieħed għandu jagħti lill-Parlament.", "Jien ilni f'dan il-Parlament mill-1987 u sena wara l-oħra qegħdin naraw li l- Parlament mhux biss qed jitlef l-importanza tiegħu bħala istituzzjoni, imma qed jitlef ukoll id-dinjita` tiegħu.", "Qabel konna ngħidu li fil-Parlament ma jikbrux fjuri, pero` llum qegħdin naraw li l-eżempju li qegħdin nagħtu bħala membri parlamentari lill-poplu in ġenerali", "mhux mill-aħjar.", "Idealment, il-Parlament għandu jkun showcase u jagħti l- aħjar impressjoni bħala l-ogħla instituzzjoni tal-pajjiż.", "Jiena mhux qiegħed ngħid fuq l-Onor.", "Austin Gatt għax nirrispettah bħala politiku u bħala ħabib, pero` l-kwestjoni kollha hi dwar x'jaħseb fuq dan il-Parlament Ġanni ċ-ċittadin għax, aktar ma jgħaddi ż-żmien, aktar in-nies qed jaħsbu li aħna niġu hawn għalxejn u qegħdin hawn għal butna biss.", "Iva, hawn l-impressjoni li l-Parlament qiegħed hemm għalxejn ħlief biex aħna l- membri parlamentari nirċievu l-onorarju, għax mill-bqija ma nagħmlu xejn u dan ċertament mhux pożittiv.", "Din hi l-impressjoni li rridu nneħħu u naħseb li hemm bżonn ukoll li meta jissejjaħ quorum, ikun hawn numru ta' membri biżżejjed fil-Kamra biex l-iSpeaker ma jkollux jaġġorna għal seduta oħra għax, kif għidt, dawn l-affarijiet qegħdin jagħtu impressjoni ħażina li l- Parlament verament qiegħed hemm għalxejn.", "Issa jien qrajt dak li qal il- Ministru Austin Gatt fis-seduta tal-31 ta' Mejju, 2006 Sur President.", "Aħna nitgħallmu li hawn Malta, b'differenza għall-Parlament Ingliż, il- Parlament tagħna huwa suprem fil-parametri tal-Kostituzzjoni, pero` bil-mod li qegħdin jevolvu l-affarijiet, il-messaġġ li qed joħroġ hu li l-Parlament m'huwiex suprem ħlief għal darba kull ħames snin meta l-poplu jmur jagħti l- verdett tiegħu.", "Jiġifieri aħna qegħdin inbiddlu s-supremazija tal- Parlament li, fil-każ tagħna, hija entrenched fil-Kostituzzjoni, mas- supremazija ta' l-elettorat darba waħda f'ħames snin.", "Naħseb hemm bżonn li l-messaġġ jinbidel u nuru lill-poplu li aħna m'aħniex Parlament tal- privileġġi u li m'aħniex qegħdin hawn biex naħlu ż-żmien, imma aħna fil- fatt wieħed mit-tliet organi ta' l-Istat - anzi nazzarda ngħid l-aqwa wieħed mit-tliet organi ta' l-Istat – u li qegħdin hawn biex nassiguraw il- ġid tal-poplu bil-leġislazzjoni li ngħaddu li mbagħad tiġi interpretata mill-ġudikatura.", "Il-liġi in kwestjoni flejtha u meta tkellem il-Ministru Austin Gatt, fis-seduta tal-21 ta' Mejju, qal li hemm agreement li ssir permuta li tinvolvi t-trasferiment ta' art tal-gvern.", "Fl-istess ħin huwa ammetta li teknikament din trid tgħaddi mill-Parlament, imma żied jgħid li ma jkunx qed jgħix f'dinja jekk xi ħadd jaħseb li l-gvern ma jistax jorbot lilu nnifsu u jagħti garanzija lil xi ħadd billi għandu maġġoranza ta' ħames siġġijiet fil-Parlament.", "Jien naħseb li dawn l-affarijiet fil- Parlament m'għandhomx jingħadu għax jekk aħna qegħdin hawn biex sempliċement nagħmlu dak li jgħidilna l-whip tagħna u niġu naqgħu u nqumu minn dak li hu ta' benefiċċju għal Malta u Għawdex, inkunu qed niżbaljaw bil-kbir.", "Għada per eżempju se ssir f'dan il-Parlament id-diskussjoni dwar il- kwestjoni ta' Għajnsielem u jien l-ewwel wieħed nistqarr li għada se ngħid dak li nħoss li huwa verament ta' ġid għal Għawdex u ta' Għajnsielem, jgħidli x'jgħidli l-partit tiegħi, għax l-ewwel jiġi l-poplu Għawdxi u mbagħad il-partit li jkun tellagħni f'dan il-Parlament.", "Hu importanti li noqogħdu attenti x'ngħidu f'dan il-Parlament għax l-elettorat qiegħed il- ħin kollu għassa fuqna u lest biex jikkritikana.", "Irridu noqogħdu attenti għal dak li nagħmlu – anke jekk forsi nkunu għamilna dan b'sens tajjeb jew forsi nkunu għamilna lapsus – se nsibu nies li jinterpretaw kif iridu huma u b'mod li jagħmel deni mhux biss lil dak li jkun qalu, imma anke lis- sistema parlamentari tagħna li sal-lum dejjem ħadmet u jiena kburi b'dan.", "Jekk nagħtu daqqa t'għajn lejn il-liġi in kwestjoni li kien qiegħed jirriferi għaliha l-Ministru Austin Gatt, din tgħidlek li l-ebda proprjeta` immobbli ma tista' tiġi ttrasferita kemm-il darba dan it-trasferiment ma jsirx skond id-dispożizzjonijiet ta' Artiklu 3 ta' l-Att dwar it- Trasferiment ta' l-Artijiet tal-Gvern.", "Issa f'sub-section (2) ta' sub- artiklu (1) ta' l-Artiklu 3 jingħad li biex art tal-gvern tiġi mogħtija lil xi ħadd, irid ikun hemm bilfors riżoluzzjoni speċjali tal-Kamra tal- Parlament, liema riżoluzzjoni trid tkun fis-seħħ waqt li jsir it- trasferiment.", "Issa jekk aħna bil-Parlament nifhmu l-gvern u li għax għandu maġġoranza ta' ħames siġġijiet allura jagħmel li jrid u jirrombla fuq kulħadd, allura jien wieħed minn dawk li nemmen li din m'hijiex demokrazija għax id-demokrazija ilha minn żmien il-Griegi tinvolvi diskussjoni u l- parteċipazzjoni tal-poplu biex finalment ir-rieda tal-maġġoranza tirbaħ.", "Barra minn hekk, l-istess artiklu jgħid ukoll li qabel jingħata avviż ta' mozzjoni li tkun proposta ta' riżoluzzjoni bħal dik imsemmija fl-artiklu li semmejt, dak il-ministru għandu jara li dik il-mozzjoni għandha tintbagħat quddiem il-kumitat tal-kontijiet dwar l-uffiċċju nazzjonali tal-verifika u l-ebda avviż ta' mozzjoni ma jista' jingħata qabel ma dak il-kumitat ikun għamel diskussjoni dwar il-mozzjoni u rrapporta dwarha lill-Kamra.", "Dan hu x'tgħid il-liġi u għalhekk jien ma naqbilx ma' l-Onor.", "Jason Azzopardi li qal li għax dakinhar ġara hekk, illum qed jiġri hekk u allura dak li kien tajjeb jew forsi ħażin dakinhar hu tajjeb jew ħażin illum, imma għandna naċċettawh.", "Dawn l-affarijiet assolutament m'humiex aċċettabbli, u ma nistgħux niksru l-liġi li tgħidlek espressament li qabel tingħata din il- mozzjoni trid tmur quddiem il-kumitat tal-kontijiet u nibqgħu għaddejjin qisu ma ġara xejn.", "Dawn l-affarijiet ma jsirux.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Il-Ministru Austin Gatt, on a point of order.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nerġa' nagħmel l-istess kumment li għamilt fil-konfront ta' żewġ deputati oħra.", "M'hemm ebda ksur ta' liġi, anke minn dak li qiegħed jgħid l-Onor.", "Anton Refalo.", "L-Onor.", "Membru jaf li fuq il-mejda tal-Kamra hemm dokument li jorbot lill-gvern biex qabel ma jagħmel it-trasferiment - għax m'hemmx trasferiment - irid jiġi b'riżoluzzjoni fil-Parlament u allura m'hemmx ksur ta' liġi.", "ONOR.", "ANTON REFALO: Il-liġi tgħidlek ukoll li kull trasferiment ta' art li għaliha japplika Artiklu 3 u li jsir xort'oħra milli skond id- dispożizzjonijiet ta' dan l-artiklu, ikun null u bla effett.", "Tgħidlek ukoll li n-nullita` tat-trasferiment ta' art li għaliha japplika l-imsemmi artiklu tista' tintalab ukoll minn membru Parlamentari.", "Tgħid ukoll li kull persuna li tkun parti fi jew tidher fuq att, kitba jew kuntratt bi ksur ta' xi waħda mid-dispożizzjonijiet ta' l-imsemmi Artiklu 3 u kull persuna li ġġiegħel lil xi persuna oħra tagħmel dan, tkun ħatja ta' reat punibbli b'multa jew priġunerija.", "Jiġifieri m'hemmx dubbju li jekk aħna verament irridu nimxu ma' dan l-Att, l-affarijiet li forsi qal bi żvista l- Ministru Gatt - u jien ċert li qalhom bi żvista u mhux b'intenzjoni - imorru kontra d-dispożizzjonijiet ta' din il-liġi.", "Qed ngħid dan kollu għax veru importanti li you deliver - u hemm ħafna ministri who are not delivering - pero` min-naħa l-oħra trid toqgħod attent li when you deliver, ma tirrumblax fuq ħaddieħor.", "Hawn niftaħ parentesi li lili, bis-serjeta` kollha, tweġġagħli qalbi għax tolqot direttament lill- Għawdxin u l-interessi tal-poplu Għawdxi.", "Jien ma nifhimx – u din għidtha kemm-il darba – għaliex ġie introdott dan il-famuż arloġġ tal-kartun li minħabba fih il-Maltin biex jiġu Għawdex, iridu joqgħodu jiġru 'l hemm u 'l hawn biex isibuh – anke jekk tista' tixtrih minn fuq il-vapur - għax inkella jaqilgħu ticket, flok iħallu lill-Malti jiġi ġo Għawdex u jonfoq il- lira tiegħu!", "Din ta' l-arloġġi għaliex ma saritx Malta wkoll?", "Dawn affarijiet li għadna nbatu l-konsegwenzi tagħhom sal-lum għax tara Maltin li ma jridux jiġu f'Għawdex għax hemm din is-sistema ta' l-arloġġi u jekk ma jkollux wieħed isib il-warden lest għalih u jipparkja fejn jipparkja, jagħtih ticket!", "Jekk il-ministru ried jagħmel dawn l-affarijiet missu għamilhom fid-distrett tiegħu, mhux ġie u tefagħhom ġo Għawdex!", "Hawnhekk insemmi każ ieħor, u nuri għaliex filwaqt li hu importanti li you deliver, ma tridx tirrombla fuq ħaddieħor, Sur President.", "Mela tbiddlet l-iskeda u l-ħinijiet tal-Gozo Channel, it-timetable ġiet ridotta u ma ġie kkonsultat ħadd, lanqas l-istess ministru għal Għawdex li pubblikament tgħid li lilha ma kkonsultawhiex.", "Apparti hekk, meta għollew in-nollijiet tal-Gozo Channel kien hemm xi ħadd mit-tourism association jew mill-business chamber f'Għawdex li ġie kkonsultat?", "Ma kien ikkonsultat ħadd!", "Jien niftakar li konna għamilna laqgħa f'Ta' Ċenċ, imma l-Ministru rrabja u telaq 'il barra.", "Kif jistgħu jimxu b'dan il-mod dwar l-interessi Għawdxin meta jgħollu l-preżżijiet perjodikament u ma jiddiskutu ma' ħadd?", "Jekk jiena għandi d-deċiżjoni lesta, niddiskuti biex inkun iddiskutejt u mhux naqbad infajjar dawn l-affarijiet meta kulħadd jemmen li Għawdex għandu jkun iktar aċċessibbli u mhux nippermettu li tort ta' din id- deċiżjoni żbaljata, l-Għawdxin ibatu biex il-gvern jaqla' iżjed!", "Sfortunatament, it-turiżmu ġo Għawdex illum huwa spiċċut u meqrud u dan jurih biċ-ċar il-fatt li fis-sajf 50% tas-sodod biss huma okkupati u fix- xitwa lanqas 5% u minkejja dan il-gvern jerġa' jgħolli l-prezzijiet.", "Biex Malti jiġi Għawdex irid aktar minn sitt liri u meta fi żmienna konna ngħollu ftit il-prezzijiet, kienu għamlu pandemonju sħiħ.", "Jekk trid tgħolli, almenu kkonsulta ma' min għandu interess fil-gżira Għawdxija u mhux taqbad u tgħolli b'dan il-mod li tkisser dak kollu li jkun inbena matul is-snin, inkluż meta inti, Sur President, kont ministru għal Għawdex.", "Illum, tmur fejn tmur ġo Għawdex, għandek baħħ sħiħ fil-qasam turistiku.", "Anke meta ngħalaq l-uffiċċju tax-xandir ġewwa Għawdex, dan ingħalaq mingħajr konsultazzjoni ma' ħadd u l-ħaddiema li kien hemm kienu se jintbagħtu jaħdmu Malta u msieken għamlu żmien twil taħt din it- theddida, pero` fl-aħħar irranġawlhom u baqgħu jaħdmu f'Għawdex.", "Fejn qatt aħna bħala Għawdxin konna naħsbu li Għawdxi tista' tagħlaqlu l-post tax-xogħol u tgħidlu li minn għada trid tmur tibda taħdem Malta?", "Dawn l-affarijiet qatt ma ġraw, Sur President, meta inti kont ministru għal Għawdex imma ġraw proprju dan l-aħħar.", "Dawn huma affarijiet li jien bħala Għawdxi u li għandi għal qalbi l-interess ta' Għawdex, ma nista' qatt ninsihom u naċċettahom għaliex jagħmlu ħsara kbira lill-poplu Għawdxi.", "Il- gvern mhux talli mhux jikkonsulta, mhux talli mhux jagħti widen lil leħen Għawdex u lil dawk il-ħafna għaqdiet li qegħdin hemm biex jagħmlu ġid lil Għawdex, imma talli dan qiegħed ikisser il-fibra tas-soċjeta` Għawdxija u kull kunċett li aħna bnejna maż-żmien li Għawdex huwa reġjun.", "Hemm bżonn li l-gvern jaħdem bis-serjeta` biex lil Għawdex jagħmlu indaqs ma' Malta u li jiddiskrimina pożittivament favur Għawdex, għax ma jistax ikun li b'daqqa ta' pinna, because you want to deliver, tagħmel dawn l-affarijiet li jagħmlu ħafna deni lil Għawdex.", "Sur President, għalhekk fl-abbozz tagħna ta' pjan ta' żvilupp għall-gżira Għawdxija qegħdin ngħidu ħafna affarijiet li jagħmlu sens u li jmorru kontra deċiżjonijiet ħżiena li qed isiru mill-ministri ta' dan il-gvern u li ma rriduhomx jiġru meta fi ftit taż-żmien ieħor ikun hemm il-partit Laburista fil-gvern.", "Qegħdin ngħidu li se nirranġaw anomalija kbira u npoġġu l-Gozo Channel taħt ir-responsabbilta' tal-ministru għal Għawdex.", "Jiena ma nistax nifhem kif l-unika kumpannija li hija Għawdxija qed tkun immexxiha minn ministru minn Malta.", "Veru li dan nofsu Għawdxi, pero` xorta waħda m'hijiex immexxija minn Għawdxi!", "Jiena wieħed minn dawk li dejjem emmint, nemmen u nibqa' nemmen sakemm immut li huma l-Għawdxin li jafu x'inhuma l-problemi tagħhom u l-ebda Malti.", "Ngħid dan fil-Parlament b'wiċċi minn quddiem.", "Ħadd m'hu ġej biex isolvi l-problemi tagħna l- Għawdxin.", "Meta sar il-ministeru għal Għawdex, affarijiet importanti bħalma kienu l- VAT u d-dwana ħallewhom Malta għax lilna l-Għawdxin ma jafdawniex.", "Dawn ma għaddewhomx direttament taħt il-ministeru għal Għawdex għax, nerġa' ngħidha, lilna l-Għawdxin ma jafdawniex.", "Irridu nkunu aħna l-Għawdxin li nifhmu x'inhuma l-problemi tagħna.", "Jien illum, per eżempju, ġejt hawn, se mmur Għawdex għax għandi funeral u nerġa' nitla' llejla biex nivvota.", "Meta jiena u inti, Sur President, ippruvajna nagħmlu d-dwana f'Għawdex, x'ma' nqalax?", "Meta int għamilt il-heliport ġo Għawdex, liema problemi ma nqalgħux?", "Il-problemi joħolquhom il-Maltin u mhux l-Għawdxin, għax dawn ma jemmnux fil-ġid t'Għawdex.", "Nagħlaq l-intervent tiegħi billi nsemmi Chambray, deċiżjoni żbaljata oħra.", "Jiena niftakar meta inti kont hawn u għidt li Chambray huwa renju tal- gremxul u ladarba nagħtuh lill-barranin, se jiġu t-turisti!", "Issa jiena nistaqsi: X'ħa Għawdex mill-bejgħ ta' Chambray?", "Mhux talli ma ħax, talli l- flus li ħallsu ta' Caruana minn Chambray marru Malta.", "Iva għallinqas il- flus ta' Chambray ma stajniex ħallejniehom Għawdex u ntefqu għall-ġid ta' Għawdex wara l-isfreġju kbir li sar fil-post?", "Allura dan il-gvern ma kellux id-diċenza li almenu l-flus li daħħal mill-bejgħ ta' dan il-post jintefqu ġo Għawdex?", "Għalhekk ngħid, Sur President, li hemm bżonn li we deliver, pero` meta nagħmlu dan irridu noqgħodu attenti li lil Għawdex mhux inħalluh is-cinderella ta' Malta, imma npoġġuh fiċ-ċentru ta' l-amministrazzjoni.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Karl Chircop.", "ONOR.", "KARL CHIRCOP: Sur President, illum qegħdin niddiskutu din il-mozzjoni mressqa mill-viċi kap tal-partit fl-oppożizzjoni li tirrigwarda kwestjoni li qamet minħabba l-atteġġament arroganti ta' ministru tal-gvern.", "Iżda 'l hinn minn x'intqal u ma ntqalx mill-Ministru Austin Gatt fis-seduta tat-30 ta' Mejju, jiena nistaqsi jekk il-gvern preżenti għandux l-iċken bażi fuqxiex jiftaħar b'rixu u jkun daqshekk supperv u arroganti.", "Jekk naraw it- track record ta' dan il-gvern almenu f'dak li jien nagħmel shadowing tiegħu, speċjalment il-qasam tax-xogħol, bilfors ikollna nikkonkludu li m'hemm l-ebda raġuni għala l-gvern għandu juri ruħu daqshekk merfugħ.", "Jiena rrid nikkwota mhux dak li jgħid il-partit Laburista jew dak li qed jgħidu n-nies - għalkemm aħna l-aktar li noqogħdu hu fuq dak li nisimgħu mingħand in-nies tat-triq - imma l-labour market indicators maħruġa mill- NSO fit-3 ta' Lulju, għax f'dan is-survey wieħed jara kif fil-fatt is-suq tax-xogħol għaddej minn żmien diffiċli u ma jidhirx li qed jirpilja.", "Dawn il-figuri jmorru lura sas-sena 2002, jiġifieri fuq medda ta' erba' snin u naraw li filwaqt li fis-sena 2002 ir-rata ta' l-attivita` tax-xogħol ta' l-irġiel kienet ta' 79.1%, is-sena l-oħra din niżlet għal 77.9%, jiġifieri tnaqqis ta' 1.2%.", "L-istess ġara fir-rata ta' l-attivita` tax- xogħol tan-nisa fejn din naqset minn 37.6% għal 37% u dan meta xbajna nisimgħu lill-partit Nazzjonalista jgħid kemm għandu għal qalbu n- nisa u kemm jixtieq li iżjed nisa joħorġu jaħdmu.", "Globalment, ir-rata ta' attivita` fis-suq tax-xogħol naqset minn 58.6% għal 57.7% matul dawn l- erba' snin.", "Dawn żgur mhux riżultati li għandhom jagħmluk arroganti, u żgur m'għandhomx għalfejn iġiegħlu lil tan-naħa l-oħra jippretendu li jistgħu jaqbżu lill-Kamra tad-Deputati.", "Naraw ukoll li l-employment rate ta' l- irġiel fl-aħħar erba' snin naqset marġinalment u l-employment rate tan-nisa naqset bi kważi 2% minn 34.5% għal 32.8%, biex b'hekk globalment l- employment rate naqset minn 54.5% għal 53.7%.", "Hemm ukoll l-unemployment rate li żdiedet minn 6.9% għal 7.3% u din mhux jiena u l-NSO biss qed ngħiduha, imma anke l-bank ċentrali fir-rapport annwali tiegħu.", "Il-gvern m'għandux għalfejn jibqa' għaddej bir-romblu minn fuq dawn il-fatti u figuri uffiċjali rrapportati minn organi uffiċjali, bħalma huma l-NSO u l-bank ċentrali.", "Hemm ukoll il-kwestjoni tat-tnaqqis ta' sitt vaganzi pubbliċi minn dan il-gvern li suppost tant taħarqu qalbu għall-familji tal-ħaddiema, bl-iskuża tal-kompetittivita`.", "Imma jekk hemm xi ħaġa li tgiddeb il-gvern dwar dan huma l-figuri tal-world economic forum u tal-eurostat li ġew ippubblikati fl-istess perijodu meta lill-ħaddiema serqulhom sitt vaganzi, fejn jingħad li pajjiżna mhux talli ma żdiedx fil- kompetittivita` talli tilef tliet postijiet.", "Dan jesponi l-gidba sfaċċata tal-gvern Nazzjonalista meta bl-iskuża li jżid il-kompetittivita`, naqqas il-vaganzi pubbliċi.", "M'hu veru xejn li l-kompetittivita` ta' pajjiżna żdiedet f'dan il-perijodu, anzi naqset u pajjiżna tilef tliet rankings mondjali.", "Hemm il-kwestjoni tal-labour costs għax x'hemm iktar fattwali minn dan?", "Il- gvern qed iġib l-iskuża li peress li l-industrija issa ffrankat sitt ijiem f'dawn l-aħħar 18-il xahar, suppost li l-ispejjeż għall-industrija naqsu.", "Hekk jgħidlek is-sens komun imma fil-fatt, minn meta tnaqqsu dawn is-sitt btajjel pubbliċi, il-labour costs baqgħu l-istess u kien hemm perijodu fejn dawn adirittura żdiedu marġinalment.", "Hemm ukoll il-kwestjoni ta' l-indiċi ta' l-ordnijiet ġodda fl-industrija u hawn nerġa' ntenni li dawn il-figuri mhux qed nivvintahom jien imma qed nikkwota mill-eurostat.", "L-iktar pajjiż fl-Unjoni Ewropea li naqsulu l-ordnijiet ġodda għall-industrija hu Malta, fejn naqsu bi 3.9% u dan meta il-medja tal-pajjiżi fl-Unjoni Ewropea qed turi xejra pożittiva, jiġifieri żieda u mhux tnaqqis fl-ordnijiet ġodda.", "Aħna lanqas kapaċi nkunu taħt il-medja pero` ta' l-anqas għandna nkunu f'livell pożittiv.", "Fil-fatt kellna tnaqqis ta' 4%.", "Pajjiżi oħrajn, bħalma huma l-Latvja u l-Olanda, kellhom żieda fenominali.", "Issa ma noqogħdux ngħidu li qed inqabblu ruħna mal-Latvja għax huwa pajjiż mill-ex-Soviet Union u kellhom żieda ta' 38.4%, imma anke fl-Olanda kien hemm żieda ta' 15.9% fl-ordnijiet ġodda fl-industrija.", "Allura b'dawn ir- riżultati kollha negattivi, għandu għalfejn xi ministru tal-gvern jiġi hawn u jkun daqstant arroganti?", "Mhux billi niġu noqogħdu nilagħbu l-imħatri hawnhekk dwar kemm se jagħlqulna kumpanniji sa l-aħħar tas-sena!", "Mhux aħjar nagħmlu mħatra bejnietna biex naraw kif se nibdew indawru r-rota u ntejbu dawn il-figuri ħalli lin-nies t'hemm barra - dawk li kull wieħed u waħda minna jmorru jħabbtulhom il-bieb meta tkun qed toqrob l-elezzjoni u anke qabel, kif nagħmel jien l-ewwel wieħed - nagħtuhom ir-raġunijiet għala għandhom juru fiduċja fina u fix-xogħol li nkunu għamilna matul il- ħames snin ta' qabel?", "Iva veru, kulħadd jaf li l-istess ekonomija ta' pajjiżna marret lura, Sur President.", "Fil-fatt, fis-sena 2005, l-ekonomija ta' pajjiżna - nerġa' ngħid sfortunatament għax ma niħux gost insemmi dawn il-fatti u figuri - kienet l- inqas waħda li kibret fost l-ekonomiji tal-membri ġodda fl-Unjoni Ewropea, għax kibret biss bi 2.5%.", "Apparti hekk, hawn ħafna ekonomisti Maltin li għandhom question mark fuq din il-figura.", "Imma anke jekk għall-grazzja ta' l-argument ngħidu li din hekk kienet, xorta jibqa' l-fatt li kienet l-anqas waħda.", "Barra minn hekk, skond l-istess Unjoni Ewropea huwa mbassar li għal din is-sena li qegħdin fiha u ta' warajha, ir-rata ta' tkabbir ta' l- ekonomija tagħna se tibqa' l-istess u mhux se tiżdied.", "Skond ir-rapport li ġie ppubblikat mill-Unjoni Ewropea fil-jiem li għaddew dwar it-tbassir ekonomiku tal-pajjiżi membri tagħha, għal din is-sena se jkollna anqas tkabbir ekonomiku u rata ogħla ta' nies bla xogħol kif ukoll rata ogħla ta' għoli tal-ħajja.", "Nerġa' nistaqsi: Fuq dawn il-fatti u figuri għandu għalfejn ikollna ministri li jkunu daqshekk arroganti?", "Għalhekk qed jippretendu li jibqgħu għaddejjin bir-romblu minn fuq kulħadd?", "Sur President, illum l-poplu huwa mifni bit-taxxi u din ma ngħidhiex jien, lanqas il-Partit Laburista, imma jgħiduha n-nies in ġenerali.", "Allura għala n-naħa tal-gvern qed tkun daqshekk arroganti?", "Fl-aħħar snin pajjiżna kellu l-akbar żieda fil-piż tat-taxxi fl-Unjoni Ewropea u dan meta l-medja tal- piż tat-taxxi fl-Unjoni Ewropea naqset.", "Mhux talli l-poplu tagħna għandu problemi ta' xogħol, talli għandu wkoll problemi ta' kif se jlaħħaq ma' l-ispejjeż u piżijiet ta' taxxi.", "Tafu li fis-sena 1999, il-gvern ġabar Lm480 miljun f'taxxi filwaqt li din is-sena li qegħdin fiha se jkun ġabar Lm780 miljun f'taxxi, kważi d-doppju?", "F'sitt snin il-piż tat-taxxi kważi rdoppja minn Lm480 miljun għal Lm780 miljun.", "Issa rridu naraw min fejn ġew dawn it-taxxi għax jekk tibda ssemmi ma tieqafx, bl-ikbar u l-aħħar waħda s- surcharge fuq id-dawl u l-ilma li qed tolqot ħafna familji.", "Mank kellu d- diċenza dan il-gvern li jiddifferenzja bejn familji kbar u familji żgħar!", "Fejn hi l-kuxjenza soċjali?", "Mela għalfejn ngħidu li aħna nkwetati fuq ir- rata ta' fertilita` għaliex għandna familji li qed ikollhom inqas tfal u allura qed ikollna problema bis-sostenibilita` tal-welfare?", "Fejn huwa l- inkoraġġiment li jrid jagħti l-gvern Nazzjonalista biex il-familji tagħna jkollhom aktar ulied meta naraw taxxa viljakka bħal din fuq il-familja?", "Il- gvern qiegħed jintaxxa lil dawk il-familji li jkollhom il-kuraġġ, biex ngħid hekk, li jġibu aktar tfal mill-medja.", "Fejn hija din il-kuxjenza soċjali?", "Fejn spiċċat?", "Kulmin għandu aktar tfal mill-medja jinsab imsallab bħalissa, speċjalment dawk li jgħixu bil-paga minima jew inkella jkollhom il-paga tagħhom sempliċement dik li hi u ma jistgħux jagħmlu mod ieħor biex iżidu l-qligħ tagħhom.", "Ftit xhur ilu kont qed nitkellem ma' kap ta' familja minn Ħal Għaxaq li għandu erbat itfal u li minn Lm280 fix-xahar, nofshom iridu jmorru għad-dawl u l-ilma.", "Dan kien jonqos mal-lista fenominali ta' taxxi li żdiedu f'dawn l-aħħar ftit snin!", "Bilfors allura nsitaqsi kif u b'liema raġuni dan il-gvern juri ruħu daqshekk arroganti.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Noel Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Sur President, dak li qed niddiskutu llum għandu jwassal biex il-membri tan-naħa tal-gvern jieqfu u jirriflettu ftit.", "Għalhekk qabel ma ngħaddi għal dak li għandi xi ngħid, qed nappella lill- Ministru Gatt biex ipoġġi ftit is-sens komun u l-irġulija fuq quddiem.", "Jien lill-ministru nafu bniedem straightforward.", "Imma kultant il-kliem bħaċ- ċirasa, jiġi f'ħalqek u tgħidu u l-ministru b'diskorsu wassal għal din ir- reazzjoni min-naħa ta' l-oppożizzjoni u dan għaliex, kif spjega huwa stess, il-gvern għandu maġġoranza ta' ħames siġġijiet u allura jista' jirrombla u jista' jieħu deċiżjonijiet li jmorru 'l hemm mil-liġi.", "Issa hawn ħadd m'hu perfett u jien l-ewwel wieħed li nistqarr li m'iniex perfett.", "Il-ministru jista' jerġa' jaqra t-transcript – jew aħjar jisma' r- recording mill-ġdid – u jkun jaf x'qal eżatt u kif qalu, għax issa wara li fattarha għalxejn jiġi jipprova jargumenta li fuq il-kuntratt m'hemmx hekk.", "Wieħed għandu jkun ftit prattiku wkoll għaliex aħna ninsabu f'din il- maratona ta' diskorsi, anke minħabba li n-naħa tal-gvern qegħda tappoġġa xi ħaġa nieqsa mis-sens ta' l-irġulija u jien nifhem li kulħadd għandu sens ta' rġulija.", "Dak li qal il-ministru ma jistax jiċħad li qalu.", "Aħna nemmnu li dak it-tip ta' diskors huwa arroganti u ilna ngħidu li dan huwa gvern arroganti.", "Hemm numru ta' realtajiet li ma jista' jiċħadhom ħadd.", "Ħadd ma jista' jiċħad kemm dan il-gvern hu arroganti u fuq kollox, kemm hu inkompetenti fit-tmexxija tiegħu.", "Din hi kritika li ġustament tgħolli l- kredibilita` ta' l-oppożizzjoni għaliex aħna ilna mill-bidu ngħidu li dan hu gvern inkompetenti u arroganti u bilfors jiġi f'ċerti sitwazzjonijiet antipatiċi waħdu.", "Jiena lill-Onor.", "Gatt nafu bħala raġel tal-kelma u allura ma nafx xi problema jista' ikollu billi jerġa' jisma' d-diskors, jammetti li mhux hekk ried jgħid u jieqaf kollox hemm.", "Kieku ġara hekk – u diġa' għadda żmien biżżejjed u l-ministru seta' sab il-ħin u l-waqt biex jiskuża ruħu - illum mhux qegħdin niddiskutu din il-mozzjoni imma affarijiet iktar importanti.", "Iżda l-arroganza tal-gvern tant tinżel fil-fond li l-ministri ma jridu jagħmlu xejn ħlief li jirrumblaw minn fuq in-nies u mingħalihom anke minn fuq l-oppożizzjoni.", "Il-gvern qalilna li l-ekonomija miexja tajjeb u wegħdu li bis-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, il-pagi se jogħlew.", "Imbagħad nisimgħuhom jgħidu li l-bdoti ta' l-Air Malta, per eżempju, naqsitilhom il-paga b'Lm150 fix- xahar.", "Il-maġġoranza tan-nies tħoss li l-ministri Nazzjonalisti huma arroganti, speċjalment il-Ministru Gatt.", "Meta ngħidu hekk, mhux qed ngħidu xi ħaġa ġdida u mhux qed ngħidu hekk biex ninsulentah jew biex inweġġgħuh.", "Dan huwa d-diskors fuq fomm in-nies, anke dawk ta' fidi politika Nazzjonalista.", "Tisma' nies fit-triq jitkellmu fuq il-partit Nazzjonalista fil-gvern u jgħidu: \"Daħqu bina!\".", "Ara aħna dejjem konna kredibbli u mill- ewwel għidna li dan hu gvern inkompetenti.", "Xi ngħidu, per eżempju, fuq il- bus terminus li qatt ma sar u n-nies baqgħu esposti għall-elementi kollha naturali, speċjalment bħalissa f'din is-sħana taħt xemx daqstant qawwija?", "Dan il-fattur ta' nuqqas ta' rġulija fl-amministrazzjoni, fejn daqqa n- Nazzjonalisti jgħidu ħaġa u mbagħad ibiddlu d-diskors, mhux biss insostnuh minn din in-naħa imma jaf bih il-poplu Malti u Għawdxi kollu.", "U dan ironikament aktar iweġġa' lil dawk id-diehards Nazzjonalisti milli lil- Laburisti, Sur President.", "Il-gvern mhux qed jitwemmen meta joħroġ jgħid li aħna ma nafux x'qed ngħidu u dan nafuh għax bħalma l-membri tal-gvern jiltaqgħu ma' Laburisti, aħna niltaqgħu ma' Nazzjonalisti u bħalma jkun hemm Laburisti li magħkom jgħidu kelma għaliex ikunu jafdawkom, aħna wkoll insibu Nazzjonalisti li jagħmlu l- istess ħaġa u jgħidu li din hi mozzjoni ġusta, għaliex il-Ministru Gatt hu tassew arroganti fil-mod kif iġib ruħu.", "Jien qed ngħid hekk mhux biex nattakka għax dawn huma fatti.", "Probabbilment semagħhom hu wkoll u min qed jismagħna semagħhom ukoll.", "B'min ma dħaktux?", "Dħaktu bil-ħaddiema, bil- bdiewa, bin-nies fis-settur tat-turiżmu u b'ħafna nies li l-ewwel għedtulhom li jekk ma nidħlux fl-Unjoni Ewropea se jkollna taxxa ta' Lm25 fuq kull biljett ta' l-ajru, biex imbagħad għamiltuha Lm50 wara li dħalna.", "Fil-ħajja kulħadd jgħaddi minn xi ċirkostanzi diffiċli u aħna mgħallmin li wieħed għandu jaħfer u li kieku mqar l-Onor.", "Austin Gatt qal li ma riedx jinftiehem hekk u talab apoloġija għax inftiehem hekk, ma kien jiġri xejn.", "Imma l-arroganza ġġiegħlek tagħmel affarijiet barra mil-limitu, li tinsa s- sens komun, li tinsa l-obbligi mhux biss ta' avukat jew ta' membru parlamentari, imma anke l-valur ta' l-irġulija li ta' kuljum suppost għandu jiggwidana.", "Għalkemm partitarji u sostenituri Laburisti jistgħu ġustament jgħidu li mhux bihom daħak il-gvern għax proprjament dan daħak bin-Nazzjonalisti, fil- fatt hemm kumment wieħed fuq fomm il-poplu: Daħku bina!", "Dan x'qed jgħidu n- nies tat-triq u mhux x'tgħid l-oppożizzjoni.", "Hawnhekk mhux qed nitkellem fuq it-teatru l-imwaqqa' li wara ħamsin sena baqa' kif kien, imma dwar il- bus terminus.", "Smajna tant affarijiet fuq it-trasport pubbliku matul dawn l- aħħar snin, imma xorta n-nies baqgħu bla bus shelter barra l-Belt u jekk tkun xemx qawwija jew ix-xita nieżla, tough luck!", "Minkejja dan, il-gvern jibqa' jonfoq bla rażan u nistgħu ngħidu li ħoloq sitwazzjoni perikoluża għaliex l-economy of scales tagħna hija dik li hi u l-cost of production, bil-politika inkompetenti u arroganti tal-gvern, dejjem jogħla, b'konsegwenza li l-marġini ta' dħul dejjem nieżel 'l isfel.", "Qegħdin fis- sitwazzjoni diffiċli li qed jinqata' l- overtime għall-ħaddiema u qed tispiċċa s-saħħa tal-pensjoni u tal-paga quddiem l-esiġenzi tal-ħajja ta' kuljum.", "Il-gvern jibqa' jgħid li l-affarijiet sejrin tajjeb meta nies mhux membri ta' din il-Kamra ilhom jispjegaw kif f'pajjiżi oħra, it-tkabbir ekonomiku hu bil-wisq aktar minn tagħna.", "Issa naturalment aħna m'aħniex qegħdin hawn biex insemmu xi affarijiet li b'eċċezzjoni setgħu saru b'mod tajjeb.", "It- tajjeb imur mat-tajjeb u dak li wieħed għandu jikkritika jmur ma' dak li għandu jikkritika, imma ma naħsibx li jagħmel sens li xi ħadd li jippretendi li hu raġel, jinsa d-diskors li jkun qal u jiġi jgħid x'għamel il-gvern fuq il-kuntratt meta aħna ma ressaqniex mozzjoni fuq il-kuntratt.", "Aħna ressaqna mozzjoni fuq il-mod arroganti li bih ministru tal-gvern għamel ċerta dikjarazzjoni.", "Jien għadni sal-lum ma nistax nifhem kif il- Ministru Gatt ma refax ir-responsabbilta` meta nafu bħala bniedem tal- kelma.", "X'kien se jiswielu li jkun gentleman, kif finalment kull wieħed minna hu u jammetti li żbalja?", "Din il-mozzjoni se nkomplu nisħqu fuqha u nieħdu l-vot fuqu għaliex l-arroganza kulma tmur qed tiżdied, mhux biss bil-fomm imma anke fit-twettiq tal-politika.", "Jiena nħobb insemmi l-każ tar-riklamar fuq it-turiżmu u niskanta kif ħadd ma jgħid jekk għandniex raġun jew le.", "Meta aħna nafu li nofs it-turisti li jiġu Malta jiġu mir-Renju Unit u meta nafu wkoll li tliet kwarti tal- Brittaniċi jaraw l-iSky TV - l-iSky News huwa fost l-aktar li jsegwu għal numru ta' raġunijiet - allura x'inhi r-raġuni li nirriklamaw fuq is-CNN u mbagħad ma nirriklamawx fis-suq Ingliż, l-akbar suq tagħna?", "In-nies jifhmuhom dawn l-affarijiet u jafu li trid issir bidla f'dan il-pajjiż.", "Illum in-nies qed jisimgħu u jitkellmu mal-kelliema ta' l-oppożizzjoni, il- partit tal-futur, dwar numru ta' issues u dwar l-aġġornament li għandu jsir fit-twettiq tal-politika sabiex jintlaħaq l-ogħla ġid komuni.", "Imma dan ma jsirx bl-arroganza u bl-inkompetenza ta' xi ministru partikolari jew ta' xi gvern partikolari, Sur President.", "Jiena nappella lill-kelliema tan-naħa l-oħra biex jisimgħu u jagħtu kas id- diskors li ħiereġ minn fomm ħafna ħaddiema u minn fomm ħafna mill-elettorat li xi darba kellu fiduċja fil-gvern Nazzjonalista.", "Jekk mhux se jsir dan, il-gvern se jkompli jidħol fil-ħajt aktar milli diġa` daħal.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Il-Ministru Louis Galea.", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi): Sur President, din is-sena se nagħlaq 30 sena fil-Parlament u fl-esperjenza mhux qasira tiegħi kelli l-opportunita` nsegwi kwantita` ta' mozzjonijiet imressqa mill-oppożizzjoni.", "Imma jkolli nammetti li qatt ma rajt oppożizzjoni titqanżaħ daqs kemm qed titqanżaħ l-oppożizzjoni tal-partit Laburista mmexxija minn Dr Alfred Sant biex tipprova tiġġustifika għaliex qed tuża għaxar sigħat ta' dibattitu - l-ekwivalenti ta' erba' seduti ta' dan il-Parlament - biex tispjega għaliex ressqet din il-mozzjoni.", "Min segwa dan id-dibattitu mill-bidu sa l-aħħar, jinduna li għandna oppożizzjoni li ma tafx eżattament xi trid, oppożizzjoni konfuża.", "L-Onor.", "Farrugia għadu kemm qalilna li l-partit Laburista huwa l-partit tal-futur u jiena ngħidlu iva, imma tal-futur remot, għaliex għadhom lanqas bdew jagħtu l-prova li ħaqqhom ikunu fdati bit-tmexxija tal- pajjiż.", "Issa l-oppożizzjoni ma sejħitilniex hawnhekk biex aħna nitkellmu fuq il- ħidma tal-gvern imma fuq din il-mozzjoni.", "Hu ovvju li hemm x'tikkritika fil- ħidma tal-gvern, wisq aktar meta għandek gvern kif inhu l-gvern ta' Dr. Lawrence Gonzi li għaddej bi kwantita` enormi ta' xogħol.", "Ma ssibx x'tikkritika f'min ma jagħmel xejn jew f'min mhux jaħdem jew f'min qiegħed bilqiegħda fuq pultruna fir-rwol ta' armchair critic.", "Dażgur li jkun hemm x'tikkritika u dażgur li l-gvern mhux kuntent biżżejjed bil-ħidma tiegħu għax dejjem irid riżultati aħjar!", "Dażgur li aħna għandna ħidma ta' gvern li qiegħda tiffaċċa ċerti sfidi fil-qasam ta' l-ekonomija u fil-qasam tax- xogħol minħabba r-ristrutturar li aħna qed naħdmu fuqha!", "Pero` issa għal din il-mozzjoni qed niddedikaw għaxar sigħat u rrid ngħid li din hi mozzjoni mibnija fuq gidba.", "M'iniex ċert jekk din tikkwalifikax biex tiġi deskritta bħala misleading of the House, għax din hi mozzjoni mibnija fuq gidba, il-gidba li l-Ministru Austin Gatt ammetta nuqqas t'osservanza tal- liġijiet tal-pajjiż, il-gidba li l-gvern, għax għandu ħames deputati maġġoranza, jista' jikser il-liġi; il-gidba li l-gvern retroattivament lest jirratifika vjolazzjoni u ksur tar-regolamenti u tal-liġijiet ta' pajjiżna; il-gidba li l-ministru ewlieni tal-gvern qed jgħid li l-liġi ma ġietx osservata, mozzjoni nerġa' ngħid mibnija fuq gidba.", "Il-premessa ta' din il-mozzjoni li ta' l-oppożizzjoni ġabuna hawn biex niddiskutu għal għaxar sigħat hija gidba, kif inhija gidba l-premessa tal- politika kollha tal-partit Laburista.", "Iż-żmien għad jagħtina parir dwar dan għax il-poplu Malti għad jinduna li l-proposti tal-partit Laburista huma mibnija fuq premessi ta' gideb, qerq u propaganda fiergħa partiġġjana.", "Tant hija mibnija fuq premessa ta' gidba li filwaqt li ċafalsu din il- mozzjoni bejn l-erba' ħitan tal-kamra ta' l-oppożizzjoni, meta ġejna hawn wiċċ imb'wiċċ - għax din hi t-tattika tagħhom - lanqas biss kellhom id- diċenza jippruvaw isostnuha dik il-gidba.", "Il-viċi kap ta' l-oppożizzjoni, l-Onor.", "Mangion, qalilna li dak li qal l-Onor.", "Gatt jgħodd, l-istess Onor. Gatt li b'paċenzja kbira ilu hawn jisma' d-diskors u donnu se jibqa' jisma' l-interventi sa l-aħħar.", "Jekk inhu veru li x'qal il-Ministru Gatt jgħodd, mela wisq aktar din il-mozzjoni ma kellha qatt tidħol fil-kuritur ta' moħħ ħadd għaliex meta wieħed jeżamina t-test tad-dibattitu, minn imkien ma joħroġ dan li qed jgħidu ta' l-oppożizzjoni.", "Trid tkun qed tikteb xi novella tal-fantaxjenza biex tasal għall- konklużjonijiet li ta' l-oppożizzjoni qed jippruvaw ibellgħu lil dan il- Parlament u lill-poplu Malti.", "Allura għaliex saret din il-mozzjoni?", "Forsi l-oppożizzjoni għandha qalbha taħraqha għar-rispett lejn il-Parlament?", "Jien forsi nibda nikkonvinċi ruħi li l-partit Laburista nbidel u li beħsiebu jirrispetta l-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż u li jkun tassew demokratiku u tassew jirrispetta l-intelliġenza tal-poplu meta dan jagħmel għaxar snin fil-gvern u jġib ruħu għallinqas skond l-istandards għolja li l- partit Nazzjonalista fil-gvern daħħal f'dan il-Parlament u mhux skond dak li jgħidu mill-bankijiet ta' l-oppożizzjoni, għax fl-oppożizzjoni jsiru ħafna teatrini.", "L-Onor.", "Leo Brincat dalgħodu qalilna li d-dnub tal-passat ma jiġġustifikax id-dnub tal-lum.", "L-ewwelnett trid tkun ċert li llum hemm id-dnub u aħna qed ngħidu li assolutament m'hemmx dnub u din lanqas huma m'huma qed jgħiduha.", "Qed nisimgħu ħafna kliem ta' propaganda u kellna wkoll l-ammissjoni ta' dnub tal-passat.", "Jiena, inti, Sur President, u min kien f'dan il-Parlament bejn l-1971 u l- 1987 nafu kemm jiswa dan il-kliem li qed jgħidu ta' l-oppożizzjoni, speċjalment uħud minnhom li kienu bħali fil-Parlament dak iż-żmien u ma refgħux subgħajhom meta dan il-Parlament kien l-iżjed istituzzjoni mżebilħa f'dan il-pajjiż.", "(Interruzzjonijiet) Ma naħsibx li kont hawn Onor. Noel Farrugia bejn l-1971 u l-1987!", "Dawn li qed jgħidulna li aħna disrespectful, arroganti, prepotenti, li aħna insult għad- demokrazija u anke ppruvaw jimpikawna mal-backbenchers, fejn kienu meta quddiem għajnejna ssawtu n-nies?", "Fejn kienu dawn meta ministru ewlieni tal- gvern qasam il-Kamra u ġie jsawwat lill-kap ta' l-oppożizzjoni u ħadlu l- karti?", "Fejn kienu dawn meta ġew jattakkawna?", "Fejn kienu dawn meta dik il- gallerija, illum dejjem vojta, kienet tkun ippakkjata bil-manigoldi tal- partitarji Laburisti li mhux biss iċapċpu, jgħajtu u jinsulentaw lill- oppożizzjoni imma anke kienu jidħlu hawn ġew.", "Jiena niftakarhom dawn l-affarijiet, imma ż-żgħażagħ t'hemm barra ma jiftakrux u ma jafux u ma nagħtihomx tort, għax għalfejn joqogħdu jinkwetaw fuq il-passat?", "Għalhekk jiena għidt li biex nikkonvinċi ruħi li qalbhom tassew qed taħraqhom ħalli jaraw din l-ogħla istituzzjoni ta' pajjiżna rispettata u d-demokrazija mwettqa, iridu jagħmlu mhux ħafna snin fl- oppożizzjoni, li diġa` għamlu u donnu li se jkomplu jagħmlu, imma li jagħmlu xi għaxar snin fil-gvern u jġibu ruħhom almenu bl-istess mod li ġab ruħu l-partit Nazzjonalista.", "Kien dan il-gvern li ta lil dan il-Parlament id-dinjita` għax dan kien tilifha.", "Dan il-Parlament qatt ma kellu informazzjoni mingħand il-gvern daqskemm qed ikollu dan illum.", "Qatt ma ġew imwieġba mistoqsijiet bid-dettall daqs kemm qed isir f'dan il-Parlament.", "Qatt ma kien hawn skrutinju ta' kollox daqskemm hawn f'dawn iż-żminijiet.", "Allura kif tiġi l-oppożizzjoni u titkellem fuq tmexxija arroganti?", "Dawn iridu jagħmlu frame-up ta' partit fil-gvern sabiex ipinġuh li hu magħmul min-nies arroganti.", "Issa jiena naf il-membri ta' dik in-naħa u naf il-membri ta' din in-naħa.", "Kollha għandna l-karattru tagħna pero` ma naf l-ebda politiku arroganti, la tal-partit Laburista u lanqas tal-partit Nazzjonalista.", "Jiena naf li l- politiċi li hawn f'din il-Kamra u dawk li għadhom m'humiex f'din il-Kamra imma li qed jaspiraw li jkunu f'din il-Kamra, huma nies li għandhom l- aspirazzjonijiet tagħhom ta' tmexxija fil-politika, imma li finalment iridu jagħtu servizz lill-poplu tagħna.", "Staqsu d-deputati taż-żewġ naħat ħa naraw kemm huma arroganti, ħa naraw kemm jaraw nies id-dar f'kull ħin tal-ġurnata mit-Tnejn sal-Ħadd!", "Ejjew fejn id-dar tiegħi, fis-6.30 a.m., araw tarawx il-queues!", "Staqsu l-partitarji tagħkom tas-Siġġiewi u jgħidulkom jekk il- bieb tiegħi hux miftuħ!", "Morru f'xi pajjiż ieħor u araw jekk iċ-ċittadini għandhomx l-aċċessibilita` għall-politiċi kif għandhom hawn Malta!", "Mela tiġu intom tagħmlu kampanja li hawn l-arroganza fil-Parlament meta dik il- kampanja qiegħda proprju therri u timmina l-image tal-politiku Malti!", "Allura kif tridu ġġibu r-rispett tal-poplu Malti u Għawdxi lejn il-politiku jekk intom stess qed therruha?", "U mela taqbdu ma' skuża banali u taħlu għaxar sigħat tal-ħin tal-Parlament!", "Intom se tgħidu li l-Ministru Gatt ma jirrispettax id-demokrazija?", "Intom se tgħidu jekk il-Ministru Gatt iħobbx il-liberta`?", "Intom se tgħidu jekk il-Ministru Gatt jirrispettax l-ogħla istituzzjonijiet ta' pajjiżna?", "Intom se tgħidu?", "Ma tarax!", "Jiena rajtu fil-battalja lill-Ministru Austin Gatt.", "(Interruzzjonijiet) Mela titkellmu fuq dawn l-affarijiet!", "Sur President, nerġa' ngħid, li dan hu żball ieħor ta' l-oppożizzjoni għax dan huwa gvern li rrivoluzzjona s-sistema ta' kif naħdmu f'dan il- Parlament.", "Veru li għad għandna d-difetti u nixtiequ li ntejbu l- affarijiet.", "Jiena nifhem ukoll il-preokkupazzjoni tas-Sedja li tixtieq li l- Parlament ikollu iktar riżorsi, sew umani u sew ta' appoġġ.", "Nifhem id- direzzjoni li qed tagħti s-Sedja biex il-Parlament ikollu iktar spazju politiku - mhux b'capital \"p\" imma with a small \"p\" - biex ikun jista' jassigura li l-Parlament ikompli jogħla fl-istatus u fl-istima li jgawdi u jwettaq il-ħidma tiegħu aħjar.", "Dan nifhmuh, imma jekk inqabblu ż- żminijiet tal-partit Laburista fil-gvern maż-żmien ta' dan il-gvern insibu li hemm differenza daqs bejn in-nhar u l-lejl.", "Għalhekk jiena nemmen li hija assolutament spurja l-allegazzjoni li hawn xi naħa ta' dan il- Parlament li hija arroganti.", "Jiġu jistaqsuna jekk għadniex nemmnu fil- funzjoni tal-Parlament u jiena ngħidilhom: Intom għad tridu tagħtu prova jekk temmnux fil-funzjoni tal-Parlament!", "Qabdu, per eżempju, fuq din il-kwestjoni tar-razzjonalizzazzjoni tal-pjan ta' struttura u ppruvaw ipinġuha bħala manipolazzjoni oħra tal-gvern.", "Il- ministru għall-affarijiet rurali u ambjent għadu kif ippreżenta l-mozzjoni fil-Parlament, xhieda oħra li dan hu proċess li huwa previst mil-liġi, se jkun hawn riżoluzzjoni, se jkun jista' jsir skrutinju tad-deċiżjonijiet kollha, skrutinju tad-direzzjoni li ta l-kabinett, skrutinju tax-xogħol li għamlet il-MEPA, u finalment se jkun dan il-Parlament li se jiddeċiedi.", "L- Onor. Anton Refalo uża nofs il-ħin tiegħu biex jaqra l-liġi li tirregola t- trasferiment ta' l-artijiet pubbliċi.", "Lil min se jimpressjona b'daqshekk?", "Iċ-ċirkostanzi u l-fatti kollha ta' dan il-każ juru li sa mill-bidu nett, il-gvern mexa skond il-liġi u din ammettieha l-Onor.", "Mangion.", "Imbagħad jiġi l-Onor.", "Karl Chircop jitkellem fuq kwestjonijiet ta' xogħol u x'jgħid l- NSO.", "Dak nitħaddtu fuqu wkoll, imma dan ma jistax b'xi mod ideffes dan kollu u jgħid li aħna noqogħdu niftaħru u li rridu b'xi mod naqbżu l- Parlament.", "L-ewwelnett hija ħaġa tajba li tikkomunika lill-poplu l-affarijiet tajba li tagħmel bi flus il-poplu.", "Mela dak ftaħir?", "Mela biex naqdu l-poplu bilfors irridu nagħmlu kif tagħmel l-oppożizzjoni u ngħidu li kollox iswed?", "Ftit ilu l-kap ta' l-oppożizzjoni qal li hawn black box.", "Veru hawn black box, l-oppożizzjoni!", "L-Onor.", "Chircop semma wkoll l-issue tal-public holidays, donnu nesa li b'daqqa ta' pinna dawn kienu neħħew disat ijiem public holidays.", "Nesa li l-paragrafu li huwa kundannat mill-ILO huwa l-paragrafu li daħħal il-gvern Laburista fl-1975.", "Imbagħad jgħidlek li l-ekonomija marret lura meta din kibret bi 2.5% tal-GDP!", "Jiena nagħlaq billi ngħid li ma naħsibx li fid-dinja ċivilizzata hawn Parlament li jagħmel għaxar sigħat jiddiskuti mozzjoni mibnija fuq gidba bħal dik li ressqet l-oppożizzjoni llum!", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Skond il-ftehim milħuq, is-seduta hija sospiża u nerġgħu niltaqgħu fl-4.30 p.m. biex inkomplu bid-diskussjoni.", "Fis-2.00 p.m. il-Kamra kienet sospiża u rriżumiet fl-4.30 p.m.", "MR SPEAKER: Onor. Membri, inkomplu bid-diskussjoni li bdejna dalgħodu fuq il-mozzjoni ppreżentata mill-Onor.", "Charles Mangion u l-Onor.", "Joe Mizzi.", "S'issa n-naħa tal-gvern ħadet 78 minuta u n-naħa ta' l-oppożizzjoni ħadet 217-il minuta.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Carmelo Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Sur President, din is-sena nagħlaq għaxar snin membru tal-Parlament u nistqarr pubblikament li huwa privileġġ għalija li nkun membru ta' din il-Kamra u privileġġ ukoll li f'din il-leġislatura mhux biss jien membru, imma wkoll Deputy Speaker u ngħin lis-Sinjurija Tiegħek fit- tmexxija tax-xogħol tal-Kamra.", "Dan ngħidu għax fl-esperjenza tiegħi, mhux biss lokalment imma anke barra minn Malta, dejjem irnexxieli nifhem aktar il-ħtieġa u l-importanza tal-Parlament u ta' kif dan għandu jaħdem.", "Għalhekk naħseb li dan id-dibattitu li għaddejjin bih fuq mozzjoni ta' sfiduċja fil-Ministru Austin Gatt - minħabba dak li intqal fis-seduta tat- 30 ta' Mejju - għandu jservi wkoll bħala dibattitu fuq il-Parlament Malti.", "Aħna ta' spiss nisimgħu u ngħidu li l-Parlament huwa l-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż u nixtieq nistaqsi jekk dan huwiex veru jew le.", "Jiena naħseb li qabel xejn, aħna kollha f'din il-Kamra li niġu eletti bħala rappreżentanti tal-poplu, irridu nżommu dan il-Parlament bħala l-ogħla istituzzjoni tal- pajjiż.", "Meta ngħidu li aħna rappreżentanti tal-poplu jfisser proprju dak, li aħna tal-poplu u għalhekk jgħidulna \"Onorevoli\".", "Niftakar l-ewwel darba li ġejt elett, ħabib tiegħi sejjaħli \"Onorevoli\" u jiena bi tbissima staqsejtu jekk kienx qed jiġbidli saqajja.", "Pero` l-kumment għaref tiegħu kien li dak it-titlu jingħata minn nies biex inti tirrappreżentahom bl- aħjar mod possibbli fil-Parlament Malti.", "Naħseb li din il-mozzjoni għandha tgħinna biex nagħmlu riflessjoni dwar x'nifhmu meta ngħidu li aħna rappreżentanti tal-poplu u dwar x'nifhmu meta ngħidu li l-Parlament huwa l- ogħla istituzzjoni tal-pajjiż.", "Jekk nagħmlu din ir-riflessjoni, nindunaw li din timplika bilfors li rridu nagħmlu eżami tal-kuxjenza ta' kif nġibu ruħna fil-Parlament, huma x'inhuma r-responsabbiltajiet tagħna u indipendentement jekk aħniex fuq in-naħa tal-gvern – kemm fuq il-bank ta' quddiem u kemm fuq il-bank ta' wara – jew aħniex membri ta' l- oppożizzjoni.", "Aħna rridu nagħmlu dan l-eżerċizju u naħseb li dan l-eżerċizju rridu nagħmluh anke fl-isfond ta' ċerti ittri li jidhru fil-gazzetti, fejn qed jinkitbu ħafna affarijiet skorretti fuq il-membri parlamentari.", "Aktar u aktar allura hija responsabbilta` tagħna li kemm jista' ikun inbiddlu l- perception ta' ċerti nies u dan nistgħu nagħmluh billi l-ewwel u qabel kollox nagħtu l-eżempju aħna.", "Issa aħna nafu li l-avukati jużaw żewġ termini, de facto u de jure.", "Veru li fis-sens ġerarkiku l-Parlament jiġi l- ogħla istituzzjoni tal-pajjiż, għax il-liġijiet kollha jgħaddu minn hawnhekk, imma kemm aħna verament l-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż?", "Irridu naraw kif il-membri li jiffurmaw parti mill-Parlament l-ewwelnett qed jiġu trattati u r-riżorsi li l-Parlament għandu għad-dispożizzjoni tiegħu biex jaħdem fl-interess tal-poplu u tal-pajjiż.", "Ħaġa oħra li rridu ngħidu hi li l-Parlament m'huwiex tal-gvern imma tal-membri kollha eletti mill-poplu li fil-ġudizzju tiegħu jaħseb li huma l-aħjar nies li għandhom jirrappreżentawh.", "Jekk nemmnu dan, fl-aħħar mill-aħħar il-Parlament huwa magħmul mill-poplu għall-poplu.", "Hu għalhekk li l-mozzjoni li għandna quddiemna għandha tiftaħ diskussjoni fuq l-operat tal-gvern u kemm il-gvern qed jirrispetta l-Parlament mhux biss bid-diskors u bir-rettorika imma bil- fatti.", "Kemm fil-verita` l-Parlament Malti li suppost huwa l-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż, qed jiġi stmat bħala tali?", "Per eżempju, nisimgħu kelliema tal-gvern jgħidu li din il-mozzjoni hija ħela ta' ħin.", "Tkun ħela ta' ħin jekk noqogħdu ninfexxu f'attakki u tgħajjir fuq naħa u fuq oħra u ma neħdux din l-okkażjoni biex minn din il-mozzjoni, nimxu 'l quddiem u naraw x'hemm x'jitranġa f'din l-ogħla istituzzjoni tal- pajjiż.", "Aħna ma konniex \"naħlu l-ħin\" fuq l-inċident li nqala' f'dik is- seduta - inzertajt kont qed nippresjedi jien minħabba li inti kont impenjat barra minn Malta, Sur President – li kieku l-ministru jew offra li jirriżenja kif titlob il-mozzjoni - imma naħseb li konna nkunu qed nitolbu wisq għax l-ebda riżenja qatt ma ġiet aċċettata! - jew għallinqas talab skuża u spjega ruħu aħjar meta kien għadu in time.", "Imma lanqas dik ma ġrat, Sur President.", "Jiena naħseb li kulħadd għandu transcript ta' dak li ntqal mill-Onor.", "Austin Gatt u hawnhekk nagħmilha ċara li m'iniex qed nitkellem fuqu personali imma fuq dak li qal, għax jiena qatt ma nikkritika abbażi tal- persuna.", "Pero` ċertament nikkundanna dak li qal u l-mod kif qalu – evidentement it-transcript ma jagħtikx l-istampa kollha – għax jekk tisma' l-mod kif intqalu l-kliem, wieħed bilfors ikollu jikkundanna dak li ntqal għax ipinġi l-Parlament bħala rubber stamp tal-gvern.", "Għalhekk naħseb li m'għandniex naħlu l-ħin f'dan id-dibattitu billi noqogħdu ngħajru lil xulxin għax żgur li fix-xena politika ta' Malta ħadd m'hu pur u qaddis, kif tan-naħa l-oħra jippruvaw jpinġu l-istampa.", "Il-partit Nazzjonalista għandu ħafna affarijiet minn xiex jistħi u ċertament id-demokrazija m'hijiex xi monopolju ta' naħa jew ta' oħra, imma hija frott tal-ħidma ta' kull min għandu għal qalbu l-pajjiż u l-frott il-ħidma tal-partiti l-kbar li ilhom jeżistu tant snin.", "Ħaġa oħra ta' min jgħidha hija li l-liġijiet ta' Malta hemm bżonn li jiġu osservati mhux biss f'dak li hemm miktub imma anke fl-ispirtu tagħhom.", "Smajna dikjarazzjonijiet hawnhekk li l-gvern huwa marbut li jiġi fil- Parlament biex jittrasferixxi art lil kumpannija privata li effettivament diġa` hemm ftehim magħha, u għalhekk qed ngħid li l-liġijiet ta' Malta għandhom jiġu osservati anke fl-ispirtu.", "M'għandniex nistaħbew u ninħbew wara jekk għandekx garanzija ta' maġġoranza, għax fl-aħħar mill-aħħar il- maġġoranza trid dejjem issostniha u turiha meta tiġi msejjaħ biex tivvota.", "Għalhekk, anke l-ispirtu tal-liġi jrid jiġi osservat billi qabel ikun hemm ftehim ma' kumpanija privata jew qabel xi art pubblika tingħata lil terzi, din għandha titla' fil-Parlament, ħalli dan jagħti l-approvazzjoni tiegħu jew le.", "Kieku kont backbencher tal-gvern u kont nisma' lill-Ministru Gatt jitkellem b'dak il-mod kont nieħu għalija għax ma nkunx qed niġi meqjus li għandi x'nagħti lill-gvern, anzi, agħar minn hekk, jaħsbu li l-vot tiegħi huwa garantit, jipproponi x'jipproponi l-gvern.", "Naħseb li huwa importanti li l-membri Parlamentari ma jitteħdux for granted, la ta' naħa u lanqas ta' oħra.", "Dan m'huwiex rispett li wieħed juri lejn il-membri li jifformaw parti mill-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż!", "Sur President, il-Parlament jistħoqqlu aktar rispett anke għaliex jekk nirrispettaw l-istituzzjoni paralmentari nkunu qegħdin nirrispettaw lill- poplu li poġġiena hawn.", "Nisimgħu ħafna kliem u ħafna diskorsi dwar kemm naħdmu għall-poplu u li aħna nixtiequ l-ġid tal-poplu, għax kieku verament qegħdin hawnhekk għall-flus nistgħu nagħmlu xogħol ieħor li jrendi ħafna aktar finanzjarjament minn dak ta' membru parlamentari, u għalhekk ċerti affarijiet li ntqalu, b'mod partikolari dak li qal il-Ministru Austin Gatt, ma jagħmlux ġid u lanqas ġieħ lil din l-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż.", "Għaldaqstant nappella biex insaħħu u ntejbu din l-istituzzjoni, anke għaliex din hija responsabbilta` tagħna lkoll.", "Kemm-il darba inti, Sur President, tkellimt f'okkażjonijiet diversi fuq kif nistgħu nsaħħu u ntejbu din l-istituzzjoni u naħseb li importanti li din ir- responsabbilta` neħduha lkoll kemm aħna għall-ġid tal- poplu Malti li tellagħna f'din l-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż biex aħna nirrappreżentawh bl-aħjar mod possibbli.", "Għalhekk, nerġa' ngħid, l-aġir tal-Ministru Gatt żgur li ma jgħinx biex dan isir, anzi jkompli jnaqqas l-importanza tal- parlament li f'demokrazija huwa importanti ħafna biex pajjiż ikompli jimxi 'l quddiem.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Il-Ministru Michael Frendo.", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO (Ministru għall-Affarijiet Barranin): Sur President, din il-mozzjoni m'għandha x'taqsam xejn mal-Parlament u m'għandha x'taqsam xejn ma' l-issue li l-membri ta' l-oppożizzjoni qegħdin jonfħu.", "Fl-ewwel parti tal-mozzjoni jingħad li l-Ministru Gatt aġixxa b'nuqqas ta' osservanza tal-liġijiet u issa anke dik rtiraw.", "Din il-mozzjoni hija sempliċement parti mill-istrateġija tal-Malta Labour Party, kemm f'dan il- Parlament kif ukoll barra, b'mira diretta lejn dawk l-esponenti tal-gvern li tan-naħa l-oħra jidhrilhom li qegħdin jiksbu r-riżultati, biex dejjem jippruvaw idgħajfu l-gvern, għaliex naturalment lil min jarawh li qiegħed jaħdem jaraw kif jagħmlu biex jiżbranawh.", "Din hija l-unika raġuni għal din il-mozzjoni u importanti li l-poplu Malti jkun jafu dan.", "Sur President, irridu naraw jekk fost il-poplu Malti hemmx għagħa kbira biex il-Ministru Gatt jirriżenja u naħseb li r-risposta hija ċara.", "Il- poplu Malti jaf li l-Onor.", "Gatt huwa l-ministru li ħadem ħafna u kabbar is- settur ta' l-ICT.", "Dan huwa l-ministru li għamel ftehim mal-Microsoft u mas- Cisco biex nibdew inħarsu lejn ekonomija ġdida u b'mod ġdid lejn kif mmexxu lil pajjiżna biex l-ekonomija tagħna tkun moderna u tassew nimxu lejn a knowledge-based society.", "Il-poplu jaf li l-Onor.", "Gatt huwa l-ministru li ħadem biex ġab SmartCity u eżattament din hija l-issue.", "L-issue hija li jekk l-oppożizzjoni jaraw li jkun hemm ministru li qed jagħmel affarijiet li tanġibbilment qed imexxu l-pajjiż 'il quddiem, jaraw kif jistgħu joħolqu xi forma ta' issue mqanżħa u mġebbda bħaċ-chewing gum biex jippruvaw ifixklu dan ix-xogħol.", "Fuq dan qed nitkellmu u mhux fuq kwestjoni ta' rispett lejn il-Parlament.", "Kif qal l-Onor.", "Mario Galea, look who's talking now!", "Ma ninsewx li qed nitkellmu fuq partit li meta kien fil-gvern fl-1981, ġab li l-vot tan-nies ma jgħoddx tant kemm kien naqqar id-demokrazija.", "Kien fadallu l-aħħar biċċa xi jnaqqas u din għamilha fl-1981 fejn, minkejja li l- maġġoranza assoluta vvotat mod, xorta ma ħaditx il-gvern li riedet, aħseb u ara kemm għandhom għal qalbhom din l-istituzzjoni!", "Jiena għadni sal-lum nistenna u nittama li xi darba nismagħha l-apoloġija pubblika tal-MLP għal dak li għamel fil-gvern fis-snin li għaddew biex nassiguraw li qatt ma jirrepetu dak l-aġir.", "Jiena m'għandix dubju li l-Onor.", "Austin Gatt qed jaħdem għall-ġid ta' pajjiżna.", "L-Onor.", "Gatt huwa persuna dinamika u persuna li forsi hawn min jarah li mhux daqshekk bl-ingwanti, pero` x- xogħol ma jirrikjedix li jkollok l-ingwanti!", "Ix-xogħol jirrikjedi li tmidd idejk, taħdem u tasal biex Malta tagħna tkun tista' timxi 'l quddiem u jkun", "hawn aktar ġid għalina.", "Altru milli jirriżenja, jiena nawgura li l-Ministru Gatt jkompli fix-xogħol li qed jagħmel biex nassiguraw li dan il-pajjiż ma jaqax f'idejn il-partit Laburista mmexxi mill-Onor.", "Alfred Sant, għaliex pajjiżna ma jixraqlux li jkollu dik it-tip ta' tmexxija.", "Hemm bżonn naraw riforma sħiħa fil-Labour Party biex tassew ikollna l-possibbilta` ta' alternanza tal-poter li f'dan il-mument mhux possibbli, għaliex huwa importanti li dan il-pajjiż ikompli miexi 'l quddiem bir-ritmu li għandu bżonn u b'ministri li jagħtu l-ħin kollu tagħhom, id-dedikazzjoni, il-ħidma u l-kapaċita` tagħhom - bħalma qed jagħmel il-Ministru Gatt - biex ikompli jimxi 'l quddiem.", "Altru milli jirriżenja, nawguralu aktar snin ta' ħidma għall-ġid tal-pajjiż.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Il-Ministru Francis Zammit Dimech.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (Ministru għat-Turiżmu u Kultura): Sur President, kieku kelli nistaqsi lili nnifsi fuqhiex hija bbażata din il- mozzjoni mressqa mill-oppożizzjoni, inwieġeb li din hija bbażata fuq gidba sfaċċata għaliex il-mozzjoni tgħid affarijiet li ma ġrawx.", "Jiena ngħid li aħna għandna lkoll d-dover li nirriflettu fuq l-atteġġament ta' l- oppożizzjoni fi ħdan il-Parlament u fi ħdan sistema demokratika.", "Jiena u naqra l-mozzjoni kif imressqa mill-Onor.", "Charles Mangion u mill-Onor.", "Joe Mizzi f'isem il-grupp parlamentari Laburista, bdejt nistaqsi: Allura dan il- grupp parlamentari Laburista kollu kemm hu ma jafx x'ġara?", "Dan il-grupp parlamentari Laburista joħloq ħlejqa u mbagħad jiġri warajha hu stess u jipprova jibni l-argumenti fuq ġidba sfaċċata?", "Dawn qalulna li:", "\"L-Onor.", "Austin Gatt ammetta...\"", "- bħallikieku kien qiegħed quddiem xi ġuri u qallhom li minflok jikkundannawh lest jammetti!-", "... li b'nuqqas ta' osservanza tal-liġijiet viġenti u minħabba l-fatt li l-gvern għandu maġġoranza ta' ħames deputati fil-Parlament, l- istess gvern jista' jikser il-liġi u huwa konvint li jista' retroattivament jirratifika kull vjolazzjoni", "u ksur tar-regolamenti u liġijiet ta' pajjiżna.\".", "Jiġifieri hawn qed jingħad li Austin Gatt ġie fil-Parlament, qal li kiser il-liġi u li dan ma jimpurtax għax jista' jiġi hawnhekk u jpatti wara għall- ksur tal-liġi.", "Jiena nistaqsi lill-oppożizzjoni fejn mid-diskors li qal realment l-Onor.", "Austin Gatt, kien hemm xi ammissjoni bħal din u kif jista' jkun hawn ammissjoni bħal din?", "Jiena smajt minn ħin għal ħin ukoll xi deputati min-naħa ta' l-oppożizzjoni jitkellmu f'dan id-dibattitu u smajt anke wħud minnhom jgħidu biex ma noqogħdux ngħidu li fil-kuntratt jingħad li huwa suġġett li jrid ikun irratifikat mill-Parlament, għaliex mhux x'jgħid il-kuntratt jgħodd imma x'qal l-Onor.", "Gatt fil-Parlament.", "Mela jekk dak l-argument hu veru, mela allura skond l-oppożizzjoni, l-Onor.", "Austin Gatt ġie hawn fil-Parlament jammetti xi ħaġa li ma ġratx Din bħal dawk il-każi ta' nies li jkunu taħt tortura u jibdew jgħidu li wettqu xi ħaġa li m'għamlux!", "Imma dan m'huwiex il-każ lanqas, għaliex ma ġarax hekk u l-Onor.", "Austin Gatt ma ġiex hawn jgħid hekk.", "Il-proċedura li saret hija waħda mill-aktar normali meta inti tagħmel kuntratt li jinvolvi trasferiment ta' artijiet u, skond il-liġi, wara li tinnegozja u n-naħa l-oħra tiffirma, timxi bil-proċedura li l-kuntratt ikun suġġett għar-ratifika ta' dan il-Parlament.", "Issa jekk xi ħadd jgħidli li meta gvern stabbli jkun qiegħed f'diskussjonijiet serji ma' xi ħadd fuq trasferiment ta' art u ma jistax jantiċipa li dak it-tali kuntratt bil- probabbilta' kollha se jgħaddi mill-Parlament, allura l-oppożizzjoni bir- rispett kollu lejha mhux biss qiegħda tgħix gidba oħra, imma qiegħda tkun inkonsistenti ma' l-aġir tagħha meta hi kienet fil-gvern.", "Għaliex aħna rridu nfakkru li bejn l-1996 u l-1998, il-gvern Laburista ressaq riżoluzzjonijiet li jinvolvu t-trasferiment ta' artijiet differenti għall- approvazzjoni tal-Parlament.", "Issa apparti x'għamel il-partit Laburista biex jagħti vantaġġ lilu nnifsu u x'qal internament - għax ma naħsibx li qal li din ma jafx jekk tgħaddix! - tajjeb insemmu li fuq il-proġett tal-Kottonera, meta kienu ġabu hawn il- kuntratt iffirmat u meta kellhom il-kritika, f'ħin minnhom qalulna: Issa nerġgħu nġibuh il-kuntratt u nressquh b'mod differenti.", "Imma x'għamlu?", "Taparsi biddlu kelma 'l hawn u 'l hinn u reġgħu ressquh l-istess!", "Mela l- prattika li segwa l-partit Laburista meta kien fil-gvern – u bil- konsegwenzi li dakinhar għadda minnhom il-partit Laburista – hi li jekk hemm kuntratt li jinvolvi trasferiment ta' artijiet, l-ewwel jiddiskutuh, jinnegozjawh u jiffirmawh u mbagħad jiġu hawn biex jaraw jottenux ir-ratifika jew le tal-Parlament.", "U jien ngħid li jekk nippruvaw nimxu bil-maqlub ta' hekk, allura se naqgħu fl-assurdita` li l-oppożizzjoni qed tgħidilna li għandna nitkellmu dwar il-kuntratt ta' xi ħadd fil- Parlament u mbagħad naraw in-naħa l-oħra taċċettax jew le.", "Imma liema pajjiż jimxi b'dan il-mod?", "Lanqas meta xi ħadd jagħmel konvenju ma' ħaddieħor ma jimxi hekk, għax meta tagħmel konvenju ma' ħaddieħor u taf li dan għandu bżonn l-awtorizzazzjoni jew il-finanzjament, il-konvenju tagħmlu suġġett għall-ħruġ tal-permessi relattivi mill-MEPA, jew suġġett li jkollok il-finanzjament meħtieġ mingħand il-banek.", "Jiġifieri l-ewwel tiffirma mal-parti l-oħra u mbagħad tmur u tara ġġibx l-awtorizzazzjonijiet meħtieġa.", "Kieku nagħmlu bil-maqlub ta' dan inkunu qed niġġamjaw il-pajjiż, b'konsegwenza li ma jkunx kompetittiv u ma nattirawx investiment.", "Għalija l-fatt li l-oppożizzjoni qed tagħmel dan il-plejtu fuq każ daqshekk straightforward – talbu seba' sigħat ta' ħin parlamentari biex jiddiskutu gidba immaġinarja - juri min verament ma jirrispettax l-istituzzjoni tal-Parlament.", "B'din il-mozzjoni, l- oppożizzjoni qed tipprova tagħmel farsa minn dan il-Parlament, għaliex inti ma tiġix tiddiskuti xi ħaġa bbażata fuq dak li ma ġarax u taħli seba' sigħat b'dan il-mod.", "Jiena ma niskantax li l-oppożizzjoni qed tagħmel użu minn dan it-tip ta' prattiċi biex tipprova tieħu mileage politiku.", "Ċertament l-oppożizzjoni kapaċi tuża l-ħin tagħha b'mod aktar produttiv anke għaliha stess, imma dan ma tagħmlux.", "Aħna nafu li l-oppożizzjoni, meta tipproduċi policy paper waħda wara l-oħra, qiegħda tipproduċi ripetutament id-duħħan, għaliex meta aħna nagħsru l-policy papers tagħhom - bħall-aktar waħda riċenti dwar is- servizz pubbliku – insibu l-vojt għax m'hemmx ideat ġodda.", "Din hi oppożizzjoni niexfa mill-ideat u m'għandha l-ebda issue ta' demokrazija kif kellu l-partit Nazzjonalista fil-passat.", "U hawn ta' min ifakkar li l-Onor.", "Austin Gatt kien protagonista sew fil-ġlidiet li l-partit Nazzjonalista kellu jagħmel biex dan il-pajjiż verament jerġa' lura għad-demokrazija, kemm bħala segretarju ġenerali tal-partit Nazzjonalista u anke bħala l- bniedem li kien imexxi l-Elcom u naturalment l-Onor.", "Gatt qiegħed sew fil- mira ta' sħabna tan-naħa l-oħra.", "Kif qal l-Onor.", "Frendo, wasal iż-żmien li l-oppożizzjoni - jekk trid titkellem fuq id-demokrazija b'daqsxejn kredibilita` - titlob apoloġija lill-poplu Malti għall-aġir kollu tagħha, inkluż dak reċenti u hawn insemmi l-aġir tagħha wara r-referendum ta' l-2003.", "Ta' l-oppożizzjoni ma jiħdux pjaċir meta nsemmulhom il-passat u jgħidulna li qed immorru lura b'ħafna snin, biss tar-referendum tliet snin ilu seħħet.", "Kellna riżultat ċarissimu ta' referendum dwar jekk il-poplu Malti jridx jew le li Malta tidħol fl-Unjoni Ewropea u l-oppożizzjoni għadha sal- lum ma ammettitx li dakinhar il-verdett tal-poplu Malti qratu ħażin.", "L- oppożizzjoni trid tmur il-kindergarten tad-demokrazija, u hawn mhux qed nikkwota dak li ġara fis-snin '70 u '80, għax irid ikolli ferm iktar ħin biex nagħmel analisi ta' dak iż-żmien.", "Jien qed ngħid kif aġixxiet l- oppożizzjoni f'Malta tliet snin ilu.", "Mela l-mentalita` hemm għadha, Sur President.", "Anke l-fatt li dawn ġew quddiem dan il-Parlament u talbu dan il-ħin kollu biex jiddiskutu invenzjoni tagħhom huwa wkoll aġir anti-demokratiku.", "Il- Ministru Austin Gatt żgur m'għandux bżonn appelli biex mhux biss ma jirriżenjax imma li jibqa' għaddej bil-ħidma u bit-talent tiegħu bħala parti minn dan it-team governattiv.", "Lill-Ministru Austin Gatt ngħidlu wkoll biex jikkonsla għax l-oppożizzjoni ma tridx ir-riżenja tiegħu biss imma ta' ħafna ministri oħrajn.", "Jekk naraw x'qal il-kap ta' l-oppożizzjoni f'Ħaż- Żebbuġ, dan beda jsemmi ministru wara l-ieħor li għandu jirriżenja u naħseb li lanqas meta tkun qed tilgħab il-bowling u tipprova tagħmel strike ma taġixxi b'dan il-mod!", "Evidentement l-oppożizzjoni tant għandha kilba u għatx għall-poter li l-uniku interess tagħha hu li tipprova tagħmel kampanja sistematika fejn tattakka b'kull mod possibbli, kultant anke b'attakki personali li mhux ġustifikati, diversi membri tal-gvern.", "U llum qed tagħmel hekk fuq diversi membri tal-gvern f'salt.", "Dan li qed tagħmel l- oppożizzjoni.", "Mhux veru li l-oppożizzjoni tiġi hawnhekk u tipprova titkellem fuq aġir ta' ministru jew ieħor u dan joħroġ minn kif l- oppożizzjoni qiegħda titkellem fil-pubbliku u meta jkollha l-konferenzi politiċi tagħha.", "L-oppożizzjoni taqbad sistematikament numru minna l- ministri u s-segretarji parlamentari u tibda tfaqqa' mingħajr raġunijiet konkreti!", "U f'dan l-isfond nistaqsi: Min jista' jagħti l-iċken tentufa ta' kredibilita` lill-oppożizzjoni?", "Sur President, jiena ngħid li jekk din il-mozzjoni rridu niddiskutuha bis- serjeta`, għandna narawha f'kuntest aktar wiesa'.", "Il-ftehim dwar il-bejgħ ta' l-ishma tal-gvern fil-Maltacom hu wieħed tajjeb għall-pajjiż jew le?", "Huwa mod kif ikun hawn investiment aktar serju fil-pajjiż?", "L-oppożizzjoni b'dan qiegħda tifraħ jew qiegħda tipprova ssib issa x-xagħra fl-għaġina kif tagħti d-daqqiet minn taħt u tostakola l-progress veru u l-kompetittivita` ta' pajjiżna?", "Dan li għandna naraw.", "L-oppożizzjoni taf li l-Kummissjoni Ewropea tkellmet dwar il-qabża spettakolari li Malta għamlet fil-qasam ta' l-informatika u tat-teknoloġija tal-komunikazzjoni fejn mis-16-il post telgħet għat-tieni post. L-oppożizzjoni kuntenta b'dan?", "Meta l- oppożizzjoni tara l-ftehim negozjat u diskuss mill-Ministru Austin Gatt biex f'Malta jkun hawn SmartCity, hemmhekk f'daqqa waħda nisimgħu stqarrijiet li huma jaqblu li nkomplu mexjin f'din it-triq.", "Allura meta se tiġi r-riżoluzzjoni fuq SmartCity u l-gvern jgħid li, skond ma qed jisma' mill-oppożizzjoni, il-Parlament se jkun unanimu fuq dik r-riżoluzzjoni, dawn se jieħdu għalihom?", "M'hemmx serjeta` u m'hemmx kredibilita` fl- oppożizzjoni u mhux vera li din qed toffri politika serja u alternattiva għal pjani konkreti u għal ħidma bla waqfien u dedikazzjoni ta' dan il- gvern.", "Sur President, jiena nagħlaq dan l-intervent tiegħi billi ningħaqad ma' dawk kollha li esprimew ringrazzjament għad-dedikazzjoni, għall-enerġija u anke għall-mod frank li bih jitkellem il-Ministru Austin Gatt.", "Ikellem lil liema naħa tal-Kamra jkellem, tkun taf eżatt fejn qiegħed miegħu u tkun taf ukoll li dan finalment qed jaħdem favur il-ġid u l-progress ekonomiku ta' pajjiżna li suppost inħobbu lkoll.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "David Agius.", "ONOR.", "DAVID AGIUS: Sur President, bil-premessa li ebda ministru m'għandu bżonn xi backbencher biex jagħmel xi diskors favur tiegħu jew biex jiddefendih, għax kull wieħed f'dan il-Parlament kapaċi jiddefendi lilu nnifsu, pero` ma jistax ikun li għal għaxar kelmiet li qal l-Onor.", "Austin Gatt naħlu għaxar sigħat.", "Dan hu ħela ta' ħin u jekk dan mhux ħela ta' ħin, ma nafx x'jista' ikun.", "Kieku kien hawn verament theddida għad- demokrazija u qam xi ħadd minn din in-naħa, mar fuq in-naħa l-oħra u ta xi daqqa ta' ponn lil xi ħadd, kif kien isir dari, kont ngħid li l-ħin meħud hu ġustifikat.", "Kieku l-istrangers gallery mimlija bin-nies jgħajru lil xi deputat ta' l-oppożizzjoni, kif kien isir dari, ngħid veru għandna problema tad-demokrazija.", "Imma li tiġi tagħmel għaxar sigħat dibattitu fuq għaxar kelmiet li qal il-Ministru Austin Gatt - fejn fakkarhom li lil Mintoff lanqas biss kellhom il-ħila jżommuh biex jivvota magħhom - ma nafx x'sens jagħmel.", "Sur President, f'dawn is-sigħat ta' dibattitu li għamilna s'issa ma smajt l- ebda deputat min-naħa ta' l-oppożizzjoni jsemmi lil Mintoff u din hi l- istramba għax dak huwa l-ġist ta' dak li qal il-Ministru Austin Gatt f'dawk l-għaxar kelmiet.", "Allura għalfejn qiegħda tagħmel hekk l-oppożizzjoni?", "Għaliex ma ġietx hawn per eżempju u ddiskutiet għal għaxar sigħat sħaħ SmartCity jew il-ftehim li għadu kif sar ma' l-IBM?", "Għaliex ma ġietx hawn u ddiskutiet l-immigrazzjoni illegali, il-euro jew dwar kif sejra Malta fl- Unjoni Ewropea?", "M'għamlitx hekk għax ma jaqblilhiex u għax trid taqbad ma' xi ħadd.", "Illum inzerta l-Ministru Austin Gatt u għada nista' nkun jien jew jista' ikun membru ieħor ta' din in-naħa.", "Hekk taħdem l-oppożizzjoni, taqbad ma xi ħadd, tipprova tkissru u taqtagħlu qalbu biex ma jkomplix jaħdem.", "Pero` jiena ngħid li dan l-aġir ta' l-oppożizzjoni qed jagħmel aktar ħsara lilhom milli lilna u dan għaliex il-poplu dan it-tip ta' atteġġament ma jridux.", "Il-poplu ma jridx li naħlu għaxar sigħat f'diskussjoni bħal din u ta' dan jikkundannahom, Sur President.", "Id-demokrazija f'dan il-pajjiż żgur mhux qed titkisser għax il-Ministru Austin Gatt qal li għandna ħames siġġiet maġġoranza u li se nżommuha għax aħna team magħqud.", "Mela min hu t-team magħqud?", "It-team tal-Labour li bejn l- 1996 u l-1998 waqqa' l-gvern?", "Staqsuhom lil-Laburisti li qed jisimgħuna liema hu t-team qawwi tal-Labour Party, jekk hux tal-lum jew tal-bieraħ!", "Jien lill-oppożizzjoni ngħidilha: Take care and watch it, kif jgħid il-kap tagħhom, għax dawn mingħalihom li bit-tbażwir u b'mozzjoni bħal din se jolqtu lill-Ministru Austin Gatt.", "Imma fil-verita` dan kollu se jdur kontrihom.", "Il-poplu ma jridx dan il-ħela ta' ħin, imisskom tistħu!", "Aħjar ta' l-oppożizzjoni jaraw x'hemm bżonn li jsir biex dan il-Parlament jiddiskuti bis-serjeta' u biex dan il-pajjiż jimxi 'l quddiem.", "Jien inħoss li aktar ma' l-oppożizzjoni tagħmel dawn it-tip ta' mistoqsijiet, aktar aħna se nissaħħu u ningħaqdu.", "Aktar ma l-oppożizzjoni tattakka individwi, aktar aħna noħorġu bħala team għax filwaqt li huma jattakkaw wieħed, aħna nattakkaw b'team sħiħ u t-team rebbieħ finalment ma jistax jonqos li jkun dak it-team magħqud u mhux dak it-team li l-leader tiegħu joħroġ jattakka lin-nies tiegħu stess.", "Staqsu lil Lino Spiteri, staqsu lil Maria Camilleri, staqsu lil Alex Sceberras Trigona u anke lill-istess Mintoff!", "Jien nista' ngħid li fil- partit tagħna ħadd ma jieħu for granted lil ħadd għaliex, meta jkun hemm affarijiet li għandna nikkritikaw, aħna stess nikkritikawhom u ngħidu li ma naqblux magħhom.", "Jien l-ewwel wieħed tkellimt fil-pubbliku kontra l-idea li t-trade fair tersaq lejn ir-residenti tal-Mosta u Ħ'Attard.", "Ħadd mill- oppożizzjoni ma tkellem.", "Ara hemmhekk, ma ħlewx għaxar sigħat jiddiskutu!", "Dik ħallewha għaddejja għax ma tinteressahomx, imma għax l-Onor.", "Austin Gatt qal li għandna team magħqud u li l-maġġoranza li għandna se nżommuha, qajmu plejtu sħiħ u ħlew għaxar sigħat fuq diskussjoni finta.", "Imissha tistħi l-oppożizzjoni tagħmel dawn l-affarijiet, Sur President!", "Jiena naħseb li l-poplu Malti hemm barra li qed jisma' din id-diskussjoni, qed jifhem li la l-oppożizzjoni taqbad fuq dawn l-affarijiet, sinjal li m'għandhiex fuqhiex taqbad.", "Ma nistħu xejn milli qal u għamel l-Onor.", "Austin Gatt aħna għax issa se jkunu l-istess Laburisti li għada pitgħada jmorru jaħdmu SmartCity jew f'xi kumpannija oħra li tiġi hawn grazzi għall- Malta Enterprise.", "Ara dawk ma jsemmuhomx!", "Dawk ma jgħidux li huma theddida għad-demokrazija!", "Qalulna li aħna biss ma nivvotawx skond il-kuxjenza tagħna.", "Jien nistaqsi: Kien hemm xi ħadd mill-oppożizzjoni li vvota kif deherlu hu għal dak li għandu x'jaqsam mad-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea?", "Kienu liberi dakinhar li jivvotaw kif xtaqu jew le?", "Dakinhar imisskom kellkom għaxar sigħat ta' diskussjoni u għidtu kif verament tixtiequ li l-affarijiet isiru f'pajjiżna.", "Jiena ċert li kien hemm Laburisti li riedu li Malta tidħol fl-Unjoni Ewropea u għalhekk għadda r- referendum u llum Malta tinsab fl-Unjoni Ewropea, imma l-membri parlamentari Laburisti dakinhar ma ngħatawx free vote biex jivvotaw kif iridu.", "Sur President, nerġa' ngħid li aktar ma' l-oppożizzjoni tagħmel dawn it-tip ta' mozzjonijiet, aktar il-gvern jissaħħaħ għax aktar noħorġu qawwijin bħala team.", "Li taħli għaxar sigħat ta' diskussjoni fuq għaxar kelmiet li ntqalu minn membru parlamentari u ministru tal-gvern, li żgur ma kiser l- ebda regola tad-demokrazija, mhux aċċettabbli u jeħtieġ li npoġġu kollox fil-perspettiva tiegħu.", "Naħseb li l-oppożizzjoni aħjar tara ftit hi stess x'għandha tagħmel għal dan il-Parlament wara li kasbritu fil-passat u anke kellna deputati min-naħa l-oħra jsawtu deputati ta' din in-naħa.", "Sal-lum għadna ma ħadniex apoloġija ta' dan kollu.", "Jekk irridu verament nirrispettaw lil xulxin f'dan il-Parlament ma nistgħux nieħdu l-affarijiet out of context u nużawhom kif jidhrilna aħna biex naħlu għaxar sigħat fuq għaxar kelmiet.", "Jien forsi ħadt għaxar minuti biex ngħid dak li ridt ngħid, Sur President.", "Nispera li dan il-Parlament jintuża biex niddiskutu issues li verament ikunu għall-ġid tal-poplu Malti u j'Alla l-membri parlamentari Laburisti, kull meta jiġu biex jivvotaw, jingħataw freevote biex jivvotaw kif iħossu, għaliex jien nemmen li mhux dejjem jagħmlu hekk min-naħa ta' l- oppożizzjoni.", "Jien nista' ngħid li bħala membru parlamentari, qatt u qatt ma ġejt imġiegħel nivvota b'ordni ta' xi ħadd.", "Qatt ma nqalgħet dik iċ- ċirkostanza u jekk xi darba tinqala', jien inkun l-ewwel wieħed li ma nibqax f'dan il-Parlament għaliex hemmhekk verament nitilfu r-rispett tagħna lejn din l-ogħla istituzzjoni.", "J'Alla l-oppożizzjoni taħdem bħala team kif naħdmu aħna fil-gvern.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Jose` Herrera.", "ONOR.", "JOSE` HERRERA: Sur President, ma nafx kif in-naħa tal-gvern qed jeħduha daqstant bi kbira li l-oppożizzjoni Laburista minn żmien għal żmien tressaq mozzjoni ta' ċensura għax f'pajjiżi demokratiċi huwa normali li jiġri hekk.", "Tagħna huwa pajjiż demokratiku - almenu hekk nemmnu li hu - u hu normali li minn żmien għal żmien jiġri dan.", "Naħseb li l-ebda ministru m'hu infallibbli u minn żmien għal żmien ikun f'loku li l-oppożizzjoni tiċċensura membru tal-gvern u għalhekk qed nagħmlu hawnhekk.", "Ir-raġuni għaċ-ċensura m'hiijex xi waħda frivola, kif donnhom qed jgħidu l- kelliema tal-gvern u dan għax dak li qed jiġi dibattitut huwa kliem li seta' nftiehem li jmur kontra d-demokrazija parlamentari.", "Meta aħna qed nitkellmu fuq kwestjoni ta' demokrazija u s-sovranita` tal-Parlament, ħadd ma jista' jgħid li l-kwestjoni hija xi waħda frivola jew xi waħda li nistgħu nħalluha għaddejja.", "Ir-retroscena tal-mozzjoni tagħna huwa dan.", "Minn stħarriġ wara l-ieħor jirriżulta biċ-ċar li l-poplu tagħna in ġenerali qed jitlef il-fiduċja fl-istituzzjonijiet ewlenin tal-pajjiż bħal qrati, speċjalment f'dan il-Parlament, li suppost", "huwa l-vuċi tal-poplu għax huwa l-uniku organu rappreżentattiv ta' l-istess poplu.", "Minn studju ieħor li sar, instab li r-raġuni għaliex il-poplu in ġenerali qed jitlef il-fiduċja f'dan il-Parlament hija l-perception li matul il- milja tas-snin, dan il-Parlament, tajjeb jew ħażin, ġie ridott għal sempliċement rubber stamp tal-gvern, fis-sens li niġu hawn niddibattu imma kważi kważi jkun ħela ta' ħin għaliex, jekk il-gvern ikun deċiż fuq ċerti abbozzi ta' liġi jew ċerti mozzjonijiet, ngħidu x'ngħidu, tgħaddi tiegħu għax għandu l-maġġoranza.", "Allura r-rwol leġislattiv u ta' skrutinju ta' dan il-Parlament qiegħed jiddgħajjef.", "M'ilux is-Sedja għaddietli – kif għamlet lil kull membru ta' din il-Kamra - ktieb ta' Prof. Pirotta dwar l- istorja tal-Parlament Malti.", "F'dan il-ktieb, Prof. Pirotta jirrimarka bl-aktar mod ċar li sfortunatament il-prestiġju u r-rwol ta' dan il-Parlament matul is-snin qiegħed dejjem jiddgħajjef.", "Allura fl-isfond ta' dan kollu, wieħed jippretendi li l- kelliema ta' dan il-Parlament ikunu aktar sensittivi u kawti għal dak li jgħidu fil-konfront tar-rwol ta' dan il-Parlament.", "Mela għandek din l- istituzzjoni qed tiddgħajjef u għandek il-perception tan-nies li l- Parlament qed jitlef is-saħħa tiegħu kollha, allura r-responsabbilta` politika tirrikjedi li aħna d-deputati, meta nitkellmu fuq ir-rwol ta' din l-istituzzjoni, nuru aktar finezza u aktar kawtela.", "Għalkemm l-Onor.", "Austin Gatt huwa magħruf bħala bniedem mimli enerġija u li jħobb jaħdem - u dak nikkonċedih - ovvjament mhux dejjem naqblu ma' dak li jagħmel u għandu ħafna difetti, kif għandu kulħadd wara kollox, pero` għażżien żgur li mhux.", "Pero` l-Onor.", "Austin Gatt hu magħruf ukoll - u din hija ċ-ċensura - li huwa żbukkat, kultant hi ħaġa tajba u kultant ma hix, għax jgħid affarijiet li m'humiex politically correct.", "Issa ċ-ċensura tagħna wieħed irid jaraha fl- isfond ta' dan kollu u fl-isfond tal-kritika sottili li hawn ta' kif qed jimxi l-Parlament, b'ministru ewlieni tal-gvern jgħid dan il-kliem.", "Ovvjament aktar ma wieħed ikollu kariga importanti, aktar jesponi ruħu għall-kritika.", "Jekk xi ħaġa bħal din tingħad minn Austin Gatt, ministru anzjan fi ħdan il-kabinett mod, u jekk tingħad minn xi kunsillier ġdid f'xi kunsill lokali mod ieħor.", "Ministru anzjan tal-gvern ma jistax jagħti x'tifhem li għax il-gvern għandu s-saħħa tas-siġġijiet fil-Parlament, allura bażikament he takes for granted il-vot tal-Parlament.", "Dak hu statement perikoluż, jgħidu x'jgħidu l-Onor.", "Francis Zammit Dimech u l- Onor. David Agius.", "Din hija l-mozzjoni ta' ċensura vis-a-vis il-Ministru Austin Gatt, Sur President.", "L-Onor.", "Gatt seta' rreaġixxa billi qal li hu ried jgħid hekk u mhux hekk u, jekk inftiehem ħażin, lest jiskuża ruħu.", "Kieku għamel hekk, ma kien jiġri xejn għax aħna mhux qed ngħidu li l-Ministru Gatt hu ħati ta' xi att ta' korruzzjoni.", "Hawn qed ngħidu sempliċiment li l-Ministru Gatt kien careless fid-diskors li għamel u kieku mqar irtira xi kelma jew tnejn, ma kien jagħmel xejn ħażin.", "Dan seta' faċilment jagħti spjegazzjoni jekk ġie interpretat ħażin u konna niffrankaw dawn l-għaxar sigħat dibattitu.", "Pero` li inti jkollok statement li jista' faċilment jiġi interpretat li jfisser li min ikollu l-maġġoranza ta' siġġijiet jista' jieħu l-Parlament for granted huwa l-akbar lapsus li qatt jista' jagħmel membru tal-gvern għaliex skond il-ġurament li nieħdu, aħna individwi għalkemm taħt dixxiplina parlamentari.", "Allaħares le, għaliex kieku s-sistema ta' partiti ma tiffunzjonax!", "Pero` dan ma jfissirx li d-deputati can be taken for granted, għaliex aħna għandna ġurament ta' lealta` mhux lejn il-partit tagħna imma lejn il-Kostituzzjoni u lejn il-poplu ta' Malta.", "Sur President, jien niddikjara li jekk ikun hawn xi liġi li jiena nħoss li se tagħmel ħsara kbira lill-pajjiż u jien moralment ma nemminx fiha, jien għandi kull dritt li nivvota kontriha, tgħid x'tgħid id-dixxiplina parlamentari tal-partit tiegħi, kif qal wara kollox l-Onor.", "Michael Gonzi u faħħartu dwar dan.", "Michael Gonzi, li m'għandix dubju joqgħod taħt dixxiplina parlamentari bħalma noqgħod jiena, ġieli jagħmel l-awto-kritika.", "B'daqshekk x'fiha?", "Jiena ġieli nfaħħar ukoll uħud mid-deputati Nazzjonalisti li matul is-snin kienu kuraġġużi biżżejjed li jagħmlu awto- kritika u żgur li b'daqshekk m'għandhomx jiġu kkritikati, anzi!", "Pero` li jien niġi taken for granted, jgħid x'jgħid il-gvern tiegħi u nkun qisni rubber stamp tiegħu fil-Parlament u niġi hawn nivvota favur, mhux aċċettabbli.", "Don't take me for granted!", "Għaliex jekk hawn liġi li ma naqbilx magħha, jista' mhux jiġi l-prim ministru u l-kabinett kollu, għaliex jien żgur nivvota kontra!", "Jekk tkun xi ħaġa immorali u tmur kontra l-kuxjenza tiegħi, jista' jieħu għalih min irid, jistgħu jgħajruni kemm iridu, jeħduha kontra tiegħi kemm iridu, għax jiena nivvota kontra.", "Jiena persważ li hekk jagħmlu wkoll id-deputati fi ħdan il-partit fil-gvern għaliex huma nies ta' fibra morali u m'għandix dubju minnhom.", "Għalhekk hu ħażin li jsir ċertu diskors, Sur President.", "Jiena naħseb li huwa sinjal ta' maturita` politika li l-oppożizzjoni tiġbed l-attenzjoni tal-gvern u ta' dan il-Parlament u ngħidu li l-ministru f'dak id-diskors went a little too far.", "Nafu li hawn ħafna kritika fuq din l- istituzzjoni u int, Sur President, naf li qed tagħmel l-almu tiegħek dwar dan.", "Jiena nsegwi d-diskorsi tiegħek u ma tgħaddix okkażjoni fejn int ma tagħmilx enfasi fuq kemm hu importanti li dan il-Parlament ikun independenti mill-branch esekuttiv tal-pajjjiż.", "Issemmi per eżempju - u naqbel miegħek – li wasal iż-żmien li jkollna ċ-ċivil tagħna ġewwa l- Parlament ħalli niffunzjonaw b'mod awtonomu.", "Is-Sinjorija Tiegħek ġieli semmiet il-possibbilta` li d-deputati jkunu full-timers u l-bżonn ta' infrastruttura ta' assistenza segretarjali.", "Dawn kollha huma affarijiet tajbin biex insaħħu din l-istituzzjoni.", "Sur President, issir kritika, per eżempju, li l-gvern mhux qed ikun sensittiv biżżejjed meta jiġi biex jagħmel liġi subordinata.", "Kritika ewlenija hi li qed issir wisq drawwa tal-gvern li jaġixxi b'dan il-mod, ċertament mhux għax il-prim ministru dittatur imma għax hemm volum kbir ta' liġijijet li jridu jsiru.", "Pero` minkejja dan, naħseb li l-gvern irid ikun ftit iktar kawt u ftit aktar responsabbli u ċerti liġijiet ngħadduhom mill- Parlament u mhux b'legal notice.", "Kritika oħra lejn dan il-gvern, anke mill-oppożizzjoni, kienet meta, per eżempju, saru ċerti riformi radikali fil-qrati u ngħalqet il-family court b'legal notice, jew ikollok regolamenti ta' natura fiskali - u l-Parlament qiegħed hawn qabel kollox biex jagħmel skrutinju tan-nefqa pubblika - li jsiru b'legal notice.", "Hu veru li l-Parlament xorta jista' jġib mozzjoni biex nikkritikaw dik il- legal notice, pero` fil-prattika - u rridu nkunu onesti nagħna nfusna - huwa impossibbli li fiżikament id-deputati ta' dan il-Parlament ikunu jafu eżattament x'legal notices qed jiġu reġistrati kuljum u jieħdu dik l- inizjattiva biex jagħmlu l-mozzjonijiet tagħhom.", "Allura huwa ħażin li l- gvern jintroduċi liġijiet importanti mingħajr ma jgħaddihom mill-Parlament u għalhekk jien jidhirli li t-terminu subordinate legislation huwa misnomer għaliex għandek leġislazzjoni importanti li qed issir barra dan il- Parlament.", "Huwa dmir ta' dan il-Parlament li jilleġisla, għalkemm l-istat jista' jiġi delegat b'ċerti poteri biex jagħmel regolamenti u legal notices, imma dawk ir- regolamenti u l-legal notices iridu jkunu subordinati għal-liġijiet prinċipali.", "Imma mhux hekk qed jiġri, Sur President.", "Jiena mhux qed ngħid li l-istituzzjoni parlamentari f'pajjiżna qiegħda f'xi kriżi, biex inkun fair.", "Fil-fatt kelli bosta okkażjonijiet fejn rajt dibattitu tajjeb fl-esperjenza tiegħi ta' għaxar snin f'dan il-Parlament u ċertament li dan tranġa ħafna meta mqabbel ma' dak li kont insegwi qabel.", "Anzi jkolli ngħid ukoll li d-dibattitu li jsir fil-plenarja huwa ta' ċertu livell u ninnota li l-kelliema miż-żewġ naħat tal-Kamra jiġu hawn preparati sew.", "Ġieli jkollna dibattiti jaħarqu ħafna u ġieli nitlewmu daqsxejn bejnietna, pero` jeżisti wkoll ċertu element ta' kordjalita` li forsi, kif qal l-Onor.", "David Agius, fil-passat ma kienx dejjem jeżisti.", "In-nies saru iktar maturi u l-poplu in ġenerali ma jiħux pjaċir jara konfrontazzjoni jew aggressivita` żejda fil-Parlament.", "Allura fl-isfond ta' dan kollu ngħid li meta għandek din il-perception mhux tant pożittiva fuqna, minkejja li nagħmlu l-aħjar tagħna, dawk l-għaxar kelmiet ta' l-Onor.", "Austin Gatt – għax jidher li l-Onor.", "David Agius qagħad jgħoddhom – ma kenux f'waqthom u naħseb li għandu jiġi ċċensurat fuqhom.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Gavin Gulia.", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Sur President, jien segwejt ħafna mid-dibattitu u l- aktar żewġ interventi li saru qrib id-diskors tiegħi kienu ta' l-Onor.", "David Agius u tal-Ministru Zammit Dimech.", "L-Onor.", "David Agius għamel diskors politiku, fejn attakka lill-partit Laburista għal dak li hu rrifera għalihom bħala eċċessi tad-demokrazija - ormai passato remoto - filwaqt li l-Ministru Zammit Dimech għamel intervent fuq l-aspetti legali.", "Jiena nixtieq inwieġeb il-punti legali li ssemmew billi nqajjem osservazzjonijiet legali f'dak li għandu x'jaqsam ma' dak kollu li sar, għaliex irridu ngħidu li, xi ftit jew wisq, f'din il-kwestjoni saret froġa legali.", "Pero`, fir- rigward tad-diskors politiku partiġġan li għamel l-Onor.", "David Agius, fejn donnu ried jinnewtralizza l-argument li sar żball min-naħa tal-gvern dwar it-trasferiment ta' artijiet qabel ma għaddiet il-mozzjoni billi semma l- eċċessi tal-passat, irrid ngħid li dan donnu nesa li fil-perijodu li għamilna aħna fil-gvern bejn l-1996 u l-1998, tajna tagħlima fid- demokrazija lill-partit Nazzjonalista.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Biss, jekk tippermettili, ma sarx trasferiment ta' artijiet u dan jista' jiġi vverifikat billi jmur ir-reġistru pubbliku u jsib li m'hemmx kuntratt.", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Il-ħsara li saret meta morna għal dik l-elezzjoni bikrija sfortunatament hija li mbagħad erġajna lura għall-eċċessi li kienu qed iseħħu qabel l-1996.", "Aħna kellna gvern li tant kien jirrispetta d- demokrazija li kien jirrispetta lin-Nazzjonalisti fil-postijiet tagħhom.", "Il-gvern Laburista ma ċaqlaqx lin-nies min-naħa għal oħra għax inbidel il- gvern u ta' dak batejna ħafna.", "Dawn f'moħħhom ġie ikkanċellat il-perijodu sabiħ tad-demokrazija f'pajjiżna taħt gvern Laburista bejn l-1996 u l-1998.", "Ma kienx hemm żmien isbaħ minn dak għad-demokrazija f'pajjiżna.", "Imma wara l-1998 erġajna morna għall-eċċessi ordinarji, b'dawk ta' ġewwa jinqdew mill- koxxa u addirittura mbagħad insibu nies li ħadmu sabiex jiddistabilizzaw il- gvern Laburista ta' bejn l-1996 u l-1998, jispiċċaw fl-aktar pożizzjonijiet mimlijin perkaċċi fil-ministeri tal-gvern.", "Dak tajjeb għad-demokrazija f'pajjiżna?", "Fejn għamilniehom aħna dawn l-affarijiet?", "Iva, jiddispjaċik tisma' diskors politiku partiġġan bħal dak ta' l-Onor.", "Agius li prattikament ikkanċella l-perjodu sabiħ ta' demokrazija li seħħ bejn l-1996 u l-1998 u minflok irrepeta l-affarijiet tat-tmeninijiet, biex mingħalih inessi dak li sar fil-perjodu l-aktar reċenti meta aħna konna fil-gvern.", "Issa dawn għandhom memorja selettiva wkoll għaliex, jekk toqgħod fuqhom, l- istorja negattiva tibda mill-1971 u tagħlaq fl-1987 u donnhom insew l- eċċessi tas-sittinijiet meta huma kienu kompliċi mal-Knisja biex jidfnu l- Laburisti fil-miżbla.", "Forsi dak mhux eċċess kontra d-demokrazija wkoll?", "Jien kelli membri tal-familja tiegħi li difnuhom fil-miżbla.", "Fejn kienu n- Nazzjonalisti dak iż-żmien?", "Għaliex ma ikkritikawx lill-Knisja?", "Ngħiduhom dawn l-affarijiet fil-Parlament, mela le!", "Insew meta ħarġu bil-kavallerija ta' de Gray isawtu lil-Laburisti?", "Dawn tal-partit Nazzjonalista ma jsemmuhomx?", "Imisshom jistħu li fejn jaqbel lilhom biss isemmu affarijiet li lanqas jien ma nieħu pjaċir bihom - għax jien politiku moderat u jdejjaqni anke l-ħażin li sar minn din in-naħa - pero` f'ġieh l-istorja u d- demokrazija ejja nsemmu kollox!", "Imma ngħaddi issa biex nitkellem fuq id- diskors legali tal- Mnistru Zammit Dimech li kien aktar irpużat u allura nkun naqra iktar irpożat jien ukoll.", "L-Onor.", "Zammit Dimech għamel riferenza għal dak il-kuntratt u qal li hemm is-salvagwardji legali kollha fil-kuntratt għaliex hemm imsemmi li għad trid tgħaddi mozzjoni dwar l-artijiet mill-Parlament.", "Naħseb li sa hemmhekk naqblu, Ministru Gatt.", "Issa jiena m'iniex se noqgħod nindirizza lill-Onor.", "Austin Gatt għaliex nobgħod inkun personali.", "Għalhekk ngħid li l-gvern has put the cart before the horse għaliex jekk aħna naraw il-poteri f'dan il- pajjiż - l-esekuttiv, il-leġislattiv u l-organu ġudizzjarju - huwa l- Parlament li huwa suprem u allura l-ewwel irridu niġu hawn qabel nidħlu għal ċerti obbligazzjonijet.", "Issa dan mhux eżattment argument legali imma argument politiku, pero' hu argument legali wkoll għaliex huwa kostituzzjonali.", "Din l-istituzzjoni hija suprema, Sur President u żgur li ma ngħatatx ir-rispett dovut lejha meta l-Ministru Gatt daħal għal dan il- kuntratt qabel ma ġie approvat mill-Parlament.", "Il-Ministru Austin Gatt korrettament għamilli point of order u qalli li l-artijiet ma għaddewx, pero` l-kuntratt sar u allura ċerti effetti legali ta' titlu ta' proprjeta` għaddew.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Austin Gatt, on a point of order", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Sur President, assolutament m'hemm l-ebda titlu ta' proprjeta` li għadda.", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Sar kuntratt u mhux konvenju!", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Le, le, assolutament.", "Jiddispjaċini, imma bħal ħafna minn ta' l-oppożizzjoni, jidher li l-Onor.", "Gulia ma qarax id-dokument li jien poġġejt fuq il-mejda tal-Kamra.", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Le, qrajtu!", "Imma issa teħodlix mill-ħin tiegħi, jekk jogħġbok.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Le, skużi qed nagħmel point of order u m'hu qed neħodlok xejn.", "Jekk l-Onor.", "Gulia jgħid li sar trasferiment u għadda t- titlu, nitolbu jikkwotali liema kuntratt kien li għadda t-titlu.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Mhux fuq l-artijiet imma bħala kumpannija.", "Tant hu hekk li jien għamilt mistoqsija parlamentari lill-ministru fuq xi ħaġa related u nikkwota:", "\"Billi l-Maltacom kienet qiegħda fl-istadju li toħroġ tender biex jiġu spustjati xi cables li kienu għaddejjin minn taħt l-art ..... u billi l- Maltacom issa għaddiet f'idejn azjenda privata, qiegħed il-Ministru f'pożizzjoni jgħid f'liema stadju wasal it-tender, billi x-xogħlijiet li kellhom isiru bis-saħħa ta' dan it-tender kienu ġew assunti mill- Maltacom, qabel ma din il-kumpannija għaddiet taħt il-kontroll ta' azjenda privata\"?", "Issa din kienet mistoqsija ċara u tonda u din m'għamiltiex apposta, lanqas l-iċken ħsieb ma kelli.", "Kien hemm problema ta' cables għaddejjin minn taħt l-art u, bil-Malti, ħassejt li l-Maltacom bdiet tkaxkar saqajha għal raġunjiet tagħha.", "Pero` r-risposta tal-Ministru Gatt kienet tipika:", "\"Peress li l-Maltacom hi kumpannija privata, l-informazzjoni mitluba ma tistax tingħata.\"", "Allura skużi, għaddiet jew m'għaddiex?", "Issa l-ministru għamilli ħafna points of order, pero` hawnhekk qed jagħtini l-akbar prova.", "Din il- mistoqsija parlamentari għamiltielu fil-5 ta' Ġunju, 2006 wara li sar il- kuntratt mal-Maltacom.", "Issa hu qed jgħid li l-artijiet m'għaddewx, pero` l- kumpannija għaddiet.", "Allura x'taħwid legali hu dan?", "Jiena għalhekk semmejt konvenju għax mat-Tecom konvenju kellu jsir.", "U hawn toħroġ l-arroganza tal- gvern, għax ma rridx ngħid l-arroganza tal-Ministru Gatt.", "Il-gvern għandu l- Parlament biex jista' jmexxi x-xogħol u seta' jtellagħha faċilment billi jagħmel il-mozzjoni.", "Allura għalfejn għamel dan l-imbierek kuntratt l- ewwel?", "Għalhekk aħna lill-gvern intennulu li din hija kwestjoni ta' putting the cart before the horse!", "Meta nagħmlu dawn l-affarijiet nagħmlu konvenju u dan ikun suġġett għal diversi kondizzjonijiet.", "Jista' ikun suġġett, per eżempju, li jsiru r- riċerki u li jkun hemm l-għoti ta' self bankarju sabiex jekk ċerti kondizzjonijiet ma jintlaħqux, il-konvenju jaqa'.", "U hekk kellu jsir", "f'dan il-każ partikolari.", "Seta' kien hemm obbligazzjoni kuntrattwali f'dan is-sens mat-Tecom, li tgħid li se jgħaddu ċerti affarijiet once li tgħaddi l-mozzjoni, imma jekk riedu jgħaddu kollox b'mod ħolistiku setgħu għamlu konvejnu bil-kondizzjoni li l-mozzjoni tgħaddi mill-Parlament.", "U jagħmel sens li tagħmel konvenju ħalli t-Tecom tkun marbuta sakemm tgħaddi l- mozzjoni ta' l-artijiet mill-Parlament.", "Din hija l-pożizzjoni ġusta li kellha tittieħed mill-gvern, li l-ewwel jidħol f'konvenju, a promise of sale ta' l-assi, suġġett għal dawk il-kondizzjonijiet li nixxalaw fihom aħna l-avukati.", "L-Onor.", "Gatt u l-prim ministru, it-tnejn huma avukati u jafuhom dawn l-affarijiet.", "Meta tgħaddi l-proprjeta` pero` l-uniċi salvagwardi legali li jibqa' huma biss il-garanziji, bħal per eżempju meta nbiegħlek post u nagħmillek il-garanzija tal-paċifiku pussess, jiġifieri jien begħtlek il-post u qed nagħtihulek vojt, bħal meta jien nagħmillek il-garanziji l-oħrajn skond il-liġi kontra difetti moħbija.", "Dawk huma l-garanziji u jekk il-proprjeta` tkun għaddiet u jkun hemm ksur tal-garanziji, wieħed jista' jxolji l-kuntratt u terġa' tiġi bil- kondizzjoni oriġinali.", "Dawk huma l-garanziji, mhux it-tip ta' kondizzjonijiet li semmejt qabel, bħalma huwa f'dan il-każ, fejn għad irridu nġibu l-awtorizzazzjoni tal-Parlament.", "Allura ma ngħaddilek proprjeta` xejn!", "Aħna ma nistgħux ngħidu li se naqsmu l-kumpannija Maltacom f'diversi partijiet, ngħaddu parti minnha issa u l-parti l-oħra la nġibu l-permess tal-Parlament.", "Din hi proprju l-arroganza, għaliex il-gvern qed jgħid li għandu maġġoranza ta' ħamsa u tgħaddi tiegħu, pero` immaġinaw x'jiġri jekk ma tgħaddix.", "Per eżempju, fl-emendi għall-Kodiċi Kriminali kien hemm ħafna deputati Nazzjonalisti li tkellmu kontra l-emendi li qed jipprova jgħaddi l-viċi prim ministru.", "Jiġifieri mmaġinaw kieku din ma tgħaddix, tgħaddi parti mill- proprjeta` u l-parti l-oħra ma tgħaddix!", "Ara x'taħwid legali u anke politiku jinqala', u l-ministru konċernat ukoll ikollu jikkonsidra l- pożizzjoni tiegħu f'dawk iċ-ċirkostanzi!", "Immaġinaw li kieku l-ministru għadda legalment il-management tal-kumpannija Maltacom lit-Tecom biex imbagħad l-artijiet ma jgħaddux!", "Issa l-gvern qed jirraġuna li għandu ħamsa maġġoranza u għalhekk se tgħaddi tiegħu, well and good.", "Pero` skużi, dan mhux il-mod kif isiru l-affarijiet u għalhekk aħna ntennu li sar", "żball legali u politiku li ma nġabx ir-rispett dovut lejn din l- istituzzjoni.", "Il-gvern hawnhekk kellu jagħmel konvenju suġġett għall-kondizzjoni li l- mozzjoni tgħaddi mill-Parlament u mhux tagħmel kuntratt u tagħti l- kumpannija lit-Tecom kif intqal mill-istess Ministru Austin Gatt fi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari.", "Dak kien żball u r-responsabbiltajiet politiċi jridu jiġu assunti.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Carmelo Abela): Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Justyne Caruana.", "ONOR.", "JUSTYNE CARUANA: Sur President, illum qed niddiskutu mozzjoni li hija importanti ħafna fl-istorja tal-Parlament Malti, mozzjoni mressqa mill- grupp parlamentari Laburista li l-idea warajha hija s-salvagwardja tad- demokrazija ta' pajjiżna.", "Minkejja li kellna xi interventi preċedenti fejn il-kelliema qalu li dan hu ħela ta' ħin, jiena nemmen li tiddefendi d- demokrazija m'huwiex ħela ta' ħin.", "Din il-mozzjoni għandha l-oriġini tagħha f'intervent li sar f'Mejju li għadda minn ministru tal-gvern li ddikjara li għax għandhom maġġoranza ta' ħames deputati fil-Parlament, allura jistgħu jgħidu u jagħmlu li jridu u kif iridu.", "Dan diskors li fil-fehma tiegħi qatt ma kellu jingħad, la hawn ġew u lanqas barra.", "Issa jekk kenux għaxar kelmiet, kif qal l-Onor.", "Agius, jew inqas, lili dejjem għallmuni li kelma żejda dejjem hija żejda u dejjem aħjar tgħid kelma anqas milli kelma aktar!", "Allura jekk verament qed ngħixu u qed naħdmu f'pajjiż fejn suppost qed tirrenja d-demokrazija, ma nistgħux naċċettaw la dan l-aġir u lanqas dan id- diskors.", "Huwa għajb li minħabba l-aġir tal-gvern, l-oppożizzjoni Laburista kellha tasal f'dan l-istadju sabiex tiġi salvagwardata d-demokrazija f'pajjżna.", "Aħna kellna nagħmlu mozzjoni iebsa imma neċessarja u indispensabbli biex iżżomm ir-riedni ladarba l-gvern m'huwiex kapaċi jagħmel dan.", "Qed nagħmlu dan bl-akbar rispett u lealta` lejn il- Kostituzzjoni u lejn l-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż.", "Bħala rappreżentanti eletti demokratikament mill-poplu, kollha kemm aħna ħadna ġurament li wħud minna mid-dehra insew li ħaduh, jew inkella insew xi jfisser u ovvjament hawn qed nirreferi għall-membri tan-naħa tal-gvern.", "Għalhekk hu xieraq li anke permezz ta' din il-mozzjoni, niftakru daqsxejn x'ġurament ħadna u", "xi dmirijiet għandna fil-konfront mhux biss tal-poplu imma fil-konfront ta' kull wieħed u waħda minna, Sur President.", "Jien m'iniex seasoned fil-politika u m'iniex daqshekk seasoned hawn ġew.", "Dalgħodu ssemmew id-dinosawri u jien żgur m'iniex dinosawr, pero` għandna ministri hawnhekk li huma seasoned u ċertament li ħadd ma jippretendi li jisma' xi diskors jew jassistu għal atteġġament ta' dan it-tip.", "Jien naċċetta li tan-naħa tal-gvern qed jiddefendu lil tan-naħa tagħhom għax aħna kieku nagħmlu l-istess, pero` mill-mod kif dawn qed jirreaġixxu juri li dawn qed jibżgħu li l-oppożizzjoni għandha l-guts tagħmel mozzjoni ta' din ix-xorta.", "Il-politika essenzjalment hija xi ħaġa tajba u tramite l- politika jista' jsir ħafna ġid, speċjalment f'dan il-Parlament u għalhekk ma nippretendi qatt li jiġi xi ħadd min-naħa tal-gvern li jgħid li għandi illużjonijiet sbieħ u li l-Parlament hu sempliċement rubber stamp.", "Huwa frustranti, ngħid għalija, bħala membru parlamentari eletta mill-poplu, li niġi hawn u nisma' li għax il-gvern għandu maġġoranza, allura jiena qegħda hawn għal xejn.", "Dan ċertament m'huwiex atteġġament pożittiv u waħda mir- raġunijiet tal-mozzjoni hija appuntu din.", "Jekk aħna qegħdin hawnhekk biex insaħħnu s-siġġu ħalli tan-naħa l-oħra jibqgħu għaddejjin minn fuqna, ma naħsibx li hija xi ħaġa tajba, anzi hija farsa għall-aħħar.", "Sfortunatament dan hu l-atteġġament tal-gvern u dan m'għexniehx f'Mejju li għadda biss għax hu aġir rikorrenti.", "Per eżempju, meta jkun hemm xi abbozz ta' liġi li aħna ma naqblux miegħu, dawn iqajmu rixhom u jirrispondu b'attakk sfrenat.", "Fil-fatt, meta konna qed niddiskutu l-abbozz dwar l-edukazzjoni, dawn infexxew f'attakk sfrenat u personali fil-konfront tiegħek, Sur President, li kont qed tidderiġi l- abbozz f'isem l-oppożizzjoni u anke ppruvaw jirredikolawna b'rettorika li ddejjaq lil dak li jkun.", "Onor. Agius, dik hi t-tip ta' rettorika li qed tintuża u li qed idejjaq il-poplu!", "Eżempju ieħor ta' l-arroganza tal-gvern huma l-budget speeches.", "Dawn jgħidulna li npinġu kollox iswed, li aħna mummji u li aħna empty bottles u l-Onor.", "Edwin Vassallo addirittura joħroġ jattakkana li qed inxerrdu l-labour flu jew ma nafx kif poġġiha.", "Naħseb li kummenti bħal dawn huma kummenti żejda u ċertament m'humiex flokhom għax ma jixirqux l-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż.", "Għalfejn dejjem jippruvaw iwaqqgħuna għaċ-ċajt?", "Per eżempju, il-Ministru Zammit Dimech qalilna li aħna tal-kindergarten fid- demokrazija.", "Jien b'risposta ngħidlu li huma għandhom il-Ph.D fl- arroganza!", "Jiena jiddispjaċini li jkolli ngħid dawn l-affarijiet għax ma nħobbx nitkellem hekk, imma ċertu atteġġament idejjaqni u jweġġagħni u qatt ma ppretendejt li jien niġi hawnhekk u naqla' dan it-tip ta' trattament għaliex jien parti mill-oppożizzjoni.", "Eżempju ieħor hu meta nitkellmu fuq il-qgħad.", "Jgħidulna li nagħmlu plejtu u npinġu kollox iswed, pero` l- ipokresija toħroġ meta javviċinawhom il-kostitwenti tagħhom li jkunu bla xogħol.", "Ma naħsibx li jgħidulhom li qed jagħmlu xi plejtu u qed ipinġu kollox iswed, anzi pjuttost itaptpulhom fuq spallejhom u jgħidulhom li għandhom raġun, naturalment bl-idea li jeħdulhom il-vot.", "Din hi l- ipokresija u l-arroganza ta' dan il-gvern tas-sinjuri li għandna quddiemna, Sur President.", "Il-Ministru Gatt ferħan bil-maġġoranza u għandu raġun għaliex kieku aħna nkunu ferħanin ukoll u hekk se nkunu x'ħin inġibuha.", "Pero` f'elezzjoni ġenerali, il-poplu jagħti l-mandat lil min iġib il-maġġoranza tal-voti biex iwettaq il-programm elettorali tiegħu.", "Din hija s-sistema demokratika u dejjem hekk ħadmet, pero` fl-ebda ċirkostanza and by no stretch of the imagination ma jista' jiġi xi ħadd hawnhekk u jgħidilna li għax għandu l- maġġoranza, jista' jiddisprezza l-oppożizzjoni.", "Safejn naf jien m'aħniex qed ngħixu f'dittatorjat jew f'sistema totalitarja u allura m'għandniex nissubixxu dan it-tip ta' trattament.", "Suppost fuq in-naħa l-oħra hemm ħafna paladini tad-demokrazija, pero` fejn jaqblilhom id-demokrazija jħalluha tinżel down the drain.", "U hawnhekk nirreferi għal dak li qal l-Onor.", "Gavin Gulia meta semma is-sittinijiet.", "Jien qatt ma smajt xi ministru tal-gvern jagħmel apoloġija għal dak kollu li għamlu lill-familjari tagħna li ġew trattati b'dak il-mod hekk ikrah.", "Mhux sew li fejn jaqbel nitkellmu fuq id-demokrazija u fejn ma jaqbilx inħallu kollox għaddej qisu ma ġara xejn.", "Aħna fl-aħħar mill-aħħar ma nippretendux li dak li ngħidu aħna jintgħoġob man-naħa tal-gvern, far from it.", "Aħna qegħdin hawnhekk biex nagħmlu d-dmir tagħna, nitkellmu kif għandna nitkellmu u, jekk ma jogħġobhomx, kollox sew, jirreaġixxu, mela le!", "Pero` dawn ma jistgħux u m'għandhomx dritt jiddisprezzawna u jien nappella lil kull min għandu l-interess nazzjonali għal qalbu sabiex la jittollera abbużi ta' poter u lanqas aġir li ma jixraqx lir-rappreżentanti tal-poplu.", "Naħseb li mozzjoni bħal din għandha tħeġġiġna lkoll biex nagħmlu eżami tal-kuxjenza u naraw jekk aħniex verament qegħdin inwettqu dak il-ġurament li aħna ħadna hawnhekk.", "Sur President, aħna lkoll kemm aħna għasafar tal-passa, filli hawnhekk u filli m'aħniex u naħseb li ma jixraq lil ħadd li waqt li nkunu qed inservu hawnhekk titħalla xi tebgħa fuq xi ħadd, la f'din il-leġislatura u lanqas f'oħrajn.", "Aħna qegħdin ngħixu din il-leġislatura u għandna nkunu denji li nirrappreżentaw il-poplu li eleġġiena hawnhekk.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joseph Abela.", "ONOR.", "JOSEPH ABELA: Sur President, illum l-oppożizzjoni għażlet li tressaq din il-mozzjoni biex tipprotesta kontra dikjarazzjoni ta' ministru tal- gvern li filwaqt li ammetta li hemm bżonn li tgħaddi riżoluzzjoni mill- Parlament qabel ma tiġi trasferita l-art, għażel li jibqa' għaddej bil- proċess mingħajr ma jersaq għall-approvazzjoni tal-Parlament taħt l-istess liġi tat-trasferiment ta' artijiet tal-gvern, liġi li kien għamel gvern Laburista bejn l-1996 u l-1998 biex ikun hemm aktar trasparenza fl-għoti ta' artijiet pubbliċi lill-privat.", "Aħna ħassejna li għandna nressqu din il- mozzjoni għax din tirrifletti ħafna fuq x'nifhmu aħna bil-kelma \"demokrazija\".", "Naħseb li ż-żewġ partiti naqblu t-tnejn li aħna li żbalji li saru, fl-aħħar mill-aħħar ħallew vittma l-proċess demokratiku.", "Il-partit Laburista fis-snin sittin bata minn bojkott ekklesjastiku, dak iż-żmien appoġġat mill-partit Nazzjonalista u ħafna nies spiċċaw ikkundannati bid-dnub il-mejjet minħabba l-fehma politika tagħhom, ċertament żmenijiet koroh.", "Min-naħa l-oħra, il-partit Nazzjonalista jilmenta minn dak li għadda minnu tul is-snin tmenin u naħseb li għall- ġenerazzjoni tal-lum, li jinteressaha hu li minn dawk id-diffikultajiet nitgħallmu, biex għallinqas ma nirrepetux l-istess żbalji, għax fl-aħħar mill-aħħar l-istorja qiegħda hemm.", "Iż-żewġ partiti huma magħmulin minn nies umani u la aħna umani niżbaljaw u naħseb jiena rridu nħarsu lejn l-iżbalji tagħna biex proprju nitgħallmu minnhom.", "Għalhekk mhux sew li ministru tal- gvern jiġi hawnhekk u jgħid li hu jista' jmexxi għax il-liġi xorta se tgħaddi għax għandhom ħames deputati maġġoranza.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Għal darb'oħra jkolli nerġa' nirrepeti biex forsi l- Onor. Abela jifhimha wkoll li ma sar l-ebda trasferiment ta' art.", "Li tgħid li kellha tgħaddi votazzjoni mill-Parlament għax sar it-trasferiment ta' l- art huwa żbaljat.", "Ma sar l-ebda trasferiment ta' art.", "ONOR.", "JOSEPH ABELA: Imma l-kuntratt sar.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ma sar l-ebda kuntratt.", "Tista' tmur tfittex fir- reġistru pubbliku u ssib li m'hemmx kuntratti.", "ONOR.", "JOSEPH ABELA: Il-lakuna hija li l-ministru dakinhar stess waqt is- seduta ammetta li l-każ veru kellu jgħaddi mill-Parlament.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mur aqra t-transcript - jiena kkwotajtu dalgħodu - u tara li jien m'ammettejtx dak li qed tgħid int. Jien fid-diskors tiegħi ma ammettejt imkien li mxejt ħażin.", "ONOR.", "JOSEPH ABELA: Jiġifieri għandna ministru li jikkometti ruħu li jasal fi ftehim meta jaf li jrid jiġi quddiem il-Parlament u qisu xejn m'hu xejn, għax xorta se jgħaddi.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Diġa` poġġejt il-ftehim fuq il-mejda tal-Kamra u għalhekk qed inkun preċiż x'qed ngħid, Sur President, għax ma nistax niġi miskwotat f'dak li għidt.", "Jiena għamilt ftehim - kif isir kull ftehim, inkluż il-ftehim tal-Kottonera li għamlu l-oppożizzjoni meta kienu fil- gvern, fejn ikun hemm trasferiment ta' artijiet - li jgħid li dan hu suġġett għar-riżoluzzjoni neċessarja tal-Parlament.", "MR SPEAKER: Ikompli l-Onor.", "Abela bl-intervent tiegħu.", "ONOR.", "JOSEPH ABELA: Mela għandna sitwazzjoni, kif qed jgħid il-ministru, fejn il-ftehim laħaq sar biex l-art tiġi trasferita u l-Parlament kulma jrid jagħmel issa hu li jagħti t-timbru tiegħu għax in-naħa tal-gvern għandhom ħames deputati aktar.", "Allura issa nistgħu ma nressqu l-ebda liġi oħra, nistgħu ninjoraw l-oppożizzjoni għax la l-gvern għandu ħames deputati iktar, jista' jagħmel li jrid.", "Imma d-demokrazija m'hijiex liċenzja għal dittatorjat ta' ħames snin fejn il-poplu jagħtik il-liċenzja, tramite l- elezzjoni u mbagħad inti tagħmel li trid f'dawk il-ħames snin.", "Il-Ministru Gatt għalxejn joqgħod isemmi tal-Kottonera għax dak konvenju kien u mhux kuntratt u dan jaf li din mhux l-istess ħaġa.", "Il-ministru serraħ rasu għax għandhom ħames deputati aktar, imma dan ma jistax jimxi b'dan il-mod għax inkella l-Parlament jispiċċa sempliċement rubber stamp ta' dak li tiddeċiedi l-maġġoranza meta d-demokrazija hija ħafna iktar minn hekk.", "Id-demokrazija titlob ir-rispett tal-minoranza wkoll u fil-Parlament ma nġibux rapport jew suġġett għad-diskussjoni biex sempliċement ikun approvat.", "Hawnhekk inġibu suġġett għad-diskussjoni biex naraw x'inhuma l- punti tajbin u l-punti ħżiena, u ħafna nies ma jafux li fl-istadju tal- kumitat, kemm il-membri tal-gvern u kemm il-membri ta' l-oppożizzjoni jikkontribwixxu biex itejbu dak li jkun qiegħed iressaq il-gvern.", "Allura żgur li mhux aċċettabbli li dan il-Parlament jinqabeż b'dan il-mod u l- ministru jagħmel dak li jfettilu għas-sempliċi raġuni li għandu ħames deputati maġġoranza.", "Din m'hijiex aċċettabbli anke minħabba l-perception tal-Parlament li nkunu qed nagħtu lin-nies.", "In-nies diġa` qed jgħidulna: Mhux tagħhom se tgħaddi la għandhom ħamsa maġġoranza?", "Din hija sitwazzjoni miskina u tirrifletti ħażin mhux biss fuqna bħala oppożizzjoni imma anke fuq il-backbenchers tan-naħa tal-gvern, għax il-ministru qed jeħodhom for granted.", "Jien mhux qed ngħid li m'hemmx ċerti kriterji li wieħed irid jimxi magħhom, imma wieħed ma jistax' jassumi l-affarijiet li assuma l-Ministru Austin Gatt.", "Din il-ħaġa tirrifletti ħażin wkoll fuq id-dritt tal-membru parlamentari li jkun jista' jesprimi l-opinjoni tiegħu bl-aktar mod ċar.", "Kif jista' wieħed jiddibatti l-affarijiet jekk il-ministru jkun diġa` ddeċieda kollox?", "Hekk sirna nagħmluhom l-affarijiet f'dan il-pajjiż?", "Id- demokrazija titlob li nimxu skond il-liġijiet u kulħadd għandu jobdihom, anke l-ministri tal-kabinett.", "Dawn għandhom jimxu mal-proċeduri għax inkella din l-istituzzjoni tkompli titlef mir-rispett li tgawdi fost il- poplu.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Evarist Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Sur President, hemm ftit hekk imsejħa parlamenti madwar id-dinja fejn il-parlament jiltaqa', l-aktar, darba f'sena u r-Re jew is-Sultan jew il-partit \"dittatur\" li jkun fil-gvern jgħid x'beħsiebu jagħmel u daqshekk.", "Ma naħsibx li suppost qed niddiskutu jekk il-Parlament tagħna hux se jispiċċa hekk ukoll, imma min juri disprezz lejn ir-rwol tal- Parlament li jilleġisla, li jissorvelja l-operat tal-gvern, li jwassal il- leħen taċ-ċittadin u li anke jiddiskuti d-deċiżjonijiet tal-gvern sabiex itejjibhom, ma tantx jgħin.", "Suppost li fis-seklu 21 u fi żmien fejn pajjiżna suppost qed jiffaċċa sfidi ġodda, suppost li aktar qed niddiskutu kif insaħħu l-Parlament u l-operat tiegħu.", "Fl-14-il sena li ilni f'dan l-Parlament ma nafx kemm-il darba fl-okkażjoni tas-Sette Giugno smajt diskorsi – it-tradizzjoni issa saret li dan il-jum sar kważi jinżamm bħala Jum il-Parlament minħabba s-sagrifiċċji kbar li għamlu ta' qabilna biex f'pajjiżna tidħol id-demokrazija rappreżentattiva – li l-Parlament għandna mhux biss nirrispettawh u nsaħħuh imma nagħmluh b'mod li ma jibqax qisu estensjoni tal-gvern, imma jsir awtonimu u indipendenti.", "Għall-ġid ta' pajjiżna għandna bżonn li dan id-diskors isir bil-fatti għaliex, jekk il-Parlament tassew irid jagħmel ix-xogħol tiegħu fir-rwol tad-demokrazija, ma jistax ikun sempliċement timbru tal-gvern jew post ċerimonjali fejn jiltaqgħu għal tant ħin kull tant żmien il-membri li jirrappreżentaw liċ-ċittadini, iżda li dawn jagħmlu x-xogħol tagħhom b'mod tajjeb għall-ġid tal-pajjiż.", "Illum missna qegħdin niddiskutu kif se nsaħħu s-sehem tal-Parlament u kif se nagħmlu biex il-Parlament jibda jwettaq il-funzjoni tiegħu fejn mhux biss jilleġisla, mhux biss jissorvelja l-operat tal-gvern, mhux biss iwassal il-leħen taċ-ċittadin, imma li jaħdem ħafna aħjar minn qatt qabel biex din l-istituzzjoni tkun tista' tassew tagħti sehemha għall-ġid u għall- iżvilupp tal-pajjiż.", "Hu patetiku li flok dan kollu għadna rridu nitkellmu fuq il-bżonn ta' rispett lejn id-demokrazija parlamentari.", "Il-Parlament tagħna f'dawn l-aħħar snin kellu jiffaċċa sfidi ġodda għax beda jiffaċċa rwol ġdid, bħalma kellu jagħmel ftit snin qabel minħabba l-kunsilli lokali.", "U dak ċertament kien żvilupp għax waqt li inti tagħti kas il-bżonnijiet tal- lokalitajiet, tenfasizza l-perspettiva nazzjonali ta' dak li jkun għaddej fil-pajjiż, aktar milli tiddiskuti l-bżonn ta' xi bozza 'l hawn u bankina 'l hemm, għalkemm fil-mistoqsijiet parlamentari għadu jkollna mistoqsijiet fuq dawn l-affarijiet u wieħed jistenna li dawn jonqsu.", "Apparti dan, bid-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, parti oħra mill-funzjoni tal-Parlament għaddiet għand istituzzjonijiet Ewropej u dan tant hu veru li aħna stess kellna nagħmlu ċerti bidliet fil-mod ta' kif naħdmu biex il- Parlament ma jiżvujtax mill-funzjoni demokratika tiegħu.", "Sa sentejn ilu, jiena kont qed nenfasizza ħafna f'dan il-Parlament il-bżonn li nsaħħu l- kumitati li għandhom x'jaqsmu ma' l-iskrutinju u mas-sorveljanza tad- direttivi, regolamenti u proposti li ġejjin mill-Unjoni Ewropea biex dan il- Parlament proprju ma jiżvujtax mill-funzjoni demokratika tiegħu, ħalli jibqa' ikun il-post fejn f'isem iċ-ċittadin jilleġisla dwar dak li jkun għaddej fil-pajjiż u dwar dak li bih il-pajjiż jintrabat biex imexxi lilu nnifsu.", "Għalhekk aktar kont nistenna li bħalissa qed nirriflettu ftit fuq is-sitwazzjoni li għaddejna minnha s'issa bħala membru fl-Unjoni Ewropea biex naraw li l-affarijiet inkunu qed nagħmluhom sew.", "Sfortunatament, l-għodda biex l-affarijiet nagħmluhom sew għad m'għandniex u dan il-Parlament għad fadallu ħafna biex isir tassew istituzzjoni demokratika li tissorvelja l-operat tal-gvern u mhux sempliċement rubber stamp tal-gvern għax ikollu l-maġġoranza.", "Dan hu ħażin kemm għall-gvern, kemm għall-Parlament u finalment għall-pajjiż kollu kemm hu u, flok nittalbu l-ħniena biex niġu rikonoxxuti għas-sehem li nagħtu, suppost qed niddiskutu kif intejbu din l-istituzzjoni.", "Min jiddisprezza r-rwol tal- Parlament ma jkunx qed jiddisprezza biss l-oppożizzjoni imma jkun qed jiddisprezza lill-pajjiż kollu kemm hu, għax l-aqwa sehem li jista' jagħti l-Parlament fil-ħajja tal-pajjiż hu proprju li ma jkunx sempliċement timbru tal-gvern.", "L-aktar demokraziji żviluppati u maturi huma dawk fejn hemm distinzjoni netta bejn il-gvern u d-deċiżjonijiet li jrid jieħu biex imexxi u x-xogħol tal-Parlament li jgħarbel u jissorvelja bis-serjeta` dak li jkun qed jagħmel il-gvern.", "L-aktar demokraziji parlamentari u istituzzjonijiet rappreżentattivi taċ-ċittadini llum rabbew rwol importanti ħafna u meta tara x-xogħol u r-rapporti li jsiru minnhom issib li hu diffiċli tagħraf min huma l-membri tal-gvern u min huma l-membri ta' l-oppożizzjoni.", "Jiena ħadt sehem f'diversi kumitati ta' din il-Kamra, fosthom il-kumitat tal-kontijiet pubbliċi.", "F'pajjiżi oħra ġieli attendejt għal-laqgħat simili li jsiru u jekk ma tkunx taf isimhom, ma tkunx taf min hu mal-gvern u min hu ma' l-oppożizzjoni.", "Min jidher quddiemhom ikun imbeżża' għax il-mod kif jiġi grilled bil-mistoqsijiet hu wieħed serju u matur, għax dawn jagħmlu xogħolhom bis-serjeta`.", "Sfortunatament, kif jista' wieħed jippretendi li jkollok nies iġibu rispett meta jiġu quddiem l-istituzzjoni parlamentari meta proprju jkollok membri tal-gvern li jesprimu d-disprezz tagħhom lejn ir-rwol tal-Parlament!", "Kif jistgħu n-nies jirrispettaw istituzzjoni jekk jaħsbu li din qegħda hemm biss bħala ritwal, bħala democratic facade li tidher sabiħa minn barra biss!", "Aħna suppost qed nitkellmu fuq r-rwol importanti li għandu jkollu l-Parlament illum u mhux nitolbu l-ħniena biex niġu rikonoxxuti b'xi mod jew ieħor fis-sistema parlamentari.", "Sur President, din l-istituzzjoni trid terġa' tikseb ir-rispett, imma r- rispett ma tiħdux awtomatikament, speċjalment fit-tibdiliet soċjali tal- lum.", "Ir-rispett trid tiksbu mhux sempliċement bil-kliem imma anke bil-fatti u bil-mod kif tkun effettiv fix-xogħol li tkun qed tagħmel.", "Għalhekk huwa ħażin li minħabba attitudni ta' arroganza u ta' suppervja dan il-Parlament jiġi stmat bħala ħela ta' ħin u addirittura, meta ma jkunx hemm quorum u tiġi aġġornata l-Kamra, tan-naħa l-oħra jgħidulna li sejrin jaħdmu għax dan kollu ħela ta' ħin!", "Din it-tip ta' imġiba ta' ċerti ministri hi tassew tal- mistħija u hawn l-anqas se noqgħod nidħol fil-każ ta' x'inhi l-kwalita` tax- xogħol li qed isir, għax kieku almenu qed issir kwalita` ta' xogħol tajjeb fit-tmexxija tal-pajjiż nieħdu xi ħaġa.", "Imma dan żgur mhux minnu għax kieku pajjiżna jinsab f'sitwazzjoni ekonomika u soċjali ħafna aħjar milli jinsab fiha llum.", "Il-fatt li l-Parlament jiġi stmat b'dan il-mod huwa mhux biss tal-mistħija imma juri s-sitwazzjoni patetika u tal-biki li ninsabu fiha.", "Aħna diġa` għandna problemi serji anke jekk nagħmlu xogħolna sew f'dan il- Parlament, għax il-Parlament tagħna mhux biss huwa l-iċken parlament fl- Unjoni Ewropea imma huwa l-uniku parlament ta' part-timers.", "U dan meta din l-istituzzjoni hi suppost importanti għax trid tgħaddi l-liġijiet li jsiru f'pajjiżna stess u tissorvelja l-proposti, ir-regolamenti u d-direttivi li tipproponi l-Unjoni Ewropea.", "Ma nistgħux niftaħru li għandna xi record ta' kemm rajna regolamenti u direttivi, għax l-importanti mhux kemm tara, imma kif qed tarahom u tissorveljahom, kif ukoll jekk intix qed tara biżżejjed x'effett se jħallu fuq pajjiżna.", "Waħda mill-affarijiet inkwetanti ta' dan il-Parlament fil-fehma tiegħi hi kif inhu skonness mill-ħajja tal-pajjiż.", "Waħda mill-affarijiet li ngħallem fix-xogħol tiegħi bħala għalliem fl- Universita` hija r-relazzjoni bejn il-mezzi ta' l-istampa u l-Parlament u kull sena, meta niġi biex niddiskuti ma' żgħażagħ ta' xi 20 sena dwar x'fehma għandhom tal-Parlament u kemm isegwu x'qed jiġri fil-Parlament, nibqa' imnikket għax ħafna drabi dawn mhux talli ma jkunux jafu meta jiltaqa' il-Parlament u kemm hemm membri parlamentari, imma lanqas biss ikunu jafu x'inhi l-funzjoni tal-Parlament.", "U hawn ma ninsewx li qed nitkellmu fuq studenti universitarji!", "Dan juri kemm għad fadlilna x'naqdfu jekk dan il-Parlament verament irid jagħmel ix-xogħol tiegħu fiż-żminijiet tal-lum.", "Nerġa' ngħid li m'għandniex il-mezzi biex naħdmu bis-serjeta` u nagħtu sehemna.", "Ix-xogħol parlamentari qisu hobby li tagħmlu fil-ħin li jibqagħlek wara x-xogħol u l-impenji l-oħra.", "Jekk forsi jibqagħlek ftit ħin, tista' taqra ftit l-abbozzi ta' liġi li jkun hawn biex imbagħad forsi tqum titkellem u tgħid xi ħaġa fuq dak li jkun qed jiġi diskuss.", "Fil-fehma tiegħi, dan żgur li m'huwiex il-mod kif għandu jaħdem Parlament.", "Naf li aħna pajjiż ċkejken u li għandna limitazzjonijiet kbar, imma ċertament nistgħu naħdmu ħafna aħjar milli qed naħdmu.", "Ħafna drabi anqas hi kwestjoni ta' riżorsi.", "Jiena wieħed minn dawk li ma naqbilx li biex il-Parlament jirbaħ xi status ġdid għandu bżonn xi bini ġdid, anke għaliex l-ewwel ma rridu nagħmlu hu li nibnu r-riżorsi minn ġewwa biex fl-aħħar nifhmu li l- funzjoni importanti ta' Parlament mhux sempliċement li tparla u tiddiskuti x'qed jiġi leġislat, imma li tissorvelja bis-serjeta` l-operat tal-gvern, speċjalment meta fost l-istituzzjonijiet parlamentari għandna l-ombudsman u l-awditur ġenerali.", "Fil-fehma tiegħi wieħed mill-akbar nuqqasijiet li għandna f'dan il- Parlament hu li m'għandniex relazzjonijiet istituzzjonali u regolari mal- protagonisti soċjali u ekonomiċi f'pajjiżna.", "Parlamenti oħra sabu kif permezz ta' kumitati jkun hemm kuntatt ħaj għaddej bejn il-membri parlamentari u n-nies li jaħdmu f'diversi oqsma ta' l-industrija u ta' l- ekonomija biex il-membri parlamentari stess ikunu jafu x'inhi l-konsegwenza ta' dak li jkunu qed jiddiskutu f'dan il-Parlament.", "M'hijiex l-ewwel darba li għaddejna affarijiet minn hawn mingħajr ma konna nafu x'se jkunu l- konsegwenzi tagħhom.", "Din hija xi ħaġa ħażina u nerġa' ngħid li flok niddiskutu, aħna qisna qed nitolbu l-ħniena biex niġu rikonoxxuti għax- xogħol li qegħdin nagħmlu.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Helena Dalli.", "ONOR.", "HELENA DALLI: Sur President, naħseb li l-kwestjoni li qegħdin niddiskutu llum hija waħda mis-sintomi tal-marda li għandu dan il-gvern.", "Din il-marda mhux biss qegħdin jitkellmu fuqha n-nies fit-triq jew l- oppożizzjoni - fid-dover tagħha l-oppożizzjoni li tagħmel kritika kostruttiva - imma qegħdin jitkellmu fuqha u ġibdu l-attenzjoni tal-gvern fuqha dawk in-nies li l-partit Nazzjonalista qabbadhom sabiex jagħmlulu rapport.", "F'dan ir-rapport kellhom jgħidulu x'inhi r-raġuni għala tilfu daqshekk bil-kbir l-elezzjoni tal-Parlament Ewropew li kellna ftit taż- żmien ilu.", "Dawn in-nies ta' fiduċja tal-partit Nazzjonalista li ġew mitluba jagħmlu din l-analisi u jsibu x'inhi l-marda tal-partit Nazzjonalista fil- gvern, qalulu ħafna affarijiet.", "Fost dawn l-affarijiet qalulu – se nikkwota minn dan ir-rapport stess – li hemm ħafna nies li qegħdin jassoċjaw lill-ministri, lill-ministeri, lill-aġenziji tal-gvern u liċ- ċivil ma' ħela ta' flus, ma' nuqqas ta' dixxiplina, ma' nuqqas ta' rieda u ma' letarġija sħiħa.", "Dawn qalulu li l-gvern kellu – għaliex hekk kien iwiegħed – jibda jidher li huwa fuq in-naħa tal-poplu, mentri dan m'għamlux.", "Kellu jidher li huwa fuq in-naħa tal-poplu billi ma jagħtix raġun lil dawk in-nies li huma responsabbli għall-isparpaljar ta' fondi pubbliċi u għal deċiżjonijiet strambi u nġusti.", "U din id-deċiżjoni li qegħdin niddiskutu llum hija proprju waħda minn dawk id-deċiżjonijiet strambi u nġusti.", "Dan ir-rapport ikompli jgħidilhom li ċerti nies ma jiġu kkastigati qatt u jibqgħu dejjem jokkupaw pożizzjoni, li f'ħafna każi la huma kwalifikati għalihom u lanqas ma juru xi ħila partikolari sabiex jokkupaw dawn il-pożizzjonijiet.", "Hawnhekk qegħdin jirreferu għal headships fiċ-ċivil u għal ċerti ministri.", "Din hija l-marda li għandu pajjiżna.", "Huwa minnu li hija l-marda tal-kabinett u l-marda tal-partit Nazzjonalista, imma hija wkoll il-marda tal-gvern li qiegħed imexxi lil dan il-pajjiż.", "U għalhekk qiegħed imarrad ukoll lill-pajjiż kollu.", "Issa, kif għedt aktar qabel, dan il-kliem mhux qed jgħidu l-poplu Malti jew il-partit Laburista, imma qegħdin jgħiduh l-istess nies tal-partit Nazzjonalista li ġew imqabbda jħejju dan ir-rapport.", "Dawn in-nies li studjaw is-sitwazzjoni fil-partit Nazzjonalista qalulhom li waħda mir-", "raġunijiet hija proprju din il-marda li għandu l-gvern fi ħdanu.", "Għaldaqstant meta tara dawn l-affarijiet tibda tifhem dak li qegħdin niddiskutu llum, sitwazzjoni fejn il-ministri li għandna qisu ħadd ma jista' ikellimhom.", "Jaqbdu u jiddeċiedu l-affarijiet mingħajr l-ebda diskussjoni ma' ħadd.", "Smajna f'din il-Kamra stess jgħidu li m'hemmx għalfejn jiġu jiddiskutu l-affarijiet fil-Parlament.", "Issa li kieku l-gvern preżenti kien qiegħed jikseb xi suċċessi f'kull settur ta' dan il-pajjiż, forsi tgħid li għandhom raġun tikbrilhom rashom.", "Xorta ngħid li jagħmlu ħażin jekk iħallu rashom tikbrilhom għaliex naħseb li l-umilta' hija l-akbar virtu' li jista' ikollu l-bniedem.", "Madankollu titkellem ma' min titkellem, kulħadd jgħidlek li suċċessi mhux qed ikun hemm.", "Morru tkellmu man-nies tal-business ħalli taraw x'jgħidulkom.", "L- Onor. Edwin Vassallo jitkellem man-nies tal-business u meta jkellimhom jgħidilhom sabiex imorru jiftħu l-business tagħhom barra minn Malta jekk hawnhekk m'humiex sejrin tajjeb.", "Fil-fatt dan il-kliem li qal lill- businessmen Maltin qiegħed ikkwotat.", "Kif għedt, tħares 'il fejn tħares issib li kull settur ta' pajjiżna sejjer lura u mhux 'il quddiem.", "Sur President, nerġa' ngħid li kieku dawn kienu qegħdin iġibu lil Malta 'l quddiem, forsi nistgħu nagħlqu għajn waħda talli ħadd ma jista' jkellimhom, imma din m'hijiex is-sitwazzjoni li għandna.", "Bħalissa għandna sitwazzjoni ta' problemi kbar u biżżejjed insemmi l-qasam tat-turiżmu li bħalissa qiegħed fuq fomm kulħadd minħabba li suppost qiegħed fl-aqwa tiegħu.", "Madankollu kulħadd jaf x'inhi s-sitwazzjoni preżenti f'dan is-settur partikolari.", "Nerġa' ngħid li kieku wieħed jitkabbar għaliex verament ikun qiegħed jagħti xi ħaġa lill-pajjiż, tgħid ħa tagħtih raġun għaliex qiegħed jagħti xi ħaġa lil pajjiż.", "Pero' li għandna quddiemna hija attitudni arroganti u mhu qed naraw xejn ħlief fjask wara l-ieħor f'kull settur ta' pajjiżna.", "Tinduna li l-vapur qiegħed jegħreq u jippruvaw isoddu t-toqob bil- lapazzar.", "Imbagħad kif jitkellem bniedem serju u ta' l-affari tiegħu, naqbżu fuqu u ngħidu li ma jafx x'inhuwa jgħid.", "Hawnhekk qiegħda nirriferi għall-ombudsman u l-arroganza li wera miegħu dan il-gvern.", "Madwar sentejn ilu, l-ombudsman tkellem fuq il-patrunaġġ politiku meta tkellem fuq l-eżerċizzju ta' kif ingħataw il-promozzjonijiet fil- forzi armati.", "Dan qal li l-promozzjonijiet ingħataw bl-addoċċ u qal li għalkemm il-korruzzjoni hija xi ħaġa diffiċli sabiex tiddefiniha, kellu każijiet fejn persuna kellha 400 punt u ma ngħatatx promozzjoni mentri ħaddieħor li kellu inqas minn 400 punt ingħata promozzjoni.", "Semma wkoll l- evidenza li kellu dwar kif l-Air Malta, il-linja nazzjonali ta' l-ajru, tingaġġa ħaddiema fis-sajf fuq konsiderazzjonijiet politiċi.", "Dan huwa l- kliem li qal l-ombudsman.", "U minflok ma' l-prim ministru jinvestga dawn l- affarijiet, ħareġ jattakka lill-ombudsman u qallu li kien qiegħed jitkellem b'mod politiku u li qisu kien ħiereġ għall-elezzjoni.", "Mela għalfejn qiegħed hemm l-ombudsman?", "Jekk dan investiga u sab li fil-forzi armati kien hemm min kellu aktar punti u baqa' l-art, mentri ħaddieħor li kellu inqas punti ħa promozzjoni u qisu ma ġara xejn?", "L-ombudsman ħareġ jgħid dawn l-affarijiet kollha u l-prim ministru qallu li qiegħed jitkellem b'mod politiku.", "Dik hija l-marda li għandu dan il-pajjiż.", "Jitkellem l-awditur ġenerali fuq il-mod ta' kif qed jitmexxew l-affarijiet f'ċerti oqsma u qisu tkellem ix-xitan!", "Issa dan l-awditur ġenerali għandu l-fiduċja taż-żewġ naħat ta' din il-Kamra, imma hekk sirna f'dan il-pajjiż.", "Lill-partit Nazzjonalista nafuh bħala partit li dejjem ta ħafna kas ta' dak li jgħidulu l-għaqdiet internazzjonali.", "Issa din id-darba, fejn l-ILO qablet ma' dak li qalet l-GWU, lanqas naf x'ma qalux minflok ma' ammettew li aktarx ma mxewx kif suppost kellhom jimxu.", "Il-partit Nazzjonalista fil- gvern ma riedx jagħti kas ta' dak li qaltlu l-ILO u f'daqqa waħda din l- għaqda internazzjonali tax-xogħol ma baqgħetx tajba.", "L-istess ħaġa ġara fuq il-kwestjoni ta' l-MCESD.", "Jien qed insemmi dawn l-eżempji għaliex huma eżempji konkreti ta' kif il-gvern taparsi se jiddiskuti, imma fil-verita' jibqa' għaddej b'deċiżjonijiet ħżiena li qegħdin jagħmlu ħafna ħsara lill- pajjiż.", "Staqsuhom lin-nies ħalli taraw x'jgħidulkom!", "In-nies qegħdin aħjar illum?", "Ħajjithom qiegħda titjieb?", "Qiegħed ikollhom livell ta' għajxien aħjar?", "Wara kollox, x'inhi l-politika?", "Għalfejn qegħdin fil-politika aħna?", "Qegħdin fil-politika sabiex intejbu l-ħajja tal-poplu Malti u dan nagħmluh mill-iċken wieħed sa l-ikbar wieħed.", "Bil-politika inti tiżviluppa lill- pajjiż, tmexxih 'il quddiem u ttejjeb il-ħajja tal-poplu.", "Pero' anke fuq l- MCESD issa qed jitkellmu dwar li jagħtu priorita' lil expediency politika milli lil konsiderazzjonijiet soċjo-ekonomiċi tal-pajjiż.", "Għalhekk qed jgħidu li fl-MCESD se jdaħħlu l-majority voting, meta suppost l-MCESD huwa korp konsultattiv.", "Naturalment din tal-majority voting se tgħin lill-gvern sabiex ikun jista' jirbaħ xi political points, pero' issa se tispiċċa dik il-kultura fejn ikollok pożizzjonijiet kuntrastanti li tressaqhom flimkien u twassal għal proċess ta' bargaining.", "Ovvjament kull sieħeb soċjali se jitlef xi ħaġa u se jirbaħ xi ħaġa, pero' dak huwa l-mod ta' kif tagħmel il-policy making, il-mod ġdid ta' kif issir il-public policy.", "Dan huwa l-mod li trid tiżviluppa sabiex timxi 'l quddiem u tipprova tieħu dawn l-ideat kontrastanti flimkien u mhux tipprova ddaħħal il-majority voting.", "Hawnhekk se jiġri l-istess ħaġa bħalma qal il- Ministru Gatt, jiġifieri għandna l-maġġoranza u allura se jirbaħ il-gvern.", "Hemmhekk se jiġri l-istess.", "Mela allura din m'hijiex xi ħaġa li qalha biss il-Ministru Gatt imma hija xi ħaġa li qed isseħħ f'ħafna oqsma u setturi.", "Din hija l-kultura li hawn f'pajjiżna, kultura li qed tagħmlilna ħafna ħsara bħala nazzjon.", "Il-perċezzjoni tan-nies fuq il-politiċi u fuq il- politika qiegħda ssir realta' għaliex in-nies jaġixxu fuq dik il-perċezzjoni.", "Eżempju ieħor ta' l-arroganza li qed juri l-gvern insibuh fil-kwestjoni ta' l-artijiet, Sur President.", "Wara li nqala dak li nqala fuq din il-kwestjoni, il-gvern qalilna li dak li kien qed jagħmel kien qiegħed jagħmlu għal skopijiet soċjali.", "Min-naħa tiegħi, ippruvajt naħseb ħafna fuq dan il-kumment tal-gvern, imma xorta waħda bqajt ma wasalt imkien.", "Kien ikun hemm skopijiet soċjali li kieku l- gvern ħa ħsieb li jkun hemm xi kwalita' ta' social housing għal dawk il- ħafna familji żgħar li qegħdin jitkissru bil-mod ta' kif qegħdin jintrabtu mal-bank sabiex jixtru xi żewġt ikmamar ħalli jkollhom saqaf fuq rashom u jibnu familja.", "Dak huwa l-iskop soċjali u mhux il-mod ta' kif ingħataw il- permessi fuq l-artijiet mingħajr ma għaddew mill-awtorita' li kien waqqaf l- istess gvern.", "Minn dan kollu ma sar xejn, imma b'daqqa ta' pinna, il-gvern ġie jgħidilna li issa se jkollna dawn l-artijiet kollha għall-iżvilupp.", "Ilejla jiena qiegħda nipprova nillustra b'mod konkret dak li kien qed jipprova jgħidilhom il-grupp ta' persuni li ġew imqabbda mill-partit Nazzjonalista stess sabiex jagħmlu dak ir-rapport li semmejt fil-bidu tad- diskors tiegħi.", "Il-gvern talabhom isibu t-tweġibiet għall-problemi li kien qiegħed jiffaċċa l-partit.", "U dawn min-naħa tagħhom qalulhom li huma ma kenux qegħdin jagħtu kas tal-poplu.", "Dawn qalu lill-gvern li huwa kellu rasu fis-sħab u l-pajjiż qiegħed sejjer lura.", "Madankollu, minkejja r- rapport u dak kollu li kien hemm fih, il-gvern xorta waħda baqa' għaddej bl- istess mod li kien miexi bih qabel.", "Jiena nittama li din l-attitudni ħażina li qegħdin jitkellmu dwarha anke n-nies li jridu l-ġid lill-partit Nazzjonalista, tinbidel.", "U dan nittamah mhux għalina l-membri parlamentari imma għall-ġid tal-poplu Malti u Għawdxi li bħalissa qiegħed ibati bis- serjeta'.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG (Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern): Sur President, naħseb li fl-istorja parlamentari ta' gżiritna qatt ma nqala' daqshekk għaġeb fuq inċident li fir-realta' qatt ma sar skond jien.", "Is-sabiħa hi li sa mill-ewwel intervent ta' l-oppożizzjoni diġa' bdiet tbiddel il-pożizzjoni tagħha.", "Ħalli nispjega aħjar.", "L-Onor.", "Charles Mangion, li flimkien ma' l-Onor.", "Joe Mizzi ppropona din il-mozzjoni, allega għal erba' darbiet li l-Ministru Gatt għandu jitkeċċa minħabba li kiser il-liġi.", "Din m'għamilhiex darba imma erba' darbiet.", "L-ewwel allegazzjoni fis-sens li l-Ministru Gatt naqas milli josserva l-liġijiet viġenti.", "It-tieni allegazzjoni hija li l-Ministru Gatt qal li l-gvern jista' jikser il-liġi.", "It-tielet allegazzjoni hija li l-gvern sejjer retroattivament jirranġa ksur tal-liġi li qed jagħmel - mela l-gvern se jiġi fil-Parlament sabiex jissana dak il-ksur ta' liġi - u r-raba' u l- aħħar allegazzjoni qiegħda fit-tieni paragrafu tal-mozzjoni fejn qed jingħad li l-liġi ma ġietx osservata.", "Wara li l-Ministru Gatt spjega kif dak li ġara fil-Maltacom huwa l-istess ħaġa bħalma ġara fil-każ tal-MIDI u fil-każ tal-Kottonera u f'kull kuntratt ieħor ta' proġett pubbliku fuq art tal-gvern li s'issa sar, l-Onor.", "Mangion kellu jammetti li ma kienx hemm ksur ta' liġi imma li kien hemm affarijiet oħra.", "Unbelievable!", "Tant l-oppożizzjoni m'hijiex ikkordinata li lanqas biss segwew dak li kien qiegħed jingħad mill-viċi kap tagħhom – apparentement kellhom x'jagħmlu dalgħodu - u allura bdew jirrepetu din l- allegazzjoni b'mod pappagallesk.", "U dan għamluh meta l-proponent tal- mozzjoni tagħhom stess ammentta li ma kienx hemm ksur ta' liġi.", "Issa aħna ma nafux li ma kienx hemm ksur ta' liġi!", "Mela qatt xi darba kien hemm gvern li fuq proġett li jinvolvi art tal-gvern, l-ewwel ġie f'din il-Kamra u mbagħad mar jinnegozja?", "Niġu tajjeb li kieku kellna nagħmlu hekk!", "Il- gvern l-ewwel imur jinnegozja u mbagħad fil-ftehim li jagħmel jew fil- konvenju li jagħmel - għaliex hemm diversi forom ta' kif tintrabat – jgħid li huwa suġġett għall-approvazzjoni parlamentari.", "L-akkuża kienet tkun ġusta li kieku l-Ministru Gatt iffirma dak l- understanding mingħajr ma għamel riferenza għall-approvazzjoni parlamentari.", "Madankollu kif qal il-Ministru Gatt stess, f'żewġ partijiet mill-ftehim hemm ir-rabta li l-gvern irid jiġi quddiem dan il-Parlament, naturalment għaliex jassumi li għandu l-maġġoranza.", "Allura b'daqshekk qiegħed juri xi arroganza?", "Jekk ministru jassumi li l-gvern għandu maġġoranza fil-Parlament, qiegħed ikun arroganti?", "Mela mhux kull gvern jassumi li hemm maġġoranza fil-Parlament?", "Anke meta l-gvern Laburista kellu maġġoranza ta' wieħed, kien jassumi li għandu l-maġġoranza!", "Madankollu f'mument minnhom assumew ħażin u naħseb li dan huwa l-veru spirtu tal- mozzjoni.", "Fil-fatt, il-Ministru Gatt f'ħin minnhom qal lill-oppożizzjoni li huma kellhom maġġoranza ta' wieħed imma ma żammewhiex u ħadu għalihom u sabiex ipattuhielu għamlu din il-mozzjoni.", "Dan huwa l-veru spirtu tal- mozzjoni mressqa quddiemna llum.", "Sur President, jien qrajt id-debate u smajt ir-recording minn fuq il- website tal-Parlament għaliex dakinhar kont imsiefer u nista' ngħid li dan kien l-ispirtu kollu ta' dan il-famuż inċident li qatt ma seħħ.", "Allaħares ma kienx hekk għax immaġinaw li se mmorru ninnegozjaw u l-ewwel niġu fil- Kamra u mbagħad immorru ninnegozjaw wara!", "Kieku kellna nagħmlu hekk, aqta' kemm ikollna saħħa fin-negozjati għaliex ma' min se ninnegozjaw, ikun jaf diġa' x'inhuma l-parametri tagħna!", "Għalhekk l-ebda gvern preċedenti qatt ma qaleb dan il-proċess.", "L-ewwel tmur tinnegozja, tipprova ġġib l-aħjar kondizzjonijiet għall-gvern, kemm f'dawk li huma mpjiegi, kemm f'dak li huwa proġett u kemm f'dawk li huma kondizzjonijiet ta' trasferiment ta' art tal-gvern u mbagħad tiġi quddiem il-Parlament sabiex jiġi kkonfermat jew miċħud il-proġett.", "Hekk ġara fin-negozjati li saru fil-każ tal-Kottonera.", "Illum smajna l-qaddisin kollha min-naħa ta' l-oppożizzjoni jgħidulna li dan il-Parlament m'għandux iservi ta' rubber stamp u li ħadd m'għandu jassumi li għaliex għandu maġġoranza ta' membri jista' jaqbad u jagħmel li jrid.", "Madankollu l-ewwel li assumejtu li għandkom maġġornaza fil-Parlament kontu intom stess u dan kien fil-każ tal-Kottonera u mbagħad, għaliex kien hemm persuna li vvotat kontra dak li ridtu intom, ħriġtu tgħajruh traditur u nżiltu fix-xatt tal-Birgu tgħajruh traditur.", "Mela llum għandna oppożizzjoni li qiegħda tipprova tgħallimna li kulħadd huwa liberu fil-vot tiegħu u mbagħad meta kien hemm xi ħadd fil-partit tagħhom li ma vvotax kif riedu huma, ħarġu jgħajruh traditur u marru x-xatt tal-Birgu jgħajruh traditur!", "Mela s'issa diġa' kellna ammissjoni min-naħa ta' l-opożizzjoni li m'hemmx ksur ta' liġi u nisperaw li l-ewwel żewġ paragrafi tal-mozzjoni jiġu emendati u rtirati qabel ma niġu għall-vot fuqha.", "Jekk iridu jistgħu jikkritikawna fuq affarijiet oħra, pero' fuq din żgur li ma jistgħux jikkritikawna, Sur President.", "Kif qal tajjeb il-Ministru Gatt, dan kollu għamilnieh sabiex ngħattu l- iżbalji li għamlu huma meta kien ħareġ il-prospett ta' trasferiment ta' 40% ta' l-ishma tat-TeleMalta.", "Dakinhar lin-nies ma qalulhomx li kien hemm sitt postijiet li qegħdin fuq il-Maltacom mingħajr ma kienu tagħha.", "Min- naħa tagħna issa qegħdin nagħmlu l-affarijiet bis-serjeta' u filwaqt li se nittrasferixxu 60% ta' l-ishma, irridu nissanaw dak id-difett li huma ma rranġawx billi jsir it-tpartit ta' art li l-Maltacom għandha fil-Qawra, li se jeħodha l-gvern u l-gvern se jagħtiha l-art li diġa' qiegħda tokkupa bħalissa.", "Dan kollu se jsir bis-saħħa ta' ftehim kif ikkonfermat minn dan il-Parlament.", "Hawnhekk irrid ngħid li min-naħa ta' l-oppożizzjoni kulħadd bir-raġġiera fuq rasu.", "Jiġu jgħidulna li l-Parlament spiċċa bħala rubber stamp u li mhux qiegħda ssir diskussjoni valida.", "Imbagħad din in-naħa tal-Kamra tagħmel proposti lill-oppożizzjoni sabiex jissaħħaħ il-proċess parlamentari u sabiex ikun hawn aktar diskussjoni u din tibqa' siekta.", "Dawn il-proposti għaddejnihom lill-oppożizzjoni qabel is-sajf ta' l-2004 u fil-fatt għamilna lista ta' proposti li ħafna minnhom kienu bbażati fuq ir- rapport ta' Dr Ugo Mifsud Bonnici.", "Fost dawn il-proposti għednielhom li minflok li nibqgħu għaddejjin bil-question time b'ċertu mod konfuż – l- ewwel nibdew fuq il-joint office u mbagħad naqbżu fuq id-drenaġġ tal- Kalkara u mbagħad naqbżu fuq it-tħaffir taż-żejt mat-Tuneżija - għaliex ma nibdewx norganizzaw ruħna aħjar?", "Għalfejn ma nagħmlux bħalma jsir fl- Ingilterra, fejn kultant żmien ikun hemm question time lill-prim ministru?", "Madankollu min-naħa ta' l-oppożizzjoni silenzju perfett!", "Anke pproponejna li darba kultant l-oppożizzjoni tagħżel suġġett li trid hi - m'hemmx għalfejn li jkun fuq xi liġi – u ssir diskussjoni fuqu.", "L-istess, silenzju perfett!", "Aħna għamilna proposti konkreti lill-oppożizzjoni u huma min-naħa tagħhom għadhom jistudjaw dawn il-proposti għax issa hekk sirna f'kollox.", "Sabiex ma nikkommettux ruħna ngħidu li rridu nistudjaw il-proposti!", "Fuq l-emenda kostituzzjonali, fuq l-ombudsman, fuq l-emenda ta' l-abort, fuq l-emenda sabiex il-maġistrati jirtiraw ta' 65 sena u fuq l-istanding orders, fejn uħud minnhom huma ta' benefiċċju nett għall-oppożizzjoni, dejjem jgħidu li qegħdin jistudjawhom!", "Għalfejn ma jistaqsux lil min qabbdu jagħmel dan l-istudju kemm se jdum jistudja?", "Dawn idumu jistudjaw daqshekk meta qegħdin fl-oppożizzjoni meta allura ma tantx għandhom x'jagħmlu, aħseb u ara meta jitilgħu fil-gvern kemm se jdumu jistudjaw aktar!", "Issa jien ma nħobbx nidħol f'affarijiet partiġġani, imma llum tant saru akkużi li se jkolli nikkwota minn diksors li kien sar fis-7 ta' Ġunju, 1998 minn Speaker differenti.", "Hawnhekk smajna kif il-Parlament m'għandux ikun rubber stamp, li kulħadd għandu jkun liberu li jivvota kif irid hu u li ħadd m'għandu jiġi mġiegħel jivvota skond kif jgħidlu l-partit tiegħu.", "Fis-7 ta' Ġunju ta' l-1998 kien diġa' beda jberraq għall-gvern Laburista ta' Dr Alfred Sant għaliex kellhom membru li ma tantx ried jivvota kif ried il-gvern tiegħu u l-iSpeaker dakinhar kienet għamlet dan id-diskors.", "Fid- diskors tagħha qalet hekk:", "\"Il-backbenchers f'kull grupp parlamentari jrid ikollhom ukoll is-sens ta' dixxiplina u responsabbilta' kollettiva.", "Kull wieħed u waħda minnhom iridu jirrealizzaw li meta jiddipartixxu...\"", "- araw fejn hu r-rubber stamp! -", "\"...minn dan is-sens ta' dixxiplina u responsabbilta' kollettiva lejn sħabhom fl-istess grupp, ikunu qegħdin jipperikolaw l-istabilita' tat- tmexxija u jistgħu joħolqu chaos parlamentari u kostituzzjonali.\"", "Il-botta f'dak id-diskors kienet li jekk xi ħadd min-naħa tal-gvern ma jivvotax kif irid il-gvern tiegħu, kien se jagħmel ħażin għaliex kien se joħloq chaos parlamentari u kostituzzjonali.", "Imbagħad hawnhekk jiġu jagħmlulna mozzjoni u jakkużaw lill-Ministru Gatt għaliex assuma li ladarba għandna maġġoranza ta' ħamsa - u assuma tajjeb – il-mozzjoni kienet se tgħaddi.", "Allaħares mhux hekk għaliex kieku aqta' kemm jiġu jinnegozjaw ma' gvern li għalkemm għandu l-maġġoranza fil-Parlament ma jkunx jista' jwettaq dak li jwiegħed!", "X'saħħa jkollu l-gvern li kieku ma jkollux maġġoranza stabbli favur tiegħu?", "Allura b'daqshekk għandna ngħidu li l-Parlament qiegħed iservi ta' rubber stamp?", "Jien naf kemm liġijiet kellna li ġew drafted minni stess u ħsibt li huma perfetti iżda mbagħad inpoġġihom għall-iskrutinju u nibda ninduna li m'huma perfetti xejn.", "Ġieli ninduna jiena stess u ġieli jiġbduli l-attenzjoni sħabi ta' l-oppożizzjoni u allura nbiddlu għall-aħjar.", "L-ewwel darba li saret din l-emenda?", "Min jaf kemm kellna każi simili, ġieli b'division u ġieli b'koperazzjoni ma' xulxin.", "Allura b'daqshekk ngħidu li l-Parlament huwa rubber stamp?", "Ma ninsewx ukoll li kemm ilna aħna fil-gvern, ħloqna strutturi u prattiċi ġodda li qabel ma kenux jeżistu.", "Jien għamilt żmien fejn kont naqla' Lm2 għall kull seduta li nattendi u nħejji rapport parlamentari għall-gazzetta \"in-nazzjon\".", "Ovvjament dan kont nagħmlu qabel ma lħaqt deputat ta' din il-Kamra u matul dak iż-żmien, li kien fiż-żmien ta' gvern Laburista, qatt ma rajt question time.", "Fil-fatt l-iSpeaker kien joħroġ fis-6.30 p.m. u l-ewwel ħaġa li kien jgħid li l-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Dak kien l-iskrutinju kollu tal-gvern!", "Kull seduta kienet tibda bil-ħin tal-mistoqsijiet li jkun għadda.", "Dan ma kienx jiġri biss 22 sena ilu jew 19-il sena ilu, imma anke f'dawk it- 22 xahar li fihom iggverna l-partit Laburista ta' Dr Sant.", "Min jaf kemm-il darba l-iSpeaker tal-Kamra kienet toħroġ fis-6.15 p.m. jew fis-6.20 p.m. u allura l-question time kien jispiċċa f'għaxar minuti.", "Konna qisna l-House of Commons, l-istess ħaġa konna!", "L-Ispeaker tal-House of Commons joħroġ fis-6.00 p.m. - kif qed noħorġu issa – wara li jagħmlu nofs siegħa skrutinju ta' kull ministru li jinzerta jkollu l-ewwel mistoqsija fuq kwalunkwe suġġett fuq l-agenda.", "Dan biex ma nsemmix il-prattika li kienu jħaddmu fejn kulħadd kien jitfa' ix-xogħol fuq il-Ministru Mizzi, li min- naħa tiegħu, miskin, kien ikollu joqgħod jirrispondi għal xi ħames ministri differenti!", "Nerġa' ngħid li m'iniex qed nitkellem fuq 20 sena ilu, imma qiegħed nitkellem fuq tmien snin ilu, Sur President.", "Iżda l-akbar dnub kontra l-iskrutinju ta' dan il-Parlament sar fi żmien il- gvern Laburista ta' l-1984.", "Naħseb li xi ħaġa bħal din qatt ma ġrat qabel dik id-data u lanqas wara.", "Dakinhar il-gvern kien fl-eqqel tal-kriżi tiegħu, kien gvern sfiduċjat li baqa' jiggverna għal ħames snin u nofs kontra r-rieda tal-maġġoranza.", "Dak rispett lejn il-Parlament!", "Suppost li aħna kellna maġġoranza ta' wieħed imma kellhom maġġoranza ta' tlieta huma u baqgħu jiggvernaw għal ħames snin u nofs.", "Baqgħu hemm sa l-aħħar ġurnata u ma setgħux joqgħodu aktar mid-9 ta' Mejju ta' l-1987.", "Dak nerġa' ngħid rispett lejn il-Parlament u lejn id-demokrazija!", "Pero' l-agħar ħaġa seħħet f'Settembru ta' l-1984, fl-eqqel tal-kwestjoni ta' l-iskejjel tal-Knisja, fejn il-gvern ta' dakinhar kien bagħat lill-pulizija mal-kulleġġi u ma' l- iskejjel primarji u sekondarji tal-Knisja ħalli jagħlaqhom.", "Dakinhar ma konniex qed niddiskutu l-kriżi tat-TeleMalta imma l-kap ta' l- oppożizzjoni, l-Onor.", "Fenech Adami, kien ressaq mozzjoni ta' sfiduċja kontra l-gvern.", "Issa hawn mozzjoni aktar serja minn dik?", "Mozzjoni ta' sfiduċja mhux f'ministru tal-gvern imma mozzjoni ta' sfiduċja kontra l- gvern innifsu minħabba l-kriżi li l-iskejjel ta' wliedna kienu qegħdin jingħalqu mill-pulizija.", "Hawn xi ħaġa aktar serja minn hekk?", "Issa ara ma jmurx xi ħadd jaħseb li din il-mozzjoni ġiet diskussa fil-parlament għaliex imur żmerċ.", "Dawn qabdu karta u ffirmawha kollha kemm huma u li fiha wrew li għandhom fiduċja fil-gvern ta' Duminku Mintoff.", "Mela kull deputat – li minnhom fadal tlieta f'din il-Kamra – iffirma din il-karta u qalu li huma kellhom fiduċja fil-gvern tagħhom u allura kien jidher biċ-ċar li m'hemmx għalfejn issir id-diskussjoni fuq il-mozzjoni mressqa mill-oppożizzjoni ta' dakinhar.", "Fil-fatt dawn qalu hekk:", "\"Billi d-deputati kollha tal-partit tal-ħaddiema ddikjaraw il-fiduċja tagħhom fil-gvern soċjalista mmexxi mill-Prim Ministru Dom Mintoff, il- mozzjoni tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni ma tgħaddix u għalhekk m'hemmx għalfejn niddiskutuha fil-Parlament.\".", "Dan ifisser li l-Parlament kien sar biss mill-grupp parlamentari tagħhom.", "Dawn, kollha kemm huma, iffirmaw karta u oħroġ il-għaġeb, mozzjoni li saret fit-3 ta' Settembru u bil-Parlament li kellu jiltaqa' fit-8 ta' Ottubru, sa l-aħħar ta' Diċembru l-mozzjoni baqgħet ma ġietx diskussa.", "Immaġinaw llum xi ħadd jiġi jressaq mozzjoni ta' sfiduċja fil-gvern u aħna niffirmaw karta bejnietna u ngħidu li għandna fiduċja fil-gvern u allura l-mozzjoni ta' sfiduċja ma tiġix diskussa f'dan il-Parlament!", "Issa tnejn mill-membri li kienu ffirmaw dik il-karta qamu dalgħodu jgħallmuna u jippridkawlna dwar x'inhi l-indipendenza tal-Parlament.", "Fil-fatt meta staqsejt lill-Onor.", "Debono Grech jekk hux veru li kien iffirmaha ma ċaħadx.", "B'dan il-mod konna nittrattawh il-Parlament.", "U jekk xi ħadd jaħseb li dawn il-bużullotti kienu jsiru biss fi żmien il-Perit Mintoff sejjer żball.", "Sur President, xi ngħidu mbagħad fuq l-affarijiet oħra li tant tkellem tajjeb dwarhom l-Onor.", "Mario Galea?", "Ikollok il-brigadier bl-uniformi jidħol fil-Parlament jgħajjar lill-kap ta' l-oppożizzjoni?", "Min-naħa tagħhom lanqas biss jiskużaw ruħhom u jgħidu li se jagħtuh warning ta' dak li għamel, xejn minn dan.", "Il-brigadier telaq mill-Kamra qisu qatt ma ġara xejn!", "U l-partit Laburista fil-gvern baqa' jtawwal sakemm din il-persuna ma weħlet xejn.", "Imbagħad għaliex Demicoli kkritika lil wieħed minnhom tellgħuh quddiem il-Parlament, mentri l-brigadier, bil-penzijiet kollha u bl-uniformi, jidħol fil-Parlament u jgħajjar lill-membri parlamentari bħalma kienu jgħajruna min-naħa ta' l-istrangers gallery.", "Almenu dawk kienu stranġieri u mhux xi ħadd bl-uniformi.", "Dik kienet id-dinjita' tal- Parlament!", "Min-naħa tagħna x'ma għamilniex f'dan il-parlament?", "Apparti milli organizzajna l-affarijiet kif suppost, jien niftakar żmien fejn id- debates kienu joħorġu xi għaxar xhur jew 11-il xahar wara.", "Ħloqna s-sistema tal-kumitati, Sur President.", "Min għamilhom il-kumitati?", "Dawn saru fi żmienhom?", "Le, il-kumitati saru fi żmienna u saru mhux biss biex iħaffu x-xogħol tal-Kamra, imma anke sabiex joħolqu skrutinju u kontroll fuq ix-xogħol tal-Kamra.", "Min waqqfu l-public accounts committee li huwa ppresedut minn membru ta' l-oppożizzjoni?", "L-istess ħaġa s-social affairs committee u l-foreign affairs committee.", "Dan ta' l-aħħar twaqqaf sabiex il-politika barranija ma tkunx xi ħaġa riservata tal-ministru ta' l- affarijiet barranin, imma nkunu nistgħu niddiskutuha f'dan il-Parlament.", "Meta fi żmien gvern Laburista kien hemm r-rispett lejn il-Parlament?", "Bħalissa qiegħed niftakar f'xi ħaġa oħra, Sur President.", "Darba kellna lill-kap ta' l-oppożizzjoni li kien ma jiflaħx u kellu ċertifikat mediku sabiex ma joħroġx mid-dar.", "Dakinhar konna se nressqu mozzjoni fuq il-VAT u l-gvern kien qalilna li sabiex titressaq il-mozzjoni kellu jkun hawn il-kap ta' l-oppożizzjoni personalment f'din il-Kamra.", "Għalhekk fl-24 ta' April, 1997 kellu jiġi l-kap ta' l-oppożizzjoni direttament mis-sodda tiegħu u għamel għaxar minuti, għax ma felaħx jitkellem aktar.", "U dan għamlu sabiex ma taqax il-mozzjoni.", "Dakinhar fid- diskors tiegħu qal li huwa qiegħed hawn jissogra ħajtu.", "Fenech Adami mar il-Parlament kontra l-parir tat-tobba.", "Dan kien ir-rispett lejn l- oppożizzjoni fi żmien gvern Laburista.", "Sur President, x'inhu l-animu veru ta' din il-mozzjoni?", "L-animu ta' din il- mozzjoni huwa li jitfgħu dell fuq wieħed mill-ministri l-aktar attivi li għandna fil-kabinett.", "Naturalment dan ma jfissirx li naqblu dejjem miegħu f'kollox u allaħares kien hekk!", "Pero' huwa wieħed mill-aktar ministri attivi f'dan il-Parlament u f'dan il-kabinett.", "U jekk il-partit Laburisa jaħseb li se jitfa' xi dell fuqu sejjer żmerċ għaliex bis-saħħa ta' dan id- dibattitu u bis-saħħa tal-faqar ta' l-argumenti ta' l-oppożizzjoni, il- Ministru Austin Gatt se joħroġ aktar imsaħħaħ quddiem l-opinjoni pubblika.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Chris Cardona.", "ONOR.", "CHRIS CARDONA: Sur President, huwa ta' l-għaġeb kif il-viċi prim ministru jħoss li qegħdin nagħmlu għaġeb fuq inċident li qatt ma kien għaliex jiena nista' ngħid li kelli l-privileġġ li mhux biss nisma' id- diskorsi tiegħu f'din il-Kamra, imma kien ukoll jgħallimni l-liġi kostituzzjonali meta kont għadni student fl-universita'.", "U jkolli ngħid li tisimgħu hawnhekk, ovvjament fir-rappreżentanza politika tiegħu u tisimgħu jitkellem bħala lettur fl-universita', issib li hemm qabża kbira!", "Per eżempju, smajnieh jitkellem fuq il-proposti li għamlu huma meta kienu fil-gvern sabiex ibiddlu s-sistema parlamentari, b'mod partikolari dak li għandu x'jaqsam ma' standing orders, ma' question time u ma' kumitati.", "X'jiswa dan kollu?", "Din hija l-kritika li qegħdin nagħmlu hawnhekk.", "Aħna mhux qegħdin nagħmlu xi witch-hunt fuq xi persuna partikolari jew membri prominenti fil-gvern tal-ġurnata u qegħdin naraw kif nistgħu naqtgħulhom rashom.", "X'differenza tagħmel għall-oppożizzjoni li minflok il-Ministru Austin Gatt ikun hemm ministru ieħor?", "L-unika differenza hija li aħna rridu Parlament bħal dak li kien jgħallimna fuqu l-Onor.", "Tonio Borg fl- universita', jiġifieri Parlament li jirrifletti d-demokrazija parlamentari tal-pajjiż.", "X'jiswa li jkollok l-isbaħ standing orders, li jkollok l-isbaħ kumitati li jista' jkollok u li jkollok l-aqwa question time, jekk imbagħad meta niġu biex napplikaw l-aktar regola fundamentali li hemm f'kull Parlament, tiġi tgħid li m'hemmx ħtieġa ta' diskussjoni għaliex taf li għandek il- maġġoranza?", "Il-Parlament ismu miegħu.", "Issa jekk inti se tgħid li għaliex għandek l-maġġoranza allura m'hemmx għalfejn niddiskutu, tista' taqbad u tneħħi l-Parlament.", "Tista' ukoll tneħħi l-kunsilli lokali u kulma trid tagħmel huwa li taqbad lil min għandu l-akbar ammont ta' voti fil-pajjiż u jiġi f'din il-Kamra sabiex jgħaddi l-liġijiet.", "U jekk ikun hemm bżonn lanqas il-backbenchers m'għandhom għalfejn jitkellmu b'dan l-argument, għaliex xorta waħda tgħaddi mill-Parlament.", "Għaldaqstant din hija l- kritika li qegħdin nagħmlu min-naħa tal-partit Laburista.", "Sur President, jien kont sorpriż kif il-vici prim ministru semma d-diskors ta' l-iSpeaker fl-1998.", "M'hijiex xi ħaġa ovvja li għandu jkun hemm id- dixxiplina parlamentari?", "Naħseb li l-vici prim ministru qrah l-Erskine May għaliex bħala lecturer kien jirreferi għalih fl-universita'.", "F'dan il-ktieb monumentali nsibu kapitli sħaħ fuq id-dixxiplina parlamentari.", "U allaħares ma jkunx hemm id-dixxiplina parlamentari fi grupp parlamentari għaliex inkella għalfejn ikun hemm il-gruppi parlamentari?", "Il-gruppi parlamentari ma nsibuhomx hawnhekk biss imma jeżistu gruppi parlamentari anke fil- Parlament Ewropew u dawn ukoll għandhom id-dixxiplina parlamentari.", "Għandek il-whips u l-whip ismu miegħu, frosta!", "Pero' x'għandha x'taqsam id- dixxiplina parlamentari ma' l-attitudni arroganti ta' gvern li jiddispensa mid-diskussjoni?", "Dan huwa l-punt li qegħdin inqajmu llum u lill-Onor.", "Tonio Borg nitolbu sabiex ma joqgħodx jiddevja l-attenzjoni billi jssemmi dak li ġara 20 sena ilu.", "In-nies jinteressahom minn dak li qed jiġri bħalissa.", "Staqsu lin-nies ħalli taraw jekk l-attitudni ta' dan il-gvern hijiex qiegħda tnaffarhom, b'mod partikolari lil dawk li tradizzjonalment jivvotaw lin-Nazzjonalisti - għandhom kull dritt jivvotaw lil min iridu - u llum jinsabu mnaffrin u mdejqin minħabba l-arroganza li qed jaraw fil- partit tagħhom.", "Morru daqsxejn sa Tas-Sliema u staqsu lil dawk li għandhom għal qalbhom l- ambjent.", "Araw l-esponenti li qegħdin jiktbu f'gazzetti bħal \"The Times\", \"the Malta Independent\" u anke \"in-", "nazzjon\".", "Dawn in-nies qed juru li huma mdejqin.", "Naħseb li l-karikatura li kien hemm fil-gazzetta \"The Times\" \"vote\" u \"get\" rajtuha bħali u fl- opinjoni tiegħi ma tantx kien xi messaġġ ħelu.", "Għal żmien twil kellna gvern jiftaħar li bis-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea sejrin insaħħu dawn l-istrutturi demokratiċi.", "Issa nemmen li llum il-ġurnata nistgħu ngħidu li għandna l-opportunita' sabiex ċerti strutturi - mhux biss dawk parlamentari – nkunu nistgħu nsaħħuhom aktar.", "Madankollu hija xi ħaġa tal- mistħija li jkollna diskors bħal dan minn persuna prominenti fil-gvern li jġegħilna nagħmlu mozzjoni bħal din.", "Dan id-diskors wassalna mhux li nikkritikaw lilu, għaliex dak għandna kull dritt li nagħmluh, imma wassalna biex nagħmlu din il-mozzjoni.", "Bilfors kellna nagħmlu din il-mozzjoni għaliex irridu nwasslu messaġġ.", "U huwa d-dmir tagħna li nwasslu messaġġ minn din il-Kamra.", "Jiena wieħed li nemmen li llum l-politika għandha ssir iżjed minn hawn ġew milli minn barra u li ħadd m'hu se jirrombla minn fuq l-oppożizzjoni.", "X'jiswa li noqogħdu nagħmlu l-mass meetings barra?", "Il-messaġġ minn hawnhekk irid jitlaq u minn hawnhekk irridu nuru li għandna oppożizzjoni soda u sensittiva għal dak li jingħad mill-gvern.", "Din m'hijiex oppożizzjoni mimlija apatija, li niġu naqgħu u nqumu minn dak li jkun għaddej.", "Aħna ma niġux naħlu l-ħin tagħna hawnhekk.", "Min qiegħed fuq din in-naħa u anke l-backbenchers tagħkom, bħal-lum jew għalqu l-uffiċċju tagħhom jew inkella ħallew il-familja waħedha.", "Allura x'niġu nagħmlu hawnhekk jekk nafu li l-gvern dejjem se tgħaddi tiegħu?", "Allura dan lanqas irid jismagħna?", "Possibbli li dan il-gvern għandu d-don ta' l- infallibbilta' u li lanqas biss irid jisma' l-punto di vista tagħna?", "Daqshekk injoranti aħna?", "Daqshekk qegħdin tarmuna?", "Possibbli li m'għamilna xejn tajjeb aħna?", "Din hija xi ħaġa tal-mistħija u din l- arroganza qiegħda ddejjaq ukoll lil dawk li verament iridu jmexxu l- politika 'l quddiem u f'direzzjoni li tagħmel sens u mhux li nibqgħu f'sistema tribali.", "Sfortunatament it-tmexxija tal-gvern b'mod arroganti mhux qiegħda tirrifletti ruħha biss f'din il-Kamra.", "Rajna riċentement il-mod li bih mexa l-gvern fil-kontront tal- unions, b'mod partikolari mal-GWU, mal-ħaddiema, mal-professjonisti li llum qegħdin jitnaffru wkoll, ma' l-NGOs u ma' l-għaqdiet ambjentali.", "Din il-lista kulma tmur aktar qiegħda tiżdied.", "Madankollu filwaqt li din il-lista qed tiżdied, l-appoġġ tal-gvern qiegħed dejjem jiddgħajjef.", "Dan għaliex kulħadd jifhem x'inhi l-funzjoni tal-Kamra tad-Deputati u għalxejn, bir- rispett kollu, li l-viċi prim ministru jipprova jagħti l-impressjoni li l- oppożizzjoni qiegħda tipprova toħloq a storm in a teacup b'din il-mozzjoni.", "Dan m'hu veru xejn!", "M'aħniex qegħdin nagħmlu għaġeb fuq xi inċident li qatt ma kien.", "Mela d-diskors mhux minn ħalq xi ħadd ħareġ?", "Xi ħadd irid ikun responsabbli għal dak li jgħid.", "Jekk ma nkunux responsabbli għal dak li ngħidu, għalxiex irridu nkunu responsabbli?", "X'inhi l-funzjoni tal-Kamra tad-Deputati?", "Student ta' 17-il sena li qiegħed fil-bank ta' l-ewwel sena ta' l-universita' jista' jgħidilna x'inhi l-funzjoni ta' din il-Kamra u mbagħad ministri li suppost huma kapurjuni tal-liġi jiġu hawnhekk u jaqilbu kollox ta' taħt fuq.", "Sur President, jekk ma nemmnux f'demokrazija parlamentari u jekk ma rridux li jkun hemm verament demokrazija parlamentari, allura nistgħu naqbdu u nbiddlu l-Kostituzzjoni!", "Naturalment sabiex dan isir, iridu l-appoġġ tagħna, xi ħaġa li żgur mhux se jkollhom.", "Pero' il-gvern jista' jipprova jirrombla minn fuqna ħalli ma jkunx hemm aktar żewġ partiti imma jkun hemm partit wieħed.", "Dan jibda jiltaqa' darba fix-xahar sabiex jgħaddi l-liġijiet kollha f'ħames minuti.", "Hekk tridu?", "Kien hemm min semma l-mistoqsijiet parlamentari.", "Il-viċi prim ministru qagħad isemmi l-mistoqsijiet parlamentari ta' l-1984 - dak iż-żmien kelli għaxar snin – imma jien se nsemmilu l-mistoqsijiet parlamentari t'issa.", "Tal-mistħija!", "Fil-ħin li kienu jsiru l-mistoqsijiet fl-1998 jien kont inkun preżenti f'din il-Kamra u kont ukoll nagħmel il-mistoqsijiet li kienu jiġu mwieġba bħalma kienu jiġu mwieġba tagħkom.", "Issa jekk fl-1998 ma kontux tagħmlu mistoqsijiet parlamentari biżżejjed tort tagħkom, għaliex ma kontux tagħmlu xogħolkom kif suppost - ara min-naħa tagħna ma jkunx hemm seduta waħda fejn ma jkunx hemm mistoqsijiet parlamentari – imma ħalli nieħu mistoqsija parlamentari li saret illum.", "Il-ministru wieġeb li m'huwiex fl-interess ta' din il-Kamra li l- informazzjoni tingħata.", "X'jiġifieri?", "Kulħadd marbut bis-sigriet professjonali hawn ġew?", "Jekk inti qiegħed tistaqsi mistoqsija ta' interess pubbliku, kif jiġi l-ministru u jirrifjuta milli jagħtik dik l- informazzjoni?", "Din hija l-attitudni li rridu nieħdu f'din il-Kamra?", "Jekk hu hekk, tista' mhux tbiddel l-istanding orders u tagħmel question times iffokati fuq ministru wieħed.", "Jekk ministru ma jridx jagħtik l- informazzjoni u xorta waħda jibqa' ma jagħtihielekx, x'tagħmel Onor. Borg?", "Dik hija l-attitudni li trid tinbidel.", "Fl-1996 tafu x'kienu jkunu l- mistoqsijiet parlamentari?", "Jiena niftakar persuna hawnhekk li llum laħqet kummissarju ta' l-Unjoni Ewropea, fejn kienet tiġi tistaqsi fuq ir- relazzjonijiet li għandha Malta ma' l-Uganda u mal-Mozambique!", "Dan huwa l- interess pubbliku li tant għandna għal qalbna, jew li jkun hemm l- iskrutinju u l-accountability ħalli nkunu nafu from A to Z fejn qegħdin jintefqu l-fondi pubbliċi?", "Sur President, ma rridux noqogħdu nsemmu l-awditur ġenerali u l-public accounts committee, li t-tnejn huma xi ħaġa tajba.", "U huwa tajjeb li aħna nippresjedu dan il-kumitat, li wara kollox huwa xogħolna.", "Din hija l-Kamra li tirrappreżenta l-poplu, xi ħaġa li kulħadd jgħidha, pero' ħadd m'hu qed japprezza l-valur u s-sinifikat tagħha.", "Din hija l-ogħla istituzzjoni tal- pajjiż flimkien mal-presidenza.", "Allura dan se ninsewh?", "Jew dan il-kliem tajjeb biss għall-bankijiet ta' l-universita', Onor. Tonio Borg?", "U flimkien ma' dan id-diskors il-ministru kien jgħallimna wkoll li barra r- responsabbilta' ministerjali għandek ukoll ir-responsabbilta' kollettiva.", "Aħna ma qgħadniex ngħidu jekk il-Ministru Austin Gatt hux qed jaħdem biżżejjed jew le fil-kabinett.", "Dak x'argument hu?", "L-argument tagħna huwa jekk aħniex qegħdin nieħdu attitudni tajba sabiex dan il-Parlament jiffunzjona kif suppost.", "Din hija xi ħaġa marbuta wkoll mal-good governance tal-gvern, mhux ġo din il-Kamra biss imma barra minnha.", "Sur President, jiena rrid nagħlaq id-diskors tiegħi b'dawn l-aħħar żewġ punti.", "Din mhix mozzjoni ntiża biex nagħmlu xi witch-hunt.", "Dan m'hu veru xejn, għaliex aħna m'aħniex interessati f'persuna partikolari, imma interessati biss li din il-mozzjoni tagħti lura d-dinjita' li din il-Kamra jistħoqqilha.", "Illum ħadd ma jinteressah jekk kienx hemm żmien fejn din il- Kamra ma kellhiex id-dinjita' li jistħoqqilha.", "Aħna qegħdin ngħixu llum u min għandu l-eta' tiegħi jinteressah il-preżent u l-futur.", "It-tieni punt huwa li għandna gvern li sfortunatament qiegħed ixejjen din l-istituzzjoni u qiegħed jirrelegaha mhux għas-second division imma anke għat-third u għal fourth division.", "L-Onor.", "Joe Brincat qalilna dalgħodu li din l-attitudi hija simili għall-ideoloġija faxxista.", "Madankollu, biex inpoġġuha aktar fil- perspettiva tal-lum, din hija ideoloġija li tixbaħ lil dik tat-Taliban.", "Qegħdin nagħmlu bħall-gvern tat-Taliban, diskussjoni xejn, kollox fatt kompjut u dejjem isir dak li jgħid ta' fuq.", "Għalhekk ningħaqad flimkien ma' sħabi u nikkundanna d-dikjarazzjoni li saret mill-ministru u fFl-istess ħin nirringrazzja lill-Ministru Austin Gatt talli bl-attitudni tiegħu qiegħed iwassal lil ħafna persuni sabiex jitbiegħdu mill-partit Nazzjonalista u jersqu aktar lejn il-partit Laburista, partit moderat u demokratiku.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joe Sammut.", "ONOR.", "JOSEPH SAMMUT: Sur President, il-mozzjoni mressqa mill-oppożizzjoni għandha l-motivazzjoni tagħha f'indirizz li sar waqt dibattitu.", "Jien mhux se nidħol fil-kuntest li fih saret din id-dikjarazzjoni, pero' żgur li minnha jemanu żewġ punti kardinali li fis-sekwenza li se nipproponihom jagħtu tifsira lil dak li aħna nemmnu fih u li nipprattikaw.", "Fil-fatt jekk inħarsu lejn il-kompożizzjoni demokratika ta' dan il-Parlament u ta' l- istituzzjonijiet demokratiċi kollha fejn għandek gvern li jkun elett b'maġġoranza, hemm min jinterpretah bħala d-dittatura tal-maġġoranza.", "Jiġifieri l-maġġoranza timbotta u timponi dak li jidhrilha hi bħala tajjeb jew ħażin.", "Fir-realta' hawn Malta għandna gvern li għandu maġġoranza ta' ħamsa.", "Din hija xi ħaġa reali, pero' fit-teorija, għalkemm il-gvern għandu l- maġġoranza, bl-ebda mod ma jista' jinjora l-proċedura u l-liġijiet li jirregolaw u jiddetta fuq l-istess maġġoranza.", "Huwa proprju dan l-argument li joħroġ minn dikjarazzjoni li saret minn esponent tal-gvern.", "Dan qiegħed ngħidu għaliex kwalunkwe membru, segretarju parlamentari u ministru li jifforma parti mill-gvern qiegħed jirrappreżenta lill-istess gvern.", "Kull individwu huwa parti minn grupp kollettiv u allura hawnhekk għandna l- opportunita' li neżaminaw fil-prattika l-attitudni tal-gvern b'mod ġenerali.", "U għalhekk mid-dikjarazzjoni tal-ministru joħorġu ż-żewġ punti li semmejt, jiġifieri li l-gvern, għax għandu maġġoranza ta' ħamsa, jista' prattikament jagħmel li jrid u kważi kważi l-Parlament jsir biss rubber stamp.", "Min-naħa l-oħra, huwa żbaljat li ssir tali assunzjoni għaliex żgħira kemm hi żgħira l-oppożizzjoni, il-gvern għandu d-dmir li jismagħha u li jagħti kasha.", "Dan irid jagħmlu bil-għan li tiġi pprattikata d- demokrazija u li jiġu ssalvagwardati d-drittijiet tal-minoranza.", "Huwa proprju għalhekk li s-sistema demokratika tagħna hija mibnija fuq tliet kolonni prinċipali, li huma l-Parlament, l-esekuttiv u l-ġudikatura, sistema fejn wieħed jikkontrolla lill-ieħor u sistema kif tiġi salvagwardata l-istess demokrazija u l-istess drittijiet taċ-ċittadin.", "Jekk ma jkollokx ġudikatura b'saħħitha l-gvern jagħmel li jrid.", "Jekk ma jkollokx esekuttiv b'saħħtu, sew il-ġudikatura u sew il-Parlament jagħmlu li jridu.", "U huwa għalhekk li għandek l- indipendenza ta' dawn it-tliet pilastri.", "Fir-realta' hawn Malta għandna l- isfortuna li l-esekuttiv u l-gvern huma biċċa waħda, li huma sinonimi ma' xulxin u li ma tantx hemm distakk bejniethom.", "Għalhekk forsi ma narawx dak id-distakk bejn it-tlieta imma narawh bejn il-ġudikatura u l-Parlament.", "Allura tidher akbar l-importanza li tiġi diskussa hawnhekk kwalunkwe proposta, mozzjoni jew ħsieb li jkollu l-gvern ħalli huwa jkun jista' jindirizza l-kritika li tista'ssir.", "Sur President, qegħdin naraw kif il-Parlament jista' jiġi ridott għal rubber stamp fil-veru sens tal-kelma għaliex dak li jrid il-gvern jibqa' għaddej mingħajr kważi kważi m'għandu għalfejn jiġi jiddiskutih fil- Parlament.", "Din l-attitudni ma tirriflettix ruħha biss f'sempliċement dikjarazzjoni li saret minn ministru imma tirrifletti ruħha anke fi kwestjonijiet li għandna bħalissa.", "Ejjew nieħdu, per eżempju, il-każ ta' l- estensjoni ta' l-artijiet għall-iżvilupp.", "Bħalissa għandna diskussjoni sħiħa fuq din il-kwestjoni u kulħadd huwa kontra l-gvern għaliex ħadd ma jrid li l-boundaries jiġu estiżi.", "Madankollu l-gvern jiġi jaqa' u jqum sew minn dak li qed tgħid l-oppożizzjoni u sew minn dak li qed jgħidu n-nies in ġenerali u donnu li se jibqa' għaddej b'dak li jrid jagħmel.", "Il-gvern iddeċieda hekk u allura hekk jagħmel.", "Din hija xi ħaġa li turi kemm il- gvern qiegħed juri disrispett lejn il-Parlament.", "Hemm ukoll il-kwestjoni tat-tariffi tal-qorti.", "Hemmhekk ukoll insibu protesti kbar għaliex hemm persuni li qegħdin jitilfu d-drittijiet tagħhom fil-qrati minħabba t-tariffi esorbitanti li għandna.", "Fuq dawn it-tariffi tkellem il-poplu u anke l-oppożizzjoni għamlet il-kritika tagħha.", "Madankollu l-gvern baqa' għaddej, impona dawn it-tariffi u l-konsegwenzi diġa' qegħdin narawhom.", "Hemm il-kwestjoni tas-separazzjonijiet fejn tidħol is-sekond' awla.", "Min-naħa tagħna ilna nikkritikaw u saret kritika wkoll kemm mill-kamra ta' l-avukati u kemm mill-istess avukati direttament lejn il-ministru, imma dan min-naħa tiegħu ma tax kas tagħhom.", "Hemm ukoll il- qasam tas-self-employed.", "Ilna nisimgħu bit-tgergir ta' min qiegħed f'dan il-qasam li kollha qed jgħidu kif inhuma mgħaffġin bit-toqol tat-taxxi u bil-mod arroganti li ċerti dipartimenti, bħat-tax compliance unit, qed jittrattaw mas- self- employed.", "L-organizzazzjonijiet ċivili ilhom jiġbdu l-attenzjoni tal- gvern, imma safrattant dan jibqa' jinjora kollox u lil kulħadd.", "Din l- attitudni ilha tiġi prattikata u issa daħlet ukoll fil-Parlament.", "U meta gvern jibda jirraġuna b'dan il-mod, wieħed ikollu jibda jistaqsi jekk għadniex f'demokrazija jew inkella bdejniex xi dittatorjat żgħir.", "Mhux billi nikkritikaw u nsemmu l-imgħoddi u hawnhekk naqbel ma' dak li qal l- Onor. Chris Cardona qabli.", "Jien ilħaqt xi ftit minn dak il-perijodu, biss min ġie warajja ma jiftakrux u għalih dak huwa sempliċement kliem fieragħ.", "Issa jien ngħid b'wiċċi minn quddiem u mingħajr ma niddejjaq xejn li jien soċjalist, kburi li soċjalist u kburi biż-żmenijiet ta' qabel l-1987, għaliex kien dak il-gvern li liċ- ċittadin Malti tah dar fejn jista' jogħqod.", "Kien hemm problemi kbar fejn jidħlu d-djar u l-gvern ta' dak iż-żmien ipprovda d-djar.", "Illum il-ġurnata x'għandna?", "Tmur fejn tmur, dejjem issib l-istess karba, jiġifieri kemm qiegħed ikollna prezzijiet eżorbitanti tad-djar.", "Tiddiskuti dan l-argument ma' l-awtorita' ta' l-ippjanar, u din tgħidlek li ma nistgħux ngħollu l-bini 'l fuq.", "Li nieħdu mir-raba' verġni ma jimpurtax, imma li ngħollu 'l fuq ma nistgħux!", "Dak iż-żmien lanqas ma kellna l- problema tal-mediċini bħalma għandna llum, fejn il-prezzijiet saru xi ħaġa fenomenali.", "Mhux hekk biss, għaliex fejn suppost li l-mediċini jingħataw b'xejn lil dawk li kienu ġabu lil dan il-pajjiż fuq saqajh u li llum huma pensjonanti, dawn l-istess nies qiegħed ikollhom joqogħdu jistennew għal ħinijiet twal fil-kjuwijiet sabiex jittallbu l-mediċini.", "Għandna l-kwestjoni ta' l- edukazzjoni.", "Kien gvern soċjalista ta' qabel l-1987 il-pijunier fil-qasam ta' l-edukazzjoni u fil-qasam tax-xogħol.", "Illum in-nuqqas ta' xogħol sar pjaga aktar mit-taxxa.", "Qabel konna ngħidu li l-bolla balla, imma llum ix- xogħol sar problema ħafna akbar.", "Fil-fatt il-lum stess ħarġu ċifri uffiċjali li juru li n-numru ta' nies qegħda reġa' żdied.", "Għandna wkoll il- kwestjoni ta' l-isptarijiet.", "Gvern Soċjalista kien għamel l-isptar b'xejn, mediċini b'xejn u kura b'xejn.", "Lanqas kien hemm il-kjuwijiet li qiegħed ikollna llum.", "Bħalissa biex tagħmel sempliċi intervent għandek tliet snin tistenna.", "Allura jiena kburi li nappartjeni lill-kamp soċjalista.", "Imma ħalli issa", "nerġa' niġi għall-punt li bdejt bih, Sur President.", "Il-fatt li l-Parlament qiegħed jiġi njorat u qiegħed iservi biss ta' rubber stamp qiegħed jirriżulta wkoll f'attakk kontra l-istess qrati.", "Kif diġa' għedt aktar qabel, il-qorti hija istituzzjoni li tissalvagwarda l-istess demokrazija u l-qrati huma indikatur ta' jekk aħniex demokratiċi jew le.", "Issa fl-opinjoni tiegħi l-qorti qiegħda tiġi mwarrba fil-ġenb.", "Qiegħed isir minn kollox mill-amministrazzjoni preżenti sabiex il-qorti kemm jista' jkun tiġi żvestita mill-poteri tagħha li tissorvelja l-andament tal-gvern.", "Kif qiegħed jiġri dan?", "L-ewwel bdejna bit-tribunali ż-żgħar, fejn kien hemm kritika fil-konfront tagħhom.", "Hawnhekk mhux qed nirriferi għas-sistema, għaliex jekk ikollok small claims f'dak l-ammont nifimha, imma li tpoġġi bħala ġudikant avukat prattikanti naħseb li hija xi ħaġa li timmina l- element tal-ġustizzja.", "Mela filgħodu nipprattika ta' avukat sabiex niddefendi kawża u filgħaxija nagħmilha ta' ġudikant fuq kawża oħra, fejn kapaċi nkun qiegħed niġġudika lill-istess klijent li għada pitgħada se nkun qiegħed fl-uffiċċju tiegħu sabiex jagħtini x-xogħol.", "Naħseb li dan huwa każ ċar ta' kif tista' tiġi mminata l-ġustizzja.", "Madankollu dak ma kienx biżżejjed għax issa ħloqna l-arbitraġġi, xi ħaġa aktar informali u perikoluża għaliex issa qiegħed ikun hemm ċerti mħallfin li qed jirriferu l-kawżi miċ-ċivil għall-arbitraġġ.", "Inħoss li dan huwa mod sempliċi ta' kif tnaqqas min-numru li jkollok fuq il-lista tiegħek, pero' huwa wkoll mod mill-aktar ċar ta' kif qiegħda tiġi mminata l-ġustizzja.", "Għandna wkoll il-kwestjoni tat-tribunali lokali, fejn iddipenalizzajna ħafna minn dawk li qabel kienu meqjusin bħala reati u ġibniehom inqas gravi sabiex inkunu nistgħu nitfgħuhom fil-kunsilli lokali.", "Madankollu wieħed jibda jistaqsi għalfejn dawn il-każi tfajniehom fit-tribunal tal-kunsilli lokali.", "U r-risposta hija sempliċi.", "Irrendejna dak li qabel kien mezz ta' korrezzjoni għall-poplu f'jackpot.", "Fil-fatt illum għandna s-sistema tal-wardens, li hija mmexxija minn kumpannija privata, li qegħdin jiġbru l-eluf tal-liri miċ-ċitazzjonijiet.", "Dan nistgħu narawh ukoll mill-ilmenti li jidhru fil-gazzetti lokali ta' kuljum fejn naqraw fuq il-mod arroganti ta' kif joħorġu ċ-ċitazzjonijiet.", "Kulħadd igerger minn din is-sistema, imma l-aqwa li l-ispekolatur qiegħed jagħmel dawk l-ammonti ta' liri!", "Dan m'huwiex il-mod ta' kif issir il- ġustizzja u jkun aktar ġust li kieku dawk il-flejjes li qed jinġabru jerġgħu jiġu wżati mill-istess soċjeta', kif suppost jiġri, għall- benefiċċju ta' l-istess ċittadin.", "Hemm imbagħad il-konfużjoni bejn il- leġislattiv, il-gvern u l-partit.", "M'għadhiex tidher distinzjoni bejn il- gvern per se, bejn il-leġislattiv per se u bejn il-partit per se.", "Kważi kważi illum għandek il-partit li qiegħed jiġi mmexxi min-nies li ma jifformawx il-partit.", "U min jiltaqa' man-nies jisma' dawn l-ilmenti.", "Illum għandna kritika kbira fuq il-fatt li għandna erbgħa, ħamsa, sitt negozjanti u kuntratturi kbar li ħatfu l-pajjiż kollu.", "Issib saħansitra min jgħidlek li dawn in-nies kulma jonqoshom jieħdu hija ċ-ċavetta ta' Kastilja, għaliex li jridu huma jagħmlu.", "Dan il-kliem qiegħed jingħad bir- raġun kollu, għaliex jekk ikolli kumpannija żgħira tal-kostruzzjoni u nħaddem barrani miegħi, mill-ewwel tara ta' l-ETC ġejjin jagħmlu karnival bija, mentri għandek ċerti kuntratturi u l-gvern innifsu li qegħdin jimpjegaw il-barranin magħhom u qisu mhu qed jiġri xejn!", "Lil dawn in-nies ħadd ma jkellimhom, u allura tibda tinduna li veru għandhom ċerta protezzjoni.", "Hemm ukoll il-kwestjoni tal-ġustizzja soċjali.", "Fejn qiegħda l- kuxjenza soċjali li tant kien jgħajjat biha l-gvern bejn l-1996 u l-1998?", "Il-gvern tilef ir-rotta u għemilu m'għadux jirrifletti dak li fuqu ġie elett.", "Fl-aħħarnett għandna t-tielet pilastru, li huwa l-Parlament.", "Baqgħalna aktar bżonnu jew le?", "Il-konfużjoni issa kibret iżjed bejn il-Parlament u l- kunsilli lokali u fl-opinjoni tiegħi wieħed minn dawn it-tnejn sar żejjed.", "Fejn qabel kont tagħmel mistoqsija parlamentari u tkun taf l-andament ta' ċerti dipartimenti, illum m'aħniex ningħataw risposta għaliex jgħidulek li l-materja taqa' taħt il-kompetenza tal-kunsill lokali.", "Min-naħa l-oħra meta tikteb lill-kunsill għall-informazzjoni meħtieġa xorta waħda tibqa' mhux sodisfatt.", "Fil-fatt, jekk inħarsu lejn il-minuti tal-kunsilli lokali ssib biss minn perpura sa tnejn, għaliex kollox fil-magħluq.", "Allura x'funzjoni baqagħlu l-Parlament?", "Sur President, nixtieq insemmi l-aħħar kwestjoni fuq tema aktar ġenerali, jiġifieri l-kwestjoni dwar kemm il-gvern iżomm ma' dak li jwiegħed, u hawnhekk qiegħed nirriferi speċifikament għall-kwestjoni tal-kaċċa u l- insib.", "Dak iż-żmien, fil-furja tar-referendum dwar l-Unjoni Ewropea, il- gvern tgħidx kemm wiegħed lid-dilettanti kollha li mhux se jmissilhom in- namra tagħhom.", "Madankollu, meta l-gvern ħa dak li ried u rebaħ r- referendum, reġa' lura minn kliemu u llum il-ġurnata milli għedna m'hemm xejn!", "Allura hekk sewwa?", "Hekk għandhom jimxu l-affarijiet?", "Sfortunatament il-partit fil-gvern tilef il-forma tiegħu, mhu qiegħed jirrispetta d-drittijiet ta' ħadd u qed jagħmel biss dak li jfettillu.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Akar rimarki?", "L-Onor.", "John Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President, filwaqt li qgħadt insegwi dan id- dibattitu bdejt nistaqsi lili nnifsi x'qegħdin nagħmlu hawnhekk.", "Bdejt niftakar fil-każ ta' Galileo meta kien ażżarda jgħid li d-dinja ddur max- xemx u mhux bil-kontra.", "U talli qal dak il-kliem, is-santi padri ta' dak iż-żmien, Ii mingħalihom dak li tgħid il-Bibbja għandu jittieħed ad litteram, ipproċessawh u għaddewh minn martirju kbir.", "Illum donnu qegħdin hawnhekk għaliex l-Onor.", "Austin Gatt qisu skopra li 35 huwa akbar minn 30!", "Hawnhekk il-ministru tal-gvern għamel negozjati, kif inhuwa fid-dmir li jagħmel u fl-assessment tiegħu seta' jistma li peress li l-gvern għandu 35 vot, allura jista' joqgħod fuqhom.", "Dan għaliex ikun għadda mill-proċessi normali li jgħaddu affarijiet bħal dawn fi ħdan l-organi kollha li jkollhom jgħaddu.", "Il-ministru qal lil dawk li qed jinnegozja magħhom li se jiffirma, pero' bil-proviso - jiġifieri jiddependi - li jkollu l-approvazzjoni tal- Parlament.", "Fil-fatt, fid-dokumenti kollha li l-Onor.", "Gatt qiegħed fuq il- mejda tal-Kamra u li kulħadd seta' jagħmel użu minnhom kien jidher ċar li l- ministru kkondizzjona d-deċiżjonijiet u l-għemil tiegħu għall-aħħar deċiżjoni ta' dan il-Parlament.", "Madankollu huwa ħass li dan il-Parlament kien se jaqbel ma' dak li se jipproponi għaliex din in-naħa għandha 35 vot mentri n-naħa l-oħra għandha 30.", "Allura minħabba li l-ministru assuma din il-ħaġa għandna noqogħdu ġurnata sħiħa niddiskutu l-għemil ta' l-Onor.", "Austin Gatt?", "Fl-opinjoni tiegħi din hija xi ħaġa li jagħmilha kull ministru tal-gvern meta jkun qiegħed jieħu ċerti deċiżjonijiet.", "Allura għalfejn dan il-kjass kollu?", "Allura bilfors nibda nistaqsi lili nnifsi fejn huma l-prioritajiet ta' dan il-Parlament, Sur President.", "Jiena smajt lid-deputati min-naħa ta' l-oppożizzjoni jitkellmu fuq il- Parlament u kien hemm min għadu żgħir ħafna li pprova jfakkarna ftit fil- passat tal-Parlament u qalilna li qabel ma kienx dak li huwa llum.", "Veru li l-Parlament ma kienx dak li huwa llum u dan jistgħu jikkonfermawh diversi membri.", "Staqsu lill-George Bonello du Puis b'żewġ sinniet nieqsa minn quddiem ħalli jgħidilkom kemm l-affarijiet fil-Parlament ma kenux bħal-lum!", "Staqsu wkoll lil min kien jissawwat f'dan il-Parlament ħalli jgħidulkom xi żmenijiet kienu!", "Meta n-naħa l-oħra kienu fuq din in-naħa u kellhom il- maġġoranza, kienu jaħsbu li jistgħu jagħmlu li jridu bid-drittijiet tagħna.", "Staqsihom ħalli jgħidulkom x'tip ta' Parlament kellna dak iż- żmien!", "Imbagħad neħduha bi kbira għaliex il-Ministru Austin Gatt ħassu komdu li 35 jaqilbuha lil 30 meta jiġu biex jivvotaw.", "L-oppożizzjoni ġiet tgħidilna li għandna nirrispettawh lil dan il-parlament.", "Issa minn dak li qrajt fid-dokumentazzjoni li tqiegħdet fuq il-mejda tal-Kamra, minn dak li smajt fid-dibattitu u mir-risposta parlamentari famuża li qanqlet dan il- pogrom kollu, jidher li l-Onor.", "Austin Gatt qatt ma wera diżrispett lejn il- parlament.", "Dan għaliex dejjem issottometta u kkondizzjona d-deċiżjoni li se jieħu f'dan il-parlament.", "Naħseb li r-rispett għal dan il-Parlament għandna nuruh ilkoll kemm aħna.", "Għandna nuruh l-ewwelnett billi ma noqogħdux nitilfu u ntellfu l-ħin tal- Parlament f'ħafna diskorsi ripetuti, mġebbdin u mtawlin tant li jdejqu lil kulħadd.", "Hekk għandna nuru rispett lill-Parlament u forsi għandna nieħdu lezzjoni minn parlamenti oħra barranin fejn diskorsi ma jdumux aktar minn ħames minuti.", "F'dan il-Parlament għandna nirregolaw ruħna għal diskorsi ta' sustanza u ta' ideat li jwasslu lil dan il-pajjiż x'imkien.", "Jekk wieħed jaqra d-dibattiti li saru matul dawn l-aħħar 20 sena - dalwaqt nagħlaq 20 sena f'dan il-Parlament - naħseb li jiddejjaq, għaliex se jsib dejjem l-istess affarijiet li dejjem jingħadu seduta wara oħra.", "Nuru r- rispett tagħna lejn dan il-Parlament meta ma ninqdewx bl-immunita' li jagħtina l-Parlament sabiex inċappsu lil dak u lill-ieħor b'affarijiet ivvintati.", "Imbagħad għaliex ma nkunux kapaċi nissostanzjawhom jew ma nkunux kapaċi nerfgħu r-responsabbilta' ta' dak li nkunu qegħdin ngħidu, niġu hawnhekk nirrepetu l-istess kliem ħalli nċappsu lin-nies.", "Inkunu qegħdin nuru r-rispett lejn il-Parlament billi meta nitkellmu, nitkellmu bis-sustanza, ngħidu l-verita' u nkunu responsabbli għal dak kollu li ngħidu.", "Tafu kemm huwa faċli li xi ħadd li għandu x'jirbaħ u x'jiggwadanja jiġi jfesfsilna f'widnejna ħafna affarijiet u aħna, mingħajr ma noqogħdu niċċekkjaw x'qiegħed jgħidilna, niġu nirrepetuhom f'din il- Kamra!", "Kemm huwa faċli!", "Faċli ħafna, imma hija wkoll xi ħaġa irresponsabbli u ma nkunux qegħdin nagħmlu ġid la lil dan il-Parlament u lanqas lill-pajjiż.", "Ħalli nsemmi wkoll eżempju żgħir li seħħ dalgħodu.", "Dalgħodu l-Onor.", "Charles Mangion semma l-Forti Chambray u qal li aħna tajnieh b'kera ta' Lm10,000.", "Din mhi xejn ħlief gidba u min jgħid hekk ikun qiegħed jigdeb.", "Huwa minnu li l-kuntratt li kien sar fuq Chambray kien kuntratt ta' Lm10,000 kera, pero` il-gvern kellu jieħu wkoll nofs il- profitt li kellu jsir mill-proġett ta' Chambray.", "Mela ara x'kien jaqla' l- gvern li kieku dak il-proġett ġie fis-seħħ!", "Dak kien il-kuntratt.", "Meta l- partit Laburista jiġi hawnhekk u jgħid nofs verita', ma jkunx qiegħed jirrispetta lill-Parlament.", "Meta nitkellmu fuq ir-rispett lejn il- Parlament inkunu qegħdin nitkellmu fuq il-bżonn li ngħidu dak li huwa ta' sustanza, li nitkellmu dwar dawk li huma l-ideat u l-viżjoni għal pajjiżna.", "Nitkellmu fejn dan il-pajjiż irridu neħduh, nikkritikaw fejn hemm bżonn nikkritikaw, imma mingħajr ebda disrispett uman u ngħidu s-sewwa u l- verita'.", "X'ħin kont ġej hawnhekk qgħadt insegwi d-dibattitu mill-karrozza u mbagħad komplejt insewgwih minn din il-Kamra.", "U tibda tisma' l-istess diskors u d- dibattitu jiġġebbed fuq kwalunkwe suġġett.", "Dan juri n-nuqqas ta' dixxiplina li hawn f'dan il-Parlament.", "Aqraw ftit dak li jingħad!", "Nixtieq li l- ġurnalisti wkoll jieħdu xi ftit ta' l-interess f'dak li jingħad hawn ġew, imma lil dawn lanqas biss tarahom b'nemes!", "Kulħadd fl-uffiċċju jew id-dar, forsi jisma' xi biċċa 'l hawn u 'l hinn ħalli jieħu xi ftit tan-noti, imbagħad jirrapporta dak li jidhirlu hu.", "Issa li kieku wieħed jagħsar id- dibattitu li kellna llum, kemm minnu jsib li huwa fuq il-mozzjoni mressqa mill-oppożizzjoni?", "Kemm mid-diskors spiċċa jinfetaħ ma' l-erbat irjieħ tad- dinja?", "Allura din hija s-serjeta' ta' dan il-Parlament?", "Għadna kif smajna lill-Onor.", "Joseph Sammut jitkellem fuq il-qrati u fuq bosta affarijiet oħra.", "Jekk irridu li ndaħħlu s-serjeta' f'dan il-Parlament hemm bżonn li ma nqisux lil din il-Kamra bħala mezz ta' kif niġu ngħaddu ż-żmien, jew inkella xi post fejn niġu ngħidu xi ħaġa, tkun xi tkun, fuq liema suġġett ikun.", "Jekk inkunu ffukati aktar, inkunu nistgħu nagħmlu ħafna aktar ġid lil dan il-pajjiż għaliex inkunu nistgħu niżviluppaw ħafna iktar ideat ta' kif dan il-pajjiż jista' jimxi 'l quddiem.", "Inkunu", "nistgħu nwasslu ħafna aħjar dak li qed iħoss il-poplu, li wara kollox aħna qegħdin hawnhekk biex nirrapreżentawh.", "Meta l-poplu vvotalna biex inkunu f'dan il-Parlament, ma vvotax bħalma ma jsir f'xi beauty contest, għaliex lili żgur ma kienux itellgħuni.", "In-nies ivvotawlna għall-ħsebijiet tagħna u sabiex aħna nressqu dak li qed iħossu u dak li jridu huma f'dan il- Parlament.", "Jekk qed niddiskutu l-Parlament, allura rridu niddiskutu l- Parlament u rridu nagħmluh b'lealta' lejn il-poplu li tellagħna hawnhekk.", "Il-poplu ma tellagħniex sabiex noqogħdu nintgħoġbu wieħed ma' l-ieħor u lanqas biex noqogħdu nqattgħu lil xulxin qisna qegħdin f'xi arena tal- gladjaturi.", "Il-poplu tellagħna f'din il-Kamra sabiex inkunu serji, sabiex inwasslu dak li qiegħed iħoss il-poplu u sabiex nippruvaw inġibu 'l quddiem dak li l-poplu jixtieq.", "U x'jixtieq il-poplu?", "Ma nemminx li l-poplu jixtieq parlamentari jgħajtu u aggressivi f'din il-Kamra ħalli n-nies joqogħdu jgħidu: Marelli, marelli dak kemm qed jagħtihom!", "Dak iż-żmien tan- nanniet għadda.", "Irridu parlamentari li jafu jaħsbu u li għandhom l- esperjenza ta' kif il-problemi li jiffaċċa l-pajjiż minn żmien għal żmien ikunu jafu jsolvuhom.", "Dawn il-problemi ma noħolquhomx aħna imma jinħolqu minn ħafna ċirkostanzi oħrajn.", "Ħafna drabi jonħolqu 'il bogħod minna u mbagħad jiġu fuqna ħabta u sabta.", "Per eżempju, tfeġġ il-bird flu fiċ-Ċina.", "Li kieku din kellha tivvampja, ara x'jiġri mis-settur turistiku li għandna f'pajjiżna!", "Ara xi problemi jkollna niffaċċaw.", "Ilna ħafna nsemmu l-problema taż-żejt u għalkemm hawn min jgħid li ż-żieda fil-prezz taż-żejt m'hijiex problema, ma jkunx serju.", "Din hija problema reali u li qed ikollha tiffaċċaha d-dinja kollha.", "Għalhekk irridu naraw x'inhu jiġri fid-dinja, irridu nħarsu lejn il-fatturi kollha tal-produzzjoni globali li qegħdin jixxiftjaw minħabba l-konsum akbar ta' materja prima globali minħabba l-iżviluppi kbar li qed isiru f'ekonomiji li qabel kienu mejta u li issa qegħdin iqumu fuq tagħhom.", "Ladarba dawn il-pajjiżi qamu mill-mewt, iridu jieklu mill-materja prima li hawn fid-dinja ħalli jkunu jistgħu joħolqu l-enerġja għall-ekonomija tagħhom.", "Naturalment dan qiegħed jirriżulta f'ħafna żidiet qawwija fil- prezzijiet ta' ħafna prodotti u servizzi fil-pajjiż.", "Dawn huma problemi reali li qiegħed jiffaċċja l-pajjiż, u l-poplu jridna niddiskutu dawn il- problemi u mhux niġu naħlu ġurnata biex niddiskutu l-fatt li l-Onor.", "Gatt għamel xi", "skoperta kbira meta qal li 35 huma aktar minn 30!", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sur President, illum inħossni ppreokkupat ħafna aktar minn qatt qabel.", "Ilni għal din l-aħħar sena nħambaq li f'dan il-Parlament hawn kriżi serja li qed taffettwa d-demokrazija parlamentari u li b'mod indirett qiegħda taffettwa wkoll id-demokrazija tal-pajjiż.", "Kienu bosta l- interventi tiegħi sabiex niġbed l-attenzjoni tas-Sedja u tal-Kamra.", "Diversi drabi ġbidt l-attenzjoni dwar kif il-mistoqsijiet parlamentari mhumiex qegħdin jiġu mwieġba u li mhux qed tingħata l-informazzjoni mitluba u li l-ministri qegħdin jaħarbu milli jirrispondu l-mistoqsijiet li nagħmlulhom.", "Qed ikollna każi fejn ministru jgħid mod u ministru ieħor jgħid mod ieħor, xi ħaġa li ġrat kemm-il darba.", "Il-verita' hi li l-ħin tal-mistoqsijiet huwa ħin ta' skrutinju fuq l-operat tal-gvern, imma dak il-ħin qiegħed jiġi mċaħħad lilna u qed ikun kontinwament imminat.", "Dak il-ħin qiegħed jiġi mminat anke bis-sistema ta' kif qegħdin isiru l- mistoqsijiet supplimentari, fejn iqum xi ħadd mill-bank ta' wara fuq in- naħa tal-gvern li jagħmel mistoqsija supplimentari, ħalli min ikun qiegħed jirrispondi jaqbad ma' xi ħaġa oħra, jibqa' sejjer jieħu l-ħin kollu disponibbli u ma jħalli l-ebda ħin għal mistoqsijiet oħra min-naħa tagħna.", "Allura kif nistgħu aħna nagħmlu xogħolna u niskrutinaw ix-xogħol tal-gvern jekk qed jisirqulna l-ħin tagħna.", "U xi ngħidu għad-dibattiti li jsiru f'din il-Kamra?", "Isiru proposti min-naħa ta' l-oppożizzjoni u qisu m'hu qed jiġri xejn.", "Niftaħru tant bil-kumitati u kemm saru laqgħat tal-kumitati!", "Morru isimgħu x'jingħad fil-kumitati!", "Morru araw b'għajnejkom ħalli taraw kemm ikun hemm deputati jonħru waqt il-laqgħat!", "L-istess ħaġa fil-kumitati ta' skrutinju, fejn l-affarijiet inkunu diġa' għaddejniehom u qbilna magħhom u ma nafx għalfejn nerġgħu ngħadduhom u xorta waħda ħadd ma jkun jaf xejn.", "Dan huwa l-mod serju ta' kif jimxu l-affarijiet fil-Parlament tagħna għax tiġi hawnhekk u ssibu vojt!", "Imbagħad għaliex niġbed l- attenzjoni u niġġieled għad-dritt tiegħi, billi nuża l-arma demokratika tal- quorum, jippruvaw jikkuljunawni u jgħidu li qed inħarbat l-affarijiet.", "Dan li jiġri fil-Parlament, bil-partit Nazzjonalista mingħalih jiddefendi ruħu billi jgħid li m'hawnx oppożizzjoni, mentri fl-1996, meta huma kienu fl-oppożizzjoni, kien joħroġ l-Onor.", "Ċensu Galea - dak iż-żmien hu kien il- whip tal-partit tagħhom - jgħid li hija responsabbilta' tal-gvern li jkollu quorum.", "Issa għax qegħdin huma fil-gvern iridu jagħmlu bil-kontra u jridu li l-oppożizzjoni żżomm hi l-quorum.", "Il-membri tal-gvern tkażaw għaliex jien għajjat għaxar quorums meta huma kienu għajtu 13-il quorum f'seduta waħda.", "U tafu fuqiex?", "Fuq banalitajiet!", "Forsi m'hijiex xi ħaġa serja li jiena niġbed l-attenzjoni tas-Sedja minħabba li ma jkunx hawn biżżejjed membri?", "Kien l-ex prim ministru tagħhom stess li kien għajjat quorum minħabba li ma kienx hawn membri f'din il-Kamra.", "Imbagħad joqogħdu jitkażaw għaliex nagħmel l-istess ħaġa jien, meta wara kollox nagħmlu fl- interess tad-demokrazija.", "Jien niġi f'din il-Kamra sabiex insemmi l- ħneżrijiet li jkunu qegħdin isiru u nitkellem b'responsabbilta'.", "Eżempju ċar hu dak ta' meta semmejt il-każ tal-frame-up li kien sar fil- MEPA u li mbagħad ħarġu jakkużaw lili talli għedt li kien l-ieħor li għamel frame-up u mhux dak li qed jiġi akkużat.", "Imbagħad immorru l-qorti u jirriżulta dak li kont għedt jien!", "Irriżulta wkoll li kien hemm segretarju parlamentari, li llum huwa ministru, li kien mdaħħal f'din l-affari għaliex kien hu li qallu kif għandu jagħmel l-affarijiet.", "Irriżulta wkoll li kien hemm falsifikazzjoni tal-pjanti.", "Madankollu dawn l-affarijiet maħmuġin ħallejniehom għaddejjin!", "Imma kif nistgħu nħallu dawn il-ħneżrijiet għaddejjin?", "Jiddispjaċini imma jkolli ngħid ukoll li qed ikollna nuqqas serju anke min-naħa tas-Sedja.", "Dan jidher ċar minħabba li hemm il- partiġġaniżmu fin-nofs u nsemmi każ speċifiku.", "L-aħħar darba li ġabuni bi ksur ta' privileġġ - minkejja l-kontestazzjoni kollha li hemm, għax jien nibqa' insostni li l-affarijiet ma mxewx kif kellhom jimxu - is-Sedja ddeċidiet favur prima facie ksur ta' privileġġ.", "Sfaċċatament, fil-media tal-partit Nazzjonalista, ħarġu jgħidu li s-Sedja qalet li jien ħati.", "Imbagħad inressaq ksur ta' privileġġ - għall-fatt li s-Sedja stess kemm-il darba qalet li prima facie ksur ta' privileġġ ma jfissirx li dak li jkun ikun ħati - u l-iSpeaker jagħti ruling li m'hemmx ksur ta' privileġġ meta jien ressaqt ilment minħabba li fil-media tagħhom qalu li jien ħati.", "Dik imparzjalita'!", "X'nista' ngħid", "iktar minn hekk meta jien għedt li suppost trid tgħaddi proċess, imma s- Sedja kkonfermat u aċċettat li jien diġa' ħati?", "Dawn x'affarijiet huma?", "Missha m'hijiex theddida serja għad-demokrazija ta' pajjiżna din!", "U mhux hekk biss.", "Illum it-theddida hija aktar serja għaliex il-membri tal-gvern li tkellmu injoraw totalment is-sustanza vera tat-theddida serja għad- demokrazija parlamentari.", "Ħalli nibda nsemmi l-kelliema min-naħa tal-gvern li qamu jitkellmu llum.", "L-Onor.", "Clyde Puli qalilna li din id-diskussjoni se tagħmel ħsara lill-Parlament.", "Dażgur li tagħmel ħsara lill-Parlament u se ngħid fejn hi t-theddida serja għall-Parlament.", "Bilfors li ssir il-ħsara u nsemmi xi ħaġa li kien involut fiha l-istess Onor. Clyde Puli, li huwa ċ- chairman tal-kumitat għall-affarijiet soċjali.", "L-istanding orders jgħidu li dak li jsir fil-kumitat huwa tal-Kamra kollha u mhux ta' individwu wieħed.", "Madankollu, l-Onor.", "Puli jagħmel rapport u jinjora lill-oppożizzoni u la s-Sedja u l-ebda persuna oħra mill-Parlament ma tiġbidlu l-attenzjoni li qed imur kontra r-regolamenti tal-Kamra!", "Tawh il-faċilita`sabiex joħroġ barra dan id-dokument meta dak huwa tal-Kamra.", "Dawn huma l-affarijiet li qegħdin jiġru fil-Parlament, imma ħadd ma jrid jagħti kas ta' xejn.", "Illejla tkellem ukoll il-viċi prim ministru u qalilna li dan l-inċident qatt ma kien.", "Jien ngħidlu li dan mhux inċident li qatt ma kien imma li qatt ma seħħ bħalu.", "U din hija theddida serjissima għad-demokrazija parlamentari.", "Biex jipprova jagħmilha tal-bravu, il-viċi prim ministru beda jgħidilna li huma tant jemmnu fid-demokrazija li kienu għamlu proposti sabiex jinbidlu l-istanding orders.", "Pero` jekk irid id-dettalji nista' nispjegalu wkoll xi ħmerijiet hemm proposti min-naħa tagħhom sabiex jissalvagwardaw l-interessi tagħhom ukoll.", "Jekk il-partit Nazzjonalista veru jemmen fid-demokrazija u jrid li l-affarijiet isiru sew u bi trasparenza, għalfejn ma aċċettawx il-proposta ta' l-iSpeaker sabiex il- laqgħat tal-kumitati jiġu trasmessi minn fuq il-mezzi tax-xandir?", "Għalfejn ma aċċettajtux?", "Cowards!", "Aħna aċċettajna, mentri intom le.", "Ara kieku kien hemm affarijiet li l-partit Nazzjonalista kien se jiggwadanja minnhom, hemmhekk kien jaċċetta mill-ewwel Onor. Tonio Borg.", "X'ipokrezija!", "Dakinhar kien imissek aċċettajt il-proposta ta' l-iSpeaker ħalli l-poplu jkun jaf x'inhu jiġri f'dan il-Parlament!", "Tkellem ukoll l-Onor.", "John Dalli fejn qal li biex nirrispettaw lill- Parlament, dak li jgħodd huwa s-sustanza fl-ideat kif ukoll li ngħidu s- sewwa u l-verita'.", "Hekk hu!", "Ejjew ngħidu l-verita' kollha fuq dak li ġara.", "L-Onor.", "Dalli ġab ukoll l-eżempju ta' Galileo, imma hawnhekk mhux fi żmien Galileo qegħdin iżda fl-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż.", "Semma ukoll id-differenza matematika bejn 30 u 35 u qalilna li dan huwa s-sugu kollu tal-kwestjoni.", "Dan m'huwiex minnu.", "Is-sugu tal-kwestjoni hija t-theddida serja għall-Parlament.", "L-Onor.", "Dalli ma jiftakarx kemm-il darba semma l- istalletti f'dahru?", "Ma jiftakarx?", "U allura, jekk hemm xi ħadd li forsi mhux wieħed minn dawk li tah bl-istallett, mhux bilfors li b'mod pulit se jipprova jiddefendih?", "Madankollu xorta jibqa' il-fatt li l-kwestjoni kollha hija theddida serja għad-demokrazija parlamentari.", "Tkellem ukoll il-Ministru Michael Frendo, fejn qal li din il-mozzjoni li għandna llum quddiemna m'għandha x'taqsam xejn mar-realta'.", "Din ma neħodhiex b'sorpriża għaliex l-Onor.", "Frendo qatt ma jkun fil-Parlament!", "Biex jagħmilha tal-bravu qagħad jipprova jikkuljunana billi kkwota minn dak li qal qablu l-Onor.", "Mario Galea u qalilna: Look who is talking now!", "Forsi l-Onor.", "Frendo ma jiftakarx is-slogan li \"B'tal-Linja Jaqbillek\"?", "Look who is talking now!", "Hekk ngħidlu lill-Onor.", "Michael Frendo.", "Kien l- Onor. Mario Galea li qal li aħna qegħdin nagħmlu s-simulations bħalma jagħmlu fil-football, madankollu jiena ngħidlu li s-simulations isiru mill- partit Nazzjonalista.", "Tafu kif isiru s-simulations?", "Kellna ex-prim ministru li kien jgħid li jaf min qatel lil Raymond Caruana u lil Karen Grech, pero' finalment bqajna fejn konna.", "Dik simulation, għaliex kienu waslu l-elezzjonijiet!", "Nużawhom għall-gwadann politiku u xejn aktar!", "Tafu fejn hi s-simultation?", "Is-simulation qiegħda meta ssemmiet persuna li kienet f'Tal-Barrani, fejn din il-persuna, li kienet kontra l-partit Laburista, qalu li saret qaddis.", "Daħal il-knisja u ġiegħluh jippriedka wkoll!", "X'ġara mbagħad?", "Irriżulta li kien hemm inċident fejn din il-persuna tilfet ħajjitha.", "Din il-persuna kienet marret mal-partit Nazzjonalista meta aħna konna fil-gvern bejn l- 1996 u l-1998.", "Il-vilta` hi li meta ġara l-inċident fejn din il-persuna tilfet ħajjitha, ippruvaw jakkużawna li konna aħna li għamilna xi frame-up.", "Jien li kont responsabbli, there and then tlabt inkjesta u ħallejt lin- Nazzjonalisti stess jagħmluha.", "Ridt li l-verita`", "toħroġ u rriżulta li ma kien hemm l-ebda frame-up, imma min kien qal li din il-persuna saret qaddis ipprova jaħbi l-affarijiet sabiex jgħatti xturu.", "Dawn huma s-simulations.", "Simulation oħra saret qabel l-elezzjoni fejn l-ex-prim ministru mar fuq it- televiżjoni jakkuża lill-Onor.", "Alfred Sant li ma kienx daħħallu lil ibnu l- universita'.", "U l-vilta' hi li wara dan kollu, jiġi f'din l-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż u jagħtuh il-vot sabiex ikun fl-ogħla kariga.", "Allura dik m'hijiex tal-mistħija u ta' theddida għad-demokrazija?", "Tkellem ukoll il-Ministru Francis Zammit Dimech li qal li aħna ħloqna ħlejqa, imbagħad qagħad jitkellem fuq kemm l-affarijiet mexjin sew taħt il-gvern Nazzjonalista.", "Allura aħna ħloqna ħlejqa?", "Jien aktar naħseb li huma ħolqu ħlejqa.", "Intom għedtu li t-turiżmu sejjer tajjeb u mbagħad min qiegħed fit- turiżmu talab lill-gvern Nazzjonalista sabiex itajjar lill-ministru min- nofs!", "Kif tista' tifimhom dawn l-affarijiet?", "Tkellem ukoll l-Onor.", "David Agius li qal li fuq għaxar kelmiet qegħdin naħlu għaxar sigħat.", "Is-sabiħa hi li ġie hu wkoll sabiex jieħu sehem fil- ħela tal-ħin!", "Qalilna li qed inqajmu dan l-għagħa kollu fuq għaxar kelmiet.", "Imma skużi, anke fuq kelma waħda tista' tqajjem għagħa, skond xi tkun il- kelma li tingħad u xi tfisser!", "Għalhekk l-Onor.", "Agius jew ma jridx jifhem, jew inkella ma fehemx xi tfisser din it-theddida serja lejn il-Parlament.", "Qalilna wkoll li hemm barra ħadd mhu qed jitkellem fuq il-mozzjoni.", "Pero' ma qalilniex li hemm barra n-nies qegħdin jitkellmu fuq is-surcharge tad- dawl u l-ilma, fuq li m'hawnx impiegi, fuq kif l-anzjani mhux isibu l- pilloli meħtieġa għalihom u fuq il-waiting lists twal fl-isptar u fuq il- klandestini.", "Sadanittant in-naħa tal-gvern jibqgħu jgħidu kollox miexi sew u milli jidher anke l-Onor.", "David Agius qiegħed jgħix f'dinja oħra, Sur President.", "Tkellem ukoll il-Ministru Louis Galea u qalilna li qegħdin nagħmlu għaxar sigħat teatrin.", "Ma jafx li anke hu ħa sehem f'dan it-teatrin, sabiħa din!", "Kif jista' ikun li nemmen lill-Onor.", "Galea meta jibda jgħid li huma qrib il-poplu u li m'humiex arroganti.", "Qalilna wkoll li dak li qal il-Ministru Gatt ma jammontax għal arroganza.", "Imbagħad insibu li f'rapport sigriet imħejji mill-partit Nazzjonalista stess jirriżultalhom li kienu tilfu l- elezzjoni ta' l-MEPs minħabba l-arroganza ta'", "ċerti ministri li jinsabu maqtugħin mill-poplu, naturalment apparti affarijiet oħra.", "Dawn l-affarijiet m'għednihomx aħna imma qaluhom in-nies tagħhom stess.", "Allura kif jista' ikun li xi ħadd se jmur jakkuża lil xi ħaddieħor minn sħabu meta hu stess għandu xi ħaġa warajh, Sur President?", "Ġie jitkellem ukoll l-Onor.", "Jason Azzopardi li qalilna li kieku dħalna l- qorti, konna nitilfu l-kawża bl-ispejjeż.", "Naturalment m'hemmx għalfejn jgħidilna l-Onor.", "Azzopardi għaliex nafu li l-qorti hija marmalja tan- Nazzjonalisti.", "Huma stess jgħidu li l-qorti jidħol min għandu tort u mhux min għandu raġun – hekk jgħidu huma – pero' hawnhekk m'aħniex qegħdin il- qorti imma l-Parlament.", "Kulħadd jaf li fil-qorti hemm nies min-naħa tal- gvern li joqogħdu jsefsfu fil-widnejn u jitkellmu fuq sħabhom il-ministri li huma korrotti.", "Mhux darba jew tnejn li jitkellmu fuq l-abbużi min-naħa tagħhom stess.", "L-akkużi jagħmluhom fil-kuriduri tal-qorti, imma m'għandhomx il-guts li jirrepetuhom f'dan il-Parlament.", "Illum l-istess, m'għandhomx guts jiddefendu d-demokrazija parlamentari u allura għoġobhom jitkellmu fuq affarijiet oħra sabiex jiżvijjaw il-kwestjoni serjissima li qegħdin niddiskutu llum.", "Nerġa' ngħid li din hija xi ħaġa li qatt ma ġrat f'dan il- Parlament, qatt.", "Għandna theddida serjissima fejn, għal min irid jifhem, tfisser li jrid ikollna stat faxxista.", "Imma ħalli issa nitkellem ftit fuq dak li qal l-Onor.", "Austin Gatt dalgħodu, Sur President.", "Il-kwestjoni kollha hija li għandna theddida serja għad-demokrazija parlamentari għaliex għandna min jiġi jaqa' u jqum minn dak li tgħid il- Kostituzzjoni.", "Dawn jaħsbu li għaliex għandhom il-maġġoranza jistgħu jabbużaw u kollox jibqa' għaddej.", "Naħseb kulħadd jaf li meta xi ħadd jitkellem - in-nies fil-politika, in-nies fid-diplomazija, in-nies ta' ċertu standard, in-nies li għandhom ċerta edukazzjoni u anke dawk li m'għandhomx - il-messaġġ ma jkunx biss fil-kliem li jgħid imma jkun ukoll between the lines u hemm ukoll it-ton ta' kif ilissen il-kliem.", "Għalhekk il- poplu kollu jaf x'messaġġ ħareġ minn dan il-Parlament, bħalma taf il-media kollha li kkwotat dan il-messaġġ.", "Allura issa ma noqogħdux nippruvaw ningannaw lin-nies billi noqogħdu naqraw kelma b'kelma dak li tniżżel fid- debates tal-Parlament.", "Fid-debates tal-", "Parlament ma jkunx hemm it-ton li wieħed jitkellem bih u lanqas ikun hemm id-diskors li ma jkunx inqabad mill-microphone.", "Sur President, l-indikazzjoni mill-ewwel kienet - u saret b'ċerta arroganza – li għaliex huma għandhom maġġoranza ta' ħamsa, jistgħu jibqgħu għaddejjin minn fuqna.", "Wara reġa' sar intervent ieħor u minflok ma l-ministru rranġa dak li qal, ipprova sarkastikament iweġġa' lin-naħa ta' l-oppożizzjoni, minħabba li aħna kellna maġġoranza ta' wieħed u dak il-wieħed kien ivvota kontra.", "L-Onor.", "Austin Gatt nesa' jgħid li dak iż-żmien huma kienu wiegħdu li se jivvotaw favur liġi partikolari u mbagħad, meta raw li se jiggwadanjaw politikament, ivvotaw kontriha.", "U dan kollu seħħ fl-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż.", "Mela nerġa' ngħid li s-sustanza kollha tal- kwestjoni hija li għandna theddida ċara għad-demokrazija għaliex xi ħadd għandu l-maġġoranza.", "Issa jien ngħidilhom li jekk iridu jistgħu jgħaddu mill-Parlament u jekk ma jridux jistgħu ma jgħaddux ukoll!", "Dan qiegħed jorbot lil kulħadd, allavolja l-Kostituzzjoni tagħti dritt lil kull individwu.", "Kif tista' torbot lil kulħadd?", "Kif tista' torbot ukoll lil dak tas-sema?", "Issa anke lil dak irbatna!", "X'affarijiet huma dawn!", "Il-ministru għoġbu jipprova jikkwota kelma b'kelma meta kulħadd jaf x'ried ifisser meta qal dak il-kliem.", "It-tifsira qiegħda fit-ton li uża u kif fissruh fil-gazzetti u mhux imbilli jgħidu li huma mhux qed jagħtu kas ta' dak il-kliem.", "Id-demokrazija f'dan il-Parlament tnaqqret, aħseb u ara x'sar mid-demokrazija fil-pajjiż!", "Fejn qatt smajna bil-korruzzjoni bejn l- 1996 u l-1998?", "Meta reġgħet bdiet tfaqqa' l-kelma korruzzjoni?", "Meta reġgħu bdew ifaqqgħu dawn l-affarijiet moqżieża li qed iseħħu llum?", "Smajna b'dak li ġara fl-ADT u smajna b'ħafna affarijiet oħra, imma qisu mhu qed jiġri xejn!", "Għalhekk l-oppożizzjoni trid tagħmel l-iskrutinju f'dan il-Parlament u se tagħmlu xogħolha.", "U kull darba li l-oppożizzjoni tagħmel xogħolha tiġi akkużata u mżebilħa li qiegħda tisfratta u taħli l-ħin tal-Parlament!", "Sur President, il-ministru dalgħodu ħarab minn dan kollu u ma skużax ruħu għal dak li qal.", "L-istess għamlu sħabu.", "Dawn tawh l-appoġġ tagħhom, naturalment bil-konċett ta' ħokkli dahri ħalli nħokklok tiegħek.", "Dalgħodu l- ministru pprova jitkellem ukoll b'mod tekniku.", "Jien mhux se nagħmel hekk, imma se nirrispondi għal dak li semma dalgħodu.", "Qalilna li meta jien kont ministru ma kontx ġejt fil-Parlament u xorta waħda sar kuntratt fuq art tal- gvern.", "Qal ukoll li dan kien sar skond il-liġi u kif suppost.", "Dan il- kuntratt sar kif suppost, ma kien hemm xejn ħażin u li kieku kien hemm il- bżonn li niġu fil-Parlament, konna nressquh fil-Parlament.", "Żgur ma kontx se ngħid li għax aħna għandna l-maġġoranza, allura m'għandniex għalfejn inressquh fil-Parlament għaliex kont noħloq disgwid.", "Issa fuq din il- kwestjoni tal-Maltacom kontu tajtuna l-backing tagħkom intom ukoll.", "Imbagħad il-ministru pprova jgħid kif din il-proċedura ssir f'dan il- Parlament, billi tmur quddiem il-kumitat tal-verifika u wara tgħaddi mill- plenarja.", "Allura l-ministru ma jafx li l-kumitat tal-verifika ma kienx jeżisti dakinhar?", "Il-kumitat tal-verifika sar fl-2003 u mhux meta sar il- kuntratt min-naħa tiegħi.", "Jaf jew ma jafx il-ministru b'din il-ħaġa?", "Fl- 2003 kienet saret din ir-riżoluzzjoni imma l-ministru pprova jagħti l- impressjoni li jien evitajt xi ħaġa.", "Imma ħalli ngħid xi ħaġa oħra, Sur President.", "Kien hemm ftehim mal-Maltacom fejn il-gvern kien se joħdilha xi art ħalli jkun jista' jagħmel proġett.", "Allura sabiex inkunu aktar ġusti qabbadna lin- nies sabiex jagħmlu evalwazzjoni serja.", "Barra minn hekk, aħna konna se nipprivatizzaw 40% biss mentri s-60% l-oħra kienu se jibqgħu f'idejn il- poplu.", "Madankollu llum se tiġi privatizzata kollha kemm hi.", "Dak iż-żmien jekk ridt tkun taf xi ħaġa, kont tagħmel il-mistoqsijiet u dawn kienu jiġu mwieġba.", "U meta aħna pprivatizzajna l-Maltacom kien hemm ukoll dibattitu fuqha fil-Parlament.", "Illum fejnu d-dibattitu fuq il-privatizzazzjoni tal- Maltacom?", "Minkejja li intom għedtuli u ġġelidtu miegħi biex ikollkom dibattitu fuq il-Maltacom u aħna, min-naħa tagħna, konna aċċettajna fil- prinċipju, bqajtu qatt m'għamiltu xejn.", "Din hija l-verita` u r-realta` tal- fatti.", "Illum il-ġurnata tagħmel il-mistoqsijiet fuq il-Maltacom u tiġi tgħidli li din hija kkwotata fil-borża ta' Malta u taparsi ma tistax tagħtini l-informazzjoni mitluba!", "Jien imbagħad kont ġibtlu l-provi ta' kif il-Maltacom kienet qiegħda tagħtih il-background kollu u l-informazzjoni kollha.", "Dawn il-provi poġġejthom fuq il-mejda tal-Kamra, ħalli nurih li dawn l-affarijiet ma kienu veri xejn.", "Min-naħa tagħhom huma kellhom kull faċilita` dak iż-żmien sabiex jiksbu l-informazzjoni.", "Illum jien m'għandi l-ebda faċilita` għaliex tgħidli li dawk l-affarijiet huma tekniċi jew inkella ma tirrispondiniex.", "Il-ministru pprova jżeblaħ lill-oppożizzjoni għaliex qalilna li aħna lanqas biss rajna r-rapport li kien poġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "Dan ir-rapport poġġieh fuq il-mejda tal-Kamra fid-29 ta' Ġunju u meta dakinhar tlabt kopja tiegħu ħadd ma tani għax ma kienx hemm extra copies available.", "Il-kopja tawhieli fit-30 ta' Ġunju filgħaxija u allura minn filgħodu sa x'ħin wasalna għal-laqgħa ta' filgħaxija, ftit li xejn kelli ħin narah, rapport oħxon għaxar pulzieri.", "Jien mill-ewwel għedt li ma rajtux, pero' xorta waħda dawn l-affarijiet innotajthom.", "Għaliex ma tgħidux il-verita'!", "Jiena għedtlek meta poġġejtu fuq il-mejda tal-Kamra u għedtlek ukoll meta jien ħadt kopja tiegħu.", "Jien preċiż fi kliemi u għedt mill-ewwel li r-rapport ma rajtux, għaliex ma jistax ikun li rapport hekk voluminuż tarah f'siegħa.", "Aħna għedna l-verita` u issa rrid ngħid lill-ministru xi ħaġa oħra, Sur President.", "Li kieku kellek l-intenzjoni li trassaqha f'dan il-Parlament, kieku din tar- riżorsi u l-artijiet kienet tkun fil-lista ta' liġijiet li konna se niddiskutu, pero' din ma kenitx fil-lista.", "Ġurnata qabel kienu saru xi mistoqsijiet minn sieħbi l-Onor.", "Noel Farrugia, proprju fuq l-immobbli u l- ministru pprova jdur mal-lewża.", "Fil-fatt fl-ebda mument ma semma li se tiġi riżoluzzjoni quddiem il-Parlament.", "Min-naħa tiegħu, l-Onor.", "Farrugia dam jagħmel il-mistoqsijiet.", "Imbagħad ġara dak li ġara għaliex, meta qomt nagħmel il-mistoqsija tiegħi, il-ministru ried juri kemm huwa bravu u kemm huwa arroganti.", "Issa jien m'hemmx għalfejn noqgħod ngħidlu kemm-il chairman irriżenja minn taħtu, għaliex dawn l-affarijiet jafhom huwa stess.", "Lanqas hemm għalfejn ngħidlu bid-dikjarazzjoni li kien għamel huwa stess, fejn qal li ċerti postijiet qegħdin ikunu għan-Nazzjonalisti.", "Jiena ngħid li mhux għan-Nazzjonalisti biss qed ikunu, imma anke għal tiegħu!", "Sur President, x'jiġifieri jiġi l-ministru f'din il-Kamra u jgħid li għaliex huma għandhom maġġoranza ta' ħamsa, allura jistgħu jagħmlu li jridu u qisu ma jeżisti xejn aktar?", "X'jiġifieri torbot lil kulħadd meta skond il- Kostituzzjoni aħna meqjusin b'mod individwali?", "Inutli toqgħod issemmi fuq kif jivvotaw f'parlamenti fl-Ewropa, għaliex fl-Ewropa jivvotaw hekk fejn hemm policy.", "Hawnhekk policy għandna?", "Illum qed nitkellmu fuq xi liġi?", "Illum qegħdin nitkellmu fuq theddida għad-demokrazija parlamentari, xi ħaġa li m'għandha x'taqsam xejn ma' l-individwu.", "Minflok ma l-partit Nazzjonalista talab lill-Ministru Gatt sabiex jiskuża ruħu talli għamel xi ħaġa li qatt ma missha saret f'dan il-Parlament, għażlu li joqogħdu kwieti.", "Li kieku l-partit Nazzjonalista jibda jmexxi b'dan il-mod iwassal għal stat faxxista u mhux għal stat demokratiku.", "Ħadd min-naħa tal-gvern ma kellu l-guts li jlissen kelma waħda lill-ministru u din hija xi ħaġa tal- mistħija.", "Sur President, jien qatt ma bżajt nagħti s-sehem tiegħi f'dan il-Parlament, avolja attakkawli d-dar tiegħi.", "U lil min attakkali d-dar reġgħu daħħluh jaħdem fil-post li kellu qabel għaliex qabżu għalih huma stess.", "Madankollu jien la bżajt u lanqas se nibża' u xorta waħda se nibqa' għaddej bix-xogħol tiegħi.", "Lili attakkawli d-dar u lill-familja tliet darbiet, imma xorta waħda se nibqa' nagħmel xogħli.", "Jekk il-poplu jrid ikun jaf il-verita` fuq dak li jiġri f'dan il-Parlament, nistiednu sabiex jiġi hawnhekk ħalli jara b'għajnejh stess kif jimxi l-gvern tal-ġurnata.", "Il-gvern jiġi jiftaħar b'kemm-il mistoqsija ssir u b'kemm-il seduta ssir, iżda l-ħmerijiet li jitwettqu u t-tbażwir li jsir ħadd ma jista' jarah għaliex dan minn barra ma jidhirx.", "Suppost li f'din il-Kamra aħna nagħmlu skrutinju tat-tmexxija tal-gvern u naraw li l-affarijiet isiru kif suppost.", "Madankollu meta niġbdu l-attenzjoni li l-affarijiet mhux mexjin sew, jaħslu idejhom u jippruvaw jgħattu lil dak li jkun baxx baxx.", "Għalfejn qed isiru dawk il-ħneżrijiet kollha fl-ADT u fil-MEPA?", "L-isqof stess wasal biex qalilhom li l-flus jgħaddu minn id għall-oħra!", "Meta jiena kont fil-bord tal-MEPA kont ninvestiga l-affarijiet u tgħidx x'għamlu ħalli ma jagħtunix iċ-ċans li nagħmel xogħli.", "Qabel kienu jiġu rrekordjati s-seduti tal-bord, imma mbagħad dawn twaqqfu ħalli ħadd ma jkun jaf x'jingħad f'dawn is-seduti.", "Meta kont nara l-files tal-MEPA kienu jagħmluli l-għassa li ma mmurx nagħmel xi kopja ta' xi file!", "Jekk inti m'għandekx x'taħbi għalfejn tagħmel dawn l-affarijiet?", "Jiena tlabt ir- rapport fuq ir-riżorsi iżda ma ridux jagħtuni kopja.", "X'irriżulta mbagħad?", "Irriżulta li fejn se ssir l-engineered landfill kien hemm ġebel tajjeb u ta' prima kwalita`.", "Wara nbidel kollox u ħadu ħaddieħor li qed iġib il- prezz tiegħu.", "L-istess ħaġa ġara fl-isptar.", "Meta sar l-environment impact assessment kienu qalulhom li dik il-ġebla hija tajba u li setgħu jibnu l- isptar biha.", "Dawn ma tawx kas u għamlu li riedu.", "Allura għalfejn dak il- ħela kollu?", "Riedu jagħmlu hekk sabiex idaħħlu l-flus fil-but tal-ħbieb tal- ħbieb.", "Dan kollu qiegħed isir bil-barka tal-gvern Nazzjonalista li tant jiftaħar li l-affarijiet qed isiru bi trasparenza.", "Imbagħad joħroġ rapport magħmul minnhom stess li saħaq li fil-partit kien hemm l-arroganza, li huma maqtugħin min-nies u li qiegħed ikun hemm l-abbużi.", "Xi trid aktar mir- rapport li ġie mħejji minnhom stess?", "Nerġa' ngħid li l-kwestjoni kollha hija t-theddida serja li għandna lejn dan il-parlament, Sur President.", "Kull membru parlamentari miż-żewġ naħat tal-Kamra għandu jkollu l-kuraġġ li juri l-lealta` tiegħu lejn il-Parlament u jgħid li veru għandna theddida għad-demokrazija.", "Li tgħid li għax inti b'saħħtek tista' tibqa' għaddej minn fuq kulħadd hija theddida li twassal lill-pajjiż sabiex imur għas- sistema faxxista.", "Allaħares jiġri hekk u għaldaqstant nispera li l-poplu kollu jkun jaf x'inhi l-verita` kollha.", "Il-verita' hija li meta xi ħadd f'ċerta pożizzjoni jibgħat messaġġ, mhux bilfors tieħdu biss kelma b'kelma imma trid tieħdu wkoll mit-ton tiegħu.", "U fil-fehma tiegħi kulħadd fehem il- messaġġ li ried iwassal il-ministru dakinhar, messaġġ ta' theddida serja għad-demokrazija parlamentari.", "Nirringrazzjak.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Sur President, qegħdin noqorbu lejn l-aħħar ta' dibattitu li b'kollox se jkun ħa għaxar sigħat mill-ħin ta' din il-Kamra, dibattitu li beda dalgħodu bl- introduzzjoni ta' l-Onor.", "Charles Mangion, fejn sorprendentement għamel dikjarazzjoni u ammetta li l-affarijiet li kellhom x'jaqsmu mal- privatizzazzjoni u l-bejgħ tax-shares tal-Maltacom saru skond il-liġi u li m'hemm l-ebda ksur ta' liġi.", "Issa kellna kelliem ieħor, l-Onor.", "Joe Mizzi, li qam jagħmel ammissjoni oħra.", "Qalilna li l-akkuża m'hijiex fuq dak li hemm reġistrat fir-records tal-Parlament imma fuq it-ton.", "Din l-ammissjoni tfisser li dak li hemm fir-records tal-Parlament jikkonferma - u fil-fatt hekk hu - li l-Ministru Gatt iddikjara bl-aktar mod kategoriku li għad trid titressaq riżoluzzjoni quddiem il-Parlament, pero` għall-Onor.", "Mizzi li hu ħażin huwa t-ton u dak li hemm between the lines.", "Ikolli ngħid li kemm ilni fil-Parlament qatt ma smajt u qatt ma rajt stramberija ta' dibattitu fuq mozzjoni stramba daqs din!", "Smajna wkoll dwar it-theddida għad-demokrazija parlamentari.", "Il-verita` hi li t-theddida għad-demokrazija tiġi meta tisma' kelliem, bħal dak li għadu kif tkellem ftit ilu, li jiddeskrivi l-qrati bħala \"marmalja tan- Nazzjonalisti\" u jgħid li ma jidħolx il-qorti għaliex jaf li l-oppożizzjoni qatt mhu se tirbaħ minħabba li l-qorti hija marmalja Nazzjonalista.", "Jekk hawn xi ħadd li għandu xi biża' dwar it-theddida għad-demokrazija, nistiednu sabiex joqgħod attent għal dan id-diskors u l-messaġġ li qiegħed jagħtina l-whip ta' l-oppożizzjoni.", "Il-whip, li huwa r-rappreżentant tal- grupp parlamentari ta' l-oppożizzjoni, ġie llejla jiddefendi mozzjoni u fid- difiża tal-mozzjoni jiddeskrivi l-qrati tagħna li huma pilastru importantissimu f'demokrazija moderna bħala marmalja tan-Nazzjonalisti.", "Il- verita` hi li din il-Kamra għandha mozzjoni quddiemha li ġiet preżentata mill-oppożizzjoni u għandha miktub ċar u tond fiha x'qiegħda tipproponi.", "Diġa`saru diskorsi min-naħa tal-kelliema tal-gvern li jindikaw kif din il- mozzjoni hija mibnija fuq premessi żbaljati u fuq dikjarazzjonijiet li ma tistax tiddeskrivihom aħjar milli bħala gidba.", "Issa l-kelma \"gidba\" fid-diskors parlamentari dejjem tinstema' xi ftit stunata, imma hawnhekk m'iniex qiegħed nuża din il-kelma bl-addoċċ.", "Ħalli nipprova nispjega ruħi u se naqra mill-mozzjoni li ppreżentat l- oppożizzjoni.", "L-ewwel paragrafu ta' din il-mozzjoni jgħid hekk;", "\"Din il-Kamra tinnota -", "Li fis-seduta parlamentari tal-31 ta' Mejju, 2006 il-Ministru Austin Gatt, bl-aktar mod arroganti ammetta li b'nuqqas ta' osservanza ta' liġijiet viġenti u", "minħabba l-fatt li l-gvern għandu maġġoranza ta' ħames deputati fil- Parlament, l-istess gvern jista' jikser il-liġi u huwa konvint li jista' retroattivament jirratifika kull vjolazzjoni u ksur tar- regolamenti u liġijiet ta' pajjiżna.\".", "Il-mozzjoni ta' l-oppożizzjoni qiegħda tgħid lil din il-Kamra li fis-seduta tal-31 ta' Mejju, waqt il-ħin tal-mistoqsijiet, il-Ministru Gatt għamel dikjarazzjoni fejn ammetta li b'nuqqas ta' osservanza tal-liġijiet huwa jista' jgħaddi u jirranġa affarijiet li saru kontra l-liġi jew kontra xi ksur tar-regolamenti ta' pajjiżna.", "Jien għandi quddiemi t-text, recorded kelma b'kelma, ta' dak li ntqal f'dak l-iskambju li qam fil-ħin tal- mistoqsijiet.", "Fid-dibattitu li kellna s'issa, jiġifieri mid-9.00 a.m. s'issa, ħadd min-naħa ta' l-oppożizzjoni ma qal li din it-traskrizzjoni hija żbaljata.", "Dak li hawn miktub kulħadd jista' jaqrah u dak li hawn miktub jirrifletti l-verita', kelma b'kelma ta' dak li ntqal waqt dan l- iskambju.", "Jekk iddur għal dan id-diskors kollu li ntqal ma ssib imkien fejn il-Ministru Austin Gatt qed jammetti li b'nuqqas ta' osservanza tal- liġijiet viġenti u minħabba l-fatt li l-gvern għandu maġġoranza ta' ħames deputati fil-Parlament, allura l-istess gvern jista' jikser il-liġi.", "Imkien ma ssib din id-dikjarazzjoni fid-diskors, anzi ssib bil-kontra.", "U allura jekk inħares lejn il-mozzjoni u lejn it-traskrizzjoni ta' dik is- seduta, insib gidba fl-ewwel paragrafu.", "Fil-mozzjoni ppreżentata mill-oppożizzjoni hemm gidba u din qegħdin jitolbuna napprovawha f'dan il-Parlament, mozzjoni biex napprovaw gidba!", "Gidba oħra hi li mkien ma hemm f'dan id-diskors li ntqal u kif reġistrat fir-records tal-Parlament, li l-gvern jista' jikser il-liġi.", "It-tielet gidba hi li mkien m'hemm li l-gvern jista' retroattivament jirratifika kull vjolazzjoni u ksur tar-regolamenti u l-liġijiet ta' pajjiżna.", "Imkien fl- iskambju tad-diskors li sar dakinhar m'hemm dawn l-affarijiet li nsibu fil- mozzjoni.", "U għalhekk jien nissorprendi ruħi.", "Allura spiċċajna f'dan il- Parlament b'oppożizzjoni li tippreżentalna mozzjoni mibnija fuq serje ta' gideb sfaċċat?", "Dan il-gideb jirriżulta mir-records tal-Parlament.", "Kif jista' ikun li niġu hawnhekk u nisimgħu diskorsi min-naħa ta' l- oppożizzjoni fuq kif għandna nirrispettaw il-Parlament meta, fl-istess nifs, min qiegħed jippreżenta din il-mozzjoni qiegħed jippreżenta gidba sabiex tiġi approvata minn dan il-Parlament?", "Fil-verita' kollha, x'qal l-Onor.", "Austin Gatt waqt dan l- iskambju?", "L-Onor.", "Gatt qal bil-kontra ta' dak li qed tgħid il-mozzjoni għax f'żewġ okkażjonijiet, il-ministru għamel dikjarazzjoni mill-iktar ċara dwar kif għad trid titressaq riżoluzzjoni għall-approvazzjoni tal-Parlament.", "F'mument minnhom l-Onor.", "Joe Mizzi qal lill-ministru li biex dawn iseħħu trid issir mozzjoni fil-Parlament.", "B'risposta, il-ministru qal li jaqbel perfettament ma' l-Onor.", "Mizzi li teknikament trid tiġi fil-Parlament.", "Din hija dikjarazzjoni kategorika fejn il-ministru qed jagħmel commitment, skond il-proċeduri normali ta' dan il-Parlament li dejjem ġew applikati fis- snin li għaddew.", "Fil-fatt dawn dejjem ġew applikati skond il-proċeduri u skond il-liġijiet ta' pajjiżna.", "F'mument ieħor il-ministru jerġa' jirrispondi lill-Onor.", "Mizzi u jgħidlu:", "\"Naqblu perfettament li eventwalment trid tiġi riżoluzzjoni fil- Parlament, pero' ma naħsibx li nkunu qed ngħixu f'dinja jekk ngħidu li dan il-gvern ma jistax jorbot lilu nnifsu li jagħti garanzija lil xi ħadd li mhux se jgħaddiha minn dan il-Parlament\".", "Mela ħalli nibdew mill-aktar punt fundamentali għaliex smajna ħafna diskorsi min-naħa ta' l-oppożizzjoni fuq diversi affarijiet, pero' ħadd minnhom ma kkwota mill-mozzjoni jew mid-diskors li ntqal fil-ħin tal- mistoqsijiet.", "Jien ma nistax nifhem kif tiġi l-oppożizzjoni tippreżenta mozzjoni u mbagħad mill-kelliema kollha, ħadd ma pprova jissostanzja dak li huma stess qegħdin jgħidulna sabiex napprovaw.", "Naturalment m'għamluhiex għar-raġuni ovvja li dak li hawn miktub hawnhekk m'huwiex minnu.", "Dan id- diskors li ntqal hawnhekk m'huwiex veru, anzi bil-kontra.", "U allura hawn il- falsifikazzjoni ta' kif seħħew verament l-affarijiet.", "Il-ministru qal ukoll li l-gvern għandu maġġoranza ta' ħamsa - fil-verita' hija maġġoranza ta' erbgħa - u hija abbażi ta' dik il-maġġoranza li l-gvern jista' jagħti garanzija lil xi ħadd waqt li jkun qiegħed jinnegozja miegħu.", "Fil-fatt diġa' saru interventi sabiex jispjegawha u se nerġa' nirrepetiha jien, avolja l-viċi prim ministru għamel spjegazzjoni tajba ħafna.", "Mid- dehra l-membri ta' l-oppożizzjoni ħasbu - u jidher li ħasbu bi żball, jew inkella ma fehmux jew m'għandhomx idea ta' kif isiru l-affarijiet - li malli l-gvern ikkonkluda n-negozjati għall-bejgħ tas-60% ta' l-ishma u li dawk in-negozjati kienu jinkludu wkoll trasferimenti ta' titlu ta' proprjeta', li l-gvern qabad u ffirma kuntratt u ttrasferixxa t-titlu mingħajr ma ġie fil-Parlament.", "Issa li kieku għamilna hekk, kont inkun jien l-ewwel wieħed li niġi hawnhekk u nitlob apoloġija ta' l-iżball li nkunu għamilna.", "Mela le, jien qatt ma ddejjaqt nammetti fejn ikun sar żball!", "Madankollu l-oppożizzjoni ħasbu li sar it-trasferiment.", "Tant hu hekk li f'din is-seduta li kellna, il-Ministru Gatt qam minn ta' l-inqas tmien darbiet, jekk mhux aktar, sabiex kull darba jagħmel point of order fil-konfront ta' diversi kelliema min-naħa ta' l-oppożizzjoni.", "Il-ministru ma nterrompiex biss lill-Onor.", "Joseph Abela li tfixkel waqt id-diskors tiegħu - għaliex f'daqqa waħda nduna li kien qed jgħid ħmerija - imma", "interrompa lil diversi kelliema oħra sabiex jgħidilhom li ma sar l-ebda trasferiment ta' titlu.", "Il-kor tħarbat għax f'daqqa waħda rriżulta li l- vuċijiet huma stunati u li l-mozzjoni tagħhom hija bbażata fuq premessa żbaljata, li turi jew intenzjoni ħażina minn dak it-tip li trid verament tattakka d-demokrazija parlamentari - għaliex qiegħda tipproġetta gidba u tibni argument fuq gidba - jew inkella turi superfiċjalita' mill-aktar grassa.", "Tant hu hekk li lanqas biss indenjaw ruħhom jaqraw id-dokumenti u lanqas qagħdu attenti għad-dikjarazzjoniet u għall-ispjegazzjonijiet li għamilna f'din il-Kamra.", "Min-naħa tal-gvern għażilna li l-ewwel kelliem għan-naħa tagħna jkun il- Ministru Gatt, ħalli għal darb'oħra jispjega x'ġara, x'inhi l-proċedura u jekk segwejniex il-proċedura li dejjem segwejna skond il-liġi.", "U l- ministru ta l-ispjegazzjoni tiegħu.", "Għażilna li jkun hu l-ewwel kelliem min-naħa tagħna ħalli mill-ewwel id-dibattitu nibbażawh fuq il-fatti u mhux fuq l-immaġinazzjoni, fuq il-fantasija u fuq il-ħrejjef.", "Madankollu donnu li ħadd ma ta kas u ħadd ma sema' jew ħadd ma ried jisma' għaliex baqgħu ttimbrati b'dan il-messaġġ li mingħalihom li sar trasferiment ta' titlu ta' proprjeta' mingħajr ma ġejna quddiem il-Parlament.", "Issa l-Ministru Gatt fl-introduzzjoni tiegħu diġa' spjega x'inhi l-proċedura, x'qiegħed isir u d-diffikultajiet ta' titlu li skoprejna li kienu jeżistu fuq sitt postijiet li kellha l-Maltacom.", "Din il- problema ilha teżisti għaliex twieldet tul medda ta' snin u hija problema li messhom solvew il-partit Laburista meta kienu fil-gvern.", "Quddiemi għandi lill-kap ta' l-oppożizzjoni li dak iż-żmien kien prim ministru.", "Fi żmienu 40% ta' l-ishma tal-Maltacom inbiegħu lil fantasmi għaliex ma nafux lil min inbiegħu.", "Ara kemm jgħidu bit-trasparenza u fuq kif għandna nkunu trasparenti, imbagħad l-unika ħaġa li nafu hija li fi żmienhom inbiegħu 40% ta' l-ishma tal-Maltacom lil nies li ma nafux min huma!", "Is-sabiħa hi li biex biegħu dawk l-40% kienu ppubblikaw dokument fejn qalu li l-Maltacom għandha dawn l-assi li huma tagħha, jiġifieri li hija proprjetarja tagħhom.", "Fil-verita' jirriżulta li hemm numru ta' proprjetajiet li huma kienu jgħidu li huma tal-Maltacom mentri fir-realta' ma kenux.", "Issa jien mhux se noqgħod nidħol fil-mertu ta' jekk kenux jafu jew ma jafux f'dak iż-żmien.", "Li huwa importanti u ta' sustanza għal dan id- dibattitu huwa li aħna kellna u għandna d-dmir li s-sitwazzjoni nirranġawha u nġibu l-affarijiet kif suppost sabiex kollox ikun fair and square, trasparenti u li kollox ikun bl-iktar mod ġust u li nimxu skond il-pariri ta' l-esperti.", "Allura kif jiġi kelliem wara l-ieħor min-naħa ta' l- oppożizzjoni u jagħti l-impressjoni li aħna diġa' ttrasferejna?", "Naħseb li hawnhekk irridu nkunu ċari u importanti ħafna li niftiehmu mhux biss għall-imgħoddi imma anke għal li ġej.", "Aħna nitgħallmu mil- lezzjonijiet il-ħin kollu u l-ħajja dejjem tgħallmek il-lezzjonijiet.", "Quddiemi għandi l-oppożizzjoni u faċċata tiegħi hawn il-kap ta' l- oppożizzjoni.", "Aħna qegħdin nifhmu sew kif għandna nittrattaw l-affarijiet mhux biss illum imma anke fil-futur?", "Jekk il-gvern ikun irid jinnegozja ma' xi ħadd sabiex jipprivatizza jew sabiex jagħti kuntratt, x'qed tgħidu min-naħa tagħkom?", "Qed tgħidu li l-ewwel il-gvern għandu jiġi f'din il- Kamra u mbagħad jinnegozja wara?", "Il-gvern għandu l-ewwel jiġi hawn u jgħid li lit-tali se nitolbuh Lm10 miljun u jekk ma jagħtiniex dik is-somma, ninżlu għal Lm9 miljun?", "Hekk tridu?", "Tridu li niġu hawn u npoġġu l- parametri tan-negozjati f'din il-Kamra qabel ma mmorru ninnegozjaw?", "Jekk tridu dan, aqbdu u għidulna.", "Aħna ma naqblux ma' dan u lanqas intom meta kontu fil-gvern ma mxejtu b'dan il-mod.", "Jien hawnhekk nixtieq nappella lill-kap ta' l-oppożizzjoni u lill- oppożizzjoni kollha kemm hi għax ma jistax ikollna kejl differenti għalikom skond fejn tkunu bilqiegħda f'din il-Kamra.", "Mela tajba din, jekk tkunu bilqiegħda fuq in-naħa tal-gvern timxu bl-istess mod ta' kif qegħdin nimxu aħna, jiġifieri bir-regoli parlamentari u bil-liġijiet tagħna, pero' issa li qegħdin fl-oppożizzjoni tridu taqilbu d-dinja ta' taħt fuq u tridu li l- affarijiet isiru bi proċedura kompletament differenti, bi proċedura li ma tagħmilx sens u li tagħmel ħsara nazzjonali.", "F'dawn is-sentejn li ilni prim ministru diġa' kelli togħma qarsa waqt li kont qiegħed ninnegozja ma' Skanska fuq l-isptar il-ġdid.", "Dakinhar ma sibt l-ebda koperazzjoni min- naħa ta' l-oppożizzjoni, imma sibt biss tfixkil.", "Kulma kien jonqosni huwa li niġi hawnhekk u niddibatti l-parametri ta' dak li kien qed jiġi nnegozjat.", "Sibt it-tfixkil mingħajr ma kienet ippubblikata l- informazzjoni tan-negozjati, aħseb u ara li kieku ġejt hawnhekk bid- diskorsi, bl-attakki u bil-ħmieġ u bit-tajn li ppruvaw jitfgħu fuq diversi nies serjissimi waqt li kienu għaddejjin dawk in-negozjati!", "Allura mhux minn ewl id-dinja li inti l-ewwel tmur tinnegozja u mbagħad tpoġġi dak li tkun innegozjajt għall-approvazzjoni tal-Parlament?", "Sur President, b'kumbinazzjoni ġie f'idejja dokument tal-budget ta' l-2004 u fih hemm imsemmi li wieħed mill-programmi li l-gvern għandu huwa proprju l-privatizzazzjoni tal-Maltacom.", "Aħna bqajna ngħidu sena wara l-oħra li waħda mill-affarijiet li l-gvern irid jagħmel hija l-privatizzazzjoni tal- Maltacom.", "Għalhekk żgur li din ma kenitx xi ħaġa li ħriġnieha b'sigriet.", "Kulħadd kien jaf li l-gvern kellu dik il-mira f'rasu.", "Issa aħna nnegozjajna u wasalna għall-konklużjoni ta' dawk in-negozjati.", "Għalhekk, kif kellna d-dmir li nagħmlu, fejn kien hemm obbligu skond il-liġi li l- ewwel inġibu l-approvazzjoni ta' dan il-Parlament, niżżilna fid-dokumenti li ffirmaw iż-żewġ naħat u għedna li aħna qed niftiehmu hekk, pero' dan il- ftehim isir biss malli jkun hemm l-approvazzjoni tal-Parlament.", "Din tinsab miktuba f'żewġ postijiet differenti ta' dan id-dokument.", "U allura nistieden lill-oppożizzjoni - jonqos il-kap ta' l-oppożizzjoni sabiex jagħlaq dan id-dibattitu – sabiex jiddikjaraw bl-aktar mod ċar x'inhi l- proċedura.", "Se nżommu magħha din il-proċedura jew inkella qed jipproponu li din il-proċedura naqilbuha ta' taħt fuq?", "F'dak il-każ nista' ngħid minn issa li din il-proċedura m'hijiex fl-interess ta' pajjiżna li nagħmluha.", "Naħseb li lkoll kemm aħna naqblu li l-gvern għandu jkun fl-aħjar pożizzjoni li jinnegozja sabiex ikun jista' jikseb l-aħjar kondizzjonijiet possibbli.", "U meta jkollna xi ħaġa bħal din, fejn ikun hemm it-trasferiment ta' proprjeta' u ta' titlu, skond il-liġi trid tiġi fil-Parlament u l-gvern irid iwieġeb il-mistoqsijiet u jiddibatti fejn hemm bżonn.", "Fejn huwa meħtieġ irid jispjega u jgħid kif se jsiru l-affarijiet.", "Madankollu l- gvern żgur ma jridx ipoġġi lil ebda gvern futur, ikun min ikun, f'pożizzjoni li jmur jinnegozja f'sitwazzjoni dgħajfa.", "Il-gvern irid jiġi hawnhekk u mbagħad, skond id-dibattitu wieħed imexxi.", "Fl-imgħoddi kellna okkażjonijiet fejn il-gvern ġie quddiem dan il-Parlament b'abbozz ta' kuntratti u konvenji u waqt id-diskussjoni f'din il-Kamra ġew irranġati l- affarijiet!", "Kellna sitwazzjonijiet bħal dawk, imma dejjem ġejna fil- Parlament, Sur President.", "L-oppożizzjoni qiegħda teħodha bi kbira għaliex il-Ministru Gatt għamel dikjarazzjoni fejn qal li għaliex għandna maġġoranza ta' ħamsa, allura hemm il-garanzija li din nistgħu nagħmluha.", "Imma din mhux ovvja!", "L- oppożizzjoni tista' tmur tinnegozja hi mal-Maltacom?", "Kif jista' jkun!", "Malli tpoġġi bilqiegħda mal-Maltacom jew ma' xi ħaddieħor se jgħidulhom mal- ewwel: X'garanzija tistgħu tagħtuna li n-negozjati tgħadduhom mill- Parlament?", "L-oppożizzjoni qiegħda fil-minoranza u allura ma tista' tagħti qatt dik il-garanzija li jista' joffri l-gvern.", "Mhux bilfors irid ikollok il-maġġoranza biex tkun tista' tinnegozja?", "Jew issa għax għandna l- maġġoranza se nqisuha bħala theddida lejn id-demokrazija?", "Issa hekk spiċċajna?", "Id-deċiżjoni tal-poplu Malti fl-elezzjoni ġenerali ta' l-2003 tat maġġoranza ta' ħamsa lil dan il-partit u issa f'daqqa waħda qed ngħidu li din hija arroganza!", "Tafu x'intom tgħidu?", "Intom qed takkużaw lill-poplu Malti li huwa arroganti għaliex meta mar jivvota għażel lill-partit Nazzjonalista bħala l-partit li għandu jkun fil-gvern.", "Kien proprju l- poplu Malti u ħadd iżjed li ta lil dan il-partit il-maġġoranza ta' ħamsa f'dan il-Parlament.", "F'parti mid-diskors isemma wkoll ir-rispett lejn il-Parlament u l-mod ta' kif għandna nittrattaw il-Parlament.", "Din diġa' irrisponda dwarha l-viċi prim ministru u għalhekk m'iniex se noqgħod nidħol fl-argumenti ta' kif ikollok rispett lejn il-parlament.", "Madankollu żgur li l-ikbar rispett lejn il-Parlament huwa li f'din il-Kamra ngħidu l-verita' u mhux ngħawġu id- diskors li jkun intqal.", "Lanqas ma trid tiffalsifika d-diskors kif fil-fatt qed jiġri f'din il-mozzjoni.", "Fir-rigward tal-mozzjoni, in-naħa tal-gvern għandha l-għażla li kieku trid temendaha, pero' għażilna li ma nemendawhiex ħalli tibqa' miktuba fl-istorja u jkun jista' jiġi vverifikat li l- oppożizzjoni li għandna llum kellha l-wiċċ li tippreżenta mozzjoni mibnija fuq gidba.", "Dan għaliex ir-record ta' dak li ntqal jeżisti u r-record ta' x'hawn miktub f'din il-mozzjoni jeżisti wkoll.", "Issa indur għat-tielet ħaġa, Sur President.", "Qed jgħidulna li aħna arroganti u li ma nikkonsultawx u lanqas naf kemm titli u aġġettivi tawna.", "Jien b'wiċċi minn quddiem ngħid li l-gvern elett fl-2003 mill-poplu Malti hu wieħed mill-gvernijiet li l-aktar ikkonsulta mal-poplu Malti mill-indipendenza 'l hawn.", "Min-naħa l-oħra, l-oppożizzjoni li għandi quddiemi llum hija waħda mill-oppożizzjonijiet li l-inqas ipparteċipat f'dan l-eżerċizzju ta' konsultazzjoni mill-indipendenza 'l hawn.", "Fil-fatt din l-oppożizzjoni baqgħet dejjem iżżomm ruħha fil-ġenb ħalli ma tmurx iċċappas idejha jew tieħu xi pożizzjoni u titlef xi vot.", "Ħalli nfakkar ftit lil kulħadd sabiex naraw din l-arroganza kollha li għandu l-gvern tal-ġurnata!", "F'Ottubru ta' l-2003 dan il-gvern ippubblika white paper dwar ir-riforma fis-servizz pubbliku.", "Fejn huwa l-kontribut ta' l-oppożizzjoni dwar dik il-white paper?", "Minn dak iż-żmien diġa' għaddew tliet snin.", "Inċidentalment l-abbozz ta' liġi dwar ir-riforma fis-servizz pubbliku se jitressaq fil-ġimgħat li ġejjin.", "Fi Frar ta' l-2004 ippubblikajna white paper dwar qafas regolatorju għas- suq tat-telekomunikazzjoni.", "Ma kellna l-ebda kontribut min-naħa ta' l- oppożizzjoni dwar dan.", "F'Novembru ta' l-2004 ippubblikajna white paper dwar ir-riforma fil-pensjonijiet u anke hawnhekk ma kellna l-ebda kontribut min-naħa ta' l-oppożizzjoni.", "F'Jannar ta' l-2005 ippubblikajna d-dokument \"Lejn Ġustizzja Aħjar u Eħfef\", bi skiet perfett min-naħa ta' l- oppożizzjoni.", "F'Ġunju ta' l-2005 ippubblikajna d-dokument \"Biex uliedna jirnexxu lkoll\" u l-istess, skiet perfett.", "Issa qegħdin fil-Parlament niddibattu l-liġi u f'daqqa waħda nindunaw li qegħdin fil-Parlament meta kien hemm iċ-ċans kollu li fl-abbozz ta' liġi jiġu nklużi l-kummenti ta' l- oppożizzjoni li setgħu jgħinuna ħalli nimxu 'l quddiem f'xi ħaġa li hija ta' interess nazzjonali u li m'għandux ikun hemm partiġġaniżmu fiha.", "F'Lulju ta' l-2005 ippubblikajna d-dokument ta' qabel il-budget, xi ħaġa li qatt ma kienet saret qabel fl-istorja ta' pajjiiżna.", "Kien proprju dan il- gvern li għażel li f'nofs is-sena jagħti stampa ta' fejn ikun wasal il- pajjiż u jagħti indikazzjoni tad-direzzjoni li aħna jidhrilna li l-pajjiż għandu jieħu skond ir-riżultati li nkunu qegħdin nakkwistaw.", "Fejn kien il- kontribut ta' l-oppożizzjoni dwar dan?", "Ċertament meta aħna ngħidu li ppubblikajna xi ħaġa għall-pubbliku ma nkunux qed infissru li l-oppożizzjoni m'hijiex parti mill-pubbliku.", "L-ewwel istituzzjoni, ħa nsejħilha hekk, li għandha tikkontribwixxi hija proprju l-oppożizzjoni.", "Din qiegħda tipproġetta li tkun hi l-gvern tal-futur u l-ewwel dmir tagħha huwa li tikkritika lill- gvern.", "L-isbaħ opportunita' fejn dan tista' tagħmlu huwa meta l-gvern jippreżenta white paper.", "Aħna qegħdin nitolbuhom jagħtuna r-reazzjoni tagħhom u kważi kważi bkejnielhom sabiex jagħuna r-reazzjoni tagħhom.", "Huwa minnu li jiena wegħidt li rrid nagħmel politika ġdida, imma l-politika ġdida sseħħ mhux min-naħa waħda biss imma jekk in-naħa l-oħra tipparteċipa.", "Dokument wara dokument nistednuhom sabiex jagħtuna l-opinjoni tagħhom, u din id-dikjarazzjoni għamilnieha kemm-il darba.", "Aħna rriduh il-kontribut ta' l-oppożizzjoni.", "F'Lulju ta' l-2005 ippubblikajna d-dokument dwar l- istrateġija sabiex tiżdied l-aċċessibilita' għall- Belt u l-Floriana.", "Fejn hu l-kontribut ta' l-oppożizzjoni?", "X'inhi l- viżjoni ta' l-oppożizzjoni sabiex il-belt kapitali narawha timxi 'l quddiem?", "F'Awissu ta' l-2005 ippubblikajna n-national reform programme, importantissimu għal pajjiżna, pero' xorta waħda skiet perfett min-naħa ta' l-oppożizzjoni.", "F'Ottubru ta' l-2005 ippubblikajna d-dokument dwar il- kummissjoni nazzjonali għall-edukazzjoni ogħla u wkoll skiet perfett min- naħa ta' l-oppożizzjoni.", "Fl-istess xahar ippubblikajna dokument dwar kif għandha tissaħħaħ is-sistema ta' l-eżamijiet tal-matsec.", "F'April ta' l- 2006 ippubblikajna d-dokument dwar l-edukazzjoni bikrija ta' uliedna.", "F'April ta' din is-sena ppubblikajna wkoll in-national strategic reference framework, il-programm ta' kif aħna qed naħsbu li għandu jiżviluppa bl-użu tal-flus ta' l-Unjoni Ewropea għall-perijodu ta' bejn l-2007 u l-2013.", "Fejn hi l-oppożizzjoni f'dan kollu u fejn huma l-kummenti tagħhom?", "Allura l-oppożizzjoni kif tiġi tgħidilna li aħna arroganti u li ma nikkonsultawx meta qatt ma kien hemm perijodu fl-istorja politika ta' pajjiżna li kien hemm gvern li poġġa għad-diskussjoni pubblika bl-aktar mod miftuħ il- ħsiebijiet li għandna u kif naħsbu li għandna nimxu 'l quddiem?", "Min-naħa ta' l-oppożizzjoni nsibu assenza totali.", "Dan biex ma nsemmix in-numru ta' okkażjonijiet li morna quddiem l-MCESD sabiex nispjegaw l-affarijiet u dawk il-ħafna drabi fejn jiena stess kelli konsultazzjoni pubblika f'Kastilja u barra minn Kastilja, ħalli kemm jista' ikun kulħadd iħossu parteċipi f'dan kollu.", "Sur President, illum iddedikajna għaxar sigħat fuq gidba u falsifikazzjoni ta' fatti u xejn iżjed.", "Li jinkwetani huwa li dan li għandna llum mhu xejn ħlief il-mera ta' l-istrateġija sħiħa tal-partit Laburista fl-oppożizzjoni.", "Il-partit Laburista fl-oppożizzjoni għandu strateġija mibnija fuq il-gideb, fuq il-qtigħ il-qalb u fuq eżerċizzju sfrenat sabiex jippruvaw ipinġu kollox iswed.", "U fejn il-pajjiż ikun miexi 'l quddiem, minflok jirrikonoxxu dak il-fatt, jippruvaw idawru l-affarijiet u jgħidu bil-kontra.", "Madankollu xorta nibqa' ma naqtax qalbi.", "Għal darb'oħra, nerġa' nistieden lill- oppożizzjoni sabiex tagħti l-kontribut tagħha mhux bil-mod ta' kif qed tagħmel illum, mhux billi tippreżenta mozzjoni mibnija fuq il-gideb, imma billi tippreżenta l-opinjonijiet, il-kritika u l-verżjoni tagħha ta' kif għandhom isiru l-affarijiet.", "Min-naħa tagħna nassigura lill-oppożizzjoni li se", "nagħtu widen lill-opinjoni tagħha.", "Nistgħu ma naqblux, imma importanti li tinstema' dik l-opinjoni u jgħidulna x'inhi l-pożizzjoni tagħhom fuq il-pensjonijiet, fuq il-prezz taż-żejt u fuq diversi affarijiet oħra.", "Ma jistax ikun li jkollna oppożizzjoni li tiġi hawnehkk b'mozzjoni mibnija fuq il-gideb u fuq it-tgħawwiġ.", "Il-pożizzjoni tagħna fuq diversi affarijiet hija ċara daqs il-kristall.", "Għada se jkollna d-dibattitu fuq l-emenda kostituzzjonali u nistennew ħalli naraw x'inhi l- pożizzjoni ta' l-oppożizzjoni fuq il-kwestjoni ta' Għawdex.", "Minn hawn u ftit ieħor se jkollna d-diskussjoni fuq iż-żoni ta' l-iżvilupp u naraw x'ser ikun il-kontribut ta' l-oppożizzjoni fuq xi ħaġa li ilha biex issir 'il fuq minn 13-il sena.", "Opportunitajiet għandna kemm irridu sabiex flimkien nagħmlu politika ġdida fl-interess nazzjonali ta' pajjiżna.", "Madankollu din trid tkun mibnija fuq il-verita' tal-fatti u mhux fuq il- gideb u t-tgħawwiġ.", "Trid tkun mibnija fuq l-inkoraġġiment u mhux fuq il- qtigħ il-qalb.", "Trid tkun mibnija fuq ir-rispett reċiproku u mhux fuq mozzjonijiet bħal din li għandna quddiemna li tikxef biss strateġija ta' għerq u ta' tgħawwiġ.", "Il-Ministru Austin Gatt huwa wieħed mill-ministri tal-kabinett li qiegħed jagħmel ħiltu kollha sabiex lil pajjiiżna mmexxuh 'il quddiem u sabiex jsiru t-tibdiliet li hemm bżonn ħalli nkunu nistgħu nisfruttaw l- opportunitajiet kbar li għandna f'pajjiżna.", "Fil-fatt qegħdin inġibu r- riżultati u rrid nirringrazzja pubblikament lill-Ministru Gatt għax-xogħol qawwi li għamel fix-xhur li għaddew u għas-suċċessi li akkwistajna bħala pajjiż.", "Dawn is-suċċessi mhux se jgawdi minnhom hu personalment imma se jgawdu minnhom uliedna, il-ħaddiema tagħna u l-pajjiż kollu f'dawn l-20 sena li għandna quddiemna.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Insejjaħ lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni biex, jekk jogħġbu, jagħlaq id-dibattitu.", "ONOR.", "ALFRED SANT (Kap ta' l-Oppożizzjoni): Sur President, naħseb li għallinqas dan id-dibattitu serva sabiex jilħaq parti mill-iskop tiegħu, l- iskop li jitfa' searchlight fuq problema fundamentali li għandu quddiemu dan il-pajjiż.", "Pajjiżna għandu bħalissa kriżi dejjem tielgħa ta' skonnessjoni.", "Is-soċjeta' tħossha skonnettjata mill-istituzzjonijiet tal- pajjiż u l-gvern innifsu huwa skonnettjat.", "Il-gvern qiegħed jaħdem b'mod fejn il-ministri jitkellmu bejniethom u ħadd ma jkun jaf x'inhu jingħad bejniethom.", "Dawn qegħdin jiddeċiedu bejniethom u mhux dejjem tkun ċara d- direzzjoni tad-deċiżjonijiet tagħhom.", "Għandna lill-prim ministru li meta jfettillu jagħmel konferenza stampa li ddum tliet sigħat għaddejja quddiem il-ġurnalisti u jibqa' jgħid, jgħid u jgħid!", "Kollox skonnettjat f'dan il- kuntest pero', agħar minn hekk għandna wkoll kriżi ta' kredibilita'.", "Mela għandna skonnessjoni ma' nuqqas ta' kredibbilta'.", "Nisimgħu kliem sabiħ bħal SmartCity u mhux SmartCity!", "Għadna kif smajna b'elenku sħiħ ta' white papers li l-gvern qed jgħid li qed jagħmel u mbagħad niġu f'sitwazzjoni fejn l-istituzzjonijiet tal-pajjiż huma paralizzati, m'humiex jaħdmu u fosthom insibu l-istituzzjoni ta' dan il- Parlament li m'hijiex taħdem tajjeb.", "Raġuni importanti għaliex m'hijiex taħdem tajjeb hija t-tmexxija ta' Dr. Gonzi u tal-gvern tiegħu, li qalilna li se jkun the harbinger, il-protagonista, il-bniedem li jersaq fuq iż- żiemel l-abjad sabiex idaħħlilna politika ġdida fil-pajjiż, taħt il- bandalora ta' rebbiegħa ġdida!", "Bir-rispett kollu, għandna Parlament li effettivament qiegħed jintuża bħala rubber stamp, bħala siġill tal-gvern, fejn għaliex għandu ħamsa aktar minna jemmen li jista' jagħmel li jrid u jista' jmexxi kif irid.", "U għandu raġun sieħbi l-Onor.", "Joe mizzi f'dak li qal.", "Minkejja d-disprezz tal-prim ministru għal dak li ntqal, għandu raġun l-Onor.", "Mizzi meta jgħid li għandna nħarsu lejn it-ton ta' kif tkellem il- Ministru Gatt, meta dan ta' l-aħħar qal li għandhom ħamsa aktar minna u allura jistgħu jagħmlu li jridu.", "Għandna raġun li aħna naħdmu b'dan il- mod.", "U dik hi li ddaħħal kriżi f'demokrazija, mhux f'sistema ta' Mussolini u Badoglio - hemmhekk le, ma ddaħħalhiex din l-affari - imma f'sistema ta' demokrazija moderna iva, iddaħħal kriżi u nuqqas ta' fiduċja fl- istituzzjonijiet tal-pajjiż.", "Naħseb li dan id-dibattitu kellu r-riżultat li mmirajna għalih.", "Issa x'inhu r-riżultat?", "Ir-riżultat hu li qed nibagħtu sinjal lill-gvern li dan il-Parlament għadu jeżisti.", "Naturalment tistgħu tittrattawh bħala paljazza u tistgħu tittrattawh kemm tridu bħala punching bag, ħalli meta jkun hemm ministru li jrid jirrombla jkun jista' jibqa' għaddej!", "Il-Parlament tistgħu tużawh kemm tridu sabiex tħallu l-affarijiet jiskulaw, ħlief f'dak il-mument meta tkunu tridu tgħaddu xi ħaġa ta' malajr bħal, per eżempju, qabel il-vakanzi tas-sajf.", "Madankollu dan huwa s-sinjal li ħareġ illum minn dan il-Parlament u għalhekk għamilna dibattitu ta' għaxar sigħat.", "Jekk il-prim ministru ddejjaq, jekk il-viċi prim ministru ddejjaq, jekk il- Ministru Galea ddejjaq, jekk l-Onor.", "John Dalli ddejjaq u jekk il-Ministru Gatt iddejjaq, jiddispjaċini!", "Pero' aħna qegħdin nagħtu sinjal li dan il- Parlament jeżisti u jeżisti għaliex għandu funzjoni f'demokrazija.", "Il- Parlament għandu l-funzjoni ta' skrutinju, ta' kontabilita' u ta' fejn l- affarijiet li jintqalu jitmexxew bi proċedura stabilita li tkun rispettata minn kulħadd, kemm min-naħa li għandha 30 u kemm min-naħa li għandha 35!", "Naħseb li t-tema ewlenija ta' dak kollu li ntqal matul il-ġurnata tal-lum hija l-arroganza li qed niffaċċaw f'dan il-Parlament, li qed jiffaċċja l- poplu, b'ministri skonnettjati mir-realta', ta' kif qed jgħixu l-familji, ta' kif il-ħaddiema qed jiffaċċaw ix-xogħol u l-kondizzjonijiet tax-xogħol, ta' kif is-self-employed iż-żgħar qed jiġu affettwati minn deċiżjonijiet li jieħdu l-ministri, ta' kif l-anzjani u l-familji li qed jikkompetu mal- ħajja - dik hija l-kelma eżatta - qegħdin jaraw li dan huwa gvern li għax jaf li għandu 35 membru, jista' assolutament imexxi fuq dak li jgħid hu.", "Sħabi li tkellmu llum qalu kif il-gvern jista' jagħmel li jrid għaliex għandu 35 u għalhekk dan huwa s-sinjal li qed nagħtu min-naħa tagħna permezz ta' din il-mozzjoni.", "Aħna qed ngħidu li l-Parlament jeżisti u jeżisti bħala mezz li bih il-poplu jkun jaf x'inhu għaddej fil-ħin u skond il-proċeduri maqbula bil-Kostituzzjoni u bil-liġijiet.", "U mhux imbilli noqogħdu nfettqu bil-legalismi u mhux legalismi!", "Il-materja li għandna hija ċara.", "Il-materja li għandna llum u li qanqlet din il-mozzjoni hija s- sitwazzjoni fejn ministru jirrombla fuq kulħadd għaliex jaħseb li jista' jirrombla ladarba għandu 35 mentri aħna għandna 30.", "That's the point at issue, Sur President.", "Sur President, min-naħa tal-gvern tqanqlu diversi kummenti, fosthom dak li aħna tkellimna out of subject.", "Aħseb u ara kemm kienu out of subject ċerti mustaċċuni u zerbinotti, speċjalment meta bdew jitkellmu dwar l-istorja politika riċenti u anke dik mhux daqstant riċenti ta' dan il-pajjiż!", "Issa jiena wieħed minn dawk li dejjem inħobb noqgħod lura milli nitkellem fuq l- istorja politika tal-passat, imma llum se jkolli nagħmel mod ieħor.", "Dan b'liema dritt in-Nazzjonalisti li għandi faċċata tiegħi jipproġettaw ruħhom bħala dawk li għamlu xi claim fuq id-demokrazija aktar minn ħaddieħor?", "Bir- rispett kollu, l-istorja politika ma bdietx fis-snin tmenin jew fis-snin sebgħin imma bdiet fis-snin tletin sas-snin sittin u mbagħad, imxejna għas- snin sebgħin u għas-snin tmenin.", "Jiena ngħidilkom sabiex tħarsu ftit lejn x'kien jiġri fis-snin tletin u fis-snin erbgħin u araw daqsxejn ir-rabtiet li kellhom dawn li jippożaw ta' demokratiċi mal-faxxiżmu l-antik!", "Ħarsu ftit lejn is-snin sittin ħalli taraw il-mod assolutament oxxen ta' kif kienu jiġu manipulati l-imħuħ u l-istituzzjonijiet mill-partit Nazzjonalista u l-esponenti tiegħu.", "Dawn kienu jużaw il-Knisja, l- istruttura tal-ġunta, il-kappillani u kull ħaġa li tiġi għal idejhom sabiex jagħfsu bl-aktar mod oxxen fuq il-mentalita' u l-kuxjenza tan-nies.", "Kienu jgħidu li jekk tkun Laburist inti maħmuġ, inti bl-interdett u allura ma jistax ikollok trattament tajjeb.", "Matul dak iż-żmien kellna bħala l-alleat tal-partit Nazzjonalista lill-Arċisqof Gonzi.", "Ejjew insemmuhom dawn l- affarijiet!", "Intom se tippużaw ta' l-arċiprieti tad-demokrazija hawnhekk?", "Intom semmejtu dawn l-affarijiet u allura se nsemmuhom aħna wkoll.", "L- istess ħaġa meta fis-snin sebgħin il-gvern Laburista daħal fil-gvern.", "Min kien li pprova jxaħħam deputat Laburista Għawdxi f'dan il-Parlament sabiex jivvota kontra l-gvern tiegħu?", "Min kien?", "Żgur li ma kenux il-Perit Mintoff u sħabu tal-kabinett Laburista!", "Allura intom se tiġu tippużaw bħala l-granmastri tad-demokrazija?", "Naslu għas-snin sebgħin u għas-snin tmenin.", "F'dak iż-żmien min qatel lil Karen Grech u lil Wilfred Cardona?", "U l-bombi li kienu jsiru, taħsbu li kien il-partit Laburista li ried jagħmilhom ħalli jħarbat il-gvern tiegħu stess?", "In-nies ta' qattagħni, li intom tgħidu kienu mal-Labour, imma bir-rispett kollu kienu magħkom ukoll, bil-kukkannji li kontu tittolleraw u għaddejjin il-ħin kollu.", "Bir-rispett kollu, jekk se nitkellmu fuq l-istorja u l- iskonnettjar li tippruvaw iddaħħlu fl-interpretazzjoni storika tad- demokrazija f'pajjiżna, jaqblilkom teħduha bil-mod, għaliex fiż-żmien li ġej wieħed jista' faċilment juri fejn qegħdin ir-responsabbiltajiet anke jekk laħaq għadda ż-żmien.", "Ngħid għalija jien dejjem noqgħod attent li dak li għandu x'jaqsam ma' l-istorja noqgħod lura milli nsemmih, Sur President.", "Naturalment dan nagħmlu mhux għax nibża' minnu jew inkella għaliex għandi xi dubji dwar x'inhi l-aħjar interpretazzjoni raġonevoli dwar dak li ġara, pero' li jiġu tan-naħa l-oħra u jippruvaw jippużaw bħala l-arċiprieti u l- granmastri tad-demokrazija, dawn iż-żerbinotti u mustaċċuni, huma min huma, li jaħsbu li għandhom xi forma ta' monopolju fuq il-verita', ngħidilhom aħjar joqogħdu attenti għaliex se jiżżersqu lejn sitwazzjoni fejn se jinħarqu mill-istorja tagħhom stess.", "Din nibqa' ngħidha għaliex jiena naqbel ma' dak li qal l-Onor.", "Chris Cardona fejn li jgħodd huwa dak tal- lum.", "Huwa minnu li tal-lum jgħodd u l-poplu jistenna minn għandna li nitkellmu dwar dak li qiegħed jiġri llum.", "Kien proprju f'dan il-kuntest li llum ħarġet l-arroganza li biha qed imexxu l-Onor.", "Lawrence Gonzi u sħabu tal-kabinent.", "L-arroganza li hemm fil-kabinett tinħass.", "Sur President, il-Parlament huwa istituzzjoni nazzjonali, pero' hemm ukoll istituzzjonijiet oħra nazzjonali li min-naħa tagħna dejjem għamilna minn kollox - din qiegħed ngħidha bl-aktar mod sinċier u bl-aktar mod ġenwin – sabiex nassiguraw li dawn l-istituzzjonijiet nazzjonali jitmexxew b'ċerta trasparenza u b'ċertu sens ta' fair play.", "Meta aħna konna fil-gvern fil- perijodu ta' bejn l-1996 u l-1998, tan-naħa l-oħra ppruvaw iżebilħu lili u lil sħabi għal dak li konna qegħdin nagħmlu.", "Ippruvaw iżebilħuna ma' kull pass li ppruvajna nagħmlu, ħalli l-istituzzjonijiet nazzjonali nagħtuhom sentimenti aktar permanenti u maqbula minn kulħadd.", "U ara taħsbu li dawn is-sentimenti ġew reċiprokati min-naħa l-oħra.", "Anzi bil-maqlub, ġejna mżebilħa!", "Issa apparti minn dak li ġara down the line f'appointments ta' ċerti nies li nżammu, illum se nsemmi xi ħaġa li qatt ma semmejtha qabel, il-ħatra ta' l-aġent president.", "Ovvjament il-president qiegħed hemmhekk sa tmiem il-ħatra tiegħu u l-aġent president huwa xi ħadd li jiġi appuntat mill-gvern tal-ġurnata fil-mument li l-president ikun nieqes jew tinqalagħlu xi ħaġa.", "Sa l-1996, meta dħalna fil-gvern, il-proċedura kienet li l-gvern tal-ġurnata jappunta lil xi ħadd tal-fiduċja tiegħu u jekk m'iniex sejjer żball dan kien Dr. George Hyzler.", "Issa aħna x'għamilna?", "Aħna ridna nippruvaw noħolqu aktar ġenwinita' u fiduċja fil-pajjiż u għalhekk ridna ndaħħlu sistema li biha jkollna l- kunċett ta' żewġ aġenti presidenti, b'wieħed ikun ta' twemmin Nazzjonalista mentri l-ieħor ikun ta' twemmin Laburista.", "Din għamilnieha u allura żammejna lil Dr. Hyzler, ladarba kien ġie appuntat mill-prim ministru Nazzjonalista u miegħu bdejna b'alternanza nappuntaw aġent president ta' twemmin Laburista, li dak iż-żmien kien Dr. Ġuże Cassar.", "Issa forsi tgħiduli: Din x'għandha x'taqsam?", "Imma jien ngħid li għandha x'taqsam ukoll għax il-mozzjoni li għandna quddiemna llum tirrifletti l-mod ta' kif titmexxa istituzzjoni nazzjonali bħal dik tal-Parlament u għalija dan huwa sintomu ta' dwejjaq, ta' malaise u ta' kriżi li għandu dan il-pajjiż.", "Ħaġa torbot ma' l-oħra għax ladarba qiegħed nitkellem fuq l-aġent president, irrid nirrifletti wkoll fuq kif, across the board, it-tmexxija ta' l- istituzzjonijiet ta' dan il-pajjiż sejra lura bil-kbir.", "Issa aħna għamilna ż-żmien li kellna nagħmlu fil-gvern għaliex imbagħad ġara dak li ġara u nqaleb il-gvern.", "Fil-bidu tal-gvern Nazzjonalista ta' l- 1998, din is-sistema li konna bdejna aħna nżammet, jiġifieri l-president ikun min ikun u l-aġent president jalterna, daqqa Laburist u daqqa Nazzjonalist.", "Madankollu rriżulta li Dr. Ġuże Cassar, li konna għażilnieh fil-bidu, kellu jirtira minħabba raġunijiet ta' saħħa.", "Wara ġara li b'impożizzjoni, il-gvern Nazzjonalista qabad u qal li se jżomm is-sistema, basta jkun hu li jagħżel il-persuna li kienet se tieħu post Dr. Ġuże Cassar.", "Dawn x'affarijiet huma?", "Skużi, jekk hemm sistema ta' alternanza bħal din, tista' għallinqas tagħtina ċ-ċans li nagħżlu aħna min ikun l- aġent president!", "Jista' ikollok din id-diċenza, Sur Gvern?", "Madankollu il- gvern qalilna li kien hu li se jagħżel.", "Issa l-persuna li riedu jagħżlu kienet ġentlom mill-aktar u qalet ċar u tond li jekk il-partit Laburista jixtieq lil ħaddieħor, huma kellhom id-dritt li jagħżlu lil min iridu.", "L- għażla tal-partit Laburista ma ġietx aċċettata mill-gvern u allura minn dak iż-żmien lil hawn erġajna morna għas-sistema l-antika.", "Bir-rispett kollu, issa nbidel il-prim ministru u xorta bqajna bl-istess sistema u allura kif nista' nemmen fil-ġenwinita' ta' min jiġi jippontifika hawnhekk dwar kemm huwa interessat fi tmexxija ġenwina u trasparenti ta' dan il-pajjiż meta sinjal bħal dan li tajna aħna - stajna ma tajnieh xejn - mhux biss ma jirrispettawhx imma talli jwaddbuhulna lura f'wiċċna, biex ma ngħidx kelma aktar pastaża!", "Għalhekk jiena ngħid li l-arroganza li għadejja bħalissa m'hijiex biss arroganza personali imma hija arroganza istituzzjonali, arroganza ta' nies li jgħidu: Aħna għandna 35 u intom għandkom 30 u warrbulna għax lesti nirrumblaw minn fuqkom!", "Dan huwa l-mod ġdid ta' kif iridu jmexxu?", "Dan huwa l-mod li kien jintuża fil-medjuevu u nista' nuri, per eżempju, l-istil ta' kif tirrifletti l-arroganza istituzzjonali ma' l-arroganza personali.", "Kellna l-prim ministru nnifsu li daqqa jsejħilna fliexken vojta, daqqa jsejħilna qtates jingħu, imbagħad sejjaħ lill-Laburisti mummji u wara qal ukoll li ma jimpurtah xejn min dawk li ma jaqblux miegħu u se jibqa' għaddej minn fuqhom.", "Kellna wkoll lill-Ministru Ninu Zammit li waqt li kien fuq radju 101, ċemplitlu waħda li ma qabilx magħha u sejħilha \"waħda minn dawk l-imtaten li ma tridx tifhem\"!", "Din lanqas hija xi ħaġa tal- ministri upfront, imma ittieħdet mill-gvern kollu.", "Fil-fatt kellna deputat parlamentari Nazzjonalista, il-psikjatra Joe Cassar, li qal li l-kritika li għamlulna l-Laburisti tixxiebah mal-mard.", "Kellna lis-segretarju parlamentari Edwin Vassallo li qal li l-akbar problema tal-pajjiż hija dik li l-influwenza Laburista tittieħed u toqtol.", "Kellna mbagħad lil seħibna n- nutar Tony Abela fejn sejjaħ lil dawk li jipprotestaw kontra t-tmexxija tal- gvern tiegħu bħala ddisprati.", "Insomma nistgħu nibqgħu nsemmu għaliex il- lista ma tispiċċa qatt.", "Kien hemm ukoll il-ministru George Pullicino li qalilna li kull min jipprova jgħid li kien hemm xi ħsieb ta' eżerċizzju ta' xiri ta' voti fil- proċess ta' l-estenzjoni taż-żoni ta' żvilupp, bilfors għandu problemi mentali.", "U ejja!", "Dan huwa l-istil ġdid ta' kif immexxu l-politika?", "Imma n- nies, aktar ma jgħaddi ż-żmien, aktar qegħdin jifhmu u jagħrfu x'inhu joħroġ minn dan kollu.", "Qiegħda tinbena xbieha ta' gvern ta' Gonzi fejn għandek numru ta' elite żgħar li huma maqtugħin u skonnettjati.", "Din tħossha wkoll fil-mod ta' kif jirreaġixxu għall-kritika li ssirilhom.", "Qisek qiegħed tmur kontra xi qdusija jew kontra xi ħaġa li ma tistax tiftiehem!", "Jien l-ewwel wieħed bqajt imbellah nisma' li Dr. Gonzi, bħala prim ministru, kien qed jipprova jindaħal fl- ittri li jidhru fil-gazzetti sabiex jirribatti poster min-naħa ta' l-NGOs u min-naħa tas-soċjetajiet ta' l-ambjent li deher f'waħda mill-manifestazzjonijiet li saru dan l-aħħar.", "Fil-fatt qalilhom li jekk bħala għaqdiet ta' l-ambjent ma jiċħdux dak il- poster u jġibuha fil-gazzetta The Times - għallinqas hekk deher fir-rapport - kien se jkollhom l-problemi.", "Il-madoffi, dawn x'qed iħossuhom?", "Dawn qed iħossuhom qishom f'bozza magħluqa, skonnettjati, bozza li qed tixgħel imma l-batterija qed taqa' u huma qed jindunaw li qiegħda taqa'!", "Assolutament ma nistax nifhem għalfejn din l-għarukaża kollha u għalhekk staqsejt x'inhi din l-għarukaża kollha.", "Jidher li l-għarukaża kollha kienet fuq manifestazzjoni li saret fejn kien hemm waħda attivista ex-Nazzjonalsita li kellha bandalora u fuqha kien hemm miktub \"Vote George, Get Lorry\".", "Issa ma nistax nifhem għalfejn din l- għarukaża kollha meta hija xi ħaġa ovvja li jekk tivvota lil George Pullicino se jkollok lil Lorry Gonzi!", "Mhux lil Lorry Gonzi qed tivvota, mhux ovvja!", "(Interruzzjonijiet) Allura kien hemm għalfejn dan il-kjass u dan l-iskandlu kollu?", "Verament ma nistax nifhem.", "Il-problema hija li dawn in-nies huma skonnettjati mill-bqija tal-poplu.", "Naħseb li dan id-dibattitu kellu jservi sabiex joħorġilkom s-sinjal ħalli tmorru qrib in-nies.", "U f'dan il-Parlament, anke jekk tgħidu li għandkom 35 mentri aħna għandna 30, aħna qegħdin hawn biex nirrappreżentaw lin-nies.", "Jien ngħid li d-diskors f'dan il-Parlament m'huwiex xi ħaġa li toqgħod tiskanta, li toqgħod twaqqa' għaċ-ċajt u li toqgħod iżżebblaħ.", "Id-diskors tal-Parlament, anke jekk ikun sfukat, ikun qed jirrifletti l- aspirazzjonijiet, id-dwejjaq u l-biża' tan-nies.", "Minn hemm li toħroġ l- essenza tad-demokrazija u allura naħseb li hawnhekk irridu nużaw dan id- dibattitu sabiex nifhmu l-iskonnettjar li għaddej bħalissa bejn il-gvern u l-Parlament u anke bejn il-gvern u l-bqija tas-soċjeta'.", "Dik hija xi ħaġa li l-gvern attwali, jekk tabilħaqq għandu l-interess nazzjonali u naħseb jien, anke jekk għandu f'moħħu l-interess li jirbaħ l-elezzjoni li ġejja, għandu jaħseb fuqha.", "Jiena flimkien ma' sħabi ilna għal dawn l-aħħar ġimgħat niltaqgħu mas-soċjeta' ċivili u dawn jgħidulna li jitkellmu kemm jitkellmu, xorta waħda ma jafux fejn se jaslu.", "Jew inkella jgħidulna li ma nitkellmu xejn u d-deċiżjonijiet jaqgħu fuqna.", "Għandna gvern skonnettjat.", "Issa trid ukoll tiftiehem minn ċertu lingwaġġ li jużaw huma stess.", "Per eżempju, din il-ġimgħa f'dan il-Parlament - għalhekk importanti il- Parlament – ġejt wiċċ imb'wiċċ mas-Segretarju Parlamentari Tony Abela, li qed jagħmel dawk l-affarijiet bil-barka sħiħa ta' Dr. Gonzi u qisu ma ġara xejn.", "Qisu ma ġara xejn!", "Għalhekk tkellimt man-nies li huma ta' fehma Nazzjonalista u anke ma' dawk li m'humiex u staqsejthom jekk dan l-aġir hux qed jiskandalizzahom, hux qed idejjaqhom u jekk hux qed jarawh normali.", "U dawn qaluli mill-ewwel li din ma kenitx xi ħaġa normali u għalhekk m'għandhiex issir.", "Staqsejt ukoll lis-segretarju parlamentari jekk meta jibgħat xi ħaġa kważi professjonali, anke jekk hi għall-kostitwenza u qiegħed jimmarkaha bit-timbru tiegħu ta' nutar u f'isem l-uffiċċju tal-prim ministru, jarahiex normali.", "Tagħmel sens din?", "Tikkozza jew ma tikkozzax mal- kodiċi ta' etika?", "Is-segretarju parlamentari qalilna ċar u tond li huma qegħdin hemm għall-qadi.", "Din tfakkarni f'waħda mill-misteri ta' l-Eġittu l- antik, fejn hemm il-Farawni u l-ħu l-Farawni u kulħadd qed jaqdih.", "Din hija l-essenza ta' kif il-gvern irid jikkonettja mal-poplu?", "Billi juża l- funzjoni uffiċjali tiegħu b'mod mill-iktar ċar, mill-iktar kiesaħ, mill- iktar dirett u jużah sabiex jaqdi?", "Hawnhekk għandna overlapping ma' funzjonijiet professjonali u dan it-tip ta' aġir jifforma parti mill-motivazzjoni u mill-affarijiet li wasslu għal dan id-dibattitu li għandna quddiemna.", "Il-Ministru Austin Gatt huwa in kawża, imma miegħu hemm in kawża l-ministri l-oħra li qegħdin jimxu b'mod arroganti u li qed jiskonnettjaw kompletament mill-aspirazzjonijiet u mill- istennija tal-poplu Malti u Għawdxi.", "Kien forsi għalhekk li meta tkellmu ħafna minn sħabu llejla - ħlief għall-prim ministru - qagħdu attenti li ma jiddefendux lill-Ministru Gatt b'mod dirett u b'mod personali.", "Anzi daru dawra mal-problema u tkellmu fuq affarijiet oħra.", "Kienet xi ħaġa ċara għalina li nanalizzaw il-mod ta' kif isiru d-diskorsi u li nifhmu xi jkun hemm wara l-faċċata tad-diskorsi li jintqalu.", "Għaldaqstant jekk quddiemna għandna ministri li m'humiex qegħdin jirrendu, li m'humiex qed iwasslu għal dak li jixtieq il-poplu imma skonnettjati mill-poplu, allura huma kollha fl- izbarra, inkluż il-Prim Ministru Gonzi nnifsu.", "Per eżempju, kif il-prim ministru għandu ministru ta' l-affarijiet barranin li jagħmel riċeviment - jew inkella sħabu jagħmlulu riċeviment - u taparsi ma jkunx jaf x'inhu għaddej?", "Bħallikieku jekk inti ministru u qed jagħmlulek riċeviment il-canvassers u l-ħbieb tiegħek, ma tafx x'inhu għaddej.", "U ejja!", "Issa jekk jogħġbok f'dan ir-riċeviment bdew jitqassmu diski pirati u qisu ma ġara xejn.", "Min-naħa l-oħra, xi kultant nisimgħu b'akkużi li joħorġu fuq in-nies tal-monti u nies oħra li jbigħu dawn id- diski pirati.", "Imbagħad għall-ministru ta' l-affarijiet barranin li qiegħed f'dan ix-xogħol - jew inkella daħħluh f'dan ix-xogħol - qisu ma ġara xejn!", "Nerġa' ngħid li l-Onor.", "Gatt huwa in causa f'din il-mozzjoni, imma miegħu hemm dawk in-nies l-oħra li qegħdin quddiemna li jew iddefendewh jew li ma ddefendewhx imma għandhom x'jaqsmu, li għandhom mano in pasta u li għandhom x'jaqsmu ma' kif dan il-gvern huwa skonnettjat.", "Qisu ma ġara xejn lanqas fuq il-korruzzjoni tal-liċenzji u ta' l-eżamiijiet għal-liċenzji tas-sewqan.", "Din ma kenitx xi ħaġa li faqqset mil-lum għal għada, imma mid-dehra ilha għaddejja.", "U ilha għaddejja riferibbilment għan- nies li huma viċin ħafna tal-ministru konċernat, jiġifieri l-Onor.", "Mugliett.", "Qisu ma ġara xejn u minn fuq jgħidulek li jien il-ħin kollu jwaddab it-tajn!", "Bir-rispett kollu, imma din hija xi ħaġa li qed tiġi investigata mill-pulizija u hemm responsabbilta' ministerjali ċara u diretta.", "Indawru wiċċna n-naħa l-oħra u qisu ma ġara xejn!", "Araw naqra x'inhu għaddej fl-Ingilterra fuq xi ħadd bħal Prescott u fuq nies oħra fil- kabinett Ingliż, fil-kabinett Taljan u fil-kabinett Franċiż!", "Fuq il-korruzzjoni dwar l-għoti tal-liċenzji għas-sewqan, kien hemm ex- ministru Nazzjonalista li darba kien qalilna: Mela le, għalhekk toħroġ permess fil-każ ta' dan il-bini, għaliex min-naħa għandu żewġ sulari u min- naħa l-oħra għandu ħames sulari.", "Allura tagħtihulu fuq żewġ sulari jekk inhuwa żewġ sulari, jew fuq ħames sulari jekk inhuwa ħames sulari, skond kif tħares lejh!", "U dan ħareġ jgħid li din il-kwestjoni tal-liċenzji tas- sewqan hija \"petty corruption\", korruzzjoni minuri u nippruvaw inbajdu dawn l-affarijiet bil-ġir.", "Din taraha għaddejja l-ħin kollu.", "Hemm ukoll il-kwestjoni l-oħra li nsemmiha wkoll għaliex hija parti mill-pakkett ta' nuqqas ta' kredibilita', fil-mod ta' kif dan il-kabinett tal-ministri, li suppost qed jitmexxa skond stil ġdid ta' politika, qed imexxina u qed iwaqqagħna lura u għalhekk qiegħed jitlef il-kredibilita' man-nies tiegħu stess.", "L-informazzjoni Ii tasalli ħafna drabi ma tiġix mil-Laburisti, għaliex kif jistgħu l-Laburisti jagħtuk l-informazzjoni jekk huma ġew esklużi mill-ħafna postijiet minn fejn jistgħu jġibu xi informazzjoni jew xi influwenza?", "Dawn huma nies diżillużi u nies Nazzjonalisti ġenwini li jiġu jwasslulna din l-informazzjoni, Sur President.", "Naslu wkoll għall-punt l-ieħor, il-pakkett sħiħ li fih aktar mis-Siġġiewi, li Dr. Gonzi u l-kabinett tiegħu jridu jdaħħlu fiż-żoni tal-bini.", "Dan qed jagħmluh meta għal dawn l-aħħar 20 sena, fir-rapporti tal-MEPA dejjem ħarġu jgħidu li m'hemmx bżonn ta' aktar żoni ta' bini.", "Issa f'daqqa waħda ddeċidew li se jagħtu żona kbira daqs is-Siġġiewi ma' Malta u Għawdex.", "L- agħar ħaġa hija li qed jagħmluha b'mod li l-firma taħt dawn iż-żoni kollha qiegħda taħt il-kabinett, ħalli ma nkunux nafu min huma n-nies konċernati minn din jew mill-oħra.", "Jien sfidajtu lil Dr. Gonzi u qiegħed nerġa' nisfidah illum.", "Qiegħed nisfida lill-prim ministru sabiex jippubblika l- ismijiet kollha tal-bini kollu u ta' l-artijiet kollha.", "Dawn għandhom jiġu ppubblikati issa ħalli naraw min huma s-sidien.", "Din it-talba ilni diġa' ġimagħtejn li għamiltha u għadni bla risposta u għalhekk imbagħad tqum minnufih il-kwestjoni kollha tal-kriżi ta' tmexxija xierqa.", "Din m'hijiex tmexxija xierqa u m'hijiex tmexxija li qed iżżomm il-kejl ta' kif wieħed jaħdem b'rispett tal-maġġoranza tiegħu u b'rispett tal-minoranza tan-naħa l-oħra u fuq kollox b'rispett sħiħ fl-ambitu nazzjonali.", "Wara kollox ma nafx kemm hija minoranza li għandna aħna għaliex aktar naħseb li għandna l-maġġoranza.", "Il-Ministru Austin Gatt jippersonafika dan in-nuqqas ta' rispett u dan in-nuqqas ta' imġiba xierqa f'dan il-qasam.", "Nista' ngħid x'ġara u x'ma ġarax miċ-chairpersons ta' enti li kienu jaħdmu mal-ministeru tiegħu, li tkeċċew jew li spiċċaw minn miegħu.", "Jien mhux se nsemmi ċ- chairperson tas-Sea Malta imma se nsemmi ċ-chairperson tal-PBS, persuna li żgur m'huwiex Laburist.", "Anzi mhux l-ewwel darba li kkozzajt ma' Dr. Austin Sammut!", "X'qal Dr. Sammut fuq il-Ministru Gatt?", "Dan qal li spiċċa minn chairman fejn kien ġie trattat qisu żibel.", "Hekk qal u qiegħda miktuba x'imkien.", "Sur President, kellna l-ħaddiema tad-Denim fejn kien hemm 850 ruħ li ngħataw is-sensja.", "Dak huwa l-agħar żmien għall-ħaddiema u għall-familji tagħhom.", "Għalhekk hawnhekk irid ikollok ftit tas-sens u trid tkun ikkonnettjat ma' l-emozzjonijiet, mal-biża' u mad-dwejjaq li jkunu qegħdin iġarrbu l-ħaddiema u l-familji tagħhom.", "Madankollu l-Ministru Gatt għażel dak il-mument sabiex jgħidilhom li huwa kien lest li jilgħab il-flus dwar kemm se jagħlqu fabbriki bħal tagħhom fl-għaxar snin li ġejjin.", "Veru kkonnettjat il-ministru u veru juri kemm qed jifhem id-dwejjaq tan-nies!", "Dan huwa l-mod ta' kif jitkellem ministru?", "Meta mbagħad kien hemm 100 ħaddiem minn tal-Llyods li spiċċaw bis-sensja, x'qalilhom il-Ministru Gatt?", "Lil dawk li qed jintlaqtu ħażin bl-għeluq tal-fabbriki qalilhom sabiex jieħdu paċenzja.", "Il-ministru kompla jqabbel l-għeluq tal-fabbriki tagħhom mal-mod ta' kif sparixxew mill-Belt Valletta l-iskrapan, il-ħajjata u dawk li jsinnu s-skieken.", "Allura dan huwa l-mod kif turi li qiegħed taħdem qrib in-nies?", "Dan huwa l-mod ta' kif tifhem li trid tkun ikkonnettjat u li trid tipparteċipa fil-ħajja tan-nies?", "Għalhekk qiegħed ngħid li l-mozzjoni li ressaqna llum serviet ta' sinjal għal dan il-gvern li għandu bżonn jifhem li l-istituzzjonijiet tal-pajjiż irid jaħdem magħhom b'sens ta' umilta' u mhux b'arroganza.", "Irid jaħdem magħhom b'sens li l-parteċipazzjoni trid timxi 'l quddiem.", "U m'hu veru xejn li hemm sens ta' parteċipazzjoni.", "Ħudu, per eżempju, l-aġenda tal-Parlament li għandna quddiemna bħalissa.", "Sa qabel il-vakanzi tas-sajf, jiġifieri sa ġimagħtejn oħra, qegħdin jippakkjaw sett sħiħ ta' miżuri maħsuba sabiex f'ġimagħtejn jgħaddu patafjun ta' regolamenti malajr malajr.", "X'inhu l-ħsieb hemmhekk?", "Il-ħsieb ovvjament huwa li l-gvern għandu 35, mentri l- oppożizzjoni għandha 30 u allura jistgħu jirromblaw minn fuqna, ċara din!", "Se nibqgħu sejrin hekk?", "(Interruzzjonijiet) Fl-aħħar naqra se nagħmlu għaxar seduti!", "Sur President, għandna mhux biss korruzzjoni istituzzjonalizzata f'dan il- pajjiż imma għandna wkoll disprezz istituzzjonalizzat.", "Meta aħna qegħdin insemmu lill-Ministru Gatt mhux qed insemmuh għaliex irridu b'xi mod jew ieħor nimmiraw lejh personali.", "Għalkemm jixraqlu li jiġi targeted personalment, għandna quddiemna performance ta' gvern li fl-iskonnettjar tiegħu, fil-mod ta' kif qiegħed jikkonċepixxi l-affarijiet, m'huwiex qiegħed iwassal.", "Il-gvern mhux qiegħed jasal għaliex m'huwiex qrib taċ- ċittadin.", "Wegħduna stil ġdid ta' politika, iżda mhux talli ma wettquhx dan l-istil ġdid ta' politika, imma talli daħħlu miżuri ta' tmexxija li aktar qegħdin jirriflettu d-disprezz u l-arroganza.", "U għalhekk għandna din il- problema.", "In-nies qegħdin jistennew tmexxija ġenwina iżda m'humiex jarawha.", "In-nies tagħna jridu tmexxija serja u tmexxija ppjanata iżda m'humiex jarawha.", "Qegħdin jistennew tmexxija għaqlija u tmexxija trasparenti iżda m'humiex jarawha.", "Fuq kollox in-nies tagħna jridu tmexxija onesta, ċara u ffukata imma m'humiex jarawha.", "Morru staqsu lill-operaturi fil-qasam tat-turiżmu ħalli jgħidulkom jekk humiex jaraw tmexxija ffukata fit-turiżmu.", "In-nies tagħna la qed jaraw tmexxija ffukata u lanqas qegħdin iħossuha.", "In-nies tagħna jridu - u għandhom raġun għaliex it-taxxi dejjem telgħin u dejjem jagħfsu fuqhom - tmexxija effiċjenti, imma lanqas din m'huma jaraw jew iħossu.", "Dan kollu jorbot ma' dak li qegħdin niddiskutu llejla.", "Il-Maltin u l-Għawdxin iridu tmexxija li tirrispetta l-ispirtu u l-kelma tal- Kostituzzjoni u tal-liġijiet, imma lanqas din m'huma jaraw u jħossu.", "Sur President, min-naħa tagħna qegħdin inwiegħdu li se nibqgħu naħdmu.", "Sakemm tasal l-elezzjoni, aħna u n-nies kollha li jirrappreżentaw lill- partit Laburista se nkunu qegħdin nagħmlu ħilitna kollha sabiex niltaqgħu wiċċ imb'wiċċ mill-inqas ma' tliet kwarti tal-poplu Malti u Għawdxi.", "Dan qegħdin nagħmluh bil-ħsieb li tabilħaqq inkunu nistgħu nagħtuhom dak li jridu, dak li qed jaspiraw għalih, jiġifieri soċjeta' li tkun mill-ġdid marbuta u magħquda, soċjeta' li tkun parteċipattiva u ta' tmexxija li tkun kif irriduha aħna, soċjeta' taħt l-għajta tagħna ta' xogħol, ħarsien u dinjita'.", "Nirringrazzjak.", "(Onor. Membri: Hear, Hear)", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Se npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi l-Mozzjoni kif imressqa mill-Onor.", "Charles Mangion.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MR SPEAKER: Din il-votazzjoni tittieħed minn hawn u ħames minuti oħra.", "Fid-9.30 p.m. is-Seduta ġiet sospiża u rriżumiet ħames minuti wara.", "MR SPEAKER: Se nerġa' inpoġġi l-mistoqsija fuq il-Mozzjoni kif imressqa mill-Onor.", "Charles Mangion.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "VOTAZZJONI NRU.", "134", "FAVUR : 30", "L-Onor. |Abela Carmelo |Farrugia Angelo | |Abela Joseph |Farrugia Michael | |Agius Chris |Farrugia Noel | |Bartolo Evarist |Galdes Roderick | |Brincat Joseph |Gulia Gavin | |Brincat Leo |Herrera Jose' | |Buhagiar Charles |Mangion Charles | |Buontempo Stefan |Mizzi Joe | |Cardona Chris |Parnis Silvio | |Caruana Justyne |Refalo Anton | |Chircop Karl |Sammut Joseph | |Coleiro Marie |Sant Alfred | |Louise | | |Cuschieri Joseph |Vassallo Adrian | |Dalli Helena |Vella George | |Debono Grech |Vella Karmenu | |Joseph | | | | |", "KONTRA : 34", "L-Onor. |Abela Anthony |Frendo Michael | |Agius David |Galea Censu | |Agius Francis |Galea Franco | |Arrigo Robert |Galea Louis | |Asciak Michael |Galea Mario | |Azzopardi |Gatt Austin | |Frederick | | |Azzopardi Jason |Gonzi Lawrence | |Borg Tonio |Gonzi Michael | |Cassar Joseph |Mifsud Bonnici | | |Antoine | |Cristina Dolores |Mifsud Bonnici | | |Carmelo | |D'Amato Helen |Mugliett Jesmond | |Dalli John |Puli Clyde | |de Marco Mario |Pullicino George | |Debono Giovanna |Pullicino Orlando| | |Jeffrey | |Deguara Louis |Vassallo Edwin | |Falzon Joseph |Zammit Ninu | |Fenech Antonio |Zammit Dimech | | |Francis |", "Il-Mozzjoni m'għaddietx.", "MR SPEAKER: Sar il-ħin.", "Nitlob lill-Viċi Prim Ministru, biex jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "TONIO BORG Sur President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar il-Ġimgħa, 7 ta' Lulju, 2006 fid-9.00 p.m. b'din l-aġenda:-", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Edukazzjoni - Kumitat (Kont);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili - Tieni Qari (Kont);", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Adozzjoni ta' l-Euro - Tielet Qari; u", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Intermedjarji fl-Assigurazzjoni - Tielet Qari. ----------------------------------- Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Liġijiet dwar il-Protezzjoni tal-Konsumatur - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Ġarr Stradali Internazzjonali ta' Merkanzija - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Kriminali - Kumitat Permanenti.", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Reġistru Ċentrali - Kumitat Permanenti;", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada l-Ġimgħa, 7 ta' Lulju, 2006 fid-9.00 a.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fid-9.38 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "SAFAR UFFIĊJALI", "18479.", "L-ONOR.", "JOSEPH DEBONO GRECH staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm- il darba siefru l-membri tal-private staff bejn l-2004 u l-2005?", "Kien hemm xi ħadd minnhom li siefer first jew business-class?", "Fejn marru u x'kienet ir-raġuni?", "Kemm flus ingħataw għal kull safra?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Bejn l-2004 u l-2005 kien hemm erba' uffiċjali mis- segretarjat tiegħi li siefru fuq xogħol uffiċjali tal-gvern - b'kollox kien hemm 22 safra li saru lejn Brussell, Budapest, Ruma, l-Awstrija, Pariġi, Londra, Amsterdam, Praga, l-Irlanda, Dubai, Napli u t-Tuneżija – u ngħataw flus skond il-proċeduri stabiliti mill-gvern u kif pubblikati f'ċirkolari maħruġa mill-MPO ta' kull sena.", "Peress li xi drabi dawn l-uffiċjali akkumpanjaw lili u peress li ħafna drabi, minħabba l-qosor tas-safra, il-biljett awtomatikament joħroġ business-class, kienu tliet darbiet biss fejn l-uffiċjali vvjaġġaw economy- class.", "F'numru sostanzjali ta' safriet kien hemm rifużjoni tal-biljett ta' l-ajru.", "KONSULENTI TAL-GVERN", "18492.", "L-ONOR.", "JOSEPH DEBONO GRECH staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm konsulenti hemm fil-ministeru u d-dekasteru tiegħu li qegħdin jieħdu xi forma ta' remunerazzjoni jew ħlas?", "Min huma u x'tip ta' konsulenza qegħdin jagħtu?", "X'inhu l-ammont ta' remunerazzjoni jew ħlas li qegħdin jingħataw?", "Min ingaġġahom u għal kemm żmien?", "Min awtorizza tali ngaġġ?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mal-ministeru tiegħi m'hemmx konsulenti.", "XOGĦOL TA' TINDIF", "18497.", "L-ONOR.", "JOSEPH DEBONO GRECH staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali fil-każ ta' kumpanniji privati li għamlu xogħol ta' tindif fil-ministeru u d-dekasteru tiegħu matul l-2004 u l-2005?", "Min huma l-kuntratturi?", "Kemm ħadu kull wieħed u min approva tali nefqa?", "Inħarġet xi forma ta' tender għal dan ix-xogħol?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: In-nefqa għal xogħol ta' tindif fil-ministeru u d- dekasteru tiegħi kienet ta' Lm1,658 fl-2004 u Lm2,666 fl-2005.", "Il- kuntrattur huwa l-bad boy u l-approvazzjoni ngħatat mid-direttur servizzi korporattivi.", "Is-somma involuta ma tirrikjedix ħruġ ta' tender.", "LIGHT HEATING OIL", "19140.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jikkonferma l-Ministru li qed isiru investigazzjonijiet dwar abbuż mil-light heating oil?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-Onor.", "Interpellant hu mitlub jirriferi l-mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "CHOGM", "19651.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk xi ministru jew segretarju parlamentari xtarax għall-użu uffiċjali xi waħda mill-BMWs taċ-CHOGM?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-Onor Interpellant hu mitlub jirriferi għall- mistoqsija parlamentari 19883.", "ĠARR TA' VETTURI KUMMERĊJALI", "19693.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm biljetti nbigħu għall-ġarr ta' vetturi kummerċjali mill-1992 'il hawn, skond it-tariffa mħallsa fuq ir-rotta Mġarr-Sa Maison-Mġarr u Mġarr- Ċirkewwa-Mġarr?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra, għalkemm irrid ngħid li tagħrif għall-perijodu ta' qabel is-sena finanzjarja 1997/8 mhuwiex available u dak tas-sena 2005/6 hu għall- perijodu sa April 2006 biss.", "BILJETTI TA' L-IVJAĠĠAR", "19853.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Jikkonferma l-Ministru li membru fil-bord ta' l-ADT ġie investigat dwar abbużi fl-użu ta' biljetti ta' l-ivjaġġar?", "X'irriżulta mill- investigazzjoni?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Wara li saru allegazzjonijiet fuq membru tal-bord ta' l-ADT dwar abbużi fl-użu ta' biljetti ta' l-ivvjaġġar, saret investigazzjoni interna.", "Minn din l-investigazzjoni ħareġ li ma kien hemm l- ebda abbuż, anzi rriżulta li l-prezz tal-flight kien inqas minn dak li normalment kien jintnefaq għal vjaġġi simili.", "DOUBLE DECKERS", "19897.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Peress li kellna każi fejn barranin operaw double deckers hawn Malta - u meta u fi x'ħin iridu jistgħu jerġgħu jibdew joperaw - ma jidhirlux il-Ministru li din hija inġustizzja ma' operaturi lokali?", "Ma jaħsibx li dan huwa abbuż min-naħa ta' l-ADT?", "Kif jispjegah dan l-aġir il- Ministru?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ma teżisti l-ebda diskrepanza bejn id-drittijiet ta' operaturi barranin u dawk ta' operaturi Maltin fejn jidħlu double- deckers.", "Irrid nispjega li bis-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, daħlu fis-seħħ regoli komuni dwar il-ġarr stradali internazzjonali ta' passiġġieri - regolamenti tal-kunsill 684/92 u 11/98 - liema regoli jgħoddu għall- pajjiżi kollha membri ta' l-Unjoni.", "Dawn ir-regoli jippermettu li operaturi koperti b'liċenzja tal-komunità, ikollhom aċċess sħiħ fis-suq internazzjonali biex joperaw servizzi ta' trasport ta' passiġġieri minn pajjiż għall-ieħor fl-Unjoni.", "Meta operatur ikun f'pajjiż ieħor ta' l- Unjoni u mhux dak stabilit, jista' iwettaq servizzi temporanji, magħrufa bħala kabotaġġ, għal perijodu ristrett ta' żmien u skond id- dispożizzjonijiet tar-regolament tal-kunsill 12/98.", "Skond il-leġislazzjoni ta' l-Unjoni Ewropea, is-servizzi kollha għall-ġarr internazzjonali ta' passiġġieri jridu jsiru bl-użu ta' vetturi li jikkonformaw mal-liġijiet tal-komunità dwar il-piżijiet u d-dimensjonijiet massimi tal-vetturi.", "Tibdil li riċentement sar f'dawn il-liġijiet dwar il- piżijiet u d-dimensjonijiet massimi tal-vetturi - direttiva tal-kunsill 2002/7/KE li emendat direttiva 96/53/KE - daħal fis-seħħ f'Malta tard is- sena li għaddiet.", "Bit-tibdil li sar fir-regolamenti tagħna, l-għoli massimu ta' erba' metri fir-rigward ta' vetturi tal-passiġġieri, li sa dak iż-żmien kien japplika biss għal vetturi użati għal servizzi internazzjonali, beda jgħodd ukoll għal vetturi reġistrati lokalment u wżati esklussivament f'Malta.", "Ma teżisti l-ebda diskriminazzjoni fil-leġislazzjoni Maltija bejn vetturi għall-ġarr ta' passiġġieri reġistrati Malta u dawk reġistrati f'pajjiż ieħor imsieħeb fl-Unjoni Ewropea.", "Ir-restrizzjonijiet li ġew stabiliti mill- awtoritajiet fl-użu ta' vetturi ta' ċertu għoli fl-ibliet u l-irħula u f'postijiet ta' interess naturali speċjali, jgħoddu kemm għal vetturi reġistrati Malta kif ukoll għal dawk reġistrati f'pajjiż ieħor waqt li jkunu qegħdin jiċċirkolaw f'Malta.", "TRIQ ĠUŻEPPI XUEREB, B'KARA", "19839.", "L-ONOR.", "JOSEPH DEBONO GRECH staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jgħid meta se tingħata t-tarmac Triq Ġużeppi Xuereb, f'B'Kara?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Fix-xhur li għaddew f'Birkirkara saru u qed isiru xogħlijiet fi Triq Daħlet it-Tempju Megalitiku, Triq Notabile, Triq Grosseto, Triq il-Graffitti Navali, Triq Luigi Onofrio, Triq is-Sienja, Sqaq l-Ibgħal u Triq l-Għabex - barra minn hekk ingħata t-tender għal Triq tal-Qattus, Triq il-Vaguni, Triq il-Qanpiena u Triq Tas-Sisla – u l-Onor.", "Interpellant ma jistax ma japprezzax li dawn ix-xogħlijiet ikopru programm estensiv f'lokalita' waħda.", "Issa Triq Ġużeppi Xuereb taħbat waħda minn disgħa li għad fadal sabiex jitlesta l-programm kollu għal Birkirkara u peress li għad hemm irħula u bliet oħra fejn in-numru ta' toroq li jridu jinbnew huwa sostanzjali, żgur li mhux opportun f'dan l-istadju li tingħata data konkreta meta se jsiru dawn id-disa' toroq.", "Madankollu l-ADT qed tfassal programm sabiex fis- sentejn li ġejjin isiru x-xogħlijiet kollha li baqa'.", "DJAR TA' L-ANZJANI", "19840.", "L-ONOR.", "JOSEPH DEBONO GRECH staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid kemm impjegati hemm full- time u part-time fid-djar ta' l-anzjani u xi grad għandhom?", "Kemm residenti hemm f'kull dar?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-informazzjoni mitluba hi kif ġej:", "|Head of homes |5 | |full-time | | |Nursing officer |1 | |\" | | |Deputy nursing |1 | |officer \" | | |Principal |1 | |\" | | |Senior tradesman |4 | |\" | | |Staff nurse |5 | |\" | | |Enrolled nurse |7 | |\" | | |Nursing aide | | |\" |20 | |Senior careworker |2 | |\" | | |Careworker | | |\" |26 | |Asst. careworker | | |\" |17 | |Supervisor |1 | |\" | | |Cook |2 | |\" | | |Hospital auxiliary |1 | |\" | | |Health assistant |3 | |\" | | |Health attendant |1 | |\" | | |General hand |1 | |\" | | |Operative |1 | |\" | | |Charwoman |5 | |\" | | |Enrolled nurse |3 | |part-time | | |Staff nurse |1 | |\" | | |Social assistants | | |\" |61 | |Social assistants- | | |relievers \" |15 |", "In-numru ta' residenti f'kull dar hu kif ġej:", "|Bormla |132 | |Floriana | 45 | |Il-Gżira | 30 | |L-Imsida | 62 | |Il-Mosta | 64 | |L-Imtarfa|122 | |Iż-Żejtun|163 |", "Tagħrif dwar residenti bl-iskema tal-private public partnership huwa kif ġej:", "|Casa |23 | |Arkati | | |Villa |53 | |Messina | | |Casa |33 | |Serena | |", "TRIQ ĠUŻEPPA PSAILA , B'KARA", "19841.", "L-ONOR.", "JOSEPH DEBONO GRECH staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jgħid meta se tingħata t-tarmac Triq Ġużeppa Psaila, f'B'Kara?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Fix-xhur li għaddew f'B'Kara saru u qed isiru xogħlijiet fi Triq Daħlet it-Tempju Megalitiku, Triq Notabile, Triq Grosseto, Triq il-Graffitti Navali, Triq Luigi Onofrio, Triq is-Sienja, Sqaq l-Ibgħal u Triq l-Għabex - barra minn hekk ingħata t-tender għal Triq tal-Qattus, Triq il-Vaguni, Triq il-Qanpiena u Triq Tas-Sisla – u l-Onor.", "Interpellant ma jistax ma japprezzax li dawn ix-xogħlijiet ikopru programm estensiv f'lokalita' waħda.", "Issa Triq Psaila hi waħda minn disgħa li għad fadal sabiex jitlesta l- programm kollu għal B'Kara u peress li għad hemm irħula u bliet oħra fejn in-numru ta' toroq li jridu jinbnew huwa sostanzjali, żgur li mhux opportun f'dan l-istadju li tingħata data konkreta meta se jsiru dawn id-disa' toroq.", "Madankollu l-ADT qed tfassal programm sabiex fis-sentejn li ġejjin isiru x-xogħlijiet kollha li baqa'.", "TRIQ ĠANNI ATTARD, B'KARA", "19842.", "L-ONOR.", "JOSEPH DEBONO GRECH staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jgħid meta se tingħata t-tarmac Triq Ġanni Attard f'B'Kara?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Fix-xhur li għaddew f'B'Kara saru u qed isiru xogħlijiet fi Triq Daħlet it-Tempju Megalitiku, Triq Notabile, Triq Grosseto, Triq Graffitti Navali, Triq Luigi Onofrio, Triq is-Sienja, Sqaq l- Ibgħal u Triq l-Għabex - u barra minn hekk ingħata t-tender għal Triq tal- Qattus, Triq il-Vaguni, Triq il-Qanpiena u Triq Tas-Sisla – u l-Onor.", "Interpellant ma jistax ma japprezzax li dawn ix-xogħlijiet ikopru programm estensiv f'lokalita' waħda.", "Issa Triq Ġanni Attard hija waħda minn disgħa li għad fadal sabiex jitlesta l-programm kollu għal B'Kara u peress li għad hemm irħula u bliet oħra fejn in-numru ta' toroq li jridu jinbnew huwa sostanzjali, żgur li mhux opportun f'dan l-istadju li tingħata data konkreta meta se jsiru dawn id- disa' toroq.", "Madankollu l-ADT qed tfassal programm sabiex fis-sentejn li ġejjin isiru x-xogħlijiet kollha li baqa'.", "CAREWORKERS", "19843.", "L-ONOR.", "JOSEPH DEBONO GRECH staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx nuqqas ta' full- time careworkers jew assistant careworkers fid-djar ta' l-anzjani meta tieħu in konsiderazzjoni n-numru ta' residenti u l-ħteġijiet tagħhom?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: In-nuqqas ta' full-time careworkers jew assistant careworkers fid-djar ta' l-anzjani meta tieħu konsiderazzjoni ta' kemm residenti hemm u l-ħteġijiet tagħhom, huwa kif ġej:", "|Home |Careworker|Assist. | | |s |Careworkers | |Florian|3 |0 | |a | | | |L-Imsid|3 |0 | |a | | | |Il-Gżir|0 |0 | |a | | | |L-Imtar|0 |0 | |fa | | | |Il-Most|0 |0 | |a | | |", "TRIQ GIRGOR GATT, B'KARA", "19844.", "L-ONOR.", "JOSEPH DEBONO GRECH staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jgħid meta se tingħata t-tarmac Triq Girgor Gatt, f'B'Kara?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Fix-xhur li għaddew f'B'Kara saru u qed isiru xogħlijiet fi Triq Daħlet it-Tempju Megalitiku, Triq Notabile, Triq Grosseto, Triq Graffitti Navali, Triq Luigi Onofrio, Triq is-Sienja, Sqaq l- Ibgħal u Triq l-Għabex - barra minn hekk ingħata t-tender għal Triq tal- Qattus, Triq il-Vaguni, Triq il-Qanpiena u Triq Tas-Sisla – u l-Onor.", "Interpellant ma jistax ma japprezzax li dawn ix-xogħlijiet ikopru programm estensiv f'lokalita' waħda.", "Issa Triq Girgor Gatt hi waħda minn disgħa li għad fadal sabiex jitlesta l- programm kollu għal B'Kara u peress li għad hemm irħula u bliet oħra fejn in-numru ta' toroq li jridu jinbnew huwa sostanzjali, żgur li mhux opportun f'dan l-istadju li tingħata data konkreta meta se jsiru dawn id-disa' toroq.", "Madankollu l-ADT qed tfassal programm sabiex fis-sentejn li ġejjin isiru x-xogħlijiet kollha li baqa'."]} {"filename": "20050720_294d_par.doc", "date": "2005-07-20", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Uffiċjali u Rivedut) L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 294 L-Erbgħa, 20 ta' Lulju, 2005 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 294 L-Erbgħa, 20 ta' Lulju, 2005", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.02 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "294", "L-Erbgħa, 20 ta' Lulju, 2005", "WERREJ", "MINUTI 633", "INFORMAZZJONI 633", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 633", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR L-ARMI (IT-TIELET QARI)", "ARMS BILL (THIRD READING) 644", "ABBOZZ TA' LIĠI BIEX JIĠU STABILITI IBĦRA TAS-SAJD U ĠURISDIZZJONI", "MARITTIMA ESTIŻA (TIENI QARI, KUMITAT U TIELET QARI)", "FISHING WATERS (DESIGNATION) AND EXTENDED MARITIME JURISDICTION", "BILL (SECOND READING, COMMITTEE STAGE AND THIRD READING) 644", "AĠĠORNAMENT 673", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 293 li saret fid-19 ta' Lulju,2005 ġew konfermati.", "INFORMAZZJONI", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): Ninforma lill-Onor.", "Membri li s-Sedja rċeviet rapport ta' nofs is-sena 2004 mingħand l-Awditur Ġenerali, liema rapport se nqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "SAFAR TA' L-IMPJEGATI TAL-GVERN", "10033.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Silvio Parnis) staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm impjegati tal-gvern siefru fuq xogħol matul is-sena 2004?", "F'liema pajjiż marru?", "Kemm minnhom ivvjaġġaw economy-class u kemm minnhom ivvjaġġaw business-class jew club-class?", "Kemm minnhom siefru għal aktar minn darba, darbtejn, tlieta, erba' darbiet u aktar?", "X'allowances ħadu?", "X'kienet l- ispiża totali għall-gvern?", "Kemm total ta' ġranet damu msiefra?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni) (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Waqt li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra tabella bit-tagħrif mitlub għar-rigward ta' l-uffiċċju tiegħi, ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant illi ħafna mit- tagħrif mitlub sa Novembru 2004 fil-każ tal-ministeru tal-finanzi ngħata fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 9153.", "Inħoss li l-interess li jista' jkun hemm f'tagħrif addizzjonali għall- perijodu ta' Diċembru 2004 ma jiġġustifikax ix-xogħol involut fil-ġbir tiegħu.", "Biss ninsab assigurat li s-safar kollu li sar ġie awtorizzat skond il-proċeduri tal-gvern.", "SAFAR TA' L-IMPJEGATI TAL-GVERN", "10249.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Silvio Parnis) staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 10033 u jgħid kemm impjegati tal-gvern siefru fuq xogħol matul is-sena 2004?", "F'liema pajjiż marru?", "Kemm minnhom ivvjaġġaw economy-class u kemm minnhom ivvjaġġaw business-class jew club-class?", "Kemm siefru għal aktar minn darba, darbtejn, tlieta, erba' darbiet u aktar?", "X'allowances ħadu?", "X'kienet l-ispiża totali għall-gvern?", "Kemm total ta' ġranet damu msiefra?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 10033.", "SAFAR TA' L-IMPJEGATI TAL-GVERN", "10249.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Silvio Parnis) staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 10033 u jgħid kemm impjegati tal-gvern siefru fuq xogħol matul is-sena 2004?", "F'liema pajjiż marru?", "Kemm minnhom ivvjaġġaw economy-class u kemm minnhom ivvjaġġaw business-class jew club-class?", "Kemm siefru aktar minn darba, darbtejn, tliet darbiet, erba' darbiet u aktar?", "X'allowances ħadu?", "X'kienet l-ispiża totali għall-gvern?", "Kemm total ta' ġranet damu msiefra?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 10033.", "LETTERS OF COMFORT FAVUR IS-SEA MALTA", "12880.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Jose' Herrera) staqsa lill- Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid x'valur ikopru l-letters of comfort li għandu l- gvern a favur is-Sea Malta, ma' banek lokali u banek barranin?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Peress illi l-letters of comfort li għandu l-gvern favur is-Sea Malta joħorġu minn ministeru ieħor, il-mistoqsija għandha tiġi indirizzata lil tali ministeru.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Noel Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jista' il-Ministru jgħid għaliex ma ġewx ippubblikati l-accounts ta' l-Air Malta?", "Meta se jiġu ppubblikati?", "X'inhi l-pożizzjoni tal-ħaddiema ta' l-Air Malta, fosthom il-bdoti u dawk tal- Holiday Inn, kumpannija sussidjarja ta' l-Air Malta, li ħafna minnhom għandhom qalbhom maqtugħa għax mhux qed jaraw futur sabiħ?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-accounts tas-sena finanzjarja ta' l-Air Malta li għalqet fl-aħħar ta' Marzu sar l-audit tagħhom, ġew approvati mill-bord tad- diretturi xi ġimgħatejn ilu u għada għandna press conference dwar ir- riżultati tagħhom.", "Irrid ngħid li għad-differenza ta' ħafna audited results oħra preċedenti, il-pubblikazzjoni tar-riżultati se ssir fi żmien tliet xhur minn mindu għalqet is-sena finanzjarja.", "Din m'hijiex ħaġa normali li ssir.", "L-art tal-Holiday Inn se tinbiegħ lill-kumpannija bħala going concern, li jfisser li se tinbiegħ bħala kumpannija li qiegħda topera u min se jixtri l- art ikollu jixtri l-kumpannija wkoll.", "Sadanittant ix-xogħol kuntrattat mal-Crowne Plaza għandu jibqa' għaddej sa Marzu tas-sena d-dieħla.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jista' il-Ministru jgħidli wkoll x'inhi l- pożizzjoni tal-bdoti ta' l-Air Malta, li ħafna minnhom qegħdin jirriżenjaw biex imorru jaħdmu ma' kumpanniji oħra minħabba l-inċertezza li hawn tirrenja?", "(Interruzzjonijiet) Naħseb li l-Ministru jaf x'qed ngħid, Sur President.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Le, assolutament ma nafx x'qed jgħid, Sur President.", "Jekk xi ħadd iħoss ruħu inċert, huwa liberu li jiddeċiedi kif jagħmel il- futur tiegħu.", "Il-market tal-bdoti huwa miftuħ u nassigura lill-Onor.", "Interpellant li jiena personalment naf b'iktar minn tmienja jew disgħa min-nies li jixtiequ jidħlu bħala bdoti ma' l-Air Malta u m'aħniex qegħdin indaħħluhom għax m'hemmx spazju għalihom.", "TRAVELLING TIME GĦALL-ĦADDIEMA TAL-GOZO CHANNEL", "13033.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Justyne Caruana) staqsa lill- Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Peress li x-xiri tal-biljetti għall-vapur tal-Gozo Channel se jiġi shifted għaċ-Ċirkewwa, bir-riżultat li t-ticket attendants u oħrajn se jibdew jirrapportaw għax-xogħol iċ-Ċirkewwa, jista' il-Ministru jgħid jekk it- travelling time bejn Għawdex u Malta huwiex se jitqies bħala parti mill-ħin tax-xogħol jew le?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jien informat illi t-travelling time huwa waħda mill- klawsoli pendenti fid-diskussjonijiet dwar il-ftehim kollettiv bejn il- management tal-Gozo Channel, il-collective bargaining unit u l-UHM.", "Ftehim dwar din il-klawsola għadu ma ntlaħaqx, Sur President.", "PREZZ TAL-FUEL", "13271.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm- il darba għola l-prezz tal-fuel, jiġifieri l-LRP, l-unleaded, id-diesel u l- pitrolju mis-sena 1999 'il hawn?", "X'kien il-prezz f'kull każ?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.", "UŻU TAL-MALTI FID-DIPARTIMENTI TAL-GVERN", "13308.", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI (f'isem l-Onor.", "Mario Galea) staqsa lill- Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Għala minkejja d-direttivi mogħtija lill-kapijiet tad-dipartimenti dwar l-użu tal-lingwa Maltija – dejjem skond it-twegiba għall-mistoqsija parlamentari 6128 - id-decizjonijiet sew tal- bord tal-kummissjonarji specjali kif ukoll dawk ta' l-appelli quddiem il- qrati qed jigu ppubblikati b'ilsien barrani?", "Jista' jieħu l-passi biex id- direttivi li joħorġu mill-uffiċċju tal-prim ministru jiġu attwati?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Ninsab informat li d-deċiżjonijiet tal-bord ta' appell tal-kummissjonarji speċjali tad-dipartiment tat-taxxi interni dejjem ikunu ppublikati bil-Malti.", "Huwa biss meta jkunu involuti barranin jew fuq talba speċifika ta' l-appellant li d-deċiżjoni tkun ippubblikata bl-Ingliż.", "Ma naħsibx li jista' jingħad li d-direttivi dwar l-użu tal-Malti mhux qed jiġu attwati.", "PENSJONI TAT-TEŻOR", "13456.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Silvio Parnis) staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jara li t-talba ta' anzjana li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament u li qiegħda titlob tiex tieħu l-pensjoni għaż-żmien li ħadmet, tiġi milqugħa?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Jien informat li l-persuna indikata qatt ma kienet pensjonanta tat-teżor.", "ĊITAZZJONI KONTRA L-ENEMALTA", "13514.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Ladarba l-Ministru jaf li hemm substation u hemm cable - u dan b'riferenza għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 12668 - jista' jgħid għaliex l-istess cable ma ġiex attivat jew komunikat?", "X'inhu jżomm milli jsir dan ix-xogħol?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninsab informat li l-cable li saret riferenza għalih ma jistax jintuża minħabba li l-każ qiegħed il-qorti u s-sentenza għadha pendenti.", "DIRETTUR TA' L-INTERPRINT", "13592.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 13438 u jgħid jekk jagħmilx sens li wieħed mid-diriġenti ewlenin ta' l-Interprint ikun ukoll konsulent ma' kompetittur dirett ma' l-istess Interprint?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jindika għal liema diriġent qiegħed jirriferi.", "XOGĦLIJIET BI ĦLAS MILL-ENEMALTA", "13632.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Justyne Caruana) staqsa lill- Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jelenka x-xogħlijiet li jsiru mill-Enemalta bi ħlas?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninsab informat li xogħlijiet bi ħlas mill-Enemalta huma indikati fil-lista li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra u huma l- istess kemm għal Malta kif ukoll Għawdex, bl-unika differenza fil-każ ta ' ħlas għas-servizz ta' emerġenza wara l-10.00 p.m. f'Għawdex.", "LIBERALIZZAZZJONI TAS-SUQ TAL-KERA", "13565.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Stefan Buontempo) staqsa lill- Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid jekk il-gvern għandux il-ħsieb li jilliberalizza s-suq tal-kera tal-proprjeta'?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA (Ministru tal-Familja u Solidarjeta` Soċjali): Infakkar lill-Onor.", "Interpellant li s-suq tal-kera ilu li ġie liberalizzat mill-1995!", "POSTIJIET BATTALA", "13566.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Stefan Buontempo) staqsa lill- Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid kemm għandu postijiet battala d-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tieni parti tat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 13236.", "SAFAR MINN UFFIĊJALI PUBBLIĊI", "13585.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Charles Mangion) staqsa lill- Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jagħti l-ammont totali ta' l-ispejjeż kollha involuti f'safar minn uffiċjali pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, kif ukoll minn uffiċjali li jaħdmu f'enti pubbliċi li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tal-ministeru għas-snin 2003, 2004 u 2005 sal-lum?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (f'isem il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura): Tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "PENSJONI TAT-TEŻOR", "13609.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Silvio Parnis) staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 13456 u jara li t-talba ta' anzjana li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, tiġi milqugħa?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 13456.", "TALBIET GĦALL-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI", "13610.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Stefan Buontempo) staqsa lill- Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid kemm hemm applikanti quddiem id-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali li jixtiequ jgħixu Santa Luċija?", "F'liema kategorija?", "Kemm ilhom li applikaw?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: It-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.", "APPARTAMENT TAL-GVERN", "13611.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Stefan Buontempo) staqsa lill- Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 13508, tista' il-Ministru tgħid f'liema sular jinsab il-fond li ġie mogħti lill-impjegat tad-dipartiment għall- akkomodazzjoni soċjali?", "X'kera se jkollu?", "Kemm kien qed iħallas kera fil- fond il-qadim?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Ninsab informata li l-fond jinsab fil-pjan terran u l-kera tiegħu hi ta' Lm189 fis-sena, filwaqt li l-fond il-qadim kien b'rata fissa ta' Lm75.", "APPLIKAZZJONIJIET QUDDIEM IL-MEPA", "13633.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Stefan Buontempo) staqsa lill- Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid kemm hemm applikazzjonijiet quddiem il-MEPA minn fost dawk li applikaw għand l- awtorita' tad-djar u ġew mitluba l-permess tal-MEPA?", "Liema huma l-iskemi?", "Kemm hemm f'kull skema?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra tabella li turi l-informazzjoni mitluba.", "KAŻ TA' BENEFIĊĊJI SOĊJALI", "13637.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Stefan Buontempo) staqsa lill- Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid meta persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, se tieħu r- relief?", "Minn meta se jibda dan il-benefiċċju?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Ninsab informata li l-persuna indikata ġiet informata mid-dipartiment tas-sigurta` soċjali dwar il-każ tagħha.", "PROĠETT TA' L-ARMIER", "13650.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Charles Mangion) staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jagħti informazzjoni dwar x'se jiġri mill-proġett ta' l-Armier li qabel l-elezzjoni kien imwiegħed lir-residenti u lis-sidien tal-boathouses taż-żona msemmija?", "Lest il-gvern li jagħti l-art lil dawn is-sidien b'ċens temporanju kif kien imwiegħed?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern): Kif ġie mgħarraf lil Armier Developments Ltd. b'ittra tat-3 ta' April, 2003 il-gvern lest li jikkonċedi lill-istess kumpannija titolu ta' 65 sena ċens taħt ċerti kondizzjonijiet.", "Fil-preżent din il-kumpannija qed ikollha diskussjonijiet mal-MEPA fuq dan il-proġett.", "TITJIB FL-IMPJANT TA' SANT'ANTNIN", "13656.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid kemm kopji tal-fuljett bit-titlu \"Titjib ta' l-Impjant ta' Sant'Antnin\" ġew stampati?", "Jista' jgħid ukoll f'liema stamperija ġew stampati u jekk ħarġitx sejħa għal offerti?", "Kemm hi l-ispiża totali involuta, inkluż id- distribuzzjoni u l-pustaġġ u minn liema vot tħallsu l-ispejjeż konnessi?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent): Tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "IMPJANT TA' SANT'ANTNIN", "13657.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra jekk il-bord tal-MEPA kienx aċċetta l-analisi komparattiva fuq l- għażla tas-siti għall-proġett tar-riċiklaġġ ta' Sant'Antnin, magħmul mill- kumpannija SLR għan-nom tal-kumpannija WasteServ, skond kif kien hemm stipulat fit-terms of reference ta' l-istess MEPA fl-2004?", "Min huma l- membri tal-bord li ddeċidew dwar dan u f'liema data ttieħdet id-deċiżjoni?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent): It-tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "ŻGĦAŻAGĦ U SPORT", "13658.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid min qed jieħu ħsieb imexxi d-dmirijiet li qabel kienu jaqgħu taħt id- dipartiment taż-żgħażagħ u sports fi-rigward taż-żgħażagħ?", "Liema huma r- responsabbiltajiet li nżammu u dawk li ma nżammux?", "Jista' jgħid ukoll x'inhu l-futur tas-sezzjoni taż-żgħażagħ?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi): Informat li s-sezzjoni żgħażagħ taqa' taħt ir-responsabbilta' tad-direttur għas-servizzi korporattivi u implimentazzjoni ta' programmi.", "Is-sezzjoni hija responsabbli minn programmi u inizjattivi fi ħdan l- implimentazzjoni tal-politika nazzjonali taż-żgħażagħ.", "Il-futur tas-sezzjoni żgħażagħ huwa li tibqa' l-organu governattiv li timplimenta l-politika nazzjonali.", "YOUTH STUDIES", "13659.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid x'inhuma l-ħsebijiet tal-gvern għall-gradwati fil-youth studies mill- fakulta` ta' l-edukazzjoni?", "Huwa l-ħsieb tal-gvern li jkompli jiffinanzja dan il-kors?", "Jista' jgħid jekk hemmx pjani sabiex dawn il-youth workers jiġu offruti mpjieg full-time?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi): Il-gvern jemmen li l-universita' għandha kemm jista' ikun toffri korsijiet ta' studju u riċerka ta' l-ogħla livell possibbli fl-oqsma li għalihom ikun hemm talba mill-istudenti.", "Il-gvern ma jemminx li l- universita' għandha timxi bil-prinċipju li toffri korsijiet biss fl-oqsma fejn is-suq tax-xogħol ikollu domanda kif timplika l-mistosija.", "Il-gvern iħalli l-individwi jidħlu għal opportunitajiet ta' studju u riċerka skond il-kwalifiki meħtieġa u l-inklinazzjoni tagħhom.", "Barra minn hekk, informat li numru ta' studenti li ggradwaw fil-youth studies mill-fakulta ta' l-edukazzjoni qegħdin jagħtu servizz f'diversi oqsma bħal ċentri taż-żgħażagħ, oqsma volontarji u empowerment centres.", "Bħalissa hemm seba' empowerment centres u hemm ukoll gradwati li qed jifformaw koperattivi li joffru s-servizz tagħhom lil diversi entitajiet.", "Wieħed jifhem ukoll li ħafna minn dawk li jsegwu dan il-kors, diġa' jkollhom xogħol full-time u student jista' jagħżel li jsegwi kors għall- iżvilupp personali tiegħu mhux biss għall-impjieg.", "YOUTH EMPOWERMENT CENTRES", "13660.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Minħabba li s-seba' youth empowerment centres huma ffinanzjati mill-gvern, jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-youth workers m'humiex impjegati part-time mid- dipartiment jew mill-kunsill lokali konċernat?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzoni, Żgħażagħ u Impjiegi): Informat li l-youth centres huma inizjattiva bejn il-gvern u l- kunsilli lokali.", "Dawn joperaw fuq bażi ta' kuntratt għal perjodu ta' sentejn li mhux neċessarjament jista' jiġi mġedded.", "Il-youth workers jagħtu servizz lill-kunsill u mhux lid-dipartiment u għalhekk jitħaddmu part-time mid-dipartiment.", "YOUTH WORKERS", "13661.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid jekk kienx hemm, jew hemmx il-ħsieb, li jiġu mpjegati youth workers fl- iskejjel sabiex jgħinu lill-guidance & counselling teachers?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi): Informat li għalissa m'hemmx ħsieb li jiġu mpjegati youth workers fl-iskejjel sabiex jgħinu lill-guidance & counselling teachers.", "MONETARY POLICY ADVISORY COUNCIL", "13671.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Leo Brincat) staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm-il laqgħa tal-monetary policy advisory council attenda s-Sur Gordon Cordina għall-Bank Ċentrali minn Novembru 2001 sal-lum, billi ntqal li hu responsabbli għat-tbassir ekonomiku u tal-projections għal dan il-kunsill?", "Kien hemm xi rapporti li pprepara s-Sur Cordina li ġew ppreżentati lill- membri waqt il-laqgħat ta' l-MPAC?", "Il-preżentazzjoni ta' projections dwar l-ekonomija li jagħmel is-Sur Cordina kull kemm jagħmilhom, kull xahar, tliet xhur, darbtejn f'sena, jew darba fis-sena?", "Kif jiġu ppreżentati dawn il-projections lill-MPAC?", "Jagħmilhom is-Sur Cordina innifsu jew jippreżentahom permezz ta' rapport?", "Dawn il-projections huma differenti minn dawk li jippreżenta l-bank fil- pubblikazzjonijiet tiegħu u, jekk iva, jista' iqiegħed kopja ta' dawn il- projections tas-Sur Cordina li jiġu diskussi fl-MPAC fuq il-medja tal- Kamra?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Waqt li nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 13376, inżid ngħid li meta wieħed jassisti u jagħti parir lill- monetary policy advisory council mhux bilfors ikun attenda l-laqgħat ta' l- istess kunsill.", "M'hijiex il-prattika li s-Sur Gordon Cordina, bħala konsulent tal-bank ċentrali, jattendi laqgħat tal-monetary policy advisory council.", "ECONOMIC REVIEW TAS-CENTRAL BANK", "13672.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra r-rapporti dwar l-updates li għamel is-Sur Cordina dwar l-ekonomija lokali u globali?", "Jista' iqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra r-rapporti ta' riċerka - jew almenu xi summary jew adirittura t-titli tar-rapporti ta' riċerka - li għamel is-Sur Cordina minn Novembru 2001 sal-lum?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li konsulenza ma tfissirx preparazzjoni ta' rapporti u riċerka biss.", "Rapporti u konsulenza f'dan is-sens huma ntiżi biex il-bank jaqdi l-funzjoni tiegħu ta' moniteraġġ tal-qagħda ekonomika tal-pajjiż, fis-sens wiesa' u li fl-aħħar jikkontribwixxi għall- konklużjonijiet tal-bank ċentrali li mbagħad jiġi ppubblikat fl-economic review kull tliet xhur.", "KORS GĦALL-ISTAFF TAS-CENTRAL BANK", "13673.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jikkonferma jekk kors li se jagħti s-Sur Cordina lill-membri ta' l-istaff tal-bank ċentrali huwiex se jitħallas apparti mill-ħlas ta' konsulenza li qed jingħata?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li s-Sur Gordon Cordina ġie mitlub mill- bank ċentrali ta' Malta li jagħti kors lill-membri ta' l-istaff bit-titlu: \"The Maltese Economy – Present State and Future Prospects\".", "Dan il-kors se jingħata barra mill-ftehim ta' konsulenza.", "QUARTERLY REVIEW TAS-CENTRAL BANK", "13674.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Fl-aħħar ħarġa tal-quarterly review tal-bank ċentrali, ġie ppubblikat artiklu bit-titlu: \"House Prices in Malta - An economic Analysis\" minn Prof. Joe Falzon, Wendy Zammit u l-Perit Dennis Camilleri.", "Kemm tħallsu dawn tas-servizzi tagħhom individwalment?", "Kemm huwa minnu li l-Perit Camilleri li ġie ppreżentat bħala co-author ta' dan l-istudju, ma kkontribwiex direttament għar-rapport kif indikat u ma ntuża xejn minn dak li huwa kien ippreżenta lill-bank ċentrali fis-sena 2003 dwar dan is- suġġett?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Għar- riċerka wiesgħa fuq is-suġġett tad-djar li saret fuq medda ta' sitt xhur u li nkludiet kontribuzzjoni diretta fl-imsemmi artiklu, Prof J. Falzon tħallas is-somma ta' Lm2,368.", "Iż-żewġ kontributuri l-oħra ma rċevew l-ebda ħlas bħala kumpens għall-kontribuzzjoni tagħhom.", "Il-Perit Camilleri ilu involut fl-istess proġett għal dawn l-aħħar sentejn u nofs - fil-fatt l-ewwel draft ta' dan l-artiklu nkiteb minnu – u kien parti integrali fl-iżvilupp tal-proġett u ta' l-artiklu.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Hekk eżawrejna l-mistoqsijiet kollha li jidhru fuq l-order paper.", "Insejjaħ issa lill-Onor.", "Jason Azzopardi biex jirrapporta progress.", "KUMITATI PERMANENTI", "ONOR.", "JASON AZZOPARDI (President tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej): Mr Speaker, nirrapporta li:", "Tmienja u għoxrin dokument maħruġa mill-Kummissjoni Ewropea (pipeline acquis) ġew scrutinised u cleared mill-working group fi ħdan il-Kumitat dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej, liema dokumenti qed inqiegħed fuq il- mejda tal-Kamra, u cioe':", "110.", "Proposal for a Draft Framework Decision on the retention of data processed and stored in connection with the provision of publicly available electronic communications services or data on public communications networks for the purpose of prevention, investigation, detection and prosecution of crime and criminal offences including terrorism (CNS 2004/813);", "125.", "Proposal for a Directive of the European Parliament and of the Council on Establishing a framework for the setting of Eco-design requirements for Energy-Using Products and amending Council Directive 92/42/EEC, 96/57/EC and 2000/55/EC (COM (2003) 453 final);", "144.", "Proposal for a Regulation of the European Parliament and of the Council amending Regulation (EC) 1073/1999 concerning investigations conducted by the European Anti-Fraud Office (OLAF) (COM (2004) 103 Final);", "145.", "Proposal for a Council Regulation amending Regulation (EURATOM) 1074/1999 concerning investigations conducted by the European Anti- Fraud Office (OLAF) (COM (2004) 104 Final);", "155.", "Amended Proposal for a Directive of the European Parliament and of the Council on intermodal loading units (COM (2004) 361 Final);", "158.", "Proposal for a Council Decision amending Council Decision 2001/855/EC of 15 November 2001 in order to take account of certain treaties and trade agreements concluded with third countries by new member states prior to their accession to the European Union (COM (2004) 697 Final);", "161.", "Proposal for a Council Regulation amending Regulation (EC) 3605/93 as regards the quality of statistical data in the context of the excessive deficit procedure (COM (2005) 71 Final);", "162.", "Proposal for a Regulation of the European Parliament and of the Council amending Council Regulation (EC) 1165/98 concerning short-term statistics (COM (2003) 823 Final);", "163.", "Proposal for a Regulation of the European Parliament and of the Council amending Regulation 1177/2003 concerning Community statistics on income and living conditions (EU-SILC) (COM (2005) 28 Final);", "168.", "Proposal for a Council Directive amending Directive 92/12/EEC on the general arrangements for products subject to excise duty and on the holding, movement and monitoring of such products, (COM (2004) 227);", "169.", "Proposal for a Directive of the European Parliament and of the Council on reinsurance and amending Council Directives 73/239/EEC, 92/49/EEC and Directives 98/78/EC and 2002/83/EC (COM (2004) 273);", "172.", "Draft Resolution of the Council on the evaluation of activities conducted in the framework of European cooperation in the field of youth (15761/04);", "182.", "Proposal for a Regulation of the European Parliament and of the Council on the information of air transport passengers on the identity of the operating carrier and on communication of safety information by member states (COM (2005) 48 final);", "183.", "Communication from the Commission developing the agenda for the Community's external aviation policy (COM (2005) 79 final);", "189.", "Proposal for a Regulation of the European Parliament and of the Council on Community statistics on the structure and activity of foreign affiliates (COM (2005) 88 Final);", "190.", "Proposal for a Directive of the European Parliament and of the Council amending Council Directives 78/660/EEC and 83/349/EEC concerning the annual accounts of certain types of companies and consolidated accounts (COM (2004) 725);", "191.", "Proposal for a Council Regulation laying down implementing measures for Directive 77/388/EEC on the common system of Value Added Tax (COM (2004) 641 Final);", "192.", "Communication from the Commission to the Council and the European Parliament – European Initiative for growth feasibility report on EU loan guarantee instrument for ten-transport projects (COM (2005) 75);", "193.", "Commission staff working paper: Annex to the Communication from the Commission to the Council and the European Parliament – European initiative for growth EU loan guarantee instrument for ten-transport projects (SEC (2005) 323);", "194.", "Proposal for a Council decision authorising the Federal Republic of Germany and the Kingdom of the Netherlands to apply a measure derogating from article 3 of the Sixth Council Directive 77/388/EEC on the harmonisation of the laws of the member states relating to turnover taxes (COM (2005) 109);", "195.", "Proposal for a Regulation of the European Parliament and of the Council establishing a common framework for business registers for statistical purposes and repealing Council Regulation (EEC) No 2186/93 (COM (2005) 112 Final);", "197.", "Communication for the Commission to the Council and the European Parliament on Community programmes Customs 2013 and Fiscalis 2013 (COM (2005) 111);", "198.", "Proposal for a Regulation of the European Parliament and of the Council establishing a European Institute for Gender Equality (COM (2005) 81 final);", "199.", "Proposal for a Council Directive (Euratom) setting out basic obligations and general principles on the safety of nuclear installation (COM (2003) 32-1 final);", "201.", "Proposal for a Council Regulation for the Conservation of Fishery Resources through technical measures in the Baltic Sea, the belts and the sound and amending Regulation (EC) 1434/98 (COM (2005) 86 final);", "203.", "Proposal for a Council Decision on the conclusion of a Protocol amending the agreement on Maritime Transport between the European Community and its member states, of the one part, and the People's Republic of China, of the other part, to take account of the accession of the Czech Republic, the Republic of Estonia, the Republic of Cyprus, the Republic of Hungary, the Republic of Latvia, the Republic of Lithuania, the Republic of Malta, the Republic of Poland, the Republic of Slovenia, and the Slovak Republic to the EU, (COM (2004) 864);", "209.", "Proposal for a Council Decision on the signing of a protocol to the agreement between the European Community, the Republic of Iceland and the Kingdom of Norway, concerning the criteria and mechanisms for establishing the State responsible for examining a request for asylum lodged in a member state or in Iceland or Norway (COM (2005) 131-1); u", "210.", "Proposal for a Council Decision on the conclusion of a protocol to the agreement between the European Community, the Republic of Iceland and the Kingdom of Norway, concerning the criteria and mechanisms for establishing the State responsible for examining a request for asylum lodged in a member state or in Iceland or Norway (COM (2005) 131-2); u", "Żewġ dokumenti maħruġa mill-Kummissjoni Ewropea (pipeline acquis) ġew scrutinised u cleared mill-working group fi ħdan il-Kumitat dwar l- Affarijiet Barranin u Ewropej wara li ġiet lifted il-parliamentary scrutiny reservation, liema dokumenti qed inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra, u cioe':", "6.", "Proposal for a Directive on the European Parliament and the Council on enhancing Port Security (COM (2004) 76); u", "81.", "Proposal for a Directive of the European Parliament and of the Council relating to restrictions on the marketing and use of certain polycyclic aromatic hydrocarbons in extender oils and tyres (27th amendment of Council Directive 76/769/EEC) (COM (2004) 98).", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar Tqegħid ta' Karti?", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR L-ARMI", "ARMS BILL", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Sur President, f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern, nipproponi t-Tielet Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi dwar l-Armi.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex iħassar u jilleġisla mill-ġdid b'emendi l-liġi dwar l-armi\" ikun moqri t- Tielet Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tielet Darba u għadda.", "ABBOZZ TA' LIĠI BIEX JIĠU STABILITI IBĦRA TAS-SAJD U ĠURISDIZZJONI MARITTIMA ESTIŻA", "FISHING WATERS (DESIGNATION) AND EXTENDED MARITIME JURISDICTION BILL", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO (Ministru ta' l-Affarijiet Barranin): Sur President, nipproponi t-Tieni Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jipprovdi b'mod speċjali biex jiġu stabiliti l-ibħra tas-sajd u ġurisdizzjoni marittima\".", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Rimarki?", "Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Sur President, qegħdin inressqu dan l-abbozz ta' liġi li permezz tiegħu l-Kamra se tkun qed tħares lejn liġijiet eżistenti, b'mod speċifiku lejn Kap. 425 li jittratta dwar il-konservazzjoni u l- amministrazzjoni tas-sajd, kif ukoll Kap. 226 li jittratta dwar l-ibħra territorjali u ż-żona kontingwa.", "Permezz ta' dan l-abbozz ta' liġi qegħdin nipprovdu sabiex jiġu stabbiliti l-ibħra tas-sajd u ssir estensjoni tal- ġurisdizzjoni marittima permezz ta' ordni li jiġi ppubblikat fil-gazzetta mill-Prim Ministru dwar diversi affarijiet, kif imsemmija f'subklawsola (2) ta' klawsola 2:", "\"(a) meta jsiru u jiġu wżati gżejjer artifiċjali, stallazzjonijiet u strutturi, (b) ir-riċerka marittima xjentifika; u (c)il-protezzjoni u l-preservazzjoni ta' l-ambjent marittimu.\"", "F'subklawsola (2) ta' klawsola 2 qegħdin ngħidu li:", "\"Bla ħsara għas-subartikolu (2) ta' dan l-artikolu, il-Prim Ministru jista' b'Ordni pubblikat fil-Gazzetta jiddikjara drittijiet sovrani għal Malta, bil-għan li jiġu esplorati u esplojtati, konservati u maniġġjati fihom ir-riżorsi naturali li jgħixu u, jew li ma jgħixux, fil-medda ta' dawk iż-żoni ta' l-ibħra marittimi lil hinn mil-limiti stabbiliti fl-artiklu 3(2) ta' l-Att dwar l-Ibħra Territorjali u ż- Żona Kontigwa.\"", "Sur President, hawnhekk qegħdin nitolbu lil din il-Kamra sabiex tapprova dan l-abbozz ta' liġi li qed iħares lejn estensjoni ta' l-ibħra tagħna mhux biss għal skopijiet ta' sajd imma wkoll għal stallazzjonijiet u strutturi, gżejjer artifiċjali, riċerka marittima xjentifika, u protezzjoni u preżervazzjoni ta' l-ambjent marittimu.", "Allura hawnhekk qed nippermettu lil pajjiżna sabiex jagħmel estensjoni ta' żoni ta' sajd esklussiva u dan qed nagħmluh in vista ta' l-iżviluppi li qed iseħħu madwarna.", "Ilkoll kemm aħna nafu li l-Libja ħadet azzjoni u ddikjarat żona esklussiva ta' sajd.", "Nafu wkoll li pajjiż ġar ieħor, it-Tuniżija għaddiet liġi li permezz tagħha stabbiliet żona ekonomika esklussiva mingħajr ma ddelineat liema huma l- limiti ta' dik iż-żona.", "Fil-liġi tagħha t-Tuniżija qalet li tista' tistabbilixxi parti minn dik iż-żona bħala żona esklussiva ta' sajd.", "Dawn l-iżivluppi jfissru li l-firxa tat-territorju fejn jista' jsir is-sajd esklussivament minn sajjieda Maltin, flimkien mar-restrizzjonijiet li huma envisaged mil-leġislazzjoni li saret mill-pajjiżi ġirien tagħna, jistgħu joħolqu pressure ħafna iktar kbira fuq dawk l-areas li bħalissa huma meqjusa bħala open seas li fihom jista' jistad kulħadd.", "Sur President, waħda mill-affarijiet li joħorġu biċ-ċar meta wieħed joħloq żona esklussiva ta' sajd hija li din ma taffettwax biss dik il-parti li tkun iddikjarajt bħala żona esklussiva ta' sajd, imma taffettwa wkoll il- firxa li tkun miftuħa għal kulħadd.", "Allura aktar ma tiġi ristretta dik il- firxa miftuħa għal kulħadd, aktar se jkun hemm konġestjoni fiha!", "Għalhekk wieħed irid jara kif pajjiżna - li huwa pajjiż żgħir u għandu riżorsi limitati, li l-baħar huwa riżors importanti tiegħu – għandu jħares l- interessi tiegħu, dejjem fi ħdan il-qafas tad-dritt internazzjonali, u dejjem fid-dawl ta' l-aqwa relazzjonijiet li l-pajjiż għandu jkollu u li għandu mal-ġirien tiegħu.", "Dawn huma żewġ affarijiet li rrid nagħmilhom ċari mill-ewwel.", "Dan l-abbozz ta' liġi se jagħmilha iktar faċli għal Malta biex tkun tista' testendi dik il-parti mit-territorju marrittimu tagħha li huwa riżervat bħala żona esklussiva ta' sajd.", "L-intenzjonijiet tagħna huma mill-aktar ċari; filwaqt li huwa d-dover tagħna li nissalvagwardjaw l- interessi leġittimi tal-poplu tagħna fil-qasam marittimu, anke tas-settur ekonomiku li huwa rappreżentat mis-sajd, għandna naġixxu bil-mod kif dejjem aġixxejna, fil-qafas tad-dritt pubbliku internazzjonali.", "Għaldaqstant għandna naġixxu dejjem fil-qafas ta' l-aqwa relazzjonijiet ta' ħbiberija mal-pajjiżi ġirien tagħna kollha, kemm dawk li huma membri ta' l-Unjoni Ewropea u kemm dawk li m'humiex.", "Sur President, għalina dawn il-pajjiżi kollha nqisuhom bħala ġirien tagħna li magħhom għandna ħbiberija tajba ħafna.", "Għalhekk irridu nispjegaw bl- aktar mod ċar li filwaqt li se nħarsu l-interessi tal-poplu tagħna - nerġa' ngħid, poplu li m'għandux riżorsi kbar u li l-baħar huwa riżors importanti għalih – se naraw li dan isir kemm f'kontest ta' ħbiberija kif ukoll fil- kontest tad-dritt internazzjonali.", "Allura dan l-abbozz ta' liġi qiegħed jgħid li anke Malta għandu jkollha l-infrastruttura legali kollha f'postha sabiex meta jkun il-mument opportun, Malta tkun tista' tagħmel din l- estensjoni.", "Irrid ngħid li l-estensjonijiet għal żoni marittimi jew għal żoni ta' sajd esklussivi huma żviluppi li diġa` seħħew f'diversi pajjiżi oħra.", "Fost il-pajjiżi li diġa` stabbilixxew dawn iż-żoni nsibu lil Spanja, Franza, il-Kroazja, il-Libja, l-Alġerija, l-Eġittu, il-Marokk u Ċipru.", "Malta diġa` għandha żona ta' konservazzjoni madwar il-kosta tagħha li hija ta' 25 mil.", "Din iż-żona ta' konservazzjoni għall-fisheries ilha li ġiet stabbilita u mir-riżultati li kellna naħseb li kienet suċċess.", "Iżda kif nafu fil-Mediterran hemm ħafna kosti u gżejjer li huma viċin ta' xulxin, allura meta wieħed jieħu kwalunkwe azzjoni jrid iħares lejn kif se jaffettwa lill-ġar tiegħu.", "U jekk hawn baħar li għandu din il-problema żgur li huwa l-baħar Mediterran u għalhekk kemm aħna u kemm il-pajjiżi l- oħra rridu noqogħdu kontinwament b'seba' għajnejn għaliex kulma jagħmel pajjiż se jeffettwa lil pajjiżi oħra.", "Min-naħa tagħha l-Libja għaddiet il-liġi fir-rigward tal-ħolqien ta' żona ta' preservazzjoni ta' sajd għal pajjiżha.", "Fin-note verbal li bgħatna immedjatament wara li ġejna notifikati b'dan aħna konna tlabna lil-Libja sabiex tispeċifikalna bl-aktar mod ċar il-co-ordinates li joħorġu mid- digrieti partikolari rilevanti għal din il-kwestjoni.", "Irrid ngħid li ftit tal-jiem ilu waslulna żewġ noti verbali mingħand il-Libja.", "Waħda minnhom kienet tispeċifika fuq kif wieħed iqis l-ibħra territorjali u l-areas marittimi li għandhom x'jaqsmu mal-base lines li minnhom trid tagħmel il- kalkoli ta' dawn l-ibħra territorjali.", "L-oħra kienet iktar speċifika - għax ma' din in-nota verbali wasal id-digriet li jkun ħareġ abbażi tad- diversi liġijiet - li titkellem eżattament fuq iż-żona ta' preżervazzjoni tas-sajd fl-ibħra Libjani.", "Sur President, bħalissa qed nagħmlu l-mapping ta' dawn il-co-ordinates f'koordinazzjoni mal-ministeru għall-Affarijiet Barranin, il-ministeru responsabbli mis-sajd u l-Forzi Armati.", "Fil-fatt diġa` għandna riżultati preliminari, pero` nixtiequ daqsxejn aktar żmien ħalli nkunu mija fil-mija ċari fuq il-mapping li qed isir.", "Naturalment min-naħa tal-ministeru tas- sajd diġa` kienu qed jagħmlu l-impact assessment abbażi ta' dak li kienu qed jaħsbu li setgħu jkunu dawn il-coordinates.", "Issa għandna l-coordinates preċiżi u rridu daqsxejn taż-żmien sabiex l-affarijiet nagħmluhom bl-akbar reqqa u attenzjoni u b'hekk wieħed ikun jista' jara x'inhi l-aħjar triq li għandna nieħdu.", "Qiegħed ngħid dan kollu għaliex irridu nfittxu li s-soluzzjonijiet ikunu bilaterali u bbażati fuq il-fatt li l-popli li qegħdin jiddiskutu u jiddjalogaw huma popli li jafu lil xulxin u popli li ħadmu flimkien.", "Dawn huma pajjiżi li huma ġirien ta' xuxlin u pajjiżi li l-ħbiberija tagħhom hija bil-provi mhux biss fiż-żmenijiet iktar faċli imma anke fi żmenijiet diffiċli.", "Allura tajjeb li l-affarijiet nagħmluhom b'mod mill-iktar meqjus u bl-akbar attenzjoni.", "Pero` rrid ngħid li d-dover tagħna huwa dejjem li niddefendu l-interessi ta' pajjiżna u m'aħniex se nistrieħu qabel ma nipprovaw nagħmlu minn kollox sabiex insibu s-soluzzjonjiet neċessarji ħalli s-settur tas-sajd tagħna jibqa' vijabbli u b'saħħtu.", "Irridu naraw li min hu involut f'dan is-settur ikun jista' jaqla' l-għajxien tiegħu u li dawn l-iżviluppi ma jitfgħux lura l-attivita` ekonomika tiegħu.", "Dan huwa d- dover tagħna u se nkomplu għaddejjin bil-ħidma tagħna b'attenzjoni kbira u għandna naraw li fl-aqwa ipotesi s-soluzzjoni tkun waħda bilaterali fi ħdan l-ambjent ta' ħbiberija fejn in-naħat konċernati jkunu jridu jgħinu lil xuxlin.", "Sur President, irrid ngħid l-istess ħaġa fuq il-liġi li għaddiet it- Tuneżija, li biha ddikjarat l-eżistenza ta' żona ekonomika esklussiva mingħajr ma ddeterminat liema huma l-limiti esterni tagħha.", "It-Tuneżija, b'differenza tal-Libja, hija membru firmatarju ta' l-UNCLOS, kif inhi Malta, għaliex Malta kellha diversi inizjattivi fil-Ġnus Magħquda li wasslu għal dan.", "Taħt dik il-liġi hemm ukoll l-obbligu li wieħed jikkonsulta mal- pajjiżi ġirien tiegħu.", "Pajjiżna huwa membru ta' din il-konvenzjoni u għalhekk irridu nsegwu kontinwament dan il-proċess ta' konsultazzjoni li huwa importanti għal kulħadd.", "Għandna nsegwuh anke kieku ma konniex membri ta' l-UNCLOS għaliex meta inti qed tittratta mal-ġirien tiegħek, l-aħjar triq hija dejjem dik li tiddiskuti, tiddjaloga u tikkonsulta.", "Il-liġi mgħoddija mill-parlament tat-Tuniżija fiha nnifisha titkellem fuq kif wieħed għandu jfittex it-triq tal-ftehim ma' l-istati ġirien konċernati.", "Fil-fatt l-artikolu 3 ta' l-istess liġi jgħid li fi kwalunkwe azzjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma' żona ekonomika esklussiva, it-Tuniżija trid tfittex li tirrispetta kwalunkwe dritt ta' pajjiżi terzi oħra li huwa previst mill-konvenzjoni nnifisha.", "Jien kelli diversi diskussjonijiet u laqgħat kemm formali kif ukoll informali mad-diversi ministri responsabbli fiż-żewġ pajjiżi li ħadu din l- azzjoni, u l-messaġġ ċar li ngħata kien li l-aħjar ipotesi hija dik li dejjem infittxu t-toroq ta' ftehim bilaterali biex inkunu nistgħu nsibu l- aħjar mezz għas-soluzzjonijiet neċessarji.", "M'hemm bżonn li mmorru għand l- ebda awtorita` sabiex ngħaddu liġi bħal din li għandna quddiemna.", "Żgur li m'għandniex l-obbligu li mmorru quddiem l-Unjoni Ewropea jew il-Kummissjoni Ewropea sabiex nitolbu l-fiat tagħha fuq xi ħaġa bħal din.", "Dan huwa eżerċizzju tas-sovranita` tagħna.", "Din hija liġi li qed tagħtina l- possibbilta` li neżerċitaw id-dritt li joħroġ minnha permezz ta' ordni tal- Prim Minstru.", "U f'dan l-istadju m'għandna l-ebda obbligu lejn ħadd, lanqas ta' konsultazzjoni, pero` bħala korteżija, ladarba din il-liġi tkun għaddiet se ninformaw kemm lill-ġirien tagħna kif ukoll lill-Kummissjoni Ewropea.", "Dan se nagħmluh bħala turija ta' ħbiberija, mingħajr ebda obbligu legali li nagħmlu dan.", "Irrid ngħid ukoll li anke jekk tiġi estiża ż-żona ta' sajd esklussiva għal Malta, li hija kompetenza tagħna, il-prassi hija li jkun hemm konsultazzjoni mal-kummissjoni Ewropea peress li din għandha l-kompetenza esklussiva fir-rigward tan-negozjati fuq is-sajd.", "Pero` hawnhekk m'aħniex qegħdin ninnegozjaw fuq is-sajd imma qegħdin neżerċitaw poter leġittimu u sovran ta' pajjiżna.", "Għalhekk hija xi ħaġa li taqa' fil-kompetenza tagħna, partikolarment meta qed nitkellmu fuq exclusive fishing zone.", "Fir-rigward ta' dak li għandu x'jaqsam mal-conservation zone tagħna, dik hija xi ħaġa miftiehma ma' l-Unjoni Ewropea.", "Imma anke jekk nestendu dik il-conservation zone ma jfissirx li l-ftehim li għandna ma' l-Unjoni Ewropea se jestendi aktar minn 25 mil.", "Pero` dak ifisser li jkollna l- possibbilta` li nagħlqu dik il-parti taż-żona - li nkunu ddikkjarajna li tkun iktar mill-25 mil - għas-sajjieda li ma jkunux mill-istati membri ta' l-Unjoni Ewropea.", "Hawnhekk m'aħniex qegħdin nikkontemplaw li nagħmlu hekk, iżda qegħdin nikkontemplaw li jkollna l-infrastruttura legali kollha f'postha sabiex dan ikun jista' isir.", "Sur President, dan qed nagħmluh għaliex, kif għedt fil-bidu Malta, pajjiż żgħir, pajjiż li għandu ħbiberija kbira mal-ġirien tiegħu kollha, partikolarment dawk il-pajjiżi fiċ-ċentru tal-Mediterran, kemm dawk li qegħdin fit-tramuntana tagħna kif ukoll dawk li qegħdin fin-nofsinhar tagħna.", "Din il-ħbiberija Malta tagħtiha valur kbir u tagħti valur kbir għall-ħarsien u għar-rispett tad-dritt internazzjonali.", "Bħala pajjiż dejjem fittixna li r-rule of law internazzjonali tiġi rispettata minn kull pajjiż.", "Pero` bħala pajjiż għandna dover ukoll li fil-qafas ta' dawn iż- żewġ punti importanti, nieħdu l-azzjonijiet kollha sabiex nissalvagwardjaw l-interessi leġittimi tal-poplu tagħna u l-interessi tas-settur tas-sajd tagħna.", "Fil-fatt din il-liġi li għandna quddiemna hija intiża li ssaħħaħ dan kollu.", "Naħseb li din hija liġi li l-parlament għandu japprova għaliex se tagħti l- poter sabiex fiż-żmien opportun – u jekk ikun opportun ikun żmien ta' malajr - il-Prim Ministru jkun jista' jieħu l-azzjoni neċessarja sabiex jeżerċita, skond il-liġi internazzjonali, il-possibbilta` li jagħmel estensjoni ta' l-ibħra tas-sajd tagħna kif ukoll jagħmel estensjoni tal- ġuriżdizzjoni marittima ta' Malta.", "Nirringrazzjak.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Carmelo Abela): Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L- Onor. Leo Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, għalkemm minn meta ssekondajt l-Ewwel Qari ta' din il-liġi kont qed nagħti prova ċara ta' l-appoġġ ta' l- oppożizzjoni lill-gvern Malti f'din il-kwestjoni pendenti ma' pajjiżi ġirien tagħna, xorta jibqa' l-fatt li fix-xhur li għaddew, fil-fehma umli tiegħi, il-gvern Malti s'issa ħareġ mibrux u umiljat minn din l-istorja kollha.", "Din inqisha bħala daqqa ta' ħarta għad-diplomazija Maltija u turija ċara ta' l-impotenza politika li jidher li żviluppajna fir- relazzjonijiet barranin tagħna matul dawn l-aħħar snin.", "Kultant jinqalgħu ċirkostanzi li jitolbu sabiex b'mod meqjus – u nissottolinea l-frażi \"b'mod meqjus\" - nuru ċerta sodizza u fermezza minkejja ċ-ċokon ta' gżiritna.", "Sfortunatament din hija issue fejn minkejja l-ħafna ħbiberiji li ngħidu li għandna u l-isħubija tagħna fl-Unjoni Ewropea, jidher li tħallejna nixxejru mar-riħ, nikkumbattu waħedna mal-kurrent, mingħajr ebda salvawomu u mingħajr ebda xaqq ta' dawl li se nieħdu dak li huwa tagħna.", "Jidher li qed jiġrilna hekk ukoll anke fil-każ ta' klandestini illegali li qegħdin jheddu l-fibra soċjali u ekonomiku ta' pajjiżna bl-invażjoni kontinwa tagħhom fuq il-gżira tagħna.", "Min ilu midħla tal-politika aktar minni fakkarni li kien hemm żmien meta r-relazzjonijiet tagħna mal-Libja tant kienu sodi li konna saħansitra waqqafna the Maltese-Libyan Arab fishing company.", "Din il- kumpannija tas-sajd ġiet konġunta bejn iż-żewġ pajjiżi u saħansitra kienu tawna dritt li nistadu flimkien magħhom fil-Golf ta' Sirte.", "Sur President, b'dak li ġara dan l-aħħar mhux biss tnaqqrilna dak li kellna iżda hemm inċentiv ikbar sabiex sajjieda barranin, bħal dawk Taljani, jitfgħu aktar ħarsithom lejn l-ibħra tagħna, bil-konsegwenza li l-ispazju disponibbli għalina kulma jmur qiegħed jiġi ristrett.", "Naħseb li jkun fl- interess pubbliku jekk fil-winding up, il-ministru jikkonferma jekk huwiex veru li xi żmien ilu n-naħa Libjana kienet għamlet suġġeriment lill-gvern Malti sabiex ikun hemm joint venture fil-qasam tas-sajd tramite the Libyan Arab-Maltese holding company iżda l-gvern Malti, allegatament żamm lura milli jagħmel dan għaliex kien hemm bżonn ta' capital injection ġdida li ġiet irrifjutata.", "Ġaladarba għedt li din l-issue kienet daqqa ta' ħarta u umiljazzjoni għall- politika barranija Maltija, naħseb li għandi r-responsabbilta` li nissostanzja dak li qed ngħid u fil-fatt hekk beħsiebni nagħmel fl- intervent tiegħi.", "Filwaqt li Malta ilha taf b'din in-new exclusive fishing zone extension tal-Libja sa minn Marzu/April ta' din is-sena huwa allegat li pajjiżi ġirien tagħna ġew informati minn ferm qabel.", "Allura nistaqsi jekk dan huwiex minnu u jekk huwa minnu għalfejn ġara hekk.", "Nistaqsi wkoll jekk huwiex minnu li d-dikjarazzjoni Libjana ta' l-extenison tal-fisheries protective zone tagħha saret fl-24 ta' Frar.", "Kien proprju nhar it-22 ta' April li l-Ministeru ta' l-Affarijet Barranin Malti ġie rrapporat li bagħat nota uffiċjali lill-gvern Libjan, fejn f'din in-nota pprotesta dwar l-estensjoni ta' 62 mil nawtiku għaliex kien se jaffettwa dawk li jissejħu l-fishing grounds storage tas-sajjieda Maltin, l- aktar ta' dawk li jużaw metodi tradizzjonali ta' sajd konsistenti mal- policies ta' konservazzjoni ta' żmenijietna.", "Lejn l-aħħar ta' April, il- gvern Malti lmenta mal-ġurnalisti lokali li dan l-iżvilupp mhux biss qanqal tħassib serju fin-naħa Maltija iżda l-gvern tiegħu kien se jaffronta din il-problema fuq iż-żewġ binarji tal-front diplomatiku u tal-front politiku.", "Sur President, ma ninsewx li dan li qed nirriferu għalih ma ntqalx il- bieraħ jew tlett ijiem ilu iżda ntqal tliet xhur ilu.", "Sa minn dakinhar, in- naħa Maltija kienet ilha titlob il-parti l-oħra sabiex tispeċifika x'inhuma l-coordinates preċiżi taż-żona tas-sajd tagħhom.", "Dan għaliex sa dakinhar in-naħa Maltija la kienet taf fejn tibda u lanqas fejn tispiċċa din iż- żona.", "Min-naħa Libjana rrapportat li hi kienet għarfet lill-Ġnus Magħquda bid-deċiżjoni tagħha fid-9 ta' April u dan kienet għamlitu b'digriet li għaddiet lill-istess għaqda.", "Fil-prattika dan ifisser li l-ebda sajd m'hu permess f'din iż-żona sakemm ma jkunx hemm awtorizzazzjoni min-naħa Libjana skond il-liġijiet u r-regoli tal-Ġemaħerija.", "Dakinhar stess, jiġifieri tliet xhur ilu, il-gvern Malti talab lil-Libjani sabiex jinżammu taħdidiet u jkun hemm koordinazzjoni dwar approach komuni fuq il-ħarsien tal-fisheries f'din l-area partikolari.", "Dan għar-raġuni sempliċi li kull sajjied Malti li jidħol f'din iż-żona ġdida jkun qiegħed jipperikola lilu nnifsu u jkun qiegħed jirriskja l-arrest jew il-possibilita` li jiġi mitlub iħallas somma sostanzjali għall-permessi meħtieġa.", "Mill-informazzjoni li għandi jidher li s-somom involuti għall- liċenzji tas-sajd għall-blue fin tuna fil-Libyan waters ivarjaw minn 250,000 dinar Libjan għal 400,000 dinar Libjan.", "Fil-bidu ta' Mejju l-Ministru Frendo stqarr li l-ambaxxata Maltija fi Tripli kienet qiegħda titlob ta' kuljum tagħrif min-naħa Libjana – fil-fatt ġie kkwotat li qal \"on a daily basis\" - sabiex tiġi stabbilita l-estensjoni ta' din iż-żona ta' sajd.", "Ovvjament dan sabiex inkunu nafu kemm u kif se jintlaqtu s-sajjieda Maltin, kif ukoll sabiex inkunu nafu kemm mill-fishing grounds storiċi tagħhom, qiegħda tipprova tikkappara l-Libja.", "Fid-digriet mgħoddi lill-gvern Malti fil-bidu ta' April, in-naħa Libjana jingħad li qalet li l-ebda sajd ma jista' jsir fil-fishing preservation zone sakemm dak li jkun ma jkollux il-permessi meħtieġa ta' l-hekk imsejħa awtorita` kompetenti.", "Dan intqal mingħajr ma ġiet identifikata liema hi din l- awtorita` kompetenti!", "Fil-fatt ħafna mill-milqutin ilmentaw magħna li filwaqt li d-deċiżjoni kienet diġa` fis-seħħ, kien għadu mhux magħruf liema kienet l-awtorita` kompetenti li kienet se tinforza dawn ir-regolamenti ġodda.", "Wieħed irid iżomm f'moħħu wkoll li l-Libja m'hijiex firmatarja ta' l-UNCLOS, jiġifieri l-konvenzjoni tal-Ġnus Magħquda fuq il-qiegħ tal-baħar.", "Taħt din il- konvenzjoni kien ikollha l-obbligu li tipprovdi mappa dettaljata, flimkien ma' tagħrif ieħor dwar id-deċiżjoni meħuda, fejn turi biċ-ċar il-bidu u t- tmiem ta' din l-imbierka żona esklużiva.", "Sur President, li huwa ta' għajb dwar dan kollu huwa li l-gvern Malti mhux biss wera ruħu impotenti f'dawn iċ-ċirkostanzi diffiċli u mhux talli żamm lill-poplu Malti u Għawdxi fl-għama dwar dan kollu - inkluża l-oppożizzjoni Laburista meta suppost għandna Foreign and European Affairs Committee li ġieli jiltaqa' darbtejn jew tliet darbiet fil-ġimgħa - iżda lanqas ħass id- dmir jew il-ħtieġa li jżomm aġġornat lil dawk kollha li jaqilgħu l-għajxien tagħhom minn dan is-settur, fosthom il-koperattiva tas-sajd.", "F'din l- affari ma nafx min għandu raġun pero` l-koperattiva tas-sajd allegat - u nerġa' ngħid allegat u mhux qed ngħidu bħala stat ta' fatt - li l-gvern Malti kien ilu jaf b'din il-bawxata minn Frar u mhux minn April.", "Madankollu llum lest li noqgħod fuq il-kelma tal-ministru.", "Il-konsegwenza kulħadd jaf x'inhi; li min huwa dahru wiesa' u min għandu l- mezzi finanzjarji loġistiċi, issa se jkun jista' jħallas għal dawk il- permessi li sajjieda normali ma jifilħux iħallsu minkejja li ilhom jistadu f'dawn l-ibħra għal snin sħaħ.", "Huwa fl-istess spirtu li ftaħt l-intervent tiegħi bih li rrid nerġa' ntenni li l-konsegwenza immedjata li ffaċċjajna kienet dik li spiċċajna b'sajjieda barranin fl-area ristretta għas-sajd li kien għad fadlilna.", "F'nofs Mejju ta' din is-sena, il-Prim Ministru qalilna li l-kwestjoni kienet qed tiġi diskussa mal-Libya bħala tilwima fuq il- front diplomatiku politiku.", "Sur President, bir-raġun kollu s-sajjieda ma tantx sabu konsolazzjoni f'dan il-kliem diplomatiku għaliex kienu ilhom li ntebħu li b'din it-tattika ma konna se naslu mkien.", "Il-president tal-koperattiva għamel allegazzjoni serja meta stqarr li pajjiżi oħra saru jafu bl-intenzjonijiet Libjani sa minn xhur qabel Malta saret taf.", "Għalkemm id-dettall huwa irrilevanti għad- dibatittu tal-lum, kulħadd jaf li hemm diversi ġganti Ewropej fl-industrija tas-sajd li wrew interess attiv fl-akkwist ta' dawn l-exclusive rights fl- ibħra ġodda Libjani kontra pagamenti qawwija u goffi.", "Sadanittant il- koperattiva tas-sajd baqgħet tikkarga l-kritika tagħha, tant li allegat li l-kwestjoni fin-nofs ma kenitx waħda ta' konservazzjoni tal-fishing stocks, l-aktar meta ġie rrapportat li l-pajjiż ġirien tagħna kien qiegħed ikabbar il-flotta tas-sajd tiegħu.", "Sur President, jekk il-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin kien kawt u mans il-ħin kollu, is-sajjieda Maltin ma tantx sabu konsolazzjoni fil-ministeru ta' l-Onor.", "George Pullicino għaliex kulma ġie rrapportat li qal fl-istampa lokali kien biss li s-sajjieda Maltin qed jingħataw il-parir li jimxu bil- mod u b'mod kawt sakemm din it-tilwima tiġi kkjarifikata.", "Dan seħħ fil- bidu ta' Mejju ta' din is-sena, jiġifieri xahrejn u nofs ilu.", "Fit-8 ta' Mejju tħabbar uffiċjalment li l-gvern Malti kien qed jistenna delegazzjoni ta' esperti tekniċi Libjani sabiex tiġi diskussa din il-problema, għalkemm sa dakinhar ma kenux għadhom ġew imħabbra dati speċifiċi.", "Allura billi dan il-kliem intqal xahrjen u nofs ilu, nixtieq nistaqsi jekk din id-delegazzjoni kenitx waslet Malta.", "Saru xi taħdidiet rilevanti?", "Jekk iva, ma' min kienu u x'kien l-eżitu tagħhom?", "Huma min huma l-private players involuti f'din il-kwestjoni u li ssemmew ukoll fil-media lokali, naqbel mal-Ministru Frendo meta qal li kellu jibqa' jittratta din il- kwestjoni bħala tilwima bejn stat u stat.", "Pero` rrid nistaqsi xi pressjoni baqa' jagħmel il-gvern Malti dwar id-dewmien esaġerat sabiex waslu l-famużi coordinates, li kif qal tajjeb il-ministru, dawn waslu jumejn ilu u li b'kumbinazzjoni lejliet id-dibattitu parlamentari dwar dan is-suġġett.", "X'leverage uża l-gvern Malti ma' l-Unjoni Eworpea, aktar u aktar meta l- kummissarju għas-sajd inzerta li huwa l-uniku kummissarju Ewropew Malti fil- kummissjoni Ewropea?", "F'nofs Mejju ta' din is-sena, il-kollega tiegħi l-Ministru Frendo, ħabbar li l-Ministeru għall-Affarijiet Barranin Libjan kien wiegħdu li se jibgħat delegazzjoni f'pajjiżna ħalli jitkomplew it-taħdidiet.", "Jista' l-ministru jgħidilna f'ordni kronoloġika meta saru dawn it-taħdidiet, ma' min saru, fejn saru u min kien involut fihom?", "Nerġa' ngħid li dan kollu qiegħed nistaqsih għaliex aħna, bħala membri fil-Kumitat Permanenti għall- Affarijiet Barranin u Ewropej tħallejna kompletament fid-dlam dwar din il- materja.", "Ara l-bieraħ, għalkemm ma kien hemm xejn fuq l-aġenda, il- ministru ppospona d-diskussjoni fuq iċ-CHOGM u ddedika l-ewwel għaxar minuti ħalli jaġġornana fuq il-problema ta' l-imigrazzjoni llegali.", "Jien ħassejt li fid-diversi laqgħat li kellna minn dak iż-żmien li feġġgħet il-problema, il-ministru kien messu sab il-ħin u l-okkażjoni sabiex jagħmel l-istess ħaġa mal-Kumitat Permanenti għall-Affarijiet Barranin u Ewropej għaliex dan il-kumitat kellu kull interess li jżomm ruħu aġġornat dwar is- suġġett.", "Hija xi ħaġa ironika li filwaqt li l-gvern Malti kien qed jitlob lil-Libya sabiex tissospendi din l- hekk imsejħa self-declared conservation zone, is-segretarjat tal-kumitat ġenerali tal-poplu stqarr fl-istess nifs li kien diġa` ddeċieda dwar l-implimentazzjoni tar-riżoluzzjoni marbuta ma' din id-deċiżjoni.", "Jidher li meta l-Ministru Tonio Borg iltaqa' mal- ministru ta' l-intern Libjan, din il-kwestjoni lanqas biss tqanqlet f'dan il-livell.", "Anzi sabiex inkun preċiż, ġurnal lokali kkwota lill-Ministru Tonio Borg igħid li t-tilwima dwar iż-żona tas-sajd ma kenitx fuq l-aġenda tat-taħdidiet ministerjali li kien se jkollu mal-ministru Libjan.", "Sur President, f'nofs Mejju l-Prim Ministru mhux biss reġa' tenna li din il- kwestjoni kienet qed tiġi indirizzata diplomatikament fuq livell bilaterali iżda qalilna li kienet qed tiġi indirizzata wkoll fuq livell Ewropew.", "Għalhekk naħseb li jkun interessanti li fil-winding up, il-ministru jagħtina d-dettalji kollha dwar x'inizjattivi ħa l-gvern fuq livell Ewropew, ma' min u x'kien l-eżitu ta' dawn l-inizjattivi li ttieħdu.", "Kulħadd jaf li l-Ewropej - fil-fehma tagħna - x'aktarx baqgħu pass lura, aktar u aktar minħabba li fin-nofs hemm kumpanniji Ewropej kbar li għandhom interess f'dan kollu.", "Fosthom hemm kumpannija kbira Spanjola li tefgħet għajnejha fuq it-tuna farming operations ġewwa Wied il-Għajn.", "Sur President, naħseb li kien insult għall-intelliġenza tagħna li nisimgħu lil xi ħadd jgħidilna li din il-problema hija marbuta biss mal-ħarsien tal- marine environment.", "Bil-mod il-mod bdejna nsiru nafu bl-impotenza politika tal-Kummissjoni Ewropea fid-dawl ta' dan kollu.", "Tant hu hekk li minkejja li kelliem għall-Kummissarju Borg qal li kienu se jsiru konsultazzjonijiet ma' l-istati membri ħalli jaraw kif jimxu 'l quddiem, dan stqarr li d- designation ta' l-ibħra territorjali u fishing protection zones hija 'l barra mir-remit ta' l-Unjoni Ewopea.", "Dan juri biċ-ċar li bħal fil-każ tal- klandestini illegali, minkejja l-ħafna kliem ta' konfort minn diversi ministri fil-laqgħat ministerjali li attenda l-Onor.", "Frendo, jidher li ħallewna kompletament waħedna anke f'din il-kwestjoni taħraq.", "Qiegħed niskanta kif il-Gvern Malti ma qalx li l-Unjoni Ewopea ilha tinkoraġġixxi designation ta' żoni protetti għas-sajd fil-Mediterran sa mis-sena 2003, meta dak iż-żmien kienet saret konferenza ministerjali.", "L-Unjoni Ewropea kienet għamlet dan bil-patt u l-kondizzjoni li jkun hemm konsultazzjoni serja mal-partijiet kollha konċernati.", "Kif aċċenna l-ministru fl-intervent introduttorju tiegħu, meta fl-imgħoddi l-Kroazja u Spanja kienu ħadu passi simili biex jimponu fishing conservation zones unilateralment mingħajr ma jagħrfu lill-membri l-oħra ta' l-Unjoni Ewropea, kienu ġew imċanfrin waħda sew.", "Pero` ħalli niġu għal dak li ġara mat-Tuneżija.", "Huwa fatt magħruf li ftit ilu kemm il-Libya kif ukoll it-Tuneżija laħqu ftehim bilaterali dwar is-sajd li jagħti spazju għal ħafna inizjattivi u partnerships mill-interessi privati, speċjalment ta' tuna ranching u fattening industries.", "Jekk aħna l-membri parlamentari ġejna għal żmien twil imħollijin fid-dlam, l-istess jista' jingħad għall-ġurnalisti lokali.", "Kellna każ speċifiku fejn il-Ministru Frendo l-ewwel qal li ma kellux taħdidiet bilaterali mal-parti Libjana fuq dan is-suġġett fil-Five Plus Five u mbagħad fi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari tiegħi, ammetta li effettivament kienu saru one-to-one discussions mal-ministru konċernat.", "Daqshekk ieħor ma nafx għaliex kellna nsiru nafu mill-media - u mhux mill- Ministru Frendo nnifsu jew permezz tad-dipartiment ta' l-informazzjoni - dwar dikjarazzjoni Tuneżina li testendi ż-żona tas-sajd tagħha.", "Id- deċiżjoni tal-gvern Malti li jiddikjara ż-żona ta' konservazzjoni tas-sajd tiegħu jmissha ttieħdet ferm qabel, għalkemm bħala prinċipju naqblu magħha.", "Sur President, irrid nagħmilha ċara li aħna dejjem ħdimna u se nkomplu naħdmu biex ikollna l-aħjar relazzjonijiet mal-pajjiżi ħbieb ġirien tagħna, il-Libja u t-Tuneżija, kemm fuq livell bilaterali kif ukoll f'fora internazzjonali.", "Iżda fejn jidħlu d-drittijiet sovrani ta' pajjiżna, aħna bħala partit Laburista, partit serju fl-oppożizzjoni, inkunu qed nittradixxu l-interessi tal-poplu li tellagħna biex nirrappreżentawh, jekk ma neħdux l-istand komuni li sejrin nieħdu llejla fil-parlament.", "Huwa fl- isfond ta' dan kollu li aħna se nivvotaw flimkien mal-gvern dwar din il- liġi għax f'kull ħaġa li nagħmlu, minflok infittxu l-interessi partiġġjani jew il-kisba tal-voti a skapitu ta' ħaddieħor, inpoġġu l-ewwel u qabel kollox l-interess nazzjonali.", "Nixtieq nagħmel appell finali, mingħajr ma nkun bl-ebda mod partiġjan f'dak li se ngħid.", "Naħseb li wasal iż-żmien, minħabba din l-issue u indipendentement minn din l-issue, li bl-iktar mod pożittiv, bl-aktar mod bilanċjat u bl-aktar mod oġġettiv, nagħmlu stocktake tar-relazzjonijiet tagħna mal-Libja b'mod mill-iktar ħolistiku.", "Għax għalkemm superfiċjalment jidhru relazzjonijiet korretti, ma nħossx li huma profondi biżżejjed daqskemm ġieli kienu fl-imgħoddi u daqskemm għandhom ikunu fiċ-ċirkostanzi tal-lum.", "Lanqas inħoss - dan qed ngħidu bl-ikbar sens ta' responsabbilta` - li huma bbażati fuq dak is-sens qawwi ta' fiduċja reċiproka li wieħed jistenna f'ċirkostanzi bħal dawn.", "Jekk kien hemm xi inizjattiva Libjana biex tinbena xi kooperazzjoni fil- qasam tas-sajd, kif allegajt fil-bidu, din għandha tiġi esplorata, riattivata u estiża jekk hemm bżonn anke fl-ipproċessar u d-distribuzzjoni tal-prodotti tal-ħut.", "L-appell sinċier tiegħi hu li jingħata nifs ġdid lir- relazzjonijiet bejn iż-żewġ pajjiżi għax bħalissa nħoss li għalkemm dawn huma korretti, huma statiċi u formali għall-aħħar.", "Nistaqsi, per eżempju, x'ġara miż-żjara li kellu jagħmel xi darba l-mexxej Libjan f'pajjiżna.", "Din għadha se tiġi indirizzata jew baqgħet biss fuq il-karta?", "Naħseb li jekk għandha ssir, issa huwa ż-żmien opportun biex l-affarijiet jiġu ċċarati fl-ogħla livell, imma nerġa' ngħid mhux fil-kontest biss ta' dak li qegħdin niddiskutu llum - biex ma niġix miżinterpretat u kkwotat ħażin - imma fil-kummerċ wiesa', fil-big picture tar-relazzjonijiet bilaterali tagħna bħala żewġ pajjiżi ħbieb u ġirien.", "U hawn qed nitfa' kollox fil-qoffa; qed nitfa' l-kummerċ, qed nitfa' l-visas li għad hemm diffikultajiet fuqhom, qed nitfa' x-xiri ta' żejt mil-Libja li l-gvern Malti kapriċċjożament waqqaf mingħajr ma ta spjegazzjoni ġustifikata, in- nixfa ta' investiment ġdid Libjan f'Malta u diversi oqsma oħra topiċi ta' kooperazzjoni ekonomika, soċjali u politika.", "Aħna li tul is-snin ikkoltivajna b'impenn qawwi r-relazzjonijiet tagħna mal- Libja, b'mod partikolari taħt gvern Laburista u indipendentement mill- istatus tagħna fl-Unjoni Ewropea, ma nistgħux issa li hemm il-ftuħ ekonomiku u l-liberalizzazzjoni fil-Libja, naffordjaw li naqgħu lura, iżjed u iżjed meta ħaddieħor għaddej full speed ahead biex ikabbar ir-rabtiet u negozju tiegħu ma' dan il-pajjiż ħabib ġirien tagħna.", "Huwa f'dan l-isfond li aħna qed nestendu l-appoġġ tagħna lill-gvern Malti għal din il-liġi.", "Nirringrazzjak.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Jason Azzopardi.", "ONOR.", "JASON AZZOPARDI: Sur President, qabel xejn nixtieq nagħmel kumment dwar dak li qal l-Onor.", "Brincat fl-introduzzjoni tad-diskors tiegħu.", "L- Onor. Brincat qal li Malta ġiet umiljata jew mibruxa b'din id-deċiżjoni tal- gvern Libjan.", "I beg to differ għal żewġ raġunijiet.", "L-ewwelnett irridu nneħħu l-idea żbaljata li l-gvern Libjan ħa xi deċiżjoni li taħt id-dritt internazzjonali ma kellux jieħu.", "It-tieni, ladarba l- Onor. Brincat uża l-kliem \"il-gvern Malti ġie umiljat\", naħseb li iktar konna umiljati, bħala gvern, meta pajjiż ġar tagħna, kien bagħat gunboat biex jhedded oil rig li kien ġie mqabbad mill-gvern Malti biex jesplora ż- żejt.", "Naħseb li hemmhekk Malta kienet umiljata, meta pajjiż li konna niftaħru li kien blood brother magħna, bagħat gunboat jhedded l- esplorazzjoni taż-żejt ta' pajjiżna.", "Sur President, dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna qiegħed qabel xejn jelimina sproposito legale.", "Għaliex qed ngħid dan?", "Għax it- Territorial Waters and Contiguous Zone Act li qiegħda tiġi emendata qed tirriferi għall-frażi li m'għadhiex tintuża fid-dritt internazzjonali.", "\"Territorial Waters\" huwa terminu anakronistiku li kien jintuża fis-snin sebgħin - fil-fatt il-liġi kient saret fl-1971 - u tirrifletti l-passat kolonjali tagħna, pero` r-reġim legali nbidel u llum m'għadniex nibbażaw irwieħna fuq il-konvenzjoni ta' Ġinevra ta' l-1958 iżda fuq l-UNCLOS ta' l- 1982.", "Allura t-terminu proprju eżatt huwa \"Territorial Sea\".", "Għalhekk permezz ta' klawsola 2 ta' dan l-abbozz ta' liġi l-gvern qed ibiddel il-frażi u qed jgħid \"sovereign rights for Malta, for the purpose of exploring and exploiting, conserving and managing\".", "Mela l-Att dwar l- Ibħra Territorjali u ż-Żona Kontigwa, Kap. 226, qed jiġi emendat sabiex tiġi riflessa l-pożizzjoni fid-dritt internazzjonali għax qegħdin nibbażaw irwieħna fuq artiklu 56 ta' l-UNCLOS.", "Għall-finijiet ta' sajd, l-ibħra territorjali se jiġu estiżi sa 25 mil, fejn hemmhekk għandna diġa` sovereign rights diġa`.", "Pero` l-abbozz ta' liġi qed isemmi oltre dawk il- 25 mil.", "Hawnhekk se nagħmel suġġeriment żgħir u forsi ftit tekniku.", "Huwa importanti ħafna li nduru l-liġijiet ta' pajjiżna kollha għax kull fejn hemm il-kliem \"territorial waters\", għandhom jiġu \"territorial sea\" biex jirriflettu l-aħħar żviluppi fid-dritt internazzjonali.", "Klawsola 2 ta' dan l-abbozz ta' liġi titkellem dwar drittijiet sovrani bil- għan li jiġu esplorati, esplojtati, konservati u maniġġati r-riżorsi naturali living and non-living.", "Din hija importanti għax in-non-living resources fid-dritt internazzjonali jfisser iż-żejt.", "Bil-kliem \"living resources\" wieħed jirriferi għas-sajd filwaqt li bil-kliem \"non-living natural resources\" fid-dritt internazzjonali tfisser u tinkludi żejt u kull tip ta' enerġija li għada pitgħada tista' tiġi minn riħ jew mewġ.", "Dak huwa l-ewwel kumment li ridt nagħmel imma mbagħad irrid nagħmel kumment li nagħlaq bih.", "Huwa importanti li ninnotaw li klawsola 2 qed tuża l-frażi \"beyond the limits laid down in article 3(2) of the Territorial Waters and Contiguous Zone Act\", jiġifieri beyond the 25 nautical miles.", "Mela din il- liġi qed tagħti d-dritt għall-ewwel darba f'pajjiżna li l-prim ministru jistabbilixxi b'ordni exclusive economic zone, li huwa dritt mogħti u regolat mill-UNCLOS.", "Hawnhekk irrid nagħmel daqsxejn ta' riflessjoni.", "Naħseb li hija ħasra li l- pajjiżi tal-Mediterran jiddikjaraw exclusive economic zone għax idealment peress li huwa baħar żgħir, appena pajjiż jiddikjara exclusive economic zone, ikun qed jimpinġi fl-ibħra viċin pajjiżi oħrajn.", "Naħseb li huwa xi ftit reluctant li qed ikollna nilleġislaw b'dan il-mod pero` ġaladarba pajjiżi ġirien illeġislaw f'dik id-direzzjoni, huwa tajjeb li l-gvern Malti qiegħed jilleġisla biex ikollna l-infrastruttura legali f'pajjiżna biex inħarsu d-drittijiet tagħna f'dak li għandu x'jaqsam ma' sajd.", "Punt ieħor li rrid insemmi huwa li issa li Malta saret membru ta' l-Unjoni Ewropea, appena u jekk il-Prim Ministru għada pitgħada jiddikjara, permezz ta' din il-liġi b'ordni, li jkollna din it-tip ta' żona, hemmhekk ma jibqax biss interess domestiku, imma jkun interess ta' l-Unjoni Ewropea.", "Huwa hawn fejn ma naqbilx ma' dak li xi kultant jingħad.", "Jekk għada pitgħada din l-ordni ssir mill-Prim Ministru l-Unjoni Ewropea ma tibqax biss ta' interess nazzjonali imma ssir a community issue.", "Huwa importanti ħafna li dan nispjegawh.", "Sur President, artiklu 3 ta' kapitlu 425, jiġifieri l-liġi dwar is-sajd, jagħti definizzjoni ta' x'inhuma fishing waters.", "Fil-fatt paragrafu (c) ta' artiklu 3 igħid hekk:", "\"The fishing waters of Malta comprise:", "any other marine waters over which sovereign rights for the purpose of exploring and exploiting, conserving and managing the living resources therein are claimed by proclamation, law or convention ...\".", "Permezz ta' dan l-abbozz ta' liġi qegħdin nirranġaw ukoll sproposito legale għax paragrafu (c) ta' artiklu 3 jitkellem dwar proclamation u aħna m'għandniex proclamations.", "Għalhekk qed tintuża l-kelma \"order\".", "Mela permezz ta' dan l-abbozz ta' liġi qed nemendaw dan l-artiklu, qegħdin niskattawh u qed nagħtu poter lill-prim minustru għall-ewwel darba biex jiskatta s-subinċiż ta' dik il-liġi li għandna.", "Dan ifisser li l-prim ministru qed jiġi mogħti poteri biex jiddikjara x'inhuma l-fishing waters skond il-liġi li konna għaddejna fl-2001, jiġifieri l-Fisheries Conservation and Management Act.", "Fil-bidu semmejt iż-żejt.", "Skond id-dritt internazzjonali, l-exclusive economic zone ma tistax tmur oltre minn 200 mil nawtiku.", "Dan huwa l- massimu.", "Pero` l-international law tgħid ukoll li jekk id-distanza bejn żewġ pajjiżi hija inqas minn 400 mil nawtiku, irid ikun hemm ftehim għad- delineazzjoni.", "U se nikkwota l-qorti internazzjonali tal-ġustizzja li tgħid hekk:", "\"An agreement that establishes an equitable solution.\"", "L-avukati li jipprattikaw id-drittijiet internazzjonali din igħidulha \"customary international law\".", "Allura huwa importanti ħafna li Malta - kif spjega tant tajjeb il-ministru u m'għandix dubju li se jkompli jispjega - tibqa' tinsisti li jkun hemm an equitable solution.", "Il-ministru għadu kemm iddikjara li rċevejna dawn il-coordinates.", "Għalhekk issa huwa importanti li naraw minn fejn tibda din iż-żona li ddikjaraw il- Libjani.", "Ma tantx trid għerf biex tassumi li l-Libjani jridu jkunu konsistenti mal-każ dwar il-blata kontinentali.", "Għax jekk fil-każ tal- blata kontinentali, il-Libjani kienu ddikjaraw li l-baseline jibda mill- Gulf of Sirte, ħaġa li Malta dejjem ipprotestat kontriha, anke pajjiżi oħrajn, fosthom l-Amerika, huwa importanti li nkomplu ninsistu li għalina fid-drittijiet internazzjonali l-baseline ma jibdiex mill-Gulf of Sirte imma mill-kosta.", "II-Gulf of Sirte m'huwiex internal water.", "Għaliex qed ngħidu dan?", "Għax fid-dritt internazzjonali hemm il-prinċipju ta' l-acquiescence, anke skond sentenzi ta' l-International Court of Justice.", "U sakemm Malta tibqa' tipprotesta u topponi d-deċiżjoni u l-interpretazzjoni Libjana li l- baseline ma jibdiex mill-Gulf of Sirte imma mill-kosta, kif qiegħda tagħmel, qatt ma nistgħu niġu akkużati li aħna kellna b'xi mod acquiescence, jew li aċċettajna din id-deċiżjoni Libjana.", "Il-gvern dejjem hekk għamel permezz tal-ministeru ta' l-affarijiet barranin u jien ma nistax nifhem il-kritika li għadu kemm għamel l-Onor.", "Brincat, li kienet inġusta u skorretta.", "Sur President, hawnhekk se nagħmel riferenza għall-kliem \"historic rights\".", "Kien korrett ħafna l-ministeru ta' l-affarijiet barranin meta tkellem - u għamel riferenza għaliha l-Onor.", "Leo Brincat mingħalija f'April li għadda - dwar id-drittijiet storiċi ta' ċerti sajjieda Maltin.", "Dawk l-ibħra li jistgħu b'xi mod jaqgħu taħt iż-żona tal-Libjani permezz taż-żona li ddikjaraw, xorta waħda għandna d-dritt nibqgħu nissieltu għalihom.", "Għaliex?", "Għax fil-każ deċiż mill-International Court of Justice fl-1982, bejn il-Libja u t-Tuneżija, l-hekk imsejħa Libyan-Tunisian case, il-konċett ta' historic rights ġie rikonoxxut.", "U hemmhekk il-qorti kienet qalet li jekk hemm drittijiet storiċi, jiġifieri jekk is-sajjieda ilhom jistadu hemmhekk għal numru ta' snin, allura għandek il-konċett ta' historic rights u dak id-dritt ma jintilifx.", "Dan ifisser li l-Libja għandha l- obbligu li tirrispetta dak id-dritt tas-sajjieda Maltin.", "Hawn se nagħmel proposta żgħira u umli ħafna daparti tiegħi, dwar jekk nistgħux niftiehmu jew nipproponu li jkun hemm reġistru ta' dawn id- dgħajjes, biex ma jkunx hemm malintiżi u ħadd mil-Libjani ma jgħid li ma kenux jafu liema huma s-sajjieda li jistadu f'dawn l-ibħra.", "Nistgħu wkoll nipproponu moratorium li għal numru kbir ta' snin jista' jiġi garantit lis- sajjieda u meta għada pitgħada jispiċċaw, dak id-dritt jispiċċa.", "Hawnhekk m'iniex qed ngħid affarijiet ġodda, Sur President.", "Dawn huma affarijiet li ġew proposti diversi drabi anke fil-fora internazzjonali, fid- dritt internazzjonali.", "Jien nemmen li għamel sew il-ministeru li għamel riferenza għall-frażi \"historic rights\".", "Skond il-liġi internazzjonali huwa dritt sagrostant li jekk hemm xi sajjieda Maltin li b'xi mod ġew milquta b'dik id-dikjarazzjoni, xorta waħda d-dritt tagħhom għandu jiġi salvagwardat.", "Sur President, fil-bidu għedt li huwa interessanti ħafna li permezz ta' dan l-abbozz ta' liġi l-Prim Ministru qed jingħata l-poter li jiddikjara \"for the exercise of jurisdiction beyond the territorial waters of Malta with regard to\", fost oħrajn \"the establishment and use of artificial islands, installations and structures\".", "Se nagħmel kumment żgħir u nagħlaq hawn, għax ma rridx nieħu l-ħin ta' ħaddieħor.", "\"Artificial islands\" is another word in international law for oil rigs.", "Hawnhekk qegħdin nieħdu d- diċitura ta' section 56 ta' l-UNCLOS, m'għandna xejn ġdid.", "Il-kelma \"installations\", - hawnhekk qed nagħmel argument ftit akkademiku - tista' tinkludi wkoll l- istallazzjonijiet li jiġġeneraw il-wind energy.", "U jekk għada pitgħada l- ibħra li jistgħu jiġu taħt iż-żona dikjarata mill-Prim Ministru Malti ma jkunux fondi biżżejjed biex isir wind farm fihom, jew dak li jissejjaħ marine windmill, dan xorta waħda ikun jista' jsir.", "Għalhekk huwa importanti li l-parlament japprova dan l-abbozz ta' liġi għax permezz tiegħu l-Prim Ministru Malti, jekk għada pitgħada jħoss li għandu jiddikjara b'ordni din iż-żona għal Malta, inkunu nistgħu nilqgħu għal din l-eventwalita` għall-ġid tagħna u għall-ġid ta' kulmin jista' jkun interessat f'dan ir-rigward.", "Nirringrazzjak.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Noel Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Sur President, m'hemmx dubju li dan l-abbozz ta' liġi hemm marbuta miegħu wkoll il-provvista tal-qabda tal-ħut frisk, l- industrija tat-turiżmu, ix-xogħol u l-għajxien tas-sajjieda Maltin u Għawdxin kif ukoll parti mill-provvista ta' l-ilma, inkluża l-ħajja f'qiegħ il-baħar.", "Jekk pajjiżna jestendi l-ibħra tas-sajd tiegħu biex isostni prinċipji daqstant importanti, kemm għall-ġid soċjo-ekonomiku kif ukoll għall-ġid komuni, u biex jipproteġi wkoll l-ispeċi tal-ħut u l-ħajja f'qiegħ il- baħar, daqstant ieħor irid jiffoka fuq il-problemi li kontinwament qed jheddu l-għajxien u l-mistjier tas-sajjieda Maltin u Għawdxin.", "Fost dawn hemm l-aħħar żviluppi li bi dritt, pajjiżi ġirien tagħna għamlu kif se nagħmlu aħna, biex bħala stati sovrani jħarsu ċerti prinċipji u cioe' l-ġid komuni tal-popli u ta' l-ekonomija tagħhom.", "Għandna nifhmu mill-ewwel li l-problema li pajjiżna qed jiffaċċja bħalissa hi li fl-ibħra li fihom kienu jistadu s-sajjieda tagħna żviluppaw problemi ġodda u hawn qed nirriferi għall-każ ta' l-ibħra tas-sajd Libjani.", "Filwaqt li nemmen li għandna nipparteċipaw sabiex nindirizzaw sfida bħal din, nipproponi li din l-istqarrija ma tkunx biss permezz ta' abbozz ta' liġi li l-gvern qed iressaq, imma norganizzaw delegazzjoni miż-żewġ naħat tal-Kamra biex permezz tagħha nistabbilixxu xi forma ta' ftehim immedjat - peress li s'issa l-gvern għadu ma wasalx biex jagħmel dan - ħalli s-sajjieda tagħna jkunu jistgħu jsostnu l-għajxien tagħhom meta jistadu fit-territorji Libjani.", "Għax jekk verament nemmnu li pajjiżna jrid isaħħaħ r-rabtiet bilaterali, jekk nemmnu li pajjiżna tabilħaqq irid isostni d-dritt tax- xogħol għaċ-ċittadini tiegħu, irridu nieħdu dawk l-inizjattivi li tabilħaqq jwassluna biex niftehmu fuq il-ħteġijiet u l-bżonnijiet importantissimi fiċ- ċirkostanzi li qed isofru s-sajjieda Maltin u Għawdxin u l-familji tagħhom.", "Bħalma jaf kulħadd f'din il-Kamra, fis-snin preċedenti kien hemm diversi arranġamenti taħt diversi gvernijiet, kemm Laburisti kif ukoll Nazzjonalisti, sabiex ikun hemm xi forma ta' ftehim ħalli l-industrija tas- sajd dejjem tiġi msaħħa.", "U dan għal benefiċċju ta' numru ta' fatturi, inkluż l-erba' prinċipji li semmejt, li wħud minnhom jindirizzaw mhux biss il-provvista tal-qabda tal-ħut frisk imma anke l-għajxien tas-sajjieda tagħna.", "Fl-intervent tiegħu sieħbi l-Onor.", "Leo Brincat qal li kien hemm żmien fejn anke konna nistadu f'ibħra partikolari.", "Nista' ngħid li taħt gvern Laburista li servejt jien, kien ġie anke stabbilit protokoll sabiex naraw kif niżviluppaw il-biedja u s-sajd bejn iż-żewġ pajjiżi peress li Malta għandha nuqqas ta' riżorsi, fost oħrajn in-nuqqas ta' spazju ta' l-art, filwaqt li l-Libja għandha kemm ibħra, territorju u provvista ta' enerġija u ta' riżorsi li huma meqjusa fost l-iktar importanti fid-dinja.", "Ikun tajjeb jekk fil-winding up il-ministru jagħti spjegazzjoni dwar dan għaliex it-tip ta' koordinament li ħolqu gvernijiet preċedenti, bil-għan li dejjem jiġu megħluba diffikultajiet bħal dawn li qegħdin nesperjenzaw illum, poġġewh fuq l-ixkaffa.", "Tajjeb li ngħid li taħt l-amministrazzjoni Nazzjonalista, min dak iż-żmien kien ministru responsabbli mill-attivita` marittima u allura kien iffirma dan il-protokoll mal-gvern Malti, wara kien ingħata kariga ta' viċi president tal-kunsill, li hija kariga ta' viċi prim ministru ta' dak iż-żmien, u kien responsabbli mill-affarijiet u l- interessi Libjani fil-mixed commission bejn Malta u l-Libja.", "Irridu neħduha lezzjoni li meta jkollna għodda li tkun tindirizza ċertu operat importanti, m'għandniex inħalluha fuq l-ixkaffa imma rridu nżommuha aġġornata, prattika, ħajja u li tevolvi skond iċ-ċirkostanzi biex ma jkollniex sitwazzjoni bħalma għandna bħalissa, fejn is-sajjieda ilhom għal numru ta' xhur bla possibbilta` li jistadu fejn kienu jistadu qabel.", "Qabel l-elezzjoni dawn is-sajjieda mhux talli ma kenux assigurati min-naħa tal- gvern, talli kien intqal lilhom ħafna diskors li ġaladarba nsiru membri sħaħ fl-Unjoni Ewropea, iktar se jkollhom fejn jistadu.", "Sur President, dan qed ngħidu għax wasal iż-żmien li filwaqt li nsostnu u naraw kif dejjem inġeddu l-liġijiet ħalli nkabbru dak li huwa parti mill- ġid komuni tan-nazzjon tagħna, daqstant ieħor irridu nagħmlu x-xogħol tagħna on the ground.", "Jien ipproponejt li jkun hemm kummissjoni biex tanalizza u tappoġġa l-isforzi tal-gvern biex jipprova jsib soluzzjoni għall-iżvantaġġ li qed isofru s-sajjieda tagħna minħabba l-iżvilupp li għamlu b'mod sovran u demokratiku ċerti pajjiżi bħat-Tuniżija u l-Libja.", "Minbarra hekk inħoss li għandi nappoġġa wkoll kull inizjattiva li bħalissa qiegħda theddet il-ħobża ta' kuljum ta' ħafna sajjieda Maltin u l-familji tagħhom.", "Wasal iż-żmien ukoll li nirriflettu jekk il-protokolli li kienu jeżistu bejn Malta u l-pajjiżi ġirien tagħna, qabel ma sirna membri sħaħ ta' l- Unjoni Ewropea - jidhirli li kellna xi 25 protokoll mal-Libja - għadhomx validi u għadx hemm l-iskop għalihom.", "Jekk għad hemm l-iskop għalihom, irridu naraw x'għandna nemendaw fihom, naraw x'irridu niddiskutu mill-ġdid u naraw kif irridu nsaħħu iktar dawn ir-rabtiet, ħalli dak li sal-bieraħ kien il-ġid komuni, nkomplu nsaħħuh u mhux inċekknuh.", "U dak li aħna nistgħu nsaħħu, irridu nanalizzawh b'mod iktar dettaljat mhux meta jinqalgħu l-problemi.", "Għax ħafna drabi mbagħad tidħol is-suppervja u l-pika fin-nofs, imbagħad tinħoloq ċerta pressjoni li tista' tkun diplomatika jew politika, u l-affarijiet ma jilħqux l-iskop tagħhom bil-konsegwenza li tbati dik il-familja li jkollha problemi biex issostni d-dħul tagħha u f'dan il-każ qed nirriferi għas-sajjieda.", "Jien nemmen ukoll li għadda wisq żmien biex inkomplu nistennew xi forma ta' żvilupp ieħor li l-gvern, kull meta ġie mistoqsi f'dan il-parlament fil-ħinijiet tal-mistoqsijiet, dejjem wieġeb li wasalna biex nilħqu kompromess.", "Ħafna drabi mbagħad minn wara l-kwinti tisma' li meta marru ċerti delegazzjonijiet Maltin biex jipprovaw jindirizzaw din il-problema li għandna ma' saqajna u li, nerġa' ngħid, qiegħda thedded serjament il-ħobża ta' kuljum tas-sajjieda tagħna, dawn tkellmu għal ftit sigħat u follow-up ma kien hemm xejn.", "Hemm rimedji kif insibu soluzzjoni.", "Nemmen li ż-żewġ naħat tal-Kamra għandhom jaħdmu iktar u jevalwaw l- interess komuni ta' xulxin.", "Qegħdin fi żmien meta l-ekonomija tagħna tinsab għaddejja minn diffikultajiet kbar, mhux biss fl-industrija tas- sajd.", "Qegħdin f'sitwazzjoni fejn anke l-industrija ta' l-akwakultura tinsab għaddejja minn problemi serji u kbar u allura jagħmel sens li niffokaw aktar biex nindirizzaw dak li finalment iġib 'il quddiem il-ġid komuni ta' pajjiżna, iġib 'il quddiem id-dritt tax-xogħol tas-sajjieda Maltin u Għawdxin u ta' l-għajxien tal-familji tagħhom.", "Fl-intervent tiegħu l-Onor.", "Jason Azzopardi qagħad isemmi ħafna artikli.", "Naf li huwa avukat u jiena għall-kuntrarju tiegħu nevita li nidħol il-qorti u nippreferi nħallas xi ħaġa żejda biex iz-zalza ma tiġix ogħla mill-ħuta, imma ma nafx għalfejn qagħad ikeskes u semma każ li ġara 35 sena ilu, f'mument daqstant sensittiv u importanti.", "Hu qal li xi darba l-Libja bagħtet patrol boat.", "Ikun aħjar jekk jikber fis-sura tiegħu bħala rappreżentant tal-poplu għax dan id-diskors ma jagħmilx ġid.", "Jekk verament irridu l-ġid għandna niffokaw aktar fuq is-solidarjeta`, għandna niddefendu d-drittijiet tax-xogħol ta' min hu veru fil-bżonn u għandna niffokaw fuq l- intelliġenza tagħna ta' kif se nsostnu iktar l-attivita` bilaterali u diplomatika b'saħħitha mhux biss mal-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea, imma wkoll ma' pajjiżi oħrajn li l-partit Laburista, b'tant sagrifiċċju, dejjem ħadem biex isaħħaħ magħhom.", "Sur President, aħna kellna ħafna ministri, fosthom il-ħabib tagħna l-Onor.", "George Vella, li meta l-partit Laburista kien fil-gvern bejn l-1996 u l- 1998, kien viċi prim ministru u ħadem ħafna biex jara l-politika Ewro- Mediterranja tkompli tevolvi mhux biss fil-qasam marittimu imma anke fil- qasam ta' l-iżvilupp soċjo-ekonomiku ieħor, sabiex isaħħaħ iktar il-fibra, sabiex iċ-ċittadini jgħollu l-livell ta' l-għajxien tagħhom, sabiex tissaħħaħ il-paċi u jissaħħu aktar il-prinċipji ta' solidarjeta`.", "Sur President, jien nappella lill-kelliema li baqa' warajja biex il- kwestjonijiet li setgħu rriżultaw fl-imgħoddi u li forsi setgħu weġġgħu lil xulxin bejn stat u ieħor, f'ċirkostanzi bħal dawn irridu niffokaw dejjem fuq il-fatt li dan il-pajjiż irid ikabbar il-kredibilita` tiegħu, irid ikabbar isem il-ġens tiegħu u jrid ikabbar is-solidarjeta`.", "Għaldaqstant irid jara liema huma l-aktar mekkaniżmi li jolqtu lill-poplu tagħna.", "F'dan il-każ qed nirriferi għall-bżonn urġenti ta' kif mill-ġdid dan il-gvern, bl- appoġġ ta' l-oppożizzjoni, isib mod kif jerġa' jagħti lura d-dritt importanti lis-sajjieda Maltin u Għawdxin sabiex ikunu jistgħu jistadu fl- ibħra li dejjem kienu garantiti lilhom u li dejjem kienu marbuta mar-rwol ta' l-istaġuni tas-sajd tagħhom.", "Nirringrazzjak.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Is-Segretarju Parlamentari Francis Agius.", "ONOR.", "FRANCIS AGIUS (Segretarju Parlamentari): Sur President, naħseb li llum kulħadd jaqbel li għandna quddiemna materja ta' importanza nazzjonali.", "Bi pjaċir ngħid li f'dan il-parlament qed tintwera maturita` politika li tagħmel ġieħ lil dan il-parlament u lill-membri parlamentari tagħna għax nemmen li din l-issue wasslet lil pajjiżi oħrajn f'diffikultajiet kbar ħafna.", "Huwa importanti illi filwaqt li kulħadd f'din il-Kamra jżomm il- fehma tiegħu - naturalment kulħadd huwa wkoll aware mill-passat għax dan ma nistgħux naħarbu minnu - inħarsu 'l quddiem f'realtajiet ġodda għal dak li qed jiġri f'din il-parti tal-Mediterran, f'din il-parti tad-dinja, fil- qasam tas-sajd, fil-qasam tal-konservazzjoni, fil-qasam ta' l-akwakultura u fil-qasam ta' l-użu tar-riżorsi kollha li jeżistu f'qiegħ il-baħar.", "Din l-issue se tagħti lill-gvern Malti l-mezzi legali u tpoġġih fuq l-istess livell mal-gvernijiet tat-Tuniżija u tal-Libja f'dik li hija għodda legali ta' kif ilkoll kemm aħna għandna niddefendu s-sajd u lis-sajjieda tagħna.", "Lil hinn mir-retorika politika, huwa fatt li s-sajd huwa mhedded minn diversi prattiċi, fosthom minn overfishing, u għal dan hemm diversi regolamenti internazzjonali tal-FAO, dik li hija msejħa bħala l-IUU.", "Din is-sena kelli l-okkażjoni li nattendi għal-laqgħa importanti li saret f'Ruma, fejn minkejja l-isforzi kollha ta' regolamentazzjoni, għad fadal ħafna minn dan is-sajd illegali jew li b'xi mod jew ieħor imur kontra l- prattiċi tas-sajd, li jnaqqas il-qabda tal-ħut.", "Kif intqal diġa`, il-miżuri li ttieħdu b'mod partikolari mill-gvern Libjan – din hija wkoll l-intenzjoni tal-gvern Tuneżin - qegħdin iġibu sajjieda li m'humiex ġejjin minn dawn iż-żewġ pajjiżi fl-ibħra li jużaw tradizzjonalment is-sajjieda tagħna.", "Ovvjament meta s-sajjieda tagħna jaraw li ż-żewġ naħat tal-Kamra qegħdin jagħtu l-appoġġ għal din il-miżura jindunaw li m'humiex mitluqin għar-riħhom u m'humiex qegħdin ikunu minsijin.", "Filwaqt li nżommu l-aħjar kuntatti li għandu jkollna – diġa` ssemmew għal diversi raġunijiet problemi oħrajn ta' natura internazzjonali – nemmen li r-rwol tagħna bħala pajjiż sovran u anke bħala pajjiż membru ta' l-Unjoni Ewropea bid-drittijiet u l-obbligi li għandu, huwa li nieħdu l- pass li se nieħdu.", "Anke s-sajjieda stess talbu li aħna nieħdu dan il-pass.", "Nemmen li għandna nħarsu lejn is-sajd b'mod ħafna iktar ħolistiku u għandu jkun hemm aktar kooperazzjoni f'dak li qed isir.", "Jekk inħarsu lejn id- dikjarazzjoni ta' Reykjavik, rigward kif għandna nħarsu lejn l-ambjent marittimu u l-ambjent bħala eko-sistema, jiġifieri li għandek x'imkien fil- baħar fejn il-ħut ibejjet, x'imkien ieħor fil-baħar fejn il-ħut jikber u x'imkien ieħor fil-baħar fejn il-ħut jinqabad - naturalment is-sajjieda tagħna huma esperti f'dan ir-rigward - allura qegħdin nitkellmu fuq riżors li fih innifsu huwa fishy, li jiżloq minn post għal ieħor.", "Hemm min hu kapaċi jaqbad dan il-ħut għax għandu s-saħħa finanzjarja jew għandu l-kapaċita` li jkun jaf fejn għandu jagħmel il-qabdiet tiegħu, u allura dawn ikunu aktar qabdiet effiċjenti, imma rridu nħarsu wkoll lejn il- possibbiltajiet – dawn issemmew anke hawnhekk - ta' tuna ranching, ta' tuna penning, possibbiltajiet ta' akwakultura u possibbiltajiet ta' speċi ġodda li jistgħu jitkabbru.", "Għax ngħidu x'ngħidu u nagħmlu x'nagħmlu, in the long term il-futur tas-sajd huwa bħal dak tal-biedja, fejn minflok il- bniedem jibqa' jikkaċċja, jibda jkabbar dak l-oġġett.", "Ovvjament anke għal dan hemm proviżjonijiet ambjentali li pajjiżna qed jidħol għalihom u jien konvint li bil-consensus ta' l-oppożizzjoni, anke f'dak li jirrigwarda l- common fisheries policy li lkoll naqblu fuqha, jipprovdi għal din l- eventwalita`.", "Sur President, meta bniedem ikun kawt, juri ċerta riżerva u jgħid kelma inqas, m'għandux jitpinġa bħala wieħed li huwa dgħajjef, li m'huwiex kapaċi jew li huwa inkompetenti.", "Anzi jien naħseb li bniedem li jkun kapaċi jsarraf il-kawtela tiegħu biex jilħaq l-għan aħħari tiegħu, huwa iktar bniedem bil-għaqal u huwa iktar politiku bil-għaqal.", "Jien nappella b'mod partikolari lill-media għax jista' jkun li diġa` saret ċertu ħsara b'ċertu rapportaġġ li jsir imma ovvjament żgur m'iniex se nagħmel mażżra mal-media għax il-media għandha dritt ...", "Jien nappella anke lin-naħa tal-gvern biex tkun aktar forthcoming fuq l-informazzjoni, sew lill-membri ta' din il- Kamra u sew lill-pubbliku in ġenerali fuq l-issues, għax nemmen li m'għandniex nibżgħu mill-ebda tip ta' informazzjoni għax din teduka lill- poplu tagħna biex jifforma opinjoni.", "Sur President, quddiemna għandna issue ta' importanza nazzjonali mhux biss għas-sajd, għalkemm illum qegħdin nitkellmu iktar fuq estensjoni ta' l- ibħra għas-sajd, għax għandna għal qalbna l-fatt li s-sajjieda tagħna jibqagħlhom id-dritt storiku - kif qed insejħulu - li jibqgħu jistadju fl- ibħra li kienu jistadu fihom qabel, għal diversi raġunijiet, mhux biss storiċi imma anke ekonomiċi tagħhom, imma anke għal ħafna raġunijiet oħrajn.", "Wara kollox aħna qed niddefendu lis-sajjieda tagħna biex dawn ikomplu jagħmlu l-mestjier tagħhom.", "Sur President, il-fatt li proprju qabel it-tmiem ta' din is-sessjoni parlamentari ressaqna quddiem din il-Kamra t-talba biex il-prim ministru jkollu dawn l-għodda legali, juri l-impenn ta' dan il-parlament u ta' dan il-gvern favur is-sajd u s-sajjieda Maltin.", "Nirringrazzjak.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Il-Ministru George Pullicino.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO (Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent): Sur President, qabel ma mmur għan-noti li nixtieq naqsam mal-membri ta' din il- Kamra, xtaqt ngħaddi tliet kummenti fuq dak li għoġbu jgħid l-Onor.", "Noel Farrugia fid-diskors tiegħu.", "Filwaqt li ma neskludux li nużaw l-ebda strument, ċertament ma nistgħux nużaw l-istrument li rrifera għalih l-Onor.", "Farrugia in kwantu ta' ftehim li kien sar bejn l-1996 u l-1998 mal-Libjani fil-qasam tas-sajd, għax l- uniku ftehim li nafu bih huwa l-ftehim ta' protokoll, ta' training tekniku fil-qasam ta' l-akwakultura.", "Għalhekk żgur li m'huwiex il-każ li hemm xi ftehim komprensiv fil-qasam tas-sajd bejn iż-żewġ stati li nistgħu nużaw sabiex inkunu nistgħu niddiskutu din il-kwestjoni bla ma neskludu l-ebda strument li jista' jgħinna f'din id-diskussjoni.", "Xtaqt ngħid ukoll li m'hu veru xejn li minn din in-naħa, jien, is- Segretarju Parlamentari u l-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin għedna li qegħdin qrib xi ftehim kull meta ġejna mistoqsijin.", "Anzi aħna dejjem qgħadna kawti u aġixxejna fuq il-linja diplomatika li nifhmu li qegħdin nitkellmu dwar żewġ pajjiżi li apparti li huma ġirien, għandhom storja twila ta' ħbiberija bejniethom.", "Irridu nifhmu li qegħdin naġixxu ma' pajjiż li m'huwiex għadu tagħna, imma huwa pajjiż li rridu nżommu relazzjoni tajba miegħu, kif kellna fl-imgħoddi, u rridu nżommu dik ir- relazzjoni anke fil-futur.", "Għalhekk ma neħdux għalina li niġu akkużati li mxejna b'kawtela għax naħsbu li din is-sitwazzjoni titlob li naġixxu b'kawtela anke fil-konfront ta' ma' min qegħdin niddiskutu din il-problema.", "L-Onor.", "Farrugia qal ukoll – qed nipprova nkun kemm jista' jkun leali għad- diskors preċiż tiegħu – li qed immorru lil hemm minn dak li wegħedna lis- sajjieda Maltin qabel l-elezzjoni meta għedna li se jkollhom aktar fejn jistadu.", "Sur President, m'hu veru xejn li aħna biddilna l-verżjoni tagħna.", "Huwa fatt li llum anke l-oppożizzjoni qablet mal-kostituzzjoni Ewropea - għallinqas aħna bħala pajjiż nagħtu l-approvazzjoni tagħna għall- kostituzzjoni Ewropea – u kulħadd jaf li l-ibħra tas-sajd tal-pajjiżi membri fl-Unjoni Ewropea huma dawk li jissejħu l-community fishing zones li huma wkoll iż-żoni tas-sajd tagħna u sajjied Malti jista' jmur jistad fejn imorru jistadu s-sajjieda Taljani.", "Definittivament ħadd ma jista' jakkużana li biddilna l-pożizzjoni tagħna u bħala fatt storiku kienet l- oppożizzjoni - naħseb li għamlet tajjeb jekk xejn - li bidlet id-diskors tagħha minn qabel l-elezzjoni għal-lum.", "Issa ħalli nitkellem dwar xi punti li nixtieq naqsam mal-membri ta' din il- Kamra.", "Irridu nifhmu li l-estensjoni tal-ġurisdizzjoni ta' l-ibħra għall- finijiet ta' sajd hija kwestjoni li Malta bdiet tinvolvi ruħha fuqha għal snin twal u mhux issa, anke jekk wieħed iqis l-attivita` tas-sajd bħala gross domestic product u jgħodd magħha l-attivita` ta' l-akwakultura u tat- tonn isib li din tilħaq biss ftit inqas minn 1%.", "Minkejja li din hija attivita` marġinali ekonomikament, għalina hija suġġett ta' importanza kbira li dejjem, anke storikament, tajniha attenzjoni.", "Minkejja li l- Mediterran huwa baħar magħluq u ma' ibħra oħra huwa relattivament żgħir, kien hemm ħafna spazji ta' baħar li ma kenux jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni tal-pajjiżi kostali tal-Mediterran.", "Dawn l-ispazji kienu dejjem użati minn numru kbir ta' bastimenti tas-sajd ta' ħafna pajjiżi li m'humiex Mediterranji, bħall-Ġappun, il-Korea u anke l-Amerika ta' Isfel.", "Qed ngħid hekk għax kultant naħsbu li fil-baħar Mediterran jistadu biss is- sajjieda Mediterranji.", "Ħafna minn dawn il-bastimenti ta' pajjiżi mhux kostali tal-Mediterran huma effettivament kbar u ċertament ħafna akbar minn tagħna.", "Matul iż-żmenijiet dawn il-bastimenti qabdu kwantitajiet kbar ta' ħut mill-ibħra ta' madwarna għax il-pajjiżi Mediterranji ppermettewlhom li jagħmlu dan.", "Naħseb li tajjeb li dan nifhmuh ukoll.", "Għal żmenijiet twal il-pajjiżi tal-Mediterran ma sabux mezz kif jaqblu bejniethom dwar kif iqassmu l-kontroll tal-baħar tal-Mediterran u għalhekk l-esplojtazzjoni eċċessiva tas-sajd baqgħet sejra matul iż-żmenijiet.", "Min-naħa l-oħra ż-żieda fl-importanza tal-kummerċ ta' ċerti speċi ta' ħut bħat-tonn, per eżempju, żied il-valur ta' dan is-sajd.", "Għalhekk l-isforz biex jinqabad dan il-ħut beda jsir b'iktar impenn u b'bastimenti li jużaw ukoll teknoloġija avvanzata biex ikunu jistgħu jagħmlu dan it-tip ta' sajd.", "Dan l-iżvilupp wassal sabiex il-biċċa l-kbira tal-flotot industrijali tas- sajd - mhux bħal tagħna li huma żgħar u m'humiex ta' skala industrijali - resqu jistadu f'dawn l-aħħar snin lejn l-ibħra li jinsabu fiċ-ċentru tal- Mediterran.", "Ħafna pajjiżi li qegħdin fuq il-kosta tal-Mediterran iddeċidew li jibbilanċjaw din iż-żieda ta' bastimenti fiż-żoni tas-sajd - fejn qabel lanqas bastimenti industrijali ta' pajjiżi oħra ma kienu jistadu - sabiex ikabbru l-kontroll u l-ġurisdizzjoni tagħhom f'dawn iż-żoni.", "Tajjeb li ngħidu, bħala fatt storiku, li fl-1997 Spanja kienet estendiet il- ġurisdizzjoni ta' l-ibħra tagħha għal finijiet ta' kontroll tas-sajd għal faxxa ta' baħar li testendi 59 mil fl-idjaq biċċa tagħha u li tinkludi ħafna iktar mill-baħar madwar il-gżejjer Balejariċi jiġifieri kważi 200 mil mill-kosta Spanjola.", "Eżempju ieħor seħħ fl-Alġerija iktar tard, li wkoll kienet żiedet l-ibħra tagħha.", "Hekk ukoll għamel il-Marokk meta ddikjara żona esklużiva ekonomika fl-ibħra tiegħu.", "Sur President, għalfejn qed ngħid dan kollu u qed nagħti dan l-iżvolġiment storiku?", "Għax irridu nifhmu li minħabba din l-attivita` qawwija kellek numru ta' pajjiżi illi estendew iż-żona tas-sajd tagħhom biex ikollhom aktar kontroll.", "Effettivament il-Marokk, biex inkun preċiż, estenda ż-żona esklużiva tul il-kosta ta' l-Atlantiku iżda għadu ma ħabbarx din l- estensjoni fuq in-naħa tal-kosta tal-Mediterran ta' dan il-pajjiż.", "F'dawn l-aħħar xhur il-pajjiżi l-aktar ġirien tagħna, jiġifieri l-Libja u t- Tuniżija, ukoll ħadu azzjoni sabiex jestendu l-ġurisdizzjoni fuq il-meded ta' baħar li jmissu ma' l-ibħra territorjali tagħhom.", "Il-Libja ddikjarat żona ta' 64 mil nawtiku 'l barra mil-ibħra territorji tagħha u proprju f'dawn il-ġranet - kif diġa` ħabbar il-kollega tiegħi l-Ministru għall- Affarijiet Barranin - informawna bil-koordinati preċiżi tal-baselines ta' l- ibħra territorjali u ta' l-estensjoni taż-żona ta' protezzjoni tal-ħut.", "Għallinqas il-Libja sal-lum hekk għadha tiddikjara ż-żona bħala żona ta' protezzjoni tal-ħut.", "Irrid ngħid - għax s'issa ma ssemmietx - li din iż-żona stabbilita mil- Libja teffettwa s-sajd tagħna, speċjalment tat-tonn u l-pixxispad ta' numru żgħir tad-dgħajjes tagħna.", "Din teffettwa wkoll is-sajd tal-konzijiet tal- qiegħ li normalment isir mid-dgħajjes il-kbar tagħna fix-xhur tax-xitwa u r- rebbiegħa.", "U fl-aħħarnett jeffettwa wkoll numru żgħir ta' żoni ta' tkarkir kif ukoll dik iż-żona magħrufa bħala d-deżert, 'il barra mill-Gulf of Sirte.", "Dawn huma sistemi ta' sajd tradizzjonali u aħna ilna għal snin twal nipprattikaw f'dik iż-żona.", "Fid-diskors tiegħu l-Onor.", "Leo Brincat qal li jista' jkun li l-pajjiżi Ewropej ...", "Bil-kemm ma fhimtx li l-Kummissjoni Ewropea qagħdet lura għax hemm kumpanniji Ewropej involuti.", "Kull pajjiż ta' l-Unjoni Ewropea li għandu kosta fuq in-naħa tal-Mediterran, oġġezzjona b'mod formali mal-gvern Libjan fuq din il-kwestjoni.", "Mela dak huwa stat ta' fatt u m'għandniex noqogħdu npinġu l-affarijiet kif m'humiex.", "Per eżempju, ġie allegat li wieħed mill-operaturi ta' Spanja qed jopera f'din iż-żona pero` din ukoll oġġezzjonat.", "L-Onor.", "Brincat staqsa x'kuntatti kien hemm mal-Libjani.", "Irrid ngħid li fuq livell ta' gvern iddeċidejna illi r-relazzjoni diplomatika titmexxa mill-uffiċċju tal-ministeru ta' l-affarijiet barranin, b'konsulenza teknika mid-dipartiment tas-sajd.", "Fil-fatt kont qed inkun il-ħin kollu nformat bid-diskussjonijiet li kienu għaddejjin.", "Kien hemm delegazzjoni li marret il-Libja fis-6 ta' Ġunju, kien hemm ukoll laqgħat oħrajn fis-7 ta' Ġunju, li kienu fuq livell tekniku u rrid ngħid li aħna konna mill-bidunett sejjaħna lis-sajjieda għal numru ta' laqgħat biex ninformawhom dwar dak li effettivament huwa għaddej.", "Issa l-Onor.", "Brincat u l-membri tal-Kamra jafu li xi kultant għalkemm tkun qiegħed tinforma lil dak li jkun dwar dak li tkun qiegħed tagħmel, trid iżżomm ammont ta' kawtela f'relazzjoni diplomatika biex kemm jista' jkun tipprova tħalli l-ispazju għad-diskussjoni miftuħ minflok ma tkun qiegħed effettivament toħnoq.", "U l-laqgħat saru mas-segretarju għall-kooperazzjoni tal-kumitat Libjan, saru wkoll ma' Suleiman Shahoumi, segretarju ta' l- affarijiet barranin, ma' Rahman Shalgam, segretarju tal-foreign liaison and international cooperation, mal-prim ministru Libjan, kif ukoll fuq livell tekniku ma' nies responsabbli għal dak li jissejjaħ il-board of investments in fishing tal-gvern Libjan.", "Sur President, it-Tuniżija għaddiet an enabling law li permezz tagħha ddikjaraw żona esklużiva tas-sajd jew żona esklużiva ekonomika, skond il- proċeduri mitluba mill-konvenzjoni tal-liġi tal-baħar tan-Nazzjonijiet Uniti, jiġifieri l-UNCLOS.", "Filwaqt li l-Libja m'hijiex membru ta' l- UNCLOS, it-Tuniżija hija membru u allura t-Tuniżija hija mistennija li timxi bil-proċeduri kif indikati mill-UNCLOS, jiġifieri trid tinforma u żżomm diskussjoni mal-partijiet konċernati.", "L-azzjonijiet ta' dawn iż-żewġ pajjiżi, il-Libja u t-Tuniżija, huma azzjonijiet ta' pajjiżi ġirien u l-bieb tagħna huwa miftuħ biex inkomplu nitkellmu anke jekk il-parlament japprova din ir-riżoluzzjoni tal-lum, li wkoll tagħti l-poteri lill-gvern Malti li jestendi ż-żona tas-sajd tagħna.", "Iż-żona li potenzjalment tista' toħloq it-Tuniżija, tista' teffettwa s- sajd tagħna forsi aktar minn dak li teffettwa ż-żona Libjana.", "Fil-fatt tista' teffettwa numru akbar ta' dgħajjes fis-sajd kollu li semmejt qabel, jiġifieri tat-tonn u l-pixxispad iżda tista' teffettwa wkoll is-sajd tal- lampuki aktar miż-żona Libjana.", "Bil-għan li jiżdied il-kontroll fuq is-sajd fil-Mediterran u jitjieb l- immaniġġjar tal-popolazzjonijiet tal-ħut fil-Mediterran, f'Novembru ta' l- 2003 il-Kummissjoni Ewropea kienet laqqgħet lill-ministri kollha tas-sajd tal-Mediterran ġo Venezja, fejn fil-fatt kont attendejt jien u kienet ġiet iffirmata dikjarazzjoni mill-ministri preżenti li tinkludi azzjonijiet fejn kulħadd jagħmel l-almu tiegħu biex tissaħħaħ il-kummissjoni ġenerali tas- sajd fil-Mediterran u biex fost affarijiet oħra tiġi żviluppata sistema ta' kontrolli komuni.", "Id-dikjarazzjoni titlob li dawn l-estensjonijiet ta' ġurisdizzjoni ta' l- ibħra għandhom isiru bi proċeduri li huma konformi ma' dak li titlob il- liġi internazzjonali, l-UNCLOS, u li dawn l-isforzi jsiru b'mod kollettiv reġjonalment u għandhom ikunu bbażati fuq djalogu u koordinazzjoni.", "U hekk nistennew li jsiru l-affarijiet, anke mingħand dawk il-pajjiżi li m'humiex firmatarji ta' l-UNCLOS.", "Aħna nistennew li jkun hemm rispett anke lejn l- istorja ta' ħbiberija bejn l-istati li jdawru l-baħar tal-Mediterran.", "L- estensjoni taż-żoni ta' protezzjoni ta' l-ibħra għall-finijiet ta' sajd mill-ġirien tagħna se jkollhom impatt fuq is-sajd tagħna.", "Dan l-impatt se jkun ferm aktar indirett milli dirett peress li jżidu d-densita` tas-sajd fiż-żona tagħna u ta' l-Unjoni Ewropea.", "Sur President, dan l-abbozz ta' liġi huwa intiż biex jagħti l-poter lill- prim ministru, f'isem il-poplu Malti, li jiddikjara żidiet ta' meded ta' baħar taħt il-ġurisdizzjoni ta' pajjiżna.", "Dan ifisser li l-prim ministru, wara li jordna li jsiru l-proċeduri meħtieġa mil-liġi internazzjonali li beħsiebna nirrispettaw, jippubblika l-coordinates meħtieġa sabiex Malta tkun tista' tikkontrolla wkoll dawn iż-żoni ġodda ta' baħar.", "Dan l-abbozz ta' liġi huwa bżonn sabiex aħna nkunu nistgħu nħarsu l-obbligi internazzjonali tagħna fuq il-kontroll tas-sajd u biex nieħdu ħsieb lis- sajjieda tagħna b'mod effettiv.", "Il-kontroll ta' Malta fuq dawn iż-żoni jista' jfisser li nkunu f'pożizzjoni li nirregolaw l-operat ta' bastimenti tas-sajd li jkunu qegħdin jistadu f'dawn iż-żoni u nkunu wkoll f'pożizzjoni li niddeċiedu liema bastimenti jistgħu jistadu f'dawn iż-żoni.", "Sur President, qabel nagħlaq nixtieq nagħmel appell wieħed lill-pajjiżi li jdawru l-kosta tal-Mediterran.", "Ejjew nipprovaw nagħmlu l-isforzi kollha tagħna biex ma nħallux il-baħar Mediterran jifred il-pajjiżi li jdawruh.", "Hemm bżonn li nużaw ir-relazzjonijiet diplomatiċi sabiex anke fejn jidħol is-sajd, insaħħu l-kooperazzjoni Ewro-Mediterranja.", "Illum li aħna membri ta' l-Unjoni Ewropea, l-iskop prinċipali tagħna kien u jibqa' li nużaw ukoll il-pożizzjoni fil-komunita` Ewropea biex inkunu nistgħu nsaħħu l- kooperazzjoni anke Mediterranja.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "George Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Sur President, meta titkellem lejn l-aħħar ta' dibattitu ma jistax jonqos li jkollok bla ma trid tirrepeti ċerti affarijiet.", "L-ewwelnett nibda billi ngħid li apprezzajt ħafna l-mod kawt u meqjus li bih tkellem il-ministru dwar kwestjoni daqshekk delikata, mingħajr ma bl-ebda mod nonqos li norbot lili nnifsi mija fil-mija ma' sieħbi l-Onor.", "Leo Brincat, fil-kritika li għamel għall-mod kif il-gvern ittratta din il-kwestjoni, għallinqas minn dak li kien jidher barra.", "Sur President, kont jien li fil-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej ilmentajt mill-fatt - almenu dak il-ħin hekk deherli - li ma konniex trattati kif jixraq minn żewġ pajjiżi li l-kelliema kollha jaqblu u qalu diġa` li għandhom l-ikbar rispett lejhom minħabba r- relazzjonijiet twal, antiki, fondi li għandna magħhom u l-ħbiberija li dejjem stqarrejna li hemm bejnietna.", "Meta bħala membru tal-parlament u membru tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej ma kont informat prattikament b'xejn, ħassejt li ma kien hemm l-ebda ħjiel - aktar u aktar wara li kienet għadha kemm ġiet delegazzjoni tal-kumitat ta' l- affarijiet barranin mit-Tuniżija - li t-Tuniżija kienet se tieħu l-miżuri li ħadet.", "U hawnhekk irridu nagħmluha ċara.", "La l-Libja u lanqas it-Tuniżija m'għamlu xi ħaġa kontra l-liġi.", "Dan huwa dritt sagrosant tagħhom li jagħmlu żona ta' sajd ristretta għalihom għax dan id-dritt jagħtihulhom - bħalma qalu kelliema oħra qabli - id-dritt internazzjonali.", "Jekk il-baselines tal- Libja għandhomx jibdew mill-ponot tal-Gulf of Sirte, jew inkella jibdewx mill-kosta proprja tal-Gulf of Sirte, hija kwestjoni legali - mhux se nidħol fiha jien – pero` huwa fatt li jekk wieħed illum jgħodd 64 mil - il- ministru daqshekk qed jgħidilna li huma skond in-nota verbali li għandu - mat-12-il mil tat-territorial waters, tispiċċa biex ikollok 76 mil ta' arja għal-Libja.", "Jien mhux se noqgħod nidħol f'din il-ħaġa imma ma rridux ninsew li n-naħa ta' Tripli u n-naħa tal-Gulf of Sirte jiġu proprju eżatt max-xlokk tal- ponta ta' Malta minn Marsaxlokk, fejn f'din l-area ġieli jidħlu bil- kannizzati, kif qal il-ministru, u ormai dawn waslu biex jibdew jintefgħu.", "Per eżempju, it-Tuniżija kellha d-dritt internazzjonali u d-dritt legali li tiddeċiedi li tagħmel ukoll żona ta' sajd għaliex kif intqal ripetutament mill-UNCLOS, it-Tuniżija hija firmatarja tagħha b'kuntrast mal-Libja li m'hijiex.", "Hemmhekk ukoll irridu naraw fejn u safejn.", "Jien napprezza ħafna l-fatt li hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq enabling law u mhux qed nagħmlu liġi, mhux qed nieħdu deċiżjonijiet, mhux qegħdin nagħmlu speċifikazzjonijiet u mhux qed ngħidu sa hemm jew sa hawn.", "Qegħdin nagħmlu biss liġi biex insaħħu id il-prim ministru ħalli meta, x'ħin u taħt il-kondizzjonijiet li jkun hemm bżonn, jiddikjara, bħalma ddikjaraw dawn il- pajjiżi, li aħna għandu jkollna żona ta' sajd li tkun speċifikament Maltija.", "Dan qed ngħidu għax nemmen li fi kwestjoni bħal din hija importanti ħafna l-kawtela - il-kelma li rrepetew ta' qabli - ma' pajjiżi ġirien li ilna b'relazzjonijiet tajbin magħhom għal dawn is-snin kollha, għalkemm kultant iġġelidna, kultant newwaħna u kultant bagħtu xi gunboat.", "Fl-1998, meta konna fil-gvern, jien kont għamilt pressure enormi fuq kumpannija Kanadiża biex tirtira l-vapur tagħha li kien qed jagħmel studji sismiċi f'area bejn Malta u t-Tuniżija li sal-lum għadha kontestata.", "Ħadd ma ġġieled fuqha din il-kwestjoni imma sempliċement użajna d-dritt tagħna bl-iktar mod diplomatiku, bl-iktar mod pulit u bl-iktar mod aċċettabbli fil- liġi internazzjonali.", "Naturalment l-aħwa wkoll jiġġieldu bejniethom, mela le!", "Pero` jiena nixtieq insemmi xi ħaġa li hawnhekk għadha ma ssemmietx.", "Irridu naraw x'inhu l-impatt.", "Kien hemm xi ħadd, jidhirli l-ministru, li qal li qed jibda jsir speċi ta' economic impact assessment fuq kif se nintlaqtu b'din id-deċiżjoni tal- pajjiżi ħalli naraw kif se tolqot lis-sajd.", "Issa hawnhekk jien se nitkellem bħala ċittadin.", "Proprju l-bieraħ kont qiegħed f'kuntatt mas- sajjieda u wieħed jibda jistaqsi: Kif se jintlaqat is-sajjied Malti?", "L- impressjoni tiegħi għall-bidu kienet li s-sajjied Malti immedjatament mar ħażin.", "Jien bla mistħija ngħid hawnhekk li biddilt l-opinjoni tiegħi għax minkejja li hemm dawn id-deċiżjonijiet ta' gvern Libjan u gvern Tuneżin, l- informazzjoni li waslitli ...", "Naturalment jiena ma mmurx fuq il-laneċ tas- sajd imma nitkellem b'mod personali u dirett ma' min hu involut fis-settur.", "L-ewwelnett aħna kemm għandna dgħajjes tas-sajd, trawlers u laneċ?", "M'għandniex il-mijiet li għandhom Sqallija.", "Terġa' lanqas qed insemmi l- Italja imma Sqallija fejn bejn Mazzara del Vallo, Sciacca u Porto Palo, itellgħulek kważi 1,000 lanċa tas-sajd ta' ċertu daqs.", "Jien informat li kulma jistgħu jiġu nvoluti f'din l-istorja kollha huma bejn 15 u 25 lanċa tas-sajd.", "(Interruzzjonijiet) Il-Ministru u s-Segretarju Parlamentari qed jgħiduli li hawn 40 lanċa tas-sajd.", "Jien bl-ebda mod m'hu qed ngħid li ma jimportax li se jintlaqtu 40 lanċa, ovvjament fuq iż-żewġ żoni u mhux fuq bażi regolari.", "Sur President, il-ministru għamel tajjeb li spjega li biċċiet minnhom dawn huma staġjonali, li jmorru n-naħa ta' isfel, bħalma semmejt diġa` jiena, minħabba l-kannizzati u hemm min imur in-naħa ta' fuq tat-Tuniżija minħabba l-kannizzati ta' Għawdex.", "Pero` hemm oħrajn li jaqilgħu l-għajxien tagħhom minn hemmhekk, b'mod speċjali lejn in-naħa ta' isfel ta' l-ibħra Libjani.", "Il-fatt hu li sal-bieraħ u sal-bieraħt lura l-ebda lanċa Maltija ma ġiet miżmuma jew imkeċċija 'l barra miż-żoni li qegħdin insemmu.", "L-informazzjoni li għandi hija li l-pulizija li kien hemm bil-patrol boats tkellmu mas-sajjieda Maltin u qalulhom li m'għandhom l-ebda indikazzjoni sabiex ikeċċuhom minn hemmhekk u allura setgħu jibqgħu jistadu.", "Naħseb li għandna napprezzaw din il-ħbiberija li għandna ma' dawn il-pajjiżi u safejn naf jien, s'issa għadni ma smajt bl-ebda Xlukkajr jew bl-ebda Għawdxi li ġie eskortat 'il barra minn dik iż-żona.", "Min-naħa l-oħra ma jistax jingħad l-istess għal-laneċ Taljani, li diġa` bdew jiġu eskortati 'l barra mill- ibħra Libjani!", "Dan huwa fatt li wieħed irid japprezzah, l-aktar meta nafu li kien hemm min kien qiegħed mhux aktar minn 40 mil nawtiku 'l bogħod minn Tripli, jiġifieri kien qiegħed 'il ġewwa sew fiż-żona li ġiet ikkontestata mil-Libja.", "Dan qiegħed ngħidu sabiex inberrdu l-kwestjoni u ħalli ma nibdewx ngħidu f'daqqa waħda li s-sajjieda tagħna ġew imċaħħda minn dak li jaqilgħu x'jieklu u li se jkollna xi problema.", "Il-potenzjal qiegħed hemm u għada pitgħada jistgħu jkeċċuna wkoll minn dik iż-żona.", "Pero` sal-lum dan għadu ma sarx u jien minn hawn, kemm bħala oppożizzjoni u naħseb anke f'isem il- gvern, irridu nirringrazzjaw lil dawn iż-żewġ pajjiżi li s'issa m'għamlu xejn ta' ħsara għas-sajjieda Maltin.", "Dan jista' jkun marbut ukoll mal-fatt li semma sieħbi l-Onor.", "Jason Azzopardi, meta rrifera għall-historic rights.", "Żgur li ma rridux inkunu boloh u nippretendu li dawn huma xi nies ċwieċ.", "L-affarijiet tagħhom jafuhom daqsna u meta kien hemm il-kwestjoni mal-Libja fil-qorti sabiex nistabbilixxu l-median line, kulħadd jaf x'pariri legali u x'mustaċċuni kbar ġabu magħhom il-Libjani sabiex jiddefendulhom il-kwestjoni tagħhom.", "Sur President, naħseb li dawn jafu li hemm ċerti drittijiet li ma jistgħux iċaħħdu lil numru daqshekk żgħir ta' laneċ milli jistadu f'din iż-żona.", "Hawnhekk qed insemmu madwar 30 jew 40 lanċa, xi ħaġa veru insinifikanti għal dak li hemm għaddej fil-Mediterran.", "Fil-fehma tiegħi, jekk ma nurtawhomx, la l-Libja u lanqas it-Tuniżija m'huma se jagħmlu xi ħaġa biex jurtaw u jkissru l-ħbiberija antika li hemm bejnietna għal erba' laneċ tas- sajd li jidħlu fl-ibħra tagħhom.", "Barra minn hekk nixtieq nistaqsi x'inhu l-istatus tal-Maltese-Libjan fishing company?", "Safejn naf jien din il-kumpannija fadlilha madwar għaxar snin oħra u ma jidhirlix li żżarmat jew li ġiet xolta.", "Għalhekk nappella li fid-diskussjonijiet li jistgħu jsiru ...", "(Interruzzjonijiet) Il-ministru qiegħed jgħidli le.", "Allura m'għadhiex teżisti l-Maltese-Libjan fishing company?", "Nixtieq li ningħata spjegazzjoni dwar dan.", "MR SPEAKER: Il-Ministru bil-permess ta' l-Onor.", "Vella.", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Sur President, aħna diġa` ħarisna lejn din il- possibbilta` pero` din il-kumpannija diġa` qiegħda in liquidation u dan il- proċess ma jistax jitwaqqaf.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Ikompli l-Onor.", "George Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Sur President, qiegħed tara kemm kellu raġun sieħbi meta qal li l-membri tal-kumitat ta' l-affarijiet barranin ma kenux informati fuq ħafna affarijiet!", "Kienet tkun xi ħaġa tajba li dawn l- affarijiet inkunu nafuhom ukoll!", "Din l-informazzjoni kienet tkun utli ħafna għalina għaliex din żgur li m'hijiex xi kwestjoni li hemm diżwgid fuqha.", "Żgur li ż-żewġ partiti naqblu fuq din il-ħaġa u għalhekk mhux se noqgħod nirrepeti dak li ntqal fuq kif irridu nżommu l-għajxien tas- sajjieda tagħna u fl-istess ħin inżommu l-ħbiberija li għandna ma' dawn il- pajjiżi.", "Hawnhekk ma rridx inkun kritiku għaliex imbagħad inkun qiegħed inbiddel dak kollu li kont qed nitkellem fuqu.", "Pero` wieħed jista' jagħmel ċerti mistoqsijiet, bħal per eżempju, il-kwestjoni tal-Libja li qed tagħlaq din l- area minħabba li trid tagħmel konservazzjoni tas-sajd.", "Issa nafu li diġa` hemm rapporti fejn kumpannija partikolari qiegħda tistad bil-goff u qed tmur oltre l-kwota tagħha fil-qbid tat-tonn f'dawk l-ibħra.", "Naħseb li dawn huma affarijiet li wieħed irid jiddiskutihom ukoll.", "Naf ukoll li wara l-inċidenti li kien hemm mas-sajjieda Tuneżini fuq il- lampuki, illum qegħdin jgħidu lis-sajjieda tagħna li jekk jaraw xi laneċ Tuneżini fl-ibħra tagħna għandhom jeħdulhom ir-ritratti u jgħadduhom lill- awtoritajiet Tuneżini.", "B'hekk imbagħad ikunu jistgħu jieħdu passi kontra dawn is-sajjieda huma stess minflok joqogħdu jtellgħuhom il-qorti s- sajjieda Maltin.", "Il-ministru qiegħed jikkonferma wkoll dak li qiegħed ngħid.", "Naf ukoll li anke għall-istaġun tal-lampuki li ġej, minkejja li ddikjaraw din iż-żona, se jagħlqu għajnejhom u ma jimpurtax jekk xi rimjiet jidħlu f'din iż-żona.", "Sur President, li qiegħed jinkwetani jmur 'il bogħod minn dan għaliex kif għedt, f'din il-ħaġa nemmen li għandna nkunu diplomatiċi u rridu nkunu kalmi f'din il-kwestjoni kollha.", "F'din il-kwestjoni rridu naraw x'qegħdin neħdulhom u għandna ninvokaw bla dubju ta' xejn, iż-żmien twil ta' ħbiberija li kien hemm bejnietna.", "Jidher li dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna huwa maqlugħ minn artiklu 56 tal-liġi dwar il-baħar u qiegħed jieħu l-istess diċitura.", "Pero` li qed jinkwetani f'dan l-abbozz ta' liġi hija klawsola 2 fejn qed jingħad li:", "\"... il-Prim Ministru jista' b'Ordni pubblikat fil-Gazzetta jiddikjara drittijiet sovrani għal Malta, bil-għan li jiġu esplorati u esplojtati, konservati u maniġġati fihom ir-riżorsi naturali li jgħixu u, jew li ma jgħixux, fil-medda ta' dawk iż-żona ta' l-ibħra marittimi lil hinn mil-limiti stabbiliti fl-artikolu...\".", "Fil-fehma tiegħi l-frażi \"li jgħixu u, jew li ma jgħixux\" m'hijiex waħda feliċi.", "Jekk nifhmuha sew nintebħu li meta qed ngħidu \"ma jgħixux\" irridu nfissru li m'għandhomx joqogħdu hemm bil-Malti.", "Pero` li \"ma jgħixux\" jiġifieri mejta, u bl-Ingliż din qiegħda living and non-living.", "Min-naħa l-oħra fi klawsola 3 insibu dan li ġej:", "\"... għandhom, biex jiġu eżerċitati d-drittijiet sovrani bil-għan li jiġu esplorati u esplojtati, konservati u maniġġati fihom ir-riżorsi naturali li jgħixu,...\"", "Hawnhekk qed inħallu barra l-frażi \"jew li ma jgħixux\" u nixtieq li l- ministru jagħtina spjega fuqha din.", "Jidhirli li anke l-Ministru Pullicino semma li t-Tuniżija żammet l-option li tagħmel exclusive economic zone.", "Allura hemmhekk insibu konċett differenti minħabba li exclusive economic zone jinvolvi dak kollu li huwa ħaj - dak kollu li hemm fuq u taħt il-qiegħ tal-baħar – u allura meta nitkellmu fuq fisheries zone naħseb li nkunu qed nitkellmu fuq xi ħaġa differenti.", "Fil-fatt skond l-UNCLOS hemm differenza kbira bejn dawn iż-żewġ affarijiet.", "Mela jekk kemm-il darba t-Tuniżija - f'dan il-każ inkunu rridu nidħlu daqsxejn iktar bis-serjeta` - tiddeċiedi li tagħmel exclusive economic zone, minħabba li m'hemmx spazju bejnietna, ikollna bilfors naqtgħu linja.", "U din ikollna nagħmluha fuq bażi ta' ekwita`, xi ħaġa li hija diskussa ħafna fil-liġi internazzjonali.", "F'dan il-każ imbagħad jibdew deħlin il- problemi għaliex hemmhekk hemm area li hija kkontestata mit-Tuniżija, mil- Libja, minn Malta u mill-Italja minħabba Pantellerija u l-gżejjer l-oħra.", "Żgur li din hija biċċa wġiegħ ta' ras legali sabiex issolviha u mhux la kemm issib soluzzjoni għaliha.", "Sur President, meta kont fil-kariga ta' ministru, niftakar li pprovajna nagħmlu taħdidiet fuq din il-ħaġa iżda dejjem sibna mblokki kbar.", "Pero` jekk kemm-il darba t-Tuniżija minn din l-enabling law li għaddew, jiddeċiedu li jistabbilixxu xi coordinates, allura aħna rridu naraw b'mod immedjat jekk dawk il-coordinates imorrux oltre d-dritt tagħhom u jekk humiex qed jidħlu fl-area kkontestata min-naħa tagħna.", "Qiegħed ngħid dan kollu għaliex hawnhekk m'aħniex qed nitkellmu aktar fuq ħut.", "Jekk inhi fisheries zone hemm il-lampuki, pixxispad u ħut ieħor imma jekk qed nitkellmu fuq l-exclusive economic zone qed nitkellmu fuq xi ħaġa kompletamant differenti.", "Hawnhekk qed ngħidu li dak li hemm taħt il-blat huwa tagħna u allura mbagħad inkunu qed nitkellmu fuq iż-żejt.", "Ovvjament kulħadd jaf li mal-Libja morna l-qorti internazzjonali u stabbilixxejna median line fuq biċċa żgħira mill-faċċati li hemm bejnietna, pero` mbagħad, aktar lejn il-punent hemm problemi oħra għaliex nibdew noqorbu lejn it-Tuniżija u allura jibda jidħol l-interess tat-Tuniżija, ta' Malta u anke tal-Libja.", "Jien qiegħed ngħid dan kollu għaliex irridu noqogħdu attenti jekk hux se jiddikjaraw exclusive economic zone jew inkella fisheries zone.", "Fil-fehma tiegħi tkellem tajjeb il-Ministru Pullicino meta qal li hemm żewġ aspetti.", "L-ewwel aspett huwa dak tad-dritt tas-sajjied Malti f'dawk l- ilmijiet u kif se jiġi milqut u t-tieni aspett huwa dwar x'se jiġri bħala riżultat li dawk l-ilmijiet se jiġu magħluqa għall-flotot l-oħra tas- sajjieda li normalment ikunu fil-Mediterran.", "Fl-opinjoni tiegħi, din hija xi ħaġa li qiegħda tinkwetani.", "U dan apparti l-fishing density.", "Per eżempju, jien ma nafx kemm il-Libja u t-Tuniżija jistgħu jħallu l- affarijiet kif inhuma għaliex jekk it-Tuniżija, għada pitgħada se tiddikjara żona skond il-liġi ta' l-UNCLOS, trid tibgħat il-coordinates lis- segretarju ġenerali tal-Ġnus Magħquda biex tinformah bihom.", "Jekk fhimt tajjeb il-ministru qalilna li l-Libja diġa` għamlet hekk allavolja m'hijiex membru ta' l-UNCLOS.", "Huwa minnu li l-Libja diġa` nformat lill-Ġnus Magħquda?", "MR SPEAKER: Il-Ministru, bil-permess ta' l-Onor.", "Vella.", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Sur President, m'għandniex rekord ta' dan imma l- informazzjoni li għandna hija li l-Libja ddepożitathom lill-Ġnus Magħquda pero` mhux taħt l-UNCLOS.", "Fil-fatt din sabet metodu ieħor biex tgħaddi din l-informazzjoni mingħajr ma tagħti l-coordinates.", "Kieku kienet membru ta' l-UNCLOS kien ikollha l-obbligu li tagħtihom dawn il-coordinates.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Ikompli l-Onor.", "George Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Is-suġġeriment tiegħi huwa li jekk kemm-il darba t- Tuniżija u l-Libja jħallu lis-sajjieda Maltin ikomplu jistadu fl-ibħra tagħhom, kif kienu jagħmlu qabel, allura naħseb ikun jaqblilna jekk ma nċaqilqu xejn.", "Għandna nħallu l-liġi kif inhi, jiġifieri l-enabling law li se ngħaddu minn dan il-parlament tibqa' hemmhekk u ma naslu qatt sabiex niddikjaraw żona ta' sajd aktar 'il bogħod mill-conservation area li għandna.", "Dan jiġi mill-fatt li bħalma qed jgħid il-ministru, irridu nirriflettu fuq kif dik l-area ta' 25 mil li hemm 'il bogħod mill-conservation zone, għada pitgħada se tkun community waters u f'dawn il-community waters inti qed tagħti d-dritt, b'mod partikolari lit-Taljani, sabiex jiġu aktar bi dritt u b'saħħa jistadu f'dawk l-ibħra.", "Mentri llum il-ġurnata dawn qegħdin jaraw fejn se jsibu l-aħjar appoġġ u l-aħjar postijiet fejn ikunu jistgħu jistadu.", "Jien nemmen li din irridu nżommuha f'rasna sew pero` fl-istess ħin ma nistgħux inkunu rotob għaliex dan huwa baħar ikkontestat u baħar li r-riżorsi tiegħu jistgħu jispiċċaw minħabba l-overfishing.", "Sur President, qabel nagħlaq id-diskors tiegħi nixtieq nagħmel l-aħħar ftit punti.", "U se nibda bl-interess ta' l-Unjoni Ewropea f'din il-kwestjoni kollha.", "Jien irrid ngħid hawnhekk li sfortunatament, meta koperattiva tkellmet ma' Dr Borg, ir-reazzjoni kienet li ma rridux nurtaw pajjiżi oħra.", "Pero` jien ngħid li din m'hijiex ir-raġuni vera.", "Ir-raġuni hija li l- Unjoni Ewropea m'għandhiex policy ta' sajd suret in-nies fil-Mediterran.", "L- Unjoni Ewropea torbot ħafna fuq il-fisheries committee tal-Mediterran u hemm mandat li ħareġ mil-laqgħa ta' Lussemburgu u li mingħalija kien hemm preżenti wkoll l-Onor.", "Pullicino u anke l-Onor.", "Joe Borg.", "Il-kunsill qiegħed jagħti struzzjonijiet lill-permanent representatives committee:", "\"To find a solution to the present technical problems regarding a proposal for a regulation concerning management measures for the sustainable exploitation official resources in the Mediterranean with a view to reaching political agreement at the earliest opportunity.\".", "Dan ifisser li minkejja l-policies li għandha ddikjarati l-Unjoni Ewropea fuq is-sajd fil-Mediterran, ma tista' tagħmel assolutament xejn!", "Hija xi ħaġa li fiha ma tantx hemm azzjoni.", "Għalkemm hemm ħafna kliem sabiħ, fil- fatt assolutament ma tista' tagħmel xejn għaliex l-ewwelnett hemm pajjiżi li huma membri u oħrajn li m'humiex u fl-istess ħin irid isir kollox bi ftehim.", "Ovvjament bħalma qed tagħmel ftehim ma' pajjiżi bħall-Marokk li xtraw id- drittijiet tas-sajd mingħandhom ħalli s-sajjieda ta' l-Unjoni Ewropea jkunu jistgħu jmorru jistadu fl-ibħra tagħhom, naħseb li tista' tikkontrolla ftit ukoll lit-Tuniżija.", "Dan għaliex għandha relazzjoni ta' assoċjazzjoni magħha u nafu li fil-mument li Malta daħlet fl-Unjoni Ewropea, it-Tuniżija akkwistat id-dritt li tniżżel il-ħut tagħha hawnhekk!", "Din kienet xi ħaġa li konna diġa` wissejna lis-sajjieda dwarha, speċjalment lix-Xlukkajri, u konna għednielhom li mhux mit-Taljani għandhom jibżgħu iżda mit-Tuneżini.", "Dan għaliex it-Tuneżini setgħu jġibu l-ħut tagħhom fil-pixkerija Maltija.", "Sur President, nixtieq nappella lill-ministru sabiex anke hawnhekk jagħti daqsxejn ta' l-attenzjoni fuq ir-rapporti li qed jidħlu ħafna ħut iffriżat mit-Tuniżija.", "Dan mhux veru ġej mill-ibħra Tuneżini imma ġej mill-West Africa, mis-Senegal u minjaf minn fejn aktar.", "Imbagħad suppost li jiġi ttrasportat fil-friża għal ma nafx kemm u meta jiġi fil-pixkerija tagħna, suppost li jkun ħut li ġej mit-Tuneżija minħabba l-agreement li hemm bejn dan il-pajjiż u l-Unjoni Ewropea.", "Din hija xi ħaġa li min jifhem fil-ħut jinduna mill-ewwel hekk kif jara l-ħut quddiemu għaliex il-kwalita` tiegħu hija xi ħaġa li timpressjonak.", "Għalhekk wieħed irid joqgħod attent.", "Punt ta' l-aħħar li nixtieq nagħmel fuq dan il-każ huwa dak li bdejt bih fil-bidu.", "Hemm bżonn li nkunu kawti u hemm bżonn li nitkellmu.", "Jien lill- ministru ngħidlu biex iżomm lill-kumitat u lil din in-naħa nformata għax min-naħa tagħna f'din il-kwestjoni appoġġ għandhom.", "Aktar ma nkunu nformati aktar inkunu nistgħu – ovvjament bil-kuntatt mal-grass roots, mas- sajjieda u mal-koperattivi u anke b'kuntatti li jista' jkollna - naħdmu flimkien.", "Ladarba qegħdin nitkellmu fuq is-sajd l-aħħar punt li nixtieq nagħmel f'dan id-dibattitu huwa dwar it-tuna penning.", "It-tuna penning huwa marbut ħafna mad-deċiżjonijiet li ħadet il-Libja u t-Tuniżija, b'mod partikolari l- Libja, fejn biex jaħżnu dak li jkunu qabdu, jippreferu jitilgħu 'l fuq kemm jistgħu fl-ibħra Libjani pero` dan ma jisgħtux jagħmluh u allura qed jagħmluh hawnhekk.", "Ovvjament huma hekk jaqblilhom u għalhekk irrid nappella minn hawn li ma nistgħux nibqgħu naċċettaw kollox.", "Mela tajjeb, huma jaqbdu dawk il-miljuni kbar ta' liri mill-ibħra Libjani u mbagħad jiġu hawnhekk u jitfgħu l-imbarazz wara biebna, bil-konsegwenza li aħna nbatu d- deterjorament ta' l-ambjent marittimu.", "Sur President, nixtieq insemmi b'mod partikolari dak li kien qed jingħad ftit ilu fejn kien qed jissemma li t-tuna pens u l-fish farms kollha ta' Malta se jiġu kkonċentrati fin-naħa ta' isfel ta' pajjiżna, jiġifieri fuq is-sikka li hemm minn Delimara għal Marsaxlokk għall-Hurd Bank.", "Fil-fehma tiegħi, dan ikun assolutament diżastru ekoloġiku u diżastru fil-qiegħ marittimu.", "Nispera li jien korrett pero` f'dawn il-ġranet informawni li l- applikazzjoni ma ġietx aċċettata mill-MEPA.", "Jekk għandi żball jiddispjaċini għaliex meta tawni din l-aħbar ħadt gost ħafna.", "Għalhekk nappella lill-gvern li l-idea li bejn il-kosta ta' Marsaxlokk, Wied il-Għajn, Delimara u l-Hurd Bank, fejn għandek biss 12-il mil nawtiku nagħmlu area ta' sitt kilometri bi tlieta, li fiha nikkonċentraw it-tuna penning kollu u l-fish farms kollha, hija idea li se tħalli ħsara ambjentali enormi.", "Ikkonsultaw ma' min jifhem u ma min jistad hemmhekk u taraw kif igħidilkom l-istess ħaġa.", "Hawnhekk qegħdin ngħidu li x-Xlukkajri u s-sajjieda kollha qed jibżgħu li se jitilfu ħobżhom jekk ma jibqgħux jistadu aktar fl-ibħra Libjani u Tuneżini, pero` issa ejjew ma nkunux aħna li noqtlulhom l-aktar areas tajbin għas-sajd li għandhom!", "Kulmin hu sajjied serju jgħidlek li hemmhekk hemm minn fejn għexu familji u ġenerazzjonijiet sħaħ.", "Jekk hemm xi ħsieb li hemmhekk ikun hemm konċentrazzjoni ta' tuna pens jew ta' fish farming, għandna naraw li nbiddluh għaliex se nkunu qed nagħmlu ħsara kbira lis-sajd Malti.", "Punt ta' l-aħħar li xtaqt nagħmel, ħalli nkun għedt kollox, huwa punt li diġa` għamiltu fil-passat.", "U għalkemm forsi huwa xi ftit barra mis- suġġett, nixtieq li nerġa' nsemmih.", "Hekk kif Malta kienet fil-bidu ta' l- UNCLOS, għandha tkun oriġinarja u fejn ikun hemm il-fora tajjeb li wieħed isemmi l-idea li r-relics arkeoloġiċi kollha - u dan joħroġ ukoll mill- UNCLOS jekk wieħed jaqra l-artikoli 149 u 203 - li jinstabu fil-qiegħ tal- Mediterran, speċjalment dawk li jkunu ġejjin mill-pajjiżi tal-Mediterran, bħal, per eżempju, l-Griegi, il-Feniċi, ir-Rumani u l-Kartaġiniżi, jibqgħu fil-pajjiżi tal-Mediterran.", "Din hija idea li minn dejjem kienet għal qalbi u nixtieq li wieħed jara kif jagħmel ħalli nvarawha għaliex żgur li nsibu appoġġ għaliha.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-Ministru, jekk jogħġbu, jgħaddi għall-winding up.", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Sur President, irrid l-ewwelnett nirringrazzja lill- membri kollha ta' din il-Kamra tad-diskussjoni li kellna.", "Irrid nirringrazzja wkoll lill-membri ta' l-oppożizzjoni li mill-ewwel urew li jridu jagħtu appoġġ f'din il-liġi u naħseb li dan huwa messaġġ ċar li meta niġu għal dawk l-affarijiet ta' interess nazzjonali, pajjiżna jingħaqad flimkien.", "Naħseb li dan huwa messaġġ ċar anke lill-ġirien tagħna.", "Dan huwa messaġġ ċar lill-pajjiżi kollha internazzjonali li l-Maltin huma magħquda f'din il-materja.", "Pajjiżna huwa magħqud f'din il-kwestjoni għaliex inħossu li għandna dejjem inkunu fidili lejn il-liġi internazzjonali u nħossu li għandna dejjem infittxu l-interessi leġittimi tal-poplu tagħna.", "Ovvjament dan irridu nagħmluh fl-ikbar atmosfera ta' ħbiberija u naħseb li dan huwa messaġġ tajjeb u importanti.", "Irrid ngħid li kont daqsxejn sorpriż bil-mod kif l-Onor.", "Brincat tkellem f'dan id-dibattitu.", "Naħseb li aħna qegħdin fl-isfera tad-demokrazija u wieħed dejjem irid jirrispetta din l-isfera pero` li jitkellem fuq ix- xogħol li qed nagħmel jien bħala kawt naċċettah għaliex naħseb li l-kawtela hija parti importantissima minn dak li nagħmlu fil-qasam internazzjonali.", "Irridu nagħmlu minn kollox sabiex nieħdu ħsieb li dak li nagħmlu, nagħmluh tajjeb.", "Madankollu l-kelma l-oħra li uża, jiġifieri meta qal mans, lili ma tantx tinżilli.", "Il-fatt li wieħed jiddeskrivi din bħala xi ħaġa mansa ma naqbilx miegħu.", "Irrid ngħid li aħna konna korretti mill-bidu u tant konna korretti li meta għamilna n-nota verbali sabiex irrispondejna għall-pożizzjoni li dak iż- żmien kienet ħadet il-Libja, aħna konna bgħatna t-talba tagħna bl-akbar sens ta' ħbiberija.", "Aħna tlabna s-sospensjoni ta' l-applikazzjoni ta' dak li l-Libja kienet qiegħda tiddeċiedi immedjatament u għedna li wieħed irid iħares lejn id-drittijiet storiċi tas-sajjieda Maltin.", "Għalhekk invokajna konċett li qiegħed fil-liġi internazzjonali.", "Sur President, jien forsi kont kawt, tant li ma ridtx insemmi ċerti affarijiet għaliex ma tantx inħobb nidħol fid-dettall ta' l-affarijiet, pero` minn dak li qal l-Onor.", "George Vella, jidher biċ-ċar li hemm is- sospensjoni de facto li s-sajjieda qed jitħallew jagħmlu x-xogħol tagħhom f'dik l-area.", "Naturalment aħna qegħdin infittxu soluzzjoni li hija dejjiema u nibqgħu għaddejjin biha għax jekk hawn xi ħaġa li l-poplu Malti huwa magħruf għaliha, din hija t-tenaċita` tiegħu.", "Nispera li jien bħala politiku wkoll urejt ċerta tenaċita` u nista' ngħid li se nkomplu għaddejjin biha f'din il-kwestjoni.", "Din qbadniha bejn snienna u m'aħniex se nitilquha qabel ma nsibu s-soluzzjonijiet ġusti għas-settur tas-sajd tagħna u għall-poplu tagħna.", "Jien u l-Ministru Pullicino u l-esperti tiegħu kellna laqgħat mal-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin Libjan Shalgam, laqgħat mas-segretarju internazzjonali tal-kungress tal-poplu Shahoumi, laqgħat mal-Prim Ministru Libjan Shukri Ghanen kif ukoll laqgħat mad-direttur tal-fisheries wara dik il-viżta li għamilna fil-Libja.", "Naturalment dawn id-diskussjonijiet se nkomplu nagħmluhom.", "Imma hawnhekk irrid nikkoreġi l-impressjoni li ta l- Onor. Brincat li jien għedt ħaġa u mbagħad wara kkontradixxejt lili nnifsi meta għedt li l-ewwel ma kellix diskussjonijiet bilaterali mal-Ministru Libjan u wara, fir-risposta li bgħattlu għall-mistoqsija parlamentari, għedtlu li iva, kelli laqgħat informali bilaterali mal-Ministru Libjan.", "Il-punt ma kienx eżattament dan.", "Waqt il-press conference ġurnalist staqsieni jekk fil-Five Plus Five summit qajjimniex il-kwestjoni tal- fisheries u tkellimniex fuqha mal-Ministru Libjan.", "Jien għedtlu li l-Five Plus Five hija laqgħa multi-laterali li kellha kwestjonijiet oħra fuq l- aġenda tagħha, filwaqt li din hija kwestjoni bilaterali.", "Jien għedtlu li ma kellix diskussjonijiet mal-Ministru Libjan dwar dan.", "Pero` eżattament wara li spiċċat dik il-press conference kelli diġa` scheduled laqgħa privata mal-Ministru Libjan Shalgam fejn fil-fatt iddiskutejt għal darb'oħra l-issue tas-sajjieda tagħna apparti affarijiet oħrajn li għandna bejnietna bħala popli u bħala żewġ stati.", "Naħseb li l-atmosfera li biha qegħdin nagħmlu l-affarijiet għenet biex turi li l-ħbiberija tagħna hija kbira biżżejjed biex infittxu li nsolvu kwestjoni bħal din.", "Aħna qegħdin nitolbu lill-Istat Libjan, kemm fil- kontest tad-dritt internazzjonali, kemm fil-kontest tal-ħbiberija u tal- fatt li rridu l-aħjar relazzjonijiet għax aħna ġirien, li nsibu s- soluzzjonijiet neċessarji għall-kwestjoni ta' l-industrija tas-sajd tagħna, li m'hijiex industrija kbira imma hija ta' importanza għalina mhux biss għal min jaħdem fiha imma għall-poplu Malti kollu.", "M'aħniex qed ngħidu li wieħed m'għandux dritt li jestendi ż-żona ta' sajd esklużiva, jekk jestendi skond il-liġi internazzjonali, pero` qed ngħidu wkoll li hemm drittijiet storiċi li wieħed irid jieħu account of.", "M'aħniex qed ngħidu li t-Tuniżija m'għandhiex dritt tagħmel l-affarijiet li għamlet imma qed ngħidu li f'sens ta' ħbiberija għandna nikkonsultaw lil xulxin.", "U fil-fatt meta weġibna fin-nota verbali għal dak li ġara anke fil-Libja ġbidnielhom l-attenzjoni li huma tkellimu fuq id-dikjarazzjoni ta' Venezja, li fiha hemm miktub li għandek tikkonsulta.", "Jiġifieri assolutament ma konniex mansi, lanqas xejn.", "Pero` konna kawti u nibqgħu kawti, Sur President, għax ir-relazzjoni tagħna ma' dawn il-pajjiżi hija relazzjoni ta' ġirien u rridu nkomplu nsaħħuha biex nagmluha relazzjoni fuq ħafna livelli.", "Aħna rridu multilevel relationship għax inħossu li l-fatt li aħna membri fl-Unjoni Ewropea jsaħħaħ il-missjoni tagħna Mediterranja u mhux inaqqasha.", "Sur President, irrid ngħid ukoll li aħna tkellimna mal-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea u, kif qal il-Ministru Pullicino, kollha pprotestaw u staqsewna jekk f'dan l-istadju għandniex ningħaqdu magħhom u naraw x'se nagħmlu eċċ. F'dan l-istadju aħna qed infittxu t-triq bilaterali, imma fl-aħħar mill- aħħar aħna dejjem infittxu l-aħjar interess ta' pajjiżna.", "Dwar il-punt li tqajjem li kellna mmorru quddiem il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej u kellna nikkonsultaw iktar ma' l- oppożizzjoni rrid ngħid li l-membri ta' l-oppożizzjoni jafu li jien l-ewwel ministru - ma nafx jekk hux fl-istorja politika tagħna - li għamilt ukoll confidential briefings mal-membri ta' dan il-kumitat.", "Pero` ma ħassejtx li nistgħu mmorru għand dan il-kumitat qabel ma nagħmel il-ġlieda biex nipprova nsib x'inhuma l-coordinates eżatti.", "Issa li għandna l-coordinates preċiżi u nafu fuqiex qed nitkellmu jien ma nsib l-ebda diffikulta` li nkomplu għaddejjin b'diskussjonijiet u konsultazzjonijiet u nżommu lill- oppożizzjoni informata biex inkunu ċari kif għandna nikkordinaw ix-xogħol tagħna.", "Huwa importanti li nagħmlu xogħolna bis-serjeta` u dak li qed nitolbu f'din il-liġi hija xi ħaġa ċara.", "Aħna rridu, u l-parlament hawnhekk qiegħed jaqbel, li l-prim ministru jkollu l-poter li jestendi d-drittijiet sovrani għar-rigward ta' l-exclusive fishing zones.", "F'din il-liġi hemm ukoll elementi li kjarament jiddiskutu żona ekonomika esklużiva.", "Jekk wieħed jara kif ġiet formolata l-liġi jsib li din qed tagħti l- possibbilta` li nagħmlu dan ukoll.", "Din hija enabling law.", "Meta tgħaddi din il-liġi aħna nkunu lesti, bħala poplu u bħala stat, li fil-mument opportun nagħmlu d-dikjarazzjonijiet tagħna skond il-liġi internazzjonali, skond id-drittijiet leġittimi tal-poplu Malti u fi ħbiberija kontinwa mal- ġirien tagħna.", "Aħna nfittxu din il-ħbiberija u għaliex nemmnu f'din il- ħbiberija se nkomplu nsostnu li se nsibu s-soluzzjonijiet neċessarji għalina bħala poplu u partikolarment għas-sajjieda tagħna.", "Jien u l-Ministru Pullicino kellna laqgħat ta' konsultazzjoni u ta' informazzjoni mar-rappreżentanti tal-koperattivi, imma naturalment konna għadna qegħdin nistennew li l-ewwelnett ikollna l-coordinates.", "Għar- rigward tat-Tuniżija issa nafu li t-Tuniżija għamlet ukoll enabling law.", "Kif diġa` rrapportajt, jien tkellimt mal-Ministru tat-Tuniżija diversi drabi u l-iktar messaġġ ċar li ħareġ huwa li t-Tuniżija taf li trid tikkonsulta magħna, trid tikkonsulta magħna u trid tagħmel kollox fl-aqwa ambjent ta' ħbiberija.", "Aħna nħossu li dawn iż-żewġ ġirien tagħna għandhom jifhmu li aħna rridu nħarsu l-interessi leġittimi tal-poplu Malti u tas-settur tas-sajd.", "U f'din il-liġi qed nagħtu l-poter lill-prim ministru biex jassigura dan.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jipprovdi b'mod speċjali biex jiġu stabbiliti l-ibħra tas-sajd u ssir estensjoni tal-ġurisdizzjoni marittima\" ikun moqri t-Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tieni Darba.", "PERMESS TAL-KAMRA", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Sur President, nitlob il-permess sabiex il-Kamra tgħaddi għall-istadju ta' kumitat ta' dan l-abbozz ta' liġi, bil-ħin ta' l- interruzzjoni tax-xogħol jitwal sakemm dan l-abbozz ta' liġi jgħaddi mill- istadji kollha.", "MR SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "L-ordni għall-Kumitat ġie moqri.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor Mario de Marco, Viċi President tal-Kumitati, jippresjedi.", "Klawsola 2 – Drittijiet sovrani fuq ibħra tas-sajd stabbiliti.", "Clause 2 – Sovereign rights over designated fishing waters.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Sur President, diġa` tajt deskrizzjoni ċara ta' dan l-artiklu meta konna fl-istadju tat-Tieni Qari u allura m'għandix iktar kummenti x'nagħmel.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "George Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Sur President, fid-dibattitu tat-Tieni Qari jien diġa` staqsejt lill-ministru għaliex fi klawsola 2 qed nagħtu d-dritt lill- prim ministru li jkun jista' jiddikjara drittijiet sovrani \"bil-għan li jiġu esplorati u esplojtati, konservati u maniġġati r-riżorsi naturali li jgħixu u, jew li ma jgħixux - jien nipproponi li nbiddluha \"li ma jgħixux\" u ngħidu \"li mhux ħajjin\" - fil-medda ta' dawk iż-żoni\", pero` fi klawsola 3 li temenda l-Att dwar l-Ibħra territorjali u ż-Żona Kontigwa, Kap. 226, qed ngħidu: \"għandhom, biex jiġu eżerċitati d-drittijiet sovrani bil-għan li jiġu esplorati u esplojtati, konservati u maniġġjati fihom ir-riżorsi naturali li jgħixu, jestendu\" u jieqaf hemm.", "Għaliex wara l-kelma \"jgħixu\" ma daħħalniex ukoll il-kliem \"u, jew li ma jgħixux\" jew inkella diċitura differenti?", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Forsi dan il-punt nistgħu nqajmuh taħt klawsola 3 minflok taħt klawsola 2.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 2.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 2 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 3 – Emendi ta' l-Att dwar l-Ibħra Territorjali u ż-Żona Kontigwa, Kap. 226.", "Clause 3 – Amendment of Territorial Waters and Contiguous Zone Act, Cap.", "226.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Sur President, klawsola 3 titkellem fuq emenda għall-Att dwar l-Ibħra Territorjali u ż-Żona Kontigwa.", "Is-sustanza ta' l- emenda li qed tiġi proposta hija iktar fi klawsola 2.", "L-ewwelnett għaliex l-Att dwar l-industrija tal-ħut m'għadux viġenti u, ladarba qed nagħmlu dan l-abbozz ta' liġi, ħassejna l-bżonn li nagħmlu din l-emenda.", "Pero` nixtieq nitlob sospensjoni ta' ftit minuti biex inkun nista' nikkonsulta ma' l-Attorney General dwar il-punt li qajjem l-Onor.", "Vella.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn qbil?", "(Onor. Membri: Iva) Il-Kumitat huwa sospiż.", "Fit-8.54 p.m. il-Kumitat kien sospiż u rriżuma fid-9.05 p.m.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Sur President, se nipproponi din l-emenda:", "\"A\" Minflok il-kliem \"rispettivament\" sa \"skond hekk.\" għandhom jidħlu l-kliem \"rispettivament, u minflok il-kliem \"Malta għandhom jestendu\" għandu jidħol il-kliem \"Malta għandhom, biex jiġu eżerċitati d-drittijiet sovrani bil-għan li jiġu esplorati u esplojtati, konservati u maniġġati fihom ir-riżorsi naturali li jgħixu u, jew ma jgħixux, jestendu\", u l-Att għandu jinqara u jiftiehem skond hekk.\".", "\"A\" For the words from \"respectively\" to \"accordingly\" there shall be substituted the words \"respectively, and for the words \"Malta shall extend\" there shall be substituted the words \"Malta shall, with respect to the exercise of sovereign rights for the purpose of exploring and exploiting, conserving and managing the living and, or non-living natural resources therein, extend\", and the Act shall be read and construed accordingly.\".", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija l-emenda \"A\".", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"A\" għaddiet nem. con.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 3 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 3, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 1 u t-Titolu għaddew nem. con. u ġew ordnati biex isiru parti mill- Abbozz ta' Liġi.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Sur President, nipproponi li l-Iskrivan tal-Kamra jkun awtorizzat li jikkoreġi xi żbalji ta' l-ortografija u jagħmel xi emendi żgħar li jista' jkun hemm bżonn.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Kumitat jaqbel?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-Kumitat qabel li l-Iskrivan tal-Kamra jkun awtorizzat li jikkoreġi xi żbalji ta' l-ortografija u jagħmel xi emendi żgħar li jista' jkun hemm bżonn.", "Il-Kamra rriżumiet u l-Viċi President tal-Kumitat irrapporta l-Abbozz ta' Liġi mgħoddi b'emenda.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Sur President, nipproponi t-Tielet Qari ta' l- Abbozz ta' Liġi biex jiġu stabiliti Ibħra tas-Sajd u Ġurisdizzjoni Marittima Estiża.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "MARIO GALEA: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jipprovdi b'mod speċjali biex jiġu stabbiliti l-ibħra tas-sajd u ssir estensjoni tal-ġurisdizzjoni marittima\" jiġi moqri t-Tielet Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tielet Darba u għadda.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Clyde Puli.", "ONOR.", "CLYDE PULI (President tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali): Sur President, nitlob il-permess tal-Kamra sabiex nippreżenta l- minuti konfermati tal-laqgħat numru 21 sa numru 46, li saru bejn il-31 ta' Jannar u l-11 ta' Lulju, 2005 u d-dokumenti annessi magħhom.", "MR SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri: No)", "Il-permess ma ngħatax.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sur President, ma nħossx li għandna nagħtu l-permess għar-raġuni li aħna bħala oppożizzjoni tlabna biex ikun hemm diskussjoni fuq id-dokument qabel ma dan jiġi ppreżentat ħalli l-grupp parlamentari jkun jista' jiddiskutih.", "It-talba tagħna mid-dehra ma ġietx aċċettata u għaldaqstant qed noġġezzjona.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Puli.", "ONOR.", "CLYDE PULI: Sur President, id-diskussjoni saret imma l-membri ta' l-oppożizzjoni ma kenux preżenti għal-laqgħa tal-lum.", "MR SPEAKER: Jiddispjaċini imma jekk m'hawnx permess il-minuti ma jistgħux jitqiegħdu fuq il-mejda tal-Kamra.", "Issa nsejjaħ lill-Vici Prim Ministru biex, jekk jogħġbu, jressaq l- Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "TONIO BORG (Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern): Sur President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tnejn, 26 ta' Settembru, 2005 fis-6.00 p.m. b'aġenda li tiġi komunikata aktar tard.", "Bil-permess tal-Kamra nixtieq nagħmel kelmtejn żgħar dwar is-sessjoni ta' din is-sena u qabel ma nagħmel is-soltu ringrazzjamenti nixtieq ngħid li kellna ħidma sfieqa ħafna flimkien f'dan il-parlament.", "Biss biss mill-1 ta' Jannar saru 72 seduta, ġew mgħoddija mill-parlament 14-il att u saru madwar 5,000 mistoqsija parlamentari fuq medja ta' 20 kuljum.", "Dan biex ma nsemmix ukoll id-diversi laqgħat li saru tal-kumitati tal-Kamra b'mod partikolari tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej u tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali.", "Dan m'iniex qed ngħidu biex niftaħar, imma sempliċement biex wieħed jgħid li kellna seba' xhur ta' ħidma fejn il-programm leġislattiv tal-gvern għadda u ġie programmat bi ftehim bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra.", "Fl-istess ħin meta kien hemm lok għal diskussjoni anke fuq proposti ta' l-oppożizzjoni dawn id- diskussjonijiet u dawn id-dibattiti dejjem saru.", "Nixtieq infakkar anke lil min qed jismagħna li kuntrarjament għal dak li jaħsbu ħafna nies, il-maġġoranza kbira tal-liġijiet li jgħaddu minn dan il- parlament, speċjalment fit-Tieni Qari, jgħaddu bl-approvazzjoni taż-żewġ naħat tal-Kamra u fl-istadju tal-Kumitat isiru emendi proposti miż-żewġ naħat li jiġu approvati b'mod unanimu.", "Jien ma rridx nagħti l-impressjoni li f'dan il-parlament dejjem qegħdin fi stadju ta' konflitt kontinwu u ħafna drabi leġislazzjoni li tirrigwarda diversi aspetti jkun hemm qbil dwarha u tgħaddi b'mod unanimu.", "Sur President, qabel ma naġġornaw għall-vaganzi tas-sajf, li nittama li kulħadd jużahom biex jirrilassa ftit u jqatta' iktar ħin mal-familja, nixtieq nirringrazzja bħal tal-kredu kemm lil dawk li jidhru u kif ukoll lil dawk li ma jidhrux, għaliex fil-parlament hemm diversi nies li ma jidhrux imma li kieku ma kienx għalihom ukoll dan il-parlament ma jiffunzjonax tajjeb.", "Apparti lilek, Sur President, li ħadt paċenzja biż-żewġ naħat tal-Kamra u l- istaff ristrett imma effiċjenti ħafna li għandek, nixtieq nirringrazzja lill-persuni li jirrekordjaw dak kollu li ngħidu mbagħad jittraskrivuh ħalli b'mod intelliġibbli kulħadd ikun jaf x'għedna f'dan il-parlament u kif ukoll lill-persuni li jkunu addetti hawnhekk għas-sigurta` ta' din il- Kamra.", "Nirringrazzja wkoll lill-ġurnalisti meta jiġu, għaliex illum konvenjentement jistgħu jsegwu wkoll dak li jingħad hawnhekk mill-uffiċini tagħhom.", "Nittama li lil dawn in-nies kollha se nserrħuhom għal dawn ix- xahrejn li ġejjin b'mod li huma wkoll ikunu jistgħu jgawdu l-vaganzi tagħhom.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT (Kap ta' l-Oppożizzjoni): Jien min-naħa tiegħi, Sur President, f'ismi u f'isem l-oppożizzjoni nixtieq nagħti l-vaganzi t-tajba lil dawk kollha li b'xi mod jew ieħor huma assoċjati mal-ħidma tal- parlament, jiġifieri lid-deputati taż-żewġ naħat tal-Kamra, lill-istaff tal- parlament, lilek Sur President, lill-istaff tiegħek u lil dawk kollha li b'xi mod jew ieħor jgħinu fix-xogħol li jagħmel dan il-parlament.", "Nawgura wkoll vaganzi xierqa lill-ġurnalisti, lill-istaff tas-sigurta`, lill-istaff klerikali u l-istaff tal-messaġġiera li minn ġimgħa għall-oħra jagħtuna l- appoġġ tagħhom.", "Sur President, se nirrimarka fuq punt li qajjem id-deputat prim ministru dwar ix-xogħol tal-parlament.", "Jista' jkun li sar ħafna xogħol fil- parlament.", "Dan ma ninnegawhx imma min-naħa l-oħra naħseb li wasal iż-żmien li nifhmu aħjar jekk dak li qed isir bħala xogħol tal-parlament hux qed ikun iddiġerit tajjeb biżżejjed.", "Jien, l-ewwel wieħed, m'iniex konvint li x-xogħol tal-kumitati tal-Kamra qed jinħadem b'mod professjonali biżżejjed għar-raġuni li l-iskedar ta' dak ix-xogħol u l-mod kif imbagħad tista' ssir l-attendenza given li ħafna mid-deputati għandhom ħidmiet oħra f'ħajjithom, mhux dejjem ikunu f'pożizzjoni li jlaħħqu ma' dak li jiġi ppreżentat.", "Qed ikun hemm massa kbira ta' leġislazzjoni, speċjalment in provenjenza mill-Unjoni Ewropea u naħseb li tajjeb li nirriflettu ftit aħjar fuq jekk is-sistema tal-kumitati tistax ittejjeb il-mod kif taħdem, għax huwa faċli li tgħaddi l-liġijiet, huwa faċli li tibqa' miexi u jkollok dejjem turruni ta' karti bil-liġijiet telgħin li jgħaddu u jiġu għall-implimentazzjoni, imma meta mbagħad tara jekk hux qed jitwettqu tabilħaqq on the ground ikollok problema.", "Naħseb li bħalissa qed ikollna din it-tip ta' problema li qed jgħaddu ħafna regolamentazzjonijiet, liġijiet u direttivi li meta mbagħad tifhem jekk humiex qegħdin jiftiehmu ma' min huma indirizzati lejhom, jekk humiex qed jiġu implimentati tajjeb u jekk hux qegħdin tabilħaqq jiġu mgħarbla biex ikunu jiffittjaw tajjeb mal-kondizzjoni ta' dan il-pajjiż, nemmen li għandna carenze kbar.", "Ma naħsibx li rridu niġġudikaw ix-xogħol ta' dan il-parlament bin-numru u bil-volum ta' liġijiet u direttivi li jgħaddu minnu.", "Issa se nitkellem fuq xi ħaġa oħra, u malajr, għax l-Onor.", "Joe Mizzi għandu xi ħaġa importanti ħafna x'jitkellem dwarha llum.", "Qed nirriferi għas-Sea Malta, Sur President.", "F'dan l-aħħar intervent tiegħi f'din is-sessjoni ta' dan il-parlament naħseb li nixtieq nagħmel l-aħħar appell lill-prim ministru - mhux lill-Onor.", "Austin Gatt għax l-Onor.", "Austin Gatt għandu rasu iebsa u jagħmel dak li jrid - f'dak li għandu x'jaqsam mal-privatizzazzjoni tas-Sea Malta.", "Ninsabu deħlin b'mod għami għal pass li m'huwiex fl- interess nazzjonali.", "Deħlin għall-bejgħ ta' strategic asset ta' dan il- pajjiż li jekk m'huwiex irrevokabbli ċertament se jippreġudika bi kbir il- flessibilta` ta' dan in-nazzjon biex tabilħaqq ikun jista' jibqa' jikkompeti fid-dinja tal-lum.", "F'dak li għandu x'jaqsam mal-manifattura llum qrajt li l-federazzjoni ta' l- industrija aċċettat, jew qed tidher li qed taċċetta, li minflok ma jkollna three sailings - tliet darbiet li l-merkanzija tintbagħat lejn il-kontinent Ewropew - qed jikkuntentaw ruħhom b'darbtejn u qed jgħidu li forsi dan ikun aħjar.", "Bir-rispett kollu ma nistgħux ngħalqu għajnejna għal dan l-iżball strateġiku li qed isir, aktar u aktar quddiem l-aħħar żviluppi f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-accounts tal-kumpannija, fejn f'daqqa waħda l- Ministru Austin Gatt u l-ministeru tiegħu ħarġu stqarrijiet biex jgħidu li dawn l-accounts m'humiex vijabbli għax juru revaluation ta' assi tal- kumpannija li m'humiex aċċettabbli.", "Il-Ministru Gatt filli kien qed jattakka lill-ex- chairperson tal-kumpannija Sea Malta u issa qiegħed jattakka wkoll lill-awdituri tas-Sea Malta u qed isejjaħ għal inkjesta fuq kif tħejjew dawn l-akkontijiet.", "Sur President, meta madwar ħames ġimgħat ilu aħna ta' l-oppożizzjoni Laburista tlabna biex issir inkjesta fuq kif inhi għaddejja l- privatizzazzjoni tas-Sea Malta, dan ipprova jitmellaħ bina u jwaqqagħna għaċ-ċajt.", "Issa l-istess ministru qed jgħid li jrid jagħmel inkjesta jew investigazzjoni fuq il-kontijiet tas-Sea Malta u fuq kif imxew l-awdituri u l-accountants tas-Sea Malta.", "Bir-rispett kollu, se nibqgħu ndaħħqu lilna nfusna b'dan il-mod?", "Għandna gvern kif rappreżentat mill-Ministru Gatt li daħħal f'rasu, b'ċerta ebusija u b'ċertu dommatiżmu, li akkost ta' kollox irid ibigħ is-Sea Malta.", "Din qed ibigħha kontra l-interess nazzjonali mingħajr ma qed jistħarreġ il- possibilita` li kien indikalu l-bord tas-Sea Malta dwar kif jista' jagħti impetu lill-operazzjonijiet tas-Sea Malta ħalli din tkun tista' ttejjeb l- operat tagħha, tinvesti u tassigura li jkun hemm rabta strateġika bejn Malta u l-kontinent Ewropew għat-traffiku li għandna bżonn tal-merkanzija.", "Bid-domma li nbigħu akkost ta' kollox lill-privat - u anke hawnhekk, m'hawnx trasparenza fil-mod kif sar u qed isir il-bejgħ - wasalna appik li niffirmaw il-bejgħ tas-Sea Malta.", "Dan hu dnub kbir kontra l-interess nazzjonali u jien qed nieħu dan l-aħħar ċans tiegħi fil-parlament qabel is- sajf biex nappella lill-gvern jerġa' jikkonsidra dak li qiegħed jagħmel.", "Sur President, din mhux bħall-każ tal-Freeport, għax il-Freeport b'xi mod jew ieħor tillapazza.", "Anke fil-każ tal-Freeport saru ħneżrijiet kbar fil- mod kif l-operat tagħha ġie privatizzat, imma f'dak li għandu x'jaqsam mas- Sea Malta se nkunu qed nagħmlu pass li se jkun tabilħaqq kontra l-interess nazzjonali u mhux maħsub tajjeb.", "Din se tkun miżura nejja li bir-rispett kollu għandha kontra tagħha l-pariri ta' dawk kollha jifhmu fil-ħtieġa li lil dan il-pajjiż nagħtuh in-nifs ħalli jiżviluppa, speċjalment il- fabbrikazzjoni u l-manifattura tagħna.", "Qabel nagħlaq nappella lill-gvern f'dan l-aħħar mument biex jerġa' jikkonsidra d-deċiżjoni kollha fl-interess nazzjonali.", "Il-privatizzazzjoni tas-Sea Malta, speċjalment kif qed issir mill-ministru responsabbli għall- investiment, l-Onor.", "Austin Gatt, hija kontra l-interess nazzjonali, Sur President.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sur President, nhar it-Tnejn fl-aġġornament tkellimt dwar dak li ġie rapportat fil-ġurnal \"The Malta Independent on Sunday\" fuq kawża li uffiċjal fl-awtorita` ta' l-ippjanar għamel kontra l-pulizija fejn ħareġ ċar u ddikjarat mill-qorti li pjanti submitted mill-uffiċċju tal- Ministru Mugliett kienu foloz.", "Jien tkellimt fuq dan il-każ u spjegajt dwar l-indħil ta' l-Onor.", "Mugliett fih.", "Jien kont tlabt lill-Prim Ministru biex ikeċċi lill-Onor.", "Mugliett pero` l-Prim Ministru m'aċċettax li jkeċċih.", "Issa jien indunajt li dan ma kienx se jaċċetta, għalkemm jien għedt li dan għandu jaċċetta f'ġieħ id- demokrazija.", "Pero` llum qed nerġgħu naraw li l-Prim Ministru ta' pajjiżna qed iċaħħad id-demokrazija meta jaf li l-affarijiet huma gravi u serji.", "U minkejja li l-Ministru Mugliett il-bieraħ stess iddikjara li hemm l-indħil tiegħu f'dan il-każ għaliex qal li ma bagħtux għalih biex jagħti x-xiehda, il-Prim Ministru qal li dan huwa każ privat.", "Dan diġa` qed jindika li huwa għandu indħil f'dan il-każ u anke jekk ma qalx hekk, jidher mid- dikjarazzjoni ta' l-assi tal-ministru, li minn din il-kumpannija qed idaħħal bħala retainer Lm4,000 fis-sena jiġifieri għandu interess dirett.", "Apparti minn hekk, Sur President, minkejja li \"In-Nazzjon\" irrapportat dak li qal hu, ma rrapportatx dak li għedt jien nhar it-Tnejn.", "Għalhekk, Sur President, nixtieq niġbidlek l-attenzjoni biex tara l-mod demokratiku li taħdem bih il-gazzetta \"In-Nazzjon\".", "Din hija xi ħaġa tal-mistħija li jirrapportaw naħa waħda u ma jirrapportawx naħa oħra biex jostakolaw il- verita' u jħallu l-ħneżrijiet isiru.", "Kif għedt, il-Prim Ministru qalilna li dan huwa każ privat pero` jien diġa` urejt li hemm rabta sewwa mal- Ministru Mugliett.", "Kif diġa` għidt qabel, il-Ministru Mugliett fuq dan il-każ kien qal li huwa kien indaħal biex jgħin lil dan il-kostitwent.", "Dan urieh it-triq u x'għandu jagħmel biex dan il-kostitwent jinqeda.", "L-affarijiet huma ċari u mhux billi l-Ministru Mugliett qal li hu xtaq li jibagħtu għalih bħala xhieda ħalli jispjega l-affarijiet.", "Jiġifieri dan qed jiddubita kemm hi korretta s- sentenza tal-qorti.", "Imissu jaf li l-maġistrat ma tistax tibgħat għalih bħala xhieda għax dak hu xogħol min ikun qed jagħmel l-akkuża u min ikun qed jiddefendi.", "Il-pulizija, kieku riedu, bagħtu għalih pero` mn'Alla ma bagħtux għalih għax mhux isibu li l-maġistrat ma mexiex sew kienu imma kienu jsibu li l-uffiċċju ta' l-Onor.", "Mugliett huwa mdaħħal u mdaħħal sew għax huwa jieħu retainer ta' Lm4,000.", "Kienu jsibu wkoll li l-ħati ta' falsifikazzjoni m'huwiex dak li hemm il-firma tiegħu.", "Pero` x'qal il-Ministru Mugliett?", "Qal li l-pjanti ta' l-1998 kienu saru ħażin u allura ried jagħti x'jifhem li l-pjanti li saru fl-2002 mill- uffiċċju tiegħu ma kellhom xejn ħażin.", "Pero` hawn se ngħidlu li hu żbaljat u sewwa qalet il-maġistrat li dawk kienu falsifikati.", "Dan għaliex fil- pjanti ta' l-2002 reġgħu kkoppjaw il-pjanti ta' l-1998 li kienu falsifikati u ħżiena, għamlu tibdil żgħir u mmarkawhom bl-aħmar sabiex japplikaw għalihom bħala minor amendments biex l-awtorita` ta' l-ippjanar tgħaddi dawk il-minor amendments b'mod li l-permess ikun ħareġ fuq il-pjanta kif inhi kollha plus dawk il-minor amendments, jiġifieri pprovaw iġibu l- approvazzjoni fuq l-affarijiet illegali li kien hemm.", "Din hija l-ħneżrija.", "Il-ħneżrija hija wkoll f'dak li għandu x'jaqsam ma' sanctions ta' l- affarijiet illegali għax fil-fatt m'hemmx applikazzjoni biex jiġu sanzjonati dawk l-irregolaritajiet u allura sar abbuż billi pprovaw japplikaw b'minor amendments għal xi ħaġa li ma setgħetx tiġi aċċettata għax kienu jafu li hemm falsifikazzjoni ta' pjanti.", "Dan ifisser li l- pjanti ta' l-2002 huma falsifikati u dawn ħarġu mill-uffiċċju ta' l-Onor.", "Mugliett.", "Is-sabiħa hi li l-maġistrat qalet li jridu jittieħdu passi kontra min iffalsifika dawk il-pjanti għax kien hemm abbuż.", "Hawnhekk tajjeb li nsemmi li din talbet lill-pulizija biex jipproċedu imma dawn minflok ipproċedew fuq il-pjanti ta' l-2002 - ma nafx jekk dan kienx b'kumbinazzjoni jew bi żball – ipproċedew fuq il-pjanti ta' l-1998.", "Ara x'mistħija!", "Jiġifieri anke l-manuvri għadhom isiru s'issa.", "Minflok ma pproċedew fuq il-pjanti ta' l-2002 li joħorġu mill-uffiċċju ta' l-Onor.", "Mugliett li huma foloz - skond kif qalet il-maġistrat - il-pulizija pproċedew fuq il-pjanti ta' l-1998.", "Dawn huma affarijiet li ma jitwemmnux!", "L-Onor.", "Mugliett qal li l-kummissjoni ta' kontra l-korruzzjoni waqqgħetu l- każ.", "Dażgur li twaqqgħu l-każ!", "Għax il-kummissjoni ta' kontra l-korruzzjoni tgħid li biex ikun hemm korruzzjoni, irid ikun hemm prova li dak li jkun ikun ħa l-flus.", "Jekk ikun hemm xi ħadd li jkun iffalsifika l-pjanti imma ma jkunx ħa flus, għal din il-kummissjoni din m'hijiex korruzzjoni.", "Jekk hemm xi ħadd li pprova jabbuża - kif ħareġ ċar fil-qorti - fuq il-pjanti, dik għaliha mhux korruzzjoni.", "Dawn l-affarijiet tajjeb li jispjegahom l- Onor. Mugliett imma s-sabiħa hi li dan, f'dan il-parlament, kien stqarr l- indħil tiegħu f'dan il-każ.", "Issa l-qorti sabet il-ħtija ta' dak l-individwu li ffalsifika fil-pjanti biex joħroġ il-permess.", "Dawk il-pjanti biex joħroġ il-permess saru fl-uffiċċju ta' l-Onor.", "Mugliett.", "L-uffiċċju tiegħu u hu personali mbagħad kien indaħal biex jgħin lil dan il-kostitwent.", "Urieh it- triq u qallu x'għandu jagħmel u allura huwa ċar u tond li l-Onor.", "Mugliett huwa nvolut b'mod dirett f'dan l-iskandlu imma minkejja dan, jiġi l-Prim Ministru jgħid li dan huwa każ privat.", "Każ privat meta l-Onor.", "Mugliett stess il-bieraħ qal u indika biċ-ċar li hu għandu involviment?", "Kieku ma kellux involviment ma kienx igħid li l-maġistrat imissha bagħtet għalih biex jagħti x-xiehda tiegħu u juri s-sekwenza ta' kif saru l-affarijiet rigward dan il-każ u qisu ried jimplika li l-maġistrat ħadet deċiżjoni ħażina.", "Il-maġistrat ħadet deċiżjoni tajba għax dawk il-pjanti ta' l-2002 huma foloz u dawn ħarġu mill-uffiċċju ta' l-Onor.", "Mugliett.", "Jien niskanta kif il-Prim Ministru li kellu opportunita` li jagħti fiduċja lill-poplu li hu jimxi b'mod rett u li fejn jara l-ħneżrijiet iwaqqafhom, dan ġab l-iskuża li dik hija xi ħaġa privata.", "Din kienet xi ħaġa privata għax ma kenitx kontra l-Ministru Mugliett imma kienet kontra l-pulizija imma jirriżulta li kien hemm abbuż li kien imdaħħal fih l-uffiċċju ta' l- Onor. Mugliett.", "Mela aktar minn hekk xi trid?", "Kif jista' jkun li dan il- poplu jkollu fiduċja fil-Prim Ministru u fil-gvern?", "L-affarijiet huma ċari daqs il-kristall li kien hemm l-abbużi fil-pjanti mill-uffiċċju ta' l-Onor.", "Mugliett u li l-istess Onor. Membru għandu retainer ta' Lm4,000, jiġifieri għandu interess dirett.", "Huwa wkoll ammetta li lil dan il-kostitwent urieh it-triq u daħal biex jara għaliex il-permess kien wasal biex joħroġ u waqqfuhulu.", "Dażgur li jwaqqfuhulu!", "Jekk il-permess kien ħiereġ b'mod abbużiv, mhux bilfors!", "Bħala perit, dan suppost jaf li ma tistax tapplika taħt minor amendments u li suppost tapplika to sanction l-ewwel.", "Bħala perit jafhom dawn l- affarijiet imma l-uffiċċju tiegħu abbuża u pprova jqarraq billi taparsi jsiru minor amendments sabiex il-permess joħroġ taħt minor amendments fi ftit ġranet.", "Fil-fatt din ħbewha minn kulħadd biex dan jgħaddi jiġri ħalli ħadd ma jkun jaf u bla ma jagħtu d-dritt lit-third party li joġġezzjona għal xi ħaġa.", "Dawn huma affarijiet tal-mistħija, aktar u aktar għaliex issa spiċċajna li r-rakkmandazzjoni tal-maġistrat biex jieħdu passi fuq dawk il- pjanti li huma foloz – qed nirriferi għall-pjanti ta' l-2002 li ħarġu mill- uffiċċju tal-partners ta' l-Onor.", "Mugliett – wasslet biex il-pulizija tressaq l-akkuża ħażina.", "Fil-fatt din ħadet passi fuq il-pjanti ta' l-1998 minflok ta' l-2002.", "Ara l-ħneżrijiet!", "Dan mhux kumbinazzjoni imma dawn huma ħneżrijiet li ma jitwemmnux.", "U l-Onor.", "Mugliett mhux billi jiġi jgħidli biex nitkellem barra.", "L-ewwelnett infakkru li hu kien qal li jekk jien irrid nitkellem barra jirrispondini barra u jekk irrid nitkellem fil-parlament, jirrispondini fil- parlament.", "Mela għaliex qed jagħmel din l-oġġezzjoni?", "Jien ngħidlu li jiena membru parlamentari, qed nagħmel xogħli bħala membru parlamentari u l- post fejn għandi nitkellem huwa l-parlament.", "Barra mhux għalija imma għal tal-ħaxix.", "M'għandix għalfejn ngħid l-affarijiet barra.", "Dak li ngħid hawnhekk dejjem ikun qed jiġri.", "Jekk ma jirriżultax dakinhar, jirriżulta wara sena, sentejn jew aktar.", "Dak li għedt jien hu kollu minnu u dan minkejja li dan qal li l-persuna li ġġieldet għad-drittijiet tagħha għamlet dikjarazzjoni falza u għamlet affarijiet bħal dawn.", "Issa rriżulta biċ-ċar, mid-deċiżjoni tal-qorti, li dak ma ffalsifika xejn u li kellu raġun jiġġieled għad-dritt tiegħu.", "L-affarijiet iffalsifikahom l-uffiċċju ta' l- Onor. Mugliett u dan ħareġ ċar mid-deċiżjoni li tat il-qorti.", "Ir-realta` hi li hemm deċiżjoni tal-qorti li hemm pjanti foloz li huma ppreżentati mill-uffiċċju ta' l-Onor.", "Mugliett.", "Mela l-Onor.", "Mugliett għandu retainer ta' Lm4,000, l-Onor.", "Mugliett kien qal li hu wera lil kostitwent it-triq minn fejn għandu jgħaddi, l-Onor.", "Mugliett qal li urieh kif għandu japplika u ma japplikax u qal li ndaħal ukoll għaliex żammewlu l- permess fl-aħħar minuta, l-Onor.", "Mugliett jaf li m'hu veru xejn li l- uffiċċju tiegħu applika to sanction u l-Onor.", "Mugliett kien jaf li l-ewwel bilfors trid tapplika to sanction u mbagħad l-uffiċċju tiegħu applika biex taparsi jsiru minor amendments għaliex dik il-pjanta kienet falza u t- tibdil li kien hemm kien tibdil kbir li ċertament ma kienx minor amendment.", "Allura dan kif jista' jaħrab minn dawn l-affarijiet kollha?", "Il-fatt li l- Onor. Mugliett ta parir biex wieħed ikun jaf minn fejn għandu jgħaddi huwa dikjarazzjoni ċara ta' indħil dirett mill-ministru wkoll.", "Imbagħad jiġi l- Prim Ministru u jgħid li dik hija kawża privata u għalhekk m'għandux ikeċċih.", "Skużi, dik il-kawża privata uriet li kien hemm abbuż mill-uffiċċju ta' l- Onor. Mugliett u barra minn hekk, dak li ntqal f'dan il-parlament mill- Onor. Mugliett wera li hu kien indaħal.", "Mela meta għandek dawn il-fatti quddiemek, kif il-Prim Ministru ma jaċċettax li jkeċċih?", "X'demokrazija hi din?", "Kif jista' l-poplu jkollu fiduċja f'dan il-Prim Ministru meta qed jara dawn il-ħneżrijiet kollha?", "Kif jista' l-poplu jkollu fiduċja meta issa, wara s-sentenza li tat il-qorti biex il-pulizija tipproċedi fuq l- iffalsifikar tal-pjanti ta' l-2002, l-istess pulizija tressaq l-akkuża ħażina fuq il-pjanti ta' l-1998?", "Dan bi żball sar?", "U wara kollox, kif il- Prim Ministru ma qalx lill-ministru responsabbli mill-MEPA biex ikeċċi lid- direttur ġenerali u lis-segretarju tal-bord issa li deher ċar u tond li dawk l-akkużi li għamlu b'mod diżonest fuq ħaddiem tal-MEPA kienu fabbrikati?", "Dawn l-affarijiet se jibqgħu għaddejjin?", "Din xi ħneżrija hi?", "Dawn il-ħneżrijiet isiru f'postijiet tat-third world countries fejn ikun hemm korruzzjoni tinten.", "Hawnhekk ngħidu li aħna ċivilizzati u demokratiċi u naħseb li l-korruzzjoni li hawn f'pajjiżna hija akbar għax tkun istituzzjonalizzata, moħbija u protetta minn kollox biex ħadd ma jieħu passi kontra tagħhom.", "Sur President, il-Prim Ministru li għandna qed iħalli dawn l-affarijiet jiġru.", "Kif nistgħu naċċettaw li l-Onor.", "Mugliett jiddikjara f'din il-Kamra l-indħil tiegħu?", "Mhux billi joqgħod jgħid li l-permess ta' l-1998 kien falz.", "L-applikazzjoni ta' l-1998 ma jistgħux jieħdu passi fuqha għaliex hija preskritta u għadda ż-żmien imma fuq l-applikazzjoni ta' l-2002 jistgħu jieħdu passi fuqha.", "Allura għalfejn il-pulizija minflok għamlu l- akkuża fuq il-pjanti l-2002, għamluha fuq il-pjanti ta' l-1998?", "Dawn x'affarijiet huma?", "Dawn huma affarijiet li ma jitwemmnux!", "Il-Prim Ministru se jaċċettahom dawn issa, jew se jiġi jgħidli li qed nieħdu żball?", "Sur President, f'Settembru jien se nkompli ngħid fuq dawn l-affarijiet.", "Jien se nkompli nitkellem fil-parlament għax dak huwa l-post fejn suppost nitkellem jien bħala membru parlamentari.", "Barra huwa għal tal-ħaxix mhux għalija.", "Jekk irid imur barra jmur kemm irid barra hu.", "Jien xogħli f'dan il- parlament u nerfa' r-responsabbilta` tiegħi.", "Jien nagħmel l-affarijiet kif għandi nagħmilhom, nara li l-affarijiet li ngħid ikunu minnhom u ma jkolli għalfejn nibża' minn ħadd.", "Taf min għandu minn xiex jibża' u x'jaħbi?", "Min ikun imċappas fil-ħmieġ u jipprova jġib kull skuża biex jipprova jgħatti xturu għaliex ikun abbuża.", "Dan ma nistgħux naċċettawh!", "Ma nistgħux naċċettaw li f'dan il-pajjiż l-abbuż jiġi mbierek ukoll mill-Prim Ministru.", "Lill-Prim Ministru ngħidlu: Int ma keċċejtux lill-Onor.", "Mugliett pero` fuq din ibqa' fuq kliemi li l-poplu se jkeċċi lilek ftit snin oħra, jekk mhux dalwaqt!", "Se jkeċċi lilek u l-gvern tiegħek għax qed jara ħneżrijiet bħal dawn filwaqt li jaf bil-qagħda ekonomika mwiegħra fil-pajjiż u dan minkejja li l-Prim Ministru jgħid li kollox sejjer tajjeb.", "Minkejja li l-Prim Ministru qed jgħid li m'hawnx faqar imma hawn il-ġid il-poplu qed jara li dieħel il-faqar.", "Minkejja li l-Prim Ministru jgħid li hawn ħafna impjiegi, il-poplu qed jara li għandu l-problemi għax ħafna jinsabu bla mpjieg.", "Il- Prim Ministru m'għandux jaħseb li l-poplu huwa beċċun.", "Il-poplu qed jinduna b'liema mod qed jimxi dan il-gvern u dan il-Prim Ministru.", "Dan il-Prim Ministru qed iħares lejn l-interess tal-partit tiegħu minflok lejn l- interess tal-pajjiż.", "Allura anke f'dan il-każ, minflok ma ħa l-interess ta' pajjiżna, ħa l-interess tal-partit tiegħu.", "Biex dan ma jurix li kien hemm min abbuża fil-partit tiegħu, iddefendih u issa la ddefendih, għandu jerfa' r-responsabbilta`.", "Għandu jara s-sentenza li ngħatat fil-qorti biex jara l-affarijiet kif inhuma ħalli jkun jaf x'responsabbilta` refa'.", "Apparti minn hekk, il-pulizija li suppost ħadu passi fuq il-pjanti ta' l- 2002 ħadu passi fuq il-pjanti ta' l-1998.", "Kif tista' tħalli affarijiet bħal dawn jiġru?", "Dawn huma affarijiet li ma jitwemmnux!", "Din hija s- sitwazzjoni fil-pajjiż u nerġa' ntenni lill-Prim Ministru: Int ma keċċejtx lill-Onor.", "Mugliett u ta' din il-poplu se jkeċċi lilek u lill-partit tiegħek mill-bankijiet tal-gvern.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Jien ningħaqad mal-Kap tal-Kamra u mal-Kap ta' l- Oppożizzjoni biex nesprimi x-xewqat tiegħi lill-membri kollha ħalli huma jkunu jistgħu jgawdu mistrieħ mistħoqq fix-xahrejn li ġejjin.", "Nirringrazzjahom tal-kontribut li taw bl-interventi tagħhom, li dejjem jimmiraw li jsaħħu u jgħollu l-prestiġju tal-parlament tagħna.", "Nirringrazzja b'mod partikolari lil kulmin għandu rwol speċifiku fil- parlament, bħall-Kap tal-Kamra u d-Deputat Kap ta' l-Oppożizzjoni responsabbli mill-affarijiet tal-parlament, iż-żewġ whips, il-presidenti u l-membri tal-kumitati permanenti li mill-bidu ta' din is-sena iltaqgħu iktar minn mitt darba, kif ukoll il-membri li jifformaw parti mid- delegazzjonijiet parlamentari f'fora internazzjonali.", "Grazzi speċjali tmur, kif inhu xieraq, lill-istaff li f'dan il-każ huma r- roti li jdawru x-xogħol parlamentari, jiġifieri l-Uffiċċju ta' l-Iskrivan tal-Kamra.", "Nirringrazzja wkoll lil kulmin jagħti kontribut bħall-pulizija u l-armata u membri tal-media li lkoll kemm huma jgħinu biex il-Parlament Malti jkollu l-aħjar immaġini possibbli tal-ħidma tiegħu.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it-Tnejn, 26 ta' Settembru, 2005 fis-6.00 p.m. bl-aġenda li tiġi kkomunikata aktar tard.", "Fl-9.50 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija."]} {"filename": "20030526_002d_par.doc", "date": "2003-05-26", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 2 It-Tnejn, 26 ta' Mejju, 2003 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 2 It-Tnejn, 26 ta' Mejju, 2003", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.30 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "2", "It-Tnejn, 26 ta' Mejju, 2003", "WERREJ", "MINUTI 14", "KUNSENS GĦAL ATTI 14", "INFORMAZZJONI 14", "KONDOLJANZI 14", "TQEGĦID TA' KARTI 16", "MOZZJONIJIET", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR L-UNJONI EWROPEA (L-EWWEL QARI) 20", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR ELEZZJONIJIET GĦALL-PARLAMENT EWROPEW(L-EWWEL QARI) 20", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR AWDITJAR INTERN U INVESTIGAZZJONIJIET", "FINANZJARJI (L-EWWEL QARI) 21", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IS-SIGURTA` SOĊJALI (L-EWWEL QARI) 21", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-KUMMISSARJU GĦAT-TFAL (L-EWWEL QARI) 22", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-PROFESSJONI TA' XOGĦOL SOĊJALI (L-EWWEL QARI) 22", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-PROFESSJONI TAL-PSIKOLIĠIJA (L-EWWEL QARI) 23", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR REĠISTRU ĊENTRALI (L-EWWEL QARI) 23", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-KODIĊI ĊIVILI (L-EWWEL QARI) 24", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR L-ARMI (L-EWWEL QARI) 24", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR L-AVJAZZJONI ĊIVILI U", "L-ATT DWAR IL-EUROCONTROL (L-EWWEL QARI) 25", "ABBOZZ TA' LIĠI BIEX JEMENDA L-ATT TA' L-EDUKAZZJONI (L-EWWEL QARI) 25", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IS-SAĦĦA PUBBLIKA (L-EWWEL QARI) 26", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IS-SERVIZZI TAS-SAĦĦA (L-EWWEL QARI) 26", "ABBOZZ TA' LIĠI BIEX JEMENDA L-ATT DWAR IL-KONTROLL TAT-TIPJIP", "TAT-TABAKK (L-EWWEL QARI) 27", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-PROFESSJONIJIET TAS-SAĦĦA (L-EWWEL QARI) 27", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ORDINANZA DWAR IL-ĦADDIEMA D-DEHEB", "U ĦADDIEMA L-FIDDA (ARGENTIERA) (L-EWWEL QARI) 28", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR TRANSAZZJONIJIET BARRANIN", "(LIBERALIZZAZZJONI TA' TRANSAZZJONIJIET KAPITALI U PAGAMENTI) (L-EWWEL QARI) 28", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IL-PROFESSJONI TA'", "L-ACCOUNTANCY (L-EWWEL QARI) 29", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IL-PRIVATTIVI INDUSTRIJALI (L-EWWEL QARI) 29", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR ID-DRITTIJIET TA' L-AWTUR (L-EWWEL QARI) 30", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-PROTEZZJONI LEGALI TA' DISINNI (L-EWWEL QARI) 30", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IL-PROVVISTI U S-SERVIZZI (L-EWWEL QARI) 31", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR MANAGEMENT TAL-FINANZI PUBBLIĊI (L-EWWEL QARI) 31", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR ID-DAZJU TAS-SISA (L-EWWEL QARI) 32", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IT-TAXXA FUQ L-INCOME (L-EWWEL QARI) 32", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IT-TAXXA FUQ IL-VALUR MIŻJUD (L-EWWEL QARI) 33", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-KODIĊI TAL-KUMMERĊ (L-EWWEL QARI) 33", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR L-AKKWIST TA' PROPRJETA'", "IMMOBBLI MINN PERSUNI MHUX RESIDENTI (L-EWWEL QARI) 34", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IL-LIBERAZZJONI U TRASPORT TA'", "MERKANZIJA (L-EWWEL QARI) 34", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IR-REĠISTRAZZJONI TA' KUNTRATTURI FL-INDUSTRIJA TAL- BINI U L-KONTROLL TA' L-INDUSTRIJA TAL-BINI (L-EWWEL QARI) 35", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-KORPORAZZJONI MALTIJA GĦALL-INTRAPRIŻA (L-EWWEL QARI) 35", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "INDIRIZZ B'RISPOSTA GĦAD-DISKORS TAL-PRESIDENT TA' MALTA 36", "AĠĠORNAMENT 56", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 1 li saret fl-24 ta' Mejju, 2003 ġew konfermati.", "KUNSENS GĦAL ATTI", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): Ninforma lill-Kamra li l-President ta' Malta għoġbu jagħti l-kunsens tiegħu għal:", "Att Nru III ta' l-2003 – Att ta' l-2003 dwar il-Mediċini; u", "Att Nru IV ta' l-2003 – Att ta' l-2003 dwar Tpaċija u Netting f'każ ta' Insolvenza.", "INFORMAZZJONI", "MR SPEAKER: Ninforma lill-Kamra li s-Sedja rċeviet kopja ta' żewġ sentenzi tal-Qorti Kostituzzjonali.", "Għalhekk inqiegħed fuq il-mejda tal- Kamra:", "Kopja ta' sentenza tal-Qorti Kostituzzjonali mogħtija fis-27 ta' Marzu, 2003 ismijiet Patrick Spiteri vs l-Avukat Ġenerali u l- Kummissarju tal-Pulizija.", "Kopja tas-sentenza tal-Qorti Kostituzzjonali mogħtija fis-27 ta' Marzu, 2003 fl-ismijiet Emmanuela Vella, f'isimha proprja u għan-nom ta' ħutha msefrin Francis, Eugenio u Paul, aħwa Borg u żewġha Benigno Vella vs Kummissarju ta' l-Artijiet u l-Avukat Ġenerali.", "KONDOLJANZI", "MR SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Prim Ministru): Mr Speaker, kif probabbilment jafu l-Membri Parlamentari, fil-15 ta' Marzu, 2003, f'perijodu meta kienet għadha ma bdietx din il-leġislatura, mietet s-Sinjura Bartolo, li tiġi omm l-Onor.", "Evarist Bartolo.", "Jien kont nafha personalment u nista' ngħid li kienet mara mill-aħjar, mara tal-familja u mara li rabbiet lit-tfal tagħha bl-ikbar sens ta' dedikazzjoni.", "Jiddispjaċini li dak iż-żmien ma stajtx inkun preżenti għall-funeral tagħha, pero' f'ismi u f'isem sħabi kollha, nagħti l-kondoljanzi lill-Onor.", "Evarist Bartolo.", "Nafu wkoll li fit-23 ta' Mejju, 2003 mietet il-mama ta' l-Onor.", "Marie Louise Coleiro u l-funeral tagħha kien nhar is-Sibt li għadda, proprju meta kien qed jiġi inawgurat dan il-parlament.", "Lis-Sinjura Coleiro ma kontx nafha personalment pero' lkoll kemm aħna nafu li meta tmut l-omm, inħossu mhux biss il-firda imma nħossu wkoll xi ħaġa minna nieqsa għaliex aħna lkoll parti minn ommna.", "Jien b'qalbi kollha nemmen li dak kollu li aħna aħna, kull wieħed u waħda minna, nafuh b'miżura mhux żgħira lil ommijietna u għalhekk f'ismi u f'isem sħabi kollha nestendi wkoll il-kondoljanzi lill- Onor. Marie Louise Coleiro.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Charles Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Mr Speaker, jien ningħaqad mal-Prim Ministru biex nestendi l-kondoljanzi tiegħi lill-kollegi tiegħi l-Onor.", "Evarist Bartolo u l-Onor.", "Marie Louise Coleiro għat-telf ta' ommhom.", "Ċertament din hija okkażjoni ta' dieqa u ovvjament telfa bħal din ma tista' tiġi sostitwita bl- ebda mod.", "Aħna, għan-nom ta' l-oppożizzjoni, nestendu mill-qalb il- kondoljanzi tagħna.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Evarist Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Filwaqt li nirringrazzja lill-kollegi taż-żewġ naħat tal-Kamra, nixtieq ngħid xi ħaġa waħda dwar ommi.", "L-aħjar u l-isbaħ kwalità li kellha kienet il-kapaċità li tħobb b'imħabba kbira mingħajr preferenzi ta' xejn.", "Ommi kienet kapaċi tħobb lil ħija, li huwa kunsillier Nazzjonalista fil-kunsill lokali tal-Mellieħa u bl-istess mod kienet kapaċi tħobb lili, li jien deputat Laburista f'dan il-Parlament.", "Nispera li mhux jien biss imma kulmin qiegħed fil-ħajja pubblika jimxi fuq dan l-eżempju u jkun kapaċi jħobb nies mingħajr preferenzi, ikun x'ikun il- kulur politiku tagħhom.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Marie Louise Coleiro.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Sur President, jien xtaqt ningħaqad ma` sieħbi l-Onor.", "Evarist Bartolo billi nirringrazzja liż-żewġ naħat tal-Kamra għar-rispett u s-solidarjeta' li wrew mal-familja tiegħi f'dan il-mument ta' dieqa kbira għalina, it-telf ta' ommna.", "Nixtieq ukoll nieħu din l- opportunita` sabiex nirringrazzja lis-Sinjorija Tiegħek, lill-Eċċellenza Tiegħu l-President tar-Repubblika, il-Professur Guido de Marco u lis- Sinjura de Marco, lill-Prim Ministru, lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni u lil sħabi kollha ta' din il-Kamra.", "Nixtieq nirringrazzja wkoll lil dawk kollha li ngħaqdu magħna nhar is-Sibt li għadda fil-funeral - li kienu ħafna u ħafna, b'mod partikolari lill-komunita' Qormija fejn il-mama tiegħi twieldet u għexet - għar-rispett u solidarjeta` kbira li rajna minn kulħadd.", "Nista' ngħid li l-mama tiegħi kienet driving force kemm għalija kif ukoll għall-ħuti u flimkien ma' missieri tellgħetna b'għożża kbira u nisslet fina ħafna valuri nsara u ċiviċi.", "J'Alla jien u ħuti nkunu wkoll dehen ta' dan ix-xogħol li għamlet magħna biex rabbietna ħalli aħna ndaħħluh ukoll f'uliedna u ma' kulmin niltaqgħu fil-ħajja tagħna.", "Nirringrazzjakom.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Ningħaqad mas-sentimenti espressi miż-żewġ naħat tal-Kamra u ninkariga lill-Iskrivan tal-Kamra sabiex, jekk joġħġbu, iwassal l-kondoljanzi lill-familjari rispettivi.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Ir-riżultat uffiċjali tar-referendum li sar fit-8 ta' Marzu 2003; u", "Avviż Legali 119 ta' l-2003 - avviż ta' bidu fis-seħħ tar- regolamenti ta' l-2003 dwar is-sigurta` nukleari u l-protezzjoni mir- radjazzjoni.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Galea.", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali 90 ta' l-2003 – ir-regolamenti ta' l-2003 tal-kors għall- grad ta' Master of Arts in Public Policy – M.A. (Public Policy);", "Avviż Legali 91 ta' l-2003 – ir-regolamenti ta' l-2003 biex jemendaw ir-regolamenti ta' l-1997 tal-kors għall-grad ta' Bachelor of Science in Information Technology – B.Sc.", "I.T. – u Bachelor of Science in Information Technology (Honours) – B.Sc.", "I.T. (Hons.);", "Avviż Legali 92 ta' l-2003 – ir-regolamenti ta' l-2003 biex jemendaw ir-regolamenti ta' l-2002 tal-kors għall-grad ta' Bachelor or Arts (Tourism Studies) – B.A. (Tourism Studies) – Bachelor of Arts (Honours) (Tourism Studies) – B.A. (Hons.)(Tourism Studies);", "Avviż Legali 108 ta' l-2003 – regolamenti ta' l-2003 li jemendaw ir- regolamenti dwar skema ta' taħriġ estiż fis-snajja';", "Avviż Legali 109 ta' l-2003 – regolamenti ta' l-2003 li jemendaw l- iskema dwar apprendistat tekniku; u", "f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Politika Soċjali, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali 112 ta' l-2003 – regolamenti ta' l-2003 dwar it- trasferiment ta' fondi għal hostels statali indikati;", "Avviż Legali 115 ta' l-2003 - regolamenti ta' l-2003 li jistabbilixxu penali u sanzjonijiet amministrattivi dwar l-għaqdiet koperativi;", "Avviż Legali 116 ta' l-2003 - regolamenti ta' l-2003 li jemendaw ir- regolamenti dwar il-fond ċentrali tal-koperativi għar-rigward ta' soċjetajiet koperativi;", "Avviż Legali 118 ta' l-2003 - ordni ta' l-2003 dwar l-awtorita` tad- djar (trasferiment ta' proprjeta`) (nru.", "2);", "Avviż Legali 120 ta' l-2003 - regolamenti ta' l-2003 li jistabbilixxu l-ewwel lista ta' valuri ta' limiti indikattivi li għalihom wieħed jista' jkun espost waqt ix-xogħol għall-protezzjoni tas-saħħa u s-sigurta' fuq ix-xogħol minn riskji relatati ma' aġenti kimiċi fuq il-post tax-xogħol;", "Avviż Legali 121 ta' l-2003 - regolamenti ta' l-2003 dwar rekwiżiti minimi għall-użu ta' tagħmir protettiv personali fuq ix-xogħol;", "Avviż Legali 122 ta' l-2003 - regolamenti ta' l-2003 dwar il- protezzjoni tal-ħaddiema mir-riskji relatati mal-espożizzjoni għall- carcinogens jew mutagens fuq il-post tax-xogħol; u", "Avviż Legali 123 ta' l-2003 - regolamenti ta' l-2003 dwar il- protezzjoni tal-ħaddiema mir-riskji li jinħolqu meta wieħed ikun espost għall-asbestos fuq il-post tax-xogħol, 2003.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI (Ministru tal-Finanzi u l-Affarijiet Ekonomiċi): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali 73 ta' l-2003 – indiċi ta' l-inflazzjoni għas-sena 2002;", "Avviż Legali 75 ta' l-2003 – regolamenti ta' l-2003 dwar il-bank ċentrali ta' Malta (penalitajiet għal reati u ksur ta' regolamenti);", "Avviż Legali 79 ta' l-2003 – regolamenti ta' l-2003 li jemendaw ir- regolamenti dwar l-att dwar il-logħob;", "Avviż Legali 83 ta' l-2003 – ordni ta' l-2003 li jemenda l-ordni dwar ħelsien mit-taxxa doppja (taxxa fuq l-income) (renju tal-Belġju);", "Avviż Legali 88 ta' l-2003 – The Cosmetic Products (Amendment) Regulations, 2003;", "Avviż Legali 89 ta' l-2003 – Dangerous Substances and Preparations (Restrictions) (Amendment) Regulations, 2003;", "Avviż Legali 98 ta' l-2003 – regolamenti ta' l-2003 li jemendaw ir- regolamenti dwar il-promozzjoni tan-negozju (emenda numru 2);", "Avviż Legali 99 ta' l-2003 - regolamenti ta' l-2003 li jemendaw ir- regolamenti fuq il-provvista tal-kurrent elettriku;", "Avviż Legali 102 ta' l-2003 - avviż ta' bidu fis-seħħ ta' ċerti dispożizzjonijiet ta' l-att ta' l-2003 dwar tpaċija u netting f'każ ta' insolvenza (Att Nru. IV ta' l-2003);", "Avviż Legali 114 ta' l-2003 – ordni ta' l-2003 dwar ħelsien minn taxxa doppja (taxxi fuq l-income) (Repubblika ta' l-Estonja);", "Avviż Legali 126 ta' l-2003 - regoli ta' l-2003 dwar tnaqqis ta' taxxa addizzjonali (ommissjonijiet);", "Avviż Legali 127 ta' l-2003 – regoli ta' l-2003 dwar tnaqqis ta' taxxa addizzjonali (nuqqasijiet meta jsir prospett);", "Annual Financial Statements għas-sena 2002 maħruġa mit-teżor skond artikolu 65 ta' l-att dwar l-amministrazzjoni finanzjarja u l- verifika;", "Rapport Annwali ta' l-awtorita` dwar is-servizzi finanzjarji ta' Malta għas-sena 2002; u", "Report and financial statements ta' l-awtorita` dwar is-servizzi finanzjarji ta' Malta għas-sena li għalqet fil-31 ta' Diċembru 2002; u", "Rapport Annwali tal-Bank Ċentrali ta' Malta għas-sena 2002.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Il-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni): Mr Speaker inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali 70 ta' l-2003 – regolamenti ta' l-2003 li jemendaw ir- regolamenti dwar il-ħaddiema tal-port;", "Avviż Legali 71 ta' l-2003 - Merchant Shipping (Ships Eligible for Registration) Regulations, 2003;", "Avviż Legali 72 ta' l-2003 - avviż ta' bidu fis-seħħ ta' ċerti artikoli ta' l-Att ta' l-2003 li jimplimenta Miżuri ta' l-Estimi (Att Nru II ta' l-2003);", "Avviż Legali 76 ta' l-2003 – Merchant Shipping (Fees) (Amendment) Regulations, 2003;", "Avviż Legali 80 ta' l-2003 - avviż ta' bidu fis-seħħ tar-regolamenti ta' l-2003 li jemendaw ir-regolamenti dwar il-ħaddiema tal-port;", "Avviż Legali 81 ta' l-2003 – regolamenti ta' l-2003 dwar il-votazzjoni (restrizzjoni ta' aċċess);", "Avviż Legali 82 ta' l-2003 – regolamenti ta' l-2003 li jemendaw ir- regolamenti dwar tractors bil-mutur;", "Avviż Legali 86 ta' l-2003 – regolamenti ta' l-2003 li jħassru r- regolamenti dwar is-servizz tat-telefon;", "Avviż Legali 93 ta' l-2003 – regolamenti li jemendaw ir-regolamenti dwar il-vetturi bil-mutur, 2003;", "Avviż Legali 94 ta' l-2003 – regolamenti ta' l-2003 dwar il-vetturi bil-mutur (taxxa tar-reġistrazzjoni);", "Avviż Legali 96 ta' l-2003 – regolamenti ta' l-2003 dwar pilotaġġ marittimu;", "Avviż Legali 97 ta' l-2003 - regolamenti ta' l-2003 li jemendaw ir- regolamenti dwar linji mikrijin fit-telekomunikazzjonijiet;", "Avviż Legali 103 ta' l-2003 - regolamenti ta' l-2003 dwar il- votazzjoni fl-elezzjonijiet ġenerali (restrizzjoni ta' aċċess);", "Avviż Legali 104 ta' l-2003 - avviż ta' bidu fis-seħħ tar-regolamenti ta' l-2003 dwar pilotaġġ marittmu taħt l-Att dwar l-Awtorita' Marittima ta' Malta (Kap. 352);", "Avviż Legali 111 ta' l-2003 - regolamenti ta' l-2003 dwar l-ordinanza dwar it-telegrafija mingħajr fili (emenda ta' l-iskeda);", "Avviż Legali 124 ta' l-2003 - avviż ta' bidu fis-seħħ ta' l-artikoli 1 sa 57 ta' l-Att ta' l-2002 li jemenda l-Att dwar l-Uffiċċju tal- Posta (Att Nru XXVII ta' l-2002);", "f'isem il-Ministru tat-Turiżmu, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali 87 ta' l-2003 – avviż ta' bidu fis-seħħ ta' ċerti dispożizzjonijiet ta' l-Att dwar Servizzi ta' l-Ivvjaġġar u tat- Turiżmu għal Malta (Kap. 409);", "Avviż Legali 100 ta' l-2003 – regolamenti ta' l-2003 li jemendaw ir- regolamenti dwar drittijiet għat-turiżmu; u", "Rapport Annwali u financial statements ta' l-awtorita` tat-turiżmu ta' Malta għas-sena 2002.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali 74 ta' l-2003 – data ta' bidu fis-seħħ ta' l-Att ta' l- 2002 dwar il-Probation;", "Avviż Legali 77 ta' l-2003 – avviż ta' bidu fis-seħħ ta' l-Att a' l- 2002 dwar l-Amministrazzjoni ta' Artijiet (Att Nru. XI ta' l-2002);", "Avviż Legali 78 ta' l-2003 – regolamenti ta' l-2003 dwar akkwist ta' artijiet (rati ta' imgħax);", "Avviż Legali 84 ta' l-2003 – ordni ta' l-2003 dwar restituzzjoni ta' ċerti artijiet (Nru. 1);", "Avviż Legali 85 ta' l-2003 - ordni ta' l-2003 dwar restituzzjoni ta' ċerti artijiet (Nru. 2);", "Avviż Legali 95 ta' l-2003 – regolamenti ta' l-2003 dwar korp ta' voluntieri fil-protezzjoni ċivili;", "Avviż Legali 105 ta' l-2003 - ordni ta' l-2003 dwar id-delega ta' stallazzjonijiet ta' tidwil tat-toroq lil kunsilli lokali (emenda nru.", "3);", "Avviż Legali 106 ta' l-2003 - ordni ta' l-2003 dwar il-kummissarju ta' l-artijiet;", "Avviż Legali 107 ta' l-2003 – ordni ta' l-2003 dwar restituzzjoni ta' ċerti artijiet (nru.", "3);", "Avviż Legali 110 ta' l-2003 – avviż ta' bidu fis-seħħ ta' ċerti dispożizzjonijiet ta' l-Att ta' l-2002 li jemenda l-Kodiċi Kriminali;", "Avviż Legali 113 ta' l-2003 - ordni ta' l-2003 dwar id-delega ta' stallazzjonijiet ta' tidwil tat-toroq lil kunsilli lokali (emenda nru 4);", "Avviż Legali 117 ta' l-2003 – regolamenti ta' l-2003 li jemendaw l- għaxar skeda li tinsab ma' l-Att dwar Kunsilli Lokali;", "K.L.B.L. 13/1/2003 – bye-laws ta' l-2003 dwar l-organizzazzjoni ta' korsijiet (kunsill lokali Balzan); u", "Lista ta' korrezzjonijiet u żidiet f'annex 8 tal-ftehim milħuq bejn is- Santa Sede u l-Gvern ta' Malta dwar artijiet tal-Knisja mgħoddija lill- gvern.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Deguara.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali 125 ta' l-2003 – Regolamenti ta' l-2003 li jemendaw ir- Regolamenti dwar Twaħħil ta' Tikketti, Preżentazzjoni u Riklamar ta' Oġġetti ta' l-Ikel.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Mugliett.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT (Ministru għaż-Żgħażagħ u l-Kultura): Mr Speaker, f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent, inqiegħed fuq il- mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali 101 ta' l-2003 – ordni ta' l-2003 li jemenda l-ordni dwar in-notifikazzjoni dwar żvilupp.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Mr Speaker, ninfurmak li wasalna fi qbil bejn iż-żewġ naħat biex inressqu diversi first readings u jekk m'hawnx oġġezzjoni, nitlob li nipproċedu b'dan il-mod.", "MR SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri:Iva)", "Il-permess ingħata.", "MOZZJONIJIET", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR L-UNJONI EWROPEA", "MR SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Nipproponi l-Ewwel Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att ta' l-2003 dwar l-Unjoni Ewropea\".", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ ''Att ta' l- 2003 dwar l-Unjoni Ewropea'' jiġi moqri l-Ewwel Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri l-Ewwel Darba.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR ELEZZJONIJIET GĦALL-PARLAMENT EWROPEW", "MR SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Nipproponi l-Ewwel Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att ta' l-2003 dwar Elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew\".", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nissekonda.", "MR SPEAKER : Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ ''Att ta' l- 2003 dwar Elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew'' jiġi moqri l-Ewwel Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri l-Ewwel Darba.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR AWDITJAR INTERN U INVESTIGAZZJONIJIET FINANZJARJI", "MR SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Nipproponi l-Ewwel Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att ta' l-2003 dwar Awditjar Intern u Investigazzjonijiet Finanzjarji\".", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ '' Att ta' l- 2003 dwar Awditjar Intern u Investigazzjonijiet Finanzjarji'' jiġi moqri l- Ewwel Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri l-Ewwel Darba.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IS-SIGURTA` SOĊJALI", "MR SPEAKER: Il-Ministru ta' l-Edukazzjoni.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: F'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali, nipproponi l-Ewwel Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att li jemenda l-Att dwar is-Sigurta` Soċjali\".", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ ''Att li jemenda l-Att dwar is-Sigurta` Soċjali\" jiġi moqri l-Ewwel Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri l-Ewwel Darba.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-KUMMISSARJU GĦAT-TFAL", "MR SPEAKER: Il-Ministru ta' l-Edukazzjoni.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: F'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali, nipproponi l-Ewwel Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att dwar il-Kummissarju għat-Tfal\".", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura): Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ '\"Att dwar il- Kummissarju għat-Tfal'' jiġi moqri l-Ewwel Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri l-Ewwel Darba.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-PROFESSJONI TA' XOGĦOL SOĊJALI", "MR SPEAKER: Il-Ministru ta' l-Edukazzjoni.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: F'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali, nipproponi l-Ewwel Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att dwar il- Professjoni ta' Xogħol Soċjali\".", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "MARIO GALEA: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att dwar il- Professjoni ta' Xogħol Soċjali\" jiġi moqri l-Ewwel Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri l-Ewwel Darba.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-PROFESSJONI TAL-PSIKOLIĠIJA", "MR SPEAKER: Il-Ministru ta' l-Edukazzjoni.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: F'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali, nipproponi l-Ewwel Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att dwar il- Professjoni tal-Psikoloġija\".", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ ''Att dwar il- Professjoni tal-Psikoloġija\" jiġi moqri l-Ewwel Darba.", "Dawk kontra?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri l-Ewwel Darba.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR REĠISTRU ĊENTRALI", "MR SPEAKER: Il-Ministru tal-Ġustizzja u Intern.", "ONOR.", "TONIO BORG: Nipproponi l-Ewwel Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att dwar Reġistru Ċentrali\".", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO (Segretarju Parlamentari): Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ ''Att dwar Reġistru Ċentrali'' jiġi moqri l-Ewwel Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri l-Ewwel Darba.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-KODIĊI ĊIVILI", "MR SPEAKER: Il-Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern.", "ONOR.", "TONIO BORG: Nipproponi l-Ewwel Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att li jemenda l-Kodiċi Ċivili\".", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ ''Att li jemenda l-Kodiċi Ċivili\" jiġi moqri l-Ewwel Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri l-Ewwel Darba.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR L-ARMI", "MR SPEAKER: Il-Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern.", "ONOR.", "TONIO BORG: Nipproponi l-Ewwel Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att dwar l-Armi\".", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA (Segretarju Parlamentari): Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ ''Att dwar l- Armi'' jiġi moqri l-Ewwel Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri l-Ewwel Darba.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR L-AVJAZZJONI ĊIVILI U L-ATT DWAR IL- EUROCONTROL", "MR SPEAKER: Il-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nipproponi l-Ewwel Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att ta' l-2003 li jemenda l-Att dwar l-Avjazzjoni Ċivili u l-Att dwar il- Eurocontrol\".", "ONOR.", "DAVID AGIUS: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ ''Att ta' l- 2003 li jemenda l-Att dwar l-Avjazzjoni Ċivili u l-Att dwar il-Eurocontrol\" jiġi moqri l-Ewwel Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri l-Ewwel Darba.", "ABBOZZ TA' LIĠI BIEX JEMENDA L-ATT TA' L-EDUKAZZJONI", "MR SPEAKER: Il-Ministru ta' l-Edukazzjoni.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nipproponi l-Ewwel Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att ta' l-2003 biex jemenda l-Att ta' l-Edukazzjoni, Kap 327\".", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "MICHAEL GONZI: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ ''Att ta' l- 2003 biex jemenda l-Att ta' l-Edukazzjoni, Kap 327'' jiġi moqri l-Ewwel Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri l-Ewwel Qari.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IS-SAĦĦA PUBBLIKA", "MR SPEAKER: Il-Ministru tas-Saħħa.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nipproponi l-Ewwel Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att dwar is-Saħħa Pubblika\".", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "CLYDE PULI: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ ''Att dwar is- Saħħa Pubblika'' jiġi moqri l-Ewwel Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri l-Ewwel Darba.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IS-SERVIZZI TAS-SAĦĦA", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nipproponi l-Ewwel Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att dwar is-Servizzi tas-Saħħa\".", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "MICHEAL GONZI: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ ''Att dwar is- Servizzi tas-Saħħa\" jiġi moqri l-Ewwel Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri l-Ewwel Darba.", "ABBOZZ TA' LIĠI BIEX JEMENDA L-ATT DWAR IL-KONTROLL TAT-TIPJIP TAT-TABAKK", "MR SPEAKER: Il-Ministru tas-Saħħa.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nipproponi l-Ewwel Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Att dwar il-Kontroll tat-Tipjip tat-Tabakk\".", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "ROBERT ARRIGO: Nissekonda.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri l-Ewwel Darba.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-PROFESSJONIJIET TAS-SAĦĦA", "MR SPEAKER: Il-Ministru tas-Saħħa.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nipproponi l-Ewwel Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att dwar il-Professjonijiet tas-Saħħa\".", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "MARIO GALEA: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ ''Att dwar il- Professjonijiet tas-Saħħa'' ikun moqri l-Ewwel Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri l-Ewwel Darba.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ORDINANZA DWAR IL-ĦADDIEMA D-DEHEB U ĦADDIEMA L-FIDDA (ARGENTIERA)", "MR SPEAKER: Il-Ministru tal-Finanzi u l-Affarijiet Ekonomiċi.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Nipproponi l-Ewwel Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att ta' l-2003 li jemenda l-Ordinanza dwar il-Ħaddiema d-Deheb u Ħaddiema l-Fidda (Arġentiera), Kap 46\".", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ ''Att ta' l- 2003 li jemenda l-Ordinanza dwar il-Ħaddiema d-deheb u l-ħaddiema l-fidda (Argentiera)'' jiġi moqri l-Ewwel Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri l-Ewwel Darba.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR TRANSAZZJONIJIET BARRANIN (LIBERALIZZAZZJONI TA' TRANSAZZJONIJIET KAPITALI U PAGAMENTI)", "MR SPEAKER: Il-Ministru tal-Finanzi u l-Affarijiet Ekonomiċi.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Nipproponi l-Ewwel Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att ta' l-2003 dwar Transazzjonijiet Barranin (Liberalizzazzjoni ta' Transazzjonijiet Kapitali u Pagamenti)\".", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI (Segretarju Parlamentari) Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ ''Att ta' Liġi dwar Transazzjonijiet Barranin (Liberazzjoniji ta' Transazzjonijiet Kapitali u Pagamenti)'' jiġi moqri l-Ewwel Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri l-Ewwel Darba.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IL-PROFESSJONI TA' L-ACCOUNTANCY", "MR SPEAKER: Il-Ministru tal-Finanzi u l-Affarijiet Ekonomiċi.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Nipproponi l-Ewwel Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att ta' l-2003 li jemenda l-Att dwar il-Professjoni ta' l-Accountancy, Kap. 281\".", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "FRANCIS AGIUS (Segretarju Parlamentari): Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att ta' l- 2003 li jemenda l-Att dwar il-Professjoni ta' l-Accountancy, Kap. 281\" jiġi moqri l-Ewwel Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri l-Ewwel Darba.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IL-PRIVATTIVI INDUSTRIJALI", "MR SPEAKER: Il-Ministru tal-Finanzi u l-Affarijiet Ekonomiċi.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Nipproponi l-Ewwel Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att ta' l-2003 li jemenda l-Att dwar il-Privattivi Industrijali, Kap. 417\".", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "JOSEPH FALZON: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att ta' l- 2003 li jemenda l-Att dwar il-Privattivi Industrijali, Kap. 417\", jiġi moqri l-Ewwel Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri l-Ewwel Darba.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR ID-DRITTIJIET TA' L-AWTUR", "MR SPEAKER: Il-Ministru tal-Finanzi u l-Affarijiet Ekonomiċi.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Nipproponi l-Ewwel Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att ta' l-2003 li jemenda l-Att dwar id-Drittijiet ta' l-Awtur, Kap. 415\".", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "MARIO de MARCO: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ ''Att ta' l- 2003 li jemenda l-Att dwar id-Drittijiet ta' l-Awtur, Kap. 415\", jiġi moqri l-Ewwel Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri l-Ewwel Darba.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-PROTEZZJONI LEGALI TA' DISINNI", "MR SPEAKER: Il-Ministru tal-Finanzi u l-Affarijiet Ekonomiċi.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Nipproponi l-Ewwel Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att ta' l-2003 dwar il-Protezzjoni Legali ta' Disinni\".", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "MARIO GALEA: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att ta' l- 2003 dwar il-Protezzjoni Legali ta' Disinni\", jiġi moqri l-Ewwel Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri l-Ewwel Darba.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IL-PROVVISTI U S-SERVIZZI", "MR SPEAKER: Il-Ministru tal-Finanzi u l-Affarijiet Ekonomiċi.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Nipproponi l-Ewwel Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att ta' l-2003 li jemenda l-Att dwar il-Provvisti u s-Servizzi, Kap. 117\".", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att ta' l- 2003 li jemenda l-Att dwar il-Provvisti u s-Servizzi, Kap. 117\", jiġi moqri l-Ewwel Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri l-Ewwel Darba.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR MANAGEMENT TAL-FINANZI PUBBLIĊI", "MR SPEAKER: Il-Ministru tal-Finanzi u l-Affarijiet Ekonomiċi.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Nipproponi l-Ewwel Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att ta' l-2003 dwar Management tal-Finanzi Pubbliċi\".", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ ''Att ta' l- 2003 dwar Management tal-Finanzi Pubbliċi'' jiġi moqri l-Ewwel Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri l-Ewwel Darba.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR ID-DAZJU TAS-SISA", "MR SPEAKER: Il-Ministru tal-Finanzi u l-Affarijiet Ekonomiċi.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Nipproponi l-Ewwel Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att ta' l-2003 li jemenda l-Att dwar id-Dazju tas-Sisa, Kap 382\".", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ ''Att ta' l- 2003 li jemenda l-Att dwar id-Dazju tas-Sisa, Kap 382\", jiġi moqri l-Ewwel Darba.", "Dawk Favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri l-Ewwel Darba.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IT-TAXXA FUQ L-INCOME", "MR SPEAKER: Il-Ministru tal-Finanzi u l-Affarijiet Ekonomiċi.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Nipproponi l-Ewwel Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att ta' l-2003 li jemenda l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income, Kap. 123\".", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "DAVID AGUIS: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ ''Att ta' l- 2003 li jemenda l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income, Kap. 123\", jiġi moqri l- Ewwel Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri l-Ewwel Darba.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IT-TAXXA FUQ IL-VALUR MIŻJUD", "MR SPEAKER: Il-Ministru tal-Finanzi u l-Affarijiet Ekonomiċi.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Nipproponi l-Ewwel Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att ta' l-2003 li jemenda l-Att dwar it-Taxxa fuq il-Valur Miżjud, Kap. 406\".", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "CLYDE PULI: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ ''Att ta' l- 2003 li jemenda l-Att dwar it-Taxxa fuq il-Valur Miżjud, Kap. 406\", jiġi moqri l-Ewwel Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri l-Ewwel Darba.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-KODIĊI TAL-KUMMERĊ", "MR SPEAKER: Il-Ministru tal-Finanzi u l-Affarijiet Ekonomiċi.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Nipproponi l-Ewwel Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att ta' l-2003 li jemenda l-Kodiċi tal-Kummerċ, Kap. 13\".", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "MARIO de MARCO: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ ''Att ta' l- 2003 li jemenda l-Kodiċi tal-Kummerċ, Kap. 13\", jiġi moqri l-Ewwel Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri l-Ewwel Qari.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR L-AKKWIST TA' PROPRJETA' IMMOBBLI MINN PERSUNI MHUX RESIDENTI", "MR SPEAKER: Il-Ministru tal-Finanzi u l-Affarijiet Ekonomiċi.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Nipproponi l-Ewwel Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att ta' l-2003 li jemenda l-Att dwar l-Akkwist ta' Proprjeta' Immobbli minn Persuni mhux Residenti, Kap. 246\".", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ ''Att ta' l- 2003 li jemenda l-Att dwar l-Akkwist ta' Proprjeta' Immobbli minn Persuni mhux Residenti, Kap. 246\", jiġi moqri l-Ewwel Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri l-Ewwel Darba.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IL-LIBERAZZJONI U TRASPORT TA' MERKANZIJA", "MR SPEAKER: Il-Ministru tal-Finanzi u l-Affarijiet Ekonomiċi.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Nipproponi l-Ewwel Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att ta' l-2003 li jemenda l-Att dwar il-liberazzjoni u Trasport ta' Merkanzija, Kap. 203\".", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "MARIO GALEA: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ ''Att ta' l- 2003 li jemenda l-Att dwar il-liberazzjoni u Trasport ta' Merkanzija, Kap. 203\", jiġi moqri l-Ewwel Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri l-Ewwel Darba.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IR-REĠISTRAZZJONI TA' KUNTRATTURI FL-INDUSTRIJA TAL- BINI U L-KONTROLL TA' L-INDUSTRIJA TAL-BINI", "MR SPEAKER: Il-Ministru tar-Riżorsi u l-Infrastruttura.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nipproponi l-Ewwel Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att dwar ir-Reġistrizzjoni ta' Kuntratturi fl-Industrija tal-Bini u l- Kontroll ta' l-Industrija tal-Bini\".", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-abbozz ta' liġi msejjaħ \"Att dwar ir- Reġistrizzjoni ta' Kuntratturi fl-Industrija tal-Bini u l-Kontroll ta' l- Industrija tal-Bini\", jiġi moqri l-Ewwel Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri l-Ewwel Darba.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-KORPORAZZJONI MALTIJA GĦALL-INTRAPRIŻA", "MR SPEAKER: Il-Ministru tal-Finanzi u l-Affarijiet Ekonomiċi.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Nipproponi l-Ewwel Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att ta' l-2003 dwar il-Korporazzjoni Maltija għall-Intrapriża\".", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att ta' l- 2003 dwar il-Korporazzjoni Maltija għall-Intrapriża\", jiġi moqri l-Ewwel Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri l-Ewwel Darba.", "MR SPEAKER: Ngħaddu issa għall-Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "INDIRIZZ B'RISPOSTA GĦAD-DISKORS TAL-PRESIDENT TA' MALTA", "MR SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Mr Speaker, qabel ma ltaqa' dan il-Parlament kelli l-okkażjoni nitkellem mal-Kap ta' l-Oppożizzjoni u ma' l-Onor.", "George Vella dwar il-ħin li għandu jieħu dan id-dibattitu.", "Fiż-żewġ leġislaturi ta' qabel konna ftehmna li dan id-dibattitu għandu jieħu tliet seduti.", "Peress li llum ħadna ftit aktar minn nofs siegħa – fil-fatt ftit ilu ġie jkellimni l-Onor.", "Joe Mizzi – ġie miftiehem li llum il-Kamra taġġorna għal għada għas-6.00 p.m. u ma jkunx hemm ħin għall-mistoqsijiet.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Mario Galea.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Mr Speaker, irrid inżid ngħid li hawn qbil biex safejn hu possibbli, nalternaw u l-ħin jinqasam indaqs bejn iż-żewġ naħat.", "MR SPEAKER: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Mr Speaker, nikkonferma li hawn dan l-arranġament u l-idea hi li għada nibdew fis-6.00 p.m. biex kulħadd ikollu l- opportunita` li jitkellem.", "MR SPEAKER: Il-ftehim hu li l-ħin jinqasam indaqs bejn il-kelliema tal- gvern u l-kelliema ta' l-oppożizzjoni, li jkun hemm alternanza bejn il- kelliema u li għada s-seduta tibda fis-6.00 p.m. u mhux fis-6.30 p.m. Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joseph Falzon.", "ONOR.", "JOSEPH FALZON: Mr Speaker, nirringrazzja lill-Eċċellenza Tiegħu, l- President ta' Malta, għad-diskors li għamel lil din il-Kamra fejn fassal programm ta' ħidma għal dan il-gvern ġdid u fl-istess ħin nifraħ lilek, Mr Speaker, tal-kariga ġdida li inti ġejt appuntat fiha u nawguralek ħidma fejjieda f'ġieħ id-demokrazija parlamentari tagħna.", "Mr Speaker, huwa ta' unur u ta' sodisfazzjon ferm kbir għalija li qed niftaħ dan l-għaxar Parlament Malti mill-Indipendenza 'l hawn, l-ewwel wieħed fit-tielet millennju u f'mument tant storiku għal pajjiżna.", "Bis- sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, ksibna sehem attiv fid-deċiżjonijiet li jolqtuna u issa leħinna jinstema' u nistgħu niżvolġu azzjoni fejjieda favur il-poplu tagħna.", "Dan il-parlament Malti issa ingħata dimensjoni ġdida u ferm akbar f'kuntest Ewropew.", "Is-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea m'għadhiex aktar ħolma iżda saret realta'.", "Il-poplu Malti huwa kburi li qam u ħataf din l-okkazjoni biex jegħleb il-limitazzjonijiet li kellu meta ma kienx membru.", "Kulħadd segwa l- iffirmar tat-trattat f'Ateni fis-16 ta' April ta' din is-sena meta komplejna nibnu l-istorja ta' pajjiżna.", "B'hekk Malta kisbet post ewlieni fejn jixirqilha ma' 24 pajjiż ieħor Ewropew, f'dinja globalizzata.", "Huwa ta' sodisfazzjon kbir għalija wkoll li qiegħed hawn nirrappreżenta l- kostitwenza tad-disa' distrett elettorali u nifforma parti fit-tfassil ta' l-aspirazzjonijiet tagħhom, biex flimkien nibnu komunita' aktar b'saħħitha.", "U ta' din l-opportunita' li nipparteċipa f'din il-ħidma nobbli, irrid nirringrazzja lill-kostitwenti tiegħi li taw din il-fiduċja lili u lil dan il-gvern ġdid.", "Ta' dan, aħna nwegħduhom minn hawnhekk, xogħol u ħidma fejjieda għal pajjiżna.", "Nixtieq nieħu spunt ukoll mill-avvenimenti li ġraw matul ix-xhur li għaddew.", "Assistejna għall-kampanja referendarja intensiva u kampanja elettorali qalila pero' għall-ewwel darba ddistingwiet karatteristika tal- poplu Malti.", "Rajna għall-ewwel darba novita' ġdida ta' tfassil ta' politika ferm inklussiva u parteċipattiva, ħolqien ta' moviment nazzjonali, b'parteċipazzjoni tal-gvern ma' 31 rappreżentant ta' organizzazzjonijiet differenti tas-soċjeta' ċivili u llum lkoll nafu fejn verament iridu jaslu.", "Il-Maltin u l-Għawdxin kollha għad jibqgħu jiftakru t-tliet xhur tal- kampanji elettorali bħala l-aktar xhur politikament importanti fl-istorja ta' Malta indipendenti.", "Ilkoll kemm aħna qegħdin hawnhekk eletti mill-poplu Malti u Għawdxi biex naħdmu mhux fl-interess tal-partiti politici, iżda għal pajjiżna, u għalhekk nawgura li flimkien niġbdu ħabel wieħed.", "Żmien l-elezzjonijiet għadda u issa rridu nħarsu 'l quddiem b'entużjażmu u bi spirtu kollettiv biex Malta tikber fl-Ewropa.", "Il-ħidma ta' dan il-gvern ġdid fil-ħames snin li ġejjin se tkun mibnija fuq ħames oqsma prinċipali bbażati fuq prinċipju ċar, dak li jivvantaġġa lill-poplu kollu bla eċċezzjoni.", "Dan huwa programm qawwi tal-gvern biex pajjiżna jilħaq il-milja ta' l-indipendenza fi ħdan l- Ewropa.", "Fl-edukazzjoni u l-kultura, id-dimensjoni Ewropea se twessa' l-ħsebijiet għall-Maltin kollha.", "Il-gvern se jsaħħaħ l-iskejjel kollha għax dawn qegħdin hemm biex jagħtu servizz lill-uliedna.", "L-iskop ewlieni tal-gvern hu li jistimula l-kreattivita' u l-kuxjenza ta' l-identita' u tar-rabta ma' l- oħrajn fost il-poplu tagħna.", "Illum l-istudju u kwalunkwe tagħlim ieħor sar xi ħaġa kontinwa.", "Jekk wieħed jieqaf u ma jaggornax ruħu maż-żmenijiet, isib li mar il-baħar.", "Tintuża ħafna drabi l-frażi 'status quo', li llum kulħadd jaf xi tfisser.", "L-agħar ħaġa li l-bniedem jista' jagħmel hu li jibqa' jibża` u jibqa' fejn ikun.", "Illum spiċċa ż-żmien li wieħed jistudja, jiggradwa u jieqaf hemm.", "Għall-familji tagħna l-edukazzjoni ta' wliedna hija fattur importanti.", "Biex il-futur ta' wliedna jkun aħjar, uliedna jeħtieġu edukazzjoni tajba u bażi soda biex jimxu 'l quddiem u jkomplu jtejbu l-kwalita' tal-ħajja tagħhom.", "Għalhekk dan il-gvern se jkompli fuq dak li beda fil-ħames snin li għaddew u cioe' b'investiment qawwi għall-edukazzjoni ta' uliedna, għax il-mira tiegħu hi li jistabbilixxi x-xogħol li jixraq lil kulħadd.", "Fil-qasam taż-żgħażagħ sar kambjament kbir 'il quddiem.", "Bħala żagħzugħ ma' nistax b'sodisfazzjon kbir ma ninnotax wkoll li s-segretarjat taż-żgħażagħ ġie msaħħaħ għal-livell ta' ministeru.", "Dan juri l-impenn u d-dedikazzjoni ta' dan il-gvern f'dan il-qasam u f'isem iz-żgħażagħ, nirringrazzja lill- Prim Ministru għal ħatra ta' dan il-ministeru fil-Kabinett il-ġdid.", "Ħalli nitkellem ftit dwar l-ambjent.", "Mr Speaker, ippermettili nenfasizza fuq diversi punti relatati ma' bżonn ta' miżuri drastiċi u effettivi li niltaqa' fil-professjoni tiegħi ta' kuljum, li huma fuq fomm kulħadd, fejn il-bniedem qed jgħaraf x'potenzjal qed jintilef aktar ma' jgħaddi ż-żmien.", "Inħoss piż kbir ta' responsabbilta' biex jiġu indirizzati dawn l-issues li se nsemmi b'rispett kemm għall-ġenerazzjonijiet tagħna kif ukoll għal dawk futuri.", "Trid issir enfasi fuq miżuri li jnaqqsu l-użu eċċessiv ta' l-enerġija.", "Proġetti ġodda b'użu ta' enerġija mir-riħ, mill-ilma u mix-xemx, għandhom jiġu żviluppati tajjeb u jkunu nkoraġġiti ħafna.", "Wasal iż-żmien ukoll li naħdmu fuq programmi iżjed intensivi u fuq użu aktar effiċjenti ta' l-art, fejn l-espansjoni tal-bini ssir iżjed fuq forma vertikali milli orizzontali.", "Nifhem li f'dan ir-rigward sar sforz qawwi iżda rridu naqdfu aktar f'dan il-qasam.", "Kulħadd jifhem u japprezza li l-bini ta' l- infrastruttura huma relatati ma' kull żvilupp pero' ta' min jikkonsidra wkoll il-ħsieb dwar ħolqien ta' artijiet artifiċjali.", "Is-servizzi soċjali kienu qafas ewlieni għat-tisħiħ tal-familja, ugwaljanza sħiħa u inklussiva.", "Irridu nkunu lkoll kemm aħna leali lejn pajjiżna u mill-bidu nett nagħtu support qawwi fuq il-pilastru ewlieni f'din is- soċjeta' magħquda.", "Jenħtieġ li nieħdu ħsieb fuq kollox il-familja u li jkollna familja b'saħħitha.", "It-tisħiħ u s-support tal-familja għandu jibda minn kull wieħed u kull waħda minna.", "Għandna nieħdu eżempju ħaj ukoll, li ngħixuh aħna d-deputati kuljum kif ukoll in-nisa u l-irgiel tagħna, li b'sagrifiċċju kbir tawna support kontinwu biex inkunu nistgħu nirrappreżentaw is-soċjeta' Maltija f'dan il-parlament.", "Jien persważ li dan il-gvern se jaħdem fuq il-familja bħala l-valur ewlieni li għandu jgħożż kull bniedem.", "Ikoll nifhmu li kollox għandu jkun iffokat fuq il-bniedem pero' il-bniedem m'huwiex intiż biex jgħix waħdu iżda fid- dinja ta' madwaru.", "Huwa għalhekk li dan il-gvern qed jirsisti biex jgħolli l-livell ta' għajxien fid-dinja ta' madwarna.", "Waħda mill-akbar sfidi li qed taffaċja d-dinja fil-kuntest tal-lum hija kemm il-poplu qed jirnexxielu jibni fuq il-valur tal-familja.", "Ma rridx infisser jew nagħti l-impressjoni li dan il-valur spiċċa, iżda lkoll naqblu li rridu niġġieldu kontra l- vjolenza domestika, kontra l-abbuż tad-droga u l-abbuż fuq it-tfal, li bil- mod il-mod qed jikber fost il-popli.", "Għall-familji, is-saħħa tiġi l-ewwel.", "Għalhekk il-gvern huwa mpenjat li jipprovdi servizzi ta' saħħa ta' l-ogħla kwalita' għall-ħteġijiet tal-lum kif ukoll għal dawk tal-ġejjieni.", "Tul dawn il-ħames snin se nassistu għat-trasferiment mill-Isptar San Luqa għall-Isptar il-ġdid Mater Dei, li se jkun wieħed mill-aqwa sptarijiet ta' l-Ewropa.", "Se nkomplu l-programmi ta' immodernizar ta' l-Isptar San Luqa, l- Isptar Boffa, u l-Isptar Monte Carmeli.", "Il-gvern se jaħdem kemm jiflaħ biex jiżgura li l-familja jkollha l-aqwa servizzi, fosthom dawk tas-saħħa.", "Dan il-gvern bil-fatti jemmen li kull familja jixirqilha l-aħjar.", "Il-ħolqien tax-xogħol huwa dejjem fattur dominanti għall-ġid ta' pajjiżna.", "Ix-xogħol ma' jinħoloqx mix-xejn iżda bil-ħila tal-gvern li joħloq dak l- ambjent li jattira l-investiment biex jinħoloq ix-xogħol.", "Il-pajjiżi llum kollha fehmu li ma tistax taħdem waħdek, kemm jekk inti pajjiż kbir kif ukoll jekk int pajjiż zgħir.", "Il-ħolqien tax-xogħol kien fattur ewlieni fid- dinja globalizzata.", "B'hekk biss seta' jitkattar il-ġid.", "Nifhmu li x-xogħol jiġi biss jekk ma jkunx hawn l-inċertezza u għalhekk it-triq trid tkun ċara.", "Għandna nżommu f'moħħna li min se jinvesti f'Malta l-ewwel ma jikkonsidra hija l-instabbilita' politika u d-direzzjoni ta' Malta fejn trid tasal.", "L- investitur jikkonsidra wkoll il-kapaċitajiet, il-ħiliet u d-determinazzjoni tal-ħaddiem.", "Persważ li l-Maltin u l-Għawdxin huma fost l-aktar nies bieżla u kapaċi u jqumu għal kull okkażjoni fejn jistgħu jiżviluppaw il- kapaċitajiet tagħhom.", "Kien għalhekk li dan il-gvern qed jibni pilastru ewlieni fl-edukazzjoni, qed jinvesti fit-tagħlim u t-taħriġ u qed joħloq l- aħjar kondizzjonijiet ekonomiċi u soċjali fejn jitkattru l-impjiegi.", "Dan il-gvern jagħraf li s-suq ħieles Ewropew u l-iżvilupp tat-teknologija, huma mezzi biex jintlaħaq il-ġid komuni.", "Malta rat avvanzi kbar ta' eċċelenza fit-teknoloġija u l-informatika.", "Illum it-teknoloġija qiegħda tevolvi minn gurnata għall-oħra u jekk il-qagħda strateġika tagħna m'għadhiex daqshekk rilevanti vis-à-vis il-gwerer, ma nistgħux ngħidu l-istess għas-settur tat-teknologija.", "Eżempju ċar u riċenti huwa l-ftehim mal-Microsoft u mal-Hewlett-Packard.", "Dawn huma l- okkażjonijiet li rridu naħtfu.", "Fl-antik kienu jbeżżgħuna li l-computers se jġibu l-qagħad.", "Illum-il ġurnata li ma tkunx taf tuża l-kompjuter hija forma ġdida ta' illiteriżmu.", "Għamilna mirakli kbar f'dan il-qasam u jien ċert li l-ħaddiem Malti huwa bieżel u kapaċi jitgħallem malajr.", "Mr Speaker, fil-qasam tat-tmexxija pubblika l-gvern qed ifittex l- effiċjenza li torbot l-oqsma l-oħra kollha flimkien.", "Il-poplu Malti jenħtieġ li jibqa' jtejjeb il-livell kif għamel f'dawn l-aħħar snin.", "It- tisħiħ ta' customer care, ta' quality charters u ta' public/private partnership se jagħtu spinta lil kull qasam li trid tibni s-soċjeta'.", "Ma' dawn insemmi wkoll it-tisħiħ tal-gvern lokali li tul l-esperjenza ta' l- għaxar snin li għaddew, nafu kemm taw frott.", "Fid-diskors ta' l-Eċċellenza Tiegħu l-President ta' Malta, issemmew tliet ħwejjeg li jgħoddu għall-ħames oqsma prinċipali li għadni kif semmejt.", "F'inqas minn sena se nkunu membri ta' l-Unjoni Ewropea.", "Għalhekk jenħtieġ li jkollna iżjed know-how ta' kif jaħdmu l-istituzzjonijiet Ewropew minn ġewwa.", "Tul is-snin li konna pajjiż applikant, Malta ħarset minn barra.", "Issa li aħna membri, irridu nħarsu minn ġewwa.", "Tenħtieġ koperazzjoni għal- kommunikazzjoni reċiproka u rridu niżviluppaw metodi effiċjenti u għarfien fil-prattika.", "Fil-kwadru ta' dak li jingħad, jenħtieġ li niżviluppaw il-politika Euro- Mediterranja.", "Malta għandha tieħu ħsieb, flimkien ma' l-Ewropa, li tfassal politika għall-Mediterran kollu.", "Eżempju ta' dan huwa management komuni għar-riżorsi tal-baħar.", "Irridu naħdmu biex tiġi stabbilita politika komuni.", "Malta trid tkun it-tmun għall-politika Mediterranja.", "S'issa ż-żoni kostali ta' l-Unjoni Ewropea m'humiex ikkonsidrati bħala li huma żviluppati.", "Fil- fatt huma meqjusin bħala benefiċċjarji.", "Aħna akkwistajna iżjed benefiċċji minħabba l-fatt li pajjiżna huwa gżira u minħabba l-iżvantaġġi li għandna minħabba spejjeż addizzjonali bħalma huwa t-trasport.", "Hemm bżonn li bħala pajjiżi nikkontribwixxu biex żoni marittimi ma jibqgħux sotto-żviluppati.", "Trid tiġi wkoll imfassla politika biex ma jkunx hawn immigrazzjoni klandestina.", "Malta hija l-vetrina ta' l-Unjoni Ewropa għal pajjiżi oħrajn.", "L-Unjoni Ewropea tirrikonoxxi dan id-djalogu ma' pajjiżi vicini meta tqis li aħna għandna ferm x'nikkontribwixxu u qegħdin f'pożizzjoni li nistgħu niddjalogaw ferm aktar minn pajjiżi oħra.", "Għal dan il-għan il-kumitat permanenti dwar l-affarijiet barranin għandu jkollu rwol ħafna aktar importanti.", "Trid tissaħħaħ sistema fejn il-membri parlamentari Maltin ikunu f'koordinament sħiħ mal-membri tal-parlament Ewropew biex b'hekk tinbena relazzjoni fuq bażi soda, qawwija u inklussiva, b'parteċipazzjoni sħiħa.", "Il-parlament Malti se jinfluwenza l-parlament Ewropew f'dan l-irwol ta' sussidjarjeta'.", "Hemm bżonn li jissaħħaħ il- kumitat dwar l-affarijiet barranin b'support staff tajjeb li jigi żviluppat biex jilqa' l-isfidi u l-bżonnijiet tal-lum.", "Dan il-kumitat għandu jkun l- ixprun ta' diskussjoni mal-ministri u tad-dibattiti li jsiru fil-kunsill tal-ministri ta' l-Unjoni Ewropea.", "Irridu nsaħħu struttura li biha kull proposta ta' liġi ta' l-Unjoni Ewropea tiġi diskussa f'Malta u l-parlament Malti jara l-vantaggi fil-kuntest nazzjonali ta' pajjiżna.", "Tajjeb li nifhmu li jekk liġi li tkun proposta mill-parlament Ewropew tkun tagħmel sens li l-azzjonijiet jittieħdu f'livell nazzjonali, il-parlament Malti għandu jagħmel l-osservazzjonijiet tiegħu biex dik il-liġi tiġi kkunsidrata lokalment.", "Din tkun ta' vantagg kbir għalina meta tikkonsidra wkoll li se jkun hemm ħafna liġijiet b'added value għal Malta.", "B'hekk iseħħu l-aħjar aspirazzjonijiet tal-gvern nazzjonali.", "Nagħmel riferenza għal dak li stqarr l-Arċisqof fil-quddiesa ta' l-Ispirtu s- Santu, li dan l-iżvilupp storiku jitlob minna li naġixxu bħala nazzjon.", "Kemm bħala gvern u kemm bħala oppozizzjoni, għalkemm bi rwol differenti, għandna naqblu fuq issues ta' kuntest nazzjonali.", "Wara kollox irridu nifhmu li jkun hemm issues li fl-interess tagħna lkoll bħala poplu wieħed, għandna mmorru tajjeb u għalhekk għandna naqblu.", "Irridu mmorru bħala front wieħed għax l-interessi tal-Maltin vis-a-vis l-Unjoni Ewropea, huma kollha l- istess.", "Il-gvern jenħtieġ li jkompli jħaddem il-metodu biex jitfasslu l- pożizzjonijiet ta' Malta matul in-negozjati ma' l-Unjoni Ewropea, jiġifieri li forzi kemm tas-settur pubbliku kif ukoll dawk tal-privat, jinġemgħu flimkien.", "Biex niksbu l-aħjar riżultati fl-Ewropa, jeħtieġilna nsegwu u ntejbu l-metodi ta' diskussjoni ħielsa bejnietna biex naslu għal pozizzjoni komuni.", "Dak li nkiseb bil-MEUSAC se jkompli jseħħ mhux biss għal din is- sena iżda anke għal wara.", "Bil-MEUSAC is-soċjeta' ċivili ġiet involuta direttament fin-negozjati.", "Għandu jsir mod ġdid ta' tmexxija li tinvolvi korpi mhux governattivi; l-iskop m'huwiex l-interess privat iżda l-ġid komuni.", "Għandha tissaħħaħ l-integrazzjoni fil-proċess tal-MEUSAC.", "Il-gvern beħsiebu jkompli jipproċedi mhux waħdu iżda b'parteċipazzjoni inklussiva f'moviment nazzjonali.", "Nissuġġerixxi li l-parlament ikun ukoll involut f'dan il-proċess fejn tista' ssir aktar firxa ta' ideat u kommunikazzjoni.", "Konsultazzjonijiet pubbliċi bħal public hearing, tgħin ħafna fil- formazzjoni tal-policies.", "Il-parlament jista' wkoll isejjaħ lil nies esperti f'oqsma differenti biex isir skambju ta' ideat qabel ma jiġu fformolati l-liġijiet.", "Is-soċjeta' ċivili għandu jkollha dan l-irwol u d- djalogu għandu jsir mhux biss mal-gvern iżda mal-parlament.", "U f'dan il- kuntest nħeġġu parteċipazzjoni wkoll ma' l-oppożizzjoni.", "Fl-aħħar erba' snin u nofs il-gvern kien viċin il-poplu u għalhekk kien hemm parteċipazzjoni sħiħa bejn il-Maltin u dawk l-organizzazzjonijiet li jirrappreżentawh flimkien mal-gvern.", "Huwa stil ġdid ta' tmexxija li ta l- frott mixtieq fl-aħħar snin u ta l-frott mixtieq ukoll b'deċizjonijiet kruċjali li kellu jieħu l-poplu Malti.", "Il-poplu apprezza ferm il-kuntatt bejnu u bejn il-gvern.", "Kienet esperjenza pożittiva b'esperiment li ħadem fejn ma tħalla ħadd barra mis-soċjeta'.", "Dan l-istil ġdid ta' tmexxija hu mibni fuq prinċipju bażiku fundamentali li l-gvern iħares lejn il-bniedem b'mod sħiħ.", "Dan il-prinċipju hu mibni fuq il-pilastru ewlieni tas- solidarjeta'.", "Flimkien ma' dawn, hemm it-tkattir tal-paċi u tal-progress fost il-poplu.", "Għandna naqblu lkoll flimkien bħala moviment nazzjonali għax iż-żewġ partiti rappreżentati f'din il-Kamra wegħdu qabel l-elezzjoni li r-rieda tal-poplu Malti se tiġi rrispettata u se titwettaq.", "Għalhekk id-dmir tagħna hu li naħdmu flimkien fil-parametri ta' Malta bħala pajjiż membru ta' l-Unjoni Ewropea.", "Din għandha tkun ir-realta' ġdida fil-ħames snin li gejjin.", "Il-prijorita' ewlenija tal-gvern fil-ħidma tiegħu hi dik li Malta tkun imħejjija tajjeb u ppreparata biex tilqa' l-isfidi ġodda tal-ġejjieni u taħtaf l-opportunitajiet kollha li toffri l-Unjoni Ewropea.", "B'hekk Malta tkompli tikber fl-Ewropa.", "Aħna qegħdin hawnhekk għax il-poplu jistenna minn għandna u l-poplu qed jistenna gvern li jwettaq dik il-vizjoni li ppreżenta quddiemu qabel l- elezzjoni.", "Din hija l-isfida ta' dan il-gvern u aħna min-naħa tagħna qegħdin hawn biex inservu bl-iktar mod responsabbli u leali għal pajjiżna.", "Il-parteċipazzjoni nklussiva hija neċessarja biex flimkien inwettqu r- riformi meħtieġa.", "Aħna mhux qed infasslu biss kwalita' ta' ħajja aħjar iżda qed ngħidu wkoll li bil-parteċipazzjoni ta' l-imsieħba soċjali kollha, ikollna qabża fil-kwalita' tal-mod kif issir il-politika.", "Din hija l- viżjoni ta' politika bbażżata fuq prinċipji umani u l-valuri li nemmnu fihom.", "Irridu naħdmu flimkien biex inġibu l-aħjar għal Malta.", "Fostna f'dan il-parlament għandna osservaturi tal-parlament Ewropew.", "Irridu mmorru lkoll bħala front wieħed b'interess komuni, dak tal-ġid għal pajjiżna.", "Il-pass li jmiss hu li nsarrfu l-isfidi b'xogħol u ġid għal pajjiżna.", "Għandna sfida kbira quddiemna mhux biss għall-ġenerazzjonijiet tagħna iżda wkoll għall-ġenerazzjonijiet futuri.", "L-elezzjonijiet jintrebħu għax il-poplu jixtarr u jiżen sewwa.", "Il-poplu fittex il-viżjoni, fittex id- djalogu, fittex il-parteċipazzjoni u bagħat messaġġ qawwi lill-gvern biex ikompli jwettaq il-ħidma politika meħtieġa f'soċjeta` inklussiva biex ħadd ma jibqa' barra.", "L-oppozizzjoni għandha responsabbiltajiet kbar fil-pajjiż, kemm f'kuntest nazzjonali kif ukoll fuq livell internazzjonali.", "L-istrateġija li ma tipparteċipax f'diversi kumitati, fosthom dak dwar il-welfare, is-saħħa mentali u l-MEUSAC, ġiet ippruvata u l-fatti wrew li din ma taħdimx.", "Il- Malta Labour Party huwa partit kbir f'Malta pero' jrid ikollu politika kostruttiva u ma jkunx oppożizzjoni tal-\"le\".", "It-tielet punt li semma' l-Eċċelenza Tiegħu, il-President ta' Malta, kien dwar l-implimentazzjoni u t-twettiq ta' liġijiet biex jipprovdu qafas ġdid għad-diversi għamliet.", "Il-leġislatura li għaddiet kienet l-aktar waħda intensiva fil-parlament Malti.", "Saru record ta' seduti u għaddew l-akbar numru ta' liġijiet f'leġislatura waħda.", "Saru ħafna liġijiet biex naddattaw mar-regoli ta' l-Unjoni Ewropea u saru ħafna liġijiet dwar il-wirt storiku, il-heritage u affarijiet industrijali.", "Jenħtieġ li fis-snin li ġejjin nieħdu l-frott ta' dawn il-liġijiet li lkoll kienu ntiżi biex ikollna kwalita' ta' ħajja aħjar.", "Ix-xogħol ta' din il-leġislatura jrid jiffoka iżjed fuq it-twettiq ta' dawn il-liġijiet.", "Insemmi wkoll il-qorti tal- familja li hu ppjanat li tibda topera.", "Ta' min josserva li tul dawn l-aħħar snin il-parlament qisu sar assemblea leġislattiva, jiġifieri jagħmel biss liġijiet u rari jagħmel riżoluzzjonijiet.", "Irridu jiġu diskussi aktar issues marbutin ma' policies milli ma' liġijiet.", "Il-parlament għandu jgħaddi minn proċess ta' brainstorming fejn jisma' l-vuċi tan-nies u l-partijiet interessati.", "Fil- fehma tiegħi rridu nibdlu l-mentalita' u l-kultura.", "Il-liġi tkun ġiet imfassla u għaddiet mill-parlament iżda l-kultura biex tiġi applikata tenħtieg spinta 'l quddiem.", "Mr Speaker, naqħlaq billi ngħid li x-xogħol veru tiegħi u ta' sħabi l- membri ta' din il-Kamra jibda issa u rridu nfittxu kull mezz possibli biex nżommu djalogu kontinwu mal-kostitwenti tagħna.", "Kif diġa' għedt, in-nies taw il-fiduċja lili u lill-sħabi membri ta' din il-Kamra u jien lest li nipparteċipa f'din il-ħidma nobbli biex inħarsu l-aħjar interessi tal-poplu Malti u Għawdxi kollu.", "Jien persważ li se jitkattar il-ġid fostna u dan se jiġri għax kulħadd se jiġbed ħabel wieħed u kulħadd se jagħmel il-parti tiegħu f'din ir-rebbiegħa l-ġdida.", "Nirringrazzja lill-Kamra tar-Rappreżentanti li laqgħatni bħala l-iżgħar membru parlamentari min-naħa tal-gvern, kif ukoll nirringrazzja pubblikament lill-familja tiegħi ta' l-appoġġ kontinwu u ta' l-għajnuna li tawni.", "Grazzi.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak tal-maiden speech tiegħek.", "Iktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Mr Speaker, nibda biex l-ewwelnett nikkongratula lill-kollega l-Onor.", "Joseph Falzon li għadu kemm tkellem u nawguralu xogħol tajjeb fil-Parlament matul is-snin li ġejjin.", "F'paġna 4 tad-diskors ta' l-E.T. il-President tar-Repubblika, liema diskors assistejna għalih nhar is-Sibt li għadda, insibu dan il-kliem:", "\"... għad jonqos inqas minn sena biex inwettqu fiha l-aħħar preparatttivi meħtieġa ħalli nkunu nistgħu nagħmlu l-parti sħiħa tagħna bħala membri ta' l-Unjoni Ewropea.\"", "Issa l-ewwel punt li nixtieq inqajjem jien iktar huwa forma ta' mistoqsija milli ta' riflessjoni fuq dan il-kliem.", "Milli jidher, illum - u qed ngħid ''milli jidher'' għax safejn naf jien, ir-rapport m'huwiex pubbliku - ħareġ dak li qed jissejjaħ bħala t-tieni monitoring report tal-kummissjoni Ewropea, liema rapport jitkellem dwar il-progress li għamlu l-għaxar pajjiżi li se jsiru membri ta' l-Unjoni Ewropea f'Mejju tas-sena d-dieħla, s'intendi fosthom Malta.", "Ngħid il-verita`, dan ir-rapport jien għadni ma rajtux, u la naf jekk huwiex available għand il-gvern u lanqas naf jekk hux se jkollna l-opportunita` li narawh.", "Naħseb li dan ir-rapport, li minn dak li ħareġ s'issa jidher li ma jagħtix dettalji dwar kif qed jitqiesu l- pajjiżi individwali, huwa importanti għax isemmi li l-istati membri futuri qed juru li qed isibu ċerti problemi biex jippreparaw bis-serjeta` għad- dħul tagħhom fl-Unjoni Ewropea.", "Fil-fatt dan ir-rapport jgħid li wħud minn dawn il-pajjiżi għandhom bżonn jagħmlu sforz partikolari biex jippreparaw ruħhom bis-serjeta` għad-dħul tagħhom fl-Unjoni Ewropea.", "Fl-opinjoni tiegħi, ikun interessanti jekk matul dawn it-tlett ijiem li ġejjin, meta se niddiskutu l-indirizz li għamel l-E.T. il-President tar-Repubblika, il- gvern jgħidilna jekk Malta rċevietx ukoll dawk li l-kummissjoni Ewropea qed issejjaħ bħala \"early warning letters\", li jitkellmu dwar numru t'affarijiet li qegħdin iħassbu lill-kummissjoni u li qed iħeġġu lill- membri futuri biex jieħdu azzjoni rimedjabbli urġenti.", "Dak huwa wieħed mill-punti li nixtieq nagħmel.", "Jidher li dan il-monitoring report tal-kummissjoni Ewropea għall-ewwel darba qiegħed jidħol fl-oqsma kollha tal-liġi ta' l-Unjoni Ewropea, ħlief f'dik tal-ġustizzja u ta' l-affarijiet interni għax apparentement, sakemm dan is-second monitoring report mar għall-pubblikazzjoni, it-tagħrif dwar dawn iż-żewġt oqsma kienu għadhom ma tlestewx.", "Jidher ukoll li għall-ewwel darba, is-second monitoring report qiegħed jidħol f'żewġt oqsma ġodda; fil- qasam ta' l-agrikoltura u fil-qasam finanzjarju baġitarju, u aħna interessati ħafna li naraw x'jgħid ir-rapport fuq dawn iż-żewġt oqsma.", "Ħaġa oħra li ta' min isemmiha hija li skond dan ir-rapport, minn Frar li għadda n-numru ta' dawk li jissejħu ''problem areas\" żdiedu minn 23 għal 28.", "Nhar il-Ġimgħa li għaddiet il-kummissarju għat-tkabbir fl-Unjoni Ewropea, Gunther Verheugen, għamel riferenza għal dan ir-rapport u qal li f'numru ta' każi għad hemm sforzi partikolari li jridu jsiru.", "Il- kummissjoni Ewropea qed tfakkar ukoll li hemm miżuri li l-membri futuri ta' l-Unjoni Ewropea jafu li jridu jiffaċċjaw jekk sakemm isiru membri sħaħ fl- Unjoni Ewropea, jiġifieri f'Mejju 2004, ikun għad għandhom nuqqasijiet serji.", "Fil-fatt hemm klawsola li qed tissejjaħ bħala \"klawsola ekonomika ġenerali\", hemm klawsola dwar it-tħaddim tas-suq intern u hemm klawsola speċifika oħra dwar l-affarijiet tal-ġustizzja u dawk interni li se jservu ta' miżuri kontra dawn l-għaxar pajjiżi jekk jibqgħu juru dawn in- nuqqasijiet serji li aħna ma nafux x'inhuma.", "Naħseb ikun tajjeb ukoll jekk matul dawn it-tlett ijiem li ġejjin il-gvern jagħtina indikazzjoni dwar jekk Malta rċevietx dawn it-tip ta' twissijiet ukoll u f'liema oqsma rċeviethom.", "Mr Speaker, jidher ukoll li fil-jiem li għaddew ħareġ rapport dwar kemm in- negozji, il-kumpanniji u s-settur privat huma ppreparati biex jieħdu sehem fis-single market intern malli jidħlu fl-Unjoni Ewropea.", "Biex inkun għedt kollox, dan ir-rapport ma jitkellimx dwar Malta, u fil-fatt Malta lanqas biss hi msemmija fih għax proprjament dan ir-rapport sar dwar il-pajjiżi ta' l-Ewropa ċentrali.", "Madanakollu naħseb li jkun interessanti jekk wieħed jagħtina indikazzjoni dwar il-livell ta' preparazzjoni li qed jagħmlu n- negozji, il-kumpanniji u s-self-employed ta' pajjiżna biex jieħdu sehem fis- single market intern għaliex ir-riżultat li ħareġ minn studju sar fl-Ewropa ċentrali - issa hawnhekk jien m'iniex qed ngħid li dak kollu li ntqal dwar l-Ewropa ċentrali japplika wkoll għal Malta - huwa inkwetati ħafna minħabba li hija biss parti żgħira ta' l-ekonomija lokali ta' l-Ewropa ċentrali li tidher illi hija lesta li tieħu sehem b'mod tajjeb fis-single market intern.", "Ta' min jistaqsi wkoll jekk fil-każ tagħna hemmx xi xogħol li qed isir mill-gvern jew mill-istrutturi ta' l-Unjoni Ewropea fuq dan il-qasam biex naraw kemm in-negozjanti Maltin u Għawdxin huma mħejjijin bis-serjeta` li jieħdu sehem fis-single market intern Ewropew.", "Fil-ftit ħin li għad fadalli għad-dispożizzjoni tiegħi llejla nixtieq naqbad ma' punt li għamel l-E.T. il-President tar-Repubblika fejn fil-bidu tad-diskors tiegħu qal illi bl-istil li se jimxi l-gvern, l-ebda persuna m'hi se tkun imwarrba mill-mixja għall-progress.", "Jekk aħna rridu naħdmu għall-ġid komuni verament, huwa importanti li ħadd ma jitħalla jaqa' lura jew agħar minn hekk, jiġi mbottat biex jaqa' lura, u dan għal ħafna raġunijiet u mhux biss għal raġunijiet ta' ġustizzja.", "Illum pajjiżna għandu sfidi kbar quddiemu li jrid jiffaċċja biex ikun immexxi tajjeb, biex ikollu biżżejjed ġid li jkun jista' jitqassam b'ġustizzja fost is-setturi kollha tal-popolazzjoni tagħna, u m'hemmx dubju li jekk ninfirdu u ninqasmu bejnietna ma jirnexxielniex negħlbu dawn l- isfidi, anzi ċ-ċittadini tagħna jibdew jiġu meqjusa bħala ċittadini tat- tieni klassi.", "Għalhekk huwa importanti ħafna li ma jintqalx diskors bħal dak li ntqal fil-jiem li għaddew fejn ġie rrimarkat illi l-Laburisti li jaħdmu fid-dipartimenti tal-gvern qed jagħmlu l-bsaten fir-roti biex il- gvern jidher li ma jafx imexxi tajjeb jew biex il-pajjiż ma jimxix 'il quddiem.", "Daqstant ieħor huwa importanti li l-eluf ta' ċittadini Laburisti li għandna f'pajjiżna, kemm f'Malta kif ukoll f'Għawdex, ma jiġux imwarrba u ma jiġux meqjusa bħala ċittadini tat-tieni klassi għaliex imbagħad dan jagħmilha iktar diffiċli biex naħdmu flimkien għall-ġid komuni.", "Bir-raġun, iċ- ċittadini jkejlu d-diskorsi tal-politiċi skond x'ikun qed jiġri fuq il-post tax-xogħol tagħhom, skond kif ikunu qed jiġu stmati fuq il-post tax-xogħol tagħhom u mill-istrutturi tal-gvern bħala ħaddiema, skond jekk jieħdux il- promozzjonijiet li jkollhom jieħdu bi dritt, skond jekk jeħdux il-permessi li jkollhom jieħdu bi dritt u skond jekk ikunux qed jiġu stmati bħala ċittadini li jħallsu t-taxxi u li allura għandhom dritt għas-servizzi pubbliċi mingħajr ma ssir l-ebda diskriminazzjoni magħhom minħabba l- opinjonijiet politiċi tagħhom.", "Nerġa` ngħid li din m'hijiex biss kwestjoni ta' ġustizzja imma hija wkoll kwestjoni ta' għaqal.", "Aħna pajjiż ċkejken u allura iktar ma ninqasmu u ninfirdu bejnietna, iktar tonqsilna l-ħila li niffaċċjaw l-isfidi l-kbar li pajjiżna għandu quddiemu.", "L-aħħar punt li nixtieq nagħmel huwa fuq il-qasam edukattiv għaliex fid- diskors ta' l-E.T. il-President tar-Repubblika tqajmu ċerti punti li naħseb ta' min jagħmel riflessjoni fuqhom.", "Naħseb illi lkoll naqblu li s-sistema edukattiva tagħna filwaqt li għandha tieħu ħsieb lil dawk li qed jaqgħu lura, fl-istess ħin għandha tkompli tara li jirnexxu iktar tfal u żgħażagħ.", "Aktar ma jirnexxu tfal u żgħażagħ f'dik li hi edukazzjoni iktar hemm ċans li pajjiżna jirnexxielu jiffaċċja l-isfidi kbar li għandu quddiemu, pero` sfortunatament sal-lum għadu jkollna wisq tfal u żgħażagħ li qed jaqgħu lura u għalhekk huwa importanti li matul il-ħames snin li ġejjin nagħmlu xi ħaġa f'dan ir-rigward.", "Per eżempju, Mr Speaker, huwa importanti li nagħtu iktar importanza lill- edukazzjoni li tingħata fil-kindergarten lil tfal fl-eta` ta' tliet snin u erba' snin għax l-ewwel snin jiddeterminaw il-futur tat-tfal.", "Jiddispjaċini ngħid li 20% tat-tfal li jattendu l-kindergarten diġa` qed jaqgħu lura, u ħafna drabi ssib li dawn qatt ma jirnexxielhom jirkupraw bil- konsegwenza li meta jilħqu l-eta` ta' 16-il sena joħorġu mill-iskola mingħajr il-ħiliet li għandhom bżonn f'dawn iż-żminijiet biex ikunu jistgħu jaħdmu u jgħixu.", "Għalhekk kif qed naraw, huwa importanti li nagħtu iktar attenzjoni u naraw x'qed jiġri fil-klassijiet tal-kindergarten.", "Ma nistax nitkellem dwar il-qasam ta' l-edukazzjoni mingħajr ma nsemmi wkoll il-problema kbira li teżisti fost iż-żgħażagħ tagħna f'dik li hija edukazzjoni.", "Biżżejjed ngħid li minn statistika uffiċjali li ħareġ il- gvern stess jirriżulta li minkejja li qegħdin fis-seklu 21, kull sena qed joħorġu mill-iskola madwar 2,000 żagħżugħ u żagħżugħa mingħajr il-ħila li jikkomunikaw tajjeb bil-Malti u bl-Ingliż u mingħajr il-ħila li jagħmlu l- matematika u li jħaddmu l-informatika.", "Nappella bis-serjeta` biex matul dawn ix-xhur u s-snin li ġejjin nipprovdu fis-sistema edukattiva tagħna suġġetti vokazzjonali fil-livell sekondarju, fosthom suġġetti bħal studji turistiċi u bħal inġinerija bażika fejn jintuża l-metodu \"learning by doing things hands on\".", "Illum ix-xjenza turina li aħna lkoll nitgħallmu b'mod differenti; hemm min jitgħallem permezz ta' ktieb, hemm min jitgħallem permezz ta' computer u hemm min jitgħallem billi jara adult jispjegalu fuq il-blackboard.", "Hemm ukoll oħrajn li jitgħallmu billi jaħdmu b'mod prattiku, fosthom per eżempju, billi jmissu makna jew iżarmawha, pero` sfortunatament illum din is-sistema ta' tagħlim sparixxiet kompletament mil-livell primarji sal-livell sekondarju.", "Fil-fatt jien ngħid li kieku ma neħħejniex is-sistema tal- prattika ma konniex nitilfu tant adoloxxenti u żgħażagħ u għalhekk hemm bżonn li sistema bħal din terġa` tiddaħħal fil-qasam edukattiv mill-iktar fis possibbli.", "F'paġna 5 tad-diskors ta' l-E.T. il-President tar-Repubblika insibu dan il- kliem:", "\"L-iskejjel primarji tal-Gvern jissieħbu ma' skejjel sekondarji hekk li l-mogħdija minn ta' l-ewwel għal tat-tieni ssir bla skossi żejda, ...\"", "Jien naqbel ma' ħaġa bħal din, pero` nistaqsi: Dan x'ifisser?", "Dan ifisser li se jitneħħa l-eżami għal dħul fil-junior lyceums?", "Minflok ma wieħed se jibqa' jispiċċa l-iskola primarja meta jkollu 11-il sena, se jibda jispiċċaha meta jkollu 14-il sena u b'hekk nevitaw it-trawma li sfortunatament ħafna mit-tfal tagħna jgħaddu minnha?", "Fil-fatt ġaladarba qed nagħmel dan il-punt, jien nasal biex ngħid ukoll li s-sistema li nħaddmu fil-qasam edukattiv, iktar milli hija sistema edukattiva iktar hija sistema kattiva għax minn eta` żgħira t-tfal tagħna diġa` jkollhom jagħmlu ħafna eżamijiet, u dan jikkaġuna ħafna stress tant li ħafna jispiċċaw anke jieħdu l-kalmanti.", "Nagħmilha ċara li jien naqbel ma' kull ħaġa li tista' tneħħi t-tensjoni u l-iskossi fis-sistema edukattiva tagħna, imma nerġa` ngħid, dan x'ifisser?", "Dan ifisser li se jiżdiedu s-snin li wieħed ikun irid jagħmel fl-iskejjel primarji?", "Kif se jkun il-passaġġ mill-iskejjel primarji għall-iskejjel sekondarji?", "Bħalissa l-iskejjel primarji tagħna huma mħalltin; bniet u subien, u allura jien nistaqsi: X'se jiġri?", "L- iskejjel sekondarji tagħna se jibdew ikunu mħalltin bniet u subien ukoll?", "Qed nagħmel din il-mistoqsija għax hija xi ħaġa inkwetanti ħafna li huma s- subien li l-iktar qed jaqgħu lura, u ċertament din se tkun waħda mill-ikbar sfidi li se jkollna fis-snin li ġejjin.", "Jekk wieħed jara x'qed jiġri f'Malta u Għawdex isib li s-subien qed jaqgħu lura iktar mill-bniet.", "Aħna favur li l-bniet u t-tfajliet tagħna jirnexxu fil-qasam edukattiv, imma aħna favur ukoll li s-subien u l-ġuvintur jirnexxu bl-istess mod għaliex meta jaqgħu lura s-subien u l-ġuvintur inkunu qed noħolqu problemi serji għal iktar 'il quddiem, mhux biss problemi ta' qgħad imma wkoll problemi ta' vjolenza domestika.", "Mr Speaker, nikkonkludi d-diskors tiegħi billi nappella biex nieħdu ħsieb dawn il-problemi li semmejt għax fis-snin li ġejjin is-suċċess ta' pajjiżna se jiddependi mis-suċċess edukattiv ta' kull wieħed u waħda mit-tfal u ż- żgħażagħ tagħna.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Iktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Pullicino Orlando.", "ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO: Mr Speaker, l-ewwelnett nixtieq ningħaqad mal-kollega tiegħi l-Onor.", "Evarist Bartolo biex nikkongratula lill-kollega tagħna l-Onor.", "Joseph Falzon għall-maiden speech tiegħu.", "Illum ġejna biex nitkellmu fuq id-diskors li għamel l-E.T. il-President tar-Repubblika l-Onor.", "Guido de Marco nhar is-Sibt li għadda fejn għarrafna bil-programm li għandu ippjanat il-gvern għall-ħames snin li ġejjin, liema programm huwa ibbażat fuq ħames oqsma.", "Ovvjament fil-ħin qasir li għandi ma nistax nitkellem fuq kull qasam u għalhekk nixtieq niffoka l-iktar fuq il-qasam ambjentali.", "Fid-diskors tiegħu l-E.T. il-President tar-Repubblika qal li aħna se ngħaqqdu l-qasam ta' l-ambjent ma' l-iżvilupp sostenibbli, u naħseb li dan huwa punt importanti ħafna għax nafu li ħafna mill-problemi ambjentali li għandna f'dan il-pajjiż u li jeżistu f'pajjiżi oħra ġew ikkaġunati minħabba l-iżvilupp mgħaġġel ħafna li sar matul dawn l-aħħar 20 jew 25 sena.", "F'dan id-diskors issemma speċifikament li aħna se nagħtu attenzjoni partikolari lill-qalba ta' l-irħula tagħna, u hawnhekk nixtieq nagħmel aċċenn għall-fatt li f'ħafna mill-irħula tagħna, jekk mhux f'kull raħal ta' Malta u Għawdex, minħabba l-kilba ta' l-iżviluppaturi li jiżviluppaw kull roqgħa art li għandna, hemm nuqqas kbir ta' żoni rikreattivi.", "Infatti jekk m'iniex sejjer żball, skond ċifri li għandna f'idejna, aħna għandna l-inqas żoni rikreattivi mill-pajjiżi Ewropej kollha, u għalhekk ninkoraġġixxi lill-gvern biex meta jkun se jsir xi żvilupp, jara li kemm jista' jkun jibqa' spazju għal żoni rikreattivi.", "Fid-diskors ta' l-E.T. il-President tar-Repubblika ssemma wkoll il-fatt li dan il-gvern se jara li l-iżvilupp li jsir fin-naħa t'isfel ta' Malta jservi t'attrazzjoni turistika, u hawnhekk fost l-oħrajn issemma Għar Lapsi, li jinsab fil-limiti tas-Siġġiewi u li jaqa' taħt id-distrett tiegħi; is-seba' distrett.", "Naħseb kulħadd jaqbel miegħi meta ngħid li Għar Lapsi għandu valur naturali kbir, u għalhekk jien, flimkien mal-kunsill lokali tas-Siġġiewi, inħeġġeġ lill-gvern biex jara li jkun hemm regolamentazzjoni aħjar fix-xogħol li qed isir f'dik il-barriera li hemm fit-triq li tagħti għal Għar Lapsi, anke biex jonqos it-tniġġis li qed jinħoloq minħabba din il-barriera.", "Jekk il-gvern jagħmel dan, huwa jkun qed jagħmel pass kbir 'il quddiem biex ikompli jsebbaħ l-area ta' Għar Lapsi.", "Issemma wkoll il-ħsieb li jkun hemm żvilupp fil-pajsaġġi li għandna f'pajjiżna u ssemmew il-widien.", "Jiddispjaċini jekk se nkun xi ftit politiku hawnhekk, pero` ma nistax ma nsemmix il-widien sbieħ u l-pajsaġġi li jeżistu f'pajjiżna u li jaqgħu taħt id-distrett tiegħi.", "Per eżempju, wieħed minnhom huwa Wied Qirda, li jinsab fil-limiti ta' Ħaż-Żebbuġ u li naħseb illi m'hawnx wied ieħor bħalu f'pajjiżna, u x-xogħlijiet li saru fih matul dawn l-aħħar snin komplew sebbħuh.", "Madanakollu fid-distrett tiegħi hemm widien oħrajn li jaqgħu fid-distrett tiegħi u li għandhom bżonn attenzjoni partikolari.", "Per eżempju, biżżejjed insemmi Wied is-Sewda u Wied Baqqiegħa, li huma żewġ widien sbieħ ħafna, pero` dawn għandhom problemi kbar f'dak li huwa tniġġiż, u dan minħabba l-irziezet li tħallew jiġu żviluppati f'dawn l-areas madwar 30 sena ilu.", "Din hija verament ħasra, u fil-fatt saru diversi rapporti fuq din il-forma ta' tniġġis.", "Niftakar li darba jien kont saħansitra ktibt artiklu fuq gazzetta lokali bl- Ingliż fejn irrimarkajt għall-fatt li fl-eqqel tas-sajf f'dawn il-widien, speċjalment f'Wied is-Sewda, tant ikun hemm tniġġis li bid-drenaġġ tal- bhejjem li jinżel minn dan il-wied taħsbek qiegħed iċ-Chadwick Lakes!", "M'hemmx għalfejn ngħidu li dan iġib ħafna mard, speċjalment jekk l-ilma li jkun hemm hemmhekk imur fil-water-table.", "Jien naf li d-dipartiment ta' l- agrikoltura diġa` ħa passi f'dan ir-rigward, pero` nħeġġu biex jerġa` jieħu l-passi kontra min baqa' jwettaq din il-forma ta' abbuż.", "Fid-distrett tiegħi hemm diversi widien sbieħ oħra, bħal Wied Ħesri, li jinsab fil- limiti tas-Siġġiewi, għalkemm l-iżvilupp li sar fih riċentement xi ftit jew wisq kerrah l-apparenza ta' dan il-wied.", "Fil-fatt hawn nixtieq nieħu l- okkażjoni li ninkoraġġixxi lill-MEPA biex tara kif tagħmel ħalli tipproteġi l-widien tagħna minn ċertu tip ta' żvilupp.", "Wied ieħor li jinsab fil- limiti ta' Ħaż-Żebbuġ huwa Wied San Martin, li jekk wieħed jgħid li għandu bżonn tindifa nobis ikun qed jagħmel l-understatement of the year!", "Żona li ssemmiet fid-diskors ta' l-E.T. l-President tar-Repubblika nhar is- Sibt li għadda kienet iż-żona ta' Ta' Qali.", "Nafu li l-ex-airfield ta' Ta' Qali, li wkoll taqa' taħt id-distrett tiegħi għax tinsab fil-limiti ta' Ħ'Attard, hija waħda mill-ikbar żoni rikreattivi li għandna f'dan il- pajjiż.", "Diġa` sar ħafna xogħol f'din iż-żona, imma jien nixtieq nappella biex hemmhekk ikompli jsir dak li hemm ippjanat li jsir ħalli din iż-żona tkompli tagħti l-isvog tant meħtieġ lill-familji Maltin.", "Ħafna mill- familji Maltin qed isibu l-isvog tagħhom f'din l-area, speċjalment fil- weekend, u għalhekk nappella biex dak li hemm ippjanat li jsir, isir mill- iktar fis possibbli.", "Fid-diskors ta' l-E.T. l-President tar-Repubblika ssemma l-fatt illi l- gvern se jkompli jinkoraġġixxi l-użu ta' l-enerġija alternattiva.", "Nafu li fl-aħħar ħames snin li għaddew, speċjalment fl-aħħar budget, il-gvern inkorraġixxa dawn il-mezzi ta' enerġija alternattiva, u jidher li se nkomplu nagħmlu dak li nistgħu biex ninkoraġġixxu l-użu ta' enerġiji li jiġu mir-riħ, li nafu f'dan il-pajjiż għandna ħafna minnu, jekk mhux iżżejjed.", "Naturalment l-istess ħaġa nistgħu ngħidu għax-xemx, u fil-fatt hija ħasra li matul is-snin li għaddew m'għamilniex iktar sforzi biex il- mezzi ta' enerġija alternattiva jsiru iktar popolari.", "Jekk wieħed iħares lejn pajjiżi Mediterranji oħra, bħalma hija Ċipru, insibu li kważi kull dar għandha s-solar panels.", "Hawnhekk jien inħeġġeġ biex matul is-snin li ġejjin iktar Maltin u Għawdxin jiġu inkoraġġuti jagħmlu użu minn dawn is- solar panels ħalli kemm jista' jkun innaqqsu l-konsum ta' l-elettriku li jiġi prodott mill-power stations tagħna.", "Naħseb li huwa fatt magħruf minn kulħadd illi l-power stations tagħna huma sors kbir ta' tniġġis, u għalkemm m'hemmx wieħed x'jagħmel dwar dan il-fattur, għallinqas wieħed għandu jipprova jagħmel iktar użu mill-enerġija alternattiva ħalli forsi almenu dan it-tniġġis jonqos.", "Fid-diskors ta' l-E.T. l-President tar-Repubblika ssemma wkoll il-fatt li se nkomplu nikkumbattu kontra l-problema kbira li għandna fil-qasam tad- drenaġġ.", "Jien m'għandix dubju li l-għajnuna min-naħa ta' l-Unjoni Ewropea f'dan il-qasam se tkompli tiżdied.", "Fil-fatt diġa` konna qed ningħataw għajnuna konkreta min-naħa ta' l-Unjoni Ewropea f'dan il-qasam tant li 40% ta' l-ispejjeż għall-proġett ta' tisfija tad-drenaġġ għal Għawdex kienu qed jiġu mħallsa mill-Unjoni Ewropea.", "Issa aħna marbutin li d-drenaġġ kollu li jiġi prodott f'pajjiżna jiġi msoffi, u din hija xi ħaġa pożittiva għax għal snin twal aħna konna qed nitfgħu id-drenaġġ fil-baħar, jiġifieri fl-istess ilma li finalment jipprovdielna l-ilma tax-xorb.", "Ta' min jgħid ukoll li l- ilma baħar jipprovdi mezz ta' divertiment lil ħafna familji Maltin u Għawdxin, speċjalment matul ix-xhur tas-sajf, u l-ilma baħar huwa wieħed mill-fatturi li minnu tiddependi l-ikbar industrija li għandna f'pajjiżna, li hija l-industrija tat-turiżmu.", "Nhar is-Sibt li għadda ħadt pjaċir nisma' li se ssir enfasi ikbar biex l- iskart jiġi magħżul.", "Din hija issue li ilna ħafna nitkellmu dwarha u li pajjiżi oħra ilhom li introduċewha snin twal ilu.", "Ta' min jgħid li l- għażla ta' l-iskart mhux biss tnaqqas it-tniġġis u l-muntanji sħaħ ta' skart li jiġu mormija fil-Magħtab imma permezz ta' din l-għażla li ssir, ċerti prodotti u ċerta materja prima jkunu jistgħu jerġgħu jiġu rriċiklati biex kemm jista' jkun ma nkomplux ngħabbu r-riżorsi naturali.", "Nafu li hemm ir-rabta min-naħa tal-gvern biex il-Magħtab tingħalaq fi żmien ftit xhur.", "Jien hawnhekk nappella biex jiġi separat it-terrapien mhux biss li se jiġi prodott fil-futur imma anke t-terrapien li hemm fil-miżbla tal-Magħtab.", "Naf li għal ċertu ammont ta' snin dak it-terrapien tħallat ukoll maż-żibel, allura hemm ċerti diffikultajiet biex wieħed jidentifika l-areas fejn hemm terrapien biss u l-areas fejn it-terrapien huwa mħallat maż-żibel.", "Naf li fil-ħames snin li għaddew saru ħafna studji biex wieħed jidentifika ż-żoni fejn hemm terrapien pjuttost pur u terrapien li huwa mħallat maż-żibel, jew fejn hemm iż-żibel biss.", "Nagħmel appell biex min se jkun inkarigat biex jimmaniġġja l-miżbla tal-Magħtab ma jipprovax ifittex xi soluzzjoni faċli, bħalma hija l-produzzjoni tas-siment minn dak it-terrapien u minn dak iż- żibel, għax imbagħad inkunu qegħdin insolvu b'mod limitat problema waħda ambjentali u nikkawżaw problema ambjentali wisq akbar.", "Ħadt pjaċir nara wkoll lill-E.", "T. l-President jagħmel aċċenn għall-fatt li aħna se nagħtu aktar u aktar għajnuna lill-bdiewa tagħna.", "Apparti l-fatt li jien inħoss li l-bidwi huwa l-protettur ta' l-ambjent Malti, ħadt pjaċir ukoll għax hemm ħafna bdiewa li huma kostitwenti tiegħi fis-seba' distrett.", "Il-bdiewa se jingħataw aktar għajnuna biex ikomplu jżidu l-produzzjoni ta' diversi prodotti, speċjalment iż-żebbuġ, id-dwieli, u t-tadam.", "L- industrija taż-żejt taż-żebbuġ f'Malta għadha in its infancy, imma nafu li hemm futur tajjeb ħafna għal din l-industrija.", "Fil-fatt pajjiżi oħra jibbażaw ħafna mill-agrikoltura tagħhom fuq il-prodotti mnissla miż-żebbuġ.", "Huwa importanti li nkomplu ninkoraġġixxu t-tkattir tad-dwieli f'pajjiżna għax issa se jkun hemm insistenza - u tagħmel sens - li jekk aħna jkollna nbid li jissejjaħ lokali fil-fatt ikun magħmul mill-għenba Maltija.", "Ta' min jinkoraġġixxi wkoll il-produzzjoni tad-tadam għax it-tjubija tad-tadama Maltija, bħal kwalunkwe frotta Maltija, hija magħrufa ma' l-Ewropa kollha.", "Issemma l-fatt li ċ-ċentru ta' l-GĦammieri se jiġi konvertit f'ċentru interattiv għall-pubbliku.", "Dan se jagħti lok biex il-pubbliku jitgħallem iktar fuq il-biedja u l-ambjent.", "Din hija ħaġa tajba għax il-pubbliku xi drabi ma japprezzax ix-xogħol iebes tal-bidwi Malti li jrid jiġġieled - bħal kwalunkwe bidwi ieħor, imma forsi l-bidwi Malti għandu ċerti problemi partikolari - kontinwament kontra l-varjazzjonijiet kollha tan-natura.", "Wieħed ikollu jammetti li ħafna mill-problemi ambjentali f'dan il-pajjiż jiġu wkoll minħabba nuqqas ta' apprezzament tal-poplu Malti lejn l-ambjent ta' Malta.", "Hawnhekk forsi se niżvijja xi naqra, imma assoċjat ma' dan il-punt xtaqt ngħid prosit lill-MEPA li dan l-aħħar aċċettat applikazzjoni għal ċentru ta' organic farming fil-limiti tar-Rabat, taħt tal-Virtu`, fejn kien hemm suġġeriment li jsir anke golf course.", "Wieħed jittama li nkomplu ninkoraġġixxu dan it-tip ta' organic farming u f'din iż-żona, flok ninkoraġġixxu proġetti li minnhom igawdu ftit min-nies biss, inkomplu ninkoraġġixxu l-biedja li f'din iż-żona ilha għal ġenerazzjonijiet sħaħ.", "Dan rajtu bħala pass fid-direzzjoni t-tajba min-naħa tal-MEPA u ħaqqhom prosit.", "Mr Speaker, qed jissemma li se jsir monitoring ta' l-arja, ta' l-ilma u tal- baħar.", "Nagħmell appell biex inkomplu naraw kif innaqqsu t-tinġis ta' l- arja.", "Sfortunatament il-livell tal-benzine fl-arja Maltija huwa għoli ħafna ħafna u rridu naraw kif nagħmlu biex inkomplu nniżżluh.", "Diġà ħadna passi, billi qed ninkoraġġixxu lill-poplu juża l-unleaded petrol, imma hemm ħafna u ħafna iktar xi jsir.", "Nagħlaq billi nagħmel appell biex, kif wegħedna fid-diskors tal-president, mhux biss ninkoraġġixxu l-karozzi tal-linja ġodda, imma nintroduċu rotot ġodda u anke nżidu l-frekwenza tas-servizz tat-trasport pubbliku permezz ta' sussidji biex kemm jista' jkun innaqqsu t-tinġis mill-karozzi u nnaqqsu wkoll il-problema kbira ħafna li qed ikollna ta' traffic jams kbar.", "Sur President, xtaqt nagħlaq dan l-ewwel diskors tiegħi f'din il- leġislatura l-ġdida billi nawgura li ż-żewġ naħat tal-Kamra naraw kif nagħmlu biex insibu x'jgħaqqadna, fejn nistgħu nipprovaw insibu common ground li naħdmu fuqu biex immexxu l-pajjiż 'il quddiem.", "Huwa dan li se jmexxi dan il-pajjiż 'il quddiem u hekk qed jistenna l-poplu Malti.", "Dan se jkun l-għaxar parlament mill-indipendenza 'l hawn u ta' min jagħmel appell biex kemm jista' jkun dan il-parlament jimmatura f'din id-direzzjoni.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Silvio Parnis.", "ONOR.", "SILVIO PARNIS: Sur President, l-ewwelnett nixtieq nieħu l- okkażjoni sabiex nagħti merħba lill-membri parlamentari l-ġodda li ngħaqdu magħna, sew tan-naħa tal-partit Laburista u kif ukoll tal-partit Nazzjonalista.", "Jien li dieħel fit-tieni leġislatura hawnhekk nista' ngħid li kienet esperjenza sabiħa fejn stajna naħdmu ħafna għall-ġid tal-poplu Malti anke mill-oppożizzjoni.", "Fl-ewwel diskors tiegħi nixtieq nirringrazzja lin-nies tar-raba` distrett ta' l-appoġġ kbir li tawni fl- aħħar elezzjoni.", "Inwiegħed li se nirdoppja l-ħidma tiegħi, għax hekk kif irdoppjaw il-voti ħassejt li għandi nirdoppja l-ħidma tiegħi.", "Mr Speaker, inħoss li wara kampanji daqshekk twal tar-referendum, ta' l- elezzjoni ġenerali u tal-kunsilli lokali, il-poplu jrid jisma' lill-membri parlamentari jwasslu messaġġ pożittiv.", "Fejn hemm affarijiet tajbin irridu nkunu rġiel, bħala oppożizzjoni, u ngħidu li huma tajbin u nibnu fuqhom.", "Fejn hemm affarijiet ħżiena ma rridux nibżgħu nitkellmu fuqhom.", "Żgur li aħna rridu nkunu oppożizzjoni kostruttiva, oppożizzjoni li fejn il-gvern ikun qed jagħmel it-tajjeb tgħinu jkompli jagħmlu, imma fejn il-gvern ikun qiegħed jagħmel il-ħażin nonqsu jekk aħna ma nsemmgħux leħinna.", "Il-poplu tagħna llum huwa matur u permezz tal-media qiegħed ikun informat sewwa x'qiegħed jiġri f'dan il-parlament, allura bla dubju ta' xejn meta jasal il-mument jagħmel il-kontijiet tiegħu.", "Fuq bażi personali nwiegħed lill-poplu Malti u GĦawdxi - għax għalkemm hawnhekk jien qiegħed nirrappreżenta lill-Malta Labour party, fl-aħħar mill-aħħar f'dan il- parlament qiegħed nirrappreżenta lill-poplu Malti u GĦawdxi - li 'l bogħod minn kull kulur politiku tiegħu jien qiegħed hawnhekk għas-servizz tiegħu.", "Jien ningħaqad ma' sħabi li tkellmu qabli u ngħid prosit lill-Perit Falzon li ngħaqad magħna f'dan il-parlament u messet lilu x-xorti li jagħmel il- maiden speech.", "Meta tkellimt l-ewwel darba jien s-sitwazzjoni kienet differenti għax kien il-ħin ta' l-aġġornament, meta ma tantx ikun hawn deputati, u stajt ngħaffeġ u ngerfex mingħajr ħadd ma jgħidli xejn.", "Iżda l- Onor. Falzon kellu x-xorti li jkollu ħafna deputati jisimgħuh.", "Mr Speaker, nhar is-Sibt, fil-ftuħ tal-parlament, l-E.", "T. l-President tar- Repubblika tkellem dwar x'għandha tkun il-viżjoni tal-gvern tiegħu fil- ħidma tal-ħames snin li ġejjin.", "Huwa semma ħames punti prinċipali li kienu l-edukazzjoni u l-kultura, l-ambjent, il-ħidma soċjali, ix-xogħol u l- ekonomija u s-sigurta` u s-sliem.", "Jien ħassejt li għandi nwassal ukoll il- messaġġ pożittiv tiegħi dwar dawn il-punti.", "Fil-qasam ta' l-edukazzjoni nħoss li filwaqt li ż-żewġ gvernijiet ħadmu biex lit-tfal tagħna nagħtuhom edukazzjoni tajba, għad fadal numru ta' tfal u żgħażagħ li huma illitterati.", "Filwaqt li qed inwiegħdu li fil-ħames snin li ġejjin se naħdmu fuq l-edukazzjoni u kultura, li huma l-prinċipji ewlenin tal-gvern, irridu nxammru l-kmiem u naħdmu bis-serjeta` biex jonqos kemm jista' jkun l-illitteriżmu li għandna fil-pajjiż.", "L-esperjenza għallmitni li fejn tidħol l-injoranza jidħol il-faqar.", "GĦalhekk irridu nkomplu naħdmu ħalli nagħtu l-aħjar edukazzjoni li nistgħu mhux biss lit- tfal u liż-żgħażagħ imma anke lil dawk li għandhom ċerta età jew dawk li diġà għandhom impjieg.", "Illum il-ġurnata l-edukazzjoni mhijiex marbuta mat- tfal u maż-żgħażagħ biss, imma qed naraw li għandna saħansitra l- universita` tat-tielet età.", "Mr Speaker, fil-ħames snin li ġejjin huwa importanti ħafna li fejn jidħol l- ambjent, li huwa tant importanti fi gżira żgħira bħal tagħna fejn l-art dejjem qed tonqos, naħdmu bi prudenza u b'kuxjenza.", "Aktar 'il quddiem fid-diskors tiegħu l-President tkellem ukoll dwar l- awtorita` ta' l-ippjanar.", "Se jsir sforz sabiex id-deċiżjonijiet dwar l- applikazzjonijiet jittieħdu iktar malajr.", "Fid-diskorsi li kont nagħmel hawnhekk fil-ħames snin li għaddew jien kont nikkritika lill-awtorita` ta' l-ippjanar minħabba l-mijiet ta' applikazzjonijiet pendenti li kienu qed iwasslu għal staġnar ukoll.", "GĦalhekk ħadt pjaċir li ssemmiet din il- problema fid-diskors tal-President.", "Mr Speaker, issemma wkoll il-qasam soċjali fejn jien inħoss li l-pajjiż ma jistax jitlef iktar żmien.", "Kienu gvernijiet Laburisti li daħħlu f'pajjiżna riformi soċjali importanti u daħħlu l-impenn soċjali fost il-poplu Malti u Għawdxi.", "GĦalhekk importanti li f'dawn il-ħames snin li ġejjin nieħdu dan il-qasam iktar bis-serjeta` u naraw min verament huwa mwarrab fis-soċjeta` tagħna.", "Mr Speaker, mill-bankijiet ta' l-oppożizzjoni, mill-bankijiet tal-gvern u mill-uffiċini tagħna ma nistgħux inkunu nafu x'inhuma l-problemi soċjali li qed jiltaqa' magħhom il-poplu Malti u Għawdxi.", "Hawnhekk il-gvern żgur se jsib l-għajnuna ta' l-oppożizzjoni Laburista għax fejn jidħlu problemi soċjali aħna rridu nkunu minn ta' quddiem li naħsbu f'dawk li huma l-aktar imwarrba fis-soċjeta`.", "Fil-programm ta' ħidma tal-gvern issemma wkoll il-qasam tax-xogħol.", "Aħna rridu naħdmu biex nagħtu opportunitajiet tax-xogħol għat-tfal u għaż- żgħażagħ tagħna.", "Jien nixtieq li kelli iktar ħin biex nitkellem imma naħseb li l-punti l-aktar importanti, li huma l-punti soċjali, wassalthom kif xtaqt inwassalhom.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Joe Brincat.", "ONOR.", "JOE BRINCAT: Grazzi, Mr Speaker.", "Hija drawwa li fil-bidu ta' kull leġislatura nirringrazzjaw lill-President ta' Malta għad-diskors li jkun għamlilna fl-okkażjoni tal-ftuħ tal-parlament.", "Nirringrazzjawh b'formalita`, pero` jien se nirringrazzjah għal raġuni oħra.", "Nafu jagħmel diskorsi ħafna aħjar, impromtu, jippreparahom hu, jiktibhom hu u jgħidhom bil-mod u bl-istil tiegħu.", "Inħossni jiddispjaċini għall-President li ġie hawnhekk prattikament bi speech li huwa fotokopja ta' second edition, revised version ta' diskors li fis-sustanza tiegħu sar ħames snin ilu.", "Allura nirringrazzjah doppjament lill-President Guido de Marco li kellu jissottometti ruħu għall-istituzzjonijiet tal-pajjiż u jiġi hawnhekk jaqra second edition, revised version, anzi ngħid kważi fotokopja li tittieħed mill-fax machine, jiġifieri jgħaddi ż-żmien minn fuqha u tisparixxi.", "Dan iġibni għall-ewwel punt.", "Huwa anakroniżmu li jkollna speech from the throne meta throne m'għandniex!", "Wasal iż-żmien li la aħna repubblika ma jibqgħalniex dawk it- tradizzjonijiet li tifhimhom fil-każ ta' l-Ingliżi u kienu tajbin għaż- żmien meta konna kolonja, imma llum m'għadhomx adattabbli.", "L-istess bħal meta darba mort l-Afrika u rajt parlamentari li kellhom replika perfetta tal-House of Commons.", "Differenza waħda kellhom; kienu partit wieħed.", "Imma xorta kellhom l-ispeaker bit-toppu abjad, kien qisu negattiva tal-House of Commons.", "Wasal iż-żmien li dan ikun dibattitu fuq il-programm tal-gvern.", "Il- President jiġi jiftaħ il-parlament u jagħmel id-diskors tiegħu li jkun taż- żewġ naħat, għax il-President tar-Repubblika nqisuh li jkun taż-żewġ naħat.", "Huwa l-president ta' dik in-naħa u ta' din in-naħa, ikun min ikun.", "Naħseb li wasal iż-żmien li din il-proċedura tinbidel, li l-President jista' jgħid dak li jkun qed iħoss fil-kuxjenza tiegħu u forsi jgħid ukoll kif jistgħu jirranġaw ruħhom dawk l-istituzzjonijiet u jagħti l-messaġġ tiegħu lill- parlament.", "Dan id-diskors li għandna hawnhekk imbagħad ikun il-programm li beħsiebu jwettaq il-gvern, jew isib skuża għaliex ma wettaqx ċerti affarijiet fil- ħames snin ta' qabel, ħalli nkunu ċari u tondi għaliex anke dan jinstab f'dan il-programm.", "Waħda mill-affarijiet li laqtitni – u hawn nixtieq nesprimi opinjoni personali tiegħi – hija dwar il-liġi proposta dwar l-ilsien Malti.", "Kull pajjiż li kellu u għandu l-ilsien tiegħu b'mod jew ieħor żviluppah.", "Illum jekk naraw l-iktar programm komuni tal-computers insibu li l-verżjonijiet ta' l-ilsien Ingliż huma infiniti.", "Għandek l-Ingliż tal-Gran Brittanja u l- Ingliż Amerikan.", "L-għerq tat-tnejn li huma ġej mil-lingwa Ingliża, imma għandhom xi ħaġa differenti.", "Il-lingwa Maltija, semitika imżewġa ma' l- ilsna romantiċi, għandha l-iżvilupp tagħha.", "L-iktar ħaġa importanti mhux kif tiktibha, imma kif titkellimha għax għandu jkun il-mezz l-iktar sempliċi ta' kommunikazzjoni, ta' kif Malti iwassal il-ħsieb tiegħu lejn Malti ieħor.", "Hawnhekk jien nemmen li jrid isir kontroll serjissimu, anke bil-liġi, ta' dawk li qed ikunu fil-mezzi tax-xandir li l-ilsien Malti qegħdin effettivament jibdluh.", "Filwaqt li qed nara lis-Sinorija Tiegħek qed niftakar f'wieħed Għawdxi li kien jagħmel kummentarju tal-logħbiet tal- football li dejjem kien jgħid \"ix-xikpa\" flok \"ix-xibka\".", "Kummentatur ieħor kien jgħid \"ballum\" minflok \"ballun\", u dan minbarra espressjonijiet oħrajn li nisimgħu u kostruzzjonijiet tal-Malti li huma translation bażwija mill-Ingliż jew mit-Taljan.", "Huwa importanti li nikkoreġu ċerti difetti li jkunu qed jiġu osservati għaliex b'hekk jitkisser l-ilsien.", "Jien nagħtih importanza dan għaliex meta wieħed jara l- Lhud, per eżempju, minkejja li għamlu elfejn sena mxerrdin mad-dinja rnexxielhom imorru lura lejn pajjiżhom u jerġgħu jiksbu lura l-ilsien li kienu tgħallmu mill-kotba sagri tagħhom.", "Saħansitra qabbdu kummissjoni, fosthom wieħed trejdjunjonista, ħalli jagħmlu kliem bil-Lhudi għall- affarijiet ġodda li kien hemm bżonn li jissemmew.", "Kull lingwa tieħu minn lingwa oħra, u hawnhekk l-iktar ħaġa li qed tolqotni u nagħtiha importanza hija dwar kif niktbu l-Malti.", "Il-Ġermaniżi rriformaw is-sistema kif jinkiteb il-Ġermaniż biex jagħmluh iktar faċli.", "Fil-computer, li huwa mezz ta' kommunikazzjoni tajba, illum hawn min jagħżel il-fonts Maltin u hawn min ma jagħżilhomx.", "X'jiġri?", "Liema hi t-tajba?", "Jien jidhirli li wasal iż-żmien li nagħmlu bħalma għamlu t-Tedeski li qalu li, per eżempju, id-double \"s\" ma jagħmlux ittra partikolari għall-Ġermaniżi, imma jiktbuha double \"s\" sempliċi.", "Fil-każ tagħna għalfejn iċ-\"ċ\" qiegħda bit-tikka?", "Għaliex m'għadniex niktbu bħalma konna fiż-żmien l-1930, meta ċ-\"ċ\" bl-\"h\" warajha tiġi k. Illum iċ-\"ċ\" hija \"ċ\" u l-\"k\" hija \"k\".", "Imma ħafna kliem jintgħaraf x'inhuwa u rridu naslu biex il-ħżuż tal-Malti ma nagħtuhx iktar importanza mill-ħsus tal- Malti, mis-sentiment tal-Malti.", "F'pajjiż żgħir bħal tagħna, f'komunita` żgħira bħal tagħna m'għandniex ngħidu li jrid ikollok il-Maltese fonts, li ġieli jaħdmu u ġieli ma jaħdmux, għax imbagħad tirċievi e-mail mingħand wieħed li jkun dilettant tal-Malti u minflok iċ-\"ċ\" toħroġ bracket jew xi symbol ieħor u tispiċċa lanqas taf x'ried jgħidlek eżattament.", "Jien nissuġġerixxi li jkun hemm the authorised version tal-lingwa, fejn ma jkunx hemm dawk il-ħżuż partikolari, għaliex issa għadda żmien biżżejjed fuq l-ilsien Malti li jintgħaraf, bħalma l-Ingliżi jagħrfu d-differenza bejn il-kelma \"through\" u l-kelma \"thorough\" u jippronunzjawha b'mod differenti minflok ma jgħidulek li hemm xi regola fissa għal dan.", "Fost affarijiet oħra interessanti li laqtuni f'dan id-diskors huwa dak li ntqal fuq il-MEPA li għadu kemm semmieha l-Onor.", "Silvio Parnis.", "F'pajjiżi oħrajn il-permessi tal-bini jkunu għal affarijiet ta' ċerta sustanza, mhux għal dak li estetikament mhux se jagħmel differenza kbira għax mhux qiegħed fuq barra.", "Veru saru l-GDOs fejn wieħed kemm jinforma lill-awtorità u jaqbad u jagħmel ix-xogħol.", "M'hemmx għalfejn toqgħod tagħmel il-proċedura kollha għall-inqas tentufa.", "L-affarijiet serji għandhom jingħarblu sewwa u jieħdu l-ħin tal-MEPA, imma l-affarijiet l-oħrajn tant ikunu standardised li l-perit ikun jaf fejn għandu japplika u x'għandu jagħmel.", "Per eżempju, fejn jidħlu disinji ta' galleriji, għaliex noqogħdu naqilgħu l-problemi li ma jaqblux ma' ambjent jew ieħor?", "Għallinqas noħorġu numru ta' disinji biex għallinqas jekk waħda ma tkunx aċċettabbli tkun l-oħra u wieħed ikun jista' jibqa' għaddej bix- xogħol.", "Ma jistax ikun li wieħed ikollu mażżra li żżommu milli jkompli bix- xogħol.", "Darba l-prim ministru qal li damu esaġeratament biex ħarġulu permess għal garaxx.", "Jien naf b'każ ta' mara mill-Ħamrun li tawha martirju sħiħ għax għamlet gallerija ta' l-aluminium f'Maitland Street, qisu xi post importanti ħafna!", "Imbagħad quddiem il-block imsejjaħ Rużar Briffa hemm bini tal-gvern bil-gallerija ta' l-aluminium.", "Jenħtieġ li jkun hemm proċeduri fejn iċ-ċittadin u l-perit tiegħu jkunu jafu x'għandhom jagħmlu u ma jgħaddux minn dan il-proċess kollu fuq affarijiet żgħar li m'hemmx verament bżonnu u jiżdiedu l-karti fuq karti u fuq karti, imbagħad permessi li jħallu impatt kbir jispiċċaw jiġu deċiżi qabel ma jiġu deċiżi permessi ta' xogħlijiet żgħar.", "Mr Speaker, nixtieq niġbed l-attenzjoni għal aspett importanti ħafna.", "Xi seba' snin ilu jew iktar, meta tkellimt fuq il-kwestjoni tad-dejn u tad- deficit hawn ġew kienu rrispondewni: Għalfejn qed tibża'?", "Hemm pajjiżi oħrajn li għandhom dejn ikbar minn tagħna u l-proporzjon tad-dejn tagħhom mal-GDP huwa kbir.", "Allura għalfejn għandna ninkwetaw aħna?", "Issa jidher li se nibdew ninkwetaw.", "Naturalment se jkun hemm bżonn li jsiru ċerti restrizzjonijiet u, kif jindika hawnhekk, bilfors irid ikun hemm issikkar taċ-ċintorin.", "Jien nittama li l-issikkar taċ-ċintorin ma jsirx fuq min l-inqas jiflaħ u ħaddieħor ikun paxxut biċ-ċingi!", "Hawn min jinqasam min-nofs meta tissikkalu ċ-ċintorin peress li jkollu żaqqu ma' dahru, imbagħad ikun hawn ħaddieħor li jkun qiegħed paxxut paxxut biċ-ċingi li tagħfaslu kemm tagħfaslu ma tagħmillu xejn għaliex għandu ċ-ċingi jżommulu l-qalziet.", "Dawn l-affarijiet qed ngħidhom tongue in cheek, imma l-verita` hi li qed naħsdu dak li żrajna żmien ilu.", "Seba' snin ilu, meta tkellimt hawn ġew dwar ir-rata allaramanti li biha kien qiegħed jikber id-dejn nazzjonali, kien hemm min qal li jien kont qed inkun irresponsabbli b'dak li kont qed ngħid.", "Illum jidher li dak li kont qed ingemgem fuqu - allavolja għamilt holiday ta' mill-inqas sitt snin u nofs - dawk il-problemi reġgħu ġew ma' wiċċna u issa rrid nara min se jerfa' s-salib ta' dawk il-problemi.", "Mr Speaker, jien nemmen li dan il-parlament se jkollu responsabbilta` kbira f'dak li jkun se jifli u hawnhekk veru għandna dmir lejn iċ-ċittadini.", "Ma naqbilx ma' dak li hawn miktub f'dan id-diskors li għandek il-milja ta' l- indipendenza fl-iżvilupp li se jsir f'pajjiżna f'Mejju ta' l-2004.", "Jekk aħna ngħidu li l-2004 se jkun hemm sharing tas-sovranita`, għallinqas ejjew ngħidu li meta jkollok ħobża u taqsamha bejn tnejn, inti nofs ħobża se jkollok u mhux ħobża sħiħa.", "Jiġifieri l-milja ta' l-indipendenza ma tibqax il-milja ta' l-indipendenza imma x-sharing ta' dik l-indipendenza.", "Imma issa huwa importanti li noqogħdu attenti x'liġijiet jgħaddu mill- parlament, speċjalment enabling laws - u nisħaq fuq dan għax kont nara ħafna liġijiet bħal dawn għaddejjin fil-parlament - għax imbagħad il- ministru jista' jagħmel li jrid bir-regolamenti.", "Bir-rispett kollu, huwa kontra l-Kostituzzjoni tagħna - u din il-kwestjoni kienet qamet ġewwa l- Awstralja - li tagħmel enabling law u mbagħad tħalli s-subsidiary legislation kollha li tkun ta' sustanza, saħansitra f'ċerta materja penali, tgħaddi għand il-ministru.", "Nittama li l-Kostituzzjoni tagħna tibqa' tiġi rispettata għax dan kollu jmur kontra dak li tgħid.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Leo Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President ̧ dak li se ngħid ovvjament mhuwiex riflessjoni ta' l-Eċċellenza Tiegħu l-President tar-Repubblika li għandi kull stima lejh.", "Nibda billi ngħid li kif kien mistenni d-diskors tal- president irrifletta l-programm tal-gvern.", "Din hija konswetudni u mhux qed ngħid li din id-darba partikolari saret xi ħaġa ħażina.", "Li jdejjaqni lili huwa - din hija marda ta' diversi amministrazzjonijiet mhux ta' dan il- gvern biss - li d-diskors tal-President ̧ apparti milli jitkellem dwar programm tal-gvern ikun fih slogans elettorali tal-partit li jkun rebaħ l- elezzjoni u allura nirriduċu lil dan il-parlament qisna qegħdin miġburin fuq il-Fosos jew il-Luxol grounds.", "Dan inaqqas is-serjetà li jista' jkollu speech ta' president f'okkażjoni importanti bħal dan.", "Fil-fehma tiegħi d-diskors tal-President mhux biss kien nieqes mill-viżjoni u mill-miżuri konkreti biex il-gvern jindirizza l-problemi u jisfrutta l- opportunitajiet li għandu quddiemu iżda kien diskors li jkompli jikkonferma kemm sal-lum dan il-gvern ma rnexxielux iżomm u jwettaq il-wegħdiet elettorali tiegħu kif ukoll jilħaq it-targets tad-diversi budgets li ppreżenta l-ministru tal-finanzi tul is-snin.", "L-akbar sfida li jidher li għandu l-gvern hija kif se jwettaq il-wegħdiet li għamel qabel l-elezzjoni li jagħmlu impatt fuq l-ekonomija u s-soċjetà Maltija.", "Jien naħseb li hemm baħar jaqsam bejn l-għanijiet tal-gvern u l-qagħda attwali fil-pajjiż, l- aktar dwar kif ġiet ippreżentata s-sitwazzjoni qabel l-aħħar elezzjoni.", "Dan qed ngħidu partikolarment fl-oqsma tas-servizzi soċjali u tal-finanzi pubbliċi.", "Sur President, il-ftaħir dwar it-tkabbir ekonomiku diġà ġie mtappan mill- aħħar rapport tal-Bank Ċentrali fejn ġew riveduti 'l isfel il-forecasts ekonomoċi għall-kumplament tas-sena.", "F'dawn l-aħħar ġimgħat il-media nnifisha ̧ inkluża dik indipendenti, intebħet li kienet ġiet ingannata dwar il-qagħda attwali fil-pajjiż.", "Fil-fatt ħafna baqgħu sorpriżi bil-figuri li nħarġu għax kienu emmnu ġenwinament il-propoganda tal-gvern, speċjalment is-slogan \"Finanzi fis-sod\".", "Huwa mportanti li l-analiżi tas-sitwazzjoni lokali ssir f'mod kritiku u serju u mhux bħallikieku sejrin għall-kruċjati.", "Din tapplika kemm għan-naħa tal-gvern u anke għan-naħa tagħna bħala oppożizzjoni.", "L-ewforija ta' wara l-elezzjoni issa għaddiet u l-gvern qed jibda jiffaċċja direttament ir-realtajiet tal-ħajja tal-pajjiż.", "Per eżempju ̧ hemm kuntrast bejn id-dikjarazzjoni tad-diskors dwar il-bżonn li nneħħu l-firda jew id-differenzi politiċi u li ebda persuna m'għandha tkun imwarrba mal- mod kif tkellem is-segretarju ġenerali tal-Partit Nazzjonalista dan l-aħħar dwar il-Laburisti fuq il-post tax-xogħol.", "Jien inħoss li llum qegħdin f'sitwazzjoni fejn il-gvern m'għandux għalfejn jibża' mit-trasparenza diment li jkun qiegħed jopera b'mod serju u b'mod kredibbli.", "Naħseb li t- trasparenza m'għandu jibża' minnha ħadd, la l-gvern u lanqas l-oppożizzjoni tal-ġurnata.", "Id-diskors tal-President suppost li kellu juri viżjoni iżda fil-fehma tiegħi kixef aktar dawk l-oqsma li fihom il-gvern innifsu waqa' lura.", "Hemm bżonn li lkoll kemm aħna nħarsu lill hinn mill-aġenda politika tagħna u niffokaw aktar fuq il-ħsebijiet ̧ ix-xewqat u l-ħteġijiet taċ- ċittadini.", "Per eżempju ̧ fil-home visits li għamilt fil-kampanja elettorali rrealizzajt x'baħar jaqsam hemm bejn l-aġenda politika taż-żewġ partiti nfushom u xi jkunu l-concerns, ix-xewqat u l-ħteġijiet taċ-ċittadin innifsu, kemm jekk huwa Laburist, kemm jekk huwa Nazzjonalist kif ukoll jekk inhu indipendenti fil-fehmiet tiegħu.", "Għalhekk jien nemmen li kull wieħed minna hawnhekk għandna r-responsabbiltà kbira li l-kummenti tagħna niżnuhom sew ħalli ma jkomplux ikabbru l-qasma politika fil-pajjiż.", "Pero' ovvjament xorta jibqagħlna d-dritt li nikkritikaw diment li nagħmlu dan b'mod oġġettiv u b'mod kostruttiv.", "Sur President, il-gvern qed jgħid li jixtieq jimxi fuq linji tal- gvernijiet Nazzjonalisti.", "Ovvjament issa sta għalih li jġib il-provi li huwa kapaċi jagħmel dan.", "Ma jistax ikollna sitwazzjoni li ċerti nies ̧ mhux biss Laburisti imma anke nies li għandhom fehmiet kuntrastanti mill-gvern, jiġu trattati bħala ċittadini tat-tieni klassi għax inkella dawn id- declarations of intent ma jkunu jsarrfu xejn anzi jkunu insult għall- intelliġenza ta' kull wieħed u waħda minna.", "Jien naħseb li l-atteġjament tal-gvern huwa importanti għax se jkun qed jikkondizzjona l-klima u l- ambjent anke f'din il-Kamra nnifisha.", "Minn dak li rajt nhar is-Sibt u minn dak li qed nara llum jidher li we are off to a good start u ma jidhirx li hemm klima ta' antagoniżmu, għalkemm kulħadd għandu dritt li jressaq il- fehmiet tiegħu.", "Pero' huwa mportanti li din il-klima tibqa' għaddejja anke fil-ġranet li ġejjin, speċjalment meta jkollna leġislazzjoni ta' natura kontroversjali li tkun taħraq.", "Id-diskors tal-President – hawnhekk qed nirriferi għall-policy tal-gvern jiġifieri mhux qed nikkritika l-President - ħoloq dubji u inċertezzi ġodda dwar il-pensjonijiet u l-liberalizzazzjoni ta' oqsma bħall-Air Malta u t- tarznari.", "Qed insemmi t-tarznari għax huwa veru li kellek task force li kellha tkun bipartisan imma t-task force tat-tarzna ilha moribonda minn ferm qabel l-elezzjoni.", "Suppost il-gvern impenja ruħu li jwettaq ċertu ristrutturar iżda l-informazzjoni li għandi hija li din it-task force ilha ma tiltaqa' minn nofs Frar ta' din is-sena.", "Għalhekk jidher li ma kienx hemm impenn biex it-task force verament tkun għodda effettiva kif suppost kellha tkun.", "Din aktar kienet kwestjoni ta' lip-service milli xi ħaġa li l- gvern ġenwinament emmen fiha.", "Informazzjoni li għandi wkoll hija li lanqas il-management tat-tarzna nnifsu ma jemmen f'dan ir-ristrutturar previst għaliex naqas li jiggarantixxi lit-task force jekk dan l-għan kienx se jintlaħaq.", "Dan huwa ħażin għax sal-lum kulma kellna kienu sempliċement early retirement schemes u ma kienx hemm skemi effettivi biex jindirizzaw il-problemi tar-restructuring tat-tarzna.", "Hemm bżonn nitkellmu b'mod serju, kalm u oġġettiv mingħajr ma nirrinunzjaw għall-impenn tagħna li nżommu sodi u nirreżistu b'metodi demokratiċi jekk il-gvern jipprova jirrombla minn fuqna.", "Jien mhux qed ngħid li l-gvern qed jagħmel hekk anzi nawgura li ma jagħmel hekk fl-ebda stadju ta' din il- leġislatura.", "GĦandna ħafna sfidi quddiemna li huma marbutin ma' l-adeżjoni prospettiva ta' Malta fl-Unjoni Ewropea pero' għandna wkoll sfidi li jmorru lil hinn minn hekk.", "Hawnhekk qed nirriferi għall-isfidi ta' globalizzazzjoni u għall-isfidi tas-soċjetà ta' l-informatika li għandna bżonn insawru flimkien.", "Per eżempju ̧ huwa mportanti li t-targets nipprovaw nilħquhom u mhux nirrikorru għal creative accounting.", "Sa ftit ilu din l- akkuża konna nagħmluha aħna l-membri ta' l-oppożizzjoni biss imma llum jekk taqra l-editorjali tal-\"Business Weekly\" ssib li anke din qed tallega li l-gvern qiegħed jirrikorri għal creative accounting u dan huwa ħażin.", "Nixtieq insemmi wkoll l-enforcement tal-liġijiet.", "Ovvjament jien mhux qed nirriferi biss għal dawk il-liġijiet relatati ma' l-Unjoni Ewropea pero' ta' min igħid li l-enforcement record in ġenerali tal-liġijiet f'Malta - mhux qed ngħid għall-gvern Nazzjonalista biss - mhuwiex wieħed qawwi.", "Il-President elenka diversi proġetti li jew waqgħu lura jew s'issa baqgħu fuq id-drawing board u dan huwa nuqqas ta' ċertifikat pożittiv għall- gvern tal-ġurnata.", "Għalkemm jien żgur m'għandix kwalitajiet profetiċi jibqa' l-fatt li l-qagħda attwali tal-finanzi tidher eqreb lejn kif kien qed ipinġiha l-Partit Laburista fil-kampanja elettorali milli kif qed ipinġiha l-gvern Nazzjonalista fl-istess kampanja.", "Dan ġie kkonfermat mill- figuri ppublikati dan l-aħħar mill-NSO nnifsu – dan juri kemm kellna raġun fil-kritika tagħna - fejn ħareġ ċar li d-deficit mhux talli ma tjiebx talli mar għall-agħar filwaqt li d-dejn kompla jirranka.", "Illum saħansitra ġejna fis-sitwazzjoni fejn morna lura għall-qagħda inkwetanti tas-sena 1996.", "Per eżempju, spiċċa ż-żmien li jiġi l-ministru, kemm fil-parlament u kemm barra l-parlament, jiftaħar li fil-finanzi pubbliċi qabad il-barri minn qrunu u li l-finanzi pubbliċi qegħdin on track.", "Dawn iż-żewġ slogans jew cliches m'għadniex nisimgħuhom.", "Ikun interessanti wkoll li nkunu nafu x'kienu l-impressjonijiet li ħadu dan l-aħħar il-membri ta' l-International Monetary Fund, li naf li kienu Malta, u anke kif qed iħarsu lejna l-credit rating agencies li qegħdin jgħassu l-iżviluppi ekonomiċi jew finanzjarji ta' pajjiżna.", "Meta aħna l-Laburisti pprovajna npinġu l-qagħda tal-pajjiż b'mod realistiku ġejna kkritikati mill-ministru tal-finanzi ta' dakinhar li huwa wkoll il- ministru tal-finanzi tal-lum li konna downers pero' l-fatti wrew li dan ma kienx veru.", "Il-partit Laburista ġie mgħajjar b'dilettantiżmu iżda issa ħareġ li jekk kien hemm xi ħadd nieqes mill-immaniġġjar professjonali ma kenitx in-naħa tal-partit Laburista imma kienet in-naħa tal-partit fil- gvern.", "Hemm imbagħad ċerti affarijiet u kummenti fid-diskors tal-President li jitolbu xi forma ta' spjegazzjoni.", "Per eżempju ̧ għaliex għal kważi 40 sena mill-Indipendenza 'l hawn il-gvern kellu jagħmel speċi ta' ammissjoni li ma kienx kapaċi jilħaq l-ideal tad-demokrazija vera?", "Naħseb li dan huwa insult għal kull gvern li kellha Malta mill-Indipendenza sal-lum.", "Per eżempju, x'passi konkreti qed jiġu kkontemplati min-naħa tal-gvern biex ikollna soċjetà verament inklużiva?", "Naħseb li din hija xi ħaġa li jixtequha ż-żewġ partiti ewlenin Maltin.", "X'kien qed iżomm lill-gvern milli jimplimenta ċerti liġijiet li kien għadda mill-Parlament qabel l- elezzjoni?", "Jien nissusspetta li l-gvern kien qiegħed jistenna l-elezzjoni tgħaddi qabel ma jgħaddi għall-istadju ta' l-enforcement.", "Dan rajnih, per eżempju, fil-qasam tal-finanzi għax filwaqt li aħna bħala partit Laburista ġejna mgħajjrin li konna qed nirrikorru għall-gimmicks, qabel l-elezzjoni l- gvern kien qed jagħti tax refunds u ħafna maħfriet ġenerużi ta' ħafna penali tal-VAT li f'ċerti ċirkostanzi ġew ridotti b'90%.", "Issa li għaddiet l-elezzjoni qed naraw ħafna negozjanti u self-employed li qed jinħarġulhom mill-income tax department default notices għall-payee or national insurance anke li waqgħu lura din is-sena stess.", "Jien mhux qed ngħid li dak li jkun għandu jkomplu jevadi t-taxxa, far from it, imma l-fatt li dawn l-affarijiet qed isiru issa li għaddiet l-elezzjoni juri l-element ta' electioneering li kien qed isir meta kienet ġejja l-kampanja elettorali.", "Ma rridux ninsew ukoll il-wegħda elettorali tal-gvern li beħsiebu jkompli jnaqqas il-piż ta' l-income tax.", "Dan qed ngħidu b'ġenwinità għax ma nafx jekk il-qagħda finanzjarja tal-pajjiż hux se tippermettilu jagħmel dan.", "Fid-diskors tiegħu I-President tkellem ukoll dwar programmi għall-job seekers.", "Din hija xi ħaġa tajba imma naħseb li meta għandek ċertu livell ta' qgħad fil-pajjiż il-gvern għandu jkun il-katalista biex jistimula l- ħolqien ta' impjiegi ġodda produttivi fis-settur privat.", "Hawnhekk mhux qed nirriferi għal jobs mal-gvern, għalkemm ħafna nies iridu dawn il-jobs.", "Issa se niġi għall-EMU.", "Jien skantajt li fid-diskors tiegħu l-President qal li l-EMU tfisser European Monetary Union meta fir-realtà EMU tfisser Economic and Monetary Union.", "Fil-fatt kont nippretendi li l-EU directorate ma kellux jiżgwida lill-President meta kitiblu din il-parti tad-diskors tiegħu.", "Sur President, jien naqbel li l-evażjoni tat-taxxa għandha tiġi kkumbattuta imma l-mod ta' kif saret ir-riferenza għall-evażjoni tat-taxxa tikkonferma żewġ affarijiet; waħda li t-Tax Compliance Unit ma kenitx effettiva daqskemm suppost u t-tieni li dak li ilna nallegaw aħna bħala oppożizzjoni li l-ħut il-kbir ma rnexxielux jinqabad fil-jiem ta' qabel l- elezzjoni kien veru.", "Fil-fatt kellna informazzjoni li ma ġietx miċħuda min- naħa tal-gvern li peress li kienet ġejja l-elezzjoni, it-Tax Compliance Unit saħansitra kienet qed tuża go-slow approach biex ma tirfisx ċerti kallijiet.", "Insibha diffiċli biex nirrikonċilja l-ħtieġa tal-gvern li jikkontrolla n- nefqa pubblika ma' l-impenn li jiftaħ aktar ambaxxati.", "Jien mhux qed ngħid li m'għandux ikollna ambaxxati imma naħseb li għandu jkun hemm ċertu rationalisation u m'għandniex niftħu ambaxxati bl-addoċċ sempliċiment ma' kull pajjiż ta' l-Unjoni Ewropea meta jidher li mhux se tkun xi ħaġa reċiproka min-naħa tagħhom fir-rigward tagħna.", "Dan qed ngħidu mingħajr ma nxellef il-bżonn ta' intensifikar ta' kuntatti diplomatiċi li Malta għandha bżonn bħala pajjiż li se jidħol fl-Unjoni Ewropea.", "Qabel nagħlaq irrid ngħid li l-bewsa tal-mewt fid-diskors kollu tal- President sibtha fl-ammissjoni finali tal-President meta tkellem dwar it- traskuraġni fl-amministrazzjoni tal-pajjiż, dwar in-nuqqas ta' ħsieb, dwar l-għajja, dwar l-għażż u dwar ħafna affarijiet li kif qal testwalment qed jitgħawwġu, jitbielu u anke jixxattru.", "Inħoss li l-konklużjoni tad- diskors tal-President huwa ċertifikat ħaj u konferma ċara fejn hemm elenkat ir-raġunijiet għalfejn il-partit Nazzjonalista ma jixraqlux li jkun fil- gvern, għalkemm għandu mandat ċar.", "Jien mhux nikkontesta l-mandat li għandu, kif m'iniex nikkontesta l-mandat li għandu li jdaħħal lil Malta bħala membru sħiħ fl-Unjoni Ewropea.", "Pero' naħseb li kien żball tattiku li d-diskors tal-President kellu jagħlaq bl-islogan ta' rebbiegħa ġdida li ntuża fil-meetings tal-partit Nazzjonalista.", "Fl-istess ħin ikun tajjeb li wieħed jgħid ukoll li l-President tkellem dwar rebbiegħa ġdida proprju meta r-rebbiegħa tinsab riesqa lejn it-tmiem tagħha.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Michael Frendo.", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Sur President ̧ naħseb li lkoll nafu li d- diskors tal-President huwa diskors li fih ikun hemm il-linji ġenerali tal- gvern.", "Għalhekk filwaqt li nixtieq nagħmel xi kummenti dwar dan id-diskors nixtieq nagħmel ukoll riferenza għal tliet aspetti.", "Pero' qabel xejn nixtieq ngħid li waħda mill-affarijiet l-aktar importanti fid-diskors tal- President hija d-dikjarazzjoni ċara li l-gvern qed ifittex li jkollna soċjetà inklużiva u li jkollna wkoll metodu ta' tmexxija inklużiv.", "Naħseb li din hija xi ħaġa ta' importanza kbira għaliex tfisser li f'pajjiżna l- gvern qiegħed ikompli miexi fuq l-esperjenza pożittiva li kellu fis-snin li għaddew, partikolarment fil-proċess biex Malta daħlet fl-Unjoni Ewropea, fejn l-inklużivita` u l-parteċipazzjoni, anke tas-soċjetà ċivili, ingħatat importanza speċjali.", "Mid-diskors tal-President jidher li f'dawn il-ħames snin li ġejjin se jkollna enfasi kbira fuq dan.", "Nemmen li primarjament dan għandu jiġi estiż f'dan il-parlament biex il-membri parlamentari kollha, inkluż il- membri parlamentari ta' l-oppożizzjoni, jingħataw l-importanza neċessarja għax il-governance ta' pajjiżna mhuwiex magħmul biss mill-gvern imma huwa magħmul ukoll minn dan il-parlament li fih jiltaqgħu flimkien id- diversi ideat tal-forzi politiċi kollha tal-pajjiż.", "Sur President ̧ irrid nitkellem fuq tliet aspetti li fil-fehma tiegħi huma trasversali għall-ħames oqsma li ġew imsemmija fid-diskors tal-President.", "L-ewwel punt li nixtieq nitkellem fuqu huwa l-ambjent.", "Inħoss li l-ambjent huwa fuq nett fl-aġenda nazzjonali u issa li Malta se tissieħeb fl-Unjoni Ewropea għandu importanza u urġenza ta' natura nazzjonali.", "Fid-diskors tal-President hemm li l-ambjent għandu dejjem jiġi bbażat fuq il-prinċipju ta' l-iżvilupp sostenibbli.", "Illum dan il-prinċipju huwa aċċettat internazzjonalment u naħseb li huwa importanti li nenfasizzaw li fl- ambjent il-prinċipju ta' sostenibilita` ta' l-iżvillupp għandu jmexxina l- ħin kollu.", "Fil-fehma tiegħi minbarra l-kwestjoni ta' l-iskart u l-importanza li nħarsu l-ibħra tagħna, waħda mill-aktar affarijiet kruċjali li għandna quddiemna fil-qasam ta' l-ambjent hija l-issue tat-tinġis ta' l-arja.", "Fil-fatt dan ħareġ ukoll mir-rapport dwar l-istat ta' l-ambjent f'Malta.", "Naħseb li din hija kruċjali għall-qasam tas-saħħa f'pajjiżna u hija xi ħaġa li tolqot kull aspett ta' l-attivita` ekonomika u soċjali tagħna.", "Naħseb li hawnhekk irridu ninkludu wkoll il-qasam tat-trasport għax nafu li l-vetturi, partikolarment il-vetturi privati, huma fil-qalba tal-problema.", "F'dan il- pajjiż irridu nifhmu li l-użu tal-vetturi huwa sors ta' tinġis serju f'pajjiżna u allura huwa mportanti li nħarsu lejn x'jista jsir f'dan il- qasam.", "Fil-fatt id-diskors tal-President jagħmel riferenza għal dan ukoll u jgħid li l-gvern għandu jagħti l-eżempju bl-użu ta' karozzi li jaħdmu bl-elettriku.", "Nafu li dan l-aħħar kien hemm diversi pajjiżi li ħarsu lejn dan l-aspett.", "Fil-fatt f'April ta' din is-sena, jiġifieri xahar ilu, fl-Islanda ġie inawgurat l-ewwel stazzjon tal-fuel li minbarra petrol u diesel jagħti wkoll hydrogen.", "Ta' min igħid li se jsiru esperimenti minn diversi produtturi tal-karozzi biex dan ikompli jsir.", "Naturalment dak li japplika għall-Islanda mhux neċessarjament japplika għalina pero` fil-fehma tiegħi huwa mportanti ħafna li aħna nużaw fuels li huma ta' natura ambjentali.", "Per eżempju, f'pajjiżi oħrajn il-vetturi tat-trasport pubbliku li jinkludu taxis ̧ coaches u buses jużaw fuel bħalma huwa l-liquid petroleum gas li huwa fuel nadif.", "Għalhekk fil-fehma tiegħi rridu naraw li f'dawn il- ħames snin l-eżempju li ssemma fid-diskors tal-President jiġi estiż għax l- issue tat-tinġiż ta' l-arja hija issue ta' importanza nazzjonali u ta' urġenza għal pajjiżna.", "Sur President ̧ naħseb li waħda mill-affarijiet li rridu nħarsu lejha fil- qasam ta' l-ambjent hija l-possibbilta` ta' sistemi ta' mass transit.", "Jien naħseb li din hija xi ħaġa li trid tiġi studjata sewwa.", "Ħafna pajjiżi żgħar irrealizzaw li jekk jagħmlu sistemi ta' mass transit il- popolazzjoni tagħhom tkun tista' tivvjaġġa minn post għal ieħor mingħajr tbatija u dan ifisser li aktar nies jużaw is-sistemi pubbliċi.", "Per eżempju, id-diskors tal-President isemmi titjib fis-sistema tal-buses pubbliċi f'dan il-pajjiż imma ladarba il-buses ġodda mhumiex se jservu 50 sena bħal dawk tal-lum allura minn issa rridu naħsbu biex niżviluppaw sistemi li jagħmluha aktar faċli biex in-nies jużaw it-trasport pubbliku.", "Hawnhekk nixtieq nagħmel riferenza għall-possibbilta` ta' tram u ta' sistema ta' trasport underground.", "Dawn huma affarijiet li hawn min jista' jaħsibhom prematuri għall-pajjiż imma naħseb li l-istudji u l- azzjoni fuqhom mhuwiex prematur.", "Naħseb li din hija waħda mit-tasks li għandu jkollna quddiemna f'dawn il-ħames snin li ġejjin għaliex nemmen li din għandha effett mhux biss fuq l-ambjent imma għandha effett ukoll fuq il- produttivita`.", "Fil-fatt ħafna sigħat ta' produttivita` qed jintilfu għax wieħed idum ħafna biex imur minn post għal ieħor.", "Minkejja t-titjib fit- toroq tagħna l-użu tal-vetturi privati qed iwassal biex ħafna drabi jkollna ħafna konġestjonijiet ta' traffiku u allura jkun tajjeb li nikkonsidraw ukoll il-vantaġġ ekonomiku li jkollok minn sistema ta' mass transit li tiffaċilita t-trasport f'pajjiżna.", "It-tieni aspett li nixtieq nitkellem fuqu huwa l-aspett ekonomiku ̧ partikolarment dak li jirrigwarda l-esportazzjoni.", "Nafu li f'dan il-pajjiż għandna drive kbira biex ikun hawn aktar esportazzjoni u biex jiġu megħjuna l-intrapriżi ż-żgħar ħalli dawn jesportaw u jsibu swieq barra minn pajjiżna u fil-fehma tiegħi din hija waħda mill-miri u mill-isfidi li għandna.", "Fil-fatt qabel ix-xogħol kien isir mill-METCO u issa qed isir mill-Malta Enterprise.", "Din hija sfida kbira għaliex naħseb li rridu niddiversifikaw aktar in-natura tal-prodotti tagħna li nesportaw.", "B'hekk il-figuri ta' l-esportazzjoni ta' dan il-pajjiż ma jkunux marbutin ma' xi settur partikolari jew ma' xi fabbriki partikolari imma kemm jista' jkun ikun hemm diversifikazzjoni għaliex strutturalment din dejjem issaħħaħ l- ekonomija tagħna.", "Naħseb li għandna nittekiljaw dan il-qasam bl-akbar enerġija għaliex fil-fehma tiegħi rridu nkomplu nsaħħu s-suċċessi li saru f'dan il-qasam u rridu nkomplu nestenduhom biex aktar intrapriżi żgħar u aktar intrapriżi ta' daqs medju jkollhom il-possibbilta` li jesportaw.", "Dan huwa mportanti għax issa l-Unjoni Ewropea se tiftħilna mhux biss is-suq Ewropew imma wkoll swieq ġodda li hi għandha ftehim kummerċjali magħhom.", "Għalhekk naħseb li għandu jsir kull sforz biex permezz ta' l-esportazzjoni nsaħħu l-attivita` ekonomika u l-mod kif topera l-industrija tagħna.", "It-tielet punt li nixtieq insemmi huwa li huwa veru li qegħdin fil-bidu ta' rebbiegħa ġdida u ma naqbilx ma' l-Onor.", "Leo Brincat li din ir- rebbiegħa waslet biex tispiċċa.", "Din ir-rebbiegħa għadha fil-bidu tagħha meta nikkonsidraw li pajjiżna se jsib postu b'mod sħiħ fl-Unjoni Ewropea.", "Din ir-rebbiegħa trid tkompli tissaħħaħ billi aħna naħdmu lkoll ħalli minn din is-sħubija nagħmlu suċċess.", "Ovvjament hawnhekk mhux biss qed ninkludi l-membri kollha min-naħa tal-gvern imma qed ninkludi wkoll lill- membri kollha min-naħa ta' l-oppożizzjoni għaliex l-għażla ċara tal-poplu Malti hija li Malta ssir membru ta' l-Unjoni Ewropea u l-oppożizzjoni mpenjat ruħha li tirrispetta l-għażla li għamel il-poplu.", "Fil-fatt l- Onor. Leo Brincat għamel statement ċar – u hekk għandu jkun – li dan huwa gvern li għandu mandat ċar biex idaħħal lil Malta fl-Unjoni Ewropea u allura fil-fehma tiegħi għandha tkun il-mira ta' kull membru parlamentari f'dan il-pajjiż ̧ f'ġieħ il-progress ta' pajjiżna, li jagħmel suċċess mis- sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea.", "Naturalment hemm diversi sfidi biex dan isir.", "Għalhekk bħala membri parlamentari rridu nassiguraw li l- Parlament tagħna jagħti s-sehem tiegħu.", "Naturalment il-gvern għandu wkoll l-isfida tal-koordinament tad-diversi ministeri u tad-diversi xogħlijiet li jridu jsiru u m'għandix dubju li se jsir l-isforz kollu neċessarju, bħalma sar meta kienu għaddejjin in-negozjati għad-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, biex nassiguraw li pajjiżna jagħmel qabża ta' kwalita` kbira, biex pajjiżna jibda fuq livell aktar għoli, biex pajjiżna jkompli jtejjeb il-mod ta' l-għajxien taċ-ċittadini tiegħu bħalma ġara fil-pajjiżi membri l- oħra u biex pajjiżna jieħu postu u jagħmel suċċess mis-sħubija.", "Wara kollox dan huwa suċċess li ma jaffettwax lilna biss imma jaffettwa wkoll il-ġenerazzjonijiet ta' warajna.", "Sur President, jien nemmen li biex dan ikun jista' isir hemm bżonn li ż- żewġ naħat tal-Kamra jaħdmu flimkien f'isem pajjiżna u li kulħadd jagħti l- kontribut tiegħu.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Insejjaħ issa lill-Prim Ministru biex, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Sur President, nipproponi l-aġġornament tal- Kamra għal nhar it-Tlieta, 27 ta' Mejju 2003, fis-6:00 pm b'din l-agenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Indirizz b'risposta għad-diskors tal-President ta' Malta - Kontinwazzjoni.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "Is-Segretarju Parlamentari Francis Agius.", "ONOR.", "FRANCIS AGIUS (Segretarju Parlamentari): Sur President, bi pjaċir kbir se nkun proprju jiena li se nagħmel l-ewwel aġġornament ta' din il- leġislatura ġdida.", "Il-klima li hawn bejn iż-żewġ naħat hi tassew klima ġdida u diġa` għandna awgurju tajjeb għall-futur għax din id-darba, il- Kamra uriet fiduċja sħiħa fis-Sedja u minn hawn jiena nawgura l-ħidma t- tajba kemm lis-Sedja u kemm il-parlamentari taż-żewġ naħat.", "Sur President, jiena nwiegħed li fix-xogħol tiegħi kemm bħala deputat u issa anke bħala segretarju parlamentari - għax jiena wkoll iċċaqlaqt mill- backbench għall-front bench – jiena se nagħti l-kontribut sħiħ tiegħi biex f'din il-Kamra, kemm id-diskors kif ukoll l-imġieba tagħna tkun mill-aħjar sabiex fl-aħħar mill-aħħar joħroġ l-aktar ġid possibbli minn din l- istituzzjoni u l-poplu tagħna jimmatura aktar politikament u jagħraf li dawk in-nies li hu għażel huma l-aħjar nies li jirrappreżentawh kemm fuq livell lokali u kemm fuq livell internazzjonali.", "Dan qed ngħidu għax issa pajjiżna miexi b'ritmu mgħaġġel biex ikun parti minn sistema parlamentari ferm akbar minn dik ta' Malta u hawn qed nirreferi għall-Parlament Ewropew.", "Bħal-lum sena, pajjiżna jkun wasal biex jagħżel il-membri parlamentari Ewropej tiegħu b'mod demokratiku għax l- osservaturi li hemm bħal issa ntgħażlu b'nominazzjoni min-naħa tal-partiti.", "Bħal-lum sena pajjiżna jkun uffiċjalment membru ta' l-UE u dan ifisser li se tiżdied ir-responsabbilta` tad-deputati parlamentari Maltin.", "Issa, aktar minn qatt qabel, dawn għandhom jaraw li jkollhom imġieba tajba u jgħidu dak kollu li għandhom jgħidu mingħajr biża` jew favuri kif inhu d-dmir ta' kull rappreżentant tal-poplu.", "Ir-ringrazzjament tiegħi fil-bidu ta' dawn is- sett ta' aġġornamenti bilfors irid imur lejn l-elettorat u lejn dawk kollha li ħadmu fl-elezzjoni ġenerali u kkontribwixxew biex f'pajjiżna sseħħ u ssaltan id-demokrazija.", "F'dan l-aġġornament jiena nixtieq nagħti update tas-sitwazzjoni fil-qasam li jiena ġejt inkarigat bih, cioe` l-qasam ta' l-anzjani u tal-persuni b'diżabilita` pero` minkejja dan, jiena ma rridx niffoka biss fuq dawn l- aspetti mingħajr ma nsemmi ċerti aspetti importanti oħra fil-politika soċjali li jiena nħossni responsabbli minnhom ukoll.", "Sur President, jiena nħares lejn il-qasam tal-politika soċjali bħala qasam ta' importanza assoluta u dan hu rifless kemm fil-valuri tal-partit li jiena nirrappreżenta f'dan il-parlament u anke fil-valuri ta' l-oppożizzjoni.", "Dan l-aspett tal-politika soċjali jkun miżmum tajjeb biss minn ekonomija b'saħħitha u minn amministrazzjoni tajba li tkun iggwidata minn valuri sodi.", "Jekk ma jiġrix hekk, jinħolqu ċerti klassijiet u qasmiet fis-soċjeta` Maltija li żgur ħadd minna ma jrid li jsiru, la fil-qasam ta' l-anzjani, la fil-qasam ta' nies b'diżabilita` u lanqas fil-qasam tan-nies bi dħul baxx jew ta' nies li l-edukazzjoni tagħhom ma tkunx laħqet ċertu livell.", "L-iskop ewlieni ta' kull gvern huwa li ma jħallix lil dawn il-gruppi jaqgħu lura imma jaħdem ħalli dawn ikomplu fil-mixja tagħhom lejn il-progress.", "Dan il- parlament huwa l-post fejn għandna ngħaddu liġijiet - kif se ngħaddu f'dawn il-ħames snin li ġejjin skond il-programm tal-gvern - sabiex dawn il- qasmiet ma jseħħux f'pajjiżna.", "F'dawn l-ewwel 40 ġurnata ta' ħidma tiegħi, jiena diġa` kelli okkażjoni nattendi konferenza ġewwa Spanja dwar il-persuni b'diżabilita`, liema konfereza kellha bħala sponsors prinċipali l-Council of Europe.", "F'dawn it- tip ta' konferenzi jipparteċipaw il-ministri li jkollhom ċerta speċjalita` fis-settur in kwistjoni li f'dan il-każ kien dwar nies b'diżabilita`.", "Din kienet it-tieni konferenza li saret fuq dan is-suġġett.", "L-ewwel waħda kienet saret fl-1991 ġewwa Pariġi fejn il-ministri minn 44 pajjiż ġewwa l- Kunsill ta' l-Ewropa u li kienu responsabbli minn dan il-qasam iltaqgħu ma' dawk min-numru ta' pajjiżi osservaturi bħall-Kanada, il-Messiku, l-iStati Uniti, Israel u l-Ġappun sabiex jagħtu ħarsa 'l quddiem ta' kif għandhom jitfasslu l-policies f'dan il-qasam partikolari.", "Sur President, 12-il sena ilu, l-awareness fuq il-persuni b'diżabilita` kienet għadha pjuttost lura komparata ma' kif inhi fil-preżent.", "F'ħafna pajjiżi qegħdin iħarsu lejn l-integrazzjoni u l-inklussivita` tal-persuni b'diżabilita` f'kull instituzzjoni tas-soċjeta` tagħna, kemm dik edukattiva, kemm dik tax-xogħol u kemm dik rikreattiva.", "Din il-konferenza qed tħares lejn l-għaxar snin li ġejjin f'dak li huwa tfassil ta' politika għal persuni b'diżabilita` u tajjeb li jingħad li f'ħafna pajjiżi nkluża Malta, diġa` hemm leġislazzjoni dwar dan.", "F'dan il- parlament għaddejna l-liġi dwar persuni b'diżabilita` bħala l-ewwel liġi ta' dan il-millennju pero` bħalma dejjem ngħidu, mhux x'hemm miktub l- importanti imma x'jitwettaq fil-prattika għax dan huwa dak li se jaffettwa l-persuni b'diżabilita`.", "Kien rikonoxxut, per eżempju, ir-rwol importanti ta' l-organizzazzjonijiet volontarji f'pajjiżna u fuq quddiem żgur li wieħed ma jistax ma jsemmix il-Knisja u l-għaqdiet volontarji li ħarġu minnha.", "Ovvjament, ir-rwol tal-gvern jibqa' dejjem ċentrali speċjalment fejn jidħol l-iffinanzjar.", "Kif nafu s-sistema ta' tassazzjoni f'pajjiżna tipprovdi għal numru ta' servizzi pero` sfortunatament m'hemmx mod kif inkunu nafu kemm qegħdin nonfqu f'dan il-qasam partikolari ras imb' ras f'pajjiżna jew perċentwali ta' dan fuq l-ispiża nazzjonali.", "Ikun tajjeb kieku dawn il-figuri jibdew joħorġu u nkunu nafu wkoll b'liema mod u fuq liema aspetti qegħdin nonfquhom.", "Din il-konferenza qed tħares lejn kif dawn il-liġijiet - partikolarment għal pajjiżna, il-liġi li għaddejna fis-sena 2000 - se jkunu attwati għax għalxejn li jkollna bil-kitba, il-konċetti ta' l-edukazzjoni inklussiva u ta' l-equal opportunities f'dak li huwa mpjieg jekk dawn fil-fatt ma jseħħux fir-realta`.", "In-numru ġmielu ta' nies b'diżabilita` fir- rappreżentanza Maltija juri l-involviment ta' dawn l-istess nies biex jiġġieldu għad-drittijiet tagħhom.", "Wieħed irid jgħaddi minn din l- esperjenza biex jifhem eżattament kemm huwa importanti f'dan il-qasam li dawn l-istess persuni jkollhom iċ-ċans jirrappreżentaw il-bżonnijet tagħhom.", "Naħseb li f'dan il-qasam, tagħmel kemm tagħmel qatt m'huwa biżżejjed.", "Dan hu qasam mhux biss sensittiv mil-lat emozzjonali imma hu wkoll sensittiv minħabba d-diffikultajiet kontinwi mhux biss fiżiċi imma ħafna drabi psikoloġiċi wkoll li dawn in-nies jiltaqgħu magħhom meta jiġu biex jagħmlu xi interview għal xi xogħol jew meta jitolbu xi drittijiet.", "Minħabba din id-diffikulta` kollha, aħna għandna naħdmu sabiex inwettqu dawk il-liġijiet li diġa` qbilna fuqhom.", "Sur President, jidher li se jkun hemm bżonn ta' emendi fil-liġi li diġa` għamilna biex din titjieb għall-ġid ta' dawn in-nies.", "Il-qasam l-ieħor ta' importanza kbira f'pajjiżna, speċjalment minħabba n- numru kbir tiegħu, hu dak ta' l-anzjani.", "Aktar ma jgħaddi ż-żmien, aktar in- numru ta' anzjani f'pajjiżna jikber u konsegwentament aktar qed ikun hawn nies dipendenti.", "Hawn nieħu l-okkazjoni biex insellem lil dawk kollha li ħadmu, speċjalment is-segretarji parlamentari, f'dan il-qasam.", "Nibda biex insellem lill-Prof.", "Rizzo Naudi li kien il-pijunier f'dan il-qasam meta fl- 1987 kien dehrlu li kien wasal iż-żmien biex dan il-qasam ikollu segretarjat parlamentari.", "Insellem ukoll lill-Onor.", "Antoine Mifsud Bonnici li għamel żmien mhux ħażin jaħdem tajjeb f'dan is-settur u anke lil Dr. Louis Buhagiar li kien responsabbli minn dan il-qasam fi żmien il-gvern Laburista.", "Dawn in-nies flimkien ma' l-istaff f'dan id-dekasteru ħadmu sabiex illum għanda servizzi ta' livell tajjeb fil-qasam ta' l-anzjani.", "Iċ-challenges li għandi jiena huma kbar f'dan is-settur huma kbar pero` kif għedt lill-Prim Ministru meta tani din il-kariga importanti, jiena dieħel f'qasam fejn il-Gvern għamel ħafna suċċessi pero` dan żgur li mhux se jaqtagħli qalbi, anzi jqawwini.", "Mill-esperjenza li għaddejna minnha, esperjenza li issa tkopri mill-1987 'l hawn, wieħed jitgħallem li s- servizzi li jiġu stabbiliti mill-gvern, għandhom ikunu sostenibbli għax aħna lkoll nafu li d-domanda għal servizz tiżdied malli l-istess servizz jidħol fil-pajjiż.", "Waħda mill-affarijiet importanti li rrid nara hija li s-servizzi jkunu mifruxa mal-pajjiż kollu b'mod ekwu u li s-servizzi jintużaw minn min verament għandu bżonnhom.", "Il-gvern huwa kommess li jtejjeb dan il-qasam u bl-ebda mod m'hu se jnaqqas xi servizzi minn dawn li semmejt.", "Naf li din m'hijiex kompetenza diretta tiegħi imma kif diġa` għedt, jiena segretarju parlamentari fil-qasam tal-politika soċjali u ovvjament dejjem sejjer nitkellem favur il-fatt li l-pensjonijiet ta' l-anzjani tagħna għandhom ikunu mħarsa b'mod li l-ekonomija tagħna tkun tiflaħ dan il-piż.", "Għal din ir-raġuni, il-gvern se jaħdem biex l-ekonomija tagħna tkun waħda b'saħħitha u proprju minħabba hekk għaddejjin minn fażi ta' ristrutturazzjoni għax jekk timxi bil-għaqal f'settur - hawnhekk, per eżempju, qed nirreferi għal qasam tat-tarznari - tkun tista' timxi 'l quddiem f'settur ieħor li jħalli dividends aħjar li minnhom jgawdi l-poplu kollu.", "F'dan il-qasam irrid indaħħal l-element tal-prevenzjoni.", "Is-servizzi tal- prevenzjoni huma importanti sabiex ma nħallux l-anzjan jilħaq livelli ta' deterjorament li jistgħu jiġu evitati.", "Dan għandu jsir għax jagħmel sens kemm mil-lat finanzjarju imma speċjalment, mil-lat uman sabiex ma nħallux l- anzjan ibati tbatija żejda.", "Insemmi bħala eżempju l-memory clinics li aħna qed nippjanaw biex nkomplu ntejbu u nsaħħu.", "Jiena qed naħdem ukoll biex fid-dipartiment ikollna dak li qed insejjaħlu prevention policy and planning unit għax hu importanti li d-dipartiment ikollu t-tagħrif kollu meħtieġ fuq kull anzjan.", "Dan ikun tagħrif fuq il- bżonnijiet u s-servizzi li kull anzjan għandu jew jaf ikollu bżonn fil- futur.", "Mingħajr dan it-tagħrif ma tistax tippjana tajjeb is-servizzi fil- lokalitajiet.", "Sur President, f'dawn l-ewwel ġranet ta' ħidma tiegħi kelli okkażjoni nżur numru ta' day centres.", "Ilna ngħidu li hu importanti li l-anzjani tagħna jibqgħu jgħixu fil-komunita` sa kemm hu possibbli pero` bil-kliem kollox faċli.", "Fir-realta`, is-soċjeta` Maltija miexja b'ħeffa kbira lejn l-individwaliżmu.", "Qegħdin ngħixu f'soċjeta` fejn kulħadd jaħdem sigħat akbar u sfortunatament dan qed iwassal biex ikun hawn anqas attenzjoni u rispett lejn l-anzjani li tant ħadmu għalina fil-passat.", "Għalhekk il- gvern, l-għaqdiet volontarji u l-Knisja jridu jaħdmu iżjed f'dan is-sens.", "Fortunatament qegħdin jidhru aktar nies b'vokazzjoni li jgħinu u hawnhekk nappella liż-żgħażagħ tagħna biex iħarsu lejn karriera f'dan il-qasam għax dan it-tip ta' xogħol - kemm fid-dipartiment tal-kura ta' l-anzjani, kemm fid-dipartiment ta' persuni b'diżabilita` u kemm fil-qasam soċjali in ġenerali - joffri sodisfazzjon enormi għax dawn ikunu qed jgħinu lill- proxxmu.", "Barra minn hekk dawn ma jridux imorru barra minn Malta.", "Sur President, hemm bżonn ta' trained personnel għax mill-esperjenza tiegħi naf, li dan mhux qasam fejn jistgħu jaħdmu l-amateurs.", "Saru żbalji fil-passat – u rridu nitgħallmu minn dawn l-iżbalji – meta ġew ingaġġati nies biex sempliċement jingħataw job minflok ġew ingaġġati nies trained u b'vokazzjoni għal dan it-tip ta' xogħol.", "Kull min jaħdem f'dan is-settur – mill-anqas wieħed sa l-ogħla wieħed – irid ikollu l-vokazzjoni.", "Dawn huma aspetti importanti ħafna li aħna sejrin inżommu f'moħħna meta nfasslu s-servizzi fis-snin li ġejjin.", "Bi pjaċir ngħid li anke f'dan iż-żmien relativament qasir - ovvjament għaliex kien hemm diġa` inizjattivi li ttieħdu minn qabel u jiena fid- dmir li nwassal fit-tmiem kull ħidma li nbdiet – diġa` ħadt sehem fil- ftuħ uffiċjali ta' day centre f'San Ġwann.", "Dan kien proġett li sar fuq inizjattiva tal-kunsill lokali pero` bis-saħħa tal-flus li l-gvern għadda lill-istess kunsill.", "Hawnhekk inħeġġeġ lill-kunsilli lokali biex ma joqogħdux jistennew li jsibu xi post ġdid biex jagħmlu proġett simili għax il-kunsill lokali ta' San Ġwann uża l-istess premises fejn jiltaqa' l-kunsill lokali biex jagħmel dan.", "Il-kunsilli lokali jistgħu jħarsu lejn xi bini pubbliku li ma jkunx qed jintuża matul il-ġurnata u jużaw lilu.", "Id-day centre joffri ħafna benefiċċji fosthom post fejn l-anzjani jiltaqgħu u jissoċjalizzaw sabiex jitbegħdu mill-iżolament u mid- depressjoni li ħafna drabi jwasslu biex l-anzjan jitlob li jmur f'dar residenzjali.", "Sfortunatament għad fadal xi anzjani li m'humiex jisfruttaw l-opportunitajiet li joffru dawn id-day centres u hawnhekk kemm il- kunsilli u kemm id-dipartiment iridu jaħdmu biex jaraw għaliex dawn l- anzjani ma jisservewx minn dawn is-servizzi.", "Din il-problema ma teżistix biss fid-day centres, imma teżisti f'servizzi oħra li l-gvern joffri lill- anzjani fosthom it-telecare, homehelp u meals-on-wheels.", "Ikun tajjeb li wieħed jara għalfejn hemm ċerti lokalitajiet fejn id-domanda għal dawn is- servizzi hi anqas minn kemm għandha tkun imma fl-istess ħin, hemm bżonn naraw li dawn is-servizzi jintużaw tajjeb.", "Probabbilment, dawn l-anzjani li ma jużawx dawn is-servizzi jkunu nies li ma tantx iħobbu jistaqsu jew inkella ma jkollhomx mezz kif jikkomunikaw.", "Jiena se naħdem biex dawn in- nies immorru nfittxuhom aħna u noffrulhom is-servizzi tagħna flok nistennew li jiġu huma.", "Biex nagħmlu hekk id-dipartiment għandu ħsieb li jkompli proġett ta' sistema ta' informatika b'database li jkollu l- informazzjoni fuq kull anzjan.", "Dan il-proġett bl-isem ta' Info-Anzjan għandu jitkompla biex iservi ta' għodda ħalli nkunu nistgħu nagħtu s- servizzi tagħna lil min għandu bżonn.", "Fost l-attivitajiet li attendejt, kelli żewġ okkażjonijiet ta' sports day nazzjonali għall-anzjani li fiha attendew 'il fuq minn 600 anzjan li ġejjin minn 13-il day centre madwar Malta.", "Pero`, Sur President, f'Malta għandna aktar minn 13-il lokalita` u allura jeħtieġ li aktar 'il quddiem ikollna aktar lokalitajiet li jikkontribwixxu f'din l-attivita` sew mil- lat kompetittiv - kif nafu lkoll, m'hemm l-ebda eta` fejn wieħed għandu jieqaf minn xi attivita` sportiva – u sew mil-lat komunitarju biex hekk l- anzjani tagħna, apparti li jħossuhom qishom marru lura fiż-żmien, iħossuhom ukoll parti minn komunita` attiva.", "Din l-attivita` m'hi bl-ebda mod infantili, anzi hi attivita` li turi maturita` kbira min-naħa ta' l- anzjani li jkunu lesti jipparteċipaw f'din il-komunita` attiva.", "Għall- ewwel darba ġewwa St. Vincent de Paule organizzajna sports day li kienet tinvolvi mhux biss l-anzjani imma anke t-tfal ta' l-iskola primarja ta' Santa Katerina ta' Pembroke.", "Dan kien eżempju ta' kif nistgħu nlaqqgħu flimkien ġenerazzjonijiet differenti, dik żgħażugħa u dik anzjana.", "Dawn huma xi ftit mill-ħsibijiet li għandi għal dan is-settur.", "Ovvjament ix-xogħol li hemm x'isir f'dan il-qasam huwa wieħed kbir għaliex għandna numru ta' inizjattivi li rrid nara li jitwettqu din is-sena fosthom il- ftuħ tal-wings il-ġodda li għandna ġewwa SVPR.", "Rigward dan, bi pjaċir inħabbar li għall-okkażjoni ta' Jum il-Missier, se jkun hemm open day fl- 14 u l-15 ta' Ġunju sabiex il-poplu Malti kollu – mhux dawk biss li għandhom xi ġenitur tagħhom f'din ir-residenza - ikollu l-okkażjoni jara dan il-proġett fil-fażi finali tiegħu u japprezza x-xogħol li jkun sar.", "Sur President, hemm diversi proġetti oħrajn li dan il-gvern ikkommetta ruħu li jagħmel għal tul dawn il-ħames snin li ġejjin.", "Irrid ngħid li hemm diversi riformi li jridu jseħħu f'ċerti servizzi bħas-servizz ta' l- inkontinenza u s-servizz tat-telecare biex naraw li dawn is-servizzi jkunu ta' value for money tajjeb u biex ikun hemm l-accountability li hemm bżonn speċjalment fil-qasam fiskali.", "Importanti li s-servizzi li jingħataw, jingħataw lil min veru għandu bżonnhom.", "Għandu jkollna policy aġġornata rigward id-dħul fid-djar ta' l-anzjani u fid-day centres.", "Għandna wkoll leġislazzjoni rigward l-istandards fil-homes ta' l-anzjani.", "Irrid ngħid li dan hu qasam vitali għax illum m'għandniex biss il-qasam tal-gvern imma daħlu ukoll il-privat u l-knisja u għalhekk hemm bżonn li naħdmu flimkien ħalli lkoll niġbdu ħabel wieħed u noffru l-aħjar servizz għall-anzjani tagħna.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada t- Tlieta, 27 ta' Mejju, 2003 fis-6:00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Prim Ministru.", "Fid-9:30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija."]} {"filename": "19930301_111d_par.doc", "date": "1993-03-01", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) IS-SEBA' PARLAMENT Seduta Nru. 111 It-Tnejn, 1 ta' Marzu, 1993 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 IS-SEBA' PARLAMENT Seduta Nru. 111", "It-Tnejn, 1 ta' Marzu, 1993", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.14 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "111", "It-Tnejn, 1 ta' Marzu, 1993", "WERREJ", "MINUTI ................................................", "689", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI ........................", "689", "KONDOLJANZI ...........................................", "695", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA ........................", "697", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ORDINANZA DWAR IL-MEETINGS PUBBLIĊI", "PUBLIC MEETINGS (AMENDMENT) BILL", "It-Tieni Qari ......................................", "697", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR L-IŻVILUPP INDUSTRIJALI", "INDUSTRIAL DEVELOPMENT (AMENDMENT) BILL", "It-Tieni Qari ......................................", "720", "AĠĠORNAMENT ...........................................", "726", "MISTOQSIJIET IMWIEĠBA BIL-MIKTUB ......................", "734", "MINUTI", "Il-Minuti tas -Seduta Nru. 110 li saret fl-24 ta' Frar, 1993 ġew konfermati", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "FURJANA - MANUTENZJONI TAL- FOSOS", "4273.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: X'se jsir biex il-fosos li hemm f'Robert Sammut Street, Floriana ma jibqgħux fl-istat li jinsabu fih attwalment u cioe' mitluqin, miksurin u maħmuġin ħafna?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON (Ministru għall-Ambjent): Ma jirriżultax li dawn il- fosos huma fl-istat ħażin li semma l- Onor. Interpellant.", "Ma hemmx dubju li għandhom jitnaddfu, iżda l-istat tagħhom hu riżultat taż-żmien u mhux ta' xi traskuraġni partikolari.", "Parti mill-ħsara hi wkoll dovuta għall- fatt li, kif jaf sieħbi, parti minnhom jintużaw mill-Partit Laburista għall- attivitajiet tagħhom.", "VALLETTA: CAMERATA BUILDINGS - MANUTENZJONI", "4274.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: B'referenza għat-tweġiba mogħtija lili rigward il-Camerata Buildings, Valletta, inżid nistaqsi: Meta se jsir ix-xogħol ta' manutenzjoni tant rikjest f'dan il-bini tal-Gvern?", "Jaf il- Ministru li jeżistu talbiet biex anke jsiru l- galleriji/twieqi immermrin tar- residenti?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Ix- xogħlijiet ta' manutenzjoni ta' postijiet tal- Gvern, inkluż il- Camerata, il-Belt, se jsiru skond policy approvata.", "B'din il-policy, tiswijiet isiru biss jew fejn jeżisti periklu strutturali jew f'areas komuni.", "Talbiet għal dan l-iskop għandhom jiġu referuti direttament lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar li twaqqaf għal dan il-għan.", "MR SPEAKER (Onor. Lawrence Gonzi): L-Onor.", "Salvu Sant, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "SALVU SANT: Mr Speaker, jista' l-Ministru jgħidilna kemm intnefqu flus fuq embellishments li saru fuq faċċati ta' knejjes u bini ieħor li jinsab ġewwa l-Belt Valletta u kemm intnefqu flus fuq manutenzjoni ta' bini li qegħdin joqogħdu fih in-nies?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: L- informazzjoni dwar infiq ta' flus fuq xogħlijiet li saru fil-Belt Valletta, diġa' tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra.", "L-Onor.", "Sant jaf ukoll li jien kont wieħed minn dawk li spiss kont niġbed l-attenzjoni tal-Kamra rigward in-nuqqas ta' flus li kien hemm ivvotati għal dan l-iskop li qiegħed isemmi, jiġiferi biex ikunu jistgħu jsiru xogħlijiet ta' manutenzjoni fuq tenements tal- Gvern.", "Fil-fatt din il- problema ġiet riżolta, u l- informazzjoni dwar kemm intnefqu flus f'kull sena li għaddiet, ġiet murija fil- Budget li għadda.", "Nista' nassigura lill-Onor.", "Interpel- lant li f'dan il-każ kienu ntnefqu ħafna aktar flus milli kien deher fil-Budget li għadda, għaliex ħafna drabi l- managers tad- distrett kienu jagħmlu dawn ix-xogħlijiet minn voti oħrajn li mhux neċessarjament kellhom jidhru fl-Estimi.", "Huwa diffiċli ħafna biex nistabbilixxi eżattament kemm intnefqu flus għal dan il- għan, pero' jekk l-Onor.", "Sant jixtieq jagħmel paragun bejn kemm nefaq il-Gvern fuq riabilitazzjoni u kemm intnefqu flus fuq manutenzjoni li kellha ssir f'tenements tal- Gvern, jidhirli li għandi ngħid li dan il-paragun ma jagħmilx sens.", "Jekk l-Onor.", "Interpellant qiegħed jinterpreta bħala fjask dak li għamel il-Gvern fuq restawr u manutenzjoni ta' bini storiku fil-Belt, ngħid li qiegħed jimmiżinterpreta l- fatti.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Alfred Portelli, mistoqsija suppli- mentari.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI Nixtieq nistaqsi lill-Ministru jekk kemm-il darba dan id- dipartiment il-ġdid għandux quddiemu xi talbiet dwar soqfa kkundannati, b'mod partikolari ta' postijiet li jkunu rekwiżizzjonati?", "Aħna nafu li ċerti postijiet jiġu rikwiżizzjonati meta s-soqfa tagħhom ikunu kkundannati.", "Nixtieq nistaqsi wkoll jekk hemmx talbiet dwar soqfa kkundannati f'postijiet li laħqu nkrew mill-Gvern.", "Nixtieq niġbed l-attenzjoni tal-Ministru għall-fatt li ftit ilu għamilt parliamentary question rigward saqaf ta' post, u l-Ministru weġibni li minħabba dan il-proġett, dan is-saqaf mhux sejjer jiġi msewwi kif suppost.", "Għalhekk nistaqsi lill-Ministru għaliex dan l-individwu għandu joqgħod f'din il-kondizzjoni għal dan it-tul ta' żmien?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: L- ewwel ħaġa li rrid ngħid hija li l-Onor.", "Alfred Portelli għandu japprezza l-fatt li mhux il-postijiet kollha li huma rekwiżizzjonati huma proprjeta' tal-Gvern.", "Hawn qegħdin nirreferu biss għal manutenzjoni ta' tenements tal-Gvern.", "Id-Dipartiment tal-Housing jiffaċċja wkoll problemi ta' nies li joqogħdu f'postijiet privati u jilmentaw mill- fatt li s-soqfa tagħhom jinsabu fil- periklu.", "Issa dan ma jaqax fl- ambitu ta' dan id-dipartiment u dan il-vot li qegħdin nitkellmu fuqu hawn.", "Fil- fatt illum b'risposta għal mistoqsija parlamentari oħra mill-Onor.", "Portelli stess u qegħda tingħata statistika dwar talbiet f'dan ir-rigward.", "Minnha qiegħed jirriżulta li 69 każ jeħtieġu tiswija konsiderevoli li trid issir minn kuntrattur privat.", "Din l- informazzjoni għandha tingħata llum stess f'mistoqsija oħra li għamel l-Onor.", "Portelli.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Salvu Sant.", "ONOR.", "SALVU SANT: Nibda biex ngħid lill-Ministru li jien m'għidtlux biex ma jagħmilx ir-riabilitazzjoni tal-Belt, imma għidtlu li kif għandna l- flus biex nagħmlu dawn l-affarijiet, għandu jkun hemm flus allokati għal dawn ukoll.", "Il-Ministru ma jaħsibx li l- flats tal-Gvern għandha ssirilhom xi forma ta' maintenance?", "Jiena nifhem li l-poplu m'għandux iġorr il-piż ta' ħafna mill-ispejjeż ta' fejn hawn kirjiet redikoli, imma mill-aktar fis għandha tinstab xi formola kif dawn il- postijiet nagħmlulhom maintenance, għaliex inkella jispiċċaw bħala depressed areas jew slums u mbagħad ikollna nagħmlu spejjeż akbar biex nibnu dawk il-postijiet mill- ġdid.", "Hemm bżonn li ssir xi ħaġa immedjatament għax ċerti areas qegħdin fi stat ħażin.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jiena naqbel ma' dak li qed jgħid l- Onor. Sant u fil-fatt ħadna dawn iż-żewġ passi, żidna b'mod sostanzjali l-vot għall- manutenzjoni ta' postijiet tal- Gvern - minn Lm89,000 issa tela' għal Lm0.25 miljun - u ħriġna policy li biha assigurajna li dawk il-flus ma jmorrux fuq affarijiet żgħar u ħmerijiet li sfortunatament kultant jitolbuna nagħmlu.", "Ġieli jitolbu lill-Gvern biex jibdlilhom il-bozza.", "Ovvjament jien jidhirli li nkunu qegħdin niżbaljaw jekk il-ftit flus li għandna ma nikkonċentrawhomx fuq affarijiet oħra li propju jevitaw l- problemi li semma l- Onor. Sant.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Charles Buhagiar, mistoqsija suppli- mentari.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Mr Speaker, jista' l-Ministru jgħidilna jekk id- Dipartiment tal-Manutenzjoni għandux isib sistema sempliċi ta' kif dawk ir- requests iż-żgħar għandhom jiġu proċessati b'aktar ħeffa, għax ħafna drabi - bħal fil- każ li semma l-Onor.", "Alfred Portelli - dawn it-talin ikunu ilhom ibatu minn din il- konsegwenza għal snin sħaħ?", "Niftakar li f'dan il- każ li għadu kif semma l-Onor.", "Interpellant kien sar xi water proofing fuq bejt li kien ingħata b'mod ħażin bil- konsegwenza li issa jinsab dieħel l- ilma.", "It-travi tal- ħadid qegħdin jissaddu u aktar minnhekk ser ikun hemm ħsara kbira fl-istruttura tal-bini nnifsu.", "Għaldaqstant jiena nħoss li dan id-Dipartiment għandu jkollu proċess faċli biex requests ta' din in-natura jiġu proċessati aktar malajr.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Mr Speaker, irrid ngħid li f'dan ir-rigward ilħaqqna għamilna database kompluta biex b'hekk inkunu nistgħu nimxu fuq dawk il-linji aktar malajr.", "Rigward dak il-każ partikolari li għadu kif semma l-Onor.", "Interpellant nixtieq ngħid li dik kienet it- tweġiba li tani d-Dipartiment, pero' aktar minn hekk inħossni tal-fehma li dan ix-xogħol għandna naraw kif nagħmluh aktar malajr ħalli din il- problema li hemm fuq dan il- post tiġi ssollevata mill-aktar fis possibbli.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Alfred Portelli.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Nixtieq niġbed l-attenzjoni tal-Ministru dwar ċertu każi li hemm fil-policy li nistgħu nsejħulhom eċċezzjonijiet.", "Meta l-Ministru kien qal li se ssir policy u li se tintbagħat ittra lin- nies li joqgħodu f'postijiet tal-Gvern rigward ħsarat li jeżistu f'dawn il- postijiet, jien kont semmejtlu każ ta' wieħed li l- madum tad-dar tiegħu kien sfronda.", "Meta rajt sew il- policy u ddiskutejtha mal-Perit Camilleri, sibt li din tgħid li mill-bieb 'il ġewwa huwa responsabilita' ta' l- individwu u jrid jirranġah huwa stess.", "F'dan il-każ dan l-individwu kien joqgħod isfel nett u allura jidher li l-madum sfronda għax forsi sar xogħol ħażin jew ġrat xi ħaġa taħt il- madum.", "Jiġifieri mhux għax ikun hemm linja fil-policy m'għandniex nagħtu kas ta' każijiet individwali.", "Fil-fatt jien tlabt lil din il-persuna biex tagħtini l-photocopies tal-korrispondenza li kien hemm meta resqet il-każ tagħha fl- 1988, quddiem id-Dipartiment ta' l- Art, u dawn bgħatthom lill-Perit Camilleri, għax bir- rispett kollu, kultant iktar tasal b'dan il-mod milli tasal billi tagħmel mistoqsija parlamentari.", "Jien naħseb li fil-policy hemm ħafna affarijiet li jridu jiġu rranġati.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Bħal kwalunkwe liġi jew regoli miktubin, wieħed irid juża moħħu u japplikahom bis-sens.", "Jekk aħna qed ngħidu li mhijiex il- policy tal-Gvern li jbiddel il-madum, ifisser li l-Gvern ma jbiddilx il- madum ta' xi ħadd, sempliċement għaliex ikun ittebbagħlu u jridu jleqq, jew għax ma jridux tas-siment imma jridu tal-mosaic.", "Nifhem li l-madum seta' niżel għax daħal l-ilma taħt, biss il-policy m'għadhiex taplika f'dan il- każ.", "Wieħed irid japplika kull policy bis-sens.", "Fl-opinjoni tiegħi jekk wieħed verament kellu xi ħaġa straordinarja li kkaġunat li l-art tisfronda u l-madul jinżel, ovvjament din hija spiża straordinarja li għandu jagħmilha s-sid.", "Jiġifieri wieħed irid japplika kollox b'mod intelliġenti u jekk hu hekk il-każ wieħed għandu jarah.", "MANUTENZJONI F'POSTIJIET TAL- GVERN", "4275.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMRBI ADAMI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jikkonsidra li jżid il-vot globali għal manutenzjoni ta' postijiet tal-Gvern u mhux jibqa' Lm89,000 (p 231 - Estimi Ġenerali - 1992 tal-Vot Rec 32 - Item 24 (I - IV) meta nafu li dan mhux biżżejjed?", "Liema postijiet ġew irranġati fil-Belt Valletta u liema huma ppjanati li jsiru sa l-aħħar ta' din is-sena?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Kif jaf l-Onor.", "Interpellant, is- somma vvotata għal dan il-għan għas-sena 1993 hija ta' Lm250,000 (Vote X Capital, Item 3).", "S'issa ġew approvati xogħlijiet fi 63 post tal-Gvern fil-Belt.", "REVIŻJONI TA' RATI TA' L-IMGĦAX", "4276.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomici: X'miżuri ttieħdu s'issa bis- serjeta' biex tiġi riveduta l- politika dwar l-imgħaxijiet bl- iskop li titqawwa l-inizjattiva imprenditorjali ħalli niżviluppaw aktar suq kapitali dinamiku, u x'diffikultajiet sab s'issa l-Gvern fil-mixja għall-attwazzjoni ta' dan?", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): Nissuġġerixxu lill- Onor. Interpellant jagħmel il- mistoqsija lill-Ministru tal- Finanzi.", "ĦAMRUN FOOTBALL GROUND", "4277.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għaz-Zgħazagħ u Kultura: B'referenza għall-Interpellanza Numru 3614, jista' l-Ministru jgħid jekk s'issa ġewx allokati l-finanzi biex il-ground tal- Hamrun Spartans ikun jista' jsir?", "Jekk għadhom ma ġewx allokati l-flus, x're- assessment baqa' xi jsir?", "Veru li spiċċaw il-flus biex ikun jista' jsir il-ground?", "Billi għal Gvern il-flus m'għandhomx ikunu problema kemm se jalloka flus biex dan il- ground jitkompla fl-iqsar żmien possibbli?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali) (f'isem il- Ministru għaż- Żgħażagħ u Kultura): L-Onor.", "Interpellant hu mitlub li jirreferi għar-risposta mogħtija għal-mistoqsija 1854 u għall- assigurazzjoni li jiena tajt fis-Seduta No 55 li saret fit-12 t'Ottubru 1992 u għad- dettalji relevanti li jiena tajt fir-risposti għall- mistoqsijiet Nri.", "116,690, 1072, 1854, 2901, 2955, 3614 u 4225 fuq l-istess suġġett.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Schembri Adami, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI: Jista' l-Ministru jassigurani li dan ix-xogħol - għalkemm nifhem li l-Ministru Galea mhux il-Ministru kompetenti - se jibda u jitkompla u mhux jibda u jieqaf kif fil-fatt qed jiġri?", "Din hija xi ħaġa li l- pubbliku qed iġiegħelna nistaqsu fuqha.", "Naf li hemm diversi areas oħra li nistgħu nistaqsu fuqhom u ma rridux li nistaqsu fuq l- istess ħaġa imma nħossu li għan-nom ta' dawn in-nies din id- domanda għandna nagħmluha.", "Irridu nkunu nafu għaliex ripetutament qed jibda x-xogħol u jieqaf.", "Jekk hemm flus ivvotati għaliex m'għandniex nużaw dawn il-flus?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-Onor.", "Membru assuma sew li m'inix il- Ministru kompetenti biex inwieġeb fuq din il-ħaġa, Mr Speaker.", "Jiddispjaċini li ma nistax inwieġbu.", "Forsi la jkun hawn il-Ministru Frendo jkun jista' jwieġeb hu.", "SERVIZZ ĊIVILI - ĦADDIEMA ŻEJDA", "4278.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Prim Ministru: Billi wara l- elezzjoni ta' l-1987, il-Gvern Nazzjonalista dejjem kien igerger li hemm ħaddiema żejda mal-Gvern, jista' l-Prim Ministru jiżgura lill-poplu li ma żiedx ħaddiema ma' dawk li sejħilhom \"żejda\"?", "Jekk le, kemm daħlu mal- Gvern/Korpi Parastatali mill- 1987 'l hawn u dawn il-Prim Ministru kif iqishom - żejda jew le?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI (Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani): (f'isem il-Prim Ministru): L-Onor.", "Interpellant jirreferi għal-livell ta' impiegi fis-settur pubbliku li l-Gvern sab wara l-elezzjonijiet ta' l-1987.", "Tajjeb li wieħed ifakkar li f'Settembru ta' l-1986, l-impjiegi mas- settur pubbliku kienu ta' 38,484.", "F'Mejju ta' l-1987 dawn telgħu għal 46,534 żieda ta' 8,050 jew 21% f'temp ta' tmien xhur.", "M'hemmx dubju li din iż- żdieda daqshekk qawwija mas- settur pubbliku la kien hemm bżonnha u lanqas ma kienet ibbażata fuq xi eżerċizzju ta' liema snajja kien hemm nuqqas tagħhom u għalhekk kellhom bżonn jimtlew.", "Għalhekk f'Mejju ta' l-1987, is-sitwazzjoni fis-settur pubbliku kienet waħda fejn kien hemm over employment qawwi f'ċerti gradi, iżda nuqqas kbir fi gradi oħra bħal nurses u teachers.", "Il-Gvern magħmul mill-Partit Nazzjonalista żamm il-wegħda tiegħu li ħadd minn dawn it-8,050 ma jitlef il- post tax-xogħol, allavolja ħafna minnhom kienu mpjegati b'mod irregolari.", "Dawn il-ħaddiema kienu sfaw vittmi ta' politika żbaljata tal-Gvern preċedenti u l-Gvern magħmul mill-Partit Nazzjonalista ddeċieda li l- ġustizzja soċjali kienet tirrikjedi li l-Gvern iġorr dan il-piż.", "Infakkar ukoll li f'Mejju ta' l-1987 kien hemm 3,989 ħaddiem fid-Dejma u Auxiliary Workers, biex b'hekk l-impjieg totali mas-settur pubbliku kien ta' 50,523.", "Kif hemm spjegat fl-Economic Survey January-September 1992, l-impjieg totali mas-settur pubbliku f'Settembru ta' l-1992 kien ta' 50,649, jiġifieri żieda ta' 126 fuq l-istatistika komparabbli għal Mejju ta' l- 1987.", "MR SPEAKER: Il-ħin tal- mistoqsijiet għadda.", "L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Nitlob il- permess tal-Kamra biex isiru żewġ mistoqsijiet oħra li jidhru fuq l-aġenda.", "MR SPEAKER: Hemm permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "SKEJJEL - FAĊILITAJIET SPORTIVI", "7457. l-ONOR.", "JOE MIZZI (F'isem l-Onor.", "Joe Cilia) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Liema clubs privati ta' Football, Judo, Basketball u Badminton għamlu użu mill-faċilitajiet ta' l- iskejjel statali wara l-ħin ta' l-iskola matul l-1992?", "Dan sar kontra xi ħlas?", "Jekk fl-affermattiv, kemm kien il-ħlas magħmul minn kull club separatament?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il- Mejda tal-Kamra.", "TELEMALTA - PROMOZZJONIJIET", "8632.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għat- Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra ir- riżultati tal-promotions għal TT2 li għadhom kif ingħataw fil- Korporazzjoni Telemalta?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni): Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-riżultati ta' l-intervisti għall- promozzjonijiet li ngħataw fil-grad ta' TT2 fil- Korporazzjoni Telemalta.", "Nixtieq ngħid ukoll li l- Korporazzjoni se tippubblikahom ukoll internament bil-proċeduri tagħha.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il- Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani.", "KONDOLJANZI", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Billi kemm il-Prim Ministru kif ukoll il- Leader of the House huma t-tnejn imsefrin, huwa kompitu tiegħi li f'isimna lkoll nagħti l-kondoljanzi lill-Onor.", "Francis Zammit Dimech u lill-familja kollha għat-telfa li ġarrbu ta' missierhom, is-Sur George Zammit Dimech.", "Is-Sur George Zammit Dimech jien kont nafu u nista' ngħid li kien bniedem ta' rispett u bniedem li għadda ħajjtu fix- xogħol, jiġifieri fil-qasam tat-tagħlim.", "Kien bniedem li dejjem ħa pjaċir jgħallem lil ħaddieħor, kien jaf jittratta ma' ħaddieħor u kont tieħu pjaċir tkellmu.", "Ma nistax ngħid li kont ili nafu, imma mill-ftit li kont nafu stajt napprezza l-karattru tajjeb li kellu għax kien bniedem ta' dirittura morali u għalhekk nista' nifhem kemm rabba' tajjeb lil uliedu u kemm ħalla warajh eredita' ta' effett.", "Naħseb għan-nom ta' kulħadd għandi nagħti l-għomor twil lill-familja tiegħu, lis- Sinjura Zammit Dimech, lil uliedu u lill-familjari kollha tiegħu.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "George Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: F'isem sħabi ta' l-Oppożizzjoni kollha naqsam is- sentimenti li għadu kemm esprima l-kollega tagħna l-Onor.", "Ugo Mifsud Bonnici u nagħti l-kondoljanzi lis- Sinjura Zammit Dimech, lil seħibna l- Onor. Francis Zammit Dimech u lil ħuh.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Jien ukoll nassoċja ruħi mas- sentimenti espressi miż-żewġ naħat tal-Kamra u ninkariga lill-Iskrivan tal-Kamra sabiex iwassal il-kondoljanzi espressi lill-familjari ta' l-Onor.", "Zammit Dimech.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Mr Speaker, għan-nom tal-mama', ta' ħija John, tiegħi u tal- familjari kollha nixtieq nesprimi mill-qalb is- sodisfazzjon għal dan is- sentiment espress mill-kollegi parlamentari u nirringrazzjakom ilkoll.", "Li kieku kelli nesprimi ħsieb wieħed minn dawk li jingħadu f'okkażjoni bħal din, nixtieq insemmi wieħed mill-ħafna eżempji li kien jagħtina l- papa' li huwa l-eżempju tat- tfittxija għat-tagħlim kontinwu.", "Naħseb li dik hija ispirazzjoni kbira li mal- kumplament tal-familja nipp- rovaw nsegwu bl-akbar umilita' li nistgħu.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Stqarrijiet ministerjali?", "L-Onor.", "Salvu Sant.", "ONOR.", "SALVU SANT: Wara l- qtugħ ta' dawl li hawn f'Malta kollha - issa għandna qtugħ programmat għat-tlett ijiem li ġejjin - u meta hemm żewġ boilers li minħabba nuqqas ta' maintenance huma weqfin u hemm ieħor li żviluppa ħsara, wara li l-Ministru qal li għamel power station ġdida, iħossx il- Ministru li llejla għandu jagħmel stqarrija wara s- sofferenzi tan-nies minħabba l-qtugħ ta' dawl?", "Jien ippretendejt li kellha ssir stqarrija ministerjali.", "MR SPEAKER: Qegħdin out of order.", "ONOR.", "SALVU SANT: Qatt m'hi ssir stqarrija ministerjali.", "Dan hu l-uniku mezz li l- affarijiet isiru b'mod sewwa.", "MR SPEAKER: Ma nistax nisforza lill-Ministri biex jagħmlu stqarrijiet ministerjali.", "ONOR.", "SALVU SANT: Hemm programm li qed jingħad fuq it- television u hawnhekk ma nafu b'xejn.", "MR SPEAKER: Jekk inħalli dan it-tip ta' interventi jsiru, allura niftħu d- dibattitu.", "Dan hu ħin meħud mill-ħin tal-Kamra.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Ma jidhirlix li għandi nagħmel stqarrija ministerjali.", "Illejla Enemalta għamlet press conference biex tispjega x'inhi s-sitwazzjoni li rriżultat.", "MR SPEAKER: Tqegħid ta' Karti.", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru. 24 ta' l-l993 - Att dwar il-Ħabs, Kap. 260.", "MR SPEAKER: Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ORDINANZA DWAR IL-MEETINGS PUBBLIĊI", "PUBLIC MEETINGS (AMENDMENT) BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mill-24 ta' Frar, l993.", "Il-mistoqsija reġgħet tqegħdet.", "MR SPEAKER: Rimarki?", "L-Onor.", "Leo Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Għalkemm il-partiti politiċi u t-trade unions jistgħu jintlaqtu mill- provvediment li għandna quddiemna llum, se jintlaqat aktar iċ-ċittadin komuni, flimkien mal-pressure groups u l-minority groups li jistgħu jeżistu f'dawn il-ġżejjer li, fil-fehma tiegħi, se jintlaqtu l- agħar b'din il-liġi.", "Biex insemmu ftit eżempji prattiċi, Mr Speaker, b'din il- liġi, l- istudenti tan-New Lyceum mhux se jkunu jistgħu jiddemostraw aktar spontanjament kif għamlu fl-imgħoddi dwar il-qagħda ħażina ta' l- iskola tagħhom.", "L-istess igħodd għall-istudenti ta' skola bħal dik ta' Verdala li mhux se jkunu jistgħu jinġabru spontanjament wara l-bieb tal- Ministru responsabbli biex jagħmluh konxju mit-telqa fl- iskola tagħhom.", "Biex nagħti eżempji oħrajn, Mr Speaker, l-istess igħodd għal dawk id- diversi studenti li spiss jinġabru minn rajhom wara l-uffiċini tal- Ministeru ta' l-Edukazzjoni f'Beltissebħ sabiex jilmentaw dwar nuqqasijiet serji ta' għalliema u trasport b'mod partikolari meta tkun għadha kif bdiet is- sena skolastika.", "Ma' dawn, Mr Speaker, wieħed irid iżid ukoll lil dawk id-diversi familji li mingħajr ma jkolhom irbit politiku partikolari ma' xi naħa jew oħra, ġieli jorganizzaw - kif organizzaw fl-imgħoddi - protesti kwieti u paċifiċi dwar problemi li jolqtu l-lokalita' tagħhom fuq affarijiet speċifiċi bħall- kwestjoni ta' l-ilma u affarijiet oħrajn.", "Wieħed irid iżid ukoll l- ilmenti li kellna, li għandna u li żgur jibqa' jkollna ta' dawk il-familji, b'mod partikolari nies li jgħixu fil-housing estates - partikolarment estates mibnija minn Gvernijiet Laburisti - li kull tant żmien iħossu l-ħtieġa li jipprovaw iqanqlu kuxjenza pubblika dwar l-istat ta' telqa u abbandun li jkunu qegħdin jitħallew fih.", "Dan rajnih fl- imgħoddi mir- residenti ta' St Andrews u mir- residenti ta' Tigne', u jien persważ li dan se nerġgħu narawh fil-ġejjieni, b'mod partikolari fil-każ ta' dawn ta' l-aħħar, minħabba dak li jista' jkun hemm ikkontemplat għalihom.", "Jekk dawn jiġu biex jiddemostraw b'mod spontanju, skond il- provvedimenti tal- liġi, dawn ikunu qegħdin jagħmlu xi ħaġa kontra l-liġi.", "Ma' dan, Mr Speaker, wieħed irid iżid ukoll lil dawk in- nisa li mhux l- ewwel darba ħassew id-dmir li jmorru wara l-bieb ta' Kastilja biex isemmgħu leħenhom dwar problemi jaħarqu tal-mument kif ukoll lil dawk id-diversi pressure groups li kemm-il darba nġabru f'numru ta' aktar minn 20 persuna quddiem dan l-istess Parlament biex jagħmlu lilna l- Parlamentari konxji minn xi problema li tkun qed tinkwetahom.", "Iżda, fil-fehma tiegħi, Mr Speaker, aktar minn hekk il- Gvern donnu qed jipprova jilqa' għall-ġejjieni għaliex qisu qed jibża' minn xi reżistenza li jista' jkollu mhux minn xi partiti politiċi, minn xi sindakati jew minn xi trade unions imma miċ-ċittadin komuni.", "Jekk l-affarijiet jibqgħu sejrin kif inhuma, l- miżuri tal-politika żbaljata u anti-soċjali tal-Gvern bilfors ikollhom iwasslu għal dawn l- affarijiet hekk kif dawn il- miżuri jibdew jaqtgħu u jigdmu fil-laħam il-ħaj.", "Dan qed ngħidu għaliex fil-fehma tiegħi, għalkemm il-Budgets li saru taħt l-Amministrazzjoni Nazzjonalista kellhom xi difetti, kollha kellhom xi ftit sfumaturi soċjali biex taparsi hemm ċerta kontinwita' ma' dak li kien isir taħt Gvern Laburista.", "Jekk nieħdu l- Budget ta' din is-sena ninnotaw - apparti diversi miżuri li se jolqtu direttament ħażin ħafna setturi tas-soċjeta' Maltija - li tħares mil- liema angolu tħares issib li dan huwa Budget, fil-fehma tiegħi, anti- soċjali għax ma kien jinkludi ebda miżura ta' wens soċjali, biex ngħid hekk, għaċ-ċittadin Malti.", "Għalkemm ċerti miżuri għadhom kif bdew jolqtu u jigdmu fil-laħam il-ħaj, jien persważ li jekk l-affarijiet jibqgħu sejrin kif inhuma, jistgħu jwasslu għal dan it-tip ta' dissens li ma jkunx id- dissens tal-politiċi u tal- front organisations imma jkun id-dissens taċ- ċittadin kwalunkwe li jħoss ruħu maqrus, hu x'inhu t-twemmin politiku tiegħu.", "Aspett ieħor li jista' jwassal għal dan id-dissens hija l- kwestjoni ta' l- ekonomija moħbija.", "Naħseb li ħadd minna hawn ġew ma jista' japprova jew jiġġustifika ekonomija moħbija għax din tmur kontra kull sens ta' loġika.", "Jekk min-naħa l-oħra wieħed jaqleb l-argument u jipprova jiżen x'effetti jistgħu jkollhom ċerti miżuri li l- Gvern jista' jieħu u forsi għandu dmir li jieħu biex irażżan l-ekonomija moħbija, allura wieħed m'għandux jiskanta jekk dawn l-affarijiet iwasslu għal ċerta reżistenza fuq livell popolari.", "Qed ngħid dan għax illum kulħadd jaf li kieku ma kienx hemm persentaġġ qawwi ta' ekonomija sewda, jiġifieri underground economy, kieku llum għandna ħafna nies li għalkemm qed jaqilgħu l- minimum wage - u aktar mill- minimum wage - bl-inflazzjoni li hawn fil- pajjiż żgur li jkunu qed igħixu taħt dik li pajjiżi oħrajn jiddefinixxu bħala l-poverty line.", "Meta wieħed jinnota din il- liġi ma jistax ma jurix tħassib dwar emenda żgħira li, fil- fehma tiegħi, għandha implikazzjonijiet kbar.", "Wieħed m'għandux għalfejn jiskanta b'dawn l-affarijiet u lanqas jista' jistenna mod ieħor minn din l-Amministrazzjoni.", "Mingħajr ma nkun partiġġjan irrid ngħid li din hija l- istess Amministrazzjoni li meta kellna l-inċidenti tal-ħabs erbat-ijiem ilu, il- Ministru minflok ma tgħabba bir- responsabbilita' għal dak kollu li sar ħażin u offra r-riżenja tiegħu kif jagħmlu Ministri oħrajn barra minn Malta, ipprova b'xi mod jew ieħor jesponi n-nuqqasijiet li wiret mingħand il-Ministru ta' qablu.", "U kulħadd jaf kemm dan ta l- lala lill-ħabsin ġewwa Kordin.", "Fil-fatt spiċċajna fis- sitwazzjoni redikola li nwaħħlu fi stazzjon tar-radju, bħallikieku r-rewwixta tal-ħabs ġiet istigata minn Super One Radio.", "Illum ġejna fl-assurdita' li l-Gvern meta kien fl- Oppożizzjoni, bir- raġun kien kontra d-discretionary powers, kemm tal-Ministri kif ukoll tal- Pulizija, iżda issa spiċċa biex anke b'din il-liġi se jżid dawk id- discretionary powers li fl-imgħoddi kien tant jitkaża bihom.Ma nistax ma nsemmix ċerti affarijiet li ntqalu f'din il-Kamra l-ġimgħa li għaddiet waqt id-diskussjoni ta' dan l-Abbozz.", "Minn dak li fhimt, ħassejt li konna qisna qed nisiltu xi ħaġa mill-ktieb \"Nineteen Eighty-Four\" ta' George Orwell, meta meta Deputat Parlamentari min-naħa tal-Gvern qal li dan l- Abbozz ta' Liġi m'għandu jinkwieta lil ħadd, għax id-dimostrazzjonijiet spontanji mhux se jiġu mittiefsa għax sal-lum dan id- dritt qatt m'eżista.", "Għalhekk nixtieq nistaqsi: Kieku konna għadna aħna fil-gvern, x'kienet tkun il-pożizzjoni ta' pressure groups bħalma huma ż-Żgħażagħ tan-Numri u diversi human rights groups, li Alla jbierek għosfru malli twarrab mill- poter il-Partit Laburista?", "Jista' jkun li fl-imgħoddi saru certi nuqqasijiet - u naħseb li ebda gvern ma kellu record perfett - imma jekk se noqogħdu nagħfsu fuq in-nuqqasijiet ta' l-imgħoddi biex niġġustifikaw din il-liġi, allura nkunu qed nagħmlu iktar disservice lill- poplu Malti, għax inkunu qed nagħtu lill-poplu x'jifhem li dak li qed isir din id-darba, iktar milli qed isir b'sens komun, qed isir bħala att ta' tpattija għal xi nuqqasijiet jew heavy handedness li seta' kien hemm taħt gvernijiet preċedenti.", "Jien inħoss li din l-emenda qed issir b'mod strateġiku, u ngħid għaliex.", "Huwa veru li l- firxa tat- television naqset ħafna l-importanza tal- meetings pubbliċi madwar id-dinja, imma huwa fatt magħruf - u dan issibu f'diversi kotba li jittrattaw dwar communications - li l-firxa tal-mass media speċjalment tar-radjijiet, żiedet l-importanza tad- dimostrazzjonijiet, l-aktar dawk spontanji.", "U għalhekk jien ngħid li l- Gvern qed jagħmel dan bi skop wieħed biss għaliex jibża' li jekk iħalli d- dimostrazzjonijiet spontanji jibqgħu jipprevalu din tkun xi ħaġa li tista' xxellef l- image ġewwa pajjiżna li dan il- Gvern iħobb jipproġetta fejn kollox qisu miexi fuq ir- rubini.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joe Cassar.", "ONOR.", "JOE CASSAR (Segretarju Parlamentari): Jien nibda billi nikkwota silta mid-diskors li għamel l-Onor.", "Joseph Brincat fis-27 ta' Settemrbu, 1971, Seduta Nru. 15.", "Dan għamel distinzjoni bejn meeting pubbliku u dimostrazzjoni u ta importanza lid-dimostrazzjoni kif toħloq aktar diffikultajiet lil min irid iżomm l-ordni.", "U dan qal hekk:", "\"Meta għandek meeting pubbliku, inti għandek il- post ristrett, għandek oġġett statiku, għandek il-platform, għandek oġġett statiku ieħor, il- loudspeaker, il-microphone u għandek il-folla li l- attenzjoni tagħha hija ċċentrata fuq dak il- platform u fuq l-ispeaker.", "Meta l-folla qed timmarċja, l-attenzjoni hija mifruxa mal-mixja tagħha, mifruxa maż-żewġ naħat tat-triq, hemm il- passi miexja u diffiċli biex tikkontrollaha għax il-puliżija mhux se joqogħdu josservaw il- folla miġbura imma jridu joqogħdu jimxu u jħarsu lura biex jaraw x'inqala' 'l hawn u x'inqala' 'l hemm.\"", "Mr Speaker, min sema' lill- kelliema tan-naħa l-oħra jaħseb li hawnhekk hawn xi emenda kbira li biha se jiċċaħdu xi drittijiet, li se jsir xi sforz biex tiġi soppressa s-soċjeta' u l-liberta' ta' l-espressjoni.", "Fil-fatt kulma qiegħed isir huwa li min ser jorganizza meeting għandu jagħti avviż minn qabel.", "Jekk l-istudenti tas-Sixth Form iridu jagħmlu dimostrazzjoni quddiem l- uffiċċju tiegħi u ta' sieħbi, jistgħu jiġu għada stess u nilqgħuhom u nkellmuhom xorta.", "Dak l-argument li qajjem l- Onor. Leo Brincat dwar it- television napplikah bil- maqlub.", "Jien naħseb li qabel, meta ma kienx hawn dawn il- mezzi kollha tal-mass media in-nies kienu iktar jiddimostraw u jsemmgħu leħinhom mentri llum għandhom mezzi oħra biex jiddimostraw u jsemmgħu leħinhom.", "Jien nifhimha bil- kuntrarju, li aktar m'hawn mass media, inqas huwa importanti li bniedem imur fit-triq u jsabbat u jagħmel affarijiet bħal dawn.", "Huwa importanti li ngħidu li wara l-Indipendenza, fl-ewwel kawża kostituzzjonali fuq dan is-suġġett - mingħalija kien il-każ ta' Galea, fl-1965 - il-Qorti tagħna kienet qalet hekk:", "\"... hu terren komuni illi anke f'sistema demokratiku dawk id-drittijiet u l- libertajiet mhumiex assoluti u jistgħu f'ċerti limiti jiġu ristretti biex jiġi assigurat illi t- tgawdija tagħha ma tippreġudikax id- drittijiet u l-libertajiet ta' oħrajn jew l-interess pubbliku.", "L-aspirazzjoni u x- xewqa ta' kulħadd ċertament għandha tkun li dawk ir-restrizzjonijiet ikunu mill-inqas.\"", "Hawnhekk iqum l-argument tas- soltu fejn trid tibbilanċja dak id-dritt fil- konfront ta' ħaddieħor.", "Kull meta ssir xi ħaġa bħal din, kulħadd irid juża b'xi mod id-diskrezzjoni tiegħu biex jara li d-dritt ta' wieħed ma jimmilitax kontra d- drittijiet ta' ħaddieħor.", "Jien sibt kwotazzjoni fejn \"dimostrazzjoni\" ġiet definita bħala \"a meeting on the move\" u din tirrifletti l-iżvilupp matul iż-żmenijiet, kif qal l- Onor. Joe Brincat.", "S'intendi f'każijiet bħal dawn wieħed irid jagħti kas tal-post, taċ- ċirkostanzi, tal-ħinijiet fejn qed isiru, u ta' l- iskop tad- dimostrazzjoni, jiġifieri jekk bniedem hux se jagħmel dimostrazzjoni biex jiġġieled kontra xi ħaddieħor, biex ipattiha lil xi ħadd, jew inkella għal skop komuni biex juri l-opinjoni tiegħu.", "Hemm dawn id-differenzi u min għandu d-diskrezzjoni jrid jibbilanċja.", "Issa se nikkwota minn sentenza ta' qrati Amerikana - u lill-Onor.", "Lino Spiteri ngħidlu li llejla għandi quddiemi ħafna deċiżjonijiet ta' diversi qrati - li tgħid hekk:", "\"The privilege of a citizen to use the streets and parks for the communication of use on national questions may be regulated in the interest of all. It is not absolute but relative and must be received in subordination of the comfort and inconvenience and in consonance with peace and goodwill.\".", "Mr Speaker, dan kollu juri bilanċ ta' drittijiet u nista' niddikjara li dan il-Gvern dejjem hekk mexa, mingħajr qatt ma kiser id-drittijiet ta' ħadd.", "Il-ħabib tiegħi qagħad isemmi ħafna drittijiet ta' dimostrazzjoni għal diversi skopijiet u donnu beda jħeġġeġ lil xi ħadd biex kuljum jagħmel xi dimostrazzjoni.", "Jiena nista' ngħid li, per eżempju, meta kont responsabbli mill- Housing qatt ma nkisret darba waħda biss il-liġi u d- Dipartiment tal- Housing qatt ma tilef kawża waħda.", "Jien naf li bis-serjeta' li għandu dan il- Gvern bis-serjeta' li mexa' biha u miexi biha qatt m'hu se jkun ħati li kiser id- drittijiet tal-bniedem anzi, dawn id-drittijiet illum qiegħed jerfgħahom mill-art.", "Kien hawn żmien meta dawn id- drittijiet kienu mkasbra, mitfugħa fl-art, kulħadd jgħaffeġ fuqhom u l-forzi ta' l-ordni assolutament ma kienu jagħmlu xejn.", "Illum is- sitwazzjoni tbiddlet u j'Alla jkollna liġijiet aktar sodi milli għandna llum biex kemm min juża' dritt u kemm min jara lil ħaddieħor juża' dritt, ħadd minnhom ma jonqos milli josserva l-liġi u l-aktar il- Kostituzzjoni li hija l-liġi suprema f'dan il-pajjiż.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joe Fenech.", "ONOR.", "JOE FENECH (Ministru tal-Ġustizzja): Sur President, ħassejtni ftit sorpriż b'din l- emenda li għalkemm hija żgħira, tagħmel ħafna sens.", "Għax kull Gvern illi jrid iżomm jew għandu l-intenzjoni li jkollu aktar possibilita' illi jżomm l-ordni pubbliku, għandu bżonn ta' xi ħaġa simili.", "X'kienet il-kritika tan-naħa l-oħra?", "Kien hemm xi ħadd li qal illi kulħadd jaf kif intużat din il- liġi fis-snin sittin u kif il- Gvern Nazzjonalista kien abbuża minnha, u semmew daqq ta' qniepen eċċ. Huma qalu wkoll illi jissuspettaw li din l- emenda tista' tiġi abbużata.", "Rigward dak li ntqal li qegħdin nissoprimu dimostrazzjonijiet spontanji u qed nassoġġettawhom għal permess, irrid ngħid li dan huwa konċett żbaljat.", "Nibda biex ngħid illi l-liġi tagħmilha ċara partikolarment fit-test Ingliż, aktar milli fit-test Malti - għax fit-test Malti hemm kelma li forsi fil- Kumitat għandha tiġi tradotta aħjar - liema dimostrazzjonijiet trid il-permess għalihom u tgħid li huma dawk \"specifically organised, advertised, called or otherwise promoted\".", "Hawn qed ngħidu li min jaħseb biex jorganizza dimostrazzjoni minn qabel irid jitlob permess.", "Forsi d-diżgwid qam bit-traduzzjoni għall-Malti tal- kelma \"promoted\" - flok \"reklamata għal dak il-għan\" daħlet il-frażi \"miżmuma għal dak il-għan\" - u allura forsi hu l-każ illi t-test Malti għandu jiġi emendat fil-mument propizzju, cioe' fl-istadju tal-Kumitat, u b'hekk nassiguraw li t-traduzzjoni jew biex inkunu eżatti l-intenzjoni tal- Gvern tagħmilha aktar ċara li b'ebda mod ma jiġu mittiefsa d- dimostrazzjonijiet spontanji.", "Naħseb li b'hekk ma jkunx hemm iżjed lok għall- perturbazzjoni tal-ħabib tiegħi l-Onor.", "Brincat illi xi ħadd għal xi raġuni jew oħra jkun irid jagħmel xi dimostrazzjoni spontanja u b'hekk se jkollu jitlob permess u jista' ma jingħatalux.", "Tqanqlu wkoll xi suspetti li din se tiġi użata biex ma jingħatawx permessi għal dimostrazzjonijiet.", "Illi wieħed ma jagħtix permess b'mod kapriċċuż huwa diġa' protett mil-liġi għax irid ikollu raġuni valida.", "Barra minn hekk, dan il-Gvern mar iżjed 'il bogħod biex jipproteġi d- dritt tal-free assembly.", "Il- Konvenzjoni Ewropea għamilniha parti mil-liġijiet tal-pajjiż biex nassiguraw illi mhux biss il-Qrati tagħna jkollhom id- dritt li jippronunzjaw ruħhom dwar xi abbuż ta' xi ħadd kontra d-drittijiet fundamentali tal-bniedem imma anke li l- Qorti ta' l-Ewropa għandha dan id- dritt jekk xi ħadd jikser id-dritt fundamentali taċ- ċittadin.", "L-ewwel liġi li għadda dan il-Gvern kienet l-inkorporazzjoni tal- Konvenzjoni Ewropea fil-liġijiet tal-pajjiż.", "Mhux hekk biss; dan il-Gvern tant irid l-espressjoni libera u li kulħadd ikun jista' jimmanifesta, illi kif jaf kulħadd, il- mezzi tal-media żdiedu għax kull min għandu l-permess, għandu l-possibilita' li 24 hours round the clock jitkellem bl-iktar mod liberu biex iwassal kull messaġġ illi jkun hemm bżonn.", "Allura jien ngħid: Fejn huma dawn is- suspetti kbar illi b'dan li qed nagħmlu rridu nissoprimu l- espressjoni ta' xi ħadd f'dimostrazzjoni?", "Min irid jissoprimi li xi ħadd jesprimi ruħu f'forma ta' dissent b'dak il-mod kien jagħmel dak li għamel dan il-Gvern, illi jaderixxi għall-Konvenzjoni Ewropea u jagħmilha parti mil- liġijiet tal-pajjiż u jassigura l-pluraliżmu fix-xandir?", "Dak jagħmel min verament irid jabbuża minn din il-liġi?", "Dan il-Gvern meta kkontempla din il-liġi ikkontemplaha eżatt għall-iskop li hi, għal skop loġistiku, skop ta' organizzazzjoni u ta' ordni pubbliku.", "Naturalment il- Pulizija f'ċerti okkażjonijiet jista' jkollha bżonn, u m'hemmx għalfejn teżerċita' dak li tikkontempla section 20 ta' l-Ordinanza, li kemm jekk tkun dimostrazzjoni spontanja kemm jekk ma tkunx, tkun tista' tferrixha għal raġuni ta' ordni pubbliku.", "Anke hemm, jekk irid il-Gvern jista' jabbuża billi taparsi jferrex dimostrazzjoni meta ma jkun hemm xejn ta' detriment għall-ordni pubbliku.", "Fil-fatt rajna dan l-abbuż isir fis-snin Sebgħin.", "Niftakru fid- dimostrazzjonijiet li kien jagħmel il-Partit Nazzjonalista fl-anniversarju ta' l- Indipendenza.", "Konna nibdew b'dimostrazzjoni minn ħdejn il- Palazz u malli naslu ħdejn il- Qorti - għalkemm id- dimostrazzjoni tkun saret bil- permess ta' l-awtoritajiet u bl- iktar mod korrett - il- Pulizija minflok ma kienu jneħħu l-ftit nies li kienu jipprovaw jisfrattaw id- dimostrazzjoni billi jitfgħu l-affarijiet, kienu jisfrattaw id-dimostrazzjoni.", "Din rajniha ssir.", "Dan l-abbuż jista' jsir allavolja jkollok din l-emenda fil-liġi għax mhumiex il- liġijiet li jagħmlu l-ordni imma min iħaddimhom.", "Mhux il- liġijiet jeliminaw l-abbuż, jew jassiguraw li ma jistgħux jiġu abbużati, imma jiddependi jekk min iħaddimhom jabbużax mil- liġijiet jew le.", "Dawn semmew kemm sofra l- Partit Laburista permezz ta' din il-liġi f'każijiet ta' meetings fis-snin '60.", "Ma nistax nifhem kif din il-liġi - għax ma nafx li kien hemm xi każijiet fejn kien hemm xi meeting li ma ħallewhx isir għax kien ikun abbuż ta' din il-liġi ...", "Issemmew daqq ta' qniepen (Interruzzjonijiet) Bis-serjeta' qed nitkellem.", "M'inix insemmi r- riots ta' l- 1958, qed ngħid fi żmenijiet normali.", "MR SPEAKER: Point of order l-Onor.", "Debono Grech.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Qed nipprovaw nimmislijdjaw lill- Kamra li ma kien ġara xejn f'dawk iż-żmenijiet.", "Li nipprovaw naqilbu l-istorja ma naċċettahiex.", "Jista' jkun li jien ninsa, imma li avukat jinsa ċerti affarijiet ta' l- istorja ma nniżżilix.", "F'Birkirkara kienu ħassrulna ħames meetings fi żmien li qed insemmi jien.", "Darba ħassrulna meeting għax marru jġibu d- Duluri li kienu rrestawraw!", "ONOR.", "JOE FENECH: Jien qed ngħid li dak li qed isemmi l- Onor. Debono Grech m'għandux x'jaqsam ma' din il-liġi.", "Il- meeting jista' jitħassar jew għax xi ħadd idoqq il-qniepen, jew għax joħroġlok id-Duluri, jew għax jitfagħlek in-nies fit-triq.", "Mitt elf mod jista' jisfratta meeting.", "Il- liġi li qed nikkontemplaw hija dwar jekk għandekx titlob permess.", "Il-ħsieb li jista' jiġi abbużat hu li ma jagħtukx dan il- permess.", "Għall-finijiet ta' l- ordni pubbliku wieħed jista' jirranġa biex ma jagħmilx meeting waqt il-Barka Sagramentali imma jagħmlu ftit qabel jew ftit wara, mhux se jagħmel differenza.", "Il- Pulizija għandha żżomm l-ordni pubbliku u għandha timxi b'mod li tara li ssir ġustizzja ma' kulħadd.", "Jien nistagħġeb kif avolja qed igħidu li din il-liġi kkawżatilhom ħafna sofferenzi fil-meetings, qatt ma waslu biex emendawha.", "Il-partijiet fil- liġi ta' kif jiġu organizzati l-meetings u permessi hekk kienu fi żmienhom u hekk baqgħu u hekk għadhom sal-lum.", "Allura jekk veru kien hemm xi ħaġa ħażina fil- liġi li tat lok għall-abbuż - mhux abbuż uman għax abbuż uman se jibqa' dejjem; tista' tagħmel liġi perfetta u xorta xi ħadd jista' jabbuża mil-liġi - allura f'16-il sena ma setgħetx ġiet emendata?", "Allura jekk ma ġietx emendata, għalfejn dan il-ħafna diskors fuq abbuż li ġara fi żmien is- sittinijiet rigward meetings?", "Kull min hu fil-gvern u jrid jassigura li jkun hemm l-għodda neċessarja biex ikun jista' jżomm l-ordni pubbliku meta jinqala' l-bżonn, irid jammetti li din hija neċessarja.", "Din tista' tiġi abbużata bħall- aktar liġi perfetta.", "Kull strument li hu intiż għal użu tajjeb jista' jiġi abbużat.", "Imma dik hija l-parti umana ta' kif tħaddem il-liġijiet u mhux il- liġi per se'.", "Aħna nassiguraw li ma jsirux abbużi.", "Illum aħna pprovdejna l-istrumenti neċessarji biex nassiguraw li dan ma jsirx.", "Semmejt il-Konvenzjoni Ewropea u l-pluraliżmu fix- xandir.", "Dawn huma kollha mezzi biex jiġi assigurat li wieħed ma jingħatax permess għal dimostrazzjoni b'mod kapriċ- ċjuż.", "Irridu nammettu li għal skopijiet ta' ordni pubbliku, jekk wieħed iħaddem il-liġi kif għandu jħaddimha, din hija emenda neċessarja.", "MR SPEAKER: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Dom Mintoff.", "ONOR.", "DOM MINTOFF: Mr Speaker, fiż-żmenijiet meta għandna Gvern li jiftaħar li issa hawn il-buon ordni fil- pajjiż, ir-rikonċiljazzjoni, il- paċi, u dawn l-affarijiet kollha, nixtieq li nħarsu lejn dawn l-affarijiet b'mod aktar oġġettiv u ma nipprovawx niġġustifikawhom bil-gideb dwar l- imgħoddi.", "M'hemmx kelma oħra ħlief ngħid \"gideb\".", "Min sema' l-Onor.", "Tonio Borg jitkellem ħa l-impressjoni li fiż-żmenijiet meta l- Oppożizzjoni Nazzjonalista ħarġet minn dan il-Parlament, aħna għamilnielha bħal Mussolini u neħħejna s-sistema parlamentari.", "Iżda minflok ma għamilnielha hekk, ħadna l- paċenzja li nirranġaw il-liġi biex nerġgħu nġibuhom fil- Parlament ħalli d-demokrazija tkompli taħdem.", "Din imissu semma l-Onor.", "Borġ, imma minflok semma dawn l-affarijiet il-kbar, semma xi affarijiet żgħar ħdejn dawn li qed insemmi issa.", "L-ebda pajjiż qatt ma kellu ċirkostanzi bħalma kellna aħna, fejn l- Oppożizzjoni qabdet u telqet mill-Parlament, għamlet sena ma tiġix fil- Parlament u aħna qgħadna nieħdu paċenzja - qisu qatt ma ġara xejn - nagħmlu minn kollox biex nerġgħu ndaħħluhom fil- Parlament u nirranġaw il- liġijiet biex jerġgħu jiġu jieħdu posthom fil-Parlament.", "Issa jekk kien hawn xi ħadd li kellu dittatura u għamel dawn l-affarijiet fl-istorja tad- dinja, għiduli.", "Jien din biss se nsemmi mill-affarijiet il- kbar.", "Lanqas se nsemmi li kull riforma li kien hawn li tagħti liberta' politika lill- individwu - u mhux liberta' reliġjuża, għalkemm issa nitkellmu fuq dan meta niġu għal-liġijiet reliġjużi li qed iddaħħlu intom issa - ...", "Għaliex dwar din ukoll beħsiebni nitkellem.", "Jien ħsibt li f'dan il-Parlament hawn nies biżżejjed tajba biex jitkellmu fuq dan imma kont diżappuntat fuq dak li ġara għaliex kont fehemt li kemm min-naħa u kemm minn oħra hemm il-ħeġġa biex din id- demokrazija nsaħħuha u mhux indgħajfuha.", "Ħalli nieħdu l-affarijiet li semma l-Onor.", "Borġ.", "Hu ta l- impressjoni li fi żmienna ma setgħux isiru dimostrazzjonijiet spontanji.", "Min qallu dan?", "Kemm-il waħda saru!", "Jien iddejjaqt Kastilja nisma' l- istorbju tal- landi, tal- plattini u ta' l-affarijiet l- oħra li kienu jġibu n-nisa tagħkom minn Tas-Sliema, organizzati taparsi se jagħmlu dimostrazzjoni spontanja biex jipprotestaw fuq l-ilma u li ma jistgħux isajru.", "Waħda saru minn dawn id-dimostrazzjonijiet?", "Allura, għaliex darba dawn l- istudenti li qed isemmi kienu jagħmlu dawn id- dimostrazzjonijiet il-ħin kollu - u din kienet farsa għax kienu kontinwament jorbtu lilhom infushom bil-katina biex jeħdulhom ir-ritratti, iġibuhom fuq it-television - dak l- eroj li kellkom hemmhekk ...", "U ħadd ma kien jista' jagħmillu libell għal dak li qed jagħmel għaliex lanqas illum ma tista' tmur l- Italja u tagħmel dawk l- affarijiet, aħseb ordni bħal din fl-Italja, aħseb u ara kemm kont tista' tagħmel libelli dak inhar!", "Lil dan li kien jagħmel dawn l- affarijiet bil-liċenzja għamiltuh eroj kbir.", "Mhux Garibaldi għamiltuh lil dan!", "Dawn l-affarijiet kontu tagħmluhom kontinwament.", "Issa se nitkellem fuq dak li qal l-Onor.", "Cassar.", "Jien jiddispjaċini li ma nkunx naf eżatt min ikun Ministru jew Segretarju Parlamentari għax in- numru żdied.", "Dan għalfejn ma qarax id- debate kollu ta' meta tkellem l-Onor.", "Joe Brincat u tkellem meta rranġajna l-liġi?", "F'16-il sena rranġajniha l-liġi mhux kif qal hu!", "Aħna konna rranġajna dak li kien hemm bżonn dak inhar.", "Kieku ma rranġajniex il-liġi kieku llum fil-Belt u fil-Furjana ma tistax titkellem.", "Fid-disa' snin li tan-naħa l-oħra għamlu fil-gvern, dawn l- affarijiet ħallewhom.", "Dan qal li ma konniex irranġajna l-liġi għax hekk għoġbu jgħid.", "Hawn ġew l-Istorja ta' Malta tinbidel minn ġurnata għal oħra!", "Kieku dan qara dak li qal l- Onor. Joe Brincat ma kienx jaqbad din il- parti out of its context biex jipprova ħaġa li m'għandha x'taqsam xejn.", "L- Onor. Brincat qal li aħna ma nistgħux ma nsemmux kemm huma perikolużi dawk il-mass meetings li fihom issaħħan in- nies imbagħad wara tagħmel dimostrazzjoni.", "Hemm differenza bejn dimostrazzjoni spontanja u sitwazzjoni fejn wara li tagħti avviż għal mass meeting, f'daqqa waħda tħeġġeġ lill-eluf ta' nies li jkunu miġbura biex jimmarċjaw sal-Belt u jagħmlu dimostrazzjoni, għax ma jkunx hemm numru kbir ta' pulizija.", "Dak li kien qed jgħid għax allavolja ma qgħadtx naqra, il-memorja għadha sservini xi ftit.", "Kif taf inti, jien dalwaqt nagħlaq 80 sena u ma nippretendix li għadni niftakar daqsek, imma l-memorja għadha sservini xi ftit.", "Jiġifieri mhux id- dimostrazzjonijiet spontanji huma l-aktar perikolużi, imma meta jkollok, per eżempju, 20,000 ruħ quddiemek u wara li tkun għamilt meeting u saħħanthom, tgħidilhom biex immorru jimmarċjaw ġewwa l-Belt.", "Imkien ma jsir hekk minn nies responsabbli, aħseb u ara kemm tista' tagħti l- possibilita' għal dawn l-affarijiet permezz tal-liġi!", "Imma dan kontu tagħmluh intom kull meta kontu tagħmlu meeting l-Furjana!", "Kieku aħna ridna napprofitaw ruħna mil-liġi, mhux bgħatnikom il-ħabs ... imma aħna konna ngħidu: Għalfejn se nibagħtuhom il-ħabs?", "Billi jgħaddu mill-Furjana jkissru xi każin biex taparsi jbeżżgħu lin-nies x'se jiġri?\"", "Dawn l- affarijiet kontu tagħmluhom kull meta kien ikollkom mass meeting fil- Furjana, u dak huwa ħażin, għax b'dan il-mod l-affarijiet jistgħu jiggravaw.", "Ħalli nsemmi xi ħaġa oħra li tista' tkun perikoluża.", "Jekk se tagħmel dimostrazzjoni u tavża biha lill-Pulizija jumejn qabel, min ma jaqbilx miegħek, se jkollu żmien biżżejjed biex jorganizza counter-demonstration u allavolja l-Pulizija tkun taf, ma tista' tagħmel xejn biex iżżommu.", "Jekk aħna tal-Partit Laburista, biex nieħu eżempju, nagħmlu dimostrazzjoni nhar il-Ġimgħa għax il-Ministru responsabbli mill-Pulizija għoġbu jmur jitkellem fuq it-television dwar in-nies li kienu feruti ġewwa l-ħabs u ma ndenjax ruħu biex lill-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż jagħtiha l- informazzjoni u jagħtiha ċ-ċans tistaqsi fuq l-informazz- joni ....", "Dak li kien isir fi żmienna?", "Xi ħadd qalilna li żmienna kien żmien ikrah, żmien ta' dittatura, u d-drittijiet tal-bniedem kienu spiċċaw!", "Fi żmienna konna nieħdu ħsieb li jsiru statements ministerjali fil-Parlament, għax din hija l- aqwa istituzzjoni tal-pajjiż u ma kellniex Speaker li jgħid, bħalma jgħid l-iSpeaker tal- lum, li ma jista' jikkmanda lil ħadd - u għandu raġun.", "Veru li ma jistax jikkmanda, imma għandu d-dover li meta jara li l- Parlament ikun qed jiġi denigrat, jgħid li l-Parlament mhux qed jiġi kkalkolat.", "Jekk is-Sedja m'għandhix dan id- dover, min għandu?", "Veru li s- Sedja ma tistax tikkmanda, imma jekk ma tridx tara li din il- Kamra ma tibqax iktar istituzzjoni fejn l-affarijiet jiġu mistħarġa bis-serjeta' u fejn kulħadd ikollu ċ-ċans jifli l-affarijiet, għandha d- dover li tiġbed l- attenzjoni għal dak li qed jiġri hawn.", "Mhux biżżejjed li tgħid li ma tista' tikkmanda lil ħadd.", "Kieku aħna llum noħorġu avviż u ngħidu li tant iddejjaqna b'din is-sitwazzjoni, fejn in- naħa tal-Gvern ma tikkalkolax lil dan il-Parlament u qatt ma tagħmel statements għax tippretendi li la jkunu dehru fuq it-television, hawnhekk m'għandux isir il-probing li għandu jsir minn istituzzjoni demokratika, nhar il-Ġimgħa se nagħmlu dimostrazzjoni, kieku ma tkunx ħaġa kbira li n-naħa tal-Gvern tipprova tagħmel dimostrazzjoni oħra kontra tagħna dak inhar stess, peress li dawn ikunu jafu l-ħin u l- ġurnata li fihom inkunu se norganizzaw id- dimostrazjoni tagħna, u għandhom id-dritt u ż-żmien biex jorganizzaw dik il- counter-demonstration.", "Mhux hekk biss, imma jekk b'kumbinazzjoni l-avviz tagħhom jasal qabel tagħna, allura ssir id-dimostrazzjoni tagħhom.", "Għaliex?", "Għaliex hawn m'intix qed titkellem fuq dimostrazzjonijiet spontanji imma fuq dimostrazzjonijiet organizzati.", "Dan li qed nipprovaw nagħmlu hawn huwa ħrafa kbira, għax jew qegħdin nitkellmu fuq dimostrazzjonijiet spontanji - u jekk huma spontanji ma tistax tagħti avviz ta' jumejn - jew inkella qed nitkellmu fuq dimostrazzjonijiet organizzati.", "Fuq xiex qed nitkellmu?", "Dawn qalu li aħna ma konniex nafu li bil-liġi dawn l-affarijiet jistgħu jsiru.", "Jekk se nimmaġinaw li fis-16-il sena li domna fil-gvern, ma konniex nafu li bil- liġi dawn it-tip ta' attivitajiet jistgħu jsiru, imma b'danakollu aħna ħallejniehom isiru, allura dan huwa kredtu akbar għalina.", "Għax aħna ma konniex nafu illi bil-liġi setgħu jagħmlu dawn l- affarijiet u xorta ttollerajniehom.", "Issa nafu li bil-liġi jistgħu jsiru, u mhux se nittollerawhom!", "Imbagħad niftaħru illi aħna aktar liberali u nħobbu l- liberta' aktar minn ħaddieħor.", "Din x'serjeta' hi!", "Imbagħad niġu ngħidu li din qed nagħmluha bħala kortesija lejn il- Pulizija!", "Mela l-Pulizija għandha bżonn ta' xi kortesija?", "Din ma tistax tiftiehem.", "Jekk ħaddieħor li kontu tgħajruh despota jew kriminali u tgħidu li kien iċaħħad il-human rights u ħafna affarijiet oħra - u dan f'ċirkostanzi li kien qed jiġġieled mal-Gvern Ingliż biex ineħħi t-truppi minn hawn u biex iħallas id-dejn li kellu mal-poplu Malti - dawn iċ- ċirkostanzi, li issa m'għadhomx jeżistu iktar, kien jittollerahom, kemm hi kbira li issa, wara dak il-ftaħir kollu ma' l- Ewropa - u hawn qed nirreferi għall-Onor.", "Tonio Borg, l-ewwel wieħed - xi ħadd jiġi jgħid dawn il-ħmerijiet hawn ġew!", "Jiena wieħed minn dawk li nemmen li meta iċ-ċirkostanzi jirrikjedu, il-poplu lanqas iħares lejn liġijiet.", "U din nemminha għax iċ-ċirkostanzi jkunu jirrikjedu kemm jekk ikunu lejn in-naħa tax-xellug u kemm lejn in-naħa tal-lemin.", "Min jaf kemm kien hemm liġijiet ħorox u serji, ta' nies gwappi, ta' nies li jafu l-liġi u ta' nies li studjaw u għamlu minn kollox biex tela' l-ħajt ta' Berlin u biex taw il-poteri lill-Gvern ta' East Germany biex jiddefendi dawk l- affarijiet u jispara fuq in- nies u jagħmel dawk l- affarijiet kollha.", "Dan kollu seħħ bis-saħħa tal-liġijiet ta' dak iż-żmien.", "U kieku n- nies ta' East Germany qagħdu għal dawk il-liġijiet, kieku l-ħajt li kien jiddividi East Berlin minn West Berlin ma kienx jaqa'.", "Mhux hekk biss, iżda min dakinhar applika l-liġijiet li kienu jeżistu, spiċċa biex kellu jidher quddiem tribunal.", "U intom tafu x'ġara u ma ġarax u kemm taħwid kien hemm.", "Mela jew se nemmnu li f'pajjiżna tant wasalna f'ċirkostanzi koroh li qed nibżgħu illi issa l-pajjiż iddejjaq u l- affarijiet se jmorru out of hand.", "Allura b'dawn il- liġijiet li qegħdin nagħmlu qed niġġustifikaw li nżommu l- ordni?", "Allura nkunu qed ngħidu li minflok ma morna 'l quddiem u minflok ma ġibna f'pajjiżna dak li niftaħru li ġibna, jiġifieri iktar tolleranza, ftehim u djalogu u iktar kunsens għall-affarijiet ...", "(Interruzzjonijiet) Allura issa waslu ċirkostanzi fejn bilfors ikollna nagħmlu hekk, għax inkella l-konsegwenzi se jkunu koroh, bħalma ġara fil- ħabs.", "Kieku l-ħabs ma kellux dik is- sitwazzjoni kerha, kieku ma konniex nispiċċaw biex ikun hemm min jiġi ferut.", "Issa ħalli nitkellem ftit dwar dak li semma' l-Onor.", "Tonio Borg.", "Dan semma' l- Monsinjur Philip Calleja għax qal li dan wara ...", "(Interruzzjonijiet) Peress li ma nafux ħafna jien, allura mhix ħaġa kbira li ninsa kunjomu.", "Jien ridt inkun ċert ħalli ma nwaħħalx f'xi Monsinjur ieħor.", "Dan qal li Mons. Philip Calleja darba kellu placard fejn kien kiteb xi ħaġa u wara pulizija kien mar jgħidlu biex ineħħih għax inkella kien se jarrestah.", "Din x'inhi ħdejn l-oħrajn?", "Aħna kellna Membru Parlamentari li għax meta kien għaddej l- Arċisqof ħareġ tabella li tgħid: Ave ...", "Mela tafha l- istorja, u allura lanqas hemm għalfejn inkompli.", "Dan lill- Isqof fit-tabella kitiblu: Insellmulek, eċċ. Dan ġara fi żmienkom u minħabba f'hekk kien mar il-ħabs.", "Allura għaliex issemmi dawn l-affarijiet?", "Din għamiltha bi kbira ħafna.", "Dawn l-affarijiet għandna narawhom fil- perspettiva tagħhom.", "Nerġa' ngħid li fil-1964 intom ftaħartu li ġibtu l- Indipendenza ta' Malta u biex tiċċelebrawha, f'dawk iż-żmenijiet, ħriġtu liġi li dak li jkun jista' jmur għad- dimostrazzjonijiet li tagħmlu intom u jċapċpu fihom għax inkella, mhux biss kien hemm il-liġi li setgħat titfgħek il- ħabs, imma setgħu jidħlu fik biż-żiemel b'kollox jew inkella l-pulizija jiġu jagħtuk xebgħa.", "Hekk kontu tagħmlu intom?", "Allura kif imbagħad għandek il- kuraġġ issemmi l- imgħoddi ta' naħa u l-imgħoddi ta' naħa oħra u ma jkollokx daqsxejn sens li tara li int li qed tgħid lill- Ewropej: Aħna Ewropej daqskom, anzi iktar minnkom f'dawk li huma drittijiet, għalkemm m'għandniex xi kultura aħjar minn tagħkom.", "Jien naħseb li intom tgħidu li intom Ewropej għal mod liberali kif taħsbu.", "Allura mbagħad se tmorru fl- Ewropa u tgħidu li minflok ma komplejtu żżidu mad-drittjiet li taw dawk li ma jemmnux fil- liberta' u li kienu kissru l- liberta' f'Malta - u lilkom kienu tawkom il- flus biex tiftħu stazzjon tat-television fl-Italja - intom irrest- rinġejtu dawk id-drittijiet?!", "Din x'serjeta' hi?", "Kif irridu li f'dawn iż- żmenijiet ikun hemm xi ħadd li jemminna?", "Jista' jkun li xi ħadd jemminna meta naraw dan?", "Jista' jkun xi ħadd jemminna meta ngħidulu li hu għandu dritt li jagħmel dimostrazzjonijiet, imma jrid jagħmel dimostrazzjonijiet spontanji u mhux l-ewwel imur il-pjazza jagħmel meeting li jdum tliet sigħat u mbagħad imur ikisser l-affarijiet.", "Naħseb li mhux dan intom tridu allavolja kontu tagħmlu dawn l-affarijiet.", "Aħna ma rridux dan, aħna rridu dimostrazzjonijiet spontanji.", "Intom qed tgħidulna biex neħdukom bis-serjeta' sabiex tipproteġuna.", "Intom lilna tipproteġu?", "Minn meta bdejtu tipproteġuna?", "Fiex bdejtu tipproteġuna?", "Meta ħriġna minn dan il-Parlament għaliex nafu li f'dan il-Parlament ma nistgħux nieħdu sodisfazzjon, wieħed minn sħabna qala' daqqtejn, irrapportajna lill- Pulizija dwar dan - seħibna kellu l-provi kollha - u meta l-każ instema' fil-Qorti ta' Isfel, l-akkużat instab ħati, u meta l- każ mar fil-Qorti ta' Fuq, ma nafux kif, mingħajr ma kien hemm ħadd jisma', il-każ waqa'.", "Din hija l-protezzjoni li qed tagħtuna?", "Aħna jkollna nieħdu l-protezzjoni b'idejna għaliex mhuwiex veru li qed tagħtuna protezzjoni.", "Fiex qed tagħtuna protezzjoni?", "Illum qed tagħtuna protezzjoni?", "Ir- raba' darba f'post fejn ma nagħti fastidju lil ħadd, qabdu u daħlu u għamlu li riedu.", "X'passi ħadet il-pulizija?", "Allura aħna nistgħu nemmnukom li qed tagħtuna l-protezzjoni?", "Ara taħseb li qed nigdeb!", "Għid lil sieħbek jagħtik ir-records.", "Allura taħsbu li aħna xi darba se nemmnukom li qed tagħmlu dan għall-protezzjoni tagħna?", "Dan li tridu tbellgħulna, li l- pulizija jipproteġuna sabiex ma jkun hemm ħadd li jagħtina xebgħa?", "Jien għidtlek li m'inthomx tagħtuna protezzjoni, pero' lill-Kummissarju diġa' għidtlu li dak li mhux se jagħtini hu se jġegħeli nieħdu b'idejja.", "Għaliex aħna hekk ikollna nagħmlu, dak li ma tagħtuniex intom, neħduh b'idejna bħal dawn id- dimostrazzjonijiet spontanji.", "Intom taħsbu li xi ħadd minna li jkun irid jagħmel dimostrazzjoni serjament, se joqgħod għal- liġi u jmur igħid lill-Pulizija li se jagħmel dimostrazzjoni?", "Min hu li se jieħu l-inkarigu li jgħid li hu r-ringleader u jmur jgħid lill-Pulizija li jridu jagħmlu dimostrazzjoni meta din tkun dimostrazzjoni spontanja?", "Dan qed tippretednu intom?", "Ġimgħatejn ilu jien kont tiela' - u dan qed ngħidu biex nurikom kif jiġru l-affarijiet ħalli ma taħsbux li dawn inkun qed nivvintahom - minn Delimara, għaddej minn Marsaxlokk biex immur għad-dar tiegħi f'Ħal Tarxien.", "Jien rajt qabda nies irrabjati fit- triq li waqqfuni u qaluli: \"Perit, ara x'għarukaża, mingħajr ma qalulna xejn minn fil-għodu sa fil-għaxija qabdu u għamlu trinka wiesgħa xi sitt piedi u fonda xi tmien piedi, għalqulna l-garaxxijiet, il-karozzi la jistgħu jidħlu u lanqas joħorġu u qatgħulna d- drenaġġ.\".", "Imbagħad qaluli: \"Taf x'ġara?", "Issa kien hawn wieħed li biex isewwulu d- drenaġġ tad-dar, qabad u ħareġ il-karozza tiegħu minn ġewwa ħalli dak li kellhom jaħdmu ma setgħux jaħdmuh aktar.", "Dan qalilhom: Irranġawli d- drenaġġ, għax jien mhux se mmur nisserva fil- wied.\".", "Lili mhux hekk qaluli, qaluhieli aktar ċara bil-Malti.", "Jekk tridu ngħidilkom ukoll, għaliex jien ma nistħix ngħid il-kliem Malti.", "Imbagħad ġew il- pulizija u qalilhom: \"Intom tippretendu li jien issa mmur nikxef il-qmis f'dak ir-riħ kollu ġol-wied għaliex dan fettillu qatagħli d-drenaġġ mid-dar?\".", "Dawn qaluli: \"X'nistgħu nagħmlu?\"", "Jien għidtilhom li meta t- tfal ta' l-iskola ta' Bormla ddejqu, għamlu dimostrazzjoni u għidtilhom biex jagħmlu dimostrazzjoni huma wkoll.", "Darba oħra xorta hekk ngħidilhom għax intom b'hekk biss tifhmu.", "Lil dawn in-nies ta' din it-triq la avżajtuhom biex joħorġu jew idaħħlu l- karozza u lanqas għidtulhom li se taqtgħu d-drenaġġ u mill- ewwel sar xi xogħol bil-makna, qisu ma ġara xejn.", "Jien ma nagħmilx mistoqsijiet parlamentari u ma nitkellimx fl-Aġġornament għax naf li għalxejn.", "Jien qed nitkellem għax fuq il-kuxjenza tiegħi ma rridx li ma nitniffisx fuq kwestjoni serja bħal din.", "Jien tant nemmen li intom baxxejtuh lil dan il-Parlament u tant nemmen li lid-demokrazija ħallejtulha biss id-dehra u mhux is-sustanza li qtajt qalbi li jien nista' nikkontribwixxi għall-ġid ta' dan il-pajjiż.", "Xi ħadd għadu kemm qalilna li għandna ħafna stazzjonijiet tar-radju.", "Jien ma ngħidx li aktar ma jkun hemm stazzjonijiet tar-radju iktar ikollna demokrazija.", "Is-serjeta' ma tiġix għax ikun hawn ħafna stazzjonijiet ixandru imma tiġi jekk dak li jingħad ikun bis- sens u jekk l-affarijiet isiru bis-serjeta'.", "Jien ma ngħidx li għax ikollna 50, 100 jew 200 stazzjon tar-radju se tikber id-demokrazija.", "Dan x'argument hu!", "Allura mhux aħjar kieku kellna stazzjon tar-radju wieħed u serju u jkun hemm ċans għal kulħadd?", "Issa taparsi qed nagħtu ċans lil kulħadd jitkellem u kull biċċa ċuqlajta ...", "M'għandniex noqogħdu nitkessħu u ngħidu kemm saħħaħna d-demokrazija għax ħallejna lil kulħadd jagħmel l-istorbju!", "Qed ngħid hekk għax b'dawn l-istazzjonijiet storbju biss qed isir.", "Jekk wieħed jistaqsi fiex inhu l-livell tal-broadcasting fuq ir-radio u fuq affarijiet oħrajn ...", "Fejn huma s-serjeta' u djalogu li qed isiru?", "Id- djalogu tagħna qisu dak id- dwett li smajt fuq ir-radju bejn wieħed mill-aqwa tenuri ta' dan is- seklu, Richard Tauber ...", "U naħseb li lkoll naqblu li hu tenur mill-aqwa, għalkemm m'inix xi awtorita' mużikali jew letterarja bħalma għandkom intom.", "Għax intom għandkom awtoritajiet fuq kollox.", "Per eżempju, hawnhekk dejjem issemmu tnejn li jafu fuq l-affarijiet kollha ta' Malta, u m'inix se noqgħod insemmi min huma għax intom tafuhom.", "Jien ma nippretendix li se nħabbatha ma' dawn in- nies, imma jekk naħseb li ma nkunx qed ngħid ħrafa jekk ngħid li Richard Tauber huwa tenur mill-aqwa.", "Dan id-dwett kien bejn Richard Tauber u Richard Tauber stess, għax għamel iż- żewġ vuċijiet f'daqqa b'ċerta perfezzjoni.", "U d-djalogu tagħkom qisu dan id-dwett, imma intom aqwa minn Richard Tauber, għax minflok vuċi waħda mill-istess naħa, joħorġu xi 50.", "Imma b'daqshekk xi tkun qed tisma'?", "(Interruzzjonijiet) Jiġifieri m'għandniex inħalltu l-affarijiet iżda għandna nitkellmu bis-serjeta'.", "Jien nixtieq li verament nimxu 'l quddiem u mhux lura.", "Jien niftakar żmenijiet - u forsi dawn ħadd ma jiftakarhom - meta biex wieħed kien jitkellem fil- pubbliku, ried jagħmel il- permess.", "Imma mhux talli hekk - u sħabi dan ma jafuhx u rrid nikkorreġi dan il-punt - talli qabel ma l-istenografu kien jiġi fil-meeting, qisu ġej biex jagħmel inkjesta, u bil- pompożita' kollha joqgħod mal- mejda ...", "Veru li hija tad- daħk, imma hekk kien jiġri.", "Ma nafx jekk fadalx ħajjin minn dawn l- istenographers li kienu jiġu fil-meetings - u dan huwa historically correct - u qabel ma jiġi l-istenographer ħdejk biex jikteb kull kelma li tgħid, u jinformak biex tibda inti ma tkunx tista' titkellem.", "Hu jabqad u jittraskrivi dak kollu li tkun għidt u wara jarawh l-awtoritajiet biex jekk tkun għidt xi ħaġa li hija sedizjusa, malajr itellgħuk il- Qorti.", "Dan mhux ċajt.", "Aħna bdejna fi żmenijiet koroh ħafna, u jiddispjaċini ngħid li min-naħa tal-partit tagħkom qatt ma kellna l-appoġġ biex dawn l-affarijiet jinbidlu.", "Issa f'dawn l-aħħar snin, jien fhimt li n-natura tagħkom tant inbidlet li se tieħdu l-inizjattiva biex dawn l-affarijiet nkabbruhom.", "Imma jiddispjaċini ngħid li kont diżappuntat ħafna meta għall- ewwel darba li ġejtu biex tbiddlu affarijiet fundamentali bħalma hi din, il-liberta' tal- kelma, minflok wessajtuha, irristrinġejtuha.", "U jien ngħidilkom li dan mhux ħsara lilna qed jagħmel imma ħsara lilkom għax huma affarijiet li ma tistgħux tiddefenduhom aktar.", "In-nies ta' qabel kienu jistgħu jiddefenduhom bl-iskuża tal-bon ordni.", "Issa dawn qed jidhru kapriċċi li qed idejqu lin-nies.", "Min jagħmel liġijiet fid-dinja biex nagħmlu kortesija lill-pulizija?", "Għax hawnhekk hekk qegħdin ngħidu.", "Din hija r- raġuni li wara dan iż-żmien kollu, jiena ħassejt li kelli l-obbligu sagrosant li nitkellem f'dan il-Parlament.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "(Onor. Membri : No) Il-Ministru jgħaddi għall- winding up.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Speaker, naħseb qabel ma ngħaddi biex nirrispondi xi rimarki li saru minn diversi kelliema ta' l-Oppożizzjoni ikun tajjeb li nerġgħu naraw x'qiegħed jipproponi dan l-Abbozz ta' Liġi għaliex, fil- fehma tiegħi, l-Oppożizzjoni qegħda timmiżinterpreta t- tifsira ta' l- emenda li qegħda titressaq.", "Jien donni fhimt li l- Oppożizzjoni ma ssib ebda diffikulta' li l- Pulizija tiġi avżata dwar manifestazzjonijiet politiċi u pubbliċi li jiġu ppjanati u organizzati.", "Fhimt ukoll illi l-Oppożizzjoni l- iktar illi qegħha toġġezzjona huwa għaliex qed tinterpreta l- emenda b'mod li tfisser illi dimostrazzjoni spontanja ma tkunx tista' ssir mingħajr avviż.", "U naħseb li jkun tajjeb li jiġi ċċarat mill-bidu nett illi l-emenda kif proposta ma tfissirx kif kostantement ipprovat tgħid l-Oppożizzjoni fid- diskorsi li saru f'dan id- dibattitu.", "Jien nerġa' nofri u ninvita lill- Oppożizzjoni illi jekk għandha suġġerimenti u tibdiliet oħra li jidhrilha li jkunu opportun li jsiru għal din il-liġi, in-naħa tal-Gvern hija għal kollox disposta illi tifli dawn is-suġġerimenti u tagħti l-konsiderazzjoni meħtieġa.", "L-uniku skop ta' tibdil li nixtiequ nagħmlu f'din il-liġi huwa illi aħna nassiguraw l- iktar implimentazzjoni wiesgħa tad-dritt fundamentali ta' l- espressjoni u ta' drittijiet fundamentali oħra bħalma huwa d-dritt ta' l- assoċjazzjoni u li nagħmlu ħilitna kollha biex kemm jista' jkun l- affarijiet isiru b'mod ordnat u organizzat ta' pajjiż ċivili li aħna, ta' pajjiż illi jippretendi illi jekk ikun hawn xi organizzazzjoni illi qegħda tippjana attivitajiet ta' protesta, wieħed għandu jagħti avviz biex ikunu jistgħu jsiru l- arranġamenti meħtieġa min-naħa tal-Pulizija għar- raġunijiet l- iktar prattiċi bħalma huma r-re-routing tat-traffiku li jista' jkun meħtieġ, bħalma huma l-miżuri kollha meħtieġa biex min irid jipprotesta u jkun qiegħed jippjana li jagħmel dan, ikun jista' jagħmel dan bil-liberta' kollha u biex ukoll jittieħdu l-miżuri meħtieġa biex il-liġi tiġi osservata waqt li wieħed ikun qed jeżerċita dan id-dritt fondamentali ta' l-espressjoni.", "Il-liġi kif inhi proposta ma teskludix illi jsiru d- dimostrazzjonijiet spontanji.", "In-naħa ta' l-Oppożizzjoni li tkellmet fuq dan il-punt kienet qegħda tikkontradixxi lilha nnifisha il-ħin kollu għaliex kienet qegħda titkellem fuq dimostrazzjonijiet spontanji bħallikieku dawk id- dimostrazzjonijiet huma maħsuba minn qabel, ippjanati u organizzati imma kienet qed issejħilhom dimostrazzjonijiet spontanji.", "Aħna f'dan il-pajjiż nafu illi l-Oppożizzjoni mhux darba u tnejn ippjanat u organizzat dimostrazzjonijiet illi mbagħad sejħitilhom dimostrazzjonijiet spontanji meta ma kienu xejn spontanji.", "Allura wieħed jara li fl- Abbozz ta' Liġi li qed inressqu aħna, qegħdin sempliċement ngħidu illi meta wieħed ikun se jagħmel dimostrazzjoni li hija speċifikament organizzata mhux spontanja - jiġifieri mhux xi grupp ta' ħaddiema jew studenti li għal xi raġuni spontanjament iridu jipprotestaw - irid jagħti avviż tagħha.", "Qegħdin ngħidu għal dimostrazzjoni speċifikatament organizzata, dimostrazzjoni speċifikament imħabbra, imsejħa, promossa u reklamata.", "Jiġifieri l-liġi mhijiex qegħda tipprova tirregola dimostrazzjonijiet spontanji, għax dawn huma permessi jiġifieri jistgħu jsiru taħt il-liġijiet ta' pajjiżna, taħt il-Kostituzzjoni li tiggarantixxi d-drittijiet fondamentali tal-bniedem.", "Dawn id- dimostrazzjonijiet spontanji jistgħu jsiru għax huma garantiti bil- Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal- Bniedem u dan ngħidu wkoll biex jekk xi darba jinqala' xi argument f'xi Qorti, dan id- debate ikun jista' jitressaq bħala prova ta' l-intenzjoni tal-Gvern illi din il-liġi mhijiex maħsuba biex b'xi mod tikkontrolla jew tipprojbixxi d-dimostrazzjonijiet spontanji, Mr Speaker.", "Jien insostni li l-Oppożizzjoni bħalma tagħmel f'ħafna okkażjonijiet, ħadet l- opportunita' waqt id- diskussjoni dwar dan l-Abbozz ta' Liġi biex toħroġ għal kollox barra mit-tifsira tiegħu u tipprova titfa' dubju u toħloq biża' dwar dak li jista' jsir.", "Din hija strateġija ta' l- Oppożizzjoni.", "Diversi drabi rajna li wara dan il-biki ta' biża', dan it- tfigħ ta' dubju u ż-żrigħ ta' sfiduċja dwar ħafna mill-proposti li jsiru mill- Gvern - għax dawn jgħidu li se jġibu d-diżastri, il- fallimenti, in- nuqqas ta' demokrazija u tant affarijiet oħra - jgħaddi ż-żmien u mhux biss talli dak li tkun ipprofetizzat u ħabbret l- Oppożizzjoni jirriżulta għal kollox żbaljat, talli mbagħad l-Oppożizzjoni tagħmel a complete u-turn u tibda anke taħsibha u targumenta kif ikun ippropona l-Gvern.", "U dan sar f'ħafna każijiet, Mr Speaker.", "Mela nerġa' nenfasizza li l- Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna mhux veru qiegħed jipproponi dak li qalet l- Oppożizzjoni b'mod miżinter- pretat.", "Dan l-Abbozz ta' Liġi mhux veru qiegħed jipprova jirregola u jipprojbixxi d- dimostrazzjonijiet spontanji imma qiegħed biex jirregola d- dimostrazzjonijiet li jkunu ppjanati, organizzati, imsejħa, mħabbra u reklamati.", "Mela la dan li qed ngħid jien jirriżulta minn dan l-Abbozz ta' Liġi, ħafna mill-kritika li saret mill-Oppożizzjoni kienet kritika barra minn lokha, mgiddba minn dan l-Abbozz ta' Liġi, mill-prattika, mill- fatti, mill-eżempju u mir- record tal-Gvern.", "U jekk kien hawn xi Gvern li ħadem biex iwessa' d-drittijiet tal- liberta' ta' l-espressjoni fil- fehma tiegħi huwa dan il-Gvern.", "Jien nerġa' ngħid illi l- Abbozz li għandna quddiemna m'għandux ikun hawn xi kontroversja partikolari fuqu, fis-sens li din in-naħa trid biss li ttejbu.", "Din in-naħa trid biss li jkun Abozz ta' Liġi li jiggarantixxi l- organizzazzjoni ta' manifestazzjonijiet pubbliċi ta' kwalunkwe forma fl- ordni.", "U nerġa' ngħid li l-Gvern huwa dispost li jisma' s- suġġerimenti ta' l-Oppożizzjoni biex dan l-Abbozz ta' Liġi nkunu nistgħu ntejbuh.", "Imma li l-Oppożizzjoni tallarma u tesaġera billi tgħid li qed inneħħu d- dritt fondamentali ta' l-espressjoni taċ-ċittadin komuni, jien ma nafx min qiegħed iħawwad l- irjus hawnhekk għax kien hawn kelliem ta' l-Oppożizzjoni li qal li qed inħawdu l-irjus.", "Veru li l-Oppożizzjoni għamlet minn kollox biex tħawwad l- irjus fuq din l-emenda għax qatt ma kont nistenna li fuq emenda ċkejkna maħsuba biex tirregola l-affarijiet ippjanati u organizzati, l- Oppożizzjoni tieħu dak it-tip ta' atteġġjament.", "Lanqas hu veru li jiġi xi ħadd u jgħid li għax din in-naħa għandha l- maġġoranza u l-poter allura nibqgħu għaddejjin.", "Hawnhekk l-Oppożizzjoni turi kemm dejjem tkejjel b'xibirha.", "Mhux l-ewwel darba li l-Gvern wera s-sens tar-raġuni u mhux veru li nibqgħu għaddejjin.", "Min jaf kemm saru emendi frott ta' kummenti li jkunu saru f'din il-Kamra miż-żewġ naħat tal-Kamra.", "L-istess irridu ngħidu fuq il-ftehim tal-Knisja.", "(Interruzzjonijiet) Jien mhux qed niġġeneralizza b'dan il-mod imma qed ngħid li naturalment hemm ħwejjeġ li kull naħa tkun lesta li tbiddel u tieħu in konsiderazzjoni l-proposti li jsiru min-naħa l-oħra, u hemm kwestjonijiet fejn meta naħa tħossha li hija materja ta' ċerta importanza li dwarha ma tħossx li għandha tagħmel kompromess, b'daqshekk ma jfissirx li wieħed għandu jiġġieled għax wieħed jaħsibha mod u l-ieħor jaħsibha mod ieħor.", "Jien nerġa' ngħid li nħossni verament diżappuntat li jkollok membri ta' l- Oppożizzjoni li jgħixu f'pajjiżna u raw kif ħadem dan il-Gvern fis-snin li għaddew, meta raw id-diversi liġijiet u proposti li għadda dan il-Gvern, jiġu f'din il- Kamra u jipprovaw jagħmlu kampanja qarrieqa, li din il- liġi tfisser li se nneħħu d- dritt tal-liberta' ta' l- espressjoni.", "Jien naħseb li min qed isegwi din it-tip ta' diskussjoni u jisma' l- Oppożizzjoni tibki li din il- liġi se tolqot ħażin lill- pressure groups u lill-gruppi ż-żgħar u imsieken ...", "Naħseb li l-gruppi ż-żgħar u l- pressure groups jaqbdu jidħku bl-Oppożizzjoni għaliex jafu li meta l-partit ta' l- Oppożizzjoni kien fil-gvern ipprova jikkrexxja mhux biss lill-gruppi ż-żgħar, mhux biss lill-pressure groups iżda kwalunkwe oppożizzjoni li jsib quddiemu.", "Issa ma ngħidux li lill- gruppi ż-żgħar, bħalma xi ħadd semma l-SRC, b'xi mod aħna se nċaħħdulhom xi dritt li għandhom illum il-ġurnata.", "Xi ħadd qalilna li din hija emenda li tqanqal biża' għaliex jekk il-gruppi ż- żgħar ikunu se jagħmlu xi dimostrazzjoni, dawn ikunu jridu jagħtu isimhom, u meta jagħtu isimhom allura l- Gvern se jkun jaf li hemm grupp żgħir li jrid jagħmel dimostrazzjoni.", "Imma possibbli li intom iddaħħkuna b'dan il- mod?", "Din hija s-serjeta' ta' l-Oppożizzjoni, li jagħmlu dibattitu fuq din l-emenda b'dan il-mod?", "Dan il-Gvern għamel sensiela ta' proposti u fuq kull proposta jibdew ibeżżgħu lill- poplu.", "Għamlu dan wara kull sena.", "Qegħdin fis-sitt sena u għandna Oppożizzjoni li għadha tipprova tbeżża' għal kull proposta ġdida.", "Ma nafx x'ma qalux meta konna se nintroduċu l-pluraliżmu fix-xandir.", "Qalu li dan il-Gvern se jġib diżastru u diżgwid.", "Wara li min-naħa tal- Partit Laburista għamlu kampanja kontra dan kollu, illum għandhom stazzjon tar-radju u qed jitolbu wkoll stazzjon tat-television li jriduh illum qabel għada u diġa' nxtara l-makkinarju ħalli jfittex jiġi!", "U dan taħt Gvern li jrid ikisser id-dritt tal- liberta' ta' l-espressjoni!", "Meta nisma' lill- Oppożizzjoni titkellem b'dan il-mod, Mr Speaker, jien ngħid li din hija Oppożizzjoni li ma tistax tittieħed bis-serjeta'.", "Din hija Oppożizzjoni li m'għandhiex kredibilita'.", "Ma jafux li dan il-Gvern huwa Gvern li wessa' beyond imagination ...", "Lanqas ħadd qatt ma stenna li fi żmien hekk qasir id-dritt tal-liberta' ta' l-espressjoni kellu jsib daqstant possibbiltajiet kif sab taħt dan il-Gvern u taħt kull forma li wieħed irid jimmaġina.", "Ngħidu li rridu nnaqqsu d-drittijiet tal- liberta' ta' l-espressjoni, meta l-Gvern diġa' ppubblika l- Liġi dwar il-Kunsilli Lokali li biha se jiddeċentralizza l- amministrazzjoni, li biha flok elezzjoni kull ħames snin, se jkollna elezzjonijiet kontinwi fejn il-poplu Malti jista' jesprimi l-fehma tiegħu f'elezzjonijiet liberi, f'elezzjonijiet ħielsa u f'elezzjonijiet ordnati?", "Irridu nnaqsu dawn id-drittijit meta dan il-Gvern qiegħed jipproponi li jittrasferixxi parti mill- poter amministrattiv tiegħu għal dak li jolqot id-diversi lokalitajiet lil gruppi li jiġu eletti mil-lokal?", "Allura l-Oppożizzjoni ma tarax li bl- ebda mod ma tista' tittieħed bis-serjeta'?", "Imbagħad igħid- ulna - u lanqas jistħu jitkellmu fuq George Orwell - li din il-liġi qegħda tersaq ...", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "DOM MINTOFF: Dak mhux Soċjalista kien?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Jien mhux għalhekk qed ngħidlek.", "Talli qegħdin inressqu din il-liġi, qegħdin igħidulna li aħna qegħdin inħaddnu politika u miżuri anti-soċjali li tant se jġibu eżasperazzjoni fis- soċjeta' li diġa' qegħdin naraw id-dimostrazzjonijiet kbar fit- toroq u allura qegħdin naħsbu għalihom.", "U ma tarawx li dawn huma verament argument bażwijin u redikoli li jiġu jgħidulna li l-politika li miexi biha dan il-Gvern u l-miżuri li qegħdin nieħdu huma politika anti- soċjali u miżuri anti-soċjali?", "Min se jemminhom dawn l- affarijiet meta l-poplu Malti qed jagħmel evalwazzjoni bis- serjeta' ta' dak li qed jipprova jagħmel il-Gvern fl- oqsma kollha tal- ħajja ta' pajjiżna?", "Xi ħadd irrimarka li l-irvell fil-ħabs ġie attribwit għal xi radju partikolari.", "Mhux veru għidt hekk jien.", "(Interruzzjonijiet) Intom timmiżinter- pretaw dak li jgħid dan il- Gvern.", "Aħna għidna li fuq diversi fatti - u għidna liema kienu l-fatti - is-Super One Radio kien qiegħed jigdeb.", "Per eżempju, meta fuq is-Super One Radio qal li l-Aġent Direttur il-ġdid tal-ħabs se jagħti l- ħobż u l-ilma, kien qed jigdeb.", "Meta dan ir- radju qal li se jiġru affarijiet oħrajn, kien qiegħed jigdeb ukoll.", "Aħna m'għidniex li dan l-irvell qanqlu dan ir-radju imma għidna li dan ir-radju qiegħed jigdeb, qed jagħmel allegazzjonijiet infondati u qed igħid nofs verita'.", "Aħna għidna wkoll li kulħadd għandu joqgħod attent għax dan jista' jkollu effett ħażin.", "Xi ħadd qal li fi żmien il- Gvern Soċjalista, l-gruppi tad-drittijiet fondamentali tal-bniedem li kienu vociferi u attivi issa għosfru.", "Jien ngħid li taħt dan il-Gvern mhux dawn il-gruppi għosfru imma għosfor il-ksur tad-drittijiet tal-bniedem tant li llum rari tisma' lil xi ħadd jallega li qed jinkisru d-drittijiet fondamentali tal-bniedem.", "Il- ksur tad- drittijiet tal-bniedem kien isir apposta mill-Istat u din il-ħaġa kienet saret kważi sistematika taħt l-Amministrazzjoni preċedenti.", "Mela niġu hawnhekk u ngħidu li għosfru l-gruppi favur id- drittijiet tal-bniedem!", "(Interruzzjonijiet) Jekk jaf min għamel iż-żebgħa, għandu jirrapporta u jagħti l- informazzjoni ħalli jittieħdu l-passi.", "M'għandniex inkunu pettegole u nsemmu inċidenti li l-Bambin biss ikun jaf min ikun għamilhom!", "L-istess dwar il-kwestjoni ta' meta l-Partit Nazzjonalista għamel il- protesta tiegħu wara r-riżultat elettorali ta' l- l981.", "Igħidulna li ħadu paċenzja bina.", "Huwa pjuttost barra mill-argument jekk itteħditx jew ma tteħditx paċenzja għaliex l-argument hu li jekk hawn xi ħaġa li hija rikonoxxuta, illum il-ġurnata huwa fatt li r-riżultat ta' l- l981 ġab kriżi fil-pajjiż li ma setgħetx tibqa' tiġi tolerata.", "Xi ħadd min-naħa ta' l- Oppożizzjoni qal li d-dinjita' tal-Parlament qed tonqos.", "(Interruzzjonijiet) Illum qed jonqos il-wieght tiegħu?", "Jien kont fil-Parlament meta inti kont Prim Ministru u naf x'kien jiġri f'dan il- Parlament meta l-Gvern kien jagħmel l- istqarrijiet.", "Illum igħidu li ma jsirux stqarrijiet.", "Mr Speaker, lanqas tant jintalbu stqarrijiet.", "Jien niftakar b'liema mod kienu jżidu l- weight ta' dan il-Parlament bl- istqarrijiet li kien jagħmel il-Gvern Soċjalista fiż- żmenijiet meta kien jamministra.", "Allaħares nerġgħu niġu fl-istat li nagħmlu l- istqarrijiet fl- istess atmosfera u bl-istess skopijiet li kien jagħmilhom il-Gvern Soċjalista dak iż-żmien.", "MR SPEAKER: Point of order.", "L-Onor.", "Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Mr Speaker, meta tlabna għall- istqarrijiet, ir- risposta kienet li meta l-Ministri jiġu minn barra jagħmluhom fl- airport u jagħtuhom lir- reporters, u mhux jagħmluhom f'dan il-Parlament.", "Hawnhekk qatt ma saru stqarrijiet.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Galea.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nilqa' dan il-kumment li mhuwiex point of order.", "Din hija personal explanation li għandu dritt jagħmilha.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Point of order.", "L-Onor.", "Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Din mhijiex opinjoni.", "Inti għadek kemm għamilt statement, għadek kemm għidt li hawnhekk ma tantx jintalbu statements.", "Nista' ngħid li mill-ewwel Aġġornament li ħadt meta bdejna din il- Leġislatura, bdejt ingerger fuq il-fatt li hawnhekk ma jsirux ministerial statements, għidtu kull meta tkellimna fuq x'għandu jsir f'dan il- Parlament.", "Mhux qatt ma jintalbu statements imma qatt ma jridu jagħmluhom.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Speaker, jien qiegħed inwieġeb għall-argument li sar, li bħallikieku dan il-Gvern b'xi mod naqqas mill-importanza ta' dan il- Parlament.", "Jien ngħid li dan m'hu veru xejn.", "Dan il- Parlament, f'din il- Leġislatura u anke fil-Leġislatura l-oħra iltaqa' ħafna drabi.", "Għal dawn is-sitt snin sħaħ li ilna fil- Gvern dejjem sarulna b'mod regolari xi forma ta' mistoqsijiet parlamentari.", "L- aġġornament qed jittieħed b'mod regolari wkoll, id-dibattiti qed isiru regolari u jien ngħid li qegħdin isiru b'ordni u b'iktar parteċipazzjoni ta' Membri milli niftakar jien, meta konna għadna fi żmenijiet oħrajn.", "Allura jien ma naqbel xejn assolutament ma' min jgħid illi b'xi mod dan il-Parlament tilef mill-importanza tiegħu.", "Għall-kuntrarju jien ngħid li dan il-Parlament bħala l-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż reġa' kiseb id-dinjita' li jixraqlu u li jistħoqqlu, reġa' sar Parlament illi fih wieħed jista' jiddiskuti u jiddibatti b'mod ċivili u fil- liberta', li mhux dejjem kien il-każ taħt l- amministrazzjoni preċedenti.", "B'hekk jien naħseb li min kien qiegħed jipprova jorbot ma' din l-emenda xi riflessjoni fuq l- effettivita' u d-dinjita' ta' dan il-Parlament, naħseb li kien qiegħed jiżbalja.", "Dawn qalulna wkoll illi ma jaqblux eżattament ...", "Jien nixtieq nikkwotalhom għax sar pandimonju u akkużawna li rridu nneħħu d-dritt tal- liberta' ta' l-espressjoni, Mr Speaker.", "Fil-ktieb \"Malta Church-State- Labour\" illi jgħid:", "\"Documents recording negotiations between the Vatican Authorities and the Labour Party '64, '65 ...\".", "il-proposta li qed nagħmlu llum saret mill-Labour Party dak iż- żmien, Mr Speaker għax jekk wieħed jaqra per eżempju \"Public Meetings and Demonstrations\" ...", "Jiġifieri dak iż-żmien il-Labour Party kien qiegħed jissuġġerixxi:", "\"... for meetings and demonstrations in public thoroughfares, previous notice must be communicated to the authorities who may forbid them only for well established reasons of security or public safety.\".", "Dawn riedu jdaħħlu l-emenda li qed nipprovaw nagħmlu llum.", "Dak iż-żmien kienu qed jagħmlu proposta biex idaħħluha fil- Kostituzzjoni, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Ippermettili, Onorevoli.", "L-Onor.", "Debono Grech.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Dak li qiegħed jgħid il-Ministru m'għandux jittieħed out of contest.", "Dik mhux bilfors kellu jagħmilha l-Partit Laburista?", "Jekk kienu jinqdew b'kull skuża li semma qabel l- Onor. Mintoff, per eżempju purċissjoni, tberik jew Ħadd il-Palm, biex il-Partit Laburista ma jagħmilx xi dimostrazzjoni, mhux bilfors kellhom isiru dawk it- taħdidiet mal-Vatikan?", "X'ridtu jagħmel jekk bl-iskuża tal-kappillan, il- Kummissarju kien ikollu jħassar xi meeting?", "Jiġifieri hawn m'għandna nimmiżlidjaw lil ħadd.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA Mr Speaker, dan qiegħed nindikah biex nuri ...", "U żgur li kuntest ieħor, dan huwa l-punt tiegħi, Mr Speaker.", "Għandna emenda li intom għal ta' l- apposta qed taqilgħuha barra mill-kontest tagħha, tpoġġuha fil-kontest tal-kejl ta' xibirkom u tipprovaw tgħidu li din l- emenda tfisser li rridu nneħħu d-dritt tal-liberta' ta' l-espressjoni.", "Altro che li qed tittieħed barra mill-kontest, Mr Speaker!", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Dak li l-Ministru għadu kif iċċita qiegħed jinterpretah ħażin għax the operative words mhumiex li titlob permess.", "Dik inhar kulħadd kien taħt l- impressjoni li biex tagħmel dimostrazzjonijiet, bħal meetings, trid titlob permess.", "L-operative words huma li l- permess ma jistax jiġi rrifjutat jekk ma jkunx hemm raġunijiet serji ta' sigurta' u ordni pubbliku.", "Dan hu li l- Partit Laburista ried jintroduċi, il-ġustifikazzjoni tar-review.", "Għaliex?", "Għax kulħadd kien taħt l-impressjoni li llum trid permess għal dimostrazzjoni.", "Illum kulħadd jaf li għal dimostrazzjonijiet ma tridx permess, u quindi l- pożizzjoni tal-lum hija li lill-pajjiż tintroduċilu, mhux talba għal permess, imma avviż - għax l-emenda hekk tgħid - biex tkun qed tagħmel restrizzjoni li fil-fatt illum ma teżistix.", "MR SPEAKER: Il-Ministru Galea.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Speaker, tajjeb li nerġgħu niċċaraw il-fatti biex ħadd ma jitħawwad.", "Il-Liġi mhijiex qed tipproponi li ssir talba għal permess imma qegħda sempliċement tgħid li meta xi ħadd jiddeċidi minn qabel li jorganizza meeting jew dimostrazzjoni li jkun diġa' ħabbru u ppjanah, irid jagħti avviż, Mr Speaker.", "U nerġa' nsostni illi bħalma sal-lum setgħu jibqgħu jsiru d- dimostrazzjonijiet spontanji, wara li tgħaddi din il-liġi dawn id-dimostrazzjonijiet spontanji xorta waħda se jkunu jistgħu jibqgħu jsiru.", "(Interruzzjonijiet)", "Dimostrazzjonijiet spontanji m'għandhomx bżonn permessi u avviżi.", "Għalhekk nibqa' ngħid li qed joħorġu l-emenda barra mill-kontest reali tagħha.", "Din il-liġi taħt Amministrazzjoni Soċjalista nbidlet fl-1971, fl- 1976, fl-1977 u fl-1982.", "Jekk wieħed jara l-emendi li saru fiha u kif baqgħet il-liġi, isib illi dan il-ħafna biki illi din il-liġi ...", "(Interruzzjonijiet) Artiklu 15 ta' din il-liġi jispeċifika kif għandha tingħata l-ordni sabiex meeting jiġi żbandat, jiġifieri bi tliet ordnijiet li jindaqqu bit-trumbetta jew bi tliet tisfiriet b'suffara tal- pulizija.", "Wara 16-il sena ta' Amministrazzjoni Soċjalista din il-liġi baqgħet ma nbidlitx, allavolja l-istess partit qed jgħid li kellu ħafna x'jilmenta mill-applikazzjoni ta' din il- liġi.", "(Interruzzjonijiet) Issa nbiddluha jekk hemm bżonn.", "Lill-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici ngħidlu li issa nġibu emenda sabiex din ir- redikolaġni nneħħuha wkoll.", "Naturalment għalkemm issemmiet ħafna l-Knisja, subartiklu 7 (2) ma tneħħiex f'16-il sena ta' Amministrazzjoni Soċjalista.", "Dan jistipula illi:", "\"Għall-finijiet ta' dan l- artiklu l-kelmiet \"ċerimonja pubblika\" jfissru wkoll funzjonijiet solenni li jsiru ġewwa xi knisja, li jkun hemm raġuni tajba għaliex wieħed jaħseb illi jistgħu jkunu mfixklin bil-ħsejjes tad- diskorsi f'meeting pubbliku li jsir qrib dik il-knisja jew bi tqanqil li jġib miegħu.\".", "F'16-il sena ma tneħħiex dan l- artiklu, Mr Speaker.", "Allura għalfejn qed nilmentaw minnu?", "(Interruzzjonijiet) Mhux intom kontu tilmentaw u tgergru li ma setax isir meeting għax kien se jkun hemm il-Barka Sagramentali jew kienet tkun se tgħaddi l- purċissjoni?!", "(Interruzzjonijiet) U jekk il- liġi hi hekk, għaliex ma tneħħietx?", "Hemm affarijiet oħra f'din il-liġi, Mr Speaker, minkejja li nbidlet tant drabi, baqgħu ma tneħħewx.", "Jien nerġa' ngħid li l-loġika ta' kif l-Oppożizzjoni ttrattat dan l-Abbozz ta' Liġi huwa konferma tat-tip ta' strateġija li qed jipprovaw jużaw.", "Mr Speaker, jien nemmen li l-poplu Malti din l-istrateġija warrabha darba għal dejjem u kull darba li terġa' tiġi revived kif ġiet f'dan it-tip ta' dibattitu, bilfors li jkollu jikkonkludi li l- Oppożizzjoni m'hijiex serja biżżejjed u ma tistax tingħata l-kredibilita' li qed titlob li jkollha fiċ- ċirkostanzi li qed nitkellmu fuqhom.", "Jien nerġa' ngħid li t- tifsira li l-Gvern irid li jkollu dan l-Abbozz ta' Liġi hija li d-dimostrazzjonijiet verament spontanji għandhom jibqgħu jsiru u li m'għandu jkun hemm bżonn ta' l-ebda restrizzjoni fuqhom, naturalment dejjem fil-kwadru ta' l-osservanza tal-liġijiet u ta' l-ordni pubbliku ta' pajjiżna.", "(Interruzzjonijiet) Fil-fehma tiegħi - u naħseb li din se tkun il-fehma tal-Gvern - jekk id-dimostrazzjoni hija verament ġenwina u spontanja, għalkemm veru li tista' tingombra t-triq, tista' ssir.", "Dak li aħna qed nipprovaw ngħidu huwa li meta wieħed ikun se jorganizza dimostrazzjoni kif normalment jiġu organizzati, allura għandu jagħti avviż.", "Mr Speaker, nagħlaq billi nerġa' nirrepeti dak li għidt fil-bidu, li fuq kollox il- pożizzjoni tal-Gvern fuq dan l-Abbozz ta' Liġi għadha miftuħa u jekk l-Oppożizzjoni tixtieq li tagħmel xi suġġerimenti, il-Gvern lest li jiflihom u jekk hemm bżonn jinkorporahom fil-liġi.", "Fl-istadju tal-Kumitat jien lest li nressaq emendi oħrajn li, per eżempju, jolqtu l- kwestjoni ta' l-organizzazzjoni tal-meetings wara nżul ix-xemx għax nafu li din hija ħaġa li ma baqgħetx prattika iżjed u nistgħu ngħidu li spiċċat in disuse.", "Bħalma se jkun hemm dik it-tip ta' emenda, jista' jkun hemm emendi oħra li l- Oppożizzjoni, flimkien mal- Gvern, jidhrilha li huma xierqa biex ikollna liġi li tirregola l- manifestazzjonijiet pubbliċi b'mod ċivili, b'mod serju u b'mod li jirrispetta fih d- drittijiet fundamentali tal- bniedem.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Ordinanza dwar il-Meetings Pubbliċi, Kap 68\" ikun moqri t-Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division", "MR SPEAKER: Din id-division tittieħed minn hawn u 20 minuta oħra.", "Billi fit-8.25 p.m intalbet votazzjoni, il-Kamra ġiet sospiża u rriżumiet fit-8.45 p.m.", "MR SPEAKER: Jien informat li l-Onor.", "Louis Cuschieri, l- Onor. John Dalli, l-Onor.", "Guido De Marco, l-Onor.", "Eddie Fenech Adami, l-Onor.", "Richard Muscat u l-Onor.", "Francis Zammit Dimech huma paired ma' l-Onor.", "George Gatt, l-Onor.", "Philip Muscat, l- Onor. Tony Nicholl, l-Onor.", "Anton Refalo, l-Onor.", "Lino Spiteri u l-Onor.", "Karmenu Vella.", "|VOTAZZJONI NRU 45 |", "|FAVUR : 28 | KONTRA : 25 | | | | |L-Onor. |L-Onor. | | | | |Bonello Du Puis | Abela Wistin | |George | | |Bonnici Josef |Attard Montalto | | |John | |Bonnici Michael |Bartolo Evarist | |Borg Tonio | Borg Carmel | |Cassar Joe | Brincat Joseph | |Debono Giovanna |Brincat Leo | |Deguara Louis |Buhagiar Charles| |Falzon Michael | Buhagiar Louis | |Fenech Joe | Calleja Reno | |Frendo Michael | Cilia Joe | |Galea CensuGalea | Debono Grech | |Louis |Joe | |Galea Mario |Farrugia Michael| |Gatt Lawrence |Farrugia Noel | |Gauce Borda Lino | Grech Edwin S | |Hyzler George |Mangion Charles | |Mifsud Bonnici | Micallef | |Antoine |Freddie | |Mifsud Bonnici | Mifsud Bonnici | |Ugo |Karmenu | |Muscat Claude |Mintoff Dom | |Psaila Savona | Mizzi Joe | |Joseph | | |Refalo Louis | Moran Vincent | | |C. | |Refalo Michael |Portelli Alfred | |Angelo | | |Rizzo Naudi John | Sant Alfred | |Spiteri Carm Lino|Sant Salvu | |Tabone Anton | Schembri Adami | | |Sandro | |Vella John | Vella George | |Zammit Ninu | | |Zammit Stanley | |", "Il-mozzjoni għaddiet u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tieni Darba.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR L-IŻVILUPP INDUSTRIJALI", "INDUSTRIAL DEVELOPMENT (AMENDMENT) BILL", "MR SPEAKER: Il-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi.", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): Mr Speaker, nipproponi t-Tieni Qari ta' l- Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Att dwar l- Iżvilupp Industrijali, Kap. 325\".", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO (Segretarju Parlamentari): Nissekonda.", "MR SPEAKER: Hemm rimarki?", "Il-Ministru Bonello Du Puis.", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Mr Speaker, nistgħu ngħidu li hemm tliet skopijiet għall- emendi li l-Gvern qed iressaq għall-Industrial Development Act ta' l-1988.", "L-ewwel skop huwa li nibnu inċentivi ġodda biex nestendu l-area ta' l- attivita' ekonomika; it-tieni huwa li nkomplu nżidu mal- pakkett preżenti ta' l- inċentivi għall-industrija f'pajjiżna, u t-tielet skop huwa biex naġġustaw il- mekkaniżmi u nagħmlu provvedimenti aħjar għall- amministrazzjoni ta' l- inċentivi.", "Il-politika tal-Gvern se tkun diretta biex ngħinu lil dawk il-kumpanniji li huma msejħa intermedjarji, jiġifieri kumpanniji li ma jesportawx huma direttament, iżda jipprovdu goods and services għall-esportazzjoni minn kumpanniji lokali.", "Liema huma dawn il-kumpanniji?", "Fil-liġi oriġinali biex kumpannija tkun tikkwalifika għall-inċentivi, kemm fiskali u kemm inċentivi oħrajn, riedet tkun kumpannija li timmanifattura u tesporta l- goods hija stess.", "Illum qed nintroduċu emenda fis-sens li tkun tikkwalifika wkoll il- kumpannija intermedjarja, jiġifieri dik il-kumpannija li bis-servizzi tagħha lil kumpannija li tkun qed tesporta prodott, tikkwalifika wkoll taħt il-liġi.", "Per eżempju, kumpannija li tipproduċi television sets għall- esportazzjoni tkun qed tesporta hi direttament, pero' dik il- kumpannija li tkun qed tipproduċi xi printed circuit boards għal dawn it-television sets, għalkemm ma tkunx qed tesporta direttament, tkun qed tesporta wkoll tramite l- kumpannija li tesporta l- prodott prinċipali.", "Fl-emenda li qed inressqu hemm kif jinħadem dan il-metodu.", "Ħaġa oħra li ntroduċejna huma s-service companies li huma l- kumpanniji li jagħtu servizz lill-kumpanniji li jesportaw servizz bħal per eżempju expertise li jkollhom bżonn, data bank services computer u bureau services.", "Dawn kollha huma servizzi li jistgħu jingħataw lil xi kumpannija li permezz tagħhom hi tkun tista' żżid u tkattar l-esportazzjoni.", "Jiġifieri qed ngħidu li mhux oġġetti biss jikkwalifikaw imma fil-verita' qed ngħidu li nistgħu nesportaw id-dirgħajn u l-moħħ wara l-oġġetti.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Allura jekk qed nifhem sew jekk kumpannija - tista' tkun accounting firm, legal firm jew kumpannija li taħdem fuq computerisation - qed tagħti s-servizzi tagħha u tesporta ...", "Jiġifieri biex kumpannija tikkwalifika trid tagħti s-servizzi tagħha barra l-pajjiż jew tista' tagħti s- servizzi tagħha lil kumpannija li tkun qed tesporta?", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Dik il-kumpannija stess tista' tesporta l- prodotti tagħha u l- moħħ barra l-pajjiż.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Li tagħti s-servizzi tagħha barra mill-pajjiż, jiġifieri li tibgħat l-experts tagħha barra mill-pajjiż, nifhimha pero' meta kumpannija qed tagħti servizz lil kumpannija lokali u din il- kumpannija lokali qed timmanifatura u tesporta, għal dak is-servizz tista' tieħu tax holiday ukoll?", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Skond l-ammont tas-servizz x'ikun.", "Issa la niġu fl- istadju tal-Kumitat inkunu nistgħu nelaboraw iktar.", "X'għamilna iktar?", "Daħħalna wkoll dawk is-servizzi li skond l-Att qabel ma kenux jiġu konsidrati.", "Illum nafu li meta ġiet promulgata l-Industrial Development Act f'dan il- Parlament, lanqas biss konna nafu li, per eżempju, teżisti l-akwakultura.", "Forsi l- Professur Agius kien jaf li jistgħu jrabbu l-ħut fix-xbieki fil-baħar, pero' issa dik hija industrija fruttifera għaliex anke għal dik li hija esportazzjoni għandna xi erba' kumpanniji li jrabbu l-ħut għall-esportazzjoni.", "Eżempju ieħor huwa ta' l- industrija ta' l-ortikultura li tista' tikkwalifika għall- inċentivi li jingħataw għat- tkabbir ta' ħaxix li jiġi prodott f'erbat ijiem u jinbiegħ bħala fodder għall- annimali.", "Hawn Malta 60% tal- fodder jiġi importat minn barra u issa b'din is-sistema tal- hydroponics jistgħu jipproduċu artifiċjalment dan it-tip ta' ħaxix li jiġi mitmugħ lill- baqar u kemm il-produzzjoni tal-ħalib kif ukoll il-kwalita' tal-baqar titjieb.", "Issa se nitkellem fuq fuq dwar l-emendi li l-Kamra għandha għall- konsiderazzjoni tagħha.", "Fi klawsola 2 qed nagħtu tifsira ta' x'jikkostitwixxu export sales, li qabel fl-Att prinċipali kienu dejjem jissejħu export of goods.", "F'subklawsola 2 (d) insibu li fost l-oħrajn export sales tfisser:", "\"(a) the value of goods exported by a qualifying company calculated free on board; or\".", "Qabel fil-body ta' l-Att kien ikun hemm value of goods u mhux export sales, u daħħalna wkoll il-konċett ta' \"a qualifying company to another qualifying company\", jiġifieri kumpannija li tagħti servizz lill- kumpannija li tesporta b'dawn il-kondizzjonijiet biex tikkwalifika taħt Section 2 ta' l-Att prinċipali.", "Irid ikun hemm ukoll il-prova li the said goods and services jkunu esportati u \"provided that such export has actually taken place\".", "Jiġifieri hemm dawn il-provisos.", "F'subklawsola (2)(d) żidna wkoll il-paragrafi (c) u (d) li jgħidu:", "\"(c) the value of services rendered and performed by a qualifying company which are exported by the same company; or", "(d) the value of services rendered or performed by a qualifying company in terms of paragraph (f) of subsection (1) of section 3 of this Act;\".", "Dawn huma support companies ta' product design.", "Xi emendi li hemm f'din is- section qegħdin jiddaħlu għaliex bejn il- formazzjoni ta' dan l-Abbozz u l- pubblikazzjoni tiegħu, ġie pubblikat il-volum tal-liġijiet riveduti u allura rridu ndaħħlu diversi emendi.", "Wara d- definiton ta' qualifying company, daħħalna d-definition ta' research and development programme.", "Dik l-emenda li diġa' rreferejt għaliha titkellem dwar il-beneficiaries under this Act, jiġifieri dawk il-kumpanniji li jibbenefikaw taħt dan l-Att li magħhom żdiedet il-large scale aquaculture, il-large scale horticulture, the rendering of a service by a company to non- resident persons li huma related to software houses u the rendering of a qualifying support service as may be prescribed by the Minister.", "Jiġifieri minflok nissettjaw preċiż x'inhuma dawk is- servizzi, ikun il-Ministru li b'legal notice jistabilixxi x'inhuma dawk is-servizzi biex mhux kull darba li jiżdied xi servizz ġdid li ma jkunx kopert bil-liġi tkun trid toqgħod tagħmel emenda.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Debono Grech.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Ix-xogħol tal-Medserv hu kollu overseas u ma tagħmel xejn f'Malta.", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Il-Medserv tagħti servizz lil kumpanniji taż-żejt li jiġu Malta.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Dawn jagħmlu xogħol manwali għaliex hemm min imur fuq ir-rigs, bħal roughnecks, roustabouts, eċċ.", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Dak is-servizz mhux qed tagħtih il-Medserv iżda qed jagħtih min tibgħat il-Medserv.", "Il-Medserv tagħti servizz f'Malta.", "Nieħdu eżempju, ikun hemm kumpannija taż-żejt li trid li jkollha rig barra u trid lill- Medserv tipprovdilha ...", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Il- Medserv tipprovdi siment u pajpijiet fost affarijiet oħra.", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Imma l-pajpijiet tixtrihom u tbigħhom u mhux timmanifatturahom hi.", "Ma naħsibx li s- siment u l-pajpijiet ikunu tal- Medserv, il-kumpannija stess kemm tiddepożitahom għand il- Medserv biex imbagħad teħodhom minn hemm.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Mhux dejjem hekk isir.", "Il-Medserv għandha t- tankijiet tagħha, tipproduċi, tħallat u tibgħat.", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Ma mmerikx imma ma jidhirlix li l-Medserv tipproduċi.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Allura kumpannija tal-computers li tibgħat barra bniedem jaħdem fuq il-computers qed tistmawh u l-ieħor ħaddiem ...", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Per eżempju, jien nutar u Ingliż jixtri proprjeta' u nagħtih servizz, allura jien inkun eżenti minn dan kollu?", "Il- Medserv tagħti servizz f'Malta.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Il- Medserv ma tagħtix servizz f'Malta.", "Din għad irridu nitkellmuha.", "Allura l-ġwież se nimportawh, naħbuh u nerġgħu nesportawh?", "(Interruzzjonijiet) Aħna ma nistgħux nipproduċu ġwież.", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Quddiem l-MDC hemm domanda għall- produzzjoni ta' fodder.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Mhux bilfors trid timporta l- affarijiet minn barra biex tagħmel dan il-fodder?", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Iż-żerriegħa trid timporta.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: M'għandniex nidħku bina nfusna.", "Aħna lanqas jekk niżirgħu r- raba' kollu ma jkollna biex nesportaw!", "Mela kumpannija timporta ż-żerriegħa u l- Medserv timporta s-siment li tirranġah għar- riggijiet ...", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Jien daqsek kont xettiku ta' dan il- fodder.", "Fi żmien ftit ġranet, dan il-fodder jiġi daqs sitt pulzieri, jaqtgħuh u jitimgħuh lill-annimali.", "Skond id-Dipartiment tal-Biedja hawn improvement.", "Jien lanqas irrid nemmen li dawn l-affarijiet jistgħu jikbru fi trays.", "Naħseb sentejn ilu ma konniex noħolmu b'dan.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: U x'ma konniex noħolmu!", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Allura għalfejn inti daqshekk xettiku?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Għax xorta se timporta biex terġa' tesporta.", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Per eżempju, wieħed li jesporta l-għamara bilfors irid jimporta l-injam.", "(Interruzzjonijiet) That's not a service.", "Meta tagħti servizz ma tkunx qed tbiddel in-natura ta' dak li ġġib.", "Per eżempju, jekk timporta pipe, tesporta pipe.", "Dawn huma s-servizzi ġodda li qed ninkludu u li jistgħu jkunu benefiċċjarji taħt dan l-Att.", "Qabel l- interpretazzjoni kienet ristretta wisq; kien hemm biss il-produzzjoni, il- manifattura, improvement, assembley u processing.", "Illum qed nipprovaw indaħħlu konċetti ġodda biex ninkalanaw u nistradaw kemm jista' jkun l- industrija għat- teknika.", "Jenħtieġ li f'pajjiżna nkattru u nkabbru t- technological services għaliex b'hekk inkunu nistgħu nżidu l- value added tal-Maltin li jaqilgħu il-flus minn dawn l- industriji.", "Emenda oħra hija għal section 4 ta' l-Att prinċipali li tgħid li biex kumpannija tikkwalifika għal tax holiday trid tesporta aktar minn 95% tal- produzzjoni tagħha.", "B'din l-emenda qed inbiddlu l-kelma \"production\" bil- kliem \"export sales\" u qed inżidu l-kelma service mal- production u l- manifattura sabiex tkun konsonanti maż- żieda li qed nagħmlu għall- inċentivi.", "Emenda oħra hija għall- artiklu 5 ta' l-Att prinċipali li jitratta dwar skema ta' inċentivi għall-produzzjoni.", "Qabel kienet tiġi interpretata li għal din l-iskema, il- profitt mill-esportazzjoni ta' kumpannija li ma kenitx għadha in eżistenza, kien zero.", "Din għamilniha biex nikkjarafikaw l- affarijiet.", "Section 7 ta' l-Att prinċipali titkellem dwar l- investment allowance ta' 120%.", "Qabel ma kienx hemm time limit u issa tista' tikkwalifika biss għall- ewwel 25 sena.", "Din hija emenda li ħassejna li hemm bżonnha minħabba xi double taxation li għandna u tikkwalifika biss għal 25 sena.", "Infatti l- proviso fi klawsola 6 igħid:", "\"Iżda l-Ministru jista' minn żmien għal żmien b'avviż fil-Gazzetta jżid l- imsemmi perijodu b'perijodu jew perijodi oħra li ma jaqbżux il- ħamsa u għoxrin sena.\".", "Għamilna emenda wkoll għall- export promotion allowance u tellajna l- limitu ta' 120% għal 140%, jiġifieri kumpanniji li kienu intitolati li jnaqqsu mit-taxable income tagħhom sa 120% bħala export promotion allowance, issa jistgħu jnaqqsu sa 140%.", "Jiġifieri jekk qabel kienu jonfqu Lm100, l-Internal Revenue Department kien jikkalkolalhom li nefqu Lm120, issa qed ngħidu li se jikkalkolalhom li nefqu Lm140.", "Jiġifieri min ikun qala' Lm140 jħallas Lm35 bħala company tax.", "Klawsola 9 temenda artiklu 12 tal-liġi prinċipali li jittratta r-research and development allowance.", "Aħna konxji li hemm bżonn li ssir ħafna riċerka biex isir iktar żvilupp u ma jistax ikun li nibqgħu bħalma konna meta konna nesportaw dak li nikkopjaw mingħand ħaddieħor jew meta ħaddieħor kien jibgħatilna l- materjal u aħna naħdmuh u nesportawh.", "Ir-research and development huwa fattur importanti għall-iżvilupp industrijali ta' dan il- pajjiż.", "Issa dan irrikonexxejnih u hemm inċentivi għal research and development.", "Section 13 ta' l-Att prinċipali tittratta dwar it-taxxa pagabbli mill- expatriates.", "Bħala inċentiv biex ikollna l-expertise neċessarju u nħajru l- industrija twaqqaf sede hawn Malta, kien hemm special tax rates għal dawk l- expatriates li jimpjegaw ruħhom ma' kumpanniji hawnhekk.", "Fil- fatt l- ogħla rata ta' taxxa li kienu jħallsu kienet ta' 30%, purche' l-ammont ta' taxxa li jħallsu ma jkunx inqas minn Lm1,000, jew pro rata f'każ li jkunu ilhom hawn inqas minn sena.", "Issa qed nipproponu li din tiġi deleted.", "Għaliex?", "Għaliex ġie kkalkolat li peress li 30% hija l-ogħla rata ta' taxxa li seta' jħallas expatriate u bis-sistema tat- tassazzjoni kif inhi, l-ogħla rata tat-taxxa għalina hija ta' 35%, id-differenza ta' 5% mhijiex vale la pena u għandna nneħħuha.", "Pero' l-IDA hija l- liġi prinċipali li trid tibqa' hemm.", "Jekk imbagħad xi ħadd, f'mument ta' telf ta' luċidita', ifettillu jtella' l- ogħla rata tat-taxxa, per eżempju, għal 50%, din ir- rata verament tkun ta' diżinċentiv għal min jiġi hawn Malta.", "Peress li 30% hija r-rata ta' taxxa li tapplika taħt il-MIBA u taħt il-Freeport Act, jien se nipproponi li din tibqa' kif kienet, jiġifieri li ma ssir l- ebda emenda għal dan l-artiklu u l-ogħla rata illi jħallsu tibqa' ta' 30c fil- lira, b'minimum ta' Lm1,000 jew pro rata.", "Jiġifieri f'section 13 se jibqa' kollox kif inhu.", "Fi klawsola 12 qed nipproponu emendi għas-soft loans li l- MDC tista' tagħti lill- kumpanniji li jiġu biex jistabbilixxu industrija hawnhekk.", "Qabel is-soft loans setgħu jingħataw lill- kumpanniji għall-akkwist ta' plant, machinery and other fixed assets, li jkunu ġodda, bl-eċċezzjoni ta' artijiet u bini.", "Issa din se nbiddluha fis-sens li soft loan tista' tkun tibda tingħata \"for the acquisition of plant, machinery and other fixed assets, excluding lands and buildings\", jiġifieri neħħejna l-kelma \"new\" minn subsection (1) ta' section 16.", "Din il-kelma ġiet introdotta f'paragrafu (a) ta' sebsection (2) li tgħid li:", "\"The Corporation may grant loans as provided under subsection (1) of this section when the plant, machinery or fixed assets -", "(a) are acquired by the company unused and not second hand ...\".", "Issa se ndaħħlu l-kelma \"new\" u allura tiġi taqra \"are new and acquired by the company unused and not second hand\".", "Wieħed mill-għanijiet prinċipali ta' dawn l-emendi huwa li nattiraw hi- tech industries u nagħmlu minn Malta hi-tech electronics centre.", "Allura hemm dik il-proviso f'sebsection (2)(c).", "Ma nafx kif tinkwetaw fuq is- second- hand għax intom kellkom il- kredu tas-second-hand u kont naħseb li intom tillodawna talli qegħdin insegwukom u tisperaw dejjem naturalment li nixtru bħalkom l-aħjar, l-itjeb u l-irħas.", "Kif il-Kamra tapprezza, fil-hi- tech elect- ronic industries, dak li hu tal-bieraħ illum sar żmien il- brodu.", "(Interruzzjonijiet) Intom mhux tal-bieraħ kontu tixtru imma ta' sentejn ilu, din hi d-differenza.", "Jekk hemm bżonn, wara li l-MDC jeżaminaw u jevalwaw talba għal ħruġ ta' loans ħalli nkunu nistgħu nattiraw hi-tech industries ...", "MR SPEAKER: Ippermettili ninterrompik.", "Sar il-ħin.", "L- Onor. Bonello Du Puis jibqa' in possession.", "Il-Ministru ta' l- Edukazzjoni, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament tal- Kamra.", "Fid-9.20 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Sur President, nipproponi l- Aġġornament tal- Kamra għal nhar it-Tlieta, 2 ta' Marzu fis-6.00 p.m. b'din l-Agenda:", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Iżvilupp Industrijali - it-Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Karti ta' l- Identita' - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Edukazzjoni - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar ir- Ratifika tal-liġi tal- Baħar - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il- Meetings Pubbliċi - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar iż-Żwieġ - it- Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jħassar l-Att dwar it-Taxxa tal- Mewt u tad-Donazzjoni - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Kunsilli Lokali - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Kummissjoni għall- Amministrazzjoni tal- Ġustizza - it- Tieni Qari.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Il- ġimgħa li għaddiet ġraw fatti ta' importanza kbira u ta' serjeta' mhux żgħira fil-pajjiż li jistħoqilhom li jkunu investigati b'serjeta'.", "Waqt li kienu qed jiġru dawn il- fatti, l-informazzjoni li ngħata l-pubbliku Malti kienet informazzjoni parzjali, ħafna drabi informazzjoni żlogata, b'suspett kbir li kienet informazzjoni manipulata.", "Kien hemm attentat ċar min- naħa tal-Gvern biex ikun hemm management ta' l-aħbarijiet dwar dawn il-fatti li kienu qed jiġru.", "Bilfors allura li wieħed jistaqsi x'ġara eżatt matul l-inċidenti gravi li seħħew l-ġimgħa li għaddiet.", "Hawn qed nirreferi għar- rewwixta gravi - skond il-Prim Ministru - li kien hemm fil- ħabs ta' Kordin l-ġimgħa li għaddiet li matulha kien hemm atti ta' vjolenza, atti ta' ġlied u wkoll weġġgħu serjament għadd ta' nies.", "L-informazzjoni ċara u preċiża dwar x'ġara, qatt ma ngħatat b'mod li huwa konvinċenti min-naħa ta' l- awtoritajiet pubbliċi.", "Anzi kien hemm sforz ċar ta' manipulazzjoni ta' l-opinjoni biex anke t-tort għal dak li ġara u anke r-rifless ta' dak li ġara jitwaddab fuq stazzjonijiet privati tar- radju, fosthom wieħed partikolari s-Super One, biex jispjegaw li dak li kien qed jinqala' ma kienx daqstant gravi u t-tieni nett, anke jekk kien gravi, kien qed jaggrava ruħu b'dak li kien qed jiġi rapportat.", "Kien hemm konferenzi stampi mill-Ministru konċernat, kien hemm leakages mħarrbta ta' dak li qiegħed jintqal u jingħad imma stampa koerenti ta' x'inqala' l-ħabs tal-Kordin sal-lum għada ma ħarġitx.", "U stampa koerenti mhux f'sens ta' kif jiġu mmexxija l-aħbarijiet imma fis-sens ta' x'ġara eżattament.", "Mhuwiex serju li Gvern ikun liema jkun jipprova jixħet suspetti u dubji dwar min iqajjem mistoqsijiet dwar inċidenti gravi bħal dawn billi jgħid li min qed jagħmel hekk qed ikun irresponsabbli jew ikun qiegħed jirrifletti xi forma ta' strateġija tat- tixwix.", "Dan it-tip ta' approach issa drajnih, imma frankament mhijiex serjeta' li l-Gvern ikompli jipproċedi b'din it-tip ta' attitudni quddiem il-mistoqsijiet serji li qed isiru min-nies li qed jistaqsu x'ġara eżatt waqt l- inċidenti gravi fil- ħabs ta' Kordin il-ġimgħa li għaddiet.", "Jidher ċar li kien hemm rewwixta, jidher ċar li dik ir- rewwixta qamet parzjalment bħala reazzjoni għall- passi li kien ħa l-Gvern \"biex idaħħal iktar dixxiplina fil-ħabs\".", "Imma jidher ukoll li kien hemm azzjonijiet u ħidmiet hemm ġew li wasslu għal ċerti azzjonijiet esaġerati ta' użu ta' forza u ta' reazzjoni għall-użu ta' forza li għadhom ma ġewx kjarifikati u li dwarhom il-pubbliku għadu jinsab fid-dlam.", "Hemm allegazzjonijiet li ntużat il-forza fuq individwi li spiċċaw l- isptar b'saqajhom it-tnejn miksurin u li dwar dan għad m'hemmx informazzjoni ċara u preċiża.", "Jien naf illi n- naħa tal-Gvern tirreaġixxi għal ħaġa bħal din billi tgħid li qed nipprova nxewwex jew naqla' d-dubji.", "Din mhijiex attitudni serja u responsabbli min-naħa tal-Gvern.", "Wara li fl-aħħar il-Prim Ministru nnifsu rrikonoxxa li kien hemm rewwixta u saru azzjonijiet ta' natura gravi fil-ħabs ta' Kordin, quddiem fatt bħal dan Gvern responsabbli minflok ma jżomm kollox mistur, għandu r- responsabbilta' li minnufih iwaqqaf inkjesta serja u trasparenti li bl- akbar rigorosita' tinvestiga l-fatti li ġraw u tagħmilhom pubbliċi minnufih, mhux sempliċiment biex insewwu jew ngħattu l- ħtija imma għall- ħtieġa ta' trasparenza quddiem fatti gravi bħal dawk li ġraw f'Kordin il- ġimgħa li għaddiet.", "L-intervent tiegħi tal-lum huwa maħsub sempliċement biex nagħmel ċara l- fehma tagħna minn din in-naħa tal-Kamra.", "Hija l-akbar responsabbilta' tal- Gvern illi minnufih iwaqqaf inkjesta serja, indipendenti u trasparenti biex jara eżattament x'ġara f'Kordin dawn l-aħħar ġimgħa u nofs.", "U din l- inkjesta għandu jagħmilha mhux biex tagħti l-ħtija jew biex tgħatti l- ħtija, mhux biex nidhru li qed nakkużaw lil dak u lill-ieħor, imma biex nistabbilixxu l-fatti eżatt kif ġraw.", "Min-naħa ta' l- Oppożizzjoni m'hemmx dubju li hawn apprezzament sħiħ għall- membri kollha tal-forza tal- Pulizija u ta' l-Armata li ħadu sehem u segwew dmirhom kif suppost mingħajr eċċessi, kif ukoll lejn il-gwardjani involuti li għamlu dmirhom kif suppost.", "Ta' dan għandu jkun hemm l-apprezzament tagħna u tal-poplu Malti kollu.", "Pero' huwa fl-interess tat-tmexxija u ta' soċjeta ċivili li jingħata rendikont ċar, serju, trasparenti u responsabbli tal- fatti serji li tqanqlu l-ġimgħa li għaddiet f'Kordin.", "M'hemmx dubju li jekk il- Gvern jibqa' mutu, jew jintilef - kif qed jidra jagħmel bil-mod arroganti tiegħu - jgħajjar lill-Oppożizzjoni arroganti u xewwiexa u jirrifjuta li jagħmel din l-inkjesta, allura fl-opinjoni tiegħi u tal- maġġoranza tal-poplu Malti u Għawdxi, terġa' tiġi konfermata l-idea li bħalissa dan il- pajjiż mhux qed jitmexxa sew.", "Huwa d-dover tal-Gvern li minnufih jagħmel inkjesta serja, responsabbli u indipendenti biex il- poplu jkun jaf eżattament x'ġara f'Kordin il-ġimgħa li għaddiet.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Il-Ministru ta' l- Edukazzjoni.", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Sur President, skond il- liġijiet tagħna, qed issir inkjesta mill-Maġistrat Silvio Meli.", "Il-Gvern għandu fiduċja li l- inkjesta li se tagħmel il- Maġistratura tkun eżawrjenti u tistabbilixxi l- fatti u l- indizji ta' responsabilitajiet.", "Ma jaqbilx li f'materja bħal din, fejn żgur ġew kommessi reati, ikun hemm inkjesti oħrajn li b'xi mod jistgħu jitfgħu xi dawl ieħor qabel ma tkun spiċċat l-inkjesta maġisterjali.", "M'għandi l-ebda biża' li l-Maġistrat Meli se jdum ħafna jagħmel din l- inkjesta, imma naħseb li hu maġistrat serju li se jagħmel l- affarijiet bis-serjeta'.", "Il- pajjiż għandu jistenna li l- maġistrat jagħmel l-inkjesta u jistabbilixxi l-fatti skond il- liġi.", "Ma naħsibx li jaqbel għal pajjiż li jkun hemm inkjesta oħra sovraposta għal din, u lanqas jaqbel li jsiru dikjarazzjonijiet fuq responsabilitajiet ta' nies li jistgħu jkunu ta' ħsara.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l- Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Bir- responsabilita' kollha ngħid li dak li għadu kemm irrisponda l- Onor. Mifsud Bonnici juri eżattament il-problema li għandna bħalissa fit-tmexxija trasparenti tal-pajjiż!", "Kemm- il darba ġejna ffaċċjati b'din it-tip ta' risposta u strateġija, u mbagħad mhux talli l- affarijiet ma ġewx iċċarati, talli fil-fatt il- poplu baqa' fid-dlam dwar dak li qed jiġri.", "Jiena ngħid bl-akbar responsabilta' u bir-rispett kollu lejn il-Maġistrat Silvio Meli, li l-approach li qed jipproponi li jieħu l-Gvern fuq din il- ħaġa, huwa maħsub biex kif ġara f'każijiet oħra s-sena li għaddiet stess, il-fatti ta' dak li ġara u r-realta' ta' kif spostaw ruħhom l-inċidenti, jinħbew, jitgħattew u ma jkunux magħrufa.", "Din hija r-realta'.", "(Interruzzjonijiet) Mela nsejtu tad-Detox?", "Din hija l- istess ħaġa pero' hija ħafna agħar, hija l-istess ħaġa bħalma ġara fil-każijiet ta' inkjesti oħrajn.", "Il-mod kif il- Gvern qiegħed jipproponi li jmexxi l-istħarriġ fuq dan il- każ huwa totalment irresponsabbli u jirrifletti nuqqas ta' responsabbilita' quddiem x'tirrikjedi t-trasparenza u t- tmexxija moderna ta' dan il- pajjiż.", "MR SPEAKER; Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "George Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Fl-aħħar Aġġornament li kien hawn pjuttost kien hawn ħin movimentat, Mr Speaker, u jiddispjaċini jekk għamiltlek it- tmexxija ta' din il-Kamra ftit diffiċli, pero' kien hemm allegazzjonijiet li jien kont qed ngħid affarijiet li ma kontx kapaċi nissostanzja.", "Qed nirreferi għal dak li għidt fuq l-Onor.", "Mario Galea, fejn ammetta f'din il-Kamra li m'għandu lil ħadd li jmur jitkellem f'ismu fid- dipartimenti tal-Gvern u fl- awtoritajiet man-nies tiegħu.", "Stedinni biex ngħid min.", "Fiż- Żejtun kulħadd jaf x'inhu jiġri.", "Jien minn dejjem ħlift li rrid nara li l-indafa tkompli miexja, tkun ġejja minn fejn tkun ġejja.", "Se nitkellem hawn għaliex in-nies li mhumiex miż-Żejtun ma jafux il-fatti bħalma jafuhom in-nies taż- Żejtun.", "Issa l-Onor.", "Mario Galea jiċħad jekk huwiex veru dan li se ngħid.", "Mhux se nsemmi l-isem imma se nagħtih hawnhekk lill-Onor.", "Ugo Mifsud Bonnici li qal li se jagħmel inkjesta.", "Issa nara jekk jagħmilx din l-inkjesta.", "Jien nistaqsih jekk jafx persuna li għandha Identity Card No. 244536 - nieqaf hawn għalissa imma l-isem u l- indirizz se nagħtih lill- Ministru Ugo Mifsud Bonnici - jekk huwiex veru li din spiss tiġri fid-dipartimenti tal- Gvern u għandha ċertu saħħa, iċċempel, tordna u tagħmel l- affarijiet.", "Min irċeva l- favuri mingħandha qed igħid ċar u tond - u mhux qed ngħidu għaliex hawn l-Onor.", "Psaila Savona hawnhekk - li din għandha saħħa aktar mill-Membru Parlamentari Nazzjonalista l- ieħor.", "Se nsemmi żewġ każijiet biss biex jekk ma tafx tfittex ħalli ma jkunx hemm min, kif għidt inti biex tilgħabha tal- qaddis, juża ismek u ma tafx.", "Issa lilek se nagħtik l-isem u l-kunjom u ara inti għall- affari tiegħek.", "Jien se nistaqsih biss jekk jafx b'xi każ ta' xi wieħed li ma tantx hu ismar, anzi pjuttost huwa ġinġer - xi ħaġa li kienet instrumentali ħafna biex baqa' impressed mal-Gvern u l-familja tiegħu hekk jiftaħru, li għandha saħħa aktar mill-Onor.", "Psaila Savona - ....", "It-tieni każ, jekk din kenitx involuta biex xi ħadd isir security guard f'Zammit Clapp Hospital.", "Jien daqshekk se ngħid illum.", "Jekk irid aktar 'il quddiem niftħu aktar imma jkun onest u jkun raġel u jekk dawn l- affarijiet jafhom - u qed igħid li din il-mara ma jafhiex u li mhux veru jibgħatha - allura mbagħad ikolli nżomm l-opinjoni tiegħu u nibda ngħid l- affarijiet tiegħi jien.", "Dan qed ngħidu biex ma jaħsbux li aħna npaċpċu bl-addoċċ u b'mod irresponsabbli.", "Ngħid għalija, jien il-gideb ma naħmlux u issa se nsemmi każ ieħor li m'għandux x'jaqsam miegħu.", "F'dibattitu li kellna mas- Segretarju Ġenerali Austin Gatt fuq l-RTK, dan ried jimla' ras il-poplu Malti li mhux veru li stampaw l-affarijiet barra fl- elezzjoni li għaddiet, li kollox sar hawn Malta u qamilhom Lm30,000.", "Jien għidt li din hi gidba u nistieden lill-Austin Gatt igħid lill- poplu jekk huwiex veru li fit-3 ta' Frar ta' l-1992 fil-London Park Hotel, kien hemm mal-25 jew 30 pakkett, tliet pied b'żewġ piedi u żewġ piedi l- wieħed, kollha b'\"Eddie Fiduċja\" fuq barra, li ġew mill-Olanda u tgħabbew fuq il- flight ta' Air Malta ta' dakinhar.", "Jekk dawn stampawx ruħhom hawn Malta u marru hemm biex jitperrċu u reġgħu ġew, ma nafx.", "Imma dawn kienu fil- London Park Hotel u ġew mal- flight ta' Air Malta.", "Jien ngħidlu li jekk irid ikun raġel, wara li jammetti li veru li gideb fuq l-RTK, jippublika l- freight bill ta' Air Malta u jurina kemm ħallsu fuq dawn ...", "(Interruzzjonijit) Naħseb li m'għandux bżonn avukat għaliex jaf jitkellem.", "Ippublikawlna kemm ħallastu freight fuq dawk il-karti fuq Air Malta.", "Dawn huma hors d'ouvres, biex nibdew, ħalli nurukhom li aħna la aħna giddibin u lanqas inxewxu għal xejn.", "(Interruzzjonijiet) Din m'hi skuża ta' l- elezzjoni xejn.", "Aħna qegħdin ngħidu li min qed jilgħabha bir-raġġiera ma' rasu, għandu ħafna x'ixomm u bdejna nikxfu ċerti affarijiet u meta tridu nkomplu ngħidulkom.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Evarist Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Mr Speaker, fl-aħħar snin saret moda li nassoċjaw l-ambjent mal-ħdura.", "Għalhekk jien irrid nassoċja l-ambjent mal-ħdura wkoll, speċjalment mal-ħdura li l-Ministru ta' l-Ambjent, l- Onor. Michael Falzon wera u tefa' fuqi fl-aħħar Aġġornament.", "Jien nikkumplimentah li fi ftit minuti rnexxielu jagħmel lista twila ta' insulti lejja ...", "Meta tkellem l- Onorevoli - underlined - Michael Falzon interpreta ħażin ħafna n-natural tiegħi.", "Jien bniedem b'natural kwiet pero' mhux se nħalli lil min jinterpreta li jien beċċun.", "L- Onor. Michael Falzon ħaseb li jiena kwiet, beċċun u li jista' jiġi hawn u wara li jgħajjat żewġ għajtiet, jien nitlaq niġri b'denbi bejn saqajja.", "Aktar ma jagħmel hekk aktar inkun nista' nwieġbu għax jien m'hu se nħalli lil ħadd jumiljani, aktar u aktar lil xi ħadd bħall-Ministru Michael Falzon.", "Poeżija ta' David H. Lawrence tgħid hekk:", "\"I can't stand Willy Winkle.", "I can't stand him at any price for when you hit him once he lets you hit him twice.\".", "Għalhekk jien mhux se nħalli lill-Onor.", "Michael Falzon jagħmel kif David H. Lawrence jikteb dwar Willy Winkle.", "Il- Ministru Falzon qal li jien mangia santi cacca diavoli.", "S'intendi, bħala Ministru responsabbli mid-drenaġġ huwa awtorita' fuq analisi fecale.", "Fil-fatt illum ġab apparat biex jagħmel dawn l-affarijiet u għandu dritt għall-opinjoni u għall-awtorevolezza tiegħu f'dan il-qasam.", "Jien mhux se ngħid kif wasal għall- konklużjonijiet tiegħu.", "Hawn min jitqarben biex jidher, pero' jien m'inix wieħed minn dawn.", "Li rrid nistaqsi huwa fejn qegħda din id-doppiezza tiegħi u kif jien niekol mod u nagħmel mod ieħor.", "Il-Ministru Michael Falzon għandu jgħidli kif nuri din id-doppiezza tiegħu fil-konfront tiegħu, qisu hawnhekk jien noqgħod infaħħru imbagħad nikkritikah fuq il-ġurnal.", "Fil-fatt lill- Ministru Falzon jien nikkritikah kemm fil-ġurnal li għandi x'naqsam miegħu jien u kemm fil-Parlament.", "Jiġifieri jekk nuri doppiezza fuq ħafna affarijiet jew fuq affarijiet oħra, ma naħsibx li jista' jgħid li fil-konfront tiegħu nuri din id-doppiezza Hu qal li għandu żaqqu f'fommu u għalhekk forsi jlablab ħafna.", "Punt ieħor li ridt insemmi hu li f'ħin minnhom ta x'jifhem li jien ħadt xi flus mill-Unjoni Sovjetika għaliex qal li bdejt il-karriera politika tiegħi ...", "MR SPEAKER: Point of order.", "Il-Ministru Falzon.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Assolutament mhuwiex veru li jien tajt x'wieħed jifhem hekk.", "Jista' jara l-ispeech u jara li dan m'hu veru xejn.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: L- Onor. Michael Falzon qal li jien bdejt il- karriera politika tiegħi bħala uffiċjal mal- Partit Komunista Malti meta dan kien jieħu l-flus mill- Unjoni Sovjetika.", "L-ewwelnett, nistieden lill- Onor. Michael Falzon jiċċekja mal-kollega tiegħu l-Onor.", "Carm Lino Spiteri fejn bdejtha l-karriera politika tiegħi.", "MR SPEAKER: Point of order.", "Il-Ministru Falzon.", "ONOR.", "MICHEL FALZON: Jien qgħadt ħafna attent u m'għidtx hekk.", "Jien m'għidtx li meta hu kien uffiċjal, kienu jieħdu l- flus.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Inti għidt li issa irriżulta li qed jieħdu l- flus.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Hekk hu, imma m'għidtx li meta kont uffiċjal inti ...", "Għaliex inti qed tgħid li allaċjajtkom.", "ONOR, EVARIST BARTOLO: Mela jien nistieden lill-Onor.", "Falzon biex ikompli jinvestiga aktar fuq kemm jien eċċedejt kull etika meta bgħatt l- envelopes tal-Parlament - għaliex irridu niftakru fuq xiex bdiet din - ...", "Jien żgur li m'inix bniedem perfett u żgur li għallinqas nittama li nibqa' bniedem li jekk xi ħadd jiġbidli l-attenzjoni li nqast, għandu jkolli d- diċenza li ngħid li nqast.", "Pero' l- Ministru m'għandux raġun u se nkompli ngħidlu aktar.", "Jien nistiednu jiċċekkja fuq din il- kwestjoni.", "Per eżempju, għandu jivverifika jekk kienx hemm ċertu Ivan Mahmahovski minn Moska - importanti li ngħid dan biex ma jiġix imħallat ma' Ġanni Maħmaħ mill-Mosta - ma' Angelovic Xerebski min-Necher - mhux Anġlu Xuereb min- Naxxar ...", "Lill-Ministru nistiednu jiċċekkja wkoll jekk jien minn din-naħa ta' l-Unjoni Sovjetika rċevejtx flus biex inkun nista' nħaddem uffiċċju fid- Distrett meta tasal l- elezzjoni kemm fil-Mosta qrib il-kunvent tas- sorijiet u kif ukoll fin-Naxxar.", "Dwar kif bdejt il-karriera politika tiegħi, nerġa' nistieden lill-Onor.", "Michael Falzon jiċċekkja d-dokumenti tal-Partit Nazzjonalista, jiċċ- ekkja ma' l-Onor. kollega tiegħu Carm Lino Spiteri, jiċċekkja l-background famil- jari tiegħu u jkun jaf fejn bdejtha l-karriera politika tiegħi, u jekk bdejtiex mal- Partit Komunista Malti.", "Biex ikun jaf kif kont naħsibha jien fuq il-komuniżmu Sovjetiku nistiedu jaqra l-ġurnali ta' dak iż-żmien u mhux il-ġurnali tal-lum għax illum kulħadd bravu u janalizza wara.", "Il- ġurnal \"Libertas\" li nħareġ mill-istudenti demokristjani u lill-Dr Joe Cassar - persuna li jien għad għandi rispett kbir lejha għax fl-Universita' konna flimkien fil-Grupp Azzjoni Marxista - nistiednu biex jiċċekkja ma' xi ħadd li jiġi minnu biex ikun jaf aktar dwaru.", "B'hekk wara jkun jista' jagħmel l-attakki bħalma għamel dak inhar.", "Issa ħalli ngħid fuq xiex inqala' dan kollu.", "Jien ktibt lill-kostitwenti tiegħi li l- Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma l-ewwel kienet se titlob lill-bdiewa jirreġistraw l- ispejjer tagħhom, imbagħad kienu jitwaħħlu l-meters u wara kienet tiċċarġja lill-bdiewa fuq l-ilma li jtellgħu.", "Hawnhekk jien ma semmejtx lill- Onor. Michael Falzon għax f'din l-istorja kollha tinteressani ħafna mistoqsija waħda, jiġifieri kif is- Segretarju Parlamentari għall-Ilma, l- Onor. Ninu Zammit ma deher imkien u ma jidher imkien.", "Għaliex kellu jkun l-Onor.", "Michael Falzon li jwieġeb fuq ħaġa bħal din?", "Jien m'għandix idea x'inhi r-raġuni.", "Jien ngħid li l- Korporazzjoni kienet qed taħdem fuq dan.", "Irrid ngħid ukoll li l-attakk aggressiv kollu fuqi nqala' għax użajt madwar 400 envelope tal-Parlament biex ikkommunikajt mal-kostitwenti tiegħi - madwar tliet ġimgħat ilu organizzajna seminar fuq il- qagħda ta' l- edukazzjoni f'Għawdex flimkien ma' l-Onor.", "Ugo Mifsud Bonnici - u nixtieq nitlob il-permess tal- Kamra biex inqiegħed xi envelopes fuq il-Mejda tal- Kamra.", "MR SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Inqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra:", "Envelopes privati mibgħuta bil-bolla mill-Onor.", "Evarist Bartolo.", "Dan qed nagħmlu biex nuri l- kriminalita' li jien ġejt akkużat biha hawn ġew.", "Il- kliem li ntuża kien li jien eċċedejt kull limitu, li l- iSpeaker għandu jinvestiga affarijiet serji bħal dawn u li jien nilgħabha tad-dejjaq u tal-qaddis.", "Ir-reazzjoni ta' l-Onor.", "Michael Falzon kienet sproporzjonata u aktar kienet sproporzjonata t-tieni darba.", "Jien ngħid li l-iSpeaker għandu jara kif se jintużaw l- envelopes.", "Ma nafx jekk il- Ministru Michael Falzon kienx ġibed l-attenzjoni tal-Ministru Louis Galea biex jinqeda bl- envelopes tal-Gvern ħalli jħeġġeġ lin-nies jattendu għal mass meeting tal- Partit Nazzjonalista.", "Jista' jkun li b'daqshekk ma kien qed jeċċedi l-ebda limitu għax huwa importanti li r-riga nużawha fuq l-avversarji tagħna u fuq affarijiet oħra u mhux fuqna nfusna.", "Qabel ma l-iSpeaker jiġi biex jagħti ruling fuq din, jien nixtieq nagħmel punt fuq din is-sitwazzjoni redikola.", "Jiena minflok bgħatt dak il- materjal f'envelope bit-timbru tal-Parlament stajt organizzajtha b'tali mod li fi 15-il ġurnata ħbieb tiegħi jużaw it- telephone tiegħi, bħala Membru Parlamentari, biex jaqraw dik l-ittra li mhux żgur tieħu minuta u nofs biex taqraha.", "It-telephone ta' Membru Parlamentari jista' jintuża biex tikkomunika mal-kostiwenti imma ma tistax tuża envelopes bit-timbru tal- Parlament biex tikkomunika.", "Jiġifieri rridu nkunu serji dwar dawn l- affarijiet, jekk se niġu biex nagħmlu regolamenti dwar dan, għaliex allura nistgħu nibdew niċċekkjaw għalxiex qed nużaw it-telephones aħna l-Membri Parlamentari u nagħmlu l-meters mat-telephones u fejn jinstab li qegħdin nużawh b'mod li m'aħniex b'xi mod jew ieħer nagħmlu propaganda kontra l- Gvern, allura nkunu nistgħu nużawh.", "(Interruzzjonijiet) Għalhekk oġġezzjona, għaliex kontra l-Gvern!", "MR SPEAKER: M'hemmx interruzzjonijiet jekk jogħġobkom.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Jiġifieri meta niġu biex naqtgħu linja dwar dan ...", "Meta jibdew jiffunzjonaw il- kunsilli lokali, il-Membri Parlamentari suppost se jikkonċentraw aktar fuq kwestjonijiet nazzjonali.", "Jiġifieri aħna aktar se jkollna nduru għal dawn l-affarijiet milli noqgħodu nitolbu għal bozza u jgħidulna li dik il- bozza se tidħol fil-pjan, imbagħad min jaf f'liema pjan tidħol.", "Imma dik hija kwestjoni oħra.", "Issa ħalli niġi għas- sustanza.", "Fil-25 ta' Frar 1993 kienet ħarġet stqarrija mid- Dipartiment ta' l-Informazzjoni dwar reġistrazzjoni ta' l- ispieri.", "Għalkemm l-istqarrija qed tinkiteb għall-Korporazzjoni għas- Servizzi ta' l-Ilma jiena nixtieq inkun naf jekk hux tassew inkitbet minn din il-Korporazzjoni jew inkella inkitbitx fl-uffiċċju ta' Ministeru imbagħad il- Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma kemm rawha.", "Nixtieq nistaqsi wkoll jekk kienx hemm xi ħadd fl-uffiċċju tal- Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma li esklama: \"Hekk irid, mela hekk nagħmlu.\".", "Imma l-Korporazzjoni għas- Servizzi ta' l-Ilma kellha tirreġistra l-meters u eventwalment tibda tiċċarġja ta' l-ilma li tiela minn hemm, mhux biss tal-bdiewa buona fede jew tal-bdiewa male fede, kif spjegalna hawnhekk ...", "Issa jiena nformat ukoll li l-Korporazzjoni għas- Servizzi ta' l-Ilma kellha testendi r- reġistrazzjoni minn Frar sa l- aħħar ta' April ta' l-1993.", "Hemm eluf ta' spieri li jridu jiġu reġistrati, kulma ġew reġistrati huma ftit mijiet ta' spieri u huwa stmat li bejn legali u illegali hemm iktar minn 6,000.", "L-istqarrija tad- Dipartiment ta' l- Informazzjoni kompliet tgħid li:", "\"Tixtieq ixxejjen għajdut li fil-futur immedjat se jitwaħħlu meters fuq l- ispejjer ....\".", "Jiġifieri fil-futur mhux immedjat se jitwaħħlu dawn il- meters fuq l- ispieri.", "\"Fuq kollox il-Korporazzjoni tassigura lill-bdiewa li m'hu se jintalbu l- ebda flus għall-konsum ta' l- ilma mtella' mill-art u wżat għal skopijiet ta' irrigazzjoni.\".", "Meta l-Ministru weġibni għall- mistoqsija parlamentari li għamiltlu qalli li m'hemm l- ebda ħsieb li bdiewa b'buona fede jintalbu jħallsu għall- konsum ta' l-ilma merfugħ minn spieri u li jintuża għall- irrigazzjoni.", "Nerġa' ngħid li minn informazzjoni li għandi jirriżulta li din l- istqarrija ma nkitbitx mill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma.", "(Interruzzjonijiet) Kienet qed taħdem f'din id-direzzjoni fi tliet stadji.", "Issa jekk qed jiġi rtirat it-tielet stadju ...", "(Interruzzjonijiet) M'inix qed nivvinta.", "Naħseb li kultant int tinqala' biex tivvinta wkoll!", "MR SPEAKER: Ma rridx interruzzjonijiet.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Kieku aħna nistgħu nibagħtu ċerti mistoqsijiet parlamentari li wħud minnhom weġibtu intom hawn ġew, inkunu qed nieħdu sehem f'gidba wkoll għaliex ġieli kien hemm każijiet fejn informazzjoni li tkun ingħatat f'xi mistoqsija parlamentari jirriżulta li ma tkunx tajba.", "Allura aħna permessi li nibagħtuhom għaliex it-tweġiba tkun mogħtija minn Ministru!", "Allura dak għax tal-Gvern għandu xi status ta' alla u aħna għax ta' l-Oppożizzjoni għandna xi status tax-xjaten!", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Sar il-ħin.", "Il- Kamra hija aġġornata għal nhar it-Tlieta, 2 ta' Marzu, fis- 6.00 p.m. bl-agenda kif kommunikata mill-Ministru.", "Fid-9.50 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il- mistoqsija.", "MISTOQSIJIET IMWIEĠBA BIL-MIKTUB", "Rahal Gdid,Hypogeum cilj,Rahal Gdid,Hypogeum mifu,Rahal Gdid,Hypogeum RAĦAL ĠDID - HYPOGEUM", "7456.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Meta huwa maħsub li jerġgħu jinfetħu għall-pubbliku t-tempji tal- Hypogeum f'Raħal Ġdid?", "Kemm ilhom issa li ngħalqu għall-pubbliku?", "Liema xogħlijiet strutturali qed isiru f'dawn it-tempji?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Minħabba x-xogħol li qed isir ġo fih, il- Hypogeum ilu magħluq għall-pubbliku mill-aħħar t'Awissu ta' l-1991.", "Ix-xogħlijiet strutturali ta' l-entratura l-ġdida għadhom kif tlestew, u bħalissa waslu biex jinħarġu t-tenders għal sistema ġdida ta' dawl, u l- kontroll tat-temperatura u l-umdita' ġewwa s-sit biex tiġi garantita l- preservazzjoni tad- dekorazzjonijiet impinġija mal- ħitan tal-monument.", "Għandu jsir ukoll xogħol fit-triqat ta' madwar il-monument biex tiġi kkontrollata l-problema ta' l-infiltrazzjoni ta' l-ilma fil-monument.", "L-Onor.", "Interpellant jifhem li dan ix-xogħol speċjalizzat neċessarjament jirrikjedi ċertu tul ta' żmien.", "Madankollu d- Dipartiment tal-Mużewijiet qed jagħmel dak kollu li jista' biex is-sit jerġa' jinfetah għall-pubbliku fl-inqas żmien possibbli.", "Skejjel,Keep fit sessions cilj,Skejjel,Keep fit sessions mifu,Skejjel,Keep fit sessions SKEJJEL - KEEP FIT SESSIONS", "7458.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: F'liema skejjel statali jinżammu \"keep fit sessions\" wara l-ħin normali ta' l-iskola (evening classes)?", "Dawn isiru bil-ħlas?", "Kemm qed jattendu għal dawn is- \"sessions\" f'kull skola separatament?", "Dawn is-\"sessions\" jattendu għalihom ġenituri u/jew l- istudenti biss?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Il- Keep Fit Sessions jinżammu f'dawn l- iskejjel:-", "1.", "Gian Franġisk Abela - New Lyceum - Msida - Jattendu 82 persuna.", "2.", "Adelaide Cini Girls Trade School - Hamrun - Jattendu 76 persuna.", "3.", "Santa Tereża Girls Junior Lyceum - Mrieħel - Jattendu 85 persuna.", "Il-ħlas nominali huwa ta' Lm1 għall-kors kollu ta' tmien ġimgħat.", "Dawn is-sessions jattendu għalihom ġenituri kemm ukoll studenti.", "Skejjel,Edukazzjoni fizika cilj,Skejjel,Edukazzjoni fizika mifu,Skejjel,Edukazzjoni fizika SKEJJEL - EDUKAZZJONI FIŻIKA", "7459.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Kemm-il lezzjoni/siegħa fil-ġimgħa ta' Edukazzjoni Fiżika bħala average jiffurmaw parti mit- time-table ta' l-istudenti f'kull form jew klassi fl- iskejjel statali kollha?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: L- Onor. Interpellant jifhem li fl-iskejjel Kindergarten il- logħob jiddomina u m'hemmx limiti jew ħinijiet fissi.", "Fl-iskejjel primarji l- edukazzjoni fiżika tingħata għal sagħtejn u nofs fil- ġimgħa, waqt li fl-iskejjel sekondarji tingħata darbtejn fil-ġimgħa kull sessjoni ta' 40/45 minuta.", "Waqt li s-settur għall- iżvilupp ta' l-isport tal- Kunsill ta' l-Ewropa hu mħasseb li l-ħinijiet għat-tagħlim ta' l-edukazzjoni fiżika f'xi pajjiżi qegħda dejjem tonqos, il-ħinijiet fl-iskejjel tagħna jipparagunaw tajjeb jekk jitqabblu ma' ħafna mill- pajjiżi Ewropej.", "Skejjel,Sports Day cilj,Skejjel,Sports Day mifu,Skejjel,Sports Day SKEJJEL - SPORTS DAY", "7460.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Kemm ilha ssir Sports Day/Sports Rally għall-iskejjel Primarji/ Sekondarji u Trade Schools separatament?", "Min kienu r-rebbieħa ta' l- aggregate shield f'kull sena?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Għal dawn l-aħħar snin qed isiru dawn ir- rallies separatament.", "Għal Primarji; Għas-Sekondarji/Snajja'.", "L-iskejjel tal-Knisja u privati jiġu mistiedna u xi wħud jieħdu parti.", "L-aggregate shield ma għadhiex tingħata minħabba d- disparita' fin-numru ta' studenti bejn l-iskejjel.", "Skejjel,Sports Day cilj,Skejjel,Sports Day mifu,Skejjel,Sports Day SKEJJEL - SPORTS DAY", "7461.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Liema dixxiplini sportivi jifformaw parti mis-Sports Rally li ssir ta' kull sena għall-iskejjel Primarji, Sekondarji u Trade Schools tal- Gvern?", "Kemm ipparteċipaw studenti f'tali rallies kull sena mill- 1987 'il hawn?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Fir-rallies ta' l-iskejjel primarji ikun improprju li ssemmi xi dixxiplini.", "Aktarx l-attivitajiet fihom element qawwi ta' daħk u logħob.", "Fir-rallies għall-istudenti mis-sekondarji u tradeschools fejn il- programm jinkludi numru ta' events ta' l-atletika, kull skola sekondarja u tas-snajja' tkun rappreżentata.", "Ma jinżammux reġistri bin- numru ta' parteċipanti.", "Nahal farn,Nahal gatl,Nahal NAĦAL", "8140.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall- Ikel, Agrikoltura u Sajd: Minn wara l-marda tal-Varoa u American Foulbrood kemm ġew importati bumble bees f'Malta u mil-liema pajjiżi?", "Kien hemm ċertifikati li jikkonferma li ma kenux morda?", "Billi l-opinjoni ta' ħafna bdiewa hija li l-mard seta' daħal mill- importazzjoni ta' dawn l-insetti, jista' l- Ministru jgħid x'pariri ħa biex awtorizza li jiġu importati dawn il-bumble bees meta jaf li f'pajjiżna anke mediċina li hija projbita li tinuża fost in-naħal qed tiġi importata legalment?", "Ma jirriżultalux li awtorizzazzjonijiet ta' din il- kwalita', fiċ- ċirkostanzi preżenti ta' mard li qed jiffaċċja n-naħal, ikomplu joħolqu dubji serji għal min qed jabbuża u jaħrab li jkun konformi mal-liġijiet ta' pajjiżna?", "ONOR.", "LAWRENCE GATT: Minn wara l-marda tan-nahal gew importati zewg konsenji ta' bumble bees mill-Belgju.", "Dawn kienu wahda ta' sitta u l-ohra ta' tmienja.", "Iz-zewg konsenji kienu ccertifikati kif titlob il-ligi.", "Id-Dipartiment accerta ruhu li dawn il-bumble bees kienu b'sahhithom.", "Ta' min izid jghid li l-importazzjoni ta' dawn il-bumble bees kienet limitata biex ikun jista' jsir kontroll tajjeb waqt li dawn ikunu ghand il- growers fis- serra taghhom.", "Dawn ukoll kienu mehtiega minhabba l- progett tal-frawli.", "Hadd m'hu awtorizzat li jdahhal medicina li tkun projbita skond il-ligi u naccerta lill-Onor.", "Interpellant li niehu passi necessarji jekk jinstab li qeghda tinkiser il-ligi.", "Ghammieri,Serqa farn,Ghammieri,Serqa gatl,Ghammieri,Serqa GĦAMMIERI - SERQA", "8141.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall- Ikel, Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid lill- Kamra jekk fetaħx inkjesta dwar is- serqa li saret mill- carpentry workshop fil-farm tal-Gvern fl-Għammieri, liema serqa ħadd ma jaf sal-lum, 3 ta' Frar, 1993 kif saret?", "ONOR.", "LAWRENCE GATT: Fil-każ imsemmi ssejħet il-Pulizija li mmedjatament bdiet bl- investigazzjonijiet tagħha u ġie wkoll informat il-Maġistrat ta' l-għassa.", "Minbarra dan, skond proċeduri amministrattivi, inħatar Board of Survey mill-MPO ta' l-Uffiċċju tal- Prim Ministru.", "Importazzjoni ta' hut farn,Importazzjoni ta' hut gatl,Importazzjoni ta' hut IMPORTAZZJONI TA' ĦUT", "8142.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall- Ikel, Agrikoltura u Sajd: B'referenza għall-mistoqsija numru 7570, jista' l-Ministru jgħid kemm huma dawk l- importaturi tal-ħut li aċċettaw il-kondizzjonijiet li ħareġ id- dipartiment li jorbtu lill- importatur b'garanzija ta' Lm5,000 biex jixtru l-ħut frisk li jkun baqa' l-pixkerija?", "Jista' l-Ministru jgħid xi kwalita' ta' ħut inxtara s'issa u x'kienu l- prezzijiet li bihom xtara l-ħut it-tali importatur jew importaturi?", "ONOR.", "LAWRENCE GATT: In-numru ta' importaturi tal-ħut li aċċettaw il- kondizzjonijiet li ħareġ id-dipartiment huma ergħa.", "Il-kwalita' ta' ħut li nxtrat kienet tikkonsisti f':", "Dott bi prezz ta' Lm1.80,0 il-kilo Mazzola \" Lm0.45,0 il-kilo Morina \" Lm0.45,0 il-kilo", "Hut tal-friza farn,Hut tal-friza gatl,Hut tal-friza ĦUT TAL-FRIŻA", "8143.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall- Ikel, Agrikoltura u Sajd: Billi llum qed jirriżulta li f'ħafna okkażjonijeit l- konsumatur qed jixtri ħut li jkun iffriżat bi frisk, jista' l-Ministru jara li jerġgħu jibdew jiġu ippubblikati l- kwalitajiet ta' ħut skond l- istaġuni tagħhom?", "Billi waqt il-ħin tal-bejgħ tal-ħut mhux qed ikun hemm fizzjali u mhux qed isiru l- voucher checks minn tal- kontroll, jista' l-Ministru jgħid lill-Kamra għaliex qed jiġi permess dan u kif qed jiddikjara li l- konsumatur ikun protett mis-suppost kontroll?", "ONOR.", "LAWRENCE GATT: Id- Dipartiment tas-Sajd qatt ma ppubblika l- kwalitajiet ta' hut skond l-istagun li fihom jinqabdu.", "Fis-snin sebghin kienu jixxandru biss l-oghla prezzijiet tal-hut li kien jinbiegh fil- Pixkerija f'dak il-jum.", "B'dan il-mezz ma jintlahaqx l-iskop li semma' l- Onor. Interpellant.", "Waqt il-bejgh tal-hut fil- Pixkerija jkun hemm fizzjali prezenti biex isir il-kontroll mehtieg.", "Isir ukoll kontroll mill-Ispetturi tas-Sanita' ghal dak li jirrigwarda il-kwalita' ta' hut.", "Forzi Armati,Ingagg farn,Forzi Armati,Ingagg fene,Forzi Armati,Ingagg FORZI ARMATI - INGAĠĠ", "8144.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: Billi issa ħarġu l- applikazzjonijiet għall-ingaġġ tas- suldati, jista' l-Prim Ministru jgħid x'se tkun il-pożizzjoni ta' dawk is-suldati impjegati ma' l-AWTS li fil- preżent huma suldati bla uniformi, cioe' dawn is-suldati kemm-il darba japplikaw u jiġu aċċettati bħala suldati regolari jitilfu s-servizz li servew bħala suldati bla uniformi?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: F'din il-mistoqsija, l-Onor.", "Membru għamel numru ta' stqarrijiet li mhumiex korretti.", "L-iskema ta' l-AWTS intemmet fl- aħħar ta' l-1991 u dawk li kienu membri f'din l- iskema ngħataw xogħol permanenti mal-Gvern fil-Grupp A tal-gradi ndustrijali.", "Ninsab informat li minn dawn, bħalissa hemm 248 jaħdmu mal- Forzi Armati ta' Malta iżda dawn huma mpjegati ċivili u, għalkemm hemm numru limitat minnhom li jagħmlu xogħol ta' għassa, dawn żgur ma jistgħux jiġu deskritti bħala suldati.", "Infatti, dawn ma jġorrux armi.", "Barra minn hekk, dawk minnhom li jaħdmu bix- shift, jirċievu l-allowance applikabbli skond l-Estacode.", "Għalhekk, jekk x'uħud minn dawn l-impjegati japplikaw u jikkwalifikaw biex jidħlu suldati regolari, is-servizz li jkunu għamlu qabel mal-Gvern jew fl-AWTS ma jistax jitqies bħala servizz militari għal skopijiet ta' pensjoni jew għal skopijiet oħra.", "Infakkar lill- Onor. Membru li, fil-każ ta' dawk li qabel l-1987 kienu daħlu suldati regolari wara li kienu servew fil-Korp tal-Pijunieri jew fid-Dejma (it- tnejn korpi militari) is- servizz li kienu għamlu f'dawn il-Korpi ma kienx tqies bħala servizz militari għal skopijiet ta' pensjoni skond kif kien iddeċieda l-Gvern Soċjalista.", "Mtahleb,Tnehhija ta' wires farn,Mtahleb,Tnehhija ta' wires falm,Mtahleb,Tnehhija ta' wires Mtahleb,Arbli tad-dawl farn,Mtahleb,Arbli tad-dawl falm,Mtahleb,Arbli tad-dawl MTAĦLEB - ARBLI TAD-DAWL", "8149.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Jista' l- Ministru jara li fl-inħawi ta' Giordija Mtaħleb l/o Rabat jiġu rranġati l- ħsarat li hemm, fejn disa' (9) arbli jinsabu maqluba għan- nofs it-triq u wires tad-dawl u cable tat-telephone huma mdendlin għan-nofs it-triq?", "Jista' jagħmel dan mill-aktar fis pissibbli ħalli jiġi evitat kull periklu?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Minn stħarriġ li sar ma nstabux arbli maqluba għal nofs it-triq imma xi arbli ddeterjoraw u nqalbu f'xi għelieqi.", "Dawn l-arbli qed ikunu rranġati u mistenni li jsir xogħol ieħor estensiv ta' manutenzjoni fil-futur.", "Bdiewa,Hlas ta' ilma mtella' mill-ispieri bare,Bdiewa,Hlas ta' ilma mtella' mill-ispieri gatl,Bdiewa,Hlas ta' ilma mtella' mill-ispieri BDIEWA - ĦLAS TA' ILMA MTELLA' MILL-ISPIERI", "8238.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall- Ikel, Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kif se jintlaqtu l-bdiewa bil-miżura li wara li jirreġistraw l- ispieri tagħhom se jintalbu jħallsu għall-ilma li jtellgħu mill-ispieri?", "ONOR.", "LAWRENCE GATT: Skond l-istqarrija li ħarġet mill- Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma u kif spjega tajjeb dan l-aħħar il-Ministru ta' l- Ambjent fil-Parlament, m'hemm l-ebda intenzjoni li l-Gvern jitlob ħlas mingħand il-bdiewa li jiġbdu l-ilma mill-ispieri għall-skopijiet ta' irrigazzjoni.", "Pulizija,Inkjesta dwar il-mewt ta' Edward Borg bare,Pulizija,Inkjesta dwar il-mewt ta' Edward Borg gall,Pulizija,Inkjesta dwar il-mewt ta' Edward Borg MEWT TA' EDWARD BORG", "8239.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid fejn waslet l-inkjesta tal-Maġistrat Joe Apap Bologna dwar il-każ ta' Edward Borg ta' 18-il sena mill-Gżira li kien instab mejjet fil-ġnien ta' Villa Bonnici fi Triq Manuel Dimech f'Tas- Sliema nhar is-26 ta' Novembru, 1991?", "Jekk l-inkjesta ingħalqet, x'jirriżulta li kienet il-kawża tal-mewt?", "Il-ġenituri ta' Borg ġew mgħarrfa bir-riżultati ta' l- inkjesta?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il- Maġistrat Inkwirenti għalaq din l-inkjesta, iżda il-Pulizija xorta waħda qed tkompli l- istħarriġ tagħha f'dan il-każ.", "Tista' ssir talba skond il- ligi lill-Avukat tar-Repubblika għal kopja tal-process verbal, fejn wieħed isib dak kollu li jkun ikkonstata l- Maġistrat li mexxa l-inkjesta.", "Local Manufacturing Promotions Board bare,Local Manufacturing Promotions Board bong,Local Manufacturing Promotions Board LOCAL MANUFACTURING PROMOTIONS BOARD", "8240.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għas- Servizzi Ekonomiċi: Jista' l- Ministru jgħid kemm hemm nies jaħdmu mal-Local Manufacturing Promotions Board?", "Minn fejn ġew seconded dawn in-nies?", "Fiex jikkonsisti x-xogħol tan-nies li jaħdmu ma' dan il- bord?", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Il-Bord ghall-Promozzjoni ta' Prodotti Lokali, li għalih qed jirreferi l-Onor.", "Interpellant, ġie mwaqqaf taħt l- Artikolu 3 ta' l-Att Nru. XXXI ta' l-1989, dwar il-Promozzjoni ta' Prodotti Lokali, li hu magħmul minn Chairman, Segretarju Eżekuttiv u tmien membri oħra.", "In-numru ta' nies jaħdmu ma' dan il-Bord huwa ta' 14 li sebgħa minnhom huma \"seconded\" minn mal-Korporazzjoni ghall- Iżvilupp ta' Malta.", "Dawn ta' l-aħħar (ħlief għal wieħed minnhom li hu Messaġġier I) jissottomettu lill- Bord nformazzjoni bażi u utili ħafna f'forma ta' rapport, li permess tiegħu il-Bord ikun jista' jagħmel ir-rakkomandazzjoni tiegħu lill-Ministru ta' l- Industrija skond l-Att msemmi.", "Is-seba' minn nies l-oħra, ħlief għal wieħed li huwa xufier \"impressed\", jieħdu ħsieb ix-xogħol amministrattiv meħtieġ biex il-Bord ikun jista' jaqdi d-doveri tiegħu.", "Pensjoni tal-Membri Parlamentari bare,Pensjoni tal-Membri Parlamentari dalj,Pensjoni tal-Membri Parlamentari PENSJONI TAL-MEMBRI PARLAMENTARI", "8241.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tal- Finanzi: Il- pensjoni ta' ex- membri, ex-deputati parlamentari, ex-spekaer u ex- presidenti tar-Repubblika qed tkun ikkalkolata fuq is-salarji li għandhom dawn il-ħatriet issa, jew li kellhom qabel, meta l-persuni kienu fil-ħatra?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Il- pensjoni għall-Membri Parlamentari taħt l-Att XXVI ta' l-1979 tinħadem fuq ir-rata ta' honorarja li tkun attwali f'dik is-sena ta' meta dik il- persuna tirtira (61 sena jekk diġa' spiċċat milli sservi, jew 65 jekk tkun għadha sservi fil- Parlament).", "Hija l-iskema tas- Sigurta' Soċjali li tirrelata l-pensjoni mas-salarju kurrenti tal-kariga, u mhux il-pensjoni mogħtija taħt l-Att XXVI ta' l- 1979.", "Il-kariga ta' President ma ġġorrx dritt għall-pensjoni la taħt din il- liġi u lanqas taħt l-Ordinanza tal-Pensjonijiet.", "Techno Park Co. Ltd bare,Techno Park Co. Ltd bong,Techno Park Co. Ltd TECHNO PARK CO.", "LTD", "8242.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għas- Servizzi Ekonomiċi: Jista' l- Ministru jgħid kemm hemm kumpanniji li bħalissa għandhom xi fabbrika tipproduci fit- Techno Park tal-Mosta?", "X'tagħmel kull fabbrika u kemm tħaddem nies?", "X'jisimhom dawn il- fabbriki?", "Din is-sena (1993) kemm hemm fabbriki ġodda ppjanati li se jibdew jipproducu fit-Techno Park, x'se jipproducu, x'jisimha kull fabbrika u f'kull każ, kemm se tħaddem nies?", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat- tweġiba tal- mistoqsija parlamentari numru 8464.", "Inżid ngħid li l-kumpannija Euro PCM għandha proġett ta' \"information technology\" u se tħaddem 35 persuna waqt li l- International Business Intelligence Ltd se tipproduċi \"software\" u tħaddem 22 persuna.", "San Pawl il-Bahar,Bini ta' fish farm bare,San Pawl il-Bahar,Bini ta' fish farm falm,San Pawl il-Bahar,Bini ta' fish farm SAN PAWL IL-BAĦAR: PWALES - BINI TA' FISH FARM", "8243.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid hemmx xi applikazzjoni biex jinbena fish farm qrib ir- riżerva tas-Simar fil-Pwales, f'San Pawl il-Baħar?", "F'każ affermattiv, min applika?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: It- twegiba hi fl-affermattiv.", "L-applikazzjoni li saret f'isem is-Sur Raymond Sant u ġġib id-data tal-15 ta' Novembru 1991.", "Il-permess inħareġ fl-10 ta' Awissu, 1992.", "Ta' Qali,Postijiet rikreattivi calr,Ta' Qali,Postijiet rikreattivi frem,Ta' Qali,Postijiet rikreattivi TA' QALI - POSTIJIET RIKREATTIVI", "8320.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru għaż- Żgħażagħ u Kultura: Jista' l- Ministru flimkien mal-Ministru għal Ambjent ifassal pjan biex f' Ta' Qali jsiru grounds u areas spazjużi ħalli l-familji u ż-żgħażagħ ikunu jistgħu jeżerċizzjaw ruħhom kif kien isir snin ilu?", "Jaf li dan il-post ikun mimli karozzi li ma jħallux pulzier spazju fejn wieħed jista' jirrikrea ruħu?", "Jikkonsidra l-Ministru li jħajjar għaqdiet taż-żgħażagħ biex ibiddlu wesgħat ta' art milli baqa' f' Ta' Qali f'areas fejn il-poplu ikun jista' jirrikrea ruħu?", "Per eżempju għaliex ma teżistix area għall- iskate boarding enthusiasts f'dan il-post?", "Għaliex ma ssirx bicycle track fejn ma jidħlux karozzi biex lit-tfal u liż-żgħażagħ ninkoraġġuhom jeżerċizzjaw ruħhom?", "Għaliex ma tinqatax biċċa ġmielha biex fiha jkun hemm shetland ponies għat-tfal?", "F'kelma waħda meta se jitfassal pjan biex dan il-post flok ikun post tal- karozzi bi dħaħen jerġa' jsir post ta' rilass?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Għal Ta' Qali jeżisti u qed ikun attwat proġett li jbiddel spazji ta' art f'picnic areas, parking areas u postijiet oħra fejn il-poplu jkun jista' jirrikrea ruħu.", "B'dan il-proġett ta' Park Nazzjonali inqata' għal kollox l-abbuż li kien isir fil-passat minn sewwieqa ta' karozzi u mutur b'sogru kbir għal mijiet ta' nies li kienu jinġabru f'Ta' Qali ta' kull nhar ta' Sibt u Ħadd.", "Issa f'dan il-post hemm il- wesgħat għal kulħadd, parking areas għall- karozzi, ġnien u teatru.", "B'danakollu il-Gvern qiegħed kontinwament jistudja pjanijiet u suġġerimenti biex dan il-proġett ikompli jitjieb għal benefiċċju tal-poplu kollu.", "Diabete calr,Diabete mifu,Diabete DIABETE", "8321.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Meta wieħed jara l-figuri allarmanti li ħarġu minn konferenza li saret f' Malta dwar id-diabete u meta jidher li Malta se jkollha l-aktar popolazzjoni marida fid-dinja fis-snin li ġejjin, u meta l- esperti jaqblu li rridu nibdew mit-tfal ta' l-iskola biex inħajjru l- ġenerazzjoni li tiela' li tħobb l-isports u tagħmel l-eżerċizzji, u meta hu magħruf li fl-iskejjel m'hemmx kultura favur l-eżerċizzju u l- isports, jikkonsidra l-Ministru li bħala policy għandu jippremja lil dawk it-tfal li jieħdu l-isports billi jagħmel l-isports parti mill-kurrikulu?", "Biex dawk il-ġenituri rashom iebsa li jiskoraġġixxu lil uliedhom milli jieħdu sehem f'xi logħob jew sports, jikkonsidra l-Ministru li għandu jagħmilha ċara li dawk it-tfal li ma jipprattikawx xi forma ta' sports (jekk mhux għal raġunijiet mediċi serji) jiġu penalizzati billi ma jeħdux marki għal dan is- suġġett (l-isports)?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Fl-iskejjel primarji u f'dawk sekondarji jsiru regolamenti lezzjonijiet ta' l-Edukazzjoni Fiżika skond it-time-table.", "Barra minn hekk, isiru ħafna kompetizzjonijiet fuq skala nazzjonali (Football, Netball, Basketball, Ġinnastika, eċċ.) li fihom jieħu parti ħafna mill-iskejjel.", "Il-Cross Country hija miftuħa għall- iskejjel kollha li jridu jieħu sehem.", "Id-Dipartiment, flimkien mal- Kumitat Olimpiku Malti, qiegħed kull sena jorganizza l-Logħob għaż-Żgħażagħ fuq skala nazzjonali.", "L-isport huwa parti mill- kurrikulu u ħafna dixxiplini huma mqassma għal matul is-sena skolastika.", "Ftit huma l- ġenituri li mhumiex iħallu lil uliedhom jieħdu sehem fl- isport.", "Fuq il-mezzi tax-Xandir qed tingħata importanza lil parteċipazzjoni tat- tfal f'attivitajiet sportivi.", "Kull sena, għal ħabta ta' April/Mejju, isiru żewġ rallies sportivi, wieħed għall-iskejjel primarji u l-ieħor għall- iskejjel sekondarji u tas- snajja'.", "Hawn skejjel sekondarji u post-sekondarji li jorganizzaw laqgħat sportivi biex jingħażlu l-aħjar atleti biex jieħdu parti f'meetings nazzjonali.", "Skejjel,Centri Sportivi calr,Skejjel,Centri Sportivi mifu,Skejjel,Centri Sportivi ĊENTRI SPORTIVI FL-ISKEJJEL", "8322.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jikkonsidra l-Ministru li flimkien mal-Ministeru taż- Żgħażagħ u Kultura jbiddel l- iskejjel tagħna f'ċentri sportivi fil-għaxija (anke jekk dan ikun ifisser infieq f'impjegati li jieħdu ħsieb l- iskejjel fil-għaxija) biex iż- żgħażagħ u t-tfal jiġu inkoraġġiti jieħdu xi forma ta' sports wara l-ħin ta' l-iskola?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Ħafna skejjel li għandhom faċilitajiet sportivi huma miftuħa għal pubbliku u għal għaqdiet sportivi.", "Infatti, dawn l-iskejjel għandhom kunsilli apposta li jieħdu ħsieb l-applikazzjoni ta' diversi clubs jew għaqdiet sportivi li jitolbu li jużaw dawn il- faċilitajiet, per eżempju Upper Lyceum, Liċeo Ħamrun, St. Joseph Junior Lyceum, Tarxien Secondary eċċ.", "Sports,Partecipazzjoni calr,Sports,Partecipazzjoni frem,Sports,Partecipazzjoni PARTEĊIPAZZJONI FL-ISPORTS", "8323.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru għaż- Żgħażagħ u Kultura: Jikkonsidra l-Ministru li jimbarka fuq kampanja fuq il- mezzi tax-xandir, fuq il- ġurnali u fuq il-media kollha biex iħajjar aktar tfal u żgħażagħ jieħdu l-isports meta tqis dak li ħareġ mill-aħħar konferenza li saret f'Malta dwar id-diabete fejn ħareġ ċar li l-poplu Malti ma jħobbx jeżerċizzja?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: L- isports għat-tfal u ż-żgħażagħ huwa diġa' mogħti l-importanza xierqa mill-Public Broadcasting Services Ltd.", "Bħalissa Television Malta qed ixxandar sensiela ta' programmi għaż- żgħażagħ bl-isem \"The Making of a Footballer\".", "Dan il-programm igħallem b'mod progessjonali xi jfisser footballer tajjeb.", "Television Malta u Radio Malta flimkien ixandru programm kull ġimgħa dwar il-logħob tal- Pajjiżi ż-Żgħar li hu maħsub partikolarment għaż-żgħażagħ.", "Fil-futur Television Malta se jkollha programm ta' kompetizzjonijiet Sportivi għat-tfal u għaż-żgħażagħ.", "Madanakollu s-suġġeriment ta' l-Onor.", "Interpellant huwa validu u ġie innotat.", "Hamrun,Football ground calr,Hamrun,Football ground falm,Hamrun,Football ground ĦAMRUN FOOTBALL GROUND", "8324.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: X'sar mill- proġett tal-ground tal-football fil- Ħamrun?", "Billi dan ilu mwiegħed li se jkun lest żmien ilu, jista' issa l-Ministru jgħid meta se jkun lest?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Nirreferi l-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall- mistoqsija parlamentari numru 4249 (Seduta 107).", "Ix-xogħol li għandu jitkompla matul din is-sena fil-ground tal-Ħamrun hu li jitlesta l- wiċċ tal-ground u x-xogħol fil- pitch tal-boċċi.", "Jugoslavia,Ex calr,Jugoslavia,Ex demg,Jugoslavia,Ex EX JUGOSLAVIA", "8325.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l- Affarijiet Barranin: X'inhi l-pożizzjoni ta' Malta dwar il-pjan ta' Cyrus Vance u Lord Owen fuq dik li qabel kienet il-Jugoslavia?", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO: Il- Gvern Malti hu dejjem dispost li jagħti l- appoġġ sħiħ tiegħu għal kull inizjattiva jew pjan ta' paċi għall-ex- Jugoslavia.", "Pero' biex dan verament iseħħ jenħtieġ li jkun hemm ir-rieda tajba tal-partijiet involuti fil-konflitti.", "Pulizija,Fraud Squad galm,Pulizija,Fraud Squad gall,Pulizija,Fraud Squad PULIZIJA - FRAUD SQUAD", "8485.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm membri tal-korp posted fil- Fraud Squad?", "Ta' liema rank huma?", "Kemm tressqu nies il-Qorti minn din it-Taqsima tal- Pulizija fl-1992, kull xahar, separatament?", "Kemm minn dawn il-każi ġew deċiżi mill-Qorti?", "Kemm għad fadal pendenti minn dawn il-każi?", "Liema każi jiġu investigati minn din it-Taqsima tal- Pulizija?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat kif ser nghid:", "Fit-Taqsima tal-Fraud Squad tal-Pulizija hemm posted dawn il-Pulizija:", "Supretendent 1 (wiehed) Spetturi 3 (tlieta) wahda minnhom mara Surgent Maggur 1 (wiehed) Surgenti 2 (tnejn) Kuntistabblijiet 5 (hamsa)", "Din it-Taqsima ressqet dawn il-persuni il-Qorti matul l- 1992:", "Jannar 12 (tnax) Frar 6 (sitta) Marzu 5 (hamsa) April 6 (sitta) Mejju 8 (tmienja) Gunju 6 (sitta) Lulju 5 (hamsa) Awissu 6 (sitta) Settembru 5 (hamsa) Ottubru 9 (disgha) Novembru 7 (sebgha) Dicembru 5 (hamsa)", "Minn dawn il-kazi gew decizi il-Qorti 44 (erbgha u erbghin) minnhom.", "Ghad fadal 36 (sitta u tletin) kaz pendenti quddiem il-Qorti.", "It-Taqsima tal-Frodi tal- Pulizija tinvestiga kazijiet ta' frodi u kuntrabandu.", "Pulizija,Reklutagg galm,Pulizija,Reklutagg gall,Pulizija,Reklutagg PULIZIJA - REKLUTAĠĠ", "8486.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm membri tal-korp li ssieħbu fi ħdan il-korp minn Mejju ta' l-1987?", "Kemm minnhom huma irġiel, u kemm minnhom huma nisa?", "Fl-istess perjodu kemm persuni reġgħu daħlu fil-Korp tal- Pulizija?", "Bħalissa kemm hemm żgħażagħ li qed jattendu korsijiet biex jissieħbu fi ħdan il-korp?", "Kull meta jinfetaħ l-ingaġġ għad-dħul fil-korp?", "X'opportunitajiet hemm biex min jissieħeb fil-korp javvanza 'il quddiem permezz ta' eżamijiet interni għall- promozzjonijiet?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Minn Mejju ta' l-1987 issiehbu fil- Korp:", "IRGIEL NISA REGGHU DAHLU", "1987 161 - 3 Spetturi 1 Surgent Maggur 17 Surgent 54 Kuntistabbli", "1988 123 69 4 Surgenti 3 Kuntistabbli", "1989 76 - 3 Surgenti 12 Kuntistabbli 3 Kuntistabbli Nisa", "1990 53 25 1 Spettur 4 Surgenti 7 Kuntistabbli", "1991 58 49 3 Surgenti 11 Kuntistabbli 1 Kuntistabbli Mara", "1992 59 15 1 Spettur 3 Surgenti 12 Kuntistabbli", "1993 (sa 24/02/93) - - 3 Kuntistabbli", "Fl-Akkademja tal-Pulizija bhalissa qed jattendu ghall- kors:", "Trainees: 40 Irgiel Trainees: 30 Nisa Apprentices: 23 Irgiel Apprentices: 16 Nisa", "Qed jigi ppjanat li jkun hemm ingagg ghad-dhul fil-Korp ta' lanqas darbtejn fis-sena.", "Fil- fatt sejha ghall-ingagg se tohrog dalwaqt.", "L-opportunitajiet jinholqu perjodikament skond il- vacancies li jkun hemm.", "Fil- fatt bhalissa ghaddej kors ta' tahrig bi preparazzjoni ghall- ezami tas-Surgenti li mistenni jsir minn hawn u ftit iehor.", "Marsa,Ghassa tal-Pulizija galm,Marsa,Ghassa tal-Pulizija gall,Marsa,Ghassa tal-Pulizija MARSA - GĦASSA TAL-PULIZIJA", "8487.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm ilha li nfetħet l-għassa tal- Pulizija viċin il-ħażna tal- faħam tal-Marsa?", "Liema taqsima tal-Pulizija tmexxi din l-għassa?", "X'servizzi toffri din l- għassa tal-Pulizija?", "Kull meta tinfetaħ?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It- Taqsima ta' l-Scuba Diving Team ta' l-SAG tmexxi l-Ghassa tal- Pulizija vicin il-hazna tal- faham fil-Marsa li nfethet fis- 7 ta' Dicembru, 1992.", "Din l-Ghassa toffri ta' kuljum servizz ghal pubbliku minbarra hidma ta' salvatagg li ghandu x'jaqsam mal-bahar.", "Pulizija,Haddiema pajzana galm,Pulizija,Haddiema pajzana gall,Pulizija,Haddiema pajzana PULIZIJA - ĦADDIEMA PAJŻANA", "8488.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema pajżana jaħdmu fi ħdan il-korp tal-Pulizija?", "Ta' liema kategorija huma fi ħdan l-istrutturi tal-ħaddiema tal-Gvern?", "Liema xogħol jagħmlu fi ħdan il-korp?", "Liema taqsimiet tal-Korp tal- Pulizija huma kompletament jew parzjalment immexxija mill- ħaddiema pajżana?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Hemm 139 haddiem pajzan jahdmu fi hdan il-Korp tal- Pulizija.", "Il- kategoriji ta' dawn il-haddiema huma kif jidhru fl-iskeda ta' hawn taht:", "Sezzjoni: Administration Grad Nru. ta' impjegati AO 1", "Sezzjoni: Chapel Chaplain 1", "Sezzjoni: Accounts/Supplies AA 2 EO 3 Clerks 8 Mess.", "II 1 Mess.", "I 1 Grp C 1 C/Typist 2", "Sezzjoni: Secretariat AO 1 AA 1 EO 4 DEO 1 A/Clerk 1 Mess.", "I 2", "Sezzjoni: Personnel Charwoman Grp A 2 Sezzjoni: Typing Pool AA 1 Clerks 2 C/Typist 1", "Sezzjoni: Kitchens Grp A 2", "Sezzjoni:Traffic Control Board AO 1 EO 1 Clerk 1", "Sezzjoni:Data Processing Branch DEO 5 Clerk 1 C/Typist (part-time) 1", "Sezzjoni: MT Stores AA 1", "Sezzjoni: Police Academy", "Deputy Commandant 1 Adviser 1 A/Clerk 1 Grp A 2", "Sezzjoni: Gozo Police Reverend Father 1 Clerk 6 A/Clerk 1 Charwoman 2 Grp A 1", "Sezzjoni: Police Garages ESTS 31 TAS 6 Grp D 22", "Sezzjoni: Forensic Lab.", "Director 1 Tech.", "II 1 Tech.", "I 3 Pharm.", "Analyst I 1 Pharm.", "Analyst IA 1", "Sezzjoni: Mounted Section Grp A 1", "Sezzjoni: SAG Grp D 2 Grp A 1", "Sezzjoni: CID Grp A 1", "Sezzjoni: Mosta Police Station Grp A 1", "Sezzjoni: Rahal Gdid Police Station Grp A 1", "Sezzjoni:Hamrun Police Station Grp A 1", "Dawn il-haddiema huma mqassma f'diversi taqsimiet fl- Amministrazzjoni tal-Korp, fic-Centru tal- computers, fit-Taqsima tal- Forensika u fil- Garaxx tal- Pulizija fejn hafna min-nies tas-sengha huma pajzana.", "It-taqsimiet tal-Korp li huma kompletament jew parzjalment immexxija mill- haddiema pajzana huma l-Accounts, is-Segretarjat, il-Bord ghall-Kontroll tat-Traffiku, ic-Centru tal- computers, l-Akkademja tal- Pulizija, il- Garaxx, u t- Taqsima tal-Forensika.", "Pulizija,Uniformijiet galm,Pulizija,Uniformijiet gall,Pulizija,Uniformijiet PULIZIJA - UNIFORMIJIET", "8489.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'uniformijiet u partijiet ta' l-uniformi, għall-membri tal-Korp tal- Pulizija fl-1992?", "Kemm hemm uniformijiet differenti fil-Korp tal- Pulizija?", "Liema huma dawn l- uniformijiet?", "Liema partijiet ta' l- uniformi tingħata kull sena lill-membri tal-Korp?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-Korp tal-Pulizija ghandu zewg uniformijiet, dik li tintlibes fix-xitwa u dik tas-sajf.", "Pero' hemm xi sezzjonijiet li minhabba n-natura tax-xoghol taghhom fix-xitwa, flok gakketta jilbsu blue jersey.", "Dawn huma tal-Mobile Section, tal-SAG u x-xufiera li huma stazzjonati l-garage tal- Pulizija.", "Hemm imbaghad il-Pulizija li huma stazzjonati il-Mounted Section li minbarra l-uniformi normali taghhom ghandhom ukoll uniformi cerimonjali li tinkonsisti f'gakketta bajda fuq breeches iswed u elmu abjad flok beritta.", "Il-membri tal-SAG flok beritta jilbsu beret.", "L-Ufficjali Kadetti, Pulizija Trainees u Apprendisti waqt it- tahrig taghhom fl-Akkademja jilbsu blue jersey flok gakketta fix-xitwa.", "Uniformi kompleta, lil dawk li jilbsuha regolarment kemm tas-sajf kif ukoll tax-xitwa, tinghata kull sena.", "Fl-1992 id-Dipartiment tal- Pulizija nefaq is-somma ta' Lm132,126 (mija u tnejn u tletin elf, mija u sitta u ghoxrin) f'dak li jirrigwarda uniformijiet ghall-membri tal- Korp tal-Pulizija.", "Santa Venera,Bini bla permess sana,Santa Venera,Bini bla permess falm,Santa Venera,Bini bla permess SANTA VENERA - BINI BLA PERMESS", "8490.", "L-ONOR.", "ALFRED SANT staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Jista' l- Ministru jikkonferma li l-bini ta' żewġt ibtieħi li sar fuq art tal- Gvern mal-flat tal-Gvern li hemm fi Triq it-Turretta, Santa Venera, sar bla permess?", "Jekk iva, x'passi ttieħdu biex jitneħħa dan l-abbuż?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Ix- xoghol imsemmi mill-Onor.", "Kap ta' l- Oppozizzjoni sar bla permess fuq art tal-Gvern.", "Passi legali bdew jittiehdu fil-21 ta' Ottubru 1991 kontra z-zewg persuni responsabbli li se jergghu jidhru l-Qorti fil- 25 ta' Marzu 1993.", "Santa Venera,Bini bla permess sana,Santa Venera,Bini bla permess falm,Santa Venera,Bini bla permess SANTA VENERA - BINI BLA PERMESS", "8491.", "L-ONOR.", "ALFRED SANT staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Jista' l- Ministru jikkonferma li l-extension li qed issir mit-Tower Bar ta' Triq San Ġużepp, għal ġo Triq it-Turretta, Santa Venera, hix bil-permess u skond ir- regolamenti?", "L-ingombrament tal-passaġġ li jagħti għal Triq San Ġużepp bil- bini l-ġdid hi skond il-liġi?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li ma hareg ebda permess ghall- estensjoni msemmija mill-Onor.", "Interpellant.", "Ix-xoghol li sar jikkonsisti f'zewg hitan ta' pedamenti li l-gholi taghhom hu taht wicc il-passagg.", "Passi qed jittiehdu kontra l- persuna responsabbli.", "Zabbar,Dawl fit-toroq pora,Zabbar,Dawl fit-toroq falm,Zabbar,Dawl fit-toroq ZABBAR: TRIQ XGHAJRA - DAWL", "8492.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: B'referenza għall- mistoqsija preċedenti, tista' l-Korporazzjoni Enemalta tagħmel bozza fil-parti ta' Xgħajra Street, (qrib Casa Juve) bejn Wied il- Għajn Str, u Triq is-Santwarju, f'Ħaż Żabbar, f'liema parti hemm dlam ċappa b'residenti jibqgħu jilmentaw għandi?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Din it-talba qed tiġi mistħarrġa u r-risposta tingħata f'seduta oħra.", "Korporazzjoni ghas-Servizzi ta' l-Ilma,Ufficini pora,Korporazzjoni ghas-Servizzi ta' l-Ilma,Ufficini falm,Korporazzjoni ghas-Servizzi ta' l-Ilma,Ufficini KORPORAZZJONI GĦAS-SERVIZZI TA' L-ILMA - UFFIĊINI", "8493.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Peress li impjegati tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma se jintbagħtu f'ufficini f'Ħal Luqa li fil- preżent huma battala, jista' d- dipartiment koncernat isewwi dawn l-ufficini fejn hemm soqfa perikolużi?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li l-ebda kamra tal- post imsemmi ma qed tintuża bħala uffiċċju qabel ma din tkun addatta għal użu.", "Santa Venera,Traffiku debj,Santa Venera,Traffiku gall,Santa Venera,Traffiku SANTA VENERA - TRAFFIKU", "8495.", "L-ONOR.", "JOE DEBONO GRECH staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid għaliex Triq l-Indjana fejn kien hemm sign 'No Entry', tneħħa bil- konsegwenza li qed joħroġ it- traffiku fuq Main Road traffikuża għall-aħħar?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li l-Bord għall- Kontroll tat-Traffiku diġa' ħa passi mad-Dipartiment tax- Xogħlijiet sabiex f'din il- lokalita' titwaħħal tabella \"No right turn\" sabiex it-traffiku jimxi aħjar.", "Santa Venera,Traffiku debj,Santa Venera,Traffiku gall,Santa Venera,Traffiku SANTA VENERA - TRAFFIKU", "8496.", "L-ONOR.", "JOE DEBONO GRECH staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Wara li kienu intbagħtu żewġ petizzjonijiet iffirmati lill- Kummissarju tal-Pulizija fit-8 ta' Frar, 1991, biex it-triq li ġiet imkissra mad-dawra ta' Triq l-Indjana Santa Venera terġa' tinfetaħ kif kienet u mhux kif qed tiġi proġettata issa billi skond kif saret issa, din se tkun ta' periklu kbir għat-traffiku, jista' l- Ministru jgħid x'sar minnha din il-petizzjoni?", "Għaliex fil-fatt ġiet injorata u din it-triq qed issir daqshekk perikoluża?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li iktar informazzjoni qed tinġabar u li nkun nista' nagħti tweġiba f'xi seduta oħra.", "Fgura,Provvista ta' l-ilma sans,Fgura,Provvista ta' l-ilma falm,Fgura,Provvista ta' l-ilma FGURA - PROVVISTA TA' L-ILMA", "8497.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jgħid għaliex issa li għaddew sitt snin taħt Gvern Nazzjonalista s- sitwazzjoni ta' l-ilma hi hekk ħażina fil-Fgura l-aktar fin- naħa ta' fuq ta' Triq Kampanella u Triq Liedna li jiġu wara l-knisja ta' dan il- lokal?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Kif intqal kemm-il darba l-problema ta' l-ilma tal- Fgura hija waħda dovuta għal fatt li s-sistema tad-distribuzzjoni ta' Nofsinhar ta' Malta mhix adegwata.", "Kif jaf l-Onor.", "Interpellant, qed isir il- proġett tal-pipeline tal-Qrendi li mistenni li jsolvi din il- problema.", "Sakemm dan jitlesta, ġiet installata pompa fl-inħawi tal-Fgura li mistennija ttaffi xi ftit il-problema ta' l-ilma ta' dan il-lokal.", "Universita',Studenti jistudjaw barra sans,Universita',Studenti jistudjaw barra mifu,Universita',Studenti jistudjaw barra UNIVERSITA' - STUDENTI JISTUDJAW BARRA", "8498.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l- Ministru jagħti lista sħiħa ta' studenti Maltin li qed jistudjaw barra minn Malta u li l-ġenituri tagħhom joqogħdu f'Malta?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Lista sħiħa ta' studenti Maltin li qed jistudjaw barra, ma tinżammx u qatt safejn hu magħruf ma nżammet.", "Forsi ta' min jibda jiġbor x'informazzjoni minħabba l-użu li jista' jsir minnha fl-inventarju tal- kapaċitajiet.", "Rahal Gdid,Servizz tad-drenagg sans,Rahal Gdid,Servizz tad-drenagg falm,Rahal Gdid,Servizz tad-drenagg Fgura,Servizz tad-drenagg sans,Fgura,Servizz tad-drenagg falm,Fgura,Servizz tad-drenagg SERVIZZ TA' DRENAĠĠ", "8499.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 4216 u l-mistoqsija parlamentari numru 6768 fuq l-istess suġġett?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien assigurat li d-devjazzjoni tal- main ta' drenaġġ li saret fil- Fgura mhijiex sejra tkabbar l- inċidenza tal-fawran ta' drenaġġ.", "Dan il-fawran jista' jkun akkawżat minn xi \"stopage\" temporanju; jew influss illeċitu ta' ilma tax-xita liema problemi ma teliminahomx b'devjazzjonijiet imma b'mezzi oħra.", "Scrapyards sans,Scrapyards gall,Scrapyards SCRAPYARDS", "8500.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l- Ministru jirrispondi l- mistoqsija parlamentari numru 6228 u l-mistoqsija parlamentari numru 6773 dwar il- pożizzjoni ta' l- iscrapyards f'Malta?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Fi ħdan l-Awtorita' ta' l-Ippjanar, skond Att I ta' l- 1992, paragrafu 13, inħolqot Kummissjoni għall-Kontroll ta' l-Iżvilupp li l- funzjonijiet tagħha jinkludu wkoll dawk li kienu jaqgħu taħt il-PAPB inkluż il-policies dwar scrapyards u l-approvazzjoni tagħhom.", "Għalkemm finalment il- Pulizija joħorġu diversi liċenzji, inkluż dawk ta' scrapyards, tali permessi jinħarġu biss jekk id- dipartimenti l-oħra konċernati jirrikmandaw dawn it-talbiet.", "Kunsilli lokali debj,Kunsilli lokali fene,Kunsilli lokali KUNSILLI LOKALI", "8525.", "L-ONOR.", "JOE DEBONO GRECH staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex ir-raħal ta' Fleur-de- Lys ma ġiex inkluż ma' l- irħula, fejn se jkollhom kunsilli lokali billi dan ir- raħal li jiġi bejn Santa Venera u Birkirkara ilu jeżisti u popolat aktar minn irħula oħra li ġew popolati ricentement?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Kif diġa' kelli okkażjoni ngħid, fit-tfassil tal- lokalitajiet, l-Abbozz ta' Liġi dwar il-Kunsilli Lokali jaħseb għal dawk l-inħawi li tradizzjonalment nafuhom bħala parroċċi u dan biex it- tradizzjoni li għandna nikkonservawha u nibżgħu għaliha.", "Veru li hemm lokalitajiet li huma relattivament ġodda iżda dawn fejn qegħdin, ma tistax faċilment torbothom ma' xi belt jew raħal viċin.", "Dan ma jfissirx li fil- futur, meta dawn il-Kunsilli jsibu saqajhom ma jkunx jistgħu jitwaqqfu kunsilli f'lokalitajiet li jkunu ġodda.", "Santa Lucija,Postijiet battala mizj,Santa Lucija,Postijiet battala hyzg,Santa Lucija,Postijiet battala SANTA LUĊIJA - POSTIJIET BATTALA", "8526.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għas-Sigurta' Soċjali: Jista' l-Ministru jgħidli meta ġew battala Flat No. 11 u Flat No. 12, Block E, Katerina Vitale Street, Neighbourhood 2, Santa Lucija?", "Jekk ġew allokati, meta u fuq liema kriterju ġew allokati jew se jiġu allokati?", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Flat 11, Block E, Katerina Vitale Street, Santa Luċija kien vakat fl-1 ta' Ottubru, 1992.", "Dan il-post ma ġiex allokat minħabba li skond id- Dipartiment ta' l-Artijiet jenħtieġ xi tiswijiet.", "Qed jittieħdu l-passi biex dawn it- tiswijiet isiru f'qasir żmien.", "Flat 12 għadu okkupat.", "Enemalta,Kontijiet tad-dawl mizj,Enemalta,Kontijiet tad-dawl falm,Enemalta,Kontijiet tad-dawl ENEMALTA - KONTIJIET TAD-DAWL", "8527.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jgħid kemm hemm kontijiet tad-dawl li huma taħt il-Lm100 u li huma pendenti, u kemm minn dawn ġie sospiż is-servizz tad-dawl?", "Jista' l-Ministru jgħidli wkoll kemm hemm kontijiet tad- dawl li huma 'l fuq minn Lm100 u li huma pendenti u kemm minn dawn ġie sospiż is-servizz tad- dawl?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Biex wiehed ikun jista' jwiegeb dawn il- mistoqsijiet, ikollu bzonn dan it-taghrif minghand l-Onor.", "Membru. a) Nassumi li peress li l- kontijiet juru kemm l-ilma u anke d-dawl nifhem li mhuwiex jitlob taghrif fuq il-kontijiet tad-dawl biss.", "b) Ma qieghed isir l-ebda distinzjoni dwar kontijiet li jkunu ghadhom kemm hargu u allura anke skond ir- regolamenti ma jistax isir qtugh qabel jghaddi zmien mehtieg.", "c) It-taghrif li qieghed jintalab ma jaghti l-ebda data specifika, u l- kontijiet johorgu regolarment u ghalhekk it-taghrif jinbidel ta' sikwit.", "d) Dwar is-sospensjonijiet tal-kurrent ma qieghed jintalab l-ebda perjodu.", "Dawn isiru regolarment u ghalhekk ma jistax jinghata t-taghrif mehtieg jekk ma jkollix il- perjodu.", "e) Dan barra l-kategoriji tat-tariffi - (Industrijali, Kummercjali, Domestici) kif ukoll il-kategoriji tal- konsumaturi (Fabbriki, Lukandi, Restaurants, Sptarijiet, Dipartimenti tal-Gvern, Tarznari, Postijiet tax- xoghol u Djar).", "Fl-ahharnett wiehed irid jifhem li hemm madwar 190,000 konsumatur u ghalhekk wiehed japprezza x-xoghol li jkun irid isir biex jinghata t- taghrif mitlub.", "Ikun ahjar li jekk ghandu xi kaz jew kazijiet specifici, l- Onor. Interpellant jitlobni twegiba jew ghajnuna anke personali fuqhom.", "Telemalta,Sahra mizj,Telemalta,Sahra zamf,Telemalta,Sahra TELEMALTA - SAHRA", "8528.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l- Ministru jgħidli meta l- ħaddiema ta' Telemalta se jitħallsu ta' l-overtime li sar f'Ġunju ta' l-1992?", "Ir-registration ta' l- overtime kienet 9366/91/92, liema overtime sar minħabba l- cut over f'Ħaż Żabbar.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Jiena nformat li l-overtime li jindika l- Onor. Interpellant sejjer jiġi mgħoddi għal ħlas fil-ġranet li ġejjin.", "Ajruport,Taqsima Tifi tan-Nar abew,Ajruport,Taqsima Tifi tan-Nar zamf,Ajruport,Taqsima Tifi tan-Nar AJRUPORT - TAQSIMA TIFI TAN-NAR", "8529.", "L-ONOR.", "WISTIN ABELA staqsa lill-Ministru għat- Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid hemmx ħsieb li s-Sezzjoni tat-Tifi tan-Nar ta' l-Airport Company tiġi b'xi mod riorganizzata bħalma sar f'sezzjonijiet oħra ta' l-Airport Company?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-Establishment tat-Taqsima tat-Tifi tan- Nar ta' l-Airport Company ġie ri-organizzat u diġa' bdew il-proċeduri normali biex jimtlew xi vaganzi fl- establishment il-ġdid.", "Forzi Armati,Haddiema fit-Turretta tal-Palazz abew,Forzi Armati,Haddiema fit-Turretta tal-Palazz fene,Forzi Armati,Haddiema fit-Turretta tal-Palazz FORZI ARMATI - ĦADDIEMA FIT- TURRETTA TAL-PALAZZ", "8530.", "L-ONOR.", "WISTIN ABELA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm personnel jaħdmu it- Turretta tal-Palazz il-Belt biex jikkontrollaw il-movimenti ta' vapuri u bicciet oħra tal- baħar fil- portijiet u ibħra Maltin?", "Fuq liema kriterju suldat jiġi magħżul biex jingħata dan ix-xogħol ta' responsabbilta' partikolari?", "Dawn il-personnel jircievu xi forma ta' allowance jew kumpens għal dan ix-xogħol?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab informat li n-numru ta' personnel li jaħdmu fit- Turretta tal-Palazz tal-Belt biex jikkontrollaw il-movimenti ta' vapuri u bċejjeċ oħra tal- baħar fil-portijiet u ibħra Maltin hu ta' wieħed u għoxrin (21).", "L-individwi jiġu magħżula skond il-kwalitajiet rikjesti u l-esiġenzi tas- servizz.", "Dawn l-individwi ma jirċievu l-ebda forma ta' allowance jew kumpens għax huma fuq dan ix-xogħol partokolari.", "Iżda, minħabba l-fatt li x- xogħol fit-Turretta jirrekjedi primarjament konoxxenza ta' proċeduri fir-radju, tingħat trade allowance ta' Radio Operator lil min hu kwalifikat f'din is-sengħa.", "Forzi Armati,Patrol boats abew,Forzi Armati,Patrol boats fene,Forzi Armati,Patrol boats FORZI ARMATI - PATROL BOATS", "8531.", "L-ONOR.", "WISTIN ABELA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il siegħa baħħru kull waħda mill-Patrol boats li l- Armata akkwistat is-sena l-oħra kemm ilhom assenjati mal-Forzi Armati ta' Malta?", "Kemm-il siegħa minn dawn kienu fuq xogħol ta' patrol mal-kosta ta' Malta?", "Kemm-il siegħa fil- ġimgħa il-Maritime Battery tal- Forzi Armati ta' Malta qed tagħmel patrol mal-kosta ta' Malta?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab informat li:", "1.", "Il-patrol boats li ġew akkwistati s-sena l-oħra ħadmu hekk:", "a. Mogħtija bħala donazzjoni mill-Gvern Taljan (Ġunju 1992)", "Patrol Boats Sighat ta' baħar", "P34 143", "P36 115", "P37 141", "b. Mixtrija mingħand il-Gvern Ġermaniż (ippreżentati f'Novembru, 1992)", "P30 30", "P31 55", "P32 95", "P33 114", "2.", "Is-sigħat kollha kienu dovut fuq xogħol ta' patrol kemm vicin il- kosta kif ukoll iktar 'il barra.", "3.", "Il-Maritime Squadron tagħmel patrol mal-kosta ta' Malta 24 siegħa kuljum.", "In- numru ta' patrol boats impjegati f'ħinijiet partikolari jiddependi mill- esiġenzi tas-servizz.", "Forzi Armati,Patrol mal-kosta abew,Forzi Armati,Patrol mal-kosta fene,Forzi Armati,Patrol mal-kosta FORZI ARMATI - PATROL MAL-KOSTA", "8532.", "L-ONOR.", "WISTIN ABELA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il siegħa fil-ġimgħa ssir patrol mill-ajru mal-kosta ta' Malta u fuq l-art mill-Air Squadron tal-Forzi Armati ta' Malta permezz ta' helicopters u/jew ajruplani fixed wings?", "Hemm xi rutina jew skeda ta' patrols regolari jew le?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Nassigura lill-Onor.", "Membru li l-Air Squadron tal-Forzi Armati ta' Malta tagħmel għadd ta' patrols mill-ajru kuljum, iżda ma jidhirlix li jkun fl- interess tas-sigurta' tal- pajjiż jekk nagħti l- informazzjoni specifika mitluba fil-mistoqsija.", "Forzi Armati,Road blocks abew,Forzi Armati,Road blocks fene,Forzi Armati,Road blocks FORZI ARMATI - ROAD BLOCKS", "8533.", "L-ONOR.", "WISTIN ABELA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm għamlu road blocks il- Forzi Armati ta' Malta matul ix- xahar ta' Jannar?", "Dawn isiru fuq skeda jew programm regolari, jew le?", "X'Land patrols regolari isiru mill- membri tal-Forzi Armati ta' Malta?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Nassigura lill-Onor.", "Membru li l-Forzi Armati ta' Malta jagħmlu land patrols fuq bażi regolari.", "Għal raġunijiet ta' sigurta', ma nħossx li għandi nagħti informazzjoni aktar specifika minn hekk.", "Forzi Armati,Tahrig fl-isparar abew,Forzi Armati,Tahrig fl-isparar fene,Forzi Armati,Tahrig fl-isparar FORZI ARMATI - TAĦRIĠ FL- ISPARAR", "8534.", "L-ONOR.", "WISTIN ABELA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il membru tal-Forzi Armati ta' Malta għamel taħriġ ta' sparar matul ix-xahar ta' Jannar ta' din is-sena u kemm- il round ta' ammunition intuża għal dan it-taħriġ?", "X'taħriġ militari prattiku l-membri tal- Forzi Armati ingħataw matul Jannar ta' din is-sena, u kemm kien in- numru ta' dawk li rcevew dan it-taħriġ?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Il-membri tal-Forzi Armati jagħmlu t-taħriġ ta' sparar meħtieġ b'mod regolari.", "Ma jidhirlix li għandi nagħti aktar dettalji.", "Fix-xhur ta' Jannar, membri tal-Forzi Armati ta' Malta ngħataw ukoll taħriġ fis- suġġetti li jidhru hawn taħt:", "Infanterija Procedura tar-Radju Użu ta' armi (Weapon training) Taħriġ fiżiku First Aid Taħriġ ta' bdoti Artillerija Drill għall-parati Sigurta' Interna (IS)", "Djar tal-Gvern,Tiswijiet pora,Djar tal-Gvern,Tiswijiet falm,Djar tal-Gvern,Tiswijiet DJAR TAL-GVERN - TISWIJIET", "8536.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Rigward il-\"policy\" ġdida dwar talbiet għal tiswijiet f'bini tal-Gvern użat bħala residenza:-", "1) Kemm-il każ tressaq s'issa quddiem id-dipartiment ġdid?", "2) Kif inhuma mqassmin it- talbiet li hemm skond il- policy?", "3) Kemm ġew milqugħa?", "4) Kemm ġew rifjutati?", "5) Xi kemm hi l-istima ta' flus biex jiġu milqugħa t- talbiet li ġew milqugħa s'issa?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li sa l-ahhar ta' Jannar 1993, id- Dipartiment tal-Bini u Tiswija tad-Djar kellu 1264 kaz ta' talbiet ghal tiswija.", "Minn dawn kienu gew spezzjonati 1115 li minnhom:", "- gew approvati - 960 - gew rifjutati - 126 - ghadhom indecizi - 29", "Dawk approvati huma mqassmin hekk:", "a) 69 li jridu tiswija konsiderevoli li trid issir minn kuntrattur wara li ssir sejha ghal offerta.", "b) 181 li jinvolvi tiswija li se jsir mid-Dipartiment tal- Manifattura u Servizzi.", "c) 380 li jridu xoghol li se jsir direttament min-nies tad- Dipartiment tal-Bini u Tiswija tad-Djar.", "d) 330 li jinvolvu xoghol ta' tibjid f'partijiet komuni (jew il-blokki minn barra jew it- tromba minn gewwa).", "Ix-xoghol fuq dawn it- tiswijiet inbeda ghall-bidu ta' Frar u dan qed isir fuq dawk it-tiswijiet indikati (b) u (c).", "Hu l-hsieb li l-ispiza ssir mill-Lm250,000 allokati fil- Budget ghal dawn it-tiswijiet izda stima dettaljata ta' l- infiq ghal kull kaz partikolari ghad trid tithejja.", "Din se tkun possibli ghal kategoriji (a), (b), u (d) izda ghal dawk f'kategorija (c) mhix qed tinzamm stima separata ghal kull kaz billi kif diga' semmejt ix-xoghlijiet isiru direttament minn nies tad- dipartiment.", "Oqsma tad-Djar pora,Oqsma tad-Djar falm,Oqsma tad-Djar OQSMA TAD-DJAR", "8537.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Liema huma dawk l- Oqsma tad-Djar li l-inkwilini li jabitaw f'post tal-Gvern ġew mitluba u ffirmaw ftehim bħal dak li ffirmaw dawk ta' Binja San Martin (Ġebel San Martin, Żejtun) Ftehim ta' Assoċjazzjoni ta' \"Binja San Martin Residents' Association\"?", "X'sar minn dan il-ftehim?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Billi ftehim bħal dan isir mill- Awtorita' tad- Djar, nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi din il-mistoqsija lill- Ministru tas-Sigurta' Socjali.", "Djar tal-Gvern,Tiswijiet pora,Djar tal-Gvern,Tiswijiet falm,Djar tal-Gvern,Tiswijiet DJAR TAL-GVERN - TISWIJIET", "8538.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid:-", "1.", "Id-Dipartiment ta' l- Artijiet kemm-il talba kellu għal tiswijiet ta' postijiet tal-Gvern minn Mejju ta' l-1987 sa l-aħħar ta' Jannar, 1993, sena sena?", "2.", "Kemm minnhom ġew moqdija?", "3.", "X'kienu b'mod ġeneriku t- talbiet li kien hemm?", "4.", "Kemm swew flus it-tiswijiet?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Id- Dipartiment ta' l-Artijiet ma jzommx l- istatistika mitluba mill-Onor.", "Interpellant u biex tingabar din l- informazzjoni irid isir ezami wiehed wiehed ta' kull file ta' kull post tal- Gvern.", "Djar tal-Gvern,Tiswijiet pora,Djar tal-Gvern,Tiswijiet hyzg,Djar tal-Gvern,Tiswijiet DJAR TAL-GVERN - TISWIJIET", "8539.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI staqsa lill-Ministru għas- Sigurta' Soċjali: B'referenza għal dak li ġie rrapportat li qal is-Segretarju Parlamentari tad-Djar Ċensu Galea (vide \"In- Nazzjon Tagħna\", 15 ta' Frar, 1993, p.5) li fost l-10,000 applikazzjoni hemm madwar 1,000 li għandhom is-saqaf tad-dar tagħhom perikoluż u kkundannat, jista' l-Ministru jgħid kemm minnhom huma okkupati mis- sidien u kemm minn inkwilini?", "Dawn kollha jabitaw f'post mhux tal-Gvern?", "Hemm minnhom li ġew milqugħa?", "F'każ affermattiv kemm hemm u kif huma mqassmin, fis-sens kif tlabt fuq?", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Din ic- cifra toħroġ skond kif ġie dikjarat fl- applikazzjonijiet għall-abitazzjoni alternattiva.", "Naturalment, mhux kull dikjarazzjoni ta' ħsara hi ta' l-istess entita', u kull każ irid jiġi kkonsidrat fuq il- merti tiegħu.", "Biex wieħed ikun jaf jekk dawn il- proprjetajiet humiex mikrija jew tas-Sid, iridu jiġu mistħarrġa l- applikazzjonijiet kollha, ħaġa li tieħu żmien twil biex issir.", "Ajruport,Terminal micf,Ajruport,Terminal dalj,Ajruport,Terminal AJRUPORT - TERMINAL", "8540.", "L-ONOR.", "FREDDIE MICALLEF staqsa lill-Ministru tal- Finanzi: Issa li għaddiet sena minn meta ġie nawgurat it- Terminal il-Ġdid ta' l- ajruport, jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex f'pożizzjoni li jgħid kemm ġie jiswa globalment dan il-proġett?", "Jista' l-Ministru jagħti breakdown ta' l-ispiża li saret?", "Jekk sar xi kalkolu kemm għad iridu isiru spejjeż għall- ħteġijiet bażiċi li għad fadal li jsiru?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Nissuġġerixxi lill-Onor.", "Interpellant biex jagħmel id- domanda tiegħu lill-Ministru responsabbli mill-Ambjent.", "Ajruport,Terminal micf,Ajruport,Terminal zamf,Ajruport,Terminal AJRUPORT - TERMINAL", "8541.", "L-ONOR.", "FREDDIE MICALLEF staqsa lill-Ministru għat- Trasport u Komunikazzjoni: Kemm ġiet tiswa s-sistema kollha ta' l-Air Cooled Liquid Chillers fornut mid-ditta Messrs \"York International\", tar-Renju Unit għat- Terminal il-Ġdid ta' Ħal Luqa?", "Kemm ġie jiswa b'kollox biex ġie armat għal areas kollha tat-Terminal?", "Jista' l-Ministru jagħti breakdown tan-nefqa kollha involuta f'dan ix- xogħol?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Kif jaf l-Onor.", "Interpellant ix-xoghol kollu tal-progett tal-bini ta' l-Air Terminal sar mid-Dipartiment tax- Xogholijiet.", "Ghalhekk nissuggerixxi li l-mistoqsija ssir lill- Ministeru li tahtu jaqa' d- Dipartiment tax-Xoghlijiet.", "Ajruport,Terminal micf,Ajruport,Terminal zamf,Ajruport,Terminal AJRUPORT - TERMINAL", "8542.", "L-ONOR.", "FREDDIE MICALLEF staqsa lill-Ministru għat- Trasport u Komunikazzjoni: X'kienet ir-raġuni li meta saru l-ispecifications biex it- Terminal il-Ġdid ta' l-ajruport jiġi provdut b'sistema ta' Air Cooled Liquid Chillers ma kienx maħsub ukoll is-sistema ta' heating?", "Jista' l-Ministru jispjega kif ħadd ma ħaseb biex jilqa' għall-kesħa li jkun hemm bil- lejl meta t-temperatura tinżel sewwa, tant li matul dawn l- aħħar xhur l-ħaddiema u l- passiġġieri kellhom jgħaddu minn esperjenza xejn pjaċevoli?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Kif jaf l-Onor.", "Interpellant ix-xoghol kollu tal-progett tal-bini ta' l-Air Terminal sar mid-Dipartiment tax- Xogħlijiet.", "Ghalhekk nissuggerixxi li l- mistoqsija ssir lill-Ministeru li tahtu jaqa' d-Dipartiment tax-Xoghlijiet.", "Ta' min wiehed jinnota li l- Management tal- Malta International Airport Ltd. qatt ma kellu xi lmenti rigward il-\"heating\" fl-Air Terminal.", "Ajruport,Terminal micf,Ajruport,Terminal zamf,Ajruport,Terminal AJRUPORT - TERMINAL", "8543.", "L-ONOR.", "FREDDIE MICALLEF staqsa lill-Ministru għat- Trasport u Komunikazzjoni: Billi fil-21 ta' Ottubru, 1992, tmien xhur wara l-ftuħ uffiċjali ta' l-Airport Terminal il-Ġdid, l-MIA ħarġet talba għal offerta biex tiġi provduta, installata u kummissjonata sistema ta' heating fl-areas pubbliċi ta' l-Airport Internazzjonali ta' Malta, jista' l-Ministru jgħid kemm-il offerta kien hemm biex isir dan ix-xogħol?", "Jekk fil-fatt li din is- sistema ta' heating ma kenitx maħsuba u inkluża fil-pjanijiet oriġinali meta saret is-sistma tal-cooling hijiex qed toħloq problemi biex dan isir issa?", "Kemm se jiswa dan ix-xogħol?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Il-kumpannija Malta International Airport Limited ilha ghal dawn l-ahhar xhur tistudja t-temperaturi fl-Air Terminal fid-dettall, u qeghda tara hemmx htiega ta' titjieb ulterjuri li tista' taghmel f'dan ir-rigward.", "Fil-fatt, huwa kompitu tal-Kumpannija li tibqa' ttejjeb s-servizzi fl- ajruport f'kull qasam.", "Sabiex jintlahaq dan il- ghan, l-ewwel haga li ghamlet il-Malta International Airport Ltd. meta hadet it-tmexxija tat-terminal f'idejha kien appuntu li bdew jittiehdu passi ulterjuri sabiex ikomplu jitjiebu s- servizzi lill-passiggieri li jghaddu minnu.", "Il-kumpannija ma thossx li hemm xi problema ta' \"heating\" fl-Air Terminal, izda qeghda tippjana tajjeb ghal futur f'dan ukoll.", "Il- kumpannija hija mgharrfa li meta l-Air Terminal kien disinjat, kien gie stabbilit u accettat, sew minn naha tal-Gvern bhala klijent u anke minn naha tal- konsulenti, li s-sistema ta' \"heating\" fl-Air Terminal kellha tigi estiża biss ghal dawk il-postijiet fejn il- passiggieri jkunu weqfin ghal zmien sostanzjali (stationary).", "Dan ifisser li l-Air Terminal illum ghandu sistema ta \"heating\" f'diversi partijiet tieghu nklużi ufficini, cafeterias, certi lounges u swali ohra fis-sulari kollha tieghu.", "Pero, minn naha l- ohra, f'dawk il-postijiet fejn passiggieri m'humiex suppost idumu ghal hin twil, kien gie deciz li ma kienx hemm bzonn ghal din is- sistema ta' \"heating\".", "Dawn il-postijiet jinkludu principalment ic-check- in hall, id-departures lounge, l-arrivals hall u l- welcomers hall.", "L-MIA Ltd. bhalissa qeghda tistudja l-possibilta' li testendi s-sistema ezistenti ta' \"heating\".", "Dan l-istudju qed isir flimkien ma suggerimenti minn diversi kumpanniji li jifhmu f'dan ix- xoghol kif ukoll fuq bazi ta' \"monitoring\" kontinwu mill- inginiera tal-MIA Ltd. stess.", "Decizjoni finali dwar hemmx bzonn li titkabbar is-sistema ta' heating ghadha ma ttiehdetx.", "Ajruport,Instrument Landing System micf,Ajruport,Instrument Landing System zamf,Ajruport,Instrument Landing System AJRUPORT - INSTRUMENT LANDING SYSTEM", "8544.", "L-ONOR.", "FREDDIE MICALLEF staqsa lill-Ministru għat- Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk l- Instrument Landing System ġdid li skond ir-risposta għall- mistoqsija parlamentari numru 6192 kellu jkun qed jaħdem sa l-aħħar tas-sena li għaddiet issa ġiex commissioned?", "Meta hu maħsub li runway 32 u 14 se jkunu t-tnejn armati b'din is-sistema biex għall- ewwel darba wara numru ta' snin is-sitwazzjoni tkun \"compliant\" ma' l-\"ispecifications\" ta' l- ICAO?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Skond il-ftehim tal-kuntratt bejn id- Dipartiment ta' l- Avjazzjoni Civili u d-ditta Thompson-CSF, kien ippjanat li l-ILS tar-Runway 32, kellu jibda jopera sa l-ahhar ta' Jannar 1993 u dak ta' Runway 14 sa Gunju 1993.", "Minhabba li meta gie ttestjat l-ILS ta' Runway 32 ma' kien hemmx rizultati pozittivi, d-ditta qeghda taghmel il- modifikazzjoni mehtiega biex l-ILS jiffunzjona skond it-termini tal- kuntratt.", "M'hemm l-ebda tibdil fid-data ta' l- operazzjoni ta' l-ILS fuq Runway 14.", "Nixtieq nigbed l-attenzjoni ta' l-Onor.", "Membru li meta nbniet Runway 32- 14 kien gie deciz li jigi nstallat ILS fuq Runway 32 biss u ghaldaqstant ir- Runway 14 thalliet minghajr ILS ghal numru kbir ta' snin.", "Matul din is- sena, ghandna nkunu f'pożizzjoni li jkollna iz-zewg runways 32 u 14 mghammra b'ILS u b'hekk fejn qabel 50% tat-traffiku kien moqdi bil- facilita' ta' ILS, dan il-percentagg jitla' ghal 85%.", "Mosta,Traffiku micf,Mosta,Traffiku falm,Mosta,Traffiku MOSTA - TRAFFIKU", "8545.", "L-ONOR.", "FREDDIE MICALLEF staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Billi konġestjoni tat-traffiku fil-pjazza Rotunda l-Mosta issa saret ħaġa ta' kuljum u għal ħinijiet twal, u billi din mhix l-ewwel darba li l- Interpellant qed jiġbed l- attenzjoni tal-Gvern dwar il- problema u li tista' tkun solvuta billi titkompla l- bypass li tgħaqqad Vjal l- Indipendenza ma' Triq l- Isperanza, jidhirlu l-Ministru li għandu issa jagħti priorita' għat-twettiq ta' dan ix-xogħol li żgur iservi mhux biss biex isolvi din il-problema iżda ukoll inkonvenjenzi u problemi ambjentali oħrajn?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Id- Dipartiment tat-Toroq diġa' ħaseb sabiex tinfetaħ din il- Bypass, iżda minħabba prioritajiet oħra dan qatt ma seħħ.", "Wieħed jispera li dan il- proġett ikun jista' jseħħ fil- futur.", "Msida,Provvista ta' ilma nict,Msida,Provvista ta' ilma falm,Msida,Provvista ta' ilma MSIDA - PROVVISTA' TA' ILMA", "8564.", "L-ONOR.", "TONY NICHOLL staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Qed inressaq ilment ta' koppja anzjana li toqgħod 38, Tower Street, Msida.", "Din il-koppja ilha tilmenta mad- dipartiment b'nuqqas ta' ilma minħabba ħsarat fil-kanna ta' l-ilma min-naħa tal-Gvern u applikaw biex din tinbidel madwar sitt ġimgħat ilu.", "Minkejja din l-applikazzjoni x- xogħol għadu ma sarx b'konsegwenza ta' tbatija kbira għal din il-koppja anzjana.", "Jista' l- Ministru jieħu l-passi metħieġa minnufih biex din il- koppja anzjani tinqeda?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien infurmat li l-applikazzjoni msemmija mill- Onor. Interpellant saret fil-21 ta' Jannar 1993.", "Ix-xoghol se jitwettaq f'qasir zmien.", "Id-dewmien fix-xoghol kien dovut ghal fatt li:", "1.", "Kienu qeghdin jigu introd- otti regoli godda ghall- permessi biex isir it-thaffir fit-toroq, u ma sarx xoghol sakemm dawn gew stabbiliti.", "2.", "L-ammont ta' xoghol pend- enti huwa kbir u mhux possibbli li kull applikazzjoni li tidhol tigi processata mmedjatament.", "Luqa,Trasport pubbliku manc,Luqa,Trasport pubbliku zamf,Luqa,Trasport pubbliku LUQA - TRASPORT PUBBLIKU", "8565.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għat- Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jordna li s- sistema ta' trasport pubbliku f'Ħal Luqa terġa' lura għar- rotot li kienu jipprevalu qabel?", "Ir-rotot ġodda qegħdin jikkawżaw ħafna problemi bin- numru kbir ta' residenti li jgħixu fil-periferiji tal- villaġġ.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: It-tibdil fir-rotta f'Ħal Luqa, meta l- karozzi jkunu fi triqthom lejn il-Belt, sar minħabba l-problemi li kienu jeżistu tul l-istess rotta.", "Turizmu bril,Turizmu bong,Turizmu TURIŻMU", "8566.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għas- Servizzi Ekonomiċi: Jista' l- Ministru jgħid sena b'sena mill-1987 sal-lum kemm huwa kkalkolat li ġew turisti Malta bħala parti mill-Conference & Incentive Travel?", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Jien informat li l-NTOM tistma li madwar 40,000 ruħ iżuru l- Gżejjer Maltin biex jippartecipaw f'konferenzi jew fuq żjarat ta' incentiv.", "Turizmu,Couriers barranin bril,Turizmu,Couriers barranin bong,Turizmu,Couriers barranin TURIŻMU - COURIERS BARRANIN", "8567.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għas- Servizzi Ekonomiċi: X'qed jagħmel is-Segretarjat għat- Turiżmu dwar id-diversi couriers barranin li qed imexxu Conducted Tours madwar il- gżejjer Maltin u Għawdxin b'dannu dirett għall-gwidi Maltin?", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fil- permessi li jinhargu lill-couriers jigi stipulat li dawn ma jistghux jahdmu ta' gwidi.", "Isiru spezzjonijiet regolari sabiex jigi żgurat li t-tours ikunu mmexxija minn gwidi awtorizzati.", "Informat li f'dawn l-ahhar sentejn ma sar l-ebda lment li couriers qed jahdmu ta' gwidi.", "Kumpannija MISCO bril,Kumpannija MISCO dalj,Kumpannija MISCO KUMPANNIJA MISCO", "8568.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal- Finanzi: B'kollox kemm għamlet xogħol ta' konsulenza mill-1987 sal-lum il-kumpannija MISCO għall-Gvern u għall- korporazzjonijiet u azjendi parastatali?", "ONOR.", "JOHN DALLI: L- informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.", "Għalhekk risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "Turizmu bril,Turizmu zamf,Turizmu TURIŻMU", "8569.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għat- Trasport u Komunikazzjoni: Billi l-Gvern Malti huwa kommess li jġib turiżmu up- market lejn pajjiżna, jista' l- Ministru jgħid jekk jeżistux u/jew hemmx ħsieb lil jiġi ntrodotti limit fuq \"seat only passengers\" li jiġu Malta b'titjiriet charter; fuq il- linji addotti minn xi pajjiżi oħrajn tal- Mediterran bħal Ċipru li għandhom \"15% limit\" fuq passiġġieri \"seat only\" fuq kull titjira charter?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Il-Gvern jidhirlu li jista' jilhaq l-ghan tieghu u jkabbar it-Turizmu \"up-market\" lejn pajjizna minghajr ma jdahhal limiti fuq in-numru ta' passiggieri \"seat only\".", "Jekk u meta jinhass illi l-ammonti ta' passiggieri fuq \"seat only\" jistghu jaffettwaw it-turizmu \"up market\" naturalment jittiehdu dawk il-mizuri li jkun hemm bzonn.", "Gzira,Rue D'Argens,fond numru 392 bril,Gzira,Rue D'Argens,fond numru 392 gall,Gzira,Rue D'Argens,fond numru 392 GŻIRA: RUE D'ARGENS - FOND NRU.", "392", "8570.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Jistgħu jittieħdu passi mill- Awtoritajiet tas-Saħħa billi l- inkwilini ta' 392, Rue D'Argens, il-Gżira li jrabbi ħafna annimali fid-dar tiegħu qed ikollu ħafna refuse ta' l- annimali li qed jinżel mad- drains u outlets oħrajn li qed ifuru u jiżbokkaw f'Cuschieri Street, il-Gżira b'inkonvenjenza kbira għar-residenti ta' din it-triq?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Wara li saret spezzjoni fil-post imsemmi mill-Onor.", "Interpellant, ma setax jiġi kkonfermat dak li qed jallega l-Onor.", "Membru.", "F'dan il-post instabu 15-il għasfur u sitt ħamimiet.", "L-ispettur tas-Saħħa ngħata struzzjonijiet biex minkejja dak kollu, iżomm dan l-ilment taħt sorveljanza regolari.", "Kuwajt,Xoghol ghal ditti Maltin bril,Kuwajt,Xoghol ghal ditti Maltin bong,Kuwajt,Xoghol ghal ditti Maltin KUWAJT - XOGĦOL GĦAL DITTI MALTIN", "8571.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għas- Servizzi Ekonomiċi: Issa li għaddew għadd kbir ta' xhur mindu ntemmet il-Gwerra tal- Golf, jista' l-Ministru jgħid kemm inkiseb xogħol ta' rikostruzzjoni għal ditti Maltin fil-Kuwait aktar u aktar wara it-taħdidiet governattivi li kienu saru fil-Kuwait biex iwittu it-triq għal kuntratturi u ħaddiema Maltin?", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Jiddispjaċini li m'għandiex informazzjoni dwar dak li qed jistaqsi l-Onor.", "Interpellant.", "Attard,Asfaltar ta' toroq musr,Attard,Asfaltar ta' toroq falm,Attard,Asfaltar ta' toroq ATTARD - ASFALTAR TA' TOROQ", "8574.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Filwaqt li napprezza li qed issir riforma sħiħa fil- Ministeru għall-Ambjent inkluża dik tat-tiswija tat-toroq u servizzi varji, jista' l- Ministru jgħin biex tingħata l- priorita' li tixraq fil-ħidmna kollha meħtieġa fit- toroq u fl- ambjent ġenerali tal-Housing Estate ta' wara Santa Katerina kollu f' H'Attard b'mod li jittaffa l-inkonvenjent kbir li jeżisti?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Ix- xoghol fit-toroq tal-Housing Estate ta' wara Santa Katerina (Tal-Fuklar) hu mdahhal fil- programm tax-xoghlijiet li jridu jsiru.", "Nahseb li l-Onor.", "Interpellant jifhem li xoghlijiet simili huma ppjanati madwar Malta kollha.", "Attard,Sinjali tat-traffiku musr,Attard,Sinjali tat-traffiku gall,Attard,Sinjali tat-traffiku ATTARD - SINJALI TAT-TRAFFIKU", "8575.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jara li No Parking Sign fi Triq il-Kbira, H'Attard (ħdejn il-funtana) terġa' tiġi mwaħħla mal-ħajt fejn kienet peress illi diversi vetturi qed jipparkjaw f'dan il-post fejn l-ispazju huwa ridott ħafna?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Id- Dipartiment tax-Xogħlijiet ġie mitlub jerġa' iwaħħal din it- tabella.", "Attard,Tindif pubbliku musr,Attard,Tindif pubbliku falm,Attard,Tindif pubbliku ATTARD - TINDIF PUBBLIKU", "8576.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Peress li l-għalqa (art pubblika) ta' Triq il- Linja wara d-depot l-antik f' H'Attard ġiet ridotta għal kważi miżbla bi ġrieden jiġru kullimkien b'detriment għas- saħħa tar-residenti barra milli hija eyesore, jista l-Ministru jara li ssir tindifa imqar bħalma sar fl-għalqa l-oħra ftit metri bogħod fl-istess triq?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Tlabt biex isir intervent biex jitnaddaf il-post kif issuġġerixxa l-Onor.", "Membru.", "Birkirkara,Traffiku musr,Birkirkara,Traffiku gall,Birkirkara,Traffiku BIRKIRKARA - TRAFFIKU", "8577.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jintervjeni biex jara li jsiru sleeping policemen fi Triq Santu Rokku, Birkirkara peress illi t- traffiku intens u over speeding li jgħaddi minn din it-triq dejqa qed joħloq periklu serju għar-residenti u pedestrians?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t- talba tiegħu se titressaq quddiem il-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku għall- konsiderazzjoni.", "Ta Qali,Area ta' rikreazzjoni musr,Ta Qali,Area ta' rikreazzjoni gall,Ta Qali,Area ta' rikreazzjoni TA QALI - AREA TA' RIKREAZZJONI", "8578.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Peress li daħlet drawwa ħażina li kwantita' kbira ta' karozzi jinvadu l-area tar-rikreazzjoni fil-Park ta' Ta' Qali li qed tikkawża periklu għal mijiet ta' familji, inklużi anzjani u tfal, waqt il-passiġġati għall- arja, jista' l-Ministru jara li jittieħdu passi ħalli dawn l- areas jiġu ikklerjati mill- vetturi abbużivi?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Jien informat li l-Pulizija se tieħu passi dwar dan l- ilment.", "Dip tas-Sahha,Xiri ta' blood products,Kumitat gree,Dip tas-Sahha,Xiri ta' blood products,Kumitat gall,Dip tas-Sahha,Xiri ta' blood products,Kumitat DIPARTIMENT TAS-SAĦĦA: XIRI TA' BLOOD PRODUCTS - KUMITAT", "8579.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jikkonferma li d-Dipartiment tas-Saħħa iwaqqaf kumitat għax-xiri ta' Blood Products?", "Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jagħti l-lista tal- membri ta' dan il-Kumitat, u min hu c-Chairman tiegħu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Dan il- Kumitat għax-xiri ta' Blood Products ilu mwaqqaf minn 1988.", "Il-membri ta' dan il-kumitat huma l-Onor.", "Prof. J. Rizzo Naudi bħal c-Chairman, Dr G. Xerri SMO, Dr R. Schembri Wismayer, Dr. A. Galea Debono, Mr C. Marguerat, Ms. J. Fava u Mrs M. Maistre bħala rappreżentanta tas-Soċjeta' tal-Haemophiliacs.", "Sliema,Provvista ta' elettriku gree,Sliema,Provvista ta' elettriku falm,Sliema,Provvista ta' elettriku SLIEMA - PROVVISTA TA' L- ELETTRIKU", "8580.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Jista' l- Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' rapporti ta' ħsara fis-servizz Elettriku li irċieva fuq bażi ta' Emerġenza l-uffiċċju ta' Enemalta fid- Distrett ta' Tas- Sliema il-ġimgħa 19 ta' Frar, 1993 minħabba il-maltemp matul il-lejl ta' qabel?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li fid-19 ta' Frar, 1993 ġew irrapportati 26 ħsara fl-uffiċċju tad-distrett ta' Tas-Sliema tal- Korporazzjoni Enemalta.Sptarijiet,Infermiera gree,Sptarijiet,Infermiera gall,Sptarijiet,Infermiera SPTARIJIET - INFERMIERA", "8581.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Nixtieq nistaqsi l-Ministru għaliex hu aċċettabbli u permessibbli li infermiera speċjalment ta' ċerta' seniority jitħallew jaħdmu f'pożizzjonijiet ta' Medical Representatives waqt li għadhom jokkupaw pożizzjonijiet mal- Gvern?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li mill-ebda rekord ma jirrizulta li xi infermier/a talab jew ghandu tali permess u jien ma naf bl-ebda infermiera li jahdmu f'pozizzjonijiet ta' Medical Representatives waqt li ghadhom jokkupaw il-kariga mal- Gvern.", "L-Onor.", "Membru jista' jghaddili xi taghrif li jista' ghandu, anke konfidenzjalment.", "Stabbilimenti ta' l-ikel,Levy nict,Stabbilimenti ta' l-ikel,Levy dalj,Stabbilimenti ta' l-ikel,Levy STABBILIMENTI TA' L-IKEL - LEVY", "8582.", "L-ONOR.", "TONY NICHOLL staqsa lill-Ministru tal- Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid kemm daħħal flus il-Gvern mit-taxxa fuq l-infiq fuq ikel fir- ristoranti etc. matul l- 1992?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li matul l-1992 il- Gvern daħħal Lm1,216,528 mit-taxxa fuq l- infiq fuq ikel mir-ristoranti.", "Ta' l-Ibragg,Servizz tad-drenagg nict,Ta' l-Ibragg,Servizz tad-drenagg falm,Ta' l-Ibragg,Servizz tad-drenagg TA' L-IBRAĠĠ - SERVIZZ TAD- DRENAĠĠ", "8583.", "L-ONOR.", "TONY NICHOLL staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Jista' l- Ministru jgħid jekk u meta se jsir xi xogħol ta' estensjonijiet għas- servizz tad-drenaġġ f'Ta' l- Ibraġġ speċjalment fl-inħawi tal-Halland Hotel?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li se jinbdew il- proceduri meħtieġa biex dan ix- xogħol ta' estensjoni tas- servizz ta' drenaġġ isir matul din is-sena.", "Pulizija,Serq ta' Vetturi nict,Pulizija,Serq ta' Vetturi gall,Pulizija,Serq ta' Vetturi PULIZIJA - SERQ TA' VETTURI", "8584.", "L-ONOR.", "TONY NICHOLL staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew irrapportati lill-pulizija każijiet ta' serq ta' vetturi fl-1992?", "Kemm minnhom reġgħu nstabu?", "Kemm tressqu persuni l-Qorti fuq serq ta' vetturi?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Kazijiet ta' serq ta' vetturi fl-1992, kien hemm 1,445, minnhom instabu - 479.", "Minn dawn, kien hemm 56 kaz li tressqu quddiem il-Qorti dwar serq ta' vetturi.", "Distrett Numru IX,Talbiet ghall-Akkomodazzjoni nict,Distrett Numru IX,Talbiet ghall-Akkomodazzjoni hyzg,Distrett Numru IX,Talbiet ghall-Akkomodazzjoni Distrett Numru X,Talbiet ghall-Akkomodazzjoni nict,Distrett Numru X,Talbiet ghall-Akkomodazzjoni hyzg,Distrett Numru X,Talbiet ghall-Akkomodazzjoni DISTRETT NUMRU IX/X - TALBIET GĦALL-AKKOMODAZZJONI", "8585.", "L-ONOR.", "TONY NICHOLL staqsa lill-Ministru għas- Sigurta' Soċjali: Jista' l- Ministru jgħid kemm għandu każijiet pendenti ta' talbiet għal akkomodazzjoni minn persuni li joqogħdu:", "(a) Msida", "(b) Gżira", "(c) San Ġiljan", "(d) Sliema?", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Peress li nbeda proċess li permezz tiegħu qed niddentifikaw dawk l-applikanti li huma ripetuti bla bżonn, nitlob l-Onor.", "Interpellant jistenna sakemm dan il-proċess ikun kollu lest.", "Telemalta,Hlas ta' kontijiet spil,Telemalta,Hlas ta' kontijiet zamf,Telemalta,Hlas ta' kontijiet TELEMALTA - ĦLAS TA' KONTIJIET", "8586.", "L-ONOR.", "LINO SPITERI staqsa lill-Ministru għat- Trasport u Komunikazzjoni: Fl-aħħar ta' Diċembru 1992, il- Korporazzjoni Telemalta kemm kellha aged debtors fost is- subscribers tas-servizz tat- telefon, jiġifieri debtors li ma ħallsux żewġ kontijiet konsekuttivi?", "X'kien il- valur totali outstandings?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: F'dawk li huma kontijiet lokali tat- telephones jahdmu fl-ahhar ta' Dicembru, 1992, il- Korporazzjoni kellha arretrati ta' madwar Lm3,973,052.", "Dan minbarra, naturalment, l-ammont dovut fuq l-ahhar kont mahrug, jigifieri d-December, 1992 quarter.", "B'Kollox, fl-ahhar ta' Dicembru, 1992 il- Korporazzjoni kellha Lm8,596,232 f'debituri fuq kontijiet lokali ta' telephones jahdmu.", "Apparti dawn hemm madwar Lm1,126,612 dovuti minn ex-abbonati li kellhom il-linja maqtugha.", "Debituri fuq kontijiet ghal sejhiet ghal barra minn Malta bl-ghajnuna ta' l-operator ilahhqu Lm630,548 fl-ahhar ta' Dicembru 1992.", "Minn dawn, Lm352,358 huma b'arretrati u Lm170,061 huma dovuti minn ex- abbonati li kellhom il-linja maqtugha.", "Telemalta, hlas ta' kontijiet spil,Telemalta, hlas ta' kontijiet zamf,Telemalta, hlas ta' kontijiet TELEMALTA - ĦLAS TA' KONTIJIET", "8587.", "L-ONOR.", "LINO SPITERI staqsa lill-Ministru għat- Trasport u Komunikazzjoni: X'inhi l-proċedura li timxi biha l-Korporazzjoni Telemalta dwar kontijiet għas-servizzi li toffri hi li jibqgħu ma jitħallsux?", "Xi twissijiet jingħataw lil min jitilgħulu l-arretrati?", "Jista' l-Ministru jassigura li kulħadd qiegħed jiġi ttrattat xorta waħda?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Il-procedura ta' kontroll fuq id-debituri li tapplika l- Korporazzjoni Telemalta f'dak li huwa servizz tat-telephone hi hekk:", "Kull min johroglu kont li juri arretrati jkollu twissija awtomatika ta' sospensjoni tas- servizz permezz ta' printing fuq il-kont stess.", "Dan jinghata twissija ta' 15-il gurnata cans biex jirregolarizza s- sitwazzjoni.", "Jekk dan il-pagament jibqa' ma jsirx, il-Korporazzjoni tista' minn hin ghall-iehor tissospendi s-servizz.", "Bhalissa, l-procedura hi li skond programm definit, tintbaghat ittra finali lill- abbonat fejn dan jinghata tlett ijiem cans biex ihallas.", "Dan il-programm jikkonsisti fi studju ta' kull numru b'arretrati f'perjodu ta' sitt xhur.", "Jekk jibqa' ma jithallasx allura s-servizz jigi sospiz.", "Il-mira hi li kull servizz b'arretrati jigi studjat mill-aktar fis possibli.", "Minhabba n-numru kbir ta' kazi b'arretrati, madanakollu, ma jistghux jigu ttrattati n-numri kollha f'salt.", "Dawn ghalhekk, jigu ttrattati ftit ftit.", "Wara madwar tlett xhur li s- servizz ikun sospiz u hlas jibqa' ma jsirx, allura tigi mnehhija l-linja kompletament biex ikun jista' jinqeda haddiehor biha.", "Azzjoni legali tibqa' tittiehed fuq il-kaz.", "Ikun hemm certa kazi li, minhabba ragunijiet umanitarji u cirkostanzi partikolari, jigu ttrattati b'mod specjali.", "Dawn jistghu jigu moghtija cans ihallsu bin-nifs.", "Konkos,Produzzjoni psaj,Konkos,Produzzjoni bong,Konkos,Produzzjoni KONKOS - PRODUZZJONI", "8606.", "L-ONOR.", "JOSEPH PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Xi produzzjoni ta' ready mix concrete hawn fil-pajjiż?", "X'kontroll isir fuq il- kwalita' biex jiġi protett il- konsumatur u biex eventwalment inkunu konformi ma standards Ewropej?", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Ninsab informat li l-valur tal- produzzjoni ta' ready mix concrete jista' jinkiseb mill- Uffiċċju Centrali ta' l- Istatistika.", "Dwar it-tieni parti tal- mistoqsija kontroll fuq ready mix concrete li jintuza mill- Gvern isir mill-Ufficjali fil- Ministeru ta' l-Ambjent.", "Fil- każ tal-privat dan suppost isir mill-perit responsabbli ghall- bini.", "Sptarijiet,Pazjenti msiefra ghal kura psaj,Sptarijiet,Pazjenti msiefra ghal kura gall,Sptarijiet,Pazjenti msiefra ghal kura SPTARIJIET - PAZJENTI MSIEFRA GĦAL KURA", "8607.", "L-ONOR.", "JOSEPH PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: X'policy jadotta id-Dipartiment tas-Saħħa fir-rigward ta' dawk il-pazjenti li minn jeddhom imorru għal kura barra minn Malta u imbagħad jitolbu ħlas lura ta' xi spejjeż?", "F'liema każi jgħin u minn naħa l-oħra kif jilqa' kontra abbużi?", "Tali pazjenti jiġu sottomessi għal means test?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Min imur ghall-kura barra minn Malta min jeddu ma jinghatax ghajnuna.", "Kazi verament genwini jigu mistharga mit-Treatment Abroad Advisory Committee u dawk li jkollhom ragun jigu refunded dak l-ammont li d- dipartiment kien ihallas kieku kienu saru l-proceduri normali u kienu jikkwalifikaw li jintbaghtu ghall-kura barra minn Malta.", "Xorb Alkoholiku psaj,Xorb Alkoholiku gall,Xorb Alkoholiku XORB ALKOHOLIKU", "8608.", "L-ONOR.", "JOSEPH PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni forsi b'risposta għal xi mistoqsijiet parlamentari oħrajn, fuq il- prekawzjoni li tittieħed biex tfal taħt l-eta' ma jkunux jistgħu jixtru xorb alkoħoliku?", "Fil-fatt billi l-liġi ma tippreskrivi ebda eta', meta hemm il-ħsieb li ta' lanqas isir dan?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nirreferi lill-Onor.", "Membru għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 2402 fis- Seduta Numru 26.", "Sptarijiet,San Luqa,Tobba gree,Sptarijiet,San Luqa,Tobba gall,Sptarijiet,San Luqa,Tobba SPTAR SAN LUQA - TOBBA", "8610.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Kemm jaħdmu tobba fl-E&A Department, fl-Isptar San Luqa?", "X'pożizzjoni jokkupaw?", "Kif inhi s-sistema tax-Shift li jintuża?", "Kemm ikun hemm tobba għassa f'kull shift matul il-ġurnata u bil-lejl?", "Hemm konsulent li huwa responsabbli għal dan id- dipartiment?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li fid-Dipartiment ta' l-Emergenza ta' l-Isptar San Luqa hemm jahdmu 24 tabib fil- grad ta' PMO I.", "Dawn jahdmu fuq sistema ta' sitt shifts b'erba' tobba f'kull shift.", "Mit- 8.00 a .m. sa l-10.p.m., ikun hemm sa tmien tobba ghassa waqt li matul il- lejl, bejn l-10.00 p.m. u t-8.00 a.m. ikun hemm sa erba' tobba.", "Ma' dawn hemm ukoll Senior Registrar fl-Ortopedija, Registrar fil- Medicina kif ukoll Senior House Officer fil- Kirurgija.", "Mr Charles Sciberras, konsulent ortopediku huwa responsabbli ghal dan id- Dipartiment.", "Sptarijiet,San Luqa,Xoghlijiet gree,Sptarijiet,San Luqa,Xoghlijiet gall,Sptarijiet,San Luqa,Xoghlijiet SPTAR SAN LUQA - XOGĦLIJIET", "8611.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid hux qiegħed isir xogħol fil-preżent fil- blokk il-ġdid fl-Isptar San Luqa li hu intenzjonat li jakkomoda l-E&A Department u swali ta' Operazzjonijiet fl- Ortopedija?", "Jekk ix-xogħol huwa wieqaf, jista' l-Ministru jgħid għaliex, meta dan ix- xogħol kien inbeda fuq erba' snin ilu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li bhalissa qed isir hafna xoghol fil- blokk imsemmi li jinkludi stallazzjoni ta' sistema ta' 'medicalgases', 'airconditioning', 'electrical' u 'mechanical services', ecc., kif ukoll xoghol iehor fuq zewg 'operating theatres'.", "Sptarijiet,San Luqa,Refurbishing gree,Sptarijiet,San Luqa,Refurbishing gall,Sptarijiet,San Luqa,Refurbishing SPTAR SAN LUQA - REFURBISHING", "8612.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Riċentement il-Ministru ta lista ta' Membri ta' Kumitat li se jieħu ħsieb ir-refurbishing ta' l-Isptar San Luqa (PQ 8176).", "Jista' l-Ministru jgħid jekk dan il-Kumitat kienx diġa' ġie mwaqqaf?", "Jekk fl-affermattiv, għaliex kien hemm il-bżonn li jitwaqqaf Kumitat ieħor?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nirreferi l-Onor.", "Membru għat-tweġibiet mogħtija għall-mistoqsijiet parlamentari nri 7030 u 8176.", "Qormi,Provvista ta' ilma spil,Qormi,Provvista ta' ilma falm,Qormi,Provvista ta' ilma QORMI: TRIQ PINTO - ILMA", "8619.", "L-ONOR.", "LINO SPITERI staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Jaf il- Ministru li r-residenti ta' Pinto Junction 2, Pinto Street, Ħal Qormi ilhom madwar sitt xhur bla ilma jew bi pressa baxxa ħafna?", "Jista' jieħu passi urġenti biex il-qagħda tirranġa?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "Kunsill ta' l-Ewropa,Boroz ta' studju psaj,Kunsill ta' l-Ewropa,Boroz ta' studju demg,Kunsill ta' l-Ewropa,Boroz ta' studju KUNSILL TA' L-EWROPA - BOROZ TA' STUDJU", "8620.", "L-ONOR.", "JOSEPH PSAILA SAVONA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l- Affarijiet Barranin: Nagħmel referenza għar-risposta tal- mistoqsija parlamentari numru 7868.", "Jidher li xi fellowships ġew irtirati mill-Kunsill għax ma ġewx approprjati fondi għall- 1993 għal fellowships individwali fil-Kamp tas- Social Welfare, Employment & Vacational Training u dan ukoll meta kienu diġa' ġew magħżula xi kandidati.", "Jista' l-Vici Prim Ministru jagħti aktar informazzjoni fuq dan?", "Dawn l-istess kandidati jistgħu jiġu mogħtija referenza għal xi fellowships is-sena d- dieħla meta nimmaġina li l- fondi din id-darba jkunu approprjati.", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO: Il- programm ta' fellowships imsemmi mill-Onor.", "Interpellant kien wieħed minn dawk li ntlaqtu minħabba kwestjoni ta' finanzi fl-Estimi tal-Kunsill ta' l-Ewropa ta' din is-sena.", "Fil-fatt, kien hemm tnaqqis sostanzjali fil-programm inter- governattiv kollu.", "Darba ma ġewx approvati l-finanzi meħtieġa, kellu jiġu sospiż il- programm.", "Fuq il-proposta li l- kandidati li diġa' kienu ġew magħżula għal dawn il- fellowships jiġu mogħtija preferenza għas-sena d-dieħla, ninforma lill- Onor. Membru li l-proceduri ta' għażla huma kkontrollati minn Strasbourg.Dip ta' l-Artijiet,Trasferiment ta' art bonm,Dip ta' l-Artijiet,Trasferiment ta' art falm,Dip ta' l-Artijiet,Trasferiment ta' art ZEBBUG - TRASFERIMENT TA' ART", "8621.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Il- parti ta' Triq li ttieħdet minn proprjetarju ta' dar bl-isem \"Lelluxa\" li tiġi biswit Siġġiewi Road, f'Ħaż Żebbug kellha l-approvazzjoni tad- Dipartiment ta' l-Artijiet sabiex tagħmel u tieħu parti ta' l-istess triq għal rinovament li sar?", "Jekk fl-affermattiv, meta ħarġet l-offerta?", "Kemm kienet l-aktar waħda vantaġġjuża?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Id- Dipartiment ta' l-Artijiet m'approva ebda trasferiment ta' art fis-sit msemmi.", "Lanqas ma rrizulta li hemm xi talba ghal dan l-iskop.", "Fil-fatt passi legali bdew jittiehdu kontra l-persuna li okkupat parti mit-triq imsemmija.", "Counter Trade manc,Counter Trade bong,Counter Trade COUNTER TRADE", "8626.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għas- Servizzi Ekonomiċi: Jista' l- Ministru jgħid x'inhuma l- funzjonijiet tal-Counter trade illum?", "Il-funzjonijiet tagħha ġew assunti parzjalment jew totalment minn xi kumpannija privata?", "Jekk iva, liema hija din il-kumpannija?", "X'inhuma l-kriterji li fuqhom counter trade tgħin lil ditti/kumpanniji Maltin?", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Nissuġġerixxi lill-Onor.", "Interpellant jagħmel il- mistoqsija lill-Ministru ta' l- Affarijiet Barranin.", "Telemalta,Offerta Nru. SU Tel 1592 mizj,Telemalta,Offerta Nru. SU Tel 1592 zamf,Telemalta,Offerta Nru. SU Tel 1592 TELEMALTA - OFFERTA NRU.", "SU TEL 1592", "8633.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l- Ministru jgħid min kien is- supplier li ħa t- tender No. SU TEL 1592 li ħarġet Telemalta u kemm ġiet tiswa t-tender?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: It-tender numru SUP/TEL/15/92 li kienet harget il-Korporazzjoni Telemalta ghall-provvista u twahhil ta' \"Coded Stickers\" fuq il-karrozzi tal-Korporazzjoni nghatat lil Dormax Press ta\" Triq l-Industrija, Qormi ghas-somma ta' Lm1005, li kienet l-orhos offerta.", "Kalkara,Provvista ta' l-ilma mizj,Kalkara,Provvista ta' l-ilma falm,Kalkara,Provvista ta' l-ilma KALKARA - PROVVISTA TA' L-ILMA", "8634.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Iktar minn sena ilu fi Triq il- Konvoj ta' Santa Marija, il- Kalkara, għaddew main ta' l- ilma ġdid.", "Jista' l-Ministru jieħu l- passi meħtieġa biex mill-aktar fis possibbli jitqabbdu l- pajpijiet ta' l-ilma, biex ir- residenti ta' dawk l-akkwati jkun jista' jkollhom l-ilma, għaliex il-pajpijiet li hemm bħalissa ma jistax jgħaddi l- ilma għaliex huma żgħar?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien infurmat li l-kanen bhalissa uzati minn residenti ta' Triq il-Konvoy ta' Santa Marija, l- Kalkara, huma ta' natura temporanja.", "Xi xhur ilu tqieghdu l-kanen permanenti f'din it-triq izda minhabba problemi li nqalghu wara, ma kienx possibbli li dawn jinghaqdu mal-bqija tas- sistema tad-distribuzzjoni.", "Il-problemi huma marbuta mal- fatti li fuq naha wahda ghad hemm hafna blat x'jitqatta' qabel ma tigi ffurmata t-triq filwaqt li fuq in-naha l-ohra, l- art hija privata.", "Ministeru ta' l-Intern,Applikazzjoni għal hajjata spil,Ministeru ta' l-Intern,Applikazzjoni għal hajjata gall,Ministeru ta' l-Intern,Applikazzjoni għal hajjata MINISTERU TA' L-INTERN - APPLIKAZZJONI GĦAL ĦAJJATA", "8635.", "L-ONOR.", "LINO SPITERI staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid meta ħarġet l-aħħar sejħa interna għal applikazzjonijiet għal Tailor Grade D?", "Kemm kienu applikaw?", "Saru xi trade tests?", "Meta?", "Kemm se jiġu maħtura minn dawk li applikaw?", "Meta?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li l-ahhar sejha interna ghall- applikazzjonijiet ghall-'Tailor', Grupp 'D', saret fit-12 ta' Frar 1992 permezz ta' O.P.M. Circular Nru 13/92.", "Kien hemm 34 applikazzjoni.", "Il-proċess ta' l-ghazla ghadu mhux iffinalizzat u ghalhekk m'inix f'pozizzjoni li nirrispondi ghall-ahhar erba' partijiet tal-mistoqsija.", "Marsa,Ix-Xatt,Karozza mitluqa spil,Marsa,Ix-Xatt,Karozza mitluqa gall,Marsa,Ix-Xatt,Karozza mitluqa MARSA: IX-XATT - KAROZZA MITLUQA", "8636.", "L-ONOR.", "LINO SPITERI staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jara li karozza (chassis) li ntelqet abbandunata f'Jetties Wharf, Marsa tiġi mneħħija?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Qed jittieħdu passi biex din il- karozza titneħħa.", "Santa Venera,Bini ta' showroom debj,Santa Venera,Bini ta' showroom falm,Santa Venera,Bini ta' showroom SANTA VENERA - BINI TA' SHOWROOM", "8637.", "L-ONOR.", "JOE DEBONO GRECH staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Jista' l-Ministru jikkonferma li fid-dawra bejn Triq l-Indjana ma' Triq l- Imdina f'Santa Venera kien hemm triq pubblika u asfaltata għal aktar minn tmien snin tal- wiesgħa ta' tletin pied li ġiet imkissra minn xi ħadd li jrid jibni showroom biex dan kabbar l-art li kellu u qed itella' bla ma għandu permess, saħansitra l-art fejn kisser?", "Hekk ġiegħel lill-Gvern jesproprja biċċa art oħra mingħand terzi persuni, biex issa t-triq il-ġdida ġiet kollha miftuħa fuq art li forsi din setgħet saret mill-gnien in kwestjoni?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Il- linja tad-dawra msemmija tbiddlet bil-mod li semma' l- Onor. Interpellant disgha snin ilu, fi Frar 1984 meta kienet giet approvata mill-Ministru ta' dak iz-zmien.", "Il-bini li kien qed jinbena bil-permess segwa l-linja kif kienet saret dak iz-zmien.", "Jirrizulta li sadanittant il- permess skada izda ma sar ebda xoghol wara din l-iskadenza.", "L-esproprjazzjoni ta' l-art quddiem dik id-dawra kienet necessarja biex ikun jista' jsir il-gnien pubbliku li qed isir flok ir-'roundabout' forma ta' salib tal-Kavallieri li kien sar fuq art privata minn haddiema tal- Gvern - x'aktarx tad-Dipartiment ta' l- Agrikoltura - qabel Mejju 1987.", "Inzid nghid li s-sid ta' l- art li giet esproprjata kien xtara l-istess art hafna wara li kienet saret il-bidla fil- linja.", "Naxxar,Tindif pubbliku farm,Naxxar,Tindif pubbliku falm,Naxxar,Tindif pubbliku NAXXAR - TINDIF PUBBLIKU", "8638.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Fl- area tas- Sgħajtar, in-Naxxar hemm diversi munzelli taż-żibel u terrapien.", "Meta hemm il-ħsieb li ssir tindifa kif imiss lil din l- area?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Kif dejjem isir fejn ikun hemm bzonn, it-Taqsima ta' l-Indafa Pubblika taghmel l-intervent mehtieg biex jitnaddaf zibel u skart.", "Dan izda jista' jsir bl- efficjenza mixtieqa meta t- triqat u xoghol iehor ta' 'landscaping' ikun lest.", "Fuq kollox il-materjal imsemmi ntefa' hemm minn nies li ngħataw plots tal- HOS issussidjati mill-Gvern.", "Gholi tal-hajja farm,Gholi tal-hajja dalj,Gholi tal-hajja GĦOLI TAL-ĦAJJA", "8639.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal- Finanzi: Issa li għaddew tlett xhur mill-Budget 1993, jista' l-Ministru jgħid liema kienu dawk l-oġġetti li għolew minn dak inhar sal-lum u b'kemm il-perċentaġġ dawn l-istess oġġetti għolew?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Il- prezzijiet ta' oġġetti essenzjali jiġu ppubblikati fil-Gazzetta tal-Gvern.", "L-Onor.", "Interpellant għalhekk huwa ġentilment mitlub jikkonsulta din il- gazzetta.", "Sptarijiet,San Luqa,Photocopier farm,Sptarijiet,San Luqa,Photocopier gall,Sptarijiet,San Luqa,Photocopier SPTAR SAN LUQA - PHOTOCOPIER", "8640.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Peress li l-photocopier li tintuża għat-tenders tal- General Stores ta' l-isptar San Luqa ilha bil-ħsara, fejn qed isiru l- photocopies tat-tenders li joħorġu minn dan id- dipartiment?", "Kemm intnefqu flus s'issa biex jintuża servizz f'post ieħor minħabba din il-ħsara?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Peress illi l-'General Stores' ma johrog l-ebda 'tenders', nassumi li l-Onor.", "Interpellant qieghed jalludi ghall-'Medical Stores'.", "Fil-'Medical Stores' hija li s-'stencilling machine' li ilha bil-hsara ghal dawn l-ahhar xahrejn u mhux il-'photocopier'.", "Biex xorta wahda jsiru t- 'tenders' u minhabba l-urgenza tax-xoghol li jirrigwarda t- 'tenders', sar uzu mis-servizz tad-'duplicating machine' tal- 'Progress Press' biex jiddawru dawn l-'istencils'.", "Sal-lum intnefqu Lm89 biex isir biss dak ix- xoghol essenzjali.", "Msida,Dawl fit-toroq farm,Msida,Dawl fit-toroq falm,Msida,Dawl fit-toroq MSIDA - DAWL FIT-TOROQ", "8641.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Għaliex dik il-parti tal-bridge ta' l-Imsida u t- toroq ta' madwar għadhom fi dlam ċappa minkejja diversi inċidenti wħud minnhom fatali?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Nirreferi l-Onor.", "Interpellant għar-risposta tiegħi għall- mistoqsija parlamentari numru 8104.", "Kummissjoni Elettorali farm,Kummissjoni Elettorali fene,Kummissjoni Elettorali KUMMISSJONI ELETTORALI", "8642.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: Kemm suppost hemm membri fil- Kummissjoni Elettorali?", "Kemm hemm fil-fatt illum?", "Min huma?", "Meta hemm il-ħsieb li dak li ġie mwiegħed qabel l-elezzjoni ta' l-1992 jiġi mplimentat?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Skond artikolu 60 (2) tal- Kostituzzjoni \"il- Kummissjoni Elettorali tkun magħmula minn Chairman, ..., u dak in-numru ta' membri li ma jkunx anqas minn erbgħa li jista' jkun preskritt b'xi liġi li għal dak iż-żmien tkun isseħħ f'Malta\".", "Artikolu 7 (2) ta' l-Att XXI (Att ta' l-1991 dwar l- Elezzjonijiet Ġenerali) jgħid:", "\"Il-Kumissjoni għandha tkun magħmula mill-Kummissjonarju Elettorali Principali bħala Chairman u tmien membri li jkunu Kummissjonarji Elettorali\".", "Illum hemm Chairman u ħames membri.", "Dawn huma:", "Is-Sur CR Callus - Chairman", "Is-Sur M Callus - Membru", "Is-Sur J Caruana - Membru", "Prof J Lauri - Membru", "Is-Sur S Sant'Angelo- Membru", "Prof E Scicluna - Membru", "Il-proposti li kienu saru qabel l-aħħar elezzjoni jistgħu jiġu mplimentati biss b'Att tal-Parlament li jemenda l- Kostituzzjoni ta' Malta.", "Levy fuq safar farm,Levy fuq safar dalj,Levy fuq safar LEVY FUQ SAFAR", "8643.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal- Finanzi: Bl-Att ta' 1993 dwar it-Taxxa fuq l-Infiq (Att Nru. XXII ta' 1993) dwar regolamenti ta' l-1993 li jemendaw ir- regolamenti dwar taxxa fuq l-infiq (servizzi ta' l-ivjaġġar) kull min isiefer mingħajr eċċezzjoni għandu jħallas taxxa fuq il-biljett.", "Jikkonsidra l-Ministru li min isiefer fuq marad jew jakkumpanja marid għandu jiġi meħlus minn din it-taxxa?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Kif inhi l-liġi fil-preżent, it-taxxa trid titħallas fuq kull biljett ta' l-ajru jew tal-baħar mibjugħ għal vjaġġi li jibdew minn Malta.", "Sptarijiet,Infermiera buhl,Sptarijiet,Infermiera gall,Sptarijiet,Infermiera SPTARIJIET - INFERMIERA", "8654.", "L-ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Peress li grupp 99 ta' l- Istudenti/Infermiera ilhom li lestew l-eżamijiet finali tagħhom minn Diċembru u r- riżultati għadhom ma ħarġux, u peress li hawn bżonn kbir ta' infermiera, jista' l-Ministru jara li dawn ir-riżultati joħorġu malajr għall-ġid tas- servizz?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li diġa' ttieħdu l- passi necessarji sabiex ir- riżultati ta' l-eżami irriferut għalih joħroġ f'qasir żmien.", "Valletta,Bieb il-Belt buhc,Valletta,Bieb il-Belt falm,Valletta,Bieb il-Belt VALLETTA - BIEB IL-BELT", "8657.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: B'referenza għar- risposta ta' mistoqsija parlamentari numru 8002, jista' l- Ministru jgħid kemm kienet l- ispiża totali għat-twaqqigħ u l-bini tal-Bieb ta' Puturjal?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: It- tweġiba hija fin-negattiv għax kif spjegajt fit-tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 8002, jien informat li fil- financial reports m'hemmx id- dettalji mitluba.", "Ministeru ghall-Ambjent,Mobile telephones buhc,Ministeru ghall-Ambjent,Mobile telephones falm,Ministeru ghall-Ambjent,Mobile telephones MINISTERU GĦALL-AMBJENT - MOBILE TELEPHONES", "8658.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 8420?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Fil- Ministeru ghall-Ambjent u d- Dipartimenti li jaqghu tahtu hemm sbatax (17) Cellular Telephone.", "Dawn huma mqassmin hekk:", "1 - Ministru ghall-Ambjent", "2 - Segretarji Parlamentari", "1 - Direttur Generali (Xoghlijiet)", "1 - Direttur ta' l-Ippjanar", "1 - Chairman ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar", "1 - Ufficjal Tekniku III, Dipartiment tad-Drenagg", "2 - Jintuzaw mill-Personnel ta' l-Air Pollution Central Co-Ordinating Unit fuq ix-xoghol taghhom indipendentement mill-grad.", "1 - Chairman ta' l-Enemalta", "1 - Deputy Chairman Enemalta", "1 - Head of Electricity Enemalta", "1 - Manager Distribution Enemalta 1 - Assistant Head Electricity (D.P.S.)", "1 - Project Manager Delimara Power Station", "1 - Chief Executive, Korporazzjoni ghas-Servizzi ta' l-Ilma", "1 - Ufficjal Professjonali II, Korporazzjoni ghas- Servizzi ta' l-Ilma."]} {"filename": "19941206_361d_par.doc", "date": "1994-12-06", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Uffiċjali u Rivedut) IS-SEBA' PARLAMENT Seduta Nru. 361 It-Tlieta, 6 ta' Diċembru, 1994 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati Malta Prezz Lm1 IS-SEBA' PARLAMENT Seduta Nru. 361", "It-Tlieta, 6 ta' Diċembru, 1994", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-9.08 a.m.", "Talba", "Seduta Nru. 361", "It-Tlieta, 6 ta' Diċembru, 1994", "WERREJ", "MINUTI 1", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 1", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA 6", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "KUMITAT TA' PROVVISTA - ESTIMI ĠENERALI 1995", "IT-TIELET JUM STABBILIT", "MINISTERU GĦAS-SERVIZZI EKONOMIĊI 7", "AĠĠORNAMENT 39", "MISTOQSIJIET IMWIEĠBA BIL-MIKTUB 40", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 360 li saret fil-5 ta' Diċembru, 1994 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "TA' ĠIORNI: QASAM TAD-DJAR - MANUTENZJONI F'FOND", "22979.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd: Jistgħu jittieħdu passi biex tiġi rranġata dik il-parti ta' Flat 16, Block F fil-Qasam tad-Djar f'Ta Ġiorni f'San Ġiljan fejn qed jidħol ħafna ilma u qed jagħmel ħafna ħsara u joħloq tbatija għall-familja li tgħix hemm?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd): Għaddejt it-talba ta' l-Onor.", "Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar fil-Ministeru għall-Ambjent.", "TA' ĠIORNI: QASAM TAD-DJAR - MANUTENZJONI F'FOND", "22980.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (F'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru għall-Ambjent: Jistgħu jittieħdu passi biex tiġi rranġata dik il- parti ta' Flat 16, Block F fil-Qasam tad-Djar f'Ta Ġiorni f'San Giljan, fejn qed jidħol ħafna ilma u qed jagħmel ħafna ħsara u qed joħloq tbatija għall-familja li tgħix hemm?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (Ministru għall-Ambjent): Għaddejt din it- talba lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar għall-azzjoni meħtieġa.", "SKEJJEL: MARIA REĠINA - GĦALLIEMA", "23063.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (F'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jgħid meta se jinstabu għalliema għal Form IV ta' l-Iskola Maria Reġina tal-Blata l- Bajda:", "a) fl-Istudji Soċjali; b) fil-Business Studies?", "ONOR.", "GEORGE BONELLO BU PUIS (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi) (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani): Qed isir kull sforz biex il- problema ta' nuqqas ta' għalliem ta' l-Istudji Soċjali fl-iskola msemmija tinstabilha soluzzjoni kemm jista' jkun malajr.", "Ma jirriżultax li hemm nuqqas ta' għalliem tal-Business Studies fl-istess skola.", "MR SPEAKER (Onor. Lawrence Gonzi): L-Onor.", "Tony Nicholl.", "ONOR.", "TONY NICHOLL: Nixtieq nagħmel din il-mistoqsija supplimentari forsi l-Ministru jgħaddiha lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani.", "Fil-qasam ta' l-edukazzjoni hemm il-problema li hemm \"closed shop\" għal ċerti għalliema, fis-sens li l-għalliema t-tajbin qed jieħdu promotion u wara li jsiru assistant heads u jispiċċaw mill-klassi, dawn qed jispiċċaw jaħdmu ta' skrivani.", "Jien nixtieq li dan l-ilment jgħaddi għand il- Ministru responsabbli mill-edukazzjoni biex forsi jasal għal xi arranġament mal-Malta Union of Teachers.", "Aħna ma nistgħux naffordjaw li l-aħjar għalliema jħallu l-klassi u jispiċċaw jagħmlu xogħol ta' skrivan.", "Għalliem tajjeb għandu jieħu l-grad tiegħu u ż-żieda fil-paga imma l-loġika tgħidlek li dan għandu jitħalla fil-klassi ħalli jgawdih l-istudent.", "Bis-sistema li hemm bħalissa, jispiċċaw ibatu t-tfal.", "Jien nimmaġina li anke l-Malta Union of Teachers taqbal mas-suġġeriment li l-għalliema jieħdu l-promotion u jibqgħu fil-klassi jagħmlu x-xogħol tagħhom bħala għalliema, imbagħad ix- xogħol ta' l-uffiċċju jagħmluh meta jilħqu ċerta eta', ngħidu aħna jkunu qorbu għall-eta' ta' 60 sena.", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Jien informat li fl-agreement li qed jinnegozja u jitkellem dwaru l-Ministru ta' l-Edukazzjoni, dan huwa previst ukoll.", "SKEJJEL: GIOVANNI CURMI - FAĊILITAJIET", "23064.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Wara l-istqarrija tal- Kunsill Rappreżentattiv ta' l-Istudenti ta' l-Iskola Giovanni Curmi fin- Naxxar, jista' l-Ministru jgħid xi pjan għandu d-Dipartiment biex:-", "1.", "Jipprovdi laboratorji u faċilitajiet għall-esperimenti;", "2.", "Jipprovdi gym u faċilitajiet oħra sportivi; u", "3.", "Ikun hemm aktar iġjene fit-toilets?", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani): Jien informat li bħalissa l-lezzjonijiet prattiċi fil- Bioloġija u Kimika qed jingħataw fil-Liċeo Superjuri Ġan Franġisk Abela.", "Lezzjonijiet prattiċi fil-Fiżika qed jingħataw fin-Naxxar stess.", "Fil-frattemp qed isir xogħol ta' rikostruzzjoni u nstallazzjoni tal- laboratorji biex fil-bidu tas-sena skolastika 1995/96 l-iskola jkollha faċilitajiet independenti tagħha.", "Dwar il-faċilitajiet sportivi, jien informat li fil-fatt hemm żewġ gyms fl-iskola.", "Wieħed qed jiffunzjona l-ħin kollu waqt li l-ieħor jeħtieġ tiswija fil-parquet u fis-sistema tad-drenaġġ ta' l-ilma tax-xita.", "Ix- xogħol fuq dan il-gym mistenni jsir fix-xhur li ġejjin.", "It-tindif tat-toilets qed isir kuljum wara l-ħin ta' l-iskola u huwa ttamat li l-istudenti kollha jikkoperaw biex fl-iskola jkun hemm l-iġjene.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Nicholl.", "ONOR.", "TONY NICHOLL: Mr Speaker, naf li l-Ministru responsabbli mill- edukazzjoni m'hux preżenti, imma forsi dan is-suġġeriment jista' jiġi mgħoddi lilu.", "Jekk hemm ħaġa li tispikka bejn l-iskejjel ta' l-Istat u l- iskejjel privati huma l-faċilitajiet sportivi.", "Dan huwa nuqqas kbir li ġej minn żmien Gvern Laburista wkoll u huwa difett recurring.", "Jien li kelli t- tfal kemm fl-iskejjel ta' l-Istat u kemm fi skejjel privati, ħassejt id- differenza kbira fl-importanza li jagħtu lill-isport.", "Kuntrarjament għall- iskejjel privati, fl-iskejjel ta' l-Istat hemm nuqqas ta' interess kbir fl- isport.", "Kieku jien kont il-Ministru responsabbli, l-isport kont nagħtih l- istess importanza li tingħata lill-fiżika, lill-matematika u lill-Ingliż, speċjalment illum il-ġurnata li hawn dawn il-problemi soċjali kollha.", "Naf li l-isport huwa għal qalb il-Ministru Bonello Du Puis daqskemm hi l- politika, jekk mhux iktar, u nittama li jgħaddi s-suġġeriment lill-Ministru responsabbli mill-edukazzjoni biex isir sforz fl-iskejjel ta' l-Istat ħalli lill-isport jibdew jagħtuh l-importanza li verament tixraqlu.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Naqbel miegħu li l-isport huwa importanti għall-formazzjoni tal-karattru taċ-ċittadini futuri.", "Purtroppo veru li l- isport mhux qiegħed on the front line f'dan il-pajjiż.", "Jien niftakar li meta kont il-Liceo kellna sigħat sħaħ - ma nafx jekk hux xi tliet sigħat fil-ġimgħa - dedikati għall-physical education ma' trainer Ingliż.", "Jien ma nafx x'qed jagħmlu issa, imma naf li l-faċilitajiet sportivi li għandna huma ill used ukoll.", "SKEJJEL: GIOVANNI CURMI - TRASPORT PUBBLIKU", "23065.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: L-istudenti ta' l- Iskola Giovanni Curmi qed jilmentaw minn nuqqas ta' koperazzjoni mill- Assoċjazzjoni tat-Trasport Pubbliku biex jiġu provduti karozzi tal-linja diretti bejn il-Belt u l-iskola darbtejn kuljum f'ħinijiet speċifiċi u anzi kien intlaħaq ftehim dwar dan.", "Għaliex l-istudenti għadhom mingħajr trasport adegwat?", "Jista' l-Ministru jara li l-problema tiġi solvuta mill-aktar fis?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (f'isem il-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknoloġija): Se nara x'jistaż jsir biex jitjieb is- servizz imsemmi mill-Onor.", "Interpellant.", "SKEJJEL: GIOVANNI CURMI - CANTEEN", "23066.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Fl-iskola Giovanni Curmi tan- Naxxar, jista' l-Ministru jgħid:", "1. min imexxi l-canteen ta' l-iskola;", "2. jekk dan hux qiegħed b'kuntratt, u jekk iva, b'kemm;", "3. x'ikel/xorb jipprovdi u b'liema prezzijiet;", "4. jekk il-kobor tal-canteen u l-attrezzaturi tiegħu humiex biżżejjed għal aktar minn 700 student?", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani): Jien informat li l-canteen ta' l-iskola huwa mmexxi mis-Sur Mario Pace li ffirma kuntratt għal sena b'kera ta' Lm2,500.", "Il-kuntratt ingħata f'Lulju ta' din is-sena.", "Il-kuntrattur qed joffri servizz ta' tuckshop, aktar milli ta' canteen.", "Dan hu skond il-kuntratt.", "Il-prezzijiet huma raġjonevoli u kienu approvati mill-kunsill ta' l-iskola.", "F'dak li hu daqs, jien informat li l-canteen hu kkonsidrat adegwat għalissa, imma hemm pjan għal estensjoni fit-terrazzin li hemm maġenb il- canteen.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Nicholl.", "ONOR.", "TONY NICHOLL: Wieħed mill-ilmenti li jagħmlu l-ġenituri fuq il- canteens ta' l-iskejjel ta' l-Istat - mhux il-canteens kollha - huwa illi hemm canteens li qed ibigħu anke sigaretti fuq bażi regolari.", "Dawn huma affarijiet li żgur jagħmlu ħsara lit-tfal tagħna.", "Jista' l-Ministru bis- serjeta' jieħu l-passi meħtieġa biex jaċċerta ruħu li dan l-abbuż jieqaf minnufih.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Bonello Du Puis.", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Ngħaddi dan l-ilment lill-Ministru Michael Falzon.", "Pero' jekk dan il-canteen ikun qed jintuża wkoll mis-surmast u mit- teachers, jista' jkollu stock ta' sigaretti għalihom.", "Madankollu jekk ikollu stock ta' sigaretti għandu jara li dak jinbiegħ lit-teachers u mhux lill-istudenti.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Tony Nicholl.", "ONOR.", "TONY NICHOLL: Nammetti li hemm għalliema li, bħali, għandhom il- vizzju tat-tipjip, imma l-għalliema għandhom jixtru s-sigaretti minn barra l-iskola.", "L-ilment li semmejt ma jirrigwardax il-canteens kollha ta' l- iskejjel ta' l-Istat, imma jien kelli ilmenti minn ġenituri serji li hemm ċerti canteens li qed ibigħu sigaretti.", "Kif għidt, jien inpejjep, pero' xorta ma narahiex sewwa li l-skejjel ibigħu s-sigaretti.", "Jien naħseb li r- raġuni li ġab il-Ministru Du Puis ma treġix.", "MR SPEAKER: Il-Ministru ta' l-Edukazzjoni.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON (Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani): Il- kuntratt tat-tuck-shops ta' l-iskejjel jipprojbixxi bejgħ ta' sigaretti.", "Fil-fatt kellna każi fejn kien hemm min kiser dan ir-regolament u ħadna passi.", "F'każ partikolari saħansitra lill-individwu ma erġajniex tajnieh it- tuck-shop għax baqa' jikser il-kondizzjoni b'mod regolari.", "MIMCOL - KONTRIBUT GĦAT-TMEXXIJA TA' L-ISPTARIJIET", "23114.", "L-ONOR.", "EDWIN S. GRECH staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: B'referenza għat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari numru 22307, jista' l-Ministru jgħid x'kienu l-pariri u l-kontribut li tat il- MIMCOL fil-kwestjoni tat-tmexxija ta' l-isptarijiet tal-Gvern?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali): Peress li dawn il-pariri għadhom qed jiġu kkonsidrati, ma jidhirlix li hu opportun li nagħti tagħrif dwaru.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Edwin Grech.", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH: Ma jidhirlux il-Ministru li t-tmexxija ta' l- isptarijiet għandha tkun rappreżentata minn setturi ta' nies li jkunu involved fl-isptar u fiċ-ċentri tas-saħħa?", "Il-Ministru jieħu dan in konsiderazzjoni jekk dawn it-taħdidiet mal-MIMCOL jibqgħu sejrin?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Kull min jagħti sehmu f'post tax-xogħol għandu jkollu l-mezz kif jiġi msieħeb fit-tmexxija tal-post tax-xogħol fejn ikun qed jaħdem, wisq iktar f'post bħalma huwa sptar, fejn l-expertise ta' konsulenti mediċi, bħat-tobba, nurses u paramediċi, għandu influwenza anke fuq it-tmexxija normali ta' l-isptarijiet.", "Il-liġi preżenti tipprovdi li fil-hospital management committee jkun hemm rappreżentanza tal- professjonijiet li jaħdmu fl-isptarijiet.", "Il-ħsieb huwa li niddistingwu li kull sptar għandu jkollu bord għall-policy ġenerali, jiġifieri għall- amministrazzjoni ġenerali.", "Ir-rappreżentanza ta' l-impjegati f'dan il-bord mhux neċessarjament tkun fin-numri li wieħed jista' jippretendi, imma mbagħad għandu jkun hemm kumitat ta' management li jidħol iktar fid-dettal, fejn hemmhekk l-impjegati jkunu rappreżenti f'entita' akbar.", "Allura f'dan is-sens ikollok qisu bord of directors fejn ikun hemm preżenti konsumaturi u r-rappreżentanti tagħhom, nies li jistgħu jagħtu direzzjoni ġenerali lil- isptar fil-kwadru tal-politika kif jiddeċidiha l-Gvern - jiġifieri skond il- priorities li jiddeċiedi d-Dipartiment - kif ukoll management board li jidħol f'aktar dettal fid-diversi operazzjonijiet ta' l-units li jkunu qegħdin jaħdmu.", "Il-ħsieb huwa li aħna naslu f'dan il-livell.", "Barra l- management board għandu jkun hemm ukoll nies impjegati full-time li x- xogħol tagħhom ikun biss dak li jikkonċerna l-management ta' l-isptar.", "Kull sptar għandu jkollu l-finanzi dedikati għalih bil-kontroll finanzjarju meħtieġ u b'ħafna affarijiet li jagħtuhom iktar ċans li jiddeċiedu fuq il- ħwejjeġ li għandhom bżonn mingħajr ħafna referenzi lil awtoritajiet oħrajn li, fil-fehma tiegħi, ma jkollhomx il-kompetenza meħtieġa.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Tony Nicholl, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "TONY NICHOLL: Il-mistoqsija li se nagħmel tirrigwarda t-tobba fl- Isptar San Luqa.", "Jista' l-Ministru jikkonferma jekk it-Tabib Zrinzo li huwa kirurgu - huwa meqjux bħala wieħed mill-aħjar li hawn mhux f'Malta biss, imma anke fl-Ewropa - huwiex qed jidħol l-isptar?", "Il-Gvern għamel sforz kbir biex reġa' daħħlu lura l-isptar - din hija xi ħaġa li ta' min infaħħar lill-Gvern għaliha - imma jien għandi informazzjoni li bħalissa m'huwiex jidħol għax-xogħol.", "Jista' l-Ministru jikkonferma jekk hux jidħol għax-xogħol, għax nimmaġina li l-poplu Malti għandu bżonn is-servizz ta' dan it-tabib li għandu reputazzjoni għolja?", "U jekk telaq mill-isptar, jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Jien nikkonferma li Dr Zrinzo ġie mitlub mill- awtoritajiet biex ma jirrapportax għax-xogħol.", "Pero' peress li dawn huma affarijiet delikata, ma jidhirlix li huwa prudenti li wieħed jagħti raġunijiet.", "ONOR.", "TONY NICHOLL: Naf li jista' jkun hemm ċerti affarijiet konfidenzjali, u dan naċċettah.", "Pero' nixtieq nistaqsi lill-Ministru jekk huwiex isir sforz biex Dr Lawrence Zrinzo jiġi lura.", "L-ewwelnett naħseb li l-Ministu jaqbel li Dr Zrinzo għandu reputazzjoni kbira u jista' jagħmel ħafna ġid lill-poplu Malti bħala neuro-surgeon.", "Hawn nuqqas kbir ta' neuro-surgeons ta' ċertu kalibru, kemm f'Malta kif ukoll fl-Ewropa.", "Nixtieq inkun naf jekk il-Ministru responsabbli huwiex jagħmel l-almu tiegħu biex jerġa' jakkwista s-servizz ta' Dr Lawrence Zrinzo.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Speaker, jien nawtorizza lill-Membru konċernat jitkellem ma' l-awtoritajiet tas-saħħa biex jifhem iktar il-problematika involuta.", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH: Jista' almenu l-Ministru jgħid x'se jiġri?", "Jien naf li din hija kwestjoni delikata u bl-ebda mod ma rrid inqanqalha hawnhekk.", "Imma jista' l-Ministru għallinqas, għall-informazzjoni tal- poplu - għax dan huwa servizz importanti - jgħid x'se jagħmel id- Dipartiment tas-Saħħa f'dan ir-rigward.", "Ma jistax ikun li sitwazzjoni bħal din tintesa.", "Ma tistax sempliċement tgħid lil xi ħadd bħal dan is-surgeon biex ma jirrapportax għax-xogħol, tibgħatlu l-paga d-dar, mingħajr ma jingħataw raġunijiet.", "Xi darba l-poplu jrid ikun jaf.", "Għallinqas nixtieq inkun naf x'se jsir min-naħa tad-Dipartiment tas-Saħħa.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-ewwelnett naħseb li l-Onor.", "Membru japprezza li jien, bħala Ministru, f'dan l-istadju m'iniex l-awtorita' kompetenti biex nagħmel ġudizzju fuq ir-raġunijiet għal din is-sitwazzjoni.", "Hemm l- awtoritajiet tas-saħħa, il-kapijiet tad-Dipartiment u d-diretturi konċernati li huma l-awtoritajiet kompetenti f'din il-materja.", "Hemm ukoll proċeduri partikolari li jridu jiġu segwiti.", "Jien għandi fiduċja fil- kapijiet tad-Dipartiment tas-Saħħa u nħoss li nista' niddikjara li dak kollu li qed isir, l-ewwel u qabel kollox qed isir fl-aħjar interess tal- pazjenti.", "Barra minn hekk, id-Dipartiment tas-Saħħa ħa ħsieb biex jassigura li s-servizz fin-newrokirurġija jibqa' għaddej b'ritmu tajjeb.", "F'dan il-qasam, għal operazzjonijiet newrokirurġiċi dejjem kellna l-ħtieġa li l-pazjenti jintbagħtu barra minn Malta, għax fuq parir tan- newrokirurġiċi stess, f'ċerti ħwejjeġ dejjem jinħtieġ li nirreferu l- każijiet fi sptarijiet li huma aktar attrezzati, speċjalizzati u għandhom iktar esperjenza f'dan il-qasam, milli għandna hawn Malta.", "GĦar-rigward ta' dak li qed jiġri bħalissa, l-ewwelnett għad hawn in- newrokirurgu Tobakov li ż-żmien tiegħu hawn Malta se jiġi estiż biex ikun jista' jibqa' jaħdem fl-isptar tagħna, u se tinġieb ukoll persuna minn barra li hija kwalifikata biex tkun tista' tirrimpjazza - ma nafx jekk hux temporanjament jew le - l-vakanza li nħolqot minn Dr Zrinzo.", "Nafu li għandna Maltin li qegħdin jieħdu din l-esperjenza u nittama li fi żmien mhux 'il bogħod, ikunu jistgħu jikkwalifikaw biex isiru konsulenti f'dan il- qasam.", "Fl-aħħarnett irrid ngħid li biex dan is-servizz jibqa' jingħata fl-aħjar livelli possibbli, il-Gvern huwa mpenjat li, jekk ikun hemm bżonn iġib konsulenti minn barra, dan jagħmlu kif qed isir f'oqsma oħra ta' speċjalizzazzjoni.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Grech.", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH: Il-Ministru bħas-soltu ħarabli mid-domanda.", "Jien mhux hekk staqsejt, imma x'se jsir minn Dr Zrinzo.", "Jien nabqel li l- Ministru m'huwiex f'pożizzjoni li jikkummenta, allavolja saru ċerti kummenti li setgħu għamlu ħsara lill-karattru ta' ċertu bniedem.", "Nispera li l-affarijiet isiru b'mod ġust.", "Nemmen li d-diretturi għandhom say, imma lanqas għandu jkun hemm ganging kontra persuna ...", "(Interruzzjonijiet) Jien mhux se ngħid iktar.", "Pero' staqsejt x'beħsiebu jagħmel id-Dipartiment tas-Saħħa fil-konfront ta' Dr Zrinzo.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-ewwelnett m'huwiex fair li l-Onor.", "Membru jeċċedi l- limiti tad-diċenza meta jiġi biex jagħmel mistoqsija supplimentari, kif għadu kif għamel.", "Jien noġġezzjona bil-qawwa kollha għall-motivi u l- attribuzzjonijiet ta' ganging li qed jagħmel f'dan il-każ partikolari.", "Jekk irid jagħmel ganging ma' ħaddieħor għal raġunijiet li jista' jkollu.", "Jien għandi fiduċja fis-CGMO, fid-Diretturi tad-Dipartiment u fin-nies li jmexxu dan id-Dipartiment.", "Ninsab konvint li dawn ma għandhom l-ebda interess u l-ebda motiv ulterjuri, ħlief l-interessi ġenwini tal-pazjenti, fid-deċiżjonijiet li jieħdu.", "Id-deċiżjoni dwar din il-persuna in partikolari ma ġiet dettata minn ħadd u mill-ebda awtorita' estranea għall- isptar, ħlief miċ-ċirkostanzi li ġraw hemmhekk.", "F'dan l-istadju jien mhux se ngħaddi ġudizzju fuq dan il-każ.", "Jien ċert li l-Onor.", "Membru huwa informat u suppost jifhem iktar minni fuq ċerti affarijiet li jingħadu.", "Apparti minn hekk, jien mhux veru li ħrabt mid-domanda għax id-domanda ma kinitx dik li qal hu.", "Fid-domanda hu staqsieni x'kien qed jagħmel il-Gvern biex jaħseb għall-pazjenti u jien mhux biss tajtu din ir-risposta imma għidtlu x'qed jiġri wkoll.", "Jien nassigura lill-Onor.", "Membru li mhux se jagħtini eżempju hu ta' kif nimxi bil-fairness f'dan il-qasam.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet issa għadda.", "Tqegħid ta' Karti.", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA", "MR SPEAKER: Il-Ministru tal-Finanzi.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 177 ta' l-1994 - Regolamenti ta' l-1994 li jemendaw it-Tieni Skeda li tinsab ma' l-Att dwar Taxxa fuq il-Valur Miżjud (Emenda Nru 3).", "MR SPEAKER: Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal- Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "KUMITAT TA' PROVVISTA", "ESTIMI ĠENERALI 1995", "IT-TIELET JUM STABBILIT", "MINISTERU GĦAS-SERVIZZI EKONOMIĊI", "L-ordni għal Kumitat ġie moqri.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor.", "Michael Bonnici, Viċi President tal-Kumitati, jippresjedi.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Skond il-ftehim milħuq fis-Seduta Nru. 341 tat-18 ta' Novembru 1994, din is-Seduta se tixxandar dirett bir-radju u l-ħin tad- diskussjoni għandu jinqasam indaqs bejn kelliema tal-Gvern u kelliema ta' l- Oppożizzjoni, bl-aħħar nofs għall-Gvern.", "Il-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi, jekk jogħġbu, iressaq ir- riżoluzzjonijiet tiegħu.", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Nipproponi:", "VOT 15 - MINISTERU GĦAS-SERVIZZI EKONOMIĊI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 262,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 15 - Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1995.", "VOT 16 - INDUSTRIJA", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 439,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 16 - Industrija, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1995.", "VOT 17 - TURIŻMU", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 2,214,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 17 - Turiżmu, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1995.", "VOT IV - MINISTERU GĦAS-SERVIZZI EKONOMIĊI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 15,258,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot IV - Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1995.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Lino Spiteri.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Mr Chairman, nipproponi din l-emenda:", "VOT 15 - Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi", "Personal Emoluments", "ITEM 11 - Ministru", "Ħassar iċ-ċifra \"Lm10,115\" u ssostitwixxi minflok iċ-ċifra \"Lm10,114\".", "Delete the figure \"Lm10,115\" and substitute therefor the figure \"Lm10,114\".", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Leo Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Mr Chairman, fl-assenza ta' l-Onor.", "Carmelo Vella li jinsab imsiefer għal raġunijiet familjari nixtieq li ngħaddi ftit kummenti fuq it-turiżmu Kemm id-Diskors tal-Budget kif ukoll l-Economic Survey li għadu kif ħareġ juru biċ-ċar id-dipendenza żejda u eċċessiva li sar għandu pajjiżna fuq it-turiżmu.", "Din hija xi ħaġa prekarja, daqs id-dipendenza żejda tas-settur tal-manifattura fuq il-fabbrika SGS, bħalma kienet id- dipendenza assoluta li l-ekonomija ta' pajjiżna kellha fl-imgħoddi fuq it- tarznari u fuq il-ħaddiema mas-Servizzi Ingliżi.", "GĦalkemm, b'mod partikolari kemm ilu li nbidel is-Segretarju Parlamentari responsabbli mit- Turiżmu, żdied il-ftaħir li pajjiżna qed jattira turisti ta' ċertu livell għoli, jekk wieħed iħares lejn il-fatti jara li dawn juru mod ieħor.", "Jekk wieħed, per eżempju, jieħu l-medja tad-dħul, ras għal ras ta' kull turist li żarna fl-ewwel disa' xhur tas-sena l-oħra jsib li jekk niddividu Lm173.6 miljun fid-dħul bi 838,000 turist, dan jammonta għal Lm207 minn fuq kull persuna.", "Din is-sena, għalkemm veru li d-dħul tela' għal Lm207 miljun u l- għadd ta' turisti żdied għal 959,000 turist, id-dħul ras għal ras tela' biss għal Lm216.", "Iż-żieda ta' 4.3% fuq id-dħul tas-sena l-oħra, bil-kemm tagħmel tajjeb għaż-żieda li kien hemm fir-rata ta' l-għoli tal-ħajja tul din is-sena li qegħdin fiha.", "Mr Chairman, fattur ieħor li rridu nżommu f'moħħna meta npoġġu lit- turiżmu fil-miżien huwa li f'pajjiżna, bħalma hi x-xejra f'diversi pajjiżi oħrajn ukoll, it-turisti qed idumu inqas milli fl-imgħoddi.", "Fil- fatt filwaqt li fl-1992 il-medja li kien idum turist kienet ta' 11.8 iljieli u s-sena l-oħra kienet ta' 10.8, din is-sena din niżlet għal 9.5 iljieli.", "Meta wieħed jara x'inhu l-ammont globali ta' bed-nights ta' turisti li żaruna s-sena l-oħra u din is-sena isib li effettivament bqajna fl-istess ilma tas-sena l-oħra minkejja ż-żieda li kien hemm fit-total arrivals ta' turisti.", "Fil-fehma tiegħi, l-agħar aspett dwar dan kollu huwa li l-Gvern donnu nqabad f'morsa dwar kif għandu jirreaġixxi għal din is- sitwazzjoni.", "Filwaqt li minn stqarrijiet li għamel l-Onor.", "George Bonello Du Puis jidher li jinsab konvint li nifilħu nġibu ħafna iktar turisti - donnu mnebbaħ mill-qawl Ingliż \"the more the merrier\" - iċ-Chief Executive ta' l-NTOM ħa approach iktar sobriju għax għat-tieni sena konsekuttiva dan qed juri tħassib serju dwar iż-żieda fir-rata ta' l-arrivals.", "Filwaqt li s- Segretarju Parlamentari nnifsu qed jogħrok idejh bin-numru ta' arrivals, ftit ġimgħat ilu fil-ġurnal tal-Malta Hotels' and Restaurants' Association, dan stqarr li lit-turiżmu jxebbħu ma' kif kien iż-Żejtun wara l-1987 għax skond hu hawn sitwazzjoni kalma, imma għandha potenzjal li ssir esplussiva.", "Jien ma nafx jekk kumment bħal dan kienx ta' diżrispett lejn is-settur turistiku jew lejn il-kostitwenza tiegħu taż-Żejtun.", "Sur President, nuqqas serju li hemm fil-Budget huwa li ma jidher li m'hemm l-ebda referenza għall-impatt li d-dħul tal-VAT mistenni jkollu fuq dan is-settur - minkejja li għad fadal xahar biss biex tiġi introdotta din it-taxxa.", "GĦalkemm ċerti korpi kostitwiti turistiċi għażlu li ma jurux it-tħassib tagħhom pubblikament, huwa fatt magħruf li t-taqsima tat-turiżmu tal-Kamra tal-Kummerċ kienet fost l-iktar preokkupata bil-VAT.", "Xi xhur ilu Air Malta wriet it-tħassib tagħha dwar din it-taxxa pubblikament.", "Fil- fatt dan it-tħassib urewh ukoll persuni ta' ċertu kalibru fil-qasam turistiku, bħas-sindku Nazzjonalist ta' Tas-Sliema, Robert Arrigo.", "Fil- fatt, fil-ġurnal \"Island Travel Trader\" is-Sur Arrigo kien qal li jinsab imħasseb bl-introduzzjoni tal-VAT għax jemmen li din it-taxxa se tgħolli l- prezzijiet b'tali mod li l-gżira tista' tispiċċa biex tkun 20% jew 25% iktar għalja mill-kompetituri diretti tagħna tal-Mediterran.", "Sur President, meta jien fil-kapaċita' tiegħi ta' kelliem għall- Oppożizzjoni dwar it-turiżmu kont tlabt biex niddiskuti l-VAT ma' l-MHRA, dawn kienu weġbuna li kien ikun aħjar jekk niltaqgħu wara li jħejju studju dwar l-impatt li l-VAT kien mistenni jkollu fuq is-settur tagħhom.", "Imma jiddispjaċini ninnota li sal-lum, il-Partit Laburista lanqas biss għadu jaf jekk dan l-istudju tlestiex u fiex jikkonsisti.", "Il-kelliema ta' l- Oppożizzjoni qed jilmentaw ukoll li assoċjazzjonijiet turistiċi oħra kienu naqsu għal kollox li jsemmgħu leħinhom - għallinqas darba - dwar il-VAT minkejja li ħafna mill-membri u mill-uffiċjali tagħhom stess, diversi drabi ilmentaw privatament magħna, bħala Oppożizzjoni, dwar il-biża' tagħhom minħabba l-introduzzjoni ta din it-taxxa ġdida.", "Mr Chairman, wieħed ma jistax ma jitkellimx dwar l-impatt li l-ogħli tal- ħajja jista' jkollu u qed ikollu fuq dan is-settur.", "Filwaqt li huwa minnu li diversi pajjiżi li magħhom nagħmlu kummerċ turistiku bdew ħerġin mir- riċessjoni ekonomika, ilkoll kemm huma għandhom rata ta' inflazzjoni ferm aktar baxxa minn tagħna.", "Dan juri li anke jekk dawn ħerġin mir-riċessjoni xorta waħda għandna riskju li nistgħu nitilfu l-competitive edge tagħna magħhom.", "L-informazzjoni li għandi hi li l-biċċa 'l kbira tal-lukandiera, ħlief forsi dawk li qed jagħmlu xi refurbishing fil-lukandi tagħhom, qed ikollhom jassorbu l-VAT fuq il-bed rates tagħhom biex iżommu l-qagħda tagħhom fis-suq għax jemmnu li jekk iżidu t-10% room tax mal-bed rate tagħhom jispiċċaw biex effettivament jitilfu l-business.", "Jekk wieħed iħares lejn is-suq Ingliż li fix-xitwa niddependu minnu għal 60% tat- turisti tagħna li jiġu f'pajjiżna, isib li f'nifs wieħed se jkun iffaċjat bl-irduppjar fir-room tax minħabba l-introduzzjoni tal-VAT, bit-tneħħija imminenti tal-forward buying rates, ħaġa kontra l-parir tal-Marketing Conference tal-NTOM, kif ukoll b'airport tax Ingliża ta' Lstg 10 għal kull min jiġi jżurna.", "Mill-informazzjoni li għandi minn att ta' lukandiera ta' 3-star u 4-star hotels, jidher ċar li ċerti operaturi turistiċi flok iżidu r-rati tagħhom biex jagħmlu tajjeb għaż-żidiet fil-pakkett Malti, qegħdin saħansitra jitolbu tnaqqis ta' xi 15% fil-prezz ta' dan il-pakkett mingħand il-Maltin.", "Din il-kwestjoni ovvjament qed toħloq problemi anke f'lukandi li ġieli jkollhom 60% tal-bookings tagħhom tas-sajf mill-Ġermanja għax ħafna minn dawn il-lukandi fix-xitwa tiżdidilhom id-dipendenza fuq is-suq Ingliż.", "Kull meta jiena ffaċċajt ċerti lukandiera u fakkartahom kif il-Gvern qiegħed jippretendihom jgħollu l-prezzijiet, it-tweġiba tagħhom dejjem kienet din: Aħna nagħtu fakulta' lill-Gvern biex jekk irid jinnegozja hu u naraw jekk huwiex kapaċi jagħmel kuntratti bil-prezzijiet li qed jippretendi li għandna nżommu aħna.", "Mr Chairman, jiddispaċini li għat-tielet sena konsekuttiva qed inħoss ruħi kostrett mill-ġdid li nilmenta dwar in-nuqqas ta' titjib fil-prodott Malti li qed jiġi offrut.", "Bħala eżempju ta' dan insemmi kif dan ix-xahar stess il-ġurnal Ingliż \"Travel Trade Gazette\" f'feature dwar Malta li suppost kellu jirriklama lill-pajjiżna, ġab artklu fejn intqal li hemm tħassib serju fil-qasam turistiku jekk Malta se tkompli tiffaċja ċerti problemi serji dwar nuqqas ta' ndafa, bini bl-addoċċ u drenaġġ ifur.", "Billi dawn il-problemi qed jheddu l-bażi ta' l-industrija turistika tal-pajjiż hemm ċans li Malta tibda ssibha diffiċli li toffri l-prodott tagħha għall- bejgħ fis-swieqi internazzjonali.", "Din hija problema urġenti u jmissha ġiet indirizzata żmien ilu.", "M'għandniex noqogħdu nistennew lill-operaturi u lilll-ġurnalisti barranin biex jgħidulna huma li għandna toroq imfarrkin, waste management inadegwat, problemi ta' drenaġġ, ħmieġ kull fejn tħares u building debris, bħallikieku konna f'Beirut.", "Mr Chairman, ikun tajjeb li f'okkażjoni bħal din naraw x'kien t-tibdil fl-approach u fil-prioritajiet turistiċi tal-gżejjer Maltin, aktar u aktar, kemm ilha li seħħet il-bidla tas-Segretarju Parlamentari għat-turiżmu.", "L-Onor.", "Joe Psaila Savona deher li kien kommess għal enfasi akbar fuq il- kwalita', fuq aktar kultura, kif ukoll fuq in-Nofsinhar ta' pajjiżna.", "Tajjeb li wara dawn ix-xhur kollha naraw x'ġara effettivament.", "Il-push lejn is-South għad trid tibda tinħass, tant li l-Mdina Festival li din is- sena kellu jsir fil-Birgu taħt l-Onor.", "Refalo, fil-fatt spiċċa biex reġa' sar fl-Imdina.", "Dwar kultura, il-Ministeru lanqas kien kapaċi jerġa' jagħti l-ħajja lill-idea moribonda tal-culture card, li kienet ġiet imwiegħda mill- istess Ministeru ftit snin ilu taħt segretarju parlamentari ieħor.", "GĦalkemm qed jingħad li Malta għandha tinbiegħ lit-turisti bħala ċentru kulturali, skond il-programm li ħabbar l-Onor.", "Psaila Savona, sal-lum ma jidher li kien hemm xejn li jindika xi intenzjoni biex jiġi evitat l- overlap mal-Ministeru responsabbli mill-Kultura.", "Għall-kuntrarju, sal-lum ma kellna l-ebda ħjiel li hemm xi ongoing liaison bejn iż-żewġ Ministeri.", "Ftit ilu l-Ministru Refalo f'intervista semma diversi oqsma fejn dawn iż- żewġ fergħat tal-Gvern jistgħu jaħdmu flimkien, iżda ta' min jistaqsi kemm fil-fatt għamlu dan sal-lum.", "Fil-policy document tal-Malta Labour Party dwar it-turiżmu, kien hemm kritika ħarxa dwar in-nuqqas ta' kordinazzjoni bejn il-ministeri ewlenin, li lkoll għandhom input qawwi turistiku, dak tal- kultura, ta' l-ambjent, ta' l-isports u tat-trasport.", "Dak li qal il-Malta Labour Party f'Ottubru tas-sena li għaddiet, forsi llum sar relevanti aktar minn qatt qabel.", "Fl-ambjent pajjiżna joffri żewġ fenomeni strambi; l-ewwel kif il-livell ta' l-infrastruttura u ta' l-ambjent baqa' baxx fil-qasam turistiku minkejja l-miljuni minfuqa f'dawn l-aħħar seba' snin; u t-tieni li filwaqt li f'pajjiżi oħra t-turiżmu huwa meqjus bħala xi ħaġa li joħloq problemi għall-ambjent, f'Malta qed jiġri bil-maqlub, jiġifieri l-ambjent insibuh fost l-akbar prroblemi fil-qasam turistiku.", "Kull meta niltaqgħu ma' xi viżitaturi barranin, l-akbar ilment tagħhom dejjem ikun dwar l-ambjent u n- nuqqas ta' ndafa fil-pajjiż.", "Jekk imbagħad wieħed jifli l-ilmenti tat- turisti fil-ġurnali ta' kuljum isib l-istess kantaliena jum wara l-ieħor.", "Jien nixtieq nistaqsi sinċerament x'jiswa li l-Gvern jorganizza tant seminars u studji dwar l-iżvilupp sostenibbli fit-turiżmu, meta fil- prattika qed juri ruħu politikalment impotenti, għax donnu jibża' jirfes il- kallijiet.", "Sa din il-ġimgħa stess smajt turisti Ġermaniżi li ma felħux jissaportu aktar f'lukanda f'GĦajn Tuffieħa minħabba r-riħa ta' drenaġġ li qed toħroġ minn għadd ta' għelieqi fil-Manikata.", "L-istudju li kien nieda l- Malta Labour Party f'Settembru li għadda mill-Profs.", "V. Asciaq, kien wera xi kwalita' ħażina ta' ilma għandna fil-pajjiż, kif ukoll f'liema tip ta' baħar imniġġeż kienu qed jiġu mistiedna jgħumu t-turisti.", "Kien ironiku li fl-aħħar kummenti tiegħu fuq PBS, il-Kummissarju għoli Ingliż Sir Peter Wallis, li wasal biex itemm il-ħatra tiegħu, il-ġimgħa l-oħra ammetta li din is-sena kien hemm numru ferm ikbar mis-soltu ta' ilmenti mingħand turisti Ingliżi li kienu ħarġu diżappuntati bil-problemi infrastrutturali u ambjentali li ltaqgħu magħhom tul iż-żjara tagħhom f'Malta.", "Mr Chairman, inħalliha għall-poplu biex jiġġudika kif qed jirreaġġixxu ċertu turisti mill-Ewropa Kontinentali, meta wieħed iżomm f'moħħu li dawn huma nies ferm iżjed esiġenti u forsi iżjed konxji mill-ambjent minn turisti li jkunu ġejjin minn pajjiżi oħrajn.", "Mr Chairman, meta wieħed jitkellem dwar prodott irid jinkludi kull komponent tal-pakkett Malti u jien nistaqsi: X'tama kien hemm biex jintemmu d-defiċjenzi fis-sistema tat-trasport turistiku f'GĦawdex?", "X'qed isir biex ikun hemm kordinazzjoni u żvilupp aħjar fil-qasam tar-riżorsi umani f'dik il-gżira, kif ukoll dwar il-mira ewlenija ta' l-GĦawdxin infushom li GĦawdex jibda jiġi marketed bħala destinazzjoni separata u distinta kif jagħmlu t-Taljani vis-a-vie Sardinja u Sqallija?", "L-istess jista' jingħad għall-prezzijiet li jiċċarġjaw ir-restaurants, it-taxi fares kif ukoll dawk li jbiegħu it-time share fil-pajjiż.", "Filwaqt li ċerti restaurants qed iżommu rati eżorbitanti, ir-rati li jżommu t-taxis f'Malta huma fost l-iktar għoljin fl-Ewropa.", "Min-naħa l-oħra, għalkemm l-iżvilupp tat-time share jidher li qed isir b'mod iktar meqjus xorta waħda għadhom jaslu rapporti ta' time share reps. li litteralment jiffittaw u jdejjqu lit- turisti meta jkunu għaddejjin mit-toroq tagħna.", "Ħaġa bħal din ovvjament ittappan l-image li l-Gvern Nazzjonalista huwa kommess li jipproġetta lil pajjiżna bih.", "Mr Chairman, hemm diversi aspetti li s-Segretarju Parlamentari kien miss fuqhom f'xi intervisti li kien ta u li naħseb li llum ikun tajjeb jekk il- Parlament jiġi aġġornat dwarhom.", "Per eżempju, nixtieq nistaqsi x'kien ġara mill-istudju li kien ikkommissjona flimkien ma' l-awtoritajiet tas-Saħħa dwar catering u restaurants standards.", "Meta s-Segretarju Parlamentari kien ħabbar dan l-istudju kien ta x'jifhem li jekk jaqbel miegħu l-Kabinett kien ikun lest li jippubblikah.", "Hemm xi ċans li dan l-istudju intern isir pubbliku?", "L-Onor.", "Psaila Savona kien wera t-tama wkoll li jkun hemm action committee bejn rappreżentanti ta' diversi dipartimenti li jkollhom il- poteri eżekuttivi li jieħdu azzjoni meħtieġa min rajhom, ħaġa li ppropona uffiċjalment il-Malta Labour Party is-sena l-oħra, iżda li sal-lum ma nafu xejn jekk dan il-kumitat jeżistiex jew jekk jeżisti fiex wasal f'ħidmitu.", "Daqstant ieħor ma nafu xejn x'sar biex tittejjeb il-Cargo Section ta' l- Airport, il-Passport Clearance u l-Baggage Reclaim li l-ilmenti dwar dewmien żejjed f'dawn is-setturi għadhom deħlin daqs qabel.", "Naqbel perfettament mas-Segretarju Parlamentari meta qal li hemm bżonn li jkollna poplu ddixxiplinat u Gvern li jeżerċita d-dixxiplina.", "Pero' sal-lum ma rajna l-ebda ħjiel ta' sens ta' dixxiplina jew impenn min-naħa tal-Gvern f'dan is-settur.", "Mr Chairman, nixtieq nistaqsi fiex waslet ir-ri-klassifikazzoni mwiegħda tal-lukandi u t-titjib fil-livell ta' l-appartamenti.", "Billi kulħadd jaf li hemm diversi tourist properties li huma suubstandard nixtieq nistaqsi jekk hux se jkun hemm fosthom li se jiġu kklassifikati 'l isfel.", "Wieħed jittama li jisma' mingħand l-Onor.", "Psaila Savona waqt xi Aġġornament fuq il-ħidma tal-Hotels Catering and Establishments Board, għaliex minkejja li dawn daħlu fi premises ġodda ma jidhirx li għadhom libsu libsa ġdida fl-operat tagħhom biex juru l-impenn u s-snien meħtieġa biex verament jgħollu l- istandards ta' kwalita' fil-pajjiż.", "Jien nistaqsi x'jiswa billi jkun hemm min jitlob leġislazzjoni iktar rigoruża dwar quality standards kif intqal fl-NTOM Conference meta sal-lum l-HCEB kien debboli ħafna fl-inforzar tal- liġijiet eżistenti?", "Din l-impotenza toħroġ mir-rapporti li l-HCEB innifsu jippubblika ta' kull sena li mhux dejjem jiġu ppubblikati u jaraw id-dawl fil-ħin.", "Aspett ieħor li għandu jiġi diskuss fil-fehma tagħna huwa dak tar-riżorsi umani fit-turiżmu.", "Minkejja xi żidiet fl-impiegi full-time f'dan is-settur il-livell ta' servizz għadu ma tjiebx kif suppost, aktar u aktar meta hemm għadd kbir ta' part-timers li m'humiex trained jew speċjalizzati fis- servizzi turistiċi, li ħafna drabi qed jaħdmu fis-settur iktar sforz il- bżonn milli bħala vokazzjoni.", "Sadanittant filwaqt illi nirrikonoxxi li hemm ħafna lukandiera serji li qed jagħmlu minn kollox biex jagħmlu upgrading ta' l-iskills ta' l-istaff tagħhom xorta hemm ħafna ħaddiema f'livell primarju li għadhom qed jiġu sfruttati bil-kondizzjonijiet offruti lilhom minn ċerti lukandiera oħrajn.", "Il-fatt li se jiġi estiż l-Institute of Tourism Studies jagħti raġun lill-Malta Labour Party li dejjem saħaq li kif inhu llum għadu m'hux attrezzat biżżejjed biex jieħu intake kbir biżżejjed skond il-ħteġijiet tal-pajjiż.", "Sinċerament wieħed jawgura li din l-iskola tkompli tikber b'mod li tkun ta' fejda għas-settur in ġenerali.", "Mr Chairman, meta tħabbar il-budget tas-sena l-oħra, waħda mill- affarijiet li kien saħaq fuqha fil-bidu tas-sena s-Segretarju Parlamentari Refalo kienet illi l-1994 kellha tkun tourism awareness year.", "Din l-idea tidher li mietet qabel ma twieldet għaliex mhux talli ma kien hemm ebda tourism awareness campaigns fost il-pubbliku in ġenerali iżda lanqas fost l- impjegati tas-settur turistiku nnifsu.", "Wieħed kien jippretendi campaign simili u educational activities ukoll għall-personnel mhux biss fit-turiżmu nnifsu imma anke għall-personnel attached ma' l-in-coming agents, ma' l- excursion companies, mal-mużewijiet u ma' servizzi oħra relatati mal-qasam turistiku.", "Mistoqsijiet oħra naturali li jiġu f'moħħi huma x'inhi l-fehma tal-Gvern dwar iż-żieda f'turisti li qed ifittxu self-catering apartments flok lukandi?", "X'sar minnu l-pjan strateġiku illi kellu jitfassal biex awtoritajiet turistiċi u kunsilli lokali jibdew jaħdmu b'mod eqreb lejn xulxin?", "Dwar il-miżuri ġodda li hemm fil-Budget żgur li m'humiex adegwati jew konformi mal-prijoritajiet tas-settur innifsu.", "Aktar milli rati rħas għall- enerġija u ilma wieħed kien jippretendi li jiġi garantit servizz f'dawn iż- żewġ oqsma vitali mingħajr qtugħ, kif kellna f'diversi partijiet ġo Malta u Għawdex tul din is-sena, sal-bieraħ fil-għaxija stess.", "Għalkemm kien hemm żidiet f'aktar swieq, pero' mhux kollha laħqu t-targets ta' l-NTOM Marketing Conference.", "Min-naħa l-oħra inħoss li kelli ngħid kelmtejn dwar l-Istati Uniti u dwar it-turiżmu mill-Ingilterra.", "Suppost li s-suq Ingliż kellu jitnaqqas b'4% biex titnaqqas id-dipendenza tagħna fuqu.", "Fil-fatt ġara bil-maqlub għaliex il-figuri mill-Ingilterra baqgħu jiżdiedu għallinqas fin-numru, b'rata ta' 4%.", "Jien naħseb li jkun tajjeb li l- poplu jkun jaf kif il-Gvern beħsiebu jagħmel repositioning ta' pajjiżna ġaladarba tiġi phased out il-forward buying rate fi żmien qasir.", "Dwar is- suq Amerikan jidher li l-Gvern għadu 'l bogħod mit-targets tiegħu stess.", "Minkejja li jiftaħru li dan is-suq ilu mil-1988 li ddentifkawh bħala sors b'market potenzjal kbir, jidher li sal-lum fil-marketing plan għalih ma kellhomx funding adegwat .", "Il-Gvern innifsu huwa konxju dwar dan kollu, tant li s-sena l-oħra kien ammetta fl-Economic Survey li l-Istati Uniti għadhom lanqas jafu xejn dwar pajjiżna.", "Sinċerament jien nawgura li f'qasir żmien tinfetaħ ir-rotta ta' l-Air Malta lejn il-JFK fi New York ħalli t-turiżmu lejn l-Istati Uniti jkun jista' jingħata spinta akbar.", "Filwaqt li huwa fatt innegabbli li pajjiżna qiegħed jibbenefika minn għadd ta' konflitti fir-reġjun bħal fl-ex Jugoslavja u fit-Turkija, filwaqt li nifirħu bl-iżviluppi fil-proċess tal-paċi fil-Lvant Nofsani, wieħed irid joqgħod attent li minħabba dan l-iżvilupp, it-turiżmu Mediterranju ma jibdiex jintefa' aktar lejn il-Meditterran tal-Lvant, bħall-Iżrael u l- Libanu, milli lejn il-Mediterran Ċentrali.", "Irridu nilqgħu għal dan kollu billi nieħdu l-affarijiet b'aktar serjeta' u b'aktar professjonaliżmu.", "Mr Chairman, nawgura li pajjiżna jijrnexxilu jikkontrolla l-volume growth fix-xhur tas-sajf u li jirnexxilna nibdew inbiegħu lil pajjiżna bħala city- break destination għall-off season, kif ukoll li nieħdu ċertu sport bħall- golf b'aktar serjeta' .", "Għalkemm f'pajjiżi taċ-ċokon tagħna huwa essenzjali li nieħdu in konsiderazzjoni l-problemi ambjentali sakemm l- ambjent jippermetti, nerġa' nirrepetiha, sakemm l-ambjent jippermetti, ma nistgħux noqogħdu lura milli nisfruttaw il-potenzjal tagħna għall-golf meta llum fil-Mediterran hemm taqtiha daqshekk kbira għall-golf tourism bejn pajjiżi Mediterranji oħra bħal Spanja u l-Portugall u meta anke diversi pajjiżi bħal Marokk u t-Tuneżija qed jagħfsu daqstant fuq il-golfing holidays.", "Kien hemm affarijiet oħra li ssemmew fl-istampa lokali mingħajr ma qatt saret referenza għalihom ġewwa dan il-Parlament innifsu, forsi llum tkun okkażjoni tajba li nisimgħu xi ħaġa dwar dan mingħand il-Ministru jew inkella mingħand is-Segretarju Parlamentari.", "Fosthom kien hemm l-updating tal-leġislazzjoni turistika ta' pajjiżna li ilha xi żmien tiġi mwegħda mingħajr ma qatt ingħatajna progress report dwarha.", "Ħaġa oħra li rrid insemmi hija dwar l-hekk imsejħa t-Tourist Authority.", "Se jkun hemm tourist authority jew le?", "Dan qed ngħidu għaliex fil- pjanijiet tal-Gvern ma ssemma xejn, fil-Budget ma ssemma xejn imma l-ġurnal li l-NTOM tibgħat barra minn Malta qalu li se titwaqqaf tourism authority ġewwa pajjiżna.", "Jien nittama li fid-diskors tiegħu, is-Segretarju Parlamentari jkollu opportunita' li jitfa' ftit dawl fuq dan li qed insemmi billi jħabbar id-dettalji meħtieġa dwarha jekk verament jeżistu.", "Ilment ieħor min-naħa tiegħi huwa dwar l-istatistika turistika.", "Minkejja d-diversi wegħdiet li konna se naraw titjib immedjat fl-istatistika, l- Economic Survey juri li għadna fl-istess ilma tant li l-occupancy levels huma bbażati fuq figuri provviżorji għax-xhur lil hinn minn Ġunju ta' din is-sena.", "Jien irrid nistaqsi wkoll meta se sseħħ din il-qabża fil-kwalita' tant imwiegħda fl-istatistika.", "Wieħed jittama li fid-diskors ta' sieħbi l-Onor.", "Psaila Savona jisma' ħjiel dwar jekk il-Gvern hux se jipprova jagħfas iktar fuq scheduled business u jekk huwiex se jkompli jogħrok idejh meta jiżdiedu s-sodod fil- lukandi nklużi dawk five-star.", "Dan qed ngħidu għax ma nistgħux ninsew li kien proprju ċ-Chief Executive ta' l-NTOM li dan l-aħħar qal li aktar milli sodod ġodda għandna bżonn nagħmlu upgrading tas-sodod li għandna.", "Wieħed jittama li nsiru nafu wkoll jekk il-Gvern hux se jagħfas iktar fuq ir- reklami fix-xhur tar-rebbiegħa u tal-ħarifa minflok fuq ir-reklamar fis- sjuf.", "Nittamaw ukoll li ningħataw xi ħjiel dwar kif se jiġu mtejba l-beach facilities tagħna u fiex waslet ir-ristrutturazzjoni tal-Beach Cleaning Section.", "Qed nistaqsi dan kollu minħabba l-mod leġġer li bih, fil-fehma tagħna, l- Gvern qiegħed jagħmel approach fit-turiżmu u għaliex mhuwiex il-Partit Laburista biss li qiegħed jistaqsi lejn fejn verament miexi t-turiżmu f'pajjiżna.", "Illum din hija mistoqsija fuq fomm kulħadd, għallinqas fit- travel trades, l-operaturi turistiċi, l-korpi kostitwiti u anke organizzazzjonijiet bħaċ-Chamber of Commerce li mhux soltu jikkritikaw apertament.", "Din hija mistoqsija li anke ċ-Chamber of Commerce stess staqsietha ftit ilu f'mistoqsija editorjali li għamlet fil-\"Commercial Courier\" meta staqsiet lejn fejn miexi t-turiżmu verament.", "It-tweġiba għandha tinteressa lill-poplu Malti u Għawdxi kollu għaliex jekk allaħares qatt nieħdu daqqa fit-turiżmu jbati l-poplu Malti kollu iżjed u iżjed meta ġejna niddependu ż-żejjed fuqu.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Grazzi.", "L-Onor.", "Tony Nicholl.", "ONOR.", "TONY NICHOLL: Jien ningħaqad ma' sieħbi li għadu kemm għadda l- emenda għat-tnaqqis ta' Lm1 lill-Ministru.", "Ovvjament din ma tirriflettix personalment fuq il-Ministru li jien għandi l-akbar rispett lejh.", "Lill- Ministru jien nafu bħala bniedem ta' ċerta integrita' u naħseb li l-aktar wieħed mill-aktar li nafu f'din il-Kamra.", "Dan id-dibattitu għandu jkun tajjeb għax it-tnejn inzertajna mill-istess pajjiż.", "Ħafna Maltin jaħsbu li aħna s-Slimiżi nitkellmu djalett speċjali u allura hemm aktar ċans li nifhmu lil xulxin u nikkollaboraw flimkien.", "L-iżvilupp ta' l-industrija għall-Partit Laburista u anke għall-Gvern għandu jifforma parti integrali minn pjan ekonomiku fit-tul primarjament biex itejjeb il-ħajja taċ- ċittadini.", "Fl-opinjoni tiegħi, l-pjan ta' l-industrija għandu jkollu żewġ għanijiet.", "L-ewwel li jinħolqu aktar impiegi u t-tieni li jitħares l- ambjent - dawn l-aħħar 15-il sena sirna aktar konxji ta' dan.", "Fl-opinjoni tiegħi l-miżuri li ħa l-gvern Nazzjonalista fis-settur ta' l- industrija fl-aħħar seba' snin ma laħqux ir-riżultati mixtieqa - qiegħed nirreferi għall-iżvalutar tal-Lira Maltija u għall-politika fiskali li qed isservi ta' diżinċentiv kbir.", "L-introduzzjoni tal-VAT se tkompli tkabbar l- inċertezzi fis-settur kollu tal-manifattura, speċjalment fl-industrija li tipproduċi għas-suq lokali.", "Dan il-Budget li għadu kemm ressaq il-Ministru Dalli l-aktar li jikkonċentra huwa fuq is-settur terzjarju.", "Aħna wkoll naqblu li s-settur terzjarju għandu jitkabbar, imma mhux a skapitu ta' l- industrija tal-manifattura.", "Aħna nemmnu li Malta għandha bżonn bażi industrijali b'saħħitha.", "F'dan il-Budget m'hemm xejn, jew jekk hemm ftit li xejn, dwar is-settur tal-manifattura.", "Il-ħaddiema fl-industriji, l- industrijallisti u l-Opożizzjoni kienu jistennew u jippretendu li dan is- settur tant importanti għandu jingħata aktar attenzjoni u direzzjoni.", "U qed ngħid hekk għax jekk tħares lejn l-istatistika, skond l-Economic Survey, fl-industrija tal-manifattura, in-numru ta' impjegati laħaq iċ- ċifra ta' 29,310 - jekk tneħħi s-settur tal-makkinarju u tat-trasport li fih kien hemm żieda ta' 136 impieg, issib li kien hemm żieda biss ta' 62 impieg.", "Dan in-numru jirrappreżenta 22% tal-gainfully occupied.", "Mela fl- industrija tal-manifattura minn kull 100 Malti li jaħdem, 22 jaħdmu fis- settur tal-manifattura.", "Jekk tħares lejn l-esportazzjoni issib li din żdiedet bi 15% - dawn huma fatti u m'għandniex nistħu ngħiduhom - u laħqet iċ-ċifra ta' Lm423.5 miljuni jew 37.9% tal-GDP.", "Din hija ċifra għolja u għalhekk aħna nemmnu li l-industrija tal-manifattura għandha tingħata aktar attenzjoni.", "Iktar 'il quddiem nanalizzaw dawn iċ-ċifri għax tajjeb li wieħed janalizza dawn il-figuri daqstant importanti.", "Jekk wieħed iħares lejn l-istorja ta' l-industrija isib li kien il-Gvern Nazzjonalista li fl-1967 kien welled l-MDC.", "Dak iż-żmien Malta kienet qed issofri mir-run down, l-ekonomija Maltija kienet marbuta mal-bażi militari Ingliża u l-Gvern ta' dak iż-żmien kien welled l-MDC li primarjament kienet biex tattira investiment barrani bl-akbar enfasi fuq l-industrija tal- manifattura.", "Dak iż-żmien l-MDC bdiet ukoll tippromwovi investimenti kemm lokali kif ukoll barranin billi tgħin finanzjarjament skond l-Aids to Industries Ordinance u tgħin ukoll fl-infrastruttura industrijali.", "L-export promotion kienet parti integrali mill-MDC.", "Taħt Gvern Laburista fl-1971 l- MDC kienet responsabbli għall-investment promotion, l-investimenti parastatali, l-export promotion u l-bini ta' fabbriki.", "Fl-1987 reġa' tela' Gvern Nazzjonalista u neħħa l-attivita ta' investment promotion u export promotion mill-MDC u welled il-MIMCOL u l-METCO sabiex l-MDC kellha tikkonċentra biss fuq marketing - biddlu l-kliem \"investment promotion\" mal- kelma \"marketing\".", "Jiena tajt resume' fuq fuq tas-settur industrijali mill- 1967 'il hawn, meta Malta kienet qiegħda titlef numru ta' mpiegi kbar minħabba r-rundown tal-bażi militari Ingliża.", "Mr Chairman, f'dawn l-aħħar ħames snin jew sitta insibu li ntnefqu mijiet ta' eluf ta' liri għall-uffiċini u għall-furnishing ta' l-istess uffiċini tal-MIMCOL u tal-METCO.", "Kellna diretturi, managers u impjegati ġodda.", "Is-suċċess fis-settur ta' l-industrija għall-MDC kellu jiġi biss billi toffri inċentivi bħal grants, soft loans u tax-free holidays - erġajna ġejna għas-sistema tas-sittinijiet.", "Il-bibbja ta' l-MDC kienet li l-investiment barrani jiġi biss jekk aħna noffru grants, soft loans u tax- free holidays.", "Tant hu hekk li qbadt tliet snin - u dawn qbadthom at random - u sibt li fl-1988 intnefqu Lm3.5 miljun fuq soft loans u Lm0.5 miljun fuq grants; fl-1989 intnefqu Lm2 miljun fuq soft loans u Lm655,000 fuq grants u sena ilu intnefqu madwar $US6 miljun.", "Riċentement taħt dan il-Gvern bdew deħlin konsulenti barranin b'salarju fenominali u l-management Malti spiċċa kollu.", "Il-management Malti li kellu track record li fi żmien Gvern Laburista ġew l-ikbar għadd ta' industriji mill-Germanja spiċċa kollu.", "Ta' min jgħid li taħt Gvern Laburista ġew mal-50 fabbrika mill-Germanja u kulħadd jaf kemm il-Ġermaiżi huma esiġenti.", "Iżda b'danakollu l-MDC, f'dak iż-żmien, irnexxielha tiġbed lejn Malta 'l fuq minn 50 fabbrika.", "Qatt ma kien hemm diskriminazzjoni politika daqs kemm kien hemm f'dawn l- aħħar ħames snin fl-MDC.", "L-ewwel wieħed li kien tneħħa - u jien ċert li l- Ministru ma kienx responsabbli għal dan għax jiena nafu sewwa - kien Dr Zarb Adami, bniedem li għandu l-Ph.", "D. minn Oxford u safejn naf jien f'Malta xi ħamsa hawn li bħalu għandhom il-Ph.D. minn Oxford.", "Dan għal ċerti nies fl-MDC kellu l-ikbar difett għax kellu sentimenti Laburisti.", "Għalkemm kellu esperjenza kbira għax kien ilu ma' l-MDC bħala Segretarju u General Manager għaxar snin, inqala' minn hemm u ġie ttrasferit għal Bank of Valletta, u ma jagħmel xejn.", "Kellna bniedem responsabbli li kellu track record impekkabbli li mhux biss tefgħuh f'post fejn ma jagħmel xejn talli heddewh li jieħdu passi dixxiplinarji kontrih għax qal li l-inċentivi għall- industriji li se joħroġ il-Gvern għandhom japplikaw ukoll għall-industriji eżistenti għax m'għandux ikun hemm diskriminazzjoni bejn indusrtija u oħra.", "Talli ħareġ b'dan is-suġġeriment ġie mhedded li jittieħdu passi dixxiplinarji kontrih u ġie ordnat mill-Bank biex ma jagħmel xejn.", "Mela għandna bnieden bil-Ph.D, li bħalu kulma hawn xi ħamsa jew sitta, u ġie ordnat mis-Central Bank biex ma jagħmel xejn.", "Niftaħru bl-MSU u nfaqna miljuni ta' liri biex iċ-Ċivil isir effiċjenti u nneħħu l-burokrazija, u għandna bniedem bħal dak li huwa ordnat biex ma jagħmel xejn.", "Il- management kollu tar allavolja kellu track record impekkabbli.", "Il-Head of Investment Promotion, Dr Mario Vella; il-Head of Legal Division, Dr George Cassar; il-Head of Investment Division, Pawlu Vella li huwa wkoll Chartered Accountant u l-Head of Export Division, Mr Joe Sammut li ġie transfered għal mal-METCO bi grad aktar baxx.", "Il-Ministru żgur li ma kienx responsabbli għal dan pero' jidher li hemm min huwa iktar b'saħħtu.", "L- industrija trid titmexxa mill-Kwartieri Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista f'Tal-Pieta' u l-ordnijiet minn dawn il-kwartieri kienu li min hu b'sentimenti Laburisti jrid itir.", "Is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista, Austin Gatt, uffiċjalment qal li ċ-Ċivil u l-korpi parastatali jridu jitmexxew minn nies b'sentimenti Nazzjonalisti - dan qiegħed on record.", "Dawn huma l-istess nies li kienu jiftaħru li għandu jkun hemm differenzi ċari bejn partit u gvern.", "Dawn huma dawk in-nies li wiegħdu lill-poplu Malti li lkoll insiru aħwa Maltin u fl-iktar settur importanti għall-ekonomija ta' Malta fejn suppost l-Oppożizzjoni u l-Gvern għandhom jikkoperaw ma sar xejn minn dan.", "Mhux talli keċċew il-management kollu, talli l-MDC kriet flat fit-sitt sular f'South Street fil-Belt Valletta - u l-Ministru jaf b'dan - u ntefgħu hemm accountant, engineer, business management graduate statistician u ħafna oħrajn bl-ebda xogħol.", "Taf x'xogħol kellhom?", "Kellhom ix-xogħol li joqogħdu jiżnu ċ-ċikkulata għax ħarġet il-levy fuq iċ-ċikkulata!", "Jiġifieri dawn in-nies ta' skola u esperjenza kbira kienu qegħdin f'dan il-flat fis-sitt sular, bla telphone, jiżnu ċ-ċikkulata biex jaraw kemm se jeħlu levy!", "Dan huwa x-xogħol li kellu t-top management ta' l-MDC!", "Danakollu għax kellhom sentimenti Laburisti.", "Laħaq Chairman ġdid li litteralment xkupa lil kulħadd - a new broom sweeps clean.", "Bdew il-vjaġġi għas-South Korea, għal Hong Kong, għall- Ġappun u l-infetħu uffiċini f'Milan, f'Londra, fi Frankfurt u f'Hong Kong.", "Mr Chairman, fir-rigward ta' Hong Kong jekk ma kien hemm xejn ħażin żgur li t-timing kien ħażin għax l-investituri f'Honk Kong kellhom a booming industry, kulħadd sejjer jiftaħ fil-Vietnam, f'mainland China u dawk in- naħat.", "Aħna ddeċidejna li niftħu uffiċċju f'Honk Kong.", "Tant ħlejna flus f'Hong Kong li fl-aħħar erba' snin biss infaqna l' fuq minn Lm600,000 u dan joħroġ minn mistoqsija parlamentari li jien għamilt lill-Ministru dan l- aħħar.", "Daqshekk kien hemm tberbiq ta' flus!", "L-infiq f'investment promotion laħaq is-somma ta' Lm2 miljun fis-sena.", "Ara kemm inħlew flus mill-MDC!", "Mela wasalna fi stat fejn l-MDC li kienet responsabbli biex iġġib l-investiment barrani u biex twelled l-industriji, kellha impjegati ġodda, the best investment package - fl-opinjoni tagħhom - uffiċini barra minn Malta u finanzi bil-ħela.", "X'kien jonqosha l-MDC?", "Uffiċċju ġdid f'Malta.", "U hekk għamlu.", "Ma nidħolx fiha għax ma rridx inkun personali imma kulħadd jaf kif l-MDC tilfet l-uffiċċju tagħha fil-Furjana u ħadet uffiċċju b'kera ta' Lm60,000 fis-sena meta għandek proprjeta' bħal dik ġewwa Marsamxett, il-House of Catalunya li sal-lum għadha vojta.", "Imma ma rridx inkun personali.", "Kulħadd jaf bl-iskandlu.", "Kieku minn dan ir-resume' qasir ta' x'għamel il-Gvern Nazzjonalista f'dan il-qasam fl-aħħar seba' snin jirriżulta li the end justifies the means, kieku nneħħilu l-kappell.", "Imma ejja naraw x'kiseb il-Gvern Nazzjonalista fl-aħħar sitt snin fis- settur ta' l-industrija.", "Mill-Amerika un bel zero għax ma ġie ħadd.", "Anzi ġiet kumpannija waħda, l-iStar Ships Yacht li għalqet wara sentejn.", "Il- kumpannija Baxter, li tant jiftaħru biha, ġabha l-Gvern Laburista u nxtrat minn kumpannija Amerikana.", "Mis-South Korea, mill-Ġappun, mill-Malasja u mit-Taiwan ma ġie xejn.", "Mela ntefqu l-miljuni ta' liri fuq promozzjonijiet u uffiċini f'dawn il-pajjiżi u assolutament ma ġie xejn.", "Ħlejna l-enerġija kollha tagħna f'dawn il-pajjiżi - a skapitu ta' marketing fl-Ewropa - għax il-marekting tagħna kollu hemm sar u ma ġie xejn.", "Il-Ministru jaf li jiena qed ngħid il-verita' u li qiegħed nikkwota l-fatti u żgur li mhux se nagħtih figuri ħżiena.", "Kulma ġie - għax insejt insemmiha - hija l-AMS u kulħadd jaf x'ġara, how they took us for a bloody ride.", "Ejja nkunu fair - u se nkun fair - għax taħt Gvern Laburista kien hemm fabbriki li ġew u fallew u ħarbu, imma qatt ma kellna l-pretensjonijiet ta' ċerti nies li mexxew l-MDC.", "U mexxew l-MDC għax għajnehom kienu blu għax lanqas kienu kompetenti.", "Dan huwa l-partit li tela' fil-gvern bl-għajta ta' lkoll aħwa Maltin u li ma jagħmilx diskriminazzjoni politika.", "Hekk kienu jgħidu.", "M'iniex se nsemmi il-każ ta' fejn il-Kummissjoni ta' l-Impiegi ddikjarat li l-Prim Ministru għamel diskriminazzjoni politika.", "Irrid insemmi wkoll id- dikjarazzjoni pubblika li kien għamel il-Prim Ministru fejn ftaħar li minn Hong Kong kienet ġejja fabbrika tat-televisions tal-kulur li tħaddem aktar mill-1,000 ruħ.", "Hawnhekk għandi l-kopja tal-gazzetta \"In-Nazzjon Tagħna\" u jekk irid nagħti d-data tagħha fejn ġie kkwotat li qal dan id-diskors.", "Lil din il-fabbrika tawha l-huts numri 9 u 10 f'Ħal Far, żammewhom vojta għal tliet snin u baqgħet sal-lum ma ġietx.", "Dak kien is-suċċess tal-Gvern fis- settur ta' l-industrija!", "Sentejn ilu l-MDC għalqet 25 sena mit-twaqqif tagħha u kienu ħarġu rapport lussuż u glossy li kienu intefqu eluf ta' liri fuqu bi profil speċjali fuq l-industrija tal-hi-tech.", "Dawk il-kumpanniji msemmija f'dan il-brochure swew lill-Gvern Malti Lm8 miljun direttament u Lm5 miljuni f'soft loans u grants.", "Mela b'kollox il-Gvern nefaq Lm13 miljun fuq dawn l- industriji li ġew ippreżentati bħala industriji tal-hi-tech f'dan il-glossy brochure li ħareġ fl-għeluq il-25 sena mit-twaqqif ta' l-MDC.", "Illum x'insibu?", "Xi wħud minn dawn il-fabbriki għadhom lanqas bdew, oħrajn għalqu jew qegħdin agunija u għandna oħrajn li sal-lum qed iħaddmu biss foreign management.", "U nerġa ngħid li lil Gvern dawn swewlu Lm13 miljun.", "Niġi issa għall-aħħar farsa li saret u hawn qed nalludi għal famuż Mosta Techno-park.", "Il-Kap ta' l-Opożizzjoni semmih ċimiterju u jiena se nsemmih ghost town!", "Ġimgħa ilu mort indur daqsxejn hemmhekk u veru tista' ssejjaħlu ghost town.", "Dan il-famuż Mosta Technopark li l-Gvern rabat il- karru kollu ta' l-industija miegħu sewa lill-Gvern aktar minn Lm4 miljun.", "Daqshekk sewa l-Mosta Technopark.", "Aktar minn Lm4 miljun.", "Jekk naqraw l- Economic Survey ta' l-1993, f'paġna 83 insibu li l-Gvern permezz tal- Ministru Dalli kien qal:", "\"Preference was given to hi-tech manufacturing.\"", "- jiena naqbel ma' dan -", "\"New projects will generate over 1,400 jobs.", "Employment opportunities created by expansionary ones will exceed 1,300.\".", "Mela sena ilu, fil-budget, il-Gvern iddikjara li se jkun hemm 2,700 impieg ġdid.", "Fl-Economic Survey ta' sena ilu f'paġna 84 insibu li l-Ministru Dalli ddikjara li:", "\"All twenty available units on the Technopark have been leased out.\".", "Illum x'insibu wara dawn id-dikjarazzjonijiet ta' sena ilu?", "Insibu - sa Novembru 1994 - li fil-Mosta Technopark hemm il-fabbrika Optimax li tħaddem 22 ruħ li ilha taħdem Malta u ġiet ittrasferita għal hemm; l-Electronic Industries li tħaddem 17-il ruħ li kienet f'Ħal Far u marret hemm u l-Hi- Tech Components li tħaddem 28 ruħ li kienet f'Ħal Far u marret hemm ukoll.", "Mela dawn huma kollha mpiegi li diġa' kienu hemm.", "L-impiegi ġodda li nħolqu fil-Mosta Technopark li sewa lill-Gvern aktar minn Lm4 miljun kienu fil-kumpannija Maya Way Limited li tħaddem 15-il ruħ, il-Tectronic li tħaddem 13-il ruħ, l-International Business li tħaddem 3 persuni u s-COS li tħaddem 4 persuni.", "Jien mhux se noqgħod ngħid x'ġara fil-każ tas-COS għax kulħadd jaf kif serquna u telqu 'l barra.", "Mela fil-Mosta Technopark, proġett li miegħu l-Gvern rabat il-karru ta' l-industrija u fejn qal li se jkun hemm aktar minn 1,400 impieg ġdid, kull ma hemm huwa 31 impieg ġdid.", "Meta tikkalkula kemm sewa kull job ikkreat mill-Gvern issib li kull job sewa fuq Lm350,000.", "Fit-Technopark 31 impieg ġdid hemm.", "Iżda l-Ministru Dalli jinsa x'qal sena ilu u x'qal din is-sena.", "Sena ilu qal li se jkun hemm 2,700 impieg ġdid fl-industrija u fl-Economic Survey ta' din is-sena f'paġna 43 qed jgħid li l-ħaddiema fl-industrija mhumiex mistennija li jiżdiedu.", "Il-Ministru Dalli nesa x'qal sena ilu.", "Sena ilu qal li se jiżdiedu 2,700 u llum qed jgħid li l-ħaddiema fl-industrija mhumiex se jiżdiedu.", "Daqshekk għandu fiduċja fl-industrija Maltija.", "X'inhu jiġri fl-industrija internazzjonali?", "L-industrija internazzjonali - u l-Ministru għandu l-esperjenza u jaf - qed timxi lejn global scenario.", "Il-Ġappuniżi kif kulħadd jaf qed jinvestu fl-Ewropa u qed jinvestu bil- qawwi.", "L-Ewropej qed jinvestu fil-Malasja, fil-Far East, fil-Vietnam, f'inland China u f'mainland China u l-Amerikani qed jinvestu fl-Amerika t'isfel.", "X'ġara f'Malta?", "Fejn huma l-multi nationals li tant ħambaq dwarhom il-Gvern?", "Lilna kienu jgħajjruna li m'għandniex image u m'għandniex kredibilita'.", "Kienu jgħidu li kif jitilgħu fil-gvern jiġu ħafna fabbriki mill-Amerika u jiġu ħafna industriji kbar.", "Fejn huma l-multi nationals li tant wiegħed il-Partit Nazzjonalista lill-poplu Malti?", "Jiena nieħu nieħu għalija meta ċerti ministri jgħidu li aħna m'aħniex oppożizzjoni kostruttiva.", "Il-Ministru jaf li kieku ma kenitx l-Oppożizzjoni, il-Gvern ma kien ikollu l-ebda suċċess fis-settur finanzjarju.", "U tant jafuh dan li fl-Economiċ Survey ta' din is-sena l-Gvern faħħar l-attitudni ta' l- Oppożizzjoni.", "Aħna ma għamilniex bħalma għamlu huma meta marru l-Ġermanja jħeġġu lill-industrijalisti biex jitilqu minn Malta.", "Hekk kienu jagħmlu; kienu jmorru l-Ġermanja u jħeġġu lill-industrijalisti Ġermaniżi biex jitilqu minn Malta.", "Aħna fejn jidħol l-interess ta' Malta dan qatt m'hu se nagħmluh.", "Il-Partit Laburista qatt m'hu se jagħmel dan.", "Kemm għajjruna li aħna satellita tal-Libjani.", "Illum qegħdin naraw li l-Gvern qed jiddependi fuq is-suq Libjan iktar milli konna niddependu aħna.", "Jiddependu iktar mill- konna niddependu aħna għaż-żejt mil-Libja.", "Kemm għamlulna ħsara ma' l- Ewropa.", "U minkejja dan kollu kien il-Gvern Laburista li ġab l-ikbar fabbriki lejn Malta.", "L-industrija jiena naqsamha f'żewġ oqsma.", "Għandek dik li tipproduċi għas- suq lokali u dik li tipproduċi għall-export.", "Il-fabbriki li jipproduċu għas-suq lokali, il-MInistru Dalli ma jridx jaf bihom.", "Jiena rrid infakkar lill-Ministru Dalli li l-fabbriki li jipproduċu għas-suq lokali biss - skond rapport ta' Coopers and Lybrandt - huwa stmat li jħaddmu 11,000 ruħ.", "It-total sales tal-fabbriki li jipproduċu għas-suq lokali kien ta' Lm137 miljun, ekwivalenti għas-27% tat-total sales.", "Daqshekk hija b'saħħitha l- industrija għas-suq lokali.", "F'dan il-Budget, l-interessi fis-settur industrijali għas-suq lokali qegħdin jiġu ttraskurati għal kollox.", "M'hemm l-ebda sens ta' direzzjoni.", "Il-Gvern Nazzjonalista qed jaħqaraha - dik hija l-kelma - lill-industrija għas-suq lokali.", "L-introduzzjoni tal-VAT se żżid il-cost tal-production b'persentaġġ għoli.", "Ma tista' tibqa' aktar kompetittiva.", "Se jkissirha.", "Nerġa' ngħid li qed jaħqaraha.", "Hawnhekk jiena ngħid x'qalu c-Chamber of Commerce li żgur ħadd ma jista' jgħid li huma ħbieb tagħna.", "Il-compliance costs tal-VAT - mhux biex tiġborha u tħallasha - biex iżżomm ir-records skond ic-Chamber of Commerce ilaħħqu mat-2% - l- Onor. Lino Spiteri qed jgħidli 2.5%.", "Dan mhux il-Partit Laburista qed igħidu iżda ċ-Chamber of Commerce.", "Mela biex iżżomm ir-records tal- compliance costs tal-VAT trid 2.5%.", "Wara ż-żieda fil-pagi li ħabbar il-Gvern u l-collective agreements, l-FOI qed tgħid li se jżiedu l-costs tal-produzzjoni b'9%.", "Mela mill-1 ta' Jannar tas-sena li ġejja l-industrija li tipproduċi għas-suq lokali se jiżdidulha l-costs of production b'11.5%.", "Tas-suq lokali ħadu daqqa ta' ħarta doppja.", "Se tneħħilhom il-protezzjoni u se jgħolilhom il-prezz għall-konsumatur bi 15 %.", "Dan mhux qed ngħidu jien anzi qed jgħidu uffiċjal għoli tal-Partit Nazzjonalista, il-Perit Caccopardo, li fil-gazzetta \"In-Nazzjon\" tas-27 ta' Settembru ta' din is-sena qal hekk:", "\"Fost oħrajn il-VAT se tolqot lil dawk l-industriji li sal-lum kienu jipproduċu għas-suq lokali.", "Dawn issa se jkollhom il-prodotti tagħhom taxxabbli meta qabel kienu protetti.", "Il-prodotti kompetittivi tagħhom importati kienu jħallsu d-dazju u huma xejn.\".", "Mela uffiċjal għoli tal-Partit Nazzjonalista qiegħed iħabbar id-daqqiet ta' ħarta li se tieħu l-industrija li tipproduċi għas-suq lokali.", "(Interruzzjonijiet) Uffiċjal taghkom kiteb.", "Issa fittxu inti.", "Issa ngħidlek x'għamillu lil Agnelli l-Gvern Taljan.", "Il-Gvern Taljan lill- industrija tal-karozzi f'dawn l-aħħar sitt xhur taha l-ikbar benefiċċji.", "Ħadu l-ikbar benefiċċji biex ma jibqgħux jinbiegħu karozzi Ġermaniżi u Franċiżi fl-Italja.", "Berlusconi, jekk ma għamel xejn, lill-industrija Taljana taha l-akbar benefiċċji, taha vantaġġi u inċentivi kbar.", "Din kienet l-ewwel liġi li għadda.", "Jiena nfakkru - naħseb li huwa jaqra daqsi - x'qed jagħmel il-Ġappun.", "M'hawn l-ebda industrija li tipproduċi għas-suq lokali daqs l-industrija tal-Ġappun.", "Il-Taljani għandhom monopolju fl- industrija ta' l-iskis.", "Għalkemm f'din l-industrija jiddominaw is-suq xorta waħda qatt ma setgħu jidħlu fil-Ġappun.", "Taf għaliex?", "Għax il-Gvern Ġappuniż qal li dawk l-iskis m'humiex safe għas-snow tal-Ġappun.", "U għadhom sal-lum ma jistgħux ibigħu skis fil-Ġappun.", "L-Amerika qed tagħmel l-ikbar ġlieda ekonomika mal-Ġappun u aħna lil din l-industrija nagħtuha bijs-sieq u nitraskurawha.", "Għalhekk ngħid li l-industrija lokali qed tiġi maħqurha.", "F'dan il-Budget m'hemm xejn kif se jiggwidaw lill-industrijalisti f'din l- inċertezza u t-theddida tal-VAT.", "Il-Ministru Dalli lill-industrijalisti li jipproduċu għas-suq lokali qallhom ċar u tond li m'għandhomx jibqgħu jistennew li f'dan il-pajjiż tibqa' l-protezzjoni.", "L-industrijalisti Maltin jistennew gwidi ċari u għajnuna maħsuba biex il-problemi tagħhom ma jkomplux jikbru.", "X'wegħedhom il-Partit Nazzjonalista fil-programm elettorali?", "Jiena nfakkru lil sieħbi l-Onor.", "Bonello Du Puis x'qal il- Partit Nazzjonalista.", "\"Bi gvern bil-għaqal l-għajta ta' \"Ixtri Malti\" ma tidwix f'suq deżert.", "Filwaqt li jistħoqqlu inkoraġġament għal min jipproduċi oġġetti għas-suq lokali li jippermetti t-tnaqqis ta' l-importazzjoni ...\".", "U x'insibu?", "Insibu li fl-industrija ta' l-ikel, fl-industrija tal-ħwejjeġ, fl-industrija ta' l-għamara, fl-industrija tal-kimika u fl-industrija tat- trasport naqsu l-impiegi u l-esportazzjoni.", "Lill-industrija tat-tessuti l- Ministru Dalli jrid jeqridha.", "Jien naf b'industrijalist li mar għandu u qallu biex jagħlaq u qallu biex jibda jimporta għaliex lin-nies tiegħu iridhom x'imkien ieħor.", "Hekk qallu l-Ministru Dalli; m'hux il-Ministru Du Puis għaliex dak huwa aktar prattiku u naf kif jaħsibha.", "Daqshekk iħobbha lill-industrija lokali l-Ministru Dalli!", "Imissu jisħti jgħid hekk, bniedem li huwa responsabbli mill-finanzi.", "L-industrija tat-tessuti kellha rate of export ta' 11% of all exports li kienu jammontaw għal Lm41 miljun.", "U kif se ngħinuha?", "Tafu kif għinha l-Ministru lil din l-industrija?", "Għinha billi f'Mejju naqqsilha l-levy tal-ħwejjeġ minn Lm2 għal Lm1.", "Barra minn hekk se jnaqqsilhom id-dazju u b'hekk l-industrija li tipproduċi t-tessuti għas-suq lokali se titlef il-kompetittivita' kollha.", "U għaliex din id- diskriminazzjoni bejn industrija u oħra?", "U r-risposta se nagħthielu jien lill-Ministru.", "Jekk għandna industrija b'saħħitha f'Malta u avant-garde hija l- industrija tal-minerali u tal-birra.", "Il-Gvern Nazzjonalista investa ħafna fl-industrija tal-high technology li qed tagħmel ħafna profitti - jien m'iniex se noqgħod ngħid x'ħadu d-diversi diretturi u x-shareholders -u hija l-aktar avvanzata u għandha l-akbar protezzjoni.", "Dan il-Gvern qed jiddiskrimina bejn fabbrika u oħra u bejn industrija u oħra.", "L-industrija tat-tessuti jrid jaħqarha u jkissirha u l-industrija tax-xorb minerali u tal-birra, li hija l-aktar industrija avvanzata, jibqa' jagħtiha l- protezzjoni.", "U għalhekk bir-raġun nistaqsu għaliex hemm din id- diskriminazzjoni bejn industrija u oħra.", "Qatt ma kien hemm diskriminazzjoni ħarxa bejn industrija u oħra daqskemm hawn illum.", "Il- Ministru jmissu jħares ftit lejn id-dividends li tqassmu u jara xi qliegħ qed jagħmlu; madankollu xorta jibqa' jipproteġiha b'dan il-mod u jkisser industriji oħra.", "L-industrija waħda biss marret tajjeb, u din hija l- industrija tal-makkinarju.", "Fuq dik qed inżommu u hija responssbbli għal 63.3% of exports.", "U min ġabha Malta din?", "L-SGS ġabha Gvern Laburista li la kellu image barra, la kellu kredibilita' u skond in-Nazzjonalisti kien satellita tal-Libja.", "Lanqas lil din m'huma qed jgħinu!", "Din qed taqla l- akbar daqqiet ta' sieq u għalhekk nistieden lill-Ministru Du Puis li dawn l- affarijiet ma jafhomx ...", "Din qed timxi 'l quddiem waħedha mingħajr għajnuna.", "Ħalli issa nikkwota silta minn dak li qal il-Managing Director ta' din il-kumpannija f'seminar li kien hemm ġimgħa ilu bejn l-Malta Employers Association u l-ETC fejn ġie rrapportat li qal hekk:", "\"Investors will not be interested unless the infrastructure is sound and strongly complained that power cuts were costing his company hundreds of thousands of pounds a year.\"", "Fejn hu l-Onor.", "Ninu Zammit ħalli tiġbidlu widnejh?", "Hemm traskuraġni anke f'dan is-settur.", "Lili tawni informazzjoni li din l-industrija li tipproduċi electric components, semi-conductors u electronic integtrated circuits - li jidħlu taħt il-heading 8541/8542 u huma magħmulin Malta b'teknoloġija Ewropea, makkinarju Ewropej u raw material li ġej mill-Ewropa - jeħlu dazju li jvarja bejn 9% u 14%.", "Meta dawn l-istess l-affarijiet jiġu esportati lejn l-Ewropa minn pajjiżi bħal Hong Kong, Indonesia, India, Singapore, Tunesia u Morocco dazju ma jeħlu xejn.", "Intom iffissati li ddaħħlu lil Malta fl- Unjoni Ewropea għalhekk issa l-waqt li tgħinu lil dan is-settur ta' l- industrija.", "U lill-Ministru jien nagħtih l-informazzjoni u nittama li jieħu l-passi meħtieġa sabiex din id-diskriminazzjoni titneħħa ħalli l- prodotti li jidħlu fl-Ewropa minn hawn ma jibqgħux jeħlu d-duty ta' 9% u 14%.", "Mr Chairman, biex nagħlaq ngħid li l-Budget ma fih l-ebda proposta serja u lanqas għandu sens ta' direzzjoni.", "Se tidħol il-VAT u l-industrijalisti għadhom ma jafux jekk il-capital goods humiex se jkunu refundable jew jekk humiex se jħallsu għaliex din se taffettwalhom il-cash flow.", "Fadal ġimgħatejn u jien għallinqas illum nippretendi li l-Ministru jqum u jgħid lill-industrijalisti li l-VAT m'humiex se jħallsuha.", "Ħadd m'hu qed jiggwidhom lil dawn.", "Il-Budget ma fih l-ebda proposta serja dwar kif se tissaħħaħ l-industrija, kif se jitrażżan l-għoli tal-ħajja u x'sejjer isir biex il-costs of production ma jibqgħux telgħin u x'miżuri se jdaħħal il- Gvern Nazzjonalsita sabiex inaqqas il-piżijiet kbar li għandha l-industrija lokali.", "Grazzi, Mr Chairman.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Grazzi.", "L-Onor.", "Lino Spiteri.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Mr Chairman, jien u ġej 'il hawn ġratli ħaġa stramba li mhux soltu tiġrili.", "Jien ma tantx inkun mitluf imma nistqarr li għadni sa issa mitluf u tilifni l-Gvern għaliex bdejt nipprova nfittex xi ħaġa li l-Gvern intilfitlu u bqajt ma sibthiex!", "Huma u jitkellmu sħabi bqajt inqalleb fir-records ħalli nara jekk insibhiex u bqajt ma sibthiex.", "X'sar minnha l-kumpannija ta' Kalaxlokk?", "Aħna, hawnhekk qed nitkellmu fuq Ministeru li huwa taħlita ta' diversi affarijiet.", "Il-Prim Ministru preżenti ħa kopja ta' ċerti affarijiet li kien jagħmel Gvern Laburista u għamel ministeru bħal dak li kont responsabbli għalih jien li fih taħlita ġmielha.", "Fost l-affarijiet li għandu, dan għandu f'idejh l-investimenti tal-Gvern u għandu jieħu ħsieb dawk il-kumpanniji li fihom hemm investimenti tal-poplu permezz tal-Gvern jew permezz ta' xi kumpannija li waqqaf il-Gvern.", "Fost dawn l-investimenti hemm il-kumpannija Kalaxlokk li ilha li twaqqfet minn żmien il-Gvern Laburista - għaxar snin jew iżjed - u għadha teżisti.", "Sadanittant meta tfittex biex tara ssibx xi ħaġa dwar din il-kumpannija ma ssib assolutament xejn.", "L-Economic Survey li sar oħxon daqs ma nafx xiex - ħalli ma nagħmilx paraguni wisq - isemmi kollox, sa l-iċken tentufa, jagħmel ħafna kummenti li seta' ħallihom għal xi pjazza fejn ikun qed isir meeting ċkejken tal-Partit Nazzjonalista - jew tal-Partit tagħna - pero' fuq il-Kalaxlokk ma qal assolutament xejn.", "Qisha saret l-eżempju ta' dak l-ammiral Tork li ntbagħat ifittex lil Malta qabel l-Assedju u mar lura jgħid lill-kap tiegħu li Malta sparixxiet!", "Kalaxlokk sparixxa!", "Għaliex qed ngħid dan?", "Qed ngħid dan għaliex għalkemm huwa tajjeb li nieħdu l- affarijiet daqsxejn ħafif, imma fl-istess ħin qed ngħid dan b'ħafna serjeta' għaliex Kalaxlokk m'għandhiex tisparixxi.", "Kalaxlokk hija element li llum meta qegħdin niddiskutu l-Budget importanti li nħarsu lejha.", "X'inhuwa l-Budget?", "X'inhuma l-Estimi tal-Gvern?", "L-Estimi tal-Gvern m'humiex sempliċement biex niġu hawnhekk nitkellmu għal ftit minuti, nagħmlu diviżjoni imbagħad qisu qatt ma ġara xejn.", "L-Estimi jersqu quddiem dan il-Parlament biex il-Parlament ikun jista', jekk kemm-il darba jrid jagħmel il-funzjoni tiegħu proprja, jikkontrolla u jissorvelja dak li qiegħed jonfoq il-Gvern u x'qed jagħmel il-Gvern sabiex jiġbor flus ħalli jiffinanzja dak l-infiq.", "Fost l-infiq li qed jagħmel il-Gvern hemm l-infiq tas-settur pubbliku wiesa', tal-korporazzjonijiet u taħt dan il-Minsiteru hemm ukoll waħda mill-ikbar korporazzjonijiet li għandna Malta, il-Freeport Corporation.", "Din twaqqfet - u nifhem għaliex waqqafha l-Gvern - sabiex tmexxi l- faċilitajiet li kien beda l-Gvern Laburista b'investimenti kbar f'Marsaxlokk sabiex noħolqu port li jiffunzjona b'mod ġdid.", "Dan il-Gvern espanda dak il-Port - forsi m'hux eżattament kif missu għamel imma l-idea żgur li kienet tajba - u waqqaf korporazzjoni b'erbgħa jew ħames sussidjarji tagħha sabiex tmexxi dak il-Port.", "Din il-Freeport Corporation diġa' għamlet ħafna investiment f'post fejn kien sar investiment qawwi snin qabel mill-Gvern Laburista.", "Din il-Freeport Corporation diġa' għamlet ħafna investiment u issa waslet biex tagħmel investiment qawwi ieħor għat- tkabbir ta' Terminal 2, investiment li fuq kollox l-investiment għalih għandu jiġi minn barra l-pajjiż.", "Il-Gvern approva li din il-Korporazzjoni tissellef $US200 miljun li mbagħad sirna nafu li dawk saru $US 205 miljun u rrid naħseb jien li dawk il-$US5 miljun huma l-ispejjeż li dħalna fihom sabiex banek barranin ġew jagħmlu studju tal-qagħda ta' Malta u għamlu l- arranġamenti meħtieġa - il-kelma hija teknika, m'hux b'xi konnotazzjoni negattiva - sabiex ikun hemm consortium ta' banek oħra li jieħdu dik il- loan.", "Jista' jkun li l-$US 5 miljun extra ma ntnefqux kollha għal hekk, imma jien persważ li parti minnhom għalhekk intnefqu għaliex dawn il- kwalitajiet ta' self ikollhom dak li jissejjaħ front loading ta' bejn 1% u 3% - f'dan il-każ ma nafux kemm fih.", "Mela qegħdin nitkellmu fuq investimenti qawwija ħafna, Lm50 miljun jew iżjed minn imvestiment totali ta' Lm80 miljun - li għal pajjiżna bilfors li m'humiex qaraboċċ naf li hawn ministri, m'hux il-Ministru li għandna quddiemna, li jsemmu l-miljuni qisu ma ġara xejn - għaliex it-Terminal 2 tal-Freeport ħaj daqshekk huwa stmat li jiswa, li se jmorru f'kuntratt li ngħata lokalment għalkemm parti kbira minnu se jintnefaq barra minn Malta.", "U dan il-kuntratt huwa marbut mal-kumpannija Kalaxlokk għaliex min ħadu kellu jutilizza n-nies ta' Kalaxlokk.", "Kienet kondizzjoni fil-kuntratt u għaldaqsant jien ngħid li Kalaxlokk hija kumpannija importanti fiha nnifisha.", "Hemm 500 ruħ fuq il-kotba tagħha - ħalli ma ngħidx tħaddem 500 ruħ għaliex biex tħaddem irid ikollok ix-xogħol - dawn in-nies għandhom il- familji tagħhom u bl-expenditure tagħhom iħaddmu lil ħaddieħor u kien imperattiv li jkun hemm xogħol għalihom u l-Korporazzjoni għamlet sewwa li fil-kuntratt rabtet li min jieħu l-kuntratt għall-estensjoni tal-parti lokali tat-Terminal 2, jiġifieri meta taqta' l-makkinarju, jrid jutilizza ħaddiema minn Kalaxlokk.", "Allura kif din il-kumpannija daqstant ċentrali ma tidher imkien b'xi kumment la fid-dħul għall-Estimi qabel il-Voti fejn ikun hemm ftit kitba fuq il-għoti speċifiċi - għalkemm hemmhekk ma tantx jista' jkun hemm kliem - u lanqas fl-Economic Survey?", "Daqskemm hemm kliem fl- Economic Survey!", "Ma nafx x'ma qalux, imbagħad fuq Kalaxlokk ma sabu ħin jgħidu xejn u kien importanti li jingħad u llum huwa importanti li jingħad fil-kontest ta' dan il-kuntratt tal-Freeport għaliex il-kuntratt tal- Freeport għadni s'issa m'iniex sodisfatt bit-tweġibiet li ngħataw.", "M'hemmx għalfejn noqgħod nirrepeti - u lanqas għandi ħin biex nirrepeti - il-preokkupazzjoni ta' l-Oppożizzjoni u ta' oħrajn li l-kuntratt għal Terminal 2 tal-Freeport ma ngħatax tajjeb, imma mhux se noqgħod nidħol fid- dettal biex nispjega għaliex ma ngħatax tajjeb.", "Issa mhux qegħdin niddiskutu l-Ministeru tal-Finanzi, imma meta qegħdin niddiskutu l- Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi li hu responsabbli direttament mill- Freeport, bilfors irrid nenfasizza dan il-punt.", "Din is-sena m'iniex se noqgħod nitkellem fuq iċ-Chairman, li jista' jkun li ġie attakkat inġustament ukoll u forsi jien l-ewwel wieħed tajtu tort għax irreferejt ċerta kritika għalih meta forsi kellha tiġi rreferuta lejn ħaddieħor.", "Lanqas se noqgħod nitkellem fuq l-uffiċji tal-Freeport u fuq il-cargo għax tkellimna dwarhom is-sena l-oħra u m'hemmx għalfejn wieħed jerġa' jsemmihom, imma se nitkellem fuq il-qagħda tal-lum wara li ngħata l- kuntratt.", "Aħna għamilna l-kumment - fost il-ħafna kummenti li għamilna - li ma kienx sewwa u kien stramb li l-MIMCOL, kważi sena ilu, bdiet tinnegozja biex titrasferixxi lil Kalaxlokk speċifikament mal-kumpannija NOVITA.", "Għidna li dan ma kienx sewwa anzi mingħalina li kien laħaq sar ftehim mal-kumpannija NOVITA għalkemm ma ġiex konkluż.", "Mr Chairman, meta għamilna dak il-kumment, minflok weġibna l-Ministru responsabbli, weġibna l-Ministru tal-Finanzi f'intervent li għamel kważi ħmistax ilu bi tweġiba għal diskors li kont għamilt jien waqt stqarrija li konna ħriġna jiena u sieħbi l-Onor.", "Alfred Sant.", "Il-Ministru qal hekk:", "\"Jiena nista' ngħid li veru li kien hemm dawn il-kuntatti, pero' meta sirna nafu bihom dawn twaqqfu.\".", "Jiena nistieden lill-Ministru biex jikkonforta lil din il-Kamra u lill- poplu li s-suspetti li għandu jista' jneħħihom, għax jiena ma rridx ikolli suspetti jekk kemm-il darba m'hemmx bażi għalihom imma s'issa l-bażi għas- suspetti hemmhekk għadha għax nafu li kuntatti saru, il-ftehim kien kważi sar sena ilu u mbagħad jidħol fix-xena l-Ministru tal-Finanzi b'dikjarazzjonijiet pubbliċi u mhux l-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi biex iwieġeb.", "Imbagħad għandna l-aħħar punt.", "Fil-fatt min hija l-kumpannija li ħadet il-kuntratt?", "Hija proprju n-NOVITA, il-kumpannija li kienet bdiet tippożizzjona lilha nnifisha sena ilu biex tixtri l-kumpannija ta' Kalaxlokk u allura bilfors kienet taf li kienet se tkun il-pern fl-għoti ta' dan il-kuntratt għal Terminal 2.", "Qabel ma l-Ministru jweġibni - naf li għandu spirtu pront u persważ li jweġibni - nikkonsiljah li jiddelibera ħafna fuq dak li se jgħid għax jista' jkun hemm affarijiet li mhux qegħdin fil-Ministeru tiegħu imma qegħdin barra mill-Ministeru tiegħu.", "Sadanittant l-aħħar punt li rrid nagħmel fuq il-kwestjoni tal-Freeport huwa dan.", "Jista' l-Ministru jgħid lil din il-Kamra jekk quddiemu issa għandux xi offerti ta' riżenji mill-Adjudicating Committee, jiġifieri l- kumitat li kien imqabbad mill-Freeport Corporation biex jgħarbel u jiżen l- offerti li ntefgħu għax-xogħol lokali ta' Lm50 miljun fuq Terminal 2, u jekk għandux xi riżenji mill-Bord tad-Diretturi tal-Freeport Corporation?", "Għaliex qed nagħmel din id-domanda, Mr Chairman?", "Qed nistaqsi hekk għax sew l-Adjudicating Committee kif ukoll id-Diretturi tal-Bord tal-Freeport Corporation ma kenux jaqblu li l-kuntratt jingħata lill-kumpannija NOVITA.", "Dawn għamlu ħames xhur jgħarblu l-offerti li kellhom quddiemhom, qiesu kollox bl-iżjed mod tekniku skond kif dehru fil-kuntratti li ħarġu quddiemhom, jidhru li daħlu fil-fond u użaw techniques li huma aċċettati mill-accountants - dik hija parti mill-accounting practice u f'tender m'hemmx għalfejn toqgħod tgħid li tkun se tuża dawk it-techniques; jekk toħroġ tender biex xi ħadd jissuplixxik bil-larinġ m'hemmx għalfejn toqgħod tgħid li se tiċċekja li l-larinġ ma jkunx imqadded għax il-larinġ għandu jkun tajjeb; fl-accounting hemm tekniċi li jġibu kollox fuq bażi waħda ta' prezz u li jużaw it-techniques tagħhom mingħajr ma joqogħdu jgħidu li se jużawhom - u għamlu x-xogħol tagħhom u għażlu kumpannija li m'hijiex in- NOVITA.", "Jien ma jimpurtanix min hi din il-kumpannija għax m'għandi xejn la għal dik il-kumpannija u lanqas għal ħadd.", "Dawn imbagħad ġew taħt l- iskrutinju - kif kellhom jiġu skond il-liġi - tal-Contracts Committee fil- Ministeru tal-Finanzi li qalbilhom id-deċiżjoni.", "X'qalu d-Diretturi meta d- deċiżjoni ġiet riferuta lil Freeport Corporation?", "Qalu li huma għadhom tal- fehma li t-tender kellha tingħata lill-kumpannija li kienet għażlet l- Adjudicating Committee u magħha qabel il-Bord tad-Diretturi imma se jbaxxu rashom għax hekk obbligati li jagħmlu bil-liġi għad-deċiżjoni tal-Contracts Committee.", "Mela għandna qagħda ċara li l-Freeport Corporation ġiet overruled u wara li ġiet overruled ma qalitx: Isma kellna żball.", "Ma qalitx wara riflessjoni: Iva, għandu raġun il-Contracts Committee.", "Qalet: Inħossu li kellna raġun aħna, imma se noqogħdu għad-deċiżjoni għax hekk obbligati nagħmlu.", "Għaldaqstant meta l-Prim Ministru nhar is-Sibt semma dan il-punt u stieden lill-Oppożizzjoni biex iġibu kemm iridu esperti ħalli jaraw kif saru l-affarijiet, jiena minn hawnhekk ngħid li m'hemmx għalfejn inġibu esperti għax il-Freeport Corporation kellha l-esperti tagħha stess, kellha l-Adjudicating Committee - li ġejna assigurati li kien magħmul minn esperti - u mbagħad il-Bord tad-Diretturi tal-Freeport Corporation irreveda dak li għamel l-Adjudicating Board.", "Mela l-Gvern stess kellu żewġ teams ta' esperti li ħadu deċiżjoni lil min għandu jingħata l-kuntratt, imma mbagħad dak il-kuntratt ma ngħatax lil min iddeċidew huma imma ngħata lil kumpannija li 11-il xahar ilu kienet qed timmanuvra - u nuża l-kelma b'mod meqjuż - biex tiġi f'qagħda vantaġġjuża billi tixtri hi l-kumpannija tan- NOVITA.", "U kien hemmhekk li imbagħad twaqqfet.", "U għaliex twaqqfet?", "Twaqqfet għaliex jiena kont ktibt artiklu fil-kolonna tiegħi f'\"The Sunday Times\" fejn irrivelajt x'kien qed jiġri - kont tkellimt wara l-kwinti wkoll - u għidt lil xi ħadd min-naħa l-oħra li dawn l-affarijiet m'għandhomx isiru.", "Għalhekk twaqfet, Mr Chairman, u dan il-fatt irrid nirreġistrah.", "U jiena nistieden lill-Ministru - naf li m'għandux ħin jidħol fid-dettalji kollha - sabiex għallinqas jgħidilna jekk kemm-il darba l-Bord tal-Freeport offriex li jirriżenja fil-kontest li ġie sfiduċjat mill- Contracts Committee u wara riflessjoni fil-kuxjenza tiegħu l-Bord ħass li ma kellux għaliex jiġi sfiduċjat għaliex baqa' jsostni li d-deċiżjoni tiegħu hija valida.", "Il-ħin itir u ma tantx hemm lok li wieħed joqgħod jidħol fl-investimenti kollha tal-Gvern imma ħalli nidħol fil-qosor f'xi ftit investimenti tal- Gvern fil-qasam bankarju.", "Dan il-Gvern għandu domma li jrid jimxi biha - m'hux twemmin għaliex twemmin kulħadd ikollu - li tmur 'il hinn mit-twemmin għaliex ma tagħraf l-ebda dubju, ma tagħraf l-ebda possibilita' li tinbidel u dan il-Gvern daħal bid-domma li l-kumpanniji li hemm li huma tal-poplu kollu jrid jipprivatiżżahom.", "Huwa kellu din id-domma, imbagħad il-fatt li jrid jersaq lejn l-Unjoni Ewropea kompla ġabu f'sitwazzjoni fejn id-domma tiegħu bilfors irid jimplimentaha.", "Din is-sena fl-Estimi għandna li biċċa minn dan il-Ministeru se tkompli tiġi żarmata - il-Ministru stess irid hekk, jiġifieri m'hux xi ħadd qed jeħodlu xi ħaġa - għaliex se jinbiegħu b'madwar Lm16 miljun ishma.", "Jiena ma naqbilx li dan isir m'hux għaliex irrid li l-Istat ikun is-sid ta' affarijiet kummerċjali - l-Istat m'għandux ikun is-sid ta' affarijiet kummerċjali jekk kemm-il darba m'hemmx interess pubbliku għoli bħal qgħad fil-pajjiż jew xi sitwazzjoni oħra jew inkella jekk kemm-il darba ma nkunux qegħdin nitkellmu fuq public utilities fejn allura l-interess kummerċjali irid jiġi mbenġel mill-interess iktar wiesa' nazzjonali - imma ġaladarba dawn il-kumpanniji qegħdin f'idejn l-Istat għalfejn din id-domma li bilfors irid ibiegħhom?", "Għalfejn ma jmurx għal sistema fejn iqiegħed ir-running tagħhom fuq bażi indipendenti mingħajr ma jitlef l-ownership eżistenti?", "Għaliex ma jmurx fuq sistema fejn jinkoraġġixxi li jkun hemm kompetizzjoni u jgħarraf lil min irid jinvesti li jekk ikun serju se jħallih jiftaħ banek oħra in competition ma' dawk li diġa' jeżistu, imma sadanittant dak li qiegħed hemmhekk u qiegħed jirrendi b'mod tajjeb lill-Gvern ma jitilqux min idejh?", "Għaliex jekk jitilqu minn idejh, x'se jiġri, Mr Chairman?", "Se jiġri bħalma ġara fil-passat.", "Nafu li kull sehem li biegħ sa issa l-Gvern fit-tliet banek fejn kellu l-ishma instab li biegħu bl-irħis - ma rridx nattribwixxi motivi ħżiena għaliex żgur li ma kienx hemm motivi ħżiena, u faċli wara li l-għasfur ikun sar ajkla tgħid kemm kien se jkun sabiħ, imma aħna m'hux hekk qed nagħmlu.", "We are not being wise after the event.", "Aħna nafu li dawn l-ishma għandhom gowth potential u allura huwa żball li l-Gvern ibiegħhom lil ftit nies, huma min huma, għax għandhom dritt jixtru - u permezz ta' hekk iċaħħad lill-poplu kollu mill-introjtu li jkollu minn dawk l-ishma.", "Dawn m'għandhomx ikunu affarijiet ta' domma.", "Ladarba qegħdin nitkellmu fuq dan is-settur u waqt li dawn l-ishma għadhom ma nbiegħux, jiena ridt nistaqsi lill-Ministru x'inhu jagħmel mingħajr ma jindaħal fir-running tal-banek - għaliex m'għandux jindaħal fid- day-to-day running u naf li l-Ministru preżenti ma joqogħdx jindaħal - sabiex dawn jimxu fuq policy iktar orjentata lejn id-diċenza.", "Kulħadd jaf il-livell tal-profitti tal-banek u kulħadd jaf li dan huwa livell ta' profitti li f'kontest iktar kompettittiv ma kienx jintlaħaq - u kontest iktar kompettittiv ma jiġix billi jidħlu banek oħra.", "Hemm erba' banek u tnejn sussidjarji tagħhom li jisilfu għat-tul u l-kompetizzjoni għandha tinħass minn issa.", "X'inhu jsir biex wieħed jassigura li sew id-depożitur kif ukoll min jissellef jieħu trattament aħjar milli qed jieħu - m'hux fis- sens li qed jittrattawh ħażin, m'hux fi-sens li qegħdin jattakkaw lin-nies jew jagħmlu xi ħaġa li m'għandhomx jagħmluha - fis-sens li l-imgħax li jieħu d-depożitur, la hemm daqstant profitti xi jsiru, ikun ftit aħjar u l- imgħax li jħallas min jissellef ikun ftit inqas tqil.", "X'inhu jagħmel biex wieħed jara li dawn l-istituzzjonijiet - li l-kapital tagħhom ikun minimu relattivament għall-kapital li jqiegħed għandhom id-depożitur biex jaħdmu bih - jagħtu a fairer deal lil kull min imiss magħhom?", "Waqt li qed nitkellmu fuq il-banek huwa interessanti li bħalissa erġajna qegħdin naqraw ħafna fuq x'kien sar fin-National Bank group 20 sena ilu.", "Jien f'dan il-Parlament 10 snin ilu għamilt statement iddettaljat u jiena dak l-istatement I stand by it u meta jkun hemm bżonn nirrepeti, imma llum irrid ngħid biss lill-Ministru li għandu jara li d-dokumenti kollha li għandhom x'jaqsmu man-National Bank, qabel ma nqalgħet il-kriżi ta' Diċembru 1973, jibqgħu hemmhekk fil-vaults tal-Bank of Valletta flimkien mar-rapporti ta' l-awdituri li saru dak iż-żmien u r-rapporti tal-bank inspections li saru.", "Ir-rapporti dwar il-qagħda finanzjarja li kien hemm hemmhekk għandhom jibqgħu hemmhekk ħalli meta jiġi xi ħadd biex jinvestiga tassew jinkixef kemm qed jingħad gideb, kemm qed isiru akkużi li mhux f'posthom u jinkixef f'liema stat miskin kien dak il-Bank li ma kienx dehen li jissejjaħ bank!", "Ngħid din biss.", "Issemma Louis Galea, l-ex-local Director ta' Barclays Bank, persuna venerata fis-settur bankarju li għadu ħaj u mimli bis-saħħa.", "Dak il-bniedem meta jien, hu u oħrajn dħalna fil- boardroom ta' dak li kien Scicluna's Bank biex nitkellmu man-nies f'nofs Diċembru ta' l-1973, il-kumment tiegħu kien jekk dan kienx bank jew le għax il-prattika bankarja hemmhekk kienet massakrata - jekk qatt kienet twieldet kienet massakrata, mhux abortita.", "Jien ninsisti li nirreġistra dan il-punt ħalli l-Ministru bħala nutar li jaf xi jfissru records professjonali jesiġi - u naf li jagħmel hekk - illi dawk ir-records ħadd ma jmisshom.", "Waqt li qed nitkellmu fuq il-banek ...", "(Interruzzjonijiet) Naf li qegħdin hemmhekk.", "Il-Ministru qed jgħidli \"jekk qegħdin hemmhekk\".", "Jien naċċertah li dawk ir-records hemm għandhom ikunu.", "M'iniex qed nimplika li l-Ministru ma jridhomx jibqgħu hemmhekk.", "Qed ngħidlu biex jara - ġaladarba issa ġejja gwerra ġdida fuqha din - li dawk ir-records ikunu hemm għax l-iżjed ħaġa li titkellem elokwentement huma r-records li jirriflettu x'kienu qed jgħidu l-awdituri barranin dwar il-qagħda tal-bank dak iż-żmien.", "Qed ngħid hekk għax sfortunatament jekk ir-records ma jkunux hemmhekk ...", "Diġa' mietu diversi nies, diġa' telqu oħrajn, diġa' xjaħu ħafna, bħalma qed nixjieħ jien u m'għadnix niftakar id-dettalji kollha.", "GĦandna l-ex-Prim Ministru Mintoff li ma xjaħx, jiftakar kollox imma jagħżel li ma jitkellimx - u ma nagħtihx tort - meta jara l-affarijiet sfaċċati li qed jinkitbu.", "Mela ejja nħallu r-records jitkellmu.", "Dwar il-Mid-Med Bank jekk xi ħadd irid jagħmel inkjesta oħra jien naħseb li hemm lok fejn issir inkjesta oħra.", "Xi erba' snin ilu kien sar arranġament ta' akkomodazzjoni mill-Mid-Med Bank ma' kumpannija ta' wieħed mill-ex-Diretturi tan-National Bank - li llum qiegħed iħambaq ħafna - fejn dan mar tajjeb ħafna u aħna konna kritikajnieh fil-beraħ.", "Dak inhar jien kont għidt u l-ġurnal \"Il-Ħelsien\" kien qal illi there is something fishy about this arrangement.", "Hemm xi ħaġa tinten dwar dan l-arranġament li tawh.", "Iċ-Chairman ta' dak iż-żmien, l-ex-Imħallef Riccardo Farrugia - u nsemmih għax huwa figura pubblika - kien qal li m'hemm xejn jinten u jirriżerva d-dritt li jieħu l-passi legali li għandu jieħu.", "Għaddew erba' snin u għadu ma ħa l-ebda passi.", "Jien ngħid li dik hija xi ħaġa li għandha tiġi nvestigata.", "Jien ngħid li kieku l-Bambin, fl-għerf tiegħu, iġib xi bidliet f'dan il-pajjiż ma noqgħodx ngħid li ninvestigaw ħafna affarijiet, imma dak huwa punt li żgur ninvestigawh.", "Qabel nagħlaq irrid nagħmel żewġ punti oħra.", "Fost l-investimenti li jaqgħu taħt dan il-Ministeru hemm il-proġett ta' Chambray u għaddew sentejn milli din il-Kamra lejlet il-Milied, proprju f'dan l-istadju, kienet għaddiet Riżoluzzjoni f'kontest kontroversjali dwar għoti kontroversjali ħafna ta' biċċa art prima f'Għawdex lill-kumpannija barranija.", "Illum jien irrid nistaqsi: X'sar minnu dak il-proġett?", "X'jirriżulta lill-Ministru mix-shareholders li l-Gvern, kontra l-pariri li ngħata, għażel li jidħol magħhom?", "X'inhi l-qagħda attwali llum?", "Għadhom l-istess shareholders jew inkella x-shareholding inbidel?", "F'liema stadju wasal dak il-proġett?", "X'azzjoni ħa l-Gvern meta rriżulta b'konferma minn barra - mhux minn hawn Malta - li promoturi ewlenin wara dak il-proġett kellhom konnessjonijiet fl- Italja u f'postijiet oħra li żgur il-Gvern tal-lum jaqsam ma' l- Oppożizzjoni r-rieda li m'għandniex inħallu dawk il-konnessjonijiet jidħlu f'artna?", "Nixtieq li l-Ministru, jekk ikollu ċ-ċans, iwieġeb għal dan.", "Issa ħalli ngħaddi għall-aħħar punt.", "Taħt dan id-dekasteru taqa' xi ħaġa li kienet tajba u għadha tajba.", "Din hija l-Middle Sea Insurance Company Limited.", "Din il-kumpannija issa ntefgħet iżjed - u m'għandux għalfejn ma jkunx hekk - fil-qasam tal-kompetizzjoni, qiegħda taffaċċja ċ- challenges li għandha b'mod rigoruż u b'mod pożittiv u issa daħlet ukoll fil-qasam ta' l-insurance.", "Jien naf li hawn min qed jiddejjaq għax il- Middle Sea Insurance qed twessa' l-attivita' tagħha, għax issieħbet mal- Bank of Valletta u ma' - proporzjon żgħir minnha - kumpannija Ġermaniża biex għamlu kumpannija speċjalizzata fuq il-life insurance fis-suq Malti.", "Jien ma niddejjaqx għaliex għandna żewġ kumpanniji ewlenin Maltin li qegħdin jagħmlu marketing għax jekk ma jkunx hemm huma jkun hemm kumpanniji barranin.", "Għaliex m'għandux ikun hemm attentat biex in-negozju ta' Malta jittieħed minn kumpanniji Maltin f'kontest kompetittiv b'mod tajjeb?", "Jien irrid ngħid lill-Ministru li għandu jieħu l-opportunita' biex jara li veru jkun hawn kompetizzjoni.", "Dan ifisser li meta llum għandna s-sitwazzjoni li dak li jkun jista' jinvesti barra Lm2,500 sa l-aħħar ta' din is-sena u Lm5,000 mis-sena d-dieħla - dejjem ras għal ras u kull min għandu iżjed minn 18-il sena - x'inhi din li f'dak l-investiment ma tistax tagħżel li tixtri policy ta' life insurance barranija?", "Jekk jiġri hekk u jekk il-Bank Ċentrali jiġi ggwidat biex ikun iktar flessibbli fl-interpretazzjoni tiegħu, dawk l-aġenti lokali li qed iħossuhom milqutin għax il-Middle Sea Insurance daħlet fil-bank assurance flimkien mal-Bank of Valletta ma jkollhomx daqstant bażi fuqhiex igergru.", "Dawn kienu huma stess li riedu l- liberalizzazzjoni ta' l-insurance hawn Malta u l-liberalizzazzjoni ġġib magħha ċaqliq li misshom antiċipawh u allura sewwa għamlet il-Middle Sea li ġabet dan iċ-ċaqliq u daħlet fil-life insurance.", "Issa biex inkunu ċari ngħid li dawn m'għandhomx għalfejn igergru.", "It-tieni nett to the extent li huma milqutin għandhom jingħataw iċ-ċans li jkunu jistgħu jikkompetu bil- prodotti tal-kumpannija tagħhom f'kompetizzjoni mal-Middle Sea u dan jista' jisr jekk kemm-il darba jkun hemm understanding li parti mill- allowance ta' dak li jkun li jista' jinvesti barra mill-pajjiż, tista' tmur fuq life policy jew inkella insurance policy, tkun xi tkun il-waħda li jagħżel hu.", "Hawn ħafna xi tgħid fuq dan il-Ministeru.", "Fil-fatt sħabi qalu ħafna affarijiet u kellhom affarijiet oħra xi jgħidu imma jien ikolli nieqaf hawnhekk.", "L-aħħar punt tiegħi hu li dan il-Ministeru huwa wieħed mill- iżjed importanti - forsi dan jaqsam l-importanza tiegħu mal-Ministeru tal- Finanzi - sew fit-turiżmu u sew fl-industrija għax għandu biċċa xogħol enormi x'jagħmel u għandu l-problemi tiegħu, imma għandu potenzjal.", "Ma jista' jkollok xejn mingħajr problemi u kull potenzjal trid tisfruttah b'mod li l-problemi tiffaċċahom u tittekiljahom fil-ħin propizju.", "Imbagħad għandu dawn l-investimenti tal-poplu.", "F'dawn l-affarijiet għandu jkun hemm l-interess nazzjonali u m'għandux ikun hemm id-domma.", "Id-domma l-aħjar li nħalluha fil-qasam tal-fidi, imma fil-qasam tal-politika u ta' l-ekonomija - oqsma li jimpinġu fuq il-qasam soċjali - dak li għandna nagħmlu, għandna nagħmluh dejjem fl-aħjar interess tal-pajjiż u dejjem b'mod li jirrendi iżjed għall-pajjiż, u mhux għax ikollna xi domma politika, bħalma wisq nibża' li għandu l-Gvern f'dan ir-rigward.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-ħin li fadal huwa għad-dispożizzjoni tal-Gvern.", "L-Onor.", "Joe Psaila Savona.", "ONOR.", "JOSEPH PSAILA SAVONA (Segretarju Parlamentari): Sur President, nistqarr minnufih li l-Oppożizzjoni poġġitni f'dilemma, għax filwaqt li llum smajna kritika fuq l-industrija tat-turiżmu qishom għaddejjin l-erbat iżwiemel ta' l-apokalissi bħallikieku kollox sejjer ħażin, niftakar pero' li l-ġimgħa l-oħra l-Kap ta' l-Oppożizzjoni poġġa l-industrija tat-turismu bħala l-makna li qed tmexxi l-pajjiż, anzi l-unika makna, għax qal li l- oħrajn huma kważi mitfija.", "Ma nistax nifhem kif jista' jkollok makna tmexxi lill-pajjjiż li tkun dgħajfa kif iddeskriviha l-Membru ta' l- Oppożizzjoni llum.", "Imma min-naħa l-oħra forsi ma tistax toqgħod fuq dak li jgħid il-Kap ta' l-Oppożizzjoni - hawn qed niftakar fuq dak id-dokument li kien poġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Dak il-ħin jien kont għidt x'se jpoġġi - u fil-fatt kien poġġa l-P.A. Cambridge Report li llum il-ġurnata jissemma biss għax irid jintesa - fil-fatt għadda żmienu għax għaddew ħames snin minn fuqu.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni kien qal li l-Gvern mhux qed jikkontribwixxi għall-iżvilupp tat-turiżmu.", "Issa la għadda ż-żmien nistgħu ngħidu kif kien l-iżvilupp u nsemmu l-kontribut li ta l-Gvern fl- 1985 li kien ta' Lm150,000 u llum il-ġurnata tela' għal Lm2.8 miljun.", "Allura jiena ma nistax nifhem kif il-Kap ta' l-Oppożizzjoni jkollu l-wiċċ għid li l-Gvern mhux qed jikkontribwixxi għall-iżvilupp tat-turiżmu.", "Dan hu li qed jieħu s-settur turistiku llum il-ġurnata min-naħa tal-Gvern u ma hemm ebda żieda mill-kontributuri l-oħra.", "II-kontribuzzjonijiet li jieħu s- settur turistiku jiġu mill-qasam tal-Gvern, mill-Air Malta u mis-settur privat.", "Filwaqt li l-kontribut ta' l-Air Malta u tas-settur privat baqa' dak li kien fl-1985, jiġifieri Lm200,000, llum il-kontribut tal-Gvern għal dan is-settur żdied għal Lm2.8 miljun minn Lm150,000 fl-1985 u Lm400,000 fl- 1986.", "Nixtieq issa niġi għal dak li qal il-ħabib tiegħi, l-Onor.", "Leo Brincat, fuq il-kumment li kont għamilt fl-editorjal ta' l-MHRA fejn iddeskrivejt is-sitwazzjoni turistika ta' Malta bħaż-Żejtun wara r-rebħa elettorali ta' l-1987.", "X'ridt ngħid biha dak iż-żmien?", "Jien ridt ngħid li mhux kollox kien sew fiż-Żejtun fit-tmenijiet meta ntrebħet l-elezzjoni mill-Partit Nazzjonalista fl-1987 u għidt li kienet waqgħet kalma fuq iż-Żejtun, għalkemm l-affarijiet ħżiena li kien hemm baqgħu hemm.", "Kollox kien għadu pero' jbaqbaq minn taħt - illum hija storja totalment differenti, pero' jien xtaqt insemmi dak iż-żmien.", "U l-istess qed jiġri fis-settur turistiku.", "Is-settur turistiku għandu d-don li kulħadd jitkellem tajjeb fuqu għax iġib ħafna flus u kulħadd jgħid li dan huwa tajjeb, hemm ħafna hotels sbieħ, eċċ., u allura kollox jidher pożittiv u sabih.", "Imma l- problemi xorta hemm qegħdin u dan għadu kif qalu l-Onor.", "Lino Spiteri, li l-potenzjal ikun hemm, is-saħħa tkun hemm imma jkun hemm ukoll il-problemi.", "Dan li ridt infisser meta ġibt dik l-analoġija.", "Jien xtaqt li l-Onor.", "Leo Brincat qanqal affarijiet oħra minn dawk li semma.", "Huwa semma l-VAT.", "Din l-istorja smajniha over and over again.", "Illum il-metodu tal-kritika ta' l-Oppożizzjoni hija bbażata fuq affarijiet ta' suspetti, bħall-hearsay, x'qalulu l-lukandieri, fuq xiex qed igorru u kien qed jiskanta kif l-assoċjazzjonijiet l-oħra ma qalu xejn kontra l-VAT imma baqgħu jgorru minn wara dahrna, eċċ. Il-kritika ta' l-Oppożizzjoni kollha qiegħda bbażata fuq dan kollu, imbagħad jiżirgħu d-dubju u jibdew jgħidu li kollox huwa ħażin għax forsi ma jkunx hemm x'juri l-kuntrarju.", "Ħalli issa naraw il-veru strateġija tat-turiżmu, fejn irridu naslu u xi rridu nagħmlu biex naslu fejn irridu.", "Dan ma nistgħux narawh jekk mhux f'kontest ta' x'qiegħed isir fid-dinja ta' madwarna.", "Mill-1980 'l hawn kien hawn ċertu żvilupp fis-safar internazzjonali tant li kien hemm splużjoni, forsi minħabba l-progress teknoloġiku li sar fit- trasport jew fit-telekomunikazzjonijiet.", "Filwaqt li fl-1950 kienu jsiefru 25 miljun persuna, illum il-ġurnata fl-1993/94 hemm 500 miljun u fis-seklu li ġej se naslu għal 937 miljun, jiġifieri minn 25 miljun se naslu għal kważi 1,000 miljun.", "L-istess ħaġa fuq id-dħul, filwaqt li fl-1950 fil-kamp internazzjonali kienu jiġu ġġenerati US$ 2 biljun, illum il-ġurnata dawn telgħu għal US$ 304 biljun u Alla biss jaf kemm irid jiżdied dan l-introjtu fis-seklu li ġej.", "Fil-kamp internazzjonali dan l-iżvilupp sar b'mod mgħaġġel imma bla brejkijiet, bla pjan u xi kultant b'mod żbaljat u kien hemm ċerti pajjiżi li batew ħafna minħabba fih.", "Hawn Malta ma nistgħux ngħidu li konna bla brejkijiet jew bla pjan, għax konna bil-għaqal biżżejjed billi dawn ħsibna għalihom, imma li kien mgħaġġel m'hemm l-ebda dubbju.", "Kien mgħaġġel għax f'din l-isfera kien hemm is-setturi kollha ta' din l-industrija fejn l-investiment, il-management, il-marketing u t-trasport kien kollu f'idejn il-Maltin, għax bnewh hawn Malta u ffinanzjawh il-Maltin.", "GĦaldaqstant f'dan is-settur konna rajna f'idejna u allura approfittajna ruħna minn dak li kien qed jiġri fil-kamp internazzjonali, minn dan in-knowhow u mill-investimenti li kellna minn pajjiżna stess.", "Tul dawn l-aħħar snin kien hemm żvilupp mgħaġġel fis- settur turistiku, kif kien hemm anke qabel, imma filwaqt li fis-seba' snin ta' qabel l-1986 kien hemm żvilupp erratiku, fejn kien ikollna sena tajba imbagħad ta' warajha tkun ħażina, f'dawn l-aħħar seba' snin minn sena għall- oħra rajna regolarment żieda ta' 7%.", "U hawn naraw x'ġabet magħha din iż- żieda li qegħda timxi skond pjan regolari u lest minn qabel.", "Jien tajt dawn iċ-charts li qed naqra minn fuqhom lill-Membri ta' l-Oppożizzjoni u lill-Ministru konċernat, li fihom naraw li kien hemm żvilupp fenomenali fl- employment, fejn illum il-ġurnata l-industrija turistika qed tħaddem 'il fuq minn 9,000 persuna, meta fl-1986 kien hemm inqas minn 6,000.", "L-istess ħaġa ngħid għal dak li huwa dħul f'pajjiżna.", "L-Onor.", "Leo Brincat qal li skond iċ-ċifri m'aħniex qegħdin niżdiedu, imma mbagħad qal li ma żidniex daqskemm żidna s-sena l-oħra.", "Jiena nbaxxi rasi għal din il-kritika għax jekk toqgħod tkejjilna u toqgħod tgħid li bejnietna wieħed mhux tajjeb daqs l-ieħor jew li xi sena ma kenitx tajba daqs oħra jista' jkun li xi kull tant wieħed isib xi jgħid.", "Imma meta tara li d-dħul li kien hemm mill-1986 għal dak li kien is-sena l-oħra jew dak li qed nissoponi li se jkun din is-sena tara li hemm qabża fenominali.", "Il-Kap ta' l-Opożizzjoni qal li din hija daqsxejn falza għax dak li kien qed jiġi ddikjarat is-snin ta' qabel ma kienx qed jidħol u issa daħal kollu f'sena waħda.", "Għalfejn se noqogħdu nfettqu u ngħidu f'liema sena daħal jekk hux fis-sena ta' qabel jew inkella f'din is-sena!", "Anke meta naraw id- differenza li hemm bejn is-sena l-oħra u din is-sena, naraw li filwaqt li fl-ewwel disa' xhur tas-sena l-oħra kien hemm Lm173 miljun, fl-ewwel disa' xhur ta' din is-sena lħaqna ċ-ċifra ta' Lm207 miljun.", "Forsi nistgħu nipproġettaw daqsxejn l-affarijiet għax jien ma nafx kemm se jaqilgħu sa l- aħħar ta' din is-sena.", "Filwaqt li s-sena l-oħra aħna qlajna dawk il- miljuni li qlajna, din is-sena qed jiġi pproġettat li se naqilgħu Lm260 miljun.", "Hekk qed jiġi pproġettat.", "Dan ifisser li per capita, ras għal ras se jqallagħna Lm216, li huwa ħafna iktar għoli mill-average Ewropew.", "Għal xiex qed ngħid dan?", "Qiegħed ngħid dan minħabba l-fatt li waqt li aħna nkunu qed nifformolaw policies għal quddiem fir-rigward tat-turiżmu dan inżommuh f'moħħna.", "Imma apparti li nżommu f'moħħna kemm qed ikollna dħul u kemm qed inħaddmu nies irridu wkoll naraw il-limitazzjonijiet fiżiċi ta' dan il-pajjiż.", "Ħafna mill-kritika li saret ġejja minħabba l-infrastruttura u jekk hux se nġibu ħafna jew ftit turisti.", "Aħna rridu nżommu f'moħħna li għandna ċerti limitazzjonijiet.", "Pajjiż żgħir għandu l-vantaġġi u l-izvantaġġi tiegħu.", "Wieħed mill-iżvantaġġi tagħna huwa li l-post huwa limitat.", "Hawnhekk naraw li għal kull kilometru kwadru għandna 1100 ruħ.", "U biex nagħmlu daqsxejn ta' paragun naraw li f'Corsica, gżira fil-viċin, hemm 32 ruħ kull kilometru kwadru.", "Aħna għandna 1100 ruħ u huma għandhom 32 ruħ.", "Ċipru hemm 77 ruħ għal kull kilometru kwadru.", "Sqallija hemm 183 ruħ għal kull kilometru kwadru.", "Ħaġa oħra - din iħobb jgħidha l-Ministru Bonello Du Puis - hija li għal kull disa' metri ta' triq għandna karozza.", "Għaliex qiegħed ngħid dan?", "Qiegħed ngħid dan għax filwaqt li fil-bidu meta konna għadna b'ċertu entużjażmu u konna nipprovaw inkabbru l-qawwa tat-turiżmu konna naraw biss il-lat ekonomiku, illum wasalna fi stat li rridu naraw anke l-impatt ambjentali u soċjali.", "Meta nqisu li aħna jkollna żieda ta' popolazzjoni ta' 17% f'Awissu u f'Lulju u ta' 9% tul ix-xhur l-oħra wieħed jibda jistaqsi jekk pajjiżna jiflaħx din iż-żieda.", "Jiena minnufih ngħid li għal Lulju u Awissu ma jistax ikun li jibqa' jkollna żieda ta' 17% tal- popolazzjoni tagħna, imma m'aħniex se noqogħdu ngħidu li l-infrastruttura ta' pajjiżna ma tiflaħx din iż-żieda.", "Tiflaħ għaliha din iż-żieda jew le?", "Irridu naraw.", "Irridu naraw ukoll jekk f'pajjiż li għandu kważi full employment huwiex tajjeb li nkomplu nkabbru din l-industrija tat-turiżmu biex noħolqu iktar impiegi.", "Jekk għandna kważi full employment għalfejn se noqogħdu nżidu din l-industrija biex noħolqu iktar impiegi?", "Il-poplu Malti qiegħed jieħu gost li qed jiġu iktar turisti lejn Malta?", "Qiegħda tirbaħ il-kultura Maltija li jkun hawn dan it-turiżmu kollu?", "Dan it- turiżmu qiegħed ibiddel il-mod kif qegħdin ngħixu aħna l-Maltin?", "Dan it- turiżmu qiegħed ikun ta' rovina għal xi setturi li jkunu vulnerabbli?", "Hawnhekk qed nirreferi għal ċerti gruppi ta' nies li jirrendu ruħhom midħla tad-drogi u affarijiet oħra.", "Sur President, kif diġa' għidt, ir-risposta tiegħi għal dan hija li fis- sajf żgur li rridu nikkontrollaw, jekk mhux innaqsu, in-numru ta' turisti li jiġu hawn Malta imma fil-bqija tas-sena nħoss li għad hemm lok fejn niżvolġu t-turismu tagħna.", "Irridu nibdew nitkellmu b'mod differenti u naqtgħuha li nitkellmu, kif jagħmlu ħafna mill-Membri, fuq kemm jiġu turisti.", "Il-viżjoni tiegħi - illum il-ġurnata aħna nitkellmu fuq viżjoni u n-naħa l-oħra jitkellmu fuq suspetti - hija li jekk jista' jkun f'dan il- pajjiż għandu jkollna ntrojtu kbir b'inqas numru ta' turisti, b'inqas impatt soċjali u b'inqas impatt ambjentali.", "Irridu nidew nitkellmu fuq guest-nights.", "X'jiswa li jkollok miljun turist li joqogħdu ġurnata waħda?", "Dan huwa l-iżball tal-kollega tiegħi l-Onor.", "Leo Brincat għax qal li m'għamilniex xi qabża fenomenali fil-guest-nights din is-sena għax jekk timmoltiplika n-numru ta' turisti li ġew by 9 ...", "Ma nafx minn fejn ġab dan in-9 għax mill-istatistika li toħroġ l-average huwa ta' 11 u tant huwa seasonal li ma tistax taqbad u tagħmel moltiplikazzjoni kif qed jgħid hu.", "F'ċerti ġranet fis-sajf jiġu nies li joqgħodulek 15-il ġurnata filwaqt li fi staġuni oħra, fix-shoulder u l-winter months joqogħdulek ħafna inqas.", "Irridu naraw hux qed jirnexxilna naslu għal dan il-goal li qed ngħid jiena mid-diversifikazzjoni kemm fit-tul tax-xhur li qegħdin joqogħdu ...", "(Interruzzjonijiet) Jekk tħares lejn waħda miċ-charts li ppreżentajtlek tara li dan qed jirnexxilna u li dejjem kull xahar żidna n-numru ta' turisti.", "Imma filwaqt li fix-xhur importanti bħal Jannar, Frar u Marzu żdidna b'14%, 15% u 36%, f'Awissu żdidna b'1% biss.", "L-istess ħaġa naraw fin- numru ta' turisti li ġew fil-hotels u complexes.", "Aħna għidna wkoll li rridu ċertu turismu ta' kwalita' wkoll.", "Fl-1986 in-numru ta' accommodations fil-hotels kien ta' kważi 3 miljun.", "Fl-1993 dan in-numru żdied għal kważi 5 miljun.", "Hawn qed nitkellmu fuq akkommodazzjoni li hija differenti ħafna mill-akkommodazzjoni l-oħra regolari għax l-iktar numru baxx ta' akkomodazzjoni regolari minn 2.5 miljun tela' għal 3.5 miljun biss.", "Issa l-guest-nights totali għas-sena l-oħra kien ta' 11.5 miljun bed- nights.", "Mela naraw li l-qabża enormi kienet fil-hotels u l-complexes mhux fl-akkommodazzjoni iktar baxxa.", "Mr Chairman, ic-Chief Executive qal li kellna bżonn ngħollu l-livell li għandna u mhux inżidu iktar 5-star accommodation.", "Kien hemm bżonn li nżidu l-5-star accommodation għax ma jistax ikun li nġibu turist u ngħidulu li għandna prodott għoli mingħajr ma jkollna a 5-star accommodation fejn inpoġġuh.", "Allura kellna noħolqu l-5-star accommodation.", "Mela qegħdin nimxu eżattament kif qal iċ-Chief Executive.", "F'chart oħra li ppreżentajtlek issib li l-akkommodazzjoni kif kienet fl-1989 u kif qed niproġettaw li tkun fl-1995.", "Filwaqt li fil-holiday flats u fil-guest- houses se tinżel għax huma l-iktar settur baxx ta' l-akkommodazzjoni tagħna, f'dawk li huma iktar għoljin l-akkommodazzjoni qiegħda togħla.", "Anke fil-hotels innifishom qed niproġettaw li f'dawk il-hotels li huma 1- star u 2-star l-akkommodazzjoni tonqos.", "Fil-fatt naraw li l-hotels 2-star minn 19% suppost li jinżlu għal 17%.", "Imma mbagħad aħna ta' l-idea li l- hotels 3-star, 4-star u 5-star jogħlew 'il fuq.", "Dan ifisser li s-settur turistiku qed jimxi 'l quddiem, kif jaqblu ż-żewġ naħat tal-Kamra, u qiegħed jimxi skond pjan li pass pass miegħu qed naslu fejn irridu.", "L-Onor.", "Brincat staqsa wkoll xi domanda fuq is-settur Ingliż.", "Aħna m'aħniex qegħdin ngħidu li ma rridux turisti Ingliżi hawn Malta imma rridu dak it-tip ta' turist Ingliż li huwa daqsxejn differenti minn dak it-turist li qed jiġi.", "L-ikbar sfortuna kienet li l-kaċċa għall-miljun li kien jipprova jagħmel il-predeċessur tagħna qabel l-1986, li dejjem ried jilħaq dak il-mythical 1 miljun, daħħluna in a rut ta' ċertu tip ta' turiżmu li dan il-pajjiż ma jixraqlux.", "Kieku laħqu dak il-1 miljun kont nifhimha.", "Fil-fatt dan il-Gvern inqabad fiha li niġru wara dan il-l-miljun imma għallinqas il-predeċessur tiegħi laħqu l-1 miljun.", "Fl-1992 u fl-1993 ilħaqnih il-1 miljun.", "Issa wasalna fi stadju li rridu noħorġu minn dak ir- rut li daħħalna fih Gvern Soċjalista qabel l-1986.", "Irridu noħorġu mir-rut tal-package tourism.", "Jien m'iniex ngħid li rridu nagħmlu dan għax għandna mneħirna 'l fuq imma għax nafu li pajjiżna hu żgħir u għalhekk ma jiflaħx dan it-tip ta' turiżmu.", "GĦaliex?", "GĦax dan it-tip ta' turiżmu l-ewwel iġibna dump u mbagħad jiddampjana.", "Aħna ma nistgħux ngħidu li minħabba li aħna pajjiż żgħir ma għandniex għalfejn ikollna ambizzjonijiet kbar, allura għandna noqogħdu b'dan il-package tourism.", "Dan ma nistgħux ngħiduh għax inkella jiddampjana dan it-turiżmu stess.", "Sur President, hawnhekk qed naraw li s-suq Ingliż niżel għax filwaqt li fl-1986 kien kważi 60%, illum niżel għal inqas minn 45%.", "Aħna qed naraw li l-qabżiet kbar li qed isiru, kollha huma qabżiet kbar fis-swieq internazzjonali.", "Dan huwa l-pjan tagħna biex inġibu din il-qabża ta' kwalita' illi l-Onor.", "Leo Brincat ma setax jara fiex inhi.", "Jekk l-Onor.", "Membru iħares lejn il-figuri kollha li tajtu jara li s-swieq il-kbar li jġibu l-qabża ta' kwalita' kollha qed nagħmlu inroads qawwija fihom.", "Dawn l-inroads qed nagħmluhom fis-swieq ta' l-Italja, ta' Franza, tal-Ġermanja u ta' kull pajjiż ieħor.", "X'qed nagħmlu?", "Fejn diġa għandna foothold, bħaIl- pajjiżi Skandinavi u l-Istati Uniti, qed inkomplu nsaħħu s-swieq.", "Aħna qed nipprovaw insaħħu anke ċerti emerging markets, bħal dawk tal-Golf u ta' pajjiżi oħra ta' l-Ewropa - għada pitgħada jista' jkollna diffikulta' għax dawn ikunu kompetituri tagħna.", "Imma dan aħna qed inżommuh f'moħħna u qed isiru studji serji fuq dawn il-pajjiżi.", "Jekk nibqgħu sejrin kif aħna, żgur li nilħqu l-għanijiet tagħna.", "Sur President, nixtieq nitkellem ftit fuq l-infrastruttura wkoll.", "L- infrastruttura ta' pajjiżna tiflaħ għal dan l-iżvilupp?", "J'Alla nibqgħu sejrin kif qegħdin fix-xhur li ġejjin, jiġifieri b'żidiet fis-summer u fil- winter months.", "Minħabba fil-qabża ta' kwalita' li għamlet l-infrastruttura Maltija, kemm fil-qasam ta' fl-ilma, kemm fil-qasam ta' l-enerġija u kif ukoll fit-telekomunikazzjonijiet, dan għandna nifilħu għalih.", "Jien verament inħossni kburi meta nitla fuq podium, ikun hemm in-nies jisimgħuni u nitkellem fuq is-sistema tat- telekomunikazzjonijiet tagħna li hija waħda mill-aqwa fost l-aqwa pajjiżi.", "Jien nammetti li f'dan l-aħħar staġun kellna l-problema tat-tniġġis tal-baħar għax m'inix se noqgħod nistaħba wara subgħajja.", "Imma minflok ma dan il-Gvern qagħad jistenna s-sewerage structure plan, f'dan il-Budget - l-ewwel ċans li kellu - diġa' ivvota xi Lm8 miljun għal din il-problema.", "Sur President, kemm bil-VAT li dieħla x-xahar id-dieħel u li se tikkontribwixxi biex ċerti package tours jonqsu u anke bit-tnaqqis ta' l- forward buying rate li għalija kienet xi ħaġa umiljanti li nitkellem fuqha, aħna se naslu għal qabża fil-kwalita'.", "Aħna ma rridux li naslu fi stat fejn it-turisti jibdew idejquna jew li t-turiżmu jibda jeqred l-ambjent naturali u l-wirt kulturali li għandna għax kemm dawn kif ukoll il-poplu Malti huwa riżors imprezzabbli.", "Aħna ma rridux neqirdu dak ir-riżors tant importanti li qed jiġbdilna l-flus lejn Malta, jiġifieri l-poplu Malti stess u l-wirt kulturali tagħna.", "F'Malta ma rridux li jkollna tip ta' Ferragosto fejn jiġu t-turisti u jitilqu l-Maltin.", "Il-Maltin iridu jimxu id f'id mat-turisti u jkun hemm intercommunication bejniethom.", "It-turist għandu kull dritt li jkun kurjuż u li jippretendi value for money għal dak li jonfoq, imma mill-banda l-oħra sakemm ikun f'pajjiżna, dan għandu juri ċerta umilta', ċertu rispett u ċerta sensittivita' lejn il-poplu Malti.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni wera li ma fehem xejn meta qal li aħna qed neqirdu lil pajjiżna.", "Kif ħarġet mid-dikjarazzjoni ta' Osaka fejn iltaqgħu il-ministri tat-turiżmu kollha tad-dinja, aħna rridu nkunu kapaċi nżommu lis-settur tat-turiżmu bħala l-protettur tagħna minflok id-distruttur.", "Fil- fatt il-Gvern hekk qed jagħmel.", "Per eżempju, aħna qed nirrestawraw il- postijiet storiċi li għandna f'pajjiżna - eżempju ta' dan huwa r-restawr li qed nagħmlu lill-Forti ta' Sant Anġlu - għax filwaqt li dawn il-postijiet qed iġibulna qliegħ turistiku, aħna qed nippriservawhom għal quddiem.", "GĦal pajjiżna, it-turiżmu jrid ikun il-protettur u mhux id-distruttur.", "Sur President, imma aħna x'irridu nagħmlu biex naslu għal dan?", "Aħna ma għandniex nippretendu li t-turist ma għandux il-pretensjonijiet tiegħu.", "Jien diġa' għidt x'inhuma l-pretensjonijiet tagħna.", "Jekk aħna ma nirranġawx l-offerta tagħna, ma jistax ikun li nilħqu mal-pretensjonijiet li għandu t-turist.", "M'għandniex inbiegħu prodott baxx bi prezz għoli.", "Aħna nisperaw li niġu f'sitwazzjoni fejn wara li t-turist jerġa' jmur f'pajjiżu, jibqa' jiftakar lil Malta bħala esperjenza pjaċevoli u jkun sodisfatt għax kemm dam f'pajjiżna kellu value for money.", "Fil-fatt aħna dan l-għan qed nipprovaw nilħqu - billi ntejbu l-prodott tagħna mill-mument li t-turist imidd riġlu f'pajjiżna sakemm jasal biex jitlaq.", "U hekk għamilt, hekk kif dħalt għal din il-kariga.", "Jien kelli laqgħa mad- Diretturi ta' l-MIA u mal-Kummissarju tal-Pulizija biex naraw kif nistgħu nirranġaw l-immigration facilities tagħna.", "Rigward it-trasport pubbliku, xi ftit ġimgħat ilu l-Ministru Frendo għamel l-ewwel pass biex jiġi rranġat dan is-servizz.", "Jekk Alla jrid, aħna se nkomplu nimxu fuq dan il-pass.", "Hekk ukoll rigward il-postijiet ta' akkomodazzjoni u catering.", "L-Onor.", "Leo Brincat staqsiena x'riżultati kellna mill-istudju li għamilna fil-qasam tal-catering establishments.", "Nixtieq ngħid lill-Onor.", "Membru li fil-fatt dan l-istudju sar.", "F'dan l-istudju, aħna ħadna sample ta' ċerti postijiet biex inkunu nistgħu naraw x'livell ta' catering għandna f'pajjiżna.", "Jekk xi ħadd jistaqsini kif inhuma l-hotels u r-restaurants tagħna, jien ma nafx nirrispondi b'mod xjentifiku.", "Dan l-istudju sar bl- iktar mod skjett u min-naħa tagħna aħna dħalna f'ħafna dettalji, bħalma huma ventilazzjoni, equipment, jekk l-equipment huwiex nadif, jekk hemmx equipment tajjeb għall-istorage u mitt ħaġa oħra.", "Imma rridu noqogħdu attenti għax mir-riżultati li ħarġu minn dan l-istudju, jidher li l- backroom tar-restaurants m'hix tajba daqskemm hi l-faċċata.", "Biss irridu noqogħdu attenti li ma nagħmlux ċerta drammatiċita' billi nwerwru lin-nies.", "Illum għandna l-HCEB li qed tagħmel xogħol siewi ħafna.", "L-enforcement huwa problema ta' kull dipartiment, imma l-HCEB qed tagħmel il-mirakli bin- numru limitat ta' uffiċjali li għandha.", "Dan in-numru limitat ta' uffiċjali - jekk Alla jrid ikollna iktar - li jaħdmu on a day-to-day basis ilaħħaq max-xogħol li jkun dieħel u complaint jiġi eżaminat u investigat.", "Issa ħalli ngħid xi ħaġa fuq il-beach facilities, kif qed nipprovaw nirristrutturawhom.", "Fuq il-beach facilities qed isiru ħafna efforts.", "L- Onor. Leo Brincat staqsa ċerti domandi retoriċi.", "Wieħed m'għandux jinsa li fl-aħħar snin ta' l-era Soċjalista għabbejtuna b'200 ruħ li ma kellhom ebda idea fuq dak it-tip ta' xogħol.", "Illum qegħdin nippruvaw naqilbu għal tindif mekkanizat.", "Issemmew il-golf facilities li kulħadd jaqbel li jkunu aħjar minn dak li għandna.", "Fil-bidu jien għidt li għandna l-limitazzjonijiet fiżiċi tagħna.", "Jekk nieħdu biċċa art kbira - għax għall-golf ma tridx biċċa art żgħira - u jibda jkollna wkoll ħafna ħela ta' ilma imbagħad f'budget debate ieħor niġi mgħajjar li qed naħlu l-ilma fuq il-golf!", "Irridu noqogħdu attenti għax dawn l-ideat kollha nkunu qegħdin naħsbu fuqhom.", "Aħna ma rridux nieħdu deċiżjonijiet li għada pitgħada niġu kkritikati fuqhom.", "It-tourism authority hija biċċa leġislazzjoni li tirrikjedi ċertu galbu u delikatezza.", "Aħna lestejna kollox u kulħadd jaf kemm hu busy l-Uffiċċju ta' l-Attorney General.", "Jekk hemm bżonn indumu ftit iktar, indumu basta f'din il-leġislazzjoni ma jsirux żbalji li għada pitgħada nkunu rridu nerġgħu lura minnhom.", "Qed isiru korsijiet għal gwidi ġodda u nista' ngħid li qed nattiraw gwidi għal kull livell u ta' ċerta kwalita'.", "Jien qbilt mal-mod li bih ikkritika l-Onor.", "Leo Brincat imma żgur li missu ma semmiex l-Institute for Tourism Studies.", "Qed ngħid dan għax fi żmienhom l-MCAST ġie meqrud u dak li jkun kien irid joqgħod ifittex hu kif se jitgħallem u kif isib post fl- industrija turistika.", "Aħna ħloqna l-Institute of Tourism Studies li minnu qed joħorġu ċerti nies ta' ċerta kwalita' u li kulħadd qed ifaħħarhom.", "Nafu li suppost joħorġu iktar studenti, imma mhux dejjem suppost joħorġu iktar!", "Nista' ngħid li issa lill-ITS qed nagħmlulu extension biex inkabbruh.", "Jekk Alla jrid irridu naslu fi stadju fejn nibdew inġibu studenti minn barra.", "Nixtieq nagħlaq fuq il-mod li bih nimxi ma' dipartimenti oħrajn.", "Irrid ngħid li qed nimxu id f'id mad-Dipartiment tas-Saħħa - fejn għamilna dawk l- istudji li semmejt - mad-Dipartiment ta' l-Ambjent - fejn tkellimna fuq l- importanza li noħolqu dawn il-flejjes għal sistema ta' drenaġġ - u mad- Dipartiment tal-Kultura.", "Hawnhekk nixtieq nirringrazzja lil sieħbi, l- Onor. Michael Refalo li nimxu id f'id u rigward il-kultura u t-turiżmu naraw x'hemm bżonn isir għal dak li huwa tajjeb għall-poplu Malti.", "Hawnhekk irrid ngħid li mhu veru xejn li l-Imdina Festival ma kellux isir din is-sena.", "Jekk Alla jrid fl-1995 isir il-Birgu - biex nimxu lejn in- naħa ta' isfel ta' Malta, dejjem within the constraints ta' l-iStructure Plan - ...", "Mr Chairman, irrid nirringrazzja lill-uffiċjali kollha li jgħinuni fis- settur turistiku, lill-NTOM, lid-Dipartiment tat-Turiżmu flimkien ma' l- HCEB, mal-White Rocks u ma' l-Institute of Tourism Studies.", "Nirringrazzja lil Onor. Brincat li tkellem flok l-Onor.", "Karmenu Vella u lil dan nawguralu li fejn qiegħed kollox imur sew.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi.", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Jien naqbel ma' l-Onor.", "Spiteri li l- Ministeru li qiegħed niġġestixxi jien huwa wieħed mill-iktar importanti, jekk mhux l-iktar importanti, imma it runs on a shoe-string.", "L-Onor.", "Spiteri qal li jaqbel li t-Lm18 miljun huma importanti pero' mbagħad ġie hawn biex inaqqasli Lm1!", "Allura l-ftit li fadalli se jeħoduli wkoll!", "Jien naħseb li sħabi jaqblu miegħi.", "L-Onor.", "Brincat semma l-1.8 miljun turist li xtaqtu jsemmi.", "F'dan il- pajjiż ix-shoulder-months - jiġifieri Novembru, Diċembru, Jannar u Frar - qegħdin dejjem jonqsu.", "Jekk nżidu aktar turisti f'dawk ix-xhur inkunu qed nilħqu turisti ta' kwalita'.", "Issa wieħed irid jara x'qed jiġri fid- dinja.", "L-air travel qed jiżdied at the rate of 5.5% per annum.", "Air Malta qed iġġorr iktar minn 10% kull sena iktar u qed tmur destinazzjonijiet bħal Damascus, Milan, Catania, Palermo, Marseilles, Lyons, Barcelona, Madrid, Oslo, Helsinki, Stockholm, id-Danimarka u t-Turkija u għada pitgħada se tinżel ukoll Beirut.", "Issa Air Malta se tiżviluppa iktar it- turiżmu u dan jaqbel kemm għaliha kif ukoll għat-turiżmu.", "Qabel ma wieħed jaqbeż min-naħa għal oħra tax-xmara jrid ikun hemm il-pont u l-pont trid tkun Air Malta.", "Jien dejjem inħobb inbassar, dejjem għext b'viżjonijiet u niżżi ħajr 'l Alla s'issa dejjem ilħaqthom, barra tal-l.8 miljun li tajt żmien ta' ħames snin u naħseb nilħaqha.", "Jien darba kelli viżjoni li fil-banek lokali jkollna Lml biljun u kienu jidħku bija.", "Meta sirt Ministru tal-Finanzi kien hawn Lm440 miljun u għidt nilħqu l-Lml biljun.", "Mhux talli lħaqnihom talli qegħdin L1,140 miljun illum.", "U għadna lura taf!", "Kemm għad iridu jiġu flus tal-Maltin hawn Malta!", "L-Onor.", "Spiteri ma kienx iniżżilha li għandna ħafna flus barra, imma darba konna f'seminar u qalli li jaħseb lil hemm ċertu raġun.", "Hemm ħafna lok biex nattiraw flus tal-Maltin stess minn barra minn Malta b'dak li għamilna.", "Per eżempju, fl-1976, 18-il sena ilu, - kont għadni żgħir u kelli ħafna iktar xagħar milli għandi - kont mort Singapore u ġejt b'viżjoni illi Malta ssir ċentru finanzjarju u fil-fatt saret.", "Xtaqt li f'Malta jinħolqu mill-inqas 35,000 impieg ġdid u lħaqnihom.", "Dak iż-żmien kellna appena l00,000 u llum għandna l35,000.", "Kelli viżjoni wkoll li hawn Malta jiġu miljun turist għax dak iż-żmien kont Shadow Minister għall- Kummerċ, Industrija u Turiżmu u fil-fatt ġew.", "Kelli wkoll il-mira li Malta ssir ċentru ta' trażbord fil-Mediterran.", "Dawn għidthom 18-il sena ilu u llum saru għax jien naf id-drive li għandu l-karattru Malti u għandi fiduċja sħiħa fih.", "Intom tibżgħu mill-Ewropa!", "Mhux aħna għandna nibżgħu mill-Ewropa, imma l-Ewropa għandha tibża' minna!", "Aħna nazzjon li meta niftħu l-orizzonti u naraw 'il bogħod, naslu.", "Fl-industrija ma kien hawn xejn.", "Onorevoli, inti għadek żgħir, imma tiftakar li ma kien hawn xejn industrija.", "Aħna kellna fortress economy għax kulħadd kien impjegat mas-Servizzi, kulħadd kien irid jidħol fin-Navy biex l-iktar li kien jista' jilħaq kien steward, jiġifieri dan ma kienx jista' jsir kaptan.", "Aħna 170 sena ilu kellna nies kapaċi għall-baħar li saru ammiralli man-Navy ta' l-Arġentina!", "Imma kif kont qed ngħidlek dak iż- żmien steward biss kien jista' jsir, u fl-Air Force senior aircraftsman.", "Ħadd ma kien jgħid 30 sena ilu li se jkollna xi ħadd li jsir pilot.", "Ma tarax, dak jitfa' ż-żejt fil-makna kien biss!", "Jiġifieri l-industrija hawn Malta 30 sena ilu bdiet u għamilna l-mirakli.", "Illum l-industrija qegħda tipprovdi 25% tal-GDP li huma konsistenti.", "Filwaqt li l-cake dejjem jikber il-kontribut ta' 25% ta' l-industrija baqa' l-istess.", "Fl-1987 kien Lm136.4 miljun u llum Lm200 miljun; l-ammont qed jiżdied u l-persentaġġ jibqa' l- istess.", "Illum il-pajjiż mhux qiegħed fuq l-industrija biss, imma għandu s- settur tas-servizzi li dejjem qed jikber.", "Min qatt ħaseb 12-il sena ilu illi se jkollna l-Freeport li jimpjega 650 ruħ.", "Illum wieħed mhux post mal- Gvern bħala watchman, driver u messaġġier ifittex imma post mal-Freeport għaliex dak jirrendi.", "Ix-Xatt ma tistax tmur taħdem għax dak huwa a closed shop ta' nies li jgħaddu xogħolhom lil uliedhom.", "Kulħadd fil-Freeport irid imur.", "L-Onor.", "Tony Nicholl ikkritika lill-MDC illi qed tonfoq ħafna flus.", "L- ewwelnett hawn xi ħadd li mar jistad mingħajr ma qabel tefa' l-għalf?", "Kieku aħna tant tajbin, tant sought after illi jaqgħu fuq xulxin biex jiġu għandna kieku m'għandniex għalfejn nitfgħu l-għalf.", "Veru, għalija l- istorja ta' Hong Kong is very disappointing għax kienet okkażjoni tajba biex nattiraw investiment minn hemm.", "Kif kulħadd jaf, fl-1997 Hong Kong se tiġi assorbita miċ-Ċina u kien hemm moviment ta' investiment 'il barra minn dak il-pajjiż.", "Forsi stajna attirajna industrijalisti minn Hong Kong billi noffrulhom ċerti inċentivi, fost affarijiet oħra passaport Malti.", "Aħna ma konniex lesti li nbigħu ċ-ċittadinanza Maltija u nsarrfuha fi flus u f'industrija.", "Aħna konna serji.", "Forsi tgħiduli li stajna tajna 10 jew 20 biex forsi kien jiġi xi ħadd.", "Ma ninsewx ukoll illi l-Asja kollha hija l- kaldarun li qed ibaqbaq u mimli tigri li dejjem qed jiżviluppaw.", "Fl-1992 vjaġġaw 476 miljun persuna, l-aktar mid-developed West għax mill- East ftit isir ivvjaġġar, aqta' il-Ġappuniżi.", "Mela għandek 1,200 miljun Ċiniż li għada pitgħada jsiru sinjuri - iċ-Ċiniżi jmisshom ilhom li saru sinjuri għax kienu l-ewwel nies li sabu l-print, il-porvli, l-ispaghetti u anke n-nuċċalijiet, kien pajjiż evolut; dan il-pajjiż f'daqqa waħda kien ħa daqqa 'l isfel pero' għad irid jerġa' jirrisorġi, qisu \"the sleeping giant\" - u jekk dawn jibdew jivvjaġġaw lanqas hawn ajruplani biżżejjed biex iġġorruhom, allura billi ftit minnhom iżuruna u jaraw pajjiż li għalkemm mhux kbir daqshom - mingħalija ċ-Ċina ftit hi ikbar minnha! - dejjem ikun tajjeb li tara kif ngħixu l-Maltin, mingħajr ma kull darba jiżolqu u jaqgħu fil-baħar!", "Veru li nfaqna ħafna biex ftaħna uffiċċji f'Hong Kong, fil-Ġermanja u f'Milan biex jippromwovu lil Malta.", "Irrid ngħid li r-rappreżentant li għandna f'Munich qed jaħdem ħafna u permezz tiegħu ġew ħafna industriji.", "(Interruzzjonijiet) Ma neseġerawx Onor. li ġew 50 kumpannija Tedeska fi żmienkom, lanqas issa m'hawn dan l- ammont kollu, aħseb u ara!", "Fuq kollox lanqas irrid nitkellem dwar il- kwalita' ta' xogħol.", "(Interruzzjonijiet) Issa tiġi ssemmi l-SGS Thomson u Cavazzi.", "Qabel bix-xogħol li kienu jipproduċu kienu jissejjħu sweat- shop operations - qabel ma jien kont Ministru tal-Finanzi u bl-imbuttatur tal-Ministru ta' l-Industrija bnejnilhom fabbrika li swiet Lm2 miljun.", "Dak li kienu jagħmlu dak iż-żmien, imbagħad ittrasferew lejn il-Marokk għax iktar cheap - aħna m'għandniex konċett tac-cheap labour.", "Jien nattendi għal diversi seminars u niftakar li, per eżempju, din is- sena mort St. Albans, Leeds, Bradford, Wolverhampton, Munich, Stuttgart u Dusseldorf.", "Hemmhekk ma mmurx nitkellem imma immur biex inbigħ lil Malta - inbiegħ lil-Malta in inverted commas - biex ngħid x'inhi din il-gżira, ngħid x'aħna aħna l-Maltin u x'razza ta' nies aħna.", "F'dan il-pajjiż aħna ħafna ffortunati u għandna ħafna għalfejn nirringrazzjaw lil Alla; iffortunati l-ewwel ħaġa għax aħna żgħar, it-tieni ħaġa għax il-valuri tal- familji huma sodi u t-tielet ħaġa għax nemmnu fl-edukazzjoni.", "Kulmin laħaq ċertu livell u għandu t-tfal irid jimbuttahom għal-livell l-iktar għoli.", "Hemm hu s-sigriet tagħna l-Maltin.", "Ninsewhom il-pagi baxxi għax is-sigriet tagħna m'hux il-pagi baxxi imma l-mentalita' u l-edukazzjoni ta' dan il-poplu.", "U fuq dawn l-affarijiet irridu nisħqu.", "Araw kemm qed nonfqu, bless the money li qed nonfqu, fuq l-edukazzjoni għax meta ndur il- fabbriki dejjem jgħidulu....", "(Interruzzjonijiet)", "Cavazzi kien dak li jgħidulu a sweat-shop operator, kienu jġibu l- affarijiet, jirrippakkjawhom u jibgħatuhom barra.", "Illum mhux hekk qed isir.", "L-ewwel ħaġa rrid ngħid li dak iż-żmien kienu jimpjegaw xi 60 ruħ u llum hemm xi 150 ruħ, qed jistaqsu għall-espansjoni u se jeħduha għax se jżidu linja oħra ta' produzzjoni.", "Din hi kumpannija electromatic li oriġinarjament kienet waħda Daniża which was taken over minn dan Cavazzi.", "Din il-kumpannija sabet li Malta hi l-aħjar lokazzjoni li għandhom għall-produzzjoni.", "Hawn ġew, intqal li hemm ħafna expatriates, pero' jien irrid ngħid li lanqas ex-patriate wieħed m'għandhom.", "Il- produzzjoni u t-tmexxija hija kollha f'idejn il-Maltin u aħna b 'dan nieħdu gost.", "Dawn mhux nies fuq il-makna tax-xogħol għandhom imma nies who can manage; nies li l-barranin jafdaw to manage their affairs.", "X'iktar għandek ta' valur u tajjeb milli meta l-barrani jafdak!", "Dawn qed javdawna.", "Mr Chairman, mill-1,414 ruħ li hemm jaħdmu fl-SGS Thomson - issa naqqsuhom b'xi 10 - 16% huma gradwati ta' l-Universita', għandhom a degree.", "Dawk it-tip ta' industriji li rridu fil-pajjiż.", "Imma kemm nistgħu nespandu f'dan il-pajjiż u kemm nistgħu nġibu industrija minn barra?", "Il- Ministru tal-Finanzi qal 30,000 jew 35,000 u nieqfu hemm, kollox sew.", "L- ewwelnett irrid ngħid li aħna qegħdin 365,000 li 290,000 minnhom huma over 18 years.", "Mela jekk nieħdu n-nofs u, in any developed society, jmissu li jkun hemm għallinqas 50% gainfully occupied, ifisser li għad irridu nitilgħu għal 145,000 jew 150,000.", "Jekk in-nisa joħorġu jikkontribwixxu - mhux joħorġu jaħdmu għax hemm bżonn, imma biex jikkontribwixxu għall-iżvilupp ta' dan il-pajjiż - għandu jkollna 150,000.", "Mela għad għandna lok għal 15,000 ruħ oħra u nisperaw f'Alla li s-settur governattiv innaqqsuh; jonqos is-settur governattiv biex imorru jaħdmu mas- settur produttiv.", "GĦad fadal biex naslu, mhux wisq imma għad fadal għax jekk nkomplu sejrin bir-ritmu li sejrin bih naslu.", "Hawnhekk ta' min wieħed jistaqsi kif żieda ta' 1,513 fil-gainfully occupied nistgħu ngħidu li din kienet ta' disfatta għall-Gvern!", "GĦax żidna 1,513 kienet disfatta għall-Gvern!", "Taf x'kont nistenna jien, li kien jgħid x'vergonja - din qalha l-Kap ta' l-Oppożizzjoni - u jmissna nistħu li f'dawn is-seba' snin tlifna 5,000 jirreġistraw għax-xogħol!", "U dan mod kif tara statistika?", "Kemm ilna fil-Gvern żidna mall-25,000 job, meta mbagħad niftakru li l- problema dejjem kienet li l-qgħad dejjem tiela'.", "Sar ħafna xogħol.", "(Interruzzjonijiet) U żgur li ma sarx biżżejjed - dejjem din hi l- kritika tagħkom - imma għallinqas għidu li sar ħafna.", "Mr Chairman, issemmiet l-export promotion.", "Iva, din ġiet assenjata lill- METCO - Malta Export Trade Corporation - li qed tagħmel xogħol siewi ħafna.", "Lill-MDC neħħejnilha l-amministrazzjoni ta' dawn il-ħafna kumpanniji li kien hemm - kien hemm xi 100 kumpannija u iżjed - u għamilna streaming.", "Morna u sejrin għal job creation ta' kwalita' aħjar.", "Veru li l-clothing sector hu għal qalbna, pero' dan is-settur ma jirrendix daqskemm jirrendu setturi oħrajn.", "Veru li dan is-settur jibqa' u għandna erba' fabbriki - mustaċċuni u jibqgħu - mustaċċuni għaliex għarfu jinvestu.", "Min m'għarafx jinvesti ma ħaqqux protezzzjoni u min jibqa' jżomm in-nies jaħdmu fuq il-makni tal-ħjata ma ħaqqux protezzjoni, dawk sweat-shops jgħidulhom.", "Dawn jimpjegaw nies, bħalma jagħmlu f'Londra u fi New York fejn jimpjegaw Pakistanis u nies oħra li ma jkollhomx permit biex jidħlu fil-pajjiż u jitfgħuhom jaħdmu 12-il siegħa kuljum, bl-għaraq ħiereġ minnhom biex imbagħad jieħdu s-sittiet.", "Din it-tip ta' industrija m'hijiex tajba għal hawn Malta because we cannot afford it, m'għandniex nies biżżejjed.", "Din il-problema ta' nies biżżejjed diġa' bdiet tidher fis- settur tat-turiżmu.", "Mela llum issib lil xi ħadd li jrid jaħdem bil-lejl?", "Ma tarax!", "Illum kulħadd irid jaħdem erbgħat ijiem fil-ġimgħa, jumejn off u l-ġurnata l-oħra biex jieħu lill-mara tiekol barra fil-għodu u fil-għaxija.", "Dażgur!", "Issa ngħidilkom kemm hawn ġid fil-pajjiż.", "Issa niġi għaliha.", "Jiġifieri din hi l-problema li għandna, in-nuqqas ta' nies u l-volonta' tagħna li nimlew ċerti jobs.", "Fl-1987 fis-settur tal-clothing kien hemm jaħdmu 8,998 u llum dawn niżlu għal 6,496, tlifna 2,502 jobs.", "Pero' jekk tieħu l-jobs kollha, issib li żidna 4,491, mela allura kellna a plus rate ta' 1,989.", "Hawn min isemmi s-settur ta' l-elettronika.", "Anke dan qed iżid għax f'dawn l-aħħar erba' jew ħames snin żied 1,639.", "U żgur li m'huma xejn!", "Fit-transport equipment and repairs żidna 1,639 - indaqs bħal ta' qablu.", "Il- furniture sector żied, ir-rubber products sector żdied ....", "Dawn huma kollha setturi li qed jiżdiedu huma u jonqsu setturi oħra.", "GĦada pitgħada jista' jiġri wkoll kif, per eżempju, ġara fl-Isvezja.", "Dan il-pajjiż la qegħdin fuq il-minimum wage u lanqas jitħallsu bi ftit flus, pero' issa saru jimmanifatturaw anke l-qomos.", "Qabel kienu jimportawhom u issa permezz tat-teknoloġija ġdida li daħllu qed jipproduċi iktar milli tipproduċi t- teknoloġija li qed jużaw id-developing countries oħrajn.", "U l-istess qed jiġri hawn.", "Deħlin fi swieq ġodda, imma bil-mogħod.", "Issa tgħidlix li f'daqqa waħda rridu li nikbru, deħlin, per eżempju, fis-suq Ġappuniż.", "Lil dan is-suq illum qed nipprovdulu electric switches tal-karozzi - id- Ditta Mazda qed tieħu mingħand il-Merit - mingħand id-Dowty qed jieħdu r- rubber rings u qed jieħdu micro chips semi-conductors li jipproduċu l-SGS.", "Anke Singarpore qed tixtri mingħand l-SGS.", "Hawn min isemmi li jibża' mid-dipendenza, iva veru.", "L-SGS kibret u llum għandha kapitali soċjali ta' Lm20,500,000, għandna loans mingħand il-banek, laħqet ċertu livell li issa ma tistax iżżid iktar u ma tistax tagħtiha iktar bil-persentaġġ li hemm.", "Jien nipproponi li SGS Thomson, għada pitgħada, tibda tipproduċi anke għas-suq lokali.", "Jiġifieri there is a change, imma a change ma tistax tiġi malajr.", "Kieku tikkompara c-cycle ta' ħajja ta' bniedem ma' l- industrija hawn Malta tgħid li għadha bil-fisqija - l-industrija hawn Malta għada bil-fisqija.", "Hawn pajjiżi li ilhom fl-industrija għal 150 sena jew 200 sena, pero' hawn Malta l-industrija għadha bil-fisqija u minkejja li kien hawn deżert madwarna - mhux qed nirreferi għas-Sahhara Desert imma qed nirreferi għan-numri ta' nies diżimpjegati fl-Ewropa kollha.", "Illum il- pajjiżi kollha għandhom diżimpiegi ta' 12-il miljun, dak ta' 3 miljun, dak ta' erba' miljuni eċċ. - mingħalija fl-Ewropa hemm xi 16-il miljun ruħ.", "Imbagħad aħna rnexxielna mhux nimbuttaw il-qgħad imma ngħelbuh u ngħelbuh sew.", "Peress li aħna nesportaw 80% lejn l-Ewropa għidului how we are going to supply them meta dawn il-pajjiżi joħorġu mir-riċessjoni li kellhom.", "X'nagħmlu?!", "(Interruzzjonijiet) Ikollok hiccups, dażgur u kemm għad irid ikollna hiccups.", "Intom kellkom hiccups, aħna kellna hiccups u għad irid ikollna iktar u meta tkunu intom fil-Gvern għad irid ikollkom ukoll hiccups.", "Sfortunatament dan jiġri għax meta titfa l-għalf mhux il- ħut biss jiġu imma anke ix-sharks jiġu.", "Jiġifieri ma tistax tagħmel net biex jidħol il-ħut bħall-kaħli filwaqt li x-sharks jibqgħu barra!", "Trid tkun lest għal dik is-sitwazzjoni u f'dawk il-każi li semmejt ta' l-Euro Interconnection Ltd. u tat-TRIAD, m'hemmx telf.", "Dawk il-flus huma garantiti bl-equipment li hemm.", "Issa xi jġib wieħed ta' l-equipment hija dejjem problema.", "L-Onor.", "Lino Spiteri qal li l-banek iridu jkunu aktar forward looking bis- self tagħhom.", "Bl-għajnuna tagħhom tista' timxi 'l quddiem iżda tista' wkoll tiddobba daqsxejn ta' diksata li titfgħek lura.", "Għalkemm il-banek tagħna huma arċi-sodi u huma l-aktar sodi li hawn fid-dinja - ovvjament ipparagunati mad-daqs tagħna għax ma nistgħux nippretendu li l-banek tagħna jeħduha maċ-Chase Manhattan, mad-Dresdner Bank jew xi bank ieħor ta' dan it- tip.", "Għalkemm aħna qegħdin tajjeb wieħed irid dejjem joqgħod attent.", "Mr Chairman, issemmew l-premises ta' l-MDC f'South Street.", "Irrid ngħid li dak is-sit m'huwiex ta' l-MDC, iżda qiegħed mal-Local Manufacturers Board li jiltaqa' darba fil-ġimgħa biex jiddelibera fuq items li tista' titneħħilhom il-levy.", "Hemmhekk isiru wkoll l-economic assessment reports għall-konsiderazzjoni tal-Bord.", "Jiġifieri mhux suppost li m'huma jagħmlu xejn, issa kemm fil-fatt jagħmlu inħalliha fil-kuxjenza tagħhom.", "Mr Chairman, nitkellem ftit fuq il-MIMCOL.", "Il-MIMCOL qatt ma ddiskuta man-NOVITA u meta l-MIMCOL ndunat li kien hemm xi diretturi tal-Kalaxlokk li kienu qegħdin jiddiskuti man-NOVITA twaqqaf kollox ħesrem.", "Mr Chairman, jien m'iniex beħsiebni ndejjaq lill-Kamra billi nagħti ħafna figuri, pero' se nsemmi xi figuri li għandhom iferħħu kemm lilek kif ukoll lin-nazzjon kollu.", "Nieħu gost li l-Onor.", "Spiteri qabel ma' l-idea li l-Middle Sea tespandi mal-Bank of Valletta biex flimkien ma' kumpannija Ġermaniża jintroduċu life assurance policy għax il-Legal Division, l-Accident Class u l-Property and Fire Section tal-Middle Sea Insurance kollha se jispiċċaw sa l-aħħar ta' l- 1995.", "Naf li bħalissa għaddejjin diskussjonijiet bejn il-Mid Med Bank u l- Mediterranean Insurance Brokers u minn hawnhekk nawgura li dawn jaslu fi ftehim.", "Fl-opinjoni tiegħi il-life assurance hija mezz ta' tifdil u tajjeb li wieħed iġemma'.", "GĦalija l-isparpaljar ta' flus huwa dnub kardinali, anzi papali!", "Bil-flus tiegħek inti għandek dritt tagħmel li trid u tista' taħraqhom, pero' meta jispiċċawlek, tiġix għandi.", "Li taqla' l-flus u tisparpaljahom hija anathema.", "Mhux sew u jekk tinnotaw jien karti wżati nuża, inqanċeċ!", "Mr Chairman, se ngħid xi ħaġa fuq is-settur bankarju.", "L-Onor.", "Spiteri semma l-kelma \"domma\".", "Iva għalija, domma.", "Jiena nemmen ferventement fih u nemmen li l-poplu għandu obbligu li jkollu sehem fl-ekonomija tal-pajjiż u kulħadd għandu jagħti dik id-daqsxejn biex nimxu 'l quddiem.", "Kulħadd irid ikollu sehem fil-pajjiż, anke jekk ikun sehem żgħir.", "Ħa nagħmel parentesi fuq l-MP Clothing.", "L-MP Clothing li tagħmel il-jeans f'GĦawdex kienet kumpannija mfarrka, fqira u midjuna; issa din il-fabbrika se tespandi.", "Tajna terz minnha lill- ħaddiema, u ż-żewġ terzi l-oħra lid-diriġenti u Alla jbierek issa miexja bil-100 miles an hour.", "Ma' tistax tlaħħaq max-xogħol, dejjem iżżid in-nies u ma tistax issib nies biżżejjed.", "Good luck to them.", "J'Alla mhux jaqilgħu aktar, iżda j'Alla jfuru bil-flus.", "Jiena rrid li kulħadd ikollu sehem, anke persuni taħt l-eta' għandhom ikollhom sehem fl-ekonomija ta' pajjiżna.", "Meta jien offrejt għall-bejgħ ix- shares tal-Mid Med Bank għamilt skema għal t'apposta sabiex wieħed ikun jista' jixtri shares f'isem tfal minuri.", "Lin-neputijiet tiegħi kollha xtrajtilhom mitt share kull wieħed.", "Nispera f'Alla li meta jkollhom tmintax-il sena jiftakru min kien tahom dawn ix-shares, min kien il-Father Christmas!", "Taf kemm hawn tfal minuri li għandhom share fil-Mid Med Bank?", "Hawn 860 tifel u tifla li għalkemm għadhom kważi trabi, għandhom share fil- Mid Med Bank.", "It-tifla jew tifel tat-tifel għad m'għandux għax għadu ma tweliedx!", "(Interruzzjonijiet) Imma kif tasal għal rata?", "Illum jidher li n- nies kuntenti li jieħdu investment bl-4%.", "Fejn qatt tobsor li wieħed se jixtri ishma b'return ta' 4%!?", "Per eżempju fil-Lombard Bank hemm kważi 2,300 shareholder.", "Dawn huma azzjonisti ġodda.", "Fil-Bank of Valletta hemm 12,500 azzjonist u l-Mid Med Bank għandhom 6,500.", "Qabel ftit kien hawn azzjonisti f'Malta u ħafna minnhom l-anqas il-konċett ta' shareholding ma kienu jafu!", "Tant hu hekk li darba wieħed staqsieni meta l-Middle Sea Insurance kien se jibgħatlu l- imgħax għax kien għadu ma rċevihx!", "Id-dividend ma jintbagħtax dejjem fl- istess ġurnata imma għal dak il-bniedem id-dividend kien imgħax għax jingħata kull sena.", "Din hi waħda mir-raġunijiet li ridt nagħmel l-iStock Exchange għax din tgħin u fil-fatt qegħda tgħin.", "Nirirngrazzjaw l'Alla li għandna Stock Exchange u nawgurawlha ħafna snin prosperi u mhux għal issa biss, iżda anke meta jkun hemm intom fil-gvern.", "Jiena naf li l-Onor.", "Lino Spiteri jaqbel magħha u importanti li jkollna Stock Exchange biex niċċirkolaw il-flus.", "Qabel kien hawn biss is-Simonds Farsons Cisk li forsi kellha 1,000 shareholder, il-Middle Sea Insurance li kellha 1,000 u l-Bank of Valletta li kellha xi 300 jew 400 shareholder.", "Illum ma' dawk it-tlett elef shareholder li kien hawn, żidna 20,000 u rrid inżid aktar.", "Nista' nannunzjaha issa li dawk is-Lm16-il miljun huma l-bejgħ ta' shares ta' wieħed mill-banek ewlenin - mhux se noqgħod ngħid liema wieħed għax inkella ..... - li se noffru x-shares tiegħu biex ninżlu għal 25%.", "Jiena din ma naraha l-ebda dagħwa u ma nsejħilhiex privatizzazzjoni, imma popolarizzazzjoni - tal-poplu.", "U l-Istat xejn ma jitlef.", "Ejja ngħidu li ġġib Lm16-il miljun; illum id-dividend li l-Bank of Valletta jħallas lill- Gvern huwa xi Lm560,000, issa n-nofs ta' dan huwa Lm280,000.", "Kieku kellek tissellef Lm16-il miljun bis-7% jiġi xi Lm1.2 miljun.", "Mela jekk tinvesti Lm16-il miljun bis-7%, iġġib Lm1.2 miljun u titlef Lm280,000.", "Anke Ġaħan kien ikun jaf li din taqbillu!", "Dik hi kontra ta' dak il-wieħed min-Naxxar li kien jgħid: Tini titta ħa nagħtik sold!", "Imbagħad dawk id-dividends jingħataw lill-poplu ħalli l-poplu jonfoqhom jew iġemmagħhom.", "L-Onor.", "Spiteri talab trattament aħjar għad-depożitanti u għal min jissellef.", "Iż-żewġ banek ewlenin bejniethom jaqilgħu Lm15 miljun u għandhom depożiti ta' Lm1,234 miljun.", "Kieku fuq dawk id-depożiti l-banek jagħtu 1% iktar f'imgħax ikun ifisser li Lm12.5 miljun mill-qliegħ ta' Lm15 miljun jisparixxi, jekk imbagħad inaqqsu 0.5% tal-flus li għandhom mislufin, li bejn wieħed u ieħor jammontaw għal Lm600 miljun, ikun ifisser li se jitilfu Lm3 miljun.", "Kif trid li l-banek ikattru r-riżervi tagħhom?", "Kif irid ikollok sistema bankarja b'saħħitha li tieqaf għal kull buffura riħ jew riħ imqanqal li jista' jqum?", "Bilfors trid tkattrilha r-riżervi.", "U la qed insemmi r-riżervi, ta' min wieħed isemmi r-riżervi tan-nazzjon għaliex dawn huma importanti.", "Tiftakru kemm kellna għajdut li se niftaqru, li m'hux se jifdal aktar riżervi u li l-liberaliżżazzjoni se ġġib il- qagħad?", "Dak iż-żmien kellna ħafna stampi tad-dlam.", "Illum għandna riżervi ta' Lm757.6 miljun u li kieku kellna nittraduċuhom f'dollari bir-rata tal- bieraħ ta' 2.7 jiġu jammontaw għal $US 2,060 miljun.", "Kieku kellna nikkomparaw din il-figura mar-riżervi li għandu Taiwan - li ħadd fid-dinja ma jgħaddih għat-tgeddis tar-riżervi - li jammontaw għal $US 83,573 miljun u nikkomparaw ukoll in-numru ta' abitanti li għandna aħna u li hemm fit- Taiwan - li għandu 20 miljun abitant - insibu li aħna għandna $US 40 biljun iktar f'riżervi.", "Daqshekk aħna aktar avvanzati u sinjuri mit-Taiwan!", "Għal kull persuna li hawn f'Malta għandna $US 5,680 f'riżervi u t-Taiwan imsieken għandhom $US 3,928, jiġifieri aħna we out Taiwan the Taiwanese, kif jgħidu bl-Ingliż.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni ikkumenta wkoll dwar new investment u qal li s- sena li għaddiet kien hemm żieda fl-investiment ta' 7.6% filwaqt li din is- sena kellna żieda ta' 0.6%.", "Jekk il-Kap ta' l-Oppożizzjoni verament huwa ekonomista ma jgħidx hekk imma jgħid li s-sena l-oħra l-investiment kien ta' Lm42 miljun u din is-sena huwa ta' Lm42.3 miljun.", "Allura aħna ma jmissniex nirringrazzjaw lil Alla li kif inhi l-qagħda tad-dinja żammejna l- pass tagħna u bqajna nimxu bl-istess pass mingħajr ma xi ħadd tefgħana lura?", "Ma mxejniex ħafna, imma mxejna.", "Ma rridx ngħid li kienet żelqa min- naħa tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni, imma dan m'huwiex mod professjonali li bih tħares lejn l-istatistika.", "L-Onor.", "Sant qalilna wkoll li t-tifdil żdied b'dan il-mod sensazzjonali.", "U kif żdied it-tifdil b'dan il-mod sensazzjonali?", "Mela aħna ma nafux li l- Maltin imwieled fihom li jġemmgħu?", "Anzi issa qegħdin jonfqu ħafna.", "Biss biss għandna 170,000 karozza li komparat ma' l-1450 kilometru ta' toroq, ifisser li għandna karozza għal kull 8.5 metri.", "(Interruzzjonijiet) Le, jien ma jiddispjaċinix għal dan il-fatt.", "Onor. Muscat inti għandek karozza?", "Allura jekk inti għandek karozza, ma tridx li ħaddieħor ukoll ikollu karozza?", "Jien irrid li kulħadd ikollu karozza.", "(Interruzzjonijiet) Jien għandi 350 mudelli żgħar - dawk ma jkunux fit-triq - imma waħda kbira m'għandix għaliex nisserva b'tal-Gvern!", "Meta kont minstru inti m'hux hekk kont tagħmel?", "THE DEPUTY CHAIRMAN: M'hemmx cross debates.", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: It-tifdil f'dan il-pajjiż huwa fenomenali - hawnhekk kellu raġun il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "L-Onor.", "Sant qal li hawn il-fat cats li qed jintlew u hawn ħafna li qegħdin jitnaqqru.", "Dan m'hu veru xejn meta tqis li f'dan il-pajjiż għandna 590,842 kont fil-banek li minnhom 290,000 huma ta' nies li għandhom 'il fuq minn 18-il sena.", "Jiġifieri għandna kważi żewġ kontijiet għal kull persuna li għandha 'l fuq minn 18-il sena.", "Hemm ukoll ħafna minuri li għandhom kontijiet għaliex fiż- żmien meta jien kont Ministru tal-Finanzi kont iddegretajt li l-kontijiet tal-minuri ikollhom imgħax ta' 4% li jkunu tax free u ma jitteħdux qabel ma l-persuna tagħlaq 18-il sena.", "Jien dejjem ridt - kif għamilt ukoll fix- shares tal-Mid-Med - li minflok in-nanniet u l-ġenituri jagħtu ħafna toys bħala rigali lit-tfal - jixtrulhom toys by all means - jitfgħulhom il-flus il-bank.", "Hemm 190,245 depożiti fissi għal sena li b'kollox għandhom Lm396 miljun, jiġfieri bejn wieħed u ieħor għandhom Lm2000 kull wieħed.", "U dawn huma tal-fat cats?", "Hawn 190,000 fat cats hawn Malta?", "Dawn il-fatti u figuri huma eye opening.", "Mr Chairman, dwar iż-dieda fid-depożiti wieħed irid jara l-andament ta' l- ekonomija u l-mentalita' tal-Maltin.", "Kien hawn żmien meta l-Maltin kienu jippreferu li jżommu l-flus id-dar milli jiddepożitawhom il-banek.", "Tant hu hekk li, per eżempju fl-1982, għal kull Lm84.4 kien hawn Lm100 fil-bank - kważi konna wasalna Lm1 b'Lm1.", "Imbagħad inbiddlet l-istorja u bdjena nipprogredixxu u issa wasalna biex sa Settembru ta' din is-sena għal kull Lm30.8 li għandna fil-but, għandna Lm100 l-bank.", "In-nies qegħdin dejjem iżommu inqas flus fl-idejn, tant hu hekk li bejn Diċembru tas-sena l-oħra u Settembru ta' din is-sena l-flus in ċirkolazzjoni żdiedu biss bi Lm360,000 fejn qabel kienu jiżdiedu bil-miljuni; Lm32 miljun mill-1980 sa l-1981, Lm20 miljun mill-1981 sa l-1982 u Lm20 miljun mill-1982 sa l-1983.", "U sena oħra, meta l-poplu jifhem l-impatt tal-leġiżlazzjoni li għaddejna minn dan il-Parlament li biha jista' jġib flusu minn barra b'impunita' għaliex ħadd m'hu se jistaqsih xejn u meta jirrealiżża li jista' jħallas taxxa fuqhom bir-rata ta' taxxa ta' 15%, inkomplu naraw aktar bidliet.", "Meta jiġru dawn l-affarijiet, il-flus - fl-1987 kien hemm Lm11 miljun biss f'foreign currency accounts fil-banek u llum hemm 'il fuq minn Lm130 miljun - jiżdiedu enormament għaliex il-fiduċja tikber u jkunu jafu li jistgħu jikkontrollaw flushom minn hawnhekk stess.", "B'dan kollu ir-rata ta' flus in ċirkolazzjoni tonqos u d-depożiti bankarji jiżdiedu.", "Jekk wieħed iħares lejn il-figuri tas-savings fis-seba snin ta' bejn l-1980 sa l-1986, isib li dawn żdiedu b'Lm171 miljun fil-banek lokali u f'dawn l-aħħar sebgħa snin dawn żdiedu b'Lm 624 miljun.", "(Interruzzjonijiet) Dik hija s-saħħa tal- karattru tagħna li kapaċi naħdmu, nonfqu u nġemmgħu.", "Illum hemm Lm1,300 miljun depożitati fil-banek; il-Mid-Med Bank u l-Bank of Valletta għandhom Lm1234 miljun u l-bqija qiegħed għand l-oħrajn.", "U dawn dejjem qegħdin jiżdiedu għaliex il-Maltin jafu fejn għandhom ipoġġu flushom għall-aħjar interess tagħhom.", "Issa se ngħaddi għal dak li qal l-Onor.", "Spiteri dwar il-Freeport.", "L- ewwelnett li jkollok suspetti fondati u konvinzjonijiet morali ma jfisser xejn għaliex il-provi jgħoddu.", "Il-kuntratt tal-Freeport forsi kien l-aktar kuntratt trasparenti li qatt ingħata f'dawn il-gżejjer.", "(Interruzzjonijiet) Għandek raġun tidħak!", "Onor. Alfred Sant, kieku qbadt Lm10 u ħadt il-karti kollha ta' dak il-kuntratt kont tkun taf kemm hu trasparenti.", "Sfortunatament f'dan il-pajjiż, la l-Oppożizzjoni mhi lesta tonfoq Lm10 ħalli tieħu l-karti kollha u tkun taf x'ġara u lanqas il-ġurnali.", "(Interruzzjonijiet) Għandek dritt tmur tieħu photocopy.", "(Interruzzjonijiet) Għalkemm rajthom ma xtrajthomx.", "Agħmlu rikors quddiem il-Kummissjoni Permanenti Kontra l-Korruzzjoni.", "Iva intom xejn u lil ħadd ma tafdaw!", "Intom lilkom infuskom biss tafdaw, jekk tafdaw, għax kultant nibda niddubita jekk intom tafdawx lilkom infuskom!", "Kif toħorġu mid-dar u tħallu lill-mara hemmhekk!", "(Interruzzjonijiet) U x'hemm lok għall-inkjesta!", "(Interruzzjonijiet) Ħalli nfiehmek x'ġara.", "It-Teżor għandu mod u min jiġġudika għandu mod ieħor.", "Jista' jkun iġġudikaw għat-tielet tenderer u mhux għat-tieni.", "(Interruzzjonijiet) Jien ma nterrompejtekx waqt li inti kont qed titkellem allavolja għidt ħafna ħmerijiet.", "(Interruzzjonijiet)", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Point of order, il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: L-Onor.", "Bonello du Puis staqsieni xi mistoqsijiet u jien irrispondejtu.", "Allura b'hekk qed ninterrompih?", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: L-Adjudicating Committee ħass li kellu jassenja l-kuntratt lit-tielet tenderer u l-irħas tnejn ħallihom barra - fuq l-irħas wieħed kien hemm qbil li ma kellux il-kapaċita' li jagħti dak li kien promess - waqt li l-Contracts Committee dehrilhom li ma kellhomx jassenjawh lit-tielet wieħed.", "Min ħadu kien ftit inqas minn Lm1miljun taħt it-tielet wieħed - allura tassenjah lit-tielet wieħed?", "Meta mbagħad ġejna biex nagħtu l-kuntratt, l-Oppożizzjoni bdew jgħidu li l-kuntratt se jieħdu min se jieħdu għax jiġi minn dak u jiġi mill-ieħor.", "Issa għax is- sitwazzjoni nqalbet l-Oppożizzjoni donnha nsiet x'kienet qalet fiż-żmien tal-kuntratt tal-Power Station ta' Delimara.", "Intom għandkom Elbros on your brains!", "Elbros ma kienu xejn.", "(Interruzzjonijiet) Elbros huma dawk li inti - anzi ta' qablek - u oħrajn iġġelidtu u ħadtu division hawn biex dik il-kumpannija tkun tista' tieħu l-kuntratt tal-Power Station.", "GĦandkom mezz li m'intomx teħduh, you are refusing to take that line.", "(Interruzzjonijiet) Issa ngħidlek x'inhi kummiedja Onor. Sant.", "(Interruzzjonijiet)", "Mr Chairman, għajjarna bil-ġbir tat-taxxi.", "(Interruzzjonijiet) Jien għamilt daqsxejn ta' studju.", "Ħalli naraw kemm ġbarna taxxi aħna - il-klieb aħna! - u kemm ġabru taxxi huma, u kemm kellna disposable, jiġifieri dak li jifdallek, li inti skantajt kemm iġemma' l-poplu Malti.", "Mill-1988 sa l- 1993 mill-income tax ġbarna Lm373 miljun; mid-dazji ġbarna Lm429 miljun; mill-bolla Lm437 miljun; b'kollox aħna ġbarna Lml,239.5 miljun taxxi f'sitt snin, u naqqasna l-income tax minn 65% għal 35%.", "Jiġifieri tajna ċans lin- nies iħallsu inqas, b'danakollu xorta ħallsu Lm1,239.5 miljun.", "Min-naħa tagħhom mill-income tax daħħlu Lm272 miljun, Lm220 mid-dazju u mill-bolla Lm307 miljun; b'kollox daħħlu Lm806 miljun fl-aħħar sitt snin tagħhom.", "Jiġifieri lill-poplu ħadnielu Lm433 miljun iktar minnhom.", "B'danakollu, f'dawk is-snin, taħt l-Amministrazzjoni Soċjalista - meta lill-poplu ħadulu Lm400 miljun inqas milli ħadnielu aħna - il-poplu ġemma' Lm171 miljun u fi żmienna l-poplu ġemma' Lm624 miljun.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Mela aħna rnexxielna nagħmlu dak li minn dejjem għidt jien.", "Fi żmienna l-poplu ħadem aktar, ħallas aktar taxxi, nefaq aktar fuq il-konsum u b'danakollu ġemma' aktar ukoll.", "Dawn l-affarijiet ma jiġux waħedhom, imma l- Oppożizzjoni tara kollox mudlam, partikolarment il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "L-Onor.", "Sant qal li l-ekonomija tagħna qisha ajruplan b'erba' makni; waħda taħdem u t-tlieta l-oħra jixxortjaw.", "Meta smajtu mmaġinajt karozza b'piston wieħed, mingħajr silencer u tinnokkja l-ħin kollu.", "Imma jien ngħidlu biss li Don Quixote kien jistħajjel li kull mitħna hija ġgant!", "Kellu suspett profond u fondat, u kellu wkoll il-konvinzjoni morali li kull mitħna kienet ġgant.", "(Interruzzjonijiet) Jien nagħlaq billi ngħidlu li Ġeremija komparat ma' l-Oppożizzjoni Soċjalista, kien ottimista!", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Nirringrazzjak.", "Skada l-ħin tad-diskussjoni fil- Kumitat ta' Provvista.", "Nitlob lill-istazzjonijiet tar-radju jieqfu jxandru din is-seduta.", "Il-mistoqsija hija l-emenda għal Vot 15 kif imressqa mill-Onor.", "Lino Spiteri.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Skond il-ftehim milħuq fis-seduta tat-18 ta' Novembru, 1994, din il-votazzjoni tittieħed minn hawn u ħames minuti oħra.", "Billi ntalbet votazzjoni, f'12.31 p.m. il-Kumitat ġie sospiż u rriżuma f'12.36 p.m.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija l-emenda għal Vot 15 kif imressqa u moqrija mill-Onor.", "Lino Spiteri.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "VOTAZZJONI NRU.", "252", "FAVUR : 29", "L-Onor.", "|Abela Wistin |Micallef Freddie| |Attard |Mifsud Bonnici | |Montalto John |Karmenu | |Bartolo |Mintoff Dom | |Evarist | | |Borg Carmel |Mizzi Joe | |Brincat Leo |Moran Vincent | |Buhagiar |Muscat Philip | |Charles | | |Buhagiar Louis|Nicholl Tony | |Calleja Reno |Portelli Alfred | |Cilia Joe |Refalo Anton | |Debono Grech |Sant Alfred | |Joe | | |Farrugia |Sant Salvu | |Michael | | |Farrugia Noel |Schembri Adami | | |Sandro | |Gatt George |Spiteri Lino | |Grech Edwin S.|Vella George | |Mangion | | |Charles | |", "KONTRA : 32", "L-Onor.", "|Asciak Michael |Galea Mario | |Bonello du Puis |Gatt Lawrence | |George | | |Bonnici Josef |Hyzler George | |Bonnici Michael |Mifsud Bonnici | | |Antoine | |Borda Manuel |Muscat Claude | |Borg Tonio |Muscat Richard | |Cassar Joe |Psaila Savona | | |Joseph | |Cuschieri Louis |Refalo Louis | |Dalli John |Refalo Michael | | |Angelo | |Debono Giovanna |Rizzo Naudi John| |Deguara Louis |Spiteri Carm | | |Lino | |Falzon Michael |Tabone Anton | |Fenech Joe |Vella John | |Frendo Michael |Zammit Ninu | |Galea Ċensu |Zammit Stanley | |Galea Louis |Zammit Dimech | | |Francis | | | |", "L-emenda m'għaddietx.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Issa se npoġġi l-mistoqsija fuq ir-Riżoluzzjonijiet imressqa mill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi.", "VOT 15 - MINISTERU GĦAS-SERVIZZI EKONOMIĊI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 262,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 15 - Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1995.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt Vot 15 għaddiet.", "THE DEPUTY CHAIRMAN:", "VOT 16 - INDUSTRIJA", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 439,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 16 - Industrija, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1995.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt Vot 16 għaddiet.", "THE DEPUTY CHAIRMAN:", "VOT 17 - TURIŻMU", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 2,214,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 17 - Turiżmu, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1995.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt Vot 17 għaddiet.", "THE DEPUTY CHAIRMAN:", "VOT IV - MINISTERU GĦAS-SERVIZZI EKONOMIĊI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 15,258,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot IV - Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1995.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt Vot IV għaddiet.", "F'12.41 p.m. il-Kamra rriżumiet u l-Viċi President tal-Kumitati rrapporta li Voti 15, 16, 17 u IV taħt il-Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi ġew approvati mill-Kumitat ta' Provvista.", "MR SPEAKER: L-Aġent Prim Ministru, jekk jogħġbu, iressaq l-aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nipproponi l-aġġornament tal-Kamra għal-lejla, it- Tlieta, 6 ta' Diċembru, fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Kumitat ta' Provvista - Estimi Ġenerali 1995", "Ir-Raba' Jum Stabbilit", "Voti tal-Ministeru għaż-Żgħażagħ u Kultura u", "Voti tal-Ministeru għat-Trasport, Komunikazzjoni u Teknoloġija", "Ninforma lill-Kamra li skond il-ftehim milħuq fis-seduta numru 341 tat-18 ta' Novembru 1994, din is-seduta għandha tixxandar bir-radju.", "MR SPEAKER: Skond il-ftehim milħuq fis-seduta tat-18 ta' Novembru, il- Kamra hija aġġornata għal-lejla, it-Tlieta, 6 ta' Diċembru, fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Aġent Prim Ministru.", "F'12.42 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija, skond il- ftehim milħuq.", "MISTOQSIJIET IMWIEĠBA BIL-MIKTUB", "SPTAR SAN LUQA - HOSPITAL MANAGEMENT COMMITTEE", "23115.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm ilu ma jiġi mwaqqaf il-Hospital Management Committee ta' l-Isptar San Luqa?", "Fl-assenza ta' dan il-Kumitat għal bosta snin min kien responsabbli għal Management u l-kordinazzjoni ta' dan l-Isptar?", "Jekk il-Gvern qiegħed ifittex persuni barranin għal pożizzjoni ta' General Manager ta' dan l-Isptar, jista' l-Ministru jikkonferma li s-Sur Philip Rizzo li fil-preżent huwa nkarigat mir- Refurbishment Committee mhux qiegħed jiġi kkonsidrat għal pożizzjoni ta' General Manager?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: M'għandi xejn x'inżid mat-tweġiba diġa' mogħtija għall-mistoqsija parlamentari simili preċedenti.", "SPTAR ZAMMIT CLAPP - GENERAL MANAGER", "23116.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid xi kwalifikazzjonijiet u esperjenza għandu is-Sur Joseph Micallef li jaħdem bħala General Manager fl-Isptar Zammit Clapp?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-Bord tat-Tmexxija għażel lis-Sur Joseph Micallef bħala 'General Manager' ta' l-Isptar Zammit Clapp minn fost 40 applikant u wara li sarulu tliet intervisti.", "Is-Sur Micallef intgħażel fuq bażi ta' ħila ta' tmexxija, ta' mod kif jaħdem man-nies fuq il-post tax-xogħol, ta' dispożizzjoni li jieħu inizjattiva u jerfa' r-responsabilita', u anke minħabba ħila speċifika fil- Qasam ta' l-Informatika li hu qasam importanti fl-Isptar.", "Huwa għandu wkoll esperjenza twila fuq livell internazzjonali fejn ħadem u mexxa xogħlijiet fl-Ewropa, l-Asja u l-Amerika, f'dixxiplini diversi ta' tmexxija, speċjalment tal-lukandi.", "Is-Sur Micallef jippossedi wkoll 'Hotel' u 'Catering Diploma' minn Kulleġġ Ingliż.", "SPTAR SAN RAFFAELE - ESPROPRJAZZJONI TA' ART", "23117.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jgħid kemm-il biċċa art ta' proprjetarji differenti kienu ġew esproprjati mill-Gvern biex jintużaw għal bini ta' l-Isptar il-ġdid San Raffaele?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawn il-biċċiet ta' artijiet issa mhux se jkunu neċessarji għal bini ta' dan l-isptar?", "Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jgħid jekk il-proprjetarji ta' dawn l-artijiet ġewx informati li l-artijiet tagħhom mhux se jibqgħu taħt ordni ta' esproprjazzjoni?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Jien informat li l-art milquta mill- proġett ta l-Isptar San Raffaele ġiet dikjarata għal esproprju b'diversi avviżi.", "Barra biċċa li kienet esproprjata għall-bini ta' l-Universita' u issa qed tiġi nkorporata fl-Isptar, kien hemm erba' avviżi ta' esproprju oħra u dawn huma GN 480/90, GN 790/93, GN 701/90, GN 440/94.", "Hemm ukoll strip żgħir matul il-Bypass li għalkemm ma ġiex utilizzat għall-Bypass issa se jiġi ntegrat fl-Isptar.", "Jista' jkun ukoll li minħabba esiġenzi ta' planning ikun hemm bżonn li jiġu esproprjati xi biċċiet art oħra zgħar.", "Preliminarjament jidher li hemm 29 plot ta' sid jew sidien differenti.", "Ma saret ebda release ta' art minn dik li ġiet esproprjata għall-proġett ta' l- Isptar.", "ZABBAR/XGĦAJRA - SINJALI TAT-TRAFFIKU", "23118.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazz-joni u Teknologija: Jista' l-Ministru jara hux possibbli li ssir bozza u sinjal \"No Entry\" fil-bidu tas-Sqaq li hemm fejn Triq Orlando, Zabbar li tiltaqa' ma' Triq il-Knisja fix-Xgħajra, peress li residenti fil- bidu ta' dan l-isqaq jilmentaw mill-periklu minħabba karozzi li jgħaddu minn hemm u jixtiequ li t-traffiku ma jitħallix jgħaddi minn dan l-ispeċi ta' sqaq?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Se nirreferi t-talba ta' l-Onor.", "Interpellant lill-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku.", "Rigward il-bozza l-Onor.", "Interpellant hu mitlub jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru għall- Ambjent.", "PATATA - PREZZ TA' PATATA MPORTATA", "23119.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jinvestiga is-serq li qiegħed ikun hemm fil- bejgħ tal-patata importata a skapitu tal-konsumatur?", "Din il-patata qed tinbiegħ f'boroż tal-plastik bil-marka ta' \"Good Taste\".", "Borża ta' żewġ kili tinbiegħ 59c.", "Imħallta magħha ikun hemm bejn 400-500grms ta' patata inferjuri u ta' varjeta' differenti li tidher marradija u mhux tajba għal konsum.", "Bil-konsegwenza li l-konsumatur qed jinsteraq dan l-ammont ta' patata minn borza ta' żewġ kili, min hu responsabbli li jiċċekkja l- kwalita' ta' patata li tinbiegħ bi prezz tajjeb fis-suq?", "ONOR.", "CENSU GALEA: Nitlob l-Onor.", "Interpellant jindika l-postijiet li fihom qed iseħħ l-abbużi msemmija, biex ikunu jistgħu jittieħdu l-passi neċessarji.", "DIPARTIMENT TAS-SAĦĦA: KORS TAL-LABORATORY TECHNICIANS", "23330.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid min kien dak l-barrani li kien inġieb mil-Gvern biex imexxi l-kors tal-Laboratory Technicians?", "Kemm dam Malta dan il-lecturer?", "Kif kien jitħallas?", "Min hemm inkarigat issa mill-kors ta' dawn l-istudenti?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Philip Turkington kien inġieb biex ippjana u jwettaq Kors ta' 'Medical Laboratory Technology'.", "Kien impjegat taħt kuntratt ta' tliet snin b'paga annwali ta' Stg23,184.", "Ġie Malta f'Jannar ta' l-1991 u telaq fi Frar ta' l-1992.", "Issa is-Sur Joseph A Borg hu nkarigat mill-Kors tad-'Diploma' taħt id- direzzjoni tal-Professur Maurice Cauchi.", "XTUT: XROBB L-GĦAĠIN - CYCLOPS BAY", "23331.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jaf il-Ministru li Cyclops Bay, Ras il-Fenech fi Xrobb l-Għaġin il-blat minn abjad karti swied bħal faħam minħabba l-ħsara ambjentali li qed tiġi kkaġunata mill-Power Station l-ġdida?", "Jaf il-Ministru li r-ramel li kien abjad u sabiħ, issa swied?", "Dan ma jikkonfermax il-qirda ambjentali qed tikber minħabba din il-Power Station?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Mill-investigazzjoni preliminari li saret mill-uffiċjali tad-Dipartiment Għall-Protezzjoni ta' l-Ambjent f'Cyclops Bay, Ras il-Fenek, Xrobb l-Għaġin, jirriżulta li ma kien hemm ebda ndikazzjoni ta' xi ħsara ambjentali ta' natura hekk kif imsemmija fl-istess mistoqsija.", "MID-MED BANK - FTUĦ TA' FERGĦAT ĠODDA", "23332.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il branch ġdid fetaħ l-Mid-Med Bank f'dawn l-aħħar ħames snin?", "Fejn infetħu?", "Kemm nefaq il-Mid-Med fil- ftuħ ta' dawn il-branches wieħed b'wieħed?", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Dawn l-aħħar ħames snin il-Mid-Med Bank fetaħ sitt fergħat ġodda f'dawn il-lokalitajiet:", "|SENA |LOKALITA' |NEFQA | | | |KAPITALI | | | | | |1991 |Zebbug |Lm141,814 | |1992 |Zejtun |Lm110,569 | |1992 |San Gwann |Lm186,458 | |1993 |Tarxien |Lm171,141 | |1994 |St Andrew's|Lm269,161 | |1994 |Zabbar |Lm224,255 |", "In-nefqa kapitali tinkludi l-prezz tal-proprjeta' jew l-art fejn infetħet il-fergħa.", "Id-dettalji mogħtija hawn fuq ma jinkludux il-ftuħ ta' numru ta' aġenziji, 'foreign exchange bureau' u l-uffiċini tal-Mid-Med Bank Overseas Ltd, li wkoll infetħu bejn l-1990 - 1994.", "MINISTERU TAL-FINANZI - IRRANĠAR TA' L-UFFIĊINI", "23333.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid kemm intnefqu flus fl-irranġar ta' l-uffiċini li qabel kienu ta' l-MIB u issa saru l-uffiċini tal-Ministeru tiegħek?", "Il-Ministeru kellu l-permessi meħtieġa mingħand l-Awtorita' ta' l- Ippjanar biex tela' sular ieħor fuq dan il-bini?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-ammont minfuq kien ta' Lm84,459 li ngħata b'kuntratt lill-Kalaxlokk.", "Rigward i-tieni parti tal-mistoqsija, r-risposta hi fl-affermattiv.", "DIPARTIMENT TA' L-ARTIJIET - KONFISKAZZJONI TA' ART", "23334.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru issa jgħid x'qed iżomm lid-Dipartiment ta' l-Artijiet li jirrilaxxa l-art li ġiet konfiskata fil-Gudja mingħand is-Sur John Agius u s-Sur Camilleri (Land 742/73/12)?", "Meta d-Dipartiment tax-Xogħlijiet uża lill-Lands Department li din l-art konfiskata m'għandux bżonnha (File No. P.W. 3710/70) għaliex il-kwestjoni għadha tkaxkar?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Jien informat li l-file relattiv se jintbagħat għand il-President ta' Malta ħalli ssir id-dikjarazzjoni relattiva."]} {"filename": "20060510_383d_par.doc", "date": "2006-05-10", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Uffiċjali u Rivedut) L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 383 L-Erbgħa, 10 ta' Mejju 2006 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 383", "L-Erbgħa, 10 ta' Mejju 2006", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.02 p.m.", "Talba", "Seduta Nru. 383", "L-Erbgħa, 10 ta' Mejju 2006", "WERREJ", "MINUTI 88", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 88", "TQEGĦID TA' KARTI 92", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-LIĠIJIET DWAR IL-PROTEZZJONI", "TAL-KONSUMATUR (IT-TIENI QARI)", "CONSUMER PROTECTION LAWS (AMENDMENT) BILL (SECOND READING) 92", "AĠĠORNAMENT 110", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 115", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 382 li saret fid-9 ta' Mejju, 2006 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "TOQBA TAL-BIRGU", "15165.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Chris Agius) staqsa lill- Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jgħid meta se tiġi rranġata t-triq li tagħti mill-Kalkara għat-Toqba tal-Birgu?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT (Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq): Riċentement l-ADT wettqet xogħlijiet ta' patching u ta' tindif sabiex din it-triq tkun aktar aċċessibbli.", "Sadanittant qed tħejji ukoll proġett estensiv u malli l-MEPA toħroġ il-permess, jinħareġ it-tender u jinbeda x- xogħol.", "TRIQ PIETRU SALIBA F'ĦAL-LUQA", "17602.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Maire Louise Coleiro) staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jgħid meta se ssir Triq Pietru Saliba, f'Ħal-Luqa?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: It-triq indikata mill-Onor.", "Interpellant hija nkluża fil-lista ta' toroq residenzjali li se jsiru mill-ADT, bix-xogħol isir skond il-prioritajiet li jirriżultaw minn programm li għad irid joħroġ.", "TRIQ TORTELLA FL-IMQABBA", "17830.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joseph M. Sammut) staqsa lill- Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jgħid meta se tingħata wiċċ Triq Dun Giacomo Tortella, fl-Imqabba issa li l-bini tela' kollu?", "Meta se tiġi ffurmata s-service road li tgħaqqad Triq Tortella ma' Vjal il-Konvoj ta' Sta.", "Marija?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ix-xogħol ta' bini fi Triq Giacomo Tortella u s- service road ma' Vjal il-Konvoj ta' Sta Marija m'ilux wisq li tlesta.", "Ix- xogħol ta' kostruzzjoni f'dawn it-toroq qiegħed fil-lista ta' xogħlijiet li qegħdin isiru fl-Imqabba.", "M'ilux ukoll id-direttorat tat-toroq għamel xogħol fl-Imqabba fi Triq Mons A. Caruana, Triq Ġanni Darmanin u Triq Xandru Farrugia u fil-ġimgħat li ġejjin se jagħmel xogħol ta' tarmac fi Triq il-Familja Brancati, Triq l- Ispnar u Triq it-Torba.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Peress li llum 'il ġurnata l-kampanja qed tkun iffrekwentata aktar minn qatt qabel minn numru ta' Maltin u anke turisti u peress li numru ta' residenti li jgħixu f'dawn l-inħawi qed jilmentaw mill- qagħda ħażina li jinsabu fiha ċerti toroq rurali, hemm maħsub li jiġu indirizzati dawn il-problemi ġaladarba l-kunsilli lokali m'għandhomx mezzi biex jagħmluhom huma?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: M'huwiex possibbli li l-ADT tieħu fuqha xogħlijiet ta' toroq rurali li huma responsabbilta' tal-kunsilli lokali.", "Meta tħares lejn il-programm kollu ta' x'irid isir, bilfors ikollok tieħu ċerti deċiżjonijiet dwar fejn se tikkonċentra iktar l-infiq u l-programm tiegħek.", "L-enfasi li qed nagħmlu bħalissa hija fuq toroq residenzjali, peress li dawn għandhom impatt immedjat fuq il-kwalita' tal-ħajja.", "Dan ma jfissirx li qed nitraskuraw it-toroq rurali, iżda qegħdin nindirizzaw biss ċerti ħteġijiet bħal ngħidu aħna xogħol ta' manutenzjoni u interventi ta' ċerta urġenza.", "Impossibbli nerġa' ngħid li tifrex il-budget b'tali mod li tindirizza t-toroq kollha, Sur President.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Ġiet ikkonsidrata l-possibbilta' li jintalbu fondi speċifiċi għat-toroq rurali mill-Unjoni Ewropea?", "Saret analisi dwar il- qagħda ħażina li jinsabu fiha t-toroq ta' l-Imtaħleb?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Fondi ta' koeżjoni mill-Unjoni Ewropea nistgħu nitolbu biss għal dawk it-toroq li huma arterji u li jiffurmaw parti mit- TEN-T route, jiġifieri t-triq li tgħaddi minn ħdejn l-airport, il-Port il- Kbir, tibqa' sejra lejn iċ-Ċirkewwa u mbagħad minn Għajnsielem tibqa' tiela' għal San Lawrenz.", "Minn fondi strutturali jistgħu jintalbu xi fondi għat-toroq, pero' fit- talbiet tagħna għal proġetti ta' toroq se nkunu qed nikkompetu ma' setturi oħrajn fil-pajjiż.", "Jiġifieri ma nistgħux nassumu li l-gvern se jagħti parti sostanzjali mill-fondi strutturali għat-toroq għax il-fondi jiġu l- aktar mill-fondi ta' koeżjoni.", "Minn fondi strutturali jistgħu jintalbu wkoll fondi għal dawk it-toroq li jinsabu f'żoni industrijali.", "Fil-fatt għandna l-ħsieb li parti mill- proġett tal-crafts villlage jiġi ffinanzjat minn fondi strutturali.", "Jista' ikun li xi ħadd jinkwadra xi talba għal toroq f'żoni rurali jekk jikkombinaha ma' programm ta' ambjent, pero' hemmhekk l-inizjattiva trid tittieħed mill-ministeru responsabbli mill-affarijiet rurali u ambjent.", "Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, aktar konna qegħdin inħarsu lejn it- toroq rurali li jinsabu fl-area taċ-Chadwick Lakes bħala ħteġijiet urġenti u partikolari.", "Ħafna drabi filwaqt li nkunu qed nagħmlu ċerti toroq arterjali, nagħmlu wkoll xi crossing jew sqaq li jkun jagħti għal dik l- istess triq.", "Dan ikun neċessarju kemm biex l-ilma jiġi channelled f'dawn l- isqaqien kif ukoll minħabba l-impatt li dawn l-isqaqien jista' ikollhom fuq it-toroq partikolari.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Sur President, din in-naħa tal-Kamra tinsab preokkupata ħafna għax ċerti toroq fil-kampanja aktar ma jgħaddi ż-żmien, aktar qegħdin narawhom żdingati.", "Jista' il-Ministru jara li din is- sitwazzjoni ma taħrabx għal kollox mill-idejn?", "Nista' nissuġġerixxi li jsir studju bejn il-gvern u l-kunsilli lokali dwar kif għandha tiġi indirizzata din il-qagħda?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Kif għedt diġa', x'aktarx li ħafna mit-toroq rurali huma responsabbilta' tal-kunsill lokali.", "Il-formula ta' l- iffinanzjar tal-kunsilli lokali tkopri żewġ elementi, parti waħda tieħu in konsiderazzjoni l-popolazzjoni li tgħix fil-konfini ta' dak il-kunsill lokali u parti oħra tieħu in konsiderazzjoni s-superficial area li taqa' fil-konfini ta' dak il-kunsill.", "Naturalment il-kunsilli lokali li għandhom żona rurali kbira, ikollhom budget pjuttost sostanzjali.", "Fil-fatt il-kunsilli lokali li għandhom l- ogħla budgets huma dawk ta' l-Imġarr, tas-Siġġiewi u b'mod speċjali tal- Mellieħa, li għandu annessi miegħu diversi żoni rurali u jieħu l-funding tagħhom.", "X'aktarx li l-fondi li qed jingħata l-kunsill lokali tal-Mellieħa suppost ikopru ammont ta' xogħol f'toroq rurali wkoll għax għalhekk hemm dik il-formula.", "Ma naħsibx li huwa fair li l-gvern jidħol għall-iffinanzjar li suppost jagħmlu l-kunsill lokali meta l-gvern għandu obbligi oħrajn, bħal xogħol urġenti f'toroq residenzjali u jarroga għalih responsabbilta' li frankament hija ta' ħaddieħor.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: X'inhi r-raġuni li ma ngħatat l-ebda linja gwida lill- kunsilli lokali dwar il-prioritajiet ta' management li għandhom japplikaw f'żoni rurali kemm biex jiġi mħares l-impatt eko-turistiku kif ukoll l- impatt agro-turistiku?", "Nifhem li waqajna lura fejn pajjiżi oħra membri ta' l-Unjoni Ewropea – qed ngħid hekk peress li l-gvern għadu lanqas ħejja regolamenti f'dan ir- rigward - imma nemmen li għandu jkun hemm guidelines bażiċi u mhux noqogħdu ngħidu li dan huwa xogħol il-kunsilli u nieqfu hemm għax hekk il-problema mhix qed tiġi indirizzata.", "Jekk il-gvern qed jgħid li din hija responsabbilta' tal-kunsilli lokali u l-kunsilli lokali għal xi raġuni jew oħra m'humiex qed jattwawha, iċ-ċittadin xorta waħda qed jibqa' żvantaġġat.", "Possibbli ma jistax isib mezz il-Ministru kif b'kollaborazzjoni ma' ministeri oħra, jagħti aktar importanza għall-management tat-toroq rurali?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: L-istrateġija tagħna tirrigwarda t-toroq li huma fir-responsabbilta' tagħna.", "Strateġija għal toroq arterjali għandna.", "Strateġija għal toroq residenzjali għandna wkoll u qegħdin nissettjaw waħda għas-sentejn li ġejjin.", "Din m'hijiex kwestjoni ta' x'liġijiet tagħmel.", "Aħna nagħmlu liġijiet li jissettjaw l-istandards ta' kif tinbena t-triq, kif isiru l-ispecifications u kif tikkontrolla t-traffiku.", "Dawn ir- regolamenti jeżistu u allura r-responsabbilta' sa ċertu punt ta' l-ADT fejn jidħlu toroq rurali qiegħda hemmhekk, pero' ma naħsibx li tista' timmaniġġa żoni rurali billi sempliċement tagħmel ir-regolamenti.", "Ir-responsabbilta' għall-kontroll ta' żoni rurali hija shared minn ħafna enti.", "Fost dawn hemm il-MEPA li għandha r-regoli tagħha u ċerti żoni ġew ddikjarati bħala żoni ta' protezzjoni u importanza ekoloġika.", "Jiġifieri għandek programmi differenti skond ir-responsabbiltajiet diversi.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Iżda bil-programmi kollha u bir-responsabbiltajiet kollha li qed jaċċenna għalihom il-Ministru, xorta waħda sfrundat il-bypass ta' l-Imtarfa u anke dik tal-Ħemsija li għadu kemm sar xogħol fuqhom!", "Jista' jikkonsidra li bis-serjeta' jagħmel analisi aktar profonda tas- sostenibilita' li hemm bżonn biex l-amministrazzjoni ta' dan il-pajjiż tkun aktar accountable f'ħidmitha?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Sur President, jiddispjaċini imma meta nisma' kummenti bħal dawn nibda niddubita x'ikun hemm warajhom dawn il- mistoqsijiet.", "It-triq Tal-Ħemsija mhijiex rurali imma hija arterja għaddejja minn żona rurali.", "Ir-risposti kollha li tajtu huma dwar l- isqaqien li jgħaddu minn ġor-raba' għax dak hu li nifhmu bih meta ngħidu toroq rurali.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom, inżommu l-ordni.", "Ikompli l-Ministru.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ma nafx għalfejn qed inkomplu ndawru l-argument u nġebbdu l-istorja tal-ħsarat li kien hemm.", "It-triq f'Tal-Ħemsija ma sfrundatx imma kien hemm biss ħsara fuq parti minnha.", "Din it-triq hija itwal minn kilometru u l-ħsara hija fuq ftit metri.", "Kultant inkomplu ntambru fuq l-istess ħaġa biex innessu lin-nies it-tajjeb li jkun sar.", "Lanqas it-triq ta' l-Imtarfa m'hi rurali, dik hija bypass.", "Taċ-Chadwick Lakes hija triq rurali.", "Affarih jekk l-Onor.", "Interpellant irid jiġbed ċerti konklużjonijiet, imma mhux filli nitkellmu fuq triq rurali u f'daqqa waħda, għax ikun hemm triq arterjali għaddejja minn żona rurali, ngħidu li dik hija triq rurali.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jista' il-Ministru jara kif jagħmel biex meta l- gvern jiġi biex jagħmel triq rurali jew bypass, din ma tisfrundax wara tliet xhur bil-poplu jisborżja l-flus permezz tat-taxxi li jħallas?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Fil-każ tal-protokoll Taljan, minn madwar 17,000 metru ta' toroq kien hemm ħsarat fuq għexieren ta' metri.", "Jien qatt m'għedt li m'hemmx ħsarat.", "Lanqas ma ppruvajt ngħatti l-ħtija ta' ħadd jew għedt li mhux qed neħduha bis-serjeta' din il-problema.", "Pero' l-Onor.", "Interpellant qiegħed jipprova jnessi affarijiet oħrajn li għedt hawnhekk, Sur President.", "Jien għedt li l-ħlasijiet huma miżmuma sakemm ikunu konklużi l- investigazzjonijiet li qegħdin isiru.", "Ammont sostanzjali minnhom diġa' huma lesti, pero' ma nistax noħroġ ir-riżultat finali peress li qed nistenna xi testijiet li ntbagħtu l-Ġermanja.", "Il-kuntrattur diġa' huwa committed li jekk il-ħsarat jirriżultaw li huma responsabbilta' tiegħu, jirranġahom huwa a spejjeż tiegħu.", "B'hekk il-poplu ma jkun sborżja l-ebda sold.", "Is-serjeta' hekk tirrikjedi.", "Anke l-mod kif inkitbu t-tenders saru bis-serjeta' għax il-kuntrattur huwa responsabbli hu.", "Aħna nżommu r- retention money biex nagħfsu fuq il-kuntrattur biex iġorr l-ispejjeż hu.", "Fil-fatt xi ġimgħatejn ilu, il-periti tad-dipartiment urew ix-xewqa tagħhom li jagħmlu t-tiswijiet neċessarji fejn irriżultat il-ħsara.", "Jien għedtilhom li l-ewwelnett xtaqthom jagħmlu testijiet fuq medda ħafna itwal minn fejn hemm il-qsim fit-triq, biex inkun żgur li meta nsewwu dik il- parti ma jirriżultax qsim f'xi lokazzjonijiet oħrajn.", "F'dawn l-aħħar ġimgħat konna qed nagħmlu testijiet li jindikawlek jekk hux se jkollok subsidence f'postijiet oħrajn fit-triq u l-indikazzjonijiet urew li dan m'għandux ikun.", "Allura l-konklużjoni li ġibed l-Onor.", "Interpellant li t- triq falliet, ma nistax nissostanzjaha, anzi nirribattiha b'saħħti kollha, Sur President.", "Naturalment jien mhux qed ngħid li m'hemmx lok għal xogħol aħjar u nikkondividi dak li qal l-Onor.", "Farrugia li dejjem nistgħu ntejbu l- amministrazzjoni.", "Fil-fatt qegħdin naraw kif nagħmlu biex kemm jista' ikun nevitaw żewġ affarijiet, waħda l-mod kif tinħareġ it-tender u mbagħad jinbidel il-mod kif isir ix-xogħol għax jirriżultawilna ċerti sitwazzjonijiet partikolari; u l-oħra li nkunu nistgħu nkomplu nsegwu x- xogħol b'mod aħjar biex ħsarat bħal dawn ma jiġrux, allavolja l-kuntrattur ikun obbligat li jsewwihom minn butu.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Saret evalwazzjoni tar-rapport li għamlu l-esperti dwar kif għandha tiġi indirizzata l-problema li tirriżulta f'toroq bħal dik f'Tal-Ħemsija u dik ta' l-Imtarfa?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Il-metodu ta' kostruzzjoni propost huwa li jkollok speċi ta' gaġeġ u tpoġġi l-materjal fihom, liema metodu apparentement xi darba ntuża fl-inħawi taċ-Chadwick Lakes.", "Dan il-metodu rriferejtu lin- nies tekniċi tagħna u huma qaluli li dan huwa applikabbli f''żoni bħaċ- Chadwick Lakes, fejn għandek ċerta retention ta' ħamrija biex kemm jista' ikun tkun tippermetti l-passaġġ ta' l-ilma mingħajr ma ġġorlok il-materjal tar-retaining wall.", "Pero' mhix din l-issue f'Tal-Ħemsija, Sur President.", "Jien inkarigajt lin-nies tiegħi biex fejn ikollna xogħlijiet f'żoni rurali, nieħdu in konsiderazzjoni dawn il-metodi ta' konstruzzjoni li huma sostenibbli iktar għall-ambjent.", "GUDJA ZEBRA CROSSING", "18567.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jara li jitwaħħlu mill-iktar fis dwal maz-zebra crossing ta' ħdejn il-football ground tal-Gudja, quddiem il-Palazz ta' Bettina?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: L-awtorita' dwar it-trasport se tagħmel ispezzjoni fil-post imsemmi biex tara x'azzjoni għandha tieħu.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Azzopardi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JASON AZZOPARDI: Imma jista' il-Ministru jgħid meta se jsiru d-dwal?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Jiddispjaċini imma bl-amment ma nkunx naf.", "Naturalment ikollok talbiet għal numru ta' zebra crossings oħrajn u allura trid timxi skond il-prioritajiet.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-Mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti u nsejjaħ lill-Viċi Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "TONIO BORG (Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar każi ta' abbuż sesswali, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 18726;", "f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi nqiegħed fuq il-mejda tal- Kamra:", "Exemption order lil victim support, skond artikolu 12(2) ta' l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income (Kap 123); u", "f'isem il-Ministru tal-Familja u Solidarjeta` Soċjali nqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar appartamenti li qed isirilhom xogħol fuq il-komun, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 18709.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni): Mr Speaker, f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi nqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Lista ta' diretturi u assistenti diretturi fid-diviżjoni ta' l- edukazzjoni, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 18989; u", "f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Barranin inqiegħed fuq il-mejda tal- Kamra:", "Tagħrif dwar l-infiq fuq fuel fil-ministeru ta' l-affarijiet barranin, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 18467.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-LIĠIJIET DWAR IL-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR", "CONSUMER PROTECTION LAWS (AMENDMENT) BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mid-9 ta' Mejju, 2006.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "MR SPEAKER: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Michael Farrugia.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Mr Speaker, waħda mill-problemi li riċentement donnha telgħet fil-wiċċ u li l-konsumatur Malti u Għawdxi jrid jiffaċċjaha meta l-iktar li jkun fil-bżonn hija l-kwestjoni tal-mediċinali.", "M'iniex se noqgħod nidħol fid-dettalji ta' l-abbozz ta' liġi per se għax naħseb huwa importanti li nħarsu lejn aspetti li verament jolqtu lill-konsumatur.", "L- għan ta' dan l-abbozz ta' liġi huwa biex jemenda u jipprovdi miżuri ta' infurzar f'diversi liġijiet sabiex jiġi implimentat ir-regolament tal- Parlament Ewropew fuq il-koperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-protezzjoni tal-konsumaturi.", "Iżda naħseb li hemm qabża kbira bejn dak li nsibu mikbub u r-realta` tal-ħajja ta' kuljum.", "Madwar erba' snin ilu kien jingħad li bid-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea se tiżdied u titjieb il-kwalita` tal-prodotti mediċinali u b'hekk il-poplu Malti u Għawdxi jgawdi minn kwalita` u, sa ċertu punt, aċċessibilita` aħjar għall-mediċini.", "Fir-realta` meta wieħed jara kif żviluppaw l-affarijiet matul il-perjodu li ilna membri, insibu li hemm ċerti aspetti f'dan is- settur li sfortunatament il-gvern ma tax kashom.", "Mhux hekk biss, jien ngħid li ċerti setturi tas-soċjeta` Maltija mxew b'għajnejhom magħluqa minflok ma għamlu pressjoni fuq il-gvern biex jagħmel in-negozjati ħalli jsiru l-bidliet kollha neċessarji u ma jsibux ruħhom fil-pożizzjoni li jinsabu fiha llum il-ġurnata.", "Li kieku taw kas il-problemi li kienu se jkunu qed jiffaċċjaw illum naħseb li ma kenux isibu ruħhom fis-sitwazzjoni li jinsabu fiha llum.", "Din in-naħa tal-Kamra kienet ġibdet l-attenzjoni mhux biss fuq il-kwestjoni tal-mediċini, imma fuq diversi setturi oħrajn, imma l-gvern kien għażel li jagħlaq widnejh u kompla miexi għax hu jifhem f'kollox, l-esperti tiegħu jifhmu f'kollox, u allura ma tax widen għal dak li kienet qed tgħid l- Oppożizzjoni.", "Kienu jgħidu li l-Oppożizzjoni dejjem tingħi!", "Kemm nixtieq li l-affarijiet li konna ngħidu dak iż-żmien attwalment m'aħniex nesperjenzawhom!", "M'iniex qed ngħid li d-deċiżjoni li ħa l-poplu Malti b'xi mod jew ieħor għandna nirtiraw minnha, imma l-gvern Nazzjonalista kellu jara li n-negozjati li kien qed imexxi fl-aħħar mill-aħħar ikunu fl- interess tal-konsumatur Malti u Għawdxi.", "Imma jidher li għalaq għajnejh u kompla jiddiskuti għax qal li hu jifhem u li ma kellu bżonn jisma' xejn mingħand ħadd.", "Wieħed mis-setturi importanti tas-soċjeta` Maltija u Għawdxija li jolqot fil-laħam il-ħaj hija l-kwestjoni tal-mediċini u prodotti farmaċewtiċi.", "Wieħed mill-aktar fatturi importanti f'dan is- settur huwa l-aċċessibilita`, li wieħed ifittex u jsib, li jkun hemm ħafna tipi ta' mediċini li jagħtu lok li jkun hemm kompetizzjoni vera li fl-aħħar mill-aħħar tagħti ċ-ċans li l-prezz fis-suq lokali jinżamm kompetittiv.", "Ħalli naraw x'ġara eżattament f'dawn l-aħħar sentejn f'pajjiżna.", "F'dawn l-aħħar sentejn, peress li kellna gvern li ma kienx għaqli, kellna gvern li jifhem f'kollox u kellna gvern li ma semax x'kienet qed tgħid l- Oppożizzjoni – nirrepeti li nixtieq bis-serjeta` kollha li f'dak li konna ngħidu konna żbaljati aħna u kellu raġun il-gvern – sfortunatament għall- poplu Malti u Għawdxi rriżulta li kellna raġun f'dak li konna ngħidu aħna u kellu tort il-gvern Nazzjonalista.", "L-istess bħalma qed jiġri bħalissa fuq il-kwestjoni ta' l-Ewro.", "L-Oppożizzjoni qed tipprova tiġbed l-attenzjoni tal-gvern biex ma jibqax dieħel ġol-ħajt u jmexxi lill-poplu Malti u Għawdxi ġol-ħajt, imma l-gvern jifhem ħafna u bl-aktar mod arroganti qed jgħidilna biex ma nindaħlulux.", "Apparti t-tgħajjir kollu, l-akbar arroganza hija li l-gvern ma jismax dak li ngħidulu għax hu jifhem ħafna u allura jkompli miexi.", "U issa qed naraw fiex sibna ruħna llum il-ġurnata fis- settur tal-mediċini għax il-gvern mexa b'dan il-mod.", "Mr Speaker, hawnhekk nixtieq nagħmel parentesi oħra.", "Din in-naħa tal-Kamra m'hijiex kontra r-reġistrazzjoni tal-mediċini.", "Tant hu hekk li meta l- partit Laburista kien fil-gvern kien minn ta' l-ewwel li pprova jdaħħal sistema ta' reġistrazzjoni.", "Min forsi kien idaħħal prodotti ta' kwalita` inferjuri għajjar lil din in-naħa tal-Kamra li daħħalna anke s-certificate of pharmaceutical product li kien intiż biex bil-mod il-mod nibdew nintroduċu ċertifikati ħalli prodotti li m'humiex ta' kwalita` ma jibqgħux jidħlu ġewwa pajjiżna għax verament kien jinteressana mill-konsumatur.", "L- unika raġuni għaliex gvern Laburista ried idaħħal ir-reġistrazzjoni tal- mediċini kienet biex prodotti li huma inferjuri ma jidħlux ġewwa pajjiżna.", "Il-gvern Laburista kien qiegħed jara mill-punto di vista li Malta hija gżira żgħira b'popolazzjoni żgħira, li huma fatturi importanti.", "Infatti meta kien ħareġ id-draft ta' abbozz dwar kif kellna mmorru lejn ir- reġistrazzjoni tal-mediċini ma qbadniex u tlaqna għal għonq it-triq, imma għidna li l-ewwel ma rridu nagħmlu huwa li naraw kif dawk il-proposti se jkunu adattati għal Malta u Għawdex biex l-ewwel u qabel kollox il-poplu jkollu l-aċċessibilita`, il-varjeta` u l-prezz tal-mediċini jkun stabbli u ma jisparax 'il fuq.", "L-isfortuna hija li meta l-gvern Nazzjonalista daħħal ir-reġistrazzjoni tal-mediċini ma kienx għaqli biżżejjed fin-negozjati li għamel ma' l-Unjoni Ewropea u ma ħax in konsiderazzjoni l-fatt li Malta hija gżira żgħira b'popolazzjoni żgħira f'nofs il-Mediterran u f'tarf tal- kontinent fejn hemm il-pajjiżi kollha ta' l-Unjoni Ewropea.", "Għaldaqstant sibna ruħna fis-sitwazzjoni preżenti fejn naqset drastikament l- aċċessibilita` u l-varjeta` tal-mediċini u l-prezz sploda 'l fuq.", "Mr Speaker, f'konferenza li saret riċentement ġewwa lukanda ewlenija f'pajjiżna membri tal-GRTU, taċ-Chamber of Commerce u persuni oħrajn relatati mas-settur farmaċewtiku f'pajjiżna semmew diversi punti li kkontribwixxew għas-sitwazzjoni li jinsab fiha s-settur tal-mediċini.", "Fost affarijiet oħra qalu li l-kwestjoni tar-reġistrazzjoni tal-mediċini naqqset il-varjeta` fil-pajjiż u mill-ħażin sejrin għall-agħar.", "Mhux hekk biss, qed isostnu li fil-bidu tas-sena d-dieħla huwa mistenni li n-numru ta' mediċini fis-suq privat se jkompli jonqos drastikament u se jkun ilaħħaq 20% u anke inqas minn dik il-varjeta` ta' mediċini li kien hawn sa ftit tas- snin ilu.", "Qalu wkoll li se tinħoloq skarsezza ta' mediċini għaliex naqset il-kompetizzjoni u minħabba f'hekk il-prezzijiet ikomplu jogħlew.", "Dan id- diskors mhux qed ngħidu jien jew il-partit Laburista imma qed jgħiduh il- korpi kostitwiti.", "Dawn qalu wkoll li peress li l-gvern ma kienx għaqli fin- negozjati li kellu biex idaħħal lil Malta bħala membru sħiħ fl-Unjoni Ewropea, ċerti regolamenti li ddaħħlu qed jinvolvu spejjeż esaġerati.", "Fost dawn semmew id-dossiers li huma informazzjoni dettaljata fuq il-mediċinali, li wħud minnhom ma jistgħux jiġu reġistrati għax m'għadhomx jeżistu.", "Semmew l-ispejjeż li żdidulhom għax kellhom jimpjegaw persuni biex ikunu jistgħu jagħmlu x-xogħol kollu mitlub minnhom ħalli jkunu skond ir-regoli imposti min-naħa tal-gvern.", "Issemmiet il-kwestjoni tal-labelling u tat- translation mill-Ingliż għall-Malti ta' l-informazzjoni fuq il-mediċini.", "Punti ieħor li ssemma waqt dik il-konferenza kienet iż-żieda fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma għax, bħalma kulħadd jaf, ċerti prodotti mediċinali trid iżżommhom fil-fridge u oħrajn trid tħallihom f'postijiet bl-air conditioners il-ħin kollu għaddejjin ħalli jkunu f'temperatura ta' inqas minn 25oC biex il-prodotti jibqgħu ta' kwalita` tajba.", "Meta tkellmu l- ministri tal-gvern waqt dik il-konferenza qalu li l-importaturi u l-korpi kostitwiti sa ċertu punt kienu qegħdin jesaġeraw u li wieħed ried jara għalfejn kienu qegħdin jiżdiedu l-prezzijiet min-naħa ta' l-importaturi.", "Wieħed ingħata x'jifhem li ċerti prodotti kienu qed jogħlew mhux għax in- negozjati saru kif saru imma għax kienu qed jgħolluhom l-istess importaturi.", "Tajjeb wieħed jgħid li f'din il-kawlata kollha tqajmet ukoll il-kwestjoni li semma s-Segretarju Parlamentari fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, Tonio Fenech, meta qal li jrid jerġa' jdaħħal f'pajjiżna s-sistema fejn il- prezzijiet jiġu aġġustati min-naħa tal-gvern minħabba li kompla jsostni li l-prezzijiet tal-mediċini qed jiżdiedu tort ta' l-importaturi.", "Qal li jrid idaħħal il-price orders, xi ħaġa li gvern Nazzjonalista kien jiftaħar li neħħa żmien ilu.", "Issa ħalli naraw kif jiġi affettwat il-konsumatur f'dan l-ambitu kollu.", "Il-pazjenti qed jgħidu li meta t-tabib tagħhom jippreskrivilhom ċerta mediċina u jmorru biex jixtruha l-ispiżjar jgħidilhom li m'għadhiex tiġi.", "Ħafna drabi ma jgħidulhomx li m'hijiex tidħol minħabba li m'hijiex reġistrata, imma jgħidulhom li hija discontinued.", "Imma dan m'huwiex veru, ir-realta` hija li dawn il-prodotti mediċinali m'għadhomx jidħlu ġewwa pajjiżna għas-sempliċi raġuni li ma ġewx reġistrati.", "Iċ-ċajta tal-lum il-ġurnata hi li fi żmien gvern Laburista kont issiefer biex iġġib iċ-ċikkulata u llum issiefer biex tixtri l- mediċini għax barra minn Malta ssibhom, imma hawn Malta ma ssibhomx!", "Ħaġa oħra li qegħdin isemmu l-konsumaturi ovvjament huma l-prezzijiet.", "Naturalment m'aħna se nsolvu l-ebda problema jekk wieħed joqgħod iwaħħal fl- ieħor.", "Huwa fatt li l-konsumatur qed iħallas iktar u dan joħroġ mill- uffiċċju ta' l-istatistika stess.", "Il-prodotti mediċinali żdiedu b'mod drammatiku iktar minn kull prodott ieħor fis-suq.", "Mela xi ħaġa qed tiġri, jew il-costs huma government induced u allura huwa importanti li l-gvern jieħu azzjoni ħalli jara li jnaqqas il-costs li qed jimponi hu fuq l- importaturi, jew inkella, jekk il-gvern iħoss li l-importaturi qegħdin verament jisirqu, allura hija responsabbilta` tal-gvern li jieħu azzjoni ħalli min qiegħed jisraq jiġi kkontrollat.", "Ċertament mhux kulħadd ikun qiegħed jisraq u dawn jiġu kkontrollati billi wieħed jara kemm jinbiegħu ċerti prodotti - jien mhux se ngħid biex inqabblu l-prezz tal-prodott f'pajjiżi fejn inti tħallas biss il-prescription fee ma' dak ta' Malta –f'Malta u kemm jinbiegħu barra minn Malta u nsibu li ta' Malta huma iktar għoljin.", "Iżda jekk inqabbel il-pagi ta' barra ma' dawk ta' Malta assolutament m'hemmx paragun.", "Imma issa ġejna fis-sitwazzjoni li jekk qed jogħla l-prezz internazzjonali tal-fuel f'Malta irridu nibdew inħallsu daqskemm iħallsu barra għax issa dħalna fis-suq Ewropew u m'għadniex meqjusin parti mis-suq tal-middle east u ta' l-Afrika.", "Allura issa se jibdew jiċċarġjawna prezzijiet Ewropej.", "Dawn l-affarijiet qatt ma ħadniehom in konsiderazzjoni fin-negozjati qabel ma Malta daħlet fl-Unjoni Ewropea.", "Allura x'inhu r-riżultat?", "Ir-riżultat huwa li meta l-konsumatur imur jixtri qed isib prezzijiet għoljin, il- varjeta` naqset u l-prodotti li qed jippreskrivilu t-tabib ma jsibuhomx.", "Kull darba l-ispiżjar joqgħod iċempel lit-tabib ħalli jippreskrivilu xi ħaġa oħra għax dik il-mediċina m'għadhiex tidħol jew inkella jerġgħu jibagħtu lill-pazjent għand it-tabib biex jordnalu xi ħaġa differenti u t- tabib ikollu joqgħod iċempel lill-ispiżjar biex jistaqsih jekk it-tali mediċina għadhiex tidħol u jekk le, x'għandu minflokha.", "Din m'hijiex sistema b'saħħitha.", "Sa ftit taż-żmien ilu konna nsibu ċertu tilqim tat-tfal fis-suq privat, imma llum jekk tabib imur jixtri tilqima ħalli jkun jista' jaqdi lill- pazjenti tiegħu l-aġenti jgħidulu li m'għandhomx għax m'hijiex reġistrata għax il-kumpanniji minn barra ddeċidew li Malta żgħira wisq u mhux worth it li joqogħdu jidħlu f'dawk l-ispejjeż biex idaħħluha fis-suq privat.", "Per eżempju, issib prodott wieħed u daqshekk, jiġifieri ma tistax tagħti parti mis-sustanzi li hemm ġo tilqima lill-pazjent u mhux is-sustanzi kollha li jkun hemm fiha, allura trid bilfors tibgħatu l-polyclinic biex jagħtuhielu hemmhekk.", "Il-pazjent jgħidlek li jrid lilek imma inti ma tistax tagħtihielu għax l-ispiżjar ma jistax jixtriha mingħand l-aġent għax fis- suq privat ma ssibhiex.", "Dawn huma l-affarijiet li qiegħed iħoss il- konsumatur Malti u Għawdxi.", "Hemm soluzzjonijiet li l-gvern imissu għamel bħal pajjiżi oħra u ħaseb għalihom qabel.", "Għalkemm Ċipru hija gżira żgħira daqsxejn ikbar minna u għandhom popolazzjoni daqsxejn ikbar minn tagħna, irnexxilhom jinnegozjaw li l-prodotti li jidħlu ġol-Greċja awtomatikament jidħlu ġo Ċipru.", "Imma hawn Malta tant aħna għorrief, tant għandna nies li ma jagħtux kas x'inhu jgħid ħaddieħor, tant ma ħadniex ħsieb minn qabel li issa qegħdin fis- sitwazzjoni li ninsabu fiha llum.", "Hija arroganza li gvern ma jbaxxix rasu għal xi ħaġa li tingħad mill-Oppożizzjoni u jgħid li għandha raġun u jimxi f'dik it-triq.", "Il-konsegwenzi tal-fatt li ma tteħdux ċerti prekawzjonijiet ġewwa pajjiżna kienu li naqset il-kompetittivita`, naqset l-aċċessibilita`, naqset il- varjeta` u għola l-prezz.", "Il-gvern għandu jmur b'dawn il-problemi quddiem l-Unjoni Ewropea u mhux jibgħat lill-għaqdiet kostitwiti ħalli jaraw kif se jaġevolaw lill-poplu Malti u Għawdxi.", "Hija responsabbilta` tal-gvern u mhux tal-korpi kostitwiti li jmur fi Brussell u jgħid li b'riżultat tar- regolamenti li ġew imdaħħla – għandu jammetti li dak iż-żmien forsi ma rax il-konsegwenzi li seta' jkollna, biex ma jgħidx li kien arroganti – l- kompetizzjoni naqset, l-aċċessibilita` naqset, il-prezzijiet għolew u l- konsumatur Malti qiegħed ibati.", "B'dan il-mod naraw fejn nistgħu naslu.", "Mr Speaker, għandna wkoll il-membri parlamentari Ewropej, tlieta minn din in-naħa tal-Kamra u tnejn min-naħa tal-gvern, li għandna nagħtuhom is- support ilkoll flimkien ħalli naraw li jkun hemm it-tibdil kollu neċessarju għax l-ewwel skop huwa li l-konsumatur verament ikun moqdi.", "Imma minflok li l-gvern jagħmel xogħlu u l-medicines authority tmur tiġġieled, qegħdin imorru l-korpi kostitwiti biex jiddiskutu ma' l-Unjoni Ewropea.", "Dan huwa xogħol il-korpi kostitwiti?", "Din hija r-responsabbilta` ta' gvern li kien tant arroganti li meta kien qed jinnegozja ma' l-Unjoni Ewropea ma tax widen għal dak li konna qegħdin ngħidu aħna.", "Għaldaqstant aħna qed nirrakkomandaw li fid-diskussjonijiet li", "għandhom isiru mill-gvern – għax ir-responsabbilta` hija tal-gvern – jassigura li l-poplu Malti jkollu aċċess għal prodotti li diġa` huma reġistrati f'pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea, dment li ċerti kriterji mressqa jkunu skond il-bżonnijiet ta' Malta.", "Per eżempju, m'iniex se nistenna li jiddaħħal f'Malta prodott li d- deskrizzjoni tiegħu kollha tkun bil-Ġermaniż jew bil-Grieg, meta ftit nies jifhmu bil-Ġermaniż u bil-Grieg hawn Malta, jekk għallinqas ma jkunx hemm inserts u dettalji li huma bl-Ingliż.", "Imma jekk verament nirrispettaw lill- poplu Malti u Għawdxi nippretendi li nagħtuh l-aċċessibilita`, il-varjeta` u l-kompetizzjoni vera – u nassiguraw li ma jkunx hemm cartels – li tnaqqas il-prezz tal-mediċinali, iktar u iktar illum li qegħdin f'sitwazzjoni fejn ħafna drabi meta tmur iġġib il-mediċini b'xejn mill- ispiżeriji tal-gvern issib karta li tgħid li t-tali prodott huwa out of stock u għalhekk il-pazjenti jridu jmorru jixtru bil-prezzijiet tas-suq li qegħdin dejjem jogħlew.", "Fil-pjan li ressaqna għad-diskussjoni mas-setturi kollha tas-soċjeta` Maltija u Għawdxija dwar is-settur tal-mediċinali, din in-naħa tal-Kamra qed tirrakkomanda li: - u se naqra eżattament x'qed jiġi propost –", "\"... trid issir evalwazzjoni mill-ġdid tas-sistema tar-reġistrazzjoni tal-mediċini.", "Filwaqt illi gvern ġdid Laburista jkun impenjat li ma jħallix mediċini ta' kwalita` inferjuri jidħlu fis-suq Malti, jiġi assigurat li jkun hawn għażla ta' mediċini differenti u jiġu evalwati wkoll dawk il-miżuri li qed jgħollu l-prezzijiet tal-mediċini b'riżultat tal-burokrazija ta' din is-sistema ta' reġistrazzjoni.", "Apparti minn hekk, insostnu li wara li ssir din l-evalwazzjoni, issir reviżjoni ta' dawn il-miżuri.\"", "Semmejna wkoll li għandu jitwaqqaf direttorat li jissorvelja s-suq li jkun obbligat li kull sitt xhur jippreżenta rapport dettaljat taċ-ċaqliq tal- prezzijiet tal-mediċinali u jinvestiga jekk dan l-aġġustament fil-prezz tal- mediċinali huwiex ġustifikat jew le.", "Għaliex?", "Għaliex aħna mhux bil- paroli, imma bil-fatti, jinteressana l-konsumatur u jekk il-gvern mhux se jieħu l-passi biex jirranġa l-iżbalji li għamel hu stess meta kien hemm id- diskussjonijiet u ma rax il-konsegwenzi", "qabel, ikun il-partit Laburista, bħalma kien dejjem tul iż-żmenijiet, li jirranġahom.", "Bħalissa nafu li għaddejja diskussjoni fuq il-kwestjoni tad-dħul ta' l-Ewro u għal darb'oħra qed nappellaw lill-gvern Nazzjonalista biex ma jkunx arroganti imma jagħti widen għal li qed jingħad minn din in-naħa tal-Kamra u ma jwebbisx rasu billi jaqbad u jiddeċiedi.", "Ma nixtieqx li għal darb'oħra f'sensiela twila ta' okkażjonijiet jerġa' jirriżulta li l-partit Laburista jkollu raġun f'dak li kien qed jgħid u l-gvern Nazzjonalista jkollu tort.", "Nixtiequ li kieku f'dak li konna ngħidu matul l-aħħar snin dejjem irriżulta li konna żbaljati aħna għall-ġid tal-poplu Malti u Għawdxi, imma l-isfortuna hija li dejjem kellna raġun aħna u kellu tort il- gvern Nazzjonalista.", "U jidher li fil-kwestjoni tad-dħul ta' l-Ewro se jerġa' jkollna l-istess storja.", "Imma sfortunatament la l-froġa tkun saret ikollna niffaċċjaw ħafna problemi biex noħorġu mill-isqaqien u s-sewqan dritt ġol-ħajt li jkun daħħalna fih gvern Nazzjonalista.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Helena Dalli.", "ONOR.", "HELENA DALLI: Mr Speaker, il-bieraħ fil-laqgħa tal-kumitat permanenti dwar il-kontijiet pubbliċi kellna espożizzjoni mill-gvernatur tal-Bank Ċentrali u fost affarijiet oħra qal li n-nies f'Malta qegħdin ifaddlu anqas.", "Din hija xi ħaġa li ilna nafuha, min isegwi l-istatistika ilu jara li t-trend hija li n-nies qegħdin ifaddlu dejjem inqas u inqas.", "Pero` li kien interessanti huwa li l-gvernatur tal-Bank Ċentrali attribwixxa dan il-fatt għar-raġuni li aħna m'għandniex għalfejn inħabblu rasna għax għandna moħħna mistrieħ li l-gvern qed jeħdilna ħsieb kollox.", "Semma xi studji li saru u qalilna li minħabba li aħna għandna welfare state. m'għandniex għalfejn naħsbu aħna biex inħallsu għall-edukazzjoni ta' wliedna, m'għandniex għalfejn naħsbu għas-servizzi tas-saħħa, m'għandniex għalfejn naħsbu jekk nimirdu jew ikollna nitilqu minn fuq ix- xogħol għax hemm il-gvern qiegħed jaħseb għalina.", "Qal li din hi r-raġuni li aħna bħala poplu m'għadniex infaddlu.", "Issa apparti l-fatt li ilna nibbenefikaw minn dan il-welfare state iktar minn 30 sena u dak iż-żmien in-nies kienu għadhom qegħdin ifaddlu - għax jekk tħares lejn l-istatistika tara li dan huwa fenomenu viċin aktar dawn iż-żmenijiet - m'huwiex veru li l-poplu Malti għandu moħħu mistrieħ minn dawn is-servizzi.", "Aħna nafu, per eżempju, li jekk tmur l-isptar għax għandek bżonn xi intervent mediku ħafna drabi titpoġġa fuq waiting list ta' xhur sħaħ, jekk mhux snin, u tkun kostrett li tmur tieħu kura fil- privat.", "Jekk ikollok il-flus biex tagħmel dan, tirrikorri għas-servizz privat pero' anke jekk ma jkollokx il-flus tara minn fejn se ġġibhom biex tieħu din il-kura għal saħħtek.", "L-istess nistgħu ngħidu għall-edukazzjoni għaliex anke fl-iskejjel tal-gvern, fejn l-edukazzjoni suppost hija b'xejn, il-ġenituri jridu joħorġu spejjeż kbar għall-affarijiet li jkollhom bżonn it-tfal, inkluż il-kotba.", "Għaldaqstant ma nistax nifhem ir- raġunament li l-poplu Malti qed ifaddal inqas għax il-gvern qed jeħodlu ħsieb kollox u għandu moħħu mistrieħ mill-welfare state.", "Illum, niltaqa' ma' min niltaqa', kulħadd jistaqsini x'se jiġri għax inkwetati fuq is-servizzi tas-saħħa u jistaqsuni jekk, per eżempju, għandhomx jagħmlu insurance.", "Jiġifieri n-nies mhumiex moħħhom mistrieħ li s-servizzi essenzjali qed jagħtihomlhom il-gvern u allura m'għandhomx għalfejn iwarrbu dik ix-xi ħaġa għal meta jinqalagħlhom xi saram jew xi ħaġa li mhijiex normali fil-ħajja tagħhom.", "Jien naħseb li l-poplu Malti mhux qiegħed ifaddal għal raġunijiet oħra u għandna l-evidenza wkoll għal dan.", "L-ewwelnett bħala konsumaturi qegħdin naraw li s-saħħa tal-flus li naqilgħu dejjem qed tiddgħajjef, allura fejn qabel stajna nfaddlu, illum ma nistgħux.", "Fejn qabel b'dak li kienu kapaċi jaqilgħu l-mara u r-raġel flimkien setgħu jkollkom ċertu livell ta' għajxien, bl-inflazzjoni u bl- għoli tal-ħajja kif inhi llum mhux talli ma jfaddlux talli jridu joqogħdu attenti.", "Anzi ħafna familji qed ikollhom jagħmlu pass lura mil-livell ta' għajxien li kienu draw bih tul is-snin.", "Dik hija waħda mir-raġunijiet għaliex in-nies ma jistgħux ifaddlu", "Raġuni oħra għaliex naqas it-tfaddil – u din naraha aktar fost il- ġenerazzjoni aktar żagħżugħa – hija l-kultura ta' \"money no problem\" li daħħal dan il-gvern meta tela' l-ewwel darba fl-1987.", "Dak iż-żmien il- gvern Nazzjonalista seta' jgħid \"money no problem\" għax kien għadu kif ħiereġ mill-gvern il-partit Laburista u mhux talli ma ħalliex deficit finanzjarju fil-pajjiż, imma ħalla ħafna miljuni fil-kaxxa ta' Malta.", "Allura fil-bidu l-gvern Nazzjonalista seta' jgħid \"money no problem\", imma din il-kultura baqa' għaddej biha għal dawn l-aħħar 20 sena minkejja li mhux talli spiċċaw dawk il-miljuni fil-kaxxa ta' Malta, talli bil-maqlub saru d-djun.", "Meta spiċċaw il-flus li ħalla gvern Laburista niftakar lill- ex-ministru Bonello Du Puis jgħid: Aħna niddejnu u mbagħad iħallsu wliedna u jħallsu ta' warajna.", "Din għadha ċara f'widnejja.", "Meta kien qed jirriferi għal \"ta' warajna\", dak iż-żmien kienu għadhom tfal - qed insemmu span ta' 20 sena – ta' xi għaxar snin u kienu jisimgħu lill-ministru jitkellem b'dan il-mod: Niddejnu u mbagħad iħallsu ta' warajna.", "Allura daħlet il-kultura tad-dejn.", "Dawn in-nies, li llum għandhom 30 sena u qegħdin ifittxu fejn joqogħdu, qed irabbu l-familji tagħhom u bħal kulħadd għandhom ħafna spejjeż biex jixtru jew jikru fejn joqogħdu, trabbew b'din il-mentalita`.", "Allura dawn mhux talli mhux qed ifaddlu, talli qed jidħlu għal ħafna responsabbiltajiet li mhux bilfors ikunu jlaħħqu magħhom.", "Pero` ħafna minnhom lanqas iqisuha din il-ħaġa għax minn meta kienu tfal, żgħażagħ u in their adult life dejjem semgħu lill-gvern jgħid li: \"Money no problem\".", "Aħna trabbejna mod ieħor u nirraġunaw b'mod u manjiera li jekk se tixtri, per eżempju, karozza taf li għandek il-flus għaliha jew fi żmien qasir se jkollok il-flus għaliha.", "Illum il-mentalita` tbiddlet u din hija riflessjoni ta' kif il-gvern li għandna llum mexxa l-qasam finanzjarju f'pajjiżna.", "U din il-kultura rriflettiet fuq aspetti oħra wkoll għax nafu li chickens come home to roost.", "Kif spjega l-Onor.", "Michael Farrugia qabli, meta kienu qegħdin jinnegozjaw, jew ma jinnegozjawx ma' l-Unjoni Ewropea fuq il-kwestjoni tal-mediċini kienu qegħdin jaġixxu bil-kultura ta' \"għada min rah?!\" u ħallew ħafna toqob li suppost kellhom jieħdu ħsieb li jsodduhom ħalli ma niġux fis-sitwazzjoni li ġejna fiha llum.", "Bħal għal kull ħaġa oħra dan il-gvern jgħix għal dik il-ġurnata, ma nnegozja xejn fuq din il-kwestjoni u issa chickens are coming home to roost.", "Issa qegħdin inħallsu l-prezz aħna għaliex kif jgħid il-Malti: Dak li tiżra' taħsad.", "Illum qegħdin naħsdu dak li żera' l-gvern Nazzjonalista anke fil-kwestjoni tal-mediċini.", "Illum in-nies mhux talli m'għandhomx xi jfaddlu talli ħafna huma marbutin - u meta ngħid \"ħafna\" jiġifieri l-biċċa l-kbira - bi djun sakemm jixjieħu meta jieħdu xi loan fuq xi appartament jew xi dar.", "Għalhekk ngħid li jinstema' sabiħ l-argument li ssemma l-bieraħ fil-public accounts committee li aħna mhux qed infaddlu għax moħħna mistrieħ li l- gvern qed jaħsbilna għall-affarijiet essenzjali bħalma huma s-saħħa u l- edukazzjoni, pero` r-realta` hija ferm differenti.", "Mr Speaker, naħseb li jaħsbuni qed niġġennen kieku kelli mmur għand in-nies ta' Ħaż-Żabbar jew Wied il-Għajn u nistaqsihom: Intom m'intomx qegħdin tfaddlu għax moħħkom mistrieħ minn dak li qed jagħtikom il-gvern u taħsbu se jkompli jagħtikom?", "Ir-realta` hija li bil-mod kif qed togħla l-ħajja kuljum in-nies ma jistgħux iġemmgħu.", "U meta ngħid li qed togħla l-ħajja m'iniex qed nitkellem fuq xi kapriċċi - għax jekk tista' tagħmel il- kapriċċi tagħmilhom, imma jekk ma tistax ma tagħmilhomx - imma fuq l- affarijiet essenzjali li ma nistgħux ngħaddu mingħajrhom għaliex affarijiet li għandhom x'jaqsmu mas-saħħa, ma' l-edukazzjoni u ma' l-ikel trid tixtrihom bilfors biex tmantni lill-familja tiegħek.", "U kif spjega tajjeb l- Onor. Michael Farrugia, is-sitwazzjoni tal-mediċini hija ħażina ħafna.", "Insemmi eżempju li ġara lili stess.", "Xtrajt mediċina li kelli bżonn nerġa' nixtriha xi tliet ġimgħat wara u ndunajt - peress li kien għad baqagħli l- kaxxa bil-prezz fuqha - li l-kaxxa l-ġdida kienet Lm1.50 iktar fuq il-prezz ta' qabel li kien Lm2.", "Jiġifieri f'temp ta' tliet ġimgħat saret Lm3.50.", "Din hija r-realta` li qed jgħaddi minnha l-konsumatur Malti u jekk m'aħniex se naċċettaw dan il-fatt u l-gvern ma jammettix li żbalja fuq il-kwestjoni tal-mediċini, allura kulħadd qed jaħli l-ħin tiegħu hawnhekk għaliex nafu li l-gvern ma nnegozja xejn fuq din il-kwestjoni.", "Meta kienu qegħdin jinnegozjaw għal sħubija sħiħa ma' l-Unjoni Ewropea aħna konna ngħidulhom li qed jaċċettaw ħafna affarijiet mingħajr ma jinnegozjaw fuqhom u li l- poplu se jkollu jħallas ta' dan in-nuqqas min-naħa tal-gvern.", "Meta bniedem iċċaħħdu milli jkollu saħħtu m'hemmx fejn tasal aktar għaliex jekk m'għandekx saħħtek m'għandek xejn.", "Apparti li naqset l-għażla tal- mediċina għax eluf ta' mediċini ma ssibhomx, dawk li nsibu qegħdin jogħlew bla kontroll.", "Kif diġa' għidt, il-mediċini ma tistax ma tixtrihomx u ħafna drabi n-nies jgħiduli li jkollhom iċaħħdu lill-familja minn affarijiet oħrajn biex jixtru l-mediċini.", "Din hija r-realta` li qegħdin jgħixu ħafna familji.", "Jiena ċerta li jekk in-naħa tal-gvern imorru jagħmlu ż-żjajjar fid-djar, kif nagħmlu aħna, jirriżultalhom dak li qiegħed jirriżulta lili.", "Jien nidħol għand kull min jiftaħli u jkun hemm familji li ma jaqblux miegħi politikament li jgħiduli li din hija r-realta` li qegħdin jgħaddu", "minnha għax is-sewwa magħruf ma tistax tmerih.", "Pero` l-gvern kien kapaċi jagħmel din il-froġa fuq il-kwestjoni tal-mediċini, imma issa m'huwiex kapaċi biex isolvi d-diffikultajiet li ħafna għaddejjin minnhom.", "Ikun hemm każijiet fejn it-tobba jkollhom jibagħtu lill-pazjenti tagħhom l-isptar minħabba li ma jkollhomx ċerti mediċini.", "Per eżempju, hemm injection partikolari li mhux qed jagħtuhielhom.", "Issa meta nafu bil-problemi li għandna l-isptar, minflok inneħħu l-load minn fuq in-nurses u t-tobba ta' l- isptar qed inżiduha għaliex il-family doctors qed ikollhom jibagħtu l- pazjenti tagħhom l-isptar biex jagħtuhom ċerti mediċini li ma jsibux fis- suq privat.", "Ma rridux ninsew li anke fl-isptar hemm problema bil-mediċini u din hija xi ħaġa serjissima imma l-gvern ma jippronunċjax ruħu fuqha.", "Aħna nitkellmu u n-nies jitkellmu u minkejja li s-sitwazzjoni ilha fil- qagħda li hi, għadna ma rajna l-ebda xaqq ta' dawl li se jkollna xi soluzzjoni.", "Il-bieraħ waqt l-espożizzjoni li kien qed jagħmel fil-kumitat dwar il- kontijiet pubbliċi il-gvernatur tal-Bank Ċentrali qalilna wkoll li hawn infiq qawwi.", "Jekk bl-infiq qawwi l-gvernatur qed jirriferi għall- affarijiet li ma nistgħux ngħaddu mingħajrhom biex inżommu livell ta' għajxien diċenti, allura hemm raġuni wkoll għalfejn hawn infiq qawwi għaliex dak li jkun jonfoq kulma jkollu biex jgħix.", "Jekk trid iżżomm il- livell ta' l-għajxien li għandek, allura bilfors se jiżdied l-infiq għax għal servizz li kont tieħu qabel illum trid tonfoq iktar.", "Per eżempju, biex nimla l-karozza bid-diesel irrid nonfoq ħafna iżjed milli kont nonfoq xahar ilu jew xahrejn ilu, għax qiegħed dejjem jogħla.", "Din hija xi ħaġa li mingħajrha ma tgħaddix jekk għandek bżonn tivvjaġġa.", "Jiġifieri nsostni li l- infiq qed jiżdied għax l-oġġetti u s-servizzi li nixtru qegħdin dejjem jogħlew.", "Għalhekk l-infiq qawwi li qed jissemma qed isir l-aktar biex jitħallsu l-ineffiċjenzi tal-gvern għax il-gvern jibqa' għaddej u fejn jeħel iżid it-taxxi.", "Każ tipiku huwa tas-surcharge fuq il-kontijiet ta' l-elettriku u l-ilma.", "Il-gvern ma ħasibx għal pjan serju meta kien jaf x'ġej għalina bl-għoli fil- prezzijiet taż-żejt u allura kemm iż-żieda fil-prezz tal-fuel għall-karozzi u kemm is-surcharge fuq l-elettriku qed ikollu jħallashom l-konsumatur Malti minħabba l-ineffiċjenza tal-gvern.", "Jiġifieri l-gvern għaffeġ u għamel il-frejjeġ meta kien jaf x'inhu ġej għaliex din mhux xi ħaġa tagħna biss, u kienu qed jgħidulu li l-prezz taż-żejt se jisplodi, imma baqa' jwebbes rasu u m'għamilx pjan biex il-poplu Malti ma jitgħaffiġx kif qiegħed jitgħaffeġ.", "Imbagħad jiġi l-gvernatur u jgħid li hawn infiq qawwi!", "Mhux bilfors hawn infiq qawwi!", "Illum biex tagħmel l-affarijiet li dejjem għamilt - u mhux biex toqgħod tmur il-cruises jew biex issiefer - bilfors trid tonfoq iżjed.", "Ladarba qed insemmi s-safar nixtieq nitkellem fuq il-qagħda ta' l-Air Malta li ilna nisimgħu ħafna fuqha.", "Imma l-gvern x'qed jagħmel biex jindirizza l- problema tad-dejn li għandna fl-Air Malta?", "Biex idaħħal xi ħaġa oħra tal- flus u biex aħna nonfqu iktar, kif semma l-gvernatur, il-gvern kompla żied it-taxxi fuq il-vjaġġaturi Maltin bir-riżultat li fi żmien ftit xhur minn meta daħlet din it-taxxa f'Awissu tas-sena l-oħra l-vjaġġaturi Maltin naqsu b'20,000 meta mqabbla ma' l-istess perjodu tas-sena ta' qabel.", "Ir-risposta li taw il-Maltin lill-gvern kienet li b'dawk il-prezzijiet ma jistgħux isiefru.", "Hawn qed nitkellmu fuq famijla li tkun sejra xi package tour ta' Lm100 li jkollhom kollox imħallas, it-titjira u l-lukanda għal xi ġimgħa, u mhux qegħdin ngħidu għal min jista' jħallas biex isiefer.", "Kellmuni familji li kkanċellaw safra sat-Tuneżija għaliex qaluli li bit- taxxi li għamel il-gvern kienu qishom se jieħdu persuna oħra magħhom.", "Daqshekk ġie t-total meta tqabblu ma' dak li kienu se jonfqu f'dan il- pakkett li sabu, li kien pakkett vantaġġjuż, imma mbagħad ġie żvantaġġjuż minħabba t-taxxi li mpona fuqhom il-gvern.", "Dawn in-nies ma sefrux, pero` batiet l-Air Malta għax kellha inqas xogħol.", "Jiġifieri minn naħa jgħidulna li l-Air Malta qiegħda f'qagħda ħażina u rridu naraw x'se nagħmlu u min-naħa l-oħra jkomplu jgħakksu lill-Air Malta għax meta l-gvern qiegħed jimponi dawn it-taxxi jaf li se jonqsu l-Maltin li jivvjaġġaw!", "Apparti minn hekk, peress li aħna gżira, huwa importanti li jkun hawn dik l- attivita`.", "Iktar ma s-safar ikun demokratizzat, iktar ma n-nies fil- livelli kollha tas-soċjeta` tagħna jsiefru, iktar ikun ta' ġid għall-poplu għax meta qegħdin fuq gżira insulari bħalna, importanti li t-tfal joħorġu minnha ħalli jiftħu moħħhom u jitgħallmu.", "Tmur fejn tmur, dejjem se titgħallem xi ħaġa u se tiftaħ moħħok.", "Mr Speaker, meta l-gvern impona dik it-taxxa, min jista' jħallasha se jħallasha u ma nbidel xejn għalih, imma ħafna oħrajn ma jistgħux, speċjalment dawk il-familji li jmorru dik il-vaganza xi darba kultant u jieħdu lit-tfal biex jiftħu moħħhom ukoll fil-proċess, dak li ngħidulu informal learning, għax għalkemm ma tmurx b'dak il-ħsieb imma mingħajr ma tinduna tkun qiegħed titgħallem.", "U dan huwa importanti ħafna għalina.", "Aħna ma nistgħux naqbdu karozza, kif jistgħu jagħmlu fil-kontinent Ewropew u mmorru f'pajjiż ieħor.", "Aħna bilfors irridu naqbdu ajruplan jew vapur biex noħorġu minn Malta.", "Imbagħad jiġi l-gvern u jimponi taxxa m'ogħla s-smewwiet tant li jċaħħdek milli tivvjaġġa.", "Dawn huma l-affarijiet li qed jgħaddi minnhom il-konsumatur Malti u r-riperkussjonijiet u l-konsegwenzi li qed tbati l-linja nazzjonali ta' l-ajru tagħna.", "Donnu li l-Prim Ministru, li huwa wkoll il-ministru tal-finanzi, iqum filgħodu u jistaqsi lilu nnifsu fejn nistgħu nżidu taxxa, mingħajr ma jkun qies il-konsegwenzi li dan iġib miegħu.", "Jien naħseb li kieku ħasbu fit-tul fuqha kienu jindunaw bil- konsegwenzi tagħha għaliex il-konsumatur Malti – hawnhekk qed nitkellem fuq l-average consumer - ma jistax iħallas dawk it-taxxi u allura s-soluzzjoni tiegħu hija li ma jeħux dik il-vaganza, bil-konsegwenzi li tbati l-linja nazzjonali tagħna.", "Aħna l-Maltin għandna linja ta' l-ajru li bnejnieha bl-għaqal u bil- kapaċitajiet tagħna, jaħdmu fiha nies Maltin, tista' tgħid qatt ma kellna problemi biha pero' gvernijiet Nazzjonalisti bdew ifarrkuha ftit ftit.", "Taħt gvern Laburista din il-kumpannija kienet tagħmel ħafna qligħ imma llum lil din il-kumpannija ġabuha kumpannija għarkobbtejha, b'ħafna u ħafna telf.", "Huwa tajjeb li nfakkru dawn l-affarijiet għax illum f'daqqa waħda kulħadd qed jitkellem dwar kemm qiegħda titlef u kemm għandha dejn l-Air Malta.", "Qegħdin iwaħħlu fl-Air Malta anke għall-problemi li hemm fit- turiżmu, pero` tajjeb infakkru l-mod ħażin li bih kienet immexxija l-Air Malta taħt dan il-gvern.", "Per eżempju, ix-xiri ta' l-RJs fissru miljuni ta' liri mormija għall-Air Malta.", "Allura f'dan il-pajjiż ħadd m'hu responsabbli u ħadd m'hu accountable?", "Għaliex fl-aħħar dejjem ilaqqatha l- ħaddiem?!", "Qegħdin naraw nuqqas ta' motivazzjoni fost il-ħaddiema tal-linja nazzjonali ta' l-ajru.", "Din il-ġimgħa kien hemm mistoqsija parlamentari fuq kemm kaptani reġgħu telqu ma' linji ta' l-ajru barranin.", "Dawn m'għandhomx motivazzjoni li jibqgħu għax m'humiex qegħdin jaraw futur fil-linja ta' l- ajru nazzjonali.", "Meta bdiet il-linja nazzjonali konna għidna li se jkollna l-kaptani Maltin u fil-fatt kellna kaptani Maltin li tgħallmu u mxew bħall-barranin fl- istruttura kollha tal-kumpannija nazzjonali ta' l- ajru tagħna.", "Imma wara l-mismanagement, in- nuqqas ta' accountability, in-nuqqas ta' trasparenza u bil-ħela ta' miljuni ta' flus li kien hemm – kulħadd jiftakar ż-żmien meta kien hemm iċ-chairman Tabone - bdejna ngħidu li l-Air Malta qiegħda in the red.", "Minn kumpannija li tagħmel il-qligħ saret kumpannija bit-telf, u min jitlef in the end?", "Il- ħaddiema!", "Imbagħad il-gvern minflok jgħinha, qed ikompli jfarrakha billi għamel it-taxxa fuq l-ivvjaġġar biex inqas nies jivvjaġġaw.", "Din il- kumpannija ma sabitx ruħha fil-baħar ta' problemi li għandha mil-lum għal għada u l-gvern kompla għarraq is-sitwazzjoni meta għamel dik it-taxxa fuq l-ivvjaġġar.", "Għalhekk jien ngħid li dan huwa pajjiż tal- kontradizzjonijiet.", "Mr Speaker, kontradizzjoni oħra li nara fil-qasam tal-konsumatur hija fejn tidħol is-saħħa tal-poplu Malti.", "Kull tant żmien naraw statistika fuq ir- rata ta' l-obeżita` u d-dijabete fost it-tfal tagħna u jgħidulna li tagħna huma l-iktar obese u l-iktar li għandhom dijabete fost it-tfal ta' l- Ewropa, imbagħad it-tfal, li huma konsumaturi wkoll, huma bbumbardjati l- ħin kollu b'reklami ta' ikel u xorb li jikkontribwixxu għall-obeżita` u għad-dijabete fil-ħin li hemm il-programmi tat-tfal.", "Aħna nafu li l-eta` minn seba' sa għaxar snin hija l-iktar eta` impressjonabbli u aħna nafu li meta tkun għadek żgħir, jekk xi ħadd iwebblek b'xi ħaġa, tkun tridha.", "Dawn ikunu qegħdin jaraw programm tat-tfal u fil-ħin tal-break ta' dan il- programm jaraw reklami ta' dan l-ikel b'xaħmijiet, żjut, imluħa, u drinks kollha zokkor, u jagħmluhom b'mod li jiftħulhom l-aptit.", "Jien naf li l-health promotion unit tagħmel ħafna sforzi biex iddaħħal kultura ta' ikel għal ġisem b'saħħtu, imma dawn l-isforzi jindifnu fl-oċean ta' pubbliċita` li naraw fuq it-televiżjoni dwar ikel li jagħmel ħsara lil saħħitna.", "Imbagħad meta nikbru nibdew nindunaw li ċertu ikel u xorb m'huwiex tajjeb, pero' ħafna mill-ħsara tkun diġa` saret għax meta għandek dak il-bumbardament kollu, xi effett se jagħmel fuq it-tifel jew tifla.", "Aħna nafu kemm ir-reklami jaħdmu fuq it-tfal li jkunu għadhom ta' eta` impressjonabbli; kważi jikkonvinċu lilna l-kbar, aħseb u ara lit-tfal li jkunu jixorbu kollox ta' dik l-eta`!", "Allura dak ix-xogħol li jkun sar mill- ġenituri u ħafna drabi mill-għalliema biex it-tfal jieklu tajjeb, jispiċċa fix-xejn bil-pressjoni li ssir mir-reklami biex jieklu l-imbarazz li qegħdin naraw reklamat fuq it-televiżjoni tagħna.", "Tista' tgħidilhom li l- ħaxix u l-frott tajjeb għalihom għax meta se jieħdu dik ix-xi ħaġa li huma ġew ibbumbardjati biha, dik se jkunu jippreferu.", "Insemmi wkoll l-iskejjel kemm tal-gvern u kif ukoll tal-Knisja, fejn suppost hemm health food policy, imma xorta waħda naraw it-tuck shops li jbigħu ikel lit-tfal tagħna li żgur ma tistax issejjaħlu health food.", "Naħseb li għandna nsemmuhom ukoll f'din il-liġi li qegħdin niddiskutu llum.", "It-tfal m'humiex konsumaturi wkoll?", "Min qiegħed jipproteġihom lit-tfal minn dan kollu?", "Jien nixtieq li l-ministru jmur idur dawra fl-iskejjel għax darba għamiltlu mistoqsija parlamentari u kien weġibni li fl-iskejjel tal-gvern u tal-Knisja għandna health food policy.", "Nixtieq li jmur jara x'qegħdin jieklu t-tfal fl-iskejjel tal-gvern u tal-Knisja u jara kemm qed imexxuha din il-health food policy.", "Mhux ta' b'xejn għandna r-riżultati li għandna fil-qasam ta' l-obeżita` u d-dijabete fost it-tfal tagħna.", "Ladarba qegħdin nitkellmu dwar il-konsumaturi nixtieq nissuġġerixxi li nagħmlu bħalma għamlu pajjiżi oħra u r-reklami ta' prodotti li jagħmlu l- ħsara lis-saħħa inwaqqfuhom milli jkunu mxandra waqt il-ħin tal-programmi tat-tfal.", "Din il-ħaġa diġa` saret f'pajjiżi barranin.", "Minkejja li dawn m'għandhomx ir-rati li għandna aħna, imma r-rati li għandhom huma biżżejjed biex ġegħluhom jieħdu azzjoni sabiex inaqqsu l-perikli u ma jittantawx lit-tfal fil-ħin li jkunu qegħdin jaraw il-programmi tagħhom, b'dawn ir-reklami li jistednuhom biex jieklu dawn il-prodotti kollha żejt, xaħam u zokkor li meta jiekluhom b'mod regolari jagħmlu tant ħsara.", "U naf li hawn tfal li jieklu dawn l-affarijiet b'mod regolari għax kieku m'għandniex dawn ir-riżultati daqshekk koroh fil-qasam tas-saħħa tat-tfal tagħna.", "Jien nissuġġerixxi li naraw kif nistgħu nwaqqfu dawn ir-reklami waqt il- programmi tat-tfal għax inutli noqogħdu nitkellmu biss fuq il-problemi mingħajr ma nattakkaw il-kawża tagħhom.", "Jekk ma tattakkax il-kawża, m'intix se timxi 'l quddiem, m'intix se tfejjaq u m'intix se jkollok riżultati tajbin.", "Sinċerament ngħid li aħna l-ġenituri flimkien ma' l- edukaturi ta' wliedna nħossuna qisna qegħdin inħabbtu rasna mal-ħajt meta dak li nipprovaw nagħmlu u ndaħħlu f'moħħ uliedna jiġi mkisser b'dan il- mod.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joseph Abela.", "ONOR.", "JOSEPH ABELA: Mr Speaker, illum qegħdin niddiskutu l-Att biex jemenda diversi liġijiet dwar l-infurzar ta' poteri fil-protezzjoni tal- konsumatur.", "Infatti l-konsumatur huwa fiċ-ċentru anke tal-politika ta' l- Unjoni Ewropea li tagħti ħafna importanza lill-protezzjoni tal-konsumatur.", "Din tagħmilha għax biex ikollok suq ħieles huwa importanti ħafna li d- drittijiet tal-konsumaturi jiġu mħarsa u li l-gvernijiet jagħmlu ħilithom biex kemm jista' jkun il-konsumatur jieħu a fair deal, jieħu dak li ħaqqu u jkun qiegħed jieħu verament dak li jkun qiegħed iħallas għalih.", "Mr Speaker, bħala l-kelliem dwar il-koperattivi ħassejt li għandi nibda d- diskors tiegħi proprju billi nitkellem dwar l-iskop tal-koperattivi fis- soċjeta`.", "Fost id-diversi valuri li għandhom il-koperattivi, fosthom il- valur tad-demokrazija, il-prinċipju li d-deċiżjonijiet jittieħdu flimkien bejn il-membri u kulħadd ikollu l-istess vot, li ħaddiema żgħar ikunu jistgħu jingħaqdu bejniethom u jagħmlu lobbying flimkien biex jibdlu xi ħaġa, għandhom valur kbir li xi kultant jintesa u dan huwa s-servizz li l- koperattivi huma obbligati li jagħmlu fil-komunita`.", "Dan is-servizz iridu jagħtuh bħala parti mill-prinċipju tagħhom.", "Jien nemmen li l-moviment koperattiv Malti għandu jenfasizza iktar dan l-aspett, mhux għax mhux qiegħed isir, imma forsi għaliex sfortunatament il-koperattivi f'pajjiżna jissemmew biss meta jkun hemm xi dell ikrah.", "Rari nisimgħu aħbarijiet tajbin ġejjin mill-kamp tal-koperattivi.", "Jien nemmen li l-gvern għandu jgħin l-iżvilupp tal-koperattivi - mhux lil xi koperattiva partikolari - billi jinvesti fihom, jinvesti fl-edukazzjoni tagħhom għax il-koperattivi jgħinu lis-soċjeta`.", "Huwa importanti ħafna li n-nies isiru jafu iktar dwar il-koperattivi.", "Dan iġibni biex nitkellem ukoll dwar il-proġett Scoops fl-iskejjel li nemmen li d-dipartiment ta' l-edukazzjoni għandu jagħmel iktar biex dan il-proġett jirnexxi.", "Qiegħed ngħid hekk għax ma jistax ikun li l-proġett Scoops jibqa' biss proġett li jiġi attwat fil-ħin tal-break.", "Hemm bżonn li jkun hemm impenn ikbar min-naħa ta' l-awtoritajiet ta' l-edukazzjoni biex dan il- proġett ikompli jitkattar sabiex l-ewwelnett iktar studenti jitħajru jżidu l-għarfien tagħhom fuq x'inhi koperattiva u t-tieni nett ikollna iktar studenti li meta jispiċċaw mill-bankijiet ta' l-iskola jimbarkaw fuq proġetti ta' negozju u fuq", "proġetti li jagħmlu ġid lis-soċjeta`.", "Tajjeb li ngħidu li l-koperattivi jgħinu ħafna f'dan l-aspett billi l- ewwelnett jgħinu lit-tfal sabiex minflok ikunu individwalisti jibdew jaħdmu fi grupp.", "Huwa importanti li minflok ma naraw il-kapaċita` individwali tat- tifel inħarsu lejn il-kapaċita` ta' dak it-tifel li jaħdem fi grupp.", "Aħna neqsin ħafna minnha bħala poplu.", "Għandna ħafna nies kapaċi, imma meta niġu biex naħdmu u nattwaw proġett flimkien, neħlu.", "Għandna bżonn li jidħol dan il-konċett ta' tfal li qegħdin jaħdmu flimkien fi grupp, bħalma hija wara kollox il-young enterprise, imma l-prinċipju koperattiv huwa ħafna aħjar mill-young enterprise għax huwa differenti minn kumpannija.", "F'kumpannija jista' jkollok wieħed li jikkontrolla lil kulħadd, filwaqt li f'koperattiva ma jistax ikollok wieħed li jikkontrolla lil kulħadd, għandek il-membri kollha flimkien li jkunu qegħdin jiġġestixxu u jmexxu 'l quddiem lil dik l-azjenda jew dak in-negozju.", "Dan iġibni biex nitkellem ftit dwar il-kwestjoni li tinsab għaddejja minnha bħalissa l-koperattiva tal-furnara, li m'iniex se nidħol fit-teknikalita` tagħha.", "Ikun tajjeb li ngħidu li l-koperattiva tal-furnara, apparti li qiegħda taħdem biex tiddefendi grupp ta' nies li nvestew bil-kbir fil-fran tagħhom tal-ħobża Maltija, qiegħda tinsisti l-iktar biex il-prezz tal-ħobż jibqa' relattivament baxx.", "Forsi min qed jismagħni jgħid: Dan x'inhu jgħid?", "Veru li l-koperattiva qiegħda titlob żieda minima, imma rridu nżommu quddiem għajnejna li mill-1999 sa l-2004, il-koperattiva tal-furnara kienet iffaċċjata minn diversi sfidi.", "Fost l-oħrajn twaqqaf is-sussidju li kien jammonta għal Lm3 kull xkora ta' 50 kilogramma dqiq.", "Dak iż-żmien, fl- 1999, ħobża kienet tinbiegħ għal 11c.", "Illum ħobża qiegħda tinbiegħ għal 19c, jiġifieri minn dak iż-żmien ħobża għoliet bi 8c.", "Imma rridu nqisu li bejn l-2000 u l-2004 id-diesel, li l-membri tal-koperattiva iridu jużaw għall-vannijiet tagħhom biex iqassmu l-ħobż, għola b'75c kull gallun.", "Fl- 2004 id-dqiq għola darbtejn.", "Fil-fatt għola Lm1.50 kull xkora.", "Fl-2005 reġa' għola l-fuel b'75c oħra.", "Jiġifieri kien hemm dawn l-isfidi kollha li kienu qegħdin jiffaċċjaw dawn il-furnara tant li kien impossibbli li ma jirreaġixxux għax il-prezz irid jirrifletti wkoll ix-xogħol tagħhom, il- pagi tagħhom u tan-nies li jimpjegaw.", "Irridu nqisu li l-furnara jaħdmu sebat ijiem kuljum, inkluż il-Ħadd.", "Naf bi fran fin-naħat tagħna, Ħaż-Żabbar u ż-Żejtun, li jaħdmu 24 siegħa kuljum sebat ijiem fil-ġimgħa, u jimpjegaw il-ħaddiema magħhom.", "Ma jistax ikun li l-ispejjeż ta' dawn ma jkunux koperti.", "Il-furnara huma ffaċċjati minn żewġ sfidi, l-ewwelnett meta fl-1999 il-gvern waqqaf is-sussidju u l- ħobża kellha togħla, il-konsum niżel minħabba l-fatt li qabel kien hemm konsum żejjed u allura dak li jkun, meta beda jogħla l-prezz tal-ħobż, il- konsum waqaf f'daqqa.", "Aktar ma beda jogħla l-prezz tal-ħobż, aktar beda jinżel il-konsum u aktar ma jinżel il-konsum il-furnara aktar ikollhom iżidu l-prezz fuq il-ħobż biex ikunu jistgħu jkopru l-ispejjeż tagħhom.", "Jien qiegħed insemmi dawn l-affarijiet biex wieħed iżomm quddiem għajnejh li meta l-furnara qegħdin jitolbu għal dik il-ftit żieda mhux qegħdin jitolbuha biex huma jkomplu jkabbru u jkattru l-profitti tagħhom, imma biex iżommu n-negozju tagħhom għaddej u l-għajxien tagħhom għaddej.", "Bil-mod kif għola d-dawl u kif għola l-fuel, huwa impossibbli li jżommu l-prezzijiet kif qegħdin, meta wieħed jikkonsidra wkoll li naqas il-konsum tal-ħobż.", "Qiegħed insemmi din il-kwestjoni biex in-nies jifhmu u japprezzaw li dan kollu qiegħed jinħoloq minħabba li l-gvern qiegħed iżid il-prezzijiet tal- fuel u jekk hemm bżonn issir xi ħaġa, għandha ssir għal dak li jirrigwarda l-fuel.", "M'iniex se nitkellem iktar fuq dan is-suġġett.", "Naf li llum kien hemm laqgħa bejn diversi ministeri u l-furnara u għaddejjin żviluppi.", "Nittamaw li din il-kwestjoni tirriżolvi ruħha mill-aktar fis għall- benefiċċju tal-furnara li jridu jissalvagwardaw l-impjiegi, in-negozji, u l- investiment li għamlu, għax għamlu ħafna investiment, u wkoll għall- benefiċċju tal-konsumatur li għandu dritt li jibqa' jaffordja jixtri u jgawdi l-ħobża Maltija.", "U ladarba qegħdin nitkellmu dwar il-konsumatur hemm tliet prinċipji importanti li rridu nikkonsidraw.", "Sabiex il- konsumatur ikun protett, jeħtieġ li jkun informat u jrid ikun edukat dwar kif jiddefendi lilu nnifsu.", "Imbagħad irid ikun hemm ukoll l-infurzar tal- liġijiet.", "Huwa l-obbligu tagħna bħala Parlament, bħala gvern u bħala Oppożizzjoni, li naraw li d-drittijiet tal-konsumatur qed jiġu mħarsa u li l-konsumatur qiegħed jieħu verament dak li qiegħed iħallas għalih.", "Jekk ma jkunx hekk, allura l-konsumatur jitlef il-fiduċja u jibda jħossu dgħajjef quddiem cartels kbar.", "Għaldaqstant għandna l-uffiċċju tal-kompetizzjoni ġusta biex jara li l- konsumatur ma jiġix abbużat.", "Sfortunatament matul din is-sena kellna diversi issues li laqtu lill-konsumatur fil-laħam il-ħaj.", "Fost l-oħrajn kellna l-kwestjoni tal-Melita Cable, fejn dak li jkun ħallas għal pakkett li fih jinkorpora numru ta' stazzjonijiet tat-televiżjoni, imbagħad għax il- Melita Cable rebħet il-kuntratt biex ixxandar il-logħob tat-tazza tad-dinja jew il-logħob tal-kampjonat Ewropew, tiddeċiedi li minn dak il-pakkett li dak li jkun ikun xtara u li kienet qed tirreklama hi stess, twaqqaf it- trażmissjoni ta' logħob li tkun qed turi fuq stazzjon għal ta' l-apposta, biex jekk min irid aċċess għal dawk il-logħob, ikollu jixtri pakkett ieħor jew iħallas iktar biex ikun jista' jirċievi dak is-servizz.", "Ma nħossx li din kienet deċiżjoni ġusta.", "Ħafna nies ħassew li l-konsumatur għadu dgħajjef wisq.", "Minkejja d-diversi tentattivi li saru, il-konsumatur għadu m'huwiex qiegħed ikun rispettat.", "Jekk jien ħallast ta' pakkett, għaliex il-kumpannija għandha l-kontroll - qabel ma kellhiex għax qabel kellna l-aerial, imma llum għandna l-cable li għandu s-sistema tad-digital u jista' jikkontrolla liema stazzjonijiet wieħed jista' jara jew le – li tiddeċiedi liema stazzjonijiet nista' nara?", "Naħseb dan kien test case li ma tantx niżel tajjeb u li forsi anke l-gvern stess deher dgħajjef wisq quddiem kumpannija bħalma hija l-Melita Cable.", "Għallinqas is-servizzi regolatorji li għandna f'Malta, li suppost twaqqfu biex iħarsu lill-konsumatur, ma tantx dehru effettivi fil-konfront tal-Melita Cable, għax għalkemm tejbu l-proposta li kienu qegħdin jagħmlu fil-bidu, xorta fil-kampjonat Ewropew kienu qegħdin jiġu ċċensurati logħob minn fuq stazzjonijiet Taljani li suppost aħna konna ħallasna għalihom u li qatt ma kienu qalulna li se jiċċensurawhom.", "Qed ngħid dan kollu biex nuri kif qiegħed jiġi ttrattat il-konsumatur f'pajjiżna.", "Jien ma xtaqtx li niffoka d-diskussjoni tiegħi fuq dawn l-affarijiet biss, imma xtaqt li nitkellem proprju fuq dawk in-nies li ma tantx għandhom min jiddefendihom u li ħafna drabi, minkejja li jħallsu t-taxxi bħal ħaddieħor, iħossuhom abbandunati, iżolati u jħossu li leħinhom m'huwiex qiegħed jinstema'.", "Qiegħed nitkellem proprju dwar tliet setturi tas-soċjeta` tagħna li huma l-persuni b'diżabilita` fiżika u intellettwali, il-persuni bi problemi ta' saħħa mentali u l-anzjani.", "Nibda l-ewwel bil-persuni b'diżabilita` fiżika.", "Il-gvern jiġbor miljuni ta' liri kull sena mit-taxxa tar-reġistrazzjoni tal-karozzi u mil-liċenzji tal-karozzi biex jagħmel toroq aħjar.", "Imma sfortunatament l-aċċessibilita` għall-persuni b'diżabilita`, speċjalment – m'iniex qed nitkellem dwar it-toroq prinċipali - fit-toroq fejn tgħix il-komunita`, għadhom m'humiex aċċessibbli għall- persuni b'diżabilita`.", "U forsi għalhekk wieħed għandu jistaqsi għaliex fl- ibliet u fl-irħula tagħna ma narawx persuni b'diżabilita` jiġru bil- wheelchair bħalma naraw f'pajjiżi oħra.", "Forsi hemm min jaħseb li l-persuni b'diżabilita` huma minoranza żgħira li ma teżistix.", "Mix-xogħol tiegħi bħala occupational therapist naf li l-persuni b'diżabilita` huma persuni li qegħdin iweġġgħu fis-skiet għaliex il-vuċi tagħhom ma tinstemax.", "Ftit tal-ġranet ilu ltqajt ma' persuna fil-wheelchair proprju quddiem il- Parlament hawnhekk u waqt li kont qiegħed nitkellem magħha qaltli li t- toroq li qegħdin isiru bil-pavimentar proprju hawnhekk fi Triq ir- Repubblika u anke pavimentar simili li sar fl-Imdina jikkawża tbatija lil min ikun fil-wheelchair.", "Qaltli: Possibbli li intom il-membri parlamentari qatt ma tirrealizzaw li persuna fil-wheelchair ma tkunx tista' tgħaddi minn fuq bankini dojoq u possibbli qatt ma tindunaw bl-istupidaġni ta' kif tagħmlu r-rampi, meta f'dan il-pajjiż għandna min hu espert biex jiddisinja dawn l-affarijiet?", "Imma għalina dawn għadhom dettall li ma tantx nagħtu kasu.", "Din hija sfortuna kbira għax il-persuni b'diżabilita` huma persuni bħall-oħrajn.", "Huma u l-qraba tagħhom iħallsu t-taxxi bħal ħaddieħor.", "Allura għaliex m'għandhomx jieħdu l-valur ta' dak li qegħdin iħallsu?", "Għaliex it-taxxi m'għandhomx jirriflettu lilhom ukoll?", "Għaliex persuna b'diżabilita` għandha tkun kostretta tibqa' ġewwa, imsakkra f'darha u mhux tgawdi l-ħajja fil-komunita`?", "Din il-persuna li kienet qiegħda titkellem miegħi qaltli li tippreferi timxi fit-triq milli fuq il-bankini li qegħdin jiġi ddisinjati akkost li tista' ttajjarha karozza!", "Irrid insemmi wkoll it-toilets pubbliċi fl-irħula tagħna, fil-bandli, fiċ- ċentri u fil-knejjes.", "Sirna niftaħru u nagħmlu ċerimonja għax knisja tagħmel rampa!", "Rampa hija dritt għall-persuni b'diżabilita` għaliex dawn għandhom dritt imorru l-knisja daqsna.", "Hija xi ħaġa tal-mistħija li f'dan il-pajjiż għadna qegħdin niġġieldu biex il-persuni b'diżabilita` jingħataw aċċess fiżiku.", "Hija tal-mistħija kif persuni b'diżabilita` m'għandhomx aċċess għad-dinja tad-divertiment għas-sempliċi raġuni li postijiet tad- divertiment m'humiex aċċessibbli.", "Il-persuni b'diżabilita' m'humiex konsumaturi wkoll?", "Il-persuni b'diżabilita` m'għandhomx dritt li jmorru jixtru?", "Inutli li aħna nagħmlu l-liġijiet fit-teorija biss jekk ma nemmnux fl-indipendenza tal-persuni b'diżabilita`.", "Per eżempju, fl-aħħar rivista \"Flimkien\" il-kummissjoni kkummentat dwar il-fatt li suppost il-bajja ta' San Ġorġ f'San Ġiljan kellha tkun aċċessibbli għall-persuni b'diżabilita`, imma sfortunatament, minkejja li l-pjanti kienu juru li suppost kellha tkun aċċessibbli permezz tal-wheelchair, il-bajja ta' San Ġorġ saret mingħajr dawk id-dettalji li jagħmlu tant differenza kbira għal min qiegħed fil- wheelchair.", "Il-persuni b'diżabilita` spiċċaw injorati fl-implimentazzjoni tad-disinn ta' dik il-pjanta u llum il-bajja ta' San Ġorġ, li suppost kellha tkun aċċessibbli permezz tal-wheelchair, fil-fatt m'hijiex aċċessibbli.", "Nitkellmu wkoll dwar l-opportunitajiet ta' xogħol.", "Il-persuni b'diżabilita` u l-familjari tagħhom bħal kulħadd iħallsu t-taxxi biex jiffinanzjaw lill-ETC.", "Naf li l-ETC tagħmel ħilitha u hemm programm biex jgħin lill-persuni b'diżabilita` jsibu x-xogħol, imma sfortunatament ir- realta` hija iebsa wisq mal-persuni b'diżabilita`.", "Jeħtieġ li l-gvern isib soluzzjonijiet differenti, bħalma qiegħed jagħmel il-gvern Ingliż, biex persuni b'diżabilita` fiżika jintegraw ruħhom bis-serjeta` fuq il-postijiet tax-xogħol u jingħataw l-opportunitajiet li jixirqilhom.", "Nixtieq hawnhekk insellem lil żewġ organizzazzjonijiet li qegħdin jaħdmu ħafna f'dan il- qasam, lill-Fondazzjoni Eden, li kienet waħda mill-pijunieri, u lill- fondazzjoni Equal Partners.", "Hemm ukoll ir-Razzett tal-Ħbiberija li huwa wieħed mill-ftit postijiet fejn persuna b'diżabilita` tista' tintegra fis- soċjeta` man-nies l-oħrajn kollha għax il-faċilitajiet jistgħu jintużaw minn kulħadd.", "Għalhekk nappella lill-gvern biex jgħin lil din l- organizzazzjoni fid-diffikultajiet finanzjarji li tinsab fihom.", "Ir-Razzett tal-Ħbiberija li jinsab f'Wied il-Għajn jagħti servizzi lit-tfal li jmorru fl-iskejjel speċjali tal-gvern, jagħti servizzi b'xejn tal-gym lill-persuni b'diżabilita`b'apparat apposta u pool li hija mgħammra b'apparat li jista' jakkomoda lill-persuni b'diżabilita` u l-familjari tagħhom.", "Qiegħed ikun ta' servizz kbir għal bosta anzjani li għal prezz ridott jistgħu jużaw is-servizzi tar-Razzett tal-Ħbiberija.", "Għalhekk nerġa' nappella lill-gvern biex jgħin lil din l-organizzazzjoni bl-aħjar mod ħalli tkun tista' tkompli bis-servizzi tagħha.", "Konsumaturi oħrajn huma l-persuni li jbatu minn problemi ta' saħħa mentali.", "Bil-kelma \"konsumatur\" nifhem kull persuna li qiegħda tirċievi xi servizz.", "Is-servizzi ma nirċevuhomx b'xejn imma għax inħallsu t-taxxi nippretendu li nieħdu servizz tajjeb.", "Meta wieħed jinduna li qiegħed jirċievi servizz tajjeb iħossu inkoraġġut li jkompli jħallas it-taxxi.", "Persuni li jħossuhom abbandunati f'dan il-qasam huma l-persuni bi problemi ta' saħħa mentali.", "Wieħed mid-diversi issues f'dan il-qasam huma l-opportunitajiet ta' xogħol.", "Fil-fatt dawn il-persuni bħall-persuni b'diżabilita` jsibuha diffiċli u kważi impossibbli li jidħlu fid-dinja tax-xogħol minħabba l- istigma li teżisti fil-konfront tagħhom.", "Il-familjari tagħhom qegħdin iħallsu t-taxxi wkoll u għalkemm xi kultant jirċievu pensjoni, imma din ma tgħinhomx fil-problema li għandhom, għax huma iktar milli għandhom bżonn il- flus għandhom bżonn li jkunu integrati fis-soċjeta' u ma jkunux iżolati waħedhom fid-dar.", "Nemmen li l-gvern għandu jerġa' jevalwa s-sitwazzjoni sħiħa ta' dawn in- nies għax aħna qegħdin inħallsu t-taxxi għalihom mingħajr ma qed nieħdu l- benefiċċju li konna qegħdin nittamaw li nieħdu.", "Fost l-issues prinċipali hemm ir-riżorsi umani li huma neċessarji biex il-persuni li jsofru minn problemi ta' saħħa mentali jibdew jirċievu s-servizzi li għandhom bżonn fil- komunita`, mingħajr il-ħtieġa li jkollhom imorru bilfors fl-Isptar Monte Carmeli, sptar li jagħmel xogħol ta' fejda kbira ma' dawn in-nies imma li sfortunatament għadu jbati minn stigma qawwija.", "L-individwi li kienu hemm għadhom qegħdin isofru minn stigma kbira u diffiċli biex ikunu aċċettati fil-komunita` tagħhom wara li jkunu ħarġu minn dak l-isptar.", "Ċertament għandna bżonn ta' iktar servizzi fil-komunita` għall-persuni li jbatu minn problemi ta' saħħa mentali li qegħdin dejjem jiżdiedu minħabba l-istress li jkunu għaddejjin minnu.", "In-numru ta' persuni kif ukoll l-etajiet tal- persuni li jbatu minn problemi ta' saħħa mentali qed jiżdiedu kemm minħabba l-istress li qiegħda tpoġġi fuqhom is-sistema edukattiva u kif ukoll minħabba problemi soċjali li għandna.", "Ma jistax ikun li nibqgħu nimxu bil- mudell li mexjin bih u jeħtieġ li jkollna aktar servizzi fil-komunita`.", "Dawn huma konsumaturi, għax la l-gvern qiegħed jipprovdi servizz u xi ħadd qiegħed jieħu dak is-servizz, allura hemm konsumatur, imma l-gvern m'huwiex qiegħed jolqot il-ħteġijiet veri ta' dawn in-nies.", "Dawn qegħdin ibatu minn stigma kbira.", "Il-familji tagħhom qegħdin ibatu fil-kwiet, fis-silenzju u jeħtieġ li xi ħadd jisma' l-karba tagħhom.", "Ma jagħmilx sens li jkollna occupational therapists kwalifikati, physiotherapists kwalifikati imma dawn ma jiġux impjegati għax ma tinfetaħx il-call for applications għalihom.", "Il- fatt li bħala pajjiż investejna biex inlaħħqu physiotherapists, occupational therapists, u professjonisti oħra u għandna nies li għandhom bżonn ta' dak is-servizz, m'hijiex ġusta li l-gvern jagħlaq l-opportunita` minħabba problemi finanzjarji.", "Mr Speaker, irrid ngħid xi ħaġa wkoll fuq Schedule 5.", "Sfortunatament mhux il-persuni kollha li jsofru minn problemi ta' mard mentali huma intitolati għal mediċini b'xejn mill-istat imma huma dawk biss li jbatu minn kondizzjoni magħrufa bħala skiżofrenija li huma intitolati biex jieħdu l- mediċini b'xejn.", "Din hija sitwazzjoni li jeħtieġ li tiġi indirizzata iktar u iktar meta aħna nafu li l- problemi marbuta mad-dipressjoni, mal- psikożi u ma' kondizzjonijiet oħra qegħdin dejjem jiżdiedu.", "Jien nemmen li din is-sitwazzjoni għandha tiġi indirizzata biex ma jseħħx dak li qal hawnhekk l-Onor.", "Michael Asciak, cioe' li kulħadd jiġi mniżżel bħala skiżofreniku.", "Għaliex persuni b'mard mentali m'għandhomx ikunu rikonoxxuti b'dak il-mard ħalli d-dijanjosi tagħhom issir kif suppost, mingħajr ma noqogħdu nduru mas-servizzi soċjali, kif forsi qiegħed isir fil-preżent, għall-benefiċċju ta' dawn il-persuni?", "Għaliex m'għandhomx jieħdu d- drittijiet tagħhom kif suppost?", "Jiena nemmen li l-gvern irid iħares lejn il-liġi li tirregola s-saħħa mentali li tmur lura għall-1975.", "Issa għadha kemm ġiet rikostitwita l-kummissjoni għas-saħħa mentali u nappella lill- gvern biex il-proposti li diġa` tressqu mill-kummissjoni preċedenti jiġu attwati sabiex kemm jista' jkun malajr dan l-Att jiġi aġġornat ħalli jirrifletti aħjar il-ħteġijiet tal-lum.", "Xtaqt nitkellem ukoll fuq l-anzjani.", "Kulħadd jaf li għandna an ageing population, l-anzjani fis-soċjeta` qegħdin jiżdiedu u jekk wieħed jiġi sa l- isptar San Luqa, speċjalment fis-swali tal-mediċina, isib li dawn huma mimlijin bl-anzjani u saħansitra wħud minnhom qegħdin fil-kuriduri mingħajr l-ebda privatezza.", "Jiena se nissuġġerixxi x'jista' jagħmel il-gvern fuq din is-sitwazzjoni għax ma rridux ninsew li dawn huma persuni li ħadmu ħajjithom kollha.", "Għalkemm forsi jkun hemm minnhom li ġew abbandunati mill-familjari tagħhom pero' ma nistgħux inkunu ġeneriċi.", "Irridu nistaqsu għaliex ġew abbandunati għax ikun hemm ħafna minnhom li jkunu każijiet ġenwini.", "Meta wieħed jaċċetta li jieħu ħsieb ta' persuna anzjana jiskopri li m'għandek l-ebda forma ta' servizzi fil-komunita`.", "Għandek ftit servizzi, għax jekk ngħidu li m'għandek l-ebda forma ta' servizzi ma nkunux qegħdin ngħidu l-verita`.", "Imma s-servizzi li għandek illum tat-telecare, tal-home help, tal-meals on wheels m'humiex qegħdin jirrispondu biżżejjed għall-ħtiġijiet ta' l-anzjani tagħna fil-komunita`.", "Jeħtieġ li l-gvern jinvesti sabiex aktar anzjani jkunu jistgħu jkomplu jgħixu fil-komunita`.", "Imma fil-verita` qegħdin naraw l-oppost.", "Riċentement il-gvern fetaħ żewġ swali fl-isptar Monte Carmeli biex ikun jista' jakkomoda lis-social cases li għandu fl-isptar San Luqa.", "Jekk wieħed jara x'ġara jsib li għal ġimgħa kien hemm sitwazzjoni daqsxejn stabbli fl-isptar San Luqa, imma wara ġimgħa erġajna spiċċajna kif konna, bis-swali kollha mfawrin bis-social cases.", "Kulħadd qiegħed jinnota l- istupidaġni li ninvestu kważi Lm300,000 fuq żewġ swali biex nagħmluhom sbieħ eċċ., imma ma ninvestux fuq servizzi ġodda fil-komunita`.", "Jekk aħna veru rridu nagħtu l-messaġġ li rridu li l-anzjani tagħna jibqgħu fil- komunita` ma nistgħux nagħmlu dan bid-diskors biss.", "Jeħtieġ nagħmluh ukoll bil-fatti, billi l-gvern jinvesti l-flus fis-servizzi fil-komunita`.", "Meta ngħidu aktar servizzi fil-komunita` qegħdin nitkellmu dwar aktar home help wiesa' fil-komunita`, u mhux biex tapplika għall-home help service trid iddum tistenna tliet xhur.", "M'hijiex realistika.", "Irridu ngħinu lill-carers ta' l-anzjani biex jakkwistaw apparat biex ikunu jistgħu jgħinu lill- persuna, biex ma jeħdux il-piż fiżiku fuqhom meta jqandlu persuna anzjana, imma jixtru l-apparat neċessarju bħal lifters u sodod apposta, li sa ċertu punt qiegħed isir, imma b'mod limitat ħafna.", "Hemm bżonn ta' appoġġ anke f'dak li għandu x'jaqsam ma' respite.", "Fil- preżent għandna sala waħda fl-isptar St Vincent De Paule li diġa` hija bbukkjata sa Awissu.", "Ma jagħmilx sens.", "Immaġinaw persuna li qiegħda tieħu ħsieb ta' persuna anzjana li tbati mid-dimensia, u għandha bżonn break, fejn se tibgħatha?", "Sa Awissu qiegħed ibbukkjat San Vinċenz.", "Kif jista' jkun li aħna ma nwessgħux is-servizzi tagħna fil-komunita`?", "Imbagħad għandna bżonn regolamentazzjoni serja fuq il-homes ta' l-anzjani privati li qegħdin jiftħu.", "Qiegħed nitkellem dwar anzjani li qegħdin iħallsu għas- servizz li qed jieħdu f'homes privati.", "Ma jistax ikun li jkollna home ta' l-anzjani li m'hijiex aċċessibbli, li l-lift bilkemm jidħol wheelchair fih, li l-kmamar m'humiex imdawlin biżżejjed.", "Ma jagħmilx sens li inti taqbad hotel u taqlibha f'dar ta' l-anzjani mingħajr ma tagħti kas ta' l- overcrowding li għandek fil-kmamar, bħalma għandna f'ċerti djar.", "M'għandniex framework regolatorju serju li jagħmel monitoring ta' dawn l- affarijiet.", "Inħoss li għandu jkun hemm din ir-regolamentazzjoni għax m'aħniex qegħdin inkunu serji.", "L-unika ħaġa li qegħdin naraw hija li għandna problema fejn inpoġġu l-anzjani, irridu fejn nimlew is-sodod u naqbdu u nimlew is-sodod, imma l-affarijiet ma jsirux b'dan il-mod.", "Għallinqas l-affarijiet ma sarux b'dan il-mod fil-pajjiżi Ewropej u f'diversi pajjiżi oħrajn.", "Mr Speaker, nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Insejjaħ lill-Onor.", "Joseph Sammut.", "ONOR.", "JOSEPH SAMMUT: Mr Speaker, dan huwa dibattitu li jolqot bażikament lil kulħadd, lill-konsumatur.", "L-interpretazzjoni wiesgħa li wieħed jista' jagħti lil dan l-abbozz qiegħda tirrifletti ruħha fil-varji diskorsi li saru f'din il-Kamra.", "Personalment nixtieq inħares lejn dan is-suġġett mill- punto di vista ta' kif jolqot lis-self-employed meta jiġi wiċċ imb'wiċċ kemm biex jinqeda hu - għax għandek id-dipartimenti tal-gvern u diversi azjendi u suppliers li jfornu lill-istess self-employed – u kemm ir- relazzjoni bejn self-employed u l-konsumatur innifsu, iċ-ċittadin li jieħu l-prodott.", "Imbagħad hemm aspetti oħrajn bħalma huma insurances, il- lukandiera, fejn jidħol servizz ġo servizz.", "Fattur ieħor huwa l-qorti, jiġifieri anke l-gvern għandu l-klijenti tiegħu, u naħseb kultant dan il- fattur jinqabeż.", "Nibda biex inħares lejn l-aspett taċ-ċittadin self-employed fil-konfront ta' l-Enemalta.", "L-Enemalta li hija waħda mill-ikbar korporazzjonijiet f'pajjiżna bażikament hija monopolju, għax hija l-unika impriża li hawn li tissupplixxi s-servizz ta' l-enerġija tad-dawl, take it or leave it.", "Din timponi, tinforza, tivvinta regolamenti, wieħed kontra l-ieħor u kulħadd ikollu jassumihom.", "Wieħed minn dawk il-punti li dan l-aħħar qiegħed ikun fil-gazzetta ta' spiss, qegħdin nisimgħu ħafna enfasi fuqu u ttieħdu anke miżuri leġislattivi dwaru, huwa s-serq tad-dawl.", "Irrid nagħmilha ċara li bl-ebda mod ma rrid niddefendi lil min jagħmel dan ir-reat.", "Hija xi ħaġa kerha li tirrifletti ħażin fuq il-konsumatur in ġenerali għax dak li wieħed jieħu b'mod mhux leċitu irid jagħmel tajjeb għalih ħaddieħor.", "Iżda min- naħa l-oħra ma nistax naqbel mal-mod kif l-Enemalta u l-ministru konċernat imbotta leġislazzjoni u anke legal notice speċifika f'każ li jirriżulta li xi ħadd bagħbas ma' l-arloġġ tad-dawl jew seraq id-dawl.", "Meta jkun hemm allegazzjoni ta' serq ta' dawl jew ta' xi servizzi oħrajn tiġi sospiża l- provvista tad-dawl ta' dak li jkun u jiġi mġiegħel iħallas l-ammont li l- korporazzjoni jidhrilha li ġiet misruqa.", "Dan l-atteġġjament fil-konfront tal-konsumatur narah inġust.", "Wieħed mill- ikbar pilastri legali tagħna huwa dejjem li l-akkużat huwa dejjem meqjus innoċenti sakemm ma jiġix ipprovat li huwa ħati.", "Issa meta qegħdin naċċettaw u b'mod leġislattiv qegħdin napprovaw u nagħtu poter lill- Enemalta, jew l-Enemalta qiegħda tieħu rajha f'idejha li taqbad u tiġġudika mill-ewwel lil kull min ikun suspettat li seraq id-dawl u tittimbrah li hu ħalliel u ġġiegħlu jħallas ta' dak l-ammont li jidhrilha li hi ġiet misruqa, naħseb li qed titwettaq waħda mill-ikbar illegalitajiet li wieħed jista' jaħseb fuqhom.", "L-Enemalta ma tistax tikkundanna lil min hu akkużat bħala ħalliel, u ngħid għaliex.", "Kien hemm diversi istanzi fejn l-Enemalta ħadet passi kriminali, ġiegħlet lill-konsumatur iħallas minn qabel il-flus li jidhrilha li kien seraq, imbagħad meta morna l-qorti rriżulta li min ġie akkużat ma kienx ħati.", "Min jiġi akkużat jista' ma jkunx ħati għal diversi raġunijiet.", "Naħseb li l-Enemalta għandha terfa' r-responsabbilta` - għaliex, bir-rispett kollu, dejjem tfarfar - li meta jkun hemm bejgħ ta' post u min jixtrih imur jirreġistra t-trasferiment tal-meter f'ismu, tmur tiċċekkja li meta qiegħed isir dak it-trasferiment, l-arloġġi huma intatti, is-siġilli huma intatti, kollox huwa f'postu u ma kien hemm l-ebda tbagħbis.", "Naħseb li dan huwa nuqqas min-naħa ta' l-Enemalta u għalhekk ngħid li m'għandux ibati l-konsumatur jekk jirriżulta li kien hemm tbagħbis fl- arloġġ, iktar u iktar meta jkun hemm każ ċar fejn kien hemm trasferiment tal-proprjeta` għax min xtara l-post - jistgħu jgħaddu s-snin u ma jindunax - ma jistax jiġi meqjus li seraq lill-korporazzjoni.", "Lanqas ma jagħmel sens li l-korporazzjoni żżomm lill-persuna responsabbli mingħajr ma jsiru l- investigazzjonijiet neċessarji.", "Ħafna mill-esperti li jiġu nominati, bir- rispett kollu, ma nafx xi kwalifiki għandhom.", "Dawn imorru jagħmlu rapport mingħajr ma jittieħdu konsiderazzjonijiet ta' kif qiegħed isir l-allegat ksur.", "Ġieli jirriżulta li l-biċċa ta' barra tal-meter per se ma tkunx minsusa, il-ħsara jew xort'oħra tkun qiegħda minn wara s-siġill 'il ġewwa.", "Allura ma nistax nifhem kif jaslu għall-konklużjoni li jkun is-sid tal-post li bagħbas mal-meter, meta dan il-meter ġie supplied mill-istess Enemalta, meta s-siġilli jkunu intatti u meta minn barra ma jkun hemm l-ebda forma ta' xi tbagħbis.", "M'iniex qed nitkellem fuq meters imtaqqba fejn l-affarijiet ikunu ċari daqs il-kristall, imma qed nitkellem fuq każijiet fejn ikun hemm dubju raġjonevoli.", "Li qed jiġri huwa li minflok ma l-qrati tagħna, u b'mod partikolari din il-legal notice u l-attitudni ta' l-Enemalta, jissalvagwardaw il-prinċipju li fil-każ ta' dubju serju, dan għandu jmur favur l-akkużat, qegħdin naħdmu bil-kontra u dawwarna kollox ta' taħt fuq.", "L-Enemalta dawret kollox ta' taħt fuq bl-iktar mod prepotenti, bl-ikbar arroganza, b'mod li qiegħda tiġbor flejjes li m'humiex tagħha, qiegħda tiġbor flejjes fuq preżunzjoni li l-persuna suppost għandha tinstab ħatja.", "Hawnhekk lanqas hemm il-preżunzjoni imma għandna l-akkuża mill-ewwel.", "Jiena ma nistax nifhem kif persuni li jiġu mressqa quddiem il-qorti jistgħu jinstabu ħatja meta kollox ikun diġa' ġie preġudikat fil-konfront tagħhom.", "Dawn l-affarijiet iridu jiġu mgħarbla sewwa ħalli jiġu mħarsa d- drittijiet tal-bniedem.", "Wara kollox aħna niftaħru li f'pajjiżna nħarsu ħafna d-drittijiet tal-bniedem u li ngħożżu d-demokrazija, imbagħad naraw dawn it-tip ta' abbużi minn korporazzjoni li għandha monopolju.", "L-istess nista' ngħid għall-kwestjoni tal-kontijiet li ntbagħtu dan l-aħħar li qegħdin jirriflettu kontijiet li kienu diġa` tħallsu għax-xahar ta' Novembru u ltqajt ma' diversi ilmenti dwar dawn il-kontijiet.", "Mr Speaker, minkejja li għandna l-customer care service ta' l-Enemalta, meta jmur il-konsumatur ma jieħu sodisfazzjon ta' xejn bħalma m'huwiex qiegħed jieħu sodisfazzjon fuq il-mod kif qed tinħadem is-surcharge.", "Qegħdin nirċievu l-kontijiet b'ħafna rati ta' surcharge differenti ta' 18%, 17%, 55% u m'hemm l-ebda indikazzjoni fuq liema ammont ta' units qed tapplika din is-surcharge.", "Ħafna kienu dawk li pprovaw jagħtu spjegazzjoni lil dan il-famuż kont ta' l-Enemalta, imma ħadd ma wasal.", "Ġaladarba qegħdin nitkellmu fuq liġi li tirrigwarda d-drittijiet tal-konsumatur, irridu naraw bis-serjeta' li l-konsumatur jieħu sodisfazzjon suret in- nies u mhux meta jiġi wiċċ imb'wiċċ ma' dawn il-korporazzjonijiet il-kbar bħalma hi l-Enemalta qatt ma jieħu sodisfazzjon.", "L-unika soluzzjoni tkun li jekk ma tħallasx jinqatagħlek is-servizz.", "Dawn l-affarijiet ma jagħmlux sens!", "Naħseb li għandu jkun hemm organu li jkollu saħħa biżżejjed li jiddeċiedi prima facie u dan jista' jkun l-ombudsman jew xi organu ieħor.", "Għandu jkun hemm mezz ta' rikors - rikors mhux fis-sens tal-qorti - li bniedem jista' jirrikorri għandu f'każijiet ta' urġenza estrema – għax m'hijiex ċajta li jiġi jaqtagħlek id-dawl - u jekk dan jidhirlu li l-ilment li qiegħed iressaq il-konsumatur huwa ġustifikat, jieħu passi biex iwaqqaf lill-Enemalta milli taqtagħlu d-dawl, għax dik hija sitwazzjoni bla raġuni għaliex l-ewwelnett hemm l-aspett fejn dawn qegħdin isibuk ħati qabel tiġi misjub ħati mill-qorti.", "Safejn naf jien l-unika istituzzjoni f'pajjiżna li tiġġudika bniedem huwiex ħati jew le hija l-qorti.", "Imma l-Enemalta – u issa komplejna naffermawh b'mod leġislattiv - idderogat dan il-poter u ħaditu f'idejha u jekk ifaqqsilha f'moħħha li tkun sraqt id-dawl, tiddikjarak ħati.", "It-tieni nett, il-konsumatur m'għandu sodisfazzjon ta' xejn fuq il-kont li qed jiġi mitlub iħallas.", "Il-konsumatur m'għandux rimedju fejn jista' jilmenta li m'huwiex jaqbel ma' dak il-kont li jirċievi meta jkun jidher biċ-ċar li hemm perjodu fuq ieħor li diġa` ħallas għalih u allura jkollu jħallsu għax inkella jaqtgħulu s-servizz tad-dawl.", "Fl-opinjoni tiegħi, waħda mill-ikbar pastażati li saru kienet meta ġibna sitwazzjoni fejn il-meter tad-dawl jinqara darba fis-sena.", "Jiġi l-meter reader dik id-darba, jieħu l-actual reading u l-kontijiet li jiġu wara jkunu bbażati fuqu.", "Jiġifieri jekk kellek tliet xhur fejn ħlejt ħafna dawl minħabba raġunijiet varji, u f'dawk it-tliet xhur ġie jaqralek il-meter, tista' ma tixgħel l-ebda bozza fid-dar tiegħek għall-perjodu kollu li jmiss sakemm jerġa' jiġi l-meter reader għax il-kont se jinħariġlek fuq dak ir- reading li kien ħareġ qabel.", "Għaliex qed isiru dawn l-affarijiet?", "Għalfejn l-Enemalta għandha tirċievi dawk il-flus kollha f'idejha in advance?", "Naf li hawn min se jgħidli li jitnaqqsu fil-kontijiet ta' wara.", "Imma allura jekk forsi finanzjarjament inkun għaddej minn perjodu ħażin, għandi nara kif nagħmel u nissallab biex inħallas ħalli ma jaqtgħulix id-dawl?!", "Din il-liġi tagħtina xi rimedju kontra dawn it-tip ta' korporazzjonijiet?", "Hemm bżonn ta' rimedju f'dawn l-affarijiet.", "Qegħdin jintbagħtu kontijiet eżorbitanti u tmur f'liema familja tmur, jgħidulek li qed jirċievu kontijiet ta' Lm110 u Lm190 dawl ta' tliet xhur u l-konsumatur ma jieħu sodisfazzjon ta' xejn.", "Lil dan il-pajjiż ġibtuh f'sitwazzjoni li kulħadd qisu qed jgħix fil-kera u povru dak iċ-ċittadin li qiegħed fil-kera.", "In-nies tan-negozju qed tagħtihom rashom għaliex qed jirċievu kontijiet ta' Lm1,200 jew Lm1,400 kull xahrejn.", "Issa minbarra dawn il-kontijiet in-nies tan-negozju għandhom spejjeż oħra amministrattivi bħalma hija l-VAT u spejjeż oħra biex iżommu l- post għaddej.", "Kif jistgħu jibqgħu fuq saqajhom dawn is-self-employed b'dawn l-ispejjeż kollha?", "Irridu nagħtu konsiderazzjoni kemm lis-self- employed, kemm liċ-ċittadin li jirċievi kont ta' Lm120 u kif ukoll lill- pensjonant li jirċievi kont ta' Lm70.", "Dan ifisser li jekk pensjonant jirċievi Lm120 pensjoni ta' l-invalidita` kull xahar irid iwarrab iktar minn kwart minnha għall-kont tad-dawl.", "Jiena naħseb li wasal iż-żmien li terġa' ssir reviżjoni serja ta' dawn l-ispejjeż.", "Apparti minn hekk, kif diġa` indikajt, għandu jkun hemm il-protezzjoni taċ-ċittadin.", "Mr Speaker, nixtieq nitkellem issa fuq il-kwestjoni tat-taxxa fuq il- karozzi għax il-Maltin huma kollha konsumaturi f'dan il-każ.", "Meta konna l- iskola kienu jgħidulna li l-gvern tal-ġurnata jagħmel taxxa għolja fuq il- karozzi sabiex jissalvagwarda l-ambjent.", "Illum il-ġurnata din hija ħrafa li ilha li taret mar-riħ għax l-ammont ta' karozzi li hawn jirrifletti minn karozza sa tnejn f'kull familja.", "Illum f'pajjiżna għandna madwar 250,000 karozza.", "Allura li ma ndaħħlux iktar karozzi biex nissalvagwardaw lil pajjiżna mill-inkwinament m'hijiex iktar raġuni valida.", "Illum karozza hija neċessita` ġaladarba - ma rridx ninstema' ħażin - s-sistema tas-servizz pubbliku ma tistax taħdem hawn Malta għal ħafna raġunijiet.", "It-toroq huma ffullati u, lanqas jekk iridu, min jipprovdi s-servizz tat-trasport pubbliku ma jistax jagħti servizz fil-ħin lil min ikun irid juża s-servizz pubbliku minflok juża l-vettura tiegħu.", "Allura naħseb li wasal iż-żmien - u fil-fatt din hija tema rikorrenti fil-gazzetti kollha - li tiġi kkonsidrata t-taxxa li qegħdin inħallsu fuq dawn il-vetturi.", "Illum aħna parti mill-Unjoni Ewropea u nassumi li m'għandniex inbatu t-taxxi biss li ġejjin mill-Unjoni Ewropea, imma naħseb għandna ngawdu ftit ukoll minn dak li tista' toffri u naħseb li wasal iż-żmien li l-gvern jirrevedi t-taxxi fuq il-vetturi li jidħlu f'pajjiżna.", "Illum hija ħaġa faċli li bniedem, permezz ta' l-internet jew tat- television, jikkalkola l-prezz ta' karozza fl-Ewropa.", "Karozza ġdida li fl- Italja tinbiegħ bil-prezz ta' Lm3,000, hawn Malta tinbiegħ Lm6,000 jew Lm7,000, jiġifieri d-doppju u iżjed minħabba t-taxxa eżorbitanti fuq il- karozzi.", "Naħseb li l-konsumatur, li huwa ċ-", "ċittadin Malti, ħaqqu jgawdi ftit mis-sħubija tagħna meta jiġi biex jixtri karozza.", "Għalfejn għandu jbati dawn l-ispejjeż kollha ċ-ċittadin Malti?", "Wara kollox qegħdin nitkellmu fuq silġa għaliex illum karozza tixtriha bl- eluf ta' liri u mill-għada l-prezz tagħha jibda nieżel u l-mod kif il- kumpanniji ta' l-insurances iddeċidew li jiddipprezzaw il-karozzi mil-lum għal għada hija xi ħaġa fenomenali oħra.", "Naħseb li wasal iż-żmien li ssir reviżjoni ta' dawn it-taxxi għax wara kollox il-konsumatur juża l-karozza mhux bħala lussu biss, imma anke biex imur fuq il-post tax-xogħol jiġġenera l-ekonomija tagħna.", "Jekk irridu nħallu t-taxxi daqshekk għoljin nissuġġerixxi li wieħed jaħseb kif għada pitgħada jkollna speċi ta' metro.", "Malta fiha daqs belt kapitali waħda u ta' min jikkonsidra l-investiment f'tali proġett għax hija xi ħaġa effiċjenti u tnaqqas l-inkwinament.", "Ġaladarba semmejt is-suġġett ta' l- insurances ma nistax ma nitkellimx ftit dwaru.", "Fl-opinjoni tiegħi, hija xi ħaġa tal-biża' meta tmiss ma' l-insurances.", "Il-konsumatur Malti in ġenerali b'xi mod jew b'ieħor huwa mċappas ma' l-insurances għaliex min għandu health insurance, min għandu motor insurance u min għandu xi tip ta' insurance oħra.", "Imma hija xi ħaġa fenomenali l-mod kif l-insurances kollha jiddettaw prezz wieħed u m'hemm l-ebda kompetizzjoni.", "Fil-fatt il- konsumatur Malti jista' jinnota li fejn jidħlu l-insurances il-prezzijiet ma jvarjawx u l-unika differenza tkun jekk wieħed iżommlokx Lm10 iżjed talli għandek it-towing service imma bħala premia kollha indaqs.", "Possibbli dan l-uniku pajjiż f'wiċċ id-dinja fejn m'hemm kompetizzjoni ta' xejn fejn jidħlu l-insurances?!", "Fenomenu ieħor fejn jidħlu l-insurances huwa meta tiġi biex tagħmel claim.", "Dawn jagħmlu minn kollox biex il-claim tiegħek ma jonorawhiex.", "Illum jekk ikollok health insurance u tkun trid tagħmel l-MRI ma jħallsukx.", "Huwa veru li għandek ċerti każijiet fejn l-ewwel ma jistaqsuk huwa jekk tkunx membru ta' xi insurance, imma bir-rispett kollu, illum l-MRI saret xi ħaġa komuni anke fl-isptarijiet tagħna.", "Illum din tneħħiet mill-insurances u ma jħallsukx tagħha għaliex hija meqjusa bħala check-up li tagħmlu kapriċċjożament.", "Jiġifieri jekk bniedem jgħaddilu suspett u jagħmel check- up, ma jiġix reimbursed.", "Apparti li ma jiġix reimbursed, jidħlu f'mitt miljun irqaqat biex b'xi mod jew", "ieħor iġibuha li inti ma tajtx id-dikjarazzjoni jekk jinqalagħlek xi ħaġa.", "Bir-rispett kollu, naħseb li għandu jkun hemm miżura amministrattiva li tagħmilha ċara li meta konsumatur ikun ilu perjodu ta' snin inxurjat, per eżempju, erba' snin u f'dak il-perjodu ma jkun inkorra l-ebda każ, awtomatikament ma jistgħux jidħlu lura fuq x'seta' kien hemm u ma kienx hemm.", "Naħseb li anke fejn ikun ilu dak il-perjodu ta' erba' snin, wieħed irid jikkonsidra x'tip ta' mard seta' nqala' biex wieħed iċaħħdu mid-dritt li jitlob coverage taħt dik l-insurance.", "Ma jistax ikun li dawn l- insurances dejjem jivvintaw kif jiżgiċċaw.", "M'huwiex ġust li meta jkun hemm ħabta bejn vetturi u l-insurance tiġi notifikata b'ittra uffiċjali, tibqa' ma tħallasx il-claim anke jekk ikun hemm sentenza tal-qorti.", "Għandek diversi insurances li ma jonorawhiex din l-obbligazzjoni u trid toqgħod tiġri warajhom u dawn l-insurances huma magħrufin.", "Allura l- konsumatur m'għandux ikollu dritt li jmur għand xi ħadd li jobbligahom iħallsu mingħajr ma joqgħod jidħol f'ħafna spejjeż?", "Għandu għalfejn joqgħod jidħol il-qorti biex jiġbor flusu fl-aħħar mill-aħħar?", "Jekk kien hemm kwestjoni fil-qorti li ġiet deċiża, l-insurance hija obbligata li tħallas f'isem l-insured tagħha.", "Mr Speaker, post ieħor fejn jidher li l-konsumatur m'għandu l-ebda protezzjoni taħt din il-liġi huma l-qrati.", "Illum tibża' tidħol il-qorti u qed ngħid hekk għax l-ispejjeż huma eżorbitanti.", "Jekk għandek kwestjoni fejn għandek tieħu flus mingħand persuna oħra, l-ispejjeż jitilgħu b'mod fenomenali.", "Nixba' nkun fil-qorti ta' l-appell u nisma' b'każijiet ta' nies li jkunu jridu jagħmlu rikors biex il-qorti teżentahom milli jħallsu l- kawtela għaliex ma jkollhomx flus.", "Għalfejn bniedem għandu jħallas Lm4,000 kawtela biex ikompli għaddej bl-appell quddiem il-qorti ta' l- appell fuq drittijiet ċivili tiegħu?", "F'kawża partikolari l-kawtela telgħet għal Lm40,000.", "Għaliex għandhom jitħallsu dawn id-drittijiet biex tkompli tieħu ġustizzja f'dan il-pajjiż?", "Kien hemm kawża ta' raġel fil-konfront tal-mara tiegħu - ma nafx min huma l-partijiet, imma kont qiegħed nistenna t-turn tiegħi fil-qorti ta' l-appell – li għandhom ċertu ammont sostanzjali ta' flus – ma rridux ninsew li dawn ikollhom kollox iffriżat minħabba li l- kawża tkun għadha pendenti, jiġifieri għalkemm jidher li għandhom, m'għandhom xejn – fejn il-qorti talbitu Lm5,000 kawtela - jiġifieri tħallas il-flus bil-quddiem - biex tkompli għaddejja l-kawża.", "Min irid jista' jmur fil-qorti ta' l-appell u jisma' diversi każijiet bħal dawn.", "L-istess jiġri meta niġu għall-kawżi dwar dritt minn wirt.", "Ħafna nies jaqtgħu qalbhom li jfittxu d-drittijet tagħhom għax miżerjament trid tħallas Lm300 bħala spejjeż tar-reġistru biss li għal ħafna nies hija paga ta' xahar ta' persuna.", "Dan għandu jkun il-mod kif jiġi ttrattat il- konsumatur?", "Iċ-ċittadin li qed jiftaħ kawża fil-qrati tagħna huwa konsumatur u qiegħed jirċievi s-servizz mingħand self-employed ieħor, jiġifieri hawnhekk għandek ir-relazzjoni bejn iċ-ċittadin, is-self-employed u l-qorti.", "Għaliex kultant tidħol f'awla u tara l-akkużat mingħajr id- difensur tiegħu u l-kawża tibqa' miexja xorta waħda?", "Fejn qegħdin id- drittijiet ta' l-akkużat?", "Wara kollox dan huwa wkoll meqjus bħala konsumatur.", "Huwa minnu li s-sistema kif inhi l-avukat ikollu nofs faċċata ta' kawżi u allaħares ma kienx hekk għaliex bil-ħajja kif inhi llum, żgur li ma timxix.", "F'pajjiżna m'għandniex is-sistema fejn ikollok minn klijent sa tnejn u allura ma jkollokx għalfejn tħares lejn l-ebda biċċa xogħol oħra.", "Illum f'ċerti awli spiċċat il-prassi antika li jekk ma jkunx hemm l- avukat, il-kawża ma timxix, imma għallinqas għandha tiġi posposta sakemm jiġi l-avukat.", "Il-konsumatur li f'dan il-każ ikun l-akkużat m'għandux jiġi ttrattat b'dan il-mod u allura għandu jkun hemm rimedju għalihom.", "Mr Speaker, kwestjoni oħra li bħalissa qiegħda fuq fomm kulħadd u li qed tolqot b'mod ħażin liċ-ċittadin Malti in ġenerali hija l-kwestjoni tal- mediċini.", "Dan il-punt diġa' tqajjem mill-kollegi tiegħi imma xorta waħda nħoss li għandi nsemmiha għaliex jolqot ukoll lis-self-employed.", "Qabel id- dħul tagħna fl-Unjoni Ewropea, fuq l-ixkafef ta' l-ispiżeriji tagħna kont issib madwar 8,000 tip ta' mediċina.", "Meta sar it-trattat kien hemm ftehim sabiex ċerti tip ta' mediċini jitneħħew mis-suq lokali minħabba li ma kellhomx ċerta kwalifika.", "Mill-informazzjoni li għandi kien hemm madwar 700 tip ta' mediċina li kienu ta' dan it-tip.", "Ġara li min kien qiegħed jinnegozja dawk it-trattati ma tax kas ta' dak li kienu qegħdin jgħidulu minn hawnhekk, cioe' li bir-rekwiżiti li qed titlob l-Unjoni Ewropea, pajjiżna kien se jmur ħażin.", "Fil-fatt illum għandna problemi kbar għaliex is-suq Malti huwa meqjus bħala suq żgħir u allura ħadd ma jrid jidħol fih b'dawn il-kondizzjonijiet.", "Waħda mill-kondizzjonijiet kienet li t-traduzzjoni tat-tikketta mediċinali tkun bil-lingwa Maltija.", "Issa din hija xi ħaġa li mponiha l-gvern u jien għandi informazzjoni li x'aktarx il-gvern issa ddeċieda li jneħħiha pero' ma nafx jekk din l-informazzjoni hijiex korretta jew le.", "Minkejja li jien dejjem tkellimt favur il-lingwa Maltija u nibqa' nsostni li l-lingwa Maltija għandha tidħol kullimkien, ma nistax nifhem għalfejn il-gvern qiegħed jimponi li t-tikketta fuq il-mediċini għandha tkun bil-lingwa Maltija meta ilna dawn is-snin kollha bil-mediċini jidħlu f'pajjiżna bit- tikketta bl-Ingliż u qatt ma kien hemm problemi.", "Kieku l-gvern jeħodha kontra l-awtorita' ta' l-ippjanar nifimha għaliex dawn kollox bl-Ingliż jagħmlu, sija jekk inhuma minuti u sija jekk inhuma rapporti.", "Personalment ma nistax nifhem kif fi ħdan il-MEPA kollox isir bl-Ingliż.", "Naħseb li wasal iż-żmien li dawn in-nies iqumu mill-ħolma li qegħdin fiha u jirrealizzaw li qegħdin hemm għas-servizz taċ-ċittadin Malti.", "Insomma naħseb li xi ħaġa bħal din lanqas biss tgħaddilhom minn moħħhom għaliex irrendew lilhom infushom stat fi stat!", "Pero' naħseb li kien ikun aktar denju u għaqli li kieku l-gvern għamel enfasi sabiex fi ħdan il-MEPA jibdew jagħtu l-minuti u l-ittri li jibagħtu bil-lingwa Maltija minflok bil-lingwa Ingliża.", "Fir-rigward tal-kwestjoni tal-mediċini jridu jżommu wkoll dossier fuq l- istorja tal-mediċina partikolari.", "Din qed tiġi meqjusa bħala xi ħaġa - b'mod partikolari fejn il-mediċini huma daqsxejn antiki - laboruża għaliex trid tidħol fid-dettall ta' ċerta portata.", "Imma naħseb li l-aktar li qiegħed jolqot lis-self-employed fir-rigward tal-mediċina hija proprju l- kwestjoni tal-kondizzjonijiet li jridu jinżammu fihom dawn il-mediċini.", "Dawn iridu jinżammu fi klima stabbli li ma taqbiżx ċerta temperatura.", "Pero' minħabba li l-kontijiet tad-dawl u l-ilma dejjem telgħin, il-piż ta' dawn l-ispiżeriji se jwaddbuh fuq il-mediċini li jbigħu u allura fl-aħħar mill-aħħar huwa l-konsumatur li se jkollu jbati din iż-żieda.", "Għalhekk f'dawn iċ-ċirkostanzi wieħed irid jara x'jista' jirranġa.", "Jiena nemmen li f'dan il-każ partikolari fejn qegħdin nitkellmu fuq nukleu żgħir ta' nies li jridu jżommu l-airconditioning units u r-refrigerators għaddejjin non- stop, dawn għandhom jibbenefikaw minn ċertu roħs fil-konsum ta' l- elettriku.", "Mr Speaker, diġa' kelli okkażjonijiet fejn irriferejt għal pajjiżi barranin li jħaddmu dan l-inċentiv.", "Fil-fatt hemm ċerti SMEs barra minn Malta li jekk", "jaħdmu wara ċertu ħinijiet jingħataw discount fuq l-elettriku li jkunu qegħdin jutilizzaw.", "Naħseb li hawn Malta wkoll għandna xi impriża ta' daqs konsiderevoli li wara ċertu ħin tgawdi minn dan il-benefiċċju.", "Pero', fl- opinjoni tiegħi, fejn jidħlu l-mediċini, li bħalissa l-prezz tagħhom tiela' b'mod fenomenali, għandu jkun hemm xi ħaġa simili għal dan il-benefiċċju.", "Ir-raġuni hija li jkun jista' jitbaxxa l-prezz ta' dawn il-mediċini.", "Ma ninsewx li l-mediċini huma oġġett li jolqtu lil kulħadd u ħin jew jew ieħor kulħadd se jiġi bżonnhom imma l-aktar li jagħmlu użu minnhom huma proprju l-anzjani li sfortunatament ħafna minnhom jgħixu bil-pensjoni.", "Jiġifieri dawn qegħdin jiffaċċjaw kriżi finanzjarja kbira minħabba l- kontijiet tad-dawl u ta' l-ilma, minħabba li l-bżonnijiet ta' kuljum qegħdin kulma jmur jogħlew u issa anke minħabba l-mediċini.", "L-anzjani jagħmlu użu kbir mill-mediċini u ħafna drabi huma ta' importanza kbira għalihom.", "Pero' l-prezzijiet ta' dawn il-mediċini qegħdin jogħlew mil-lum għal għada.", "Ladarba qegħdin nitkellmu fuq il-mediċini nixtieq inġib għall-attenzjoni tal-Kamra xi ħaġa li ltqajt magħha waqt li kont qiegħed indur il-familji.", "X'ħin smajt din l-aħbar issorprendejt ruħi u naħseb li hija sitwazzjoni tad- daħk.", "Meta mbagħad indagajt ftit qaluli li din kienet direttiva min-naħa ta' l-Unjoni Ewropea.", "Qiegħed nitkellem dwar il-pilloli li ħafna anzjani jieħdu minħabba l-livell tal-cholesterol.", "Ħafna mill-anzjani li m'għandhomx mezzi finanzjarji kienu jirċievu dawn il-mediċini b'xejn mill- ispiżerija tal-gvern.", "Issa apparentement ħarġet direttiva li tgħid li kulmin għandu aktar minn 75 sena ma jistax jirċievi aktar dawn il-pilloli b'xejn.", "Ovvjament dawn huma pilloli essenzjali għal min ibati bil- cholesterol.", "Jiġifieri hawnhekk qed ngħidu li persuna ta' 74 sena tista' teħodhom b'xejn imma hekk kif tagħlaq il-75 sena, din ma tibqax aktar intitolata għalihom.", "Qisna ġejna fl-estremita' li l-gvern qisu qiegħed jgħidlek biex tmut!", "Jiena nemmen li min għandu bżonn dawn il-pilloli, għandu jibqa' jeħodhom, hi x'inhi l-eta' tiegħu.", "Mr Speaker, naħseb li tajjeb li din il-pożizzjoni tiġi ċċarata għaliex ma naħsibx li hija sitwazzjoni pjaċevoli.", "Ma jistax ikun li jkollok bniedem li qiegħed jingħata dawn il-pilloli tal-cholesterol u meta jagħlaq il-75 sena tgħidlu li mhux se tagħtihomlu aktar b'xejn.", "Naħseb li ċerti affarijiet", "għandna nħarsu lejhom bis-serjeta'.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Nitlob lill-Ministru Ċensu Galea biex, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tnejn, 15 ta' Mejju 2006 fis-6:00 p.m. b' din l-aġenda :", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Liġijiet dwar il-Protezzjoni tal-Konsumatur - Tieni Qari (Kont);", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att dwar Dazju tas-Sisa - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Intermedjarji fl-Assigurazzjoni - Tieni Qari (Kont); u", "Xi aġenda oħra li tista' tiġi komunikata aktar tard.", "----------------------------------- Abbozz ta' Liġi dwar ir-Reġistru Ċentrali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Servizzi ta' Impieg u Taħriġ - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Sigurta` Soċjali - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Michael Asciak.", "ONOR.", "MICHAEL ASCIAK: Mr Speaker, nibda dan l-intervent tiegħi billi nitlob il-permess biex inpoġġi dokument fuq il-mejda tal-Kamra.", "MR SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "MICHAEL ASCIAK: Inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' traduzzjoni ta' intervista f'forma ta djalogu bejn il-Kardinal Carlo Maria Martini u t-Tabib Ignazio Marino li dehret fil-ġurnal \"L'Espresso\" tas-27 ta' April 2006 intitolata \"Dialogue on Life\".", "Mr Speaker, fl-opinjoni tiegħi, id-dokument li għadni kemm poġġejt fuq il- mejda tal-Kamra huwa importanti.", "Din hija intervista interessanti ħafna li dehret fuq il-magazine Taljan \"L'Espresso\" mal-Kardinal ġiżwita Carlo Maria Martini li kien arċisqof ta' Milan u llum għandu 'l fuq minn 75 sena u jinsab irtirat.", "Dan huwa l-aktar bniedem prominenti wara l-Papa.", "Id- dokument li poġġejt fuq il-mejda tal-Kamra hi kopja bl-Ingliż ta' din l- intervista għaliex l-intervista oriġinarjament ħarġet bit-Taljan fis-27 ta' April bit-titlu \"Dialogo sulla vita\", pero` ħarġet ukoll kopja bl-Ingliż minħabba l-importanza ta' dan id-djalogu, u jisimha \"Dialogue on life\".", "Dan id-djalogu huwa forma ta' konverżazzjoni bejn il-Kardinal Martini u Ingnazio Marino li huwa professur tan-nefroloġija, jiġifieri tal-mard tal- kliewi u dan għadu kemm ġie elett mal-lista taċ-ċentru xellugi fl-Italja bħala membru tal-Kamra tad-Deputati Taljana.", "Dan id-djalogu jieħu l-forma tad-djalogu li kien seħħ bejn il-Kardinal - dak iż-żmien - Ratzinger u l- president tal-Kamra tas-Senaturi Taljana Marcello Pera.", "Minn dak id- djalogu bejn Ratzinger u Pera kienu ħarġu ħafna punti pożittivi u f'paġna 119 insibu li għalkemm il-Knisja tikkonsidra l-IVF bħala metodu illeċitu, dan ma jfissirx li għandu jkun illegali meta jkun bejn il-koppji miżżewġin, dak li ngħidulu homologous in vitro fertilisation.", "Naħseb li hemmhekk kellna spakkatura fil-pożizzjoni tal-Knisja.", "Għalkemm id-donum vitae tgħid li l-Knisja m'għandhiex tieħu l-pożizzjoni tax- xjentisti imma l-Kardinal Ratzinger dak iż-żmien kien speċifika li anke fuq din il-kwestjoni ta' l-IVF, dak li hu illeċitu m'għandux ikun dikjarat illegali mill-Knisja.", "Pero` f'din il-konverżazzjoni naraw lill-Kardinal Martini jmur oltre minn hekk u fil-fatt se naqra partijiet minn din l- intervista.", "Pero` qabel nikkwota, se nagħti ftit background.", "Id-dubju tal- bidu tal-ħajja mhux fil-fertilizzazzjoni imma jekk din tibdiex bil- penetrazzjoni tal-bajda jew inkella bis-singamija, jiġifieri il-fużjoni tal- pronuclear fil-bajda.", "Meta l-Kardinal Martini qiegħed jgħid għall-bidu tal- ħajja qiegħed jirriferi mhux jekk id-dubju tal-bidu tal-ħajja hux fil- fertilizzazzjoni imma jekk id-dubju tal-bidu tal-ħajja huwiex il- penetrazzjoni tal-bajda jew inkella dik li ngħidulha s-singamija, il- fużjoni tal-pronuclear fil-bajda.", "Jien dejjem għidt u nibqa' ngħid li jagħmel sens xjentifiku li wieħed jagħżel is-singamija.", "Il-liġi naturali titlob li wieħed jimxi bir-raġuni tal-ħolqien u milli jidher s'issa r- raġuni turi li dan huwa l-punt li wieħed għandu jispeċifika.", "Il-Kardinal Martini qal hekk:", "\"Wherever scientific and technological progress create borderline zones or grey areas, where it is not immediately evident what the true good of man and woman are, whether of an individual or of all humanity, a good rule is to avoid, above all, deciding in haste and discussing at leisure, so as not to create needless divisions.\".", "Hawnhekk il-Kardinal Martini qed jgħid li tajjeb li wieħed jibqa' jiddiskuti dawn l-areas li jistgħu jkunu problematiċi biex ma jinħolqux diviżjonijiet żejda.", "It-Tabib Marino jitkellem fuq il-kwestjoni tal-bidu tal-ħajja vis-à-vis l- IVF u jgħid:", "\"But science comes to the rescue to suggest alternatives to the creation and freezing of embryos.\".", "Qed jgħidu li l-freezing ta' l-embryos hija ħaġa ħażina.", "\"There exist more sophisticated technologies than those used today, which provide for the freezing, not of the embryo, but of the oocyte at its stage of two pronuclei, the moment when the two chromosome pairs, the female and the male, are still separate, and a new DNA chain has not yet been formed.", "In this phase, it is not possible to determine which path the cells will take at the moment when they begin to reproduce: they could produce a baby, or two twin monozygotes.\".", "Wieħed irid jaqleb mit-Taljan għall-Ingliż għax hawnhekk mhux qed jirriferi għat-twinning li jsir fl-għaxar jew ħmistax-il ġurnata wara li jiġi fformat l-embryo, pero` qed jirriferi għal twinning ieħor li jista' jsir minn bajda waħda fil-bidunett tat-tqala.", "\"The embryo does not exist at this stage, there is not a new genetic patrimony, so there is not a new individual.", "From the biological point of view, there is not a new life.", "So can we also think that life is not present from the spiritual point of view, and that there are therefore no problems for a person of faith in evaluating the idea of following this path?\"", "U l-Kardinal Martini bil-metodu ta' saġġezza tiegħu jgħid:", "\"But this does not mean that it is not possible to identify moments in which no sign of an individually distinguishable life yet appears.", "It seems to me that this is the case you are bringing up with the oocyte at the stage of the two pronuclei.", "In this case, it seems to me that the general rule of respect can accompany the technical treatment that you suggest.\".", "Hawnhekk il-Kardinal Martini qiegħed jgħid li din il-pożizzjoni tas- singamija tidher li hija pożizzjoni leċita moralment.", "\"It also seems to me that what you are proposing would permit the overcoming of the rejection of every form of artificial fertilization that is still present in not a few circles, and which produces a painful divergence between the practice commonly admitted by the people and sanctioned by law, and the attitude – or at least the theoretical attitude – of many believers.", "In any case, I maintain it is opportune to make a distinction between homologous fertilization and heterologous fertilization.\".", "Id-differenza bejn dawn it-tnejn hi li homologous fertilization isseħħ bejn koppja miżżewġa filwaqt li heterologous fertilization issir fejn il-koppji m'humiex miżżewġin jew parti minn koppji oħra.", "Jiġifieri hawnhekk il- Kardinal Martini qed jaqbel mal-Kardinal Ratzinger li l-IVF għandu jibqa' f'ambitu ta' żwieġ.", "\"But it seems to me that a radical rejection of every form of artificial fertilization is above all based upon the problem of the fate of the embryos.", "In the proposal that you illustrate, this problem could be overcome.\".", "Mr Speaker, hawnhekk qed naraw daqsxejn ta' żblokk ta' sens komun fiċ- ċirkostanzi u l-Parlament fil-livell ta' kumitat soċjali diġa` tkellem dwar dan bħalma tkellem ukoll il-kumitat tal-bio-etika mill-pożizzjoni pubblika tiegħu u naħseb li hawnhekk qegħdin naraw aperturi importanti ħafna.", "Jiena poġġejt dan id-dokument, li fih madwar 11-il faċċata, fuq il-mejda tal- Kamra biex min hu interessat jikseb kopja tiegħu.", "Dan jitkellem fuq il- heterologous fertilization, fuq l-embryonic stem cells, fuq frozen embryos, fuq adoption for single parent, fuq l-abort, fuq kumpens għad-donazzjoni ta' l-organi, fuq l-AIDS u l-użu tal-condoms bejn koppji miżżewġin u anke f'pajjiżi tat-tielet dinja, fuq l-aħħar tal-ħajja u fuq l-interruzzjoni tat- terapija f'każ li jkun hemm dak li ngħidulu trattament disproporzjonali, u anke straordinarju.", "Il-Kardinal Martini jispiċċa billi jgħid:", "\"For this reason, one must also know how to stop sometimes, instead of pushing the limits.", "I am inclined to foster hope in these men's sense of responsibility, and I would like for them to have that freedom of research and initiative which permits the advancement of science and technology, while at the same time respecting the unassailable parameters of the dignity of every human person.", "I know also that we cannot stop scientific progress, but we can help it to be increasingly more responsible.", "As you say, it is not a question of appealing to the faith or to religion, but of pointing to the ethical sense that each of us has inside.", "Certainly, even good and timely laws can help, but as you affirm, today science runs faster than the parliamentarians.\".", "Fil-fatt dak li ġara hawn Malta.", "\"So what is needed is a leap forward in conscience, and a better than goodwill to make sure that man does not devour his fellow man, but serves and aids him.", "The transnational institutions must also be aware of the danger we all run, and of the", "need for timely and responsible intervention.", "Each of us must play a part in all of these matters: the scientists, the technicians, the universities and centres of research, the politicians, the governments and parliaments, public opinion, and the Churches as well.\".", "Hawnhekk il-Kardinal Martini qiegħed jgħid kemm hu importanti li l- parlamenti li normalment jiġru wara x-xjenza, jistabbilixxu liġijiet u regolamenti li jkunu jistgħu jiggwidaw lix-xjenza, ergo l-bżonn tal- liġijiet li jikkontrollaw jew jidderieġu l-użu ta' prokreazzjoni assistita.", "Il-Kardinal Martini ovvjament għandu l-opinjoni tiegħu.", "Nafu li għalkemm il-maġisteru tal-Knisja ma jgħid xejn fuq din il-biċċa xogħol, hemm min għandu ideat daqsxejn differenti.", "Hemm min jgħid - fosthom Mons. Elio Sgreccia li huwa l-kap ta' Pontificia Academia Pro Vita – li l-pożizzjoni għandha tkun fuq meta ssir il-penetrazzjoni fil-bajda.", "Dan qed jagħti r- raġunijiet għaliex għandhom din il-pożizzjoni pero` jiena ma naqbilx magħhom assolutament anke għax il-bioloġija li qed jużaw hawnhekk ma tikkorrispondix għall-bioloġija li naf jien.", "Huma stess qed jgħidu li hemm dubju imma la hemm dan id-dubju, aħjar jieħdu din il-pożizzjoni.", "Jien il-pożizzjoni tiegħi diġa` għamiltha fil-Parlament u naqbel perfettament mal-Kardinal Martini li m'għandniex ngħaġġlu biex nagħtu definizzjoni ħażina u nieħdu pożizzjoni li toħloq id-diviżjonijiet.", "Bejn dawn iż-żewġ pożizzjonijiet - il-penetrazzjoni u s-singamija - hemm pożizzjoni li għandha tkun aċċettata minn kulħadd u din hija l-kelma fertilizzazzjoni jew bażikament konċezzjoni.", "Fl-ambitu xjentifiku tal-lum dawn ifissru l-istess ħaġa.", "Jiġifieri għalkemm m'humiex eżattament l- istess ħaġa, il-kelma \"konċezzjoni\" jista' jkollha sens attiv u sens passiv, jistgħu jkunu daqsxejn differenti.", "To all intents and purposes il- kelma \"fertilizzazzjoni\" hija co-terminous mal-kelma \"konċezzjoni\".", "Naħseb li fiċ-ċirkostanzi dak huwa l-aħjar terminu li għandna nużaw li għandu jgħaqqad il-partijiet kollha li jistgħu jkollhom opinjoni differenti fuq din il-biċċa xogħol.", "La qegħdin nitkellmu fuq dan is-suġġett, nixtieq nitkellem fuq kwestjoni li tqajmet il-bieraħ fi programm fuq it-televiżjoni fuq l-użu tal-morning after pill.", "L-ewwelnett kontra dak li jaħsbu ħafna nies, din il-kwestjoni ta' penetrazzjoni u singamija m'għandha x'taqsam xejn mal-morning after pill.", "Ħafna nies iridu li nieħdu l-pożizzjoni ta' penetrazzjoni għaliex inkella tidħol il-morning after pill.", "F'għoxrin siegħa qatt m'int se tkun taf intix tqila jew le.", "Jiġifieri din ma tidħolx fiha għaliex il-morning after pill, jekk tintuża qabel ma jkun hemm ovulazzjoni, jiġifieri qtugħ tal-bajda mill- għanqud tal-bajd, dik tagħmel prevenzjoni ta' ovulazzjoni u allura taħdem bħall-contraceptive pill u ma jkollokx fertilizzazzjoni.", "Il-morning after pill taħdem ukoll b'mod li jekk ikollok ovulazzjoni u jkun hemm bajda li tiġi fertilizzata, din il-pill tipprevjeni l-implantazzjoni ta' l-embryo ġo l-utru.", "Jiġifieri l-embryo jdum minn ħames sa tmint ijiem biex jinżel mit-tubi għal ġo l-utru u jekk tieħu l-morning after pill, l- implantazzjoni ma ssirx u jkollok abort.", "S'intendi ma tistax tgħidlu abort spontanju għaliex ikun abort stimolat mill-morning after pill.", "Ovvjament dan ma jidħolx fil-kwestjoni tas-singamija għaliex inti f'għoxrin siegħa m'intix se tkun taf intix tqila jew le.", "Din il-kwestjoni tal-morning after pill għandha momentum għaliha.", "Il-bieraħ id-deputat ewro-parlamentari tal- partit Laburista John Attard Montalto appella biex l-awtoritajiet Maltin iħallu tidħol fis-suq Malti l-morning after pill pero` fl-istess nifs huwa qal li huwa kontra l-abort.", "Jiena naħseb li John Attard Montalto ma kienx jaf x'qiegħed jgħid għax din hija dik li l-Ingliż jgħidulha an oxymoron, a contradiction in terms.", "Ma tistax tgħid li inti kontra l-abort u mbagħad tgħid li għandek tħalli d- dħul jew l-użu tal-morning after pill għaliex kif spjegajt, meta tuża l- morning after pill qabel ikun hemm ovulazzjoni tkun qed tipprevjeni l- ovulazzjoni pero` jekk tużaha meta tkun saret il-fertilizzazzjoni, allura din twaqqaf li l-bajda ovulata - li ngħidulu embryo - tiġi impjantata fl- utru u dak jiġi abort dirett.", "Wieħed ma jistax jaċċetta l-ebda forma ta' abort dirett meta nemmnu li jkollna ħlejqa umana mill-fertilizzazzjoni.", "Ladarba jkollok tnissil uman, jidħlu fis-seħħ id-drittijiet kollha dovuti lejn l-essere uman u allura bl-ebda mod ma tista' tgħid li se taċċetta l- użu tal-morning after pill.", "Hawn min jirraġuna li l-użu tal-morning after pill għandha tkun għażla personali u l-istat għandu jagħti l-liberta` ta' l- għażla biex kull individwu japplika l-użu ta' din il-morning after pill kif iħoss skond il-kuxjenza tiegħu għaliex hawn min jgħid li ma jeżistix l- essere uman sa 14-il ġurnata wara l-fertilizzazzjoni u anke wara.", "Hawn min jargumenta li għandna nħallu lil kull individwu fil-liberta` li jagħżel hu kif japplika l-użu ta' din il-pillola li bażikament barra minn Malta hija available over the counter.", "Issa jiena se nkun saqajja ma' l-art, Mr Speaker.", "Illum tidħol fl-internet u ġġib kollox, jiġifieri jien iktar qed nappella għas-sens ta' etika ta' l-individwi.", "Ir-raġuni għalfejn l-istat m'għandux iħalli l-użu ta' din il-pillola hi li dan ma jistax iħalli li individwu jew koppja jieħdu deċiżjoni fuq il-ħajja ta' terza persuna involuta.", "Jiġifieri l-istat ma jistax jaqbad u jgħid li din hi ħaġa privata u għandha tkun f'idejn ir-raġel u l-mara li jagħmlu l- att sesswali.", "Jekk imbagħad l-istat jemmen li inti għandek uman ġdid mill- konċezzjoni, ma jistax iħalli li ssir ħsara fuqu.", "Hawn min jgħidlek li dak mhux persuna, imma xorta jibqa' a human being u l-istat ma jistax jagħlaq għajnejh.", "Għal din ir-raġuni l-istat Malti ma jippermettix b'mod ordinarju li din il-pillola tinxtara over the counter jew anke b'preskrizzjoni minn tabib għaliex id-deċiżjoni tal-persuna affettwata taffettwa wkoll terza persuna li hija essere uman ġdid.", "Min għandu filosofija utilitarja, the end justifies the means, dawn l- argumenti se jagħmilhom.", "Issa hawnhekk kull individwu jrid jagħżel jekk hux se juża l-etika tal-konsegwenza jew inkella l-etika tal-prinċipji.", "L-etika tal-prinċipji tesiġi b'mod ċar li jekk inti għandek ħlejqa umana ma tistax tiġġustifika li tiddistruġiha għall-ebda raġuni oħra ħlief fejn ikun hemm il-prinċipju ta' l-effett doppju, jiġifieri inti se tagħmel azzjoni li tolqot tnejn min-nies u dak ikun abort indirett.", "Abort indirett ma tistax tiddeċidih b'mod arbitrarju għaliex hemm erba' kondizzjonijiet biex il- prinċipju ta' l-effett doppju jżomm u jekk waħda minn dawn l-erba' kondizzjonijiet tkun nieqsa, allura mbagħad ma jkunx double effect imma jkun abort dirett.", "Jiġifieri fil-każ tal-morning after pill m'għandekx dawn il-kondizzjonijiet.", "Mr Speaker, naħseb li f'pajjiżna, il-maġġoranza tan-nies jemmnu li għandna nimxu fuq dan il-prinċipju u mhux bil-utilitarjaniżmu.", "Aħna ma nemmnux li the end justifies the means u l-biċċa kbira tal-Maltin – u anke l-biċċa l- kbira tal-membri ta' din il-Kamra - jemmnu li hemm ħlejqa umana f'dan l- istadju u b'mod ta' prinċipju għandu japplika d-dritt ta' din il-ħlejqa l- ġdida li tgħix u li jkollha ċ-ċans tkompli l-ħajja tagħha għal-livell adult.", "Allura jien assolutament irrid nirribatti dak li qal John Attard Montalto l-bieraħ fuq il-programm \"Bondi plus\".", "Jien ma rajtux il-programm għaliex kont qiegħed il-Parlament pero` ħadt transcript u smajt minn diversi nies dak li fil-fatt intqal.", "Mr Speaker, jien se nagħlaq hawnhekk u ngħid li dawk kollha li huma interessati li jiksbu kopja ta' dak li qal il-Kardinal Martini f'\"L- Espresso\" tas-27 ta' April ta' din is-sena, jistgħu jitolbu lis-Sinjorija Tiegħek tgħaddilhom kopja.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it- Tnejn, 15 ta' Mejju 2006 fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill- Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "TIĠDID TAL-KUNTRATT", "18465.", "L-ONOR.", "JOSEPH DEBONO GRECH staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi segretarju permanenti, diretturi ġenerali, diretturi u assistenti diretturi fid-dekasteru tiegħu li ma ġġeddidilhomx il-kuntratt matul is-snin 2004 u 2005?", "Min huma u għaliex ma ġġeddidilhomx il-kuntratt?", "Fejn qed jaħdmu llum?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Ma jirriżultax li fil-ministeru hemm każi fejn il- kuntratt ta` segretarju permanenti, diretturi ġenerali, diretturi jew assistenti diretturi ma ġiex imġedded.", "DAWL U ILMA", "18466.", "L-ONOR.", "JOSEPH DEBONO GRECH staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa f'kontijiet tad- dawl u ilma tal-ministeru u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu matul is-snin 2004 u 2005?", "Jista' jgħid jekk għandux pjan kif se jassorbi ż-żieda tas- surcharge fuq id-dawl meta l-vot allokat għal konsum tad-dawl għall-2006 baqa' bħal dak tas-sena 2005?", "Kemm kienet in-nefqa fuq bozoz energy savers matul is-snin 2004 u 2005?", "Jista' jgħid jekk hux qed jittieħdu xi miżuri sabiex jitnaqqas il-konsum tad-dawl u, f'każ li fl-affermattiv, x'miżuri qed jittieħdu?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li n-nefqa f`kontijiet tad-dawl u ilma matul is-snin 2004 u 2005 kienet ta' Lm11,155.33 u Lm15,092.73 rispettivament.", "Tajt ordni lid-direttur tal-corporate services biex jieħu l-azzjoni neċessarja ħalli jkun hemm savings mingħajr ma tiġi affettwata l- operazzjoni u l-effiċjenza tal-ministeru.", "PETROL ALLOWANCE", "18467.", "L-ONOR.", "JOSEPH DEBONO GRECH staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' il-Ministru jgħid x'petrol allowance għandhom is- segretarju permanenti, id-diretturi ġenerali, id-diretturi, l-assistent personali tiegħu u s-segretarju tiegħu?", "Kemm nefaq f'petrol kull wieħed minnhom bejn Jannar 2004 u Novembru 2005?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li skond ċirkolari tat-18 ta' Marzu, 1998 maħruġa milll-ministeru tal-finanzi, is-segretarju permanenti hu intitolat għal mhux aktar minn 175 litru ta' fuel fix-xahar.", "Membri tas-segretarjat privat jistgħu jieħdu car allowance ta' Lm2,000 jew użu ta` karozza skond ir-regoli ta' l-engagement of staff for ministerial secretaries.", "F'każ li jagħmlu użu minn karozza tal-gvern, il-konsum massimu fix-xahar ikun ta' 150 litru.", "L-informazzjoni dwar l-infiq li sar bejn Jannar 2004 u Novembru 2005 qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "MOBILE PHONES", "18468.", "L-ONOR.", "JOSEPH DEBONO GRECH staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx min mill-istaff privat tiegħu li għandu għall-użu tiegħu iktar minn mobile phone wieħed u/jew iktar minn fixed line waħda fir-residenza tiegħu?", "Jista' jikkonferma jekk l-ammont minfuq qabiżx l-Lm400 matul is-snin 2004 u 2005?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Ma jirriżultax li xi membru ta' l-istaff privat tiegħi għandu għall-użu tiegħu aktar minn mobile phone wieħed u/jew linja fissa waħda.", "Iva, hemm każi fejn l-ammont ta` Lm400 inqabeż.", "Dan hu regolat mir-regoli engagement of staff for ministerial secretaries u minn cirkolari 4/2002 tal-ministeru tal-finanzi.", "MOBILE PHONES", "18469.", "L-ONOR.", "JOSEPH DEBONO GRECH staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' il-Ministru jgħid kemm mobile phones ġew irrapportati bħala mitlufa, misruqa jew bil-ħsara minn membri ta' l-istaff privat tiegħu?", "Kemm jiswa kull mobile?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Ma jirriżultax li hemm xi mobile phone mitluf, miksur jew bil-ħsara minn membri ta' l-istaff privat tiegħi.", "MOBILE PHONES", "18470.", "L-ONOR.", "JOSEPH DEBONO GRECH staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' il-Ministru jgħid kemm mobile phones inxtraw għall-użu personali tal-membri ta' l-istaff fl-uffiċċju tiegħu matul is-snin 2003, 2004 u 2005?", "Kemm minnhom inxtraw 'il fuq minn Lm50, Lm100, Lm150 u Lm200?", "Kien hemm xi membru mis-segretarjat privat tiegħu li f'dan il-perijodu xtara iktar minn mobile set wieħed?", "Kemm-il wieħed inxtara u b'liema prezz?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fis-snin imsemija ma nxtara l-ebda mobile phone.", "Ma jirriżultalx lanqas li xi membru tas-segretarjat kellu aktar minn mobile set wieħed.", "SAJD TAT-TONN", "18578.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid għaliex inħarġet liċenzja oħra għas- sajd tat-tonn lil persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament u li ntbagħtet by hand meta l-persuna ma talbithiex?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Il-liċenzji tat-tonn jinħarġu lil dawk il- bastimenti li kellhom liċenzja fis-snin 1999 u 2000.", "Liċenzji ġodda ma jistgħux jiżdiedu minħabba r-riżoluzzjonijiet ta' l-international commission for the conservation of Atlantic tunas (ICCAT).", "Madankollu, minħabba li numru ta' bastimenti li għandhom dan id-dritt li jistadu għat-tonn ma joħorġux għal raġunijiet validi, ikun possibbli li bastimenti oħra li jixtiequ joħorġu jistadu għat-tonn imorru minn flokhom.", "Dan qabel kien isir b'arranġamenti privati, iżda fuq talba tal-koperattivi u b'konsultazzjoni mal-bord tas-sajd, din is-sena dan sar mit-taqsima tal- konservazzjoni u kontroll tas-sajd, bil-koperattivi jindikaw liema bastimenti riedu jipparteċipaw fil-kuntratt tat-tonn.", "AFFIDAVIT", "18579.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'investigazzjoni saret fir-rigward ta' affidavit li", "rċevejt mingħand persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?", "ONOR.", "TONIO BORG: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jipprovdi kopja tad- dokument li qed jirriferi għalih biex inkun nista' inwieġeb għad-domanda tiegħu.", "INPUT VAT", "18624.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 18275, jista' il-Prim Ministru jinformana x'ammont ta' input VAT ntalab fid-denunzji tal- korporazzjoni Enemalta għas-snin rispettivi?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "VAT FUQ KAROZZI", "18625.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 18277, jista' il-Prim Ministru jkompli jirrispondi l-mistoqsija in kwantu għas-snin 2000, 2001, 2002, 2003 u 2004?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "BIEDJA U SAJD", "18628.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jagħti breakdown tas-600 impjieg li skond l-uffiċċju nazzjonali ta' l-istatistika, żdiedu fis-settur tal-biedja?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Id-differenza li qed jirriferi għaliha l-Onor.", "Interpellant ġiet estratta min-news release ta' Jannar 2006 dwar il-labour force survey.", "Billi l-informazzjoni f'din ir-release hi stima fuq kampjun ta' nies li qed jiġi estrapolat fuq il-popolazzjoni kollha, differenza reali tkun meta bejn perijodu u ieħor ikun hemm zieda jew nuqqas fil-figura ta' 1,800 persuna, kif inhu riferut fin-noti metodoloġiċi li jinsabu fl- aħħar tar-release.", "Wieħed irid jifhem li meta informazzjoni mil-labour force survey tiġi ppubblikata b'riferenza għal xahar partikolari, bejn wieħed u ieħor kull persuna li tkun fil-kampjun ta' nies magħżula tkun qed tirrappreżenta bejn 60 u 70 persuna oħra.", "Għalhekk, billi d-differenza msemmija hija ta' 600, din mhijiex meqjusa li hi rappreżentattiva għax il-kampjun ta' nies mhux biżżejjed biex wieħed jasal għall-konklużjoni li hemm żieda fl-impjiegi fis- settur ta' l-agrikoltura.", "N.I. CONTRIBUTIONS", "18646.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 18269 u jagħti update tal-ħlasijiet dovuti mill-bolla tan-national insurnace minn kumpanniji privati, kumpanniji li għandhom investiment mill-gvern, lukandi, persuni self-employed eċċ.?", "Jista' jagħt l-informazzjoni b'mod separat?", "Kemm minn dawn il-pagamenti dovuti huma abbażi ta' ħlas kontra xi agreement, eċċ.?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jirriferi għat- tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 18269.", "ART F'SAN ĠWANN", "18670.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jara li terġa' tiġi kkonsidrata talba li ilha pendenti għal diversi snin ta' familja minn San Ġwann li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, biex il-parti li qabel kienet tintuża bħala bus stop u li tmiss mal-bitħa tagħhom, tinbena f'garage għall-użu personali tagħhom?", "ONOR.", "TONIO BORG: It-taqsima proprjeta' tal-gvern tkun tista' tikkonsidra mill-ġdid it-talba li qed jirriferi għaliha l-Onor.", "Interpellant kemm-il darba jinġieb permess mingħand il-MEPA biex isir l-iżvilupp mitlub.", "TOURIST GUIDE LICENCE", "18674.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jinvestiga għaliex fil-każ ta' persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, ma ġietx imġedda t-tourist guide licence sempliċement għaliex m'għaddietx minn lecture wieħed tas-CPD programme għal raġunijiet mediċi li ġew notifikati lill-MTA?", "Meta mistennija tinħarġilha l-liċenzja ħalli l-pożizzjoni tagħha tiġi regolarizzata, aktar u aktar billi n-nuqqas ta' attendenza tagħha għall- programm imsemmi ma kienx b'kapriċċ?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Il-gwida li għaliha qed issir riferenza bagħtet ittra fejn spjegat ir-raġuni għala ma setgħetx tattendi għall-aħħar lecture u li lesta tattendi lecture ekwivalenti sabiex tkun tista' takkwista t-tiġdid tal-liċenzja ta' gwida.", "L-awtorita' laqgħet it-talba tagħha u l-liċenzja se tiġġedded meta din il- gwida tattendi għal-lecture ekwivalenti.", "SPTAR MATER DEI", "18698.", "L-ONOR.", "JOSEPH CASSAR staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk hux qed tinżamm statistika taż- żjarat li qed isiru fl-isptar Mater Dei u jekk hux qed jinżamm xi reġistru bil-feedback li tingħata?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "ĊIMITERJU TA' L-IMĠARR", "18699.", "L-ONOR.", "JOSEPH CASSAR staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jaċċertana l-Ministru li ċ-ċimiterju ta' l-Imġarr se jiġi mdawwal adegwatament?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Il-possibbilta' ta' provvista adegwata ta' dawl fiċ- ċimiterju ta' l-Imġarr qed tiġi kkonsidrata.", "KORP TAL-PULIZIJA", "18700.", "L-ONOR.", "JOSEPH CASSAR staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid meta se jsir reklutaġġ ġdid fil-korp tal-pulizija?", "ONOR.", "TONIO BORG: Bħalissa għaddej il-proċess ta' reklutaġġ ta' kuntistabbli fil-korp tal-pulizija wara s-sejħa għal applikazzjonijiet ippubblikata fil-gazzetta tal-gvern ta' nhar il-Ġimgħa 17 ta' Marzu, 2006.", "Dawn l-applikazzjonijiet għalqu fis-7 ta' April, 2006.", "TURISTI", "18701.", "L-ONOR.", "JOSEPH CASSAR staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid kemm turisti ġew Malta f'dawn l-aħħar sentejn fi żmien il-Milied ikkomparat ma' żmien l-Għid?", "Jekk qed jiġu iktar turisti fi żmien l-Għid, dan għaliex qed isir reklamar għal dawn il-festi tradizzjonali?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: It-total ta' turisti li jiġu Malta fi żmien il-Għid huwa aktar minn dak ta' żmien il-Milied.", "It-total ta' turisti li ġew Malta fix-xhur ta' Marzu u April 2005 kien ta' 159,556 filwaqt li fis- sena 2004 it-total kien ta' 158,165.", "Fi żmien il-Milied, jiġifieri fil-perijodu bejn Diċembru 2004 u Jannar 2005, it-total ta' turisti kien ta' 94,310 filwaqt li fix-xhur ta' Diċembru 2003 u Jannar 2004 it-total ta' turisti li ġew Malta kien ta' 90,441.", "It-traffiku fi żmien l-Għid hu sostanzjalment aktar minn dak ta' żmien il- Milied u dan jimxi ma' kif it-turiżmu jvarja fl-Ewropa u fil-Mediterran.", "Malta tiġi reklamata kemm għal-festi tal-Milied kif ukoll għat- tradizzjonijiet ta' l-Għid.", "TRIQ IS-SAQWI FL-IMĠARR", "18702.", "L-ONOR.", "JOSEPH CASSAR staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid għala arblu tad-dawl li hemm faċċata ta' Triq is-Saqwi, fl-Imġarr għadu ma nqalax?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jien informat li l-arblu nqala'.", "TRIQ TA' L-IMĠARR", "18703.", "L-ONOR.", "JOSEPH CASSAR staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Jista' il-Ministru jgħid x'inhu l-isem uffiċjali tat-triq prinċipali li tagħti mill-Mosta għall-Imġarr?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Fuq il-pjanti tal-MEPA, it-triq hi indikata bħala Triq Xifer il-Kfief fuq in-naħa tal-Mosta u Triq l-Imġarr fuq in-naħa ta' l- Imġarr.", "Għall-fini ta' indikazzjoni preċiża, l-ADT tuża sistema ta' nodes jew in- numru speċifiku tat-triq, f'dan il-każ 17.", "FLATS TAL-GVERN", "18709.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid liema huma l-flats ġewwa Santa Luċija li qegħdin fuq il-waiting list biex tiġi mbajda l-parti tal- komun tagħhom?", "Meta se jiġu stallati lifts ġewwa Santa Luċija?", "Tista' tagħti lista tal-prioritajiet?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: It-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "KLANDESTINI", "18725.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm ħsara saret mill-klandestini s- sena l-oħra u din is-sena fuq proprjeta' ta' l-armata?", "Kemm ġiet tiswa?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "ABBUŻI SESSWALI", "18726.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm persuni nstabu ħatja ta' abbużi sesswali s-sena l-oħra, partikolarment fuq minuri?", "X'inhu l-abbuż li nstabu ħatja tiegħu?", "X'weħlu f'kull każ?", "ONOR.", "TONIO BORG: Skond ir-records tal-pulizija, matul is-sena 2005 kien hemm 12-il persuna li nstabu ħatja mill-qorti fuq akkużi ta' abbużi sesswali, skond kif jidher mit-tabella li qed titpoġġa fuq il-mejda tal- Kamra.", "IMMIGRANTI IRREGOLARI", "18727.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm nefqet flus l-armata fuq il- klandestini s-sena l-oħra u kif nefqithom?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "IMMIGRANTI IRREGOLARI", "18728.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm nefqet flus il-pulizija fuq il-klandestini s-sena l-oħra?", "ONOR.", "TONIO BORG: Bħalma diġa' kelli l-okkażjoni nispjega fi tweġibiet preċedenti, minħabba n-natura tax-xogħol minnu nnifsu u l-esiġenzi li jistgħu jinqalgħu minn ġurnata għall-oħra, huwa impossibbli li wieħed jikkwantifika bl-eżatt kemm qed tkun l-ispiża tal-korp tal-pulizija fuq l- immigranti irregolari.", "Madankollu ninsab informat li apparti s-salarji tal-membri tal-korp tal- pulizija, l-ispiża kienet hekk:", "|Biljetti ta' l-ajru | | |għar-ripatriazzjoni |75,307| |Ikel |199,30| | |2 | |Tiswijiet/manutenzjoni | | | |7,582 | |Materjal għal tindif | | | |13,008| |materjal ta' iġene | | |personali, telecards, |23,883| |etc | |", "IMMIGRANTI IRREGOLARI", "18729.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm saret il- ħsara li saret mill-klandestini fuq proprjeta' tal-pulzija s-sena l-oħra u din is-sena?", "Xi kwalita' ta' ħsara saret?", "ONOR.", "TONIO BORG: Il-ħsarat li saru fiċ-ċentru ta' akkomodazzjoni għall- immigranti irregolari ġewwa l-kwartieri ġenerali tal-pulizija u f'Ta' Kandja matul is-sena l-oħra u din is-sena hi stmata li tlaħħaq l-Lm2,753.", "Dan l-ammont ma jinkludix il-pagi tal-pulizija li għamlu t-tiswijiet meħtieġa.", "IMMIGRANTI IRREGOLARI", "18730.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid fejn se jinżammu l-klandestini din is-sena?", "Fejn qed tinbena akkomodazzjoni ġdida?", "Meta se titlesta u kemm se tiġi tiswa?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "UFFIĊJAL TAL-MINISTERU", "18849.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 18375 u jgħid fuq liema bordijiet, korporazzjonijiet, aġenziji tal-gvern, kumitati u dipartimenti li jaqgħu taħt il-ministeru tiegħu qed isservi bħalissa l-persuna li isimha qed jintbagħat separatament?", "X'inhi l-kariga u x'remunerazzjoni u perks oħra għandha?", "Huwa minnu li qed tiġi kkonsidrata għal CEO tal-Malta Enterprise?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Il-persuna indikata huwa deputat chairman esekuttiv tal- Malta Industrial Parks Ltd., b'remunerazzjoni ta' Lm16,000 fis-sena u bl- użu ta' karozza, mobile phone u internet.", "Dan inħatar wara li rriżenja s- CEO li kellu remunerazzjoni ta' Lm18,200, performance bonus ta' mhux aktar minn Lm1,800, allowance ta' Lm2,500, mobile phone, internet u health insurance.", "Peress li minkejja li saru avviżi għal reklutaġġ u interviews u ma nstab ħadd adatt biex jimla' il-post, id-deputy chairman ingħata rwol esekuttiv minflok jinħatar CEO.", "Huwa wkoll direttur mhux esekuttiv tal-korporazzjoni Enemalta, b'remunerazzjoni ta' Lm1,500 fis-sena u personal health care insurance, kif ukoll membru tas-sotto-kumitat tal-finanzi u jieħu remunerazzjoni ta' Lm20 kull sessjoni.", "Hu wkoll direttur ta' Sabratha Co. Ltd. b'remunerazzjoni ta' Lm900 fis-sena.", "Ma naħsibx li għandi nagħti informazzjoni ta' l-applikanti għall-post ta' CEO mal-Malta Enterprise.", "MARKETING BUDGET", "18850.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 18394 u jgħid x'inhu l-marketing budget tal-MITI għall-promozzjoni ta' l-IT fost is-soċjeta' Maltija?", "Liema media qed tintuża għal dan il-għan?", "Liema programmi televiżivi qed jiġu sponsorjati għal dan il-għan u għaliex l-allokazzjoni mhijiex tkun aktar mifruxa?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jien informat li m'hemm l-ebda budget partikolari allokat għall-promozzjoni ta' l-IT fost is-soċjeta Maltija.", "Il-marketing kollu jsir fuq bażi ta' sponsorship agreements li l-ministeru rnexxielu jilħaq ma' diversi operaturi fil-qasam, fosthom il-Maltacom, l-Oracle, il- Microsoft u s-SAP.", "Jintużaw diversi mezzi tal-media u dawn jintgħażlu skond in-natura ta' l-inzjattiva.", "Il-ministeru ma jisponsorja l-ebda program televiżiv.", "Hemm ftehim bejn il- ministeru u l-programm ICTV li jixxandar fuq il-PBS.", "Dan il-programm qed isir minn kumpannija lokali tal-produzzjoni, wara li saret sejħa pubblika għall-offerti.", "Il-programm jitħallas mir-reklamar li tiġbor il-kumpannija li tipproduċih u l-gvern ma joħroġ xejn.", "TRIQ MIMOSA F'SAN ĠWANN", "18969.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Minsitru jgħid x'inhi r-raġuni li l-gvern mhux lest li jsewwi l-istoppage fid-drains komuni li hemm fi block 3B, Triq Mimosa, San Ġwann?", "Jaf li hemm xi sidien ta' l-appartamenti li saħansitra lesti jagħtu l-kontribut tagħhom għal dan il-għan?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "INSURANCE COMPANIES", "18970.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk hux minnu li l-MFSA awtorizzat lill-insurance companies biex meta jsewwu għand panel beaters u mechanics karozzi li jkunu ilhom fit-triq ħames snin jew aktar, dawn jistgħu jwaħħlu parts second-hand jew mhux tad-ditta?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-MFSA ma ħarġet l-ebda regola rigward parts li għandhom jintużaw minn panel beaters u mechanics biex jissewwew karozzi li jkunu assigurati.", "BILLBOARDS", "18988.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid kemm billboards saru mill- ministeru jew minn xi ente jew dipartiment li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu f'dawn l-aħħar sentejn?", "Jista' jagħti din l-informazzjoni għal kull ente u skond is-sena?", "Kemm kienet in-nefqa għalihom u x'kien l-iskop fil- qosor għat-twaħħil ta' dawn il-billboards?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "DIVIŻJONI TA' L-EDUKAZZJONI", "18989.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid min huma d-diretturi u l- assistenti diretturi ta' kull sezzjoni li hemm fid-diviżjoni ta' l- edukazzjoni?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif mitlub qed jitpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "FONDI MILL-UNJONI EWROPEA", "18990.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid, anke bħala kap tal-gvern, kemm ħadet flus Malta mill-Unjoni Ewropea f'dawn l-ewwel sentejn ta' sħubija?", "X'intnefaq minnhom?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "FONDI MILL-UNJONI EWROPEA", "18991.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid Malta kemm ħadet fondi għall-kultura mill-Unjoni Ewropea f'dawn l-ewwel sentejn ta' sħubija?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "FONDI MILL-UNJONI EWROPEA", "18992.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid Malta kemm ħadet fondi mill- Unjoni Ewropea f'dawn l-ewwel sentejn ta' sħubija fil-qasam ta' l-isport?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "KANTANTI BARRANIN F'MALTA", "18993.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid kemm flus ingħataw, minn xi struttura jew oħra li taqa' taħt ir-responsabbilta' tal-ministeru, taħt xi nefqa jew oħra, b'isem jew ieħor, lill-organizzaturi li ġabu xi kantant jew grupp matul is-sena 2005?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra."]} {"filename": "20070709_548d_par.doc", "date": "2007-07-09", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Uffiċjali u Rivedut) L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 548 It-Tnejn, 9 ta' Lulju, 2007 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 548", "It-Tnejn, 9 ta' Lulju, 2007", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.02 p.m.", "Talba", "Seduta Nru. 548", "It-Tnejn, 9 ta' Lulju, 2007", "WERREJ", "MINUTI 293", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 293", "TQEGĦID TA' KARTI 299", "KSUR TA' PRIVILEĠĠ 301", "MOZZJONIJIET", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IR-RATIFIKA TA' PATTIJIET BEJN MALTA U L-ISTATI UNITI TA' L-AMERKA FUQ L-IMBARKAZZJONI TA' BASTIMENTI (L-Ewwel Qari) 310", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR L-AMMINISTRAZZJONI PUBBLIKA (It-Tieni Qari)", "PUBLIC ADMINISTRATION BILL (Second Reading) 310", "AĠĠORNAMENT 323", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 327", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB 347", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 547 li saret fl-4 ta' Lulju, 2007 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "SAN ĠILJAN - FLOODING EĊĊESSIV", "26758.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Leo Brincat) staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jistgħu jittieħdu passi biex meta tagħmel xita bil-qliel ma jkunx hemm flooding eċċessiv fil-pjazza ta' San Ġiljan quddiem l-għassa tal-pulizija?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT (Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq): Fil-pjazza msemmija jeżistu culverts li jwasslu għall-baħar.", "Madanakollu wieħed jifhem li minħabba li din il-pjazza tinsab proprju fit-tarf tal-wied, meta tagħmel xita bil-qliel l-ilma jieħu ftit tal-ħin sakemm isib postu fil- culverts.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ALFRED SANT (Kap ta' l-Oppożizzjoni): Il-Ministru għandu xi ħaġa x'jibdel, x'iżid jew x'jemenda fir-risposta li ta bħal-lum ġimgħa għall- mistoqsija parlamentari li għamiltlu jien dwar id-deċiżjonijiet li ttieħdu fuq persuni li nstabu akkużati b'tixħim mill-qorti u li nżammu għal ċertu żmien impjegati ta' l-awtorita' tat-trasport meta d-deċiżjoni kienet waħda ċara li dawn m'għandhomx jibqgħu hemmhekk?", "MR SPEAKER: Niġbed l-attenzjoni li din id-domanda m'hijiex relatata mal- mistoqsija oriġinali imma jekk il-Kamra tagħti l-permess, insejjaħ lill- Ministru biex jirrispondi.", "On a point of order, il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nerġa' ngħid li m'huwiex lok tiegħek li tgħidhom dawn l- affarijiet, Sur President.", "Jekk qed tgħidhom inti u qed tiddeċiedi bħala ruling tiegħek li tgħidhom, qed nerġa' niġbidlek l-attenzjoni li din se tkun xi ħaġa li tapplika mhux biss għal din il-leġislatura imma għal- leġislaturi li ġejjin u tkun responsabbilta' personali tiegħek.", "MR SPEAKER: Naturalment id-deċiżjoni tapplika mhux biss għal din il- leġislatura imma għal-leġislaturi kollha, sakemm ma jinbidlux l-Ordnijiet Permanenti tal-Kamra kif qegħdin intavolati quddiem din il-Kamra.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Tista' bħala point of order tagħmilha ċara illi hija deċiżjoni tiegħek li kull darba tistqarrha b'dan il-mod?", "L-ebda Speaker qablek m'għamilha din il-ħaġa.", "Hija deċiżjoni tiegħek, b'ruling tiegħek, li tibda ssir, mela allura la se ssir issa, se tibqa' ssir f'leġislaturi oħra.", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Ġustizzja u Intern): Naturalment l-intervent tiegħi huwa biex nesprimi opinjoni bħala membru ta' din il-Kamra, għax id-deċiżjoni hija dejjem tas-Sedja, hi min hi.", "Safejn naf jien is-Sedja diġa' ġibdet l-attenzjoni għall-fatt illi d-domandi huma regolati fl-istanding orders tagħna u m'hemm xejn dwar id-domandi supplimentari.", "Allura għandna ngħidu li m'għandux ikun hemm mistoqsijiet supplimentari?", "Le.", "Allura x'nagħmlu?", "Nirriferu għat-tradizzjonijiet u l- prattiċi tal-House of Commons Ingliża.", "Dan huwa l-prinċipju fl-opinjoni ta' din in-naħa tal-Kamra.", "Ġaladarba m'hawnx provvediment dwar mistoqsijiet supplimentari, ma ngħidux li m'għandhomx isiru mistoqsijiet supplimentari imma nsegwu din il-prattika.", "Jekk b'dik il-prattika d- domanda supplimentari trid tkun relatata, allura s-Sedja għandha d- diskrezzjoni - għax ma naħsibx li hu obbligu li nsegwu l-prattika tal- House of Commons - issegwihiex jew le.", "Naħseb li hekk għandna nimxu f'dawn l-affarijiet.", "Jekk se noqogħdu ngħidu kif qal l-aħħar darba l-Kap ta' l- Oppożizzjoni, li m'hemm imkien fl-istanding orders li d-domanda supplimentari trid tkun relatata mad-domanda prinċipali, jiena nista' nġib l-argument li allura nistgħu ma nagħmlu xejn domandi supplimentari għax m'hawn xejn dwarhom fl-istanding orders u naturalment din l- interpretazzjoni ma tkunx waħda raġjonevoli.", "MR SPEAKER: Naturalment dan diġa' ġie rilevat f'seduti oħrajn.", "On a point of order, il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, huwa veru li hemm il-prattika tal-House of Commons li nipprovaw insegwu, u sewwa nagħmlu, li fejn ma jkunx hemm prattika f'din il-Kamra naraw il-prattika ta' Kamra oħra li nirrispettaw u nsegwuha.", "Imma huwa ċar u lampanti li għal snin sħaħ kien hawn il-prattika f'din il-Kamra taħt l-iSpeaker preżenti u taħt l-iSpeakers ta' qablu, li ppermettew li jsiru mistoqsijiet supplimentari u ma nnotaw qatt li qed isiru mistoqsijiet supplimentari li m'humiex relatati.", "Dawn tħallew għad- diskrezzjoni u għar-responsabbilta' politika tal-gvern li jiġi dikjarat li ma jiġux risposti għax ma jkunux relatati mal-mistoqsijiet oriġinali.", "Il-prattika li qed tiddaħħal issa, ma tista' bl-ebda mod tiġi ġustifikata b'riferenza għall-prattika tal-House of Commons, għax għandna prattika tagħna li hija stabbilita ormai għal ma nafx kemm-il sena issa.", "U ġiet ikkwotata anke minnek stess Sur President, f'deċiżjonijiet li ħadt.", "Issa għandna diskontinwita' u d-diskontinwita' hija preċiżament li l-iSpeaker tal-Parlament ta' Malta qed jippronunzja ruħu fuq mistoqsija li qed issir minn deputat bħalu u qed jgħid: Din hija mistoqsjia supplimentari mhux relatata ma' ta' qabel.", "Din hija unheard of.", "Il-prattika tagħna m'hijiex il-prattika li ppermettitha dik.", "Jekk hemm ruling ta' dan it-tip, qed nerġa' nirrimarka bl-aktar mod solenni li hija diskontinwita' u warajha, Sur President - oqgħod attent, għax qed tkun inti li qed tiftaħ il-bibien - jista' jkun hemm diskontinwitajiet oħra, b'kull leġittima issa għax jekk inħarsu lejn il-prattika tal-House of Commons f'ċerti affarijiet u napplikawhom għal Malta, diskontinwitajiet oħra joħorġu żgur minnha fil-prattika ta' din il-Kamra.", "Jien l-ewwel wieħed li ma nixtieqhomx dawn l-affarijiet.", "Imma jekk l-iSpeaker tal-lum qiegħed jiġġudika b'ċertu mod u qed idaħħal dan ir-ruling, għalija arbitrarju, għax kien hemm diġa' proċedura, il-gvern tal-ġurnata, kif diġa' għamel, jgħid li din il-mistoqsija supplimentari m'hijiex relatata ma' dik oriġinali u ma jirrispondix.", "M'għandux ikun l-iSpeaker li jgħidlu jew jindikalu li għandu jgħid hekk.", "Mhux kull darba li ssir din il-ħaġa għandu jkun hemm ir-ruling ta' l-iSpeaker!", "Għaldaqstant qed nerġa' niġbed l-attenzjoni tiegħek, Sur President, u ta' din il-Kamra, li qegħdin quddiem proċedura illi tniżżilna fi triq li jekk irridu nimxu fuqha, nimxu fuqha, jiena l-ewwel wieħed ma nixtieqx, imma imbagħad mhux two weights and two measures.", "Jekk qed tiġi implimentata llum b'dan il-mod, ma nistgħux niġu darb'oħra mbagħad nqaqu b'ċertu sens ta' bikja u ta' lament li ma jkunx ġustifikat quddiem il-prattika li qed niġu issa pproċeduti biha.", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Sur President, Standing Order 197 ma jgħidx meta m'hemmx prattika u mhux prattika - nirriferu għall-House of Commons - imma jgħid \"in all cases not provided for by the standing orders\", jiġifieri f'affarijiet fejn l-istanding orders m'humiex regolati u l-mistoqsijiet supplimentari m'humiex regolati mill-istanding orders.", "Allura s-Sedja għandha d-dritt, jekk trid hi, li tirriferi għall-prattika tal-House of Commons.", "Jien m'għandix dubju li jekk fil-House of Commons issir mistoqsija supplimentari li kompletament m'għandhiex x'taqsam mad-domanda oriġinali, is-Sedja għandha dritt, jekk trid hi, tiġbed l-attenzjoni ta' dak li jkun għal dan il-fatt.", "U ngħid hekk għax li kieku m'hemmx skop li wieħed jagħmel question time bil-miktub u nirrispondu oralment.", "Nistgħu niddeċiedu li f'ċerta ġurnata d-domandi jkunu kollha fuq ċertu settur, per eżempju, fuq l-intern, u l-għada dwar it-trasport.", "Proprjament jeżistu domandi speċifiċi bil-miktub sabiex kwalunkwe domanda supplimentari ssir relatata ma' dak is-suġġett.", "Mela s-Sedja - naħseb li dan jiġri anke fl- Ingilterra - għandha d-dritt li tiġbed l-attenzjoni.", "Il-punt imbagħad li wieħed irid jiddibatti huwa x'jiġri wara li s-Sedja tkun ġibdet l- attenzjoni ta' l-individwu.", "Meta konna taħt gvern Laburista min jaf kemm-il darba jiena stess għamilt domandi li ma kenux relatati mal-mistoqsijiet oriġinali, is-Sedja ġibditli l-attenzjoni dwar dan u mbagħad xorta waħda ngħatajt risposta.", "Ġieli ma ngħatajtx risposta wkoll, ħalli ma mmorrux naħsbu issa li dawn l-affarijiet ġraw taħt leġislatura jew oħra!", "Niftakar li fi żmien meta l-Kap ta' l- Oppożizzjoni kien Prim Ministru ridt nistaqsih dwar xi allowances li naqqsu lill-pulizija, kien hemm domanda dwar l-allowances u bil-ħniena ppermettew li nistaqsi domanda fuq allowances oħra li kienu tnaqqsu wkoll u li ma kenux mertu ta' dik id-domanda, jiġifieri lanqas irridu nilagħbuha tal- qaddisin issa!", "M'għandix dubju li s-Sedja għandha d-dritt tiġbed l-attenzjoni meta mistoqsija supplimentari ma tkunx relatata ma' dik oriġinali.", "Li wieħed irid jara hu x'jiġri minn dak il-mument 'il quddiem.", "Jekk il-ministru jagħżel li jweġibha, xorta waħda ngħaddu għat-tweġiba jew inkella hemm bżonn il-kunsens tal-Kamra?", "Naħseb li dak huwa l-punt!", "Il-Kap ta' l- Oppożizzjoni qed jagħmel il-cavallo di battaglia fuq jekk is-Sedja tistax tiġbed l-attenzjoni ta' l-Onor.", "Interpellant li qed jagħmel domanda li m'għandha x'taqsam xejn mad-domanda oriġinali.", "Naħseb li mhux fuq dik għandna niddiskutu.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Ħloqna dibattitu, pero' dibattitu interessanti.", "Il- Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, il-point of order għadna għaddejjin bih.", "Bir-rispett kollu, il-mistoqsija m'hijiex jekk ħallejniex jew ma ħallejniex xi darba jew oħra lill-Ministru Tonio Borg meta kien deputat ta' l-Oppożizzjoni, jistaqsi mistoqsija li ma kenitx relatata mal-mistoqsija oriġinali.", "Il-gvern tal-ġurnata għandu kull dritt jieħu r-responsabbilta' politika li ma jirrispondix il-mistoqsija għax ma tkunx relatata, jiġifieri li jieħu r-responsabbilta' politika hu u jgħid hu li m'hijiex relatata.", "(Interruzzjonijiet) Issa agħtini permess ħalli niżvolġi l-argument tiegħi, għax inkella nkunu qed niddevjaw l-attenzjoni kif dejjem nagħmlu f'dan il- pajjiż.", "Il-mistoqsija m'hijiex jekk il-gvern għandux id-dritt illi jgħid li ma jistax u ma jridx jirrispondi għall-mistoqsija supplimentari li m'hijiex relatata ma' dik oriġinali.", "Saret miż-żewġ naħat tal-Kamra u ħadu r- responsabbilta' politika għaliha.", "U hekk għandha tibqa', għax safejn naf jien dik hija l-prattika tal-Kamra!", "Kemm ilni f'din il-Kamra jien, fil- maġġoranza enormi tal-każi, qatt ma ndaħal l-iSpeaker biex jippronunzja ruħu fuq din il-ħaġa!", "Qatt ma kien hemm ruling ta' l-iSpeaker li tgħid: Din il-mistoqsija supplimentari m'hijiex relatata mal-mistoqsija oriġinali.", "U bir-rispett kollu, l-iSpeaker m'għandu l-ebda bażi, la legali u lanqas morali biex jgħidha.", "Matul is-snin tħallew isiru mistoqsijiet supplimentari mhux relatati mal-mistoqsijiet prinċipali u mbagħad sta għall- gvern li jgħid li ma jridx jirrispondi għal din ir-raġuni.", "U għalhekk il- prattika tal-House of Commons f'dan il-każ ma tapplikax!", "Għax kellna patafjun ta' rulings min-naħa ta' l-iSpeaker tal-Kamra, inti u ta' qablek, li marru fuq il-prassi ta' din il-Kamra!", "U din il-prassi kienet sa ftit ta' żmien ilu illi sta għall-gvern li jaċċetta jew ma jaċċettax ir- responsabbilta' politika tiegħu u li ma jirrispondix għal mistoqsija oħra u mhux jgħidlu l-iSpeaker!", "Qisu l-iSpeaker għandu bżonn jgħid lill-Ministru Mugliett li t-tali mistoqsija supplimentari m'hijiex relatata ma' dik oriġinali u li jista' ma jirrispondix jekk irid.", "Nittama li l-Ministru Mugliett jew xi ministri oħra m'għandhomx bżonn toqgħod timbuttahom fuq ħaġa bħal din, Sur President.", "Din hija xi ħaġa bla preċedent fil-mod kif qed tiġi indirizzata u qed tiftaħ avenues ġodda.", "Mhux biss qed torbot leġislaturi oħra għal li ġej, meta ma tkunx speaker int u meta ma jkunx hawn l-istess gvern, imma qed tiftaħ ukoll bħala preċedent l-ewwel triq għal triq oħra u oħra.", "Imbagħad insegwu preċedenti msemmija mill-House of Commons li jkunu qed jillimitaw u mhux iwessgħu ċ- ċans biex dan il-Parlament jagħmel l-iskrutinju tiegħu.", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Qed inħawdu żewġ affarijiet, Sur President.", "L-ewwelnett naqblu illi d-domandi supplimentari jridu jkunu relatati?", "Għax jekk ma naqblux fuq din, allura ma nistgħu naqblu qatt.", "Jekk naqblu ma' dik ir- regola u napplikaw dak il-prinċipju, li m'hijiex qiegħda fl-istanding orders bħalma m'hemm xejn fl-istanding orders dwar domandi supplimentari u napplikaw il-prinċipji tal-House of Commons li jridu jkunu relatati, kif nistgħu noħorġu bl-argument li s-Sedja ma tistax tiġbed l-attenzjoni tal- Kamra illi qed tinkiser prattika li bis-saħħa ta' standing order nagħmluha applikabbli f'Malta?!", "Mela malli tgħid illi għandha tkun relatata, is-Sedja għandha dritt tikkummenta u tiddeċiedi li dik id-domanda supplimentari m'hijiex in order.", "Issa għaliex għandha d-dritt li tagħmel hekk?", "Għax jekk hija in order il- Ministru jista' jweġibha kif irid u jista' ma jweġibhiex u jgħid li m'huwiex fl-interess pubbliku li jagħti tweġiba.", "Fil-fatt din saret kemm- il darba.", "Imma meta m'hijiex in order, tista' tieqaf hemm, jiġifieri mhux jaħrab mid-domanda imma d-domanda ma tistax issir!", "Allura f'dak il-każ imbagħad is-Sedja ddur u tara jekk hemmx permess.", "L-aħħar darba nqala' dan l-istess inċident u l-Ministru Mugliett iddeċieda li jwieġeb id-domanda.", "Imma ma nistgħux nattakkaw id-dritt tas-Sedja li tgħid li t-tali domanda supplimentari m'hijiex skond ir-regoli.", "MR SPEAKER: Ladarba qegħdin nidħlu fil-mertu tal-ħaġa, jekk tippermettuli ftit se nagħmel ukoll il-kumment tiegħi.", "Dak li qegħdin niddiskutu llum ġej minn seduti oħrajn ta' qabel.", "U meta jkollok pożizzjoni biex tara eżattament x'jgħidu l-istanding orders, fejn m'hemmx rimedju fil-prattika trid taqa' fuq l-istanding orders ta' l-Ingilterra.", "Biex niċċara ftit il- pożizzjoni se nikkwota dik il-parti rilevanti ta' x'jgħid il-handbook tal- prattika fil-House of Commons.", "Dan jgħid hekk:", "\"The member asking the question then has the opportunity to ask a supplementary question which must relate to the subject of the main question, as printed in the order paper and after the minister's reply to that, the chair may call a member or other members to ask supplementaries which must likewise be relevant to the main question before proceeding to call the next question printed on the order paper.\".", "Dan huwa meħud minn paġna 52 tal-\"Handbook of the House of Commons Procedure\" ta' Paul Adams - Dealing with Question Time, Second Edition.", "Jiġifieri din hija l-pożizzjoni li s-Sedja ħadet għax kien hemm osservazzjonijiet li qegħdin isiru jekk kemm-il darba aħniex mexjin skond l- istanding orders jew le.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Dejjem fuq dan il-point of order, Sur President.", "Issa niġi għall-punt li qajjimt int imma se nħallih għall-aħħar.", "Ħalli nibda l- ewwel b'dak li qal il-Viċi Prim Ministru.", "Ma rridx nakkużah bi skiżofrenija, allaħares!", "Imma għadu kemm qal jekk naqblux jew le li l- mistoqsijiet supplimentari għandhom ikunu relatati mal-mistoqsijiet oriġinali.", "U qal li hekk naqblu jew li hekk għandna naqblu.", "Imma ħames minuti ilu l-istess Viċi Prim Ministru kien qed isemmilna każ fejn hu stess għamel mistoqsija supplimentari li ma kenitx relatata mal-mistoqsija oriġinali!", "(Interruzzjonijiet) Mela skużi, m'aħniex qed naqblu illi s- supplimentari għandhom ikunu relatati mal-mistoqsija prinċipali, għax int stess, in faciem curie għadek kemm għidtilna li staqsejt mistoqsija li ma kenitx relatata!", "Allura kif tistaqsi mistoqsija li ma kenitx relatata meta kulħadd qed jaqbel, skond int, li għandha tkun relatata?", "(Interruzzjonijiet) Mhux dak l-argument!", "Jekk aħniex naqblu li għandha tkun relatata.", "U m'aħniex naqblu.", "La intom ma qbiltu meta kontu fl- Oppożizzjoni u lanqas aħna ma naqblu!", "U dik hija l-prassi tal-Kamra.", "Għalhekk imbagħad se ndur fuq il-punt tiegħek, Sur President.", "In my view il-punt tiegħek huwa invalidu għax hemm prassi ta' din il-Kamra illi tissupera l-prassi tal-House of Commons!", "Il-prassi ta' din il-Kamra dejjem kienet - sakemm ili hawn jien żgur u dan il-gvern ilu ormai 20 sena, naħseb li ta' qabli aktar u aktar - li l-mistoqsijiet supplimentari dejjem kienu jkunu fuq dak li d-deputat tan-naħa l-oħra jħoss li għandu jistaqsi.", "U sta għall-ministru tan-naħa tal-gvern li jassumi r-responsabbilta' politika u jekk ma jkunx irid jirrispondiha għax ma tkunx relatata mal- mistoqsija oriġinali, ma jirrispondihiex.", "Mela l-prassi tal-House of Commons fuq dan il-punt, fejn hawn prassi tagħna, m'hijiex applikabbli!", "U dan hu l-argument kollu!", "Għandna l-Viċi Prim Ministru Tonio Borg li meta jkun fl-oppożizzjoni jaqbel li jista' jagħmel mistoqsijiet supplimentari li ma jkunux relatati u meta jkun fil- gvern imbagħad jieħu pożizzjoni differenti.", "Għandu kull dritt jagħmel hekk!", "Jekk qed nibdluha b'dan il-mod radikali, jiġifieri li l-iSpeaker issa jeħodha in his own right u jgħid lil dak li jkun li ma jistax jagħmel dik dik it-tip ta' domanda, kollox sew, nagħmluha, imma qed nerġa' ninnota jien illi b'dan il-mod qed jiftaħ it-triq mhux biss biex din tiġi applikata għal leġislaturi oħra imma qed tiftaħ it-triq ukoll għall- interpretazzjonijiet li joħorġu minnha, li huma konsegwenti minnha, li wkoll jistgħu jiġu riferuti mhux daqstant b'mod ċar għall-prattika tal- House of Commons, li jkomplu jnaqqsu ż-żmien, il-ħin u l-potenzjal ta' skrutinju ta' din il-Kamra.", "U din m'hijiex ħaġa tajba, Sur President!", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Il-Kap ta' l-Oppoiżizzjoni qed ipoġġi kliem f'ħalqi li jiena m'għidtx u qed jinterpretah kif irid hu.", "Jien għidt li għamilt domanda li kienet marġinalment konnessa u s-Sedja ġibditli l-attenzjoni u qaltli li dik id-domanda ma kenitx relatata.", "Pero' ladarba by leave of the House ħadd m'oġġezzjona, imbagħad il-ministru kien weġibni, kif tlett ijiem ilu, minkejja li d-domanda tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni ma kenitx relatata, il-Ministru Mugliett weġibha.", "Imma dan ma jfissirx li s-Sedja m'għandhiex dritt, biex ma ngħidux obbligu, li tgħid li dik id-domanda m'hijiex relatata.", "Imma ma jfissirx li ma nistax inqum u nieħu ċans nagħmilha, bħalma kemm-il darba miż-żewġ naħat tal-Kamra saru domandi mhux relatati, ma kienx hawn oġġezzjoni mingħand ħadd u twieġbu.", "Imma allura dan ifisser li s-Sedja m'għandhiex dritt tgħid: Din id-domanda m'hijiex relatata, issa agħmlu intom?!", "MR SPEAKER: Irrid nagħmel żewġ osservazzjonijiet.", "Is-Sedja fl-aħħar dejjem tgħid li jekk hawn il-permess tal-Kamra, il-Ministru jista' jirrispondi.", "Naħseb li dik bħala regola dejjem issir.", "L-appell tiegħi huwa illi r- reviżjoni ta' l-istanding orders attwali għandhom bżonn verament li xi ħadd ikun attiv biex jara li jkunu jkopru l-bżonnijiet kollha tal-Parlament.", "Din hija idea personali tiegħi pero' se nesprimiha.", "Ma naħsibx li dan il- Parlament għandu għalfejn imur daqshekk snin lura biex jara x'jagħmel parlament ieħor għax ma sabx il-ħin biex jagħmel reviżjoni ta' l-istanding orders tiegħu biex ikun jista' jattwahom ħalli jilqgħu għal kull eventwalita' li tista' tkun tal-Parlament tagħna u d-dibattitu li sar illejla forsi jista' jservi biex nilħqu dan l-iskop.", "Il-Ministru Jesmond Mugliett.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Sur President, tajjeb li nfakkru xi staqsa l-Kap ta' l-Oppożizzjoni l-ġimgħa li għaddiet ħalli norbot ir-risposta li tajt mal-mistoqsijiet li għamel hu.", "Hu kien staqsieni jekk huwiex aċċettabbli li ministru jdur fuq chairman ta' awtorita' u jgħidlu biex ma jkeċċix nies, jekk huwiex aċċettabbli li nippreżumu fuq x'se tkun l-outcome tal-maħfra presidenzjali, jekk kienx jidhirli li meta ministru qal liċ-chairman ta' l- ADT biex ma jkeċċix lin-nies, kien qed jeċċedi l-poteri ministerjali tiegħu u r-raba' mistoqsija kienet jekk jidhirlix li għandi noffri r-riżenja tiegħi.", "Dawn kienu l-erba' mistoqsijiet.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni kien speċifiku u ħlief għall-aħħar mistoqsija indika liċ-chairman.", "Jien ovvjament kelli nirrispondi with the chairman in mind u għidtlu li jiena qatt ma tajt xi ordni lill-bord biex ma jkeċċix nies.", "Ma naħsibx li dawn huma yes men, dawn għadhom kif ġew appuntati, kieku l-aktar ħaġa ovvja li kienu jagħmlu dawn kienu li jgħidulek biex ma jkunux appuntati u għidt li qabel id-deċiżjoni kienet meħuda, ġiet mitkellma kollettivament u ttieħdet ċerta direzzjoni.", "Ovvjament inqalgħu affarijiet oħrajn wara li għamilt dan l-istatement, partikolarment l-ittra u l-kummenti taċ-chairman fil-media, pero' jekk tixtarr sew x'kiteb iċ-chairman fl-ittra tiegħu, nemmen bis-sħiħ li ma jikkontradixxix dak li jien għidt lil dan il-Parlament.", "Fil-fatt iċ- chairman kiteb hekk:", "\"It is also important to point out that the chairman and board of ADT were never told or influenced in what to do about such a case by anyone and I have enough confidence in the board members to be sure that they will not be influenced by anyone in such matters.\".", "Naħseb li dik hija stqarrija ċara li tikkonferma dak li għidt jiena hawnhekk fil-Parlament, li ma tajt l-ebda ordni liċ-chairman.", "Forsi l- mistoqsija li wieħed tista' tirriżulta f'moħħu kienet il-kelma \"kollettivament\".", "F'moħħi kont qed ninkludi liċ-chairman meta għidt \"kollettivament\"?", "Forsi anke meta kiteb l-ittra tiegħu lilek, li ġiet iċċirkolata fil-media llum wara nofsinhar, li jiena ktibt lil dan il- Parlament forsi minħabba din qed jgħid li jiena gdibt lil dan il-Parlament?", "Pero' x'ridt infisser meta għidt il-kelma \"kollettivament\"?", "Jiena ridt infisser li ġbidt l-osservazzjoni tal-kap eżekuttiv bil-preċedent, kien anke kkonsultat l-avukat ta' l-ADT u ttieħdet id-deċiżjoni li jkun mistenni l-outcome tal-president, jiġifieri l-presidential pardon.", "Jiġifieri niċħad li tajt xi ordni u f'dan is-sens użajt il-kelma \"kollettivament\".", "Il-ġimgħa li għaddiet naħseb li kienet għadha friska li kont għadni kif inkellem lill-Prim Ministru dwar ir-riżenja tiegħi u kien bħal-lum, jiġifieri kien hemm mistoqsija, kien hemm ħafna battibekki jekk għandniex nirrispondu il-mistoqsijiet supplimentari u fil-fatt kelli ftit minuti sakemm nirrispondi dak li qal il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "U fir-risposta tiegħi ma rriferejt xejn għall-aħħar mistoqsija tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni jekk jidhirlix li għandi noffri r-riżenja tiegħi.", "Jiena m'għandi bżonn l-ebda Kap ta' l-Oppożizzjoni biex nerfa' r- responsabbilta' politika tiegħi.", "Għamiltha qabel ġejt f'dan il-Parlament, fil-fatt il-laqgħa li kelli mal-Prim Ministru kienet fl-4.00 p.m., ovvjament ma stajtx nitkellem b'mod espliċitu fuqha hawnhekk, il-Prim Ministru ma kienx għadu tani r-risposta tiegħu, pero' kulħadd jaf ir- risposta li ta l-Prim Ministru, cioe' li ma laqax ir-riżenja tiegħi, għalkemm jien offrejthielu bil-frankezza kollha, għax qalli li din m'hijiex korruzzjoni imma ġudizzju li jista' jkun dibattibbli, imma żgur ma biddilx id-deċiżjoni tat-tkeċċija ta' dawn iż-żewġ impjegati misjuba ħatja.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Opppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jista', jekk jogħġbu, il-Ministru jispjega x'ifisser meta jgħid il-kelma \"kollettivament\"?", "Din tfisser il-Ministru flimkien mal- legal advisor ta' l-awtorita'?", "Kollettivament tfisser li saret mas-CEO li qal ċar u tond illi ingħata d-direttiva biex jagħmilha, ma qabilx magħha u kellu jsegwiha?", "Kollettivament tfisser maċ-chairman u mal-membri tal-bord li nnegaw li kienu parteċipi f'xi deċiżjoni?", "U kif il-Ministru filli jgħidilna li ma tax ordni u mbagħad fir-risposta tiegħu stess semma l-kelma \"ordni\".", "Jiġifieri l-ordni - nerġa' ninnega t-tieni ħaġa - ma kenitx biex dawn jitkeċċew.", "Allura ordni kienet!", "Filli ngħidu ordni filli ngħidu mhux ordni.", "U bir-rispett kollu, safejn naf jien m'aħniex qegħdin nitkellmu fuq ir- riżenja tiegħu hawnhekk.", "Qed nitkellmu fuq jekk qalx il-verita' lill- Parlament.", "Kollettivament ma' min tkellem il-Ministru biex jasal għad- deċiżjoni?", "Kollettivament tfisser - kif nafha jien u kif naħseb jafha l- poplu Malti u Għawdxi - illi kien hemm konsultazzjoni wiesgħa u sħiħa, give and take, mhux ordni lis-CEO biex jagħmel ċerti affarijiet, u minn dak li qed jgħid issa l-Ministru jirriżulta li kollettivament ma kienx hemm diskussjoni.", "Iċ-chairman qalha, f'isem il-bord tad-diretturi, is-CEO qal li ngħata l- ordni - qed jikkonferma l-Ministru li ta l-ordni, mhux billi jgħid li ma tax l-ordni, hu semmiha l-ordni - u issa qed jgħidilhom li lanqas ta ordni.", "Dan x'taħwid hu!", "Allura \"kollettivament\" xi tfisser?", "Jien fhimtha, il- poplu Malti u Għawdxi fehemha, li din kienet deċiżjoni kollettiva.", "Jiġifieri kulmin għandu x'jaqsam fiha, mill-ministeru, għall-bord, għat-top management, kienu involuti fiha!", "Inkella bir-rispett kollu, għaliex uża l- kelma \"kollettivament\"?", "MR SPEAKER: Il-Ministru Mugliett.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Sur President, naħseb li spjegajt x'ridt infisser bil-kelma \"kollettivament\".", "Issa it's my word against his, is-CEO jew jiena.", "Jien qatt ma aċċettajt dak li qal is-CEO meta qal li kellu xi direzzjoni.", "Pero' - forsi naslu anke biex nikkollaboraw il-pożizzjoni tiegħi - kollettivament tista' ddejjaqha jew twessagħha kemm trid, mhux bilfors tinvolvi lill-bord, dik inti qed tgħidha, għax jista' jkollok tlieta min-nies ikkonsultati u jistgħu jkunu biżżejjed għax wara kollox hija deċiżjoni eżekuttiva tal-posponiment u mhux deċiżjoni tal-bord.", "Pero' jekk naqra eżatti x'għidt jien, jiġifieri l-ordni - nerġa' ninnega t-tieni ħaġa - ma kenitx biex dawn ma jitkeċċewx.", "Imbagħad erġajt ippreċiżajt li d- direzzjoni li ngħatat kienet fuq li kellek talba ta' l-avukat difensur ta' wieħed minnhom, li kien qed jikkwota preċedent fl-istess awtorita' fuq każ fejn kien involut impjegat taċ-ċivil, li fuqu kienet esprimiet ruħha il- public service commission.", "Naħseb li mbagħad il-kelma \"ordni\" ippreċiżajtha, Sur President.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti u nsejjaħ lill-Viċi Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "TONIO BORG: Sur President, f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi nqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Report on the working of the General Contracts Committee and the Public Contracts Appeals Board during 2006; u maħruħ mid-Dipartiment tal-Kuntratti fil-Ministeru tal-Finanzi; u", "Tagħrif dwar kumpanniji ta' konsulenza mqabbda mill-Ministeru tal- Finanzi, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari 27023.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jien għandi point of order rigward l-istqarrija tal- Prim Ministru.", "Kellna l-wegħda li l-Prim Ministru se jagħmel stqarrija dwar il-ftuħ jew l-inawgurazzjoni ta' l-isptar il-ġdid f'Tal-Qroqq.", "Kellna l-wegħda wkoll – mingħalija din għamilha l-Ministru Louis Galea f'isem il- Prim Ministru - li din l-istqarrija se ssir fi żmien relattivament qasir u li se ningħataw twissija minn qabel għaliha.", "Nisgħtu nkunu nafu fejn wasalna fuq din il-ħaġa għaliex qed jgħidulna li l-Parlament se jagħlaq fit- 18 ta' Lulju, bejn wieħed u ieħor, u tajjeb li nkunu nafu jekk u meta se ssir din l-istqarrija.", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Ma nafx kemm dan huwa point of order!", "L-istqarrijiet isiru jekk tkun trid il-persuna li tkun qed tagħmel l-istqarrija.", "Jien wegħidt lill-whip li jekk issir stqarrija mill-Prim Ministru ninformah minn qabel.", "Mela hawn xi obbligu li tagħmel l-istqarrijiet!", "Meta jrid il- gvern jagħmel stqarrija.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Fuq l-istess point of order, Sur President.", "Kollox sew, il-mistoqsija m'hijiex fuq jekk u mhux jekk.", "Mingħalija kellna l- wegħda tal-Ministru Louis Galea f'isem il-Prim Ministru li se jagħmlu stqarrija fuq l-isptar f'Tal-Qroqq li ġie jiswa lill-fisku Malti Lm300 miljun.", "Għamlu ħafna song and dance fuqu u sewwa għamlu, imma issa huwa tajjeb li kif għamlu fuq affarijiet oħra inqas importanti, jagħmlu din l- istqarrija wkoll.", "Ma ninsewx li tliet snin ilu l-Prim Ministru kien għamel stqarrija lil dan il-Parlament li kien se jinfetaħ l-isptar bil-pazjenti kollha deħlin.", "Għalhekk jekk l-istqarrija mhux se ssir għandhom jgħidulna li mhux se ssir u mhux jgħidulna li l-Prim Ministru jaħseb li għandha ssir jew li għad iridu jaraw jekk hux se ssir.", "Aħna mingħalina li kellna l- wegħda formali tal-Ministru Louis Galea fuq din il-ħaġa.", "Jekk ma teżistix din il-wegħda għandhom jgħidulna li ma teżistix.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Louis Galea.", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni, żgħażagħ u Impjiegi): Sur President, f'din il-Kamra jien kont għidt lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni li jien nemmen li l-Prim Ministru ma jkollu l-ebda diffikulta` li jagħmel stqarrija fuq l-isptar u li jien kont se ngħaddi din ix-xewqa lill-Prim Ministru, xi ħaġa li fil-fatt għamilt għax anke l-unedited version tat- transcript ta' dik il-parti tal-question time għaddejthielu biex hu jkun jista' jieħu dawk il-passi li jidhirlu li huma xierqa.", "Issa sta għall-Prim Ministru li jevalwa sew il-kummenti li saru dakinhar u li qed isiru llum biex imbagħad hu jkun jista' jidderieġi ruħu kif jidhirlu li jemmen li huwa l-aħjar fiċ-ċirkostanzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, jien napprezza l-mod kif qed jesprimi ruħu l-Ministru Louis Galea imma ma nistgħux noqogħdu nilagħbu l-basketball b'affarijiet bħal dawn, fejn toqgħod tgħaddi l-ballun 'l hemm u 'l hawn.", "Meta xi ħadd ewlieni u prinċipali bħall-Ministru Louis Galea jgħidilna u jgħid lill-poplu Malti u Għawdxi li jinsab żgur li l-Prim Ministru mhux se jsib problema biex jagħmel din l-istqarrija, jien fhimt – kif fehmu wkoll sħabi u l-poplu Malti - li se ssir din l-istqarrija.", "Issa nistgħu nkunu nafu x'iddeċieda l-Prim Ministru?", "Se jagħmilha l-istqarrija jew le?", "Jekk mhux se jagħmilha jgħidulna li mhux se jagħmilha.", "Inutli noqogħdu ngħidu: Jekk il-Prim Ministru jaħseb li din tkun tajba, issa jara t-transcripts ta' x'intqal fil-Parlament u forsi mbagħad jerġa' jara x'għandu jagħmel.", "Jiġifieri l-istqarrija mill-aspetti l-oħrajn trid issir.", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Sur President, qegħdin kompletament out of order.", "Ħadd m'għandu dritt jistaqsi meta jsiru l-istqarrijiet.", "L-istqarrijiet isiru meta jsiru.", "L-aħħar darba l-Ministru Galea qal li se jgħaddi messaġġ lill- Prim Ministru.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Inkomplu bit-Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru Louis Galea.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar skejjel tal-gvern li għandhom, jew se jkollhom matul l- 2007, grawnd bit-turf artifiċjali, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari W 372.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Ninu Zammit.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura): Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Kopja tal-permess ta' l-Awtorita` ta' Malta dwar l-Ambjent u l- Ippjanar (PA 4716/2006) datata 8 ta' Frar, 2007, b'riferenza għal pavimentar ta' l-area quddiem il-Kon-Katidral ta' San Ġwann u parti minn Triq il-Merkanti, il-Belt Valletta, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari 27048;", "f'isem il-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l- Informazzjoni, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar ħaddiema fid-dekasteru li għalih hu responsabbli l- Ministru għall- Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l- Informazzjoni, li għalqu l-61 sena u għadhom fl-impjieg, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari 25687;", "u f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent inqiegħed fuq il- mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali 171 ta' l-2007 - Regolamenti ta' l-2007 li jemendaw ir- Regolamenti dwar il-Bijoċidi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Louis Deguara.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita`) Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar impjegati part-time jew bil-kuntratt, fil-perjodu bejn Jannar u Marzu 2007, fid-dekasteru li għalih hu responsabbli l- Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita`, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari 26049.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Dolores Cristina.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA (Ministru għall-Familja u Solidarjeta' Soċjali): Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar stallar ta' lifts mill-Awtorita` tad-Djar għall-perjodu bejn l-2002 u 2007, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari 26991.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Ngħaddu għal Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet.", "Il- Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "KSUR TA' PRIVILEĠĠ", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, l-ewwelnett nixtieq nirriferi għall- ittra li bgħattlek dalgħodu riferibbli għall-każ tal-Ministru Jesmond Mugliett.", "Nixtieq il-permess tal-Kamra biex naqraha għax imbagħad nixtieq li inti tgħidli x'għamilt fuqha.", "Jien stennejt risposta mingħandek u ma kellix.", "MR SPEAKER: Jien irċevejt l-ittra mingħand il-Kap ta' l-Oppożizzjoni u qed nagħtiha l-konsiderazzjoni li jixirqilha.", "Naturalment irrid nikkonsulta ruħi wkoll.", "Kienet korrispondenza jiġifieri ma kenitx xi proċedura parlamentari għas-seduta tal-lejla.", "Pero` jekk hawn il-permess tal-Kamra, jista' jaqraha.", "(Interruzzjonijiet) Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni qed jitlob li jaqra korrispondenza lis-Sedja.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jien se nispjega għaliex ukoll, Sur President.", "Skond ir-regoli tal-Kamra, biex nagħmel il-pass li jmiss għandi din is-seduta biss u dan il-ħin biss huwa disponibbli għalija.", "Mela jien nixtieq inkun naf x'inhi r-risposta min-naħa tas-Sedja fuq din l-ittra ħalli mbagħad inkunu nafu kif għandna nirregolaw ruħna, mhux imbagħad jgħidulna li tlifna l-qaleb u l-ġbejna.", "Jiġifieri jekk tippermettili l-Kamra jien nixtieq naqra din l-ittra, imbagħad nistaqsik x'inhi r-reazzjoni tiegħek għaliha, Sur President.", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Sur President, bħalissa m'aħniex qegħdin fil-question time.", "Jekk irid jagħmel mozzjoni għal dibattitu urġenti jagħmilha u mhux nibqgħu sejrin.", "Il-question time sar, it-tqegħid ta' karti sar u issa qegħdin fil-ħin tal-mozzjonijiet.", "L-uniċi mozzjonijiet li jistgħu jsiru huma dawk li jew bil-leave of house jingħataw permess, jew dawk li jingħataw in-notice tagħhom jew dawk, inkluż tal-mozzjoni urġenti, li jistgħu jitressqu minn kwalunkwe membru tal-Kamra.", "Issa jekk irid jagħmilha, jagħmilha.", "Jaqra l-mozzjoni, jagħmel it-talba, naraw jekk hijiex urġenti jew le u tiddeċiedi s-Sedja.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Kif taf int, Sur President, il-biċċa hija ftit aktar komplikata minn hekk għax ninsabu fil-ħin fejn għandna kull dritt inqajmu każ ta' ksur ta' privileġġ.", "Fil-fatt dan il-ksur ta' privileġġ huwa ħafna aktar differenti minn tas-soltu.", "Għalhekk jien xtaqt li jkolli l-permess li naqra l-ittra li bgħatt lilek dalgħodu, Sur President, biex imbagħad mir- reazzjoni tiegħek inkun nista' niggwida ruħi.", "Każijiet ta' ksur ta' privileġġ jistgħu jitqajmu biss fl-ewwel seduta, fl-ewwel opportunita` u wara li jkun qam il-każ.", "Issa dan huwa każ differenti minn tas-soltu u l- ittra tiegħi lilek dalgħodu hija riferibbli għal din il-ħaġa.", "Issa jekk m'hemmx permess nibqa' miexi bil-proċeduri ta' ksur ta' privileġġ u xorta waħda naqra l-ittra.", "Imma m'aħniex qed inkunu konformi ma' kif naħdmu b'ċerta lealta` jekk se nagħmlu hekk.", "Jien xtaqt li l-ewwel naqra din l- ittra u nistaqsi lill-president tal-Kamra x'inhi r-reazzjoni tiegħu ħalli nirregola ruħi.", "Din hija unreasonable bħala approach?", "Jien ma narahiex unreasonable anzi naraha raġjonevoli.", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Jien ma nafx x'għandha x'taqsam ir-risposta li tagħti s- Sedja għall-ittri.", "Jekk hu jidhirlu li hemm każ ta' ksur ta' privileġġ, dan huwa pprovdut fl-iStanding Order 35, iressaq il-ksur ta' privileġġ, jagħti r-raġunijiet tiegħu u mbagħad tiddeċiedi s-Sedja.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, jekk ma jafx is-suġġett kif jista' jippronunzja ruħu b'dan il-mod il-Viċi Prim Ministru?", "(Interruzzjonijiet) L-ewwel irrid ikolli ċ-ċans li nartikola ċerti affarijiet li għal dan il- Parlament u għal din id-demokrazija huma kruċjali.", "Issa jekk ma tridunix nartikolahom b'ċertu mod, b'mod li għalija huwa ċivili, huwa raġunat u jimxi b'pass wara l-ieħor, nagħmluha at one go.", "MR SPEAKER: Dak li esprimejt ftit qabel jibqa'.", "Fil-fatt jien nikkonferma li rċevejt l-ittra mingħand il-Kap ta' l-Oppożizzjoni u qiegħed nagħtiha l- attenzjoni li jixirqilha u l-konsultazzjoni meħtieġa.", "Ma jidhirlix li fl- ittra kien hemm li jien irrid nagħti risposta sal-lejla jiġiferi jidhirli li kien hemm \"fi żmien raġjonevoli\".", "Għalhekk ma fhimtx li kien hemm dik l- urġenza fl-ittra per se.", "Pero` nerġa' ngħid li rċevejt ittra u korrispondenza aktar milli proċedura parlamentari.", "Jien ħadtha bħala korrispondenza li rċevejt mingħand il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "Din hija l- pożizzjoni tas-Sedja f'dan il-mument.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, kif taf int, il-pożizzjoni tas-Sedja trid tkun konformi ma' dak li jgħidu l-iStanding Orders.", "Naħseb li tista' tikkonfermali li l-iStanding Orders jgħidu li każ ta' ksur ta' privileġġ irid jitqajjem fl-ewwel opportunita`.", "(Interruzzjonijiet) Is-Sedja taf li każ ta' ksur ta' privileġġ irid jitqajjem fl-ewwel opportunita` wara li jkun sar jiġifieri fl-ewwel seduta tal-Parlament.", "Jiġifieri meta jien ktibtlek \"fi żmien raġjonevoli\" hija ħaġa ċara li jekk jien nibqa' nistenna t-tweġiba tiegħek sa għada, il-każ ta' ksur ta' privileġġ li, fl- opinjoni tiegħi, għandu jiġi artikolat b'ċertu mod jintilef jekk jiġi artikolat mod ieħor għax tkun skadiet l-ewwel opportunita`.", "Għalhekk jien għidt b'mod ċivili u trasparenti li l-ewwel irridu naħdmuha b'dan il-mod.", "Jien naqra din l-ittra, inti tgħidli fejn wasalt fir-risposta tiegħek, imbagħad din il-Kamra għandha kull dritt li tirregola ruħha.", "Imma rrid regolamentazzjoni u mhux imbagħad għada jew pitgħada tgħidli li ddeċidejt hekk u l-każ jaqa'.", "Ma tarax!", "Jekk jiġri hekk ma tkunx tagħmel sens.", "Jien qed ngħid li bil-permess ta' din il-Kamra jiena naqra din l-ittra, inti tgħidli fejn wasalt fid-deliberazzjonijiet tiegħek, imbagħad jekk tgħidli li ma tistax tagħtini deċiżjoni llum imma nistennew jumejn oħra, nitlob il- permess tal-Kamra u tiegħek biex dak li għandi nagħmel, jekk tiddeċiedi fin- negattiv, inkun nista' nagħmlu sa jumejn oħra.", "Mhux imbagħad tgħidli li l- istorja skadiet.", "Naħseb li qed inkun raġjonevoli.", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: M'hu qed ikun raġjonevoli xejn.", "Jekk għandu każ ta' ksur ta' privileġġ, iqajjem dan il-każ ta' ksur ta' privileġġ, jgħid x'inhu u m'għandha x'taqsam xejn ir-risposta tas-Sedja.", "S'issa min qed jismagħna ma fehem assolutament xejn għax lanqas jaf fuqiex inhu l-każ ta' ksur ta' privileġġ.", "Il-privileġġi tal-Kamra huma dawk li huma.", "Jekk jidhirlu li fl- ittra li bagħat hemm xi allegazzjoni li xi ħadd f'din il-Kamra jew barra minn din il-Kamra kiser il-privileġġi tal-Kamra jgħidha u jqajjem dan il- punt issa.", "Jekk l-allegazzjoni hija li fl-aħħar seduta xi membru tal- Parlament kiser il-privileġġi tal-Kamra, issa jrid iqajjimha f'din is- seduta, imbagħad illum jew f'xi seduta oħra, is-Sedja tagħti ruling dwar dan il-ksur ta' privileġġ.", "Mela dawn il-misteri kollha!", "Jaqbad u jgħidha!", "U mela noqogħdu ngħidu: L-ewwel nistennew ir-risposta ta' l- iSpeaker u mbagħad naraw fiex tkun waslet.", "Issa jqajjem il-ksur ta' privileġġ kif jidhirlu hu, taħt artiklu 35 li hemm fl-iStanding Orders kopert minn \"Motions without notice\" imma jgħid x'inhu.", "Jekk irid jaqra l- ittra biex isostni l-ksur ta' privileġġ tiegħu jagħmilha u jingħata ruling.", "Mhux jien se niddeċiediha din u lanqas hu.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, jien m'għandix problema biex ngħid x'inhu l-każ ta' ksur ta' privileġġ.", "Mhux dik il-problema.", "Il-problema hija li fin-nofs hemm issues li huma ħafna aktar fundamentali li jirrigwardaw il-pożizzjoni tiegħek ukoll, kif għidtlek dalgħodu fl-ittra li bgħattlek.", "Kollox huwa marbut waħda ma' l-oħra.", "L-ewwel tassumi r- responsabbiltajiet tiegħek int, Sur President, imbagħad nassumihom jien.", "Jien ma nsibx oġġezzjoni biex nassumihom.", "Imma rridu naraw kif se nipproċedu.", "Jien lest li naqra l-ittra imbagħad immexxu.", "Jekk għandi l- permess naqra din l-ittra, imbagħad nipproċedu.", "Nagħmilha jien jekk l- iSpeaker ma jridx.", "Din m'hijiex problema għalija.", "MR SPEAKER: Jekk hawn każ ta' ksur ta' privileġġ, dan jitressaq imma aħna rridu nimxu skond l-Ordnijiet Permanenti.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Jien ma nsib l-ebda oġġezzjoni li jaqra l-ittra in sostenn tal-ksur ta' privileġġ.", "Jekk dan huwa każ ta' ksur ta' privileġġ, iqajmu.", "Jien qrajtha din l-ittra u nista' ngħid li hemm allegazzjoni li l-Ministru Mugliett ma qalx il-verita` fuq domanda.", "Issa jekk jidhirlu li dan huwa każ ta' ksur ta' privileġġ iqajmu.", "L-iSpeaker ma jidħolx fl-istadju fejn tidħol ir-risposta ta' l-ittra ...", "(Interruzzjonijiet) Imbagħad wara li tqajjem il-każ ta' ksur ta' privileġġ jidħol f'dik il-kwestjoni.", "Ikun irregolari jekk l-iSpeaker jikkummenta qabel.", "L-iSpeaker issa kważi qiegħed f'pożizzjoni ġudizzjarja.", "Malli jitqajjem dan il-każ ta' ksur ta' privileġġ, dan il-misteru li issa niskopru x'inhu, dwar allegazzjoni li xi ħadd f'din il-Kamra kiser il- privileġġi ta' din il-Kamra – qed nieħu l-ġist ta' din l-ittra għax hemm allegazzjoni li l-ministru ma qalx il-verita` f'din il-Kamra - ....", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "ALFRED SANT: Point of order, Sur President.", "MR SPEAKER: Ippermettili ftit, Onor. Borg.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "TONIO BORG: Allura x'nagħmel?", "Inqajjem point of order waqt li jkun qed jitkellem hu ħalli ma jitkellimx hu?", "Ħalli nispiċċa s-sentenza.", "(Interruzzjonijiet) Ikun irregolari jekk tippronunzja ruħek qabel!", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jiena ma tħallejtx naqra l-ittra u issa l-Viċi Prim Ministru qed jitħalla jikkwota minnha.", "Jien qgħadt attent biex ikolli l- permess li naqra l-ittra imbagħad jikkwota minnha hu!", "Dawn x'affarijiet huma!", "(Interruzzjonijiet) Hawnhekk qed nitkellmu għall-Parlament.", "Jien lest li nitkellem skond il-prassi tal-Parlament.", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Jien ma kkwotajt xejn mill-ittra imma għidt x'inhu s- suġġett.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni għamilha pubblika din l-ittra.", "Issa jien qed nassumi li l-ksur ta' privileġġ se jkun ibbażat fuq hekk.", "Fl- opinjoni tiegħi, ikun irregolari jekk is-Sedja, qabel ma tinqala' din il- kwestjoni twieġeb lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni u tagħti l-ġudizzju tagħha dwar x'inhi l-opinjoni tagħha.", "Kif tista' tiddeċiedi hi - f'kapaċita` li tiddeċiedi bħala kapaċita` ġudizzjarja - jekk fil-fatt dan il-kontenut huwiex veru jew le?", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, dan huwa l-crux ta' l-ewwel punt tiegħi.", "Is-Sedja m'hijiex ġudizzjarja hawnhekk.", "Is-Sedja hija regolatorja, jiġifieri tirregola l-mod kif jimxi l-Parlament.", "(Interruzzjonijiet) Għall-informazzjoni tagħkom kwestjonijiet ġudizzjarji jistgħu anke jiġu riferuti lill-qorti u bħala avukati jmisskom tafu aktar minni.", "Fuq il- kwestjoni li għandna quddiemna, li għandi sal-lejla biss sabiex inqajjimha, bħala deputat inħoss li l-ewwel dover m'huwiex tiegħi jew ta' xi deputat ieħor imma huwa tal-president tal-Kamra.", "Hu jrid jippronunzja ruħu quddiem xi ħaġa li hija manifesta u lampanti.", "Kien għalhekk li jiena bgħattlu l- ittra ħalli jkun hu li l-ewwel jieħu pożizzjoni.", "Il-president tal-Kamra għandu kull dritt li ma jeħux pożizzjoni u għandu kull dritt ma jaqbilx li għandu jieħu pożizzjoni.", "Għandu kull dritt li jieħu pożizzjoni \"X\", \"Y\" jew \"Z\", imma se mai, irridu nkunu nafu ħalli mbagħad inkun nista' neżerċita d-dover tiegħi bħala membru parlamentari.", "Għalhekk il-punt kollu u għalhekk I resent li ma nistax naqraha l-ewwel.", "Allura qiegħed neżonera – li ma rridx nagħmilha – lill-iSpeaker mid-dover kardinali tiegħu li jiddefendi d-drittijiet u l-integrita` ta' din il- Kamra.", "Min-naħa l-oħra, jekk jieħu l-pożizzjoni tiegħu, immexxi.", "Imma ma rridux noqogħdu nistennew - sakemm jieħu l-pożizzjoni tiegħu – jumejn jew tlieta għaliex inkella jiġu jgħiduli li ma nistax nieħu pożizzjoni peress li skond l-istanding orders tkun għaddiet l-ewwel okkażjoni li kelli sabiex intellagħha.", "Din hija l-kjarifika li qiegħed nitlob jien.", "L-ewwel hemm bżonn li l-iSpeaker, fil-funzjoni regolatorja tiegħu, mhux ġudizzjarja, għandu d-dritt u d-dmir li jekk xi ħadd ikun qiegħed, per eżempju, jgħid xi ħaġa kontra l-President tar-Repubblika, iwaqqfu milli jkompli.", "Din qiegħda fl-istanding orders.", "Jekk xi ħadd jinsulta lil xi ħaddieħor, il-president tal-Kamra għandu d-dmir li jwaqqfu.", "Dak ġudizzjarju jew regolatorju?", "Bl-istess mod, jekk xi ħadd qiegħed jagħmel xi ħaġa li tmur kontra r-running ta' din il-Kamra b'mod gravissimu, il- funzjoni regolatorja ta' l-iSpeaker timplika li hu jieħu l-ewwel pożizzjoni.", "Jekk ma jridx jeħodha hu, neħodha jien u jeħduha sħabi.", "Dan huwa l-punt kollu.", "U għalhekk l-ittra tiegħi ta' dalgħodu, fejn stennejt li se jkolli comeback mingħandek qabel din is-seduta ħalli mbagħad inkun nista' nirregola l-pożizzjoni tiegħi.", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Sur President, allaħares insegwu dan ir-raġunament!", "Li kieku kellu l-president ta' din il-Kamra jwieġeb għaliha u jgħid li l- membru parlamentari gideb jew ma gidibx u mbagħad, jitqajjem il-każ ta' ksur ta' privileġġ wara, x'ġudizzju tkun se tieħu?", "Il-ġudizzju tkun diġa' ħadtu barra l-Parlament.", "U jista' jkun li forsi għalhekk intbagħtet l- ittra.", "Jien qiegħed ngħid li jekk jidhirlu l-Kap ta' l-Oppożizzjoni li hemm ksur ta' privileġġ, għandu jqajjem dak il-ksur ta' privileġġ.", "Il-ksur ta' privileġġ jista' jkun meta xi ħadd kiser il-liġi, bħal per eżempju, editur kiteb artiklu libelluż fil-konfront ta' xi ħadd - bħall-każ ta' Demicoli meta huma kienu kaxkruh hawn u mbagħad għidna li dak il-każ għandu jispiċċa jmur quddiem il-qorti – u jista' jkun hemm affarijiet oħra li jiksru l-privileġġi imma ma jiksrux il-liġi.", "Xorta waħda l-iSpeaker jagħti ġudizzju.", "Mela ma jagħtix ġudizzju.", "Tant jagħti ġudizzju li jekk prima facie jidhirlu li m'hemmx każ jieqaf kollox hemm u jekk prima facie jidhirlu li hemm każ f'dak l-ewwel stadju, imbagħad hemm proċedura speċjali sabiex naraw x'piena se nagħtu lil xi ħadd li jkun kiser il-privileġġi.", "Riċentement din ġiet applikata wkoll.", "Kien hemm xi ħadd li ċempel membru parlamentari Laburista fuq xi mistoqsija parlamentari li għamel u l-iSpeaker, l-ewwel ħa deċiżjoni fuq jekk dan huwiex ksur ta' privileġġ u mbagħad, meta qal li dan huwa ksur ta' privileġġ, morna quddiem il-kumitat permanenti dwar il-privileġġi ħalli naraw dan il-każ x'inhu.", "Issa ħalli ngħidu li dik il-persuna kitbet ittra lilek, Sur President, u l- membru parlamentari staqsa jekk huwiex ksur ta' privileġġ il-fatt li xi ħadd ċempillu fuq mistoqsija parlamentari.", "Li kieku f'dak il-każ ġara hekk, l-iSpeaker kien jirrispondi lil dik il-persuna.", "Mentri l-proċedura hawnhekk hija li jitqajjem ksur ta' privileġġ, il-Kap ta' l-Oppożizzjoni jaqra l-ittri li jrid hu in sostenn ta' dak il-ksur ta' privileġġ - apparti li l-ittra hija diġa` pubblika - u mbagħad tiddeċiedi s-Sedja.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, dan huwa veru każ ta' argumentazzjoni li tqabbel like with unlike sabiex taparsi tasal għal soluzzjoni jew għal deċiżjoni.", "Qiegħed tqabbel like with unlike.", "Aħna qegħdin nitkellmu fuq każ fejn l-inċidenti ġraw fil-Parlament u ġraw quddiem il-president ta' din il-Kamra, bil-funzjonijiet regolatorji li hu għandu f'din il-Kamra.", "Dan il- każ għandu żewġ aspetti.", "Hemm il-pożizzjoni li se tieħu int bħala Speaker - li quddiemek ġara l-inċident - u l-pożizzjoni li se jieħdu d-deputati li f'wiċċhom ġara l-inċident.", "Bir-rispett kollu inti għandek il-poter, il- funzjoni u d-dmir li meta jkun hemm xi ħaġa li ġrat b'mod lampanti u li tmur kontra kull proċedura demokratika u parlamentari, allura tieħu l-passi meħtieġa.", "Issa għandek id-dritt ukoll - tajjeb kemm hu tajjeb jew ħażin kemm hu ħażin - li ma teħux dak il-pass.", "Jekk inti tiddeċiedi li f'dan il-każ tieħu l- passi tiegħek, allura ma jkun hemm l-ebda raġuni għalfejn membri ta' din il- Kamra, inkluż jien, inkomplu bl-argument tagħna.", "Inħallu f'idek.", "Imma jekk tiddeċiedi li ma teħux passi – u għalhekk il-mistoqsija tiegħi – allura minn hemm imbagħad jaqa' d-dover fuqna li nipproċedu f'dan il-każ.", "Jien ma nafx x'għandu x'jaqsam l-eżempju li ġab il-Ministru Borg?", "Bir- rispett kollu imma jien kien mingħalija li quddiemi għandi l-avukati.", "Safejn naf jien like with unlike ma jwasslek imkien bħala argumentazzjoni.", "Sur President, hawnhekk għandna każ fejn quddiem din il-Kamra xi ħadd għamel xi ħaġa, fejn b'mod lampanti - ngħid jien u jgħid il-poplu - inkisru ċerti regoli elementari ta' kif inġibu ruħna fid-demokrazija.", "Il- mistoqsija tiegħi fl-ittra li bgħattlek dalgħadu kienet: \"Int x'se tagħmel Sur President?\" ħalli mbagħad nirregola ruħi.", "Dan il-każ m'għandux x'jaqsam mal-każ li qajjem il-Ministru Tonio Borg.", "Assolutament m'għandux x'jaqsam!", "Il-prinċipju m'huwiex l-istess.", "Hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq kif jaħdem dan il-Parlament u fuq kif taħdem id-demokrazija.", "MR SPEAKER: Ma jistax ikun li nkomplu sejrin fuq hekk.", "Il-Ministru Louis Galea.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, on a point of order.", "Jien noġġezzjona bħala membru ta' din il-Kamra li b'xi mod tiġi adottata proċedura fejn allegazzjoni kontra membru parlamentari, fi kwadru ta' ksur ta' privileġġ, tiġi diskussa u deċiża fis-sigrieta tal-president tal-Kamra mingħajr ma l- Kamra u l-membru konċernat ma jkollu d-drittijiet kostituzzjonali u d- drittijiet tal-ġustizzja naturali li jkun jaf x'inhi l-allegazzjoni u li jkun jista' jiddefendi ruħu kontra tagħha.", "Dan ikun ħażin ħafna!", "U jien qiegħed noġġezzjona bħala membru ta' din il-Kamra li jkun hawn xi membru hawn li jagħmel allegazzjoni fil-konfront tiegħi ...", "L-ittra li qiegħed jitkellem fuqha b'manjiera ta' tfigħ ta' tajn qabad u għamilha pubblika.", "U issa qegħdin noqogħdu niktbu n-novelli sabiex nitkellmu fuq xi ħadd!", "Dan imur kontra d-drittijiet tal-ġustizzja naturali li għandi dritt għalihom jien, id-drittijiet kostituzzjonali tiegħi u m'hawn ħadd li jista' jġib xi ħaġa kontra xi membru parlamentari li tiġi deċiża u diskussa fis-sigriet ta' presidenza.", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom, irridu nikkonkludu.", "Il-Kap ta' l- Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, dan it-tbaqbiq isteriku jħallini kompletament ...", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom, inżommu l-kalma fil-Kamra.", "Il-Kap ta' l- Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Dan it-tbaqbiq isteriku jġegħilni nissuspetta affarijiet aktar strambi għaliex safejn naf jien, ħadd ma semma l-kelma \"sigrieta\".", "Sur President, jiena semmejt il-kelma \"sigrieta\" fl-ittra tiegħi?", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mhux hekk ifisser meta qiegħed tgħid li \"jiddeċiedi hu\" u jippreġudika l-każ.", "Hawnhekk qegħdin ngħidu prejudging without the right of answer.", "Audi alteram partem.", "Hekk qiegħed tgħidlu.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Il-Ministru Galea kollu mbaqbaq qed jgħidli li jiena għidt lilek, Sur President, sabiex tiddeċiedi fis-sigriet.", "Dan m'hu veru xejn.", "Minn fejn ġabha din?", "Fil-funzjoni regolatorja tiegħu l-president ta' din il-Kamra għandu d-dritt u d-dmir, li fejn bl-aktar mod lampanti r- regoli ta' mġieba demokratika trasparenti qed jinkisru, b'disprezz lejn il- membri kollha ta' din il-Kamra, jieħu l-passi meħtieġa.", "Il-passi mhux fis- sigriet, imma jrid jieħu passi.", "Jien l-ewwel wieħed se neħodhom b'mod moħbi?", "Ma tarax!", "Qed nitkellmu fuq xi ħaġa li saret b'mod moħbi, fejn ċerti nies li kellhom jitkeċċew intqal lilhom li ma jitkeċċewx u mbagħad jgħidu li dak li ġara, ġara b'mod kollettiv!", "Huwa ovvju li l-mod ta' kif jipproċedi l-president ta' din il-Kamra, għandu jkun wieħed trasparenti, miftuħ u kompletament ġust.", "Imma l-ewwel irid jiddeċiedi l-president ta' din il-Kamra jekk huwiex se jieħu passi hu, jekk hux se jċaqlaq hu l-affarijiet jew le.", "Jekk jiddeċiedi li ma jridx jieħu passi, allura mbagħad neħduhom aħna.", "Min daħħal is-sigriet?", "Ma tarax!", "Dawn l-affarijiet intom qegħdin tivvintawhom.", "Il-mistoqsija tibqa' din: Jien se naqraha l-ittra jew mhux se naqraha?", "Se tieħu passi jew m'intix se tieħu passi?", "Jekk ma tridx tieħu passi int, allura se jkolli nressaq ksur ta' privileġġ.", "(Interruzzjonijiet) Ħalli jitkellem il-president tal- Kamra l-ewwel għaliex din hija xi ħaġa ħafna iktar importanti.", "Hawnhekk il- president tal-Kamra għandu d-dmir u d-dover li jħares u jipproteġi l- funzjoni ta' din il-Kamra.", "Jekk ma jridx jeżerċitahom affari tiegħu, imma għandu jgħidilna l-ewwel xi jrid jagħmel.", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom, żommu l-kalma u nikkonkludu.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Sur President, m'huwiex minnu li jien qiegħed noġġezzjona li tinqara l-ittra.", "Jien qiegħed ngħid li għandha tinqara fil- kontest ta' ksur ta' privileġġ.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Tista' tagħti ruling fuq jekk nistax naqra din l-ittra l-ewwel u mbagħad inkun nista' nimxi fuq dak li tgħidli int?", "MR SPEAKER: Jekk hawn permess li tinqara l-ittra ma nsib l-ebda oġġezzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, mhux permess trid tagħti imma ruling issa.", "MR SPEAKER: Ma nsibx oġġezzjoni min-naħa tas-Sedja li tinqara l-ittra sakemm ikun hawn il-permess tal-Kamra.", "Insejjaħ liIl-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Sur President, qegħdin out of order sabiex taqbad taqra ittra.", "Hawnhekk ħadd ma jista' jaqbad iqum u jaqra ittra għaliex inkella kulħadd jibda jiġi bl-ittri u jaqrahom.", "L-ittri tista' taqrahom fil- kontest ta' mozzjoni.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni għandu d-dritt taħt l- artiklu li semmejt, sabiex iressaq ksur ta' privileġġ u jaqra mitt ittra jekk irid.", "Imma ma jistax jaqbad u jaqra ittra hekk.", "Irid iqum jgħid x'inhu l-ksur ta' privileġġ.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni ilu aktar minni fil- Parlament u għalhekk naħseb li jaf x'inhuma l-proċeduri.", "Iqum, jgħid x'inhu l-ksur ta' privileġġ u mbagħad isostnih kif irid hu, jagħmel l- argumentazzjoni tiegħu u wara ssir l-argumentazzjoni minn din in-naħa, imbagħad jingħata ruling.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Bir-rispett kollu, il-punt kollu huwa dan.", "Min se jressaq ksur ta' privileġġ?", "Int jew jien?", "Dan huwa l-punt kollu.", "Hawnhekk ninsabu quddiem xi ħaġa li m'hijiex tas-soltu.", "Din hija xi ħaġa sui generis u m'hu veru xejn li ma nistax naqra din l-ittra.", "Jekk il- president tal-Kamra jiddeċiedi li l-ittra tinqara b'ruling, allura tinqara għaliex il-president stess huwa in cause fuq din il-biċċa xogħol.", "L-elementi prinċipali ewlenin ta' kif jitmexxa dan il-Parlament jiddependu minnu, u l-każ quddiemna huwa xi ħaġa li toħroġ minn dak li ġara quddiemu fil-funzjoni regolatorja tiegħu.", "Issa meta ġara l-każ ma setax jieħu azzjoni għaliex ħaseb li hemm ċerti affarijiet li huma in regola.", "Pero' wara sar jaf mod ieħor, kif sirna nafu aħna wkoll.", "Issa se jieħu miżuri jew le?", "Għandu jgħidilna.", "Jekk mhux se jieħu miżuri, nimxu aħna.", "Jiġifieri qegħdin inkunu kompletament kongruwenti ma' kif għandha timxi din il-Kamra.", "Issa sta għalik, Sur President, li tagħti ruling fuqha.", "MR SPEAKER: Il-pożizzjoni tas-Sedja hija li kull membru jista' jressaq - dan jibqa' allegazzjoni sakemm ikun ipprovat - ksur ta' privileġġ.", "Dik l- ittra hija konnessa mal-ksur ta' privileġġ.", "L-Ordnijiet Permanenti jgħidu li jekk kemm-il darba xi ħadd jidhirlu li għandu ksur ta' privileġġ, allura jressaq il-ksur ta' privileġġ, irrispettivament minn dak id-diskors kollu li ntqal u irrispettivament mill-korrispondenza li għaddiet.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, nerġa' nikkjarifika dak li għidt.", "S'issa għadni ma ressaqtx każ ta' ksur ta' privileġġ għaliex qiegħed nistenna l-pożizzjoni tas-Sedja fuq xi ħaġa serjissima, li ġrat bħal-lum ġimgħa quddiemek.", "S'issa għadni ma nafx x'inhi din il-pożizzjoni u qiegħed nistenna li nkun nafha.", "Għalhekk qiegħed ngħid li nieħu l-pożizzjoni tiegħi skond id-deċiżjoni tas-Sedja.", "X'inhi l-pożizzjoni tas-Sedja fuq l- ittra li bgħattlek?", "Xejn aktar u xejn anqas.", "Ħalli nibdew.", "MR SPEAKER: Is-Sedja diġa' esprimiet ruħha meta jiena għidt li rċevejt ittra mingħand il-Kap ta' l-Oppożizzjoni u li din kienet korrispondenza u mhux proċedura parlamentari.", "Jiena għidt ukoll li s-Sedja qiegħda tagħti l- attenzjoni kollha u qiegħda tikkonsulta ruħha fuq il-kwestjoni u meta jkollha l-mument li tirrispondi, tirrispondi għal dik l-ittra li rċeviet.", "ONOR.", "TONIO BORG: Sur President, qegħdin kompletament out of order.", "Hawnhekk qegħdin fil-ħin tal-mozzjonijiet.", "Meta qegħdin waqt mozzjonijiet, għandha titressaq mozzjoni u inti trid tagħti tlett ijiem notice ħlief meta jkun hemm xi ħaġa li tkun tinsab fil-lista ta' l-artiklu 35.", "Issa aħna f'liema stadju qegħdin għaliex hawnhekk qisna qegħdin fil-limbu?!", "MR SPEAKER: Qegħdin fl-istadju tal-mozzjonijiet.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mela allura l-Kap ta' l-Oppożizzjoni jressaq il- mozzjoni.", "Jekk ma jridx iressaq il-mozzjoni u juri li hu ma qajjimx....", "(Interruzzjonijiet) Mhux noqogħdu nilagħbu hide and seek.", "MR SPEAKER: It-talba tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni għamilha issa li wasalna fil-ħin tal-mozzjonijiet.", "ONOR.", "TONIO BORG: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni għandu jaqbad jgħid li jrid iressaq mozzjoni ta' ksur ta' privileġġ.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, nerġa' ngħid x'inhu l-punt tiegħi.", "X'pożizzjoni qiegħda tieħu s-Sedja fuq din il-kwestjoni?", "Hawnhekk m'iniex out of order.", "Mozzjoni li għandha x'taqsam ma' kif titmexxa din il-Kamra hija dejjem in order u trid tiġi ċċarata.", "Ma jistax ikun li din il-Kamra titmexxa b'mod li ma jkunx hemm president li jifhem li jrid jikkjarifika kif isiru l-proċeduri li bihom membru ta' din il-Kamra jrid juri responsabilita' sħiħa lejn in-nazzjon u lejn dan il-Parlament.", "MR SPEAKER: Is-Sedja terġa' tiġbed l-attenzjoni li dan kollu qam fil-ħin tal-mozzjonijiet, pero' ma tressqet l-ebda mozzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, issa hawnhekk se nagħmel protesta kontra tiegħek personali għaliex m'intix qiegħed tassumi r-responsabbiltajiet kostituzzjonali tiegħek.", "Nixtieq inressaq mozzjoni fuq ksur ta' privileġġ tal-Ministru Mugliett li lanqas jixraqlu jkun ministru aktar f'din il- Kamra!", "Bħal-lum ġimgħa staqsejtu jispjega l-pożizzjoni tiegħu fuq meta ġew imkeċċija żewġ impjegati ta' l-awtorita' dwar it-trasport akkużati u misjuba ħatja mill-qorti b'tixħim.", "Jiena staqsejtu x'kienu r- responsabilitajiet tiegħu.", "Kif taf, għaliex inti kont preżenti Sur President, ir-risposta li ta kienet fis-sens li d-deċiżjoni ttieħdet kollettivament.", "U se nerġa' naqraha:", "\"Jiġifieri l-ordni, nerġa' ninnega t-tieni ħaġa, ma kenitx biex dawn ma jikteċċewx.", "Id-direzzjoni li ngħatat kienet fuq li kellek talba ta' avukat difensur ta' wieħed minnhom li kien qed jikkwota preċedent.\".", "Qabel dan il-kliem il-Ministru Mugliett qal hekk:", "\"Din kienet deċiżjoni li qabel ma ttieħdet ġiet mitkellma kollettivament u ttieħdet ċerta deċiżjoni.\".", "Sur President, qiegħed jgħid \"kollettivament\".", "Jien dalgħodu bgħattlek din l-ittra u se naqraha għaliex jiena ma ppretendejtx li wara dak li ħareġ fil-gazzetta – ma kenux il-gazzetti tal-partit Laburista li ħarġu dawn l- affarijiet ħalli ħadd ma jiġi jgħid li kien hemm xi witch-hunt jew li qegħdin nipprovaw nassassinaw in-nies - \"The Times\", fejn ħarġet ittra taċ- chairman ta' l-awtorita' dwar it-trasport flimkien ma' artiklu li jikkorraborah, u ċaħad li kien hemm xi involviment kollettiv u meta jkun hemm gideb sfaċċat u lampanti bħal dan, minn ministru tal-gvern quddiem dan il-Parlament, inti se tibqa' sieket.", "Għalhekk bgħattlek dik l-ittra għaliex stennejt li l-ewwel passi fuq din il- ħaġa se teħodhom int - u mhux fis-sigriet - fil-funzjonijiet regolatorji li għandek hawnhekk, billi tibgħat għall-persuna konċernata u tgħidlu jispjega quddiem dan il-Parlament.", "Għallinqas nibdew minn x'imkien ħalli jkollna kontabilita' f'dan il-pajjiż.", "Għalhekk ktibtlek dalgħodu din l- ittra li tgħid hekk:", "L-Onor.", "Anton Tabone, Speaker, Kamra tar-Rappreżentanti.", "Onorevoli,", "Permezz ta' din l-ittra, nixtieq niġbidlek l-attenzjoni għat-tweġiba li kien ta l-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq, Jesmond Mugliett, waqt is-seduta tal-Parlament ta' nhar it-Tnejn 2 ta' Lulju 2007, għal mistoqsija li għamiltlu jien fil-ħin tal-mistoqsijiet.", "Jien staqsejtu dwar l-involviment tiegħu fid-deċiżjoni meħuda fi ħdan l- ADT biex impjegati misjuba ħatja ta' tixħim, jinżammu fl-impjieg tagħhom ma' l-awtorita`.", "Il-Ministru stqarr ...'',", "– u għadni kemm ikkwotajt dak li stqarr –", "\"....li d-deċiżjoni meħuda kienet waħda kollettiva.", "Diġa` il-kap eżekuttiv ta' l-ADT kien stqarr li l-istess deċiżjoni kienet komunikata lilu mill-Ministru Mugliett u li esegwiha minkejja li ma qabilx magħha.", "Nhar il-Ġimgħa li għaddiet, 6 ta' Lulju 2007, il-gazzetta \"The Times\" ippubblikat korrispondenza taċ-chairman ta' l-ADT fejn dan stqarr li hu u sħabu membri tal-bord ta' l-ADT ma kellhom xejn x'jaqsmu mad-deċiżjoni meħuda u ma jaqblux magħha.", "Bl-aktar mod lampanti nhar it-Tnejn li għaddew il-Ministru Mugliett gideb lill-Parlament.", "F'kull demokrazija parlamentari, aġir bħal dan ma jiġix tollerat.", "Li ministru tal-gvern jigdeb b'mod sfaċċat lill-Parlament jammonta mhux biss għal disprezz lejn il-Parlament kollu kemm hu, imma għal affront lejn id-demokrazija.", "Fil-kariga tiegħek, Mr Speaker, inti għandek bħala wieħed mid-dmirijiet ewlenin tiegħek dak li tħares lill-Parlament minn kull aġir li jimmina r- rispett li għandu jgawdi, u li tieħu passi kontra membri tal-Parlament li jagħtu xhieda ta' aġir bħal dan.", "Għalhekk inkunlek grat jekk tinformani kemm jista' jkun malajr x'inhuma l-passi li beħsiebek tieħu fir-rigward tal-Ministru Mugliett bħala deputat tal-Kamra, wara dan l-aġir inaċċettabbli tiegħu.\".", "Din hi l-ittra li bgħattlek dalgħodu, Sur President, u bgħatthielek għal din ir-raġuni, li jien stennejt li se jkun il-president tal-Parlament li jara x'għandu jsir fuq xi ħaġa bħal din.", "Jien kemm ilni fil-Parlament qatt ma rajtha tiġri b'dan il-mod, cioe' li ministru jigdeb lil dan il- Parlament in the understanding li l-bord li qed jirriferi għalih ...", "Issa xi tfisser \"kollettiv\"?", "Kollettiv fhimniha - u hekk tiftiehem bilfors - li l-ministru tkellem mal-kap eżekuttiv u qallu x'għandu jagħmel.", "Imma hawnhekk qalilna li kien hemm intesa kollettiva.", "Issa intesa kollettiva jiena nifhimha - u jifhimha kulħadd u hekk hi - li għallinqas tkellem mal- bord u tal-bord qablu.", "Allura l-ingann quddiem dan il-Parlament kien sfaċċat u lampanti: Li ċ-chairman u l-membri tal-bord ta' l-ADT se jibqgħu ħalqhom magħluq quddiem dan l-ingann.", "Imma ġara bil-maqlub għaliex tlett ijiem wara, fil-gazzetta \"The Times\" – li għadni kemm irriferejt għaliha u nistgħu npoġġu l-biċċiet riferribbli fuq il-mejda tal-Kamra - ħarġu jgħidu li m'hu veru xejn u qalu: Ma konniex nafu, ma ġejniex ikkonsultati, ma naqblux mad-deċiżjoni.", "Allura xi ngħidu fuq xi ħaġa bħal din, Sur President?", "Ngħidu li din hija xi ħaġa inaċċettabbli f'demokrazija u ma tistax tiġi tollerata.", "Jien stennejt li se tieħu passi inti l-ewwel u għalhekk qajjimt il-punt bil-mod ta' kif qajjimtu, ħalli jekk ma teħux il-passi inti jew għallinqas tgħidli li għandek bżonn tlett ijiem sakemm tikkonsidra u tagħti deċiżjoni fi tlett ijiem u nħallilek l-ispazju bil-qbil tal-Kamra biex jekk jien naħseb xi ħaġa int ittellagħha mod ieħor, nagħmluha.", "Dan huwa mod ċivili ta' kif isiru l-affarijiet quddiem ħniżrija bħal dik.", "Imma minn dan kollu ma sar xejn.", "Ma sar xejn u allura qiegħed inressaq bl-aktar mod qawwi u bl-aktar mod ta' diżġust ...", "Jien imqażżeż b'dawn l-affarijiet!", "Nafu b'każijiet fejn ministru ma jirrispondix jew joqgħod jiżgiċċa 'l hawn u 'l hemm, jew joqgħod jistaħba wara sħaba ta' kliem vojt imma li jigdeb sfaċċattament lil din il-Kamra dwar każijiet ta' korruzzjoni, ma naċċettawhiex!", "Li kieku qiegħed jigdeb għaliex xi ħadd qrib tiegħu għamel overspeeding u kien se jidħol f'roundabout nifhimha, imma fuq każi ta' tixħim lampanti jigdeb b'dan il-mod u jieħu dan l-aġir b'dan il-mod u qisu ma ġara xejn, m'huwiex aċċettabbli, Sur President.", "Għalhekk qiegħed inressaq din il-mozzjoni ta' ksur ta' privileġġ fir- rigward tal-Ministru Mugliett li fl-opinjoni tiegħi m'huwiex dehen li la jkun ministru u lanqas membru ta' din il-Kamra.", "Sur President, se npoġġi fuq il-mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' ittra li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni bagħat lil Mr Speaker fid- 9 ta' Lulju 2007 b'riferenza għat-tweġiba li l-Ministru Mugliett ta fis-seduta parlametnari tat-Tnejn, 2 ta' Lulju 2007.", "MR SPEAKER: Aktar rimarki?", "Insejjaħ lill-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Sur President, jekk fhimt sew hawnhekk qegħdin fi stadju biex is-Sedja tara jekk prima facie hemmx każ ta' ksur ta' privileġġ.", "Jekk tiddeċiedi li hemm każ ta' prima facie, imbagħad hemm proċedura oħra, jiġifieri mhux se nagħmlu l-provi hawn naħa jew oħra, sempliċement li wieħed iqajjem il-każ prima facie.", "Hemm indikat taħt liema artiklu ta' l- Ordinanza sar il-ksur tal-privileġġ?", "Is-soltu wieħed jagħmel riferenza għal xi artiklu taħt il-House of Representatives (Privileges and Powers) Ordinance.", "Hemm xi riferenza partikolari?", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni ma rrifera għall-ebda artiklu.", "Nerġa' nsejjaħ lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, qiegħed nagħmilha fir-rigward ta' l- iStanding Orders kollha ta' din il-Kamra.", "Xi ħadd li jigdeb lil dan il- Parlament qiegħed jikser l-iStanding Orders kollha tal-Kamra, inklużi dawk riferibbli għall-ksur ta' privileġġ.", "Għalhekk hija daqshekk serja din il- biċċa xogħol.", "Kif nistgħu nittolleraw sitwazzjoni f'dan il-Parlament fejn ministri jiġu jigdbu?!", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom, inżommu l-ordni u nikkonkludu.", "Insejjaħ lill- Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Sur President, ksur ta' privileġġ hija xi ħaġa speċifikata fil-liġi.", "Ladarba nifhmu tant fil-liġi jista' jgħidilna taħt liema waħda.", "Peress li ma jafx taħt liema waħda qalilna li taħt kollha.", "Issa mbagħad tara s-Sinjorija Tiegħek.", "Il-ksur ta' privileġġ huwa regolat b'liġi mgħoddija minn dan il-Parlament.", "Li xi ħadd jgħajjar lil xi ħaddieħor, li xi ħadd jinsulenta, kemm bejnietna kif ukoll lil terzi, li xi ħadd jgħid kliem inġurjuż jew inkella jikteb affarijiet inġurjużi, li wieħed imħarrek ma jersaqx quddiem din il-Kamra jew li jhedded lil xi ħadd f'din il-Kamra, jew li jipprova jagħmel xi ħaġa irregolari f'din il-Kamra huma kollha regolati bil-liġi u naturalment wieħed irid jagħmel riferenza għal dik il-liġi.", "Issa jekk l-Oppożizzjoni ma tridx tagħmel dik ir- riferenza. is-Sedja tara x'inhuma l-konsegwenzi ta' dan.", "Issa jekk fhimt sew, il-punt kollu qam wara ittra taċ-chairman ta' l-ADT.", "Tant hu veru li l-ksur ta' privileġġ ma tqajjimx qabel.", "L-argument tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni huwa li wara dik l-ittra din il-Kamra suppost kollha ndunat li l-Ministru Mugliett ma qalx il-verita`.", "Dan huwa kontestat minn din in-naħa tal-Kamra u se nispjega għaliex.", "Dan l-inċident qam minn mistoqsija li saret mill-Kap ta' l-Oppożizzjoni li tgħid:", "\"Ma jidhirlux il-Ministru Mugliett li assolutament mhux xieraq għall- imġieba ministerjali li ministru jdur fuq iċ-chairman ta' awtorita` li taqa' taħtu u jgħidlu biex ma jkeċċix nies?\".", "Mela l-mistoqsija hija: Ma jmissekx tistħi ddur fuq iċ-chairman u tagħtih ordni?", "U r-risposta tal-ministru kienet din:", "\"Ninnega li jiena tajt xi ordni lill-bord biex ma jkeċċix nies.\".", "U din il-famuża ittra li qiegħed jibbaża fuqha l-Kap ta' l-Oppożizzjoni tgħid hekk:", "\"It is also important to point out that the chairman and board of ADT were never told or influenced in what to do about such a case by anyone.\".", "Ħadd f'Malta, mill-ministru 'l isfel, ma qal lill-bord x'għandu jagħmel.", "Dan jikkorrobora l-istatement li għamel il-ministru b'risposta għall- mistoqsija tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni qal lill- ministru: Ma jmissekx tistħi li inti tajt ordni lill-bord!", "Il-ministru jiċħad li ta ordni lill-bord u ċ-chairman tal-bord qiegħed jikkonferma li la l-ministru u lanqas ħadd ma qatt kellmu jew influwenzah jew ta xi ordni fuq dan il-każ.", "Mela din il-famuża allegazzjoni li bis-saħħa ta' l-ittra taċ-chairman ta' l-ADT inkixef li l-Ministru Mugliett ma qalx il-verita` m'hijiex vera.", "Jien qiegħed nikkwota mit-tliet affarijiet; mill-mistoqsija tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni, mir-risposta tal-Ministru Mugliett u mill-ittra li nkitbet fis-6 ta' Lulju.", "Mela ġaladarba l-każ huwa dgħajjef, ipprovajna naqbdu mal-kelma \"kollettivament\".", "Meta l-ministru qal li ngħatat direzzjoni wara li kien hemm konsultazzjoni kollettiva - anzi ġiet mitkellma kollettivament - żgur li ma kienx qiegħed jirriferi għall-bord.", "Dan għaliex f'żewġ sentenzi qabel kien diġa' nnega li ta xi ordni lill-bord.", "Il-ministru llum spjega x'ried jgħid bil-kelma \"kollettivament\" u l-ministru m'huwiex qiegħed jiddefendi ruħu għaliex tqajjem il-każ ta' ksur ta' privileġġ.", "Imma l- ministru ġie hawnhekk u rrisponda mistoqsija supplimentari li ma kellha x'taqsam xejn mal-mistoqsija prinċipali.", "Fiha ta l-verżjoni tal-fatti tiegħu u spjega għaliex uża l-kelma \"kollettivament\".", "Jien qiegħed nispjega aktar għaliex issa tqajjem dan il-każ ta' ksur ta' privileġġ.", "U meta kien qiegħed juża l-kelma \"kollettivament\" żgur li ma kienx qiegħed jirriferi għall-bord għaliex wara li nnega li ngħatat xi ordni lill-bord, qal ukoll li hu kien iddiskutiha ma' l-avukat ta' l- awtorita' kif ukoll maċ-chief executive.", "Mela mhux veru li l-Ministru Mugliett immiżlijdja lill-Kamra jew inkella – kif ġie allegat – gideb lil din il-Kamra.", "Din toħroġ mill-atti tal-parlament, mill-mistoqsija tiegħu, mir-risposta tal-Ministru Mugliett u mill-ittra taċ-chairman.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Dażgur li nagħmlu dibattitu.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Fil-qosor, jekk jogħġbok, Onor. Sant.", "ONOR.", "ALFRED SANT: L-ewwelnett hija ċara kif ġiet mitkellma \"kollettivament\".", "Kollettivament ma setax ikun mal-bord għaliex il-bord qal li ma kienx involut, li ma kienx jaf biha u li ma jaqbilx magħha.", "Is- CEO qal li ġiet imponuta fuqu d-deċiżjoni.", "Ma jaqbilx magħha imma kellu jagħmilha.", "U mbagħad jiġi jgħidilna \"kollettivament\".", "Din hija gidba li torbot b'mod ċar ma' l-argumenti kollha ta' kif dan il-pajjiż sejjer jittratta l-korruzzjoni.", "Hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq każi ta' tixħim.", "Il-ministru ried idaħħal lura żewġ canvassers tiegħu li kienu xaħħmu u nqabdu li xaħħmu.", "Sur President, għal dak li għandu x'jaqsam mal-legaliżmu, insibu li s- subartiklu (4)(a) ta' artiklu 11 ta' l-Ordinanza dwar il-Privileġġi u s- Setgħat tal-Kamra jgħid hekk:", "\"kull att ta' nuqqas ta' qima lill-awtorita' tal-Kamra bi kliem jew b'ġesti minn xhud jew persuna oħra quddiem il-Kamra jew Kumitat tal- Kamra;\".", "Mela qegħdin ngħidu \"Kull insult jew nuqqas ta' qima\".", "Igdeb mela!", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Nitlob lill-Onor.", "Membri sabiex inkomplu bis-seduta.", "Nifhem li hemm mozzjoni ppreżentata.", "Naturalment is-Sedja tagħti ruling f'mument ulterjuri.", "Nifhem li hawn xi mozzjonijiet għall-Ewwel Qari ta' Abbozzi ta' Liġi.", "Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "MOZZJONIJIET", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IR-RATIFIKA TA' PATTIJIET BEJN MALTA U", "L-ISTATI UNITI TA' L-AMERKA FUQ L-IMBARKAZZJONI TA' BASTIMENTI", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO (Ministru għall-Affarijiet Barranin): Sur President, nipproponi l-Ewwel Qari ta' Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att ta' l-2007 dwar ir-Ratifika ta' Pattijiet bejn Malta u l-Istati Uniti ta' l-Amerka fuq l- Imbarkazzjoni ta' Bastimenti\".", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att ta' l-2007 dwar ir-Ratifika ta' Pattijiet bejn Malta u l-Istati Uniti ta' l-Amerka fuq l-Imbarkazzjoni ta' Bastimenti\" ikun moqri l-ewwel darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri l-Ewwel Darba.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR", "L-AMMINISTRAZZJONI PUBBLIKA", "PUBLIC ADMINISTRATION BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mit-3 ta' Lulju, 2007.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "MR SPEAKER: Rimarki?", "L-Onor.", "Francis Aguis.", "ONOR.", "FRANCIS AGIUS (Segretarju Parlamentari): Sur President, quddiemna għandna abbozz ta' liġi li l-għan prinċipali tiegħu huwa dak li jafferma l- valuri ta' l-amministrazzjoni pubblika, li jipprovdi għall-applikazzjoni tagħhom fis-settur pubbliku kollu u li jipprovdi għall-organizzazzjoni u għat-tmexxija tas-settur pubbliku.", "Hawnhekk qegħdin nittrattaw is-settur pubbliku kollu f'kuntrast mas-settur privat, pero' din hija l-ewwel darba li qegħdin inħarsu lejn is-settur pubbliku bħala totalita'.", "Naħseb li fih innifsu dan huwa tajjeb għaliex f'pajjiżna, l-ekonomija tagħna tiddependi minn diversi setturi prinċipali.", "U allura, li jkollna affermazzjoni ta' dawn ir-regolamenti fis-setturi differenti, diġa' huwa pass 'il quddiem.", "Smajna lil min jikkritika dan l-abbozz ta' liġi għaliex kien ilu ġej fil- pipeline.", "Jista' jkun li dan huwa minnu, pero' dan huwa abbozz li qiegħed ikopri settur vast ħafna.", "Illum bis-settur pubbliku nifhmu mhux biss id- dipartimenti tal-gvern, imma anke ħafna entitajiet li matul iż-żmien kibru minħabba l-esiġenzi ta' stat modern.", "Aħna qegħdin kontinwament ngħixu fi stat ta' bidla f'dak li huwa l-mod ta' kif għandu jitmexxa l-pajjiż u x'inhuma r-responsabilitajiet differenti ta' min imexxi l-pajjiż.", "U aktar ma nidentifikaw dawn l-affarijiet, aktar ma nidħlu fil-fond ta' kif għandu jitmexxa l-pajjiż, aktar ikollna bżonn ta' regolamentazzjoni, ta' liġijiet u ta' kodiċi ta' etika.", "Madanakollu wieħed irid jagħmel distinzjoni bejn regolamenti u kodiċi ta' etika għaliex dawn m'humiex l-istess ħaġa.", "Lanqas il-kelma \"settur pubbliku\" m'hijiex l-istess bħalma huma \"dipartimenti tal- gvern\".", "U għal ħafna snin f'dan il-pajjiż qamet il-kuxjenza ta' x'jiġifieri tkun ħaddiem fil-qasam pubbliku.", "Sur President, qabel ma dħalt fil-politika jien ukoll kont naħdem fis- settur pubbliku u allura kelli diversi esperjenzi li ġiegħluni nifhem aktar l-animu li jaħdem fih il-ħaddiem tal-gvern.", "Aħna għandna l-iskali minn 1 sa 20 u din hija xi ħaġa interessanti.", "Allura ma naħsibx li din tagħti lok għal xi differenzi kbar li jistgħu jinħolqu bejn is-saffi differenti tal- ħaddiema.", "Fih innifsu dan jindika kemm għandna soċjeta' li verament tħaddan l-ugwaljanza.", "U b'dan il-fatt għandna nkunu kburin ukoll.", "Huwa importanti li nħarsu lejn il-ħaddiema tal-gvern bħala persuni li qegħdin jagħtu kontribut lis-soċjeta' tagħna għaliex is-servizz pubbliku jiddependi ħafna fuq kull ħaddiem, sew jekk huwa ħaddiem li qiegħed fl-iskali t'isfel - u allura qiegħed jagħmel xogħol ta' labourer jew inkella gradi ta' industrijali jew ta' xi sengħa - u sew jekk huwa fl-iskali ta' fuq u li allura qiegħed imexxi d-dipartiment li għalih huwa responsabbli.", "Illum kapijiet ta' dipartimenti, diretturi u ħaddiema tal-gvern li qegħdin imexxu qegħdin aktar fin-numru u hemm aktar firxa ta' poteri.", "Matul is-snin żdiedet il-kapaċita' ta' dawn in-nies li jagħtu mill-expertise tagħhom u allura fil-funzjoni professjonali tagħhom, bilfors jiddeterminaw ħafna deċiżjonijiet.", "Issa hawnhekk qiegħed nitkellem fuq l-aspett tekniku ta' ċerti gradi fiċ-ċivil.", "Imma nerġa' ngħid li dawn in-nies qegħdin jagħtu kontribut importanti u għandhom ħafna responsabilitajiet ta' deċiżjonijiet li jridu jieħdu.", "Dan l-abbozz ta' liġi jħares lejn dawn l-aspetti kollha li jridu joperaw fihom dawn il-ħaddiema.", "Naturalment wieħed dejjem jista' jagħmel suġġerimenti u jagħti l-ideat tiegħu fl-istadju tal-kumitat ħalli l-liġi tinbidel b'xi mod jew ieħor minn kif inhi proposta.", "Pero' wieħed irid japprezza l-fatt li wasalna għal dan l-istadju fejn qegħdin nippreżentaw din il-liġi.", "Huwa minnu li xi kultant it-temperatura tibda tiela' xi ftit, forsi minħabba t-temp tas-sajf, imma aħna obbligati li nkomplu bix-xogħol tagħna.", "Ħafna nies qegħdin jitkellmu fuq il-fażi li għaddejjin minnha bħalissa, jiġifieri l-fażi ta' l-elezzjoni.", "Pero' l-elezzjoni dejjem tkun ġejja għaliex meta tgħaddi l-elezzjoni u jkollok il-ħames snin quddiemek, tibda tgħid li ħames snin oħra l-elezzjoni.", "U allura din hija xi ħaġa relattiva.", "Il-gvern ma jistax jieqaf mix-xogħol tiegħu u llum ġibna din il-liġi mhux għaliex ġejja l-elezzjoni.", "Dik hija prerogattiva tal-Prim Ministru u dan il-gvern jista' jdum sa Awissu tas-sena d-dieħla u jista' jdum inqas, pero' aħna rridu niffokaw fuq ix-xogħol tagħna u rridu nkomplu bil-liġijiet.", "Irridu ngħidu li għaddejna ħafna liġijiet minn dan il-Parlament u wieħed irrid jafferma wkoll li ħafna mil-liġijiet għaddew bil-kunsens taż-żewġ naħat tal-Kamra.", "Kważi kważi qiegħda ssir xi ħaġa rari li nieħdu l-vot f'din il-Kamra, pero' l-fatt jibqa' li l-gvern irid ikompli jgħaddi l- liġijiet u jkompli jagħti s-sehem tiegħu fid-diskussjoni tal-liġijiet.", "Żgur li din hija liġi ta' importanza nazzjonali mhux biss għaliex qiegħda taffettwa s-settur pubbliku kollu; fil-fatt jekk nieħdu l-gvern bħala dak li jimpjega l-akbar ammont ta' nies f'pajjiżna, allura diġa' huwa biżżejjed sabiex wieħed jagħti l-importanza lil din il-liġi.", "Irrid ngħid li s-settur pubbliku żviluppa b'tali mod li ħafna drabi ma jkunx hemm definizzjoni eżatta ta' x'jaqa' taħt is-settur pubbliku jew le.", "Huwa importanti li r-relazzjonijiet bejn is-setturi differenti fi ħdan is- settur pubbliku jiġu identifikati, spjegati u jiġu aktar streamlined ħalli jkunu jistgħu jaħdmu aħjar.", "Waħda mill-affarijiet li forsi ma tiġix indirizzata f'din il-liġi imma żgur li l-gvern u l-pajjiż tikkonċernah hija meta jkun hemm moviment ta' ħaddiema li jiċċaqilqu minn post għal ieħor.", "Hemmhekk jaf ikollok parti mill-gvern stess li tissaħħaħ u parti oħra li tiddgħajjef.", "Dan jista' jsir f'forma ta' poaching ta' ħaddiema jew jista' jsir b'mod naturali.", "Il-ħaddiema jagħmlu hekk għaliex ikun fl-interess pekunarju tagħhom minħabba l-kondizzjonijiet tax-xogħol u allura b'dan il- mod, jinħolqu problemi f'ċerti setturi fejn ikollok shortage ta' manpower u allura jista' jagħti l-każ li ċerti servizzi ma jkunux jistgħu jiġu mogħtija bl-aktar mod faċli.", "Sur President, dan huwa ż-żmien opportun li ngħaddu din il-liġi għaliex is- settur pubbliku jinsab għaddej minn tibdil kontinwu, anke fit-teknoloġija.", "Illum nafu kemm it-teknoloġija ta' l-informatika hija komplessa u anke l- mod ta' kif nikkomunikaw ma' xulxin inbidel minn dak li kien qabel.", "Ħafna drabi anke ċerti deċiżjonijiet qegħdin jittieħdu permezz ta' sms jew permezz ta' e-mail.", "L-importanza ta' l-ittra tibqa' imma llum it- teknoloġija qiegħda tbiddel il-mod ta' kif jaħdmu l-ħaddiema tagħna.", "Matul dawn l-aħħar 11-il sena kemm ilni membru ta' din il-Kamra rajt titjib fis- settur pubbliku.", "Fil-fatt illum jiġu fuqek ħaddiema u jistaqsuk meta se jkunu jistgħu jieħdu x-xogħol magħhom id-dar.", "Din il-flessibilita' qiegħda taffettwa wkoll lill-mara li taħdem u li jkollha l-obbligi tal-familja bħalma jkollu r-raġel.", "Dawn huma punti li s-settur pubbliku qiegħed jgħaddi minnhom u dawn il-punti jaffettwaw lill-kapijiet u lil dawk li jieħdu ħsieb il-personnel - il-human relations personnel divisions tas- setturi kollha - għaliex iridu jattwaw u jieħdu ħsieb ħafna aspetti differenti ta' kif isir ix-xogħol fis-settur pubbliku.", "Nemmen ukoll li dan l-abbozz ta' liġi b'xi mod jew ieħor se jaffettwa wkoll ir-relazzjoni mas-settur privat għaliex dak li jagħmel il-ġarr tiegħek, dak li jagħmlu ta' madwarek, se jaffettwa lilek ukoll.", "Għalhekk it-titjib li jista' joħroġ minn din il-liġi, naħseb li se jaffettwa wkoll il-mod ta' kif jopera s-settur privat u se jerfa' wkoll ir-responsabilitajiet kbar li għandu s-settur privat versus l-ekonomija u l-iżvilupp li jkun miexi bih il- pajjiż.", "Is-settur privat, flimkien mas-settur pubbliku, jimplimentaw l- ekonomija tal-pajjiż u naħseb li wieħed irid jara x'se jkunu l-effetti ta' l-introduzzjoni ta' dawn ir-regolamenti li għandna quddiemna - li qegħdin jipprovdu sabiex wieħed iħares lejn il-valuri ta' l-amministrazzzjoni pubblika – fuq is-settur privat.", "Naturalment dawn m'humiex se jiddaħħlu mill-ewwel, pero' żgur li se jkun hemm konjizzjoni u għalhekk, wieħed irid jara x'jista' jsir f'dak li huwa s-settur privat.", "Il-prinċipji ġenerali diskussi u trattati f'dan l-abbozz ta' liġi huma prinċipji li ilna ngħixu bihom.", "Sa ċertu punt wieħed jista' jistaqsi għalfejn qegħdin inressqu din il-liġi meta ċ-ċivil li għandna servina għal tant għexieren ta' snin, u li by and large ta servizz lill-pajjiż minkejja l-isterjotipi li pprovaw jinħolqu fuq il-ħaddiema tal-gvern f'kull qasam.", "M'ilux kont qiegħed is-Serbja u waħda mill-mistoqsijiet li saret kien dik fuq jekk taqbilx li l-ħadidema tal-gvern għandhomx jibqgħu jaħdmu bin-nofs ta' nhari.", "Naħseb li llum naqblu li tbiddlu ħafna affarijiet.", "Illum ħafna work practices qegħdin jinbidlu u ħafna drabi, jinbidlu għall-aħjar.", "U dan qiegħed isir għaliex hekk hemm bżonn, għaliex l-effiċjenza u l-metodi ġodda ta' management hekk jitolbu.", "Illum hemm bżonn li l-ħaddiem jagħti l- effiċjenza kollha tiegħu, hemm bżonn li jagħti l-ħin kollu tiegħu u għandu d-doveri, li xi kultant ikunu bil-miktub sabiex il-gvern ikun jista' jagħti servizz aħjar lill-pubbliku.", "Il-ħaddiema tal-gvern ma jagħmlux xogħolhom għall-gvern imma jagħmlu xogħolhom għall-pubbliku kollu.", "L-impatt tax-xogħol tal-ħaddiema li jaħdmu fil-qasam tas-saħħa se jħossuh il-pazjenti b'mod dirett.", "Ix-xogħol tajjeb li jagħmel il-cleaner ġewwa ward se jgawdi minnu direttament il-pazjent li hemm f'dik is-sala.", "In-nuqqasijiet fix-xogħol ta' ħaddiem fil-maintenance se jħossu direttament il-pazjent.", "Min-naħa l-oħra jekk se jagħmel xogħlu tajjeb se jgawdi minnu direttament il-pazjent u la se jbati l-kap ta' dik is-sezzjoni, la se jbati l-kap tad-dipartiment u lanqas se jbati xi ħadd minna f'din il-Kamra, sakemm ma nkunux bħala pazjenti f'dik is-sala.", "Minn dak in-nuqqas fix-xogħol se jbati direttament il-persuna li qiegħda tieħu s- servizz.", "Wieħed jista' jibqa' jagħti eżempji f'kull qasam.", "Hemm bżonn li nfiehmu aktar u aktar ir-responsabilita' li għandu kull impjegat fil-qasam tas- settur pubbliku għaliex dan ismu miegħu.", "Is-settur pubbliku huwa ffinanzjat mill-fondi pubbliċi, mill-flus li jinġabru mingħand kulħadd u allura jrid ikun hemm accountability ta' dawn il-flus u fuqxiex qegħdin jintefqu dawn il-flus.", "Dawn il-flus mhux biss jintnefqu fuq xiri ta' apparat, imma ħafna drabi, l-ispiża prinċipali fis-settur pubbliku - u anke fis-settur privat – tmur għall-pagi.", "Fil-fatt ikollok 75% jew 80% ta' dawn il-flus li jmorru għall-pagi tal-ħaddiema.", "Għalhekk nerġa' norbot l-importanza ta' dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna għaliex hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq il-ħaddiema, fuq il- kondizzjonijiet tax-xogħol tagħhom, fuq kif għandhom iġibu ruħhom, x'valuri għandu jkollhom, x'servizz iridu jagħtu u x'accountability irid ikun hemm matul il-linja kollha ta' servizz li jagħtu.", "Ċertament li fil-ħidma ta' kull wieħed li jaħdem fis-settur pubbliku, f'xi ħin jew ieħor, l-imġieba tiegħu se taffettwa s-servizz li jagħti.", "Allura jrid ikun hemm il-kontroll, irid ikun hemm x'jirregola u jrid ikun hemm il-kodiċi ta' etika li qiegħed jitkellem fuqu dan l-abbozz ta' liġi.", "Jiena ċert li anke fl-istadju tal- kumitat, wieħed irid iħares fid-dettall ta' kif nistgħu ntejbu u nagħmlu aktar komplet dan l-abbozz ta' liġi.", "L-imġiba tal-membri taċ-ċivil hija l-imġieba ta' kull wieħed u waħda minna fix-xogħol tagħna.", "Ma naħsibx li l-imġieba tagħna għandha tkun b'xi mod differenti meta qiegħed fuq ix-xogħol jew meta qiegħed tagħmel xi xogħol volontarju jew barra mid-dar jew ġod-dar.", "Jiena naħseb li l-valuri prinċipali tal-kodiċi ta' etika għandhom ikunu l-onesta' u li wieħed jagħti l-ġurnata tax-xogħol tiegħu bl-aħjar mod li jista'.", "Irrid ngħid li llum għandna settur pubbliku li huwa aktar imħarreġ u huwa aktar professjonali.", "Naħseb li dan huwa punt importanti ħafna u li rridu nisħqu fuqu.", "Il- ħaddiema tagħna jridu jkunu mħarrġa mhux biss fix-xogħol speċifiku li jridu jagħmlu.", "Illum nurse fl-isptar trid tagħmel kors ta' baċċellerat fl- universita' u trid tkompli tistudja.", "Ħafna nies illum qegħdin jispeċjalizzaw f'oqsma differenti.", "Huwa importanti mhux biss it-taħriġ u l-aspett tekniku, imma huwa importanti wkoll l-aspett ta' kif wieħed iġib ruħu meta jkun qiegħed jaħdem fi grupp biex ikun jista' jagħti servizz aħjar, biex ikun jista' jipparteċipa fil- proċess ta' l-ippjanar, fil-proċess ta' deċiżjonijiet li jittieħdu - wieħed dejjem jittama li kemm jista' jkun minn isfel għal fuq imma kultant bilfors iridu jittieħdu minn fuq għal isfel - u kif dawn jiġu maqbula u aċċettati ħalli mbagħad ikun hemm aktar l-implimentazzjoni tagħhom b'mod aktar korrett u anke skond kif il-gvern ikun se jfassal il-policy.", "Dan l-abbozz ta' liġi proprjament jitkellem fuq il-ħaddiema tal-gvern u fuq l-obbligu tagħhom li jimxu mal-policies tal-gvern.", "Dan huwa punt importanti ħafna għal kull gvern u nixtieq nagħmel ftit enfasi fuqu għaliex irridu nifhmu li l-policies li jadotta l-gvern, ikunu dawk il-policies li jkunu tellgħuh fil-gvern b'mod demokratiku f'dan il-Parlament sabiex jagħmel liġijiet u regolamenti li mbagħad għandhom jissarfu f'policies u jitwettqu fi programmi fid-diversi dipartimenti.", "U ħafna drabi dawn iridu jitwettqu permezz tas-settur pubbliku, sew mill-amministrazzjoni, sew mill- parti maniġerjali u sew mill-parti eżekuttiva.", "Valur importanti mill- kodiċi ta' etika huwa dak li min qiegħed jagħti dan is-servizz, ma jridx iħares lejn il-politika partiġġjana, imma jrid iħares lejn il-lealta' li għandu lejn il-gvern tal-ġurnata ħalli jwettaq il-programm ta' politika ta' dak il-gvern.", "Sur President, min qiegħed jagħti dan is-servizz m'għandux ikollu xi jfixklu milli jagħmel dan.", "M'għandux ikollu konflitt ta' interess minħabba xi xogħol privat li jkun qiegħed jagħmel.", "Kif nafu ħafna mill-ħaddiema tal- gvern ta' ċertu grad jagħmlu xogħol fil-privat.", "Dan ix-xogħol jista' jkun relatat max-xogħol li jagħmlu mal-gvern - ovvjament hemm ċerti kondizzjonijiet - u jista' jkun xogħol li ma jkunx relatat max-xogħol li jagħmlu fil-ħidma normali tagħhom mal-gvern.", "Ikun x'ikun dan ix-xogħol, dejjem irid ikollhom il-permess min-naħa tal-kapijiet tad-dipartiment u dan jinsab ukoll fir-regolamenti tagħhom.", "Dan il-konflitt ta' interess mhux biss ma jridx ikun mill-aspett finanzjarju jew mill-aspett ekonomiku, imma anke mill-aspett ta' kif jaħsibha dak l-individwu.", "Jekk l-individwu jħoss li fix-xogħol tiegħu ma jistax iwettaq dak li għandu jwettaq bħala politika tal-gvern, allura l- etika titlob li ma jagħmilx dak ix-xogħol proprju għaliex ma jkunx jista' jwettaq il-politika tal-gvern.", "Fil-fatt f'dan l-abbozz ta' liġi naraw li l- impjegat irid ikun qiegħed isegwi t-talbiet li ministru jew inkella kap ta' dipartiment, permezz tas-segretarju permanenti, jitolbu li jagħmel.", "Ovvjament iridu jkunu talbiet li jagħmlu sens u mhux talbiet li jmorru kontra xi regolament naturali.", "Jien hawnhekk qiegħed nitkellem b'mod li dawn iwettqu l-politika tal-gvern mingħajr tfixkil fil-ħidma tagħhom.", "Sur President, l-entitajiet ta' l-edukazzjoni bħalma huma l-universita', l- MCAST, l-iskejjel sekondarji u anke dawk primarji kollha huma parti mill- istess gvern.", "U dawn qegħdin jagħtu s-sehem tagħhom sabiex iħarrġu, jiżviluppaw u jkabbru l-aqwa investiment li għandu pajjiżna, jiġifieri r- riżorsi umani.", "Naħseb li anke jekk inħarsu lejn din il-liġi bħala żvilupp tar-riżorsi umani li jista' jkollna f'dan il-pajjiż, hemm biżżejjed riflessjonijiet sabiex wieħed jitkellem fil-fond u fit-tul dwar kemm tista' tagħmel ġid u dwar kemm nistgħu nimxu 'l quddiem fir-riżorsi umani.", "Jiena nemmen li fadal ħafna xi jsir ħalli tinħoloq dik il-klima fejn ir-riżorsi umani tagħna nkunu nistgħu nużawhom dejjem aħjar.", "Issa ħalli nibda b'waħda mill-problemi li forsi tmur ftit lil hinn minn dan l-abbozz ta' liġi, imma hija problema li bilfors tinkwieta lil kulħadd, il-problema ta' meta nitilfu r-riżorsi umani, meta wħud minn uliedna jkollhom bilfors - ngħid \"bilfors\" għaliex ħafna drabi tkun kostrett – jitilqu mill-pajjiż jew għal raġunijiet ta' żvilupp, għax ma jkunx hawn biżżejjed opportunitajiet f'pajjiżna, jew inkella għal raġunijiet ta' studju.", "Mill-banda l-oħra llum nafu li minħabba l-mod ta' kif topera l- ekonomija internazzjonali rridu nħarsu wkoll lejn kemm nistgħu nżidu fir- rikkezza tar-riżors uman bi skambju ta' nies - jistgħu jkunu Maltin, jistgħu jkunu barranin li aħna nġibu biex jaħdmu fis-settur pubbliku tagħna - li ovvjament iridu joqogħdu għal dan li aħna qegħdin nabbozzaw hawnhekk.", "Huwa importanti li nieħdu ħsieb ir-riżors uman tagħna, niżviluppawh, inkomplu ninvestu fih u noħolqu l-klima li persuna tista' taħdem fis-settur pubbliku.", "Hawnhekk għandna responsabbilta` kbira bħala politiċi u bħala membri ta' partit jew ieħor.", "Kif nafu s-sistema f'pajjiżna hija bi-partitika, għandna żewġ partiti ewlenin, forsi b'alternanza ta' ċertu ammont ta' snin, daqqa iżgħar u daqqa ikbar.", "Żgur li din taffettwa ħafna l-output u l-effiċjenza u l-well-being tal-ħaddiema tagħna fis-settur pubbliku li jridu jħossuhom li huma qegħdin jagħmlu x-xogħol tagħhom mingħajr tfixkil u mingħajr ma jkunu influwenzati mis-sistema politika tal-pajjiż.", "Apparti l-ħaddiema tal-gvern li qegħdin fit-top post, hemm dawk li għandhom influwenza kbira għax huma nies tekniċi li mingħandhom trid tieħu l-parir.", "Dawn għandhom responsabbiltajiet partikolari għax huma fdati peress li huma esperti u huma mħallsin proprju biex jirriċerkaw mhux biss b'mod teoretiku fix-xogħol tagħhom imma anke jaraw x'qed jiġri u xi jkun l-aħjar għal pajjiżna.", "Ħafna drabi d-deċiżjonijiet li jittieħdu minna hawnhekk ikunu influwenzati minn diskors li huma jgħidu, minn artikli li huma jiktbu u minn pariri li huma jagħtu sew fix-xogħol ta' kuljum u sew minn pariri speċifiċi li jiġu mitlubin jagħtu.", "Dawn in-nies għandhom responsabbilta` partikolari li jimxu ma' dan l-abbozz, mal-kodiċi ta' etika, li jkunu accountable, li jagħtu dak li huma tgħallmu b'mod onest, b'mod mill-iktar trasparenti u b'mod li jġibu a konjizzjoni kull tip ta' informazzjoni meta jkunu qed jagħtu parir lill-gvern tal-pajjiż.", "Naħseb li ma kienx fair li wieħed jikkritikana li domna ġejjin b'din il- liġi għax kien hemm konsultazzjonijiet, kien hemm white paper u nemmen li kien hemm biżżejjed żmien ta' diskussjoni, anzi forsi kien hemm iż-żejjed żmien ta' diskussjoni, pero` l-gvern żgur li ma kienx b'idejh fuq żaqqu, anzi ħafna drabi l-ammont ta' xogħol li nkunu għaddejjin bih f'dan il- Parlament lanqas iħallilna n-nifs li nispjegaw preċiżament x'qegħdin inwettqu.", "F'dawn l-aħħar tliet snin dħalt f'settur li ma kontx midħla tiegħu - qabel kont iktar midħla tas-servizzi tas-saħħa f'pajjiżna, wieħed mis-setturi li jħaddem numru kbir ta' nies fis-settur pubbliku - u li bħala numru ta' ħaddiema mhuwiex daqshekk kbir, pero` ġimgħa wara ġimgħa, xahar wara xahar tara d-differenza kbira li ried jadatta ruħu għaliha s- settur pubbliku Malti.", "Fejn qabel ftit li xejn kellna regolamentazzjoni ta' ħafna aspetti fil-qasam tal-biedja, illum hemm patafjun ta' liġijiet għall- benefiċċju jew tal-ħaddiem stess fejn jidħol health and safety jew inkella aspetti ta' iġjene li dejjem qegħdin favur il-konsumatur.", "Dawn huma regolamenti li ma nistgħux ma naqblux magħhom minkejja li kienu l-bone of contention bejn iż-żewġ naħat ta' din il-Kamra, jiġifieri jekk finalment insegwux il-common agricultural policy għas-settur tal-biedja u s-sajd għaliex fuq kollox dak li aħna qegħdin nimplimentaw fis-settur pubbliku u din hija xi ħaġa li tkun ilha qed tiġi msajra u ħafna konsultazzjonijiet ta' x'għandhom ikunu r-regolamenti f'dan il-qasam.", "Pero` nerġa' niġi għall-bidla radikali li affettwat is-settur pubbliku b'mod partikolari dan il-qasam.", "Lanqas biss tista' tqabbel għax is- sitwazzjoni qed tinbidel kontinwament.", "Hemm l-aspetti ta' paying agency, li inti trid tħallas ammonti sostanzjali lill-bdiewa u lir-raħħala tagħna, trid toħloq sistemi ta' IT kif tagħtihom dan is-servizz u kif toħloq sistemi ta' awditjar.", "Dawn huma kollha aspetti ġodda li daħlu fi ftit snin f'dipartiment li żgur ma kienx qed jara dan l-ammont ta' tibdil, dan l- ammont ta' xogħol u dan l-ammont ta' ħidma.", "Pero` s-settur pubbliku f'dan il-qasam żgur li qiegħed jimxi mat-tibidliet li huma meħtieġa, qiegħed jimxi b'mod li jagħmel ġieħ lill-istess ħaddiema għax qed jadattaw ruħhom għal dan it-tibdil kollu.", "U rrid ngħid li minkejja d-diffikultajiet kollha qiegħed jilħaq l-iskopijiet prinċipali.", "Min hu perfett fid-dinja, Sur President?", "Ħadd m'hu perfett fid-dinja u naħseb li nkunu żbaljati jekk naħsbu li lħaqna l-istat tal-perfezzjoni.", "Dejjem hemm x'wieħed itejjeb, dejjem wieħed jimmira għall-aħjar u żgur li f'dan il-kontest l-imġieba tal- ħaddiema tas-settur pubbliku, dak li nsejħulu ċ-ċivil, tista' titjieb.", "Huwa l-iskop ta' dan l-abbozz li jagħmel iktar sens mill-organizzazzjoni tas-servizz pubbliku.", "Jekk wieħed iħares lejn it-taqsimijiet differenti ta' din il-liġi jsib li mhux biss għandna l-qasam tal-kodiċi ta' etika, imma għandna wkoll oqsma bħalma hija l-organizzazzjoni stess.", "Kif diġa` għidt, hemm dipartimenti, aġenziji u foundations li tajjeb li naraw jekk humiex qegħdin jaqdu l-funzjonijiet li għalihom twaqqfu.", "Wara kollox xi jrid il-pajjiż?", "Irid li s-servizz jingħata fil-mument li għandu jingħata għax, bħalma ngħidu fejn tidħol il-ġustizzja, justice delayed is justice denied u jekk aħna għandna servizz li qegħdin indumu ma nagħtuh, allura qegħdin niċħduh lill-poplu tagħna.", "Sur President, kulħadd huwa konsumatur tas-settur pubbliku għax dan illum tant ikopri servizzi differenti li at some point or other żgur kulħadd se jiġi bżonn is-settur pubbliku.", "Għandna faxxa ta' nies li jiddependu ħafna fuq is-settur pubbliku.", "M'iniex qed nirriferi biss għal dawk li jgħixu fuq is-servizzi soċjali, imma anke għas-settur kollu ta' l-anzjani li jiddependi ħafna fuq is-settur pubbliku.", "Allura l-organizzazzjoni jeħtieġ li tkun geared biex tagħti l-aħjar.", "Jien nippretendi li meta jkollna ċ- ċans f'din il-Kamra li nitkellmu fuq xi strutturi li se nwaqqfu biex ikun hemm iktar effiċjenza, l-Oppożizzjoni tappoġġja lill-gvern.", "Se jitwaqqfu dawn l-organizzazzjonijiet mhux bħala forma ta' sfiduċja f'dipartimenti jew inkella fis-servizzi li kienu jingħataw minn dejjem - għaliex iċ-ċivil serva u serva tajjeb għal għexieren ta' snin mingħajr ma kellu din il-liġi - imma għaliex nemmen li l-esiġenzi tal-lum, l-esiġenzi tax-xogħol, l- esiġenzi ta' l-istess klijienti jitolbu li jkollna organizzazzjonijiet robusti, flessibbli, li jilqgħu għall-bżonnijiet u għat-talbiet tal- klijenti tagħna.", "Illum is-soċjeta` tagħna qed titbiddel, hawn ħafna iktar moviment u l-mod ta' kif nikkomunikaw bejnietna qed jitbiddel kompletament.", "Illum in-nies jistgħu jaħdmu anke mid-dar, il-mediċina tista' ssir permezz tat- telemediċina, qed nagħmlu ħafna affarijiet differenti minn kif konna nagħmluhom il-bieraħ.", "Għaldaqstant hemm bżonn li l-organizzazzjoni tas- servizz pubbliku tilqa' u tkopri dan it-tibdil kollu għax jekk aħna ma nkunux kapaċi li nevolvu l-istituzzjonijiet tagħna għal dak li jkun qed jiġri madwarna, allura żgur li s-servizz imur lura.", "M'huwiex faċli li tindirizza settur tant vast għax kull wieħed ikollu l-eżempju tiegħu ġo moħħu rigward kif għandna nagħmlu l-aħjar minn din il-liġi, pero` jien konvint li bil-kontribut ta' kulħadd naslu biex infasslu liġi li tgħin lil dan is-settur li huwa s-sinsla tal-pajjiż u jeħtieġ li jkollu dejjem iktar stima.", "Forsi l-problema ta' l-istereotype li nħoloq bħala ħaddiem tal- gvern u xogħol mal-gvern illum hija xi ħaġa li qed tispiċċa.", "Pero` għad fadal din l-idea fl-imħuħ tan-nies u għandna niġġeldulha.", "Hija bidla fil- kultura u nemmen li min jidħol għal dan ix-xogħol m'għandux ikollu l- attitudni li se jmur jaħdem mal-gvern biex ikolli job komdu, biex igawdi min-nofs ta' nhari, biex kemm jista' jkun ma jagħmel xejn.", "Pero` jien ċert li m'hijiex dik ir-realta` għal ħafna ħaddiema tal-gvern.", "Huwa d-dover tagħna mhux biss li niktbu l-kodiċi ta' l-etika għaliex hawnhekk nistgħu niktbu ħafna affarijiet, imma li naraw ukoll xi jkun qed jiġri fid-dipartimenti, fl-uffiċċji u fil-postijiet tax-xogħol għax dan jista' jkun totalment differenti.", "Mill-esperjenza tiegħi mhuwiex il-każ li hemm dan l-istereotype, pero` hemm bżonn li niġġeldulu, u naħseb li b'liġi bħal din se nkomplu nsaħħu l-amministrazzjoni ta' pajjiżna.", "Huwa importanti li f'għajnejn in-nies l-amministrazzjoni tal-pajjiż mhux biss tkun, imma tidher li hija mmexxija b'mod għaqli, b'mod onest u b'mod accountable.", "Fost l-eluf ta' ħaddiema jista' jkun hemm min jiżbalja, pero` huwa fid-dover tagħna li nagħmlu ċ-checks and balances minn fuq s'isfel u fil-ġenb ukoll, jekk hemm bżonn, ħalli wieħed jinduna mill-ewwel b'xi problemi li jista' jkun hemm u jeliminahom.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Il-Ministru Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għall-Kompetizzjoni u Kompettitivita'): Sur President, kif qal l-Onor.", "Francis Agius, aħna nemmnu li s-settur pubbliku huwa s-sinsla ta' l-amministrazzjoni tal-pajjiż, għax permezz tad-diversi organizzazzjonijiet, dipartimenti u entitajiet oħrajn li jaqgħu taħtu l- gvern jagħti diversi servizzi li l-poplu Malti għandu dritt għalihom.", "Hawnhekk għandna quddiemna liġi importanti għaliex permezz tagħha qegħdin inkunu iktar ċari dwar x'inhuma d-diversi rwoli li għandu kull min imiss ma' l-amminstrazzjoni pubblika ta' pajjiżna.", "Dan l-abbozz ta' liġi qed jipprova jidentifika - u ngħid \"jipprova jidentifika\" għax tpoġġi kemm tpoġġi klawsoli, tpoġġi kemm tpoġġi responsabbiltajiet, tpoġġi kemm tpoġġi definizzjonijiet f'xi liġi partikolari, dejjem jibqa' ċ-ċirkostanzi speċifiċi li mbagħad iridu jittieħdu in konsiderazzjoni mid-diretturi u personnel ieħor li jkunu qegħdin jamministraw f'mument partikolari fi ħdan il-gvern ta' pajjiżna.", "Dak li jkun irid jimxi mal-linji prinċipali ta' l-amministrazzjoni, imbagħad is-sens komun għandu jwassal biex jittieħdu ħafna mid- deċiżjonijiet.", "L-ebda ministru, l-ebda segretarju parlamentari, l-ebda segretarju permanenti ma jista' jkun jaf preċiżament xi jkun qed jagħmel kull individwu li jaqa' taħt id-dekasteru tiegħu.", "M'hemmx dubju li biex l- amministrazzjoni pubblika tal-pajjiż timxi 'l quddiem, mhux biss il- ministru, mhux biss l-istaff fil-ministeru, mhux biss is-segretarju permanenti, imma dawk kollha li għandhom xi responsabbilta` żgħira jew kbira fl-amministrazzjoni ta' pajjiżna, iridu jerfgħu l-piż tar- responsabbilta` tagħhom.", "Iridu jġibu quddiem għajnejhom, iktar minn kull ħaġa oħra, li għandhom responsabbilta` li tmur 'l hemm minn dawk li jistgħu jkunu l-ħtiġijiet immedjati ta' ċirkostanzi partikolari.", "Sur President, ma rridx nilludi lili nnifisi u nipprova ngħid li l-membri taċ-ċivil m'għandhomx l-opinjonijiet politiċi tagħhom, pero` huma għandhom ir-responsabbilta` li d-deċiżjonijiet kollha li jieħdu ma jeħoduhomx abbażi ta' twemmin politiku partikolari li jkunu jħaddnu, imma abbażi ta' l-aħjar interess ta' l-organizzazzjoni, tad-dipartiment, tal-ministeru li jkunu qegħdin jagħtu sehemhom fih fl-aħjar interess tal-pajjiż.", "Ngħid dan għax jekk ikollok sitwazzjoni bħalma għandna f'pajjiżna, fejn kulħadd għandu t- twemmin l-politika tiegħu u kulħadd jaf id-difetti ta' xulxin, importanti li meta nkunu qegħdin naqdu d-doveri tagħna nkunu retti kemm jista' jkun f'dak li nagħmlu.", "Irridu nassiguraw li d-deċiżjonijiet kollha jittieħdu in line mal-policies ġenerali tal-gvern tal-ġurnata.", "Jien ilni nieħu sehem fl-amministrazzjoni ta' dan il-pajjiż għal numru twil ta' snin, u matul dan iż-żmien kelli taħt ir-responsabbilta` politika tiegħi d-dipartiment tal-housing, id-dipartimenti marbutin ma' l- agrikoltura u s-sajd, mat-trasport, ma' l-avjazzjoni ċivili, l-awtorita` marittima u numru ta' organizzazzjonijiet oħra.", "Jiġifieri matul dawn is- snin kelli l-opportunita` li naħdem ma' persuni li għandhom twemmin politiku li mhux bilfors jaqbel mat-twemmin politiku tiegħi, imma dejjem ipprovajt inwarrab fil-ġenb it-twemmin politiku biex naħdmu flimkien ħalli nassiguraw futur aħjar għall-poplu, għall-ekonomija ta' dan il-pajjiż li lkoll kemm aħna qegħdin nipprovaw nimbuttaw 'il quddiem.", "M'hemmx dubju li tipprova kemm tipprova tkun fair ma' dawk li jkunu taħt ir-responsabbilta` tiegħek f'xi ħin jew ieħor tirrealizza li jkun hemm persuni li dik il- fiduċja li tkun tajthom – għax kull ministru jipprova joħroġ l-aħjar kapaċitajiet mill-individwu li jkun qed jaħdem taħt ir-responsabbilta` tiegħu - ma tkunx reċiprokata u mħarsa kontinwament f'kull pass li jittieħed.", "Hawnhekk nixtieq nagħmel parentesi żgħira.", "Qabel ma dħalt fil-politika u sirt parti minn dan il-Parlament, kont student ħaddiem u għamilt perjodu qasir naħdem maċ-ċivil meta ċ-ċirkostanzi politiċi ta' dak iż-żmein kienu ferm differenti minn tal-lum.", "F'dawn il-ġranet smajna kemm-il darba dwar xi drittijiet u dmirijiet għandu l-whistle blower.", "Qabel l-1987 f'dan il- pajjiż membru taċ-ċivil f'pajjiżna li kien jipprova, imqar bl-iċken mod possibbli, jesprimi opinjoni diverġenti minn dik tal-gvern tal-ġurnata kien jispiċċa msallab, itturufnat, imkeċċi, iddixxiplinat għal raġuni waħda, mhux għax ma kontx qed taqdi dmirek, mhux għax ma kontx qed terfa' r- responsabbiltajiet tiegħek, kif ħadt ġurament li tagħmel, imma għas- sempliċi raġuni li inti kellek twemmin politiku partikolari.", "Illum ikun hawn min jgħid li dawk iż-żmenijiet issa għaddew.", "Nispera li għaddew għax meta naraw nies li huma ta' twemmin politiku tan-naħa ta' l-Oppożizzjoni jagħmlu ċerti affarijiet madwari niddubita ferm l-intenzjonijiet tagħhom.", "Pero` ż-żmenijiet verament inbidlu f'pajjiżna.", "Perjodu ta' 20 sena huwa żmien twil ħafna u llum – jien ngħid għall-grazzja ta' Alla - il-ministru ma jistax jagħmel li jrid.", "Illum min imexxi f'dan il-pajjiż ma jistax jagħmel li jrid, il-ministru ma jistax jimponi dak li jidhirlu hu fuq persuna li taħdem f'xi grad taħtu.", "Illum il-ministru ma jistax jagħti ordnijiet li ta' taħtu jridu jobduhom, iridu u ma jridux, inkella jaqilgħuha fuq rashom.", "Għalkemm matul is-snin li għaddew żviluppat din is- sitwazzjoni għadna niltaqgħu ma' numru sostanzjali ta' nies li meta tgħidilhom li ż-żmenijiet inbidlu, cioe' li m'għadux iżjed iż-żmien ta' meta l-ministru jagħmel dak li jfettillu f'moħħu, imma għandu regoli, liġijiet li jrid josserva huwa wkoll, għadhom jaħsbu li l-ministru jista' jagħmel dak li jrid.", "U ssib persuni li għax ma tagħmilx dak li jridu huma jeħduha kontra tiegħek, ma jaqblux miegħek u jgħidu li inti ma tridx tagħtihom dak li huma jaħsbu li huma d-drittijiet tagħhom.", "Illum għandna ċirkostanzi totalment differenti għax persuni li jaħdmu fil- qasam governattiv għandhom ċerti drittijiet li jistgħu jeħduhom permezz ta' istituzzjonijiet li twaqqfu minn dan il-partit fil-gvern.", "Dawn huma t- tribunal għall-investigazzjoni ta' inġustizzji, l-Ombudsman u l-kummissjoni permanenti kontra l-korruzzjoni.", "Dan kollu sar u għadu qed isir għax nemmnu li ċ-ċittadin Malti għandu jkollu d-dritt ifittex li jingħata d- drittijiet tiegħu.", "Fl-abbozz li għandna quddiemna dwar l-amministrazzjoni pubblika hemm indikazzjoni ċara ta' kif għandha tkun ir-relazzjoni bejn il- gvern, il-ministru u dawk li jaħdmu fiċ-ċivil.", "Qegħdin nelenkaw b'mod iktar ċar id-drittijiet u r-responsabbiltajiet li għandu min jaħdem fiċ- ċivil u r-relazzjoni bejn l-amministratur, bejn il-politiku u dawk li jkunu qegħdin imexxu taħtu.", "Kif għidt iktar kmieni, jiena kelli l-opportunita` li naħdem ma' numru ta' dipartimenti u allura ma' numru ta' segretarji permanenti li kull wieħed minnhom kellu l-mod tiegħu kif jipprova jilħaq l-għan ta' l- amministrazzjoni tiegħu.", "Pero` kull meta kelli laqgħat mas-segretarji permanenti, speċjalment meta jkun hemm persuni li ġejjin minn barra minn Malta jew persuni li jirrappreżentaw xi korp ieħor mhux governattiv f'pajjiżna, dejjem introduċejt lis-segretarju permanenti bħala l-head tas- civil service fi ħdan il-ministeru.", "Dejjem għamilt dan għax is-segretarju permanenti għandu r-responsabbilta` li jara li d-dipartimenti jew l- awtoritajiet li jaqgħu taħt l-istess ministeru jkunu qegħdin jiffunzjonaw fl-aħjar interess ta' dan il-pajjiż li wieħed jispera li verament għandu pedamenti sodi demokratiċi biex dak li jkun, minkejja li jħaddan opinjoni politika partikolari, ikun kapaċi jamministra u jmexxi 'l quddiem l-aħjar interessi tal-poplu anke f'mumenti meta l-partit tiegħu ma jkunx qed imexxi l-pajjiż.", "Hawnhekk wieħed irid jara wkoll kemm bis-serjeta' jew mhux bis- serjeta' aħna f'dan il-pajjiż qegħdin naraw li kull wieħed minna jerfa' r- responsabilitaijiet tiegħu.", "M'għandix dubju li kull membru ta' din il- Kamra jaf persuni li jaħdmu fiċ-ċivil, jiltaqa' ma' persuni li jaħdmu fiċ- ċivil u jiddiskuti punti li huma marbutin max-xogħol li jagħmlu.", "Li ma nifhimx huwa inċident li kelli reċentement madwar ħames ġimgħat ilu meta ltqajt ma' deputat min-naħa l-oħra tal-Kamra f'bar fl-Imġarr u dan kellu miegħu numru ta' persuni li jaħdmu, almenu wħud minnhom jaħdmu, fl-istess dipartimenti li hu shadow minister tagħhom.", "Għaġeb ta' l-għeġubijiet, dan id-deputat minflok ħareġ mill-bieb normali li minnu joħorġu n-nies li jkunu qegħdin jieklu f'dan il-post, fetaħ il-bieb tal-ġenb li jkun imsakkar bil- firrolli u ħareġ minn hemmhekk.", "Kulmin kien f'dak il-bar baqa' jħares lejh skantat.", "Sur President, hawnhekk wieħed jagħmel id-domanda dwar għalfejn kien hemm il-biża' jew il-ħtieġa li dan id-deputat, man-nies li kellu miegħu, joħorġu mill-bieb tal-ġenb li dejjem ikun imsakkar.", "Forsi dan id-deputat kien qed jiddejjaq li kumbinazzjoni inzerta li fl-istess post fejn kont jien?", "Jew forsi wħud minn dawk li kellu miegħu ddejqu jaraw li kienu qegħdin jagħmlu xi ħaġa li mhux suppost jagħmluha?", "Dawn huma domandi li wieħed jistenna li xi darba jiġu mwieġba.", "Kull wieħed minna għandu d-dritt u r- responsabilita' li naraw li dak li qegħdin nagħmlu nkunu qegħdin nagħmluh fl-aħjar interess ta' dan il-pajjiż, u hawnhekk f'dan l-abbozz partikolari għandna numru ta' sitwazzjonijiet li wieħed irid jeħodhom in konsiderazzjoni.", "Per eżempju, għandna sitwazzjoni fejn permezz ta' din il- liġi qegħdin naraw b'mod ċar kif għandha tkun magħmula b'mod iktar ċar l- organizzazzjoni ta' dak li huwa s-servizz pubblliku.", "Għandna indikat il-mod ta' tmexxija ta' kif isiru l-affarijiet mil-lat amministrattiv ta' kuljum u għandna definizzjoni dwar x'inhuma l-persuni li jikkostitwixxu l-uffiċjali pubbliċi f'dan il-pajjiż.", "Hemm ukoll indikat il-mod ta' kif nagħtu daqqa t'għajn lejn il-kummissjoni għall-ħarsien tal-mertu, lejn l-aġenziji li jaqgħu taħt id-diversi ministeri u lejn l-entitjaiet tal-gvern u bordijiet u kummissjonijiet oħra.", "Hawnhekk, b'xi mod jew ieħor, ħlief għal xi eċċezzjonijiet, wieħed jista' jara l-mod ta' kif isiru l-affarijiet f'dan il-pajjiż.", "Sur President, aktar kmieni għamilt riferenza għall-awtoritajiet differenti li kont responsabbli minnhom jien.", "Hawnhekk wieħed jibda jagħmel id- distinzjoni politika netta dwar il-mod ta' kif tista' tittratta ma' awtoritajiet partikolari.", "Per eżempju, jiena illum responsabbli - u ilni responsabbli sa mit-twaqqif tagħha - mill-Malta communications authority.", "Din hija awtorita' li min-natura tagħha stess, mir-rwol tagħha fl- amministrazzjoni ta' dan il-pajjiż, għandha d-dover li tkun indipendenti u distakkata l-ħin kollu mill-gvern tal-ġurnata.", "Dan ifisser li din m'hijiex xi awtorita' li għandek toqgħod tiltaqa' magħha xi darbtejn fil-ġimgħa imma l-messaġġi li jaslu mingħand l-awtorita' Maltija dwar il-komunikazzjoni jridu jkunu tali li jiddistingwu l-indipendenza netta bejn il-gvern, il- ministru, il-ministeru u din l-awtorita'.", "Aktar u aktar issa li l-gvern iddistakka lilu nnfisu għal kollox mill-investimenti f'dawk li huma telekomunikazzjonijiet f'pajjiżna, din l-awtorita' għandha r-rwol prinċipali li tara li l-operaturi tas-servizzi ta' komunikazzjoni f'dan il- pajjiż jagħtu l-aħjar servizzi posibbli, jagħtuh bl-inqas spiża possibbli għal min ikun qed jirċievi s-servizz u jkun ta' l-ogħla kwalita'.", "Barra minn hekk, billi kif nafu l-qasam tat-telekomunikazzjonijiet jinbidel u jiddiversifika l-ħin kollu, din l-awtorita' trid tara li bis-serjeta' tkun organizzazzjoni li tiggarantixxi l-hekk imsejjaħ level playingfield li llum ħafna drabi nitkellmu dwaru u forsi ħafna minna lanqas għandhom ħjiel ta' x'ifisser.", "Il-famuża statement ta' level playingfield hija sitwazzjoni fejn dak li jkun irid jiggarantixxi li l-operaturi jkunu qed jingħataw l- istess ħarsien mil-liġi u mhux wieħed jiġi preferut jew vantaġġjat fuq l- ieħor.", "Sur President, meta ġejna biex ngħaddu l-liġi li twaqqaf din l-awtorita' kien hawn ħafna dibattitu speċjalment fl-istadju ta' kumitat fejn aħna ġejna attakkati li qegħdin nagħmlu affarijiet li permezz tagħhom ma konniex qed nerfgħu r-responsabiltajiet tagħna lejn pajjiżna.", "Konna għadna ma fhimniex li l-awtorita' Maltija dwar il-komunikazzjonijiet, bħal kull communications authority oħra partikolari ta' pajjiż fl-Unjoni Ewropea, trid tkun indipendenti għal kollox min-naħa tal-politiku.", "Sur President, irrid ngħid li mbagħad hemm awtoritajiet u dipartimenti oħrajn bħad- diviżjoni tal-kummerċ, li għalkemm hi responsabilita' li tara li tkun qed issir l-aħjar ħidma fl-interess ta' pajjiżna, m'hijiex diviżjoni daqshekk distakkata b'mod ċar minn mal-gvern bħalma hija l-Malta communications authority għax hawnhekk anke minħabba n-natura tax-xogħol innifsu, ikun hemm il-ħtieġa ta' iktar diskussjoni diretta min-naħa tal-politiku mad- diretturi ta' din l-istess diviżjoni.", "Hawn irrid nagħmilha ċara li minkejja li qed ngħid dan, la l-ministru, la l-ministeru u lanqas is- segretarjat tal-ministeru m'għandhom jindaħlu fuq deċiżjonijiet ta' kuljum li jsiru fid-day-to-day running tad-diviżjoni.", "Dan ma jfissirx li min qed jagħmel id-deċiżjonijiet se jaħrab jew għandu jaħrab mir-responsabilitajiet tiegħu lejn il-poplu u lejn dan il-pajjiż.", "Għall-kuntrarju, persuna f'dan l-inkarigu għandha responsabilitajiet lejn il-persuni li jmorru quddiemha biex jingħataw servizz.", "Dan huwa dover meħtieġ għall-aħjar amministrazzjoni pubblika ta' dan il-pajjiż u mhux għall-aħjar interessi politiċi ta' dan il-pajjiż.", "Dan ngħidu għax minn żmien għal żmien jaslu l-ministeru u anke għandi personali lmenti li jkunu ġejjin minn sitwazzjonijiet ta' persuni li għalkemm għandhom responsabbilita', għalkemm għandhom dover x'jaqdu lejn il-post tax-xogħol tagħhom, ħafna drabi ssib li dawn il-persuni, minflok ma jagħmlu d-dover tagħhom kif suppost jagħmluh, ma' l-ewwel ftit maltemp jibdew iġibu l- iskużi.", "Sur President, wieħed irid jara hawnhekk fejn tispiċċa jew fejn tibda r- responsabbilta' individwali ta' dak li jkun qed jinterpreta l-liġi ta' pajjiżna, per eżempju, f'dak li huma għoti u ħruġ ta' liċenzji għan- negozju.", "Barra minn dan, kultant, meta persuna tagħmel rapport, għall- grazzja ta' l-argument, fil-konfront ta' xi ħadd, lanqas jgħaddu ħames minuti li dak li jkun irċieva r-rapport ma jinformax lil dak li jkun ġie rapportat.", "Fir-realta' dak li jkun irċieva r-rapport ma kellux għalfejn joqgħod jgħid xejn dwar min irrapporta, anzi kien messu, b'inizjattiva tiegħu nnifsu, ħa l-passi neċessarji skond is-sitwazzjoni li tkun.", "Irrid ngħid ukoll li kemm-il darba jiġu nies – naħseb iż-żewġ naħat tal-Kamra – u jgħidulek li t-tali impjegat qalilhom li kieku kien għalih dak il-permess joħroġ pero' dan ma jistax joħorġu għax hemm affarijiet illi jmorru lil hinn minn dawk li huma l-poteri ta' dak l-individwu.", "Issa huwa veru li kultant lil dak li jkun tinħoloqlu sitwazzjoni antipatika u jsibha diffiċli li jgħid le, imma wieħed għandu jkollu l-kuraġġ li lil dak li jkun jinformah b'mod ċar li r-regolamenti u l-liġijiet ta' pajjiżna ma jippermettux li hu joħroġ dak il-permess partikolari.", "Dan ikun fl-aħjar interess ta' pajjiżna.", "Sur President, fl-aħħar mill-aħħar, ir-responsabbiltajiet tagħna lkoll, mill-politiku sa l-inqas ħaddiem taħt il-kappa ta' din il-liġi huma responsabbiltajiet li iktar minn ħaġa oħra huma intenzjonati biex kull wieħed minnha jerfa' l-biċċa tiegħu.", "Jekk kemm-il darba mhux kull wieħed minna – hi x'inhi l-funzjoni pubblika tiegħu – jerfa' l-biċċa tiegħu, nispiċċaw biex ikollna numru ta' persuni li għaliex jibżgħu, għaliex mhux kapaċi, għaliex ma jridux jerfgħu l-biċċa tagħhom, jipprovaw jassiguraw li huma ma jidhrux koroh ma' dak li jkollok quddiemhom.", "Hawnhekk jiena dejjem insostni u ninsisti li għal kull dritt hemm ukoll dover.", "Għal kull dritt li għandha persuna li qiegħda f'kariga partikolari hemm ukoll dover.", "Mhux biss għandi d-dritt li mmur fuq il-post tax-xogħol u ningħata l-paga, imma għandi wkoll id-dover, hi x'inhi l-entita' tax-xogħol li nagħmel jien, li dak li jien responsabbli minnu nagħmlu b'mod sewwa, nagħmlu l-ħin kollu u bl-aħjar mod possibbli.", "Sur President, f'dan id-dibattitu kellna wkoll riferenzi għall-mod ta kif inħarsu lejn l-għodda ta' l-amministrazzjoni pubblika f'dan il-pajjiż.", "Kellna dikjarazzjonijiet u kellna statements fuq in-nuqqasijiet li jista' jkun hemm minn diversi persuni, minn diversi uffiċjali li jaqgħu taħt il- kappa tal-liġijiet li għandna f'pajjiżna.", "Issemma wkoll il-kodiċi ta' etika minn diversi kelliema, fosthom mill-Onor.", "Francis Agius ftit tal-ħin ilu.", "Permezz ta' dan il-kodiċi kull individwu li jaħdem fi ħdan xi awtorita' jew mal-gvern għandu jara li dawk ir-responsabbiltajiet tiegħu jagħmilhom bl-aħjar mod possibbli, bl-aħjar konoxxenza possibbli u bl-iktar mod serju possibbli għal kull persuna.", "Ovvjament dejjem ikun hemm it- tentazzjoni li wieħed ma jagħmilx xogħlu sewwa għaliex il-gvern tal-ġurnata m'huwiex il-partit tiegħu, għaliex jinsab miġġieled ma' dak ta' fuqu u għal ħafna raġunijiet oħra.", "Dawn huma sitwazzjonijiet li jitfgħu responsabbilta' fuqna lkoll biex naraw li l-affarijiet isiru b'mod serju, b'mod tajjeb u wkoll b'mod onest.", "Sur President, waqt dan id-dibattitu kellna wkoll diversi riferenzi għall- accountability f'dan il-pajjiż.", "L-accountability f'dan il-pajjiż hija xi ħaġa mhux tal-ministru waħdu, hija accountability li tibda mill-ministru u tibqa' nieżla s'isfel inkluż fuq kull membru ta' din il-Kamra u kull wieħed u waħda minna b'xi mod jew b'ieħor għandna r-responsabbilta' li naraw bis- serjeta' x'inhuma l-funzjonijiet tagħna.", "Dan qed ngħidu għax fid-dibattitu kien hawn ukoll numru ta' riferenzi għal affarijiet li ġraw f'dawn il- ġimgħat li għaddew marbutin ma' diversi awtoritajiet.", "Hawnhekk inħossni fid- dover li nipprova għal darb'oħra – ma naħsibx li tkun l-aħħar darba, pero' forsi tkun l-aħħar darba – niġi hawnhekk u ngħid il-fatti kif inhuma marbutin ma' ċerti dikjarazzjonijiet li saru iktar minn darba f'dan il- Parlament.", "Uħud minnhom saru anke fil-pubbliku fil-jiem li għaddew fosthom li jien kont akkużat li f'dan il-Parlament gdibt darbtejn.", "L-ewwel gidba hija marbuta mad-domanda parlamentari 35,055 li saret mill- Onor. Carmelo Abela u li tweġiba għaliha ngħatat fis-16 ta' Settembru, 2002.", "Din id-domanda kienet ċara u kienet tgħid hekk:", "\"Jista' l-Ministru jgħid kemm-il ħaddiema nqabdu li ma kinux fuq xogħolhom fl-ewwel sitt xhur tas-sena u dan fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?", "X'kien ix-xogħol tagħhom u x'passi ttieħdu?\"", "U r-risposta għal din id-domanda kienet tgħid hekk:", "\"Jien informat li fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena ma kienx hemm ħaddiema li nqabdu mhux fuq xogħolhom\".", "Naturalment hija risposta ċara għal domanda ċara.", "Naturalment biex tajt dik ir-risposta jiena ma mortx fuq il-postijiet tax-xogħol kollha li dak iż- żmien kienu jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħi, pero' tlabt lid-diversi diretturi li kienu jaqgħu taħt il-ministeru tiegħi, jekk huma kellhomx każi ta' persuni li fl-ewwel sitt xhur tas-sena 2002 kienu nqabdu mhux fuq il- post tax-xogħol.", "Ir-risposta li kelli kienet li ma kienx hemm persuni li nqabdu.", "Jien ġejt f'dan il-Parlament u tajt dik ir-risposta.", "Għaliex xi ħadd għoġbu b'mod illegali jagħmel recordings li mbagħad għaddihom lill- partit Laburista ...", "Jiena ma nafx il-prezz li talab għal dawn ir- recordings pero' nerġa' nirrepeti li din kienet persuna li fil-25 ta' Novembru 1996 kellha żewġ akkużi serji fil-konfront tagħħa li ġew maħfura naħseb bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tar-rebħ tal-Partit Laburista fl- 1996.", "Issa jiena naqta' rasi li hemm min ma jkunx fuq il-post tax-xogħol u jiffirma, pero' dan m'huwiex f'kontradizzjoni ma' dak li tajt bħala risposta, għaliex id-domanda kienet titlob jekk kienx hemm min inqabad.", "Ma kienx hemm min inqabad, u forsi r-raġunijiet għaliex ma kienx hemm min inqabad wieħed ikun jista' jitkellem fuqhom iktar 'il quddiem.", "Iktar riċenti f'dan il-Parlament kien hawn akkuża oħra li jiena wkoll m'għidtx il-verita' f'dan l-istess Parlament.", "Skond dak li ngħad fid- dibattitu jiena m'għidtx il-verita' fil-5 ta' Ġunju li għadda f'domanda marbuta mal-bord tal-MMA.", "Kont ġejt mistoqsi jekk dan il-bord huwiex qed jieħu remunerazzjoni għalxejn u jekk il-ministru jaħsibx li għandu jinvestiga l-allegat abbuż li biex persuna tingħata ċertifikat qed tintalab tħallas Lm170.", "Imbagħad id-domanda tkompli hekk:", "\"Ma jaħsibx li huwa fl-interess tal-poplu li jagħmel din it-tip ta' investigazzjoni biex jara hemmx diskrepanza bejn in-numru ta' persuni li qagħdu għall-eżami u n-numru ta' ċertifikati li ħarġu fir-realta'?\"", "Kif għidt diversi drabi, dawn l-allegazzjonijiet kollha li kien hawn f'dan il-Parlament f'dawn l-aħħar ġimgħat, jiena għaddejthom lill-kummissjoni permanenti kontra l-korruzzjoni biex tinvestigahom.", "Għaġeb ta' l- għeġubijiet, meta dawn il-każijiet marru quddiem il-kummissjoni permanenti kontra l-korruzzjoni, f'daqqa waħda l-partit Laburista qalilna li hu m'għandux fiduċja fil-kummissjoni permanenti kontra l-korruzzjoni.", "Xejn ġdid f'dan kollu!", "Meta jkun hemm istituzzjoni li b'xi mod tista' tinvestiga allegazzjonijiet bħal dawn, il-partit Laburista jitlef il- fiduċja f'dik l-istituzzjoni.", "Pero` snin ilu, meta deherlu, l-istess partit Laburista ma kienx iddejjaq illi jakkuża lili b'każ ta' housing.", "Qed ngħid dan għax bejn l-1993 u l-1994, quddiem l-istess kummissjoni, il-partit Laburista kien akkużani li għamilt xi affarijiet li mhux suppost għamilthom.", "Mela għaliex dakinhar l-akkużi kienu diretti fil-konfront tiegħi, il-partit Laburista kellu fiduċja f'din il-kummissjoni.", "Dakinhar il-partit Laburista ma ddejjaqx jibgħatu l-każ.", "Issa qed jgħidilna li ma baqagħlux fiduċja.", "Għalhekk nerġa' nagħmel appell lil min ġie bl-allegazzjonijiet hawnhekk, lil min tkellem f'dan il-Parlament u lil min inħeba wara l-privileġġ parlamentari biex meta jasal u jkun il-mument illi jgħid l-affarijiet li għandu jgħid, jgħidhom mingħajr ma jiddejjaq jekk inhu raġel.", "M'għandniex ninqdew bil-ħabi ta' dan il-Parlament u ngħidu dak illi jfettlilna.", "Ir- risposta tiegħi għal dawk iż-żewġ domandi - jekk il-bord jeħux il-flus għalxejn u jekk kontx naf bil-Lm170 li suppost jitħallsu – kienet din:", "\"Mr Speaker, jekk inti qed taċċetta dawn id-domandi ...\"", "– għax dakinhar ukoll kien hawn kontroversja dwar jekk għandniex jew le nwieġbu mistoqsijiet supplimentari li ma jkunux marbutin direttament mal-mistoqsija oriġinali –", "\"... jien se nqum biex nirrispondihom.\".", "L-Onor.", "Mizzi għamel żewġ domandi.", "F'waħda minnhom staqsa jekk il-membri tal-bord tal-MMA humiex qegħdin jirċievu remunerazzjoni għalxejn u r- risposta tiegħi hija le.", "Dawn jirċievu remunerazzjoni skond kif tistipula l- liġi ta' pajjiżna dwar sitwazzjonijiet bħal dawn.", "Dwar it-tieni parti fejn qal li hemm persuni li ħallsu Lm170 biex jingħataw ċertifikat nitolbu jagħmel mistoqsija speċifika bil-miktub ħalli nkun nista' nivverifika jekk dan huwiex minnu.", "Nerġa' nirrepeti dak li għidt hawnhekk, nerġa' nirrepeti dak li għidt fil-pubbliku u nerġa' ngħid dak illi sfidajt bħal-lum tmint ijiem fuq stazzjonijiet tat-televiżjoni f'pajjiżna biex min irid, jiġi u jgħid il-fatti barra minn dan il- Parlament.", "Sa dakinhar li qamet il-kwestjoni tal-ħlasijiet ma kien hemm l- ebda individwu li b'xi mod ġibed l-attenzjoni li qed jitħallsu xi flus.", "Pero` bejn l-24 u l-25 ta' Ġunju kien hemm indikazzjoni mill-awditur intern li kien hemm diskrepanza bejn in-numru ta' persuni li huma liċenzjati u n- numru ta' persuni li fil-fatt marru jagħmlu l-kors fin-nautical institute.", "Dakinhar stess, jiġifieri fl-24 ta' Ġunju, l-avukati ta' l-awtorita` marittima kitbu lill-kummissarju tal-pulizija biex jagħmel l- investigazzjonijiet tiegħu.", "Dik hija l-verita`, Sur President.", "M'hawnx żewġ veritajiet fid-dinja.", "Nafu li minn dak iż-żmien 'il hawn saru ċerti investigazzjonijiet li għadhom għaddejjin imma mhux se nidħol fihom għax irrid noqgħod 'il bogħod minn investigazzjoni li tkun għadha qed tiġi konkluża u ma jkunux għadhom ittieħdu l-passi fil-konfront ta' min hu impjegat ta' l-awtorita` u anke fil-konfront ta' min m'huwiex impjegat ta' l-istess awtorita`.", "B'dan il-mod nassigura li jkun hemm l-indipendenza meħtieġa bejn il-ministru, il-gvern u min qal xi affarijiet.", "Jien poġġejt fuq il-mejda tal-Kamra l-ittra ta' l-24 ta' Ġunju li kienet titkellem fuq dan il-fatt.", "Din l-ittra dokumentata ma kenitx iffirmata mill-ministru imma kienet iffirmata mill-avukat illi żgur li mhux se joqgħod jirriskja r-reputazzjoni tiegħu għall-wiċċ xi ministru.", "Issa x'inhu r-riżultat ta' dan kollu?", "Ir-riżultat huwa li tibqa' tisma' għal darba, darbtejn, tlieta li jien b'xi mod bdejt l-investigazzjonijiet wara li kien hawn l-istorbju f'dan il-Parlament fuq din il-kwestjoni.", "Kull wieħed u waħda minna għandu r-responsabbilta` li jara li dak li jsir b'mod żbaljat u dak li jsir mhux kif suppost isir jgħaddih lill-awtoritajiet konċernati biex jiġu investigati.", "Dak hu li għamilt sal-lum u li se nkompli nagħmel kull darba li tinġibed l-attenzjoni tiegħi, tal-bord jew ta' xi dipartiment li jaqa' taħti – ikun min ikun involut – li jkun hemm xi forma ta' abbuż jew ta' nuqqas, ta' ħarsien tar-regolamenti ta' l- amministrazzjoni pubblika f'pajjiżna.", "Naturalment ikun hemm min jipprova jirrepeti l-gideb – kif għidt il-bieraħ anke fi stqarrija pubblika li ħriġt – għax jaħseb li xi darba jista' jitwemmen minn xi ħadd.", "Għalhekk jien għandi r-responsabbilta` li nara li fejn ikun hemm l-allegazzjonijiet ngħaddihom lil min għandu jinvestigahom.", "Imbagħad min jagħmel l-allegazzjonijiet għandu wkoll id-dover u r- responsabbilta` li jassigura li minflok iħalli l-allegazzjonijiet itiru, jgħaddi dak li jaf lil dawk li għandhom id-dritt li jinvestigaw proprju biex nassiguraw li min jabbuża, jieħu dak li ħaqqu u jkun ikkundannat u ssentenzjat skond il-liġijiet ta' pajjiżna.", "Pero` jkun għalxejn li nitkellmu fuq whistle blowers, ikun għalxejn li nitkellmu fuq responsabbiltajiet u jkun għalxejn li nagħmlu l-allegazzjonijiet jekk imbagħad ma nkunux kapaċi nkunu f'qagħda li nsostnu dak li nallegaw.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Il-Ministru Michael Frendo.", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Sur President, fil-ftit ħin li baqa' nħoss li għandi nagħmel punti partikolari fuq din il-liġi li diġa` ntqal ħafna dwarha.", "L- ewwel punt li rrid nagħmel huwa dwar l-importanza ta' kif taħdem l- amministrazzjoni pubblika.", "Peress li missieri kien jaħdem fis-servizz ċivili jien dejjem trawwimt fl-importanza li pajjiż jimxi 'l quddiem anke bil-kapaċita` ta' kif jiġi amministrat mis-civil servants tiegħu.", "Naħseb li waħda mill-affarijiet li f'dan il-pajjiż ħadmet ukoll biex illum huwa wieħed mill-pajjiżi ż-żgħar fid-dinja li l-aktar għamlu suċċess, huwa wkoll għaliex is-servizz pubbliku tagħna huwa servizz fis-sod, huwa servizz li għandu l-istima fil-pajjiż, huwa servizz stmat mill-popolazzjoni u għandu – kif dejjem għandu jkollu – dik in-natura ta' servizz lejn il-pubbliku li tiddistingwih ukoll mis-servizz privat.", "Jien mhux qed ngħid kontra s-servizz privat anzi dan huwa l-mutur ta' l- ekonomija fil-pajjiż.", "Pero` ma jistax ikollok settur privat li jkun il- mutur ta' l-ekonomija fil-pajjiż jekk ma jkollokx good governance fil- pajjiż.", "L-iggvernar tajjeb ta' pajjiż jiddependi wkoll minn kif l- uffiċjali tas-servizz ċivili jaġixxu u jaqdu d-doveri tagħhom.", "Naħseb li din hija liġi li toħloq il-qafas neċessarju ta' kif għandha taħdem l- amministrazzjoni pubblika.", "Waħda mill-affarijiet li jolqtuni f'din il-liġi hija li titkellem fuq il-prinċipji tar-responsabbilta` u se nikkwota minn klawsola 3 li tgħid hekk:", "\"Id-dipartimenti, aġenziji u entitajiet tal-Gvern huma korpi li jamministraw riżorsi pubbliċi u li jipprovdu servizzi lill-pubbliku jew jaqdu funzjonijiet oħra f'isem l-Istat, u bħala tali dawk il-korpi u l-impjegati pubbliċi li jaqdu dmirijiet hemmhekk, għandhom:", "ikunu regolati bid-dispożizzjonijiet ta' dan l-Att, magħduda l-valuri ta' l-amministrazzjoni pubblika u l-Kodiċi ta' Etika;\".", "Imbagħad fi klawsola 4 hemm li dawn jeżerċitaw is-setgħa tagħhom mogħtija bil-liġi billi jagħtu servizzi lill-pubbliku u billi jagħtuh b'korteżija, billi jagħtuh malajr u billi jagħtuh b'imparzjalita`.", "Hawnhekk għandna enfasizzat l-importanza li min ikun qed jagħmel ix-xogħol tiegħu fis- servizz ċivili jrid ikun imparzjali u serju għaliex huwa ma jkunx qiegħed hemmhekk għas-servizz partiġġjan imma jkun qiegħed hemmhekk għas-servizz tal-gvern tal-ġurnata.", "Din hija tradizzjoni importantissima għall- istabilita` tal-pajjiż.", "Għandu jkollok servizz ċivili li jaqdi lill-gvern tal-ġurnata, li jaqdi x-xogħol tiegħu b'mod mill-aktar imparzjali u ma jħallix it-twemmin u l-fehmiet politiċi tiegħu, li kulħadd għandu dritt ikollu, ikunu t-timbru li bih taqdi x-xogħol li għandek tagħmel.", "Il-liġi tkompli tgħid li min qiegħed fis-servizz għandu d-dover li jagħti pariri b'mod oġġettiv u b'għarfien tal-ħwejjeġ li jkunu fil-kompetenza tagħhom u li jimplimenta l-politika tal-gvern tal-ġurnata b'mod effiċjenti u effettiv.", "Din hija fil-qalba ta' kif dan il-pajjiż għamel progress u jista' jkompli jagħmel progress.", "Abbażi ta' dan naħseb li huwa importanti l-prinċipju l-ieħor li jsemmi dan l-abbozz ta' liġi fi klawsola 21 li meta tiġi biex tagħżel min ikun f'kariga pubblika, inti tagħmel din l-għażla fuq bażi kompetittiva skond il-mertu.", "Il-mertu għandu jkun dak li jiggwida kif persuna timxi 'l quddiem.", "Waħda mid-diffikultajiet meta tkun fl-amministrazzjoni pubblika - issa ilni 20 sena f'dan il-Parlament u kważi għaxar snin minnhom f'kariga eżekuttiva - hija li l-ministri u s-segretarji parlamentari tagħna, minbarra li għandhom funzjoni ta' policy, f'pajjiż żgħir bħal tagħna b'riżorsi żgħar jista' jkun li f'ċerti mumenti jkollhom funzjonijiet ta' management.", "Id- diffikulta` hija li kemm jista' jkun il-management u l-amministrazzjoni jitħallew f'idejn is-segretarji permanenti u d-diretturi ġenerali u d- diretturi imma anke huma għandhom id-diffikulta` kif wieħed jista' jħaddem dan il-konċett li bih jippremja lil min ikollu l-mertu billi tippremja b'mod oġġettiv u mhux b'mod personalizzat jew b'mod li jkun biased bi kwalunkwe mod.", "Din hija xi ħaġa ta' importanza kbira ta' kif jitħaddem is- servizz ċivili u hemm il-metodi u hemm iċ-checks and balances biex jipprovaw li dan isir.", "Fil-fehma tiegħi, huwa importanti ħafna li daħħalna l-issue tal-mertu u allura din m'hijiex kwestjoni ta' seniority imma hija kwestjoni ta' mertu rigward kif wieħed jimxi 'l quddiem fis-servizz ċivili.", "Il-prinċipju tal-mertu f'din il-liġi huwa ta' importanza fundamentali biex is-servizz ċivili jkun ta' l-aqwa kwalita` għax pajjiż modern ma jistax ma jkollux servizz ċivili ta' l-aqwa kwalita` jekk irid ikun kompetittiv.", "Kemm is-servizz pubbliku kif ukoll is-settur privat qed jaħdmu biex pajjiżna jkun suċċess, ikun aktar kompetittiv, jimxi aktar 'il quddiem u jikkompeti ma' pajjiżi oħrajn b'suċċess.", "Ħafna drabi nitkellmu fuq is- settur privat bħala l-mutur ta' l-ekonomija tagħna imma tajjeb li nirrikonoxxu wkoll li fil-qadi tad-dmirijiet tagħhom il-public servants qegħdin jagħtu kontribut importantissimu għall-good governance ta' dan il- pajjiż li mingħajru ma jinġibidx l-investiment u ma jkunx hemm aktar kummerċ.", "Meta wieħed jara l-esperjenzi ta' diversi pajjiżi madwar id-dinja jsib li jkun hemm diffikultajiet enormi ta' żvilupp ekonomiku.", "Għalhekk huwa importanti li jkun hemm żvilupp fil-konċett ta' x'inhu mertu, mhux biss mertu rigward kemm wieħed ikun għamel eżamijiet imma wkoll kemm wieħed ikun serva u jkun ta servizz tajjeb u konsistenti.", "Sur President, huwa importanti ħafna li din il-liġi tirregola l-konċett ta' l-aġenziji.", "Huwa importanti li l-liġi tispjega bl-aktar mod ċar kif jiġu mwaqqfin u kif joperaw l-aġenziji għax dan jagħti ċerta flessibilita` li toħloq entitajiet li xorta jibqgħu fl-isfera tas-servizz pubbliku.", "Għalhekk bħalma ġara f'pajjiżi oħrajn inti tkun tista' tuża dawn il-forom ġodda biex aġenzija jkollha personalita` legali separata u distinta u tkun kapaċi tagħmel kuntratti u allura tkun kapaċi topera bħala aġenzija pero' mingħajr ma titlef dik in-natura pubblika u dik il-forma mentis li tfisser li tkun qiegħed f'sitwazzjoni fejn trid topera bi flus pubbliċi u trid toqgħod attent ħafna kif taqdi d-dmirijiet tiegħek.", "Jien nista' niġi f'numru ta' sitwazzjonijiet fejn inħoss li dawn l-aġenziji jistgħu jkunu ta' effett tajjeb u li jagħmlu l-ġid.", "Sal-lum kien hemm diffikultajiet dwar x'forom tista' ssib.", "Kien hemm il-forom tal- fondazzjonijiet u l-forom ta' entitajiet maħluqin bil-liġi imma f'din il- liġi għandna wkoll regoli miġburin dwar l-aġenziji u kif dawn għandhom joperaw partikolarment rigward l-amministrazzjoni finanzjarja u l-verifika għall-aġenziji.", "Naħseb li meta wieħed iħares lejn liġi bħal din jifhem li hija liġi li tenfasizza l-aspett tal-good governance fil-pajjiż.", "Din il- liġi turi wkoll li dan huwa pajjiż li qed jiġbed investiment rekord fl- istorja tiegħu għax huwa pajjiż rikonoxxut li huwa mmexxi b'mod serju.", "Naħseb li din hija liġi li tkompli ssaħħaħ dik il-perception tant importanti biex pajjiżna jimxi 'l quddiem ekonomikament.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "MR SPEAKER: Nitlob liIl-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin biex, jekk jogħġbu, jipproponi l-Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Sur President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tlieta, 10 ta' Lulju, 2007, fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Amministrazzjoni Pubblika - Tieni Qari (Kont);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Awtorita' Maltija dwar l- iStandards u Diversi Liġijiet - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Ħaddiema tal-Port - Tieni Qari.", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili (Emenda Nru 2) - Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta (Emenda Nru 2) - Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Mediċini - Tielet Qari; u", "--------------------------------", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Foster Care - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Awtorita' ta' Malta dwar ir- Riżorsi - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza li tneħħi l-Kontroll tad-Djar - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Kumpanniji - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Reġistru Ċentrali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Istituzzjonijiet Finanzjarji - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda diversi liġijiet dwar servizzi finanzjarji - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Organizzazzjonijiet Volontarji - Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Joseph Sammut.", "ONOR.", "JOSEPH SAMMUT: Sur President, nixtieq nieħu ftit ħin biex nagħmel riferenza għal dak li għidt hawnhekk waqt l-Aġġornament tat-3 ta' Lulju għax mill-mod kif ġie rraportat dak li għidt ħareġ bl-aktar mod sfaċċat in- nuqqas ta' professjonalita` tal-ġurnalisti lokali tagħna.", "Qed ngħid \"unprofessional\" għax dawn bl-ebda mod ma kkwotaw dak li verament għidt jien f'dan il-Parlament.", "Hawnhekk nixtieq nitlob il-protezzjoni tas-Sedja f'dan is-sens u ngħid li kelli kull opportunita' li nqajjem każ ta' ksur ta' privileġġ għax ġejt ikkwotat ħażin.", "Nemmen li huwa d-dover ta' kwalunkwe ġurnalist, li jekk qed jikkwota x'qed jintqal f'din il-Kamra, jikkwota eżatt dak li verament jintqal u mhux jivvinta fuq is-suġġett.", "Sfortunatament ħareġ biċ-ċar li kulmin kellu aptit li jikkummenta jew jikteb dwar dak li għidt jien, irrepeta dak li qal ħaddieħor b'mod skorrett.", "Għalfejn qiegħed ngħid dawn l-affarijiet, Sur President?", "Bażikament se nillimita ruħi għal tliet punti partikolari u nibda bl-ewwel punt.", "Qiegħed hawnhekk nagħmel riferenza dwar il-kwestjoni ta' jekk jien espremejtx ruħi kontra nies ta' karnaġġjon differenti minn tagħna.", "Bir-rispett kollu, jien fl-ebda ħin ma espremejt ruħi kontra nies ta' nazzjonalita' jew karnaġġjon differenti.", "Naħseb li hawnhekk mingħajr ħadd ma nduna, il-misunderstanding kollu beda meta kulħadd qagħad fuq dak li qalet l-Onor.", "Dolores Cristina.", "Il-ġurnal \"The Times\" ikkwota lill-Onor.", "Cristina li kkwotat lili li għidt \"I am not a racist but\" jiġifieri \"jien m'iniex razzist imma\" pero' bir- rispett kollu jien fl-ebda ħin ma wżajt dan il-kliem.", "Fil-fatt \"The Times\" ikkwotatha tgħid:", "\"I am not a racist but\" as though implying that there are exceptions to racism.\".", "Sur President, jiena fl-ebda ħin ma wżajt jew għidt il-kliem \"jien m'iniex razzist imma\" imma għidt ad verbatim mit-transcript hekk u nikkwota:", "\"Xi ħaġa oħra li fuqha rrid niddedika l-ftit minuti li baqagħli hija l- kwestjoni ta' l-immigranti illegali.", "Diġa' kelli l-opportunita' li nitkellem fuq dan is-suġġett, u nerġa' nagħmilha ċara minn issa li dan mhux każ li rrid nkun razzista u mhux każ li jiena kontra dawn in- nies.", "Imma x-xogħol tiegħi f'dan il-Parlament huwa proprju li nirrappreżenta liċ-ċittadini li kellhom il-pjaċir jivvotaw lili biex inkun rappreżentant tagħhom f'dan il-Parlament.\".", "Jien fl-ebda ħin ma għidt il-kliem li kkowtat l-Onor.", "Dolores Cristina u bir-rispett kollu, kulmin ikkwota u bbaża l-attakki tiegħu fil-konfront tiegħi fuq dawk il-preċiżi kelmiet, huwa żbaljat u wera biċ-ċar li m'għamilx il-homework tiegħu suret in-nies kif kien fid-dover tiegħu li jagħmel.", "Jiena nippretendi li kull ġurnalist kellu jitlob kopja tat- transcript u jimxi fuqha.", "Nerġa' ngħid, Sur President, li jien fl-ebda ħin m'għidt \"jien m'iniex razzist imma\" kif qalet l-Onor.", "Cristina.", "Dak huwa l- ewwel punt li xtaqt nagħmel.", "Imbagħad, Sur President, talbu lill-esponenti tal-partit jgħidu jekk jassoċjawx ruħhom jew le ma' dan il-kliem.", "Meta taqra dan it-tip ta' diskors li qalu li għidt jiena, kellhom raġun l-esponenti prinċipali tal- partit Laburista li ma jassoċjawx ruħhom miegħu, anke jiena hekk kont nagħmel imma l-punt hawnhekk hu li jiena fl-ebda ħin m'għidt dak it-tip ta' diskors.", "Allura nikkundanna lil min ikkwotani ħażin għax il-ġurnalist kellu jkun fidil lejn dak li ntqal f'din il-Kamra, u għalhekk għal darba oħra nitlob l-intervent tiegħek biex min jikkwota x'ngħidu u jagħmel it- transcripts f'dan il-Parlament, jagħmilhom b'mod fidil għal dak li verament intqal.", "Imbagħad hemm il-kwestjoni l-oħra, it-tieni punt li jidher li qajjem tant għagħa.", "Jien ġejt ikkwotat minn \"The Times\" li għidt, u nikkwota:", "\"He proposed that the Malta Transport Authority either increase the number of buses on the route ...\"", "- jiġifieri Bus Nru. 13 -", "\"or introduce a different service for migrants.\".", "Din ġiet interpretata bħallikieku jien qed nissuġġerixxi li ssir segregazzjoni ta' nies b'karnaġġjon differenti minn tagħna u dawn ikollhom transport pubbliku għalihom biss.", "Jien bir-rispett kollu fl-ebda ħin m'għidt dan id-diskors u se nerġa' għal darba oħra nagħmel riferenza għal dak li għidt jiena u naqra mit-transcripts ad verbatim:", "\"Imbagħad għandek ukoll il-problema l-oħra, Sur President, u hawnhekk jidħol il-ministeru responsabbli mit-trasport.", "F'Birżebbuġa sar impossibbli li titla' f'tal-linja.", "Għandek kamp ieħor f'Ħal Far u litteralment kwalunkwe karozza tar-rotta numru 13 li suppost qiegħda hemm biex taqdi r-residenti ta' Birżebbuġa, tmur x'ħin tmur, tkun ippakkjata b'dawn il-klandestini.", "Irid iżid l-ammont ta' karozzi tal- linja fuq din ir-rotta għax bħalissa huwa impossibbli li r-residenti ta' Birżebbuġa jinqdew.", "Din qisha saret shuttle dritt mill-Belt għall- Birżebbuġa u min jinqabad fin-nofs m'għandux ċans jitla' fuq tal- linja.", "Il-ministru responsabbli mit-trasport għandu jew iżid is- servizz fuq din ir-rotta jew jara x'se jivvinta.", "Forsi jagħmlilhom karozza għalihom?", "Imma ċ-ċittadini tagħna ma jistgħux jiġu injorati.\".", "Kont diskriminatorju meta għidt dan id-diskors, Sur President?", "L-ewwelnett fl-ebda ħin jien ma tajt option ta' either or.", "Il-ġurnal \"The Times\" kien fidil lejn dak li għidt u t-translation tiegħu kienet tajba pero' l-uniku żball li għamlet kienet li fit-translation riedu jdaħħlu l-kelma \"perhaps\" għal \"forsi\".", "Imma x'ġara?", "Kien hemm min ħataf dan l-iżball fit- traduzzjoni tal-ġurnal \"The Times\" u qabad u qal li jien irrid li jinħoloq xi transport distint għal dawn il-klandestini.", "Jien fl-ebda ħin m'għidt dan id-diskors, Sur President.", "Dan l-aħħar sar servizz tat-trasport pubbliku mill-airport direttament għaċ-Ċirkewwa u allura se nagħmlu diskriminazzjoni kontra l-Għawdxin għaliex għamilnilhom transport pubbliku għalihom biex ikunu komdi?", "Barra minn hekk, illum irridu nġibu quddiem għajnejna li fil-kamp ta' Ħal Far - u qed nitkellmu fuq Ħal Far u mhux Birżebbuġa, jiġifieri post distint minn Birżebbuġa - illum il-ġurnata hemm 2,000 ruħ.", "Għandek villaġġ ġdid; allura se nibqgħu bil-bus number 13 hemmhekk?", "Ma wasalx iż-żmien li jsir servizz ta' trasport dirett għal Ħal Far?", "Dan il-klandestini biss se jinqdew bih?", "M'hemmx l-uffiċjali ta' l-armata hemmhekk?", "M'hemmx min imur l- ETC?", "M'hemmx min jaħdem fl-industrial estate?", "Dan trasport pubbliku se jkun.", "Sur President, kulma rrid ngħid hu li ma nistgħux f'dan il-Parlament niġu sottomessi għal dan it-tip ta' affarijiet b'mod li nibżgħu nesprimu ruħna.", "Hawn dan li qed jiġri, għandna dawn il-ħafna ġurnalisti li jagħmlu lilhom infushom bħala untouchables.", "L-ewwel xogħol imisshom jaraw x'intqal eżatt f'dan il-Parlament u mhux jikkwotaw lil ħaddieħor bl-iktar mod żbaljat kif ġara f'dan il-każ.", "Barra minn hekk, ma jistax ikun li tiġi maħluqa din il- biża' fost il-parlamentari.", "Jien kulma għamilt hu li għidt li hawn dawn il- problemi.", "F'\"The Times kien hemm id-diskors ta' l-Onor.", "Jeffrey Pullicino Orlando kkwotat ġenb ma' ġenb ma' dak li ġejt ikkwotat li għidt jien fejn dan għamilha ċara li veru li aħna magħrufin għall-ospitalita' tagħna lejn dak li jkun, imma wasalna f'punt fejn il-bużżieqa tista' tinfaqa' jekk indaħħlu wisq klandestini.", "Allura ħadd ma kkundannah lil dan?", "Mhux l- istess ħaġa qal?", "Jien għidt li għandna dawn il-problemi u għandna naġixxu qabel ikun tard wisq.", "Għandna problemi li qegħdin hemmhekk u kull deputat li jmur iħabbat il-bibien - naħseb ma' Malta kollha - jisma' fuq dawn il- problemi imma Alla jbierek donnhom ma jeżistux dawn il-problemi.", "Jien fl- ebda ħin m'għidt biex inkeċċu lil xi ħadd u fl-ebda ħin m'għidt li rridu nagħmlu diskriminazzjoni kif ġejt ikkwotat li għidt.", "Niċħad b'mod kategoriku li għidt dan il-kliem u kulħadd jista' jaqra t-transcript - għax huwa pubbliku – u jara li dan hu minnu.", "Sur President, jiena kulma għidt li hemm problema u għandna naraw kif insolvuha.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Buontempo.", "ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO: Illum nixtieq nitkellem fuq esperjenza li għaddejt minnha il-Ħadd, 4 ta' Frar ta' din is-sena.", "Verament ma xtaqtx nitkellem fuq dan il-każ, imma nħoss li ż-żmien għadda u nixtieq naqsam din l- esperjenza mal-Maltin u l-Għawdxin.", "Nhar il-Ħadd, 4 ta' Frar għal ħabta tal- 11.00 ta' filgħodu, jiena kont sejjer iċ-ċentru nazzjonali tal-partit Laburista biex nattendi għall-konferenza ġenerali tal-partit u meta ġejt biex nidħol għat-triq fejn hemm iċ-ċentru nazzjonali, rajt rixtellu li waqqaf l-aċċess għat-triq fejn hemm l-entratura ta' l-istess kwartieri tal- partit Laburista.", "Ma kien hemm l-ebda pulizija u mill-bogħod, min-naħa ta' Gwardamangia – jien kont ġejt mill-Ħamrun - rajt karozzi bil-bandiera ta' xi ambaxxati telgħin biex jattendu - bħala osservaturi - għall-istess konferenza tal-partit.", "Kien hemm traffic jam u f'daqqa waħda żewġ kuntistabbli ħarġu mill-club tal-football tal-Ħamrun, qasmu jiġru - jiena kont għadni sa dak il-ħin fit-traffic jam bl-indicator biex nidħol on the right hand side għal fejn hemm il-kwartieri tal-Partit Laburista – fetħu r- rixtellu u dan l-ambaxxatur – ma nafx min kien – daħal biex jipparkja fit- triq quddiem il-kwartieri tal-Partit Laburista.", "Sa dak il-ħin, jiena kont għadni fit-traffiku u kont qed nipprova nidħol hemmhekk.", "Issa hemmhekk hemm il-garaxx tal-partit Laburista u kull darba li jkollna xi attivita', aħna d-deputati nipparkjaw hemmhekk u faċċata tal- parking kien riservat naħseb għall-ambaxxaturi.", "Dehru wkoll karozzi tal- kollegi tiegħi membri parlamentari.", "Meta jiena xegħelt l-indicator biex nidħol, wieħed mill-pulizija bin-numru 944 ġie jgħajjat u jwerżaq ma' wiċċi u jdaħħal rasu fil-karozza tiegħi.", "Jiena bħala bniedem prudenti, edukat u li ma nħobbx il-ġlied - anzi nemmen fil-paċi - irriversjajt il-karozza.", "Sa dak il-ħin jiena kont għadni ma kellimtux.", "Meta ndikajtlu li jiena membru parlamentari u għandi kull dritt li nipparkja fil-garaxx, dan baqa' jwerżaq u jgħajjat qisu żiemel sfrattat bl-arroganza kollha.", "Imbagħad induna li ġejja karozza oħra ta' xi ambaxxatur u kważi pprovokani għall-ġlied bl- idejn.", "Sur President, dan kien wieħed mill-ftit pulizija – jiddispjaċini ngħid – li huma arroganti, pastażi u bla edukazzjoni.", "M'għandux isir dak it-tip ta' diskors ma' ċittadin ordinarju tal-pajjiż, Sur President, biex ma nsemmix ma' membru parliamentari.", "Hawnhekk nieħu l-opportunita' biex insellem lill- korp tal-pulizija u lill-kummissarju tal-pulizija, John Rizzo, l- assistenti, id-deputati u l-ħafna pulizija għas-sagrifiċċji li qed jagħmlu.", "Imbagħad jiġi dan il-pulizija nru.", "944 – u qed insemmiha biex il-poplu jkun jaf min huma dawn il-pulizija arroganti li jagħtu isem ħażin lill-korp – u jirrovina l-image u x-xogħol tajjeb tal-pulizija u għalhekk hemm bżonn li nies bħal dawn jittieħdu l-passi kontrihom.", "Meta rajtu baqa' jgħajjat u jwerżaq f'widnejja rriversjajt lura – u dan naħilfu kollu b'ġurament – u mort infittex parking space pero' ma sibt xejn, inżilt fejn id-dar ċentrali tal-partit Nazzjonalista u dawwart mar-roundabout biex nerġa' nitla' għax ma sibtx post fejn nipparkja.", "Waqt li kont tiela' għal darb'oħra, waqaft u għidtlu: Skużi kuntistabbli, jimporta tagħtini n-numru tiegħek?", "Dan mhux numru tani imma bellagħli n-numru ma' wiċċi!", "Ara x'arroganza!", "X'qed nipprova ngħid hawnhekk?", "Meta għaddejt minn dan l-ordeal kollu mort nipparkja u kien hemm ħafna nies quddiem l-entratura tal-kwartieri tal- partit Laburista li riedu jmorru għal dan il-pulizija.", "Jiena waqqafthom milli jmorru għal dan il-pulizija għax ħassejt li din setgħet tiġi mpinġija b'ċertu mod mill-partit Nazzjonalista għax naf kif jaħdem dan.", "Allura għax jiena bniedem, kif għidt qabel, li nħobb il-paċi, ma xtaqtx li jinqala' l- inkwiet.", "In-nies ħdejn l-entratura tal-kwartieri tal-partit Laburista għidtilhom biex jinsewha, qisu ma ġara xejn u dawn bdew jgħidu: Imma Onor. Buontempo kif jista' ikun tħallih jgħajjat b'dak il-mod miegħek, bl- aggressivita' kollha?", "Meta mbagħad mort id-dar wara l-konferenza, ktibt lill-kummissarju tal- pulizija u lill-Viċi Prim Ministru permezz ta' e-mail u fis-6 ta' Frar irċevejt e-mail mingħand il-kummissarju fejn qalli li l-każ se jiġi investigat immedjatament, imbagħad irċevejt mingħand ċertu Johan Parnis, police sergeant u qalli:", "\"This office would like to inform you that your complaint will be investigated and the outcome will be communicated to you in due course.\".", "Issa jiena, Sur President, nipprova nagħti reputazzjoni tajba lill-korp tal- pulizija.", "Per eżempju, il-bieraħ stess kellna l-festi fid-distrett tiegħi u trid tara l-impenn kbir tal-pulizija, kemm jafu jmorru man-nies.", "Imma bniedem bħal dan – u hemm puliziija għax aħna smajna b'każijiet bħal dawn, mhux l-ewwel wieħed – irridu nieħdu ħsiebu.", "Jekk dawn ma jkunux kapaċi jidhru quddiem in-nies, mhux jiena se nagħti s-soluzzjoni, imma fl-interess tan-nazzjon ma jistgħux jidhru quddiem in-nies.", "Imbagħad fl-10 ta' Marzu irċevejt mingħand l-ispettur Kenneth Haber, fejn qalli li se jittieħdu passi dixxiplinarji kontra l-kuntistabbli involut u minn hawn u ftit ieħor se miġi msejjaħ sabiex nagħti x-xhieda tiegħi f'dan il-każ.", "Erġajt ipprovajt nara kif baqa' dan il-każ – saru diversi domandi wkoll – u l-aħħar korrispondenza li għaddiet fit-12 ta' Ġunju kienet tgħid hekk:", "\"Ninsab informat li għamilt interpellanza fil-Parlament.", "L-ilment imressaq mill-Onor.", "Interpellant ġie investigat mit-taqsima ta' l- affarijiet interni tal-korp tal-pulizija u bħala riżultat ta' din l- investigazzjoni, se jittieħdu passi dixxiplinarji ta' natura sommarja kontra l-kuntistabbli involut li għalihom l-Onor.", "Interpellant se jkun imħarrek biex jagħti x-xhieda tiegħu f'dan il-każ.\".", "Issa għaddew ħames xhur u assolutament għadu ma sar xejn.", "Probabbli dan il- pulizija – ma nafx min hu, naf biss in-numru tiegħu – għadu jiġri u jaqdi s- suppost doveri li huwa rikjest mis-superjuri tiegħu.", "Jiena naħseb li wasal iż-żmien li verament jittieħdu l-passi.", "Id-diskors ta' dan il-kuntistabbli kien jipprovoka l-ġlied u jiena kontra l-ġlied.", "L-aggressivita' li kellu kienet out of proportion u ma kenitx ġustifikata, Sur President.", "Jiena nixtieq inkun naf għaliex dan aġixxa b'dan il-mod.", "Għaliex jiena nirrappreżenta lill-poplu Malti u Għawdxi jew għax huwa ta' dak il- karattru?", "Ma rridx nitfa' dubju ikrah fuq il-korp tal-pulizija imma ma nistax inħalli kuntistabbli jaġixxi b'dak il-mod u jipprovoka l-inkwiet u l- ġlied.", "Dan il-każ ilu jkaxkar aktar minn ħames xhur u nixtieq li jittieħdu l-passi neċessarji fl-interess mhux tiegħi imma tan-nazzjon.", "Nixtieq ukoll li filwaqt li l-korp għandu jagħmel eżerċizju biex jidentifika l-pulizija li għandhom dan it-tip ta' atteġġjament ħażin fil-konfront taċ-ċittadin, irridu naraw għaliex hawn ċerti pulizija - u nafu b'każi reċenti wkoll – li jġibu ruħhom b'mod arroganti maċ-ċittadini ordinarji.", "Ħalli ninsew li jiena membru parlamentari imma ma tistax titkellem b'dak il-mod ma' ċittadin għaddej bil-karozza u tipprovoka l-ġlied.", "Nemmen li l-korp irid jagħfas iżjed biex ċerti pulizija ma jkunux arroganti.", "Hawnhekk niftakar li ftit taż-żmien ilu kont qiegħed l-Irlanda ta' Fuq u hemmhekk iltqajt ma' ċerta Mrs. Nuala O'Loan li hija Police Ombudsman u xogħolha huwa li tinvestiga ilmenti mingħand il-pubbliku kontra l-police officers.", "Din m'hijiex pulizija u m'hemmx pulizija jaħdmu magħha, u hawnhekk nasal għad-dunque.", "Wara kollox hu faċli li niġi nitkellem fuq dan il-każ imma fl-interess tan-nazzjon qed nipproponi biex f'każijiet bħal dawn issir il-ġustizzja pero' qabel ma nipproponi l-Police Ombudsman, nemmen li l-pulizja ma jistgħux ikunu kemm il-prosekuturi kif ukoll il- ġudikanti.", "Irid ikun hemm struttura separata u indipendenti li tiddeċiedi l- każ u l-passi dixxiplinarji li għandhom jittieħdu kontra l-pulizija li jkunu kisru l-kodiċi ta' etika jew xi regolament ieħor.", "Dan il-pulizija partikolari kiser wieħed mill-code of ethics.", "Sur President, l-istituzzjoni tal-police ombudsman hija xi ħaġa pożittiva u nissuġġerixxi lill-gvern biex jaħdem fuq din l-istituzzjoni.", "L- istituzzjoni tal-police ombudsman hija pożittiva għax l-ewwelnett m'għandha l-ebda konnessjoni mal-korp tal-pulizija u f'dan is-sens il-police ombudsman ikun imparzjali u indipendenti.", "Meta jkun hemm entita' separata li tinvestiga l-każ kemm dak li jkun qed jiġi investigat u kemm il-pubbliku in ġenerali jkollu l-fiduċja f'din l-istituzzjoni.", "Għalhekk qed ngħid, aħna ltqajna ma' dawn it-tip ta' każi, nafu through the media x'ġara minn ċerti pulizija kuntistabbli u għalhekk qed nirrakkomanda li jsir police ombudsman u fl-istess ħin il-korp għandu jagħmel ħiltu kollu biex iżomm reputazzjoni tajba u m'għandix dubju li l-parti l-kbira tal-pulizija jagħmlu xogħol siewi.", "Huwa importanti li ma titkissirx ir-reputazzjoni u s- sagrifiċċji li ħafna pulizija u l-familji tagħhom jagħmlu minħabba xi erbgħa ta' din il-kwalita'.", "Sur President, hemm bżonn ta' l-istituzzjoni tal-police ombudsman għax nemmen li l-pulizija ma jistgħux ikunu kemm prosekuturi kif ukoll ġudikanti.", "Qabel nagħlaq, nitlob il-permess tal- Kamra biex inqiegħed xi dokumenti li semmejt tul l-intervent tiegħi fuq il- mejda tal-Kamra.", "MR SPEAKER: Hawn il-permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "STEFAN BONTEMPO: Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Dokumenti relatati ma' aġir ta' kuntistabbli tal-Pulizija fil-konfront ta' l-Onor.", "Stefan Buontempo.", "MR SPEAKER: Il-Kamra hija aġġornata għal għada t-Tlieta, 10 ta' Lulju 2007, fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "LUQA: BINJA FI TRIQ MIKELANG SAPIANIO - IMPACT ASSESSMENTS", "26934.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO PRECA staqsiet lill-Ministru għall- Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' impact assessments saru fuq l-area fejn qed tiġi żviluppata binja li minn dak li qed jintqal se takkomoda madwar 400 housing unit, fi Triq Ħal Tarxien f'Ħal Luqa?", "Jekk saru dawn l-impact assessments f'liema oqsma saru?", "Jekk saru, jista' jqiegħedhom fuq il-mejda tal-Kamra?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Ninsab infurmat li żvilupp fit-triq imsemmija faċċata fuq Triq Tarxien, Triq Mikelanġ Sapiano u Triq Patri Indri Schembri hu kopert b'permess għal żvilupp ta' 150 residenza, 201 garaxxijiet u 29 spazju għall-parkeġġ.", "Sar studju dwar l-impatt tat- traffiku fiż-żona liema dokument huwa diġà aċċessibbli pubblikament mill- Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA).", "SIĠAR TAŻ-ŻEBBUĠ", "26937.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li s-siġar taż-żebbuġ li jinsabu f'Wied Dalam, Has-Saptan, Haz-Zabbar, Fgura u Mġarr Malta huma totalment abbandunati?", "Jista' jgħid meta se jitnaddaf madwarhom qabel jinħarqu u jmutu għax ikun aħjar nieħdu ħsieb dawn is-siġar li jrid snin twal biex jimmaturaw, qabel ma nikkonċentraw biex inħawlu oħrajn ġodda?", "Id- dipartiment x'inhu jagħmel biex jaħseb għal ilqugħ aħjar ta' l-ilma tax- xita sabiex inkunu nistgħu insaqqu dawn is-siġar?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Ninsab infurmat li twaqqaf kumitat sabiex janalizza applikazzjonijiet li saru għal sejħa pubblika sabiex l-immaniġġar ta' dawn l-imsaġar jgħaddi f'idejn il-privat ħalli jisfrutta aħjar il- potenzjal li għandhom dawn l-imsaġar taż-żebbuġ.", "Ir-responsabbiltà ta' ilqugħ ta' ilma taqa' taħt Ministeru ieħor.", "Meta l- immaniġġar ta' l-imsaġar jgħaddi f'idejn il-privat dan jista' jinvesti fil- ħażna ta' l-ilma għat-tisqija.", "ĦADDIEMA LI GĦALQU 61 SENA", "25682.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema f'xi entita' li taqa' taħt ir-responsabbilta' tiegħu li għalqu l-61 sena?", "Minn liema entita' ġejjin?", "Kemm għandhom eta'?", "Għal kemm żmien ingħataw extension u għal liema raġuni?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninsab infurmat illi hemm impjegat wieħed biss li għalaq il-61 sena ma' l-Awtorita' ta' Malta dwar ir-Riżorsi.", "Dan għandu 61 sena.", "Il-kuntratt tiegħu qiegħed jiġi estiż minn xahar għal xahar.", "Din l- extension qiegħda tingħata minħabba li l-Awtorita' ta' Malta dwar ir- Riżorsi għad għandha bżonn is-servizzi ta' dan l-uffiċjal.", "ĦADDIEMA LI GĦALQU 61 SENA", "25683.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l- Ministru tgħid kemm hemm ħaddiema f'xi entita' li taqa' taħt ir- responsabbilta' tagħha li għalqu l-61 sena?", "Minn liema entita' ġejjin?", "Kemm għandhom eta'?", "Għal kemm żmien ingħataw extension u għal liema raġuni?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant rigward impjegati li għalqu l-61 sena u ngħataw estensjoni hija kif murija fit-tabella li tidher hawn taħt.", "|Numru ta' |1 | |ħaddiema | | |Minn liema |Sptar Ġenerali | |sezzjoni ġejjin| | |Eta' |68 | |Grad |Konsulent tal- | | |Ġinekoloġija | |Għalkemm żmien |Għal tnax | |ingħataw |il-xahar li | |extension u |jiskadu f'Awissu | |għal liema |2007 | |raġuni | |", "ĦADDIEMA LI GĦALQU 61 SENA", "25685.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema f'xi entita' li taqa' taħt ir-responsabbilta' tiegħu li għalqu l-61 sena?", "Minn liema entita' ġejjin?", "Kemm għandhom eta'?", "Għal kemm żmien ingħataw extension u għal liema raġuni?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Fl-isptar Zammit Clapp hemm 7 ħaddiema li għalqu -il 61 sena: tnejn għandhom 61, tnejn għandhom 62, tnejn għandhom 63, wieħed għandu 64.", "Fl-isptar Zammit Clapp hemm min għandu extension on a month-to-month basis waqt li oħrajn impjegati fuq part time basis.", "Dawn il-persuni ma jinkludux nies li huma fuq il-Hospital Management Committee jew impjegati bħala konsulenti.", "Dawn il-kuntratti ġew estiżi minħabba l-esiġenzi tal-isptar, tal-esperjenza tagħhom u minħabba li dawn il-persuni kollha huma b'saħħithom.", "L-Awtorita' dwar il-Mediċini għandha magħha żewġ Medical Assessors impjegati b'kuntratt definit.", "Dawn għandhom 72 u 73 sena.", "Il-kuntratti tagħhom jagħlqu wieħed f'Mejju 2007 u l-ieħor f'Ġunju 2007.", "ĦADDIEMA LI GĦALQU 61 SENA", "25687.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema f'xi entita' li taqa' taħt ir-responsabbilta' tiegħu li għalqu l-61 sena?", "Minn liema entita' ġejjin?", "Kemm għandhom eta'?", "Għal kemm żmien ingħataw extension u għal liema raġuni?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-informazzjoni kif mitluba mill-Onor.", "Interpellant tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni fis-seduta waqt il-ħin tat- Tqegħid ta' Karti.", "ĦADDIEMA LI GĦALQU 61 SENA", "25689.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema f'xi entita' li taqa' taħt ir-responsabbilta' tiegħu li għalqu l-61 sena?", "Minn liema entita' ġejjin?", "Kemm għandhom eta'?", "Għal kemm żmien ingħataw extension u għal liema raġuni?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Ninsab infurmat li fl-Awtorità ta' Malta dwar l- Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) persuna waħda għalqet il-61 sena fl-1 ta' Marzu 2007 u ingħatat estensjoni ta' 6 xhur biex ma' jkunx imfixkel il-ħruġ ta' permessi sakemm issir il-handover.", "ĦADDIEMA LI GĦALQU 61 SENA", "25690.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema f'xi entita' li taqa' taħt ir-responsabbilta' tiegħu li għalqu l-61 sena?", "Minn liema entita' ġejjin?", "Kemm għandhom eta'?", "Għal kemm żmien ingħataw extension u għal liema raġuni?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ninsab infurmat li fl-Awtorita' dwar it-Trasport hemm tlett impjegati li għalqu l-61 sena.", "Dawn għandhom 70 sena, 63 sena u 62 sena.", "Dawn il-persuni li kienu diġa impjegati ma' l-Awtorita' qabel ma għalqu l- eta' ta' l-irtirar.", "Tnejn minnhom qegħdin fuq bażi part-time.", "Huma nżammu fl-impieg għaliex l-esperjenza tagħhom hi valida ghall- Awtorita'", "ĦADDIEMA PART-TIME JEW BIL-KUNTRATT", "26046.", "L-ONOR.", "JOSEPH DEBONO GRECH staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' l-Ministru jgħid kemm kellu mpjegati fuq bażi part- time jew bil-kuntratt matul x-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu, 2007 fil- Ministeru, dekasteru u enti tiegħu, li m'humiex uffiċjali pubbliċi, min huma, x'pożizzjoni għandhom u fejn qegħdin jaħdmu, x'salarju jew x'rata jitħallsu biha u minn liema distrett elettorali jiġu?", "Jista' jgħid, jekk il-kuntratt ta' dawn l-impjegati hux definit u għal kemm perjodu f'każ li fl-affermattiv?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant illi fil-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura, matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007, kien hemm 22 impjegat/a li mhumiex uffiċċjali pubbliċi, fuq bażi ta' part-time jew kuntratt definit.", "Fis-Segretarjat Privat tal-Ministeru, dawn l-impjegati qegħdin fuq kuntratt definit li jiġġedded kull sena:", "|Grad |Salarju|Distr| | |(Lm) |ett | |Driver/Security |5,374 |5 | |Driver | | | |Secretariat Pool|5,374 |6 | |Private |9,560 |12 | |Secretary | | | |Assistant |8,316 |5 | |Private | | | |Secretary | | | |Head Minister's |10,818 |5 | |Secretariat | | | |Office |8,316 |5 | |Co-ordinator | | | |Secretariat |2,326 |5 | |Messenger | | | |Secretariat |6,832 |5 | |Officer | | | |Driver/ Security|5,374 |5 | |Officer | | | |Secretariat |5,084 |6 | |Messenger | | | |Secretariat |5,084 |5 | |Messenger | | |", "Dawn l-impjegati qegħdin fuq kuntratt definit li jiġġedded kif jidher hawn taħt:", "|Grad |Fejn |Salar|Dis| | |jaħdmu |ju |tre| | | |Lm |tt | |Chairman/Chi|BICC |10,37|6 | |ef Executive| |0 | | |Officer (3 | | | | |snin) | | | | |EU Funds |EU |8,316|9 | |Manager (3 |Affairs| | | |snin) |& | | | | |Policy | | | | |Develop| | | | |ment | | | |Adviser (6 |Transpo|6,878|9 | |xhur) |rt Unit| | | |Adviser (6 |Ministe|4,242|11 | |xhur) |ru | | | |Executive |VRP |8,798|1 | |Co-ordinator| | | | |Rehabilitati| | | | |on Projects | | | | |(3 xhur) | | | | |Chief |MRA |14,50|11 | |Executive | |7 | | |Officer | | | | |(xahar | | | | |b'xahar) | | | | |Head of |MRA |9,091|12 | |Accounts & | | | | |Administrati| | | | |on (definit | | | | |sa l-31 ta' | | | | |Marzu 2009) | | | | |Project |MRA |6,065|5 | |Officer I | | | | |(sena) | | | | |Project |MRA |6,065|13 | |Officer I | | | | |(sena) | | | |", "Fil-BICC hemm impjegata waħda li taħdem fuq bażi part-time li tagħmel xogħol ta' tindif fl-istess uffiċċju.", "Din titħallas bir-rata ta' Lm2.50/is- siegħa u matul l-ewwel tlett xhur ta' din is-sena tħallset is-somma ta' Lm425.90.", "Din il-persuna hi mis-6 Distrett.", "Fl-MRA hemm segretarja li taħdem fuq bażi part-time.", "Din titħallas is-somma ta' Lm2,625 fis-sena.", "Din il-persuna hi mit-8 Distrett.", "XOGĦOL TA' SUBCONTRACTING", "26047.", "L-ONOR.", "JOSEPH DEBONO GRECH staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' l-Ministru jgħid kemm sewa flus ix-xogħol li sar permezz ta' subcontracting mil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul Jannar, Frar u Marzu 2007 separtament u xahar b'xahar?", "Jista' jgħid jekk għal dan ix-xogħol ħarġitx tender fejn kien hemm bżonn u min kien il- kuntrattur f'kull każ li ngħata x-xogħol u kemm kien l-ammont separatament?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Meta jkun stabbilit li kuntrattur jista' jagħti xogħol ta' subcontracting, allura l-Ministeru jew dipartiment konċernat mhux bilfors ikollu għad-dispożizzjoni tiegħu l-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant għar-raġuni li d-dritt tas-subcontracting jemani mill-istess kuntratt.", "Jekk l-Onor.", "Interpellant irrid informazzjoni fuq xi kas partikolari u/jew qed jirreferi għall-għoti ta' kuntratti pjuttost mill-subcontracting, allura huwa mitlub jiċċara u jerġa' jissotometti mistoqsija parlamentrai oħra.", "DIRECT ORDERS", "26048.", "L-ONOR.", "JOSEPH DEBONO GRECH staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' l-Ministru jgħid jekk ingħatawx direct orders matul Jannar, Frar u Marzu 2007 mil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu u f'każ li fl-affermattiv kemm ingħataw, għal liema raġuni, kemm kien l-ammont u min ingħata d-direct order separatament?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "ĦADDIEMA PART-TIME JEW BIL-KUNTRATT", "26049.", "L-ONOR.", "JOSEPH DEBONO GRECH staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' l-Ministru jgħid kemm kellu mpjegati fuq bażi part-time jew bil-kuntratt matul x-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu, 2007 fil- Ministeru, dekasteru u enti tiegħu, li m'humiex uffiċjali pubbliċi, min huma, x'pożizzjoni għandhom u fejn qegħdin jaħdmu, x'salarju jew x'rata jitħallsu biha u minn liema distrett elettorali jiġu?", "Jista' jgħid, jekk il-kuntratt ta' dawn l-impjegati hux definit u għal kemm perjodu f'każ li fl-affermattiv?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-informazzjoni kif mitluba mill-Onor.", "Interpellant tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni fis-seduta waqt il-ħin tat- Tqegħid ta' Karti.", "XOGĦOL TA' SUBCONTRACTING", "26050.", "L-ONOR.", "JOSEPH DEBONO GRECH staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' l-Ministru jgħid kemm sewa flus ix-xogħol li sar permezz ta' subcontracting mil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul Jannar, Frar u Marzu 2007 separtament u xahar b'xahar?", "Jista' jgħid jekk għal dan ix-xogħol ħarġitx tender fejn kien hemm bżonn u min kien il- kuntrattur f'kull każ li ngħata x-xogħol u kemm kien l-ammont separatament?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Meta jkun stabbilit li kuntrattur jista' jagħti xogħol ta' subcontracting, allura l-Ministeru jew dipartiment konċernat mhux bilfors ikollu għad-dispożizzjoni tiegħu l-informazzjoni mitluba mill- Onor. Interpellant għar-raġuni li d-dritt tas-subcontracting jemani mill- istess kuntratt.", "Jekk l-Onor.", "Interpellant irid informazzjoni fuq xi każ partikolari u / jew qed jirreferi għal l-għoti ta' kuntratti pjuttost mill-subcontracting, allura huwa mitlub jiċċara u jerġa jissotometti mistoqsija parlamentari oħra.", "DIRECT ORDERS", "26051.", "L-ONOR.", "JOSEPH DEBONO GRECH staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' l-Ministru jgħid jekk ingħatawx direct ordersmatul Jannar, Frar u Marzu 2007 mil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu u f'każ li fl-affermattiv kemm ingħataw, għal liema raġuni, kemm kien l-ammont u min ingħata d-direct order separatament?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Matul Jannar, Frar u Marzu 2007 ingħataw dawn id- direct orders kif ġej:", "|Deskrizzjoni |Kuntrattur |Valur| | | |Lm | |Refurbishment |V. J. |7,421| |ta' TDxFLx |Salamone |.37 | |Analyzer |Marketing | | | |Ltd | | |Translokazzjon|AG Packaging|2,655| |i |System Ltd |.00 | |tal-Packaging | | | |Machine | | | |mic-CSSD, SLH | | | |għal Sptar | | | |Mater Dei | | | |Mounting |Associated |17,04| |Brackets |Equipment |9.19 | |għall-Monitors|Ltd | | |għall-Sptar | | | |Mater Dei | | | |Portable |Associated |22,24| |Reverse |Equipment |1.59 | |Osmosis Units |Ltd | | |Qty 13 - 12 |Associated |3,443| |month Bonded |Equipment |.73 | |Carbon |Ltd | | |Glutarldehyde | | | |& Opa filters | | | |Xiri ta' |Technoline |3,929| |Gammex Test |Ltd |.68 | |Objects | | | |għall-Medical | | | |Imaging | | | |Department, | | | |Sptar Mater | | | |Dei | | | |Xiri ta' |Southern |15,42| |Quality |Scientific |8.31 | |Assurance |Ltd, USA | | |Items | | | |għall-Medical | | | |Imaging | | | |Department, | | | |Sptar Mater | | | |Dei | | | |Implants |Synthes Ltd,|3,805| |għall-operazzj|UK |.62 | |onijiet | | | |tal-Ortopedija| | | |Xiri ta' |Barts and |5,022| |Qaulity |the London |.81 | |Assurance |NHS Trust | | |Objects | | | |Substitute | | | |Materials | | | |għall-Medical | | | |Imaging | | | |Department, | | | |Sptar Mater | | | |Dei | | | |Refurbishment |Pharma-Cos |15,70| |ta' Maquet |Ltd |3.80 | |Operating | | | |table columns | | | |Xogħol |Omnitec Ltd |3,597| |fl-entratura | |.22 | |tal-foyer SVPR| | | |Landscapping |Derek Centre|7,311| |f'SVPR | |.20 | |Xogħol ta' |Mr Clean Ltd|6,943| |tindif ġewwa | |.70 | |SVPR | | | |Spare parts |Tetrako Ltd |6,490| |għall-equipmen| |.00 | |t li hemm SVPR| | | |Tindif |ELC |14,16| |tal-ġonna | |0.00 | |ġewwa SVPR | | | |Smantellar ta'|Panta |5,788| |chillers and |Marketing |.00 | |ductwork | | | |Total parental|Baxter |50,24| |nutrition bags|Healthcare |8.78 | | |Ltd - UK | |", "SKEJJEL - XOGĦLIJIET", "26710.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: B'referenza għal mistoqsija parlamentari 26398, jista' l-Ministru jgħid x'xogħol kontinwu qed isir fil-preżent u f'liema skejjel?", "Jista' jgħid x'inhuma l-proġetti li l-FTS qed taħdem fuqhom matul din is- sena u meta huwa maħsub li l-proġett kollu jkun lest?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Tagħrif dwar il-proġetti li qed taħdem fuqhom l-FTS rigward skejjel diġa hu publiku u pubblikat.", "XORB ALKOĦOLIKU", "26845.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-mużuri dwar li żgħażagħ taħt is-16-il sena ma jistax jixtru jew jingħataw xorb alkoħoliku daħlux in vigore?", "Jekk iva, meta?", "Jekk le, għaliex?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għall-Avviż Legali 162 ta' l-2007 li stabbilixxa l-1 ta' Lulju 2007 bħala d-data meta għandu jidħol fis-seħħ dan l-Att.", "LIĠIJIET DWAR ID-DIVERTIMENT", "26846.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk tlestiex ir- rapport tal-kumitat li twaqqaf wara it-traġedja tal-mara żagħżugħa li waqgħet wara party ta' lejliet l-Ewwel tas-Sena ta' sentejn ilu biex jiġu emendati jew rranġati l-liġijiet dwar id-divertiment?", "ONOR.", "TONIO BORG: M'għandi xejn x'inżid mat-tweġiba li tajt għall- mistoqsija parlamentari 24010.", "INVESTIGAZZJONI", "26847.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għall-Familja u Solidarjeta' Soċjali: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 26455, tista' l-Ministru tgħid jekk saritx l-investigazzjoni u x'irriżulta?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Ninsab infurmata li l-investigazzjoni għadha mhix konkluża.", "KORP TAL-PULIZIJA", "26848.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk dawk il-membri tal-Korp li jitkellmu sew b'lingwa barranija hux qed jingħataw xi inċentivi?", "Isiru korsijiet għat-tagħlim ta' lingwi barranin għall-puliżija speċjalment dawk li fid-doveri tagħhom ikollhom x'jaqsmu mat-turisti?", "Kemm fil-fatt hemm membri tal-korp li jitkellmu b'lingwa barranija?", "Jista' jindika liema lingwa jitkellmu?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi l-Korp tal-Pulizija minn żmien għal żmien kien joffri taħriġ f'lingwi barranin, lil dawk il-membri tal-Korp li jkollhom ix-xewqa li jitgħallmu lingwa barranija fuq bażi volontarja.", "Pero' minħabba nuqqas ta' konkorrenza dan it-taħriġ ma baqax ikun organizzat mill-Korp, għalkemm kull membru tal-Korp jista' jitlob sabiex jattendi korsijiet f'lingwi barranin organizzati mill-iStaff Development Organization fl-uffiċju tal-Prim Ministru.", "Infurmat ukoll illi fil-preżent hemm 905 membru tal-Korp li jafu lingwa barranija, fosthom Taljan, Franċiż, Għarbi, Ġermaniż u Spanjol.", "GĦALLIEMA – WARRANT MILL-EFL MONITORING BOARD", "26849.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm għalliema li għandhom warrant mogħtija mill-Monitoring Board biex igħallmu biss il- lingwa Ingliża lill-barranin?", "Dan ikun wieħed temporanju?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li b'kollox hemm 2,332 għalliem li għandhom warrant mogħti mill-EFL Monitoring Board, sabiex jgħallmu l-Ingliz bħala Lingwa Barranija.", "Dan il-warrant ikun wieħed temporanju.", "GĦAWDEX - TFAL DIABETIĊI", "26978.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid x'servizzi jiġu offruti mill-isptar ġenerali ta' Għawdex lill-pazjenti diabetiċi tfal?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Ninsab infurmata li s-servizzi kollha meħtieġa jiġu offruti lill-pazjenti diabetiċi tfal fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex.", "Dawn is- servizzi huma:", "malli jsir d-diagnosis li l-pazjent f'dan il-każ tifel/tifla huwa diabetiku jingħata immediatement il-kura kollha meħtieġa;", "wara jingħata wkoll it-tagħlim u tagħrif meħtieġ lilhom kif ukoll lill- ġenituri tagħhom dwar il-kundizzjoni, l-ikel, l-kura, mediċina li hemm bżonn; u", "jsirulhom ukoll appuntamenti regolari l-outpatients sabiex jsirilhom dak kollu li jkun meħtieġ bħal blood tests u osservazzjonijiet oħra mediċi.", "TELGĦA BAY JUNCTION - TRAFFIKU", "26979.", "L-ONOR.", "ROBERT ARRIGO staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru u l-Awtorita' dwar it-Trasport jikkunsidraw li t- triq jew telgħa Bay Junction li llum saret traffikuża minħabba l-ftuħ ta' hotel kbira, tiġi one way minflok two way bħalma qiegħda llum peress li ħafna karozzi jibblukkaw lil xulxin f'din it-triq?", "Hemm mod kif wieħed jista' jitla' minn din it-triq u jinżel minn Birkirkara Hill?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: It-taqsima għall-Immaniġjar tat-Traffiku talbet lil l-Awtorita' ta' Malta Dwar l-Ambjent u l-Ippjanar kopja tat-Traffic Impact Assessment tal-hotel li għaliha qed tirreferi din il-mistoqsija parlamentari.", "Dan intalab sabiex it-taqsima tkun infurmata bl-istudji li kienu saru dwar l-impatt ta' tali hotel fuq l-inħawi u il-miżuri li kienu gew rakkomandati/deċiżi sabiex jilqgħu għal dan l-impatt fuq Bay Junction u l-inħawi.", "It-taqsima għall-Immaniġjar tat-Traffiku qed tistenna li tirċievi kopja ta' dan it-Traffic Impact Assessment mingħand l-Awtorita' ta' Malta Dwar l- Ambjent u l-Ippjanar.", "TFAL DIABETIĊI", "26980.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' l-Ministru jgħid x'servizzi jiġu offruti mill- istat lill-pazjenti diabetiċi tfal?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nixtieq ninfurmak li s-servizzi b'xejn offruti lit- tfal bid-Dijabete jinkludu:", "servizz professjonali minn tobba u konsulenti;", "servizz professjonali minn dietician u podolġisti;", "programm ta' edukazzjoni u informazzjoni dwar il-kundizzjoni tad-dijabete u l-kura tagħha lit-tfal u l-ġenituri minn tobba u diabetes education nurse;", "servizz ta' psikologa għall-ġenituri u t-tfal;", "mediċini għall-kura tad-dijabete;", "testijiet tad-demm u urina skond il-bżonn;", "strips għall-moniteraġġ tal-livell taz-zokkor fid-demm;", "summer camp li jiġi organiżżat darba fis-sena flimkien mal-Għaqda Maltija Kontra id-Dijabete;", "SKA allowance lill-ġenituri jekk jikkwalifikaw;", "kartuna roża; u", "mediċini kollha fuq il-formalarju.", "GĦAWDEX - BEJGĦ TA' PROPRJETA'", "26981.", "L-ONOR.", "FRANCO GALEA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew reġistrati kuntratti u konvenji ta' bejgħ ta' proprjeta' f'Għawdex fis-snin 2005, 2006, 2007 (sa Mejju)?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 15935.", "GOZO CHANNEL - FOOT PASSENGER RAMPS", "26982.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għall- Kompetittivita' u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm se jiswew ix- xogħlijiet in konnessjoni mal-foot passenger ramps li saru ta' qies differenti milli suppost u allura ma jiffittjawx mal-vapuri tal-Gozo Channel?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li l-allegazzjoni li qed issir fid- domanda ma tirriżultax, fil-fatt ir-rampi ġew maħduma skond id-disinji oriġinali.", "GĦAWDEX: XEWKIJA – TRIQ TORRI GORGUN", "26983.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' Informazzjoni: Peress li r-residenti ta' Triq Torri Gorgun, Xewkija, Għawdex qed jilmentaw minħabba l-fatt li f'din it- triq għad m'hemmx sistema ta' drenaġġ imma għadhom jinqdew bil-fosos, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi pjanijiet biex din is-sitwazzjoni tiġi rimedjata peress li għar-residenti s-sistema preżenti hija ta' nkonvenjent kbir?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l- Ilma qegħda fil-fażi ta' ippjanar tas-sistema sħiħa tad-drenaġġ fl-inħawi tat-triq imsemmija fil-mistoqsija.", "Dan ix-xogħol jinkludi t-tqegħid ta' mejnijiet tad-drenaġġ (Gravity u rising mains) kif ukoll il-bini ta' pumping station.", "Irid isir ukoll l- akwist ta' l-art fejn trid tinbena il-pumping station.", "GĦAWDEX - SKART TAL-KOSTRUZZJONI", "26985.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għal Għawdex: Peress li bħalissa f'Għawdex hemm chaos kbir għaliex il-kuntratturi u dawk kollha involuti fis-settur m'għandhomx fejn jarmu l-iskart tagħhom, tista' l- Ministru tgħid x'passi qed jieħu l-gvern biex din is-sitwazzjoni tissolva?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta diġa' mgħotija għall-mistoqsija parlamentari 26736.", "BORD TA' L-ISPLUSSIVI", "26986.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO PRECA staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il membru se jispiċċa mill-Bord ta' l-Isplussivi?", "Kif isiru l-ħatriet biex jiġu appuntati l-membri fuq dan il-bord?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi hemm membru wieħed li ser jispiċċa minn membru fuq il-Bord ta' l-Isplussivi għax ser jirtira mis-Servizz.", "Fil- fatt diġa' ġie nominat is-sostitut tiegħu.", "Il-ħatriet fuq dan il-bord isiru mill-President ta' Malta fuq parir tal- Ministru responsabbli mill-Pulizija.", "STUDENTI LI TEMMEW L-ISTUDJI TAGĦHOM", "26987.", "L-ONOR.", "JOSEPH CASSAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru jgħid kemm studenti ngħataw il- permess jtemmu l-istudji tagħhom (a) fl-iskejjel tal-Gvern, (b) fl-iskejjel tal-Knisja (ċ) fl-iskejjel privati qabel laħqu l-eta' ta' 16-il sena matul is-sena skolastika li waslet biex tintemm?", "Kemm minnhom kienu subien u kemm bniet u x'kienu r-raġunijiet li temmew l-istudji tagħhom?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "TISFIJA TAD-DRENAĠĠ", "26988.", "L-ONOR.", "JOSEPH CASSAR staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu ż-żewġ proġetti ġodda għat-tisfija tad-drenaġġ li qed isiru f'Malta, jiġifieri fil-limiti tal-Mellieħa u fin-nofsinhar tal-pajjiż?", "Kemm mistenni jkun l-investiment fuq dawn iż-żewġ impjanti, separatament u kemm se jkun il-finanzjament li se joħroġ il-Gvern Malti?", "Min se jiffinanzja l- kumplament taż-żewġ impjanti?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "MARSA - PUMPING STATION", "26989.", "L-ONOR.", "JOSEPH CASSAR staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proġett tat-tisħiħ tal-pumping station tal-Marsa u x'rabta se jkollu mal-bini ta' l-impjant tat-tisfija tad-drenaġġ fin-nofsinhar tal- pajjiż?", "Fiex se jkun jikkonsisti dan it-tisħiħ, għaliex kien hemm il- ħtieġa li jsir u kemm se jiswa l-investiment li mistenni jsir?", "Jikkonferma li dan it-tisħiħ se jkun finanzjat ukoll minn fondi ta' l- Unjoni Ewropea?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "TESTIJIET TAN-NIFS FUQ SEWWIEQA", "26990.", "L-ONOR.", "JOSEPH CASSAR staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm saru matul is-sena li għaddiet u fl-ewwel ħames xhur ta' din is-sena, separatament, testijiet tan- nifs fuq sewwieqa ta' vetturi?", "Kemm minn dawn it-testijiet saru wara li s- sewwieq konċernat kien involut f'xi aċċident tat-traffiku?", "Kemm mit- testijiet li saru rriżultaw pożittiv u kemm kien hemm sewwieqa li rrifjutaw li jagħmlu t-test?", "X'jiġri f'każi fejn sewwieq jirrifjuta li jagħmel it- test u allura l-pulizija ma jistax ikollha provi?", "Kemm persuni tressqu l- qorti akkużati li kienu qed isuqu vetturi b'livell alkoħoliku li jaqbeż il- limitu stabbilit skond il-liġi?", "ONOR.", "TONIO BORG: Il-pulizija żżomm biss statistika dwar testijiet li jirriżultaw pożittivi.", "Ninsab infurmat illi matul is-sena 2006 kien hemm 133 sewwieq/a, li l- Pulizija għamlitilhom it-test tan-nifs wara li r-riżultat fl-ewwel test fit- triq kien pożittiv.", "127 minnhom kienu nvoluti f'inċident tat-traffiku.", "Minn dawn kollha 88 kellhom riżultat pożittiv, filwaqt li 39 irrifjutaw jew it-test ma kienx komplut.", "Ninsab infurmat ukoll illi matul l-ewwel ħames xhur ta' din is-sena kien hemm 64 sewwieq/a, li l-Pulizija għamlitilhom it-test tan-nifs wara li r- riżultat fl-ewwel test fit-triq kien pożittiv.", "16 minnhom kienu nvoluti f'inċident tat-traffiku.", "Minn dawn kollha 44 kellhom riżultat pożittiv, filwaqt li 20 irrifjutaw jew it-test ma kienx komplut.", "Persuna li tirrifjuta jew tonqos milli tagħti kampjun tan-nifs, tkun ħatja ta' reat, skond kif maħsub fl-artikolu 15E(4) tar-Regolamenti tat-Traffiku (Kap. 65).", "F'kull każ fejn kien hemm riżultat pożittiv, jew it-test kien rifjutat jew mhux komplut, ittieħdu proċeduri kriminali quddiem il-Qorti skond il-liġi.", "STALLAR TA' LIFTS", "26991.", "L-ONOR.", "JOSEPH CASSAR staqsa lill-Ministru għall-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru tgħid kemm ilha l-Awtorita' tad- Djar tistalla liftijiet fi blokki ta' akkomodazzjonijiet li nbnew mill- Gvern jew mill-istess Awtorita'?", "Kemm ġew stallati liftijiet kull sena, sa Mejju ta' din is-sena, u x'kienet l-ispiża s'issa?", "Kemm-il familja hu kalkulat li bbenefikat mill-benefiċċju tal-lift?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: It-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant hu kif jidher fit-tabella li tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni fis- seduta waqt il-ħin tat-Tqegħid ta' Karti.", "MALTIN F'ĦABSIJIET BARRANIN", "26992.", "L-ONOR.", "JOSEPH CASSAR staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm Maltin miżmumin f'ħabsijiet barranin, inklużi persuni li għadhom jistennew li jiġu sentenzjati?", "F'liema pajjiżi jinsabu u r-raġuni li għaliha jinsabu miżmuma f'ħabs barra minn Malta?", "Peress li Malta għandha ftehim ta' ripatrijazzjoni ta' priġunieri ma' żewġ pajjiżi, jiġifieri l-Libja u l-Eġittu, jista' l- Ministru jgħid kemm ilhom fis-seħħ dawn il-ftehim, kemm kien hemm priġunieri li bbenefikaw minnu, dwar xhiex instabu ħatja u x'kienet is- sentenza li kienu qegħdin jiskontaw?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta għall-mistoqsijiet parlamentari 23126 u 23612.", "PSC – TRIBUNAL GĦALL-INVESTIGAZZJONI TA' INĠUSTIZZJI", "26994.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm każi fejn il-Public Service Commission iddikjarat uffiċjalment li ma kenitx taqbel ma' xi deċiżjoni u cioe' ma xi sentenza li ngħatat mit-Tribunal għall- Investigazzjoni ta' l-Inġustizzji mit-twaqqif ta' dan it-tribunal sal-lum?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "VANN TA' BEJJIEGĦ TAL-ĦAXIX", "26995.", "L-ONOR.", "MICHAEL ASCIAK staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 26926 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall- Kompetittivita' u Komunikazzjoni u li issa ġie riferuta lilu, u jindaga għalfejn il-vann tal-ħaxix, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, qiegħed jitkeċċa mill-pulizija meta qiegħed xi 800 pied 'l bogħod minn ħwienet oħra?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħtini aktar dettalji tal-persuna u l-post minn fejn allegatament qed ikun imkeċċi dan il- bejjiegħ, sabiex inkun f'pożizzjoni li nitlob it-tagħrif meħtieġ.", "SUSSIDJU LILL-BDIEWA", "26996.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' l-Ministru jagħti breakdown tas-sussidji li tħallsu lill- bdiewa, raħħala u sajjieda separatament matul l-ewwel sitt xhur tas-sena?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Ninsab infurmat li s-sussidji li tħallsu lill- bdiewa, lir-raħħala u lis-sajjieda fl-ewwel sitt xhur tas-sena 2007 huma hekk:", "|Sussidju |Ammont | | |(Lm) | |Pig Meat |481,979.2| | |2 | |Poultry |123,513.6| | |7 | |Eggs |318,169.5| | |4 | |Poultry Gozo |34,352.12| |Eggs Gozo |28,154.98| |Fruit & Vegetables |582,561.2| |(Pitkali) |3 | |Milk |333,621.1| | |5 | |Tomatoes (EU and |675,593.1| |SMPPMA) |7 | |Technical |54,724.20| |Assistance | | |Ad Hoc |56,252.26| |Aid For Deprived |56,727.03| |(incl.", "Lm 6,205.03 | | |transport costs) | | |Rubble Walls |153,311.5| | |6 | |Less Favoured Areas|904,265.2| |(LFA) |9 | |Potatoes |59,342.06| |Arable |53,080.79| |Viticulture (EU and|489,391.5| |SMPPMA) |8 | |Dairy Premium and |250,793.0| |Additional Payment |4 | |Livestock Payments |145,326.2| | |2 | |TOTAL |Lm4,801,1| | |59.11 |", "Din iċ-ċifra ma tinkludix xi għajnuniet finanzjarji li tħallsu lis-sajjieda u lill-bdiewa taħt skemi ta' għajnuna.", "BIĊĊERIJA – MEAT AND DEBONING PLANT", "26997.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' l-Ministru jinfurmani meta se jiftaħ/jopera l-meat and deboning plant fil-Biċċerija?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "BIĊĊERIJA - INĊINERATUR", "26998.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' l-Ministru jinfurmani meta se jibda jopera l-inċineratur?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Ninsab infurmat li l-inċineratur ser jibda jopera iktar tard din is-sena hekk kif il-permessi ta' l-operat ikunu kollha pproċessati u maħruġin mill-awtoritajiet konċernati.", "KORP TAL-PULIZIJA", "26999.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' membri tal-korp tal-pulizija li fl-ewwel sitt xhur tas-sena weġġgħu waqt il-qadi ta' dmirijiethom?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi matul l-ewwel sitt xhur ta' din is- sena kien hemm 30 membru tal-Korp tal-Pulizija li weġgħu waqt il-qadi ta' dmirijiethom.", "MĠARR - HWIENET", "27000.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jirrispondi għall-mistoqsija parlamentari 25999 billi jgħid x'se jsir mill-ħwienet li kien hemm fil-port tax-xatt ta' l-Imġarr, Għawdex u li kienu mikrija mill-Lands lil terzi?", "Jista' jgħid jekk dawn it-terzi humiex sejrin jinstabulhom ħwienet alternattivi jew jekk huma humiex se jingħataw xi forma ta' kumpens?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li l-mistoqsija msemmija saret lill- ministeru ieħor li fit-tweġiba tiegħu ndika li ser jirrispondi f'seduta oħra.", "PERSUNI/KUMPANNIJI MRESSQA L-QORTI", "27001.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni/kumpanniji li l-pulizija ressqet fil-Qorti ta' Malta u Għawdex matul l-ewwel sitt xhur tas-sena?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi matul l-ewwel sitt xhur ta' din is- sena l-Pulizija ressqet 896 persuna quddiem il-Qorti fuq akkużi li l-piena tagħhom taqbeż is-sitt xhur priġunerija.", "SANTA VENERA - SIENJA FI TRIQ MONS DE PIRO", "27003.", "L-ONOR.", "MICHAEL ASCIAK staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Billi hemm sienja sħiħa f'għalqa fi Triq Mons. De Piro, Santa Venera, jista' l-Ministru jara din tistax tiġi ppreservata?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li s-Supratendenza għall- Patrimonju Kulturali se jispezjona l-post imsemmi fil-mistoqsija parlamentari, sabiex ikun jista' jipprepara rapport dwar din il-proposta.", "FORZI ARMATI - INCREMENTS", "27005.", "L-ONOR.", "MICHAEL ASCIAK staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' l-Prim MInistru jagħti nformazzjoni dwar jekk hux sejrin jilħqu joħorġu l-increments fl-armata sa l-aħħar tas-sena?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "PBS - ŻIEDA TA' MPJEGATI", "27007.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid hemmx xi proposta fil-PBS biex jiżdiedu l-impjegati?", "Jista' jgħid jekk hemmx xi deċiżjoni li jiżdiedu l-impjegati?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninsab infurmat li ma ttieħdet ebda deċiżjoni dwar żieda t'impjegati.", "Bħal issa qed issir evalwazzjoni dwar id-dipartimenti ta' l-isports, aħbarijiet u reklamar biex jiġi deċiż kif dawn għandhom jissaħħu biex jitjieb is-servizz lill-udjenzi u lil min jirriklama.", "ŻWIĠIJIET/SEPARAZZJONIJIET", "27009.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kellna żwiġijiet u kemm kellna separazzjonijiet fis-snin 2000, 2001, 2002, 2003, 2004, 2005 u 2006?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi n-numru ta' żwiġijiet fis-snin indikati fil-mistoqsija hu kif ġej:-", "|Sena |Malta |Għawde| | | |x | |2000 |2,164 |173 | |2001 |2,017 |136 | |2002 |2,077 |172 | |2003 |2,169 |181 | |2004 |2,176 |193 | |2005 |2,188 |158 | |2006 |2,285 |184 |", "Dwar in-numru ta' separazzjonijiet, nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat- tweġiba li jien tajt għall-mistoqsija parlamentari 26336.", "WSC - KONT B'INDIRIZZ ŻBALJAT", "27010.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru jara li l- Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma tieħu passi biex ma tibqax tibgħat il-kontijiet tad-dar fi Triq Sant'Elena, Sliema lil min jgħix fir-residenza ta' ħdejha li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "MĠARR - ĦWIENET", "27021.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l- Ministru tgħid x'sejjer isir mill-ħwienet li kien hemm fil-port tax-xatt ta' l-Imġarr, Għawdex u li kienu mikrija mill-Lands lil terzi?", "Tista' tgħid jekk dawn it-terzi humiex sejrin jinstabulhom ħwienet alternattivi jew jekk huma humiex se jingħataw xi forma ta' kumpens?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Peress li l-kirjiet tal-ħwienet propjeta tal-Gvern huma regolati mid-Dipartiment tal-Artijiet nitlob l-Onor.", "Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "GĦADIRA - KAMRA TAS-SAJJIEDA", "27022.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 26895 u jgħid meta se ssir it-tiswija meħtieġa tal-binja magħrufa bħala \"Il-Kamra tas-Sajjieda\" fl-Għadira fil-Mellieħa għax se tkompli ssirilha ħsara kbira u b'periklu li taqa'?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Ninsab infurmat li x-xogħol ta' tiswija meħtieġ fuq \"Il-Kamra tas-Sajjieda\" fl-Għadira fil-Mellieħa ser jibda dalwaqt mill- Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura.", "XOGĦOL MINN KUMPANNIJI TA' KONSULENZA", "27023.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 26907 u jgħid liema xogħol fil-Ministeru tal-Finanzi ġie kuntrattat lil kumpanniji ta' konsulenza u kumpanniji ta' l-awditjar u jekk inħarġux tenders għal dan ix-xogħol?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-informazzjoni kif mitluba mill-Onor.", "Interpellant tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni fis-seduta waqt il-ħin tat- tqegħid ta' karti.", "DJAR – KERA TA' BIĊĊA KURITUR", "27024.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru tara li l-familja, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, tingħata b'kera biċċa mill-kuritur fuq in-naħa ta' wara tad-dar biex ikollha fejn tista' tagħmel kċina diċenti għax bħalissa jkollha tuża kamra li lanqas konnessjonijiet mad-drain ma jista' jkollha?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħti parir lill- persuna ndikata li tmur l-Customer Care tad-Dipartiment għall- Akkomodazzjoni Soċjali biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.", "MTA - ĦADDIEMA", "27025.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra figuri dwar il- ħaddiema kollha ta' l-Awtorita' Maltija tat-Turiżmu, kemm f'Malta kif ukoll barra, kemm full-time, part-time, b'kuntratt u b'konsulenza u jgħid f'kull każ x'inhu x-xogħol tagħhom?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li d-dettalji mitluba mill- Onor Interpellant huma kif gej:", "Impjegati barra minn Malta li huma mħallsin salarju bażiku mill-Payroll lokali - 2 (Diretturi Germanja u UK).", "Impjegati barra minn Malta li huma mħallsin mill-ufficini ta' barra fil- Ġermanja u UK - 14 (3 Managers, 4 Co-ordinators, 7 Executives)", "Impjegati lokali Full Time - 122.", "(5 Diretturi, 1 Konsultent, 14 Senior Managers & Heads, 10 Managers, 9 Assistant Managers, 38 Executives, 6 Divisional Secretaries, 25 Senior Clerks, 4 Clerks, 4 Messenger Drivers, 4 Housekeepers u 2 impressed drivers)", "Impjegati Lokali Full bil-Kuntratt definit - 12 ( 2 Diretturi, 1 Manager, 5 Executives, 2 Senior Clerks u 2 Clerks)", "MTA - SALARJI", "27026.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra lista tal- livelli differenti ta' salarji, allowances u fringe benefits oħra li jgawdu minnhom il-ħaddiema ta' l-Awtorita' Maltija tat-Turiżmu?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li d-dettalji mitluba mill- Onor Interpellant huma kif gej:", "|Grad |Salar|Allowance|Fring|Benefi| | |ju |Taxxabbli|e |ccji | | |Gross| |Benef|Oħra | | |Lm | |its | | | |Fis-S| |Taxxa| | | |ena | |bbli | | |Diret|11,38|2,500 |Karoz|Mobile| |turi |7 | |za u |Phone | |Lokal| | |Fuel |(cappe| |i | | | |d) | |Senio|10,35|3,537 | |Home | |r |0 | | |Phone | |Manag| | | |(cappe| |ers/ | | | |d) | |Heads| | | | | |i/c | | | | | |Depar| | | | | |ts | | | | | |Senio|10,35|1,300 | |Mobile| |r |0 | | |Phone | |Manag| | | |(cappe| |ers/ | | | |d) | |Heads| | | | | |Manag|8,945| 950 | |Home | |ers | | | |Phone | | | | | |(cappe| | | | | |d) | |Assis|8,451|600 | |Home | |tant |.08 | | |Phone | |Manag| | | |(cappe| |ers | | | |d) | |Senio|7,390|400 + | | | |r |.72 |Extra | | | |Execu| |Allowance| | | |tives| |250 - | | | | | |Marketing| | | | | | | | | | | |+ Extra | | | | | |Allowance| | | | | |100 – | | | | | |Enforceme| | | | | |nt | | | | | |+ Extra | | | | | |Allowance| | | | | |100 - | | | | | |Product | | | | | |Planning | | | |Execu|6,491| | | | |tive |.08 | | | | |Secre| | | | | |tarie| | | | | |s | | | | | |Senio|5,751| 400 | | | |r |.40 | | | | |Clerk| | | | | |s i/c| | | | | |of | | | | | |Driv.| | | | | |/Mess| | | | | |Touri|5,751| | | | |st |.40 | | | | |Info | | | | | |Clerk| | | | | |s & | | | | | |Senio| | | | | |r | | | | | |Clerk| | | | | |s | | | | | |Clerk|5,751| | | | |s |.40 | | | | |Offic| | 300 | | | |e |4,749| | | | |Asst.| | | | | |Junio| | | | | |r |4,449| | | | |Offic| | | | | |e | | | | | |Asst.| | | | |", "Il-ħaddiema kollha igawdu minn Health Scheme u Endowment Policy.", "Diretturi Stazzjonati fl-ufficini ta' barra minn Malta (Ġermanja /UK)", "|Grad |Salarju|Allowan| | |Gross |ce | | |Lm |Taxxabb| | |Fis-Sen|li | | |a | | |Lokali (Grad |11,387 |23,829 | |ta' Direttur) | | | |Lokali (Grad |10,350 |26,236 | |ta' Senior | | | |Manager) | | |", "Allowance oħra applikabbli ma' L'emolumneti globali:", "Settling in Allowance - 40 gurnata / jew klassi A jew B. B tiddependi mill- grad.", "Titjira lill-uffiċjal fil-bidu u fl-aħħar tas-servizz tiegħu barra minn Malta.", "Trasport ta' l-affarijiet personali għal / mill post ta' stazzjonar barra minn Malta.", "Insurance ta' saħħa u ħlas ta' 90% għal spejjeż mediċi li ma humiex koperti bl-insurance.", "Hlas tat-telephone calls u kera tat-telephone.", "Allowance għal edukazzjoni tad-dipendenti (100%)", "Kiri ta' karozza inkluz ir-running expenses.", "(Applikabbli biss għad- Direttur tal-Germanja minħabba il-Grad Lokali).", "TIME-SHARE TOUTS", "27027.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' l-Ministru jgħid matul din is-sena s'issa, mill-1 ta' Jannar sat-30 ta' Ġunju 2007, x'passi ttieħdu kontra time-share touts li għadhom idejqu u jabbużaw mit-turisti f'diversi lokalitajiet?", "Jista' jgħid kemm kien hemm time-share touts involuti u f'liema lokalitajiet?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li mill-ewwel ta' Jannar 2007 sat-tletin ta' Gunju 2007 ittieħdu 21 azzjoni legali kontra 18-il outside promotional contact.", "Il-pieni jammontaw għall Lm 6,500.", "L-infrazzjonijiet tal-ligi saru kif gej:", "Qawra 13 Bugibba 1 Sliema 5 San Giljan 1 Mellieha 1", "ĦLAS TA' ĊENS", "27028.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO PRECA staqsiet lill-Ministru għall- Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru tgħid x'se jkun it-titolu legali ta' dawk li qed jiġu nfurmati mill-Awtorita' tad-Djar li jistgħu jifdu ċ-ċens ta' l-art li fuqha kienu bnew id-dar tagħhom meta ngħataw HOS Plot fuq bażi ta' ftehim preliminari fl-1982?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Ninsab infurmata li l-plots maħruġa mill-Awtorita' tad-Djar ingħataw b'titolu ta' ċens perpetwu u, jekk dan iċ-ċens jinfeda, l- art li fuqha nbnew ir-residenzi tkun libera u franka.", "WORK PERMIT", "27030.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-persuna, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separtament, ġiet rifjutata lilu l-work permit?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-work permit tal-persuna indikata ġie rrifjutat għaliex ma jirrizultax ġustifikat skond il-policy.", "SPTAR MATER DEI – XIRI TA' PCs", "27032.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 26731 cioe' wara li ġie sospiż it-tender ta' l-IT ta' l-Isptar Mater Dei, jista' jgħid kemm inxtraw PCs u affarijiet oħrajn relatati mal-informatika li oriġinarjmanet kellhom jkunu koperti mit-tender u jekk dawn inxtrawx b'direct order?", "Min għand min inxtraw u kemm ġew jiswew?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "MITTS - KONSULENTI MANIĠERJALI", "27033.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 26674 u jikkonferma li bħalissa hemm grupp ta' konsulenti maniġerijali li qed jagħmlu xogħol ta' konsulenza dwar l- istruttura u s-sistemi maniġerijali tal-MITTS?", "Jekk iva, liema hi din id- ditta, kif saret is-sejħa għas-servizzi tagħha u liema kienu d-ditti jew kumpanniji oħra ta' konsulenza li ġew ikkonsultati?", "Kemm se jiswa dan l- eżerċizzju ta' konsulenza?", "Kemm mistenni jdum biex jitwettaq?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "SCHENGEN - IT TENDERS", "27035.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 26671 jista' l-Viċi Prim Ministru jwieġeb fir-rigward ta' l-IT tenders kollha marbutin mal-arranġamenti dwar Schengen?", "Min kienu l-adjudication committee members u l-core evaluation committee members f'kull każ?", "ONOR.", "TONIO BORG: Is-sistema ta' IT magħrufa bħala SISoneforall ġiet mogħtija lill-pajjiżi kollha li qed jaspiraw li jidħlu fix-Schengen fit- tkabbir li jmiss mill-Gvern Portugiż.", "Is-sistema l-oħra li eventwalment ser tintuża għas-SIS II ingħatat mill-awtoritajiet Taljani li preżentement qed jgħinu lill-pulizija Maltija fi proġett ta' kooperazzjoni ko-finanzjat mill-Unjoni Ewropea.", "Sistema oħra magħrufa bħala National Stop List qed tiġi żviluppata internament mill-MITTS waqt li ċertu tibdil fis-sistema Personal Identification Secure Comparison and Evaluation System (PISCES) qed isir bħala għajnuna mill-awtoritajiet Amerikani.", "F'dawn iċ-ċirkostanzi ma kienx hemm bżonn li jinħareġ tender u għalhekk l- ebda adjudication committee ma ġie maħtur.", "IBRAĠĠ – GĦALQA FI TRIQ IS-SIEGĦ", "27036.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsiijiet parlamentari 26387 u 26490 u 26688 cioe' : Għandi rapporti li fi Triq is-Siegħ, l-Ibraġġ hemm għalqa li tinfed għal Triq il-Miżieb li qed tintuża bħala rubbish dump u li minkejja li skond il-mapep tal-MEPA hija pproġettata li trid issir Triq il- Wejba, għandha bini fuq art li n-nies ingħataw x'tifhem li hi art tal- gvern.", "Jista' l-Ministru jikkonferma jekk hiex se ssir din it-triq kif indikat fil-website tal-MEPA?", "U jekk iva, jista' jikkonferma wkoll jekk xi bini mbarrat li hemm fl-inħawi ħdejn Triq il-Miżieb li jinfed għal Triq is- Siegħ inbeniex bil-permessi meħtieġa?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "BALZAN - TRAFFIC LIGHTS", "27042.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jara li jiġu nstallati traffic lights fil- junctionbejn Triq Birbal u Vjal il-Bon Pastur/Wesgħa Prof. Guze Aquilina, Hal Balzan peress li matul ir-rush hour hu diffiċli li wieħed jimmanuvra f'dawn it-toroq?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ninsab infurmat li t-Taqsima għall-Immaniġjar tat- Traffiku qed tinvestiga din il-talba ħalli naraw x'jista jsir.", "SPTAR SAN LUQA - TESTIJIET FUQ PAZJENTI", "27043.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' l-Ministru jikkonferma jekk isirux testijiet tad- demm, ECG u chest x-ray bħala rutina fuq kull pazjent li jingħata loppju ġenerali fl-Isptar San Luqa, irrispettivament mill-eta' ta' l-individwu?", "Nista' ningħata wkoll tagħrif dwar kemm tlaħħaq l-ispiża fis-sena biex isiru dawn it-testijiet?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: It-testijiet li jsiru fuq il-pazjenti jsiru meta jintalbu klinikament u mhux b'rutina.", "Numru ta' sorsi awtorevoli jindikaw li r-relevanza ta' dawn it-testijiet dejjem qegħda tonqos.", "L-ispiża ta' dawn it-testijiet ma tistax tingħata għaliex ma tinżammx informazzjoni separata għal kull każ iżda tinżamm informazzjoni b'ċifra globali.", "VALLETTA - PAVIMENTAR", "27044.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' l-Ministru jgħid x'inhu r-rwol tal-Valletta Rehabilitation Project fil-proġett tal-pavimentar tat-toroq tal-Belt?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninsab infurmat li l-proġett tal-pavimentar tat-toroq tal-Belt Valletta qiegħed jitmexxa mid-Dipartiment tal-Bini u l-Inġinerija u mid-Dipartiment tal-Kostruzzjoni u Manutenzjoni fi ħdan it-Taqsima tax- Xogħlijiet.", "Il-Valletta Rehabilitation Project mhux involut direttament fl- eżekuzjoni ta' dan il-proġett.", "VALLETTA - PAVIMENTAR", "27045.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: B'referenza għax-xogħol ta' pavimentar li qiegħed isir fil- Belt Valletta, jista' l-Ministru jgħid għaliex ma ttieħditx l-opportunita' sabiex il-cables ta' l-Enemalta jitpoġġew taħt wiċċ it-triq bħalma sar meta ġew pavimentati toroq oħra?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninsab infurmat illi fi Triq il-Merkanti u t-toroq u l- pjazez tal-madwar, fil-Belt Valletta, il-cables ta' l-Enemalta diġa' għaddejjin minn taħt l-art.", "Barra minnhekk, tpoġġew duet routes ġodda f'każ li l-EneMalta ikollha bżonn tgħaddi xi servizzi ġodda f'din it-triq.", "Tqiegħed ukoll duet route ġdid sabiex jinxtgħel bini storiku f'din it-triq.", "Dan ix-xogħol kollu qiegħed isir bi qbil ma' l-EneMalta li ser tieħu ħsieb ukoll li jtejjbu u jżidu s-sistema ta' street lighting.", "MTARFA BYPASS - STREET LIGHTING", "27046.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju waslu d-diskussjonijiet ma' l-Enemalta sabiex jiġi provdut street lighting fil-bypass ta' l-Imtarfa?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ninforma lill-Onor.", "Nterpellant li ġie deċiż li jsir lighting man-naħa tal-pedestrian facilities li hemm f'din it-triq peress li fi triq se jitwaħħlu il-'cats eyes'.", "VALLETTA - PAVIMENTAR", "27047.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: B'referenza għall-pavimentar ta' toroq fil-Belt Valletta, jista' l-Ministru jgħid meta nħarġet it-tender għax-xiri tal-materjal għall- pavimentar?", "Meta se jibda x-xogħol ta' pavimentar u meta suppost jitlesta?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninsab infurmat illi t-Tender għall-provvista u tqegħid ta' pavimentar fi Triq il-Merkanti u Triq San Ġwann fil-Belt Valletta, ġiet ippublikata fit-13 ta' April, 2007 u għalqet fil-5 ta' Ġunju, 2007.", "Bħalissa għaddej il-proċess ta' aġudikazzjoni ta' l-offerti sotomessi.", "Ix-xogħol ta' pavimentar jinbeda meta tingħata din it-Tender.", "PAVIMENTAR FIL-BELT VALLETTA – PERMESS TAL-MEPA", "27048.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal- permess tal-MEPA għax-xogħlijiet li qegħdin isiru fi triq il-Merkanti u Triq Santa Luċija fil-Belt?", "Dawn il-permessi jinkludu ċ-ċaqliq tal-monti għal quddiem is-suq?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Kopja tal-permess Nru.PA4716/06 kif mitlub mill-Onor Interpellant tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni fis-seduta waqt il-ħin tat-Tqegħid ta' Karti.", "Dan il-permess ikopri x-xogħol fi Triq il-Merkanti u Triq San Ġwann fil- Belt Valletta iżda ma jkoprix ix-xogħlijiet li qegħdin isiru fi Triq Santa Lucia.", "Dawn ix-xogħlijiet huma żvilupp permess skond DNO Class 3 Section 1(ii) – (titjib u manutenzjoni ta' toroq eżistenti).", "Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-permess tal-MEPA ta' dawn ix- xogħolijiet ħareġ wara perjodu ta' evalwazzjoni u konsultazzjoni wiesgħa mal-partijiet kollha konċernati.", "Dan jikkontrasta bil-kbir ma' dak li ġara fuq il-permess ta' Strada Repubblika (PA01017/98) li f'xahrejn kien ġie evalwat u approvat.", "Dwar iċ-ċaqliq tal-Monti, l-Onor.", "Interpellant hu ġentilment mitlub jagħmel din il-parti tal-mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "PROBLEMA FIS-SISTEMA TAD-DRENAĠĠ", "27052.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru jara li ħaddiema mid-dipartiment tad-drenaġġ jaraw il-problema li għandha anzjana li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, peress li jidher li din il-problema hija minn barra?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l- Ilma se tinvestiga dan l-ilment.", "ĊITTADINANZA MALTIJA", "27054.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li tinħareġ iċ- ċittadinanza Maltija lil persuna Bulgara li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li ilha miżżewġa Malti mis-sena 2000?", "Jista' jitmexxa dan il-każ?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li l-applikazzjoni li qiegħed jirreferi għaliha l-Onor.", "Interpellant għadha qed tiġi pproċessata.", "Malli tittieħed deċiżjoni dwar dan il-każ il-persuna konċernata tiġi mgħarrfa biha minnufih.", "SUSSIDJU FUQ DAWL U ILMA", "27055.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru tagħti spjegazzjoni lill-koppja anzjana, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, għaliex ma għadhiex tieħu sussidju fuq l-arloġġ tad-dawl u l-ilma u għaliex mhux tieħu sussidju fuq is-surcharge?", "Tista' tiġi nfurmata direttament?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħti parir lill- persuna ndikata li tmur l-Uffiċċju Distrettwali tad-Dipartiment tas- Sigurta' Soċjali li jkopri l-lokalita' tagħha biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.", "MARDA FIBROMYALGIA", "27056.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' l-Ministru jgħid jekk il-marda Fibromyalgia hijiex rikonoxxuta mill-gvern?", "Kemm hawn minnha Malta?", "X'tip ta' benefiċċju għandhom?", "X'tip ta' pilloli jieħdu għaliha?", "Hemm kumpens għaliha?", "Qatt il-gvern bagħat persuni għall-kura barra l-pajjiż?", "Jekk iva, kemm?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Fibromyalgia hija kundizzjoni li ma hawnx kura speċifika għaliha.", "Mediċini li jintużaw biex itaffu s-sintomi ta' din il- kundizzjoni jinkludu pilloli għal uġieħ, tricyclic antidepressants, selective serotonin reuptake inhibitors u anti-seizure drugs.", "Il- fibromyalgia mhix inkluża fil-lista tax-Schedule V. Għaldaqstant il- pazjenti huma ntitolati biss għal dawn il-mediċini li jistgħu jinkisbu fuq il-kartuna r-roża bħal ma huma l-amitriptyline, fluoxetine, paroxetine, diazepam, paracetamol, ibuprofen, codeine.", "Ma jeżistux studji li jiddeterminaw preċiż il-frekwenza tal-fibromyalgia f'Malta.", "Qatt ma ntbagħtet xi persuna għal kura barra minn Malta.", "BONUS LILL-ANZJANI", "27057.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-bonus ta' Lm58 li jingħata kull sitt xhur lill-anzjani hux taxxabbli?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant illi l-bonus li jitħallas kemm lill-ħaddiema kif ukoll lill-pensjonanti huwa taxxabbli.", "Naturalment dan japplika jekk id-dħul totali tal-persuna jaqbeż it-tax free bracket.", "PILLOLI OMEPRAZOLE", "27059.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għal Għawdex: Peress li l-pilloli Omeprazole-20 huma out of stock mill-Isptar Ġenerali ta' Għawdex u ħafna pazjenti qed ibatu minn inkonvenjenti kbar, tista' l- Ministru tara li din is-sitwazzjoni tiġi rimedjata?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Ninsab infurmata li l-mediċina Omerprazole hija out ot stock fl-istores ta' St. Luke's. Il-problema hija waħda teknika rigward xi reġistrazzjoni li għandha bżonn approvazzjoni biex tinxtara minn barra.", "SMARTCITY", "27060.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 26964 u jgħid kemm hu l-ammont ta' flus li l- Ministeru tal-Finanzi approva għall-investiment tal-gvern fi SmartCity?", "Fhiex jikkonsisti dan l-investiment?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 26964.", "BINI TA' PENT HOUSE", "27061.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 26379, jista' l-Ministru jgħid jekk il-bini ta' pent house hux kopert bil-permess imsemmi fit- tweġiba għall-mistoqsija msemmija?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Ninsab infurmat li l-penthouse li qed jirreferi għaliha l-Onor.", "Membru hija koperta bil-permess PA 5884/05.", "NEFQA FUQ L-ISPTAR MATER DEI", "27062.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa sa' l-1 ta' Lulju, 2007 mill-bidu li twieled il-ħsieb li jinbena sptar fl-area f'Tal Qroqq?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "SPTAR MATER DEI - OPEN DAYS", "27063.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' l-Ministru jgħid min-naħa tad-dekasteru tiegħu kemm kienet in-nefqa u jagħti breakdown ta' din in-nefqa inkluż rati mħallsa lill-ħaddiema li ħadu parti għall-open days li saru f'Mater Dei fit- 30 ta' Ġunju, 2007 u l-1 ta' Lulju, 2007?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: In-nefqa f'overtime tal-ħaddiema li ħadu parti għall- Open Days li saru f'Mater Dei bejn it-30 ta' Ġunju u l-1 ta' Lulju 2007 għadhom qed jiġu verifikati mal-attendenzi.", "L-informazzjoni ser tittpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra la darba tkun lesta.", "SPTAR MATER DEI - OPEN DAYS", "27064.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa u jagħti breakdown ta' din in-nefqa inkluż overtime ta' ħaddiema għall-open days li saru f'Mater Dei fit-30 ta' Ġunju, 2007 u l-1 ta' Lulu, 2007?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "SPTAR MATER DEI – ĊERIMONJA", "27065.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġiet tiswa ċ-ċerimonja li saret fid-29 ta' Ġunju, 2007 fl-isptar Mater Dei?", "Jista' jagħti breakdown ta' dawn l-ispejjeż?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "SPTAR MATER DEI – NEFQA FUQ REKLAMAR", "27066.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' l-Ministru jgħid fl-aħħar tlett xhur, min-naħa tad-dekasteru tiegħu kemm kienet in-nefqa f'reklamar dwar l-isptar Mater Dei fuq it-televiżjoni, radjijiet, gazzetti, magazines, billboards, eċċ?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Il-mistoqsija għandha tiġi riferuta lill-Ministru konċernat.", "SPTAR MATER DEI – NEFQA FUQ REKLAMAR", "27067.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jgħid fl-aħħar tlett xhur, kemm kienet in- nefqa f'reklamar dwar l-isptar Mater Dei fuq it-televiżjoni, radjijiet, gazzetti, magazines, billboards, eċċ?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "SPTAR MATER DEI - RIKLAMI AWDJO-VIŻIVI", "27079.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 26749 li oriġinarjament saret lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil- Komunita' u issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm intnefqu flus f'riklami awdjo-viżivi biex jipproġettaw l-Isptar Mater Dei meta din m'hijiex ażjenda kummerċjali u għaldaqstant kulħadd ser ikun intitolat - almenu għall-bidu - li jagħmel użu b'xejn mis-servizzi mediċi tiegħu?", "B'kollox kemm huwa budgeted li jintefaq f'reklami bejn issa u l-ftuħ uffiċjali ta' l-isptar?", "Minn liema budget qed jittieħdu dawn il-fondi?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "PSC - KAŻIJIET PENDENTI", "27081.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO PRECA staqsiet lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm il-Public Service Commission għandha każijiet pendenti u kemm ilhom pendenti?", "X'inhi l- proċedura li timxi fuqha biex titratta l-każijiet pendenti?", "Hija parti mill-proċedura stabbilita tal-PSC li tibgħat biex tisma' lil kulmin ikun involut fil-każ?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "HAL QORMI - TRIQ PIETRU FELICI", "27082.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid għaliex id-dawl tal-lampi ta' Triq Pietru Felici f'Ħal Qormi qed jinqata' ta' spiss u ta' sikwit ir-residenti li jgħixu f'din it-triq jisfaw fid- dlam?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninsab infurmat li mill-investigazzjonijiet li għamlet l-Enemalta ma jidhirx li hemm problema ta' street lighting fit-triq imsemmija.", "CHADWICK LAKES - TARMAC", "27083.", "L-ONOR.", "DAVID AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jgħid, wara talba li saret minn diversi residenti, lil min ingħatat it-tender biex isir xogħol ta' tarmac fiċ-Chadwick Lakes?", "Kemm hu stmat li jiswa dan ix-xogħol?", "X'xogħol ser isir u meta se jibda dan ix-xogħol?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ninsab infurmat li wara sejħa għall-offerti ta' xogħol it-tenders kienu adgudikati w ix-xogħol ingħata lid-ditta Polidano Brothers.", "Il-valur tax-xogħol huwa ta' madwar Lm35,000 u jikkonsisti l- iżjed fl-asfaltar tat-triq.", "Ix-xogħol mistenni jibda fil-gimgħat li ġejjin. .", "KAPPARA - TINDIF TA' TOROQ", "27084.", "L-ONOR.", "ROBERT ARRIGO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk huwiex veru dak li qed jgħid il-Kunsill Lokali ta' San Ġwann li m'għandux flus mill-gvern ċentrali biex inaddaf it-toroq fil-Kappara?", "Jekk fl-affermattiv, x'jista' jagħmel wieħed biex dawn it-toroq jitnaddfu?", "Peress li l-ġnien Camilleri għadu fi stat ħażin, jista' jgħid jekk dan huwiex minħabba nuqqas ta' flus ukoll?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant illi l-formola ta' finanzjament tal-Kunsilli Lokali tieħu in konsiderazzjoni il-funzjonijiet statutorji kif ukoll l-assi tagħhom.", "Għar-rigward il-Kunsilli Lokali ta' San Ġwann ninsab infurmat illi, għas- sena finanzjarja li qegħdin fiha (i.e.", "2007 - 2008), il-Kunsill ingħata ammont ta' Lm7,272 biex jieħu ħsieb il-ġonna fil-lokalita' tiegħu.", "Għal ġnien G.M.Camilleri in partikolari ġiet allokata s-somma ta' Lm2,106.", "Fejn jirrigwardja knis u qtugħ ta' ħaxix, il-Kunsill Lokali ta' San Ġwann din is-sena ġie allokat is-somma ta' Lm30,797.", "Minn dawn, Lm7,374 huma allokati għall-Kappara.", "SMARTCITY", "27085.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 26965 u jgħid x'tip ta' investiment irid jagħmel il- Gvern in konnessjoni ma' SmartCity?", "X'inhi l-istima biex isiru xogħljiet infrastrutturali li hemm bżonn biex tibda topera SmartCity?", "X'tip ta' xogħlijiet iridu isiru u li ġew approvati mill-Ministeru tal-Finanzi?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Fir-rigward ta' l-ewwel mistoqsija nirreferi lill- Onor. Interpellant għat-twegiba li tajt għal mistoqsija parlamentari 26964.", "Fir-rigward tat-tieni u t-tielet mistoqsija nikkonferma li ma hemm l-ebda xogħlijiet infrastrutturali necessarji biex SmartCity tibda topera.", "Dan minħabba li l-infrastruttura ezistenti hija adegwata għall-ewwel fazi tal- progett.", "Ix-xogħlijiet li huma ppjanati huma necessarji għal-fazijiet sussegwenti tal-progett.", "Nemfasizza li dawn ix-xogholijiet ser jibennefika minnhom in-nofsinhar ta' Malta kollu u mhux il-progett biss.", "Biex ineħħi kull dubbju li jista' jkun hemm ix-xogħolijiet infrastrutturali kollha marbutin mal-progett innifsu huma r-responsabbilta tal-kumpanija SmartCity (Malta) Ltd.", "BENEFIĊĊJU GĦAL MARD", "27086.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO PRECA staqsiet lill-Ministru għall- Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru tgħid għaliex il- benefiċċju għal mard jitħallas fuq bażi ta' sitt ijiem u mhux sebat ijiem, meta ħaddiem irid jiekol u jgħix sebat ijiem u mhux sitta biss?", "U għaliex ma jitħallasx tal-festi pubbliċi?", "Ma jidhrilhiex li din hija inġustizzja u twaddab lura lil dawk il-familji u individwi li jkunu qed jiddependu minn dan il-benefiċċju biss għall-għixien tagħhom?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: L-Att dwar is-Sigurta' Soċjali jipprovdi għall- ħlas ta' benefiċċju kontributorju għal mard għal dawk il-ġranet li persuna normalment taħdem.", "Din hi r-raġuni għaliex dan il-benefiċċju ma jitħallasx għas-sebat ijiem kollha tal-ġimgħa.", "Kif kelli l-okkazzjoni li ngħid pubblikament, anki f'din il-Kamra, bħalissa għaddej studju dwar r-riforma fil-liġi tas-Sigurta' Soċjali u l-punt imqajjem mill-Onor.", "Interpellanti ġie mressaq għall-konsiderazzjoni tal- grupp ta' esperti involuti.", "SMARTCITY", "27087.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 26967 u jgħid kemm intnefqu flus mill-ministeru fi SmartCity matul din is-sena 2007?", "Kemm minn din is-somma kienet għal konsulenza jew pariri legali?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "MITI - IMPJEGATI", "27088.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 26970 u jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema mal- ministeru tiegħu u mal-entitajiet li jaqgħu taħtu, separatament matul din is-sena?", "X'inhu x-xogħol tagħhom?", "X'rimunerazzjoni u jew benefiċċji għandhom u jekk ġewx ingaġġati fuq bażi temporanja jew le?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta se tingħata f'seduta oħra.", "NSO – ĦLAS LILL-ĦADDIEMA", "27096.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jgħid meta se jitħallsu dawk il-ħaddiema mqabbda mill-Uffiċċju ta' l-Istatistika biex jiġbru informazzjoni dwar survey li sar lejn l-aħħar tas-sena 2006?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant illi l-ħlas għas- survey li sar lejn l-aħħar tas-sena 2006 se jkun mas-salarju tat-12 t'Awissu 2007.", "IMPJIEGI MAL-GVERN – CALL FOR APPLICATIONS", "27097.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 26966 u jgħid kemm ġew approvati call for applications għall-impjiegi mal-gvern jew ma' entitajiet tal-gvern matul din is-sena?", "Kemm minn dawn kienu fuq bażi temporanja u kemm fuq bażi indefinita?", "Kemm minn dawn il-call for applications kienu internal u kemm external u x'inhu s-salarju offrut u x'benefiċċji hemm ma' tali mpjiegi?", "Jista' jagħti l-informazzjoni mitluba għas-snin 2005, 2006, 2007?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "SLIEMA – INKONVENJENT FI TRIQ SANTA MARIJA", "27100.", "L-ONOR.", "ROBERT ARRIGO staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Peress li r-residenti ta' St Mary Street, Sliema ilhom għal 99 ġurnata bla rqad, kawża ta' tappieri li qegħdin jagħmlu ħoss kbir minħabba xogħol ħażin li sar minn kuntrattur, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, li ħadem it-triq u li l- pedamenti ta' dawn it-tappieri sar ħażin jew ma sarx, jista' l-Ministru jara li l-ħsarat jitranġaw minnufih mill-istess kuntrattur u forsi jekk hemm xi retention money dan jintuża biex ix-xogħol isir sew?", "F'każ negattiv, min hu responsabbli għal dan ix-xogħol u min allura suppost jirranġa dawn in-nuqqasijiet?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "QAWRA – INGOMBRU FI TRIQ ĠULJU", "27102.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li fi Triq Ġulju Qawra/Buġibba, għad li l-kostruzzjoni li kienet għaddejja tlestiet, is- sodda tat-tower crane ma tneħħietx u hi ta' ngombru u eyesore?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li permessi ta' \"tower cranes\" huma fil-kompitu tal-Kunsill Lokali kkonċernat.", "L-ADT ġibdet l-attenżjoni tal-Kunsill ta' San Pawl il-Baħar biex jieħu azzjoni mmedjata.", "BEJGĦ TA' ART TAL-GVERN", "27103.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid hux minnu li meta nbiegħet il-Jerma Palace Hotel il-gvern biegħ dik l-art tal-gvern li fuqha kien sar encroachment mis-sidien preċedenti?", "Jekk hu minnu, jista' l- Ministru jippreżenta kopja ta' dan il-kuntratt?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li, mhux minnu li meta nbiegħet il- lukanda Jerma Palace f'Marsaskala, il-gvern biegħ xi art tal-gvern.", "PENSJONI LIL ROMOL LI JIBQGĦU JAĦDMU", "27104.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru għall-Familja u Solidarjeta' Soċjali: In vista tal-wegħda li saret fl-aħħar budget u ċioe' illi dawk li jormlu u jkunu kapaċi jaħdmu u effettivament ikunu fl-impjieg m'humiex se jitilfu d-dritt tagħhom li jibqgħu jirċievu l-pensjoni tar- romol u dan b'effett minn Jannar 2007, jista' l-Ministru jgħid x'inhi r- raġuni li tali persuni ġew imċaħħda mid-dritt li jirċievu l-benefiċċju tal- pensjoni għax jinsabu fl-impjieg?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Ninsab infurmata li d-Dipartiment konċernat għaddej b'eżerċizzju biex jiġu identifikati l-persuni li se jibbenefikaw mill-miżura li rrefera għaliha l-Onor.", "Interpellant u qed isir it-tibdil meħtieġ fis-software tas-sistema ta' l-assessment u l-ħlas biex dawn il- benefiċjarji jirċievu l-pensjoni dovuta.", "Ninsab infurmata wkoll li, hekk kif jiġu finalizzati dawn il-proċessi, dawk li għandhom dritt għal din il-pensjoni minn Jannar 2007 ser jirċevuha bl- arretrati minn dik id-data.", "Għalhekk mhux il-każ li jingħad li dawn il- persuni ġew imċaħħda mid-dritt li jirċievu l-benefiċċju dovut.", "RECEIVER OF WRECKS", "27105.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta se jiġi appuntat receiver of wrecks sabiex jiġu mgħoddija skond il-liġi dawk il-bċejjeċ tal-baħar li nstabu abbandunati u li qegħdin isofru ħsara?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li l-Awtorita' Marittima se tieħu l-passi neċessarji biex jinħatar receiver of wrecks.", "MEPA – TIMBER REPLACEMENT SCHEME", "27106.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO PRECA staqsiet lill-Ministru għall- Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-iskema li għandha l-MEPA magħrufa bħala Timber Replacement Scheme, ma tapplikax għal raħal antik bħal Hal Qormi u meta l-istess MEPA tidentifika ħafna mill-area f'dan ir-raħal bħala urban conservation area?", "X'inhi r-raġuni?", "NOR.", "GEORGE PULLICINO: Sal-lum l-iskema kienet limitata għall-Belt Valletta, għall-Floriana u għall-ibliet tal-Kottonera għal raġunijiet ta' limitazzjonijiet ta' fondi.", "MEDIĊINA OMERPRAZOLE", "27107.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO PRECA staqsiet lill-Ministru tas- Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunita': Jista' l-Ministru jgħid għaliex il- mediċina Omerprazole 20mg hija out of stock?", "Kemm ilha out of stock?", "Meta se tkun available fl-ispiżeriji tal-gvern?", "X'qed jiġu offruti l-pazjenti li huma eliġibbli għal mediċini b'xejn u huma ordnati li jieħdu din il- mediċina bħala kura għall-kundizzjoni tagħhom mill-ispiżeriji tal-gvern?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Il-mediċina Omeprazole 20 mg waqgħet out of stock madwar ġimgħa ilu, minħabba żieda fil-konsum fi żmien meta s-servizzi farmaċewtiċi tal-Gvern kien hemm problemi waqt l-aġġudikar tat-tender, ta' natura regolatorja u ta' prezz.", "Is-servizzi farmaċewtiċi tal-Gvern qed jistennew ordni ġdida imminenti.", "Saret ridistribuzzjoni ta' l-istock bejn id-diversi sptarijiet u polikliniċi tal-Gvern sabiex il-pazjenti xorta jibqaw jinqdew kemm jista jkun f'dan il-perjodu fejn il-mediċina spiċċat out of stock.", "TRAFFIKU - LINJI SOFOR DOPPJI", "27111.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-awtoritajiet konċernati b'mod partikolari l-ADT, qed tippermetti ksur tal-liġi billi tħalli li jsiru linji sofor doppji quddiem aċċessi li ma jintużawx bħala garage, stante li l-fond jintuża bħala kċina bħalma hu l-każ fi Triq il- Biedja, Safi?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ninsab infurmat li l-Awtorita Dwar it-Trasport ta' Malta ma tapprovax linji sofor doppji quddiem garaxxijiet.", "Permessi għal linji sofor relatati ma' access liberu għal garaxx, jinħarġu skond il- Policy for Unimpeded Access to Garages.", "Skond l-Att ta' l-Awtorita' Dwar it-Trasport, l-awtorita' hija responsabbli mill-aspetti tat-trasport li jseħħ f'toroq pubbliċi kif definit l-istess att.", "L-Onor Interpellant qed jirreferi għall allegat abbużi relatati mal- uzu ta' propjeta' privata.", "L-Awtorita' m'għandiex dritt bil-liġi li titlob għal aċċess ta' garaxxijiet privati sabiex tivverifika l-użu tagħhom.", "Għaldaqstant, f'każijiet bħal dawn, l-awtorita' tibbaża d-deċiżjonijiet relatati ma' garaxxijiet privati fuq il-permessi tal-bini maħruġin mill- Awtorita' ta' Malta Dwar l-Ambjent u l-Ippjanar.", "TFIGĦ TA' ILMA", "27112.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' l-Ministru, in vista tal-fatt li għad li saru diversi rapporti lid-dipartiment konċernat baqa' inedempjenti u ma ħa l- ebda passi sabiex jara li ma jkun hemm l-ebda traskors ta' tfigħ ta' l-ilma fi Triq l-Imħar, Triq Ġulju, Triq il-Knisja fost toroq oħra f'San Pawl il- Baħar, Qawra u Buġibba?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nixtieq ninforma lil-Onor.", "Interpellant li kull darba li ġie reġistrat xi ilment dwar xi tfigħ jew ħruġ ta' ilma, dan dejjem ġie investigat kontra dak li qiegħed jallega l-Onor.", "Interpellant u dejjem ittieħdu l-passi neċessarji skond il mertu tal-każ mill-ispetturi rispettivi tad-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika.", "Minn spezzjonijiet li saru mill-ispetturi tar-reġjun fil-5 ta' Lulju 2007 f'diversi toroq f'San Pawl il-Baħar, Buġibba u Qawra nkluż dawk indikati jiġifieri Triq l-Imħar u Triq il-Knisja, ma ġie nnutat l-ebda ilma.", "Fir- rigward ta' Triq Ġulju f'Buġibba, l-ilma li kien nieżel mat-triq kien kawża ta' tiswijiet mill-ħaddiema tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma fuq main ta' l-ilma fi Triq Luigi Preziosi.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB", "SKEJJEL - GENERAL HANDS", "W368.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-gradi ta' general hand fl-iskejjel humiex obbligati li jagħmlu ċertu xogħol fil-għoli?", "Jekk fl-affermattiv kemm huwa l-għoli li huma obbligati jitilgħu?", "Barra minn dan x'inhuma l-prekawzjonijiet li huma mitluba jsegwu minħabba raġunijiet ta' saħħa u sigurta'?", "Jista' jgħid ukoll jekk id-Divizjoni tipprovdix dak li huwa meħtieġ għal dan l-għan?", "Jekk fl-affermattiv, x'inhu dan l-apparat?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li fost affarijiet oħra il-general hands huma obbligati jagħmlu xogħol fil-għoli inklużi tibdil ta' bozoz tad-dawl, xogħol ta' manutenzjoni fil-bini bħal tibjid u tikħil.", "Il-prekawzjonijiet li huma mitluba jsegwu huma dawk stipulati fil-Liġi dwar is-Saħħa u s- Sigurta' fuq il-Post tax-Xogħol.", "Id-Divizjoni ta' l-Edukazzjoni tipprovdi dak meħtieġ sabiex titħares is- saħħa u s-sigurta' ta' dawn il-ħaddiema.", "INVESTIGAZZJONI DWAR VULTAĠĠ BAXX TA' DAWL", "W369.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari W358, jista' l-Ministru jgħid jekk saritx l-investigazzjoni meħtieġa u x'irriżulta?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninsab infurmat li minn investigazzjonijiet li saru mar- residenti ta' l-inħawi ma jirriżultax li hemm ilmenti ta' vultaġġ baxx fit- triq imsemmija.", "Nitlob lill-Onor Interpellant ikun aktar speċifiku biex tkun tista' issir investigazzjoni aktar dettaljata.", "TENDER DOCUMENTS TAT-TURF SINTETIKU", "W370.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tat-tender documents tat-turf sintetiku ta' l-iskola Primarja ta' Hal Luqa?", "Kemm kien hemm tenders mitfugħa u kemm kienu kull waħda minnhom?", "Min ġie magħżul u x'kienu r-raġunijiet?", "Min kienu l-membri tal-bord ta' l- għażla?", "Min kien responsabbli ħalli jara li x-xogħol jitwettaq skond dak li ġie mitlub?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ser ngħaddi kopja tat-tender dipartimentali li ġiet pubblikata f'Jannar 2006 mill-Fondazzjoni għall-iSkejjel ta' Għada, li tinkludi d-dokumenti tat-tender tat-turf sintetiku uzat fl-iskola Primarja ta' Ħal Luqa, lill-Onor.", "Interpellant.", "Informat li f'dan il-kaz intefgħu 3 tenders b'offerti kif ġej:", "Allsport International - Lm 11,725", "Sports Planet Ltd - Lm17,525", "Asfaltar Ltd - Lm17,925", "Informat li ntagħzlet l-offerta ta' Allsport International Ltd. għaliex l- offerta kienet skond l-ispeċifikazzjonijiet mitluba u għaliex kienet l- irħas u l-aktar waħda vantaġġjuza.", "Ma kien hemm l-ebda appell fuq id- deċizjoni meħuda.", "Intant il-Bord ta' l-Għazla kien kompost hekk:", "Il-Perit Andrew Ellul Is-Sur Christopher Pullicino Is-Sur Ivan Zammit", "Informat li l-persuna teknika li segwiet it-twettiq tax-xogħol kien il- Perit Leonard Zammit.", "KULLEĠĠ SAN BENEDITTU – TURF SINTETIKU", "W371.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tat-tender documents tat-turf sintetiku u t-track ta' l-iskola sekondarja tal-Kulleġġ San Benedittu ġewwa Hal Kirkop?", "Kemm kien hemm tenders mitfugħa u kemm kienu kull waħda minnhom, separatament għat-track u l- ground?", "Min ġie magħżul u x'kienu r-raġunijiet?", "Min kienu l-membri tal- bord ta' l-għażla?", "Min kien responsabbli ħalli jara li x-xogħol jitwettaq skond dak li ġie mitlub?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ser ngħaddi kopja tat-tender li ġiet pubblikata mid- Dipartiment tal-Kuntratti f'Mejju, 2005 li tinkludi it-tender document tat- turf sintetiku u track sintetiku ta' l-iskola sekondarja tas-subien fil- Kulleġġ San Benedittu f'Ħal Kirkop, lill-Onor.", "Interpellant.", "Informat li intefgħu 9 offerti fid-Dipartiment tal-Kuntratti għal din it- tender tat-turf sintetiku u t-track sintetika bl-offerti għaz-zewġ affarijiet flimkien kif indikat hawn taħt:", "Turf/Track Sports Planet Ltd Lm112,449 Tarkett Ltd Lm 84,788.20 John G. Cassar Ltd Lm115,867 MB Promotions Ltd Lm113,120 EMM Ltd Lm132,948 Sports & Play Ltd Lm 97,304 Three Eight Nine Ltd Lm122,814.80 Mizzi Group, Millennia Ltd Lm 73,672 All Sports International Ltd Lm 71,600", "Informat li ntagħzlet l-offerta ta' Allsports International Ltd għaliex kienet l-irħas u l-aktar waħda vantaġġjuza u skond l-ispesifikkazzjonijiet mitluba.", "Ma kien hemm l-ebda appell mid-deċizjoni tal-Kumitat tal- Kuntratti.", "Informat li l-Bord ta' l-għazla kien kompost mill-Perit Andrew Ellul, is- Sur Chris Pullicino u mis-Sur Victor Battistino mill-Kunsill Malti għall- iSport, waqt li t-Technical Adviser kien il-Perit Leonard Zammit li kien ukoll responsabbli mit-twettiq tax-xogħol li ġie awarded taħt din it- tender.", "SKEJJEL - GROUNDS BIT-TURF SISTETIKU", "W372.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk l-iskejjel tal- gvern fejn għandhom ground bit-turf artifiċjali?", "Meta saru u kemm kienet l- ispiża f'kull każ?", "Jista' jgħid ukoll min għamel ix-xogħol f'kull ground u mingħand min inxtara t-turf sintetiku?", "Jista' jgħid x'maintenance qed isir fil-grounds imsemmija, fosthom kemm-il darba qed jiġu mxarrba u minn fejn qed jinġieb l-ilma f'kull każ separatament?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-informazzjoni kif mitluba mill-Onor.", "Interpellant tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni fis-seduta waqt il-ħin tat- tqegħid ta' karti."]} {"filename": "20060703_406d_par.doc", "date": "2006-07-03", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Uffiċjali u Rivedut) L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 406 It-Tnejn, 3 ta' Lulju 2006 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 406", "It-Tnejn, 3 ta' Lulju 2006", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.01 p.m.", "Talba", "Seduta Nru. 406", "It-Tnejn, 3 ta' Lulju 2006", "WERREJ", "MINUTI 184", "KUNSENS 184", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 184", "TQEGĦID TA' KARTI 190", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR L-EDUKAZZJONI (KUMITAT)", "EDUCATION ACT (AMENDMENT) BILL (COMMITTEE STAGE) 190", "AĠĠORNAMENT 217", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 220", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 405 li saret fit-28 ta' Ġunju, 2006 ġew konfermati.", "KUNSENS", "MR SPEAKER: Ninforma lill-Kamra li l-President ta' Malta għoġbu jagħti l- kunsens tiegħu għal:", "Att Nru VIII ta' l-2006 - Att biex jemenda l-Att dwar Dazju tas-Sisa (Kap. 382).", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "SKAMBJU TA' RIGALI", "17612.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joe Debono Grech) staqsa lill- Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid x'kienet in-nefqa f'rigali li ngħataw minnu jew mill-istaff privat tiegħu matul l-aħħar erba' snin kemm f'Malta kif ukoll barra minn Malta?", "Fiex jikkonsistu r-rigali u lil min ingħataw?", "Kemm flus qamu u min approva x-xiri tagħhom?", "Minn fejn inxtraw?", "Jista' jgħid x'rigali ngħata hu bħala ministru b'reċiproċita`?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni): Il-ministeru tiegħi nefaq is-segwenti f'rigali:", "|2003 |Lm261 | |2004 |Lm309 | |2005 |Lm611 | |2006*|Lm370 |", "sa Mejju 2006*", "L-informazzjoni l-oħra mitluba fil-mistoqsija tirrekjedi ħafna ħin f'riċerka u spejjeż f'pagi li m'humiex ġustifikabbli.", "MR SPEAKER : L-Onor.", "Mizzi, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sur President, nista' nifhem li ċerta informazzjoni titlob ammont ta' ħin biex tinġabar, pero` importanti li nkunu nafu jekk kienx hemm rigali li ngħataw mill-istaff tal-ministru.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jekk qed jirreferi għall-aħħar parti tad-domanda dwar kemm flus intnefqu, dawn l-ammonti ngħataw fir-risposta.", "Rigward il- breakdown tagħhom nimmaġina li hemm xi regolamenti taċ-ċivil, imma biex noqogħdu niċċekkjaw kull rigal wieħed wieħed nispiċċaw ma naslu qatt!", "Jekk l-Onor.", "Interpellant jinsisti fuqha nagħmluha, pero' b'daqshekk m'aħna se naslu mkien, Sur President.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jiena mhux se ninsisti fuqha, pero` naf li hemm ċerta proċedura li trid tiġi segwita għax meta kont ministru jien kienu jsiruli dawn it-tip ta' mistoqsijiet u kont nirrispondihom, naturalment wara li jinġabar it-tagħrif neċessarju.", "Jiena mhux qed ngħidlek biex tipprovdi ċerti dettalji - anke jekk it-tagħrif mitlub jaf ikun utli - pero` ma nimmaġinax li għandu jkun daqstant diffiċli biex inkunu nafu jekk kienx hemm rigali li ngħataw mill-istaff, Sur President.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Sur President, hawnhekk għandi xi payment vouchers u ma nafx jekk hux għal dan li qed jirriferi l-Onor.", "Mizzi.", "DIRECT ORDERS", "18496.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joe Debono Grech) staqsa lill- Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm direct orders ingħataw fil-ministeru u l- kumplament tad-dekasteru tiegħu 'l fuq minn Lm2,000 matul l-2004 u l-2005?", "Jista' jgħid", "kemm kienet tqum kull waħda, lil min ingħatat u min approvaha?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.", "WATER POLISHING PLANT", "18608.", "L-ONOR.", "JOSEPH CASSAR staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid x'inhuma r-riżultati miksuba bl-istallar ta' water polishing plant f'Għawdex?", "Meta ġie istallat l-impjant u fejn?", "Fiex jikkonsisti preċiż u kemm ġie jiswa?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Waqt li l-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jirriferi għat-tweġibiet ta' mistoqsijiet parlamentari 9273 u 16196, inżid ngħid li ġiet istallata t-tieni train, bi produzjoni ta' 1,600 metru kubu ilma kuljum, li mistennija tibda titħaddem sa' l-aħħar ta' Ġunju.", "S'issa m'hemmx ħsieb li jsiru mpjanti simili billi f'Malta l-ilma estratt minn taħt l-art jitħallat ma dak prodott mill-impjanti tar-reverse osmosis għat-titjib tal-kwalita' ta' l-ilma.", "MR.", "SPEAKER: L-Onor.", "Joe Mizzi, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Kemm hu aware il-Ministru li l-qagħda ta' l-aquifer hi mwiegħra, fis-sens li s-salinita` hi f'livell allarmanti u li biex tissolva din il-problema jridu jgħaddu ħafna snin?", "X'inhi tagħmel il-water services corporation?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Forsi \"allarmanti\" mhux l-aħjar terminu li wieħed jista' juża, pero` huwa fatt magħruf li kien hemm over-extraction - speċjalment fiż-żmenijiet meta l-partit Laburista kien fil-gvern qabel l-1987 – u ma kien hemm l-ebda kontroll fuq l-extraction.", "Biex inkun f'pożizzjoni ngħid b'mod dettaljat x'inhi tagħmel il-water services corporation, nitolbu jagħmilli mistoqsija bil-miktub.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Lill-Ministru ngħidlu li veru li fi żmienna kienu tħaffru ħafna boreholes, imma mingħajr ebda dubju ta' xejn dawn żdiedu f'dawn l- aħħar snin u għalkemm is-sitwazzjoni kienet preokkupanti meta konna aħna fil-gvern, il-livell ta' salinita` sa dak iż-żmien kien għadu ma qabiżx is- sinjal aħmar.", "Żgur li m'intix se ssolvi l-problema tas-salinita' billi tagħmel water polishing plant!", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Sur President, ma nafx għalfejn l-Onor.", "Mizzi qed iħallat il-polishing plant ma' l-aquifer meta m'hemm l-ebda rabta diretta bejniethom.", "Il-polishing plant jintuża biex wara li l-ilma tneħħilu l- melħ, tkompli tnaddfu.", "Issa l-aquifer fil-każ tagħna la hu kbir u lanqas hu perfett u allura għandek bżonn tagħmel desalination.", "Anke kieku kellna aquifer perfett, xorta waħda mhux kbir biżżejjed għax nikkonsmaw ħafna aktar ilma milli hemm storjat taħt l-art u allura kemm ir-reverse osmosis u kemm il-polishing plant huma bżonjużi biex ikollna ilma tajjeb għax-xorb.", "Issa l-mistoqsija ta' l-Onor.", "Mizzi hi dwar f'liema livell ta' salinita` wasalna u jekk dan il-livell huwiex allarmanti jew preokkupanti.", "Ejja ninsew l-aġġettivi għalissa, imma żgur li l-istat attwali ta' l-aquifer m'huwiex tajjeb biżżejjed - u ilu hekk għal snin twal, minn mindu l-partit Laburista kien fil-gvern - biex l-ilma jitħalla jintuża waħdu u għalhekk qegħdin inħalltuh ma' l-ilma li jiġi prodott mir-reverse osmosis.", "Rigward x'passi qegħdin jittieħdu biex dan il-livell jinżel bil-mod il-mod, jiena nitolbu jagħmilli domanda bil-miktub għax m'iniex kompetenti biex nirrispondih su due piedi, billi din hija xi ħaġa pjuttost teknika.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jista' il-Ministru jgħid x'ġie deċiż dwar l-impjant tat- tisfija tad-drenaġġ li kellu jsir fl-area li issa ttieħdet bil-proġett ta' SmartCity?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nista' ngħidlu li għada se jagħmluli presentation fuq din il-kwestjoni u l-ġimgħa d-dieħla nkun nista' nagħtih id-dettalji li qed jitlob, Sur President.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Imma presentation dwar xiex?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Il-water services corporation se jagħmluli presentation ta' fejn huma jaħsbu li għandu jiġi rilokat il-post.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Lest li jiddikjara l-Ministru li l-gvern se jkun qed isegwi l-proċeduri normali meta jiġi biex jagħmel dan l-impjant?", "Se jsir environment impact assessment?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Dan il-gvern isegwi l-liġijiet kollha tal-pajjiż, kuntrarjament għal dak li diġa` qiegħed jgħid il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, fis-sens li ċerti liġijiet mhux beħsiebu jsegwihom meta jkun fil-gvern.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Ma jaħsibx il-Ministru li qed jikkontradixxi lilu nnifsu meta sa ftit ilu kien għadu qed isotni li l-gvern, b'ħames siġġijiet aktar mill-oppożizzjoni, m'għandux bżonn jiġi quddiem il-Parlament?", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Sur President, jiena żgur li m'għidtx hekk.", "Nitlob lill- Onor. Mizzi biex imur jaqra d-diskors li għamilt jien u nitolbu li, meta jikkwotani, jikkwotani preċiż.", "Nhar il-Ħamis l-oppożizzjoni se jkollha seba' sigħat biex toqgħod titkellem fuq din il-kwestjoni u l-unika ħaġa li nitolbu hi li jekk se jikkwota, jikkwota dak li għidt jien b'mod preċiż, bla ma jżid jew inaqqas.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Naħseb li l-gazzetti fehmuh tajjeb, sakemm mhux qed jgħid li kulħadd fehmu ħażin!", "Il-gazzetti fehmu kif għidt jiena u cioe` li dik id- dikjarazzjoni li għamel hija theddida serja għad-demokrazija.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Naturalment kulħadd jifhem li jrid - il-Kap ta' l- Oppożizzjoni, l-Onor.", "Mizzi, il-gazzetti – u kulħadd liberu li l- affarijiet idawwarhom kif irid hu u kif jogħġbu.", "Għall-grazzja t'Alla u għas-salvazzjoni ta' kull membru li jagħmel intervent waqt jew f'seduta parlamentari, hawnhekk għandna sistema ta' live recording u allura li jgħodd mhux x'ikunu fehmu l-gazzetti jew x'ikun fehem l-Onor.", "Mizzi, imma dak li nkun għidt jiena kelma b'kelma.", "Dak ma jista' imerih ħadd, Sur President.", "Jiena kulma qed nitlob hu li meta niġi kkwotat kemm mill-ġurnalisti u kemm mill-Onor.", "Mizzi, jekk ma jimpurtax jikkwotawni preċiż - ħalli wara jgħidu li huma fehmu mod ieħor – u jekk xi ħaġa ma nkunx għidtha, m'għandhomx jgħidu li għidtha jiena.", "Dan biss qed nitlob għax mill-bqija l-Onor.", "Mizzi jista' ikompli jagħmilli mistoqsijiet supplimentari aktar milli qed jagħmlu supplimentari fil-logħbiet tal-World Cup!", "Ma nafx hux se nispiċċaw bil-penalties ukoll illum!", "CALLS FOR APPLICATIONS", "18894.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joe Debono Grech) staqsa lill- Ministru għall-Kompetittivita` u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm calls for applications sabiex jiġu mpjegati nies mir- redeployment fi ħdan l-istrutturi tal-gvern fil-ministeru, l-enti u l- kumplament tad-dekasteru minn Ottubru 2005 sal-lum?", "Jista' jgħid x'karigi kien hemm vakanti?", "Kif ġew magħżula l-applikanti, jiġifieri jekk hux b'eżami, fuq bażi ta' kwalifiki jew b'interview?", "F'każ li saru l- interviews, jista' jgħid jekk il-membri ta' l-interviewing board humiex mill-istess ministeru/dekasteru?", "Xi skala huma dawk li tpoġġew f'dawn il- bordijiet?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għall-Kompetittivita` u Komunikazzjoni): Jekk l-Onor.", "Interpellant qed jirriferi għal xi eżerċizzju ta' redeployment fil- każ ta' l-impjegati fi ħdan il-ministeru għall-kompetittivita` u komunikazzjoni, nista' ngħidlu li ma kien hemm l-ebda redeployment.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Dwar ir-riforma fil-portijiet u l-kuntratt li ngħata lill- kumpannija l-oħra tal-burdnara, jista' il-Ministru jgħid x'qed jiġri bit- tariffi li suppost kellhom jinżlu?", "X'inhu dan id-disgwid li hemm bħalissa?", "Niżlu t-tariffi jew ma niżlux?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Sur President, biex inkunu ċari, il-kuntratt tal-cargo handling m'għandu x'jaqsam xejn mal-burdnara.", "Dan il-kuntratt ġie ffirmat ftit tal-ġranet ilu u jispeċifika li se jkun hemm roħs fit-tariffi li jħallsu l-operaturi.", "Iva, nikkonferma li se jkun hemm roħs fit-tariffi u, kif għidt diġa`, ma nistax nifhem il-kwestjoni li għaddejja bħalissa u dan għas-sempliċi raġuni li mhux veru li t-tariffi fil-Port il-Kbir sejrin b'xi mod jogħlew, anzi diġa' għidt li dawn se jinżlu.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Ġaladarba l-Ministru huwa daqshekk ċert li t-tariffi se jinżlu, ikun lest li joffri r-riżenja tiegħu jekk dan ma jseħħx?", "Għax jekk jiġri hekk ikun ifisser li kemm hu jkun falla u kif ukoll il-gvern, Sur President!", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Li nista' ngħid huwa li t-tariffi mhux biss se jinżlu b'5%, kif ħabbart diġa`, iżda fil-ġimgħat li ġejjin se jkun hemm tnaqqis ieħor marbut mas-sistema tat-tariffi li jitħallsu skond il-legal notices li għandna in vigore u allura jiena konvint li matul il-ġimgħat li ġejjin se nkomplu nnaqqsu t-tariffi.", "Naturalment dan ma jfissirx li mhux se jkun hemm min ikun qed jostakola u min jittanta b'xi mod jew ieħor jagħti impressjonijiet żbaljati – mhux qed ngħid għall-Onor.", "Mizzi - pero` m'għandix dubju li in the long run kulħadd għad jasal biex jirrealizza li l-kontijiet se jkunu naqsu b'ferm iktar minn 5%.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mario Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Il-GWU ħarġet tikkritika dan il-ftehim u ddeskrivietu bħala vendikazzjoni magħha.", "Jista' il-Ministru jagħti r-reazzjoni tiegħu għal dan?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Il-fatti huma li ħarġet sejħa għal applikazzjonijiet u r- riżultat hu li ħames organizzazzjonijiet għoġobhom jitfgħu sottomissjoni biex jidħlu għal dan ix-xogħol ta' cargo handling.", "Nista' ngħid li l-GWU, flimkien ma' operatur privat Malti, kienet waħda minn dawn il-bidders, pero` l-bid tagħha ma ġietx meqjusa bħala l-aktar waħda vantaġġuża u l- kuntratt ingħata lil min - skond il-persuni li kienu qegħdin jagħmlu l- evalwazzjoni - kellu l-aħjar bid.", "Naturalment il-GWU għandha kull dritt tgħid li trid, pero` ir-realtajiet huma dawk li semmejt jiena u niskanta kif minkejja li l-GWU għandha esperjenza ta' 30 sena fil-cargo handling, ma kenitx kapaċi tagħmel l-aħjar offerta.", "Il-GWU qalet ħafna affarijiet permezz tas-segretarju ġenerali tagħha fil- gazzetta \"l-orizzont\", pero` dan m'hu veru xejn.", "Ir-riforma fil-portijiet mhux biss trid twassal għal bidla fl-operatur, imma trid tbiddel mill- għeruq is-sistemi kollha fil-portijiet u forsi għalhekk li qed naraw ċertu tfixkil għaddej bħalissa.", "Naturalment f'dan il-proċess hu importanti li jkun hemm kuntrattur li jagħmel ix-xogħol tal-cargo handling u nista' nikkonferma li proprju llum beda bil-ħidma tiegħu, Sur President.", "Jiena ma niskantax li huma diversi dawk li qed jagħmlu ħilithom kollha biex ifixklu, pero` fiduċjuż li matul il-ġimgħat li ġejjin dawk li qegħdin ifixklu jikkalmaw fil-mument li jirrealizzaw li huwa fl-interess tagħhom ukoll li r-riformi li rridu nagħmlu fil-portijiet ikomplu għaddejjin.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Peress li jiena nemmen li bħalma jkun hemm min ifixkel ikun hemm ukoll minn jipprova jitfa' t-tort fuq ħaddieħor, jista' il- Ministru jgħid kif jispjega d-disgwid fuq it-tariffi meta qed jingħad – u dan mhux min-naħa tal-GWU – li ma jistax ikun li dawn it-tariffi jinżlu?", "Kif jista' jasal biex jiddeskrivi dan bħala tfixkil meta hemm min m'għandux x'jaqsam mal-GWU li qed jagħti indikazzjoni li t-tariffi mhux se jinżlu?", "X'assigurazzjoni lest jagħtina l-Ministru li minn dan ir-roħs se jgawdi l- konsumatur u li m'aħniex se niġu f'sitwazzjoni fejn l-ispejjeż li jinżlu min-naħa, jispiċċa jħallas għalihom il-konsumatur?", "X'assigurazzjoni lest li jagħti li se jkun hemm ir-roħs li qal u x'responsabbilta` se jġorr jekk dan ir-roħs ma jseħħx?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Sur President, lill-Onor.", "Mizzi u lill-oħrajn kollha nitlobhom ftit tal-paċenzja sakemm jirrealizzaw li dak li qed jgħid il- gvern se jseħħ.", "Nerġa' nirrepeti li t-tfixkil mhux ġej minn kwartier wieħed imma minn diversi kwartieri, għax jista' ikun hemm min f'dan il- mument partikolari għandu interess jagħti l-impressjoni li l-affarijiet m'humiex kif kien qed jgħid il-gvern.", "Pero` nassigura lil kulħadd li l- gvern matul ix-xhur li għaddew kien qiegħed jaħdem b'mod li jiggarantixxi li l-bidliet ikunu qed iseħħu.", "Ovvjament dawn il-bidliet se jġibu magħhom reazzjoni minħabba l-fatt li l- prattiċi tax-xogħol ta' dawk kollha li għandhom x'jaqsmu mal-port, iridu jinbidlu radikalment.", "Veru li sa ftit taż-żmien ilu kien hemm min kien qed jipponta subgħajh lejn dak u lejn l-ieħor, iżda issa qed jirrealizza li anke hu se jkollu jbiddel.", "Lanqas m'għandi l-iċken dubju li fil-ġimgħat li ġejjin se jibqa' ikun hemm min jipprova jfixkel, pero` eventwalment dan it- tfixkil jispiċċa, jiżdied ix-xogħol u jiżdied ukoll id-dħul għall-ħaddiema tal-port.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sur President, ikolli bilfors nistaqsi jekk dawn humiex garanziji tat-tip li kienu tawna fir-rigward tal-Maltapost – minjaf kemm qalulna li s-servizz se jmur għall-aħjar! – meta llum m'hawnx servizz agħar minn dak tal-posta għax l-ittri tgħidx kemm idumu biex jaslu.", "Kienu qalulna li se jkun hemm strategic partner u issa dan qed jitlob biex joħroġ minnha.", "Forsi dawn huma t-tip ta' garanziji li qiegħed jagħti l-gvern illum?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Sur President, fl-ebda ħin ma tajt xi garanzija fuq l- istrategic partner tal-Maltapost.", "Li qed ngħid huwa li l-operaturi fil- portijiet flimkien mal-kumplament tal-ħaddiema għaddew u se jkomplu għaddejjin minn proċess ta' bidla.", "Kulmin se jintlaqat b'dan il-proċess ta' bidla se jirreagixxi u jagħmel dak kollu possibbli biex ma jitlef xejn minn dak li qabel kien tiegħu.", "Pero` prattikament kulmin jaħdem fil- portijiet irid jgħaddi mill-proċess li jitlef parti minn dak li qabel kien jaħseb li hu dritt tiegħu.", "Dan qed isir biex fl-aħħar mill-aħħar, il- portijiet tagħna jkunu ferm aktar effiċjenti b'mod li l-industrija u l- konsumatur jirrealizzaw li l-gvern b'determinazzjoni qed iwassal għal bidla radikali fil-ħidma tal-portijiet.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jista' il-Ministru jgħid jekk ħaddieħor jistax jagħmel xogħol simili fil-każ ta' din il-kumpanija?", "Tista' xi kumpanija oħra tagħmel xogħol ta' cargo handling fil-port?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Sur President, il-gvern s'issa mexa' bil-proċedura ta' call for applications għal operatur f'parti mill-Port il-Kbir.", "Naturalment f'dan il-port hemm diversi postijiet oħrajn li fuqhom nistgħu nagħmlu operazzjonijiet ta' cargo handling.", "Pero` f'dan l-istadju hemm żewġ sites biss, wieħed kull naħa tal-Port il-Kbir u dawn ingħataw lil dan il- kuntrattur partikolari.", "Allura f'dan l-istadju m'huwiex possibbli li jkun hemm ħaddieħor li jagħmel xogħol ta' cargo handling fil-port.", "Eventwalment wieħed irid jara wkoll kif jiżviluppaw l-affarijiet u kemm se jiżdied ix-xogħol fil-portijiet tagħna, Sur President.", "SAFAR UFFIĊJALI", "18895.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joe Debono Grech) staqsa lill- Ministru għall-Kompetittivita` u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm uffiċjali fi skala 14, 15 jew 16 siefru fuq xogħol tal-gvern matul l- 2005 u minn Jannar 2006 sal-lum?", "X'kienet id-destinazzjoni u r-raġuni tas- safra?", "X'kien in-numru ta' iljieli?", "Kemm flus qamet kull safra?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jista' il-Ministru jikkummenta dwar l-akkuża li uffiċjali mpjegati mal-maritime authority fil-qasam ta' l-ispettorat, ma għandhomx il- kwalifiki meħtieġa biex jagħmlu dan ix-xogħol?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Sur President, ma saret l-ebda akkuża li xi mpjegati li jaħdmu fl-ispettorat tal-portijiet m'humiex kwalifikati biex jagħmlu x- xogħol li qegħdin jagħmlu.", "Il-kwestjoni rrapportata fil-gazzetti f'dawn il- ġranet hija dwar il-mod ta' kif qiegħda ssir l-interpretazzjoni, anke min- naħa ta' l-Unjoni Ewropea, dwar liema persuni jistgħu jew ma jistgħux jagħmlu ċerti spezzjonijiet u x'esperjenza u prattika għandhom bżonn.", "B'difiża sħiħa ta' l-impjegati, l-MMA u l-Gvern Malti qegħdin isostnu li bħalma ġara f'pajjiżi oħra membri ta' l-Unjoni Ewropea, għandu jkun hemm perijodu ta' transizzjoni ta' sentejn li fih dawk diġa' impjegati ma' l-MMA - mhux dawk li ġew impjegati wara – u li kienu jagħmlu xogħol ta' spetturi bħala port state inspectors, jingħataw l-istess opportunita` li ngħataw spetturi oħrajn f'pajjiżi oħrajn membri ta' l-Unjoni Ewropea sabiex ma jkunx hemm diskriminazzjoni.", "Tajjeb li wieħed jgħid hawnhekk ukoll - biex ma nagħtux l-impressjoni li qegħdin nitkellmu fuq xi mijiet ta' ħaddiema - li n-numru ta' inspectors involuti huwa anqas minn ħamsa.", "Minkejja dan, il-Gvern ta' Malta jidhirlu li bħalma port state inspectors f'pajjiżi oħrajn ingħataw id-dritt li jibqgħu joperaw ladarba kienu in place meta pajjiżhom daħal fl-Unjoni Ewropea, allura anke l-port state inspectors ta' pajjiżna għandhom jibqgħu jagħmlu dan ix-xogħol.", "CALLS FOR APPLICATIONS", "18896.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joe Debono Grech) staqsa lill- Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' il-Ministru jgħid kemm calls for applications kien hemm sabiex jiġu mpjegati nies mir-redeployment fi ħdan l-istrutturi tal-gvern fil-ministeru, l-enti u l-kumplament tad- dekasteru minn Ottubru 2005 sal-lum?", "Jista' jgħid x'karigi kien hemm vakanti?", "Kif ġew magħżula l-applikanti, jiġifieri jekk hux b'eżami, fuq bażi ta' kwalifiki jew b'interview?", "F'każ li saru l-interviews, jista' jgħid jekk il-membri ta' l-interviewing board humiex mill-istess ministeru/dekasteru?", "Xi skala huma dawk li tpoġġew f'dawn il-bordijiet?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura): Ma kien hemm l- ebda call for applications minn Ottubru 2005 sal-lum sabiex jiġu mpjegati nies mir-redeployment fil-ministeru għar-riżorsi u infrastruttura, l-enti u l-kumplament tad-dekasteru.", "SAFAR UFFIĊJALI", "18897.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joe Debono Grech) staqsa lill- Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' il-Ministru jgħid kemm uffiċjali fi skala 14, 15 jew 16 siefru fuq xogħol tal-gvern matul l-2005 u l-2006?", "X'kienet id-destinazzjoni u r-raġuni tas-safra?", "X'kien in-numru ta' iljieli?", "Kemm flus qamet kull safra?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Fil-ministeru għar-riżorsi u infrastruttura ma kien hemm l-ebda uffiċjal tal-gvern fi skala 14, 15 jew 16 li siefru fuq xogħol tal-gvern.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-Mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "TONIO BORG (Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern): Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar l-anzjanita` ta' l-imħallfin flimkien ma' tagħrif ieħor, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 19915;", "Tagħrif dwar l-ammont ta' droga maqbuda mill-pulizija mill-1998 'il quddiem, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 19931; u", "Rapport dwar l-effiċjenza tal-kunsilli lokali għall-perijodu bejn Awissu u Novembru 2005.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Louis Galea.", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi): Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar l-għadd ta' studenti fl-iskejjel primarji u sekondarji tal-gvern fis-sena skolastika 2005/2006, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 19892.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar safar minn delegazzjonijiet immexxija minni matul l-2005 u 2006, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 18898; u", "Tagħrif dwar infiq fuq il-manutenzjoni ta' vetturi tal-gvern fil-każ ta' uffiċjali fi skala 4 sa 1, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 18899.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR L-EDUKAZZJONI", "EDUCATION ACT (AMENDMENT) BILL", "L-ordni għall-Kumitat ġie moqri", "FIL-KUMITAT", "L-Onor Mario de Marco, Viċi President tal-Kumitati, jippresjedi.", "(Ikompli mit-28 ta' Ġunju, 2006)", "Klawsola 4 (Kont.) - Emenda ta' l-artikolu 2 ta' l-Att prinċipali.", "Clause 4 – (Cont.) - Amendment of article 2 of the principal Act.", "(Posposta mit-28 ta' Ġunju, 2006)", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, qabel ma bdejna din id-diskussjoni għaddejt lill-Onor.", "Abela kopji ta' emendi li għandhom x'jaqsmu ma' dan l- abbozz ta' liġi.", "Aħna konna pposponejna l-klawsola biex formalment inkun nista' nippreżenta l-emenda.", "Għaldaqstant issa nipproponi l-ewwel emenda li ressaqt biex tiġi rtirata.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn qbil?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-Kumitat qabel li emenda ''A'' tiġi rtirata.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, issa se nipproponi din l-emenda:", "''D'' Klawsola 4 għandha tiġi emendata kif ġej:", "1) minflok il-paragrafu (a) tagħha għandu jidħol dan li ġej:", "\"(a) fit-tifsira ta' \"Bord tal-Fakulta'\", minflok il-kliem \"mwaqqaf bl-artikolu 36;\" għandhom jidħlu l-kliem \"mwaqqaf bl-artikolu 80;\" \"; (b) minflok it-tifsira ta' \"bżonnijiet edukattivi speċjali\" għandha tidħol din it-tifsira ġdida:", "\"\"bżonnijiet edukattivi individwali\" ikollha l-istess tifsira mogħtija lilha bl-artikolu 45(2);\" \".", "2) il-paragrafi (b), (c), (d), u (e), tagħha għandhom jiġu rienumerati paragrafi (c), (d), (e) u (f) rispettivament;", "3) fit-tifsira ta' \"entita'\" li hemm fil-paragrafu (e) kif rienumerat, minflok il-kliem \"jew taħt; xi liġi oħra u \"entitajiet\" għandha tiftiehem skond hekk;\" għandhom jidħlu l-kliem:", "\"jew taħt xi liġi oħra u \"entitajiet\" għandha tiftiehem skond hekk:", "Iżda għall-finijiet biss ta' xi jedd li uffiċjal jew persunal jista' jkollu taħt l-Ordinanza dwar il-Pensjonjiet (Kap. 93) u l-Att dwar il-Pensjonijiet lil Nisa Romol u Tfal Iltiema (Kap. 58) taħt it- Taqsima IX ta' dan l-Att, \"entita\" tinkludi wkoll l-Università u l- Kulleġġ Malti ta' l-Arti, Xjenza u Teknoloġija inkorporat f'dan l- Att b'Taqsima VIII;\".", "4) il-paragrafi (f), (g), (h), u (i) għandhom jiġu rienumerati paragrafi (h), (i), (j) u (k) rispettivament;", "5) minnufih wara l-paragrafu (f) kif rienumerat għandu jidħol il-paragrafu li ġej:", "\"(g) it-tifsira ta' \"Kodici ta' Mġieba\" għandha titħassar;\";", "6) il-paragrafu (i) kif rienumarat għandu jiġi emendat kif ġej:", "a) minflok il-kliem \"minflok it-tifsiriet \"Kunsill ghall-Edukazzjoni\"\" għandhom jidħlu l-kliem \"minflok it-tifsiriet ta' \"Kunsill\", \"Kunsill għall-Edukazzjoni\" \"; u", "b) minnufih qabel it-tifsira ta' \"Kurrikulum\" li hemm fih għandha tidħol din it-tifsira ġdida li ġejja:", "\" \"Kunsill\" tfisser il-korp ta' tmexxija ta' l-Università mwaqqaf bl-artikolu 76;\";", "7) il-paragrafi (j), (k), (l) u (m) tagħha għandhom jiġu rienumerati (m), (o), (p) u (q) rispettivament;", "8) minnufih wara l-paragrafu (k) kif rienumerat għandu jidħol il-paragrafu li ġej:", "\"(l) fit-tifsira ta' \"Rettur\", minflok il-kliem \"mwaqqaf bl-artikolu 30\" għandhom jidħlu l-kliem \"mwaqqaf bl-artikolu 74\";", "(9) minnufih wara l-paragrafu (m) kif rienumerat għandu jidħol il- paragrafu li ġej:", "\"(n) fit-tifsira ta' \"Senat\", minflok il-kliem \"mwaqqaf bl-artikolu 34\" għandhom jidħlu l-kliem \"imwaqqaf bl-artikolu 78\" \";", "(10) minflok il-paragrafu (o) kif rienumerat għandu jidħol dan li ġej:", "\"(o) \"minflok it-tifsira ta' \"skola\" għandha tidħol it-tifsira li ġejja:", "\"\"skola\" tfisser istituzzjoni li r-riżorsi tagħha kemm ta' persuni u kemm ta' oġġetti huma ordinati sabiex jitmexxew 'l quddiem l- edukazzjoni u t-taħriġ ta' persuni oħra permezz tat-tixrid tat- tagħrif u t-tkabbir tat-tagħlim, u, għall-finijiet ta' liċenza biex tiftaħ skola taħt dan l-Att, tinkludi istituzzjoni edukattiva u ta' taħriġ ta' edukazzjoni avvanzata u ogħla kif definiti fl- artikolu 63 ta' dan l-Att, iżda ma tinkludix la l-Università jew il-Kulleġġ Malti għall-Arti Xjenza u Teknoloġija inkorporat b'Taqsima VIII ta' dan l-Att, u lanqas istituzzjoni għat-tmexxija 'l quddiem ta' edukazzjoni u tagħrif ta' natura esklussivament jew kważi esklussivament reliġjuża;\";", "(11) il-paragrafu (p) kif rienumerat għandu jiġi emendat kif ġej:", "a) minflok il-kliem \" \"skola ta' l-Istat\" u \"Tribunal Skolastiku\" \" għandhom jidħlu l-kliem \" \"Skola ta' l-Istat\", \"Tribunal Skolastiku\" u \"Università\"; u", "b) minnufih wara t-tifsira ġdida ta' \"uffiċjal pubbliku\" li hemm fih għandha tidħol it-tifsira ġdida li ġejja:", "\" \"Università \" tfisser l-Universita' ta' Malta mwaqqfa bl- artikolu 72;\".", "\"D\" Clause 4 shall be amended as follows:", "(1) paragraph (a) shall be renumbered as paragraph (b) thereof, and immediately before paragraph (b) as renumbered there shall be added the following new paragraph:", "\"(a) the definition \"Code of Behaviour\" shall be deleted;\";", "(2) paragraphs (b) and (c) shall be renumbered as paragraphs (c) and (d) respectively;", "(3) paragraph (c) as renumbered shall be amended as follows:", "(a) for the words \" \"Council for Education\" \" there shall be substituted the words \" \"Council\", \"Council for Education\" \"; and", "(b) immediately before the definition \" \"curriculum\" \" there shall be added the following definition:", "\" \"Council\" means the governing body of the University established by article 76;\";", "(4) in paragraph (d) as renumbered, in the definition \"entity\", for the words \"or under any other law, and \"entities\" shall be construed accordingly;\" there shall be substituted the words:", "\"or under any other law, and \"entities\" shall be construed accordingly: Provided that only for the purposes of any right pertaining to any officer or staff member under the Pensions Ordinance (Cap, 93) and the Widows and Orphans' Pensions Act (Cap.", "58) under Part IX of this Act, \"entity\" also includes the University and the Malta College of Arts, Science and Technology incorporated into this Act by Part VIII;\";", "5) immediately after paragraph (d) as renumbered there shall be added the following new paragraph;", "\"(e) in the definition \"Faculty Board\", for the words \"article 36\" there shall be substituted the words \"article 80\";\";", "(6) paragraph (d) shall be renumbered as paragraph (f), and immediately thereafter there shall be added the following new paragraph:", "\"(g) the definition \"special educational needs\" shall be deleted and immediately after the definition \"head of school\" there shall be added the following definition:", "\" \"individual educational needs\" shall have the meaning assigned to it by article 45(2);\";\";", "(7) paragraphs (e), (f), (g) and (h) shall be renumbered as paragraphs (h), (i), (j) and (k) respectively, and immediately thereafter there shall be added the following new paragraph:", "\"(l) in the definition \"Rector\", for the words \"article 30\" there shall be substituted the words \"article 74\";\";", "(8) paragraph (i) shall be renumbered as paragraph (m), and paragraph (m) as renumbered shall be amended as follows:", "(a) for the words \" \"School Council\" and \"State School\" \" there shall be substituted the words \" \"School Council\", \"State School\" and \"University\" \"; and", "(b) for the words from \"and in the definition \"school\" \" to \"or vocational levels,\";\" there shall be substituted the following:", "\"and for the definition \"school\" there shall be substituted the following:", "\" \"school\" means an institution the resources of which, both of persons and of things, are ordained towards the promotion of the education and training of other persons through the dissemination of knowledge, and, for the purposes of a licence to open a school under this Act, it includes an educational and training institution of advanced and higher education as defined in article 63 of this Act, but does not include the University or the Malta College of Arts, Science and Technology incorporated by Part VIII of this Act, nor an institution for the promotion of instruction and knowledge of an exclusively or almost exclusively religious character;\";\";", "(9) immediately after paragraph (m) as renumbered there shall be inserted the following new paragraph:", "\"(n) in the definition \"Senate\" for the words \"article 34\" there shall be substituted the words \"article 78\";\";", "(10) paragraphs (j) and (k) shall be renumbered as paragraphs (o) and (q) respectively; and", "(11) immediately after paragraph (o) as renumbered, there shall be added the following new paragraph:", "\"(p) immediately after the definition \"Senate\" there shall be inserted the following new definition:", "\" \"University\" means the University of Malta established by article 72;\";\".", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Rimarki?", "Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-uniku kumment ċkejken li rrid nagħmel hu li fid- definizzjoni ta' « skola » ilqajt is-suġġeriment li kien għamel l-Onor.", "Edwin Vassallo bil-mod kif iddefinixxejtha u pprovajt ukoll nilqa' s-sens ta' direzzjoni li ta l-Onor.", "Abela meta indika li jekk ikollna distinzjoni bejn skola u istituzzjonijiet edukattivi ta' edukazzjoni avvanzata u ogħla jkun aħjar.", "Naħseb li kif inhi definita issa tinkludi d-diversi kummenti li saru.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il- mistoqsija hija l-emenda ''D''.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda ''D'' għaddiet nem. con.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 4 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 4, kif emendata, għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill- Abbozz ta' Ligi.", "Klawsola 6 (Kont.) - Żieda ta' Taqsima ġdida ma' l-Att prinċipali.", "Clause 6 (Cont) - Addition of new Part to the principal Act.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Rimarki?", "Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, nipproponi li nirtira ż-żewġ emendi li ressaqt fl-aħħar seduta in konnessjoni ma' din il-klawsola.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn qbil?", "(Onor. Membri : Iva)", "Il-Kumitat qabel li emendi \"B\" u \"C\" jiġu rtirati.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, issa se nipproponi din l-emenda:", "\"E\" Klawsola 6 għandha tiġi emendata kif ġej:", "1) fl-artikolu 8 li hemm fiha, il-kliem \"fil-livelli ta' edukazzjoni obbligatorja\" għandhom jitħassru;", "2) fit-test Ingliż biss tas-subartikolu (2) ta' l-artikolu 9 li hemm fiha:", "(a) minflok il-kliem \"In particular this Directorate has the function and duty:\" għandhom jidħlu l-kliem \"In particular the functions and duties of this Directorate shall include:\";", "b) fil-paragrafu (b) tiegħu, il-kliem \"each school's development plan for\" għandhom jitħassru u minflok il-kliem \"including the syllabi\" għandhom jidħlu l-kliem \"including each school's development plan, the syllabi\";", "c) fil-paragrafu (c) tiegħu, minflok il-kliem \"that there is provided professional development that is regular and continuous at the level\" għandhom jidħlu l-kliem \"the provision of regular and continuous professional development at a level\";", "d) fil-paragrafu (i) tiegħu, minflok il-kliem \"the maximum use possible\" għandhom jidħlu l-kliem \"the maximum possible use\";", "(3) Fit-test Ingliż biss ta' l-artikolu 11 li hemm fiha:", "a) fis-subartikolu (1) tiegħu, minflok il-kliem \"as required in State schools\" għandhom jidħlu l-kliem \"as required in the State colleges, schools\";", "b) fis-subartikolu (2) tiegħu:", "i) minflok il-kliem \"In particular, among its functions and duties, this Directorate shall:\" ghandhom jidhlu l-kliem \"In particular this Directorate shall:\";", "ii) fil-paragrafu (c) tiegħu, il-kliem \"and the tools for\" għandhom jitħassru;", "iii) fil-paragrafu (d) tiegħu, minflok il-kliem \"which is possible done,\" ghandhom jidhlu il-kliem \"which is possible,\";", "iv) fil-paragrafu (l) tiegħu, il-kliem \"disability and special\" għandhom jitħassru;", "v) fil-paragrafu (p) tiegħu, minflok il-kliem \"including the supply of a transport school service\" għandhom jidħlu l-kliem \"the provision of a school transport service\";", "vi) fil-paragrafu (t) tiegħu, minflok il-kliem \"by the Minister about the working conditions\" għandhom jidħlu l-kliem \"by the Minister concerning the working conditions\";", "vii) fil-paragrafu (v) tiegħu, minflok il-kliem \"ensure the fullest application and use possible of systems\" għandhom jidħlu l-kliem \"ensure the fullest possible application and use of systems\";", "viii) fil-paragrafu (w) tiegħu, minflok il-kliem \"and be treated\" għandhom jidħlu l-kliem \"and be dealt with\";", "(4) Fit-test Ingliż biss ta' l-artikolu 13 li hemm fiha, minflok il- kliem \"and conduct a dialogue\" għandhom jidħlu l-kliem \"and dialogue\";", "(5) It-test Ingliż biss tas-subartikolu (2) ta' l-artikolu 16 li hemm fiha, għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:", "\"(2) A Directorate shall have access to all information which another Directorate, the Colleges and schools may possess, and is entitled to request and obtain all data it may require from students, parents, personnel and from public and private educational institutions, and this data shall be given to it within a reasonable time from the date of request.\";", "(6) Fis-subartikolu (2) ta' l-artikolu 18 li hemm fiha, minflok il-kliem \"dawk id-dmirijiet li jistgħu jiġu preskritti jew jistgħu jiġu assenjati lilhom\" għandhom jidħlu l-kliem \"dawk id-dmirijiet li jistgħu jiġu assenjati lilhom\"; u", "(7) Fis-subartikolu (1) ta' l-artikolu 19 li hemm fiha, minflok il-kliem \"Uffiċjali, awtorizzati bil-miktub kif imiss mid-Direttur Generali tad- Direttorat għal Kwalita` u Standards fl-Edukazzjoni\" għandhom jidħlu l- kliem \" Uffiċjali bi kwalifiċi rilevanti kif jista' jkun meħtieġ u awtorizzati bil-miktub kif imiss mid-Direttur Generali tad-Direttorat għal Kwalita` u Standards fl-Edukazzjoni\".", "\"E\" Clause 6 shall be amended as follows:", "(1) in article 8 therein, the words \"in the compulsory educational levels\" shall be deleted;", "2) in the English text only of subarticle (2) of article 9 therein:", "a) for the words \"In particular this Directorate has the function and duty:\" there shall be substituted the words \"In particular the functions and duties of this Directorate shall include:\"", "b) in paragraph (b) thereof, the words \"each school's development plan for\" shall be deleted and for the words \"including the syllabi\" there shall be substituted the words \"including each school's development plan, the syllabi\";", "c) in paragraph (c) thereof, for the words \"that there is provided professional development that is regular and continuous at the level\" there shall be substituted the words \"the provision of regular and continuous professional development at a level\";", "d) in paragraph (i) thereof, for the words \"the maximum use possible\" there shall be substituted the words \"the maximum possible use\";", "3) In the English text only of article 11 therein:", "a) in subarticle (1) thereof, for the words \"as required in State schools\" there shall be substituted the words \"as required in the State colleges, schools\";", "b) in subarticle (2) thereof:", "i) for the words \"In particular, among its functions and duties, this Directorate shall:\" there shall be substituted the words \"In particular this Directorate shall:\";", "ii) in paragraph (c) thereof, the words \"and the tools for\" shall be deleted;", "iii) in paragraph (d) thereof, for the words \"which is possible done,\" there shall be substituted the words \"which is possible,\";", "iv) in paragraph (l) thereof, the words \"disability and special\" shall be deleted;", "v) in paragraph (p) thereof, for the words \"including the supply of a transport school service\" there shall be substituted the words \"the provision of a school transport service\";", "vi) in paragraph (t) thereof, for the words \"by the Minister about the working conditions\" there shall be substituted the words 'by the Minister concerning the working conditions\";", "vii) in paragraph (v) thereof, for the words \"ensure the fullest application and use possible of systems\" there shall be substituted the words \"ensure the fullest possible application and use of systems\";", "viii) in paragraph (w) thereof, for the words \"and be treated\" there shall be substituted the words \"and be dealt with\";", "(4) In the English text only of article 13 therein, for the words \"and conduct a dialogue\" there shall be substituted the words \"and dialogue\";", "(5) The English text only of subarticle (2) of article 16 therein, shall be substituted by the following:", "\"(2) A Directorate shall have access to all information which another Directorate, the Colleges and schools may possess, and is entitled to request and obtain all data it may require from students, parents, personnel and from public and private educational institutions, and this data shall be given to it within a reasonable time from the date of request.\";", "(6) In subarticle (2) of article 18 therein, for the words \"such duties as may be ordered or as may be assigned to them\" shall be substituted the words \"such duties as may be assigned to them\"; and", "(7) In subarticle (1) of article 19 therein, for the words \"Such officers, as may be duly authorised in writing by the Director General of the Directorate for Quality and Standards in Education\" there shall be substituted the words \"Such officers with relevant qualifications as may be necessary and duly authorised in writing by the Director General of the Directorate for Quality and Standards in Education\" .", "Sur President, il-biċċa l-kbira ta' dawn l-emendi huma maħsuba biex iġibu t- test Ingliż konformi mat-test Malti.", "Tajjeb li nispjega bħala nota ġenerali li l-abbozzar ta' din il-liġi sar bil-lingwa Maltija, imbagħad intbagħat għat-traduzzjoni li fil-biċċa l-kbira kienet tajba pero` kien hemm xi punti li ma jkunux ġew mifhuma u allura ma jkunux ġew tradotti b'manjiera li tirrifletti l-kliem tat-test Malti.", "Sur President, fuq l-ewwel paragrafu tal-klawsola diġa` tkellimna ftit fl- aħħar seduta fejn mill-artiklu 8 kif propost fi klawsola 6 ta' dan l-abbozz ta' liġi qed inneħħu l-livell ta' edukazzjoni obbligatorja għaliex diversi tawni l-parir li d-direttorat għall-kwalita` u l-istandards għandu wkoll ikollu mansjoni f'oqsma ta' servizzi u programmi edukattivi li jistgħu jsiru għall-edukazzjoni ta' l-adulti jew affarijiet oħrajn ta' dan il- livell.", "Mit-tieni sal-ħames paragrafi qegħdin hemm biex nirranġaw l-Ingliż skond il-Malti u fis-sitt paragrafu qed nirranġaw it-test Malti għaliex dehrilna li s-sentenza \"dawk id-dmirijiet li jistgħu jiġu preskritti jew jistgħu jiġu assenjati lilhom\" tkun aħjar u aktar sempliċi jekk nagħmluha \"dawk id-dmirijiet li jistgħu jiġu assenjati lilhom\" u dan għaliex dawn huma funzjonijiet tad-direttur ġenerali.", "Jekk lid-direttur ġenerali ngħidulu li jrid jippreskrivi, ifisser li biex jagħti ordnijiet lill- uffiċjali tiegħu, dawn irid jagħmilhom b'regolament u dehrilna li dik hija xi ħaġa li m'hijiex desiderabbli.", "Apparti dawn, hemm is-seba' paragrafu li żidna llum.", "Dan sar biex jiġu ċċarati xi punti li tqanqlu mill-MUT u biex ukoll niċċaraw li meta qed nagħtu funzjoni lill-uffiċjali edukattivi jew lid-direttorat għal kwalita` u standards li jagħmel spezzjoni ta' skola jew jidħol fi skola jew jidħol fi klassi, qatt ma kellna f'rasna li dawn ikunu uffiċjali mhux kwalifikati.", "Dawn iridu jkunu uffiċjali kwalifikati u allura bażikament hemmhekk qed inżidu l-kliem \"uffiċjali bi kwalifiki rilevanti kif jista' jkun meħtieġ\".", "Għall-argument, jekk id-direttorat irid jagħmel spezzjoni għall-finijiet tal-kondizzjonijiet nazzjonali minimi, u allura rridu naraw jekk il-lifts, per eżempju, humiex safe eċċ, il-kwalifiki rilevanti f'dak il-każ huma ta' inġinerija jew ta' perit.", "Jekk wieħed se jagħmel spezzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-kontenut tal-programmi edukattivi, il-kwalifiki rilevanti huma l-kwalifiki ta' l-edukazzjoni eċċ.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Carmelo Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Sur President, peress li l-emendi l-oħrajn tressqu fis- seduta ta' qabel, se nikkummenta biss fuq il-paragrafu 7.", "FiI-fatt dan huwa marbut ma' artiklu 18 kif propost fi klawsola 6 ta' dan l-abbozz ta' liġi li qed jitkellem fuq l-ispettorat edukattiv.", "F'din l-emenda qed nitkellmu fuq uffiċjali u aħna nafu li hemm kemm uffiċjali edukattivi kif ukoll uffiċjali oħra.", "Issa nifhem li l-emenda mressqa għal klawsola 19 fejn qed ngħidu \"setgħa ta' dħul u ta' spezzjoni\" qed inwessgħuha ftit aktar fis- sens li ma naħsibx li bħala impjegati mad-direttorat għal kwalita` u standards fl-edukazzjoni se jkun hemm technicians esperti fil-lifts anke jekk jista' jkun hemm għax naħseb li d-diviżjoni stess għandha t-technical branch illum.", "Wisq probabbli jeżistu dawn il-persuni pero` jista' jagħti l- każ li fuq ċerti oqsma speċifiċi jkun hemm bżonn, kif qal il-ministru, li jiġi inġinier u ma naħsibx li hemm inġiniera impjegati mad-diviżjoni.", "Allura nifhem li hawnhekk qed inwessgħuha aktar f'dan is-sens pero` qed nassumi li din tinkludi kemm uffiċjali edukattivi msemmija qabel f'artiklu 18 kif ukoll l-uffiċjali l-oħra li qed insemmu.", "Allura dawn l-uffiċjali għandu jkollhom awtorizzazzjoni bil-miktub meta nafu li dawn qegħdin f'dik is-section apposta proprju fuq l-ispettorat edukattiv?", "Jew hawnhekk qed nitkellmu biss fuq persuni oħrajn li m'humiex impjegati b'mod dirett mad- direttorat għal kwalita` u standards li jagħmlu parti mill-ispettorat edukattiv u qed jiġu minn barra bħala inġiniera esperti, per eżempju, - ħalli nibqgħu fuq l-eżempju li semma l-ministru - fir-rigward ta' lifts?", "Kif qed nifhmuha b'dan il-kontest?", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Din hija mistoqsija importanti, Sur President.", "Hawnekk qed nitkellmu fuq il-parti tal-liġi li titkellem dwar l-ispettorat edukattiv u x-xogħol ewlieni tiegħu huwa li jkun ta' appoġġ għall-iskejjel, għall-għalliema u għall-klassijiet billi jgħin fl-evalwazzjoni tal- programmi edukattivi u billi jipprovdi gwida u essenzjalment dawn huma funzjonijiet edukattivi.", "L-artiklu 18 kif propost fi klawsola 6 ta' dan l- abbozz ta' liġi qed jitkellem fuq dan pero` d-direttorat għal kwalita` u standards għandu wkoll funzjoni regolatorja li għandha x'taqsam mar- regolamentazzjoni tal-bini.", "Per eżempju, xi ħadd japplika għal-liċenzja ta' skola u jinqalgħu kwestjonijiet dwar jekk ikunux qed jiġu osservati jew le l-kondizzjonijiet nazzjonali minimi.", "Sal-lum skond il-liġi, id-direttur ta' l-edukazzjoni - f'ċertu sens lanqas jiena - ma kellux il-poter li jordna spezzjoni fuq proprjeta` privata.", "Il-proprjetajiet tal-gvern huma tagħna u nidħlu fihom imma meta teżamina l-liġi attwali ssib li ma jirriżulta minn imkien li l-ministru jew id-direttur ġenerali ta' l- edukazzjoni jista' jqabbad lil xi ħadd u bil-forza tal-liġi jidħol ġo premises li jkunu qed jintużaw għal skopijiet edukattivi biex huwa jkun jista' jispezzjonahom.", "Ladarba qed noħolqu s-setgħa li uffiċjali jistgħu jidħlu f'kulleġġi, skejjel, klassijiet u postijiet fejn isir it-tagħlim u jispezzjonaw, din is- setgħa għandha tiġi eżerċitata b'responsabbilta`.", "Allura", "dawn l-uffiċjali li jagħmlu dawn l-ispezzjonijiet iridu jkunu awtorizzati.", "Jekk uffiċjal imur fi skola privata jew tal-knisja, il-kap ta' dik l-iskola għandu kull dritt jistaqsik min awtorizzah u kif awtorizzah.", "Dawn huma affarijiet li s'issa ma kellniex fil-liġi anke jekk ġeneralment kienu jiġu aċċettati mill-awtoritajiet ta' l-iskejjel privati u ta' l-iskejjel tal- Knisja.", "Pero` issa qegħdin nassiguraw li dan il-proċess ikun proċess formali biex kulħadd ikollu s-serħan tal-moħħ li min ikun qed jaġixxi f'din il-kariga jkun awtorizzat skond il-liġi.", "Issa qegħdin ngħidu li din mhux se tkun kwalunkwe persuna, imma se tkun persuna kwalifikata fis-suġġett ta' l-ispezzjoni.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Jiġifieri din l-emenda hija aktar maħsuba għall- iskejjel tal-knisja u privati milli għal dawk statali?", "Il-ministru qal li din l-emenda li qed iressaq illum qed jagħmilha wkoll wara diskussjonijiet li kellu ma' l-MUT biex jilqa' t-talba tagħhom.", "Jien kont qed nifhem li forsi seta' kien hemm xi oġġezzjoni jew inkella xi talba għal kjarifika mhux biss min-naħa ta' l-iskejjel mhux governattivi imma anke minn dawk statali.", "Ma nafx jekk hux qed nifhem tajjeb u għaldaqstant nitlob lill- ministru biex din jiċċaraha ftit.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-MUT xtaqet tiċċara s-sitwazzjoni dwar dawn l- uffiċjali li jiġu awtorizzati msemmija f'subartiklu (1) ta' l-artiklu 19 kif propost fi klawsola 6 ta' dan l-abbozz ta' liġi.", "Dan kien il-punt.", "Jien ħsibt li din il-manjiera għandha tiġi ċċarata billi ngħidu li dawn irid ikollhom il-kwalifiki rilevanti.", "Issa biex inti tispezzjona skola ta' l-Istat m'għandekx bżonn xi awtorizzazzjoni speċjali.", "Din il-problema tinħoloq x'ħin tiġi biex tispezzjona proprjeta` privata, jiġifieri l- awtorizzazzjoni hemm bżonnha għas-settur privat u mhux dak statali.", "Jekk xi ħadd se jirrapporta dwar il-proċessi tat-tagħlim ta' skola privata, l- uffiċjali se jmorru jaraw x'qed jiġri imma xi ħadd jista' jgħidlek li dawn l-uffiċjali ma jistgħux jidħlu għax l-iskola hija proprjeta` privata.", "B'din l-emenda, l-uffiċjali se jkunu jistgħu jidħlu.", "Meta qed ngħidu li qed nirregolaw l-iskejjel mhux statali, qed insemmu wkoll il-manjiera kif tista' tirregola xi aspetti bħalma huma, per eżempju, osservanza ta' kondizzjoniijet, standards u regolamenti li jsiru b'din il-liġi.", "Irid imur xi ħadd u jidħol hemm ġew imma kif tista' tidħol ġo proprjeta` privata?", "Għalhekk irridu noħolqu l-funzjoni li biha tista' tagħmel dan.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Jien qed nifhem l-iskop ta' din l-emenda u huwa ovvju li dan l-aktar li japplika huwa għas-settur mhux governattiv.", "Jien qed nagħmel tajjeb li norbot artiklu 19 kif propost fi klawsola 6 ta' dan l- abbozz ta' liġi ma' dak ta' qablu?", "Jien naħseb li dawn għandhom ikunu marbutin flimkien, hux hekk?", "Jekk uffiċjal edukattiv – li huwa magħruf li huwa uffiċjal edukattiv kemm mas-settur governattiv kif ukoll mas-settur non-governattiv – imur fi skola tal-gvern, dan m'għandux bżonn awtorizzazzjoni bil-miktub filwaqt li jekk imur fi skola non-governattiva, irid l-awtorizzazzjoni bil-miktub.", "Issa ħalli nżommu l-eżempju tal-lift ħalli nibqgħu niftiehmu.", "Fejn m'hemmx inġiniera bħala impjegati mad-direttorat, kemm għall-iskejjel tal-gvern kif ukoll għall-iskejjel li m'humiex tal-gvern, se jkollna bżonn inġibu n-nies minn barra s-settur pubbliku.", "F'dak il-każ, anke biex jidħol fi skola tal- gvern, wieħed irid xi forma ta' awtorizzazzjoni peress li huwa terza persuna u m'huwiex impjegat tal-gvern b'mod dirett.", "Per eżempju, jekk jien immur fi skola tal-gvern u ngħid li jien inġinier tal-lifts, il-kap ta' l- iskola se jistaqsini dwar x'għandi x'nuri dwar dan.", "Qed ngħid dan biex l- affarijiet ikunu ċari.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, l-artikli 18 u 19 kif proposti fi klawsola 6 ta' dan l-abbozz ta' liġi għandhom dimensjoni u enfasi differenti pero` huma komplimentari.", "Artiklu 18 għandu x'jaqsam mal- verifika tal-kwalita` tal-proċess tat-tagħlim fl-iskejjel u allura hemmhekk wieħed qiegħed jitkellem fuq uffiċjali edukattivi li huma n-nies kompetenti biex janalizzaw dik it-tip ta' ħaġa.", "Artiklu 19 huwa artiklu li qiegħed jassigura li jekk id-direttorat għal kwalita` u standards għandu bżonn jagħmel spezzjonijiet f'postijiet li m'humiex ta' l-Istat, dan se jkun jista' jagħmlu.", "Issa jekk ikun irid jintbagħat xi ħadd li m'huwiex uffiċjal għaliex id- direttorat ma jkollux in-nies tal-kompetenza meħtieġa, dawn it-terzi persuni jkunu akkumpanjati mill-uffiċjali pubbliċi.", "Ovvjament fl-iskejjel tagħna l-ħin kollu jidħlu nies biex jagħmlu l-maintenance u dwar dawn ma toqgħodx tikkomplika l-ħajja ta' kulħadd b'din il-burokrazija.", "Jiġifieri hemm dan is-sens ta' amministrazzjoni bilanċjata, imma l-aktar li ridna nagħmlu hu – dan mhux għaliex illum qed ikollna xi ostaklu – li nkunu ċerti li r-regolatur ikollu l-forza legali li jesiġi spezzjoni ta' post privat.", "Rigward l-iskejjel ta' l-Istat m'għandniex diffikulta` u llum id-direttorat għal kwalita` u standards fl-edukazzjoni se jibda jħares lejn l-iskejjel ta' l-istat b'lenti differenti.", "Qabel kien iħares lejhom bil-mod konflittwali li jrid jirregola l-iskejjel li huma tiegħu stess u issa d- direttorat se jkun jista' jħares lejn l-iskejjel ta' l-Istat b'manjiera ħafna iktar indipendenti milli kien jagħmel sal-lum, imma xorta jibqgħu skejjel ta' l-Istat.", "Għalhekk wieħed għandu aktar faċilita` biex jispezzjona.", "Bl-artiklu 19 ma rridux nagħu l-impressjoni li qed niltaqgħu ma' diffikultajiet vis-à-vis is-settur edukattiv non-governattiv imma aħna ridu nkunu ċari li din it-tip ta' setgħa teżisti legalment just in case għada pitgħada jinqala' xi każ.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Jien qed nifhem dak li qed jgħid il-ministru u sal- lum naħseb li l-bon-sens qed jirbaħ anke mas-settur mhux governattiv għax wieħed qed iħares lejn din id-diviżjoni bħala regolatur u allura bilfors ikollu bżonn dawn is-setgħat li qed nitkellmu fuqhom.", "Minkejja li sal-lum din is-setgħa m'hijiex qiegħda fil-liġi, is-settur non-governattiv xorta jagħti l-kunsens tiegħu għal dawn it-tip ta' spezzjonijiet.", "Li qed ngħid huwa li f'artiklu 19 kif propost fi klawsola 6 ta' dan l-abbozz ta' liġi jingħad il-kliem \"proċess tat-tagħlim\" u nħoss li din il-frażi qed tiġbor dak li qed ngħidu f'subartiklu (2) ta' artiklu 18 kif propost fi klawsola 6 ta' dan l-abbozz ta' liġi fejn hemm definit x'inhu dan il-proċess tat- tagħlim.", "Allura mhux biss qed nitkellmu fuq proċess ta' tagħlim imma kif semma l- ministru qed nitkellmu wkoll fuq standards u fuq osservazzjonijiet ta' kondizzjonijiet, policies u regolamenti stabbiliti anke dwar il-bini fih innifsu.", "Għalhekk jien qed norbot l-artikli 18 u 19 kif proposti fi klawsola 6 ta' dan l-abbozz ta' liġi u ngħid li huma pjuttost kumplimentari għal xulxin għaliex l-uffiċjali edukattivi u l-uffiċjali l-oħra li huma msemmija f'subartiklu (2) ta' l-artiklu 18 għandu jkollhom is-setgħa li jagħmlu spezzjonijiet anke fejn jidħol il-qasam mhux governattiv biex fl- aħħar mill-aħħar jkunu kif inhuma l-EOs li qegħdin hemmhekk kemm għas- settur pubbliku u kemm għal dak mhux pubbliku.", "Fejn jidħlu terzi persuni – jiġifieri nies li ma jkunux impjegati mad- diviżjoni llum u mad-direttorat għada - naħseb li l-prattika li jkun hemm xi uffiċjal pubbliku magħhom, anke fis-", "settur pubbliku, għandha tiġi kkonsidrata.", "Irridu naraw jekk huwiex worth it li litteralment naħlu persuna biex toqgħod babysitter ma' ħaddiem ieħor għax naħseb li dak ir-riżors uman jista' jintuża b'mod aktar effiċjenti.", "Allura jekk ikun hemm instructions mid-direttur ġenerali biex it-tali persuna tat-tali kumpannija tmur tagħmel spezzjoni bħala inġinier fil-lift ta' skola tal-gvern, naħseb li din għandha tkun bil-miktub ukoll.", "Jien din naraha li għandha żewġ tifsiriet; waħda li bil-liġi issa se tkun ċara li r- regolatur għandu s-saħħa li jidħol jagħmel spezzjoni anke fis-settur mhux governattiv meta jkollu written instructions mid-direttur ġenerali u l-oħra li fejn jidħlu terzi persuni li m'humiex impjegati direttament mad- direttorat, dawn se jkollhom bżonn written instructions anke meta jagħmlu spezzjoni fi skola governattiva.", "Issa l-ministru semma li dawn ikunu akkumpanjati pero` jien naħseb li għandna nikkonsidrawha din għalkemm ma nafx jekk hemmx xi riperkussjonijiet f'collective agreements jew diffikultajiet oħra jekk dan isir.", "Jekk m'hemmx problemi ta' dan it-tip, naħseb li l-prattika għandha tkun li dawn ikollhom written instructions u jagħmlu l-ispezzjonijiet neċessarji mingħajr ma jkollhom lil xi ħadd magħhom anke fis-settur governattiv.", "Mistoqsija li xtaqt nistaqsi hija jekk is-settur privat u tal-knisja ġewx ikkonsultati fuq din il-materja.", "Mhux qed nirreferi biss fuq id-dritt ta' spezzjoni pero` anke fejn jidħlu d-direttorati b'mod ġenerali.", "Hawnhekk irrid nagħmel punt daqsxejn aktar wiesa' u differenti.", "X'tip ta' konsultazzjonijiet kien hemm mas-settur privat u tal-knisja dwar id- direttorat?", "Xi ħadd jista' jistaqsini x'differenza hemm bejn dak li jiġri llum u dak li se jiġri għada pero' jiena ngħid li hemm daqsxejn differenza u għalhekk nixtieq inkun naf jekk kienx hemm konsultazzjonijiet f'dan is- sens.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, dak li kien qed jispjega l-Onor.", "Abela huwa ġeneralment korrett.", "Iva ż-żewġ aspetti li semma huma komplimentari u anke l-uffiċjali tad-direttorat huma uffiċjali li jkollhom l- awtorizzazzjoni meħtieġa biex dawn ikunu jistgħu jaqdu d-dmirijiet tagħhom.", "Rigward l-awtorizzazzjoni tajjeb li wieħed jgħid li din tista' tkun awtorizzazzjoni ġenerali fejn wieħed ikollu xi card jew pass u bih ikun jista' jidħol fl-iskejjel u mhux noqogħdu noħorġu xi", "digriet partikolari kull darba.", "Fir-rigward tal-konsultazzjoni jien nixtieq nerġa' ngħid li qatt ma kien hawn proċess ta' żvilupp fl-edukazzjoni li dwaru kien hawn daqstant konsultazzjoni.", "Hawnhekk qed ngħidu xi ħaġa li ilha magħrufa minn Ġunju tas-sena l-oħra.", "Dak li hemm f'din il-parti tal- liġi li qegħdin niddiskutu huwa riflessjoni - f'xi aspetti anke verbali - tad-dokument \"Biex Uliedna Jirnexxu Lkoll\".", "Jien kelli l-opportunita` li nilqa' s-suġġerimenti u l-kritika dwar dan u ċertament ikkonsultajna.", "Naturalment meta wieħed jikkonsulta ma jfissirx li wieħed ikun daħal fl- irqaqat kollha.", "Issa kif diġa` għidna, hawn qed ngħidu xi ħaġa li toħroġ mis-setgħa ta' l- Istat li jagħti liċenzja lil skola.", "Sal-lum konna fis-sitwazzjoni li tiftaħx bħala skola jew le, jiddependi mil-liċenzja ta' l-Istat regolata bil-liġi u soġġetta anke għal appelli quddiem l-awtoritajiet kompetenti.", "Il- problema hija li kellna lakuna legali fejn jekk skola non-governattiva ma tkunx trid li uffiċjal jidħol fil-premises tagħha, dan ma setax jidħol u minkejja li fil-prattika ta' kuljum ma jidhirlix li din qatt ġrat, ladarba issa qegħdin niċċaraw aktar id-distinzjoni bejn ir-regolatur u l-operatur, kien meħtieġ li wieħed jagħmel dan it-tip ta' provvediment.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Allura qed nifhem li s-settur privat ta l-feedback tiegħu fuq dak li qed jiġi propost fl-abbozz ta' liġi u hemm ukoll is- setgħa li jsiru spezzjonijiet.", "Jiġifieri la l-prattika llum hija aċċettata li jsir hekk u issa din se ssir bil-liġi, m'għandu jkun hemm l-ebda diffikulta`.", "Fuq il-klawsola li qed nitkellmu fuqha bħalissa m'għandix kummenti oħra x'nagħmel pero` għandi xi mistoqsijiet oħrajn fuq id-direttorat għal servizzi edukattivi sabiex nipprova nifhem aħjar l-affarijiet.", "Nixtieq nistaqsi mistoqsija fuq il-paragrafu (b) ta' subartiklu (2) ta' artiklu 11 kif propost fi klawsola 6 ta' dan l-abbozz ta' liġi li jirrigwarda l- manteniment regolari.", "Id-direttorat se jkun qed jieħu ħsieb l-iżvilupp ta' bini, immodernizzar u manteniment regolari ta' skejjel u faċilitajiet edukattivi, eċċ. Nafu wkoll li d-diviżjoni ta' l-edukazzjoni għandha dik li tissejjaħ it-technical services branch.", "Ma nafx jekk hemmx il-ħsieb li minħabba li se jkun hemm numru ta' kulleġġi – illum għandna erbgħa u nifhem li matul din is-sena se jkun hemm kulleġġi oħra – se jkun hemm persuni ma' kulleġġi partikolari jew jekk", "wieħed attwalment hux se jaħdem through l-FTS biss.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Dan il-paragrafu jagħmilha ċara li fil-kwestjonijiet ta' manteniment regolari ta' skejjel, ir-responsabbilta` se taqa' taħt id- direttorat għal servizzi edukattivi u mhux taħt id-direttorat l-ieħor.", "Issa dan jista' jsir b'modi differenti.", "Sal-lum l-iskejjel għandhom diversi nies li jieħdu ħsieb it-tindif; min hu impjegat tal-gvern, min hu impjegat tal- kuntrattur u min hu impjegat part-time.", "Hemm min jieħu ħsieb ċerti maintenance u hemm min għandu ħaddiem u hemm min għandu tnejn.", "Imbagħad għal affarijiet akbar hemm dik li tissejjaħ it-taqsima tas-servizzi tekniċi, fejn għandek grupp ta' ħaddiema ta' snajja' differenti li jintervjenu skond il-bżonn.", "Apparti dawn, hemm l-FTS għal dak li għandu x'jaqsam ma' affarijiet straordinarji bħal meta, per eżempju, tkun trid tbiddel saqaf.", "Issa l-ħsieb hu li l-ewwelnett nagħmlu riorganizzazzjoni ta' l-impjegati tekniċi kollha għaliex b'kollox hemm madwar 1,060 impjegat u dawn jinsabu imxerrdin u sparpaljati 'l hemm u 'l hawn fl-iskejjel.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Jiġifieri tekniċi 1,060?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Iva, dawn jinkludu labourers, watchmen, caretakers, technical officers eċċ. Jien naħseb li jekk dawn jiġu organizzati b'mod aktar effiċjenti, nixmu aħjar.", "Din m'għandhiex x'taqsam mal-liġi u hija xi ħaġa amminstrattiva.", "Il-ħsieb hu li kull kulleġġ ikollu dak li qed insejħulu a precinct officer.", "Il-precinct officer ikollu miegħu team kompost minn dawn il-ħaddiema minflok dawn jibqgħu sparpaljati u xogħlu jkun li jara x'għandhom bżonn l- iskejjel rigward maintenance ta' kuljum.", "M'aħniex qegħdin nistennew li l- precinct officers u t-teams tagħhom jagħmlu xogħol straordinarju imma l- idea hi li din it-tip ta' funzjoni li taqa' taħt id-direzzjoni tad- direttorat għal servizzi edukattivi tibda ssir b'mod aktar effettiv.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: L-unika ħaġa li għandha x'taqsam magħha din hija li qed ngħidu li dan id-direttorat partikolari se jieħu ħsieb li jqassam lin- nies.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Iva.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Fil-paragrafu (c) ta' subartiklu (2) ta' artiklu 11 kif propost fi klawsola 6 ta' dan l-abbozz ta' liġi qed ngħidu li dan id- direttorat għal servizzi edukattivi se jalloka lill-kulleġġi u lill- iskejjel il-bini inkluż faċilitajiet sportivi, spazju edukattiv eċċ. X'qed nifhmu biha l-kelma \"jalloka\" għax jekk għandek ground fl-iskola, dan huwa parti mill-iskola jew mill-kulleġġ?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ħalli nagħtik eżempju reali u ngħid li bħalissa rridu nirranġaw il-junior lyceum tal-Verdala.", "Min se jieħu ħsieb biex jalloka l- ispazju għall-istudenti u għalliema sakemm dik l-iskola tinbena mill-ġdid?", "Xi ħadd irid jieħu responsabilita`.", "Aħna qed ngħidu li din m'hijiex il- funzjoni tad-direttorat għal kwalita` u standards imma hija funzjoni tad- direttorat għal servizzi edukattivi.", "Mela taħt ix-xenarju li qed nipprospettaw, id-direttorat bin-nies tiegħu jidħlu f'din il-problema u jgħidu li hemm l-iskola Adelaide Cini li se nallokawha għal dan l-iskop sakemm titlesta dik l-iskola.", "Imbagħad jitlesta x-xogħol fuq il-Verdala, l- iskola Adelaide Cini tiżvojta imma x'jiġri minn dik ir-riżorsa?", "Min se jalloka?", "Huwa d-direttorat għal servizzi edukattivi li jrid jalloka.", "Jekk għandek skejjel li ġew allokati diġa` - per eżempju, għandek tant skejjel primarji u żewġ skejjel sekondarji u dawn ġew miġburin f'kulleġġ – u dawn għandhom il-faċilitajiet, kif se jħaddmuhom hija fl-ewwel istanza responsabilita` ta' l-iskejjel u tal-kulleġġ imma jekk jinqalgħu xi kwestjonijiet, jidħol id-direttorat għal servizzi edukattivi.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Dik fhimtha pero` f'ċirkostanzi fejn skola ma jkollhiex ground, id-direttorat jista' jipprova jiddiskuti ma' xi owner privat li forsi jkollu xi ground fl-istess raħal biex dan ikun jista' jintuża minn dik l-iskola?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Prinċipalment dik għandha tkun funzjoni tal-kulleġġ.", "In the first instance id-direttorat għal servizzi edukattivi għandu jaħdem ħafna bil-prinċipju tas-sussidjarjeta`.", "Dan ifisser li jekk materja partikolari, kulleġġ ikun jifhimha aktar, dan għandu jipprova jittrattaha hu.", "Per eżempju, kien hemm mument meta f'Ħal-Luqa ma stajniex nagħmlu l- interventi fl-iskola kieku ma sarx arranġament mal-kappillan biex jikrilna s-sala tiegħu ħalli nkunu nistgħu nutilizzawha għat-tfal", "tal-kindergarten.", "F'dak il-każ kien id-direttorat li għamel dawk it-tip ta' negozjati.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Issa nixtieq nistaqsi fuq paragrafu (d) ta' subartiklu (2) ta' artiklu 11 kif proposta fi klawsola 6 ta' dan l-abbozz ta' liġi.", "Hawnhekk qed ngħidu:", "\"fil-limiti ta' dak li hu possibbli jippostja l-istudenti fl-iskejjel skond il-bżonnijiet u l-potenzjal tagħhom;\".", "Nixtieq nistaqsi x'qed nifhmu eżatt bil-frażi \"fil-limiti ta' dak li hu possibbli\".", "Ma nimmaġinax li jista' jkun hemm xi studenti li jibqgħu barra mill-iskola.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Per eżempju, jista' jkollok domanda minn ġenituri biex lit-tfal tagħhom jibagħtuhom fi skola u mhux f'oħra u dan ma jkunx dejjem possibbli li jsir.", "Naħseb li kemm l-Onor.", "Abela u kemm membri oħra ta' din il-Kamra jkollhom laqgħat ma' ġenituri li jkunu jixtiequ jibagħtu t-tifel tagħhom fit-tali skola pero` trid tara x'inhu u x'mhux possibbli u fil- limit ta' dak li hu possibbli jridu jidħlu diversi konsiderazzjonijiet.", "L- ewwelnett hemm il-konsiderazzjoni li s-sistema ta' l-iskejjel tagħna hija, in parti, sistema mibnija fuq skejjel lokali.", "F'kull lokal hemm l-iskola u jekk jien mill-Imqabba rrid immur fl-iskola primarja ta' l-Imqabba.", "Kultant ikun hemm eċċezzjonjiet għal raġunijiet li jkunu evalwati, fejn wieħed jgħid li mhux l-Imqabba se jmur imma l-Qrendi imma din m'hijiex ir- regola ġenerali għax jista' jkollok exodus minn skola biex imorru f'oħra u allura bilfors trid iżżomm is-safeguard li d-direttorat għal servizzi edukattivi jrid jevalwa l-każi partikolari.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: L-ispjegazzjoni tal-ministru qed nifhimha imma kif inhi miktuba tista' tinftiehem li xi ħadd jista' ma jitpoġġa fl-ebda skola.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Le, ma tistax tinftiehem hekk għax hemm l-overriding principle li l-edukazzjoni hija obbligatorja sa 16-il sena u l-Istat huwa marbut li jipprovdi dan bil-liġi.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Imma donnu li din hija daqsxejn kontradittorja.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Le, jien ma narahiex hekk.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: L-importanti hu li din tinftiehem kif qed jgħid il- ministru għax mill-bqija m'għandix problema.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ħalli nagħti eżempju ieħor għaliex daħħalna dik il- kondizzjoni fil-liġi.", "Ikollna każijiet fejn ġenituri ta' tfal bi bżonnijiet individwali severi ma jkunux iridu lill-uliedhom fi skola regolari imma jkunu jriduhom imorru fi skola speċjali.", "Issa apparti r- raġunijiet ta' prinċipji ta' inklużivita` u ta' raġunijiet edukattivi, ġieli jkun hemm anke problema ta' spazju fl-iskola speċjali.", "Mingħajr dik il-frażi \"fil-limiti ta' dak li hu possibbli\" tkun skopert f'dawn it-tip ta' sitwazzjonijiet.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Kif spjegajtha nifhimha, imma jekk taqraha waħedha, tista' tifhimha mod ieħor.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: For the record ngħid li l-intenzjoni hija biss dik li semmejt hawnhekk.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Xtaqt nistaqsi mistoqsija dwar paragrafu (f) ta' subartiklu (2) ta' artiklu 11 kif propost fi klawsola 6 ta' dan l-abbozz ta' liġi.", "Jien dwar dan diġa` tkellimt u l-ministru kien qalli li dawn se jkunu impjegati kif inhuma impjegati llum imma minflok mad-diviżjoni, mad- direttorat konċernat, pero` hawn se torbot paragrafu (t) ma' paragrafu (f).", "Hawnhekk qed ngħidu li d-direttorat se:", "\"jikkomunika l-qafas u linji gwida kif approvati mill-Ministru dwar il- kondizzjonijiet tax-xogħol tal-persunal impjegat mill-Kulleġġi u l- iskejjel ...\".", "Dan b'xi mod jista' jinftiehem li jista' jkollok kulleġġi u skejjel b'kondizzjonijiet differenti fejn jidħlu l-impjegati?", "Jista' jkollok żewġ impjegati f'kulleġġ differenti li minkejja li jagħmlu l-istess xogħol, ikollhom kondizzjonijiet differenti?", "Tista' tinftiehem b'dan il-mod?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Naħseb li s-sitwazzjoni hija ċara ħafna.", "Meta qegħdin niktbu l-funzjonijiet ta' organizzazzjoni bħalma hu dan id-direttorat, wieħed qed jikteb dawn il-funzjonijiet b'manjiera li jrid ifisser id- direzzjoni li rridu nieħdu.", "Per eżempju, huwa ċar li f'dan is-settur aħna regolati minn ftehim kollettiv u dan huwa kemm ta' natura settorjali - jiġifieri speċifika għas-settur edukattiv - u kemm ta' natura ġenerali, jiġifieri li jolqot is-servizz pubbliku kollu kemm hu.", "Apparti dawn, għandek ukoll il-policies tal-gvern li ħafna drabi jkunu stabbiliti mill-uffiċċju tal-prim ministru permezz tal-management and personnel office.", "Ħalli nġib eżempju.", "Illum l-iskejjel diġa` jistgħu jimpjegaw il-cleaners part-time.", "F'dan il-każ l-iskejjel jingħataw qafas u linji gwida li jkunu approvati mill-ministru - naturalment il-ministru ma jistax jaqbad u japprova dawn il-linji gwida imma qabel imur għand l-MPO u għand il-ministeru tal-finanzi u jġib l-approvals - u dawn ikunu jistgħu jimpjegaw il-cleaners part-time skond il-guidelines stabbiliti li fost l- oħrajn jissettjaw in-numru ta' sigħat li dawn għandhom jaħdmu kuljum u biex jaħdmu siegħa żejda jridu jġibu l-permess.", "Issa ma ninsewx li aħna qed nimmiraw għall-awtonomija u għad-deċentralizzazzjoni jiġifieri dawn jingħataw il-guidelines u l-qafas fejn jistgħu joperaw pero` dan ma jfissirx li kulħadd se jitlaq għal rasu.", "Ejja ngħidu li għall-argument isib lil xi ħadd mis-settur privat li jisponsorja tliet għalliema.", "Dan ma jfissirx li lil dawk l-għalliema jista' jimpjegahom b'kondizzjonijiet differenti minn dak li huwa miftiehem fil-ftehim kollettiv.", "S'intendi meta se niġu biex nistabbilixxu l-affarijiet, irid ikun hemm xi ħadd li jistabbilixxihom.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Fil-bidu ta' l-intervent tiegħu l-ministru qisu eskluda l-għalliema u kien qed jitkellem l-aktar fuq l-impjegati.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Le, skużi, m'eskludejthomx għaliex għedt li f'dan is- settur aħna irregolati bil-ftehim kollettiv.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Le, mhux f'dak is-sens qed ngħid.", "Meta bdejt tagħti t-tweġiba semmejt l-eżempji ta' cleaners u għedt li hemm qafas komuni u naturalment inti għedt li huwa ggwidat ukoll mill-ftehim kollettiv li jeżisti.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ħalli nagħti eżempju bl-għalliema.", "Biex il-fondazzjoni għas-servizzi edukattivi tagħmel programmi wara l-ħin ta' l-iskola u tingaġġa għalliema on a part-time basis, din trid tħallashom skond il-linji gwida u dawn il-linji gwida jsiru wara li jsiru d-diskussjonijiet ma' l-MPO u l-ministeru tal-finanzi.", "Għalhekk għednielha li tista' tagħmel dan il- programm u tista' tingaġġa n-nies on a part-time basis wara l-ħin ta' l- iskola biss bit-terms and conditions li ħriġna.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Jiġifieri jekk qed tgħidu bil-Lm5-il siegħa, wieħed ma jistax jingħata inqas u iżjed?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Iva, f'dak is-sens qed ngħid.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: F'paragrafu (h) qed ngħidu li d-direttorat jippromwovi, jappoġġja u jikkoordina servizzi amministrattivi ta' tagħlim tul il-ħajja.", "Meta lill-ministru staqsejtu għalfejn hemm il-proviso li jidħlu direttorati oħra, waħda mid-direttorati li semma li jista' jkun hemm għada pitgħada kien proprju fuq l-edukazzjoni tul il-ħajja.", "Fl-2002, il- ministru kien talab lill-Profs.", "Kenneth Wain biex jagħmel rapport fuq il- proċess ta' lifelong learning.", "Allura għadna ma wasalniex biex ikollna strateġija u pjan li fuqu nistgħu naħdmu u li jkollna direttorat fuq l- istess suġġett?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, il-Profs.", "Kenneth Wain diġa` ssottomettieh ir-rapport tiegħu u f'dak ir-rapport hemm numru ta' ħwejjeġ li qed jiġu rapportati hawnhekk għaliex fi strateġija ta' lifelong learning - isimha magħha – trid tinkludi t-tagħlim minn meta titwieled.", "F'dan l- istadju wasalna - u ħadna ħafna ideat minn dan ir-rapport – f'dik il-parti li għandha x'taqsam mal-proċess ta' lifelong learning li jirrigwarda s'hawn għax ma ninsewx li inti ma ssirx lifelong learner meta jkollok 40 sena jew 50 sena.", "Jekk mhux se nibdew nittrejnjaw lit-tfal tagħna mill-bidu nett biex huma, minflok jiġu mitmugħin l-informazzjoni, jiġu mħarrġa kif jitgħallmu, il-konċett u l-istrateġija ta' lifelong learning ma tkunx tista' tiġi applikata kif inhu maħsub.", "Għalhekk f'dan l-istadju aħna mxejna b'ċerta loġika u ttrattajna s-setturi li għandhom x'jaqsmu ma' l- edukazzjoni obbligatorja ħalli dik inpoġġuha f'postha u allura kellna dawn is-sensiela ta' analisi li jolqtu l-ewwel stadji tal-formazzjoni tat-tfal u malli nlestu, hemm żewġ aspetti li se nikkonċentraw fuqhom.", "L-ewwel aspett għandu x'jaqsam mal-kwestjoni tal-career guidance u hemmhekk diġa` hemm l-ewwel draft tar-rapport li qed jiġi analizzat qabel jiġi ppubblikat u t-tieni aspett huwa li rridu ngħaddu għall-partijiet l-oħrajn, li dwarhom irrapporta l-Professur Kenneth Wain, li għandhom x'jaqsmu ma' dik li tissejjaħ in-national lifelong learning strategy fejn allura tista' toħloq qafas sħiħ fejn tkun tista' tispjega b'mod iktar ċar kif għandu jipproċedi l-vjaġġ edukattiv mill-bidu sa l-aħħar.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Nifhem li dan ir-rapport għadu ma ġiex ippubblikat.", "Fil-paragrafu (i) qed ngħidu li d-direttorat għandu:", "\"jappoġġa u jinkoraġġixxi l-Kulleġġi u l-iskejjel fil-promozzjoni tas- servizzi tal-libreriji ta' l-iskola, ta' l-isports, id-drama, il- mużika u attivitajiet kreattivi u kulturali fl-iskejjel; \".", "Jiena naqbel ma' dan li hawn miktub imma nixtieq inkun naf kif se jsiru dawn l-affarijiet.", "Qed nistaqsi dan għaliex spiss nisimgħu ilmenti li ħin għal dawn l-affarijiet m'hemmx minħabba l-pressures li hemm biex l- istudenti jlaħħqu mas-sillabu.", "Jien nixtieq inkun naf jekk hemmx il-ħsieb li jkun hemm xi tibdil biex proprju dawn l-għanijiet sbieħ li hawn imniżżlin hawnhekk jiġu milħuqa.", "Bħala parentesi ngħid li hemm numru ta' libreriji li huma mmexxija mill- kunsilli lokali wkoll, jiġifieri l-iskejjel u l-kulleġġi jridu jaħdmu mal- kunsilli lokali anke minn dan il-lat.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, wieħed jista' jgħid li hawn wisq dettalji fil-liġi pero` ċerti affarijiet jitniżżlu bl-iskop li direttur ġenerali jkollu checklist sabiex ikun jaf x'inhuma l-funzjonijiet stabbiliti bil-liġi u jagħtihom l-importanza tagħhom.", "Dan nagħmluh għax aħna kollha bnedmin u jaf ikollok direttur li jkun interessat ħafna fil- lingwi u allura tarah jippromwovi l-lingwi imma mbagħad ħaġa bħal din ma jagħtihiex l-importanza li jkun ħaqqha.", "Aħna rridu nassiguraw li jkun ċar quddiem min se jmexxi s-sistemi edukattivi ta' pajjiżna, li dan hu settur li jirrikjedi appoġġ u inkoraġġiment.", "Issa kif isir dan?", "Isir għax id- direttorat għal servizzi edukattivi jrid jipprovdi s-servizzi jew direttament jew inkella tramite l-kulleġġi sabiex jassigura li dan iseħħ.", "Din hija xi ħaġa kontinwa li wieħed irid jimbotta u jinkoraġġixxi l-ħin kollu.", "Per eżempju, jista' jkollok kulleġġ dinamiku fil-qasam sportiv u kulleġġ ieħor li lil dan il-qasam ma jagħtuhx l-istess importanza.", "Għalhekk xi ħadd irid jistaqsi: Għaliex wieħed qed jagħmel ħafna xogħol fuq il-PE u l- ieħor mhux jagħmel l-istess?", "Allura rridu nassiguraw li anke dan il-qasam jingħata l-importanza li jistħoqqlu.", "Naturalment aħna konxji minn dak li qed jgħid l-Onor.", "Abela u l-mira trid tkun li nsibu formula kif l-iskejjel tagħna jibqgħu jagħtu servizz anke wara l-ħin regolari ta' l-iskola.", "Dik hija sfida u din diġa` għedtha fit- Tieni Qari.", "Iva, għandna sfida importanti, Sur President, sfida li tirrikjedi li nsibu dawn il-formoli biex dawn is-servizzi li sal-lum ma tantx għandna ħin għalihom fil-ħinijiet normali ta' l-iskola, nibdew insibulhom aktar ħin.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Evarist Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Qed insegwi l-argument tal-ministru u ngħid li sakemm is-sistema tagħna tibqa' examination driven u l-messaġġ li jintbagħat lill-istudenti, lill-għalliema u lill-ġenituri hu li l-iktar ħaġa importanti għall-edukazzjoni huma l-eżamijiet, dawn l-affarijiet li qed insemmu hawnhekk se jibqgħu jingħataw importanza sekondarja.", "Ilkoll nafu kemm ikollna tfal attivi fl-isports, fiż-żfin u fil-mużika sakemm jibdew l-eżamijiet imma mbagħad malli jibdew l-eżamijiet, jonqos l-impenn tagħhom.", "Jien naħseb li jekk mhux se nsibu mod kif innaqqsu l-guffaġni li għandna tas-sillabu u tas-suġġetti fil-ħin normali tal-ħajja skolastika tagħna u jekk dawn l-affarijiet, fosthom l-użu tal-librerija, l-isports, id-drama, il-mużika u attivitajiet kreattivi u kulturali fl-iskejjel tagħna mhux se jkunu minsuġa waqt il-ħajja skolastika u waqt il-proċess edukattiv normali, indawru kemm indawru u nfittxu kemm infittxu formoli, xorta se nibqgħu fejn aħna.", "Biex xi ħaġa bħal din tirnexxi, irridu norbtuha ma' bidla fl-aspetti l-oħra tal-proċess edukattiv għax inkella dawn l-affarijiet se jibqgħu d- deżerta fil-menu edukattiv.", "X'ċans hemm li dawn l-affarijiet jintisġu b'mod integru fil-proċess edukattiv u mhux sempliċement ikunu l-post scriptum?", "Jien sinċerament nemmen li jekk mhux se nagħmlu hekk, il-kwalita` ta' l-edukazzjoni tagħna mhux se titjieb kif nixtiequ u mhux se nilħqu l- għan ta' dan l-abbozz ta' liġi.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, dak li qal il-kollega tiegħi l-Onor.", "Bartolo huwa suġġett ta' riflessjoni.", "Dan kollu li qed ngħidu u dan kollu li qed nagħmlu, qed nagħmluh preċiżament bl-iskop li norbtu din il-bidla mal-proċess edukattiv.", "Jiena ġejt b'din il-liġi għax ikkonvinċejt ruħi li hemm bżonn li nsaħħu s-sistema biex preċiżament naslu għal dan l-iskop.", "Ovvjament fl-edukazzjoni rridu nibqgħu ngħaddu minn eżamijiet u rridu nibqgħu ngħaddu minn assessments għax ma nistgħux naħarbu mill-fatt li fl- aħħar mill-aħħar, meta se nibdew għaddejjin minn fażi għal oħra, se jistaqsuna: Kif mortu, x'livelli lħaqtu, x'ċertifikat ġibtu u xi kwalifiki għandkom?", "Issa, is-sistemi u l-istrutturi li qed noħolqu, se jkunu kapaċi jtejbu r-riżultat li ħadna s'issa biex aħna nkunu nistgħu nagħtu risposti għall-mistoqsijiet li kien qed jagħmel l-Onor.", "Bartolo?", "Is-sillabu niddeċiduh fil-parlament?", "Is-suġġetti niddeċiduhom fil-parlament?", "Min suppost jagħmlu dan ix-xogħol?", "L-esperti fis-settur.", "Aħna bħala politiċi tajna gwida ta' x'nixtiequ imma hemm aspetti li huma aspetti intrinsikament ta' natura edukattiva li jridu jħaddmuhom il-professjonisti ta' l- edukazzjoni.", "Hemm aspetti ta' linja politika u strateġija li wieħed irid jagħti u hemm aspetti li huma minsuġa ma' kwestjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-ftehim kollettiv ta' l-impjegati konċernati.", "Fuq dik li hija l- linja gwida u strateġija, naħseb li qed inkunu ċari fuq x'qed nitolbu.", "Jekk wieħed jaqra d-diversi aspetti tal-liġi, jinduna kemm irridu li aħna jkollna żvilupp sħiħ tal-persuna u mhux li jkun il-ħin kollu mgħaffeġ taħt l-ottika ta' l-eżamijiet.", "Mill-punto di vista ta' xi jridu jagħmlu n-nies tad-direttorati nista' ngħid li dawn huma n-nies li suppost jiġu għand il-ministru u jgħidulu li huma jaħsbu li hawn sillabu dettaljat iżżejjed u li mhux qed iservi għal ċerti affarijiet.", "Dan issa se jkun ix-xogħol tad-direttorat għal kwalita` u standards fl-edukazzjoni.", "Huma jridu jieħdu din il-linja li qed isemmi l- Onor. Bartolo u jiġu bi proposti fejn filwaqt li jilħqu dan l-iskop, jassiguraw il-kwalita`, għax fl-aħħar mill-aħħar, il-kwalita` trid tissarraf matul is-snin, fuq il-bankijiet ta' edukazzjoni aktar avvanzata u ċioe` x'ħin tiġi biex tidħol l-universita`, l-MCAST u finalment x'ħin tidħol fid-dinja tax-xogħol.", "Issa fuq dan is-suġġett aħna wkoll qegħdin f'diskussjonijiet dettaljati ma' l-MUT, partikolarment, biex inkunu nistgħu naraw kif flimkien naslu ħalli niffaċilitaw din is-sitwazzjoni li qed nitkellmu fuqha.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Jien se nkompli fejn ħalla l-ministru pero` rrid ngħid li, per eżempju, kieku ngħidu li d-direttorat, minflok \"jappoġġa u jinkoraġġixxi\" biss, ngħidu li jrid jassigura, diġa` jkun hemm aktar saħħa.", "Dawn l-affarijiet diġa` jingħadu fil-kurrikulum minimu nazzjonali pero` dejjem jibqgħu lura fuqhom għax kif qal l-Onor.", "Bartolo, għandna sistema li hija ffokata biss, mhux wisq, imma biss, fuq l-eżamijiet u allura dawn l- affarijiet isiru jekk jibqa' l-ħin jew inkella kif qal il-ministru, jekk ikun hemm xi inizjattiva ta' xi ħadd fl-iskejjel Ii jkun inklinat favur dawn is-suġġetti.", "Allura jekk id-direttorat mhux biss jappoġġja u jinkoraġġixxi imma forsi jassigura li dawn l-affarijiet isiru, forsi niċċaqilqu.", "Naturalment iridu jsiru d-diskussjonijiet bejn il-gvern u r-rappreżentanti ta' l-għalliema pero` ta' min nibdew nassiguraw li dawn l-affarijiet isiru għax fuq dan iż- żewġ naħat ilna ngħidu, nippriedkaw fuqha u narawha bħala bżonn.", "Huwa veru li ma nagħmlux is-sillabi aħna u m'għandux ikun ir-rwol tal-politiċi li jagħmlu s-sillabu pero` din hija d-direzzjoni li qed nagħtu u minkejja dan, xorta mhux qed ikun hemm il-ħin għal dawk l-affarijiet.", "S'intendi qed nitkellmu b'mod ġenerali għax ikun hemm min isib il-ħin pero` dan anke jiddependi mill-istudenti individwali.", "Jeħtieġ li aħna nassiguraw li dawn l-affarijiet ma jibqgħux biss xewqat sbieħ imma li jibdew iseħħu u għalhekk id-direttorat m'għandux biss jappoġġja u jinkoraġġixxi imma għandu jassigura li dawn jingħataw l- importanza li għandhom jingħataw.", "L-Onor.", "Bartolo semma l-eżempju li aħna għandna l-main course imbagħad hemm id-deżerta.", "Sfortunatament qed niffangaw fil-main course u mhux qed jibqa' spazju għad-deżerta.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nixtieq inkompli nenfasizza daqsxejn fuq dan il- punt għax imbagħad, biex tagħqad, aħna għandna problemi li jkollna studenti li jkunu segwew korsijiet fl-oqsma tal-mużika, taż-żfin u fl-isport u minħabba l-istrutturi ta' rikonoxximent li għandna, dawn ma jiġux rikonoxxuti lokalment u dik ukoll toħloq problema għal dawn iż-żgħażagħ li jkunu segwew attivita` artistika jew sportiva f'dan il-qasam.", "Jien informat li għandna anke istituzzjonijiet edukattivi post-sekondarji li ma jaċċettawx dawn il-kwalifiki u aktar minn hekk, naf b'każ personali fejn kellna żagħżugħ li rebaħ il-midalji għal Malta fil-logħob tan- nazzjonijiet iż-żgħar, imma għax ma kellux suġġett rikonoxxut akkademikament fil-physical education, ma ġiex aċċettat għall-kors fl-MCAST u dan minkejja li għandu ċertifikati professjonali li juru li dan jieħu sehem fi tlielaq atletiċi.", "Minħabba f'dan kollu, min attwalment jieħu sehem f'dawn l-affarijiet qed jiġi penalizzat darbtejn, għax fis-sistema edukattiva tagħna, anke dak li wieħed kapaċi jagħmel fil-ground jew fuq l- athletic track, m'huwiex rikonoxxut.", "Għadna ma sibniex mod tajjeb kif nirrikonoxxu dawn l-affarijiet.", "F'universitajiet u f'kulleġġi post- sekondarji jew terzjarji barra minn Malta, dawn jiġu rikonoxxuti imma fil- każ tagħna, ma jiġux.", "Jien naħseb li din il-klawsola kif inhi mfassla se tkompli tenfasizza l-importanza tas-suġġetti akkademiċi fejn dawn se jibqgħu jingħataw l-istatus meħtieġ filwaqt li s-suġġetti l-oħra, ngħidu x'ngħidu, se jibqgħu jkunu meqjusa inferjuri.", "Is-sitwazzjoni hi dik fejn hemm dawk is-suġġetti li huma importanti bħala n-nutriment edukattiv tiegħek biex timxi 'l quddiem u hemm oħrajn li huma deżerta li tista' tgħaddi mingħajrhom.", "Sur President, irrid nagħmilha ċara li meta qed ngħid li rridu nsibu sistema u proċess edukattiv sabiex dawn l-affarijiet jiġu integrati, jien qed nagħmel enfasi kbira li l-istandards u l-kwalita' jridu jkunu hemm.", "Bl- ebda mod m'hu qed ngħid li dawn is-suġġetti huma l-ilma miżjud ma' l-inbid tajjeb li suppost noffru fl-edukazzjoni.", "Assolutament m'huwiex il-każ u nerġa' ngħid li jekk naraw l-aħjar sistemi edukattivi fid-dinja, fosthom tal-Fillandja – u llum ħadt gost nisma' lill-prim ministru jagħmel konferenza stampa għall-presidenza ta' l-Unjoni Ewropea li se tieħu l- Fillandja fis-sitt xhur li ġejjin fejn qalu li lesti jaqsmu ma' l-24 membru l-ieħor is-suċċess edukattiv li għandhom – naraw li minbarra li dawn jagħmlu enfasi kbira fuq standards u fuq kwalita`, l-iskills u l-kompetenzi li jitgħallmu fl-iskejjel kemm jista' jkun ikunu jagħmlu sens in the real world.", "Dan ma jiġrix fis-sistema edukattiva tagħna li qisha toħloq realta` parallela u anke jekk tkun l-aħjar fiha, bl-ebda mod ma jkun ifisser li inti ippreparat għad-dinja reali.", "Jien mhux l-ewwel darba li ltqajt ma' periti li f'ħames snin kors, ħarġu fuq il-lant tax-xogħol darba biss.", "Tista' timmaġina kemm se jkunu ippreparati dawn x'ħin imbagħad imorru fid-dinja tax-xogħol u jiltaqgħu mal- problemi tal-klijenti, tal-kuntratturi u tal-ħaddiema!", "Semmejt il-periti għax dawk suppost l-aktar li jkunu qrib id-dinja tax-xogħol u biex ma nsemmix ħafna u ħafna korsijiet oħrajn.", "Għalhekk nerġa' ngħid li jekk mhux se nsibu mod kif norbtu flimkien dawn l- affarijiet u nqisuhom bħala parti integrali mill-proċess edukattiv – hawnhekk nerġa' nenfasizza l-importanza ta' standards u affarijiet oħra f'dan ir-rigward - se jkollna more of the same u dan m'għadux tajjeb għal pajjiżna.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: M'hemmx dubju li naqbel ma' ħafna milli qed jgħid l- Onor. Bartolo.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Nassumi li l-Ministru qed jaqbel ma' dak li qed ngħid jien ukoll.", "THE DEPTUY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Jien naqbel mal-kontenut tad-diskors taż-żewġ kelliema pero` ma naħsibx li se tbiddel dan billi tgħid \"jassigura\" minflok \"jappoġġa\".", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Allura nistgħu ndaħħlu t-tliet kelmiet \"jappoġġa\", \"jinkoraġġixxi\" u \"jassigura\".", "ONOR.", "LOUIS GALEA: M'għandix diffikulta` u nistgħu nagħmlu emenda dwarha.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Dan qed ngħidu biex inwasslu messaġġ aktar ċar għax fil-prinċipju qed naqblu.", "Jekk indaħħlu l-kelma \"jassigura\" we make it a point li dawn l-affarijiet isiru, naturalment bil-premessi kollha li tkellimna fuqhom.", "Imbagħad fil-paragrafu (j) jingħad li d-direttorat:", "\"jippromwovi u jipprokura programmi edukattivi u kulturali fil-kuntest ta' tagħlim tul il-ħajja bil-mezzi kollha disponibbli ta' komunikazzjoni ta' massa, inkluż tagħlim minn distanza;\".", "Ħalli nibda mill-ewwel parti.", "Aħna nafu li l-ministeru għandu channel 22 li huwa fuq l-edukazzjoni u ma nafx jekk fil-kontest ta' dan l-abbozz ta' liġi, dan l-istazzjon għandux rilevanza jew le.", "Barra min hekk, x'irridu ngħidu bil-kelma \"jipprokura\"?", "Qed nifhmu li d-direttorat per se jew inkella xi ħadd imqabbad minnu se jissuplixxi lill-media b'mod ġenerali bi programmi edukattivi li jkunu jistgħu jxandru anke fuq media privata?", "Qed tinftiehem hekk hawnhekk?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Naħseb li din hija maħsuba biex tkopri anke servizz bħal dak ta' channel 22 u meta qed ngħidu \"jipprokura l-programmi\" jfisser li jew ikollu n-nies tiegħu li jagħmlu t-tali programmi u hemm nies mid- division of education li jaħdmu f'channel 22 jew inkella x'jista' jipprokurah permezz jew tal-PBS, per eżempju, jew ta' xi organizzazzjoni oħra.", "Bħalissa hemm programm fejn it-tagħlim tax-xjenza fil-livell primarju jsir b'manjiera drammatizzata, hands on, fi studio u min ikun qed isegwi mill-iskola jkun jista' anke jipparteċipa.", "Dawn huma t-tip ta' programmi li għandu jkollna.", "Jista' jkun ukoll li, per eżempju, jkollok id-dipartiment tat-technology in education li jipprovdi software li mbagħad imur fl-iskejjel għal tagħlim ta' ċerti suġġetti tramite t-teknoloġija ta' l-informatika.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Għalkemm wieħed ikun jista' jargumenta li dak li se ngħid jien huwa kopert mill-kliem \"inkluż tagħlim minn distanza\", naħseb li ma tantx jagħmel sens li fl-ewwel bidliet sostanzjali li qed nagħmlu għal- liġi ta' l-edukazzjoni fis-seklu 21, imkien ma jissemmew istituzzjonijiet edukattivi virtwali, meta nafu li f'kull kontinent qed jitwaqqfu istituzzjonijiet edukattivi virtwali fejn l- istudenti u l-komunita` ta' l- għalliema kważi qatt ma jiltaqgħu wiċċ imb'wiċċ u x-xogħol kollu jsir tramite t-teknoloġija ta' l-informatika.", "Wieħed jista' jargumenta u jgħid li distance learning u e-learning huma speċi ta' varjazzjoni fuq l-istess tema imma jien ma naqbilx għax huma differenti.", "Nerġa' ngħid li llum f'kull kontinent għandna virtual universities u nsemmi biss il-każ fl-Italja fejn mhux biss iridu jaħdmu biex iwaqqfu dawn l-istituzzjonijiet - u llum fl-Italja hemm diversi istituzzjonijiet terzjarji li huma virtwali u li jaħdmu kompletament bl- elettronika - imma sabu li jridu jagħmlu statut ġuridiku u legali anke għalihom għaliex dawn mhux sempliċement jibagħtu l-e-mails imma hemm affarijiet oħrajn li trid taħseb għalihom.", "Naħseb li f'pajjiżna wasal iż-żmien li naħsbu wkoll f'dan is-sens għax kemm l-universita` u kemm l-MCAST mhux qed jipprovdu ħafna korsijiet li jistgħu jsegwu l-mature students.", "Allura li qed ikollhom jagħmlu ż-żgħażagħ u l- mature students tagħna hu li b'ħafna sagrifiċċju, qed isegwu huma stess, ħafna drabi permezz ta' l-elettronika, korsijiet ma' istituzzjonijiet edukattivi barra minn pajjiżna.", "Naħseb li waħda mill-isfidi li l- istituzzjonijiet edukattivi tagħna għandhom fis-snin li ġejjin hi dik li jwaqqfu strutturi virtwali ta' tagħlim li jkunu mħaddma u mmexxija tajjeb.", "Fil-fehma tiegħi, dawn iridu jkunu ankrati u b'għeruq ħajjin fir-realta` soċjo-politika, kulturali u ekonomika tagħna u mhux sempliċement nagħmlu korsijiet offruti minn ħaddieħor li jkun iddisinja l-korsijiet tiegħu fuq realtajiet partikolari u differenti minn tagħna.", "Meta l-korsijiet ma jkunux ankrati mar-realta` tagħna, dan iwassal biex il-proċess edukattiv tagħna jsir aktar proċess ta' aljenazzjoni milli ta' evalwazzjoni fuq ir- realta` li rridu nintervjenu u nbiddlu, u għalhekk inħoss li f'dawn l- emendi li qed niddiskutu, irridu naħsbu bis-serjeta` għat-twaqqif ta' istituzzjonijiet edukattivi virtwali, kemm minn istituzzjonijiet eżistenti - bħall-universita` u l-MCAST - kif ukoll eventwalment minn min ikun irid jieħu l-inizjattiva biex jagħmel istituzzjoni edukattiva virtwali f'pajjiżna.", "Nerġa' ngħid li f'pajjiżi oħra sabu li din m'hijiex sempliċement estensjoni ta' dak li jeżisti imma hija realta` ġdida li jridu jaħsbu dwarha anke b'mod legali u b'mod ġuridiku.", "Ma nippretendix li dawn l-emendi jindirizzaw dik il-problema imma naħseb li nkunu qed nonqsu jekk b'xi mod jew ieħor ma nsemmux il-bżonn li naħsbu dwar dawn l-affarijiet u li eventwalment inpoġġuhom fil-prattika,.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Jien ma naħsibx li dan is-suġġeriment għandna ninkluduh f'din il-parti tal-liġi imma tajjeb li meta niġu fil-parti ta' edukazzjoni ogħla, ikollna riferenza għal dan is-suġġeriment.", "Naturalment nistgħu nidħlu aktar fid-dettall dwar dan meta jkollna emendi oħra għal din il- liġi, fuq il-parti ta' l-universita` u anke ta' l-MCAST, biex wieħed jara kif l-aħjar jinkorporaha u jagħtiha libsa legali.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Issa se ngħaddi fuq il-paragrafu (k) fejn qed jingħad li d-direttorat:", "\"b'kollaborazzjoni mal-Kulleġġi jiżgura l-provvista ta' servizzi effettivi ta' counsellors, ħaddiema soċjali, psikoloġi u professjonisti oħra skond il-bżonn ta' l-istudenti u l-familji tagħhom;\".", "Din hija xi ħaġa li bħalissa għandna l-problemi fiha.", "Nafu li t-talba għal dan it-tip ta' servizzi minn dan it-tip ta' professjonisti hija kbira pero` ma tantx għandna human resources.", "Allura billi qed ngħidu li dan id- direttorat huwa responsabbli minn dawn l-affarijiet biex jiżgura li f'kollaborazzjoni mal-kulleġġi, il-provvista ta' dawn is-servizzi tingħata, jiena nixtieq nistaqsi kif se jsir dan.", "Hawnhekk tħallew barra l-iskejjel u ssemmew biss il-kulleġġi.", "Għalfejn tħallew barra l-iskejjel?", "Apparti minn hekk, il-kulleġġi se jkollhom impjegati magħhom lil dawn il-professjonisti biex jipprovdu dan it-tip ta' servizzi?", "Qed nistaqsi dan l-iżjed għaliex nafu bid-diffikultajiet li għandna u nixtieq inkun naf kif se taħdem din is- sistema fir-rigward ta' dawn is-servizzi li verament għandna bżonn.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, ovvjament dejjem se nkunu kondizzjonati anke min-numru ta' nies imħarrġa f'dan is-settur.", "Meta qed nitkellmu fuq psikologi, social workers u counsellors, qed nitkellmu fuq team ta' nies li x-xogħol tagħhom hu li jagħtu appoġġ lit-tfal, lill-għalliema u fejn hemm bżonn anke lill-ġenituri.", "Ovvjament se jkollna bżonn ningaġġaw aktar nies f'dan is-settur.", "Il-ħsieb hu li jkollok team li jkun college based filwaqt li llum għandna team li huwa nation based.", "L-idea hi li jkollna team f'kull kulleġġ u qed niddiskutu dan anke ma' l-MUT fuq l-idea li t-team ikun l-istess kemm għal- livell primarju u kemm għal-livell sekondarju on a college based system sabiex dawn in-nies ikollhom kuntatt mat-tfal sa mill-eta` bikrija tagħhom u jibqgħu jsegwuhom, man mano li jikbru u jitilgħu fil-livell sekondarju.", "L-idea hija din u għalhekk qed ngħidu f'kollaborazzjoni mal-kulleġġ għax il- multi-disciplinary teams li qegħdin naħsbu fihom huma teams li jkollu kull kulleġġ.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT (Kap ta' l-Oppożizzjoni): Sur President, qed immissu waħda mill-affarijiet li nħoss li huma kruċjalment ħżiena f'dan l-abbozz ta' liġi.", "Qed nisimgħu lill-ministru jgħid: \"Il-ħsieb hu\" jew \"l-idea hi\" jew \"qed naraw kif\" imma hemm pjan?", "Jekk qed nifhem tajjeb hemm shortage nazzjonali ta' counsellors, ħaddiema soċjali, psikologi u professjonisti oħra.", "Issa hemm nuqqas fis-sistema edukattiva jew hemm nuqqas għax il- gvern m'huwiex qed idaħħal ħaddiema ta' dan it-tip?", "Din m'hijiex ċara.", "Għalxejn ngħidu li hemm ħsieb jew hemm idea jekk ma jkollniex pjan li fuqu toħroġ il-liġi.", "Jien ma nistax nifhem kif nistgħu ngħidu li għandu jiġi żgurat li jkun hemm dawn il-professjonisti meta nafu li hemm dan in-nuqqas.", "Kif u b'liema mod se jiġi żgurat dan?", "Li ngħidu li hemm il-ħsieb jew l-idea, fl-opinjoni tiegħi, m'hu se jwassalna mkien għax jekk se nibqgħu taħt dan il-gvern, Allaħares qatt, se nibqgħu fejn aħna.", "Allura anke f'dan il-qasam kif nistgħu ngħidu li l-kulleġġi se jkollhom multi-disciplinary teams jekk qed nammettu li hemm nuqqas - indipendentement jekk hemmx nuqqas nazzjonali jew jekk hemmx nuqqas fis-sistema tal-gvern kollha kemm hi – ta' dawn it-tip ta' ħaddiema?", "U kif qegħdin ngħidu li multi-disciplinary teams ikunu biss fil-kulleġġi u b'hekk qed neskludu l-iskejjel?", "Kif qal il-kollega tiegħi, qabel ir-riferenzi kienu għall-kulleġġi u l- iskejjel imma hawn le.", "Hawn ir-riferenza hi għall-kulleġġi biss u dan ifisser li l-iskejjel Ii ma jkunux fil-kulleġġi, se jkunu kompletament skartati minn kwalunkwe użu ta' riżorsi ta' ħaddiema soċjali, psikologi u professjonisti.", "Din ma tagħmilx sens.", "Jekk għandna nuqqas ta' ħaddiema f'dan il-qasam, is-sens ta' ġustizzja soċjali u ta' fairness jgħidlek li dawn għandhom jiġu managed fuq bażi nazzjonali u mhux tallokahom biss fil- kulleġġi.", "Ħalli nerġa' niġi għall-punt oriġinali.", "Jeżisti xi pjan dwar kif se jiġu konsolidati – b'sistema ta' targets u mhux billi ngħid il-ħsieb jew l-idea x'inhi - s-servizzi li jeżistu f'dan il-qasam?", "X'inhuma s-servizzi li għandna preżentement?", "X'inhuma l-bżonnijiet li għandna u kif qegħdin b'mod razzjonali u bil-limitazzjoni ta' riżorsi li għandna, nippjanaw għas-snin li ġejjin sabiex nimmassimizzaw l-impatt ta' dawn ir-riżorsi u nibdlu l-istrutturi madwar dan il-pjan, mhux the other way round!", "Għalhekk nixtieq li aktar milli l-ministru jgħid x'inhu l-ħsieb jew x'inhi l-idea, jgħidilna x'inhu l-pjan.", "Dan għandu jgħidilna li għandna daqstant riżorsi - tajjeb jew ħażin – u fejn se jalloka l-gruppi ta' ħaddiema u anke jikkjarifika l-punt dwar x'servizzi se jieħdu l-iskejjel li ma jkunux f'kulleġġi.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, il-kulleġġi ma jfissru xejn ħlief ġabra ta' skejjel, no more, no less.", "Meta ngħidu l-kulleġġi, qed ngħidu l- iskejjel u meta ngħidu l-iskejjel qed ngħidu l-kulleġġi.", "Issa jekk hawnhekk irridu ngħidu bil-kollaborazzjoni mal-kulleġġi u l-iskejjel, nistgħu wkoll.", "M'hijiex se tagħmel differenza għax il-kulleġġi huma ġabra ta' skejjel u din toħroġ mid-definizzjoni stess tal-kelma \"kulleġġ\" kif se naraw aktar tard.", "Jiġifieri ma noqogħdux ngħidu li meta qed ngħidu kulleġġ, m'aħniex qed ninkludu l-iskejjel.", "Dażgur li qed ninkluduhom!", "L-idea ta' kulleġġ m'hi xejn ħlief - dak li jien nemmen fermement - għodda aħjar ta' appoġġ għall-iskejjel tagħna.", "Per eżempju, jekk qegħdin nitkellmu fuq l-iskejjel speċjali, dawn diġa` huma networked, jiġifieri f'dan is-sens m'aħniex qed nitkellmu in aria.", "Apparti minn hekk, aħna sponsorjajna u qegħdin niffinanzjaw studenti biex jieħdu l-masters fil- psikoloġija u t-training ta' l-ispecial educational needs coordinators u tal-facilitators.", "Dan m'hu in aria xejn.", "Dan huwa kollu konkret, Sur President.", "Meta aħna qed niddiskutu proposti ta' kif għandhom jaħdmu l- counsellors b'sistema differenti, dan qed nagħmlu billi nitkellmu mal-union konċernata.", "Altru milli m'aħniex konkreti!", "Aħna qed naħdmu b'ħilitna kollha biex naslu u ntejbu s-settur ta' l-edukazzjoni f'pajjiżna.", "Sur President, tajjeb ngħid li filwaqt li qabel kellna xi social worker jew tnejn, illum dawn telgħu għal għaxra jiġifieri llum hemm il-full complement ta' social workers.", "Meta issa niġu biex naħdmu b'din is-sistema, irridu nżidu, kif irridu nżidu fi professjonijiet oħrajn li aħna qed ninkoraġġixxuhom.", "Allura l-pożizzjoni hija li dak kollu li aħna qed ngħidu hawn ġew, qed ngħiduh għat-tfal biex kollha kemm huma nagħtuhom servizzi aħjar.", "Biex nagħmlu hekk, aħna wasalna għall-konklużjoni li jkun aħjar jekk dawn norganizzawhom f'kulleġġi, imma dawn skejjel se jibqgħu, bil- kapijiet tagħhom, bit-teams tagħhom, bl-għalliema tagħhom, bil-bini tagħhom u bl-affarijiet l-oħrajn kollha.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Iva, qed nifhem l-argument tal-ministru imma jew se nkunu uniformi fid-diċitura tagħna, jew le.", "Hemm diċitura fejn qed tgħid \"mal-kulleġġi u l-iskejjel\" u oħra fejn qed tgħid \"mal-kulleġġi\" biss.", "Jew ħaġa jew oħra!", "Issa l-ministru qal li jista' jdaħħalha din u jżid \"u l- iskejjel\" imma mbagħad immur oltre minn dan kollu.", "Jekk għandu xi pjan, dan il-pjan irid ikun parti mit-thinking konkret u espliċitu ta' dan l- abbozz ta' liġi, inkella qegħdin nitkellmu fuq strutturi ta' l-ilma, biex ma ngħidx tar-ramel.", "Jekk qed jgħid li għandu daqstant complement, bir-rispett kollu, irid jiżgura li l-provvista ta' servizzi tinħadem skond pjan amministrattiv u maniġerjali dwar x'se jiġri fil-futur għax bħalissa fid-dlam qegħdin dwar dan.", "Inutli jgħidilna li għandhom ħsieb jagħmluha jew għandhom l-idea li jagħmluha!", "X'qed nilleġislaw hawn?", "Bir-rispett kollu, hawnhekk qed nilleġislaw l-intenzjonijiet?", "Daqskemm kienu jiddieħku bil-gvern Laburista fl-imgħoddi għax kien jagħmel liġi bla pjan ta' żvilupp nazzjonali!", "Kienu jgħidulna li ma nistgħux naħdmu b'dan il-mod, jiġifieri huma qed jaħdmu bl- istess mod issa fejn qed nilleġislaw l-intenzjoni?", "Jew għallinqas jeżistu ideat dwar x'se jkunu r-riżorsi u kif se jiġu allokati?", "Meta tgħid \"jiżgura\", ikun ifisser li għandek pjan finanzjat u lest li trid timxi fuqu.", "Nerġa' ngħid ukoll li jekk hemm shortage ta' finanzi min-naħa ta' gvern jew shortage min-naħa ta' supply, ma tistax tgħid, kif qed jgħid il-gvern, li se tipprova tallokaha għall-kulleġġi biss bil-konsegwenza li l-iskejjel li ma daħlux fin-network ta' kulleġġ jibqgħu mingħajr dawn is-servizzi.", "Naħseb li hawnhekk l-affarijiet iridu jiġu ċċarati.", "Ftit ilu kellna kwestjoni fuq il-kelma \"jassigura\" u issa għandna l-kelma \"jiżgura\".", "Mela jekk se jiżgura, lesta l-biċċa, inkella mhux qed tilleġisla!", "Allura jkun tajjeb li l-ministru jgħidilna eżattament x'inhu l-pjan tal-gvern għax bla pjan ma timxix.", "X'inhuma l-forecasts tal-gvern għall-pjan tiegħu dwar il-bżonnijiet ta' l-istudenti u l-familji tagħhom?", "Jien nifhem li skola għal studenti bi bżonnijiet speċjali għandha ċerti forecasts, fair enough.", "Skola li qiegħda fuq binarji vokazzjonali għandha ċerti bżonnijiet, u hemmhekk nifhem l-argument li tipprova tiggruppahom b'ċerta sistema, imma per carita`, jista' l-gvern jagħtina ftit ħjiel ta' kif se naħdmu?", "Kif jista' juża' l-kelma \"jiżgura\" f'dan il-qasam fejn huwa ċar li hemm shortage ta' skilled people?", "Jien naħseb li ħaġa bħal din trid tiġi inkwadrata ħafna aħjar milli qed tiġi inkwadrata bħalissa.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Ma nafx jekk il-ministru huwiex f'pożizzjoni li jgħidilna r-ratio għar-rigward tas-social workers.", "Hu qalilna li għandna għaxar social workers li huwa l-full complement imma f'pajjiżi oħra meta nsemmu professjonijiet bħal dawn, tinħadem forma ta' ratio.", "Per eżempju, l-Ingliżi kienu jgħidu li għandek bżonn educational psychologist għal kull 7,000 student.", "Aħna qegħdin f'pożizzjoni li ngħidu kif qegħdin jinħadmu r- ratios f'dak li għandu x'jaqsam ma' counsellors, ħaddiema soċjali, psikologi u professjonisti oħra?", "Ir-ratio tagħna x'inhu?", "Hemm min ma jaqbilx - u jien wieħed minn dawk - li l-proporzjon bejn, per eżempju, psikologu u l-istudenti jinħadem fuq sempliċiment numru bħal, per eżempju, psikologu wieħed ma' 7,000 student.", "Dan għaliex għandna areas li għandhom jitqiesu bħala educational priority areas minħabba l-problemi soċjali u problemi oħrajn li jeżistu u li minħabba fihom it-tfal ta' dawk in-naħat qed jaqgħu lura.", "Allura jekk inti trid tgħinhom bis-serjeta`, trid tiddiskrimina pożittivament favurihom u f'dak il-każ għandek bżonn aktar minn psikologu wieħed għal 7,000 student.", "X'inhu l-ħsieb tal-ministeru rigward dan il-punt?", "Apparti dan, suppost – qed ngħid \"suppost\" għax lanqas tkun taf jekk għadux hemm – li għandna s-servizz mediku skolastiku.", "Is-servizz mediku skolastiku kif se jidħol f'din il-ħidma?", "Hemm xi pjan biex jidħol bħala parti minn dan is-support li jrid jingħata?", "Qed nistaqsi dan għax mhux l- ewwel darba - u se ngħid xi ħaġa ovvja għal min isegwi mill-qrib lit-tfal minn eta` żgħira - li dak li naħsbu li jkun problema edukattiva jew problema ta' behaviour, tkun fil-verita` problema medika.", "Mhux l-ewwel darba li tfal ġew salvati għax bi screening serju għand tabib, sirna nafu li, per eżempju, tifel ma kienx qed jara l-blackboard tajjeb u allura jibda jġib ruħu b'mod ħażin.", "Waħda mill-akbar nuqqasijiet li għandna fis-sistema tagħna hija li t- timijiet li suppost qed jaħdmu flimkien bl-approach li l-Amerikani jsejħu l- HEW approach mhux qed jaħdmu b'mod integrat u dan huwa importanti jekk irridu nagħmlu progress fis-sistema edukattiva tagħna.", "Allura nistaqsi: Xi pjan hemm biex is-servizz mediku skolastiku jkun integrat f'dan is-support li jrid jingħata?", "Dan se jingħata skond il-bżonnijiet ta' l-areas differenti?", "Nixtieq inkun naf ukoll dwar x'inhi s-sitwazzjoni f'Għawdex.", "Safejn naf jien, il-kulleġġi m'humiex maħduma b'ugwaljanza fin-numri.", "Inkun korrett jekk ngħid li hemm kulleġġi li se jkunu akbar minn kulleġġi oħrajn?", "Dan kollu jagħmel differenza għal dak li qed nitkellmu dwaru f'din is-subklawsola.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-ewwelnett jien ma naqbilx li l-pjan huwa xi pjan li jrid jidħol fil-liġi għax ma naħsibx li l-affarijiet jaħdmu b'dan il-mod.", "Is-sitwazzjoni f'dan il-qasam, kif kont qed nispjega, hija li bħala riżorsi umani f'dan is-settur, illum hemm l-aktar riżorsi li qatt kien hawn fis- sistema edukattiva kollha kemm hi.", "Ovvjament naqblu li mhux biżżejjed u dan tant hu minnu li qegħdin niddiskutu anke ma' l-MUT fil-qafas il-ġdid ta' din ir-riforma dwar dawn it-teams multi-dixxiplinarji.", "Il-ħsieb hu li, per eżempju, ninkludu nurse biex nolqtu l-aspett mediku li kien qiegħed isemmi l-Onor.", "Bartolo.", "Irrid ngħid li llum għandna ħafna ħidma mill-qrib, kemm mal-ministeru tas- saħħa kif ukoll mal-ministeru tal-welfare fejn is-social workers u l- counsellors tagħna jaħdmu flimkien fuq il-każijiet li jkunu qegħdin jinqalgħu.", "Sal-lum le, m'hemmx din ir-ratio li qed isemmi l-Onor.", "Bartolo għax m'hawnx biżżejjed nies u għalhekk inutli li tistabbilixxi ratio b'dak il-mod.", "Irrid ngħid ukoll li jien naqbel li inti għandek kategoriji ta' studenti li ma jkollhomx daqstant bżonnijiet psiko-soċjali mentri oħrajn ikollhom aktar bżonnijiet ta' dan it-tip.", "Rigward is-servizz mediku skolastiku, nerġa' ngħid li għandna input qawwi u kostanti anke mid-dipartiment tas-saħħa u diġa` għandna numru ta' nurses fid-diviżjoni ta' l-edukazzjoni, imma aħna nemmnu li dawn jaħdmu aħjar meta jingħaqdu mat-team li jkun hemm f'kull kulleġġ.", "Issa anke hemm, m'għandniex għalfejn noqogħdu ngħidu kulleġġi u skejjel, għax fil-parti tad- definizzjoni tal-liġi, għandna xi jfisser kulleġġ u ċioe` numru ta' skejjel miġburin flimkien.", "Allura meta qegħdin ngħidu \"kulleġġ\" qegħdin nirriferu għall-iskejjel.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Sur President, ħalli ngħaddi kumment fuq l-aħħar punt li semma l-ministru.", "X'tort għandna aħna li ngħidu dak li qed ngħidu f'dan ir-rigward meta f'ċerti klawsoli jingħad \"kulleġġi u l-iskejjel\" u fi klawsoli oħra ngħidu \"kulleġġi\" biss?", "Forsi min għamel id-drafting, ma kienx konsistenti f'dan is-sens.", "Jekk dan hu minnu, għandna nagħmlu t- termini kollha l-istess, jiġifieri jew kollha \"kulleġġi u l-iskejjel\" jew kollha \"kulleġġi\" u dan qed ngħidu biex niċċaraw l-affarijiet.", "Nafu li l-mira tal-gvern hija li l-iskejjel kollha jidħlu f'kulleġġi, imma meta din il-liġi se tidħol fis-seħħ għadna ma nafux.", "It-tieni nett, jekk tinftiehem b'dan il-mod li qed naħsbu aħna, allura x'se jagħmlu skejjel Ii ma jkunux parti minn kulleġġ?", "Jien naħseb li huma wkoll għandu jkollhom id- drittijiet ta' kull skola oħra u ta' kull kulleġġ ieħor.", "Pero` naħseb li l- mistoqsija li għamilt fil-bidu jien għadha ma ġietx imwieġba u allura se nerġa' nistaqsihielu.", "It-team li qed jaħseb il-ministru li jrid ikun hemm għall-kulleġġi - nittama li qed nifhmu anke għall-iskejjel - se jkun impjegat direttament mal-kulleġġ partikolari jew inkella mad-direttorat konċernat?", "Hawnhekk qed ngħidu li d-direttorat, f'kollaborazzjoni mal- kulleġġi, se jiżgura l-provvista ta' servizzi effettivi ta' counsellors u ħaddiema soċjali oħrajn.", "Issa la l-ħsieb huwa li dan it-team ta' esperti jkun mal-kulleġġi, dawn se jkunu impjegati direttament magħhom jew inkella se jkunu impjegati, b'mod ċentrali, mid-direttorat imbagħad jitqassmu fil- kulleġġi u l-iskejjel ħalli nagħmlu enfasi fuq l-iskejjel l-oħra wkoll?", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Kif diġa` għedt, dan l-ingaġġ ikun mad-direttorat.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Bir-rispett kollu, ippermettili nerġa' nitkellem fuq il- konċett ta' pjan.", "Ma jfissirx li pjan jiġi integrat fil-liġi, Allaħares!", "Imma ċertament, liġi jrid ikollha, bħala sfond tagħha, xi forma ta' pjan u dan hu li għandna nieqes għax m'għandna l-ebda forma ta' pjan bħala qafas għal dak li huwa għaddej.", "M'għandniex pjan għal kif ir-riżorsi se jitħaddmu.", "Naħseb li dan huwa wieħed mid-difetti enormi ta' dak li qed niddiskutu, imma issa ħalli ngħaddi biex nitkellem fuq kwestjoni strutturali li toħroġ mil-liġi stess li għandna quddiemna.", "Qegħdin ngħidu li d-direttorat se jiżgura, f'kollaborazzjoni mal-kulleġġi, il-provvista ta' servizzi effettivi eċċ. Min se jkun responsabbli għal din l-assigurazzjoni, id-direttorat jew il-kulleġġi?", "Il-kelma tassattiva hija \"jiżgura\" imma jekk il-provvista ma tkunx tajba, min se jkun responsabbli, id-direttorat jew il-kulleġġi?", "Jien ipprovajt niċċekkja jekk hemmx il-kelma \"kollaborazzjoni\" f'intestaturi oħrajn imma ma jidhirx li hemm.", "Mela hawnhekk qed nitkellmu fuq xi ħaġa tassattiva fejn qed nużaw il-kelma \"jiżgura\" u norbtuha ma' dual responsibility, id-direttorat b'kollaborazzjoni mal-kulleġġi.", "Hawnhekk aħna deħlin f'sitwazzjoni fejn we're getting caught between two stools.", "Nafu li m'hemmx biżżejjed riżorsi, nafu li xi ħadd irid jippjana kif se jitqassmu dawk ir-riżorsi u ma nafux kif se jsir dak il-pjan għax il- pjan ma nafuhx u nafu li hemm intenzjoni li jiġi allokat ċertu ammont ta' riżorsi lil kull kulleġġ imma mbagħad ir-responsabbilta` ta' dan kollu qiegħda b'kollaborazzjoni bejn id-direttorat u l-kulleġġi.", "Sur President, din hija formula biex ma jsir xejn u ma tkun responsabbilta` ta' ħadd jekk dan iseħħ.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Jiddispjaċini, Sur President, imma jien ma naqbilx mal- kap ta' l-oppożizzjoni.", "Id-diċitura hija ċara ħafna u r-responsabilita` primarja hija tad-direttorat, pero` fis-sistema li mexjin lejha, id- direttorati ma joperawx mingħajr il-kollaborazzjoni tal-kulleġġi biex jassiguraw li kulleġġ li għandu bżonn ċertu entita` ta' servizzi, ikollu dik l-entita`, mentri kulleġġ ieħor jaf ikollu bżonn entita` differenti ta' servizzi.", "Huma l-kulleġġi li l-aktar li jkunu jafu x'għandhom bżonn l- iskejjel u allura wieħed bilfors irid ikollu din il-kollaborazzjoni.", "Mill- bqija, jrid jiżgura d-direttorat għax huwa d- direttorat tas-servizzi.", "Hu jrid jassigura li hemm ir-riżorsi u s-servizzi meħtieġa.", "Naturalment, fl-aħħar mill-aħħar, ir-responsabbilta` hija wkoll tal-gvern kollu kemm hu li jrid jipprovdi l-finanzi biex ikun jista' jkun hawn dawn is-servizzi.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Naħseb li eżawrejna d-diskors kollu fuq dan is- subartiklu u nappella sabiex nimxu 'l quddiem.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ħalli nitkellmu b'mod strutturat, Sur President.", "Jien qed neħodha li l-kulleġġi se joperaw bħala cost centres awtonomi.", "Qed nifhem tajjeb?", "(Interruzzjonijiet) Le, mhux se jkollhom din il- possibilita`.", "Se jkunu autonomous cost centres jew le?", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Immedjatament le, għax dan huwa proċess li għad irridu nibdew, u biex tibdieh we have to phase it in b'ċertu għaqal, imma eventwalment, kull kulleġġ - u dan ngħiduh anke fil-liġi - irid jagħmel il- budget tiegħu, jgħaddi għand id-direttorat għal servizzi edukattivi li mbagħad jgħaqqad il-budget ta' l-iskejjel kollha kemm huma.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Imma jrid ikollna xi time frame quddiemna.", "X'inhu t- time frame biex isiru autonomous cost centres?", "Jekk m'hemmx time frame allura qed nilleġislaw fuq xi ħaġa li qisha l-lakumja, daqqa hekk u daqqa hekk.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, din hija liġi li l-implimentazzjoni tagħha se tiġi phased in bl-aktar manjiera bil-għaqal li nista' naħseb jien.", "F'dan l-istadju m'iniex beħsiebni noqgħod nidħol fid-dettalji li jrid il-kap ta' l-oppożizzjoni.", "Meta dawn id-dettalji jiġu stabbiliti minn dawk li huma involuti, inkunu nistgħu niġu hawn u ngħidu x'inhuma.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, il-ministru qed jgħidilna li l-phasing- in tal-konċett ta' l-autonomous cost centres għall-kulleġġi huma dettalji imma għalija huma kruċjali għal kif se naħdmu.", "Aħna x'qed niddefinixxu hawnhekk bħala liġi?", "Jien fhimt li l-idea tal-gvern hi li malli tidħol in vigore din il-liġi, il-kulleġġi diġa` stabbiliti bħala kulleġġi se jsiru autonomous cost centres, jiġifieri se jkollhom il-budget tagħhom.", "Fhimt ħażin?", "Mid-dehra iva għax inizjalment mhux se jkollhom il-budget tagħhom.", "Mela se jkollna kulleġġi li inizjalment mhux se jkunu cost centres bil- budget tagħhom.", "Allura x'se jkunu dawn u kif se jitħaddmu?", "Dawn se jkunu kulleġġi imma m'humiex kulleġġi għax m'għandhomx budget tagħhom.", "Allura kif se jaħdmu u kif se tistabbilixxi r-responsabilita` jekk int stess qed tgħid hawnhekk \"b'kollaborazzjoni mal-kulleġġi\"?", "Kif se taħdem is-sistema?", "Sur President, qed nibnu liġi sabiħa ħafna imma mbagħad fil-prattika, assolutament m'hemmx il-mekkaniżmi biex tħaddimha.", "Ikun jagħmel aktar sens kieku ngħidu li malli tidħol in vigore din il-liġi, il-kulleġġi jsiru mill-ewwel autonomous cost centres bil-budgets tagħhom u min hu responsabbli mill-kulleġġi jinnegozja l-budget u l-allocation tiegħu mad- direttorat.", "Minn hemm imbagħad toħroġ il-kollaborazzjoni, jekk veru teżisti, għax ikun hemm proċess li bih il-kulleġġ se jagħmel il-budget tiegħu, imur quddiem id-direttorat u flimkien jaraw x'jistgħu jagħmlu.", "Il- kulleġġ jista' jmur għand id-direttorat u jgħidlu: Dan hu l-budget tiegħi.", "Id-direttorat jista' jirrispondih li l-budget tiegħu huwa tajjeb imma peress li ma jkunx hemm biżżejjed riżorsi, se jaqtagħlu minn hemm u minn hemm.", "Daqshekk se jkollok servizzi speċjalizzati.", "Hekk iva, imma jekk lanqas dan m'hu se jkun jeżisti u lanqas m'hu qed ngħidu meta se tidħol in vigore din l-istorja u jekk m'għandniex pjan - nerġa' naqa' fuq il-kelma \"pjan\" - li f'sentejn, tliet snin down the line, se jiġri dan kollu, allura qed nilagħbu bl-ilma, bir-rispett kollu.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Dan li qed jgħid il-Kap ta' l-Oppożizzjoni huwa diġa` miktub fil-liġi, anke taħt il-parti tal-kulleġġi, minbarra taħt din il- parti.", "Il-kwestjoni hija ta' phasing-in u l-kap ta' l-oppożizzjoni naħseb li jifhem li meta inti se ddaħħal sistema fejn se tgħaqqad l-iskejjel flimkien f'kulleġġi, se tagħtihom ċerta awtonomija u se tagħtihom anke l- funzjoni li jridu jibdew jaħsbu għall-budget u għall-estimi tagħhom - biex imbagħad jiġri preċiżament kif qed jgħid il-kap ta' l-oppożizzjoni, li l- kulleġġ irid jinnegozja mad-direttorat għal servizzi edukattivi dwar il- bżonnijiet u l-pjanijiet tiegħu – dan ma tistax tagħmlu f'daqqa u trid ġġib in vigore affarijiet li l-iskejjel huma ppreparati li jerfgħu f'dak l- istadju.", "Ikun żball kbir kieku xi ħadd kellu jaqbad u jgħid li issa hawn din is- sistema u minn Settembru li ġej se tidħol in vigore.", "Mhux hekk se nagħmel, Sur President.", "Aħna minn Settembru li ġej se nagħmlu pass ieħor biex jekk jista' jkun ikollna l-iskejjel kollha ta' l-Istat networked f'kulleġġi u li dawn se jaqdu wħud minn dawn il-funzjonijiet.", "Meta dawk il-funzjonijiet jibdew iwettquhom u jibdew jidraw is-sistema, ngħaddulhom funzjonijiet oħra u aktar ma jidraw, aktar ngħaddulhom funzjonijiet.", "Ma nistgħux nippretendu li ngħaddu l-funzjonijiet kollha li qed naħdmu fuqhom hawnhekk f'daqqa, Sur President.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Il-Ministru huwa aware li on the ground hemm sistemi fejn heads of school jew assistant heads of school li jmexxu l-iskejjel, qegħdin jiġu mgħobbija – għax dawn taparsi huma deċentralizzati - b'responsabbiltajiet amministrattivi, mingħajr ma jingħataw back-up biżżejjed biex dawn iwettquhom, u qed jispiċċaw ma jistgħux ilaħħqu max- xogħol tagħhom, la amministrattiv u lanqas edukattiv?", "Allura ma tistax tiġri l-istess ħaġa f'dan il-każ fejn qegħdin ngħidu li se noħolqu dawn l- istrutturi u mbagħad m'hemmx pjan ta' kif dawn se jiġu phased in b'ċertu mod?", "Minflok se nħaffu l-affarijiet u nagħmluhom iktar trasparenti biex l- iskejjel tagħna jimxu 'l quddiem, qegħdin nispiċċaw ngħabbu aktar responsabbilitajiet fuq min qed imexxi l-iskola b'mod li ma jkunx jista' jlaħħaq, la edukattivament u lanqas amministrattivament.", "Jekk ma jkunx hemm dan it-tip ta' background ta' kif se nimxu 'l quddiem għal din il-ħaġa - li ma jidhirx li hemm – allura, Sur President, nerġa' ngħid li qegħdin nilagħbu bl-ilma.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, jiena għedt kemm-il darba li wieħed mill- ħafna skopijiet li għandha s-sistema tal-kulleġġi hija preċiżament biex il- kapijiet ta' l-iskejjel ikunu jistgħu jiffokaw fuq ir-rwol tagħhom ta' leaders edukattivi.", "Kif diġa` għedt, kulleġġ se jerfa' aktar mix-xogħol amministrattiv li jsir fl-iskejjel.", "Jekk dan se jaħdem on a college basis, hemm ċertu xogħol amministrattiv li minflok joqgħod isir f'kull skola individwalment, dan jista' jsir mill-amministratur tal-kulleġġ u mit-team tiegħu.", "Per eżempju, jien diġa` rriferejt għall-kwestjoni tal-maintenance.", "Illum il-kapijiet ta' l-iskejjel iridu jħabblu rashom fuq affarijiet li għandhom x'jaqsmu ma' maintenance.", "Issa aħna qed ngħidu li din m'għandhiex tkun il-funzjoni li jrid joqgħod jinkwieta fuqha kap ta' skola, imma se jkun hemm precinct officer li jkollu t-team tal-ħaddiema tiegħu u jieħu minn idejn il-kap ta' l-iskola dawn ix-xogħlijiet żejda.", "B'hekk il-kapijiet ta' l-iskejjel ikunu jistgħu jiffokaw aktar fuq ix-xogħol edukattiv tagħhom.", "Meta wieħed jifhem aħjar il-konċett li qegħdin indaħħlu b'din il-liġi, allura wieħed ikun qiegħed jifhem aħjar anke x'qed nipprovaw nagħmlu.", "Aħna qegħdin ngħidu li se jkun hemm prinċipal li se jkollu college administrator u li se jkollu precinct officer u li t-tnejn li huma se jkollhom teams ta' nies - dawn diġa` qegħdin fid-division of education u mxerrdin fl-iskejjel 'l hawn u 'l hinn - li jistgħu jiġu utilizzati aħjar.", "Dan kollu se jsir proprju b'għajnuna għall-kapijiet ta' l-iskejjel u għas-senior management teams li hemm fihom.", "Dan huwa li qed nipprovaw nagħmlu u jekk wieħed iħalli s-sitwazzjoni kif inhi llum, b'kull skola għal rasha, allura din it- tip ta' sinerġija ma tistax isseħħ u jibqa' jkollok min ikun mgħobbi b'xogħol amministrattiv u ma jkollux ċans jara x'qed jiġri fil-klassijiet u fil-proċess tat-tagħlim.", "Il-konċett tal-kulleġġ jippermetti aktar effiċjenza fit-tħaddim tar-riżorsi umani tagħna biex b'hekk anke l-kapijiet ta' l-iskola jkunu jistgħu jiffokaw fuq il-proċess edukattiv.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Illum għandna segretarji fl-iskejjel kollha u allura x'inhi d-diffikulta` li jkollna l-konċett - hawn nistgħu nieħdu l-mudell tal-kunsilli lokali – ta' segretarju eżekuttiv li jieħu f'idejh ix-xogħol amministrattiv li huwa żejjed għall-kapijiet ta' l-iskola u għall- assistenti tiegħu?", "Dan huwa li qed nipproponu aħna għax dawn l-ideat, anke ta' precinct officers, qegħdin hemm diġa` u li rridu nagħmlu hu l-upgrading tar-responsabilitajiet tas-segretarji.", "Jien naħseb li forsi b'mod immedjat, din il-ħaġa tista' ssir.", "Issa ovvjament jien nifhem li jkun hemm bżonn daqsxejn taħriġ u nassumi li wieħed ikun irid jibdel partijiet mill- collective agreement, jekk inhu stipulat hekk.", "Pero` l-punt hu li diġa` għandek persuni fl-iskejjel li jistgħu jagħmlu x-xogħol amministrattiv tal- kapijiet ta' l-iskejjel biex fl-aħħar mill-aħħar dawn jiffokaw fuq il-veru xogħol li għandhom jagħmlu u ċioe` dak marbut ma' l-edukazzjoni u mal-mod ta' kif isir it-tagħlim.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Issa jew il-kapijiet ta' l-iskejjel huma mgħobbija ħafna jew inkella fl-iskejjel hemm ir-riżorsi amministrattivi.", "Jew ħaġa jew oħra!", "Kif qal l-Onor.", "Abela, bi ftehim ma' l-MUT, f'kull skola hemm speċifikat x'appoġġ amministrattiv irid ikollha skond id-daqs tagħha.", "Ftit tas-snin ilu saret analisi skola, skola biex preċiżament naraw kull skola kemm għandha bżonn segretarji, kemm għandha bżonn clerks, kemm għandha bżonn handymen, kemm għandha bżonn cleaners eċċ. Ħafna minn dawn in-nies ma nagħżilhomx jien jew id-division of education imma jintagħżlu mill-kap ta' l-iskola stess.", "Allura naħseb li rridu noqogħdu ftit attenti kif nitkellmu għax jien ċert li għandna bżonn ninsistu li l-kapijiet jagħtu aktar kas ta' l-aspett edukattiv.", "Bis-sistema tal-kulleġġi se ntejbu s- sistema u jien ċert li meta l-affarijiet jibdew ġejjin f'posthom u kull kulleġġ ikollu l-college administrator tiegħu, il-vantaġġi jibdew joħorġu b'mod ċar.", "L-Onor.", "Abela semma s-segretarju eżekuttiv tal-kunsill lokali pero` mod ikollok kunsill lokali li jieħu ħsieb komunita` sħiħa u mod ikollok college administrator li jkollu numru ta' skejjel taħtu, allavolja l-kariga tkun simili.", "Aħna li rridu nagħmlu hu li nassiguraw li l-impjegati li diġa` huma impjegati fl-iskejjel jiġu utilizzati aħjar.", "S'issa dan mhux qed jiġri u mhux tort tiegħi.", "Jien ma nkunx ġo l-iskola u nassigura li jekk ma noħloqx din it-tip ta' sistema li qed nipproponi, ma naslux.", "Issa kulħadd għandu l- metodu tiegħu.", "Jien il-metodu tiegħi ħsibt fih u rriflettejt fuqu u kkonvinċejt ruħi li din hija t-triq it-tajba.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Sur President, l-ilmenti li nisimgħu huma li l- kapijiet ta' l-iskola għandhom wisq xogħol amministrattiv u hawnhekk qed ngħidu li dan jiġri għax ma jgħadduhx lil min suppost jgħadduh.", "Issa jekk ir-remit ta' segretarju jew clerk fl-iskola forsi jimpedixxi li ċerti responsabbiltajiet ikunu f'idejhom, ma nafx.", "Jien nittama li qed niftiehmu x'qed ngħidu.", "Jista' jkun li qegħdin ngħidu l-istess ħaġa bi kliem differenti jew inkella minn veduti differenti.", "Fuq il-paragrafu (k) m'għandix aktar kummenti x' nagħmel.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Biex inkun ċar, m'iniex qed ngħid dak id-diskors li għadu kif qal l-Onor.", "Abela.", "Qed ngħid biss li aħna mexjin lejn sistema li tagħti appoġġi reali u konkret lill-iskejjel biex kulħadd fl-iskola jiffoka fuq ix-xogħol li suppost jagħmel.", "Jekk inhu għalliem, jiffoka fuq it- tagħlim fil-klassi u jekk inhu kap, jiffoka fuq il-proċess edukattiv.", "Naturalment il-kap ta' l-iskola se jibqa' l-kap ta' l-iskola.", "Jien darba għamilt proposta biex f'kull skola jkun hemm manager ħalli nifirdu r-rwoli edukattivi mir-rwoli amministrattivi imma dak is-suġġeriment ma ġiex aċċettat.", "Issa qed nagħmel proposta oħra, li naħseb li hija proposta aħjar minn dik li kont għamilt dak iż-żmien, għax fil-qafas ta' kulleġġ, meta jkollok team amministrattiv immexxi minn college administrator u team ta' maintenance immexxi mill-precincts officer, jien ċert li l-iskejjel se jkunu servuti aħjar u l-kapijiet se jkunu jistgħu jiffokaw fuq ix-xogħol veru tagħhom.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Sur President, il-punti tiegħi kienu ċari u kulħadd għandu r-rwol tiegħu x'jaqdi.", "Jien għamiltha ċara wkoll li jeżistu impjegati fl-iskejjel biex jagħmlu dak it-tip ta' xogħol li m'huwiex ta' aspett edukattiv.", "Fil-paragrafu (l) qegħdin ngħidu li d-direttorat għal servizzi edukattivi, flimkien mal-kulleġġi u l-iskejjel - hawnhekk hawn \"kulleġġi u skejjel\" mhux \"kulleġġi\" biss - jipprovdi r-riżorsi meħtieġa għall-programmi ta' edukazzjoni inklużiva u speċjali u għal skemi oħra relatati ma'", "bżonnijiet individwali edukattivi.", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq il-qasam ta' l-inklużjoni u ta' l-edukazzjoni speċjali fl-iskejjel.", "Ta' spiss nisimgħu li għandna l-inklużjoni fl-iskejjel tagħna pero` l-mistoqsija hi kemm din hija inklużjoni ta' veru.", "L-ewwelnett, b'mod ġenerali, mhux bilfors tista' tkun l-istess bħal meta jkollok każi individwali.", "Xi kultant ikollok studenti li qegħdin fi klassi, pero` fl-istess ħin, biex ma jtellfux lill- kumplament tal-klassi, jinqatgħu minn ġol-klassi u jispiċċaw fi klassi għalihom jew barra mill-klassi.", "Dawn huma affarijiet li ġieli smajnihom.", "Allura rridu niżguraw li mhux biss inniżżlu dan hawnhekk imma jekk hemm persuni li għandhom diżabilita` u li qegħdin fi klassi, dawn verament ikunu inklużi fil-klassi.", "Barra minn hekk, l-aħħar parti tal-paragrafu (l) li ssemmi skemi oħra relatati ma' bżonnijiet individwali edukattivi, nixtieq norbotha mal- paragrafu (k) li tkellimna fuqu qabel, fejn il-ministru qal li għandu jkun hemm team ta' professjonisti li jkunu mal-kulleġġi - u jien inżid ma' l- iskejjel ukoll - biex jagħtu l-appoġġ tagħhom fejn ikun meħtieġ f'dan is- sens.", "Aħna niltaqgħu ma' diffikultajiet u problemi - ma nixtieqx nuża l- kelma \"racket\" – fejn kultant jintalbu flejjes esaġerati lill-ġenituri li għandhom studenti b'diżabilita` sabiex dawn jingħataw xi ċertifikat jew xi tip ta' assessment dwar l-għajnuna li għandhom bżonn dawn l-istudenti.", "Għalhekk naħseb li huwa importanti li jekk se jkun hemm dan it-team ta' professjonisti li semmejna fil-paragrafu ta' qabel, dawn jagħtu servizz lil dawn il-ġenituri sabiex jiffrankaw ċerti spejjeż esaġerati li qed jiġu mitluba jħallsu għax minħabba dan, qed ibatu t-tfal tagħhom.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Jien naqbel ma' diversi kummenti li għamel l-Onor.", "Abela.", "Fil-fatt kif diġa` għedna kemm-il darba, fuq dan is-suġġett għandna r-rapport tal-working group li mexxa s-Sur Lino Spiteri u mexjin fl- implimentazzjoni tiegħu.", "Din il-problema partikolari li semma l-Onor.", "Abela hija marbuta ma' l-istatementing process u hemmhekk diġa` qegħdin nieħdu passi biex dan inpoġġuh fuq bażi differenti milli kellna s'issa għax jien naħseb li s-sistema faċilment tiġi abbużata minn kull angolu, mingħajr ma neċessarjament inkunu qegħdin nagħtu l-aħjar servizz lill-istudent konċernat.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Jien nixtieq nistaqsi dwar it-terminoloġija \"għal skemi oħra relatati ma' bżonnijiet individwali edukattivi\".", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq l-IEPs ta' l-istudenti jew inkella hemm skemi oħrajn li forsi l-leġislatur qed jara li jista' jkun hemm għal dawn l-istudenti bi bżonnijiet speċjali, fir-rigward ta' inclusion li qed jitkellem fuqha dan is-subartiklu?", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ma naħsibx li rridu noqogħdu nfettqu eżatt fuq kull kelma, Sur President.", "Meta qed nittrattaw il-bżonnijiet individwali edukattivi, hemm diversi proċessi u tista' tutilizza anke skemi diversi, jiġifieri qegħdin ngħidu \"u għal skemi oħra relatati\", għaliex jekk għall- argument, l-istatementing process, fir-rakkmandazzjoni tiegħu ta' l- individual educational programme, jirrikkmanda xi appoġġ partikolari, irid ikollok skema biex dak l-appoġġ tkun tista' tagħtih.", "M'hemmx għalfejn noqogħdu nidħlu fin-nitty-gritty ta' l-operat.", "Hawnhekk qed ngħidu d- direzzjoni x'inhi u f'liġi dan li nagħmlu.", "Jekk noqgħod nistaqsi fuq id- dettalji kollha, ma naslu qatt.", "Aħna qed ngħidu xi jrid isir u allura rridu nipprovdu r-riżorsi meħtieġa.", "Issa x'inhuma dawn ir-riżorsi, x'se jkun hemm, kif u min se jagħmel xiex ...", "Diġa` għandna ħafna riżorsi u hemm investiment ta' miljuni fl-iskejjel u fuq il-facilitators.", "Jekk ir-rapport tal-working group li mexxa s-Sur Lino Spiteri qal xi ħaġa, din kienet li dan m'huwiex settur nieqes mir-riżorsi.", "L-ilment ta' dak ir-rapport huwa li dawn ir-riżorsi m'humiex organizzati b'mod effettiv u fuq dak naqblu.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Jien ma staqsejtx fid-dettall fuq kif se jaħdem ħaġa jew oħra, imma x'qed nifhmu bi skemi oħra relatati.", "Jiġifieri jekk issa l- ministru qed jgħid li hemm skemi oħra relatati, skond il-bżonnijiet ta' l- istudenti, nifhmuh b'dak il-mod, imma irridu nistaqsu kif wieħed jifhem ħaġa u oħra.", "Ma naħsibx li qed infettqu fiha din il-ħaġa.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Fil-paragrafu (m) hemm miktub:", "\"jiżgura l-provvista u l-koordinament ta' servizz ta' gwida vokazzjonali u ta' karriera;\".", "F'dak ir-rigward, hemm il-ħsieb li jkun hemm tiġdid fil-mod ta' kif in-nies li diġa` qed jagħmlu xi forma ta' career guidance imexxu l-istudenti jew sempliċement se nkomplu għaddejjin?", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Id-direzzjoni hi li nifirdu l-counselling mill-career guidance.", "Sal-lum dawn jagħmluhom l-istess nies u huwa ċar li n-nies li huma tajbin biex jagħmlu guidance counselling ma' l-istudenti mhux bilfors ikollhom l-informazzjoni u l-kuntatti mad-dinja tax-xogħol biex jagħmlu career guidance.", "Id-direzzjoni li hemm indikata hija li dawn jiġu żewġ servizzi differenti u jingħataw b'metodi skond il-karatteristika tagħhom.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Imma hemm xi pjan biex dawn inġeddulhom l-attitudni tagħhom?", "Qed nistaqsi dan għax ħafna drabi, għallinqas mill-esperjenza personali tiegħi, dawn jagħtu parir u opinjoni aktar fuq il-gosti personali tagħhom milli fuq il-ħteġijiet oġġettivi tad-dinja tax-xogħol u x'għandhom bżonn l-istudenti nfushom.", "Jekk ikun student tajjeb jgħidlu biex ikompli għal tabib jew avukat u jekk ikun student li jaqa' lura, jgħidlu biex imur l-MCAST jew xi ħaġa hekk.", "Ma jistax ikun li nibqgħu sejrin hekk.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Assolutament ma nistgħux nibqgħu sejrin hekk.", "Jien waqqaft working group li kkonkluda l-analisi u r-rakkmandazzjonijiet tiegħu.", "Minn hawn u ftit taż-żmien ieħor inkunu nistgħu anke nippubblikawh u l-idea hi li aħna noħolqu servizz ġdid li jkun ta' career guidance kif suppost ikun.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Fuq il-paragrafu (m) b'sodisfazzjon ngħid li aħna bħala partit, fl-abbozz tagħna semmejna li guidance and counselling għandhom ikunu separati.", "Għallinqas il-ministru sab xi ħaġa tajba f'dan l- abbozz.", "Imbagħad fil-paragrafu (n) jingħad li:", "\"jiżgura l-provvista ta' servizzi meħtieġa biex jiġu trattati b'mod effettiv kwestjonijiet ta' imġieba tajba u dixxiplina, abbuż tat-tfal, ibbullijar, u abbuż ta' sustanzi\".", "Il-mistoqsija hija kif se jsir dan.", "Nafu li llum hemm ċerti diffikultajiet u nixtieq inkun naf jekk hemmx xi proposti f'dan is-sens, għax meta konna qed nitkellmu fis-seduta ta' qabel, il-ministru qal li xi kultant, meta jinqalgħu każijiet bħal dawn, kważi kważi jiġġammja d-dipartiment.", "Issa nispera ma jiġġammjax id-direttorat.", "Allura xi ħsieb hemm biex meta jkun hemm kwestjonijiet ta' mġieba u nuqqas ta' dixxiplina, dawn jiġu trattati mingħajr ma jkun hemm il-problemi li semma l-ministru stess?", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-ħsieb hu li fejn wieħed ma jasalx biex itejjeb l- imġiba ta' l-istudenti fl-iskola, jinħolqu żoni apposta fi skola fejn wieħed ikun jista' jaħdem ma' l-istudent konċernat, u jekk lanqas hemm wieħed ma jasal, se jkollna ċentri apposta fejn it-tfal jiġu rtirati mill- iskola, jidħlu f'dawn iċ-ċentri ta' tagħlim b'nies li kapaċi jaħdmu ma' dawn it-tfal u b'hekk inkunu nistgħu naħdmu bl-aħjar mod possibbli sabiex nipprovaw inġibu lit-tifel jew tifla fl-istat li din tkun tista' tirritorna lura fl-iskola.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Nifhem li l-ewwel sforz se jsir fl-iskola stess, barra mill-klassi, pero` ċ-ċentri li qed isemmi l-ministru huma ċentri li diġa` jeżistu jew inkella għad iridu jitwaqqfu jekk wieħed iħoss il-ħtieġa tagħhom?", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Għandna skejjel li diġa` jagħtu ċertu servizz pero` dak is-servizz m'huwiex biżżejjed u rridu ntejbuh b'nies li huma kwalifikati u mħarrġa.", "Apparti minn hekk, l-ambjent ta' dawn iċ-ċentri jrid ikun ukoll differenti u qegħdin naħsbu biex nidentifikaw anke postijiet milli għandna biex inkunu nistgħu nikkonvertuhom f'dawn iċ-ċentri.", "Il-ħsieb hu li nibdew, jekk jista' jkun, b'wieħed għas-subien u", "l-ieħor għall-bniet, imbagħad naraw kif se tiżviluppa ruħha s-sitwazzjoni.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jien nixtieq stqarrija mill-ministru fuq din il-ħaġa.", "Hu impenjat personalment li juri u jimplimenta politika ta' zero tolerance għan-nuqqas ta' rispett u dixxiplina u kif se jagħmel dan mal-livelli kollha fl-edukazzjoni fosthom l-istudenti, ċerti għalliema marġinali u l- istaff l-ieħor li huwa involut fl-edukazzjoni fosthom dawk li jieħdu ħsieb il-manutenzjoni ta' l-iskola.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ir-risposta hija iva u bil-provi.", "Fil-fatt aħna għandna policy ta' mġiba tajba u dixxiplina li reġgħet introduċiet, wara ħafna snin, is-setgħa lill-kapijiet ta' l-iskejjel u lit-teams tagħhom li jistgħu jeskludu student.", "Sa l-2002, din ma kenux jagħmluha għax kienu jgħidu li m'humiex awtorizzati.", "L-iskejjel qed jiġu mitluba li jkollhom il-kodiċi ta' dixxiplina tagħhom u kull darba li kien hemm każijiet, ittieħdu l-passi - issa wieħed jista' ma jaqbilx mad-deċiżjonijiet li ħadu l-iskejjel – u kull fejn kien hemm bżonn li tidħol il-pulizija, daħlet.", "Addirittura nbidel il- kodiċi kriminali biex min jattakka għalliem jeħel piena aktar milli kieku jkun hemm l-istess inċident bejn nies li m'humiex għalliema.", "Sur President, jien dejjem sostnejt li l-ewwel responsabbilta` ta' l-imġiba hija tal-ġenituri u t-tieni responsabbilta` hija tal-kap ta' l-iskola u t- team tiegħu u kulħadd irid jaħdem b'dan il-mod pero` jonqosna nagħmlu dawn iċ-ċentri li jieħdu ħsieb dawk l-istudenti li ħadd ma jkun jista' jsib tarfhom fl-iskola u għalhekk minflok jispiċċaw fit-triq, inkunu nistgħu nibqgħu nagħtuhom appoġġ u kura u anke nipprovaw nirriabilitawhom sabiex ikunu jistgħu jkomplu l-istudju tagħhom fi skola normali.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ma jidhirlux il-ministru li dan il-ħafna diskors dwar strutturi li se jiġu u li m'humiex hemm qed joħolqu vojt?", "Jaf il-ministru li hemm ċerti skejjel fejn il-problema tan-nuqqas ta' rispett u dixxiplina huma endemiċi u li allura huwa inutli li noqogħdu ngħidu fuq commitment personali għal zero tolerance meta nafu li hemm sitwazzjonijiet bħal dawn.", "Nafu wkoll li hemm support staff li qed jagħmlu li jridu u għalhekk inutli nħarsu biss lejn l-istudenti u l-familji tagħhom meta għandna eżempji ta' staff fil-qasam edukattiv li lanqas jagħtu kas l-awtorita` ta' l-għalliema.", "Issa l-ministru qal li se jibni ċ-ċentri, fair enough, imma x'se jsir rigward ċerti areas fejn hemm għalliema li jħossuhom intimidati, speċjalment dawk li jkunu għadhom ħerġin mill-universita`.", "Dawn ma jsibu l- ebda appoġġ u ma jħossux li hemm impenn minn min qiegħed in charge biex jikkontrolla u jdaħħal rispett f'dawn l-affarijiet.", "U agħar minn hekk ma jeżistux l-istrutturi.", "Biss biss għandna 14 jew 15-il skola bla deputy head!", "Kif tista' mbagħad tgħid li on the ground qed ikun hemm zero tolerance jekk m'hemmx dawn l-istrutturi.", "Dan huwa l-punt.", "Inutli noqogħdu ngħidu li se nagħmlu ċentru 'l hemm u ċentru 'l hawn meta mbagħad on the ground, f'oqsma speċifiċi, qed ikun hemm din il-biża', Sur President.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Għalissa nieqfu hawn.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni fuq din il-klawsola u l-emenda ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "Il-Kamra rriżumiet u l-Viċi President tal-Kumitati rrapporta progress u talab il-permess sabiex il-Kumitat jerġa' jiltaqa'.", "MR SPEAKER: Il-Ministru, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tlieta, 4 ta' Lulju 2006, fid-9.00 a.m., b'din l-aġenda:", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Edukazzjoni - Kumitat (Kont);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili - Tieni Qari (Kont);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta - Tieni Qari; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Konvenzjoni Ewropea - Tielet Qari.", "-----------------------------------", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Adozzjoni ta' l-Ewro - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Intermedjarji fl-Assigurazzjoni - Kumitat Permanenti.", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Liġijiet dwar il-Protezzjoni tal-Konsumatur - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Ġarr Stradali Internazzjonali ta' Merkanzija - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Kriminali - Kumitat Permanenti.", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Reġistru Ċentrali - Kumitat Permanenti;", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO (Segretarju Parlamentari): Sur President, f'dan il- ħin ta' l-Aġġornament nixtieq nitkellem dwar x'qegħdin nosservaw fis-suq intern ta' pajjiżna u x'inhi l-viżjoni tagħna bħala gvern biex inkunu nistgħu nsolvu u niffaċċjaw it-tliet sfidi partikolari li għandna f'dan is- settur.", "Fi kliem ieħor, jiena nħobb nittratta wkoll dawn l-isfidi bħala tliet prijoritajiet partikolari, jiġifieri dawk li nagħraf bħala residenti, il-ħaddiema u l-konsumaturi.", "Jiena tkellimt dwar dawn it-tliet prijoritajiet f'business breakfast rigward il-ġejjieni ta' Paceville bħala lokalita` kummerċjali.", "L-issue tal-ġejjieni ta' Paceville bħala lokalita` kummerċjali m'hijiex biss l-issue ta' Paceville, imma dawn it-tliet sfidi rridu naħdmu fuqhom f'kull lokalita` kummerċjali fil-kontest tas-suq intern ta' pajjiżna.", "Qed ngħid hekk għax jiena nista' nħares lejn Paceville bħala attivita` kummerċjali, u nista' nħares lejn Ħaż-Żebbuġ, il-Mosta u Birkirkara bħala tliet lokalitajiet differenti minn xulxin bi tliet attivitajiet kummerċjali distinti minn xulxin.", "Pero` kollha kemm huma għandhom sfidi komuni, anke għax illum is-suq intern tagħna hu verament suq wieħed, u importanti li nħarsu lejn dawn it-tliet prijoritajiet, ir-residenti, il-ħaddiema tagħna u l-konsumaturi.", "Nerġa' ngħid Sur President, bħalma diġa' għidt fid-diskors tiegħi, li dawn it-tliet elementi joħolqu strengths u weaknesses fis-suq tagħna u nixtieq nispjega f'aktar dettall dawn il-punti.", "Nibda bir-residenti u ngħid li pajjiżna donnu qiegħed jiċkien għall- attivita` kummerċjali.", "Illum l-ispazju li fih tista' tagħmel attivita` kummerċjali hu limitat meta mqabbel ma' dak li jridu l-operaturi kummerċjali u jekk m'aħniex se nieħdu ħsieb din l-isfida u ndawruha f'opportunita`, tista' tiżviluppa fi problema.", "Il-problema hi li għandek l- attivita` kummerċjali li trid taħdem fi spazju limitat għax ħafna drabi tkun imdawra bir-residenti.", "Donnu li f'Malta sar impossibbli li jkollna spazju għall-kummerċ biss u jkollna spazju għar-residenti biss.", "L-attivita` kummerċjali u l-ispazju meħud mir-residenti kibru, għexu u tħalltu flimkien f'pajjiżna.", "Jekk taqbad il-karozza biex minn hawn tmur sal-Mosta, tista' prattikament tgħid li se tgħaddi minn lokalita` kummerċjali waħda għax m'hemmx post fejn tara l-ħwienet jieqfu, u l-istess jgħodd għaż-żoni residenzjali, b'konsegwenza li issa l-attivita` kummerċjali ma tistax tinfired miż-żona residenzjali.", "Idealment hu li jkollok żona residenzjali u żona kummerċjali u industrijali separati.", "'Il quddiem jista' jkollna żoni industrijali li jkunu żoni industrijali biss u ma jkunx hemm attivita` residenzjali, pero` fil-maġġor parti ta' pajjiżna, l-attivita` kummerċjali tinsab fiż-żona residenzjali.", "Allura hawn niġu għall-ewwel punt.", "Irridu naħdmu biex inkunu nistgħu naraw kif ir-resident jista' jgħix fil-paċi ma' l-attivita` kummerċjali u l- attivita` kummerċjali tgħix fil-paċi mar-resident.", "Qegħdin nitkellmu fuq viżjoni fejn irridu nirresponsabbilizzaw liż-żewġ naħat.", "Għad irridu naħdmu, u hija l-viżjoni tagħna anke bħala gvern - u għada pitgħada naħdmu anke mal-MEPA u awtoritajiet oħrajn - li nippruvaw infiehmu lir-residenti li jkunu joqogħdd qrib l-attivita` kummerċjali, il-ħtiġijiet ta' l-operatur u nispjegaw lill-operatur il-ħtiġijiet ta' min jaħdem.", "Ħafna drabi dawn il-ħtiġijiet jidhru li jikkonfliġġu ma xulxin, u jekk m'aħniex se nilqgħu din l-isfida li nġibuhom jgħixu flimkien mingħajr problemi, se jibqa' jkollna l-inkwiet.", "Lill-operaturi ngħidilhom li billi għandhom liċenzja tan-negozju, ma jfissirx li jistgħu jagħmlu li jridu, pero` min- naħa l-oħra lir-residenti ngħidilhom li dawn għandhom jissaportu lill- operaturi kummerċjali.", "Dwar dan faċli li niġi kkwotat ħażin speċjalment minn min qed jismagħni u jkollu interess li jirrapporta dwar dan, għax hawnhekk jiena dieħel f'issue li taħraq.", "Dawn iż-żewġ elementi donnhomn li qatt ma jistgħu joqorbu lejn xulxin u għalhekk jeħtieġ li naħdmu biex inġibuhom jifhmu lil xulxin.", "U din hi l-isfida l-kbira li għandna.", "F'dak li qed ngħid mhux qed ningħoġob, għax se ndejjaq kemm lil min għandu attivita` kummerċjali f'nofs iż-żona residenzjali u jiġi jaqa' u jqum minn min huwa resident, u anke lil min hu residenti li ma jimpurtahx mill-interessi ta' min qed jaħdem.", "Per eżempju f'Għawdex, din hija issue kbira u ma jistax ikun li m'għandniex spazju fejn dawk li jridu jaħdmu kif suppost, jistgħu jaħdmu.", "Fl-istess ħin ir-residenti ma tagħtihomx tort li l-ħin kollu qed jirrapportaw lil min jista' qed joħolqilhom inkonvenjent.", "Allura rridu nsibu mezz kif dak ir- resident jista' jissaporti u jgħix b'xi ħadd li qed jaħdem ħdejh b'mod li t- tnejn jirrispettaw il-ħtiġijiet ta' xulxin.", "Mela jekk għandek liġi li tgħid bejn nofsinhar u l-erbgħa, int ma tistax tagħmel storbju, inti ma tridx tagħmel storbju għax jekk tagħmel l-istorbju, hija ħaġa ovvja li se tkun qed iddejjaq lir-resident li jkollu jirrapporta li ma jistax jgħix fil- kwiet.", "Allura jeħtieġ li nsibu xi forma ta' kompromess bejn iż-żewġ elementi.", "Din hija ħolma u nifhem li jista' jkun hemm min qed jgħid li jiena qed noħlom.", "Ma jimpurtax jekk noħolmu għax dak li noħolmu llum, għada jsir realta`.", "L-akbar ħolma tagħna hija li ż-żewġ elementi nġibuhom f'sitwazzjoni fejn jirrispettaw lil xulxin.", "Immur lura għal dan id-diskors vis-à-vis ir-realta` ta' Paceville.", "Ma jistax ikun li aħna jkollna attivita` kummerċjali li tiżviluppa, kif nixtiquha tkompli tiżviluppa, imbagħad ikollna lil min qiegħed fl-attivita` kummerċjali li jistenna li r-resident se joqgħod għal kollox, filwaqt li ma jistax ikun li jkollna residenti li donnu jdejjaqhom kollox u ma jissaportux attivita` kummerċjali ħdejhom.", "Għalhekk irridu naraw kif naħdmu biex ir-residenti u n-negozju jgħixu spalla ma' spalla fil-paċi u se nużaw lil Paceville bħala esperiment.", "B'kollaborazzjoni ma' l-MHRA, mal-GRTU kif ukoll ma' l-MTA u b'kordinazzjoni mal-ministeru għat-turiżmu, se noħolqu kumitat ta' azzjoni li fih ikun involut il-kunsill lokali biex inkunu nistgħu naħdmu fuq dawk il-proposti li ħarġu waqt il-business breakfast bit-tema \"Paceville – Reviving Maltese Entertainment Capital\" mis-Sur Philip Fenech għall-GRTU – li ma kinux proposti 'il bogħod minn dawk li kelli jien – u mis-Sur Frankie Grima li huwa wkoll bniedem li investa f'diversi lokalitajiet ta' negozju ġewwa Paceville.", "Jeħtieġ li dawn il- proposti nħaddmuhom u naraw kif nistgħu nikkordinaw l-affarijiet aħjar għal- ħtiġijiet tar-residenti.", "Pero` Sur President, ma jfissirx li kulħadd iwebbes rasu u bilfors trid tgħaddi tiegħu.", "Jien se nkun qiegħed naħdem biex nara jekk nistgħux inpoġġu dan l-eżerċizzju ta' responsabbilizzazzjoni fis-seħħ.", "Nifhem li għal xi wħud din tista' tkun mission impossible, pero` jekk irridu nimxu 'l quddiem, ma nistgħux nippermettu li din tibqa' titqies bħala mission impossible.", "Ngħaddi issa għat-tieni punt, il-ħaddiema.", "Irridu nitfgħu għajnejna fuq il- kundizzjonijiet tal-ħaddiema li qegħdin jaħdmu fin-negozji, għax ma jistax ikun li bl-iskuża li rridu nnaqqsu l-ispejjeż, jiġu sfruttati l-ħaddiema u ma jingħatawx il-kundizzjonijiet xierqa.", "Hawnhekk għandna eżerċizzju ta' responsabbilizzazzjoni bejn min qed iħaddem u l-ħaddiema.", "Il-ħaddiema jridu jifhmu x'inhuma l-obbligi tagħhom, u min qed iħaddem irid jifhem x'inhuma l- obbligi tiegħu wkoll.", "Jiena kontra li jkollna, u dan għidtu wkoll f'dak il- business breakfast, l-iskjavitu', kemm tal-bojod u kemm tas-suwed.", "Ma jistax ikun li nħallu ċerti ħaddiema jiġu sfruttati bħalma qed jiġri f'ċerti każi fejn għandna sidien ta' negozji - li tgħoddhom fuq id waħda - li jaħsbu li huma mhux biss is-sidien tan-negozji tagħhom imma tal-ħaddiema wkoll, u għax għandhom f'idejhom il-working permits ta' ċerti ħaddiema barranin, dawn jittrattawhom bħala l-iskjavi tagħhom.", "Ma jistax ikun li aħna nippermettu li d-dinjita` tal-ħaddiem– hu ta' liema kulur hu – tiġi stmata b'dan il-mod, għaliex bħala sidien donnhom jaħsbu li għandhom l- ownership tal-working permit ta' dawk il-ħaddiema barranin li huma ġabu.", "Min-naħa l-oħra, fil-każ ta' ħaddiema Maltin, naraw li dawn is-sidien jaraw kif jevitaw li l-ħaddiema jaħdmu aktar minn ċertu ħin u nispiċċaw b'ħafna mill-istudenti ta' l-ITS jew studenti oħra jaħdmu f'attivitajiet li ma studjawx fuqhom għax ma jridux li jkunu sfruttati.", "Dawk is-sidien li qed jagħmlu hekk biex jevitaw li jħaddmu n-nies full-time qed ikisser dak li aħna nkunu qegħdin nibnu fuq livell edukattiv.", "Allura anke f'dan is-sens, l- istess kumitat ta' azzjoni li semmejt qabel u li rridu noħolqu, irridu noħolquh mhux għad-daqq tat-trombi imma biex naħdmu anke f'dan is-sens u jkollna għajnejna mitfuħa fuq il-mod ta' kif is-sidien tan-negozji qegħdin jistmaw il-ħaddiem.", "Per eżempju, irridu noqogħdu attenti dwar x'tip ta' residenzi sid joffri lill-ħaddiema tiegħu, u mhux jitfa' skoss ħaddiema fl- inqas spazju possibbli u jekk dawn jitniffsu, jhedded li jkeċċihom.", "Wieħed tajjeb jgħid li dan l-aġir ħafna drabi ma jsirx min negozji Maltin imma minn sidien barranin li għandhom negozji f'Malta, speċjalment fil- qasam turistiku jew inkella tal-catering.", "Dawn il-barranin jaħsbu li għaliex ġewwa pajjiżhom m'għandhomx kultura ta' stima lejn il-ħaddiema, dawn jistgħu jagħmlu l-istess ġewwa pajjiżna.", "Sur President, importanti li hawn noqogħdu attenti ħafna għax il-vizzji li hemm barra minn pajjiżna nispiċċaw nimportawhom f'Malta b'konsegwenza li jkollna – u diġa` għandna - sfruttaturi barranin li jġibulek xi erba' Indjani jew Ċiniżi jaħdmu magħhom, u Alla jaf x'issib kieku jkollok tinvestiga b'liema kundizzjonijiet qed iżommhom għaddejjin minħabba li jkun qed ibeżżagħhom u jheddihom bil-working permit!", "Jeħtieġ li jkollna għajnejna miftuħa ħalli naraw fil-market watch tagħna kemm it-tlugħ u l-inżul tal-prezzijiet u wkoll jekk hemmx xi sfruttament ta' ħaddiema.", "Ma neskludix li jkollna ħidma għaddejja ma' l-ETC ħalli naraw li l-kundizzjonijiet tal-ħaddiema f'Malta - kemm jekk barranin, kemm jekk Maltin - ikunu xierqa.", "It-tielet punt li xtaqt nitkellem dwaru hu l-konsumaturi, jew inkella l- viżitaturi fl-entertainment u l-hospitality industry.", "Meta kont qed nitkellem fuq Paceville, lill-konsumaturi sejjaħnielhom il-viżitaturi.", "Allura hawnhekk irridu naraw kif se nagħtu valur lin-negozju tagħna sabiex nagħtu servizz lill-konsumatur.", "Hawn irridu nisħqu fuq l-importanza li min qiegħed fin-negozju qiegħed hemmm la biex jisfrutta u lanqas biex jagħmel il-flus akkost ta' kollox.", "Il-flus ma jistgħux jitpoġġew qabel in-nies u l- ħaddiema, u ma nistgħux nittolleraw li jkollna mentalita` ta' profit at all costs, u l-konsumatur irid jingħata valur meta jixtri xi ħaġa.", "Jiena nifhem li dan m'huwiex suġġett li jogħġob u meta se titkellem fuqu, mhux se ssib min iċapċaplek, pero` huwa suġġett li meta qed titkellem fuqu, qed tagħmel xogħlok.", "Nifhem li dan huwa suġġett li meta se nitkellem fuqu se nkun qed inpoġġi jdejja fejn hemm il-feriti, għaliex jiena ma nistax nirranġa l-loġistika ta' post u ma nħarisx lejn ir-ruħ.", "Il-loġistika nirranġawha u nibqgħu nżommuha kemm jista' jkun tip top, għax il-viżjoni tagħna anke bħala gvern hi li fl-attivita` kummerċjali - kemm fiz-zoni industrijali u kemm fiz-zoni kummerċjali - naraw li noffru ambjent ta' five star, pero` attivita` kummerċjali ma tkunx l-aħjar li tista' tkun jekk ikollha biss il-loġistika.", "Bħalma għidt inti, Sur President, fid-diskors tiegħek tas-Sette Giugno, il- Parlament jogħla fl-istima tiegħu skond kemm aħna, gvern u oppożizzjoni, nirrispettaw id-dinjita` ta' xulxin.", "Hemm tara, fir-responsabbilta` tiegħek bħala Speaker, kemm il-Parlament qed jiffunzjona tajjeb!", "Issa aħna qegħdin ngħidu l-istess, għax qed inħeġġu lill-partijiet biex iħarsu lejn id- dinjita` ta' xulxin, għax jekk ma nagħmlux hekk, allura d-dinjita` umana tispiċċa qisha dak is-set tal-pranzu li noħorġuh darba fil biex inżejnu, u l-bqija ħadd ma jagħti kasu.", "Id-dinjita` umana ma tistax tintuża biex inżejnu d-diskorsi tagħna f'xi okkażjoni speċjali, għax il-ħarsien tad-dinjita` umana huwa l-qofol tas-suq intern.", "Kemm jekk int resident, kemm jekk int sid ta' negozju u kemm jekk int ħaddiem, id-dinjita` umana trid tibqa' l-qofol tar-rispett li aħna għandna bżonn.", "F'dan l-aspett kultant nonqsu, u l-akbar problema li jista' jkollna hija meta dan in-nuqqas isir konsistenti u sistematiku, u għalhekk ma nistgħux inħallu l-virus ta' l-egoiżmu u l-individwaliżmu jinfirex u jkollna sitwazzjoni fejn kulħadd jimpurtah biss minnu nnifsu.", "Ma jistax ikollna nies li jimpurtahom biss mill-valur tal-proprjeta` tagħhom jew mill- attivita` kummerċjali.", "Aħna ma nistgħux inkunu gvern tajjeb jekk fejn hemm il-feriti ma nitkellmux fuqhom.", "Mela anke jekk ħadd ma jaqbel miegħi, l-impenn tagħna li npoġġu jdejna fuq il-feriti u nfejquhom se jibqa' hemm.", "Jeħtieġ li npoġġu madwar mejda u noħolqu strateġija li twassal biex dawk l-elementi kollha li jagħmlu lokalita` attraenti jgħixu fil-paċi u bla inkwiet billi jirrispettaw id- dinjita` u l-interessi ta' xulxin.", "Għandu jkollna viżjoni u għandna nitgħallmu mill-passat biex jekk jista' jkun noħolqu l-aħjar strumenti possibbli biex infejqu l-problemi kollha li qed niffaċċjaw.", "Meta nagħmlu dan, ma jistax ikun li jkun hemm nies li għalihom il-prijorita` hija biss li l-issue tagħhom tiġi solvuta b'mod immedjat u ma jagħtu każ ta' xejn iżjed!", "L-affarijiet irridu nħarsu lejhom b'mod globali.", "Jekk irridu nfejqu l-problema b'mod permanenti, irridu noħolqu strateġija li kapaċi tindirizza l-problemi b'mod effettiv.", "Ma nistgħux naħsbu li se nsolvu kollox b'mod immedjat, għax jekk nagħmlu hekk ma nkunux qed nagħmlu ix-xogħol kollu imma parti minnu biss.", "Hu proprju f'dan l-isfond vis-à-vis dawk it-tliet fatturi li semmejt li aħna se nkunu qegħdin naħdmu, Sur President.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Kamra hija aġġornata għat-Tlieta, 4 ta' Lulju, 2006, fid-9.00 a.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Ministru.", "Fid-9.30p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "SAFAR UFFIĊJALI", "18898.", "L-ONOR.", "JOSEPH DEBONO GRECH staqsa lill-Ministru għall- Kompetittivita' u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm flus qamet kull safra matul l-2005 u minn Jannar 2006 sal-lum fejn kien involut hu?", "Meta kien u x'kienet id-destinazzjoni?", "X'kien in-numru ta' iljieli?", "Min huma l-uffiċjali li akkumpanjawh u x'kariga għandhom?", "Jista' jgħid ta' kemm stilel huma l-lukandi li marru fihom?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal- Kamra, għalkemm l-ispiża ta' l-aħħar ħames delegazzjonijiet għadha mhijiex maħduma u tkun tista' tingħata f'ħin ieħor.", "VETTURI TAL-GVERN", "18899.", "L-ONOR.", "JOSEPH DEBONO GRECH staqsa lill-Ministru għall- Kompetittivita' u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm flus qamet il-manutenzjoni tal-vetturi ta' l-uffiċjali tal-gvern fi skala 4 sa 1 fil- ministeru, l-enti u l-kumplament tad-dekasteru bejn Ottubru u Diċembru 2005 u minn Jannar 2006 sal-lum?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal- Kamra.", "BILJETTI TA' L-IVJAĠĠAR", "19853.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Jikkonferma l-Ministru li membru tal-bord ta' l-ADT kien ġie investigat fuq abbuż fl-użu ta' biljetti ta' l-ivjaġġar?", "X'irriżulta minn dawn l-investigazzjonijiet?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "ĊITAZZJONIJIET TAT-TRAFFIKU", "19873.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Peress li bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 19598 intqal li, għalkemm l-ADT m'għamlet tajjeb għall-ebda ċitazzjoni ta' speed cameras, xorta waħda seta' kien hemm xi ċirkostanzi fejn l-awtorita' kellha tħallas ċitazzjonijiet, jista' il-Ministru jgħid fuq min kienu nħarġu dawn iċ- ċitazzjonijiet u x'inhu l-ammont imħallas f'kull każ?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "SERVIZZ TA' L-INTERNET", "19874.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 19599, jista' il-Ministru jgħid min jagħmel użu mis-servizz ta' l-internet li għalih saru l-ħlasijiet lill-Onvol u l-Maltanet?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Is-servizz ta' l-internet jagħmlu użu minnu d- direttur licensing & testing, iċ-chief executive officer, id-deputy chairman u fl-uffiċini ta' l-ADT stess.", "CEO TA' L-ADT", "19875.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 19601, jista' il-Ministru jgħid min huma dawk li ddeċidew fuq il-pakkett offrut lis-CEO?", "Jista' iwieġeb għall-kumplament ta' mistoqsija parlamentari 19601 u jgħid x'salarju u perks oħra għandu s-CEO?", "X'performance bonus ingħata s-sena li għaddiet?", "Min approvahulu u fuq liema kriterju?", "Xi tħallaslu għas- servizz tat-telefon fid-dar u tal-mobile matul l-2005?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Il-ħatra tas-CEO ta' l-ADT ġiet ikkonfermata wara li saru żewġ interviews, l-ewwel maċ-chairman u d-deputy chairman u mbagħad mal-membri kollha tal-bord, minbarra waħda li kienet imsiefra.", "Is-salarju gross ta' Lm20,000 fis-sena li għandu s-CEO kien ġie nnegozjat maċ-chairman.", "Il-perks jinkludu car allowance - minflok karozza mħallsa mill-kumpannija - petrol u kontijiet tal-mobile, telephone u internet.", "Il-performance bonus ivarja bejn 0% u15%, skond id-diskrezzjoni tal-bord.", "ADT MANAGER", "19876.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 19625, jista' il-Ministru jqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra kopja tat-talba li l-ADT għamlet lill-ETC fis-17 ta' Marzu, 2004 u jgħid f'liema data ġie mpjegat bħala manager u anke bħala assistent personali fil-ministeru?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "REĠISTRU TAX-XOGĦOL", "19877.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid kemm damet tirreġistra l- persuna li isimha qed jintbagħat separatament?", "Taħt liema parti kienet tirreġistra u għal liema tip ta' xogħol?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-ETC ma tkunx tista' tiġbor l-informazzjoni jekk l- Onor. Membru ma jipprovdix in-numru tal-karta ta' l-identita' tal-persuna konċernata.", "TRIQ MALTA GĦAJNSIELEM", "19879.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid jekk struttura tal-ħadid, f'forma ta' grada, f'nofs Triq Malta, Għajnsielem u 'l fuq mil-livell tat- triq, hijiex koperta bil-permessi meħtieġa?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Il-gradilja msemmija tneħħiet.", "PERMESS TA' ŻVILUPP", "19880.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid kif setgħet qatt il-MEPA tiddeċiedi li ma tagħtix ir-refund dovut lil wieħed anzjan li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament meta, ġimagħtejn qabel ma bdew ix- xogħlijiet, ġew informati żewġ supritendenti u ta' dan hemm prova għand il- perit u l-arkitett ta' l-applikant?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Waħda mill-kondizzjonijiet tal-permess għall- iżvilupp in kwestjoni tirrikjedi li l-perit/applikant jinforma bil-miktub lis-sovrintendenza tal-wirt kulturali u l-MEPA, ġimagħtejn qabel ma jibda x- xogħol ta' tħaffir fis-sit, ħalli dawn iż-żewġ aġenziji min-naħa tagħhom imbagħad ikunu jistgħu jwettqu monitoraġġ, peress li s-sit jinsab f'żona skedata.", "Il-MEPA ma ġietx informata kif stabilit fil-permess u għalhekk ġiet irtirata l-garanzija bankarja.", "Sal-lum il-MEPA ma rċeviet l-ebda evidenza li s-sovrintendenza tal-wirt kulturali kienet informata.", "Jekk jirriżulta li l-kondizzjonijiet tal- permess kienu osservati, imqar mis-sovrintendenza, l-awtorità tikkonsidra li tirrifondi l-garanzija.", "BENEFIĊĊJI SOĊJALI", "19881.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid jekk persuna waħedha li għandha dħul minn pensjoni ta' l-irtirar u li komplessivament ma' xi dħul ieħor minn imgħax ma jeċċedix it-Lm3,270 fis-sena, hijiex intitolata għall-allowance supplimentari?", "Il-bonus li jingħata kull sitt xhur jingħad mad-dħul?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Persuna waħedha tkun intitolata għall-għajnuna supplimentari mħallsa taħt l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali jekk id-dħul kollu tagħha ma' jaqbiżx it-Lm3,270.", "Din is-somma tinkludi kull dħul, inkluż pensjonijiet lokali u barranin, bonuses statutorji, imgħaxijiet, renti, eċċ.", "Peress li l-benefiċċji jew għajnuniet oħra jistgħu jkunu regolati minn testijiet tal-mezzi differenti, inkluż test dwar l-assi kapitali, jekk l- Onor. Interpellant qed jirriferi għal xi persuna partikolari, nitolbu jagħti parir lil din il-persuna biex tikkonsulta ma' l-uffiċjali fl- uffiċċju distrettwali tad-dipartiment tas-sigurta' soċjali.", "SAN GIRGOR FIŻ-ŻEJTUN", "19882.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk meta ġie rrapportat l-att vandalu fuq il-knisja l-antika ta' San Girgor fiż-Żejtun, fejn fost l-oħrajn saret ħsara lill-kwadru ta' San Girgor, pittura imprezzabbli tas-seklu sbatax, kenitx saret inkjesta maġisterjali?", "L- inkjesta ġiet konkluża?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li kienet saret inkjesta mill-maġistrat ta' l-għassa dwar ħsarat fil-knisja ta' San Girgor - ħsarat li ġew irrapportati lill-pulizija f'Settembru tas-sena l-oħra - liema inkjesta għadha ma ġietx konkluża.", "BMWs TAĊ-CHOGM", "19883.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 19651 u jgħid jekk kienx hemm xi ministru jew segretarju parlamentari li xtara għall-użu uffiċjali xi waħda mill-BMWs taċ-CHOGM?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ma saret l-ebda talba minn xi ministru jew segretarju parlamentari biex tinxtara għall-użu uffiċjali xi waħda mill- BMWs taċ-CHOGM", "TRATTAMENT TAD-DRENAĠĠ", "19884.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 19563 u 19653 u jgħid xi progress sar fil-bini ta' l-impjanti", "għat-trattament tad-drenaġġ?", "Kif qed jiġu funded dawn il-proġetti?", "Hemm xi skadenza marbuta ma' dawn il-fondi?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "TRIQ IL-PASSJU BIRKIRKARA", "19885.", "L-ONOR.", "MICHAEL ASCIAK staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' il-Ministru jara li jitnaddaf it-trab li ħallew warajhom il-ħaddiema fi Triq il-Passju, Birkirkara?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: L-inkonvenjent imsemmi diġa' tneħħa.", "TRIQ MANNARINO BIRKIRKARA", "19886.", "L-ONOR.", "MICHAEL ASCIAK staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jara li jingħata t-tarmac f'dik il-parti tat- triq fejn saru t-tiswijiet fi Triq Mannarino, Birkirkara?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ix-xogħlijiet imsemmija saru minn kuntrattur privat f'isem id-WSC u dan ġie avżat biex jiffinalizza x-xogħol ta' re- instatement mill-aktar fis possibbli.", "PROĠETT MARIS", "19888.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid min hu nkarigat mill-proġett MARIS?", "Jista' ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra draft report ta' din l-istrateġija?", "Min huma l-partners f'dan il-proġett?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Il-proġett MARIS qiegħed jiġi esegwit mid-dipartiment enterprise support fi ħdan il-Malta Enterprise.", "Il-proġett għadu ma wasalx fil-fażi li tiġi żviluppata strateġija, proċess li għandu jibda matul is- sena li ġejja.", "Il-Malta Enterprise hi l-unika partner Malti f'dan il-proġett, flimkien ma' tliet partners barranin u cioe':", "*Istituto Andaluz de Tecnologia, ibbażat fil-belt ta' Seville ġewwa Spanja ;", "*Agencia de Innovacion y Desarrollo de Andalucia, ibbażata fil-belt ta' Seville ġewwa Spanja; u", "*META group s.r.l., ibbażati fil-belt ta' Terni ġewwa l-Italja.", "FTS", "19889.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 19730, jikkonferma l-Ministru li l-fondazzjoni għall-iskejjel t'għada ttrasferiet l-uffiċini tagħha għall-iskola Sir Adrian Dingli, f'Pembroke?", "Jista' jgħid minn meta beda jseħħ dan?", "Għadha titħallas kera għall-uffiċini li kienet tuża l-fondazzjoni ġewwa Ta' Xbiex?", "Sakemm tħallset?", "Jista' jgħid ukoll jekk il-fatt li l-fondazzjoni għall-iskejjel t'għada qed tagħmel użu minn skola, dan hux qed ikollu xi tip ta' impatt negattiv fuq l-andament ta' l- istess skola?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-fondazzjoni għall-iskejjel t'għada ittrasferiet l- uffiċini tagħha f'bini maqtugħ għalih fil-grounds ta' l-iskola msemmija b'effett mit-30 ta' Marzu, 2006.", "M'hemm l-ebda kera dovuta jew xi kera oħra li l-fondazzjoni qed tħallas fuq xi bini privat.", "Ma jirriżultax li kien hemm xi impatt negattiv fuq l-iskola minħabba din ir- raġuni.", "BTEC NATIONAL DIPLOMA IN SPORT", "19890.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 19727 u jgħid x'inhi l-pożizzjoni dwar placements ta' studenti ta' l-MCAST li qed isegwu l-kors tal-BTEC national diploma in sport (sports development and fitness) speċjalment fid-dawl tal-punti li tqajmu mill-universita'?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Kont napprezza kieku l-Onor.", "Membru kellu jispeċifika x'punti tqajmu, minn min u b'liema mod.", "SKEJJEL PRIMARJI", "19891.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid kemm studenti hemm fis-sitt sena ta' l-iskejjel primarji tal-gvern u kemm minnhom resqu għall-eżami tal-junior lyceum?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Fis-sitt sena ta' l-iskejjel primarji tal-gvern hemm 1,456 tifla u 1,711-il tifel, waqt li n-numru ta' studenti li resqu għall- eżami tal-junior lyceum hu ta' 1,785 tifla u 2,183 tifel.", "SCHOOL POPULATION", "19892.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid x'kienet il-popolazzjoni ta' kull skola tal-gvern matul din is-sena skolastika?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif mitlub qed jitpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "NEFQA FUQ L-ISKEJJEL", "19893.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: B'riferenza għad-diskors li sar fil-Kamra fuq it-Tieni Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Edukazzjoni, jista' il- Ministru jpoġġi l-workings li semma fid-diskors tiegħu dwar l-infiq ras għal ras fl-iskejjel ta' l-istat, privati u tal-knisja?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: In-nefqa ras għal ras fuq l-istudenti fl-iskejjel ta' l- istat tinħadem billi wieħed jara l-ispejjeż relatati ma' pagi/salarji, spejjeż rikorrenti oħra u n-nefqa kapitali konnessa ma' l-edukazzjoni obbligatorja, diviża bin-numru ta' studenti f'dan il-livell.", "Il-formola tinkludi l-ispejjeż rikorrenti għar-rigward ta' l-iskejjel tal- knisja.", "XOGĦOL MILL-ENEMALTA", "19894.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid xi ħlas jintalab mill-Enemalta f'każ ta' bdil ta' fuse tal-gvern fi proprjeta' privata, inkluż il-bdil tas-siġill tal-meter?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "MINA TA' DELIMARA", "19895.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid x'inhu l-iskop tal-mina li qed issir mill-wied ta' Sant'Anton, Wied il- Għajn għall-mina li tagħti għall-power station ta' Delimara?", "Meta nħarġet it-tender għal dan ix-xogħol?", "Minn min intrebħet u x'inhu l-valur tal- kuntratt?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "BOAT AREA F'BENGHAJSA", "19896.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jispjega l-iskop wara t-tender maħruġ għal xogħlijiet ta' bini ta' ċnut u asfaltar tal-boat hard-standing area f'Bengħajsa?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Il-ministeru ma ħareġ l-ebda tender għall-bini ta' ċnut u asfaltar tal-boat hard-standing area f'Bengħajsa.", "DOUBLE-DECKERS", "19897.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Peress li nafu b'każi fejn barranin operaw double-deckers - fil- fatt dawn jistgħu joperaw liberament - ma jħossx il-Ministru li din hija inġustizzja u abbuż min-naħa ta' l-ADT meta operaturi lokali m'għandhomx l- istess permess?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "OPEN-TOP DOUBLE-DECKERS", "19898.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jispjega għaliex l-ADT ma weġbitx għall-protest ġudizzjarju li sar mid-diretturi tal-Garden of Eden fl-4 ta' Mejju, 2006 rigward open-top double-deckers?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: L-ADT ma weġbitx għal dan il-protest ġudizzjarju peress li ma kienx opportun minħabba li dak iż-żmien kienu qed jiġu aġġudikati żewġ tenders ta' concession for the provision of a sight-seeing passenger tour service, using open-top buses.", "BINI TA' SPTAR", "19899.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jispjega l-iskop wara tender maħruġ mid-dipartiment ta' l-artijiet għall-għoti b'ċens għal 65 sena ta' art għall-bini ta' sptar f'Tarxien Road, Żejtun?", "ONOR.", "TONIO BORG: It-taqsima proprjeta' tal-gvern kellha talba minn kumpannija għall-għotja b'ċens ta' din l-art għall-bini ta' sptar, wara li din il-kumpannija kienet ottjeniet permess mill-MEPA għall-użu ta' l-art għal dan l-iskop.", "Peress li t-taqsima proprjeta' tal-gvern ma sabet l-ebda oġġezzjoni għal din it-talba, ħarġet sejħa għal offerti biex din l-art tingħata b'ċens.", "OPEN-TOP DOUBLE-DECKERS", "19900.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jgħid kif għadu ma ħariġx permess għal open-top double-deckers meta hawn suq miftuħ?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Is-servizz b'open-top buses jista' jingħata biss fuq żewġ rotot stabiliti li għalihom l-ADT ħarġet sejħa għal proposti fil- 21 ta' Marzu, 2006, liema sejħa għalqet fl-4 ta' Mejju, 2006.", "DOUBLE-DECKERS", "19901.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jgħid hemmx diskrepanza bejn id-drittijiet ta' operaturi barranin u operaturi Maltin fil-każ ta' double-deckers?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "DOUBLE-DECKERS", "19902.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: B'riferenza għal dak li ġie rrapportat fil-ġurnal \"Malta Independent on Sunday\" tas-7 ta' Awissu, 2005 jista' il-Prim Ministru jgħid kienx kellem lill-ADT fuq il-kwestjoni tad-double-deckers?", "Jista' jgħid x'kienu weġbuh min-naħa tagħhom u x'sar minn dak iż-żmien 'il hawn?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "ART F'ĦAL-LUQA", "19903.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-gvern hux se japprova d-devoluzzjoni ta' biċċa art f'Ħal-Luqa lill-kunsill lokali ta' Ħal-Luqa?", "ONOR.", "TONIO BORG: L-art li qed jirriferi għaliha l-Onor.", "Interpellant, fuqha se jsir proġett mill-kunsill għall-isports u għalhekk it-talba tal- kunsill lokali ta' Ħal-Luqa għad-devoluzzjoni ta' l-istess art ma tistax tintlaqa'.", "JUNIOR LYCEUM G. DESPOTT", "19904.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Peress li x-xogħol fuq il-kulleġġ il-ġdid f'tal- Verdala se jibda s-sajf li ġej, jista' il-Ministru jgħid liema skola se jattendu l-istudenti tal-junior lyceum G. Despott?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sakemm jitlesta x-xogħol, l-istudenti kollha tal-junior lyceum tal-Verdala se jintbagħtu fl-iskola Adelaide Cini tal-Ħamrun.", "ĊENTRU TAS-SAĦĦA TA' BORMLA", "19905.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li pazjenti li jattendu ċ-ċentru tas-saħħa ta' Bormla għall-viżta ta' l-għajnejn, qed isirilhom appuntament f'ċentru tas-saħħa ieħor?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Is-servizz tal-viżti ta' l-għajnejn fiċ-ċentri tas- saħħa jingħata minn optometrists.", "Is-sena li għaddiet dawn kollha rriżenjaw minn mal-gvern u d-diviżjoni tas-saħħa għamlet attentati, mingħajr suċċess, sabiex timpjega optometrists ġodda.", "Sadanittant, biex dan is-servizz ikompli jingħata, id-diviżjoni tas-saħħa għamlet ftehim ma' optometrists privati u s'issa nstabu biżżejjed sabiex jinqdew il-bżonnijiet tal-pazjenti fiċ-ċentri kollha, ħlief dawk ta' Raħal Ġdid u Bormla.", "Għalhekk u sakemm jiġu mpjegati optometrists ġodda, il-pazjenti ta' dawn il- lokalitajiet qed jiġu offruti appuntament ta' l-għajnejn f'ċentri tas-saħħa oħrajn.", "GIRDLE ROAD ŻABBAR", "19908.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Peress li saret parti biss minn Girdle Road Zabbar, jista' il- Ministru jgħid hemmx il-ħsieb li l-parti l-oħra ssir ukoll?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: F'Novembru tas-sena l-oħra, l-ADT organizzat training seminar għall-kuntratturi lokali bl-iskop li jsir taħriġ fuq il- bini ta' toroq.", "Għal dan it-taħriġ intgħażlet sezzjoni ta' madwar 160m fit- triq imsemmija, liema taħriġ tlesta fi Frar.", "Waqt li d-direttorat qed iħejji programm għall-bini ta' toroq ġodda li mbagħad isiru skond il-prioritajiet li jirriżultaw, nista' ngħid li l-parti l-oħra ta' Girdle Road li ma ġietx irranġata hija nkluża f'dan il-programm.", "XOGĦLIJIET FIL-KOTTONERA", "19910.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid liema xogħol qed isir mill-environment landscaping consortium fil-Kottonera?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: L-environment landscaping consortium jieħu ħsieb b'mod regolari s-soft areas fit-toroq arterjali tal-Kottonera, kif ukoll il- kuntratti tal-kunsilli lokali tal-Kalkara u l-Birgu.", "NO-PARKING", "19911.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Jista' il-Ministru jgħid xi proċedura u ġustifikazzjoni hemm għal sinjali sofor tan-no-parking quddiem residenzi jew ħwienet?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: L-approvazzjoni għal single yellow line hi ġeneralment assoċjata ma' problemi fejn il-wesgħa tat-triq ma tkunx tippermetti li jsir parking.", "MALTA SHIPYARDS", "19912.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid liema tip ta' xogħol qed jingħata lil kuntratturi privati mill-Malta Shipyards?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Il-Malta Shipyards tagħti xogħol ta' natura okkażjonali lil kuntratturi privati meta dan it-tip ta' xogħol ikun meħtieg li jsir fil- faċilitajiet tagħha.", "Eżempju ta' dan it-tip ta' xogħol hu xogħol marbut ma' l-ambjent, xogħol ta' manutenzjoni fuq sistemi ta' arja kondizzjonata, xogħol ta' manutenzjoni fuq tagħmir ta' tifi tan-nar, xogħol ta' manutenzjoni fuq sistemi ta' CCTV u xogħol ta' tisbiħ fl-imħażen u l- uffiċini.", "Il-Malta Shipyards tagħti wkoll xogħol lil kuntratturi privati f'każi fejn ikun meħtieg xogħol speċjalizzat fuq ċerti proġetti.", "Ħafna drabi dan it- tip ta' xogħol specjalizzat ikun marbut ma' xogħol fil-qasam ta' l- elettriku, xogħol fuq sistemi ta' tifi tan-nar u xogħol marbut ma' l- inġinerija.", "DJAR F'ĦAL-LUQA", "19913.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid kemm djar hemm f'Ħal-Luqa, fis-sit magħruf bħala ex-officers, biswit il-head office ta' l-Air Malta?", "Min huma l-inkwilini?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Is-sit li qed jagħmel riferenza għalih l-Onor.", "Interpellant hu proprjeta' tad-dipartiment ta' l-artijiet u għaldaqstant nitolbu jirriferi l-mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "MEMBRI TAL-ĠUDIKATURA", "19915.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid min huma l-membri tal-ġudikatura li matul l-2005/2006 siefru għan-nom u fl-interess ta' xi delegazzjoni?", "Jista jagħti dettalji ta' kull safra?", "Jista' jispjega u jagħti dettalji tas-senjorita' ta' l-imħallfin u kemm ilhom f'din il- kariga?", "Jista' jagħti wkoll dettalji ta' min huma l-membri tal-ġudikatura li waslu biex jirtiraw fit-12-il xahar li ġejjin?", "ONOR.", "TONIO BORG: Safejn jista' jigi stabilit, ma hemm l-ebda membru tal- ġudikatura li siefer għan-nom u/jew fl-interess ta' xi delegazzjoni, anke għax il-ministeru ma jaf bl-ebda delegazzjoni, presumibbilment tal-gvern, li kellha l-ħtieġa tinkariga xi membru tal-ġudikatura biex isiefer għan-nom tagħha u/jew fl-interess tagħha.", "M'hemm xejn x'wieħed jispjega dwar l-anzjanita` li tirriżulta mil-lista ta' l-imħallfin – dik li l-Onor.", "Interpellant isejħilha \"senjorita`\" - kif jidher anke mis-sit ta' l-internet tal-ministeru u mit-tabella li qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra,", "bid-data ta' meta l-imħallfin bdew fil-kariga, inkluż il-Prim Imħallef.", "AMPLIFIED MUSIC", "19916.", "L-ONOR.", "FRANCO GALEA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'passi normalment jittieħdu biex jiġi kkontrollat l-istorbju eċċessiv f'postijiet ta' divertiment, b'riferenza diretta għall-istabilimenti f'Paceville, Wied il- Għajn u Buġibba?", "X'parametri jintużaw sabiex jiġi stabilit jekk storbju huwiex eċċessiv jew le ?", "Hemm xi rekwiżiti ta' sound-proofing?", "Jekk hemm dawn l-istandards, kif għadu qed jitħalla storbju eċċessiv f'bosta miċ- ċentri hawn fuq imsemmija?", "Kemm-il każ tressaq il-qorti matul l-aħħar sena?", "X'piena ngħatat?", "ONOR.", "TONIO BORG: Dwar is-suġġett imsemmi mill-Onor.", "Interpellant, il- pulizija timxi skond kif hemm provdut fir-regolamenti ta' l-2006 dwar il- liċenzji tal-kummerċ.", "Dwar ir-rekwiżiti ta' sound-proofing fil-każ ta' postijiet ta' divertiment meta jinħarġilhom il-permess, nissuġġerixxi lill-Onor.", "Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat, stante li dawn il- liċenzji ma jinħarġux mill-pulizija.", "Informat ukoll li matul dawn l-aħħar 12-il xahar, b'kollox kien hemm 14-il persuna li tressqu l-qorti fuq 21 każ ta' storbju ġewwa Paċeville u Buġibba, filwaqt li f'Wied il-Għajn ma kien hemm ħadd.", "Il-persuni li nstabu ħatja ngħataw multa.", "ADULTS ONLY", "19917.", "L-ONOR.", "FRANCO GALEA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid liema huma l- kondizzjonijiet u l-kriterji li bihom jinħareġ permess għal \"adults only\" clubs?", "Kemm hawn minn dawn?", "ONOR.", "TONIO BORG: Kif diġa' kelli okkażjoni ninforma lill-Kamra, il- liċenzji tan-negozju m'għadhomx jinħarġu mill-pulizija u għaldaqstant nissuġġerixxi lill-Onor.", "Interpellant", "sabiex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "LAĦAM TAT-TJUR", "19918.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 19799, jista' il- Ministru jgħid kemm hemm minnhom li sa l-aħħar ta' April kienu għadhom ma tħallsux mill-paying agency?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Tħallsu s-sussidju taħt l-ispecial market policy programme for Maltese agriculture 66 produttur tal-laħam tat-tjur f'Malta u sitta f'Għawdex, dovut lilhom sa l-aħħar ta' April.", "Is-sussidju dovut għax-xahar ta' Mejju għadu qiegħed jinħadem.", "BDIEWA", "19920.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 19793, jista' il- Ministru jgħid kemm bdiewa hemm li għadhom ma ħadux is-sussidju u l- għajnuna dovuta lilhom mill-paying agency?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Taħt l-iskema ta' l-ispecial market policy programme for Maltese agriculture, il-bdiewa għandhom jirċievu s-sussidji minn Jannar sa Ġunju 2006.", "Fil-każ ta' Ġunju, il-pagamenti ma jkunux jistgħu jsiru qabel ma jsiru l-verifiki u l-kontrolli neċessarji.", "Taħt l-iskema ta' l-integrated administration and control system, dawn qegħdin jiġu pproċessati skond kif titlob l-Unjoni Ewropea.", "Preżentement hemm 439 applikant.", "Għajnuniet oħrajn li jistgħu jkunu pendenti minħabba verifiki huma pagamenti taħt skema 3.1, investimenti fil-biedja.", "Fir-rigward tal-miżura ad hoc għad hemm 40 bidwi li għadhom ma tħallsux minħabba verifiki li qegħdin isiru, kif titlob l-Unjoni Ewropea.", "RAĦĦALA", "19921.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 19795, jista' il- Ministru jgħid kemm raħħala hemm li għadhom ma ħadux is-sussidju u l- għajnuna dovuta lilhom mill-paying agency?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Nista' ngħid li fil-każ tal-miżura ad hoc saru l- parti l-kbira tal-pagamenti lill-full-timers kollha, għalkemm għad baqa' 62 raħħal li qed isiru l-kontrolli finali fuqhom minħabba li fil-każ ta' xi wħud minnhom hemm xi diskrepanzi.", "Fir-rigward ta' pagamenti oħra maħruġa mill-aġenzija tal-pagamenti, jirriżulta li 37 raħħal ma tawx informazzjoni dwar kontijiet bankarji u għalhekk il-pagament tagħhom għadu pendenti.", "Ma' dawn hemm raħħal ieħor li s-sussidju tiegħu għadu pendenti għaliex mhux konformi mar-regolamanti.", "Ta' min iżid li l-pagamenti ma jistgħux isiru jekk ma jsirx kontroll strett fuq l-informazzjoni mgħoddija mill-applikant.", "ĦALIB FRISK", "19922.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 19797, jista' il- Ministru jgħid kemm produtturi tal-ħalib hemm li għadhom ma ħadux is- sussidju u l-għajnuna dovuta lilhom mill-paying agency?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Ir-raħħala qed jitħallsu regolarment, iżda fir- rigward tal-miżura ad hoc għad baqa' 40 produttur tal-ħalib li ma rċevewx il-pagament.", "Qed isiru l-kontrolli finali fuqhom minħabba li fil-każ ta' xi wħud minnhom hemm xi diskrepanzi.", "Fir-rigward tat-trobbija tan-nagħaġ u l-mogħoż, hemm 154 produttur li l- pagament tagħhom qed jiġi pproċessat, pagamenti li jaqgħu taħt l-iskema ewe premium.", "L-applikazzjonijiet għadhom miftuħin fil-każ tal-miżura \"meeting standards\".", "LAĦAM TAL-MAJJAL", "19923.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 19798, jista' il- Ministru jgħid kemm produtturi tal-laħam tal-majjal hemm li għadhom ma ħadux is-sussidju u l-għajnuna dovuta lilhom mill-paying agency?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Il-produtturi tal-laħam tal-majjal jirċievu l- pagament tas-sussidju taħt l-ispecial market policy programme for Maltese agriculture kull ġimgħa.", "L-aħħar pagament li sar kien għall-ġimgħa li spiċċat fis-16 ta' Ġunju.", "Nista' ngħid li għal dak li għandu x'jaqsam mal-miżura ad hoc, saru l-parti l-kbira tal-pagamenti lil full-timers kollha, biss għad baqa' 14-il produttur li qed isiru l-kontrolli finali fuqhom u għalhekk li għadhom ma tħallsux.", "L-applikazzjonijiet għadhom miftuħin fil-każ tal-miżura \"meeting standards\".", "AGRO-INDUSTRIJA", "19924.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 19800, jista' il- Ministru jgħid kemm hemm intrapriżi fl-agro-industrija li għadhom ma ħadux is-sussidju u l-għajnuna dovuta lilhom mill-paying agency?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Waħda mill-miżuri li bbenefikat minnhom l-agro- industrija hi l-iskema għal titjib fil-promozzjoni u pproċessar ta' prodotti agrikoli li fis-sena 2004 bbenifikaw minnha għaxar intrapriżi.", "Il- pagament ta' tnejn minnhom qed jiġi pproċessat għax il-proġetti għadhom ma tlestewx.", "LIĊENZJI TAL-COACHES", "19926.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jgħid taħt liema regolament jew proċedura, persuni li jżommu special licence qegħdin jiġu mċaħħda mit-tiġdid tal- liċenzja?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Jien informat li ma teżisti l-ebda problema fit- tiġdid tal-liċenzja biex persuna tkun tista' issuq coach.", "MEPA", "19928.", "L-ONOR.", "ROBERT ARRIGO staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: B'riferenza għal applikazzjoni quddiem il-MEPA li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, jista' il-Ministru jgħid għaliex qed jiġi propost li dan l-istess sit ikun ta' tliet sulari meta fid-draft local plan hemm propost ħames sulari?", "Hemm xi raġuni partikolari għal dan?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub isegwi l- proċedura kif maqbula fil-Kamra matul il-leġislatura l-oħra.", "ŻBROFF TA' DRENAĠĠ", "19929.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'miżuri qed jittieħdu biex tiġi eliminata l-problema ta' żbroff ta' drenaġġ fl-għassa tal-pulizija li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, billi dan l- iżbroff qed ikun il-kaġun ta' invażjoni ta' ġrieden u firien u qed ikun ta' periklu għas-saħħa u s-sigurta' tal-membri tal-korp?", "ONOR.", "TONIO BORG: Is-supretendent tad-distrett qed jieħu ħsieb sabiex ix- xogħol meħtieġ isir.", "FIDI TA' ĊENS", "19930.", "L-ONOR.", "JOSEPH CASSAR staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ċnus ta' l- uffiċċju konġunt infdew mill-1998?", "ONOR.", "TONIO BORG: In-numru ta' ċnus amministrati mill-uffiċċju konġunt li nfdew mis-sena 1998 sal-lum hu kif jidher hawn taħt:", "|1998 |1999|2000 |2001 |2002 | |Lm |49,6|61,07|51,67|50,09| |47,140 |34 |4 |5 |0 |", "KORP TAL-PULIZIJA", "19933.", "L-ONOR.", "JOSEPH CASSAR staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm membri ġodda tal-pulizija daħlu fil-korp mill-1998?", "ONOR.", "TONIO BORG: Bejn l-1 ta' Jannar, 1998 u t-30 ta' Ġunju, 2006 daħlu 461 membru ġdid fil-korp tal-pulizija.", "Fil-preżent għaddej proċess għar- reklutaġġ ta' 100 kuntistabbli.", "TELGĦA TAS-SAQQAJJA", "19934.", "L-ONOR.", "JOSEPH CASSAR staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jiġu restawrati l-barrakka u l-funtana f'nofs it-Telgħa tas-Saqqajja?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ix-xogħol ta' restawr fuq il-barrakka msemmija se jiddaħħal fil-programm ta' xogħlijiet għas-sena d-dieħla.", "Rigward il-funtana, jien informat li kienu saru studji preliminari pero' x- xogħlijiet ta' restawr ma sarux minħabba prioritajiet oħra.", "S'issa dawn ix- xogħlijiet m'humiex inklużi fil-programm ta' xogħol tat-taqsima tar- restawr.", "BIR L-ILJUN", "19935.", "L-ONOR.", "JOSEPH CASSAR staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' il-Ministru jagħti update ta' kif baqgħu l- affarijiet fuq Ġnien Bir l-Iljun fir-Rabat ?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jagħmel il- mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "JUNIOR LYCEUM SIR ADRIAN DINGLI", "19936.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 19671 u 19767 u jgħid għala d-diviżjoni ta' l-edukazzjoni ddeċidiet li tneħħi l-ispazji fil-bini tal-junior lyceum Sir Adrian Dingli li kienu jintużaw tant tajjeb għal skopijiet edukattivi?", "Għaliex id- diviżjoni qed tinjora t-tmexxija ta' l-iskola, il-kunsill ta' l-iskola u x- xewqa ta' l-istudenti u tal-ġenituri, b'deċiżjoni bħal din?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: F'dan l-istadju għadha ma tteħditx id-deċiżjoni msemmija u nista' ngħid li tlabt li nidħol fil-kwestjoni biex nevalwa s- sitwazzjoni wara li niddiskuti ma' kulmin hu involut.", "DJAR PRIVATI GĦALL-ANZJANI", "19937.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid kemm anzjani qed jingħataw sussidju fil-każ ta' djar privati għall-anzjani?", "B'liema kriterju jiġi deċiż min jingħata sussidju?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Waqt li nista' ngħid li huma 109 l-anzjani fl-iskema tal-private public partnership, ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l- proċess tad-dħul huwa l-istess bħal fil-każ tad-djar ta' l-anzjani, jiġifieri dejjem skond l-admission board.", "TITJIRIET LEJN MALTA", "19938.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 19675 u 19786 u jgħid għaliex persuni li jixtiequ jivvjaġġaw lejn pajjiżna minn bliet differenti - ngħidu aħna Pariġi - qed isibuha daqstant diffiċli jsibu seat fuq l-Air Malta, anke meta jirriżulta li l-ajruplan ikun tar lejn Malta b'ħafna seats vojta?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Una volta l-Onor.", "Membru jispeċifika d-data tat- titjira/titjiriet tkun tista' issir l-investigazzjoni neċessarja.", "TRIQ REĠJONALI FIL-GŻIRA", "19939.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' il-Ministru jgħid fiex wasal l-istudju msemmi f'mistoqsija parlamentari 19766?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: L-istudju msemmi f'mistoqsija parlamentari 19766 tlesta u issa qed jitfasslu l-pjanti neċessarji ħalli joħorġu l-permessi meħtieġa u jitfasslu t-tenders biex ix-xogħol meħtieġ ikun jista' jinbeda.", "WIED MUSA", "19940.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' il-Ministru jara li jiġi vverifikat x'qiegħed iwassal biex jitbattlu l-ispejjer ta' l-ilma tant essenzjali għall-bdiewa u r-raħħala ta' Wied Musa?", "Jista' ikun li hemm min qed jabbuża?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: L-awtorita' dwar ir-riżorsi qiegħda tinvestiga dan l- ilment, b'aktar informazzjoni tingħata f'xi seduta oħra.", "DAWL U ILMA", "19941.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jistgħu jittieħdu l-passi biex il-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma tirtira kont 517817190, fil- każ ta' ċerta persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, fejn b'ittra datata 17 ta' Ġunju, 2006 intalab ħlas ta' Lm485.27 fil-każ ta' bini li mhuwiex tagħha u li qatt ma kienet reġistrata bħala konsumatur fih?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "ISTITUT MARITTIMU", "19942.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid jekk hux minnu li l-istitut marittimu se jingħalaq?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: M'hemm l-ebda ħsieb li l-istitut marittimu jingħalaq.", "TRASPORT PUBBLIKU", "19943.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Peress li fir-raħal tax-Xagħra hemm l-MCAST u l-istudenti qed jilmentaw li m'hemmx trasport pubbliku adegwat, jista' il-Ministru jara jekk hux possibbli li s-servizz jibda jopera b'mod aktar frekwenti?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Fuq il-linja tax-Xagħra bejn is-7.00 a.m. u s- 7.00 p.m. isiru 13-il vjaġġ – u cioe' fis-7.00 a.m., fit-8.15 a.m. fid- 9.00 a.m., fl-9.45 a.m., fl-10.30 a.m. fil-11.15 a.m., fn-12.00 p.m., fis- 1.15 p.m., fis-2.15 p.m., fl-4.00 p.m., fil-5.00 p.m., fis-6.00 p.m. u fis- 7.00 p.m. – u anke hemm servizz ieħor organizzat mid-dipartiment ta' l- edukazzjoni għall-ġarr ta' l-istudenti.", "SIGURTA' FIL-QORTI", "19944.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm uffiċjali hemm inkarigati biex ifittxu u jissorveljaw fil-bibien tal-qorti?", "Kemm swiet is-sistema ta' cameras istallati fil-bini tal-qorti?", "Din is-sistema ħarġet b'tender jew b'direct order?", "ONOR.", "TONIO BORG: In-numru ta' uffiċjali nkarigati biex ifittxu u jissorveljaw fil-bibien tal-qrati tal-ġustizzja huwa sebgħa.", "Is-sistema ta' cameras istallati fil-bini tal-qrati tal-ġustizzja swiet Lm3,292.", "Din is-sistema nxtrat permezz ta' quotation f'Diċembru 2005 għall- prezz ta' Lm1,186 u f'Mejju 2006 għall-prezz ta' Lm2,106.", "TINDIF FIL-QORTI", "19945.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid min hu nkarigat mit-tindif tal-qorti in ġenerali, liema xogħol jidher li ilu ma jsir ix- xhur?", "ONOR.", "TONIO BORG: Id-dipartiment tas-support services hu responsabbli mit- tindif tal-qrati tal-ġustizzja, xogħol li jsir kuljum b'mod regolari u peress li dan mhux qed ikun sodisfaċenti għad-diviżjoni, ħarġet tender li se tagħlaq fil-5 ta' Lulju, 2006 biex it-tindif jibda jsir aħjar.", "SIGURTA' FIL-QORTI", "19946.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm swew il- bibien u l-ilqugħ tal-ħġieġ li hemm fil-bieb prinċipali tal-qorti?", "Ix- xogħol u l-fornitura ta' bibien u lqugħ inħareġ permezz ta' tender jew b'direct order?", "Kemm sewa l-iscanner?", "ONOR.", "TONIO BORG: Il-bibien u l-ilqugħ tal-ħġieġ swew Lm26,106, xogħol li nħareġ permezz ta' tender.", "Informat ukoll li l-iscanner sewa Lm9,000.", "SIGURTA' FIL-QORTI", "19947.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: In vista ta' avviż legali li jobbliga li kulħadd jissottometti ruħu għat-tfittxija, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid inħarġitx xi direttiva sabiex ċerti mħallfin, maġistrati u ministri jiġu eżentati?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ma nħarġet l-ebda direttiva sabiex ċerti mħallfin, maġistrati u ministri jiġu eżentati mill-miżuri ta' sigurta'.", "Il- ġudikatura għandha aċċess separat u indipendenti, pero' meta dawn jagħżlu li jgħaddu mill-bieb prinċipali tal-qorti jitqabbżu l-queue.", "DRENAĠĠ F'ĦAŻ-ŻABBAR", "19948.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol ta' estensjoni tad-drenaġġ fi Triq ta' Lanza, Ħaż-Żabbar?", "Japprezza li una volta jgħaddi s-sajf, ikun diffiċli li jsir ix-xogħol minħabba li l-bdiewa jaħdmu r-raba'?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "DELIMARA POWER STATION", "19949.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 19823 u jgħid jekk sarx xi studju għall- ġenerazzjoni ta' enerġija mill-ilma li joħroġ mill-mina għal ġol-baħar u li jintuża għall-cooling system tal-power station ta' Delimara?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Dan it-tip ta' studju ġieli sar.", "Waqt il-fażi ta' żvilupp ta' Delimara power station ġiet ikkonsidrata l-possibbilta' ta' rikupru ta' l-enerġija, pero' dan ma kienx viabbli.", "QTUGĦ TA' BLAT", "19950.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 19818 u jgħid x'kondizzjonijiet jagħmlu l-awtoritajiet, fosthom il-MEPA, meta jinħarġu permessi għal skavar u/jew qtugħ ta' blat f'inħawi viċin l-abitat minħabba l-ernomita' tal-ħsejjes?", "Isir kontroll biex ikun aċċertat li l- kondizzjonijiet jiġu osservati?", "Laħqu ttieħdu passi kontra xi ħadd f'dan ir-rigward?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Id-deċiżjoni dwar it-tip ta' inġenji li jintużaw fuq is-sit ta' kostruzzjoni u kif isir it-tqattigħ, taqa' taħt ir- responsabbiltà tal-perit inkarigat mix-xogħlijiet u mhux taħt il-MEPA.", "L- awtoritá ma tagħmilx kondizzjonijiet f'dan is-sens.", "F'każ ta' proġetti kbar, jintalab construction management plan fejn il- perit jindika meta u kif isir it-tqattigħ.", "Dan ix-xogħol jiġi osservat minn monitoring officer imqabbad mill-MEPA.", "DISPATCHERS", "19951.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 19626 u jgħid għaliex l-ADT ġabret l-ispecial licence tad-dispatchers?", "Jista' jivverifika jekk l-awtorita' kellhiex dritt tagħmel dan?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jirriferi għat- tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 19808.", "TRIQ IN-NIXXIEGĦA FIL-MELLIEĦA", "19953.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Jista' il-Ministru jgħid jekk Triq in-Nixxiegħa, fil-Mellieħa hijiex taħt ir-responsabbilta' tal-kunsill lokali jew tal-gvern ċentrali?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Risposta tingħata f'xi seduta oħra."]} {"filename": "20050214_236d_par.doc", "date": "2005-02-14", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Uffiċjali u Rivedut) L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 236 It-Tnejn, 14 ta' Frar, 2005 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 236 It-Tnejn, 14 ta' Frar, 2005", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6:02 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "236", "It-Tnejn, 14 ta' Frar, 2005", "WERREJ", "MINUTI 717", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 717", "TQEGĦID TA' KARTI 724", "MOZZJONIJIET", "ESTIMI TAD-DĦUL U NFIQ TA' L-AWTORITA` MARITTIMA TA' MALTA", "GĦAS-SENA 2004-2005 726", "AĠĠORNAMENT 750", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 756", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 235 li saret fid-9 ta' Frar, 2005 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "TIGNE' DEVELOPMENT - IMPJEGATI", "9585.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: B'riferenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 8311, jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra d- dokumentazzjoni kollha fejn jidħlu relazzjonijiet kuntrattwali ta' l- impjegati tal-kumpanniji Tigne' Development Co. Ltd. u Holiday Inn?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni): Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim kollettiv relattiv.", "NUQQAS TA' ĊILINDRI TAL-GASS", "9610.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jieħu passi fil-każ ta' anzjan mill-Birgu li ilu kważi xahrejn jistenna biex jixtri ċilindru tal-gass?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jien informat li l-persuna indikata mill-Onor.", "Interpellant inqdiet għall-aħħar ta' Diċembru 2004.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Buontempo, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO: Jikkonferma l-Ministru li fis-suq hawn nuqqas ta' ċilindri tal-gass u li d-distributuri m'humiex ilaħħqu mad-domanda?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Iva, nikkonferma.", "Kif naħseb li jaf l-Onor.", "Interpellant, kien hemm problema b'delivery partikolari fejn eluf ta' ċilindri nstab li kellhom xi difett.", "Għalkemm ġew iċċertifikati li ma kenux perikolużi, il-bord ta' l-Enemalta deherlu li għandu jneħħi dawn iċ- ċilindri mis-servizz għal kull eventwalita' possibbli.", "Dan wassal għall-fatt illi kien hawn nuqqas ta' ċilindri, u biex issolvi din il-problema, l-Enemalta ħarġet direct order għal 10,000 ċilindru tal- gass, dejjem bl-approvazzjoni tal-Ministeru tal-Finanzi.", "Naturalment wieħed jifhem li riedu jgħaddu numru ta' ġimgħat sakemm iċ-ċilindri jiġu delivered, għalkemm jien informat li l-aħħar kunsinna ta' uħud minn dawn iċ-ċilindri għandha tasal f'dawn il-ġranet.", "Irrid ngħid ukoll li m'iniex għal kollox konvint li l-problema hija dovuta biss għan-nuqqas ta' ċilindri, għax filwaqt li l-Enemalta ġiet affaċċjata bi problema bħal din, jidhirli li setgħet insistiet ħafna iktar mal-GWU - fuq kollox ma nafx jekk insistietx - biex jinbidlu ħafna prattiċi antikwati li jeżistu fil-produzzjoni fejn jidħol il-mili ta' ċilindri tal-gass.", "Nemmen li l-produzzjoni tista' tiżdied, anke bl-equipment li hemm illum.", "Pero' jeħtieġ li l-Enemalta kif ukoll il-GWU ibiddlu radikalment il-metodu ta' ħidma ta' kif isiru l-affarijiet, prattiċi li ilhom jeżistu għal bosta snin, uħud minnhom huma mdaħħlin fil-collective agreement, oħrajn issibhom f'signed letters u oħrajn daħlu u ħadd ma ta kashom.", "Nemmen li jekk wieħed jara kif jagħmel biex ibiddel ċerti prattiċi u jdaħħal kejl ta' effiċjenza, it-turn-around time biex ċilindru tal-gass jimtela', jiġi tested u jgħaddi mill-proċess kollu għandu jonqos drastikament, u allura tiżdied ukoll il-produzzjoni.", "Fl-opinjoni tiegħi mhux sempliċement għandna nserrħu moħħna billi ngħidu li l-problema kienet ikkawżata minħabba n-nuqqas ta' ċilindri, għax nemmen li setgħu ttieħdu rimedji oħra li ċertament kienu jnaqqsu l-frustrazzjoni tal-klijenti.", "Aħna qegħdin ninsistu ħafna mal-bord tad-diretturi li dan għandu jsir u fil- ġimgħat li għaddew saru xi tibdiliet immedjati fil-prattiċi tax-xogħol, pero' dan m'huwiex biżżejjed.", "Jien se nkompli ninsisti, u jekk hemm bżonn nagħmel intervent personali mal-GWU, biex flimkien naraw kif taħdem is-sistema sħiħa u niżguraw li nġibu 'l quddiem l-effiċjenza interna.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Fl-isfond tal-liberalizzazzjoni tas-sezzjoni taż-żjut, jista' il-Ministru jinformana x'se jiġri mit-taqsima tal-gass u minn dik tal-pitrolju?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Kif taf il-Kamra, l-importazzjoni ta' fuels se tiġi liberalizzata fl-1 ta' Jannar, 2006.", "Il-gvern diġa' iddikjara li jidhirlu li l-aħjar metodu għall-futur huwa li jiddaħħal strategic partner taħt xi forma jew oħra biex jieħu ħsieb l-operazzjonijiet li għandu l-gvern, kemm fil-qasam tal-gass kif ukoll fl-istorage u d-distribuzzjoni ta' petroleum products.", "Fir-rigward tal-petroleum, l-Enemalta qiegħda tagħmel studji interni ta' kif għandha timxi għall-privatizzazzjoni.", "Fir-rigward tal-gass, dawn l-istudji interni se jsiru wara li nkunu rajna x'se nagħmlu dwar il-petroleum, għax dan irid jingħata ħafna iktar attenzjoni mill-gass, almenu mil-lat finanzjarju.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Il-Ministru qed jgħid li se jkun hemm strategic partner u li mhux se ssir il-privatizzazzjoni, kemm fejn tidħol is-sistema ta' mili ta' ċilindri tal-gass kif ukoll fid-distribuzzjoni ta' l-istess ċilindri.", "Jista' allura jgħidli jekk il-prezz ta' ċilindru tal-gass huwiex se jogħla?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Din m'hijiex kwestjoni ta' strategic partner jew management contract jew xi forma oħra fejn l-Enemalta tisvesti ruħha mill- importazzjoni u distribuzzjoni tal-gass.", "Fl-opinjoni tiegħi u tal-gvern, l- Enemalta qiegħda hemmhekk għal raġuni waħda, u cioe' biex tipprovdi sistema effiċjenti ta' ġenerazzjoni u distribuzzjoni ta' l-elettriku.", "L- importazzjoni u d-distribuzzjoni tal-fuels hija biss xi ħaġa li ġrat bin- nazzjonalizzazzjoni ta' iktar minn 30 sena ilu, u ma tifforma ebda parti mill-istrategic objectives li għandu jkollha l-Enemalta.", "It-tieni, f'sitwazzjoni ta' suq liberalizzat, l-Enemalta qiegħda tirriskja illi l-assets li għandha jirrendu ruħhom fix-xejn.", "Jiena m'iniex konvint li l-Enemalta tista' tikkompeti f'suq liberalizzat, anke bil-prezzijiet attwali, u dan għal raġunijiet li ssemmew diversi drabi f'din il-Kamra, u cioe' li hemm ineffiċjenzi kbar.", "Hemm nies żejda sempliċement għax hija entita' tal-gvern, u f'suq liberalizzat dan ikun ifisser illi l-prezzijiet m'humiex realistiċi.", "Irrid ngħid li s-selling price tal-gass m'huwiex realistiku għax fil- produzzjoni tiegħu hemm prattiċi ineffiċjenti, u nerġa' ngħid għax fit- taqsima tal-gass hemm nies żejda.", "Dawn fl-aħħar mill-aħħar kollha jwasslu għal bżonn ta' żieda fil-prezz.", "Infakkar ukoll illi l-fatt li l-gass jinżamm fi prezz baxx minħabba l-ineffiċjenzi li nafu li jeżistu, wassal biex il-gvern din is-sena qiegħed joħroġ Lm1.4 miljun biex jissussidja l- prezz tal-gass.", "Issa, jekk it-taqsima tiġix liberalizzata jew le ma jagħmel l-ebda differenza vis-a-vis il-prezz, għax dan jista' jiġi kkuntrattat fuq public service obligation basis, sakemm ikun ekwu għal kulħadd.", "Id-deċiżjoni dwar il-prezz m'hijiex tant relatata mal-kummerċjalizzazzjoni tat-taqsima, imma hija iktar dipendenti fuq li ndaħħlu r-riformi neċessarji kemm fin-numru ta' nies li jipproduċu l-gass, kif ukoll fil-prattiċi tax- xogħol tagħhom biex niżguraw iktar effiċjenza, u dan minnu nnifsu għandu jnaqqas il-bżonn ta' sussidju.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jiġifieri l-prezz ta' ċilindru tal-gass bilfors se jkollu jogħla, irrilevanti jekk din is-sezzjoni tiġix privatizzata, jidħolx strategic partner jew tibqax taħt l-Enemalta.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Le, il-prezz ta' ċilindru tal-gass mhux se jogħla.", "Kif diġa' għedt, jekk il-gvern jiddeċiedi li jkompli jissussidja l-gass jista' jagħmel dan taħt public service obligation contract, indipendentement jekk il-gass jitqassamx biss mill-Enemalta, indipendentement jekk l-Enemalta ddaħħalx partner magħha u indipendentement jekk barra l-Enemalta jkunx hawn xi ħadd ieħor li qiegħed jimporta l-gass.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jiġifieri l-gvern se jibqa' joħroġ sussidju sabiex il- prezz tal-gass għall-konsumatur ma jogħliex?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Il-gvern jieħu deċiżjonijiet fuq il-bażi ta' l-estimi li jiġu ppreżentati fil-Parlament kull sena.", "Għal din is-sena żgur li l- gvern ħa din id-deċiżjoni.", "Meta niġu għall-estimi tas-sena d-dieħla, l- Onor. Mizzi bħall-Kamra kollha u bħall pajjiż kollu jkun jaf x'deċiżjoni ħa l-gvern.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jekk l-estimi jindikaw li l-Enemalta m'għamlitx pass pożittiv fejn jidħlu l-finanzi, dan ikun ifisser li l-prezz ta' ċilindru tal-gass se jkollu jogħla?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Fil-verita' kollha din il-logħba li nippruvaw nipprevedu x'se nagħmlu fl-estimi tas-sena d-dieħla ilha tintlagħab hawn ġew għal ma nafx kemm-il sena!", "Għadni niftakar lil Lino Spiteri jgħid: Taħsbuni daqshekk iblah li se niġi f'din il-Kamra u ngħid x'se nagħmel bħala ministru tal-finanzi xahrejn oħra!", "Nerġa' nirrepeti li deċiżjonijiet finanzjarji jittieħdu fil-kuntest ta' l-estimi tas-sena kollha.", "Il-gvern diġa' ħa d-deċiżjoni li matul is-sena 2005 joħroġ Lm1.4 miljun biex jissussidja l-prezz attwali tal-gass.", "S'hemm nista' nasal, Sur President.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, nafu li parti sew mill-introjtu ta' l- Enemalta ġej mill-bejgħ tal-fuel u dan jikkumpensa għat-telf li tagħmel il- korporazzjoni minn bnadi oħra.", "Issa meta l-bejgħ tal-fuel jiġi lliberalizzat u allura l-Enemalta mhux se jibqgħalha dak il-profitt li tagħmel fil-preżent, it-tariffi tad-dawl u l-ilma se jkollhom jogħlew?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nistagħġeb kif l-Onor.", "Mizzi ma jafx is-soluzzjoni għal din il-problema meta huwa kien ministru responsabbli mill-Enemalta!", "Fil-fatt hemm karti ta' żmienu illi jirraġunaw bil-kontra u jirraġunaw tajjeb bil-kontra, rapporti li saru fi żmienu, u naħseb li kienu waslu quddiemu wkoll.", "Żgur li l-profitti li jsiru mill-petroleum division lanqas jissodisfaw it-telf li ġej minn naħiet oħra ta' l-Enemalta, imma parzjalment jagħmlu tajjeb għal dan.", "Issa s-soluzzjoni hija daqsxejn differenti, fis-sens li l-profitti li jsiru mill-Enemalta jinqalbu f'taxxa favur il-gvern u fuq l-ekwivalenti ta' taxxa ġdida li tkun qed tidħol bħala revenue ġdid lill-gvern, jinħadem public service obligation contract ma' l-Enemalta biex nissussidjaw il- ġenerazzjoni ta' l-elettriku u allura tiġi revenue neutral fiż-żewġ naħat.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Imma kif jista' jkun li mhu se jħalli l-ebda effett meta s-sezzjoni taż-żjut tinqata' totalment?", "Jista' il-Ministru jgħidilna x'se tkun is-sitwazzjoni f'dak il-każ?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Le, finanzjarjament mhu se jħalli l-ebda effett.", "Ħa nġib eżempju sempliċi.", "Jekk l-Enemalta tagħmel Lm7 miljun profitt mill- petroleum division u din is-somma taqlibha bħala revenue għall-gvern mil- lat ta' taxxi, bil-gvern jagħmel public service obligation contract minn fuqu għall-Enemalta, kulma tkun qed tagħmel ikun li qed iddawwar fuq il- karti Lm7 miljuni.", "INVESTIMENT, INDUSTRIJA U TEKNOLOĠIJA TA' L-INFORMAZZJONI - SAFAR", "9759.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 9004 u 9519 u jgħid kemm kienet in- nefqa globali f'safar matul l-ewwel disa' xhur tas-sena 2004 tal-ministeru, dipartimenti, entitajiet, awtoritajiet, korporazzjonijiet, eċċ. li jaqgħu taħt il-ministeru tiegħu?", "Jista' jinformana kemm hu kkalkolat li se titla' din l-ispiża sa l-aħħar tas-sena?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.", "KONTIJIET PENDENTI TAD-DAWL U L-ILMA", "9792.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 9450 u 9721 u jgħid x'arranġamenti qed isiru biex min għandu kontijiet pendenti tad-dawl u l- ilma, jissellef mill-bank biex iħallas il-kontijiet?", "X'arranġamenti se jagħmlu l-banek ma' dawk il-persuni li jifilħu jħallsu sa ċertu livell u mhux aktar, għax jgħixu bl-assistenza soċjali biss?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-arranġamenti li saru mal-banek dwar ħlasijiet pendenti tad-dawl u l-ilma ma' jinvolvux self mill-banek.", "Meta u jekk isiru tali arranġamenti hija prerogattiva tal-bank flimkien ma' l- individwu.", "Pero' ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-arranġamenti li kkonkludiet il-Water Services Corporation mal-BOV u ma' l-HSBC jinkludu ħlas permezz ta' standing order.", "Ngħid ukoll illi hemm żewġ alternattivi għall-ħlas ta' arretrati, u cioe' ħlas imqassam fuq sitt xhur b'interessi ta' 4% u ħlas mqassam fuq sena b'interessi ta' 8%.", "ELEZZJONIJIET TAT-12 TA' ĠUNJU, 2004", "10014.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Justyne Caruana) staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża totali għall-elezzjonijiet li saru fit-12 ta' Ġunju, 2004 għall- membri tal-Parlament Ewropew u tal-kunsilli lokali?", "Jista' jindika kif u fiex intefqu dawn il-flus?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-ispiża totali għall-elezzjonijiet li saru fit-12 ta' Ġunju, 2004, jiġifieri dik għall-membri parlamentari Ewropej u dawk tal-kunsilli lokali, kienet ta' Lm987,000.", "Dan l-ammont intefaq kif muri fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.", "Mhux possibli li jingħad kemm intnefaq għall-elezzjoni tal-membri parlamentari Ewropej u għall-elezzjonijiet tal-kunsilli separatament minħabba li saru flimkien.", "ĊENSIMENT NAZZJONALI", "10041.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol biex isir iċ-ċensiment nazzjonali li jsir kull għaxar snin?", "Jista' jgħid kemm se jqum dan iċ-ċensiment?", "Meta se jsir?", "Liema oqsma tal- ħajja se jkopri?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li diġà beda x-xogħol preparatorju biex jittieħed ċensiment, għalkemm għadu kmieni biex wieħed jagħti stima ta' kemm se jiġi jiswa dan l-eżerċizzju.", "Anke d-data meta jittieħed iċ- ċensiment għad trid tiġi deċiża.", "It-tagħrif dwar liema oqsma tal-ħajja se jkopri ċ-ċensiment għad irid jiġi definit u fuq hekk bdew ukoll diskussjonijiet ma' l-oppożizzjoni.", "VAPURI TAL-GOZO CHANNEL", "10073.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Justyne Caruana) staqsa lill- Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid x'tibdiliet saru fil-manning ta' l-engine room fuq il-vapuri tal-Gozo Channel?", "Jista' jagħti r-raġunijiet għal dan it-tibdil?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jien informat li minn meta inħareġ is-safe manning document tal-vapuri mill-Awtorita' Marittima ta' Malta kif rivedut, ma baqax l-obbligu li jkun hemm it-tielet persuna abbord għax il-motorman ma baqax jifforma parti integrali tal-crew.", "Madankollu, il-ħtieġa li jkunu hemm ic-chief engineer u s-second engineer għadha hemm.", "ĊIRKEWWA TERMINAL ATTENDANTS", "10075.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Justyne Caruana) staqsa lill- Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kif inhu x-shift tat-terminal attendants tal-Gozo Channel li qed jaqdu dmirijiethom iċ-Ċirkewwa?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jien informat li l-ħinijiet tax-shift tat-terminal assistants li jaħdmu ċ-Ċirkewwa huwa normalment ta' għaxar sigħat minħabba n-natura u l-eżiġenzi tax-xogħol.", "KONTIJIET PENDENTI TAD-DAWL U L-ILMA", "10099.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA (f'isem l-Onor.", "Antoine Mifsud Bonnici) staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l- Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm kien l-ammont totali li l- korporazzjoni Enemalta u l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma kellhom idaħħlu qabel ma bdiet il-kampanja biex jitħallsu l-kontijiet pendenti sa l- aħħar ta' Novembru li għadda?", "X'ammont inġabar tul din il-kampanja?", "X'inhuma issa l-passi li mistennija jieħdu l-Enemalta u l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma biex jiġbru l-flus li baqgħalhom jieħdu?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: X'passi mistennija jieħdu l-Enemalta u d-WSC biex jiġbru l-flus li baqgħalhom jieħdu?", "X'inhuma l-proċeduri f'każ li persuna tkun trid tneħħi l-kont tad-dawl u l-ilma minn fuq isimha mingħajr ma jinqata' is-servizz?", "Jista' jagħti l-każ li s-sistema li kienet tintuża qabel inbidlet?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Is-sistema għadha l-istess.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jiġifieri biex persuna taqleb il-kont fuq ħaddieħor trid tħallas ammont ta' flus bħala deposit?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Safejn naf jien imorru t-tnejn flimkien u wara li jitħallsu l-arretrati kollha, il-kont jinqaleb minn fuq wieħed għall-ieħor.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jista' il-Ministru jara li tinstab xi forma ta' soluzzjoni oħra peress li mhux dejjem possibbli li żewġ individwi jmorru flimkien?", "Jekk ngħidlek li jien regolarment inħallas il-kontijiet li jiġu fuq ismi tal-post li għandi reġistrat mad-WSC, ma nistax nikteb lill- korporazzjoni biex il-kont jinqata' minn fuq ismi u jdur fuq il-persuna l- oħra?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jekk jiena begħt post lil ħaddieħor u dik il-persuna l-oħra ma tindenjax ruħha tiffirma l-kuntratt, m'huwiex obbligu ta' l- Enemalta li toqgħod tiġri wara klijenti ġodda.", "Huwa l-obbligu ta' min irid jieħu s-servizz tad-dawl u l-ilma li jmur jiffirma l-kuntratt il-ġdid biex il-kont jinqaleb għal fuqu.", "F'każ li l-persuna l-oħra ma tkunx trid tmur tiffirma, min ikun se joħroġ mill-post dejjem jista' javża lill- Korporazzjoni biex taqta' s-servizz tad-dawl u l-ilma.", "Ċertament fuq ordni tal-klijent din tista' ssir.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Imma nagħtu kas ikun hemm xi ħadd li jikteb lill- korporazzjoni biex il-kontijiet jinqatgħu minn fuq ismu.", "Jekk l-individwu li se jidħol minn floku jkun lest li jiffirma l-kuntratt, hemm bżonn li jmorru t-tnejn flimkien għand il-korporazzjoni?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Qabel ma tmur tiffirma l-persuna l-oħra l-ebda rabta ma jkollha l-Korporazzjoni.", "Ejja ngħidu li, għall-grazzja ta' l-argument, l-ieħor jaċċetta bil-kliem, pero' ma jmurx jiffirma, il-korporazzoni lil min se tibgħathom il-kontijiet?", "F'dak il-każ ikun aħjar jekk l-individwu li jkun se joħroġ mill-post javża lill-korporazzjoni biex taqta' is-servizz tad-dawl u l-ilma.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Ejja ngħidu li persuna li jkollha d-dawl fuq isimha, tiffirma u tgħid li hi m'għandhiex bżonn aktar ta' dak is-servizz u tgħid ukoll li jekk il-persuna li tkun dieħla minflokha ma tridx tiffirma, jistgħu jaqbdu u jaqtgħulha s-servizz.", "F'dak il-każ teżisti l-possibbilta' li l-korporazzjoni tagħti ċ-ċans lill-persuna l-oħra li tiffirma u tieħu r- responsabbilta' fuqha qabel ma jinqata' is-servizz?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: It-termini jridu jkunu fl-istess żmien.", "Ejja ngħidu li Austin Gatt biegħ post lil Joe Mizzi.", "F'dak il-każ, Austin Gatt imur għand il-korporazzjoni biex iħallas l-arretrati kollha li kellu sa dakinhar, u jgħidilhom biex minn hemm 'il quddiem jibdew jibagħtu l- kontijiet lil Joe Mizzi.", "L-Enemalta ma tistax tmur fuq Joe Mizzi u tgħidlu biex imur jiffirma l- kuntratt.", "Il-kumpannija f'dak il-każ trid jew taqta' is-servizz, inkella Joe Mizzi jrid imur jiffirma għax se jibqa' mingħjar dawl sakemm imur jiffirma!", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Imma jekk dak l-individwu li jkun se joħroġ minn post iħallas il-kontijiet kollha tad-dawl u l-ilma li jkun hemm pendenti, jibgħat ittra lill-korporazzjoni biex jinfurmaha u fuq l-istess ittra l- persuna li tkun se tidħol minfloku tassumi r-responabbilta' hi, f'dak il- każ hemm għalfejn dawn iż-żewġ individwi jmorru jagħmlu l-kuntratt flimkien?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: M'għandhomx bżonn imorru t-tnejn flimkien fl-istess ħin, pero' jekk il-persuna li se tidħol fil-post ma tmurx dakinhar stess jaqtgħulha d-dawl u l-ilma għax ma jkollhom l-ebda kuntratt mal- Korporazzjoni.", "PROMOTIONS FIL-MALTACOM", "10173.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid jekk sarux xi direct promotions fil-Maltacom jew f'xi kumpannija sussidjarja tal- Maltacom minn Jannar 2004 sal-lum?", "Kemm saru, min huma l-ħaddiema, xi grad u skala kellhom qabel u xi grad u skala ta' salarju għandhom issa?", "Kemm hi d-differenza fil-massimu li se jiżdiedu dawn il-ħaddiema b'dawn id-direct promotions?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi għat-tweġiba li tajtu għall-mistoqsija parlamentari 1130.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, jaħseb li huwa sewwa l-Ministru li fil- Maltacom jingħataw direct promotions lil ċerti nies għad-detriment ta' oħrajn li huma aktar kwalifikati, aktar kapaċi u jistħoqqilhom aktar li jieħdu promozzjoni u dan sempliċement għax il-kumpannija waslet biex tinbiegħ jew ma nafx x'se jiġri minnha?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Filwaqt li m'għandi xejn x'inżid mar-risposta, infakkar li kulmin jidhirlu illi ġie żvantaġġjat jew b'xi mod imxew ħażin miegħu entitajiet fejn il-gvern għandu iktar minn 50%, għandu dritt ta' rikors quddiem l-ombudsman.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: F'ġieħ it-trasparenza u d-demokrazija, jekk dawn id- direct promotions fil-Maltacom qed isiru bil-moħbi u ħadd m'hu qed jingħata din l-informazzjoni, kif jista' wieħed ikun jaf li saret inġustizzja miegħu jekk ħadd ma jinfurmah?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-Onor.", "Mizzi ma jistax jallega li saru direct promotions jekk sadanittant ħadd ma jaf bihom!", "Jekk l-Onor.", "Mizzi jaf b'din l-informazzjoni - jew xi ħadd tah din l-informazzjoni - jista' jmur jitkellem ma' xi ħadd li huwa ggravat u dak ix-xi ħadd jiġi informat.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jiġifieri issa xogħol il-membri parlamentari hu li jaraw x'abbużi jkunu qegħdin isiru u jmorru jinformaw lil ħaddieħor bihom ħalli jirrikorri għand l-ombudsman?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Dak li qed jgħid l-Onor.", "Mizzi huwa żbaljat għal żewġ raġunijiet.", "L-Onor.", "Mizzi jaf li fuq il-bord tad-diretturi hemm rappreżentant tal-ħaddiema - jaf sew min hu – u allura kull meta jkun hemm promotion ikun jaf preċiż x'qed isir.", "Ma nafx jekk jikkonsidrax li l- obbligu tiegħu wkoll hu li jmur jgħid lil ħaddieħor, għalkemm jekk jagħmel hekk, ikun qed jikser il-liġi.", "Ħalliha li naħseb kien hemm drabi oħra li kisirha!", "Barra minn hekk, kull fejn jidħlu promotions fil-Maltacom tidħol il-GWU bħala r-rappreżentanta tal-ħaddiema, u allura naħseb li hemm biżżejjed metodoloġija ta' informazzjoni fi ħdan din il-korporazzjoni.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jiġifieri l-Ministru qed jassigurani li l-GWU tkun taf b'dawn id-direct promotions u li d-direttur ħaddiem fil-bord tal-Maltacom - biex ma nsemmix diretturi oħra - suppost li jaf u obbligat li jkun jaf b'dawn id-direct promotions?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jekk jogħġbok ikkwotani sewwa, Onor. Mizzi!", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti u nsejjaħ lill-Aġent Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "TONIO BORG (Aġent Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l- Intern): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "K.L.B.L. 58/1/2005 - Bye-Laws ta' l-2005 dwar l-Organizzazzjoni ta' Korsijiet u Ħarġiet (Kunsill Lokali Santa Venera);", "f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi, inqiegħed fuq il-mejda tal- Kamra:", "Avviż Legali Nru. 43 ta' l-2005 - Ordni ta' l-2005 dwar ir-Reviżjoni tas-Salarji ta' l-Imħallfin u Maġistrati;", "Avviż Legali Nru. 44 ta' l-2005 - Ordni ta' l-2005 dwar ir-Reviżjoni tas-Salarji tal-President ta' Malta u ta' Uffiċjali oħra;", "Avviż Legali Nru. 45 ta' l-2005 - Regolamenti ta' l-2005 dwar it- Trasparenza fir-Relazzjonijiet Finanzjarji bejn l-istat u Entitajiet Pubbliċi;", "Tagħrif dwar il-kompożizzjoni tal-Kumitati tal-Kabinett, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 10584; u", "f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjieg, inqiegħed fuq il- mejda tal-Kamra:", "Lista' ta' tenders li ġew ippubblikati dwar xogħlijiet li qed isiru jew li se jsiru fl-iskola tal-Karwija, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 10418.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO (Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru. 42 ta' l-2005 - Plant Quarantine (Harmful Organisms) (Amendment) Regulations, 2005;", "Kopja tal-Mineral Resources Assessment report ikkummissjonat mill- Awtorita` ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) li sar f'April 1996, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 10715;", "Tagħrif dwar offerti li ntefgħu għat-tħaffir ta' blat f'Ta' Żwejra, limiti tan-Naxxar, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 10716;", "u f'isem il-Ministru għall-Familja u Solidarjeta` Soċjali, inqiegħed fuq il- mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar impjegati li għandhom 'il fuq minn 61 sena ma' dipartimenti/entitajiet taħt ir-responsabbilta` tal-Ministeru għall- Familja u Solidarjeta` Soċjali, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 10414;", "Kopja tan-notifika fil-Gazzetta tal-Gvern li turi l-kompożizzjoni u t- terminu tal-ħatra tal-Bord dwar il-Professjoni tal-Psikoloġija f'Malta, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 10586; u", "Tabella li turi l-għadd ta' persuni li bbenefikaw mill-pensjoni ta' l- eta` matul is-snin bejn l-2000 u l-2004 u l-ispiża relattiva kull sena, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 10689.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet.", "Il- Ministru Ċensu Galea.", "MOZZJONIJIET", "ESTIMI TAD-DĦUL U NFIQ TA' L-AWTORITA` MARITTIMA TA' MALTA", "GĦAS-SENA 2004-2005", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għall-Kompetittivita` u Komunikazzjoni): Mr Speaker, nipproponi:", "Illi l-Kamra tapprova l-estimi ta' dħul u infiq ta' l-Awtorita` Marittima ta' Malta, għas-sena finanzjarja mill-1 ta' Ottubru 2004 sat- 30 ta' Settembru 2005 skond l-Att dwar l-Awtorita` Marittima ta' Malta, Kap. 352.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONRO.", "MARIO GALEA: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Infakkar lill-Kamra li d-diskussjoni dwar din il-mozzjoni għandha tieħu seduta waħda, bil-ħin jinqasam indaqs bejn kelliema tal-gvern u kelliema ta' l-oppożizzjoni, bil-winding up għan-naħa tal-gvern.", "Hawn rimarki?", "Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, f'din l-introduzzjoni se nagħti daqqa t'għajn lejn il-ħidma ta' din l-awtorita' - li issa daħlet fit-13-il sena tagħha - li tolqot lil diversi setturi importanti tal-ħajja, anke jekk ma tkunx fl-aħbarijiet ta' kuljum.", "L-istruttura ta' din l-awtorita' għandha erba' aspetti differenti, tlieta li jaqgħu taħt direttorati differenti u l-uffiċċju korporattiv, li jieħu ħsieb ħafna mill-affarijiet amminstrattivi ta' kuljum, filwaqt li huwa responsabbli mill-proġetti kapitali, fost affarijiet oħrajn.", "Minbarra l- uffiċċju korporattiv hemm id-direttorat tal-merchant shipping, il-yachting directorate u d-direttorat tal-port.", "Dawn it-tliet direttorati, flimkien ma' l-uffiċċju tal-corproate services huma l-qofol ta' l-attivita' ta' l- Awtorita' Marittima.", "Dawn l-aspetti diversi li jaqgħu taħt l- amministrazzjoni ta' l-Awtorita' Marittima huma oqsma ta' ċerta importanza li sfortunatament ħafna drabi ma jkunux fl-aħbarijiet, ħlief meta jiġri xi inċident li jħalli warajh konsegwenzi xejn sbieħ.", "Se nagħti ħarsa lejn kull wieħed min dawn l-uffiċċji, u se nibda billi nagħmel riferenza għall-corporate office, li fost affarijiet oħrajn huwa responsabbli minn żewġ proġetti kapitali ta' ċerta entita'.", "Wieħed minn dawn il-proġetti kapitali huwa marbut mas-servizz tal-vapur bejn Malta u Għawdex, kemm fiċ-Ċirkewwa kif ukoll fl-Imġarr.", "Il-proġett l-ieħor huwa l- kostruzzjoni taċ-ċentru ta' l-attivitajiet marittimi, li minnu se tkun qiegħda topera l-Awtorita' Marittima matul is-snin li ġejjin.", "Dan se jsir biex jiġi assigurat li l-proġett tal-cruise passenger terminal, li jinsab għaddej b'ritmu mgħaġġel, ikun jista' jitlesta ħalli iktar tard matul din is-sena jkunu jistgħu jibdew il-fażijiet tal-ftuħ ta' dan it-terminal.", "Jekk wieħed iħares lejn il-proġett taċ Ċirkewwa u l-Imġarr isib li matul is- sena finanzjarja li qegħdin nitkellmu dwarha, ma kienx hemm progress kbir biżżejjed.", "Dan ġara għaliex kemm min-naħa ta' l-Awtorita' Marittima kif ukoll min-naħa tal-gvern, kien hemm revision ta' dak li qiegħed jiġi propost, ħalli l-ħtiġijiet tal-Gozo Channel u l-ħtiġijiet tat-trasport bejn Malta u Għawdex jibqgħu jiġu mħarsa u biex it-terminal taċ-Ċirkewwa u l- Imġarr ikun wieħed li jipprovdi faċilitajiet għall-passiġġieri, separazzjoni tal-passiġġieri mill-karozzi u garanzija ta' iktar sigurta' f'dawn il-postijiet, u fl-istess waqt ikun hemm iktar indirizzar preċiż tal- ħtiġijiet u d-diffikultajiet.", "Ftit tal-ġimgħat ilu, ittieħedet id-deċiżjoni li t-terminal ta' l-Imġarr se jitkompla fil-ġimgħat li ġejjin.", "Jien nistenna li sa April/Mejju, ix- xogħol fuq dan it-terminal ikun għaddej b'ċertu ritmu biex jitlesta sas- sena d-dieħla.", "Fl-istess ħin irridu nassiguraw ukoll li t-terminal fiċ- Ċirkewwa jitkompla.", "F'dan ir-rigward, l-enfasi se tibqa' li dawn iż-żewġ terminals jipprovdu sigurta' għall-passiġieri u separazzjoni bejn il- passiġġieri u l-vetturi li jaqsmu bejn Malta u Għawdex.", "Bejn wieħed u ieħor, tliet miljun persuna u 250,000 vettura jaqsmu bejn Malta u Għawdex kull sena.", "Nafu li fi żminijiet partikolari bħall-ġranet tal-Karnival, ix- xhur tas-sajf, il-festa ta' Santa Marija u festi oħrajn, it-terminals taċ- Ċirkewwa u ta' l-Imġarr jgħaddu minn pressjoni ta' xogħol ferm ikbar min- normal, peress li eluf ta' Maltin u barranin li jkunu f'Malta f'dawk iż- żminijiet tas-sena, jiddeċiedu li jqattgħu xi jiem fil-gżira Għawdxija.", "Fiċ-Ċirkewwa, ix-xogħol marbut mal-baħar tlesta matul is-sena li għaddiet.", "Illum, parti kbira mix-xogħol marbut ma' l-estenzjoni tal-breakwater, hija lesta.", "L-istess jista' jingħad għax-xogħol marbut mal-baħar fl-Imġarr, Għawdex.", "F'dan il-post, għalkemm il-car park huwa prattikament lest, għad jonqos iktar xogħol xi jsir fil-bini tat-terminal.", "Kif għedt iktar kmieni, dan ix-xogħol se jinbeda bejn April u Mejju u jkompli matul iż-żmien li ġej.", "Dan l-istess direttorat huwa responsabbli biex jassigura li l-maritime centre fin-naħa tal-Port il-Kbir jinbeda u jitkompla.", "Dan il-bini se jsir skond l-agreement li kien sar bejn il-Viset u l-gvern, fejn huwa ppjanat li l-Awtorita' Marittima toħroġ mill-uffiċċji li għandha f'Pinto stores.", "Il- konsorzju Viset ġie obbligat itella' bini in shell form, li jiġi finished mill-Awtorita' Marittima biex tużah bħala l-head office tagħha.", "Irrid ngħid ukoll li l-iskop ta' dan il-bini jmur lil hinn minn dak ta' sempliċi uffiċini għall-Awtorita' Marittima.", "L-iskop hu li f'dawn iż-żewġ jew tliet blokki li qegħdin jinbnew, ikun hemm faċilitajiet oħrajn li jkunu jistgħu jingħataw lil diversi aġenziji marbutin max-shipping, li huma interessati li jkollhom uffiċini f'dawk l-inħawi, ovvjament b'kirjiet li dwarhom wieħed għad irid jiftiehem.", "Aħna qegħdin nistennew li fi ftit snin, dan il-post isir ċentru ta' attivita', fejn l-Awtorita' Marittima jkollha headquarters wieħed minn fejn topera, filwaqt li jkun hemm il-possibilita' li kumpanniji tax-shipping jiżviluppaw l-attivitajiet kummerċjali tagħhom hemm ukoll.", "Barra hekk, il-corporate office għandu r-responsabbilta' li jamministra, li jara l-iżvilupp ta' l-IT, li jiżviluppa r-riżorsi umani ta' l-istess awtorita' u jara li jkun hemm is-sigurta' u li jamminsitra l-finanzi ta' l- awtorita'.", "Barra minn hekk, dan l-uffiċċju għandu l-obbligu li jassigura li l-iżviluppi fir-relazzjonijiet bejn l-Awtorita' Marittima, il-gvern u l- Unjoni Ewropea isiru b'tali mod li pajjiżna jkun qiegħed kontinwament jakkwista numru ta' benefiċċji.", "F'dan l-istadju, mingħajr ma nidħol f'ċerti dettalji, huwa tajjeb li ngħid li b'riżultat tax--xogħol li qiegħed jagħmel dan l-uffiċju flimkien mal- merchant shipping directorate u mal-ports directorate, huwa mistenni li bejn is-sena 2004/2005 u s-sena 2006/2007 l-Awtorita' Marittima Maltija tirċievi s-somma ta' ftit iktar minn Lm2.5 miljuni mill-Unjoni Ewropea għal proġetti marbutin mal-coastal and port tracking systems, mad-digital security għall-portijiet u mal-proġett tat-TEN-T's. Dan ta' l-aħħar huwa proġett vast ħafna, li jinkorpora fih it-trasport kollu f'pajjiż, mhux biss it-trasport fuq l-art permezz tat-toroq imma anke l-possibilita' ta' żvilupp ta' trans-shipment facilities biex jgħaqqdu l-Port il-Kbir mal-port ta' Marsaxlokk.", "Dawn it-TEN-T's kienu sottomessi u maqbula madwar sentejn jew tliet snin ilu, proprju biex jassiguraw it-trasport fuq l-art permezz tat-toroq u l-konnessjoni bil-baħar bejn il-Port il-Kbir u l-port ta' Marsaxlokk.", "Fil-fatt hu mistenni li l-Awtorita' Marittima tingħata ammont ta' flus mill-Unjoni Ewropea għal dan il-għan.", "B'riżultat ta' l-għajnuna mill-Unjoni Ewropea, ser jitwaqqaf ix-shore sea centre, attivita' importanti li l-Unjoni Ewropea qiegħda tisħaq ħafna fuqha, biex kemm jista' jkun jinqata' t-trasport minn fuq it-toroq Ewropej u minflok jintuża ferm iktar il-baħar għal trasport bejn diversi partijiet tad-dinja.", "Pajjiżna huwa fiċ-ċentru ta' żewġ motorways of the seas, kif qegħdin jissejħu, u ċioe' dik li tgħaqqad lil Malta mal-Mediterran tal- lvant u tibqa' sejra f'destinazzjonijiet imbiegħda tal-lvant tal-Mediterran u l-oħra li tgħaqqad lil Malta mal-punent tal-Mediterran, ma' Ġibilta' u ma' Spanja.", "Nistennew li matul iż-żmien li ġej, din il-ħidma biex tgħaqqad anke lil Malta mal-kumplament ta' l-Ewropa, tkompli ssir.", "Għalkemm l-Awtorita' Marittima qiegħda tinvesti ammont ta' flus f'dan il-proġett, parti sostanzjali minn dawn il-flus, bejn wieħed u ieħor żewġ terzi, se jkunu qegħdin jingħataw lura mill-Unjoni Ewropea matul it-tliet snin li ġejjin.", "Fil-fatt diġa' hemm qbil li jsir underwater survey tad-diversi faċilitajiet marittimi li għandna f'pajjiżna, b'mod partikolari l-breakwaters.", "F'pajjiżna għandna diversi lqugħ fil-baħar li qegħdin hemm biex jipproteġu lill-bajjiet jew lill-portijiet.", "Nafu li uħud minn dawn il-breakwaters ilhom mibnijin għal għexieren ta' snin, u għalhekk ilhom ħafna esposti għall-effetti tal-baħar.", "Minn testijiet preliminari li kienu saru, hemm indikazzjonijiet li xi wħud minn dawn il-breakwaters, jekk mhux kollha, għandhom bżonn li jsirilhom ċertu ammont ta' investiment.", "Dan l-istudju tekniku tal-faċilitajiet marittimi fil-portijiet ta' pajjiżna qiegħed isir biex jiġi assigurat li kollox isir skond pjan u skond il-ħtiġijiet neċessarji.", "Se jkomplu jingħataw flus għat-training u għal software li jrid ikompli jintuża biex inkomplu mexjin 'il quddiem fid-diversi responsabbiltajiet li għandna.", "Hemm ukoll faċilitajiet li huma marbutin mal-perjodu ta' tranżizzjoni bejn illum u l-2007, li b'kollox jammontaw għal madwar Lm2.5 miljuni.", "Qabel ngħaddi biex nitkellem dwar id-direttorat tal-port irrid nagħmel riferenza għall-yachting directorate.", "Dan huwa wieħed mid-direttorati żgħar fi ħdan l-Awtorita' Marittima li għandu r-responsabbilita' li jassigura li l-yachting facilities li għandna f'pajjiżna jkunu up to standard.", "B'mod partikolari, dan id-direttorat jara li l-faċilitajiet tal- marinas, li huma responsabilita' diretta ta' l-Awtorita' Marittima, jkunu l- ħin kollu miżmuma kif suppost u fl-aħjar stat possibbli.", "Ta' min jgħid li l-1600 berth li għandna f'pajjiżna, kemm fis-settur privat kif ukoll fis- settur pubbliku, li huma amministrati direttament mill-Malta Maritime Authority, huma prattikament mimlija.", "Il-yachting directorate għandu 400 talba pendenti għal berth.", "Minbarra din il-pressjoni ta' xogħol fil- faċilitajiet li għandna, irridu nżommu quddiem għajnejna l-fatt li li madwar 1,300 yacht barrani jżuruna kull sena, u għalhekk irridu nassiguraw li l-ħtiġijiet tagħhom jiġu moqdija mill-faċilitajiet li għandna.", "F'dan ir-rigward wasal iż-żmien li mmorru lil hinn mill-faċilitajiet li għandna, kemm dawk tal-privat kif ukoll dawk tas-settur pubbliku.", "L- Awtorita' Marittima, flimkien ma' l-Awtorita' Maltija għall-Ippjanar u l- Ambjent, fil-ġimgħat li għaddew ħadu ħsieb li terġa' tinfetaħ id- diskussjoni dwar il-faċilitajiet li kienu diġa' maħsuba li jsiru.", "F'dak iż- żmien, l-Awtorita' Marittima flimkien mal-Planning Authority ta' dakinhar kienu identifikaw id-diversi siti li possibilment jistgħu jiġu żviluppati bħala ċentri ta' yachting.", "Dakinhar kien hawn ftit eluf ta' opri tal-baħar reġistrati f'Malta, filwaqt li llum għandna kważi 14,000 opra tal-baħar, ta' qisien differenti, reġistrati fir-reġistru tal-yachting ta' pajjiżna.", "Dawn kollha jeħtieġu li jkun hemm il-berthing, u wieħed ma jistax jippretendi li opri tal-baħar jitħallew fl-ilma fix-xhur tax-xitwa, jekk ma jkunx hemm il-protezzjoni neċessarja.", "Mr Speaker, huwa tajjeb li ngħid li wara li kien hemm revisiting ta' l- istudji li semmejt, ġie deċiż li l-proposta ta' l-1995, li kienet tolqot lil diversi bajjiet, b'mod partikolari lill-bajja tax-Xemxija, terġa' tiġi mistħarrġa.", "L-Awtorita' Marittima, flimkien mal-MEPA, qegħdin jerġgħu jikkunsidraw li hemmhekk tiġi żviluppata yacht marina oħra, mingħajr ma jsir dannu lil dawk li b'xi mod jużaw l-inħawi.", "Il-MEPA u l-MMA qegħdin fl- istadju li jaraw x'inhuma l-possibilitajiet ta' żvilupp f'dawn l-inħawi biex inkunu nistgħu noħorġu d-dokumenti neċessarji għall-konsultazzjoni, ħalli min jixtieq jagħmel xi nvestiment f'dawn l-inħawi jkun jista' jagħmel dan.", "Għamilt riferenza għall-fatt li l-yachting centres li għandna f'pajjiżna huma mimlijin.", "Kemm għall-berths fl-Imġarr f'Għawdex kif ukoll għal dawk fl-Imsida, hemm domanda kbira.", "Fil-fatt, matul is-sena li qegħdin fiha kien hemm estenzjoni ta' żewġ berths, pero' qiegħda ssir iktar pressjoni biex ikun hemm iktar estensjonijiet.", "Jekk ikun fiżikament u ambjentalment possibbli, ma neskludix il-possibilita' ta' estensjoni ta' dawn il-postijiet.", "Mr Speaker, se ngħaddi issa biex nitkellem dwar id-direttorat tal- portijiet, li jieħu ħsieb l-amminstrazzjoni fiżika tal-portijiet.", "Matul is- sena li qegħdin niddiskutu, se nkunu f'qagħda li nibdew nimplimentaw il- vessel tracking system, li hija marbuta in parte mas-sigurta'.", "Parti minnha se tkun finanzjata mill-Unjoni Ewropea, u x-xogħol qiegħed isir bejn l-Awtorita' Marittima u l-Forzi Armati, biex jiġi assigurat li it-tracking tal-vapuri li jkunu fil-portijiet u fl-inħawi ta' pajjiżna isir b'mod preċiż.", "Id-direttorattal-portijiet, b'kollaborazzjoni ma' diversi entitajiet oħrajn bħall-Pulizija, il-Forzi Armati u organizzazzjonijiet ambjentali, jinsab għaddej b'żewġ proġetti.", "Wieħed minnhom huwa t-tħaris tal-baħar mit-tniġġiż minn żjut jew sustanzi oħrajn.", "Matul is-sena li għaddiet, twaqqaf kumitat li qiegħed jikkoordina l-ħidma ta' dawn id- diversi entitajiet, biex jekk ikun hemm xi theddida ta' tniġġiż miż-żejt jew minn xi ħaġa oħra, inkunu nistgħu nużaw l-equipment li għandna u tagħmir ieħor li probabbilment se jkollna ninvestu fih matul iż-żmien li ġej biex il-possibilita' ta' tniġġiż tispiċċa.", "Grupp ieħor magħmul minn diversi entitajiet qiegħed jiltaqa' biex tissaħħaħ s-sigurta' fil-portijiet fid-diversi livelli, kemm dik marbuta mat-tniġġiż u iktar importanti, tipi oħrajn ta' sigurta'.", "Matul is-sena li għaddiet saru żviluppi importanti biex at various levels ikun hemm sistemi ta' sigurta' li jilqgħu għal possibbilta' ta' inċidenti żgħar u oħrajn ferm ikbar.", "Minbarra l-amministrazzjoni tal-port, is-sigurta' u t-tħaris mit-tniġġiż, dan id-direttorat huwa wkoll fiċ-ċentru ta' l-attivita' li qiegħda tagħmel l-Awtorita' Marittima biex iktar u iktar ħidma tkun tista' ssir fil- portijiet.", "Huwa tajjeb li ngħid li matul is-sena li għaddiet kien hawn żieda ta' madwar 6% ta' vapuri li żaru l-portijiet ta' pajjiżna.", "Dan minkejja li kien hemm tnaqqis ta' vapuri tat-turisti li żaru l-inħawi tagħha.", "Kien hemm żieda sostanzjali wkoll fin-numru ta' vapuri li għalkemm ma żarux il-portijiet tagħna, daħlu fl-inħawi ta' pajjiżna għal xi tip ta' servizz bħal bunkering jew xi servizz ieħor.", "Din il-ħidma kollha tkompli żżid ix-xogħol fil-portijiet ta' pajjiżna u fil-madwar, u fl-istess waqt tassigura li iktar ma jgħaddi ż-żmien, iktar ikun hemm ħidma effiċjenti biex il-vapuri, filwaqt li jkomplu jiżdiedu fin-numru tagħhom, jingħataw l- aħjar servizzi.", "Id-direttorat tal-port huwa wkoll involut fil- preparazzjoni għall-bidliet li jridu jseħħu fil-prattiċi tax-xogħol tal- portijiet, biex l-effiċjenza fil-portijiet tkompli tiżdied b'tali b'mod li l-klijent ikun kuntent bis-servizz li jkun qiegħed jirċievi.", "Naf li matul ix-xhur li għaddew kien hawn diversi kontroversji dwar il-fatt li l-gvern iddikjara li għall-ewwel darba fl-istorja tal-portijiet ta' pajjiżna, se jkun hemm proċess ta' tendering għall-handling tal-cargo.", "Fil- fatt, matul ix-xhur li għaddew saret il-preparazzjoni ta' din it-tender li mistenija toħroġ sa l-aħħar ta' Marzu biex il-bidliet li huma meħtieġa f'dawn l-inħawi jsiru sa l-1 ta' Lulju ta' din is-sena.", "Minbarra l- ħaddiema tax-xatt, kif inhuma magħrufa ma' kulħadd, hemm diversi gruppi oħra ta' ħaddiema fil-portijiet li kollha għandhom entrenched ċerti sistemi ta' xogħol li fis-sena 2005, m'għadhomx jagħmlu sens.", "Ghalhekk, il-bidliet li qegħdin nipproponu jridu jwasslu biex ikun hemm iktar produttivita' u effiċjenza fil-mod ta' kif isir ix-xogħol.", "Jien m'għandix dubju li l- ħaddiema f'dawn il-postijiet, flimkien mar-rappreżentanti tagħhom fil- unions, jaqblu li wasal iż-żmien li dawn il-bidliet isiru.", "Ovvjament, kull ħaddiem għandu l-interess li jkun jaf kif se jintlaqat b'mod personali minn dawn il-bidliet li qegħdin nipproponu.", "Jien nista' ngħid li madwarna għandna diversi eżempji ta' bidliet li seħħew f'portijiet oħrajn fil-Mediterran, li wasslu biex il-ħaddiema tejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom u żiedu l-introjtu.", "Bħalma jiġri kull meta jkunu se jsiru xi bidliet, hemm min qiegħed jipprova jbeżża' lil dawn il-ħaddiema bit-tnaqqis ta' xogħol u ta' income li jista' jkollhom.", "Jiena ngħid li jekk hemm garanzija ta' kif saru l-affarijiet matul is-snin li għaddew, din ġejja mill-fatt li minkejja d-diffikultajiet kollha, kien hemm żieda fil- vapuri li jżuru lil pajjiżna.", "M'għandix dubju li jekk inkunu f'qagħda li nagħtu servizz effiċjenti, se jkun hemm iktar vapuri li jżuruna.", "Għamilt riferenza b'mod partikolari għall-kunċett tax-short sea shipping.", "Irridu nżommu lilna nfusna nfurmati bl-iżviluppi ta' merkanzija li tiġi lejn l-Ewropa min-naħa ta' l-Asja, b'mod partikolari miċ-Ċina, fejn huwa mistenni li matul il-ħames snin li ġejjin l-ammont ta' merkanzija li tgħaddi mill-Mediterran għall-Ewropa trid tirdoppja.", "Għalhekk, jekk inkunu f'qagħda li nagħtu servizz tajjeb, effiċjenti, li jagħmel sens, m'għandix dubju li pajjiżna jkun jista' jintuża bħala l-hub li minnu, il-merkanzija li tinġieb lejn l-Ewropa fuq vapuri kbar, tkun tista' tiġi distribwita lejn pajjiżi oħrajn ta' l-Ewropa u ta' l-Afrika ta' Fuq.", "Jien ninsab fiduċjuż li bl-iżviluppi li se jseħħu fl-Afrika ta' Fuq, se jkun hemm il-ħtieġa ta' garanzija ta' servizz effiċjenti u tajjeb li jgħaqqad lil Malta ma' l- Afrika ta' Fuq u ma' l-Ewropa.", "Bl-istess mod, il-merkanzija li tkun ġejja minn destinazzjonijiet imbiegħda tkun tista' titwassal lejn dawn id-diversi destinazzjonijiet b'vapuri iżgħar minn dawk li jwassluha f'pajjiżna.", "Mr Speaker, m'għandix dubju li jekk inkunu preparati u jekk is-servizz li nagħtu jkun effiċjenti u tajjeb, Malta m'hijiex se titlef il- possibilitajiet li se jiżviluppaw fil-futur.", "Jien ninsab fiduċjuż li l- ħaddiema fid-diversi setturi tal-portijiet ta' pajjiżna qegħdin jifhmu l- iżviluppi li qegħdin iseħħu u se jkunu f'pożizzjoni li jgħinu biex fejn hemm bżonn il-bidla, din isseħħ fl-aħjar interess tagħhom stess.", "Nagħlaq bi ftit kummenti dwar id-direttorat tal-merchant shipping li jirrappreżenta lil pajjiżna f'pajjiżi barranin.", "Matul is-snin li għaddew, kemm-il darba enfasizzajt il-ħtieġa li dan id-direttorat mhux biss ikompli jiftaħar b'kemm għandu tunnellaġġ marbut mal-bandiera ta' pajjiżna, imma iżjed importanti minn hekk, jassigura li kull leġiżlazzjoni internazzjonali, b'mod partikolari leġiżlazzjoni mill-International Maritime Organisation, tkun osservata u li l-vapuri reġistrati taħt il- bandiera tagħna jkunu qegħdin josservawha, biex min jirreġistra l-vapuri tiegħu taħt il-bandiera Maltija jkollu l-garanzija li qiegħed jittratta ma' bandiera serja.", "Matul is-snin li għaddew, kien hemm kontroversji li laqtu lil dan id- direttorat.", "Dan huwa direttorat li qiegħed jirrapreżentana barra minn Malta b'mod tajjeb ħafna f'madwar 70 pajjiż biex jekk jinqala' xi ħaġa inkunu nistgħu nirreaġixxu malajr.", "Żgur li jekk hemm xi ħaġa li la jien u lanqas ħadd ma jista' jagħti garanzija dwarha hi li ma jinqalgħux inċidenti.", "Sfortunatament, l-inċidenti jinqalgħu dejjem.", "Illum, fl-ibħra ta' madwarna hawn ta' l-inqas żewġ inċidenti pjuttost serji, wieħed lejn il- lvant u l-ieħor lejn il-punent ta' Malta.", "Għalhekk irridu nkunu f'qagħda li nosservaw il-kundizzjonijiet u r-regolamenti internazzjonali.", "Huwa tajjeb li ngħid li llum, il-leġislazzjoni tagħna hija kompletament in line mar-regolamenti ta' l-IMO.", "Qegħdin kontinwament nagħmlu sforzi kbar biex nassiguraw li l-vapuri reġistrati taħt il-bandiera Maltija jkunu ta' l- aħjar kundizzjoni possibbli.", "Fil-fatt, kien hemm tnaqqis fit-tunnellaġġ totali reġistrat taħt il-bandiera Maltija.", "Dan se nkomplu nagħmluh biex nassiguraw li l-bandiera Maltija tkun waħda li tagħti l-aqwa garanzija ta' kwalita'.", "Matul is-sena li għaddiet, madwar 5 miljun tunnellata ta' vapuri nqatgħu mir-reġistru Malti.", "Dan ġie kompensat b'madwar 3.5 miljun tunnellata ta' vapuri ġodda li ġew reġistrati.", "Għalkemm hemm tnaqqis nett, l-indikazzjonijiet juru li se jerġa' jkun hemm żieda fir-reġistrazzjoni taħt il-bandiera Maltija, proprju għaliex diversi sidien ta' vapuri internazzjonali qegħdin jirrealizzaw li ċerti tbajja' fuq l-isem tal- bandiera Maltija minħabba inċidenti ta' vapuri reġistrati f'Malta, qegħdin jitneħħew.", "L-isforzi li għamlet l-Awtorita' Marittima f'dan ir-rigward qegħdin jagħtu r-riżultati.", "Nispera li iktar tard matul din is-sena il- bandiera Maltija titneħħa mill-black list tal-Paris Memorandum of Understanding.", "Dan huwa wieħed mill-qisien importanti għall-performance tal-bandiera Maltija.", "Nistenna li matul ix-xhur li ġejjin, ikollna riżultati pożittivi.", "F'dan ir-rigward huwa tajjeb li wieħed ikompli jenfasizza r-rwol ta' Malta bħala t-tieni l-ikbar bandiera ta' l-Unjoni Ewropea, fir-rigward tax- shipping fl-IMO u anke fl-Unjoni Ewropea.", "Riċentement kellna tnejn jew tliet okkażjonijiet fejn flimkien ma' Ċipru u l-Greċja, ħadna pożizzjonijiet mhux biex - kif forsi kien hemm min pinġiha - nippruvaw niskartaw ir-regolamenti ta' l-Unjoni Ewropea jew ta' l-IMO imma biex nissalvagwardjaw il-bandiera Maltija u x-shipping Ewropew.", "Aħna ridna nsostnu - u dan huwa kunċett li enfasizzajnih kontiwament matul is-snin li għaddew, anke fl-istess Unjoni Ewropea - li fix-shipping, wieħed ma jistax jipprova jikkontrolla l-iżviluppi li jkunu qegħdin iseħħu billi jieħu miżuri biss fil-livell reġjonali u fil-livell lokali, imma jrid jassigura li l-passi li jkunu qegħdin jittieħdu, ikunu bbażati fuq regolamenti li jmorru 'lil hinn mill-Ewropa.", "Huwa għalhekk li nsistejna u se nkomplu ninsistu li l-iktar body importanti f'dan ir-rigward għandha tkun l-IMO, li għandha regolamenti internazzjonali, li japplikaw għad-dinja kollha.", "Allura, jekk għandu jkun hemm żviluppi, dawn għandhom iseħħu f'rabta bejn l-EU u l-IMO, mhux l-EU waħedha jew l-IMO waħedha, għax inkella jista' jkun li ma nħallux vapuri tagħna jmorru f'portijiet Ewropej, u imbagħad, taħt kundizzjonijiet differenti, inħallu vapuri ta' bnadar oħrajn jidħlu, taħt ċerti kundizzjonijiet, f'dawn l-istess portjiet ta' l-Unjoni Ewropea.", "F'dan ir-rigward irridu nassiguraw li l-pożizzjonijiet li jittieħdu jkunu internazzjonali u li jmorru 'l hemm mir-reġjuni.", "Kienet għalhekk l- insistenza li għamilna aħna, Ċipru u l-Greċja dwar żewġ punti partikolari.", "Nispera li matul iż-żmien li ġej, dawn iż-żewġ punti jkomplu jiġu diskussi.", "Fir-rigward ta' wieħed minnhom, il-pożizzjoni ta' l-Unjoni Ewropea diġa' nbidlet b'mod radikali.", "Nispera li fir-rigward ta' l-ieħor, il-pożizzjoni ta' l-Unjoni Ewropea tkun tista' tinbidel ukoll matul iż-żmien li ġej.", "Nirrepeti li dan għamilnih mhux biex niskartaw mir-responsabbiltajiet tagħna imma biex nassiguraw li dmirijietna jkunu fuq l-istess level playing field tal-kumplament tal-pajjiżi Ewropej u tal-pajjiżi l-oħrajn madwar id- dinja.", "Rigward dan id-direttorat, tajjeb li nfakkar ukoll li għat-tielet darba konsekuttiva Malta reġgħet ġiet eletta fil-bord ta' l-IMO.", "Din hija indikazzjoni tal-mod ta' kif il-pajjiżi membri ta' l-IMO iħarsu lejn Malta, lejn l-MMA u lejn ir-rappreżentanti tagħna, li jieħdu sehem fid-diversi laqgħat li jsiru.", "L-MMA issoktat bil-kordinazzjoni pjuttost intensiva ma' l-International Maritime Law Institute fl-Universita', istitut li jirrappreżenta lill-IMO f'pajjiżna, li minnu iggradwaw iktar minn 200 avukat internazzjonali u li ħafna minnhom jirrappreżentaw lil pajjiżhom f'fora internazzjonali, fl-IMO, fl-ILO u f'diversi organizzazzjonijiet oħrajn.", "Dan qiegħed jgħin biex Malta, anke f'dan il-qasam tkompli ssir iktar magħrufa bħala ċ-ċentru ta' eċċellenza f'dak li huwa tagħlim tar-regolamenti u tal-leġislazzjoni marittima.", "Mr Speaker, għalissa se nagħlaq hawn biex nisma' l-kummenti tan-naħa ta' l- oppożizzjoni, imbagħad iktar tard nagħti reazzjoni tiegħi għal dak li jkun intqal.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, jekk wieħed jara l-artikli li nkitbu dan l- aħħar fil-gazzetti dwar dan il-qasam, li kien iffokat l-iktar - bħalma kien id-diskors tal-Ministru – fuq il-ports directorate, jieħu l- impressjoni li għandna sitwazzjoni ideali, li nistgħu nserrħu moħħna, meta fir-realta`, jekk wieħed jidħol fid-dettall, isib li għandna sitwazzjoni preokuppanti.", "Nistgħu naslu fl-istat fejn il-portijiet tagħna jingħalqu u pajjiżna jispiċċa jfalli minn diversi aspetti, b'detriment kbir għalina lkoll.", "Hemm bżonn li ngħidu l-verita'.", "Iva, hemm affarijiet tajbin, pero' hemm ukoll nuqqasijiet kbar li jridu jiġu rranġati biex ma niġux f'sitwazzjoni kerha li tkun ta' detriment għal pajjiżna.", "Illum smajna d-diskors tal-Ministru dwar il-proġett taċ-Ċirkewwa u ta' l- Imġarr Għawdex.", "Għalkemm qal li x-xogħol huwa lest, ma qalx li fl-2001 kien qal li dan il-proġett kellu jitlesta sas-sena 2003.", "Dan juri l- ineffiċjenza fil-Malta Maritime Authority, li hija responsabbli minn dan il- proġett.", "Il-Ministru Ċensu Galea naqas ukoll milli jgħid li fis-sena 2002 kien ħabbar li l-proġett tal-mollijiet kien se jitlesta fis-sena 2004.", "F'Lulju tas-sena l-oħra, meta suppost, skond il-mira oriġinali, il-proġett kellu jkun lest sena qabel, l-Onor.", "Ċensu Galea qal li x-xogħol kien waqa' lura u l-proġett kien se jiġi ridimensjonat.", "Huwa tajjeb li nfakkar li fid-29 ta' Awissu 2004, il-Ministru Francis Zammit Dimech kien qal li l-gvern kellu jissospendi l-proġett tal-mollijiet minħabba raġunijiet finanzjarji, filwaqt li żied li ma jemminx li l-pajjiż kellu bżonn li l-proġett tal-mollijiet ikun fuq l-iskala li oriġinarjament kien imfassal fuqha.", "Infakkar ukoll li fil-11 ta' Settembru tas-sena li għaddiet, il-Prim Ministru Gonzi kien qal li l-parti tal-proġett li għandha x'taqsam ma' l-Imġarr kienet se titlesta fl-2005, filwaqt li l-parti tal- proġett Ii għandha x'taqsam maċ-Ċirkewwa se titlesta fl-2006.", "Fis-27 ta' Settembru tas-sena l-oħra, il-Ministru Ċensu Galea kien qal li ma kienx f'pożizzjoni li jagħti dettalji preċiżi dwar il-proġett tal-mollijiet taċ- Ċirkewwa u l-Imġarr.", "Imbagħad, fit-8 ta' Ottubru kien qal li kien qiegħed isir review ta' diversi options fir-rigward ta' dan il-proġett.", "Iktar tard matul is-sena li għaddiet intqal li l-proġett kien se jkun lest sena oħra.", "Jekk wieħed jara biss il-miri f'dan il-qasam, mill-ewwel jinduna li l-Malta Maritime Authority falliet fit-targets tagħha.", "Qegħdin nitkellmu dwar il- baħar, u verament morna l-baħar!", "Kulħadd jaf li bħala gżira mdawra bil-baħar, huwa importanti ħafna li nipproteġu lill-kosta u lill-portijiet tagħna, li jipprovdu l-għixien lill- ħafna ħaddiema fil-qasam tat-turiżmu u tal-portijiet.", "Għalhekk huwa importanti li bħala gżira żgħira mdawra bil-baħar, nieħdu kull prekawzjoni u nagħmlu dak kollu li hemm bżonn biex naraw li madwarna jkollna s-sigurta' u li l-affarijiet isiru kif suppost ħalli nevitaw xi diżgrazzja li jista' jkollha konsegwenzi kbar.", "Fost l-affarijiet importanti li jsiru biex jevitaw diżgrazzji ambjentali fuq il-baħar, hemm in-navigational aids.", "Fl- annual report ta' din is-sena li qegħdin niddiskutu, issemmew ċerti affarijiet li sarulhom maintenance, biex il-Malta Maritime Authority tidher li għamlet xi ħaġa.", "Pero', fir-realta', hemm nuqqasijiet kbar, hemm ħafna affarijiet li jindikaw li min hu responsabbli, m'huwiex qiegħed jagħmel xogħlu kif suppost.", "Dawn in-nuqqasijiet jistgħu jwasslu biex ikollna diżastru li jaffettwa kemm lil dan il-qasam kif ukoll lill-industrija tat- turiżmu.", "Insemmi per eżempju l-kwestjoni tal-lighthouses.", "Intqal li saret maintenance fuq il-lighthouses, pero' jien se nsemmi s-sitwazzjoni perikoluża u tal-biki li jinsabu fiha dawn id-dwal, li jistgħu faċilment ifixklu lill-kaptani tal-bastimenti u jwasslu għal inċidenti serji.", "Pajjiżna jinsab f'din is-sitwazzjoni.", "Nibda billi nsemmi ċ-Ċirkewwa, fejn il-Ministru tant ftaħar għax issa l- mollijiet huma lesti.", "Fis-sena 2005, wieħed jistenna li l-mollijiet li saru jkunu mill-iktar effiċjenti u mill-iktar safe, iżda x'insibu?", "Id-dawl tan-north quay, li jestendi l-breakwater, qiegħed ħafna iktar baxx milli suppost.", "Min jifhem jaf li dan id-dawl għandu jkun iktar għoli, għax kif inhu, ma jidhirx.", "Xi ħaġa oħra li turi nuqqas ta' serjeta' hi li qegħdin jinxtegħlu żewġ dwal ħomor, meta suppost jixgħel dawl aħdar.", "Nafu xi jfisser meta jkun hemm dwal li ma jkunux skond ir-regoli tal-baħar?", "Se nagħti eżempju, ħalli min ma jifhimx ikun jaf x'qiegħed ngħid.", "Hemm tip ta' dwal li jindikaw li bastiment għandu jgħaddi min-naħa ta' ġewwa, iżda jekk id-dawl ikun ħażin u jkun jindika li bastiment irid jgħaddi min-naħa ta' barra, meta fin-naħa ta' barra, l-ilma jkun baxx, jispiċċa biex jinkalja.", "Il-mollijiet il-ġodda jinsabu f'din is-sitwazzjoni.", "Imbagħad nitkellmu dwar l-effiċjenza u dwar il-proġetti għall-2005!", "Insemmi wkoll il- lighthouse għolja li hemm fin-north quay taċ-Ċirkewwa, li għadha mingħajr dawl, avolja l-Ministru ġie jiftakar li x-xogħol kollu li għandu x'jaqsam mal-mollijiet, tlesta.", "Iva, il-mollijiet jinsabu f'din is-sitwazzjoni li tista' twassal għal inċidenti serji!", "Fir-rigward tal-breakwater ta' Marsascala, ta' min jgħid li l-gvern missu jikkonsulta ma' min ikun fuq il- baħar biex ikun jaf li d-dawl huwa baxx, huwa ta' periklu u m'huwiex adegwat għal dik l-approach.", "Jekk wieħed iħares lejn l-istruttura tal-lighthouse li qiegħda fid-daħla tal-Port il-Kbir, ħdejn Sant'Iermu, isib li din hija msadda.", "Pero' l-iktar ħaġa perikoluża hi li għalkemm l-indikazzjoni hi li din il-lighthouse tagħmel tliet flashes kull 15-il sekonda, fir-realta' m'huwiex qiegħed isir hekk.", "U jekk il-kaptani tal-vapuri jkollhom indikat fuq iċ-charts li l- lighthouse tagħmel tliet flashes kull 15-il sekonda, imma fir-realta' tkun taħdem b'mod differenti, x'jiġri?", "Jiġri li l-kaptani jaħsbu li dik hija lighthouse oħra, mhux il-lighthouse ta' Sant'Iermu.", "Barra minn hekk, fuq iċ-charts, din l-istess lighthouse qiegħda indikata bħala li għandha distanza ta' 15-il mil, jiġifieri tidher minn 15-il mil bogħod.", "Iżda fir-realta', minn kemm-il mil bogħod tidher din il- lighthouse?", "Mhux ta' b'xejn li qiegħed ikun hemm bastimenti li qegħdin jitfixklu l-portijiet ta' Malta!", "Mhux ta' b'xejn li qiegħed ikun hemm kaptani li mingħalihom deħlin fil-Freeport u jidħlu fil-Port il-Kbir!", "Xi ngħidu imbagħad dwar il-maintenance tal-lighthouses u tal-bagi, li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tal-persuna żbaljata.", "Huwa l-harbour master li għandu jkun responsabbli tagħhom, għax huwa intiż iktar f'dak li jkun qiegħed jiġri.", "Għalkemm fl-annual report ingħatat l-impressjoni li l-affarijiet li għandhom x'jaqsmu man-navigational aid qegħdin f'sitwazzjoni tajba, fir- realta', dawn qegħdin fi stat tal-biki, qegħdin fi stat li jistgħu joħolqu inċident, minħabba n-nuqqasijiet kbar li fihom.", "Il-poles li twaħħlu biex jindikaw periklu – li ssemmew ukoll fl-annual report – m'humiex qegħdin fil- pożizzjoni indikata fuq iċ-charts.", "Din hija xi ħaġa ta' periklu kbir, li turi nuqqas ta' professjonalita', nuqqas ta' impenn u nuqqas ta' responsabilita' min-naħa tal-Malta Maritime Authority.", "Fid-diskors li għamel illum, il-Ministru semma wkoll il-qasam tas-safety u ta' l-oil pollution prevention.", "Jiena ngħidlu li mill-paroli għall-fatti, hemm baħar jikkumbatti.", "Fir-rigward ta' l-oil pollution, allaħares tiġri diżgrazzja fil-portijiet tagħna jew fl-ibħra ta' madwarna, għax is- sitwazzjoni hija waħda mwiegħra, fejn m'hemmx koordinament.", "Lill-Ministru fakkartu li fuq dan il-punt kien ikkwotat li qal hekk, u nikkwota:", "\"We are definitely not prepared.", "An oil pollution incident would bring Malta to a standstill.\".", "Għalkemm il-Ministru stess kien ammetta li ninsabu f'din is-sitwazzjoni, fl-artikli u fid-diskorsi qiegħed jingħad li s-sitwazzjoni hija mill-aħjar, hija kontrollabbli.", "Iżda, minkejja li jingħad li għandna sezzjoni effiċjenti, ħlief taħwid u tbażwir m'hemmx!", "Għalkemm il-partit Laburista kien dam biss sentejn fil-gvern, din is- sitwazzjoni tas-safety tal-portijiet ta' pajjiżna kien ħadha bis-serjeta'.", "Permezz tal-protokoll finanzjarju Taljan, kien ġab bastimenti għal ta' l- apposta biex jilqa'għal xi diżastru bħal dan.", "Il-gvern Laburista ta' bejn l-1996 u l-1998 kien għamel contingency plan, beda sistema ta' taħriġ u kien ra li l-affarijiet jiffunzjonaw bis-serjeta'.", "Illum x'insibu?", "Insibu taħwid, insibu li m'hemm l-ebda koordinament, insibu li hemm il-periklu ta' diżgrazzja li tqiegħed lil pajjiżna f'sitwazzjoni tal-biki, li ħadd ma jixtieq li jkun fiha.", "F'dan l-annual report issemmiet ukoll is-sigurta'.", "Fil-gazzetti kemm-il darba ftaħarna li issa qegħdin nimxu mar-regolamenti ta' l-UE, iżda li nadottaw ir-regolamenti ta' l-UE, mingħajr ma nosservawhom, ma jfisser xejn.", "Ma jistax ikun li jkun hemm min jevadi r-regoli tas-sigurta' u jagħmel il-korruzzjoni, meta l-Ministru qiegħed jiftaħar li l-gvern għamel regolamenti biex ma jkunx hemm kuntrabandu u affarijiet oħrajn.", "Qiegħed nirriferi għall-frodi li saru fuq il-fuel, li hija xi ħaġa tal-mistħija.", "Meta lill-ministru responsabbli sarulu l-mistoqsijiet, wera li ma kien jaf xejn.", "Minkejja li skond ir-regolamenti ta' l-UE setgħu ttieħdu ċerti passi dwar dak li sar, peress li dawk involuti huma Nazzjonalisti magħrufa – wieħed li kull nofs siegħa beda jagħti television, ieħor li kien jaħdem l-MOBC u Cassar tal-Marsa Yard – spiċċa kollox bil-kwiet.", "Dawn huma l-passi li ttieħdu!", "Għalkemm il-Ministru ma semmiex lil Cassar tal-Marsa Yard, jien qiegħed insemmih għax kien hu l-perċimes tal-frodi tad-diesel.", "Il-gvern, minflok ħa l-passi neċessarji biex joħroġ il-verita' u biex jara kemm ġie ffrodat il-pajjiż, ipprova jiddefendi dak li ġara.", "Qal li nqabdu biss bowsers li minflok marru fuq il-bastimenti, marru f'garaxx.", "Dan m'huwiex minnu!", "Din hija biss parti mill-verita'!", "Hemm ħafna affarijiet oħrajn li baqgħu mistura.", "Skond ir-regolamenti tas-sigurta', wieħed jista' jagħmel ħafna affarijiet biex jara x'qiegħed isir.", "Għalkemm kollox baqa' mistur għax min kien involut kien tal-qalba u ħallas lid-dwana biex tagħlaq ħalqha, il-poplu għandu d-dritt li jkun jaf kemm ġie ffrodat il-pajjiż minħabba dan l- iskandlu.", "Dan il-gvern kemm-il darba ftaħar għax waqqaf il-Port Security Committee.", "Huwa tajjeb li nfakkar li l-gvern Laburista ta' bejn l-1996 u l- 1998, kien diġa' ħejja draft għat-twaqqif ta' dan il-kumitat.", "Minn hawnhekk nistaqsi jekk il-Port Security Committee għamilx inkjesta dwar dan il-każ li semmejt.", "Jekk verament għamel xogħlu sew, ra kemm kien l-ammont ta' fuel indikat meta l-bastiment telaq minn pajjiżu u kemm kien l- ammont meta dan wasal f'Malta, biex jiċċekkja jekk l-ammont ta' fuel li kien indikat li ħa setax ipoġġih fit-tankijiet tal-fuel?", "Nispera li dan ix- xogħol sar.", "Min għandu ftit esperjenza fuq il-baħar mill-ewwel ikun jaf lejn xiex għandu jħares biex jaqta' l-abbużi.", "Huwa inutli li niftaħru li daħħalna r-regolamenti tas-sigurta' in vigore, meta imbagħad naraw affarijiet bħal dawn jiġru quddiem għajnejna.", "Mr Speaker, huwa tajjeb li nsemmi wkoll abbużi oħra li qegħdin jiġru.", "Ftaħarna bil-port inspectorate, u għalkemm jiena ngħid li huwa tajjeb li jkun hemm nies imħarrġa, nistaqsi jekk hemmx nies adattati biex jagħmlu l- affarijiet kif suppost.", "Għaliex ċerti nies li għandhom l-esperjenza qegħdin jitwarrbu?", "Għaliex nies tal-port inspection u ta' l-ex-armata, li kienu kapaċi jagħmlu xogħolhom sew, ġew imwarrba?", "Se nsemmi n-nuqqasijiet kbar biex forsi jitnaqqsu dawn l-abbużi li qegħdin isiru.", "Waqt li bastiment ikun qiegħed jagħmel re-fuelling, qiegħed ikun hemm nies li jgħidulu biex jagħmel il-boat drill.", "Kemm tiswih lil bastiment biex waqt li jkun qiegħed jagħmel re-fuelling, jieqaf ħalli jagħmel il-boat drill.", "Dawn huma affarijiet tal-biki, affarijiet li ma jitwemmnux!", "Meta imbagħad ikun hemm bastimenti oħrajn li wieħed verament ikollu għal xiex iwaqqafhom, jidħlu fil-port u jħallsu għall-overtime biex ir-refuelling jagħmluh is-Sibt u l-Ħadd, għax f'dawn il-ġranet ħadd ma jmur jispezzjonahom.", "Dawn huma l-abbużi serji li qegħdin iseħħu fil-port.", "Jien nitlob lill-Ministru biex jgħidilna min huma l-uffiċjali li qegħdin jiċċekkjaw il-bunkering operation, il-carriage of dangered goods u l- pollution prevention, biex inkunu nafu xi kwalifiki għandhom ħalli naraw kif qegħdin isiru l-affarijiet.", "Il-Ministru għamel riferenza wkoll għall-vessel traffic system.", "L- indikazzjoni tal-gvern hi li se jkun hemm nies ta' l-armata li se jkunu qegħdin jagħmlu dan ix-xogħol.", "Fil-pajjiż hawn nies professjonali, bħal ex- radio officers.", "Għalhekk jien nappella lill-Ministru biex idur fuq dawn in- nies, li huma professjonali f'dan il-qasam, li minħabba l-esperjenza li għandhom, m'għandhomx bżonn ta' ħafna taħriġ.", "Għalfejn narmuhom lil nies bħal dawn, li jistgħu jagħtu xogħol siewi lil pajjiżna?", "Hemm affarijiet oħrajn li wieħed jista' jdaħħal lill-armata fihom.", "Hemm is- sistema ta' l-AIS Life, li permezz tar-radar, wieħed ikun jaf mhux biss id- distanza ta' bastiment imma jkun jaf ukoll id-dettalji tiegħu.", "M'huwiex biżżejjed li jsiru l-affarijiet l-iktar importanti.", "Hemm bżonn ukoll li jkun hemm nies kapaċi u bl-esperjenza li jkunu qegħdin jagħmlu dawn l- affarijiet.", "Fil-kwestjoni tal-computers li permezz tagħhom wieħed seta' jkun jaf fejn qegħdin il-bastimenti fil-port, insibu li għal ħafna żmien kien hemm sitwazzjoni fejn fuq il-computer, il-bastiment kien ikun indikat li għadu fil-berth, meta fil-fatt ikun diġa' ħareġ mill-port.", "L-importanti m'huwiex li jkun hemm sistema imma li din titħaddem b'mod effiċjenti, minn persuni kapaċi li jagħmlu dan ix-xogħol.", "Jien nistaqsi jekk minkejja l-ftaħir kollu li sar dwar il-fatt li l- portijiet tagħna mexjin fuq ir-rubini, sarx risk assessment?", "Jekk dan sar, nitlob lill-Malta Maritime Authority biex ma toqgħodx iddur mal-lewża imma tpoġġih fuq il-Mejda tal-Kamra ħalli l-poplu Malti u Għawdxi jkun jaf x'riskji għandna.", "Fil-portijiet tagħna għandna riskji serji, li qegħdin joħolqu l-possibilita' ta' diżgrazzji kbar.", "Per eżempju fir-rigward tal- bastimenti tal-passiġġieri li qegħdin jidħlu f'pajjiżna, li jġorru madwar 3,000 passiġġier, li f'ċerti żminijiet qiegħed ikun hemm diffikulta biex jorbtu fil-port, x'risk assessment sar?", "X'risk assessment sar ta' bastimenti tal-gwerra li jorbtu ħdejn il-yachts?", "X'risk assessment sar dwar il-fatt li bastimenti tat-turisti jorbtu fid-deep water quay?", "Id-deep water quay ingħata t-tarmac, għax dak huwa xi ħaġa li tidher, imma jekk wieħed joħroġ ftit 'il barra mid-deep water quay jkun jista' jara f'liema sitwazzjoni perikoluża u tal-biki jinsab fiha.", "Meta jkun il- maltemp, minn taħt il-moll joħroġ iż-żejt.", "Għalkemm insemmi ħafna lill- ambjent, dawn l-affarijiet ma nagħtux kashom!", "Sempliċiment bollard li kienet tqaċċtet fl-1989, għadha nieqsa.", "Ejjew insemmu l-area fejn jgħabbu l-patata, fejn hemm ħafna vapuri mgħarrqin.", "F'dan ir-rigward il-gvern qal li kellu problema għax ma setax itella' lil dawn il-bastimenti minn qiegħ il-baħar, minħabba kwestjonijiet legali li kellu mas-sidien.", "Min-naħa tagħna konna għednielu biex jilleġiżla, u aħna nkunu warajh, għax din hija sitwazzjoni tal-biki.", "Hemm bżonn li hemmhekk jiġi cleared u utilizzat, iżda minkejja li lill-gvern tajnih l-id tal-ħbiberija, baqa' m'għamel xejn.", "Kien qal li fi ftit ġranet kien se jkollu risposta, iżda għaddew xhur u għadu ma sar xejn.", "Anke l-Menqa, fil-Marsa, tinsab f'sitwazzjoni tal-biki u ta' periklu.", "Hemmhekk jidħlu bastimenti biex jieħdu ż-żejt ħalli jagħtu l-bunkering.", "Jekk wieħed jitla' fuq il-mollijiet jara x'periklu kbir hemm, li jista' jwassal għal diżgrazzji.", "Dan minbarra ċ-'ċimiterju' li hemm tal-karozzi tal-linja li m'għadhomx jintużaw!", "Kif jista' jkun li port serju jispiċċa jintuża biex jitqiegħdu l-karozzi tal-linja milli għas-safety f'attivita' ta' ċerta importanza?", "F'Ras Ħanżir, fejn il-bastimenti li jagħtu bunkering jieħdu l-fuel minn hemm, is-sitwazzjoni wkoll hija tal-biki.", "Xi ngħidu imbagħad għal Marsaxlokk, għall-moll li jissejjaħ ix-shell pier, li wkoll jinsab f'sitwazzjoni perikoluża.", "Hemmhekk sar risk assessment?", "Poġġulna l-karti fuq il-Mejda, ħalli naraw x'inhi s-sitwazzjoni!", "Sar risk assessment għat- 31st March dolphin ta' Birżebbugia, fejn minn hemm jinżel ħafna fuel li jista' jkun ta' periklu kbir għall-ambjent u għall-portijiet ta' pajjiżna?", "Insemmi wkoll il-breakwater ta' Marsaxlokk, fejn hemm l-Enemalta, li dwaru, l-Onor.", "Mario Galea kien għamel mistoqsija għax bil-ħsara kien u bil-ħsara baqa'.", "Din hija r-realta' ta' dan il-pajjiż!", "Jien m'hu qiegħed nivvinta xejn!", "Din hija r-realta' li tista' twassal għal diżastru f'dan il-qasam tant importanti għall-pajjiżna!", "Nistaqsi wkoll jekk sarx risk assessment fil-Freeport, għax wara kollox, ir- responsabbilta' tas-sigurta' fil-qasam tad-dredging hija tal-gvern.", "F'dan ir-rigward tajjeb li ngħid li bastimenti ta' madwar 300 metru, li jiżnu madwar 100,000 tunnellata u bastimenti li l-pixka tagħhom tkun ta' 14-il metru jew aktar, daħlu kemm-il darba fl-area tal-Freeport.", "Issa hemm ukoll il-ħsieb li f'dik l-area jibdew jiġu bastimenti li huma twal bejn 300 metru u 338 metru, li jieħdu 8,000 container, u bastimenti li jġorru 10,000 container.", "X'risk assessment sar biex naraw li ma jkollniex xi diżgrazzja?", "Min ser jerfa' r-responsabbilta'?", "Huwa komdu li nitfgħu r- responsabbilta' fuq il-pilots, għax dejjem il-pilots ilaqqtuha!", "Huwa tajjeb li niġbed l-attenzjoni ta' min ma jifhimx li meta fil-Freeport ikun hemm bastiment bħal dan, fit-tankijiet tiegħu jkun qiegħed iġorr madwar 9,000 tunnellata ta' fuel.", "Żgur li jekk issir disgrazzja, pajjiżna jispiċċa fi stat katastrofiku.", "Meta nsemmi lill-Freeport ma nistax ma nsemmix li meta dan ġie privatizzat, ingħatat area li setgħet faċilment tiġi użata għal xogħol ieħor li għandu x'jaqsam mal-baħar.", "Għaliex din l-area ngħatat lill-Freeport?", "Qiegħed ngħid dan għax fi żmien gvern Laburista ta' bejn l-1996 u l-1998, kien tlesta studju biex dik l-area, li fiha madwar 160 tomna, tingħata għal proġett li għandu x'jaqsam mal-baħar, li kien se joħloq madwar 1,500 impjieg.", "Iżda x'ġara?", "Tela' l-partit Nazzjonalista fil-gvern u mid-dehra ntesa kollox.", "Din l-art ingħatat lill-Freeport u l-proġett li seta' ħoloq madwar 1,500 impjieg, spiċċa fix-xejn.", "Kif kulħadd jaf, il-cargo li jrid jgħaddi mill-gżira tagħna qiegħed jiżdied b'mod qawwi.", "Għalhekk huwa importanti li nutilizzaw kull rokna tal- portijiet tagħna.", "Kemm verament qegħdin nutilizzaw kull rokna tal- portijiet ta' pajjiżna?", "M'iniex qiegħed ngħid hekk biex nipprova nimpressjona lil xi ħadd.", "Jien nistieden lill-poplu Malti u Għawdex biex imur idur dawra mal-portijiet u jara kemm hemm areas dilapidati, li fuqhom seta' jsir żvilupp fil-qasam marittimu, iżda baqgħu mwarrba, biex ma nsemmix l-istat ta' periklu li jinsabu fih.", "Fil-portijiet ta' pajjiżna jistgħu jittieħdu ċerti miżuri biex jilqgħu għall-maltemp.", "Per eżempju, fejn Sant'Iermu jista' jsir ilqugħ, kif kien hemm qabel, bħal tip ta' ankri tal-concrete li jnaqqsu lill-maltemp milli jidħol fil-portijiet u għalhekk ċerti mollijiet ikunu jistgħu jiġu użati.", "Mr Speaker, għalkemm semmejna ħafna affarijiet sbieħ, l-affarijiet li verament qegħdin jinkwetaw lil min jifhem f'dan il-qasam, qatt ma jissemmew.", "L-unika ħaġa li tissemma' fir-rigward tal-portijiet hi li donnu li fil-portijiet ta' Malta u Għawdex, kulma hemm bżonn hija sempliċement ir- riforma fil-cargo handling.", "F'dan ir-rigward irrid ngħid li riforma fil- cargo handling ma tfisser xejn għajr it-tneħħija tal-monopolju.", "Jekk jitneħħa l-monopolju, ċerti affarijiet jispiċċaw.", "Jien nemmen li iva, wieħed irid jirrikonsidra li ċerti prattiċi jkunu aktar effiċjenti u kompetittivi, pero' din m'hijiex il-kwestjoni kollha li għandha x'taqsam mal-portijiet.", "Il-gvern kien ibbaża l-prinċipju tiegħu li l-port jimxi 'l quddiem billi jneħħi l-monopolju, meta imbagħad kien hu stess li ta l- monopolju lill-Freeport, fejn ħadd ma jista jikkompeti biex jagħmel l- istess xogħol li jagħmel il-Freeport.", "Biex jirredikola lill-Maltin u lill- Għawdxin, eskluda lill-port ta' Brindisi, li m'huwiex ta' theddida u allura m'huwiex qiegħed jitqies bħala li qiegħed jikkompeti mal-Freeport.", "Dażgur, dak il-port dejn għandu, li ħallas għalih il-gvern Malti!", "Mr Speaker, saru bosta akkużi dwar il-fatt li l-ħaddiema tal-portijiet ma ġewx imħarrġa, fejn it-tort intefa' fuq il-GWU.", "Suppost li 10% mill- profitt tal-kooperattiva tal-pilots qiegħed jgħaddi għand l-awtorita' biex tħarreġ lin-nies f'dan il-qasam, imma fir-realta', l-awtorita' lanqas ċenteżmu wieħed ma nefqet f'dan ir-rigward.", "Bħas-soltu, ngħidu mod u fir- realta' ikun qiegħed jiġri mod ieħor!", "Ngħaddi issa biex nagħmel riferenza għall-MCAST, fejn isiru l-korsijiet li għandhom x'jaqsmu mal-qasam tal-baħar.", "Se nsemmi l-burokrazija u affarijiet li ma jitwemmnux!", "Ngħidu li aħna avvanzati, li rridu nħarrġu lill-baħħara, li rridu li l-baħħara tagħna jkunu kwalifikati u jżommu dejjem up to date mas-sitwazzjoni attwali, imbagħad insibu li biex wieħed jirrevoka ċertfikat tal-GMDSS - ċertifikat li għandu x'jaqsam mas-safety - irid iħallas Lm50.", "Fl-Ingilterra, fejn hemm pagi ħafna iktar għoljin minn tagħna, biex wieħed jirrevoka ċertifikat ta' master mariner, irid iħallas biss Lm30.", "Xi ngħidu imbagħad għall-fees tal-korsijiet l-oħrajn u għall-mod ta' kif qegħdin isiru l-korsijiet, fejn meta jispiċċa l-kors ikun għad fadal ħafna żmien biex wieħed joqgħod għall-eżamijiet u allura jispiċċa biex ikollu jagħmel refresher course qabel joqgħod għall-eżami.", "Din hija s-sitwazzjoni tal-biki li jinsab fiha dan il-qasam.", "Ma jistax ikun li dawn l-affarijiet inħalluhom għaddejjin qisu m'hu qiegħed jiġri xejn.", "Hija r-responsabbilta' tiegħi ukoll, bħala l-kelliem responsabbli għan-naħa ta' l-Oppożizzjoni, li niġbed l-attenzjoni għal dawn in-nuqqasijiet serji li hemm fil-portijiet ta' pajjiżna.", "Inkun irresponsabbli kieku ma niġbidx l-attenzjoni għal dawn in-nuqqasijiet, għax jekk allaħares qatt jiġri xi inċident li jista' jkun kaġun tal-mewt jew l-ħajja ta' pajjiżna...!", "Barra minn hekk, dan il- qasam jaffettwa ħafna lill-introjtu ta' pajjiżna, u għalhekk inkun irresponsabbli jekk ma niġbidx l-attenzjoni, iktar u iktar għax għandi ftit ta' l-esperjenza u kont imħarreġ f'dan il-qasam.", "Meta wieħed ikun fis-sitwazzjoni tiegħi, ikollu responsabbilta' ikbar, iktar u iktar meta jkun hemm master mariners li jiġbduli l-attenzjoni għal dawn in-nuqqasijiet serji li hawn fil-portijiet ta' pajjiżna, li jistgħu jwasslu għal diżastru.", "Kemm bħala kelliem ta' l-oppożizzjoni kif ukoll bħala persuna li għandi ftit esperjenza f'dan il-qasam, jien nista' nifhem il-preokkupazzjoni ta' min hu nvolut f'dan il-qasam.", "Ejjew bis-serjeta' naraw kif se nsolvu dawn il-problemi.", "Ejjew ma noqogħdux nuru affarijiet sbieħ, biex fir-realta' nsibu li għandna problemi serji, li jekk ma neħdux ħsiebhom, jista' jkollhom konsegwenzi koroh, li jistgħu jfissru ħafna għall- pajjiż, għaċ-ċittadini kollha Maltin u Għawdxin.", "Nirringrazzjak.", "THE DEPUTY SPEAKER : Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Jose' Herrera.", "ONOR.", "JOSE' HERRERA: Sur President, bħas-soltu, jien inħobb li meta nitkellem dwar l-estimi, nipprova nagħmel analiżi u kritika ta' kif l- istess estimi jkunu ġew proposti, filwaqt li nipprova noħroġ xi osservazzjonijiet.", "Se nittratta l-ewwel dwar l-estimi ta' l-Awtorita' Marittima b'mod ġenerali, imbagħad nanalizza l-estimi għat-tliet direttorati ta' l-awtorita'.", "L-estimi għas-sena 2004-2005 qegħdin jagħtu stampa kemmxejn aħjar minn dik tas-sena l-oħra.", "Fil-fatt, għas-sena 2003-2004, l-estimi kienu juru li l- awtorita' kellha tagħmel telf ta' madwar Lm174,000, wara li tkun tat - skond kif spjegat lili dak iż-żmien - Lm500,000 bħala appropriation lill- gvern.", "Fil-fatt, dejjem skond kif jirriżultali minn dawn l-estimi, l-awtorita' spiċċat biex mhux talli m'għamlitx telf, talli għamlet qligħ ta' Lm0.5 miljun, minbarra l-Lm0.5 miljun li tat lill-gvern.", "Fis-sena li għaddiet kien stmat li l-awtorita' taqla' Lm320,000), meta fil-fatt qalgħet madwar Lm1 miljun, li Lm0.5 miljun minnhom żammithom hi, fejn probabbilment marru f'accumulated reserves account tagħha u Lm0.5 miljun marru għand il-gvern.", "Kull sena, jien nikkompara l-estimi mas-sena ta' qabel.", "Fis-sena l-oħra kont għedt li l-estimi ma kienux daqstant realistiċi, kemm dawk ta' l- awtorita' kollha kif ukoll dawk tad-diversi direttorati.", "Jista' jkun li l- fatt li l-estimi kienu qegħdin juru telf ta' Lm174,000, meta fir-realta' l- awtorita' għamlet qligħ ta' 'l fuq minn Lm1 miljun seħħ biex għall-ewwel wieħed jgħid li l-affarijiet ma jidhrux daqstant tajbin, imbagħad wara, meta l-affarijiet imorru għall-aħjar, ikun jista' jgħid li l-gvern mexa tajjeb għax l-awtorita' marret ħafna aħjar milli kien maħsub.", "Anke għal din is-sena, l-estimi m'humiex daqstant realistiċi.", "Meta wieħed jerġa' jagħmel comparison ma' l-estimi tas-sena 2003, jista' jikkonkludi li jekk is-sena l-oħra morna żmerċ bi 300%, allura l-estimi huma ħżiena, kif se nuri.", "Is-sena l-oħra kien stmat li jkun hemm surplus ta' Lm325,000, għax kif għedt qabel, l-awtorita' kienet se titlef xi Lm174,000, minbarra l- Lm0.5 miljun li jieħu l-gvern.", "Allura Lm0.5 miljun minus Lm174,000 equals Lm325,000, jiġifieri għas-sena l-oħra kien stmat li l-qligħ ta' l-awtorita' kien se jkun sa Lm325,000.", "Fil-fatt, kif spjegajt, il-qligħ kien ta' aktar minn Lm1miljun.", "Din is-sena qiegħed jiġi stmat li se jkun hemm surplus ta' Lm342,000, pero', l-ammont li se jiġi approprijat lejn il-gvern se jkun biss ta' Lm250,000.", "Allura, jekk ngħoddu Lm250,000 u Lm342,000, din is- sena l-awtorita' se tagħmel gross surplus ta' ftit anqas minn Lm600,000, jiġifieri 40% anqas mis-sena l-oħra.", "Din hija xi ħaġa dubjuża u wieħed irid jara għaliex se jiġri hekk.", "Barra minn hekk, jekk f'din is-sena huwa stmat li se jkun hemm aktar introjtu, għaliex l-ammont ta' flus li għandu jiġi approrijat mill-gvern, minflok huma Lm0.5 miljun, bħas-sena l-oħra, huma Lm250,000 ?", "Is-sena l- oħra, apparti li kien qiegħed jidher telf, xorta kienu se jingħataw Lm0.5 miljun bħala appropriation lill-gvern u għal din is-sena, minkejja li l- istampa tidher kemmxejn aħjar, l-ammont li se jingħata lill-gvern huwa inqas.", "Jien naħseb li jista' jkun li minħabba l-ispiża kapitali li se ssir, li hija stmata li tkun 'l fuq minn Lm5 miljuni, hemm bżonn li r- riservi ta' l-awtorita' jissaħħu xi ftit .", "Il-ports directorate, flimkien mal-merchant shipping directorate huwa wieħed miż-żewġ direttorati ewlenin ta' l-awtorita'.", "Din is-sena huwa stmat li dan id-direttorat jagħmel telf nett ta' Lm740,000.", "F'dan ir- rigward ukoll ngħid li din il-figura tista' ma tkunx daqstant realistika meta kkumparata ma' dak li kien qiegħed jiġi previst għas-sena 2003-2004.", "F'dak iż-żmien, id-direttorat suppost li għamel telf ta' aktar ta' Lm0.5 miljun.", "F'din is-sena rriżulta li fil-fatt, it-telf li sar, kien ta' Lm160,000, li jfisser li t-telf proġettat kien tliet darbiet u kwart iktar minn dak li fil-fatt kien.", "F'din is-sena, it-telf proġettat huwa ferm akbar.", "Kemm il-projections tas-sena l-oħra kif ukoll dawk tas-sena ta' qabel ma jirriflettux dak li fil-fatt ġara.", "Ħadd m'hu profeta, ħadd ma jista' jgħid x'se jiġri bl-eżatt, pero' l-iskop li jkun hemm projections u estimi hu li wieħed ikun viċin ir-realta' kemm jista' jkun.", "Huwa għalhekk li l-estimi jitressqu quddiem il-parlament, biex dan jiskrutinizza l-mod ta' kif qiegħed isir l-infiq.", "Meta jkun hemm diskrepanza kbira bejn dak li jkun ġie proġettat u dak li jkun attwalment seħħ, allura wieħed bi dritt jgħid li l-estimi ma kinux daqstant korretti għax il-varjazzjonijiet kienu sostanzjali.", "Din hija l-kritika li nagħmel minn sena għal sena.", "L-introjtu ta' dan id- direttorat, skond kif inhu proġettat, huwa bejn wieħed u ieħor bħal tas- snin ta' qabel, jiġifieri fejn is-sena l-oħra, l-introjtu attwali kien ta' Lm1,352,000, din is-sena huwa proġettat li jkun Lm1,381,000.", "Li se jiżdied, li hemm sostanzjalment differenti mis-sena l-oħra, u forsi għalhekk jidher li dan id-direttorat se jitlef aktar flus mis-sena l-oħra, huma l-ispejjeż sinifikanti li hu maħsub li se jagħmel dan id-direttorat.", "Fil-fatt, huwa stmat li dan id-direttorat se jinkorri madwar Lm2,100,000 fi spejjeż għas-sena li ġejja, li huwa ammont sostanzjali.", "Is-sena l-oħra, l- ispiża kienet ta' Lm1.5 miljun, jiġifieri huwa proġettat li n-nefqa għal din is-sena tkun ta' Lm600,000 aktar.", "Huwa għalhekk li t-telf proġettat huwa ta' Lm740,000.", "Għaliex din iż-żieda fl-ispejjeż?", "Jidher li l-administration expenses se jiżdiedu minn Lm490,000 għal Lm800,000.", "Fil-cost centres kollha tad- direttorat se jkun hemm żidiet sostanzjali.", "Qegħdin ngħidu li se jintefqu Lm600,000 aktar mis-sena l-oħra.", "Kemm dan ikun realistiku jew le, wieħed għad irid jara għax dak li kien proġettat li se jintefaq kien aktar minn dak li fil-fatt intefaq.", "Peress li ssemmiet ir-riforma li qiegħda ssir, wieħed jimmaġina li parti minn dawn l-ispejjeż hija riżultat tar-riformi li ser isiru.", "Fl-opinjoni tiegħi, il-qabża ta' kważi d-doppju fi spejjeż amministrattivi timmerita aktar profondita' u ġustifikazzjoni.", "Għalhekk, il-Ministru, meta jkollu l-opportunita' li jirribatti, forsi jkun jista' jagħti spjegazzjoni.", "Ovvjament, jien m'iniex qiegħed immexxi lill-awtorita'.", "Kulma jkolli quddiemi huma l-estimi.", "Xi jkun hemm wara l-figuri u wara s-somom indikati, jien ma nkunx naf.", "Dan huwa l-eżerċizzju ta' dan il-parlament, ta' dan il-kumitat, u ċioe' li jiskrutinizza u jistaqsi dan it-tip ta' domandi.", "Waħda mid-domandi li qiegħed nagħmel hija kif se tiġi ġustifikata l-qabża ta' kważi 100% fl-ispejjeż amministrattivi ta' dan id-direttorat u ż-żidiet sostanzjali fil-cost centres kollha.", "Sur President, l-ikbar direttorat fi ħdan l-Awtorita' Marittima Maltija huwa dak tal-merchant shipping, li huwa l-kontributur finanzjarju ewlieni ta' l-awtorita'.", "Fil-fatt huwa stmat li f'din is-sena, dan id-direttorat jikkontribwixxi madwar Lm1 miljun lis-surplus ta' l-awtorita'.", "Ta' min jinnota li s-sena l-oħra, dan id-direttorat għamel Lm1,437,000 fi profitti, filwaqt li l-istima ta' l-istess profitti kienet ta' Lm1,178,000, jiġifieri dan id-direttorat qala' Lm300,000, madwar 22% aktar minn dak proġettat.", "F'din is-sena qiegħed jingħad li dan id-direttorat se jaqla' madwar Lm1 miljun.", "Jien ngħid allaħares jaqla' madwar Lm1 miljun biss meta s-sena l- oħra qala' kważi Lm1.5 miljun, għax allura l-merchant shipping directorate jkun qed jitlef terz mill-introjtu tiegħu.", "Pero' imbagħad fl-istess nifs jista' jingħad li s-sena l-oħra kien stmat li se jaqla' Lm1 miljun biss u qala' ferm aktar.", "Allura din is-sena se jiġri l-istess?", "Żgur li din is-sena se mmorru agħar mis-snin ta' qabel.", "Meta kont qiegħed nitkellem mal-Ministru, għamilt żball żgħir meta ppruvajt nara t-tunnellaġġ ta' vapuri reġistrati f'Malta mill-estimi, għax din l-informazzjoni ma tirriżultax fl-estimi proprji imma tidher f'rapport, li huwa parti mill- estimi, li sfortunatament ma ngħatajtx kopja tiegħu.", "Jien għamilt riċerka informali u għamilt diversi domandi lill-Ministru, bħal jekk it-tunellaġġ ta' vapuri reġistrati f'Malta żdiedx jew naqasx, kemm kien hemm vapuri li kkanċellaw ir-reġistrazzjoni tagħhom mal-bandiera Maltija u domandi oħrajn relatati.", "Ir-risposta tal-Ministru kienet li din l-informazzjoni qiegħda fl- estimi.", "Fil-fatt, għandu raġun, għax din l-informazzjoni qiegħda fid- dokument li huwa parti mill-estimi, id-dokument li jien ma kellix !", "F'dawn l-aħħar ftit snin kien hemm tnaqqis fil-persentaġġ tal-vapuri li kienu qegħdin jiġu reġistrati f'Malta.", "Sa erba' snin ilu, mhux talli konna qegħdin inżidu l-ammont ta' vapuri reġistrati f'Malta kull sena, talli l-persentaġġ ta' awment kien qiegħed jiżdied ukoll.", "Konna wasalna f'punt fejn pajjiżna kien it-tielet jew ir-raba' l-iktar reġistru popolari fid-dinja.", "Din hija xi ħaġa tajba.", "Kif jgħidu ż-żewġ naħat tal-Kamra, pajjiżna huwa żgħir.", "Għalhekk, biex ngħixu rridu noħolqu niċeċ ta' industriji u nsaħħu lill-industrija tas-servizzi, kemm dawk finanzjarji kif ukoll servizzi oħrajn.", "Dan għaliex sfortunatament, l-industrija tradizzjonali tal-manifattura, li kienet timpjega ħafna nies, qiegħda taffronta ħafna kompetizzjoni minn pajjiżi ġganti li għandhom cheap labour, kif fuq kollox qiegħed jiġrilhom l- industriji f'ħafna pajjiżi fl-Ewropa.", "Għalhekk, filwaqt li nippruvaw nżommu dak li għandna, irridu nħarsu lejn il-futur.", "Żgur li dawn in-niċeċ ta' servizzi li dejjem kellna, irridu nibżgħu għalihom.", "L-industrija tar- reġistrazzjoni tal-vapuri hija waħda minnhom.", "Hija niċċa li tiġġenera ammont ta' flus, mhux biss minħabba s-surplus li tagħti lill-awtorita' imma anke minħabba l-mijiet, jew mhux eluf, ta' nies li l-għixien tagħhom jiddependi minnha.", "Hemm ħafna avukati, accountants, managers, segretarji, li huma impjegati f'uffiċini fejn ix-xogħol ewlieni tagħhom hu r- reġistrazzjoni ta' vapuri u xogħol anċillari ma' dan.", "Wieħed mill-impatti pjuttost negattivi tas-sħubija ta' Malta fl-UE kien proprju dan, li qlajna daqqa ta' ħarta fir-rigward tar-reġistrazzjoni ta' vapuri.", "Illum m'għandix ħin biżżejjed, pero' darb'oħra jkolli l- opportunita' li nagħmel analiżi akkurata u dettaljata ta' x'kienu l-fatturi ewlenin li qegħdin iwasslu għal dan.", "Meta wieħed jibda jirrestrinġi ftit il-leġiżlazzjoni li jkollu, meta wieħed jipprova jagħmel il-liġi tagħna aktar analoga ma' leġislazzjonijiet simili fl-UE, inqas se jibqagħlu inċentivi differenti x'joffri.", "Ovvjament, dan jissarraf f'telf ta' xogħol.", "M'iniex qiegħed inkun allarmanti, m'iniex qiegħed ngħid li t- tnaqqis kien xi wieħed drakonjan, pero' l-fatt li hemm tnaqqis, fl-opinjoni tiegħi huwa inkwetanti ħafna.", "Għalkemm l-introjtu se jonqos, min-naħa l-oħra, l-ispejjeż huma proġettati li jiżdiedu.", "Fil-fatt, għas-sena 2003-2004, l-ispejjeż kienu stmati li se jkunu Lm2,120,000, meta fil-fatt intefqu Lm1,695,000 miljun, jiġifieri Lm0.5 miljun inqas minn dak proġettat.", "Għal din is-sena qiegħed jerġa' jingħad li se jintefqu aktar minn Lm2 miljuni.", "Allaħares f'din is-sena jintefqu Lm2 miljuni, pero', jekk fis-sena l-oħra ntefqu Lm320,000 inqas, ma tkunx idea ħażina kieku naraw għaliex f'din is-sena se jintefqu daqstant flus aktar.", "L-iżgħar direttorat huwa dak tal-yachting, li wkoll jagħti surplus ta' madwar Lm300,000 fis-sena lill-awtorita'.", "F'dan ir-rigward ma qgħadtx nagħmel analiżi profonda għax donnu li kull sena, l-ammont ta' flus li jdaħħal dan id-direttorat jibqa' ta' madwar Lm300,000, peress li l-ammont ta' berthing sites f'dawn l-aħħar snin ma nbidilx b'xi mod drastiku.", "Fil- fatt, m'għandnix biżżejjed irmiġġi għad-domanda li hemm.", "Jien għandi daqsxejn ta' affiljazzjoni ma' persuni fil-qasam tal-yaching, peress li jien dilettant, għandi boat tiegħi u allura għandi ħafna ħbieb li qegħdin f'dan iċ-ċirku.", "L-ewwelnett għandu jingħad – u jidher li huwa proġettat li ssir xi ħaġa – li l-yacht marinas ta' pajjiżna qegħdin jaqgħu lura.", "Kien hemm żmien meta dawn lanqas biss kienu yacht marinas, kienu biss irmiġġ, għax il-kunċett ta' yacht marina bħal ta' Saint Tropez daħal f'dawn l-aħħar ħmistax-il sena.", "Il-yachting f'Malta twieled b'mod naturali, ma kienx xi opra ta' xi gvern, la tal-partit Nazzjonalista u lanqas tal-partit Laburista.", "Kienet xi ħaġa li żviluppat waħedha, peress li pajjiżna qiegħed f'post ċentrali ħafna, u billi l-pajjiżi tan-North Africa ma kinux popolari, ftit kienu dawk il-yachts li kienu jmorru f'Tuneż jew fil-Libja.", "Mill-banda l-oħra, il-Greċja hija pjuttost 'il bogħod għall-yacths iż-żgħar, u allura ħafna yachters mill-Italja jew minn Franza li kienu jħobbu jduru mal-Mediterran, kienu jiġu f'Malta.", "Barra minn hekk, il-Maltin stess kienu dilettanti ħafna u allura, b'mod naturali, pajjiżna sar ċentru tal-yachting.", "Pero' yacht marinas proprji qatt ma kien hawn.", "Meta wieħed isiefer jirrejalizza l-livell għoli ta' yacht marinas f'pajjiżi barranin, anke fit- Tuneżija, li tradizzjonalment ma kenitx xi ċentru tal-yachting imma grazzi għall-investiment kapitali kbir li għamlet, illum għandha yacht marinas li kważi jġiegħluna nistħu.", "F'pajjiżna hawn yacht marinas żgħar, bħalma hija dik ta' Portomaso, li hija waħda privata.", "Kien hemm il-ħsieb li ssir yacht marina f'Għawdex.", "Fil-yacht marinas tan-naħa tal-Kottonera sar xogħol sostanzjali u almenu se jkun hemm fejn isorġu s-super yachts, għax sa ftit żmien ilu, pajjiżna ma kienx kapaċi jilqa' għall-isfida tas-super yachts, li jħallu ħafna flus.", "Fl-opinjoni tiegħi, lil dan id-direttorat li huwa żgħir, irridu nkabbruh għax il-yachting huwa wieħed minn dawk in-niċeċ li jiġġenera ħafna xogħol.", "L-ewwelnett hemm ħafna ship chandling, negozji u nies involuti f'dan it-tip ta' xogħol li qegħdin ifaqqsu kullimkien.", "Magħhom jidħlu l-insurances, is- services providers, eċċ. In-nies tal-yachting huma nies tal-flus, huma tip ta' turisti li pajjiżna jixtieq jattira lejh.", "Huwa inutli li noqogħdu ngħidu li għandna ħafna turisti.", "Jista' jkun hawn 100,000 turist, imma jekk dawk ikunu studenti u allura ma jkunux kapaċi jinjettaw il-flus f'dan il-pajjiż, xorta ma nkunux qegħdin nagħmlu gwadann.", "Huwa tajjeb li jkun hawn dawn it-turisti kollha, pero', in-nies involuti fil-yachting, speċjalment fis-super yachts, huma nies bi flus kbar.", "Għalhekk naħseb li għandna nagħmlu sforz straordinarju biex nipproġettaw lil pajjiżna, illum aktar minn qatt qabel.", "Dan l-aħħar attendejt bħala parti minn delegazzjoni fil-Libja, flimkien mal- kollegi tiegħi membri tal-kumitat għall-affarijiet barranin u Ewropej, fejn fost affarijiet oħrajn iltqajna mal-ministru tat-turiżmu t'hemmhekk.", "Intqal lilna li l-Libja qiegħda tipproġetta li tinjetta ħafna flus biex tibda tattira lit-turisti.", "Bħalissa, il-Libja għandha biss 120,000 turist fis-sena, jiġifieri m'hijiex pajjiż tat-turisti, pero' għandha kosta ta' aktar minn 1,000 kilometru ta' baħar pristine, ta' bajjiet mhux utilizzati, ta' areas fejn jistgħu jinbnew l-isbaħ yacht marinas u naturalment se jibda jsir investiment qawwi f'dan is-sens.", "Fit-Tuneżija diġa' sar investiment kbir f'dan is-sens.", "Għalhekk, aħna li kellna dan l-investiment, irridu nsaħħuħ, irridu nipproġettaw lil pajjiż bħala ċentru tal-yachting ukoll.", "Naħseb li rridu nagħmlu upgrading tal- livell tas-servizzi li nagħtu fil-yacht marinas tagħna.", "Illum, biex nikkompetu rridu nkunu state of the art.", "Fl-Ewropea, ftit hemm state of the art marinas, imma hemm, u allura, la għada pitgħada il-kompetizzjoni se tikber, allura rridu nżidu d-drive tagħna.", "Id-dħul tad-direttorat dejjem ikun ta' madwar Lm750,000 fis-sena.", "Dan id- direttorat irnexxielu jżommu l-ispiża tiegħu għal madwar Lm500,000, hu għalhekk wasalna għas-somma ta' Lm300,000.", "Mill-estimi li jkolli quddiemi - u f'dan ir-rigward nixtieq li l-Ministru jirrispondi - fil-capital expenditure ma jidhirx li hemm somom ta' flus allokati speċifikament għal tkabbir ta' marinas jew xi ammont speċifikament allokat għall-iżvilupp ta' marinas ġodda, bħal per eżempju f'Għawdex.", "Kemm il-politika tal-partit Nazzjonalista fil-gvern kif ukoll il-politika tal-partit Laburista fl-oppożizzjoni tgħid li Għawdex għandu jibda jiġi trattat bħala ċentru għalih f'dak li għandu x'jaqsam mat-turisti.", "Mhux it- turisti jiġu f'Malta, imorru ġurnata f'Għawdex u jerġgħu jiġu lura f'Malta.", "Għalkemm ħafna nies li jiġu f'Malta, imorru f'Għawdex, m'hemmx turisti għal Għawdex.", "L-istess jista' jingħad fir-rigward tal-yachting.", "Għawdex huwa iżgħar minn Malta.", "Bejniethom, Malta u Għawdex għandhom madwar 370 kilometru ta' kosta, li m'humiex ftit.", "Għalkemm pajjiżna huwa gżira żgħira, il-kosta hija waħda sostanzjali.", "F'Għawdex, il-kosta hija iżgħar, pero' hemm ħafna bajjiet li għadhom fl-istat oriġinali tagħhom.", "Dan biex ma nsemmux il-karattru uniku li għandu Għawdex.", "Fl-Imġarr hemm fejn wieħed jista' jmur bid-dgħajsa.", "Hemm parti fejn wieħed jista' jsorġi għal ġurnata b'xejn u juża s-servizzi b'xejn u hemm parti oħra fejn wieħed jista' jgħaddi l-lejl jew jagħmel weekend, eċċ. Ovvjament, fl-Imġarr biss hemm din il-possibilita'.", "M'hemm imkien ieħor fejn wieħed jista' jmur.", "Wieħed jifhem ukoll li peress li Għawdex m'huwiex kbir, m'huwiex daqshekk faċli li wieħed isib l-aħjar parti, pero', fl- opinjoni tiegħi, Għawdex jistħoqqlu li jkollu state of the art marina.", "L-Għawdxin m'għandhomx ħafna affarijiet, iżda l-ftit affarijiet li jagħmlu, kważi kważi jagħmluhom aħjar mill-Maltin.", "L-Għawdxin għandhom ċerta pride, għandhom ġżira li għadha pristine, għandhom kampanja verament sabiħa u għalhekk naħseb li jistħoqqilhom li jkollhom yacht marina għalihom, għax b'hekk ikunu jistgħu jattiraw turisti fil-qasam tal-yachting li se jiġu f'Malta, imbagħad se jirmiġġjaw f'Għawdex u jibqgħu hemm.", "Fis-sitwazzjoni preżenti, il-yacths imorru sa Kemmuna jew sa Għawdex u jerġgħu jiġu jibbertjaw hawnhekk, bil-qligħ imur kollu għand il-Maltin.", "Is-ship chandlers, min jaħdem fl-insurances u l-burdnara huma kollha Maltin, għalhekk dan il-qasam ftit iħalli flus direttament f'Għawdex.", "Sur President, nerġa' ngħid li ma jidher li hemm xejn ipproġettat għall- marinas.", "Qiegħed jingħad li hemm spiża ta' Lm500,000 - li tkun rikorrenti - pero', taħt il-yachting directorate hemm miktub li se jkun hemm infiq ta' Lm0.5 miljun għar-refurbishment tal-port taċ-Ċirkewwa.", "Ovvjament, din hija xi ħaġa tajba li allaħares ma ssirx, pero' m'hijiex yacht marina.", "Jien qiegħed nara li m'huwiex maħsub li jsir investiment fil-yachting f'Malta.", "Anke mid-domandi parlamentari li ta' sikwit nagħmel, naf li hemm għatx kbir għall-yachting f'Malta, pero', nerġa' ngħid li m'iniex qiegħed nara investiment f'dan ir-rigward.", "Se nerġa' nidħol fis-suġġett tal-capital expenditure totali ta' l- awtorita', u nikkonkludi bih.", "Hemm kważi Lm5 miljuni allokati għal investiment kapitali mill-awtorita'.", "Kif għedt iktar kmieni, nimmaġina li waħda mir-raġunijiet għaliex l-appropriation tal-gvern mill-flus ta' l- awtorita' se tonqos bin-nofs hi biex jibqa' aktar flus fl-awtorita', li jidħlu fl-accumulated revenues ħalli minnhom ikun hemm il-kapital.", "Fil- fatt, f'din is-sena l-awtorita' qiegħda tipproponi li tonfoq Lm700,000 biex jiġu upgraded id-digital security services u l-port and postal VTS, Lm0.5 miljun biex jiġi żviluppat iċ-Ċirkewwa quay u Lm2.6 miljuni għall- construction of maritime trade centre, the purchase of furniture u office and IT equipment.", "Ta' min jinnota li fis-sena li għaddiet ukoll kien hemm proġettata n-nefqa ta' madwar Lm5 miljuni, pero' n-nefqa attwali kienet ta' Lm1.7 miljun, jiġifieri madwar 20% ta' dak li kellu jintefaq.", "Intenni li ħadd m'hu profeta, u meta wieħed ikun qiegħed imexxi awtorita' kbira u importanti bħalma hi l-Awtorita' Marittima, qatt ma jista' jkun jaf eżatt kemm se tkun in-nefqa annwali.", "Nixtieq inkun naf kemm baqa' revenue fl-MMA, għax mill-estimi, dan ma jirriżultalix.", "Kif għedt iktar kmieni, għal snin twal, l-MMA kien ikollha surplus, li parti minnu kien jieħdu l-gvern – bħala average kien jieħu Lm0.5 miljun, iżda f'din is-sena se jieħu inqas – u l-kumplament kienet tieħdu l-awtorita' biex ikollha reserve account ħalli meta tagħmel xi investiment kapitali, ikollha l-flus neċessarji biex tagħmel dan.", "Ovvjament, din is-sena se jintefqu Lm2.6 miljun fil-kostruzzjoni ta' maritime trade centre.", "Jien m'iniex qiegħed ngħid li f'pajjiżna m'għandux ikollna maritime trade centre, pero' qegħdin nitkellmu dwar ammont sostanzjali ta' flus.", "Se ssir a digital security system, li se tiswa Lm700,000.", "Biex nerġa' norbot mal-kwestjoni tal-yacht marinas, f'din in- nefqa kapitali m'iniex qiegħed nara xi ħaġa ġdida, xi capital investiment proġettat biex isiru l-marinas.", "Sur President, ma xtaqtx inkun polemikuż, pero' nixtieq inkun naf ħaġa waħda biss.", "Jista' l-Ministru jgħid kemm kien stmat li se jiswa l-proġett ta' refurbishment tal-port taċ-Ċirkewwa, kemm intefaq attwalment u kemm hu kalkolat li se jiswa'?", "Nixtieq inkun naf ukoll jekk għal dan il-proġett, hemmx insurance u jekk hemm, minn fejn qiegħda titħallas, jekk hux minn min qiegħed jieħu ħsieb lil dan il-proġett jew mill-awtorita'.", "Mill-bqija, m'għandi xejn iżjed xi ngħid.", "Nirringrazzjak.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Issa jagħlaq id-dibattitu l-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Sur President, nirringrazzja kemm lill-Onor.", "Jose' Herrera u kif ukoll lill-Onor.", "Joe Mizzi ta' l-interventi li għamlu.", "Irrid nibda billi ngħid li għalkemm ma naqbilx ma' diversi punti li semma' l- Onor. Herrera, dan almenu daħal fiċ-ċifri u għamel ċerti domandi biex ikun hemm reazzjonijiet.", "Jien inqis li dan huwa punt tajjeb għax fl-aħħar mill- aħħar, meta jkunu qegħdin jiġu diskussi l-estimi, wieħed mill-punti prinċipali tad-diskussjoni jkun proprju ċ-ċifri.", "Se nipprova nwieġeb uħud mid-domandi li saru mill-Onor.", "Herrera, filwaqt li ngħaddi xi kummenti dwar il-punti li ssemmew mill-Onor.", "Joe Mizzi.", "L-Onor.", "Herrera għamel riferenza għall-fatt li fis-sena 2004-2005, il-ports directorate qiegħed jipproġetta li se jdaħħal Lm740,000 inqas milli daħħal fis-sena 2003-2004.", "Qiegħed jingħad ukoll li se jkun hemm ukoll żieda ta' madwar Lm600,000 fin-nefqa ta' l-istess direttorat.", "Dawn il-Lm597,000, biex inkun preċiż, se jintefqu fi proġetti marbutin ma' l-UE, u ċioe' proġetti marbutin mat-technical feasbility studies, ma' l-upgrading tal- MERMS database, ma' twinning li qiegħed isir bejn id-direttorat tal-port u l-UE permezz ta' aġenzija Franċiża, u ma' port safety manual, li se jkun il- bażi li fuqu d-diversi domandi dwar ir-risk assessment li għamel l-Onor.", "Joe Mizzi jkunu jistgħu jiġu mwieġba.", "Nistenna li dan il-port safety manual jitlesta matul is-sena finanzjarja li qegħdin fiha.", "Huwa importanti li ngħid dan għax meta wieħed iħares lejn iċ-ċifri waħedhom, bla ma jrid jispiċċa jagħmel ċerti domandi.", "Pero', meta imbagħad jidħol fid-dettal jirrealizza li attwalment, iż-żidiet m'humiex rikorrenti imma huma żidiet speċifiċi, marbutin ma' proġetti partikolari, li huwa importanti li jsiru biex jiġi assigurat li kull ħaġa marbuta mad-diversi oqsma marittimi f'pajjiżna issir b'mod tajjeb.", "L-Onor.", "Herrera għamel riferenza wkoll għall-maritime trade centre.", "Fl- introduzzjoni tiegħi, jien aċċennajt għal dan il-bini, li se jkun iċ-ċentru li minnu se taħdem l-Awtorita' Marittima fis-snin li ġejjin.", "Dan qiegħed jinbena fil-Port il-Kbir stess.", "Fil-fatt, huwa parti minn bini in shell form, li parti minnu se titħallas mill-consortium VISET, skond il-ftehim li kien approvat minn dan il-parlament ftit snin ilu.", "Kien miftiehem li l- VISET itella' dan il-bini in shell form, imbagħad l-Awtorita' Marittima tagħmel il-finishing.", "Dawn kollha punti li joħorġu mir-rapporti annwali.", "Għar-rigward tal-yacht marinas, filwaqt li huwa veru li m'hemmx vot speċifiku, fl-introduzzjoni tiegħi għedt li matul ix-xhur li għaddew, l- Awtorita' Marittima, flimkien mal-MEPA, kienet qiegħda tara li ċerti responsabbiltajiet marbutin ma' l-iżviluppi ta' yacht marinas, isiru.", "Għedt ukoll li matul ix-xhur li għaddew, kemm bħala gvern kif ukoll bħala Awtorita' Marittima, pero' b'mod partikolari bħala gvern, erġajna identifikajna n-numru ta' siti li jistgħu jiġu żviluppati bħala yacht marinas.", "Issa, wara li kienu żviluppati l-marinas ta' Manoel Island u tal- Kottonera, imiss lill-marina fix-Xemxija.", "Fix-xhur li għaddew, kien hemm commitment u dikjarazzjonijiet fil-pubbliku li jkun hemm żvilupp ta' yacht marina fl-inħawi tax-Xemxija.", "Ovvjament, hemm diversi siti li wieħed jista' jitkellem dwarhom.", "Ir- rapport ta' l-1995, li għamilt riferenza għalih, li f'dak iż-żmien kien żviluppat mill-Awtorita' Marittima u mill-planning authority, jindika madwar 19 jew 20 sit.", "Għalhekk nistgħu nidentifikaw lil dawn is-siti, wieħed wara l-ieħor, u nimxu fuqhom.", "Bħalissa qegħdin ngħidu li se niżviluppaw marina fix-Xemxija.", "Fil-fatt, l- Awtorita' Marittima qiegħda tivvota Lm20,000 biex isiru feasibility studies għal dawn l-inħawi.", "Naturalment, minn issa wkoll qegħdin niddikjaraw li għall-kuntrarju ta' dak li ġara fl-Imsida u fl-Imġarr Għawdex, l-Awtorita' Marittima, flimkien mal-MEPA, se tara x'inhuma l-kriterji li fuqhom għandu jkun hemm l-iżvilupp u liema kriterji ta' żvilupp jiġu applikati fil- konfront ta' persuni li jkunu interessati li jagħmlu l-investiment.", "Fir-rigward tal-marinas li qegħdin nitkellmu dwarhom – u dan ma jgħoddx biss għall-inħawi tax-Xemxija imma anke għall-iżvilupp ta' marinas oħrajn li jista' jkun hemm fiż-żmien li ġej - l-intenzjoni hi li l-Awtorita' Marittima, flimkien mal-MEPA, tassigura li jkun hemm ċerti kriterji li jiġu osservati, imbagħad ikun is-settur privat li jagħmel l-investiment.", "Jien nistenna li matul din is-sena finanzjarja se niżviluppaw biżżejjed lill- kunċett biex nassiguraw li l-privat ikollu fuq xiex jibni.", "Dan huwa importanti li nifhmuh għax ma nistgħux inħallu li jkun biss il-gvern li jagħmel l-investiment, b'mod partikolari f'attivitajiet bħal dawn.", "L-Onor.", "Herrera għalaq id-diskors tiegħu billi għamel riferenza għat- terminal taċ-Ċirkewwa, fejn staqsa domanda pertinenti.", "Jekk wieħed iħares lejn in-nefqiet orġinali, ma jistax jagħmel l-iżball li jaqbad nefqa u jgħid li din kienet smata li tkun tant, imbagħad żdiedet jew naqset.", "Jiddependi wkoll minn meta wieħed iħares lejn nefqiet partikolari, għax jekk wieħed imur lura sa l-1994, meta kien hemm l-ewwel indikazzjoni tal- proġett, u l-1996 u l-1998, meta kien hemm indikazzjoni ta' proġett ieħor li kien se jsir fl-istess inħawi, ukoll bl-iskop li jipprovdi servizz aħjar bejn Malta u Għawdex, ma jistax iqabbel l-ispiża ta' dak iż-żmien mal- proġetti kif inhuma llum.", "Fis-sena 2001, l-istima kienet intenzjonata li tkun ta' madwar Lm13-il miljun, minbarra l-VAT, għax l-Awtorita' Marittima ġiet dikjarata bħala awtorita' li f'dan il-każ, m'għandhiex għalfejn tħallas VAT.", "Sal-lum fil- fatt intefqu madwar Lm9 miljun bl-istess mod, jiġifieri minbarra l-VAT.", "Matul iż-żmien li ġej, nistenna li n-nefqa kalkulata għall-proġett ta' l- Imġarr u ċ-Ċirkewwa tkun ta' madwar Lm14-il miljun jew Lm15-il miljun.", "Rigward id-domanda dwar l-insurance, ġejt infurmat li għall-perijodu tal- kostruzzjoni tal-proġett, li diġa' għalaq, kienet l-MMA li kopriet l-ispiża marbuta ma' l-insurance ta' dan il-post.", "L-Onor.", "Herrera semma punti oħrajn dwar tnaqqis fil-vapuri reġistrati taħt il-bandiera Maltija.", "F'paġna 27 ta' l-annual report of activities tal- Malta Maritime Authority, hemm indikazzjoni ta' x'inhuma l-vapuri u t- tunnellaġġi li kien hemm fis-sena 2002, 2003 u 2004.", "Kif għedt fil-bidu, kien hemm tnaqqis ta' madwar 2 miljun tunnellata reġistrati taħt il- bandiera Maltija.", "Pero' f'dan ir-rigward huwa tajjeb li wieħed jidħol fid- dettall tat-tabella li għandna quddiemna, fejn jista' jinduna b'żewġ affarijiet.", "Huwa veru li kien hemm dan it-tnaqqis li qiegħed insemmi, pero' kien hemm żieda fin-numru ta' vapuri jew opri tal-baħar reġistrati taħt dan ir-reġistru.", "Jirriżulta li kien hemm żieda globali ta reġistrazzjonijiet, minn 3,365 f'Settembru tas-sena 2003 għal 3,660 f'Settembru ta' din is-sena.", "Barra minn hekk, jinsab għaddej proċess ta' reġistrazzjoni taħt ir-reġistru ta' opri tal-baħar tas-sajd, li jkunu kbar fin-numru pero' żgħar ħafna fit- tunnellaġġ.", "Tant hu hekk li n-numru ta' fishing vessels, minn 302 f'Settembru 2003 tela' għal 408 f'din is-sena, iżda t-tunnellaġġ kulma żdied kien biss bi 3,000 tunnellata.", "Kien hemm żieda wkoll ta' madwar 200 pleasure yachts reġistrati taħt dan ir-reġistru, li iżda jfissru biss 6,000 tunnellata.", "Għall-kuntrarju ta' dan, huwa tajjeb li nsemmi d-dry cargo ships, li minn 1,058 naqsu għal 1,033, pero' t-tunnellaġġ baqa' ta' madwar 16 –il miljun tunnellata.", "F'dawk li huma bulk cargo ships, jiġifieri vapuri li jġorru merkanzija likwida, b'mod partikolari t-tankers, filwaqt li ma naqsux b'numru kbir, għaliex minn 303 niżlu għal 291, il-parti kbira tat-tnaqqis li hemm fir-reġistru Malti sar minn hawn, għax minn 10.3 miljun tunnellata niżel għal 8.6 miljun tunnellata.", "Huwa tajjeb li wieħed iżomm quddiem għajnejh il-fatt li dan it-tnaqqis fit- tunnellaġġ ta' liquid bulk carriers reġistrati taħt il-bandiera Maltija huwa wkoll riżultat ta' deċiżjonijiet li ttieħdu fil-livell ta' l-IMO, fejn Malta, bħala pajjiż integrali mill-IMO u llum ukoll bħala pajjiż ta' l- Unjoni Ewropea, kellha tobdi d-deċiżjoni li s-single hull tankers jiġu phased out fuq perjodu ta' żmien.", "Ir-reġistru Malti huwa wieħed mill-iktar li għandu tankers, għalhekk, dan it-tnaqqis kien riżultat ta' dan il-fatt.", "Kif għedt fl-introduzzjoni li għamilt, nistenna li matul iż-żmien li ġej, dan it-tunnellaġġ jerġa' jiżdied, kif juru l-indikazzjonijiet.", "Fl-introduzzjoni tiegħi m'għamiltx riferenza għan-numru ta' vapuri li jiġu f'Malta, jew fil-portijiet jew barra, imma li b'xi mod imissu magħna.", "Sa Settembru 2004 kien hemm żieda ta' kważi 600 vapur li ġie jżurna f'dan iż- żmien, u ċioe' minn 9,043 għal 9,603.", "Nistenna li matul iż-żmien li ġej, in-numru ta' vapuri li jiġu jżuruna jkompli jiżdied biex jiġi assigurat id- dħul ta' dawk li jaħdmu fil-portijiet.", "Fir-rapport ta' l-attivitajiet tal-Malta Maritime Authority, f'paġna 19 hemm chart li turi d-diversi kategoriji ta' vapuri li jidħlu fil-portijiet ta' pajjiżna.", "Kemm-il darba jkun hawn storbju dwar in-numru ta' vapuri navali li jidħlu f'pajjiżna, għalhekk huwa tajjeb li nenfasizza li mit- total tal-vapuri li jidħlu f'pajjiżna, il-vapuri navali jirrappreżentaw biss 1%, għall-kuntrarju tal-cruiseliners, li jammontaw għal 3%.", "Huwa tajjeb li ngħid ukoll li 1% tal-vapuri li jiġu f'pajjiżna jmorru fit- tarznari.", "Wara li jidhirli li bejn wieħed u ieħor lqatt il-punti kollha li għamel l- Onor. Herrera, ngħaddi issa biex fil-ħin li fadal nipprova nwieġeb xi wħud mid-domandi li għamel l-Onor.", "Mizzi.", "L-ewwelnett irrid ngħid li kieku wieħed kellu joqgħod fuq id-diskors li għamel l-Onor.", "Mizzi, fejn enfasizza b'mod qawwi l-punti negattivi li għandna f'pajjiżna, jieħu l-impressjoni li l-gvern m'hu qiegħed jagħmel xejn jew inkella qiegħed jara kif jagħmel biex jeqred kull ħaġa li kien għamel jew ħaseb li se jagħmel il-partit Laburista meta kien fil-gvern bejn l-1996 u l-1998.", "Sur President, jekk hemm xi ħaġa li se nkompli nipprova nagħmel fis-snin li ġejjin hi li nassigura li ma jkunx hemm perikli għall-attivita' merkantili li tkun qiegħda ssir fil-portijiet ta' pajjiżna u fl-ibħra tal-madwar.", "Għall-kuntrarju ta' dak li jaħsbu ħafna membri ta' din il-Kamra, il- portijiet ta' pajjiżna u l-ibħra tal-madwar huma oqsma mill-aktar importanti ta' l-ekonomija tagħna.", "Ħafna drabi, aħna għandna t-tendenza li naħsbu li l-baħar huwa tajjeb għal dawk li għandhom xi opra tal-baħar, xi cabin cruiser – li jammontaw għal madwar 14,000 – u nieqfu hemm.", "Sur President, almenu lkoll naqblu li l-ibħra territorjali tagħna minn dejjem kienu ta' importanza ekonomika qawwija.", "Jidher biċ-ċar li matul is- snin li ġejjin, jekk inkunu f'qagħda li bis-serjeta' nifhmu x'se jkunu l- iżviluppi fit-traġitt tal-merkanzija mill-Asja lejn l-Ewropa, b'mod partikolari, għandna x'niggwadanjaw mill-pożizzjoni ġeografika tagħna, proprju għaliex huwa mistenni li jkun hemm żieda qawwija fil-merkanzija li tgħaddi minn ħdejna.", "Dan huwa importanti li nifhmuh għax - u hawnhekk nagħmel riferenza wkoll għal dak li qal l-Onor.", "Joe Mizzi - ir-riforma fil- portijiet tagħna m'hijiex riforma tal-cargo handling.", "Ir-riforma fil- portijiet tagħna hija waħda tal-prattiċi tax-xogħol, fil-mod ta' kif isiru ċerti xogħlijiet meta ma jkollhomx għalfejn isiru, u jispiċċaw jitħallsu għal darba, darbtejn.", "Din ir-riforma hija intenzjonata biex dawk il-modi li m'għadhomx jagħmlu sens, jinbidu.", "Jien m'għandix dubju li f'dan ir-rigward, anke jekk ma naqblux dwar id- dettalji tal-mod ta' kif naslu għal dawn il-bidliet, irridu naqblu dwar il- fatt li l-prattiċi tax-xogħol fil-portijiet tagħna ma jistgħux jibqgħu dawk li huma.", "Għax jekk inkomplu nħaddmu din l-għodda llum, li m'għadhiex tagħmel sens, il-konsegwenza tkun li l-ewwel nies li jintlaqtu, minbarra l- ekonomija ta' pajjiżna, ikunu dawk id-900 ħaddiem li jaqilgħu l-għixien mix- xogħol iebes li jagħmlu fil-portijiet.", "Għalkemm dawn il-ħaddiema jitħallsu tajjeb tax-xogħol li jagħmlu, u allaħares ma jkunx hekk, irridu nassiguraw li dak id-dħul tajjeb li għandhom illum ikompli jiżdied, mhux billi jitħallsu ta' xogħol li ma jagħmlux imma billi jitħallsu ta' xogħol ġdid miżjud ma' dak li għandhom illum.", "B'hekk huma stess jiggarantixxu li jkunu l-mutur tas-suċċess ta' dawn ir-riformi.", "M'għandix dubju li l-ħaddiema tax-xatt, li jiffaċċjaw id-diffikultajiet tax- xogħol tagħhom kuljum, jafu iktar minni li l-uniku mod ta' kif jimxu 'l quddiem m'huwiex li jibqgħu ankrati mal-pożizzjoni antika imma li japprofittaw ruħhom minn dawn ir-realtajiet ekonomiċi ġodda li qegħdin iseħħu bis-saħħa tal-bidliet li ġġib il-globalizzazzjoni.", "Ħadd qatt ma kien jobsor li parti sostanzjali mill-prodotti li jiġu kkunsmati fl-Ewropa, se jkunu qegħdin joriġinaw miċ-Ċina.", "Pero' r-realta' illum hi li parti sostanzjali mill-affarijiet li nużaw għall-ħajja ta' kuljum ġejjin minn dawn in-naħat, bil-vapuri.", "Aħna qegħdin fin-nofs tar-rotta u għalhekk irridu nippreparaw biex nisfruttaw lill-pożizzjoni tagħna.", "Jekk ma nagħmlux hekk, nistgħu noqogħdu nħarsu lejn il-vapuri għaddejjin mill-ibħra territorjali tagħna.", "Dawn il-vapuri m'humiex se jiġu f'pajjiżna biex jinqabdu f'xi azzjoni industrijali għalxejn jew biex jagħmlu xi pjaċir lili, bħala ministru, lil xi ħadd mill-oppożizzjoni jew lil xi ħadd ieħor.", "Dawn il-vapuri jiġu f'dan il-port jew f'xi port ieħor jekk ikunu ċerti li se jingħataw servizz tajjeb u effiċjenti, li jiggarantixxi li l-merkanzija ma tinqabadx fil-portijiet u toqgħod hemmhekk tistenna, imma servizz li jiggarantixxi li l-prodott jitwassal fid-destinazzjoni finali tiegħu.", "Sur President, issemmew ukoll ir-risk assessments.", "Diġa' għedt li l- Awtorita' Marittima tinsab fil-proċess li tiggarantixxi li jkun hemm analiżi tal-breakwaters f'pajjiżna, li se ssir b'Lm400,000 f'għajnuna diretta ta' l-Unjoni Ewropea.", "Dan qiegħed isir fi żmien meta aħna qegħdin nifhmu iktar minn qatt qabel il-ħtieġa li nnaqqsu kemm jista' jkun ir- riskju fl-operazzjoni merkantili marittima tagħna.", "L-Onor.", "Mizzi għamel ċerti allegazzjonijiet.", "Ovvjament, kulħadd jista' jiġi f'din il-Kamra u jagħmel l-allegazzjonijiet.", "Nispera li wara l-allegazzjonijiet li nagħmlu f'din il-Kamra, inkunu f'qagħda li noħorġu barra u nirrepetuhom, filwaqt li nsemmu l-ismijiet bl-istess saħħa u ċertezza li nsemmuhom f'din il-Kamra.", "M'iniex se nirrepeti l-ismijiet li ssemmew.", "L-ismijiet li semma l-Onor.", "Mizzi, jien ma nafhomx.", "L-Onor.", "Mizzi għamel riferenza għall-użu ta' diesel u affarijiet bħal dawn.", "Jien niddejjaq meta jkun hemm xi ħadd li jipprova jikkonfondi l-imħuħ tan- nies u jgħid li din hija xi responsabbilta' ta' l-Awtorita' Marittima.", "L- MMA għandha ċerti responsabbiltajiet preċiżi.", "Meta ġejt mistoqsi dwar jekk l-MMA hijiex qiegħda tagħmel xi investigazzjoni dwar id-diesel, ir-risposta tiegħi kienet li le, l-Awtorita' Marittima m'hi qiegħda tagħmel l-ebda investigazzjoni għax din m'hijiex responsabbilta' tagħha.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jien ma semmejtx lill-Malta Maritime Authority imma semmejt speċifikament lill-port security committee.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Sur President, lanqas il-port security committee m'għandu r-responsabbilta' li jagħmel investigazzjonijiet ta' dan it-tip.", "(Interruzzjonjijiet) Il-port security committee għandu responsabbiltajiet li huma differenti minn dawk.", "Apparti l-fatt li l-allegazzjonijiet saru anke qabel ma twaqqaf il-port security committee, m'iniex se nidħol f'dan il-punt.", "Il-port security committee għandu responsabbiltajiet li huma marbutin mas-sigurta fil-portijiet ta' pajjiżna.", "M'huwiex responsabbli li jara jekk kienx hemm xi ħadd li ħa ...", "Huma l-Malta Resources Authority u d- Dwana li huma responsabbli.", "Kienu huma li għamlu l-investigazzjonijiet u ġabu r-riżultati ta' dak li għamlu.", "Ovvjament, f'dan il-pajjiż, kulħadd irid jerfa' r-responsabbilta' skond is-setturi differenti.", "Jekk se nippruvaw ngħidu lin-nies li l-Awtorita' Marittima hija responsabbli minn dawn l-affarijiet li m'humiex responsabbilta' tagħha, allura nkunu qegħdin nippruvaw ngħaddu ż-żmien b'dawk li jkunu qegħdin jisimgħuna.", "Żgur li l-intenzjoni m'hijiex dik Il-Malta Resources Authority u d-Dwana għamlu l-investigazzjonijiet tagħhom, safejn naf jien, waslu għall-konklużjonijiet dwar dan, pero' ma kinux l-Awtorita' Marittima jew il-port security committee li għamlu dawn l-affarijiet.", "Sur President, għar-rigward ta' Marsaxlokk irrid ngħid li l-Awtorita' Marittima għandha r-responsabbilta' li taggarantixxi li l-pixka fil- portijiet ta' din il-lokalita' tkun ta' ċertu fond, u cioe' 14.5 metri jew 15-il metru.", "L-Awtorita' Marittima qegħda tara wkoll li f'dik li hija d- draft neċessarja fid-daħla ta' Marsaxlokk, dan jiġi garantit.", "Ovvjament, l- Awtorita' Marittima tista' tiggarantixxi wkoll li jkun hemm il-pixka skond dak li tippermetti il-kostruzzjoni tal-breakwater.", "Jekk il-breakwater ta' Marsaxlokk jista' jinkixef sa fond ta' 14.5 metri, jistgħu jippruvaw jiġu kemm iridu vapuri li għandhom 15, 16 jew 17-il metru fond u li jġorru 10,000 container, għax jekk m'hemmx pixka li tiggarantixxi li l-post ikun sod, allura jkollna diffikultajiet ta' natura oħra.", "Iżda dan m'huwiex il- punt ta' diskussjoni li għandna quddiemna llum.", "L-Onor.", "Mizzi semma lill-piloti.", "Jiena ngħid kemm kelli raġun meta f'Marzu tas-sena 2003, wara xhur sħaħ ta' diskussjonijiet mal-piloti u mal-UHM li tirrappreżentahom, wasalna għall-ftehim li ffirmajna dakinhar u Alla jbierek, il-korp ta' 16-il pilota li jagħmlu x-xogħol ta' pilotaġġ kollu f'dan il-pajjiż, wara dak il-ftehim inbidlu għall-aħjar mil-lejl għal nhar.", "Illum, dawn is-16-il pilota huma fost l-iktar nies effiċjenti li għandna fis-sistema tal-portijiet tagħna.", "Minn dak iż-żmien 'l hawn, għamlu progress kbir fil-mod ta' kif jipprovdu servizz lill-vapuri li jidħlu f'pajjiżna.", "Għalkemm huma grupp żgħir, bħal ħafna mill-gruppi ta' ħaddiema fil-portijiet tagħna, qegħdin iżidu kontinwament id-dħul tagħhom, filwaqt li qegħdin ikunu ta' eżempju kif wieħed jista' jkun ħaddiem tal-port u ma joqgħodx jilgħab billi x'ħin ifettillu, jipprova jwaqqaf lix-xogħol fil- portijiet.", "Ir-responsabbiltajiet tagħna ta' training ta' dawn is-16-il pilota, aħna nerfgħuhom mhux bl-10% tal-fondi, għax dawn il-flus ma jittiħdux lill- Awtorita' Marittima biex ikun hemm training għal dawn il-piloti.", "L- Awtorita' Marittima qiegħda - u l-piloti jafu b'dan - kontinwament tipprovdi l-finanzi neċessarji biex dawn il-persuni jkun l-ħin kollu pprovduti bit-taħriġ neċessarju ħalli jkomplu jkunu ta' eżempju għall- ħaddiema l-oħrajn fil-portijiet.", "L-Onor.", "Mizzi qalilna wkoll li an oil pollution incident will bring Malta to a standstill.", "L-Onor.", "Mizzi kien qiegħed jikkwota xi ħaġa li jien għedt x'imkien, għax konna fil-perijodu fejn il-ministeru responsabbli mill- Awtorita' Marittima kien qiegħed jaħdem mad-diversi korpi differenti li għandna f'pajjiżna, li għandhom x'jaqsmu mal-ħtieġa li jkun hemm sigurta' ħalli ma jkollniex pollution minn żjut, proprju biex nassiguraw li dak li forsi sa ċertu żmien, ma kienx qiegħed isir, jibda jsir.", "Dażgur li dan il- grupp ta' persuni għandu d-diffikultajiet!", "L-ewwelnett għandu l-problema li inċident ta' ħruġ ta' żjut jista' jiġri l-ħin kollu, kullimkien, mingħajr ħadd ma jkun qiegħed jistennih.", "Pero' almenu qegħdin f'pożizzjoni li nassiguraw li l-pjan ta' kontiġenza, li kien sar f'dak iż-żmien - ħadd m'hu se jgħid li ma kienx sar, inkun irresponsabbli jekk ngħid li ma sarx – jiġi upgraded u mtejjeb.", "Dan huwa dak li qegħdin nagħmlu.", "Issemmiet il-kwestjoni ta' security standards, li rridu nkomplu naħdmu fuqha.", "Fil-fatt, l-Awtorita' Marittima qiegħda tinvesti biex ikollna security standards.", "L-Onor.", "Mizzi qalilna li billi ngħaddu l-liġijiet u ninfurmaw li hemm ċerti regolamenti in place, ma jkun ifisser xejn jekk imbagħad ma nipprattikawhomx.", "Illum qegħdin f'pożizzjoni li għandna diversi regolamenti li qegħdin in place.", "Uħud minnhom huma applikati to the full u oħrajn dalwaqt ikunu applikati to the full.", "Żgur li qegħdin aħjar milli konna sa tliet snin ilu.", "Iktar ma jgħaddi ż-żmien, iktar irridu nkunu assigurati li r-regolamenti f'dan il-pajjiż ikunu in place.", "L-ewwel inpoġġu r-regolamenti in place, imbagħad napplikawhom, għax jekk ma jkunx hemm ir- regolamenti, żgur li ma nkunux nistgħu napplikawhom.", "Fil-fatt, f'Diċembru 2003 ġew adottati is-SOLAS convention, il-MARPOL convention u s-civil liability convention.", "Dawn huma konvenzjonijiet li l-gvern ta' Malta, permezz tal-pożizzjoni li ħadet l-Awtorita' Marittima, iddeċieda li jista' jmexxi fuqhom, u bil-mod il-mod nistgħu nibdew napplikawhom.", "Saret riferenza għaċ-Ċirkewwa, fejn l-Onor.", "Mizzi qalilna li fin-north quay hemm żewġ red lights.", "Jien naf li hemm żewġt idwal ħomor, pero', l- informazzjoni li għandi dwar dan il-każ partikolari tgħid li dan m'huwiex port bħalma hu l-Port il-Kbir u għalhekk iridu jinxtegħlu ċerti dwal.", "Għar-rigward tad-dwal ta' Sant'Iermu, l-Onor.", "Mizzi qalilna li hemm dawl li jteptep kull ħmistax-il sekonda.", "Huwa veru li fl-aħħar ġimgħat, dan il- dawl partikolari ma kienx qiegħed jopera kif suppost, pero', min taħ l- informazzjoni seta' qallu wkoll li hemm notice to mariners li tindika li dik hija sitwazzjoni temporanja li l-Awtorita' Marittima qiegħda taċċerta li terġa' lura għall-istat tajjeb tagħha.", "L-inspections fuq il-bunkering isiru minn żmien għal ieħor.", "Issa dwar jekk dawn isirux biżżejjed jew iżżejjed, jien wieħed minn dawk li nemmen li idealment, ma jsiru qatt għax ir-regolamenti jkunu qegħdin jiġu osservati.", "Pero', peress li naf li ħafna persuni jaqgħu għat-tentazzjoni li ma josservawx ir-regolamenti, naħseb li ċertu tip ta' inspections ikollhom bżonn isiru biex jiġi assigurat li kollox ikun qiegħed miexi tajjeb.", "Saru riferenzi wkoll għall-attakk fuq l-operatur tal-handling tal-cargo.", "F'dan ir-rigward, il-gvern huwa determinat li jibqa' miexi 'l quddiem biex jassigura li l-bidliet li hemm bżonn li jsiru, fil-fatt isiru.", "L-Onor.", "Mizzi semma' wkoll lill-VTS u qalilna li hemm nies ta' l-armata u nies oħrajn li għandhom ċerta esperjenza.", "Jien ma nafx min huma dawn in- nies l-oħrajn li għandhom ċerta esperjenza.", "L-Awtorita' Marittima u l-Forzi Armati, bejniethom għandhom arranġament dwar min se jkun responsabbli minn fejn u kif.", "Jekk ikun hemm il-ħtieġa ta' għażla ta' personnel, m'hu se nsib lil ħadd mit-triq, bl-esperjenza jew mingħajrha, u nibagħtu jagħmel dan it-tip ta' xogħol għax mur ara x'pandemonju jinqala' għax ikun intagħżel dak jew l-ieħor!", "Jien ma nafx għal min qiegħed jirreferi, pero' lill-Onor.", "Mizzi nista' nassigurah li jekk se jkun hemm il-ħtieġa ta' iktar ħaddiema, jiġu magħżula dawk li jkunu jistgħu jaqdu d-doveri tagħhom.", "Ma nafx jekk l-MMA u l-Forzi Armati għandhomx il-persuni neċessarji, pero', jekk se jkun hemm bżonn ta' persuni oħrajn, allura l-mod ta' kif issir l- għażla tkun waħda trasparenti kemm jista' jkun.", "Mr Speaker, għandna quddiemna l-għeluq ta' diskussjoni dwar l-Awtorita' Marittima, li kif għedt fl-introduzzjoni tiegħi, hija awtorita' li għalkemm ma tkunx fl-aħbarijiet ta' kuljum, għandna diversi responsabbiltajiet, li wħud minnhom issemmew kemm min-naħa tiegħi kif ukoll min-naħa ta' l- oppożizzjoni.", "Hemm punti marbutin ma' l-operat ta' l-Awtorita' Marittima li jridu jitkomplew matul iż-żmien li ġej.", "Irridu kontinwament nassiguraw li l-Awtorita' Marittima mhux tieqaf u tgħid prosit lilha nnifisha għal dak li għamlet.", "L-Awtorita' Marittima taf li m'għandhiex għalfejn tippretendi li mmur jien ngħidilha prosit għal dak li sargħalkemm imxejna 'l quddiem. għalkemm ma nistgħux nagħmlu paragun bejn l-Awtorita' Marittima fis-sena 2005 u l-Awtorita' Marittima fl-1998, dejjem jibqa' ħafna iktar xi jsir.", "Dan biex nassiguraw li dak li għamilna lbieraħ, inbiddluh, nirranġawh u ntejbuh għal għada.", "L-Awtorita' Marittima ma jridux jikkuntentaw b'dak li għamlu lbieraħ imma jridu jħarsu lejn il-proġetti tal-futur.", "Filwaqt li nirringrazzja lil kull membri tal-bord tad-diretturi, sa l-inqas ħaddiem li hemm fl-Awtorita' Marittima, ngħidilhom biex flimkien inkomplu naħdmu ħalli s-settur marittimu f'pajjiżna, bħalma għamel f'dawn l-aħħar sitt snin, minkejja d-diffikultajiet kollha li jinqalgħu minn żmien għall- ieħor, irnexxielu jimxi 'l quddiem.", "Hu x'inhu x-xogħol tagħhom, in-nies li jaħdmu f'dan is-settur illum għandhom kundizzjonijiet ferm aħjar milli kellhom żmien ilu.", "J'Alla meta niltaqgħu bħal dan iż-żmien sena biex niddiskutu dan is-suġġett, inkunu nistgħu nerġgħu ngħidu li għal darb'oħra, is-settur marittimu mexa 'l quddiem u min miss miegħu kompla miexi 'l quddiem.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-mistoqsija hija l-mozzjoni sabiex il-Kamra tapprova l-estimi tad-dħul u nfiq ta' l-Awtorita` Marittima ta' Malta għas- sena 2004/2005, kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MR SPEAKER: Din id-division tittieħed minn hawn u 20 minuta oħra.", "Billi fid-9.00 p.m. intalbet votazzjoni, il-Kamra ġiet sospiża u rriżumiet 20 minuta wara.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi l-mozzjoni biex il-Kamra tapprova l-estimi tad-dħul u nfiq ta' l-Awtorita` Marittima ta' Malta għas-sena 2004/2005 kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mario Galea.", "ONOR.", "MARIO GALEA : Sur President, għan-naħa tal-gvern se jiġu paired l- Onor. Anthony Abela, l-Onor.", "Robert Arrigo, l-Onor.", "Michael Asciak, l-Onor.", "Mario de Marco, l-Onor.", "Michael Frendo, l-Onor.", "Lawrence Gonzi u l-Onor.", "Francis Zammit Dimech.", "MR SPEAKER: Grazzi.L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sur President, għan-naħa ta' l-oppożizzjoni se jiġu paired l-Onor.", "Evarist Bartolo, l-Onor.", "Leo Brincat, l-Onor.", "Charles Buhagiar, l-Onor.", "Justyne Caruana, l-Onor.", "Joe Debono Grech, l-Onor.", "Anton Refalo u l-Onor.", "Alfred Sant.", "VOTAZZJONI NRU 86 FAVUR: 27", "L-Onor.", "|Agius David |Galea Franco | |Agius Francis |Galea Louis | |Azzopardi |Galea Mario | |Frederick | | |Azzopardi Jason |Gatt Austin | |Borg Tonio |Gonzi Michael | |Cassar Joseph |Mifsud Bonnici | | |Antoine | |Cristina Dolores |Mifsud Bonnici | | |Carmelo | |D'Amato Helen |Mugliett Jesmond| |Dalli John |Puli Clyde | |Debono Giovanna |Pullicino George| |Deguara Louis |Pullicino | | |Orlando Jeffrey | |Falzon Joseph |Vassallo Edwin | |Fenech Antonio |Zammit Ninu | |Galea Censu | |", "KONTRA: 22", "L-Onor.", "|Abela Carmelo |Farrugia Michael| |Abela Joseph |Farrugia Noel | |Agius Chris |Galdes Roderick | |Brincat Joseph |Gulia Gavin | |Buontempo Stefan |Herrera Jose' | |Cardona Chris |Mangion Charles | |Chircop Karl |Mizzi Joe | |Coleiro Marie |Parnis Silvio | |Louise | | |Cuschieri Joseph |Sammut Joseph | |Dalli Helena |Vassallo Adrian | |Farrugia Angelo |Vella George |", "Il-mozzjoni għaddiet u l-estimi ġew approvati.", "MR SPEAKER: Issa insejjaħ lill-Aġent Prim Ministru biex, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "TONIO BORG: Sur President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal għada, it-Tlieta, 15 ta' Frar 2005, fis-6.00 p.m., b'din l-aġenda:", "Mozzjonijiet", "Mozzjoni ta' l-Oppożizzjoni dwar Avviż Legali Nru 9 ta' l-2005 - Regolamenti ta' l-2005 li jemendaw ir-Regolamenti dwar il-Vetturi bil-Mutur (Tariffa ta' Nollijiet)", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar Arkivji Nazzjonali – Kumitat (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali - Tielet Qari; u", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Prevenzjoni ta' Abbuż fis-Swieq Finanzjarji - Tieni Qari.", "-----------------------------------", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Reġistru Ċentrali - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Hawn rimarki?", "L-Onor.", "George Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Sur President, dan l-aħħar smajna ħafna diskors dwar il-valuri.", "Meta nitkellem dwar dan is-suġġett, wieħed mill-ewwel valuri li jiġi f'moħħi huwa l-valur kardinali tal-verita'.", "Saħansitra anke r-reliġjon tagħna titkellem dwar il-verita' bħala xi ħaġa sagrosanta u importanti, fejn tgħid li wieħed m'għandux jigdeb.", "Madankollu nisimgħu ħafna diskors, fl-opinjoni tiegħi, vojt, dwar id- demokrazija.", "Fl-opinjoni tiegħi, id-demokrazija għandha żewġ elementi importanti ħafna.", "L-ewwelnett għandha d-dritt ta' l-espressjoni.", "Jaqbel jew ma jaqbilx ma' l-opinjoni ġenerali, wieħed għandu d-dritt ta' l- espressjoni.", "Barra minn hekk, id-demokrazija tiggarantixxi xandir ta' l- informazzjoni ħieles mill-indħil, ikun ġej minn fejn ikun ġej.", "Ħadd ma jista jxekkel lix-xandir ta' l-informazzjoni.", "Sur President, qiegħed ngħid dan għax f'din il-Kamra rrid nirreġistra bil- qawwa kollha dak li ġara lbieraħ f'pajjiżna, meta nżammet protesta nazzjonali – m'iniex se nidħol fl-għan tagħha – fejn għexieren ta' eluf ta' nies ħadu sehem f'manifestazzjoni ordnata, paċifika u ċivilizzata, li tagħmel unur lil kull pajjiż demokratiku.", "Independentement minn x'kien l- għan tagħha, ilbieraħ f'pajjiżna saret dimostrazzjoni massiċċja.", "L-iskop ta' din il-protesta nazzjonali kien li jitwassal messaġġ lill-gvern tal-ġurnata u lill-bqija tal-poplu.", "Huwa għalhekk li hemm il-mezzi tax- xandir, biex dawn iwasslu l-messaġġ lill-bqija tal-poplu.", "Dawk iċ- ċittadini f'pajjiż demokratiku bbażat fuq il-valuri tal-verita', li tant niftaħru bihom, anke issa li sseħibna fl-Unjoni Ewropea, kellhom id-dritt sagrosant li jkunu jafu b'dak li għaddej f'pajjiżhom.", "Min kien marid fis- sodda, min ma felaħx imur, min ma qabilx mal-protesta, min ried joqgħod id- dar jixxaħxaħ, kellhom id-dritt li jkun jaf x'inhu għaddej.", "Iżda x'ġara?", "L-aħbarijiet tal-bieraħ ta' l-istazzjon televiż nazzjonali, li nħallsu għalih ilkoll kemm aħna u li mingħandu nippretendu l-bilanċ, tant li anke hemm Awtorita' tax-Xandir, li hija parti mill-Kostituzzjoni, li xogħolha hu li tara li jkun hemm il-bilanċ – fil-fatt meta jixxandar xi dibattitu politiku, din l-awtorita' tara li l-ħin ikun maqsum eżatt u jekk xi ħaġa jgħid xi ħadd li ma tkunx bilanċjata, tan-naħa l-oħra jingħata d-dritt li jirrispondi – kienu oxxeni, tal-mistħija, degradanti u żgur mhux demokratiċi.", "Ilbieraħ, fl-aħbarijiet tal-PBS kien hemm manipulazzjoni politika, xejn inqas minn dik li kienet issir fi stati totalitarji, f'pajjiżi komunisti fejn l-espressjoni pubblika kienet maħnuqa u fejn min jikkmanda kien jikkontrolla dak li jasal għand in-nies.", "Il-bieraħ, min ra l-aħbarijiet baqa' b'ħalqu miftuħ għax wara ra li x'ġara permezz ta' Super One TV, il-PBS xandar dik l-oxxenita' ta' aħbar dwar dak li ġara fuq il-fosos tal-Furjana.", "Min hu responsabbli?", "Min jagħmel din il- manipulazzjoni politika, maħmuġa, permezz tax-xandir ta' l-istat?", "Bis- serjeta' nistaqsi min hu responsabbli.", "Jien naf li l-partit għamel protest lill-Awtorita' tax-Xandir, imma dan m'huwiex biżżejjed.", "L-Awtorita' tax- Xandir tista' tagħti l-mezz biex wieħed ipatti għan-nuqqas li jkun sar fil- konfront tiegħu.", "Iżda dan x'jiswa?", "Dan jiswa għall-fatt li min qiegħed jieħu d-deċiżjonijiet u min ikun fil- kamra ta' l-aħbarijiet tal-PBS, li jiddeċiedi x'jixxandar u x'għandu jara l- poplu, huwa oxxen, m'huwiex kapaċi u m'huwiex denn li jżomm dak il-post, hu min hu.", "Jien, li kont preżenti u rajthom b'għajnejja, ma nistax naċċetta li f'pajjiż demokratiku, ferħan li ssieħeb fl-UE, li jiftaħar bil-valuri tal-verita', jagħmel oltraġġ tax-xandir bħal dak li sar il-bieraħ fuq il- PBS.", "Jiena ngħid li min hu responsabbli, jew huwa l-iktar ġurnalist diżonest li jista' jkun hawn f'Malta, jew huwa l-iktar ġurnalist stupidu li hawn fil- pajjiż.", "Inkella huwa l-iktar ġurnalist politikament imċappas, għax mingħalih li billi juża l-istazzjon ta' l-istat biex jaħbi l-verita' mill- poplu, qiegħed iħassar dak li ġara.", "Iżda l-ħsara mhux lil min ċaħħad il- verita' għamilha, imma lill-kredibilita' tal-PBS u lilu nnifsu, għax l-ebda ġurnalist denn ta' l-isem ma jagħmel affarijiet bħal dawn.", "Irrid nappella lill-Fr.", "Joe Borg, li qiegħed imexxi lill-PBS, biex jekk hemm ġurnalist responsabbli għal dak li ġara lbieraħ, hu min hu, jieħu passi kontra tiegħu.", "Jekk inhu responsabbli, m'għandux triq oħra ħlief li jirriżenja.", "L-arroganza ta' dan it-tip ta' tistax tiġi tollerata f'dan il-pajjiż.", "Jien ma jinteressanix min kienet din il-persuna, pero' min hu responsabbli, irid jerfa' r-responsabbilta'.", "Ir-responsabbilta' għandha tibqa' tiela' sal-Ministru.", "Jekk tan-naħa l-oħra verament jemmnu fid-demokrazija u fil- verita', għandhom jaraw li dan it-tip ta' abbużi, din it-tip ta' arroganza f'wiċċ il-poplu, jieqaf.", "B'hekk biss nibda nemmen li dawn in-nies verament jemmnu fid-demokrazija, fil-verita', fil-valuri li jitkellmu dwarhom.", "Kieku l-PBS kien l-uniku stazzjon televiżiv f'pajjiżna, ħalli wieħed jabbuża u jidħak bil-poplu, imma meta jaf li kien hemm eluf ta' nies jipprotestaw, meta jaf li stazzjonijiet oħrajn kienu se jxandru l- verita'......!", "Anke xi gazzetti ta' dalgħodu stampaw ċappa sewda biex taparsi jaħbu l-verita', imma fuq il-gazzetti m'għandniex kontroll.", "Dan il- parlament għandu d-dritt li jikkritika lil dak li hu ta' l-istat, lil dak li jiffunzjona permezz tat-taxxi tagħna, lil dawk in-nies li s-salarju tagħhom jitħallas minn butna, li allura jridu jerfgħu r-responsabbiltajiet li għandhom.", "Qiegħed ngħidha ċara u tonda.", "Fr. Joe Borg, li safejn naf jien hu responsabbli mill-PBS, għandu jara min kien responsabbli għal dak li ġara, u jieħu l-passi neċessarji, inkella jerfa' r-responsabbilta' hu u jirriżenja.", "Nappella lill-Ministru biex jew jerfa' r-responsabbilta' hu, inkella jara x'se jagħmel.", "Fl-Ingilterra kien hemm ministru li rriżenja minħabba sempliċiment visa, aħseb u ara x'kien jagħmel kieku ġraw affarijiet moqżieża bħal dawn.", "Jiena naf li hawn min hu arroganti lejn is- superjuri tiegħu u lejn il-bqija tal-poplu, pero', jekk se nibqgħu ma niftħux ħalqna, ma nitkellmux u nħallu lil dan it-tip ta' ħmieġ għaddej, se nibqgħu neżlin in-niżla biex naslu fejn waslu pajjiżi oħrajn li għalqu għajnejhom quddiem dawn l-affarijiet u ħallewhom għaddejjin.", "Mr Speaker, se nibdel kompletament is-suġġett biex nitkellem dwar l-istorja li għaddejja bħalissa ta' jekk pajjiżna huwiex se jkun intitolat jew le għall-fondi strutturali ta' l-UE.", "B'fondi strutturali qegħdin nifhmu structural funds li min jaf kemm smajna nies min-naħa l-oħra, fir-run-up għar-referendum u għall-elezzjoni, jgħidu lill-poplu li dawn huma gelgul ta' flus li se jingħataw lilna għax se nkunu objective-1, biex jgħinuna fl- iżvilupp ta' pajjiżna.", "Illum, pajjiżna huwa membru ta' l-UE.", "Dan huwa fatt, pero' ħadd ma jista' jinnega li sa mill-2000, aħna konna wissejna lill-poplu biex joqgħod attent mid-dommatiżmu tan-naħa l-oħra, għax kien hemm ħafna indikazzjonijiet li juru li jista' jkun li ma nkunux intitolati għal dawn il-fondi, jew jekk inkunu ntitolati, dan ikun għal żmien qasir biss.", "Quddiemi għandi l- gazzetta \"The Times\" tat-23 ta' Frar, 2001, li tgħid hekk:", "\"Report casts doubts on Malta's future eligibility for EU funds.\"", "Dan jien kont għedtu għax dejjem ridna li l-poplu jkun jaf il-verita', li jagħmel il-kalkoli tiegħu fuq il-fatti.", "Anke qabel ma \"The Times\" xandret dan, f'intervisti oħrajn kont ngħid li kien se jkun hemm problemi dwar dawn il-fondi strutturali.", "Aħna bħala partit konna nafu x'qegħdin ngħidu.", "Ħaddieħor kien jaħseb li jaf iktar minna, kien jgħajjarna injoranti, li ma nifhmux.", "Iż-żmien tana parir, pero' aħna ninsabu mweġġgħin u ddispjaċuti.", "Huwa għalhekk li llejla qiegħed nitkellem hawnhekk u se nagħmel il-punt ċar.", "Aħna bl-ebda mod m'hu qegħdin nitolbu jew nixtiequ li l-gvern ma jirnexxilux iġib u jżomm id-dritt li nkunu eliġibbli għall-fondi kollha strutturali, matul il-perjodu kollu, mill-2007 sa l-2013.", "Aħna qegħdin nagħmluha ċara li we stand four square behind the government.", "Lill-kummissjoni għednielha ċar u tond li dan il-pajjiż huwa żgħir, dan il- pajjiż għandu bżonn ħafna flus biex jiżviluppa.", "Għednielha biex issa li qbilna li niġu fi ħdanha, ma tittrattaniex ħażin għax aħna żgħar.", "Lill- Prim Ministru Gonzi qegħdin ngħidulu biex jitkellem, għax aħna ninsabu warajh, aħna bħalu nixtiequ li nieħdu ċ-ċans li nkunu eliġibbli għal dawn il-fondi.", "Issa jsirux eċċezzjonijiet jew le, aħna ma jimpurtaniex xi jsir, basta ningħataw din l-għajnuna.", "Nemmnu li għallinqas għandu jkollna ċ-ċans li fl-ewwel ħames snin, mis-sena 2007 sas-sena 2013, ikollna dritt għal dawn il-fondi, bħalma kellu dritt għalihom ħaddieħor.", "M'għandniex inbatu minħabba t-tibdil fiċ-ċirkostanzi, peress li l-pajjiżi ta' l-Ewropa tal- Lvant issieħbu fl-UE u l-istatistika ħadmet kontra tagħna.", "Strettament, ir- regolamenti huma dawk u ċ-ċans li ma nkunux eliġibbli qiegħed hemm.", "Iva, aħna konna ngħidu li jista' jkun li ma nkunux eliġibbli għat-tul, għax mill-ewwel deher x'se jiġri, konna nistudjaw u b'xi mod, dawn l-affarijiet konna nafuhom.", "Nerġa' nagħmilha ċara li aħna m'aħniex se naħdmu kontra l- gvern.", "F'dan il-każ, m'hemmx differenzi bejnietna.", "Għall-benefiċċju ta' pajjiżna, aħna ninsabu wara l-Prim Ministru tagħna, li fi Brussell għandu jitlob u jesiġi bi dritt li jekk nistgħu nieħdu dawn il-fondi, neħduhom kollha għax dan il-pajjiż għandu bżonn il-flus.", "Pero', dan xorta jġegħilna nirriflettu dwar kemm kien hemm min biegħ l-affarijiet bl-addoċċ, kemm iddieħku bina, kemm waqqgħuna għaż-żufjett, qisna konna qegħdin nitkellmu dwar il-ħmerijiet.", "Nerġa' ngħid li aħna ma rridux naqilgħu l-prosit jew li jgħidulna kemm konna bravi, imma issa araw fiex ġejna!", "Araw x'inkwiet ninsabu fih!", "Kien hemm min qalilna li kien ċert li dawn l-għajnuniet konna se nkomplu neħduhom, iżda dan ma kienx minnu.", "Huwa għalhekk li l-Prim Ministru, għada għandu jkun fi Brussell, biex jitkellem, biex jibda.", "Din m'hijiex xi ħaġa li se tiġi deċiża llum, għandna xhur twal quddiemna, pero' naħseb li huwa tajjeb li l-Prim Ministru jkun jaf li din l-oppożizzjoni tinsab warajh u taqbel li għadna nagħmlu minn kollox ħalli nġibu dawn il-fondi lejn pajjiżna.", "Anke lill-MEPs tagħna qegħdin ngħidulhom biex jitkellmu ma' l- oħrajn, favur li jkollna d-dritt għal dawn il-fondi.", "Huwa għalhekk li jien niddejjaq meta nara li f'gazzetta riċenti, l-ex- ministru għall-affarijiet barranin, illum il-Kummissarju Joe Borg, jiġi rappurtat li qal li l-konvinzjoni tal-poplu kienet ibbażata fuq pakkett u mhux fuq issue waħda.", "Issa se jgħidilna li qatt ma qal li konna se nkunu ntitolati, bla dubju ta' xejn, għall-fondi strutturali kollha!?", "Dawn m'humiex fondi ta' koeżjoni.", "Il-fondi ta' koeżjoni se nibqgħu nikkwalifikaw għalihom għax għaddejna d-90% ta' l-average tad-dħul ta' l- UE.", "Ma jidhirlix li kif qal l-ex-ministru Borg, il-pakkett tan-negozjati kien xi ħaġa sħiħa u mhux biċċa biċċa.", "Jiddispjaċini li llum forsi qiegħed komdu u qiegħed ifarfar mir-responsabbilta'.", "Jekk irid jammetti li kien żbaljat u li ma riedx jgħid kollox lill-poplu, jammetti, mhux jgħid li dan il-poplu vvota fuq pakkett sħiħ.", "Dr Joe Borg qal li dik kienet ibbażata fuq ir-regolamenti u l-kalkoli ta' l- istatika ta' dak iż-żmien.", "Allura l-previżjoni politika fejn qiegħda?", "Biex lill-poplu tieħdu x'imkien, ma tridx tipprevedi fejn se tasal?", "Toqgħod biss fuq x'kienu r-regolamenti u l-istatistika ta' dak iż-żmien?", "Ma jafx li dawn jinbidlu?", "M'iniex qiegħed ngħid dan biex nikkritika lill- ex-ministru Borg b'mod personali imma biex naraw li ma nħallux statements bħal dawn jibqgħu għaddejjin.", "David Casa qalilna li ma jistax jilgħabha tal-profeta.", "Daqskemm kienu jilagħbuha tal-profeti qabel!", "Darba kien qalilna li kienu ġejjin Lm400 miljun għat-Tarzna!", "Issa m'huwiex se jilgħabha tal-profeta?", "Kemm isiru umli f'daqqa waħda?", "David Casa qalilna li ma jimpurtax għax xorta se nibqgħu nibbenifikaw minn fondi oħrajn.", "Allaħares le, imma l-argument m'huwiex dak.", "L-argument huwa l-fondi strutturali, li n-naħa tal-gvern kienet tgħid li kienu ġejjin żgur, bla dubju ta' xejn, u li issa they're chickening out minnhom.", "L-aħħar kumment tiegħi nixtieq nagħmlu dwar dak li qal Simon Busuttil, li issa qiegħed jilgħab bid-diskors.", "Qal li għadu ż-żmien u s'hawn naqbel miegħu.", "Huwa għalhekk li qegħdin ngħidu minn issa li aħna nixtiequ li l- gvern jirnexxilu jakkwista dawn il-fondi, pero' ma nistgħux nilagħbu bid- diskors u ngħidu li hemm differenza bejn li wieħed ikun net beneficiary u li jieħu objective one.", "Dan xi jfisser?", "Objective one ifisser li pajjiż jieħu l-fondi strutturali fil-massimu tagħhom, u net beneficiary jfisser li pajjiż ikun qiegħed jieħu iktar milli jagħti.", "Anke jekk pajjiż jieħu 1 Euro iktar mill-miljuni li jkun ta, ukoll ikun a net beneficiary, imma d-diskors li ntqal fil-passat ma kienx dan.", "Kien li l-fondi strutturali jkunu żgur tal-poplu Malti, taħt objective one.", "Issa s-Sur Busuttil qiegħed jgħidilna li ma tagħmilx differenza għax xorta se nibqgħu a net beneficiary.", "Dażgur li nibqgħu a net beneficiary, allaħares le, għallinqas għall-ewwel snin!", "Sur President, qiegħed ngħid dawn l-affarijiet biex inkunu nafu x'ġara, inkunu nafu fejn qegħdin u l-poplu Malti jkun jaf min jixtieqlu l-iktar ġid.", "Aħna m'aħniex qegħdin nibqgħu barra minn din il-kwestjoni u nħallu lill-gvern jaqa' għaċ-ċajt man-nies.", "Lill-gvern qegħdin ngħidulu minn hawnhekk li jekk għandu bżonn l-għajnuna tagħna, aħna lesti li nagħtuhielu, biex b'hekk inġibu l-flus lejn dan il-pajjiż.", "Aħna dejjem ġid xtaqna lil dan il-pajjiż.", "Fil-fatt, qegħdin nippruvaw ngħinu f'dak li pprevedejna u li konna nafu li jista' jiġri, mentri ħaddieħor, jew kien jaf u ma tkellimx, u allura huwa diżonest, jew ma kienx jaf, u allura huwa injorant.", "Nirringrazzjak..", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Silvio Parnis.", "ONOR.", "SILVIO PARNIS: Mr Speaker, fil-ħin li għandi allokat għalija se nitkellem dwar l-anzjani, li f'dawn l-aħħar snin, b'mod speċjali f'dawn l- aħħar xhur, qegħdin isibu bibien magħluqa.", "Inħoss li għandi nitkellem dwar issues importanti li jolqtu lill-anzjani, bħall-home-help, is-sussidju fuq it-telephone, il-pilloli out of stock, l-approvazzjoni ta' pilloli ġodda, l- ikel fir-residenza San Vinċenz u l-fatt li anzjani residenti f'San Vinċenz iħallsu 80% tal-pensjoni biex ikunu jistgħu jgħixu f'dan l-isptar.", "Il-home-help ġie mwaqqaf bl-iskop li l-anzjani jibqgħu jgħixu fi djarhom u biex jissaħħaħ is-servizz fil-komunita'.", "Ħafna anzjani li jibbenefikaw minn dan is-servizz, wara li kienu ilhom snin sħaħ jingħataw l-għajnuna mill-istess persuna, issa spiċċaw biex din il-persuna inbidlet ma' oħrajn ġodda.", "Filwaqt li qegħdin ngħidu li rridu noħolqu ambjent ta' familja u nħallu lill-anzjani fi djarhom, wara li jibnu relazzjoni ta' fiduċja mal- home-help, li tkun ilha tnaddfilhom id-dar, tixtrilhom il-pilloli eċċ. għal xi seba' snin, il-gvern jiddeċiedi li jibdilha u jibgħat home-help ġdida.", "Jien ma nistax nifhem kif nivvintaw miżuri ġodda mingħajr ma nħarsu lejn l- impatt soċjali li dawn iħallu fuq l-individwu.", "Mr Speaker, għalkemm f'dan il-parlament, nużaw il-mistoqsijiet parlametari biex inkunu nistgħu ngħinu lill-anzjani li jgħaddu minn tant problemi, qisna qegħdin nitkellmu mal-ħajt.", "Irrid nistaqsi lill-membri tal-gvern jekk huwiex minnu li s-sussidju fuq it-telefon għal min għandu l-kartuna r- roża huwa limitat għall-ewwel 5,000 anzjan.", "Ilni żmien twil nagħmel din il- mistoqsija u qiegħed nerġa' nistaqsi għax persważ li tan-naħa l-oħra se jagħtuni tweġiba jew ta' l-inqas jippruvaw iduru mal-lewża biex taparsi għamlu xi ħaġa filwaqt li aħna, meta konna fil-gvern m'għamilna xejn.", "Jekk jista' jkun, nitlob li ningħata tweġiba bil-miktub.", "F'dawn l-aħħar ġimgħat xbajt nagħmel mistoqsijiet parlamentari dwar il- pilloli out of stock.", "Nistaqsi lill-Ministru dwar kemm beħsiebu jdum biex jiġbor statistika tal-pilloli out of stock fl-isptarijiet.", "X'qiegħed jistenna?", "Għamiltlu erba' domandi u dejjem jirrispondini li t-tagħrif għadu qiegħed jinġabar.", "Sal-lum stess erġajt għamiltlu l-istess domanda u t-tweġiba reġgħet kienet li l-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar u se tingħata f'seduta oħra.", "Minn xiex qiegħed jibża'?", "Fuq kollox, m'hemmx bżonn jagħtihielna l-Ministru l-informazzjoni għax l-anzjani li javviċinawna, jgħidulna bil-kwantita' kbira ta' pilloli neqsin.", "Aħna nafu għaliex il-Ministru qiegħed itawwal biex jagħti risposta.", "Qiegħed jagħmel hekk biex ma jikxifx il-kwantita' kbira ta' pilloli out of stock li hemm bħalissa, ħalli dan ma jidhirx fil-gazzetti.", "Meta imbagħad iġib il-pilloli kollha out of stock li għandu jġib, jagħtina risposta.", "Il-qasam ta' l-anzjani huwa wieħed sensittiv u ma jistax ikun li naħdmu b'dawn it-tijatrini.", "Nerġa' ngħid li għamilt tliet domandi konsekuttivi u r-risposta tal-Ministru dejjem tkun li l-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar.", "Forsi huwa minnu li għadha qiegħda tinġabar għax tant hemm pilloli out of stock, li hija xi ħaġa tal-mistħija għad-dipartiment konċernat.", "Għalkemm il-Ministru qiegħed itawwal biex jagħti l- informazzjoni, jiena ngħidlu li l-anzjani u n-nies li kienu jissimpatizzaw mal-partit Nazzjonalista, qegħdin jagħtuhielna huma l-informazzjoni, filwaqt li jħeġġuna biex nagħmlu xi ħaġa fir-rigward ta' dan il-qasam.", "La qiegħed nitkellem dwar il-pilloli, ma nistax ma nsemmix il-fatt li kif persuna tagħlaq 75 sena ma tibqax eliġibbli biex tingħata ċerti pilloli.", "Il-gvern qal li l-WHO qalet li dawn il-pilloli ma jibqgħux jaħdmu fuq l- anzjani, iżda professuri oħrajn jgħidu li iva, diment li persuna tibqa' tieħu dawn il-pilloli, iva, jibqgħu jaħdmu fuqha.", "Għaliex ma ngħidux li xxuttajna mill-flus, li n-Nazzjonalisti nefqu kollox u tefgħu lill-pajjiż fi problemi kbar?", "Għaliex ma ngħidux li llum huwa ż-żgħir li qiegħed ibati?", "Jekk aħna l-membri ta' din in-naħa tal-Kamra m'aħniex se nkunu kapaċi nitkellmu, se nispiċċaw kompliċi tagħhom, xi ħaġa li ma rridux nagħmlu.", "Il-bieraħ il-poplu tkellem.", "Ma kinux biss il-Laburisti li tkellmu, iżda l-poplu kollu, b'leħen wieħed qal li ma jistax ikun li nkomplu mexjin f'din it-triq.", "Jien sa dalgħodu stess ċempilt lid-dipartiment minħabba pilloli tad- depression għal persuna anzjana u min kellimni qalli li l-gvern m'huwiex qiegħed japprova pilloli ġodda.", "Għalhekk nistaqsi jekk dan huwiex minnu jew le.", "Hawnhekk qegħdin nitkellmu dwar is-saħħa, mhux dwar xi bankina!", "Min se jbati jekk dawn il-pilloli jibqgħu out of stock, jibqgħu ma jiġux approvati u jibqgħu jinqatgħu hekk kif persuna tagħlaq 75 sena?", "Mhux dawk li għandhom l-inqas dħul!", "La l-gvern ma jridx jiddefendi lill-batuti, dawn qegħdin iduru fuqna u jitolbuna biex nagħmlu xi ħaġa.", "Kien intqal li kienu ġejjin ħafna miljuni ta' flus mill-UE u minn kullimkien, kien intqal li l-pajjiż jinsab miexi 'l quddiem.", "Miexi 'l quddiem b'dawn il-miżuri!?", "Nerġa' ngħid li b'miżuri bħal dawn, huma ż-żgħar, min jgħix bil-paga minima, l-anzjani u min jieħu Lm130 fix-xahar pensjoni tal-wens li qegħdin ibatu.", "Mr Speaker, bl-aktar mod responsabbli ngħid li hemm bżonn li jsir xi ħaġa fir-rigward ta' l-ikel li jingħata fir-residenza San Vinċenz.", "F'din il- ġimgħa, jien u l-Onor.", "Sant morna ġewwa San Vinċenz u ltqajna ma' anzjani li talbuna bil-ħniena biex nagħmlu xi ħaġa rigward l-ikel.", "Bħala nies responsabbli, li l-poplu tellagħna f'dan il-parlament biex nitkellmu f'ismu, aħna qegħdin ngħidu lil dawn l-anzjani li jekk il-gvern m'huwiex se jagħti kashom, inwiegħduhom li meta nkunu fil-gvern, fil-qasam ta' l- anzjani se naħdmu bis-serjeta'.", "Lin-naħa tal-gvern nista' ngħidilha li aħna għandna informazzjoni dwar x'qiegħed jiġri f'kull sala li hemm f'San Vinċenz.", "Min qiegħed jagħtina din l-informazzjoni m'humiex biss nies li jissimpatizzaw mal-partit Laburista imma huma nies li għandhom għal qalbhom lill-anzjani.", "Aħna ninsabu lesti li naħdmu ma' kulħadd, ma' dawk kollha li għandhom għal qalbhom lill- anzjani.", "Nerġa' ngħid li dan huwa settur sensittiv, għalhekk ma nippretendix li jkun hemm din il-porkerija.", "Lill-anzjani f'San Vinċenz, il- gvern qiegħed jeħdilhom 80% tal-pensjoni.", "Hemm anzjani li ntalbu jħallsu l- arretrati u qegħdin jispiċċaw b'Lm5 jew Lm6 fix-xahar.", "Meta fil-passat, l- anzjan kien sinjur, illum dan il-gvern ġabu tallab.", "Il-partit Laburista qiegħed jaġġorna l-politika tiegħu fil-qasam ta' l- anzjani, biex tkun realistika għaż-żminijiet li ġejjin u li ninsabu fihom.", "Għalhekk inwiegħdu lill-anzjani li meta l-partit Laburista jkun fil-gvern, id-djar ta' l-anzjani se jkunu t-tieni dar tagħna, se nkunu hemmhekk, se nkunu nafu x'qiegħed jiġri, se nirranġaw id-difetti u l-iżbalji kollha li hemm, se nneħħu t-traskuraġni kollha, filwaqt li nagħtuhom l-aħjar servizz.", "Jekk għada pitgħada, il-gvern se jibqa' ma jagħtix widen għal dak li qegħdin ngħidu f'din il-Kamra, se mmorru nwasslu l-leħen tagħna fid-djar ta' l-anzjani, biex nagħtuhom l-aħjar servizz.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada t-Tlieta, 15 ta' Frar, 2005, fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Aġent Prim Ministru.", "Fl-9.54 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "ĊENSIMENT NAZZJONALI", "10201.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 10041 u cioe' jgħid fiex wasal ix-xogħol biex isir iċ-ċensiment nazzjonali li jsir kull għaxar snin?", "Jista' jgħid kemm se jqum dan iċ-ċensiment?", "Meta se jsir?", "Liema oqsma tal-ħajja se jkopri?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta li ngħatat għal mistoqsija parlamentari 10041.", "KONTIJIET TAD-DAWL U L-ILMA", "10261.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm inġabru ħlasijiet dovuti għall-kontijiet tad-dawl u l-ilma fix-xhur ta' Novembru u Diċembru 2004?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jien informat li l-ammont ta' ħlasijiet għall- kontijiet tad-dawl u l-ilma fix-xhur ta' Novembru u Diċembru 2004 huwa hekk kif spjegat hawn taħt: Xahar Lm", "|Novembru '04 | 8,545,549 | |Diċembru '04 | 5,899,952 | |Total |14,445,501 |", "ĦAL KIRKOP : TRIQ IL-FIERES - DAWL BAXX", "10320.", "L-ONOR.", "CLYDE PULI staqsa lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jindaga ilmenti li qegħdin jasluli minn residenti ta' Triq il-Fieres, f'Ħal Kirkop dwar supply baxx ta' dawl?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jien informat li l-investigazzjoni meħtieġa diġa' saret u x-xogħol meħtieġ se jinbeda.", "INVESTIMENT, INDUSTRIJA U TEKNOLOĠIJA TA' L-INFORMAZZJONI - KONTIJIET TAT- TELEPHONE", "10332.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm tħallsu flus f'kontijiet tat-telephone ta' residenzi ta' uffiċjali governattivi bejn Jannar 2003 u Diċembru 2004?", "Min huma l-persuni intitolati għal ħlas tat-telephone privat fir-residenza tagħhom?", "Kemm hu l- ammont ta' ħlas li dawn huma intitolat għalih kull xahar?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jien informat li l-ammont ta' flus li tħallsu f'kontijiet tat-telephone ta' residenzi ta' uffiċjali governattivi bejn Jannar 2003 u Diċembru 2004 kien ta' Lm6,483.39.", "Dan il-ħlas sar skond il- kuntratt engagement of staff for minister's secretariats li kopja tiegħu tpoġġiet fuq il-mejda ta' din il-Kamra kif ukoll skond il-performance agreements.", "IMMIGRANTI KLANDESTINI", "10493.", "L-ONOR.", "FRANCO GALEA staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hemm suldati tal-forzi armati ta' Malta stazzjonati fil-barracks ta' Ħal Safi?", "Kemm minnhom jagħmlu xogħol ta' għassa ma' l-immigranti klandestini?", "Kemm kien ikun hemm suldati ta' l-AFM għassa diretta ma' l-immigranti klandestini fil-barracks ta' Ħal Safi at any one time qabel seħħew l-inċidenti tat-13 ta' Jannar 2005?", "Kemm hemm għassa wara li seħħew dawn l-inċidenti?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li n-numru ta' suldati stazzjonati fil-barracks ta' Ħal-Safi huwa ta' 191, inklużi l- fizzjali.", "Minn dan in-numru, 48 jagħmlu xogħol ta' għassa ma' l-immigranti irregolari.", "Barra minn dawn hemm 17-il suldat ieħor li wkoll jagħmlu għassa ma' l-immigranti irregolari, iżda dawn jiġu minn Units oħra.", "Tajjeb li wieħed isemmi li hemm aktar suldati li jaħdmu indirettament ma' l- immigranti rregolari fosthom kokijiet, xufiera u oħrajn.", "In-numru ta' suldati li jagħmlu għassa diretta ma' l-immigranti irregolari fil-barracks ta' Ħal-Safi baqa' 17, kif kien qabel l-inċidenti tat-13 ta' Jannar 2005.", "ĊENSIMENT NAZZJONALI", "10507.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru issa jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 10041 u 10201 u cioe' jgħid fiex wasal ix-xogħol biex isir iċ-ċensiment nazzjonali li jsir kull għaxar snin?", "Jista' jgħid kemm se jqum dan iċ- ċensiment?", "Meta se jsir?", "Liema oqsma tal-ħajja se jkopri?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta li ngħatat għal mistoqsija parlamentari 10041.", "BOROŻ TAL-PLASTIC - ECO-TAX", "10511.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 10056, li oriġinarjament saret lill-ministru għall-affarijiet rurali u ambjent u li issa ġiet riferuta lilu, u cioe' jgħid jekk il-boroż tal-plastic li jiġu mgeżwrin fihom ħwejjeġ u affarijiet oħra għall-bejgħ humiex intaxxati bl-eco-tax?", "Min iħallas l-eco-tax fuq xogħol importat minn barra f'każi fejn hi applikabbli din it-taxxa?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li dawk il-boroż tal-plastic li jkun hemm imgeżwra fihom oġġetti, bħal qomos, m'humiex soġġetti għal din il-kontribuzzjoni.", "Iżda jekk meta jinxtara xi oġġett dan jitpoġġa f'borża tal-plastic (shopping bag), allura dan ikun soġġett għal EKO- kontribuzzjoni.", "Rigward l-aħħar parti tad-domanda: l-EKO-kontribuzzjoni ma tiġix imħallsa ma' l-importazzjoni imma meta jsir l-ewwel bejgħ ta' dak l-oġġett jew prodott, sew jekk ikun importat, akkwistat jew manifatturat lokalment.", "SPEZZJONIJIET FIL-BIĊĊERIJA", "10372.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jinformana bl-aħħar żviluppi taż-żjara li għamlu l-uffiċjali/spetturi ta' l-Unjoni Ewropea fil-biċċerija?", "Jista' ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja ta' rapporti li dawn ikkommunikaw?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Ninsab informat li ż-żjara li għamlu l-ispetturi ta' l-Unjoni Ewropea kienet bħala audit tad-dipartiment ta' l-ikel, alimentari u djanjostika, u kull żjara li saret kienet bħala audit u mhux bħala spezzjoni ta' approval.", "Sal-lum il-ġurnata għad m'hemm l-ebda rapport.", "BORDER INSPECTION POINT", "10374.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jinformana bl-aħħar żviluppi taż-żjara li għamlu l-uffiċjali/spetturi ta' l-Unjoni Ewropea fil-border inspection point?", "Jista' ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tar-rapport ta' l- ispezzjoni li saret?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Ninsab informat li sal-lum il-ġurnata għadu ma sarx rapport f'dan ir-rigward.", "INDUSTRIJA LOKALI TAT-TJUR", "10376.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jinformana jekk il-prezzijiet ta' l- industrija lokali tat-tjur fil-preżent humiex kompetittivi ma' industriji tat-tjur oħra fl-Unjoni Ewropea?", "Jekk le, kemm hija l-marġini tad- differenza li teżisti u x'qed jagħmel il-gvern sabiex jassigura u jgħin lil din l-industrija lokali tegħleb id-differenza in kwestjoni?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Ninsab informat li l-kompetizzjoni ma' prodotti tat-tjur minn pajjiżi oħra ta' l-Unjoni Ewropea tiddependi minn diversi fatturi u mhux neċessarjament dawk relatati ma' l-istruttura ta' l- ispejjeż.", "Li hu ċert hu li l-prodott lokali għandu vantaġġ meta jinbiegħ bħala frisk u għandu jiġi apprezzat aktar mill-konsumatur lokali.", "TROBBIJA TAT-TJUR", "10378.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jinformana kif iż-żieda fil-prezz tal- pitrolju mhux se tolqot ħażin il-kompetittivita' ta' l-industrija lokali tat-trobbija tat-tjur?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "FLIELES TAS-SIMNA", "10381.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jirriżultalu l-Ministru li fis-sena 2004 bejn importazzjoni ta' bajd tal-flieles u parent stock lokali pajjiżna rabba 5.7 miljun fellus?", "Jekk fin-negattiv, jista' jinformana bid-dettal preċiż?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Ninsab informat li l-figura ta' 5.7 miljun hija ta' bajd tat-tifqis tas-simna u mhux ta' flieles.", "In-numru ta' flieles imfaqqsa fis-sena 2004 minn dan il-bajd huwa skond it-tweġiba li ngħatat għal mistoqsija parlamentari 10343.", "FLIELES TAS-SIMNA", "10382.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jirriżultalu l-Ministru li fis-sena 2003 bejn importazzjoni ta' bajd tal-fellus u parent stock lokali pajjiżna rabba 7.5 jew 7.8 miljun fellus?", "Jekk le, jista' jinformana bid-dettal preċiż?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Li timporta numru ta' bajd għat-tifqis ma jfissirx li ser ikollok l-istess numru ta' flieles.", "Dan jiddependi minn ħafna fatturi.", "In-numru ta' flieles li ġie reġistrat li tfaqqsu kien ta' 5,791,985.", "FTS - IMPJEGATI", "10405.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 10106, jista' il-Ministru jgħid l-interess ta' min qed jippretendi li jħares meta ma jweġibx din il-mistoqsija meta drabi oħra tkun imwieġba?", "Jikkonferma li dawn iż-żewġ persuni b'kumbinazzjoni huma miż-Żurrieq?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Jista' jagħti l-każ li l-Onor.", "Membru qed ikejjel b'xiber il-partit tiegħu.", "Jien fl-ebda mument ma ġejt informat liema impjegati se jgħaddu mis-settur pubbliku għall-ente konċernata, u sirt naf biss li xi ħadd hu miż-Żurrieq wara li saret il-mistoqsija mill-Onor.", "Membru.", "MINISTERU GĦAL GĦAWDEX - ĦADDIEMA", "10408.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' il-Ministru tgħid kemm hemm impjegati ma' kumpanniji/entitajiet/awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha li għandhom iktar minn 61 sena?", "Min huma?", "Kemm hemm minnhom li qegħdin b'xi forma ta' kuntratt jew huma konsulenti?", "X'remunerazzjoni u/jew allowance għandhom?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Ninsab informata li l-informazzjoni mitluba mill- Onor. Interpellant hi kif murija fit-tabella hawn annessa.", "|Sezzj|Impjeg|b' |remune|Allow|Ammont | |oni |ati 'l|kuntr|razzjo|ance |fis-sena| | |fuq |att/ |ni | | | | |minn |konsu|Lm | | | | |61 |lenti|fis-se| | | | |sena | |na | | | |Sptar|Dr |Consu|10,370|Expat|1400 | |Ġener|Andrze|ltant| |riate|600 | |ali |j |Gynae| |On | | |ta' |Armaty|colog| |Call | | |Għawd|s |ist | |Actua|800 | |ex | | | |l | | | | | | |Atten| | | | | | |dance| | | | | | |After| | | | | | |Hours| | |Sptar|Dr |Consu|10,370|Expat|1400 | |Ġener|Radova|ltant| |riate|600 | |ali |n |Patho| |On | | |ta' |Nemece|logis| |Call | | |Għawd|k |t | |Actua|800 | |ex | | | |l | | | | | | |Atten| | | | | | |dance| | | | | | |After| | | | | | |Hours| |", "SAĦĦA, ANZJANI U KURA FIL-KOMUNITA' - ĦADDIEMA", "10409.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm impjegati ma' kumpanniji/entitajiet/awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li għandhom iktar minn 61 sena?", "Min huma?", "Kemm hemm minnhom li qegħdin b'xi forma ta' kuntratt jew huma konsulenti?", "X'remunerazzjoni u/jew allowance għandhom?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-informazzjoni għadha qed tinġabar u risposta tingħata f'xi xeduta oħra.", "INVESTIMENT, INDUSTRIJA U TEKNOLOĠIJA TA' L-INFORMAZZJONI - ĦADDIEMA", "10411.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm impjegati ma' kumpanniji/entitajiet/awtoritajiet li jaqgħu taħt id- dekasteru tiegħu li għandhom iktar minn 61 sena?", "Min huma?", "Kemm hemm minnhom li qegħdin b'xi forma ta' kuntratt jew huma konsulenti?", "X'remunerazzjoni u/jew allowance għandhom?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "AFFARIJIET RURALI U AMBJENT - ĦADDIEMA", "10412.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm impjegati ma' kumpanniji/entitajiet/awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li għandhom iktar minn 61 sena?", "Min huma?", "Kemm hemm minnhom li qegħdin b'xi forma ta' kuntratt jew huma konsulenti?", "X'remunerazzjoni u/jew allowance għandhom?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Ninsab informat li l-MEPA tħaddem magħha żewġ impjegati li għandhom iktar minn 61 sena.", "Dawn huma Jean de Conti Manduca u Evelyn Pisani.", "It-tnejn qegħdin fuq kuntratti definiti ta' sena u għandhom kundizzjonijiet skond il-ftehim kollettiv.", "Is-salarji u l- allowances annwali tagħhom huma kif ġej:", "|Isem |Grad |Rimunerazzjoni/Allo| | | |wances | |Jean |Sanitary|Lm 9,250 fis-sena | |de |Engineer|car allowance ta' | |Conti |ing |Lm 1,240 fis-sena. | |Manduc|Officer | | |a | | | |Evelyn|Impjegat|Lm6,212 fis-sena u | |Pisani|a |kundizzjonijiet | | |f'pożizz|oħrajn skond | | |joni ta'|il-ftehim kollettiv| | |Segretar| | | |ja | |", "Il-kumpannija Wasteserv Malta limited m'għandha l-ebda impjegati li għandhom iktar minn 61 sena.", "ŻVILUPP URBAN U TOROQ - ĦADDIEMA", "10413.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm impjegati ma' kumpanniji/entitajiet/awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li għandhom iktar minn 61 sena?", "Min huma?", "Kemm hemm minnhom li qegħdin b'xi forma ta' kuntratt jew huma konsulenti?", "X'remunerazzjoni u/jew allowance għandhom?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ninsab informat li hemm żewġ impjegati f'kumpanniji/entitajiet/awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi li għandhom iktar minn 61 sena.", "Dawn jaħdmu ma' l-awtorita' dwar it-trasport ta' Malta u l-informazzjoni mitluba dwar dawn il-persuni hija kif tidher hawn taħt:", "- il-Maġġur Peter Ripard li għandu 68 sena u li jaħdem bħala konsulent.", "Għandu kuntratt definit li beda fl-1 ta' Ġunju 2002 b'terminu fil-31 ta' Mejju 2005, fuq bażi part-time ta' 20 siegħa fil-ġimgħa, u għandu salarju ta' Lm5,516.25 fis-sena.", "- il-Maġġur Mark Sammut Tagliaferro li għandu 61 sena u li jaħdem bħala direttur fi ħdan id-direttorat tal-liċenzji fuq kuntratt definit li beda fl- 1 ta' Frar 2004 b'terminu fil-31 ta' Mejju 2005 u għandu salarju ta' Lm10,682 fis-sena.", "FAMILJA U SOLIDARJETA' SOĊJALI - ĦADDIEMA", "10414.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru tal-Familja u tas- Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid kemm hemm impjegati ma' kumpanniji/entitajiet/awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha li għandhom iktar minn 61 sena?", "Min huma?", "Kemm hemm minnhom li qegħdin b'xi forma ta' kuntratt jew huma konsulenti?", "X'remunerazzjoni u/jew allowance għandhom?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Ninsab informata li t-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-tabella li tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra iktar kmieni fis- seduta.", "SKOLA TAL-KARWIJA - XOGĦLIJIET", "10418.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 10169, jista' il-Ministru jagħti lista ta' dawk it-tenders li diġa' ġew pubblikati?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ser inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra lista ta' tenders li ġew pubblikati dwar xogħlijiet li qed isiru, jew li ser isiru, fl-iskola tal-Karwija.", "FTS – ING.", "FARRUGIA", "10460.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 10154, jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-agreement li sar ma' l- Inġinier Farrugia, sakemm mhux diġa' ġie mqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "MEPA - SPEZZJONIJIET FUQ SITI TA' KOSTRUZZJONI", "10482.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid kemm saru spezzjonijiet fuq siti ta' kostruzzjoni s-sena li għaddiet?", "Kemm-il darba twaqqaf xogħol li kien qed isir?", "F'liema nħawi?", "X'kienu r-raġunijiet prinċipali?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Ninsab informat li matul is-sena li għaddiet l- uffiċjali ta' l-infurzar tal-MEPA għamlu 10,650 spezzjoni (monitoring) fuq deċiżjonijiet li ttieħdu dwar applikazzjonijiet għal żvilupp.", "Matul l- istess sena nħarġu total ta' 1,021 avviż ta' twettieq.", "MWIET FUQ POSTIJIET TAX-XOGĦOL", "10483.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid fl-2004 u matul din is- sena s'issa, kemm kien hemm imwiet fuq il-postijiet tax-xogħol f'Malta u Għawdex u kemm minnhom kienu fuq siti ta' kostruzzjoni?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li matul is-sena 2004 sal-lum seħħew 13-il mewt fuq il-postijiet tax-xogħol, disgħa minn dawn l-inċidenti seħħew fuq siti ta' kostruzzjoni.", "Minn dawn id-disa' każ wieħed biss seħħ f'Għawdex.", "SKEJJEL TA' L-ISTAT - NUQQAS TA' GĦALLIEMA", "10484.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm vakanzi ta' għalliema bħalissa f'kull livell ta' l-edukazzjoni fl-iskejjel ta' l-Istat?", "F'liema suġġetti u f'liema skejjel?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li bħalissa m'hemm l-ebda vakanzi ta' għalliema fl-iskejjel ta' l-Istat.", "UNCTAD REFORM", "10540.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin: Jista' il-Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni tal-Gvern Malti dwar l-EU non- paper on UNCTAD reform?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: F'Diċembru ta' l-2004 il-Presidenza Olandiża ppreżentat lid-delegazzjonijiet permanenti ġewwa Ġinevra non-paper intitolata Non-paper on forward-oriented prospectives for UNCTAD.", "F'dan id- dokument il-Presidenza enfasizzat il-bżonn li jkun hemm diskussjoni dwar il- pożizzjoni ta' l-Unjoni Ewropea fil-konfront tax-xogħol ta' l-UNCTAD.", "Il-Presidenza talbet lid-delegazzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea sabiex jikkunsidraw iż-żewġ għażliet hekk kif proponuti fl-imsemmija non-paper.", "Fi kliem ieħor, id-delegazzjonijiet ġew mitluba jagħżlu jekk l-Unjoni għandhiex tħalli l-istatus quo jew inkella tagħmel sforzi ġenwini sabiex jiġu introdotti ideat ġodda, kemm mil-lat sostantiv kif ukoll minn aspett proċedurali.", "Id-delegazzjoni Maltija ġewwa Ġinevra fir-risposta li tat lill-Presidenza Olandiża indikat li l-Gvern Malti jaqbel li l-Unjoni Ewropea għandha tagħmel sforz biex jiġu introdotti ideat fl-ambitu ta' l-UNCTAD il-budget li jmiss, l-iżviluppi fid-Doha development round, kif ukoll ir-riforma tal- Ġnus Magħquda.", "Id-delegazzjoni Maltija enfasizzat ir-rwol importanti li l-UNCTAD għandha fl-ambitu tal-millenium development goals u r-riforma tal-Ġnus Magħquda.", "Filwaqt li qablet mal-Presidenza li għandu jkun hemm lista ta' prioritajiet id-delegazzjoni Maltija ssuġġeriet li pajjiżi li ma jaqgħux fil-kategorija ta' pajjiżi l-inqas żviluppati (LDCs) u li lanqas m'huma fil-kontinent Afrikan, xorta għandhom bżonn l-assistenza speċjalizzata ta' l-UNCTAD.", "Dan il-punt ġie msemmi għaliex il-Presidenza fin-non-paper tagħha għamlet riferenza biss għall-pajjiżi l-inqas żviluppati u għall-Afrika u b'hekk eliminat pajjiżi oħra li ma jikkwalifikawx taħt dawn il-kategoriji.", "Id-delegazzjoni Maltija sostniet ukoll li ladarba jitfasslu l-prioritajiet, għandha tinbena kampanja kordinata bejn il-pajjiżi li huma ta' l-istess fehma sabiex il-proċess ta' tibdil fl-UNCTAD jimmaterjalizza ruħu.", "WTO – DIRETTORAT ĠENERALI", "10541.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin: Jista' il-Ministru jgħid jekk il-Gvern Malti hux se jagħti l-appoġġ tiegħu għall-kandidatura ta' l-ex-kummissarju Ewropew Pascal Lamy għal direttur ġenerali tad-WTO?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Il-Gvern Malti qed jagħti appoġġ lill-kandidatura ta' Pascal Lamy għall-pożizzjoni ta' direttur ġenerali tad-WTO.", "CLIMATE CHANGE", "10542.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin: Jista' il-Ministru jikkonferma jekk Prof. L Briguglio ġiex nominat mill- Gvern Malti bħala lead author għar-rapport mill-inter-governmental panel on climate change?", "X'funding arrangements se jsiru għal dan l-eżerċizzju?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Nikkonferma li l-Gvern Malti nnomina lil Prof. Lino Briguglio bħala lead author għar-raba' rapport ta' l-inter- governmental panel on climate change.", "L-ispejjeż qed jitħallsu parti mill- IPCC u parti mill-ministeru ta' l-affarijiet barranin.", "BUDAPEST - AMBAXXATUR MALTI", "10543.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin: Jista' il-Ministru jgħid meta hija l-posting termination date ta' l- ambaxxatur Malti akkreditat għall-Ungerija?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-posting termination date ta' l-ambaxxatur Malti akkreditat għall-Ungerija hi l-31 ta' Lulju 2005.", "MANOEL ISLAND - PROJECT", "10545.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Billi f'laqgħa li d-diriġenti tal-MIDI kellhom mal-Gżira United FC għarrfuhom li l-proġett ta' Manoel Island għandu jibda tard din is-sena, jista' il-Ministru jgħarraf lill-Kamra: a) jekk il-Gżira United FC jistgħux ikunu jafu meta se jibda x-xogħol tal- ground il-ġdid fil-proġett ta' Manoel Island, liema ground għandu jkun l- ewwel xogħol tal-proġett; b) jekk il-Gżira United FC jistgħux ikunu jafu jekk hemmx ftehim bejn il- gvern u l-MIDI dwar it-titlu tal-ground; c) jekk il-Gżira United FC jistgħux ikunu jafu jekk hijiex l-intenzjoni tal- gvern li jsir ftehim mal-Gżira United FC fuq tmexxija u titlu legali tal- ground; d) jekk il-Gżira United FC jistgħux ikunu jafu li jekk mhijiex l-intenzjoni li jsir ftehim bejn il-partijiet konċernati, x'inhi l-intenzjoni tal-gvern?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: It-tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "ADT - CHAR-A-BANCS", "10562.", "L-ONOR.", "ROBERT ARRIGO staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Jista' il-Ministru jinformana jekk fil-kodiċi ta' etika l-ġdida għax- xufiera tal-linja hemmx ukoll il-kontroll tal-ħornijiet ta' l-istess char-a- bancs, kemm fil-ħoss esaġerat tagħhom kif ukoll fil-ħinijiet li fihom jistgħu jintużaw dawn il-ħornijiet?", "Jekk fin-negattiv, jikkonferma li jmisshom jidħlu dawn it-tipi ta' punti?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Jien informat li skond il-kodiċi ta' kondotta li jeżisti għas-sidien u x-xufiera tax-xarabanks, in-numru 67 ta' l-istess kodiċi jgħid illi \"xufier ta' xarabank m'għandux jagħmel ħsejjes bla bżonn bil-ħorn tal-vettura\".", "Ta' min jirrimarka illi jekk xufier jinqabad jikser dan il-kodiċi hemm multa ta' Lm10.", "SAĦĦA - RADIOGRAPHERS", "10564.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid x'se jsir mir-radiographers kollha li ggradwaw riċentement u jekk il-gvern għandux pjani għall-impjieg tagħhom?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Id-diviżjoni tas-saħħa qed tieħu l-passi neċessarji biex radiographers jiġu impjegati fuq bażi part-time biex tittaffa l-ħtieġa għall-overtime.", "CABINET COMMITTEE", "10584.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru ġentilment jgħid kemm-il cabinet committee hemm u kif inhuma komposti?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra iktar kmieni fis-seduta.", "CCF - DETENUTI", "10585.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru ġentilment jgħid kemm hemm detenuti fil-faċilita' korrettiva ta' Kordin?", "Kemm minnhom huma sentenzjati u fiex instabu ħatja?", "Kemm minnhom huma taħt arrest priventiv?", "Kemm hemm detenuti li huma relapsers?", "X'inhi n-nazzjonalita' ta' kull detenut?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li fit-8 ta' Frar 2005 il-popolazzjoni tal-faċilita' korrettiva ta' Kordin kienet ta' 291 li minnhom 213 huma sentenzjati u 87 qegħdin taħt arrest priventiv, filwaqt li n-numru ta' dawk reċidivi hu ta' 130.", "Dawk sentenzjati nstabu ħatja kif turi t-tabella segwenti: | | | |Reati relatati ma' droga |78 | |Reati relatati ma' serq | 64 | |Reati relatati ma' omiċidji | 34 | |Multi konvertiti f'ħabs | 6| |Frodi, falsifikazzjoni u | 6| |miżappropjazzjoni | | |Reati relatati ma' stupru u | 7| |indiċenza | | |Feriti ta' natura gravi | 4| |Oħrajn (traffic, ħruq, ħsara | 14 | |etc) | | |TOTAL |213 |", "In-Nazzjonalita' ta' kull detenut hija kif turi t-tabella segwenti: | | | | | | | |Alġerin|1 |Bulgar|2 |Renju |5 | |i | |i | |Unit | | |Ċiniżi |2 |Olandi|3 |Eġizzjan|1 | | | |żi | |i | | |Taljani|4 |Libjan|50 |Rumeni |4 | | | |i | | | | |Russi |1 |Somali|3 |Tuneżini|2 | |Yugosla|1 |Maltin|212| | | |vi | | | | | |", "KUNSILL TAL-PSIKOLOGI", "10586.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru tal-Familja u tas- Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru ġentilment tinforma lill-Kamra meta nħatar il-kunsill tal-psikologi?", "Kemm hu t-terminu tal-ħatra tagħhom?", "Minn min hu kompost?", "X'esperjenza għandhom kull membru tal-kunsill fil- qasam tal-psikoloġija?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Il-board dwar il-professjoni tal-psikoloġija f'Malta ġie mwaqqaf b'seħħ mill-1 ta' Frar 2005.", "Kopja tan-notifika tal-gazzetta tal-gvern li turi kif hu kompost u l- perjodu tal-ħatra tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra iktar kmieni fis-seduta.", "Ic-chairperson u l-membri tal-bord jissodisfaw il-kriterji meħtieġa, inkluż l-esperjenza fejn rikjesta, skond il-provvedimenti ta' artikolu 4(1) ta' l-att ta' l-2004 dwar il-professjoni tal-psikoloġija.", "AIR MALTA - KAPTANA", "10587.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid x'inhi l-ispiża fis-sena għall-Air Malta biex tipprovdi trasport mid-dar u lura lil kaptani ta' l-Air Malta?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jien informat li l-ispiża għas-sena 2004 għall-Air Malta biex tipprovdi trasport lill-kaptani tagħha hija ta' Lm99,771.48.", "AWTORITA' TAD-DJAR", "10589.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u tas- Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tara li tiġi kkunsidrata talba li persuna - dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - għamlet quddiem l- awtorita' tad-djar biex l-istess awtorita' tapplika quddiem il-MEPA minħabba li l-persuna indikata m'għandhiex il-mezzi finanzjarji biex tapplika hi stess?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Ninsab informata li l-awtorita' tad-djar ma tistax tiffinalizza l-pagament għax-xogħlijiet li saru mill-persuna indikata mill-Onor.", "Interpellant qabel ma din tipproduċi kopja tal-permess mill-MEPA li l-persuna kellha tapplika għalih biex isiru dawn ix- xogħlijiet.", "Ninsab informata wkoll li mhijiex il-policy ta' l-awtorita' li tapplika jew tħallas għall-permessi li jkunu meħtieġa għall-irranġar ta' proprjeta' privata mikrija lill-inkwilin taħt skema 5, li hi l-iskema li applikat taħtha l-persuna indikata.", "Meta jkun hemm bżonn ta' permessi mill-MEPA biex isiru xogħlijiet taħt din l-iskema, il-persuna konċernata trid tqabbad perit u tħallas għal dawn is-servizzi u spejjeż oħra relatati hi stess.", "BENEFIĊĊJU SOĊJALI", "10604.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u tas- Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tara għaliex il-persuna - dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - li hi anzjana nqatgħalha l-benefiċċju supplimentari?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Ninsab informata li d-dipartiment tas-sigurta' soċjali informa bil-miktub lill-persuna indikata mill-Onor.", "Interpellant dwar il-każ tagħha.", "SERVIZZI SOĊJALI", "10605.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u tas- Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid għaliex persuna - dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - qed tallega li qed tirċievi inqas servizzi soċjali milli suppost?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Ninsab informata li d-dipartiment tas-sigurta' soċjali informa bil-miktub lill-persuna indikata mill-Onor.", "Interpellant dwar il-każ tagħha.", "BENEFIĊĊJI SOĊJALI", "10606.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u tas- Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tara li jiġi investigat il-każ ta' persuna - dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - li jidher li l- benefiċċji soċjali li qed tirċievi mhumiex dawk kollha li hija intitolata għalihom skond il-kontribuzzjonijiet li kienet ħallset fil-passat?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Ninsab informata li d-dipartiment tas-sigurta' soċjali informa bil-miktub lill-persuna indikata mill-Onor.", "Interpellant dwar il-każ tagħha.", "AKKOMODAZZJONI SOĊJALI", "10607.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u tas- Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid x'possibbilta' hemm li applikant quddiem id-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali - dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament - jieħu post tal-gvern?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Jien informata li l-applikazzjoni qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' oħrajn simili.", "AWTORITA' TAD-DJAR", "10608.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u tas- Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tara li tiġi kkunsidrata t-talba li persuna - dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - għandha quddiem l-awtorita' tad-djar biex l-istess awtorita' tapplika f'isimha quddiem il- MEPA minħabba li l-applikanta m'għandhiex il-mezzi finanzjarji biex tapplika hi stess?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Ninsab informata li l-awtorita' tad-djar qed tistenna lill-persuna indikata mill-Onor.", "Interpellant tibgħat l- informazzjoni mitluba permezz ta' ittra li ġġib id-data tat-3 ta' Frar 2005.", "SAĦĦA - LESCOL TABLETS", "10618.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l- Kura fil-Komunita': Possibbli d-diviżjoni tas-saħħa terġa' tikkunsidra li tibda tagħti b'xejn il-lescol tablets lil persuni li għandhom 'il fuq minn 70 sena, u dan fid-dawl li llum teżisti riċerka ġdida li turi li dawn il- pilloli jistgħu jkunu ta' ġid anke għall-anzjani ta' din l-eta'?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li d-diviżjoni tas- saħħa qatt ma waqqfet l-għoti b'xejn tal-mediċina Fluvastatin (Lescol).", "Il- protokol li qed jintuża bħalissa huwa dak stabilit f'Ġunju ta' l-1998, liema protokol jgħid li persuni li għandhom 'il fuq minn 75 sena mhumiex intitolati biex jieħdu dawn il-mediċini.", "Bħalma jiġri fil-każ ta' mediċini oħra, l-għoti tagħhom tiġi evalwata fil- kwadru ta' gwadann għas-saħħa meta mqabbel man-nefqa neċessarja fid-dawl tal-prioritajiet dwar talbiet li jkollha d-diviżjoni.", "PALAZZ PRESIDENZJALI – PULIZIJA ON DUTY", "10619.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jikkunsidra li ssir xi ħaġa biex kemm is-suldati kif ukoll il-pulizija li jkunu għassa mal-Palazz, il-Belt ikollhom xi kenn kontra l-kesħa u l-maltemp?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li minħabba n-natura tax-xogħol tagħhom il-membri kollha tal-korp tal-pulizija huma provduti b'ġakketta water proof kif ukoll ingwanti.", "Għal dak li jirrigwardja s-suldati nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi l-mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "ĦRUĠ TA' VISA", "10620.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk persuna ta' nazzjonalita' Kroata għandhiex dritt tgħix Malta jew jekk tridx tapplika għal visa kull ċertu żmien?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li persuni ta' nazzjonalita' Kroata m'għandhomx bżonn japplikaw għal visa sabiex jidħlu Malta, sakemm ma jkunux ser idumu aktar minn 90 ġurnata u jissodisfaw il-kriterji ta' viżitaturi bona fede.", "Wara dan il-perijodu tkun meħtieġa li tintalab extension of stay.", "KORDIN GRAIN TERMINAL - KAROZZI TAL-KUMPANNIJA", "10621.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid min għandu dritt jagħmel użu mill-karozzi tal-kumpannija Kordin Grain Terminal?", "Jista' jgħid jekk dawn jintużawx fil-weekends u fil-festi?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jien informat li c-chairman, iċ-chief executive u l- operations manager jagħmlu użu mill-karozzi tal-kumpanija Kordin grain terminal.", "KORDIN GRAIN TERMINAL - XOGĦLIJIET FUQ IS-SILOS", "10622.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid min qed jagħmel ix-xogħol fuq is-silos tal-Kordin grain terminal?", "Kif ingħata dan ix-xogħol, u jekk ingħata fuq tender jista' jgħid kemm u min applika?", "Kemm tiswa din it-tender u fuq kemm żmien u x'tip ta' xogħol qed nitkellmu?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ix-xogħol li qed isir mill-KGT Ltd. hu tiswija fis- silos operati mill-kumpannija, li hu stmat li jiswew Lm47,000 għal kull bin.", "Ix-xogħol qed isir minn Polidano Bros. Ltd.", "KORDIN GRAIN TERMINAL - HAMPER TAL-MILIED", "10623.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Peress li kienet konswetudni li l-ħaddiema tal-Kordin grain terminal jingħataw hamper fil-Milied, jista' il-Ministru jgħid jekk kienx hemm ħaddiema li din is-sena nżammet magħhom din id-drawwa?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jien informat li l-ebda hamper, parties jew xi attivitajiet oħra ma saru mill-Kordin grain terminal fil-Milied.", "KORDIN GRAIN TERMINAL - KONTIJIET TAD-DAWL U L-ILMA", "10624.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid jekk il-Kordin grain terminal għandhiex kontijiet tad-dawl u l-ilma pendenti?", "Jekk iva, jista' jgħid kemm jammontaw u kemm imorru lura?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jien informat li l-kumpanija Kordin grain terminal m'għandha l-ebda kont tad-dawl u l-ilma pendenti.", "ATTARD ZEBRA CROSSING", "10649.", "L-ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO staqsa lill-Ministru għall- Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jikkunsidra li jirrikkmanda li ssir zebra crossing ħdejn il-junction bejn Notabile Road u Żebbuġ Road, H'Attard?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Minn spezzjoni li saret fuq il-post minn uffiċjali tat-traffic management directorate irriżulta li Notabile Road, Żebbug Road u Triq Żagħfran huma kollha mgħammra b'pelican crossing.", "Il- post imsemmi mill-Onor.", "Interpellant jinstab f'salib ta' dawn it-toroq u minħabba l-moviment eżistenti tat-traffiku u l-volum kbir ta' vetturi li jużaw din il-junction, mhux rakkmandabbli li ssir zebra crossing għal raġunijiet ta' sigurta'.", "SAJJIEDA - GĦAJNUNA", "10653.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li persuni - dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament - sal-lum għadhom ma ġewx informati meta se jieħdu l-għajnuna konċessa lis-sajjieda u lanqas jekk effettivament humiex se jirċievu din l-għajnuna?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Ninsab informat li l-kuntratti kollha li s- sajjieda ffirmaw għall-għajnuna qegħdin jiġu pproċessati u l-ħlasijiet joħorġu meta dan il-process ikun finalizzat.", "PBS FINANCIAL STATEMENTS & REPORTS", "10657.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 10423 u cioe' jgħid il-financial statements and reports ta' PBS Ltd. għas-sena 2003 meta mistennija jkunu available mingħand ir-registrar of companies?", "Tista' titqiegħed kopja ta' dawn l-accounts fuq il-mejda tal-Kamra flimkien ma' l-accounts għas-sena 2004, jekk dawn ukoll huma lesti u approvati?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "GĦAWDEX: RABAT - GĦASSA TAL-PULIZIJA", "10659.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 10476, peress li saret mistoqsija parlamentari dwar il-kesħa fl-għassa tal- pulizija tar-Rabat, jista' il-Viċi Prim Ministru jara li din il-problema tiġi rranġata?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nirriferi lill-Onor.", "Membru għall-aħħar parti tat- tweġiba li tajt għal mistoqsija parlamentari 10476.", "KONTIJIET TAD-DAWL U L-ILMA", "10660.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jara, stante li l-uffiċjali inkarigati daparti ta' l-Enemalta mhux qegħdin joffru l-ebda spjega suffiċjenti, x'inhi r-raġuni li l-kont ta' persuna anzjana - dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - qiegħed ta' kull darba jkun eżorbitanti avolja m'għandhom l-ebda element li jistgħu jikkontribwixxu għal tali kont?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "GĦAWDEX: SANNAT - TRIQ SANNAT", "10661.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għal Għawdex: B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 10479 dwar Triq Sannat, Sannat, Għawdex, tista' il-Ministru tindika meta se jsiru x-xogħlijiet peress li din hija triq li minnha jgħaddu ħafna nies u l-inkonvenjent minħabba l- istat tat-triq huwa kbir?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Jien informata li x-xogħlijiet fi Triq Sannat, Sannat huma ppjanati li jsiru s-sena d-dieħla.", "LANĊA LI TOPERA GĦAL KEMMUNA", "10662.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid għaliex is-sussidju li s-soltu jingħata lil-lanċa li topera għal Kemmuna għadu ma ngħatax?", "Jaf li l-ħaddiema u dawk kollha li jivjaġġaw lejn Kemmuna qed ibatu minn dan l-inkonvenjent għax ikollhom iħallsu għat- trasport?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jien informat illi ma kien jingħata ebda sussidju fir- rigward tal-lanċa msemmija mill-Onor.", "Interpellant.", "Li kien jiġri hu li kienet tinkera lanċa biex tieħu qassis u pulizija biss - mhux ħaddiema u dawk kollha li jivjaġġaw - is-Sibt, il-Ħadd u festi pubbliċi bejn Novembru u Mejju.", "Il-Gozo channel kienet tħallas Lm28.00 kull vjaġġ.", "Peress li l- Gozo channel illum qed taħdem taħt public service obligation contract il- kirja relattiva - jekk għandha tibqa' issir - trid issir jew direttament minn min hu interessat jew taħt l-obbligi tal-kuntratt.", "PRESIDENT/MINISTRI/SEGRETARJI PARLAMENTARI - SAFAR", "10663.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża totali fis- safar li sar minn ministri, segretarji parlamentari u l-entourage li ħadu magħhom matul is-snin 2000, 2001, 2002, 2003 u 2004?", "Kemm kienet l-ispiża totali tas-safar li sar mill-President tar-Repubblika u l-entourage li ħa miegħu fis-snin 2000, 2001, 2002, 2003 u 2004?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: M'għandi xejn x'inżid mat-tweġiba li diġà tajt lill-Onor.", "Interpellant għal mistoqsija parlamentari 10034.", "ĊIRKEWWA - LATRINI", "10664.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: B'referenza għal diversi mistoqsijiet parlamentari li diġa' saru dwar toilets fiċ-Ċirkewwa, peress li kemm il-ħaddiema kif ukoll il-passiġġieri qed jilmentaw minħabba faċilita' ta' toilets adegwati, jista' il-Ministru jara li dan l- inkonvenjent jiġi rimedjat?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi għar- risposti li tajt għal mistoqsijiet parlamentari 7624 u 8016 fejn jirrigwarda l-ħaddiema.", "Dwar l-użu mill-pubbliku, l-Onor.", "Interpellant hi għal darb'oħra mitluba biex tagħmel il-mistoqsija tagħha lill-ministru konċernat.", "DIPARTIMENT TAS-SAĦĦA - PRODOTTI TA' L-GĦAJNEJN", "10665.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid għaliex f'Malta ma jidħlux prodotti ta' l-għajnejn u tal-contact lenses li jkunu preservative free?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-ministeru tas- saħħa ma jeżerċita l-ebda kontroll fuq id-dħul f'Malta ta' prodotti ta' l- għajnejn u tal-contact lenses, ħlief meta dawn ikunu mediċini.", "GĦAWDEX - TRASPORT PUBBLIKU", "10667.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 9946 u għar-risposta relattiva, jista' il-Ministru jara x'jista' isir biex ma tibqax din id- diskriminazzjoni fil-konfront tad-detenturi tal-karta anzjan f'Għawdex?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: M'għandi xejn x'inżid mat-tweġiba li tajt għal mistoqsija parlamentari 9946.", "ŻEJTUN : TRIQ TAL-BARRANI - TRAFFIC LIGHTS", "10668.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: B'riferenza għal mistoqsija parlamentari tiegħi 9437 u t-tweġiba mogħtija fit-3 ta' Diċembru 2004, peress li issa għaddew ħafna aktar minn ħames ġimgħat li matulhom kien mistenni li t-traffic lights jitlestew, jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħjiel meta se jitwaħħlu u jibdew jiffunzjonaw?", "Kemm kienet in-nefqa s'issa u kemm hu stmat li se tqum b'kollox meta jitlesta l-proġett kollu?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: It-tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "SIGURTA' SOĊJALI – SOCIAL ASSISTANCE", "10674.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tal-Familja u tas- Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tara l-problema li hemm ta' anzjana - dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - li tbiddlitilha l- helper biex forsi terġa' tieħu l-istess helper li kellha peress li kienu draw lil xulxin?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi l- mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "AWTORITA' TAD-DJAR - SUSSIDJU", "10675.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tal-Familja u tas- Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tara li armla - dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - li qed tistenna sussidju mill-awtorita' tad- djar tingħata risposta minħabba l-bżonn urġenti ta' dan is-sussidju?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Ninsab informata li l-awtorita' tad-djar m'għandha ebda applikazzjoni pendenti minn xi persuna li toqgħod fl- indirizz indikat mill-Onor.", "Interpellant, għalhekk nitolbu jgħaddili, anki b'mod kunfidenzjali, aktar dettalji tal-persuna konċernata biex inkun nista' ninvestiga aktar.", "ĦAL FERH COMPLEX - ĦADDIEMA", "10676.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 10477 u cioe' jgħid jekk hemmx xi żviluppi ġodda dwar x'se jsir mill-ħaddiema ta' Ħal Ferħ għax l- istabbilment fejn kienu jaħdmu għalaq biex il-post jgħaddi għand sidien privati?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-Onor.", "Membru għandu jinnota li l-ħaddiema ta' Ħal Ferh huma koperti bi ftehim industrijali li ġie estiż sal-31 ta' Diċembru 2005.", "ĦAL FERH COMPLEX", "10677.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 10478 u cioe' jgħid fiex waslu t- trattattivi biex Ħal Ferħ jgħaddi għand kumpannija privata?", "Kemm hemm kumpanniji privati interessati f'Ħal Ferħ?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninforma lill-Onor Interpellant li għadha ma ħarġet l- ebda sejħa għal offerti.", "DINGLI SWALLOWS FC", "10683.", "L-ONOR.", "DAVID AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk id-dipartiment ta' l-artijiet approvax talba ta' Dingli Swallows football club, liema talba hi wkoll approvata mill-kunsill Malti għall-isport, biex biċċa art quddiem il-football ground ta' Ħad-Dingli tingħata b'titolu legali lill- imsemmi club biex tkun tista' tintuża bħala faċilita' sportiva?", "Jekk iva, x'passi ttieħdu u meta?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li peress li fil-pjan lokali l-art inkwestjoni hija riżervata bħala spazju pubbliku, it-taqsima proprjeta' tal- gvern talbet lil Dingli Swallows FC li sabiex tiġi kkunsidrata t-talba tal- club huwa meħtieġ li jinġieb il-permess tal-awtorita' ta' Malta dwar l- ambjent u l-ippjanar sabiex isir l-iżvilupp meħtieġ.", "Dan ovvjament mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe deċiżjoni aħħarija li tista' tieħu t- taqsima.", "SAN ĠILJAN - KUNSILL LOKALI", "10684.", "L-ONOR.", "ROBERT ARRIGO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jikkonferma li l-kunsill ta' San Ġiljan illum il-ġurnata mhux qiegħed f'xi deficit finanzjarju?", "Jekk hu minnu li dan il-kunsill mexa sew u rranġa l-pożizzjoni tiegħu, għaliex ma tinħariġ stqarrija biex mhux biss id-deficit jinstema'?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-kunsill lokali ta' San Ġiljan m'għandux u mhuwiex qiegħed f'xi deficit finanzjarju.", "Fil- fatt fir-rapport finanzjarju ta' kull kwart, li kopra x-xhur Ottubru sa Diċembru 2004, dan kellu bilanċ pożittiv ta' Lm78,168 u fis-sena finanzjarja li għalqet fil-31 ta' Marzu 2004 dan kien Lm175,080.", "SWIEQI - KUNSILL LOKALI", "10686.", "L-ONOR.", "ROBERT ARRIGO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jikkonferma li l-kunsill lokali tas-Swieqi llum qiegħed f'qagħda finanzjarja tajba u allura m'hemmx iżjed deficit?", "Jista' joħroġ stqarrija fejn jikkonferma dan biex mhux biss il-ħażin jinstema'?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-kunsill lokali tas- Swieqi qiegħed fil-proċess sabiex jirriduċi d-deficit.", "Fil-fatt fir- rapport finanzjarju ta' kull kwart, li kopra x-xhur Ottubru sa Diċembru 2004, dan kellu bilanċ negattiv ta' Lm3,739 u dan wara li fis-sena finanzjarja li għalqet fil-31 ta' Marzu 2004 kien Lm14,342.", "KONTIJIET TAD-DAWL U L-ILMA - HOLIDAY FLATS", "10687.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid il- fondi li nqatgħu minn holiday flats minn ma' l-MTA għandhomx il-kontijiet ta' l-ilma u d-dawl b'rati kummerċjali jew b'rati domestiċi?", "Jekk b'rati kummerċjali, jaf li huma diversi dawk l-abitazzjonijiet li preżentement huma vojta?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "BENEFIĊĊJI SOĊJALI - PENSJONI TA' L-ETA'", "10689.", "L-ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru tal-Familja u tas-Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid x'kien in-numru ta' persuni li bbenefikaw mill-pensjoni ta' l-eta', sena b'sena matul il- perjodu 2000-2004, u x'kienet l-ispiża totali dwar dan il-benefiċċju kull sena?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Ninsab informata li t-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-tabella li tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra iktar kmieni fis- seduta.", "DIPARTIMENT TA' L-ANZJANI - CUSTOMER CARE CENTRE", "10691.", "L-ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l- Anzjani u l-Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid itteħditx deċiżjoni finali dwar il-ftuħ ta' customer care centre għad-dipartiment ta' l-anzjani li kellu jinfetah fil-Belt, Valletta f'post li kien akkwistat mid- dipartiment ta' l-anzjani u servizzi fil-komunita' fis-sena 2002?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-customer care centre għad-dipartiment ta' l-anzjani fil-Belt Valletta se jinfetaħ kif kien propost.", "ĊENTRI TAR-REFUĠJATI - ĦALIB GĦAT-TRABI", "10692.", "L-ONOR.", "FRANCO GALEA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hux minnu li fiċ-ċentri tar-refuġjati m'hemmx ħalib għat-trabi?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi għalkemm fil-preżent m'hemmx trabi fiċ-ċentri ta' detenzjoni għall-immigranti irregolari, meta kien il- każ kien ġie pprovdut il-ħalib meħtieġ anke minn xi NGO.", "ETC - BARRANIN JAĦDMU BLA PERMESS", "10693.", "L-ONOR.", "FRANCO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid kemm-il rapport irċeviet l- ETC ta' persuni barranin li kienu qed jaħdmu bla permess?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Peress li t-tagħrif mitlub għadu ma wasallix fl- uffiċċju, tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "RESIDENTIAL CARE IN PRIVATE HOMES", "10694.", "L-ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l- Anzjani u l-Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru, jekk jogħġbu, jispjega għaliex waqt li fis-sena 2003 - meta l-vot fil-budget għal residential care in private homes kien ta' Lm150,000 - ġew ammessi 22 anzjani fi djar privati ta' l-anzjani taħt l-iskema tal-public private partnership, fis- sena 2004 - meta l-istess vot fil-budget kien Lm350,000, jiġifieri Lm200,000 aktar - ġew ammessi 29 anzjani fi djar privati ta' l-anzjani - jiġifieri sebgħa biss aktar mis-sena ta' qabel?", "Jista' jagħti indikazzjoni x'se jiġri din is-sena, 2005, meta wkoll il-vot fil-budget huwa Lm350,000?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li peress li kien għaddej proċess ta' espansjoni ta' djar residenzjali li fihom anzjani setgħu jiġu ammessi, ġie deċiż li jidħlu biss 29 anzjani fid-djar li diġa' id-dipartiment kien qed jopera magħhom.", "Biss din is-sena ser issir l- espansjoni meħtieġa ħalli jidħlu iktar anzjani fi djar residenzjali privati oħra.", "IMMIGRANTI - SERVIZZ TA' PSYCHOLOGIST", "10695.", "L-ONOR.", "FRANCO GALEA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm-il immigrant kellu bżonn is-servizz ta' psychologist?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi s-servizzi ta' kura medika lill- immigranti irregolari jingħataw mis-servizzi tas-saħħa kif ukoll, fuq livell volontarju, minn xi NGO's. Isir dak kollu possibbli biex l- immigranti jingħataw kull għajnuna medika li jkollhom bżonn.", "DAR PRIVATA TA' L-ANZJANI", "10696.", "L-ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l- Anzjani u l-Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid kienx hemm xi żviluppi ulterjuri dwar l-għażla ta' xi dar oħra privata ta' l-anzjani biex tagħti servizz taħt il-public private partnership scheme wara li l-bord ta' l-għażla kien iffinalizza r-rapport tiegħu?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li d-dipartiment għadu qiegħed fil-proċess ta' evalwazzjoni ta' xi djar oħra ħalli ssir l- espansjoni meħtieġa tal-public partnership scheme.", "BAJJA TA' SAN ĠORĠ - SLIPWAY", "10697.", "L-ONOR.", "FRANCO GALEA staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid jekk fil-bajja ta' San Ġorġ f'San Ġiljan hijiex tinbena slipway?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li bħala parti mit-tisbiħ u l-iżvillupp tal-bajja ta' San Ġorġ f'San Ġiljan ser ikun hemm slipway għall- opri żgħar tal-baħar.", "SVPR - SWALI ĠODDA", "10698.", "L-ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l- Anzjani u l-Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid hemmx xi data tentattiva meta għandu jintemm ix-xogħol kollu fuq phase II tal-proġett tal- bini tas-swali ġodda flok is-swali qodma 1/2/3/4, irġiel u nisa, fir- residenza San Vincenz de Paule - liema proġett l-ewwel fażi tiegħu ġiet inawgurata f\"Ottubru 2003?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li phase II tal- bini tal-proġett tal-bini tas-swali ġodda 1/2/3/4 nisa jinsab għaddej b'ritmu mgħaġġel, iżda d-dipartiment għadu mhux f'pożizzjoni li jagħti xi data ta' meta ser ikun lest ix-xogħol kollu.", "SIGURTA' SOĊJALI - PENSJONI TAL-WENS/SAF", "10699.", "L-ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru tal-Familja u tas-Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid kemm kien hemm persuni li fl-aħħar tas-sena 2004 kienu qed jirċievu l-pensjoni tal-wens u l-SAF?", "X'ammonti ta' flus ħallas id-dipartiment tas-sigurta' soċjali fuq dawn iż- żewġ benefiċċji soċjali matul l-2004?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Ninsab informata li t-tagħrif mitlub qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "TALBA GĦAL ĊITTADINANZA MALTIJA", "10700.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid meta ħarġet iċ- ċittadinanza Maltija tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?", "Kemm kien ilu Malta qabel ingħatatlu ċ-ċittadinanza?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li l-persuna li qed jirriferi għaliha l- Onor. Interpellant ilha tgħix Malta għal madwar sitt snin u nofs u hija miżżewġa ma' ċittadin ta' Malta u akkwistat iċ-ċittadinanza Maltija fl-10 ta' Jannar 2005.", "XIRI TA' PROPRJETA'", "10701.", "L-ONOR.", "FRANCO GALEA staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk hemmx xi talba minn xi immigrant biex jixtri proprjeta' f'Malta?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "IMMIGRANTI - TRANSLATORS", "10702.", "L-ONOR.", "FRANCO GALEA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hemmx translators biex jassistu lill-immigranti fil-bżonnijiet tagħhom?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi l-uffiċċju tal-kummissarju għar- refuġjati juża regolarment skond il-bżonn is-servizzi ta' tradutturi għall- mili ta' applikazzjonijiet u intervisti ma' applikanti għal rikonoxximent ta' status ta' refuġjat.", "Min-naħa tal-pulizija, ninsab informat illi meta jkun meħtieġ jinġieb interpretu.", "BARRIERA BONDED STORES", "10703.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhu l-użu tal- barriera bonded stores?", "B'liema titolu għaddew dawn l-imħażen lill- barriera tax warehouse limited?", "Jista' ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim?", "Min huma d-diretturi ta' l-istess kumpannija?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li mill-arkivji tat-taqsima proprjeta' tal-gvern jirriżulta li l-barriera bonded stores huma mikrija lid- dipartiment tad-dwana.", "Għalhekk l-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jirriferi l-mistoqsija tiegħu lill-ministeru konċernat.", "XGĦAJRA: TRIQ WIED GLAVAN - BINI TA' ĊINT", "10704.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 6929, jista' il- Ministru jgħid x'passi ttieħdu sal-lum mill-awtoritajiet konċernati?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Ninsab informat li l-pożizzjoni tal-MEPA għadha l-istess.", "Ir-reġistru ta' l-art u d-dipartiment ta' l-artijiet informa lill-awtorità li l-art imsemmija mhijiex reġistrata, għalhekk is-sid m'huwiex magħruf.", "DIGITAL TERRESTRIAL TELEVISION", "10705.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni: Dwar il-provi li qed isiru għas-servizz tad-digital terrestrial television f'pajjiżna, jista' il-Ministru jgħid x'kundizzjonijiet u xi żmien ingħataw biex jagħmlu dawn il-provi?", "Jista' jgħid jekk dawn is-service providers li qed jagħmlu trials fuq id-digital terrestrial ingħatawx l-istess kundizzjonijiet u tul ta' trials daqs id- ditta Multiplus?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant għadha qed tinġabar u tingħata f'seduta oħra.", "SAN ĠILJAN - XOGĦLIJIET", "10706.", "L-ONOR.", "ROBERT ARRIGO staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Fid-dawl tax-xogħlijiet li se jsiru f'San Ġiljan b'konnessjoni bejn il-gvern ċentrali u l-kunsill lokali ta' San Ġiljan, jista' il-Ministru jara li tiġi nkluża biċċa żgħira ta' triq fi Triq il-Knisja, minn taħt il- pont ta' Triq Reġjonali sa l-aħħar dar, medda żgħira ta' triq li fiha diġa' għaddew, kif suppost, is-servizzi u llum tinsab fi stat ħażin?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: It-tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "MEPA – MĠARR", "10707.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid x'passi qed tieħu l-MEPA biex tħares l-ambjent naturali u l-wirt storiku li hemm fl-inħawi ta' l-Imġarr li żgur jinqered jekk taċċetta l-applikazzjoni - dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - u li dwarha qed joġġezzjonaw il-ġirien u l- kunsill lokali ta' l-Imġarr?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Ninsab informat li l-applikazzjoni tiġi deċiża a bażi tal-policies kollha relattivi.", "EU - FINANCIAL PERSPECTIVES", "10708.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 10523 u cioe' jgħid x'pożizzjoni se jieħu l-gvern biex iħares l-interessi ta' pajjiżna fix-xhur li ġejjin, issa li qed jitfasslu l-financial perspectives ta' l-Unjoni Ewropea 2007-2013, bl-istatistika bħalissa turi li l-GDP ta' pajjiżna huwa 75.9% tal-medja Ewropea u allura ma nikkwalifikawx iżjed għall-fondi taħt Objective 1?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Kif diġà intqal f'diversi fora, il-gvern ma jistax jaċċetta li Malta ma tibqax titqies li tikkwalifika kompletament bħala reġjun Convergence (Objective 1) sempliċement għax minħabba l-effett statistiku l-GDP tagħha kellu jogħla aktar minn 75% tal-medja tal-25 pajjiż membru ta' l-Unjoni Ewropea.", "Din ser tibqa' l-pożizzjoni tal-Gvern Malti waqt in-negozjati li qed isiru fl-Unjoni Ewropea fuq il-perspettivi finanzjarji.", "ENEMALTA - ARLOĠĠ TAD-DAWL", "10709.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid x'qed iżomm lill-korporazzjoni Enemalta milli twaħħal l-arloġġ tad-dawl fil- post li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jien informat li ma jirriżultax li hemm applikazzjonijiet għal servizz ta' l-elettriku reġistrati pendenti fi Triq Sruġ, Xagħra, Għawdex.", "B'danakollu ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li jista' isir kuntatt mal-customer care ta' l- Enemalta ħalli wieħed jeżamina sew il-każ.", "ŻWEJRA L/O NAXXAR - VALUR TAL-MINERALI", "10714.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru ġentilment iwieġeb mistoqsija parlamentari 10530 u cioe' jgħid kemm ikkwantifika l-valur tal-minerali li qed jitneħħa miż-Żwejra, limiti tan-Naxxar?", "Jista' jgħid fejn qed jintefa' dan il-materjal?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Ninsab informat li l-valur tal-minerali li qed jitneħħew minn ta' Żwejra ma kienx għadu ġie stabilit meta nħareġ it-tender għat-tqattigħ.", "F'dan it-tender kien speċifikat li kulmin hu interessat biex jitfa' offerta kellu jinvestiga l-kwalità ta' dan il-materjal hu stess, għax ir-responsabbilta' għall-materjal kienet se tibqa' tiegħu, irrispettivament jekk il-materjal kienx tajjeb jew le.", "B'hekk, f'dak l-istadju, ir-riskju li l-kwalita' tal-blat setgħet kienet inferjuri kien ugwali għal kulħadd.", "Għaldaqstant il-valur tal-minerali seta' biss jiġi stabilit wara s-sejħa għall-offerti u li għalih hemm riferenza f'mistoqsija parlamentari 10529.", "MEPA - MINERAL RESOURCES ASSESSMENT REPORT", "10715.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 10531 u cioe' ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra r-riżultati jew l-istatements kollha li kienu saru fil-mineral resources assessment report li ġie kkummissjonat mill-MEPA dwar il-blat li hemm fl-Għallis?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Ninsab informat li l-mineral resources assessment ikkummissjonat mill-awtorità ta' l-ippjanar ġie finalizzat f'April 1996.", "Dan l-assessment stabilixxa li l-kwalità tal-blat fiz-zona ta' l-Għallis jirrikjedi aktar investigazzjoni minħabba l-potenzjal tal- kwalità tiegħu.", "Ir-riżultati ta' dan ir-rapport tpoġġew fuq il-mejda tal- Kamra iktar kmieni fis-seduta.", "Għal dan il-għan parti mit-terms of reference ta' l-environment impact assessment (EIA) li l-MEPA talbet li jsiru fuq il-proġett ta' l-Għallis kienet tirrikjedi li l-ġeoloġija f'din iz-zona tiġi studjata b'mod aktar dettaljat.", "Fil-fatt saru 12-il borehole fl-Għallis sabiex tiġi determinata l-kwalita' tal-materjal li hemm.", "Ir-riżultat ta' dan l-istħarriġ jifforma parti mid-draft environment impact assessment (EIA) li għadu kif ħareġ għall-konsultazzjoni.", "Għalhekk nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi għal dan l-environment impact assessment (EIA), li huwa dokument diġa' pubbliku.", "ŻWEJRA L/O NAXXAR - TĦAFFIR", "10716.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 10529 u cioe' jgħid min tefa' l-offerti għat-tender għat-tħaffir li qed isir fiż-Żwejra, limiti tan-Naxxar?", "Jista' jgħid kemm kienu jammontaw dawn l-offerti?", "Jista' jgħid jekk it- tehid tal-materjal li jiġi mħaffer ġiex ikkwantifikat fl-offerti?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra iktar kmieni fis-seduta.", "IMRIEĦEL: TRIQ IS-SEBĦ - ĦOFOR PERIKOLUŻI", "10717.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jgħid meta se jitranġaw il-ħofor perikolużi li hemm fil-bypass ta' l-Imrieħel fi Triq is-Sebħ, eżatt kif taqbeż il-bridge bejn Triq il-Masġar u Triq San Ġwakkin fid-direzzjoni lejn Ħ'Attard?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: It-tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "AWTORITA' TAD-DJAR", "10719.", "L-ONOR.", "ROBERT ARRIGO staqsa lill-Ministru tal-Familja u tas- Solidarjeta' Soċjali: Peress li jien informat li l-applikant ta' file H18410 ġiet bla saqaf, tista' il-Ministru tara li din l-applikanta tiġi informata dwar fejn waslet din l-applikazzjoni, anke jekk ir-risposta tkun fin-negattiv?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Jien informata li l-applikazzjoni qed tigi kkunsidrata flimkien ma' oħrajn simili.", "DIPARTIMENT TAS-SAĦĦA - PILLOLI OUT OF STOCK", "10725.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l- Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid liema pilloli kienu out of stock f'dawn l-aħħar xahrejn fl-ispiżeriji tal-gvern?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant qiegħda tinġabar u l-informazzjoni titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra meta tkun available.", "--------"]} {"filename": "20070205_490d_par.doc", "date": "2007-02-05", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Uffiċjali u Rivedut) L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 490 It-Tnejn, 5 ta' Frar, 2007 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 490", "It-Tnejn, 5 ta' Frar, 2007", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.02 p.m.", "Talba", "Seduta Nru. 490", "It-Tnejn, 5 ta' Frar, 2007", "WERREJ", "MINUTI 365", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 365", "TQEGĦID TA' KARTI 371", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JIMPLIMENTA MIŻURI TA' L-ESTIMI (It-Tieni Qari)", "BUDGET MEASURES IMPLEMENTATION BILL (Second Reading) 372", "AĠĠORNAMENT 389", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 393", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 489 li saret fil-31 ta' Jannar 2007, ġew konfermati.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): Ninforma lill-Kamra li s-Sedja rċeviet rapport dwar il-ħidma ta' l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika mingħand l- Awditur Ġenerali.", "Dan ir-Rapport li tpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra huwa intitolat \"Work and Activities of the National Audit Office 2006\".", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "DAR MALTA FI BRUSSELL", "21899.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Angelo Farrugia) staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jgħid fiex wasal il- proġett ta' Dar Malta fi Brussell?", "Jista' jgħid preċiżament kemm se jiġi jiswa dan l-embellishment u min ħa t-tenders għal tali proġetti?", "Jista' jgħid meta u kemm se ddaħħal il-Kaxxa ta' Malta mill-kirjiet imsemmija mill- gvern mill-istess proprjeta' fi Brussell?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (Segretarju Parlamentari) (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Il-proġett ta' kostruzzjoni ta' Dar Malta fi Brussel wasal fl-istadju finali.", "Ix-xogħlijiet fuq ġewwa qegħdin fl-istadju finali wkoll.", "Tender għas-servizzi ta' support fuq il-proġett ġie maħruġ minn Martin Xuereb & Associates.", "L-ispiża kollha tax-xogħlijiet ta' tisbiħ huma fl-istess linja tar-rispons tal-passat, b'eċċezzjoni għall-indiċi ta' l-inflazzjoni, li issa qed tiġi applikata skond il-kuntratt tal-kuntrattur Belġjan.", "Il-kuntratti tal-kiri għadhom ma ġewx negozjati u figuri tad-dħul għadhom m'humiex disponibbli għalissa.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Peress li fir-risposta qed jingħad li \"L-ispiża kollha tax- xogħlijiet ta' tisbiħ hija fl-istess linja tar-rispons tal-passat, b'eċċezzjoni għall-indiċi ta' l-inflazzjoni, li issa qed tiġi applikata skond il-kuntratt tal-kuntrattur Belġjan.\", dan ifisser li hawnhekk kien hemm xi tibdil fl-istatistika?", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Sur President, l-ispiża tax-xogħlijiet kienet skond il- kuntratt li ttieħed.", "Ovvjament ikun hemm provision, bħalma jkun hemm ġeneralment fil-kuntratti mal-kuntratturi Maltin, li jekk ix-xogħol idum iżjed minn ċertu perijodu u jkun hemm difference rate of inflation minn sena għal sena, hemmhekk tidħol id-differenza li jkun hemm fir-rata ta' l- inflazzjoni.", "Per eżempju, jekk kuntrattur Malti jieħu kuntratt tal-Gvern Malti biex jibni skola u minn sena għall-oħra jkun hemm żidiet fil-pagi u fir-rata ta' l-inflazzjoni, il-kuntratt tiegħu jiġi jirrifletti dik id- differenza li jkunu qed jagħmlu ż-żidiet fil-pagi u r-rata ta' l- inflazzjoni.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jiġifieri dan il-kuntratt għal dan ix-xogħol ma sarx fuq ammont ta' flus li finalment għandhom jitħallsu?", "Qed nistaqsi dan għax jekk il-kuntratt ma sarx hekk l-ispiża finali se tvarja minn dik miftehma oriġinarjament.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Le, inti tagħmel kuntratt għall-perijodu ta' żmien.", "Fil-kuntratt ġeneralment inti jkollok li jekk jogħla x-xogħol minħabba inflazzjoni, dik id-differenza trid trrifletti ruħha fil-kuntratt.", "Per eżempju, jekk bniedem irid isaqqaflek bil-konkos bi Lm33-il qażba u minħabba l-inflazzjoni din ġiet Lm33.50, inti trid tħallas id-differenza.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jiġifieri fir-realta' l-ispejjeż li kienu stmati li se jsiru biex isir ix-xogħol meħtieġ f'Dar Malta se jkunu iktar minn dak li ġie stmat li se jkunu.", "Tista' tgħidilna bejn wieħed u ieħor kemm se tkun iżjed din l-ispiża biex isiru dawn ix-xogħlijiet?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Sur President, sa fejn naf jiena r-rate of inflation fi Brussell hija inqas minn 3%, għax hija skond il-liġi Belġjana, u allura għandi nifhem li d-differenza tkun skond din ir-rata ta' inflazzjoni.", "Pero' hawnhekk m'għandix il-kuntratt quddiemi għax kieku nkun nista' ngħidlu b'mod aktar eżatt.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mela kif qed jgħid is-Segretarju parlamentari wieħed jassumi li l-ispejjeż finali mhux se jogħlew b'iktar minn 3%, hux hekk?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Hekk għandi nifhem.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Issa x'jiġri jekk insibu li minflok bi 3%, bħalma ġralna fit-toroq, l-ispiża titla' b'perċentaġġ ferm ogħla?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Jekk ikun hemm differenza fil-kontijiet wieħed irid jindaga jekk kienx hemm neċessita' ta' iżjed xogħlijiet u jekk isib li kien hemm neċessita' ta' iżjed xogħlijiet wieħed jara min awtorizzahom u kif, u mbagħad wieħed jindirizza s-sitwazzjoni minnhekk.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Imma jekk xi ħadd suppost refa' r-responsabbilita' biex jagħmel stima tax-xogħol kollu u jmur żmerċ – ovvjament dan ikun tħallas tax-xogħol tiegħu – x'se tkun ir-responsabbilita' tiegħu?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Naħseb li l-Onor.", "Interpellant huwa konxju mill-fatt li bniedem jista' jassumi r-responsabbilita' għal dak li huwa fin-normal.", "Kultant ikollok każijiet – mhux qed ngħid li se jiġri hekk f'dan il-każ – fejn bniedem jgħid li jrid jibdel il-madum tal-kamra tal-banju, imbagħad meta jaqla' l-madum isib li l-pajpijiet ta' l-ilma tmermru.", "Issa f'dak l- istadju wieħed jista' jagħżel, u jew jibqa' mingħajr kamra tal-banju jew inkella jirranġa wkoll dawk il-pajpijiet.", "Ovvjament wieħed jiddiskuti ma' min ikun qed jagħmillu x-xogħol biex jasal fi ftehim fuq prezz li jkun differenti minn dak ta' qabel.", "Jiena għandi nassumi li safejn huma parametri normali, il-perit Martin Xuereb & Associates ħadu ħsieb jaraw x'inhuma x-xogħlijiet li se jkun hemm bżonn u l-ispiża kemm se tkun.", "Imbagħad wara li x-xogħlijiet jiġu finalizzati wieħed ikun jista' jara jekk l-ispiża telgħetx iktar, kif qed jaħseb li se jiġri l-Onor.", "Interpellant, jew le.", "Fil-każ li semma tat-toroq, l-Onor.", "Interpellant jaf li mhux darba jew tnejn tibda tagħmel it-toroq u mbagħad jirriżutalek li trid tagħmel xogħlijiet oħrajn.", "L-importanti hu li inti tkun akkwistajt il-fondi li jkun hemm bżonn sabiex ikollok il-finanzi biex dawk ix-xogħlijiet tagħmilhom sewwa darba għal dejjem.", "Pero' wieħed irid kemm jista' jkun jipprova jżomm fil-parametri tat-tender oriġinali.", "Din ta' Dar Malta m'hijiex xi tender ta' triq u għalhekk ma naħsibx li jista' jkun hemm xi xogħol moħbi u naħseb li l-perit Matin & Associates għandhom esperjenza biżżejjed u jafu x'se tkun l-ispiża.", "Imbagħad wieħed jispera li din tkun fil-parametri tal-kuntratt li ngħata.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Peress li s-Segretarju Parlamentari qiegħed jgħid li dan ix-xogħol m'huwiex xogħol bħal dak li jsir fuq it-toroq, ma jafx li jekk ma jsirx studju fuq jekk is-sodda tat-triq hijiex soda biżżejjed, allura jista' jiċċaqlaqlek il-pedament u jista' jkun li wara li tgħaddi t-triq issib li wara ftit żmien ċediet, u allura jkollok tibda x-xogħol mill-bidu?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Safejn naf jiena, kemm-il darba kont Brussell qatt ma sibt li minħabba Dar Malta kienet qed tinqala' xi triq.", "Dar Malta hija struttura 'l ġewwa mit-triq, u wieħed ma jistax jipparaguna dak li jista' jinqala' meta wieħed qed jaħdem fuq triq ma' xogħol li qiegħed isir f'din l- istruttura.", "Fi proprjeta' jista' jkollok affarijiet moħbijin– u naħseb li l- Onor. Interpellant jaf – li mingħalik ikunu tajbin biżżejjed biex tkompli tinqeda bihom, imma waqt li tkun għaddej bix-xogħol jirriżultalek li dawn ikollhom bżonn xi tiswijiet.", "Jiena naħseb li għal dan il-proġett ingħatat attenzjoni kbira, u naħseb li l-partijiet involuti qegħdin attenti biżżejjed biex jaraw li kemm jista' jkun iżommu ma' l-istima oriġinali, u jiena nispera wkoll li forsi l-ispiża tkun inqas milli kienet maħsuba.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mela minn dak li qal is-Segretarju Parlamentari għandi nifhem li jekk ma jkun hemmx xi ħaġa straordinarja li ma tkunx predicted, l- ispiża fuq Dar Malta, ħlief għall-għoli fir-rata ta' l-inflazzjoni, m'għandhiex tiżdied, hux hekk?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Hekk għandi nifhem, Sur President.", "HELSIEN MINN TAXXA DOPPJA", "23449.", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI (f'isem l-Onor.", "Joseph Cassar) staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jgħid ma' liema pajjiżi hemm trattati għall-ħelsien ta' taxxa doppja u kemm hemm li magħhom qed jiġu negozjati bħalissa?", "F'liema stadju jinsabu dawk li qed ikunu negozjati?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Il- pajjiżi li magħhom daħal fis-seħħ trattat għall-ħelsien minn taxxa doppja huma l-Afrika ta' Isfel, Albanija, Awstralja, Awstrija, Barbados, Belġju, Bulgarija, Ċina, Ċipru, Danimarka, Eġittu, Estonja, Finlandja, Franza, Ġermanja, Kanada, Kroazja, Indja, Italja, Islanda, Kuwajt, Latvja, Lebanon, Libja, Litwanja, Lussemburgu, Malasja, Norveġja, Olanda, Pakistan, Polonja, Portugal, Repubblika Ċeka, Repubblika tal-Korea, Rumanija, San Marino, Sirja, Slovakkja, Slovenja, Spanja, Svezja, Tuneżija, Renju Unit, Ungerija.", "Hemm trattati wkoll ma' l-Iżvizzera u l-Istati Uniti iżda dawn huma limitati għall-ħelsien minn taxxa doppja rigward profitti miksuba minn tħaddim ta' bastimenti u inġenji ta' l-ajru fi traffiku internazzjonali.", "It-trattati ma' l-Emirati Għarab Magħquda, il-Greċja, il-Marokk, ir-Russja u Singapore huma iffirmati u qed jistennew li jiġu ratifikati qabel jidħlu fis-seħħ waqt li t-trattati mal-Ġordan, l-Irlanda, it-Tajlandja u l- Ukrraina kienu ġew konklużi f'livell tekniku imma għadhom ma ġewx iffirmati.", "Bħalissa għaddejin negozjati mat-Turkija u l-Iżvizzera rigward il- konklużjoni ta' negozjati dwar trattat għall-ħelsien minn taxxa doppja kif ukoll infetħu taħdidiet ma' l-Istati Uniti f'dan ir-rigward.", "NEFQA KIRI TA' KAROZZI", "22889.", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru tgħid matul is-sena 2006, kemm kienet in-nefqa globali għal kiri ta' karozzi u vetturi fil- Ministeru, dipartimenti, dekasteri, enti eċċ li jaqgħu taħt il-ministeru?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni) (f'isem il-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali): It-tagħrif mitlub mill- Onor. Interpellant hu kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.", "NEFQA FUQ SERVIZZI TAT-TELEPHONES", "22890.", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill-Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm, matul l-2006, kienet in-nefqa globali għall-użu tas-servizzi tat-telephones fil- Ministeru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni u tad-dipartimenti, dekasteri, enti, eċċ. li jaqgħu taħt il-ministeru?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: In-nefqa għall-użu tas-servizzi tat-telephones fil- Ministeru għall-Kompetittivita' u Kommunikazzjoni u dipartimenti, dekasteri li jaqgħu taħtu huwa kif ġej:", "|Incurred by |Amount | | |(LM) | |Ministry |28,583 | |DCS |3,694 | |Revenue Unit |4,676 | |Consumer & |17,591 | |Competition | | |Commerce Division |18,951 | |Civil Aviation |8,209 | |Department | | |Malta Maritime |56,979 | |Authority | | |Malta |6,845 | |Communications | | |Authority | | |Malta Standards |5,193 | |Authority | | |Total |150,721|", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sur President, qabel ir-recess tal-Milied kont ġbidt l- attenzjoni dwar żewġ vetturi li kienu tal-Malta Maritime Authority u li dwarhom kien hemm xi xi kwestjoni.", "Jista' l-Ministru jgħidli x'ġara minn dak iż-żmien 'il hawn, x'kienet l-ispiża biex inbidlu l-makni ta' dawn il- vetturi u min kien responsabbli biex sar dan?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Meta l-Onor.", "Interpellant kien għamel riferenza għal dawn il-vetturi, jiena kont tlabt biex issir investigazzjoni biex insib min oriġinarjament bagħat il-vetturi għand il-mechanic u jiena informat, almenu hekk su due piedi, li qed jittieħdu xi passi legali fil-konfront ta' min kien inkarigat mix-xogħol.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Imma fir-realta' għaliex iż-żewġ vetturi qatt ma rritornaw għand l-MMA?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Għalkemm id-dettalji ma niftakarhomx sew, jidher li kien hemm kwestjoni bejn il-mechanic li suppost kellu jagħmel ix-xogħol fuq il- karozzi u l-Malta Maritime Authority u allura ntalab parir legali f'dan ir- rigward biex jiġi deċiż jekk il-ftehim li kien hemm kienx wieħed li jorbot liż-żewġ naħat b'mod li ma jistgħux jaħarbu minnu, biex wara jittieħdu l- passi skond kif jirriżulta minn dan il-parir legali.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jista' l-Ministru jgħid jekk ġiex informat li waqt li l- karozzi ma kenux għand l-MMA kienu qed jintużaw minn ħaddieħor?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Le, ma kontx informat.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jista' l-Ministru fl-ewwel opportunita' li jkollu jpoġġi kopja ta' din l-investigazzjoni li saret fuq il-mejda tal-Kamra?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Hekk kif ikolli kopja tagħha ma nsib l-ebda diffikulta' biex inpoġġiha fuq il-mejda tal-Kamra.", "NEFQA FUQ MOBILE PHONES", "22891.", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru tgħid kemm, matul l- 2006, kienet in-nefqa globali tal-mobile phones fil-Ministeru, dipartimenti, dekasteri, enti eċċ li jaqgħu taħt il-ministeru?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem il-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali): It-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.", "SAFAR UFFIĊJALI", "22892.", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru tgħid kemm, matul is- sena 2006, kienet in-nefqa globali għas-safar tal-Ministeru, dipartimenti, dekasteri, enti eċċ li jaqgħu taħt il-ministeru?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem il-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali): It-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant hu kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.", "NEFQA FUQ FUEL", "22893.", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru tgħid kemm, matul is- sena 2006, kienet in-nefqa globali tal-fuel tal-Ministeru, dipartimenti, dekasteri, enti eċċ li jaqgħu taħt il-ministeru?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem il-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali): It-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant hu kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra", "NEFQA FUQ SERVIZZI TAT-TELEPHONES", "22894.", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru tgħid kemm, matul is- sena 2006, kienet in-nefqa globali għal użu tas-servizzi tat-telephones fil- Ministeru, dipartimenti, dekasteri, enti eċċ li jaqgħu taħt il-ministeru?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem il-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali): It-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant hu kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.", "UNIVERSITA' - STUDENTI", "23156.", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn studenti l-universita' llum?", "Kemm huma Maltin?", "Minn fejn huma l- oħrajn u x'inhu l-kors akkademiku li qed jattendu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi): In- numru ta' studenti li jattendu l-Universita' huwa ta' 9,522 u fosthom hemm 8,922 Maltin.", "Informazzjoni dwar in-nazzjonalita' u l-kors li qed jattendu ta' l- istudenti barranin se titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Nixtieq nistaqsi xi ħaġa li għalkemm m'għandhiex x'taqsam ma' din il-mistoqsija hija ta' interess kbir għaċ-ċittadini.", "Ta' min hi r- resposabbilta' biex jara u jassigura li kumpanniji privati jagħtu ż-żieda ta' l-għoli tal-ħajja lill-ħaddiema tagħhom u jagħtuhom il-bonus dovut lilhom?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ir-rersponsabbilita' hija ta' kull employer, imma jirregola d-dipartiment tax-xogħol u tar-relazzjonijiet industrijali.", "Allura dawk il-ħaddiema li jew ma ngħatawx iż-żieda ta' l-għoli tal-ħajja kif stabbilita bir-regolamenti jew xi benefiċċju ieħor stabbilit fil- kondizzjonijiet tax-xogħol u mħarsa jew bi ftehim kollettiv jew inkella bil- liġi, jistgħu jirrapportaw lid-direttur tax-xogħol.", "Imbagħad id-direttur tax-xogħol jieħu l-passi, l-ewwel permezz ta' proċess ta' konċiljazzjoni u jekk ma jkunx hemm riżultat pożittiv, kemm-il darba jirriżulta li dawk il- ħaddiema għandhom dawk id-drittijiet, jittieħdu passi anke bil-pulizija.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Ma nafx jekk il-Ministru huwiex aware li hawn ammont sostanzjali ta' ħaddiema li qegħdin f'din is-sitwazzjoni, pero' ma jitkellmux għax jibżgħu li jitkeċċew mix-xogħol.", "Kif wieħed jista' jirraporta mingħajr ma tinkifex l-identita' tiegħu biex jittieħdu passi kontra min qed jabbuża?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Fis-sistema kollha kemm hi tal-gvern, għalkemm mhux mixtieq, jista' wieħed jinqeda anke billi jagħmel rapporti li mhux neċessarjament ikun identifikabbli.", "Kull rapport li jirċievi d-direttur tax- xogħol, anke jekk ikun anonimu, jinvestigah.", "Naturalment ikollu ftit tad- diffikulta' biex jirrapporta l-eżitu ta' l-investigazzjoni lil min jagħmel l-ilment.", "Għax la l-individwu jżomm l-anonimita' ma jkunx jista' jirċevi dik l-informazzjoni, u ġieli tkun informazzjoni li jikseb id-direttur tax- xogħol li mbagħad tkun teħtieġ verifika mill-inpjegati individwali.", "Għaliex?", "Għax l-Onor. ħabib tiegħi japprezza li d-direttur tax-xogħol jista' jingħata informazzjoni li prima facie tkun informazzjoni li ma twassalx għal aktar passi.", "Allura jkun tajjeb li dik l-informazzjoni tiġi verifikata ma' l-impjegati konċernati biex wieħed ikun jista' jara l- veraċita' u l-attendibilita' ta' dik l-informazzjoni.", "B'hekk ir-risposta għandha tkun li ma jidhirlix li xi ħaddiema għandhom jiddejqu jew jibżgħu milli jitkellmu għad-drittijiet tagħhom, u l-unions għandhom funzjoni li jwettquha tajjeb ħafna meta jirċievu dawn l-ilmenti u allura wieħed jista' jirrikorri għand il-union u tidher hi.", "Dan huwa mezz importanti ħafna għall-ħaddiema.", "Nifhem li jista' jkollok xi ħaddiema li m'humiex membri ta' xi union partikolari.", "Pero' tajjeb li jkunu jafu l- ħaddiema li anke jekk il-post tax-xogħol tagħhom m'huwiex unjonizzat, xorta waħda kwalunkwe union bil-liġi tista', għandha dritt u anke l-obbligu, ngħid jiena, li tirrappreżenta ħaddiema individwali fil-bżonnijiet li jinqalgħulhom mad-dipartiment tax-xogħol.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Ma jidhirlux il-Ministru li jekk jiġu investigati l- payrolls tal-ħaddiema wieħed ikun jaf jekk matul is-snin ingħatawx iż- żieda għall-għoli tal-ħajja u l-bonus, u min hemm ikun jaf jekk sarux abbużi jew le?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Iva, imma d-direttur tax-xogħol irid ikollu talba biex jinvestiga.", "Jiġifieri xi ħadd irid jgħidlu: Qed nitolbok tinvestiga t-tali post tax-xogħol għal dawn l-iskopijiet.", "Jistgħu jkunu skopijiet ta' saħħa u sigurta' fuq il-post tax-xogħol, fil-każ imur għand l-awtorita'.", "Jistgħu jkunu skopijiet ta' kondizzjonijiet tax- xogħol, fil-każ irid imur għand id- direttur tax-xogħol u r-relazzjonijiet industrijali.", "Jistgħu jkunu kwestjonijiet marbuta ma' ħlas ta' kontribuzzjonijiet tas-sigurta' soċjali, fil-każ ir-rapport irid isir lid-direttur tas-sigurta' soċjali.", "U m'hemmx dubju d-direttur, sew tas-sigurta' soċjali u sew tax-xogħol, jistgħu jkollhom aċċess għal ċerta informazzjoni li tkun qiegħda għand il-gvern b'mod in ġenerali.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Allura jekk jiena ngħaddilek żewġ ismijiet ta' kumpanniji li l-ħaddiema tagħhom għaddejjin minn din is-sitwazzjoni għandi nifhem li jittieħdu passi.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Bla dubju ta' xejn.", "Jekk tgħaddili d-dettalji ta' kwalunkwe employer ngħaddihom lid-direttur tax-xogħol, u d-direttur tax- xogħol jinvestiga.", "Naturalment importanti li tindikali x'tixtieq li jiġi investigat.", "Per eżempju, jekk hux li nżamm il-bonus jew inkella li nżammet iż-żieda għall-għoli tal-ħajja.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Iż-żewġ kummpanniji li se ngħaddilek l-ismijiet tagħhom ma tawhomx iż-żieda għall-għoli tal-ħajja u żammewlhom il-bonus għal snin twal, mhux għal sena waħda.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Carmelo Abela, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Wara li l-avviż legali marbut ma' l-istipendji qed jiġi interpretat bil-mod kif qed jiġi interpretat vis-à-vis l-istudenti li jattendu l-MCAST, jista' l-Ministru jgħid jekk min hu inkarigat mill- istipendji rax il-każ f'aktar dettall biex itaffi t-tbatija lill-istudenti li qed jintlaqtu ħażin minn din il-miżura?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Kif jaf l-Onor.", "Membru m'hemmx każ wieħed jew tnejn, għax kieku naturalment ilha li ġiet solvuta.", "Hemm numru konsiderevoli ta' każijiet illi wħud minnhom jaqgħu ċar fil-kwadru tar-regolamenti, Jiġifieri huma studenti li qed jirrepetu, u r-regolamenti huma ċari.", "Min jirrepeti s- sena ma jeħux l-istipendju.", "Hemm dawk il-każijiet li m'humiex daqshekk ċari, jiġifieri fejn m'hijiex kwestjoni ta' ripetizzjoni stretta, imma hija kwestjoni ta' bdil ta' kors.", "Kull każ qed jiġi analizzat billi qed jaraw il-fatti l-applikazzjonijiet li saru – jidhirli li qed joqorbu biex jaraw il-każijiet kollha – biex imbagħad ikunu jistgħu jikkomunikaw direttament ma' l-istudenti.", "Il-każijiet li m'humiex ripetizzjoni stretta se jibdew jiġu cleared biex l-istudenti jibdew jieħdu l-istipendju.", "QRATI – AKKUŻI TA' ĦEBB", "23157.", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ittellgħu persuni l-qorti talli ħebbew għall-impjegati tad-dipartiment ta' l-edukazzjoni s-sena l-oħra?", "ONOR.", "TONIO BORG (Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern): Matul l-2006 kien hemm 9 persuni li tressqu l-qorti mill-pulizija fuq akkużi ta' ħebb fuq impjegati tad-dipartiment ta' l-edukazzjoni.", "PULIZIJA - RAPPORTI TA' SERQ", "23158.", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm saru serqiet u/jew hold-ups is-sena l-oħra u kemm ġew solvuti?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġibiet li tajt għall-mistoqsijiet parlamentari 17124, 18971, 18973, 18975, 19492, 20089, 20644, 20646, 22412, 22415, 23463 u 23465.", "PULIZIJA - SERQ TA' MOBILE PHONES", "23159.", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm insterqu mobile phones is-sena l-oħra u kemm ġew ritornati?", "ONOR.", "TONIO BORG: Matul is-sena 2006 ġew irrapurtati lill-pulizija li nsterqu 1,942 mobile phones.", "L-informazzjoni dwar l-aħħar parti tal- mistoqsija mhux disponibbli.", "MWIET TRAĠIĊI", "23160.", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm mietu nies traġikament is-sena l-oħra?", "X'kienet il- kawża tal-mewt, x'eta' kellhom u ta' liema sess kienu?", "ONOR.", "TONIO BORG: In-numru ta' persuni li tilfu ħajjithom traġikament matul is-sena 2006 kien kif ġej:", "|Kawża |Irġ|Nis|Tot| |tal-mewt |iel|a |al | | Inċidenti |11 |0 |11 | |tat-traffiku| | | | | Suwiċidju |20 |4 |24 | | Overdose |4 |2* |6 | | Oħrajn |20 |8 |28 |", "*Il-kawża tal-mewt f'każ minnhom għad trid tkun konfermata.", "L-eta' tal-vittmi kienet bejn is-sentejn u t-tlieta u tmenin sena.", "PULIZIJA - SERQ TA' VETTURI", "23161.", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm insterqu vetturi jew serqiet minn vetturi s-sena l- oħra?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġibiet li tajt għall-mistoqsijiet parlamentari 17124, 18971, 18973, 18975, 19492, 20089, 20644, 20646, 22412, 22415, 23463 u 23465.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet skada.", "Tqegħid ta' Karti.", "Il- Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:-", "Avviż Legali Nru 14 ta' l-2007 – Regolamenti ta' l-2007 dwar Sanzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti fir-rigward tar-Repubblika Iżlamika ta' l-Iran;", "Tabella li turi n-nefqa fuq manutenzjoni tal-karozza uffiċjali u second car tal-Prim Ministru matul l-2006, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 23278; u", "Kopja ta' korrispondenza bejn il-Ministeru tal-Finanzi u l-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura dwar l-għoti ta' direct order għat-twaqqif ta' portal ta' l-Awtorita' ta' Malta dwar it-Turiżmu, bi tweġiba għall- mistoqsija parlametnari numru 23502.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Sur President, f'isem il-Ministru tas-Saħħa, Azjani u Kura fil-Komunita' nqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:-", "Tabella li turi l-għadd ta' każijiet ta' meninġite bejn Settembru 2006 u Jannar 2007, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 23653; u", "f'isem il-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l- Informazzjoni inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:-", "Tagħrif dwar il-bini ta' substations ta' l-elettriku matul l-2006, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 23498.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Francis Agius.", "ONOR.", "FRANCIS AGIUS (Segretarju Parlamentari): Sur President, f'isem il- Ministru ta' l-Affarijiet Rurali u Ambjent inqiegħed fuq il-mejda tal- Kamra:-", "Avviż Legali Nru 15 ta' l-2007 – Regolamenti ta' l-2007 dwar il- Konservazzjoni ta' l-Għasafar Selvaġġi (Dikjarazzjoni dwar l-Għeluq ta' l-Istaġun Miftuħ għall-Kaċċa u t-Teħid ta' l-Għasafar).", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JIMPLIMENTA MIŻURI TA' L-ESTIMI", "BUDGET MEASURES IMPLEMENTATION BILL", "MR SPEKAR: L-Onor Tonio Fenech.", "ONOR.", "TONIO FENECH (Segretarju Parlamentari): Sur President, għandi messaġġ mill-President ta' Malta:", "EDWARD FENECH ADAMI PRESIDENT", "Il-President wara li kien informat dwar is-suġġett ta' l-Abbozz ta' Liġi \"li jimplimenta Miżuri ta' l-Estimi Finanzjarji għall-2007 u miżuri amministrattivi oħra\", jirrakomandah għall-konsiderazzjoni tal- Kamra tad-Deputati.", "5 ta' Diċembru 2006\"", "MR SPEAKER: Rimarki?", "Is-Segretarju Parlamentari l-Onor Antonio Fenech.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Sur President, nipproponi t-Tieni Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi li jimplimenta l-Miżuri ta' l-Estimi.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari l-Onor.", "Tonio Fenech.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Sur President, kif għedna fil-proponiment ta' din is- seduta, wasal il-mument li nippreżentaw l-Abbozz ta' Liġi li jimplimenta l- miżuri ta' l-estimi.", "Hawnhekk tajjeb li nispjegaw x'ifisser dan għax min ikun qed isegwi din is-seduta minn fuq ir-radju jaf jistaqsi: Imma qabel il-Milied, il-parlament mhux diġa' ddedika numru ta' seduti lil kull dekasteru u anke għaddew l-Approprijazzjoni?", "Ir-realta' hi, Sur President, li għalkemm aħna nippreżentaw il-budget measures f'perjodu partikolari kif għamilna fil-ġranet li għaddew, l-implimentazzjoni tiegħu ssir matul is- sena.", "Fil-fatt dawk il-miżuri jridu jiġu implimentati permezz ta' liġi li tgħaddi apposta minn dan il-parlament u effettivament, dak hu li qed nagħmlu llum.", "Sur President, aħna qed inressqu numru ta' emendi leġislattivi biex inkunu nistgħu nġibu fis-seħħ dak li pproponejna f'dan il-budget u fl- introduzzjoni li se nagħmel għal dan l-abbozz se nispjega x'inhuma dawn il- miżuri.", "Issa qabel nibda, nixtieq niċċara li jekk xi affarijiet li ssemmew fil-budget ma jissemmewx f'din il-liġi, ma jfissirx li l-gvern biddel ħsiebu fuqhom u mhux se jimplimentahom.", "Dan għaliex il-miżuri li l-gvern semma fil-budget – u dawn jgħoddu aktart minn 100 - mhux kollha huma miżuri leġislattivi, Sur President.", "Jekk aħna vvotajna somma flus biex isiru t- toroq, effettivament it-toroq ma jsirux billi ngħaddu liġi imma billi dawn jingħataw it-tarmac.", "L-istess jgħodd per eżempju meta għedna li se nżidu l- allokazzjoni fit-turiżmu biex jissaħħaħ il-prodott turistiku tagħna.", "Din il-liġi tikkonċerna l-miżuri leġislattivi tal-budget, miżuri li jridu bidla fil-leġislazzjoni biex iseħħu bħall-bidla fit-tax bands u fit-taxxa tal-boll.", "Tajjeb ngħid ukoll, Sur President, li fil-liġi li għandna quddiemna lanqas insibu l-miżuri kollha leġislattivi li semmew fil-budget u dan minħabba żewġ raġunijet, jew għax iridu jiġu implimentati f'leġislazzjoni speċifika - jiġifieri jkunu affarijiet li qed ibiddlu xi liġi partikolari li diġa' teżisti - jew inkella jkunu dawk li l-gvern ma biddilx il-liġi fuqhom u li qed niddiskutuhom illum.", "Dan għaliex ovvjament il-prassi hi li dawn jitħabbru fil-ġurnata tal-budget, b'mod partikolari ċerti miżuri fiskali bħat-tnaqqis fit-tax bands.", "Sur President, dan ifisser li din il-liġi ma tirriflettix dak li ħabbar il- Prim Ministru meta qal li se jonqsu jew se jitwessgħu l-bands tat-taxxa fuq id-dħul għall-ħaddiema Maltin u Għawdxin u għan-negozji f'dan il-pajjiż, imma effettivament, fl-istadju tal-kumitat, aħna rridu nressqu numru ta' kapitli oħrajn sabiex jimplimentaw dawk il-miżuri wkoll.", "Għalhekk hawnhekk qed nipprepara lill-Oppożizzjoni u ngħidilhom li fl-istadju ta' kumitat se jiżdiedu dawn il-kapitli.", "Sur President, tajjeb ngħid ukoll li l-liġi nnifisiha tikkontempla numru ta' miżuri li jsaħħu u jenforzaw aħjar il-ġbir tat-taxxi.", "Dan għaliex minn sena għal sena niskopru ċerti affarijiet li jkunu jridu jiġu rranġati biex insaħħu l-ġbir tat-taxxi u jkollna sistema ta' tassazzjoni effettiva.", "Fil- fatt se jkolli okkażjoni nitkellem dwar dan aktar tard.", "Din il-liġi wkoll tagħti l-mandat lill-gvern biex dan jissellef il-flus.", "Dan għaliex is-sena d-dieħla qed nistmaw li se jkollna deficit - għalkemm se jkun deficit anqas minn dak tas-snin preċedenti - u nafu li kull deficit irid jiġi ffinanzjat bis-self.", "Issa biex il-gvern ikun jista' jissellef din il-Kamra trid tagħtih il-permess.", "Sur President, wara din l-introduzzjoni, nixtieq issa ngħaddi biex nitkellem b'mod ġenerali dwar x'ipprovajna nilħqu b'dan il-budget u anke nagħti ftit rendikont ta' dak li qed naraw fl-ekonomija tagħna u kif irriduha tkompli tiżviluppa.", "L-ewwelnett nixtieq infakkar li l-għan prinċipali ta' dan il-budget kien li nkomplu nibnu fuq dak li effettivament bdejna fil-programm tagħna biex insaħħu l-ekonomija u l-qagħda finanzjarja tal-pajjiż biex b'hekk inkunu nistgħu npoġġu l-pajjiż fuq pjattaforma li tista' tagħti ġejjieni fis-sod lil uliedna.", "Dan huma budget li jipproponi numru kbir ta' miżuri biex inkomplu ninvestu fl-edukazzjoni, fir-riċerka u fl-innovazzjoni u naħseb dan kien budget li għamel enfasi partikolari fuq ir-riċerka u l-innovazzjoni.", "Dan hu budget li jrid jagħti kwalita` ta' ħajja aħjar lilna wkoll permezz ta' kwalita` aħjar fis-servizz tas-saħħa.", "L-ambjent huwa wkoll ċentrali għall-budget pero` fl- isfond ta' dan kollu, hemm li nkomplu ntejbu l-qagħda soċjali ta' dan il- pajjiż u biex nagħmlu dan kollu rridu nkomplu nkabbru l-ekonomija ta' pajjiżna.", "Biex dan iseħħ irridu nkomplu nsaħħu l-qagħda finanzjarja fil- pajjiż u dan nagħmluh billi ninċentivaw lil min irid jaħdem, kemm min irid jaħdem full-time jew part-time, kemm min diġa` qed jaħdem u kemm min mhux qed jaħdem għax għandu xi xkiel biex jagħmel dan bħal per eżempju n-nisa.", "Dan qed ngħidu għax għan ċert ta' dan il-budget kien li jħeġġeġ ħafna aktar nisa biex jidħlu fid-dinja tax-xogħol u dan irid jagħmlu b'miżuri li jridu jirriflettu ruħhom f'din il-liġi, bħal per eżempju t-tibdiliet li għamilna f'dik li hija l-bolla, fejn il-part-timers għandhom għażla li jew iħallsu l- bolla minima jew iħallsu 10% ta' dak li jaqilgħu u dan sabiex ma naqtgħux qalb min irid jaħdem.", "Għal ħafna nies din hija miżura importanti ħafna bħalma huma importanti miżuri oħra li għamilna bħal per eżempju s-servizz taċ-childcare.", "Sur President, l-ekonomija tagħna tista' tikber jekk nindirizzaw kemm is- setturi produttivi - biex dawn jirriġġeneraw ruħhom u jkun hemm aktar xogħol u investiment anke f'dik li hija riċerka u innovazzjoni – u kemm is- setturi tal-ħaddiema, sabiex ikollna nies li huma kapaċi u li jridu jaħdmu.", "Dan għaliex għalxejn toħloq ix-xogħol jekk ma jkunx hemm nies li jridu jew li kapaċi jaħdmu.", "Fil-fatt l-investiment fl-edukazzjoni fuq kull livell qed isir biex ikollna ħafna aktar nies li huma kapaċi jidħlu fid-dinja tax- xogħol, dinja li llum qed toffri sfidi imma wkoll opportunitajiet kbar u ġodda f'setturi li ma kellniex fil-passat u li joffru pagi aħjar.", "Per eżempju, hemm is-settur ta' l-informatika li żgur huwa settur li qed ikompli jikber u l-gvern qed jinvesti biex dan ikompli jikber anke bl- iżvilupp ta' SmartCity f'pajjiżna.", "Din SmartCity żgur li trid nies ta' ħiliet speċjali li rridu noħolqu tramite l-istruttura edukattiva tagħna.", "B'dan il-budget il-gvern irid ukoll ikompli jħarreġ lil min qiegħed diġa` fid-dinja tax-xogħol b'numru ta' programmi u llum għandna fondi sostanzjali mill-Unjoni Ewropea biex nagħmlu dan.", "L-iskop aħħari hu dak li nbiddlu il- ħiliet tan-nies sabiex dejjem isibu domanda fid-dinja tax-xogħol.", "Ċertament focus importanti ta' dan il-budget kien li lil kull min qed jaħdem qed ngħidulu biex jaħdem aktar għax il-flus li se jaqla' se jgawdihom hu u l- familja tiegħu għax aħna qed innaqsu t-taxxi fuq kull min jaħdem.", "Dan għamilnih tramite bidiliet li għamilna fil-bolla u numru ta' tibdiliet oħra li jmissu mas-self employed f'pajjiżna u li se nitkellem fuqhom aktar tard.", "Sur President, nixtieq nagħti ftit ħjiel ta' għaliex il-gvern kompla b'din l-istrateġija li biex inkabbru l-ekonomija, ma nkomplux ngħabbu l-ekonomija b'aktar taxxi.", "Infakkar li fil-budget li għamilna għas-sena 2006 ma kien hemm proposta l-ebda taxxa ġdida u meta wieħed iħares lejn l-qagħda ekonomika tal-pajjiż isib li l-miri finanzjarji li tfasslu ntlaħqu grazzi għax-xogħol kollettiv ta' kull wieħed u waħda minnha.", "Aħna bħala pajjiż irnexxielna npoġġu l-finanzi fis-sod, inkattru l-investiment u l-ġid u noħolqu x-xogħol u b'hekk qed naraw il-frott tat-tkabbir ekonomiku ta' pajjiżna, Sur President.", "Bis-saħħa tat-tkabbir ekonomiku, l-ħaddiema u l- kumpanniji jaqilgħu aktar flus, relattivament iħallsu aktar taxxi – mingħajr ma jiżdiedu t-taxxi ġodda – u l-gvern jilħaq l-miri tiegħu b'għaqal.", "Iva, Sur President, l-ekonomija tagħna qed tkompli tikber u l- previżjonijiet huma li din se tkompli tikber u għalhekk issa l-gvern jista' jqassam aktar ġid u jħaffef iżjed il-piż fiskali.", "Dawn il-miżuri, Sur President, ma kellhomx l-għan li nitfgħu l-bżar fl-għajnejn.", "L-għan prinċipali tal-budget li ppreżentajna kien li ninċentivaw lil min irid jaħdem għax aktar ma naħdmu, aktar l-ekonomija tagħna tikber.", "Dawn il- miżuri jwasslu biex min qed jaħdem jipprova jaħdem iżjed għax iħoss li l- gvern mhux qed jiekol wisq f'taxxi u biex min m'huwiex fid-dinja tax- xogħol, jidħol fiha.", "Kif għedt qabel, jekk hemm min irid jidħol fid-dinja tax-xogħol u għandu xi xkiel, aħna se nindirizzaw dak ix-xkiel sabiex inħajjruh jidħol fid-dinja tax-xogħol.", "Sur President, b'sodisfazzjon ngħid li r-riżultati tas-sena li għaddiet urew li kienet sena tajba ħafna għall-ekonomija ta' pajjiżna u qegħdin nirkupraw wara ftit snin ta' tkabbir baxx.", "Fil-fatt it-tkabbir li kellna fl- 2006 huwa komparabbli sew ma' tkabbir ieħor li qed jiġri fid-dinja ta' madwarna kemm f'pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea u kemm f'pajjiżi oħra.", "It- tkabbir ekonomiku għas-sena 2006 jidher li se jkun ta' madwar 2.7% jew ftit aktar pero' ma nafux biċ-ċert għax iċ-ċifri uffiċjali għadhom ma ngħalqux pero' l-indikazzjonijiet minn sorsi varji juru wkoll li sa nofs l-ewwel kwart ta' din is-sena, dan ir-ritmu qed jinżamm b'mod tajjeb ħafna.", "Sur President, meta wieħed iħares lejn numru ta' fatturi oħrajn, mill-ewwel jirrealizza għaliex qegħdin niksbu s-suċċess li qegħdin niksbu.", "It-tkabbir ta' l-ekonomija għandu effett dirett fuq id-dħul tal-gvern għax kif għedt, minkejja li żammejna l-istess taxxi li kellna fl-2005 u minkejja l-piż ta' Lm50 miljun - minħabba iż-żieda fil-prezz taż-żejt u s-surchage – li waqa' fuq dahar il-gvern, is-setturi ekonomiċi u l-konsumatur innifsu, l- ekonomija tagħna assorbiet id-daqqa u xorta rajna tkabbir ekonomiku u profitti akbar fil-kumpanniji tagħna.", "Issa, jiena se nispjega għaliex qed ngħid dan, Sur President.", "Fl-2005, mill-income tax - li hija l-aħjar termometru ta' x'qed jiġri fl- ekonomija - daħħalna Lm222 miljun u fil-budget għall-2006 – li kif għedt ma kellux miżuri ta' taxxi ġodda għajr dawk biex insaħħu l-ġbir ta' l-istess taxxa – konna stmajna li dan se jitla' għal Lm242 miljun, jiġifieri Lm20 miljun aktar.", "Issa fil-budget għal din is-sena – ovvjament isiru r- reviżjonijiet u nfakkar ukoll li din id-darba għamilna budget f'Ottubru - stmajna li d-dħul għall-2006 jitla' minn Lm242 miljun għal Lm250 miljun.", "Sur President, bi pjaċir inħabbar li sa Diċembru ta' din is-sena l-ġbir mid- dħul ta' l-income tax tela' għal Lm256.5 miljun, jiġifieri Lm6.5 miljun aktar milli pprevedejna li kellu jitla' f'Ottubru u effettivament, Lm13.5 miljun aktar milli stmajna fil-budget tas-sena ta' qabel.", "Issa, minn fejn jiġi dan id-dħul, Sur President?", "Dan jiġi mill-FSS - li tinqata' kull xahar mill-pagi tal-ħaddiema - u mid-dħul tal-kumpanniji li jiddikjaraw il- profitti tagħhom.", "Issa tajjeb li ngħidu li din is-sena rajna żieda sostanzjali mid-dħul ta' dawn iż-żewġ sorsi.", "F'dak li jirrigwarda l-pagi kien hemm żieda fl-impiegi f'dan il-pajjiż u allura kien hemm aktar nies li qed iħallsu t-taxxa u l-bolla, kemm fuq livell full-time u kemm fuq livell part-time.", "Tajjeb ngħid li fil-każ tal-bolla kellna żieda sostanzjali meta mqabbla ma' dak li aħna pprevedejna.", "Fil-fatt din kienet ta' madwar Lm12-il miljun.", "Id-dħul minn dan is-sors żdied ukoll għaliex il-pagi żdiedu u jekk wieħed jitħallas aktar, ovvjament iħallas aktar taxxa.", "Kif għedt, is-sors l-ieħor ta' dħul hu t-taxxa fuq il-qligħ tal-kumpanniji u anke hawnhekk rajna żieda.", "Il-previżjoni tagħna għal Diċembru – meta l- kumpanniji jagħmlu l-final settlement tat-taxxa tagħhom - kienet xi ftit jew wisq previżjoni li kienet timxi mal-linja tas-sena ta' qabel u anke hawnhekk skoprejna li l-qliegħ żdied b'mod sostanzjali minn dak li konna qegħdin nipprevedu.", "Dan juri li l-kumpanniji li effettivament daħħlu r- returns tagħhom f'Diċembru urew profitti tajbin u konsegwentament, kellna żieda fid-dħul mit-taxxa fuq il-profitti.", "Kienu dawn ir-raġunijiet li wasslu biex rajna żieda ta' 'il fuq minn Lm6 miljun minn dak li aħna stess ipprevedejna f'Ottubru.", "Sur President, ċertifikat aħjar minn dan li l-ekonomija tagħna qed tikber ma jistax ikollna, għaliex dan huwa dħul ddikjarat b'mod volontarju tramite s-sistema tagħna tas-self assessment.", "Dawn il-kumpanniji jgħidulna li l- ħaddiema tagħhom qed iħallsuhom dawn il-pagi u huma qed jagħmlu t-tali profitti.", "Aħjar minn hekk ma jistax ikun, Sur President.", "Hawnhekk tajjeb infakkar li aħna naqqasna t-taxxi billi ċaqlaqna t-tax bands u għalhekk f'Jannar in-nies se jkunu bdew iħallsu anqas taxxi u fil-bwiet tal-Maltin għandu jibqa' minimament - jien ngħid minimament għaliex jekk se jaqilgħu aktar flus, se jħallsu anqas taxxi - Lm12 miljun aktar.", "Issa minħabba f'hekk, aħna stennejna li ma naqilgħux daqstant mit-taxxi minħabba dan ir- roħs.", "Aħna stennejna li se naqilgħu xi Lm7 miljun aktar biss imma fil-fatt, għax-xahar ta' Jannar daħlu Lm8.2 miljun, jiġifieri Lm1.2 miljun aktar minn dak li pprevedjna.", "Sur President, dan anke jidfen il-kritika li saret li mhux se nilħqu ċ-ċifri li semmejna.", "Hawnhekk jeina nixtieq infakkar dwar l-affarijiet li qalulna.", "Per eżempju qalulna: Kif se tilħquhom dawn iċ-ċifri meta mhux biss mhux qed iżżidu t- taxxi, imma qed tnaqqsuhom?", "Kellna min, anke fil-ġurnali, beda jgħidilna li dan huwa fiscal slippage u li l-gvern ma jafx x'inhu jagħmel għax irid jidħol fl-Euro u minflok qed iżid it-taxxi biex iniżżel id-deficit u ma jkollux problemi mal-Kummissjoni dwar l-introduzzjoni ta' l-Euro, qed għamel bil-maqlub.", "Sur President, ir-realta' hi li l-gvern bagħat dan il- messaġġ importanti li aħna mhux qed infittxu li nżidu t-taxxi, anzi qed infittxu li nnaqqsu l-piż tat-taxxi biex inħallu l-ekonomija tiġġenera ruħha u tikber u mbagħad bħala pajjiż ingawdu mit-tkabbir ta' l-ekonomija.", "Din l-istrateġija mhux kulħadd fehmha, Sur President.", "Sur President, meta tlaqna fit-triq tal-pjan tal-konverġenza kellna ħafna kritika għax qalulna li qed inpoġġu l-karettun qabel iż-żiemel u moħħna biss biex nindirizzaw id-deficit b'konsegwenza li mhux se tikber l- ekonomija.", "Min-naħa l-oħra aħna konna ngħidu li jekk mhux se nġibu d- deficit taħt kontroll mhux se nkunu nistgħu nieħdu l-miżuri biex ninċentivaw l-ekonomija.", "Issa dak għamilnieh, il-miri tagħna lħaqnihom, id- deficit niżżilnieh taħt it-3%, id-dejn nazzjonali beda jonqos a proporzjon ta' dak li jipproduċi l-pajjiż għax ovvjament, f'termini nominali baqa' jiżdied u kull deficit li nagħmlu jżid id-dejn pero' dan qed jiżdied f'rata anqas grazzi għall-istrateġija ekonomika li mhux biss ma nżidux il-piż tat- taxxi imma anke naqsmu dak li naħsdu mal-poplu Malti u ninċentivaw lil min irid jaħdem aktar.", "Jiena naħseb li r-riżultati ta' Jannar jagħtu indikazzjoni li l-messaġġ in-nies ħaduh għax qed jaqilgħu iktar u minkejja li naqqasna t-taxxa fuq l-income tax, xorta ġbarna aktar flus.", "Dan juri li l-ħaddiema tagħna qed jaħdmu aktar u qed jaqilgħu aktar.", "Ovvjament kien hemm żidiet ta' l-għoli tal-ħajja li ġew mill-budget imma bilfors kien hemm żidiet oħrajn u dan jirrifletti ruħu fid-dħul tal-VAT.", "Tajjeb ngħid li mid-dħul tal-VAT f'Jannar, waqt li fl-istima tagħna konna qegħdin nipprevedu li se ndaħħlu Lm14.5 miljun - li kienet bejn wieħed u ieħor l-istess figura ta' Jannar tas-sena li għaddiet - effettivament ġbarna Lm16 miljun, jiġifieri Lm1.5 miljun iktar minn dak li proġettajna.", "Din ukoll hija indikazzjoni li l-ekonomija tal-pajjiż qiegħda tikber u hemm numru ta' indikaturi oħra li juru dan bħall-qagħda ta' l-investiment li qed jiġi f'pajjiżna.", "Is-sena 2005 kienet sena tajba ħafna għax kellna Lm219 miljun f'investiment, Lm53 miljun aktar mis-sena 2004 pero` fis-sena 2006 jerġa' morna aħjar, għax sa Settembru li għadda, l-investiment f'pajjiżna tela' għal Lm487 miljun!", "Prattikament l-investiment irdoppja fl-ewwel disa' xhur ta' l-2006 meta kkomparat ma dak li ġara fis-sena 2005.", "Issa, Sur President, hawnhekk tibda ssir il-kritika li hemm il-figura tal- Maltacom tat-Lm80 miljun inkluża u anke x'qed jiġri fis-settur tas-servizzi finanzjarji bħal banek li qed ipoġġu l-kapital tagħhom f'pajjiżna.", "M'hemmx dubju li dan is-settur huwa settur importanti u rridu nirrikonoxxu li s- settur tas-servizzi finanzjarjji f'pajjiżna qed naraw ħafna żvilupp fih u din hija xi ħaġa pożittiva.", "Jekk inħarsu lejn dawn l-aħħar sentejn, naraw li l-kontribut tas-settur tas-servizzi finanzjarji għat-tkabbir ta' l- ekonomija f'pajjiżna tela' bi 30% minn sena għal sena, u dan m'huwiex tkabbir żgħir.", "Is-settur tas-servizzi finanzjarji qed jgħin u dak huwa investiment ukoll u ma rridux inxejnuh u ngħidu li dak irridu naqilgħuh 'l barra.", "Pero' anke jekk taqilgħu 'l barra, iċ-ċifra ta' l-ewwel disa' xhur tas-sena 2006 xorta hija ta' iktar minn Lm100 miljun fuq dak li kella fis- sena 2005.", "Sur Hawnhekk wieħed irid jirrikonoxxi li l-investiment li qed jiġi f'pajjiżna huwa investiment sostanzjali li qed iħalli effett pożittiv fuq l-ekonomija tagħna.", "Sur President, nixtieq insemmi wkoll l-esportazzjoni.", "Meta tqabbel l- esportazzjoni sa Novembru 2005 ma' l-esportazzjoni sa Novembru 2006 – id- data għas-sena 2006 kollha għada ma ħarġitx - tara li din żdiedet 'il fuq minn 12%.", "Fil-fatt minn Lm759 miljun żdiedet għal Lm861 miljun u dan ukoll huwa indikazzjoni li qegħdin nipproduċu u nesportaw aktar bħala pajjiż u dan ukoll iwassal għal tkabbir ekonomiku.", "Hemm ukoll l-importazzjoni u xi wħud iħarsu lejn din b'mod negattiv anke minħabba l-bilanċ tal-pagamenti li huwa negattiv.", "Pero' Sur President, meta nitkellmu dwar l-importazzjoni, din rridu naqsmuha fi tliet sorsi, l-importazzjoni ta' makkinarju għall- produzzjoni li huwa pożittiv, l-importazzjoni tal-materja prima għal prodotti li jsiru lokalment li huwa pożittiv ukoll u ovvjament imbagħad hemm l-importazzjoni ta' prodotti għal skop ta' konsum lokali u hu proprju hawnhekk wieħed jista' jgħid li rridu noqgħodu attenti li mhux qed nikkonsmaw wisq minn barra l-pajjiż u allura niżbilanċaw il-bilanċ tal- pagamenti.", "Dan huwa veru pero` veru wkoll li llum li pajjiżna fetaħ il- bibien tiegħu għall-Unjoni Ewropea, hemm aktar għażla u wieħed ma jistax jinjora l-fatt li jkun hemm min qed jimporta ħafna aktar prodotti.", "Ir- realta` hija li diversi prodotti barranin qed isibu ruħhom fis-suq Malti u n-nies qegħdin jikkonsmawhom mingħajr ma jkun hemm daqshekk impatt fuq l- impjiegi f'pajjiżna.", "Mhux qed ngħid li ma jkunx hemm setturi li jintlaqtu minn din il-kompetizzjoni imma meta wieħed iħares lejn id-dħul ta' pajjiżna fl-Unjoni Ewropea, żgur jara stabilita` ekonomika u mhux veru li għandna ħafna setturi li qegħdin fi kriżi minħabba din l-importazzjoni.", "Tajjeb li hawn insemmi l-figuri, sa Novembru ta' l-2005 din laħqet il-Lm1.2 biljun u telgħet għal Lm1.326 biljun din is-sena, jiġifieri kważi Lm100 miljun iktar.", "Sur President, kif għedt qabel, iċ-ċifri tax-xogħol f'pajjiżna wkoll jindikaw ritmu pożittiv.", "L-irkupru li għamilna fit-telfien ta' l-impjiegi fis-sena 2004 sostnejnieh fl-2005 u fl-2006 u l-qgħad mhux biss ma reġax beda jiżdied imma kompla jonqos.", "Ovvjament xtaqna rajnieh jonqos aktar pero' almenu naqas bi kważi 300 ħaddiem u meta tikkonsidra ż-żieda kbira ta' l-impjiegi permanenti li nħolqu f'dawn is-sentejn, wieħed bilfors ikollu jikkonkludi li dan huwa riżultat pożittiv.", "Fil-fatt, Sur President, rajna żieda fl-impjiegi.", "L-akbar żieda kienet fis-settur tal-part-time li qed ikompli jikber f'pajjiżna.", "Dawn huwa settur li meta wieħed janalizzah, jinduna li joffri lil pajjiżna ħafna iktar flessibilita`.", "Kultant aħna nitkellmu b'mod negattiv dwar il-part-time imma dan jagħti flessiblita` kbira lil dak in-negozjant li qed jipprova jespandi u sakemm saqajh ikunu fis-sod jaħdem bil-part-timers u meta jkun issoda fin-negozju, jagħtihom xogħol iktar permanenti.", "Għalhekk din tal-part-time hija xi ħaġa li wieħed m'għandux jeħodha b'mod negattiv.", "Sur President, f'dik li hija inflazzjoni rajna li fis-sena 2006, ir-rata ta' l-għoli tal-ħajja kienet qiegħda tiżdied pero' kien evidenti li dan kellu jiġri minħabba li l-prezz taż-żejt effettwa żewġ setturi b'mod dirett ħafna.", "L-ewwelnett settur kien dak ta' l-elettriku fejn żdiedet is- surcharge u allura bilfors kellu jkun hemm impatt li jirriżulta fl-għoli tal-ħajja u s-settur l-ieħor kien dak tal-fuels li wkoll effettwa l-għoli tal-ħajja.", "Hawnhekk tajjeb ngħid li huwa pożittiv li qed nibdew naraw il- prezz internazzjonali taż-żejt jinżel u allura dan qed jirrifletti ruħu f'nuqqas fis-surcharge ukoll.", "Kif nafu s-surcharge se tinżel għal madwar 45% filwaqt li kien hemm mumenti li din kienet anke 63%.", "Anke rigward fuels, aħna xtrajna biżżejjed fuel u qegħdin stabbli għax-xhur li ġejjin pero' l-previżjonijiet huma li jistgħu jorħsu iktar jekk il-prezz internazzjonali jkompli jonqos.", "Dan kollu huwa pożittiv kemm fuq il-livell ekonomiku kif ukoll fuq l-impatt li dan għandu fuq l-għoli tal-ħajja għax dan għandu impatt dirett anke fuq is-setturi tal-produzzjoni f'pajjiżna.", "Sur President, l-għoli tal-ħajja sa Diċembru niżel - kif anke mkejjel mill- Unjoni Ewropea - għal 2.77% u għalhekk anke l-inflazzjoni qed tbatti u din hija xi ħaġa pożittiva ħafna.", "Sur President, naħseb li aħjar nibda t-tieni parti ta' l-intervent tiegħi li se jittratta l-liġi innfisiha u dak li se tipprova timplimenta.", "L-ewwel taqsima ta' din il-liġi qed titlob biex il-parlament jagħti l-awtorita' lill-gvern biex ikun jista' jissellef dawk l-ammonti li hemm bżonn biex ipattu għad-deficit.", "Din hi l-prassi normali, Sur President, għalkemm is- sena li għaddiet din il-parti ma saritx għax ma tlabniex li nissellfu flus minħabba li s-sena ta' qabel konna tlabna aktar milli kellna bżonn u kellna wkoll id-dħul mill-privatizzazzjoni.", "Hawnhekk aħna bħala gvern m'aħniex qed nitolbu l-Lm50 miljun li qed nipprevedu li se jkollna bżonn minħabba d- deficit imma qed nitolbu awtorizzazzjoni għal Lm100 miljun.", "Din qed nagħmluha biex ikollna ċerta flessibbilta' għaliex kif dejjem jiġri, ġieli jkollna anke ċertu self mill-banek li jimmatura u l-gvern, minħabba r-rata ta' l-interessi, jara li jkun jaqbillu li effettivament jissellef b'mod dirett mill-poplu għax jiġi irħas milli jissellef mill-banek.", "Il-liġi fiha nnifisha tħares ukoll lejn numru ta' aspetti oħrajn, per eżempju, il-liġi li temenda t-taxxa tad-dokumenti u trasferimenti minħabba l-bidliet li aħna għamilna fuq dik li hija l-proprjeta' li effettivament tintiret u l-livell ta' taxxa li titħallas.", "Tajjeb li nfakkar li llum, meta persuna tiret proprjeta' immobbli li kienet ir-residenza tal-persuna li minnha oriġina t-trasferiment, l-ewwel Lm10,000 tal-valur tal-proprjeta' ikunu eżenti mit-taxxa.", "Din il-parti tal-valur eżentat issa se titla' għal Lm15,000.", "Fl-istess ħin, waqt li t-tieni Lm10,000 kienu jitħallsu bi 3.5%, issa se jkunu t-tieni Lm 15,000 li se jitħallsu b'din ir-rata.", "Ċertament li dan huwa roħs sostanzjali f'dik li hija taxxa fit-trasferimenti.", "Aħna nafu wkoll b'ċerti problemi li jinqalgħu meta n-nies tiġi f'idejhom proprjeta' u mhux neċessarjament ikollhom il-likwidita' neċessarja biex iħallsu dawn it- taxxi u allura ħassejna l-ħtieġa ta' din ir-reviżjoni.", "Sur President hemm regola speċjali oħra fejn meta persuna tkun tgħix fil- fond li tiret u li fih ma tkunx tgħix il-persuna li minnha oriġina t- trasferiment, l-ewwel Lm20,000 tal-valur tal-proprjeta' tiġi ntaxxata bir- rata konċessonarja ta' 3.5% minflok il-5% kif suppost.", "Tajjeb ngħid li din il-figura minn Lm20,000 se titla' għal Lm30,000 ukoll.", "Kif għedt, effettivament dan kollu se jfisser roħs sostanzjali f'dik li hija t-taxxa relatata mal-proprjeta'.", "Nagħti l-eżempji Sur President.", "Fejn qabel fuq Lm15,000 kont tħallas Lm150, issa m'hu se tħallas xejn u fejn qabel fuq valur ta' Lm20,000 kont tħallas Lm400, issa se jitħallas Lm150.", "Jekk il- valur tal-proprjeta' jaqbez l-Lm40,000, wieħed effettivament jiffranka Lm250 li huwa roħs sostanzjali li l-gvern qiegħed jagħti permezz ta' din l- emenda.", "Ngħaddi issa biex nitkellem fuq it-tielet taqsima ta' din il-liġi li temenda l-Income Tax Management Act sabiex tkompli ssaħħaħ żewġ aspetti u wieħed minnhom hu l-qsim ta' l-informazzjoni.", "Aħna qegħdin fil-proċess li qed nagħmlu r-reviżjoni tal-liġijiet u anke ta' l-istrutturi tat-taxxi biex kif konna ħabbarna, naslu għal integrazzjoni aħjar u jista' jkun anke ta' amalgamazzjoni tad-dipartimenti tat-taxxi f'pajjiżna, b'mod partikolari tal- VAT u ta' l-income tax għax wara kollox, meta dawn janalizzaw individwu, iħarsu lejn l-istess ħaġa minn żewġ desks differenti.", "Apparti dan, se ssir bidla importanti dwar l-appelli li jinstemgħu rigward it-taxxi.", "Meta jkollna appell dwar xi kwestjoni fiskali, peress li sal-lum m'għandniex ġudikant speċjalizzat f'dan is-settur, kienu jinħolqu xi ftit jew wisq problemi allura l-gvern ħass li f'każi rari fejn id-disputa taqbeż il- Lm500,000, il-każ ta' l-appell ma jinstemax minn imħallef wieħed imma jinstema minn tliet imħallfin u dan proprju biex nassiguraw li dawn il- każijiet tekniċi ħafna jiġu studjati b'mod dettaljat ħafna.", "Apparti dan, hemm numru ta' emendi żgħar li qed isiru f'taqsima 4 għal dik li hija taxxa fuq is-sisa.", "Din issa ilha issir għal dawn l-aħħar tliet snin minħabba t-tibdiliet u r-reviżjonijet li qed isiru biex dawk li huma r-rati ta' dazji f'pajjiżna, b'mod partikolari fuq l-elettriku, effettivament jiġu in line mal-minimu ta' l-Unjoni Europea.", "Infakkar li l-commitment tagħna hu li dan iseħħ sa l-2010 u allura wieħed jifhem il-ħtieġa ta' dawn l- emendi.", "Sur President, hemm imbagħad numru ta' emendi oħra li m'humiex sostanzjali imma li bażikament huma marbuta ma' infurzar aħjar, b'mod partikolari f'dawk li huma l-liġijiet tal-VAT, li fiha wkoll qed nagħmlu l-istess emenda li għamilna fl-Income Tax Management Act dwar appelli li jaqbżu l- Lm500,000 li jmorru taħt tliet imħalfin.", "Hemm bażikament emendi oħrajn dwar tibdiliet oħra li huma meħtieġa b'mod partikolari f'ċirkostanzi fejn ikun hemm ir-rifjut li jingħataw fi żmien opportun ir-records li jintalbu biex ikun jista' jsir il-proċess innifsu ta' investigazzjoni.", "Imbagħad hemm emendi oħrajn li huma aktar amministrattivi u li l-iskop tagħhom hu li jxebbħu l-applikazzjoni tal-liġi ta' l-eko-kontribuzzjoni mal-liġi tal- VAT.", "Pero' kif għedt, l-akbar bidliet leġislattivi li jridu jsiru f'din il- liġi, huma dawk li jridu jsiru fi stadju ta' kumitat f'emendi ġodda u li jirrigwardaw il-miżuri fiskali li aħna ħabbarna, b'mod partikolari it- tnaqqis sostanzjali li għamilna fit-taxxa ta' l-income tax.", "Jien infakkar li f'dan il-budget aħna wessajna t-tax bands tat-taxxa biex għal dik li hija koppja miżżewġa, fejn qabel l-ewwel Lm4,300 ma kien jitħallas xejn taxxa fuqhom, issa din qegħda fuq l-ewwel Lm4,500.", "Pero' Sur President, l-aktar bidla importanti li għamilna kien il-mod kif wessajna t-tax band li tmiss il-15%.", "Fejn qabel il-bracket ta' Lm 4,300 sa Lm6,000 kien jitħallas bil-15%, issa l-bracket ta' Lm 4,300 sa Lm 8,000 se jitħallas bil-15%.", "Din saret għaliex fid-diskussjonijiet li kellna mal- pubbliku qabel il-budget - u dan waħdu juri kemm dawk id-diskussjonijiet ma jsirux għal xejn - tqajmet il-kwestjoni tad-diskrepanza bejn it-taxxa fuq il-part-time u t-taxxa fuq l-overtime.", "Illum fuq il-part-time konna nagħtu d-dritt li tiġi applikata t-taxxa ta' 15% imma fuq l-overtime - billi huwa parti mill-istess impjieg – dak li jkun kellu jħallas taxxa bil- 25% jew bil-35% taxxa.", "Bil-paga medja ta' madwar Lm5,500, din il-bidla qed tagħti l-possibbilta' li min se jagħmel lira f'overtime, se nittrattawhielu bħala lira mill-part-time u b'hekk tiġi ntaxxata bil-15% sakemm dan ma jaqbiżx it-Lm 8,000.", "Peress li neħħejna l-band ta' l-20%, kull min jaqbeż it-Lm8,000, jiġi jħallas bil-25% u dan sa' l-Lm 10,000.", "Hawnhekk tajjeb ngħid li qabel hemmhekk kien hemm Lm1,500 f'dik il-bracket li kienet tmur bi 30%.", "Jiġifieri anke hemmhekk, Sur President, dak li jkun se jħallas biċċa mis-somma bil-25% u mhux bit-30%.", "Issa Sur President, kien hemm min qalli li aħna ma missejniex dawk li jaqgħu taħt il-35%, ċioe' dawk li jaqilgħu aktar minn Lm10,000 imma hawnhekk tajjeb jingħad li dawn se jiffrankaw 'il fuq minn Lm240 taxxa!", "Issa jekk dan se jaħdem aktar, ovvjament se jibqa' jħallas bil-35% pero' dan ma jfissirx li m'hemmx possibbiltajiet li nkomplu nirrivedu f'dan is- sens.", "Din hi l-viżjoni tagħna u anke l-Prim Ministru fil-budget ta l- indikazzjoni li jekk aħna nibqgħu għaddejjin bir-ritmu ekonomiku li għandna, hemm il-possibbilita' li anke nwessgħu dik it-tax band ukoll.", "Sur President, jekk imbagħad inħarsu lejn it-tibdiliet fit-taxxa għal dawk li huma single, dawn it-tibdiliet ġew applikati skond l-istess konċett.", "Aħna żidna l-livell minimu li fih ma tħallasx taxxa, jiġifieri minn Lm3,100 tellajniha għal Lm3,250 u l-band tal-15% tellajniha minn Lm4,100 għal Lm5,500 biex b'hekk inkludejna dawk li qabel kienu jħallsu bl-20% u anke parti li kienu jħallsu bil-25%.", "Apparti dan, it-tax band li qabel kienet tibda minn Lm 5,000, tellajniha għal Lm 5,500 u minn Lm6,000, tellajniha għal Lm6,750 u dawn iħallsu bil-25% għax aħna tajjarna dik ta' l-20%.", "Sur President, bniedem single li jħallas il-35% taxxa, effettivament se jiffranka Lm155.", "Jekk huma żewġ persuni miżżewġin u jagħżlu komputazzjoni separata u t-tnejn li huma jħallsu bit-35%, dawn se jiffrankaw Lm310 bejniethom.", "Sur President, dan kollu juri li l-miżuri li ħa l-gvern f'dan ir-rigward se jħallu aktar flus fil-bwiet tan-nies u din tolqot ukoll l-oġġettiv primarju li aħna poġġejna quddiemna u ċioe' li nħajru lin-nies jaħdmu aktar.", "Hawnhekk niftakar il-kritika li kienet saret fejn qalulna li wħud min-nies se jiffrankaw xi Lm 30 taxxa biss.", "Iva, veru imma r-realta' hi wkoll li dawn l-individwi kulma kienu qed iħallsu taxxa kien xi Lm30 u allura ma tistax taħfrilhom aktar għax inkella se nibdew inqassmu l-flus u mhux niġbruhom.", "F'dik li hi għajnuna supplimentari, żidna wkoll għaliex ridna li dik il-faxxa tgawdi mill-ġid li qed jinħoloq fil-pajjiż u nżommu ċerta relattivita' per eżempju anke mal-qgħada minima tal-paga minima nazzjonali.", "Allura hemmhekk ukoll, b'mod effettiv, għamilna l-miżuri li effettivament iżidu b'aktar minn 10% dik li hija għajnuna supplimentari.", "Jiena m'għandix dubju li din se tkun waħda mill-miżuri fiskali li aħna ħadna li għandha b'mod effettiv tkompli tinċentiva l-ekonomija.", "Miżura oħra importanti hija r-roħs li qed nagħtu f'dik li hija in-national insurance contribution.", "Sur President, rigward ix-xogħol part-time permezz ta' din il-liġi qed naħsbu li forsi wieħed ikun jista' jagħżel x'sistema ta' bolla jrid iħallas.", "Hawn min jibqa' jgħid li għalkemm qed jaqla' inqas mill-paga minima li fuqha hija mwaħħla l- Lm5.84 minimum NI contribution, lanqas ikun jaqbillu ma jħallasx il-bolla minima għax jitlef il-minimum pension.", "Dak id-dritt mhux se niċħduh imma se jibqa' hemm pero` min ma jistax jagħti aktar minn 20 siegħa xogħol fil-ġimgħa, speċjalment dawk in- nisa li qed irabbu t-tfal, lanqas jaqblilhom iħallsu l-bolla minima għax din tiġi d-doppju ta' dak li jkunu qed jaqilgħu.", "Għalhekk qed nagħtu l- għażla li jekk iridu jistgħu jħallsu 10% tagħha.", "Ovvjament il-benefiċċji li jibbenefikaw minnhom isiru benefiċċji proporzjonali pero` dan huwa importanti biex inħajru b'mod partikolari lin-nisa jidħlu fid-dinja tax- xogħol.", "Miżuri oħrajn li rridu nieħdu li wkoll iridu jidħlu f'din il-liġi huma l- bidliet li rridu nagħmlu fuq l-istudenti fl-iskejjel privati.", "Kif nafu l- gvern qed jgħin b'mod dirett lill-iskejjel tal-knisja u kull sena jħallas Lm12 miljun bħala għajnuna.", "Prattikament għal kull student fi skola tal- knisja l-gvern jagħti kontribuzzjoni ta' 'l fuq minn Lm870.", "Dan ifisser li min għandu tifel li jmur fi skola tal-knisja, forsi jħallas Lm300 taxxa fis- sena imma l-gvern qed jagħtih madwar Lm800.", "Imbagħad hemm l-iskejjel tal- gvern li l-gvern jipprovdilhom kollox hu.", "Hemm ukoll l-iskejjel privati li kif kulħadd jaf qed jiżdidulhom l-ispejjeż u allura qed jiżdiedu wkoll il-fees.", "Għalhekk il-benefiċċju lill-ġenituri li jibagħtu lill-uliedhom f'dawn l-iskejjel qed nirdoppjawh biex l-ammont li jonqos minn dak li jiġu komputat għall-ħlas ta' taxxa għal-livell primarju minn Lm200 jsir Lm400 u għal-livell sekondarju minn Lm300 jsir Lm600.", "Irrid infakkar ukoll li dawk li jibagħtu lil uliedhom f'childcare centre biex ikun jista' jmur jaħdem se jgawdu mill-istess benefiċċju u din hija miżura importanti ħafna.", "Sur President, se nagħmlu wkoll emendi oħrajn.", "Per eżempju, mill-1 ta' Jannar ta' l-2007 persuna b'diżabilita` li tirċievi l-pensjoni ta' diżabilita` u tiżżewweġ persuna li m'għandhiex diżabilita` ma titlifx il- pensjoni tagħha minħabba li tkun biddlet l-istat tagħha.", "Bla dubju ta' xejn din għandha tgħin u tħeġġeġ lil numru ta' persuni b'diżabilita` li jkomplu jintegraw u jgħixu l-ħajja li jixtiequ huma.", "Kif nafu din kienet qed tfixkel lil min xtaq jiżżewweġ imma ovvjament kien jaqta' qalbu milli jagħmel dan.", "Se nemendaw ukoll il-pensjoni tar-romol biex armel jew armla li jkollhom pensjoni tar-romol jibqgħu intitolati għar-rata fissa ta' din il-pensjoni anke meta jiżżewġu pero` dan isir sa l-ewwel ħames snin biex b'hekk ngħinu fl-integrazzjoni tagħhom fil-ħajja miżżewġa.", "Kif għedt il-budget innifsu ma jimplimentax ruħu biss bil-miżuri diretti li rridu nimplimentaw b'din il-liġi imma jestendi għal numru ta' miżuri oħrajn.", "Per eżempju, hawnhekk irrid insemmi l-benefiċċju ta' l-enerġija u t-tibdiliet li se jkun hemm se jiġu mħabbra mid-dipartiment tas-sigurta` soċjali.", "F'dan il-budget ħabbarana 190 miżura u fosthom hemm miżuri li permezz tagħhom irridu nkomplu ninvestu f'bini ta' skejjel ġodda, inkomplu nimmodernizzaw l-iskejjel terzjarji, il-junior college, l-MCAST u l- universita` fejn qegħdin naraw injection ta' investiment kbir.", "Fis-settur ta' l-edukazzjoni jidħlu wkoll ir-riċerka u l-innovazzjoni, il-laboratorji u diversi inizjattivi oħrajn.", "Sur President, qed nivvotaw ammont rekord għas-settur tat-turiżmu.", "Hemm ukoll is-settur tas-servizzi finanzjarji, is-settur tan-negozji żgħar u numru ta' setturi oħrajn.", "F'dan il-budget kien hemm ukoll 20 miżura li kienu speċifikament marbutin ma' titjib ekonomiku, edukattiv u soċjali f'Għawdex.", "Kien hemm ukoll numru ta' miżuri ambjentali u soċjali li jridu jwasslu biex il-budget għal din is-sena jwassal ħalli nkomplu nibnu ġejjieni fis-sod għal uliedna, ġejjieni li rridu nħeġġu lil kulħadd biex jipparteċipa fih.", "Fil-ġranet li ġejjin fid-djar tal-familji Maltin u Għawdxin se jitqassam rendikont qasir ta' dan il-budget li jispjega l-miżuri li qegħdin nieħdu.", "Fih se jkun hemm spjegat il-miżuri li se jiġu implimentati permezz ta' din il-liġi biex minn issa nibdew il-proċess ta' konsultazzjoni għal dak li jrid ikun il-budget tas-sena d-dieħla.", "Irrid infakkar li se nerġgħu nagħmlu pre-budget ieħor pero` se nagħmlu xi ħaġa ġdida.", "Aħna dejjem nipprovaw li f'dan il-proċess indaħħlu togħma ġdida biex in-nies jipparteċipaw aktar.", "Fil-fatt qed nistiednu lin-nies biex mhux biss jgħidulna x'għoġobhom u x'ma għoġobhomx f'dan il-budget imma forsi jgħidulna x'kienu jibdlu u x'inhuma dawk l-issues li għandna nindirizzaw fil-budget li jmiss.", "B'hekk fid- dokument ta' qabel il-budget il-gvern ikollu ħjiel ta' dawk l-issues primarji li l-poplu Malti jridna nindirizzaw.", "Aħna rridu li l-proċess ta' konsultazzjoni nagħmluh kemm jista' jkun parteċipattiv u konsultattiv mill- bidu.", "Minn hawnhekk irrid inħeġġeġ lil kulħadd biex jgħinuna nibdew dan il- proċess.", "Irrid ngħid li fuq wara ta' dan il-leaflet hemm self-addressed envelope jiġifieri ma tridx tħallas bolla biex tibgħatha, kemm titwi l-idea tiegħek u titfagħha fil-posta.", "Jien nagħlaq l-intervent tiegħi billi nawgura li d-diskussjoni li se jkollna f'din il-Kamra dwar dawn il-miżuri tkompli tgħinna nifhmu iktar dak li l-gvern ipprova jolqot f'dan il-budget.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Gazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Charles Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Sur President, jien irrid nirrispondi xi affarijiet li qanqal l-Onor.", "Fenech u se nibda minn dak li għadu kemm qal dwar il- ktejjeb li se jitqassam fid-djar tan-nies.", "Dan ħeġġeġ lil kulħadd biex jagħti l-kummenti tiegħu u għalhekk jien se nikkwotalu x'qal pubblikament il-gvernatur tal-bank ċentrali madwar għaxart ijiem ilu waqt li kien qed jagħmel il-presentation tiegħu.", "Issa nispera li għax se ngħid x'qal pubblikament ma niġix interpretat li qed nagħmel xi attakk personali fuqu!", "Għaxart ijiem ilu, meta l-gvernatur tal-bank ċentrali kien qed jitkellem fuq il-kompetittivita` u l-ekonomija Maltija fuq il-website qal li matul dawn l-aħħar snin Malta kellha the slowest growth rate in EU in recent years.", "Qal ukoll li rridu nispjegaw għaliex filwaqt li s-sitwazzjoni ekonomika globali, inkluż dik ta' l-Unjoni Ewropea, bdiet sejra aktar 'il quddiem, pajjiżna ma qabadx l-istess ritmu imma kiber b'ritmu inqas jew addirittura ma kellu l-ebda tkabbir.", "Staqsa wkoll għaliex il-pajjjiżi ta' madwarna kellhom riċessjonijiet li damu inqas milli damu f'pajjiżna.", "Barra minn hekk fil-presentation tiegħu l-gvernatur tal-bank ċentrali beda jikkompara l-attivita` ekonomika f'ċerti oqsma partikolari u sejħilhom \"comparisons that matter\", jiġifieri paraguni li jagħmlu sens, illi aħna nanalizzawhom u nagħtu ċerta spjegazzjoni dwarhom.", "Per eżempju, dan qalilna li filwaqt li fil-euro area t-tfaddil kien ta' 20%, f'Malta niżel għal 11%, jiġifieri għandna l-inqas savings rate.", "Rigward private investment bħala perċentwali tal-GDP għandna madwar tliet punti perċentwali inqas mill-medja ta' l-euro rate.", "Per eżempju f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-ispiża tar-riċerka u l-iżvilupp, l-ispiża mid-domestic industry fil-euro area hija ta' 56% u f'pajjiżna hija biss ta' 18%.", "Issa se ngħid xi ħaġa fuq kemm jonfoq il-gvern fuq ir-riċerka.", "Aħna nonfqu 0.2% tal-prodott gross domestiku filwaqt li fil-euro area r-rata hija ta' 0.8%.", "Skond il-Lisbon strategy anke din hija rata baxxa ħafna u trid togħla ħafna aktar.", "Imbagħad il-gvernatur tal-bank ċentrali jsemmi wkoll il-female employment rate jiġifieri kemm jipparteċipaw nisa fid-dinja tax- xogħol.", "Filwaqt li l-medja fil-euro area ta' l-Unjoni Ewropea meta addottat l-ewro, ir-rata kienet ta' 55%, f'Malta din hija ta' 33% biss.", "Anke fuq il-qasam edukattiv kien hemm bżonn daqsxejn ta' analisi.", "Fil-fatt se ngħid kemm għandna gradwati fix-xjenza u fit-teknoloġija għal kull 1,000 persuna.", "Filwaqt li fiż-żona ewro r-rata hija ta' 12.7%, f'Malta r-rata hija ta' 3.6%.", "Ir-rata ta' l-early school leavers li jitilqu mis-sistema edukattiva u ma jkollhom l-ebda tama għax ma jkollhomx skills, taħriġ u educational background tajjeb, filwaqt li fil-euro area din hija ta' 18% u fis-Slovenja li mxiet ħafna 'l quddiem għax ibbażat kollox fuq l- edukazzjoni r-rata hija ta' 5% biss – hawnhekk ikun tajjeb li wieħed jgħid li s-Slovenja daħlet fl-Unjoni Ewropea sentejn ilu magħna – f'pajjiżna r- rata hija ta' kważi 42%.", "Imbagħad għandna wkoll il-youth education attainment level li f'pajjiżna r- rata hija ta' 53%, fil-euro area hija ta' 73% u fis-Slovenja hija ta' 90%.", "Hawnhekk nerġgħu naraw kemm ir-rabta bejn l-iżvilupp u kemm wieħed jimxi 'l quddiem ekonomikament hija marbuta ħafna mal-qafas edukattiv u mar- riżultati li nakkwistaw fl-edukazzjoni.", "Jien ngħid li mhux kemm nonfqu fil- qasam ta' l-edukazzjoni jgħodd, għax pro-rata nonfqu ħafna bħala pajjiż, imma kemm bħala pajjiż għandna value for money.", "Il-ministru semma wkoll id-dħul mill-income tax.", "Peress li d-dħul mill- income tax jiġi mill-kumpanniji, il-ministru qal li l-kumpanniji ddikjaraw aktar qligħ u dan huwa sinjal li dawn għamlu aktar profitt.", "Hekk tgħidlek il-loġika imma ejja naqsmu l-kumpanniji u l-individwi.", "F'mistoqsija parlamentari numru 18,848 jiena staqsejt kemm kien il-qligħ bejn is-snin 2002 u 2005 - iċ-ċifri tas-sena 2006 kienu għadhom qed jiġu komputati - jiġifieri kemm daħħal bħala income tax il-gvern minn fuq il-banek u minn fuq il-kumpanniji l-oħrajn kollha.", "Illum nafu li r-reġistrazzjoni ta' kumpanniji reġistrati tqarreb kważi l-40,000 kumpannija reġistrata, jiġifieri l-maġġoranza tan-negozju jsir mill-kumpanniji, għalkemm għandek is-self-employed.", "Imma ladarba l-Onor.", "Fenech semma l-businesses se nsemmihom jien ukoll.", "Fil-fatt jirriżulta li fis-sena 2003 l-kumpanniji ħallsu kważi Lm61 miljun f'income tax u l-banek ħallsu Lm14 miljun.", "Fl-2005 l-kumpanniji ħallsu Lm50 miljun u l-banek ħallsu madwar Lm22.3 miljun.", "Dan ifisser li l-profitti tal-banek splodew għax spiċċaw iħallsu Lm8 miljun aktar taxxa fuq medja ta' tliet snin.", "Fil-fatt bejn is-sena 2003 u s-sena 2005 il-banek irreġistraw Lm24 miljun profitti aktar pero` l-kumpanniji, li t-taxxa tagħhom naqset b'Lm10 miljun, il-profitti tagħhom naqsu b'madwar Lm30 miljun.", "Sur President, hawnhekk forsi jidħol l-approach ta' kif wieħed jaqra l- figuri u l-istatistika imma huwa tajjeb li f'kull ekonomija, kbira jew żgħira, - naħseb fiċ-ċirkostanzi ta' pajjiżna ftit iżjed - biex ikollna l- istampa ċara u preċiża ta' l-affarijiet ikun aħjar jekk naraw il- performance ta' kull settur.", "Issa aħna nafu li minħabba l-istat monopolistiku ta' żewġ banek kbar, il-qligħ tal-banek qed jikber.", "Hawnhekk mhux qed ngħid li aħna ma rriduhomx jaqilgħu flus imma jkun tajjeb li nenfasizzaw li l-administrative charges tal-banek qed jiżdiedu b'mod qawwi.", "Per eżempju, m'hijiex ħaġa ħażina li wieħed jissellef il-flus biex jirranġa jew ikabbar id-dar tiegħu jew inkella biex jixtri xi affarijiet għad-dar.", "Jien nieħu gost bihom dawn l-affarijiet għax dan huwa parti mill- proċess ta' l-attivita` ekonomika, imma mhux sew li jkollok każijiet li rajthom b'għajnejja stess li għal loan ta' Lm12,000 iwaħħluk madwar Lm200 bank charges.", "Naħseb li l-affarijiet qed ikunu eċċessivi, u minkejja li fetħu diversi banek, rigward retailing in-numru tagħhom huwa wieħed limitat.", "Għalhekk aktar u aktar jista' jkollok sitwazzjoni ta' monopolju jew ta' influwenza qawwija fis-suq.", "Issa huwa veru li l-klijent ikun lest li jħallas l-ispejjeż imma jien nerġa' ntenni li dawn l-ispejjeż amministrattivi għandhom jiġu eżaminati għax ma jistax ikun li bħala perċentwal dawn ikunu aktar għoljin minn dawk ta' banek oħrajn fl-Unjoni Ewropea.", "Sur President, il-bank ċentrali jżid ir-rata ta' l-imgħax l-ewwelnett biex ma jkunx hemm pressjonijiet inflazzjonarji u t-tieni biex kemm jista' jkun ir-riżervi barranin ma joħorġux barra l-pajjiż.", "Imma l-aħħar żieda li kien hemm li kienet ta' madwar 0.25 percentage points fuq l-imgħaxijiet kienet tfisser li min għandu home loan ta' xi Lm25,000, il-pagamenti tiegħu żdiedu bejn Lm5 u Lm7 fix-xahar.", "Għall-banek primarji tagħna dan ifisser qligħ li jqarreb jew jaqbeż l-Lm400,000.", "U għaliex il-qligħ fuq l-imgħax jibqa' favur il-bank?", "Għax meta s-central bank jgħolli l-base rate il-bank iżid ir-rata ta' l-imgħax li jħallsu l-individwi speċjalment fuq il-home loans tagħhom, apparti n-negozji.", "Min ikollu l-flus depożitati hemmhekk, peress li dawn ikunu ffissati għal sena jew għal aktar, ir-rata ta' l- imgħax għad-depożitanti ma tiżdiedx.", "Għalhekk meta jkun hemm iż-żieda perċentwali li jagħmel il-bank ċentrali għal diversi raġunijiet – u forsi issa m'huwiex il-waqt li wieħed jitkellem fuqhom - dawk li jissellfu mill- bank se jbatu d-daqqa mill-ewwel u l-kredituri tal-bank li jiddepożitaw il- flus jibqgħu bir-rata baxxa ta' imgħax fuq id-depożiti tagħhom u ma jieħdu xejn minn dak il-benefiċċju.", "Għalhekk jekk irridu nħarsu l-interessi tal-konsumatur minn kwalunkwe aspett, dan il-punt irid jiġi eżaminat ħalli l-qligħ ma jitgawdiex minn entita` waħda.", "Ċertament min qed jismagħni min-naħa tal-banek mhux qed jieħu gost b'dawn l-il-kummenti imma naħseb li hawnhekk irridu nitkellmu fuq l-affarijiet li huma ekwi, mhux nittolleraw ċerti affarijiet minħabba pożizzjoni b'saħħitha fis-suq.", "Aħna nemmnu f'suq liberali, f'suq li jkollu ċerti bilanċi li jaraw li ma jkunx hemm vantaġġ mhux ġustifikat minn min ikollu pożizzjoni dominanti.", "Dawn huma affarijiet li wieħed għandu jarahom.", "Sur President, kif diġa` għedt, bejn is-sena 2003 u s-sena 2005 l- kumpanniji naqqsu l-profitt tagħhom b'madwar Lm30 miljun u l-banek żiedu l- profitt tagħhom b'Lm24 miljun.", "Għalhekk huwa importanti li naraw fejn tkun iż-żieda tad-dħul tat-taxxa għax dak jagħtina stampa aktar ċara tas- sitwazzjoni reali.", "Huwa importanti li id il-gvern ma nsaħħuhiex b'mod li tkisser lin-nies imma għandna naraw li l-affarijiet isiru b'mod ġustifikat u l-gvern idaħħal l-income li għandu jdaħħal.", "Ovvjament jekk ma jkunx hemm dan id-dħul il-gvern ma jkunx jista' jwettaq l-obbligi soċjali tiegħu pero` jkun tajjeb li jkollna stampa ċara kemm minn dan id-dħul żejjed li kien hemm bejn l-2005 u l-2006 bħala income tax kienu arretrati u kemm kienu ġejjin minn profitt iddikjarat.", "Qed ngħid dan għax skond l-aħħar audit report tas-sena 2005, matul dik l-istess sena kien hemm madwar Lm270 miljun arretrati.", "Issa hawnhekk irrid ngħid li dawn il-Lm270 miljun ikunu assessment jiġifieri mhux neċessarjament ikunu dovuti.", "Qed ngħid dan ħalli min qed jismagħna u l-media ma jaħsbux li dawn il-flus kollha huma arretrati u allura l-gvern għandu jiġborhom.", "Pero` jekk m'iniex sejjer żball, minn dawn il-Lm270 miljun li kien hemm fis-sena 2005 kien hemm bejn Lm70 miljun u Lm80 miljun li huma dovuti.", "Qed insemmi dan il-punt għax wieħed irid jgħid ukoll kemm sar profitt mill-entitajiet kummerċjali u individwi u kemm kien dovut minnhom.", "Sur President, il-ministru qal li matul is-sena 2006 kien hawn investiment li kważi jlaħħaq il-Lm500 miljun.", "Sa ċertu punt, għalkemm qal dan, il- ministru antiċipa r-realta` ta' dan il-fatt.", "Qed ngħid dan għax jekk wieħed jara l-aħħar statistika li ġiet ippubblikata fit-2 ta' Frar isib li bejn Jannar u Settembru tas-sena 2006, l-investiment dirett f'Malta kien maqsum hekk.", "Fil-qasam tal-manifattura li tinkludi elettriku, gass, ilma, kostruzzjoni eċċ. kien hemm Lm15 miljun u f'dawn id-disa' xhur kien hemm żieda fuq is-sena ta' qabel.", "Tajjeb li ngħidu li dak l-investiment ġie minn kumpannija ta' l-esportazzjoni ewlenija.", "Barra minn hekk kien hemm kumpannija tat-tessili interessanti ħafna li għamlet investiment ta' madwar Lm1 miljun minn dawk il-Lm15 miljun.", "Għalhekk kien hemm dak it-tip ta' investiment mill-Lm500 miljun.", "Kif jaf kulħadd it-turiżmu huwa wieħed mill-akbar setturi ekonomiċi u l- investiment f'dan is-settur għall-ewwel disa' xhur tas-sena 2006 kien ta' Lm10 miljun, jiġifieri Lm2 miljun inqas mill-ewwel disa' xhur tas-sena 2005.", "Mela fil-qasam turistiku l-investiment dirett naqas.", "Għaliex aħna nispeċifikaw dan it-tip ta' investiment?", "L-investiment produttiv kollu jġib il-flus lejn pajjiżna imma dwar l-investiment li minnu se tikkrea attivita` kummerċjali li toħloqlok l-impjiegi huwa tajjeb illi nagħmlu dawn is- subdivisions.", "Dan isir minħabba l-fatt li l-gvern u kulmin qed jara l- istatistika jkollu l-istampa reali ta' l-affarijiet.", "Għalxejn noqogħdu ngħidu li kollox sejjer tajjeb jekk dak is-sentiment ma jinħassx mill-familji on the ground.", "Qed ngħid dan għax meta tmur għandhom dawn jgħidulek li mhux qed ilaħħqu mal-ħajja, ma' l-affarijiet ta' l-ikel, mal-mediċini, ma' l-edukazzjoni tat-tfal eċċ. Sur President, ir- rata ta' l-inflazzjoni niżlet għax il-gvern inkluda l-qasam tat-turiżmu.", "Per eżempju s-sena li għaddiet ir-rati tal-kmamar tal-lukandi tbaxxew b'tali mod li kważi kważi min jgħix waħdu u m'għandux familja jaqbillu jmur jgħix f'lukanda għax tiġih irħas milli joqgħod id-dar fejn irid iħallas id-dawl u s-soprataxxa, l-ikel eċċ. Pero` għalkemm ir-rata ta' l- inflazzjoni tkun dehret li naqset, fir-realta` ssib li l-ispejjeż ta' l- ikel u ta' l-affarijiet essenzjali – jien lill-gvern nisfidah biex imur għand il-familji – kulma jmur qed jogħlew.", "Illum kulħadd jgħidlek kif tkisser bis-soprataxxa tad-dawl u l-ilma u l-partit Laburista qed jinsisti li din għandha tiġi mnaqqsa.", "Ftit ilu l-gazzetta \"The Times\" għamlet survey fuq il-ħaxix.", "Naħseb li l- ħaxix jittiekel kuljum u t-tobba jgħidulna biex nieklu minnu kemm nifilħu u għalhekk dan jiġi kkonsmat ħafna.", "Sfortunatament il-prezz tiegħu qed jogħla kif qed jogħlew ukoll il-mediċini.", "Minkejja li fil-budget li għadda l-prim ministru wegħdna li l-mediċini se jorħsu, sal-lum għadhom ma raħsux.", "Dan biex ma nsemmix il-problema li qed ikun diffiċli ħafna li jinstabu ċerti mediċini f'pajjiżna.", "Minn hawnhekk jiena nappella biex din il- problema tiġi indirizzata għax aktar ma jgħaddi żmien aktar qed jiġu nies għandi jgħiduli li mhux qed isibu pilloli.", "Issa ħafna drabi dawn ikunu nies li qed ibatu minn mard bħalma huwa l-mard tal-qalb, pressjoni eċċ. Jekk verament għandna gvern li għandu l-polz tal-poplu għandu jindirizza dawn il-problemi.", "Inutli noqogħdu ngħidu kemm l-ekonomija sejra tajjeb u l- inflazzjoni tbaxxiet meta għandek dawn ir-realtajiet.", "Issa nixtieq nitkellem ftit dwar l-investiment.", "Per eżempju, jekk nieħdu l- ST Microelectronics insibu li kemm ilha Malta din investiet madwar Lm300 miljun.", "Dan ifisser ħolqien ta' impjiegi – fil-fatt din il-kumpannija diġa` timpjega madwar 2,000 ruħ – għal dawk iż-żgħażagħ li spiċċaw mill- iskola sekondarja kif ukoll għal dawk li ggradwaw fil-qasam tax-xjenza.", "Imbagħad għandna l-investiment fil-qasam tat-turiżmu li huwa wieħed mill- aktar oqsma li huwa labour intensive u li joħloq opportunitajiet ta' xogħol ġodda fil-qasam tal-lingwi, fil-qasam tal-gwidi, fil-qasam tal-hospitality u fil-kċina.", "F'dan il-qasam jidħlu wkoll waiters u receptionists jiġifieri għandek massa kbira ta' ħaddiema.", "Li tinvesti f'dan il-qasam huwa importanti aktar u aktar meta għandek problema ta' nuqqas ta' xogħol speċjalment fost iż-żgħażagħ.", "Ta' min isemmi li kull sena mis-sistema edukattiva ta' pajjiżna jispiċċaw 42% ta' l-istudenti tagħna jiġifieri għandek eluf mingħajr skills jew tagħlim u dawn għandhom problema ta' nuqqas ta' xogħol, għalkemm hemm oħrajn ukoll fil-qasam tax-xjenza.", "Per eżempju, il-ġimgħa l-oħra kien hemm żagħżugħ li bagħtli sms.", "Dan spiċċa mill-universita` b'first class degree fil-matematika u qalli li ilu sitt xhur ifittex impjieg imma għallinqas issa sab.", "Hemm min ikun ilu sena jew sentejn ifittex impjieg għax ma jkollux taħriġ.", "Għalhekk huwa tajjeb li l-investiment naqsmuh biċċa biċċa ħalli naraw fejn ikollna investiment dirett produttiv.", "Aħna m'aħniex l-uccelli del malaugurio kif jipprovaw jiddeskrivuna.", "Issa billi lin-nies tgħidilhom li fil-banek kien hemm Lm300 miljun investiment!", "Dan huwa tajjeb, biex ma jmurx ikun hemm xi ħadd li jifhimni ħażin, għax lis-settur finanzjarju rriduh jiżviluppa u naħseb li għandna nfittxu n-niċeċ u naraw kif nistgħu niżviluppawh.", "Dan nagħmluh billi nkomplu nippreparaw il-human resources għalih għax dan huwa wieħed mill-affarijiet li rnexxa bi qbil bejn iż-żewġ naħat.", "Hawnhekk ikun tajjeb li ngħid li t-Lm300 miljun li qed insemmi kienu bank transfers.", "Għalkemm dawn għandhom impatt pożittiv u dak is-settur irridu niżivluppawh, ikun tajjeb li ngħidu li f'dan is-settur kellna żvilupp qawwi għax matul is-sena 2006 kien tliet darbiet aktar mis-sena 2005.", "Imma mbagħad x'ħin immorru għall-attivitajiet l-oħrajn kollha li jinkludu agriculture and fishing, mining and quarrying, research and development, legal activities, accounting, bookeeping, audit, tax consultancy, market research, advertising public opinion, business, management, architecture in engineering and technical activities, education, health and social work activities, sewage and refuse insibu li l-foreign direct investment naqas bi kważi Lm1 miljun fuq is-sena 2005.", "Għalhekk meta wieħed jitkellem dwar il-kontribut ta' l-investiment dirett fuq l-ekonomija tagħna jrid jara fejn ikun qiegħed dan l-investiment dirett barrani.", "Ikun tajjeb li nissolleva wkoll punt interessanti li ħareġ mill- istatisitka ta' Diċembru fejn għad hemm din il-kontroversja dwar il- kambjamenti li saru bejn dak li ġie ppubblikat f'Settembru tas-sena 2006 u Diċembru ta' l-istess sena.", "Mill-istatistika jirriżulta li l-kontribut ta' l-investiment dirett barrani fuq it-tkabbir ekonomiku f'Diċembru kien ta' 0.3% inqas u f'Settembru kien 0.8% iżjed.", "Dawn il-figuri qed insemmihom biex insostni l-argument tiegħi b'risposta għal ħafna asserzjonijiet li saru min-naħa tas-Segretarju Parlamentari Tonio Fenech.", "Meta wieħed jitkellem fuq il-liġi li għandna quddiemna wieħed ma jistax ma jħarisx lejn il-fatt li l-gvern se jitlob l-awtorizzazzjoni biex jissellef Lm100 miljun.", "Għalkemm fl-2006 il-gvern qalilna li mhux se jkollu bżonn jissellef anzi qal li qiegħed Lm15 miljun minn fuq, fil-budget estimates qed jgħidilna li għas-sena 2007 il-borrowing requirement tiegħu se jkun ta' madwar Lm60 miljun.", "Għalhekk irridu naraw kemm il-gvern huwa kapaċi jsostni dak li jgħid.", "Per eżempju l-gvern qed jgħid li rnexxielu jilħaq il- miri tad-deficit u li dawn se jibqgħu sostnuti fis-snin li ġejjin, imma inutli nagħmlu ċerti targets imbagħad dawn ma nsostnuhomx.", "Huwa importanti li dan il-punt niddiskutuh.", "Sur President, jekk wieħed jara l-figuri ta' l-estimi tas-sena 2006 isib li l-borrowing requirements tal-gvern kienu pożittivi u ma kellux għalfejn jiddejjen imma dan kien dovut għall-fatt li nbiegħet proprjeta` b'Lm20 miljun.", "Dan huwa dħul ta' darba jiġifieri m'għandux x'jaqsam ma' l-iżvilupp ekonomiku u ma' konsum aktar qawwi li jiggarantixxi aktar dħul mill-VAT.", "Jekk aħna nneħħu l-one-off mid-dħul ordinarju tal-gvern insibu li d-deficit tal-gvern minn Lm57 miljun kien jitla' għal Lm77 miljun.", "Imbagħad jekk wieħed iħares lejn is-sena 2007 isib li l-one-offs huma ftit.", "Fil-fatt huwa previst li s-sale of the government's land fis-sena 2007 huwa Lm4 miljun u mhux Lm20 miljun bħalma kellna s-sena li għaddiet.", "Għalhekk il-borrowing requirement tiegħu se jiżbroffa aktar 'il fuq u hawnhekk wieħed jibda jistaqsi kemm l-affarijiet huma sostenibbli u kemm wieħed jista' jkollu moħħu mistrieħ.", "Kollox jindika li l-affarijiet m'humiex se jagħtu r-riżultat li qed jagħtina l-impressjoni li se jkollna l- gvern.", "Jekk il-gvern qed jgħid li d-dejn se nikkontrollawh allura mhux se jkollna għalfejn niddejnu aktar, speċjalment issa li l-capital expenditure tal-gvern se tonqos minħabba li l-isptar Mater Dei se jkun lest.", "Pero` x'ħin naraw paġna 122 tal-budget insibu li l-imgħax fuq id-dejn se jiżdied b'aktar minn Lm600,000 għas-sena 2007.", "Dan ifisser li l-piż tad-dejn se jkun qawwi fuq id-dħul tal-gvern matul is-sena 2007 u din hija realta` oħra li rridu niffaċċjaw għax kull darba li jkun hemm id-deficit inti se żżid id- dejn.", "Sas-sena li għaddiet il-gvern kien qed jillapazza billi jbigħ l-assi tiegħu.", "Hawnhekk nista' nsemmi bħala eżempju l-Lm94 miljun tal-Maltacom, pero` issa ma baqgħax aktar assets x'jinbiegħu.", "Jista' jkun hemm proprjeta` oħra bħall-BOV imma m'għandniex assets oħrajn biex il-gvern jikkontrolla d- dejn.", "Per eżempju, hawnhekk ta' min isemmi li bħala imgħax aħna nħallsu Lm77 miljun, jiġifieri l-vot li nieħdu għas-saħħa kważi qed imur għad-dejn.", "Għalhekk hawnhekk wieħed ma jistax ma jissottolineax l-irresponsabilita` tal-gvern Nazzjonalista matul dawn l-aħħar 20 sena li ħalla d-dejn jakkumula għal Lm191 miljun.", "Per eżempju, kif nistgħu nitolbu lin-nies biex jagħmlu sagrifiċċju, imbagħad għal kull lejl li l-ministri jħallsu meta jkunu msefrin iħallsu bejn Lm500 u Lm1,200?", "Matul is-sena 2006 il- gvern daħħal Lm26 miljun mis-surcharge u jekk taħdimha bejn 200,000 familja ssib li din tammonta għal kważi Lm1,000 kull familja.", "Dawn huma s-sagrifiċċji li qed jintalab li jagħmel il-poplu.", "Per eżempju, f'sena jsiru xi 300 rapport u jintnefqu aktar minn Lm1 miljun.", "Ma nafx għalfejn isiru dawn ir-rapporti kollha u Allaħares nagħmlu dawn ir-rapporti fuq il-marid għax jilħaq imut sakemm noħorġu l-analisi.", "U meta l-gvernatur tal-bank ċentrali qal li l-gvern għandu bżonn irażżan in-nefqa tiegħu, għal dawn l-affarijiet kien qed jirriferi.", "Ħafna drabi meta ngħidu li rridu nnaqqsu l-ispiża, għal dawn l-affarijiet inkunu qed nirriferu u mhux għas- servizzi tas-saħħa.", "Inkella xi kwalita` ta' ħajja qed nipproġettawlhom lin- nies?", "Dan l-infiq u dawn l-overruns huma inaċċettabbli f'dan il-pajjiż.", "Dwar dan irrid ngħid li aħna ilna ħafna nitkellmu fuq il-valur għall-flus u fuq l-accountability.", "Per eżempju jien ma nistax nifhem lill-Ministru Mugliett meta jgħid li wara li jibdew jagħmlu triq jindunaw li jkunu jridu jagħmlu affarijiet oħra bil- konsegwenza li minn Lm1 miljun triq tiġi tiswa Lm2 miljun.", "X'jiġifieri?", "Jien naħdem għal rasi mas-settur privat imma dan ikollu contingency għal nefqa aktar fuq proġett li jkun qed jagħmel.", "Per eżempju, dan jaħseb għal bejn 15%, 20% u 25% aktar imma miskin hu fis-settur privat jekk l-ewwel ikun qed jipproġetta li se jonfoq Lm20 miljun jew Lm30 miljun fuq proġett imbagħad jispiċċa jonfoq Lm60 miljun għax mhux il-baħar imur!", "Kieku l- banek iduru għalih!", "Imma kif jista' jkun il-gvern ikollu dawn l-overruns imbagħad ħadd ma jkun accountable?", "Min jagħmilhom l-istimi u kif jiġu permessi?", "Kif triq tkun stmata li se tiġi tiswa Lm1 miljun imbagħad tiġi tiswa Lm2 miljun u ma tingħatax spjegazzjoni ċara?", "Ma jistax ikun li wara li jinbdew ix-xogħlijiet isibu li hemm bżonn issir katusa tad-drenaġġ, xi trinka jew xi pipe, għax il-kalkoli jkunu saru diġa`.", "Per eżempju meta fl-1997 kont responsabbli mill-kunsilli lokali, l-għajta prinċipali tagħhom kienet li jridu l-flus għat-toroq.", "Dak iż-żmien kellna l-ispecial funds għall- kunsilli lokali imma niftakar li kont tlabt lit-technical section li kien hemm fil-ministeru tal-kunsilli lokali u dawn ħadmu sa l-inqas dettall kemm tiġi tiswa triq per square metre, bl-infrastruttura u bis-servizzi kollha li jkunu jridu jgħaddu.", "Meta mbagħad il-figuri jibdew jinqabżu wieħed jibda jistaqsi fejn qegħdin imorru l-flus.", "Per eżempju xi sentejn ilu kien hemm rapport ta' l-awditur dwar l-overruns fit-toroq.", "Huwa għalhekk li meta tan- naħa l-oħra jgħidu li laħqu l-miri tagħhom aħna ma nemmnuhomx.", "Per eżempju minħabba l-isfida li l-gvern għandu quddiemu f'Mejju, issa qed jgħidu li d- deficit qiegħed taħt it-3% imma dan sar għax il-gvern biegħ xi proprjeta`.", "Allaħares il-kuntratt ta' proprjeta` ma sarx qabel l-aħħar tas-sena għax kieku l-gvern kien ikollu problema kbira kif se jlaħħaq ma' l-estimi li għandu quddiemu.", "Pero` jekk fis-sena li jmiss il-gvern mhux se jerġa' jbigħ l-assets tiegħu, ċertament li d-deficit jerġa' jisplodi 'l fuq għax il- bżonnijiet bażiċi, bħalma huma s-servizzi soċjali, is-servizzi tas-saħħa u l-qasam ta' l-edukazzjoni se jibqgħu hemmhekk.", "Sur President, il-gvern ikollu jagħżel, jew inaqqas is-servizzi, jew jagħmilhom bil-ħlas jew inkella jżid il-piż tat-taxxi x'imkien ieħor.", "U naqtgħuha din li ngħidu li l-gvern għamel xi budget mingħajr taxxi.", "Mela l- ewwel żied is-surcharge, imbagħad ġie ġimgħa wara u qalilna li għamel budget bla taxxi.", "Imma jekk f'sena l-gvern daħħal Lm26 miljun mis- surcharge, kważi Lm1,000 kull familja, kif jista' jgħid li m'għamilx taxxi?", "Jekk wieħed iħares lejn l-ammont ta' taxxi li għamel il-gvern matul dawn l- aħħar tliet snin isib li bejn l-1998 u s-sena 2003 il-piż tat-taxxi tela' b'Lm187 miljun.", "Dan l-ammont huwa wieħed sinifikanti għax bejn l-1998 u l-2003 l-ekonomija tagħna ma kenitx qed tikber u issa aktar u aktar.", "Meta f'Diċembru li għadda ħarġet l-istatistika li aħna qanqalna ħafna mistoqsijiet dwarha, irriżulta li matul dawn is-snin it-tkabbir ekonomiku niżel 'l isfel, jiġifieri l-istatistika għamlet reviżjoni u baxxiet it-tkabbir ekonomiku b'medja ta' Lm15 miljun jew iktar.", "Mela mill-istatistika rriżulta li f'Settembru t-tkabbir kien minimu u kien hemm każijiet ta' nuqqas ta' tkabbir, imma biex tgħaxxaqha f'Diċembru erġajna niżżilna l-figuri 'l isfel.", "Imbagħad ngħidu li ma żidniex il-piż tat-taxxi!", "Ir-realta` hija li l-piż tat-taxxi huwa wieħed qawwi.", "Jien ngħid li fid-dawl ta' dawn ir- realtajiet li joħorġu mill-istimi u mill-istatistika tal-gvern stess jidher ċar li t-triq tal-gvern aktar 'il quddiem se tkun li jżid il-piż tat-taxxi, għax meta tibda tanalizza l-indikazzjonijiet, issib li l-istat ta' l- ekonomija tagħna m'huwiex b'saħħtu kif qed jgħid l-istess gvern.", "L- investiment produttiv, li l-qligħ tiegħu jikber għax l-impjegati jħallsu l- NI contribution u t-taxxi u hemm ukoll il-profitt li jagħmlu l-kumpanniji, ma jidhirx li qiegħed hemmhekk.", "Sur President, il-fatt li l-flus jidħlu fil-banek jew fl-istituzzjonijiet tagħna u joħorġu 'l barra immedjatament fih l-impatt pożittiv.", "Is-settur finanzjarju huwa l-aktar settur li mexa 'l quddiem pero` nistgħu nirranġawh ukoll billi nintroduċu ċerti skemi għax min-naħa jħaddem lin-nies u min- naħa oħra jġib il-flus fil-pajjiż.", "Imma ejja naraw l-affarijiet fir- realta` tagħhom u nagħmlu assessment fuq dan biex inkunu nafu fuqiex qegħdin nitkellmu.", "Jekk ma narawx ir-realta` huwa inutli li noqogħdu ngħidu li kollox sejjer tajjeb u lin-nies kważi ngħidulhom biex ma joqogħdux jgħidu li l-ħajja qed togħla għax din qed torħos.", "Ir-realta` hi li l-poplu qed jilmenta li l-paga mhux qed isservih u din qed jammettiha l-gvern stess.", "Qed ngħid dan għax f'paġna 43 ta' l-\"Economic Survey\" ta' Ottubru 2006, li ġie ppreżentat fuq il-mejda tal-Kamra – issa jekk dan huwa żbaljat, il-gvern kien qed jimmiżlijdja lill-Kamra - hemm li fl-2003 , il- valur tal-paga kien ta' Lm123 u bejn Jannar u Ġunju tas-sena 2006 din niżlet għal Lm116.", "Fl-istess żmien ir-rata ta' l-inflazzjoni tal-pajjiż kienet qiegħda tnaqqar aktar mill-pagi li kien qed jaqla' l-ħaddiem u għalhekk qed nitkellmu f'termini reali.", "Mela l-uġigħ tan-nies fuq l-għoli tal-ħajja kien ikkawżat ukoll mill-piż tat-taxxi li żied il-gvern matul dawn l-aħħar snin.", "Allura, jekk wara dak il-piż tat-taxxi kollu xorta għadna dubjużi dwar is-sostenibilita` tal-finanzi, titqanqal il-mistoqsija: Allura l-VAT se tibqa' ta' 18% jew se nżiduha biex inkunu nistgħu nsaħħu d-dħul?", "Nafu li fil-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea l-medja qed tvarja bejn 15% u 25% imma rridu nagħmlu wkoll assessment fuq l-impatt ta' dan fuq il-konsum.", "Ir-realta` li għandu quddiemu pajjiżna hija li t-taxxi żdiedu u d-dħul u l- income per capita naqsu f'termini reali.", "Għalhekk aħna nqanqlu ċerti mistoqsijiet dwar statistika, anke jekk din tkun statistika riveduta.", "Tista' tiġi riveduta statistika imma għallinqas għandu jkollna ġustifikazzjoni għalfejn isir dan.", "Ma jistax ikun li jekk xi ħadd jagħtina statement, hu min hu, ikollna naċċettawh.", "Naħseb li spiċċa ż-żmien ta' l- oraklu ta' l-imperatur Ruman.", "Safejn naf jien illum qegħdin fl-Unjoni Ewropea u f'pajjiżna nħaddnu d-demokrazija u nirrispettaw l-opinjoni ta' kulħadd imma effettivament il-mistoqsijiet jitqanqlu waħedhom.", "Hawnhekk ikun tajjeb li nfakkar lill-gvern dwar studju fuq l-istatistika li kien għamel ftit qabel il-budget il-Professur Falzon.", "Safejn naf jien dan l-istudju kellu jiġi diskuss fl-MCESD imma ma ġiex diskuss pero` jien mhux se nidħol fil-mertu ta' dan.", "Pero` jkun tajjeb li naraw il- konklużjonijiet ta' dan l-istudju li safejn naf jien ġie mfaħħar pubblikament u ħadd ma kkontradixxieh.", "Fl-aħħar mill-aħħar wieħed jesprimi opinjoni, jagħmel l-istudju tiegħu u ħaddieħor jagħmel studju kuntrarju u mbagħad dak li jkun jevalwa ż-żewġ studji.", "Issa jien mhux qed ngħid li wieħed ikun tajjeb u l-ieħor ikun ħażin imma tajjeb li naraw il- konklużjonijiet li kien hawn f'dan ir-rapport.", "Per eżempju waħda mill- affarijiet li tirriżulta hija li l-valur ta' l-esportazzjoni ta' pajjiżna, f'termini reali, f'dak li għandu x'jaqsam ma' prodotti u servizzi, bejn is- sena 2000 u s-sena 2005 naqas.", "Dan seħħ fuq medda ta' ħames snin u bil- kambjament, bir-riformi, bir-ristrutturar u bl-għajjat kollu li l- affarijiet sejrin tajjeb.", "Hawnhekk nixtieq nagħmel parentesi żgħira u nsemmi l-Ġermanja.", "Ftit tas- snin ilu fil-Ġermanja kienu qed jitkellmu dwar il-qagħda ekonomika, dwar l- impjiegi li kienu qed jintilfu u dwar l-affarijiet li kienu sejrin lura għaliex l-esportazzjoni tagħhom kienet qiegħda f'sitwazzjoni ħażina.", "Dan kollu jwassal biex il-ħaddiema jitilfu l-impjieg, il-qligħ tagħhom jonqos u l-konsum intern jonqos ukoll.", "Ara llum li l-esportazzjoni tagħhom kibret ħafna, issaħħet u saret waħda mill-aqwa, qed jitkellmu f'termini li qed jiżdiedu l-pagi u jassiguraw li dawn jiżdiedu aktar mir-rata ta' l- inflazzjoni.", "Dan għaliex l-esportazzjoni tal-prodotti u tas-servizzi huwa kejl ewlieni f'termometru li l-merkurju tiegħu mhux daqqa jitla' u daqqa jinżel bħal bużżieqa bl-ajra imma f'termometru fejn il-merkurju tiegħu jagħmel il-kalkoli tiegħu kemm jista' jkun bi preċiżjoni, ovvjament dejjem soġġett għall-human error.", "Imma dawn ikkonċentraw fuq it-tisħiħ ta' l- esportazzjoni tas-servizzi u tal-prodotti.", "U f'pajjiżna, skond l-istudju tal-Professsur Falzon, filwaqt li fis-sena 2000 f'termini reali l- esportazzjoni ta' prodotti u servizzi kienu Lm1.567 biljun, anke bħala valur, fis-sena 2005 dawn niżlu għal Lm1.539 biljun.", "Issa hawnhekk forsi wieħed jgħid li f'termini reali m'għamilna l-ebda progress.", "Il-valur miżjud ta' l-esportazzjoni bħala perċentaġġ tal-GDP niżel.", "Per eżempju, filwaqt li fis-sena 2000 l-esportazzjoni tal-prodotti bħala kontribut tal-GDP kienet 18%, fis-sena 2005 din niżlet għal 12.56%.", "Nistgħu ngħidu li l-produzzjoni tal-prodotti tal-manifattura naqset minħabba l-kompetizzjoni miċ-Ċina - dak huwa argument li wieħed jista' jaċċettah fiċ-ċirkostanzi – pero` jkun tajjeb li niġbdu l-attenzjoni li f'ċerti pajjiżi bħall-Ġermanja, l-esportazzjoni tal-prodotti żdiedet u f'pajjiżi oħrajn nordiċi, fejn il-pagi u s-servizzi soċjali huma għoljin, din tjiebet ukoll.", "Dan qed ngħidu għax m'għandniex għalfejn noqogħdu nsemmu ċ-Ċina u t-tielet dinja.", "Ejja naraw fejn u kif nistgħu nikkompetu.", "Naħseb li hawnhekk ir-rabta mat-tagħlim u r-riżultat li joħroġ mill- edukazzjoni huwa importanti imma l-perċentwali tal-kontribut tas-servizzi lejn il-GDP fis-sena 2000 kienet 14% u fis-sena 2005 niżlet għal 12.8%.", "Dan juri li t-tendenza hija li din riesqa dejjem 'l isfel f'termini reali.", "Sur President, safejn naf jien ma ħarġitx xi analisi biex tikkontradixxi dak li qal il-Professur Falzon u allura sal-lum naċċetta li dan għadu validu u jagħmel sens.", "F'dan l-istudju nsibu wkoll li f'ħames snin ir-real employment baqa' madwar 137,000.", "Issa l-gvern qed jgħidilna li l-part- timers żdiedu b'20,000 imma r-real employment baqa' wieħed kostanti.", "Insibu wkoll li s-settur tal-manifattura kien l-inqas wieħed li kkontribwixxa lejn il-pagi tal-ħaddiema jiġifieri d-dħul tal-ħaddiema fil- manifattura kien inqas mir-rata ta' l-inflazzjoni jiġifieri l-kwalita` tal- ħajja tal-ħaddiem marret lura.", "Insibu wkoll li l-operating surplus bejn l-1996 u s-sena 2005 kien qisu nofs ir-rata ta' l-inflazzjoni.", "Per eżempju, il-kummerċ jiddependi fuq il- profitt li jkun qed isir.", "Allaħares xi ħadd jaħseb li jkun hawn xi ħadd li jrid jinvesti hawnhekk jekk mhux biex jagħmel profitt.", "Jekk jiġi xi ħadd u jgħidli li se jinvesti f'Malta sempliċement għax jixtieq jinvesti hawnhekk u mhux biex jagħmel profitt, ngħidlu biex ma jiġi xejn għax dan ikun qed jipprova jieħu xi ħaġa mill-bank, ifalli u jaħrab b'kollox bil- konsegwenza li aħna ma nieħdu xejn.", "Ħadd ma jiġi hawnhekk għax jiggostana.", "Min jiġi hawnhekk jiġi għax iħoss li l-kompetittivita` ta' pajjiżna hija b'saħħitha.", "Issa jien ngħid li l-kompetittivita` ta' pajjiżna naqset minħabba l- inflazzjoni u dan iġibni għall-argument li bdejt bih, li l-gvernatur tal- bank ċentrali qal li pajjiżna kien l-inqas pajjiż li żviluppa u li l- kompetittivita` tagħna hija waħda mill-aktar baxxi.", "Għalhekk il- gvernatur tal-bank ċentrali wasal għall-istess konklużjoni tal-Professur Falzon.", "Allura l-gvern m'għandux għalfejn jistenna l-proposti li għandna nikkonsidraw għax dawn l-affarijiet huma miktubin u għandna niffokaw fuqhom.", "Hawnhekk ma nistax ma nsemmix ir-reviżjonijiet li saru mill-uffiċċju ta' l- istatistika.", "Dawn kienu a bone of contention, biex ngħid hekk, u r- risposti tekniċi li tajna kienu jittrattaw elementi importanti minn dawn ir-reviżjonijiet.", "Per eżempju, skond l-uffiċċju ta' l-istatistika, bejn Jannar u Settembru s-sussidju fuq l-ilma kien ta' Lm7 miljun u skond l- estimi tal-gvern is-sussidju fuq l-istess perijodu kien ta' Lm4 miljun.", "Allura jekk fuq disa' xhur l-NSO ikkalkolat li s-sussidju fuq l-ilma kien ta' Lm7 miljun biex b'hekk it-telf tal-kumpanniji u l-korporazzjonijiet ikun jidher inqas u l-estimi li ġew ippubblikati u mqiegħda fuq il-mejda tal-Kamra ħames ġimgħat qabel ma ħarġet l-istima ta' l-NSO kienu jgħidu li dawn għandhom ikunu xi Lm4 miljun, għandek diskrepanza ta' kważi Lm4 miljun.", "Allura dan mhux se jħalli impatt fuq il-qagħda finanzjarja u d- deficit attwali u reali tal-gvern, Sur President?", "Dawn il-mistoqsijiet ma nistgħux ma nagħmluhomx għax l-istorja tista' tirrepeti ruħha faċilment.", "Issa jekk tippermettili hawnhekk se ngħid x'kienet l-istorja reali tal- passat.", "Jien se mmur lura għall-1996 fejn l-ewwel il-gvern kien stima li d-deficit kien se jkun kważi Lm33 miljun, imbagħad għamel stima riveduta ta' Lm74 miljun.", "Wara dan kollu rriżulta li d-deficit attwali ta' l-1996 – ikun tajjeb li wieħed jgħid li l-1996 kienet sena ta' gvern Nazzjonalista - kien ta' Lm188 miljun, imbagħad il-gvern kien qal li kien hemm żball ta' Lm80 miljun.", "Issa fuq il-website kulma kien hemm kien li d-data ta' l-2001, 2002 u 2003 are to be considered provisional jiġifieri la għal dawk it- tliet snin din kienet xi ħaġa proviżorja, is-snin ta' qabel kienu konfermati u studjati.", "Imma apparti l-element ta' l-iżball, ikun tajjeb li ngħidu wkoll – illum lill-gvern ma tridx tieħdu with a pinch of salt imma b'ħafna aktar dubji - li fl-aħħar quarter ta' l-1998, jiġifieri bejn Ottubru u Novembru, id-deficit kien sploda b'xi Lm68 miljun.", "Dawn id- deficits kollha saru taħt il-gvern Nazzjonalista ta' dak iż-żmien.", "Imma l- akbar waħda kienet meta kien qal li d-deficit ta' l-1996 kien stmat li se jkun ta' madwar Lm32 miljun, imbagħad irriżulta li fir-realta` kien ħafna aktar minn hekk.", "Issa llum lejn dik l-istess storja se nispiċċaw immorru, għax minkejja l-ftaħir tal-gvern, is-sostenibilita` ma tirriżulta minn imkien.", "Għalhekk dawn il-mistoqsijiet li jitqanqlu huma purament leġittimi.", "Sur President, xi ħaġa oħra li nixtieq nistaqsi hija dwar l-inventarji.", "F'Settembru tas-sena li għaddiet meta konna qegħdin ngħidu li t-tkabbir ekonomiku kien ta' xi 2.6%, mill-figuri li ngħatajna rriżulta li l- inventarji kienu qegħdin jikkontribwixxu lejn tkabbir ta' madwar 5.4% jiġifieri kien qed jidher li kien hemm ħafna prodotti li kienu qegħdin hemmhekk imma mhux neċessarjament kienu qegħdin jinbiegħu.", "L-inventarji jagħtu kontribut lejn il-prodott gross domestiku pero` kien hemm min ikkummenta dwar dan.", "Jidhirli li l-Professur Edward Scicluna kien qal li l- inventarji huma parti mir-realta` ta' l-ekonomija u jikkontribwixxu lejn it- tkabbir ekonomiku pero` aħjar ikollna żieda fl-esportazzjoni.", "Fir- reviżjoni ta' ftit ġimgħat wara, il-kontribut ta' l-inventarji kien ta' 1.7%.", "Imma jista' wieħed jagħtina ġustifikazzjoni għal dan għax ma jistax ikun li jkollna reviżjoni bħal dik f'temp ta' ftit ġimgħat.", "Jekk l- inventarji kienu hemm, baqgħu hemm.", "Sur President, aħna nieħdu gost jekk tikber l-esportazzjoni u jiżdiedu l- impjiegi għax m'hijiex xi ħaġa sabiħa li meta tibda tikkuntattja xi fabbriki 'l hemm u 'l hawn biex forsi lil dak li jkun issiblu xi impjieg, kulħadd iniżżillek ismek u ħadd ma jibgħat għalik.", "Mela xi ħadd jieħu gost li l-affarijiet imorru ħżiena!", "Ħadd ma jgawdi minn dan kollu.", "L-ekonomija li tkun sejra 'l quddiem toħloq l-impjiegi.", "Pero` ma jistax ikun li r-rata ta' l-esportazzjoni, bħala l-kontribut tal-prodott gross domestiku, minn 1.7% titla' għal kważi 9.8%, jiġifieri minn sitwazzjoni ħażina, f'daqqa waħda mmorru tant tajjeb.", "Fil-ħajja ma tantx isiru mirakli.", "Wieħed li jkollu ħanut u ma jkunx sejjer tajjeb, l-għada mhux se jkollu ħanut nies u kexxun mimli flus.", "L-ewwel irid ikollu ħafna klijenti li jibdew imorru jixtru mingħandu.", "Barra minn hekk, fl-ispjegazzjonijiet li ngħataw mill-NSO, it-tibdil fil- prodott gross domestiku ma jirriflettix fuq il-gross national income.", "M'għandek l-ebda linkage bejn naħa u oħra.", "Naħseb li prattikament ħadd m'hu qed jifhem x'qed ngħidu imma bħalissa hawn l-għajta li sar xi attakk personali fuq persuna pubblika.", "Bir-rispett kollu, persuna pubblika hija responsabbli għal dak li tkun qed tagħmel.", "Jekk din tagħmel statement ma tistax tistenna li ħadd ma jistaqsi fuqu.", "Fil-fatt l-istatement li kien sar ġie questioned, l-NSO reġgħet tat risposta oħra u nhar is-Sibt erġajna tajna wkoll opinjoni oħra li aktar 'il quddiem se npoġġiha fuq il-mejda tal- Kamra.", "Fir-risposta ta' l-NSO hemm ħafna issues li m'humiex spjegati b'mod ċar u allura forsi wieħed jista' jitlob kjarifikazzjoni.", "Min jgħid li aħna qed nagħmlu ċerti mistoqsijiet biex ingerrxu l-investiment minn pajjiżna ma jagħmilx sens.", "Jien infakkar x'kien għamel il-gvern Nazzjonalista fl-1987 meta l-ktieb li jidhirli li kien jismu \"Is Malta burning?\" ta' xi ħadd Licari kienu marru jiġru bih fl-Ewropa kollha biex ma jiġux jinvestu f'Malta.", "B'dan il-mod tkun qed tgerrex l-investiment mhux li tippubblika ktieb u tgħaddih lill-ambaxxati.", "Jekk l-ambaxxati qalulna biex id-dokumenti kollha li approvajna mill-konferenza ngħadduhomlhom – fil-fatt se nagħmlu translation bl-Ingliż għax se nagħtuhom kopja – allura nkunu qed nagħmlu propaganda ħażina biex għal xi raġuni jew oħra ma jiġix l-investiment?", "Il- konklużjonijiet li qegħdin isiru fuq il-kwestjoni tar-reviżjonijiet fl-NSO huma kompletament infondati.", "Inkella qed jgħidulna li ma rridux li ndaħħlu l-ewro.", "Aħna esprimejna l-opinjoni tagħna b'mod ċar imma mbagħad id- deċiżjoni ħadha l-gvern.", "Wara kollox Allaħares ma niġux azzettati għax inkella l-impressjoni barra minn dan il-pajjiż se tkun li ...", "(Interruzzjonijiet) Aħna mhux qegħdin intellfukom.", "We are asking questions.", "Tippretendux li intom tkunu l-oraklu, aħna nkunu l-ostrich u ngħidu dejjem iva.", "Dik tistenniha qatt għax qatt m'hu se ssir.", "Jien nistaqsi dak kollu li tagħmel fil-mansjoni pubblika u mhux fil-mansjoni personali tiegħek għax dik m'hi affari ta' ħadd.", "Wara kollox l-obbligu tagħna bħala oppożizzjoni huwa li nagħmlu l-mistoqsijiet kollha li jkun hemm bżonn.", "U f'din l-issue kollha ta' l-istatistika kien appuntu dan li konna qegħdin nistaqsu.", "Sur President, aħna rridu nieħdu ħsieb ir-realta` ta' dak li qed jiffaċċjaw in-nies.", "Hawnhekk jingħad ħafna diskors imma mbagħad trid tara kemm il- poplu se jemmnek.", "Inutli noqogħdu ngħidu li l-għoli tal-ħajja qed jitrażżan meta fir-realta` min imur jixtri l-mediċina isibha dejjem għolja.", "Inutli noqogħdu ngħidu li l-ħajja qed torħos meta l-paga tal-ħaddiem ma sservix erba' ġimgħat u tiltaqa' ma' nies li jgħidulek li l-paga qed jistennewha bħal ruħ.", "Allaħares ma jkunux ċerti ħwienet li jagħtu kredtu lil ċerti familji.", "Inutli noqogħdu ngħidu li r-rata ta' l-inflazzjoni nieżla 'l isfel meta, per eżempju, is-servizzi fuq l-edukazzjoni u fuq it-tagħlim qed ikunu ta' piż akbar fuq il-familji.", "Huwa tajjeb li aġevolajna lil dawk li għandhom lil uliedhom fi skola privata għax dawn qed inaqqsu l-piż lill-gvern, għalkemm il-gvern qed jikkontribwixxi wkoll lejn l-iskejjel tal-Knisja.", "Imma, per eżempju, it- taxxa tal-VAT fuq l-affarijiet ta' l-edukazzjoni wkoll ikollha ċertu impatt għax min għandu l-paga tiegħu limitata bħalma huma l-maġġoranza tal-familji Maltin u Għawdxin iħossu dan il-piż.", "U hawnhekk ikun tajjeb li nfakkar lill-ministru li minn tweġiba għal mistoqsija parlamentari rriżulta li hawn madwar 120,000 taxpayer li l-paga jew id-dħul tiegħu huma inqas minn Lm4,000.", "Dawn huma fatti u figuri li ma tantx jissemmew.", "Hemm ukoll il-kwestjoni tan-nuqqas ta' xogħol, primarjament fost iż- żgħażagħ li m'għandhomx skills.", "Huwa importanti li din il-problema tiġi indirizzata.", "Irridu naraw fejn dawn iż-żgħażagħ jistgħu jsibu xogħol, bil- limitazzjonijiet tagħhom.", "Irridu naraw li lil dawn noffrulhom programmi ta' taħriġ u nġegħluhom jidħlu għalihom.", "Issa meta ngħidu \"inġegħluhom\" ma rridux ninftiehmu ħażin għax aħna rridu li lil dawn iż-żgħażagħ noffrulhom triq biex ikollhom futur aħjar u mhux ikollhom futur mingħajr tama ta' xejn biex jimxu 'l quddiem.", "Naħseb li huwa obbligu tagħna li nħarsu lejn dawn l- affarijiet.", "Barra minn hekk għandek oħrajn li għalkemm tgħallmu ċerti suġġetti jidher biċ-ċar li mhux qed isibu impjieg, għax min kien qed jagħtihom il- vocational guidance m'għarafx fejn se tkun id-demand għall-impjieg.", "Meta inti tagħmel xi 20 sena titgħallem tkun qed tagħmel dan biex tassigura futur aħjar għalik.", "Per eżempju, nsibu li fil-qasam tax-xjenza u teknoloġija, settur li qed ngħidu li hemm bżonn kbir għalih, ir-rata ta' gradwati fih hija ta' 3.6% mentri fil-kumplament tal-pajjiżi ta' l-euro area r-rata hija erba' darbiet aktar, eżattament 12.7%.", "Għalhekk f'dan il- qasam irridu nenfasizzaw aktar.", "Huwa importanti wkoll li jkollna vocational guidance li hija tajba għax liż-żgħażagħ tagħna trid tistradahom.", "Dan huwa element importanti wkoll.", "Sur President, għajta oħra ta' uġigħ tirrigwarda s-servizz tas-saħħa.", "Illum qegħdin nitkellmu ħafna fuq l-imbierek sptar ġdid li għandu ħafna skandli mdawwrin miegħu imma ma nistgħux ma niġbdux l-attenzjoni għan-nuqqasijiet li qed jiltaqa' magħhom min jaħdem f'dan is-settur.", "Per eżempju s-Sur Rudolph Cini ta' l-MUMN qal li s-servizz fis-saħħa primarja tal-polyclinics mar il-baħar.", "Imma dan mar il-baħar għax il-gvern ma allokax fondi għalih u ma kellux ir-riżorsi għalih għax ħlihom fuq l-overruns illi kellna fl- isptar.", "Dan huwa settur li qed jinkwieta lin-nies għax is-servizz tas-saħħa mhux biss iqum il-flus imma l-poplu Malti dara jkollu dan is-servizz mingħajr ħlas għax ikun qed jikkontribwixxi għalih biżżejjed mit-taxxi tiegħu.", "L-inkwiet tan-nies inħossuh aħna wkoll għax aħna partit qrib il- poplu.", "Dawn huma affarijiet li jolqtu lin-nies.", "Imbagħad hemm ukoll il-qasam ta' l-ambjent.", "Minkejja li nitkellmu ħafna fuq l-ambjent, dan il-qasam jidher li qed jaqa' lura u hawn mhux qed nirriferi biss għall-arja, għall-baħar u għall-infrastruttura tagħna imma wkoll għall-affarijiet bażiċi li jtejbu l-ambjent.", "M'għandniex noqogħdu ngħidu li kollox huwa sabiħ u li m'għandna problemi ta' xejn imbagħad meta naraw ir-realta` nsibu li l-affarijiet huma mod ieħor.", "Irridu nagħrfu r- realta` u nindirizzaw il-problemi li għandna ħalli pajjiżna jimxi 'l quddiem.", "Qabel nagħlaq irrid nitlob il-permess biex inqiegħed dokument fuq il-mejda tal-Kamra.", "MR SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' rapport maħruġ mill-partit Laburista intitolat \"Ħarsa lejn ir- rapport ta' l-NSO intitolat \"Technical explanations on the recent revisions to GDP statistics\" datat 3 ta' Frar 2007.", "MR SPEAKER: Sar il-ħin.", "Is-Segretarju Parlamentari, jekk jogħġbu, jipproponi l-aġġornament.", "Fis-9.00 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "TONIO FENECH: Mr Speaker, nipproponi l-aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tlieta, 6 ta' Frar, 2007 fis-6:00 p.m. b'din l-aġenda:-", "Abbozz ta' Liġi li Jimplimenta Miżuri ta' l-Estimi - Tieni Qari (Kont);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Ġustizzja Amministrattiva - Kumitat (Kont);", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Organizzazzjonijiet Volontarji - Tieni Qari (Kont);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta - Kumitat; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta (Emenda Nru 2) - Tieni Qari.", "--------------------------------", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att tal-Bank Ċentrali ta' Malta - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili (Emenda Nru 2) - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Reġistru Ċentrali -Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi tal-Liġijiet tal-Pulizija - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili (Emenda Nru 2) - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "Il-Ministru Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Sur President, fil-ħin li ġej se nipprova naqbad numru ta' suġġetti li ħafna minnhom huma ta' interess lokali aktar minn ħaġa oħra.", "Pero' qabel ma nitkellem fuq l-ilmenti li jkollhom il-membri parlamentari mill-kostitwenti tagħhom, xtaqt nitkellem fuq suġġett li m'huwiex ta' kostitwenza imma huwa suġġett li nispera li b'xi mod insibu soluzzjoni għalih fi żmien mhux 'il bogħod.", "M'għandix dubju li l-aktar sport popolari mal-Maltin, bit-tajjeb u bil- ħażin kollu tiegħu, huwa l-football, fejn nibdew min-nurseries u nibqgħu sejrin sal-premier division.", "Għalkemm fil-livelli internazzjonali aktar ikollna diżappunti milli ferħ, xorta waħda l-football huwa l-aktar sport li ilu segwit b'mod konsistenti għal numru twil ta' snin u hekk se jibqa'.", "Kull club tal-football, miż-żgħir sal-kbir, ikollu nvoluti fih numru ta' nies, dawk tal-kumitat, tan-nursery, il-coaches u tfal ta' diversi etajiet.", "Fl-istaġun li beda ftit tax-xhur ilu, ir-rappurtaġġ dwar il-football Malti sparixxa minn fuq ċerti mezzi tax-xandir.", "Veru li għadna ma wasalniex għar- redikolaġni li l-ġurnali wkoll jieqfu milli jirrapportaw dak li jkun qed jiġri fl-isports u li l-media mxandra għadha b'xi mod jew ieħor twassal il- kummenti dwar in-nurseries u l-isports tal-youth football association f'pajjiżna, pero' żgur li hija indikazzjoni ħażina li tkun qed tisma' l- aħbarijiet tal-ġurnata - ikun x'ikun l-istazzjon televiżiv - u mbagħad jgħaddulek għall-aħbarijiet mix-xena sportiva, fejn tibda tisma' r- riżultati tat-tlielaq taż-żwiemel u r-riżultati tat-teams barranin li ħafna Maltin jissapportjaw, imma Alla jbierek il-football Malti mhux ta' min jirrappurtah.", "Huwa minnu li jeżistu kontroversji dwar kemm jitħallsu u ma jitħallsux u li hemm kwestjonijiet għaddejjin bejn il-Malta Football Association u l-istazzjonijiet televiżivi, pero' nemmen - dan jgħodd għax- xandir pubbliku - li għandna nitfgħu fil-ġenb il-kontroversji kollha, għax fl-aħħar mill-aħħar meta l-football Malti ma jiġix irrapportat fuq il-mezzi tax-xandir huma n-nies fid-diversi livelli li jbatu u mhux l-Malta Football Association.", "Il-fatt li ma jkunx hemm rappurtaġġ suret in-nies u l-pubbliku ma jiġix informat dwar x'ikun qed jiġri fis-Centenary stadium, fil-ground tal-Hibs, fil-ground tal-Hamrun u fil-ground nazzjonali jista' jagħti lok biex il- persuni li kienu jkunu taħt skrutinju meta kien hemm it-televiżjoni preżenti fil-grounds tagħna, illum iħossuhom fil-liberta' li jistgħu aktar minn qatt qabel ma jagħtux kas x'jgħidu n-nies.", "Għax fl-aħħar mill-aħħar dak li jgħidu n-nies jista' jkun ibbażat biss fuq xniegħat u fuq il-kliem li jgħidu l-ftit supporters li jkunu preżenti.", "Allura ikunu x'ikunu d- deċiżjonijiet li jittieħdu, anke fil-post tal-logħba, ma jkun hemm ħadd li jiskrutinjahom għax fil-prattika, mingħajr ix-xhieda tat-televiżjoni huwa diffiċli li b'xi mod tkun taf preċiżament x'ikun ġara.", "Għaldaqstant nemmen li wasal iż-żmien li minflok noqogħdu nisimgħu biss x'ġara fit-tali club u x'ġara fit-tali pajjiż barra minn Malta, nibdew nisimgħu l-informazzjoni dwar il-football ta' pajjiżna għax jekk ma jsirx hekk inkunu qed nagħmlu disservice kbir lill-isport l-aktar segwit u nkunu qed nagħmlu disservice kbir lil dawk kollha li jimpenjaw ruħhom f'dan il-qasam.", "Jiena ngħid li wasal iż-żmien li tinstab soluzzjoni kemm jista' jkun malajr għax jekk ma jkunx hemm rappurtaġġ viżiv ta' dak li jkun qed jiġri fix-xena tal-football f'pajjiżna, nistgħu nkunu qed nagħtu lok li jkun hemm min b'xi mod jew ieħor jabbuża.", "Sur President, issa nixtieq nagħmel xi punti dwar xi lmenti li ressquli nies mill-kostitwenza tiegħi.", "Kull wieħed mill-65 membru ta' din il-Kamra, filwaqt li jrendi ruħu għas-servizzi tal-pubbliku Malti u Għawdxi, jgħaddi minn diversi esperjenzi.", "Ta' min jirrikonoxxi l-fatt li mhux in-nies kollha jitkellmu biss dwar il-ħteġijiet personali tagħhom.", "Hemm minnhom li jitkellmu wkoll dwar ċerti problemi li jkunu jolqtu t-triq fejn joqogħdu jew ir-raħal jew il-belt tagħhom.", "Hawnhekk jiena nixtieq niġbor ftit mill- ilmenti li resquli n-nies f'dawn l-aħħar ġimgħat, li wħud minnhom diġa' kelli l-okkażjoni nsemmihom f'dan il-parlament.", "Naturalment dawn m'humiex punti li l-gvern jew kunsill lokali għandu jagħmel xi ħaġa dwarhom, imma jista' jkun hemm l-interess tal-privat li għandu r-responsabbilta' li jagħmel xi ħaġa hu.", "Huwa tajjeb li dan nibqgħu nwassluh għax minkejja l- mezzi kollha ta' komunikazzjoni li għandna fil-pajjiż, kultant ikun diffiċli biex twassal il-messaġġ dwar ċerti affarijiet li jkunu qegħdin isiru.", "Dan il-fatt jikkomplika ruħu meta persuna li jkollha ċerta kariga fl- amministrazzjoni tal-pajjiż, minbarra li tiffaċċa d-diffikultajiet li jinħolqu minn żmien għal ieħor, ikollha tiffaċċa wkoll ċerta kritika għax dak li jkun jaħseb li ma tkunx trid taqdih.", "Fl-opinjoni tiegħi dan huwa żbaljat.", "Sur President, l-ewwelnett wieħed irid jirrealizza li l-persuni li jkunu fil-front bench ma jistgħux joqogħdu jagħmlu d-domandi parlamentari dwar kull ilment li jsirilhom.", "Ikun hemm min javviċinak biex tressaq l-ilment tiegħu permezz ta' domanda parlamentari u meta tipprova tispjegalu li skond ir-regoli tal-parlament dan ma jistax isir, jibqa' sorpriż u kważi kważi jaħsbek qed tigdeb.", "Fir-realta' nafu li huwa minnu li l-persuna li tkun qiegħda fil-front bench ma tistax, permezz ta' domanda parlamentari, twassal ilment li jkun għamillek xi ħadd u allura trid tikkomunika dak l- ilment b'mod differenti.", "Id-diffikulta' l-oħra hi li tista' tkun ilek tipprova taġixxi b'ċertu mod fil-konfont ta' diffikultajiet li niltaqgħu magħhom aħna lkoll fil-ħajja politika tagħna u mbagħad, għax xi ħadd ikun għamel xi domanda parlamentari, dan jibda jaħseb li ċaqlaq il-pedamenti ta' dan il-parlament minn posthom biex jieħu xi mertu, sempliċement għax fir-risposta jingħadu fatti dwar xogħol li jkun diġa' mħejji biex isir jew attwalment ikun sar.", "Għaldaqstant wieħed irid jara li anke aħna, li darba kull ħames snin immorru għand il-pubbliku Malti u nitolbuh is-support tiegħu - anke fuq bażi individwali u mhux biss ta' partit - irridu nirrealizzaw li kull wieħed minna f'dan il-parlament għandu r-responsabbilta' ukoll li lil dawk li niltaqgħu magħhom, minflok nippruvaw b'xi mod jew ieħor ngħadduhom biż- żmien jew ngħidulhom li dak li qed jitolbu m'huwiex ippjanat li jsir, għandna fil-fatt naraw li dak li qed jitolbu verament isir.", "Kif kont qed ngħid, matul il-ġimgħat li għaddew waslu għandi numru ta' lmenti, uħud minnhom ilhom jissemmew u oħrajn forsi huwa diffiċli ferm li tinstab soluzzjoni għalihom, pero' tajjeb li dawn jerġgħu jissemmew f'dan il-parlament.", "Dan għandu jsir proprju biex min ikun għamel l-ilment ikollu s-sodisfazzjoni li dan ma wasalx f'widnejn torox u li wieħed qed jipprova jsib soluzzjoni għalih.", "Fil-fatt, fil-ġranet li għaddew ġraw xi affarijiet li jidhirli il għandi nsemmihom.", "Bla dubju ta' xejn ix-xogħol pożittiv li qed isir fil-bypass ta' San Pawl il-Baħar huwa avvanz għall-iżvilupp tan-network tat-toroq arterjali u lokali.", "Issa jiena nifhem ukoll li meta jkun qed isir xogħol f'xi triq partikolari, dan joħloq ukoll ċerti diffikultajiet fosthom ta' traffiku madwar l-inħawi ta' fejn ikun qed isir dak ix-xogħol.", "Il-bypass ta' San Pawl il-Baħar nafha b'għajnejja magħluqa għax niftakarha tinbena l-ewwel darba fis-sebgħinijiet.", "Nafha b'għajnejja magħluqa wkoll għax erba' snin ilu saru l-proposti biex issir mill-ġdid permezz tal-fondi ta' l-Unjoni Ewropea u naturalment nafha bl-amment ukoll għax ili s-snin ngħaddi minnha għax kif inhu magħruf minn kulħadd, jiena noqgħod fir-raħal ta' San Pawl il- Baħar.", "Hawn nista' ngħid li bilfors kien hemm il-ħtieġa li jsir ċertu tkissir biex eventwalment ikollna x-xogħol mitmum fl-inħawi magħrufa bħala Ta' l-Erba' Mwieżeb.", "Sur President, jekk wieħed jaqbeż dawn l-inħawi u jibda dieħel f'San Pawl il-Baħar isib li 15-il ġurnata ilu, it-tieni set ta' traffic lights li jinsabu f'Mosta Road, inqatgħu mis-sistema tat-traffic lights normali u qegħdin il-ħin kollu jteptpu fuq il-kulur amber.", "Nappella lil kulmin kellu sehem fid-deċiżjoni li dawn it-traffic lights ma jibqgħux jiffunzjonaw kif kienu jiffunzjona normalment, biex iwaqqaf din is-sitwazzjoni.", "Diġa' għaddejna mill-esperjenza tad-daħla ta' Pembroke fejn wara li saru numru ta' inċidenti bdilna l-pożizzjoni u erġajna stallajna s-sistema tad-dawl kif kellha tkun.", "Għalhekk naħseb li sar iż-żmien li dawn it-traffic lights jerġgħu jibdew jiffunzjonaw b'mod normali qabel ma ssir xi diżgrazzja.", "Nixtieq ngħid xi ħaġa wkoll dwar il-bridge tal-Mistra.", "Jiena ċert li inti, Mr Speaker, tużah kontinwament kemm meta tkun ġej minn Għawdex kif ukoll meta tmur lura.", "Xi xhur ilu kien hemm persuna Għawdxija li kellha inċident tat-traffiku f'dan l-istess post. Sfortunatament dawn l-inċidenti jiġru minn żmien għall-ieħor u żgur m'huwiex il-kompitu tiegħi li niġġudika għaliex ġara hekk, pero' bil-konsegwenza ta' dan l-inċidenti tkisser il- ħajt u baqa' hekk sal-lum.", "Kulma sar kien li tpoġġew xi blokki tal-concrete li minħabba fihom djieqet it-triq.", "Jiena naħseb li għadda żmien biżżejjed biex dak il-ħajt jerġa' jinbena mill-ġdid.", "Ladarba qed insemmi dan il-bridge nixtieq insemmi kwestjoni li ilha għaddejja s-snin, anke meta jiena kont responsabbli minn dan is-settur.", "Qed nirriferi għall-wardens li draw sewwa d-dell tas-siġar taż-Żigużajg ta' Selmun, kif inhu magħruf fin-naħiet tagħna, inti u nieżel mill-Mellieħa lejn il-Mistra.", "Dawn il-wardens joqogħdu apposta hemm biex malli jilmħu lil xi ħadd li jfettillu jaqbeż il-full line, li kif inhu llum ma jistax jinqabeż, iwaħħluh ċitazzjoni.", "Naħseb li bejn il-Mistra Village u ż- Żigużajg ta' Selmun hemm distanza twila biżżejjed biex almenu parti minn dak il-line jiġi cut-line, proprju biex jiġi evitat li mix-Xemxija sal- Mellieħa jkollok tibqa' tiela wara numru ta' trakkijiet kbar li kontinwament ikunu għaddejjin minn dawk l-inħawi.", "Naturalment dawn ikunu tielgħin bix-xogħol lejn il-Mellieħa jew lejn Għawdex u minħabba fihom it- traffiku jibda miexi bil-mod.", "Wara kollox dan il-post huwa kważi l-uniku żvog fejn wieħed jista' jaqla' mingħajr periklu ta' xejn.", "Nemmen li wasal iż-żmien li min hu responsabbli minn dan is-settur - mhux qed nirriferi għall-amministrazzjoni politika - jiddeċiedi li parti minn dak il-line jinqata' u jiġi cut-line.", "Nixtieq ngħid xi ħaġa wkoll dwar Santa Maria Estate.", "Ir-residenti ta' din il-lokalita' jafu li kien hemm kawża l-qorti f'isem il-kunsill lokali kontra kumpannija li tilfet il-kawża.", "Fis-sentenza ta' din il-kawża, li ntrebħet mill-kunsill lokali f'isem ir-residenti, ingħad li x-xogħol fuq it- toroq ta' Santa Maria Estate għandu jsir a spejjeż ta' l-istess kumpannija, li mbagħad appellat u tilfet.", "Dan ifisser li m'hemmx aktar kwestjoni ta' pendenzi f'dan ir-rigward u allura nemmen li wasal iż-żmien li tiġi esegwita s-sentenza tal-qorti u li t-toroq isiru.", "Jekk imbagħad ikun hemm kwestjonijiet dwar is-servizzi f'dawn l-istess toroq - li għandhom ħtieġa kbira għax matul is-snin sakemm kienet għaddejja s-sentenza dawn baqgħu traskurati – anke dan ix-xogħol għandu jsir.", "Ma nistgħux inħallu lil dawn ir-residenti jibqgħu jagħmlu l-ilmenti tagħhom qisu ħadd m'hu qed jagħti kashom.", "Għaldaqstant nemmen li x-xogħol għandu jiġi esegwit mill- kumpannija konċernata fl-iqsar żmien possibbli.", "Dan l-aħħar ġejt affaċċjat b'kontroversja oħra marbuta man-nies li joqogħdu f'Limbordin.", "Forsi għal ħafna dan il-post ma jfisser xejn għax jikkonsisti f'komunita' ta' bejn 15 u 20 familja biss.", "Uħud minnhom dan l-aħħar ġew ikellmuni u tgħidx kemm kienu rrabjati għax semgħu li jiena ridt ngħaddi bypass minn Limbordin, titla' lejn il-Miżieb u tibqa' sejra sal-Mellieħa.", "Irrid nagħmilha ċara li jiena m'iniex favur li tgħaddi bypass minn Limbordin.", "Naqbel li għandu jkun hemm twessiegħ u rranġar tat-triq eżistenti, biex forsi jkun hemm sistema ta' one lane lejn il-Mellieħa u one lane mill-Mellieħa, għax nafu li t-triq tal-Mistra m'hijiex biżżejjed biex issolvi l-problema tat-traffiku li jgħaddi lejn il-Mellieħa, b'mod partikolari fil-ġranet ta' tmiem il-ġimgħa, pero' żgur li mhux se nkun jien li nipproponi jew nissapportja li tgħaddi bypass minn dawk l-inħawi.", "Irrid ngħid ukoll li minn żmien għal ieħor f'dan il-parlament tfaqqas il- problema dwar il-fortizza ta' Campbell.", "Fil-fatt meta kont backbencher bejn l-1988 u l-1989 kont għamilt sensiela ta' domandi parlamentari dwarha.", "Matul iż-żmien, meta f'pajjiżna kien hawn il-forzi armati Ingliżi, din il- fortizza kienet isservi ta' kumpless residenzjali għal ħafna minnhom.", "Meta fl-1979 is-suldati Ingliżi telqu minn pajjiżna, din il-fortizza kienet fi stat tajjeb, imma sfortunatament aħna l-Maltin, bir-riskju kollu li ġġib magħha xi ħaġa bħal din, ma niddejqu xejn immorru naqtgħu t-travi ta' 30 pied-il wieħed jew aktar, li jkunu xi żewġ sulari għoli.", "Għalhekk il-bini ta' din il-fortizza illum jinsab fi stat inkwetanti mhux ħażin.", "Fil-local plans proposti mill-MEPA hemm numru ta' suġġerimenti dwar din il- fortizza li jistgħu jiġu fis-seħħ.", "Kien hemm ukoll xi proposti mill-privat li nispera li jingħataw konsiderazzjoni u li min qed jipproponihom, filwaqt li jimxi mar-regolamenti tal-MEPA, iwassal biex din il-fortizza ma tibqax fl-istat li tinsab fiha llum u dan ikun fl-aħjar interess tal-fortizza nnifisha kif ukoll ta' l-inħawi.", "Jekk kemm-il darba dan mhux se jkun possibbli, jekk naħsbu li se jkun hemm problemi li jdumu għaddejjin għal numru kbir ta' snin, ikun wasal iż-żmien li ma nħallux aktar pubbliku jidħol fil-fortizza biex ma jiġrix bħalma jiġri ħafna drabi f'dan il- pajjiż, li jsir xi inċident - u dan faċli li jsir għax donnhom in-nies ma jirrealizzawx il-periklu li jkunu qegħdin fih - u mbagħad wara għalxejn noqogħdu nibku.", "Ħaġa wkoll importanti fil-livell lokali hija d-deċiżjoni li ttieħdet ftit tal-ġimgħat ilu biex in-nies tal-Mellieħa u l-inħawi ta' madwarha jkollhom dar ta' l-anzjani.", "Din kienet ukoll waħda mill-proposti ta' dan il-gvern matul is-snin li għaddew.", "Illum, permezz tal-public private partnership, wasalna biex saru l-konklużjonijiet neċessarji ħalli l-kuntratt ikun jista' jingħata.", "Allura nistenna li matul din is-sena x-xewqa tal-Mellieħin li jkollhom id-dar ta' l-anzjani tagħhom, inkunu nistgħu nesegwuha.", "Xtaqt insemmi żewġ punti ta' l-aħħar, Sur President.", "Il-bieraħ filgħaxija kelli l-opportunita' li nżur l-iskola primarja ta' l-Imġarr, fejn il- kunsill lokali kellu l-okkażjoni - din se tirrepeti ruħha nhar il-Ġimgħa li ġej fl-iskola primarja tal-Mellieħa – li jirrikonoxxi lin-nies li taw is- sehem tagħhom billi għamlu xi xogħol għall-ġid tar-raħal tagħhom matul is- snin li għaddew.", "Is-sala f'din l-iskola inbniet f'dawn l-aħħar ħames snin u ngħatat dimensjoni lil hemm mill-iskop għax qed tintuża għal diversi funzjonijiet mill-kunsill lokali.", "Meta tara dan tirrealizza kemm anke fl- iżgħar irħula ta' pajjiżna, għandek persuni li jiddedikaw ħinhom u l- enerġija tagħhom għall-ġid tar-raħal fejn joqogħdu u tal-komunita'.", "Il- bieraħ kien hemm madwar disa' persuni li ġew rikonoxxuti għall-ħidma u s- sehem li huma taw lill-komunita' ta' l-Imġarr.", "Dan ifisser li l-kunsilli lokali f'pajjiżna waslu wkoll f'dimensjoni oħra lil hemm minn dik politika fil-livelli lokali.", "Sur President, ma nafx jekk hux se jkolli ċans nerġa' nitkellem qabel l-10 ta' Marzu, meta fil-fatt ikun hemm l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali, pero' m'għandix dubju li fit-22 lokalita' fejn se jsiru dawn l- elezzjonijiet se jkun hemm numru kbir ta' residenti li jgħarfu li huma għandhom id-dover li jmorru jivvutaw f'dawn l-elezzjonijiet, għax fl-aħħar mill-aħħar biex ikollok l-aħjar nies minn dawk li joffru lilhom infushom biex jagħtu s-servizz tagħhom, iridu jkunu n-nies stess li jagħżluhom.", "J'Alla wara li jgħaddu l-elezzjonijiet, kull wieħed mill-kunsilliera li jitla' jingħaqad ma' kunsilliera oħra biex jassiguraw li dawn it-22 lokalita' flimkien mas-47 lokalita' oħra, ikomplu mexjin 'il quddiem għall- ġid tal-komunita' u tal-lokalita' tagħhom.", "Grazzi, Sur President.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada, it-Tlieta, 6 ta' Frar, 2007 fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mis-Segretarju Parlamentari.", "Fid-9:30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "KAROZZI UFFIĊJALI", "23278.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża għal manutenzjoni/repairs tal-karozza uffiċjali tiegħu u tas-second car tiegħu matul is-sena 2006?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra tabella bl- informazzjoni mitluba.", "KAROZZI UFFIĊJALI", "23279.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża għal manutenzjoni/repairs tal-karozza uffiċjali tiegħu u tas-second car tiegħu matul is-sena 2006?", "ONOR.", "TONIO BORG: L-ispiża għal manutenzjoni/repairs tal-karozza uffiċjali tiegħi u tas-second car tiegħi matul is-sena 2006 kienu ta' Lm1,451.54 u Lm258.06 rispettivament.", "KAROZZI UFFIĊJALI", "23280.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża għal manutenzjoni/repairs tal-karozza uffiċjali tiegħu u tas-second car tiegħu matul is-sena 2006?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-karozza uffiċjali tal-ministru hija mikrija u għaldaqstant il-manutenzjoni ssir mill-kuntrattur.", "Informat ukoll li l-ispiża għall-manutenzjoni għat-tieni karozza fl-2006 kienet ta' Lm163.23c.", "KAROZZI UFFIĊJALI", "23281.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża għal manutenzjoni/repairs tal- karozza uffiċjali tiegħu u tas-second car tiegħu matul is-sena 2006?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Fir-rigward tal-karozza uffiċjali, peress li hija leased, ma jitħallsux spejjeż għal manutenzjoni jew ħsarat peress li dawn huma koperti bil-kuntratt.", "Dwar is-second car, li hija karozza li għandha seba' snin (1999), l-ispiża għal manutenzjoni jew ħsarat matul l-2006 kien ta' Lm 2,837.71.", "KAROZZI UFFIĊJALI", "23282.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża għal manutenzjoni/repairs tal- karozza uffiċjali tiegħu u tas-second car tiegħu matul is-sena 2006?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Matul l-2006 intnefqet is-somma ta' Lm3,575.06 għal manutenzjoni/tiswijiet tal-karozza u s-second car tal- ministru għat-turiżmu u kultura.", "KAROZZI UFFIĊJALI", "23283.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża għal manutenzjoni/repairs tal-karozza uffiċjali tiegħu u tas-second car tiegħu matul is-sena 2006?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: L-ispiża għall-manutenzjoni/repairs tal-karozza uffiċjali tiegħi matul is-sena 2006 kienet ta' Lm1,401.16.", "Informat ukoll li ma kien hemm l-ebda spiża simili fuq is-second car tiegħi għaliex din hija karozza tal-kiri.", "SOLAR HEATERS", "23432.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw rebates fuq applikazzjonijiet għal solar heaters matul is-sena 2006, u jista' jaqsamhom lokal b'lokal?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "GĦAWDEX - STUDENT FL-ISKOLA TAL-VAJRINGA", "23433.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li student li jattendi l-iskola tal-Vajringa (year 5) li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li għandu bżonn ta' assistenza psikjatrika, m'huwiex qiegħed jingħata din l-għajnuna għaliex il-gvern m'għandux dan is-servizz f'Għawdex?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Servizz ta' psikjatrija qatt ma kien servizz li jingħata mid-diviżjoni ta' l-edukazzjoni iżda mid-diviżjoni tas-saħħa.", "LUNZJATA L/O FONTANA", "23434.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l- Ministru tieħu ħsieb biex ħajt li qiegħed f'raba fil-Lunzjata, limiti ta' Fontana li ġġarraf ħtija ta' drenaġġ li żbroffa għal ġo fih, jerġa' jinbena peress illi dan qiegħed ikerrah id-dehra panoramika ta' l-ambjent ta' madwaru?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Il-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma qiegħda tieħu azzjoni biex jitranġa l-ħajt imsemmi.", "NATIONAL SPORTS STRATEGY", "23438.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tan-national sports strategy għat-tliet snin li ġejjin li ħadem fuqha l- kunsill Malti għall-isport?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Id-dokument mitlub qiegħed f'idejja għall- konsiderazzjoni tal-ministeru.", "Nittama li ma ndumx ma nkun f'pożizzjoni biex nippubblikah.", "UNIVERSITA' - PROFESSURI", "23442.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 23044, jista' l-Ministru jgħid min jokkupa l-karigi msemmija fit-tweġiba?", "Jista' jindika eżattament f'kull każ x'inhuma l-allowances mogħtija u jekk humiex parti minn ftehim kollettiv jew ftehim ta' xorta oħra?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mhix policy li niżvela fil-pubbliku dħul ta' individwi f'ċirkostanzi kif previst mill-mistoqsija.", "L-allowances huma ġeneralment miftehma fil-ftehim kollettiv u kif imfisser fit-tweġiba diġa' mogħtija.", "SKEJJEL - KAPIJIET", "23445.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 23043, jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi kapijiet ta' l-iskejjel ta' l- Istat li tbiddlu?", "Jekk fl-affermattiv, meta u minn fejn ġew trasferiti u fejn jinsabu fil-preżent?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: In-numru ta' kapijiet li tbiddlu mill-bidu ta' din is- sena skolastika huwa ta' erbgħa.", "Id-data tat-trasferiment ta' kap minnhom hi fl-20 ta' Lulju 2006 li mill-iskola ta' l-Għarb ġie trasferit għall-post- sekondarja tar-Rabat, Għawdex.", "It-tlieta l-oħra ġew trasferiti fit-18 ta' Settembru 2006 u l-iskejjel li ġew trasferiti minnhom kienu sekondarja subien tan-Naxxar, Baħrija u Qormi SS 'A' u l-iskejjel li jinsabu fihom huma primarja Sta.", "Venera, Wied il-Għajn u Rabat 'A' rispettivament.", "KAŻ DWAR PENSJONANT", "23447.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: B'riferenza għat-tweġiba mogħtija lill-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, tista' l-Ministru tgħid għaliex persuni oħra li rtiraw fl-istess sena u grad tiegħu qed jieħdu madwar Lm14 fix-xahar aktar minnu?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Il-persuna ndikata ġiet informata bil-miktub mid- dipartiment tas-sigurta' soċjali dwar il-każ tagħha.", "MEPA - ENVIRONMENTAL PERMIT", "23470.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' l-Ministru jgħarraf lill-Kamra kemm-il environmental permit ħareġ mill-MEPA sal-lum?", "Lil min ħarġu u għal xiex ħarġu?", "Taħt liema liġi u xi proċedura tiġi adottata?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: L-environmental permits għall-forom ta' operat li nħarġu s'issa huma prinċiparjament dawk il-permessi li nħarġu taħt avviż legali 337/01.", "Dettalji dwar dawn il-permessi qed jingħataw fir-risposta għal mistoqsija parlamentari 23472.", "Il-MEPA ħarġet żewġ IPPC permits: lill- Wasteserv (Malta) Ltd għal-landfill ta' Żwejra u lill-Medichem Manufacturing Malta Ltd.", "Dawn inħarġu taħt avviż legali 118/04 u avviżi legali relatati.", "Environmental permits oħrajn jinkludu permessi għal attivitajiet, importazzjoni u esportazzjoni ta' speċi, kimiċi u skart, fejn il-MEPA għandha tagħti l-kunsens tagħha.", "Statistika dwar dawn il-permessi għadha trid tinġabar.", "Il-proċeduri użati huma dawk deskritti fil-leġislazzjoni rispettiva.", "MCAST - CHILD CARERS", "23471.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jiġu impjegati child carers l-MCAST?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-MCAST timpjega child carers meta l-politika dwar dan tiġi approvata.", "MEPA - WASTE MANAGEMENT PERMIT", "23472.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il waste management permit ħareġ sal-lum mill-MEPA u minn meta bdew jinħarġu?", "Lil min ħarġu u għal xiex?", "Taħt liema liġi u xi proċedura tiġi adottata?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Il-waste management permits jinħarġu taħt l-avviż legali 337 ta' l-2001, regolamenti ta' l-2001 dwar permessi u kontrolli fil- maniġġar ta' skart taħt artiklu 9 ta' l-istess regolamenti.", "Dawn ir- regolamenti jimplementaw il-framework directive ta' l-Unjoni Ewropea dwar l- immaniġġar ta' l-iskart.", "Kull min jagħmel xi attività li b'xi mod jew ieħor għandha x'taqsam ma' l-iskart għandu bżonn ta' permess.", "Dawk kollha li għandhom bżonn permess għandhom japplikaw mal-MEPA.", "Wara li jimlew il-formola apposta, l-applikanti jkunu ggwidati individwalment biex jissottomettu informazzjoni li jkollha bżonn mal-MEPA biex ikun jista' jinħareġ il-permess.", "Il-permessi li ħarġu taħt dan ir-regolament huma dawn:", "Director General, works division - infilling with inert waste Charles Polidano o.b.o Polidano Brothers Ltd - infilling with inert waste Charles Polidano o.b.o Polidano Brothers Ltd - infilling with inert waste Charles Polidano o.b.o Polidano Brothers Ltd - infilling with inert waste Charles Polidano o.b.o Polidano Brothers Ltd - infilling with inert waste Charles Polidano o.b.o Polidano Brothers Ltd - infilling with inert waste Charles Polidano o.b.o Polidano Brothers Ltd - infilling with inert waste Charles Polidano o.b.o Polidano Brothers Ltd - infilling with inert waste Charles Polidano o.b.o Polidano Brothers Ltd - infilling with inert waste Charles Polidano o.b.o Polidano Brothers Ltd - infilling with inert waste WasteServ Malta Ltd. - temporary non-hazardous waste storage, treatment and transfer facility Jenine Korfan - infilling with inert waste Charles Polidano o.b.o Polidano Brothers Ltd - infilling with inert waste Charles Polidano o.b.o Polidano Brothers Ltd - infilling with inert waste Charles Polidano o.b.o Polidano Brothers Ltd - infilling with inert waste Ing. Mario Schembri o.b.o GreenPak Ltd - packaging waste recovery scheme Jimmy Gatt o.b.o Gatt Bros (Mosta) Ltd - infilling with inert waste Metalco Ltd - to operate a recycling facility WasteServ Malta Ltd. - civic amenity site, Magħtab WasteServ Malta Ltd. - civic amenity site, Mrieħel Charles Polidano o.b.o Polidano Brothers Ltd - infilling with inert waste Bezzina Maritime services Ltd. - to operate a barge \"BEZZ I\" for dumping of inert material at sea Bezzina Maritime services Ltd. - to operate a barge \"BEZZ II\" for dumping of inert material at sea Emarine Ltd. - to operate a barge \"SAULUS\" for dumping of inert material at sea Emarine Ltd. - to operate a barge \"PAULUS\" for dumping of inert material at sea Michael Attard o.b.o IMA Engineering Ltd. - to operate an interim storage, pre-treatment and transfer facility for hazardous wastes Ing. Mario Schembri o.b.o GreenPak Ltd. - renewal of WM 00021/04 Greenpak compliance scheme for packaging waste recovery", "Qabel l-2001 kienu jinħarġu biss permessi ambjentali għall-barrieri taħt avviż legali 128 ta' l-1997, regolamenti ta' l-1997 dwar id-drittijiet għad- depożitu ta' kull skart u radam.", "Il-permessi li ħarġu taħt dan ir-regolament huma dawn:", "Emmanuel Aquilina o.b.o Debattista Schembri - dumping of inert waste Emmanuel Aquilina o.b.o Sand & Gravel Ltd. - dumping/recycling of inert waste Paul Vella o.b.o Ballut Blocks Ltd. - dumping/recycling of inert waste Emmanuel Vella o.b.o Julian Vella - dumping/recycling of inert waste Mario Bonnici - dumping/recycling of inert waste Carmel Spiteri & Michael Axiaq - dumping of inert waste Carmel Vella - dumping/recycling of inert waste Carmel Vella - dumping/recycling of inert waste Emmanuel Mifsud - dumping of inert waste Charles Polidano o.b.o Polidano Brothers Ltd. - dumping/recycling of inert waste Emmanuel Camilleri - dumping of inert waste John Mizzi - dumping of inert waste", "Barra min dawn il-permessi msemmija hawn fuq, il-MEPA ħarġet ukoll 20 permess għall-esportazzjoni ta' skart perikoluż taħt ir-regolament Ewropew 259/93/EEC li jirregola t-trasport ta' skart perikoluż minn pajjiz għal ieħor.", "Il-MEPA ħarġet ukoll 665 permess għat-trasport ta' skart perikoluż f'Malta taħt l-avviż legali 337 ta' l-2001. (dawn ta' l-aħħar inħarġu minn Ġunju 2004 sal-lum).", "LIĊEO M.A. VASSALLI - GĦALLIEMA TA' L-INGLIŻ", "23475.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru jara għala fil-Liċeo M.A. Vassalli hemm nuqqas ta' għalliema ta' l-Ingliż tant li l-istudenti qed ikollhom ħafna free lessons, stat ta' fatt li seħħ anke matul is-sena skolastika li għaddiet?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Id-diviżjoni ta' l-edukazzjoni diġa' ħadet miżuri biex tassigura li jkun hemm għalliema tas-suġġett imsemmi u qed tkompli tagħmel ħilitha biex tassigura li dan is-servizz jitjieb.", "TA' L-IBRAĠĠ - TRIQ IL-ĦABBA", "23476.", "L-ONOR.", "ROBERT ARRIGO staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jinformani jekk Triq il-Ħabba, Ta' l-Ibraġġ hijiex imdaħħla fil-programm imminenti ta' toroq?", "Jekk fl-affermattiv, meta beħsiebu jibda x-xogħol u kemm hu maħsub li jdum sejjer?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: It-tender għal Triq il-Ħabba f'Ta' l-Ibraġġ inħareġ u diġa' ġie aġġudikat lill-Philip Aguis & Sons Ltd.", "Għaldaqstant ix-xogħol f'din it-triq mistenni jibda fil-ġimgħat li ġejjin.", "MOSTA - STREET LIGHTING", "23477.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid għaliex sal-lum it-triq prinċipali li tagħti minn Naxxar għall-Mosta min- naħa ta' Sta.", "Margerita l-Mosta għadha mingħajr street lighting fejn hija perikoluża, speċjalment in-naħa fejn hemm barriera miftuħa li tmiss litteralment mat-triq?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ir-responsabbilta' ta' l-istreet lighting f'din it-triq taqa' taħt il-kunsill lokali u mhux taħt l-Enemalta.", "Għalhekk l-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jirriferi l-mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "ANZJANI RESIDENTI FI DJAR PRIVATI", "23478.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' l-Ministru jgħid x'forma ta' għajnuna u/jew sussidju qed jagħti l-gvern f'dawk il-każi ta' nies anzjani li qegħdin fil- homes privati u kulma għandhom hija l-pensjoni u m'għandhom xejn aktar u qegħdin jintalbu jħallsu Lm18 kuljum?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-uniku sussidju li jagħti l-gvern hu għal dawk l- anzjani li qegħdin taħt l-iskema tal-private public partnership scheme.", "MOSTA - BIĊĊA ART FI TRIQ DAWRIET IL-WIED", "23479.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid għaliex quddiem it-Triq Dawriet il-Wied, il-Mosta biċċa art żdingata tħalliet hekk għal diversi snin u għadha hekk sal-lum?", "ONOR.", "TONIO BORG: L-art in kwestjoni hija tal-gvern u s'issa għadu ma ġiex deċiż x'għandu jsir minnha għaliex ma saret l-ebda talba lit-taqsima proprjeta' tal-gvern dwar din l-istess art li fuqha jidher li hemm xi fdalijiet storiċi.", "RAĦAL ĠDID - TRIQ L-ARKATA", "23480.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jgħid jekk l-asfaltar ta' Triq l-Arkata, Raħal Ġdid huwiex responsabbilta' tal-kunsill lokali Raħal Ġdid?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Triq l-Arkata f'Raħal il-Ġdid hija responsabbilta' tal-kunsill lokali peress li diġa' ffurmata u lanqas hi triq arterjali jew distributorja.", "Għalkemm Triq l-Arkata hija ffurmata u mhux triq arterjali jew distributorja minħabba l-ħsarat li fiha, Triq l-Arkata ġiet inkluża fil- lista ta' toroq li trid tagħmel l-awtorita' dwar it-trasport.", "RAĦAL ĠDID - TRIQ NAZZARENU", "23481.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jgħid jekk l-asfaltar ta' Triq Nazzarenu, Raħal Ġdid huwiex responsabbilta' tal-kunsill lokali Raħal Ġdid?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Il-manutenzjoni meħtieġa f'din it-triq hija responsabbilta' tal-kunsill lokali.", "BELT VALLETTA - LIKWIDU TOSSIKU", "23482.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk ġiex stabbilit x'kien il-materjal li ntefa' fl-isprall il-Belt waqt iċ-ċerimonja ta' l- ordinazzjoni ta' l-Arċisqof il-ġdid?", "Billi ntqal li dan il-likwidu li ntefa' fl-isprall kien tossiku u seta kkawża splużjoni, saru testijiet biex jiġi stabbilit x'kien dan il-materjal?", "Intbagħat sample f'laboratorju u jekk iva, x'kien l-eżitu?", "Qed isiru investigazzjonijiet mill-pulizija u jekk iva, minn min qed jitmexxew?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nhar il-Ġimgħa 26 ta' Jannar 2007 għal ħabta tas-7.00pm, waqt li kienet għaddejja l-Ordinazzjoni Episkopali, il-pulizija u d- dipartiment tal-protezzjoni ċivili kienu ġew infurmati miċ-chief security officer tal-KonKattidral ta' San Ġwann li minn sprall li hemm fil-ġenb ta' Pjazza l-Assedju l-Kbir mal-ġenb tal-KonKattidral, kienet tiela' riħa, x'aktarx ta' petrol.", "Immedjatament li sar magħruf dan, il-pulizija, ħadet il-prekawzjonijiet meħtieġa sabiex il-pubbliku ma jersaqx lejn dak l-isprall, filwaqt li membri tal-protezzjoni ċivili analizzaw l-arja li kienet tiela' mill- isprall permezz ta' strumenti apposta, fejn dan indika li l-arja kienet tossika.", "Hekk kif spiċċat iċ-ċerimonja, il-KonKattidral ġie spezzjonat bir-reqqa minn membri tad-dipartiment tal-protezzjoni ċivili u l-pulizija, fejn ma rriżultax li kien hemm xi periklu.", "Fil-frattemp, bl-assistenza ta' l-executive director tal-kumitat ta' riabilitazzjoni tal-Belt, infetaħ ukoll il-bokkaport, li jagħti għall- ġibjun taħt l-istess pjazza.", "Billi r-riħa kienet qawwija ħafna u setgħet tkun ta' periklu, ġie deċiż li l-ġibjun ikun spezzjonat l-għada, filwaqt li tħalliet għassa mill-pulizija u mid-dipartiment tal-protezzjoni ċivili.", "L-għada filgħodu, wara li l-membri tad-dipartiment tal-protezzjoni ċivili niżlu fil-ġibjun, dawn infurmaw lill-pulizija li l-arja kienet ikklerjat u ma kienx hemm aktar periklu.", "Ma nstab xejn li jindika minn fejn kienet ġejja dik ir-riħa tal-lejl ta' qabel.", "L-investigazzjonijiet li saru s'issa biex jiġi stabbilit minn fejn kienet ġejja din ir-riħa irriżultaw fin-negattiv.", "Skond it-testijiet li saru fuq il-post permezz ta' strumenti li għandu d- dipartiment tal-protezzjoni ċivili, irriżulta li l-vapours li kienu ħerġin mill-isprall in kwestjoni kienu kkawżati minn prodotti magħrufa bħala VOCs (volatile organic compounds) bħal petrol, thinner, etc.", "Billi ma nstab l-ebda likwidu li seta' ikkawża dan il-vapour, ma setax jiġi elevat kampjun sabiex jiġi analizzat f'xi laboratorju.", "STA.", "VENERA - TRIQ REĠJONALI", "23485.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jaf il-Ministru li r-residenti kollha li joqogħdu fi Triq Reġjonali f'Sta.", "Venera qed ibatu preġudizzju u danni sostanzjali minħabba li xi snin ilu sar il-proġett tal-mina u għaldaqstant qed ibatu minn tinġis u storbju persistenti?", "Jidhirlu li dawn għandhom jiġu kkumpensati għal dan kollu u li għandu jsir xi proġett mill-aspett ta' inġinerija biex jiġu mitigati d- danni li dawn ir-residenti qed isofru?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Din it-triq u l-mini ta' Sta Venera huma fost diversi partijiet tat-triq magħrufa bħala Ten T Road f'Malta li hija ndikata għal titjieb.", "L-awtorita' qiegħda tara jekk il-problemi ndikati jistgħux jiġu ndirizzati meta jsiru dawn il-proġetti.", "ĊIMITERJU TA' L-ADDOLORATA", "23486.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jaf il-Ministru li hemm ħsara konsiderevoli fil-bieb taċ-ċimiterju ta' Santa Maria Addolorata?", "Jista' jinforma jekk attwalment il-gvern huwiex qed jieħu miżuri biex isiru t-tiswijiet neċessarji?", "Peress illi ċ-ċimiterju huwa ta' stil gotiku u l-parti l-antika hija inondata b'siġar, jidhirlu li għandu jsir l-istess fil-parti l-ġdida ta' l-istess ċimiterju?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Matul il-ġimgħa d-dieħla mistenni jitwaħħal kanċell ieħor temporanju waqt li dak preżenti li ġarrab ħsarat minn xi vandali jittieħed għat-tiswijiet neċessarji.", "Fil-frattemp saret applikazzjoni mal- MEPA sabiex ikunu jistgħu jsiru tiswijiet ta' natura strutturali u ta' restawrazzjoni fil-ġebel tad-daħla ta' dan iċ-ċimiterju.", "Fil-pjanijiet ta' l-estenzjoni taċ-ċimiterju ttieħdu nkonsiderazzjoni l- ħtiġijiet ta' landscaping u tħawwil ta' siġar li jkopru wkoll il-parti ta' l-aħħar estenzjoni fin-naħa ta' lvant ta' dan iċ-ċimiterju.", "GĦAQDA PERSUNI NEQSIN MIS-SMIEGĦ - GĦALLIEMA", "23487.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' l-Ministru jagħti tagħrif x'relazzjoni ġuridika teżisti bejn l-għaqda persuni neqsin mis-smiegħ u l-gvern?", "Jista' jagħti iżjed dettalji dwar x'tip ta' kuntratt jeżisti konċernanti l-għalliema ta' din l-għaqda li qed jagħtu servizz lill-gvern?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jirriferi l- mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "SAN ĠILJAN - TRIQ ALFRED GAUCI", "23496.", "L-ONOR.", "ROBERT ARRIGO staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jgħid jekk linji sofor li hemm fi Triq Alfred Gauci c/w Tal-Bajja humiex approvati mill-awtorita' dwar it-trasport?", "Jaf li r-residenti f'din it-triq sarulhom ċitazzjonijiet mill-pulizija għax qagħdu fuq dawn il-linji sofor mhux awtorizzati?", "Dawn ir-residenti għandhom dritt jipparkjaw fit-triq tagħhom?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Minn riċerka li saret fir-records tat-taqsima ta' l-immaniġġar tat-traffiku rriżulta li ma nstabet l-ebda approvazzjoni għal linji sofor fi Triq Alfred Gauci li għalihom qed tirriferi din il- mistoqsija parlamentari.", "It-taqsima għall-immaniġġar tat-traffiku ma kienx informat biċ-ċitazzjonijiet maħruġa lir-residenti ta' Triq Alferd Gauci u madanakollu l-arranġamenti tat-traffiku f'din it-triq setgħu kienu determinanti mit-traffic impact study li sar għall-Hotel Meridien li tinsab fl-istess triq.", "Għaldaqstant l-awtorita dwar it-trasport kienet tat pariri lill-kunsill lokali ta' San Ġiljan sabiex jirriferi din il-problema lill- MEPA.", "AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA", "23497.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru tgħid f'liema stadju waslet it- talba għall-akkomodazzjoni minn single mother li r-riferenza tal-każ qed tintbagħat separatament?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: L-applikazzjoni mill-persuna ndikata li saret lid- dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali fl-20 ta' Diċembru 2006 ġiet emendata mill-istess persuna fis-26 ta' Jannar 2007.", "Ninsab infurmata wkoll li l-applikazzjoni kif emendata qed tiġi kkonsidrata flimkien ma' oħrajn simili.", "SUBSTATIONS TA' L-ELETTRIKU", "23498.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 23436 u 23114 u jgħid kemm minn dawn is- substations ta' l-elettriku kien hemm il-bżonn tagħhom għal xi proġett partikolari nkluż l-isem tal-proġett?", "F'każ li l-bżonn ta' substation hu minħabba konsum akbar ta' elettriku minħabba xi proġett partikolari, min iħallas għal din is-substation, l- Enemalta jew l-iżviluppatur?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Substations ġodda jiġu mħallsa jew mill-Enemalta jew mill-iżviluppaturi tal-proġetti ġodda, skond avviż legali 27/1999.", "L- ismijiet tal-proġetti fejn inbnew substations jew fejn kien hemm akkwist ta' l-artijiet għal substations matul is-sena l-oħra huma kif jidhru fuq il- lista li se nqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra.", "PLOTS TAĦT SKEMI TA' HOME OWNERSHIP", "23499.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru tgħid jekk persuna li tkun ħadet plot taħt l-iskema ta' l-HOS jew tal-BDA u li tiġi biex tbigħ il-proprjeta' li nbniet fuq l-istess plot tkunx obbligata tirrifondi lura lill-awtorita' tad-djar xi tip ta' kumpens?", "Jekk fl-affermattiv, kif jinħadem dan il- kumpens?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Ninsab infurmata li jekk il-proprjeta' mibnija fuq plots taħt skemi ta' home owneship, li ngħataw b'ċens u b'imgħax issussidjat fuq self mill-banek u, f'ċerti ħarġiet, ibbenefikaw minn għotja ta' flus minflok is-sussidju, tinbiegħ lil terzi biex tintuza bħala dar ta' residenza ma jkun dovut ebda ħlas lill-awtorita' tad-djar.", "Fil-każ li din il-proprjeta' tkun se titwaqqa' biex flokha jinbnew diversi appartamenti bl-iskop ta' spekulazzjoni, min ikun ibbenefika mill-iskema jkun dovut iħallas lill-awtorita' tad-djar 25% tal-valur ta' l-art, kif stmat mill-periti ta' l-awtorita'.", "Jekk il-bini ta' l-appartamenti l-ġodda jkun se jservi bħala residenza għall-benefiċjarji ta' l-iskema u għat-tfal tagħhom ma jsir ebda ħlas, iżda l-valur ta' 25% ta' l-art jitqassam fuq kull appartament li jkun se jinbena u ssir ipoteka fuq kull post għall-ammont li jirriżulta.", "Dan biex jekk xi appartament sussegwentement jinbiegħ lil terzi li ma jkunux it-tfal tal- benefiċjarji ta' l-iskema, l-awtorita' titħallas dan is-sehem skond kif ikun jidher fl-ipoteka.", "Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-iskema tal-BDA kienet ħarġet mid- dipartiment ta' l-artijiet u mhux mill-awtorita' tad-djar.", "XOGĦLIJIET TA' TOROQ - DIRECT ORDERS", "23500.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jagħti l-lista ta' direct orders li ngħataw għal xogħlijiet ta' toroq matul is-sena 2006, inkluż il-valur ta' direct orders u lil min ingħata?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "SAN PAWL IL-BAĦAR - BYPASS", "23501.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 21621, 21852, 22067, 22226, 22480, 22620, 22704, 22945, 23101 u 23437 u jgħid kemm hu stmat ix-xogħol ta' kostruzzjoni għall-irranġar ta' dik il- parti tal-bypass ta' San Pawl il-Baħar li ċediet minħabba xogħol ta' eskavar minn kuntrattur privat?", "Min se jħallas għal dan ix-xogħol?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Bħalissa għaddejjin diskussjonijiet mal-partijiet involuti kollha sabiex tkun riżolta din il-problema.", "MTA - XOGĦOL TAL-PORTAL", "23502.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jgħid x'permess ingħata minn xi struttura li taqa' taħtu biex il-ministeru tat-turiżmu/awtorita' Maltija tat-turiżmu ħarġu x-xogħol tal-portal ta' l-awtorita' Maltija tat-turiżmu b'direct order?", "Jista' ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra tali permess?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Għall-benefiċċju ta' l-Onor.", "Interpellant, qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra d-dokumenti relevanti in konnessjoni mal- permessi li ħarġu mill-ministeru tal-finanzi li jkopru lill-ministeru tat- turiżmu u lill-awtorità Maltija tat-turiżmu fir-rigward tas-servizz msemmija.", "PORTAL TURISTIKU", "23503.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex id-dipartiment tal-kuntratti ta l-permessi meħtieġa biex il-portal turistiku li ġie jiswa Lm30,000 ngħata l-permess li biex isir, jitħaddmu proċeduri li huma 'l barra mit- tendering process pubblika?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jirriferi għat- tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 23502 f'din l-istess seduta billi jirriżulta li, f'dan il-każ, fit-termini u kif ukoll hu permess bis-saħħa tar-regolamenti tal-kuntratti pubbliċi (avviż legali 177 ta' 2005), ma kienx involut id-dipartiment tal-kuntratti.", "XOGĦOL TA' SPRAYING", "23504.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-garaxx li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, jistax jagħmel xogħol ta' sprayer fil-pubbliku kif kien qed jagħmel illum 29 ta' Jannar, 2007 f'ħinijiet differenti tad-9.15 a.m. u t-3.30 p.m.?", "X'passi ttieħdu kontra din l-illegalita'?", "ONOR.", "TONIO BORG: Fuq il-garaxx imsemmi hemm liċenzja ta' welding, mekkanik u żebgħa bl-ispray.", "Għalhekk ix-xogħol irid isir ġewwa.", "Ninsab informat ukoll illi l-pulizija ndagat dwar l-allegat xogħol ta' spray li kien qed isir fil-pubbliku nhar id-29 ta' Jannar 2007, pero' is-sid kategorikament ċaħad li huwa għamel hekk, la dakinhar u lanqas qatt qabel.", "Għaldaqstant fin-nuqqas ta' provi għall-kuntrarju, il-pulizija ma tistax tipproċedi aktar.", "LUKANDI", "23505.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 23105, jista' jiġi vverifikat it-tagħrif mogħti peress li fl-istess perjodu għalqu mill- inqas tliet lukandi oħra li ma jissemmewx fil-lista mogħtija?", "Jista' jgħid liema huma dawn it-tliet lukandi?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Il-lista mogħtija fit-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 23105 ma tinkludix lukandi li huma magħluqin temporanjament, kemm dawk magħluqin għax-xitwa, kif ukoll dawk magħluqin għal ristrutturar.", "XOGĦOL TA' SPRAYING", "23506.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-permessi meħtieġa biex garaxx li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, jagħmel xogħol ta' spray u jniġġes l-inħawi u l-arja tal-ġirien?", "Jista' anke xogħol ta' spray isir barra kif jindika r-ritratt li qed jintbagħat separatament?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Il-MEPA kienet irċeviet rapport fuq bdil ta' użu fil-fond numru 3, Triq il-Kubrit, Gżira, f'Awissu 2005.", "Wara investigazzjoni mill-ispettur ikkonċernat kien irriżulta li l-fond in kwestjoni ilu lliċenzjat mis-snin '80 u allura qabel ma daħlet fis-seħħ il- liġi dwar l-ippjanar ta' l-1992.", "Wara aktar stħarriġ mal-pulizija, kien ikkonfermat li din il-liċenzja kienet titħallas sa mill-1984.", "Kopja tagħha kienet ġiet ippreżentata lill-uffiċjal tal-MEPA.", "Għaldaqstant, min-naħa tas-sezzjoni ta' l-infurzar tal-MEPA ma tista' tittieħed ebda azzjoni ulterjuri dwar l-użu ta' dan il-fond.", "PORTAL TURISTIKU", "23507.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' l-Ministru jagħti rendikont dettaljat tal-proċess tat- tendering għall-portal turistiku, tal-kumpannija li ttenderjaw u ta' kif saret l-għażla u fuq liema kriterji ġie magħżul il-kuntrattur li bena l- portal?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Wara diskussjonijiet li saru bejn l-MTAC, MFIN u l-MIIT fl-1 ta' Awissu 2006, l-awtorita' tat-turiżmu stiednet lil 12- il kumpannija lokali sabiex jitfgħu l-proposti tagħhom għall-iżvillup ta' l- E-Portal.", "Ħames kumpanniji minnhom issottomettew proposta fiż-żmien mogħti lilhom.", "Il-kumpaniji kienu:", "6pm Limited; Alert Communications Limited; Choosemalta.com; HB-ex.com; u HWS Web Systems/Altanova", "L-għażla aħħarija saret minn bord appuntat għal ta' l-apposta, li kien jinkludi ufficjali mill-MTA, l-MTAC u l-MIIT.", "Kull kumpannija li ssottomettiet proposta ingħatat punti skond kif ġew klassifikati l-kumpanniji, skond għaxar kriterji dettaljati, li ġew żviluppati speċifikament biex jirriflettu l-esiġenzi tal-portal.", "Imbagħad ġew imnedija laqgħat mat-tliet kumpanniji l-ogħla klassifikati.", "Il-kuntrattur magħżul, u li bena l-portal, kien dak li ġab l-akbar numru ta' punti fit-tieni stadju tal-proċess ta' l-għażla.", "STIPENDJU", "23520.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-istudent li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, mhux qed jieħu stipendju?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-Onor.", "Interpellant hija mitluba tirriferi għat- tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 22909.", "ĦAL TARXIEN – TRASPORT PUBBLIKU", "23521.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jkun daqstant ġentili u jara li r-rotta tal- karozza tal-linja terġa' tkompli tgħaddi minn Triq id-Dejma u Triq Santa Marija, f'Hal Tarxien, kif kien isir sa ftit ilu, peress li hemm diversi anzjani (u le) li qed ikollhom mixja twila għall-eqreb stage?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Dan it-tibdil sar peress li minn Triq Santa Marija mhux permess jgħaddu xarabanks (vetturi tqal) u d-distanza li qed jirriferi għalija l-Onor.", "Interpellant hija waħda raġonevoli.", "GĦAWDEX - SERVIZZ TAL-HELICOPTER", "23522.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għall- Kompetittivita' u Komunikazzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 21517 dwar is-servizz tal-ħelikopter f'Għawdex, jista' l-Ministru jgħid x'inhu jiġri a rigward ta' dan is-servizz peress li ormai ilna mingħajr servizz ta' helicopter għal diversi xhur?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: L-Onor.", "Interpellanta mitluba tirriferi għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 22700.", "PULIZIJA GĦAWDXIN", "23523.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Peress li qed isiru lamenteli minn membri tal-korp tal-pulizija Għawdxin li jsuqu lill-priġunieri mill-faċilita' korrettiva ta' Kordin għal Għawdex u lura, għaliex l-ispejjeż tat-traġitt tagħhom u tal-vann qed joħorġuhom il-pulizija minn buthom u mhux qed jiġu rifużi lilhom?", "Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li din is-sitwazzjoni tiġi rimedjata?", "ONOR.", "TONIO BORG: Filwaqt li kien hemm xi dewmien biex isir il-ħlas għall- ispejjeż li saru matul Diċembru, dan il-ħlas dovut issa sar kollu u ma fadalx pendenzi.", "PULIZIJA GĦAWDXIN", "23524.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li l-ħlasijiet dovuti lill-pulizija Għawdxin tal-ħdud li għad hemm pendenti jitħallsu peress li dawn ilhom dovuti diversi xhur?", "ONOR.", "TONIO BORG: Il-ħlas tal-Ħdud lill-pulizija normalment isir mat-tieni paga li taħbat wara x-xahar li fih ikunu nħaddmu l-Ħdud.", "Dan huwa meħtieġ sabiex issir il-proċedura ta' kif isir il-ħlas.", "Fil-każ tad-distrett t'Għawdex, il-ħlas dovut għall-Ħdud maħduma sa Settembru kien sar, pero' ir- returns għax-xahar ta' Ottubru ma waslux fil-ħin sabiex jidħlu fil-paga ta' Diċembru u għalhekk ġew inklużi fil-paga ta' Jannar 2007, flimkien mal-Ħdud maħduma matul Novembru, biex b'hekk ma fadal l-ebda ħlasijiet b'lura aktar minn dak li hu normali.", "DECOMPRESSION CHAMBER", "23525.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm staff allokat biex titħaddem id-decompression chamber, x'tip ta' taħriġ ingħataw u minn min kif ukoll kemm-il darba ġiet imħaddma u x'tip ta' każi qed jiġu trattati?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Bħala staff allokat biex titħaddem id-decompression chamber, hemm tobba, nurses u technicians li ngħataw taħriġ kemm minn kumpanija li ħadet tender għal dan it-taħriġ kif ukoll mill-istess kumpannija li ssuplixxiet id-decompression chamber.", "Bħalissa qed isiru l-preparamenti meħtieġa sabiex fil-ġejjieni qarib il- ħaddiema magħżula jibdew jagħmlu simulation exercises biex b'hekk ikollhom aktar taħriġ hands on. QORTI TA' GĦAWDEX - PROĊESSI TA' L-APPELLI", "23526.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jara jekk huwiex possibbli li l-proċessi ta' l-appelli deċiżi ta' kawżi Għawdxin jiġu rimessi fl-arkivju tal-Qorti f'Għawdex?", "ONOR.", "TONIO BORG: Il-proċessi ta' l-appelli deċiżi ta' kawżi Għawdxin għandhom ikunu għand ir-reġistratur tal-qrati Maltin li għandhom ir- responsabbilta' taż-żamma ta' kull proċess ta' kawżi deċiżi fil-qrati ta' Malta.", "B'danakollu s-suġġeriment ta' l-Onor.", "Membru qiegħed jiġi kkonsidrat sabiex possibbilment ikun hemm kopja tal-proċess għad- dispożizzjoni tal-konsulenti legali f'Għawdex fejn dawn jintalbu.", "SEGRETARJAT GĦALL-ANZJANI -IMPJEGATI", "23536.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu impjegati s- segretarju parlamentari responsabbli mill-anzjani?", "Kemm hemm minnhom on loan u minn liema post ġejjin?", "Kemm hemm bil-kuntratt?", "Kemm hemm li għandhom allowance u x'tip ta' allowance?", "Kemm hemm min għandu mobile, karozza, ħlas tat-telephone tad-dar u kemm għamlu overtime matul l-2006?", "X'inhuma l-gradi ta' kull impjegat peress li fil-guidelines on the employment of staff for ministers' secretariat ma tingħatax din ir-risposta kompluta?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jirriferi għat- tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 23012.", "PENSJONI", "23538.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru tara x'pensjoni se tieħu l-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Il-persuna ndikata m'għandha ebda talba pendenti għall-pensjoni mad-dipartiment tas-sigurta' soċjali.", "Ninsab infurmata wkoll li d-dipartiment informa lil din il-persuna bil-miktub dwar il-każ.", "BENEFIĊĊJI SOĊJALI", "23539.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru tara li l-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li hija separata u li ma teħux manteniment, m'għandhiex flus il-bank jew xi dħul ieħor u qiegħda tirreġistra, tibda tibbenefika minn xi tip ta' benefiċċju soċjali?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Il-persuna ndikata ġiet informata bil-miktub mid- dipartiment tas-sigurta' soċjali dwar il-każ tagħha.", "SPTAR SAN LUQA - PERSUNI LI DDAĦLU B'OVERDOSE", "23540.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu persuni b'overdose bejn l- 24 ta' Diċembru 2006 u t-2 ta' Jannar 2007?", "Jista' jaqsamhom skond il- ġurnata u l-eta' li kellhom?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Minħabba li n-numri għal kull jum huma żgħar, qed nagħti informazzjoni globali.", "Fil-jiem indikati kien hemm sitt każi ta' overdose fejn tlieta kienu rġiel u tlieta kienu nisa.", "PILLOLI OUT OF STOCK", "23541.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' l-Ministru jgħid x'kienu l-pilloli out of stock matul ix-xahar ta' Jannar mill-ispiżeriji tal-gvern?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ir-risposta se titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra f'xi seduta.", "TOBBA TA' NAZZJONALITA' BARRANIJA", "23542.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm tobba ta' nazzjonalita' barranija jaħdmu fl-isptarijiet tagħna?", "X'inhi l-funzjoni tagħhom, f'liema sptar jaħdmu u kemm hu s-salarju tagħhom?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-informazzjoni mitluba dwar it-tobba barranin li jaħdmu fl-isptarijiet fid-diviżjoni tas-saħħa hija kif tidher hawn taħt:", "|Grad |Funzjoni |Nru|Salarju | | | |. | | |Consultan|Neurosurge|1 |Lm10,811 | |t |on | | | |(Skala | | | | |ta' | | | | |Salarju | | | | |Nru.4) | | | | | | | | | |Consultan|Cardiac |1 |Lm10,811 | |t |Surgeon | | | |(Skala | | | | |ta' | | | | |Salarju | | | | |Nru.4) | | | | | | | | | |Consultan|Haematolog|1 |Lm10,811 | |t |ist | | | |(Skala | | | | |ta' | | | | |Salarju | | | | |Nru.4) | | | | | | | | | |Consultan|Histopatho|2 |Lm10,811 | |t |logist | | | |(Skala | | | | |ta' | | | | |Salarju | | | | |Nru.4) | | | | | | | | | |Senior |(Anaesthes|25 |(5 | |Registrar|ia) | |b'salarju| | | | |ta' | | | | |Lm8,460 | | | | |fis-sena,| | | | |u 20 | | | | |b'salarju| | | | |ta' | | | | |Lm7,910) | |Senior |(Orthopaed|5 |(2 | |Registrar|ics) | |b'salarju| | | | |ta' | | | | |Lm8,460 | | | | |fis-sena,| | | | |u 3 | | | | |b'salarju| | | | |ta' | | | | |Lm7,910) | |Senior |(Obst. & |1 |Lm7,910 | |Registrar|Gynae.) | | | |Senior |(Medical |8 |Lm7,910 | |Registrar|Imaging) | | | |Senior |(Surgery) |3 |Lm7,910 | |Registrar| | | | |Senior |(Paediatri|1 |Lm7,910 | |Registrar|c Surgery)| | | |Senior |(ENT) |1 |Lm7,910 | |Registrar| | | | |Medical |(Radiother|1 |Lm6,526 | |Officer |apy) | | | |(Skala | | | | |ta' | | | | |Salarju | | | | |Nru. 8) | | | | | | | | | |Senior |(A & E |1 |Lm6,526 | |House |Dept.) | | | |Officer | | | | |(Skala | | | | |ta' | | | | |Salarju | | | | |Nru. 8) | | | | | | | | | |Houseman | |2 |LM6,135 | |(Skala | | | | |ta' | | | | |Salarju | | | | |Nru. 9) | | | | | | | | | |TOTAL | |53 | |", "|Sptar San Luqa|47 | |Sptar Sir Paul| 1 | |Boffa | | |Sptar Ġenerali| 5 |", "OPERAZZJONIJIET TAL-CRUCIATE", "23543.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' l-Ministru jgħid kemm isiru operazzjonijiet tal- cruciate kull ġimgħa?", "Kemm hi l-waiting list?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "CASUAL SOCIAL ASSISTANTS", "23544.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn anzjani jistennew is- servizz ta' kura fid-dar minn casual social assistants?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Hemm 70 każ ġodda li qegħdin għall-assessment u qed jistennew is-servizz.", "SUSSIDJU FUQ DAWL U ILMA", "23552.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru jara li jitmexxa l-każ ta' sussidju fuq dawl u ilma ta' persuna li tgħix bil- pensjoni ta' l-invalidita' li qed jitlob li s-sussidju li kien jieħu fuq il- post fejn kien joqgħod jiġi trasferit għall-post ieħor?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jirriferi l-mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "AMBAXXATURI U KONSLI", "23572.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-kriterji li jikkonċernaw in- nomina jew tneħħija ta' persuna fdata bil-kariga ta' ambaxxatur, konslu, eċċ.?", "L-eta' hija kriterju?", "Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid liema hi dik l-eta' illi fiha tali persuna jkollha tirtira?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Dawn l-għażliet jibqgħu diskrezzjonali - naturalment wieħed iżomm quddiem għajnejh l-interess ta` Malta u l-idoneita` tal- persuna għall-kariga, partikolarment in vista tal-miri strateġiċi tal- politika barranija ta` Malta.", "SIĠĠIEWI - TRIQ IT-TANK", "23576.", "L-ONOR.", "CLYDE PULI staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari 19810, 20708 u mistoqsijiet oħra, jista' l-Ministru jgħid fiex waslu l-proċeduri biex jinbena culvert fi Triq il-Ġdida, fi Triq it-Tank, Siġġiewi?", "Jista' jagħmel kull mezz biex dan ix-xogħol jinbeda mill-aktar fis possibbli?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "KAWŻI TA' SEPARAZZJONI", "23578.", "L-ONOR.", "JOSEPH CASSAR staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm-il kawża ta' separazzjoni kienet introdotta fl-aħħar sena fil-Qorti f'Malta u Għawdex?", "Jista' jgħid ukoll xi żviluppi kien hemm fil-Qorti tal-Familja matul l-2005 u l-2006 u x'riżultati nkisbu partikolarment b'riżultat tal-medjazzjoni?", "ONOR.", "TONIO BORG: F'Malta fis-sena li għaddiet kien hemm 998 każi ta' separazzjoni li marru għall-medjazzjoni li minnhom 329 ġew b'abbozz ta' kuntratt li ġie approvat u 120 li pproċedew f'kawża quddiem il-prim'awla.", "Għar-rigward ta' Għawdex, kien hemm 47 każ ta' separazzjoni li marru għall- medjazzjoni li minnhom 13 ġew b'abbozz ta' kuntratt li ġie approvat u disgħa każi li pproċedew f'kawża.", "Minn dawn il-figuri jidher li hemm tnaqqis kull sena tal-każi, kif ukoll li l-proċess tal-medjazzjoni qiegħed jitħaddem sewwa.", "TIPJIP F'POSTIJIET PUBBLIĊI", "23580.", "L-ONOR.", "JOSEPH CASSAR staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta daħlu fis-seħħ ir-regolamenti dwar it-tipjip f'postijiet miftuħin għall-pubbliku u kemm, minn dakinhar 'il hawn, inqabdu nies ipejpu f'postijiet pubbliċi, kemm minnhom tressqu l-qorti, kemm-il każ ġie deċiż s'issa u x'kien l-ammont ta' multi?", "ONOR.", "TONIO BORG: Minn meta ġew fis-seħħ ir-regolamenti ta' l-2004 dwar it- tipjip f'postijiet miftuħin għall-pubbliku sa l-aħħar tas-sena 2006, il- pulizija sabet u ħadet passi quddiem il-qorti kontra 1,020 persuna.", "ĦITAN TAS-SEJJIEĦ", "23581.", "L-ONOR.", "JOSEPH CASSAR staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid meta bdiet tingħata l-għajnuna għar- riabilitazzjoni ta' ħitan tas-sejjieħ?", "Kemm kien hemm bdiewa, individwi jew għaqdiet li bbenefikaw minn din l-għajnuna?", "Kemm kienet tammonta din l- għajnuna kull sena?", "Kemm minn din l-għajnuna ġiet mill-Unjoni Ewropea?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "MALTIN JAĦDMU F'ISTITUZZJONIJIET TAL-UE", "23582.", "L-ONOR.", "JOSEPH CASSAR staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu kkalkulat li hawn Maltin jaħdmu f'kull waħda mill-istituzzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea u kemm hu kkalkulat li kien hemm qabel Malta ssieħbet fl-Unjoni Ewropea?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Fil-preżent, skond informazzjoni miġbura mir- rappreżentanza permanenti ta' Malta lill-Unjoni Ewropea, in-numru ta' Maltin li qed jaħdmu f'istituzzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea huwa kif jidher hawn taħt:", "|Kummissjoni Ewropea |92 | |Parlament Ewropew |58 | |Kunsill Ewropew |43 | |Bank ta' |01 | |l-Investiment Ewropew| | |Bank Ċentrali Ewropew|05 | |Qorti ta' l-Awdituri |06 | |Ewropew | | |Qorti tal-Ġustizzja |32 | |Ewropea | | |Kumitat tar-Reġjuni u|03 | | | | |Kumitat Ekonomiku u | | |Soċjali | |", "Rigward it-tieni parti, mhux possibbli tingħata informazzjoni peress li mhix disponibbli.", "Qabel ma dħalna membri, persuni ta' ċittadinanza Maltija ma kienux eliġibbli.", "ĦASIL TA' FLUS", "23584.", "L-ONOR.", "JOSEPH CASSAR staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta daħlet fis-seħħ il-leġislazzjoni dwar il-ħasil tal-flus u kemm, minn dakinhar 'il hawn, tressqu persuni l-qorti?", "Kemm-il każ ġie deċiż s'issa u x'kien l-ammont ta' multi?", "X'kien l-ammont ta' flus li dwaru ħarġu l-akkużi?", "ONOR.", "TONIO BORG: Id-dispożizzjonijiet kollha ta' l-att ta' l-1994 dwar money laundering (att nru.", "XIX ta' l-1994) bdew iseħħu fit-23 ta' Settembru, 1994 (avviż legali 120 ta' l-1994).", "Informat li sa l-aħħar tas-sena l-oħra kien hemm 20 persuna li tressqu l- qorti mill-pulizija b'akkużi relatati ma' money laundering li tinvolvi s- somma ta' ftit aktar minn Lm2,400,000, liema każi għadhom pendenti quddiem il-qorti.", "ADT - MANAGERS", "23585.", "L-ONOR.", "JOSEPH CASSAR staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jgħid jekk hux konxju mill-fatt li fil-karigi maniġerjali (managers) fl-awtorita' dwar it-trasport jeżistu differenzi fil- ħlasijiet li jsiru u fil-kondizzjonijiet tax-xogħol ta' dawn l-uffiċjali?", "Jista' jara li dawn l-indifferenzi jiġu eliminati ħalli l-affarijiet ikunu jidhru li qed isiru b'aktar ġustizzja?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Fil-karigi maniġerjali (managers) fl-awtorita' dwar it-trasport jeżistu differenzi fil-ħlasijiet li jsiru.", "Ma teżisti ebda differenza fil-kondizzjonijiet tax-xogħol ta' dawn l-uffiċjali.", "L-awtorita' dwar it-trasport se tniedi job evaluation exercise u fuq dak li jirriżulta minn dan l-eżerċizzju se tibda proċess sabiex kemm jista' ikun jiġu eliminati d-differenzi li jeżistu.", "ĦAL QORMI - TRIQ L-ARMAL", "23586.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jgħid meta se jsir il-bini ta' Triq l-Armal f'Ħal Qormi peress li kienet waħda minn dawk it-toroq li suppost kellhom jitlestew fis-snin li għaddew?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jirriferi għat- tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 23378.", "POLICY & DESIGN GUIDANCE 2005", "23587.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess biex jidħlu fis-seħħ l-emendi għal policy and design guidance 2005 sabiex jiġu kkoreġuti l-anomaliji li nħolqu permezz tal-ħruġ tal-pjani lokali?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Il-konsultazzjonijiet mal-kamra tal-periti ntemmu, wara li kienet l-istess kamra tal-periti li talbet estensjoni ta' żmien.", "Issa trid issir l-evalwazzjoni tar-risposti kollha u jingħaqad id-dokument finali.", "TOROQ", "23589.", "L-ONOR.", "ROBERT ARRIGO staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jikkonferma li x-xogħol fuq it-toroq: il-Ġiżi, il- Veduta, Esprit Barthet, Markiż Scicluna u Manuel Agius fil-lokalita' tal- Madliena, Ibraġġ u Swieqi għaddej u meta dawn se jitlestew?", "Jista' jgħidilna kemm se tkun l-ispiża ta' kull triq?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "CARE AND REPAIR", "23590.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru tara li Bormliż anzjan li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, jibbenefika mill-inizjattiva care and repair għal tibjid u ħteġijiet oħra fil-fond li fih jabita?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Mir-rekords ta' l-awtorita' tad-djar ma jirriżultax li l-persuna ndikata qatt għamlet talba biex tibbenefika mill- inizjattiva tal-care and repair.", "B'danakollu, fil-futur qarib l-awtorita' se tispezzjona l-fond indikat biex tivverifika jekk il-persuna tistax tibbenefika minn din l-inizjattiva.", "KAŻ DWAR HOUSING", "23592.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru tgħid fejn waslet it-talba ta' xebba Bormliża li ngħatat post temporanju fil-Belt u tħoss li qed tiġi njorata għat-talba tagħha biex tirritorna f'xi fond fil-Kottonera?", "X'passi qed jieħdu l-awtoritajiet tal-housing?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jirriferi għat- tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 21443 dwar l-istess persuna, fejn informajtu li din il-persuna kienet ġiet offruta post f'Bormla f'Ottubru 2006, liema post hi rrifjutat.", "KAŻ DWAR HOUSING", "23594.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru tara li persuna Bormliża li d- dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li għandha kanċer, u għamlet talba quddiem l-awtoritajiet tad-djar tiġi milqugħa?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Il-persuna ndikata m'għandhiex applikazzjoni pendenti mad-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali.", "FAIRMOUNT SHIPS", "23595.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 23461 u jgħid:", "(1) Min għamel il-kuntratt għan-naħa tat-tarzna fuq il-Fairmount ships?", "(1a) Jista' jgħid min għamel dan il-kuntratt għadux it-tarzna?", "(1b) Jista' jgħid kemm hu l-estimated profit fuq dan il-proġett tal- Fairmount ships?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: 1.", "Ninsab infurmat li minn naħa tat-tarzna iċ-chief executive officer iffirma l-kuntratt tal-Fairmount ships.", "1a.", "Iva din l-istess persuna għadha mpjegata t-Tarzna.", "1b.", "L-informazzjoni hi ta' natura kummerċjali u ma naħsibx li nkun qed nagħmel ġid lit-Tarzna jekk nagħti l-informazzjoni mitluba.", "BIRKIRKARA - TRIQ GIUSEPPE XUEREB", "23597.", "L-ONOR.", "MICHAEL ASCIAK staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jgħid jekk Triq Giuseppe Xuereb, Birkirkara hijiex imdaħħla fil-lista tat-toroq li għandhom isiru bit-tarmac?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "FOOD SUPPLEMENT COOLER", "23599.", "L-ONOR.", "MICHAEL ASCIAK staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' l-Ministru jara għalfejn il-food supplement cooler PKU qiegħed out of stock?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ir-risposta titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra malli tkun lesta.", "STA.", "VENERA - SCOUTS GROUP", "23600.", "L-ONOR.", "MICHAEL ASCIAK staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Billi l-grupp ta' l-iscouts ta' Sta.", "Venera baqagħlu biss ħames snin biex jagħlaqlu l-kuntratt mad-dipartiment ta' l- artijiet, jista' jiġġedded għall-perjodu ħafna itwal minn 16-il sena?", "ONOR.", "TONIO BORG: It-talba tal-grupp ta' l-iscouts ta' Sta.", "Venera qed tiġi kkonsidrata.", "GĦAWDEX - IMPJANT TAT-TISFIJA TAD-DRENAĠĠ", "23605.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta nbeda x-xogħol fuq l-impjant tat-tisfija tad-drenaġġ f'Għawdex?", "Kemm ġej jiswa l-proġett u kemm tħallsu l-kuntratturi s'issa?", "Meta suppost tlesta l-proġett u meta hu maħsub li jitlesta?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "EMIGRANTA B'ĊITTADINANZA MALTIJA", "23606.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk bint koppja Maltija emigranti l-Awstralja u li allura għandha ċ-ċittadinanza Maltija tistax tiġi sena Malta u taħdem hawn Malta biex eventwalment tiddeċiedi jekk tridx tibqa' hawn Malta għal kollox?", "ONOR.", "TONIO BORG: Il-persuna li għandha ċ-ċittadinanza Maltija u li tirrisjedi barra minn Malta tista' tiġi tgħix u taħdem f'Malta.", "COREGA ULTRA", "23609.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Għandha mezz id-diviżjoni tas-saħħa tiċċekkja kemm suppost jinbiegħ il-prodott Corega Ultra 40g li hu gum glue għad-dentaturi minħabba li wasluli ilmenti li dan qed jogħla ta' spiss u f'xahar għola għal Lm1.36c, jiġifieri żieda ta' 6c fix-xahar?", "Billi dan il-prodott jintuża minn għadd ta' pensjonanti fost oħrajn, hemm xi mod kif jiġi verifikat il- prezz proprja tiegħu u jekk hux vera dan qed jogħla minn barra?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jirriferi l- mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "BIRGU - DĦUL TA' ILMA F'RESIDENZA PRIVATA", "23617.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: X'passi ħadet il- korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma rigward il-każ tal-persuna mill- Birgu li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li ilha għal dawn l- aħħar tlett ġimgħat bl-ilma dieħel fid-dar tagħha?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Minn investigazzjonijiet li għamlet il-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma jidher li din kienet problema fis-sistema tal- plumbing interna tal-konsumatur.", "Fil-fatt, il-konsumaturi msemmija kkonfermaw li l-ilma li kien qed inixxi fid-dar tagħhom waqaf xi ġranet ilu.", "ĦAŻ-ŻABBAR - CARE AND REPAIR", "23618.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru tara li l-anzjana minn Ħaż-Żabbar li tbati bid-dimesia tibbenefika mill-inizjattiva care and repair minħabba li l-kamra tal-banju tagħha mhix adattata għall-ħtiġijiet tagħha?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Mir-rekords ta' l-awtorita' tad-djar ma jirriżultax li l-persuna ndikata qatt għamlet talba biex tibbenefika mill- inizjattiva tal-care and repair.", "Ninsab informata wkoll li, b'danakollu, fil-futur qarib l-awtorita' se tispezzjona l-fond indikat biex tivverifika jekk il-persuna tistax tibbenefika minn din l-inizjattiva.", "PENSJONI", "23619.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru tara li l-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, minn Ħaż-Żabbar ikollha l-pensjoni tagħha aġġornata u dan minħabba li qed ikollha tnaqqis ta' Lm16 inġustament?", "X'passi se jittieħdu mid-dipartiment?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Il-persuna ndikata ġiet informata bil-miktub mid- dipartiment tas-sigurta' soċjali dwar il-każ tagħha.", "ROYAL WELSH AGRICULTURAL SHOW", "23621.", "L-ONOR.", "FRANCO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-ministeru huwiex se jipparteċipa fir-Royal Welsh agricultural show li se ssir fl-aħħar ġimgħa ta' Lulju 2007 ġewwa l-Builth Wells Powys, f'Wales?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jirriferi għat- tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 23622.", "ROYAL WELSH AGRICULTURAL SHOW", "23622.", "L-ONOR.", "FRANCO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid jekk Malta kellhiex stedina mill- organizzaturi tar-Royal Welsh agricultural show u jekk il-Ministru hux qiegħed jipprepara biex jagħmel xi stand biex jippromwovi l-agrikoltura ta' Malta ġewwa Builth Powys f'Wales?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Il-ministeru tiegħi ma kellu ebda stedina għar- Royal Welsh agricultural show.", "NAXXAR - TOROQ", "23623.", "L-ONOR.", "FRANCO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jgħid x'toroq hemm pjanati għall-2007 biex isiru fin-Naxxar?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "ROYAL WELSH AGRICULTURAL SHOW", "23624.", "L-ONOR.", "FRANCO GALEA staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' l-Ministru jgħid jekk Malta kellhiex stedina mill-organizzaturi tar- Royal Welsh agricultural show ġewwa Builth Wells Powys f'Wales?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Il-ministeru għat-turiżmu u kultura ma rċieva l-ebda stedina mill-organizzaturi tar-Royal Welsh agricultural show.", "TELEPHONE RECORDINGS", "23626.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid fuq liema kriterju qegħdin jiġu ttapjati (rekordjati) telefonati ta' nies u dan speċjalment meta jkunu qegħdin jiddiskutu l-politika avversarja tal-gvern?", "Jaf li dawn qegħdin iseħħu u jarax li jekk huwa l-każ dan huwa ksur lampanti tad-demokrazija f'pajjiżna?", "ONOR.", "TONIO BORG: Interċettazzjoni ta' telefonati jsiru kif stabbilit fl- att dwar is-servizz tas-sigurta' wara li jinħareġ mandat mill-ministru tal- ġustizzja u intern jew mill-prim ministru.", "Interċettazzjoni ta' telefonati ma jsirux għall-iskopijiet li semma l-Onor.", "Interpellant iżda għal dawk elenkati fl-att dwar is-servizz ta' sigurta'.", "Kulmin għandu xi ilment dwar l-operat tas-servizz jista' japplika quddiem il-kummissarju mwaqqaf bil-liġi.", "UFFIĊĊJU KONĠUNT - FINANCE SECTION", "23637.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 23386, jista' l-Ministru jgħid jekk il-finance section hux se jiġi trasferit ukoll il- Belt għax dan se joħloq inkonvenjent lill-membri tal-pubbliku li ta' spiss imorru biex iħallsu ċnus, eċċ. f'dan id-dipartiment?", "Jikkonsidra li l- finance section jibqa' Sa Maison fejn hu aktar konvenjenti għall-pubbliku anke għax hu post ħafna aktar faċli biex tipparkja?", "ONOR.", "TONIO BORG: Kif diġa' għidt fir-risposta tiegħi għall-mistoqsija parlamentari 23385, m'hemm l-ebda finance section fl-Uffiċċju Konġunt.", "Rigward is-sezzjoni tal-ġbir tal-kera, din se tiċċaqlaq għall-uffiċini ġodda fil-Belt Valletta mal-kumplament ta' l-uffiċċju konġunt.", "Mhux possibbli li din is-sezzjoni tibqa' waħedha f'Sa Maison minħabba raġunijiet ta' loġistika kif ukoll, għax hemm deċiżjoni tal-Kabinett li din is- sezzjoni tiġi amalgamata fis-sezzjoni tal-ġbir tal-kera li diġa' teżisti fi ħdan id-dipartiment ta' l-artijiet.", "F'din is-sezzjoni diġa' isiru 'il fuq minn 30,000 pagament ta' kirjiet u ċnus bil-mezzi moderni li daħlet fis- seħħ it-taqsima proprjeta' tal-gvern.", "UFFIĊĊJU KONĠUNT - FINANCE SECTION", "23640.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 23385, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jiżdiedu n-nies il-finance section?", "ONOR.", "TONIO BORG: Kif għidt fir-risposta tiegħi għall-mistoqsija parlamentari 23385, il-finanzi ta' l-uffiċċju konġunt jitmexxa mis- sezzjoni amministrazzjoni u finanzi tat-taqsima proprjeta' tal-gvern li qiegħda fil-Berġa tal-Baviera, il-Belt.", "BENEFIĊĊJU TAL-WENS", "23644.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Jista' jitmexxa l-każ ta' ġuvni li applika għall- benefiċċju tal-wens peress li ommu għandha 85 sena, nieqsa mid-dawl u tinsab f'wheelchair u fil-kapaċita' tiegħi nħoss li għandu jibbenefika minn dan il-benefiċċju minħabba s-servizz li jagħti lill-ommu?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Il-persuna ndikata ġiet informata bil-miktub mid- dipartiment tas-sigurta' soċjali dwar il-każ tagħha.", "SEPARAZZJONI BONARJA", "23646.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: X'inhi l-pożizzjoni tal-liġi dwar koppja li tissepara bonarjament u tagħmel kuntratt bonarju iżda jibqgħu joqogħdu fl-istess dar, għax id-dar tkun tagħhom?", "Jekk din il-koppja tkun għalqet is-60 sena, xi drittijiet għandha l-mara miċ-cheque tal-pensjoni li jirċievi r-raġel?", "Ladarba jkun hemm kuntratt bonarju ta' separazzjoni approvat mill-qorti, il-mara tista' tapplika biex nofs ic-cheque jaqa' fuqha?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Jekk l-ewwel parti tal-mistoqsija tirrigwarda l- għoti ta' għajnuna soċjali mħallsa taħt l-att dwar is-sigurta' soċjali, ninsab informata li, fil-każ indikat il-koppja tista' tikkwalifika separatament għall-għajnuna soċjali kemm-il darba ġġib provi għas- sodisfazzjon tad-direttur li l-koppja tkun veru qed tgħix separatament u m'għandhiex mezzi.", "Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija, ninsab informata li jekk iż-żewġ partijiet ikunu jikkwalifikaw għall-pensjoni ta' l-eta' mhux kontributorja, fil-każ indikat, kull parti tirċievi l-pagament separatament.", "Jekk persuna mill-koppja jkollha dritt għall-pensjoni kontributorja, il-persuna l-oħra trid tagħmel rikors il-qorti biex id-direttur jaqsam l-ammont dovut f'porzjonijiet skond kif jiġi ordnat mill-qorti, sakemm l-ammont tal- porzjonijiet ma jkunx diġa' ġie ndikat fil-kuntratt tas-separazzjoni.", "KAŻI TA' MENINGITE", "23653.", "L-ONOR.", "FRANCO GALEA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każi ta' meningite bejn Settembru 2006 u Jannar 2007?", "Kemm minnhom kienu fatali u x'kienu l- etajiet ta' dawk milquta?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-informazzjoni mitluba dwar in-numru ta' każi ta' meningite bejn Settembru 2006 u Jannar 2007 li jinkludu l-etajiet ta' dawk milquta qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra."]} {"filename": "20030707_021d_par.doc", "date": "2003-07-07", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 21 It-Tnejn, 7 ta' Lulju, 2003 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 21 It-Tnejn, 7 ta' Lulju, 2003", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.02 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "21", "It-Tnejn, 7 ta' Lulju, 2003", "WERREJ", "MINUTI 1", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI 1", "TQEGĦID TA' KARTI 7", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-KORPORAZZJONI MALTIJA GĦALL-INTRAPRIŻA (IT-TIENI QARI)", "MALTA ENTERPRISE BILL 8", "AĠĠORNAMENT 29", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 29", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB 53", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 20 li saret fit-2 ta' Lulju, 2003 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "ĊENTRI TAS-SAĦĦA – INJEZZJONI KONTRA L-MENINĠITE", "706.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' il- Ministru jgħid jekk it-titqiba tal-meninġite hijiex out of stock?", "Jista' jgħid meta hu maħsub li din tkun fiċ-ċentri tas-saħħa?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa): Informat li kien hemm perjodu bejn l-1 ta' Mejju u d-19 ta' Ġunju meta l-injezzjoni kontra l-meninġite kienet out of stock.", "Dan irriżulta minħabba li l-aġent li kien jissupplixxi din il-mediċina, abbanduna l-kuntratt u l-kunsenja fl-imħażen tal-gvern skadiet.", "Saret talba lill-ministeru tal-finanzi biex tinxtara konsenja u din ġiet approvata.", "Bħalissa hemm ordni ta' 6500 doża u din mistennija tiġi pprovduta fi żmien xahrejn.", "Saret ukoll xirja żgħira ta' 45 doża mis-suq lokali biex jinqdew il-pazjenti.", "Din waslet fiċ-ċentru tal-Floriana fid-19 ta' Ġunju u qed tingħata lil min jiġi bżonnha.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Abela, domanda supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Jista' jagħti l-każ li l-injezzjoni tkun available f'ċentri tas-saħħa partikolari u f'oħrajn ma tkunx?", "Hemm xi mezz biex f'każi bħal dawn ikun hemm kollaborazzjoni aktar bejn dawn iċ-ċentri, bil- pazjenti jintbagħtu fejn jistgħu jinqdew?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: F'ċerti każi jista' ikollok din it-tip ta' sitwazzjoni, speċjalment fejn jidħol it-tqassim ta' mediċini.", "Jista' jagħti l-każ li ċertu tip ta' mediċini jittieħdu minn numru żgħir ta' pazjenti u allura jekk f'post partikolari bħal Għawdex jaf ikun għad baqa' stock minnhom, naturalment dak l-istock jinġieb lejn Malta.", "Ċertu tilqim jingħata biss miċ-ċentru tas-saħħa ġewwa l-Floriana, b'mod partikolari dak it-tilqim li jingħata lil dawk il-persuni li jkunu se jsiefru.", "Biss l-injezzjoni ta' l-HIB m'hijiex waħda minn dawn u tingħata miċ-ċentri tas-saħħa, bħalma tingħata l-injezzjoni tad-difterite, tat-tetnu u tal-polio.", "Għalkemm l-eżerċizzju li qed jirriferi għalih l-Onor.", "Interpellant isir, f'dan il-każ ma ġarax hekk għax l-injezzjonijiet li kellna available kellhom data skaduta.", "Peress li dawn jinġiebu f'batch waħda u allura kollha jġibu l-istess data, ma kenitx kwestjoni li tiċċekkja jekk health centres oħra kellhomx minnha.", "SPTARIJIET U KLINIĊI – SERVIZZ TA' EMERĠENZA", "865.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Silvio Parnis) staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Liema huma l-isptarijiet u l-kliniċi li għandhom permess biex jagħtu servizz ta' emerġenza jew ta' dianjosi bħall-X-ray, laboratorji, operazzjonijiet, eċċ.?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-isptarijiet pubbliċi li joffru servizz ta' emerġenza huma l-isptar San Luqa u l-isptar ġenerali ta' Għawdex, filwaqt li l-isptar Monte Carmeli jammetti pazjenti psikjatriċi b'urġenza fejn ikun meħtieġ.", "Sptarijiet privati ma jinħteġux permess speċjali sabiex joffru servizz ta' emerġenza, imma jistgħu joffruh biss fil-parametri li għalihom huma liċenzjati.", "TRASPORT U KOMUNIKAZZJONI – KIRI U XIRI TA' KAROZZI ĠODDA", "349.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm mit-12 ta' April ta' din is-sena u sal-lum inxtraw jew ġew mikrija jew qegħdin fil- proċess li jinxtraw jew jiġu mikrija karozzi ġodda mill-ministeru u mill- entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?", "Kemm fil-fatt huwa n-numru totali ta' karozzi mixtrija u mikrija mid-dipartimenti li jaqgħu taħt l- istess dekasteru?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni): Jien informat li l-ministeru għat-trasport u kommunikazzjoni xtara karozza waħda mit-12 ta' April 2003 sal-lum.", "Din inxtrat biex tissostitwixxi karozza li m'għadhiex possibbli li tissewwa.", "Informat ukoll li l-awtorita' marittima qed tikkonsidra li tixtri karozza ġdida flok karozza oħra li ġiet iddikjarata total loss wara li kienet involuta f'ħabta.", "Fil-preżent hemm 80 karozza f'idejn l-entitajiet li jaqgħu taħt dan il- ministeru, 21 minnhom mikrija.", "TII - KIRI U XIRI TA' KAROZZI ĠODDA", "350.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill-Ministru għat-Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u Investiment: Jista' il-Ministru jgħid kemm mit-12 ta' april ta' din is-sena sal-lum inxtraw jew ġew mikrija jew qegħdin fil-proċess li jinxtraw jew jiġu mikrija karozzi ġodda mill- ministeru għat-teknoloġija ta' l-informazzjoni u investiment u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?", "Kemm fil-fatt huwa n-numru totali ta' karozzi mixtrija u mikrija mid-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt l-istess dekasteru?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem il-Ministru għat-Teknoloġija ta' l- Informazzjoni u Investiment): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li r- risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "N.I. CONTRIBUTIONS", "354.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 76 u jinformani kemm huwa n-numru ta' kumpanniji li qed jittieħdu passi legali kontra tagħhom sabiex jirrimedjaw għall-ħlas dovut?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (Segretarju Parlamentari) (f'isem il-Ministru tal- Finanzi u Affarijiet Ekonomiċi): L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant hija kif tidher hawn taħt:", "|Kumpannij|Ammont | |i privati|imħallas | |Malta |Lm65,716,568| |Għawdex | | | |6,063,983 |", "|Kumpannij|Ammont dovut| |i privati| | |Malta |Lm3,744,379 | |Għawdex | | | |88,423 |", "|Kumpannij| | |i | | |parastata| | |li | | |Ammonti |Lm6,063,983 | |mħallsa | | |Ammonti | | |dovuti |6,005 |", "Il-proċess legali għar-rekupru ta' l-ammont dovut għas-sena 2002 għadu ma nbediex.", "PROTEZZJONI TAL-BIEDJA", "402.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 75 u jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal- konferma li l-gvern għandu mill-GRTU, mill-kamra tal-kummerċ u mill- uffiċċju tal-kompetizzjoni ġusta, li dawn l-entitajiet huma favur ir-regoli ġodda għas-salvagwardja tal-prodotti tal-biedja li ġew dikjarati mal- bdiewa, mar-raħħala u ma' l-agro-industrija matul il-perjodu ta' l- elezzjoni ġenerali li għaddiet?", "Kif fil-fatt se tkun qed taħdem din is-sistema ta' salvagwardji għall- biedja lokali?", "Huwa l-każ li l-Unjoni Ewropea trid tapprova r- rakkmandazzjonijiet inkwestjoni li jsiru mill-awtoritajiet Maltin kemm-il darba jinqala' l-bżonn li jiġu applikati dawn is-salvagwardji?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent): Aktar kmieni din is-sena u qabel din il-leġislatura, għan-nom ta' l-importaturi tal-frott u l-ħxejjex, il-GRTU kitbet lill-ministeru għall-agrikoltura u sajd biex tinformah li taqbel li jkun hemm miżuri li jħarsu l-għajxien tal-bdiewa f'każ ta' diffikulatjiet.", "Ma teżisti ebda korrispondenza minn entita' oħra f'dan ir-rigward u lanqas ma hi etika li titpoġġa kopja ta' korrispondenza ta' organizzazzjoni privata fuq il-mejda tal-Kamra.", "Nista' madankollu nikkwota parti mill-ittra tal-GRTU li ġiet murija fuq in-notice board tal-pitkalija, bil-permess tal- GRTU stess.", "Din tgħid hekk:", "\"B'dan l-arranġament, il-GRTU taċċetta li l-bidwi Malti jkun protett kontra kull importazzjoni li tagħmillu ħsara u b'hekk ikun jista' iħares 'il quddiem lejn vantaġġi li qabel ma kellux bħalhom filwaqt li jkun żamm il-protezzjoni li dejjem gawda\".", "Fir-rigward tal-klawsola ta' salvagwardja, miżuri protettivi jistgħu jiġu applikati wara li jitressaq il-każ quddiem il-Kummissjoni Ewropea.", "GĦal dan il-għan qed titfassal sistema ta' monitoring ta' prodotti biex jiġu evitati diffikultajiet għas-settur tal-biedja.", "BUSINESS PROMOTION – IMPJIEGI ĠODDA", "403.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomiċi: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 73, jista' il-Ministru jinformani x'ħiliet, snajja', eċċ. jirrikjedu l-5,152 impjieg li mistennija jiġu ġġenerati?", "Liema huma l- fabbriki?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomiċi): L-impjiegi li huma mistennija li jinħolqu mill-proġetti li kienu approvati mill-bord tad-diretturi tal-korporazzjoni mill-1 ta' Jannar 2000 sal-31 ta' Mejju 2003 huma mifruxin fuq għadd kbir ta' snajja' u professjonijiet.", "Għalhekk inħolqot klassifika li tagħti stampa ċara tal- livell ta' preparazzjoni li jeħtieġu l-ħaddiema li se jimlew dawn il- postijiet.", "Ir-riżultat ta' dan l-eżerċizzju huwa msejjes fuq tagħrif mogħti mill-kumpanniji stess u qed jitpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "Minħabba raġunijet ta' konfidenzjalita', il-BPA ma' tippermettix li jkunu mxandra l-ismijiet tal-kumpanniji nvoluti.", "MDINA REHABILITATION PROJECT", "411.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' il-Ministru jara li r-Rabat ikun jifforma parti mill-Mdina rehabilitation project?", "Jista' jalloka aktar flus fl-estimi tal-budget li ġej għall-MRPħalli jkun jista' jibda x-xogħol fir-Rabat minn din is-sena stess?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura): Ninsab informat li s-suġġeriment ta' l-Onor.", "Interpellant għadu qiegħed jiġi kkonsidrat.", "Fl-eventwalita' li jkun adottat ninforma lill-Kamra.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: X'inhi r-raġuni li għadhom ma ttieħdu l-ebda passi dwar bini storiku li jinsab f'San Nikola, ġewwa Bormla?", "Jista' il-Ministru jieħu passi mmedjati peress li apparti li dan huwa bini storiku, huwa f'periklu imminenti li jaqa'?", "Fil-fatt twaħħlu żewġ tabelli fejn ġie avzat biex ħadd ma jipparkja l- karozza hemm għax jeżisti l-periklu li jaqa' il-blat, imma donnu li għal dawk in-nies li jgħaddu minn hemm, speċjalment dawk li jiffrekwentaw il- kappella li hemm fil-viċinanzi, il-periklu ma jeżistix għax m'hemm xejn x'jindikalhom dan!", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, dan is-suġġett kien tqajjem madwar 15-il ġurnata ilu u meta mort personalment f'St. Nicholas married quarters ġewwa Bormla biex niċċekkja s-sitwazzjoni, ġejt informat li hemmhekk m'hemm xejn ta' periklu.", "Il-ġimgħa l-oħra tkellimt ma' l-Onor.", "Mizzi u qalli li kien qed jirriferi għall-ħnejja fejn twaħħlu żewġ signs biex il-karozzi ma jipparkjawx.", "Qalli li ladarba hemm il-periklu li jista' jaqa' il-blat fuq dawn il-karozzi, aktar u aktar hemm il-periklu għan-nies li jgħaddu minn dawk l-inħawi biex imorru fil-kappella li qiegħda fil-viċinanzi li la jiena u lanqas l-Onor.", "Mizzi ma nafu lil min tippartjeni.", "Jien erġajt iċċekkjajt u għaddejt l-ilment ġustifikat lil min hu responsabbli u nispera li jkolli risposta f'qasir żmien.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT (Kap ta' l-Oppożizzjoni): Hemm il-ħsieb li r- rehabilitation projects, fosthom dak tal-Belt, dak tal-Kottonera u dak ta' l-Imdina, jiġu evalwati mill-ġdid biex naraw x'inhi l-utilita' tagħhom u kemm qed jaħdmu tajjeb?", "Għax fuq naħa għandek il-kunsilli lokali li għandhom ċertu impenn, u fuq in-naħa l-oħra hemm dawn ir-rehabilitation committees li issa ilhom hemm żmien u ma jidhirx li bejniethom hemm kordinament tajjeb biżżejjed fil-ħidma li jagħtu.", "Ma jaħsibx il-Ministru li l-kunċett ta' rehabilitation projects għadda żmienu u hemm bżonn terġa' tiġi investigata l-istorja kollha?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ikolli ngħid li ma nħossx li għadda ż-żmien minn fuq dawn ir-rehabilitation projects.", "Kif qal tajjeb il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, hemm grupp li huwa responsabbli mill-Belt, hemm grupp ieħor responsabbli mill-Kottonera u hemm grupp responsabbli mill-Imdina.", "Jien informat li x- xogħol ilu għaddej f'dawn il-lokalitajiet u hemm il-ħsieb li għall-futur jibqa' għaddej sabiex issir ir-riabilitazzjoni ta' dawn il-postijiet.", "Naturalment aktar ma jkollna sinerġija bejn il-partijiet kollha konċernati, aktar aħjar, Sur President.", "Ċertament naqbel ma' dak li qal il-Kap ta' l-Oppożizzjoni li għandu jkun hemm iżjed koperazzjoni bejn min imexxi dawn il-proġetti.", "Ovvjament din il- koperazzjoni għandha tkun kemm mal-kunsilli lokali affettwati kif ukoll mas- sezzjonijiet tal-ministeru.", "Għax irrid infakkar li fil-ministeru hemm sezzjoni apposta nkarigata minn dan ir-restawr li fil-passat tat is-sehem tagħha u nemmen li din tista' tagħti sehem akbar fil-futur.", "Għax irrid ngħid li bħalissa l-ministeru għaddej b'reorganisation exercise.", "Naturalment dan ma jfissirx li se naqilbu kollox ta' taħt fuq qisu qabel ma kien isir xejn.", "Anzi nemmen li fil-passat saru ħafna affarijiet tajbin, pero' naturalment dejjem ikun għad jonqos x'isir.", "L-appell tiegħi għal kulħadd hu li dak li għandna nagħmlu, nagħmluh b'mod aktar effiċjenti.", "Jien nemmen li b'iżjed sinerġija u b'iżjed koperazzjoni bejn il-kunsilli lokali u n-nies fil-ministeru, għandna nilħqu l-miri tagħna biex f'perjodu qasir nagħmlu dak ix-xogħol kollu li għad baqa' x'isir f'dawn it-tliet lokalitajiet.", "B'hekk ikollna riżultat li jissarraf f'ġid għan-nazzjon kollu, Sur President.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Mr Speaker, fi żmien fejn qed nitkellmu dwar il- ħtieġa li tiġi kkontrollata l-ispiża pubblika, lill-Ministru ma staqsejtux jekk għandux ikun hemm kordinament aħjar bejn ir-rehabilitation committees u l-kunsilli lokali imma jekk ir-rehabilitation projects għadhomx jagħmlu sens.", "Staqsejtu jekk saritx evalwazzjoni, pożittiva jew negattiva, ta' l- operat tagħhom biex naraw il-vantaġġi li joffru meta mqabbla ma' kif suppost joperaw il-kunsilli lokali.", "Per eżempju, għaliex ir-rehabilitation committee ta' l-Imdina m'għandux ikun taħt il-kunsill lokali ta' l-Imdina?", "Naturalment jien ma niekolx kirxa mal-kunsilliera ta' l-Imdina, pero' jidhirli li din il-ħaġa ma tagħmilx sens.", "F'każ li tagħmel, nitlob lill- Ministru jispjegali x'inhu dan is-sens.", "Jekk qed nitkellmu dwar il-Kottonera, l-argument forsi jkun li hemmhekk il- proġett jinvolvi tlieta jew erba' kunsilli lokali flimkien u allura r- rehabilitation committee jaqbeż il-limiti ta' kull kunsill.", "Allura f'dak is-sens għandu jkun hemm xi ħaġa li tgħaqqad lill-kunsilli biex jaħdmu b'dan il-mod.", "Jekk l-argument hu li r-rehabilition committee għandu kompetenzi aktar wiesgħa minn tal-kunsill lokali - għax il-kunsill lokali għandu kompetenza biss fuq dak li huwa tal-lokal, waqt li r-rehabilitation committee għandu kompetenza fuq affarijiet arterjali u affarijiet oħrajn – allura jagħmel sens li jkollna żewġ strutturi paralleli jaħdmu b'fondi pubbliċi?", "Fil-każ tal-Belt l-istess, Sur President.", "X'sens jagħmel li jkollna Valletta rehabilitation committee meta għandna l-kunsill lokali tal-Belt li jekk jingħata n-nifs, jista' jagħmel ix-xogħol kollu hu?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, il-Kap ta' l-Oppożizzjoni għadu kif qal li hu ma jiekolx kirxa mal-kunsilliera ta' l-Imdina.", "Fil-fatt lanqas jien ma niekol kirxa ma' dawn in-nies!", "Li rrid ngħid hu li fit-tmexxija ta' parti mill-proġetti ta' riabilitazzjoni hemm nies li għandhom network ta' esperti li meta jiġu biex jagħmlu r-restawr ta' sur, per eżempju, għandhom ċerta arti għax mhux għalkemm taqbad u tibdel ġebla.", "Ma ninsewx li l-kunsilli lokali jaħdmu bl-istess mod bħal dan il-parlament, illum hawn jien u għada jiġi ħaddieħor minfloki.", "Aħna m'aħniex esperti!", "F'dan it-tip ta' xogħol trid nies li jkunu disentu, li jkunu esperti fuq l- oġġett u nies adatti biex jagħtu l-pariri.", "Meta inti għandek kunsilliera ta' l-Imdina, ngħidu aħna – bir-rispett kollu lejn in-nies kollha li jifformaw dak il-kunsill lokali – ma jfissirx li dawn huma esperti f'dan it- tip ta' xogħol.", "(Interruzzjonijiet) Imma ppermettili nkompli nispjega, jekk jogħġbok.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jien mhux qed ngħid li l-kunsilliera għandhom jagħmlu r-rehabilitation projects huma!", "Imma x'hemm ħażin li l-amministrazzjoni kollha li taqa' taħt ir-rehabilitation committee, tmur taħt il-kunsill lokali u jkun hemm streamlining ta' l-operazzjoni?", "Dan hu l-punt tiegħi, Sur President.", "MR SPEAKER: Ikompli l-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Jien qed ngħid bil-kontra, illi fejn għandek proġett ta' rehabilitation għandu jitħalla f'idejn l-esperti.", "Ma jfissirx li kulmin qiegħed fil-kunsill huwa espert, bħalma ma jfissirx li kulmin qiegħed hawn ġew huwa espert fis-suġġett tiegħu.", "Barra minn hekk, il-kunsilliera u s- sindki jinbidlu kull tliet snin.", "Jien qed ngħid li t-teams inkarigati minn dawn il-proġetti ta' riabilitazzjoni huma mimlijin b'esperti li jifhmu dwar ċerti setturi.", "Per eżempju, fit-team inkarigat mill-Imdina għandek nies esperti dwar l- istorja tal-Barokk.", "Dawn għandhom in-network ma' esperti oħra li jifhmu kif għandhom jinbidlu ċerti affarijiet, kif għandu jsir ir-restawr tas-swar u kif għandu jsir il-pavimentar.", "Naturalment il-kunsilliera għandu jkollhom is-sehem tagħhom f'dan in-network.", "Pero', lil hemm minn dawn il- kunsilleria, tajjeb li jkollok il-vuċi ta' l-esperti li jifhmu fis-suġġett.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jiġifieri l-Ministru jemmen li kunsill lokali ma jistax jimmaniġġa bħalma jimmaniġġa kumitat ta' riabilitazzjoni, b'sistemi ta' esperti fil-Barokk u fi kwalunkwe ħaġa oħra li semma', biex jagħmel xogħol ta' riabilitazzjoni?", "Jien m'iniex qed ngħid li għandhom ikunu l- kunsilliera li jagħmlu dan ix-xogħol.", "Li qed nistaqsi hu jekk l- amministrazzjoni tar-rehabilitation committee, bl-esperti u bin-networks li għandha, tistax tibda taqa' taħt il-kunsill lokali.", "B'hekk ma jkollokx on the one hand il-kunsill lokali u on the other hand ir-rehabilitation committees, it-tnejn huma nkarigati minn xogħlijiet fl-Imdina, minn xogħlijiet fil-Kottonera u minn xogħlijiet fil-Belt.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Jien qed ngħid li għal dawn ix-xogħlijiet għandek il- kunsill lokali, li huwa l-klijent, li jaf x'inhu l-aħjar li għandu jsir fl- area tiegħu, pero' mbagħad il-mod ta' kif isir ix-xogħol għandu jitħalla f'idejn team ta' esperti.", "(Interruzzjonijiet) Allura la hi daqshekk ovvja għalfejn qed tistaqsini?", "Tant hi ovvja li ma tridx tifhima int!", "MR SPEAKER: Inżommu l-kalma, jekk jogħġobkom.", "Ikompli l-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nerġa' nirrepeti għat-tielet darba forsi fl-aħħar niftehmu.", "Hawnhekk qisu għandek il-klijent li huwa l-kunsill lokali ta' l- area u mbagħad għandek il-kuntrattur, li huwa t-team ta' esperti li jmexxi l-proġett ta' riabilitazzjoni.", "Il-kunsill għandu leħen f'dan it-team ta' rehabilitation u mbagħad it-team ta' esperti qiegħed hemm biex iwettaq ix- xogħol li għandu jsir.", "Dik hi l-istorja.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jekk il-Ministru qed jgħid li r-rehabilitation committee m'hu xejn ħlief grupp ta' esperti bil-kunsill lokali jgħaddilu l- kuntratti, dan m'hu veru xejn.", "Il-kumitat ta' riabilitazzjoni għandu l- fondi biex jagħmel il-proġetti tiegħu indipendentement mill-kunsill lokali.", "X'għandu x'jaqsam klijent u mhux klijent f'dan il-każ!", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, il-Kap ta' l-Oppożizzjoni irid ipoġġi l- kliem f'ħalq ħaddieħor!", "Ħalli nerġa' nirrepeti għall-ħames darba u nieħdu l- eżempju ta' l-Imdina, fejn il-kunsill lokali jaf li jridu jsiru ċerti affarijiet.", "Ejja nimmaġinaw li l-kunsill huwa l-klijent.", "Il-klijent għandu sehem u leħen fil-kumitat ta' riabilitazzjoni ta' l-Imdina.", "Imbagħad ix- xogħol tekniku, fejn tidħol is-sengħa ta' l-arti għall-mod kif għandha ssir ir-rehabilitation, dak jitħalla f'idejn team ta' esperti apposta li jifhmu iżjed min-nies kollha li hemm fil-kunsill, naturalment mingħajr ma mmaqdar lil ħadd.", "Jiena nemmen li din it-tip ta' arti - għax wara kollox ir-restawr huwa arti - għandha titħalla f'idejn l-esperti li jiffurmaw network fi ħdan il- kumitati ta' riabilitazzjoni tal-Belt, ta' l-Imdina u tal-Kottonera.", "Jiena nemmen illi l-esperti vera li jifhmu fix-xogħol, dawk li jħossu f'qalbhom dan il-mistjier, huma n-nies li jifformaw dawn il-kumitati ta' riabilitazzjoni.", "Nerġa' ngħid li l-kunsilli lokali għandu jkollhom leħen, fis-sens li jaraw li jkun hemm sinerġija bejn kulħadd u b'hekk ix-xogħol isir bl-aktar mod effiċjenti u bl-aktar mod ekonomiku, għall-ġid ta' kulħadd.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jiġifieri l-Ministru qed jgħid li l-kunsilli lokali m'humiex kapaċi joħolqu l-amministrazzjoni illi biha dawn l-esperti jiġu jaqgħu taħt il-kunsill lokali?", "Dawn l-esperti jistgħu jitmexxew mill- kunsill lokali minflok mir-rehabilitation committee?", "Dik hi l-mistoqsija tiegħi.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninnega dak kollu li qed jipprova jallega l-Kap ta' l- Oppożizzjoni, Sur President.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "L-Aġent Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "MR SPEAKER: L-Aġent Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Aġent Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali 144 ta' l-2003 – avviż ta' bidu fis-seħħ tar-regolamenti ta' l-2003 dwar il-kontroll ta' perikli ta' inċidenti kbar;", "Tagħrif dwar in-nefqa fuq il-proġett SCOOPS, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari 1085; u", "Tagħrif dwar karozzi wżati mill-uffiċċju tal-prim ministru u minn dipartimenti li jaqgħu taħt l-istess dekasteru, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari 959.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tabella li turi r-rotot li jaħdmu bil-karozzi tal-linja, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 949; u", "f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni nqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar programmi ta' taħriġ offruti mill-ETC, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari 834;", "Tagħrif dwar studenti li qagħdu għall-eżami tad-dħul fil-junior lyceum, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 941; u", "Tagħrif dwar karozzi tal-gvern użati mid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-ministeru ta' l-edukazzjoni, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari 961.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Ninu Zammit.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Sur President ̧ inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar xogħlijiet ta' restawr imwettqa fuq siti storiċi, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 914; u", "Pjanti inkonnessjoni ma' proġett dwar is-sistema ta' l-ilma tax-xita f'Ħaż-Żebbuġ, bi tweġiba għall-mistoqsij parlamentari 952.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (Segretarju Parlamentari) Sur President, f'isem il- Ministru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomiċi nqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra:", "Avviż Legali 145 ta' l-2003 dwar ħelsien minn taxxa doppja (taxxa fuq l-income) (Repubblika tas-Slovenja); u", "Tagħrif dwar flus minfuqa minn ċittadini Libjani, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari 932.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI (Segretarju Parlamentari): Sur President, f'isem il-Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern inqiegħed fuq il-mejda tal- Kamra:", "Tagħrif dwar ċittadini barranin li applikaw għal multiple visa, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 934.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-KORPORAZZJONI MALTIJA GĦALL-INTRAPRIŻA", "MALTA ENTERPRISE BILL", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO (Segretarju Parlamentari): Sur President, għandi messaġġ mingħand il-President ta' Malta.", "MR SPEAKER: Se naqra l-messaġġ tal-President.", "GUIDO de MARCO PRESIDENT", "Il-President, wara li kien informat dwar is-suġġett ta' l-Abbozz ta' Liġi \"biex jipprovdi dwar it-twaqqif ta' korporazzjoni biex tippromwovi t-twaqqif u l-espansjoni ta' intrapriżi ta' negozju f'Malta, biex jistabilixxi x'inhuma l-funzjonijiet u l-poteri tagħha u sabiex jipprovdi dwar affarijiet anċillari jew konnessi ma' dan\", jirrakkomandah għall-konsiderazzjoni tal-Kamra tad-Deputati.", "7 ta' Lulju 2003", "Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO: Sur President, nipproponi t-Tieni Qari ta' l- Abbozz ta' Liġi dwar il-Korporazzjoni Maltija għall-Intrapriża.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "MARIO GALEA: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO: Sur President, ħalli nibda billi ngħid x'inhuma l- għanijiet u r-raġunijiet ta' dan l-abbozz ta' liġi.", "\"L-għan ewlieni huwa li jmexxi l-istrateġija ta' Malta kif din tirrelata għal kull forma ta' intrapriża, hekk li tiġi żgurata l- implimentazzjoni ta' dik l-attivita` permezz ta' approach ikkordinat u koerenti.''.", "Importanti li fl-implimentazzjoni u l-approach ta' din l-istrateġija, ikun hemm kordinament sħiħ għax kien hawn kontestazzjoni dwar x'se jiġri min- negozji ż-żgħar.", "Fil-fatt hawnhekk nixtieq nassigura li f'din il- leġislazzjoni mhux se jkun hemm distinzjoni bejn il-kbir u ż-żgħir u bejn min jaħdem għas-suq lokali u min jaħdem għas-suq barrani.", "Dan qed ngħidu ħalli nkunu nistgħu nibdew nifirxu l-karti tagħna u nibdew nispjegaw x'inhi l-viżjoni tagħna, kif ukoll biex naraw x'inhuma r-realtajiet fil- ġurnata tal-lum.", "Sur President, ftit ta' snin ilu, fil-ftuħ tat-trade fair internazzjonali ta' Malta, il-prim ministru attwali, l-Onor.", "Eddie Fenech Adami, kien esprima l-ħsebijiet tiegħu u rrifera għal Malta bħala intrapriża.", "F'dak id- diskors, il-prim ministru kien ta indikazzjoni li jekk Malta trid tagħmel pass 'il quddiem fil-qasam industrijali, il-Maltin iridu jqisu ruħhom bħala intrapriża waħda.", "Aħna mhux qed nivvintaw kollox mill-ġdid imma qegħdin nagħmlu bħalma jagħmlu pajjiżi oħra u, wara t-tajjeb kollu li għamilna, issa rridu nistaqsu lilna nfusna xi jmissna nagħmlu biex f'idejna jkollna l- aħjar għodod ħalli nkomplu nagħmlu qabża fil-kwalità.", "Irridu nistaqsu lilna nfusna x'hemm bżonn inbiddlu ħalli nkunu nistgħu nirrispondu għall- ħteġijiet tas-settur kummerċjali u ta' dawk kollha li jagħmlu parti minnu.", "Proprju llum qed niġbru dawn il-ħsebijiet kollha u nagħmluhom f'leġislazzjoni waħda.", "Jien nawgura li fil-ħin li se nqattgħu fuq dan id- dibattitu, il-membri taż-żewġ naħat tal-Kamra niddiskutu flimkien jekk il- ħsieb wara din il-leġislazzjoni huwiex imniżżel f'din il-liġi.", "Il-viżjoni tal-gvern hija li f'pajjiżna jkollna eżerċizzju ta' kordinament bejn dawk kollha parteċipanti biex naraw li f'dan il-pajjiż ikun hawn żvilupp ekonomiku mingħajr ma' ħadd jibqa' barra, u jien ngħid li din il- liġi se tgħin biex din il-ħolma ssir realtà.", "Din il-viżjoni wasslitna biex permezz ta' din il-liġi, inġibu fi tmiemhom l-Att dwar il- Korporazzjoni għal Żvilupp ta' Malta, il-METCO u l-IPSE u minflokhom se jkollna l-Malta Enterprise.", "Għalhekk aktar minn qatt qabel, issa rridu naraw li jkollna l-aħjar leġislazzjoni li tgħinna naħsbu flimkien, nikkordinaw flimkien u nimplimentaw flimkien policy għar-realtajiet li qed niffaċċjaw illum u li nafu li se jkollna niffaċċjaw fil-ġejjieni.", "Permezz ta' din il-leġislazzjoni, il-gvern qed jara kif itejjeb l-element ta' kordinament.", "Jeżisti ċertu kordinament pero` mhux biżżejjed u allura hemm bżonn li din il-liġi tagħtina aktar flessibbilta'.", "Huwa importanti wkoll li jkollna għodda aktar ġdida u aktar rilevanti għall-ħteġijiet tal-lum.", "Din trid tkun liġi li lill-gvern tagħtih il-flessibbilta` kollha biex ikun jista' jaġġorna l-politika tiegħu skond il-ħteġijiet li fid-dinja tan- negozju se jkunu qed jinbidlu minn mument għall-ieħor, anke jekk f'dawn l- aħħar snin il-gvern ħadem għall-ħolqien ta' l-aħjar strutturi, għodod, mekkaniżmi u liġijiet li jirregolaw is-suq.", "Hawnhekk nixtieq nagħmel parentesi żgħira u ngħid li l-gvern m'għadx għandu iżjed il-pożizzjoni dominanti li jiddeċiedi kollox hu x'jinxtara u x'jinbiegħ f'dan il-pajjiż.", "Dan il-poter qed jitilqu minn idejh u jgħaddih lil ħaddieħor.", "Pero' iżjed ma l-gvern ifarfar minn fuq spallejh id-dritt li jiddeċiedi hu biex ikun hawn aktar suq ħieles, iżjed ikun hawn bżonn ta' regolazzjoni u b'dan il-mod il-gvern jassigura li d-deċiżjonijiet li jittieħdu jwasslu biex ħadd ma jbati xi konsegwenzi.", "Għalhekk aħna stajna nipprevedu li waqt li l-gvern se jkun qed jieħu inqas deċiżjonijiet hu milli kien qed jieħu, se jkun hemm bżonn jinħolqu iżjed awtoritajiet, istituzzjonijiet u one-stop shops differenti.", "Kien inevitabbli li jinħolqu dawn l-awtoritajiet, pero' issa aktar tinħass il-ħtieġa li f'pajjiżna jkollna dik il-viżjoni ta' kordinament akbar bejn dawn il- mekkaniżmi differenti li se jkunu qed jirregolaw is-suq.", "M'għandux ikollna awtoritajiet u dipartimenti fejn min ikun sejjer naħa u min ikun sejjer naħa oħra, u minflok ikollok gvern wieħed, ikollok xi għaxar gvernijiet distinti minn xulxin fejn ħadd ma jista' ikellem lil ħadd.", "Dik mhijiex it-triq 'il quddiem li neħtieġu u jekk jiġrilna hekk ngħid li dan il-gvern ikun falla.", "Jien ngħid li l-akbar sfida li għandu quddiemu dan il-gvern wara li fl- aħħar amministrazzjoni organizza l-istrutturi tiegħu biex jara li kull entità terfa' l-piż tagħha u tkun accountable għad-deċiżjonijiet li tieħu, hi li jara li jkun hemm min qiegħed iħares lejn l-effetti tad-deċiżjonijiet u jara kif f'sinerġija waħda, jimbotta 'l quddiem politika waħda li tkun magħrufa bħala enterprise policy.", "Importanti li l-politika industrijali, il-politika rigward l-iżvilupp sostenibbli u l-politika rigward l-iżvilupp fil-qasam tat-turiżmu ikunu koerenti ma' din il-politika.", "Aħna m'aħniex se noħolqu xi super state jew xi entita` li se tkun l-akbar dinosawru fuq il-ħafna dinosawri żgħar li jeżistu, allaħares ikun hekk!", "Il-Malta Enterprise trid tkun hi l-entita` responsabbli li twassal biex proprju jkollna dak il-kordinament biex mill-kbir saż-żgħir naħdmu flimkien.", "Irridu nifhmu li jekk naħdmu separatament f'dan il-pajjiż ikollna chaos, però jekk aħna kapaċi npoġġu l-forzi tagħna kollha flimkien u naħdmu bħala intrapriża waħda nkunu kapaċi nagħmlu bidla.", "Mr Speaker, jien m'iniex qiegħed nipprova nikkonvinċi lil xi ħadd li kif tidħol fis-seħħ din il-liġi se titla` xi xemx li bħalha qatt ma ddiet qabel, jew li se nidħlu f'xi dinja perfetta u mhux se jibqa' ikollna min jiskorda u min jipprova jitlaq għal rasu.", "Għax sakemm in-nies tad-dinja jibqgħu dawk li huma, kulħadd iridha tgħaddi tiegħu, irid ikollok kapaċita` biex trażżan ħalli jkollok ċerta sinerġija.", "GĦaldaqstant kieku kelli nkun fuq in-naħa ta' l-oppożizzjoni kont ngħidlu hekk lill-gvern: Il-liġi miktuba waħedha m'hi se ġġib l-ebda bidla.", "Naturalment dan qed ngħidu lili nnifsi wkoll.", "Il-liġi miktuba waħedha m'hi se tqanqal l-ebda bidla, però bil-mod kif inhi miktuba l-liġi qed tpoġġi piż kbir fuq il-ministru responsabbli għas-servizzi ekonomiċi u qed tesiġi accountability sħiħa min- naħa ta' dawk li se jkunu qed jimplimentaw din il-liġi.", "B'hekk biss nistgħu naslu biex xi darba nibdew naraw kordinament aħjar milli jeżisti llum u nkunu iżjed kredibbli meta nitkellmu fuq sinerġija.", "Mr Speaker, nirrepeti li l-liġi mhix biżżejjed biex ikollna sinerġija u kordinament għax trid ukoll persważjoni u bidla fil-mentalita`.", "Nawgura li dan il-parlament jitkellem rigward il-ħtieġa ta' bidla fil-mentalità tan- nies li jagħmlu parti mis-servizz burokratiku.", "Allaħares kulħadd jibqa' jaħseb li għandu dritt jieħu d-deċiżjonijiet hu biss għax xi ħadd ikun tah xi żewġ penzijiet, imbagħad lil ta' taħtu jibda jarahom dubbien.", "Irridu ħafna taħriġ, persważjoni u volonta` politika - mhux partiġġjana imma policy-wise - biex nilħqu l-għan tagħna.", "Sur President, il-messaġġ li rridu noħorġu bħala parlament wieħed permezz ta' din il-liġi - almenu l-loġika warajha u jien inħeġġeġ lil min jaħseb li hemm xi frażijiet li jistgħu jkunu reworded aħjar, biex joffri s- suġġerimenti tiegħu ħalli din il-loġika toħroġ iżjed ċara - huwa li dawk kollha li f'xi ħin jew ieħor jaqdu lil min huwa fin-negozju u lill- imprendituri nfushom, iridu jikkordinaw bejniethom.", "Irridu nifhmu li jeħtieġ li jkollna sinerġija mingħajr ħadd ma jitlef dak li huwa tiegħu, mingħajr ħadd ma' jitlef id-dritt tad-deċiżjoni, skond il-karattru ta' l- entita` minn fejn ikun ġej.", "Minkejja riżorsi limitati, pajjiżna kapaċi jasal ħafna iktar 'il quddiem.", "Aħna kapaċi noħolqu iktar ġid, inkattru iktar impjiegi jekk kemm-il darba naħsbu iktar bħala intrapriża waħda u b'għan wieħed.", "J'Alla l-leadership li se nippruvaw noħolqu permezz ta' din il-liġi tkun waħda li tipprova tevita l-akbar tfixkil li jista' iżommna milli jkollna l- żvillupp politiku, soċjali u ekonomiku li neħtieġu, b'kull decision-maker jibqa` jaħseb għal rasu.", "Qed ngħid għal kulħadd għax jista' ikollok politiku li jaħseb għal rasu; jista` ikollok ministru li jaħseb għal rasu għax jaħseb li m'għandux x'jaqsam ma' ministru ieħor – ċertament ħażin dan - jista' ikollok chairman ta' entità li allaħares tmur tkellmu; jista' ikollok xi membru ta' xi board li bilkemm kapaċi jpoġġi ma' sħabu u jippermetti li jkollu board meeting li jibda u jispiċċa fl-armonija; u jista' ikollok xi permanent secretary, xi director general, xi direttur jew xi uffiċjal jew skrivan mill-kbir saż-żgħir.", "Huwa essenzjali li jinfirex il-kordinament, Sur President.", "Waqt laqgħa li kellna proprju llum flimkien ma' nies mill-IPSE, mill-ETC u mill-MCAST konna qed nitkellmu rigward taħriġ għall-entrepreneurship u rajna l-esperjenza ta' l-Irlanda.", "Il-Gvern Irlandiż beda jagħti taħriġ liċ- ċivil f'dik li tissejjaħ entrepreneurship biex jasal li jkollu din is- sinerġija.", "GĦaliex biex wieħed fiċ-ċivil ikun jista` jaqdi bl-aħjar mod lil min hu fin-negozju, irid ikun kapaċi jifhem il-lingwaġġ tiegħu u jrid ikun hemm mindset komuni ħalli ż-żewġ naħat jifhmu l-prioritajiet ta' xulxin.", "Jekk iż-żmien għalija li qiegħed fin-negozju jiswa mitqlu deheb u ma nistax nistenna sa għada, żgur li ma nistax nistenna li se jifhimni xi uffiċjal jew xi direttur - ibqa` tiela 'l fuq kemm trid, for all I know jista' ikun ministru – li għalih iż-żmien huwa sempliċement data f'xi diary jekk illum ifisser xahar ieħor!", "Fid-dinja tal-kummerċ ma tistax tipprova ssolvi problema xahrejn oħra għax l-investiment jilħaq itir, l- opportunita' li kelli ta' bejgħ tispiċċa u nkun qed nipperikola n-negozju tiegħi.", "Jiġifieri rridu nkunu kapaċi nifhmu iktar lil xulxin, speċjalment fejn jidħol il-mod kif qed isir in-negozju.", "Sur President, fl-aħħar leġislatura għamilna sforz kbir u qegħdin inkomplu nagħmlu sforz kbir biex inkunu kompatibbli mad-direttivi ta' l-Unjoni Ewropea, pero` issa rridu nagħmlu sforz akbar biex inkunu kompatibbli ma' xulxin.", "Naħseb li ma kenitx biċċa xogħol daqshekk tqila biex insiru kompatibbli ma' l-Unjoni Ewropea.", "Irranġajna l-liġijiet li kellna - dibattitu ftit itwal minn ieħor 'l hinn u 'l hawn - u għamilna r- ristrutturar u issa l-kbir għadda.", "Pero` fil-fehma tiegħi, l-ikbar sagrifiċċju jew l-ikbar sforz li rridu nagħmlu huwa biex insiru kompatibbli ma' xulxin, kif awtorita` jew dipartiment se jkunu kompatibbli ma' xulxin, inkella n-network kollu li ħloqna se jkun għalxejn.", "Jekk ma jkollniex kordinament se nispiċċaw ikollna l-isbaħ matassa li wieħed jista` jimmaġina, Sur President.", "Jien naraha li ma jistax ikollna dak l-avvanz ekonomiku, politiku u soċjali li neħtieġu jekk ma jkollniex sinerġija, jekk ma jkollniex politika li permezz tagħha mhux neskludu iżda ninkludu lil kull settur ekonomiku.", "Ma nistgħux inwarrbu lil min jidhrilna li huwa second-class u konna niżbaljaw bil-kbir kieku kellna nressqu leġislazzjoni li b'xi mod jew ieħor tkun qed teskludi.", "Jien nawgura li dak li għandna f'dan l-abbozz ta' liġi quddiemna ma jiġi bl-ebda mod interpretat li qed jeskludi lil xi parti jew oħra, għax il-problemi jinħolqu bil-mod kif ikunu interpretati l-liġijiet.", "Dan irridu nenfassizawh, Sur President.", "L-ispirtu ta' interpretazzjoni ta' din il-biċċa leġislazzjoni – dan irid joħroġ minn dan id-debate u mhux minn xi linji miktuba - huwa proprju li naraw kif noħolqu dak il-leadership li mhux jeskludi imma kapaċi jinkludi.", "Irridu nħallu warajna l-preġudizzji li jista` ikollna lejn settur jew ieħor u għax wieħed huwa importatur kbir, allura nagħtuh red carpet treatment u l-ieħor nippruvaw ngħadduh mill-bieb ta' wara.", "M'għandniex leġislazzjoni li tiddefinixxi min hu l-klijent.", "Apposta m'għandniex.", "Illum m'għadniex ngħixu l-istess realtajiet ta' qabel - m'iniex qed nikkritika l-imgħoddi għax il-passat għandna ħafna x'nitgħallmu minnu – għax qabel bil-liġi konna nirregolaw min hu l-klijent ta' min, jekk hux ta' l-MDC, tal-METCO jew ta' l-IPSE u f'liema ċirkostanzi.", "Meta niġu għall-istadju ta' kumitat irridu nidħlu fid-dettall ta' din il-liġi u nifluha sewwa biex naraw li żgur ma tkun qed teskludi lil ħadd, kif jixhed it-titolu tagħha stess:", "\"Att biex jipprovdi għat-twaqqif ta' korporazzjoni biex tippromwovi t- twaqqif u l-espansjoni ta' intrapriżi tan-negozju f'Malta, biex jistabilixxi x'inhuma l-funzjonijiet u l-poteri tagħha u sabiex jipprovdi dwar affarijiet anċillari jew konessi ma' dan\".", "Sur President, klawsola 4 tgħid li fost il-funzjonijiet li se jkollha din il-korporazzjoni, se jkun hemm:", "\"(a) Li toriġina, tmexxi u ġġib 'il quddiem inizjattivi li jkollhom x'jaqsmu ma' l-iżvilupp ekonomiku u soċjali ta' Malta; (b) Li tmexxi l-istrateġija ta' Malta skond ma din ikollha x'taqsam ma' kull forma ta' intrapriża, billi tiġi żgurata l-implimentazzjoni ta' dik l-attivita` permezz ta' approach kordinat u koerenti.\"", "Dan huwa sinonimu mal-viżjoni li jien qiegħed nitkellem dwarha.", "II-messaġġ li jrid joħroġ minn din il-liġi huwa li kull wieħed u waħda minna huwa importanti u kulħadd huwa player f'dan it-team.", "M'għandniex min qiegħed fir-reserves jistenna biex jidħol fit-team.", "Il-coach huwa inti, l- individwu li qiegħed jismagħni.", "Int il-bniedem li kapaċi tieħu d- deċiżjonijiet għax ġejt mogħti r-responsabbiltà biex tieħu d-deċiżjonijiet.", "Inti importanti, inti għandek rwol u trid tkun accountable, kemm jekk inti fis-servizz pubbliku u kemm jekk għandek negozju.", "Ċertament, Mr Speaker, permezz ta' din il-liġi rridu nkomplu nġibu 'l quddiem il-bidla tal- mentalità, irridu nbiddlu ċerti proċeduri tax-xogħol.", "Issib min għadu jaħseb, kemm jekk ikun individwu u kemm jekk qed ngħidu għal entità, b'mod li jeskludi lilu nnifsu mill-mod kif jaħdmu l-kumplament tan-negozji u dak huwa żball.", "Min-naħa tiegħu, il-gvern qed jipprova jagħmel ħiltu kollha u qed jagħmel dmiru, imma issa qed jistenna li l- imprendituri, kbar jew żgħar, ikunu kapaċi jpoġġu flimkien biex jitgħallmu minn xulxin mingħajr ma jkollhom preġudizzji lejn xulxin.", "Din hija liġi li taf tħares lejn l-interessi ta' kull negozju.", "Kull imprenditur se jingħata l-attenzjoni kollha permezz ta' din il-liġi.", "M'aħniex nagħmlu distinzjoni bejn il-qasam tal-manifattura jew il-qasam tas-servizzi, bejn negozji kbar u negozji żgħar.", "Sur President, jekk wieħed ikompli jara klawsola 4 isib li l-korporazzjoni għandha wkoll il-funzjoni:", "'\"Li tiżviluppa u tipprovdi l-għajnuna meħtieġa u servizzi ta' appoġġ għall-industrija u l-intrapriża.\"", "Jien sid ta' ħanut u quddiemi hawn l-Onor.", "Chris Agius, anke hu sid ta' ħanut.", "Din il-leġislazzjoni mhix se teskludina, anzi se tagħti servizz ta' appoġġ għall-industrija u l-intrapiża.", "Warajja hawn l-Onor.", "Robert Arrigo li jaħdem fil-qasam turistiku.", "Jeħtieġ li din il-leġislazzjoni tħares lejn x'inhu jiġri f'dan is-settur mingħajr ma tnaqqas xejn mir-rwol strateġiku ta' l-awtorità tat-turiżmu, imma rridu nkunu kapaċi npoġġu bilqiegħda madwar mejda u naraw li ma jkunx hemm dupplikazzjoni.", "Ma jridx ikollna erba' ambaxxaturi f'pajjiż wieħed biex ibigħu lil Malta imma irid ikollna sistema ta' ambaxxata waħda li flimkien, fl-interess ta' l-awtorità tat- turiżmu, fl-interess tal-Malta Enterprise u fl-interess tad-diplomazija nbigħu pajjiż wieħed u mhux tmur f'uffiċċju fil-Ġermanja jgħidlek mod u tmur għand ħaddieħor x'imkien ieħor u jgħidlek mod ieħor!", "Aħna dejjem ingergru kemm ir-riżorsi li għandna huma limitati u għalhekk dan il-one-stop-shop se jsir biex ikollna inqas dupplikazzjoni, inqas burokrazija u aktar effettività.", "Wara li ħloqna d-diversifikazzjoni fin- network ta' regolamentazzjoni, irridu noħolqu dak il-ħsieb li kapaċi jiġbor lil kulħadd flimkien.", "Għaldaqstant il-klijenti ta' din il-korporazzjoni huma dawk kollha li b'xi mod jew ieħor qegħdin iwettqu attività kummerċjali.", "Ftit xhur ilu kellna ċerta kritika għax dan il-kunċett ma kienx għadu żviluppa sew, forsi għax ma tlaqniex mill-ewwel b'dan il-ħsieb.", "Però grazzi għal kulmin ikkritika, grazzi għal kulmin ħa sehem - u dak hu t-tajjeb tal-kordinament u tas-sinerġija - illum qegħdin inressqu liġi li m'hi qed teskludi lil ħadd.", "Anzi hija liġi li se twassal biex ikollna entità waħda, il-Malta Enterprise, li se tassigura li n-negozji kollha jaqgħu taħt l-attenzjoni tagħha.", "Mr Speaker, dan wasalna għalih wara li rajna l-mod ta' kif qegħdin jiżviluppaw is-support services f'pajjiżi akbar minna u f'pajjiżi li se jkunu wkoll membri fl-Unjonji Ewropea, fejn se nkunu qegħdin nikkompetu ma' xulxin internament.", "Dan bħal meta għadek team tal-football fejn ikollok players jikkompetu ma xulxin biex żgur iżommu posthom però mbagħad jikkompetu kollettivament bħala team biex jirbħu lill-avversarji.", "Aħna qegħdin u se nkunu qed nikkompetu kollettivament bħala Unjoni Ewropea biex inkunu wieħed mill-iżjed swieq kompetittivi fis-suq globali, però fl-istess ħin għandu jkollna dik l-għira ta' kompetizzjoni interna.", "Il-gvern irid jara li Malta jkollha l-aħjar support services għal min qiegħed fin- negozju, aħjar minn ta' l-Estonia, aħjar minn tal-Latvia u anke jekk trid aħjar minn tal-Ġermanja.", "Irid ikun ċert li qed jipprovdi l-aħjar servizz ta' support għal min qiegħed fin-negozju fost il-pajjiżi kollha ta' l- Unjoni Ewropea għax l-istess Unjoni tpoġġina fit-tellieqa interna.", "Bħalissa qed jibda jsir l-eżerċizzju biex pajjiżna jkun awditjat, bl- Ewropej jaraw kif qegħdin nimplimentaw, per eżempju, iċ-charter għan- negozji ż-żgħar.", "Sentejn oħra jibda jkollna l-benchmarks ta' fejn wasal pajjiż u fejn wasal pajjiż ieħor u nkunu nistgħu nindunaw jekk aħniex qegħdin naqgħu lura u forsi bħala gvern nindunaw li qegħdin nipprovdu l- agħar servizz li hawn għal min qiegħed fin-negozju - jista' ikun li minn dawn il-benchmarks nindunaw li aħna wieħed mill-aħjar gvernijiet li qegħdin nipprovdu l-aħjar support services għal min qiegħed fin-negozju - però biex ma nkunux fil-kategorija ta' dawk li joffru l-agħar servizz, irridu noqogħdu attenti li mhux biss nagħmlu liġijiet imma li n-nies li jkunu qed ipoġġu fil-prattika dawk il-liġijiet, ikollhom sens ta' dover u sens ta' accountability.", "Kif kont qed ngħid ftit ilu, importanti li ma neskludu lil ħadd u rridu nagħtu importanza lin-negozju ż-żgħir fl-iżvilupp ekonomiku ta' pajjiżna.", "Qegħdin niddibattu internament u esternament f'fora internazzjonali l- importanza tan-negozju ż-żgħir, anke f'ekonomiji kbar u fis-suq globali.", "L- ebda ekonomija li trid tiżviluppa tista' taffordja li ma tagħtix kas l- iżvilupp tan-negozju ż-żgħar.", "GĦax huwa magħruf li kull ekonomija kbira hija magħmula mill-esperjenza ta' ħafna negozji żgħar.", "Allura importanti li anke aħna, bħala gvern, bil-mod ta' kif naħsbu, bil-mod ta' kif naġixxu u x'politika nimplimentaw, inkunu ċerti li qed inġibu 'l quddiem dik il- politika li permezz tagħha nuru li aħna jimpurtana minn min hu żgħir.", "L-ebda negozjant żgħir m'għandu jaħseb li għax huwa żgħir huwa eskluż u fl- abbozz ta' liġi li għandna quddiemna, ma jien qed insib l-ebda difett li bih min hu żgħir se jiġi eskluż.", "Jien nagħmilha ċara li sakemm il-Bambin jagħtini s-saħħa u sakemm l-elettorat jibqa' jappoġġjana, għajnejja se jkunu qegħdin dejjem miftuħin biex inkun ċert li ma ssir l-ebda distinzjoni bejn min hu kbir u min hu żgħir.", "Biżżejjed wieħed iħares lejn iċ-charter għan-negozji ż-żgħar biex ikollu indikazzjoni ta' kif jenħtieġ li jsir ċertu żvilupp f'dan il-pajjiż, pero` biex dan isir irid ikollna politika li ġġib 'il quddiem proprju din it-tip ta' attenzjoni partikolari għal min hu żgħir.", "Mr Speaker, funzjoni oħra li se jkollha l-korporazzjoni għall-intrapriża hija \"li tippromwovi, tgħin u tiżviluppa it-twaqqif, il-kompetittivita` u l-internazzjonalizzazzjoni tal-kummerċ f'Malta\".", "Jeħtieġ li nifhmu li ma nistgħux inwaqqfu korporazzjoni għall-intrapriża li tkun tieħu ħsieb biss l- interessi tan-negozju Malti jew inkella żżomm dak li hu tagħna għalina biss.", "Għandna naraw li nikkordinaw ħidma sħiħa ħalli Malta ma taqax lura fl-iżvilupp ekonomiku u iktar minn hekk, fis-suq globali.", "Irridu nżommu quddiem għajnejna wkoll li meta wara l-1 ta' Mejju 2004 dan il-parlament jiġi biex jitkellem fuq is-suq lokali, hemm ikun qed jinkludi s-suq Ewropew u allura tajjeb jekk naħsbu minn issa kif Malta, bħala pajjiż fl- Unjoni Ewropea, se tkun qed tikkompeti fis-suq globali.", "Il-korporazzjoni għall-intrapriża għandha tiżviluppa wkoll an enterprise policy.", "Kif għedt fil-bidu tad-diskors tiegħi, għandna nagħmlu li nistgħu biex niġbru lil kulħadd flimkien ħalli nkunu nistgħu nwettqu din is- sinerġija.", "Per eżempju, l-awtorita` responsabbli mir-riżorsi għandha tara kif tista' tiġi żviluppata politika dwar ir-riżorsi; l-awtorita` responsabbli mit-turiżmu trid tara kif tista' tiżviluppa politika li biha javvanza s-settur tat-turiżmu; filwaqt li l-korporazzjoni li se nwaqqfu permezz ta' l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna, trid tara kif tista' tfassal u timplimenta politika ta' intrapriża.", "Anke l-lukandiera u s- sidien tal-barrieri huma parti mill-intrapriża u l-MEPA hija parti minn dan in-network kollu ta' entitajiet li jirregolaw l-intrapriża.", "L-entitajiet m'għandhomx isibu lil min jindaħlilhom imma għandhom isibu mod kif ikunu kapaċi jirrelataw flimkien u jiżviluppaw ċerti ideat flimkien, anke jekk mhux dejjem jaqblu bejniethom.", "Wara kollox allaħares kulħadd ikollu l- istess ħsibijiet u ideat!", "F'din il-Kamra stess hawn min hu politiku xellugi, hawn min hu lemini u hawn min hu miċ-ċentru u dawn bejniethom jagħmlu minestra sħiħa, pero` mbagħad minn dik il-minestra toħroġ togħma tajba.", "Bil-kelma \"sinerġija\", wieħed m'għandux jaħseb li allaħares xi ħadd jiftaħ ħalqu u jesprimi opinjonijiet differenti minn ta' oħrajn.", "Jien ngħid li permezz ta' enterprise policy f'waqtha, għandna mmorru 'l quddiem f'dan ir-rigward għax b'din it-tip ta' politika jkollna direzzjoni waħda, direzzjoni flessibli li tkun kapaċi tagħraf li pajjiżna ma jaffordjax jaqa' lura, iktar u iktar fil- proċeduri li jkunu qed jiżviluppaw fuq livell globali.", "Jien inħobb nikkritika dan il-post fejn qed niltaqgħu billi ngħid li dan il- parlament huwa bħall-Imdina, il-post where time stood still, għax jekk ma niftħux il-persjani tat-twieqi lanqas biss inkunu nafu jekk huwiex filgħodu jew filgħaxija!", "Xi drabi ikun hawn min jaħseb li d-dinja kollha hija ta' l- istess fehma tiegħu u li minn hawnhekk nistgħu mmexxu lil kulħadd.", "Madanakollu jekk norqdu aħna, dan ma jfissirx li kulħadd ikun raqad għax illum il-ġurnata l-avvanz ekonomiku donnu qed jaċċellera u jimxi bi speed ferm iktar qawwi minn kwalunkwe leġislazzjoni li aħna nressqu.", "Sfortunatament il-liġijiet dejjem ġew wara li xi ħadd ikun għamel id-dnub - din dejjem hekk kienet, mill-antik testment - pero` ma nistgħux nippermettu li naqgħu lura bħala leġislatura.", "Jeħtieġ li jkollna leadership u jeħtieġ li l-uffiċjali li se jkunu qed jiffurmaw parti minn din il-korporazzjoni għall-intrapriża ma jkunux qishom figurini ġo xi vetrina jew ġo xi showcase li nsibu f'ħafna mid-djar!", "Veru li l-uffiċjali ta' din il-korporazzjoni m'għandhomx jieħdu post il-politiku - il-post tal-politiku għandu jibqa' tal-politiku - pero` min-naħa l-oħra jridu jkunu huma li joħolqu leadership u mhux ikunu passivi.", "Iva, l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna qiegħed jitressaq proprju fil-mument li pajjiżna qiegħed fil-bidu ta' era ġdida u għalhekk irridu nkunu ċerti li dak li nkunu qed nagħmlu u s-servizz li nkunu qed noffru, ikun rilevanti għall-ħteġijiet tas-suq.", "Klawsola 13, li titkellem dwar l-audit committee, qed tgħid li wieħed mill- irwoli ta' l-audit committee se jkun dak illi jżomm track tad-deċiżjonijiet li jkunu qed jittieħdu mill-korporazzjoni għall-intrapriża.", "Naturalment dak kollu li se tkun qed timplimenta l-korporazzjoni għall-intrapriża għandu jkun rilevanti mal-ħteġijiet tal-klijenti tagħha.", "Effettivament subklawsola (1) ta' klawsola 13 tgħid hekk:", "\"Il-bord għandu jwaqqaf kumitat tal-verifika, b'termini ta' riferenza miktubin li jistabilixxu b'mod ċar l-awtorita` u d-dmirijiet ta' dak il-kumitat.\"", "Imbagħad iktar 'l isfel, eżattament f'subklawsola (3), għandna li l-kumitat tal-verifika għandu jkollu l-funzjoni:", "\"(a) li jassisti u jappoġġa lill-bord fit-twettiq tar- responsabbiltajiet legali u ta' verifika li għandu;", "(b) li jipprovdi mezz ta' komunikazzjoni ma' awdituri esterni u jevalwa u jikkordina l-verifika interna tal-korporazzjoni; u", "(ċ) li jirrevedi u jevalwa l-effettivita` ta' l-amministrazzjoni inkonformita` ma' kull politika u fit-twettiq tal-funzjonijiet regolatorji tagħha.\"", "Bil-funzjoni li qed jingħata dan il-kumitat tal-verifika, m'hux se jkun hemm ir-riskju li jekk ikun ingħata kmand fir-raba' sular, sa x'ħin wieħed ikun niżel fit-tieni sular dak il-kmand ikun intilef!", "Permezz ta' dan il- bord tal-verifika se nkunu kapaċi nkejlu l-produttivita` tagħna.", "Ħafna drabi l-kelma \"produttivita`\" tintuża biss għal min ikun jaħdem fil-qasam tal-manifattura u nista' ngħidha jien li mhux l-ewwel darba li f'xi laqgħa man-negozjanti ngħidilhom li jridu jkejlu l-produttivita`.", "Jgħiduli: X'inti tgħid?", "Kif se nkejlu kemm qed inkunu effettivi għan-nies li jiġu jinqdew mingħandna?", "U kif se nkunu qed inkejlu jekk is-servizz li qed nagħtu huwiex dak li jridu n-nies li qed jiġu jinqdew mingħandna?", "Sfortunatament illum għandna amministrazzjoni ħażina.", "Per eżempju, jien ma nistax nifhem kif dipartiment li suppost jaqdi lis-sidien tal-ħwienet u lin- negozjanti jkun magħluq fis-2.00 p.m., proprju meta s-sidien tal-ħwienet u n-negozjanti jkunu għalqu n-negozju u jkunu jistgħu jmorru jinqdew minn hemmhekk.", "Għalhekk jien nara li aħna u niflu l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna, għandna nipprovdu ċerta accountability wkoll ħalli jkun provdut servizz tajjeb.", "L-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna huwa wkoll riżultat ta' eżerċizzju ta' ristrutturar li jinsab għaddej il-ħin kollu, liema eżerċizzju għandu jwassal sabiex il-gvern jirristruttura wkoll l-amministrazzjoni u l-mod kif jipprovdi s-servizzi tiegħu.", "Illum ma nistgħux nużaw l-istess korporazzjonijiet u entitajiet li kellna l-bieraħ għax il-ħteġijiet tal-lum huma differenti minn dawk tal-bieraħ.", "In-negozju jeħtieġ li jiġi rristrutturat il-ħin kollu.", "Huwa biss ftit tas-snin ilu li l-kelma \"ristrutturar\" bdiet tissemma bi ftit iktar aċċenn mis-soltu, pero` llum aħna nibqgħu ninsistu li r-ristrutturar irid ikun xi ħaġa kontinwa u ma jsirx darba waħda biss.", "L-MDC, l-IPSE u l-METCO kienu bżonjużi għal żmien partikolari, pero` issa dawn għamluh żmienhom u aħna jrid ikollna l-kuraġġ li nbiddluhom.", "M'għandniex għalfejn nibżgħu nbiddlu u j'Alla dejjem insibu l-kuraġġ li nbiddlu.", "L-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna wkoll irid jingħata expiry date u wisq probabbli xi għaxar snin oħra, din il-liġi tkun trid tinbidel ukoll għax l-iżviluppi li jseħħu fis-settur kummerċjali m'hux se jkunu jippermettu li gvern tal-ġejjieni jibqa` juża l-istess għodod tal-lum.", "Għalhekk importanti ħafna li l-liġijiet li qed isiru jkunu flessibbli, ħalli nagħmluha possibbli li meta jasal il-waqt, jinbidlu u joħorġu iktar regolamenti minnhom, bħal fil-każ tal-Business Promotion Act, leġislazzjoni tajba li għad irridu nkomplu nieħdu ħafna iktar minnha.", "Mr Speaker, jeħtieġ li fuq l-aġenda tal-korporazzjoni għall-intrapriża jkun hemm programm ta' ristrutturar kemm għas-settur privat kif ukoll għal kull servizz li joffri l-gvern permezz taċ-ċivil.", "Anke għax wara li għamilna dawk l-isforzi kollha biex inkunu parti mill-Unjoni Ewropea, għandna nkunu kapaċi nsarrfu dawk l-isforzi kollha li saru filwaqt li nimmaturaw u nkunu iktar kredibbli.", "B'hekk inkunu qed inħajru t-tkattir ta' l-investiment mingħajr ma' nagħmlu distinzjoni bejn investiment barrani u investiment lokali.", "Jekk naraw li l-investiment ikun qed joktor, għandna nkattru l-opportunita` ta' espansjoni ekonomika u jekk l-espansjoni ekonomika tkun ġejja minħabba li xi ħadd ikun imħajjar jiġi jinvesti f'pajjiżna, allura kif għedt l- ewwel, importanti li l-korporazzjoni għall-intrapriża \"tippromwovi, tgħin u tiżviluppa it-twaqqif, il-kompetittivita` u l-internazzjonalizzazzjoni tal- kummerċ f'Malta.\"", "Il-kummerċ irid jiġi megħjun jidħol fid-dimensjoni internazzjonali tiegħu.", "Aħna bħala pajjiż għandna ħafna traders u negozjanti li jixtru u jbigħu dak li jixtru bi qligħ, pero` mingħajr ma nnaqqsu mit-tajjeb li għandna, issa l-pass li jmiss huwa li nbiddlu xi ftit il-mentalita` tagħna billi minflok nibqgħu naraw iktar traders, nibdew naraw iktar imprendituri u b'hekk inkunu qed indaħħlu element ta' innovazzjoni u ta' kreattivita`.", "Funzjoni oħra li se jkollha l-korporazzjoni għall-intrapriża hija:", "\"Li tiżviluppa bażijiet teknoloġiċi, ta' riżorsi umani u abbiltajiet, li ssaħħaħ il-kapaċita` ta' intrapriżi tan-negozju, li tagħmel stima u formulazzjoni strateġika, li ġġedded u tagħmel attivitajiet ta' riċerka, żvilupp u disinn;\".", "B'hekk jien nemmen li din il-korporazzjoni tkun kapaċi tgħin biex f'dan il- pajjiż nibdew naraw l-innovazzjoni u l-value added li jeħtieġ li jkollna sabiex inkunu nistgħu nagħmlu pass 'il quddiem.", "Jekk ma jirnexxilniex nirbħu dak il-competitive edge li neħtieġu, wisq nibża' li l-pajjiż jaqa` lura.", "Il-korporazzjoni għall-intrapriża jeħtieġ li tkun entita` ta' azzjoni u mhux entita` passiva, li ta' kuljum tiġġieled biex issostni l- eżistenza tagħha u jkun biss meta din tqum tgħid xi ħaġa li dak li jkun jiftakar li teżisti din il-korporazzjoni!", "Din trid tkun entita' li kapaċi toħloq azzjoni għax kapaċi tipprevedi l-ħteġijiet ta' għada u toħloq reazzjoni għall-ħteġijiet tal-lum.", "Sur President, qiegħed insemmi l-kelma leadership il-ħin kollu għax fejn irridu kapaċi nkunu konservattivi għall-aħħar.", "Nafu ngħidu \"yes\" għal kollox, li ma mmorrux nitilfu postna u allaħares xi ħadd jipprova jċaqlaq xi ħaġa.", "Ftit ilu sħabna ta' l-oppożizzjoni kienu ministri wkoll u jafu ma' xiex tiltaqa' meta tipprova tagħmel bidla.", "Madwari iżjed insib nies li jgħiduli x'ma għandix nagħmel milli x'għandi nagħmel.", "Meta tibda tgħid xi ħaġa ġdida mal-ewwel issib min iwaqqfek.", "Iċ-ċivil kollu jagħtini parir x'ma għandix nagħmel milli jgħidli x'għandi nagħmel u malli ngħidilhom li se nagħmel xi ħaġa, tibda tara l-għajnejn iduru għax se tkun biċċa xogħol żejda.", "Din hija l-attitudni li rridu niġġieldu.", "Jew qegħdin hawn biex noħolqu bidliet u ma nibżgħux mill-konsegwenzi tal-bidla, jew qegħdin hawn biex inbaxxu rasna għal kollox u nibqgħu b'work practices ta' 200 sena ilu.", "Allura Malta kollha tkun bħall-Imdina, where time stood still u mbagħad nistgħu nbigħu lil Malta kollha għax ma nkunux għamilna pass 'il quddiem!", "Sur President, nixtieq li kulmin beħsiebu jagħti sehmu f'dan id-dibattitu jitkellem rigward l-enerġija li jixtieq jara f'din il-korporazzjoni, entita` li nawgura li tkun jimpurtaha – din il-kelma jien inħobb nużaha - minn dawk li jiddependu minnha.", "Kemm verament jimpurtani minn dak l- individwu li jiġi quddiemi jitlobni l-għajnuna?", "Mhux ngħidlu iva biex ningħoġob imma għax verament inkun irrid ngħinu, mhux b'impożizzjoni imma bil-kapaċita` tal-kordinament.", "Mhux għax nikkmanda jiena allura trid tagħmel dak li ngħidlek, imma għax huwa fl-interess tagħna lkoll li niġbdu ħabel wieħed.", "Meta nagħmlu hekk inkunu qed nieħdu l-aħjar li nistgħu mir- riżorsi tagħna u hekk inkunu nistgħu neliminaw kull xorta ta' dupplikazzjoni.", "Id-dupplikazzjoni hija ħela ta' flus, ħela ta' ħin u ħela ta' nies.", "Aħna dejjem ingergru li m'għandniex flus u li m'għandniex riżorsi, imbagħad il- ħin kollu noħolqu d-dupplikazzjoni!", "Issa nixtieq nara x'se jgħidu dawk li l-ħin kollu jgergru li m'għandhomx riżorsi u finanzi meta nippruvaw noħolqu s-sinerġija, għax dan ifisser li x-xogħol li kien isir minn erbgħa kapaċi jsir minn tnejn mingħajr ma ntellfu xejn mill-effettività.", "Ma jibqax isir minn erbgħa biex ma jkunx hemm dupplikazzjoni.", "Naturalment wieħed għad irid jara x'se jkun qiegħed jiġri f'dan il-qasam.", "Sur President, jeħtieġ li jkollna kompetittivita` intelliġenti.", "Ma nistgħux nibqgħu naħsbu li se nikkompetu billi, kif jgħid il-Malti, narmaw għal xulxin u għax wieħed sejjer tajjeb, tlieta oħra jarmaw għalih.", "Xi kultant meta azjenda tkun sejra tajjeb, fiċ-ċivil iżjed naraw kif nagħmlulha l-bsaten fir-roti milli nippruvaw naraw kif ngħinuha.", "Bħala membri fl-Unjoni Ewropea, meta npoġġu bilqiegħda ma' pajjiżi oħrajn se nisimgħu l-esperjenzi tagħhom u l-learning curve tagħna tieħu rotta totalment differenti.", "Pajjiżna qed ikun mitlub li jkollu accountability fuq il-livell tas-suq Ewropew ukoll u allura ma nistgħux nibqgħu maqtugħin għalina nfusna u ma jimpurtaniex mill-oħrajn.", "Jekk qed naraw li swieq oħrajn kontinwament qegħdin jinvestu fir-riċerka u fil-kreattivita`, aħna wkoll irridu naqbdu dak il-momentum.", "Irridu naraw kif nużaw l-aħjar riżorsi li għandna u ma nibqgħux naħsbu li kull student li għandna fl-universita` jew fl-MCAST qegħdin nittrejnjawh biex għada pitgħada jkun impjegat.", "Bħalissa dak jista` ikun wieħed mill- ikbar żbalji li qegħdin nagħmlu.", "Fid-dinja ta' għada se jkollna inqas nies impjegati u iżjed nies jaħdmu b'kuntratt, iktar nies jaħdmu bħala freelancers u iktar nies ta' snajja' jew professjonisti jaħdmu għal rashom u jbigħu s-servizzi tagħhom lil diversi entitajiet oħrajn.", "Se jkollna iżjed negozji li se jkunu effettivi iktar b'inqas impjegati direttament magħhom, iżda ċ-ċirku ta' nies li se jkunu qed jinqdew bihom se jkun ikbar minn tal-lum.", "Il-configuration tan-negozju ta' għada se tinbidel.", "Allura l-Malta Enterprise trid tkun inkluża fid-dibattitu ta' x'jeħtieġ jiġri fl- iżvilupp tal-qasam ta' l-impjiegi, fil-qasam edukattiv u fil-qasam tal- politika soċjali f'dan il-pajjiż.", "B'hekk inkunu kapaċi naslu biex verament nagħmlu din il-bidla għall-aħjar.", "Sur President, permezz ta' klawsola 29 ta' dan l-abbozz se nkunu qed inħassru l-Att dwar il-Korporazzjoni għal Żvilupp ta' Malta, \"iżda bla ħsara għad-dispożizzjonijiet ta' artikli 24 u 27, kull referenza f'xi liġi għall-korporazzjoni għal żvilupp ta' Malta għandha titqies bħala riferenza għall-korporazzjoni mwaqqfa taħt dan l-Att.\"", "Jiġifieri kull ftehim li sar mill-MDC ma' xi entitatijiet kummerċjali jiġi taken over mill-Malta Enterprise.", "Se jiġu xolti wkoll l-IPSE u l-METCO.", "B'hekk jiġi fis-seħħ dak kollu li kont qed ngħid, jiġifieri ma jkollniex iktar dupplikazzjoni, kif ħafna drabi kien qed jiġri.", "Kellna configuration ta' min hu l-klijent ta' l-IPSE, imma wara li jieħu d-deċiżjoni l-bord ta' l-IPSE, dan irid jgħaddiha lill-MDC u din tista' ma' taqbilx ma' dik id-deċiżjoni, għalkemm sa ċertu punt dan jista' ikun frott ta' ħidma tajba.", "Imma mbagħad jista` ikollok sitwazzjonijiet oħrajn fejn xi entita` donnu jkollha l-klijentela tagħha u diffiċli biex tidħol f'dik il-klijentela.", "Qed nagħti idea tad-diffikultajiet li kellna b'din is-sistema u wieħed irid ikun attent li ma jħallix lil min jiddefendiha billi jgħid li għandna nibqgħu kif aħna.", "Jekk inħallu l-istrutturi kif inhuma ma nkunux qed nagħmlu pass 'il quddiem.", "Veru li d-deċiżjoni li se nieħdu fiha r-riskji tagħha, però ir-riskju jkun ikbar kieku nħallu l-istess sitwazzjoni u nżommu l-MDC, il-METCO u l-IPSE kif inhuma, Sur President.", "Jien nawgura li din il-biża` li seta` kien hemm inizjalment ma' tibqax hemm.", "Kien hawn min kien qed jgħid - u forsi kellu raġun fil-bidu - li ż- żgħir se jintilef fil-kumplikazzjonijiet tal-problemi tal-kbar u ssuġġerixxa li nħallu l-IPSE għan-negozji ż-żgħar u nħallu l-METCO għall- kumpanniji li jesportaw.", "Imma diġà konna qegħdin naraw li b'ċerti programmi, l-IPSE kienet qed toħloq dupplikazzjoni ta' l-inizjattivi tal- METCO.", "Allura kien qed ikollna sitwazzjoni fejn wieħed ikollu jmur għand l-MDC għal ħaġa, għand l-IPSE għal ħaġa oħra u mbagħad f'xi ħin ieħor ikollu jmur għand il-METCO.", "Dan kollu juri li f'dan il-pajjiż ma kellniex strateġija waħda ta' kif ngħinu lill-intrapriża biex tkompli tiżviluppa u ma kellniex approach għall-ħteġijiet attwali tas-settur kummerċjali.", "Diversi setturi tan-negozji għandhom ħteġijiet li la l-IPSE, la l-METCO u lanqas l-MDC ma tista' taqdihom peress li ma jaqgħu taħt l-ebda terms of reference ta' xi leġislazzjoni.", "GĦalhekk il-Malta Enterprise se jkollha terms of reference aktar mifruxa biex jaqdu l-ħteġijiet tal-lum.", "Biżżejjed ngħid li l-MDC kienet ġiet mwaqqfa fl-1967, il-METCO fl-1989 u l-IPSE kważi għaxar snin wara, fl-1998.", "Hawnhekk xieraq nieqaf ftit biex nirringrazzja lil dawk kollha li matul din il-medda ta' snin ħadmu f'dawn il- korporazzjonijiet u taw sehemhom biex ikollna l-iżvilupp ekonomiku li wasalna għalih.", "Però huwa importanti li issa jkollna l-kuraġġ li nbiddlu ħalli nagħmlu l-pass li jmiss għal ġejjieni aħjar.", "Mr Speaker, klawsola 20 tgħid:", "\"(1) Il-korporazzjoni tista' twaqqaf fondi skond ma jkun meħtieġ fil- ġestjoni ta' l-operazzjonijiet tagħha.", "(2) Dawk il-fondi għandhom jiġu amministrati mill-korporazzjoni b'dak il-mod skond ma hi stess tista' tistabbilixxi, iżda ebda parti minn dawk il-fondi ma għandha tiġi applikata xort'oħra milli għall-finijiet tal-korporazzjoni.''", "Sur President, waqt li qegħdin nitkellmu rigward fondi, żgur li hawnhekk m'aħniex nagħmlu distinzjoni għal min dawn il-fondi japplikaw, filwaqt li t-tliet korporazzjonijiet differenti li issa se jiġu xolti, f'xi ħin jew ieħor jagħmlu distinzjoni għal min ikun qed japplika.", "Irrid nerġa' niċċara punt li għadni kemm aċċennajt għalih biex inserraħ moħħ dawk li għandhom ftehim ma' l-MDC, ma' l-IPSE jew mal-METCO.", "Għalkemm b'din il-liġi se nħassru l-Att dwar il-Korporazzjoni għal Żvilupp ta' Malta u se jiġu xolti l-IPSE u l-METCO, kif tgħid klawsola 24, se jkun hemm transfer of undertakings.", "Jiġifieri l-obbligazzjonijiet li kienu daħlu għalihom dawn it-tliet korporazzjonijiet se ġġorrhom il-Malta Enterprise.", "Sur President, kif stajt tinduna, jien ma kkwotajt l-ebda ċifra mill- istatistika dwar l-investiment għax għalkemm hemm statistika waħda, jien nista' ngħid li mxejna 'il quddiem u n-naħa l-oħra jgħidu li morna lura.", "Jien nista' ngħid li żidna l-importazzjoni u n-naħa l-oħra jgħidu li naqqasna l-manifattura.", "Jekk noqogħdu nilagħbu l-ping-pong, għall- finijiet ta' din il-liġi ma nkunu wasalna mkien.", "Meta naslu biex niddiskutu l-istatistika niddiskutuha, però għall-fini ta' din il-liġi m'iniex se nidħol fl-istatistika dwar l-investiment għax għandna kemm għandna investiment, qatt m'hu biżżejjed.", "Il-gvern, ikun min ikun, se jkun qiegħed jiffaċċja din is-sitwazzjoni.", "Sa ftit ilu konna ngħidu li għandna bżonn 2,000 impjieg fis-sena biex ikollna żvilupp sostenibbli.", "Illum huwa importanti mhux biss kemm għandna ħolqien ta' impjiegi iżda importanti wkoll kemm ġid joħolqu dawk l-impjiegi.", "Allura l-Malta Enterprise irid ikollha l-kapaċità li mhux biss toħloq l-impjiegi, imma trid tara liema se jkunu dawk l-impjiegi li kapaċi joħolqu l-aktar ġid u fl- istess ħin jużaw l-inqas riżorsi naturali u l-inqas spazju għax m'għandniex.", "L-MDC, li ilha mwaqqfa mill-1967, kellha rwol li tqassam il-fabbriki u fil- bidu ma kenitx problema għax kien hawn spazju vojt fejn setgħu jinbnew il- fabbriki.", "Dak iż-żmien il-Marsa kienet għada no man's land, filwaqt li llum kull metru kwadru li hemm il-Marsa jiswa mitqlu deheb.", "Illum ma baqgħalna mkien no man's land ħlief ftit art f'Ħal Far, fejn għandna disponibilità għal ċerta industrija.", "B'differenza għall-isfidi li kellha l- MDC fil-bidu tagħha, il-Malta Enterprise għandha proprju l-isfida li tispeċjalizza f'ċertu niche markets.", "Se jkollha rwol li tagħmel scouting hi u tagħżel liema industrija nistgħu nistrieħu fuqha aktar minn industrija oħra.", "Irridu nkunu kapaċi nidderieġu l-avvanz ekonomiku tagħna u għalhekk qed ngħid li għandna bżonn l-investiment, ġej minn fejn hu ġej u mhux bilfors investiment barrani.", "Ċertament għandna bżonn ta' investiment barrani u għandna bżonn li dan il-pajjiż inpoġġuh fuq dimensjoni ta' suq globali.", "Għandna bżonn niftħu l-mentalità tagħna għall-orizzonti li jmorru 'l hinn mill-fruntieri tagħna.", "Pero' matul dan id-dibattitu m'għandniex għalxiex ninħlew f'ċifri ta' investiment għaliex għandna kemm għandna, qatt m'għandna biżżejjed.", "Irridu ferm aktar biex insostnu l-kumditajiet li għada pitgħada l-gvern, ikun min ikun ̧ ikun mitlub li jħallas għalihom.", "Illum qed insibu li dak li l-bieraħ kien lussu llum sar ħtieġa bażika.", "Per eżempju, illum nippretendu li meta nagħmlu triq din tkun up to the required standard, bit-tarmac, bil-paviment u bid-dawl.", "Pero' importanti li kulmin iwiegħed ċerti affarijiet, bħal per eżempju servizzi soċjali u sptarijiet mill-aqwa, irid ikun ċert li jkun kapaċi jwettaq kliemu bil-flus inkella aħjar ma jgħid xejn.", "In-nefqa rikorrenti u kapitali tkun sostnuta skond kemm inkunu kapaċi noħolqu ġid u skond kemm ikollna attivita` kummerċjali għaddejja.", "Għalhekk il-messaġġ li qed nibagħtu lill-poplu permezz tal- Malta Enterprise huwa li m'għandniex nagħmlu distinzjoni bejn attività kummerċjali u oħra għax għandna bżonn lil kulħadd.", "Min qiegħed fil-kummerċ huwa s-sieħeb soċjali tal-gvern u dawn iridu jaħdmu id f'id u jridu jifhmu lil xulxin b'tali mod li ma jkollniex min ikun qed javvanza ekonomikament u ma jagħtix lill-gvern dak li hu tiegħu biex dan ikun jista' jamministra għall-aħjar ġid possibbli tal-poplu Malti.", "Għaldaqstant nawgura li jkollna dibattitu bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra biex naċċertaw li dak li hawn miktub f'dan l-abbozz ta' liġi jkun jaqbel mal- viżjoni tal-gvern.", "Nittama li s-seduti allokati għal dan l-abbozz ta' liġi jkomplu jgħinu biex dan il-pajjiż ikollu leġislazzjoni u għodda oħra tajba li permezz tagħha pajjiżna jkompli javvanza u jtejjeb il-politika ekonomika, il-politika soċjali u l-kwalita` tal-ħajja li dan il-poplu qiegħed dejjem jimmira għaliha.", "Nirringrazzjak.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Carmelo Abela): Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L- Onor. Chris Agius.", "ONOR.", "CHRIS AGIUS: Sur President, wara l-introduzzjoni ta' l-Onor.", "Edwin Vassallo imiss lili biex nagħmel l-ewwel intervent b'risposta għal dak li għadu kemm qal is-segretarju parlamentari fuq dan l-abbozz ta' liġi.", "Qabel xejn nixtieq ngħid li filwaqt li bl-Ingliż it-titlu ta' din il-liġi huwa \"Malta Enterprise Act\", bil-Malti għandna \"Att dwar il-Korporazzjoni Maltija għall-Intrapriża\".", "Nispera li t-text bil-Malti mhuwiex traduzzjoni oħra mill-Ingliż għall-Malti, bħalma kellna f'ħafna każi fejn it-texts ma jaqblux.", "Issa bħal kull liġi oħra, din il-liġi tidħol fis-seħħ f'dik id-data li l- ministru responsabbli jistabilixxi b'avviż fil-gazzetta tal-gvern - f'dan il-każ il-ministru tal-finanzi u affarijiet ekonomiċi - pero' hawn qegħdin ngħidu wkoll li klawsola 3 għandha titqies li tkun daħlet fis-seħħ fl-1 ta' Mejju li għadda u dan biex niffaċilitaw l-għażla tat-top management li se jkunu qed imexxu l-Malta Enterprise.", "Jidher li issa dan l-istadju ta' reklutaġġ tat-top management għadda u llum nafu min huma l-irjus il-kbar li se jmexxu din il-korporazzjoni.", "Issa se jkun imiss pass ieħor, dak li jiġi ingaġġat l-istaff u jien hawnhekk nappella biex ikun hemm trasparenza assoluta fil-mod kif jiġu magħżula n-nies, Mr Speaker.", "Jien nemmen fil-kapaċitajiet tal-persuni li ġew magħżula s'issa u nemmen li dawn se jagħmlu l-almu kollu tagħhom sabiex jintgħażlu l-aħjar persuni biex jifformaw parti mill-istaff tal-korporazzjoni, għalkemm l-esperjenzi li għaddejna u li għadna qed ngħaddu minnhom inisslu fija u f'numru ta' ħaddiema ta' l-MDC, ta' l-IPSE u tal-METCO ċerti dubji dwar kemm dawn il- persuni se jitħallew jagħmlu eżerċizzju tajjeb biex verament jintgħażlu l- aħjar nies.", "Nittama li dan m'huwiex se jkun xi eżerċizzju ieħor biex noħolqu jobs for the boys wara li lil ċerti ħaddiema ta' l-MDC, ta' l-IPSE u tal-METCO inkunu għednielhom: Thank you, but your service is no longer required.", "Fil-fatt illum dawn il-ħaddiema jinsabu għaddejjin minn mumenti ta' tensjoni minħabba li m'għandhomx idea x'se jiġri minnhom.", "Bla ebda dubju, indħil mill-politiċi fl-għażla ta' l-istaff ma jagħmilx ġid lil din l-intrapriża l-ġdida.", "Imma issa, Sur President, wara din l-introduzzjoni qasira nixtieq nagħmel xi kummenti dwar il-punti li qajjem il-kelliem ta' qabli.", "Sieħbi qal li huwa jippretendi li l-korporazzjoni għall-intrapriża tkun entita` ta' azzjoni u mhux organizzazzjoni passiva.", "Jien immur oltre minn hekk u ngħid li din il-korporazzjoni għandha tkun proattiva u tara xi prospetti ta' investiment jeżistu sabiex tilħaq qabel ħaddieħor għax biex pajjiżna jkun jista' jiggarantixxi ċertu investiment, ma nistgħux nibqgħu lura u nsibu lil min ikun laħaq qabilna.", "L-Onor.", "Vassallo qalilna b'ċerta frankezza li jispera li l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna ma jibqax biss leġislazzjoni miktuba fuq il-karta b'ħafna kliem sabiħ – min jaf kemm- il darba smajniha din il-frażi! - imma tkun leġislazzjoni li tiġi attwata fl-interess tan-negozji kollha, mingħajr distinzjoni ta' min hu żgħir u min hu kbir, għax fl-aħħar mill-aħħar kull tip ta' negozju jista' jikkontribwixxi biex pajjiżna jkun jista' jimxi 'l quddiem.", "Kif għedna diġa`, bit-twaqqif tal-korporazzjoni għall-Intrapriża, il- funzjoni tat-tliet entitajiet li s'issa kienu responsabbli mill-oqsma differenti marbuta mal-qasam industrijali ta' pajjiżna se tispiċċa għax l- MDC, l-IPSE u l-METCO se joħorġu mix-xena.", "Fil-fatt klawsola 29 tgħid li:", "\"(1) L-Att dwar il-Korporazzjoni għal Żvilupp ta' Malta huwa b'dan imħassar u bla ħsara għad-dispożizzjonijiet ta' artikli 24 sa 27, kull riferenza f'xi liġi għall-Korporazzjoni għal Żvilupp ta' Malta għandha titqies bħala riferenza għall-korporazzjoni mwaqqfa taħt dan l-Att.", "(2) Il-Malta external trade co. ltd. u l-institute for the promotion of small enterprise ltd. huma stralċjati u xolti mingħajr il-ħtieġa ta' ebda formalita' oħra.\".", "Issa se jkollna entita` waħda kbira li se tassorbi fuqha x-xogħol kollu, ir- responsabbiltajiet u l-obbligi li kienu jġorru dawn it-tliet entitajiet.", "Fil-fatt din l-entita` se jkollha terms of reference iktar wiesgħa milli kellhom dawn it-tliet entitajiet.", "Għalhekk it-tama tagħna hija li l- korporazzjoni għall-intrapriża jkollha management iktar preparat, iktar imħarreġ u iktar abbli sabiex l-għan li għalih qed titwaqqaf din il- korporazzjoni jintlaħaq.", "Naħseb li kulħadd jaqbel li dan il-pajjiż għandu bżonn iktar investiment u iktar ma jkun hawn investiment, il-membri taż- żewġ naħat tal-Kamra jkunu iktar kuntenti għax naturalment jekk il-problemi tal-pajjiż jonqsu għall-gvern, jonqsu wkoll għall-oppożizzjoni.", "Sur President, naħseb li ma jistax jonqos illi wieħed japprezza l-ħidma li saret minn dawn it-tliet entitajiet li llum se jispiċċaw.", "Ta' min jgħid li l-METCO kienet twaqqfet mill-MDC waqt li l-IPSE kienet twaqqfet biex tkun tifforma parti mill-MDC pero` bi struttura differenti.", "Tul iż-żmien dawn it-tliet entitajiet, separati minn xulxin, qagħdu attenti li ma jidħlux fl- għalqa ta' xulxin, għalkemm seta' kien hemm każi fejn dawn kaxkru saqajhom meta ġew biex japprovaw jew imexxu 'l quddiem proġetti li kienu ġejjin minn xi entita` minnhom.", "Per eżempju, seta' kien hemm każi fejn meta xi proġett ta' l-IPSE ġie għall-approvazzjoni ta' l-MDC kien hemm ċertu tkaxkir tas- saqajn u burokrazija ħafna ikbar.", "Dawn it-tliet entitajiet suppost kellhom jaħdmu flimkien f'sinerġija waħda biex setgħu jmexxu l-industrija ta' pajjiżna 'l quddiem u jien ngħid li dawn ħadmu fuq id-direzzjoni tal-gvern.", "Madanakollu jien nistaqsi: Il-gvern ħallihom jaħdmu?", "X'kien l-impenn tal- gvern?", "U għaliex wara li tneħħa s-Sur Mario Vella bħala CEO, ma ġietx magħżula persuna oħra biex tkun tista' tagħti direzzjoni lill-MDC, bil- konsegwenza li din il-korporazzjoni tħalliet għal numru ta' snin mingħajr kap esekuttiv?", "Jien ngħid li nagħmlu ħażin li nippruvaw nitfgħu t-tort fuq iż-żgħir għax wara kollox il-gvern kien tenut jagħti direzzjoni lill-MDC, Sur President.", "Meta f'Marzu ta' l-1999, iċ-chairman ta' l-MDC kien mistoqsi f'intervista li għamlitlu The Times dwar x'jaħseb li għandu jsir biex jitressaq lejn pajjiżna iktar investiment barrani, Prof. Bannister irrisponda hekk:", "\"We must sit together and bring MDC, METCO, MIMCOL and IPSE together and evolve these quangos into a proper investment promotion organisation, with the direct and constant involvement of the business community.\"", "Fil-fatt dan huwa eżattament dak li qed nippruvaw nagħmlu llum.", "Issa nittama li minflok ma tressaq lejna iktar investiment barrani li dan il- pajjiż tant għandu bżonn, il-korporazzjoni għall-intrapriża ma tibdiex tfixkel u titfixkel u fid-deċiżjonijiet li tieħu ddaħħal burokrazija żejda li żgur ma tagħmilx ġid.", "Wara l-esperjenza li kellna tal-planning authority - illum il-MEPA - jien nibża' li entita` daqstant kbira u importanti bħalma se tkun il-korporazzjoni għall-intrapriża, diffiċli biex ikollha s-suċċess li għalih twaqqfet.", "It-tama tiegħi hija li din il- korporazzjoni taħdem skond il-prinċipji msemmija fil-mission statement għax b'hekk biss jista' jiżdied il-ġid, bl-oqsma industrijali u ekonomiċi ta' pajjiżna jimxu 'l quddiem.", "Issa, Sur President, xtaqt ngħaddi biex nikkummenta fuq uħud mill-klawsoli li nsibu fl-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna.", "Per eżempju, f'paragrafu (a) ta' subklawsola (2) ta' klawsola 6 nsibu li:", "\"Il-bord ikun magħmul minn mhux anqas minn sitta u mhux iżjed minn għaxar membri votanti, skond ma l-ministru jista' minn żmien għal żmien jistabilixxi\".", "Issa hawnhekk għal darb'oħra - u qed ngħid hekk għax matul il-leġislatura l- oħra kellna każi oħra simili - qed naraw l-id tal-ministru li jaħtar u japprova l-persuni li se jmexxu din il-korporazzjoni u allura nistaqsi: Għaliex ħadd mill-korpi kostitwiti u mill-unions m'hu se jkollu say fit- tmexxija tal-korporazzjoni Maltija għall-intrapriża?", "Nispera li dan m'hux se jkun xi eżerċizzju ieħor ta' xi pat on the back lil min mexxa l-karru tal-gvern fl-aħħar elezzjonijiet li kellna!", "Subklawsola (4) ta' klawsola 9 tgħid li:", "\"Il-kap esekuttiv ma jistax ikollu xi kariga oħra jew pożizzjoni oħra jew imexxi xi attivita` ta' negozju mingħajr il-kunsens tal-bord.\".", "Jien ngħid li din għandha tkun iktar wiesgħa għax ma jistax ikollna persuni li jkunu mexxew xi kumpannija privata tagħhom u issa jiġu maħtura fil-bord li se jmexxi l-korporazzjoni għall-intrapriża minħabba li jista' ikollhom konflitt ta' interess.", "F'subklawsola (2) ta' klawsola 14 insibu li:", "\"Il-gradi tal-persunal tal-korporazzjoni, l-għadd ta' persunal f'kull grad u l-livell adatt ta' ħlas għal kull grad ikunu deċiżi mill-bord, bil-kunsens tal-ministru.\".", "Issa nispera li lil min nimpjegaw f'din il-korporazzjoni ma nagħtuhx xi open cheque, bħalma nittama wkoll li n-numru ta' persuni li jiġu mpjegati ma jkunx bla limitu.", "Mill-informazzjoni li għandi jidher li meta dan l- abbozz ta' liġi kien qed jiġi ppilotat mill-Onor.", "Josef Bonnici – naturalment qed nirriferi għal-leġislatura l-oħra - kienu se jiġu mpjegati 160 ruħ.", "Pero` issa li din il-korporazzjoni biddlet l-idejn u ġiet taqa' taħt il-Ministru Dalli, in-numru ta' ħaddiema mpjegati li se jkun hemm mal- korporazzjoni se jkun ta' 140.", "Imma issa, Sur President, nixtieq indur għal Taqsima V, li fl-opinjoni tiegħi hija importanti ħafna għax se tolqot lill-ħaddiema ta' l-MDC, ta' l-IPSE u tal-METCO direttament.", "Jekk wieħed iħares lejn klawsola 27 isib li din qed tgħidilna li dawk l- affarijiet li għandhom x'jaqsmu ma' l-enti speċifika msemmija iktar 'l isfel m'għandhomx jiġu trasferiti lill-korporazzjoni, u fosthom insibu l- obbligi li joriġinaw mill-kuntratti kollha ta' mpjieg.", "Għalhekk hawn nistaqsi: Dan ifisser li l-obbligi li hemm mal-ħaddiema li llum jifformaw parti mill-MDC, mill-IPSE u mill-METCO m'humiex se jiġu rikonoxxuti?", "U dawk il-ħaddiema ta' l-MDC u ta' l-IPSE li bħalissa qed igawdu minn ċerti fringe benefits u benefiċċji, dawn se jispiċċawlhom?", "Nistaqsi wkoll x'se jiġri minn dawk il-ħaddiema ta' l-MDC li huma seconded ma' xi dipartiment tal-gvern.", "Ta' min jgħid li dawk il-ħaddiema li jinsabu fl-iskala t'isfel ta' l-MDC, bħad-drivers u l-messaġġiera, għandhom paga u kondizzjonijiet ħafna aħjar minn ħaddiema oħra taċ-ċivil bl-istess grad u għalhekk nistaqsi: Jekk dawn jispiċċaw minn mal-korporazzjoni għall-intrapriża, x'se jiġri mill-pagi u mill-kondizzjonijiet li dawn kienu jgawdu sal-lum?", "Subklawsola (2) ta' klawsola 27 tgħid li:", "\"Id-drittijiet kollha, liema proċedimenti għandhom mid-data effettiva jitkomplew minn jew kontra, skond il-kuntratt, l-avukat ġenerali jew tali uffiċjal pubbliku ieħor f'isem il-gvern skond ma l-ministru jista' minn żmien għal żmien jistabilixxi b'avviż fil-Gazzetta.\".", "Dan ifisser li l-employer futur ta' min ma jiġix magħżul se jkun il-gvern?", "Dan ifisser li l-konvenut ta' xi kawża li tkun tressqet quddiem it-tribunal industrijali jew il-bord ta' inġustizzji se jkun l-avukat ġenerali, u allura l-gvern?", "Ikun tajjeb jekk ngħidu wkoll li l-impjegati ta' xi entita` pubblika ma jistgħux jiġu mpjegati direttament mal-gvern, u allura dan ifisser li se naqbżu l-PSC u nibagħtu lill-ħaddiema li ma jiġux magħżula maċ-ċivil?", "Jien naf li dak iż-żmien, min kien responsabbli minn dan il-qasam kien laqqa' lill-ħaddiema kollha ta' dawn it-tliet entitajiet fil-ministeru tiegħu u tahom garanzija li la l-impjieg tagħhom u lanqas il- kondizzjonijiet li jgawdu sal-lum m'huma se jiġu mittiefsa, u għalhekk issa nittama li l-ministru attwalment responsabbli jserraħ moħħ dawn il- ħaddiema hu wkoll, liema ħaddiema bħalissa għaddejjin minn żmenijiet ta' tensjoni u minn żmenijiet diffiċli ħafna.", "Klawsola 30 qed tgħid li:", "\"L-Artiklu 3 ta' dan l-Att li jwaqqaf il-korporazzjoni għandu jitqies li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Mejju 2003 ...\".", "Fil-fatt hawnhekk qed nara li għandna proċess ivvizzjat.", "Għaliex qed ngħid dan?", "Ħalli nispjega.", "Fl-MDC inħatar change management team u nħatru ħamsa min-nies biex jagħżlu min se jkunu l-managers tal-korporazzjoni għall- intrapriża.", "Ta' min jgħid li dawn il-ħames persuni kellhom kull ċans biex jaraw x'kapaċitajiet għandhom il-managers ta' l-MDC, ta' l-IPSE u tal- METCO, pero` ma qalulniex x'kienu t-terms of reference ta' dan iċ-change management team.", "Is-sabiħa hi li issa dan iċ-change management team ħatar lilu nnifsu bħala l-esekuttiv tal-korporazzjoni għall-intrapriża.", "Jien din ma narahiex fair, la għall-ħaddiema u lanqas għall-managers.", "Żgur kulħadd jaqbel illi minkejja l-limitazzjonijiet kollha li kellha l-MDC, dawn in- nies taw is-sehem tagħhom.", "Għalissa dawk kienu l-kummenti tiegħi fuq il- klawsoli ta' l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna, pero` żgur li meta naslu fi stadju ta' kumitat aħna, bħala oppożizzjoni, se jkollna ħafna iktar kummenti x'nagħmlu f'dan ir-rigward.", "Mr Speaker, kif qal il-kelliem ta' qabli, il-korporazzjoni għall-intrapriża se tkun responsabbli mis-servizzi kollha li jiġu offruti lill-industrija u se taħdem fost l-oqsma kollha li b'xi mod għandhom relazzjoni ma' l- industrija f'pajjiżna.", "Minn issa 'l quddiem, kulmin ikollu xi problema u kulmin ikun irid jistaqsi xi mistoqsijiet dwar l-industrija se jkun jista' jirrikorri fl-uffiċċju tal-korporazzjoni għall-intrapriża u jinqeda minn hemm, jiġifieri dan l-uffiċċju se jkun a one-stop-shop.", "Jien nittama li meta wieħed idur fuq il-korporazzjoni għall-intrapriża jsib is- soluzzjonijiet għat-talbiet tiegħu mingħajr ħafna burokrazija żejda, għax wara kollox l-għan li għalih qed titwaqqaf din il-korporazzjoni huwa li tispiċċa l-ħafna burokrazija żejda li għandna, li jispiċċa l-ħafna xogħol doppju li jsir u li jispiċċa dak il-ħafna ġiri minn dipartiment għall- ieħor, li żgur ma jagħmlux ġid lis-settur li qed nitkellmu dwaru.", "Huwa importanti li aħna, li l-maġġoranza tan-negozji tagħna huma żgħar u ta' daqs medju, ikollna a one-stop-shop.", "Mr Speaker, jien infaħħar il-bidliet li saru dan l-aħħar u li ħafna minnhom saru fi żmien il-kollega li tkellem qabli.", "Fost dawn il-bidliet, saret bidla fl-applikazzjonijiet għall-permessi ta' ftuħ ta' retail outlets ġodda.", "Naħseb li kulmin xi darba jew oħra applika għall-permess biex jiftaħ ħanut jiftakar kemm kien ikun irid idum jiġri min-naħa għall-oħra, pero` għall-grazzja t'Alla llum dan kollu spiċċa għax jekk wieħed imur il- licensing department ikun jista' jinqeda minn kollox f'qasir żmien u nittama li fil-każ tal-korporazzjoni għall-intrapriża jiġri l-istess.", "Il-korporazzjoni se taħdem ukoll sabiex tressaq dak l-investiment ġdid li pajjiżna tant għandu bżonn.", "Se taħdem mal-kumpanniji kbar li għandna f'pajjiżna, se taħdem u toffri s-servizzi tagħha ma' kumpanniji żgħar u medji, se taħdem ma' kumpanniji u negozji li se jkunu għadhom se jibdew u se taħdem ma' retailers, ma' traders kif ukoll ma' service providers.", "Hawnhekk naraw li qed jintlaqat kważi kull tip ta' negozju, ħlief dak marbut mat-turiżmu u mas-servizzi finanzjarji.", "Din il-korporazzjoni se tkun responsabbli wkoll mill-inċentivi fiskali, minn self b'imgħaxijiet baxxi u minn servizzi oħra offruti lill-industrija.", "Il-korporazzjoni se jkollha wkoll ir-responsabbilta` li tmexxi l-proprjeta` tal-gvern li tintuża għal skopijiet industrijali.", "Anke hawn, jien nemmen li hemm bżonn ħafna trasparenza fil-mod kif tingħata l-proprjeta' u kif joħorġu l- kirjiet.", "Illum nafu kemm hemm problemi fl-għoti ta' proprjeta` għan- negozju.", "Sal-lum l-MDC tamministra mas-760 fabbrika u hut f'Malta mqassma fi 13-il industrial estate u għandna 21 fabbrika u hut fix-Xewkija li wkoll jintużaw għal skopijiet industrijali.", "Mr Speaker, żgur li ammont sostanzjali minn dawn il-fabbriki u l-huts m'humiex iservu għall-iskop li kienu ngħataw għalih.", "Wara mistoqsija parlamentari li għamilt ftit ilu lill-ministru responsabbli dwar kemm hemm fabbriki magħluqa u li għal xi raġuni jew oħra ma jistgħux jittieħdu mill- MDC, il-ministru rrisponda hekk:", "''In-numru ta' fabbriki li huma magħluqa u ma jistgħux jittieħdu mill- MDC ivarja minn żmien għal żmien.", "Lil uħud minnhom tinħarġilhom eviction order, hemm oħrajn fejn l-MDC qiegħda tinnegozja biex tieħu lura parti jew il-fabbrika kollha, waqt li oħrajn qegħdin fil-proċess li jiġu allokati fabbrika żgħira.''", "Anke hawn, Mr Speaker, jien nemmen li għandu jkun hemm ħidma ikbar mill- korporazzjoni għall-intrapriża.", "Ma jistax ikun li jkollna fabbriki magħluqa jistennew is-snin li jittieħdu deċiżjonijiet dwar il-futur tagħhom għaliex ħafna minnhom ikun falla l-operat tagħhom u jkunu maqbuda f'xi kawża legali.", "Ma nistgħux nippermettu sitwazzjoni fejn ikollna ħafna fabbriki magħluqin u mbagħad ikollna xi investitur minn barra li jiġi jagħmel talba sabiex jinvesti u jkollna ngħidulu li m'għandniex spazju għalih.", "Jien għaddejt minn esperjenza bħal din ftit taż-żmien ilu fejn kien hemm persuna li sabet diffikulta` sabiex tinvesti f'pajjiżna minħabba li l- proċess biex jingħata fabbrika ħa ħafna żmien.", "Għalhekk minn hawn nappella lid-diriġenti tal-korporazzjoni għall-intrapriża sabiex ma jaċċettawx indħil politiku għax dan żgur li jnaqqas il-fiduċja tal-poplu u ta' kulmin ikun involut f'din il-korporazzjoni.", "Dawn huma ftit mir- responsabbiltajiet li se jkollu jiffaċċja l-management team tal- korporazzjoni għall-intrapriża, u nittama li dawn jiġu esegwiti bl-aħjar mod sabiex dak li qed noħolqu jkollu suċċessi ikbar milli kellhom it-tliet entitajiet preċedenti.", "M'hemmx xi formula li tistabilixxi jekk dak li qed nagħmlu jkunx qed jirnexxi jew le għax huwa biss iż-żmien li jista' jagħtina raġun jew tort fuq dawn il-bidliet tant importanti li qed nagħmlu.", "Mr Speaker, meta wieħed jara kif żviluppat l-ekonomija ta' pajjiżna tul is- snin għandu jsib li aħna, bħala pajjiż, irnexxielna nagħmlu bidliet importanti fis-setturi li joħolqu l-impjiegi.", "Meta ġejna ffaċċjati b'perikli li setgħu jwasslu għal telfien ta' impjiegi, aħna konna kapaċi - u forsi f'ċerti każi konna fortunati - insibu modi alternattivi dwar kif l- ekonomija ta' pajjiżna tibda miexja 'l quddiem u ma jintilfux l-impjiegi.", "Ikun tajjeb jekk infakkru li fis-snin sittin, l-għajxien tal-poplu Malti u Għawdxi kien jiddependi direttament min-navy Ingliża li kienet stazzjonata hawn kif ukoll mill-air force u minn servizzi oħra.", "Dak iż-żmien l-impjieg ta' 25% tal-gainfully occupied kien relatat direttament mas-servizzi.", "Kien hemm ukoll ammont ta' ħaddiema li kienu mpjegati mal-gvern filwaqt li s- settur tal-manifattura, li llum sar wieħed mil-pilastri ta' l-ekonomija ta' pajjiżna u li kien jipprovdi primarjament għall-konsum lokali, kien jimpjega inqas minn 10,000 ruħ.", "Mr Speaker, fis-snin sebgħin, qabel ma ġejna ffaċċjati bl-eventwalita` tar- rundown tas-servizzi Ingliżi - u allura kien hemm ħafna Maltin li kienu fir- riskju li jitilfu l-ħobż tagħhom - ried jinħoloq pjan sabiex ikun hemm diversifikazzjoni ta' l-ekonomija, u hemmhekk irnexxielna nsibu s- soluzzjonijiet għall-biża` ta' telfien ta' mpjiegi u ta' inqas dħul fl- ekonomija.", "Fil-fatt jien kont għadni tifel meta wasal fuqna dak li ħafna rriferew għalih bħala \"gwaj\".", "Dak iż-żmien x'ma kenux qalu?", "Bdew jgħidu li pajjiżna se jegħreq, li l-impjiegi kienu se jintilfu, li se jerġa' ikollna t-tallaba u li se nerġgħu nibdew naraw Maltin jitturufnaw ruħhom sabiex jaqilgħu l-għajxien tagħhom, iżda dan il-poplu li dejjem għaraf jilqa' u jqum għall-isfidi, irnexxielu jidħol f'żewġ setturi li dak iż- żmien kienu ġodda għal pajjiżna, liema setturi saru pilastri ta' l- ekonomija, u hawn qed nirriferi għat-turiżmu u għas-settur tal-manifattura li huwa iktar orjentat biex jesporta.", "Kif għedt ftit aktar qabel, matul is-snin sittin kienu jaħdmu madwar 10,000 ruħ fis-settur tal-manifattura, li kienu jiġu kważi 10% ta' dawk kollha li kellhom xogħol bi qligħ, pero` meta bdejna naħdmu biex inressqu lejna investiment barrani, dan in-numru baqa' jikber sena wara l-oħra.", "Biżżejjed ngħid li minn 10% ta' dawk kollha li kellhom xogħol bi qligħ, in-numru ta' dawk li jaħdmu fis-settur tal-manifattura tela' għal 29% biex b'hekk in- numru ta' dawk il-persuni mpjegati fis-settur tal-manifattura kien ta' 35,000.", "L-istess jista' jingħad għas-settur tat-turiżmu, Sur President.", "Sal-perijodu meta konna għadna bażi, naħseb ftit kienu dawk li kienu jħarsu lejn it-turiżmu bħala xi parti importanti ta' l-ekonomija ta' pajjiżna.", "Fil-fatt it-turisti li kienu jżuru pajjiżna kienu ftit, ma kenux jaqbżu l- 150,000 fis-sena.", "Naħseb li dak iż-żmien ħadd ma kien jemmen li stajna nbigħu lil pajjiżna bħala tourist destination.", "Però meta ndunajna li stajna nbigħu lil pajjiżna bħala destinazzjoni turistika, bdejna naraw is- suċċessi.", "In-numru ta' turisti li jżuru pajjiżna beda jikber sena wara l- oħra u dan ġab miegħu żidiet fl-impjiegi mas-settur tat-turiżmu u beda wkoll jiżdied id-dħul iġġenerat minn dan is-settur.", "U mill-miżerja ta' 150,000 turist fis-snin sittin illum nistgħu niftaħru li aktar minn miljun turist iżur pajjiżna fis-sena.", "Saret drawwa llum li nitkellmu dwar miljun turist li jżuru pajjiżna.", "Dan huwa l-mod kif tkompli tikber l-ekonomija, billi t-turiżmu jibqa' pilastru ewlieni ta' l-ekonomija tagħna.", "Sur President, xtaqt inkompli fuq it-turiżmu, għalkemm il-Malta Enterprise mhux se jkollha kontroll fuq it-turiżmu għaliex hija l-MTA li tirregola t- turiżmu.", "Però tajjeb li nfakkru x'ġara tul dawn l-aħħar snin f'dak li għandu x'jaqsam mas-settur tat-turiżmu.", "Meta bħala gvern Laburista ħadna t-tmexxija tal-pajjiż lejn l-aħħar ta' l-1996, konna sibna li s-settur tat- turiżmu kien għaddej minn żmenijiet diffiċli.", "Is-settur kellu bżonn nifs ġdid jekk ridna li dan jibqa' pilastru ewlieni ta' l-ekonomija tagħna u bħala gvern Laburista xammarna l-kmiem mill-ewwel.", "Kien hemm numru ta' ministeri, fosthom tat-turiżmu, tax-xogħlijiet, ta' l-agrikoltura u dak responsabbli mill-kunsilli lokali li ngħaqdu flimkien sabiex jaraw kif nistgħu noffru prodott aħjar lit-turiżmu.", "Ma ninsewx li l-aħjar riklam li tista' tagħmel għat-turiżmu huwa r-riklam li tagħmel persuna li tkun żaret pajjiżek u marret lura lejn artha tfaħħar dak li sabet u s-servizz li ġiet offruta.", "Kif kont qed ngħid, fl-ewwel ftit xhur ta' gvern Laburista bdejna l-ħidma tagħna billi ħarisna lejn Buġibba li kienet meqjusa bħala wieħed mill-iktar postijiet iffrekwentati mit-turisti.", "Kien hemm telqa kbira li żgur ma kenitx ta' awgurju għat-turiżmu, Buġibba żgur li ma kienx post li jiġbdek, aħseb u ara kemm tista' tiftaħar bih sabiex iġġib aktar turisti.", "Dak iż- żmien gvern Laburista, permezz ta' numru ta' ministeri, ħadem mill-viċin mal-kunsill lokali ta' San Pawl il-Baħar u mal-komunità kummerċjali sabiex isir ix-xogħol li tant kien hemm bżonn.", "Beda xogħol kbir li bidel lil Buġibba mil-lejl għan-nhar.", "Kien il-ħsieb tagħna li dak il-proġett li għamilna Buġibba nestenduh għal Wied il-Għajn, Marsaxlokk u Birżebbuġa.", "Wara li lestejna Buġibba beda jiġi mfaħħar minn kull min iżuru, mill- komunità kummerċjali u kulħadd apprezza l-isforz ġenwin li għamel il-gvern Laburista sabiex lit-turiżmu jerġa' jagħtih l-ispinta u jerġa' jġibu fuq saqajh.", "Tista' tistaqsi lill-komunità kummerċjali meta kellhom l-aktar kummerċ, jekk hux qabel jew meta sar ix-xogħol ta' Buġibba, mistoqsijiet dawn li m'għandekx għalfejn tagħmilhom.", "In-numru ta' turisti beda tiela' wkoll.", "Fl-1996 in-numru ta' turisti f'pajjiżna kien beda jonqos, però fl-1997 wara li lestejna dak il-proġett u wrejna l-intenzjoni li nkomplu bi proġetti oħra, in-numru ta' turisti beda tiela', minn 1,100,000 turist fl-1997 baqa' tiela' għal 1,180,000 turist fis-sena 1998.", "Iżda mal-bidla fil-gvern deher li l-gvern Nazzjonalista kellu ideat differenti għal Buġibba.", "Illum dan il-post turistiku reġa' jinstab fi stat mhux tant tajjeb, hemm bankini mkissrin, ilmijiet ta' l-air conditioners jintefgħu fiq il-bankini u fuq it-toroq u xogħol ta' kostruzzjoni għaddej viċin il-lukandi.", "Hemm telqa kbira li żgur ma tawgurax tajjeb għall-istaġun tas-sajf li qiegħed magħna u li wara kollox iġib miegħu ħafna turisti lejn pajjiżna, kif ukoll Maltin li jżuru dawn il- postijiet ta' divertiment.", "Ċertament in-numru ta' turisti li jżuru pajjiżna juri li mhux kollox ward u żahar f'dan is-settur.", "Qed ngħid dan għaliex wara li n-numru ta' turisti li jżuru pajjiżna kompla jikber sakemm laħaq iċ-ċifra ta' 1,215,000 fis-sena 2000, reġa' qabad in-niżla u qed jinkwieta lil min qiegħed fis-settur.", "Fis- sena 2001 in-numru ta' turisti li għoġobhom iżuru pajjiżna niżel għal 1,180,0000.", "Din id-downward trend kompliet għaddejja u fis-sena 2000 inżilna għal 1,133,000 turist.", "Ftit ġimgħat ilu smajna persuni involuti fis-settur tat-turiżmu juru t-tħassib tagħhom li s-settur qed jiffaċċja diffikultajiet kbar.", "Tisma' b'lukandi li qed iħaddmu lill-impjegati tagħhom b'sigħat imnaqqsa meta qegħdin fl-eqqel ta-sajf, fl-istaġun meta jżuruna l-iktar it-turisti.", "Naħseb li m'huwiex lok li nġibu skużi, daqqa nwaħħlu f'Bin Laden u daqqa nwaħħlu fil-Gwerra tal-Golf.", "Il-fatt hu li l-kompetituri diretti tagħna - u issa anke l-pajjiżi GĦarab li jmissu mal-Mediterran jidher li skoprew li t-turiżmu huwa importanti għall-ekonomija tagħhom - qed jisirqulna mis-suq.", "Minkejja li s-settur turistiku ma jidħolx taħt ir-responsabbilta` tal- Malta Enterprise, xorta wħada s-suċċess jew nuqqas tiegħu f'dan is-settur ikollu effett negattiv jew pożittiv fuq kull parti ta' l-ekonomija ta' pajjiżna.", "Semmejt ukoll is-settur tal-manifattura li kellu jgħaddi wkoll minn sfidi li s'issa dejjem konna kapaċi negħlbu.", "Niftakru kemm kellna fabbriki tat- tessuti fis-snin tmenin, impjiegi bl-addoċċ, tfajliet jitilqu minn fabbrika u jmorru jaħdmu f'oħra.", "Bil-miġja ta' l-SGS Thomson f'pajjiżna taħt gvern Laburista, konna bdejna naraw shift fl-impjiegi.", "Illum għandna ħafna fabbriki li huma export-oriented li jaħdmu fl-istess settur ta' l-SGS.", "Hawnhekk xtaqt nagħti xi eżempji.", "Il-kollega tiegħi qal li l-kelliema ta' warajh ikollhom ċans li jsemmu tabelli u ċifri u jien se nibda nsemmi xi ċifri relatati mas-setturi ta' l-ekonomija ta' pajjiżna.", "Nibda b'eżempju tal-bidliet li kellna fis-setturi tal-manifattura, Sur President.", "Il-manifattura taż-żraben u ħwejjeġ fl-1995 kienet timpjega 4,600 ħaddiem u sas-sena 2000 dawn niżlu għal 3,400 ħaddiem, tnaqqis ta' 26%.", "Fil- manifattura ta' l-għamara kien hemm 2,600 ħaddiem fis-sena 1995, li niżlu għal 2,300 ħaddiem fis-sena 2000, tnaqqis ta 10%.", "Fil-qasam tal- manifattura ta' prodotti ta' l-ikel kien hemm 3,200 impjegat fl-1995, li niżlu għal 3,000 impjegat fis-sena 2000, tnaqqis ta' 4%.", "Fis-snin tmenin kienu bdew deħlin setturi tal-manifattura tal-makkinarju elettriku u affarijiet relatati u beda jikber l-ammont ta' impjeigi li jiġġeneraw.", "Minn 4,050 impjieg fl-1995 telgħu għal kważi 6,000 sas-sena 2000, żieda ta' 31%.", "Nistgħu naraw fejn qiegħed iżid l-investiment - u l-Malta Enterprise tista' taħdem fuq dawn ir-riżultati - u allura għandna nimmiraw lejn kumpanniji b'investiment li għandu x'jaqsmu ma' dan is-settur.", "Jekk nagħtu ħarsa lejn kif ġie ġġenerat il-prodott gross domestiku ta' pajjiżna fis-setturi differenti ta' l-ekonomija lokali, naraw li l-qasam tal-manifattura huwa dak is-settur li jikkontribwixxi l-ogħla persentaġġ għall-prodott gross domestiku ta' pajjiżna.", "Fis-sena 2001 il-qasam tal- manifattura kien responsabbli għal 23.7% tat-total tal-GDP.", "Tajjeb li ngħidu li dan il-persentaġġ kien jitla' addirittura għal 25.6% fis-sena 2000.", "Settur ieħor importanti huwa dak tal-wholesale and retail li fis- sena 2001 ix-share tiegħu tal-GDP kien ta' 11%.", "Dawn huma żewġ setturi mill- iktar importanti għall-ekonomija ta' pajjiżna.", "Kif kont qed ngħid is- settur tal-manifattura għandu importanza kbira għall-ġenerazzjoni tal-ġid, pero` anke hawnhekk jidher li mhux kollox sejjer kif nixtiequ, jiġifieri li ntejbu fuq dak li kellna fis-snin passati.", "Nibda billi nsemmi l-esportazzjoni li fis-sena 2000 laħqet id-Lm977 miljun.", "Fis-sena 2001 din niżlet għal Lm790 miljun - qed nieħu round figures - tnaqqis konsiderevoli ta' 19% fuq perijodu ta' sena.", "Naħseb li l-impjegati ż-żgħar, li l-iktar għandhom theddid fuq l-impjieg tagħhom, kemm ta' l-MDC kif ukoll tal-METCO, ma kellhomx nitfa ta' ħtija fuq dak li sar.", "Żgur li l-akbar responsabbiltà hi ta' min qed jiddetermina d-direzzjoni ta' pajjiżna.", "Nistgħu nagħtu ħarsa lejn il-bejgħ li sar mis-settur tal- manifattura, Sur President.", "Bejn Jannar u Marzu tas-sena 2001 il-bejgħ totali kien ta' Lm264 miljun – qed nerġa' nsemmi ċifri għad-dritt - waqt li għall-ewwel tliet xhur ta' din is-sena naraw li dan il-bejgħ niżel għal Lm242 miljun.", "Dan it-tnaqqis għandu wara kollox għax iħassibna.", "Ma jistax ikun li jkollok tnaqqis ta' 8% fil-bejgħ minn settur daqshekk importanti bħalma huwa s-settur tal- manifattura u noqogħdu noħolmu u nippruvaw inbellgħulha lin-nies li kollox sejjer tajjeb.", "Mhux il-każ għax it-tnaqqis fil-bejgħ tal-manifattura kien ġej mill-oqsma kollha u allura ma nistgħux ngħidu li wieħed naqqas u l- ieħor le.", "Kellna tnaqqis fil-bejgħ tal-qasam tal-manifattura tat-tabakk, tal- manifattura tal-prodotti tal-ġilda, tal-manifattura ta' l-injam, ta' prodotti manifatturati minn kimika, fil-qasam tal-machinery and equipment u fil-manifattura ta' l-għamara.", "Kellna żidiet biss fil-qasam tal- manifattura ta' l-ikel u l-beverages u l-qasam tat-tessuti li nafu kemm għaddej minn żmenijiet diffiċli.", "Dan ikompli jorbot ma' dak li għedt, il- problemi kbar li qed jiffaċċja s-settur tal-manifattura.", "Sur President, anke l-impjiegi fil-qasam tal-manifattura naqsu jekk nikkomparaw Marzu li għadu kif għadda ma' Marzu tas-sena 2001.", "Sentejn ilu kellna 22,206 ħaddiem li l-għajxien tagħhom kien ġej mill-qasam tal- manifattura u sa Marzu li għadda dawn naqsu għal 21,360, tnaqqis ta' kważi 4% fl-impjiegi fis-settur tal-manifattura bejn Marzu tas-sena 2001 u Marzu li għadu kif għadda.", "Kellna wkoll tnaqqis fl-investiment tas-settur tal- manifattura, Sur President.", "Fl-ewwel tliet xhur tas-sena 2001 kellna investiment ta' Lm11.77 miljun.", "Fis-sena 2002 dan l-investiment niżel għal Lm10.66 miljun u fl-ewwel tliet xhur ta' din is-sena, meta suppost li għandna rebbiegħa ġdida, dan l- investiment laħaq iċ-ċifra ta' Lm9.8 miljun.", "Jiġifieri din is-sena diġà qegħdin 16% inqas f'dak li huwa investiment fis-settur tal-manifattura.", "L- akbar ammont ta' tnaqqis kien fil-qasam tar-radio, TV and communications.", "Hawnhekk naraw li fl-ewwel tliet xhur tas-sena 2001 f'dan is-settur biss kellna investiment ta' Lm7.2 miljun, però din is-sena kien hemm investiment ta' Lm3.2 miljun, jiġifieri 55% inqas milli kellna sentejn ilu.", "Sur President, din hija sitwazzjoni ta' tħassib.", "Mhux bilfors li ħallejna inċertezza kbira wara li ntqal li se jispiċċaw l-MDC, l-IPSE u l-METCO!", "Kif irid ikollok ħaddiema motivati meta jkunu jafu li hemm il-mannara tal- possibbiltà ta' telf ta' impjieg fuq għonqhom?", "Kif irid ikollna investiment ġdid, iktar bejgħ u ħolqien ta' impjiegi ġodda fis-settur meta ilna fis-sitwazzjoni li ħadd ma jaf fejn sejjer għal numru ta' xhur?", "Allura wieħed jifhem għaliex il-korpi kostitwiti ħeġġew lill-gvern sabiex mill-aktar fis possibbli, il-liġi tat-twaqqif tal-Malta Enterprise tgħaddi minn din il-Kamra qabel il-vaganzi tas-sajf.", "U dan sabiex il-mument antipatiku, kif qalu huma, li ninsabu fih bħalissa jgħaddi minn fuqna mill- aktar fis possibbli.", "Però il-korpi kostitwiti kellhom numru ta' kummenti x'jagħmlu dwar it-twaqqif ta' l-operat tal-Malta Enterprise.", "Xtaqt nikkummenta fuq punt wieħed biss li qajmu l-membri tal-korpi kostitwiti - il-mod kif inhi mqassma l-organizzazzjoni ta' l-istess Malta Enterprise.", "Dawn qalu li huma jemmnu li l-Malta Enterprise hija mgħobbija ħafna fil- livelli amminstrattivi u maniġerjali.", "Huma qed jiddubitaw kemm dawn is- setturi se jeliminaw il-burokrazija li teżisti, jemmnu wkoll li se tiżdied l-ispiża li wara kollox trid titħallas minn flus il-poplu.", "Jien diġà semmejt l-għażla tal-ħaddiema u kif jista' jkollna repetizzjoni ta' dak li sar f'korporazzjonijiet oħra tal-gvern, meta nies validi tħallew lura għas- sempliċi raġuni li ma kenux ta' l-istess fehma tal-politika tal-gvern tal- ġurnata.", "Għalhekk nerġa' nappella għat-trasparenza assoluta fl-għażla finali ta' min se jkun qed jagħmel parti mill-Malta Enterprise jekk verament irridu li l-poplu jħares lejn din il-korporazzjoni b'lenti tajba u mhux jibda jassoċjaha ma' xi post mimli bażużli.", "Huwa tajjeb li jkollna trasparenza fl-għażla, imma huwa biss iż-żmien li jista' jagħtina risposta kemm l-għażliet se jsiru b'mod mill-iktar apert.", "Fost il-ħafna ħidmiet li se jkollha, il-Malta Enterprise se tassisti dawk is-setturi ta' l-industrija lokali li jeħtieġu l-għajnuna b'mod jew ieħor sabiex mhux biss jibqgħu jeżistu, iżda possibbilment jikbru u jżidu fil- bejgħ.", "Iċ-ċokon ta' pajjiżna huwa vantaġġ f'ħafna każi, però żgur mhux il- każ meta trid tħabbat wiċċek ma' suq miftuħ u kompetizzjoni diretta.", "F'pajjiżna - u naħseb li anke f'pajjiżi oħra - jeżistu kumpanniji żgħar u ta' daqs medju li jaħdmu għal-lokal u jiddependu mill-kunsill lokali.", "Iżda jidher li għalkemm xi setturi partikolari tista' taffettwahom il- kompetizzjoni minn barra, għandna oħrajn li iridu jaraw x'jistgħu jagħmlu sabiex jibqgħu jeżistu.", "Spiċċa ż-żmien ta' protezzjoni, aktar u aktar issa li pajjiżna qed jiffaċċja r-realtà li fi ftit xhur oħra jkun membru ta' l- Unjoni Ewropea.", "Jien nemmen li dan se jkun l-ewwel test ta' importanza assoluta għal Malta Enterprise.", "Iridu jkunu huma li jersqu lejn dawn id-ditti li ma jemmnux li jridu jitbiegħdu mid-drawwiet u l-modi ta' kif kienu jagħmlu x-xogħol il- bieraħ.", "Ir-ristrutturar ta' l-industrija lokali - kelma li tant tkellimna dwarha fis-snin l-imgħoddija - hija vitali għall-eżistenza tagħhom.", "Kif għedt, kien hemm min emmen li għandu jbiddel il-mod tradizzjonali tax- xogħol, però hemm dawk li baqgħu jkaxkru saqajhom, jaħsbuha u jittamaw li jibqgħu jeżistu bil-mod kif qed jagħmlu.", "Nittama li ma jkunx tard wisq sabiex insalvaw l-eżistenza tagħhom.", "Kellna mbagħad oħrajn ġejjin mill-istess settur li għalkemm kienu kompetituri ta' xulxin, emmnu li biex jibqgħu jeżistu u jkunu kompetittivi jridu jiġbru flimkien ir-riżorsi tagħhom.", "Fl-1998 il-gvern Laburista kien ikkummissjona dokument bl-isem ta' \"Focusing Resources for Superior Competition\".", "F'parti minn dan id-dokument insibu dan li ġej, u nikkwota:", "\"Malta needs locally-owned healthy enterprise.", "Many existing ventures need to reposition, innovate and become competitive on the international market.", "In this process, strategic partnerships and alliances may play an increasingly important role.\".", "U llum dak li kien intqal f'dak id-dokument qed naraw iseħħ.", "Is-settur tal- manifattura ta' l-għamara kien fost l-ewwel setturi li kellhom jiffaċċjaw it-tneħħija tal-protezzjoni li kien igawdi meta tneħħiet il-levy minn fuq l- importazzjoni ta' l-għamara.", "Numru ta' kumpanniji li jimmanifatturaw l- għamara għaqqdu r-riżorsi tagħhom u bdew jikkompetu bħala kumpannija waħda.", "Ftit ilu rajna jseħħ dak li sa ftit ilu ħafna ma kenux joħolmu li jista' jiġri.", "Kellna tliet kumpanniji kbar ta' l-għamara, l-FXB, Fino u Joinwell li ngħaqdu flimkien sabiex daħlu u kkompetew għall-kuntratt kbir barra minn xtutna.", "Sur President, din il-joint-venture li llum nafuha bħala \"Inter-Proġetti\" rebħet kuntratt sabiex jagħmlu lukanda kbira ġewwa l-Libja.", "Dawn huma tliet manufacturers kbar ta' l-għamara, però għandi d-dubji tiegħi x'ġara fejn jidħlu dawk il-kumpanniji ż-żgħar.", "U għandna ħafna minnhom għaliex f'Malta u Għawdex għandna tliet kumpanniji ta' l-għamara li jħaddmu aktar minn 100 impjegat, għandna 57 kumpannija ta' l-għamara li għandhom magħhom bejn 10 u 99 ħaddiem.", "Però mbagħad għandna 1,256 mastrudaxxa jew kumpannija ta' l-għamara li jħaddmu anqas minn disgħa min-nies.", "Dawn huma ċifri li tani l-Ministru Galea għal mistoqsija parlamentari li għamiltlu.", "Jien", "nistaqsi kif tista' tgħin b'mod konkret il-Malta Enterprise lil dawn il- ħafna kumpanniji żgħar sabiex jibqgħu joffru l-għajxien għal ħafna familji.", "Però numru kbir ta' kumpanniji żgħar u ta' daqs medju li għandna f'pajjiżna ma jimmanifatturawx l-għamara biss.", "Fil-qasam tal-manifattura nsibu li hemm 38 kumpannija li jimpjegaw magħhom 100 ħaddiem jew aktar, għandna 264 kumpannija li jħaddmu bejn 10 u 99 ħaddiem, però mbagħad għandna 2,999 kumpannija li jħaddmu magħhom anqas minn disa' ħaddiema.", "Dawn huma l- kumpanniji li l-aktar għandhom bżonn għajnuna.", "Naħseb li l-Malta Enterprise għandha mill-ewwel tagħmel eżerċizzju ħalli tara il-mod kif dawn jaħdmu, dwar il-prospetti ta' xogħol li għandhom u anke dwar id- diffikultajiet li qed iħabbtu wiċċhom magħhom.", "Minn hemm imbagħad il-Malta Enterprise tkun tista' toffri s-servizzi tagħha.", "Wara kollox l-aktar li għandhom bżonn l-għajnuna huma dawk li jaħdmu għal-lokal.", "Is-settur li l-aktar jipproduċi għal-lokal li l-eżistenza tiegħu ma tantx tidher li għandha theddida, hija l-manifattura ta' l-affarijiet ta' l-ikel.", "Hawnhekk insibu li fis-sena 2000 kellna Lm92.9 miljun f'bejgħ lokali kkomparat ma' Lm14.5 miljun ta' xogħol esportat ġej mis-settur ta' l-ikel.", "F'dan is-settur kellna 2,685 ħaddiem li 52% minnhom ma kellhomx x'jaqsmu ma' xogħol għall-esportazzjoni.", "Infatti 39% tal-ħaddiema kienu jaħdmu xogħol li inqas minn nofsu kien għall-esport.", "Però mbagħad kellna 9% biss li kienu jaħdmu aktar minn 50% mix-xogħol tagħhom għall-esportazzjoni.", "Settur ieħor li jien nemmen li għandu bżonn li jingħata ħarsien speċjali huwa dak tal-manifattura ta' l-għamara.", "Diġà tkellimt fuqu, però xtaqt inżid xi ħaġa oħra dwar dan is-settur.", "Kif għedt, kellna min diġà għeleb l- isfida u għaqqad ir-riżorsi tiegħu, però dawk iż-żgħar li m'għamlux dan u għadhom jgħumu waħedhom, x'se jiġri minnhom?", "Hemm ħafna minn dawn, fosthom ħafna mastrudaxxi żgħar jaħdmu għal-lokal.", "Fis-sena 2000 l-ammont ta' bejgħ f'Malta mis-settur ta' l-għamara kien ta' Lm11.8 miljun, filwaqt li l- bejgħ barra minn xtutna kien ta' Lm2.2 miljun biss.", "Hawnhekk qed ngħidu li 16% biss ta' l-għamara kollha li ġiet manifatturata f'pajjiżna ġiet mibjugħa barra.", "Għalija dan joħloq tħassib u jekk l-affarijiet ma tjibux mis-sena 2000 sal-lum, jien ngħid li għandna problema.", "Din il-problema ġejja minħabba l-ammont esaġerat ta' għamara li qed tidħol minn barra u l-prezzijiet baxxi komparati ma' għamara manifatturata lokalment, jistgħu jkunu ta' theddida għal mastrudaxxi lokali.", "Jien wieħed minn dawk li naqbel perfettament mal-kompetizzjoni għax mill- kompetizzjoni jiggwadanja kulħadd, b'mod partikolari l-konsumatur.", "Imma jien nistaqsi x'se jiġri minn dak l-ammont kbir ta' ħaddiema li qed jaraw il-maltemp riesaq fuq l-impjieg tagħhom.", "Nafu li f'pajjiżna għandna 91% ta' dawk li jimmanifatturaw l-għamara li inqas minn 50% tax-xogħol li jagħmlu jiġi esportat.", "U hekk tidher kemm hi aktar gravi s-sitwazzjoni.", "Naħseb li f'oqsma bħal dawn għandu jkun hemm intervent immedjat tal-Malta Enterprise sabiex dawn l-impjiegi jiġu salvati u possibilment imsaħħa.", "Sur President, is-settur tal-manifattura tat-tabakk huwa settur ieħor li l- akbar bejgħ tiegħu jsir lokalment.", "Hawnhekk naraw li 93% ta' kull bejgħ ta' prodotti tat-tabakk isir f'pajjiżna.", "Naraw ukoll li f'Malta jsir bejgħ ta' aktar minn Lm26 miljun fi prodotti tat-tabakk u kulma jiġi esportat huma Lm2 miljun biss.", "Għalkemm f'dan is-settur hemm 150 ħaddiem biss, jien nemmen li huwa settur sensittiv ukoll u għandu bżonn attenzjoni speċjali.", "Settur ieħor li żgur għandu jingħata ħarsien u gwida huwa l- qasam tal-crafts u artiġjanat Malti.", "Hawnhekk nixtieq nara impenn ħafna akbar sabiex numru ta' crafts u snajja' Maltin ma jintilfux, anzi jien ngħid li għandhom jingħataw iċ-ċans u kull għajnuna sabiex jitkattru u jkomplu jitgawdew minn dawk li jiġu warajna.", "Huwa tajjeb li noħolqu crafts village fejn inkunu nistgħu nsibu artiġjanat u xogħol fin maħdmu bl-idejn, iżda hemm ħafna u ħafna aktar snajja' li waslu on the verge of extinction.", "Insemmi b'mod partikolari l-imgħallmin li kienu kapaċi jibnu dgħajsa Maltija.", "Naħseb li kulħadd jaqbel li d- dgħajsa Maltija hija parti mill-istorja marittima ta' pajjiżna.", "Dgħajjes tal-pass, kif jissejħu, baqa' ftit wisq.", "U dawk l-imgħallmin li kapaċi jibnu waħda minn dawn id-dgħajjes għosfru, spiċċaw.", "Forsi tgħoddhom fuq id waħda.", "Biex issib mgħallem prim trid taħrat Malta.", "Hija ħasra li għad jasal iż-żmien li ma jkollniex aktar min kapaċi jibni dgħajsa tal-pass.", "Jien nappella għal intervent f'waqtu sabiex din is-sengħa ta' ħila kbira tkun salvata.", "Naħseb li pass bħal dan ikun apprezzat, issa li reġa' hawn qawmien mill-ġdid tad-dgħajsa tal-pass.", "Snin ilu din id-dgħajsa kienet mezz ta' trasport u mat-tluq tal-bażi Ingliża minn pajjiżna din ħarġet mix- xena.", "Però ftit ta' snin ilu numru ta' barklori mill-Isla u l-Birgu waqqfu koperattiva sabiex jippromwovu dawra mal-Port il-Kbir b'dgħajsa Maltija.", "Dak li nbeda xi għaxar snin ilu minn dan in-numru ta' nies avventurużi - u li forsi kien hemm xettiċiżmu dwaru - illum jidher li rnexxa għax saret drawwa ta' kuljum li tara dgħajjes tal-pass mimlijn turisti jagħmlu d-dawra tal-Port il-Kbir.", "Għalhekk issa li dan il-mestier tal-barklori reġa' daħal sewwa, ikun tajjeb li nħarsu li ma tintilifx is-sengħa ta' l-imgħallem li jagħmel id-dgħajsa tal-pass.", "Huwa d-dover tagħna li nħarsu din is-sengħa tal-bini ta' dgħajjes li tant saħħret nies bl-oriġinalità tagħhom.", "Venezja jiftaħru bil-gondola, li hija sinonima mal-belt ta' Venezja u aħna għandna d-dgħajsa tal-pass li hija unika u żgur sinonima ma' Malta.", "Sengħa oħra jew craft hija dik tal-filugranu, xogħol delikat li huwa apprezzat ħafna mill-barrani.", "Dan huwa xogħol bl-idejn fuq il-fidda fejn jinħadem kull tip ta' disinn, ħafna minnu marbut ma' l-istorja Maltija.", "Anke dawn l-imgħallmin fix-xogħol tal-fidda qed jonqsu, qed jisparixxaw.", "Hemm bżonn inħajru numru ta' żgħażagħ sabiex jitgħallmu din is-sengħa rikka.", "Nemmen li hemm bżonn inħajru investiment għal dawn it-tip ta' snajja' fi bliet antiki li jżuruhom it-turisti.", "Ngħid għalija ma nistax nifhem kif fil-Birgu, belt li tmur lura ħafna snin, belt li llum qed iżuruha ħafna turisti, ma nippruvawx insibu rokna fejn inħajru ftuħ ta' negozji żgħar fejn jinħadmu crafts Maltin on the spot, bħall-glass blowers li hemm Għawdex.", "Jien nemmen li n-knowhow li se jkollhom il-persuni li se jmexxu l-Malta Enterprise għandha twassalhom sabiex fejn hemm il-biżgħa li nitilfu xi sengħa marbuta ma' l-istorja tagħna jagħmlu kull sforz neċċessarju sabiex dawn ma jintilfux.", "GĦandna naraw kif dawn insibulhom roqgħa minn fejn joperaw sabiex ikunu jistgħu jmexxu 'l quddiem l-attività kummerċjali tagħhom.", "Attività oħra tal-Malta Enterprise se tkun li taħdem viċin mar-retailers and traders.", "Dan huwa settur sensittiv ħafna u kull ċaqliq li jkun hemm fis-suq huma jkunu l-ewwel li jintlaqtu minnu.", "Fil-maġġoranza tal-każi r- retailers ikunu sole owners, imexxu n-negozju waħedhom jew bl-għajnuna ta' xi membri tal-familja, jew xi impjegat wieħed 'l hemm u 'l hawn.", "Kif għedt, meta jkun hemm ċaqliq fl-ekonomija tagħna huma jkunu l-ewwel li jintlaqtu.", "Jekk ikun ċaqliq pożittiv in-negozju tagħhom imur 'il quddiem, jekk ikun negattiv in-negozju tagħhom jieħu daqqa 'l isfel.", "Jien bħall-kollega tiegħi ġej minn dan is-settur u allura nista' nitkellem ħafna iktar u naf kemm n-negozji ż-żgħar u s-sidien tagħhom huma l-ewwel nies li jħossu l-għafsa fi żmenijiet diffiċli u naf kemm jgħaddu minn anzjetà.", "Ma ninsewx ukoll li dawn iridu jaħsbu għal kollox huma, ibda mix- xogħol marbut direttament man-negozju tagħhom, kif ukoll xogħol ieħor sensittiv bħal budget control, bookkeeping u ordnijiet.", "Allura nemmen li jekk dan it-tip ta' one-stop-shop jilħaq l-għanijiet li qed jitwaqqaf għalihom, se jkun il-post fejn is-sidien tal-ħwienet iż-żgħar jistgħu jmorru u jinqdew mingħajr ħafna burokrazija u mingħajr ħafna ħela ta' ħin, għax wara kollox dawn ma jistgħux jaħlu ħin għax ikunu qed imexxu waħedhom.", "THE DEPUTY SPEAKER: Onor. Agius, nitolbok tikkonkludi għal-lum għax sar il-ħin.", "ONOR.", "CHRIS AGIUS: Ħalli nikkonkludi għalissa, Sur President, imbagħad inkompli għada.", "Jien nemmen li hemm ħafna retailers li jgħaddu minn żmenijiet diffiċli u forsi ma jsibux għand min imorru.", "Jien nemmen li anke hawnhekk il-Malta Enterprise għandha tagħmel studju dwar is-settur tas-self-employed - li wara kollox għandu ma' l-20,000 ruħ u jagħti kontribuzzjoni qawwija lis- settur ekonomiku ta' pajjiżna - u tagħmel kuntatt dirett ma' min ikun għaddej minn diffikultajiet.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Chris Agius se jibqa' in possession.", "Nistieden lis-Segretarju Parlamentari biex, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni kienet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO: Nipproponi l-aġġornament tal-Kamra għal nhar it- Tlieta, 8 ta' Lulju 2003 fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:-", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Korporazzjoni Maltija għall-Intrapriża – Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li Jemenda Diversi Liġijiet – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili – Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar Elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Awditjar Intern u Investigazzjonijiet Finanzjarji – Tielet Qari; u", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Unjoni Ewropea – Tielet Qari.", "-----------------------------------------", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kummissarju għat-Tfal – Kumitat Permanenti.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Hawn rimarki?", "L-Onor.", "Edwin Vassallo.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO: Sur President, dawn li se nagħmel huma rimarki u osservazzjonijiet u bl-ebda mod ma huwa l-winding up tal-liġi li għadna kemm bdejna niddiskutu, imma nzerta missni l-aġġornament fl-istess seduta li ftaħna d-dibattitu fuq il-liġi dwar il-Malta Enterprise.", "Kieku kelli ngħid x'kelli preparat kont ngħid li kont beħsiebni nitkellem fuq Malta bħala intrapriza waħda, pero` issa għedt biżżejjed fuq hekk u bl-ebda mod ma jien se nkun qed inkompli mad-dibattitu li ftaħna.", "Pero` biex inkun qed ngħid kollox, ma kontx se nitkellem dwar Malta bħala intrapriza waħda mill- mod ta' kif konna qegħdin nitkellmu dwarha f'dan id-dibattitu tal-lejla jien u sieħbi l-Onor.", "Chris Agius, imma minn angolu totalment differenti.", "Għal min ma jafx, Sur President, fil-programm dokumentat ta' ħidma tiegħi għal din is-sena hemm l-implimentazzjoni ta' charter għan-negozji ż-żgħar u fid-daħla tiegħu hemm chapter dwar il-valuri u l-etika fis-suq, il-qofol ta' kull suċċess kummerċjali narah jien.", "U proprju jiena llum f'dan l- aġġornament xtaqt inressaq ħsieb żgħir jew, jekk nista' inpoġġiha aħjar, xtaqt naqsam ma' sħabi tal-parlament ħsieb li ta' sikwit jgħaddili minn moħħi.", "Veru li jien ktibt li l-valuri u l-etika fis-suq huma l-qofol ta' kull suċċess kummerċjali, pero` dan l-aħħar ta' spiss qed insibni nagħmel din il-mistoqsija lili nnifsi.", "Għax fejn jidħol in-negozju – u xogħolhom dawn in-nies tan-negozju huwa li jagħmlu l-flus - kif se tkun qed timxi ma' l-etika u l-valuri waqt li tirrispondi għall-ħteġijiet tas-suq?", "U jekk inti politiku, kif se tkun qiegħed timxi mal-valuri u l-etika biex tirrispondi għall-ħteġijiet tiegħek?", "Dan huwa dak li xtaqt nitkellem dwaru, Sur President.", "Jekk hawn xi ħadd li qed jisma', il-ħsieb tiegħi huwa li din it-tip ta' diskussjoni tkun tista' tkompli.", "Il-mistoqsija b'mod ġenerali hija proprju din: Illum il-ġurnata, kemm jagħmel sens li xi ħadd fin-negozju jżomm f'moħħu x'inhu tajjeb u inqas tajjeb u jagħżel li jgħid li din jista' jagħmilha u l-oħra ma jistax jagħmilha?", "U għall-politiku, kemm jagħmel sens meta jiġi biex jieħu deċiżjoni u jgħid: Jien sa hawn nasal li ngħid iva u m'iniex se naqbeż din il-linja?", "U l-mistoqsija l-oħra: Il-linja ta' fejn huwa etiku li tagħmel hekk u m'huwiex etiku li tagħmel mod ieħor, kif se naslu għaliha?", "Sur President, lili jiġuni dawn il-mistoqsijiet f'moħħi għaliex illum donnu qegħdin ngħixu f'sitwazzjoni fejn kollox huwa permissibbli u xejn m'hu xejn, u hekk hu.", "Kulħadd għandu d-dritt privat tiegħu, kulħadd iġebbed id- dritt ta' li tagħmel ħaġa u li tagħmel oħra.", "Donnu li d-dritt sar li jagħtik iċ-ċans u l-opportunita` li tagħmel kulma jiġi f'moħħok u, bl- iskuża li nagħmlu l-flus, jiena nara li qed jonqos ħafna dak is-sens tat- tajjeb u inqas tajjeb.", "Donnu li biex tagħmel il-flus qed jonqos is-sens ta' safejn tista' tasal u fejn ma tistax tasal.", "U donnu li biex nagħmlu l- flus u bl-iskuża li nistgħu naqilgħu l-flus, kollox jista' isir u t-thin line safejn nistgħu naslu dejjem jiġi mġebbed u finalment qisna iżjed nistgħu nagħmlu affarijiet milli ma nagħmlux.", "Fil-politika kważi jista' jiġri l-istess ħaġa għax jekk fil-kummerċ, l- elastiċita` tal-valuri qiegħda dejjem tiġġebbed u bħala goalpost tiċċaqlaq - u allura donnu jiċċaqlaq ukoll il-valur ta' x'inhu tajjeb jew inqas tajjeb - anke f'dik li hija politika, il-politiku qed ikollu jiffaċċja sitwazzjonijiet fejn jekk kollox sar xejn m'hu xejn fis-suq, jispiċċa xejn m'hu xejn ukoll fil-politika, bil-politiku jispiċċa jkollu jgħid iva.", "Jgħid iva għaliex jekk ma jgħidx iva jispiċċa f'sitwazzjoni fejn irid jirrispondi u jaf isib lil xi ħadd li jgħidlu: My dear politician, you are here to please the people!", "U n-nies x'tistenna?", "Li l-politiku jkun tajjeb?", "U tajjeb skond min?", "Jiġifieri dan li qed nara jien madwari.", "X'liġi għad baqa' ta' x'inhu tajjeb u inqas tajjeb – ħalli nipprova ma ngħidx ħażin – u x'liġi għad baqa' fis-suq jew fil-politika safejn nistgħu ngħidu dan tajjeb u dan mhux tajjeb?", "U jekk irridu nitkellmu fuq kelma ftit iktar goffa li llum xi kultant taħsad lin-nies, x'inhu moralment ġust li jsir u xi drabi mhux moralment ġust li jsir?", "Fejn qegħdin nużawhom dawn il-kliem?", "Sur President, ħafna drabi nisimgħu wkoll il-kliem \"valuri nsara\".", "Nisimgħu din il-frażi f'ħafna diskorsi politiċi li ħafna drabi jkun ukoll diskorsi tax-showcase, għax dak it-tip ta' diskors ikun miktub minn xi politiku li jagħżel li jibqa' imfakkar għal dak id-diskors - nispera li l- intenzjoni tiegħi tmur ftit iktar minn hekk! – u allura nibdew nisimgħu li l-valuri nsara huma \"solidarjeta`\" u \"sussidjarjeta`\" u li \"il-politika hija servizz\".", "Nisimgħu kliem bħal \"rispett lejn il-persuna umana\".", "Nisimgħu bħalma smajna meta kellna d-Diskors tal-President - kien hemm frażi li baqgħet f'moħħi u tkellimt dwarha – kliem bħal \"demokrazija nisranija\".", "U jien nibda nistaqsi: Imma demokrazija nisranija safejn?", "Sa kemm?", "Meta?", "Ħafna drabi tispiċċa trid tagħmel mitt mistoqsija biex forsi jkollok risposta għal dawn il-mistoqsijiet li qed nitkellem dwarhom għax ftit li xejn ikollok min jagħtik risposta għalihom.", "U jiena nitħassar lill- ġurnalisti li forsi qegħdin b'widnejhom mar-radju - għax hekk ikollhom jagħmlu bħalissa biex jirrapportawni fil-gazzetti ta' għada – u jista' ikun li jgħidu: Isma, ma nistgħux naqbdu art!", "Imma Edwin x'qed jipprova jgħid?", "Fejn qed jipprova jasal?", "Pero` l-issue li qed nipprova naqsam ma' ħaddieħor f'dan l-aġġornament hija sempliċi.", "Nerġa' nistaqsi: Fil-politika u fis- suq, għandna x'inhu tajjeb u x'inhu ħażin?", "Għad baqgħalna valuri ta' x'inhu tajjeb u x'inhu ħażin?", "Din fis-sempliċita` kollha tagħha li qed nipprova ngħid.", "Issa għaliex qed nipprova nasal għal dan it-tip ta' ħsieb u niddiskutih ma' sħabi?", "Naturalment il-gvern minn żmien għal żmien jiġi mitlub jagħti diversi permessi, daqqa għal ħaġa u daqqa għal oħra.", "Jiena dan l-aħħar iltqajt ma' esperjenza fejn il-gvern kien qed jiġi mitlub li minħabba l-industrija tat-turiżmu u minħabba l-avvanz fl-industrija tat-turiżmu, min kien quddiemi kien bejn wieħed u ieħor qed jitlob li kważi jkollna liberalizazzjoni jew iżjed liberalizazzjoni fil-permessi - jew iżjed permissivita` sesswali - jew inkella biex nilliberalizzaw aktar is-sess minħabba l-iżvilupp tat-turiżmu.", "Qed ikollna min jipprova jilgħab ma' dan it-thin fine line ta' safejn tista' tasal id-deċenza pubblika, id-deċenza ta' x'tista' tagħmel u jekk forsi barra ma tistax tagħmilha imma bil- bibien magħluqa tista' tagħmilha għax hemmhekk tiġi kwestjoni privata.", "Qed ikollna nies fil-kummerċ li qegħdin kważi jitolbu liċenzja biex jilliberalizzaw is-sess, bl-iskuża tat-turiżmu jew bl-iskuża ta' l-avvanz turistiku.", "Jiena ngħid li biex niżviluppaw it-turiżmu għandna ħafna x'nistgħu nagħmlu u hemm aġenda sħiħa ta' x'nistgħu nagħmlu, Sur President.", "Possibbli li hemm bżonn nilliberalizzaw jew niftħu jdejna daqshekk li anke ċerti permessi nġibuhom xejn m'hu xejn, biex ikollna ħwienet fejn jista' ikun hemm ċerti attivitajiet li s'issa għadhom meqjusa indeċenti u m'humiex tollerabbli mill-pulizija u qed ikollna lobbying biex għada pitgħada jkunu tollerabbli?", "Huwa tajjeb li naslu s'hemm?", "Tajjeb li biex nikkompetu ma' Ibiza - jgħidulek li hemm kollox jista' isir – allura nistenna li f'Paceville jew f'postijiet oħrajn kollox jista' isir?", "Donnu li qed nistaqsu: Għamilna kollox u għandna dawn il-5-star hotels kollha u allura għaliex ma nagħtux dan is-servizz ukoll?", "Imbagħad hemm min jgħidlek: Allura inti lili tara?", "B'mod klandestin u bil-moħbi qed isiru tant affarijiet!", "Mela la bil-moħbi qed isiru tant affarijiet, għaliex ma nagħmlux kollox aktar fid-deher u nagħtu l-permessi ġaladarba ma nistgħux nenforzaw?", "Bl- iskuża li ma nistgħux nenforzaw, min qed jagħmel il-lobbying jgħidlek: Mela lleġisla, Sur Leġislatur!", "Jiena m'iniex il-ministru mitlub li jilleġisla, pero` nista' nifhem min hu mitlub biex jilleġisla jew jawtorizza f'liema sitwazzjoni jista' ikun qiegħed.", "U huwa proprju dan it-tip ta' ħsieb li jien xtaqt naqsam ma' dan il-parlament.", "Għall-politiku llum il-ġurnata, fejn hu s-sens tat-tajjeb u l-ħażin tiegħu?", "Safejn jista' jasal is-sens tat-tajjeb u l-ħażin tiegħu?", "Safejn hu mitlub li jkun is-sens tat-tajjeb u l-ħażin tiegħu?", "GħaIl- politiku tal-lum min se jkun qed jiddikjara safejn hu tajjeb?", "Illum il- ġurnata l-politiku hu mistenni li jidderieġi?", "Jien nemmen li ma jistax ikollna politika paternalistika għax ma naslu mkien - dak seta' kien l- istil politiku tal-bieraħ imma llum żgur li mhux aċċettat - pero` il- politika tal-lum hi politika ta' akkomodazzjoni?", "Imma allura takkomoda u togħġob għax jekk il-politiku ma jogħġobx jitlef postu?", "U jekk il-politiku li ma jogħġobx tant ikun marbut ma' dan l-imniefaħ ta' siġġu li lili żammni hawnhekk sad-9:30 p.m. ....", "Inti wkoll, Sur President u hawn wkoll l-Onor.", "Chris Agius.", "Allura għax aħna norbtu ruħna jew norbtu l-karriera tagħna ma' naħa jew ma' oħra jew mas-siġġu - allaħares qatt ikun hekk – irridu ngħidu iva għal kollox?", "U kemm aħna mitlubin biex nakkomodaw?", "Persuna darba fuq it-telefon qaltli - qalithieli bl-Ingliż - \"We vote for you to please us.", "As a government you have to please the people\".", "Imma aħna safejn aħna mitlubin to please the people, Sur President?", "Jiġifieri jiena xtaqt inpoġġi għal min jimpurtah din it-tip ta' issue.", "Għandha din l-issue forsi tkun diskussa?", "Timmerita li tkun diskussa?", "Jekk ma timmeritax li tkun diskussa, j'Alla li tkun issue oħra midfuna fir-records ta' dan il- parlament ħalli xi darba xi ħadd forsi jgħid: Ara darba kien hawn ċertu Edwin Vassallo u ara x'semma jaħasra, kemm kien għadu lura!", "Ma jkun ġara xejn b'daqshekk.", "Jista' ikun hemm xi ħadd li jikteb fil-gazzetta u jgħid: Ara dak Edwin Vassallo fuqhiex tkellem!", "Bilfors li kien għajjien għax kienu wara d-9.00 pm!", "Ma ġara xejn, pero` li qiegħed inqum u nitkellem fuq din il-ħaġa naħseb li huwa tajjeb għax li jkollna dan it-tip ta' djalogu jien narah salutari.", "Aħna l-poltiċi u l-poplu sakemm aħna obbligati to please the people?", "Jiena naħseb li importanti li nagħmlu din it-tip ta' evalwazzjoni għax ħafna drabi rridu nkunu kapaċi niddefendu l-prioritajiet tagħna, anke bħala politiċi.", "Jiena ngħid li għad jasal żmien fejn il-politiku – tista' tkun politiku xellugi jew lemini jew taċ-ċentru - bħalma huwa mitlub jgħid x'assi kapitali għandu jew x'income għandu, għandu jiddikjara kemm se jkun rigoruż fil-politika tiegħu – mat-twemmin privat tiegħu - nispera li mhux se nkun imlaqqam fundamentalista! - għaliex veru li lill-politiku llum noqogħdu ngħidulu biex jgħidilna kemm għandu flus, imma allura safejn jidħlu l-flus biss jimpurtana?", "M'iniex qed nistenna li xi ħadd jistaqsini: Isma, inti x'int f'dik li hi reliġjon, \"hekk\", \"hekk\" jew \"hekk\"?", "Mhux dak li qed ngħid imma għal dik li ma ssirx bil-kitba – m'hemmx bżonn issir bil-kitba – għax aħna hawnhekk kollha nistgħu niġu ffavoriti jew immaqdra skond kemm aħna stretti jew liberali fl-osservanza tal-valuri nsara tagħna.", "Fid- Diskors tal-President ma bżajniex nsemmgħu l-frażi \"demokrazija nisranija\".", "Issa din id-demokrazija nisranija sakemm se niddefenduha.", "Hija demokrazija nisranija li tkun demokrazija tolleranti?", "Hija demokrazija nisranija li tkellem dwarha l-President jekk se nispiċċaw kollox xejn m'hu xejn?", "Forsi xi ħadd għada pitgħada jiġbidli widnejja talli llejla qed nitkellem żejjed - forsi ma jiġri xejn minn dan għax kulħadd jinsab rieqed u ħadd ma qed jisma' xejn - imma sakemm aħna mitluba nakkomodaw?", "Safejn tista' takkomoda?", "Allura fejn illum għandna din is-sitwazzjoni ideali ta' x'inhu valur, jiena naħseb li għad irridu niġu f'sitwazzjoni li anke l-mexxejja ...", "Aħna għadna nibdew amministrazzjoni ġdida u min jaf jekk nispiċċawhiex bl- istess mexxejja jew ikollniex oħrajn?", "Min jaf jekk fl-għażla tal-mexxejja li ż-żewġ partiti jkunu jridu jagħmlu – u ż-żmien dejjem jasal li joffrilek għażliet differenti – ikunx hemm ukoll bħala issue għall-għażla tal-mexxej: Isma', dawn huma l-kandidati għal mexxejja!", "Imma mhux tajjeb li jkollna lil xi ħadd li kapaċi jiddikjara l-interessi tiegħu f'dawk li huma valuri?", "Forsi ma tinqalax din l-issue għax il-mod li qed nitkellem bih juri li moħħi magħluq, min jaf!", "Imma tista' tkun mitluba fis-sitwazzjoni li nkunu qegħdin ngħixu fiha?", "Jien nista' ngħid li f'dan il-pajjiż żammejna lura minn ċerti affarijiet, ħalli nitkellem hekk, bħal fejn jidħol id-divorzju, bħal fejn jidħol l- abort, għax l-id iebsa ta' Eddie Fenech Adami żammet din id-direzzjoni.", "Jien ngħid li allaħares ma kenitx id-direzzjoni li personalment ta Dr. Fenech Adami, imma meta l-kap ma jkunx għadu magħna?", "Veru li dejjem jinqala' xi ħaddieħor għax il-vojt jimtela', imma min se jkun?", "Jew forsi ċerti affarijiet għada pitgħada se jsiru moda?", "Dr. Fenech Adami ġieli wkoll jiġi labelled b'ċerti aġġettivi għaliex isostni b'mod prattiku t- twemmin tiegħu.", "Imma issa għandi punt ieħor li xtaqt nagħmel, Sur President.", "Bħala Partit Nazzjonalista – mhux fuq livell parlamentari qed ngħid – aħna niġu mistoqsija jekk aħniex f'xi assoċjazzjoni ta' mażunerija eċċ, pero` tajjeb - jew aħjar jenħtieġ - li mistoqsija bħal din xi darba tiġi mqiegħda lill-parlament kollu?", "Jew forsi għadni lura għaliex nistaqsi hekk?", "Jew forsi nkun iżjed lura jekk ngħid li f'ċerti karigi ta' min hu chairman ta' kumpannija, ta' korporazzjoni governattiva, forsi l-istess diretturi li aħna naħtru...?", "Għaliex qed ngħid hekk?", "Għaliex is-soċjeta` Maltija, jekk irridu nippermettu li wliedna jirċevuha tajjeb jew jirċevuha aħjar milli stajna rċevejniha aħna....", "Jiena naħseb li bil-mod ta' kif qed jiżviluppaw l- affarijiet, fejn qatt ma rregolajna għad trid tibda dieħla ċerta regolamentazzjoni.", "Jista' ikun li għada jiltaqa' xi ħadd miegħi u, jekk qed jisma', jidħak xi waħda b'dak li qed ngħid illum.", "Pero` jiena qed nassumi li ħadd ma daħak meta John Major – kien prim ministru ta' l-Ingilterra dan – qal lil sħabu 'We have to go back to basics'', meta beda jara s- soċjeta` Ingliza sejra lura f'dawk li huma valuri.", "Jiena nistaqsi mitt mistoqsija bħal din, Sur President, meta jkolli ċ-ċans nimxi madwar Paceville u nara żgħażagħ minorenni jixtru fliexken tax-xorb mhux biex jieħdu pjaċir imma sempliċement biex jiddamdmu.", "Jiena hemm nibda nistaqsi l-mitt mistoqsija tiegħi għax biex tixtri flixkun inbid u tixorbu waqt ikla jew biex tissoċjalizza tixrob flixkun inbid bħan-nies, fiha u ma fihiex.", "Imma meta inti tixtri flixkun spirtu u ħalli tant tkun qawwija t-taħlita, tħalltu ma' l-irħas flixkun inbid tal-kartuna sabiex veru tkun ċert li hu l-eħżen, jiena nibda nistaqsi mitt mistoqsja, fosthom jekk wasalx iż-żmien li aħna nagħmlu regolamenti veri biex ngħidu: Isma, fil-każ ta' żgħażagħ jew tfal ta' ċerta eta`, m'għandniex nippermettu li jkun hemm min ibigħilhom ix-xorb u jekk illum bil-liġi hi sa 16, tiġi ta' 18.", "Illum diġa` bdejna naraw li l-eta` ta' l-istudenti li jiġu jitgħallmu l-Ingliż hawn Malta qed tonqos – qrajtha fil-gazzetti din - imma kieku kellna nistaqsu għaliex qed tonqos?", "Forsi minħabba l-permissivita` li hawn f'ċerti bnadi?", "Ara kemm hawn min jgħajjarna li għadna lura u anke ġieli ġejna kkritikati għax fil-ħinijiet tal-ħwienet għad m'għandniex il-bejgħ ta' nhar ta' Ħadd, fil-Ġermanja lanqas nhar ta' Sibt ma hu permess li jsir il-bejgħ.", "Dan l- aħħar ħadu pjaċir għax għandu jkun ħallewhom jiftħu sa l-4:00 p.m. jew sat- 8:00 p.m. Jiena għedtilhom li aħna ilna minn żmien Mintoff nistgħu niftħu nhar ta' Sibt sat-8:00 p.m. Aħna lliberalizzati aktar mill-Ġermanja fil- ħinijiet tal-ftuħ!", "Imma llum jien nistaqsi: Dawn il-ħinijiet u dan il- bejgħ ta' ċerti prodotti bħalma huma spirti, dan qed jitfagħna 'l quddiem lilna jew lura?", "Għax jekk jitfagħna lura u aħna kapaċi nirregolaw x'inhu tajjeb u x'inhu ħażin, allura bħala gvern imissna nieħdu azzjoni.", "Issa x'ħin tiġi biex tenforza jrid ikollok pulizija ma' kull ħanut inkella ma tistax tenforza – jiena naf x'jiġifieri - u nispiċċaw naqtgħu qalbna milli nagħmlu leġislazzjoni minħabba n-nuqqas ta' enforzar.", "Allura issa sirna li għax nibżgħu nenforzaw aħjar ma nbiddlu xejn!", "Jista' ikun ukoll li tgħiduli li ma tantx għandi dritt nitkellem fuq dan - għax forsi m'għandix dritt nitkellem hekk meta jien m'għandix l-amministrazzjoni ta' ċertu enforzar - għax dan li qed nitkellem fuqu mhux taħt ir- responsabbilta` tiegħi.", "Imma bilfors nirriferi għalih għax meta nimxi, bħalma niddejjeq nara bankina li tkun saret il-bieraħ u diġa` mhix tajba, daqstant ieħor niddejjaq nara tfal u żgħażagħ jgħixu f'ambjent li diġa` hu mħassar.", "Allura nerġa' nagħmel din il-mistoqsija: Safejn aħna mitluba nintervenu biex ma tkomplix issir aktar ħsara?", "Jekk xi ħadd jgħidilna li dik mhux ħsara imma d-dinja trid hekk u xejn ma hu ħażin u nippermettu li kollox jibqa' sejjer hekk, allura tħalli kollox isir hekk?", "Jiena rrid infaħħar lill-pulizija li għamlu xogħolhom u anke kienu rigorużi fl-amministrazzjoni ta' ċertu enforcement u marru fuq ċerti ħwienet u meta għalqu, għalquhom għax kien hemm ċerta indeċenza.", "Jiena kont u għadni mmur nimxi f'Paceville u jiġu tal-ħwienet fuqi u jgħiduli: Ara x'għamlulna!", "Ngħidilhom: Kontu skond il-liġi?", "U meta jwieġbu li ma kenux skond il-liġi, ngħidilhom: Mela sewwa għamlulkom!", "Imma kemm se jkollna kuraġġ nżommu sod u ngħidu: Le għax ħażin u iva għax tajjeb?", "Dak li hu ħażin irid jibqa' ħażin.", "U jiena, Sur President, qed nipprova niġbed din it-tip ta' attenzjoni għaliex tant sar xejn m'hu xejn, li llum donnu l-politiku hu mistenni li jilliċenzja kollox.", "Il-politiku hu mistenni li l-ħin kollu jgħid iva għal kollox.", "Konna waqt laqgħa u kien hemm xi ħadd minn sħabi li qalli - issa x'inhu veru ma nafx imma nemmnu lil sieħbi – li minħabba li qed ikun hemm ċerti accidents tat-traffiku minn żgħażagħ filgħaxijiet, Berlusconi wasal biex il- ħinijiet tad-discos u tad-divertiment – wieħed jiċċekkja għax forsi mhux kullimkien l-istess, għax jaf ikollok reġjuni differenti minn oħrajn – għamilhom sas-2:00 a.m. Immaġina kieku f'Malta l-gvern kellu jagħmel hekk kemm kien ikollna nies li jafu jiktbu bl-Ingliż imma ma jafux jimxu fuq saqajhom, jgħajruna li aħna gvern lura!", "Min jaf kemm kien ikollna minn dawk li jieħdu paġni sħaħ biex jiktbu xi ħaġa fil-gazzetta meta tieħu stand, joqogħdu jgħidulek kemm inti 'l quddiem jew lura!", "Immaġinaw kieku kellna gvern jieħu deċiżjoni biex jagħmel xi ħaġa li tkun qed taqta' fil- laħam il-ħaj b'dak il-mod!", "Illum, Sur President, dan il-poplu sar poplu li jaħdem u jiddeverti, kważi jkolli ngħid li d-divertiment sar ta' valur ogħla mix-xogħol.", "Kważi jkolli ngħid meta nħares minn barra lejn il-ħajja ta' kif ngħixuha li fil-valur tad-divertiment sirna nittolleraw kollox basta niddevertu.", "Sirna poplu li rridu nikkonsmaw u nibilgħu u niffangaw mingħajr ma nkunu nafu x'inhu tajjeb u x'inhu ħażin.", "Imbagħad għal ċerti dmirijiet tal-ġenituri minflok ikollna n-nanny inħallu f'idejn it-television, bit-television ikun in- nanny u jieħu post l-omm u l-missier.", "Dan hu li qed jagħmel ħerba għax it-television huwa teacher li jġib lil kulħadd xorta, iġib lil kulħadd annimal, iġib lil kulħadd suġġett għall-pjaċiri li jipprova jbiegħ.", "Sur President, dak li qed nitkellem fuqu llum kont ktibt dwaru meta kont ippubblikajt x'inhu l-pjan ta' ħidma tiegħi għal din is-sena u se nispiċċa kif bdejt, u cioe` li l-valuri u l-etika fis-suq huma l-qofol ta' kull suċċess kummerċjali.", "Jiena nemmen li dak l-individwu li ma jridx jemmen f'Alla l-Imbierek, jista' joqgħod.", "Jekk ma jridx iħaddan il-fidi għax jaħseb li jiġi kkonsidrat li għadu lura, jista' joqgħod ukoll.", "Imma llum fejn in-nies ma titkellimx aktar fuq \"fidi f'Alla\", daħlu kliem oħrajn biex jissostitwixxu dak il-kliem.", "Allura għandna kliem bħalma huma \"valuri\" u \"etika\" li daħħalnihom biex jissostitwixxu kliem ieħor, sabiex ikollna kliem ftit aktar kompatibbli ma' min ma jrid jemmen f'xejn.", "Imma l- verita' hi li daħħalna dan il-kliem għax nemmnu li xorta baqa' l-ispirtu ta' x'inhu tajjeb u anqas tajjeb jew, kif nafu ngħidu aħna, ta' x'inhu tajjeb u x'inhu ħażin.", "Sur President, nawgura li jkollna diskussjoni anke pubblika - jekk wieħed jara li tkun worth it - dwar safejn nistgħu naslu bħala poplu u x'nistgħu nistennew mill-politiku u safejn hi l-linja ta' x'inhu tajjeb jew ħażin għat-tnejn li aħna.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada t-Tlieta, 8 ta' Lulju, 2003 fis-6:00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mis-Segretarju Parlamentari.", "Fid-9:30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "XUFIERA TAL-LINJA - KORS TA' CUSTOMER CARE", "829.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid jekk xufiera tal-linja jingħatalhomx kors ta' customer care?", "Jista' jgħid kemm kien hemm ilmenti kontra xufiera minn Jannar 2003 sal-lum?", "X'tip ta' ilmenti kienu?", "Kemm minnhom kienu ġustifikati?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li kulmin japplika sabiex jakkwista liċenzja biex isuq karozza tal-linja jingħata kors ta' customer care.", "Minn Jannar 2003 sal-lum, l-awtorita' dwar it-trasport irċeviet 44 ilment kontra xufiera tal-linja - fost dawn kien hemm ilmenti fuq imġiba ħażina, tipjip, tluq qabel il-ħin, ma jeqfux fuq bus stop, jabbandunaw ir-rotta, ma jagħmlux il-vjaġġ, devjazzjoni tar-rotta stabilita, noll għoli u sewqan traskurat – liema lmenti ġew mgħoddija lill-qorti biex jittieħdu passi kontra dawk involuti.", "Daħlu wkoll għaxar ilmenti oħra fuq imġiba ħażina jew nuqqas ta' waqfien fuq bus stop, iżda x-xufiera f'dawn il-każi ġew imwissija biss mill- awtorita' għall-fatt li l-passiġġieri ma redux jitilgħu jixhdu.", "SKEJJEL TA' L-INGLIŻ – UŻU MINN PROPRJETA' TAL-GVERN", "830.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid liema huma dawk l-iskejjel tal-gvern li qed jinkrew biex fihom isir tagħlim lil studenti barranin?", "Kemm jintalbu jħallsu f'kull każ l-organizzaturi?", "Peress li diġa' ġew xi studenti barranin biex jitgħallmu l-Ingliż, jista' jassigura li dawn mhux qed ifixklu t-tagħlim u/jew l- eżamijiet?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li f'Lulju u f'Awissu ta' kull sena, meta n- numru ta' studenti barranin li jiġu Malta ħalli jitgħallmu l-Ingliż ikun fl- aqwa tiegħu, ikun hemm skejjel ta' l-Ingliż li jagħmlu użu minn skejjel tal- gvern meta dawn ikunu vojta.", "Il-kiri ta' dawn l-iskejjel hija prerogattiva tal-kunsill skolastiku ta' kull skola konċernata u tinbidel minn sena għall- oħra skond il-ħtiġijiet tal-mument.", "Huwa assigurat illi t-tagħlim u l-eżamijiet fl-iskejjel bl-ebda mod ma jiġu mfixkla b'din l-attivita' li tibda wara li tintemm is-sena skolastika għall- istudenti Maltin.", "NIES ILLITTERATI", "831.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm huwa kkalkolat li hawn illitterati?", "Jista' jgħid kif saru dawn il-kalkoli?", "Kemm hemm persuni taħt il-25 sena li huma llitterati?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li huwa ċ-ċensiment nazzjonali li jinħareġ mill-uffiċċju ċentrali ta' l-istatistika li jagħti tagħrif nazzjonali dwar il-problema b'mod ħolistiku.", "F'xi seduta se npoġġi l-istatistika fuq il-mejda tal-Kamra.", "SKEJJEL – TFAL B'DYSLEXIA", "832.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jghid jekk sarx xi survey fost it-tfal li bħalissa qegħdin l- iskola biex wieħed jara kemm hawn minnhom ibatu b'dyslexia?", "Kemm huwa kkalkolat li hemm minn dawn it-tfal?", "Jista' jgħid x'għajnuna toffri d- diviżjoni ta' l-edukazzjoni lil dawn l-istudenti?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif mitlub ma laħaqx wasalli u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "SKEJJEL – REGOLAMENTI DWAR IT-TIPJIP", "833.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid x'inhuma r-regolamenti dwar it-tipjip fl-iskejjel?", "Hemm ħsieb li t-tipjip jiġi pprojbit għal kollox biex l-għalliema u l-istudenti ma jkunux suġġetti għal tipjip passiv?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Żgur li fl-iskejjel it-tfal ma jistgħux ipejpu.", "Il- ħaddiema lanqas ma jistgħu ipejpu fil-common areas u fil-klassijiet.", "F'kull skola hemm smoking room għal dan il-għan.", "ETC – PROGRAMMI TA' TAĦRIĠ", "834.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid x'korsijiet qed toffri l-korporazzjoni għax-xogħol u taħriġ u għal min huma maħsuba?", "Min jieħu ħsieb li jgħallem f'kull kors u fejn qed isiru dawn il-korsijiet?", "Kemm qed jattendu fil-preżent għal kull kors li l-ETC torganizza?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li fil-preżent il-korporazzjoni għax-xogħol u taħriġ qed toffri madwar 75 programm ta' taħriġ.", "Dawn il-programmi huma maħsuba għal persuni li qed ifittxu mpjieg kif ukoll għal dawk li jaħdmu u jixtiequ jtejbu l-ħiliet tagħhom.", "Il-programmi huma amministrati minn persuni fi ħdan id-diviżjoni ta' taħriġ ta' l-istess korporazzjoni u jiġu organizzati fiċ-ċentri ta' taħriġ tal- korporazzjoni f'Ħal Far, il-Belt, il-Blata l-Bajda u GĦawdex kif ukoll minn diversi entitajiet edukattivi u ta' taħriġ madwar Malta.", "It-taħriġ isir minn nies esperti fil-qasam li ġew mogħtija taħriġ kif jgħallmu l-adulti.", "Lista dettaljata tal-korsijiet tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "MICROSOFT XP UPGRADE", "859.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' il-Prim Ministru jgħid x'persentaġġ mill-computers tad-dipartimenti varji tal-gvern jifilħu XP upgrade?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab informat li l-Microsoft XP upgrade għandu bżonn computer li jkollu dawn il-kwalitajiet jew aħjar:", "Livell ta' processor: Pentium III Memorja: 256MB RAM Spazju vojt fuq id-diska: 2Gbytes", "Minn numru ta' PCs li jinsabu fis-servizz pubbliku u fis-settur ta' l- edukazzjoni, huwa maħsub li hemm madwar 18% li jifilħu l-XP.", "Biss tajjeb li wieħed jenfasizza li l-gvern kontinwament jibdel il-computers u għaldaqstant l-arranġament mal-Microsoft ikopri computers ġodda wkoll.", "Fl-aħħarnett, għax il-gvern huwa konxju tal-fatt li għandu stock kbir ta' computers li huma tat-tip Pentium II jew inqas, l-arranġament mal-Microsoft jippermetti l-upgrade ta' dawn il-PCs għall-Windows '98 u Office '97 Pentium II u Windows '95 u Office '95 Pentium I", "E-HEALTH", "860.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' il- Ministru jgħid jekk il-kunċett E-health ġiex introdott f'pajjiżna?", "Min se jieħu responsabbilta' tiegħu?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Il-ministeru tas-saħħa, permezz tal-website tiegħu li tiġi aġġornata mit-taqsima fi ħdanu ta' l-information managment unt, diġa' qed joffri servizz ta' informazzjoni biex iżomm lill-pubbliku aġġornat dwar dak li qed jiġri fil-qasam tas-saħħa.", "F'dan ir-rigward, diġa' sar xi xogħol ta' m-gov fejn in-national blood transfusion centre' jista jibgħat messaġġi lid-donaturi dwar tip ta' demm li jkun hemm bżonn.", "Proġett ieħor li sar kien fejn tobba mis-settur privat jibagħtu notifika lill-ministeru tas-saħħa dwar tilqim jew infezzjonijiet b'mod elettroniku flok bil-posta normali.", "Hemm il-ħsieb li l-ministeru jintroduċi xi servizzi ġodda b'dan il-kunċett aktar tard is-sena d-dieħla.", "CHILDREN ALLOWANCE", "886.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm professjonisti li jieħdu ċ-children allowance?", "Kemm kien hemm professjonisti li ġew skwalifikati milli jkomplu jirċievu ċ-children allowance?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Il-ħlas ta' l-allowance għat-tfal qatt ma kien marbut mal-ġeneru ta' xogħol ta' l-applikant u għalhekk ma tinżammx statistika kif mitluba mill-Onor.", "Interpellant.", "TA' XBIEX - QASAM TAD-DJAR BLOCK A4", "905.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jinvestiga l-problema li hemm fi block A4 fil-qasam tad-djar f'Ta' Xbiex, fejn qed joħroġ l-ilma minn toqba li hemm taħt il-lift li ġie stallat xi żmien ilu?", "Jista' jara li din is-sitwazzjoni tiġi rrimedjata għax għalkemm dan l-ilment tressaq lill- awtoritajiet konċernati mill-inkwilini nfushom, il-problema għadha ma ġietx solvuta u qed toħloq inkonvenjent u periklu għar-residenti tal-block, b'mod partikolari dawk b'diżabilita' fiżika li ma jistgħux jgħaddu mingħajr is- servizz ta' dan il-lift?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab informat li waqt li kien qed isir it-tħaffir għal-lift pit fi block A4, Ta' Xbiex instab li kien qed jiskula xi ilma taħt il-bini.", "Minn investigazzjonijiet li saru nstab li l-ilma ma kienx ikkawżat minn xi leak ta' ilma jew drenaġġ mill-appartamenti ta' ġol-blokk innifsu u għalhekk mhix kwestjoni ta' riparazzjoni ta' stallazzjonijiet fil- block.", "Sabiex xorta jkun jista' isir il-lift, giet istallata pompa li tbattal il-lift pit mill-ilma hekk kif dan jinġabar hemm.", "Skond il-kondizzjonijiet ta' skema V, ir-residenti tal-block huma responsabbli għall-manutenzjoni u tiswijiet meħtiega fuq il-lift, inkluż il-pompa.", "Ir-residenti kollha li jużaw il-lift huma obbligati jagħtu sehemhom biex il-manutenzjoni ssir regolarment.", "Diment li dan isir, m'hemm l-ebda periklu għar-residenti u l-lift jista' jibqa' jintuza kif fil-fatt qed isir.", "TARZNARI - DJUN", "906.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jgħid jekk il-gvern għandux xi timescale li fih beħsiebu jagħmel ir-writing-off ta' Lm300 miljun f'dejn akkumulat mit- tarznari?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li t-trattament tad- dejn tat-tarznari qed isir fl-isfond tar-ristrutturar kif qed jiżviluppa fi ħdan it-taskforce li twaqqfet għal dan il-għan bejn il-partijiet kollha konċernati.", "F'dan ir-rigward qed jittieħed inkonsiderazzjoni wkoll it-tip ta' dejn, jiġifieri jekk hux mal-gvern jew mal-banek.", "LOW-COST AIRLINES", "907.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għat-Teknoloġija ta' l- Informazzjoni u Investiment: Jista' il-Ministru jgħid xi studji saru mill- Air Malta biex jistudjaw l-impatt tas-sħubija prospettiva ta' Malta fl- Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-kompetizzjoni diretta ta' low-cost airlines – ngħidu aħna, Easy Jet u Ryanair - b'riżultat tal-liberalizazzjoni li mistennija tiġi fis-seħħ mas- sħubija?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "ŻEJTUN - TRANSFER TA' LINJA TAT-TELEFON", "913.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għat-Teknoloġija ta' l- Informazzjoni u Investiment: Possibbli l-Maltacom tara li fl-aqsar żmien possibbli tagħmel transfer ta' linja tat-telefon - dettalji qed jintbagħtu separatament - għaliex f'din id-dar jgħix tifel żgħir marid serjament u minħabba f'hekk hemm bżonn ta' kuntatt kontinwu ma' l-isptar u mat-tabib, xi drabi anke b'mod urġenti?", "Billi s-subscriber konċernat ilu ħafna jinsisti għal dan it-transfer, jistgħu jittieħdu passi ħalli x-xogħol isir fl-aqsar żmien possibbli għar- raġunijiet imsemmija?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "XOGĦOL TA' RESTAWR FUQ SITI STORIĊI", "914.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' il-Ministru jgħid kemm sar xogħol ta' restawr fuq siti storici fis-snin 2000, 2001, 2002 u 2003 s'issa?", "Jista' jghid liema huma dawn ix-xoghlijiet, meta saru u kemm ġew jiswew?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-mejda tal- Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "XOGĦOL TA' RESTAWR FUQ SITI ARKEOLOĠIĊI", "915.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' il-Ministru jgħid kemm sar xogħol ta' restawr fuq siti arkeoloġiċi fis-snin 2000, 2001, 2002 u 2003 s'issa?", "Jista' jgħid liema huma dawn ix-xogħlijiet, meta saru u kemm swew?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li saru dawn ix- xogħlijiet ta' restawr fuq siti arkeoloġiċi: konservazzjoni ta' siti medjevali ġewwa s-Simblija f'Ħad-Dingli, xogħol li tlesta aktar kmieni din is-sena u li sewa madwar Lm20,000; u r-restawr u r-riabilitazzjoni ta' Pembroke battery li tlestiet fis-sena 2002, xogħol li ġie jiswa madwar Lm25,000.", "XOGĦOL TA' UPGRADING F'ZONI TURISTIĊI", "916.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' il-Ministru jgħid kemm sar xogħol ta' upgrading f'zoni turistiċi fis-snin 2000, 2001, 2002 u 2003 s'issa?", "Jista' jgħid liema huma dawn ix-xogħlijiet, meta saru u kemm swew?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li xogħol ta' upgrading f'zoni turistiċi fis-snin 2000, 2001, 2002, u 2003 sar f'dawn il- lokalitajiet u n-nefqa kienet kif jidher hawn taħt:-", "|2000 |Buġibba/Qa|Lm209,52| | |wra |4 | | |Marsascala|183,917 | | |Birżebbuga|113,131 | | |Marsaxlokk|100,255 | | |Sliema |457,314 | |2001 |Buġibba | | | |Marsascala|Lm28,555| | |Birżebbuga|45,671 | | |Marsaxlokk|28,520 | | |Sliema |63,957 | | |San Ġiljan|560,374 | | | |167,059 | |2002 |Sliema |Lm222,44| | |San Ġiljan|8 | | |Marsascala|496,503 | | |Birżebbuga|39,253 | | |Marsaxlokk|19,354 | | |Buġibba/Qa|16,505 | | |wra |2,033 | |2003 (sa|Sliema |Lm | |Ġunju) |San Ġiljan|58,506 | | |Marsascala|428,226 | | |Birżebbuga|18,644 | | |Buġibba/Qa|744 | | |wra |16,492 |", "XOGĦOL TA' UPGRADING FIL-BAJJIET", "917.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' il- Ministru jgħid kemm sar xogħol ta' upgrading f'bajjiet u xtut fis-snin 2000, 2001, 2002 u 2003?", "Jista' jgħid liema huma dawn ix-xogħlijiet, meta saru u kemm swew?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-awtorita' tat-turiżmu fis-snin indikati ipparteċipat fi proġetti kapitali ta' upgrading f'bajjiet.", "L-awtorita' tieħu sehem biss fi proġetti fuq skala żgħira u b'kollaborazzjoni ma' aġenziji oħra tal-gvern u l-kunsilli lokali.", "F'dan ir-rigward nistgħu nsemmu l-proġett ta' l-Exiles li sewa madwar Lm22,191, is-Salina embellishment project li sewa Lm19,792 u l-proġett ta' upgrading fil-promenade ta' Marsalforn flimkien mal-kunsill lokali taż- Żebbug li sewa madwar Lm13,930.", "XOGĦOL TA' RESTAWR FUQ SITI STORIĊI", "918.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' il-Ministru jgħid xi programm għandu l-gvern għal xogħol ta' restawr fuq siti storici ?", "Jista' jgħid liema huma dawn ix- xogħlijiet, meta se jsiru u kemm huwa mistenni li jiswew?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li hemm il-ħsieb li jsiru diversi xogħlijiet fuq siti storiċi, fosthom fuq is-swar tal-Belt u l- Kottonera.", "Id-dettalji ta' dawn ix-xogħlijiet, inkluż l-istima ta' kemm ġejjin, għadhom qed jinħadmu, bi preparazzjoni għall-estimi tas-sena li ġejja.", "XOGĦOL TA' RESTAWR FUQ SITI ARKEOLOĠIĊI", "919.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' il-Ministru jgħid xi programm għandu l-gvern għal xogħol ta' restawr fuq siti arkeoloġiċi ?", "Jista' jgħid liema huma dawn ix- xogħlijiet, meta se jsiru u kemm huwa mistenni li jiswew?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li s-sena li ġejja huwa ppjanat li jsir xogħol fuq siti arkeoloġiċi.", "Id-dettalji ta' dawn ix- xogħlijiet, inkluż l-istima ta' kemm ġejjin, għadhom qed jinħadmu, bi preparazzjoni għall-estimi tas-sena li ġejja.", "ĦAMRUN: FESTA TAL-KUNĊIZZJONI - LOGĦOB TAN-NAR", "927.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Ministru jara li jittieħdu passi adegwati u urġenti biex jiġu evitati inċidenti minħabba l-logħob tan-nar fil-festa tal-Kunċizzjoni fil- Ħamrun, peress li matul il-festa tas-sena l-oħra xi murtali waqgħu fuq djar privati u kkaġunaw nirien?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi l-ilment imressaq mill-Onor.", "Interpellant għan-nom tar-residenti qed ikun mistħarreġ.", "IPPROĊESSAR TA' VISAS", "928.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Fil- kuntest tas-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, jista' il-Ministru jgħid jekk l-ipproċessar tal-visas hux se jibqa' f'idejn il-kummissarju tal- pulizija jew f'idejn l-assistent kummissarju konċernat?", "Jista' jikkonferma li dan ix-xogħol aktarx se jiġi mgħoddi lil unit pajżan fi ħdan il-ministeru għall-affarijiet barranin?", "ONOR.", "TONIO BORG: L-ipproċessar tal-visas mad-dħul ta` Malta fl-Unjoni Ewropea jibda jsir mill-uffiċini konsulari ta' l-ambaxxati Maltin, pero` il-pulizija xorta jkollhom parti mill-proċess ta` dawn il-visas f`idejhom.", "IPPROĊESSAR TA' VISAS", "929.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Fil-kuntest tas-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, jista' il-Ministru jgħid jekk l-ipproċessar tal-visas hux se jibqa f'idejn il-kummissarju tal- pulizija jew f'idejn l-assistent kummissarju konċernat?", "Jista' jikkonferma li dan ix-xogħol aktarx jiġi mgħoddi lil unit pajżan fi ħdan il-ministeru għall-affarijiet barranin?", "ONOR.", "JOE BORG: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi għar-risposta mogħtija mill-ministru għall-ġustizzja u intern għall-mistoqsija parlamentari 928.", "APPLIKAZZJONIJIET GĦAL VISAS", "930.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew ipproċessati visas għal ċittadini mill- Marokk, mit-Tuneżija, mill-Eġittu u mit-Turkija mill-1 ta' Jannar 2003?", "Kemm ġew aċċettati u kemm ġew irrifjutati?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi bejn Jannar u Ġunju ta` din is- sena, in-numru ta` applikazzjonijiet għal visa mill-Marokk, mit-Tuneżija, mill-Eġittu u mit-Turkija kien ta` 4,154.", "Minn dawn 3,533 ġew aċċettati filwaqt li 621 kienu rrifjutati.", "ĦAŻ-ŻABBAR: TRIQ IL-GRAZZJI - QTUGĦ FIL-PROVVISTA TA' L-ELETTRIKU", "931.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għat-Teknoloġija ta' l- Informazzjoni u Investiment: Jista' il-Ministru jinvestiga lment li wasal għandi li ċerti residenzi fi Triq il-Grazzji, Ħaż-Żabbar qed isofru minn qtugħ fil-provvista ta' l-elettriku?", "Billi dan qed jiġri ta' spiss, possibbli li din il-problema tiġi rrimedjata?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "INFIQ MINN ĊITTADINI LIBJANI", "932.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jgħid kemm nefqu flus f'pajjiżna ċittadini Libjani fis-snin 1995, 1996, 1997, 1998, 1999, 2000, 2001 u 2002?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li t-tagħrif dwar kemm nefqu flus f'pajjiżna ċittadini Libjani qed jingħata fit-tabella li tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta mis-sena 2001 sas-sena kurrenti għax dan it-tagħrif beda jinġabar mit-tourstat inbound tourism survey mill-2001.", "Nippreċiża li t-tagħrif li qed jingħata jirrigwarda viżitaturi Libjani li vvjaġġjaw bl-ajru biss għax it-tagħrif dwar x'nefqu viżitaturi bil-baħar għad irid jibda jinġabar.", "Skond il-metodoloġija internazzjonali li qed tintuża, l-infiq jinkludi dawn it-tliet katergoriji: package expenditure, non-package expenditure u other, bl-other expenditure tinkludi spejjeż li mhumiex inklużi fil- kategoriji l-oħrajn bħal ikel, xorb u trasport lokali.", "SCHENGEN VISAS", "933.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Ministru jagħti tagħrif dwar kif tiġi pproċessata Schengen visa ta' ċittadin barrani li jkun jixtieq iżur pajjiżna għal skopijiet ta' turiżmu u/jew xogħol?", "Kemm iddum visa biex tiġi pproċessata?", "Isir xi forma ta' skrutinju mill-Unjoni Ewropea dwar il-mod kif nipproċessaw Schengen visa?", "ONOR.", "TONIO BORG: L-ipproċessar ta` Schengen visas isir skond struzzjonijiet li ħarġet l-Unjoni Ewropea u li huma magħrufa bħala common consular instructions on visas.", "Hemm ukoll katalgu relatat mal-ħruġ ta` Schengen visas li fih ukoll lista ta` rakkmandazzjonijiet fuq il-ħruġ ta` dawn il-visas.", "Schengen visa ma toħroġx għal skopijiet ta` xogħol u l-ipproċessar tagħha jsir skond il-proċeduri nazzjonali.", "Bħalissa visa tieħu sa 15-il jum biex tiġi pproċessata, pero` dan jiddependi mill-ammont ta` xogħol li jkun qiegħed jiġi pproċessat.", "L-iskrutinju tal-ħruġ ta` Schengen visas isir permezz tal-proċeduri msemmija fil-common consular instructions, li fih standards li jridu jiġu applikati minn kull stat membru ta' l-Unjoni Ewropea.", "MULTIPLE – ENTRY VISA/S", "934.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Ministru jgħid kemm applikaw ċittadini barranin għal multiple- entry visas fis-snin 1998, 1999, 2000, 2001, 2002 u 2003 u ta' liema ċittadinanza?", "Kemm ġew aċċettati u kemm ġew rifjutati?", "Jista' jgħid għal kull multiple-entry visa kemm għaddew ġranet bejn il-preżentata ta' l- applikazzjoni u d-deċiżjoni finali tal-kummissarju tal-pulizija?", "Jista' jgħid jekk il-perjodu operattiv tal-multiple-entry visa jvarjax bejn visa u oħra?", "Jista' jagħti tagħrif dwar għal kemm żmien tkun operabbli multiple- entry visa?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi t-tagħrif dwar l-ewwel u t-tieni parti tal-mistoqsija huwa kif jidher fit-tabella li poġġejt fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "Dwar it-tielet parti tal-mistoqsija, u cioe` dwar kemm ġew aċċettati u kemm ġew rifjutati, ninsab informat illi dan it-tagħrif ma jinżammx taħt forma komputerizzata u għaldaqstant jieħu ż-żmien sabiex ikun ikkompilat.", "Informat ukoll illi bejn wieħed u ieħor, l-ipproċessar ta` tali applikazzjoni tieħu bejn 15-il ġurnata u tliet ġimgħat.", "Il-perijodu operattiv ivarja skond kif tkun it-talba, pero` qatt ma jeċċedi s-sena.", "RAĦAL ĠDID – QTUGĦ MILL-PENSJONI", "940.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jagħti spjegazzjoni għaliex anzjan li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament u li kien weħel sentenza ta' ħabs, qed tinqatagħlu parti mill-pensjoni?", "Possibbli li dan l-individwu jiġi informat bl-aħħar żviluppi?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi lill- persuna indikata fl-ufficcju distrettwali tad-dipartiment tas-sigurta' soċjali.", "EŻAMI TAL-JUNIOR LYCEUM", "941.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il- Ministru jgħid kemm kien hemm tfal li matul din is-sessjoni ta' l-eżamijiet għad-dħul fil-junior lyceum ġabu 5As?", "Minn liema lokalita' huma?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Żewġ tabelli li juru studenti li ġabu 5As skond l- iskola u skond il-lokalita' tpoġġew fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "EMBELLISHMENT OF PUBLIC AREAS", "948.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' il-Ministru jgħid xi ħlasijiet saru sal-lum mill-vot embellishment of public areas?", "Għal liema mogħdijiet saru dawn il- ħlasijiet?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-ħlasijiet li saru sal-lum mill-vot embellishment of public areas ta' din is-sena huma kif ġej:-", "|DESCRIPTION |AMOUNT | |King George, Floriana | | |Safety material |Lm321 | |Bus Terminus, Valletta | | |Refurbishment of bus |Lm20,00| |terminus |0 | |Supply of precast |3,565 | |concrete slabs |25,637 | |Services from Enemalta |1,897 | |corporation | | |Demolition of two |115 | |public convenience |623 | |ceilings |1,244 | |Mechanical sanding down|1,024 | | |1,800 | |Prestressed slabs |53 | |Slabs |975 | |Overtime to Enemalta |13,685 | |employees |16 | |Overtime to works | | |division employees | | |Hire of mobile toilet | | |Mounted hammer | | |Various materials | | |Hire of jigger | |", "PTA - KAROZZI TAL-LINJA", "949.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 842, jista' il-Ministru jgħid fuq liema rotot huma mqassma l-254 xarabank li jaħdmu kuljum?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: It-tabella dwar ir-rotot tpoġġiet fuq il-mejda tal- Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "MAGĦTAB – PACKAGE ONE", "950.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' il-Ministru jgħid minn min intrebaħ it-tender ta' package one?", "Jista' ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt li ngħata?", "Jista' jgħid minn meta beda jitħaddem dan il-kuntratt u x'perjodu ta' żmien ikopri?", "Kemm qiegħed isir ħlas kull sena mill-gvern għas- servizzi mogħtija skond dan il-kuntratt?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-kuntratt ta' package one intrebaħ mill-konsorzju ffurmat minn Polidano Bros. Ltd. u l- kumpannija Ġermaniża S.R.W.", "Il-kuntratt beda jitħaddem mid-19 ta' Mejju 2003 u jkopri sal-31 ta' Marzu 2008.", "Il-ħlas huwa ta' Lm1.18 mingħajr VAT għal kull tunnellata skart aċċettabbli li tidħol f'siti awtorizzati.", "Il-ħlas isir fis-sena u għalhekk għadu kmieni biex wieħed jgħid x'se jħallas il-gvern kull sena.", "Minħabba li l-kuntratt huwa ta' natura kummerċjali, ma nħossx li għandi npoġġi kopja tiegħu fuq il-mejda tal-Kamra.", "NORTH-WEST LOCAL PLAN", "951.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li jiġi approvat in- north-west local plan?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Ninsab infurmat li huwa maħsub li n-north west local plan għandu jiġi approvat għal Dicembru 2003.", "ĦAŻ-ŻEBBUĠ – OFFERTA CT 186/2003", "952.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' il-Ministru jgħid x'xogħol hu previst li jsir skond tender CT186/2003, bini ta' skema għall-ilma tax-xita f'Ħaż-Żebbuġ?", "Jista' ipoġġi kopja tal-pjanta tal-culvert fuq il-mejda tal-Kamra?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li x-xogħol skond it- tender CT 186/2003 jifforma parti minn proġett għas-sistema ta' l-ilma tax- xita fil-lokalita' ta' Ħaż-Żebbuġ.", "Il-proġett jikkonsisti fit-tqegħid ta' madwar 165 metru ta' mains u l-kostruzzjoni ta' madwar 90 metru ta' culvert ġdid.", "Kopja tal-pjanta tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is- seduta.", "SANT'ANĠLU – XOGĦOL FUQ IL-MOLL", "953.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' il-Ministru jgħid jekk it-tender għax-xogħlijiet ta' tisħiħ tal-mollijiet ta' Sant'Anġlu ġiex aġġudikat?", "Min rebaħ it-tender?", "X'inhu l-valur tax-xogħol?", "Meta se jibda u meta se jispiċċa?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li dan il-kuntratt għadu fi stadju ta' aġġudikazzjoni.", "ŻURRIEQ: TRIQ IL-KANGU - XOGĦLIJIET", "955.", "L-ONOR.", "HELEN D'AMATO staqsiet lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 252 dwar xogħol fi Triq il-Kangu, fiż-Żurrieq - fejn kien ġie ndikat li x-xogħol kien mistenni li jitlesta sa l-aħħar ta' Ġunju - peress li minn meta saret il- mistoqsija sal-lum is-sitwazzjoni għadha kif kienet u x-xogħol ma tkompliex, jista' il-Ministru jindaga x'inhu jiġri?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat illi d-direttorat tat-toroq qiegħed isegwi mill-qrib ix-xogħol li qed isir fit-triq imsemmija u fil-fatt ix- xogħol issa qed jitkompla.", "L-awtorita dwar it-trasport qed tkompli ssegwi mill-qrib dan il-proġett biex jiġi żgurat li x-xogħol meħtieġ jitlesta fl-inqas żmien possibbli.", "B'KARA - BENEFIĊĊJU TAL-MARD", "956.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid meta se tingħata l- għajnuna dovuta lil persuna li isimha qed jintbagħat separatament għax- xhur ta' Ġunju 2002 sa Frar 2003?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi l-persuna ndikata fl-ufficcju distrettwali tad-dipartiment tas-sigurta' soċjali.", "SANTA VENERA: TRIQ FLEUR-DE-LYS - RAMPA", "957.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Ministru jara li ssir rampa fi Triq Fleur-de-Lys sabiex jagħmlu użu minnha persuni li jkunu qed jaqsmu minn fuq iż-zebra- crossing ta' ħdejn ir-Roxy?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li Triq Fleur-de-Lys hija arterja prinċipali u għalhekk taqa` fil-kompetenza tal-gvern ċentrali.", "Għaldaqstant nitlob lill-Onor.", "Membru jirriferi l-mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "SKART MILL-INDUSTRIJA TAL-KOSTRUZZJONI", "958.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid x'inhi l-policy rigward skart konsistenti f'terrapien ta' l-industrija tal-kostruzzjoni?", "Fejn qed jintrema' dan l- iskart?", "Min huma s-soċjetajiet privati li huma nvoluti f'dan il-proċess?", "Xi ħlasijiet isiru sabiex isir dan ir-rimi?", "Kien hemm tenders għal dan ix- xogħol?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi l- mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "OPM – KIRI U XIRI TA' KAROZZI", "959.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Prim Ministru: Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta' karozzi li qegħdin jintużaw mid- dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?", "Kemm minn dawn huma government-owned u kemm huma mikrija?", "Fil-każ ta' dawk mikrija, jista' il- Prim Ministru jgħid b'liema rata huma mikrija u jekk humiex leased on contract?", "Min qed jagħmel użu minn dawn il-karozzi?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Tabella li turi l-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "POLITIKA SOĊJALI – KIRI U XIRI TA' KAROZZI", "960.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta' karozzi li qegħdin jintużaw mid-dipartimenti li jaqgħu taħt id- dekasteru tiegħu?", "Kemm minn dawn huma government-owned u kemm huma mikrija?", "Fil-każ ta' dawk mikrija, jista' jgħid b'liema rata huma mikrija u jekk humiex leased on contract?", "Min qed jagħmel użu minn dawn il- karozzi?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-informazzjoni qed tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.", "EDUKAZZJONI – KIRI U XIRI TA' KAROZZI", "961.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta' karozzi li qegħdin jintużaw mid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?", "Kemm minn dawn huma government-owned u kemm huma mikrija?", "Fil-każ ta' dawk mikrija, jista' jgħid b'liema rata huma mikrija u jekk humiex leased on contract?", "Min qed jagħmel użu minn dawn il-karozzi?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif miġbur tpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "FINANZI U AFFARIJIET EKONOMIĊI – KIRI U XIRI TA' KAROZZI", "962.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta' karozzi li qegħdin jintużaw mid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?", "Kemm minn dawn huma government-owned u kemm huma mikrija?", "Fil-każ ta' dawk mikrija, jista' jgħid b'liema rata huma mikrija u jekk humiex leased on contract?", "Min qed jagħmel użu minn dawn il-karozzi?", "ONOR.", "JOHN DALLI: L-informazzjoni qed tinġabar u tingħata f'seduta oħra.", "TURIŻMU – KIRI U XIRI TA' KAROZZI", "963.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' il- Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta' karozzi li qegħdin jintużaw mid- dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?", "Kemm minn dawn huma government-owned u kemm huma mikrija?", "Fil-każ ta' dawk mikrija, jista' jgħid b'liema rata huma mikrija u jekk humiex leased on contract?", "Min qed jagħmel użu minn dawn il-karozzi?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li l-għadd ta' karozzi li qed jintużaw minn uffiċjali fil-ministeru u fid-dipartiment tat-turiżmu, inkluż l-ITS, huwa ta' 21 li 14 minnhom huma mikrija.", "Ninsab informat ukoll li ħlief għal karozza waħda li hi mikrija bil-prezz ta' Lm6.90 kull ġurnata, l-oħrajn huma kollha mikrija Lm3.70 kull ġurnata.", "TRASPORT U KOMMUNIKAZZJONI – KIRI U XIRI TA' KAROZZI", "964.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta' karozzi li qegħdin jintużaw mid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?", "Kemm minn dawn huma government-owned u kemm huma mikrija?", "Fil-każ ta' dawk mikrija, jista' jgħid b'liema rata huma mikrija u jekk humiex leased on contract?", "Min qed jagħmel użu minn dawn il-karozzi?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 349.", "KARTA TA' L-IDENTITA' – CHANGE OF ADDRESS", "983.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Prim Ministru: Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet għal change of address tal- karta ta' l-identita' minn Malta għal Għawdex mill-1998 sal-lum?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab informat li n-numru ta' persuni li biddlu l-indirizz tagħhom minn Malta għal Għawdex mis-sena 1998 sal-lum huma:", "|1998 |190 | |1999 |334 | |2000 |311 | |2001 |374 | |2002 |435 | |2003 |268 |", "SEMINAR FI KRETA", "984.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid jekk fis-seminar \"Open method of co- ordination\" li sar fi Kreta din is-sena, kienx hemm rappreżentant Malti li attenda għal-laqgħa?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Jien informat li għas-seminar \"Open method of co- ordination\" li sar fi Kreta din is-sena kien hemm preżenti żewġ rappreżentanti tal-kunsill nazzjonali taż-żgħażagħ u rappreżentant tal- Labour youth forum.", "GĦAWDEX – ĦRUĠ TA' KARTI TA' L-IDENTITA'", "985.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Prim Ministru: Jista' il-Prim Ministru jgħid għaliex applikazzjonijiet minn Għawdex għall-ħruġ ta' karta ta' l-identita' jdumu 15-il ġurnata biex jiġu pproċessati meta f'Malta applikazzjoni simili tinħadem dak il-ħin stess?", "Hemm xi raġuni għaliex l- Għawdxin m'humiex qed jinqdew bl-istess speditezza?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Tingħata tweġiba hekk kif l-informazzjoni mitluba tasal għandi mingħand il-kummissjoni elettorali.", "GĦAWDEX – ĦRUĠ TA' KARTI TA' L-IDENTITA'", "986.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Prim Ministru: Jista' il-Prim Ministru jgħid għaliex barranin li japplikaw għall-karta ta' l-identita' f'Għawdex idumu sa sitt xhur biex jinqdew?", "Jista' isir xi ħaġa biex dan id-dewmien jonqos?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab informat li l-barranin li japplikaw għall- karta ta' l-identita` qed idumu biex jieħdu l-karta ta' l-identita` għall- ewwel darba minħabba verifiki li jkunu jridu jsiru dwar il-pożizzjoni legali tagħhom fil-gżejjer Maltin u dwar l-indirizz li jkunu applikaw fuqu.", "Spiss jiġri li meta ssir spezzjoni fuq il-post ma jinstab ħadd id-dar u għalhekk il-każ ma jkunx jista' jkompli miexi qabel ma jsiru aċċertamenti oħrajn dwar l-indirizz residenzjali tagħhom.", "Qed jittieħdu l-passi biex dawn il-proċeduri jinbidlu u jitħaffu.", "VAT – RIDUZZJONI TA' MULTI", "987.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jgħid kemm persuni gawdew minn riduzzjoni tal- multa tal-VAT minn Jannar sa April 2003?", "B'kollox kemm kien l-ammont tat- tnaqqis tal-multi fuq il-VAT?", "Kemm kienu l-ogħla għaxar ammonti ta' tnaqqis?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li n-numru ta' persuni li gawdew minn tnaqqis fil-multa matul ix-xhur Jannar sa April 2003 kien ta' 553.", "B'kollox it-tnaqqis fuq dawn il-multi kien jammonta għal Lm144,703.", "L-ogħla għaxar ammonti ta' tnaqqis kienu kif ġej: Lm44,970, Lm8,779, Lm2,470, Lm2,293, Lm1,650, Lm1,600, Lm1,580, Lm1,230, Lm1,200 u Lm1,196.", "FONDAZZJONI GĦAS-SERVIZZI EDUKATTIVI", "988.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid jekk saritx xi evalwazzjoni tal-programmi li qed isiru mill-fondazzjoni għas-servizzi edukattivi wara l-ħin ta' l-iskola?", "Min għamel din l-evalwazzjoni?", "Jista' ipoġġi kopja ta' din l-evalwazzjoni fuq il-mejda tal-Kamra ?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-fondazzjoni tevalwa l-ħidma u l-programmi tagħha b'mod regolari bħala parti minn proċess ta' assikurazzjoni ta' kwalita'.", "Barra minn hekk u fuq bażi regolari, il-fondazzjoni twettaq riċerka intensa dwar is-servizzi tagħha u f'dan il-proċess tinvolvi ġenituri, għalliema u ħaddiema tal-fondazzjoni.", "Fit-tifsil u l-evalwazzjoni ta' programmi edukattivi, il-fondazzjoni titlob ukoll l-għajnuna ta' esperti bħalma huma membri tal-fakulta' ta' l- edukazzjoni.", "UNIVERSITA' - XOGĦOL TA' TRADUZZJONI BIL-MALTI", "989.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: B'riferenza għall-avviż mill-Unjoni Ewropea għar-reklutaġġ ta' avukati li jafu l-Malti perfett biex jagħmlu xogħol ta' traduzzjoni, jista' il- Ministru jgħid jekk l-universita' kkonsidratx kemm se jkollna avukati b'dawn il-ħiliet meta l-Malti lanqas biss m'għadu meħtieġ biex issegwi kors tal-liġi fl-Universita' ta' Malta?", "Tista' tiġi rikonsidrata u mibdula din id-deċiżjoni tat-tneħħija tal-Malti mill-kors tal-liġi?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "ŻJARAT MINN UFFIĊJALI TAL-KUMMISSJONI EWROPEA", "990.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' il-Ministru jgħid tul ix-xhur ta' Mejju u Ġunju, sarux żjarat f'Malta minn uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea biex jimmoniterjaw il- pjan ta' ħidma tal-gvern sabiex iħejji lil pajjiżna għal sħubija fl-Unjoni Ewropea?", "X'irriżulta minn dawn iż-żjarat?", "ONOR.", "JOE BORG: Iż-żjarat magħmula minn uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea matul Mejju u Ġunju huma kif murija hawn taħt:", "|06 - 08 |Peer review on | |May 2003 |integrated | | |administration and | | |control system; | |09 - 13 |Food and veterinary | |June 2003 |office mission on | | |public and animal | | |health issues; | |10 - 12 |Peer review on trade | |June 2003 |mechanisms; | |11 - 13 |Peer review on paying | |June 2003 |agency; | |17 - 20 |Food and veterinary | |June 2003 |office mission on | | |animal welfare; u | |25 - 27 |Monitoring visit – | |June 2003 |taxation. |", "Dawn iż-żjarat iservu sabiex il-Kummissjoni Ewropea tkun tista' tevalwa l- progress fl-implimentazzjoni ta' l-acquis f'oqsma partikolari, skond is- suġġett ta' kull żjara.", "ŻJARA MINN UFFIĊJALI TAL-KUMMISSJONI EWROPEA", "991.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' il-Ministru jgħid jekk matul Lulju ta' din is-sena, hemmx maħsuba xi żjara f'Malta minn uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea biex jevalwaw il-pjan ta' ħidma li jrid isegwi l-gvern biex iħejji lil pajjiżna għal sħubija fl-Unjoni Ewropea?", "ONOR.", "JOE BORG: Bħalma ġara bosta drabi oħra fil-passat, monitoring mission mill-Kummissjoni Ewropea aktar tard din il-ġimgħa se tkun Malta sabiex tara kif pajjiżna qed jimplimenta l-liġijiet f'numru ta' oqsma magħżula mill-istess kummissjoni u dak li qed isir biex nikkonformaw rwieħna ma' l-acquis ta' l-Unjoni u in oltre, sabiex jekk jiġu identifikati xi diffikultajiet, tkun tista' tinstab soluzzjoni għalihom.", "Nixtieq insemmi wkoll li minbarra l-monitoring missions, il-kummissjoni regolarment tibgħat nies speċjalizzati fuq peer reviews biex jevalwaw dak li nkunu qegħdin nagħmlu sabiex nadattaw irwieħna adegwatament għal sħubija fl-Unjoni.", "NAXXAR: TRIQ IZ-ZENQA – CHANGE OF USE", "993.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm bdil ta' l-użu ta' postijiet fi Triq iz-Zenqa in-Naxxar li oriġinarjament kien inħarġilhom il- permess biex isiru ħwienet u issa ġew mibdula għal garaxxijiet?", "X'wassal biex ingħataw il-permess għall-bdil ta' l-użu meta dan qed jolqot ħażin lill-ġirien?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Ninsab informat li skond ir-records tal-MEPA, inħarġu żewġ permessi għall-bdil ta' l-użu fi Triq iż-Żenqa, in-Naxxar – ref: PA 5579/93 u PA 4108/96.", "Fl-ewwel każ ġie kkonfermat li l-lok qiegħed jintuza bħala ħanut.", "Fit- tieni każ li jirrigwarda binja biswit il-kunsill lokali, il-permess inħareġ għat-twaqqigħ ta' bini u bini mill-ġdid ta' blokka, fosthom seba' ħwienet fil-pjan terran.", "Wara spezzjoni li saret mill-ufficjali tal-MEPA, ġie kkonfermat li ħamsa qegħdin joperaw bħala ħwienet waqt li tnejn oħra għandhom tabella \"No Parking\" imwaħħla fuq ix-shutter.", "Minħabba li dawn iż- żewġ postijiet kienu magħluqa fil-ħin ta' l-ispezzjoni, ma setax jiġi kkonfermat jekk fil-fatt dawn humiex qegħdin jintużaw bħala garaxx.", "Fil- jiem li ġejjin se jsiru aktar spezzjonijiet u jiġi kkuntattjat is-sid.", "Fuq il-mertu tal-bdil ta' l-użu, il-ħwienet ġew ikkonsidrati bħala ħwienet lokali fuq sit li kien iservi bħala ċinema lokali.", "GUDJA - ASFALTAR TA' TOROQ", "1004.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 882, jista' il- Ministru jgħid kemm hemm toroq fil-lokalita' tal-Gudja li jaqgħu taħt ir- responsabbilta' tal-gvern u li għadhom ma ngħatawx it-tarmac?", "Meta hu maħsub li dawn it-toroq isiru?", "Jista' jinnota li jiena tlabtu jsemmi liema huma dawk it-toroq li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tal-gvern u li għadhom ma ngħatawx it-tarmac, mingħajr ma semmejt l-ebda toroq?", "Jista' jagħti tweġiba għal din il-mistoqsija għax ma jidhirx li r-risposta li tani hija korretta għal kollox?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: M'għandi xejn xi nżid mar-risposta mogħtija għall- mistoqsija parlamentari 882.", "GUDJA: TA' XLEJLI - BINI TA' ĠIBJUN", "1007.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid min hu responsabbli mill- ħlas/spejjeż li jridu jsiru biex jinbena ġibjun fl-inħawi tax-Xlejli, fil- Gudja?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li l-bini ta' ġibjun fl-area tax-Xlejli għandu jsir mill-kunsill lokali tal-Gudja.", "ŻEJTUN: TRIQ XROB IL-GĦAĠIN – ARBLI TAD-DAWL", "1009.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għat-Teknoloġija ta' l- Informazzjoni u Investiment: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 491, possibbli l-korporazzjoni Enemalta tispjega għaliex fi Triq Xrob il- Għaġin, iż-Żejtun ilhom snin twal li twaħħlu arbli ġodda biex jinbiddlu dawk imsadda u l-wires baqgħu qatt ma ġew trasferiti għal fuq l-arbli l- ġodda, bil-konsegwenza li llum jeżisti periklu minħabba l-istat ta' l-arbli l-qodma?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "TA' QALI CRAFTS CENTRE - DWAL", "1010.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għat-Teknoloġija ta' l- Informazzjoni u Investiment: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 489, possibbli l-korporazzjoni Enemalta tieħu passi biex tgħaddi d-dawl fil- crafts centre f'Ta' Qali billi twaħħlu l-arbli xhur ilu u d-dawl ma tkompliex?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "TA' QALI CRAFTS CENTRE - PROĠETT", "1011.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomiċi: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 488, jista' il- Ministru jgħid jekk il-proġett imħabbar biex jiġi żviluppat crafts centre f'Ta' Qali għadux se jsir?", "Fiex waslu t-taħditiet li kienu għaddejjin mas- sidien?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Il-proġett ta' bini ta' villaġġ għall-artiġjanat f'Ta' Qali huwa proġett li qed jingħata priorita' fil-ħidma ta' dan il-gvern.", "Fil-preżent għadu għaddej il-proċess tal-MEPA.", "Nista' inżid ngħid li nhar it-Tlieta 8 ta' Lulju fl-4.00p.m., l-Onor.", "Edwin Vassallo għandu laqgħa pubblika mas-sidien kollha involuti f'dan il- proġett.", "GĦAWDEX – EŻAMI TAL-JUNIOR LYCEUM", "1014.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm studenti għaddew din is-sena għall-junior lyceum mid- diversi skejjel ta' GĦawdex u b'liema marka għaddew?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "VICTORIA: TRIQ TAL-WIED TA' ŻEJTA - MANUTENZJONI", "1015.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' il- Ministru tgħid hemmx il-ħsieb li tingħata facelift tajjeb it-Triq tal-Wied ta' Żejta, fir-Rabat fejn tinsab il-miżbla?", "Tista' tieħu passi anke fil- każ tat-triq li twassal għall-miżbla fil-parti magħrufa bħala s-Sellum tax- Xagħra?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Jien informata li l-manutenzjoni tat-triq tal-Wied ta' Żejta hija responsabbilta' tal-kunsill lokali ta' Victoria u allura nitlob l-Onor.", "Interpellant jirriferi din il-parti tal-mistoqsija lill- ministru konċernat", "Dwar it-tieni parti, jekk l-Onor.", "Interpellant qiegħed jirriferi għall-bini ta' retaining wall fit-tarf tat-triq tal-Wied ta' Żejta, jien informata li dan ix-xogħol qed isir u mistenni jitlesta fil-ġimgħat li ġejjin.", "QALA: TRIQ IŻ-ŻEWWIEQA - TINDIF", "1020.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' il- Ministru tara li titnaddaf Triq iż-Żewwieqa, fil-Qala minn fejn il- belvedere għal fejn il-country club, triq mimlija skart, żibel u ħaxix ħażin?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Tajt struzzjonijiet biex Triq iż-Żewwieqa tibda titnaddaf b'aktar regolarita'.", "ŻEJTUN: TRIQ ID-DAĦLA TA' SAN TUMAS - XOGĦOL TA' DRENAĠĠ", "1024.", "L-ONOR.", "JOSEPH ABELA staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' il-Ministru jgħid min hu responsabbli għax-xogħol ta' drenaġġ li kellu jsir fi Triq id-Daħla ta' San Tumas?", "Jista' jagħti spjega għaliex xogħol konness mad-drenaġġ li kien sar qabel ingħata t- tarmac reġa' nqala' proprju wara li sar it-tarmac, bil-konsegwenza li saret ħsara fuq wiċċ it-triq?", "Jista' jgħid jekk saritx inkjesta kif mitlub mill-kunsill lokali taż-Żejtun fl-istqarrija li qed tintbagħat separatament?", "Jista' jgħid jekk hux se jittieħdu passi kontra min huwa responsabbli?", "Jista' jgħid jekk id- dipartiment tad-drenaġġ huwiex se jirrimedja l-ħsara li saret fi Triq San Tumas ?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta li tajt għall-mistoqsija parlamentari 790.", "ĦAL BALZAN: TRIQ IL-FERROVIJA L-QADIMA – TRAFFIC ACCIDENTS", "1040.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jwieġeb l-aħħar parti ta' mistoqsija parlamentari 769 u jgħid jekk jaqbilx li għandha tinstab soluzzjoni immedjata sabiex jiġu evitati inċidenti tat-traffiku fi Triq il-Ferrovija l- Qadima, kantuniera ma' Vjal il-Bon Pastur, f'Ħal Balzan ?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li d-direttorat għall-immaniġjar tat- traffiku għamel spezzjoni fuq il-post u jirriżulta li fi Vjal il-Bon Pastur, fiż-żewġ kantunieri ma' Triq il-Ferrovija l-Qadima, hemm road markings u tabelli ta' stop kif ukoll hemm road humps.", "Ġie nnotat ukoll li f'waħda mill-kantunieri, kien hemm karozza pparkjata b'mod li ttellef il-vista għas-sewwieqa u għalhekk id-direttorat għall- immaniġjar tat-traffiku jirrikkmanda li jkun hemm aktar enforcement fuq il- parking f'din l-akwata.", "ĦAL BALZAN: TRIQ IL-KBIRA - XOGĦLIJIET", "1041.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Ministru jgħid x'inhu x-xogħol li qiegħed isir mill-kunsill lokali ta' Ħal Balzan fi Triq il-Kbira?", "Għaliex ix-xogħol ilu sejjer mat- tmien xhur?", "Għaliex il-bankini twessgħu daqshekk biex issa jekk jinqala' xi inċident, it-triq trid tingħalaq għal kollox?", "ONOR.", "TONIO BORG: Bħalma jaf l-Onor.", "Interpellant, il-kunsilli lokali huma korpi statutorji ta` gvern lokali b`personalita` legali distinta u għaldaqstant nissuġġerixxi lill-Onor.", "Membru li jirriferi l-mistoqsija tiegħu lill-kunsill konċernat.", "ĦAL BALZAN: TRIQ IL-KBIRA - XOGĦLIJIET", "1042.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Ministru jgħid min huma l-kuntratturi mqabbda mill-kunsill ta' Ħal Balzan li qed jagħmlu x-xogħlijiet fi Triq il-Kbira?", "Kemm ġie jiswa kull kuntratt?", "ONOR.", "TONIO BORG: Bħalma jaf l-Onor.", "Interpellant, il-kunsilli lokali huma korpi statutorji ta` gvern lokali b`personalita` legali distinta u għaldaqstant nissuġġerixxi lill-Onor.", "Membru li jirriferi l-mistoqsija tiegħu lill-kunsill konċernat.", "KOTTONERA – MANUTENZJONI U QTUGĦ TA' SIĠAR", "1046.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 33, jista' il-Ministru jgħid fejn qed isir ix-xogħol li jinsab għaddej u x'tip ta' xogħol qed isir?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Ninsab informat li x-xogħol li sar s'issa fl- inħawi tal-Kottonera jinkludi l-manutenzjoni u l-qtugħ ta' siġar fit-toroq u z-zoni kollha principali, kif ukoll tisbiħ taz-zona madwar Bieb is- Sultan.", "Dan ix-xogħol se jkompli mhux biss matul it-tliet xhur li ġejjin iżda tul is-sena kollha.", "Barra minn dan, il-private public partnership qed jagħmel xogħol għall- kunsill tal-Birgu kif ukoll qed isiru diskussjonijiet mal-kunsill ta' Bormla.", "KUNSILLI LOKALI - ŻBILANĊ FINANZJARJU", "1059.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Intern: B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari 687 u 857, jista' il-Ministru jgħid kemm huma u liema huma l-kunsilli li jinsabu fi żbilanċ finanzjarju?", "ONOR.", "TONIO BORG: L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f`xi seduta oħra.", "RAĦAL ĠDID - PROVVISTA BAXXA TA' L-ELETTRIKU", "1060.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għat-Teknoloġija ta' l- Informazzjoni u Investiment: Jista' il-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 798 u jintervjeni fil-każ ta' żewġ familji li qegħdin iħabbtu wiċċhom ma' problemi ta' dawl baxx – dettalji qed jintbagħtu separatament - tant li mhux l-ewwel darba li spiċċaw bla dawl?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Il-problema ta' dawl baxx li saret riferenza għaliha qiegħda tiġi investigata biex isir ix-xogħol meħtieġ flimkien ma' xogħlijiet oħra simili.", "CLINICS - SERVIZZ TA' EMERĠENZA", "1061.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 865, jista' il-Ministru jgħid liema huma l- isptarijiet u kliniċi li għandhom permess biex jagħtu servizz ta' emerġenza jew ta' dianjosi bħal X-ray, laboratorji, operazzjonijiet, eċċ.?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nirriferi lill-Onor Interpellant għar-risposta li tajt f'seduta 21.", "OBSTETRICS & GYNAECOLOGY - QWIEBEL", "1062.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' il- Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentaru 870 u jgħid x'inhu n-numru ta' qwiebel impjegati mad-dipartiment ta' l-obstetrics and gynaecology?", "X'kien il-budget totali ta' dan id-dipartiment matul l-aħħar għaxar snin?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-informazzjoni mitluba hija kif ġej:", "|Sena |Qwiebe|Pagi | | |l | | |1993 |8 |Lm13,83| | | |5.96 | |1994 |51 | | | | |174,487| | | |.81 | |1995 |60 | | | | |261,336| | | |.51 | |1996 |78 | | | | |370,031| | | |.64 | |1997 |76 | | | | |425,072| | | |.96 | |1998 |89 | | | | |478,941| | | |.05 | |1999 |94 | | | | |511,535| | | |.11 | |2000 |114 | | | | |601,586| | | |.27 | |2001 |104 | | | | |720,556| | | |.91 | |2002 |109 | | | | |726,752| | | |.20 |", "OBSTETRICS & GYNAECOLOGY - TOBBA", "1063.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' il- Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 871 u jgħid x'inhu n-numru ta' tobba mpjegati fid-dipartiment ta' l-obstetrics and gynaecology tul l- aħħar għaxar snin?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-informazzjoni għada qed tinġabar.", "QORTI TA' GĦAWDEX – CLERICAL AND NON-CLERICAL STAFF", "1075.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għal Għawdex: Peress li fil-qorti ta' GĦawdex jinħass il-bżonn ta' iktar clerical staff kif ukoll ta' court messengers, tista' il-Ministru tgħid jekk hemmx xi ħsieb li dan in-nuqqas jiġi rrimedjat?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Risposta tingħata f'seduta oħra.", "GĦAWDEX: TA' XĦAJMA - ĦADDIEMA", "1076.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għal Għawdex: Tista' il-Ministru tgħid kemm hemm ħaddiema tal-gvern jaħdmu fil-korsa ta' Xħajma u fiex tikkonsisti l-mansjoni tagħhom?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Ninsab informata li fil-korsa ta' Xħajma hemm roster ta' tliet ħaddiema li jagħmlu watching duties u hemm żewġ ħaddiema oħra li jagħmlu xogħol ta' manutenzjoni.", "Matul ix-xhur tax-xitwa, ħaddiema tat-taqsima ndafa tal-bajjiet jagħmlu xogħol ta' tiswija u manutenzjoni.", "KOTTONERA - SKEJJEL PRIMARJI", "1077.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 34 u jgħid x'sar sabiex jitjieb il-livell edukattiv tat-tfal li jattendu skejjel primarji governattivi fil-Kottonera?", "Jista' jgħid jekk iqisx li hu aċċettabbli li jkollna tfal fil-year 6 li ma jaqbżux il-marka ta' 15 minn 100?", "X'se jagħmel sabiex dan l-ammont ta' tfal jonqos?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li matul dawn l-aħħar erba' snin, fl-iskejjel primarji ta' Bormla, l-Isla, il-Birgu u l-Kalkara kompla jingħata appoġġ kurrikulari b'diversi modi.", "L-uffiċjal edukattiv inkarigat minn dawn l- inħawi żar l-iskejjel diversi drabi biex jgħin f'dak li jkun hemm bżonn fil- qasam edukattiv.", "Barra hekk, il-programm ta' litteriżmu mħallas mid- diviżjoni ta' l-edukazzjoni u mmexxi mill-kordinatur Dr Charles Mifsud, kompla fuq dak li jissejjaħ communicative English project fejn għalliema mħarrġa apposta jagħtu regolarment u fuq il-post, pariri u taħriġ dwar dan il-proġett intiż biex itejjeb il-komunikattiva fl-ilsien Ingliż.", "Direttament min-naħa tad-dipartiment, tkompla wkoll is-support li jagħtu regolarment l-għalliema kumplimentari - f'dawn l-iskejjel hemm tnejn full- time f'Bormla, waħda full-time u oħra shared fl-Isla, waħda shared fil- Birgu u oħra shared fil-Kalkara – waqt li għajnuna oħra fil-qasam tal- litteriżmu tiġi min-naħa ta' l-ispecific learning difficulties unit, fejn jittrattaw diversi każi riferuti lit-taqsima biex dawn it-tfal jingħataw għajnuna kemm matul it-tagħlim kif ukoll waqt l-eżamijiet.", "Fis-sena skolastika 2001-2002, il-communicative English project tħaddem fl- iskejjel primarji ta' Bormla, l-Isla u l-Birgu bil-mira li jintroduċi prattiċi fil-komunikattiva fit-tagħlim ta' l-Ingliż.", "Dan il-programm li jadotta sistema multimedia qed ikun evalwat fuq bażi dejjiema.", "S'issa ħadu sehem f'dan il-proġett aktar minn 700 student.", "Xi xogħol li ħareġ minn dan il-proġett kien esibit barra minn Malta f'wirjiet tal-programm Comenius.", "Minn Ottubru 2002 sa Mejju 2003, l-uffiċjal edukattiv inkarigat minn dawn l- iskejjel żar dawn l-iskejjel 21 darba, cioe' seba' darbiet il-Birgu, erba' darbiet Borma, tliet darbiet l-Isla u seba' darbiet il-Kalkara: Waqt dawn iż-żjarat ingħata appoġġ kontinwu lill-kapijiet u lill-għalliema, ittieħdet nota tal-kwalita' tax-xogħol li kien qed isir fil-klassijiet u xi drabi lit-tfal ingħatawlhom kotba speċifiċi bħala għajnuna fil-ħiliet tal- litteriżmu.", "Is-servizz kumplimentari qiegħed jingħata permezz ta' erba' għalliema imqassmin hekk: f'Bormla hemm tnejn full-time li din is-sena jgħinu b'attenzjoni speċifika madwar 40 student imqassmin minn year 1 sa year 6; fl-Isla hemm wieħed full-time u wieħed shared li għandhom madwar 40 oħra; fil-Birgu hemm waħda shared li qed tgħin lil madwar 15-il student; u fil-Kalkara hemm waħda shared għal 15-il student.", "Xi wħud mit-tfal li qed jingħataw dan is-support jinbidlu minn żmien għal żmien skond il-ħtieġa u għaldaqstant l-għadd ta' tfal li jingħataw xi forma ta' support kumplimentari huwa akbar.", "Dan ix-xogħol kollu u bħalu mferrex ma' Malta u GĦawdex huwa kkordinat mill-uffiċjal edukattiv.", "Il-unit tad-dyslexia u tliet għalliema oħra assessjaw tfal riferuti lill- unit.", "Wara li dawn ġew assessjati u l-bżonnijet edukattivi magħrufa, dawn it-tfal ingħataw għajnuna mhux biss fl-iskola stess imma anke bi programmi apposta fiċ-ċentru ta' l-ispecific learning difficulties unit ġewwa l- Floriana.", "Ħafna drabi l-istess ġenituri jissieħbu fuq il-post biex jingħataw taħriġ ta' kif jgħinu huma stess lil uliedhom.", "Fis-sena 2001/2002, mill-Kottonera kienu assessjati 15-il student u fis-sena ta' wara disa' studenti oħra.", "Flimkien ma' oħrajn tas-snin ta' qabel, dawn l- istudenti jibqgħu jingħataw għajnuna sakemm ikun meħtieġ kemm fit-tagħlim u kemm fl-eżamijiet.", "Ħidma oħra kurrikulari saret ukoll mill-fondazzjoni għas-servizzi edukattivi, fejn ġenituri f'Bormla ġew imħarrġa fil-metodu ta' family literacy.", "Fl-Isla twaqqaf u qed jitmexxa ċentru \"ħilti\" sa minn Ottubru 2002.", "Proġett ieħor se jibda f'Ottubru li ġej fil-Birgu.", "L-FES tat ukoll training lill-għalliema.", "Flimkien mal-kunsill lokali, il-kunsill skolastiku u għaqdiet fl-Isla, l-FES qed taħdem fuq żvilupp ta' literacy community project għas-sajf.", "MELLIEĦA - DAR TA' L-ANZJANI", "1080.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid f'liema stadju wasal il-proċess tal-bini ta' dar għall-anzjani fil-Mellieħa, ladarba l- MEPA u l-kunsill lokali tal-Mellieħa m'għandhom l-ebda problema dwar il- pjanti u s-sit eżistenti?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-informazzjoni qiegħda tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "MELLIEĦA – BERĠA TAL-GVERN", "1081.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jikkonferma jekk bħala parti mill-proġett tad-dar ta' l-anzjani fil-Mellieħa, hux se jkun hemm berġa tal-gvern?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-informazzjoni qiegħda tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "SAN PAWL IL-BAĦAR – TIBDIL FIL-BANKINI", "1082.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'kienet jew x'inhi l-opinjoni tal-kummissjoni persuni b'diżabilita' dwar tibdil ta' bankini f'San Pawl il-Baħar, fejn minflok lixxi qed isiru forma ta' turġien?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab informat li l-kummissjoni nazzjonali persuni b'diżabilita' qatt ma kellha lmenti dwar bankini li qed isiru fil-lokalita' indikata mill-Onor.", "Interpellant.", "ETC - ĦADDIEMA BIS-SENSJA", "1083.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew issensjati ħaddiema fl-aħħar sitt xhur minħabba għeluq ta' kumpanniji jew b'riżultat ta' tnaqqis ta' ħaddiema?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi l- mistoqsija lill-ministru konċernat.", "BORD TAL-KOPERATIVI - LAQGĦAT", "1084.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien hemm laqgħat tal-bord tal-koperativi fl-aħħar sitt snin?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab informat li n-numru ta' laqgħat tal-bord tal-koperativi fl-aħħar sitt snin kien kif gej: 18 fl-1997, 16 fl-1998, disgħa fl-1999, ħdax fl-2000, għaxra fl-2001 u għaxra fl-2002.", "PROĠETT SCOOPS - NEFQA", "1085.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kienet in- nefqa minn mindu twaqqaf il-proġett SCOOPS?", "Kemm hu stmat li kienet in- nefqa fuq dan il-proġett fis-sena skolastika 2002/2003?", "Preżentement x'inhu r-rwol tal-bord u ta' l-uffiċċju tal-koperativi vis-a- vis SCOOPS u jekk dan kienx l-istess fis-snin li għaddew?", "B'riżultat tal-proġett SCOOPS, jista' jgħid jekk twaqqfitx xi koperativa limitata minn mindu twaqqaf dan il-proġett?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab informat li l-informazzjoni mitluba fl-ewwel parti tal-mistoqsija hi kif jidher fit-tabella li poġġejt fuq il-mejda tal- Kamra aktar kmieni matul is-seduta.", "Ninsab informat ukoll li n-nefqa fuq il-progett SCOOPS għas-sena 2002/2003 hi stmata li tkun ta' Lm9,099.", "Il-bord tal-koperativi hu l-proprjetarju ta' dan il-proġett.", "Minn naħa tiegħu, il-bord qabbad organizzazzjoni specjalizzata biex timplimenta dan il-proġett fl-iskejjel taħt superviżjoni ta' uffiċjali mill-uffiċċju ċentrali tal-koperativi.", "It-tibdil li sar matul din l-aħħar sena kien li organizzazzjoni waħda biss ħadet ħsieb dan il-proġett.", "L-iskop tal-proġett SCOOPS hu li jitkattar l-għarfien u t-tagħrif fost it- tfal dwar il-benefiċċji tas-sistema koperativa.", "Dan seta' wassal biex twaqqfu numru ta' koperativi dan l-aħħar.", "MEPA - ESPROPRJAZJONI TA' PROPRJETA' PRIVATA", "1092.", "L-ONOR.", "ROBERT ARRIGO staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jinvestiga lment li wasalli mingħand grupp ta' residenti li joqogħdu fi blokk bini - dettalji u korrispondenza oħra relatata qed jintbagħtu separatament - fejn żviluppaturi privati qed jheddu li jitolbu lill-gvern jesproprja l-proprjeta' privata tagħhom biex jgħaddu triq, proprju f'dik il-parti fejn hemm il-ġnien u s-swimming pool?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex jirriferi din il-mistoqsija lill-ministru konċernat.", "LANDS - ESPROPRJAZZJONI TA' PROPRJETA' PRIVATA", "1093.", "L-ONOR.", "ROBERT ARRIGO staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Ministru jinvestiga lment li wasalli mingħand grupp ta' residenti li joqogħdu fi blokk bini - dettalji u korrispondenza oħra relatata qed jintbagħtu separatament - fejn żviluppaturi privati qed jheddu li jitolbu lill-gvern jesproprja l-proprjeta' privata tagħhom biex jgħaddu triq, proprju f'dik il-parti fejn hemm il-ġnien u s-swimming pool?", "Il-lands irċieva xi applikazzjoni f'dan is-sens?", "Jaħseb il-Ministru li l-gvern għandu jħares l-interessi ta' dawn ir-residenti?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi d-dipartiment ta' l-artijiet għandu talba mingħand l-awtorita` tat-trasport biex jesproprja parti żgħira minn ġnien li skond l-iskemi ta' l-awtorita` ta' l-ippjanar jifforma parti minn triq li għad trid tinfetaħ.", "Dan se jsir a spejjeż ta' l-iżviluppaturi, skond kif jitlob Kap 88 tal- Liġijiet ta` Malta.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB", "TAXXI INTERNI – KONTIJIET TAT-TAXXA", "W6.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jgħid jekk hux minnu li min ikollu arretrati tat-taxxa tad-dħul u jkun weħel penali u mgħaxxijiet, dovut iħallas f'daqqa l-ammont kollu?", "Jista' jikkonsidra li jsir xi tip ta' arranġament sabiex ammonti ta' taxxa dovuti jkunu jistgħu jitħallsu f'pagamenti fix-xahar?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Persuni li jkollhom każ bħal dak imsemmi fl- interpellanza jistgħu jagħmlu arranġamenti mad-dipartiment biex l-ammont dovut jitħallas f'pagamenti fix-xahar.", "Madankollu l-imgħaxijiet jibqgħu għaddejjin sakemm isir il-pagament kollu."]} {"filename": "20051115_323d_par.doc", "date": "2005-11-15", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Uffiċjali u Rivedut) L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 323 It-Tlieta, 15 ta' Novembru, 2005 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 323 It-Tlieta, 15 ta' Novembru, 2005", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.02 p.m.", "Talba", "Seduta Nru. 323", "It-Tlieta, 15 ta' Novembru, 2005", "WERREJ", "MINUTI 79", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 79", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "KUMITAT TA' PROVVISTA", "ESTIMI ĠENERALI 2006 - IT-TMIEN JUM STABILIT", "MINISTERU GĦALL-KOMPETITTIVITA' U KOMUNIKAZZJONI 84", "AĠĠORNAMENT 110", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 110", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 322 li saret fil-15 ta' Novembru, 2005 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "ŻIEDA FIL-PREZZ TAL-FUEL", "14741.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hu kkalkulat li se tiġi tiswa lid-dipartimenti u enti oħra taħt id-dekasteru tiegħu ż-żieda ta' 4c fil- prezz tal-fuel?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għall-Kompetittivita` u Komunikazzjoni) (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Nirriferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 14957.", "MINIMUM WAGE EARNERS", "14883.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Marie Louise Coleiro) staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm minimum wage earners ġew reġistrati matul dawn l-aħħar ħames snin?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): It- tagħrif mitlub hu kif jidher minn din it-tabella li ġejja, tagħrif meħud mill-labour force survey:", "| |full-ti|part-time / | | |me |full-time | |2000 |6799 |5643 | |2001 |5487 |6347 | |2002 |3286 |7492 | |2003 |1521 |6245 | |2004 |2250 |6315 |", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Carmelo Abela): L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Imma kif tassumi li l-persuni indikati huma minimum wage earners ladarba dan m'huwiex hekk speċifikat fit-tabella?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Hawn qed nitkellmu fuq persuni reġistrati bħala minimum wage earners u t-tabella tindika li n-numru tagħhom naqas b'4,000 f'dawn l-aħħar snin.", "Issa ladarba n-numru ta' impjegati fl-istess perijodu mhux talli ma naqasx imma żdied, dan ifisser li dawk li għandhom iktar mill- minimum wage żdiedu.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jista' il-Ministru jagħtina informazzjoni dwar dawk l-azjendi bħall-Air Malta, fejn il-ħaddiema qed jesperjenzaw tnaqqis fil- paga?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Għalkemm m'iniex f'pożizzjoni li nagħti din l- informazzjoni, m'għandix dubju li l-impjegati ta' Air Malta jaqilgħu ferm iktar mill-minimum wage.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jikkonferma l-Ministru li bosta ħaddiema, fosthom ta' l-Air Malta, kienu ġew imwiegħda li bis-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea kien se jkollhom salarju aħjar b'riżultat ta' aktar opportunitajiet?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Kumbinazzjoni fid-diskussjoni tal-lejla kont beħsiebni naċċenna għal dan il-punt, Sur President.", "Infatti bis-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, l-Air Malta tista' tisfrutta dak li jissejjaħ it-third package u fir-realta', il-kumpannija nazzjonali ta' l-ajru diġa' kellha ammont ta' dħul sostanzjali minn titjiriet li ma jitilqux direttament minn Malta imma joperaw minn belt għal belt oħra fl-Ewropa.", "Smajniha lill-Air Malta tħabbar li fit-tliet snin li ġejjin se tkun qed iġġorr numru sostanzjali ta' passiġġieri bl-ajru u dan żgur ma kienx ikun possibbli kieku ma sirniex membri ta' l-Unjoni Ewropea.", "Naturalment wieħed irid iżomm quddiem għajnejh ukoll li matul dawn l-aħħar erba' snin, il-linji ta' l-ajru u mhux biss l-Air Malta imma anke ħafna oħrajn kellhom jgħaddu minn diversi bidliet.", "Dan kien ifisser li jew l-Air Malta tibqa' miexja 'l quddiem u tibqa' tagħti servizz lil pajjiżna u lil dawk kollha li jiġu jżuruna u jitilqu minn hawnhekk, jew inkella sfortunatament kien ikollha tispiċċa bħalma spiċċaw ċerti linji ta' l-ajru oħrajn.", "M'għandix dubju li l-proġett ta' ristrutturar li seħħ fl-Air Malta u li kellu wkoll is-support ta' numru kbir ta' ħaddiema tal-kumpannija nazzjonali ta' l-ajru, wassal biex mhux talli l-ħaddiema ma tilfux l- impjieg tagħhom imma biex anke setgħet tissaħħaħ il-possibbilta' li d-dħul ta' l-Air Malta u d-dħul tal-ħaddiema ikun garantit.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jiġifieri l-gvern qed jantiċipa illi fil-ġejjieni qarib se jkun qed ineħħi l-ban u allura se jerġa' jagħti lura l-paga mistħoqqa lil dawn il-ħaddiema, li saħansitra hemm minnhom li qed ikollhom jgħaddu b'Lm150 anqas fix-xahar?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Sur President, ma nafx li hemm xi ban partikolari.", "Li naf hu li l-ftehim li sar bejn il-kumpannija ta' l-ajru u l-unions li jirrappreżentaw lill-ħaddiema għadu in vigore u nispera li ħadd ma joħlom li jbiddlu.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Allura jekk kemm-il darba l-Air Malta tiżviluppa dawn l-opportunitajiet li qed jgħid bihom il-Ministru, il-gvern se jibqa' ma jeħux l-inizjattiva u lill-ħaddiema jagħtihom dak kollu li hu tagħhom?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Sur President, naħseb li kemm il-gvern kif ukoll il- unions jaqblu li fl-interess tal-ħaddiema, iż-żewġ naħat għandhom iżommu mal-ftehim milħuq.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Il-Ministru jaqbel li l-unions waslu f'xi forma ta' ftehim minħabba li l-gvern - u mhux huma - kien ippropona tnaqqis fil-pagi?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nemmen li l-unions waslu għal ċertu ftehim għax raw li kien jaqbel li l-ewwel u qabel kollox il-ħaddiema jagħrfu u jifhmu s- sitwazzjoni partikolari li fihom topera l-azjenda.", "M'għandix dubju li l- ħaddiema jifhmu u japprezzaw li t-tibdil kollu li seħħ, anke f'dawk il-każi fejn seta' kien hemm xi tnaqqis fil-paga, in the long-term dan sar fl-aħjar interess tal-ħaddiema u ta' l-istess azjenda li jaħdmu magħha.", "Dan jagħti lok biex jekk u meta jinbidlu ċ-ċirkostanzi, jitjiebu wkoll il- kondizzjonijiet tax-xogħol ta' dawn il-ħaddiema.", "SULDATI ON DUTY WAQT IĊ-CHOGM", "15212.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Marie Louise Coleiro) staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm minn dawk is-suldati li se jkunu qed jaħdmu l-airport fuq barra tul il- konferenza taċ-CHOGM, għandhom waterproof clothing tat-tip Goretex?", "Veru li madwar 300 suldat li se jkunu qed jaħdmu fuq barra matul il-perijodu ta' din il-konferenza m'għandhomx waterproof clothing?", "X'qed jagħmel il-gvern biex jindirizza din il-problema?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Jien informat li s-suldati kollha li se jkunu xogħol fuq barra waqt il- konferenza taċ-CHOGM se jkollhom ilbies waterproof tat-tip Goretex jew ta' tip ieħor.", "LIMITED LIABILITY COMPANIES", "15239.", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI (f'isem l-Onor.", "Robert Arrigo) staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jinformana kemm tħallset income tax minn kumpanniji limited liability fis- sena 2004 u kemm tħallset mill-istess fl-ewwel disa' xhur tas-sena 2005?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant illi t-tagħrif mitlub jinsab fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.", "INCOME TAX RETURNS", "15254.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħarraf lill- Kamra kemm hu l-għadd ta' taxpayers li ma mlewx il-formola ta' l-income tax fl-aħħar sentejn?", "Kemm minnhom ma ddikjarawx dħul minn interessi bankarji u investimenti oħra?", "Xi progress sar f'dan ir-rigward komparat maċ-ċifri mogħtija lill-media mill-ministru tal-finanzi fit-13 ta' Ġunju, 2000?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Ngħarraf l-Onor Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija din:-", "a) Taxpayers li ma mlewx il-formola ta' l-income tax:", "Individwi – 12,864 jew 5.7% fl-2004 18,266 jew 7.9% fl-2005", "Kumpanniji – 10,161 jew 39.8% fl-2004 13,515 jew 49.6% fl-2005", "Fil-każ tal-kumpanniji, il-maġġoranza tal-formoli li ma ntbagħtux ikunu ta' kumpanniji li jkunu eżenti mit-taxxa, bħalma huma tax-shipping, dawk li jkunu ġew likwidati, struck-off jew fi stadju ta' likwidazzjoni u kumpanniji oħra li jkunu abbandunati.", "b) Mill-formoli li ma ntbagħtux kien hemm 4,003 individwi fl-2004 u 5,924 individwu fl-2005 li rċevew interessi mingħajr tnaqqis ta' taxxa, filwaqt li kien hemm 14-il kumpannija fl-2004 u żewġ kumpanniji fl-2005.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jista' il-Ministru jgħid jekk dan in-nuqqas huwiex dovut għall-fatt li għadha m'għalqitx is-sena?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Sur President, m'iniex f'pożizzjoni li nwieġeb għal din id-domanda u għalhekk nitolbu jagħmel mistoqsija bil-miktub.", "ARRETRATI TA' L-INCOME TAX", "15257.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hemm arretrati ta' l-income tax dovuti minn dipartimenti u enti oħra pubbliċi u għal liema snin?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Ngħarraf lill-Onor Interpellant li l-arretrati ta' l-income tax dovuti minn enti pubbliċi sa l-aħħar ta' Ottubru 2005 jammontaw għal Lm13,472,473.", "Pero' il-maġġoranza ta' dan l-ammont huwa stima tal-kummissarju għax ma tkunx għadha ntbagħtet il-formola tat-taxxa jew inkella t-taxxa tkun qed tiġi kkontestata.", "L-ebda ammont m'hu dovut minn xi dipartiment pubbliku għax dawn m'humiex suġġetti għat-taxxa.", "ROAD CONSTRUCTION WORKS", "15516.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Charles Buhagiar) staqsa lill- Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il- mejda tal-Kamra kopja tad-dokument \"Standards and guidelines for road construction works, design details for road construction, guidelines for the standard presentation of design documents and road engineering standards\"?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT (Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq): Qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tad-dokument mitlub mill-Onor.", "Interpellant f'forma ta' CD.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Sur President, ma nafx jistax il-Ministru jaġġornana dwar każ li għamilt riferenza għalih il-bieraħ u anke għaddejtlu d-dokumenti li talabni?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Iva, il-każ ivverifikajtu u nista' nikkonferma li l-Onor.", "Interpellant qed jirriferi għal għalqa biswit triq li kienet tifforma parti mill-protokoll Taljan, fejn mid-dehra l-kuntrattur qabad u wettaq xi xogħol fuq din l-għalqa mingħajr ma informa lill-bidwi in kwestjoni.", "Jien tkellimt mal-perit inkarigat mix-xogħlijiet li min-naħa tiegħu kkonfermali li kien tkellem mal-bidwi konċernat.", "Jirriżulta pero' li l-ġibjun mhux fl-għalqa msemmija imma fuq parti mit- triq li ma kenitx maħduma.", "Sadanittant il-perit ma jeskludix li setgħet għaddiet xi katusa minn ġo l-għalqa u kellu jivverifika l-affarijiet sewwa, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: X'inhi r-raġuni li dan li qed jgħid il-Ministru ma ġiex ikkomunikat lill-bidwi in kwestjoni minkejja li f'Awissu tas-sena l- oħra din il-problema ġiet irreġistra ma' l-awtoritajiet kompetenti?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Sur President, li nista' ngħid hu li l-perit qalli li riċentement tkellem mal-bidwi u apparentement dan bl-ebda mod ma lmenta miegħu dwar dak li qed jgħid l-Onor.", "Membru.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Il-Ministru jirriżultalu li m'hemmx il-permessi meħtieġa għall-iżvilupp imsemmi?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Minn ftit snin ilu, ix-xogħlijiet tat-toroq saru jirrikjedu li ċerti permessi u pjanti li jiġu sottomessi lill-MEPA jridu jkunu ta' skala żgħira.", "Wieħed irid japprezza li fuq dan it-tip ta' xogħol, fejn għandek 16-il kilometru ta' toroq, bilfors ikollok tuża skala żgħira biex iddaħħal l-istretch kollha ta' toroq li tkun qed taħdem fuqhom.", "Fil-pjanti wieħed juri l-intervent b'mod ġeneriku, fejn inkunu beħsiebna nwessgħu, fejn se nagħmlu t-traffic lights u affarijiet bħal dawn.", "Issa l-ilment ta' l-Onor.", "Interpellant jikkonċerna ġibjun li m'huwiex imdaqqas wisq u ma neskludix li dan ma ġiex inkluż mill-bidu tax-xogħol.", "Forsi kien minħabba f'hekk li ma jidhirx fil-permess tal-MEPA.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Imma għaliex il-gvern għandu jibgħat sinjali konfliġġenti meta lkoll nafu li biex tibdel tieqa, trid timxi ma' ċerti formalitajiet li jieħdu ż-żmien u anke jinvolvuk fi spejjeż?", "Allura kif jiġi l-gvern u jaqbad u mhux biss jibni mingħajr il-permessi meħtieġa, bħal f'dan il-każ, imma anke jagħmel retaining walls abużivi kif ġara fil-bypass ta' l-Imtarfa?", "Għaliex għandhom jagħlqu għajnejhom l-awtoritajiet u jippermettu lil ftit periti li jkunu qed jagħmlu xogħol għall-gvern jew mal- gvern, ikunu 'l fuq mil-liġi?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ma nifhimx għaliex il-periti li jaħdmu għall- gvern jew mal-gvern għandhom iħossuhom 'il fuq mil-liġi.", "Fil-fatt anke fil- proġetti li qegħdin nippjanaw għal wara l-2007, mhux biss hemm indikat il- bżonn ta' applikazzjoni imma nbeda wkoll il-proċess ta' l-EIA.", "U wkoll, minbarra li l-periti ta' l-ADT jissottomettu applikazzjoni kif jagħmlu periti oħra, hemm kumitat li jiltaqa' darba kull ħmistax bejn l-ADT u t- traffic control unit tal-MEPA fejn jiġu diskussi ħafna issues.", "Jiena ma nistax inkun kategoriku dwar dan ix-xogħol tal-ġibjun għax l- ewwelnett dan il-permess jinkorpora ruxmata pjanti u żgur li jien ma rajthomx kollha.", "Ħafna mill-ġibjuni li saru għall-irrigazzjoni kienu żgħar u kważi kollha kienu mgħottija bil-ħamrija, pero' ma nafx ngħid jekk kenux inklużi fil-permess jew le.", "Għalhekk kont ftit ġeneriku fir-risposta tiegħi, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Sur President, ġaladarba t-toroq il-ġodda mhux biss qed jegħrqu bl-ilma tax-xita imma anke bil-ħamrija u t-tafal li jiżżerżaq minn ma' l-irdumijiet - speċjalment fil-każ tal-bypass Tal-Ħemsija, peress li s-sistema idroloġika f'dawk l-inħawi qatt ma saritilha l-manutenzjoni meħtieġa - jista' il-Ministru jikkonsidra li jagħmel analisi serja tas- sitwazzjoni?", "Għaliex ma jinvolvix lill-fakulta' ta' l-inġinerija mill- Universita' ta' Malta sabiex naraw x'jista' isir bil-għan illi dan is-sit dikjarat bħala world heritage site mill-UNESCO, ma jkomplix jiddegrada ruħu?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Sur President, ma nafx għalfejn qed jgħid hekk l- Onor. Membru.", "Forsi għax ma jafx li fit-toroq kważi kollha hemm stormwater systems li qed ilaħħqu ma' l-ilma tax-xita u qed jitfgħuh fil-widien.", "Ma neskludix li jista' ikun hemm xi pipes tad-drenaġġ li għadhom ma ġewx imqabbdin flimkien u forsi jista' jagħti l-każ li hemm ukoll ċertu abbuż fis-sistema tad-drenaġġ upstream, pero' niċħad bl-iktar mod assolut li t- toroq qed ikunu flooded.", "Min-naħa l-oħra nista' nifhem meta l-Onor.", "Interpellant jgħid li hemm każi fejn il-ħamrija taqa' fit-toroq, aktarx għax din il-ħamrija tkun f'livell ogħla mit-triq.", "Aħna qed naħdmu ma' l-istess sidien tar-raba' biex nagħmlu speċi ta' hump, fejn ikollok l-iżbokk mit-triq għall-għalqa, ħalli l-ilma tax-xita ma jinġarrx għal ġot-triq bil-ħamrija miegħu.", "Jiġifieri aħna qegħdin naraw kif nagħmlu biex insolvu din il-problema, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-Mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti u nsejjaħ lill-Ministru Ċensu Galea.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Sur President, f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi nqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali 371 ta' l-2005 - Regolamenti ta' l-2005 dwar bżonnijiet minimi għall-protezzjoni ta' ħaddiema minn riskji li jirriżultaw minn espożizzjoni għal vibrazzjoni; u", "Avviż Legali 372 ta' l-2005 - Regolamenti ta' l-2005 dwar għotjiet ta' manteniment għal studenti;", "U f'isem il-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita' nqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali 373 ta' l-2005 - Regolamenti ta' l-2005 dwar il-ġbir ta' drittijiet mill-kumitat ta' l-appelli, skond l-Att dwar il- Professjonijiet tas-Saħħa.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Mugliett.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar l-istruttura tan-nollijiet tat-trasport pubbliku, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 15538; u", "Kopja ta' guidelines for the implementation of traffic management and safety measures and temporary diversion of traffic, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari 15601.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Ngħaddu għal Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "KUMITAT TA' PROVVISTA", "ESTIMI ĠENERALI 2006", "IT-TMIEN JUM STABILIT", "MINISTERU GĦALL-KOMPETITTIVITA' U KOMUNIKAZZJONI", "L-ordni għall-Kumitat ġie moqri.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor.", "Carmelo Abela, President tal-Kumitat, jippresjedi.", "THE CHAIRMAN: Ninforma lill-kumitat li skond il-mozzjoni tal-31 ta' Ottubru, 2005 il-ħin tad-diskussjoni tal-lum huwa ta' tliet sigħat u għandu jinqasam indaqs bejn kelliema tal-gvern u kelliema ta' l-oppożizzjoni, bl- aħħar nofs għall-gvern.", "Jekk jogħġbu, il-Ministru jressaq ir-riżoluzzjoniijet tiegħu.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Sur President, nipproponi:", "VOT 33 - MINISTERU GĦALL-KOMPETITTIVITA' U KOMUNIKAZZJONI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm4,633,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 33 - Ministeru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2006.", "VOT 34 - KUMMERĊ", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm4,010,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 34 – Kummerċ, kif dettaljata fl- Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2006.", "VOT 35 - KONSUMATUR U KOMPETIZZJONI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm560,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 35 – Konsumatur u Kompetizzjoni, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2006.", "VOT 36 - AVJAZZJONI ĊIVILI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm567,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 36 – Avjazzjoni Ċivili, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2006.", "VOT VI - MINISTERU GĦALL-KOMPETITTIVITA' U KOMUNIKAZZJONI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm2,172,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot VI - Ministeru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2006.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Jose' Herrera.", "ONOR.", "JOSE' HERRERA: Sur President, nipproponi din l-emenda:", "VOT 33 - MINISTERU GĦALL-KOMPETITTIVITA' U KOMUNIKAZZJONI", "Personal Emoluments", "Item 11 - Holders of Political Office", "Ħassar iċ-ċifra \"Lm29,449\" u ssostitwixxi minflok iċ-ċifra \"Lm29,448\".", "Delete the figure \"Lm29,449\" and substitute therefor the figure \"Lm29,448\".", "Sur President, fl-opinjoni tiegħi dan il-ministeru huwa l-ministeru regolatur per eccellenza, ministeru li ma tantx għandu assets, ma tantx għandu introjtu u ma tantx għandu spiża kbira.", "Pero' dan ma jfissirx li dan il-ministeru li jħaddan fih ukoll segretarjat parlamentari, huwa inqas importanti minn oħrajn għax dan ministeru li jirregola żewġ elementi importanti ħafna, il-kompetittivita' u l-komunikazzjoni.", "Issa jien bħas- soltu se nitkellem ftit fuq iċ-ċifri u nipprova nispjega l-estimi għaliex meta niġu biex niddiskutuhom, huwa l-kompitu tagħna li napprezzaw mil-lat fiskali dak li jkun qed jiġi propost bħala nefqa u dak li jkun intnefaq qabel.", "Għalhekk se nillimita ruħi għaċ-ċifri u nispjega ftit mill-aspett fiskali kif jiffunzjona dan il-ministeru.", "Naturalment dan ma jfissirx li ma jkollix kritika x'nagħmel.", "Bażikament dan il-ministeru għandu erba' branki ta' kif jiffunzjona għax għandek il-ministeru proprju, għandek id-diviżjoni ta' l-avjazzjoni ċivili, dik li tissejjaħ consumer and competition division u hemm ukoll il-commerce division li tiġi direttament taħt is-segretarjat parlamentari.", "Il-ministeru għandu minn fejn idaħħal flus u fil-fatt skond l-estimi, huwa pprospettat li din is-sena jdaħħal Lm11 miljun.", "Bażikament dan l-introjtu jiġi mill- airport operating licence, mit-television licences, mit-trading licences, mill-awtorita' marittima, mill-awtorita' tal-komunikazzjoni u mill- avjazzjoni ċivili.", "Naturalment dawn l-erba' diviżjonijiet li semmejt għandhom in-nefqa rikorrenti tagħhom u din is-sena din se tkun qed tammonta għal Lm9.7 miljun, jiġifieri mhux daqstant differenti minn dik tas-snin ta' qabel.", "Barra minn dan, għandek nefqa ta' natura kapitali għall-information technology u għall-upgrading infrastracture of industrial zones li tlaħħaq is-somma konsiderevoli ta' madwar Lm2.1 miljun.", "Dan ifisser li b'kollox huwa pprospettat li dan il-ministeru se jonfoq kważi Lm12-il miljun u se jdaħħal madwar Lm11-il miljun u allura se jispiċċa b'deficit ta' aktar minn Lm0.9 miljun.", "Jiġifieri dan il-ministeru se jkun qed jiġi jiswa lill-Kaxxa ta' Malta – m'inix qed ngħid b'mod negattiv għax, kif għidt, dan huwa ministeru regolatur – viċin il-Lm1 miljun.", "Nixtieq issa nagħmel xi kummenti dwar l-erba' setturi separatament, Sur President.", "L-ewwelnett irrid ngħid li s-sena l-oħra, il-ministeru per se kien stmat li se jdaħħal Lm6,430,000 u din is-sena qed jingħad li se jdaħħal inqas għax se jdaħħal Lm5,730,000.", "Dan ifisser li l-ministeru se jdaħħal madwar Lm0.7 miljun inqas mis-sena l-oħra.", "Barra minn hekk, l-ispiża rikorrenti għal din is-sena li ġejja se titla' għaliex din is-sena kienet ftit iktar minn Lm4 miljun u s-sena d-dieħla se titla' għal ftit iktar minn Lm4.6 miljun, żieda li tidher dovuta għal programmes and initiatives.", "Fis-sena 2005 il- ministeru b'kollox nefaq Lm2.559 miljun u din is-sena se jonfoq iktar minn Lm3.1 miljun.", "Issa meta wieħed jara x'inhuma dawn il-programmes and initiatives isib li bażikament in-nefqa ewlenija hija fi pre-accession programmes u hawnhekk se jkolli nagħmel xi domandi.", "Fis-sena 2005 in-nefqa għall-pre-accession programmes kienet ta' iktar minn Lm1.2 miljun, li minnhom il-Gvern Malti ħareġ Lm230,000.", "Huwa pprospettat li għas-sena 2006 se nonfqu Lm1.4 miljun fuq pre-accession programmes, li minnhom il-Gvern Malti se joħroġ Lm0.55 miljun.", "Hawnhekk irrid ngħid ukoll li din in-nomenklatura lili ma ddoqqlix għax ma nifhimx għala għadna qegħdin nonfqu l-flus tal-pre-accession meta diġa' ilna sena u nofs fl-Unjoni Ewropea.", "Probabbilment dawn huma programmi li ġew inizjati qabel ma dħalna fl-Unjoni Ewropea, pero' fl-estimi m'hemmx indikat dwar x'inhuma eżattament dawn il- programmi, kemm se jdumu u għaliex il-persentaġġ li se nonfqu mill-Kaxxa ta' Malta, meta mqabbel ma' l-ammont li se nġibu mill-Unjoni Ewropea, huwa sostanzjalment inqas milli kien is-sena l-oħra.", "Ikun interessanti li l- ministru jispjega eżattament x'inhuma dawn il-programmi.", "Fl-opinjoni tiegħi, huwa ta' interess ġenerali li wieħed ikun jaf eżattament kif qed jintużaw dawn il-fondi u għaliex il-persentaġġ li qed jonfoq il-gvern għal dawn il-programmi qiegħed dejjem jiżdied.", "Sur President, fil-ministeru għandek ukoll il-communications authority.", "Xi ħaġa li ma ddoqqlix kompletament u li nixtieq spjegazzjoni dwarha hi li fis- sena 2005, l-introjtu mill-communications authority kien ta' Lm4 miljun mentri din is-sena li ġejja huwa pprospettat li se ndaħħlu Lm2.7 miljun, jiġifieri nuqqas sostanzjali ta' Lm1.3 miljun.", "Jiena nimmaġina li hemm raġuni valida għal dan in-nuqqas.", "Din mhux qed ngħidha biex inkun negattiv jew biex nikkritika lill-gvern, pero' inħoss li hija xi ħaġa li tistona u naħseb li min isegwi l-budget jixtieq ikun jaf għaliex hawn dan in-nuqqas.", "Hawn irrid ngħid li l-introjtu jidħol mill-wireless telegraphy, mill-mobile licences, mill-fixed telephone licences, mill-cable television u fees oħra.", "Meta wieħed jeżamina l-introjtu ta' l-awtorita' jidher li dan it-tip ta' introjtu huwa wieħed rikorrenti u iktar iva milli le, dawn huma affarijiet li dejjem jespandu aktar fis-suq.", "Jiena ma naħsibx li qed jonqsu l-mobiles, it-telephone licences jew ir-royalties mill-cable television, pero' minkejja dan mill-estimi jidher li hemm nuqqas sostanzjali ta' Lm1.3 miljun.", "Xtaqt nikkummenta wkoll fuq il-kwestjoni tad-digital TV, Sur President.", "Kif jaf kulħadd, it-teknoloġija avvanzat sostanzjalment u llum wasalna f'epoka fejn mhux bilfors inxandru aktar bl-analogue imma bdejna nxandru wkoll b'sistema diġitali.", "Fil-fatt jekk wieħed jeżamina Kap 399 tal- Liġijiet ta' Malta li tikkonċerna wkoll l-awtorita' in kwestjoni, insibu illi sas-sena 2010 ix-xandara kollha fuq il-mezzi tat-teIevision iridu jibdew ixandru bid-digital television.", "Din hija direttiva li ħarġet mill- Unjoni Ewropea li aħna aderejna għaliha, pero' f'dan ir-rigward jien għandi ftit riservi - li qajjimthom anke s-sena l-oħra - dwar kif iddaħħlet din il-liġi.", "Jiena nirċievi ħafna complaints dwar il-mod kif qed tiġi inforzata din il-leġislazzjoni ġdida.", "Fil-fatt kulħadd jaf li meta kellna l-analogue, bażikament Malta kellha għaxar frekwenzi u l-broadcasting authority kienet tagħti l-liċenzji.", "F'Malta s'issa għandna erbgħa li huma Net TV, is-Super 1, PBS u Smash TV u kien baqa' wkoll frekwenzi jew channels oħra li kienu għadhom mhux utilizzati.", "Issa daħlet fis-seħħ din il-liġi u hawn irrid ngħid li fiha hemm affarijiet li qed idejquni anke fuq livell personali.", "Sur President, jiena kelli okkażjoni nagħmel komunikat mal-ministeru għax meta kienet ħarġet il-white paper, kont ġejt inkarigat minn diversi ditti biex nagħmel studju anke mill-aspett legali fuq il-liġi l-ġdida u kont għamilt ċerti osservazzjonijiet.", "Fil-fatt kont għamilt ukoll domanda parlamentari fejn lill-ministru staqsejtu hekk:", "\"Jista' l-ministru jgħid jekk min diġa' għandu liċenzja valida u għandu frekwenza mogħtija lilu, anke għal dak li jikkonċerna digital terrestrial trials, huwiex obbligat jerġa' japplika skond il-call for applications li ħarġet f'Novembru ta' l-2004?\"", "Il-ministru kien irrispondieni hekk:", "\"Jien informat li min diġa' għandu awtorizzazzjoni u ġie allokat frekwenza għal skop ta' trasmissjoni tad-digital terrestrial television fuq bażi ta' testing, m'huwiex obbligat jerġa' japplika skond il-call for applications li ħarġet fit-23 ta' Novembru, 2004.\".", "Jiena naħseb li minn ta din l-informazzjoni lill-ministru ma tahx il-fatti kollha.", "Il-verita' hi li kif qed titħaddem is-sistema, l-ewwelnett min għandu liċenzja se jitlifha għax se jkollu jerġa' japplika u se jkollu japplika ma' service provider.", "Fil-fatt hemm żewġ service providers u dawn huma l-Multiplus u l-Maltapost.", "Mela qabel int kont tapplika ma' aġenzija governattiva, tħallas il-miżata li jimponi l-gvern, ikollok liċenzja tiegħek u tiġi kkontrollat mill-awtorita' u fost affarijiet oħra jkollok l- obbligazzjoni li, per eżempju, ċertu xandir ikun b'xejn.", "Issa f'daqqa waħda liċenzja ma baqgħetx tingħata b'mod dirett u trid tapplika bilfors ma' service provider.", "Illum il-liċenzja li trid titħallas lis-service provider hija astronomika u tlaħħaq l-Lm40,000 u allura min kien xandar normali u mhuwiex service provider u mhuwiex qed jaqla' l-flus minn liċenzji oħra, naturalment irid japplika ma' dan is-service provider.", "Issa fl-opinjoni tiegħi liċenzja hija dritt ta' proprjeta' u hemm sentenzi anke tal-qrati dwar dan.", "Jekk jien għandi liċenzja biex nipprovdi xi servizz u ma niksirx il-kondizzjonijiet ta' dik l-istess liċenzja, ma jistgħux jeħduhieli.", "Per eżempju, jekk għandi liċenzja ta' grocer, ma jistax jiġi l-ministru u jeħodhieli kapriċċożament u jgħidli li biex napplika għal liċenzja ta' grocer, irrid nirranġa ma' grossista li qed jissupplixxi l-laħam ma' Malta kollha!", "Fuq livell ta' xandir, kif inhi l-liċenzja llum, il-gvern se jirregolak hu, se jagħmilek il-miżati hu, se jagħmel il-kriterji hu, se jagħmel il-kondizzjonijiet hu u int se tibqa' liberu bħala xandar, pero' ma jagħtikx liċenzja hu imma trid tmur bilfors għand wieħed miż-żewġ service providers li semmejt.", "Issa l-ewwelnett tkun qed tiddependi fuqhom jekk jagħmlux query fuqek jew le, għax dawn m'humiex obbligati li jerfgħu lil kulħadd u t-tieni nett l-ispiża li jħallsu għal-liċenzja tagħhom jitfgħuha fuq min japplika magħhom.", "Jiena ngħid li hawnhekk il-liġi mhix qed tiġi applikata b'mod raġonevoli u tista' tagħti lok għal abbuż amministrattiv.", "Ix-xandir huwa ħieles u min għandu liċenzja jmissu ngħata liċenzja jew almenu ngħata preferential treatment biex jerġa' jottjeni liċenzja.", "Ma naħsibx li huwa sewwa li min diġa' igawdi liċenzja għandu jitlef dik il-liċenzja u jrid jerġa' japplika għand is-service provider.", "Din hija kritika li diġa' għamiltha s-sena l- oħra u m'iniex se nidħol wisq fid-dettall u b'mod tekniku fiha għax hemm kawża pendenti quddiem il-qrati fuqha.", "Imma issa nerġa' niġi għall-estimi, Sur President.", "Kif diġa' spjegajt, fil-communications authority tlifna introjtu ta' Lm1.3 miljun.", "Per eżempju, mit-television licence fees fis-sena 2005 daħħalna Lm2.2 miljun u għas-sena 2006 l-ammont se jkun ftit jew wisq l-istess u mill-aspett fiskali din hija xi ħaġa li lili ma ddoqqlix.", "Jekk jiżdiedu n- nies li jixtru t-television sets bilfors li jiżdied ukoll l-introjtu tal- gvern, pero' f'dan il-każ il-gvern qed jistma li d-dħul se jibqa' l-istess.", "Imbagħad hemm il-kwestjoni ta' l-airport operating licence fejn bażikament fis-sena 2004 daħħalna Lm210,000, pero' f'din l-aħħar sena daħħalna Lm200,000 u għas-sena d-dieħla l-istess.", "Issa jien ma nafx għaliex qed ikun hemm Lm10,000 inqas dħul mis-sena 2004, Sur President.", "Anke l-maritime authority hija waħda mill-iktar awtoritajiet importanti fi ħdan dan il-ministeru tant li l-estimi tagħha jiġu diskussi f'dan il- parlament.", "L-industrja marittima hija niche importanti ħafna għax tiġġenera introjtu reali u f'dan il-qasam Malta għandha potenzjal kbir.", "Hawn irrid ngħid li l-industrija tar-reġistrazzjoni tal-vapuri żviluppat b'ċertu suċċess mill-1977 'il hawn, speċjalment lejn l-aħħar tat-tmeninijiet meta biddilna l-liġi.", "Din hija industrija li tingaġġa ħafna nies mil-lat professjonali, tiġġenera ċertu introjtu u għalhekk hija waħda mill-iktar awtoritajiet importanti mhux biss fi ħdan dan il-ministeru imma fil-pajjiż kollu.", "Għalkemm din l-industrja ma tantx tirrendi flus lill-gvern imma madanakollu tiġġenera ħafna flus fil-pajjiż, Sur President.", "Issa hawnhekk irrid ngħid li f'dak li għandu x'jaqsam ma' reġistrazzjoni ta' vapuri kellna nuqqas drastiku din is-sena u m'aħniex sejrin tajjeb.", "Per eżempju, l-introjtu tal-ministeru fis-sena 2004 ma kienx kbir, pero' il- qligħ kien sostanzjali għax kien ta' Lm0.25 miljun.", "Fis-sena 2005 ma qlajna xejn, lanqas lira mġiddma u l-awtorita' marittima ma kkontribwiet xejn lejn il-Kaxxa ta' Malta.", "Dwar dan jiena tkellimt mal-ministru b'mod każwali qabel ma bdejt nitkellem hawnhekk u dan qalli li l-awtorita' kellha xi proġetti u allura erġajna injettajna l-qligħ għal dawn il-proġetti.", "Issa għal din is-sena huwa proġettat li l-awtorita' se tgħaddi lill-Kaxxa ta' Malta Lm0.5 miljun.", "Bażikament dan huwa l-ammont ta' flus li konna niġġeneraw qabel l-2004.", "Irrid ngħid ukoll li jiena għamilt riċerka ta' malajr fuq il-mollijiet ta' l-Imġarr u ċ-Ċirkewwa.", "Il-prim ministru attwali kien qal li l-proġett tal- mollijiet kien se jitlesta sas-sena 2005, pero' l-istess prim ministru issa qed jgħid li t-terminal tal-passiġġieri fl-Imġarr għandu jitlesta sas- sena 2006 - mela dak li pproġetta li se jagħmel bi qligħ għall-awtorita' ma mmaterjalizzax ruħu - u qal ukoll li x-xogħol fuq it-terminal taċ-Ċirkewwa jibda x'ħin jitlesta x-xogħol fuq it-terminal ta' l-Imġarr, jiġifieri mhux qabel is-sena 2007.", "Dan iwassalni biex ngħid li l-gvern jipproġetta, jinjetta l-kapital u jagħmel il-previżjonijiet tiegħu, pero' kull darba jmur żmerċ kemm f'dik li hija nefqa ta' natura kapitali kif ukoll f'dawk li huma deadlines.", "Dan huwa gvern li donnu qatt ma jżomm mad-deadlines, Sur President.", "Morna żmerċ fid-deadlines anke fejn jidħol il-crafts village ta' Ta' Qali.", "(Interruzzjonijiet) Għall-isptar il-ġdid ukoll morna żmerċ għax ipproġettajna li nonfqu Lm139 miljun u dawn telgħu għal Lm0.25 biljun.", "Dan huwa nkwetanti.", "Aħna nifhmu meta wieħed jagħmel sagrifiċċju u l- introjtu ta' xi ente governattiva jerġa' jinjettah f'dik l-istess ente biex jiġġenera investiment kapitali, pero' mbagħad huwa nkwetanti l-fatt li dak l-investiment kapitali ma jiġix realizzat fit-termini previsti u jiġi jqum iktar minn dak previst.", "Nixtieq insemmi wkoll l-avjazzjoni ċivili, Sur President.", "Wieħed jara li f'dan ir-rigward l-estimi għas-sena 2005 kienu ta' Lm3,925,000 u għal din is-sena telgħu għal Lm4,125,000.", "Mill-banda l-oħra l- expenditure baqgħet kważi l-istess, jiġifieri madwar Lm600,000.", "Hawnhekk insibu wkoll l-airport tax.", "Sas-sena 2004 din it-taxxa kienet qed tiġġenera dħul ta' Lm1.8 miljun, imbagħad għas-sena 2005 żidna t-taxxa għal dawk li jitilqu minn Malta u f'daqqa waħda l-introjtu sploda għal Lm3.8 miljun.", "Din is-sena dan l-introjtu se jaqbeż l-Lm4 miljun.", "Hawn irrid ngħid li aħna nieħdu gost b'dan l-introjtu għax dawn il-flus mhux il-Maltin biss qed iħallsuhom imma anke l-barranin li jużaw l-airport tagħna; pero' ejja nammettu li fil-każ ta' l-introduzzjoni ta' din it-taxxa konna qed naraw sa mneħirna u xejn aktar.", "Qed ngħid hekk għax din is-sena kellna nżidu 50,000 turist pero' hawnhekk ukoll morna żmerċ għax iż-żieda kienet ta' 0.2% minflok ta' 0.4%.", "Dan ifisser li l-projections tagħna ma lħaqnihomx.", "Issa ta' min ifakkar li t- turiżmu huwa l-qafas ta' l-ekonomija tagħna għax minn kull Lm10 li niġġeneraw, Lm3 jidħlu mit-turiżmu.", "Veru li miniex responsabbli mix- shadowing tat-turiżmu, pero' dan il-qasam tant hu importanti li wieħed ma jistax ma jsemmihx.", "U meta wieħed jifli l-budget speech isib li din is- sena, il-prim ministru kien aktar kawt mis-sena l-oħra meta kien qal li rridu nżidu 50,000 turist.", "Jiena ngħid li huwa tajjeb li tkun kawt, pero' huwa preokkupanti wkoll għax dan ifisser li l-prim ministru qed jibża' li mhux se mmorru tajjeb.", "Għaliex qed ngħid dan?", "Għax għalkemm huwa veru li din it-taxxa qed iddaħħlilna l-flus, pero' mill- banda l-oħra trid tara jekk hijiex qiegħda tgerrxilna ċertu ammont ta' turisti.", "Għalkemm ċerti biljetti ta' l-ajru jqumu biss Lm40 jew Lm50, pero' din it-taxxa u taxxi oħra qed iwasslu biex kultant it-tassazzjoni tkun daqs il-biljett u m'hemmx għalfejn tkun xi espert biex tirrealizza li l-ivvjaġġar minn Malta għal barra sar expensive wisq.", "Huwa veru li qlajna ftit miljuni, pero' huwa għaqli li mill-banda l-oħra ma neħdux ċerti inizjattivi biex nippromwovu din l-industrja daqstant importanti?", "Imma issa ħa ndur għall-consumer and competition division li sinċerament ma nafx għalfejn din hija diviżjoni għaliha u naħseb li kien ikun aktar għaqli kieku daħħalniha taħt il-commerce division jew taħt il-ministeru.", "Qed ngħid hekk għax fl-2005 din id-diviżjoni ġġenerat Lm4,000 u nfaqna fiha Lm530,000 u din is-sena se tiġġenera Lm3,000 u se nonfqu fiha Lm560,000 li minnhom Lm469,000 bażikament huma salarji.", "Jiġifieri din id-diviżjoni li tħaddan fiha d-dipartiment tal-konsumatur u t-tribunal tal-konsumatur li qed jagħtu servizz, tħallas biss u ma takkwista xejn in return.", "Jiena m'inix qed nikkritikaha fis-sens li kien hemm sparpaljar ta' flus, pero jagħmel sens li jkollok diviżjoni li qatt ma tiġġenera sold?", "Forsi jagħmel sens li naraw jekk nistgħux niġġeneraw ftit flus minn din id-diviżjoni għaliex wara kollox din id-diviżjoni tagħti servizz.", "Fil-każ ta' servizzi oħrajn aħna dejjem nagħmlu xi forma ta' tassazzjoni, pero' hawnhekk qed noffru servizz li ma jinvolvi piżijiet ta' xejn.", "Per eżempju, għal kawża quddiem it-tribunal għall-konsumatur li allura għandu kompetenza iktar mit-tribunal għal talbiet żgħar fil-qrati, tħallas inqas minn Lm10 mentri jekk tmur quddiem it-tribunal għal talbiet żgħar tħallas ħafna iktar.", "Allura dawn mhumiex servizzi wkoll?", "Għaliex dan it- tribunal għandu jkun b'xejn meta tribunali oħra ta' kompetenza inqas jiċċarġjaw ħafna aktar?", "Jiena m'iniex qed ngħid li għandna nżidu imma rridu nkunu raġonevoli.", "Aħjar innaqqsu ftit mill-ispejjeż tal-qorti u nżiduhom ftit hawnhekk għax hija esaġerazzjoni li jkollok tribunal b'kompetenza ta' qorti u ma tħallas xejn, imbagħad fil-qorti dejjem ngħollu l-ispejjeż!", "Jiena m'iniex qed ngħid li għandna ndaħħlu xi miżati eżorbitanti, pero' għandek diviżjoni f'ministeru li qed tagħti servizz u m'hi qed iddaħħal xejn ta' dan, imbagħad għal servizzi oħra bħal, per eżempju, kawża ta' ħabta ta' karozza, li bilfors trid tmur arbitraġġ fuqha, ġieli l-ispiża tkun iktar mill-claim tiegħek.", "Il-kritika tiegħi hija li wieħed m'għandux jgħabbi l-ispejjeż kollha fuq branka waħda imma dawn l-ispejjeż għandhom ikunu mifruxin, Sur President.", "Nixtieq insemmi wkoll il-commerce division, responsabbli direttament minnha s-segretarju parlamentari li persważ li mhux nieqes mill-entużjażmu.", "Hawnhekk irrid ngħid li l-income mill-commerce division għas-sena 2005 kien ta' Lm1,156,000 u din is-sena żidna ftit għax tlajna għal Lm1,176,000.", "Il- current expenditure żdiedet b'Lm1 miljun għax din is-sena tneħħew Lm1 miljun mis-sussidji fuq l-ikel.", "Sas-sena l-oħra, il-gvern kien jissussidja 'l fuq minn Lm1 miljun fuq ikel biex nikkontrollaw il-prezzijiet ta' l- ikel, komodita' bażilari għall-pajjiż, pero' din is-sena din spiċċat u dan il-Lm1 miljun tfajnieh fuq il-konsumatur.", "Sur President, id-dħul mit-trading licences kien ta' Lm950,000 u dan baqa' l-istess bħas-sena ta' qabel.", "Allura dan ifisser li l-liċenzji ma żdiedux?", "L-Onor.", "Edwin Vassallo qed ibażwar lil dak li jkun biex joħroġlu liċenzja!", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO: Mhux jien inbażwar!", "THE CHAIRMAN: M'hemmx interruzzjonijiet.", "ONOR.", "JOSE' HERRERA: Qed jaqbel miegħi li man-negozjanti ż-żgħar qed jitqammel għax mhux qed jagħtihom liċenzji ġodda.", "Hawnhekk għandna mniżżel ukoll l-introjtu mill-fabbriki.", "Qabel konna ndaħħlu ftit għax fis-sena 2004 daħħalna kważi Lm150,000 pero' din is-sena ma nbiegħetx fabbrika waħda.", "(Interruzzjonijiet) Daħħaltu biss Lm1,000.", "Jiena qatt ma smajt b'fabbrika li tinbiegħ Lm1,000, kurjuża ħafna din!", "Fl- 2005 daħħaltu Lm1,000 u din is-sena qed terġgħu tipproġettaw li ddaħħlu Lm1,000 oħra mill-bejgħ tal-fabbriki.", "Jekk għandkom xi fabbrika b'Lm1,000 għiduli biha għax nitħajjar għaliha!", "L-unika żieda li kien hemm kienet fuq it-trademarks, Sur President.", "Kif diġa' għidt, il-gvern mar żmerċ fil-projections tiegħu għall-crafts village.", "Issa l-istorja tal-crafts village ilha ġejja mill-1992 meta n- Nutar George Bonello du Puis kien qal li kien ħejja pjan biex il-crafts village f'Ta' Qali jinbidel u jsir wieħed denju għal pajjiżna.", "Il-pjan kellu jwassal biex darba għal dejjem titneħħa d-dehra ta' telqa u biex jispiċċaw in-nissen huts.", "Iżda llum, 13-il sena wara, in-nissen huts għadhom hemm waqt li l-istess crafts village huwa maħkum minn dehra ta' telqa iktar minn qatt qabel.", "Fl-aħħar xhur l-iżvilupp tal-crafts village f'Ta' Qali għadda taħt is-segretarju parlamentari, pero' madankollu bqajna fejn konna, Sur President", "L-Onor.", "Edwin Vassallo tana tliet dati ta' meta kellu jibda l-proġett tal- crafts village f'Ta' Qali – l-ewwel qal għall-aħħar ta' l-2003 u mbagħad semma l-bidu ta' l-2004 u anke semma Ġunju ta' l-2004, pero' sal-lum għadu ma bediex – u l-aħħar mira tas-segretarju parlamentari hi għall-bidu tas- sena 2006 u qal ukoll li x-xogħol se jdum għaddej bejn tlieta u erba' snin.", "Dan il-crafts village ilu ħolma tal-partit Nazzjonalista għal 13-il sena.", "Issa f'dan il-każ m'aħniex qed ngħidu li se nibnu xi Disneyland, pero' skond il-projections tal-gvern dan il-proġett għandu jkun lest fis-sena 2010.", "Hawnhekkgħandi lista ta' proġetti li ngħidu li se nagħmluhom, nonfqu d-doppju ta' dak li nkunu stmajna, jgħaddi ż-żmien u ma jsirux.", "Imbagħad noqogħdu ngħidu li saru l-iżbalji, li n-nefqa se tkun iktar imma se jsiru żgur u dawn jibqgħu ma jsirux.", "Niġu għal darb'oħra hawn u nerġgħu ngħidu li ħadna żball ieħor, nerġgħu nżidu l-capital investment, inżidu t- terminu u l-proġetti ma jsiru qatt.", "Din hija parti mill-kritika li l-oppożizzjoni tagħmel fil-konfront tal- gvern għax wara kollox din hija ineffiċjenza.", "Kieku l-gvern kellu jkun ftit aktar effiċjenti kieku żgur immorru aħjar u din hija kritika li hija vindikata bil-provi li joħorġu mill-estimi u mill-istess budget, Sur President.", "Nirringrazzjak.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joseph Sammut.", "ONOR.", "JOSEPH SAMMUT: Sur President, nixtieq qabel xejn nelenka l-mod kif se nkun qed nindirizza dawn il-ftit minuti tad-diskors tiegħi.", "B'riferenza għat-tema ta' dan il-budget imsejjaħ \"Nibnu fuq Ħilitna biex Inti Tgħix Aħjar\", irrid inħares lejn żewġ perspettivi.", "L-ewwelnett nixtieq inħares lejn il-budget bħala kontinwita' ta' dak li pproġetta l-gvern minn sena għall-oħra u nixtieq nitkellem ukoll dwar kif inħassu l-effetti tal- budget preċedenti fix-xhur li għaddew.", "Nixtieq nitkellem ukoll dwar il-mod kif il-gvern qed jindirizza lis-self-employed biex naraw jekk ġewx indirizzati l-aspettattivi tas-self-employed u jekk dawn humiex qegħdin jgħixu aħjar jew le.", "Sur President, il-kritika li kienet saret għall-budget għas-sena 2005, b'ħarsa lura lejn l-2004, kienet li l-gvern ma kienx laħaq il-miri tiegħu u l-prospettivi ma tantx kienu sbieħ.", "Kien hemm kritika qawwija fis-sens li l-pajjjiż kien għaddej minn inċertezza ekonomika li kienet tinħass ma' kullimkien.", "Kien hemm ukoll kritika li l-pajjiż ma kienx geared biex jilqa' għall-kompetizzjoni u li n-negozjanti u s-self-employed ma kenux preparati u ma kellhomx il-potenzjal biex jilqgħu għall-kompetizzjoni minn barra.", "Kienet saret ukoll il-kritika li dawn is-self-employed kellhom wisq spejjeż u li kien hemm tnaqqis fid-domanda min-naħa tal-konsumatur.", "Kien hemm ukoll kritika fir-rigward ta' l-attitudini ta' wħud mill-uffiċjali fiċ- ċivil.", "Kien hemm ukoll kritika qawwija u ġustifikata li l-gvern dejjem jibqa' lura meta jiġi biex jagħti dak li għandu jagħti lin-negozjanti u lis- self- employed.", "Naħseb kulħadd għandu quddiem għajnejh id-dipartiment tal- VAT u dak tat-taxxi interni li għandhom jagħtu miljuni ta' liri lura liċ- ċittadini Maltin.", "Sur President, jekk inħarsu lejn il-budget kif ġie ppreżentat din id-darba bħala prodott fuq il-karta nasal biex ngħid li hu wieħed eċċellenti, imma meta tħares lejn dak kollu li l-gvern kien wiegħed li se jindirizza fil- budget ta' l-2004/2005, kulma ġara hu li ngħatat lagħqa kosmetika u sempliċement inbidlu l-verbi għax mill-bqija ma nbidel xejn.", "Sena ilu konna qegħdin nitkellmu fuq inċertezza ekonomika u din bla dubju ta' xejn għadha magħna.", "Dakinhar konna lmentajna dwar in-nuqqas ta' preparamenti u nuqqas ta' għajnuna governattiva fir-rigward ta' kompetizzjoni minn barra, pero' dan in-nuqqas għadu hemm.", "Anke l-inċertezza u l-għoli fil-prezzijiet għadhom hemmhekk.", "Il-problema li d-domanda lokali naqset għadha teżisti wkoll.", "Rigward l-attitudini min-naħa ta' l-uffiċjali tal-gvern, jekk wieħed jara l-gazzetti malajr jieħu risposta.", "Għadu jeżisti wkoll l-istess nuqqas fir-rigward ta' ħlas lura mid-dipartimenti tat-taxxa u ħafna ċittadini għadhom jistennew li jieħdu lura dak li hu tagħhom.", "Sfortunatament dan il- budget ma indirizza xejn minn dan kollu, Sur President.", "Tema oħra li ta' min isemmiha hawnhekk hija d-dikjarazzjoni ta' qligħ li għamel l-HSBC f'dawn l-aħħar jiem.", "Iċ-ċifra hija waħda sostanzjali u ta' min jgħid li dawn huma miljuni ta' liri li ħerġin minn pajjiżna.", "Kellna wkoll il-wegħda tal-gvern li se jġib l-investiment f'pajjiżna u li se jiftaħ orizzonti ġodda.", "Sal-lum m'hu qed jinħass assolutament xejn minn dan anzi, għall-kuntrarju, kellna bank lokali b'goodwill b'saħħitha u proprjeta' tiswa l-miljuni u begħnieh għal ċuċata u llum m'aħna qegħdin nieħdu lura xejn minnu.", "Fil-fatt la ġie l-investiment li kien ġie mwiegħed u lanqas ġiet l-għajnuna kbira li ġejna mwiegħda li se ningħataw.", "Kulma ġibna hi sistema ta' banking li hawn Malta ħadd m'hu mdorri biha.", "Qed ngħid hekk għax dan il-bank jagħsar minnek sa l-aħħar qatra u m'għandu l-ebda kuxjenza ta' xejn.", "Sur President, is-slogan \"Nibnu fuq Ħilitna biex Inti Tgħix Aħjar\" iqajjem ħafna mistoqsijiet.", "L-ewwel mistoqsija hija: L-istandard of living tal-lum għadu l-istess kif kien sa ftit tax-xhur ilu?", "Biex tgħid li wieħed qed jgħix aħjar trid tara jekk id-dħul ta' l-individwu baqax l-istess, trid tara wkoll jekk żdedulux it-taxxi, trid tara jekk għadux f'pożizzjoni li jagħmel ċerti kapriċċi, x'qed jibqagħlu f'idejh u trid tara x'kien jifdallu qabel u trid tara wkoll b'liema mod qed jirnexxielu jlaħħaq mal-bżonnijiet ta' kuljum.", "Hawnhekk irid isir eżami biex naraw jekk dan il-budget huwiex jindirizza l-problemi li kien hemm fil-passat u jekk huwiex b'xi mod jimbotta biex ngħixu aħjar mil-lat suġġettiv.", "Mill-banda l-oħra, mil-lat oġġettiv wieħed irid jara l-problemi l-oħra bażiċi għax, ngħid għalija, għad trid issir differenza ampja bejn is-self-employed u l-SMEs.", "Sfortunatament hawn Malta b'SMEs nifhmu s-self-employed, pero' dan m'huwiex il-każ.", "Is-self-employed huwa dak li jaqla' l-ġurnata billi jaħdem għal rasu u forsi jkollu ħames membri tal-familja jaħdmu miegħu fl-istess ażjenda.", "Mill-banda l-oħra, l-SMEs li għandhom f'rashom l-Istati Membri fi ħdan l-Unjoni Ewropea, huma dawk il-kumpanniji kbar li miżerjament iħaddmu bejn 250 u 300 ruħ u li hawn Malta huma kkonsidrati bħala ġganti.", "Sfortunatament meta wieħed iħares lejn l-inċentivi li ssir enfasi fuqhom fil-budget, isib li dawn huma indirizzati lejn l-SMEs li jimpjegaw numru sostanzjali ta' nies u dawn żgur m'humiex is-self-employed kif nafuhom aħna.", "U hawnhekk irrid nagħmel riferenza għal dak li kont għidt meta kien hawn id-diskussjoni dwar kif il-gvern qed jipprova jilħaq u jattwa l- istrateġija ta' Lisbona.", "Waqt id-dibattitu dwar l-aġenda ta' Lisbona, apparti milli kienu saru diversi interventi, kien hawn dokument ippreżentat fuq il-mejda tal-Kamra li kien jgħid li l-gvern kien laħaq 85% jew 90% tat-targets tiegħu fl- implimentazzjoni ta' l-istrateġija ta' Lisbona.", "L-Istati Membri kollha fi ħdan l-Unjoni Eworpea qed isibu diffikulta' kbira biex jimplimentaw din l- istrateġija, pero' mbagħad hawn Malta ħriġna ngħidu li konna lħaqna 85% tal-miri.", "Jiena naħseb li kieku qegħdin f'dik il-perċentwali ninsabu mexjin fuq ir-rubini, pero' dan inħallih għall-ġudizzju tal-poplu.", "Dan qed ngħidu għax il-problemi li kienu jħabbtu wiċċhom magħhom dawk li jaħdmu għal rashom għadhom hemmhekk u sfortunatament l-inizjattivi msemmijin f'dan il-budget m'humiex indirizzati lejhom.", "Irrid ngħid li hemm il-kwestjoni tan-nuqqas ta' likwidita' fil-pajjiż u ċertifikat ta' dan huwa l-mod kif id-dipartiment tal-VAT qed jipprova jinforza u jagħsar lil dak li jkun biex jiġbor il-flus dovuti lejh.", "Hawnhekk ma rridx ninstema' li b'xi mod qed niġġustifika lil min ma jħallasx it-taxxa għax dik hija tal-gvern, pero' jibqa' l-fatt li l-gvern permezz tad-dipartiment tal-VAT qed jagħmel skemi biex jipprova jħajjar lil min iħallas.", "Issa spiċċajna fl-iktar pożizzjoni ta' żvantaġġ fejn kulmin għandu jagħti l-flus qed jintbagħat il-bank.", "Dan ifisser li dak li jkun qed jissellef il-flus bl-interessi, sempliċiment biex ikun jista' iħallas it- taxxa.", "Bir-rispett kollu, din hija xi ħaġa illegali u li l-liġi ċivili ta' Malta ma tippermettihiex, imma sadanittant qegħdin ninkoraġġuha fl-attentat biex id-dipartiment tal-VAT jiġbor dak li hu dovut lilu.", "Madanakollu r-rispons għal din l-iskema xorta kien batut u dan qed jiġri għax m'hawnx flus fl- idejn.", "Kieku hawn il-flus fl-idejn ninsab konvint li ħadd m'hu se jissogra li jispiċċa l-ħabs.", "Naħseb li kulħadd jipprova jħallas dak li hu dovut minnu bħala taxxa pero' sfortunatament hawn nuqqas ta' likwidita'.", "Barra minn hekk, jekk wieħed jiddiskuti dan is-suġġett ma' diversi kuntratturi jsib li r-regola hija li minflok jaħdmu bil-flus, jaħdmu bi bdil ta' materjal, min jibdel ġebel, min jibdel ħadid, min jibdel planki u min jibdel cement.", "Dik hija r-regola u dan huwa ċertifikat tan-nuqqas ta' likwidita', problema li naħseb li għandha tiġi indirizzata.", "Sur President, nixtieq ngħid xi ħaġa wkoll fuq il-burokrazija żejda.", "Aħna ninsabu konxji bħala amminstrazzjoni li din hija xi ħaġa li tnaqqas il- kompetittivita' tagħna bħala pajjiż u ssemmiet mhux lokalment biss imma tirriżulta minn surveys li saru għal skopijiet ta' rating.", "Sfortunatament m'hu qed jittieħdu l-ebda passi konkreti biex din il-burokrazija b'xi mod neliminawha.", "Anzi mhux talli mhux qed neliminawha talli aktar qed nikkreawha billi jinħolqu diversi awtoritajiet.", "Jiena ngħid li f'dan il- pajjiż ma nistgħux nibqgħu fis-sitwazzjoni fejn kulħadd jivvinta u jikkrea r-regoli tiegħu mingħajr ma jiġi rispettat b'mod oġġettiv dak li għandu bżonn il-pajjiż biex l-ekonomija timxi 'l quddiem.", "Aspett ieħor huwa n- nuqqas ta' għajnuna biex dak li jkun ikun jista' jikseb għajnuna finanzjarja, xi ħaġa li fil-qasam tan-negozju ilha tissemma, Sur President.", "Jiena nemmen li min-naħa tal-Malta Enterprise żgur li jista' isir xi ħaġa f'dan ir-rigward billi jinħoloq fond li jindirizza dawk il-proġetti li din l-azjenda tal-gvern tikkonsidra li jkunu vijabbli.", "Ma jistax ikun li f'pajjiżna nibqgħu mexjin bil-mod li s-self jingħata biss min-naħa tal- banek.", "Ma jistax ikun li biex bniedem li jrid jidħol fid-dinja imprenditorjali irid ikollu assi f'ammont li jissupera bil-ferm dak l- ammont li jixtieq jissellef biex jibda.", "U ġalaldarba qiegħed fuq dan il- punt, irrid ngħid li lanqas jista' ikun li l-banek jibqgħu jimponu u jimbuttaw 'il fuq b'mod allarmanti l-fees tagħhom biex jagħtu s-self.", "Jiena nifhimha li l-gvern ma jistax jindaħal fil-mod ta' kif titmexxa u fil-mod kif titlob il-ħlasijiet impriża privata bħalma huwa bank, imma min-naħa l- oħra nemmen li jekk verament irridu li l-ekonomija tagħna ddur, il-gvern għandu jipprovdi hu din l-għajnuna finanzjarja.", "Sur President, irrid ngħid xi ħaġa wkoll fuq l-aspett l-ieħor tal- korruzzjoni, item ieħor li ppuntat lejh l-aġenzija mqabbda mill-Unjoni Eworpea biex tagħti rating ta' pajjiżna u li tniżżel ir-rating tagħna bħala pajjiż.", "Sfortunatament il-korruzzjoni qiegħda hemmhekk flimkien mal- burokrazija, pero' f'dan il-budget m'hemm xejn dwar kif għandna nippruvaw insibu tarf ta' dan il-fenomenu.", "Issa nispera li ma jqumx xi ħadd u jgħid li m'għandniex elementi qawwi ta' korruzjoni fid-dipartimenti tagħna għax dan huwa fenomenu li kulħadd iħabbat wiċċu miegħu.", "Jekk irridu nkunu serji kulħadd jaf kif għandu jindirizza din il-problema, Sur President.", "Aspett ieħor li deher iktar minn darba fil-ġurnali lokali u kien anke ġie diskuss fil-parlament huwa l-mod ta' kif pajjiżna qed jitlef l- opportunitajiet fejn jista' jieħu għajnuna finanzjarja mill-Unjoni Ewropea.", "F'każ riċenti pajjiżna tilef opportunita' li jieħu fondi ta' madwar euro 25 miljun sabiex immigranti illegali jkunu jistgħu jinżammu Malta jew jiġu mibgħuta lura.", "Dan huwa telf ta' fondi li pajjiżna jista' jagħmel użu minnhom.", "Tlifna l-fondi wkoll minħabba li ma saritx applikazzjoni fil-ħin biex jiġu megħjuna l-bdiewa tagħna li wara kollox huma self-employed ukoll.", "Dawn huma nuqqasijiet li nemmen li xi ħadd għandu jirrispondi għalihom.", "Ma jistax ikun li pajjiżna dejjem jaqa' l-aħħar meta suppost għandna nies fi Brussels li qegħdin hemm biex jinformaw lill-amministrazzjoni b'dawk l- opportunitajiet kollha li jkun hemm biex pajjiżna jkun jista' jikseb fondi.", "Ma jistax ikun li nibqgħu narmu l-opportunitajiet.", "Item ieħor li nixtieq nitkellem dwaru huwa l-inizjattiva ekonomika.", "L- affarijiet li jimbuttaw l-investiment li tant neħtieġu lejn pajjiżna m'humiex jiġu indirizzati.", "Per eżempju, fejn jidħol is-self għandek high legal fees u għandek ukoll ħlas għoli tas-social security.", "Jeżistu wkoll proċeduri twal biex isir self, high interest rates u excessive bureaucracy.", "Dawn huma affarijiet li qed isemmuhom anke barra minn xtutna pero' sfortunatament il-budget ma jitkellimx fuqhom.", "U jekk verament irridu ngħinu lis-self-employed u jekk irridu li l-ekonomija tagħna timxi 'l quddiem, bla dubju ta' xejn irid ikun hemm tnaqqis fit-taxxa.", "Kemm fir- rigward tal-budget 2004/2005 kif ukoll rigward dak għas-sena 2005/2006 fil- gazzetti lokali kien hemm enfasi qawwija li t-taxxi ma jistgħux jibqgħu jogħlew.", "Hawnhekk nista' nsemmi l-każ ta' l-eco-tax li minnha qed jinġabru Lm2.5 miljun, flimkien mas-Lm600,000 VAT fuq l-istess eco-tax, huma flus li se jonqsu minn but il-poplu Malti, li huwa l-konsumatur u dak li jiġġenera l-kummerċ f'pajjiżna.", "F'pajjiżna għandna wkoll gvern li jrid isib il-kuxjenza soċjali tiegħu.", "Sfortunatament il-budget huwa indirizzat biss bħala imbuttatura biex il- gvern jiġbor il-flus u l-kuxjenza soċjali ma nsibuha mkien.", "Per eżempju, ma jistax ikun nibqgħu nużaw il-kunsilli lokali bħala l-mezz kif jinġabru l- flus biex nirranġaw affarijiet oħra.", "Nista' nsemmi wkoll l-isptar San Luqa.", "Ma jistax ikun li biex wieħed jipparkja f'dan l-isptar irid iħallas madwar Lm3.", "Naħseb li din hija xi ħaġa li trid tiġi indirizzata għax ma jistax ikun nibqgħu nagħsru fuq iċ-ċittadin.", "B'dan il-mod dejjem qegħdin innaqqsu mill-ispending power tal-poplu.", "Sur President, nixtieq naċċenna wkoll għall-qasam tas-self-employed nisa.", "Dan il-budget ma jsemmi xejn dwar dan minkejja li f'pajjiżna s-self- employed m'humiex kollha rġiel imma hemm element sostanzjali ta' nisa li huma self-employed.", "Wasal iż-żmien li l-gvern jindirizza l-problema tan- nisa fis-self-employed.", "Dawn in-nisa self-employed għandhom maternity leave?", "Għalfejn min hu mpjegat għandu l-maternity leave u n-nisa self- employed li jmexxu n-negozju tagħhom m'għandhomx maternity leave?", "Għandek każi fejn in-negozju jitmexxa mill-mara u mir-raġel flimkien.", "Għaliex il- mara għandha tiġi injorata meta qed tagħti kontribut qawwi hi wkoll f'dan in-negozju?", "Hija intitolata għall-pensjoni bħalma jkun ir-raġel?", "Huwa veru li meta self-employed mara timrad hemm il-benefiċċju tal-mard, imma naħseb li fejn jidħol id-dħul hemm differenza bejn li tmexxi negozju u bejn li tkun impjegata.", "In-nisa li huma self-employed huma intitolati għall-annual leave?", "Dawn huma punti li pajjiżi fi ħdan l-Unjoni Ewropea qegħdin jiddiskutuhom bis-sħiħ u aħna sfortunatament m'aħna qed insemmu xejn minn dan kollu.", "F'pajjiżna qed nitfgħu kollox taħt it-tapit u l-għan tagħna huwa biss li nfejqu l-ħofra li għandna.", "Sur President, nagħlaq billi nagħmel mistoqsija li ta' min jirrifletti fuqha: Fid-dawl ta' dak kollu li għadni kemm aċċennajt għalih, qegħdin ngħixu aħjar wara dan il-budget?", "Grazzi.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Marie Louise Coleiro.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Sur President, xtaqt nibda billi nirrimarka fuq il-fatt li rapport li suppost kellu jagħtina insight dwar lejn fejn sejrin, tqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra llum mingħajr lanqas ingħatajna ċ- ċans li nagħtuh daqqa t'għajn minn qabel ħalli nkunu nistgħu niffukaw aktar fuq il-politika tal-gvern fuq dan is-settur.", "Jiena ngħid li importanti li nkunu nafu dwar din il-politika għaliex mingħajr il- kompetittivita' mhux se jkollna investiment, mingħajr investiment mhux se jkollna mpjiegi u jekk ma jkollokx impjiegi qatt ma tista' tgħix aħjar kif qed jipproponi l-gvern.", "Rigward dan ir-rapport imsejjaħ \"national reform programme\" irrid ngħid li l-ministru kiteb artiklu f'\"The Malta Independent\" ta' l-24 ta' Ottubru fejn qal li kien il-cabinet committee on competitiveness li ħadem fuq dan ir-rapport, li suppost qed jidentifika ħames areas prinċipali mmirati proprju għall-kisba tal-kompetittivita'.", "Issa jien kont nippretendi li dan ir-rapport jitqassam mal-budget speech, kif tqassmu dokumenti oħra, ħalli almenu jkollna ċ-ċans ngħarbluh tajjeb u nkunu nistgħu anke aħna minn din in-naħa tal-Kamra, niddiskutu l-viżjoni li għandu dan il-gvern dwar qasam kruċjali bħal dan.", "Dan qed ngħidu għax f'dan il-qasam għandek kemm l- element ekonomiku u kemm dak soċjali li huma intertwined.", "Dawn iż-żewġ affarijiet flimkien jassiguraw il-kwalita' tal-ħajja li jgħix il-poplu tagħna.", "Jiena xtaqt li kieku dan ir-rapport kien għandna qabel, pero' bħas- soltu issa drajniha s-sistema ta' dan il-gvern Nazzjonalista li l- prioritajiet jaqlibhom.", "Ir-rapport ġie f'idejna llum meta missu ġie qabel ħalli nkunu nistgħu nifhmu aktar anke dak li qal il-prim ministru fid- diskors tal-budget.", "Jiena ngħid li huwa faċli biex tifhem it-triq li qbadna għaliex kulma trid tagħmel hu li tħares lura u tara t-track record ta' dan il-gvern.", "Imma mbagħad biex tkun taf fejn irid jasal, trid tkun taf ukoll x'għandu f'rasu.", "Issa għaliex qed ngħid hekk?", "Għaliex fil-verita' l-kompetittivita' ma tiġix mil-lum għal għada.", "Il-kompetittivita' tiksibha bi proċess u trid tħares lejha b'mod li tkun taf x'kien qed jiġri qabel u x'se jiġri għall- quddiem.", "Il-kompetittivita' saret buzzword f'dan il-pajjiż, imma fil- verita' meta tibda tanalizza x'għamel il-gvern qabel u x'se jsir għall- quddiem tifhem li jingħad ħafna diskors iżda b'mod konkret m'hu qed isir xejn.", "Sfortunatament il-barri qatt ma nqabad minn qrunu mill-gvern Nazzjonalista biex iwasslu għat-target tiegħu, Sur President.", "Kull meta niddiskutu l-budget u aħna niġu biex nagħmlu l-kritika tagħna, tan-naħa l-oħra kollha jibdew idoqqu diska waħda billi jgħidu li aħna negattivi u li naraw kollox iswed, diska li tant indrat li lanqas in-nies barra t-triq m'għadhom jagħtu kasha.", "Issa din hija xi ħaġa negattiva min- naħa tal-gvern għax ma tistax tippretendi li l-oppożizzjoni se toqgħod iċċapċaplek u tgħidlek prosit għat-taħwid u t-tgħaffiġ.", "Dan l-atteġjament juri li tan-naħa l-oħra lanqas jafu x'inhu s-sens ta' demokrazija.", "L- oppożizzjoni tiġi hawnhekk biex taqdi dmirha u l-ewwel u qabel kollox biex tiġbed l-attenzjoni għal dawk l-affarijiet li jkunu sejrin ħażin.", "Dmir l- oppożizzjoni huwa li tiċċekkja fuq il-gvern biex forsi jisma' u jbiddel id- direzzjoni tiegħu.", "Lilna saħansitra għajruna morda u mbagħad skużaw ruħhom, imma l-punt huwa li aħna qed nagħmlu d-dover tagħna fil-proċess demokratiku fl-ogħla istituzzjoni ta' dan il-pajjiż u hekk se nibqgħu nagħmlu.", "Aħna se nibqgħu niġbdu l-attenzjoni għall-affarijiet li mhux mexjin sew u se nibqgħu nagħmlu s-suġġerimenti tagħna dwar ir-rimedji li għandu jkun hemm.", "Issa jekk bħas-soltu tan-naħa l-oħra se jarmu dawn is-suġġerimenti taħt it-tapit biex fil-media tagħhom ikunu jistgħu joqogħdu jgħidu li aħna naraw kollox b'mod negattiv, dik affari tagħhom.", "L-importanti hu li mal- kuxjenza tagħna nkunu qegħdin sewwa għax l-ewwel trid tkun sew miegħek innifsek biex tkun tajjeb man-nies.", "Imma issa nixtieq nitkellem iktar fuq is-sustanza tas-suġġett li qegħdin niddiskutu llum u biex ma jgħidulniex li aħna nikkritikaw biss, se nsemmi dak li jingħad minn istituzzjonijiet dinjija dwar il-kompetittivita' u nagħmel riferenza għad-definizzjoni li jagħti l-world economic forum fir-rapport tiegħu \"Competitiveness\".", "Dan ir-rapport jissettja benchmarks u numru ta' mistoqsijiet li l-gvern irid jagħmel lilu nnfisu biex jara jekk huwiex on the right track biex il- pajjiż ikollu aktar kompetittivita' u jgħid hekk:", "\"The world economic forum's definition of competitiveness goes beyond notions of exchange rate competitiveness and links the concept to productivity.", "Thus competitiveness is defined as that collection of factors, policies and institutions which determine the level of productivity of a country and that, therefore, determine the level of prosperity that can be attained by an economy.", "However, productivity is also the key driver of the rates of return on investment which in turn determine the aggregate growth rates of the economy.", "Thus a more competitive economy is one that is likely to grow faster over the medium to long term.\"", "Hawnhekk qed jingħad b'mod ċar li l-kompetittivita' fil-pajjiż hija determinata mill-politika industirjali li jkollok u mill-istituzjonijiet li jkollok biex isostnu dik il-politika.", "Dan huwa l-mod kif timxi 'l quddiem u mhux bil-paroli u b'rapporti fuq rapporti.", "Dan qed ngħidu għax ilna nisimgħu ħafna affarijiet fuq il-kompetittivita' u sadanittant qatt ma jsir xejn bil-fatti.", "Imma ħalli issa nikkwota l-benchmarks li l-world economic forum qed jissettja biex kull pajjiż jagħmel l-analisi tiegħu ħalli jkun jista' jara jekk huwiex miexi fit-triq it-tajba - dan mhux qed jgħidu l-partit Laburista imma qed jgħidu l-world economic forum - u jingħad hekk:", "\"Cautious management of the macro economy is not the only concern of the public sector.", "One must also ask: Does government maintain an arm's length relationship with respect to the private sector or does it play favourites?", "Does the judicial system allow for reasonable expedient, transparent and low-cost settlement of disputes or is it justice for sale?\"", "Fl-intervent tiegħu, l-Onor.", "Jose' Herrera ffoka fuq dan l-element ta' ġustizzja u identifika sitwazzjonijiet fejn m'għandekx dak li l-world economic forum jistabilixxi bħala kriterju biex ikollok il-kompetittivita'.", "Imbagħad ikompli hekk:", "\"Is tax review channelled into the economy through productivity- enhancing investments in human capital and infrastructure, or is the money wasted on inefficient projects or mostly stolen, which is even worse?\"", "It-taxxi li qegħdin jinġabru fejn qed imorru?", "Qed jiġu investiti fil- kapital uman u fl-infrastruttura?", "Ma rridux ninsew l-Lm10 miljun taxxi li marru f'Dar Malta fuq proġett li ma tana l-ebda elementi biex fuqhom nibnu l-kompetittivita'.", "Fil-weekend jiena kont Brussels u nista' ngħid li din id- dar għadha kif kienet.", "Wieħed jista' isemmi wkoll l-Isptar Mater Dei li ilu żmien biex jitlesta u qed jispiċċaw jirranġaw 'l hemm u 'l hawn u jistallaw l-air conditioning u mbagħad jidħol l-ilma u mbagħad jerġa' jinqala' kollox ...", "F'dawn l-affarijiet qed imorru t-taxxi tagħna u mhux biex ngħinu l-kompetittivita' fl-investiment tar-riżorsa umana.", "Imbagħad dan ir-rapport ikompli jgħid hekk:", "\"Is the regulatory environment hampered by unnecessary layers of bureaucracy and red tape, reducing competitiveness and raising the costs of transactions and operations?", "Hawn qed terġa' tissemma l-famuża burokrazija.", "Din hija l-buzzword ta' l- Onor. Edwin Vassallo.", "Meta jqum jitkellem jiena ngħid li għallinqas hawn wieħed li huwa kuraġġuż biżżejjed biex jitkellem fuq il-burokrazija.", "Imma mbagħad naħseb li jerġa' imur l-uffiċċju u nerġgħu koppi għax l-għada nerġgħu nibdew ir-rankatura fejn nisimgħu ħafna stejjer fuq il-burokrazija ta' dan il-gvern.", "L-ewwel il-gvern ħoloq ħafna awtoritajiet u enti oħra u issa l-prim ministru qalilna li rridu nagħtu ħarsa lejn l-enti tal-gvern ħalli nġibu sinerġija u naqtgħu d-dupplikar tax-xogħol.", "Aħna qlajna fwiedna minn din in-naħa tal-Kamra ngħidu dawn l-affarijiet.", "Jiena nappella lill-gvern biex ma jivvintax iktar awtoritajiet u enti għax qed jgħabbi lill-pajjiż b'ħafna spejjeż.", "Is-sena li għaddiet Lm78 miljun marru għal dawn l-organizzazzjonijiet.", "Issa dawn l-ispejjeż min qed jagħmel tajjeb għalihom?", "Aħna m'għandniex xi benefattur barra l-pajjiż li qed jimpalalna l-miljuni, imma l-benefattur ta' dan il-gvern huwa l-poplu Malti u Għawdxi u l-industrija li dejjem qed titgħabba b'ħafna government-induced costs biex tagħmel tajjeb għal dawn l-ispejjeż.", "Il-kompetittivita' huwa proċess ta' żmien u kieku kellna gvern serju, kien jieħu ħsieb il- kompetittivita' matul dawn l-aħħar 18-il sena.", "Qed ngħid hekk għax din l-istorja tal-kompetittivita' hija riżultat tal- proċess ta' globalizzazzjoni li beda fid-dinja madwar 20 sena ilu u li b'rata mill-aktar mgħaġġla ġab ċerti ċirkostanzi.", "Imma x'għamel dan il- gvern matul dan iż-żmien kollu?", "Il-gvern qagħad b'idu fuq żaqqu u l- prioritajiet fehimhom kif ried hu u ġie jaqa' u jqum mill-bżonnijiet tal- poplu għaliex dejjem kien jgħid li money no problem u daħħal perspettiva f'moħħ in-nies li kulħadd jista' itajjar flus kemm irid u jgħix beyond its means.", "Imbagħad f'daqqa waħda sab ma' wiċċu l-kriterji ta' Maastricht u naturalment issa jrid iġib kollox in line.", "Imma l-affarijiet ma jsirux b'dan il-mod u ma tistax tfaqqa' subgħajk u dak li tkun ikkankrajt fuqu s- snin iġġibu mil-lum għal għada.", "Dan jgħodd speċjalment f'dawn iż-żmenijiet meta qegħdin ngħixu f'dinja kompetittiva, fejn kulħadd jara x'jivvinta biex ikun iktar kompetittiv.", "Dan huwa gvern rieqed għax kien jaf x'kien ġej għalih iżda baqa' ċass, imbagħad f'daqqa waħda stenbaħ u l-prim ministru ħareġ jgħidilna li rridu nwaqqfu kumitat tal-kabinett u nagħmlu r-rapporti u niddiskutuhom, affarijiet li ma jagħmlux sens.", "Ħalli nsemmi żewġ każi biex nagħti eżempju ta' kemm il- burokrazija qed tifni lil kulħadd, Sur President.", "Investitur Ġermaniż ried jiftaħ fabbrika hawnhekk, jimpjega n-nies, bis-suq lest għall-Ġermanja u ried jagħmel dan l-investiment flimkien ma' imsieħba Maltin.", "Dawn damu sena jitqanżħu ma' l-MDC għal industry space.", "Il-partners Maltin spiċċaw jiġru minn industrial estate għal ieħor biex jaraw jekk hemmx xi fabbrika magħluqa.", "Fl-aħħar isibu waħda magħluqa u jmorru l-MDC, pero' kien tard wisq għax dan l-investitur Ġermaniż iddejjaq u qalilhom saħħa.", "Imbagħad bejn l-1996 u l-1998 kienu ngħataw biċċa art ġo Ħal-Luqa biex tiġi żviluppata għal din l-industrija, iżda reġa' tela' gvern Nazzjonalista fl-1998 u din l-art reġa' ħadhielhom.", "Din hi s-serjeta' li għandna għax kien hawn wieħed barrani li ried jinvesti f'pajjiżna u ried jimpjega l-Maltin, imma għax għandna ħafna allat foloz ma seta' jsir xejn.", "Sur President, illum għandna sistema tajba li meta dak li jkun japplika biex jiftaħ negozju, jiġu jaraw jekk għandekx standards skond in-negozju li tkun se tiftaħ u jaraw ukoll jekk in-negozju li se tiftaħ huwiex aċċessibbli għal persuni b'diżabilita'.", "Hekk għandu jkun, imma biex nagħmlu l-affarijiet sew ma jfissirx li bniedem bi premises, li investa l- flus u għandu loan mal-bank irid jistenna żmien biex jgħidulu jekk għandux l-affarijiet sew jew le.", "Ir-red tape u l-burokrazija jfixklu u jtellfu n- negozju u jkomplu jgħabbu b'piżijiet lil min ikun irid jinvesti u joħloq il- ġid.", "Nixtieq issa nsemmi żewġ benchmarks oħra li jistabilixxi l-world economic forum għal min irid jara jekk hux qiegħed on the right track tal- kompetittivita':", "\"How efficiently are new technological innovations absorbed and is attention being paid to constantly upgrading the country's educational system?\".", "Fl-20 ta' Ottubru kien hawn Dan O'Brien, is-senior economist u editur ta' The Economist intelligence unit.", "Dan għamel xi żmien Malta qabel ma dħalna fl-Unjoni Ewropea u waqt business breakfast fil-Phoenicia, waħda mill- affarijiet li semma bħala Malta's challenges proprju għall-kompetittivita' u biex nattiraw ukoll l-investiment barrani hi li hemm bżonn funding u organizzazzjoni ta' l-edukazzjoni terzjarja u vokazzjonali.", "Issa ħalli nieħdu l-MCAST li huwa l-vocational institute tagħna.", "Fl-MCAST jidħlu żgħażagħ li jkollhom mira fejn iridu jaslu u allura jkunu jixtiequ jidħlu f'kors partikolari biex iġibu l-kwalifiki meħtieġa biex jilħqu din il-mira.", "Għaliex m'hemmx infrastruttura kbira biżżejjed li tieħu lil kuħadd?", "Għaliex minkejja li dawn iż-żgħażagħ ikollhom il-kwalifiki, jibqgħu ma jidħlux?", "Għandek ukoll żgħażagħ li minkejja li jkunu jridu jaqbdu l-qasam tekniku, ma jkunux jistgħu jagħmlu dan minħabba li ma jkunux ġabu ċerti kwaliki akkademiċi.", "Dawn x'jiġri minnhom wara li jagħlqu s-16- il sena?", "Inutli li noqogħdu niftaħru li pajjiżna huwa l-iktar pajjiż fost il-pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropea bl-ikbar spiża fuq l-edukazzjoni għaliex mhux dak li jgħodd, imma r-riżultati meta mqabbla ma' pajjiżi oħra.", "Aħna qegħdin fil-qiegħ nett fejn jidħlu żgħażagħ li jkomplu l-iskola wara s- 16-il sena u qegħdin ukoll fil-qiegħ nett fejn jidħlu żgħażagħ b'ħiliet fil-qasam xjentifiku.", "Dan hu r-riżultat li għandna.", "Barra minn hekk, fis- sistema edukattiva tagħna l-istudenti qed jitgħallmu ċerti affarijiet li bihom ma jistgħu qatt jiġu assorbiti fis-suq tax-xogħol għaliex dawk il- ħiliet m'humiex relevanti għas-suq tax-xogħol illum.", "Jekk irridu naslu jrid ikollna multi-skilled workforce u workforce li tkun flessibbli.", "Nixtieq insemmi wkoll il-kwestjoni ta' l-NVQs li tant huma importanti.", "Il- gvern waqqaf kumitat li għamel ħafna xogħol, pero' dan il-kumitat ma baqax jiffunzjona u qatt ma jissemma xejn x'ġara minnhom.", "Aħna għandna żgħażagħ li jispiċċaw b'diploma mill-MCAST u jkunu jixtiequ jmorru għall-first degree fl-Universita' ta' Malta.", "Pero' l-Universita' ta' Malta ma tirrikonoxxix id-diploma bħala kwalifika biżżejjed biex tintegra lil dawn iż-żgħażagħ f'kors ta' first degree, imma mbagħad universitajiet barra minn Malta bħal dawk ta' l-Ingilterra jirrikonoxxu d- diploma tal-MCAST, affarijiet li ma jitwemmnux.", "Bilfors li f'dan il-pajjiż hemm xi ħaġa nieqsa fiċ-ċirku li suppost qed jgħaqqad dawn l-affarijiet kollha flimkien biex nagħmlu minn Malta post kompetittiv li kapaċi jattira l-investiment.", "Wara kollox jekk nattiraw l-investiment inkunu kapaċi noffru opportunitajiet ta' xogħol produttiv liż-żgħażagħ tagħna u mbagħad f'dak il- każ il-gvern Nazzjonalista jkun jista' jgħid li qed ngħixu aħjar.", "Imma biex tgħix aħjar irid ikollok ix-xogħol u biex ikollok ix-xogħol irid ikollok gvern determinat li jkollu sinsla biex jagħmel l-affarijiet li hemm bżonn u mhux l-ewwel jorqod, iħalli l-problemi jikkankraw u mbagħad f'daqqa waħda jrid iġib l-affarijiet f'posthom a spejjeż tal-poplu Malti u Għawdxi.", "Nittama li jkollna risposta rigward il-kwestjoni tal-NVQs li semmejt anke l-bieraħ meta konna qed niddiskutu l-voti tal-ministeru tal-familja u s- solidarjeta' soċjali.", "Dan qed ngħidu għax jien niddiżappunta ruħi meta min-naħa tal-gvern ma ningħatawx risposti għall-mistoqsijiet li nkunu qed nagħmlu.", "Nittama li llejla jkollna ftit risposti.", "Aħna għandna bżonn li jkollna dawn l-NVQs ħalli f'dan il-pajjiż ikollna standardisation tal-kwalifiki mal-livelli Ewropej u mhux ikollna xi alla falz naħa li jiddeċiedi mod u xi alla falz naħa oħra li jiddeċiedi mod ieħor.", "B'dan il-mod iż-żgħażagħ tagħna qed jispiċċaw jagħqdu fin-nofs u ż-żgħażagħ tagħna li jixtiequ jimxu 'l quddiem u li huma motivati m'għandhomx bżonn tfixkil, diżappunti u delużjonijiet fil-ħajja edukattiva tagħhom.", "Sur President, fid-diskors tiegħu l-prim ministru ftaħar li kellna tkabbir ekonomiku.", "Jiena mhux se nsemmi dak li qed jgħid il-partit Laburista, imma se nuża l-kejl tal-growth competitiveness index rankings ta' l-2004 u ta' l- 2005.", "Hawnhekk nistgħu naraw li Malta marret lura bi three points.", "Allura din l-istatistika hija aċċessibbli għall-partit Laburista biss?", "Jew il-gvern Nazzjonalista kull darba jinqeda bil-fatt li l-poplu m'għandux ċans joqgħod jagħmel l-analisi li nagħmlu aħna u allura joqgħod iwaddab il- bżar fl-għajnejn?", "Ħalli nagħmlu analisi bis-sens ħalli nifhmu jekk aħniex nimxu 'l quddiem jew lura f'dan il-pajjiż.", "Żgur li t-tkabbir ekonomiku ma tistax tevalwah biss minn fuq il-karta imma trid tevalwah ukoll mill-ġid li qed jasal għand in-nies.", "Għax jista' ikollok tkabbir ekonomiku enormi fejn fabbrika ġġib makna effiċjenti li flok tħaddem sitta min-nies tħaddem tnejn u din tipproduċi aktar.", "Huwa veru li b'dan il-mod tbigħ aktar barra l- pajjiż u huwa veru li l-gvern jieħu aktar taxxa minn dik il-fabbrika, imma x'jiswa jekk ma jasal xejn għand in-nies?", "Biex ikollok tkabbir ekonomiku li verament jasal għand in-nies, b'mod parallell ma' din is-sitwazzjoni fejn għandek restructuring ta' dan it-tip irid ikollok ukoll ambjent san biex iġġib investiment barrani ġdid ħalli toħloq alternative jobs.", "Barra minn hekk, il-ġid li jkun qed idaħħal il- gvern mit-taxxi jrid b'xi mod jasal għand in-nies.", "Irid ikollok gvern li fil-veru sens tal-kelma jemmen u kapaċi jkollu s-sinsla li jattwa u jwassal il-ġid għand in-nies.", "Xi tkabbir ekonomiku seta' kien hemm?", "Spekulazzjoni ta' l-art?", "Ma naħsibx li l-ispekulazzjoni ta' l-art toħloq l-impjiegi.", "Irridu nagħmlu l-analisi sewwa ħalli meta nitkellmu fuq tkabbir ekonomiku, mhux nitkellmu fl-arja biex inwaddbu daqsxejn feel-good factor fil-pajjiż u n-nies forsi terġa' tiċċirkola l-flus.", "Barra minn hekk, il- pajjiż ma jieqafx fuq saqajh jekk tipprova tagħmel boosting tan-negozju intern biss imma l-pajjiż jieqaf fuq saqajh jekk aħna nipproduċu aktar, inbigħu aktar u nerġgħu nagħtu wkoll spinta bis-sens lill-industrija tat- turiżmu.", "M'għandniex nagħmlu mira li se nġibu 50,000 turist aktar u mbagħad halfway through ngħidu li din mhux se nilħquha.", "Spiċċajna f'sitwazzjoni li lanqas aħna kompetittivi għall-Maltin stess, imbagħad jiġi l-prim ministru ferħan se jtir u jgħidilna li l-Maltin qed isiefru ħafna.", "Mhux bilfors li jiġri hekk jekk qtilna anke l-internal tourism!", "Illum il-Maltin jippreferu jmorru Tuneż għax tiġihom irħas milli kieku jmorru Għawdex.", "Dawn huma l- affarijiet li rridu nanalizzaw jekk verament irridu l-ġid ta' dan il-pajjiż u rridu li l-Maltin jgħixu aħjar.", "Kif tridhom il-lukandi jieqfu fuq saqajhom biż-żidiet fit-tariffi tad-dawl u l-ilma?", "Qabel dħalt f'din il-Kamra ċemplitli armla li lanqas biss nafha u qaltli li rċeviet kont u ħallsitu fis-27 ta' Ottubru u issa reġgħet irċeviet kont ieħor u m'għandhiex biex tħallsu.", "F'daqqa waħda din infaqgħet tibki u ma stajtx invinċiha.", "Issa għadha ma rċevietx il-kont bis-surcharge!", "Kif niskantaw li d-Denim Services se twaddab in-nies 'il barra jekk minn April 'l hawn biex tiftaħ il-boilers u tibda taħdem qed tispiċċa tħallas id- doppju?", "Il-costs of production sparaw 'il fuq, imbagħad niġu niftaħru li qed nagħtu sussidju fuq il-bio-fuel!", "Irridu nżommu quddiem għajnejna li mhux il-lukandiera kollha għandhom is-sistema tal-bio-fuel biex iqabbdu l- boilers.", "Huwa veru li jistgħu jaqilbu għas-sistema tal-bio-fuel, imma l- boilers li jaħdmu bil-bio-fuel l-iktar li jintużaw fix-xitwa biex isaħħnu u fix-xitwa huwa l-inqas żmien fejn għandek rata ta' turisti.", "Fis-sajf l- air-conditioning jużaw u dan jaħdem bid-dawl.", "Sfortunatament għandna gvern li jrid idaħħak, apparti li l-effett tad-daħk tiegħu qed jispiċċa f'biki fuq il-Maltin u l-Għawdxin.", "Tan-naħa l-oħra jistgħu jgħidu li aħna negattivi, pero' kulmin għandu ftit sens ma jiġix hawnhekk biex joqgħod jgħid prosit lil dak u lil ieħor.", "Jiena niġi hawn biex naqdi dmiri lejn il-poplu, biex insemma l-vuċi tal-Maltin u ta' l-Għawdxin u biex nikkontribwixxi ħalli kulħadd jgħix aħjar, mhux bit- tpaċpiċ u bil-paroli fil-vojt u bir-rapporti riċiklati mill-istess diskors.", "Jiena niġi hawn biex b'mod konkret nuri fejn il-Maltin u l-Għawdxin qed jintlaqtu bl-aktar mod ħażin u fil-laħam il-ħaj.", "Il-kompetittivita' f'pajjiiżna ma tista' qatt tinkiseb la mil-lum għal għada u lanqas bir- rapporti, imma tista' tinkiseb b'determinazzjoni, b'gvern li għandu direzzjoni u gvern li għandu viżjoni fejn irid iwassal lil Malta u Għawdex tagħna ħalli jkollna klima li tista' tattira l-investiment barrani lejn dan il-pajjiż.", "Bis-saħħa ta' l-investiment barrani nassiguraw li jkollna l- impjiegi u jekk ikollna l-impjiegi għaż-żgħażagħ u għall-familji nassiguraw li l-Maltin u l-Għawdxin jgħixu aħjar.", "Sfortunatament il-partit Nazzjonalista kulma qed jagħmel huma kampanji u billboards fejn jirreklamaw it-toroq li qed jagħmlu u li xbajna nħallsu taxxi għalihom.", "B'dawn biss m'aħniex se ngħixu aħjar għax il-Maltin u l- Għawdxin la jieklu tarmac u lanqas jieklu dwal, imma jieklu meta jdaħħlu jdejhom fil-but u jsibu l-flus.", "Dan jista' jsir jekk pajjiżna jkollu verament gvern determinat li joħloq ambjent kif jixraq.", "Jista' jsir jekk ikollna politika industrjali li ma tagħmilx sens biss għan-negozjant Malti imma trid tagħmel sens ukoll għall-investitur barrani li jista' jħares lejn Malta bħala post worth it fejn jista' jwaddab flusu.", "Wara kollox l- investitur mhux se joqgħod jitħassar lill-Maltin imma se jfittex l- okkażjoni li jagħmel il-profitti.", "Imma jekk jiddeċiedi li jinvesti f'pajjiżna, il-Maltin u l-Għawdxin se jkollhom iktar xogħol u mhux niġġieldu, kif qed jiġrilna bħalissa, għal dak li hu bażiku għall-għajxien tagħna.", "Grazzi.", "THE DEPUTY CHAIRMAN (Onor. Mario de Marco): Grazzi.", "Skada l-ħin disponibbli għall-oppożizzjoni u issa l-ħin kollu li fadal huwa għan-naħa tal-gvern.", "Aktar rimarki?", "Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO (Segretarju Parlamentari): Sur President, nixtieq nibda billi l-ewwelnett nirringrazzja lill-kelliema ta' l-oppożizzjoni u lil dawk kollha li matul din is-sena ħadmu biex flimkien stajna ntejbu s- sitwazzjoni li fiha jaħdem is-settur kummerċjali, settur li meta jaħdem b'mod tajjeb ikun kapaċi joħloq l-impjiegi.", "Naturalment ħadt sodisfazzjon partikolari nisma' lill-Onor.", "Herrera jgħid li Edwin Vassallo ried ikun qammiel mas-self-employed għax mil-liċenzji tan-negozji l-gvern ma daħħalx iktar flus.", "Veru każ li xi kultant ma nkunx irrid nemmen lil widnejja.", "L-Onor.", "Herrera għamel minuti sħaħ jistgħaġeb kif mis-servizz li qed jagħti lill-konsumatur u mis-servizz li qed jagħti biex ikun hawn kompetizjzoni ġusta, il-gvern m'hu qed qed idaħħal l-ebda introjtu.", "F'kelma waħda l-Onor.", "Herrera qed jgħid li l-gvern imissu jżid l-income tiegħu billi jżid it- taxxi fejn jidħol il-konsumatur.", "Fil-fatt waqt li kien qed jitkellem l- Onor. Herrera, bdejt niddubita jekk kontx qed nisma' sewwa għaliex is-soltu l-oppożizzjoni tgħajjar lill-gvern meta jżid xi taxxi.", "Pero' illum kellna kritika li dan il-ministeru mhux qed ikollu iktar dħul mit-tariffi fuq servizzi li jingħataw liċ-ċittadin.", "Jiena nirringrazzja lill-Onor.", "Herrera tat-titlu li tani għaliex jiena ma niddejjaqx inkun qammiel mas-self- employed.", "Dan mill-banda l-oħra stagħġeb għax riedni nżid it-taxxi u nżid il-liċenzji tan-negozju.", "Bħalissa qed nara lid-direttur ġenerali tal- commerce division u rrid ngħid li aħna t-tnejn illum niġġieldu biex nippruvaw naraw kif insibu metodu ħalli noħorġu proposti kif il-liċenzji tan-negozji mhux jiżdiedu imma jinbidlu totalment.", "Sur Peresident, irrid ngħid ukoll li ħassejtni ftit elevat meta l-Onor.", "Marie Louise Coleiro qalet li l-kelma burokrazija hija buzzword tiegħi.", "Jiena ngħid li kieku kellna oppożizzjoni serja, din imissha kienet il- buzzword tagħha wkoll, pero' sfortunatament l-oppożizzjoni kulma tagħmel hu li tiżra' l-inċertezza.", "Meta tismagħhom jitkellmu malajr tinduna kemm verament jixtequ l-ġid lil dan il-poplu.", "Jiena nieqaf hawn fuq il-kritika lejn in-naħa ta' l-oppożizzjoni biex nibqa' għaddej bid-diskors li ħejjejt.", "Wara kollox ma naħsibx li min-naħa l-oħra ħarġu wisq pariri dwar kif nistgħu nirranġaw jew intejbu l-operat u s-servizz tagħna lejn is-self- employed u lejn min jopera f'attivita' kummerċjali.", "Veru li l-gvern ħareġ Lm2 miljun biex jilqa' għal pandemija, pero' wisq nibża' li l-ikbar problema li għandu l-pajjiż m'hijiex l-influwenza pandemika imma hija l- influwenza Laburista għax din tip ta' influwenza li tittieħed u toqtol!", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Il-bieraħ kien hemm min qalilna li aħna morda mentalment, issa qed tgħidilna li aħna agħar mill-avian flu?", "Tkunx redikolu!", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO: Jien għall-influwenza Laburista qed ngħid.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Ikompli s-Segretarju Parlamentari, pero' jekk jogħġbok inżommu l-affarijiet fil-kuntest tagħhom.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO: Sur President, il-kritika Laburista hija intenzjonata biex tiskoraġġixxi u toqtol il-kuraġġ fil-mixja 'l quddiem biex f'dan il-pajjiż inkomplu nkattru l-ġid.", "(Interruzzjonijiet) Il-gvern qed jilqa' għal din il-problema billi jinvesti bil-kbir biex f'dan il- pajjiż ikun hawn tassew iċ-ċertezza u mhux l-inċertezza.", "Dan huwa gvern li tassew kapaċi juri viżjoni u tassew kapaċi juri determinazzjoni u allura bir-responsabbilta' kollha qed jinvesti permezz ta' dan il-budget biex jagħti direzzjoni ħalli min irid jaħdem f'dan il-pajjiż, ikollu tassew biex jagħmel il-kuraġġ u jimxi 'l quddiem.", "Pero' issa ħalli nagħti rendikont dwar x'inhuma l-intenzjonijiet tal-gvern.", "Ir-responsabbilta' politika li għandi jien fi ħdan il-ministeru hija li nħares lejn l-attivita' kummerċjali tal-pajjiż magħmula minn diversi setturi ta' negozji żgħar u kbar, b'aktar minn 97% ta' l-attivita' kummerċjali magħmula minn self-employed jew negozji li jħaddmu sa għaxar impjegati.", "Qegħdin nitkellmu mhux biss fuq SMEs imma anke fuq micro enterprises u allura, apparti r-rwol ta' regolatur fil-qasam ta' l- avjazzjoni, fil-qasam tal-komunikazzjoni u fil-qasam tal-kompetizzjoni ġusta, dan il-ministeru għandu rwol ta' xprun għall-attivita' kummerċjali u għall-kunċett ta' żvilupp ta' kompetizzjoni ġusta.", "Dan il-ministeru għandu wkoll rwol ta' tisħiħ għall-attivita' kummerċjali u l-għan tiegħu m'huwiex li ndejqu l-viżjoni ta' l-attivita' kumerċjali, imma li nwessgħuha.", "Aħna rridu nkunu iktar proattivi f'dan il-qasam tan-negozju u rridu nużaw l- element ta' riċerka.", "L-innovazjoni tagħna tidher fil-politika li nagħmlu u fil-mod kif inħarsu 'l quddiem.", "Sur President, dan huwa gvern li għandu esperjenza twila fil- governabilita', pero' ukoll huwa gvern li kapaċi jġedded kontinwament il- politika tiegħu.", "Per eżempju, is-sena li għaddiet kellna pjan ta' ħidma għall-ewwel sena ta' transizzjoni bħala pajjiż fl-Unjoni Ewropea u dan il- pjan kien iġib l-isem ta' \"Nikbru fl-Unjoni Ewropea u Niffaċilitaw in- Negozju.\"", "Evidentement l-iskop tal-ħidma tagħna hu li niffaċilitaw in- negozju ħalli dan ikun jista' jikber.", "Din is-sena l-pjan ta' ħidma tagħna huwa biex f'pajjiżna nsostnu n-negozji li diġa' huma eżistenti, naraw li ma jintilfux l-impjiegi u nixprunaw din l-attivita' kummeċjali biex tikber ħalli noħolqu iktar impjiegi ġodda.", "Is-self-employed u n-negozji ż-żgħar huma s-sinsla ta' l-ekonomija.", "Dawn m'humiex biss is-sidien tal-ħwienet, il-bejjiegħa tal-monti jew l-istreet hawkers, ir-raħħala, is-sajjieda u l-bdiewa imma huma dawk kollha li f'diversi setturi kummerċjali, professjonisti u m'humiex qegħdin iħaddmu lilhom infushom.", "Illum il-ġurnata qegħdin narawhom jgħinu biex dan il- pajjiż ikattar il-ġid tiegħu.", "Il-politika ta' dan il-gvern qiegħda tħalli r- riżultati mixtieqa?", "Naħseb li biex wieħed jagħti risposta jrid iħares ftit lejn l-istatistika.", "L-attivita' kummerċjali qiegħda tikber f'dan il-pajjiż?", "Biżżejjed ngħid li fl-ewwel xhur tas-sena 2004, it-trade licensing unit ġie mitlub jipproċessa 1,958 liċenzja tan-negozju, li minnhom ħareġ 1,609.", "Din hija żieda fuq in-numru ta' liċenzji pproċessati s-sena ta' qabel, xi ħaġa li għandna biex niftaħru biha.", "Sentejn ilu emendajna l-proċess kollu tal- ħruġ tal-liċenzji, għamilnieh iżjed effiċjenti u neħħejna ħafna burokrazija b'mod li sirna aktar kapaċi nirrispondu fl-iqsar ħin possibbli għal din il-bidla ta' negozji.", "Għalkemm f'dan il-pajjiż hawn min imeri dak li qal il-prim ministru li l-attivita' kummerċjali qed tikber, irridu nżommu quddiem għajnejna li meta ngħidu li l-kompetizzjoni kibret inkunu qed nixhdu li l-istess attivita' kummerċjali kibret ukoll.", "Sur President, dawk l-emendi li għamilna għenu biex illum qegħdin f'sitwazzjoni li minkejja li għolew ċerti spejjeż, il-prezzijiet għall- konsumatur ma għolewx.", "Dan huwa riżultat tal-kompetizzjoni għax il- kompetizzjoni tnaqqas il-liberta' għaż-żieda fil-prezzijiet.", "Meta l-Onor.", "Alfred Sant kien prim ministru u neħħa l-VAT u minflokha daħħal is-CET, kien qal li jrid jagħmel ente governattiva li xogħolha jkun li tara kemm qegħdin jogħlew il-prezzijiet ħalli nkunu nistgħu nieħdu l-miżuri meħtieġa.", "Meta neħħa l-VAT u daħħal is-CET, l-attivita' kummerċjali bdiet tonqos u l- istatistika turi li dan ġab miegħu tnaqqis fin-numru ta' self-employed u tnaqqis fil-liċenzji tan-negozji.", "Dawk kienu l-agħar sentejn f'dak li huwa numru ta' ħruġ ta' liċenzji tan-negozju.", "In-nuqqas ta' kompetizzjoni wassal għal żidiet fil-prezzijiet.", "IIlum nilqgħu biex ma jkunx hawn żieda fil- prezzijiet billi jkollna iktar attivita' kummerċjali.", "Sur President, irrid ngħid ukoll li llum in-numru ta' self-employed ilaħħaq madwar 21,000.", "F'dawn l-aħħar sentejn dan in-numru dejjem baqa' stabbli u qatt ma kien hemm tnaqqis fin-numru.", "Fil-fatt sa April/Ġunju ta' din is- sena, in-numru ta' self-employed without employees kien ta' 13,468 u l- bqija kienu self-employed with employees.", "Din hija prova oħra li iżjed nies, minħabba ċ-ċirkostanzi ta' dan il-pajjiż, qegħdin jagħżlu li jidħlu fis-settur tas-self-employed.", "U dan ir-ritmu jrid jiżdied għaliex pajjiżna għandu bżonn ħafna iktar negozji żgħar, pero' mhux ħafna ta' l-istess sura.", "Hawnhekk irridu noqogħdu attenti u forsi iktar tard ikolli ċans nispjega iktar.", "L-attivita' kummerċjali tikber meta jkollna nies li qegħdin jimpjegaw lilhom infushom fl-attivita' kummerċjali.", "Dak huwa fattur tajjeb pero' mbagħad aħna jinteressana nħarsu wkoll lejn is-settur tal-konsumatur biex inkunu nistgħu kontinwament nevalwaw id-diversifikazzjoni u t-trends fl- infiq.", "Il-konsumatur qed jonfoq iktar?", "Jekk l-istatistika turina li l- konsumatur qed jonfoq iktar, dak ifisser li l-attivita' kummerċjali qed tikber ukoll.", "Dan ifisser li l-kejk ikun qiegħed jikber ukoll.", "Fil-fatt matul l-ewwel disa' xhur ta' din is-sena, l-infiq fil-konsum mid-djar Maltin żdied b'Lm20.8 miljun jew bi 2.4% f'termini nominali.", "Fl-ewwel disa' xhur tas-sena dan kien Lm872.4 miljun meta fl-istess perijodu tas-sena li għaddiet kien Lm851.6 miljun.", "Mill-banda l-oħra, ir-rata tat-tfaddil mill- familji tagħna żdiedet b'5.8%.", "Illum għandna poplu li jfaddal iktar, poplu li jonfoq iktar, in-numru ta' nies fin-negozju qiegħed jiżdied u n-numru ta' l-impjiegi f'dawn in-negozji qed jiżdied ukoll.", "Dik hija r-responsabbilta' tas-segretarjat fi ħdan dan il-ministeru u ministeri oħrajn.", "Qed ngħid hekk għaliex is-self-employed huma l-common denominator tal-ministeri kollha.", "Il-ministeri kollha b'xi mod jew ieħor jirregolaw jew jinfluwenzaw setturi differenti ta' self-employed.", "U llum minn hawnhekk irrid nirringrazzja u nerġa' għal darba oħra nfaħħar l- inizjattivi kollha li qegħdin jittieħdu across the government b'sinerġija tal-ministeri kollha biex f'dan il-pajjiż tikber l-attivita' kummerċjali.", "Jien ma narax viżjoni dejqa fil-vot tal-budget għas-self-employed u ma nħarisx lejn dak li sar mill-ministeru tagħna sempliċement billi nħares lejn il-voti ta' dan il-ministeru kif għamel l-Onor.", "Herrera.", "Il-vot għall- attivita' kummerċjali hija n-nefqa tal-budget kollu għaliex il-Lm1 biljun lira li l-Gvern Malti din is-sena qed jinvesti huma intiżi biex iżidu ċ- ċertezza permezz ta' politika soċjali sostenibbli, politika ambjentali li tgħin biex dan il-pajjiż ikompli jattira l-investiment turistiku u politika biex il-poplu tagħna jgħix ħajja aħjar.", "Sur President, jiena persważ li fiż-żmien li ġej f'Malta nkunu kapaċi nottjenu pożizzjonijiet aħjar u nilħqu l-kriterji stabiliti anke fl-aġenda ta' Lisbona.", "Qed ngħid hekk mhux għax m'aħniex qegħdin diġa' nilħqu ħafna minn dawn il-kriterji ta' l-aġenda ta' Lisbona, imma llum se nkunu qegħdin nitgħallmu nirrispondu aħjar lill-awdituri tagħna dwar x'iridu jisimgħu u x'iridu jaraw.", "Aħna rridu li l-ħidma tad-dipartimenti tkun intenzjonata biex tħaffef il-proċess ta' l-istart-ups.", "Kull dipartiment, minn dak tal- VAT sa dak tad-dwana, irid iħares biex jara kif jgħin lil kulmin se jidher quddiemu għall-ewwel darba, at a start-up stage.", "Kull dipartiment irid jgħin biex ikun hemm effiċjenza iktar at transfer of business jekk negozju jrid ibiddel il-ġeneru tiegħu jew ibiddel l-idejn.", "Irridu nkunu tajbin ukoll biex nixprunaw ħalli jkun hawn Maltin jinvestu barra minn pajjiżna wkoll.", "F'dan il-ministeru aħna nwettqu dmirna biex inkomplu ntejbu d- disponibilita' tagħna, ħalli nkunu qrib kemm jista' ikun dawk is-self- employed u sidien tan-negozji kollha minn kull settur li jkollhom bżonn jiltaqgħu magħna.", "Ma' dawn aħna qegħdin f'kuntatt kontinwu u dirett.", "Irridu naraw it-titjib tal-loġisitka fiż-żoni industrijali u fil-komunitajiet mal- kunsilli lokali.", "Dan l-aħħar infaqna kważi Lm3 miljun biex in-nies li jaħdmu f'dawn iż-żoni industrjali jgħixu aħjar.", "Min irid jista' jistaqsi lil min jaħdem fiż-żoni industrijali f'Tal-Ħandaq, l-Imrieħel u Ħaż-Żebbuġ biex ikun jaf jekk humiex qed jaħdmu f'ambjent aħjar.", "(Interruzzjonijiet) Tistaqsix lin-nies tal-Mosta għax għad hemm erba' toroq li għadhom m'humiex lesti u wara l-ftit xita li għamlet hemm konfużjoni sħiħa.", "(Interruzzjonijiet)", "Sur President, nixtieq ngħid ukoll li għand il-MEPA daħlu applikazzjonijiet għal sitt żoni industrijali li fihom hemm spazju għal 400 azjenda.", "Issa ħalliha li jista' ikun li hemm min jieħu iżjed minn spazju wieħed għax ikun irid ċertu kobor, pero' jibqa' l-fatt li l- applikazjzonijiet daħlu għand il-MEPA.", "Irridu ngħidu wkoll li qegħdin naħdmu mal-kunsilli lokali biex naraw kif ikollna komunitajiet aħjar ħalli anke fil-pjazez tagħna, fl-irħula tagħna, l-attivita' kummeċjali jkollha iktar kumdita'.", "Irridu nrawmu iktar mentalita' imprenditorjali u hawnhekk qegħdin naħdmu bis-sħiħ mal-ministeru ta' l-edukazjoni, speċjalment permezz ta' memorandum of understanding mal-MCAST.", "Dan qed nagħmluh biex ikollna l-ewwel esperjenza ta' introduzzjoni ta' taħriġ ta' imprenditorija u dan l- eżerċizzju se jkompli jissaħħaħ anke bl-intervent tal-Malta Enterprise.", "Irridu nkunu punt ta' riferenza għas-self-employed u bosta huma dawk is- self employed li jirriferu għandna meta jkunu jridu xi parir.", "Aħna rridu li l-attivita' kummerċjali tkun regolata b'kompetizzjoni ġusta u għalkemm naċċettaw ukoll li jkun hawn parallel trading, il-priorita' tagħna hi li dejjem nibqgħu ninsistu li jkun hawn kompetizzjoni ġusta.", "Dawn it-tnejn iridu jkunu msaħħin bil-konfidenza tal-konsumatur ħalli dan iżid l-infiq tiegħu.", "M'iniex qed ngħid li rridu li jkollna soċjeta' konsumista, imma aħna rridu li jkollna soċjeta' li ma tibqax lura għax m'għandhiex għalxiex tibża' meta hi tagħmel l-ispejjeż tagħha.", "Dan kollu jwassal biex ikollna l-economic growth li għandna bżonn.", "Sur President, ftit tal-ġimgħat ilu kellna tliet seduti li fihom dan il- parlament ddiskuta r-rapport dwar kif twettaq iċ-charter Ewropew f'dan il- pajjiż.", "Jien sodisfatt li l-ħidma ta' dan il-gvern, anke flimkien ma' l- oppożizzjoni, qiegħda tixhed li dan il-gvern jagħti importanza kbira lill- attivita' kummerċjali.", "Il-pjan ta' ħidma biex inġibu fis-seħħ iċ-charter Ewropew għan-negozji ż-żgħar jixhed ukoll li dan il-gvern għandu wkoll direzzjoni ċara fil-ħolqien ta' l-istruttura meħtieġa li permezz tagħha niffaċilitaw it-triq biex l-attivita' kummerċjali tikber.", "Dan qed isir b'sinerġija ma' diversi enti, fosthom il-Malta Enterprise, il-MEPA u awtoritajiet oħra.", "Sur President, il-monopolji politiċi għadda żmienhom.", "Jiena mhux qed niftaħar bis-suċċess tiegħi jew tal-ministeru tagħna u nieqaf hemm, iżda rrid niftaħar bis-suċċess kollettiv tal-ħidma ta' dan il-gvern.", "Nafu fejn huma l-problemi u qegħdin nippruvaw nindirizzawhom.", "Jiena ngħid li l-ikbar problema hija n-nuqqas ta' spazju għal min irid ikabbar in-negozju tiegħu u għal min qed jaħdem f'xi komunita' residenzjali u jixtieq li jsib post x'imkien qrib ta' dik il-komunita'.", "Aktar kmieni fid-diskors tiegħi għidt li għandna sitt applikazzjonijiet quddiem il-MEPA għal industrial parks pero', minkejja dan, din se tibqa' problema li se nibqgħu niltaqgħu magħha.", "It-tieni problema hija n-nuqqas ta' spazju għall-parking f'ċentri kummerċjali.", "Din hija problema oħra kbira li bil-għaqal u flimkien mal- kunsilli lokali u ma' enti oħra, irridu nkunu kapaċi nsolvu billi nkunu innovattivi u naraw kif lill-konsumatur ma nnaqqsulux mill-kumdita'.", "Dan qed ngħidu għax il-konsumatur għadu jippretendi li jieqaf kważi quddiem il- ħanut.", "It-tielet problema hija n-nuqqas ta' faċilita' ta' loading and unloading f'ċentri kummerċjali.", "Għadna qegħdin niltaqgħu ma' wardens li japplikaw b'mod differenti minn kif trid l-ADT il-miżuri stipulati fejn jidħlu loading and unloading.", "Barra minn hekk, ċerti wardens xi kultant qed inkunu intolleranti u numri ta' negozji li għandhom il-mezzi tat-trasport tagħhom, biex iwasslu l-merkanzija tagħhom, għadhom isibu problema fejn jieqfu biex iħottu.", "Il-kompetizzjoni qiegħda tikber u din tista' twassal biex il- profittabilita' għal ċerti negozji ma tiżdiedx u forsi tonqos ukoll.", "Jista' jagħti l-każ li llum biex wieħed idaħħal il-profitti li kien idaħħal qabel ikollu jżid il-volum tan-negozju tiegħu.", "Ma' din ir-realta' rridu npoġġu realtajiet oħra ta' problemi oħra li jiltaqa' magħhom in- negozju magħruf bħala l-business to business.", "Għandna numru mhux ħażin ta' nies li jidħlu fin-negozju u ma jħallsux dak li suppost ikunu qegħdin iħallsu meta jixtru.", "Dan jagħmluh mhux għax ma jkollhomx flus biex iħallsu għax il-ħajja soċjali tagħhom tkun tixhed li għandhom il-flus, imma għax il-priorita' tagħhom tkun li l-ewwel igawdu l-flus li jkollhom f'idejhom u mbagħad iħallsu għal dak li jkunu xtraw.", "Niġi għall-burokrazija, Sur President.", "Il-gvern qed jieħu l-miżuri kollha possibbli biex jiġġieled il-burokrazija u f'dan il-budget tħabbru miżuri li juru li l-gvern huwa lest li mhux biss jeqred il-burokrazija eżistenti imma li lanqas biss iħalliha titwieled.", "Hawn irrid infaħħar l-inizjattiva li qed tittieħed mill-uffiċċju tal-prim ministru dwar il-mod ta' kif qed isir l-eżerċizzju ta' l-impact assessment fuq il-legal notices.", "Għalkemm għad hemm room for improvement imma din kienet deċiżjoni fid-direzzjoni t-tajba.", "Sur President, sfida oħra partikolari hi li fuq livell nazzjonali, il- bniedem fin-negozju għadu m'huwiex apprezzat.", "L-Amerika timxi 'l quddiem għax il-bniedem fin-negozju huwa apprezzat.", "Jiena ngħid li ħafna drabi f'dan il-pajjiż għadna Mintoffjani u għadna ftit soċjalisti fil-ħsebijiet xellugin tagħna – u hawn mhux qed ngħid għall-oppożizzjoni – għax f'pajjiżna għadha teżisti firda tal-klassi bejn settur u ieħor u rridu naraw kif negħlbu din il-mentalita'.", "Irridu nkunu iżjed imprendituri milli negozjanti u ma nistgħux nibqgħu pajjiż li sempliċement nixtru u nbigħu bi ftit qligħ, imma rridu nkunu iżjed innovattivi għax inkella jkollna problemi ikbar.", "Jien iva rrid nuri li dan il-gvern huwa konxju mit-tajjeb li qed jagħmel u huwa konxju wkoll mir-realtajiet li qed iħabbat wiċċu magħhom min qiegħed fis-settur tan-negozju, hu liema settur hu.", "Qegħdin nimxu pass pass ma' kulmin qiegħed fin-negozju u l-għan tagħna hu li naraw l-attivita' kummerċjali tikber u l-konsumatur ikun moqdi f'ċirkostanza fejn il-kompetizzjoni ġusta hija rispettata.", "Il-gvern qiegħed jaħdem biex jintlaħaq dan il-għan u allura l-appell tiegħi hu li jrid ikollna l-kuraġġ biex nisfidaw iż-żmenijiet u ċ-ċirkostanzi diffiċli li nistgħu nkunu qegħdin niltaqgħu magħhom.", "Wara kollox dan il- pajjiż huwa kapaċi jagħmel il-bidliet li hu meħtieġ jagħmel.", "Nirringrazzjak.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Sur President, fil-ħin li għandi l-ewwelnett nixtieq nirrispondi għal xi kummenti li għamlet l-oppożizzjoni u mbagħad nipprova wkoll inwassal messaġġ min-naħa tal-gvern.", "M'iniex se ngħaddi kummenti fuq l-interventi li kellna, pero' hemm numru ta' punti li ssemmew u li wieħed irid jipprova jindirizzahom anke jekk fil-qosor.", "L-Onor.", "Jose' Herrera, bil-mod tipiku tiegħu, ipprova jidħol fiċ-ċifri u fis-somom ta' l-estimi, pero' rrid ngħid li jekk wieħed sempliċement iħares lejn iċ-ċifri u lejn in-numri hemm iċ-ċans li he easily gets misled.", "Dan qed ngħidu għaliex minn sena għall-oħra, il-voti li jidhru taħt l-istess ministeru mhux bilfors ikunu qed jinkorporaw fihom l-istess elementi.", "L- Onor. Herrera semma vot li strettament ma jaqax taħt il-communications authority, pero' huwa vot ta' ċertu valur.", "Tajjeb ukoll li nfakkar li matul is-sena li qegħdin nagħlqu, jiġifieri s-sena 2005, il-gvern daħħal Lm4 miljun direttament permezz ta' ħruġ ta' żewġ liċenzji għal dak li huma digital terrestrial television.", "Il-ħlas għal dawn il-liċenzji fil-parti l- kbira tiegħu sar matul din is-sena u allura huwa ovvju li matul is-snin li ġejjin id-dħul minn dawn il-liċenzji se jonqos.", "Dan kien proċess pubbliku u kulħadd jaf kemm suppost kellhom jitħallsu.", "F'sena min ħa liċenzja ddeċieda li jħallas ċertu ammont u allura s-sena d-dieħla se jħallas inqas, pero' dan ma jfissirx li se jkollu jħallas inqas minn dak li oriġinarjament kellu jħallas.", "L-Onor.", "Herrera għamel riferenza għall-mod kif ingħataw il-liċenzji lill- operaturi u mhux lill-broadcasters.", "Wieħed irid jenfasizza li matul is- sena li qegħdin fiha ħarġu żewġ liċenzji ta' network operators.", "Dan m'għandu x'jaqsam assolutament xejn mal-kwestjoni tal-broadcasting stations li minnhom għandna erbgħa, cioe' super-one, net television, PBS u smash television.", "Pero' l-Onor.", "Herrera ħa żball fundamentali meta pprova jpoġġi l-liċenzji ta' network operators mal-kwestjoni tal-broadcasting stations.", "F'dan il-każ kien hemm proċess open u dinamiku li dam għaddej numru ta' xhur u li fih tajna spjegazzjoni ta' x'inhi d-differenza.", "Id-differenza hija waħda fundamentali għax illum għandek żewġ network operators li huma liċenzjati, pero' l-broadcasters li għandna sal-lum għadhom joperaw u jistgħu jibqgħu joperaw bis-sistema ta' analogue sas-sena 2010.", "Barra minn hekk, wieħed irid jgħid ukoll li meta beda jikkonsidra dwar kif se jimxi f'din il-kwestjoni tad-digital terrestrial, il-gvern ħa d- deċiżjoni li jkun hemm żewġ liċenzji għal network operators bi tmien frekwenzi kull wieħed.", "Imbagħad jibqa' tliet frekwenzi li jridu jiġu wżati mhux minn dawk li huma broadcasters illum, imma minn dawk li jistgħu jkunu liċenzjati matul iż-żmien li ġej.", "Dan huwa proċess li għadu m'huwiex mitmum u għad irridu nkomplu għaddejjin bih.", "Hawnhekk wieħed irid jipprova jifhem bis-serjeta' id-differenza bejn broadcaster u network operator, b'funzjonijiet totalment differenti minn xulxin.", "Il-gvern ħaseb biex fil- policy li ġiet ippubblikata jkun hemm l-ispazju għal dawk li huma broadcasters illum u possibbilment għal broadcasters oħra li jista' jkun hemm 'il quddiem.", "Irrid ngħid ukoll li l-frekwenza hija xi ħaġa differenti mil-liċenzja.", "Il-liċenzja hija xi ħaġa li għandhom l-operaturi llum imma l-frekwenzi la huma ta' dawk li huma liċenzjati u lanqas tiegħi, imma huma ta' dan in-nazzjon u dan in-nazzjon jagħmel l-aħjar użu minnhom skond iż- żmenijiet.", "Sur President, nixtieq issa ngħid xi ħaġa dwar id-dipartiment ta' l- avjazzjoni ċivili li għandu funzjoni ferm importanti.", "Din il-funzjoni ma saritx riferenza għaliha imma se nagħmel riferenza għaliha jien iktar 'il quddiem.", "Jiena ninsab ċert li bil-ħidma ta' dan id-dipartiment l- industrija ta' l-avjazzjoni f'pajjiżna miexja 'l quddiem, tat riżultati tajba matul is-snin li għaddew u ninsab konvint ukoll li bl-amalgamazzjoni li se ssir bejn dan id-dipartiment u l-awtorita' marittima Maltija matul iż- żmien li ġej inkunu f'qagħda li npoġġu l-qasam marittimu u dak ta' l- avjazzjoni fuq bażi iktar qawwija.", "Saret riferenza wkoll għall-airport tax.", "Hawnhekk irrid ngħid li m'huwiex minnu li b'xi mod l-airport tax hija taxxa li ġiet imposta fuq it-turisti li jiġu hawn Malta u allura l-argument li din it-taxxa b'xi mod qed ittellef lit-turiżmu ma jreġix.", "Nistgħu nargumentaw jekk affettwatx jew le s-safar tal-Maltin jew ta' persuni li joriġinaw minn Malta, pero' żgur li ma nistgħux nargumentaw li din hija taxxa li qed taffettwa lit-turiżmu.", "L-Onor.", "Herrera għamel riferenza wkoll għad-diviżjoni tal-konsumatur u l- kompetizzjoni u esprima l-opinjoni li din m'għandhiex tibqa' diviżjoni għaliha minħabba l-introjtu limitat tagħha.", "Qal ukoll li ma jistax jifhem kif ħadd ma jħallas biex jidher quddiem it-tribunal tal-konsumatur.", "Nafu x'qegħdin ngħidu?", "Dan huwa dipartiment li qiegħed hemmhekk biex iħares l- interessi tiegħi, ta' l-Onor.", "Herrera u tal-Maltin kollha.", "Din id-diviżjoni għandha l-funzjoni li tara li d-drittijiet tiegħi u tiegħek bħala konsumatur ikunu mħarsa.", "L-Onor.", "Herrera jippretendi li min iċempel id- dipartment nitolbuh Lm1 jew li min imur id-dipartiment b'xi query nitolbuh Lm5 biex forsi nibdew indaħħlu ħafna iktar mit-Lm3,000 li ndaħħlu kull sena u dan meta fl-istess ħin l-Onor.", "Membru kien qed jgħid li m'huwiex sewwa li l-gvern iżid it-taxxi!", "Sur President, l-Onor.", "Joe Sammut għamel riferenza wkoll għall-istrateġija ta' Lisbona u qal li l-partit Nazzjonalista fil-gvern wiegħed li b'Malta fl- Unjoni Ewropea se jorħsu l-prezzijiet meta fil-fatt dawn żdiedu.", "Tajjeb li wieħed ifakkar li għal dak li jirrigwarda l-ikel u x-xorb, mill-1 ta' Mejju tas-sena li għaddiet sal-lum, l-RPI mhux żdied imma naqas u din hija xi ħaġa li mhux qed ngħidha jien imma jista' jivverifikaha kulħadd.", "Irrid ngħid ukoll li l-Onor.", "Sammut ħawwad ukoll meta għamel riferenza għar- rapport li ddiskutejna iktar kmieni din is-sena dwar il-ħidma tas- segretarjat parlamentari għas-self-employed li kien intitolat \"Bl-iżvilupp Imprenditorjali f'pajjiżna insostnu n-Negozju u noħolqu Mpjiegi Ġodda\".", "F'dan ir-rapport hemm riferenza għal numru ta' punti li m'humiex marbuta ma' l-aġenda ta' Lisbona kif qal hu imma huma marbuta maċ-charter tas-self- employed.", "Hemmhekk qegħdin nindikaw fejn wasalna rigward it-targets li ssettjajna għalina nfusna.", "Sur President, hawnhekk ta' min wieħed jistaqsi: Ilħaqna t-targets li konna qegħdin ngħidu li se nilħqu jew ma lħaqnihomx?", "Kien hemm oqsma fejn ilħaqna perċentwali għoljin minnhom, pero' f'oqsma oħrajn hemm punti li ma lħaqniex biżżejjed it-targets.", "Aħna ma niddejqux ngħidu li f'oqsma lħaqna perċentwal tajjeb tat-targets, imma f'oqsma oħra ma morniex daqshekk tajjeb.", "Aħna ma ppruvajniex indawru d-diskors u ngħidu li morna tajjeb f'kollox għax irridu li kulħadd jifhem fejn irridu nkomplu ntejbu.", "Sur President, l-Onor.", "Sammut għamel ukoll riferenza għal diversi punti li bl-ebda mod ma jaqgħu taħt dan il-ministeru, pero' naħseb li wieħed irid jirrispondi għalihom ukoll.", "Wieħed irid, per eżempju, jara kemm hemm verita' f'dak li qal l-Onor.", "Sammut li Malta tilfet euro 25 miljun f'dik li hija kwestjoni ta' l-immigrazzjoni klandestina.", "Għamel ukoll riferenza għal-leave tan-nisa li huma self-employed.", "Jiena naħseb li dak li qal jista' jestendih ukoll għall-irġiel li huma self-employed.", "Jiena bħall- Onor. Sammut bniedem self-employed.", "Naturalment dawn id-drittijiet kulħadd jifraħ bihom, pero' tajjeb wieħed jifhem il-prinċipju li bih jaħdem is-self- employed u jiena ninsab żgur li kieku l-ħaddiem f'dan il-pajjiż japplika l- prinċipji li jaħdem bihom is-self-employed, kieku Malta tkun iktar kompetittiva milli hi għaliex is-self-employed jagħti l-aħjar li jista' 24 siegħa kuljum u żgur ma joqgħodx iħares lejn it-temp jew lejn l-arloġġ.", "Din hija differenza fundamentali bejn il-mentalita' ta' bniedem impjegat u dik ta' self-employed.", "L-Onor.", "Marie Louse Coleiro għamlet riferenza għal diversi punti imma bbażat l-argumenti tagha fuq il-kwestjoni tal-kompetittivita'.", "Hija ħaġa tajba li l- oppożizzjoni almenu bdiet titkellem dwar dan is-suġġett għax is- sena li għaddiet ma qalet xejn dwar il-kwestjoni tal-kompetittivita'.", "Hawnhekk irrid ngħid li madanakollu, l-Onor.", "Coleiro bdiet l-intervent tagħha fuq sieq żbaljata.", "L-ewwelnett għamlet il-kritika li r-rapport ta' l-NRP tqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra llum.", "Dan ir-rapport ilu available fuq l-internet mit-3 jew l-4 ta' Novembru.", "Barra minn hekk, qabel ma ġie ppubblikat dan ir-rapport kien hemm draft report u kulħadd kellu l- opportunita' li mhux biss jilmenta dwaru imma anke jressaq ir- rakkmandazzjonijiet tiegħu dwaru.", "Dan kien jgħodd kemm għall-privat u d- dipartimenti tal-gvern kif ukoll għall-organizzazjonijiet pubbliċi u dawk tas-soċjeta' ċivili.", "X'kient ir-reazzjoni tal-partit Laburista dwaru?", "Il- partit Laburista anke f'dan il-każ baqa' fil-muta.", "Sur President, jiena ma rridx inkompli iktar fuq dan l-argument pero', għal darb'oħra, minkejja li kulħadd kellu l-opportunita' li jgħaddi l-kummenti tiegħu, in-naħa ta' l-oppożizzjoni kienet assenti għal kollox, bħalma kienet assenti għal numru kbir ta' okkażjonijiet bħal dawn.", "Tajjeb wieħed jgħid ukoll li dan id-dokument, bħal ħafna oħrajn li ġew ippubblikati iktar kmieni matul is-sena, jagħti ħarsa mhux lejn l-attivita' ekonomika u politika ta' dan il-pajjiż għal perijodu wieħed, imma għal numru ta' snin.", "Kellna l-pre-budget document li jħares lejn l-attivita' ekonomika ta' pajjiżna bejn is-snin 2006 u l-2010; għandna dan id-dokument li huwa n- national reform programme; għandna l-verżjoni nazzjonali tal-25 Stat Membru ta' l-Unjoni Ewropea għal dak li jirrigwarda l-aġenda ta' Lisbona mis-sena 2005 sas-sena 2008; u għandna d-dokument dwar kif irridu nassiguraw li nkunu qegħdin nużaw il-fondi li jkunu available.", "Nispera li fi żmien mhux tant 'il bogħod ikun hemm konklużjoni dwar il-financial perspectives ta' l-Unjoni Ewropea li jkopru mill-2007 sa l-2013.", "Sur President, hawnhekk nixtieq nagħmel riflessjoni żgħira.", "F'dan il-pajjiż irridu nibdew nifhmu li wieħed ma jistax jibqa' jfassal għal sena waħda partikolari u nieqfu hemmhekk imma rridu nfasslu għal perjodi ħafna itwal.", "Ladarba aħna membri ta' l-Unjoni Ewropea rridu nfasslu għal perjodi ta' seba' snin u halfway through s-seba' snin trid tibda tfassal għas-seba' snin ta' wara.", "Din hija xi ħaġa li għad irridu nitgħallmu iktar din in- naħa u m'għandix dubju li għad trid titgħallimha wkoll in-naħa ta' l- oppożizzjoni.", "L-Onor.", "Coleiro qaltilna wkoll li l-kompetittivita' m'hijiex xi ħaġa li tiġi mil-lum għal għada.", "Aħna naqblu ma' dan.", "Il-kompetittivita' hija proċess li trid titfassal għal numru ta' snin.", "L-Onor.", "Coleiro staqsiet għaliex mijiet ta' żgħażagħ f'pajjiżna li jixtiequ jidħlu għal xi kors fl-MCAST mhumiex qed jiġu aċċettati għaliex m'hemmx post għalihom.", "Ir-risposta tiegħi hija: Kemm kienet agħar is- sitwazzjoni meta ma kellna xejn minn dan kollu!", "Kemm kienet agħar is- sitwazzjoni meta minn dawn il-courses kollha ma kien jeżisti xejn!", "Kif ingħad kemm-il darba f'dan il-parlament, irridu naraw kif l-MCAST ikun f'qagħda li bis-serjeta' iwassal biex l-ikbar numru ta' studenti f'pajjiżna jkunu jistgħu jagħtu s-sehem tagħhom.", "Forsi l-Onor.", "Coleiro nsietu ż-żmien meta kienu l-ftit li b'xi mod kien jirnexxielhom ikomplu jistudjaw.", "Il-gvern ta' dak iż-żmien ma kienx jgħid li għandu jsir xi ħaġa biex l-ikbar numru possibbli ta' studenti jkollhom il-possibbilta' li jkomplu jistudjaw, imma kien jgħidilna li min ma kellux garanzija li se jsib fejn jaħdem b'dak l-istudju preċiż li jkun qed jagħmel, allura m'għandux għalfejn joħlom bih.", "Jekk m'iniex sejjer żball, meta l-ministru ta' l-edukazzjoni tkellem fl-intervent tiegħu din il- ġimgħa, huwa għamel riferenza għal dan u spjega kif fil-passat minflok kont tiġi inkoraġġit li titgħallem kont tkun inkoraġġit biex tieqaf.", "Sur President, mingħajr ma mmorru 18-il sena ilu, irridu nirrealizzaw li f'dan il-pajjiż għandna eluf ta' persuni li kieku ngħataw l-opportunitajiet fis-snin l-imgħoddija ta' qabel l-1987, kieku llum għandhom xogħlijiet differenti minn dak li għandhom.", "Pero' dak iż-żmien, minflok ma kien hemm min jinkoraġġina li nkomplu nistudjaw, kien hemm min jinkoraġġina li nwarrbu l-istudju.", "Irridu nkomplu nassiguraw li kull wieħed minna f'dan il- pajjiż ikollu l-ikbar ammont ta' preparazzjoni possibbli u rridu nkunu wkoll multi-skilled.", "Huwa tajjeb li jkun hemm il-possibbilta' ta' flessibbilta' fil-mod ta' kif wieħed jadatta ruħu għax-xogħol minn żmien għal ieħor, pero' huwa importanti wkoll li nifhmu li din il-kwestjoni li tkun multi-skilled m'hijiex xi ħaġa li jiddeċidiha l-gvern waħdu.", "Din hija xi ħaġa li rridu nkomplu nibnu fuqha kif għamilna matul is-snin li għaddew.", "Sur President, is-segretarju parlamentari qabli għamel riferenza għall-fatt li għalkemm dan il-ministeru għandu rwoli li huma ta' importanza regolatorja - u huwa tajjeb li llum dan ukoll qed jiġi rikonoxxut mill- oppożizzjoni - pero' fih diversi sezzjonijiet illi tajjeb li wieħed jagħmel riferenza għalihom.", "Jiena se nipprova nagħti daqqa t'għajn lejn id- dipartimenti li jaqgħu taħt dan il-ministeru u se nibda mid-dipartiment ta' l-avjazzjoni ċivili, dipartiment li fir-realta' jikkonċerna lilna lkoll mhux biss għaliex minn żmien għal ieħor il-parti l-kbira minna jkollna bżonn nivvjaġġaw bl-ajru, imma anke għaliex dan huwa d-dipartiment li jrid jassigura li l-ajruplani li jtiru fl-ispazju ta' l-ajru tagħna jkunu ajruplani ta' l-ogħla kwalita' u meta jgħaddu minn fuqna jew jiġu biex jinżlu f'pajjiżna, ma jkunux ta' periklu għalina.", "Hawnhekk nixtieq nagħmel parentesi żgħira wkoll.", "Diversi drabi kelli kummenti dwar il-kwestjoni ta' banning ta' ċerti ajruplani tal-linji ta' l-ajru li jtiru minn u lejn pajjiżna.", "Id- dipartiment ta' l-avjazzjoni ċivili fil-fatt qiegħed iħares lejn din is- sitwazzjoni u qegħdin naraw ukoll x'jistgħu jkunu l-implikazzjonijiet ta' deċiżjonijiet bħal dawn.", "Pero' aħna rridu nkunu ċerti li l-ajruplani li jiġu f'pajjiżna jkunu tali li ma joħolqu l-ebda periklu għalina nfusna.", "Tajjeb li wieħed jgħid ukoll illi dan id-dipartiment jaħdem in kollaborazzjoni ma' żewġ enti privati li fil-fatt huma liċenzjati biex jgħallmu lill-piloti u jagħtuhom l- hekk imsejħa private pilot licence.", "F'pajjiżna għandna żewġ organizzazzjonijiet ta' dan it-tip u naturalment dawn iridu jkunu l-ħin kollu f'pożizzjoni li jassiguraw li dak li jkun ikun qiegħed josserva r-regoli kollha u li jippreparaw b'mod tajjeb lill- persuni li l-ewwel jieħdu l-liċenzja u mbagħad jistgħu jkomplu jitħarrġu għal-liċenzja iktar avvanzata.", "Għall-ewwel darba għandna persuna ta' nazzjonalita' Maltija li nħatret bħala l-kap ta' l-ispettorat ta' l- airworthiness, kariga li matul is-snin li għaddew dejjem kienet okkupata mill-barranin għax ma kienx hawn persuni Maltin available għal dan ix- xogħol.", "Jiena nispera li jkollna oħrajn li fil-fatt ikunu ikunu jistgħu jgħinuna f'dan il-qasam.", "Naturalment wieħed irid ikompli għaddej bil-proċess ta' evalwazzjoni kontinwa għax fejn tidħol l-avjazzjoni ċivili, ma jgħoddx biss x'jagħmel id- dipartiment ta' l-avjazzjoni ċivili imma jgħodd ukoll dak li jsir minn diversi organizzazzjonijiet internazzjonali li għandhom ir-remit li jħarsu u jkunu garanzija ta' sigurta' f'dik li hija l-avjazzjoni fid-dinja.", "Dawn sikwit jiġu jżuruna u niftakru aħna minn liema martirju kellna ngħaddu fl- 1998 meta waħda mill-organizzazzjonijiet internazzjonali, il-federal aviation authorities, kienu qalulna li fejn tidħol sigurta' aħna m'aħniex ajruport ta' category one imma ta' category three.", "Imma mill-1999 'l hawn anke l-FAA qed tikkonsidrana bħala category one.", "Issa barra minn dawn hemm ukoll il-joint aviation authorities, il-European civil aviation authorities u l-international civil aviation organisation, kollha organizzazzjonijiet li minn żmien għal ieħor jiġu jżuruna u allura d-dipartiment irid ikun il- ħin kollu tip-top biex jassigura illi fil-fatt ma jkun hemm l-ebda diffikulta'.", "Tajjeb li wieħed jgħid ukoll li matul is-sena li qegħdin fiha daħħalna fis- seħħ ċerti regolamenti ta' l-Unjoni Ewropea li permezz tagħhom aħna nkunu nistgħu niggarantixxu li ċerti drittijiet li huma tagħna jkunu qed jiġu mħarsa.", "Fost l-oħrajn hemm id-dritt illi passiġġier ikun informat minn qabel preċiżament liema tkun il-linja ta' l-ajru li se ġġorru u jiddeċiedi hu, mhux mingħalih se jmur ma' linja ta' l-ajru partikolari u f'daqqa waħda jsib li l-ajruplan li se jtir fuqu huwa ta' linja ta' l-ajru assolutament differenti.", "Imbagħad hemm id-dritt l-ieħor li daħal matul is-sena li għaddiet illi passiġġier li għal xi raġuni jew oħra ma jkunx jista' jirkeb fuq ajruplan partikolari, irid jingħata kumpens li jiġi stabilit.", "Barra minn hekk, daħlu fis-seħħ ukoll dawk li huma drittijiet għal persuni b'diżabilita', b'mod partikolari għal persuni with reduced mobility.", "Waqt il-ħin tal-mistoqsijiet illum kelli domanda dwar x'ħadet l-Air Malta u x'ħadu l-ħaddiema ta' l-Air Malta mill-Unjoni Ewropea.", "Permezz tad-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, l-Air Malta rnexxielha tieħu vantaġġ minn dak li huwa msejjaħ it-third package.", "Din hija xi ħaġa illi l-Air Malta ma kenitx tista' tagħmel qabel l-1 ta' Mejju tas-sena li għaddiet.", "Permezz ta' dan it- third package illum diġa' saru mijiet ta' flights minn bliet fl-Unjoni Ewropea għal bliet oħra fl-Unjoni Ewropea, bil-konsegwenza illi żdied ix- xogħol ta' l-Air Malta.", "Dan wassal għal aktar dħul għall-Air Malta.", "Tajjeb li wieħed ifakkar ukoll li proprju l-ġimgħa li għaddiet kien hemm agreement bejn l-Air Malta u l-Excel Aviation, fejn matul it-tliet snin li ġejjin huwa mistenni li l-Air Malta ġġorr iktar minn miljun passiġġier lejn diversi destinazzjonijiet f'numru sostanzjali ta' pajjiżi.", "Irrid ngħid ukoll li iktar kmieni matul is-sena ġie aċċettat li parti mir-runway li għandna f'pajjiżna tiġi upgraded permezz ta' finanzjament ta' euro 1.2 miljun mill-Unjoni Ewropea.", "Dan se jgħin ukoll biex fil-fatt l-airport tagħna jkompli jiġi upgraded.", "Naturalment hawn irrid niċċara li l-airport se jiġi upgraded mhux b'dak l-investiment biss imma wkoll b'investiment ieħor illi jrid jiġi minn sorsi oħrajn.", "Fil-fatt matul din is-sena reġa' beda jopera l-helicopter bejn Malta u Għawdex u minkejja d-diffikultajiet kollha li kien hemm, wieħed jista' jgħid li rnexxielna nerġgħu npoġġu fis- suq mezz tat-trasport alternattiv bejn Malta u Għawdex li jiggarantixxi li min ikun qed jivvjaġġa, ikun jista' jagħmel dan bl-aħjar mod possibbli.", "Id-diviżjoni tal-konsumatur u l-kompetizzjoni għandha l-funzjoni prinċipali li tassigura li jkun hemm kompetizzjoni ġusta, li tissalvagwarda d- drittijiet tagħna bħala konsumaturi u li fis-swieq ikun hemm prodotti illi huma ta' sigurta'.", "Naturalment din id-diviżjoni trid tassigura li l-Att dwar il-Kompetizzjoni u l-Product Safety Act ikunu l-ħin kollu mħarsa.", "Ftit tal-ġimgħat ilu waqqafna l-European consumer centre li permezz tiegħu aħna bħala konsumaturi, anke jekk ikollna xi complaint kontra provider ta' servizz jew inkella bejjiegħ minn xi pajjiż ta' l-Unjoni Ewropea, inkunu nistgħu minn hawn Malta mmexxu f'dan ir-rigward.", "Matul is-sena li ġejja rridu nkomplu nassiguraw li dik li l-ħidma li saret tkompli tissaħħaħ għaż- żmien li ġej.", "Sur President, rigward id-diviżjoni tal-kummerċ irrid ngħid li s-segretarju parlamentari diġa' għamel riferenza għall-proċeduri li tħaffu biex jassiguraw li l-liċenzjar isir b'mod iktar mgħaġġel, b'mod iktar qawwi u b'mod iktar tajjeb.", "Ta' min jgħid ukoll li permezz ta' numru sostanzjali ta' miżuri kien iktar faċli li nassiguraw li dan il-proċess jitħaffef.", "Irridu nassiguraw ukoll li enti oħra li jaqgħu taħt dan id-dipartiment bħalma huma l-industrial property registrations, it-trade services directorate u s-small business and craft directorate jibqgħu mexjin 'il quddiem.", "Fil-fatt matul is-sena li qegħdin fiha hu mistenni li jiġu pproċessati madwar 1,500 applikazzjoni għal trademarks minn din id-diviżjoni.", "Jekk inqabblu dawn l-1,500 applikazzjoni mal-madwar 116 applikazzjoni li kien hemm fis-sena 2000 wieħed malajr jinduna bil-qabża li kien hemm.", "L-istess jista' jingħad rigward il-patents.", "Huwa mistenni li din is-sena nkunu kkonsidrajna 470 applikazzjoni meta fis-snin li għaddew konna nikkonsidraw madwar 30 applikazzjoni biss.", "Dawn huma punti li ta' min nenfasizzahom.", "Matul is-sena li qegħdin fiha ġie mwaqqaf ukoll is-solvit centre, ċentru li permezz tiegħu l-businessmen f'pajjiżna jkunu jistgħu jassiguraw li d- diffikultajiet li jiltaqgħu magħhom ikunu qegħdin b'xi mod jiġu kkonsidrati u hawnhekk huwa importanti li nkunu f'qagħda li mmexxu aktar 'il quddiem.", "Jekk wieħed jagħti daqqa t'għajn lejn il-ħidma ta' l-awtorita' marittima jsib li, kif qal l-Onor.", "Herrera, l-estimi tagħha huma bħal tas-snin li għaddew, pero' wieħed irid jagħmel riferenza għall-fatt li din l-awtorita' mhux biss trid tkompli tassigura li jkollna wieħed mill-ikbar reġistri tal- vapuri fid-dinja, imma trid tassigura wkoll li nkunu qegħdin f'qagħda li nistgħu kontinwament nosservaw l-obbligi internazzjonali tagħna.", "Huwa veru li s-sena l-oħra kellna tnaqqis f'dak li huwa numru ta' vapuri reġistrati taħt il-bandiera Maltija, pero' huwa veru wkoll li din is-sena rkuprajna parti minn dak li konna tlifna matul is-snin ta' qabel u dan għamilnieh ukoll bħala riżultat tad-deċiżjoni min-naħa tal-gvern li jinqatgħu minn fuq ir-reġistru dawk il-vapuri li iktar kienu qed jagħmlulna ħsara milli ġid minħabba li ta' spiss konna narawhom fuq xi stampa ta' xi gazzetta Maltija.", "Numru sostanzjali minn dawn inqatgħu mir-reġistru Malti u wieħed jista' jgħid li b'riżultat ta' hekk imxejna 'l quddiem.", "Dan qed ngħidu għax matul is-sena li għaddiet il-bandiera Maltija nħarġet mill-blacklist tal-Paris memorandum of understanding u wieħed jispera li nkomplu mexjin biex finalment naslu biex ikollna dikjarazzjoni ċara li aħna wasalna fil-white list tal-memorandum of understanding.", "Sur President, l-intenzjoni tal-gvern hija li jkompli jaħdem fil-qasam tal- yachting f'pajjiżna u kif ingħad iktar minn darba, l-intenzjoni tagħna hija li matul is-sena li ġejja nidħlu fid-dettall f'dawk li huma l-proġetti marbutin mal-yacht marinas tax-Xemxija u ta' Wied il-Għajn.", "Fil-każ ta' dawn iż-żewġ yacht marinas ukoll il-gvern qed jagħmilha ċara li mhux se jkun hu li joħroġ l-investiment imma dawn iż-żewġ portijiet iridu jitbiddlu f'yacht marinas permezz tas-sistema tal-public private partnership li llum qed issir dejjem iktar popolari.", "Dan qed ngħidu speċjalment għal min jikteb fil-gazzetti li l-ministru qed jipprova jieħu l-marina tax-Xemxija.", "Dan huwa żbaljat għax fil-fatt mhux se jkun il-gvern li jinvesti imma se jkun il-privat li jwettaq dak il jkun fassal il-gvern.", "Sur President, jiena kont nistenna wkoll li jkun hemm xi rimarka dwar il- ħidma ta' l-awtorita' marittima rigward il-bidliet li rridu nagħmlu fil- portijiet ta' pajjiżna.", "Sfortunatament għal darb'oħra min-naħa ta' l- oppożizzjoni ma kien hemm l-ebda riferenza għar-riforma li rridu nagħmlu fil-portijiet.", "Pero' jekk hemm xi ħaġa li żgur taffettwa l-kompetittivita' wkoll ta' pajjiżna, żgur li huma l-prattiċi tax-xogħol fil-portijiet tagħna.", "Hawnhekk il-gvern huwa mpenjat li l-portijiet tagħna jgħaddu mill- proċess ta' riforma li fil-fatt huwa neċessarju biex inkomplu nassiguraw li l-portijiet tagħna minflok ikunu għodda li permezz tagħhom tonqos il- kompetittivita', ikunu huma s-sors li jkomplu jżidu l-kompetittivita'.", "Għal aktar minn darba saret riferenza wkoll għall-cruiseliners u hawnhekk tajjeb li wieħed jirrikonoxxi illi f'din is-sena li qegħdin fiha qegħdin nerġgħu nirkupraw minn dak li kien it-terz tas-sena li għaddiet, f'dawk li huma numru ta' passiġġieri li ġew f'pajjiżna.", "Huwa mistenni li din is-sena jkun hawn iktar minn 20,000 passiġġier li jiġu f'pajjiżna iktar milli ġew is-sena li għaddiet.", "Naturalment din hija wkoll indikazzjoni li l-ħidma li għamlet l-awtorita' marittima fil-passat u d- deċiżjonijiet li ħa l-gvern wasslu biex dak li kien inbeda matul is-snin li għaddew jiġi fil-fatt privatizzat.", "Illum l-operazzjoni tal-cruiselining fil-Port il-Kbir hija mmexxija mis-settur privat u wieħed jispera li jkun hemm ukoll ammont ta' suċċess fil-ħidma matul is-snin li ġejjin.", "Xi ħaġa li ssemmiet fid-diskors tal-budget u ssemmiet ukoll mill-ministru għal Għawdex meta tkellmet dalgħodu kien il-fatt li rridu nassiguraw ukoll - u hawnhekk l-awtorita' marittima għandha rwol importanti x'taqdi - li numru ta' cruiseliners ikunu jistgħu jagħmlu berthing 'il barra minn Għawdex biex anke Għawdex igawdi mis-suċċess tal-cruiselining f'pajjiżna.", "Nixtieq ngħid xi ħaġa wkoll dwar il-kwestjoni tat-terminals taċ-Ċirkewwa u ta' l-Imġarr, Għawdex.", "Qabel ma wieħed jaqbeż għall-konklużjonijiet dwar meta kellu jitlesta u kemm se jqum dan il-proġett, ikun tajjeb jekk wieħed jara x'kien propost fl-1994, x'kien propost fl-1996 u x'kien propost fl- 1998 jew fl-1999 u fil-fatt x'se jkun ir-riżultat aħħari.", "Dan qed ngħidu għax żgur li mhux se jkun hemm paragun bejn dak illi oriġinarjament kien se jsir u dak li fil-fatt se jkollna meta jitlesta x-xogħol.", "Irrid ngħid ukoll li l-Onor.", "Sammut ma qagħadx jiddejjaq isemmi l-affarijiet negattivi pero' mbagħad m'għamel l-ebda riferenza partikolari għal dawk il-punti li wieħed jista' jqis bħala pożittivi.", "L-ewwelnett rigward l-investiment barrani f'pajjiżna tajjeb wieħed jgħid li Malta hija s-sitt pajjiż mill-25 membru ta' l-Unjoni Ewropea fejn jidħol foreign direct investment.", "Pero' l-oppożizzjoni donnha ma tafx b'dawn l- affarijiet bħalma ma tafx jew aħjar tipprova tnessi l-fatt li f'dik li hija broadband penetration, Malta qiegħda iktar fil-għoli mill-average ta' l-istess Unjoni Ewropea.", "Saħansitra hija iktar f'post għoli aktar minn ħafna mill-pajjiżi li kienu membri fl-Unjoni Ewropea qabel l-aħħar tkabbir.", "Barra minn hekk, Malta hija tliet darbiet iktar f'dik li hija broadband penetration mill-għaxar membri ġodda ta' l-Unjoni Ewropea.", "Naturalment din hija xi ħaġa pożittiva u allura huwa aktar konvenjenti għall-oppożizzoni li tnessi dawn l-affarijiet.", "Sur President, l-oppożizzjoni jaqblilha tnessi wkoll il-proċess twil li wassal għal-liberalizzazzjoni fis-settur tal-komunikazzjoni f'pajjiżna.", "Dan il-proċess wassal biex mhux biss ikollna iktar minn operatur wieħed jew biex aħna l-Maltin inkunu nistgħu fil-fatt ikollna servizzi aħjar, imma wassal biex illum għandna 80% tal-poplu Malti li għandu s-servizz tal- mobile.", "Għandna wkoll 88,000 connection ta' l-internet f'pajjiżna u dan huwa numru kbir meta mqabbel mal-ftit eluf li kellna ftit tas-snin ilu.", "Dan seħħ ukoll b'riżultat tad-direzzjoni li ta l-gvern numru ta' snin ilu rigward il-liberalizzazzjoni tas-settur tat-telekomunikazzjonijiet.", "Sur President, irridu nassiguraw li l-attivitajiet ta' komunikazzjoni f'pajjiżna fil-fatt ikomplu mexjin 'il quddiem.", "Naturalment dan huwa proċess li ma tistax twaqqfu halfway through għaliex jew temmen fih jew ma temminx u aħna bħala gvern irridu nużaw dan il-proċess kontinwament bħala għodda prinċipali biex immexxu s-settur ta' l-ekonomija 'l quddiem.", "Dan huwa proċess li rridu nużawh għall-benefiċċju tal-pubbliku Malti kollu kemm hu.", "Irrid infakkar ukoll li f'dan il-qasam aħna ninsabu t-tieni mill- 25 Stat Membru ta' l-Unjoni Ewropea, pero' ħadd min-naħa l-oħra ma semma dawn l-affarijiet għaliex għall-oppożizzjoni m'huwiex importanti li dan is- suċċess nagħmlu riferenza għalih.", "Naturalment dak li ma tafx l- oppożizzjoni jafu l-poplu Malti u dak li tipprova tnessi l-oppożizzjoni żgur li mhux se jinsieh il-pubbliku Malti li qed igawdi l-benefiċċju tiegħu.", "Awtorita' oħra wkoll li taqa' taħt dan il-ministeru hija l-awtorita' ta' l- istandards.", "Din hija awtorita' importanti għax aktar ma jgħaddi ż-żmien aħna bħala pajjiż irridu iktar inkunu ċerti mill-istandards tagħna.", "Dan qed ngħidu għax m'huwiex biżżejjed li nagħmlu dak kollu possibbli biex immexxu 'l quddiem dak li nagħmlu, imma rridu nassiguraw ukoll li dak li qegħdin nagħmlu jkun il-ħin kollu ta' l-ogħla kwalita'.", "Jekk nibqgħu bil- mentalita' li kollox jgħaddi f'dan il-pajjiż, sejrin żball u l-awtorita' ta' l-istandards hija dik l-awtorita' f'pajjiżna li trid tassigura li jkun hemm proċess kontinwu biex nilħqu l-ogħla standards possibbli.", "L-awtorita' ta' l-istandards kellha u għandha numru ta' funzjonijiet x'taqdi mhux biss mil-lat ta' standards industrijali imma wkoll mil-lat ta' standards ta' ambjent, mil-lat ta' standards ta' servizzi fil-qasam turistiku u mil-lat ta' standards ta' prodotti li jkunu qegħdin fis-suq.", "Dan huwa importanti li nkomplu nenfasizzawh mhux biss mal-konsumaturi imma anke ma' kulmin jipproduċi l-iżgħar prodott li għandna f'dan il-pajjiż.", "Aħna lkoll kemm aħna rridu nifhmu fil-parlament li biex nassiguraw il- kompetittivita' ta' pajjiżna rridu l-ewwel nassiguraw li l-prodotti li nipproduċu jkun il-ħin kollu ta' l-ogħla kwalita'.", "Ma nistgħux nikkompetu f'dawk li huma kwantitajiet għaliex il-pajjiż tagħna huwa dak li hu u allura huwa importanti li nagħfsu fuq dawk li huma standards.", "Dan ngħiduh għaliex aħna bħala partit fil-gvern għandna fiduċja li aħna l-Maltin kapaċi mhux biss infasslu imma wkoll inwettqu dak li hemm bżonn għaż-żmien li ġej.", "Naturalment apparti din il-fiduċja jrid ikollna wkoll direzzjoni ċara li twassalna għal diversi inizjattivi għaż-żmien li ġej.", "Sur President, saret riferenza mhux biss mis-segretarju parlamentari imma wkoll mill-kelliema ta' l-oppożizzjoni għall-kwestjoni tal-burokrazija.", "Jekk wieħed jagħmel riferenza għad-diskors tal-budget isib li l-partit fil- gvern irid jassigura li r-regolamenti ta' l-awtoritajiet tal-gvern ma jkunux kumplikati żżejjed b'mod li jxekklu l-inizjattiva ekonomika.", "Hawnhekk qegħdin ngħidu li matul ix-xhur li ġejjin irridu nidentifikaw dawk ir-regolamenti li huma cumbersome biex imbagħad inkunu nistgħu nibdew naqtgħu minnhom.", "Ovvjament irridu nassiguraw li r-regolamenti bżonjużi jibqgħu in place, pero' b'dan il-mod se neliminaw ħafna burokrazija biex nassiguraw li r-regolamentazzjoni tkun waħda kemm jista' jkun ħafifa.", "Sur President, irrid ngħid ukoll li għall-intrapriżi ż-żgħar għandna numru sostanzjali ta' inizjattivi li fil-fatt ġew imħabbra fil-budget ftit tal- ġimgħat ilu.", "Dawn huma inizjattivi li se naħdmu fuqhom fiż-żmien li ġej għaliex nemmnu li l-inizjattivi li rridu nieħdu jridu jkunu tali li jassiguraw li kull pass li nagħmlu aħna bħala pajjiż u bħala gvern, ikunu passi li jwasslu għall-aħjar andament ta' l-ekonomija ta' pajjiżna.", "Tan- naħa l-oħra jgħidulna li fil-budget m'hemm xejn dwar il-Malta Enterprise.", "Jiena naħseb li tan-naħa l-oħra la qraw l-estimi tal-ministeru u wisq inqas ma qraw l-estimi dwar il-ħidma kollha tal-gvern.", "Qalulna wkoll li m'hemm xejn biex il-gvern jgħin lil dawk il-ħaddiema nisa f'pajjiżna li jixtiequ jkomplu jaħdmu anke wara li jkollhom it-tfal.", "Naħseb li ma ndunawx li fid-diskors tal-budget hemm riferenza għall-investiment li se jsir biex f'pajjiżna jkollna day centre għat-tfal li jintużaw minn min ikun qed jaħdem.", "Sur President, irrid ngħid ukoll li wieħed m'għandux jaqbad biss ministeru wieħed partikolari u jara x'funzjoni għandu u x'ħidma jrid jagħmel biex jassigura l-andament pożittiv ta' l-ekonomika tal-pajjiż.", "Per eżempju, dan il-ministeru żgur ma jistax iħares lejn xi attivita' partikolari waħdu, imma huwa ministeru li għandu rwol importanti ta' regolatur kif semma anke kelliem ta' l-oppożizzjoni.", "Hawn irrid ngħid li minbarra r-rwol ta' regolatur, dan il-ministeru għandu funzjoni oħra importanti u din hija li jkun il-kordinatur ta' diversi inizjattivi li saru u li qegħdin isiru wkoll min-numru sostanzjali ta' ministeri.", "Dan gvern li jrid jassigura li matul iż-żmien li ġej l-inizjattivi li jkunu qegħdin jittieħdu minn dan il- ministeru jkunu għodda ta' kordinazzjoni fl-attivita' tal-gvern.", "Il-ħidma", "ta' dan il-ministeru ma tistax timxi 'l quddiem u ma tistax tirnexxi jekk kemm-il darba ma jkunx hemm l-impenn tal-ministeri kollha li jassiguraw li l-programmi li qegħdin jitfasslu fil-fatt ikunu mwettqa.", "Jien nista' ngħid li l-gvern tal-ġurnata bil-ministeri differenti tiegħu, qed jagħti s-sehem tiegħu biex jintlaħqu t-targets kemm ta' l-aġenda ta' Lisbona kif ukoll tal-world economic forum.", "Permezz ta' dan il-ministeru rridu nassiguraw li l-attivita' governattiva tkun waħda komprensiva, magħquda u dinamika u li permezz tagħha jiġi assigurat li l-pubbliku Malti jkompli jgawdi mill-benefiċċji mfassla minn dan il-gvern matul is-snin li għaddew.", "Irridu nassiguraw ukoll li l-inizjattivi li se jittieħdu fis-snin li ġejjin bis-serjeta' jwasslu għal ħidma aħjar u għal ħajja aħjar.", "Dan huwa t-target prinċipali tal-gvern tal-ġurnata.", "Nirringrazzjak.", "(Onor. Membri: Hear, Hear)", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Nirringrazzjak.", "Skada l-ħin tad-diskussjoni fil- Kumitat ta' Provvista.", "Il-mistoqsija hi l-emenda għall-Vot 33 kif imressqa u moqrija mill-Onor.", "Jose' Herrera.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Kumitat huwa sospiż għal ħames minuti skond il- mozzjoni ta' proċedura tal-31 ta' Ottubru, 2005.", "Billi ntalbet votazzjoni, il-Kumitat ġie sospiż fid-9.30. p.m. u rriżuma ħames minuti wara.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Se nerġa' npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi l- emenda għall-Vot 33 kif imressqa u moqrija mill-Onor.", "Jose' Herrera.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Mario Galea.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Sur President, għan-naħa tal-gvern se jiġu paired l- Onor. Jason Azzopardi, l-Onor.", "John Dalli, l-Onor.", "Joseph Falzon, l-Onor.", "Austin Gatt, l-Onor.", "Antoine Mifsud Bonnici u l-Onor.", "Francis Zammit Dimech.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Noel Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Sur President, għan-naħa ta' l-oppożizzjoni se jiġu paired l-Onor.", "Joseph Abela, l-Onor.", "Joseph Debono Grech, l-Onor.", "Roderick Galdes, l-Onor.", "Joe Mizzi, l-Onor.", "Joseph Sammut u l-Onor.", "Karmenu Vella.", "VOTAZZJONI NRU.", "111 FAVUR : 24", "L-Onor. |Abela Carmelo |Dalli Helena | |Agius Chris |Farrugia Angelo | |Bartolo Evarist |Farrugia Michael| |Brincat Joseph |Farrugia Noel | |Brincat Leo |Gulia Gavin | |Buhagiar Charles |Herrera Jose' | |Buontempo Stefan |Mangion Charles | |Cardona Chris |Parnis Silvio | |Caruana Justyne |Refalo Anton | |Chircop Karl |Sant Alfred | |Coleiro Marie |Vassallo Adrian | |Louise | | |Cuschieri Joseph |Vella George |", "KONTRA : 28", "L-Onor.", "|Abela Anthony |Frendo Michael | |Agius David |Galea Censu | |Agius Francis |Galea Franco | |Arrigo Robert |Galea Louis | |Asciak Michael |Galea Mario | |Azzopardi |Gonzi Lawrence | |Frederick | | |Borg Tonio |Gonzi Michael | |Cassar Joseph |Mifsud Bonnici | | |Carmelo | |Cristina Dolores |Mugliett Jesmond| |D'Amato Helen |Puli Clyde | |de Marco Mario |Pullicino George| |Debono Giovanna |Pullicino | | |Orlando Jeffrey | |Deguara Louis |Vassallo Edwin | |Fenech Antonio |Zammit Ninu |", "L-emenda m'għaddietx.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Issa se ngħaddi biex inqiegħed il-mistoqsija fuq il- Voti tal-Ministeru għall-Kompetittivita' u Kommunikazzjoni.", "Il-mistoqsija hija:", "VOT 33 – MINISTERU GĦALL-KOMPETITTIVITA' U KOMUNIKAZZJONI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm4,633,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 33 – Ministeru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2006.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt Vot 33 għaddiet.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija:", "VOT 34 - KUMMERĊ", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm4,010,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 34 – Kummerċ, kif dettaljata fl- Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2006.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt Vot 34 għaddiet.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija:", "VOT 35 - KONSUMATUR U KOMPETIZZJONI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm560,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 35 – Konsumatur u Kompetizzjoni, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2006.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt Vot 35 għaddiet.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija:", "VOT 36 - AVJAZZJONI ĊIVILI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm567,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 36 – Avjazzjoni Ċivili, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2006.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt Vot 36 għaddiet.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija:", "VOT VI - MINISTERU GĦALL-KOMPETITTIVITA' U KOMUNIKAZZJONI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm2,172,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot VI - Ministeru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2006.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt Vot VI għaddiet.", "Fid-9.38 p.m. il-Kamra rriżumiet u l-Viċi President tal-Kumitat irrapporta li r-Riżoluzzjonijiet taħt Vot 33, 34, 35, 36 u VI tal-Ministeru għall- Kompetittivita' u Komunikazzjoni ġew approvati mill-Kumitat ta' Provista.", "THE DEPUTY SPEAKER: Sar il-ħin.", "Insejjaħ lill-Onor.", "Charles Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Sur President, xtaqt ninforma lill-Kamra li l- laqgħa tal-PAC li kienet scheduled għal għada, qed tiġi posposta minħabba l- fatt li ċ-chairman tal-FMS naqas li jipprovdi l-informazzjoni neċessarja li l-membri tal-kumitat kienu talbu.", "Jien naħseb li hija xi ħaġa inaċċettabbli li uffiċjal, hu min hu, ikun mitlub informazzjoni u dan jonqos milli jipprovdiha, bil-konsegwenza li aħna jkollna nipposponu x-xogħol ta' dan il-parlament.", "Qed niġbed l- attenzjoni dwar dan sabiex ovvjament dan il-fatt jiġi a konoxxenza ta' kulħadd, anke għall-media u l-pubbliku in ġenerali.", "Barra minn hekk, nitlob lis-Sedja, bħala l-awtorita' responsabbli mit- tmexxija ta' dan il-parlament, biex tieħu dawk il-passi neċessarji sabiex l- operat tal-kumitati jimxi bl-aktar mod smooth.", "Nirringrazzjak.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Naturalment is-Sedja tieħu nota.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Wieħed dejjem jista' jarah dan l-ilment, imma ma nafx kemm qegħdin in order, Sur President.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Jiena konvint li l-Leader of the House jaqbel li l-kumitati għandhom jimxu b'mod smooth.", "ONOR.", "TONIO BORG: Iva, s'hemmhekk naqblu.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-Viċi Prim Ministru, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament tal-Kamra:", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "TONIO BORG (Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern): Sur President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar l-Erbgħa, 16 ta' Novembru 2005, fid-9.00 a.m. b'din l-aġenda:-", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "1.", "Kumitat ta' Provvista - Estimi Ġenerali 2006", "Id-Disa' Jum", "Voti tal-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent.", "Infakkar lill-Kamra li skond il-mozzjoni ta' proċedura tal-31 ta' Ottubru, 2005 il-ħin tad-diskussjoni fuq dan il-ministeru m'għandux jieħu aktar minn erba' sigħat, bil-ħin tal-Mistoqsijiet u l-ħin ta' l-Aġġornament ma jitteħidx.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada l-Erbgħa, 16 ta' Novembru, 2005 fid-9.00 a.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fid-9.39 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "TRASPORT PUBBLIKU", "15538.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jgħid meta u kemm kienu ż-żidiet fin-noll tat- trasport pubbliku matul dawn l-aħħar ħames snin?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ninsab informat li n-nollijiet tal-karozzi tal- linja nbidlu f'Jannar 2005 wara li dawn kien ilhom ma jinbidlu mill-1 ta' Settembru, 1999 – kopja ta' kif żdiedu n-nollijiet (Dok.", "A) qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "Fir-rigward ta' Għawdex, in-nollijiet il-ġodda daħlu fis-seħħ fl-1 ta' Novembru, 2004 wara li kien ilhom ma jinbidlu mis-6 ta' April, 2000 – kopja ta' kif żdiedu dawn in-nollijiet (Dok.", "B) qed titpoġġa wkoll fuq il- mejda tal-Kamra.", "PACE GRASSO FOOTBALL GROUND", "14026.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jgħid f'liema stadju jinsab il-proġett għall- iżvilupp tal-ground Pace Grasso, f'Raħal Ġdid?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ninsab informat illi ġiet sottomessa applikazzjoni lill-MEPA fuq il-proġett kollu biex il-ministeru jkun jista' jikseb full development permit fuq il-proġett.", "Meta jinħareġ il-permess ikunu jistgħu joħorġu l-offerti biex jiġi esegwit il-proġett.", "COLLECTIVE INVESTMENT SCHEMES", "14027.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm liċenzji ħarġu għal collective investment schemes mill-MFSA din is-sena u s-sena l-oħra?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li din id- domanda diġa' ġiet indirizzata b'risposta għall-mistoqsija parlamentari 13856.", "COLLECTIVE INVESTMENT SCHEMES", "14028.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid x'inhu n-numru totali ta' collective investment schemes regisrati?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li n-numru totali ta' collective investment schemes reġistrati Malta huwa ta' 110, maqsumin kif ġej: fondi stabiliti taħt il-liġi Maltija 75 u fondi barranin imma liċenzjati wkoll Malta bħala rekwiżit għal-listing fuq il-Borża 35.", "INVESTMENT SERVICES LICENCES", "14029.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid x'inhu n-numru totali ta' investment services licences reġistrati Malta?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li n-numru totali ta' investment services licences reġistrati Malta huwa ta' 88.", "ĊENTRU TAS-SAĦĦA F'RAĦAL ĠDID", "14030.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jikkonsidra l-Ministru li ċ-ċentru tas-saħħa ta' Raħal Ġdid jiġi ttrasferit għall-bini li ser isir fil-proġett ta' Pace Grasso, ħalli b'hekk ikun wieħed ikbar u iktar spazjuż?", "Jikkonsidra li ċ-ċentru tas-saħħa eżistenti jsir day centre għall-anzjani?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Il-proposta ta' l-Onor.", "Interpellant diġa' ġiet ikkonsidrata u deċiża.", "Iva, iċ-ċentru tas-saħħa ta' Raħal Ġdid se jiġi nkorporat fil-proġett ta' Pace Grasso.", "KUMPANNIJI ĠODDA", "14031.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm-il kumpannija ġdida ġiet reġistrata din is-sena u s-sena l-oħra?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor Interpellant li n-numru ta' kumpanniji ġodda rreġistrati fl-2004 huwa ta' 2,479 filwaqt li din is-sena ġew reġistrati 1,555.", "TOURIST COACHES", "15593.", "L-ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jikkonferma l-Ministru li fis-27 ta' Ottubru, 2005 daħlu Malta coaches twal 18-il metru u l-ADT awtorizzathom li joħorġu fit-triq bi ksur flagranti tal-liġi, liema liġi l-għada ġiet emendata u l-limitu ttella' għal 18-il metru?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Jien informat illi fis-27 ta' Ottubru daħlu Malta ħames coaches: tnejn minnhom b'żewġ axles u twal 12-il metru, waħda bi tliet axles u twila 12.9 metru u t-tnejn l-oħra bi tliet axles u twal 12.6 metri.", "Il-liġi tgħid li t-tul massimu ta' coach għandu jkun ta' 13.5 metru f'każ ta' coach b'żewġ axles u 15-il metru f'każ ta' coach bi tliet axles u għaldaqstant il-coaches li daħlu Malta fis-27 ta' Ottubru ma kellhom xejn kontra l-liġi.", "COMMUNITY CHEST FUND", "15594.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 15491 u jgħid kemm tqassmu flus mill-community chest fund matul l-2000, l-2001, l- 2002, l-2003 u l-2004?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-community chest fund mhijiex azjenda governattiva, iżda jien informat ukoll li din ta' kull sena tippubblika l-audited accounts tagħha.", "SKOLA TUMAS DINGLI F'Ħ'ATTARD", "15595.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid f'liema stadju wasal il- proġett tal-kumpless sportiv fl-iskola Tumas Dingli, f'Ħ'Attard?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Wara l-investiment kbir li sar fl-iskola primarja ta' Ħ'Attard, irid isir xogħol ieħor fil-faċilitajiet sportivi tagħha.", "Bħalissa l-FTS qed tikkonċentra fuq il-proġetti li saret riferenza għalihom fid-diskors tal-budget.", "TRIQ GIOVANNI MAMO F'BIRKIRKARA", "15596.", "L-ONOR.", "MICHAEL ASCIAK staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Billi fi Triq Giovanni Mamo, Birkirkara hemm problema fis-sistema tad-drenaġġ, jista' il-Ministru jindaga x'jista' isir biex din il-problema tingħeleb?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "BEJGĦ TA' PROPRJETA'", "15597.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'kien id-dħul tal-gvern mill-bejgħ ta' proprjeta' għas-snin 2000-2005?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi d-dħul tal-gvern mill-bejgħ ta' proprjeta' għas-snin 2000-2005 hu kif ġej:", "|2000 |Lm1,906,898 | |2001 | 1,902,364 | |2002 | 3,140,091 | |2003 | 3,301,334 | |2004 | 6,974,687 | |2005* | 4,728,454 |", "*sa Ottubru.", "MINIBUSES", "15598.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 15492 u jgħid x'inhi r-raġuni li filwaqt li minibuses bojod u chauffeur- driven cars jeħtieġ li jkunu reġistrati fuq public service garage, ma jsirx l- istess għall-minibuses ħomor u t-taxis?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Nixtieq infakkar lill-Onor.", "Interpellant li skond il-liġijiet eżistenti ta' pajjiżna, teżisti kategorija waħda biss ta' minibuses għall-ġarr ta' passiġġieri b'kiri jew b'kumpens u dawn huma l- minibuses ħomor.", "Fir-rigward ta' dawk il-vetturi li l-Onor.", "Interpellant qed jirriferi għalihom bħala minibuses bojod, dawn huma kklassifikati bħala public service garage vans u cioe' vetturi bil-mutur, esternament ta' kulur abjad u liċenzjati biex iġorru mhux aktar minn għaxar passiġġieri.", "Jien informat ukoll li l-prattika kienet u għadha li l-liċenzji ta' public service garage ikopru vetturi self-drive u dawk tal-kiri misjuqa minn xufier, jiġifieri dawk bi pjanċa bl-ittra K - issa wkoll QZ - u bl- ittri GY u VY.", "Il-permessi għall-minibuses ħomor kienu nħarġu minn amministrazzjoni oħra diversi snin ilu fuq bażi individwali u nħoloq monopolju ieħor.", "Illum l-użu ta' dawn il-vetturi għas-servizz pubbliku hu regolat bil-ħtieġa ta' liċenzja ta' operatur, skond ir-regolamenti ta' l-2003 dwar il-ġarr stradali ta' passiġġieri b'vettura bil-mutur.", "Fir-rigward tat-taxis, fejn bħalissa għaddejjin negozjati mill-aktar pożittivi ma' l-għaqda li tirrappreżenta lis-sidien, bil-għan li dan is- settur jibqa' tabilħaqq jipprovdi servizz ta' kwalità, il-ħsieb hu li jkun introdott il-kunċett ta' liċenzja ta' operatur biex b'hekk dan il-kunċett bil-mod il-mod indaħħluh għas-setturi kollha u allura jibda jkun hemm aktar kontroll u serjeta' fuq is-setturi kollha li jipprovdu servizz ta' ġarr ta' passiġġieri b'kera jew b'kumpens.", "MOSTA RINGROAD", "15599.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jgħid x'inhu l-valur tax-xogħlijiet li sar s'issa fil-Mosta ringroad?", "Fadal xi ħlasijiet xi jsiru?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "LIĊENZJI U TTESTJAR", "15600.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 15472 u jgħid x'inhu l-ammont ta' arretrati dovuti mill-pubbliku lid-dipartiment tal-liċenzji u ttestjar?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ninsab informat li l-ammont ta' arretrati dovuti mill-pubbliku lid-dipartiment tal-liċenzji u ttestjar sa l-aħħar ta' Settembru ta' din is-sena kien Lm2,878,911.", "TRAFFIC MANAGEMENT", "15601.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 15475 u jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tad-dokument \"Guidelines for the Implementation of Traffic Management Safety Measures and Temporary Diversion of Traffic\"?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il- mejda tal-Kamra.", "ENEMALTA", "15608.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 15081, 15318 u 15482 u jgħid x'miżuri konkreti ttieħdu fuq livell amministrattiv u ta' purchasing biex jiġu indirizzati l-ineffiċjenzi u l-ħela fil-korporazzjoni Enemalta u x'cost savings saru?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "PERSUNI BOARDED-OUT", "15609.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 15490 u jgħid kemm persuni ġew boarded out matul l-2002, l-2003, l-2004 u l-2005 f'Malta u Għawdex?", "Minn liema lokalita' huma?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 15490."]} {"filename": "20070530_532d_par.doc", "date": "2007-05-30", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Uffiċjali u Rivedut) L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 532 L-Erbgħa, 30 ta' Mejju, 2007 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 532", "l-Erbgħa, 30 ta' Mejju, 2007", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.02 p.m.", "Talba", "Seduta Nru. 532", "L-Erbgħa, 30 ta' Mejju, 2007", "WERREJ", "MINUTI 466", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 466", "TQEGĦID TA' KARTI 474", "MOZZJONIJIET", "DISKUSSJONI ĠENERALI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN 479", "AĠĠORNAMENT 506", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 511", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 531 li saret fid-29 ta' Mejju, 2007 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "TAXXI F'ARRETRATI", "25541.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Silvio Parnis) staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Kemm għandu x'jiġbor taxxi f'arretrati u kemm għandu jagħti?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (Segretarju Parlamentari) (F'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għal mistoqsija parlamentari 26210.", "MATER DEI - GĦOTI TA' KUNTRATT", "25810.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Helena Dalli) staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: F'liema stadju waslet l-aġġudikazzjoni u l- għoti tal-kuntratt tat-teknoloġija ta' l-IT f'Mater Dei biex jippermetti t- tmexxija minn jum għal jum ta' dan l-isptar?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għal mistoqsija parlamentari 26019.", "MATER DEI - GĦOTI TA' KUNTRATT", "25863.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Helena Dalli) staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 25810, jista' l-Prim Ministru jgħid f'liema stadju waslet l-aġġudikazzjoni u l-għoti tal-kuntratt tat-teknoloġija ta' l-IT f'Mater Dei biex jippermetti t-tmexxija minn jum għal jum ta' dan l-isptar?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għal mistoqsija parlamentari 26019.", "SULDATI LI GĦALQU L-55 SENA", "26266.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jieħu azzjoni biex dawk is-suldati li għalqu l-55 sena u li m'għamlux il-25 sena servizz jingħataw l-opportunita' li jkomplu s-servizz u mhux jiġi mitmum l-impjieg tagħhom minn ma' l-armata kif fil-fatt diġa' sar?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għal mistoqsija parlamentari 26316.", "MARSAXLOKK - BUS TERMINUS", "26272.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joseph M. Sammut) staqsa lill- Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: B'referenza għal bus terminus f'Marsaxlokk, jista' l-Ministru jara li x-xufiera tal-karozzi tal-linja fuq ir-rotta nru.", "27 matul il-ġimgħa, cioe' mit-Tnejn sas-Sibt, jagħmlu użu minn dik uffiċjali li tinsab fil-viċinanza ta' l-iskola primarja u mhux minn dik sekondarja li suppost tintuża nhar ta' Ħadd biss, peress li fil- preżent qed jagħmlu użu minn dik sekondarja tul il-ġimgħa kollha?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni) (f'isem il-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq): Il- venda bejn il-5.30 a.m. u 9.00 a.m. tkun fejn l-iskola primarja.", "Mid-9.00 a.m. 'il-quddiem ir-rotta tkun b'sistema ċirkolari u x-xarabank kulma ddum tistenna ħames minuti ġol-venda.", "DIRECT ORDERS", "25153.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Chris Agius) staqsa lill-Ministru għall-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Kemm-il direct order ingħatat mill- ministeru u enti li jaqgħu taħtha matul is-sena 2006?", "Għal liema xogħol/servizzi nħareġ kull wieħed minnhom?", "X'kien il-valur ta' kull wieħed u min ġie awarded dawn id-direct orders?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru għall-Familja u Solidarjeta' Soċjali): It-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant hu kif jidher fit- tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.", "BORDIJIET", "25154.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Chris Agius) staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Liema huma l-bordijiet li jaqgħu taħtu?", "Minn min huma komposti u x'inhi l-onorarja u benefiċċji oħra ta' kull wieħed?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra tabelli A u B għar-rigward ta' l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u l-Ministeru tal-Finanzi rispettivament u li jagħtu l- informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant.", "BORDIJIET", "25155.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Chris Agius) staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid liema huma l-bordijiet li jaqgħu taħtu?", "Minn min huma komposti u x'inhi l-onorarja u benefiċċji oħra ta' kull wieħed?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern): Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għal mistoqsija parlamentari 23555.", "BORDIJIET", "25156.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Chris Agius) staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Liema huma l-bordijiet li jaqgħu taħtu?", "Minn min huma komposti u x'inhi l-onorarja u benefiċċji oħra ta' kull wieħed?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Imjiegi): Nitlob l-Onor.", "Membru jirriferi għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 24496.", "BORDIJIET", "25157.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Chris Agius) staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Liema huma l-bordijiet li jaqgħu taħtu?", "Minn min huma komposti u x'inhi l-onorarja u benefiċċji oħra ta' kull wieħed?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Barranin): Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta li ngħatat għal mistoqsija parlamentari 23558.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: X'inhi r-raġuni li l-Ministru m'huwiex qiegħed hawn waqt il-ħin tal-mistoqsijiet?", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Sur President, naf li l-Ministru kien iċ-Ċina u f'xi ħin kellu jidħol lura llum.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jista' s-Segretarju Parlamentari jgħidli x'kienet tgħid ir- risposta lli l-Ministru rriferieni għaliha?", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Sur President, għadni kif ġejt informat li l-Ministru qiegħed fit-triq u ftit tal-ħin ieħor ikun jista' jirrispondi hu stess.", "MR SPEAKER: Jekk m'hawnx oġġezzjoni ngħaddu għad-domanda li jmiss, pero' mbagħad ikollna nerġgħu niġu għal din id-domanda.", "BORDIJIET", "25158.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Chris Agius) staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Liema huma l-bordijiet li jaqgħu taħtu?", "Minn min huma komposti u x'inhi l-onorarja u benefiċċji oħra ta' kull wieħed?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura): Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "SAFAR UFFIĊJALI - LUKANDI", "25362.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joe Debono Grech) staqsa lill- Ministru għal Għawdex: Ta' kemm stilel kienu l-lukandi li marru fihom l- uffiċjali mill-ministeru, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt ir- responsabbilta' tagħha matul x-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007, safra b'safra separatament u min kienu dawn l-uffiċjali?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru għal Għawdex): L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant hija skond it-tabella li qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "SAFAR UFFIĊJALI - LUKANDI", "25363.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joe Debono Grech) staqsa lill- Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Ta' kemm stilel kienu l- lukandi li marru fihom l-uffiċjali mill-ministeru, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tagħha matul x-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007, safra b'safra separatament u min kienu dawn l- uffiċjali?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali): It-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant hu kif jidher fit- tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.", "KAROZZI ENVIRONMENT-FRIENDLY", "25364.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joe Debono Grech) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru jgħid jekk inxtrawx karozzi li ma jużawx diesel/petrol/lrp sabiex jaħdmu u li fl- istess ħin huma aktar environment-friendly fil-ministeru, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar jew Marzu 2007?", "F'każ li fl-affermattiv, kemm kienet in- nefqa separatament u xahar b'xahar?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi): Nitlob l-Onor.", "Membru jirriferi għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 25260.", "NEFQA FUQ SAFAR UFFIĊJALI", "25365.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joe Debono Grech) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Kemm kienet in-nefqa fuq safar inkluż spejjeż ta' lukandi, flights u subsistence allowance fil- ministeru, dipartimenti u entitajietli jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 separatament xahar b'xahar u min kienu l-uffiċjali separatament?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi): Informazzjoni dwar l-ispejjeż li jinkludu l-flights u subsistence allowance li jinkludu l-lukandi se titpoġġa fuq il-mejda tal- Kamra.", "SAFAR UFFIĊJALI - LUKANDI", "25366.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joe Debono Grech) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Ta' kemm stilel kienu l- lukandi li marru fihom l-uffiċjali mill-ministeru, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu matul x-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007, safra b'safra separatament u min kienu dawn l- uffiċjali?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi): Ma tistax tinżamm l-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Membru.", "Hemm diversi okkażjonijiet fejn l-akkomodazzjoni hi mħallsa minn min jistieden.", "F'okkażjonijiet oħra individwu jingħata subsistence allowance u għaldaqstant ma tinżammx indikazzjoni ta' kemm stilel tkun il-lukanda.", "KAROZZI ENVIRONMENT-FRIENDLY", "25367.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joe Debono Grech) staqsa lill- Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' l-Ministru jgħid jekk inxtrawx karozzi li ma jużawx diesel/petrol/lrp sabiex jaħdmu u li fl-istess ħin huma aktar environment-friendly fil-ministeru, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar jew Marzu 2007?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura): Il- ministeru għat-turiżmu u kultura u l-entijiet kollha li jaqgħu taħtu ma xtraw l-ebda karozza tat-tip li qed jirriferi għaliha l-Onor.", "Interpellant.", "ISLA – TALBA MINN FAMILJA", "25550.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Stefan Buontempo) staqsa lill- Ministru għall-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru tara li t- talba li għamlet il-familja mill-Isla, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, tkun milqugħa?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru għall-Familja u Solidarjeta' Soċjali): Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jindika dwar xiex inhi t-talba li rrifera għaliha fil-mistoqsija parlamentari.", "MR SPEAKER: Issa li ġie l-Ministru Frendo, nistgħu nerġgħu mmorru għad- domanda parlamentari 25157.", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO (Ministru għall-Affarijiet Barranin): Sur President, jien u ġej hawnhekk inqbadt f'serbut karozzi u peress li kont qed insegwi s- seduta tal-Parlament minn fuq ir-radju, smajt lill-Onor.", "Mizzi jistaqsi x'kienet l-informazzjoni li rriferejtu għaliha f'mistoqsija parlamentari 25157.", "Jien kont irriferejtu għal mistoqsija parlamentari 23558, li kienet saret ukoll mill-Onor.", "Chris Agius u kienet tgħid hekk:", "\"Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-bordijiet li twaqqfu mid- dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?", "Min huma l-membri ta' kull bord?", "Meta twaqqfu?", "Kemm iltaqgħu u x'inhu l-onorarju ta' kull wieħed?\"", "Jien irrispondejt li kien hemm tliet bordijiet li twaqqfu fil-ministeru ta' l-affarijiet barranin.", "Wieħed minnhom hu n-National Authority for the Implementation of the Chemical Weapons Convention.", "Dan hu kompost mid- direttur li huwa l-Prof.", "Alfred Vella li jgħallem fl-Universita' ta' Malta, mill-Ispettur Brian Montebello, direttorat għas-servizz kummerċjali u żewġ membri, is-Sur Albert Gambin, laboratorju tas-saħħa pubblika fil-ministeru tas-saħħa u rappreżentant mill-ministeru ta' l-affarijiet barranin.", "Jien spjegajt li din l-awtorita' twaqqfet b'Att 5 ta' l-1997, li bih il-gvern irratifika l-International Convention on the Prohibition of Chemical Weapons.", "Minn meta twaqqfet din l-awtorita', ltaqgħet 26 darba.", "Id- direttur jitħallas l-onorarju ta' Lm250 fis-sena, l-ispettur Lm500 fis-sena u l-membri l-oħra ma jitħallsu xejn.", "Imbagħad hemm is-Sanctions Monitoring Board, li twaqqaf b'avviż legali 187 ta' l-2000.", "Minn mindu twaqqaf dan il-bord iltaqa' 16-il darba.", "Dan huwa magħmul mis-Sur Charles Inguanez, direttur ġenerali fil-ministeru ta' l- affarijiet barranin u minn tmien membri oħra.", "Dawn huma l-Avukat Ġenerali Dr. Donatella Fenech Frendo Dimech, mill-uffiċċju ta' l-avukat ġenerali, is- Sinjura Vanessa Fraser, direttur fl-uffiċċju tal-prim ministru, is-Sur Mario Debattista, direttur ġenerali fil-ministeru tal-finanzi, is-Sur Mario Caruana mill-ministeru tal-ġustizzja u intern, is-Sur Saviour Farrugia, direttur għas-servizzi kummerċjali MCMP, is-Sur Mario Brincat mid- dipartiment tad-dwana, is-Sur Raymond Cremona mill-awtorita' Maltija għas- servizzi finanzjarji u s-Sur Jesmond Cutajar mill-Bank Ċentrali ta' Malta.", "La ċ-chairman u lanqas il-membri ta' dan il-bord ma jitħallsu ebda onorarju.", "It-tielet bord huwa magħmul mit-Tsunami Relief Fund Committee, kumitat ministerjali li waqqaftu jien fi Frar ta' l-2005.", "Iċ-chairman tiegħu huwa l-Eċċellenza Tiegħu Ugo Mifsud Bonnici u l-membri huma l-Professur John Rizzo Naudi, Dr. Daniel Micallef u Dr. Frank Bartolo, li jservi wkoll bħala segretarju eżekuttiv tal-kumitat.", "Dan huwa kumitat li ma jitħallas l-ebda onorarju, la ċ-chairman u lanqas il-membri, u s'issa ltaqa' 16-il darba.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jista' l-Ministru jgħidli jekk fid-diskussjonijiet li attenda għalihom dan l-aħħar ġewwa Tunes, qamitx il-kwestjoni dwar it- tiftix għaż-żejt bejn iż-żewġ pajjiżi?", "MR SPEAKER: Id-domanda m'hijiex relatata ma' dik oriġinali Onorevoli, pero' sta għall-Ministru jekk jirrispondix jew le.", "Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Għalkemm id-domanda m'hi relatata xejn ma' dik oriġinali nista' ngħid li dawn it-tip ta' diskussjonijiet qamu u għadhom għaddejjin.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Peress li l-kwestjoni issa m'għadhiex waħda teknika, kien hemm xi diskussjonijiet politiċi li jistgħu jwasslu għal xi ċaqliq?", "MR SPEAKER: Infakkar lill-Onor.", "Membru li issa għandna dibattitu fuq l- affarijiet barranin u li dan huwa suġġett li jista' jiġi sollevat.", "L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Peress li llejla l-ħin huwa limitat, żgur li mhux se jkolli ċans nagħmel mistoqsijiet.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Sur President, qabel ma mort Tunes l-Onor.", "Membru kien għamilli l-istess mistoqsija.", "Fil-fatt jien kont mort Tunes biex nipparteċipa f'laqgħa li kellha x'taqsam ma' l-immigrazzjoni.", "Din saret fil-Belt ta' Hammamet u kienet organizzata mir-rivista magħrufa \"Realité\".", "Waqt li kont hemm kelli wkoll laqgħa mal-ministru ta' l-affarijiet barranin u fost id-diversi suġġetti ddiskutejna din il-kwestjoni.", "Jien kont akkumpanjat mid-delegazzjoni tiegħi u hemmhekk saru wkoll diskussjonijiet informali.", "Jekk irridu naslu għal soluzzjoni f'din il- materja ma nħossx li huwa ta' ġid - veru li qegħdin fuq livell politiku, dak huwa l-punt - li nidħlu wisq f'dettalji.", "Qed ngħid dan mhux għax ma nixtieqx nagħti informazzjoni lill-Onor.", "Membru imma għax l-interessi ta' Malta f'relazzjonijiet mat-Tuneżija huma wkoll ta' interess għal diversi pajjiżi oħrajn.", "Għaldaqstant nemmen li f'dan l-istadju rridu nħarsu l- interessi tagħna sewwa u nkomplu għaddejjin bix-xogħol tagħna.", "AWTORITA' TAD-DJAR – BEJGĦ TA' FLAT", "25551.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Stefan Buontempo) staqsa lill- Ministru għall-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Għaliex l-awtorita' tad- Djar, li biegħet post f'San Pawl il-Baħar, li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, u li hu elevated groundfloor flat, fuq il-kuntratt oriġinali kien hemm li jista' jsir użu tal-parti komuni, u għandu wkoll id-dritt ta' l-użu tal-bejt, madanakollu qed ikun imċaħħad milli juża dawn id-drittijiet li skond il-kuntratt oriġinali huma tiegħu?", "X'passi se tieħu l-Awtorita' tad-Djar biex tkun rimedjata din il-problema?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru għall-Familja u Solidarjeta' Soċjali): L-awtorita' tad-djar ma ċaħdet ebda dritt lill-persuna indikata mill-Onor.", "Interpellant.", "Jekk din il-persuna ġiet imċaħħda minn terzi minn xi dritt legali, m'hemm xejn xi jżommha milli tieħu l-passi legali meħtieġa biex tieħu lura dan id-dritt.", "AKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA", "25552.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Stefan Buontempo) staqsa lill- Ministru għall-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Għaliex persuna minn Birżebbuġa, li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li m'għandhiex il-mezzi finanzjarji biex tkompli tħallas il-kera tal-privat minħabba d- dħul finanzjarju baxx li għandha, qatt ma ġiet offruta post alternattiv mid- dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru għall-Familja u Solidarjeta' Soċjali): Jien informata li l-persuna indikata mill-Onor.", "Interpellant diġa' kienet qiegħda tgħix f'post tal-gvern, iżda minħabba raġunijiet personali kellha titlaq minn hemm.", "VENDING MACHINES", "25786.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Stefan Buontempo) staqsa lill- Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern: Għaliex l-għassa tal-pulizija li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, ma ħadux il- passi neċessarji biex jitneħħew il-vending machines li ġew installati bla permess?", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI (Segretarju Parlamentari) (f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern): Il-pulizija tad-distrett ħadet passi.", "Sadanittant il-permessi meħtieġa mill-kunsill lokali ħarġu.", "TAGĦRIF DWAR FOND FIL-BELT", "25787.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Stefan Buontempo) staqsa lill- Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern: Il-fond li d- dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament u li jinsab fil-Belt hu rekwiżizzjonat jew le?", "Jista' jikkonferma jew jinnega jekk is-sid hux l- uffiċċju konġunt jew id-dipartiment ta' l-akkomodazzjoni soċjali?", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI (f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u l-Intern): Il-post li qed jirriferi għalih l-Onor.", "Interpellant huwa tal-gvern u dan kien ingħata b'ċens temporanju li issa skada.", "It-taqsima proprjeta' tal-gvern m'hijiex informata jekk dan il-post huwiex rekwiżizzjonat jew le.", "Infakkar lill-Onor.", "Interpellant li d- dipartiment responsabbli mill-proċeduri ta' rekwiżizzjoni huwa dak ta' l- akkomodazzjoni soċjali.", "TAGĦRIF DWAR FOND FIL-BELT", "25788.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Stefan Buontempo) staqsa lill- Ministru għall-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru tgħid jekk il-fond li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament u li jinsab fil- Belt hux rekwiżizzjonat jew le?", "Tista' tikkonferma jew tinnega jekk is-sid huwiex l-uffiċċju konġunt jew id-dipartiment ta' l-akkomodazzjoni soċjali?", "ONOR.", "TONY ABELA (f'isem il-Ministru għall-Familja u Solidarjeta' Soċjali): Il-post indikat mill-Onor.", "Interpellant m'huwiex f'idejn id- dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali.", "ST MICROELECTRONICS", "26350.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Marie Louise Coleiro Preca) staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l- Informazzjoni: X'inhi s-sitwazzjoni fl-ST Microelectronics minħabba d- diċeriji li hawn dwar it-tnaqqis ta' kondizzjonijiet tax-xogħol għall- ħaddiema u anke l-possibilitajiet ta' sensji?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-ST Microelectronics hija kumpannija privata u ma taqax taħt il-kompetenza tal-ministeru tiegħi.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR JOE MIZZI: Għalkemm l-ST Microelectronics hija kumpannija privata, tat wieħed x'jifhem li għandha xi problemi?", "ONOR AUSTIN GATT: Lili ma indikatli xejn.", "QORMI – RESTAWR TA' NIĊEĊ", "26353.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Marie Louise Coleiro Preca) staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura: In vista tal-programm ta' restawr li l-gvern qiegħed iwettaq, jista' l-Ministru jgħid jekk fil- pjan li għandu, in-niċeċ u kappelli f'Ħal Qormi, u ċioe' il-Knisja tal- Ħlas, iż-żewġ niċeċ fi Triq Dun Mario, iż-żewġ niċeċ fi Triq San Gorġ, in- niċċa fi Triq Barrakki, il-kappella li qiegħda fi Triq Santa Katarina kantuniera ma' Triq San Pietru, il-kappella li qiegħda fi Triq Santa Katerina ftit l-isfel mill-junction ta' Triq Santa Katerina u Triq l-Isqof Scicluna, it-tliet niċeċ fi Triq Santa Katerina, ftit 'il fuq mill-qasam tal-mużew, il-kappella fi Triq Santa Katerina quddiem id-dar storika ta' Stanislaw Gatt, in-niċċa fi Triq Aloisio ma' Triq San Gorġ, kif iddur min- naħa ta' isfel ta' Triq Dun Mario, iż-żewġ niċeċ fiż-żewġ kantunieri fi Triq il-Kbira ma' Triq San Pietru, iż-żewġ niċeċ fiż-żewġ kantunieri fi Triq il-Kbira qrib is-Sorijiet Agostinjani, in-niċċa fi Triq il-Vitorja quddiem l-uffiċċju distrettwali tas-sigurta' soċjali, u s-salib li hemm fil- Pjazza tal-Vitorja ħdejn l-istatwa ta' San Gużepp quddiem il-Knisja tal- Vitorja humiex inklużi biex jiġu restawrati u dan minħabba l-istat ħażin li qegħdin fih u sussegwentement qed jinħoloq ir-riskju li jaqgħu u nitilfu parti mill-istorja tagħna partikolarment tan-nies ta' Ħal Qormi?", "Jekk dawn qegħdin fil-pjan tar-restawr tal-gvern, jista' l-Ministru jgħid meta se jinbeda x-xogħol u meta huwa maħsub li jitlesta?", "Jekk dawn mhux qegħdin fil-pjan tar-restawr tal-gvern, jista' l-Ministru jgħid għalhekk x'se jsir fid-dawl tal-qagħda ħażina ta' xi wħud minn dawn il-monumenti storiċi f'Ħal Qormi?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura): Fil-preżent it-taqsima tar-restawr fi ħdan il-ministeru għar-riżorsi u l-infrastruttura qiegħda tħejji l-istudji neċessarji għal proġetti ta' restawr tal-Kappella ta' Santa Marija ta' Qrejċa u ta' Santa Marija tal-Ħlas ġewwa Ħal Qormi u huwa maħsub li jinbdew fl-2008.", "Għall-futur immedjat, m'humiex ippjanati aktar xogħlijiet ta' restawr ġewwa Ħal Qormi barra dawk imsemmija hawn fuq.", "Barra minn hekk niġbed l-attenzjoni ta' l-Onor.", "Interpellant li t-taqsima tar-restawr tagħmel ukoll xogħlijiet permezz ta' joint venture ma' numru ta' kunsilli lokali.", "Ninsab informat illi sa mill-2003, minn meta ġiet introdotta din l-iskema, il-kunsill lokali ta' Ħal Qormi li ma neskludix li huma ukoll għandhom għal qalbhom il-wirt storiku tal-lokalita', ma ressqu l- ebda talba għal xogħol ta' restawr.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR JOE MIZZI: Jista' l-Ministru jgħid jekk hux se jsir xogħol fuq is-sur ta' San Nikola, f'Bormla, fejn hemm il-married quarters, peress li huwa ta' detriment u apparti li huwa storiku, jista' jkun ta' periklu?", "Jaf il-Ministru responsabbli mill-Enemalta li hemm ukoll numru ta' wires ta' l-elettriku mdendlin li jistgħu jaqgħu minn mument għall-ieħor?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR NINU ZAMMIT: Ir-restawr tal-barracks ta' San Nikola huwa inkluż fil- programm ta' xogħlijiet li għandhom isiru, pero' m'iniex informat meta se jsir dan ix-xogħol.", "Dik l-area kollha taqa' fil-proġett ta' restawr tas- swar kollha, il-preparazzjoni tax-xogħol fuq dawn is-swar għaddej b'ritmu tajjeb u nispera li fil-futur immedjat ikun jista' jinbeda.", "L-area li qed jirriferi għaliha l-Onor.", "Mizzi żortha diversi drabi meta konna qegħdin nagħmlu l-ġnien tal-Kottonera u hija waħda mis-sites li għandha bżonn dawra sewwa biex tiġi konservata u konsolidata.", "PELICAN LIGHTS", "26355.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Marie Louise Coleiro Preca) staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Meta se ssir xi forma ta' pelican lights quddiem il-Maltapost f'Ħal Qormi u dan għaliex huma ħafna dawk li jaqsmu din it-triq proprju minn din il-parti, kemm jekk għax- xogħol kif ukoll biex jiġu segwiti l-attivitajiet li jkunu organizzata fil- Marsa Racing Club u dan sabiex jiġi indirizzat l-periklu li jeżisti f'din it-triq?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (f'isem il-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq): Is- sit li qed jirriferi għalih l-Onor.", "Interpellant diġa' ġie kkonsidrat mill- awtorita'dwar it-trasport ta' Malta u sar id-disinn meħtieġ sabiex isiru l- pelican lights.", "Għaldaqstant ingħata wkoll il-kuntratt tax-xogħol sabiex dawn il-lights jiġu implimentati fi żmien qasir.", "RYANAIR - MT TAX", "26367.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni: B'riferenza għall- mistoqsija parlamentari 25193, jista' l-Ministru jgħid jekk Ryanair issa ħallsitx MT tax lill-avjazzjoni ċivili?", "Kemm tħallas u sakemm?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għall-Kompetittivita' u Kommunikazzjoni): Jien informat li l-kumpannija Ryanair bagħtet il-pagament tagħha tad-departure tax fis-26 ta' April, 2007.", "L-ammont kien ta' Lm176,080 u kien ikopri il- perjodu minn Ottubru 2006 sa Marzu 2007.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR JOE MIZZI: Dwar l-inċident fejn bastiment ħabat ...", "MR SPEAKER: Ippermettili ftit, Onor. Mizzi.", "Din il-mistoqsija m'hijiex relatata mas-suġġett.", "ONOR JOE MIZZI: Imma jiena se nagħmilha għax hija fl-interess nazzjonali.", "Jekk il-Ministru ma jridx jirrispondi, ma jirrispondix.", "Li kieku dan il- bastiment kien mimli biż-żejt, kien ikollna diżastru kbir f'pajjiżna.", "Jista' jgħidli jekk sarx xi rapport jew inkjesta biex naraw x'ġara eżattament u jiġu evitati inċidenti simili?", "MR SPEAKER: Jien diġa' għamilt indikazzjoni li din il-mistoqsija m'hijiex relatata mad-domanda oriġinali u allura m'hemmx l-obbligu li tingħata tweġiba.", "Il-Ministru.", "ONOR ĊENSU GALEA: Sur President, xi jumejn ilu ttieħdet deċiżjoni u abbażi tagħha m'iniex se nirrispondi.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR JOE MIZZI: Ma jidhirlux il-Ministru li huwa fl-interess nazzjonali li jirrispondi dwar ħaġa daqshekk serja li setgħet twassal lill-pajjiż għal diżastru li kieku l-bastiment kien mimli biż-żejt?", "Jista' għallinqas jgħid jekk saritx inkjesta?", "MR SPEAKER: Nagħmel l-istess osservazzjoni.", "Il-Ministru.", "ONOR ĊENSU GALEA: Anke min-naħa tiegħi nagħti l-istess risposta.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR JOE MIZZI: Peress li huwa fl-interess nazzjonali li l-Ministru għallinqas jgħid jekk saritx inkjesta jew le, bħala protesta ...", "MR SPEAKER: Onor. Mizzi, ippermettili ftit.", "Għandek ħinijiet oħra x'ħin tista' tqajjem kwestjoni bħal din f'dan il-Parlament.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, niġbed l-attenzjoni li m'hawnx quorum.", "MR SPEAKER: Hawn talba għall-quorum mill-Onor.", "Mizzi.", "Is-seduta hija sospiża għal ħames minuti.", "Fis-6.28 p.m. is-seduta ġiet sospiża u rriżumiet ħames minuti wara.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, m'hawnx biżżejjed għal quorum pero' jien mhux se nsostnih.", "Madanakollu nibqa' nipprotesta għall-mod kif ġew imweġbin il- mistoqsijiet li għamilt.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: On a point of order, il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: L-Onor.", "Mizzi qed jipprova jagħti l-impressjoni li b'xi mod jiena ma mxejtx mar-regolamenti ta' din il-Kamra.", "Il-bieraħt lura kien hawn deċiżjoni f'dan il-Parlament li tgħid li jekk domanda supplimentari ma tkunx relatata ma' dik oriġinali, m'hemm l-ebda ħtieġa li tiġi mwieġba.", "U jien użajt dak id-dritt tiegħi li ma nweġibx domandi supplimentari li m'huma marbutin bl-ebda mod mad-domanda oriġinali proprju biex jiġi assigurat li l-informazzjoni tagħna tkun korretta from A to Z.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Ma noħolqux dibattitu.", "L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Dak li qal il-Ministru mhux veru għidtu jien.", "Jien għidt li se nipprotesta għall-mod kif irrisponda dwar xi ħaġa li hija ta' interess nazzjonali li setgħet spiċċat f'disgrazzja fil-pajjiż.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Onorevoli, skond l-Ordnijiet Permanenti tal-Kamra għandek mezzi oħrajn kif tista' tqajjem kwestjoni bħal dik.", "(Interruzzjonijiet) Ma noħolqux dibattitu, jekk jogħġobkom.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, l-Ordnijiet Permanenti tal-Kamra jagħtuni ċ- ċans nagħmel point of order raġjonevoli għax fil-point of order li qajjem hu qal affarijiet li jiena m'għidthomx.", "MR SPEAKER: On a point of order, l-Onor.", "Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Sur President, nerġa' nirrepeti li l-bieraħtlula f'dan il-Parlament ittieħdet id-deċiżjoni li meta domanda supplimentari ma tkunx marbuta mad-domanda oriġinali, dak li jkun għandu l-obbligu li ma jweġibhiex.", "Fil-fatt jien użajt dak id-dritt li għandi li ma nweġibx domanda supplimentari li m'hi marbuta bl-ebda mod mad-domanda oriġinali.", "MR SPEAKER: Il-punt issa sar.", "(Interruzzjonijiet) On a point of order, l- Onor. Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jien bħala membru parlamentari tlajt f'dan il-Parlament b'ġurament li nagħmel id-dover tiegħi fl-interess ta' pajjiżi, u naħseb li kien fl-interess ta' pajjiżi li kwestjoni ta' interess nazzjonali li setgħet ħalliet problema kbira lill-pajjiż, inqajjimha fl-ewwel opportunita' li jkolli.", "MR SPEAKER: Onor. Mizzi, dan m'huwiex point of order.", "Din hija ripetizzjoni ta' dak li ntqal qabel.", "Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "ANTHONY ABELA Sur President, f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali 142 ta' l-2007: Regolamenti ta' l-2007 li jemendaw ir- Regolamenti dwar il-Kummerċ ta' l-Assigurazzjoni (Penalitajiet Għal Reati u Infrazzjonijiet);", "Avviż Legali 143 ta' l-2007: Insurance Intermediaries (Penalties for Offences and Infringements) Regulations, 2007.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Sur President, f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali 141 ta' l-2007: Regolamenti ta' l-2007 li jemendaw ir- Regolamenti dwar il-Passaporti;", "Avviż Legali 144 ta' l-2007: Regolamenti ta' l-2007 li jemendaw ir- Regolamenti dwar Petizzjonijiet quddiem it-Tribunali Lokali.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: F'isem il-Ministru ta' l-Affarijiet Rurali u l-Ambjent inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar applikazzjonijiet pendenti għal xogħlijiet ta' bini u/jew estensjonijiet ta' skejjel, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari 26370.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Jason Azzopardi.", "ONOR.", "JASON AZZOPARDI (President tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej): Sur Presdient, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra 71 dokument maħruġa mill-Kummissjoni Ewropea li ġew mixtarra u approvati mill- working groups fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej.", "Dawn huma s-segwenti:", "397.", "Proposal for a Council Decision establishing a European Fund for the Integration of Third-Country Nationals for the Period 2007-2013 as part of the General Programme 'Solidarity and Management of Migration Flows' (COM (2005) 123-4);", "414.", "Communication from the Commission to the Council and the European Parliament establishing a framework programme on 'Solidarity and the Management of Migration Flows for the period 2007-2013' (COM (2005) 123-1);", "415.", "Proposal for a Decision of the European Parliament and the Council establishing the European Refugee Fund for the period 2008- 2013 as part of the General Programme 'Solidarity and Management of Migration Flows' (COM (2005) 123-2);", "416.", "Proposal for a Decision of the European Parliament and the Council establishing the External Border Fund for the period 2007-2013 as part of the General Programme 'Solidarity and Management of Migration Flows' (COM (2005) 123-3);", "417.", "Proposal for a Decision of the European Parliament and the Council establishing the European Return Fund for the Period 2007-2013 as part of the General Programme 'Solidarity and Management of Migration Flows' (COM (2005) 123-5);", "618.", "Proposal for a Council Directive on the exemption from the Value Added Tax and Excise Duty of Goods imported by persons travelling from third countries (COM(2006)76);", "675.", "Proposal for a Regulation of the European Parliament and of the Council on the liability of carriers of passengers by sea and inland waterways in the event of accidents (COM (2005) 592);", "694.", "Communication from the Commission to the Council: Review of the derogations in Annexes II and III of the Council Directive 2003/96/EC that expire by the end of 2006 (COM (2006) 342);", "796.", "Proposal for a Regulation of the European Parliament and the Council establishing the European Institute of Technology (COM (2006) 604 Final);", "818.", "Green Paper: A European strategy for sustainable, competitive and secure energy (COM(2006)105 Final);", "838.", "Draft Communication from the Commission to the Council, the European Parliament, the European Economic and Social Committee and the Committee of the Regions: final evaluation of the implementation of the multiannual community action plan on promoting safer use of the internet by combating illegal and harmful content on global networks (COM (2006) 663 Final);", "861.", "Communication from the Commission to the Council in accordance with Article 19(1) of Council Directive 2003/96/EC (private pleasure- flying) (COM (2006) 742 final);", "862.", "Communication from the Commission to the Council in accordance with Article 19(1) of Council Directive 2003/96/EC (operation of private pleasure craft) (COM (2006) 743 final);", "880.", "Communication from the Commission: Developing a Community civil aviation policy towards Canada (COM (2006) 871);", "881.", "Communication from the Commission: Strategy for Africa: An EU regional political partnership for peace, security and development in the Horn of Africa (COM (2006) 601);", "882.", "Green Paper on Diplomatic and Consular Protection of Union Citizens in Third Countries (COM (2006) 712);", "883.", "Communication from the Commission to European Parliament and the Council Enlargement Strategy and Main Challenges 2006-2007 (COM (2006) 649 Final); 884.", "Proposal for a Council Regulation amending Regulation (EC) No 234/2004 concerning restrictive measures in respect of Liberia (COM (2007) 40 Final);", "885.", "Proposal for a Council decision for a framework agreement on a multilateral nuclear environment programme in the Russian Federation and of the Protocol on claims, legal proceedings and indemnification to the framework agreement on a multilateral nuclear environmental programme in the Russian Federation (COM (2006) 665 Final);", "886.", "Communication from the Commission: Action Plan for Energy Efficiency: Realising the Potential (COM (2006) 545);", "887.", "Proposal for a Decision of the European Parliament and of the Council on the Community Statistical Programme 2008 to 2012 (COM (2006) 687 Final);", "888.", "Communication from the Commission to the Council and the European Parliament: Package of legislative proposals following the Interinstitutional Agreement on budgetary discipline and sound financial management (COM (2006) 239);", "889.", "Proposal for a Directive of the European Parliament and of the Council repealing Council Directive 71/304/EEC of 26 July 1971 concerning the abolition of restrictions on freedom to provide services in respect of public works contracts and on the award of public works contracts to contractors acting through agencies or branches (COM(2006)748);", "893.", "Communication from the Commission: Sector Inquiry under Article 17 of Regulation (EC) No 1/2003 on retail banking (Final Report) (COM (2007) 33);", "894.", "Communication from the Commission to the Council, the European Parliament, the European Economic and Social Committee and the Committee of the Regions: Bridging the Broadband Gap (COM (2006) 129);", "895.", "Commission for a Regulation of the European Parliament and of the Council on a Community Energy-Efficiency Labelling Programme of Office Equipment (Recast) (COM (2006) 576 Final);", "896.", "Communication from the Commission to the Council, the European parliament and the Economic and Social Committee: 'A Strategy review of Better Regulation in the European Union, Commission Working Document: 'First progress Report on the Strategy for Simplification of the regulatory environment' and the Commission Working Document 'Measuring administrative costs and reducing administrative burdens in the European Union' (COM (2006) 689-691); 897.", "Green Paper Towards a Europe free from tobacco smoke: policy options at EU level (COM (2007) 27);", "898.", "Communication from the Commission to the Council, the European Parliament, the European Economic and Social Committee and the Committee of the Regions – Proposal for the Joint Report on Social Protection and Social Inclusion 2007 (COM (2007) 13 FINAL);", "899.", "Opinion of the Commission pursuant to Article 251(2), third subparagraph, point (c) of the EC Treaty on the European Parliament's amendments to the Council's common position on the proposal for a Regulation of the European Parliament and the Council establishing a European Institute for Gender Equality (COM (2006) 860);", "900.", "Communication from the Commission to the Council, the European Parliament, the European Economic and Social Committee and the Committee of the Regions implementing the Community Lisbon Programme: Financing SME Growth—Adding European Value (COM (2006) 349);", "901.", "Proposal for a Directive of the European Parliament and of the Council on the inland transport of dangerous goods (COM (2006) 852 Final);", "902.", "Proposal for a Regulation of the European Parliament and of the Council amending Regulation (EC) NO 881/2004 establishing a European Railway Agency (COM (2006) 785 Final);", "903.", "Proposal for a Directive of the European Parliament and of the Council amending Directive 2004/49/EC on safety on the Community's Railways (COM (2006) 784 Final);", "904.", "Proposal for a Council Regulation introducing a scheme to compensate for the additional costs incurred in the marketing of certain fishery products from the Azores, Madeira, the Canary Islands, and the French departments of Guiana and Réunion from 2007 to 2013 (COM (2006) 740);", "905.", "Proposal for a Council Regulation amending Regulation (EC) No 1784/2003 on the common organisation of the market in cereals (COM (2006) 755);", "906.", "Communication from the Commission to the Council, the European Parliament, the European Economic and Social Committee and the Committee of the Regions - A Thematic Strategy on the Sustainable Use of Pesticides (COM (2006) 372);", "907.", "Communication from the Council, the European Parliament, the European Economic and Social Committee and the Committee of the Regions: Thematic Strategy on the sustainable use of natural resources (COM (2005) 670);", "908.", "Proposal for a Council Regulation on the conclusion of the Agreement between the European Community and the Government of the Russian Federation on cooperation in fisheries and the conservation of the living marine resources in the Baltic Sea (COM (2006) 868);", "909.", "Report from the Commission to the Council assessing progress reported by Italy to the Commission and the Council on recovery of additional levy due by milk producers for the periods 1995/96 to 2001/02 (COM (2007) 34);", "910.", "Proposal for a Council Regulation derogating from Regulation (EC) 2597/97 as regards drinking milk produced in Estonia (COM (2007) 48);", "911.", "Report from the Commission on the implementation of the measures provided for in Council Regulation (EC) No 2328/2003 of 22 December 2003 introducing a scheme to compensate for the additional costs incurred in the marketing of certain fishery products from the Azores, Madeira, the Canary Islands, and the French departments of Guiana and Réunion, as a result of those regions' remoteness (COM (2006) 734);", "912.", "Proposal for a Council Regulation amending Regulation (EEC) 1883/78 laying down general rules for the financing of interventions by the European Agricultural Guidance and Guarantee Fund, Guarantee Section (COM (2007) 12);", "913.", "Proposal for a Council Regulation laying down specific rules as regards the fruit and vegetable sector and amending certain Regulations (COM (2007) 17);", "914.", "Draft Proposal for a Council Regulation amending Regulation EC/2002/2371 on the conservation and sustainable exploitation of fisheries resources under the Common Fisheries Policy (COM (2006) 587);", "915.", "Report from the Commission on the working of committees during 2005 (COM (2006) 446 Final);", "916.", "Report from the Commission on the working of committees during 2003 (COM (2004) 860 Final);", "917.", "Communication from the Commission to the European Parliament (EP) and the Council on an Explanatory Memorandum common to the 26 acts to be adapted as a matter of urgency to Council Decision 1999/468/EC of 28 June 1999 laying down the procedures for the exercise of implementing powers, as amended by Council Decision 2006/512/EC of 17 July 2006 (COM (2006) 900 Final incorporating COM (2006) 901 Final to COM (2006) 926 Final));", "919.", "Draft Council Framework Decision 200../.../JHA of ... on the Recognition and Supervision of Suspended Sentences and Alternative Sanctions (Council Doc.", "5325/07);", "920.", "Proposal for a Council Decision concerning access for consultation of the Visa Information System (VIS) by the authorities of Member States responsible for internal security and Europol for the purposes of the prevention, detection and investigation of terrorist offences and of other serious criminal offences (COM (2005) 600);", "921.", "Proposal for a Council Framework Decision on the European supervision order in Pre-trial procedures between Member States of the European Union (COM (2006) 468);", "922.", "Proposal for a Council Decision establishing the European Police Office (COM (2006) 817);", "923.", "Commission Recommendation establishing a common 'Practical Handbook for Border Guards (Schengen Handbook)' to be used by Member States' competent authorities when carrying out the border control of persons (C (2006) 5186);", "925.", "Report from the Commission on the operation of the provisions of Directive 2003/88/EC applicable to offshore workers (COM (2006) 853);", "926.", "Communication from the Commission to the Council and the European Parliament on Employment in rural areas: closing the jobs gap (COM (2006) 857); 927.", "Communication from the Commission to the European Parliament, the Council, the European Economic and Social Committee and the Committee of the Regions on Improving quality and productivity at work: Community strategy 2007-2012 on health and safety at work ( COM (2007) 62);", "928.", "Proposal for a Regulation of the European Parliament and of the Council on population and housing censuses (COM (2007) 69);", "929.", "Report from the Commission to the budgetary authority on guarantees covered by the general budget situation at 30 June 2006 (COM (2007) 66);", "930.", "Report from the Commission: Fifth Report from the Commission on the operation of the inspection arrangements for traditional own resources (2003-2005) (COM (2006) 874);", "931.", "Proposal for a Council Regulation opening tariff quotas for imports into Bulgaria and Romania of raw cane sugar for supply to refineries in the marketing years 2006/2007, 2007/2008 and 2008/2009 (COM (2006) 798);", "932.", "Report from the Commission: Convergence Report December 2006 (COM (2006)762);", "933.", "Report from the Commission to the Council on the follow up to 2004 Discharge Decisions (Summary) – Council Recommendations (COM (2006) 642);", "935.", "Proposal for a Directive of the European Parliament and of the Council on the Protection of Employees in the event of the Insolvency of their employer (Codified Version) (COM (2006) 657);", "937.", "Proposal for a Directive of the European Parliament and of the council on the field of vision and windscreen wipers for wheeled agricultural or forestry tractors (Codified version) (COM (2006) 651);", "938.", "Proposal for a Directive of the European Parliament and of the Council on certain parts and characteristics of wheeled agricultural or forestry tractors (COM (2006) 662);", "939.", "Proposal for a Directive of the European Parliament and of the Council on the maximum design speed of and load platforms for wheeled agricultural or forestry tractors (Codified version) (COM (2006) 667);", "940.", "Proposal for a Directive of the European Parliament and of the Council on the steering equipment of wheeled agricultural or forestry tractors (Codified version) (COM (2006) 670);", "942.", "Report from the Commission to the Council, the European Parliament, the European Economic and Social Committee and the Committee of the Regions on Equality between Women and Men (COM (2007) 49);", "944.", "Communication from the Commission to the Council, the European Parliament, the European Economic and Social Committee and the Committee of the Regions: \"Towards a European Strategic Energy Technology Plan\" (COM (2006) 847);", "945.", "Report from the Commission to the Council on the application of Annex X to the Staff Regulations (Council Regulation 3019/1987 of 5 October 1987) Year 2005 (COM (2007) 45 Final);", "946.", "Communication from the Commission to the Council, the European Parliament, the European Economic and Social Committee and the Committee of the Regions on the Annual Policy Strategy for 2008 (COM (2007) 65 Final).", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Ngħaddu issa għal Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet.", "DISKUSSJONI ĠENERALI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN", "MR SPEAKER: Skond il-ftehim milħuq għandna diskussjoni ġenerali dwar l- affarijiet barranin.", "Għaldaqstant nibda billi nsejjaħ lill-Ministru Michael Frendo.", "Pero` nixtieq inkun naf aħjar kif se nipproċedu matul is- seduta.", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Sur President, il-ħin se jinqasam bejn iż-żewġ naħat.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sur President, aħna ftehimna li naqsmu l-ħin tas-seduta bejnietna u nalternaw.", "Issa ma nafx kif se jinterpretaha hu bħala ħin ta' seduta.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Jien m'għandix diffikulta`.", "Nieħdu l-ħin normali li jkollha seduta.", "Jekk iridu li nżidu ftit iktar ħin, m'hi problema ta' xejn għalija.", "Pero` niftaħ is-seduta jien u nagħlaqha jien.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Aħna ftehimna seduta sħiħa, il-ħin jinqasam bejn iż-żewġ naħat u nalternaw.", "Ovvjament jibda l-Ministru u jagħlaq hu u ma jkunx hemm vot.", "Hekk ftehimna eżatt.", "Imma issa diġa` għaddew għaxar minuti fuq il- ħin, allura dawk l-għaxar minuti jiżdiedu wara u ovvjament l-aġġornament jiġi estiż b'għaxar minuti.", "MR SPEAKER: Hawn qbil fuq hekk?", "(Onor. Membri: Iva)", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: M'hemmx diffikulta`, Sur President.", "MR SPEAKER: Mela d-dibattitu jispiċċa fid-9.10 p.m. Insejjaħ issa lill- Ministru Frendo.", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Sur President, qegħdin nagħmlu dan id-dibattitu għaliex naħseb li ż-żewġ naħat tal-Kamra jaqblu li huwa ta' interess nazzjonali li jkun hemm dan it-tip ta' dibattitu miftuħ fuq il-politika barranija Maltija, ikun dibattitu bla vot, dibattitu fejn kulħadd jista' jesprimi l-ħsibijiet tiegħu u nispera li jkun dibattitu li jista' jgħinna nimxu 'l quddiem mhux biss biex ikollna consensus nazzjonali fuq il- politika barranija tagħna, imma nkomplu niżviluppawha skond iż-żminijiet.", "Nixtieq nibda b'punt – m'iniex se nitkellem fit-tul issa biex ikollna ċans li jkun hemm rispons għad-dibattitu ta' bejnietna – li fil-fehma tiegħi huwa importanti ħafna għax f'demokrazija kulħadd għandu dritt għall- politika tiegħu.", "Allaħares le!", "Imma jekk ikollna punti ta' consensus nazzjonali dawn ikunu ta' importanza għall-istabilita` ta' pajjiżna, għall- immaġini ta' pajjiżna internazzjonalment u għall-mod kif pajjiżna jista' jaġixxi fuq livell internazzjonali.", "Meta dħalna fl-Unjoni Ewropea u malli ħadt ir-responsabilita` għal dan il- ministeru jien bdejt naħdem flimkien mal-membri tal-ministeru biex inlestu għal pajjiżna dokument li kien jismu \"Miri Strateġiċi għall-Politika Barranija Maltija\", pero` deherli li kelli nħallih in abeyance biex wieħed jieħu iktar esperjenza ta' dan ix-xogħol u jkun jista' jimmatura l- ħsibijiet tiegħu skond l-esperjenza li jkun ħa.", "Dan id-dokument, li huwa ppubblikat, juri kif aħna ffokati bħala pajjiż.", "Wieħed mill-punti li meta varajt dan id-dokument kont semmejtu u enfasizzajtu, huwa li aħna ridna li jkollna l-aġenda ta' Malta ta' l-affarijiet barranin meta mmorru fl-Unjoni Ewropea.", "Irid ikollna l-aġenda tagħna, imbagħad insawru dik l-aġenda fil- ħidma tagħna biex tissawwar il-politika komuni barranija u ta' sigurta` ta' l-Unjoni Ewropea.", "Jekk hemm prova li fl-Unjoni Ewropea aħna naġixxu bħala pajjiż li għandu ideat tiegħu, li għandu inizjattivi tiegħu, dan huwa eżattament dak li hemm fl-aġenda tal-kunsill li jmiss ta' l-affarijiet ġenerali u tar-relazzjonijiet esterni ta' l-Unjoni Ewropea, jiġifieri l- kunsill tal-ministri ta' l-affarijiet barranin, għax wieħed mill-items ta' l-aġenda li jmiss f'Ġunju huwa l-inizjattiva Maltija biex jibda jkun hemm kuntatti regolari u djalogu strutturat bejn il-pajjiżi li jifformaw parti mill-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi li jifformaw parti mil-Lega Għarbija.", "Din hija inizjattiva li bdejna fl-aħħar tas-sena li għaddiet meta qajjimt din il-kwestjoni fil-kontest tal-laqgħa informali tal-ministri ta' l- affarijiet barranin fil-Fillandja, wara segwejtha mal-presidenza Ġermaniża u fil-fatt l-effett ta' din l-inizjattiva diġa` nħass fil-laqgħa li għaddiet tal-ministri ta' l-affarijiet barranin ta' l-Unjoni Ewropea għax kienet l-ewwel laqgħa fejn kellna rappreżentanza mill-ministri ta' l- affarijiet barranin tal-pajjiżi tal-Lega Għarbija li fiha ddiskutejna l- inizjattiva tal-paċi tal-Lega Għarbija.", "L-inijzattiva tagħna hija oltre minn inizjattiva tal-paċi.", "Aħna rridu li bħalma l-Unjoni Ewropea titkellem mal-pajjiżi Asjatiċi – infatti għadni ġej minn laqgħa mal-pajjiżi Asjatiċi – u mal-pajjiżi ta' l-Amerika Latina, bħalma l-Unjoni Ewropea qed tippjana li titkellem ma' l-Unjoni Afrikana u l-pajjiżi ta' l-Unjoni Afrikana, fil- fehma tagħna, huwa importanti ħafna li l-Unjoni Ewropea tkun qiegħda fid- djalogu li aħna nsejħulu djalogu pre-emptive mal-pajjiżi tal-Lega Għarbija.", "U dan huwa punt li se jiġi diskuss fil-laqgħa li jmiss f'Ġunju tal- ministri ta' l-affarijiet barranin fl-Ewropa.", "Qed insemmi dan għax naħseb huwa wieħed mill-punti fejn hawn consensus nazzjonali, jiġifieri fil-politika barranija tagħna aħna sostnejna konsistentement li filwaqt li bl-iktar mod b'saħħtu nsostnu d-dritt tal- poplu Iżraeljan li jkollu l-istat tiegħu huwa importanti ħafna li fl-istess waqt insostnu wkoll id-dritt tal-Palestinjani li jkollhom l-istat sovran tagħhom.", "Illum huwa stabbilit bl-iktar mod ċar fil-liġi li ngħidulha paċifika li dan huwa punt ta' konverġenza tal-politika barranija tal-forzi politiċi ta' dan il-pajjiż.", "Sur President, fil-każ taċ-Ċina, fejn għadni kemm kelli laqgħa, hemm ukoll konverġenza fuq il-mod kif irridu nsaħħu r- relazzjonijiet tagħna maċ-Ċina biex inkomplu nibnu fuq l-istorja ta' 35 sena li hija importanti fil-mixja ta' pajjiżna.", "Bl-istess mod illum hemm consensus fuq is-sħubija tagħna fl-Unjoni Ewropea, jiġifieri li l-Unjoni Ewropea hija post fejn Malta għandha tkun, fejn Malta għandha tkun attiva fi ħdan il-Kunsill tal-Ministri ta' l-Unjoni Ewropea biex tagħti l- kontribut tagħha.", "Sur President, dawn il-tliet eżempji ta' konverġenza huma importanti biex nuru l-istabilita` tal-mod kif nagħmlu l-politika barranija f'pajjiżna.", "Huwa ċar ukoll li l-Unjoni Ewropea li hija l-bażi ta' ħafna mill-ħidma li nagħmlu aħna hija wkoll fattur importantissimu fil-politika barranija tagħna across the board, fi kwalunikwe aspett tal-politika barranija tagħna, kemm fl-aspett tal-politika barranija tagħna mal-Mediterran u kif ukoll fl-aspett tal-politika barranija tagħna ma' pajjiżi bħall-Indja, iċ- Ċina u pajjiżi oħrajn.", "Il-fatt li aħna membri ta' l-Unjoni Ewropea - kif konna ngħidu u fil-fatt qed jiġri u tħossu anke waqt li tkun qed tagħmel ix- xogħol tiegħek - żied immensament ir-rilevanza politika ta' pajjiżna.", "U b'rilevanza politika ta' pajjiżna qegħdin nifhmu l-benefiċċji ekonomiċi li nistgħu niġbdu.", "Per eżempju, waqt iż-żjara tiegħi fiċ-Ċina Malta kienet waħda minn dawk il- pajjiżi li ddeċidiet u stqarret - u fil-fatt l-Unjoni Ewropea kollha vvotat dwar ir-riżoluzzjoni taċ-Ċina fl-organizzazzjoni OIE, li hija organizzazzjoni dwar l-animal welfare, li kienet marbuta mal-konċett tal- one China policy.", "Fi ħdan l-Unjoni Ewropea aħna konna attivi favur li nieħdu din it-tip ta' deċiżjoni u fil-fatt kulħadd appoġġja dik ir- riżoluzzjoni.", "Dik hija parti mill-ħidma kif tagħmel sinerġija ħafna drabi fil-kwiet bejn dak li qed tagħmel internament fl-Unjoni Ewropea u dak li qed tagħmel esternament bħala relazzjonijiet tiegħek esteri u bilaterali ma' pajjiżi oħrajn.", "M'hijiex xi ħaġa marbuta ma' Malta partikolarment imma waħda ssaħħaħ lill-oħra, jiġifieri r-relazzjonijiet bilaterali jsaħħu r- rilevanza tagħna fl-organizzazzjonijiet multilaterali u fl-Unjoni Ewropea u viċiversa.", "Meta nitkellmu dwar ir-relazzjoni tagħna ma' pajjiż ġar tagħna bħalma hu l- Libja li naħdmu ħafna biex inżommu r-relazzjonijiet b'saħħithom u tajbin - li għandna storja twila ta' relazzjonijiet miegħu, fil-fatt immedjatament wara li sirna pajjiż indipendenti waħda mill-ewwel ambaxxati li Malta fetħet kienet fi Tripli - aħna hemmhekk nitkellmu wkoll fuq dimensjoni Ewropea, kif nistgħu nkunu ġirien li nifhmu r-realtajiet ta' dan il-pajiż.", "U meta jqumu kwestjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma' dan il-pajjiż fil-forum ta' l-Unjoni Ewropea aħna nkunu nistgħu nesprimu l-konoxxenza tagħna ta' dan il-pajjiż u allura nistgħu nkunu verament interlokuturi ta' dawk iż- żewġ realtajiet.", "Strateġikament il-fatt li dħalna fl-Unjoni Ewropea tatna rilevanza politika fil-ħidma tagħna fil-politika barranija.", "Il-ħidma tagħna bħala ministeru ta' l-affarijiet barranin hija wkoll imsaħħa minn din ir-realta`.", "Aħna komplejna nkabbru r-realtajiet li joħorġu mill- pożizzjoni ġeografika ta' pajjiżna, mill-istorja tagħna u mill-kultura tagħna.", "Il-fatt li sirna membri ta' l-Unjoni Ewropea ma fissirx li waqafna milli nkunu pajjiż f'nofs il-Mediterran.", "U allura komplejna nsaħħu, kif għidna li se nagħmlu anke fil-miri strateġiċi tagħna, il-konċett li aħna pajjiż Mediterran.", "Kif taf inti, Sur President, fil-ħidma li għamel il-Parlament Malti u li għamlu l-membri parlamentari taż-żewġ naħat tal-Kamra biex Malta jirnexxielha jkollha s-segretarjat ta' l-Assemblea Parlamentari tal- Mediterran – li lkoll naħseb għandna nkunu ferħanin li ġie bbażat f'Malta u jien nifraħ lilek, Sur President, bħala president ta' din il-Kamra, li rnexxa dan il-proġett li ħa fit-tul u li ħadmu fuqu diversi membri parlamentari – aħna bħala ministeru ta' l-affarijiet barranin tajna kontinwament s-sostenn tagħna fil-ħidma bilaterali u multilaterali tagħna u anke permezz ta' sostenn amministrattiv u sostenn politiku għaliex nemmnu li din l-assemblea parlamentari hija ta' importanza kbira għar-realta` tal- Mediterran.", "Illum dik ir-realta` hija msaħħa wkoll mill-fatt li l- president il-ġdid ta' Franza, Nicholas Sarkozy, qed jitkellem fuq l-Unjoni Mediterranja.", "Wieħed mill-punti li aħna beħsiebna nqajmu għar-rigward ta' dan il-konċett ta' l-Unjoni Mediterranea huwa li kwalunkwe unjoni Mediterranea jrid ikollha dimensjoni parlamentari, li diġa` teżisti, allura m'hemmx bżonn li tiġi maħluqa mill-ġdid.", "Dan huwa wieħed mill-punti li wieħed għandu jżomm quddiem għajnejh.", "Naturalment ma nafux il-proposta ta' l-Unjoni Mediterranea fid-dettalji tagħha.", "Hemm elementi tagħha li kultant jinstemgħu, imma ma nafux eżattament fejn se nimxu hemmhekk.", "Pero`, fil- fehma tiegħi, tajjeb li nħarsu lejha bis-serjeta`.", "Aħna mill-ewwel indikajna li l-president ta' Franza, anke qabel ma kien president ta' Franza, kien għadu ministru ta' l-intern, meta ħareġ b'dan il-konċett qal li Malta tagħti konsiderazzjoni partikolari għal dan il-konċett.", "Jekk wieħed jagħmel daqsxejn riċerka jiskopri li kien hemm anke diskors tal- ministru ta' l-affarijiet barranin ta' dak iż-żmien, l-Onor.", "Guido de Marco, li fih kien ippropona formalment li jinħoloq kunsill tal-Mediterran fuq l-istess linji tal-Kunsill ta' l-Ewropa.", "Naħseb li f'dan id-dibattitu - li żgur se jkun mhux biss fi Franza, imma fil-pajjiżi kollha Mediterranji u li żgur se jkun parti minn dak li se jingħad fi Kreta minn hawn u ftit ġranet oħra fejn se jkun hemm il-laqgħa tal-Foromed – irridu nħarsu lejn ir-realtajiet li diġa` jeżistu fil-Mediterran, fosthom l- assemblea parlamentari Mediterranea li dan il-pajjiż issa jospita s- segretarjat eżekuttiv tagħha u li s-sessjoni inawgurali saret fil-Ġordan f'Settembru tas-sena li għaddiet.", "Dan ukoll huwa parti mill-ħidma tagħna għar-rigward tal-Mediterran.", "Punt ieħor li rrid insemmi fuq il-Mediterran huwa li aħna impjenjati li lejn l-aħħar ta' din is-sena nvaraw il-konċett tal-forum ekonomiku tal- Mediterran ċentrali li jkun magħmul mill-operaturi ekonomiċi imma li għalih, fil-fehma tiegħi, il-ministeru ta' l-affarijiet barranin ta' Malta għandu jkun il-catalyst biex jibda dan il-proċess.", "Jidher li dan il- konċett qabad ċertu għeruq fost l-operaturi u fost il-politiċi li magħhom jien qajjimt il-materja u nafu li hemm interess kbir mhux biss f'pajjiżna, fit-Tuneżija u fil-Libja fejn qajjimt din il-materja fid-diskors li għamilt fl-akkademja għall-graduate studies fi Tripli, imma wkoll fl-Italja, partikolarment fi Sqallija, fejn il-confindustria ta' Sqallija hija interessata ħafna li taħdem magħna fuq dan il-konċett.", "Dan m'huwiex konċett akkademiku biss.", "Dan huwa forum li għandu jipprova joħloq iktar familjarita` bejn min jagħmel in-negozju f'dan is-subregion ċentrali u bejn l-erba' pajjiżi, l-Italja, Malta, il-Libja u t-Tuneżija.", "Dawn il-pajjiżi qegħdin viċin ħafna ta' xulxin, imma minħabba raġunijiet storiċi, għal raġunijiet ta' kolonjaliżmu, għal raġunijiet ta kif ġraw l-affarijiet forsi l-kummerċ ta' bejniethom jista' jkun ħafna iktar b'saħħtu milli huwa llum.", "Ħafna drabi nħarsu 'l bogħod minna, imbagħad dak li huwa immedjatament ħdejna ġieli ma nagħtuhx l-importanza li nistgħu nagħtuh.", "Sur President, fir-rigward tal-Mediterran komplejna nsaħħu r-relazzjoni mal- pajjiżi ġirien tagħna fosthom l-Eġittu, il-Libja u t-Tuneżija u bil-viżita tiegħi fl-Alġerija qegħdin nipprovaw nintensifikaw ukoll ir-relazzjonijiet ma' dak il-pajjiż li qed jagħmel sforzi kbar biex joħroġ mid-diffikultajiet li kien qiegħed fihom u li għadu għaddej minnhom sa ċertu punt.", "Huwa pajjiż li għandu surplus kbir u qed ifittex li jkollu operaturi li jaħdmu hemmhekk biex ikun jista' jagħmel proġetti kbar ta' infrastruttura u proġetti oħrajn li, fil-fehma tiegħi, anke l-Maltin għandhom ikunu jafu dwarhom.", "Punt ieħor ta' konverġenza għal pajjiżna huwa li aħna nibqgħu mhux biss inħarsu r-realta` ta' l-Unjoni Ewropea u r-realta` tal-Mediterran, imma bħala pajjiż tal-Commonwealth inkomplu naħdmu fil-qasam ta' din l- organizzazzjoni li fiha pajjiżi minn diversi kontinenti, mhux l-inqas pajjiżi Afrikani, pajjiżi fil-Mediterran bħal Ċipru u pajjiżi fil- kontinenti diversi.", "Wara li ospitajna s-summit tal-Commonwealth f'pajjiżna f'Novembru li għadda tajna ċertu impetus ukoll għall-profile ta' pajjiżna fi ħdan il-Commonwealth li jista' jkun realta` interessanti mhux biss politikament imma, fuq kollox, ta' żvilupp f'termini partikolarment ta' good governance li l-Commonwealth għandu esperjenza kbira fih.", "Fil-fatt mod kif aħna ngħaqqdu r-realtajiet flimkien huwa meta għamilt diversi interventi fl-Unjoni Ewropea biex inħeġġeġ lill-kummissarju ta' l-iżvilupp biex jagħmel ħidma flimkien mal-Commonwealth, meta jiġi jitkellem fuq issues ta' good governance li huwa importanti ħafna għar-rigward ta' l- iżvilupp u ta' l-istabilita` f'diversi partijiet tad-dinja.", "Naħseb li dawn it-tip ta' sinerġiji huma importanti.", "Bl-istess mod Malta kienet fuq quddiem nett biex tqajjem il-kwestjoni ta' Fiji fi ħdan l-Unjoni Ewropea meta din il-kwestjoni tqajmet fil-kontest tal-Commonwealth.", "Illum dan jagħtina rilevanza wkoll fi ħdan l-Unjoni Ewropea nnifisha.", "Huma konxji li aħna qegħdin fil-presidenza ta' din l-organizzazzjoni u naturalment bħalma pajjiżi oħrajn iqajmu kwestjonijiet fi ħdan l-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-politika barranija tagħhom, Malta tagħmel l-istess għall-kwesjtonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-Commonwealth.", "Sur President, għandna diversi challenges quddiemna li nitkellem fuqhom iktar tard, challenges li għandhom x'jaqsmu ma' l-immigrazzjoni illegali li hija waħda mill-punti ċentrali tal-ħidma tagħna.", "Fil-qasam internazzjonali sar ħafna xogħol ukoll, pero` f'dik il-materja qatt ma jsir biżżejjed xogħol, irridu nkomplu għaddejjin b'mod assidwu, ma naqtgħux nifisna u nibqgħu għaddejjin naħdmu kontinwament għax hija materja ta' importanza kbira għal pajjiżna.", "Fil-kwestjoni ta' l-enerġija erġajna bdejna d-diskussjonijiet - din m'hijiex xi ħaġa faċli - kemm mat-Tuneżija, kemm mal-Libja kif ukoll ma' l- Italja biex nipprovaw niftħu d-diskors mill-aspett tekniku fejn baqa' mkaħħal għal ħafna u ħafna snin u għall-aspett politiku biex nagħmluh iktar fluwidu biex ikollna iktar possibilita' li nsibu soluzzjonijiet għar- rigward tat-tfittix u l-esplorazzjoni għaż-żejt fit-territorju marittimu tagħna, li nafu li 70% minnu huwa kontestat.", "Sur President, f'dan ir- rigward naturalment irridu nħarsu wkoll lejn aspetti li għandhom x'jaqsmu ma' l-enerġija alternattiva.", "L-impenn ta' l-Unjoni Ewropea li tiżviluppa enerġija alternattiva u sostenibbli ta' 20% mill-bżonnijiet tagħha, huwa impenn importanti li, fil-fehma tagħna, jista' jkun ukoll ta' ġid u ta' benefiċċju għal pajjiżna.", "Sur President, naħseb li dawn huma aspetti li rridu nidħlu fihom u nkomplu naħdmu dwarhom.", "Huma aspetti li tqajmu wkoll direttament fil-laqgħa li għadni ġej minnha bejn il-pajjiżi Ewropej u l-pajjiżi Asjatiċi.", "L-issue tal-climate change u l-issue ta' energy security kienu fil-qalba tad- diskussjonijiet u ta' l-exchange of viewx li saru.", "Kulħadd huwa impenjat li jaħdem għal dan u l-opinjoni pubblika internazzjonali qed titlob lid- dinja kollha li taħdem fuq il-kwesjtoni tal-bidla tal-klima.", "Din hija materja ta' importanza kbira għall-politika internazzjonali.", "Din hija importanti ħafna għall-politika tagħna anke bħala pajjiż u rridu naħdmu fuqha u nużaw l-expertise li għandna.", "Aħna għandna l-vantaġġ u l-fortuna li għandna l-Ambaxxatur Michael Zammit Cutajar li ġie appuntat issa li huwa speċjalizzat fuq l-issue tal-bdil tal- klima.", "Huwa espert fil-materja, kien segretarju eżekuttiv anke tal-kumitat intergovernattiv dwar il-bdil fil-klima u huwa wieħed mill-konsulenti ta' Barroso għar-rigward din il-materja.", "Jiġifieri għandna l-expertise biex nagħmlu impatt bħala pajjiż.", "Fis-snin tmenin konna wieħed mill-pajjiżi li qajjimna din il-materja fil-Ġnus Magħquda u tlabna li jkun hemm iktar kollaborazzjoni dwar materja bħal din.", "Għalissa nieqaf hawn u mbagħad nidħol f'iktar punti fl-aħħar tad-dibattitu.", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "George Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Sur President, fid-dibattitu ta' l-affarijiet barranin ta' Novembru li għadda kont għidt li hija ħasra li bħala membru sħiħ ta' l- Unjoni Ewropea pajjiżna, minkejja li hu konxju ta' l-issues li bla dubju ta' xejn se jkollhom żgur xi forma ta' impatt, pożittiv jew negattiv, fuq l- oqsma ekonomiċi, politiċi u soċjali ta' pajjiżna fil-futur, xorta ma nsibux il-ħin fil-Parlament biex niddiskutuhom, naqsmu ħsebijietna fuqhom, noħolqu kuxjenza pubblika u nifformolaw policy li biha mmorru nippreżentaw il-fehma ta' pajjiżna fuq dawn il-materji daqshekk importanti lill-membri l- oħra ta' l-Unjoni Ewropea.", "Wara sitt xhur qegħdin insoddu billi nagħmlu din is-seduta.", "Aħjar mix-xejn, pero` m'hemmx dubju li meta wieħed iqis l- importanza tas-suġġetti kollha li llum qed jolqtuna u li fihom għandna rwol x'nilagħbu u deċiżjonijiet x'jittieħdu, żgur li mhux se tissodisfa l-bżonn tad-dibattitu - li mbagħad joħloq id-diskussjoni u li jeduka - fuq dawn is- suġġetti.", "Imma ngħidu grazzi li għallinqas għandna seduta li nofsha se nagħmluha fuq l-Unjoni Ewropea u nofs fuq il-bqija ta' l-affarijiet barranin.", "Sur President, m'għandix ħin biex insostni, kif għamilt f'postijiet oħra, li kontra d-dubji li jipprovaw jiżirgħu l-partit Nazzjonalista, il-Malta Labour Party għandu politika ċara dwar l-Unjoni Ewropea.", "U ħadt gost nisma' lill-ministru hawnhekk jitkellem fuq dan l-issue bħala wieħed mill- issues li fuqu hemm consensus.", "Għalhekk ngħid lill-ministru biex jgħid lill-partit tiegħu, lill-kittieba tal-gazzetti tagħhom, lil dawk li m'għandhomx ħlief politika ta' tixwix biex jaqtgħuha darba għal dejjem li jitfgħu dellijiet fuq il-partit Laburista li dan ma tafdahx fil-politika ta' l-Unjoni Ewropea, jew li addirittura la jkun fil-gvern se jbiddel l- affarijiet.", "Ħadt gost nisma' lill-ministru jgħid li din il-politika hija waħda mill-affarijiet li fuqha hemm consensus u stabilita`.", "Imma triduha l- istabilita` jew ma triduhiex?", "Allura hemm differenza bejn li nitkellmu hawnhekk bħala ministru ta' l-affarijiet barranin, bir-rispett kollu personali lejn il-ħabib tiegħi, u nitkellmu bħala partit li jagħmel gwadann partiġġjan sempliċement biex iħawwad moħħ in-nies.", "Dan qed ngħidu għax għalkemm il-ministru qed jgħid li l-Unjoni Ewropea tatna rilevanza - u veru tatna rilevanza – imma din ir-rilevanza ġiet imsarrfa fil-kontest lokali?", "U hawnhekk bla ma rrid ikolli nagħmel mistoqsijiet.", "Irrid ngħid ċar u tond li r-rekord tagħna f'din il-kwestjoni kienet li għidna l-verita`, espremejna dubji leġittimi, kif hemm min għadu jesprimihom anke llum il-ġurnata, u għalhekk hemm il-problema tat-trattat kostituzzjonali ġewwa l-Ewropa, u baxxejna rasna għall-verdett tal-poplu.", "Din hija d-demokrazija.", "Pero` r-rekord tan-naħa l-oħra kien rekord ta' gideb, qarrqu bin-nies, innegozjaw ħażin, qassmu l-cushy jobs lill-klikka li ħadmu favur is-sħubija u l-piż qed iġorru l-poplu, l-aktar il-ħaddiem.", "U dan joħroġ ċar minn artiklu - jien ngħid li se jibqa' storiku - li nkiteb f'gazzetta lokali l-Ħadd li għadda minn Saviour Balzan fejn addirittura jakkuża lil min kien qed imexxi l-kampanja għas-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, lil Simon Busuttil, li llum membru tal-Parlament Ewropew, u jgħidlu ċar u tond li qarrqu bin-nies, li kienu jafu li qed iwiegħdu dak li ma jistax jiġi mwettaq, u qallu biex meta jrid imur u jgħidlu iktar fuq il- qerq li tkellmu fuqu.", "Nikkwota mill-gazzeta bl-Ingliż fejn qal:", "\"Selling the European Union to the public whether illusory or semi- deceptive ...\"", "- qed nitkellmu fuq qerq hawn -", "\"... was the job of MIC, the information organ he headed before taking up a political career\".", "Qed jirriferi għal Simon Busuttil.", "Hawnhekk ikompli jgħidlu:", "\"If Simon has a problem over understanding what Malta negotiated with the European Union, he can always ask Richard Cachia Caruana.", "I could remind Simon that there were countless untruths about Europe that were presented to the general public so as to give the impression that Europe was a bed of roses.", "I could remind Simon of the fever within the PN to make certain that Malta would become a full member at all costs.\"", "U jgħidlu wkoll:", "\"Of all the requisites that Malta was supposed to put into action, I am sure that over ninety per cent will not be implemented.\"", "U jkompli jgħidlu:", "\"To tell you the truth I knew that the nationalist government could not live up to its commitments.\"", "U jagħlaq billi jgħidlu:", "\"Next time you need some reminding about mixed campaign, the negotiations and the deception, just give me a call and I will fill you in with the juicier details.\".", "Dan huwa artiklu li jekk mhux se nara - kif għadni kemm għidt fuq radju lokali proprju issa - libell fuqu jew spjegazzjoni, se jikxef kif kien qed jimxi l-partit Nazzjonalista fit-tellieqa kollha biex naslu għall-Unjoni Ewropea.", "Il-fatti huma dawk illum u dan ma jfissirx li qed nerġgħu niftħu d- dibattitu, imma qegħdin ngħidu nikxfu l-maskra ta' min hawn jitkellem mod, ta' min fuq ir-radjijiet jitkellem mod u bil-moħbi jkun għaddej dan kollu minn wara.", "Sur President, jiena nistaqsi: Ir-rilevanza li ħadna ssarrfet hawn Malta?", "Bil-ftuħ tas-swieq kollha li wegħduna li se torħos il-ħajja, raħset?", "Bl- aċċess għas-swieq Ewropej li bihom kellna nżidu l-esportazzjoni, din żdiedet?", "Bis-sħubija kellu jżid it-turiżmu, imma żdied it-turiżmu?", "Kellu jisparixxa l-qgħad u l-kaċċa u l-insib ma kellhomx jiġu affettwati.", "Staqsu lill-kaċċaturi fiex qegħdin.", "Il-bdiewa kellhom ikollhom il-klawsola tas- salvagwardja, illum ħadd m'hu qed imerina li dik kienet gidba li tagħlaq l- importazzjoni, li ma tistax tiġi implimentata.", "Dan huwa parti mill-qerq li kien hemm.", "Kien hemm il-wegħda li se jkollna saħħa u sigurta` fuq il-post tax-xogħol.", "Sfortunatament dan kien l-iktar żmien meta żdiedu l-imwiet fuq il-post tax-xogħol.", "Kienu wiegħdu wkoll li jkollna ambjent aħjar - mhux dak li kien hemm warajhom fil-kunsill ġenerali, id-dinja tat-teletubbies – imma fil-fatt hemm toroq maqlugħin u dawk il-problemi kollha fl-ambjent fil-pajjiż.", "Wiegħdu wkoll iktar protezzjoni liċ-ċittadin kontra l-arroganza ta' l- awtoritajiet fil-mod kif jiddijljaw mal-pubbliku.", "Nafu x'qed jiġri f'Sant'Antnin fejn sfortunatament għandna - u jiddispjaċini ngħid minn hawnhekk - kummissarju li lanqas indejna ruħu biss jirrispondi fuq il- kwestjoni kollha.", "Ara fuq affarijiet oħra daħal bil-ġirja, imma fuq din lanqas irrisponda.", "Allura fejn hi l-fiduċja?", "Biex ma noqgħodx insemmi l- klassifika tal-miri ta' Lisbona, fejn aħna minn ta' l-aħħar.", "F'dik li hija kompetittivita` qegħdin fid-19-il post u fejn se nispiċċaw la ndaħħlu l- ewro l-Bambin biss jaf!", "Aħna nikklassifikaw bħala l-pajjiż bl-inqas tkabbir ekonomiku fost il-pajjiżi kollha li daħlu dan l-aħħar fl-Unjoni Ewropea.", "Dawn huma fatti li ħadd ma jista' jmerihom.", "Sur President, issa ħalli nitkellmu iktar fuq il-politika ta' l-Unjoni Ewropea li nifformaw parti minnha għax dawn huma bilfors il-weġgħat li wieħed irid jitkellem fuqhom ġewwa pajjiżna meta l-ministru jsemmi li għandna rilevanza fil-qasam internazzjonali - din forsi veru li żdidniha - imma r-rilevanza ta' l-Unjoni Ewropea ġewwa pajjiżna qegħdin insarrfuha, qegħdin nippromwovuha?", "Per eżempju, kif semmejt diġa`, hemm in-nuqqas ta' dibattitu minkejja l-problemi kollha ta' qgħad, u ta' kompetittivita`.", "Għax bħalma qal Saviour Balzan, din mhijiex a bed of roses, nammettuh dan illum u kull meta mmorru laqgħat barra, kemm laqgħat tal-Parlament Ewropew ma' parlamenti nazzjonali, kemm fil-laqgħat tal-COSAC, kulħadd jitkellem fuq il-problemi li qed jiffaċċja, hawnhekk biss nitkellmu b'mod li qisna qegħdin f'xi ġenna ta' l-art.", "Kulħadd għandu l-problemi tiegħu, dawn il- problemi jew nistħu nġibuhom għad-dibattitu f'dan il-Parlament jew inkella nipprovaw inpoġġuhom fil-ġenb ħalli n-nies ma jkunux jafu bihom.", "Per eżempju, hawn nuqqas ta' edukazzjoni kbira.", "Qed nipprovaw nimpressjonaw lin-nies billi nsemmu fondi, fondi, fondi, qisu għall-fondi biss dħalna hemm aħna.", "M'iniex se nsemmi kemm hemm proċeduri kontra pajjiżna għax, bħalma qal il-ministru darba minnhom u naqbel miegħu, ħafna pajjiżi għandhom, mhux għax hija xi ħaġa sabiħa.", "Per eżempju, riċentement bdew proċeduri kontra Malta għax ma tatx l-informazzjoni mixtieqa mill- Unjoni Ewropea dwar it-tibdil fil-klima, proprju s-suġġett li semma l- ministru.", "Kif jista' jkun dawn l-affarijiet?", "Proprju fuq il-climate change.", "Dawn qed jgħidu li Malta \"failed to provide a full report on their progress in cutting or limiting greenhouse gas emissions.\"", "Nistaqsi lill- ministru: Taf x'qed jagħmlu sħabek fl-istess Kabinett tiegħek?", "Jien kont ministru bħalek u naf li ħafna drabi tkun barra minn Malta, pero` għandek tkun taf x'qed jagħmlu sħabek għax jekk hemm ministeru li l-iktar qiegħed jiġi kkritikat mill-Unjoni Ewropea dan huwa proprju l-ministeru ta' l- ambjent għax huwa l-iktar ministeru li għandu infringements u qed jiġi mċanfar fuqhom.", "Sur President, jien ma nistax ma nifraħx li l-gvern ta' Malta kien wieħed mill-ewwel gvernijiet li approvawlu l-programm tat-twettiq għall-fondi li hemm proġettati li nieħdu, bħalma nieħu gost, kif semmejt darba oħra, li l- ministru ħa l-inizjattiva biex isir djalogu Ewro-Għarbi.", "Dawn huma affarijiet li nieħdu gost bihom, pero` mbagħad irridu naraw li dawn il- fondi jiġu esegwiti kollha, li nieħdu value for money, li ma jkunx hemm min jisparpaljahom.", "Per eżempju, nieħdu l-edukazzjoni.", "Għadu kemm kellna l-50 anniversarju ta' l-Unjoni Ewropea ta' l-iffirmar tat-Trattat ta' Ruma, u ħarġet il-famuża dikjarazzjoni ta' Berlin.", "Dan mhux xi dokument li ma jispiċċa qatt, kulma għandek faċċata u nofs, u jien nistaqsi lill-ministru jekk qalbuhiex bil-Malti biex iqassmuha lit-tfal fl-iskejjel.", "Xi ħadd qrahielhom lit-tfal?", "Xi ħadd ippubblikaha din?", "Inżammu seminars fuqha?", "Nafu x'fiha?", "Għidnielu lill-poplu li din l-Ewropa li tant ħlomna fuqha ħolqot dokument ta' faċċata u nofs?", "Lanqas ħadd ma jaf bih dan.", "Jien nisfida lill-ministru u lil kulmin qed jismagħni li mhux żgur jafu x'hemm miktub fih.", "Daqshekk nirrispettaw lill-Unjoni Ewropea?", "Għax jekk kemm-il darba dawn se nibdew inpoġġuhom fil-ġenb u qisu ma ġara xejn, xi dħalna nagħmlu?", "Qed insemmi eżempju wieħed biss jien.", "Nerġa' nistaqsi kemm nies jafu biha, kemm skejjel jafuha?", "Issa niġi għall-programm tal-presidenza.", "Bħalissa għaddejja presidenza tripla, għandek il-Ġermanja, il-Portugall u s-Slovenja.", "Veru li ddiskutejnieh fil-kumitat ta' l-affarijiet barranin, imma dan kumitat midfun ġo kamra li l-media lanqas biss jimpurtaha minnu.", "Riċentement il- president ta' dan il-kumitat ilmenta li kien hemm laqgħat ta' ċertu livell u lanqas biss ħadd irrapportahom.", "Din x'serjeta` hi!", "Kieku kellu nkun jien, meta nara hekk niġi bid-diskussjoni hawn fis-sessjoni plenarja ħalli jkun hemm min jingaġġa fid-dibattitu għax ma jistax ikun li nibqgħu midfunin hemmhekk, nagħmlu dak ix-xogħol kollu li jkun għaddej u qisu m'hu qed jiġri xejn.", "Dan forsi qiegħed jagħtina ftit sodisfazzjon lilna personali, qiegħed jingaġġana f'dibattitu qasir, imma s'hemmhekk qegħdin naslu.", "Min jaf x'hemm f'dan il-programm?", "Fejn semmejna s-serje ma tispiċċa qatt ta' suġġetti li huma trattati f'dan id-dokument u niddiskutu x'inhuma l- miri, x'inhuma l-orjentamenti li qegħdin jiġu mfassla u pproġettati f'dawn it-18-il xahar mill-Ġermanja, mill-Portugall u mis-Slovenja?", "Ovvjament issa qegħdin naraw anke b'estensjoni mill-ewwel għal Franza biex niġu mbagħad għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew tas-sena 2009.", "Il-poplu ma jaf xejn minn dan.", "Din mhijiex kwestjoni ta' propaganda, imma tagħlim għaliex jekk aħna qegħdin hemm u, bħalma qal il-ministru, hemm consensus fuq din il- kwestjoni rridu ndaħħlu l-mentalita` Ewropea li aħna qed nagħmlu parti minn din il-politika, minn dan l-iżvilupp, minn dawn il-problemi, minn dawn l- opportunitajiet.", "X'qegħdin nagħmlu hemm aħna?", "Jiġu ħafna dokumenti - l- Onor. Azzopardi għadu kemm iddikjara li aħna għamilna skrutinju ta' 71 dokument li tgħidx x'fihom dawn - u ħadd ma jaf xejn u l-media ma jimpurtahiex.", "Jisimgħuk fuq ir-radju u jieħdu żewġ versi basta jimlew żewġ pulzieri fl-artikli tagħhom, u la hemm assessment, la hemm kritika, la hemm dibattitu, m'hemm xejn assolutament.", "Jien dan lili qiegħed ikiddni ħafna għaliex ma nistax nifhem kif nistgħu nibqgħu nimxu hekk.", "Dan id-dokument li ilu li ħareġ minn Diċembru qiegħed jara x'se jagħmlu l- presidenzi u Alla jbierek hawnhekk qisu ma ġara assolutament xejn!", "Irridu naraw il-verita` u l-fatti.", "Jien mhux qed inkun kritiku b'mod distruttiv.", "Jien forsi ninstema' aggressiv, pero` qed inkun sinċier għax inħoss li once li qegħdin hemmhekk issa, l-affarijiet irridu nagħmluhom sew u ma nistgħux nagħmlu half measures.", "Bħalma jafu sħabi, meta tmur f'dawn il-laqgħat u tibda tkejjel lilek innifsek ma' x'qed jagħmel ħaddieħor, għalkemm mhux se nikkomparaw mal-House of Lords, mal-House of Commons, mal-Bundestag u l- Bundestrat, imma nistgħu nagħmlu aħjar minn hekk.", "Per eżempju, f'wieħed mid-dokumenti li ġie quddiem il-kumitat qrajna li suppost hemm fondi li qegħdin biex il-konsumatur ikun aktar informat.", "Din hija l-consumer policy ta' bejn is-sena 2004-2005.", "Meta staqsejna għal ċerti dettalji r-rapport li ġie mill-ministeru tal-kompetittivita` u komunikazzjoni beda jsemmilna l-Europa Diary, semmielna fuq id-Dolceta website, semmielna fuq il-European Consumer centre network, u aħna bdejna nistaqsu dawn min huma, fejn huma, fejn ġew ippubblikati, fejn ġew promossi u min jaf bihom.", "U hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq fondi li jammontaw għal €53,000 mhux fuq sitt ħabbiet.", "Din għidniha fil-kumitat.", "Per eżempju, wieħed kif ikun ilu jaħdem disa' xhur u ħadd ma jkun sema' bih?", "Qed ngħid dan mhux biex nipponta subgħajja kontra xi ħadd partikolari imma jekk intnefqu dawn il-flejjes kollha, fejn qed jasal fil-grass roots biex in- nies jindunaw u jitgħallmu x'inhu jiġri?", "Sur President, fl-opinjoni tiegħi, għandna ngħidu li qegħdin f'din ix-xirka u f'din l-għaqda u rridu nistudjaw u naraw x'jolqotna, x'ma jolqotniex, x'jaqblilna u x'ma jaqblilniex.", "Per eżempju, hemm dokument li huwa ppubblikat mill-Kummissjoni li jismu \"Commission Legislative and Work Programme 2007\".", "Fih hemm ruxxmata dokumenti u allura wieħed għandu jkun jaf fuqxiex jitkellmu, x'se jiġri u x'qed jiġi propost.", "Bir-rispett kollu lejn il-ministru, naf li dan qed jagħmel l-almu tiegħu.", "Jien mhux qed nagħmillu kumplimenti għax naf li hu kapaċi u naf li kapaċi naslu flimkien fil-kumitati pero` dan għandu jaqbel miegħi li s-saħħa tal-Ġermanja, is- saħħa ta' Franza u s-saħħa ta' l-Ingilterra m'humiex is-saħħa tagħna.", "Jiġifieri għalkemm nikkontribwixxu u għalkemm ngħidu l-verżjoni tagħna, il-fatt hu li l-kbir jegħleb.", "Għalhekk jien ngħid: Għandna naraw kif se nintlaqtu minn dawn il-programmi?", "L-eżerċizzju għamilnieh b'mod ħafif fil- kumitat permanenti għall-affarijiet barranin imma hemmhekk waqafna u ħadd ma jaf x'inhu jiġri.", "Per eżempju, għandna dokumenti li jitkellmu fuq li l- Ewropa trid timmodernizza l-ekonomija tagħha u hemm kif għandu jsir dan.", "Hemm il-proġetti u l-leġislazzjoni li eventwalment trid tagħmel biex tilħaq dawn l-għanijiet fosthom ir-riforma fis-suq agrikolu u r-riforma fil- politika spazjali.", "F'dan id-dokument għandek grupp ta' policies li se jindirizzaw l-isfidi li għandha quddiemha s-soċjeta` Ewropea li llum nifformaw parti minnha, tajjeb jew ħażin.", "Għalhekk irridu naraw kif se nintlaqtu.", "Dan se jkun stocktake tas- soċjeta` Ewropea, se jitkellmu b'mod partikolari fuq il-kwestjoni ta' l- aċċessibilita`, fuq l-opportunitajiet u fuq it-twaqqif ta' consensus dwar sfidi soċjali ta' l-Ewropa.", "Din hija lingwa li qed tintuża fl-Ewropa.", "Hawnhekk fejn nisimgħuha din?", "Hawn niftħu l-gazzetti u nsibu l-istess erbgħa min-nies jinsulentaw lill-Onor.", "Alfred Sant, jinsulentaw lill-partit Laburista u jitkellmu għal għajn il-partit Nazzjoansltia biex jintgħoġbu.", "Din il-medjokrita` fil-media tagħna qed tirrifletti ruħha f'medjokrita` f'dan il-Parlament għax m'hu qed inżommu bl-ebda mod dibattiti li jgħollu ftit il-livell tat-tagħlim u ta' l-informazzjoni li għandu jkollu l- konsumatur issa li jiftaħar li hu membru ta' l-Unjoni Ewropea.", "Hemm ukoll – u l-ministru semmihom ukoll – dokumenti li jindirizzaw b'mod partikolari suġġetti li jinteressawna bl-għama fosthom il-kwestjoni tal- flows migratorji, kemm migrazzjoni legali mixtieqa mill-Ewropa kif ukoll migrazzjoni illegali li qed tkisser u tgħejji pajjiżi żgħar bħal tagħna li xbajna nokorbu biex ikollna l-għajnuna.", "Għandek dokumenti f'dan il-programm li jitkellmu fuq l-enerġija sostenibbli u fuq il-provvista li tkun sigura u kompetittiva.", "Il-ministru semma, u naqbel miegħu, li llum il-kwestjoni ta' l-enerġija m'għadhiex oġġett tekniku imma oġġett politiku speċjalment wara ċ-ċaqliq li għamlet ir-Russja ftit tax-xhur ilu meta daqqet il-qanpiena li m'aħniex assigurati mija fil- mija li l-industrija tagħna tibqa' għaddejja u l-livell tal-ħajja tagħna bħala ċittadini fis-seklu 21 tibqa' f'dan il-livell jekk kemm-il darba se jkollna t-theddida għall-provvista tas-sigurta`.", "Dan id-dokument jitkellem ukoll fuq l-immodernizzar ta' l-ekonomija Ewropea, suġġett importantissimu meta wieħed - jien m'iniex tekniku u m'iniex kapaċi nitkellem fuq dan is-suġġett – iqabbel l-ekonomija Ewropea ma' ekonomiji emerġenti oħra, bħall-ekonomija ta' l-Asja tax-xlokk, l- ekonomija Amerikana u l-ekonomija taċ-Ċina li rridu nilqgħu kontra tagħha u aħna bħala pajjiż żgħir qegħdin ninġarru ma' dan il-karru kbir ta' l-Unjoni Ewropea li rridu u ma rridux irridu nadottaw is-sistemi tiegħu aktar u aktar issa b'munita waħda li tkun ikkontrollata mhux minn pajjiżna imma mill-Unjoni Ewropea.", "Imbagħad għandek problemi oħrajn li se jkunu indirizzati f'dan il-programm li jitkellmu b'mod ġenerali fuq kif wieħed jista' jagħmel l-Ewropa post aħjar biex wieħed jgħix fih u hawnhekk jidħol l-aspett soċjali.", "Dawn huma policies li nistgħu niddiskutuhom wieħed wieħed għax anke hawnhekk inħoss li hawn consensus f'dak li għandu x'jaqsam ma' aspetti soċjali.", "Hemm ukoll policies li jitkellmu fuq is-sigurta` fil-kwalita` ta' l-ikel, fuq il-promozzjoni tas-saħħa, fuq il-kompetittivita` ta' l-industrija tagħna u fuq affarijiet bħat-trasport fl-ibliet u fil-pajjżi tagħna u t-tniġġis li jġib miegħu.", "Dawn huma affarijiet li rridu nitkellmu fuqhom.", "Aktar minn hekk u aktar konsonanti mas-suġġett tal-lum rigward politika barranija, hemm ir-rwol ta' l-Ewropa bħala player fix-xena internazzjonali, bħala partner fid-dinja u r-relazzjonijiet tagħha, kemm mil-lat ta' kummerċ - dan jagħtiha ċerta importanza u wieħed irid jieħu ħsiebu u hawnhekk jidħol l-iżvilupp li għandu x'jaqsam mal-kummerċ – kif ukoll mil-lat ta' proġetti ta' l-Unjoni Ewropea fejn jidħlu relazzjonijiet mal-ġirien, in- neighbourhood policy, is-circle of friends, l-association agreement u r- relazzjonijiet futuri ma' pajjiżi bħall-Ukraina u bħall-Armenja.", "Dawn l- affarijiet irridu niddiskutuhom għax aħna parti minnhom.", "Jekk għall- argument l-Ukraina saret membru ta' l-Unjoni Ewropea jew tawha ċerti drittijiet u ċerti benefiċċji, aħna bħala pajjiż membru se jkollna niffaċċjaw l-impatt ta' din id-deċiżjoni.", "Jien ma rridx innaqqas mill- merti tal-ministru imma jkun tajjeb li jkollok dibattiti u idea dwar x'qed jaħseb il-pajjiż u l-poplu, x'ikun l-aħjar għal pajjiżna u kif jista' jmur armat il-ministru ħalli jkun jaf x'jista' jesprimi f'isem il-poplu Malti.", "Jien mhux se ngħidlu biex nagħmlu kif jagħmlu fil-kumitat ta' l-affarijiet barranin tal-pajjiżi nordiċi fejn il-ministru jkun marbut li ma jmurx 'il barra iktar milli jiddettalu l-kumitat.", "Aħna għadna ma wasalniex s'hemmhekk, għadna 'l bogħod u ma nafx jekk qattx naslu.", "Pero` għallinqas nippretendi li dan għandu jkollu feel u jkun jaf x'inhu s-sentiment tal- Parlament u tal-poplu in ġenerali.", "Dan qed ngħidu għax xi tliet ġimgħat ilu attendejt għall-COSAC meeting ġewwa Berlin u suppost tressaq dokument għad-diskussjoni quddiem dan il- Parlament.", "Jidher ċar li għandu jsir dibattitu rigward l-annual policy strategy ta' l-Unjoni Ewroepa u rigward il-programm leġislattiv.", "Dawn qed insemmihom to make the point li hawnhekk ħadd ma semmihom dawn.", "Għalhekk issa ma nistgħux nibqgħu għaddejjin qisna m'aħniex parti minn din l-Ewropa li tant tiftaħru li sirna parti minnha.", "Dan biex ma nsemmix li jibqgħu għaddejjin affarijiet oħra rigward management ta' programmi finanzjari, kif wieħed jista' jadotta l-liġi tal-komunita`, rigward żvilupp fl-implimentazzjoni tal-policy u affarijiet bħal dawn.", "Tant hemm materjal, tant hemm suġġetti, tant hemm fejn wieħed jagħmel diskussjonijiet u joħroġ minnhom ideat jew ħsebijiet li qegħdin nitilfu ħafna affarijiet.", "Sur President, meta mmorru f'dawn il-laqgħat barra u jistaqsuna x'qegħdin nagħmlu, aħna dejjem nipprovaw niskużaw ruħna u nipprovaw ngħidu li ma nistgħux nagħmlu dak li jagħmel ħaddieħor minħabba nuqqas ta' riżorsi pero` ma nistgħux ngħidu li dak li huwa bażiku u dak li huwa l-aktar essenzjali ma nagħmluhx għax bilfors jidħku bina.", "Imbagħad hemm affarijiet oħrajn fosthom il-prioritajiet ta' l-Unjoni Ewropea rigward relazzjonijiet barranin.", "Jien għamilt riferenza għalihom pero` nistgħu naqbdu u ngħidu li l-Kummissarju ta' l-Affarijiet Barranin Ferrero-Waldner li indirizzat il-Parlament Ewropew f'April tat viżjoni ta' xi trid tagħmel.", "Allura għaliex m'għandniex naraw kif din se taffettwana?", "Din tkellmet ċar rigward l-ideat tagħha dwar kif tinħoloq il-paċi u l- istabilita` mal-pajjiżi tal-madwar.", "Tkellmet ukoll fuq l-Asja – bħalma għamel il-ministru – u fuq l-Amerika Latina.", "Ovvjament għamlet ukoll il- punt dwar il-klima li huwa importanti ħafna llum il-ġurnata, dwar il- European neighbourhood policy u affarijiet bħal dawn.", "Illum tmur fejn tmur fl-Ewropa din saret il-lingwa li tirrepeti ruħha għax kulħadd qed jirrikonoxxi l-problemi li qed tiffaċċja l-Unjoni Ewropea.", "Fl-Unjoni Ewropea ma jeżistux biss il-fondi hemm imma hemm problemi li wieħed irid jiddiskutihom.", "Allura jkun tajjeb li wieħed jagħmel ftit aċċenn fil-ħin qasir li fadalli fuq il-problemi kbar li hemm quddiem l- Unjoni Ewropea.", "Il-bieraħ jien u sieħbi l-Onor.", "Leo Brincat konna qegħdin fil-kumitat permanenti għall-affarijiet barranin u b'inizjattiva tiegħi – dan ngħidu b'umilta` - introduċejt lil Jo Leinen, membru parlamentari Ewropew Ġermaniż li huwa ċ-chairperson tal-kumitat fuq il-kostituzzjoni fil-Parlament Ewropew u dan ġentilment għoġbu jiġi hawnhekk.", "Fil-fatt kellna diskussjoni matura u informattiva mingħand persuna li qiegħda fil- għajn ta' l-iżviluppi.", "Għallinqas tkun qed tisma' lil xi ħadd awtorevoli pero` mhux fis-sens li se jsir dak li qed jgħid hu, imma dan ġej mill- Ġermanja fejn nafu kif Angela Merkel tipprova tixpruna l-kwestjoni tat- trattat kostituzzjonali u tara li qabel tispiċċa mill-presidenza għallinqas tħalli warajha jew framework fuq xiex se jaħdmu jew pjan maqbul bid-dati dwar kif se jsiru l-affarijiet.", "Tieħu gost tisma' bniedem bħal dan li jagħtik informazzjoni dwar x'ikun għaddej.", "Per eżempju, dan uriena l- proposta li qed jagħmel rigward il-kriżi kostituzzjonali.", "Ma rridux ninsew li l-Unjoni Ewropea għandha kriżi kostituzzjonali, għandha problema li jew tieqaf jew timxi.", "Addirittura hemm problema jekk din tibqax teżisti jew le u hawnhekk qed inkun blunt ħafna.", "Per eżempju, nies bħal David Cameron li huwa l-mexxej tal-konservattivi Ingliżi qed jgħid – minkejja li qegħdin joqorbu lejn elezzjoni ġenerali – li l-kostituzzjoni ta' l-Unjoni Ewropea hija mejta u li m'hemmx aktar argumenti dwar dan!", "Din qaluha oħrajn fosthom membri parlamentari Ewropej mill-Polonja, mir-Repubblika Ċeka u mill-Olanda.", "Ma rridux ninsew ukoll li Franza u l-Olanda vvotaw kontra t-trattat.", "Dan fejn qegħdin niddiskutuh?", "Fejn qegħdin naraw x'opinjoni għandna?", "Naf li bħalma rċevew il-pajjiżi membri kollha, il-gvern irċieva questionnaire mingħand il-presidenza Ġermaniża li fih madwar 15-il mistoqsija dwar kif jaħsibha fuq aspetti differenti tat-trattat kostituzzjonali.", "Bir-rispett kollu, hemm xi ħaġa sigrieta jekk il-ministru jgħidilna x'kienu r-risposti li bagħat il-gvern Malti u kif jaħsibha fuq ċerti affarijiet?", "Staqsewh rigward iċ-charter tad- drittijiet fundamentali, rigward jekk kemm-il darba għandux jerġa' jinfetaħ il-pakkett kollu, liema huma l-partijiet li huma assolutament indispensabbli li m'għandhomx jitneħħew minn dak li ġie miftiehem u rigward il-kjarifikazzjoni fuq l-enerġija, il-klima, l-immigrazzjoni illegali u l- kriterji ta' Copenhagen.", "Din hija lingwa li forsi min qed jismagħna jgħid li m'hu qed jifhem xejn dwarha għax huwa diffiċli li tispjegahom dawn il-konċetti bil-ġirja biex tlaħħaq mal-ħin ħalli tgħid dak kollu li għandek tgħid għax probabbilment mhux se jkollna ċans, qabel sitt xhur oħra, meta niġu għad-dibattitu ta' l- affarijiet barranin.", "Imma din il-lingwa rridu nitkellmu fuqha.", "Nerġa' ngħid li t-trattat kostituzzjonali vvotaw għalih 18-il pajjiż.", "Fil-fatt tnejn ma vvotawx u l-oħrajn ħallewh fil-limbu imma llum il-Ġermanja qed tgħid li rridu nerġgħu naqbdu nagħmlu xi ħaġa fuqu.", "Il-gvern kien mistoqsi bħalma kienu mistoqsijin il-pajjiżi membri kollha biex għal- laqgħa tat-22 ta' Ġunju l-Ġermanja jkollha f'idejha r-risposti kollha biex bihom tifformola pożizzjoni li forsi tkun aċċettabbli għal kulħadd.", "Lanqas dan m'hu se nkunu informati bih?", "Dan huwa xi sigriet?", "Issa dan huwa suġġett li l-ministru, fil-bidu tad-diskussjoni tiegħu, qal li fuqu għandna consensus.", "Aħna mhux se nfixklu u mhux se ngħidu jekk naqblu jew ma naqblux.", "Hemm opinjonijiet imma għaliex dan is-silenzju kollu, dan is- skiet kollu, din is-segretezza?!", "Mela għada pitgħada l-ministru jew il- prim ministru mhux se jmorru jitkellmu fil-kumitat?", "Sur President, ma nistgħux nibqgħu mexjin b'din is-segretezza.", "Il-gvern qed jippretendi li hemm hu biss u qed jinjora l-fatt li f'għajnejn l-Unjoni Ewropea l-gvern huwa l-Parlament kollu.", "Meta kien hemm il-konvenzjoni biex tiġi miktuba l-hekk imsejħa kostituzzjoni jew trattat kostituzzjonali kien mistieden il-Parlament.", "Anke l-Oppożizzjoni kellha r-rappreżentanti tagħha hemmhekk.", "Kull pajjiż kien mistieden bħala parlament għax il-Parlament Ewropew ma jżommx il-kuntatti biss mal-gvernijiet, imma mal-parlamenti nazzjonali.", "U din hemm bżonn nifhmuha.", "Jekk se mmorru bħala parlament nazzjonali ma nistgħux ma jkollniex pożizzjoni biex għallinqas inkunu nafu x'qed tgħid in-naħa l-oħra.", "Dawn huma affarijiet li teknikament ma jagħmlux sens.", "Ma nistax insemmi kollox għax m'għandix ħin, imma x'inhi, per eżempju, l- opinjoni tal-gvern rigward il-kwestjoni tat-tkabbir ta' l-Unjoni Ewropea?", "Qed insemmi problema oħra kbira li qed tweġġa' ras kulħadd; cioe' l- kwestjoni tal-Kroazja, tat-Turkija, tar-Repubblika tal-Maċedonja u iktar 'il quddiem tal-Balkani.", "X'se jiġri minnhom?", "Nistgħu niddiskutuhom?", "Hemm xi ħaġa ħażina li nagħmlu dibattitu speċifiku fuqhom, mhux fil-kontest tal- politika kollha ta' l-Unjoni Ewropea li tmur mill-enerġija għall- immigrazzjoni, mill-impjiegi għall-kompetittivita` u għall-ambjent?", "Huwa impossibbli li tagħmel dan kollu f'seduta waħda.", "Allura dan għandu jwassal - għallinqas dan li qed nipprova nwassal jien – biex nirrealizzaw li għandna bżonn iktar dibattiti, għandna bżonn iktar spjegazzjonijiet, għandna bżonn iktar edukazzjoni f'dawn il-materji għax inkella ħadd m'hu se jifhem xejn.", "Niġi għall-kwestjoni tan-neighbourhood strategy.", "Il-ministru semma l- kwestjoni tal-Mediterran, pero` rrid nagħmilha ċara li l-kwestjoni tal- parlament tal-Mediterran bdejnieh aħna fl-1982.", "Il-Professur de Marco stess aċċetta l-fatt li kienet inijzattiva tagħna li hu ħa fl-1990.", "Ir- rispettabbli ħu l-ministru, l-istoriku Henry Frendo, għandu d- dokumentazzjoni kollha u jaf kif bdew l-affarijiet.", "Infatti lis-segretarju eżekuttiv il-ġdid Signor Piazzi, li ġie magħżul biex imexxi l-eżekuttiv, għidnielu mill-ewwel li ladarba Sarkozy qed isemmi l-unjoni tal-Mediterran, għandu jgħidlu li hawnhekk għandna parlament tal-Mediterran lest, iċ-ċentru eżekuttiv tiegħu qiegħed hawn Malta wkoll u wegħedna - u naħseb il- ministru jafha wkoll – li kien beħsiebu li jmexxi fuqha għax għandu kuntatti mal-Kabinett ta' Sarkozy.", "Kwestjoni oħra li nixtieq li dan il-Parlament jiddiskuti bis-serjeta` hija l-pożizzjoni li qed tieħu l-Unjoni Ewropea rigward id-difiża.", "Illum għandek politika komuni barranija, hemm il-European security and defence policy, il-European defence strategy, il-European defence agency u l- European security strategy.", "Għandna dawn l-affarijiet kollha għaddejjin madwarna.", "Imma, bir-rispett kollu, f'dan il-Parlament ftit ikollna rapporti fuq x'qed jagħmel il-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u l- ministri kollha għax ħadd ma jagħmel dikjarazzjonijiet u allura ma jistgħux jiġu scrutinised kif suppost ikunu minn dan il-Parlament.", "Issa naqblu jew ma naqblux hija storja oħra, imma x'qegħdin jgħidu?", "X'pożizzjoni qegħdin jieħdu?", "Wasal iż-żmien li niddiskutu mill-ġdid il-pożizzjonijiet ta' pajjiżna rigward id-difiża?", "Dan għidtu f'postijiet oħra drabi oħra u m'għandix inibizzjonijiet fuqha għax la jinbidlu ċ-ċirkostanzi trid tbiddel il-politika.", "Wasal iż-żmien li niddiskutu x'irridu nagħmlu?", "L-Irlanda għamlu dikjarazzjoni ta' newtralita` serja, binding, li tgħodd u għandha s-safeguards tagħha.", "Aħna m'għandna xejn minn dan kollu.", "Qed jiżviluppaw l-affarijiet, nidħlu iktar fil-fond fis-sħubija ta' l-Unjoni Ewropea, il-ministri tagħna jmorru hemmhekk jitkellmu, pero` dan il- Parlament mhux qed jiġi informat b'dak li qed jiġri.", "Jekk m'għamilt xejn, f'dan id-dibattitu ipprovajt inwassal l-inkwiet tiegħi li m'aħniex qegħdin nagħmlu bħal parlamenti oħra u bħal pajjiżi oħra u niddiskutu l-issues proprja ta' l-Unjoni Ewropea li jolqtuna internament bħala pajjiż, bħalma huma l-policies ta' l-Unjoni Ewropea u x'impatt se jkollhom fuq l- agrikoltura tagħna, fuq il-fisheries tagħna u fuq il-ħaddiema tat-tarzna tagħna.", "Dawn huma dibattiti li jridu l-ħin tagħhom.", "Imma mbagħad aħna rridu nagħmlu r-rwol tagħna u nagħtu l-kontribut fil-laqgħat li jkun hemm barra fil-Kunsill tal-Ministri u fil-Kunsill Ewropew rigward issues oħra li huma kbar.", "Jekk illum niftaħru li għandna vot daqs ħaddieħor, irridu naraw kif se nużawh dak il-vot.", "Qed nirriferi għall-kostituzzjoni Ewropea, għat- tkabbir ta' l-Ewropa, għall-kompetittivita', għall-politika moneterja u affarijiet oħra.", "Għandna nirrealizzaw li hemm ħafna affarijiet li għandhom jiġu dibattuti.", "Il-Parlament tagħna huwa żgħir u r-riżorsi umani tagħna huma limitati, pero' għandna npoġġu rasna flimkien, naraw x'għandna x'niddiskutu u nsibu l-okkażjoni u l-ħin biex dawn l-affarijiet nitkellmu dwarhom ħalli nqajmu kuxjenza u nedukaw lill-poplu biex dak li jkun japprezza aktar x'qed nikkontribwixxu.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Jason Azzopardi.", "ONOR.", "JASON AZZOPARDI: Sur President, huwa tajjeb u utli, anzi indispensabbli li jsir dan id-dibattitu.", "Minn dejjem għidt li għandu jkollna dan it-tip ta' dibattitu fil-plenarju għax ninsab ċert li l- Parlament tagħna matul l-aħħar snin ta l-impressjoni li huwa assorbit bil- politika domestika u jaġixxi qisu distakkat minn dak li qed jiġri fid-dinja mċekkna tal-lum.", "Id-dibattiti dwar il-politika barranija m'għandhomx ikunu limitati biss għad-dibattiti li jkollna fl-approvazzjoni ta' l-estimi tal-ministeru jew għad-dibattiti li jkollna fil-kumitat ta' l-affarijiet barranin, Dak li qed jiġri madwarna, mhux biss fl-Ewropa, għandu jkun rifless f'dak li niddiskutu hawn ġew.", "Il-kuntrarju jkun jirrifless strettament mill- politika ta' realiżmu ta' kuljum.", "Il-politika domestika u dik barranija huma interdipendenti u għandhom ikunu diskussi regolarment hawn ġew anke mingħajr il-ħtieġa tal-vot, temi bħall-enerġija, il-bidla fil-klima, it- trattat kostituzzjonali, il-Lvant Nofsani, id-Darfur u l-għajnuna monetarja, id-WTO, l-immigrazzjoni illegali u l-Frontex.", "Dawn huma temi, fost oħrajn, li jinteressaw lin-nies ħafna iktar milli naħsbu.", "Tajjeb li minn żmien għal żmien niddibattu ċerti riżoluzzjonijiet u nivvotaw dwarhom biex nuru li l-Parlament tagħna jimpurtah minn dak li jkun għaddej lil hinn minna.", "Għalhekk umilment ngħid li nixtieq ħafna li dan id-dibattitu jkun feature regolari fil-Parlament tagħna mill-inqas darbtejn fis-sena.", "Pero' qabel ma nkomplu nixtieq ngħid kelma fil-qosor dwar il-kumitat ta' l- affarijiet barranin.", "Għal dawn l-aħħar sentejn u nofs, kemm ili li ġejt fdat bir-responsabbilta' tat-tmexxija ta' dan il-kumitat, iltqajna medja ta' 65 darba kull sena, bejn laqgħat ta' kumitat fil-plenarju u laqgħat ta' skrutinju tal-liġijiet Ewropej.", "Li kieku ma kenitx għall-koperazzoni u l-kollaborazzjonii tal- membri tiegħu stess, ma kienx ikun possibbli li l-kumitat ta' l-affarijiet barranin jiltaqa' għal aktar minn mitt darba.", "Għaldaqstant nixtieq nirringrazzja lill-Ministru Frendo, li dejjem lest u mimli ħeġġa li jiltaqa' mal-kumitat regolarment u tal-preparazzjoni tal-briefs li jsiru mill-ministeru qabel iż-żjarat tagħna barra minn Malta.", "Irrid nirringrazzja b'mod speċjali lill-membri ta' l-Oppożizzjoni, speċjalment lill-Onor.", "Brincat u lill-Onor.", "Vella, għas-sens ta' lealta' u koperazzjoni sfiqa li dejjem insib mingħandhom.", "X'viżjoni għandu jkollna għal Malta tagħna?", "Nemmen li politika barranija koerenti għandu jkollha għarfien tal-punti tat-tluq tal-pajjiż, l-objettivi mixtieqa u l-mezzi biex nilħquhom kemm fuq livell nazzjonali, sub- reġjonali, reġjonali u anke internazzjonali.", "Irridu naraw x'inhuma l- interessi nazzjonali waqt li naderixxu għall-obbligi internazzjonali tagħna.", "Jiena nemmen li wieħed ma jistax jiġi milħuq a skapitu ta' l-ieħor għax it-tnejn jikkontribwixxu għall-profil u l-kredibbilta' tal-pajjiż, aktar u aktar fil-każ ta' pajjiż żgħir bħal tagħna.", "Għalhekk il-miri strateġiċi tal-politika barranija ta' Malta, imnedija mill-ministeru ta' l- affarijiet barranin, huma xiehda ħajja ta' dan kollu.", "M'humiex miri statiċi iżda huma miri li jeħtieġ naġġornaw u nadattaw għaċ-ċirkostanzi li jkunu qed iseħħu madwarna.", "Ovvjament qatt ma nistgħu ninsew li Malta huwa pajjiż Ewropew fil- Mediterran.", "Dak huwa l-punt tat-tluq tagħna, qisu wiċċna fil-mera.", "Aħna membri ta' l-Unjoni Ewropea b'vokazzjoni Mediterranea indiskutibbli.", "Ir- rilevanza ta' Malta fir-relazzjonijiet barranin tinstab fl-għerf tagħna li npoġġu l-għarfien tagħna ta' issues fil-Mediterran u l-affinita' tagħna flimkien ma' kemm nifhmu l-ġirien Għarab tagħna għad-dispożizzjoni ta' l- Ewropa u tad-dinja b'mod ġenerali.", "Din hija t-trump card tagħna, il- vantaġġ komparattiv tagħna.", "Ġeografikament għandna pożizzjoni strateġika.", "Politikament ingawdu l- fiduċja u r-rispett peress li m'aħna theddid għal ħadd u lanqas għandna agendas moħbija.", "Aħna bennejja tal-pontijiet, kif kien qalilna l-Qdusija Tiegħu l-Papa Ġwanni Pawlu II, aħna koagulaturi u interlokuturi.", "Hekk kif riesqa l-presidenza Portugiża u bil-president Franċiż jitkellem dwar l- unjoni tal-Mediterran, inċidentalment simili ħafna għal xi ħaġa li kienet diġa' ssemmiet Malta permezz tal-Prof.", "De Marco fl-1990, irridu nasserixxu l-kredenzjali Mediterranji tagħna u rridu nagħmlu użu tajjeb tal-focus il- ġdid li l-Unjoni Ewropea neċessarjament se titfa' fuq il-Mediterran fix- xhur li ġejjin.", "Sur President, hawnhekk il-Ministru Frendo ħaqqu kull tifħir għall- inizjattiva tiegħu tad-djalogu strutturat bejn l-Ewropa u l-Lega Għarbija.", "Irridu nsegwu din l-inizjattiva b'assidwita', dan il-mekkaniżmu se jżid mal- momentum tan-neighbourhood policy ta' l-Unjoni Ewropea li bdiet tkun implimentata din is-sena.", "Irridu nkomplu nissieltu u nuru li d-dimensjoni Mediterranja hija l-international political patent tagħna, il-karta ta' l- identita' tagħna.", "Irridu nużaw is-sħubija tagħna fl-Unjoni Eworpea biex inqarrbu iktar lill-Ewropa, lill-pajjiżi Għarab u dawk tal-Golf.", "Fil- kontest ta' l-Euro-Med partnership fit-18 ta' Ġunju, 2007 l-Ewropa se tniedi scholarship scheme kbir għall-pajjiżi ġirien.", "Nemmen li pajjiżna għandu jagħmel pressjoni jew lobbying sabiex kemm jista' jkun numru kbir ta' studenti Għarab jibdew jistudjaw fl-Universita' ta' Malta.", "Nemmen ukoll li jaqbel lill-Ewropa kollha jekk ikun hemm aktar studenti minn pajjiżi Għarab li jistudjaw fl-universitajiet Ewropej.", "Il-proċess ta' Bolonja għandu jkun aċċessibbli għalihom u jkun hemm proġetti ta' riċerka bejn l-Ewropa u l-pajjiżi Għarab flimkien.", "Is-sħubija tagħna fl-Unjoni Ewropea tiddefinixxi l-orjentament politiku tagħna u tikkonsolida l-istabbilta' politika u ekonomika tagħna għall- ġejjieni.", "Issa d-dħul tagħna fil-euro zone se jpoġġina b'mod permanenti fuq is-suq mondjali u se jattira aktar investiment lejna.", "Mela għandna taħlita ġusta ta' stabbilta' politika, vijabilita' ekonomika u ambjent sigur u seren li jagħmilna iktar attraenti mhux biss fl-Ewropa iżda mal- ġirien tagħna, anke dawk tal-Golf.", "Dawn jaraw fina platform ideali biex jippenetraw is-suq Ewropew, anzi jaraw fina l-apice tal-konċett Ewro- Mediterranju.", "Hekk ġara ma' SmartCity ta' Dubai.", "Anzi nemmen li SmartCity għandha tkun il-passaport tagħna għall-Golf Għarbi.", "Is-swieq li qed jiftħu fil-Golf Għarbi - u dan rajnieh b'għajnejna meta morna bħala kumitat din is- sena - għandhom bżonn trusted bases fl-Ewropa.", "Tajjeb li hawnhekk ngħid li ġiet aċċettata l-istedina tiegħi u tal-kumitat biex f'Ottubru li ġej iżurna l-Prinċep Turki Al-Faisal tas-Saudi Arabia, responsabbli mir-relazzjonijiet ma' l-Ewropa wara ż-żjara tal-kumitat tiegħi aktar kmieni din is-sena.", "Forsi nista' nissuġġerixxi wkoll li minbarra li nkomplu nsaħħu l-għarfien ta' l-IT, tas-servizzi finanzjarji u mediċi tagħna, għandu jkun hemm spinta ġdida għat-tagħlim ta' l-Għarbi sabiex nipprofittaw iktar mill- opportunitajiet kbar biex nippenetraw is-suq Għarbi.", "Nemmen li d-dinja Għarbija, speċjalment tal-Golf Għarbi, għandha tkun id-destinazzjoni immedjata fil-marketing tagħna għas-sitt oqsma ta' prijoritajiet li elenka l-Prim Ministru fl-1 ta' Mejju ta' din is-sena.", "Malta fi ħdan l-Ewropa trid tkompli taħdem, kif qal tant tajjeb il-Ministru Frendo diversi drabi, sabiex jiġi konkluż mill-aktar fis il-ftehim għal żona ta' kummerċ ħieles bejn l-Ewropa u l-Gulf Cooperation Council.", "Anzi rridu ngħidu li dan huwa aktar fl-interess ta' l-Ewropa milli fl-interess tal-pajjiżi tal-Golf.", "X'għandha x'taqsam l-Irlanda, Sur President?", "Kulħadd jaf li l-Irlanda hija storja ta' suċċess.", "Nemmen li jeżistu ħafna affarijiet in komun bejn l- Irlanda u pajjiżna.", "Issib ħaddiema jitkellmu bl-Ingliż tajjeb, edukati sew, profiċjenti fl-IT u bi spirtu imprenditorjali.", "Pero' hemm bżonn li nitgħallmu xi ħaġa mill-esperjenza Irlandiża għax l-Irlanda qed issir għolja wisq għal ċerti imprendituri fl-industirja ta' l-IT u Malta tista' faċilment ssir l-alternattiva naturali u cost-effective fi ħdan l-Unjoni Ewropea li huma jkunu jridu sabiex jippenetraw id-dinja Għarbija.", "Malta trid tkun mħejjija sew biex tassorbi l-outsourcing ta' xogħol li għaddej fl- IT u ta' komunikazzjoni minn kumpanniji kbar Indjani.", "Malta trid tkun lesta biex tibda minnufih marketing strategies biex inħajru ditti Indjani u Amerikani jaraw fina l-alternattiva ideali għall-Irlanda għall-investiment tagħhom fl-Ewropa.", "Irridu nuru li aħna l-outpost Ewropew għad-ditti Indjani, li m'hemm ebda pajjiż ieħor Ewropew li jitkellem bl-Ingliż, li għandu work ethics, li huwa cost-effective u li għandu ħaddiema mħarrġa fl- IT daqskemm għandha Malta.", "Hawnhekk ukoll irrid infaħħar id-deċiżjoni tal- Ministru Frendo li għall-ewwel darba se jkollna ambaxxatur fl-Indja.", "Sur President, għandna nimmiraw li nkunu t-tigra Ewropea tal-Mediterran sa l-2015 f'dawk is-sitt oqsma li semma l-Prim Ministru.", "Ir-riċerka u l- iżvilupp huma għodda indispensabbli biex jiggarantixxu r-rilevanza ta' l- ekonomiji tal-futur, in-nuqqas ta' waħda telimina l-possibilita' ta' l- oħra.", "Nemmen li l-politika barranija tagħna trid tkun tali li tiġġenera kuntatti, ftehim u programmi ta' kollaborazzjoni bejn l-MCAST u l- universita' tagħna u dawk bħalhom ta' reputazzjoni internazzjonali li jispeċjalizzaw fl-oqsma tas-saħħa u l-innovazzjoni teknoloġika.", "L- ambaxxati tagħna jridu jkunu minn ta' quddiem nett li jistabbilixxu kuntatti bħal dawn b'kollaborazzjoni stretta ma' l-universita' u l- awtoritajiet edukattivi ta' Malta.", "Fuq dan il-punt nixtieq nagħmel parentesi żgħira iżda mportanti.", "Issa li ġiet SmartCity għaliex ma nammirawx għal health city sabiex il-qasam tas- saħħa jiġbed attivita' ekonomika?", "Fiż-żjara tagħna fis-Saudi Arabia ntbaħt bil-potenzjal sfiq għall-kollaborazzjoni bejn Malta u dan il-pajjiż fil- qasam tas-saħħa fejn il-counterpart tiegħi stess talabni nixtarru l- possibbilta' li tobba minn hemmhekk jiġu fil-Mater Dei biex jispeċjalizzaw.", "Fil-fatt nixtieq ngħid li wara li nformajt b'dan lill-Ministru Deguara, ftit tal-ġranet ilu hu sejjaħ laqgħa fejn kont misteden jien, kien mistieden ukoll id-direttur ġenerali tas-saħħa, ir-rettur ta' l-universita' u d-dekan tal-fakulta' tal-mediċina fost oħrajn, sabiex naraw fejn tista' teħodna din it-talba u jekk għandux ikollna skola medika internazzjonali fl- iSptar Mater Dei.", "Bħala riżultat ta' din il-laqgħa, il-Ministru Deguara waqqaf working group biex jistudja dan kollu u iktar.", "Dan huwa eżempju ieħor ta' kif qed jaħdem dan il-kumitat, li għandi l-umilta' ngħid li qed nippresjedih jien.", "Għaliex m'għandux ikollna health city fil-White Rocks, f'Baħar iċ-Ċagħaq, per eżempju, minflok il-kumpless li hemm bħalissa, li sfortunatament jinsab abbandunat?", "Għall-ġejjieni qrib żgur li l-konsum ta' l-enerġija se jibqa' topiku.", "M'hemm l-ebda dubju li kemm is-sigurta' ta' l-enerġija u l- politika barranija se jkunu interdipendenti pero' qabel ma nidħol fid- dettall fuq dan il-punt irrid nagħmel parentesi doveruża.", "Nemmen li Malta trid tuża u tiddedika r-riżorsi tagħha kollha biex jiġi konkluż ix-xogħol sfiq u lodevoli tal-Ministru Michael Frendo għall-ftehim mat-Tuneżija u l- Libja għat-tiftix taż-żejt.", "Il-bidla tal-klima qed tinkwetana, Sur President.", "Id-dinja qed tisħon b'rata qawwija u sa l-2050, b'żieda ta' żewġ gradi ċentigradi - m'iniex qed nikkwota xi figura ta' barra minn hawn - se jkun hawn 2 biljun iktar nies b'inqas aċċess għall-ilma u bejn 20% u 30% ta' ċerti speċi meqruda għal dejjem.", "Dan se jkun ifisser immigrazzjoni ikbar.", "Pero' lili jinkwetani wkoll il-fatt li dak li Malta bassret fl-1988, illum jiftaħar bih ħaddieħor.", "Illum hawn għagħa wara r-rapport Stern.", "Imma kemm pajjiżi jafu li din Malta, li hija żgħira fid-daqs tagħha iżda kbira fl-ideat, f'Awissu ta' l-1988 kellha l-viżjoni li tara dan kollu ġej għal fuqha?", "Infakkar li fl-1988 il-gvern Malti - u din kienet l-idea tal-Prof.", "David Attard li jgħallem id-dritt internazzjonali fl-universita' tagħna u li għalija huwa wieħed mill-imħuħ il-kbar ta' pajjiżna - ippropona li għandu jkun hemm a global response to climate change.", "Għalhekk ħareġ bil-konċett seminali ta' climate change as a common concern of mankind.", "Kienet tlaqqgħet l-assemblea ġenerali tal-Ġnus Magħquda u f'Settembru ta' l-1988 ġiet approvata unanimament b'riżoluzzjoni proposta mill-gvern Malti.", "Il-gvern Malti kien diġa' qed jitkellem fuq il-bżonn ta' strateġija u risposta globali.", "Ma ninsewx li din ir-riżoluzzjoni mbagħad wasslet għall- konvenzjoni internazzjonali dwar l-iżvilupp sostenibbli ta' Rio ta' l-1992.", "Ma ninsewx li Malta dak iż-żmien kienet ipproponiet it-twaqqif ta' world climate fund li fost oħrajn jiffinanzja t-trasferiment tat-teknoloġija.", "Malta kienet ukoll ipproponiet a Euro-Mediterranean centre to deal with problems of climate change sabiex jeżamina problemi fuq bażi reġjonali.", "Fl- 1989 Malta kienet ukoll ipproponiet il-ħarsien ambjentali ta' l-hekk imsejħa extra-territorial spaces, bħall-ispazju, bħall-high seas, fejn m'hemm l-ebda regolamentazzjoni u allura hemm abbużi a skapitu ta' l- umanita'.", "Elenkajt ftit mill-inizjattiva seminali ta' Malta fl-aħħar tas-snin tmenin, pero' b'nota ta' dieqa jkolli ngħid li ħallejna lil ħaddieħor jirkeb il- karru tagħna u jidher qisu l-paladin ta' l-inizjattivi favur strateġija globali meta fil-fatt kienet Malta li ħarġet b'din l-idea fl-1988.", "Naħseb li hemm bżonn ta' riorjentament fil-politika barranija Maltija sabiex nerġgħu nieħdu l-lead fil-Ġnus Magħquda fuq ċerti temi.", "Irridu nerġgħu nasserixxu ruħna fil-Ġnus Magħquda.", "Irridu nfakkru u mhux niftaħru li konna aħna li bdejna d-diskussjoni.", "Il-kontribut tagħna fil-Ġnus Magħquda kien djametrikament oppost għad-daqs fiżiku tagħna.", "Ma nistax ma nsemmix il-presidenza ta' Malta, permezz tal-Prof.", "De Marco, ta' l-assemblea ġenerali u l-proposta tiegħu li jiġi trasformat t-trusteeship council tal- Ġnus Magħquda sabiex dan ikollu f'idejh dak kollu li hu ta' wirt komuni ta' l-umanita'.", "Din il-proposta tista' tiġi formulata mill-ġdid għan-nom ta' l- Unjoni Ewropea kollha u Malta tieħu l-inizjattiva sabiex il-bidla fil-klima tiġi trattata hemmhekk kif ukoll sabiex il-popli bla vuċi u li ħafna drabi jispiċċaw breeding grounds għat-terroristi għax iddisprati, jingħataw vuċi, bħas-Somalja, per eżempju.", "U b'hekk it-terroriżmu jkun miġġieled b'mod aktar komprensiv u razzjonali.", "Il-ministri u l-persuni li jitkellmu għan-nom ta' Malta fuq temi kurrenti bħalma huwa l-iżvilupp sostenibbli għandhom ifakkru fl-inizjattiva ta' Malta ta' l-1988.", "Tramite l-mibgħut tagħna dwar il-bidla fil-klima rridu niżguraw – l-istess bħalma ġara fil-liġi tal-baħar - li r-rwol tagħna fid- dibattitu dwar il-bidla tal-klima jiġi rikonoxxut u l-parteċipazzjoni tagħna tkun meħtieġa.", "Nistgħu nipproponu t-twaqqif ta' high commissioner tal-Ġnus Magħquda li jkun responsabbli mill-ambjent biss sabiex iqajjem awareness u jipproponi azzjoni fejn meħtieġ.", "Indubbjament kellna l-viżjoni u għandna r-rilevanza fuq temi ta' ħarsien ambjentali globali.", "Sur President, f'dan l-isfond nixtieq nipproponi xi ħaġa għar-riflessjoni tagħna lkoll hawn ġew.", "Kif għidt, kienet Malta li ħarġet bil-konċett tal- wirt komuni ta' l-umanita' fil-liġi tal-baħar.", "Kienet Malta li ħarġet bil- konċett ta' l-interess komuni ta' l-umanita' fuq l-anzjani.", "Inċidentalment, Dame Margaret Anstee, l-ewwel mara li okkupat il-kariga ta' undersecretary general tal-Ġnus Magħquda u li kienet senior economic adviser ta' Harold Wilson, fl-awto-bijografija tagħha qalet hekk fuq Malta:", "\"Sometimes we received gratifying support from small countries, putting wealthier states to shame.", "One such was Malta, which established the international institute on ageing .\".", "U kif għidt ukoll, kienet Malta li ħarġet bil-konċett tal-common concern of mankind, dik tal-bidla fil-klima.", "Allura nistaqsi: Ma nistgħux nirriflettu u nipprovaw immorru għall-konċett ta' l-atmosfera bħala l-wirt komuni ta' l-umanita'?", "Ħalli nispjega ftit aħjar.", "Meta fl-1988 Malta ħarġet bl-idea tal-bidla fil-klima, bħala common concern of mankind, ma kienx hawn il-kuxjenza u l-awareness li hawn illum fuq il- klima.", "Jekk illum hawn din il-kuxjenza kollha magħduda mad-data u statistika li ma jmeriha ħadd, huwa ż-żmien ideali, ngħid jien, biex immorru pass oltre u niddikjaraw l-atmosfera bħala l-wirt komuni ta' l- umanita', iktar u iktar meta l-ftehim ta' Kyoto dalwaqt jiskadi.", "L-art illum hija ħafna iktar fertili milli kienet fl-1988.", "U qabel ma nkompli nixtieq nagħmel parentesi oħra.", "Fil-ktieb tiegħu \"Leli ta' Ħaż-Żgħir\", Ġuże Ellul Mercer jgħid li ħmar barrani aħjar minn żiemel Malti.", "Il- vanġelu jgħid li l-ebda profeta m'hu mweġġah f'daru.", "Ma nistax ma niftakarx f'dawn il-kliem meta naf li għad m'għandniex monument li jfakkar lil Arvid Pardo.", "Jien għamilt diversi mistoqsijiet parlamentari f'dawn l- aħħar snin minn meta ġejt elett fl-1998 imma sal-lum, safejn naf jien, ma sar xejn.", "Kemm aħna xħaħ biex insellmu lil min poġġiena fuq il-mappa tal-Ġnus Magħquda!", "Kemm aħna dispettużi u ma nirrikonoxxux lil dak il-Malti li ħareġ b'idea seminali u kkonvinċa lid- dinja dwarha!", "Fil-Ġnus Magħquda jsellmulu iżda f'pajjiżu stess le.", "Qabel ma nagħlaq il-kapitlu dwar il-Ġnus Magħquda ma nistax ma nawspikax li naħdmu aktar biex ikun hemm aktar Maltin impjegati bħala permanent staff fil-Ġnus Magħquda.", "Safejn naf jien bħalissa hemm tlieta meta r-range tagħna toxxilla bejn it-2 u l-14.", "Forsi wkoll nista' nissuġġerixxi b'umilta' li jkollna dibattitu fil-plenarju, bħal-lum, dwar il-Ġnus Magħquda biss per se għaliex hemm wisq xi tgħid iżda l-ħin hu limitat.", "Irrid insemmi wkoll il-European Council for Renewable Energies.", "Din hija umbrella organisation ta' l-assoċjazzjonijiet ta' riċerka u renewables fl- Ewropa.", "Malta tista' tieħu inizjattiva u tospita konferenza internazzjonali fuq is-suġġett ta' climate policy fil-kontest ta' djalogu bejn l-Ewropa, il-Lega u d-dinja Għarbija.", "Fil-kontest tal-bidla tal-klima xtaqt ngħid xi ħaġa żgħira dwar diżastri naturali fil-Mediterran.", "Ilkoll kemm aħna nafu x'ġara' fit-tsunami ta' l-Indonesia.", "M'għandix dubju li ħafna jaħsbu li dik hija xi ħaġa li ma tistax tiġri fil-Mediterran pero' xjentifikament ġie pprovat li t-tieni l-iktar post fid-dinja fejn jista' jkun hemm tsunami huwa l-Mediterran.", "Għexieren ta' snin ilu kien sar wieħed f'Messina li kien qatel eluf kbar ta' nies.", "Malta għandha taħdem sabiex jitħaffef il-proċess ta' twaqqif ta' Mediterranean tsunami early warning and medication system.", "Għandu jkun hemm policy ad hoc fuq dan ma' sħabna l-pajjiżi ġirien, għax Allaħares qatt f'Malta jiġri bħalma ġara f'Messina, probabbilment ma jibqa' ħadd biex jieħu xi aġġornament fil- Parlament u jkun jista' jgħid: Ara xi ġralna!", "Nemmen ukoll li l-ambaxxati tagħna għandhom jindirizzaw is-sitt oqsma ta' priorita' ta' eċċellenza li ħabbar il-Prim Ministru.", "Dawn is-sitt punti jridu jkunu mmarkati b'ittri kbar fil-business plans tagħhom.", "L-ambaxxati jridu jagħtu rendikont perjodiku ta' kif mexjin dawn l-oqsma.", "Nissuġġerixxi li min-naħa tagħhom l-entitajiet tal-gvern responsabbli minn kull waħda minn dawn l-oqsma jpoġġu persuna bħala punt ta' kuntatt biex jikkordinaw ma' l-ambaxxati tagħna proġetti u attivitajiet sabiex jintlaħqu dawn is-sitt miri.", "Fost oħrajn insemmi l-MTA, il-Malta Enterprise, l- MFSA, il-Finance Malta, il-Ministeru tas-Saħħa u l-Universita' ta' Malta.", "Għandu jkun hemm technical attache' għat-turiżmu, promozzjoni ta' investiment u inċentivi għas-servizzi finanzjarji fi ħdan ċerti ambaxxati Maltin.", "Forsi ta' min jikonsidra l-ftuħ ta' ambaxxata fil-Kanada u oħra fl- Afrika t'Isfel.", "Meta ftit ilu semmejt l-enerġija insejt insemmi xi ħaġa li qed tiġri ftit 'il bogħod minna u li għandha tħassibna.", "Il-professuri tad-dritt internazzjonali jużaw il-frażi \"nuclear soup\", soppa nukleari, biex jiddiskrivu x'qed jiġri in-naħa ta' fuq ta' l-Afrika.", "Wara li l-Iran baqa' għaddej bil-proċess li smajna fuq li smajna dwaru, hemm ġirja mill-pajjiżi Għarab sabiex ikollhom reatturi nukleari.", "Mhux qed niżvela sigrieti imma kienet l-IAEA stess li f'Novembru li għadda semmiet lill- Alġerija, l- Eġittu, il-Marokk, is-Saudi Arabia, it-Tuneżija u l-United Arab Emirates bħala l-pajjiżi li jridu jibnu civilian nuclear energy programs.", "Verament dan huwa permissibbli fid-dritt internazzjonali iżda l-IAEA stess qalet li hija mħassba – dan kliemha mhux kliemi – u li xi wħud minnhom jista' jkollhom l-intenzjoni li jkollhom l-ewwel bomba atomika Għarbija.", "Ta' min jaqra ftit x'qal uffiċjal ta' l-IAEA stess lill-Middle East Economic Digest fis-16 ta' Novembru li għadda.", "Anke l-International Institute for Strategic Studies is-sena l-oħra qal illi l-pajjiżi Għarab iridu dan bħala security hedge u li dan huwa żvilupp li ma kienx mistenni.", "Fid-9 ta' Mejju li għadda l-Ministru Alġerin għall-enerġija ddikjara li kien laħaq ftehim ma' l-Amerika għall-użu ta' l-enerġija nukleari għal skopijiet ċivili u f'Ġunju li ġej se jibdew proġett flimkien.", "X'se tkun il-politika tagħna quddiem dan kollu?", "Għadna niftakru f'Chernobyl?", "X'nagħmlu jekk Allaħares qatt ikun hemm xi Chernobyl ftit 'il bogħod minna?", "Ovvjament hemm ħafna affarijiet oħra li xtaqt insemmi imma qed ikolli ngħaġġel għax baqagħli biss erba' minuti għad-dispożizzjoni tiegħi.", "Xtaqt li kieku nsemmi f'aktar dettall is-sinerġija li hemm bejn il-politika barranija ta' Malta u t-turiżmu.", "Ftit tal-ġranet ilu f'\"The Sunday Times\" laqatni artiklu ta' Dr. Michael Bartolo li tkellem dwar l-intellectual property rights u l-branding ta' Malta b'mod kollettiv, bħalma jsir f'ċerti postijiet bħal St Moritz, Cancun u Brisbane, fejn allura jkollok collective marks u jiġu mħarsa l-collective goodwill jew reputazzjoni ta' pajjiżna.", "Dawn il-collective marks ikunu proprjeta' ta' kumitat professjonali li għandu d-diskrezzjoni li jagħti l-collective mark lil ditti li jaderixxu ma' ċerti standards u rekwiżiti għolja.", "Għaldaqsant hemm areas f'Malta, bħal Buġibba u San Ġiljan, li jistgħu jidħlu f'din l-iskema.", "Xtaqt li kelli l-ħin biex insemmi l-problema ta' l-immigrazzjoni illegali fid-dettall, pero' doverożament infaħħar u nsellem l-assertivita' u l- pożizzjoni iebsa li l-Ministru Frendo u l-Ministru Borg qed jieħdu anke kif jixhdu l-aħħar avvenimenti ta' dawn il-ġranet, pero' fl-istess nifs ma nistax ma nurix id-diżappunt sinċier u kbir tiegħi għall-fatt li r-rondi tal-baħar mill-Frontex mhux se jibdew qabel xi ġimgħat oħra.", "Għalija dan id-dewmien daparti tal-Frontex, u li Malta m'għandha x'taqsam xejn miegħu, hu ta' min jistmerru u inspjegabbli.", "Nemmen li wasal iż-żmien li dan il- Parlament japprova r-riżoluzzjoni li fiha jħeġġeġ lil Frontex ixxammar il- kmiem u tibda xogħolha b'mod immedjat.", "Xtaqt kieku nidħol ukoll fl-overseas development policy li qed jabbozza l- ministeru wara li sema' l-kummenti u s-suġġerimenti.", "Infaħħar hawnhekk il- pożizzjoni tal-Ministru Frendo dwar il-ftehim ta' Cotonou.", "Għalina l- għajnuna umanitarja tibqa' obbligu f'kull ċirkostanza, l-għajnuna ta' żvilupp hija differenti minn hekk.", "M'hemmx dubju li dan id-dibattitu jimmarka punt ta' wasla u punt ta' tluq.", "Huwa punt ta' wasla għax kellna riflessjoni fuq it-terren ġdid u avventuruż ta' l-aħħar tliet snin, speċjalment id-dimensjoni tas-sħubija tagħna fl-Unjoni Ewropea u li qed tkompli tgħinna nimirħu u niftħu l-ġwienaħ ta' pajjiżna, jekk xejn mhux bil- Lm1.5 miljun flus kontanti li ġejna mwiegħda fir-referendum mill- Oppożizzjoni, iżda bi €855 miljun li dan il-gvern fil-fatt ġab mill-Ewropa.", "Huwa punt tat-tluq ukoll għax jimmarka mod ġdid ta' kif inkomplu nsawru l- politika barranija ta' Malta sabiex il-poplu tagħna nkompli nfehmuh li fl- aħħar mill-aħħar jiekol u jgħix skond kemm ikollu politika barranija stabbli, matura, kredibbli u sostenibbli.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Leo Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, dan id-dibattitu huwa opportun u kif jgħidu l-Ingliżi, huwa long overdue.", "Ilna nisħqu dwaru mhux biex ikollna opportunita' ġdida biex nikkritikaw lill-gvern - dan żgur m'iniex beħsiebni nagħmlu b'xi mod kapriċċjuż - iżda sempliċement għax kull wieħed minna jħoss - speċjalment sieħbi George, jien u l-kelliema tan-naħa tal-gvern - li għandu d-dmir u l-obbligu li ngħarrfu lill-pubbliku Malti in ġenerali dwar dak li verament għaddej fil-qasam importanti ta' l-affarijiet barranin.", "U dan aktar u aktar minħabba l-fatt li minkejja s-sensiela sħiħa u intensiva ta' laqgħat fil-kumitat ta' l-affarijiet barranin u Ewropej, ħafna mil-laqgħat, biex ma ngħidx li kważi kollha, m'humiex qed jiġu covered mill-media lokali.", "U agħar minn hekk meta jkollok xi każ, bħal meta ġiet l-Ambaxxatriċi Amerikana, fejn il-coverage ta' ġurnalista ta' waħda mill-ġurnali ewlenin għal xi raġuni jew oħra - forsi lil hinn mill- kontroll tagħha - ma deher imkien, minkejja li din baqgħet sa l-aħħar tal- laqgħa.", "Dan huwa ħażin u huwa għalhekk biss li qed nisħqu li jkollna dawn il-laqgħat plenarji perjodiċi.", "Jien napprezza li l-Ministru jkollu ħafna impenji ta' safar u li meta jkun jista' dejjem jattendi, iżda dak li għaddej bħalissa, kemm fuq il-front Ewropew u anke dak ma' pajjiżi u organizzazzjonijiet terzi, ħafna minna, inklużi aħna li qed nixxedowjaw dawn is-setturi, nitħallew fid-dlam.", "Nerġa' ngħid li dan ma jsirx b'kapriċċ jew bi skop malinn tal-Ministru iżda minħabba ċ-ċirkostanzi kif inhuma.", "Il-Ministru fid-daħla tiegħu semma diversi inizjattivi li qed tieħu Malta mas-Central Mediterranean Economic Forum.", "Ta' spiss nisimgħu u naqraw dwar dawn l-inizjattivi, speċjalment f'\"The Sunday Times'' fejn ikun hemm ħafna artikli ta' appoġġ għall- ministru.", "Ħalli nagħmilha ċara.", "Aħna favur kull inizjattiva li ddur mal- Mediterran, kif jispjega l-fatt li anke fl-abbozz tad-dokument tagħna dwar l-affarijiet barranin, qed nipproponi l-idea ta' Mediterran Arabian Gulf business forum.", "Iżda on the ground, x'inhuwa l-feedback individwali li l- gvern qed jirċievi dwar inizjattivi tiegħu?", "Naħseb li kemm aħna kif ukoll il-poplu in ġenerali għandna l-obbligu u d- dmir li nkunu informati fejn verament wasal il-gvern, jekk l-appoġġ li qed jingħata huwiex biss lip service u jekk hemmx xi pajjiżi li għad għandhom riżervi dwar dan kollu.", "Il-Ministru semma ċerti strutturi li se jsiru f'Ġunju, imma naħseb li għandna nkunu nafu wkoll jekk hemmx pajjiżi u min huma li ma jaqblux ma' din l-inizjattiva.", "Għandna nkunu nafu min huma dawk li qed jistaqsu dwar il-fattibbilita' u l-prattiċita' tagħha.", "Għandna nkunu nafu wkoll min huma dawk li qed jistaqsu jekk jistax ikun hemm strutturi aktar fattibbli minn dawk li qed jipproponi l-gvern Malti.", "Għandna nkunu nafu jekk hemmx pajjiżi li jaċċettawha biss jekk jaċċettawha pajjiżi oħrajn.", "Għandna nkunu nafu jekk hemmx pajjiżi li jħossu li ma jridux li jkun hemm duplikazzjoni ma' strutturi oħra eżistenti, li għalkemm huma sbieħ fuq il-karta, ftit li xejn ħallew frott tanġibbli s'issa.", "Daqstant ieħor smajt li hemm pajjiżi żgħar li qed jistennew ir-reazzjoni ta' pajjiżi akbar minnhom qabel jieħdu pożizzjoni formali.", "Sur President, nerġa' ngħid li aħna lesti li nkunu foursquare wara l-gvern dwar dan kollu, iżda biex verament inkunu foursquare huwa importanti li mhux biss juruna s-sabiħ ta' dak li għaddej, iżda jagħtuna l-istampa kollha, aktar u aktar meta jista' jkun hemm barranin li qed jistaqsu jekk hux worth it li naħlu l-enerġija u r-riżorsi tagħna kollettivament meta jista' jkun hemm inizjattivi paralleli eżistenti diġa' għaddejjin.", "Issemma diversi drabi l-president il-ġdid ta' Franza, Nicolas Sarkozy u l-konċett ta' Mediterranean union.", "Illum se nagħmel żewġ osservazzjonijiet, speċjalment dwar dak li qrajt fil-media.", "Importanti li jekk dan il-konċett se jiġi mbuttat 'il quddiem, ikun jinkludi l-istati tal-Mediterran kollha, mingħajr eċċezzjoni ta' xejn, u li fih l-istati tal-Mediterran jipparteċipaw kollha kemm huma on an equal footing.", "L-importanti hu li f'kulma nagħmlu jkun hemm focus qawwi fuq il-Mediterran.", "Hemm bżonn li indipendentement mill-Unjoni Ewropea u l-Maghreb bħala blokki separati, il- Mediterran jingħaqad flimkien b'kollaborazzjoni u fi spirtu ta' koperazzjoni mill-qrib.", "Ir-reġjun għandu jisfrutta r-riżorsi li għandu ħalli l-Mediterran jittrasforma ruħu f'reġjun ekonomiku qawwi u dinamiku għall-ġid tal-popli kollha li jdawruh.", "Dan l-aħħar il-partit Laburista kellu consultation meeting u kien hemm min staqsiena x'naħsbu, bħala partit, dwar is-Central Mediterranean Economic Forum li jrid jimbotta 'il quddiem il-gvern.", "Ovvjament fil-prinċipju ma nistgħux inkunu kontra, iżda għadna fid-dlam dwar ir-reazzjoni tal-pajjiżi konċernati dwarha.", "Naf li f'xi laqgħat il-ministru kien qal li jrid joħloq xi ħaġa business driven u jekk niftakar sew – nitolbu jikkoreġini jekk jien żbaljat – qed iqabbilha mal-fondazzjoni patrimonju Malti, fis-sens li tibda bi ftit għajnuna mill-gvern, iżda li mbagħad issir self-financing billi l- gvern sempliċement iservi ta' katalista.", "Naħseb li din hija formola aċċettabbli mhux kontroversjali.", "Iżda b'mod konkret, x'qed jgħidu l- pajjiżi l-oħra apparti mill-kliem sabiħ u diplomatiku li ħafna drabi l- ministeri ta' l-affarijiet barranin madwar id-dinja jispeċjalizzaw fih?", "L-istess punt iqum dwar ir-reazzjoni tal-Libja dwar dan.", "U qed ngħid hekk għax kien hemm nies qrib il-gvern Libjan, illi staqsewna x'inhi l- pożizzjoni tagħna.", "Jiena naħseb illi aħjar nistaqsu lill-ministru x'inhi r- reazzjoni tal-gvern Libjan – bħala gvern qed ngħid mhux bħala business chambers u affarijiet bħal dawn – dwar il-proposta għal din l-inizjattiva.", "X'inhi r-reazzjoni Libjana għall-proposta li semma hu dwar il-Lega Għarbija?", "L-istess mistoqsija tqum ukoll fil-kontest ta' pajjiżi oħrajn.", "Nerġa' ngħid li qbadt ma' dawn iż-żewġ pajjiżi mhux biex infettaq, iżda għax naf li l-ministru personalment u l-ministeru tiegħu qed jiddedikaw ħafna ħin u enerġiji prezzjużi għal dawn l-inizjattivi.", "Għaldaqstant tajjeb li nkunu nafu l-cost benefit ta' dan l-eżerċizzju b'indikazzjoni ċara ta fejn verament ninsabu mal-pajjiżi individwali konċernati.", "B'dan il- mod biss nistgħu naslu, Sur President, biex nagħmlu assessment teknika u oġġettiva min-naħa tagħna.", "Jekk ikollna l-istampa kollha mbagħad forsi nkunu nistgħu umilment ngħinu xi ftit aħna wkoll biex nimbuttawha 'l quddiem flimkien, aktar u aktar meta l-ministru qal li dan il-forum ekonomiku tal-Mediterran ċentrali beħsiebu jvarah sa l-aħħar ta' din is- sena.", "Qasam ieħor fejn jidher li hemm omerta' sħiħa – għallinqas għall-pubbliku u kultant anke għalina – huwa l-istat attwali tar-relazzjonijiet preżenti ma' l-Istati Uniti.", "Iż-żewġ naħat ninsabu kommessi li nsaħħuhom kemm nistgħu, iżda tajjeb li nkunu nafu mhux biss fejn jixtieq jasal il-gvern Malti, iżda fejn verament wasalna fuq ċerti inizjattivi speċifiċi.", "Kellna x- shipboarding agreement.", "Alla jbierek ma saret ebda stqarrija fil-Parlament dwaru!", "Meta qajjimt dan is-suġġett fil-foreign affairs committee, il- ministru qal li għalkemm qegħdin jeżaminawh għand l-Avukat Ġenerali – dan wara li ġie ffirmat – biex jaraw għandhomx obbligu jew le li jġibuh għad- diskussjoni jew ratifika tal-Parlament, ma jeskludix li jekk jirriżulta li legalment m'hemmx dan l-obbligu, il-gvern jista' jġibu xorta għad- diskussjoni fil-Parlament fuq deċiżjoni politika li jista' jieħu l- Kabinett.", "Iżda s'issa jidher li s'hemm wasalna.", "Min-naħa l-oħra mbagħad kellna l-ambaxxatriċi Amerikana li tefgħet ftit dawl fuq dan kollu meta fil- foreign affairs committee awguratilna illi fi żmien qasir inkunu nistgħu nirratifikaw dan lill-Parlament Malti.", "Sur President, jiena ħadt l- impressjoni li l-Eċċellenza tagħha donnha hi iktar aġġornata mill- Oppożizzjoni dwar x'għandu f'moħħu l-gvern Malti dwar dan ix-shipboarding agreement.", "Sal-lum l-Oppożizzjoni għad m'għandha l-ebda kopja ta' dan il- ftehim f'idejha.", "Smajna minn hawn u minn hemm li huwa mmudellat fuq dak li l-Amerikani għamlu ma' Ċipru, iżda kemm u fejn ivarja ma nafux.", "Niġu issa għall-ftehim ta' taxxa doppja u l-visa waiver, xi ħaġa li jridha kulħadd u li tibgħat sinjal pożittiv lill-Maltin vis-a-vis l-Amerikani, kif kien pożittiv ħafna l-pass li ħadu l-Istati Uniti li x'aktarx jibdew jaċċettaw mal-200 immigrant illegali minn Malta fis-sena, xi ħaġa li ta' dan ngħidu grazzi bil-quddiem lill-Amerikani mill-qalb.", "Jista' jkun li veru li t-taħditiet formali u tekniċi dwar id-double taxation agreement u l- visa waiver għadhom għaddejjin, iżda filwaqt li l-poplu qiegħed jiġi mitmugħ l-idea li fuq ta' l-ewwel wasalna biex nikkonkludu u fuq l-oħra se nimxu 'l quddiem appena jkollna l-barometric passports, infakkar li l- Griegi ilhom li daħħluhom u s'issa għadhom jittewbu fuq il-visa waiver u l- indikazzjonijiet li qed ikollna huma li l-affarijiet għadhom 'il bogħod milli jiġu konklużi, aktar u aktar billi bix-xenarju politiku Amerikan mibdul, hemm min idealment jixtieq ixolji d-double taxation agreements li jeżistu, kif ukoll ixolji l-visa wiaver agreements li jeżistu.", "U dan biex ma nsemmix ukoll xi ħaġa li smajna minn ċrieki diplomatiċi ftit tax-xhur ilu li minkejja li Malta m'għadhiex offshore country u llum ilha snin sħaħ li qalbet onshore, għad hemm ċerti elementi fl-Istati Uniti li donnhom fil- livell tas-senat iridu jibdew iħarsu lejna mill-ġdid bħala xi tax haven.", "Ftit ilu l-ministru nnifsu ammetta dan kollu fil-foreign affairs committee u qal li hemm bżonn lobbying intensiv mal-Kungress Amerikan biex forsi naslu.", "Iżda kemm jafu dan il-poplu Malti?", "Għax meta l-ministru għamel dan l-istatement importanti, il-media lanqas biss kienet preżenti u Alla jbierek ħadd ma rrapporta xejn.", "Li ma fhimtux ċar lill-ministru hu - forsi jista' jelabora dwar dan fil-winding up - jekk meta qed jitkellem dwar lobbying intensiv mal-Kungress Amerikan hux qed jaħseb li jagħmel lobbying biss fuq livell diplomatiku, li hija xi ħaġa tajba, jew inkella hux beħsiebu jagħmel kif jagħmlu diversi gvernijiet, imma li għandhom ħafna iktar mezzi finanzjarji minna, li jqabbad lobbyists privati mħallsin.", "Sur President, m'huwiex fair li lill-poplu ma ngħidulux il-fatti kollha kif inhuma.", "Aħna rridu l-aqwa relazzjonijiet ma' l-Istati Uniti.", "Dan jixhdu l- abbozz tad-dokument tagħna dwar l-affarijiet barranin u kien rifless ukoll fil-keynote speech li l-Onor.", "Sant għamel lid-diplomatiċi waqt riċeviment ta' l-ewwel tas-sena li organizza l-partit Laburista fiċ-ċentru nazzjonali Laburista.", "Iżda hemm bżonn li bħala gvern alternattiv, li għandu ċans tajjeb li għada pitgħada jkun fil-gvern, għandu jiġi aġġornat dwar dak kollu li verament għaddej bejn Malta u l-Istati Uniti, kemm fuq livell ta' koperazzjoni ta' sigurta' kif ukoll fuq livell ekonomiku.", "Għax kultant nieħu l-impressjoni - nittama li jiena żbaljat - li qegħdin juruna biss dak li ma jistgħux jevitaw li juruna meta jistgħu jkunu għaddejjin affarijiet oħra, speċjalment fil-qasam tas-sigurta', li mhux biss ikunu qegħdin isiru minn wara daharna iżda wkoll minn wara dahar il-poplu Malti u Għawdxi kollu.", "Ftit ilu l-Onor.", "Alfred Sant, filwaqt li appoġġja mingħajr riżervi l- kandidatura tal-ministru bħala kandidat għal segretarju ġenerali tal- Commonwealth, għamel rimarka - naħseb li kienet propizja u ma naħsibx li kienet personalment indirizzata lejn il-ministru bħala individwu - li minħabba l-impenji tiegħu bilkemm jista' jlaħħaq maż-żewġ oqsma; affarijiet barranin u affarijiet Ewropej.", "Jien naf li fuq livell prattiku din hi l- problema li qed tqumlu fis-sens li ħafna drabi qed ikollu jqassar ċertu żjarat f'pajjiżi terzi importanti minħabba l-impenji ta' l-Unjoni Ewropea.", "U dan kultant jibgħat sinjal ħażin lill-pajjiżi lil hinn mill-Unjoni Ewropea.", "Dan ġara fl-Indja, fejn kien maħsub li jdum iktar, ġara fl- Alġerija, fejn minkejja li kienu ilhom ma jsiru kuntatti ministerjali żmien twil ...", "(Interruzzjonijiet) Naf li kellek laqgħa tajba mal-president, imma ż-żjara kienet waħda qasira u dan l-ilment, li ħafna drabi ż-żjarat tal-ministru ma jkunux twal kemm suppost, smajnieh anke mingħand sorsi Libjani.", "MR SPEAKER: On a point of order, il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: L-Onor.", "Membru qed jimputali r-raġunijiet għala jien mort għal perjodu ta' żmien qasir f'ċerti pajjiżi u jekk jagħmel ċerti assertions irid isostnihom inkella jirtirahom.", "Ma jistax jiġi hawnhekk, jagħti ċerti impressjonijiet u jitkellem b'mod qisu qiegħed jitkellem f'xi każin tal-Labour Party!", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Ikompli l-Onor.", "Brincat u nitolbu jpoġġi d-diskors mod ieħor.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Le, jien qed nitkellem fl-ogħla istituzzjoni, Sur President, u nsostnihom billi nagħti eżempju wieħed.", "Kellha titla' business trade delegation l-Indja, din ma telgħetx u l-ministru minflok għamel mawra ta' ċertu ammont ta' ġranet, għax kellu jmur Ruma biex jindirizza xi laqgħat ta' l-Unjoni Ewropea, qata' ħesrem iż-żjara tiegħu u l-business delegation baqgħet ma seħħitx.", "Nista' nsemmi kemm irrid eżempji bħal dawn, Sur President, imma jiena ma ġejtx hawn biex inkun polemikuż.", "Nerġa' ngħid li fuq livell prattiku - u mhux qed nakkuża lill-ministru imma minħabba l-workload li għandu - ħafna drabi qegħdin jiġu ssagrifikati r- relazzjonijiet tagħna ma' pajjiżi terzi minħabba l-impenji u l-obbligi tal- ministru peress li huwa responsabbli mill-affarijiet barranin għal dak li għandu x'jaqsam ma' l-Unjoni Ewropea.", "Nerġa' ngħid li dan m'iniex ngħidu bi kritika għall-ministru personalment.", "La semmejna t-trade delegations, se niġi għall-kwestjoni tal-business delegations.", "Fiċ-Ċina veru jidher li kien hemm delegation b'konkorrenza tajba, kif immaġinajt li se jkun hemm, anzi nawgura li l-eżitu jkun wieħed pożittiv ħafna u li jkun kemm fuq livell ta' kummerċ u kif ukoll fuq livell ta' investiment għax kien hemm min tani l-impressjoni li apparti forsi mil- language schools, li hija xi ħaġa pożittiva, seta' kien hemm input wisq qawwi ta' nies li għandhom interess ta' importazzjoni.", "Forsi dwar dan jista' jelabora jew jikkoreġini l-ministru fl-intervent tiegħu għax ovvjament kellu first time experience għax kien magħhom hemmhekk huwa wkoll.", "Fuq iċ-Ċina nawgura li l-affarijiet ikomplu jżidu r-ritmu tagħhom għax inħoss li minkejja l-link tradizzjonali li għandna magħhom għad hemm ħafna potenzjal li għad irid jiġi sfruttat.", "Dwar iċ-Ċina ngħid biss - dan mhux se ngħidu biex nippontifika imma għax iż-żewġ naħat tal-Kamra konna hemmhekk f'dawn l-aħħar snin - li apparti li l-ekonomija tagħhom qiegħda tespandi b'ritmu li jħallik bla nifs, qed tittrasforma ruħha b'mod dinamiku li żgur ma nistgħux noffru s-soluzzjonijiet tal-bieraħ għall-opportunitajiet tal- lum u ta' għada.", "Iżda fl-istess ħin huwa importanti li nikkultivaw trade jew business delegations anke għal pajjiżi oħrajn.", "U qed ngħid hekk għax l- informazzjoni li għandi hi li ma jidhirx li kien hemm business delegations oħrajn li verament taw il-frott mixtieq.", "U dan jgħodd ukoll għad-diversi business councils li l-ministru tul l-aħħar xhur waqqaf ma' diversi gvernijiet, speċjalment f'pajjiżi mhux ta' l-Unjoni Ewropea iżda f'pajjiżi terzi.", "Qed nieħu gost li minn kemm ilu li l-partit Laburista beża' jżid u jintensifika l-enfasi kollha fuq l-importanza tad-diplomazija ekonomika - wara kollox din m'hijiex xi ħaġa li vvintajtha jien jew sħabi imma kienet tiġi prattikata forsi b'mod differenti anke minn żmien il-Perit Mintoff fis- snin sebgħin - l-gvern issa donnu qed iżid l-enfasi tiegħu fuq komponent aktar qawwi u ekonomiku fil-ħidma tiegħu.", "M'hemm xejn ħażin f'dan, anzi tajjeb li nikkompetu bejnietna bħala partiti politiċi, dak li qiegħed fil- gvern illum u dak li se jkun fil-gvern għada, dwar min kapaċi jagħmel l- iżjed u jikseb l-aqwa riżultat f'dan il-qasam.", "Jien dejjem nargumenta li jekk ambaxxati barranin f'Malta jagħmlu lobbying intensiv biex jimbuttaw 'il quddiem l-azjendi ta' pajjiżhom, għaliex m'għandniex nagħmlu l-istess aħna wkoll?", "M'huwiex etiku li nsemmi pajjiżi, imma hemm ħafna ambaxxaturi li kienu residenti f'Malta u li meta ma rnexxilhomx jimbuttaw azjendi ta' pajjiżhom biex jieħdu l-Mid-Med Bank, l- MIA u diversi tenders internazzjonali, ilmentaw magħna.", "U x'joħroġ minn dan kollu?", "Joħroġ il-fatt li dawn ma ġewx Malta biex igawdu biss ix-xemx u l-baħar, imma ġew biex jaħdmu għal pajjiżhom mhux biss fuq livell diplomatiku imma anke fuq livell ekonomiku.", "Sur President, bħala gżira żgħira mingħajr riżorsi naturali - almenu s'issa għadna ma tellajniex iż-żejt - huwa importanti li r-riżorsi umani tagħna nużawhom bl-aktar mod effettiv u produttiv.", "Min mingħalih li d-diplomazija qiegħda hemm biss għar-riċevimenti m'huwiex postu magħna.", "Jagħmlu tajjeb iż- żewġ partiti li meta jkunu fil-gvern jagħżlu nies - mhux esklussivament imma fost dawk li jagħżlu - b'background tajjeb u sod u ma jmorrux biss għal xi political appointees li jkunu qegħdin biss ifittxu xi ħajt tal- kenn.", "Jien mhux qed ngħid li l-ministru stenbaħ wara li tkellimna aħna, irrid inkun fair miegħu, naf li anke fid-dokument tiegħu dwar il-miri strateġiċi hemm xi ħaġa dwar dan ukoll, iżda f'dinja bħal tal-lum, li kulma tmur qed issir iktar globalizzata, huwa importanti li nkunu aktar aggressivi fit-tfittxija għal swieq ġodda u opportunitajiet ġodda ta' kummerċ barrani għax ħadd żgur m'hu qed jistenna lilna l-Maltin in ġenerali.", "Nagħmilha ċara li aħna bħala partit Laburista m'aħniex nippretendu li l-foreign minister, ikun min ikun fil-gvern, għandu jagħmel ix-xogħol ta' ministru ta' l-affarijiet ekonomiċi, iżda huwa d-dmir tagħna li nkunu facilitators u katalisti biex ċertu xogħol jinħoloq, biex ċertu investiment jiġi u biex ċertu kummerċ barrani jifjorixxi.", "Fuq dak li huwa tħaffir għaż-żejt konġunt, nieħu gost li dan l-aħħar il- ministru qed jieħu pożizzjoni aktar matura u realistika minn qabel, fejn fl- imgħoddi, anke jekk m'għamilx hekk apposta, ġieli spiċċa tella' l- aspettattivi ta' nies xi ftit iżżejjed u bla bżonn.", "Illum jidher li biddel it-ton tiegħu u biddlu għall-aħjar.", "Qed jammetti kif ammetta f'\"The Times\" u fil-foreign affairs committee, li dwar boundaries marittimi, speċjalment dwar dawk li hemm xi tilwim madwarhom u li jistgħu qegħdin jitfgħu lura t- tfittxija tagħna għaż-żejt, għalkemm it-taħditiet forsi veru jridu jsiru fuq livell tekniku, l-imbuttatura politika dejjem tiswa.", "Anzi nżid ngħid li, fil-fehma tiegħi, din hija ċ-ċavetta ta' kollox.", "U għalhekk kien korrett il-ministru meta qal li jekk tħares lejn dawn il-problemi purament legali, tidħol f'baħar imqalleb ta' diversi interpretazzjonijiet li jistgħu ma jwassluk imkien.", "Dan huwa rilevanti, Sur President, aktar u aktar billi kif semma tajjeb il- ministru, 70% tal-continental shelf tagħna huwa kkontestat jew mal-Libjani, jekk mhux mal-Libjani mat-Tuneżini u jekk mhux mat-Tuneżini mat-Taljani.", "Ma rridux ninsew li konna tlifna parti minn din l-area lil-Libja meta morna quddiem l-international court of justice.", "U għalhekk ikun tajjeb li l- ministru jgħidilna jekk ġietx scheduled jew rescheduled il-laqgħa formali mal-Libja, li oriġinarjament kellha ssir xahar ilu dwar dan is-suġġett importanti, vitali u strateġiku.", "Il-joint statements huma tajbin, kif inhuma tajbin il-mixed joint commissions, iżda huwa importanti li ma nħalluhomx jaqgħu f'talking shops u niżguraw li jkun hemm follow-ups konkreti bbażati fuq l-azzjoni u mhux fuq il-kliem biss.", "Illum il-konċett ta' energy security - ħadt gost li semmewha l-kelliema kollha ta' qabli - tela' 'l fuq ġmielu u l-aktar għal pajjiżi żgħar bħalna li m'aħniex produtturi taż-żejt.", "Il-Ministru Frendo ftit ilu kien eżaltat dwar kif kienu mexjin l-affarijiet mat-Tuneżija biex xahar ilu - jien qed niġġudika mill-media biex inkun fair - biddel it-ton tiegħu għax qal li Malta kienet għadha qed tistenna tweġiba għal stedina li saret lit-Tuneżini biex ikun hemm taħditiet informali dwar kif nistgħu nimxu 'l quddiem.", "J'Alla minn dak iż-żmien 'il hawn kien hemm żviluppi pożittivi li forsi l-ministru jista' jaġġornana dwarhom iktar 'il quddiem, iżda kuntrarju għal kif kien jitkellem fl- imgħoddi, il-ministru issa qed jammetti li dan huwa proċess li jimxi bil- mod u naħseb li għandu raġun jgħid hekk, għax hekk hu.", "Anke meta dan l- aħħar il-Ministru Frendo mar Tunes - nerġa' ngħid li dan kollu nafu mill- media għax ma qgħadtx infittex il-passi tiegħu - huwa iltaqa' mal-Ministru ta' l-IT sakemm ma kienx hemm laqgħat oħra li ma ġejniex informati dwarhom.", "Dan l-aħħar il-ministru qal li biddel is-sistema dwar il-country briefs u li dawn issa qed jiġu mħejja mill-ambaxxati u mhux mid-desk officers.", "Jien naħseb - din hija opinjoni personali - li għandu jkun hemm input mit-tnejn u mhux mill-ambaxxati biss għax filwaqt li l-ambaxxati jkollhom saqajhom u widnejhom ma' l-art u jkunu jafu x'inhu għaddej fit-territorju li huma responsabbli għalih, min-naħa l-oħra l-foreign office ikollu stampa aktar wiesa' li forsi l-ambaxxaturi ma jkollhomx u dan bla ebda riflessjoni fuq il-kompetenza ta' l-ambaxxaturi involuti.", "Dan qed ngħidu l-aktar għax taħt kwalunkwe gvern għandek uħud mill-ambaxxaturi li jkollhom background tajjeb u oħrajn li jkunu political appointees mingħajr forsi ma jkollhom il- kredenzjali kollha għal dan il-post.", "Imma la qegħdin fuq dan is-suġġett, nappella sinċerament lill-ministru biex meta jagħlaq it-term of office tas- Sur Richard Muscat bħala ambaxxatur ftit tal-ġimgħat oħra, iżomm lura milli jġeddidlu l-ħatra tiegħu, għalkemm diġa' smajt li tista' tinġieb l-iskuża li hu nnifsu m'għadux interessat li jkompli.", "Dan qed ngħidu mhux biex nindaħal lill-ministru f'xogħlu, għax din hija prerogattiva tiegħu wara kollox u lanqas irrid niftaħ xi attakk ġdid fuq is-Sur Muscat, imma l-eku ta' l-iskandlu tal-Voice of the Mediterranean għadu jidwi mhux f'Malta biss, imma f'diversi ċrieki diplomatiċi f'Malta u barra l-pajjiż.", "U l- ministru ma jixraqlux jassoċja ruħu mat-tbażwira li ma kellu x'jaqsam xejn magħha u li saret fi żmien li kien qed imexxi l-foreign office l-ex- ministru Joe Borg.", "Ftit ilu tkellimna dwar il-kummerċ u jirriżultali li xi ġimgħat ilu l- ministru kien anke qal li għaddejjin diskussjonijiet dwar il-possibbilta' li l-external trade division fl-economic planning division tal-ministru tal- finanzi, tgħaddi f'idejh.", "Għalija dan huwa pass loġiku, iżda fejn wasalna s'issa?", "Kien hemm deċiżjoni politika dwar dan?", "Dan jista' jsir fuq livell amministrattiv?", "U la qegħdin fuq dan is-suġġett, meta hu mistenni li jippubblika l-external trade policy tiegħu l-gvern?", "Ma jaħsibx li qegħdin kemm xejn tard meta l-elezzjoni taf tkun biss ftit xhur wara l-bieb?", "Minn mindu policy tal-gvern titfassal u tiġi varata ftit xhur biss qabel ma jxolji l-Parlament?", "L-istess jgħodd għad-development aid policy tal-gvern.", "Naf li kien sar abbozz xi żmien ilu, speċi ta' white paper, iżda jekk m'iniex sejjer żball, dan imur lura aktar minn sena.", "Il-ministeru ffinalizzah dan id-dokument?", "U jekk le, għaliex?", "Min-naħa l-oħra jekk ġie ffinalizzat, għalfejn ma ngħatax priorita' billi jiġi ppubblikat mingħajr ma jkun hemm l-ebda dewmien?", "Allura mhux ta' b'xejn li dan l-aħħar kellna diversi NGOs li wrew tħassib serju dwar dan kollu.", "Dan iwassalni għall-kwestjoni ta' l-għajnuna li tista' tingħata lil ċerti pajjiżi foqra fl-Afrika.", "Jiena nifhem il-ħsieb ta' l-NGOs għaliex wieħed m'għandux jippenalizza l-foqra minħabba li forsi għandhom gvern jew reġim korrott.", "Min-naħa l-oħra x'garanzija għandna li dawn in-nies foqra se jibbenefikaw mill-għajnuna li tista' tingħatalhom jekk ikollok reġim li jżomm il-flus għalih mingħajr ma jkollu l-ebda obbligu li jintrabat ma' programm serju fuq il-qerda tal-faqar?", "Hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq dak li jissejjaħ il-poverty eradication u fuq ir-ripatriazzjoni ta' l- immigranti.", "Anke hawnhekk irridu niżguraw li nieħdu l-value for money u mhux nispiċċaw nippumpjaw il-flus fil-bwiet ta' xi reġim korrott.", "Sur President, fir-rigward ta' l-immigrazzjoni illegali nixtieq ngħid li jagħmel ħażin min minna - iż-żewġ naħat - jipprova jagħmel ballun politiku minn din is-sitwazzjoni.", "Fl-abbozz tad-dokument tal-viżjoni tagħna, bħala partit, fuq dak li għandu x'jaqsam ma' l-affarijiet barranin sħaqna li għandu jkun hemm bilanċ bejn l-interessi nazzjonali tagħna u l-obbligi internazzjonali ta' pajjiżna.", "U dan għandu jsir aktar u aktar meta għandna gżira żgħira, b'densita' ta' popolazzzjoni qawwija u fejn din il-problema, m'hijiex biss qiegħda toħloq tensjonijiet soċjo-ekonomiċi ġodda imma qiegħda saħansitra twassal għal razziżmu ġdid, minkejja li l-Maltin, minn dejjem kienu meqjusa bħala poplu tolleranti ħafna.", "Napprezza li din hija kobba mħabbla sew u li forsi m'għandniex is-saħħa ekonomika għan-negozjar kif kellhom it-Taljani ma' ċerti pajjiżi ġirien tagħna.", "Dan qalulna politikant ewlieni Taljan meta sieħbi l-Onor.", "Azzopardi u jiena konna l-Italja.", "Min-naħa l-oħra m'għandna nħallu xejn ixekkilna milli nkomplu nieħdu approach ħolistiku fuq din il-problema, filwaqt li nagħmlu distinzjoni netta bejn l-economic irregular migrants u l- immigranti l-oħra li jiġu f'pajjiżna għaliex ikunu qegħdin jaħarbu mill- persekuzzjoni politika f'pajjiżhom.", "Anke hemmhekk irridu nagħmluha ċara għaliex hemm bżonn li jkollna ċerta capping għaliex inkella s-sitwazzjoni xorta waħda se taħarbilna.", "Dan qiegħed ngħidu mhux biex niskorja xi goal politiku imma għaliex jidher li fil-prattika, speċjalment minn dak li rajna matul dawn l-aħħar ġranet, kemm bħala gvern u agħar minn hekk, anke bħala pajjiż, m'aħna nirċievu l-ebda solidarjeta' bil-fatti mingħand ħadd ħalli nindirizzaw l-għeruq ta' din il-problema.", "Din hija xi ħaġa li qiegħda twassal għaż-żieda fir-rabja fost il-poplu Malti, kemm jekk huma Laburisti u kemm jekk huma Nazzjonalisti.", "Sur President, ħadt gost bl-introduzzjoni tal-ministru meta smajtu jitkellem fuq il-kwestjoni tal-consensus u fuq il-kwestjoni ta' l- istabilita'.", "Jiena nawgura li l-ministru, jekk tinbidel il-folja, xorta jibqa' jitkellem bl-istess ton li bih qed jitkellem illum.", "Dan qiegħed ngħidu mhux biex nimputa xi ħaġa negattiva kontra l-ministru nnifsu, imma qiegħed ngħidu għaliex dan l-aħħar kien hemm każ fejn, minkejja li kif qal tajjeb il-ministru, illum - fl-imgħoddi l-Palestinjani kienu terroristi u ħafna affarijiet bħal dawn - fuq il-Middle East jidher li għandna binarji konverġenti, kemm għal dak li għandu x'jaqsam mad-drittijiet tal- Palestinjani li jkollhom stat sovran u indipendenti u kemm għad-dritt ta' l- Iżraeliti li jgħixu fis-sigurta'.", "Jiena wasalli ilment fuq meta ħriġna l-vision statement tagħna bħala partit Laburista għaliex sempliċement konna għidna li se nimpenjaw ruħna attivament fil-kumitat tal-Ġnus Magħquda fir-rigward tal-Palestina!", "Issa naf li fuq dan il-kumitat il-ministru jaqbel miegħi.", "Għallinqas hekk tkellimna kemm-il darba u jien se nieħu l-kelma tiegħu għaliex m'għandix l- iċken dubju fl-intenzjonijiet tiegħu.", "Madanakollu għaliex użajna l-kelma \"attivament\", jiġifieri għidna li m'aħniex se noqogħdu hemmhekk insaħħnu s- siġġu imma se nkunu attivi f'dan il-kumitat, kien hemm xi nies – m'iniex qiegħed nirriferi għall-ministru nnifsu jew għall-istaff tiegħu imma dawn in-nies qegħdin fil-gvern u huma viċin ħafna ta' l-uffiċċju tal-Prim Ministru - li marru sabu diplomatiċi ta' ċerti pajjiżi involuti fil- konflitt tal-Lvant Nofsani u pprovaw ixewxuhom kontra tagħna.", "Dawn marru jgħidulhom li l-partit Laburista xorta waħda għadu moħħu fil-Palestinjani u mhux qiegħed jirrikonoxxi d-drittijiet ta' l-Iżrael.", "Din hija ħrafa għaliex aħna ma nistgħux naqblu ma' l-okkupazzjoni tal-Palestina.", "Imma nerġa' ngħid li aħna nirrikonoxxu d-dritt ta' l-Iżrael li jgħix fis- sigurta'.", "Fuq dan is-suġġett se nieqaf hawn imma qiegħed ngħid hekk ħalli dak li qiegħed nippriedka fuqu hawn ġew - dwar consensus u stabilita' - inkunu żguri li jiġi filtered miċ-channels kollha tal-gvern innifsu tal- ġurnata u anke tal-partiti rispettivi tagħna.", "Taħt gvernijiet Laburisti – u hawnhekk se mmur lura għas-snin sebgħin sabiex inħarsu 'l quddiem u nitgħallmu mill-esperjenzi ta' l-imgħoddi – dejjem kellna viżjoni fuq in-normalizzazzjoni tar-relazzjonijiet maċ-Ċina u mal-Palestinjani.", "Ftit ilu kien l-istess Ministru Frendo - sabiex inkun fair miegħu - li qal li l-koperazzjoni mal-Libja se tuża t-trattat ta' ħbiberija u kooperazzjoni mal-Libja ta' xi 22 sena ilu bħala qafas għar- relazzjonijiet futuri tagħna ma' dan il-pajjiż.", "Hija ħaġa pożittiva li tibni fuq it-tajjeb ta' ħaddieħor, pero' min-naħa l-oħra ma tistax tmaqdar u mbagħad, fl-istess ħin tipprova tibni fuq il-pedamenti soda li jkun bena ħaddieħor.", "Dwar dak li qed nipproponu fil-ġlieda internazzjonali kontra t-terroriżmu kien hemm min staqsieni jekk aħna konniex qegħdin nipprovaw nitfgħu xi botta kontra xi pajjiżi partikolari meta aħna għidna, fid-dokument tagħna, li filwaqt li aħna ninsabu lesti li ngħinu f'din il-ġlieda, aħna lesti li nagħmlu dan strettament skond il-mandat tal-Ġnus Magħquda f'mod li ma jmurx kontra l-provvedimenti tal-liġi internazzjonali.", "Ħalli nkunu ċari, m'huwiex il-kompitu tagħna li nattakkaw lil xi pajjiż ieħor dwar x'għandu jagħmel hu.", "Pero' min-naħa l-oħra, bħala pajjiż newtrali, għandna kull dritt li nieħdu triq differenti minn ħaddieħor, li forsi ma tantx għandu għażla għaliex jinsab marbut f'alleanza militari.", "Nixtieq nenfasizza fuq il-kelma \"newtrali\" għaliex filwaqt li aħna nisħqu fuq din il-kelma - fil- fatt din semmiha sieħbi l-Onor.", "George Vella u daħħalniha fl-abbozz tad- dokument tagħna - l-gvern lanqas semmiha darba waħda fl-istrategy document tiegħu.", "Sur President, din bħal kwestjoni ta' dawk il-pajjiżi li qegħdin jipprovaw jesportaw il-mudell demokratiku tal-Punent f'pajjiżi li għandhom sistemi politiċi differenti minn tagħna.", "Fil-prinċipju l-idea hija tajba, ħalli ħadd ma jifhimni ħażin, pero' jiena nħoss li dan huwa eżerċizzju riskjuż ħafna, mhux għaliex id-demokrazija fiha nnifisha hija xi ħaġa ħażina imma għaliex meta timponi xi ħaġa li fid-deher tmur kontra d-drawwiet, il- kultura u t-tradizzjonijiet ta' ċerti pajjiżi, tista' mingħajr ma trid, tkun qiegħed timbotta 'l quddiem ċerti elementi a skapitu tal-moderati li inti tkun mingħalik qiegħed tipprova tippromwovi u anke tikkollabora magħhom.", "Ma naħsibx li hija xi ħaġa ġusta li nsemmi l-pajjiżi b'isimhom għaliex kollha ħbieb tagħna, pero' jiena persważ li l-ministru intelliġenti biżżejjed sabiex jagħmel distinzjoni bejn l-għan ta' dan il-proċess tad- demokratizzazzjoni u r-riżultat finali tiegħu.", "Tant hu hekk li hemm min saħansitra jargumenta li l-pjan – inġustament - wara dan kollu huwa sabiex tinżera' inċertezza kbira f'dawn il-pajjiżi u b'hekk, qatt ma jirnexxielhom jgħixu fil-paċi ma' xulxin u anke bejniethom stess.", "Ftit ilu fil-foreign affairs committee, il-ministru qal li – xi ħaġa li għidtha jien ukoll - l-gvern ġdid Palestinjan għandu jiġi ġġudikat skond għemilu u mhux skond il-kompożizzjoni tiegħu.", "Din kienet xi ħaġa li qbilna dwarha, pero' jkun interessanti li nkunu nafu jekk din hijiex il-linja li qiegħed jieħu l-gvern Malti fil-laqgħat formali tiegħu barra minn pajjiżna.", "U nixtieq li l-ministru, fl-intervent tiegħu, jgħidilna xi ħaġa fuqha.", "Issemma wkoll is-suġġett tal-bdil tal-klima, li kien xi ħaġa li tkellmu fuqha l-kelliema kollha ta' qabli.", "Imma huwa importanti li apparti milli nagħtu riżultati konkreti f'dan ir-rigward, naraw li ngħollu wkoll il- profil tiegħu fuq livell diplomatiku.", "Dan qiegħed ngħidu għaliex illum huwa common knowledge li din il-kwestjoni m'għadhiex biss waħda ambjentali, imma ħadet dimensjoni politika -anke ta' politika barranija - u dimensjoni ekonomika.", "Dan għandna norbtuh fil-kontest ta' dak li qegħdin nagħmlu sabiex insaħħu s-sigurta' ta' l-enerġija ta' pajjiżna.", "L-istrateġija tagħna trid tkun dik li fejn nistgħu nesploraw iż-żejt, allura nesplorawh.", "U fejn jista' ikollna aċċess aktar mifrux għall- provvista ta' l-enerġija nagħmluh ukoll, imma fl-istess ħin, irridu nuru l- impenn vera tagħna li nimmaniġġjaw l-effetti tal-climate change bl-għodda kollha għad-dispożizzjoni tagħna, inkluż l-għodda diplomatika.", "Għalhekk f'dan l-istess spirtu għandna nirsistu sabiex ninvestu aktar f'renewable sources of energy ħalli aħna wkoll inkunu qegħdin nagħtu kontribut pożittiv lejn it-tnaqqis ta' l-emissjonijiet tossiċi.", "U dan għandna nagħmluh aktar u aktar meta r-reġjun li ngħixu fih, jiġifieri in-nofsinhar ta' l-Ewropa, huwa mistenni li jintlaqat ħażin f'termini ta' klima, speċjalment fil-qasam tant vitali tat-turiżmu.", "Sur President, fir-rigward tal-Lvant Nofsani naħseb li jkun interessanti li nkunu nafu x'inhi l-pożizzjoni tal-gvern Malti dwar l-hekk imsejjaħ l- American benchmarks plan li ġie sottomess lill-Iżrael u lill-Palestinjani.", "Interessanti għaliex għalkemm dan ġie riġettat miż-żewġ naħat, il-konċett tal-benchmarks lili jinteressani, ġej mil-liema naħa ġej.", "Jinteressani għaliex il-benchmark iġġiegħlek tintrabat ma' ċerti obbligi u dmirijiet.", "Min-naħa l-oħra, bħala partit nemmnu li d-djalogu għandu jinfetaħ ma' kulħadd, mill-Iran sas-Sirja kif ukoll mal-forzi politiċi kollha fil- Libanu.", "Billi niddemoralizzaw lil ċerti pajjiżi m'hu se naslu mkien, anke jekk ikun hemm pajjiżi li jħossu li dawn jistgħu jkunu ta' theddida għas- sigurta' tagħhom.", "Meta kien hemm statisti bħal Kissinger - li kellu difetti kbar - kien isir djalogu kontinwu u anke dirett ma' dawn il- pajjiżi.", "Għalhekk f'dan il-kontest nilqa' personalment id-djalogu bejn l- Istati Uniti u l-Iran, anke jekk dan kien limitat għat-tnaqqis ta' tensjoni fl-Iraq.", "Xejn xejn kien l-ewwel kuntatt bejn dawn iż-żewġ pajjiżi wara aktar minn kwart ta' seklu.", "Jekk dan ma jsirx, it-tensjoni tkompli tikber, is-suspetti jinfirxu aktar u hemm ir-riskju li nispiċċaw bi gvernijiet imdendlin u dgħajfa.", "Dan mhux qiegħed ngħidu b'xi diżrispett lejn xi pajjiż, imma jekk inħarsu ħarsa madwarna, fil-Lvant Nofsani naraw li hemm gvernijiet debboli.", "Din hija xi ħaġa li teżisti fl-Iżrael u fil-Palestina minħabba t-tensjonijiet li hemm bejn il-Fatah u l-Hamas u teżisti wkoll fil- Libanu minkejja l-appoġġ kollu li jista' qiegħed jingħata dan il-pajjiż min- naħa tal-punent.", "Aħna bħala partit irridu stabilita' fir-reġjuni ta' madwarna kif irridu l-prosperita' fil-pajjiżi ġirien tal-Maghreb għaliex bil-ġid u bl-istabilita' tagħhom, inkunu qegħdin ingawdu aħna wkoll u tkun qiegħda tissaħħaħ is-sigurta' fil-Mediterran.", "Ħaġa li nixtieq nisħaq ħafna fuqha hija l-kwestjoni tal-follow-ups effettivi għaż-żjarat li jsiru barra l-pajjiż.", "Ħafna drabi nħoss - nittama li jien żbaljat – li l-affarijiet ġieli jieqfu mad-dikjarazzjoni konġunta jew mal-press release li jkun ħareġ il-ministeru konċernat mal-wasla tiegħu lura lejn Malta mill-pajjiż li jkun żar.", "F'dan il-kontest huwa importanti li jkollna diplomatiċi serji u motivati b'impenn li jimbuttaw 'il quddiem u b'mod effettiv il-programm tal-gvern tal-ġurnata, ikun min ikun il-gvern.", "Jista' jkun li jiena kont xi daqsxejn kritiku fuq il-pjan strateġiku tal-gvern fl-affarijiet barranin meta dan tħabbar, pero' l-aktar ħaġa li tippreokkupani m'hijiex il-kontenut tiegħu imma għaliex suppost li dan welled ħafna action plans imma l-Bambin biss jaf jekk dawn rawx id-dawl tax-xemx jew le.", "Ir-riżultat finali ta' kull gvern Laburista jew Nazzjonalista ma jitkejjilx biss mid-dikjarazzjonijiet unilaterali jew konġunti.", "Lanqas jitkejjel mill-photo opportunities - speċjalment f'ġurnali - li jkunu qegħdin jgħinu minn taħt sabiex jonfħu kemm jistgħu l- image tal-gvern jew ta' xi ministru partikolari.", "Imma r-riżultat finali jitkejjel mir-riżultati konkreti miksuba on the ground u mill-pedamenti soda li wieħed jirnexxilu jibni matul is-snin.", "Jiena xtaqt nitkellem fuq xi ħaġa marbuta mal-Kunsill ta' l-Ewropa, pero' milli jidher ma fadallix ħin.", "Ngħid biss li ftit ilu tressaq rapport importanti ħafna dwar id-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiżi membri kollha.", "Il-president tal-Kunsill ta' l-Ewropa appella sabiex dawn ir-rapporti jiġu diskussi fil-parlamenti nazzjonali ta' l-istati membri u għalkemm veru l- ministru m'huwiex il-ministru responsabbli għall- House Business, xorta nappella li dan ir-rapport jitqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra u li jersaq ukoll għad-diskussjoni fil-plenarja.", "Għalkemm il-ministru qam u għamilli point of order fuq kollox, aħna ma ġejniex hawnhekk sabiex inressqu xi vot ta' sfiduċja fil-gvern.", "Tant hu hekk li lanqas vot m'aħna se nieħdu u lanqas tlabna għalih.", "Jiena naħseb li jekk nirriduċu dawn id-dibattiti b'vot favur u kontra, inkunu qegħdin inkissru s-sisien ta' consensus li fuqu nistgħu nibnu l-politika barranija tagħna.", "Imma jekk inżommu dan l-appuntament, importanti li jkun appuntament li jinżamm regolarment.", "Naf li l-ministru għandu diversi impenji oħra u forsi nissuġġerilu li meta jsiru wħud minn dawn id- dibattiti, xi kultant naqbdu temi speċifiċi ffokati ħalli minflok nifirxu ma' ħafna affarijiet, inkunu nistgħu niffokaw fuq issues speċifiċi.", "Dan kollu qiegħed ngħidu għaliex nemmen li jekk isiru dawn id-dibattiti, inkunu ta' servizz għall-poplu Malti u Għawdxi kollu peress li nkunu qegħdin nagħtuh opportunita' sabiex jaġġorna ruħu u jirrifletti fuq issues barranin, li ħafna minnhom għandhom impatt intern għaliex huma issues li direttament jew indirettament jolqtu l-ħobża ta' kuljum ta' kull wieħed minna kif ukoll l-istabilita' tar-reġjun li ngħixu fih.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Insejjaħ lill- Ministru ta' l-Affarijiet Barranin ħalli, jekk jogħġbu, jagħmel il-winding up.", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Sur President, żgur li ma ġejtx hawnhekk sabiex noħloq polemika imma ġejt hawnhekk għaliex nemmen li huwa tajjeb li jkun hawn dibattitu bħal dan.", "Jekk ikollna l-okkażjoni u jkun possibbli, fil- programm parlamentari għandu jkollna dibattiti speċifiċi fuq punti speċifiċi; għandu jkollna dibattiti jekk jista' jkun fuq il-kwestjoni tal- bdil tal-klima għaliex illum il-politika barranija m'hi barranija xejn imma hija politika ta' rilevanza importanti interna.", "U hemm punti li għandhom x'jaqsmu ma' l-Unjoni Ewropea li tajjeb li jkollna l-okkażjoni li niddiskutuhom.", "Jiena minn dejjem għidt dan il-kliem.", "Huwa minnu li dan id-dibattitu qegħdin nagħmluh issa, pero' l-Onor.", "Membri jafu li kien hemm diversi drabi fejn jiena pproponejt li nagħmlu dibattitu imma huma ma setgħux jattendu dakinhar.", "Naħseb li jkun tajjeb li nsemmuhom dawn l-affarijiet u mhux niġu hawnhekk nipprovaw noħolqu dibattitu ta' consensus iżda mbagħad niġu b'ħafna kritika rħisa u b'affarijiet oħra li jbaxxu l-livell tad- diskussjoni tagħna.", "Kien hemm mumenti f'dan id-dibattitu fejn ħassejt li konna qegħdin nagħmlu dibattitu tajjeb.", "Fil-fatt ħarġu ideat u suġġerimenti tajbin.", "Kien hemm ukoll xi kritika, li wkoll hija xi ħaġa tajba għaliex aħna niġu fil-Parlament sabiex nisimgħu wkoll il-kritika ħalli biha nitgħallmu wkoll.", "B'hekk meta jkun hemm bżonn niġu xprunati f'ċerti affarijiet li minħabba l-impenji tagħna tax-xogħol, forsi ma nkunux għaddejjin bir-ritmu li nixtiequ.", "Allura jekk ikun hemm affarijiet li m'għamilnihomx bir-ritmu li suppost kellna nagħmluhom, nipprovaw ngħaġġlu ħalli nagħmluhom.", "Dan huwa xogħol il-membri tal-Parlament u mhux biss ta' l-Oppożizzjoni.", "Għalhekk għandna nirrispettawh fid-dibattitu kollu parlamentari.", "Dan kollu lest li nagħmlu, anzi nieħu gost bil-punti kollha li ġew imsemmija, anke jekk ma nistax naqbel magħhom kollha.", "Sur President, jiena ma nistax niġi hawnhekk u ma nirreaġixxix għall-mument fid-diskors ta' l-Onor.", "Leo Brincat, fejn attribwixxa ċerti affarijiet li kienu biss gideb sfrenat!", "Fil-fatt beda jipprova jpoġġini fid-dawl li għaliex pajjiżna kkandidani għall-post ta' segretarju ġenerali tal- Commonwealth, jiena qiegħed nittraskura x-xogħol tiegħi.", "Nerġa' ngħid li dan huwa gideb u lanqas m'huwa sostnut bil-fatti.", "MR SPEAKER: Insejjaħ lill-Onor.", "Leo Brincat bil-permess ta' l-Onor.", "Michael Frendo.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, tant mhux minnu dak li qed jgħid il- ministru li jiena ma kkritikajtux għaliex qiegħed imur f'pajjiżi tal- Commonwealth a skapitu ta' affarijiet oħra.", "Anzi jiena lmentajt li minħabba l-impenji tiegħu fl-Unjoni Ewropea, mhux qiegħed ikollu l-ħin biżżejjed sabiex imur f'pajjiżi tal-Commonwealth u f'pajjiżi terzi oħra li m'humiex marbutin ma' l-Unjoni Ewropea.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Nerġa' nsejjaħ lill-ministru sabiex ikompli bl- intervent tiegħu.", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Sur President, l-Onor.", "Leo Brincat qal li jiena qassart iż-żjara tiegħi fl-Alġerija u f'pajjiżi oħra.", "Fil-fatt qal li jiena qassart iż-żjarat tiegħi għaliex kien hemm il-kandidatura tiegħi għall-Commonwealth.", "Jekk fhimtu ħażin nirtira dak kollu li għidt, pero' jiena hekk fhimtu.", "MR SPEAKER: Bil-permess ta' l-Onor.", "Frendo, nerġa' nsejjaħ lill-Onor.", "Leo Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, jekk il-ministru fehimni hekk, niskuża ruħi miegħu pubblikament, pero' żgur li jiena m'għidtx hekk.", "Jiena għidt biss li minħabba l-impenji tiegħek - u għamiltha ċara li ma kontx qiegħed ngħid għall-impenji personali tiegħek - bħala ministru responsabbli mill- portavoce għall-affarijiet barranin u Ewropej, qiegħed ikun fiżikament impossibbli għalik li tinqasam f'żewġ partijiet fl-istess ħin.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Nerġa' nsejjaħ lill-ministru sabiex ikompli bl- intervent tiegħu.", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Sur President, naċċetta dak li qiegħed jgħidli l- Onor. Brincat u min-naħa tiegħi m'iniex se noqgħod nidħol f'dawn id- diffikultajiet.", "Jekk qal hekk qiegħed jgħid bil-kontra ta' dak li qal il- Kap ta' l-Oppożizzjoni, fejn qal li jiena forsi ma nistax naqdi l- funzjonijiet tiegħi ta' Ministru ta' l-Affarijiet Barranin minħabba l- kandidatura tiegħi għall-Commonwealth.", "Imma dan żgur li m'huwiex il-każ.", "Naħseb li huwa immatur li wieħed jgħid dan il-kliem.", "Jekk irridu l-appoġġ tagħna sabiex naslu għal ċerta preżenza ta' Malta f'ċerti istituzzjonijiet, allura rridu nirrikonoxxu li l-fatt li wieħed ikollu l-kariga ta' ministru ta' l-affarijiet barranin huwa ta' vantaġġ meta wieħed ikollu kandidatura bħal din.", "Issa jiena x'għamilt minn dakinhar?", "Min-naħa tiegħi komplejt naħdem kif se nkompli nagħmel għaliex id-dover tiegħi huwa lejn l-interessi ta' dan il- pajjiż.", "U sa l-aħħar ġurnata li jiena jkolli l-inkarigu li nagħmel dan ix- xogħol, se nibqa' nagħmel dak li għalija huwa l-aktar importanti fl- interess ta' pajjiżna.", "Li mmorru l-Alġerija kien importanti ħafna, b'mod partikolari għaliex iż-żjara kienet ippjanata minn qabel u 48 siegħa qabel splodew żewġ bombi fl-Alġerija li qatlu diversi persuni.", "Madanakollu aħna bqajna sejrin biż-żjara tagħna.", "Anzi jiena nsistejt li nkomplu biż-żjara tagħna ħalli nwasslu messaġġ ċar lill-Alġerini li aħna kontra t-terroriżmu u favur li jkun hemm stabilita' fin-North Africa għaliex huwa fl-interess tagħna li jkun hemm din l-istabilita'.", "Ix-xogħol li nagħmlu fil-politika barranija, kif qal sewwa l-Onor.", "Brincat, huwa xogħol li wieħed ikejlu bir- riżultati.", "Ix-xogħol tal-politika barranija huwa wkoll li jassigura li s- sigurta` ta' pajjiżna hija megħjuna bil-politika barranija li nagħmlu aħna.", "U dakinhar li mort l-Alġerija għal 48 siegħa kien hemm rikonoxximent kbir għal din il-preżenza immedjata.", "Ma naħsibx li kienet kumbinazzjoni li l- President Bouteflica laqa' lill-ministru ta' l-affarijiet barranin ta' Malta - ma ngħidx lili, imma lil pajjiżna - għal exchange of views ta' sagħtejn li ma naħsibx li jagħmel kontinwament ma' kulmin imur l-Alġerija.", "Qed ngħid dan għaliex il-politika tagħna fil-Mediterran hija importanti.", "U hawnhekk għandna consensus u meta jkollna l-consensus għandna naħdmu lkoll għalih.", "Jien mhux l-Alġerija biss mort, imma mort Rodi fejn ipparteċipajt f'attivita` dwar il-politika marittima, mort Brussell kemm-il darba, mort il-Portugall, issa sejjer Kreta għall-Mediterranean Forum u mort il-Libja.", "Jiġifieri kuntrarju għal dak li qal il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, li forsi jista' jkun hemm xi konflitt fix-xogħol tiegħi, jien komplejt nagħmel ix- xogħol tiegħi bħalma nkompli nagħmlu għall-ġid ta' dan il-pajjiż.", "Naħseb illi huwa importanti wkoll li nsibu l-ħin li nagħmlu l-lobbying ukoll, imma mhux a skapitu ta' l-issues importanti li għandu dan il-pajjiż.", "Anzi rridu norbtu ħaġa m'oħra.", "Jien mort il-laqgħa ta' l-Asia European Union ministerial meeting tal- ministri ta' l-affarijiet barranin fejn tkellimna fuq l-issues.", "Kelli l- okkażjoni nerġa' niltaqa' mal-ministru ta' l-affarijiet barranin taċ-Ċina u komplejna d-diskussjonijiet għax kien hemm xi ħaġa li ma kienx wieġeb għaliha fil-punti li qajjimt jien u fil-fatt weġibni għaliha dakinhar f'Hamburg.", "Kelli wkoll laqgħat ma' diversi ministri ta' pajjiżi tal- Commonwealth.", "Għaliex le!", "Dawn huma affarijiet li jorbtu max-xogħol li nagħmlu fl-Unjoni Ewropea u anke mal-ħidma tagħna fil-Commonwealth.", "Jien nemmen li aħna integrati fix-xogħol li nagħmlu bħala pajjiż membru ta' l- Unjoni Ewropea b'rilevanza ħafna ikbar illum fix-xogħol tagħna internazzjonali.", "Kull pajjiż li tmur fih ma titkellimx biss fuq l-aspetti bilaterali, imma titkellem fuq l-aspetti ta' l-Unjoni Ewropea u torbot waħda ma' l-oħra, għaliex huma qed iħarsu lejk bħala pajjiż li għandu l- possibbilta` li jitkellem u li għandu vuċi.", "Allura għalfejn qed ngħidu li kien hemm dan il-qerq kollu biex il-Maltin waslu għad-deċiżjoni biex nidħlu fl-Unjoni Ewropea!", "Jien fhimt x'qed jgħid l-Onor.", "George Vella, imma kien hemm qerq ta' min qal li se nġibu Lm1 miljun jew Lm1.5 miljun netti mill-Unjoni Ewropea, u fil-fatt ġibna iktar minn €800 miljun mill-Unjoni Ewropea, u dawk huma biss minn dan il-budget.", "Jiġifieri qed nitkellmu fuq affarijiet li llum in-nies qed jarawhom u jħossuhom b'idejhom.", "Qegħdin naraw ir-realtajiet.", "Is-settur finanzjarju f'pajjiżna qiegħed jiżviluppa b'ritmu mgħaġġel u qed jagħti impjiegi ġodda lil Malta fis-settur finanzjarju, u dan wara li dħalna fl-Unjoni Ewropea.", "Pajjiżna qiegħed jiġbed l-investiment għax illum għandu t-timbru li huwa pajjiż ta' l-Unjoni Ewropea.", "In-nies jafu x'inhuma l-liġijiet.", "In-nies li jinvestu jafu x'inhi r-realta` Maltija dwar l-Unjoni Ewropea u l-politika barranija tagħna wkoll tiġbed dak it-tip ta' investiment.", "L-immaġini tagħna huwa l-qofol ta' kollox.", "Jekk l-immaġini tagħna hija ħażina allura għandna problemi li rridu mbagħad nindirizzaw.", "L-immaġini tagħna tajba hija l-bażi li tiġbed l-investiment għal pajjiżna.", "Il-fatt li dħalna membri ta' l-Unjoni Ewropea huwa wkoll fattur importanti li bih niġbdu l-investiment u noħolqu x-xogħol f'pajjiżna.", "Jiġifieri l-fatti għandhom ikunu dawk li jmexxuna fil-ħidma tagħna.", "Aħna qed nagħmlu politika barranija mhux tal-paroli, imma politika barranija li hija tanġibbli.", "Forsi għalhekk hawn it-talba li jkollna dawn id-diskussjonijiet f'dan il-Parlament.", "L-Onor.", "Brincat għamel plejtu dwar il-business delegations għax mid-diversi li għamilna kien hemm business delegation waħda, li kienet dik għall-Indja, li minħabba ċ-ċirkostanzi li ma kellniex daqshekk kontroll fuqhom kellna nqassruha.", "Jien ġejt mistieden mill- Kummissarju Frattini li huwa wkoll il-President ta' l-Osservatorju dwar il- Mediterran fil-ministeru ta' l-affarijiet barranin Taljan – allavolja m'għadux ministru ta' l-affarijiet barranin xorta ħallewh president ta' dan l-osservatorju – u biex mort hemmhekk qassarna dik il-viżita.", "Imma dik il- viżita rbattha mbagħad mal-viżita li għamilt bħala chairman tal- Commonwealth Connects għax fil-fatt kienet rigward xogħol tal- Commonwealth.", "Imma l-viżita għall-Indja nagħmluha meta jkollna - nisperaw li ma ndumux għalkemm dawn l-affarijiet jieħdu ċertu żmien - l-ambaxxata tagħna u niftħu l-high commission tagħna u norbtu magħha, jekk jista' jkun, il-business delegations.", "Imma kienet l-unika viżita li aħna pposponejna.", "Infakkar ukoll – għax huwa tajjeb li nfakkru – li għamilna viżiti fejn jien kont akkumpanjat minn business delegations mill-2005 'l hawn f'Helsinki, f'Dublin, fi New Delhi wkoll - għax jien kont mort hemmhekk darb'oħra wkoll – f'Cairo, f'Tunesia u fi Croatia.", "Anke f'delegazzjonijiet mal-president kien hemm business delegations fejn jien kont preżenti wkoll, fosthom f'Barcelona, f'Riga, f'Tunisia u fi Croatia.", "Meta mort l-Algerija u meta ftit ilu mort Beijing, kien hemm business delegations ukoll.", "Il-business delegation ta' Beijing kienet ta' xi 40 ruħ li l-maġġoranza tagħhom ġew mis- settur privat u kienet delegazzjoni, bejn wieħed u ieħor, daqskemm kellhom il-Griegi li marru ftit ġimgħat qabilna.", "Is-sena li għaddiet f'Malta kont wegħedt lill-viċi ministru tal-kummerċ Ċiniż li fl-anniversarju tal-35 sena mill-ftuħ tar-releazzjonijiet diplomatiċi, kont se mmur b'delegazzjoni tal- kummerċ.", "Tajna l-okkażjoni - għax insistejt jien u tlabt jien, u n-naħa Ċiniża aċċettat - li kull persuna mid-delegazzjoni tagħti preżentazzjoni ta' x'qed tagħmel jew x'tixtieq tagħmel hi fiċ-Ċina u hemmhekk kien hemm il- ministru u l-uffiċjali tiegħu qegħdin jisimgħu u tkellimna fuq kif nistgħu nkomplu nsaħħu r-relazzjonijiet kummerċjali bejnietna.", "Pero` apparti minn hekk kelli laqgħa mal-ministru ta' l-affarijiet barranin taċ-Ċina u laqgħa ma' l-istate councellor Tang li huwa wieħed mill-għaxar persuni fl-istate council li, flimkien mal-prim ministru u l-president taċ-Ċina, huma fl- ogħla livell ta' decision making u fil-leadership Ċiniż.", "Dawn huma fatti li juru li aħna qed nagħmlu l-politika b'mod tanġibbli, b'mod li t-tisħiħ tar-relazzjonijiet politiċi ikollhom l-aspett ekonomiku ta' dak li nagħmlu aħna, kif jagħmel kulħadd.", "Wara kollox we are not reinventing the wheel.", "Qegħdin naraw x'qed jagħmel ħaddieħor u qed naraw li aħna llum pajjiż matur, pajjiż fl-Unjoni Ewropea li meta tmur titkellem inti tkun qed titkellem fuq realtajiet.", "In-nies jafu li inti parti mid- deċiżjonijiet li jittieħdu fl-Unjoni Ewropea, wieħed mill-ikbar swieq fid- dinja u allura suq b'saħħtu, organizzazzjoni b'saħħitha u ta' rilevanza kbira fid-dinja.", "Allura int parti minn dik ir-realta`.", "Allura altru li kienet deċiżjoni għaqlija tal-partit Nazzjonalista - se ngħidha issa għax din hija l-issue; jien naf li għandna l-consensus illum u nifraħ bil- consensus u nispera li jibqa' għaddej il-consensus u m'għandix għaliex niddubita minn dan - li ħadem biex ikollna s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea.", "Kienet deċiżjoni ta' politika barranija importantissima li ħadna u l-partit Nazzjonalista kien qed iħares 'il quddiem meta fl-1979 għadda riżoluzzjoni fejn qal li rridu nkunu membri ta' l-Unjoni Ewropea u wasalna għaliha minkejja d-diffikultajiet kbar.", "U għalhekk il-partit Laburista, illum fl-Oppożizzjoni, għandu problema enormi mal-grass roots tiegħu, li kultant joħorġulhom ukoll xi manifestazzjonijiet li jagħmlu, għax il-grass roots ma jistgħux jifhmu kif l-ewwel qalulhom li kollox ħażin u issa qed jgħidulhom li kollox sew.", "Jien nieħu gost nisma' lill-Onor.", "George Vella jgħid li importanti li ninformaw lin-nies.", "Mela le!", "U għandna ħafna x'nagħmlu.", "Irridu nkomplu naħdmu biex in-nies jifhmu iktar ir-realta` komplikata ta' l-Unjoni Ewropea.", "Għalhekk għamilna l-forum Malta fl-Ewropa li qed jaħdem u qed jagħti r-riżultati, imma għandu x'jaqdef ukoll.", "U lkoll għandna iktar x'nagħmlu.", "Il-ġurnalisti ta' dan il-pajjiż għandhom ħafna x'jagħmlu għax il-media tagħna għadha ma qabdithiex biżżejjed ir-realta` ta' l-Unjoni Ewropea.", "Naħseb li hemmhekk għandna wkoll ħidma x'nagħmlu aħna lkoll.", "Huwa tajjeb li nagħmlu dan, imma rridu nirrikonoxxu wkoll li l-għażliet importanti politiċi huma l-għażliet li jiddeterminaw il-futur ta' pajjiż.", "Allaħares m'għamilniex dik l-għażla li nidħlu fl-Unjoni Ewropea, għax kieku konna nisparpaljaw okkażjoni fejn nagħtu rilevanza, saħħa politika u saħħa ekonomika lil pajjiżna.", "Illum kulħadd jirrikonoxxi li dan huwa ta' vantaġġ enormi għar-rilevanza ta' Malta fix-xogħol internazzjonali tagħha.", "Sur President, għandna problemi li rridu naffrontawhom flimkien.", "Irridu nkomplu naħdmu biex nagħmlu suċċess mis-sħubija tagħna fl-Unjoni Ewropea – li huwa wieħed mill-pilastri tal-miri strateġiċi tagħna – u nkomplu għaddejjin bl-aġenda tagħna.", "L-Onor.", "Leo Brincat staqsa liema huma l- pajjiżi favur l-inizjattiva tagħna tal-Lega Għarbija.", "Nista' ngħidlu li hemm min hu favur, hemm min hu indifferenti, hemm min hu kontra, imma ma jistax ikun li niġu kondizzjonati minn dawn l-affarijiet.", "Aħna għandna sens ta' leadership fl-Unjoni Ewropea u mmorru hemm bl-ideat tagħna għax konvinti minnhom.", "Jien ngħid li jekk l-inizjattiva ta' Malta fl-Unjoni Ewropea ma titteħidtx b'mod li jirnexxilna nagħmlu din il-laqgħa tal-ministri ta' l-affarijiet barranin bejn l-Unjoni Ewropea u l-Lega Għarbija, l-Ewropa tkun qed titlef okkażjoni storika u strateġika importantissima għaliha u tkun qed tagħmel żball kbir.", "Dan huwa d-diskors li beħsiebni nagħmel f'Ġunju fil-laqgħa li jmiss meta din qiegħda fuq l-aġenda tal-laqgħa tal-ministri.", "Din hija okkażjoni.", "Jien m'iniex sottomess għax jista' jkun hemm xi pajjiż li forsi qed jibża' minn din l-inizjattiva jew forsi qed jinterpreta li din tista' tkun xi ħaġa li forsi ma tinżilx tajjeb ma' pajjiż bħall-Iżrael jew hemm min qed jgħid li l-Euromed huwa biżżejjed.", "(Interruzzjonijiet) Hemm tant min jagħmel argumenti!", "Imma sadanittant kien ċar daqs il-kristall meta mort fil-laqgħa ta' Riyadh mal-Ministru Miguel Angel Moratinos – u nirringrazzjah minn hawnhekk li qagħad jiġi hawnhekk u ġabarni bl-ajruplan ta' Spanja u ħadni Riyadh u reġa' waqaf hawn u wassalni lura u baqa' sejjer Spanja - kemm hemm għatx fid-dinja Għarbija li jaħdmu ma' l-Unjoni Ewropea.", "Dik hi r-realta`.", "Imma l-Unjoni Ewropea trid tirreaġixxi.", "U jekk qed titkellem fuq il-politika tal-ġirien, ma' liema ġirien trid titkellem?", "Se nagħmlu s-summits ma' l- Amerika Latina u ma' l-Asja, li huma importantissimi, imbagħad mal-ġirien ma nagħmlu xejn?", "Dak hu li qed tgħid Malta.", "Malta qed tgħid li hija l- iktar ħaġa ovvja li nitkellmu mal-Lega Għarbija.", "Jekk għandna l-problemi iktar u iktar għandna bżonn li nitkellmu.", "Mela ma' min se nitkellmu, ma' min aħna qbilna fuq kollox miegħu?", "Din hi r-realta`.", "Malta fl-Unjoni Ewropea tieħu sehem attiv u b'kunfidenza.", "Dan huwa pajjiż żgħir pero` huwa wieħed mill-iktar pajjiżi żgħar ta' suċċess fid-dinja, mhux fir-reġjun tagħna biss.", "Dan huwa pajjiż żgħir li rnexxielu jġib l- indipendenza tiegħu, pajjiż li għandu sistema parlamentari, pajjiż li għandu demokrazija, pajjiż li għandu żvilupp ekonomiku b'saħħtu, pajjiż li rnexxielu jiġġieled u jirbaħ il-vulnerabilita` ta' min hu gżira żgħira, pajjiż li lanqas għandu ilma u sadanittant xorta rnexxielu jkompli għaddej bl-iżvilupp ekonomiku tiegħu, pajjiż li rnexxielu jbiddel l-ekonomija tiegħu li issa miexja lejn is-servizzi, lejn l-IT u lejn ċerti setturi anke b'miri ċari għall-2015.", "Dan huwa pajjiż li daqs ħaddieħor ipoġġi madwar il- mejda ta' l-Ewropa.", "Il-Maltin ċarċru demmhom għall-valuri ta' l-Ewropa.", "Il-Maltin insibuhom mejtin f'Tobruk, insibuhom fiċ-ċimiterji kollha fejn kien hemm is-suldati jiġġieldu għal-libertajiet Ewropej.", "Aħna ma nbaxxu rasna quddiem ħadd.", "Meta mort Yad Vashem fl-Iżrael u rajt dawk il-krudeltajiet u l-atroċitajiet li saru lill-poplu Lhudi ktibt għan-nom tal-poplu Malti, bħala ministru ta' l-affarijiet barranin, li jien kburi li l-Maltin iġġieldu kontra n-nażismu u l-Maltin xerrdu demmhom u mietu mirdumin taħt id-djar fil-Belt, fil- Birgu, f'Bormla u f'tant postijiet f'pajjiżna u l-Maltin mietu wkoll jiġġieldu fin-North Africa.", "Aħna m'għandna l-ebda skeleton in our cupboard fuq dawn l-affarijiet.", "Aħna vera pajjiż li ġġelidna għall-valuri ta' dik li hija l-Ewropa llum.", "Għalhekk immorru hemm u nipparteċipaw.", "U għalhekk huwa inġust li jkun hemm sezzjonijiet ta' l-istampa internazzjonali li tibda tagħmel akkużi lejn Malta - pajjiż li qed jagħmel tant sforzi minħabba l-immigrazzjoni illegali - qisna aħna xi pajjiż bla sensittivita`.", "Aħna mhux talli m'aħniex insensittivi, aħna pajjiż li nagħmlu minn kollox biex ngħinu lil min jiġi lejn xtutna.", "Pero` aħna għandna d-dritt u qed nitolbu s-solidarjeta` fil-kwestjoni ta' l-immigrazzjoni illegali anke f'dan il-mument.", "Jien nerġa' ngħid li huwa d-dmir tal-komunita` internazzjonali, huwa d-dmir tal-UNHCR li jgħinu lil Malta u li jirrikonoxxu li Malta huwa każ speċjali, kif qal il-Kummissarju Guterres, u għandu bżonn soluzzjonijiet speċjali.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Sar il-ħin.", "Il-Ministru Frendo, jekk jogħġbu, iressaq l- aġġornament tal-Kamra.", "Fid-9.10 p.m. id-diskussjoni dwar l-affarijiet barranin intemmet.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR MICHAEL FRENDO: Sur President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tlieta, 5 ta' Ġunju 2007, fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income – Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Istituzzjonijiet Finanzjarji - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Organizzazzjonijiet Volontarji – Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta (Emenda Nru 2) – Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili (Emenda Nru 2) - Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili - Tielet Qari; u", "xi aġenda oħra li tista' tiġi komunikata aktar tard.", "--------------------------------", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Foster Care - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili (Emenda Nru 2) - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Reġistru Ċentrali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza li tneħħi l-Kontroll tad-Djar - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Kumpanniji - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Charles Buhagiar.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Sur President, xtaqt nieħu ftit minuti sabiex nikkummenta ftit dwar dak li qiegħed jingħad bħalissa dwar l-operat tal- Ministru Ċensu Galea meta hu kien responsabbli mill-ADT.", "L-ADT jew inkella l-awtorita' dwar it-trasport, ma tantx għandha immaġini sabiħa għall-gvern Nazzjonalista.", "Infakkru li qabel l-elezzjoni ta' l-1996 kien faqqa' l-iskandlu tal-makni tal-biljetti tal-karozzi tal-linja u sussegwentement, jidhirli xi sentejn wara l-elezzjoni fl-1998, kienet spiċċat il-Malta transport authority u kienet twaqqfet l-awtorita' dwar it- trasport.", "Din hi awtorita' li minn meta twaqqfet sal-lum, ħlief kontroversji, skandli u allegazzjonijiet ta' irregolaritajiet fl-operat tagħha ma ssemmewx.", "Issa din m'hijiex xi awtorita' li ilha hemmhekk ħafna snin.", "Din l-awtorita' hija pjuttost ġdida imma minkejja dan, nisimgħu ġurnata wara oħra dwar affarijiet li żgur ma jkunux qegħdin mexjin tajjeb fi ħdanha.", "Sur President, illum dan kollu huwa sostnut b'dak li ħareġ il-Kap ta' l- Oppożizzjoni dwar xi ħaġa li qal il-Ministru Ċensu Galea meta huwa kien ministru responsabbli minn din l-awtorita'.", "F'laqgħat li l-Ministru Galea kellu mal-ħabib tiegħu fl-uffiċċju tiegħu, il-Ministru Galea qal diversi diskorsi li ma jistgħux jiġu interpretati ħlief li huma ammissjoni totali ta' anarkija sħiħa fi ħdan l-ADT.", "Il-Ministru Galea qal diversi affarijiet li wieħed irid jagħti kashom.", "L-ewwelnett semma li fl-ADT għandek madwar 50 ħaddiem li ma jagħmlu xejn jew jagħmlu ftit.", "Semma wkoll li fl-ADT għandek brimba u jien bil-kelma \"brima\" nifhem xi ħadd li qed iwettaq affarijiet li m'humiex regolari.", "Sur President, il-Ministru Galea għaraf li l-operat ta' l-ADT m'huwiex tajjeb u mhux miexi sew kif suppost.", "Issa ngħataw il-provi li l-Ministru Galea kien jaf li l-affarijiet mhux sejrin sew, pero' minkejja dan ma sarux it-tibdiliet meħtieġa.", "Aħna nippretendu li din is-sitwazzjoni tiġi indirizzata.", "Pero' rrid ngħid li meta Gianfranco Selvagi, is-CEO ta' l-ADT, ġie mistoqsi minn gazzetta lokali dwar jekk minn dawk iż-żmenijiet li saru dawn l-ammissjonijiet – li fuq kollox huma recorded on tape - mill-Ministru Galea inbidilx is-senior management ta' l-ADT, ir-risposta tiegħu kienet li dan ma nbidilx.", "Sur President, jien kont sorpriż meta l-Ministru Galea, fi stqarrija li ħareġ għall-istampa, qal hekk:", "\"Il-Ministru Galea dejjem mexa b'mod rett u serju, u meta waslu r- rapporti dwar allegazzjonijiet ta' nuqqasijiet fi ħdan l-ADT, mhux talli m'għamel xejn iżda ra li jsiru l-investigazzjonijiet meħtieġa.\".", "Jekk il-Ministru Galea għamel l-investigazzjonijiet meħtieġa, allura għalfejn f'laqgħat li kellu mal-ħbieb tiegħi qed jgħid li huwa impotenti sabiex jirranġa l-affarijiet jekk jagħmel l-investigazzjonijiet?", "U aħna nikkonfermaw li l-Ministru Ċensu Galea kien impotenti quddiem dawn l- affarijiet li kienu għaddejjin.", "Dan ikkonfermah Gianfranco Selvagi li qal li ħalla lil kulħadd f'postu.", "Allura inti qed tgħid li għamilt l- investigazzjonijiet – u dan qalu l-Ministru fl-istqarrija - għax taf li l- affarijiet m'humiex qegħdin sewwa, imma mbagħad ma ħadt l-ebda passi!", "X'investigajt jekk ma ħadtx il-passi meta inti stess taf li l-affarijiet m'humiex mexjin sewwa?", "Sur President, hawn irrid ngħid li minkejja li fl-istqarrija li ħareġ il- ministru pprova jeżonera ruħu mir-responsabbilta' politika li kellu, pero' l-verita hi li fl-aħħar mill-aħħar din ir-responsabbilta' politika hija tiegħu bħala ministru.", "Irridu niftakru li l-ministru mhux qiegħed hemmhekk biss bħala figurehead imma qiegħed hemmhekk biex jerfa' r-responsabbilta' politika għal dak kollu li jiġri fid-dekasteru tiegħu.", "Issa li l-ministru jkun jaf b'irregolaritajiet mhux xi ħaġa ta' barra minn hawn, għaliex xi ħadd se jwassallu, imma li ma jagħmel xejn dwarhom hija xi ħaġa gravi.", "U jekk qatt kellna bżonn konferma kemm l-affarijiet l-ADT ma nbidlux minn meta l-Ministru Galea qal li hemmhekk għandna brimba u li qed inħallsu l- pagi tan-nies għalxejn, din il-konferma waslet proprju s-sena li għaddiet meta faqqa' l-famuż skandlu tal-liċenzji tas-sewqan.", "Naturalment dan l- iskandlu kien kappeġġjat minn dawk in-nies li fi żmien il-Ministru Galea kienu hemmhekk.", "Jiena naħseb li wieħed mill-iskandli ta' l-irregolaritajiet li jrid jinvestiga l-ministru huwa proprju dwar il-ħruġ tal-liċenzji tas- sewqan.", "Ma investigahx tajjeb għaliex mhux talli l-affarijiet baqgħu kif inhuma, talli nbidel il-ministru u daħal il-Ministru Mugliett wara l- Ministru Galea inkarigat bir-responsabbilta' ta' l-ADT u kien proprju meta kien il-Ministru Mugliett responsabbli mill-ADT li faqqa' dan l-iskandlu.", "U dan l-iskandlu jikkonferma żewġ affarijiet, li dak li kien jaf il- Ministru Galea huwa korrett pero' hemm konferma wkoll li m'għamel xejn dwarha.", "Issa ma nistgħux ma ngħidu xejn qisu dan qatt ma ġara.", "Sur President, jekk naraw l-affarijiet f'ordni kronoloġika x'insibu?", "Il- Ministru Ċensu Galea kien jaf li l-affarijiet ma kenux qed isiru sew u qal li investigahom.", "L-investigazzjonijiet ma nafux fejn waslu għaliex ma qalx fl-istqarrija, pero' li nistgħu ngħidu hu li l-investigazzjoni ma wasslet għall-ebda riżultat.", "Dan qed ngħidu għax l-istess nies li kienu hemmhekk u li kienu responsabbli għall-irregolaritajiet baqgħu hemmhekk.", "Inbidel il- ministru, in-nies baqgħu l-istess u faqqa' l-iskandlu tal-liċenzji tas- sewqan.", "Dan kollu x'iġiegħlek taħseb, Sur President?", "Naħseb li l-ADT ma nbidlitx, is-set-up baqa' l-istess u għadhom jiġru l-istess affarijiet.", "U li jinkwetana huwa meta jkollok ministru li qed jammetti on tape li jaf li l-affarijiet m'humiex qegħdin sewwa, qed jammetti fil-press release li għamel l-investigazzjonijiet, u ftit tas-snin wara mbagħad inkixef l- iskandlu ta' korruzzjoni.", "U qed ngħid li huwa skandlu ta' korruzzjoni għax issa hemm il-flus involuti.", "Kienu jitħallsu l-flus sabiex jinħarġu l- liċenzji tas-sewqan lil min ma kienx ħaqqu jeħodhom.", "Issa rrid infakkar ukoll kif kien isir meta kien għaddej dan l-iskandlu tal-liċenzji tas- sewqan.", "Sur President, dawk involuti kienu jieħdu flus biex jagħtu liċenzja lil min ma ħaqqux, pero' biex imbagħad ħadd ma jinduna li f'daqqa waħda bdew jgħaddu mid-driving test aktar persuni milli kienu jgħaddu qabel, probabbilment kienu jwaħħlu lil min kien ħaqqu jeħodha.", "Din hija inġustizzja!", "Jiġifieri l-każ ta' l-iskandlu ma kienx biss li kienu jieħdu l- flus biex dawn jgħaddu lil ċerti nies mill-eżamijiet, imma aktar minn hekk, kienu jwaħħlu lil min ħaqqu jieħu l-liċenzja.", "U dan l-iskandlu jikkonferma bl-aktar mod ċar li l-ministru kien jaf bl-irregolaritajiet fi ħdan l-ADT u m'għamel xejn dwarhom.", "Sur President, ta' min hi r-responsabbilta' ta' dan kollu?", "Ir- responsabbilta' m'hijiex tal-ministru li kellu din l-informazzjoni kollha u naqas li jaġixxi?", "M'hijiex tal-Prim Ministru, li meta għandu din l- informazzjoni kollha f'idejh jibqa' jgħid li mhux se jieħu l-ebda passi fuq dan il-każ?", "Ma naħsbux f'dan il-pajjiż li għandu jkun hawn xi ħadd accountable għal dawn l-affarijiet?", "Jista' jkun li f'dan il-pajjiż ħadd m'hu accountable?", "Jiġru dawn l-affarijiet u dawn l-iskandli, in-nies huma konxji ta' dawn l-iskandli u qisu qatt ma ġara xejn.", "Għalhekk imbagħad meta jkollok affarijiet oħrajn li jkunu qegħdin jiġru tibda tgħid: Imma hawnhekk x'qed jiġri?", "Per eżempju, fi ħdan l-ADT illum qed ikun hemm ħafna cost overruns bl-amment u fuq kull proġett.", "Il-costs fuq bini ta' toroq ma jaqbiżx b'xi Lm100,000 jew Lm200,000 imma bil-miljuni u b'persentaġġi enormi.", "U wieħed bilfors jibda jaħseb dwar x'hemm wara dan il-ħafna cost overruns esaġerati.", "Jiena staqsejt lill-Ministru Mugliett li huwa l- ministru responsabbli llum dwar jekk investigax dawn il-cost overruns.", "Issa m'iniex qed nirreferi għal investigazzjoni b'mod tekniku, imma għallinqas biex tkun taf x'wassal għal dawk il-cost over-runs.", "U dawn l- affarijiet tinvestigahom billi tibgħat għall-periti li jkunu għamlulek l- estimi qabel u titlobhom jgħidulek fejn mort żball.", "Jekk dawk il-periti jibqgħu jirrepetu sena wara sena l-istess żball allura ma jibqax iktar żball.", "Jekk inhu żball li jirrepeti ruħu allura l-perit m'huwiex tajjeb u tneħħih minn fejn qiegħed.", "Issa jiena ngħid li dan m'huwiex żball imma li hemmhekk qed isir l-abbuż.", "Sur President, dawn huma l-affarijiet li tiffaċċja l-ADT li llum għadha bl- istess nies li kellha meta kien hemm il-Ministru Ċensu Galea.", "Jekk l- affarijiet mhux se jinbidlu l-ADT se jibqa' jkollha l-problemi u allura l- appell tiegħi huwa li l-Prim Ministru għandu jidħol fil-kwestjoni biex jara li titneħħa kemm jista' jkun malajr il-famuża brimba li semma l-Ministru Ċensu Galea.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sur President, jiena se nkompli fejn ħalla sieħbi l-Onor.", "Buhagiar dwar il-brimba.", "Il-brimba diffiċli biex taqbadha, iktar u iktar meta jkun hemm possibbilta' li min ikun fuq u suppost jaqbad il-brimba jkun parti mill-għanqbuta.", "X'jiġifieri kull darba li nagħmlu triq nispiċċaw naqbżu l-ammont stmat ta' l-ispejjeż b'ammonti kbar?", "Sur President, il-ġimgħa l-oħra qajjimt kwestjoni dwar il-kumpannija Design and Technical Resources Ltd fejn din il-kumpannija qiegħda f'uffiċċju mal-kumpannija Sant and Mugliett.", "Din ta' l-aħħar hija kumpannija magħmula minn tnejn min-nies, il-Ministru Mugliett, li huwa responsabbli mill-ADT u mix-xogħol tat-toroq, u Sant li hu ħabib kbir ta' Mugliett.", "Il-kumpannija l-oħra Design and Technical Resources Ltd hija ta' persuna waħda li hija Sant, l-ikbar ħabib ta' Mugliett.", "L-aħħar darba kont għidt li one plus one jagħmlu two.", "Mela l-istess uffiċċju ta' Sant and Mugliett huwa l-istess uffiċċju ta' Design and Technical Resources.", "Dan ikkonfermah il-Ministru stess f'dan il-Parlament meta jien għidtlu biċ-ċar li t-telephone number ta' Sant and Mugliett huwa l-istess telephone number ta' Design and Technical Resources Ltd.", "Dan in- numru pprovajtu kemm jiena u kif ukoll mill-gazzetta \"It-Torċa''.", "Meta tistaqsi għal Sant and Mugliett tirrispondik persuna u meta mbagħad tistaqsi għal Design and Technical Resources tirrispondik l-istess persuna.", "Barra minn hekk, l-għanijiet taż-żewġ kumpanniji huma l-istess.", "Allura kif wieħed jista' jaċċetta li fl-istess uffiċċju hemm żewġ kumpanniji li għandhom l-istess għanijiet u jaħdmu kontra xulxin?", "Lanqas l-ebda miġnun ma jaċċettaha!", "Sur President, s'hawnhekk diġa' jidher li hemm affarijiet li jintnu imma l- iktar ħaġali tinten huwa l-fatt li ż-żewġ kumpanniji jużaw l-istess periti, l-istess ħaddiema u l-istess kollox u qisu m'hu qed jiġri xejn.", "Tiġi f'dan il-Parlament b'dawn il-provi u mhux talli ma jipprovawx jinvestigaw, talli jipprovaw ukoll igiddbuk.", "Għaliex qed ngħid hekk?", "Għaliex meta kont qed nagħmel il-mistoqsijiet supplimentari u għidt li dawn il-kumpanniji għandhom l-istess għanijiet, il-Minikstru Mugliett qalli li mhux veru għandhom l-istess nies u l-istess għanijiet.", "Anzi qal li huma assumptions tiegħi u li huma konklużjonijiet ħżiena.", "Jien kont poġġejt fuq il-mejda tal-Kamra d-dokumenti li juru li dawn il-kumpanniji għandhom l- istess għanijiet u l-istess kollox, u min-naħa tiegħu fl-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż l-Onor.", "Mugliett ma qalx il-verita' u qisu ħadd ma għamel xejn.", "F'dan l-istat ġibniha l-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż!", "Il-ministru gideb fil-Parlament minkejja li jien poġġejt id-dokumenti.", "Imma mhux dak l- agħar.", "F'dan il-Parlament jiena semmejt ukoll li kemm Sant and Mugliett u kif ukoll id-Design and Technical Resources Ltd ma tawx kopja ta' l-accounts lill-MFSA għal ħames snin sħaħ.", "Xi tfisser din?", "Kif ħa tender tat-toroq meta dan ma ssottomettiex l-audited accounts lill-MFSA?", "Allura dawn l- affarijiet ma jiċċekkjawhomx qabel?", "Kif ħallejna jgħaddu affarijiet bħal dawn meta hemm ministru involut direttament f'kumpannija li lanqas biss ipproduċiet il-kopji tad-dokumenti ta' l-accounts lill-MFSA?", "Dawn huma affarijiet li wieħed irid jinvestigahom bis-serjeta' jekk irridu lill-poplu jemmen li aħna veru kontra l-korruzzjoni.", "Issa minkejja dan kollu, min-naħa tal-gvern Nazzjonalista qisu m'hu qed jiġri xejn.", "Ġabu lill-poplu jaċċetta kollox, qisu kollox xejn m'hu xejn, korruzzjoni xejn m'hu xejn u konflitt ta' interess m'hu xejn.", "U jekk qed jaħseb il-Ministru Mugliett li se nieqaf, jiżbalja, għax aħna se nkomplu nuru l-affarijiet bis-serjeta'.", "Se nuru li probabbilment lill-brimba ma tistax toqtolha għax parti mill- għanqbuta tal-brimba qiegħda fuq.", "U hawn jiena ngħid li aħna se nkomplu niġġieldu bis-serjeta'.", "Rigward il-kwestjoni ta' l-Onor.", "Ċensu Galea, li dak iż-żmien kien ministru responsabbli mill-ADT jiena ngħid li hu kien jaf li kien hemm it-taħwid imma qatt ma kien jitkellem barra li kien hemm it-taħwid.", "Barra dejjem kien jgħid li kollox kien miexi sew.", "L-istess qed jagħmel issa fil-kwestjoni tal-maritime authority.", "Jgħid li l-affarijiet huma sew meta jaf li m'humiex għaliex għandu brimba bħalma kellu fl-ADT!", "Imma din id-darba għadna ma smajniex li m'għandux pala biex joqtolha.", "Din id-darba qed jiddefendihom allavolja jaf li fil-maritime authority hemm brimba ikbar minn ta' l-ADT, u l-brimba qiegħda n-naħa ta' fuq u tibqa' nieżla 'l isfel.", "Għaliex qed ngħid hekk, Sur President?", "Meta konna qed niddiskutu l-estimi ta' l-awtorita' marittima jien kont għidt li l-affarijiet m'humiex kif qed ipinġihom il-ministru imma huma differenti.", "Per eżempju, kemm jiftaħru li fil-yacht marinas sejjer kollox sew!", "Minkejja dan il-ftaħir jiena wrejtu bil-provi l-abbużi li qed isiru fil-yacht marina ta' l-Imsida u t-telqa li hemm f'din il-yacht marina.", "U dan għaliex qed jiġri?", "Biex ibigħuha lil xi ħadd tal-qalba bi ftit flus?", "Għalhekk qed jiġru dawn l-affarijiet.", "Yacht marina bħal dik u mbagħad issib it-toilets imkissrin!", "Minflok qed nattiraw lit-turisti biex jiġu jużaw il-yacht marina, spiċċajna qed inkeċċuhom.", "U jiena mhux talli poġġejt ir-ritratti fuq il-mejda tal-Kamra, talli biex iktar nuri l- affarijiet - għax jiena m'għandix x'naħbi - poġġejthom fuq il-website tiegħi.", "Min irid jista' jidħol fil-website tiegħi u jsib ir-ritratti biex jaraw it-telqa u d-diżastru li hemm fil-yacht marina.", "Minkejja dawn il- provi, il-ministru qal li se jinvestiga u ma ġara xejn.", "X'semmejtlu iktar jien?", "Semmejtlu abbużi fuq il-bastimenti bil-bandiera Maltija u jien poġġejt dokumenti fuq il-mejda tal-Kamra li juru n- nuqqasijiet kbar li hemm fuq il-bastiment b'bandiera Maltija u dak li kitbet kumpannija lill-crew fejn qaltilhom li hija sitwazzjoni tal- mistħija.", "U għaliex qed jiġri dan?", "Għaliex ġabu baħħara mhux kwalifikati u bla esperjenza.", "Dawk ġabuhom b'inqas paga u qed jaqilgħu lill-Maltin 'il barra.", "Pero' għan-naħa l-oħra ma jimportax li jpoġġu fil-periklu lil pajjiżna.", "Ma jimportax jekk allaħares qatt ikun hemm inċident fejn xi bastiment mimli biż-żejt iniġġes il-kosta kollha!", "Dak ma jimportax, basta jkun hemm min jaqla' l-flus billi jħaddem ħaddiema barranin b'kondizzjonijiet ħżiena u bi ftit flus.", "Sur President, ma jistax ikun li dawn l-affarijiet jibqgħu għaddejin u jiena mhux se nieqaf nitkellem.", "Din is-sitwazzjoni tant hi perikoluża li lanqas għaddiet ġimgħa minn mindu tkellimt jien li ma kienx hemm inċident sitt mili 'l barra mill-port fejn bastiment bunker barge ħabtet ma' skuna tas-sajd.", "Waħda minn ta' l-istess kumpannija kienet din!", "Imn'Alla li din il- barge kienet vojta u kienet għadha se tidħol il-port biex timla!", "U minkejja dan, aħna niġu f'dan il-Parlament u fl-interess tal-pajjiż nagħmlu l- mistoqsijiet pero' l-ministru ma jirrispondihomx.", "Ma jridx jagħti informazzjoni lill-poplu.", "Pero' jekk irid, biex jara li dak li qed ngħid jien huwa minnu, lill-poplu nistiednu jidħol fil-website tiegħi u jara d- dokument li poġġejt fuq il-mejda tal-Kamra.", "B'dan il-mod ikun jista' jara x'sitwazzjoni tal-mistħija għandna f'dan il-pajjiż fejn jidħol il-qasam marittimu.", "Imma l-agħar waħda hija li dak li suppost jaqbad il-pala biex jeqred lill- brimba huwa parti mill-brimba.", "Għaliex qed ngħid hekk?", "Jiena kont semmejt kemm ftaħar il-gvern Nazzjonalista, inkluż il-Ministru Ċensu Galea, illi issa la se nirreġistraw bastimenti 'il fuq minn 25 sena u lanqas dawk li huma single hull.", "Tgħidx kemm ftaħru biha!", "Imbagħad f'daqqa waħda nsibu li kien hemm min irid jirreġistra bastimenti 'il fuq minn 25 sena u ma ħallewhx, u għax mar għand xi ħadd partikolari irreġistrawh Issa ma baqax jiftaħar.", "Allura din mhux xi ħaġa tinten?", "Issa din aġenzija waħda!", "Ftaħart tant li ma tirreġistrax bastimenti 'il fuq minn 25 sena!", "Sur President, ma jistax ikun li nibqgħu mexjin b'dan il-mod f'dan il- pajjiż.", "Ma jistax ikun li jibqa' jiġi l-ministru jgħid li fil-maritime authority m'hemm xejn jinten.", "F'din l-awtorita' kull dipartiment jiġġieled ma' l-ieħor.", "Ħadd ma jaħmel lil ieħor u mbagħad il-ministru jiġi jiddefendihom u jgħid li kulħadd magħqud qishom qegħdin jgħixu f'xi kunvent tal-patrijiet!", "Nies li huma kapaċi u kwalifikati m'humiex jingħataw l- opportunita' li juru x'jafu, hu x'inhu t-twemmin politiku tagħhom, għax hemm Nazzjonalisti u hemm Laburisti.", "Trid tkun tal-qalba hemmhekk biex tagħmel li trid u mhux biss trid tkun Nazzjonalist.", "Jekk tkun Nazzjonalist pero' ma tkunx tal-qalba taqla' fuq rasek ukoll.", "Imbagħad tiġi fl-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż u tistaqsi mistoqsija biex tara x'inhu jiġri f'każ ta' inċident bħal dan u l-ministru ma jridx jagħti informazzjoni u ma jridx jirrispondi għax l-istanding orders jgħidu li jekk mistoqsija supplimentari ma tkunx relatata mas-suġġett, il-ministru ma jkunx marbut li jirrispondi.", "Jekk mistoqsija supplimentari tkun relatata mas-suġġett, il-ministru jirrispondi kif irid hu, għax ħafna drabi lanqas jirrispondu!", "Anke fil-mistoqsija oriġinali ħafna drabi t-tweġiba tkun li risposta tingħata f'seduta oħra.", "Imma mhux dik l-ironija.", "X'inhi l- ironija?", "Sur President, l-ironija hi li jiftaħru li jridu jibdlu l-istanding orders u jgħidu jridu jagħmlu l-question time għall-ministri u għall-Prim Ministru meta lanqas biss iwieġbu għal mistoqsija supplimentari sempliċi.", "Dan qed ngħidu biex nuri kemm huma finti dawn l-affarijiet.", "Imma mhux dik l-agħar.", "L-agħar hu li għax inti tkun qed tagħmel id-dover tiegħek f'dan il- Parlament, tiskrutinja u tagħfas lill-ministru kif għandu jkun biex joħroġ il-verita', jiġi l-kap tagħhom u qisu b'mod ta' theddid qisu jrid jgħid li l-istanding orders jitħaddmu kif jgħid hu u mhux kif suppost, jiġifieri li s-Sedja tiddeċiedi dwarhom hi.", "Li jgħid hu jgħodd!", "Dawn x'affarijiet huma!", "Pero' ma ġara xejn.", "Il-poplu jisma' qiegħed u jkun jaf x'inhu jiġri.", "Jiena naħseb il-poplu nduna illi l-partit Nazzjonalista jilbes ta' ħaruf pero' fil-verita' huwa lupu.", "Dik kienu jgħiduha lilna.", "Sur President, biex wieħed jinduna kemm il-partit Nazzjonalista jilbes ta' ħaruf pero' fil-verita' huwa lupu biżżejjed wieħed jara kemm wegħduhom affarijiet lin-nies!", "Lil kulħadd wiegħdu, inkluż lill-kaċċaturi u lill- bdiewa.", "Wiegħdu li l-affarijiet se jitranġaw u li se jkunu sbieħ, imbagħad sibna li l-affarijiet m'humiex hekk.", "Wiegħdu li x-xogħol se jibda jiġri wara n-nies.", "In-nies xebgħu jiġru wara x-xogħol u xorta ma sabuhx.", "Din hija sitwazzjoni tal-biki u nerġa' ntenni li ma jistax ikun li nħallu affarijiet bħal dawn għaddejjin.", "Aħna, bħala Oppożizzjoni, f'dan il- Parlament nagħmlu l-pressjoni li hemm bżonn biex forsi l-Prim Ministru jisma' u jinvestiga l-affarijiet.", "Min ikun serju hekk għandu jagħmel biex l- affarijiet ma jħallihomx ikomplu sejrin għall-agħar u ma jkomplux isiru l- abbużi.", "Il-Prim Ministru jiġi joqgħod jgħidilna li se nimxu skond l-istanding orders.", "Jiena nħobb nimxi bl-istanding orders u nieħdu pjaċir nimxu bl- istanding orders.", "Skond l-istanding orders bi ftehim tista' tasal ukoll, imma l-istanding orders qegħdin għaż-żewġ naħat tal-Kamra u qegħdin hemm biex jiggwidaw.", "Jiena nemmen li mhux ir-regolamenti biss jgħoddu, imma r- rieda ta' kemm tipprova tagħti ħajja lill-Parlament.", "Inutli li jkollok ir- regolamenti jekk imbagħad tipprova tagħmel sarima ma' ħalq dak li jkun biex ma jitkellimx dwar l-affarijiet li jkunu sejrin ħżiena u jipprova jiskrutinja lill-gvern.", "Dik hija theddida serja għad-demokrazija ta' pajjżna u ma jistax ikun li naċċettawha.", "Sur President, jien nistenna li kemm il-Ministru Mugliett kif ukoll il- Ministru Ċensu Galea jinvestigaw l-affarijiet, u l-Prim Ministru jinvestiga wkoll il-konflitt ta' interess tal-Ministru Mugliett fil-kwestjoni ta' l- għoti tal-kuntratti tat-toroq.", "Nispera wkoll li l-Ministru Galea jinvestiga wkoll biex jara x'inhi r-raġuni kif wara dak il-ftaħir kollu li bastimenti 'il fuq minn 25 sena mhux se jirreġistrawhom iktar, f'daqqa waħda aġenzija waħda bdiet tirreġistrahom.", "Wara li għamiltlu mistoqsija dan qal li aċċettawha peress li din kumpannija li tirreġistra ħafna bastimenti taħt il- bandiera Maltija.", "Dik kienet ir-raġuni!", "Il-ministru aċċetta li jirreġistra bastimenti 'il fuq minn 25 sena meta xeba' jgħid barra mill-pajjiż u fil- pajjiż li issa ma nirreġistrawhomx iktar biex nuru li l-bandiera qed nagħtuha standard tajjeb.", "Imbagħad naraw dawn l-affarijiet.", "Sur President, jekk xi ħadd jaħseb li jien se nieqaf milli nikkritika u niġbed l-attenzjoni dwar l-affarijiet ħżiena li jkunu qed isiru u dwar l- abbużi li jkunu għaddejjin ikun qed jiżbalja.", "Jiena m'iniex se nieqaf anzi beħsiebni nkompli u fl-ewwel opportunita' li jkolli se nerġa' intenni dak li għidt u nkompli nżid miegħu.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it-Tlieta, 5 ta' Ġunju 2007, fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Ministru.", "Fid-9.40p.m il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "CBM - BDIL TA' FLUS ANTIKI", "26368.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk fil-kapaċita' tiegħu bħala Ministru tal-Finanzi jistax jaċċetta u jibdel flus antiki ngħidu aħna tat- tielet serje u li għadda ż-żmien li jistgħu jissarfu għax għaddew l-għaxar snin minħabba li jidher li l-Gvernatur tal-Bank Ċentrali dan ma jistax jagħmlu?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant illi meta karti tal- flus ma jibqgħux valuta legali skond is-subartikolu (4) ta' l-artikolu 42 ta' l-Att dwar il-Bank Ċentrali ta' Malta, u għalhekk ma jibqgħux jiġu nklużi fil-passiv kurrenti tal-Bank skond is-subartikolu (6) ta' l-istess artikolu 42, ma jkunux jistgħu jiġu mifdija.", "Dan jidher li hu l-każ tal- karti tal-flus imsemmija fil-mistoqsija ta' l-Onor.", "Interpellant u għaldaqstant skond il-liġi il-Ministru tal-Finanzi ma jistax jawtorizza l- bdil ta' dawn il-karti.", "SKEJJEL - XOGĦLIJIET", "26369.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Issa li dalwaqt jibdew il-vaganzi tas-sajf fl-iskejjel statali jista' l-Ministru jelenka x-xogħlijiet li hemm ippjanata fid- diversi skejjel?", "Dawn kollha se jinħarġu offerti għalihom?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ix-xogħol fl-iskejjel hu kontinwu u jsir skond il- proċeduri finanzjarji tal-Gvern.", "SKEJJEL - XOGĦLIJIET", "26370.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid fil-preżent kemm hemm applikazzjonijiet pendenti għal xogħlijiet ta' bini u/jew estensjonijiet ta' skejjel?", "Liema huma dawn l-iskejjel?", "Meta saret kull applikazzjoni u għal liema xogtħol eżattament saret?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Ninsab infurmat li skond is-sistema ta' l- informatika ta' l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, l- Awtorita' għandha quddiemha 35 applikazzjoni pendenti għal xogħlijiet ta' bini u/jew estensjonijiet ta' skejjel.", "Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra id-dettalji li talab l-Onor.", "Interpellant.", "Niġbed l-attenzjoni li din l-informazzjoni inġabret billi saret tfittxija fis-sistema ta' l-informatika ta' l-Awtorità għall-applikazzjonijet pendenti li fil-proposta tagħhom teżisti xi waħda minn dawn ll-kliem: school, skola, skejjel jew classroom.", "KORP TAL-PULIZIJA - GRADWATI", "26371.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm membri tal- Korp tal-Pulizija li huma gradwati fil-liġi?", "Jista' jgħid x'rank għandhom?", "Hemm membri oħra tal-Korp li bħalissa qed jattendu kors simili fl-Universita' ta' Malta?", "Hemm xi pulizija li qed jattendu korsijiet li ma jwasslux għal gradwazzjoni bħala avukat jew prokuratur legali?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi fil-preżent hemm tliet supretendenti, tliet spetturi u ħames surġenti fil-Korp tal-Pulizija li huma gradwati b'dottorat fil-liġi.", "Infurmat ukoll illi m'hemmx membri tal- Korp tal-Pulizija li bħalissa qed jattendu kors simili fl-Universita' ta' Malta, filwaqt li hemm xi membri oħra tal-Korp li qed jattendu courses oħra fuq bażi personali part time.", "STUDENTI LI SPIĊĊAW L-ISKOLA", "26372.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru jgħid x'inhu n-numru totali ta' studenti li spiċċaw l-istudji tagħhom fil-Form V fl-iskejjel ta' l-Istat, tal-Knisja u dawk indipendenti?", "Kemm huma subien u kemm bniet?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li n-numru ta' studenti li hu kalkulat li ser jispiċċaw din is-sena fl-iskejjel tal-Knisja u Indipendenti hu:", "Subien Bniet Total Skejjel ta' l-Istat 1681 1754 3435 Skejjel tal-Knisja 814 712 1562 Skejjel Indipendenti 258 243 501", "IBRAĠĠ - ĠIBJUN", "26388.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu mill-awtoritajiet tas-saħħa wara rapporti li l-Kunsill Lokali tas-Swieqi qed jgħid li għamel mad-dipartiment tiegħek dwar ġibjun li hemm fejn hija proġettata li ssir Triq il-Wejba f'Ta' l-Ibraġġ li qed ikun mimli ilma nfettat bl-insetti għad- detriment tar-residenti fl-inħawi?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninsab infurmat li d-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika kien irċieva lment minn għand il-Kunsill Lokali Swieqi fil-25 ta' Lulju 2005.", "Saru l-investigazzjonijiet neċessarji, għalkemm ma kienx instab is- sid.", "Wara li ġie magħruf, inħareġ avviż lis-sid in kwistjoni sabiex jitneħħa l-inkonvenjent.", "Fl-20 ta' Marzu 2006 ġie konfermat minn uffiċċjal ta' dan id-Dipartiment li l-inkonvenjent tneħħa.", "Risposta dwar dan ingħatat lill-Kunsilli Lokali Swieqi fl-istess ġurnata.", "Dwar is-sitwazzjoni preżenti referuta fil-mistoqsija parlamentari saret spezzjoni nhar il-Ġimgħa 25 ta' Mejju 2007 u reġa' ġie nnotat xi ilma qiegħed fil-ġiebja li tinsab fit-Triq il-Wejba Ibraġ.", "Għalhekk, inħareġ avviż ieħor lis-sid sabiex jitneħħa l-inkonvenjent.", "Azzjoni legali tittieħed fin-nuqqas.", "IMMIGRANTI ILLEGALI", "26391.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm qed jiswa lill- gvern kull immigrant fid-detention centres?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi mir-records disponibbli, matul is- snin mill-1999 sal-2007 saru dawn il-pagamenti relatati ma' spejjeż fuq immigranti illegali mid-Dipartiment tal-Pulizija.", "Dawn ma jinkludux spejjeż relatati ma' salarji ta' Pulizija.", "1999 Lm 50,322 2000 Lm 33,208 2001 Lm 27,400 2002 Lm228,250 2003 Lm407,934 2004 Lm109,790 2005 Lm340,754 2006 Lm389,260 *2007 Lm 89,000 *(sat-22 ta' Mejju) MARSASKALA – TRIQ IL-LAMPUKA", "26392.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jgħid meta jaħseb li Triq il-Lampuka li tagħmel ma' Triq Patri Wistin Bjorn Marsaskala se ssir?", "Hemm possibilita' li din issir qabel ix-xitwa?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-ADT bena mill-ġdid bosta toroq f'dawk l-akwati fosthom Triq l-Għassies, p/o Triq il- Vjola, p/o Triq Patri Wistin Bjorn, Triq il-Ħamrija, Triq l-Isfar u Triq ir- Roża.", "Bħalissa għaddejja xi xogħol anke fuq Triq Santa Marija u Triq il- Bajja.", "Barra minn dan l-ADT qed tipprepara biex diversi toroq oħra fosthom din il- parti ta' Triq il-Lampuka tiġi mibnija mill-ġdid.", "Dan ix-xogħol għandu jinħareġ fix-xhur li ġejjin.", "TAXXA FUQ TRASFERIMENT TA' PROPRJETA'", "26393.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO PRECA staqsiet lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Jaf il-Prim Ministru li t-taxxa fuq trasferiment ta' proprjeta ġejja minn wirt fuq nisa miżżewġin u li ma jaħdmux qed tkun indirizzata lill-irġiel tagħhom?", "Ma jidhirlux li din il-proċedura hija waħda diskriminatorja a bażi ta' sess?", "Ma jidhirlux li din il-proċedura m'hijiex konformi mal-prinċipju tal-liġi, fis-sens li proprjeta' li ġejja minn wirt hija meqjusa bħala parafernali u mhux parti mill-komunjoni ta' l- akkwisti u għaldaqstant, il-parti l-oħra fiż-żwieġ m'għandhiex għalfejn tkun involuta anke mil-lat ta' taxxa?", "X'se jsir min-naħa tad-dipartiment biex din il-proċedura tinbidel?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tingħata tweġiba f'xi seduta oħra.", "TELEFONIJA ĊELLULARI - ANTENNI", "26394.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO PRECA staqsiet lill-Ministru tas- Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' l-Ministru jgħid jekk l-antenna li jitwaħħlu minn kumpanniji tat-telefonija ċellulari fuq bjut ta' proprjeta' privata hux qed tkun iċċertifikata li tagħmel ħsara lis-saħħa tan-nies mill-aspett ta' radjazzjoni, eċċ?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 26394, nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li testijiet dwar l-antenna li jitwaħħlu minn kumpaniji tat-telefonija ċellulari isiru mill-Malta Communications Authority bħala l-Awtorita` kompetenti u mhux mid- Dipartiment tas-Saħħa Pubblika.", "Għal aktar dettalji fuq kif isiru dawn it-testijiet nissuġġerixxi lill- Onor. Interpellant tirreferi lill-Ministru responsabbli mill-Malta Communications Authority.", "CARING FOR THE ELDERLY", "26406.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO PRECA staqsiet lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru jgħid għaliex ir- riżultati tar-re-sit li sar għaċ-Ċertifikat aħħari tal-kors Caring for the Eldery (ESF 16), li nżamm fid-19 ta' Frar, 2007, rċevewh fil-21 ta' Mejju, 2007?", "Għaliex damu daqshekk biex it-tlett studenti li għamlu dan l-eżami tħallew fl-għama għal tlett xhur sħaħ dwar l-andament ta' xogħolhom?", "X'kienet l- marka stabbilita' għal pass mark?", "Għaliex fl-ewwel eżami li sar fl-14 ta' Diċembru, 2006, studenti bid-dyslexia ma ngħatawx l-għajnuna u mbagħad fir- re-sit ingħatatilhom?", "Għaliex ma ngħatawx din l-għajnuna mill-ewwel meta professjonisti fl-iskola huma konxji li dawn l-istudenti għamlu sforz kbir biex ħadmu fil-kors b'suċċess, iżda ma jifilħux għal pressjoni ta' studju qawwi għat-tieni darba konsekuttiva fi żmien relattiva qasir?", "Ma jidhirlux l-Ministru li l-ambjent għal dawn l-istudenti li għandhom ħteġijiet speċjali, fl-aħħar fażi tal-kors, jiġifieri fil-mod kif tmexxew l- eżamijiet, ma jirrifletti xejn, il-policy ta' inclusive education?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Peress li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar tweġiba tingħata f'xi seduta oħra."]} {"filename": "20040322_113d_par.doc", "date": "2004-03-22", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) L-GHAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 113 It-Tnejn, 22 ta' Marzu, 2004 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 L-GHAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 113 It-Tnejn, 22 ta' Marzu, 2004", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.01 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "113", "L-Erbgha, 17 ta' Marzu, 2004", "WERREJ", "MINUTI 598", "MISTOQSIJIET - TWEGIBIET ORALI 598", "TQEGHID TA' KARTI 605", "STQARRIJA MINISTERJALI 606", "AGGORNAMENT 610", "MISTOQSIJIET GHAL TWEGIBIET ORALI MWIEGBA BIL-MIKTUB 611", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 112 li saret fis-17 ta' Marzu, 2003 gew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEGIBIET ORALI", "SEDQA - PROGRAMM TA' RIABILITAZZJONI", "4433.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Vici Prim Ministru u Ministru ghall-Politika Socjali: Jista' il-Vici Prim Ministru jghid xi jkunu s- soltu r-rakkmandazzjonijiet ta' agenziji bhas-Sedqa meta persuna li tkun qed taghmel xi programm ta' rijabilitazzjoni mid-droga titressaq il-qorti ghax tkun kisret il-programm u tkun fil-periklu li titlef ix-xoghol mas- settur privat jew mas-settur pubbliku?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Vici Prim Ministru u Ministru ghall-Politika Socjali): Nifhem li l-Onor.", "Interpellant qed jirriferi ghal kaz fejn persuna terga' titressaq il-qorti ghax tkun kisret xi kundizzjoni tal- programm ta' rijabilitazzjoni minn abbuz ta' droga li tkun qed issegwi fuq ordni tal-qorti stess.", "Informat li f'kaz bhal dan, jekk il-programm ikun qed isir ma' l-agenzija Sedqa, l-ufficjali ta' l-agenzija ma jigux mitluba mill-qorti jaghmlu rakkmandazzjonijiet izda biex jirrappurtaw biss il-fatti dwar il-progress jew le li tkun ghamlet il-persuna fil-programm.", "Ninsab informat ukoll li hi l-qorti li tikkunsidra fatturi ohra relatati mal-kaz meta tigi biex tiddeciedi.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Bartolo, domanda supplimentari.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Mr Speaker, nafu li l-attitudni popolari f'kazijiet bhal dawn hi li ma turi l-ebda komprensjoni ma' min jabbuza mid- droga u li dawn in-nies ghandhom jitkeccew mix-xoghol.", "Izda nafu li ladarba dawn il-persuni jkunu qeghdin isegwu programm, ikunu se jibdew pagna gdida f'hajjithom u allura aktar ghandhom jinghataw ghajnuna.", "Jekk jitkeccew mix-xoghol se jispiccaw bi problemi akbar milli kellhom fil-bidu.", "Jista' il-Vici Prim Ministru jghid jekk tezistix xi policy min-naha ta' l- agenzija li tirrikmanda li dawk in-nies li jkunu abbuzaw mid-droga ma jitkeccewx mill-post tax-xoghol?", "MR SPEAKER: Il-Vici Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, proprju ghalhekk dan huwa programm ta' rijabilitazzjoni ghax l-iskop kollu hu li l-persuna li tkun ghaddiet minn krizi, terga' tigi rintergrata fis-socjeta'.", "U allura bhala regola, l- agenzija taghmel dak kollu possibbli biex tara li l-individwu jkun qieghed verament jippartecipa u jikkontribwixxi u tghinu jsib soluzzjoni kemm fid- dinja tax-xoghol kif ukoll fi bzonnijiet ohra relatati ma' kawzi socjali li minhabba fihom x'aktarx li l-individwu jkun waqa' f'dan il-vizzju.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Imma nkun korrett jekk nghid li hemm kazijiet – anke jekk forsi m'huwiex gust li naghmilha lill-Onor.", "Gonzi din il- mistoqsija – fejn il-magistrat li jkun qata' is-sentenza, ikun irrikkmanda li l-individwu koncernat ma jitkecciex mill-impjieg tieghu, kif naturalment tkun ukoll ix-xewqa ta' l-agenzija, u li minhabba n-natura tax-xoghol li dan ikun qed jaghmel, per ezempju, ikun fl-Armata, xorta wahda jigi deciz li jitkecca?", "MR SPEAKER: Il-Vici Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Iva, hekk hu.", "Ghax imbaghad hemm kazijiet fejn is- sensittivita' tan-natura tax-xoghol partikolari ma tkunx izjed tippermetti li bniedem jigi rintegrat fejn kien.", "F'dak il-kaz l-agenzija tipprova ssib soluzzjonijiet alternattivi.", "Pero' wiehed irid jirrealizza li certi sitwazzjonijiet jakkwistaw dimensjoni hafna izjed gravi minhabba cirkostanzi partikolari u s-sensittivita' tax-xoghol li jkunu qeghdin jaghmlu.", "IMPORTAZZJONI TA' PRODOTTI", "4504.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomici: X'vantagg se jkollu l-poplu u l-ekonomija ta' pajjizna bil- mizura li se jintroduci l-gvern li jdahhal salvagwardji fuq l-importazzjoni ta' prodotti li ma nipproducux ?", "Jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra liema huma dawk l-oqsma ta' l-ekonomija li se jmorru tajjeb b'din il-mizura ta' taxxi indiretti fuq l-ikel tal-poplu u tat-turisti?", "ONOR.", "JOHN DALLI (Ministru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomici): Infakkar lill-Onor.", "Interpellant li l-gvern Malti nnegozja pakkett shih u komprensiv ma' l-Unjoni Ewropea bl-iskop li jinholoq spazju adegwat biex l-ekonomija Maltija, inkluz is-settur agrikolu, tkompli tirristruttura ruhha fuq medda ta' zmien.", "Dan inaqqas il-probabbilta' ta' skossi bla bzonn ghal kulmin jaqla' hobzu mis-setturi koncernati.", "Dan il-pakkett se jigi mplimentat fil- kuntest tat-thaddim tal-politika agrikola komunitarja minn Malta.", "Pero' tajjeb wiehed ifakkar li l-gvern Malti rnexxielu jikseb id-dritt li jimplimenta mekkanizmu ta' sussidju li huwa ntiz biex jimmitiga xi differenzi li jista' jkun hemm bejn il-prezz fl-UE u dak fis-suq internazzjonali.", "Mr Speaker, inzid nghid li mid-domanda ta' l-Onor.", "Farrugia ghandi nifhem li qed jirriferi ghar-rati li issa rridu nistabbilixxu b'dik li tissejjah il-common external tariff ta' l-Unjoni Ewropea u li naturalment fiha xi rati li huma gholjin ghal certi prodotti li huma manufatturati jew prodotti agrikoli ta' l-Unjoni Ewropea.", "Jien nghid lill-Onor.", "Interpellant u lil kulhadd li issa rridu nbiddlu daqsxejn il-mentalita' taghna.", "Meta qed inqisu dawn it-tip ta' proceduri, ta' azzjonijiet u mizuri li jittiehdu, irridu nqisu l-Ewropa shiha bhala s- suq intern taghna u mhux Malta biss.", "Allura ladarba ahna ghamilna dik id- decizjoni, irridu nimplimentaw dak kollu li huwa koncernanti maghha.", "Ghalhekk ma nahsibx li ghandna nkomplu ghaddejjin b'din in-nota diskordanti li waqt li qeghdin nghidu li ahna favur li nkunu fl-Ewropa, fl-istess hin qed nirrezistu kull pass li qed isir vis-a-vis l-Ewropa.", "Irridu nidhlu fil- mentalita' li issa ahna Ewropej, se nidhlu f'suq Ewropew u li dak huwa s- suq kollu taghna u allura ma nistghux nibqghu jkollna dawn it-tip ta' domandi fejn nistaqsu x'se tkun il-pozizzjoni ta' Malta u kif se naghmlu biex nipprotegu prodotti li ma naghmlux hawnhekk.", "Malta hija parti minn suq Ewropew u rridu ndahhlu ftit fina din il-mentalita'.", "Malta hija fruntiera ta' dan is-suq Ewropew u rridu nifhmu li kulma jidhol f'Malta m'huwiex se jidhol ghall-konsum taghna imma kulma se jkun qed jidhol f'Malta, se jkun qed jidhol ghall-konsum Ewropew shih.", "Ghalhekk Malta, bhal kull pajjiz iehor li qieghed fl-Ewropa, irid jaghmel dawk it-tariffi li huma stabbiliti mill-Ewropa ghal dak kollu li jidhol go l-Ewropa.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, peress li hafna proceduri ghadhom ma gewx maghrufa lil numru ta' negozjanti, jista' il-Ministru jghid jekk id- dipartimenti responsabbli humiex qeghdin jikkomunikaw mal-korpi kostitwiti u man-negozjanti f'Malta u f'Ghawdex dwar l-eventwalita' ta' dan it-tibdil?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Speaker, ghandi nifhem li qeghdin jinghataw l- ispjegazzjonijiet kollha mehtiega u meta xi hadd ikollu diffikulta', jinghata risposta ghaliha.", "Barra minn hekk l-informazzjoni dwar dawn it- tariffi qieghda fid-dominju pubbliku.", "Illum jekk wiehed jidhol fis-sites ta' l-Unjoni Ewropea permezz ta' l-internet, ikun jaf x'inhuma r-rati Ewropej li Malta se tkun konformi maghhom mill-1 ta' Mejju.", "Fil-fatt diga' ahna konformi ma' hafna minnhom.", "Mr Speaker, nerga' nghid li din l-informazzjoni hija ghad-dispozizzjoni ta' kulhadd.", "Pero' kulmin jixtieq xi informazzjoni li ghandha x'taqsam mal- common external tariff – nifhem li din l-informazzjoni hija voluminuza u kultant ikun difficli li wiehed jinghata d-dettalji precizi – jista' jmur fid-dipartiment tad-dwana biex jinqeda.", "Jien cert li hemmhekk hemm nies li mhux biss huma kapaci imma li huma wkoll lesti li jirrispondu ghal kwalunkwe mistoqsija li ssirilhom.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Il-Ministru jirrizultalu li hafna mill-imprendituri m'humiex qeghdin jinghataw informazzjoni bizzejjed dwar il-kwoti mill- awtoritajiet kompetenti?", "Jekk iva, x'qed jaghmel id-dipartiment biex din l- informazzjoni tkun aktar available?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Speaker, irrid nistqarr li lili dan ma jirrizultalix.", "Naturalment jekk l-Onor.", "Membru ghandu xi fatti dwar kazi specifici, nitolbu jghaddihomli halli nitlob l-informazzjoni lill- awtoritajiet kompetenti.", "QASAM TAL-BIEDJA - MARKET PENETRATION", "4505.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ghall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Fil-qasam tal-biedja kemm irid ikun il-persentagg tal-market penetration (ta' l-importazzjoni ta' prodotti li se jikkompetu direttament) fis-setturi u l-prodott lokali sabiex japplikaw is-salvagwardji lokali?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO (Ministru ghall-Affarijiet Rurali u Ambjent): Ninsab informat li biex tigi applikata l-klawsola ta' salvagwardja jrid ikun hemm sistema ta' moniteragg li l-ghan taghha hu li wiehed janticipa livell qawwi ta' market disturbance.", "Ghalhekk permezz tas-sistema ta' moniteragg il-ministeru jkun f'pozizzjoni li janticipa problemi serji ghal xi settur fl-agrikoltura.", "Naturalment kull settur ghandu c-cirkostanzi tieghu u dan ghandu jkun rifless fis-sistema ta' moniteragg.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jista' il-Ministru jghid x'inhu l-livell ta' market penetration li qeghdin nitkellmu dwaru?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Jien informat li ghadhom ghaddejjin it-tahdidiet pero' f'dan l-istadju m'iniex f'pozizzjoni li naghti aktar informazzjoni.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Evarist Bartolo, domanda supplimentari.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Jista' il-Ministru jghid jekk twaqqfux l- istrutturi li permezz taghhom se jinghataw il-hlasijiet li gew imwieghda lill-bdiewa?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Mr Speaker, nista' nghid li fejn jidhlu paying agencies qeghdin fi stadju avvanzat u ghalkemm ghad baqa' xi jsir, jekk nikkomparaw l-andament taghna vis-a-vis pajjizi ohra li se jkunu membri, insibu li l-avvanz taghna huwa sinifikanti.", "Fil-fatt qeghdin nahdmu biex sa l-ahhar ta' April ikollna kollox lest.", "SKEJJEL TA' L-ISTAT - RAPPORTI DWAR INCIDENTI", "4534.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 4182 u cioe' jghid kemm kien in-numru ta' incidenti rrapportati fl-iskejjel ta' l-Istat ghal dawn l-ahhar hames snin, sena b'sena li sofrew l-istudenti fil- kindergarten, fil-primarja, fis-sekondarja u fl-MCAST separatament?", "X'tip ta' incidenti kienu?", "Kemm-il kaz ta' serq gie rappurtat mill-istess studenti separatament fl-istess perijodu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni): Se npoggi fuq il-mejda tal-Kamra it-taghrif mitlub.", "PULIZIJA - MEMBRI GODDA", "4535.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Gustizzja u Intern: B'riferenza ghal mistoqsija parlamentari 4177, il-Ministru jeskludi li s- sejha ghall-pulizija godda ssir din is-sena?", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru tal-Gustizzja u Intern): Gentilment ninforma lill-Onor.", "Interpellant li m'ghandi xejn xi nzid mat-twegiba li jien tajt ghal mistoqsija parlamentari msemmija.", "VILLA PSAIGON: HADDIEMA - TAQSIMA TAL-GARDENING", "4566.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jghid kemm hemm persuni jahdmu fit-taqsima tal-gardening alloggjati f'Villa Psaigon?", "Fiex jikkonsisti x-xoghol ta' kull wiehed u wahda minnhom?", "Jista' jpoggi lista bl-ismijiet tal-persuni kollha li suppost jirrappurtaw ghax-xoghol f'din it-taqsima u dawk li suppost jirrappurtaw ghax-xoghol f'Villa Psaigon?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li n-numru ta' persuni li jahdmu fit-taqsima ta' l-agrikoltura tad-divizjoni ta' l-edukazzjoni huwa ta' 66.", "Dawn il- haddiema jaghmlu xoghol ta' manutenzjoni u tisbieh ta' gonna fl-iskejjel.", "TAQSIMA TAL-GARDENING – XIRI TA' FJURI", "4567.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jghid matul is-sena 2003 u Jannar 2004 kemm xtrat fjuri t-taqsima tal-gardening u f'kull kaz ghal min kienu dawn il-fjuri?", "Min awtorizza l-hlasijiet ghax-xiri ta' dawn il-fjuri?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li bl-eccezzjoni ta' ftit flower arrangements mixtrija fl-2003 ghall-okkazjoni tal-prezentazzjoni tal- warrants tat-teachers ordnati mid-dipartiment tal-further studies and adult education, il-gardening unit ma xtrat l-ebda fjuri matul is-sena 2003 u f'Jannar 2004.", "DIVIZJONI TA' L-EDUKAZZJONI - HADDIEMA", "4568.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jghid jekk id-divizjoni ta' l-edukazzjoni ghandhiex xi bini taghha u xi persuni jahdmu maghha li xogholhom hu li jrabbu u jiehdu hsieb il-qtates?", "Xi jsir mill-flus li jdahhlu minn dan ix-xoghol?", "Kemm idahhlu flus?", "Min hu responsabbli biex jara xi jsir minn dawn il-flus?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Id-divizjoni ta' l-edukazzjoni m'ghandha l-ebda persuna tahdem maghha jew bini taghha li xogholhom hu li jrabbu u jiehdu hsieb il-qtates.", "Jista' jkun li l-Onor.", "Membru qed jirriferi ghal bicca art fil-limiti tal- kullegg ta' l-agrikoltura fejn in-natural cats society waqqfet cat sanctuary u l-qtates abbandunati jiehdu hsiebhom il-membri tas-socjeta', bla ebda spiza lill-erarju pubbliku.", "L-ex-kullegg ta' l-agrikoltura illum jifforma parti mill-MCAST.", "KUMMISSJONI MALTIJA FI BRUSSELL - PERSUNI JSERVU F'OQSMA VARJI TAL-BIEDJA", "4578.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ghall-Affarijiet Rurali u Ambjent: B'riferenza ghal mistoqsija parlamentari 4180, jista' il-Ministru jinformani liema huma l-persuni li gew accettati wara s-sejha li harget ghal dan il-ghan?", "Jista' ipoggi fuq il-mejda tal-Kamra kopji tas-CV taghhom?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant ghat-twegiba li tajt ghal mistoqsija parlamentari 4180 fis-seduta 104 tat-23 ta' Frar, 2004.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, peress li mar-risposta li rriferieni ghaliha l-Ministru ma kienx hemm CVs jista' jghidli x'inhi r-raguni li dan it-taghrif m'huwiex qed jinghata, lanqas b'mod kunfidenzjali?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: M'ghandi xejn aktar xi nzid.", "BDIEWA/RAHHALA - REGISTRAZZJONI TAR-RABA'", "4588.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Gustizzja u Intern: B'riferenza ghal mistoqsija parlamentari 4178, jista' il-Ministru jinformani jekk ta' lanqas dawn l-applikazzjonijiet humiex se jkunu lesti din is-sena?", "Jekk le, x'qed jikkawza lill-process biex jimxi daqstant bil- mod?", "ONOR.", "TONIO BORG: Kif diga` ghedt fi twegibiet ohra ghall-mistoqsijiet parlamentari precedenti fuq l-istess suggett, ix-xoghol mehtieg fuq il- kwazi l-10,000 applikazzjoni li saru taht l-iskema tal-qbiela, huwa wiehed laboruz u jirrikjedi hafna hin.", "S'issa saru eluf ta' sighat ta' xoghol sabiex jigu pprocessati l-ewwel fazijiet ta' l-iskema.", "Jibqa' l-fatt li fil-maggoranza kbira tal-kazijiet l-applikazzjonijiet jinvolvu kumplessitajiet teknici u legali li jiehdu l-hin sabiex jigu determinati u l-process qed jiehu fit-tul izjed milli mixtieq.", "It-taqsima proprjeta` tal- gvern qed taghmel l-almu taghha sabiex fid-dawl tar-rizorsi taghha tipprocessa l-applikazzjonijiet bl-iktar heffa possibbli.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Filwaqt li napprezza dak li qed jghid il-Ministru, gie analizzat il-mod ta' kif il-proceduri jistghu jithaffu?", "Qed nghid dan fis-sens jekk hux qed naghtu aktar support lill-ufficcju tal-kunsilli lokali halli ma nibqghux ninghataw ir-risposta li hemm hafna xoghol xi jsir u allura kulhadd jibqa' jistenna.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Nirringrazza lill-Onor.", "Interpellant ghas-suggeriment tieghu.", "Fil-fatt dan is-suggeriment kien diga' gie milqugh u l-kunsilli lokali gew involuti aktar u aktar biex il-pubbliku jkun jista' jara l- pjanti u joggezzjona jekk jidhirlu li t-talba li tkun qed issir taht l- iskema, hijiex gustifikata jew timpingix fuq qbiela ta' haddiehor.", "Fil-fatt irrizultaw diversi overlappings bejn applikazzjonijiet u anke addirittura kien hemm min applika taht l-iskema meta l-art hija mqabbla lil haddiehor.", "Dan l-ahhar ittiehdu certi mizuri, intbaghtu aktar skrivani u t-talbiet semplici li m'hemmx kontroversja dwarhom qed jigu processati filwaqt li dawk li hemm kontroversja dwarhom qed jithallew xi ftit fuq l-ixkaffa sabiex jigi moqdi min m'ghandux problema.", "Irrid nghid li kien hemm hafna li abbuzaw minn din l-iskema.", "Nafu li l- parlament awtorizza lill-ministeru u lid-dipartiment tal-lands jghid liema huma l-persuni li jokkupaw direttament l-art jekk dawn ikunu qed juzawha ghal skop agrikolu.", "Irrizulta li saru diversi talbiet minn persuni li m'humiex qed jahdmu l-art u li qed juzawha ghal skop iehor.", "Dawn il- persuni ma jistghux jinghataw rikonoxximent ghat-titolu.", "Jien nippreferi li ndumu ftit iehor u naghmlu l-affarijiet sew milli nibdew naghtu l- artijiet bl-addocc.", "Pero` naqbel li fejn m'hemmx kontroversja, ix-xoghol ghandu jithaffef.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, fejn jidhlu fidi ta' cnus fir-rigward tal-joint office, tezisti l-istess problema, jigifieri hemm dewmien u naturalment il-familja tkun preokkupata.", "X'qed jigi mhejji min-naha tal- ministeru biex fl-eventwalita` ta' dawn il-problemi jsir dak kollu possibbli u anke tinholoq target date biex jitlesta dan ix-xoghol?", "Jien napprezza li hemm hafna xoghol xi jsir imma nemmen li rridu nkunu aktar hands-on fuq affarijiet bhal dawn.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Jien m'ghandix ic-cifri tal-fidi tac-cnus pero` naf li f'dan ir-rigward mexjin b'ritmu mghaggel.", "Huwa veru li ghal din l-iskema applikaw hafna nies pero' dawn l-affarijiet m'humiex qed jaqtghulna qalbna ghax bis-sahha ta' din l-iskema, aktar persuni se jsiru sidien tad-djar taghhom.", "Fejn ic-cens huwa temporanju u allura taht il-ligi vigenti c-centwalist jista' jaqilbu ghal cens perpetwu, li jaghmel id-dipartiment hu li jaghtihom prijorita` u ma jintbaghtux periti imma tezisti skeda ta' kif jigi kapitalizzat dak ic-cens.", "Nista' nghid li hemmhekk mexjin b'ritmu regolari.", "Naturalment trid tipprova li l-post huwa verament residenza tieghek u taht il-ligi kif inhi llum, ic-cens jista' jigi konvertit f'cens temporanju billi jigi multiplikat sitt darbiet.", "Il-gvern qieghed jirraguna li galadarba 50 jew 60 sena ohra l-eredi ta' dawn il-persuni jistghu fi kwalunkwe kaz ibiddlu c-cens temporanju f'wiehed perpetwu, dak il-fidi ahna nistghu naghmluh illum stess.", "B'hekk il-gvern jiehu somma kapitali llum, il-persuna tkun tista' ssir sid ta' darha u naturalment il-valur tal-proprjeta` joghla wkoll.", "Imbaghad ghandna kategorija ohra ta' skema ta' residenzi li jew ma jaqghux taht din ir-regola li semmejt u allura m'ghandhomx protezzjoni tat-titolu li taqilbu minn cens temporanju ghal cens perpetwu fit-terminazzjoni ta' l- enfitewsi, jew inkella li huma kirjiet u dawn, kif jaf l-Onor.", "Interpellant, ma tistax tifdihom, hlief bil-kunsens tas-sid.", "Allura f'dawk il-kazijiet jintbaghat il-perit biex jaghmel stima ta' kemm jiswa l-post mikri.", "Hemm imbaghad hafna ohrajn li applikaw – dawn ghalissa qeghdin jitwarrbu - mhux taht l-iskema.", "Kif nafu l-iskema tista' tohrog biss bil-policy tal- parlament fejn kull tliet snin jigi l-ministru responsabbli mil-lands u tigi approvata hawnhekk u tapplika biss ghar-residenzi.", "Ghandna min huwa kummercjant, ghandu l-hanut, ghandu c-cens jaghlaq u jixtieq jifdih.", "Dak il- process bilfors irid jaghmlu permezz ta' tender.", "Imma anke f'dak il-kaz, ghalkemm qed naghtu l-ewwel preferenza lir-residenzi, qed johorgu sejhiet ghall-offerti u c-censwalisti nfushom qed jinghataw dritt ta' preferenza meta tohrog it-tender.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, jien nifhem dak li qed jghid il- Ministru pero' fl-1997 harget skema u saru l-applikazzjonijiet.", "Minn risposta ghal domanda parlamentari rrizulta li llum, li qeghdin fis-sena 2004, fir-Rabat biss hemm minn ta' l-inqas 450 applikazzjoni.", "Nimmagina li f'lokalitajiet ohra hemm l-istess ammont.", "Filwaqt li nifhem li jista' jkollok dawn it-tip ta' problemi, jista' il-Ministru jispjegali ghaliex ghaddew dawn is-snin kollha u ghadhom ma gewx processati?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, kienet harget skema fl-1996 u safejn naf jien, fil-maggoranza kbira taghhom, l-applikazzjonijiet kollha gew ipprocessati.", "Dan ma jfissirx li ntlaqghu t-talbiet kollha ghax taht dik l- iskema kien hemm hafna kondizzjonijiet, fosthom li ma tistax titlob il-fidi tac-cens jekk il-post ikun ikbar minn certa area.", "Kienet harget skema limitata fl-1997 jew fl-1998 imbaghad harget dik tas- sena 2001 li giet imhabbra fil-budget.", "Din ta' l-ahhar m'ghandhiex limitazzjoni la taz-zmien u lanqas ta' kondizzjonijiet, hlief li l-gvern jiddetermina l-prezz gust meta jigi biex jifdi c-cens.", "Li qed nghid li ghadhom qed jigu processati huma l-applikazzjonijiet ta' l-ahhar skema.", "Safejn naf jien, ta' l-1996, hlief ghal xi eccezzjonijiet zghar f'kaz li kien hemm xi problema teknika, gew kollha processati; jew gew milqugha jew gew rrifjutati ghax ma jaqghux taht l-iskema.", "Ahna tajna l-opportunita` lil kulmin applika sabiex jaghzel hu liema skema jaqbillu japplika tahtha.", "Jigifieri jekk taht l-iskema ta' l-1996 il-prezz huwa irhas minn dak ta' din id-darba u l-applikazzjoni tieghu ghadha ma gietx maqtugha, ahna tajnih id-dritt li jaghzel jew l-ewwel skema jew it- tieni wahda.", "Nixtieq nghid ukoll li b'riferenza ghal certi artijiet, partikolarment f'Ghawdex, fejn il-kriterji kienu stabbiliti fil-kuntratt stess, per ezempju li l-awment tac-cens isir abbazi tal-valur tal-proprjeta`, kien hemm zidiet astronomici fil-prezz tal-fidi.", "Dan ma kienx tort tal-gvern imma minhabba l-fatt li l-knisja kienet ghamlet kuntratt ma' dawn in-nies b'certi kondizzjonijiet u nirriferi b'mod partikolari ghar-rahal ta' l- Gharb f'Ghawdex.", "Hemmhekk tajna dritt lir-residenti, wara li kellna diversi lmenti minghandhom, li l-awment ma jsirx skond kif hemm fil- kuntratt imma skond ir-rata ta' inflazzjoni li tohrog bhala skeda ma' l- ordinanza tad-dekontroll.", "B'dan qed nuri li d-dipartiment jiehu mizuri kemm jista' jkun u jipprova jghin sabiex iktar nies jifdu c-cnus taghhom halli jsiru proprjetarji tad- dar taghhom u l-art taghhom issir aktar negozjabbli.", "Jigifieri ma rridx li xi hadd jahseb li ahna b'xi mod ma ridniex insolvu din il-problema.", "Anzi konna ahna stess li ghamilna din l-iskema meta ma kien hemm l-ebda obbligu li jkun hemm skemi bhal dawn.", "EZAMIJIET TAS-SEC U TAL-MATSEC", "4589.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: B'riferenza ghal mistoqsija parlamentari 4447, jista' il-Ministru jghid min huma l-persuni li gew jew se jigu mahtura?", "X'inhuma t-terms of reference u sakemm ghandhom zmien sabiex titlesta din l-evalwazzjoni?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-core group li qed imexxi l-evalwazzjoni tas-sistema ta' l-ezamijiet tas-SEC u l-MATSEC hu kompost mill-Professur Frank Ventura, Dr Grace Grima u s-Sur Ray Camilleri.", "Ix-xoghol hu mistenni li jiehu 18- il xahar u kopja tat-termini ta' riferenza se titpogga fuq il-mejda tal- Kamra.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-hin tal-mistoqsijiet ghadda.", "Nghaddu issa ghal Tqeghid ta' Karti.", "Il-Ministru ta' l-Edukazzjoni.", "TQEGHID TA' KARTI", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Speaker, inqieghed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviz Legali Nru 127 ta' l-2004 - Ir-regolamenti generali ghar- rikonoxximenti universitarji sa l-ewwel grad.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Speaker, inqieghed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Statement u skeda dwar approprjazzjoni ta' fondi skond id- dispozizzjonijiet ta' l-artikolu 25 ta' l-Att dwar l-Amministrazzjoni Finanzjarja u l-Verifika, Kap 174.", "Peress li dan qed isir l-ewwel darba, Mr Speaker, ikun tajjeb jekk nghid li minhabba l-emendi li ghamilna ghar-regolamenti finanzjarji, issa meta jkun hemm voti li se jigu estizi bhala spizi, minflok m'ahna se nressquhom fl- ahhar tas-sena permezz tas-supplementary estimates, issa qeghdin naghtu informazzjoni fuq kif din se ssir fuq bazi regolari mill-parlament.", "Dan ma jfissirx li se jkun hemm estensjoni tad-deficit b'dawn l-ammonti ghax skond ir-regolamenti, fejn jigi minfuq iktar milli jkun hemm ivvotat, dawn m'humiex set off minn dawn l-ammonti.", "Dan qed nghidu biex wiehed ma jinterpretax l-affarijiet b'mod hazin.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Galea.", "ONOR.", "CENSU GALEA (Ministru ghat-Trasport u Komunikazzjoni): Mr Speaker, inqieghed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviz legali Nru 129 ta' l-2004 - Regolamenti ta' l-2004 dwar cikletti bil-pedali u muturi b'qawwa baxxa.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Zammit.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru ghar-Rizorsi u l-Infrastruttura): Mr Speaker, inqieghed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Taghrif dwar infiq fuq xoghlijiet ta' restawr u konservazzjoni bejn Jannar 2002 u Marzu 2004, bi twegiba ghal mistoqsija parlamentari 4885.", "MR SPEAKER: Il-Ministru Pullicino.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Mr Speaker, inqieghed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviz Legali Nru 128 ta' l-2004 - Control of carnation leaf rollers regulations, 2004.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Nixtieq navza lill-Kamra li skond ftehim milhuq, il- membri tal-media huma mistiedna jidhlu fil-Kamra biex jigbdu r-ritratti u jitrasmettu din il-parti tas-seduta.", "Stqarrijiet ministerjali.", "Il-Prim Ministru.", "STQARRIJA MINISTERJALI", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Prim Ministru): Mr Speaker, kif inhu maghruf, jien iddecidejt li ghada filghodu mmur ghand il-President ta' Malta fejn se naghtih l-ittra tar-rizenja tieghi minn prim ministru, u mbaghad ghada filghodu iktar tard se nibghat lis-Sinjorija Tieghek ukoll ittra tar- rizenja tieghi minn dan il-parlament.", "Ghalhekk jien se naghmel stqarrija f'din l-ahhar seduta li qed nattendi ghal dan il-parlament.", "Mr Speaker, din id-darba, wara li issa ilni madwar 35 sena nindirizza lilek u lill-persuni l-ohra kollha rispettabbli li okkupaw is-Sedja qablek, ippermettili nkun ftit iktar personali milli hi d-drawwa tieghi.", "Ftit taz- zmien ilu garrabt esperjenza xi ftit jew wisq stramba.", "Kont ghadni kif iddimettejt mill-kariga ta' kap tal-Partit Nazzjonalista, u minnufih bdejt nisma' fuq ir-radjijiet, fuq it-television u fuq il-gurnali diskorsi dwari li kienu xi ftit jew wisq esagerati fl-elogji taghhom.", "F'dan id-diskors qasir tal-lum m'iniex se nipprova nixbah lil dawk il-hafna kavallieri li kitbu huma stess l-epitafju fuq qabarhom, u dan lanqas m'huwa xi ghamla ta' testment spiritwali.", "Mr Speaker, illum jien qed inhalli l-kariga li ghal hafna snin ghamlitni qaddej ewlieni ta' l-Istat ta' Malta; imma certament m'iniex qed inhalli din il-kwalita` li l-iktar torbotni maghkom, il-kwalita` ta' cittadin ta' Malta u fuq kollox ta' bniedem li hajtu hi minsuga ma' taghkom u ma' ta' niesna.", "Jekk ikolli nxebbah bilfors dawn il-kelmtejn tal-lum ma' xi haga, inxebbahhom ma' l-iskambju ta' kliem bejn is-suldati ta' l-ghassa li jkunu qed ibiddlu lil xulxin wara l-gwardjani ta' xi post meqjum jew mal-gerrejja f'relay race filwaqt li jkunu qed jghaddu l-bakketta minn id ghal ohra.", "F'din l-operazzjoni kemmxejn delikata xtaqt nimxi fuq principju li naf li dejjem qdieni tajjeb matul hajti kollha s'issa, u l-principju hu dan.", "It- tibdil dejjem huwa mehtieg, imma dejjem huwa ahjar li jsir minghajr terremoti.", "Kull haga hajja tenhtieg tinbidel bla heda, izda din ghandha tithalla tinbidel kemm jista' jkun bla skossi.", "Nahseb li dan il-principju metodologiku jaghti rizultati tajbin, mhux biss fil-prattika politika imma wkoll fil-hajja personali u privata.", "Il-bakketta xejn magika izda prattika li qed nghaddi minn idejja llum, li maghkom ilni nigri biha l-girja tal-hajja, hija semplici biex tiddeskriviha.", "M'hijiex ghajr l-impenn li naghmlu l-almu taghna biex pajjizna jikseb success fi hdan l-Ewropa.", "Dwar kif dan jista' jsir se nghid kelmtejn fil-qosor dalwaqt, izda qabel xejn irrid nghid li llum jien kuntent li qed inhalli f'idejkom dan l-impenn prezzjuz ghax nista' nerhih f'idejkom ilkoll flimkien, bla divizjoni u bla eccezzjoni.", "Ghal hafna snin dan l-impenn kien fostna kawza ta' firda, imma llum, ghall-grazzja t'Alla, huwa mezz ta' ghaqda, mhux biss fostna hawn f'dan il-parlament izda wkoll fost il-poplu kollu.", "Dan huwa ta' sodisfazzjon kbir ghalija, iktar u iktar f'dan iz-zmien meta dalwaqt ninsabu resqin ghall-ewwel elezzjonijiet Ewropej li fihom issa ksibna l-jedd li nsemmghu lehinna.", "Quddiem il-poplu dejjem hemm l-ghazla, izda l-aqwa huwa li fil-parlament, bhal dak Ewropew li jigbor fih hafna gnus, meta jenhtieg ahna naghrfu ngibu ruhna ta' gens wiehed, ilkoll Maltin indaqs bid-dinjita`.", "Dan huwa sinjal mill-aqwa li lhaqna l-maturita` fid-demokrazija.", "Darba wara l-ohra, wara kull kawza kkontestata bejnietna fuq iz-zewg nahat ta' din il-Kamra, jien stinkajt biex nuru l-istess determinazzjoni li nkunu wrejna fit-taqbida u fil-hidma tar-rikonciljazzjoni.", "L-iktar perijodu trist fl-istorja ta' dan il-parlament kien zgur dak il-perijodu meta bejn dawn il-hitan ma kien jinstema' l-ebda hjiel tal-battibekk tad-dibattitu ghaliex kien iz-zmien tal-bojkott fl-ewwel xhur ta' l-1982, wara r-rizultat pervers ta' l-elezzjoni.", "Ghamilna progress kbir fit-tishih tad-demokrazija fit-22 sena li ghaddew minn dak iz-zmien ikrah, izda baqa' iktar xi jsir.", "It-tentazzjoni ghar-rikors ghall-vjolenza tibqa' dejjem imxettla u mxenxla f'qiegh qalb il-bniedem, imma jien fiducjuz hafna fil-Membri kollha ta' din il-Kamra li jkompli jintwera dejjem iktar car kemm din il-Kamra tirrapprezenta bl-ahjar mod l-avvanzi fil-maturita` demokratika tal-poplu Malti kollu kemm hu.", "Ghalkemm jiena ma nkunx maghkom, xorta wahda nifrah hafna fil-jiem meta taslu fi qbil mhux biss fuq l-ahjar sistema elettorali izda wkoll fuq l- aspetti kollha tal-Kostituzzjoni.", "Jien cert li hawnhekk kulhadd jaqbel mieghi li ghad hemm certi oqsma fejn ikun jaqbel li minghajr ma neqirdu d- diversita` tal-fehmiet, nizirghu ftit iktar ghaqda.", "Sadanittant jien nixtieq inrodd hajr minn qalbi ghal dak kollu li tghallimt mhux biss mill-mexxejja anzjani tal-partit Nazzjonalista imma anke mill- konfront ma' avversarji, sew ikbar u sew izghar minni fl-eta`.", "Dawn kollha servew biex illum jien nista' nghaddi lilkom il-bakketta ta' dan l-impenn li naghmlu success mill-Ewropa.", "Fil-fehma tieghi, biex inwettqu dan l- impenn ghandna tliet ghajnuniet mill-iktar siewja.", "L-ewwelnett ghandna l-memorja ta' l-istorja.", "Ikun tajjeb li din il-memorja tkun selettiva biex ma noqoghdux nimirhu f'imkejjen mnejn aktarx ma johrog xejn ta' siwi, imma jien nahseb li kulhadd ghandu ghalfejn iqawwi qalbu ghal raguni jew ohra meta nqisu t-triq twila li kellna nimxu biex wasalna fl-Ewropa.", "Irrid nghid li fid-dawl ta' fejn wasalna llum, it-triq lejn l- Indipendenza tidher bhala l-ewwel parti, kwazi preliminarja, tat-triq lejn l-Ewropa.", "Mill-fondazzjoni tieghu l-partit Nazzjonalista rabat flimkien il- kisba mixtieqa ta' l-indipendenza ma' l-irkupru kulturali tal-wirt Ewropew fl-integrita` tieghu, u f'dan - anke jekk b'nuqqas ta' qbil bejnietna dwar il-metodi u anke xi minn daqqiet dwar is-sustanza - kien hemm il-kontribut konvergenti tan-naha l-ohra tal-Kamra.", "M'huwiex iktar iz-zmien li nibqghu nitlewmu iktar dwar min kiseb xiex; wasal iz-zmien li nkunu kburin b'xulxin bil-gid komuni.", "Madanakollu ma nistghux ma nibqghux inqimu bl-ikbar ghozza lil dawk kollha li kkontribwew b'mod personali ghar-rebhiet demokratici ta' pajjizna.", "Illum jien insellem lill-vittmi kollha li mietu b'atti ta' terrorizmu u ta' vjolenza.", "Jisghobbija li l-hatja tal-martirju ta' nies bhal Karen Grech u Raymond Caruana baqghu ma nstabux.", "Huwa car li jien bl-ebda mod ma nixtieq vendetta.", "Ma naqbel ma' ebda vendetta fi kwalunkwe kaz.", "Naqbel ma' kastigi li jkunu taghlima.", "Kulhadd jaf li gieli din il-vjolenza kienet diretta kontra l-familja tieghi u d-dar tieghi, u kien hemm min fittex joqtol lill-assistent personali tieghi.", "Jien grat ukoll ghall-kotra kbira ta' dawk li ghamlu sagrificcji inqas spettakoluzi izda veri biex sehhet din il-mixja ta' pajjizna lejn l-Ewropa ghax hekk biss tista' tisseddaq bl- ahjar mod l-identita` taghna bhala poplu.", "Din il-mixja hija l-vera sinsla ta' l-istorja moderna ta' gziritna fi zmienna.", "Irrid inroddilhom ilkoll hajr, b'mod specjali lill-familja u l-hbieb tieghi li kellhom ibatu mhux biss mit-tigrib ta' kulmin ihaddan il-hajja politika, kif ghamilt jien, izda wkoll mit-temperament esigenti tieghi.", "Mr Speaker, it-tieni mezz importanti li ghandha f'idejha din il-Kamra bhala appogg ghall-impenn biex naghmlu success mis-shubija taghna fl-Ewropa hija, fil-fehma tieghi, l-ghozza tal-valuri.", "Dan l-ahhar kelli l-okkazjoni ninnota li ghal diversi drabi l-partit tieghi fassal slogan elettorali fil- forma ta' trepied, bhal \"Xoghol, Gustizzja u Liberta`, \"Solidarjeta` Dejjem, Kullimkien\", \"Gid, Fiducja u Direzzjoni\" u \"Xoghol, Gid u Serjeta`, u nnotajt ukoll li anki l-partit l-iehor jittama fl-adozzjoni ta' formoli ta' din ix-xorta.", "Tolqtok f'din l-ispeci ta' litanija tal-valuri li tinstema' fil-programm elettorali taghna r-ripetizzjoni ta' \"xoghol\" u ta' \"gid\".", "Il-gid li nitkellmu fuqu hawn huwa l-gid komuni.", "Dawn m'humiex valuri li b'xi mod huma monopolju taghna.", "Huma dawk il-valuri li nistghu naqblu fuqhom biex is-socjeta` taghna tkompli tikber mhux biss ekonomikament izda wkoll fl-inklussivita`, isem gdid ghas-solidarjeta`.", "Kelli hafna esperjenzi li tawni sodisfazzjon fis-snin li ghamilt bhala prim ministru.", "Fl-ewwel legislatura gharafna ndawru l-ekonomija maghluqa taghna f'wahda hajja, miftuha u b'sahhitha.", "Tajna spazju wiesa' ghall-intrapriza privata billi naqqasna l-indhil zejjed tal-gvern fl-ekonomija.", "Inholoq il- gid fil-pajjiz li minnu gawda kulhadd.", "Fit-tieni legislatura tajna spazju lic-cittadini sabiex ikollhom vuci fit-tmexxija tal-lokal taghhom.", "Illum kulhadd jaqbel li l-kunsilli lokali huma generatur ta' hidma, ta' inizjattivi u ta' progetti li qeghdin igibu titjib fil-lokalitajiet kollha ta' pajjizna.", "Illum irrid nirringrazzja lill-kunsilliera kollha li servew u qeghdin iservu b'mod volontarju ghax-xoghol taghhom.", "Izda fost l-esperjenzi li l-iktar tawni sodisfazzjon fis-snin li ghamilt bhala prim ministru kien hemm bla dubju dawk l-okkazjonijiet meta assistejt ghal-lawrja ta' l-istudenti ta' l-universita`.", "Mhux biss bdejt narahom jircievu l-lawrja bil-mijiet, kif jixraq f'socjeta` fejn l-aqwa gid m'ghadux il-proprjeta` ta' l-art, id-deheb jew il-bjar taz-zejt imma sar l- gherf, ix-xjenza u l-gharfien, imma kont nara wkoll lill-genituri taghhom, hafna drabi haddiema li kienu qed jirfsu f'dawk l-inhawi ghall-ewwel darba f'hajjithom, japprezzaw l-orizzonti godda li ftahna ghal uliedhom.", "Dan huwa terren, l-edukazzjoni, fejn ukoll imxejna, imma ghad baqa' hafna izjed fejn nimxu lejn il-mira li nerfghuha 'l fuq minn kull politika partiggjana.", "Imxejna sew ukoll lejn il-holqien tal-pluralizmu, anke fil-livell terzjarju, u l-poplu Malti ghandu jkun kapaci jaffronta n-knowledge society b'wiccu minn quddiem.", "Barra mill-edukazzjoni, is-sahha hija wkoll valur ta' importanza fundamentali.", "Dwarha wkoll il-holma tieghi kienet li nisbqu ghal kollox f'dan il-qasam kull riha ta' partiggjanizmu.", "L-edukazzjoni htigilha tilbes libsa gdida biex tkun mhux biss ghal kulhadd imma ghall-hajja kollha.", "Hekk ukoll fil-qasam tas-sahha.", "Il-programm taghna jrid igib bidla fl-enfasi.", "Nishqu l-iktar fuq li nevitaw il-mard milli fuq li nikkurawh.", "Din hi triq ohra li bdejna mexjin fiha flimkien, imma mehtiega sforzi kbar biex inkomplu sakemm dan il-valur tal-hajja jircievi r-rispett kollu li jisthoqqlu.", "Intqal bis-sewwa li l-ikbar problemi politici li ghandha d-dinja quddiemha llum huma dawk morali, iktar precizament bioetici.", "Huma problemi li jmissu fil-fond il-futur tal-bniedem.", "Huma l-problemi tal-cloning, tal-kontroll tal-fertilita` u tal-forom tal-familja.", "Huma problemi li ghandna wkoll ahna quddiemna bhall-bqija tad-dinja u jehtigilna naffrontawhom fi hdan l- Ewropa.", "Jien dejjem shaqt fuq l-importanza tal-valuri ghax huma s-sies ta' kull progress veru.", "Ghaddejjin minn krizi li minnha nistghu nohorgu msahhin, jiddependi hafna mill-orjentament li minn din il-Kamra nkomplu naghtu lil artna.", "Mr Speaker, it-tielet mezz mehtieg biex l-impenn Malti ghas-success fl- Ewropa jkompli jsehh bir-rankatura li qbadna matul zmienna hija vizjoni tal- futur ta' pajjizna fid-dinja.", "L-unika elezzjoni li tlift fil-medda ta' snin li ilni mexxej tal-partit Nazzjonalista sehhet fl-1996, meta konna addottajna slogan b'kelma wahda; \"Futur\".", "Din it-telfa kienet tfisser li l- Maltin iridu jaghlqu ghajnejhom ghall-futur?", "Dazgur li le!", "Aktarx li gara biss kien li l-poplu ried jaghtina tbezbiza u jwissina kontra l-periklu li seta' trabba fina ghajr l-inqas hjiel ta' arroganza tal-poter.", "Infatti malajr, qabel iz-zmien ipprogrammat, ergajna fit-triq storika li wasslitna fejn ahna.", "Pajjizna gie maghzul biex ikun il-post simboliku li fl-ibhra tieghu Bush u Gorbachev difnu l-gwerra bierda.", "Il-Papa nnifsu qalilna li Malta tassew ghandha sejha specjali x'taqdi fl-Ewropa.", "Kulhadd jaqbel li Malta tista' tkun pern fid-djalogu Ewro-Mediterranju.", "Fuq kollox Malta tista' taghti sehem biex sewwa sew fil-qadi tal-vokazzjoni taghha fic-centru tal-bahar Mediterran tghin biex l-Ewropa jirnexxielha taghti xejra gdida lill- globalizzazzjoni.", "Biex dan isehh jenhtieg li nkomplu ngeddu wicc artna, kif taghmel in-natura fir-rebbiegha.", "Irridu naghrfu sewwa sew it-tifsira tac-cokon ta' artna, u rridu naghrfu u nuzaw bl-ahjar mod l-ispazju li ghandna.", "Irridu nsalvaw l-ambjent bl-uzu ta' kull xorta ta' energija alternattiva.", "Irridu li pajjizna jkun tassew fuklar ta' kultura u ta' kreattivita`.", "Irridu poplu kollu kemm hu entuzjasta ta' l-innovazzjoni xjentifika u t-teknologiji godda ta' l-informazzjoni.", "Irridu nikxfu mill- gdid x'jigifieri li l-bniedem huwa x-xbieha u iben Alla.", "Irridu nibnu futur fuq is-sisien sodi li tawna l-qawwa u l-grazzja li nghixu fi prezent kritiku imma mimli tama.", "Mr Speaker, irrid naghlaq b'zewg hsibijiet.", "Ir-radd ta' hajr kien bhal hajta li qatt ma nqatghet tul dan id-diskors li bih qieghed insellem lill- membri ta' dan il-parlament ghaziz li fih qattajt hafna hin minn hajti u fih garrabt ukoll uhud mill-waqtiet l-iktar ghonja, kemm b'tensjoni kif ukoll bi sliem fl-esperjenza tieghi.", "Jien ghamilt l-apprentistat politiku tieghi fil-gurnalizmu ghal seba' snin bhala editur tal-gazzetta \"Il-Poplu\".", "Wahda mill-kisbiet demokratici li jien kburi bihom hija l-pluralizmu li ghandna llum fix-xandir.", "Irrid nirringrazzja b'mod specjali lin-nies kollha li jahdmu fil-mezzi tal-komunikazzjoni ghal sehemhom, u fosthom mhux l-inqas lill-karikaturisti li jzewqu l-hajja politika billi ma jhalluniex nitilfu s-sens tar-redikolu, anke fl-aktar mumenti solenni.", "Fl-ahharnett mar-ringrazzjamenti rrid ukoll nitlob mahfra kulfejn stajt inqast lil xi hadd, kien min kien.", "Il-Griegi kienu jghidu li tad-dahk huwa kull zball li minnu ma johrogx wisq deni.", "Nittama li l-izbalji li ghamilt jien kienu iktar tad-dahk milli tal-biki u nitlob lil Alla, li jaf jikteb dritt bis-sinjali mghawgin, jinqeda bihom ghall-gid.", "Minn qalbi, Mr Speaker, nirringrazzja lil kulmin gheni u tani l-appogg tul dawn is-snin twal.", "Nirringrazzja lill-membri kollha ta' dan il-parlament u kif ghedt il-bierah, jien inhoss li dak li ghamilt kien proprju prodott taz- zminijiet li ghext fihom.", "Jien il-prodott ta' dawk il-grajjiet kollha li ghaddejna minnhom, naf hafna mill-gid li ghamilt ghal dawk li gew qabli u certament kont il-hin kollu mheggeg u mqanqal biex naghti sehmi anke meta fil-pajjiz kien hawn divizjoni bejnietna, pero` jien nahseb li dik l-istess divizjoni rnexxielna nsarrfuha f'gid ghal pajjizna.", "Grazzi, Mr Speaker.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-kap ta' l-oppozizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT (Kap ta' l-Oppozizzjoni): Mr Speaker, l-ewwelnett lil hinn minn kull differenza personali u politika li kelli jien personali mal- prim ministru u li kellna ahna bhala partit mal-prim ministru, illum li qed ihabbrilna l-irtirar tieghu mill-hajja pubblika u politika nahseb li jkun xieraq li nawgurawlu.", "Nawgurawlu li ghal li gej ikollu hajja pacifika, hajja tajba u \"the good life\", kif jghidu l-Griegi, li semma hu stess.", "It-tieni nett nahseb li ghalkemm ma napprezzawx u m'apprezzajniex il- gudizzju politiku tieghu ta' matul is-snin u ta' matul dan l-ahhar diskors, ikun tajjeb jekk nimmarkaw li nahseb li kemm min-naha ta' l-oppozizzjoni kif ukoll min-naha tal-gvern hemm qbil li kemm ilu fil-kariga hu, iz-zewg nahat ghamlu hilithom biex jiggieldu - issa se jghidu li qed nitkellem fuq il-glied! - jew jissieltu ghall-ahjar gid tan-nazzjon.", "Jien nemmen li llum din nistghu nghiduha fuq xulxin.", "Hemm l-ikrah u s-sabih, u ahna nippruvaw inwaddbu l-ikrah fuq naha filwaqt li s-sabih inwaddbuh fuq in-naha taghna.", "Forsi l-ikbar problema hija li niddemonizzaw lil xulxin, u nahseb li jkun xieraq jekk illum nimmarkaw il-punt li minkejja li niddemonizzaw lil xulxin, fl-istess hin irridu wkoll nawguraw lil xi hadd li, naqblu mieghu jew ma naqblux, ghadda karriera politika daqstant twila ghas-servizz, kif jifhmu hu, tan-nazzjon u tal-partit tieghu.", "Nahseb li rridu nimmarkawha din il-haga.", "Ghal dak li ghandu x'jaqsam mal-futur kif ibbazat fuq il-passat li ghaddejna minnu, min-naha taghna nibqghu nimmarkaw il-htiega li nitkellmu dwar il-futur fuq Malta.", "Ghalina l-futur jitlaq minn Malta; ma jispiccax f'Malta, imma jitlaq minn Malta.", "Huwa futur li nahsbu fuqu bhala s-success ta' Malta, ghal Malta f'li gej u li kif qal il-prim ministru, huwa bbazat fuq il-futur tax-xoghol.", "Nerga' nghid li min-naha tieghi, lill-prim ministru nawguralu ghal li gej, u b'ton nofsu umoristiku nirriferih ghal dak li qal Mark Anthony lil Julius Caesar meta kien qed jaghmel l-elogju tieghu lil Cesri: \"The evil that men do lives after them; the good is often carried with their bones, so let it be with Caesar.\"", "Ahna lill-prim ministru nawgurawlu bil-maqlub; li l-hsara li ghamel, seta' ghamel jew seta' gie perceput li ghamel, tintemm minnufih u l-gid li ghamel jew seta' ghamel tibqa' ghaddejja ghall-futur.", "Nawgurawlu.", "Grazzi, Mr Speaker.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Nitlob lill-membri tal-media biex jirtiraw mill-Kamra.", "Il-Vici Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, ghadni kemm tkellimt mal-whip ta' l- oppozizzjoni u qed naqblu li s-seduta tigi aggornata immedjatament.", "MR SPEAKER: Tajjeb.", "Mela nitolbok sabiex, jekk joghgbok, tressaq l- aggornament tal-Kamra.", "AGGORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, nipproponi l-aggornament tal-Kamra ghal nhar it-Tnejn, 29 ta' Marzu 2004 fis-6:00 p.m. b'agenda li tigi komunikata iktar tard.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Kamra hija aggornata ghal nhar it-Tnejn, 29 ta' Marzu, 2004 fis-6L00 p.m. b'agenda kif se tigi komunikata iktar tard.", "Fis-6:56 p.m. il-Kamra aggornat skond il-ftehim milhuq.", "MISTOQSIJIET GHAL TWEGIBIET ORALI MWIEGBA BIL-MIKTUB", "KAZI QUDDIEM IT-TRIBUNAL INDUSTRIJALI", "4590.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Vici Prim Ministru u Ministru ghall-Politika Socjali: B'riferenza ghat-twegiba ta' mistoqsija parlamentari 4235, jista' il-Vici Prim Ministru jghid meta se jigi rikostitwit it-tribunal industrijali biex ikunu jistghu jitkomplew zewg kazi li huma differiti sine die sakemm tinbidel il-kompozizzjoni tal-bord?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: It-tribunali industrijali li ghamel riferenza ghalihom l-Onor.", "Interpellant se jigu kostitwiti wara li ssir l-emenda mehtiega fl-Att dwar ir-Relazzjonijiet Industrijali u ta' l-Impieg li tikkjarifika l-kompozizzjoni tat-tribunal fid-diversi cirkostanzi kif ikun il-kaz.", "UNIVERSITA' - STUDENTI BARRANIN", "4591.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: B'riferenza ghat-twegiba moghtija ghal mistoqsija parlamentari 4266, jista' il-Ministru jghid jekk dan ifissirx li ghall-bqija tas-sena akkademika mill- 1 ta' Mejju sa l-ahhar ta' Gunju 2004, l-istudenti minn pajjizi ta' l- Unjoni Ewropea se jigu stmati bhal u daqs l-istudenti Maltin meta universitajiet Inglizi u Olandizi mhux se jaghmlu l-istess ghall-istess perijodu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Twegiba tinghata f'xi seduta ohra.", "MGARR MALTA - RAID MILL-PULIZIJA", "4594.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tal-Gustizzja u Intern: Jista' il-Ministru jghid jekk fid-9 ta' Frar, 2004 filghodu, il-pulizija ghamlux raid fl-inhawi maghrufa bhala tar-Raghad fl-Imgarr, Malta?", "Jista' jghid ukoll x'irrizulta matul il-hidma taghhom u x'passi hadu?", "Ghadhom izommu l-inhawi taht osservazzjoni?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li ma jirrizultax li sar xi raid mill- pulizija kif imsemmi mill-Onor.", "Interpellant.", "Pero` il-pulizija kienet bdiet investigazzjoni f`dawk l-inhawi dakinhar, dwar xoghol li kien irrapportat li qed isir fl-inhawi.", "Bhalma diga` kelli l-okkazzjoni nghid, ma nhossx li taghrif aktar dettaljat dwar l-operat ta' pulizija f`investigazzjoni, ghandu jkun ippublikat.", "Pero` jekk l-Onor.", "Interpellant ghandu xi nformazzjoni dwar dan il-kaz, nitolbu jaghtih lili jew inkella direttament lill-pulizija.", "SIDIEN TA' BINI FL-IMDINA", "4595.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ghall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 4233 riferuta lilu u jghid x'passi qed jittiehdu biex sidien ta' bini fl-Imdina ma jibqghux jaqbdu u jifthu bibien u twieqi u jhassru d-dehra tal-belt?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Ninsab informat li kull zvilupp li jsir fil-belt ta' l-Imdina jenhtieg permess tal-MEPA, inkluz kull ftuh ta' twieqi u bibien kif ukoll tqaxxir ta' faccati.", "Fin-nuqqas ta' dan, jittiehdu l- passi kontemplati fl-Att dwar l-ippjanar ta' l-izvilupp 1992.", "MDINA - SIDIEN TA' BINI", "4596.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ghall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 4234 u jghid jistghux jittiehdu passi biex ma jkunx hemm residenti fl-Imdina li jqaxxru u joborxu l-faccati tal-bini taghhom ghax b'hekk qed ihassru l- gebla u din se titmermer izjed malajr u thassar id-dehra tal-belt antika?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Ninsab informat li t-tqaxxir ta' faccati fl- Imdina jenhtieg permess tal-MEPA.", "Fl-assenza ta' permess, jittiehdu l- passi kkontemplati fl-Att dwar l-Ippjanar ta' l-Izvilupp ta' l-1992.", "Il- MEPA kemm-il darba wzat ukoll il-media sabiex tinforma lill-pubbliku dwar il-hsara kbira li ssir lill-gebla meta wiehed jonqoxha jew ibaqqanha.", "RAZZETT TAL-HBIBERIJA - GHAJNUNA FINANZJARJA", "4639.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jghid x'hidma ssir bejn il-ministeru, id-divizjoni ta' l- edukazzjoni u r-razzett tal-hbiberija?", "X'ghajnuna, anke finanzjarja, jaghti l-gvern lil dan ir-razzett tal-hbiberija?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-kapijiet ta' l-iskejjel jorganizzaw attivitajiet ghall-istudenti ta' l-iskejjel taghhom fir-razzett tal- hbiberija.", "Saru wkoll attivitajiet fir-razzett tal-hbiberija minn studenti li kienu qed jiehdu sehem fil-programm Skolasajf 2003.", "Ma tirrizultali l-ebda skema ta' ghajnuna finanzjarja bejn ir-razzett tal- hbiberija u l-ministeru ta' l-edukazzjoni.", "GHAWDEX - SKOLA TAS-SANNAT", "4640.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jghid x'qed isir sabiex tigi rrangata s-sitwazzjoni prezenti fl-iskola tas-Sannat f'Ghawdex, specjalment f'dak li ghandu x'jaqsam man-nuqqas ta' spazju u l-htiega ta' multi-sensory room?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li fil-prezent in-numru ta' studenti li jattendu s-Sannat special unit huma 22.", "Dawn huma maqsuma f'erba' gruppi u kull grupp ghandu l-klassi tieghu.", "Dan ic-centru huwa mghammar ukoll b'hygiene area u area ohra ghall-ezercizzji, liema area hija kbira u armata bizzejjed biex tilqa' fiha l-istudenti kollha fl-istess hin.", "Barra minn hekk, il-Hamis 4 ta' Marzu, 2004, se tigi inawgurata l-ewwel parti tal- multi-sensory room, illi tkopri l-parti relatata mad-dawl u l-hsejjes.", "BEJJIEGHA TAL-GASS", "4845.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ghat-Teknologija ta' l- Informazzjoni u Investiment: Billi hemm ghajdut persistenti li bejjiegha tal-gass se jibdew jigu mgieghla jraqqdu t-trakkijiet taghhom f'Birzebbuga wara li jzarmaw, possibbli li l-awtoritajiet koncernati jergghu jikkonsidraw din id-decizjoni (f'kaz li se jigri hekk) ghax din se tohloq tbatija zejda lil diversi bejjiegha tal-gass?", "Jekk jirrizulta lill-awtoritajiet li hemm min jabbuza u jbigh gass barra mir-rotta tieghu, jista' il-Ministru jara li jitrazzan min jabbuza u mhux jittiehdu passi li jbati minnhom kulhadd?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jiena nformat li l-hazna tac-cilindri tal-gass u l- area fejn jitqassam il-gass huma kondizzjonijiet tal-licenzja tad- distribution tal-gass li tinhareg mill-Malta Resources Authority u mhux mill-Korporazzjoni Enemalta.", "Ghalhekk nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex jindirizza l-mistoqsija tieghu lill-ministru koncernat.", "QRATI - RIKORS", "4880.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru tal-Gustizzja u Intern: Jista' il-Ministru jghid ghaliex ir-rikors li d-dettalji dwaru qed jintbaghtu separatament, ghadu m'huwiex degretat?", "Jaf li dan ir-rikors ilu pprezentat erba' xhur?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li r-rikors imsemmi gie pprezentat fit- 8 ta' Ottubru, 2003.", "Il-qorti, fl-20 ta' Ottubru 2003, ordnat komunika lill-kummissarju tal-pulizija li dahhal risposta fir-registru fil-5 ta` Novembru, 2003.", "A tenur ta' l-avviz legali tas-sena 2002, il-qorti ordnat komunika lid-direttur generali tas-sahha nhar il-5 ta' Dicembru, 2003.", "Il- qorti ghadha qed tistenna risposta ghal komunika msemmija.", "QRATI - RIKORS", "4881.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru tal-Gustizzja u Intern: Jista' il-Ministru jghid ghaliex ir-rikors li d-dettalji dwaru qed jintbaghtu separatament, ghadu m'huwiex degretat?", "Jaf li l-ewwel rikors ilu pprezentat minn Lulju 2003?", "ONOR.", "TONIO BORG: Filwaqt li nikkonferma li r-rikors li rrifera ghalih l- Onor. Interpellant m'huwiex dekretat, nixtieq ninfurmah illi ma tistax tinghata aktar informazzjoni peress li din hi nkjesta magisterjali.", "QRATI – KAWZA GHAS-SENTENZA", "4882.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru tal-Gustizzja u Intern: Jista' il-Ministru jghid kemm ilha ghas-sentenza l-kawza li d-dettalji dwarha qed jintbaghtu separatament?", "Ma jidhirlux il-Ministru li dan huwa zmien konsiderevoli?", "Jista' jghid x'inhi r-raguni ghal dan id-dewmien kollu?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li l-kawza li d-dettalji dwarha intbaghtu separatament, qieghda differita ghas-sentenza ghall-24 ta' Marzu, 2004.", "Din ilha tigi differita ghal dan l-iskop mis-26 ta' Gunju, 2000 u ghalhekk ghall-45 xahar.", "Dan il-ministeru m'ghandux kompetenza li jwiegeb ghall-ahhar zewg mistoqsijiet pero` jien cert li l-Onor.", "Membru huwa istruwit fuq ir-rimedji legali ghad-dispozizzjoni tal-partijiet.", "QRATI - RIKORS", "4883.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru tal-Gustizzja u Intern: Jista' il-Ministru jghid ghaliex ir-rikors li d-dettalji dwaru qed jintbaghtu separatament, ghadu m'huwiex degretat?", "Jaf il-Ministru li dan ir-rikors ilu pprezentat mit-23 ta' April 2002?", "ONOR.", "TONIO BORG: Filwaqt li nikkonferma li r-rikors li rrifera ghalih l- Onor. Interpellant m'huwiex degretat, nixtieq ninfurmah li ma tistax tinghata aktar informazzjoni peress li din hi nkjesta magisterjali.", "QRATI - RIKORS", "4884.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru tal-Gustizzja u l-Intern: Jista' il-Ministru jghid ghaliex ir-rikors li d-dettalji dwaru qed jintbaghtu separatament, ghadu m'huwiex degretat?", "Jaf il-Ministru li dan ir-rikors ilu xhur li gie pprezentat?", "ONOR.", "TONIO BORG: Filwaqt li nikkonferma li r-rikors li rrifera ghalih l- Onor. Interpellant m'huwiex degretat, nixtieq ninfurmah illi ma tistax tinghata aktar informazzjoni peress li din hija nkjesta magisterjali.", "XOGHOL TA' RESTAWR", "4885.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ghar-Rizorsi u Infrastruttura: Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 4816 u jghid kemm intnefqu flus ghal xoghlijiet ta' restawr u konservazzjoni u xoghol iehor relatat minn Jannar 2002 sal-lum?", "Min ghamel dan ix-xoghol?", "Kemm minn dan ix-xoghol sar b'offerta ta' tender u lil min gie moghti?", "Kemm minn dawn ix-xoghlijiet saru b'direct order u lil min gew moghtija?", "Xi kriterji ntuzaw sabiex gew maghzula dawk li nghataw direct order?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-bicca l-kbira tad-direct orders inghataw f'dawk il-kazijiet fejn in-natura tax-xoghol ta' restawr kien jirrikjedi specjalizzazzjoni kbira, ghalhekk seta jsir biss minn esperti, kumpanniji jew universitajiet barranin.", "Il-kumplament ta' l- informazzjoni qed titpogga fuq il-mejda tal-Kamra.", "INTRODUZZJONI TA' MARD KRONIKU - SCHEDULE 5", "4886.", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill-Vici Prim Ministru u Ministru ghall-Politika Socjali: Peress li l-introduzzjoni ta' mard kroniku (Schedule 5) taqa' taht il-ministeru ghall-politika' socjali, jista' l-ministeru jikkonsidra li l-marda mitochondrial mypothy tigi nkluza taht din l-iskema?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ngharraf lill-Onor.", "Interpellant li t-tibdil fil- lista tal-mard li jidhru fit-taqsima II tal-Hames Skeda ta' l-Att dwar is- Sigurta' Socjali jista' jigi kkonsidrat wara li jinghata l-parir tad-drugs and therapeutic committee, li jaqa' taht ir-responsabbilta' tal-ministeru tas-sahha.", "Ghalhekk nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi l-mistoqsija tieghu lill-ministru koncernat.", "GUDJA - TOROQ", "4887.", "L-ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO staqsa lill-Ministru ghat-trasport u komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jindaga jekk wasalx iz-zmien li jinghata wicc xieraq lil Triq Bettina fil-Gudja?", "ONOR.", "CENSU GALEA: Jien informat li fil-prezent ghadu kif sar ftehim bejn l-awtorita' dwar it-trasport u l-kunsill lokali tal-Gudja sabiex isiru Triq il-Barunessa, Triq ix-Xlejli, Triq H.Pigot, Triq Zoghzija, Triq Dorell kif ukoll Triq il-Markiza.", "Fir-rigward ta' toroq ohra fil-lokalita', dawn ikunu jistghu isiru aktar 'l quddiem skond il-prijoritajiet li jkollu quddiemu d-direttorat.", "MISSIONE ITALIANA DI ASSISTENZA TECNICO-MILITARE – BDIL FL-ISEM KOPJA TA' FTEHIM", "4888.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' il-Prim Ministru jqieghed fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim li permezz tieghu l-Missione Italiana di assistenza tecnico-militare inbidlet f'Missione per la collaborazione nel campo della difesa?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ma jidhirlix li ghandi npoggi kopja tal-ftehim imsemmi fuq il-mejda tal-Kamra izda lest li nghaddi kopja tieghu lill-Onor.", "Interpellant privatament.", "VOM - DISPONIMENT TA' APPARAT", "4898.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin: B'riferenza ghall-punt numru 4 tat-twegiba ghal mistoqsija parlamentari 4700, jista' il-Ministru jghid jekk sarux kuntatti ma' Radio 101 dwar id- disponiment ta' apparat tal-Voice of the Mediterranean?", "ONOR.", "JOE BORG: Il-kuntatti msemmija f'paragrafu (4) tat-twegiba tieghi ghal mistoqsija parlamentari 4700 ma sarux ma' Radio 101.", "RAPPREZENTANT PERMANENTI GHALL-UE - PAKKETT FINANZJARJU", "4899.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin: Jista' il-Ministru jwiegeb il-mistoqsija parlamentari 4818 u jikkonferma li l-pakkett finanzjarju li se jigi offrut lir-rapprezentant permanenti ghall-Unjoni Ewropea, li ismu qed jintbaghat separatament, se jigi finalizzat qabel jinhatar il-Kabinett il-gdid?", "Il-Ministru qieghed f'pozizzjoni li jaggorna lill-Kamra dwar dan il-pakkett finanzjarju flimkien ma' beneficcji ohrajn lill-istess persuna?", "Jekk le, jista' jintrabat li jippubblika dettalji ta' dan il-pakkett finanzjarju galadarba jigi konkluz u ffirmat?", "Se jkun hemm xi indemnity jekk dan il-kuntratt jigi mitmum qabel iz-zmien?", "ONOR JOE BORG: Nikkonferma li l-kuntratt bejn il-gvern u r-rapprezentant permanenti Malti ghall-Unjoni Ewropea fi Brussell gie ffinalizzat.", "Dan huwa msejjes fuq kuntratti simili li ghandu l-ministeru ta' l-affarijiet barranin ma' ambaxxaturi Maltin barra minn Malta u l-kondizzjonijiet ewlenin ta' dan il-kuntratt huma s-segwenti:", "1.", "Il-kuntratt huwa ghal tliet snin u jidhol fis-sehh fit-23 ta' Marzu 2004.", "2.", "Ir-rapprezentant permanenti huwa mistenni li jaqdi d-dmirijiet tieghu kemm fi Brussell kif ukoll f'Malta.", "3.", "Ir-rapprezentant permanenti jithallas global emoluments marbutin ma' Skala 1 ta' l-iskali governattivi.", "4.", "Addizzjonalment, ir-rapprezentant permanenti jircievi representation allowance ta' Lm2,500 fis-sena.", "5.", "Ir-rapprezentant permanenti ghandu l-uzu ta' karozza ufficjali flimkien ma' sewwieq personali, kif ghandu kull ambaxxatur residenti barra.", "6.", "Ir-rapprezentant permanenti jkollu l-ghanjuna u l-appogg ta' facilitajiet ancillari, bhal servizzi segretarjali, uzu ta' mobile phone u ta' kompjuter li wiehed normalment jassocja ma' persuna f'kariga bhal tieghu.", "WORKS DIVISION - EZAMI TA' SECURITY GUARDS", "4914.", "L-ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO staqsa lill-Ministru ghar-Rizorsi u Infrastruttura: Jista' il-Ministru jghid meta d-dipartiment se jibghat ghal dawk il-haddiema li ghaddew mill-ezami tas-security guards tal-works division li sar bejn Marzu u Mejju ta' l-2003?", "Jista' jaghti l-lista tal-haddiema godda li dahlu fil-works division bhala security guards fil-perjodu ta' bejn Jannar 2002 sal-lum?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-applikanti li ghaddew mill-ewwel parti ta' l-ezami tas-security guard huma mistennija li jissejhu ghat-tieni parti ta' l-ezami, li tikkonsisti f'intervista, fi zmien qasir.", "Il-postijiet vakanti jimtlew wara li johrog ir-rizultat finali.", "Ma kien hemm ebda haddiem gdid li dahal fit-taqsima tax-xoghlijiet bhala security guard minn Jannar 2002 sal-lum.", "MIZBLA TAL-MAGHTAB", "4923.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru ghar-Rizorsi u Infrastruttura: Jista' il-Ministru jghid x'inhu l-iskop tal-hofra kbira li qieghda ssir fil-mizbla tal-Maghtab?", "Liema kuntrattur qieghed igorr il- materjal minn naha ghal ohra?", "Jista' ipoggi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt ta' dan il-kuntrattur li qieghed igorr il-materjal?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li hekk kif il-gvern ghalaq il-mizbla tal-Maghtab ghad-depositu tal-materjal li jirrizulta mill- industrija tal-bini, beda jittiehed il-materjal minn dan is-sit biex jipprovdi il-cover mehtieg fit-tip face.", "Skop iehor ghal dan ic-caqlieq ta' dan il-materjal huwa li l-iskart li hemm f'dan is-sit u dak li jinsab fid-dhul ta' l-istess mizbla, jigi mpoggi mal-massa ta' skart li tifforma l- muntanja principali biex l-area li ghandha tigi ttrattata tigi mnaqqsa.", "Il-kuntrattur li qieghed igorr il-materjal minn naha ghall-ohra huwa Polidano Brothers Limited, li nghata x-xoghol wara sejha ghall-offerti u estenzjoni ta' l-istess kuntratt biex jibdew isiru dawn ix-xoghlijiet.", "Kuntrattur iehor li ghandu kuntratt biex igorr il-materjal minn naha ghall- ohra gol-Maghtab huwa Tal-Maghtab Construction Limited.", "Peress li dan il- kuntratt m'huwiex imhallas bil-piz li jgorr izda bil-vjaggi li jaghmel, dan il-kuntrattur igorr dak il-materjal li m'huwiex radam.", "Il-kuntratt huwa ta' natura kummercjali u ma nahsibx li ghandu jitqieghed fuq il-mejda tal- Kamra.", "MAGHTAB - ENGINEERED LANDFILL", "4924.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru ghar-Rizorsi u Infrastruttura: Jista' il-Ministru jghid min jipprovdi servizz ta' sigurta' mal-landfill tal-Maghtab?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li hemm zewg tipi ta' sigurta' fil-Maghtab, dik tal-harsien tal-post li tkopri wkoll il- protezzjoni tal-haddiema u dik ta' sigurta' ta' l-informazzjoni.", "Il- pulizija tipprovdi s-servizz matul il-gurnata u s-security guards tat- taqsima tax-xoghlijiet jipprovdu s-sigurta' matul il-lejl fil-Hdud u l- festi pubblici.", "L-informazzjoni f'dan is-sit hija migbura u protetta minn haddiema tat- taqsima tax-xoghlijiet.", "GHal perjodu temporanju ta' erba' gimghat gew ingaggati wkoll zewg haddiema ta' Sterling Security.", "WASTESERV MALTA LTD.", "4925.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru ghar-Rizorsi u Infrastruttura: Jista' il-Ministru jikkonferma jekk bint wiehed mid- diretturi tal-kumpannija ta' l-awdituri tal-WasteServ Malta Ltd. inghatatx impjieg ta' accountant ma' l-istess WasteServ?", "Jekk fl-affermattiv, ma jahsibx il-Ministru li jista' ikun hemm konflitt ta' interess?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-kumpannija WasteServ Malta Ltd. m'ghandha l-ebda post ta' accountant li huwa okkupat minn bint wiehed mid-diretturi tal-kumpannija ta' awdituri tal-WasteServ Malta Ltd.", "Bint wiehed mid-diretturi tal-kumpannija ta' awdituri tal-WasteServ Malta Ltd., li kienu responsabbli ghall-awditjar tas-sena 2003, giet impjegata mill-ETC matul is-sena 2004 sabiex jimtela l-post vakant ta' head corporate services tal-WasteServ Malta Ltd.", "PTA - VACANCIES GHAL PERITI", "4926.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru ghat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jghid jekk hemmx postijiet vakanti ghal periti ma' l-awtorita' dwar it-trasport?", "Jekk fl-affermattiv, kemm hu n- numru ta' postijiet vakanti u kif se jigu mpjegati?", "ONOR.", "CENSU GALEA: L-informazzjoni mitluba tinghata f'seduta ohra.", "IMPJANTI GHAT-TRATTAMENT TAD-DRENAGG", "4927.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru ghat-Teknologija ta' l- Informazzjoni u Investiment: Jista' il-Ministru jghid f'liema stadju waslu l-pjanijiet tal-gvern ghall-kiri ta' l-impjanti tat-trattament tad-drenagg f'Ghawdex u fil-Mellieha?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li r-risposta tinghata f'xi seduta ohra.", "ETC - STATISTIKA TA' HADDIEMA", "4928.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru, bhala ministru responsabbli ghall-ETC, jaghti statistika mill-1998 sa l-2003 dwar in-numru ta' haddiema li jahdmu f'Ghawdex, in-numru ta' haddiema li jahdmu Malta u n-numru ta' haddiema Ghawdxin li jahdmu Malta kif ukoll jaghti l-persentagg ta' haddiema Ghawdxin mal-popolazzjoni Ghawdxija u l-persentagg ta' haddiema Maltin mal- popolazzjoni Maltija?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Twegiba tinghata f'xi seduta ohra.", "ETC - STATISTIKA TA' HADDIEMA", "4929.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru, bhala ministru responsabbli ghall-ETC, jaghti statistika bejn l-1998 sa l-2003 ta' haddiema li jahdmu f'Ghawdex u ta' haddiema li jahdmu f'Malta fid-diversi oqsma tax-xoghol, per ezempju, manifattura, turizmu, self-employed, mal-gvern u mal-korporazzjonijiet?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Twegiba tinghata f'xi seduta ohra.", "GHAWDEX - STAFF COMPLEMENT TA' L-ISKEJJEL", "4930.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru gentilment jghid kemm hu l-istaff complement f'kull skola li hemm f'Ghawdex kif ukoll jindika d-diversi kategoriji tat-teaching staff?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Twegiba tinghata f'xi seduta ohra.", "GHAWDEX - KERCEM - BINI TA' TARAG F'WIED IL-LUNZJATA", "4931.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru ghal Ghawdex: Tista' il-Ministru taghti dettalji dwar in-natura u l-utilita' tax-xoghlijiet konsistenti f'bini ta' tarag u culvert fil-parti ta' fuq ta' Wied il- Lunzjata peress illi dik l-area hija skedata bhala special area of conservation and high landscaping value?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Jiena nformata li x-xoghol fil-parti ta' fuq ta' Wied il-Lunzjata jikkonsisti f'bini ta' water culvert taht il-livell tal- hamrija biex jilqa' l-ilma tax-xita tat-Triq ta' Mulejja limiti tal- Fontana, u b'hekk jigi evitat li l-ilma tax-xita jidhol fil-proprjeta' privata.", "Ir-raba' minn fejn ghaddej dan il-culvert se jerga' jigi rijabilitat ghall-istat originali tieghu.", "GHAWDEX - LAQGHAT TAL-KUMITAT REGJONALI", "4932.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru ghal Ghawdex: B'riferenza ghal mistoqsija parlamentari 4789 u peress li fil-laqghat tal- kumitat regjonali ghal Ghawdex qed jigu diskussi diversi issues u progetti f'Ghawdex, ma tahsibx il-Ministru li l-oppozizzjoni ghandha tkun mistiedna biex tippartecipa fil-laqghat tal-kumitat?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: M'ghandix xi nzid mar-risposta li tajt ghal mistoqsija parlamentari 4789.", "GHAWDEX - RABAT - ZVILUPP FI TRIQ BORG OLIVIER", "4933.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru ghall-Affarijiet Rurali u Ambjent: B'riferenza ghal mistoqsijiet parlamentari 4220, 4436 u 4689, jista' il-Ministru jghid minn min saret l-applikazzjoni MEPA 93/03?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Ninsab informat li din l-applikazzjoni giet sottomessa mid-direttorat ta' l-ippjanar fi hdan il-MEPA, skond Sezzjoni 6 ta' l-Avviz Legali 27 ta' l-2002, jigifieri li d-direttorat, bhalma jaghmel is-soltu f'kazijiet simili, hass li kien fl-interess ta' ippjanar tajjeb li jsir it-tibdil fl-allinjament tat-triq kif propost fl-istess applikazzjoni.", "TARZNARI - RIZULTATI FINANZARJI", "4934.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru ghat-Teknologija ta' l- Informazzjoni u Investiment: B'riferenza ghal dak li gie rrapportat fil- mezzi ta' l-istampa tal-gimgha li ghaddiet minn diversi korrispondenti dwar ir-rizultati finanzjarji tat-tarznari ghas-snin 2002 u 2003 u anke ghall- ewwel xahrejn ta' l-2004, jista' il-Ministru jikkonferma jekk din hijiex il- pozizzjoni attwali tat-Tarznari; ipoggi fuq il-mejda tal-Kamra r-rapporti finanzjarji ghas-snin 2002 u 2003 u ghall-ewwel xahrejn tas-sena 2004; jghid jekk is-sitwazzjoni hijiex kif irrapportata fl-istampa u x'wassal biex il-miri tal-gvern mill-bidunett tal-pjan marru zmerc b'persentagg tant gholi?", "X'inhuma l-pjani tal-gvern biex jaghmel tajjeb ghal din id-diskrepanza?", "Jista' jghid jekk il-projections ghas-snin li fadal re l-2008 hux se jkunu riveduti?", "X'inhuma l-konsegwenzi li accetta l-gvern fin-negozjati ma' l- Unjoni Ewropea f'kaz li l-miri finanzjarji tal-gvern ghat-tarznari ma jintlahqux u allura x'contingency plans ghandu l-gvern f'din l- eventwalita'?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li r-risposta tinghata f'xi seduta ohra."]} {"filename": "20060109_337d_par.doc", "date": "2006-01-09", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Uffiċjali u Rivedut) L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 337 It-Tnejn, 9 ta' Jannar, 2006 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 337 It-Tnejn, 9 ta' Jannar, 2006", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.01 p.m.", "Talba", "Seduta Nru. 337", "It-Tnejn, 9 ta' Jannar, 2006", "WERREJ", "MINUTI 681", "KUNSENS 681", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 681", "TQEGĦID TA' KARTI 686", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JIMPLIMENTA MIŻURI TA' L-ESTIMI (IT-TIENI QARI)", "BUDGET MEASURES IMPLEMENTATION BILL (SECOND READING) 690", "AĠĠORNAMENT 710", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 715", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 336 li saret fit-12 ta' Diċembru, 2005 ġew konfermati.", "KUNSENS", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): Ninforma lill-Kamra li l-President ta' Malta għoġbu jagħti l-kunsens tiegħu għal:", "Att Nru XVIII ta' l-2005 - Att ta' l-2005 li jemenda l-Att dwar il- Privattivi Industrijali u d-Disinni;", "Att Nru XIX ta' l-2005 - Att ta' l-2005 biex jemenda l-Att dwar Taxxa tar-Reġistrazzjoni ta' Vetturi bil-Mutur;", "Att Nru XX ta' l-2005 - Att ta' l-2005 dwar il-Vjolenza Domestika;", "Att Nru XXI ta' l-2005 - Att ta' l-2005 li jemenda l-Att dwar il- Liċenzi tal-Kummerċ;", "Att Nru XXII ta' l-2005 - Att ta' l-2005 dwar Azzjonijiet Ġudizzjari (Miżuri Varji) ; u", "Inqiegħed ukoll fuq il-mejda tal-Kamra:", "Rapport ta' l-Awditur Ġenerali għas-sena 2004 u", "Rapport intitolat \"Human Rights – Handbook for Parliamentarians\", maħruġ mill-IPU.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "ETC", "14114.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u lmpjiegi: Jista' il-Ministru jgħid kemm-il inspection għamlet l- ETC fuq il-lantijiet tax-xogħol?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi): Nirriferi lill-Onor.", "Membru għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 14034.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Azzopardi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JASON AZZOPARDI: X'tip ta' response kien hemm għall-iskema mnedja mill-ETC sabiex ħaddiema li jkunu qed jaħdmu illegalment, ikunu jistgħu jirregolarizzaw il-pożizzjoni tagħhom?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Evidentement l-Onor.", "Azzopardi qed jirriferi għad- deċiżjoni tal-gvern li jittrasferixxi t-taqsima li tieħu ħsieb il-ħruġ ta' permessi tax-xogħol lil barranin minn taħt il-ministeru ta' l-intern għal mal-korporazzjoni għax-xogħol u taħriġ.", "Meta għal ħabta ta' Lulju kien se jsir dan il-pass, konna tajna xahar żmien lil min iħaddem kif ukoll lil ħaddiema barranin biex, jekk ma kenux koperti bil-permessi meħtieġa, speċjalment dawk ġejjin minn pajjiżi terzi u allura m'humiex membri ta' l- Unjoni Ewropea, jagħmlu dan sa l-aħħar ta' Awissu.", "Ir-response għal dak l- appell kien pjuttost effettiv.", "Fil-fatt kien hemm 1,000 persuna li talbu li l-ħidma tagħhom tiġi rregolarizzata u koperta bil-permessi meħtieġa.", "Meta aħna konna nidejna din il-policy aġġornata fuq dan is-suġġett, konna enfasizzajna li l-awtoritajiet kienu se jħarsu lejn l-impatt ta' ħaddiema barranin minn pajjiżi terzi fuq is-suq tax-xogħol.", "Filwaqt li l- awtoritajiet fi ħdan il-ministeru ta' l-intern kellhom jibqgħu jżommu sħiħ il-ħarsien tagħhom fuq dawk l-aspetti li għandhom x'jaqsmu ma' sigurta' fil- pajjiż, il-konsiderazzjoni li kienet se tingħata lil applikazzjonijiet għall-ħruġ ta' permessi lil ħaddiema barranin kienet se tiġi aktar ikkonsidrata mill-perspettiva tas-suq tax-xogħol.", "U dan bir-raġunament li jekk is-suq tax-xogħol kien se jkollu bżonn ħaddiema f'ċerti setturi partikolari li għalihom ma kenux jinstabu ħaddiema Maltin, il-ħsieb tagħna kien li norganizzaw aħjar ir-response tal-korporazzjoni għax-xogħol u taħriġ lejn it-talbiet ta' l-employers biex nassiguraw li s-setturi varji ta' attivita' ekonomika jkollhom ir-riżorsi umani li għandhom bżonn.", "Din it-taqsima li issa ssetiljat tajjeb fi ħdan il-korporazzjoni tax-xogħol u taħriġ, qiegħda tagħti riżultati tajbin.", "Għandna diversi applikazzjonijiet pendenti minn qabel ma ħadna over din ir-responsabbilta' u jidhrilna li din is-sistema, bil-manjiera kif qegħdin naħdmu ma' l- employers li jagħmlu dawn it-talbiet - fejn qed ikun hemm skrutinju rigoruż ħafna biex jiġi aċċertat jekk hux tassew jew le qed jinstabu ħaddiema Maltin għax-xogħol li jkun meħtieġ - qiegħda tagħtina riżultati tajbin.", "Naturalment din is-sistema għad irridu nirfinawha u nagħmluha aktar effettiva, pero' permezz tagħha qed nissalvagwardaw l-aħjar interessi ta' pajjiżna, Sur President.", "REĠISTRAZZJONI TA' VETTURI ĠODDA", "14115.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jgħid kemm vetturi ġodda ġew reġistrati bejn Jannar u Novembru 2005?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT (Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq): It- tweġiba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Azzopardi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JASON AZZOPARDI: Jaċċetta l-Ministru li ġaladarba din is-sena n- numru ta' vetturi li ġew reġistrati huwa ikbar mis-sena l-oħra, allura jindikax dan ekonomija aktar b'saħħitha?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: F'sena fejn l-ekonomija tkun tajba, in-numru ta' vetturi importati jkun ta' madwar l-10,000.", "Dan huwa ammont sostanzjali u jindika li l-ekonomija sejra tajjeb għax karozzi ġodda huma forma ta' investiment.", "Il-pajjiż irid jinċentiva li jkollu turnover ta' karozzi, anke biex il-flotta ma tkunx waħda qadima u l-fatt li ġew reġistrati 'l fuq minn 7,000 karozza ġdida, juri li anke l-karozzi ġodda importati qed iżommu l-livell tagħhom.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Azzopardi.", "ONOR.", "JASON AZZOPARDI: Ma nafx nistax niġbed l-attenzjoni tal-Ministru dwar il-kondizzjoni ta' Sir Paul Boffa Avenue, ġewwa Raħal Ġdid, li hija triq arterjali.", "Din għandha bżonn ta' wiċċ ġdid, speċjalment dik il-parti quddiem il-petrol station ta' Grech & Ellul, peress li l-ħofor li fiha qed ikunu ta' periklu għall-eluf ta' karozzi li jgħaddu minnha ta' kuljum.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Sur President, aħna konxji mill-ħsarat li għandhom ċerti toroq, fosthom it-triq li qed jirriferi għaliha l-Onor.", "Azzopardi.", "Aħna beħsiebna nimbarkaw fuq programm ta' manutenzjoni u upgrading ta' toroq arterjali u anke distributorji fejn, għalkemm ma jkunx hemm il-ħsieb li jinqalgħu mill-qiegħ bħalma għamilna f'toroq oħra, nagħtuhom wiċċ ġdid biex jieħdu dehra aħjar u anke nkunu nistgħu ngawduhom għal numru ta' snin.", "Dan it-tip ta' intervent għamilnih diġa' fi Vjal il-Kunsill ta' l-Ewropa, viċin Santa Luċia, fi Triq Reġjonali, fejn ċerti interventi kienu nklużi fil-programm ta' toroq li għamilna għaċ-CHOGM u anke mal-coastroad.", "Jidher li b'dawn it-tip ta' interventi nistgħu nieħdu good value for money u jista' ikollok upgrading immedjat mingħajr ħafna nfiq, fejn il-programm ma jkunx jippermetti li tinqala' it-triq mill-qiegħ.", "Naħseb li ma jdumx ma jasal iż-żmien li anke Sir Paul Boffa Avenue tingħata dan it-tip ta' intervent, Sur President.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sur President, f'mistoqsija parlamentari preċedenti kont tlabt li Triq iċ-Ċawsli, li tagħti minn Ħaż-Żabbar għall-Fgura, tiġi rranġata.", "Il-Ministru rrisponda li l-awtorita' dwar it-trasport kienet għamlet xi xogħol biex ittejjeb is-sistema ta' l-istormwater f'din l-istess triq u kienet fil-proċess li tara kif din is-sistema taħdem, ħalli mbagħad tgħaddi għat-tieni fażi.", "Jista' il-Ministru jgħidli fiex jikkonsisti x- xogħol tat-tieni fażi u x'sar s'issa?", "Anke meta kont staqsejt dwar il-bus shelter fl-area ta' St. Peter's, fl- akkwati ta' Triq il-Marżebb ġewwa Ħaż-Żabbar, il-Ministru kien irrispondieni li f'ġimgħa jew f'ġimgħatejn il-bus shelter kellu jkun lest.", "Jista' il-Ministru jispjega għaliex dan il-bus shelter għadu sal-lum ma sarx?", "Jista' jgħid x'inhi r-raġuni li għadhom ma tteħdux passi biex isir ix-xogħol ta' patching fi Triq il-Farfett tal-Fejġel, fl-istess lokalita'?", "U x'inhi r-raġuni li x-xogħol fuq il-water culverts fi Pjazza Gavino Gulia baqa' ma sarx meta ilhom aktar minn ġimgħatejn li ġew irrapportati bil- ħsara u anke nqala' xi ġebel ?", "Sur President, ippermettili nistaqsi lill-Ministru jekk jafx li fit-tenders għall-proġetti ta' toroq ġodda, hemm kondizzjoni li tgħid li l-liġi ta' Malta tipprevali fuq liġijiet oħra ta' l-Unjoni Ewropea?", "Jaf li qed ikun hemm gruppi ta' nies li jitfgħu offerta għal xogħol ta' toroq ġodda, ħaddieħor jitfa' offerta bi prezz irħas, jieħu t-tender hu u mbagħad ix- xogħol isir minn kulħadd?", "Jista' il-Ministu jgħid jekk hu tax l- awtorizzazzjoni li jsiru dawn l-affarijiet u jekk hemmx xi investigazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea dwar din is-sistema?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Mr Speaker, forsi tista' tiggwidani int u tgħidli jekk huwiex korrett li jsiru sitt mistoqsijiet f'daqqa, bl-ebda waħda minnhom m'għandha xejn x'taqsam mal-mistoqsija oriġinali.", "MR SPEAKER: Bla dubju ta' xejn, domandi supplimentari għandhom ikunu relatati mal-mistoqsija oriġinali.", "Naturalment dejjem sta għall-ministru jekk jirrispondix jew le.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Dawn is-sitt mistoqsijiet m'għandhom x'jaqsmu xejn mal-mistoqsija oriġinali u wħud minnhom lanqas nista' biss inweġibhom, Sur President.", "MR SPEAKER: Forsi nista' nitlob lill-Clerk of the House biex ma l-ewwel opportunita' li jkollu, jibgħat it-transcript ta' dak li staqsa dwaru l- Onor. Mizzi ħalli l-Ministru jkun jista' jara l-affarijiet", "bil-kwiet.", "L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sur President, niġbed l-attenzjoni għal dik l- okkażjoni meta membru min-naħa tal-gvern kien għamel mistoqsija supplimentari simili dwar l-istat ta' triq partikolari u l-Ministru kien għoġbu jirrispondih.", "Barra minn hekk, il-Ministru għandu l-obbligu jirrispondi l-mistoqsijiet supplimentari u ma nafx għala qed jaħrab milli jirrispondi fuq ħwejjeġ daqshekk importanti u ta' interess nazzjonali.", "Qed nirriferi b'mod speċjali għall-aħħar parti, dik dwar il-kuntratti, allavolja l-oħrajn fihom x'togħmod ukoll.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Sur President, peress li t-tenders tat-toroq li qed jirriferi għalihom jaqgħu taħt il-ministeru tal-kuntratti, nemmen li mhux jiena għandi nirrispondihom.", "Huwa l-ministru responsabbli mill- finanzi li jista' jirrispondi dwar ċerti teknikalitajiet fejn jidħlu kondizzjonijiet ta' kuntratti ta' xogħol.", "Naturalment f'kull tender ikun hemm il-kondizzjonijiet.", "Niftakar li f'tender partikolari, is-sottomissjonijiet kellhom ikunu bl- Ingliż u kien hemm tenderer li għamel is-sottomissjonijiet tiegħu bit- Taljan u minkejja li pprotesta, id-deċiżjoni tal-kumitat ta' aġġudikazzjoni kienet inflessibbli.", "Jiġifieri ċerti kondizzjonijiet li jinkitbu mill- awtoritajiet Maltin jiġu ċċekkjati għall-konformita' tagħhom man-normi ta' l-Unjoni Ewropea għax ħafna drabi dawn ikunu tenders internazzjonali, pero' dawk il-kondizzjonijiet ireġu.", "Dwar il-parti l-oħra tad-domanda, ma jirriżultalix li kien hemm min tefa' l- orħos tender, ħadha hu u mbagħad qasam ix-xogħol ma' ħaddieħor.", "Jiġifieri ma nafx għalxiex qed jirriferi l-Onor.", "Interpellant.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mario Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "MARIO GALEA: L-awtorita' dwar it-trasport lesta tikkonsidra li jkun hemm bidla fil-policy dwar double-deckers li hawn diġa' u oħrajn li waslu proprju ftit tal-ġimgħat ilu?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Safejn naf jien, diġa' esprimejt ruħi dwar il- pożizzjoni tal-gvern u ta' l-awtorita' tat-trasport fuq dan il-punt.", "Double-deckers jew open-top buses jistgħu jidħlu Malta jekk ikunu jagħmlu parti minn tour internazzjonali.", "L-awtorita' tat-trasport hija konxja minn dan u peress li Malta hija parti mill-Unjoni Ewropea, dawn it-tip ta' buses ma nistgħux inżommuhom.", "F'każ ta' tour li joriġina minn Malta - jiġifieri tour idur ma' pajjiżi differenti Ewropej - organizzat minn tour operator Malti b'coach ta' Malta, f'dak il-każ pajjiż ieħor membru ta' l-Unjoni Ewropea ma jistax iżomm lil dak il-coach jew kwalunkwe vettura oħra bl- iskuża li jridu jiġu osservati l-liġijiet ta' dak il-pajjiż partikolari.", "Jien nista' ngħid li l-awtorita' tat-trasport qed tħejji sejħa għal espressjoni ta' interess minn operaturi ta' open-top buses - mhux bilfors qed nirriferi għal double-deckers għax jista' ikollok single-deck jew double-deck open-top buses - biex joperaw fuq rotot speċifiċi.", "Dawn mhux bilfors jagħmlu trasport bi skeda imma servizz aktar orjentat lejn it- turiżmu, naturalment fejn jidhrilna li jista' ikun hemm talba għal dan.", "Din is-sejħa mhux suppost li għandha ddum ma toħroġ, Sur President.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jista' il-Ministru jgħid meta se jsir il-bus shelter li kellu jsir ġewwa Ħaż-Żabbar u li saru diversi mistoqsijiet parlamentari dwaru?", "Jista' jiġi kkonsidrat li Triq Xandru Pulis, fiż-Żejtun tingħata kisja tarmac peress li tinsab f'sitwazzjoni allarmanti?", "U nerġa' nistaqsi lill-Ministru jekk hemmx xi investigazzjoni għaddejja mill-Kummissjoni Ewropea dwar il-kuntratti tat-toroq jew jekk sarux xi complaints li l-affarijiet ma sarux kif suppost.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Sur President, l-awtorita' dwar it-trasport ma tagħmilx il-bus shelters hi u diġa' stqarrejt li rridu nirranġaw it-traffic island biex il-bus shelter li hemm fi Triq il-Marżebb, f'Ħaż-Żabbar jitpoġġa f'lokazzjoni aktar aċċettabbli.", "Naf li l-Onor.", "Interpellant qajjem dan il-każ xi xahrejn ilu u nwiegħdu li fil-ġimgħat li ġejjin jitlesta dan ix-xogħol.", "Offhand ma nistax inwieġeb dwar Triq Xandru Pulis, fiż-Żejtun għax l- ewwelnett m'iniex ċert jekk dan ix-xogħol huwiex obbligat li jagħmlu l- gvern.", "Barra minn hekk, iż-Żejtun għadu ma daħalx mal-programm ta' xogħlijiet li għandna nagħmlu din is-sena.", "Pero' jista' ikun li se jkun kkonsidrat li jsir is-sena d-dieħla, anke peress li ż-Żejtun huwa wieħed mill-irħula li kien qed jikkonkludi x-xogħlijiet permezz ta' l-arranġament tal-Lm75,000 u allura ċerti toroq kienu qegħdin isiru.", "Jien se nibqa' insegwi l-osservazzjoni ta' l-Onor.", "Interpellant u se nara x'inhuma l- ħteġijiet ta' din it-triq li qed jirriferi għaliha u jekk ix-xogħlijiet jiffitjawx fil-prioritajiet tagħna.", "Dwar l-aħħar domanda ta' l-Onor.", "Mizzi, m'iniex informat jekk l-Unjoni Ewropea hijiex qed tinvestiga xi lment dwar it-tendering ta' toroq.", "Naf li s'issa ħarġu xi ħames tenders ta' toroq iffinanzjati mill-Unjoni Ewropea u safejn naf jien, waħda biss ġiet allokata s'issa u ma jidhirlix li din kien hemm xi lment dwarha.", "Jista' ikun li sar xi lment dwar xi tender lokali imma ma jidhirlix li kien hemm xi investigazzjoni mill-Unjoni Ewropea, Sur President.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Galea.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Sur President, nixtieq nerġa' nirriferi għall-open- top buses.", "Fit-tweġiba tiegħu, il-Ministru qal li tour operators Maltin li jibdew tour minn Malta b'open-top bus, jistgħu jmorru f'pajjiżi oħra membri ta' l-Unjoni Ewropea u ħadd ma jista' iwaqqafhom milli jagħmlu dan.", "Imma fir-realta' dan ma jistax isir għax biex xi ħadd jorganizza tour li jibda minn Malta – veru li hawn tour operators li huma interessati - l-awtorita' tat-trasport trid tirreġistra l-open-top buses li hawn diġa' ħalli dawn ikunu jistgħu jiġu nxurjati.", "Jekk dan ma jsirx ma nafx kif jistgħu jmorru f'pajjiżi oħra Ewropej.", "Jista' il-Ministru jikkummenta dwar dan?", "Jista' il-Ministru jgħidli - qed nistaqsi mhux b'sens ta' kritika imma għax ma fhimtx ir-risposta - għaliex għandha tinħareġ tender mill-awtorita' dwar it-trasport?", "Għax safejn naf jien kulma trid tagħmel l-awtorita' hu li tilliċenzja dawn l-open-top buses u mbagħad sta għalihom li jsibu x-xogħol.", "Jiena naqbel li dawn għandhom jagħmlu t-tours, imma ma naħsibx li huwa kompitu ta' l-awtorita' dwar it-trasport li toħroġ it-tenders.", "Jista' il- Ministru jgħid jekk ir-rwol ta' l-awtorita' dwar it-trasport huwiex li joħroġ il-liċenzji, imma mhux li toħroġ tender biex tipprovdi dan is- servizz?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Din tad-double-decker buses hija saga li ilha ddur.", "Lill-Onor.", "Galea ngħidlu li għandna problema bir-reġistrazzjoni ta' dawn id-double-deckers importati hawn Malta mill-Ingilterra bis-saqaf maqtugħ.", "Il-buses fl-Ingilterra għandhom – jew aħjar kellhom - ċerti specifications li jippermettu għoli ta' aktar minn erba' metri.", "Fil- pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea, kwalunkwe vettura tat-trasport pubbliku trid tkun inqas minn daqshekk.", "Hija din il-problema li tinqala' kull darba li wieħed jikkonsidra dawn id-double-deckers, għalkemm imbagħad hemm issue oħra wkoll, Sur President.", "Meta wieħed jiġi biex jikkonsidra permessi ta' vetturi li għandhom x'jaqsmu mat-trasport pubbliku - jistgħu jkunu coaches, double-deckers, minibuses, eċċ. - wieħed irid iħares ukoll lejn is-suq kif dejjem evolva s'issa.", "Kwalunkwe settur fis-suq tat-trasport pubbliku, sew jekk taxis, coaches, char-a-bancs u anke hearses, kollha joperaw f'numerus clausus.", "Jekk wieħed jiġi biex jilliċenzja u jirreġistra vettura over and above n-numru li jeżisti bħalissa, ikun qiegħed iċaqlaq dak is-suq.", "Jien m'iniex qed ngħid li n-numerus clausus kollha qegħdin hemmhekk biex jibqgħu, pero' m'għandniex naqbdu u nibdew nispezzettaw dan is-suq ftit ftit.", "Waħda mill-affarijiet li nixtiequ nagħmlu bħala awtorita' dwar it-trasport hi li nħarsu lejn is-setturi kollha kif evolvew f'dawn l-aħħar snin, naraw kif evolva dan in-numerus clausus u għalfejn tħalla kif inhu.", "Irridu naraw ukoll jekk dawk il-kondizzjonijiet għadhomx ireġu jew għandhomx jinbidlu.", "Irridu naraw jekk nħalluhom nistgħux nottjenu xi ħaġa, bħal trasport iktar nadif.", "U jkun hemmhekk imbagħad li wieħed jista' jikkonsidra li jirreġistra vetturi b'mod miftuħ, bħalma semma l-Onor.", "Interpellant fil-każ ta' dawn id-double-deckers, meta qal li kulma għandha tagħmel l-awtorita' dwar it-trasport hu li taqbad u tirreġistrahom u mbagħad ifittxu x-xogħol huma.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-Mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali 400 ta' l-2005 - Regolamenti ta' l-2005 li jemendaw ir- regolamenti dwar il-kontroll ta' assi skond l-Att dwar Servizzi ta' Investiment (Emenda Nru. 2);", "Avviż Legali 401 ta' l-2005 - Financial collateral arrangements (amendment) (2) regulations, 2005;", "Avviż Legali 408 ta' l-2005 - Dikjarazzjoni ta' vaganzi tal-banek;", "Avviż Legali 416 ta' l-2005 – Regolamenti dwar oġġetti dazjabbli (emenda ta' Taqsima B fis-Sitt Skeda); u", "Tabelli li juru d-dħul ta' individwi għall-perijodu bejn l-1998 u l- 2004, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 16303.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG (Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern): Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali 403 ta' l-2005 - Avviż ta' bidu fis-seħħ ta' ċerti disposizzjonijiet ta' l-Att ta' l-2005 li jemenda l-Att dwar il- Kunsilli Lokali (Att I ta' l-2005);", "Avviż Legali 404 ta' l-2005 - Regolamenti ta' l-2005 li jemendaw l- iskeda ta' l-Att dwar il-Kummissarji għall-Ġustizzja (emenda nru.3);", "Avviż Legali 405 ta' l-2005 - Ordni ta' l-2005 dwar id-delega ta' infurzar mill-kunsilli lokali (emenda nru.", "4);", "Avviż Legali 407 ta' l-2005 - Avviż ta' bidu fis-seħħ tat-Taqsima XII ta' l-Att ta' l-2005 li jemenda Diversi Liġijiet (Att XIII ta' l- 2005);", "Avviż Legali 410 ta' l-2005 - Ordni ta' l-2005 dwar l-awtorità tad- djar (trasferiment ta' proprjetà) (nru.", "6);", "Avviż Legali 414 ta' l-2005 - Regolamenti ta' l-2005 dwar petizzjonijiet quddiem it-tribunali lokali;", "Avviż Legali 415 ta' l-2005 - Avviż ta' bidu fis-seħħ ta' Artikolu 8 ta' l-Att ta' l-2005 li jemenda l-Att dwar ir-Rifuġjati (Att XVII ta' l-2005); u", "K.L.B.L. 31/9/2005 – Bye-Laws ta' l-2005 dwar reklam fuq għamara tat- toroq (Kirkop).", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Louis Galea.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali 411 ta' l-2005 – Ordni ta' standard nazzjonali ta' l-2005 dwar żieda fil-paga għall-impjegati;", "Avviż Legali 412 ta' l-2005 – Ordni ta' standard nazzjonali ta' l- 2005 dwar l-inqas paga nazzjonali;", "Avviż Legali 413 ta' l-2005 – Regolamenti ta' l-2005 li jemendaw ir- regolamenti dwar fond ta' garanzija; u", "f'isem il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura nqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Estimi finanzjarji ta' l-awtorita` tat-turiżmu għas-sena 2006;", "Kopja tar-rapport \"Developing an institutional framework for the Malta Council for Culture and the Arts\" maħruġ mill-ministeru għat-turiżmu u kultura fis-27 ta' Mejju 2005, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 16277; u", "f'isem il-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l- Informazzjoni nqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Malta Freeport Corporation report and group financial statements għas- sena li għalqet fil-31 ta' Diċembru 2004; u", "Avviż Legali 409 ta' l-2005 – Regolamenti ta' l-2005 li jemendaw ir- regolamenti fuq il-provvista ta' l-elettriku (emenda nru.", "2).", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għall-Kompetittivita` u Komunikazzjoni): Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Rapport annwali u estimi finanzjarji ta' l-awtorita` marittima għas- sena li għalqet fit-30 ta' Settembru 2005;", "Rapport annwali ta' l-attivitajiet ta' l-awtorita` marittima għas-sena bejn l-1 ta' Ottubru 2004 u t-30 ta' Settembru 2005;", "Estimi ta' dħul u nfiq ta' l-awtorita` marittima għas-sena 2005-2006; u", "f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent qiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali 417 ta' l-2005 – Regolamenti ta' l-2005 li jemendaw ir- regolamenti dwar l-ottenibilità ta' informazzjoni tal-konsumatur dwar l-ekonomija tal-fuel u l-emissjonijiet tal-carbondioxide rigward l- immarkettjar ta' karozzi tal-passiġġieri ġodda;", "Avviż Legali 418 ta' l-2005 – Regolamenti ta' l-2005 dwar stima ambjentali strateġika; u", "Tabella li turi l-produzzjoni tat-tadam bejn is-snin 2001 u 2005, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 15914.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Ninu Zammit.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura): Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali 402 ta' l-2005 - Avviż ta' bidu fis-seħħ tar- regolamenti ta' l-2005 li jemendaw ir-regolamenti dwar il-kontroll ta' rimi fid-drenaġġ.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Dolores Cristina", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA (Ministru tal-Familja u Solidarjeta` Soċjali): Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar talbiet għal benefiċċji soċjali minn ċittadini mill- pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea residenti f'Malta matul l-2004 u l-2005, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 15756;", "Tabella li turi l-għadd u l-kariga ta' impjegati fl-adult training centres, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 16138;", "Tagħrif dwar l-għadd ta' familji li taw servizz ta' fostering bejn l- 2000 u l-2005, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 16285;", "Tagħrif dwar l-għadd ta' tfal f'istituzzjonijiet tal-knisja jew enti oħra li għalihom tħallset allowance taħt l-Att dwar is-Sigurta` Soċjali, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 16286;", "Tagħrif dwar allowances imħallsa taħt l-Att dwar is-Sigurta` Soċjali għal tfal f'istituzzjonijiet tal-knisja u enti oħra u lill-familji li taw servizz ta' fostering, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 16287;", "Lista ta' istituzzjonijiet tal-knisja u enti oħra li jżommu t-tfal u li jieħdu allowance taħt l-Att dwar is-Sigurta` Soċjali, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 16288; u", "Tagħrif dwar każi ta' vjolenza domestika li ġew rapportati lill- Aġenzija Appoġġ, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 16289; u", "f'isem il-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita` nqiegħed fuq il- mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali 406 ta' l-2005 - Regolamenti ta' l-2005 dwar il- projbizzjoni ta' reklamar u promozzjoni ta' prodotti tat-tabakk; u", "Lista ta' mediċini nieqsa mid-dipartiment tas-servizzi farmaċewtiċi u l-ispiżerija ġenerali ta' l-isptar, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 16134.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Jason Azzopardi..", "ONOR.", "JASON AZZOPARDI (President tal-Kumitat Permanenti għall-Affarijiet Barranin u Ewropej): Sur President, nirrapporta li 21 dokument maħruġa mill-Kummissjoni Ewropea (pipeline acquis) ġew scrutinised u cleared mill- working groups fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej.", "Dawn huma:", "213.", "Proposal for a Council Directive on Community measures for the control of avian influenza (COM (2005) 171-1);", "398.", "Communication from the Commission - Strengthening Aviation Relations with Chile (COM (2005) 406);", "390.", "Communication from the Commission to the Council, the European Parliament and the European Economic and Social Committee and the Committee of the Regions: A market-based approach to spectrum management in the European Union (COM (2005) 400 final);", "391.", "Proposal for a Decision of the European Parliament and of the Council on the financing of European Standardisation (COM (2005) 377);", "392.", "Proposal for a Council Decision authorising the placing on the market of foods and food ingredients produced from genetically modified Roundup Ready maize line GA21 as novel foods or novel food ingredients under Regulation (EC) 258/97 of the European Parliament and of the Council (COM (2005) 346 final);", "393.", "Proposal for a Council Decision on the signature and provisional application of the agreement between the European Community and the Government of Australia on certain aspects of air services and the Proposal for a Council Decision on the conclusion of the agreement between the European Community and the Government of Australia on certain aspects of air services (COM (2005) 264);", "395.", "Proposal for a Council Decision on the signature and provisional application of the Agreement between the European Community and the Republic of Lebanon on certain aspects of air services and a Proposal for a Council decision on conclusion of the Agreement between the European Community and the Republic of Lebanon on certain aspects of air services (COM (2005) 62);", "396.", "Communication from the Commission on Developing a Community Civil Aviation Policy towards the Republic of India (COM (2005) 409);", "403.", "Report from the Commission to the budgetary authority on guarantees covered by the general budget - Situation at 30 June 2004 (COM (2004) 836);", "404.", "Report: State Aid Scoreboard - Spring 2005 update (COM (2005) 147);", "405.", "Preliminary Draft Amending Budget No. 7/2005 - Section IV: Court of Justice (COM (2005) 419);", "406.", "Communication from the Commission to the Council: The action taken by Hungary in response to the Council Recommendation of 8 March 2005 according to Article 104(7) under the excessive deficit procedure (SEC (2005) 951);", "410.", "Proposal for a Decision of the Council and of the Commission on the conclusion on behalf of the European Community and the European Atomic Energy Community of the Agreement on Scientific and Technological Cooperation between the European Communities of the one part and the Swiss Confederation of the other part (COM (2005) 333 Final);", "411.", "Report from the Commission to the Council on the application of Annex X to the Staff Regulations (Council Regulation 3019/1987 of 5 October 1987) Year 2004 (COM (2005) 358 Final);", "412.", "Commission Recommendation on the European Charter for Researchers and on a Code of Conduct for the Recruitment of Researchers (C (2005) 576); 413.", "Proposal for a Council Decision on the conclusion by the European Community of the Agreement on the Accession of the European Community to the Convention concerning International Carriage by Rail (COTIF) of 9 May, 1980, as amended by the Vilnius Protocol of 3 June 1999 (COM (2003) 696 Final);", "418.", "Proposal for a Council Decision on the position to be adopted by the Community within the ACP-EC Committee of Ambassadors concerning the financial regulation and the statutes and rules of procedure of the Technical Centre for Agricultural and Rural Co-operation (COM (2005) 101 Final);", "419.", "Proposal for a Council Decision on a Community position in the Association Council on the implementation of Article 67 and Article 80 of the Euro-Mediterranean Agreement establishing an Association between the European Communities and their Member States, on one part, and the Arab Republic of Egypt, of the other part (COM (2005) 188 Final);", "420.", "Proposal for a Council Decision on the position to be adopted by the Community within the ACP-EC Committee of Ambassadors concerning the staff regulations of the Technical Centre for Agricultural and Rural Co-operation (COM (2005) 198 Final);", "421.", "Proposal for a Regulation of the European Parliament and of the Council establishing accompanying measures for sugar protocol countries affected by the reform of the EU sugar regime (COM (2005) 266 Final);", "422.", "Proposal for a Council Decision concluding the additional protocol to the Agreement on Trade, Development and Cooperation between the European Community and its Member States, of the one part, and the Republic of South Africa, of the other part, to take account of the accession of the Czech Republic, the Republic of Estonia, the Republic of Cyprus, the Republic of Latvia, the Republic of Lithuania, the Republic of Hungary, the Republic of Malta, the Republic of Poland, the Republic of Slovenia, and the Slovak Republic to the European Union (COM (2005) 372 Final/2).", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Ngħaddu issa għal Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JIMPLIMENTA MIŻURI TA' L-ESTIMI", "BUDGET MEASURES IMPLEMENTATION BILL", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "TONIO FENECH (Segretarju Parlamentari): Sur President, għandi Messaġġ mill-President ta' Malta.", "MR SPEAKER: Se naqra l-Messaġġ.", "EDWARD FENECH ADAMI PRESIDENT", "Il-President wara li kien informat dwar is-suġġett ta' l-Abbozz ta' Liġi \"biex jimplimenta diversi miżuri ta' l-Estimi u miżuri amministrattivi oħra\", jirrakkommandah għall-konsiderazzjoni tal- Kamra tad-Deputati.", "2 ta' Novembru 2005\"", "ONOR.", "TONIO FENECH: Sur President, nipproponi t-Tieni Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi li Jimplimenta Miżuri ta' l-Estimi.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Rimarki?", "Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Mr Speaker, wara li f'Ottubru li għadda ressaqna fil- parlament il-budget għal din is-sena, issa għandna quddiemna abbozz ta' liġi li se jemenda numru ta' liġijiet biex ikunu jistgħu jiġu implimentati numru ta' miżuri mħabbra fil-budget.", "Kif nafu, il-budget m'huwiex biss strument legali, jiġifieri l-inizjattivi kollha li ġew imħabbra fil-budget għal din is-sena ma ġewx proposti f'ambitu ta' liġi biss.", "Għalhekk dan l- abbozz ta' liġi m'huwiex eżawrjenti fil-miżuri kollha li ppropona l-budget għax hemm numru ta' inizjattivi li jew iridu jittieħdu minn ministeri oħrajn jew inkella huma inizjattivi li ma jirrikjedux leġislazzjoni fihom infushom.", "Pero` kif nafu hemm numru ta' miżuri li fil-fatt jikkontemplaw bidliet fil-liġijiet ta' pajjiżna u għaldaqstant kien jeħtieġ li jitressaq dan l-abbozz ta' liġi li qegħdin niddiskutu llum.", "Ikun tajjeb li ngħidu li dan l-abbozz ta' liġi jsib ruħu fil-budget innifsu, budget li jrid ikompli jibni fuq il-budgets li kellna preċedentement, li jkompli jfittex li jilħaq il-miri finanzjarji u ekonomiċi li poġġejna quddiem pajjiżna u li jkompli jsostni l-prijoritajiet li jridu jsejsu l-futur ta' pajjiżna biex tassew, skond it-tema ta' dak il- budget, waqt li nkomplu nibnu fuq ħilitna nkomplu nsaħħu s-setturi li minn fuqhom aħna naraw li l-ekonomija ta' pajjiżna trid tkompli tikber.", "Sur President, naħseb li l-qofol ta' dan kollu huwa l-fatt li rridu nkomplu nsaħħu l-qagħda ekonomika ta' pajjiżna mhux biss billi nkomplu nsaħħu l- qagħda finanzjarja pero` b'sodisfazzjon ngħid li tassew mexjin fil-pjan ta' konverġenza u qegħdin nilħqu l-miri tagħna u issa mhux iktar bi previżjoni, kif kienet f'Ottubru.", "Meta ġejna biex nipprevedu kif se nagħlqu s-sena l- prim ministru kien ħabbar li aħna se nilħqu l-mira tad-deficit tagħna ta' Lm76 miljun, imma issa li għaddiet id-data tal-31 ta' Diċembru 2005 nista' minn hawnhekk nikkonferma lill-Kamra li iva, ilħaqna l-miri tagħna kemm f'dak li huwa dħul tal-gvern kif ukoll fil-kontroll tan-nefqa tal-gvern.", "Għaldaqstant se nżommu mal-proġettazzjoni tagħna u nistgħu ngħidu li d- deficit fis-sena 2005 kien ta' Lm76 miljun.", "Sur President, kellna ħafna nies li bassru li din is-sena mhux se nispiċċaw kif konna pproġettajna pero` għandi pjaċir ninnota li mhux biss irnexxielna nilħqu l-mira tagħna, talli minn xahar għall-ieħor id-deficit qed jonqos b'mod kostanti.", "Qed ikollna wkoll l-esperjenza fejn id-dħul xi kultant jaqbeż il-ħruġ tal-gvern minn xahar għal xahar biex b'hekk illum qed naslu biex nilħqu l-miri tagħna.", "Tajjeb infakkar ukoll li meta ppreżentajna l- pjan ta' konverġenza sentejn ilu kien hemm bosta li kienu kkritikaw lill- gvern li biex hu jimxi mal-miri tiegħu l-poplu kien se jkollu jħallas prezz għoli u qares.", "Qalulna li se nżidu patafjun ta' taxxi li l-poplu ma jkunx jiflaħ għalihom, li se noħonqu l-attivita` ekonomika u kien hemm min qalilna li jmissna nipposponu anke l-pjanijiet tagħna.", "Sur President, dan il-budget qed jagħti risposta lil dawn in-nies għax qed naraw żieda fid-dħul tal-VAT, fl-income tax, fil-kontribuzzjoni tas- sigurta` soċjali meta mqabbla mas-sena ta' qabel u hemm indikazzjoni li l- polz ekonomiku nazzjonali ta' pajjiżna huwa miexi 'l quddiem, li għandna ekonomija li qed trendi lil pajjiżna u allura anke qed trendi f'dak li hu dħul tal-gvern.", "Għaldaqstant b'dan id-dħul u anke bil-kontrolli li għamilna fuq in-nefqa tal-gvern matul dawn is-snin il-gvern kien kapaċi jwassal biex il-qagħda finanzjarja tkun fuq livelli li huma aċċettabbli u sostenibbli.", "Infakkar li matul is-sena li għaddiet irnexxielna niffrankaw Lm4 miljun f'dawk li kienu pagi previsti għal dik is-sena minħabba l-isforzi kbar li għamilna internament li nużaw l-għodod ta' redeployment fi ħdan is-settur pubbliku u li nnaqqsu l-ingaġġ għal dak li huwa tassew meħtieġ.", "Iffrankajna wkoll Lm2 miljun mill-ispejjeż l-oħra li juża l-gvern fl-operat tiegħu u Lm2 miljun mill-entitajiet pubbliċi.", "Hawnhekk irrid nirringrazzja mhux biss lill-entitajiet u lid-dipartimenti kollha li kkooperaw, imma wkoll lill-budget office, lill-financial management monitoring unit li waqqafna s-sena li għaddiet u anke lir-redeployment group fi ħdan l-uffiċċju tal-prim ministru li wkoll waqqafnieh is-sena li għaddiet, li qed jagħtu l-frott mixtieq fil-ħidma tagħna biex proprju nindirizzaw is-sostenibilita` finanzjarja ta' pajjiżna.", "Kif nafu r-rendiment ekonomiku ta' pajjiżna ma jiddependix biss milli pajjiżna jkun miexi f'qagħda finanzjarja sostenibbli, imma wkoll billi nieħdu l-miżuri meħtieġa biex nixprunaw l-ekonomija tagħna biex din tkompli tikber.", "Dan ipprovajna nagħmluh fil-budget li għadda b'numru ta' miżuri, fost l-oħrajn bil-kontroll fuq in-nefqa tal-gvern ħalli ma jkollniex għalfejn inżidu l-piż tat-taxxi fuq l-ekonomija ta' pajjiżna.", "U kien għalhekk li anke f'dan il-budget irnexxielna ma nżidux miżuri ġodda fiskali biex isostnu l-ħtieġa tad-dħul tal-gvern f'pajjiżna.", "Dan minnu nnifsu huwa wkoll sinjal għal min ried jopera fl-ekonomija tagħna li aħna bħala gvern m'aħniex qed infittxu li dejjem naqtgħu biċċa akbar mill-ekonomija, imma f'mumenti meta l-ekonomija tagħna teħtieġ l-ispazju biex tikber, lesti li bħala gvern anke nieħdu l-pass lura, li noqogħdu attenti x'piżijiet inpoġġu fuq l-ekonomija biex dan effettivament ikun jista' jiġri.", "Tajjeb infakkar li f'dan il-budget ħabbarna li se nkomplu bil-programm ta' privatizzazzjoni biex nagħtu opportunita` lis-settur privat f'pajjiżna jkompli jieħu sehem akbar fl-ekonomija tagħna.", "Infakkar f'numru ta' inizjattivi li qed nieħdu f'dan is-sens, fosthom fil-Maltacom, fil-Bank of Valletta u fl-MIA li pprivatizzajna parti minnha s-sena li għaddiet, fit- Tug Malta u inizjattivi oħrajn marbuta mal-yacht marinas.", "Pero` matul is- sena li ġejja rridu nkomplu nbigħu l-ishma li fadallu l-gvern.", "Sur President, fl-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna llum hemm taqsima nieqsa minn dak li konna mdorrijin preċedentement, jiġifieri t-taqsima li fiha l-gvern kien jitlob għall-approvazzjoni ta' dan il-parlament għas-self li jkun meħtieġ li jagħmel għal matul is-sena li ġejja.", "Is-sena li għaddiet il-gvern kien talab l-approvazzjoni għal self ta' Lm150 miljun, li kienu iktar milli fil-fatt kellna bżonn matul dik is-sena għax, kif kont spjegajt, is-sena li għaddiet il-gvern kien beħsiebu jaqleb numru ta' loans li kellu ma' banek, il-loans li kellha t-tarzna u loans oħrajn simili, u jeħodhom fuqu l-gvern b'rati iktar baxxi billi joħroġ l-istocks għalihom.", "Din is-sena mexjin fit-triq li nkomplu nnaqqsu l-ħtieġa tal-gvern li jissellef anke minħabba l-programm ta' privatizzazzjoni li għandu quddiemu pajjiżna li għandu jwassal biex ma jkollniex bżonn li nerġgħu nidħlu fis- suq biex nissellfu aktar milli għandna approvat diġa`.", "Il-budget ħabbar li se nkomplu ninċentivaw l-ekonomija tagħna billi nilliberalizzaw aktar setturi ekonomiċi f'pajjiżna fejn għad għandna xi monopolji.", "Fost l-oħrajn semmejna l-liberalizzazzjoni tax-xiri u d- distribuzzjoni tal-prodotti ta' l-enerġija li huwa mistenni li sseħħ matul nofs din is-sena.", "Ħdimna fuq l-inizjattiva biex flimkien mal-privat nagħmlu numru ta' proġetti, u għalhekk is-sena li għaddiet konna waqqafna l- public private partnerships unit.", "Diġa` hemm numru ta' proġetti li għaddejjin permezz ta' din l-inizjattiva u hemm oħrajn li qegħdin in the pipeline u qegħdin naħdmu dwarhom.", "Insemmi l-forti Delimara u anke l- crafts village ta' Ta' Qali.", "Kif nafu hemm numru ta' offerti li diġa` ħarġu, fosthom id-dar ta' l- anzjani tal-Mellieħa, il-baċir numru 1 u anke l-offerta ta' min se jipprovdi l-ikel għall-isptar il-ġdid Mater Dei.", "Il-gvern huwa", "kommess li jkompli miexi f'din it-triq għax nemmnu li b'aktar parteċipazzjoni tas-settur privat, anke fl-għoti ta' servizzi u proġetti pubbliċi, jista' jgħin biex ninċentivaw aktar l-ekonomija ta' pajjiżna.", "Id- diskors tal-budget li għadda enfasizza wkoll il-ħtieġa li nkomplu bil- ġlieda tagħna kontra l-burokrazija żejda u over regulation.", "Għalhekk waqqafna l-better regulation unit biex din tassigura li d-dipartimenti u l- entitajiet pubbliċi jżommu l-kontabilita` tagħhom mhux biss lejn il-gvern imma anke lejn lil min jagħtu servizz biex nassiguraw li ma jidħlux regolamenti bla bżonn li jxekklu l-andament ekonomiku ta' pajjiżna.", "Pero` biex insiru aktar kompetittivi rridu nkomplu ninvestu fis-setturi produttivi ta' pajjiżna u l-budget li ressaqna f'Ottubru elenka numru ta' inizjattivi li fil-fatt il-gvern beħsiebu jieħu għal dan il-għan.", "M'iniex se nidħol fl-elenku ta' dawk l-inizjattivi, pero` nafu kif żidna l-vot tal- Malta enterprise, se ninvestu iktar fiż-żoni industrijali f'pajjiżna, tajna Lm4 miljun f'tax credits għal dawk li jagħmlu r-riċerka fit-teknoloġija, tax credits għall-back office operations, għall-e-business u anke għal inizjattivi oħrajn, għall-industrija tal-films u anke għal min irid jinvesti f'dawn il-faċilitajiet.", "Sur President, f'dan il-budget ħabbarna numru ta' inizjattivi anke għas- self-employed, fost l-oħrajn li nkomplu nsostnu l-iżvilupp ta' numru ta' żoni għall-intrapriżi ż-żgħar billi l-gvern se jalloka Lm100,000 biex jibdew ix-xogħlijiet infrastrutturali marbuta mat-twassil ta' dawn is- servizzi essenzjali għalihom.", "Hemm numru ta' programmi oħrajn ko- finanzjati mill-Unjoni Ewropea biex tingħata għajnuna lill-micro enterprises biex iħarrġu lill-ħaddiema tagħhom u lilhom infushom bħala imprendituri.", "Miżura oħra f'dan l-abbozz ta' liġi li qed nippreżentaw illum li kienet imħabbra fil-budget hija l-bidla li se ssir fit-taxxa ta' reġistrazzjoni fuq vetturi kummerċjali ġodda ta' ħames tunnellati jew aktar li minn 55% tal-valur se tinżel għal 24% tal-valur.", "Se nagħtu opportunita` lil min irid ibiddel ċertu makkinarju kummerċjali meħtieġ biex dan jagħmlu b'rata ta' taxxa ħafna iktar favorevoli milli kienet fil-passat.", "Għalhekk nittamaw li ninċentivaw il-bdil ta' dawn it-tip ta' vetturi li, kif nafu, meta jiqdiemu l-emissjonijiet tagħhom jagħmlu ħsara ambjentali u huma ta' detriment għas-saħħa tal-bniedem.", "Fost l-inizjattivi li semmejna f'dak il-budget kien hemm li rridu nkomplu nsostnu l-industrija tat-turiżmu f'pajjiżna bl-inizjattiva marbuta mal- branding, biż-żieda tal-vot għall-marketing min-naħa ta' l-MTA wara r- ristrutturar li kien sar, pero` wkoll b'numru ta' proġetti ta' tisbiħ f'numru ta' lokalitajiet marbuta mat-turiżmu għax nemmnu li rridu nkomplu nsaħħu l-prodott turistiku ta' pajjiżna.", "Se ninvestu wkoll fil-wirt kulturali u storiku ta' pajjiżna billi żidna l-vot ta' heritage Malta għal Lm2.5 miljun din is-sena.", "Nafu x'ġid qed tagħmel din l-organizzazzjoni għall-investiment fil-wirt storiku ta' pajjiżna.", "Pero` b'dan il-budget u l-ħidma li se nagħmlu matul din is-sena mhux biss ridna nkomplu nsaħħu s-setturi li jikkontribwixxu direttament għall- ekonomija, imma anke l-ħiliet tal-ħaddiem Malti li rridu nkomplu ntejbu fis- snin li ġejjin biex tassew nilqgħu għall-isfidi li ġejjin quddiemna u l- opportunitajiet ġodda ta' xogħol li rridu nattiraw lejn pajjiżna.", "Fost l- oħrajn hemm skemi ta' l-ETC, childcare u gwida għall-karrieri.", "L-ETC nnifisha b'ko-finanzjament mill-Unjoni Ewropea se tibbenefika minn Lm1 miljun biex tkompli tħarreġ fil-litteriżmu lil min għandu 'l fuq minn 40 sena, skemi ta' xogħol għal persuni b'diżabilita` u numru ta' proġetti oħrajn importanti f'dan is-settur.", "Sur President, l-għan tad-diskussjoni tal-lum ovvjament m'huwiex li nerġa' nirrepeti dak kollu li semmejna fil-budget, pero` kien budget li fih tkellimna fuq numru ta' oqsma oħra, fosthom il-qasam marittimu, Għawdex, l- edukazzjoni fejn in-nefqa din is-sena se taqbeż il-Lm108 miljun – il-gvern se jkompli jinvesti f'bini ta' numru ta' skejjel ġodda u mmodernizzar ta' l- iskejjel - l-ambjent u numru ta' inizjattivi oħrajn li l-gvern huwa kommess li jwettaq matul is-snin li ġejjin.", "Pero` nixtieq ngħid li stajna nagħmlu dan it-tip ta' budget l-ewwelnett bis- saħħa tas-serjeta` li bħala gvern qed nuru fl-użu tal-flus ta' pajjiżna, tan-nefqa tagħna, u għax fil-passat konna kapaċi nakkwistaw fondi sostanzjali mas-sħubija ta' pajjiżna fl-Unjoni Ewropea.", "Issa nista' ngħid ukoll li fl-għeluq tas-sena 2005 irnexxielna niggarantixxu lil pajjiżna pakkett sostanzjali ta' fondi li bihom se nkomplu ninvestu fl-ekonomija, fl- infrastruttura u fl-iżvilupp sħiħ ta' pajjiżna.", "B'hekk inkunu nistgħu tassew inkomplu naraw pajjiżna attraenti għall-opportunitajiet tax-xogħol, għal min irid jinvesti għall-futur in ġenerali ta' pajjiżna.", "Sur President, meta nitkellmu dwar il-fondi ta' l-Unjoni Ewropea li se nibbenefikaw minnhom f'pajjiżna, ikun tajjeb li ngħid li l-gvern diġa` qiegħed avvanzat ħafna fl-identifikazzjoni tal-proġetti li jridu jsiru, proċess li se nkomplu nwessgħuh anke bħala konsultazzjoni mhux biss ma' l- istakeholders, li diġa` saret ħafna diskussjoni magħhom dwar kif nistgħu nonfqu dawn il-flus, imma anke kif ħabbar il-prim ministru, b'laqgħat pubbliċi fejn fihom anke l-pubbliku in ġenerali jista' jiġi u jgħidilna kif hu jaħseb illi għandna nużaw l-aħjar dawn il-fondi biex inkomplu niżviluppaw lil pajjiżna.", "Hemm numru ta' aspetti fil-pakkett kif ingħalaq taħt il-presidenza Ingliża, li qed jagħtu vantaġġ akbar lil pajjiżna, anke akbar mill-fondi nfushom għax, kif nafu m'hijiex biżżejjed l-allokazzjoni nnifisha tal-fondi ta' l- Unjoni Ewropea, imma kemm ikun possibbli li inti tassorbi fil-perijodu definit ta' seba' snin minn dawk il-fondi.", "Minn esperjenza ta' numru ta' pajjiżi oħrajn nafu li l-absorption rate, jiġifieri kemm il-pajjiżi jkunu kapaċi jassorbu minn dawn il-fondi, mhux dejjem tkun waħda ta' rata għolja.", "Ġieli kien hemm pajjiżi li assorbew sa 60% mill-fondi allokati lilhom.", "Pajjiżi oħrajn bħal Spanja kienu ħafna iktar effiċjenti u qabżu t-80% u d- 90% ta' l-absorption tal-fondi allokati lilhom.", "Sur President, irridu mhux biss naħdmu internament bħala gvern biex dawn il- fondi nużawhom tassew b'mod effettiv, imma l-fatt li fin-negozjati pajjiżna u pajjiżi oħrajn irnexxielna nġibu aktar flessibbilta` fuq kif se jintnefqu dawn il-fondi, se jiggarantixxi lil pajjiżna li se nkunu nistgħu nużawhom b'mod komplet u ma nitilfux minn dawn il-fondi biex pajjiżna jibbenefika b'mod sħiħ minn dawn il-flus li se jiġu f'pajjiżna.", "Hemm numru ta' bidliet, fost l-oħrajn li ma ġejniex marbuta li nonfqu dawn il-fondi limitatament marbuta ma' l-istrateġija ta' Lisbona, imma nistgħu nużawhom għal bżonnijiet oħrajn.", "Il-VAT qed tkun parti mill-ispiża eliġibbli li tkun inkorporata mal-co-financing arrangement li jfisser li allura jkun hemm inqas bżonn ta' kontribuzzjoni diretta għal kull proġett mill-fond konsolidat.", "Il-co-financing rate żdiedet, jiġifieri l-ammont li pajjiżna jeħtieġ joħroġ għal kull proġett naqas.", "Fejn qabel pajjiżna kien ikun irid joħroġ 25%, din ir-rata niżlet għal 15% bħala kontribuzzjoni li trid toħroġ mill-fond konsolidat, mill-fond nazzjonali.", "Kien hemm numru ta' affarijiet oħra, fost l-oħrajn li issa proġetti magħmula minn public private partnerships jistgħu jkunu eliġibbli għal dawn it-tip ta' fondi.", "Għalhekk is-sena li għaddiet kienet għaqlija d-deċiżjoni tal-gvern li nwaqqfu unit apposta f'dan is-sens.", "Hemm ukoll il-fatt li r- regola ta' kif trid tonfoq il-flus ladarba jibda l-proġett żdiedet minn sentejn għal tliet snin, u allura dan jagħtina opportunita` li nassorbu dawn il-fondi b'mod effettiv.", "U jien m'għandix dubju li ladarba l-gvern iħabbar il-proġetti li se jkunu qed jiġu ffinanzjati permezz ta' dawn il- programmi, wieħed ikun jista' jara kif pajjiżna se jkompli jiżviluppa u jaħtaf aktar l-opportunitajiet li qed iġġib quddiemna l-Unjoni Ewropea f'dan is-sens.", "Sur President, issa se ndur għal-liġi li għandna quddiemna, il-liġi li trid timplimenta l-budget, li fiha qegħdin jitressqu numru ta' emendi.", "Ikun tajjeb li ngħid li fl-istadju ta' Kumitat iridu jitressqu numru ta' emendi oħrajn li se nitkellem ftit dwarhom ladarba nkun qed niddiskuti t-taqsimiet f'din l-introduzzjoni.", "Pero` tajjeb infakkar li hemm numru ta' inizjattivi li għalihom iridu joħorġu avviżi legali speċifiċi mill-entitajiet jew mill- ministeri konċernati.", "Hemm miżuri oħrajn li jridu jidħlu fis-seħħ permezz ta' skemi amministrattivi bħall-iskemi marbuta mar-rifużjoni ta' spejjeż, fost l- oħrajn dawk marbuta ma' l-ambjent bħal photovoltaic u s-solar panels li ħabbarna fil-budget.", "Pero` hemm ħidma oħra li trid issir permezz tat- twaqqif ta' units u proġetti speċifiċi li jridu jsiru matul din is-sena li, kif spjegajt, huwa ovvju li mhux se jsibu ruħhom f'dan l-Att innifsu, imma jridu jsibu ruħhom fil-ħidma tal-gvern matul is-sena li ġejja.", "Sur President, issa se nitkellem ftit dwar il-ħames taqsimiet li dan l- abbozz ta' liġi qiegħed jippreżenta għad-diskussjoni ta' din il-Kamra.", "Taqsima I titkellem dwar emendi li qed isiru għall-Ordinanza dwar il- Pensjonijiet.", "Taqsima II temenda l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income proprju biex inġibu fis-seħħ it-tibdiliet li ħabbarna marbuta mal-liġi tal-bejgħ tal-proprjeta`.", "Taqsima III qed temenda l-Att dwar is-Sigurta` Soċjali.", "Se jiġi emendat l-Att dwar id-Dazju tas-Sisa u anke l-Att dwar l-Eko- Kontribuzzjoni.", "Se nidħol fuq fuq f'kull waħda għax bla dubju ta' xejn fl- istadju tal-Kumitat se jkollna okkażjoni li nidħlu ħafna iktar fid-dettall fid-diskussjoni li se nkunu qegħdin nagħmlu.", "Kif diġa` għedt, permezz ta' Taqsima I li temenda l-Ordinanza dwar il- Pensjonijiet, se jiġi emendat artiklu 7 sabiex ex-uffiċjali pubbliċi li temmew is-servizz tagħhom mal-gvern u kienu ħadu impjieg ma' l-Universita` ta' Malta wara l-31 ta' Diċembru ta' l-1978, ikollhom is-servizz tagħhom ma' l-universita` meqjus bħala servizz mal-gvern għall-fini tal-pensjoni tat-Teżor, dritt li sfortunatament wieħed ma jistax jifhem kif ma ġiex estiż lil dawn l-uffiċjali.", "Dan id-dritt kien ingħata lil dawk li kienu impjegati tal-junior college u istituzzjonijiet simili, imma mhux lil dawk li kienu impjegati fl-universita`.", "Effettivament kien hemm madwar 40 persuna fil-passat li ġew diskriminati, biex ngħidu hekk, minħabba din is- sitwazzjoni.", "Wara analiżi tas-sitwazzjoni l-gvern ħass li kellu jagħmel din l-emenda biex proprju titneħħa din id-distinzjoni bejn uffiċjali li ħadu impjieg ma' l-universita` b'ċirkostanzi prattikament simili u tirrikonoxxi s-servizz li ngħata irrispettivament minn jekk marrux l- universita` qabel jew wara l-1979.", "Hemm numru ta' bidliet oħrajn żgħar li qed isiru biex ineħħu ċerti anomaliji li m'għandix dubju jkollna okkażjoni li nitkellmu dwarhom ħafna iktar fid-dettall meta niġu biex nanalizzaw il- klawsoli fi stadju ta' Kumitat.", "Sur President, Taqsima II ta' dan l-abbozz ta' liġi titkellem dwar it- tibdiliet li se jsiru għall-Att dwar l-Income Tax b'rabta mal-bidla li ħabbarna fil-budget fis-sistema ta' tassazzjoni fuq il-bejgħ tal- proprjeta`.", "Daħħalna l-konċett li wieħed jista' japplika sistema ta' 12% final witholding tax fuq il-valur tat-trasferiment.", "Kif nafu, il-gvern semma numru ta' konsiderazzjonijiet, fost l-oħrajn li f'każ ta' trasferiment ta' proprjeta` li tkun ġejja minn wirt jew donazzjoni din it- 12% ma titħaddimx fuq il-valur sħiħ, imma fuq id-differenza bejn il-valur tat-trasferiment u l-valur ta' l-akkwist.", "Infakkar li t-taxxa finali ta' 7% fuq proprjeta` li kienet intirtet qabel Novembru ta' l-1992 ma kenitx inbidlet.", "Kif kien ħabbar il-prim ministru fid-diskors tar-replika tiegħu, proprju fiż-żmien tal-budget, waqt li konna rajna li b'mod ġenerali kien hemm min laqa' din il-miżura b'mod pożittiv ħafna għax kien se jintlaqat tajjeb ħafna - u tajjeb ngħid li meta wieħed iħares lejn il-bejgħ tal-proprjeta` mill-budget 'l hawn huwa stmat li iktar minn 60% tat-trasferimenti li diġa` saru fil-fatt saru taħt is-sistema l-ġdida, jiġifieri għażlu li jħarsu s- sistema l-ġdida - ħassejna li kien hemm numru ta' konsiderazzjonijiet li kellhom jiġu meħuda u issa se jitressqu l-emendi tagħhom biex niddiskutuhom fl-istadju ta' Kumitat.", "Kien hemm numru ta' każijiet li kellna nieħdu in konsiderazzjoni billi rajna li seta' kien hemm pockets fejn din is-sistema ma kenitx tkun daqstant vantaġġjuża, pjuttost kellha effett bil-kuntrarju.", "Għalhekk, kif konna ħabbarna, minbarra li kien hemm numru ta' provvedimenti tranżitorji għal dawk il-konvenji li kienu diġa` saru qabel il-budget u t- trasferimenti li kienu se jsiru qabel il-31 ta' Marzu ta' din is-sena, daħħalna l-option fejn isir akkwist u bejgħ li bejniethom ma jkunx hemm aktar minn ħames snin.", "U jekk wieħed jara li ma jaqbillux bit-12% ikun jista' jadotta s-sistema tal-capital gains l-antika, jiġifieri jibqa' jiġi ntaxxat kif konna mdorrijin qabel.", "Sur President, ikun tajjeb li hawnhekk niċċara xi ħaġa li se toħroġ anke mir-regolamenti, li jekk wieħed jagħżel li fi proġett partikolari, per eżempju, blokk ta' flats, jibda jħallas bis-sistema tal-capital gains, f'dawk il-ħames snin ma jistax imbagħad joqgħod ibiddel mill-capital gains għas-sistema l-ġdida jew viċeversa.", "Jiġifieri min se jkun qed ibigħ ma' l- ewwel transazzjoni ta' bejgħ li jagħmel irid jagħżel b'mod għaqli liema sistema se jadotta għax jekk noqogħdu flat inbigħuh mod u flat ieħor inbigħuh mod ieħor, noħolqu konfużjoni sħiħa.", "Sur President, ikun tajjeb li ngħid li tajna eċċezzjoni fil-każ ta' għarajjes li jkunu ko-proprjetarji ta' proprjeta` akkwistata bil-għan li din tkun id-dar matrimonjali tagħhom, u li parti minnhom tittrasferixxi l- parti tagħha lill-parti l-oħra.", "Se jidħlu numru ta' eżenzjonijiet oħrajn li fil-fatt kienu diġa` eżistenti f'artiklu 5 fil-liġi tal-capital gains, li se jerġgħu jiġu riflessi f'din il-liġi, bħal meta l-proprjeta` tkun ir- residenza tiegħek, meta t-trasferiment isir bejn kumpannija fl-istess grupp, meta jkun hemm trasferiment ta' proprjeta` b'konsegwenza tax- xoljiment tal-komunjoni ta' l-akkwisti u numru ta' eċċezzjonijiet oħrajn.", "Tajjeb insemmi f'dan l-istadju li jekk ikun hemm min qiegħed ibiddel il- proprjeta` għal skop ta' negozju, per eżempju, hu beħsiebu jespandi n- negozju tiegħu u allura qed ibigħ proprjeta` u jixtri oħra b'dawk il-flus li jkun ġabar mir-rikavat tal-bejgħ biex jespandi n-negozju tiegħu, allura hemmhekk se jkun hemm is-sistema fejn wieħed fuq il-proprjeta` preċedenti jkun jista' japplika għar-refund biex jieħu rifużjoni ta' dik it-taxxa biex ma nxekklux lil min irid ikabbar l-investiment tiegħu fil-proprjeta` u fin- negozju li jkun qed iħaddem.", "Hemm numru ta' konsiderazzjonijiet li se jidħlu, pero` tajjeb li nfakkar lil min jidħol għas-sistema tal-final witholding tax li din hija t-taxxa finali, se tkun separata u distinta minn kwalunkwe taxxa oħra taħt xi dispożizzjoni tal-liġi u lanqas ma jkun disponibbli għall-kreditu kontra taxxa oħra dovuta.", "Nixtieq infakkar ukoll li se jibqa' l-obbligu li jinżammu l-irċevuti u notamenti rigward it-trasferiment tal-proprjeta` u l- kummissarju tat-taxxi interni se jibqagħlu kull dritt li jitlob għall- informazzjoni li jidhirlu xierqa u li għandha tinżamm.", "Tajjeb li nfakkar ukoll li daħal il-konċett li l-valur tat-trasferiment irid ikun wieħed raġjonevoli u jirrifletti l-valur tas-suq.", "Se jidħol fir- regolamenti anke l-mod kif wieħed ikejjel jew le jekk dan hux qed jinżamm, anke għaliex ladarba issa s-sistema qed tmur fuq il-bejgħ irridu wkoll nassiguraw ruħna li dak li qed jiġi ddikjarat huwa raġonevolment il-prezz tal-bejgħ li fil-fatt qiegħed jirriżulta.", "Sur President, Taqsima III qed temenda artiklu 2(1) ta' l-Att dwar is- Sigurta` Soċjali.", "Fil-fatt se tiġi emendata t-tifsira ta' \"persuna gravament disabilitata\" biex jidħol ċertu mard kroniku li qabel ma kienx jaqa' taħt dan l-Att.", "F'Taqsima IV hemm numru ta' emendi għall-Att dwar id- Dazju u tas-Sisa biex, kif kien ħabbar il-Ministeru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni fil-25 ta' Ottubru, jiġi aġġustat id-dazju tas-sisa fuq il-fuel bħala parti mill-pakkett ta' tibdil u inċentivi li l-gvern għamel kaġun tal-prezzijiet taż-żejt fis-swieq internazzjonali.", "Qed isir xi aġġustament ta' HS codes kif ukoll aġġustamenti li huma meħtieġa biex fuq medda ta' sitt snin id-dazju jkun daqs il-minimu stabbilit mill-Unjoni Ewropea.", "Fit-Taqsima V hemm bidla żgħira għall-Att dwar l-eko-kontribuzzjoni.", "Ikun tajjeb li ngħid li nħasset il-ħtieġa biex negozjanti li m'humiex direttament fil-kummerċ ta' bejgħ ta' prodotti li jattiraw l-eko- kontribuzzjoni, imma li xorta jimportaw tali prodotti għan-negozji tagħhom, xorta jkunu soġġetti għall-ħlas ta' l-eko-kontribuzzjoni ħalli b'hekk inkunu qed nassiguraw klima ta' level playing field u li ma jkunx hemm kompetizzjoni inġusta fin-negozju ta' prodotti soġġetti għall-eko-kontribuzzjoni.", "Se ssir formola ad hoc b'dikjarazzjoni minn min ikun qed idaħħal il-prodotti biex ma jkunx hemm iktar l-anomalija li min idaħħal ċerti prodotti għall-użu tan-negozju tiegħu imma mhux għall-bejgħ ma jħallasx eko-kontribuzzjoni, imma jekk ibigħhom imbagħad trid tinġabar l-eko-kontribuzzjoni.", "Fuq fuq dawn huma l-emendi li titkellem fuqhom il-liġi li qegħdin inressqu llum.", "Tajjeb ngħid li l-emendi għal Taqsima II li se jiġu proposti fl- istadju ta' Kumitat li tkellimt dwarhom fl-introduzzjoni, waslu biex jiġu finalizzati.", "Nawgura li d-dibattitu tagħna jkompli jitfa' iktar dawl dwar id-diskussjoni tagħna.", "Sur President, biex nikkonkludi wieħed irid jirrikonoxxi li poġġejna quddiem pajjiżna budget li tassew ħares lejn il- ħtiġijiet li għandna, irrikonoxxa l-isfidi, pero` offra wkoll it-triq li pajjiżna għandu jieħu biex inkomplu nsostnu l-futur tiegħu għall-ġid tagħna lkoll.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Charles Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Sur President, wieħed qed jisma' b'interess din id-diskussjoni dwar il-miżuri tal-budget li ġie diskuss f'Novembru li għadda għax minn dak iż-żmien sal-lum, bejn li kien hemm iċ-CHOGM u bejn l- ispirtu tal-Milied, ftit li xejn wieħed jibqa' jiftakar dwar il-miżuri tal- budget u l-effetti tagħhom fuq l-ekonomija Maltija matul din is-sena.", "Imma ladarba jiġi Jannar nerġgħu npoġġu saqajna ma' l-art u nibdew nanalizzaw l- affarijiet f'iktar dettall għax ir-realta` tibda tinħass.", "Meta nisma' lill-kelliema tal-gvern jgħidu li l-affarijiet jidhru pożittivi eċċ., nibda nistaqsi: Imma n-nies minn entitajiet li nitkellem magħhom jien m'humiex l-istess nies li jkellmu lill-ministru jew lill-prim ministru?", "Dan qed ngħidu għax għadu kif kellna laqgħa mal-GRTU li jirrappreżentaw lis-self-employed.", "Dawn bejn il-konsum ta' matul is-sena, bejn il-burokrazija eċċessiva li toħonqilhom l-iżvilupp tagħhom u l- inizjattivi l-ġodda li jkunu se jagħmlu, u bejn il-complaints li f'ċerti oqsma l-gvern ma jkollux direzzjoni ċara jew ikun għadu qed jifformola l- politika tiegħu fi pjan, dan kollu qed iħalli impatt fuq is-self-employed.", "Illum hemm madwar 20,000 self-employed, imbagħad magħhom ikun hemm ħafna iktar għax hemm min hu reġistrat bħala kumpannija u impjegat mal- kumpannija.", "Jiġifieri jista' jkun li jiġi kkonsidrat bħala impjegat meta fir-realta` jkun self-employed huwa wkoll.", "L-argument li jagħmlulna s-self-employed huwa li hemm bżonn ikollna direzzjoni ċara, hemm bżonn inkunu nafu fejn irridu naslu, hemm bżonn li meta joħorġu ċerti miżuri jiġu effettivament attwati u mhux jieħdu ż-żmien biex jiġu attwati għax it-tul ta' żmien għal min ikun fis-settur tan- negozju ifisser telf.", "Meta jkun hemm entita` li ddum biex tieħu deċiżjoni ħafna drabi l-burokratiku ma tantx jagħti kas id-dewmien imma għall- imprenditur, għal dak li jrid joħloq ix-xogħol dak id-dewmien mhux biss ifisser ħela ta' ħin, imma spiża addizzjonali ta' imgħaxijiet eċċ., li timpinġi fuq il-kompetittivita` tiegħu.", "Għalhekk għedt li meta nisma' lin- naħa tal-gvern jitkellmu b'dan il-mod nibda nistaqsi: Allura dawn in-nies magħna, bħala partit Laburista, jitkellmu mod u mal-gvern jitkellmu mod ieħor?", "Din hija waħda mill-mistoqsijiet li rrid nagħmel.", "Jien ma rridx inkun negattiv imma jien dejjem nisħaq u nibqa' nisħaq li jekk il-pajjiż ma janalizzax sewwa l-problemi u l-isfidi li għandu quddiemu - ħalli ngħidilhom sfidi u mhux problemi, għax problema tista' ddawwarha fi sfida u sfida tagħmel ħiltek biex tirbaħha - ħalli jkun jaf x'inhu l-effett immedjat tagħhom u anke t-trends li jkunu qed jiżviluppaw biex ikun jista' jindirizzahom, jekk ma jiffaċċjax dawn ir-realtajiet ċertament mhux se jsib il-mediċina korretta.", "L-istess japplika għas-setturi kollha li jikkomponu l-ekonomija tagħna; jista' jkun it-turiżmu, tista' tkun il-manifattura, jista' jkun is-settur tas-servizzi, l-oqsma finanzjarji jew l-oqsma marittimi.", "Irridu naraw kollox fl-assjem tiegħu, bħala xi ħaġa ħolistika, li dak li tagħmel jew ma tagħmilx f'settur se jkollu impatt fuq settur ieħor.", "Wieħed irid jara l-affarijiet minn dan l-angolu.", "Ikun hemm il- kuntrast ta' l-ideat u l-opinjonijiet - Allaħares ma jkunx hemm dan il- kuntrast - imma ma nistgħux naħarbu minn kif ikunu qegħdin jiżviluppaw l- affarijiet.", "Sur President, issa nixtieq nagħti ħarsa lejn il-labour force survey tal-5 ta' Jannar ta' l-2006.", "Hawnhekk wieħed jara x'kienet it-trend bejn Lulju/Settembru 2004 għal Lulju/Settembru 2005, jiġifieri x'ikunu t-trends sena fuq sena.", "Fil-fatt hawn numru ta' tabelli li wieħed jista' janalizza li wħud minnhom juru ċerti trends li huma inkwetanti.", "Ejja nieħdu dak li ngħidulu l-labour status, it-totalita` tan-nies li kienu available għax- xogħol u t-totalita` ta' dawk li kienu unemployed u l-oħrajn li kienu kompletament inattivi bejn is-sena 2004 u s-sena 2005.", "Hawnhekk tajjeb li nifhmu li kulmin hu employed iħallas in-national insurance contribution, iħallas it-taxxa, għandu kapaċita` li jikkonsma iktar u tikber ir-revenue tal-gvern u barra minn hekk mhux se jkun ta' piż fuq il-gvern.", "Għalhekk ix- xogħol dejjem huwa marbut mal-ħolqien tal-ġid.", "Din it-tabella turi li mit-total tan-nies li kapaċi jaħdmu fis-sena 2004 kien hemm 50.2% li kienu inattivi u fis-sena 2005 dawn żdiedu b'0.6%.", "Jiġifieri dawn ma jikkontribwixxu xejn, anzi jkunu piż fuq il-gvern għax jekk wieħed ma jkollux ir-renti biex jgħix se jagħmel id-domanda għall- assistenza soċjali.", "Mela minflok żdied in-numru tan-nies li jipparteċipaw fid-dinja tax-xogħol u fil-ħolqien tal-ġid – dawn ikunu qed jikkontribwixxu wkoll biex il-gvern ikabbar ir-revenue tiegħu b'mod reali għax tkun qed tikber l-ekonomija - dan naqas.", "Bħala persentaġġ tar-riżors uman li kapaċi jaħdem insibu li fis-sena 2004 kien hemm 46.1% impjegati u fis-sena 2005 kien hemm 45.6% jiġifieri l-persentaġġ tar-riżors uman li jista' jikkontribwixxi għall-ġid tal-pajjiż qed jonqos.", "Fattur interessanti li joħroġ minn din l-istatistika huwa li fost dawk li qegħdin jaħdmu in-numru tan-nies bejn il-55 u l-64 sena li jikkontribwixxu għad-dinja tax-xogħol minflok jiżdied qed jonqos.", "Qed nagħmel din l- osservazzjoni għax li jkollok working force li f'eta` ta' 50 sena, 55 sena 'il fuq terfa' mix-xogħol hija xi ħaġa inkwetanti mhux biss għaliex tkabbar id-demand fuq il-qasam soċjali, mhux biss għax dawn mhux se jikkontribwixxu iktar għad-dħul tal-gvern u għat-tkabbir ekonomiku - direttament ma jikkontribwixxux għax jekk jikkonsmaw ikunu qed jikkontribwixxu wkoll – imma għax il-pajjiż ma jkunx qed juża tajjeb din ir-riżorsa umana, dawn in- nies li għandhom l-esperjenza u jistgħu jikkontribwixxu.", "Meta naraw li t-trend hija li n-numru tan-nies ta' bejn l-eta` ta' 55 sena u 64 sena li jkunu qegħdin jaħdmu dejjem jonqos wieħed jistaqsi: Allura għalfejn qegħdin nitkellmu biex l-eta` pensjonabbli - veru mhux qegħdin nitkellmu fuq il-pensjonijiet għax hija kwestjoni li se nitkellmu dwarha iktar fit-tul - ntellgħuha minn 61 sena għal 65 sena bil-għan li jkun hemm iktar nies li qegħdin jaħdmu?", "Naturalment jekk ikunu qed jaħdmu jkunu jikkontribwixxu direttament għat-tkabbir ekonomiku, ikunu qed iħallsu n- national insurance contributions u allura jkunu qed jikkontribwixxu iktar għal ħaddieħor li jkunu qed jirċievi l-pensjoni jew li jkunu qegħdin fuq l- assistenza soċjali.", "Kulħadd jaqbel li iktar ma jkollok nies fid-dinja tax- xogħol iktar ikun aħjar kemm mill-aspett ekonomiku kif ukoll mill-aspett soċjali.", "Minkejja dan, l-aħħar statistika turi dawn it-tip ta' trends li huma kontradittorji għal dak li għadna kif smajna, ma' dak li l-gvern jistqarr li hija l-politika u d-direzzjoni tiegħu.", "Allura l-mistoqsija li tqum hija: Għaliex qegħdin jiżviluppaw dawn it-trends?", "Skond l- istatistika għandna din ir-realta` u min-naħa l-oħra nagħmlu proposti li huma kontradittorji għat-trend li tkun qed tiżviluppa.", "Dan inħalluh għaddej qisu ma kien xejn u ngħidu li m'hemmx problemi, li l-affarijiet huma aħjar milli jidhru jew inkella milli ngħidu aħna ta' l-oppożizzjoni?", "L-istess statistika ta' erbat ijiem ilu turi wkoll xi żvilupp kellna matul is-sena 2004/2005 fit-type of employment.", "It-trend negattiva tidher li se tibqa' miexja kif inhi.", "Fil-fatt insibu li f'Settembru tas-sena 2004 il- full-time employees kienu jlaħħqu 135,500 filwaqt li f'Settembru 2005 kienu jlaħħqu 133,886.", "Jiġifieri l-full-time jobs naqsu b'1,500.", "Kontra tagħhom naraw li żdiedu l-part-time jobs bħala main occupation.", "Dan x'ifisser?", "Il- fatt li jkollok ħolqien ta' xogħol biex wieħed jagħmel part-time huwa tajjeb, imma li jkollok part-time job bħala main occupation, l- implikazzjoni tagħha hija income inqas għal dak l-individwu, dħul inqas għall-gvern min-national insurance contributions u income tax, inqas konsum u tnaqqis fit-tkabbir ekonomiku.", "L-impatt ta' dan kollu x'ikun?", "It- tgergir li nisimgħu min-naħa tal-GRTU, kif stqarrew ftit ġranet ilu, fejn qalu li l-purchasing power tan-nies qed jonqos u allura l-bejgħ tagħhom jonqos.", "Għaldaqstant l-employers ma jkunux jistgħu jibqgħu jżommu l- impjegati li għandhom magħhom.", "Din hija chain reaction u dak li stqarrew huma magħna qed jiġi kkonfermat minn statistika li ppubblika l-gvern.", "Element inkwetanti mill-aspett soċjali li joħroġ minn dan il-labour force survey huwa l-fatt li l-long-term unemployment sfortunatament mhux jonqos qiegħed imma jiżdied.", "Fil-fatt f'Settembru tas-sena 2004 dawk li kienu bla xogħol u li kienu ilhom hekk għal aktar minn 12-il xahar kienu 45% filwaqt li fis-sena 2005 dawk li kienu ilhom bla xogħol għal iktar minn 12-il xahar telgħu għal 49%.", "Semmejt dawn l-erba' tabelli flimkien apposta biex nuri li meta teħodhom fl-assjem tagħhom issib dan il-fattur negattiv komuni fihom, minkejja dak li jingħad hawnhekk dwar tkabbir u mhux tkabbir ekonomiku.", "Aħna rridu tkabbir ekonomiku, imma ejja naraw kif qiegħda tiżiviluppa s-sitwazzjoni u għaliex.", "Għaldaqstant nerġa' ntenni li dawn il-miżuri tal-budget bl-ebda mod – dan diġa` għednieh u nerġa' ngħidu - ma jindirizzaw ir-realta` li l-ekonomija tagħna sfortunatament mis-sena 2001 sal-lum m'hijiex qed tikber jew qed tikber b'ritmu tant bil-mod li ma toħloqx l-impjiegi li huma neċessarji.", "Dan huwa rifless anke fl-istatistika ppubblikata mill-gvern.", "Sur President, illum il-gvern ma semmiex is-slogan ta' qabel il-budget \"biex inti tgħix aħjar\", imma f'dan il-punt ma nistax ma nistaqsix din id- domanda lill-familji Maltin.", "Issa għadda l-ispirtu tal-Milied fejn bniedem jipprova jistrieħ ftit u jinsa, imma x'ħin imiss saqajh ma' l-art il- pensjonant li qed jara l-ħajja dejjem togħla, l-inflazzjoni dejjem tiżdied u tiżdied f'dawk l-items li huma essenzjali għalih, bħall-mediċina u l- ikel, u jara l-pensjoni tiegħu qed tiċkien għax ma jlaħħaqx mal-bżonnijiet tiegħu ta' kuljum, dak qiegħed jgħix aħjar?", "Bl-istess mod qed jintlaqtu l- ġenituri li l-ispejjeż li għandhom biex irabbu u jagħtu edukazzjoni lil uliedhom dejjem qed jiżdiedu u l-effett inflazzjonarju jeffettwalhom il- purchasing power tagħhom.", "Dawn qed jgħixu aħjar?", "Dawk tal-klassi medja, l-ikbar grupp li għandna fis-soċjeta` Maltija, li l- income tagħhom kien jiżdied daqqa għax kien ikun supplimentat b'xogħol part- time u daqqa għax kien jikber l-income tagħhom, li kienu mdorrijin bi kwalita` ta' ħajja tajba - mhux jgħixu ħajja ta' lussu imma jgħixu ħajja tajba, ħajja b'iktar sigurta` - illum qegħdin jgħixu aħjar?", "Illum il-ministru ma semmiex dan is-slogan waqt li kien qed jitkellem fuq dawn il-miżuri tal-budget.", "Nixtieq nistaqsi l-istess domanda lil dawk li qed jinvestu, li fix-xogħol tiegħi niltaqa' ħafna magħhom.", "Ħafna minnhom dawn ngħidilhom prosit għax ikunu lesti li jidħlu għal ċerti commitments minkejja li ma jarawx prospetti daqstant pożittivi.", "Fil-fatt wieħed mis- setturi li jidher li huwa għaddej minn din is-sitwazzjoni huwa l-qasam turistiku.", "Huwa veru li matul is-sena li għaddiet kellna madwar 10% inqas bħala bed stock għax għalqu xi lukandi u ġew konvertiti f'appartamenti, pero` wieħed ma jistax ma jgħidx prosit lil dawk in-nies li reġgħu investew fil-lukandi tagħhom minkejja li l-figuri juru biċ-ċar li naqset il- profitability fuq l-investiment tagħhom.", "La jgħaddi l-Milied u l-ewwel tas- sena l-prospetti għas-sena 2006 ma tantx jidhru li huma pożittivi.", "F'dan ir-rigward wieħed jawgura li t-tibdil li kien hemm fl-MTA u fl- istrateġija ta' marketing jagħti r-riżultat pożittiv għax jekk hawn settur li jista' jagħti revamp, iċaqlaq l-attivita` ekonomika fil-pajjiż u jħalli impatt pożittiv ħafna kemm direttament kif ukoll indirettament, dan huwa t- turiżmu.", "F'dan ir-rigward ma nistax ma nsemmix li l-partit Laburista li jemmen li pajjiżna jeħtieġlu pjan turistiku għandu quddiemu dan il-pjan għad-diskussjoni fuq livell eżekuttiv li mbagħad irid jiġi approvat u diskuss fuq livell ta' konferenza ġenerali biex ikollna l-politika Laburista għat-turiżmu in place.", "Dawn huma l-konsiderazzjonijiet li wieħed irid jagħmel u dawn huma r- realtajiet li jrid imiss b'idejh u jindirizza.", "Inutli nipprovaw ma nammettux li t-tkabbir ekonomiku f'pajjiżna huwa baxx ħafna.", "Kif ġie rrapportat ftit tal-ġimgħat ilu mill-Unjoni Ewropea tkabbir ekonomiku ta' 0.8% jew 1% għas-sena 2005 u inqas minn 1% f'termini reali għas-sena d- dieħla m'huwiex xi ħaġa li sserraħ il-moħħ.", "Kemm il-gvernatur tal-bank ċentrali kif ukoll konsulent tal-gvern f'meeting pubbliku kienu qalu li t- tkabbir nominali għal pajjiżna biex l-ekonomija tlaħħaq b'tali mod li tikkrea revenue biżżejjed għall-gvern biex jibqa' miexi 'l quddiem - ovvjament mingħajr ma jżid il-piż tat-taxxi għax dan il-piż għandu l-impatt negattiv tiegħu - irid ikun bejn 4% u 5% f'termini reali.", "Nibqa' ninsisti li dawn huma l-fatturi li rridu nħarsu lejhom u nindirizzawhom għax bħala new entry fl-Unjoni Ewropea Malta hija l-inqas pajjiż li qed jiżviluppa, l- inqas pajjiż li qed jattira l-investiment, l-inqas pajjiż li għandu prospetti pożittivi.", "Nerġa' ntenni li dan qed ngħidu mhux biex inkun negattiv, imma jeħtieġ li wieħed jagħmel dijanjosi preċiża tal-marda li jkollu l-pazjent.", "Sur President, il-gvern reġa' qalilna li qed jikkontrolla d-deficit.", "Nominalment u x'ħin tara l-figuri hekk jidher, pero` d-deficit qed ikun ikkontrollat b'mod sostenibbli?", "Il-membri tan-naħa tal-gvern jibqgħu ma jirrispondux din il-mistoqsija.", "Għal sena oħra l-gvern irnexxielu jilllapazza b'xi mod biex id-deficit jidher li qed iġibu taħt kontroll u qed jipprova jilħaq it-target li ffissa ta' 3% tal-GDP.", "Bħala pajjiż fl- Unjoni Ewropea aħna rridu nimmiraw għall-kriterji ta' Maastricht, jiġifieri li d-deficit ma jkunx iktar minn 3% tal-GDP.", "Jien ngħid li nkun happy jekk il-budget tagħna jkollu positive balance, żgħir kemm hu żgħir, u mhux negative balance, imma dak huwa għan li rridu nilħqu fit-tul.", "Iżda rridu ngħidu li jrid jintlaħaq dak it-target u jekk id-deficit jinżamm f'dak il- livell u fl-istess waqt l-ekonomija tkun qed tikber inkunu mexjin b'rata ta' żvilupp ekonomiku li jkun pożittiv.", "Allura l-mistoqsija li rridu nagħmlu hija: Dan it-target ta' deficit control li lħaqna huwa reali jew le?", "Huwa sostenibbli jew le?", "Il-gvern qed ikabbar ir-revenue tiegħu għax kibret l-ekonomija jew għax żidna l-piż tat-taxxi?", "Fl-introduzzjoni tiegħu l-ministru qal li ma żidniehx il-piż tat-taxxi.", "Jien ma naqbilx miegħu u lanqas l-entitajiet l-oħra ma jaqblu miegħu.", "L-FOI ippubblikat dokument qabel il-budget fejn qalet ċar u tond li f'temp ta' erba' snin il-piż tat-taxxi, jiġifieri l-gidma - ħalli nuża l- kliem tiegħu – li l-gvern ikun ħa mill-ekonomija minn 30% żdiedet għal kważi 38% tal-GDP illum.", "Il-gidma tal-gvern saret ikbar.", "U hawn hi d- differenza li rridu nagħmlu.", "Id-dħul ma żdiedx għax filwaqt li nżamm l- istess livell ta' taxxa l-ekonomija kibret, imma ġara bil-maqlub.", "Fil-fatt minkejja d-dikjarazzjoni ta' qabel l-elezzjoni tas-sena 2003 li l- finanzi jinsabu fis-sod, ir-realta` kienet – u din ammettiha anke l-prim ministru – li għandna problema finanzjarja.", "U l-problema finanzjarja bdiet tiġi indirizzata billi l-poplu Malti minn sena għal sena tgħabba b'ammont kbir ta' taxxi.", "Bħala medja kull sena l-poplu kellu jħallas madwar Lm40 miljun, Lm45 miljun u Lm50 miljun f'taxxi addizzjonali.", "Jekk minn 15% il- VAT telgħet għal 18% dak huwa piż addizzjonali tat-taxxa, jekk żdiedu ħafna tariffi u fees of office, bħalma rajna li żdiedu bejn is-sena 2004 u 2005, fejn minn Lm7 miljun żdiedu għal xi Lm31 miljun – m'għandix id-dettalji preċiżi għax m'għandix l-estimi f'idejja - dawk huma taxxi fuq il-poplu li nxtorbu mill-gvern.", "Mela d-dħul mit-taxxi bħala parti mill-GDP kiber b'5% u b'6%, bħalma se jikber bejn is-sena 2005 u s-sena 2006, li huwa ħafna iktar għoli nominalment minn dak li huwa previst li tikber l-ekonomija.", "Meta tara dawn l-affarijiet ma jaqblux ma' xuxlin bilfors tibda tistaqsi fejn hu sejjer il-gvern.", "F'nifs wieħed jgħid li din is-sena ma żidniex il- piż tat-taxxi għax irridu li l-ekonomija tikber, imbagħad x'ħin tibda tistudja l-figuri ssib li d-dħul mit-taxxa se jikber ħafna iktar mit- tkabbir ekonomiku.", "Hemm korrelazzjoni bejn it-tkabbir ekonomiku u d-dħul mit-taxxi once li tħalli l-livell tat-taxxi l-istess, imma dan m'huwiex il- każ hawnhekk.", "Allura wieħed bilfors jistaqsi: Veru li l-gvern jemmen li l- piż tat-taxxi jista' jeffettwa l-kompetittivita`?", "Nistennew li l-gvern jagħti din ir-risposta billi jieħu ċerti inizjattivi u jagħmel proposti biex l-ekonomija tagħna narawha timxi 'l quddiem.", "Per eżempju, jagħmel proposti konkreti fil-qasam turistiku.", "Waqt li kien qed jitkellem il-ministru semma xi proġetti li ġew imnedijin imma hemm ħafna proġetti li għadhom lura.", "Per eżempju, kienet ħarġet tender għall-proġett tal-White Rocks li ġiet approvata u suppost beda l-iżvilupp pero` ma sar xejn minn dan.", "Dan huwa prime site li għandu potenzjal kbir li jista' jiġi żviluppat.", "Jekk ma niżviluppawx u ma nisfruttawx ix-xtajtiet u l-baħar li huwa l-beauty naturali li tatna n-natura ma nkunu qegħdin nagħmlu xejn.", "Il- proġett tal-moll ta' Għawdex ma nafux kif se jiżviluppa u fejn se jibqa' sejjer.", "Qed naraw ukoll l-iżvilupp fin-naħa tal-Kottonera imma l-iżvilupp lejn il-hinterland li kien imwiegħed mal-proġett tal-Kottonera effettivament ma ġiex realizzat.", "Dawn l-affarijiet mhux qed ngħiduhom b'sodisfazzjon imma qed ngħiduhom għax jeħtieġ li l-proġetti mhux biss jidhru li jsiru, imma jsiru b'mod konkret ħalli tiġi instilled il-fiduċja fil-Maltin meta jaraw li l-pajjiż verament miexi 'l quddiem u jħossu din ir-realta` għax ikun hemm iktar konsum u jkun hemm demand għal iktar ħolqien tax-xogħol.", "B'dan il-mod il-poplu jkun qed jaqla' iktar u ovvjament jonfoq aktar u jfaddal aktar ukoll għax il-konċett li wieħed ifaddal mhix xi ħaġa li għandna ninjoraw jew ninsew.", "Nitkellmu ħafna fuq l-infiq, imma tajjeb ukoll li l-poplu jżomm f'moħħu t-tradizzjoni li wieħed ifaddal li forsi kienet iktar qawwija fl-antik.", "Sur President, ir-rabta bejn it-tkabbir ekonomiku u l-kontroll tad-deficit hija reali, jew inkella, bħalma ġara din is-sena, kellna żieda fid-dħul mill-VAT li kienet dovuta għaż-żieda fir-rata minn 15% għal 18%?", "Għalkemm din iż-żieda saret fis-sena 2004 l-effett tagħha nħass fis-sena 2005 għax il-VAT minflok titħallas malli tidħol f'Malta titħallas on consumption.", "Allura ż-żieda fid-dħul kienet riżultat taż-żieda fir-rata tal-VAT u mhux għax kiber il-konsum.", "Kellna żieda ta' taxxa li l-benefiċċju tagħha għall- gvern f'termini ta' revenue nħass is-sena ta' wara.", "Is-sena l-oħra kellna l-investment repatriation scheme li minnha l-gvern ibbenefika xi Lm6.5 miljun.", "Kien hemm dħul ta' Lm3 miljun ukoll fuq eżenzjoni mill-penali tal-VAT u kien hemm Lm4 miljun oħra mis-sinking funds tal-loans.", "Veru li dawn kienu dħul għall-gvern, imma dawn huma dawk li jgħidulhom il-one-offs.", "Tgħidli: Dawk mhux riżorsi wkoll?", "Veru, huma riżorsi, imma m'humiex riżorsi li neċessarjament se ssibhom is-sena ta' wara, m'humiex riżorsi finanzjarji li jkunu recurring kull sena.", "Għax id- dħul rikorrenti jiżdied u jogħla skond it-tkabbir ekonomiku sakemm ma jkunx hemm iż-żieda fil-piż tat-taxxi.", "Sur President, meta wieħed jara l-aktar statistika riċenti, tat-30 ta' Diċembru, li jien niżżilt minn fuq l-internet, dwar government finance minn Jannar sa Novembru, ma jistax ma jinnotax li, fost il-piżijiet li żdidulu l- gvern, il-piż ta' l-imgħax fuq id-dejn żdied b'5.8% fl-ewwel ħdax-il xahar tas-sena 2005.", "Għalhekk qed nistaqsi jekk huwiex reali t-tkabbir ekonomiku li niftaħru bih, il-pożittiviżmu li niftaħru bih.", "Jien naħseb li dan l- imgħax żdied għax żdied l-exposure tad-dejn tal-gvern li sa Novembru tas- sena li għaddiet kien kważi Lm1.4 biljun.", "Dik il-qabża fl-ispiża ta' l- imgħax li minn Lm64 miljun telgħet għal Lm70 miljun u trid titħallas kull sena hija qabża relattivament sostanzjali.", "Għaldaqstant bilfors wieħed jibda jistaqsi jekk il-pożittiviżmu li qegħdin nitkellmu dwar huwiex reali.", "Ma jidhirlix li r-rata ta' l-imgħaxijiet effettivament żdiedet.", "Jekk m'iniex sejjer żball ċerti stocks tal-gvern li għalqu kienu b'imgħax aktar għoli, imbagħad ġeddidhom b'rata ta' imgħax ftit inqas milli kienet.", "Dan ifisser li żdied l-exposure tad-dejn tal-gvern.", "Jiġifieri minkejja t-tax burden li żied, minkejja li l-gidma li ħa mill-ekonomija kienet ikbar, xorta waħda l-gvern kellu jirrikorri għal iktar self.", "Meta wieħed jara dawn il-figuri li ġew ippubblikati, wieħed irid jistaqsi jekk effettivament hijiex se tintlaħaq l-istima tad-dħul mit-taxxa li hemm fil-financial estimates 2006 li tammonta għal Lm224 miljun.", "Bejn Jannar u Novembru l-gvern daħħal Lm169 miljun mill-income tax, u allura biex jilħaq dan it-target il-gvern irid idaħħal Lm55 miljun oħra f'Diċembru biss.", "Jien ikkalkolajt li l-medja fuq 11-il xahar - forsi qed nagħmel il-kalkolu żbaljat għax forsi ż-żidiet tad-dħul tal-gvern ikunu staġjonali – fejn il- gvern daħħal total ta' Lm169 miljun, tiġi Lm16 miljun fix-xahar.", "Jiġifieri f'Diċembru l-gvern irid jiġbor Lm55 miljun biex idaħħal dak li kien projected, għallinqas skond il-figuri li għandi quddiemi.", "Forsi jkollu r- riżultati f'idejh u jkun jista' jgħidilna jekk dawn hux se jintlaħqu.", "L-istess ħaġa meta niġu għad-dħul mis-social security.", "Skond il-financial estimates id-dħul kien ta' Lm191 miljun, jiġifieri Lm8 miljun inqas minn dak proġettat.", "Pero` bejn Jannar u Novembru d-dħul mis-social security kien Lm185 miljun.", "Mela l-gvern irid idaħħal Lm33 miljun fix-xahar ta' Diċembru.", "Jista' jkun li d-dħul ikun seasonal u allura jidħol dak l-ammont għalkemm il-medja ta' xahar b'xahar hija bejn Lm13 miljun u Lm14 miljun.", "Qed ngħid dan għax jien nikkompara - u naħseb li nagħmlu sew nikkomparaw meta qed nitkellmu fuq id-dħul tal-gvern - bejn dak li jkun ġie pproġettat fil-budget bħala figuri mogħtija lilna u bejn dak li jkun qed jiġri attwalment.", "Naħseb li r-rimarki li qegħdin nagħmlu jagħmlu sens minħabba l-fatt li jekk imbagħad tħares lejn ir-revenue mill-VAT issib li it averages out tajjeb ħafna.", "Għaliex?", "Għax l-istima hija ta' Lm168 miljun u bejn Jannar u Novembru l-gvern kien diġa` qabeż il-Lm150 miljun.", "Mela li int iddaħħal Lm18 miljun għax-xahar ta' Diċembru m'hijiex impossibbli meta l-medja piu` o meno qiegħda ta' Lm14 miljun fix-xahar.", "F'Diċembru jkollok konsum aktar u allura wieħed jikkalkula li dak it-target tal-financial estimates, meta tqabblu ma' dak li jkun ġara fl-ewwel 11-il xahar, effettivament se jintlaħaq.", "Sur President, dawn ir-rimarki kollha qed nagħmilhom bl-aktar mod oġġettiv u mhux b'mod partiġjan għax dawn huma r-realtajiet li jeffettwaw u jolqtu lin-nies b'mod dirett u anke indirett.", "B'mod dirett għax id-dħul tal-gvern huwa importanti għas-sostenn ta' l-isptarijiet, ta' l-edukazzjoni, tal- pensjonijiet eċċ., u b'mod indirett għax huwa importanti ħafna wkoll dak il- kriterju li semmejt, li effettivament id-deficit tal-gvern ma jkunx ikkontrollat temporanjament għas-sena 2005, 2006 u 2007 meta huwa targeted li pajjiżna jadotta l-munita ewro.", "Jien se nuża l-kelma bil-Malti għax qed jingħad li hekk għandna niktbuha.", "L-għan li nżommu d-deficit ikkontrollat, jiġifieri li nilħqu t-target li d- deficit ma jkunx iktar minn 3% tal-GDP, m'huwiex sakemm nadottaw il-munita ewro, imma rridu nibqgħu nżommuh taħt kontroll, iktar u iktar meta l- privatizzazzjoni tkun ġiet eżawrita.", "Meta ma jkunx baqa' aktar x'nipprivatizzaw il-gvern ma jkollux sorsi oħra fuqiex jiddependi għad-dħul tiegħu għajr id-dħul mit-taxxa diretta bħalma hija t-taxxa ta' l-income tax u t-taxxa tal-konsum, il-VAT.", "Wieħed jista' jsemmi wkoll in-national insurance contribution iżda dik għandha skop ieħor partikolari.", "Dak huwa t- target li rridu nħarsu lejh.", "Sur President, il-kritika tagħna hija li apparentement il-mira tal-gvern li jikkontrollad-deficit ma rnexxielux jilħaqha.", "Nominalment jidher li qed jilħaqha, imma mhux qed tintlaħaq b'mod sostenibbli.", "Li qed jiġri huwa li effettivament il-problema qed tkun differita għal sena, sentejn oħra għax primarjament pajjiżna għandu bżonn mhux ħafna rapporti - għar-rapporti mhux beħsiebni nikkompeti mal-gvern Nazzjonalista għax ħadd ma jgħaddih fil- ħruġ tagħhom dawn – imma pjan ta' azzjoni li jagħti riżultati.", "Irridu naħdmu bis-serjeta` mhux biss mil-lat li għadni kif semmejt issa, imma wkoll biex nindirizzaw il-qagħda inkwetanti fl-akbar setturi ekonomiċi tagħna.", "Wieħed ma jistax ma jsemmix l-ewwelnett il-manifattura.", "L-aħħar pubblikazzjonijiet juru li l-manifattura hija responsabbli għal madwar 20% ta' l-impjiegi li jipprovdi l-pajjiż u tikkontribwixxi għal madwar 18% tal- GDP.", "Aħna nifhmu l-problemi tal-kompetittivita` internazzjonali li għandha l-manifattura, pero` rridu nkunu pożittivi u nifhmu li hemm oqsma fejn dan is-settur jista' jiżviluppa.", "Jeħtieġ li jkun hemm iffokar fuq kull settur individwalment u kollettivament għax l-aħħar statistika tas-6 ta' Jannar mill-NSO, jumejn jew tlett ijiem ilu, tgħid ċar u tond li f'Ottubru 2005 kien hemm nuqqas ta' madwar 20% f'dawk li huma new industrial orders komparat ma' Ottubru, 2004.", "Min-naħa l-oħra, biex inkun semmejt kollox, kien hemm iktar demand f'dak li huwa konsum lokali.", "Imma aħna rridu niffokaw u nagħmlu ħilitna biex jikber is-settur ta' l-esportazzjoni għax dak ifisser munita barranija, ifisser qligħ għall-pajjiż u jfisser li ma nkunux qegħdin nieklu minn ġewwa, imma nkunu qed narrikkixxu l-assi tagħna b'mod nazzjonali.", "Hemmhekk għandna indikazzjonijiet li m'huma pożittivi xejn.", "Allura wieħed jistaqsi kif se tiġi ndirizzata din il-problema b'dawn il-miżuri tal-budget li għandna quddiemna.", "Sena ilu f'din il-Kamra kien hawn diskussjoni intensiva ħafna dwar il- public holidays li kienu se jonqsu lill-ħaddiem għax jinzertaw fil-weekend u l-effett tagħhom fuq ix-xogħol.", "Din is-sena ħadd ma ġie jagħtina studju fejn jgħidilna li l-effett ta' dik il-miżura kien pożittiv, negattiv, jew newtrali.", "Qed ngħid dan għax ikun tajjeb li nassessjaw x'ġara fil-verita`.", "Kien hawn diskussjoni mqanqla li ma kienx hawn qbil fuqha.", "U llum qegħdin naraw li l-effett ta' dik il-miżura kien nil għax l-ordnijiet fil- manifattura, kemm għal-lokal kif ukoll għall-esportazzjoni, matul is-sena 2005 naqsu fuq is-sena 2004 meta t-trend diġa` kienet qed tkun negattiva.", "Huwa importanti li naraw x'ikun l-effett li jħallu l-miżuri li nagħmlu.", "Il-venture capital fund fil-qasam tal-manifattura, li kien ilu mwiegħed ħafna, kellu jindirizza l-iskopijiet li ilna nsemmu, jiġifieri r- ristrutturar u r-riċerka biex nimxu 'l quddiem.", "Kellu l-iskop li jgħin lil dawk li jridu jidħlu f'oqsma ġodda, lil dawk li għandhom ideat ġodda, lil dawk li jridu jidħlu f'xi niċċa ġdida, iżda ma sar xejn, minkejja li l- venture capital fund kien ilu mwiegħed sentejn.", "Dan kellu xi impatt negattiv?", "Kulħadd jaf li l-banek ikunu reluctant li jsellfu lill- industrijalist, lil min ikun irid jinvesti f'xi makkinarju.", "Il-banek ikunu jridu jagħmlu l-assessment tagħhom u jekk jaraw li r-riskju jkun daqsxejn għoli – m'iniex qed ngħid li l-banek għandhom isellfu bl-addoċċ – ċertament li r-rata ta' l-imgħax u l-cost ta' dak il-finanzjament se jkun għoli.", "Il- miżura li ħadet l-MDC li tagħti s-soft loans b'imgħax baxx bħala inċentiv qed ikollha r-riżultat mixtieq?", "Saret analiżi ta' l-effett tagħha u x'kien il-kontribut tagħhom dawn?", "Sur President, qed insemmi dawn l-affarijiet għax din hija r-realta` tal- fatti.", "Jekk ħadt xi miżura trid tara jekk l-effett tagħha kienx pożittiv għax jekk kien negattiv tipprova toħloq xi ħaġa oħra, tagħmel skema ta' inċentivi oħra.", "Bid-dħul tagħna fl-Unjoni Ewropea, bir-regoli li rridu nimxu magħhom, iktar u iktar jinħass il-bżonn ta' inċentivi taħt il- business promotion Act, imma sal-lum għad m'għandna xejn.", "M'għandna l-ebda pjan kif nistgħu nikkompetu ma' pajjiżi bħal Ċipru.", "Qed insemmi Ċipru għax qiegħed fil-Mediterran bħalna b'rata tat-tkabbir ekonomiku ta' madwar 4% u huwa l-ikbar kompetitur tagħna.", "Kif se nikkompetu ma' dan?", "Dan li rridu niġu niddiskutu hawnhekk u mhux noqogħdu ngħidu li biddilna dik u biddilna l-oħra.", "Id-dettalji nistgħu niddiskutuhom fl-istadju ta' Kumitat u nispjegaw kif se titħaddem il-liġi ħalli ma jkunx hemm diżgwid fl- interpretazzjoni sakemm tiġi ppubblikata l-liġi.", "Imma dik hija analisi li trid issir fl-istadju ta' Kumitat.", "Li rridu nagħmlu f'dan l-istadju huwa li naraw x'inizjattivi se jieħu l-gvern tramite l-Malta enterprise biex ikunu indirizzati l-problemi li qed tiffaċċja l-manifattura.", "Sur President, hawnhekk ma nistax ma nsemmix il-fatt li għaddejna liġi li biha xi siti se jingħataw - bl-approvazzjoni tal-MEPA, wara li għaddiet il- proċedura kollha – bħala industrial garages u industrial buildings għal dawk tal-manifattura żgħira, primarjament tal-lokal, biex dawn ikollhom spazju available b'rati ta' kirjiet mhux kummerċjali.", "Dan se jsir bil-għan li l-ewwelnett dawn in-nies jiċċaqilqu minn ġo l-irħula u jmorru hemmhekk - li mill-aspett ambjentali u soċjali huwa pass tajjeb – u t-tieni nett biex dawn ma jkollhomx overheads daqstant qawwija ta' kirjiet bħalma jkunu meta jikru mis-settur privat bir-rati kurrenti.", "Issa għaddew ftit xhur u allura nixtieq nistaqsi f'liema stadju ta' żvilupp qegħdin u jekk hux miexi x- xogħol biex tinħoloq din il-faċilita`.", "Il-Malta enterprise jew il-Malta industrial parks trid tara li dak li napprovaw fil-parlament jiġi attwat, imma waslitli informazzjoni li nbidlu xi kriterji ta' dawk is-siti li kienu bil-permess biex jinbnew ħalli jinkrew u issa dawn jistgħu jinnegozjawhom u jbigħuhom.", "Jekk kien hemm din il-bidla fil-kriterji nitlob ġustifikazzjoni għal din il-proposta ta' tibdil, pero` jekk xi ħadd qed jaspira li jbigħ mingħajr ma jkollu l-approvazzjoni ta' din il-Kamra, wieħed irid jara l- affarijiet l-oħra fl-assjem.", "Imma primarjament li qed nistaqsi huwa jekk dawn bdewx jinbnew ħalli tiġi indirizzata l-problema ta' spazju li għandha l-Malta industrial parks minħabba li hemm entitajiet li jixtiequ jespandu.", "Qed insemmi dawn il-problemi reali li nisma' bihom jien, li min ikun irid jinvesti u jkabbar jew inkella jkun irid jiċċaqlaq minn post għal ieħor idum ix-xhur jistenna għax, bħalma diġa` għedt, id-dewmien ifisser telf u jfisser spiża ikbar fuq il-kompetittivita`.", "Sur President, il-Malta enterprise qiegħda tindirizza din ir-realta` anke fid-diskussjonijiet li jkollna ma' l-Unjoni Ewropea dwar għajnuna li nistgħu nġibu minn hemmhekk għal dan il-għan?", "Huwa fatt li peress li aħna gżira għandna transport costs u dewmien biex jaslu l-affarijiet iktar milli għandhom pajjiżi oħrajn li ma tpoġġiniex fuq level playing field.", "Din hija xi ħaġa li rridu nsostnuha fl-aħjar interess ta' pajjiżna meta nkunu qed nitolbu ċerta għajnuna.", "Dawn il-problemi reali li wieħed jiltaqa' magħhom meta jitkellem ma' dawn in-nies iridu jiġu ndirizzati.", "Jekk jirnexxielna nindirizzawhom inkunu qegħdin innaqqsu, anke jekk marġinalment, mill-piż u b'hekk nikkontribwixxu biex insaħħu l-kompetittivita` tagħna anke jekk marġinalment.", "Dawn huma l-inizjattivi li jridu jiġu attwati.", "Imma l- azzjoni ma tidhirx li qed tittieħed, la hawn diskussjoni, la hawn espożizzjoni ċara min-naħa tal-gvern u lanqas għandna xi analisi li verament tidħol fil-qalba tal-problema u tipprova ssolviha.", "Qed naraw li l- problema qiegħda hemm u qiegħda tikber, imma xorta waħda nibqgħu passivi.", "F'dan ir-rigward aħna, bħala partit Laburista, naqblu perfettament ma' l- FOI li l-industrija Maltija, għalkemm trid tgħaddi mill-proċess tagħha ta' ristrutturar, għandha r-rwol tagħha fl-istruttura ekonomika ta' pajjiżna.", "Jista' jkun li l-kontribut tagħha f'ekonomija bbażata iktar fuq is-servizzi jkun inqas, imma jkun inqas mhux għax inxtorbot, imma għax it-tendenza tkun li setturi oħra jikbru aktar, għax inti tkun ħtaft opportunitajiet ġodda.", "Per eżempju, nista' nsemmi l-fatt li minflok tip ta' industrija normali għamilna l-industrija tas-servizzi marittimi f'pajjiżna.", "Aħna gżira mdawra bil-baħar, għandna l-portijiet fejn nistgħu niżviluppaw u għandna l-iskills fit-tarznari tagħna.", "M'iniex qed ngħid li neċessarjament nibnu l-vapuri - mhux qed ngħid li le - jew inkella li nagħmlu tiswijiet fit-tarzna, imma jista' jkollna industrija tal-jottijiet li tant ilna nsemmu.", "Dan ifisser li mhux biss tirreġistra l-jottijiet hawnhekk imma li jkollok is-servizzi komplimentari għax once li tiffaċilita biex iġġibhom hawn għar- reġistrazzjoni trid toħloq il-faċilitajiet ta' servicing, winterizing, huma x'inhuma.", "Għandna nużaw l-iskills li għandna - li għandna ħafna minnhom - u mhux inħalluhom jintremew jew ma jintużawx biex noħolqu tip ta' industrija ġdida li tkun in line ma' servizzi ġodda.", "Huwa tajjeb li qegħdin nilleġislaw biex finanzjarjament niffaċilitaw ir- reġistrazzjoni ta' dgħajjes u jottijiet hawnhekk għax il-yachting huwa industrija li qiegħda tikber mad-dinja kollha.", "Din hija r-realta`.", "Meta l- ekonomiji jkunu qed jikbru globalment ikun hemm ukoll konsum ta' lussu u dan qed jikber.", "Mela ejja naraw li mhux sempliċement niffaċilitaw ir- reġistrazzjoni ta' dgħajjes, jew inkella naraw li jkunu jafu b'Malta, imma nattirawhom biex jużaw is-servizzi tagħna meta jkunu moored hawnhekk.", "Irridu nkabbru l-industrija relatata magħha li effettivament qed tagħti servizz u toħloq ukoll opportunitajiet ta' xogħol.", "Dawn huma t-tip ta' ideat u inizjattivi li rridu niffokaw fuqhom u ċertament li fil-liġi li għandna quddiemna, għalkemm m'hemmx dubju li rridu nidħlu fid-dettall tagħha fl-istadju ta' Kumitat, irridu naraw jekk dawn il- miżuri tal-budget jindirizzawx dawn il-problemi.", "Min-naħa tagħna ngħidu li l-proposti tal-budget ċertament ma jindirizzawx dawn il-problemi reali.", "L-istess fil-qasam tat-turiżmu.", "Kulħadd jaqbel li t-turiżmu rridu niżviluppawh imma nafu jekk irridux inżidu n-numru ta' turisti li jiġu, jekk irridux nispeċjalizzaw jew inkella jekk irridux nikkombinaw it-tnejn flimkien, li nżidu n-numru - għax ladarba għandek il-bed capacity trid iżżid in-numru – u min-naħa l-oħra li nimmiraw għal swieq speċifiċi, speċjalment biex ikollna distribution ta' turisti matul is-sena kollha?", "Sur President, jekk irridu nagħmlu dawn l-affarijiet, ma jistax ikollna s- sitwazzjoni li għandna sal-lum.", "Per eżempju, ilna għaxar snin nitkellmu fuq il-golf course.", "Jekk wieħed jara l-budget speeches għas-sena 2004, għas-sena 2005 u għas-sena 2006 isib li fit-tlieta li huma l-golf courses huma msemmijin, kemm għal Malta kif ukoll għal Għawdex, imma d-deċiżjoni għadha inċerta.", "Jekk nagħmlu golf course u dan ikun ta' dannu għall- ambjent, allura ejja niżviluppaw il-golf course li għandna fil-Marsa.", "Hemmhekk mhux golf course biss għandna, imma anke korsa għat-tlielaq taż- żwiemel.", "Ejja nagħmlu investiment hemmhekk u nħeġġu lill-privat biex jinvesti fih.", "Aħna mhux qegħdin naspiraw li nagħmlu l-golf course biex jiġi Tiger Woods jikkompeti hawnhekk, imma rridu nipprovdu għal ċertu tip ta' nies li filwaqt li jkunu qegħdin vaganza qasira jew twila f'Malta jkunu jridu jmorru jqattgħu sagħtejn jilagħbu l-golf.", "Imma għandna minn xiex nibdew.", "Ilna għaxar snin nitkellmu fuq din il-korsa tal-golf.", "Pajjiżi oħra jgħadduna għax id-deċiżjonijiet jeħduhom u jkunu diġa` qegħdin igawdu l-frott tad-deċiżjonijiet tagħhom meta aħna nkunu għadna qegħdin naħsbu x'se nibdew nagħmlu.", "L-istess dwar il-land reclamation, tgħidx kemm ilna ntellgħu u nniżżlu!", "Ejja niddeċiedu.", "Pajjiżi enormi jagħmlu l-land reclamation.", "Aħna kellna l- materjal tat-tħaffir tal-kuntratturi li ma kienx ikkontaminat u ħallejnieh jikkontamina ruħu għax ma ħadniex deċiżjoni jekk aħniex se nkabbru l- beaches tagħna.", "Ejja niffokaw u nagħmlu pjan fuq hekk u mhux ninħlew fuq policy, jekk wieħed għandux jagħmel tieqa ta' żewġ piedi jew tieqa ta' tliet piedi u dawn il-kummiedji.", "Permezz tal-land reclamation inkunu qed nindirizzaw problema ambjentali u jekk intejbu x-xtut tagħna nkunu qegħdin nagħtu kontribut infrastrutturali għat-turiżmu u anke għall-poplu Malti għax ix-xtajtiet se jgawduhom it-turisti u anke l-Maltin.", "Per eżempju, ilna mill-1993 biex niddeċiedu jekk id-drenaġġ għandniex nittrattawh qabel ma jmur fil-baħar.", "Anzi l-gvern kien iddeċieda fuqu dakinhar, imma m'għamilna xejn u matul dak iż-żmien l-ibħra tagħna ħallejnihom jikkontaminaw ruħhom.", "Il-problema għadha hemmhekk u dan wieħed jista' jarah kull sajf għax jekk imur fuq ix-xtajtiet l-iktar popolati jkun jista' jara l-iżbruffar tad-drenaġġ.", "Li qed ngħid huwa li dawn m'humiex kwestjonijiet kontenzjużi, imma naqblu fuqhom.", "Il-kwestjoni hija li trid tieħu deċiżjoni u tattwaha u dan hu li aħna rridu nħarsu lejh u niffokaw fuqu.", "Sur President, l-istess ħaġa qed jiġri fis-settur finanzjarju li jien nemmen li għandu l-potenzjal tiegħu.", "Għandna kompetizzjoni kbira minn ċentri stabbiliti bħal Lussemburgu, l-Isvizzera, Londra u l-Ġermanja.", "Aħna bdejna bil-ftit, imma minkejja dan, imxejna 'l quddiem tant li dan is- settur qed jagħti kontribut ta' madwar 12% fl-attivita` ekonomika tagħna.", "Per eżempju, irnexxielna nkabbru ħafna r-reġistru tal-vapuri u għamilna pass tajjeb meta għamilna leġislazzjoni għaqlija li ftehemna fuqha.", "Għandna liġi oħra li se titressaq dalwaqt li nafu fejn irridu naslu biha u nafu li se niftiehmu fuqha wkoll.", "Hawnhekk m'iniex qed insemmi kwestjonijiet kontenzjużi bħall-kwestjoni jekk it-taxxa togħlhiex jew le.", "Dawn huma affarijiet li ċertament naqblu fuqhom, imma li jonqos huwa li inti tieħu l-azzjoni u tagħti r-riżultat.", "Sur President, dan kollu jirrikjedi li jkollok pjan.", "Jien naf li r- regolatur ta' dan is-settur ma jistax jagħmel marketing u allura ejja naraw kif dan jista' jsir.", "Huwa importanti li tiġbor ir-riżorsi kollha flimkien ħalli nkomplu nidentifikaw l-areas li nistgħu niftħu fihom, ħalli dan is- settur effettivament jikber ukoll.", "Qed ngħid dan għax, jekk m'iniex sejjer żball – irrid nara li nkun korrett - id-dħul per capita f'dan is-settur niżel xi ftit ukoll.", "Imma dan huwa settur fejn nistgħu nespandu għax għandna nies imħarrġin fih, kapaċi nikkompetu ma' pajjiżi oħrajn, u naħseb li rnexxielna nistabbilixxu isem tajjeb.", "Ikun hemm l-inċidenti 'l hemm u 'l hawn, imma fid-dinja ma trid tagħmel xejn biex ma jkollok l-ebda inċident.", "Pero` dan huwa settur li nistgħu niżviluppawh.", "Għalhekk jeħtieġ li dan il-pajjiż ikollu pjan ħolistiku li jorbot l-oqsma kollha taħt direzzjoni ġenerali ta' fejn irridu naslu.", "Irridu nkunu konvinti li l-aktar element importanti fuq l-aġenda tal-pajjiż huwa t- tkabbir ekonomiku permezz tal-ħolqien ta' l-impjiegi u naraw xi jkun hemm bżonn relatat ma' dan kemm fil-qasam edukattiv, kemm fil-qasam ta' l- inċentivi u f'kull settur ekonomiku ħalli nilħqu dan l-għan.", "F'dan ir-rigward ma nistax ma nsemmix l-inizjattiva li jkun qed jieħu l- partit Laburista wkoll.", "Mill-oppożizzjoni m'għandniex il-poter eżekuttiv imma jinteressawna d-direzzjoni u l-iżvilupp ta' dan il-pajjiż għax irridu pajjiż aħjar għal uliedna u rridu li ż-żgħażagħ tagħna jaraw l- opportunitajiet.", "B'iktar effort, b'iktar ħidma, b'iktar accountability u b'inqas burokrazija l-affarijiet jimxu aħjar u jkollna iktar riżultati tajbin.", "Għaldaqstant irid ikollok pjan koordinat ħalli ħadd ma jieħu xi inizjattiva li tista' tolqot lil ħaddieħor negattivament.", "U dan anke l-gvern ammettieh għax il-gvern stess għamel unit biex jara x'impatt se jkollhom il-liġijiet li jsiru, per eżempju, fuq in-negozji ż-żgħar jew ċerti setturi ta' negozju.", "Dan kollu jirrikjedi li jkun hemm pjan u f'dan il-qafas il-partit Laburista ilu jaħdem mis-sena l-oħra.", "Sena ilu għamilna pjan ekonomiku soċjali b'mod ġeneriku ħafna, u ġeneriku apposta ħalli jkun all embracing.", "Kien hemm min ikkritikah, kien hemm min ma qabilx imma dak qiegħed għad- diskussjoni.", "Allaħares f'dan il-pajjiż kulħadd jaqbel ma' kollox imma għallinqas għandek direzzjoni fejn trid tasal.", "Issa għandna żewġ proposti oħra, waħda dwar l-ambjent u l-oħra dwar it- turiżmu.", "Dawn huma marbutin flimkien u marbutin ma' dak li se nipproponu matul din is-sena fil-qasam edukattiv, fil-qasam tal-manifattura u għal Għawdex għax irid ikollok kollox linked.", "Ma tistax timxi b'mod mhux koordinat fejn ma jkollokx ċerta sinkronizzazzjoni.", "Dawn iż-żewġ dokumenti għandhom proposti għal ambjent sostenibbli, pero` fid-dawl reali li rridu li l-ekonomija tagħna tiżviluppa.", "Jiġifieri trid tipprova ssib dak il- bilanċ neċessarju bejn dawn iż-żewġ affarijiet.", "Kultant jidhru li jaħdmu kontra xulxin meta fil-fatt m'humiex, imbasta nagħrfu x'tip ta' investiment", "irridu nagħmlu.", "Għalhekk għedt li l-fatt li jkollna l-ambjent tal-baħar nadif jgħin fit-turiżmu imma jgħin ambjentalment ukoll.", "Ovvjament ħaġa tikkumplimenta lill-oħra.", "Skond il-pjan għat-turiżmu tal-partit Laburista se tittieħed azzjoni immedjata biex fi żmien qasir jiġu iktar turisti u jinħolqu iktar impjiegi.", "Dawn huma l-proposti pożittivi li l-partit Laburista qed ipoġġi quddiem il- poplu Malti biex pajjiżna jimxi 'l quddiem.", "Diġa` bdiet id-diskussjoni fl- eżekuttiv u se tkompli għaddejja matul il-ġranet li ġejjin.", "Fil-konferenza ġenerali se nagħtu l-alternattivi marbuta fi pjan ħolistiku biex lil dan il- pajjiż nagħtuh direzzjoni, immexxuh 'il quddiem ħalli noħolqu l- opportunitajiet ta' xogħol u noħolqu l-ġid li jgawdi minnu kulħadd.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Jose' Herrera.", "ONOR.", "JOSE` HERRERA: Sur President, ħadt pjaċir nisma' d-diskors tal- kollega tiegħi l-Onor.", "Charles Mangion li ħa l-ispunt mill-abbozz ta' ligi li għandna quddiemna biex jagħmel kritika in ġenerali tal-performance tal- gvern matul din is-sena.", "Fil-fatt meta wieħed janalizza x'qegħdin niddibattu llum jirrealizza li qegħdin niddibattu biss abbozz ta' liġi biex nimplimentaw ċerti miżuri li jkunu ġew imħabbra fil-budget.", "Naturalment il- budget suppost huwa l-qofol tal-performance tal-gvern matul sena, huwa eżerċizzju fil-bookkeeping tal-gvern u għandu jkun iktar minn hekk - u nikkummenta iktar 'il quddiem – allura huwa tajjeb li f'kull opportunita` li jkollna d-deputati ta' l-oppożizzjoni u naħseb anke d-deputati tal- partit Nazzjonalista jieħdu l-okkażjoni biex jagħmlu analiżi u kritika ġenerali tal-performance, forsi iktar mill-aspett ekonomiku, tal-pajjiż.", "Fil-fatt irrid nagħmel osservazzjoni - u ma nħobbx nikkummenta fuq il- kollegi tan-naħa l-oħra għax huma ħbieb tiegħi – li ġieli nagħmlu aħna ta' din in-naħa fejn ninnotaw li s-segretarji parlamentari u l-ministri tal- gvern jieħdu parti fid-diskussjonijiet li jkunu qegħdin isiru u jippilotaw il-liġijiet, imma l-back benchers, li fosthom hemm ħafna nies validi, mhux qed jingħataw spazju biżżejjed biex jagħtu l-kontribut tagħhom.", "Qishom għandhom xi proċedura ta' bulldozer, ta' giljottina biex infittxu ngħaddu l- leġislazzjoni.", "Il-parlament sar qisu xi imprimatur, qiegħed hawnhekk biex japprova l-liġijiet ejja ħa mmorru.", "Allura d-deputati back benchers tal- gvern kważi kważi qed ikunu emarġinati.", "Jien illum għandi 43 sena pero` diġa` xjaħt hawn ġew għax ilni kważi għaxar snin u niftakar li fil-bidu ta' l-1996 konna niltaqgħu bħala grupp parlamentari kif niltaqgħu llum allavolja qegħdin fl-oppożizzjoni.", "L-Onor.", "Alfred Sant u l-leadership tal- partit kien jinsisti, kif għadu jinsisti llum, li l-grupp parlamentari Laburista niltaqgħu darba fil-ġimgħa ħalli naqsmu bejnietna x-xogħol parlamentari u niskrutinjaw u nikkritikaw b'mod oġġettiv il-performance tal- gvern tal-ġurnata.", "U kollha konna nitkellmu.", "Il-kumment tiegħi hu li f'liġi bħal din, fejn qed niddiskutu l-budget b'mod indirett għandek l-abbli segretarju parlamentari, li qiegħed hawn preżenti, u l-ministru pero` jidher li d-deputati parlamentari backbenchers tal-gvern m'humiex daqstant akkaniti jew ma ngħatawx daqstant spazju biex jagħtu l- kontribut tagħhom.", "Din hija ħasra għax jien inħobb nisma' d-dibattitu għaddej u hemm ħafna deputati Nazzjonalisti li b'mod prudenti u b'mod kawt, kif għandu jkun, ġieli jagħmlu wkoll l-awtokritika lejn il-gvern tagħhom stess.", "Din hija ħaġa tajba, pero` naħseb li llum din il-ħaġa m'humiex se jagħmluha.", "Jien bilfors kelli nagħmel dan il-kumment.", "MR SPEAKER: Ippermettili ftit, Onor. Herrera.", "Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Nixtieq nagħmel point of clarification għax naħseb li qed jagħmel domanda speċifika.", "L-ewwelnett il-bieb huwa miftuħ għal kull min qiegħed f'din il-Kamra biex jikkummenta kemm irid.", "Imma wara l- budget diġa` kellna diskussjoni estensiva fejn kulħadd tkellem dwar diversi suġġetti.", "Hawnhekk qisna qed nirrepetu l-istess punti li diġa` ddiskutejna u allura bosta qalu li ma jħossux il-ħtieġa li jikkummentaw.", "ONOR.", "JOSE' HERRERA: Nirringrazzja lis-segretarju parlamentari li kkonferma li għall-partit Nazzjonalista dan l-eżerċizzju tal-lum huwa a mere formality biex nirratifikaw dak li suppost huwa kważi kważi awtomatikament ratifikat.", "Fil-fatt – din se ngħidha u se naħli ftit ħin - il-kritika ġenerali tal-poplu Malti hija f'dan ir-rispett.", "Dan l-aħħar jien kelli okkażjoni nagħmel analiżi ta' riċerka li saret dwar x'fiduċja għandu l-poplu fl-istituzzjonijiet.", "U sfortunatament għad- demokrazija fil-pajjiż waħda jew wieħed mill-iktar istituzzjonijiet li ma jgawdix popolarita` jew fiduċja huwa dan il-parlament, li huwa l-vuċi tal- poplu.", "Għaliex?", "Għax matul iż-żmien, matul dawn l-40, 50 sena l-parlament ġie emarġinat u sfortunatament ir-responsabbilta' tiegħu ġiet imċekkna u ġie qisu rubber stamp tal-gvern tal-ġurnata.", "Mela l-ministri jipproponu l- liġijiet u l-mozzjonijiet, jippilotawhom u inqas ma jitkellmu l-back benchers tal-gvern aktar aħjar għaliex, jgħidu x'jgħidu, il-liġi se tgħaddi.", "Kważi kważi jekk nitkellmu wisq aħna jgħidulna li qed naħlu l- ħin.", "Allura l-idea tal-poplu b'mod ġenerali hija li aħna niġu hawnhekk naħlu ħafna bżieq, ngħidu ħafna affarijiet u fil-verita` seta' ma kien hawn parlament xejn, seta' kien hawn biss il-Kabinett tal-ministri li jgħaddu l- liġijiet by decree.", "Fil-fatt persentaġġ qawwi, 30% tan-nies f'dan ir- rapport qalu li jippreferu li minflok ma jkollna sistema ta' demokrazija parlamentari, ikollna eżekuttiv b'saħħtu għal ċertu perijodu li jaqbad jilleġisla by decree għax il-parlament huwa ħafna paroli u waste of time.", "Dan huwa ħażin.", "Jien għandi l-ikbar rispett lejn l-Onor.", "Tonio Fenech.", "Għad li għadu żgħir ħafna, huwa bniedem tekniku ħafna u jaf x'għandu jgħid u għandi rispett kbir lejh, anke fuq livell personali, jiġifieri ma nistħix ngħidha din anke pubblikament.", "Pero` llum ma qbiltx mal-kumment tiegħu li speċi dak li kellna ngħidu diġa` għednieh u m'għandniex għalfejn noqogħdu naħlu l-ħin tad-deputati tagħna biex jagħmlu l-kummenti tagħhom.", "Il-parlament qiegħed hawn, dan l-abbozz ta' liġi huwa money bill għax fil-fatt qed nitkellmu fuq kif se nirregolaw il-finanzi tal-pajjiż, u bilfors inħossni obbligat li nfakkar għaliex twieled il-parlament modern.", "Jien m'iniex qed nirriferi għall-parlament ta' żmien il-Griegi jew ta' żmien ir-repubblika Rumana fejn ma kellekx gvern imma kellek biss is-senat, fejn kollox kien jiġi deċiż minnu u kienu jeleġġu mis-senaturi stess ċerti nies li kellhom ċerta awtorita` għal sena, imma qed nirriferi għall- parlament modern li żviluppa mill-konċett Ingliż, li twieled fil-fifteenth jew fil-fourteenth century sabiex jiskrutinja l-infiq pubbliku.", "Mela l- iktar funzjoni importanti li għandu parlament f'pajjiż bħal Malta, f'pajjiżi tal-Commonwealth, fl-Ingilterra li aħna ngħidulha l-mother of all parliaments, hija li jagħmel skrutinju ta' l-infiq u tat-tassazzjoni tal- gvern tal-ġurnata.", "Mela għalkemm din hija liġi sussidjarja, biex ngħidilha hekk, għax hija in segwitu ta' l-estimi tal-budget u hija intiża biss biex timplimenta ċerti aspetti tal-budget, hija liġi fiskali, hija liġi li għandha aspetti ta' tassazzjoni.", "Allura taqa' fl-ambitu ta' skop u tax-xogħol ewlieni ta' dan il-parlament.", "Issa jekk, bir-rispett kollu, dan m'huwiex importanti għall- gvern, imma huwa biss lip-service lejn il-gvern, jew lejn l-istituzzjoni, allura hawn xi ħaġa fundamentalment ħażina għax dak li huwa suppost naturali għall-parlament, dak li suppost huwa l-kompitu ewlieni tal- parlament m'aħniex qed nagħtuh l-importanza li jirrikjedi.", "U din hija l- ewwel kritika tiegħi.", "Bdejt biex nikkritika b'mod formali, imma issa qed nikkritika wkoll b'mod sostanzjali.", "Dan huwa aspett importanti ħafna u dak huwa l-ewwel kumment li xtaqt ngħid.", "It-tieni punt li nixtieq nagħmel huwa li f'dawn l-għaxar snin li ilni f'dan il-parlament - naħseb dan huwa l-għaxar budget tiegħi - is-soltu jkun hemm ħafna aspetti x'wieħed jimplimenta f'din il-biċċa leġislazzjoni li ngħaddu ftit wara l-budget.", "Pero` jekk teżamina din il-liġi u taqbad Taqsima II tinduna li din tirrigwarda biss it-tassazzjoni ġdida, jew kif emendata, tal- proprjeta`.", "Għandek taqsima ta' nofs kedda li tittratta s-sisa, imbagħad hemm żewġ klawsoli fuq l-Att dwar l-eko-kontribuzzjoni.", "Mela bażikament li hemm x'timplimenta mill-budget jirrigwarda biss kwestjonijiet ta' taxxa fuq il-proprjeta`.", "Dan qed ngħidu għax jivvindika u jagħti raġun il-kritika li għamlet l-oppożizzjoni Laburista waqt il- budget, li din is-sena l-budget ma kien budget xejn, imma kien eżerċizzju ta' bookkeeping għax ma fih xejn ħlief ikkontjar ta' kemm il-gvern daħħal flus, kemm beħsiebu jonfoq flus, kif se jagħmel biex ilaħħaq mad-deficit biex iżommu sa 3% jew 2.5%, kif se jiffranka l-flus minn hawn u minn hemm, pero` ma fih ebda viżjoni ta' xejn.", "Dan huwa budget magħmul b'mod diplomatiku biex forsi ma jidhirx li qed jigdem iżżejjed, pero` jekk tagħsru jirriżultalek li m'hu xejn għajr eżerċizzju fil-bookkeeping.", "L-unika proposta mlaħħma li kien hemm fl-estimi tal-budget kienet proposta magħmula in buona fede, biex ngħidha ċar, fuq it-taxxa tal-proprjeta` li wara kellha tiġi rtirata għax kienet magħmula b'għaġġla, kienet magħmula b'mod żbaljat u kien se jkollha riperkussjonijiet kuntrarji għat-tkabbir ta' l-ekonomija f'dak is-settur.", "Għajr dik l-emenda ta' sustanza, jekk tagħsar il-budget ma ssib assolutament xejn.", "U dik kienet il-kritika ta' dan il-partit li forsi l-messaġġ tagħna ma wasalx kif kellu jasal.", "Il-messaġġ ta' l-oppożizzjoni Laburista fuq il-budget kien sempliċi.", "Dan il- budget ma kien xejn ħlief eżerċizzju fl-accounting u fil-bookkeeping.", "Din kienet il-kritika tagħna.", "Aħna mdorrijin li l-budgets jagħtu viżjoni.", "(Interruzzjonijet) Kellna matul is-snin.", "Kellna min-naħa tagħkom u kellna min-naħa tagħna wkoll.", "Pero` aktar ma jgħaddi ż-żmien iktar qed ikollhom nuqqas ta' viżjoni.", "U dan kien, forsi the icing on the cake, l-aktar budget li l-inqas kellu viżjoni f'pajjiżna.", "Dan kien budget magħmul b'mod tekniku.", "Għalhekk fil-bidunett għedt li napprezza l-ħiliet tekniċi u professjonali tal-kollega tiegħi l-Onor.", "Tonio Fenech.", "M'għandix dubju minn dan, u aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar nikkonvinċi ruħi li naħseb li huwa wieħed mill- aħjar accountants li għandna għaliex bħala eżerċizzju fl-awditjar u bħala eżerċizzju fl-accounting jidher ċar li hemm l-id skjaċċanti ta' bniedem professjonali u bniedem tekniku fix-xogħol ta' l-accountancy.", "Pero` l- oppożizzjoni u l-poplu Malti jirrikjedi ferm aktar minn eżerċizzju tekniku f'budget.", "Jirrikjedi eżerċizzju ta' viżjoni biex nagħtu spinta 'l quddiem lill-ekonomija Maltija li ilha sejra lura għal dawn l-aħħar snin.", "L-unika idea tagħhom kienet il-kwesjtoni ta' kif nintaxxaw it-trasferiment ta' proprjeta`.", "Hawn għagħa kbira li t-tassazzjoni fuq il-qligħ kapitali fuq proprjeta` hija esaġerata għaliex titla' 35%.", "Matul is-snin din l-liġi li daħħal il-gvern Nazzjonalista ftit snin wara li rebaħ il-gvern ikkontribwixxiet b'mod dirett għal żieda fil-prezzijiet tal-proprjeta`.", "Issa din hija liġi li ma tistax tneħħiha llum.", "Għaliex?", "Għax tant hemm introjtu daparti tal-gvern minn din l-industrija li l-ebda gvern ma jista' jneħħiha malajr.", "Pero` hija liġi li qed tikkontribwixxi biex il-valur tal- proprjeta` f'pajjiżna jisplodi.", "Fil-fatt bħalissa kulħadd jgħid li waħda mill-problemi ewlenin li għandna f'dan il-pajjiż u li ilha tissemma fil- ġurnali u minn pressure groups hija l-kwestjoni tal-prezz tal-proprjeta`.", "Ejja nitkellmu b'mod ċar, b'mod reali u b'mod onest.", "Jien qiegħed fil- parlament u niltaqa' mal-kostitwenti bħalma jiltaqa` l-Onor.", "Tonio Fenech, il-prim ministru u l-kap ta' l-oppożizzjoni.", "Waħda mill-problemi ewlenin f'dan il-pajjiż hija l-valur tal-proprjeta`.", "Min ikollu 24 sena u jkun impjegat bi Lm350 jew Lm400 fix-xahar bħala qligħ - mhux qed ngħid għal min qiegħed jgħix bir-relief jew bil-minimum wage, imma għal min jaqla' dan l-ammont ta' flus – lanqas biss jaffordja jixtri two-bedroomed flat fl-agħar postijiet ta' Malta.", "Ma ssibx proprjeta` irħas minn Lm45,000 jew Lm50,000.", "Bniedem li qed jaqla' Lm350 fix-xahar ma jistax jixtriha dik il-proprjeta`.", "Dan jieħu loan għal 40 sena, trid taħdem il- mara tiegħu u jissallab biex iħallas l-imgħax u la qatt jista' jagħmel kapriċċ u lanqas qatt jista` jiżvoga billi joħroġ ftit filgħaxija.", "Il-proprjeta` f'Malta hija esaġerata u rridu naraw kif se nagħmlu biex ninkoraġġixxu li l-kera tal-proprjeta` tkun aktar raġonevoli.", "Jekk inti għandek persentaġġ qawwi tal-poplu Malti li ma jistax jixtri proprjeta` u jiġu għandna d-deputati biex nakkwistawlhom post mill-housing għax ma jaffordjawx, allura rridu naraw x'se nagħmlu.", "Fejn hi l-viżjoni hawnhekk meta se nimplimentaw dawn l-emendi kollha u meta 90% ta' din il-liġi tittratta t-tassazzjoni ġdida fuq il-proprjeta`.", "Hawnhekk hi l-kritika tiegħi.", "Jien qed nikkritka dak li hawn propost u qed nikkritka b'mod negattiv, mhux soltu tiegħi li nagħmel hekk.", "Fejn huma l-proposti f'din il- liġi biex intaffu l-qagħda ta' dawk l-eluf kbar ta' ċittadini Maltin li ma jaffordjawx jikru jew jixtru proprjeta` u li jkollhom jgħixu ma' ommhom, maz-zija jew man-nanna?", "Dan huwa sew?!", "Irridu nippromwovu pakkett ta' inizjattivi għaliex din hija politika soċjali, - inutli noqogħdu niftaħru u ngħidu ċ-ċuċati, din hija l-politika soċjali – għallinqas fuq il-kera, biex bniedem li jaqla' Lm60 jew Lm50 fix-xahar ikun jista' jikri flat ħalli jkollu fejn jgħix u mhux jikri two-bedroomed flat f'Buġibba b'Lm130 fix- xahar.", "Mela bniedem li qed jaqla' Lm300 fix-xahar jista' jaffordja li jħallas Lm130 kera fix-xahar?!", "Almenu għandu jkun hemm skema ta' taxxa ridotta fuq il-kirjiet, meta l-kirjiet ikunu għar-residenzi tal-Maltin, biex ninkoraġġixxu lil min għandu proprjeta` ħalli din jikriha lill-Maltin.", "Xi ħaġa rridu nagħmlu.", "Xi tax rebates fuq kirjiet għar-residenzi rridu nagħmlu għaliex sentejn, tlieta oħra se jkollna kriżi kbira.", "Għall-ewwel darba fl-istorja ta' Malta se jkollna nies li huma homeless u din hija problema kbira.", "Sur President, kien hemm ekonomisti ferm aktar bravi minni li qalu li għalkemm huwa veru li kellek rata ta' tkabbir żgħira mis-sena l-oħra - safejn naf jien waħda mill-inqas rati ta' tkabbir ekonomiku li hemm fl- Unjoni Ewropea u ftaħarna biha għaliex kellna rata ta' tkabbir żgħira - din ir-rata ta' tkabbir kienet waħda artifiċjali għaliex tiddependi wisq fuq settur wieħed u fuq biċċa minn settur ieħor.", "Bħal-lum ġimgħa se jkolli ċans nitkellem fuq il-qasam marittimu u nispjega kif fuq is-servizzi finanzjarji kien hemm ftit tkabbir u performance mhux ħażin.", "Se nuri wkoll li minkejja li fil-qasam tax-shipping naqqasna l-vapuri kien hemm ukoll ċaqliq pożittiv.", "Pero` t-tkabbir ekonomiku reali fil-pajjiż kien kollu kemm hu marbut ma' l-ispekulazzjoni tal-bini, u xejn iżjed.", "Dik hija r-rata tat- tkabbir tagħna.", "Dan m'huwiex xi investiment barrani li ġie fil-pajjiż, imma għandek nofs tużżana jew tużżana negozjanti, imn'Alla kważi jeżistu, li jespekulaw b'ċertu sogru.", "Għandek grupp ta' nies li jixtru u jbigħu l- proprjeta`, mhux għan-nies ...", "Kieku kellek tagħmel analiżi u tara min qed jixtri l-proprjeta` f'Tigne`, f'Portomaso u f'postijiet high-class issib li dawn huma investituri li jixtru biex jikkontrobilanċjaw.", "Kieku m'hemmx dan il-moviment ta' persentaġġ żgħir ta' nies li qed jixtru u jbigħu proprjeta' lil xulxin u jżommu l-ekonomija għaddejja billi jħaddmu lill-kuntratturi, lill-bennejjja u lil kulmin jaħdem fl-industrija tal-bini kieku għandna kollass totali ta' l-ekonomija tagħna.", "U li tiddependi minn ekonomija daqstant versatili hija xi ħaġa inkwetanti.", "Meta f'Malta għandek biss 317-il kilometru kwadru ta' art u 90 kilometru kwadru ta' art Għawdex, meta Malta hija l-iktar pajjiż popolat fid-dinja kollha wara Singapore u meta 30% ta' Malta hija mibnija meta pajjiżi bħall- Italja 5% u 6% biss tagħhom huma mibnija, ma tistax tiddependi għal kollox fuq l-ispekulazzjoni tal-bini.", "Għaliex?", "Għax imbagħad wieħed jibda jistaqsi: Safejn nista' nibqa` miexi f'dan l-aspett?", "Mela r-rata ta' tkabbir tagħkom hija kollha artifiċjali.", "Imbagħad għandek l-aspett finanzjarju, u hemmhekk ma morniex ħażin.", "Pero` jrid jingħad ħafna f'dan ir-rigward.", "Dan l-aħħar kelli l-okkażjoni li noħroġ press release fejn urejt il-preokkupazzjoni tiegħi għall-fatt li - m'għandix id-dettalji hawnhekk għax illum ma kontx ippreparat li nitkellem - fl-Unjoni Ewropea għandek moviment biex ikollok armonizzazzjoni totali tat-taxxa.", "Issa jekk aħna qed nipproġettaw lil Malta bħala financial hub - anke s-servizzi marittimi jaqgħu taħt financial services u ma ftaħniex ħalqna li kieku ma kienx għal Ċipru u żewġ pajjiżi oħra li għamlu xenati - jista` jkun li Malta tkun financial hub jekk il-liġi tat-tassazzjoni tagħna tkun ugwali u l-istess bħal tal-pajjiżi l-oħrajn kollha li hemm fl-Unjoni Ewropea?!", "Kif tista` tipproġetta lilek innifsek bħal financial hub?!", "X'differenza tibda tagħmel għall-investitur li jiġi jinvesti jew joħloq kumpanniji f'Malta meta m'hu se jiffranka xejn u jista` joħloqhom f'pajjiżi bħal Londra, Ruma u pajjiżi oħrajn?!", "L-uniku vantaġġ li għandna huwa ftit il-benefiċċji finanzjarji żgħar li għad baqgħalna li nistgħu noffru biex nattiraw l-investiment.", "Jekk inneħħu dawk il-ftit benefiċċji finanzjarji li baqgħalna ma nkunux nistgħu nibqgħu nipproġettaw iktar lilna nnfusna bħala ċentru finanzjarju.", "Jien ħriġt press release għax skandalizzajt ruħi u rrabbjajt kif Malta, l- iktar li għandha x'titlef u l-iktar li għandha interess investit, ma daħlitx fl-għagħa li qamet fuq din il-kwestjoni.", "Fejn hija l-viżjoni?!", "Kull nhar ta' Erbgħa jkun hemm l-artikli tiegħi fil-ġurnal \"l-orizzont\" u f'wieħed minnhom għamilt analisi bl-istatisitka u bil-figuri kollha ta' kemm l-industrija lokali marret lura f'dawn l-aħħar erba' snin.", "Mill- istudji li għamilt joħroġ li maret lura b'madwar 25% jew 30% f'dak li hu bejgħ, esportazzjoni u importazzjoni ta' raw material fl-industrija.", "Hemm ukoll ammont ta' nies li tilfu x-xogħol tagħhom minn din l-industrija.", "U din nifhimha għax għandek pajjiżi ġganti bħaċ-Ċina, u pajjiżi tan-North Africa u l-Korea fejn għandek cheap labour u allura Malta, bħal pajjiżi oħra fl-Ewropa, ma tista' qatt tikkompeti ma' dawn il-pajjiżi meta għandek kważi slave labour.", "Pero`, u ilna ngħidu u naqblu, l-unika way forward hija li toħloq niċċa tajba għal pajjiż bħall-yachting, il-qasam marittimu u s- servizzi finanzjarji.", "Dawn huma niċeċ tajbin li bdejna niżviluppawhom u n-Nazzjonalisti kellhom ministri u segretarji parlamentari li kellhom viżjoni f'dan is-settur.", "L-ex-ministru Joe Fenech - dejjem insemmiha din - bid-difetti tiegħu kollha, kif għandu kulħadd, kien wieħed mill-ftit nies f'dan il-parlament li kellu viżjoni fuq dawn l-affarijiet.", "Bħala segretarju parlamentari fuq dan is-suġġett kellu viżjoni.", "Huwa veru li l-liġi li ppromwova fl-aħħar tas-snin tmenin kienet għadha primittiva pero` it was the begining.", "Issa f'daqqa waħda bdejna nibżgħu niċċaqilqu.", "Għad baqgħalna vantaġġi, għadna kapaċi nbigħu lil Malta bħala hub finanzjarju, pero' iktar ma jgħaddi ż-żmien iktar se ssir diffiċli.", "Fuq il-kwestjoni ta' tassazzjoni għad għandna l-veto u fuq kwestjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-qasam marittimu għandna nużawh.", "Hawnhekk irrid infaħħar all the way lill-Onor.", "George Pullicino għall-pożizjzoni li ħa fuq ix-shipping, meta qed jagħmlulna pressjoni biex naċċettaw il-liġi Ewropea li tagħmel leġislazzjoni iktar ħarxa fuq vapuri reġistrati fl-Ewropa milli hemm fuq vapuri reġistrati barra mill-Ewropa.", "Il-Ministru George Pullicino ħa pożizzjoni tajba - u jien ħriġt press release f'isem il-Malta labour party fejn għedt li naqblu magħha - fis-sens li dik il-liġi fuq ix-shipping tinteressa lil pajjiżna u ma rridux inkunu iktar kattoliċi mill-Papa.", "Aħna noqogħdu mal-liġijiet internazzjonali li japplikaw għall-Amerika u għal kullimkien, imma ma naqblux li l-leġislazzjoni Ewropea għandha tkun iktar iebsa mil-leġislazzjoni tad-dinja kollha.", "Hawnhekk irrid inneħħi l-kappell u ngħidlu prosit lill-Onor.", "Pullicino għax ħa pożizzjoni tajba.", "Jien, fejn sar tajjeb ngħid li hu tajjeb, pero` li nibżgħu nsemmgħu l-vuċi tagħna ġewwa fora internazzjonali fuq kwestjonijiet li huma l-bread and butter ta' dan il-pajjiż huwa ta' skandlu.", "Jgħidu li jridu barra, imma fuq ċerti prinċipji pajjiżna jrid ikun iebes u jżomm ferm fuqha għax nitilfu kollox.", "Sur President, rigward it-turiżmu tkellem ħafna l-Onor.", "Charles Mangion qabli u ħadt pjaċir nisimgħu jgħid li l-Malta labour party ħareġ bil- proposti tiegħu rigward it-turiżmu.", "Hemm min jgħidilna: Toqogħdux tagħmlu proposti.", "Għalfejn toqogħdu tagħmlu l-proposti?", "Intom mhux fl-oppożizzjoni?", "Oqogħdu kkritikaw u daqshekk.", "Pero` aħna tal-Malta labour party niġu naqgħu u nqumu minn din il-konfrontazzjoni u noħorġu bil-proposti tagħna.", "Dawn ma jkunux perfetti u jkollhom l-iżbalji u aħna npoġġu ruħna f'pożizzjoni fejn nistgħu niġu kkritikati, pero` qegħdin nipprovaw nuru l- ideat tagħna.", "M'għandniex niġu insulentati għax nagħmlu hekk.", "M'huwiex kompitu tal-Malta labour party li joħroġ bil-proposti.", "Il-Malta labour party qiegħed hemm biex jagħmel skrutinju lill-gvern pero` huwa partit modern.", "U għandna oppożizzjoni moderna li tieħu r-riskji u allura qiegħda toħroġ bil-proposti.", "Nerġa` ngħid li ħadt pjaċir nisma' lill-Onor.", "Charles Mangion isemmi l-proposti tal-Malta labour party dwar l-edukazzjoni, l- ambjent, it-turiżmu u setturi oħra.", "Aħna ma niġux hawn inpaċpċu biss, imma nagħmlu eżerċizzji profondi interni, nieħdu l-pariri tat-tekniċi u noħorġu b'dokumenti.", "Issa d-dokumenti tagħna m'humiex perfetti, fihom x'tikkritika.", "Imma l-fatt li aħna lesti u disposti li nagħtu l-ideat u l-proposti tagħna jagħmlilna ġid mhux għajb.", "Hija ħaġa tajba li jkollok oppożizzjoni lesta li tagħmel dan.", "In-Nazzjonalisti qatt m'għamluha din.", "Qatt ma ħarġu bil- proposti tagħhom meta kienu fl-oppożizzjoni.", "Din hija xi ħaġa li tagħmilni kburi li jiena parti mill-oppożizzjoni Laburista għax turi kemm għandna kritika kostruttiva.", "Meta jkun hemm xi ħaġa tajba ngħiduha u meta għandna l- idea tagħna ngħiduha allavolja nirriskjaw li niġu kkritikati.", "Imma għandna nagħmluha u din hija ħaġa tajba.", "Sur President, il-qasam tat-turiżmu, bir-rispett kollu, sejjer ħażin.", "It- turiżmu huwa terz ta' l-ekonomija tal-pajjiż, terz ta' l-income ta' pajjiżna.", "Parti mill-kritika tiegħi - u għamel enfasi fuqha l-Onor.", "Charles Mangion u qbilt miegħu perfettament - hija li jekk taqra l-budget issib li m'hemmx viżjoni, m'hemmx ideat għal dan il-qasam tant kruċjali għal pajjiżna.", "X'hemm imsemmi fil-budget biex nippromwovu l-industirja tat- turiżmu?", "Il-kritika tagħna hija li dan huwa budget bla sugu, budget li jibbilanċja l-kotba, pero` huwa budget nieqes għal kollox mill-ideat.", "Il- konklużjoni toħroġ mill-istess liġi li qegħdin niddiskutu llum li, kif għedt qabel, minn 11-il paġna u nofs fiha kważi għaxra minnhom fuq il- leġislazzjoni l-ġdida fuq il-proprjeta`.", "Saru emendi b'ħafna pompa li mbagħad kellhom jiġu rtirati għal kollox għax irriżulta li kienu saru bl- għaġġla u kienu se jagħmlu iktar deni milli ġid.", "Għalhekk il-liġi ġiet riveduta.", "Nixtieq ngħid xi ħaġa fuq klawsola 5 li tittratta dwar il-karigi fiċ-ċivil.", "Fil-fatt ġejt avviċinat minn ċerti nies taċ-ċivil dwar dan il-każ u se nsemmih allavolja se nkun qed noħroġ mis-suġġett.", "Hawn qed nitkellmu fuq dawk li jkollhom il-kariga ta' ambaxxaturi li jsiru heads of department fiċ- ċivil u ma jibqgħux ambaxxaturi.", "Lili saruli ilmenti minn ex-parliamentary permanent secretaries li kif inhi s-sistema - m'iniex qed nissuġġerixxi kif għandha ssir pero` din wieħed irid jiddibattiha ftit – l-permanent secretaries li jiġu appuntati għal tliet snin m'għandhomx neċessarjament jiġu appuntati mill-ogħla karigi li hemm fiċ-ċivil.", "F'liema sens?", "Fis- sens li biex tilħaq permanent secretary m'hemmx għalfejn tkun director general, imma tista' tkun biss director.", "Forsi jista' jagħti l-każ li l- gvern tal-ġurnata jkollu fiduċja f'xi ħadd u jagħżlu bħala permanent secretary, pero` dan meta jgħaddilu dak it-terminu jkollu jerġa' jmur għall- kariga li kellu qabel.", "Din il-ħaġa lil ċerti ex-permanent secretaries iddejjaqhom - din qed ngħidha biex tkunu tafu x'qed jgħidu fiċ-ċivil - għax meta bniedem ikun rank jew żewġ ranks inqas minn ċerti nies fid-dekasteru tiegħu, jilħaq permanent secretary u jdum f'din il-kariga għal tliet snin, meta jerġa' jmur lura għall-kariga li kellu qabel se jiġi inqas minn ċerti nies li kienu jaqgħu taħtu.", "(Interruzzjonijiet) Din se ngħidha għax tkellimtu fuqha għax kieku ma kontx inqajjimha.", "Onor. Tonio Fenech, din tar-rankings taċ-ċivil tkellimtu fuqha intom għax kieku ma kontx se noħroġ mis-suġġett biex nitkellem fuqha.", "Jien qiegħed kompletament in order għax intom tkellimtu fuq dawn il-karigi u għalhekk ħassejt li kelli ngħidha.", "Jien naħseb li għandu jsir xi tip ta' arranġament, jew almenu għandha tiġi dibattuta u analizzata l-possibilita` li min ikun laħaq permanent secretary għal numru ta' snin, meta jispiċċa minn din il-kariga ma jerġax imur għax- xogħol li kellu qabel imma jingħata garanzija li almenu jkun senior head of department.", "Inkella dan se jiġi taħt dawk in-nies li kien jikkmanda hu u jista' jkun f'sitwazzjoni umiljanti ħafna.", "Fil-fatt kien hemm permanent secretaries fiċ-ċivil li ġralhom hekk u spiċċaw biex irriżenjaw mill-kariga li kienu jokkupaw.", "Din qed ngħidha għax hawnhekk hawn section li qed tipprova tiggarantixxi l-karigi ta' l-ambaxxaturi u naħseb li m'hijiex idea ħażina li wieħed janalizza din id-dilemma li qed jiffaċċjaw nies f'ċerti karigi.", "Sur President, se nikkonkludi d-diskors tiegħi b'suġġett li ddiskutejt aktar kmieni.", "Meta nieħdu l-ġurament u nsiru deputati parlamentari jew nokkupaw karigi governattivi m'għandniex ninsew li r-rwol ewlieni ta' dan il-parlament m'huwiex sempliċiment li jilleġġittima dak li jiddetta l- gvern.", "Hija sfortuna li f'Malta - probabbilment huwa hekk għax hawn biss żewġ partiti - ir-rwol tal-parlament ġie ridott biex jirratifika jew jilleġittima dak li jkun irid il-gvern tal-ġurnata.", "Din ili ngħidha u ili nħossha.", "Jien naħseb li r-rwol tal-parlament għandna nsaħħuh, inkattruh u nagħtuh aktar importanza.", "Fil-bidu tad-diskors tiegħi kelli okkażjoni nilmenta li qed nitkellmu fuq money bill fejn il-ministru jew is-segretarju parlamentari għall-finanzi qed jgħid li m'hemmx għalfejn jitkellmu d-deputati għax li kellna ngħidu diġa` għednih.", "Din għalija hija osservazzjoni inkwetanti ħafna għax allura għandek ammissjoni tal-gvern stess li mhux importanti li d-deputati parlamentari jipparteċipaw fir-rwol ewlieni tal-parlament.", "(Interruzzjonijiet) Apparti li s-segretarju parlamentari qal hekk, huwa importanti u ġieli ktibt fil-gazzetti dwar dan.", "L-ewwelnett se nfaħħar ċerti inizjattivi li ħadet is-Sedja.", "L-iSpeaker wara kollox huwa l-kap tal-parlament u bosta drabi kellu okkażjonijiet li jikkummenta dwar kemm huwa importanti li d-deputati parlamentari jsiru iktar professjonali u jkollhom il-back-up sostanzjali li jkollhom ċivil tal- parlament.", "Huwa tajjeb li l-parlament, li huwa istituzzjoni indipendenti mill-gvern - jiġifieri wieħed mit-tliet organi - jiddependi fuq il-gvern biex jaħdem?", "Huwa ferm iktar ideali li l-parlament ikollu ċ-ċivil tiegħu, kif jiġri f'pajjiżi oħra.", "Forsi bdejna nanalizzaw ċerti problemi, imma aħna d-deputati stess inħossu li meta nagħmlu private members motion kważi qatt ma titressaq għad-dibattitu, jekk ma tkunx tal-kap ta' l-oppożizzjoni u allura tkun backed mill-grupp kollu.", "Jien għamilt ħames private members motions kemm ili fil-parlament.", "(Interruzzjonijiet) Jien ili iktar minnek fil-parlament, għax int ilek sentejn u jien ili għaxar snin.", "U ili ħafna iktar fl-oppożizzjoni minnek għax inti qatt ma kont fl-oppożizzjoni u dawn trid tkun fl-oppożizzjoni biex tagħmilhom.", "F'għaxar snin jien ippreżentajt ħames private members bills u m'għadditlix waħda għad-dibattitu.", "Mozzjonijiet kelli darba jew darbtejn u għaddew għax kien qed jipproponihom il-partit permezz tiegħi peress li kien is-suġġett tiegħi, pero` meta nressaq xi bill dan ma jitla' qatt.", "Niftakar lill-Onor.", "Tonio Borg jilmenta - kien iħobb jagħmel hekk fi żmien gvern Laburista fis-snin tmenin meta kien deputat - li meta jressaq xi private members bills ma kienu jitilgħulu qatt u dan mhux tajjeb.", "Almenu għandu jkollna ġurnata fix-xahar fejn jekk xi deputat ikun irid iressaq private members bill ikun jista' jiġi għad-dibattitu.", "Sur President, fil-house of commons ta' l-Ingilterra teżisti sistema ta' first come first served u d-deputati ġieli jorqdu fil-parlament biex ikunu l-ewwel nies.", "Sa ftit xhur ilu kien hemm borża wara l-bieb tal-house of commons – din rajtha b'għajnejja għalkemm issa għalquha għax sfortunatament kien hemm xi ħadd li tefa' xi ħaġa fiha li ma kellux jitfa' - u jekk tkun l- ewwel wieħed li titfa' l-abbozz tiegħek fiha, meta jmiss li jiġi dibattut private members bill tkun int li tiddibattih.", "Imma hawhekk m'għandna assolutament xejn.", "Jien ngħid li huwa tajjeb li jkollna - din semmiha l- Onor. Jason Azzopardi u naqbel miegħu dwar dan – prime minister's question time u ma tkunx idea ħażina li okkażjonalment ikollna preżenti fil- parlament il-ġurnalisti u l-cameras tat-television.", "Il-prim ministru m'huwiex sempliċement primus inter pares.", "Għalkemm għandna s-sistema parlamentari, ir-rwol ta' prim ministru evolva kif evolva u allura kulħadd huwa interessat fuq dak li għandu xi jgħid il-prim ministru.", "Fl-Ingilterra ġieli jkollok il-kap ta' l-oppożizzjoni u d-deputati jikkonfrontawh u għalhekk huwa tajjeb li okkażjonalment, jekk mhux darba fil-ġimgħa, ikollna prime miniter's question time biex aħna d-deputati jkollna l-liberta` kollha li niskrutinizzaw bl-aħjar mod il-performance tal- gvern.", "Hemm ħafna x'tikkritika fis-sistema parlamentari tagħna mhux billi niftaħru li aħna l-aktar pajjiż demokratiku u li għandna d-demokrazija parlamentari fejn kulħadd jirsisti biex jilħaq deputat parlamentari u joħroġ għall-elezzjonijiet.", "F'pajjiżna 98% tal-poplu joħroġ jivvota u għalkemm fil-verita` l-parlament spiċċa l-ogħla istituzzjoni f'Malta, forsi huwa l-inqas istituzzjoni li għandha poter u dan huwa ħażin.", "Ir-rwol tagħna rridu nsaħħuh pero` l-kumment li għamel is-segretarju parlamentari kompla jikkonvinċini li m'hijiex l-intenzjoni tal-gvern preżenti li jagħmel dan.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Is-Segretarju Parlamentari, jekk jogħġbu, jipproponi l-Aġġornament.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "TONIO FENECH: Sur President, nipproponi l-aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tlieta, 10 ta' Jannar 2006, fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi biex jimplimenta Miżuri ta' l-Estimi - Tieni Qari (Kont.)", "-----------------------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar l-Akkwist ta' Artijiet għal Skopijiet Pubbliċi - Kumitat Permanenti.", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Reġistru Ċentrali - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Jose` Herrera.", "ONOR.", "JOSE` HERRERA: Sur President, fl-aġġornament you can speak on cabbages and kings, jiġifieri tista' titkellem fuqiex trid.", "Bħala deputat għandek il-prerogattiva li tressaq għad-dibattitu jew tikkummenta fuqiex trid u fuqiex jogħġbok u jien illum xtaqt nitkellem fuq suġġett li qiegħed jiġi dibattut bħalissa f'ċerti ċrieki u anke fil-gazzetti.", "Hawn irrid nagħmilha ċara li jien se nesprimi l-opinjoni tiegħi u m'inix ngħid li din l-opinjoni hija l-policy tal-partit tiegħi fuq is-suġġett.", "Hija l-attitudni tal-gvern tal-ġurnata li meta jkun hemm xi inkjesta pubblika li trid issir jew xi ħaġa ta' importanza nazzjonali li trid tiġi investigata, il-gvern tal-ġurnata jinnomina mħallfin jew maġistrati rtirati.", "Fl-opinjoni tiegħi, m'hemm xejn ħażin f'dan.", "Saret ukoll l- attitudni li meta imħallef jirtira ta' 65 sena jew maġistrat jirtira ta' 60 sena, jiġi appuntat chairman ta' kumitat, chairman ta' kummissjoni, jew chairman ta' bord ta' inkjesta.", "Lanqas f'dan ma nara xejn ħażin għax huwa tajjeb li l-gvern jużufruwixxi ruħu mill-esperjenza ta' nies li jokkupaw l- ogħla kariga fil-pajjiż biex jaqdu ċerti funzjonijiet ta' ċerta portata.", "Per eżempju, Dr Said Pullicino għadu kemm laħaq ombudsman u jien kont wieħed minn dawk li ħadt pjaċir bin-nomina tiegħu.", "Jien għedt internament u anke fil-parlament li jidhirli li bħala imħallef kien bniedem eżemplari u bħala prim imħallef ukoll.", "Hemm imħallfin li jippresjedu t-tribunal tal- korruzzjoni, li huma chairmen ta' bordijiet ta' inkjesta u hemm ukoll l- ombudsman tal-pulizija.", "Per eżempju, l-Imħallef Frank Camilleri qiegħed fuq is-security services.", "Għalhekk l-ex-imħallfin kollha għandhom kariga oħra.", "Sur President, kif għedt jien ma nara xejn ħażin f'dan kollu pero` mbagħad ikun tajjeb jekk wieħed isemmi s-sitwazzjoni kif inhi.", "Dan li se ngħid kitbet fuqu Dr Anna Mallia u għandha raġun.", "Jien rarament naqbel magħha fuq ċerti aspetti għaliex inħoss li hija daqsxejn radikali pero` dwar dan is-suġġett għaddiet kumment u ġegħlitni naħseb ħafna.", "Sur President, il-pensjoni ta' l-imħallfin m'hijiex bħal dik tal-ministri.", "Dawk li saru imħallfin wara l-1979 jieħdu two-thirds of Lm6,000, jiġifieri Lm300 kull xahar.", "Issa huwa ideali li jkollok imħallfin li qed javviċinaw il-65 sena jew maġistrati li qed javviċinaw is-60 sena li jkunu se jispiċċaw fuq pensjoni miżera u allura jaħsbuha li jkun jaqblilhom jaġixxu b'ċertu mod biex imbagħad jilħqu chairman ta' hawn jew chairman ta' hemm?", "Jien mhux qed ngħid li n-nies li ġew appuntati għamlu xi diżunur lill- pajjiż, pero` għal ilsien in-nies m'huwiex daqstant tajjeb li l- maġistratura tagħna tiġi tiddependi fuq il-handouts tal-gvern meta jiġu biex jirtiraw mill-uffiċċju tagħhom.", "Jien niftakar żmien meta għaliex Sir Anthony Mamo, li kien allura prim imħallef, sar gvernatur u wara president, in-Nazzjonalisti kienu pproponew ċerti emendi fil-Kostituzzjoni fosthom per eżempju li l-qorti kostituzzjonali tiskatta ruħha b'mod awtomatiku.", "Riedu li min jokkupa l- kariga ta' imħallef ma jista' qatt isir president.", "Għalija din hija ħaġa stupida għax bl-istess ħsieb, min hu maġistrat ma jistax isir imħallef u min hu imħallef ma jistax jilħaq fil-qorti ta' l-appell.", "Meta saret il- Kostituzzjoni tagħna fl-1964, il-life expectancy tan-nies kienet ferm iżgħar.", "In-nies ma kenux jgħixu kif jgħixu llum u allura l-eta` ta' 60 jew 65 sena kienet eta` raġjonevoli li wieħed jirtira.", "Issa llum qed jerġa jinħass dak li kienu qed jibżgħu minnu l-istess Nazzjonalisti fil-bidu tas- snin sebgħin.", "Dawn kienu tal-fehma li wieħed irid joqgħod attent għax jista' jkollok l-ogħla imħallef fil-pajjiż, li huwa l-prim imħallef – u dan għandu l-iktar poter fil-qorti għax jippresjedi wkoll il-qorti kostituzzjonali – li jibda jaġevola l-gvern tal-ġurnata bl-intendiment li b'xi mod jew ieħor isir president.", "Din il-ħaġa llum qed nerġgħu nħossuha għax jista' jkollok l-istess feeling fejn imħallfin li qed jersqu lejn l- eta` pensjonabbli tagħhom jibdew jagħmlu l-homework tagħhom biex meta jispiċċaw mill-bank tal-ġudikatura jkunu jistgħu jokkupaw karigi oħra għoljin biex jikkumpensaw għall-pensjoni miżera tagħhom.", "Dan huwa ħażin.", "Jien naħseb li dan il-fenomenu ġdid f'dawn l-aħħar tliet snin jista' jimmina b'xi mod l-indipendenza tal-ġudikatura tagħna, li fl-opinjoni tiegħi, hija waħda mis-sisien tad-demokrazija fil-pajjiż.", "Jekk ma jkollokx ġudikatura b'saħħitha allura tintlaqat is-sistema ta' checks and balances bejn l-eżekuttiv, jiġifieri l-parlament, il-gvern u l-ġudikatura u tispiċċa titnaqqar id-demokrazija.", "Dan qed ngħidu għax huwa ħażin li inti li jkollok il-membri tal-ġudikatura tagħna dipendenti għall-għajxien tagħhom fuq xi nomina prospettiva li tiġi meta jirtiraw.", "Sur President, jien tkellimt ma' membri tal-ġudikatura li qed jersqu lejn l- eta` pensjonabbli.", "L-ewwelnett wieħed għandu japprezza li l-kariga ta' imħallef m'hijiex dik ta' impjegat mal-gvern, manager jew head of department, fejn tagħlaq 61 sena u tirtira.", "Daqskemm hu impjegat mal-gvern ministru li jibqa' hemmhekk sakemm itellgħu l-poplu.", "Dan igħodd ukoll għal deputat jew professur l-universita`.", "Per eżempju, għandek professuri, fosthom l-Onor.", "Guido de Marco li għandu 74 sena li għadu jagħti l- lectures.", "Kariga ta' imħallef m'hijiex a job fis-civil service imma hija kariga u hemm feeling fost il-membri tal-ġudikatura tagħna, anke minħabba din il-kwestjoni tal-pensjoni, fejn ċerti nies jibagħtu għalija, għall- Onor. Anġlu Farrugia u għall-Onor.", "Gavin Gulia biex igħidulna li din tal- pensjoni qed tkissirhom.", "Dan għaliex dawn ikunu mdorrijin b'ċertu salarju u b'ċerti perks.", "Barra minn hekk, biex isir imħallef, wieħed has to give up a practice.", "Ħafna mill-imħallfin tagħna, speċjalment dan l-aħħar, ikunu nominati minn fost l-aħjar avukati u dawn qed jagħtu kontribut impekkabbli lill-qrati tagħna.", "Dawn ikunu nies li saru imħallfin late in life, ikunu ċedew il-professjoni tagħhom biex jagħtu servizz lill-pajjiż u dawn qed tinkwetahom il-kwestjoni tal-pensjoni miżera tagħhom.", "Sur President, hawnhekk irrid ngħid ċar u tond li l-kwestjoni tal-pensjoni miżera ta' l-imħallfin tagħna tista' tkun sfida għall-indipendenza tal- ġudikatura Maltija.", "Poġġejna lill-imħallfin f'pożizzjoni li meta jkunu qed javviċinaw l-eta` pensjonabbli, iridu jilagħqu lill-gvern jew iridu joqogħdu attenti jew kawti biex kif jirtiraw jieħdu nomini oħra għax jekk ma jagħmlux hekk imutu bil-ġuħ.", "Dan wieħed filli llum huwa imħallef, bix- xufier, b'salarju tajjeb u mistieden kullimkien, imbagħad l-għada ma jkun xejn, sempliċement jieħu Lm280 fix-xahar bla xufier u bla xejn.", "Huwa konċepibbli li bniedem b'ċertu standard of living jispiċċa fix-xejn?", "Għalhekk huwa tajjeb - u min jgħid li huwa ħażin m'għandux raġun - li d- deputati parlamentari u l-ministri tagħna jkollhom ċerta pensjoni.", "Dan għaliex anke l-ministri u d-deputati parlamentari jrid ikollhom ċerta indipendenza biex jeżerċitaw il-funzjoni ewlenija tagħhom fil-pajjiż.", "Is- salarji tagħna huma baxxi.", "Is-salarju tiegħi ta' deputat parlamentari huwa redikolu.", "Din m'hijiex problema pero` ċerti karigi wieħed irid jipproteġihom, għax jekk ma tipproteġihomx ma ssibx min jimlihom.", "Issib biss l-iskart jew nies who have nothing better to do, u titlef l-aħjar nies.", "Dan ikisser lill-pajjiż.", "Fil-ġudikatura hemm problema grossolana.", "Isir ħafna diskors u press releases mill-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici u mill-Onor.", "Tonio Borg pero` fis-sustanza xejn m'hu qed jiġi rranġat f'dak li huwa fundamentali.", "Hija problema monumentali li inti għandek ġudikatura li qed tħoss ruħha threatened li ma tistax tirtira bil-ġieħ u bl-integreta' għax tiddependi fuq il-handouts tal-gvern.", "Sur President, jien naħseb li huwa importanti u urġenti li niftħu dibattitu fuq dan is-suġġett.", "Hawnhekk il-gvern għandu l-għażla.", "L-ewwel option hi li lill-imħallfin tagħna, kif ġara fid-dinja kollha, nestendulhom l-eta` pensjonabbli.", "Jien ktibt, għamilt riċerka u rriżultali li fl-Ingilterra l- imħallfin jirtiraw ta' 75 sena, fl-Italja ta' 70 sena, fil-qorti dwar il- human rights ta' Strasbourg ta' 70 sena u fil-qorti tal-ġustizzja ta' l- Ewropa jirtiraw ta' 75 sena.", "Fl-Amerika ma jirtiraw qatt.", "Ħadd minnhom ma jirtira ta' 65 sena.", "B'dan il-mod tkun qed taħli riżors.", "Wara kollox imħallef ma jmurx jaħdem fil-ġebel u lanqas huwa xi machine operator.", "Iktar ma timmatura u iktar ma ssir akkademiku, iktar ma jkollok riċerka aktar issir tajjeb.", "Mhux qed ngħidlek li għandu jkollok imħallef ta' 80 sena, imma iktar ma timmatura fil-kariga tiegħek iktar issir tajjeb, u huwa dnub li dalwaqt nitilfu wħud mill-aqwa imħallfin minħabba li qed javviċinaw ferm l-eta` pensjonabbli tagħhom.", "Dawn qed jagħtu kontribut siewi lill-pajjiż.", "Lil dawn se nagħmluhom chairmen u jekk ma tagħmilhomx tkun qisek qed tgħidilhom biex jiftħu uffiċċju f'xi raħal u jerġgħu jibdew jaraw il- klijenti.", "Din hija umiljazzjoni għal persuna li tkun okkupat dik il-kariga.", "Mela jien qed ngħid li wieħed m'għandux jibża' jiftaħ dibattitu u jara jekk wasalx iż-żmien li wieħed jikkonsidra emenda fil-Kostituzzjoni biex inżidu l-eta` pensjonabbli tal-maġistratura tagħna.", "Jien kont għamilt rakkmandazzjoni – u hawn irrid nagħmilha ċara li dan qed ngħidu fuq livell personali u mhux fuq livell ta' partit - li l-imħallfin tagħna jirtiraw fl- eta` ta' 70 sena u l-maġistrati tagħna, li jirtiraw ta' 60, jiġifieri inqas minn ħaddiem normali, jirtiraw almenu ta' 65 sena.", "Din hija importanti.", "Iċ- chairmen, per eżempju, tat-tribunal għal talbiet żgħar u l-kummissarju tal- ġustizzja, li huma ġudikanti b'kompetenza inferjuri, jista' jkollhom 70 sena.", "Hemm chairmen tat-tribunali tat-talbiet żgħar u kummissarji tal- ġustizzja, li għandhom viċin it-80 sena.", "Imma allura huwa sew li chairman tat-tribunal tat-talbiet żgħar jista' jkollu 80 sena u jekk inti tkun maġistrat ikollok tirtira ta' 60 sena u trid tmur isseffaq wiċċek mal-gvern biex jappuntak chairman ta' xi ħaġa?", "Dan huwa ħażin għax dan qiegħed jimmina l-indipendenza tal-ġudikatura tagħna.", "Jien ħassejt li kelli nqajjem dan kollu għax kelli diversi laqgħat ma' wħud mill-membri tal-ġudikatura tagħna tal-passat u tal-preżent.", "Dawn ilhom ifesfsuli f'widnejja u hija l-general feeling fil-klassi u professjoni legali tagħna kollha li jrid isir xi ħaġa.", "Fuq kollox m'huwiex sew li jkollok xamma biss li l-indipendenza tal-qrati tagħna qed tiġi mminata minħabba konsiderazzjoni finanzjarja.", "Per eżempju, huwa ħażin ukoll li meta jkun hemm inkjesti pubbliċi, minflok ma jiġi inkarigat il-maġistrat ta' l-għassa, allavolja jkun hemm xamma ta' kriminalita` u allura suppost issir id-denunzja quddiem il-maġistrat ta' l-għassa, il-gvern, għaliex forsi min ikun maġistrat ta' l-għassa ma jkunx jogħġbu, jaqbad u malajr malajr jappunta membru tal-ġudikatura biex jikkonduċi l-inkjesta.", "Issa dan meta jkun hemm maġistrat ta' l-għassa u ma jintgħażilx hu.", "Imbagħad jekk il-konklużjonijiet ikunu kif ikunu, ikun hemm qabda suspetti minħabba nuqqas ta' trasparenza.", "Mhux sew li jkollok allegazzjonijiet serji ta' abbuż u anke ta' natura kriminali u minflok ma tiġi skattata l-proċedura minn maġistrat ta' l-għassa, jiġi magħżul maġistrat ad hoc mill-ministru li jkollu interess dirett fl-eżitu ta' dik l-inkjesta.", "Dan m'huwiex tajjeb.", "Dan l-aħħar l-Onor.", "Tonio Borg u l-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici tkellmu fuq l-inkjesti u sservew b'ċertu backlog li hemm quddiem il-qorti ta' Għawdex.", "Issa l-ewwelnett, bir-rispett kollu lejn kull maġistrat, huwa l-gvern li għandu jirrispondi jekk ikun hemm xi maġistrati li ma jkunux qed jagħmlu xogħolhom kif suppost.", "Wara kollox huwa l-gvern li għażilhom.", "Jien jekk irrid inkun matur u responsabbli, irrid noqgħod attent lil min nagħżel bħala maġistrat.", "Maġistrat m'għandux jiġi magħżul biss għax għandu jew kellu xi affiljanza mal-partit tiegħi, għax ħareġ għall-elezzjoni jew għaliex għandu l-konnessjonijiet.", "Issa hawnhekk jiena mhux qed nirriferi għal xi ħadd partikolari, imma jekk maġistrat ma jkunx qed jaħdem sew, ma niġix imbagħad nisserva bin-nuqqasijiet ta' dik il-qorti partikolari biex nagħmel muntaġġ sħiħ u attakk sfrenat fuq il-ġudikatura.", "Dik hija diżonestaċ politika.", "Irrid ngħid ukoll li l-ministru attwali għandu f'moħħu li jagħmel emendi radikali biex inaqqas is-saħħa tal-maġistratura fl-inkjesti.", "Dan se jiġri għal motivi ulterjuri għax l-inkjesti magħmulin indipendentement mill- maġistratura tagħna qed idejquh għaliex huma l-uniku organu indipendenti li ma jiddependix mill-gvern, u qed joħroġ b'ċerti konklużjonijiet li huma imbarazzanti għall-gvern.", "M'huwiex sew li l-gvern japprofitta ruħu minn xi nuqqasijiet ta' xi maġistrat jew ġudikant partikolari biex jimmonta attakk fuq il-ġudikatura in ġenerali u jgħid li s-sistema ta' l-inkjesti tagħna mhux qed tiffunzjona.", "Mhux qed tiffunzjona għax qed jintgħażlu n-nies żbaljati.", "U qed jiġri hekk għax dawn qed jintgħażlu fuq binarju politiku.", "Jekk inti tagħżilhom kif suppost u tagħżel l-aħjar nies, din is-sistema tiffunzjona.", "Hawn irrid ngħid li forsi wasal iż-żmien ukoll – u din jien diġa` ktibt fuqha - li jkollok panel ta' nies, anke kumitat tal-Kamra kif jiġri fl- Amerika, biex jiskrutinizza min se jiġi nominat għall-bank tal-maġistratura ħalli jkollok anke trasparenza dwar min jiġi appuntat.", "Imma mhux jiena nappunta lil min għandi nappunta, imbagħad meta jkun hemm xi nuqqasijiet grossolani ta' xi maġistrat jew imħallef partikolari jien nieħu l- opportunita' biex nimmonta attakk sfrenat kontra l-ġudikatura!", "Dik m'hijiex aċċettabbli.", "Dak huwa indħil dirett fil-ġudikatura tagħna.", "Hu dak li qed jiġri u l-Malta labour party kien għaqli ħafna fl-1996 – sfortunatament din ma reġgħetx qamet fl-1998 - li ppropona emendi serji u kuraġġjużi ħafna ta' kif kellhom jiġu kondotti ċerti inkjesti billi kien se jagħti ċerti poteri lill-maġistratura tagħna biex b'mod awtonomu tinvestiga fejn għandha tinvestiga.", "U mela jiġi l-ministru jagħżel maġistrat li jrid hu biex jinvestiga lilu!", "Dik hi l-manjiera li aħna ninvestigaw l-affarijiet, li nagħmlu l-inkjesti u nagħżlu lil min irridu biex jagħmel dawn l-inkjesti?", "Din hija diżonesta` politika u l-Malta labour party kien l-uniku partit f'dan il-parlament li kellu l-kuraġġ iressaq proposti serji biex jirribatti din l-attitudni.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Evarist Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Sur President, jien illum xtaqt insemmi u nwassal f'dan il-parlament il-leħen ta' ħafna ġenituri inkwetati u ta' nies mill- oqsma kulturali u mill-oqsma reliġjużi li kellmuni dwar il-każ tal-mewt ta' tfajla wara li attendiet party ta' l-ewwel tas-sena li sar f'Dar il- Mediterran.", "Dak li se ngħid se ngħidu bit-tama li nitgħallmu xi ħaġa minn dik il-mewt traġika.", "F'pajjiżna spiss jiġru traġedji bħal dawn imma nibku ftit, nitkellmu ftit, niktbu ftit, imbagħad jgħaddi kollox u qisu ma ġara xejn.", "Jien nittama li nagħmlu sforz biex ma jibqax jiġri hekk.", "Jien se nitkellem dwar problema kbira li nafu li għandna fost iż-żgħażagħ tagħna, imma li ftit li xejn qed nagħmlu biex nindirizzawha bis-serjeta`.", "Hija problema li qisna qed naċċettawha bħala xi ħaġa naturali, bħala xi ħaġa ta' dawn iż-żmenijiet.", "Il- problema hi li ntilfu l-valuri kollha u kulħadd jagħmel l-affarijiet bl- addoċċ.", "Jien assolutament ma naqbilx ma' din il-pożizzjoni.", "Hawn irrid nirriferi għal survey fost l-adoloxxenti ta' taħt is-16-il sena dwar il-konsum ta' l-alkoħol u d-droga li sar f'pajjiżna fl-1995 u fl-2003.", "Minn dawn is-surveys jirriżulta li bejn l-1995 u l-2003 is-sitwazzjoni marret għall-agħar.", "Dan l-istudju jikkonferma li pajjiżna għandu fost l- ogħla persentaġġ ta' adoloxxenti li jixorbu spirtu, birer u inbid.", "Biżżejjed insemmi li f'dak li għandu x'jaqsam ma' xorb ta' spirti, skond l- istudju li sar fis-sena 2003 jirriżulta li aħna ninsabu fl-ogħla post bi 43%, jiġifieri 44% fil-każ tal-ġuvintur u 42% fil-każ tat-tfajliet, aktar minn pajjiżi bħar-Renju Unit, l-Irlanda u d-Danimarka li huma pajjiżi magħrufa għal kemm jixorbu ż-żgħażagħ tagħhom.", "Skond dan l-istħarriġ aħna ninsabu ogħla minnhom.", "Hawn irrid ngħid li m'għandniex għalfejn noqogħdu nistennew il-parties ta' bejn l-ewwel u l-aħħar tas-sena biex naraw is-sitwazzjoni dwar ix-xorb eċċessiv f'pajjiżna.", "Ix-xorb eċċessiv f'pajjiżna fost l-adoloxxenti u ż- żgħażagħ isir tul is-sena kollha u dan wieħed jikkonfermah jekk jitkellem ma' tobba li jaħdmu fl-isptarijiet tagħna dwar l-ammont ta' żgħażagħ li jidħlu bil-problemi ta' xorb eċċessiv.", "Biżżejjed wieħed jimxi f'ċerti inħawi ta' San Ġiljan, inħawi magħrufa bħala \"The park\" x'ħin titla' t- telgħa ta' San Ġiljan nhar ta' Sibt fil-għaxija biex jara ħerba sħiħa ta' adoloxxenti li jmorru jixtru l-vodka, il-whisky u l-inbid minn ħwienet fil- qrib u jferrgħuhom ġo fliexken ta' l-ilma tal-plastic.", "Dawn joqogħdu jixorbu hemmhekk għax il-prezzijiet huma irħas.", "S'intendi dawn l-ewwel jiddamdmu hemmhekk imbagħad imorru jkomplu jixorbu fl-inħawi ta' Paceville.", "U żgħażagħ stess igħidulek bix-xeni ta' żgħażagħ mitluqa fl-art imħarbtin b'xorb eċċessiv.", "Il-fatt li aħna m'għandniex l-istess inċidenti vjolenti li ġieli jiġru barra f'postijiet tad-divertiment fl-Ingilterra, bi clashes kbar bejn iż- żgħażagħ m'għandux għalfejn jikkonslana jew iserrħilna rasna.", "Anzi l- problema hi li ma jiġri xejn sforz kemm ikunu fis-sakra.", "Minkejja li nafu dan kollu, qisu l-problema ma teżistix.", "Il-problema teżisti tul is-sena kollha b'mod partikolari f'ċerti parties bħall-party li sar f'Dar il- Mediterran.", "Jien ningħaqad ma' dawk li qed jitolbu li ssir inkjesta serja dwar x'ġara tassew f'dak il-party li tkun lil hinn mill-inkesta ġudizzjarja li ssir kull meta jkun hemm xi mewt traġika.", "Hemm bżonn ta' inkjesta biex insiru nafu tassew x'ġara f'post, fejn intqal li kien hemm 4,000 żagħżugħ u żagħżugħa meta żgur suppost li daħlu inqas.", "Jien nispera li mindu saret it- traġedja ma sarx xi logħob biex jiċċekken in-numru ta' dawk li kienu għal dan il-party, li kien jiswa bejn Lm20 u Lm25 biex imbagħad żgħażagħ li xorbu alkoħol minn hemm sabu li kien spiked.", "Jien meta smajt din il-kelma l- ewwel darba nistqarr li lanqas kont naf xi tfisser, imma mbagħad iż- żgħażagħ li jmorru għal dawn il-parties spjegawli li din il-kelma tintuża meta jżidu l-melħ mas-silġ li jitfgħu fil-whisky, fil-vodka u f'xorb ieħor biex iż-żgħażagħ li jkunu ħallsu Lm20 jispiċċaw jixorbu biss b'Lm1 jew b'Lm2 għax l-effett tal-melħ fuq ix-xorb ikun qawwi ħafna.", "Din hija waħda mir-raġunijiet għaliex imbagħad iż-żgħażagħ jitħawdu u jitħarbtu.", "U jien tkellimt ma' tobba li kienu xogħol l-isptar bejn l-aħħar u l-ewwel tas-sena li qaluli li kien hemm ammont ta' żgħażagħ li ddaħħlu hemmhekk bi problemi tat-taħlit fix-xorb f'dawn il-parties.", "Għal dawn ir-raġunijiet sinċerament inħoss li għandha tintlaqa' t-talba li ssir inkjesta fuq x'ġara fil-party f'Dar il-Mediterran biex nitgħallmu minn traġedji bħal dawn.", "Jekk ma nagħmlux hekk m'aħniex serji.", "M'huwiex aċċettabbli li noqogħdu nippriedkaw liż-żgħażagħ u noqogħdu nispjegawlhom fuq il-valuri morali imma mbagħad nagħmlu bil-maqlub u nħallu dawn l- affarijiet isiru.", "Jien sinċerament qed nitkellem bħala ġenitur li għandi żewġ żgħażagħ.", "Jien inkwetat ħafna fuq is-sitwazzjoni li jinsabu fiha ż- żgħażagħ tagħna f'dak li għandu x'jaqsam ma' xorb eċċessiv.", "F'pajjiżna għandna liġijiet qed jinkisru u liġijiet mhux inforzati.", "Qed inħallu din il- problema mingħajr ma nindirizzawha bis-serjeta` u jien inħoss li din hija problema serjissima għaliex l-adoloxxenti ta' taħt is-16-il sena jikbru f'adulti u jekk dawn diġa` jixorbu ħafna llum – din hija pprovata, m'hemmx għalfejn tkun għaref - meta jsiru adulti se jixorbu iżjed bil-problemi kollha ta' vjolenza domestika, ta' nies li lanqas ikunu kapaċi jaħdmu bis- serjeta` u nies li lanqas biss ikunu kapaċi jmexxu ħajjithom minħabba l- problemi li dan il-vizzju jġib miegħu.", "Żgur li dan m'huwiex il-mod kif pajjiżna jrid itella' l-ġenerazzjonijiet il-ġodda.", "Għalhekk nixtieq nagħmel appell lill-ġenituri, lill-politiċi, lill-mexxejja reliġjużi, lill-edukaturi u lill-mexxejja fil-komunita` biex naraw kif se naħdmu flimkien biex bis-serjeta` nindirizzaw din il-problema serja.", "Fil- jiem li għaddew issemma l-bżonn li fil-liġi dwar l-alkoħol l-eta` għandha tiżdied minn 16 għal 18-il sena.", "Proposta bħal din għalija ma tfisser xejn.", "Aħna lanqas biss kapaċi ninforzaw il-liġi għal dawk li għandhom inqas minn 16-il sena jiġifieri jekk sempliċement ngħollu l-liġi għal 18-il sena, kulma se nkunu qed nagħmlu hu li se nagħtu aktar opportunita` biex tinkiser il-liġi.", "Jekk għandna problema serja ta' xorb eċċessiv għal dawk li għandhom inqas minn 16-il sena aħseb u ara għal kemm se jkollna aktar jekk l-eta` ngħolluha għal 18-il sena.", "Jien naqbel li għandha togħla, imma naqbel li ma' dan il-pass il-liġi tiġi nforzata bis-serjeta` bħalma naqbel li għandu jkun hemm użu matul is-sena kollha tal-breathalyser test mhux għas-sewwieqa li jsuqu bl-addoċċ biss.", "Irridu naraw ukoll il-kwestjoni ta' dawn l-open bars li qed isiru, it- taħlit li jsir fihom u l-abbuż li jsir miż-żgħażagħ.", "Ċertament imbagħad hemm affarijiet oħrajn aktar serji ta' kif nindirizzaw problema bħal din.", "Irridu naraw kif aħna ppermettejna li f'pajjiżna ż-żgħażagħ tfajnihom f'deżert bla valuri, deżert fejn ftit huma ż-żgħażagħ li jimpenjaw ruħhom fl-oqsma soċjali, fl-oqsma reliġjużi, fl-oqsma politiċi u fl-oqsma kulturali.", "L-ammont ta' żgħażagħ li jattendu teatri, kunċerti, drama u jieħdu sehem f'għaqdiet non-governattivi fl-oqsma ambjentali, fl-oqsma politiċi u fl-oqsma kulturali huma ftit ħdejn dawk il-ħafna li huma mitlufin jixorbu b'mod eċċessiv.", "Dan kollu jitlob għal pjan serju ta' kif se nerġgħu nagħtu ħajja u serjeta` lill-ġenerazzjonijiet taż-żgħażagħ tagħna.", "Din hija responsabbilta` tagħna l-kbar, u inutli b'ipokrezija noqogħdu nikkundannaw liż-żgħażagħ u ngħidu x'għarukaża fiex ġew, għax aħna għandna responsabbilta` kbira.", "Huma qed jitilgħu f'dinja li ħloqnihielhom aħna u għalhekk sinċerament inħoss li għallinqas, minn traġedja bħal din, għandna nieħdu l-ispunt li bis-serjeta` nindirizzaw il-problema ta' xorb eċċessiv f'pajjiżna u ma nħallux postijiet, suppost tempji ta' kultura bħal Dar il-Mediterran, iservu ta' bazaar għal xorb eċċessiv.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it-Tlieta, 10 ta' Jannar, 2006 fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mis-Segretarju Parlamentari.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "EŻAMIJIET TAL-MATSEC", "14116.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid kemm studenti ġew eżentati milli jħallsu l-miżata tal-Matsec fis-snin 2002, 2003, 2004 u 2005?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: In-numru ta' studenti eżenti milli jħallsu l-miżata tal-Matsec huwa hekk:", "|Sessjo|Sena|SEC |Matsec. | |ni | | |Cert. | |Mejju |2002|309 |66 | | |2003|356 |71 | | |2004|395 |61 | | |2005|397 |59 | |Settem|2002| 82 |7 | |bru | | | | | |2003|120 |16 | | |2004|121 |17 | | |2005| 87 |20 |", "TRASFERIMENT TA' PROPRJETA'", "14117.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm kuntratti ta' trasferiment ta' proprjeta' inter vivos u causa mortis ġew reġistrati mad-dipartiment tat- taxxi interni fl-2004 u fl-2005?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: In-numru ta' kuntratti ta' trasferiment ta' proprjeta' huwa kif ġej:", "| |Inter |Causa Mortis| | |Vivos | | |2004 | 15,926 | 2,335 | |2005* | 10,101 | 1,957 |", "*sal-15 ta' Settembru 2005", "ĦADDIEMA BIL-LIGHT DUTY", "14118.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hawn ħaddiema bil-light duty?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mis-27,883 ħaddiem full-time mal-gvern hemm 215 on light duties.", "TRASFERIMENT TA' PROPRJETA'", "14119.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm atti ta' trasferiment ta' proprjeta' ġew reġistrati pubblikament fis-snin 2004 u 2005?", "ONOR.", "TONIO BORG: L-insinwazzjonijiet reġistrati fir-reġistru pubbliku ta' Malta għas-sena 2004 u sa Novembru 2005 huwa kif ġej:", "| | |2004 |2005 | |Inter |Bejgħ | | | |Vivos | |10,396 |9,720 | | |Permuta| | | | | |32 |43 | | |Donazzj| | | | |oni |631 |238 | | |Qasma | | | | | |250 |95 | | |Ċens | | | | |perpetw|40 |64 | | |u | | | | |Ċens | | | | |temp |26 |30 | |Causa | | | | |Mortis | |1,662 |4,356 |", "Fil-każ ta' Għawdex, l-insinwazzjonijiet reġistrati fl-2004 kienu 1,764 u fl-2005 kienu 891 sa Novembru.", "XORB ALKAĦOLIKU", "15751.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm persuni nqabdu jbiegħu alkaħol lil minuri matul l-2005?", "Kemm weħlu?", "Kemm minnhom kienu diġa' misjuba ħatja ta' reati simili u għal kemm-il darba?", "ONOR.", "TONIO BORG: Minn Jannar sas-6 ta' Diċembru, 2005 kien hemm tmien sidien ta' stabilimenti li nqabdu mill-pulizija jbiegħu xorb alkaħoliku lil persuni taħt l-eta' - każ minnhom ġie deċiż u l-imputat ġie lliberat – bl- involviment ta' 32 persuna taħt is-16-il sena.", "ANNIMALI ADDESTRATI MILL-PULIZIJA", "15752.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm annimali għandu l-korp tal-pulizija?", "Kemm annimali ġew irtirati mis-servizz f'dawn l-aħħar għaxar snin?", "X'sar minnhom?", "ONOR.", "TONIO BORG: Fil-preżent, il-korp tal-pulizija għandu 32 kelb fit- taqsima tal-klieb u 25 żiemel fit-taqsima tal-kavallerija.", "L-informazzjoni dwar l-annimali li spiċċaw minn mal-korp tul dawn l-aħħar għaxar snin hi kif ġej:", "*1996 – żewġt iżwiemel imraqqda fuq parir ta' kirurgu veterinarju u żewġt iklieb mogħtija b'bejgħ;", "*1997 – kelb mogħti b'bejgħ;", "*1998 – żiemel imraqqad fuq parir ta' kirurgu veterinarju u kelb mogħti b'bejgħ;", "*1999 – tlett iżwiemel imraqqda fuq parir ta' kirurgu veterinarju u erbat iklieb mogħtija b'bejgħ;", "*2000 – sebat iklieb mogħtija b'bejgħ;", "*2001 – erbat iklieb mogħtija b'bejgħ;", "*2002 – żewġt iżwiemel imraqqda fuq parir ta' kirurgu veterinarju", "*2003 – żewġt iżwiemel imraqqda fuq parir ta' kirurgu veterinarju, żewġt iklieb mogħtija b'bejgħ u tnejn oħra mietu kawża naturali;", "*2004 – sitt iklieb mogħtija b'bejgħ u kelb miet kawża naturali; u", "*2005 – żiemel mogħti lill-għaqda filantropika u sitt iklieb mogħtija b'bejgħ", "OIL EXPLORATION", "15753.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' il-Ministru jgħid fiex wasal it-tiftix għaż-żejt u xi pjani hemm għall-futur?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Fil-preżent hawn ħames liċenzji għall-esplorazzjoni taż-żejt - fit-tramuntana, il-lvant, il-lbiċ, in-nofsinhar u x-xlokk ta' Malta - liema liċenzji qegħdin taħt kuntratt magħruf bħala exploration study agreement.", "Waqt li tlieta minnhom għaddejjin bi stħarriġ tekniku, bħall-ġbir ta' informazzjoni seżmika u studji ġeoloġiċi, it-tnejn l-oħra jinsabu fi stat aktar avvanzat u qegħdin ifittxu kumpanniji sħab biex jinqasam kemm ir- riskju kif ukoll jitqassmu l-ispejjeż tat-tħaffir tal-bjar.", "It-tħaffir ikun jista' jibda hekk kif jinstabu kumpanniji interessati.", "Fil-preżent għaddejjin ukoll diskussjonijiet ma' pajjiżi ġirien fuq il-qsim tal-blata kontinentali.", "ANIMAL RETIREMENT HOME", "15754.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Ma jaħsibx il-Viċi Prim Ministru li għandha titwaqqaf retirement home għall-annimali wżati mill-pulizija?", "ONOR.", "TONIO BORG: L-Att dwar il-Pulizija (Kap. 164) diġa' jipprovdi għall-mod kif għandhom jiġu rtirati mis-servizz l-annimali li jintużaw mill- korp tal-pulizija.", "QTUGĦ FIL-PROVVISTA TA' L-ELETTRIKU", "15755.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm- il darba nqata' id-dawl minħabba ħsara kkaġunata minn kuntratturi tat-toroq u x'passi ttieħdu?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Fl-2005 kien hemm 39 każ ta' ħsarat ikkaġunati minn kuntratturi, b'kull każ irrapportat fl-eqreb għassa tal-pulizija biex jittieħdu l-passi meħtieġa.", "BENEFIĊĊJI SOĊJALI", "15756.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid kemm persuni minn pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea iżda residenti f'Malta, għamlu talba matul l-2004 u l- 2005 għal xi forma ta' benefiċċju soċjali?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: It-tagħrif mitlub qed jitpoġġa fuq il-mejda tal- Kamra.", "SAJD FL-IBĦRA LIBJANI", "15913.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' il-Ministru jgħid jekk twaqqfitx xi kummissjoni", "bejn Malta u l-Libja sabiex taħdem għal soluzzjoni dwar il-problema li qed jiffaċċaw sajjieda Maltin u Għawdxin meta jiġu biex jistadu fl-ibħra Libjani?", "Min huma l-membri tagħha u kemm-il darba ltaqgħu?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Waqt li qed nieħu nota tal-proposta ta` l-Onor.", "Interpellant, nista' nikkonferma li l-Gvern Malti qajjem din il-materja dwar sajd minn sajjieda Maltin u Għawdxin ma' l-ogħla awtoritajiet tal- Gvern Libjan.", "Id-diskussjonijiet bejn iż-żewġ pajjiżi għadhom għaddejjin.", "PRODUZZJONI TAT-TADAM", "15914.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni lokali tat- tadam għall-industrija ta' l-ipproċessar lokali matul l-2005?", "Jista' jagħti l-istess informazzjoni għal dawn l-aħħar ħames snin?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il- mejda tal-Kamra.", "PRODUZZJONI TAT-TADAM", "15915.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jinformana meta pajjiżna se jilħaq il- produzzjoni ta' 27,000 tunnellata ta' tadam għall-ipproċessar?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Is-27,000 tunnellata hija n-national processing threshold kif innegozjata ma' l-Unjoni Ewropea.", "Permezz ta' sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, is-settur lokali tat-tadam ta' l-ipproċessar jista' jibbenefika minn għajnuna finanzjarja mill-Unjoni Ewropea taħt il- common market organisation dment li l-produzzjoni ma teċċedix is-27,000 tunnellata.", "L-ammont ta' tadam ipproċessat kull sena hu", "determinat minn diversi fatturi, fosthom il-varjetà tat-tadam, il-kwalità u l-effiċjenza fi produzzjoni, pero' fuq kollox l-operat tal-proċessuri u jekk", "dawn iridux jużaw tadam lokali fil-produzzjoni kif ukoll id-domanda għal prodotti magħmulin minn tadam lokali.", "EXPORT REFUND", "15916.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid min hu responsabbli għat-tħejjija ta' l- iskema ta' l-export refund għas-snin 2004 u 2005?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: L-aġenzija tal-pagamenti kienet u għadha responsabbli għat-tħejjija ta' l-iskema ta' l-export refund għas-snin 2004 u 2005.", "ĦADDIEMA GĦAWDXIN MAD-WSC", "15917.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li ħaddiema Għawdxin tal-Water Services Corporation intgħażlu biex imorru jaħdmu mal-kunsilli lokali?", "Kemm ħaddiema ngħataw transfer u ma' liema kunsilli marru?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Dan iċ-ċaqliq ta' nies sar għax il-korporazzjoni għas- servizzi ta' l-ilma għandha mpjegati żejda li oriġinarjament kienu ħaddiema tal-gvern u kienu ġew detailed mal-korporazzjoni.", "Ir-revoka tad-detailing u t-trasferiment sussegwenti mhijiex responsabbilta' tal-korporazzjoni.", "ĦADDIEMA GĦAWDXIN MAD-WSC", "15918.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jassigura lill-ħaddiema Għawdxin tal-Water Services Corporation li ġew trasferiti mal- kunsilli lokali f'Għawdex, li mhux se jitilfu x-shift allowance u l-ħlas għall-ħdud li s-soltu kienu jaħdmu skond l-esiġenzi tax-xogħol?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi l-mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "BENEFIĊĊJU TAL-MARD", "16042.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid għaliex persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, qed tieħu Lm172.08 f'benefiċċju tal- mard meta din suppost tieħu aktar?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Id-dipartiment tas-sigurta' soċjali informa bil- miktub lill-persuna indikata dwar il-każ tagħha.", "SERVIZZI SOĊJALI", "16043.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid għaliex persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, mhijiex tibbenefika mis-servizzi soċjali u qed tiġi mitluba tipprovdi evidenza tas-separazzjoni personali tagħha meta hi ma tafx fejn joqgħod ir-raġel?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Id-dipartiment tas-sigurta' soċjali informa bil- miktub lill-persuna indikata dwar il-każ tagħha.", "SPEZZJONI F'BINI TAL-GVERN", "16044.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid meta se jmorru housing inspectors fil-bini tal-gvern li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: L-ispezzjoni saret fit-23 ta' Novembru, 2005.", "FACILITATOR", "16045.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid meta tifla ta' tmien snin li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, se tiġi pprovduta b'facilitator?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-applikazzjoni għadha ma daħlitx.", "AKKOMODAZZJONI SOĊJALI", "16046.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid fejn waslet it-talba ta' persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, quddiem id- dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: M'għandi xejn x'inżid mat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 14369.", "AKKOMODAZZJONI SOĊJALI", "16118.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid fejn waslet it-talba ta' applikant li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, quddiem id- dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: L-applikazzjoni qed tiġi kkonsidrata flimkien ma' oħrajn simili.", "ĦADDIEMA TAD-DENIM", "16130.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk id-Denim ħallsetx il-parti tal- bolla dovuta mill-impjegati f'dawn l-aħħar ħames snin?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Id-dipartiment tat-taxxi interni huwa prekluż bil- liġi milli jagħti l-informazzjoni mitluba, pero' ninsab informat li ttieħdu l-passi neċessarji biex l-interessi ta' kulħadd ikunu protetti.", "ĦRUĠ TA' VISA", "16132.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hemmx xi policy dwar il-linji gwida u l-parametri li bihom tinħareġ visa mill-pulizija lil barranin?", "Jista' ipoġġi fuq il- mejda tal-Kamra kopja ta' dawn il-linji gwida?", "ONOR.", "TONIO BORG: M'hemmx policy bil-miktub dwar x'inhuma l-linji gwida u l-parametri li bihom tinħareġ visa mill-pulizija lill-barranin li japplikaw għaliha.", "Il-pulizija jaraw kull applikazzjoni fuq il-merti tagħha u huma ggwidati minn Kap 217 tal-Liġijiet ta' Malta u r-regolamenti ta' l-immigrazzjoni.", "MEDIĊINI", "16134.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jagħti lista tal-mediċini li suppost kienu pprovduti mid-dipartiment tas-servizzi farmaċewtiċi u l-ispiżerija ġenerali ta' l-isptar u li għal xi raġuni jew oħra ma kenux ipprovduti tul ix-xhur ta' Ottubru u Novembru 2005?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "INTEJJEN FIL-GŻIRA", "16136.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jara li ssir ispezzjoni fi Triq Moroni minn uffiċjali tas-sanita' dwar intejjen u inkonvenjenti oħra ħerġin minn sprall ta' ventilazzjoni ta' stabiliment li jinsab 1, Triq Carlo Manche', Gżira?", "Dan l-isprall hu skond il-liġi u n-normi kollha għall- ħarsien tas-saħħa?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Mill-investigazzjonijiet li saru minn uffiċjali tad- dipartiment tas-saħħa pubblika fl-istabiliment indikat, liema garage għandu ventilazzjoni permezz ta' sprall ta' madwar 20 pulzier kwadru li jagħti għal Moroni Street Gżira, ma jirriżulta l-ebda akkumulu ta' ħmieġ li jista' irejjaħ.", "Il-garage in kwestjoni qiegħed jintuża biss għall-karozzi privati.", "L-uffiċjal li investiga dan l-ilment staqsa lil diversi residenti fl-inħawi dwar xi problemi ta' irwejjaħ, iżda dawn wieġbu li xi kultant tinxtamm riħa ta' pitrolju u spray minħabba li hemm xi persuni jaħdmu xi xogħol fl- inħawi.", "Ma ġie nnotat l-ebda ksur tar-regolamenti sanitarji.", "ADULT TRAINING CENTRES", "16138.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid kemm hemm persuni jaħdmu ma' l-adult training centres?", "Kemm minnhom huma full-time u kemm huma part- time?", "X'inhi n-natura tax-xogħol tagħhom?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Ninsab informata li fl-adult training centres hemm 192 ħaddiem li 173 minnhom huma full-time, 13 huma part-time u sitta huma casuals.", "Tabella li turi l-kumplament tat-tagħrif mitlub qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "BINI TA' VILEL F'GĦAWDEX", "16140.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 15865 u jgħid jekk fil-ħruġ ta' permessi għall-bini ta' vilel fejn illum hemm il-Ulysses Lodge fuq ir-Ramla l-Ħamra, il-MEPA iggwidatx ruħha mill- pjan strutturali, partikolarment RC04, RC021, RC029, SET 11, SET12 u PLP20?", "Jista' jagħti dettalji dwar kif kull policy se tiġi mħarsa?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Ninsab informat hekk:", "*Il-permess inħareġ fuq is-sit fejn illum hemm il-Ulysses Lodge u outline development permission għat-twaqqigħ tal-kumpless eżistenti u l- kostruzzjoni ta' kumpless turistiku li jikkonsisti minn vilel bil-pool.", "*Il-policy tal-pjan ta' struttura RCO 4 tirrigwarda l-ħarsien ta' l-impatt viżwali ta' l-iżvilupp.", "Fid-deliberazzjoni tagħha l-MEPA rat li l-kumpless eżistenti kien eżempju tipiku ta' żvilupp li jħassar il-veduti fuq żona ta' scenic value u li l-kumpless propost kien qiegħed inaqqas dan l-impatt b'mod sostanzjali.", "*Il-policy tal-pjan ta' struttura RCO 21 tirrigwarda żvilupp fuq żoni li huma suġġetti għall-erużjoni.", "Għalkemm is-sit in kwestjoni fil-passat kien diġa' żviluppat b'ħafna tqattigħ u rdim ta' materjal, xorta waħda l- applikant intalab jagħti żewġ rapporti minn konsulenti indipendenti, wieħed fuq l-istat tal-ġeoloġija u l-idro-ġeoloġija tas-sit u l-inħawi u ieħor, li jorbot ma' l-ewwel rapport, fuq il-metodoloġija ta' kostruzzjoni u kif din se tevita l-erożjoni ta' l-art madwar is-sit.", "Il-MEPA kienet sodisfatta b'dawn ir-rapporti u għamlet kondizzjonijiet fuq l-immaniġġar ta' l-ilma tax-xita li jinġabar mis-sit sabiex dan ma jikkawżax dannu għall-irdum tat- tafal.", "Il-policy tal-pjan ta' struttura RCO 29 tirrigwarda l-ħarsien ta' żoni ambjentali fuq ir-riħ tal-widien.", "Din il-policy għandha l-għan li ma tħallix żvilupp ta' art ġdida f'dawn it-tip ta' siti.", "Is-sit in kwestjoni kien diġà żviluppat, għalhekk ma jmurx kontra din il-policy.", "*Il-policies tal-pjan ta' struttura SET 11 u SET 12 jirrigwardaw żvilupp ġdid barra miż-żona ta' l-iżvilupp.", "SET 11 tidentifika t-tipi ta' żvilupp li jistgħu jsiru f'dawn iż-żoni, filwaqt li SET 12 titfa' l-oneru fuq l- applikant li jiġġustifika żvilupp barra miż-żona ta' l-iżvilupp, għaldaqstant sabiex tiġi ssuperata l-policy SET 11.", "F'dan il-każ il-MEPA ħasset li kien hemm biżżejjed ġustifikazzjoni għal dan l-iżvilupp billi diġa' kien hemm preżenti żvilupp li kien qiegħed jaffettwa ħażin il-valur xeniku tar-ramla u billi l-iżvilupp propost kien sensittiv ħafna aktar minn dak eżistenti.", "*Fil-każ ta' policy PLP 20, din hija sussidjarja għall-policies tal-pjan ta' struttura u tirrigwarda aktar il-bini ta' residenzi agrikoli.", "KUNTRATTI TA' KONSULENZA", "16167.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid liema dipartimenti governattivi u enti pubbliċi oħra taw kuntratt ta' konsulenza lil persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament matul l-2004 u 2005?", "B'kuena spiża?", "Liema dipartimenti governattivi u enti pubbliċi oħra taw kuntratt ta' konsulenza lil Island Consultancy Services matul l-istess medda ta' żmien?", "B'liema spiża?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ma ngħata l-ebda kuntratt ta' konsulenza lil Island Consultancy Services jew lill-persuna indikata matul l-2004 u l-2005.", "KUNTRATTI TA' KONSULENZA", "16168.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid liema dipartimenti governattivi u enti pubbliċi oħra taw kuntratt ta' konsulenza lil persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament matul is-snin 2004 u 2005?", "B'liema spiża?", "Liema dipartimenti governattivi u enti pubbliċi oħra taw kuntratt ta' konsulenza lil Island Consultancy Services matul l-istess medda ta' żmien?", "B'liema spiża?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Il-persuna indikata għamlet xogħol ta' konsulenza għall-welfare reform commission għas-somma ta' Lm5,654 matul l- 2004.", "Ninsab informata wkoll li ma ngħatat ebda konsulenza minn dipartimenti jew enti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi lil din il-persuna jew lill- kumpannija indikata fl-aħħar parti tal-mistoqsija matul l-2004 u l-2005.", "KUNTRATTI TA' KONSULENZA", "16169.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' il- Ministru tgħid liema dipartimenti governattivi u enti pubbliċi oħra taw kuntratt ta' konsulenza lil persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament matul l-2004 u l-2005?", "B'liema spiża?", "Liema dipartimenti governattivi u enti pubbliċi oħra taw kuntratt ta' konsulenza lil Island Consultancy Services matul l-istess medda ta' żmien?", "B'liema spiża?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Matul l-2004 ingħataw żewġ kuntratti lill-persuna indikata - wieħed mill-kuntratti ngħata mis-segretarjat permanenti tal- ministeru għall-ammont ta' Lm2,500, filwaqt li l-ieħor ingħata mid- dipartiment tal-kuntratti għall-ammont ta' Lm1,719.06 – iżda matul l-2005 ma ngħata l-ebda kuntratt lil din il-persuna.", "Il-ministeru ħallas Lm2,500 fil-każ ta' l-ewwel kuntratt, filwaqt li ħallas biss l-ammont ta' Lm309.43 bħala VAT dovuta fuq it-tieni kuntratt.", "Ma ngħataw l-ebda kuntratti lil Island Consultancy Services bejn l-2004 u l- 2005.", "KUNTRATTI TA' KONSULENZA", "16170.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid liema dipartimenti governattivi u enti pubbliċi oħra taw kuntratt ta' konsulenza lil persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament matul l-2004 u 2005?", "B'liema spiża?", "Liema dipartimenti governattivi u enti pubbliċi oħra taw kuntratt ta' konsulenza lil Island Consultancy Services matul l-istess medda ta' żmien?", "B'liema spiża?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-ebda dipartiment jew ente pubblika fid- dekasteru tiegħi ma taw kuntratt ta' konsulenza lill-persuna msemmija jew lil Island Consultancy Services matul l-2004 u l-2005.", "KUNTRATTI TA' KONSULENZA", "16171.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid liema dipartimenti governattivi u enti pubbliċi oħra taw kuntratt ta' konsulenza lil persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, matul l-2004 u l-2005?", "B'liema spiża?", "Liema dipartimenti governattivi u enti pubbliċi oħra taw kuntratt ta' konsulenza lil Island Consultancy Services matul l-istess medda ta' żmien?", "B'liema spiża?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-korporazzjoni tax-xogħol u taħriġ bejn April u Ġunju 2004 ngħatat servizz ta' konsulenza mill-persuna msemmija u ħallset is-somma ta' Lm573.", "L-ETC ma kellha l-ebda kuntratt jew konsulenza ma' Island Consultancy Services.", "INDIĊI TAL-PREZZIJIET", "16172.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jagħti dettalji kif wasal għall-fatt li l- effett tas-surcharge fuq l-indiċi tal-prezzijiet bl-imnut kien ta' 0.72 punti?", "Jista' jgħid jekk itteħidx in konsiderazzjoni l-fatt li s-surcharge se titla' b'1.21% kull xahar u li l-prezz tal-petrol żdied bi 3c9?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li kif ingħad fit- tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 15503, l-impatt ta' 0.72 punti fuq l- indiċi tal-prezzijiet bl-imnut inħadem fuq surcharge ta' 55%.", "L-impatt ta' 1.21% kull xahar u ż-żieda fil-prezz tal-petrol huwa eskluż minn dan il- kalkolu.", "AKKOMODAZZJONI SOĊJALI", "16205.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid fejn tinsab l-applikazzjoni li hemm pendenti quddiem id-dipartiment tad-djar u li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: L-applikazzjoni qed tiġi kkonsidrata flimkien ma' oħrajn simili.", "MIA CHAIRMAN", "16209.", "L-ONOR.", "JOSEPH DEBONO GRECH staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx maħsub li persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, fix- xhur li ġejjin hiex se tinħatar chairman ta' l-MIA?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 11770.", "IMPJEGAT FL-MIA", "16210.", "L-ONOR.", "JOSEPH DEBONO GRECH staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jiċħad jew jikkonferma l- Ministru li uffiċjal fl-MIA ingħata promotion għal senior officer meta dan qiegħed bil-kuntratt u meta għandu aktar minn 61 sena?", "Fuq liema bażi ngħata din il-promotion u meta?", "Jista' jgħid jekk dan huwiex konformi mar- regolamenti tal-kuntratt in vigore?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 11770.", "IMPJEGAT FL-MIA", "16211.", "L-ONOR.", "JOSEPH DEBONO GRECH staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jiċħad jew jikkonferma l- Ministru li uffiċjal fil-MIA ġiet impjegata bħala manager tal-customer care?", "Inħarġet call for applications għal din il-kariga, internal jew external?", "Meta ħarġet u fejn ġiet ippubblikata?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 11770.", "IMPJEGAT FL-MIA", "16212.", "L-ONOR.", "JOSEPH DEBONO GRECH staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jiċħad jew jikkonferma l- Ministru li uffiċjal fl-MIA twaqqaf milli jiffirma l-purchase orders?", "Meta twaqqaf?", "Min ħa din id-deċiżjoni u x'kienet ir-raġuni?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 11770.", "ARBLI F'TAX-XWIEKI FIŻ-ŻURRIEQ", "16233.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid meta se jitneħħew l-arbli ta' l-ex-Deutschwelle miż-Żurrieq, fl-inħawi tax- Xwieki?", "X'inhi r-raġuni li dawn m'għadhomx jinxtegħlu bħal qabel sabiex jiġi evitat il-periklu?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nitlob l-Onor.", "Interpellant jirriferi l-mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "TRIQ ZACCARIA RONCALI FIŻ-ŻURRIEQ", "16234.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jara li jsir culvert sabiex", "jidderieġi l-ilma li jaqa' fi Triq Zaccaria Roncali, stante li qed jidħol fil-garaxxijiet u qed jifforma għadira tant kbira li ħadd mir-residenti ma jista' joħroġ minn daru?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ser jsiru spezzjonijiet fit-triq imsemmija sabiex tiġi analizzata l-problema indikata.", "KAŻ TA' PRESKRIZZJONI", "16235.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jara li fil-każ li qed insemmi u li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, id-dipartiment tat-taxxi ma jibqax jeżerċita pressjoni fuq il-persuna konċernata għall-ġbir tat-taxxa għall-perijodu 1978/1996 meta d-dipartiment jaf li tali mhux dovut għax preskritt u żewġha hu mejjet?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Minħabba d-dispożizzjonijiet ta' segretezza fl- Atti dwar it-Taxxa fuq id-Dħul, id-dipartiment tat-taxxi interni mhuwiex f'pożizzjoni jiżvela informazzjoni personali.", "Nitlob għalhekk li l-persuna konċernata tiċċekkja mas-sezzjoni tat-taxpayer service tad-dipartiment.", "TRIQ GLORMU CASSAR FIL-BELT", "16244.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 16150, jista' il-Ministru jispjega kif kien hawn parkeġġ meta f'din l-area ma stajtx tipparkja?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Matul il-Ħdud il-bankini kienu jintużaw għall- parkeġġ fuq iż-żewġ naħat.", "F'dan is-sens, illum il-parkeġġ huwa limitat għal fuq naħa waħda tat-triq.", "METERS TAD-DAWL FIL-KAŻINI", "16245.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 16148 u jgħid jekk jikkonsidrax li fil- każ tal-każini jitwaħħlu żewġ meters ta' l-elettriku, wieħed għall-bar li jkun b'rata kummerċjali u ieħor għall-bqija tal-każin li jkun b'rata ordinarja, minħabba li x-xogħol volontarju li jsir fil-każini ma jistax jitqies bħala wieħed kummerċjali?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Bħalma jaf l-Onor.", "Interpellant, peress li r-rati huma l-istess mhijiex il-prattika tal-korporazzjoni li tissepara l-meters tal-konsum tal-bar u tal-każin.", "Pero' it-talba ta' l-Onor.", "Interpellant qed tkun ikkonsidrata.", "BINI TA' TOROQ F'GĦAWDEX", "16246.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' il-Ministru tgħid min huma l-konsulenti magħżula għas-servizz ta' construction management għall-bini ta' toroq permezz ta' fondi ta' l-Unjoni Ewropea ġewwa Għawdex?", "X'inhu l-valur ta' dan il-kuntratt?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Id-ditta li ġiet assenjata s-servizz ta' construction management għall-bini ta' triq permezz ta' fondi ta' l-Unjoni Ewropea li mir-Rabat twassal għal San Lawrenz, hija Innovative Architectural Structures Ltd għall-valur ta' Lm49,000.", "BICYCLE LANES", "16247.", "L-ONOR.", "MICHAEL ASCIAK staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 16139 u jgħid fiex waslu l-pjani għal bicycle lanes?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Bħalissa l-awtorita' dwar it-trasport se tibda l- kostruzzjoni tat-tielet fażi tal-proġett ta' Ħal Far li fih jinkorpora bicycle lane ta' 3.1 kilometri li se jkompli mal-bicycle lane eżistenti u hekk, meta l-proġett jitlesta, f'dawk l-inħawi se jkun hemm total ta' 6.4 kilometri ta' bicycle lanes.", "L-awtorita' qed tħejji l-pjanti meħtieġa fuq rotta ta' bicycle lanes mibnija bħala parti mit-toroq iffinanzjati mill-ħames protokoll Taljan li jibdew miż-Żebbiegħ u jingħaqdu ma' Ta' Qali.", "L-awtorita' qiegħda taħdem fuq eżerċizzju sabiex jiġu identifikati postijiet f'żoni urbani għall-cycle parking u qed ikunu studjati xi provedimenti oħra, partikolarment avviżi legali, meħtieġa sabiex ikun hawn il-qafas legali adatt sabiex jirregola kif suppost dan il-mezz ta' trasport.", "ĦADDIEMA BLA PAGA", "16248.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 16034, jista' il-Ministru jinformana bl-eżitu ta' l-investigazzjonijiet li saru u x'passi ttieħdu biex jiġu mħarsa d-drittijiet ta' dawn l-impjegati?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Id-dipartiment tar-relazzjonijiet industrijali u ta' l-impjiegi qed jagħmel l-investigazzjonijiet biex ikun aċċertat li d- drittijiet li għandhom il-ħaddiema skond il-liġi jiġu onorati.", "ŻBROFF TAD-DRENAĠĠ FIN-NAXXAR", "16249.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jara li jsiru urġentement ix-xogħlijiet fi Triq Margaret A Murray, Naxxar fejn qed jiżbroffa drenaġġ għal ġo residenza partikolari li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ittieħdu l-prekawzjonijiet kollha biex jieqaf l- iżbroff tad-drenaġġ imsemmi.", "FIREFIGHTERS", "16250.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid għaliex fil-bażi tax-Xemxija qed jibqgħu tliet firefighters minflok erbgħa u l-firefighter l- ieħor qed jiġi replaced minn handyman?", "ONOR.", "TONIO BORG: Permezz ta' avviz legali 95 ta' l-2003, twaqqaf korp ta' voluntiera fil-protezzjoni ċivili.", "L-għan ta' dawn ir-regolamenti hu li jipprovdi sabiex ikun hemm nies li, għalkemm mhumiex ingaġġati mal-forza regolari tal-protezzjoni ċivili, xorta waħda jingħataw it-taħriġ u l- opportunita' li jaħdmu flimkien mal-membri regolari tal-forza.", "Fost dawn hemm inklużi wkoll il-membri li jaħdmu", "fid-dipartiment, kemm fis-sezzjoni ta' l-amministrazzjoni kif ukoll dawk li jaħdmu skond is-sengħa tagħhom.", "Kif ingħad fi tweġibiet preċedenti, id-dipartiment f'Malta u Għawdex huwa meqjus bħala korp wieħed u huwa mqassam b'mod u manjiera illi jkun hemm rispons fl-iqsar żmien possibbli mill-istazzjon li jkun l-eqreb lejn il- post ta' l-inċident.", "Jekk ikun hemm il-ħtieġa, tissejjaħ l-assistenza minn stazzjonijiet oħra.", "LOGĦOB TAL-COMMONWEALTH", "16251.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid jekk irċeviex xi talba mill- ASA jew minn xi ħaddieħor sabiex tingħata għajnuna lit-team tal-waterpolo ta' l-irġiel biex għal ħabta ta' Marzu/April 2006 ikun jista' jipparteċipa fil-logħob tal-Commonwealth, peress li jidher li dan it-team mhux se jipparteċipa minħabba nuqqas ta' finanzi u mhux għax mhux intitolat li jipparteċipa minħabba xi riżultati negattivi?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ma jirriżultax li fil-ministeru waslet xi talba bħal dik imsemmija.", "SKOLA PRIMARJA TA' L-GĦARB", "16252.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 16100, jista' il-Ministru jgħid jekk hux sew li t-tfal ta' year two fl- iskola primarja ta' l-Għarb ikollhom għalliem/a differenti kull darba li l- għalliema proprja tagħhom tkun ma tiflaħx, b'konsegwenza li la t-tfal u lanqas l-għalliem/a temporanji ma jidraw lil xulxin?", "Ġaladarba minħabba raġunijiet ta' saħħa l-għalliema konċernata jkun meħtieġ li tieħu bosta ġranet ta' sick leave, jista' jara li ma tibqax aktar fi skola?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sar arranġament li kull meta din l-għalliema tkun assenti mill-iskola minħabba mard, tintbagħat dejjem l-istess għalliema biex tissostitwiha.", "Din l-għalliema", "dejjem ippreżentat ċertifikat ta' mard normali, pero' s'issa qatt ma ppreżentat ċertifikat ta' mard mingħand speċjalista u m'għamlet l-ebda talba bil-miktub biex tiġi eżenti milli tgħallem fi klassi.", "APPLIKAZZJONI GĦAL VISA", "16253.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Vici Prim Ministru jgħid meta se jingħataw risposta żewġ persuni li dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament, li applikaw għal visa sabiex ikunu jistgħu jagħmlu diploma course fil-computer fl-iskola tas-Swatar?", "ONOR.", "TONIO BORG: L-applikazzjoni għal visa tal-persuni indikati qiegħda fl-aħħar stadji tal-proċess.", "DAWL U ILMA", "16254.", "L-ONOR.", "JOSEPH DEBONO GRECH staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa f'kontijiet tad-dawl u l-ilma mill-ministeru u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul l-2004 u l-2005?", "Jista' jgħid jekk għandux pjan kif se jassorbi ż- żieda tas-surcharge fuq id-dawl meta l-vot allokat għal konsum tad-dawl għal 2006 baqa' bħal dak ta' l-2005?", "Jista' jgħid kemm kienet in-nefqa fuq bozoz energy savers matul l-2004 u l- 2005?", "Qegħdin jittieħdu miżuri sabiex il-konsum tad-dawl jitnaqqas u x'tip?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Matul l-2004 u l-2005 il-kontijiet tad-dawl u l-ilma kienu ta' Lm115,738 u Lm94,665 rispettivament.", "In-nefqa tal-bozoz energy savers matul l-istess snin kienet ta' Lm829.32 u Lm642.45 rispettivament.", "SERVIZZ TA' L-INTERNET", "16255.", "L-ONOR.", "JOSEPH DEBONO GRECH staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi uffiċjali fid-", "dekasteru tiegħu li għandhom is-servizz ta' l-internet fir-residenza tagħhom minbarra dak provdut mill-MITTS imħallas minn fondi pubbliċi?", "Min approva dan is-servizz, għal min qiegħed jiġi pprovdut u min hu l-ISP?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-uffiċjali fid-dekasteru li għandhom is- servizz ta' l-internet fir-residenza tagħhom li hu mħallas minn fondi pubbliċi huma kif ġej:", "|Ente |Min qed |Minn min |ISP | | |jirċievi |hu | | | |s-servizz|approvat | | |Kultura |Exec. |Kultura u |Wald| |u l-Arti|director |l-Arti |onet| |Teatru |Artistic |Teatru |On | |Manoel |director |Manoel |Vol | |Teatru |General |Teatru |Malt| |Manoel |manager |Manoel |anet| |Patrimon|Chairman |Patrimonju|On | |ju Malti| |Malti |Vol | |MTA |E-marketi|Exec. |Malt| | |ng |Chariman |anet| | | |MTA | | |MTA |Manager |Exec. |Malt| | |IT |Chairman |anet| | | |MTA | |", "RESERVED PARKING F'TAS-SLIEMA", "16275.", "L-ONOR.", "ROBERT ARRIGO staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm reserved parking spaces awtorizzati mill-awtorita' dwar it-trasport fi Triq Ġorġ Borg Olivier, f'Tas-Sliema?", "Dawn l-ispaces laħqu l-kriterji kollha meħtieġa?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Minn riċerka li saret fir-records tat-traffic management unit irriżulta li fi Triq Ġorġ Borg Olivier, f'Tas-Sliema kien hemm ħames reserved parking spaces li minnhom tnejn tneħħew u wieħed ġie trasferit għal lokalita' oħra.", "Għaldaqstant bħalissa hemm żewġ reserved parking spaces li huma utilizzati.", "UFFIĊINI TA' L-AIR MALTA", "16276.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jikkonferma l-Ministru li l- uffiċini ta' l-Air Malta ta' Stockholm u Oslo se jingħalqu?", "Jikkonferma li minflok dawn l-uffiċini l-Air Malta se tibda tagħmel użu mill-general sales offices?", "Ma' min sar dan it-tip ta' arranġament?", "X'wassal li tittieħed id- deċiżjoni li dawn iż-żewġ uffiċini jingħalqu?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-Air Malta se tagħlaq l-uffiċini ta' Stockholm u Oslo u minflok se tkun rappreżentata minn kumpannija ta' general sales agents internazzjonali, Avia Reps.", "Din hi l-istess kumpannija li tirrappreżenta lill-Air Malta f'Moscow u f'St. Petersburg.", "L-Air Malta qiegħda tirrazzjonalizza r-rappreżentanza tagħha barra minn Malta bil-għan li tnaqqas l-ispejjeż u tibqa' effettiva.", "Din id-deċiżjoni hija waħda mill-ħafna passi li diġa' ittieħdu biex jintlaħaq dan il-għan.", "KUNSILL GĦALL-KULTURA U L-ARTI", "16277.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra dokument maħruġ mill- management efficiency unit dwar il-kunsill għall-kultura u l-arti?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Id-dokument \"Developing an Institutional Framework for the Malta Council for Culture and the Arts\", datat 27 ta' Mejju 2005 u maħruġ mill-management efficiency unit fuq talba tal- ministeru tiegħi, qed jitpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "TRIQ IL-KITBA FIL-FGURA", "16278.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-pulizija rċevetx rapporti li fi Triq il-Kitba ġewwa l-Fgura hemm min għandu xi char- a-bancs u anke jagħmel xogħlijiet fuqhom fit-triq imsemmija, b'konsegwenza li qed ikun hemm ħmieġ b'detriment għar-residenti ta' din l- istess triq?", "ONOR.", "TONIO BORG: Il-pulizija għamlet diversi ispezzjonijiet fit-triq imsemmija fejn għalkemm instab li kien hemm xi char-a-bancs ipparkjati, ma kienx qed isir xogħol fuqhom.", "Minkejja dan, sid dawn ix-char-a-bancs ġie mwissi sabiex ma jagħmilx xogħlijiiet fit-triq.", "ĦADDIEMA TA' L-AIR MALTA", "16282.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid għaliex ħaddiema ta' l-Air Malta qed jiġu", "msejħa jidhru quddiem bord mediku?", "Jista' jgħid jekk din hijiex proċedura normali jew le?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Il-kumpannija innotat li n-numru ta' ġranet ta' sick leave meħuda minn numru ta' impjegati huwa ħafna ogħla mill-average meħud fuq bażi nazzjonali u għalhekk qiegħda titlob lill-konsulenti mediċi tagħha sabiex jeżaminaw lill-impjegati in kwestjoni biex kemm jista' ikun jaraw x'inhi l-kawża ta' dan is-sick leave u sabiex jagħtu opinjoni dwar jekk dawn l-impjegati humiex tajbin biex ikomplu fl-impjieg tagħhom.", "Naturalment dan kollu qiegħed isir skond il-parametri tal-liġi u l-etika professjonali.", "ĠBIR TA' DAZJU", "16283.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm inġabar f'dazju fl-aħħar sena qabel Malta saret membru ta' l-Unjoni Ewropea?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-ammont ta' dazju miġbur fl-aħħar sena qabel Malta saret membru ta' l-Unjoni Ewropea, jiġifieri minn Mejju 2003 sa April 2004, kien ta' Lm56,810,419.", "TRIQ ANĠLU GATT FIL-MOSTA", "16284.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jara li jiġi investigat il-ħela ta' ilma li kontinwament qed joħroġ fi Triq Anġlu Gatt, fil-Mosta?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-ewwel rapport li rċeviet il-korporazzjoni għas- servizzi ta' l-ilma dwar ilma ħiereġ fl-imsemmija triq kien nhar il-Ġimgħa, 9 ta' Diċembru, iżda biex tissewwa l-ħsara kienu meħtieġa testijiet ta' leak detection bil-lejl.", "Peress li dakinhar bil-lejl kien maltemp, dawn it- testijiet ma setgħux isiru mill-ewwel u saru l-Ħadd, 11 ta' Diċembru.", "Dan l-eżerċizzju wassal biex instabet il-ħsara li ssewwiet it-Tnejn, 12 ta' Diċembru filgħodu u l-ilma ma' baqax ħiereġ.", "FOSTER CARERS", "16285.", "L-ONOR.", "CLYDE PULI staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid kemm familji servew bħala foster carers mill-2000 s'issa?", "Kemm hu n-numru ta' tfal li kull sena kienu qed jingħataw dan it-tip ta' servizz?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: It-tagħrif mitlub qed jitpoġġa fuq il-mejda tal- Kamra.", "CHILD INSTITUTIONS", "16286.", "L-ONOR.", "CLYDE PULI staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid kemm tfal mill-2000 sal-lum kienu qed jgħixu f'istituzzjonijiet immexxija mill-knisja jew minn xi ente oħra?", "X'inhuma r-raġunijiet li għalihom dawn it-tfal qed jgħixu f'dawn l- istituzzjonijiet?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Ebda dipartiment jew ente li taqa' taħt id- dekasteru tiegħi ma żżomm statistika kif mitluba.", "Madankollu d-dipartiment tas-sigurta' soċjali jżomm statistika dwar in-numru ta' tfal f'istituzzjonijiet tal-knisja jew enti oħra li dwarhom titħallas xi forma ta' allowance taħt l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali.", "Din l-istatistika qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "CHILD CARERS", "16287.", "L-ONOR.", "CLYDE PULI staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid x'għajnuna pprovda l-gvern mill-2000 s'issa lill-istituzzjonijiet tal-knisja u enti oħra kif ukoll lil foster carers għat-tfal li jieħdu ħsieb?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il- mejda tal-Kamra.", "TFAL BI PROBLEMI SOĊJALI", "16288.", "L-ONOR.", "CLYDE PULI staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid liema huma l-istituzzjonijiet tal-knisja jew enti oħra li qed iżommu tfal bi problemi soċjali?", "Kemm kienu qed iżommu tfal kull sena mill-2000 s'issa?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 16286 dwar istituzzjonijiet tal-knisja u enti oħra li jżommu t-tfal, bl-informazzjoni għal darb'oħra titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "KAŻI TA' VJOLENZA DOMESTIKA", "16289.", "L-ONOR.", "CLYDE PULI staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid kemm saru rapporti ta' vjolenza domestika mill-2000 s'issa?", "X'tip ta' vjolenza domestika u x'azzjoni ttieħdet f'dawn il-każi?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: It-tagħrif mitlub għas-snin 2000/2004 hu kif jidher mit-tabella li qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra, waqt li t- tagħrif mitlub għall-2005 għadu qed jinġabar.", "ĦADDIEMA TAD-DENIM", "16290.", "L-ONOR.", "CLYDE PULI staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk il-ministeru tal-finanzi wasalx għal xi ftehim mal-banek kummerċjali rigward self lill-ħaddiema tad-Denim u fiex jikkonsisti tali ftehim?", "Il-ħaddiema ġew avżati?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "ĊIMITERJU TA' SANTA MARGHERITA FIR-RABAT", "16294.", "L-ONOR.", "JOSEPH CASSAR staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 15961, jista' il- Ministru jindika fiex waslet l-analisi tas-superintendence of heritage minħabba inkonvenjent serju għan-nies ta' l-inħawi?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Id-dipartiment tas-saħħa qed ilesti l- proċess ta' procurement ta' riżorsi neċessarji għat-tkomplija tax-xogħol arkeoloġiku fuq dan is-sit, xogħol li mistenni jieħu gimgħatejn.", "Meta d-dokumentazzjoni arkeoloġika titlesta, ix-xogħol ta' kostruzzjoni fuq iċ-ċimiterju jkun jista` jitkompla b'mod li ma ssirx iktar ħsara lill- fdalijiet arkeoloġici f'dan il-post.", "KAŻ TA' PENSJONI", "16295.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tinvestiga x'inhi r-raġuni li persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, ma tħalletx tivverifika x'kontribuzzjonijiet hemm imħallsa minnha għas-snin 2004 u 2005?", "Lesta tikkonferma li l-persuna konċernata qed tirċievi dak attwalment dovut lilha bħala pensjoni?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Id-dipartiment tas-sigurta' soċjali informa bil- miktub lill-persuna indikata dwar il-każ tagħha.", "IRĦAM IMPORTAT MIĊ-ĊINA", "16296.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' il-Ministru jgħid kemm ġie jiswa kull metru kwadru ta' irħam importat direttament miċ-Ċina?", "Kif intgħażel dan l-irħam?", "Xi kwalita' ta' ħsarat ikun fih sakemm jitwassal Malta?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Il-prezzijiet CIF li bihom inxtara l-granit miċ-Ċina mit-taqsima tax-xogħlijiet huma dawn:", "*Granit bajdani, bush-hammered finish, f'daqs ta' 400mmx400mmx25mm - $15.63 kull metru kwadru; u", "*Granit griż, bush-hammered finish, f'daqs ta' 400mmx200mmx200mm - $18.75 kull metru kwadru.", "L-isem tad-ditta biex instab supplier ta' reputazzjoni tajba fiċ-Ċina ġie pprovdut mill-Ambaxxata Ċiniża f'Malta.", "Mill-pallets li nfetħu sal-lum ma nstabet l-ebda ħsara.", "INCOME TAX RETURNS", "16303.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 16213 u jagħti informazzjoni dwar income minn persuni miżżewġa pero' jimlew separate declaration, persuni miżżewġa u jimlew joint declaration u persuni mhux miżżewġa li jimlew individual declaration?", "Jista' jagħti din l-informazzjoni għal kull kategorija fuq indikata f'dawn l-income brackets minn dħul dikjarat: sa l-ewwel Lm4,200, bejn Lm4,200 u Lm6,000, bejn Lm6,000 u Lm8,000, bejn Lm8,000 u Lm10,000, bejn Lm10,000 u Lm12,000 u 'l fuq minn Lm12,000.", "Jista' jagħti l-informazzjoni mitluba fl-ewwel u t-tieni parti għas-snin 1995-2004?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "AIR SUPPLIES", "16304.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Issa li sirna nafu li l-Air Malta biegħet l-Air Supplies and Catering Company Ltd, jista' il-Ministru jgħid meta ħarġet il-call for interest għax-xiri ta' din il-kumpannija?", "Il-privatisation unit kienet involuta fil-proċess tal-bejgħ?", "Kemm kien il- prezz li bih inbiegħet l-Air Supplies?", "Din kienet l-aħjar offerta?", "Kien hemm diskussjonijiet ma' enti mis-settur privat li wrew interess f'dan in- negozju?", "Qabel dan il-bejgħ l-Air Supplies investiet f'pajjiżi oħra fil-Mediterran biex tkabbar in-negozju tagħha?", "X'kienet il-pożizzjoni tar-regolatur responsabbli mill-kompetittivita' fir-rigward ta' dan il-bejgħ?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Is-sejħa għal offerti għax-xiri ta' l-ishma kollha ta' l-Air Supplies & Catering Co Ltd. dehret fl-istampa lokali u f'rivista barranija fil-15 ta' Lulju, 2005.", "Fil-proċess ta' bejgħ ta' dawn l-ishma kien hemm ukoll l-involviment tal-privatisation unit.", "Il-prezz li bih inbiegħet din il-kumpannija kien ta' Lm2,820,000, li allura kienet l-aħjar offerta.", "Id-deċiżjoni li l-ishma kollha f'din il-kumpannija jinbiegħu ttieħdet wara li diskussjonijiet fuq medda ta' ħafna xhur mas-suppliers lokali ta' din il- kumpannija sabiex jitraħħsu l-prezzijiet li bihom kienet tinxtara l- merkanzija ma ħallewx ir-riżultat neċessarju.", "L-investiment li l-Air Supplies kellha f'kumpannija oħra nxtara mill-Air Malta qabel ma sar il-bejgħ ta' l-Air Supplies.", "Il-mistoqsija dwar il-pożizzjoni tar-regolatur responsabbli mill- kompetittivita' għandha ssir lill-ministeru konċernat.", "INFERMIERA", "16305.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid jekk hux se jiġu ngaġġati nurses?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nhar is-26 ta' Diċembru, 2005 il-ministeru ngaġġa fuq bażi permanenti 159 infermier li minnhom kien hemm numru ta' infermiera każwali li diġa' kienu qegħdin jaħdmu.", "Kwalunkwe ngaġġ li jsir fil-futur jiġi determinat min-numru ta' vakanzi li jkun hemm minn żmien għal żmien.", "TRASPORT PUBBLIKU", "16308.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Jista' il-Ministru jgħid jekk hux possibbli li jkun hemm servizz ta' trasport pubbliku wara l-ħinijiet ta' l-isptar, liema trasport jieqaf għal ħabta tas-7.30 p.m.?", "Possibbli li l-bus fuq rotta 74 tibda tgħaddi għal ħdejn l-isptar u wara tkompli bit-triq normali tagħha?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: L-awtorita' dwar it-trasport għadha kif kitbet lill-assoċjazzjoni tat-trasport pubbliku rigward il-possibbilta' u l- fattibilita' li ssir estenzjoni tar-rotta 75 b'siegħa aktar filgħaxija.", "Rotta 74 topera filgħodu biss u anke peress li hemm diversi rotot oħra li filgħodu jgħaddu minn ħdejn l-isptar, ma tinħassx il-ħtieġa li rotta 74 tinbidel.", "MEPA ENFORCEMENT NOTICE", "16316.", "L-ONOR.", "DAVID AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid x'qed iżomm lill-MEPA milli tesegwixxi enforcement notice li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Il-MEPA mhijiex f'pożizzjoni li tieħu azzjoni diretta mingħajr ma jkun hemm assistenza mill-awtorità dwar it-trasport.", "Intervent immedjat jista' jirriżulta f'periklu għall-pubbliku in ġenerali.", "L-awtorità diġa' għamlet laqgħa ma' l-awtorità dwar it-trasport biex tipprova ssib soluzzjoni u tiġi ffurmata t-triq in kwestjoni.", "LOGĦOB TA' L-AZZARD", "16317.", "L-ONOR.", "JOSEPH ABELA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'permessi huma meħtieġa biex wieħed ikun jista' iżomm u jopera makni tal-logħob ta' l- azzard f'ħanut?", "Jista' jgħid jekk ħanut li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, hux kopert b'dawn il-permessi?", "ONOR.", "TONIO BORG: Il-pulizija toħroġ biss liċenzji għal makni ta' divertiment skond ir-regolamenti dwar ir-restrizzjoni ta' l-użu ta' makni tad-divertiment.", "Liċenżji għall-postijiet kif imsemmija jinħarġu skond l- Att dwar il-Logħob.", "Informat ukoll illi minn ispezzjoni li għamlet il-pulizija fil-post imsemmi, jirriżulta illi dan il-post għadu fi stadju li jkun mibdul minn ħanut tal-ħwejjeġ għal ħanut ta' divertiment.", "Informat ukoll illi l- pulizija wissiet lill-proprjetarju sabiex ma jiftaħx il-ħanut sakemm ma jkollux il-permessi meħtieġa.", "SKEMA TA' L-AWŻILJARI", "16318.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid kif persuna li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament u li kien impjegat mal-gvern taħt l-iskema ta' l- awżiljari, ma bbenefikax mir-riforma li kienet saret u llum jieħu l-istess pensjoni meta kollegi oħra li kienu fl-istess skema llum ħadu żieda fil- pensjoni?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Id-dipartiment tas-sigurta' soċjali informa lill- persuna indikata dwar il-każ tagħha.", "QORTI TAL-FAMILJA", "16319.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm qalgħu l- periti tekniċi li ġew appuntati fil-kawżi quddiem il-qorti tal-familja matul l-2004 u l-2005?", "Għal kemm-il kawża jammonta dan il-qliegħ?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ma tinżammx statistika kollettiva ta' kemm qalgħu l- periti tekniċi li ġew appuntati fil-kawżi ċivili quddiem il-qorti tal- familja, peress li dawn jitħallsu mill-partijiet infushom.", "TE TA' BARRA", "16320.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid għaliex persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, mhux qed jitħalla jdaħħal te' tal-marka Masri bil-labelling kif inhu, meta tali labelling huwa konformi mal-liġi u dan anke wara li l-istess persuna nhar l-14 ta' Jannar 2004 ġie informat permezz tal-committee on labelling provisions li l-prodott tiegħu huwa konformi mal-liġi u meta minn dak iż-żmien 'il quddiem il-liġi, preċiżament regolament 4.1 ta' avviż legali 483 tas-sena 2004, ma nbidlitx?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: In vista li bħalissa hemm protest ġudizzjarju, ma nħossx li jkun opportun li tingħata risposta f'dan ir-rigward.", "APPARTAMENT TAL-GVERN", "16321.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tara li jitbajjad il-flat ta' door C, scheme 2, Paola Hill, Raħal Ġdid, minħabba l-istat ta' abbandun li jinsab fih?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Id-dipartiment tal-bini u tiswija ta' djar se jispezzjona l-post indikat biex jiġi determinat ix-xogħol meħtieġ.", "APPELL QUDDIEM IIL-BORD TA' L-IMPJIEGI", "16322.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tara li jitmexxa l-appell ta' persuna li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, peress li dan l- individwu m'għandu l-ebda dħul ieħor?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Il-persuna indikata m'għandha l-ebda appell pendenti quddiem l-arbitri maħtura skond l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali.", "Jekk l-appell li rrifera għalih l-Onor.", "Interpellant hu quddiem il-bord nazzjonali dwar l-impjiegi, nitolbu jirriferi l-mistoqsija tiegħu lill- ministru konċernat.", "TNAQQIS FIL-BONUS", "16323.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid għaliex anzjana li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, irċeviet Lm42.23,9 minflok Lm58 bħala bonus?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Id-dipartiment tas-sigurta' soċjali informa lill- persuna indikata dwar il-każ tagħha.", "PROTEZZJONI ĊIVILI", "16338.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk inħarġux direct orders mingħajr kwotazzjonijiet mid-dipartiment tal-protezzjoni ċivili għall-ħwejjeġ ta' l-armata?", "Liema ħwienet ingħataw dawn l- ordnijiet?", "Hemm min jieħu dawn l-ordnijiet li huwa parti mill-iskwadra tal- voluntiera?", "Kemm intnefqu flus fuq dawn l-ordnijiet f'dawn l-aħħar sentejn?", "Kemm kien l-ammont ta' kull direct order?", "ONOR.", "TONIO BORG: Id-dipartiment tal-protezzjoni ċivili qatt ma xtara ħwejjeġ għall-armata.", "APPELL QUDDIEM IL-BORD TA' L-IMPJIEGI", "16339.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tara li jitmexxa każ ta' appell ta' persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Il-persuna indikata m'għandha l-ebda appell pendenti quddiem l-arbitri maħtura skond l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali.", "Jekk l-appell li qed jirriferi għalih l-Onor.", "Interpellant hu quddiem il- bord nazzjonali dwar l-impjiegi, nitolbu jirriferi l-mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "HIP JOINT REPLACEMENT", "16340.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid kemm saru hip joint replacements matul is-sena 2005 minn kull speċjalista ġewwa l-isptar San Luqa?", "Kemm baqa' pazjenti fuq il-waiting list?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "ARBLI TAD-DAWL", "16345.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid għaliex l-Enemalta m'għandhiex provvista ta' arbli tad-dawl?", "Ma tistax il- korporazzjoni ddur għal dawk l-arbli żejda li twaħħlu f'postijiet oħra li fil-preżent m'humiex jintużaw?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "STIPENDJU GĦALL-ISTUDENTI", "16346.", "L-ONOR.", "ROBERT ARRIGO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jikkonsidra l-Ministru l-għoti ta' xi forma ta' stipendju jew għajnuna lil studenti", "universitarji li qegħdin fi stadju li jikkwalifikaw għall-grad ta' Masters?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mhux il-ħsieb li f'dan l-istadju jinbidlu r- regolamenti biex tintlaqa' it-talba ta' l-Onor.", "Interpellant.", "EXTRA DUTY MILL-PULIZIJA", "16347.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid meta se jitħallsu l- bandisti tal-korp tal-pulizija wara li fil-25 ta' April, 2004 ħadu sehem fil-Malta-EU accession celebrations u l-grupp mużikali tal-pulizija li ħadu sehem fid-29 ta' April, 2004?", "Jaf li kemm il-banda kif ukoll il-grupp mużikali tal-pulizija kienu ġew ordnati biex dawn is-servizzi jaħdmuhom extra duty u mhux mix-xogħol normali tagħhom?", "ONOR.", "TONIO BORG: Il-ħlas dovut se jsir fil-futur qarib.", "OVERTIME MILL-PULIZIJA", "16348.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'qed isir mir- returns ta' l-overtime tal-membri tal-banda tal-pulizija, peress li ilhom ma jitħallsu minn Marzu 2004?", "ONOR.", "TONIO BORG: Dan l-ilment qed ikun investigat biex jekk hemm xi ħlasijiet pendenti jsiru mill-aktar fis possibbli.", "BANDA TAL-KORP TAL-PULIZIJA", "16349.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kif id-detail officers ġew ordnati mill-kummissarju sabiex il-membri tal-banda tal- pulizija jingħtaw l-off duty tagħhom flimkien?", "ONOR.", "TONIO BORG: Fil-prattika, il-membri kollha li jiffurmaw parti mill- banda tal-", "korp tal-pulizija jingħataw l-off duty fl-istess ġurnata, pero' dan mhux dejjem possibbli minħabba raġunijiet ta' loġistika.", "KORP TAL-PULIZIJA", "16350.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kif dan l-aħħar mal- banda tal-pulizija żdiedu xi membri li ggradwaw bħala pulizija ġodda, pero' din l-ordni ġiet injorata u mhux qed jingħataw l-off ma' l-oħrajn, bil- konsegwenza li fl-off duty ma jattendux il-banda jew jitħallsu ta' l- overtime?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 16349.", "STUDENTI FL-INĠINERIJA ELETTRIKA", "16351.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid kif studenti ta' l-MCAST li jgħaddu mill-prattika fl-inġinerija elettrika u jġibu marka ftit baxxa fit- teorija fil-matematika, mhumiex qed jitħallew ikomplu l-kors?", "Ma jaħsibx li dan huwa ta' disinċentiv għal numru ta' studenti?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "COACHES ĠODDA", "16352.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Jista' il-Ministru jgħid kemm inġiebu coaches ġodda mill-1995 sal- lum?", "Minn min inġiebu?", "Kemm inġiebu coaches second-hand fl-istess perijodu?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "TRIQ L-IMDINA F'ĦAL QORMI", "16353.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 14779 u jgħid jekk l-ADT investigatx ilment ta' familja li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, dwar kanna ta' l-overflow ta' l-ilma li kienet twaħħlet mhux skond is-sengħa waqt xogħlijiet fi Triq l-Imdina f'Ħal Qormi, b'konsegwenza li l-ilma tax-xita ma jistax joħroġ minn din id-dar?", "Jista' jara li l-ADT tirranġa din il-problema?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Tweġiba tingħata f'seduta oħra."]} {"filename": "19921203_077d_par.doc", "date": "1992-12-03", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) IS-SEBA' PARLAMENT Seduta Nru. 77 Il-Ħamis, 3 ta' Diċembru, 1992 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 IS-SEBA' PARLAMENT Seduta Nru. 77", "Il-Ħamis, 3 ta' Diċembru, 1992", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.12 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "77", "Il-Ħamis, 3 ta' Diċembru, 1992", "WERREJ", "MINUTI ................................................", "1240", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI ........................", "1240", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "KUMITAT TA' PROVVISTA - ESTIMI ĠENERALI", "L-EWWEL JUM STABBILIT", "MINISTERU TA' L-AFFARIJIET BARRANIN .................", "1250", "AĠĠORNAMENT ...........................................", "1294", "MISTOQSIJIET IMWIEĠBA BIL-MIKTUB ......................", "1295", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 76 li saret fit-2 ta' Diċembru, 1992 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "BARRAKKA TA' FUQ - XOGĦOL", "2550.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Schembri Adami) staqsa lill- Ministru għall- Ambjent: Meta se jitlesta x- xogħol fuq il-Barrakka ta' Fuq u f'liema stadju ta' xogħol wasal?", "Min hu l-perit inkarigat mix-xogħol u kemm se tkun l-ispiża tax-xogħol kollu, inkluż id-drittijiet profess- jonali?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON (Ministru għall-Ambjent): Nassumi li l-Onor.", "Membru qed jirreferi għal xogħol ta' restawr ta' l-arkati fil- Barrakka ta' Fuq.", "Dan ix-xogħol tlesta minn kuntrattur privat aktar minn tliet xhur ilu u sewa Lm36,537.", "M'hemm l-ebda ħlas għal drittijiet professjonali peress li l-perit inkarigat kien il- perit tad-Diviżjoni tax- Xogħlijiet addett fl-Uffiċċju għar-Riabilitazzjoni tal-Belt Valletta.", "ART MOGĦTIJA LILL-BARRANIN", "2551.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Schembri Adami) staqsa lill- Ministru tal- Finanzi: Kemm ingħatat art lill-barranin tul is-snin 1987, 1988, 1989, 1990, 1991 u taħt liema titolu?", "ONOR.", "JOHN DALLI (Ministru tal-Finanzi): In-numru ta' permessi għal xiri ta' plots maħruġa lill-barranin tul is- snin imsemmija, huwa kif jidher hawn taħt:", "SENA NRU TA' PERMESSI", "1987 50 1988 33 1989 36 1990 27 1991 18", "PROPOSTA DWAR KODIĊI EWROPEW KOMUNI", "2667.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Schembri Adami) staqsa lill- Ministru tal-Ġustizzja: Xi proposti jidhirlu li għandu jagħmel il-Gvern Malti u f'liema fora internazzjonali biex jitwaqqaf kodiċi Ewropew komuni li jaqsam il-fruntiera u li jkun jista' jittratta effiċjentement u b'mod effettiv ma' kriminali internazzjonali jkunu fejn ikunu?", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi) (f'isem il-Ministru tal-Ġustizzja): It-tema msemmija mill-Onor.", "Interpellant kienet parti mid-diskors tiegħi lill-Konferenza tal- Ministri tal-Ġustizzja ta' l- Ewropa li saret f'Nikosija, Ċipru ftit ġranet qabel ma saret l- interpellanza.", "Il-proposta ntlaqgħet b'interess u hu mistenni li s- Segretarju tal- Kunsill ta' l- Ewropa jkompli jistudjaha u jikkonsidraha.", "Mhumiex preklużi problemi kbar kemm ta' natura teknika kif ukoll ta' natura politika qabel ma din il-proposta tista' b'xi mod tavverra ruħha.", "Il-konferenza tal-Ministri għall-ġustizzja ta' l-Ewropa sejra ssir f'Malta f'1994.", "ĊENTRU TA' L-ANZJANI TAL- FURJANA", "2668.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Sandro Schembri Adami) staqsa lill- Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' jiġi kkonfermat illi residenti fiċ-ċentru ta' l- anzjani tal-Furjana biex jiġu aċċettati kellhom jaħmlu depożitu ta' Lm1,500?", "Billi l-Uffiċċju tas- Segretarju Parlamentari l-Onor.", "A Mifsud Bonnici kien jaf b'dan wara li nformawh il-Floriana Senior Citizens, x'passi ttieħdu s'issa u kontra min?", "ONOR.", "GEORGE HYZLER (Ministru għas-Sigurta' Soċjali) (f'isem il-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali): Skond ir- regolamenti ta' l-1988 dwar rati għal hostels ta' l-Istat, kull residenti f'hostel għandu jikkontribwixxi għaż-żamma tiegħu 60% mid-dħul nett totali tiegħu, iżda li dan l-ammont ma jkunx iktar minn Lm4 kuljum li ma jkunx tali li jħalli lil dawk ir-residenti b'inqas minn Lm360 fis-sena għad- dispożizzjoni tiegħu.", "Dawn ir-regolamenti qed jiġu segwiti u applikati mhux biss għad-dħul ta' l-anzjani fiċ- Ċentru tal-Furjana iżda għad- dħul fid-Djar ta' l-Anzjani kollha.", "Nifhem li l-Onor.", "Membru qed jirreferi għal numru ta' anzjani, li minnhom hemm fid- Dar tal-Furjana u anke fi djar oħra, li s-60% tad-dħul nett totali tagħhom jeċċedi l- massimu ta' Lm4 kuljum.", "Skond arraġamenti li saru ma' l- anzjani involuti jew ma' l- amministraturi tagħhom, ġie deċiż li s-somma dovuta lill- Welfare Committee għaż-żamma tagħhom tiġi mħallsa jew mis- Savings Account tagħhom f'ammont li ma jeċċedix l- Lm1,460 fis- sena jew titnaqqas mid-dħul tas-Sigurta' Soċjali u mill-bonus tagħhom, u l- kumplament mis-Savings Account tagħhom skond kif ikun il-każ.", "F'każi bħal dawn, il-persuna involuta titlob lill-bank tagħha jagħmlilha garanzija bankarja għall-ammont mitlub f'isem il-Welfare Committee.", "Naħseb ukoll li l-Onor.", "Membru għandu, qabel ma jasal għal ċertu konklużjonijiet, bħalma għamel f'din il- mistoqsija, jiċċekkja tajjeb dak li jkun qallu ħaddieħor.", "KUNSILL NAZZJONALI GĦALL- ANZJANI", "2870.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Sandro Schembri Adami) staqsa lill- Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid jekk il- Gvern iffissax xi target- date għat-twaqqif u tħaddim tal-Kunsill Nazzjonali għall- Anzjani?", "Jekk fl-affermattiv, x'ini din id-data?", "Qed isiru xi tħejjijiet għat- twaqqif tal-Kunsill Nazzjonali għall- Anzjani?", "Jekk fl-affermattiv, fiex jikkonsistu, min qed jagħmilhom u f'liema stadju waslu?", "Meta eventwalment jitwaqqaf il-Kunsill Nazzjonali għall- Anzjani x'rikonoxximent u/jew status legali se jgawdi?", "X'se jkunu t-terms of reference mħaddma għat-tfassil ta' l-istatut li fuqu mistenni jaħdem biex jilħaq l-għanijiet li għalihom ikun twaqqaf il- Kunsill Nazzjonali għall- Anzjani?", "Se jiġu suġġeriti xi guidelines għal dan l-iskop, jekk fl-affermattiv, min se jissuġġerihom u x'inhuma?", "Min hemm maħsub li jkun uffiċjalment mistieden jieħu sehem fil- kompożizzjoni ewlenija tat-twaqqif tal- Kunsill Nazzjonali għall- Anzjani?", "Dawn se jkollhom xi rwol speċifiku?", "Għaqdiet kostitwiti ta' anzjani li jgawdu għeruq f'bażi ta' background politiku se jiġu uffiċjalment mistiedna jagħtu sehemhom fit-twaqqif tal- Kunsill Nazzjonali għall- Anzjani?", "Jekk fin-negattiv, għal liema raġuni?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali): Wara d- diskors tal- President ta' Malta fil-ftuħ ta' din il-Leġislatura fejn, fost affarijiet oħra, ingħad li hemm il-ħsieb li jitwaqqaf Kunsill Nazzjonali għall- Anzjani, l-Uffiċċju tas- Segretarju Parlamentari għall- Kura ta' l- Anzjani nhar il- Ħadd, 10 ta' Mejju, organizza seminar dwar it-twaqqif ta' dan il-Kunsill, li l-iskop ewlieni tiegħu kien li jqanqal diskussjoni miftuħa fost dawk preżenti dwar x'għandhom ikunu l-għanijiet ta' Kunsill ta' l- Anzjani.", "L-attendenza għal dan is- seminar, li għalih attendejna kemm jien kif ukoll s- Segretarju Parlamentari l-Onor.", "Antoine Mifsud Bonnici kienet tajba ħafna.", "Kien hemm rappreżentanza mill-għaqdiet kollha kif ukoll minn anzjani individwali.", "Wara li ħafna minn dawk preżenti urew l-opinjoni tagħhom ġie maħtur kumitat proviżorju b'rappreżentant mis- Segretarjat għall-Kura ta' l- Anzjani.", "L-Istatut tal-Kunsill ġie approvat fl-ewwel laqgħa ta' l- Assemblea Ġenerali ta' l- Anzjani fit-22 ta' Novembru, 1992 u fil-laqgħa tas-6 ta' Diċembru, 1992 se jinħatru l- membri tal-Kunsill.", "Kien mill-bidu nett il-ħsieb tal-Gvern li jirrikonoxxi lil dan il-Kunsill bħala organu awtonomu u konsultattiv li jirrappreżenta l-vuċi ta' l- Anzjani Maltin u Għawdxin.", "It-terms of reference li kienu mogħtija mill-Gvern huma riflessi fl- għanijiet ta' l- Istatut.", "Skond l-Istatut, il-Partiti Politiċi sejrin ikollhom rappreżentant fuq il- Kunsill.", "TELEMALTA - ĦADDIEMA LI JAĦDMU FIS-SEWERS", "2927.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Sandro Schembri Adami) staqsa lill- Ministru għat- Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk il- ħaddiema ta' Telemalta li jaħdmu fis-sewers tal-Belt Valletta għandhomx ipprovdut apparat tas-safety u shower room biex ikunu jistgħu jinħaslu wara li jkunu ħadmu fis-sewers?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni): Jien informat li l-Korporazzjoni dejjem ipprovdiet ilbies protettiv bħal boiler suits, rubber boots, helmets, ingwanti, u apparat ieħor lill- impjegati li jaħdmu fis-subways tal-Belt, Valletta.", "Il-Korporazzjoni qegħda tieħu ħsieb ukoll sabiex fi żmien qasir dawn il- ħaddiema jkollhom il-faċilita' fejn jinħaslu.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Vella, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mr Speaker, xtaqt nistaqsi jekk barra li l-ħaddiema jużaw protective clothing isirulhomx regolarment eżamijiet mediċi speċjalment minħabba l-fatt li dawn ikunu esposti għal ċertu viruses li jistgħu jaffettwaw ħafna l-fwied.", "Għandu jsirilhom regolarment eżami mediku biex apparti li jsiru jafu humiex infettati, isir magħruf ukoll jekk ikunux qegħdin iġorru xi virus li jistgħu jgħaddu lil ħaddieħor?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Jiena naħseb li dan is- suġġeriment irrid ngħaddih lill-Korporazzjoni.", "Ovvjament hemm min jieħu ħsieb l-aspetti mediċi u nista' ngħid li fis-17 ta' Lulju ta' din is-sena twaqqaf Health and Safety Committee biex jagħmel dan it- tip ta' suġġerimenti.", "Naħseb li dan huwa suġġeriment validu u beħsiebni nitkellem mal- Korporazzjoni dwar dak li qed igħidilna l-Onor.", "Interpellant.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jista' l- Ministru jgħidli jekk dawn is- sewers jinfdux ma' dawk li hemm il-Furjana u jekk jibqgħux sejrin għall-exchange tal-Blata l-Bajda?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Naħseb li d-domanda li qed jagħmel l-Onor.", "Mizzi trid issir lill-Ministru differenti għaliex hija kwestjoni infrastrutturali.", "Biex inkunu preċiżi hawnhekk qed nitkellmu fuq is-subways tal-Belt fejn hemm problema ta' spill tad- drenaġġ.", "Jien ma nistax ngħidlek jekk jinfdux ma' tal- Furjana u ma' ta' Blata l- Bajda.", "Din hija s-sistema ta' l-underground tat-toroq taħt il-Belt.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jien qed nistaqsi jekk jinfdux, peress li minn hemmhekk igħaddi l- cable tat-telefon.", "Safejn naf jien jinfdu tal-Furjana.", "Pero' jien qed nistenna li tirrispondini biex imbagħad nistaqsik xi ħaġa oħra.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Id-domandi supplimentari jimxu skond ir- regoli parlamentari li għandna.", "Id-domanda hija dwar x'qed isir għas-saħħa tal- ħaddiema.", "Issa int qed tistaqsini liema tunnel jinfed ma' tunnel ieħor.", "Nissuġġerilek li tagħmilli domanda ad hoc u jien nivverifikaha.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jista' l- Ministru jikkonferma li dan l- aħħar sar xi serq minn Telemalta, fi Spencer Hill, għaliex fil-fatt il-ħallelin daħlu mit-tunnels tal-Furjana li jinfdu mat-tunnels tal-Belt.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Din id-domanda hija iktar 'il bogħod mid- domanda oriġinali.", "Din qed tfakkarni f'logħba jew test psikoloġiku, skond b'liema mod tagħmlu, ta' l-association of ideas.", "F'illi bdejna biex nitkellmu fuq is-saħħa tal- ħaddiema u f'illi spiċċajna nitkellmu fuq każ ta' serq!", "Jien m'inix informat li kien hemm xi każ ta' serq, aħseb u ara minn fejn għadda dak li allegatament wettaq is-serqa, jekk hux mis-sewer jew le.", "M'inix informat f'din il- materja.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jista' l- Ministru jikkonferma jekk dan l-aħħar insterqux xi affarijiet tal-computers mill-Blata l- Bajda?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Naħseb li biex niġu lura għall- proċess ta' l-association of ideas għar-regoli parlamentari nistieden lill-Onor.", "Interpel- lant jagħmilli mistoqsija fuq hekk.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jista' l- Ministru jgħidli għaliex il- Ministru ma rrispondiex meta din l-istqarrija ħarġet fl- aħbarijiet u d-DOI ma ħareġ l- ebda stqarrija.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: M'għandi xejn x'inżid, Mr Speaker.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jista' l- Ministru jgħidli għaliex m'għandu xejn x'iżid?", "Għax ma jridx jgħidilna jew għax ma jafx?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Naħseb li rridu napplikaw ir- regoli parlamentari ta' l- iStanding Orders.", "Jien diġa' għidt lill-Onor.", "Mizzi li ma sarli l-ebda rapport f'dan is- sens, wisq inqas ma ħassejt il- bżonn li nwieġeb dak inhar jew inwieġeb illejla.", "Jekk ikun hemm domanda preċiża fuq hekk, naturalment isir indaġni fuqha.", "POLICY DWAR L-AIDS", "5664.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Riżorsi Umani: B'referenza għar-risposta mogħtija mill-Ministru għall- mistoqsija parlamentari tiegħi Nru 4999 dwar id-draft policy dwar l-AIDS li tfassal min- National Committee on AIDS flimkien mal-Global Programme on AIDS (WHO regional office for Europe), jista' l-Ministru jpoġġi d-draft policy kif mitlub fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Għandu jew m'għandux dan id- draft policy l-Ministeru?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI (Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani): Kif għarraft lill-Onor.", "Interpellant fir- risposta għall-mistoqsija parlamentari Nru. 4999, it- tfassil tal-politika nazzjonali dwar l-AIDS mhix kompitu tal- Ministeru tiegħi, iżda tal- Ministeru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali.", "Nissuġġerilu li jagħmel il-mistoqsija lilu.", "SANTA LUĊIJA - FLATS TAL-GVERN", "5665.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għas- Sigurta' Soċjali: Jista' l- Ministru jgħid x'sar mill- wegħda li l-inkwilin fi Flats Indipendenza fi Triq Maria de Domenicis, Santa Luċija jingħatawlhom xi flus biex titlesta l-kamra tal-banju fl- istess flats?", "Jaf il-Ministru li minkejja li l-abitanti ilhom joqgħodu hemm ix-xhur u anke 'l biċċa l-kbira l-Awtorita' tad- djar għollitilhom il-kera, s'issa baqgħu b'xejn?", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: L- Awtorita' tad-Djar awtorizzat il-pagament lil dawk il- benefiċċjarji li fil-fatt waħħlu l-kamra tal-banju.", "NAXXAR - PALAZZO CASTRO", "5695.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru ta' l- Ambjent: Jista' l- Ministru jikkonferma li Palazzo Castro fin-Naxxar fl-inħawi tat-Trade Fair Grounds qiegħed jitwaqqa' minn kuntratturi biċċa, biċċa?", "Jaf il-Ministru li dan il- palazz għandu storja antika u jifforma parti mill-wirt storiku u kulturali ta' pajjiżna?", "Jeżistu permessi għal tali twaqqiegħ?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Dak li qed jitwaqqa' mhux Palazzo Castro iżda ħitan ta' ġonna viċin.", "LOGĦOB TAL-PAJJIŻI Ż-ŻGĦAR - PIXXINA", "5696.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Ħarġu t- tenders għall-finishings tal-pixxina olimpika li qed tinbena għal- Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar 1993?", "Kemm-il tender intefgħet?", "Minn min?", "Għal liema ammonti ta' flus?", "Lil min ġiet aġġudikata?", "X'inhuma (i) il- finishings u (ii) il- facilities li mistennija li jkollha l-istess pixxina olimpika?", "Meta hu maħsub li dawn jitlestew?", "Hemm xi penalty clause f'każ li l- kuntratt ma jiġix esegwit fiż-żmien miftiehem?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Ma ħarġu l-ebda offerti għall- finishings biss tal- Pixxina Nazzjonali.", "It-tender li ħarġet kienet tkopri d-disinn u l-bini tal-pixxina kompluta b'kollox.", "Il-Pixxina Olimpika se tkun ta' livell internazzjonali u skond il- kuntratt li ttieħed din għandha tkun lesta sa Marzu 1993 b'penalita' ta' Lm1,000 (elf lira Maltija) kuljum, jekk ix-xogħol ma jitlestix fiż- żmien stipulat.", "LOGĦOB TAL-PAJJIŻI Ż-ŻGĦAR - PIXXINA", "5697.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joe Cilia) staqsa lill- Ministru għaż-Zgħażagħ u l- Kultura: Ħarġu t-tenders għall-finishings tal-pixxina olimpika li qed tinbena għall- Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar l993?", "Kemm-il tender intefgħet?", "Minn min?", "Għal- liema ammonti ta' flus?", "Lil min ġiet aġġudikata?", "X'inhuma l-finishings u l- facilities li mistennija li jkollha l-istess pixxina olimpika?", "Meta hu maħsub li dawn jitlestew?", "Hemm xi penalty clause f'każ li l- kuntratt ma jiġix eżegwit fiż-żmien miftiehem?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO (Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura): Ma ħarġu l-ebda offerti għall-finishings biss tal-pixxina nazzjonali.", "It- tender li ħareġ kien ikopri d- disinn u l-bini tal-pixxina kompluta b'kollox.", "Dan ingħata lil Devlands Ltd.", "Il-pixxina olimpika se tkun ta' livell internazzjonali u skond il- kuntratt li ttieħed din għandha tkun lesta sa Marzu l993 b'penalita' ta' Lm1,000 kuljum, jekk ix-xogħol ma jislestiex fiż-żmien stipulat.", "SPTARIJIET - PAZJENTI BARRA MINN MALTA", "5698.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joe Cilia) staqsa lill- Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Kemm il-pazjent ġie mgħejjun mill-Gvern mill-l981 sal-lum sena b'sena, sabiex isiefer għall-kura medika/ operazzjoni barra minn Malta?", "Għal-liema kura medika/ operazzjoni sar dan?", "Dawn ma jsirux/jingħatawx f'pajjiżna?", "Kemm kienet tammonta l- ispiża/kontribut tal-Gvern sena b'sena għall- istess snin?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: In-numru ta' pazjenti li ntbagħtu barra għall-kura sena b'sena kien hekk", "198l 236 1982 265 1983 263 1984 177 1985 255 1986 286 1987 247 1988 334 1989 377 1990 453 1991 513 Parti kbira ta' dawn il- pazjenti f'dawn l-aħħar snin marru għall- operazzjonijiet tal-qalb u ta' l-għajnejn, li ma jistgħux isiru Malta.", "L-ispiża nvoluta tingħata f'xi seduta oħra.", "TELEPHONES", "6002.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: X'inhu n-numru ta' applikazzjonijiet ta' telephones ġodda u transfers li bħalissa huma pendenti f'Ħad- Dingli, fil-Baħrija, fir-Rabat, f'San Pawl il-Baħar, fil- Qawra u f'Buġibba?", "Kemm ilha kull applikazzjoni għal telephone ġdid u kull transfer li bħalissa hija pendenti?", "Kemm kien in-numru ta' applikazzjonijiet għal telephones ġodda u transfers li bħalissa huma pendenti fl-1 ta' Jannar ta' din is-sena?", "Jista' l-Ministru jagħti r- raġuni għal kull lokalita' għaliex ma jistgħux jingħataw is-servizzi meħtieġa?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Apparti li nirrikonoxxi li l- Onor. Bartolo huwa preżenti, Mr Speaker, in-numru ta' applikazzjonijiet għal servizz ġdid ta' telephone, kif ukoll għal transfers li hemm pendenti f'Ħad-Dingli, fil- Baħrija, fir- Rabat, f'San Pawl il-Baħar, fil-Qawra u f'Buġibba sa l- aħħar ta' Settembru 1992 huwa kif jidher fil-lista hawn taħt.", "Applikazzjonijiet Pendenti sa l-aħħar ta' Settembru 1992", "|Prior | 87 | 87 |88 |89 |90 | 91 | 92 |Total| |Baħrija | | | | | | | | | |New app.|2 |2 |1 |3 |8 | 6 |1 |23 | |Transfer|0 |0 |0 |0 |0 | 0 |1 | 1 | |s | | | | | | | | | | | | | | | | | | | |Rabat | | | | | | | | | |New app.|4 |1 | 0 |3 | 5 | 35 | 81 | 129 | |Transfer|0 |1 | 0 | 0 | 1 |7 | 19 |28 | |s | | | | | | | | | | | | | | | | | | | |Dingli | | | | | | | | | |New app.|0 | 0 | 2 | 2 | 7 | 26 | 28 |65 | |Transfer| 0 | 0 | 0 | 0 | 0 |3 |9 |12 | |s | | | | | | | | | | | | | | | | | | | |Buġibba | | | | | | | | | |New app.|1 | 5 |28 |23 |26 |111 |263 | 457 | |Transfer| 0 | 0 | 0 | 2 | 6 |6 | 13 |27 | |s | | | | | | | | | | | | | | | | | | | |San Pawl| | | | | | | | | |il-Baħar| | | | | | | | | |New app.|1 | 6 |38 |25 |26 | 84 |144 | 324 | |Transfer| 0 | 0 | 0 | 1 | 4 |5 |9 |19 | |s | | | | | | | | | | | | | | | | | | | |Qawra | | | | | | | | | |New app.|1 |11 |22 |26 |57 | 75 |126 | 318 | |Transfer| 1 | 0 | 2 | 1 | 4 |1 | 14 |23 | |s | | | | | | | | |", "In-numru ta' applikazzjonijiet ġodda u transfers irregistrati sa l-1 ta' Jannar 1992 kien kif jidher hawn taħt:", "|Lokalita|Applikazzj|Transfer|Total| |' |onij-iet |s | | | |ġodda | | | | | | | | |Baħrija |25 |1 |26 | |Rabat |114 |15 |129 | |Dingli |49 |7 |56 | |Buġibba |448 |35 |483 | |San Pawl| | | | |il-Baħar|307 |21 |328 | |Qawra |452 |18 |470 |", "Biex jingħata s-servizz tat- telephone f'dawn il-lokalitajiet hemm bżonnn ta' tqegħid ta' cables fil-lokalitajiet kollha u f'xi postijiet hemm il- ħtieġa wkoll ta' tħaffir ta' trinek.", "Huwa ppjanat li x-xogħol meħtieġ biex jingħataw is- servizzi fir-Rabat, Ħad-Dingli, San Pawl il-Baħar, Buġibba u l- Qawra jitlesta s-sena d-dieħla.", "Ix-xogħlijiet konnessi mal- Baħrija huma ppjanati li jsiru fl-1994.", "Madanakollu sakemm jitlestew ix-xogħlijiet fil-lokalitajiet imsemmija l- Korporazzjoni se tkompli tipprovdi s-servizz tat-telefon lill-applikanti fejn ikun teknikament possibbli.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jista' l- Ministru jgħidli jekk l- applikazzjonijiet għal transfers u għal servizz ta' telephone jinżammx record tagħhom fil- computer?", "Jekk jinżamm record ta' dawn l- applikazzjonijiet, jinżamm record tad-data meta saru?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Mr Speaker, safejn naf jien is-sistema kompjuterizzata bil- mod kif qed jindika l-Onor.", "Mizzi għad trid issir għaliex din hija parti mill-proċess tal-computerisation totali.", "Pero' jinżammu records attwali ta' l-applikazzjonijiet kollha kif jidħlu.", "Jien mhux qed ngħid li m'hemmx sistemi ta' computerised lists, imma għad trid issir sistema ta' computerisation tar-records totali biex tkopri ħafna minn dawn l-affarijiet.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jiġifieri l-Ministru qed igħid li jinżammu d-dati meta jsir it- transfer u min ma jkunx inqeda jkunu għadu pendenti u jkollu r- records tiegħu?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Jien qed ngħid li jinżammu r- records li hemm bżonn biex ikun hemm l-aħjar servizz għal min applika kemm għal servizz ġdid u kif ukoll għal trasferiment.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Meta jintalbu d-dati ta' l- applikazzjonijiet tat- transfers li għadhom ma sarux, għaliex il-Ministru jew jaħrab mill- mistoqsija jew ma jkunx f'pożizzjoni li jagħti dawn id- dati?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Mr Speaker, jien diġa' spjegajt għall-ewwel domanda ta' l-Onor.", "Mizzi li jrid ikun hemm sistemi ġodda komputerizzati ta' management information systems li jkopru t-tagħrif bħal dak li qed jindika hu stess.", "Ir- records tal-Korporazzjoni Telemalta jinżammu ħalli hawnhekk inkunu nistgħu nagħtu t-tagħrif mitlub.", "Wieħed irid jara wkoll x'tip ta' riċerka jrid jagħmel l-Onor.", "Mizzi.", "Jekk hu jrid joqgħod jirreferi għar-record ta' x'jagħmel kull line-gang kuljum u joqgħod jagħmel referenza għall-A.N.s u affarijiet bħal dawn, jista' jasal għal ħafna informazzjoni.", "Is-sistemi li rridu llum il- ġurnata huma sistemi ta' management information fejn wieħed igħid kemm ikun ta lil- lokalita' at a push of a button u mhux joqgħod iqalleb biex jara x'jagħmel kull linesman, fejn mar u x'A.N.s kellu f'idejh.", "MR SPEAKER: Il-Ministru Bonello Du Puis.", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Jien il-bieraħ qomt nirrispondi lill-Onor.", "Joe Cilia għad- domanda numru 5634.", "Fil-file kien hemm tliet domandi u jien irrispondejt għad-domanda tan- nofs.", "Għalhekk din ir- risposta ma kenItx dik li kellha tingħata.", "Meta mbagħad qaluli x'kien ġara jien stess mort għand l-Onor.", "Joe Cilia u għidtlu eżattament x'kien ġara u wrejtu wkoll x'kellha tkun ir-risposta.", "Imbagħad erġajt tlabt permess biex dik ir- risposta terġa' tinqara f'dik is-seduta stess iżda l-Onor.", "Mizzi rrifjutali l-permess forsi għaliex kien in a black mood.", "Sadanittant il- Membri kollha tal-Kamra kellhom available r-risposta t-tajba.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cilia.", "ONOR.", "JOE CILIA: Mr Speaker, nixtieq nirringrazzja lill- Ministru talli wara li kien induna bl-iżball ġie ħdejja personalment biex niftiehmu fuq il- kwestjoni.", "Pero' nixtieq nappella biex fil-futur ikun hemm aktar attenzjoni min-naħa ta' min jirrispondi għad- domandi li jsiru ħalli dawn ir- risposti jingħataw lill- Oppożizzjoni kif inhu xieraq.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Mr Speaker, jekk stess kien hemm il-bżonn li ninżel għarkobtejja quddiem il-Kamra kollha biex niżkuża ruħi mill- iżball li għamilt, kont inkun lest li nagħmel dan.", "Issa se naqra r-risposta t- tajba.", "Il-karigi tas-segwenti uffiċ- jali huma dawn li ġejjin:", "Mr J M Formosa General Manager Mr P Farrugia Senior Manager Ms M Galea Senior Manager Mr A Schembri Manager Mr T Borg Manager Ms M Chetcuti Supervisor Mr S Cachia Assistant Manager Fl-istruttura tal-Lohombus Mr T Borg u Ms M Chetcuti huma l- ħin kollu okkupati bil- pubblikazzjoni tal-kuntratti.", "L-uffiċjali l-oħra li l-job description tagħhom huwa relatat mal-grad kif inidikat, huma ukoll jagħmlu diversi xogħlijiet in konnessjoni ma' l- iproċessar ta' l- applikazzjonijiet kif ukoll jidhru fuq il-kuntratti skond il-ħtieġa tax-xogħol.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet issa għadda.", "L-Onor.", "Noel Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Nitlob il-permess tal-Kamra sabiex nagħmel mistoqsija numru 6324.", "MR SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata", "IMPORTAZZJONI TA' FROTT", "6324.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA: staqsa lill-Ministru ghall- Ikel, Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jghid kemm kienet f'tunnellagg l- importazzjoni ta' frott u hxejjex matul din is-sena?", "Jista' l-Ministru jipprovdi din l- informazzjoni xahar b'xahar, bit-tunnellagg tal-kwantita', kwalita' tip ta' frott u haxix inkluz il-prezz li kien fis-suq u min gabhom f'kull kaz?", "Qieghed inpoggi fuq il-mejda l-informazzjoni mitluba mill- Onor. Interpellant, dwar l- importazzjoni ta' frott u hxejjex sa' Ottubru, 1992 u moghtija xahar b'xahar.", "Il-Ministeru tieghi m'ghandux statistika dwar il-prezz ta' l- oggetti impurtati.", "Ma jidhirlix li ghandi naghti ismijiet ta' importaturi minhabba li l- informazzjoni hija ta' natura kummercjali.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker nitlob il-permess tal-Kamra biex nagħmel mistoqsija parlamentari oħra li tidher fuq l-agenda.", "MR SPEAKER Hemm permess?", "(Onor. Membri : Iva)", "Il-permess ingħata", "STUDENTI MILL-KOTTONERA", "6456 l-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Reno Calleja) staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Billi huwa magħruf li l-area tal- Kottonera għandha ħafna problemi soċjali li qed jaffettwaw id-dħul ta' żgħażagħ fl-Universita u anke fis-6th Form, kif ukoll li din l-area għandha l-aktar rata baxxa ta' studenti fl- Universita, jista' jadotta dak li hu magħruf bħala \"positive discrimination\" biex żgħażagħ minn dawn in-naħat jingħataw preferenza biex jidħlu l- Universita?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Bejn l-l986 u l-1992, id-dħul fl-Universita mill-ibliet tal- Kottonera kien ta' medja inkoragganti kif jidher fl- istatistika dwar dħul ta' żgħażagħ mill-Kottonera fl- Universita' bejn l- 1986 u l- 1992 li qiegħed inpoġġi fuq il- Mejda tal-Kamra.", "Meta m'hemmx numerus clausus ma jistax ikun hemm positive discrimination ħlief billi jitbaxxew il- kwalifiki.", "In-nies tal- Kottonera ma għandhomx bżonn dan, billi huma mogħnija bl- intelliġenza.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "KUMITAT TA' PROVVISTA", "ESTIMI ĠENERALI 1993", "L-EWWEL JUM STABBILIT", "MINISTERU TA' L-AFFARIJIET BARRANIN", "Skond il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru. 70 tal-25 ta' Novembru, 1992, il-Kamra marret f'Kumitat.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor.", "Michael Bonnici, Viċi President tal-Kumitati, jippresjedi.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Skond il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru. 70 tal-25 ta' Novembru, 1992, il-ħin tad-diskussjoni tal-lum għandu jinqasam indaqs bejn kelliema tal-Gvern u kelliema ta' l-Oppożizzjoni, bl-aħħar nofs għall- Gvern.", "Il-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin, jekk jogħġbu, iressaq ir- riżoluzzjonijiet tiegħu.", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO: Nipproponi:", "VOT 8 - MINISTERU TA' L- AFFARIJIET BARRANIN", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm4,226,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 8 - Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1993.", "VOT II - MINISTERU TA' L- AFFARIJIET BARRANIN", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm695,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot II - Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1993.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hemm rimarki?", "L-Onor.", "George Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Inressaq din l-emenda:", "VOT 8 - Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin", "Personal Emoluments", "ITEM 11 - Ministru", "Ħassar iċ-ċifra ta' \"Lm9,920\" u ssostitwixxi minflok iċ-ċifra \"Lm9,919\"", "Delete the figure \"Lm9,920\" and substitute therefor the figure \"Lm9,919\".", "Sur President, dan huwa l-mod formali ta' kif wieħed juri sfiduċja fil- mod kif ikun tmexxa Ministeru.", "Ma nixtieq bl-ebda mod li dan jirrifletti fuq il-kapaċitajiet personali ta' l-Onor.", "De Marco imma fuq il-mod kif tmexxa d-dipartiment tiegħu.", "Meta tneħħi Lm1, illum anke l-ħaddiem iż- żgħir qed igħid li mhi xejn, aħseb u ara kemm tista' tagħmel ħsara lill- Onor. De Marco.", "Taħt il-Vot tal-Prim Ministru għandna l- Affarijiet Barranin, l-Export Trade, kif ukoll il-Parliamentary Affairs.", "Xtaqt nagħmel xi kummenti fuq l-affarijiet li jaqgħu ukoll taħt dan il- Ministeru.", "Sur President, nixtieq nibda mill-Parlament.", "Fil-bidu, meta konna bdejna din il- Leġislatura, saru ħafna wegħdiet li l-affarijiet se jsiru aħjar, li se jkollna mezzi biex skond kif hu l- iskop, jiġi faċilitat is- servizz biex il-membri ta' din il-Kamra jaqdu d-doveri tagħhom b'mod effiċjenti.", "Meta wieħed iħares lejn il-Vot li strettament ma jaqax taħt Vot 8 imma taħt Vot 1, irridu bilfors inħarsu lejh biex nitkellmu fuq l-affarijiet Parlamentari.", "Għall-1993 għandna allokat Lm141,000, jiġifieri għandna biss żieda ta' Lm36,000 f'dawk li huma operational and maintenance expenses.", "Fuq programmes u initiatives m'għandna mniżżel xejn.", "U minn dawn is- Lm36,000 għandna Lm7,000 għall-hospitality, Lm21,000 għall-ivvjaġġar u Lm8,000 għal office services.", "Jiġifieri jien qed ngħid li minkejja li kienu wegħduna li se jkollna ħafna faċilitajiet - per eżempju computer biex ikollna aċċess għal dibattiti tal-passat u mistoqsijiet parlamentari, akkommodazzjoni aħjar fil-kmamar u għajnuna segretarjali - f'dan il-Vot jidher li minn dan kollu m'hemm xejn.", "Iktar u iktar, m'hemm maħsub xejn dwar pjanijiet li għamilna żmien nitkellmu fuqhom, rigward l-ispostament tal-Parlament.", "Konna ppubblikajna l-pjanti tal- Parlament ġdid f'Kastilja, imbagħad għidna li se mmorru Auberge d'Italie, u issa milli jidher se nibqgħu hawnhekk.", "Rigward ix-xogħol tal- Parlament, irrid ngħid li fil- bidu kien hemm xi diskussjonijiet bejn il-Gvern u l- Oppożizzjoni dwar kif se naħdmu u kif se nqassmu ħin.", "Jiddispjaċini ngħid li dan mill-ewwel sfuma fix-xejn u ftit ġimgħat ilu dan il- Parlament spiċċa jġebbed id- diskussjoni fuq mozzjoni żgħira għax il-Gvern ma kellux leġislazzjoni ppreparata.", "Spiċċajna b'diversi First Readings ta' liġijiet quddiemna, u rapporti ta' awtoritajiet illi bil-kemm ikollna ċans li nistudjawhom bis-serjeta' biex nagħmlu krititka serja kif nixtiequ li nagħmlu dejjem.", "Ħaġa oħra li kienet qed tinkwetani ħafna - u dan nixtiequ li nirreġistrawh, għaliex aħna ma naqblux li dan il-Parlament għandu jkompli jitmexxa kif qed jitmexxa - hija l-mod leġġer li bih ħafna drabi kienu qed jirrisponduna l-Ministri, anke fil-ħin tal- mistoqsijiet.", "Uħud minnhom kienu jagħtuna l-impressjoni li qishom jagħmlulna pjaċir li qed jirrisponduna flok jirrikonoxxu d-dover li għandha din in-naħa li titlob informazzjoni fl- interess pubbliku.", "Mr Chairman, inħoss illi fil- Leġislatura li għaddiet kien hemm ċerta intransiġenza dwar leġislazzjonijiet importanti; ma kienx hemm dibattitu, u konna ffaċċjati b'sitwazzjoni fejn irridu naċċettaw il-liġi kif inhi u għalxejn nipproponu emendi.", "Is-sitwazzjoni li l- Kamra tinsab fiha proprju llum tirrifletti l-mod kif tħaddem dan il-Parlament.", "Illum qed niddibattu dan il-Budget magħluqin f'kamra, fejn l- uniku kuntatt li għandna ma' barra huma l-ġurnalisti għaliex dan il-Gvern bl-ebda mod ma ried li dawn id- dibattiti jixxandru għall-informazzjoni tal-pubbliku biex ikun jaf x'qed isir f'din il-Kamra.", "Għalija huwa għajb, li minħabba skuża jew oħra, jew biex ma ndejqux lin-nies jew għax in- nies ma jridux jaraw it- television, spiċċajna biex id- dibattitu rigward l-iktar affarijiet importanti jsir kważi fil-magħluq.", "Kien hemm ukoll diskussjoni rigward it-twaqqif ta' Kumitat għall-Kamra.", "Hawnhekk nixtieq nagħmel xi kummenti fuq dan għax huwa mportanti.", "Din in- naħa qed issostni li l-ewwel m'għandu jitwaqqaf huwa l- Public Accounts Committee.", "Dan huwa kumitat li kien jiġi msemmi wkoll meta kienu jsiru t- taħdidiet tas-Select Committee fl-1978 rigward section 67 (a), u kien hemm ftehim li dan il-Kumitat kien wieħed minn dawk li kellhom jitwaqqfu.", "Dan bid-differenza li fil-bidu kien hemm suġġerit li jkun hemm Chairman u żewġ Membri minn kull naħa tal- Kamra.", "Ftit xhur wara, il- Gvern ġie bi proposti ġodda fejn qal li n-numru jrid ikun bil-fart, jiġifieri 5, 7 jew 9 Membri u jkun hemm rappreżentanza skond kif inhi rappreżentata l-Kamra.", "Dan ifisser li se jkun hemm il- maġġoranza tal-Gvern.", "Il-Gvern ħareġ bil- proposta wkoll li ċ- Chairman ikun min-naħa tal- Gvern u jkollu wkoll il- casting vote.", "Jiġifieri f'kelma waħda, din kienet se tkun xi ħaġa biex jgħaddi li għandu jgħaddi.", "Fuq din ma rridx intawwal, pero' aħna rridu, jekk jista' jkun, li dawn id-diskussjonijiet isiru u jispiċċaw mill-aktar fis.", "Qed ngħidu ċar u tond li aħna rridu Kumitat li jkollu s- saħħa li mhux biss jifli l- ispiża wara li tkun saret imma jkollu ċ-ċans li jagħmel ongoing accounting u verifika waqt li jkun qed isir ix- xogħol.", "Mhux hekk biss, imma jekk kemm-il darba jkun hemm bżonn ta' surplus expenditure f'ċertu Vot li jkun ġie vvotat mill-Kamra, jekk ma jkunx hemm qbil fil- Kumitat, dan għandu jiġi riferut lill-Kamra.", "Biex neliminaw jekk għandux ikun hemm iktar Membri min-naħa tal- Gvern jew min-naħa ta' l- Oppożizzjoni, għandu jkun hemm id-dritt li kull Membru ta' dan il-Kumitat jinvestiga jew jitlob li jiġi nvestigat kull Vot jew parti ta' Vot li taħtu jkunu qed isiru xi spejjeż.", "Importanti wkoll li m'għandhomx jibqgħu barra l-Corporations tal-Gvern li ħafna drabi qed ikunu mezz kif ċerti spejjeż qed isiru mingħajr ma jaqgħu taħt il-kontroll ta' l-Awditur.", "Dan rigward dak li huwa x- xogħol tal-Parlament.", "Mr Speaker, issa niġu għal- rijorganizzazzjoni tal- Ministeru ta' l- Affarijiet Barranin.", "Jingħad fl-estimi li hemm żewġ għanijiet.", "\"The Ministry will be strengthened further by recruiting and training a professional career diplo- matic corps.", "Opportunities to train and integrate the existing staff in the new diplomatic corps are being constantly explored.", "Jiena ma noqgħodx naħsibha darbtejn biex ngħid li huwa sewwa u tajjeb illi jkollok staff diplomatiku li jkun ittrejnjat.", "Pero' jiena nistaqsi immedjatament fuq dawk in-nies li kienu b'esperjenza kbira meta nbidel il- Gvern fl- 1987 u intefgħu 'l barra mill- Ministeru tal-Foreign Affairs.", "Dawn fejn jiffiguraw f'din l- istorja kollha?", "U min se jkun responsabbli biex jintgħażlu n- nies li se jokkupaw dawn il-postijiet?", "Jiena naf illi fil- preżent hemm nies - u wħud minnhom għandi rispett kbir lejhom - illi għalkemm m'humiex diplomatiċi u m'għandhomx xi diplomi fid-diplomazija, għandhom l-esperjenza u jgawdu fiduċja fix-xogħol tagħhom fil- Foreign Affairs.", "Min se jkun dak illi se jiddeċiedi min huma dawk kompetenti?", "Min se jkun dak li jiddeċiedi, per eżempju min se jkun il-Head tal- Protocol illi qed jissemma?", "Jiena naħseb li dan se jkun xi post maħluq biex jakkommoda lil xi ħadd, kif ngħid li se jkun dan id-Direttorat li qed jiġi reklamat.", "Dawk li kienu fil- Foreign Affairs u ntbagħtu f'dipartimenti oħra - għax min intbagħat it-Trade u min intbagħat il-Lands - għandhom ċans japplikaw?", "Għaliex skond iċ-ċirkolari li ħarġet, jista' japplika kull civil servant li għandu ċertu grad biex jiġi kkonsidrat għall-post ta' Direttur fil-Foreign Affairs.", "Nistaqsi lill-Ministru, u nixtieq li jirrispondini, jekk jemminx li l-poplu issa se jemmen li min se jiġi appuntat f'dawn il-postijiet se jkun appuntat għax verament ikun kapaċi jew inkella għaliex tkun qed tiġi applikata l-ideoloġija jew id-dutrina li spjega Austin Gatt fil-programm \"Dahrek mal- Ħajt\" fuq it-television, fejn għamel enfasi kbira li dawn in- nies iridu jkunu nies ta' fiduċja, nies li l-Ministru jrid ikun ċert li jkunu jxaqilbu u jemmnu lejn il- politika tiegħu.", "Jiena nsemmi każ - u l-Ministru jaf bih - ta' persuna fil-Protocol li qiegħed Canberra l-Awstralja u huwa second in command.", "Taħt Amministrazzjoni Laburista dan telaq mix-xogħol on medical grounds, għamel xi għaxar snin jaħdem fl-Awstralja, u proprju f'April li għadda reġa' ġie appuntat mill-ġdid f'Canberra!", "Dawn il-bużullotti ġraw ukoll fil-każ tas- Sur Evarist Saliba, li qiegħed hawnhekk, u nista' ngħidlu f'wiċċu li n-nies skantati kif wieħed jista' jfiq f'daqqa wara dak il-mard kollu.", "Wieħed irid joqgħod attent li dan l-element ma jidħolx fid-Dipartiment ta' l- Affarijiet Barranin għaliex ikun qiegħed jistieden illi malli jkun hemm kambjament fl- Amministrazzjoni, u dawn in- nies appuntati jkunu jġorru l- badge Nazzjonalista, bilfors ikollha tiġi applikata d- dutrina ta' Austin Gatt, u jekk ma jkollokx fiduċja fihom, ikollok twarrabhom.", "Nixtieq nistaqsi wkoll, Sur President, rigward l-ispiża tad- Dipartiment.", "L-Ambaxxatur Gauci qal:", "\"...", "2% of the National Budget, we are an expensive Ministry\".", "Dan hu veru, pero' semma wkoll pjan li sabiex isir tnaqqis fl- ispejjeż, jiġu stallati dak li hu sejjaħ labour saving devices.", "Sforz il-kurżita', nixtieq li l-Ministru iktar tard jgħidilna fiex jikkonsistu l-ispejjeż li jammontaw għal Lm17,000 għal overtime li hemm imniżżel għas- sena 1993, li huwa tliet darbiet iktar mill-ammont li kien stmat fil-Budget ta' l- 1992.", "Dan huwa in line mal- Budget li tkellem fuq miżuri ta' issikkar fiċ-Ċivil ħalli nkunu iktar cost effective?", "Jekk inħarsu lejn l-information services taħt dan l-istess Vot, naraw li filwaqt li fl-1991 kien hemm madwar Lm13,000 vvotati għal dan il-għan, fl- 1992 ġew ivvotati Lm33,000, u għas-sena d-dieħla qed jiġu vvotati Lm18,000.", "Dawn il-flus ma nafx għalxiex ġew ivvotati, naf biss li kienet is-sena ta' l-elezzjoni.", "Jista' l-Ministru jispjegalna wkoll xi jkunu dawn l-allowances li jidħlu taħt dan il-Vot?", "Per eżempju, għall- Ambaxxata ta' l-Ingilterra, hemm Lm80,000 f'allowances li huma 33% ta' l-allowances li għandu il-main office hawn Malta; il-Kummissjoni Maltija fl-Ingilterra għandha terz ta' l-allowances li hawn hawnhekk; dik ta' l-Awstralja għandha Lm54,000 f'allowances, li huma 20% ta' dawk li għandhom fil- Ministeru ta' Malta; l- Ambaxxata tal- Ġermanja għandha Lm44,000 f'allowances; ta' l- Italja għandha Lm45,000 u l- Ambaxxata tal-United Nations għandha Lm58,000.", "Ikun interessanti għall- poplu li jkunu jaf fiex jikkonsistu dawn l-allowances u għaliex qegħdin jitilgħu daqshekk.", "Jien nagħlaq din il-kwestjoni billi nsemmi x'qal l-Onor.", "DeMarco fil- Konferenza Annwali ta' l-ambaxxaturi fejn rigward recruitment qal:", "\"We would like to give a chance to those officers who have served for long years and given satisfactory service, to join the Diplomatic Corps\".", "Jien nawguralu li dan jattwah u jerġa' jagħti ċans lil min kien onest, lil min ħadem u lil min kellu esperjenza fil-Ministeru u ġie ttrattat bil-mod kif ġie ttrattat.", "Issa nixtieq insemmi ħaġa oħra li għandha x'taqsam ma' dan il- Ministeru, u din hija l-METCO, li naħseb li hija l- iktar barranija fil- Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin.", "Minn taħt Ministeru ieħor, il- METCO intefgħet taħt il- Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin, u għaliha qed nivvotaw Lm605,000.", "Qed jiġi spjegat li l-iskop tagħha hu li torganizza trade missions minn u għal Malta, iżżomm close link mal-missjonijiet diplomatiċi barra u anke tagħmel trade representations.", "Jien nixtieq nistaqsi lill- Ministru jekk kemm-il darba dan is-set-up fih innifsu hux qed jirdoppja xi ftit ix-xogħol li tagħmel l-MDC jew inkella x- xogħol li suppost jagħmlu l- ambaxxati barra jew l-uffiċċji tal-konsolati li għandna.", "U x'għandha x'turi dan in return?", "Qed nivvotaw dawn il-flus kollha, qegħdin niftaħru fuq set-up ġdid u nispera li dan ma jispiċċax s-set-up tal- parties u s-set-up tas-safar għal ċertu nies.", "Li naf żgur hu li qed isiru kummenti li qegħdin isibu xi diffikultajiet meta jiġu bil-problemi u dawn jkollhom awtomatikament jerġgħu jiġu riferuti lid-dipartiment li kienu jappartjenu qabel għaliex il-METCO hi veru barranija għad-Dipartiment ta' l- Affarijiet Barranin.", "Kultant il-Ministru minħabba l- commitment li għandu jiġri 'l hemm u 'l hawn barra minn Malta - u dan mhux qed ngħidu bl- ebda animu - ikun diffiċli biex jieħdu deċiżjonijiet finali mingħandu.", "Ngħaddi issa, Sur President, għal sfera oħra tax-xogħol li jkopri d- Dipartiment ta' l- Affarijiet Barranin.", "U dan huwa il-kuntatt li dan il- Ministeru suppost jagħmel mal- komunitajiet Maltin barra minn Malta.", "U wieħed mill-oġġettivi prinċipali jgħid : \"To promote solidarity with and among the Maltese community living abroad\".", "Issa ma nistax noqgħod nitkellem fuq il-problemi li qegħdin isibu ċ- ċittadini Maltin li qegħdin f'artijiet oħra.", "Pero' nixtieq nikkonċentra fuq fejn hemm l-iktar komunita' kbira, jiġifieri ġewwa l-Awstralja.", "Jiena ċert li l-Ministru jaf li qed jiffaċċjaw problemi kbar.", "Nixtieq li r-rabta tkun li jkollna aktar nies fl-istaff diplomatiku ġewwa l-Awstralja fejn fil-fatt il-Maltin jmorru jfittxu l-għajnuna aktar milli jkollna n-nies f'Canberra fejn qegħdin għaċ-ċerimonji.", "Veru li hemm 'il bogħod u li Camberra hija l-belt kapitali, pero' jiena naħseb li għandu jkollna deployment tan-nies iktar qrib fejn hemm in-nies speċjalment ġewwa Sydney u Melbourne.", "Ma għandix dubju li l-Ministru jaf li qed ikun hemm ħafna problemi rigward iċ- ċittadinanza doppja.", "Ħafna qed ikollhom interpretazzjoni differenti tal- klawsola tas- sitt snin u l-klawsola ta' min hu miżżewweġ lill-barranin.", "Jien nissuġġerixxi biex ineħħu ħafna mit-tbatija ta' dawk il- ħafna nies li qed jiġu hawn Malta u jsibu interpretazzjoni differenti.", "Għandu jkun hemm min hu kompetenti f'dawn il- postijiet u jagħti deċiżjoni fuq il-każ tagħhom qabel dawn ibigħu kollox, jiġu hawn Malta mbagħad isibu l- affarijiet mhux kif ippretendew.", "Qed ikun hemm problemi fuq l- interpretazzjoni tal-ftehim reċiproku f'dawk li huma servizzi soċjali, taxxi u saħħa.", "Mr Speaker, li se ngħid forsi mhuwiex strettament fil-kamp tal-Ministru pero' l-Ministru kellu x-xorti li kien Ministru tal-Ġustizzja aktar kmieni.", "Ħafna qed imorru spiss fil- konsolati u fl-ambaxxati Maltin barra minn Malta għaliex qed ikun hemm dewmien esaġerat mill-avukati Maltin rigward kwestjonijiet ta' wirt li jaffettwa l-eredi li qegħdin barra minn Malta.", "Dan hu aktar mil-lat uman.", "Pero' mil-lat kulturali u edukattiv, jien inħoss li qed isir ftit, biex ma ngħidx xejn, f'dak li hu skambju u kuntatt kontinwu li għandu jkun hemm ma' ħutna barra minn Malta.", "Per eżempju, f'Melbourne qiegħed jiġi mgħallem il-Malti pero' f'Sydney, minkejja l- missjoni diplomatika li għamel il-Prim Ministru - li rriżultat biss f'għoti ta' kelb u ġie lura bil-wegħdiet tal-Premier ta' New South Wales, li l- Malti kellu jiddaħħal - s'issa l- Malti għadu ma daħalx.", "Jien nixtieq li l- Ministru jieħu nota ta' dan li qed ngħid biex dawn l-affarijiet ma jkomplux isiru għaliex illum dan huwa parti mix-xogħol tad- Dipartiment ta' l- Affarijiet Barranin.", "La hemm il-METCO fid-dipartiment - u hu obbligu tagħna li naraw li jkun hemm ċertu promozzjoni ta' trade - għaliex, per eżempju, m'għandux jitwaqqaf trade commissioner fl-Awstralja li jkun qiegħed hemm biex jipprova jikkanalizza certu negozju għal Freeport u affarijiet oħra li għandna biex ma niddependux biss minn missjonijiet diplomatiċi li jmorru darba kultant?", "Mr Speaker, dan li se ngħid ukoll ma jaqax strettament taħt dan il-Ministeru pero' tant hemm konnessjoni eżatta mal- Ministeru tal-Ġustizzja li jkun interessanti li wieħed ikun jaf x'kien l-iskop tat-twaqqif tal- kummissjoni u s-segretarjat tal-Maltin ta' barra meta f'Malta għandna Kummissjoni għall-Emigranti li ilha attiva 42 sena u li għandha esperjenza f'dan il-qasam.", "F'dan is- segretarjat hemm nies bħas-Sur Peter Darmanin, Nazzjonalist, li jiżvojtja l-istonku tiegħu kull nhar ta' Ħadd fuq il- gazzetta kontra l-Laburisti.", "Dan għandu Lm3,000 fis- sena bħala salarju u m'hu qed jagħmel xejn ħlief li darba f'sena jorganizza l-programm \"Merħba\".", "Ħafna nies Laburisti li kienu l-Awstralja u jafu x'kien jagħmel hemmhekk, lanqas biss jipprovaw jiċċappsu ma' dan il- programm.", "Issa ħalli ngħid xi ħaġa dwar il-politika barranija proprja.", "Id-Diskors tal-President fil- ftuħ ta' dan il-Parlament - li jien kelli okkażjoni nirrimarka fuqu - qabbiltu ma' dak li kien qal il-President fil-ftuħ tas- Sitt Parlament f'Lulju ta' l- 1987.", "Fid-Diskors tal- President ta' l-1987 kien hemm firxa ta' suġġetti li kienu jagħtu veduta wiesgħa tal- politika tal-Gvern.", "F'dak id- Diskors, il-President tkellem fuq il-politika reġjonali u globali, fuq in-newtralita' u n-non-allineament, fuq il-Ġnus Magħquda, fuq il-politika Mediterranja, fuq l-Amerika, fuq il-kwestjoni tal- Palestinjani, fuq il-Moviment Non-Allineat, fuq is-CSCM, fuq il-Komunita' Ewropea, fuq il- Kunsill ta' l-Ewropa u fuq il- Commonwealth.", "Bħalma qed naraw kien hemm firxa intelliġenti ta' dak kollu li wieħed jippretendi li għandu jkun hemm fi programm bħal dan.", "Fid- Diskors tal-President li sar fl-4 ta' April, jiġifieri meta nfetaħ is-Seba' Parlament, fuq politika barranija hemm sentenza waħda biss: \"Il- politika barranija - il-mira ewlenija hija s-sħubija fil- Komunita' Ewropea\".", "Imbagħad il-President kompla jgħid hekk:", "\"Aħna nqisu li r- relazzjonijiet tajbin ħafna li għandna mal- pajjiżi kollha tal- Mediterran huma ta' vantaġġ u mhux ta' tfixkil għar-rabta tagħna ma' l- Ewropa.\".", "Fuq dan irrid nikkummenta aktar tard.", "Mela ħalli naraw daqsxejn fejn hija orjentata din il-politika barranija ta' dan il-Gvern.", "Jekk wieħed jara l- Budget - u dan li qed niddiskutu huwa parti minnu - isib li kulma hemm fih huwa orjentat biex jissodisfa għan politiku.", "Dan ifisser li mhux qed isir eżerċizzju ekonomiku fl-interess tal-poplu imma qed isir eżerċizzju biex jissodisfa l-għan politiku tad-dħul ta' Malta fil-Komunita' Ewropea.", "M'hemmx għalfejn noqgħod insemmi l-miżuri kollha li ttieħdu bħalma huma li nċekknu s-settur pubbliku - u dan huwa tajjeb - li nneħħu elementi li mhumiex effiċjenti mis-settur tal-manifattura, li nneħħu l- protezzjoni, li ndaħħlu l-VAT, li nagħmlu levies temporanji biex imbagħad inneħħuhom u nagħmluhom xi mkien ieħor, li nilliberalzzaw ir-rata ta' l- interessi, li niftħu s-settur bankarju għall-banek barranin, li nneħħu l-control regulations u li ndaħħlu taxxi oħra bħal, ngħidu aħna, l-VAT.", "Ovvjament l- aktar waħda li se tweġġa' u li se jkollha effett hija l- introduzzjoni tal- VAT, li - skond ma qal il-Gvern - sa l- 1994 trid tkun imposta.", "Tajjeb li lill-poplu ninformawh li l- medja tal-VAT fil-Komunita' Ewropea hija ta' 15%.", "Fejn kienet inqas kellhom iżiduha u fejn kienet aktar, bħad- Danimarka li kellhom rata ta' 22.5%, kellhom ibaxxuha biex tiġi aktar qrib il-medja ta' l-Ewropa.", "Jigifieri l-poplu għandu jkun ippreparat li wara l- Budget ta' l-l993, l-iżvalut tal-lira Maltija ġiet b'10%, u fl-1994 over and above that se tiżdied taxxa oħra li hija l- VAT.", "Din se tiżdied b'madwar 15%.", "Mr Chairman, il-President kien qal li ir-relazzjonijiet tajbin li għandu pajjiżna mal- pajjiżi kollha tal-Mediterran huma ta' vantaġġ u mhux ta' tfixkil għar-rabta tagħna ma' l-Ewropa.", "Jiena nistaqsi lill-Ministru jekk onestament iħossx li kull meta niġu biex nitkellmu mad-diplomatiċi barranin dejjem tiżżeffen fin- nofs il-kwestjoni tal-Libja.", "Aħna nafu li fil-Libja hemm il- kwestjoni ta' Lockerbie, nafu li l-politika Mediterranea qegħda fil-ħakma ta' l-Amerika, u nafu wkoll li dan il-fattur tal-Libja kemm-il darba ssemma bħala ta' xkiel għalina meta nidħlu fil-lista ta' dawk il- pajjiżi li qegħdin japplikaw biex jidħlu fil-Komunita' Ewropea.", "Jien m'inix se nidħol fid-dettall rigward il- kwestjoni ta' Lockerbie għax kulħadd jaf x'kienu l-kwestjonijiet.", "Issa li s-sitwazzjoni hija din, il- Ministru jinsab kuntent li l-Gvern Malti għamel minn kollox biex jimponi fuq l- Amerika, fuq Franza u l- Ingilterra l-fatt li hu ma jemminx li l- akkuża li qegħda tagħmel l-Amerika hija valida?", "Mr Speaker, nixtieq nagħmilha ċara li aħna nikkundannaw kull att terroristiku, jiġi minn liema pajjiż jiġi, għax it- terroriżmu la huwa arma tad- djalogu u lanqas arma ċivili.", "Imma aħna qegħdin nieħdu l-każ li ġara, li huwa stat ta' fatt - u qed nistaqsi: Meta l-Gvern Malti għandu dik l-informazzjoni kollha li jsostni li hija vera, u l-Amerika tgħid li għandha informazzjoni oħra, il- Gvern Malti kellu jobdi is- sanzjonijiet tal-Gnus Magħquda ...", "Jien naqbel li jkollu jattwahom, imma kemm qiegħed jirreaġixxi biex igħid li dawn qed jagħmilhom taħt protesta u għaliex huwa membru tal-Gnus Magħqua imma moralment mhux konvint li jagħmilhom għaliex mhux konvint u jekk dak li qed takkuża l- Amerika fil-fatt ma eżistiex?", "Jien nistaqsi: Għaliex hawn dan il-kwiet kollu?", "Għaliex s'issa minn dan ma smajna xejn.", "Aħna smajna biss ċerti movimenti u kultant ċerti kuntatti, pero' jien nissuspetta li dan ma sarx għaliex fil-fatt bis- sanzjonijiet b'kollox aħna bħala pajjiż sejrin tajjeb.", "Imma din mhijiex serjeta'.", "Il- prinċipji ma nibdluhomx għall- flus jew għax qegħdin jissarfu fl-ekonomija u għax qegħdin indaħħlu l-flus mill-vapuri li ġejjin u sejrin.", "Il-problema hemm qegħda u ftit ġimgħat oħra jekk kemm-il darba nżommu t- time schedule li qegħda tissemma jaf ikun hemm aktar issikkar mill-Amerika fuq il- Libja.", "U hawnhekk huwa importanti li l-Ministru jispjega lill-poplu x'se jiġri minn pajjiżna li jiddependi ħafna fuq iż-żejt Libjan jekk kif qed jingħad issa l-miżura li jmiss hija l-miżura ta' l- għeluq tal-provvista taż-żejt ta' dan il-pajjiż.", "Jien ngħid li personalment ma nemminx li l-Amerika tasal għal dan, mhux għaliex tħobb lil-Libja jew għaliex hija konvinta li m'għandhiex tagħmel hekk, imma għaliex hemm l-interessi taż- żejt għall- Italja u għall- Ġermanja.", "Hawnhekk wieħed irid jirrealizza li f'dawn l- affarijiet l-ewwel li jorbot huwa l-but, l-ekonomija u l- flus u m'hemmx prinċipji fin- nofs.", "Imma jkun interessanti li l-Ministru fir-risposta tiegħu jgħidilna x'miżuri qed jieħu u x'contingency plans qed jaħseb fihom jekk kemm-il darba din ix-xi ħaġa li nixtiequ li ma ssirx fil-fatt isseħħ.", "Hawnhekk nerġa' ngħid li l- President, bir-rispett kollu, huwa żbaljat meta jgħid li l- ħbiberija tagħna ma' ċertu pajjiżi fil-Mediterran mhijiex ta' xkiel.", "Jien ngħid li hija ħafna ta' xkiel u din forsi naf ninterpretaha fl-isfond ta' kif qed jitbiddel il-mod ta' kif qed iġib ruħu u kif qed jitkellem il-Gvern Nazzjonalista llum rigward il-Komunita'.", "Il- Gvern Nazzjonalista qed jipprova jpinġi ruħu li jiddistakka kompletament minn dak li mhuwiex Ewropew fil- Mediterran ħalli jidher tal- gustuż ma' l- Ewropa.", "Dan rajnih f'artikli li se nirreferi għalihom aktar tard fejn xi ħadd li huwa wieħed mill-ispokesmen tajbin tal- Partit irid jiddieħak u jrid li l-konċett tal-politika Meditteranea li niġi għaliha aktar 'il quddiem, jiġi mormi għal kollox.", "Barra minn hekk, nixtieq nistaqsi jekk kemm-il darba dawn il-miżuri fil-fatt jittieħdu u bħala membri tal- Ġnus Magħquda jkollna nobdu, dan il-ġest kif se jiġi msarraf u x'se nieħdu tiegħu, għaliex imbagħad irridu naraw dan x'impatt se jkollu fuq l- ekonomija Maltija.", "U jiddispjaċini ngħid li l- ekonomija Maltija ma tantx għamlet profitt minn min qed jimmanipula dan il-każ biex ikollu vantaġġ politiku, u hawnhekk qed nirreferi għall- Amerika.", "Il-kummerċ kollu li għandna ma' l-Amerika - li hu pajjiż enormi li jagħmel ħafna arja u taħseb li b'qatra jista' jgħarrqek bil-ġid - huwa daqskemm għandna mal- Libja.", "Kultant l-Amerikani jagħtuna xi patrol boat wara li jkunu xebgħu jużawha!", "Dan qed ngħidu bir-rispett kollu, pero' nippretendi li pajjiż kbir daqs l-Amerika, li tana x'nifhmu - u mhux lilna bħala partit, imma lill-pajjiż u speċjalment lill- Partit Nazzjonalista - li se jagħtina backing kbir f'dak li hu investiment ...", "Imma f'dawn is-snin kollha dawn il- pajjiżi m'għamel assolutament xejn għalina, u hawnhekk ma niskruplax ngħid li meta darba qajjimt il-każ ma' l- Ambaxxatriċi Amerikana, b'nofs ċajt u nofs serjeta' din qaltli: \"Mela ma tafux li hemm is-Sitt Flotta fil- Mediterran?", "Iftħu d-Dockyard għalihom!\"", "Jiġifieri jekk inkissru l- politika tagħna u noqogħdu għal dak li jgħidulna huma xogħol ikollna!", "Nixtieq li l- Ministru, jekk jista' jkun, jagħtina ftit iktar informazzjoni fuq dan il-punt u jserraħ moħħ il-poplu dwar x'se jiġri jekk fil-fatt ħmistax oħra jittieħdu dawn il-miżuri.", "Inkomplu nduru mal-Mediterran u niġu għall-problema tal-Lvant Nofsani.", "Jien naf li l- Ministru personalment iħoss għal din il-problema u dan m'inix qed ngħidu b'kumpliment personali.", "Pero' f'dan il-każ wkoll l- individwu li diġa' semmejt jiġifieri Roderick Pace, ipprova jiddieħek bil- Ministru għaliex mar iżur l- Artijiet Okkupati u qal li kien imissu mar jagħmel il-lobbying ta' Malta għall-Komunita' minflok ma mar hemm.", "Hawnhekk naraw li meta tneħħi l-qalb u l-prinċipji mill-politika ma tagħmel xejn, ħlief tkejjel kemm għandek flus fil-but, kemm se ddaħħal u kemm se ssarraf miljuni.", "B'dan il-mod il- politika tiżnatura ruħha għaliex il- politika mhijiex l- istess ħaġa bħall-ekonomija.", "Pero' ma rridux ninsew li tan- naħa l-oħra jħobbu jsemmu dictum li jingħad mill-ħbieb tagħhom fl- Ewropa: We are here to do politics, we're not in business.", "Jiġifieri l- ewwel trid tiġi l-poltika, imbagħad in-negozju u l-flus ovvjament jiġu wara imma la l-qalb la l- morali u lanqas il-prinċipji ma jidħlu.", "Hawnhekk ta' min igħid li matul dawn is-snin f'daqqa waħda rajna aktar nuqqas ta' interess min-naħa tal-Gvern Nazzjonalista rigward il-problema Palestinjana.", "Kulħadd jaf li din hija problema kbira, hija ulċera li mhux faċli titfejjaq, pero' huwa tajjeb li wieħed juri daqsxejn tama fil-bidla tal- Gvern.", "M'hu qed isir xejn speċjali, ħadd m'hu qed igħid li se jsiru mirakli, għalkemm jista' jkun hemm xi ftit ċaqlieq.", "Jien ngħid li għandna nkunu fuq quddiem bħalma konna minn dejjem biex nuru li għandu jsir ċaqlieq rigward in-nies li ilhom snin twal imċaħħdin mid- drittijiet tagħhom.", "Pero' hemm ukoll il-biża' li fit-tibdil tal-Presidenza Amerikana, filwaqt li konna nafu x'jaf Bush, dan fl-aħħar ġranet kien xi ftit strumentali biex sar xi ċaqlieq, imma llum għandna lil Clinton u Al Gore fejn dan ta' l-aħħar ikkommetta ruħu u għamel ċerti rimarki li nibża' li mhux se jkunu ta' awgurju tajjeb għar-rigward it-tibdil fiċ-ċirkostanzi ta' Lvant Nofsani.", "Jien nawgura li qed niżbalja.", "U hawnhekk allura jidħol iktar u iktar il- commitment ta' nies li jemmnu bis-serjeta' f'din il- kawża, li mhux kif igħidu they pay lip service only - titkellem fuqha biss u ma jimportakx iktar - imma li jużaw il-fora u l-mezzi kollha possibbli biex jitkellmu dwarha.", "Għaliex hawnhekk mhux qed nittrattaw rigward jekk naqblux ma' dan il-poplu jew l- ieħor, imma qed nittrattaw dwar prinċipji.", "Hawnhekk tidħol ukoll il-kwestjoni li apparti l-problema politika u umana ta' dawk in-nies kollha li jbatu, bħat-tfal li trabbew, għexu u kibru fil- gwerra u ma jafux ħlief gwerra, tbatija u mwiet ...", "Jekk nagħlqu għajnejna għal dawn l- affarijiet nistgħu nagħlqu l- kotba u mmorru lejn id-dar għax il-politika għandha timpenja ruħha f'dawk li huma problemi morali u problemi umani.", "Imma barra minn dan, hemm kwestjoni ta' prinċipju u meta f'okkażjoni oħra mhux 'il bogħod wisq, rajna poplu ieħor jiġi mirfus ittieħdu l-miżuri kollha, u d-dinja kollha ċċaqalqet u wżat il-forza biex jerġgħu jġibu l-affarijiet fl- istat li kienu qabel.", "U f'dan il-każ kien hemm ċertu letarġija u nuqqas ta' nteress għax min jikkmanda u min għandu s- saħħa jimportah assolutament li l-affarijiet jibqgħu proprju kif inhuma.", "U hawnhekk jien nixtieq li l-Ministru jimpenja ruħu biex fejn nistgħu din il- problema Palestinjana ma nistħux insemmuha u ma nistgħux ninvolvu ruħna fiha għax naħsbu li se tagħmlilna xi ħsara jekk nitkellmu fuqha fil-kontest ta' l-Ewropa, imma għall-kuntrarju juri li għandna ideali u prinċipji.", "Problema oħra li wkoll inħoss li qegħda tikber u probabilment għad tkaxkar fit-tul, hija l- kwestjoni ta' l-ex-Jugoslavja.", "Jien ma nibżax niddikjara li l- Ġermanja żbaljat meta għaġġlet biex tirrikonoxxi l-Kroazja qabel ma kkonsultat mal- Komunita' u qabel ma din ġiet rikonoxxuta mill- Komunita'.", "Ma nafx jekk dan għamlitux biex ikollha passaġġ għal ġol- Mediterran, pero' deher ċar minn ħafna qabel illi Slobodan Milosevic tas- Serbja kien ilu mmarkat bħala bniedem b'ideat perikolużi u espansjonisti.", "Imma lil dan x'għamlulu?", "Filwaqt li lil Saddam Hussein wara li tawh l- armi kollha għamlulu dak kollu, lil dan ħallewh.", "Illum kulħadd jinsab inkwetat dwar il-ħerba li qed issir f'Bosnia u Herzegovina.", "Qed isiru ħafna dikjarazzjonijiet u qed ikun hawn ħafna dmugħ tal-kukkudrilli, imma mbagħad la l-United Nations, la l-Komunita' u lanqas il-Western European Union ma jridu jbillu subgħajhom f'din il-problema.", "Forsi nerġa' ngħid li fil- politika jidħlu l-flus, imma fil-Jugoslavja m'hemmx żejt involut, imma hemm biss missierijiet, ommijiet, nanniet, tfal, jiġifieri nies umani li qegħdin ibatu u jmutu.", "Dawn huma affarjiet li fis- seklu għoxrin, żewġ passi 'l bogħod minna ħadd ma jimmaġina li qed isiru.", "U jien, hawnhekk ngħid: Fejn qegħda s-saħħa tal-Ġnus Magħquda?", "Fejn hi s- saħħa tal- Komunita'?", "Għax hawn irridu ninvolvu ruħna u nistaqsu: Għaliex f'postijiet oħra l-organizazzjonijiet internazzjonali marru b'tant ġirja, b'tant impenn u ftaħru li għamlu tant rebħiet militari u hawnhekk bl-iskuża li niġu bogged down, bl-iskuża li niġu bħalma għamilna fil-Vietnam, bl- iskuża li hemm undergrowth jinħbew ġo fih, imma l-iskuża hija waħda.", "Sal- lum nafu li min għandu l-interess li jbiegħ l-armi għadu qed jissuplixxi l- armi u mhux veru li qed isiru l-embargos għax kieku jridu jsiru embargos suret in-nies kulħadd jaf fejn huma l- fruntieri u kulħadd jista' jwaqqaf.", "Nafu, u hemm suspetti kbar, li dan huwa mezz kif tkompli żżomm l- industrija ta' l-armamenti tiegħek li hija ekonomikament importanti, biex tkun tista' tibqa' żżomm l- ekonomija dejjem għaddejja.", "Nerġgħu niġu lura għall-misħuta flus li l-pajjiżi jaraw l-ewwel u qabel kollox.", "Semmejna lil Saddam Hussein u allura wieħed bilfors irid jitkellem fuq il- pożizzjoni kif inhi llum fl-Iraq.", "Bħalma nafu hemm l-embargo kontra l- Iraq, ħlief għall-mediċina jew għall- ikel.", "L-Amerika kuntenta li l- Iraq telqet minn ġol-Kuwajt; issa jekk mhijiex kuntenta li rnexxielha żżarma potenza li kienet ta' theddida għal Iżrael hija ħaġa oħra.", "Pero' lilna jinteressana minn kif tolqotna.", "Nafu li qabel l-embargo kellna credit facilities ta' madwar US$15 miljun.", "Jien xtaqt infakkar lill-Ministru, li qabel involvejna ruħna fil- kwestjoni tas-sanzjonijiet - għax mill-Ġnus Magħquda jkollna nobdu - u kien qalilna li hemm mezzi kif ikun hemm kumpens tat-telf li se nagħmlu.", "Nixtieq li l-Ministru jgħidilna x'kumpens ħadna, wara li żmien għadda biżżejjed, għall-kummerċ li tlifna.", "Kien hemm ħafna nies li kienu jagħmlu kummerċ ma' l-Iraq.", "L-istess bħalma għidt għall-ex Jugoslavia, illum hija sigriet miftuħ. li bħalissa hemm ukoll min qed jinnegozja ma' l-Iraq.", "Min jippriedka ħaġa fuq naħa u min minn taħt qed jagħmel ħaġa oħra għax bil-flus jagħmlu kollox.", "Jien għandi nformazzjoni li baqgħu jsiru kuntatti bejn l- Iraq u Malta, pero' x'akkwistajna mingħand il-Ġnus Magħquda biex impattu għal dan l- iffriżar ta' negozju li għandna bħalissa?", "Hawnhekk huwa nteressanti wkoll li wieħed ikun jaf kemm il-METCO fil-fatt hija nvoluta f'dan it-tip ta' xogħol.", "Kif għidt, min qiegħed għassa ta' x'qed jiġri hemmhekk jaf li kemm il-Ġermanja, kemm Franza, kemm l-Italja kif ukoll l-Ingilterra mhux jinnegozjaw biss qegħdin imma qed ibigħu anke l-armi lill- Iran minkejja l-embargos kollha.", "Dawn huma affarijiet li wieħed b'kull mezz u f'kull okkażjoni jgħid kontra tagħhom f'fora nternazzjonali biex jikxef il-maskra tal-qerq u l- ipokresija li tiddomina f'dik li hija politika nternazzjonali.", "Forum l-iktar importanti fejn ovvjament wieħed jista' jagħmel dan ovvjament huwa l- Ġnus Magħquda.", "Pero' hawnhekk jiena nirreġistra ftit qbil sew mal-Ministru ta' l- Affarijiet Barranin rigward ir-rwol il- ġdid li wieħed jippretendi li għandu jkollha l-Ġnus Magħquda.", "Il-Ġnus Magħquda llum il- ġurnata tidher li hija anakroniżmu għas-sitwazzjoni mondjali tal-lum.", "Huwa organiżmu li kważi spiċċa jiġi identifikat ħaġa waħda ma' l- Amerika, u kultant jidher ċar li qed taġixxi biex taqdi l- interessi Amerikani u toħloq okkażjonijiet fejn l-Amerika turi s-saħħa tagħha, iktar u iktar issa meta qegħdin fejn għandna superpotenza waħda.", "Jiena ngħid illi l-mod kif titratta fis- sitwazzjoni bejn l-Iran u l-Kuwajt, bejn l- Iżrael u l-Palestinjani u bejn is-Serbja u l-Bosnia hija biżżejjed xiehda biex turi lil kull min għandu għajnejh f'wiċċu kif il-Ġnus Magħquda jew m'għandhiex il-makkinarju organizzattiv jew leġiżlattiv kif taġixxi f'dawn il- postijiet.", "Jien naħseb din ta' l-aħħar, ma jinteressahiex illi tagħmel interventi f'dawn iż- żewġ okkażjonijiet li semmejt.", "M'hemmx dubju li hemm bżonn illi wieħed juża kull ċans li jkollu biex fil-Ġnus Magħquda naraw illi jkun hemm aktar vot demokratiku fl-Assemblea Ġenerali u jonqsu iktar l- okkażjonijiet fejn fis-Security Council jittieħdu ċerti deċiżjonijiet bil-għaġġla minn min għandu l-intenzjoni u l- interess li jxaqlibhom naħa jew oħra.", "Jien naħseb li wasal iż- żmien li nitkellmu ċar fuq jekk għandux jibqa' jew le d-dritt tal-veto fis-Security Council.", "Dan huwa remnant, dan huwa xi ħaġa ta' żmien kolonjali, idea ta' min hu potenti u min m'huwiex u jekk fil-verita' nemmnu li fil-Ġnus Magħquda għandu jkun hemm l-ugwaljanza tal-vot, l- ugwaljanza tad- demokrazija u aktar attivita' li tkun trasparenti, allura bilfors illi wieħed irid jitkellem fuqu.", "L-argument ta' jekk għandhomx jiżdiedu l- postijiet permanenti fuq is- Security Council jew inkella jekk dawn għandhom ikunu forma ta' rotating memberships - u din hija xi ħaġa li mhux il-każ li niddiskutuha hawnhekk - m'hemmx dubju li hemm bżonn li l- Ġnus Magħquda - apparti li tiftah kemm jista' jkun l-oqsma li fihom taħdem - trid bilfors takkwista s-snien biex tkun tista' timplimenta sija affarijiet li huma ta' natura umanitarja u sija affarijiet ta' natura militari.", "Imma huwa importanti li l-Ġnus Magħquda ma tistax tibqa' tiġi identifikata mas-sistema tat- two weights u two measures.", "Dan irridu ngħiduh kullimkien u jekk il-Gvern ma jgħidux, ikun qed jonqos.", "Se nitkellem issa fuq forum ieħor li fl-opinjoni tagħna huwa importanti ħafna iżda mhux daqshekk importanti għan- naħa tal-Gvern.", "Dan il-forum huwa l-famuż Non-Aligned Movement li l-Gvern Nazzjonalista fil-bidu kien jidher li se jkompli fuq il-passi ta' Gvern Laburista.", "Iżda minn meta l-ex- Ministru ta' l-Affarijiet Barranin - illum il-President - marru Brione f'daqqa waħda kien hemm ċertu disenchantment u fl-opinjoni tiegħi l- interess beda jonqos.", "Dan juri li dan il-Gvern qisu ma jridx jidentifika ruħu ma' ħadd ħlief ma' l-Ewropa.", "Din hija fissazzjoni li aħna neżistu f'dinja fejn hemm Ewropa biss.", "Din hija r-raġuni għaliex il- Ministru, li jdur spiss id- dinja, lanqas biss indenja ruħu jkun għallinqas preżenti għall- Għaxar Konferenza tal-Kapijiet tal-Gvern li saret Jakarta f'Settembru, proprju ftit xhur ilu.", "Filwaqt li hawnhekk irridu ngħidu li naqblu ma' l- ispirtu tal-messaġġ għaliex fih affarijiet li huma veru tajbin u affarijiet li jaraw kważi l- problemi kollha fid-dinja, bħan-nefqa militari, l-ġlieda kontra l-faqar, l-illitteratizmu, s-sotto żvilupp, id- drittijiet tal-bniedem, in- north-south cooperation, l- iżvilupp sostenibbli, jaslu biex jieħdu deċiżjoni f'din id- dikjarazzjoni u jgħidu li:", "\"To ensure the achievement of these objectives ...\"", "- u ħafna oġġettivi oħra barra dawk li semmejt -", "\"... our Movement is determined to play a leading role in contrib- uting to the rehabilitation, restructuring and democratisation of the United Nations System.\".", "- u dan jorbot ma' dak li konna qed ngħidu u għalhekk qed insemmih -", "\"... to this end, we have decided to establish a high level working group charged with the elaboration of concrete proposals for the restructuring of the United Nations.\".", "Jien inħoss li bil-Ministru li għandna llum, ex- President tal- Ġnus Magħquda u bniedem li żgur li għandu ċertu esperjenza ta' kif titħaddem is-sistema fil- Ġnus Magħquda, l-Gvern Malti kellu jkun attiv ħafna fit- twaqqif ta' dan il-high level working group li joħroġ mill- Artiklu 23 biex ifasslu proposti konkreti kif għandha tiġi ristrutturata l- assoċjazzjoni tal-Ġnus Magħquda.", "Huwa tajjeb li fit- taħdita ma' l- ambaxxaturi ngħidu x'naħsbu fuq il-Ġnus Magħquda u kif qed titbiddel.", "Imma kellna ċans li wieħed imur u jagħti l-kontribut tiegħu biex bħala grupp fil- United Nations in-Non-Aligned Movement juri l-forza tiegħu u naħseb li din l-okkażjoni l- Gvern tilifha.", "Jekk għad għandu ċ-ċans nħeġġu biex jagħmel minn kollox biex jeħodha.", "Wara kollox jiena nikkwota lill-Onor.", "De Marco stess fejn qal:", "\"The Movement of Non- Alignment is finding its vocation as the voice of the Third World.\"", "Barra minn hekk fil-laqgħa annwali tal-konferenza li ta għall-Ambaxxaturi f'Awissu, qal ukoll:", "\"We are pleased to note that attitude has changed so significantly that developed countries including some EC members now seek to be invited as guests at meetings of the Non-Aligned Movement.\".", "Dan forsi jgiddeb ftit dan li qed naħseb jien imma fl-istess ħin, meta qed ngħidu dan it- tifħir fuq in-Non-Aligned Movement, inkun nixtieq li l- Ministru jgħidilna kif il-Prim Ministru u huwa stess qalu kemm-il darba li llum id-dinja ġiet jew unipolari jew multipolari - jiddefendi minn fejn taraha - u għalhekk il- bżonn tan-Non-Aligned spiċċa.", "Intom tgħidu li ma jagħmilx sens li tkun non-aligned.", "Dan igħodd għal Malta biss jew inkella għal grupp kollu?", "Mr Chairman, hemm affarijiet oħra li xtaqt ngħid speċjalment fl-istess kontest bħalma hija l-konferenza tas-CSCE li nbdiet f'Helsinki fl-1975.", "Hemmhekk il-Gvern Malti kellu - ma nafx insib il-kelma, għaliex ma nafx niddeskrivha - jagħmel launching ta' dak il-konċett li llum kulħadd jitkellem fuqu inkluż il-Gvern tal-lum, jiġifieri r-rabta tas-sigurta' ta' l-Ewropa mas-sigurta' tal- Mediterran.", "Il-Prim Ministru ta' dak iż-żmien, l-Onor.", "Dom Mintoff kien ħareġ b'dan il- konċett, u ġġieled biex daħħal il- paragrafu tal-Mediterran fid-Dikjarazzjoni ta' l-Aħħar.", "Kien hemm anke min ikkritikana u min ipprova jwaqqagħna għaċ- ċajt.", "Kien hemm min qal li aħna konna stinati u li ma missniex lgħabniha daqshekk tal-bravi.", "L-istess sar meta l-Gvern Malti ta' dak iż-żmien ittratena kemm seta' fil- Konferenza ta' Madrid waqt li għad hemm min għadu jwaqqagħna għaċ-ċajt imma ż-żmien igħaddi u nibdew nieħdu l-prosit u l- grazzi.", "Il-politika tagħna hemm min jagħmilha tiegħu.", "Meta tkun tajba ma jimpurtax!", "Pero' llum wasalna biex is-CSCE li għandha ċerti affarijiet importanti ...", "Aħna naqblu li bl-iżvilupp li għamlet, it- twaqqif ta' l-Assemblea Parlamentari, l-uffiċċju għall-istituzzjonijiet demokratiċi u d-drittijiet tal- bniedem u t-twaqqif ta' Qorti Ewropea, hu kollu tajjeb.", "L- aktar li jimportana hu għaliex tlaqna mill-konċett tal- politika Mediterranea fl-l975 - u din in- naħa għadha temmen li dik għandha tkun il-linja ta' argumentazzjoni - għax minkejja li llum qed jinħass il-bżonn li għall-area tal- Mediterran jiġu applikati l- istess diskussjonijiet dwar sigurta' u koperazzjoni bħalma kien hemm fl-Ewropa u fil- Mediterran ikun hemm is-CSCM, il-Gvern tal-lum ħalla taħrab minn idejh l-idea li jkun hemm CSCM u konferenza rigward is- sigurta' u koperazzjoni fil- Mediterran biex ħaduhielu t- Taljani u l-Ispanjoli.", "Forsi dan sar bi ħsieb għaliex kulħadd jaf li l- Amerika - jiddispjaċini li qed insemmiha b'mod negattiv - għandha ċertu saħħa fuq dawn l-affarijiet u f'xi żmien kienet uriet li assolutament hi kontra li jkun hemm inizjattivi reġjonali biex jintlaħqu siġurta' u paċi f'dan il-baħar.", "Sal-lum l-Amerika għandha ċertu saħħa u ċerta influwenza fuq din il- konferenza.", "Minkejja l-paroli kollu li hemm f'Helsinki II li saret f'Lulju li għadda fejn fil-bidunett hemm xi erba' paragrafi, minn 37 sa 42, fuq il-Mediterran u mbagħad niġu għad-dikjarazzjoni finali fuq il- Mediterran, wieħed kien jittama li jgħid li dawn għandhom ċertu commitment u se jiddikjaraw xi ħaġa.", "Pero' x'igħidu fl-aħħar mill-aħħar?", "Jingħad li se jsir CSCE Mediterranean seminar u ħafna affarijiet oħra.", "Dan hu importanti:", "\"The seminar will not produce a document with commitments binding all CSCE participating states.\".", "Allura minn dak li għidna m'hemm xejn.", "Jiġifieri dan hu biss diskors.", "In- nuqqas ta' volonta' li jkun hemm xi ħaġa li tkun fattibbli, li tkun xi ħaġa li torbot lil min se jidħol għal din il-konferenza, bl-aħħar sentenza tal- kapitlu finali fuq il-Mediterran jaqa' kollu.", "Allura inutli wieħed joqgħod jiftaħar li b'Chapter 8 taċ-Charter tal-Ġnus Magħquda is-CSCE sar regional arrangement ħalli hawnhekk fil-Mediterran ikollna s- sigurta'.", "Jekk inti m'intix se tagħmel konferenza fuq il- Mediterran bis-serjeta' biex ikollok xi ħaġa li torbtok u biex tiddiskuti affarijiet bħalma huma l-emigrazzjoni fil- Mediterran, it-tensjoni soċjali li qed tikber, il-problemi demografiċi, ir-riżorsi naturali u l-ambjent, ikun qed jingħad biss paroli fil-vojt.", "Mil-lat tal-konferenza tas- CSCE, is-CSCM weħlet u m'għandha l- ebda forza.", "Għalhekk jekk il-Gvern jemmen li dan għandu jsir, għandu jdawwar l-attenzjoni tiegħu għal fora aktar importanti fejn jidher bis- serjeta' li dan it- tip ta' djalogu għandu jsir.", "F'dan il-kontest wieħed bilfors idawwar il-ħsieb tiegħu lejn l- Inter-Parliamentary Union.", "Dan huwa forum importanti, forum li m'hu iddominat minn ħadd, forum li għandu range kbira ta' suġġetti u forum li għandu interessi reġjonali li jistgħu jiġu organizzati.", "F'forum li sar din is-sena f'Malaga, intqal li għandu jiġi diskuss il-Mediterran.", "Jien naħseb li l-Onor.", "De Marco jista' jkun li qiegħed jiġi mfixkel minn xi ħadd minn sħabu li forsi ma jemminx bħalu.", "Qed ngħid dan għax jien nemmen li l-Onor.", "De Marco għandu ċertu commitment u ċertu impenn għal dawn l- affarijiet.", "Meta l-Onor.", "De Marco u l-Onor.", "Dom Mintoff irritornaw minn Malaga, kieku ma konniex aħna li mbuttajna biex id-dokument finali - skond l-istess riżoluzzjoni ta' Malaga - jiġi ratifikat mill- Parlament u jiġi mogħti l- importanza li ħaqqu, kien jibqa' għaddej.", "Konna aħna ta' din in-naħa - u rrid ngħid ukoll li mill- ewwel sibna l- qbil tal-Ministru - li għidna li jkun aħjar li dan id- dokument nirratifikawh miż-żewġ naħat.", "Minkejja li hemm commitment fuq din ir- riżoluzzjoni, ftit li xejn sar u jekk saret xi ħaġa, din saret ftit ġranet ilu wara li aħna minn din in-naħa ħeġġiġna biex tibda ssir xi ħaġa konkreta f'din il-kwestjoni.", "Irrid ngħid xi ħaġa wkoll dwar il-Komunita' Ewropea, pero' qabel xtaqt nagħmel rimarka fuq il-mod persistenti li bih il-Ministru De Marco dan l- aħħar deher li qiegħed jitfa' aktar importanza fuq it-twaqqif tal-Kunsill tal-Mediterran u fuq il-problemi tal-Mediterran.", "Il-Ministru kemm-il darba qal li huwa realisitiku.", "Jien naħseb li fl-analiżi tiegħu u fl- intelliġenza tiegħu qed jara li l-mira ewlenija li jitkellem fuqha l- President fid-diskors tal-ftuħ ta' dan il-Parlament, jiġifieri l-Ewropa, qegħda titbiegħed, qed jara l-problemi u qed iġħid li jkun tajjeb li wieħed jitfa' aktar attenzjoni fuq it-twaqqif ta' l-istruttura tal-Mediterran li fiha wieħed ikun jista' jilħaq ċertu sodisfazzjon politiku u anke jagħmel ħafna ġid.", "Pero' għar- record u bla ebda ftaħir nixtieq ngħid li struttura għal din mhux veru hi inizjattiva tal-Gvern Nazzjonalista għaliex il-Partit Laburista sa minn Ġunju ta' l-1982 tkellem proprju fuq it-twaqqif ta' dan il-Kunsill tal-Mediterran, meta jien attendejt seminar dwar il- Politika Mediterranja għall- Komunita' Ewropea Llum u Għada ġewwa Marsilja, fejn kien hemm anke kummmenti favorevoli rigward dak li għidna proprju fuq dan is-suġġett mill- kummissjonijiet li kienu mwaqqfin.", "Fosthom kien hemm anke Giolitti li dak iż-żmien kien kummissjonarju tal- Komunita' u anke Verges tal- Partit Soċjalista Franċiż.", "Jiġifieri hemm ħafna postijiet fejn aħna tkellimna proprju fuq it-twaqqif ta' dan il-Kunsill tal-Mediterran.", "Dan ma jfissirx li wieħed ineħħi mill- commitment li nieħdu gost naraw lill- Ministru jinvolvi ruħu fih.", "Pero' jiddispjaċina naraw nies li huma esponenti fil-Partit Nazzjonalista jipprovaw jirredikolaw lill- Ministru għaliex jinvolvi ruħu fi problemi li huma ħafna aktar qribna u li jinvolvu lilna, u li jista' ikollhom ħafna impatt fuq il-politika futura ta' pajjiżna.", "Bħalma għidt, il- Ministru forsi qed isib żvog f'dan għaliex jidher li dwar il-Komunita', li hija l-għan aħħari tal-Partit Nazzjonalista, qed ikun hemm rethinking sewwa fuqha.", "F'dan il-kontest, xtaqt ngħid ukoll li bil-għan li jkompli jimmoniterja u jevalwa s-sitwazzjoni ta' Malta fit- triq lejn il-Komunita', fi ħdan il- Ministeru twaqqaf European Community Directorate.", "Meta tara l-oġġettiv u l- għanijiet tiegħu, dan igħid li jevalwa:", "\"the possible benefits of membership as well as the possible disadvantages resulting therefrom.\"", "Sal-lum, għallinqas barra minn Malta, dan id-Direttorat gie assoċjat bħala ħaga waħda mal-Gvern, u bl-ebda kumpliment ngħid li huwa mmexxi min- nies ta' l-affari tagħhom u li verament huma struwiti f'dak li għandu x'jaqsam mal-Komunita Ewropea, pero' għadni ma nafx x'inhu l-briefing li għandhom.", "Il-poplu Malti żgur li għad m'għandux assessment bilanċjat u oġġettiv mingħand an id- Direttorat ta' kif se jkun l- impatt tad-dħul ta' Malta fil- Komunita' Ewropea.", "F'għajnejn in-nies dan id-Direttorat jidher wisq bħala li huwa parti minn Ministeru biex jaqdi lill- Ministru milli biex jagħti lill-poplu stampa aktar bilanċjata ħalli huwa jkun aktar informat.", "B'hekk il- poplu ma jasalx biex jiġi fil- pożizzjoni - bħalma qed jiġri f'xi pajjiżi oħra fl-Ewropa - li jiġi mġiegħel igħid li jrid jidħol fil-Komunita'!", "Dawn il-popli qegħdin din jiġu mġiegħla jgħidu hekk għaliex jew il-gvernijiet jiddeċiedu għalihom peress li bit- thinking ta' Major ladarba għandek demokrazija parlamentari m'għandekx għalfejn tikkonsulta lill-poplu, jew inkella għax bit-thinking ta' oħrajn hawn min igħid - u din qaluhielna hawn Malta, imma mhux se nsemmi min biex ma noħolqux skandli - li l-poplu ma jafx fuq dawn l-affarijiet u m'hemmx għalfejn tikkonsultah.", "Hekk kienu qalulna, u sħabi li kienu miegħi fil- Kummissjoni mħallta mal-Parlamentari Ewropej baqgħu ċċassati meta saru jafu b'dan.", "Issa ħalli naraw daqsxejn għaliex it-trattat ta' Maastricht mhux qiegħed - kif qal tajjeb \"The Economist\" fil- ħarġa ta' din il-ġimgħa - iressaq lin-nies flimkien, imma qiegħed jisforzahom biex joqogħodu flimkien.", "U meta inti tisforza lin-nies, ħafna drabi r-reazzjoni tkun il- kontra, imma ħalli naraw din il-kwestjoni kif inhi nkwadrata llum.", "Suppost li l- avis tal-Komunita' llum 3 ta' Diċembru 1992 kellu jkun ippubblikat, imma sal-lum għadu ma ħariġx.", "L-ewwel qalu li kellu joħroġ għal Ottubru, imbagħad semmew nofs Novembru, imbagħad l-aħħar ta' Novembru u wara l-bidu ta' Diċembru.", "Jiġifieri dejjem nittamaw qisna qegħdin naraw xi serial fuq it-television li kull darba jżidlek l-aspettattiva jew qisna qegħdin nistennew xi torta ħierġa mill-forn u din ma toħroġ qatt.", "Għliex kif għidt, suppost li dan l-avis ġie ppubblikat ħalli wieħed ikun jaf x'se jgħidu l-membri tal- Komunita' Ewropea.", "Pero' jien qed nissuspetta li dak li qal Michelini meta konna fi Brussels - u jien kont ħsibt li smajt ħażin imma meta erġajt staqsejtu, reġa' rrepeta l- istess affarijiet, jiġifieri li hu jaħseb li l-avis se joħroġ wara l-laqgħa ta' Edinburgh sa l-aħħar tas-sena, huwa minnu.", "Dan kien il- President ta' l- EC/Malta Joint Parliamentary Commission.", "Jien ma nara xejn stramb f'dan li qal għax diplomatikament din tkun l- aħjar mossa kif wieħed jista' jiltaqa' f'Edinburgh u ma jitkellimx fuq Malta għar- raġuni li l-avis ma jkunx għadu ħareġ u hekk inkunu rridu nistennew mill-inqas sitt xhur oħra.", "Imbagħad sa sitt xhur oħra, forsi jkunu waslu biex jivvotaw id-Danimarka u forsi anke l-Ingilterra wara d- Daniżi.", "Imma li qed jiġri huwa li iktar ma jgħaddi ż-żmien, il-poplu Malti aktar qed jara li t-tama qed tonqos.", "Aħna qegħdin naraw politika ta' tkaxkir u ta' tama, għaliex l- ewwel igħidulna li se nkunu ma' l-ewwel grupp ta' pajjiżi li jidħlu fil-Komunita', imbagħad igħidulna li mhux se nkunu ma' l-ewwel grupp, wara jiġi xi ħaddieħor u jgħidilna li hopefully se nkunu mat-tieni grupp imbagħad jiġi Bruce Millan u jgħidilna ċar u tond li ma' l-ewwel żewġ gruppi m'għandniex ċans.", "Pero' l-poplu ma jistax jibqa' sejjer hekk.", "Hawnhekk mhux il-każ li nagħmlu dibattitu fuq il-Komunita' Ewropea għaliex il-ħin ma jippermettix u trid tkopri kollox imma se nittratta l- kwestjoni biss mil-lat li l- poplu qed jiġi mmexxi minn xi ħadd li lanqas biss jaf x'inhu t-time-frame li qed nitkellmu fuqu u taħt liema kondizzjonijiet din il-Komunita' li tfajna għajnenja u t-tama tagħna fuqha, xi darba se tasal biex taċċettana.", "Filwaqt li popli oħra meta jibdew id- diskussjonijiet u jkunu aċċettati li jsiru membri jiġu mgħejjuna biex jagħmlu r- riformi f'pajjiżhom, f'Malta qed nagħmlu ekonomija bbażata fuq dan l-għan politiku li qed tweġġa' bis- sħiħ għaliex qed toħloq taqlib soċjo-ekonomiku kbir.", "Il-poplu Malti f'erba' snin ma jistax jagħmel dak li ħaddieħor għamel f'20 jew 40 sena.", "Jekk wieħed iħares lejn il-gross domestic product per capita ta' Malta komparat ma' dak tal-pajjiżi ta' l-Ewropa, per eżempju, jara li ma' l- Isvizzera ma nistgħux nikkomparaw u ninsabu biss bejn il-Greċja u l- Portugall.", "Kif nistgħu nagħmlu riformi ekonomiċi soċjali ...", "Imbagħad jiġi l-Ministru u jgħidilna li lesti li nieħdu l-acquis communitaire kollu bil-finalite politique kollha!", "Dan huwa kollu kliem sabiħ bil-Franċiż, imma l-poplu Malti jaf x'qed igħid il-Ministru, li aħna lesti li nieħdu kulma hemm fit- trattat ta' Maastricht u kulma se jkun fih u kulma se jiftiehmu fuqu?", "U dan mhux qed ngħidu jien imma meta l- Ministru Guido De Marco indirizza lil Malta EEC Council of Association f'Lussemburgu fis-6 ta' April, dan qalilhom:", "\"I would like to assure you that on membership Malta will be prepared to effect the timely implim- entation of community measures.", "Malta is determined to assume the full obligations of membership within a negotiated transitional period to adhere to the Treaty on European Union signed in Maastricht and to accept ...\"", "- u hawn hu l-crux tal- kwestjoni -", "\"... the future shape of this union as it will be evolving in the years to come.\".", "Mela hawnhekk inti għandek blank cheque u kulma qed tagħmel hu li tagħti commitment mija fil-mija li tkun x'se tkun il-forma tal-Komunita' u l- kondizzjonijiet li bihom jorbtuna fit-trattat ta' Maastricht, irridu naċċettawhom għax xi ħadd qed igħid li aħna għandna għan politiku li nkunu hemmhekk u ma nkunu xejn inqas mill-oħrajn.", "Dan m'huwa xejn ħlief ġenn politiku li ħakem lill-Partit Nazzjonalista li mhux qed jara l-ħsara u t- taqlib li qed iġib f'din il- ġirja sfrenata biex inkun membri tal- Komunita'.", "Din hija komunita' li għandha alla wieħed, is-suq ħieles.", "Ma ninsewx li din il-Komunita' bdiet bħala suq u l-affarijiet l-oħra magħdudin magħha huma sempleċiment affarijiet biex jipprovaw iżommu lil ħaddieħor kuntent u biex jibqa' f'din l- assoċjazzjoni, għaliex dan m'hu free market xejn.", "Dan huwa suq li fejn jaqbillu jagħmel ir- restrizzjonijiet, ir- riformi, il-levies u l-kontrolli.", "Per eżempju, qed jiġi spekulat li l- Irlanda u l-Italja qed jerġgħu jhewdnu jekk jagħmlux l-exchange control regulations jew le.", "Qed jiġri wkoll li Franza, meta qed tara li sħabha iddevalwaw u li l- industrijalisti Franċiżi qed igergru għax mhumiex kompetittivi daqs sħabhom, qed titħajjru tiżvaluta wkoll imma l-Ġermanja ma tridhiex għax inkella jkun hemm żbilanċ.", "Dan hu l-makkinarju kollu u m'hemm l-ebda demokraziċa, valuri kristjani u valuri demokratiki imma hemm biss ekonomija u flus.", "Il-poplu Malti forsi m'huwiex intiż f'dawn l- affarijiet, pero' diġa' jħoss - u kif għidt fil-bidu dan il- Budget mhux magħmul bi skop ekonomiku imma bi skop politiku - xi jfisser li jiġu nforzati fuqek il-liġijiet tas-suq ħieles, li llum hija teorija li diġa' għaddiet, teorija ta' Reagen u Thatcher li kien jagħtihom il-pariri l-famuż guru Milton Freedman.", "Illum kulħadd qed igħid li dak iż- żmien għadda u li hemm bżonn ta' state intervention.", "Anke fl-Ewropa hemm state intervention imma Alla jbierek aħna, biex inkunu aħjar minn ħaddieħor, inressqu Budget fejn inneħħu l-kontrolli u nħallu l- free market ikollu free hand.", "Dawn l-affarijiet lilna jinkwetawna u jiddispjaċina li dan il- pajjiż li nbena b'tant sagrifiċċji, dmugħ u tbatija, illum il-ġurnata qed jintrema biex sempliċement inkunu fil-Komunita'.", "Jien ngħid li s'issa, apparti politika ta' tama u tkarrib, għandna politika ta' inċertezza.", "Dan il-Gvern tant qed ikun inċert f'dak li qed jagħmel li min janalizza bis- serjeta' x'qed jiġri, iħawwad rasu.", "Per eżempju, se nsemmi l- kwestjoni ta' l-offshore li tant qed jiftaħru biha.", "Il- Ministru forsi jgħidli li din ma taqax taħt ir-responsabilita' tiegħu, imma la qegħdin nitkellmu fuq politika barranija u qed ngħid li l- ekonomija tagħna mhux qed titmexxa fuq linji ekonomiċi li jaqblu l-pajjiż, imma fuq linji politiċi iddettati minn din il- fissazzjoni, fuq il- kwestjoni ta' l-offshore wieħed bilfors ikollu jgħid li kulħadd jaf li dawn mhumiex kompatibbli ma' dak li trid il-Komunita'.", "Jien qrajt dak li qal il- Prim Ministru fl-\"International\", li huwa publication ta' \"The Financial Times\" ta' Awissu li għadda, u jekk xi ħadd ifehemni xi jfisser dan - u fl- Inġliż ma niftaħarx li jien espert - ngħidlu grazzi għax ma nistax nifhmu.", "Meta lill-Prim Ministru staqsewh kif se jinkwadra l-kwestjoni ta' l- offshore banking u l-fatt li qed jipprova jinkoraġġixxi dan is-settur ma' l- applikazzjoni tagħna għad-dħul fil-Komunita', ġie rapportat li qal hekk:", "\"He is aware that any European tax harmonization will be at odds with tax benefits the island currently offers.\"", "Mela diġa' qed igħid li se jkun hemm nuqqas ta' qbil.", "\"This is one of the issues we have to look at.", "If it comes to the crunch, Dr. Fenech Adami is clear on the issue: \"We have to conform with existing Community legislation\", he says.\"", "Mela rridu nneħħu l-offshore.", "\"Nevertheless he firmly believes the Community will not discourage such activities.\".", "Mela aħna se nieħdu l-acquis communitaire kollu, imbagħad għall-offshore se jgħidulna \"le\".", "Il-Prim Ministru jkompli fit-taħwid u jgħid hekk:", "\"There will always be room for this type of activity.\".", "Hemm jew m'hemmx?", "\"It does not make sense for the Community to deprive themselves of a sector of this market.\"", "Hawnhekk hawn xi ħaġa li huwa nteressanti li wieħed jagħmel enfasi fuqha.", "Il-Komunita' ma jaqbilhiex li jidħol l-offshore sector.", "Għaliex?", "Għax forsi din tista' tkun anke waħda mill-affarijiet li qed idewmuna biex nidħlu fil-Komunita'?", "Għaliex pajjiżi, bħal Ġermanja u l-Italja, jaqblilhom li jkollhom offshore banking fejn jistgħu jagħmlu trattativi kummerċjali u finanzjarji 'l bogħod mir-restrizzjonijiet ta' l- istituzzjonijiet finanzjarji tal-Komunita'?", "Din hija xi ħaġa li wieħed jista' jispekola kemm irid fuqha.", "Mr Chairman, kif għidt diġa', hemm inċertezza fuq l-istatus li se jkollna.", "Aħna kif se nidħlu fil-Komunita'?", "X'inhu l- istatus tagħna u se nkunu daqs ħaddieħor?", "Se jkollna d-dritt għall-presidenza?", "Se jkollna kummissjonarju?", "Se nkunu parti minn reġjun u taħt Junior Commissioner?", "Il-possibilitajiet tant huma kbar li qed isiru diskussjonijiet fuqhom u jfajru opinjonijiet 'l hemm u 'l hawn.", "Għadu kemm ġie adottat ir-rapport ta' De Gucht fuq kif se jitqassmu s- siġġijiet fil- Parlament Ewropew.", "Possibbli li Gvern serju jagħti blank check bħalma għamel il-Ministru ġo Lussemburgu u aħna se naċċettaw il-Komunita' kif inhi llum u kif se tkun fil-futur?", "Allura issa ladarba għamilna commitment jgħidulna li se nkunu l-bidillu tal-Komunita'?", "Din serjeta'?", "Jien nerġa' ngħid li l-inċertezzi qed jikbru, bħal dwar x'se jkun l- impatt.", "Jien hawnhekk norbot ma' dak li għidt fuq id- Direttorat għax ftit qal fuq l- affarijiet negattivi, l-impatt fuq l-ekonomija, fuq l-impiegi, fuq il-brain drain, in-nies li jitħajru jitilqu biex jaqilgħu pagi aħjar, l-istandard of living, il-kompetittivita' tal- fabbriki tagħna, l-agrikoltura u fuq x'se jagħmel is-sajjied.", "Dawn ma nafu xejn fuqhom.", "Li ma konniex aħna min-naħa tagħna li għamilna ftit studju biex wieħed jinvestiga ftit x'se jkun dan l- impatt, kieku min- naħa tal-Gvern kollox ward u żahar u m'għandna problemi ta' xejn.", "Jien nerġa' ngħid li dak li qed jattira l-Partit Nazzjonalista huwa l-għan politiku u mhux dak ekonomiku.", "Jien nikkwota dak li qal ħafna drabi l-Prim Ministru: \"this is not an accounting exercise\".", "Jiġifieri mhux se noqgħodu ngħoddu u nieħdu l-bottom line biex naraw jekk jaqbilniex jew le.", "Min ma jaqbillux ħażin għalih.", "Jekk wieħed irid jara jaqbillux jew le, inħarsu biss lejn l-unemployment li hemm fil-Komunita' bħalissa, li huwa sintomatiku, għaliex meta inti għandek il-qagħad hemm xi ħaġa ħażin.", "L- unemployment, li bil- ftaħir kollu ta' kemm hemm pjanifikazzjoni u tqassim ġust fil-Komunita' - apparti l-fatt li kulħadd jaf bid-disparita' bejn ir- reġjuni - insibu li kiber u mhux ċkien.", "Per eżempju, l-average unemployment fl-Irlanda hu ta' 16%.", "Fi Spanja, bl-inroads u bl- industrijalizzazzjoni kollha, hemm unemployment ta' 16%.", "Fl- Italja l- unemployment huwa ta' 10% imma l-Italja ninsewha għax ħafna minnhom huma okkupati f'affarijiet oħra, jiġifieri jagħmlu l-flus minn x'imkien ieħor.", "Fi Franza l- unemployment jitla' għal 9.7% u l-Ingilterra qiegħed 9.7% ukoll u tiela' iktar.", "Din hi l- Komunita'!", "Allura aħna li qed niftaħru li għandna unemployment ta' 3%, li hu sabiħ u tajjeb, se nitħalltu ma' dawn li ħafna minnhom m'għandhom x'jagħmlu xejn, u jinżlu hawn biex jieħdu l-ħobż tal-Maltin?", "Dan li qegħdin nagħmlu?", "U dawn huma l-opportunitajiet għaż- żgħażagħ tagħna?", "Jiġifieri meta jkun hemm xi ħadd igħidilna li mbagħad ikun hemm ħafna investimenti u nagħmlu ħafna fabbriki, allura jien npoġġi l- mistoqsija: Għaliex l- investiment ma ġiex meta f'dawn il-ħames snin li għaddew il- Gvern Malti demokratiku kristjan sar ħabib ta' l- Ewropa u ta' l-Amerika?", "Issa ta' din in-naħa qegħdin kwieti u mhux se jibqgħu jgħidu li aħna qegħdin immorru barra minn Malta biex nagħmlu ħsara lil pajjiżna, kif kienu jagħmlu fi żmienhom.", "Lanqas qegħdin nagħmlu storbju u l-unions qegħdin kwieti; allura għaliex l-investiment ma ġiex?", "Għax jekk se nidħlu aħna f'Komunita' ta' suq ħieles ħadd m'hu se jikkmanda lil ħadd billi jgħidlu biex jinvesti f'Malta.", "Dan jiġi jekk irid u jekk f'ħames snin ma ġiex, mhux se jiġi billi aħna nidħlu fil- Komunita'.", "Illum għajnejn il- Komunita' qegħda fuq il-pajjiżi ta' l-Afrika ta' Fuq, fejn l- ispejjeż tal- produzzjoni huma żgħar ħafna, speċjalment f'postijiet bħat-Tuneżija u pajjiżi liberati minn wara l- purtiera tal-ħadid, bħall- Polonja, l- Ungerija u ċ- Ċekoslovakkja li huma l-eqreb lejn is-swieq, fejn il- produzzjoni hija rħisa u fejn hemm nies kapaċi u intelliġenti pero' għad m'għandhomx l- infrastruttura.", "Imbagħad hemm il-famuż argument kbir tan-newtralita' u tan-non-alignment, li s'issa ma smajna xejn fuqu.", "Filwaqt li nfaħħru lin-Non-Aligned Movement, ngħidu li Malta m'għandhiex għalfejn tkun iktar non-aligned.", "Filwaqt li pajjiżi oħra jgħożżu n- newtralita' u jiġġieldu għaliha u jgħidu li din hija xi ħaġa li ma jitilquhiex.", "Imbagħad jiġu Andriessen u Gonzales u jgħidulna li rridu nċeduha bilfors għax inkella ma jkollniex ċans.", "Per eżempju, ngħid x'qal il-President ta' l- Isvizzera, Felber:", "\"Even if Switzerland joins the European Community ..\"", "- jiġifieri min għandu dinjita' u min għandu statura, ma jitkarrabx ma' l- art u jgħid li se jneħħi kollox basta jdaħħluh, imma l-Gvern Malti hekk qed jagħmel -", "\"...", "Neutrality will be what the Swiss wish to make of it and not what the Community decides it will be.\".", "Hekk qal il-President Felber ta' l-Isvizzera.", "Dan il- bniedem li jibża' għall-pride ta' Isvizzera ma jaċċettax li jagħmel ċerti affarijiet biex din tidħol fil-Komunita'.", "Hawnhekk hawn punt importanti, għax jekk il- Gvern irid ikun serju, minn issa għandu jgħid x'inhuma dawk l-affarijiet sagrosanti għall-pajjiż li mhux lest li jinnegozja, u mhux meta jiġi fuq in- negotiating table, jgħidilhom: Jien m'għandix kondizzjonijiet; daħħluna u jkun kollox sew.", "Il-Gvern ikun rispettat iktar jekk kemm-il darba jgħid li hemm valuri li aħna ma ninnegozjawx.", "Hemm affarijiet sagrosanti għall- pajjiż li ma jistgħux jiġu rikattati biex jitneħħew sabiex nidħlu fil- Komunita'.", "Hawnhekk jidħol il-mod differenti kif aħna l-Membri ta' l- Oppożizzjoni naraw l- affarijiet.", "Din hija politika bla direzzjoni u mhux kif qalu huma li tagħti direzzjoni.", "Tkun politika ta' direzzjoni meta tkun taf fejn sejjer u meta se tasal, meta tkun taf kemm se tħallas u kemm se tieħu lura.", "Għall-kuntrarju mhix direzzjoni meta jgħidulna li meta xi darba jkun hemm wisa' jdaħħluna u l-kondizzjonijiet jgħiduhomlna wara, għax għadhom qed jiddiskutuhom.", "Dan huwa xi ħadd li m'għandux option oħra, li lanqas biss moħħu ma jkun qed jaħdem.", "Pajjiżi oħra bħat- Turkija li raw li ċ-ċans tagħhom huwa remot - biex ma ngħidx impossibbli - kienu intelliġenti biżżejjed biex daru madwarhom u raw x'joffru pajjiżi bl- istess żvilupp ekonomiku u bl-istess kondizzjonijiet soċjali.", "Dawn qed jagħmlu xi ħaġa attiva biex joħolqu speċi ta' suq komuni bejniethom biex jinnegozjaw flimkien u biex jipprovaw jieħdu l-aħjar vantaġġ miċ- ċirkostanzi ta' bejniethom.", "Pero' ma pprovawx iżewġu l-kelb mal-ħmara!", "Dawn raw li hemm ċerta identita' u uniformita' bejniethom u t-Turkija qalet - u hemm diversi raġunijiet għaliex il-Komunita' ma aċċettatx lit-Turkija, bħalma hi d-disparita' fl-ammont ta' dħul u r-reliġjon differenti - li hi għandha l-area tagħha u se tieħu ħsiebha hi.", "Din hija d-differenza.", "Aħna x'qed ngħidu?", "Aħna qed ngħidu li dan kollu m'hu se jwassal imkien u li se joħodna sa l-aħħar tas- seklu u forsi oltre.", "Għax tant hemm taħwid, tant hemm centrifugal forces fil- Komunita' fejn kulħadd irid jerġa' jiddistakka ruħu u tant kien hemm forzi magħqudin flimkien kontra l-volonta' tagħhom, li issa f'daqqa waħda qed jagħmlu explosion ġdida u allura bilfors li se jerġa' jkun hemm waiting period twil.", "Jien mhux qed ngħid - u din irrid nagħmilha ċara - li aħna kontra li l-Komunita' tingħaqad, li jkollha forza ekonomika u li jkollha forza politika.", "Imma aħna mhux qegħdin naraw x'jaqbel lill- Komunita' kif qed igħid il- Partit Nazzjonalista, imma x'jaqbel lill-poplu Malti.", "L- istudju li qed nagħmlu aħna u d- deċiżjonijiet li wasalna għalihom, jitilqu mill-punto di vista ta' Malta lejn il- Komunita' mhux il-Komunita' kif se tibla' lil Malta.", "Din hi d- differenza fl-approach u din id-differenza twassalna biex ngħidu li meta wieħed iqis iċ- ċirkostanzi li qegħdin fihom, ir-reġjun geografiku li qegħdin fih, l-affarijiet għeżież li b- ebda mod ma rridu li jitilqu minn idejna għax batejna biex akkwistajnihom, bħan- newtralita', u meta wieħed iqis li fl-ekonomija tagħna m'għadniex daqshekk problema kbira ...", "Dan li qed ngħidu qed isib ħafna appoġġ kull fejn qegħdin nitkellmu u ma' kull min qegħdin nitkellmu.", "U min qed igħidilna li aħna għandna viżjoni tajba li hija aktar fattibbli minn dak li qalu n- Nazzjonalisti, mhux qed jasal biex ikun onest magħhom u dawn l-affarijiet igħidhomlom.", "Lilna qegħdin jagħtuna x'nifhmu li jkun tajjeb jekk mal- Komunita' - u dawn insolvulha l- problemi bihom - nagħmlu trattat kummerċjali li jkun kuntrattwali u nistgħu nsejħulu a tailor-made upgraded preferential agreement, xi ħaġa mfassla għal pajjiżna - u mhux għall-Komunita' - li hija fl- interess ta' l-ekonomija, tas- soċjeta' u ta' l-aspirazzjonijiet politiċi ta' Malta.", "Din hija xi ħaġa li fiha wieħed jista' jiddiskuti fuq koperazzjoni politika bi bdil regolari ta' nies u esperti b'koperazzjoni ekonomika.", "L- ekonomija tagħna hija tant żgħira li nistgħu ninnegozjaw u meta ninnegozjaw nakkwistaw ir- rispett u meta nċedu kollox niġu trattati bla rispett.", "Jekk nieħdu d-drittijiet tagħna u nuru li għandna valuri u li għandna oġġettiv ġewwa rasna niġu trattati b'mod differenti, ikun hemm koperazzjoni finanzjarja u teknika, u jkun hemm wkoll koperazzjoni fl- oqsma soċjali.", "Mr Chairman, jien nagħlaq billi ngħid li din is- soluzzjoni, jekk xejn, se ssalva lill-Komunita' minn ħafna embarrassement, għaliex jekk lilna jgħidulna iva u lil Ċipru jgħidulu le ...", "Jien mhux qiegħed hawn biex insolvi l- problemi tal-Komunita', pero' jiena nara li din hija option li jekk kemm-il darba l-Gvern ineħħi s-suppervja li għandu u jipprova jiddiskuti magħna biex naslu fejn naqblu fuq dawn l- affarijiet, nistgħu immedjatament nibdew nitkellmu mal- Komunita' fuq din l-option u nistgħu immedjatament nibdew nieħdu l-benefiċċji ta' din il- politika Laburista.", "Dawn il-benefiċċji forsi jagħmlu ftit tajjeb għall-ħsara kbira li saret s'issa bil- miżuri ekonomiċi li l-Gvern qed idaħħal biex mingħalih jiġi in line ma' dak li għaddej fil- Komunita'.", "Mr Chairman, it-triq tan-nofs li aħna qed nipproponu teżisti.", "Dak li qed igħid il-Gvern hija gidba, u hija gidba wkoll biċċa mill-kwotazzjoni tas- suppliment li ħareġ fit-\"Time\" magazine tal-lum, li jgħid:", "\"We are either in the European Community or we are out of it.\".", "Din hija ħrafa, dan hu żball, din hija misconception politika li ma tagħmilx sens għaliex ħafna mill-pajjiżi li għada pitgħada se jkunu fil- Komunita' kif qed tiġi proġettata, nofshom se jkunu fil-Komunita' u nofshom mhux se jkunu fil- Komunita'.", "Ħadd ma jista' jkun fl-istess livell f'din il- Komunita'.", "Kulħadd qed igħid li bilfors irid ikun hemm Komunita' ta' tracks differenti, ta' żviluppi soċjali u ekonomiċi differenti.", "Bħalma għidt, il-poplu Malti ma jixraqlux li jgħaddi mis- sofferenzi u mit- tbatija li beda jħoss mill-bidu ta' dan il-Budget billi jipprova jagħmel dan it-taqlib soċjo- ekonomiku mgħaġġel kemm jista' jkun biex jiġi ma' l- aħjar pajjiżi tal-Komunita'.", "U m'hemm l-ebda assigurazzjoni li dawn is- sagrifiċċji se jiġu msarrfin b'xi ħaġa fattibbli fil-futur previst.", "Kieku xi ħadd is-sena d-dieħla jgħidilna li tas-sagrifiċċju li qed nagħmlu se nieħdu xi ħaġa, forsi ngħid li l-Partit Nazzjonalista għandu viżjoni aħjar minn tagħna, u għandu raġun.", "Imma ż-żmien wera li l- Partit Laburista f'kulma għamel over the years fil-politika internazzjonali kellu raġun u wera li għamel l-affarijiet sew.", "Jien nieħu gost nisma' lill-Onor.", "De Marco jiftaħar bil-politika Mediterranea u jiftaħar bil-konnessjoni tas- sigurta' ta' l-Ewropa mas- sigurta' tal-Mediterran, li huma konċetti Laburisti li ġew imsarrfa f'politika internazzjonali li tagħmel sens.", "Jien naf li l-Ministru hu realistiku - u jgħid li hu realistiku - iżda ngħidlu li lil min hu fiduċjuż u ottimist iż-żejjed jipprova kemm jista' jkun iġibu saqajh ma' l-art u jġiegħlu jara r-realta' tal-fatti tal- politika kif inhi miexja llum sabiex dan ma jkunx aktar ta' ħsara għall-pajjiż u partikolarment ta' dannu enormi għall-popolin.", "Jien mhux qed inbeżżgħu liż-żgħir, imma qed ngħidulu li għada pitgħada mhux se jaħsbu għall- interessi tiegħu għaliex din hija Komunita' fejn min jiflaħ iħawwel, imma qed nitkellmu fuq politika li tara li mill-kbir saż-żgħir ikollu d-dinjita' tiegħu, ikollu r-rispett tiegħu.", "Aħna ma rridux nitilqu mill- punto di partenza billi nagħmlu minn kollox biex nidħlu fil- Komunita' Ewropea, imma għandna nitilqu mill-punto di partenza li minnu naraw l-ewwel x'jaqbel għal pajjiżna.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Chairman, pajjiżna, minkejja ċ- ċokon tiegħu, qatt ma kien nieqes mill-ideat fil-fora internazzjonali, la issa u lanqas fis-snin li għaddew.", "Jien naħseb li diversi gvernijiet - min b'mod u min b'ieħor - ħadu ħsieb li l- preżenza ta' pajjiżna tinħass f'din il-fora.", "Wara kollox tliet snin biss wara l- Indipendenza li ħadna fl-1964, l-Ambaxxatur Malti fil-Ġnus Magħquda kien introduċa fid- dritt internazzjonali, il- konċett tal-wirt komuni ta' l- umanita' li hija s-sies tal- liġi internazzjonali ġdida dwar il-baħar.", "Jekk inħarsu lejn l- inizjattivi li ħa l-Gvern f'dawn l-aħħar snin insibu li din il-preżenza nħasset fil- fora internazzjonali.", "Il- proposti, l-inizjattivi dwar il-Kunsill tal-Mediterran u s- CSCE tal-Mediterran huma żvilupp fuq il-politika barranija tal-gvernijiet ta' qabel.", "Fis-27 ta' Lulju, f'dan il-Parlament għaddiet riżoluzzjoni wara l-konferenza ta' l- Inter-Parliamentary Union.", "Kienet saret proposta sabiex is-CSCE tkun aġenzija komprensiva reġjonali għall- iżvilupp ta' l-Ewropa skond iċ- Charter tal-United Nations, kien hemm ukoll l-inizjattiva biex fil- Moviment Mhux- Allineat jitwaqqaf bord investigattiv dwar id- drittijiet tal-bniedem u din il-ġimgħa stess ġie propost l- Ewwel Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi dwar ir-Ratifika tal-Liġi tal-Baħar.", "M'għandniex ninsew li permezz ta' din ir-ratifika, Malta se tkun fost l-ewwel pajjiżi fl-Ewropa li se tirratifika din il-Liġi tal- Baħar li kienet infetħet għall- firem fl- 1982.", "F'dawn l-aħħar ħames snin, ġew iffirmati u ratifikati 'l fuq minn 70 konvenzjoni internazzjonali.", "L-iktar konvenzjonijiet u trattati internazzjonali li ffirma l-Gvern kienu dawk li jirrigwardaw id-drittijiet tal- bniedem.", "Nista' ngħid li fl- 1990 iffirmajna l-International Covenant on Civil and Political Rights u ffirmajna wkoll l- Optional Protocol li jagħti drittijiet ta' inizjattiva lill-individwu dwar vjolazzjonijiet tad- drittijiet tal- bniedem.", "Ftit wara li l-Viċi Prim Ministru ġie elett President ta' l-Assemblea Ġenerali, il-Gvern iffirma ċ- Charter dwar id- Drittijiet tat- Tfal u l-Konvenzjoni tal-United Nations dwar l- Eliminazzjoni tad-Diskriminazzjoni kontra n- Nisa.", "Pero', kif għidt, l- ikbar thrust għar-rigward tal- konvenzjonijiet u trattati internazzjonali kienet tikkonċentra fuq drittijiet tal-bniedem.", "Wara kollox, kien dan il- Gvern li ppropona fil- Parlament l-Att XIV ta' l-1987 - u dan il-Parlament approvah - li bih il-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem ġiet inkorporata fil-liġi domestika tagħna.", "Dan aħna ngħiduh bi ftaħir għax mhux il-pajjiżi kollha ta' l-Ewropa li ffirmaw il-Konvenzjoni Ewropea mbagħad inkorporaw il-Konvenzjoni fil- liġi domestika tagħhom.", "Anzi aħna morna iktar 'il quddiem u naħseb li Malta hija l-uniku pajjiż li mhux biss inkorporajna l-Konvenzjoni Ewropea tad- Drittijiet tal-Bniedem fil-liġi tagħna, iżda tajna wkoll id- dritt liċ-ċittadin Malti li jinforza sentenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal- Bniedem f'pajjiżu stess.", "Safejn naf jien m'hawn l-ebda pajjiż fl-Ewropa li ffirma u rratifika l-Konvenzjoni Ewropea u ta wkoll id-dritt li dik is-sentenza ta' Qorti, li ma ninsewx li hija Qorti internazzjonali, tiġi nforzata f'dak il-pajjiż stess.", "Per eżempju, jekk il-Qorti Ewropea tagħtik id-dritt għal ħlas ta' danni ta' Lm5,000, inti tkun tista' tinforza dik is-sentenza li tatek dawk il-flus f'Malta stess.", "Il-Gvern iffirma wkoll il-Konvenzjoni Ewropea għall- Ħarsien mit-Tortura li biha fetaħ beraħ il-bibien tal- ħabsijiet tiegħu għall-verifika mill-Kumitat Ewropew għall- Ħarsien mit-Tortura.", "U mhux hekk biss, imma l-Gvern għamel pubbliku r-rapport li għamel il-Kumitat Ewropew fuq il- ħabsijiet f'Malta wara ż-żjara tiegħu f'Lulju ta' l-1990.", "Għar-rigward ta' din il- Konvenzjoni, kien dan il- Parlament ukoll fuq il- proposta tal-Gvern li ħoloq ir-reat speċifiku tat-tortura fil- Kodiċi Kriminali tagħna li fih issa hemm piena ta' ħabs ta' massimu ta' disa' snin għall- uffiċjal pubbliku li jikkommetti r-reat speċifiku tat-tortura.", "L- istess japplika għall-European Social Charter u għall-Protokoll dwar l- Abolizzjoni tal-Piena tal-Mewt.", "Ma ninsewx ukoll li kien dan il-Parlament li b'emenda fil- Kodiċi Kriminali neħħa l-piena tal-mewt kważi f'kull każ ħlief f'każijiet ta' reati li jsiru minn membri tal-Forzi Armati fi żmien ta' gwerra.", "Dan il-Gvern iffirma u rratifika wkoll il- Konvenzjoni Ewropea dwar it- Trasferiment ta' Ħabsin Kundannati b'sentenza u issa bis-saħħa ta' din il- Konvenzjoni huwa possibbli li ċittadini Maltin li jinsabu f'ħabsijiet barra minn Malta jkunu jistgħu jiġu trasferiti biex jiskontaw is-sentenza tagħhom f'pajjiżna.", "L-aħħar Charter tal-Kunsill ta' l- Ewropa li ġie ffirmat kien dak dwar il-Lingwi Reġjonali u l- Lingwi tal-Minoranza.", "Għar-rigward ta' l-ILO, dan il-Gvern f'dawn l-aħħar ħames snin irratifika mhux inqas minn 20 konvenzjoni dwar drittijiet u kondizzjonijiet ta' l- impjieg tal-ħaddiema.", "Aħna f'dan iż-żmien konna wrejna li pajjiżna sar membru aktar sħiħ tal- Komunita' Internazzjonali.", "Pero' jekk issa pajjiżna sar membru aktar sħiħ tal-Komunita' Internazzjonali allura dan fih innifsu jġib miegħu aktar responsabbiltajiet.", "Aħna ma armejniex il- principji li nemmnu fihom għaliex għalina r- responsabbilta' tfisser ukoll li mhux nagħmlu biss dak li jaqbel lilna.", "Għar-rigward tal-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin, nixtieq nagħmel referenza għal dak li kien intqal fid-dibattitu tas-seduta li saret fis-17 ta' Dicembru 1991, fejn il-kelliemi ta' l- Oppożizzjoni kien qal li", "\"Il-gwerra tal-Golf Għarbi għallmet lid-dinja li fil- politika internazzjonali hawn żewġ miżuri ta' moralita', jekk inti ħabib tiegħi allura agħmel li trid, imma jekk m'intix allura nkissrek.\".", "Imbagħad dan il-kelliemi b'referenza għall-gwerra tal- Golf kien qal ukoll li aħna qed", "\"naraw il-ġganti jiġġieldu għall-ħobż tal-fabbriki tagħhom, u lilna għax nagħmlu ftit esportazzjoni lejn l-Iraq, din tiġi pprojbita mill-Gvern tagħna.\".", "Illum għar-rigward tas- sanzjonijiet tal-Ġnus Magħquda dwar il-Jugoslavja l- Oppożizzjoni qed tilmenta li l- vapuri li jinsabu taħt il- bandiera Maltija qegħda ssirilhom certi investigazzjonijiet.", "F'dawn l-affarijiet aħna minn dejjem konna konsistenti sija jekk kienu sanzjonijiet fil- konfront ta' l-Iraq dwar il-gwerra tal-Golf, u sija jekk kienu fil-konfront ta' l-ex-Jugoslavja.", "Aħna minn dejjem urejna konsistenza u mhux fejn jaqblilna ngħidu favur is-sanzjonjiet u fejn ma jaqblilniex ngħidu kontra.", "Din is-serjeta' ġiet apprezzata anke mill-ambaxxatur ta' l-Iraq meta huwa kien ippreżenta l- kredenzjali tiegħu lill- pajjiżna.", "Il-politika barra- nija tagħna wriet mhux biss konsistenza, imma wriet ukoll ċertu għaqal, għax wara kollox xi tkun politika barranija jekk din ma tkunx msejsa fuq l- għaqal?", "Minn mindu l-Partit Nazzjonalista qed jifforma l- Gvern ta' pajjiżna, bla tlaqliq esprima l-vokazzjoni ewropea tiegħu mingħajr ma' ppreġudika l-ħbiberija tiegħu ma' xi ħadd, u allura aħna avviċinajna lejn l- Ewropa mingħajr ma' allontanajna ruħna minn ħadd.", "Wara kollox dik l-Ewropa li nemmnu fiha aħna ma tħarisx biss lejha nnifisha, imma hija Ewropa li tħares lil hinn minnha.", "Mr Chairman, huwa d-destin tal-Partit Nazzjonalista li f'mumenti deċiżivi jieħu deċiżjonijiet importanti.", "Fl- 1964, fost il-tbassir ta' baħħ u diżastru ekonomiku, iġġelidna għall-indipendenza ta' pajjiżna u akkwistajniha; illum 28 sena wara, konfortati b'mandat ta' tliet elezzjonijiet wara xulxin, qed nitħabtu għall- għan tagħna ta' sħubija fil- Komunita' Ewropea.", "F'dan id- dibattitu saret referenza għall-kwestjoni tas- sovranita', imma wieħed ma jistax iqabbel proposta li pajjiż jintegra ruħu ma' pajjiż ieħor mal- proposta tas-sħubija fil- Komunita' Ewropea, li m'hija xejn ħlief pooling tas- sovranitajiet ta' diversi pajjiżi f'għaqda waħda.", "F'dibattitu li kien sar dwar mozzjoni ta' sfiduċja fil-Gvern minħabba l-politika barranija tiegħu fis-6 ta' Lulju, 1992, l-Onor.", "Vella qal:", "\"Il-consensus ta' bejn- ietna jeżisti biss fuq il- fatt li aħna m'għandna xejn kontra l-Ewropa.\".", "Naħseb li dan huwa diġa' pass kbir 'il quddiem għaliex donnhom waqgħu l- oġġezzjonijiet ta' natura politika u ideoloġika kontra l-Ewropa bla ruħ maqsuma f'Ewropa ta' Kajjin u Ewropa ta' Abel.", "Jien nemmen li la spiċċaw dawn l-oġġezzjonijiet ta' natura ideoloġika, oġġezzjonijiet oħra mhumiex insormontabbli.", "Għalkemm it-thrust prinċipali tagħna fil-politika barranija kienet dwar l-applikazzjoni tagħna għas-sħubija fil- Komunita' Ewropea, ma ttraskurajniex aspetti oħra.", "Meta wieħed iħares lejn ir- rapport speċjali li l-Gvern żviluppa fil-konfront ta' l- Albanija jew l-inizjattivi li ttieħdu biex inġibu tfal minn reġjuni ta' l-ex-Jugoslavja u anke l-mod kif dan il-Gvern ta sinifikat ġdid lill- Presidenza ta' l-Assemblea Ġenerali tal-Ġnus Magħquda li minn presidenza statika biddilniha f'waħda dinamika ...", "Rigward kumment li għamel l- Onor. Vella dwar iż- żjara tal-Viċi Prim Ministru bħala President ta' l-Assemblea Ġenerali fl-artijiet okkupati, nixtieq ngħid li għandna napprezzaw mhux biss is- sinifikat ta' dik iż-żjara imma anke ż-żmien li fih kienet saret, f'Jannar ta' l-1991, jiġifieri ftit jiem biss qabel ma bdiet il-gwerra tal-Golf.", "Dan, Mr Chairman, la għamilnih għall-voti u lanqas għax jaqblilna imma għamilnih għaliex huwa sewwa.", "Ħafna drabi hemm tendenza li naħsbu aktar fuq kwestjonijiet interni u ma nagħtux kas tal- perception ta' ħaddieħor dwarna.", "Jimportana aktar dwar l- affarijiet tagħna milli mill- iżviluppi ta' madwarna u dan huwa periklu.", "Fiż-żmenijiet moderni, ħadd m'hu maqtugħ għalih waħdu; dak li jiġri madwarna jaffetwa lilna wkoll u ż-żmenijiet imqallba tal-lum meta saru tant żviluppi u tibdil fix-xena internazzjonali jirrikjedu għaqal minna aktar minn qatt qabel.", "Dan l-għaqal, Mr Chairman, għarafna nsegwuh mingħajr ma nsejna l-prinċipji u l-viżjoni tagħna.", "Għaliex - u nagħlaq b'dan il- kumment - kif qal Robert Kennedy fl-1966:", "\"The future does not belong to those who are content with today, apathetic toward common problems and their fellowmen alike, timid and fearful in the face of new ideas and bold projects.", "Rather it will belong to those who can blend passion, reason and courage in a personal committment to ideals and great enterprises.\".", "Grazzi, Mr Chairman.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministri jekk jogħbġu jagħlaq dan id- dibattitu.", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO: Mr Chairman, li titkellem fuq il- politika barranija ta' Malta fil-klima tal-Budget, għandu ċertu vantaġġi u għandu ċertu żvantaġġi.", "Għandu l-vantaġġi għaliex wieħed iħares lejha anke fl- isfond ekonomiku li l- Budget naturalment iqiegħed il- paramentri tiegħu u jista' jkollu miżura żgħira ta' żvantaġġ għaliex forsi preċiżament minħabba dawn il- paramentri ekonomiċi li l- Budget jimponi, naturalment forsi wieħed jibda jħares lejn is-suġġett minn angolu li mhuwiex l-angolu sħiħ tal- politika barranija tal-Gvern.", "Pero' f'dan l-isfond irrid ngħid li jien ħadt pjaċir insegwi lill-kollega tiegħi l- Onor. George Vella għall- mod attent u korrett kif huwa żvolġa l-ħsebjiet tiegħu.", "Din hija l-ewwel darba, jekk ma niżbaljax, li l-Onor.", "Vella qiegħed jitkellem bħala shadow minister ta' l-affarijiet barranin tal-pajjiż għan-nom ta' l-Oppożizzjoni.", "Irrid ngħid li għalkemm attwalment hemm diversi aspetti f'dak li qal li jien ma naqbilx magħhom, se nkompli nipprova nispjega fil-loġika tal- persważjoni li nipprova nuża għaliex dak li qal l-Onor.", "Vella mhuwiex korrett u tajjeb.", "Dan huwa importanti ħafna għall-futur ta' gżiritna pero' rrid ngħid li l-istil, il-metodu u d- delivery tiegħu kien konformi ma' l- aħjar tradizzjonijiet ta' dan il-Parlament.", "Irrid nitkellem ukoll fuq affarijiet li għalkemm ma jirrigwardawx għal kollox il- politika barranija huma importanti għax għandhom x'jaqsmu mal- funzjoni tiegħi bħala Leader of the House.", "Għalkemm din is-sena kienet is- sena ta' l-elezzjoni, mis-6 ta' Jannar sal-15 ta' Jannar għamilna sitt seduti u għaddejna d-Development and Planning Act (1992) li hija importanti ħafna.", "Mill-4 ta' April - jiġifieri meta reġa' ltaqa' l-Parlament - sal- lum għamilna 76 seduta u rridu naqtgħu s-sajf meta ma nagħmlux seduti.", "Għaddejna 71 mozzjoni, ġew pubblikati 24 Abbozzi ta' Liġi, għaddejna 22 liġi u għaddejna l-Ewwel Qari ta' 16-il Abbozz ta' Liġi.", "Dan ifisser li l- Parlament miexi b'ritmu tajjeb.", "Fl-Uffiċċju ta' l-Attorney General hemm ħafna Abbozzi ta' Liġi pjuttost kbar fosthom il-kwestjoni tal- local councils, il-protezzjoni tal-konsumatur u l-family law.", "Dawn huma liġijiet hefty u naċċerta lill-Onor.", "Membri li se jokkupawlna ħafna mix-xogħol tal- Kamra.", "Kien hemm mument meta kellna nieqfu minn dan ir- ritmu mgħaġġel li għaddej bih il-Parlament Malti.", "In-numru ta' seduti li għamilna juri kemm il-Parlament għaddej b'ritmu tajjeb u serju, li fih il-Membri kollha tiegħu qed jagħtu l-kontribut bl-aħjar kapaċita' u bis-serjeta' li jagħmel ġid lil dan il- Parlament.", "Issemmiet il-kwestjoni tal- Kumitati tal-Parlament.", "Kif jaf l-Onor.", "George Vella - għax bħali dan huwa membru tal- Kumitat li għamilna għal tapposta taħt il-presidenza tal-President tal-Kamra, l- Onor. Gonzi - aħna qegħdin niddiskutu kif dan il-Parlament jista' jiffunzjona aħjar u kif ikun allineat ma' parlamenti oħrajn ta' pajjiżi oħrajn .", "Il-Parlament għandu jiffunzjona wkoll b'kumitati speċjalizzati - naturalment mhux bħal kumitat li qegħdin fih illum - biex ix-xogħol tal-Parlament ikun aktar studjat, aktar bir-reqqa u iktar preċiż.", "Kif jaf anke l-Onor.", "George Vella, aħna ddiskutejna l-Public Accounts Committee u kumitati oħrajn li jistgħu jsiru.", "Għadna ma nistgħux ngħidu li wasalna fit- tmiem ta' dawn id- diskussjonijiet, mhux għaliex hemm xi nuqqas ta' qbil fundamentali minn xi parti jew minn xi parti oħra, imma għax dawn l- affarijiet trid tagħmilhom b'ċertu studju u preċiżjoni u trid iżomm quddiem għajnejk li għal dak li jirrigwarda lil Malta qegħdin f'fażi esperimentali u allura kull darba li trid tesperimenta ftit f'Parlament li huwa kompost minn 65 Membru trid toqgħod attent li ma titlifx il-fiduċja tal-Parlament kollu kemm hu.", "Pero' jien naħseb li x-xogħol utili li qed isir taħt il- Presidenza ta' Mr Speaker huwa xogħol li llum mhux qiegħed jidher imma fi spazju mhux twil ħafna ta' żmien naħseb li niġu f'mument fejn ikollna ninvolvu naturalment il-gruppi Parlamentari rispettivi għal dawn il-kambjamenti sostanzjali li nixtiequ nġibu aħna fit- tħaddim tal-Parlament u nagħtu iktar saħħa lil ċerti kumitati li jkollhom ċertu piż u li fihom naturalment wieħed jista' jitkellem b'ċertu liberta'.", "Il-Kamra tista' tinnota li f'ċerti aspetti jkollok iżżom ruħek fil-limiti ta' dak li tista' tgħid pubblikament, pero' jien nispera li din il-Leġislatura tkun tista' tinawgura dawn il- kumitati u tinawgurahom bis- sens li jagħmel minn dan il- Parlament mhux biss wieħed li jkun aktar effiċjenti fix- xogħol tiegħu imma li jkun wieħed li jagħti iżjed lill- pajjiż.", "Jien naħseb li dan huwa li kulħadd qiegħed jistenna mill-Parlament Malti.", "Mr Chairman, irrid ngħid li għamilna qabżiet ta' kwalita' fil-Parlament Malti minn kif konna nafuh, minn kif kien f'dawn l-aħħar ħames snin u minn kif inhuwa anke issa.", "Din il-qabża ta' kwalita' tirrifletti wkoll l-impenn sħiħ tal-Membri tiegħu.", "Jien naħseb li jkun għaqli li nirrikonoxxu li biex Parlament jimxi tajjeb ma jistax ikollok naħa waħda li mingħaliha għandha l- monopolju tas-sewwa u naħa oħra li għandha l-monopolju tal-ħażin u hawnhekk niftakar li darba Dr. Borg Olivier kien iddeskriva \"the goodies\" minn banda u \"the baddies\" li konna aħna min-naħa l-oħra skond il- fehma ta' min kien goody dik il-ħabta minn din in-naħa - imma bilfors irid ikun hemm bilanċ tal-bilanċ li trid tirriflettih anke fid-dibattiti parlamentari.", "U huwa dan li qed nipprovaw nagħmlu f'dan il- Parlament.", "Aħna qed nipprovaw inġibu dan il-Parlament viċin il-pajjiż.", "L-Onor.", "Vella tkellem dwar it-trażmissjonijiet ta' dan il- Parlament.", "Naturalment hemm ħafna veduti jekk huwiex l- aħjar li l-Budget kollu jkun trażmess fuq it-television jew inkella jkunx aħjar li jkun trażmess il- Budget innifsu għax huwa ta' interess nazzjonali, imbagħad jixxandar id- diskors tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni u r- risposta tan-naħa tal-Gvern, imbagħad ix-xandiriet l-oħra jsiru kollha bir-radju kif kien ġie propost.", "Naturalment għadna ma ftehemniex biex flimkien insibu l-aħjar soluzzjoni.", "Kulħadd jaqbel li dibattiti fit-tul li jokkupaw prime time fuq it- television ħafna drabi kien qed ikollhom effett oppost minn dak mixtieq, pero' ċertament li hu importanti li l-poplu Malti jkun jaf b'dak li qed isir fil- Parlament.", "Proposta tajba hi li jkun hemm channel tar-radju fejn is- seduti kollha, mhux tal-Budget biss, jiġu trażmessi sabiex min għandu l-interess li jsegwi d- dibattiti li qed isiru fil- Parlament, ikun jista' jsegwihom.", "Dan il- metodu jista' jagħti r-riżultat mixtieq.", "Il-ġestjoni ta' Parlament hi ħafna superjuri għal min bħali jiftakar ċertu Parlamenti differenti ħafna minn dan.", "Naħseb li f'dan ir-rigward imxejna ħafna 'l quddiem.", "Min jaħseb li wasal fil-quċċata għandu żball.", "Bniedem li jħares biss lejn il-bieraħ u ma jħarisx lejn għada, fil-fehma tiegħi hu bniedem li spiċċa miċ- ċirkolazzjoni veru tal- ħajja.", "Naħseb li dan hu l-mod kif għandna nħarsu.", "Aħna kuntenti li mxejna ħafna 'l quddiem.", "Pero' m'għandniex nieqfu bil-mod kif aħna sodisfatti imma nħarsu 'l quddiem sabiex dan il-Parlament ikun aktar jirrispekkja l- fehmiet tal-poplu u l-mod kif jiġu trażmessi dawn il- fehmiet li jwassal għal demokrazija aktar sħiħa.", "L-Onor.", "Vella tkellem dwar il-kwestjoni tal-METCO u l- funzjoni tal- Ministeru ta' l- Affarijiet Barranin li taħtu jaqa' wkoll il-kummerċ barrani.", "Ħalli nispjega din in- nozzjoni għaliex naħseb li din hija l-ewwel darba li għandi l- opportunita' li nispjega aħjar x'inhu l-iskop ta' dan il- kambjament.", "Sur President, illum huma ħafna l-pajjiżi li qegħdin jaraw li hemm abbinament bejn il-politika barranija u l- kummerċ barrani.", "Illum il- ġurnata pajjiżi li mhumiex neċessarjament żgħar daqsna jew daqs il- Lussemburgu - biex insemmi żewġ pajjiżi fl-Ewropa - bħan-New Zealand, għandhom sistema bħal tagħna.", "Hawn Malta għadu kemm ġie Garreth Evans li huwa l-Ministru ta' l- Affarijiet Barranin ta' l- Awstralja - ċertament pajjiż ta' ċertu riljev - u sirna nafu li fl-Awstralja l-kummerċ barrani jaqa' wkoll taħt ir- responsabbilita' tal-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin.", "Barra dawn il-pajjiżi li qed insemmi, hemm diversi pajjiżi oħra li għandhom din l-istess sistema.", "X'inhu l-iskop ta' dan kollu?", "L-iskop huwa ċar u wieħed jista' jifhmu iktar fil- ħajja kompetittiva tal-kummerċ barrani.", "Dari kienu jgħidu li trade follows the flag, jiġifieri fejn għandek il- bandiera tiegħek il-kummerċ isegwi.", "Naturalment aħna m'aħniex qed ngħidu hekk għaliex għandna xi miri espansjonisti jew kolonjalisti għal dan il-pajjiż.", "Aħna qed ngħidu li llum il-ġurnata il- politika barranija u l-politika tas-swieq internazzjonali tant huma marbuta flimkien li huwa għaqli li dawn iż-żewġ aspetti tal-ħajja politika u ekonomika jiġu abbinati flimkien għaliex waqt li qed torbothom flimkien tkun qed tagħmel lin-nies li jirrappreżentaw lil pajjiżek iżjed rappreżentattivi mhux biss għal dak li jirrigwarda diplomazija politika, imma anke għal dak li jirrigwarda diplomazija ekonomika.", "Il- Kamra taf li d-diplomatiku tal- lum m'għadux id- diplomatiku politiku biss li ma jmexxix l- aspett ekonomiku tal-pajjiż.", "Kien hemm żmien, Mr Chairman, fejn diplomatiku kien iħossha kważi infra dig li jiġi jkellmek biex pajjiżu jieħu xi kuntratti jew ikun pajjiżu li jbigħ l-ajruplani jew xi mezzi ta' trasport u affarijiet oħra bħal dawn.", "Illum is-sistema ta' l-ekonomija internazzjonali tirrikjedi li d-diplomatiku għandu jkun tajjeb kemm mil-lat politiku kif ukoll mil-lat ekonomiku.", "Fid- dinja tal-lum ħafna drabi d-diplomazija ekonomika għandha relevanza daqs ir- relevanza politika ta' pajjiż, u f'ċerti eċċezzjonijiet anke iktar.", "Meta l-Gvern għaqqad dawn iż- żewġ aspetti tal-politika barranija u l-ekonomija dipendenti mis-swieq barranin, jiġifieri l-mod kif tista' tipproġetta l- pajjiż tiegħek għas-swieq barranin, il-ħsieb tiegħu kien - anke mill- esperjenza ta' pajjiżi oħrajn, speċjalment dawk tad-daqs tagħna - li n-nies li għandna f'ambaxxati u konsolati differenti barra minn Malta jisfruttaw il-pożizzjoni tagħhom biex jipprovaw jivv- antaġġjaw l-aspett ekonomiku tal- pajjiż.", "B'hekk, nies f'ċerti pożizzjonjiet, bħalma huma attaches, first secretaries u second secret- aries f'ambaxxati, ikunu f'pożizzjoni li jinformaw lil pajjiżna li f'dak il-pajjiż hemm ċerti attivitajiet, kuntratti jew offerti għal xogħlijiet li jistgħu jinter- essawna biex nipparteċipaw fihom.", "Jiena nemmen li jekk nibqgħu nagħmlu dan, noħolqu diplomatiċi li jkunu speċjal- izzati kemm fid-diplomazija politiku kif ukoll fid- diplomazija ekonomika.", "Sur President, il-ħabib tiegħi l-Onor.", "Vella għan-nom ta' l-Oppożizzjoni staqsa dwar x'qed tagħmel il-METCO.", "Jien 'il quddiem inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra - se nagħti kopja ta' dan anke lill-Onor.", "Vella - dokument li juri parti mill-attivitajiet li għamlet il-METCO.", "L-iskop prinċipali ta' l-METCO huwa li tagħti servizz biex tkun intermedjarja bejn prospective overseas buyers u l-manufacterers, u l-esportaturi Maltin billi tagħmel channelling ta' enquiries minn ditti esteri għal goods and services from Malta.", "Bejn Jannar u Diċembru 1990 kien hemm 390 enquiry, fl-1991 kien hemm 859 enquiry u minn Jannar sa Settembru 1992 kien hemm 937 enquiry.", "Il-METCO tissupplixxi wkoll informazzjoni lill-komunita' kummerċjali Maltija u organizzazzjonijiet oħra li tista' tieħu l-forma ta' pariri tekniċi, export marketing, u anke kif isir credit financing, financial structuring, costing and pricing.", "Per eżempju, id- domandi li qed isiru anke f'dan il-kontest jirriflettu l- interess li qed jittieħed.", "Trid tagħmel anke librerija suret in-nies.", "Dan il-pajjiż forsi għadu ma jemminx biżżejjed dwar il-bżonn tal- libreriji, pero' f'materja bħal din huwa essenzjali li jkollok an updated library.", "Nista' ngħid li saru ħafna domandi fuq din il-library.", "Dan żgur li huwa fl-interess tal-komunita' kummerċjali industrijali ta' pajjiżna.", "Prorpju dan l-aħħar inawgurajna l- BC-Net bħala parti mill-attivitajiet tiegħi bħala Ministru għall-Affarijiet Barranin mal-Komunita'.", "Dehrilna li huwa importanti li l-komunita' Maltija industrijali u kummerċjali tieħu parti f'dan il-BC-Net.", "Dan huwa intiż fil-computer u għandek fih id-diversi ditti li joperaw fil-Komunita' u anke dawk extra komunitarji fl-ispeċjalitajiet differenti.", "Jekk ditta Maltija trid issib partner jew trid tagħmel joint venture jew trid ssib aġent tal-prodott tagħha, jew vice versa, industrija barranija jew rappreżentant tagħha hawn Malta tagħmel xi enquiry.", "Ugwalment dan il-BC- Net għandu l-effett li jżewweġ - jekk wieħed jista' juża din il-frażi - l- informazzjoni li dik id-ditta tkun qed titlob ma' ...", "Irrid ngħid ukoll li l-METCO manages it-trade reciprocity banking arrangements.", "F'dan il-kontest il-METCO tanalizza u tagħmel endorsement tad- dokumenti għall-esportazzjoni qabel ma jmorru l-Bank Centrali u fid- Dipartiment ta' l- Industrija għall-approvazzjoni.", "Il-METCO tipparteċipa wkoll fin-negozjar ta' agreements taħt ir-relevant trade protocols.", "F'dokument dwar il- METCO hemm miktub li minn Jannar sa Diċembru 1990, 40 ditta esportaw total ta' Lm32 miljun lis-CSSR, lill-Polonja, lill-Iraq u lil-Libja; minn Jannar sa Diċembru 1991, 70 ditta esportaw total ta' Lm27.3 miljun fi prodotti lil-Libja u minn Jannar sa Settembru 1992 - dejjem taħt dawn il-banking arrangmenets - 31 kumpannija esportaw total ta' kważi Lm19.4 miljun.", "Mr Chairman, hawnhekk nitlob il-permess tal-Kamra sabiex inpoġġi dan id- dokument fuq il-Mejda tal-Kamra flimkien ma' informazzjoni dwar il-fieri li torganizza l-METCO.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO: Inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra: Rapport dwar il-METCO's performance in facts and figures għall-perjodu minn Jannar sa Settembru 1992.", "Mr Chairman, biżżejjed ngħid li minn Jannar sa Settembru 1992, il-METCO pparteċipat f'numru sostanzjali ta' fieri, l-aħħar waħda dik li saret f'Dubai, li għat-tieni darba kienet ta' suċċess.", "Saru ordnijiet li jammontaw għal diversi miljuni ta' dollari u dan ċertament li jkompli jawspika li x-xogħol tal-METCO jkompli jiżdied.", "Biex ngħid hekk il-METCO hija l-business arm tal-komunita' industrijali.", "Mr Chairman, dan qed ngħidu għax b'dan il-metodu aħna rridu nagħtu spjegazzjoni - forsi llum hija l-ewwel darba li kelli l-opportunita' li nitkellem f'ċertu dettall - fuq il-funzjoni tal-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin għal dak li għandu x'jaqsam man-negozju barrani.", "Hawnhekk issemmiet il- funzjoni konsulari li qed tingħata l-komunita' Maltija li hemm barra mill-pajjiż.", "Irridu ngħidu li l-Gvern Malti dan qed jagħmlu bi spiża sostanzjali.", "Kif taf il-Kamra, qed inżommu konsulat f'Toronto, qed inżommu konsulat ġenerali ieħor f'Sydney u ieħor f'Melbourne.", "F'dawn il-postijiet hemm konċentrazzjoni ta' mijiet ta' eluf ta' Maltin u dawn is- servizzi konsulari qed ikunu ta' għajnuna għalihom taħt ħafna aspetti u kwalitajiet differenti.", "B'dan il-metodu qed nimxu tajjeb u nixtiequ nkunu aktar effiċjenti.", "Dwar il-kwestjoni taċ- ċittadinanza doppja li ħoloq u ġab 'il quddiem dan il-Gvern, irrid ngħid li din kienet ħaġa mixtieqa ħafna mill-komunita' Maltija li tgħix barra minn pajjiżna.", "Il-Maltin dejjem xtaqu jżommu n-nazzjonalita' tagħhom u għalhekk il-Gvern Malti din tahielhom.", "F'ċertu kontest aħna vittmi tas-suċċess tagħna stess għax hemm eluf kbar ta' Maltin li qed igħidu li l-ipproċessar ta' dawn l- applikazzjonijiet qed jieħdu ċertu żmien, għalkemm naturalment l-esperjenza qegħda dejjem tikber u x-xogħol qiegħed isir iktar aħjar u malajr.", "Allura anke f'dan il- kontest hemm il-bżonn ta' dawn il-konsulati, speċjalment f'postijiet fejn hemm komunita' qawwija ta' ċittadini Maltin.", "Hawnhekk irrid insemmi wkoll il-Counter Trade li taħt kull aspett hija dipendenti mill- Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin u qed tipprova tħaddem din is-sistema anke f'sitwazzjoni fejn din mhux dejjem tkun di moda, pero' hija utli.", "Per eżempju, permezz tas-sistema tal-countertrade mar-Russja, kellna negozju viċin US$27 miljun, li huwa ammont sostanzjali.", "Dan jirrifletti li għalkemm ir- Russja llum għaddejja minn żmenijiet diffiċli - u aħna ma ninsewx li konna l-ewwel pajjiż li ffirmajna l- protokoll ta' kummerċ bejn Malta u l- Federazzjoni Russa - mexjin tajjeb, imma naturalment f'kamp bħal dan hemm ukoll il-preżenza ta' ċertu riskji li joħorġu minn dawn is-sitwazzjonijiet.", "Imma jien naħseb li ċ-ċifra li semmejt hija indikazzjoni li aħna mexjin ukoll pożittivament.", "Nispera li l-potokoll li hemm bejn Malta u r-Russja se jiġi rinovat fuq ċifra ikbar minn dik li llum hemm prevista u nisperaw li dan ikun ta' għajnuna għall-industrijalisti Maltin għaliex l-industrijalist għandu, biex ngħid hekk, an umbrella provision li taħtha f'sitwazzjonijiet mhux għal kollox faċli bħal dawk li għaddejja minnhom ir-Russja, ikun f'pożizzjoni li jilħaq kummerċ reċiproku bejn iż-żewġ pajjiżi.", "Mr Chairman, naħseb li nista' nagħlaq fuq dan l- aspett li jaqa' taħt il- Ministeru tiegħi li kif qal l- Onor. Vella ma jirriflettix dak li klassikament huwa x-xogħol tal- Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin.", "L-Onor.", "Vella semma l- pożizzjoni tal-Libja.", "Mr Chairman, l-iktar ħaġa li ma rridx inkun fil-politika hija li nilagħba tal-profeta għax jien dejjem sibt li dak il- politiku li pprova jilagħba tal-profeta jsib ruħu politiku ħażin u profeta agħar.", "X'se jiġri mis-sitwazzjoni tas- sanzjonijiet, jekk se jkun hemm iktar sanzjonijiet fil-konfront tal-Libya?", "Din hija ħaġa li lili tippreokkupani bħalma tippreokkupa diversi nies li huma fil-politika internazzjonali bħalna.", "Jien naf li noqogħdu attenti anke għall-mod kif isiru s-sanzjonijiet, u l- appell tiegħi huwa li s- sanzjonijiet għandhom isiru b'mod li mhux ibatu pajjiżi oħra iżjed mill- pajjiż li huma intiżi li jolqtu.", "Aħna nemmnu u nisperaw li s-sitwazzjoni tirriżolvi ruħha mingħajr il- bżonn ta' applikar ta' sanzjonijiet iktar minn dawk li hemm illum u l-Gvern Malti qed jagħti kemm jista', fejn jista' u meta jista' l-kontribut tiegħu biex il-kwestjoni tiġi riżolta paċifikament.", "Pero' naħseb li kull membru tal-Kamra jifhem li din hija sitwazzjoni verament diffiċli fejn hemm pożizzjonijiet li wieħed jifhimhom imma huma ibsin, fejn illum għandek żewġ riżoluzz- jonijiet tal-Kunsill tas- Sigurta' li għamlu sitwazzjoni li toħloq fil-kamp ta' leġġitimita' internazzjonali ċertu aġir li neċessarjament joħroġ minnu.", "Nisperaw - u aħna konvinti - li din hija kwestjoni li m'għandha qatt tiġi riżolta bl-użu tal-forza imma għandha tiġi riżolta dejjem fil-loġika tal- persważjoni.", "Allaħares f'sitwazzjoni bħal din aħna naraw l-użu tal-loġika tal- forza!", "M'għandek tagħmel qatt previżjonijiet għaliex f'ċirkostanzi bħal dawn bil- previżjonijiet tista' ssaħħan iktar is-sitwazzjoni u tikkrea kaos u riġidament tas- sitwazzjoni.", "Allura l-linja li qed nipprova nieħu jien, Mr Chairman, mingħajr ma naħbi b'ebda mod il-preokkupazzjoni tiegħi, tal-Gvern u naħseb ta' kull wieħed minna preżenti hawnhekk, huwa li nkomplu nagħtu dak il-kontribut li nistgħu preferibbilment minn wara l-kwinti, jiġifieri dak li jissejjaħ silent diplomacy li permezz tiegħu inti tipprevjeni każijiet akbar u tipprova tgħin biex jinstabu soluzzjonijiet.", "Jien naħseb li mhuwiex għaqli li mmur 'l hemm minn dak li qed ngħid jien għal dak li jirrigwarda l-kwestjonijiet tal-Libja.", "Għal dak li jirrigwarda l- kwestjoni ta' l-Iraq, anke dan kien suq pożittiv għalina u kien suq li bdejna nisfrondaw fih.", "Meta nqalgħu s- sanzjonijiet u jien staqsejt jekk abbażi tal-possibbilta' ta' kumpens kienx hemm ditti Maltin li applikaw, ġejt informat li ma kienx hemm ditti li applikaw.", "Dan mhux għaliex ma kienx hemm ditti li sofrew danni jew waqfien tal-kummerċ tagħhom imma għaliex fil-parametri tal-kumpens li jistgħu jagħtu n-Nazzjonijiet Uniti, dawn donnhom ma kenux jaqgħu fil- konsiderazzjoni ta' dawk il-parametri.", "Pero' jien anke hawn hemm min jistaqsini: Għaliex għadek iżżomm il- missjoni ta' Malta ġo Baghdad miftuħa?", "Hemm min igħidli: Imma x'qegħdin tagħmlu billi żżommu Charge d'Affaires f'Baghdad?", "Illum in-numru ta' ambaxxati li hemm f'Baghdad mingħlija rriduċa ruħu għal xi 16 u Malta u n-Norveġja huma l-uniċi żewġ pajjiżi Ewropej li għandhom ambaxxati miftuħin f'Baghdad.", "Jien naħseb li sakemm iċ-ċirkostanzi jipper- mettu huwa għaqli li din l- ambaxxata f'Baghdad tibqa' miftuħa.", "Jien nemmen li dan huwa veikolu mhux biss ta' informazzjoni u ta' utilita' imma veikolu ta' possibilitajiet oħrajn fejn pajjiżna jista' jkun utili bil-preżenza tiegħu.", "Kif kulħadd jaf, l- Ambaxxatur ta' l-Iraq għadu kemm ġie jippreżenta l-kredenzjali tiegħu hawn Malta.", "Aħna tkellimna miegħu u rajna kif qegħda temerġi s-sitwazzjoni.", "Naturalment l-aħbarijiet li qed jaslu mhux dejjem qed ikunu pożittivi għax is-sitwazzjoni għadha negattiva.", "Għalhekk huwa tajjeb li l-missjoni li għandna f'Baghdad inżommuha miftuħa għaliex tista' tkun utili fil-mod kif l- affarijiet jistgħu jiżvolġu ruħhom.", "Jien naħseb li rigward l-Iraq nistgħu nieqfu hawnhekk.", "Rigward l-ex-Jugoslavja tkellimt fil-Budget l-ieħor u għidt x'inhi l- fehma tiegħi.", "Kieku kelli nħares lejn din il- kwestjoni, forsi mil-lat egoistikament Malti u mil-lat ta' bniedem li mhuwiex in causa, ngħid li huwa aktar faċli li tibqa' l-Jugoslavja bis-sitt repubbliki federati flimkien.", "Aħna ma nafux biżżejjed l-inkwiet, l-istorja u l-problemi li kien hemm f'dawk ir-repubbliki.", "Ir- repubbliki tas-Slovenja, tal- Kroazja, tal-Macedonja u tal- Bosnia-Herzegovina riedu jinqatgħu għalihom u minn sitt repubbliki baqa' l-Montenegro - li hija l-iżgħar repubblika - mas- Serbja.", "Għalkemm din tissejjaħ Jugoslavja, bl-ebda mod ma tirrifletti r- realta' Jugoslava kif nafuha minn wara l-ewwel gwerra dinjija 'l hawn.", "Għalhekk wieħed jibda jirrealizza li xi ħaġa kien hemm għax fil-gwerra ċivili li hemm fil-Bosnia-Herzegovina qed jiġu manifestati krudeltajiet kbar.", "Jista' jkun li meta din insejħulha gwerra ċivili nkunu qed nagħmlu żball.", "Qed ngħid dan għax meta diversi nazzjonijiet ma jkunux iridu involvement isejħulha gwerra ċivili.", "F'dan il-każ qed nagħmlu s- sanzjonijiet kontra s-Serbja-Montenegro.", "S'issa din is-sitwazzjoni, dejjem fil-fehma tal-Gvern Malti, għadha ma sabitx dik il- linja iżjed pożittiva li tenħtieġ.", "Jien nista' ngħid li meta hawn Malta kien hawn il- Ministru Rupel konna tkellimna fit-tul fuq dawn l-affarijiet u dwar x'hemm bżonn li jsir.", "Ma ridtx nidħol f'ċerti dettalji billi s-suġġeriment li jiena u l-Ministru Rupel konna għamilna għadu qed jiġi konsidrat f'diversi kanċell- eriji ta' l-Ewropa u tal- pajjiżi membri tas-CSCE, pero' rridu ngħidu li jekk jaqa' Sarajevo jaqa' simbolu ta' l- istat indipendenti tal-Bosnia- Herzegovina.", "Meta l-alleati riedu jassiguraw li Berlin, belt ta' miljuni ta' nies, ma taqax f'idejn l- accerchiamento li kienet qegħda tagħmel l- Unjoni Sovjetika dik il-ħabta - u Willi Brandt li għadna kemm morna għall-funeral tiegħu kien, biex ngħid hekk, is- simbolu ta' Berlin libera - sar airlift qawwi u b'saħħtu li wassal l-għajxien u r- reżistenza ta' miljuni ta' nies - u mhux 250,000 ruħ bħalma hemm ġo Sarajevo - Berliniżi.", "Dan kien pass tajjeb li wera li ħadd m'hu se jċedi għal min ried juża l- forza tas-saħħa kontra l-belt u l- poplu ta' Berlin.", "Aħna nemmnu li madwar Sarajevo għandu jkun hemm cordon sanitaire li tassigura li din il-belt tkompli tgħix u li l- appoġġi jaslu mhux billi tibgħat ajruplan wieħed 'l hawn u 'l hinn biex l-anti-aircraft Serba taqbad u twaqqgħu, imma billi jkun hemm il-massiċċita' tal-preżenza ta' airlift protett kif għandu jkun u li twassal cordon sanitaire madwar il- belt ta' Sarajevo li mbagħad jiġi estiż għal bliet oħrajn illum ċirkondati.", "Jien naħseb li dak huwa l-ewwel u l- aqwa messaġġ li jista' jingħata, li d-dinja mhix preparata taċċetta li titkompla dik il-krudelta' ta' gwerra li qegħdin nimmanifestaw aħna.", "Mr Speaker, f'pajjiżna hawn min jistaqsi: Aħna x'nidħlu f'dawn l- affarijiet?", "Aħna x'jimpurtana mill-Bosnia- Herzegovina?", "L-ewwelnett jimpurtana għaliex dan mhux 'il bogħod minna ż-żejjed, it-tieni nett għaliex kwalunkwe inkwiet f'dan il-baħar tagħna huwa inkwiet li b'xi mod jew ieħor jasal għandna, u t-tielet għaliex jekk se nibqgħu sejrin bis- sanzjonijiet dan se jsir baħar ta' sanzjonijiet.", "Jien mhux qed nikkritika s- sanzjonijiet, imma dawn is- sanzjonijiet ma jistax ma jkollhomx effett negattiv fuq pajjiżna, apparti s-solidarjeta' umana għaliex jekk hemm ħaġa li tolqtok fil-gwerra fil- Bosnia-Herzegovina hija li din hija gwerra - kif qal tajjeb l- ex-Prim Ministru tal-Polonja, Mazowiecki - personali fejn il- qattiel ilu jaf min hi l-vittma tiegħu u allura forsi dak huwa wieħed mill- iktar aspetti krudili li hemm fil-ġlied fil- Bosnia-Herzegovina.", "Dan it- taqbid jista' jinfirex fil- Kosovo fejn hemm iktar minn żewġ miljuni Albaniżi.", "Fid- diskussjoni li kelli mal- President Berisha ddiskutejna dan il-punt li kien wieħed mill-iktar punti oħra li ġew imqajmin fid- diskussjoni.", "Jekk is-Serbia tara li ma ġara xejn dwar il-Bosnia, taqa' Sarajevo, jinqatlu mijiet ta' eluf ta' nies - u s'issa diġa' nqatlu 13,000 tarbija f'dan il-ġlied - allura l-ethnic cleansing jibqa' sejjer lejn il- Kosovo u l-Macedonia li huwa pajjiż fejn hemm tant minoranzi u għalhekk wieħed jista' jgħid li se jkollna repeat performance.", "Voldieri meta l- Gvern Malti qed jieħu ċerti inizjattivi, mhux qed neħduhom bi preżunzjoni, imma qed neħduhom b'sens ta' responsabilita' politika li dan il-pajjiż għandu jagħraf jerfa' flimkien ma' ħaddieħor.", "Dan huwa l-messaġġ li rrid ngħaddi lil dan il-Parlament, preċiżament għal dak li jirrigwarda s- sitwazzjoni Jugoslavja.", "F'liema direzzjoni mexjin in- Nazzjonijiet Uniti?", "Jien ma naqbilx ma' l- interpretazzjoni li ta l-Onor.", "Vella tan- Nazzjonijiet Uniti.", "Huwa ta l- impressjoni li llum in- Nazzjonijiet Uniti m'huma xejn ħlief monopolju ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika.", "Ma rridx naħseb li din hija s- sitwazzjoni, pero' qed ngħid li - u dan kien parti mill-iskop ta' l-aġir tiegħi meta kont qiegħed hemm - jekk hemm organu tan-Nazzjonijiet Uniti li għandu jingħata relevanza u għandu jiġi msaħħaħ, dan huwa l-organu fejn kull membru huwa membru permanenti.", "U hawnhekk qed nirreferi għall-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti.", "Illum il-ġurnata ssaħħu sewwa s- Segretarjat u l-Kunsill tas-Sigurta', infatti l'acquis tas-segretarjat sar ħafna ikbar milli huwa konċepit fiċ-Charter tan-Nazzjonijiet Uniti.", "Għaliex wara kollox m'għandhomx jissaħħu?", "Jekk dawn iż-żewġ organi tan- Nazzjonijiet Uniti jkomplu jissaħħu u r-relevanza ta' l-Assemblea Ġenerali, fejn 179 pajjiż huma membri tiġi mnaqqsa ikun żball għax jinħoloq żbilanċ fil-metodu ta' kif din l-organizzazzjoni tiġi mmexxija u jinħoloq il- bżonn li jkun hemm iktar attivita' biex effettivament ma jibqax dan l- iżbilanċ li qed jibda jinħass.", "Irrid ngħid li minn meta ġiet approvata mozzjoni presidenzjali f'dan il-kontest f'għeluq il-45 sessjoni ta' l- Assemblea Ġenerali, qed jittieħdu passi permezz tal-mekkaniżmu tqil tan- Nazzjonijiet Uniti - għax mhux faċli li ġġib 179 pajjiż jaqblu miegħek ...", "Pero' għallinqas pajjiżna għal darb'oħra fetaħ triq li wieħed jispera li fl- interess ta' kulħadd twassal biex in- Nazzjonijiet Uniti tissaħħaħ.", "Hawn qed nirreferi għat-triq li fetah pajjiżna fil-kontest tal- Liġi tal-Baħar li tinvolvi l- konċett tal-common heritage of mankind.", "Il-Kamra żgur li nnotat li bi pjaċir jiena ressaqt il-First Reading ta' l- Abbozz ta' Liġi dwar ir- Ratifika tal-Liġi tal-Baħar, biex f'għeluq il-25 sena minn meta Malta ressqet dan il- konċett ġdid li jgħaqqad b'solidarjeta' l-umanita' u l- heritage tal-popli kif applikat għal-Liġi tal-Baħar, ir- ratifika ta' Malta għal din il- liġi ssir bl-awtorizzazzjoni ta' dan il-Parlament.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Dan hu l- mod kif pajjiżna qed jimxi 'l quddiem fil-kamp internazzjonali, mhux bi drammatiċita' li tista' jkun ta' deni għal pajjiżna, imma b'serjeta', persistenza, perseveranza u ideat avvanzati u ġodda li ċertament jagħmlu ġieħ lil Malta bħala pajjiż li nonostante d- daqs tiegħu, jaf jaħseb u jikkontribwixxi.", "Mr Chairman, issemmiet ukoll il-kwestjoni tal-Moviment tal- Pajjiżi Non- Allineati.", "Fil- fehma tiegħi dan il-Moviment huwa orfni ta' gwerra bierda li spiċċat, fis-sens li dak li ta lok għall-eżistenza tiegħu spiċċa, jiġifieri li pajjiż jipprova jkollu l-ispazju tiegħu li ma jkunx dominat miż-żewġ superpotenzi jew blokki militari fil-fatt bix- xoljiment ta' blokk militari minnhom u l-blokk militari l- ieħor n-NATO li għadu hemm li qiegħed ifittex rwol Ewropew sħiħ, qed jiġri li f'dan il- kontest in-Non- Aligned Movement sab ruħu orfni ta' l-iżvilupp u tad-dinamiżmu ta' l- istorja.", "Pero' jagħmel żball min jaħseb li għax il-Moviment Non- Allineat tilef ir-raison d'etre tat-twelid tiegħu, huwa moviment li llum għandu jiġi xolt.", "Fil-Moviment Non- Allineat inġabru flimkien numru kbir ta' pajjiżi li kif għidt drabi oħra - u din reġgħet ġiet msemmija llum - għandhom il- vuċi, u hija l-vuċi tat-Tielet Dinja.", "Huwa żball li t-Tielet Dinja ma tagħrafx tinserixxi ruħha b'saħħitha politikament u ekonomikament.", "Altrimenti din tkun sfruttata minn min huwa b'saħħtu u minsija minn min huwa qawwi.", "Għalhekk huwa essenzjali li l-vuċi tat-Tielet Dinja kif tidentifika ruħha fil-Moviment Non-Allineat ikompli jkollha preżenza internazzjonali, politika siewja.", "Dan qed ngħidu għaliex forsi b'xi mod dan ma ġiex mifhum mill-mod kif forsi xi ħadd interpreta l-aġir tal- Gvern.", "Pero' mil-lat l-ieħor ma rridx nkun jien fil-Moviment Non-Allineat il-vuċi tat-Tielet Dinja under false pretences.", "U dan li għandna noqogħdu attenti fil-ħajja.", "Is-serjeta' tal- politika tirrikjedi li inti qatt ma tkun f'post jew x'imkien taħt pretenzjonijiet foloz u tifhem li t-Tielet Dinja għandha d-dritt għall- eżistenza politika u ekonomika tagħha u ma tiġix sfruttata minn blokki li jistgħu jirrendu lil dawn fi stati ekonomikament klijentelari.", "U żgur li hekk nemmen jien, pero' mil-lat l- ieħor l-interessi ekonomiċi tat-Tielet Dinja filwaqt li huma parti mit- turija ta' solidarjeta' ta' dan il-Gvern, ta' dan il-poplu, ma nistax ngħid li aħna s-Somalja, il- Djibouti jew il-Honduras u allura mhux neċessarjament kull finalita' politika tal-Moviment Non-Allineat jikkoinċidi mal- finalitajiet politiċi u ekonomiċi ta' gziritna.", "Dan hu li rrid nispjega, Sur President, fil-klima tant pożittiva f'dan il- Parlament.", "Is-CSCE mill-bidu nett ta' Helsinki Malta kkontribwiet biex id-dimensjoni Mediterranea jkollha post fil-konċett tas-CSCE.", "Dan għidtu u nkomplu ngħidu.", "Veru li forsi ma naqbilx mal-metodi, pero' mhux għax wieħed ma jaqbilx mal- metodi jarmi l-konċett u jgħid li huwa żbaljat.", "Wieħed jista' ma jaqbilx mal-metodi, ma' l-istil u mad-diplomazija li nipprova nuża jien bħala Ministru ta' l-Esteri u li kulħadd jaf x'inhuma, pero' ma jfissirx li tarmi idea tajba li tkun utli u essenzjali anke għalina li ngħixu fil-qalba tal-Mediterran.", "Jekk aħna ningħalqu f'ċokon politiku u nipprovaw ngħidu li s-sigurezza tal-Mediterran mhijiex marbuta u ma tinfluwenzax is-sigurezza ta' l-Ewropa, m'aħniex qed nifhmu lanqas ir- realta' tal- ġeografija.", "Jien nemmen fis- CSCM u jien wieħed mill-iżjed nies konvinti f'din il-Kamra u barra minn din il-Kamra u anke f'konsens internazzjonali dwar il-bżonn ta' konferenza għas- sigurta' u koperazzjoni fil- Mediterran.", "Pero' jien naf ukoll - għax dawn is- sitwazzjonijiet inħabbat wiċċi magħhom kuljum - bid- diffikultajiet kbar li hemm biex tattwaha.", "Aħna qed nagħmlu tajjeb li forsi ħadna l-lead biex dan il- Parlament ressaq mozzjoni proposta minn żewġ Membri ta' din il-Kamra li kellha wkoll l-approvazzjoni unanima.", "Pero' hawnhekk jidħol fix-xena r- realiżmu tiegħi.", "Ir-realiżmu tiegħi ma jneħħilix il-konvinċiment tiegħi li huwa tajjeb li nkomplu fuq din il- biċċa xogħol.", "Jien nemmen fih u nibqa' konvint li nagħmel ħilti kollha flimkien ma' oħrajn biex dan javvera ruħu.", "Pero' mil- lat l-ieħor hawn jidħol ir- realiżmu.", "Jekk inti tara li tibqa' vuċi fid-deżert, jekk mhux b'vuċi waħda, b'żewġ vuċijiet, tibda tinduna u tgħid li għandek tasal b'metodu ieħor.", "L-Onor.", "Vella semma l- konċett tal- Kunsill tal- Mediterran li ssemma xi darba.", "Jien se ngħid għal dak li rrefera għalih hu.", "Naturalment dan il-fatt ma kontx naf bih u kieku kelli nkun ftit facetious kont ngħid li great minds think alike, pero' ħalli ninsew il-paternita'.", "X'relevanza għandha l-paternita'?", "L-essenzjalita' qegħda fis-sostanzjalita' tal- possibbilta', u jekk inkomplu naħdmu biex din tavvera ruħha ...", "Lil dawk li jgħidu li ma jemmnux f'dawn l- affarijiet għax jifirdu, ngħidilhom li dan mhux veru.", "Il-ħajja politika hija marbuta with concentric circles.", "Hemm ċirku, per eżempju, li jorbot il-Mediterran t'isfel mal- Mediterran ta' fuq u parti mill-Ewropa torbot lill-Ewropa taċ-ċentru ma' l-Ewropa t'isfel u l-Ewropa ta' fuq.", "Il-Baltiku ma jinfluwenzaniex immedjatamnet, pero' jekk ikun hemm gwerra jew forzi ta' okkupazzjoni ġol-Baltiku dan żgur li jkollu nfluwenza fuq Malta.", "Imma din hija l- politika tal-concentric circles li għaliha inħoloq s-CSCE; din hi inizjattiva oħra Maltija li taħt Chapter 8 taċ-Charter tan- Nazzjonijiet Uniti sar a regional arrangement mas-CSCE.", "U din hi r-realta' li għaliha waslu 25 pajjiż tas-CSCE, li nixtiequ narawha tarma ruħha aktar għax aħna nemmnu li s- CSCE għandha tkun the regional arrangement għall-paċi fl- Ewropa, li naturalment hi marbuta man-Nazzjonijiet Uniti.", "Għalhekk għandha dimensjoni politika internazzjonali, Sur President.", "Waħda mill-aktar affarijiet li joħorġu minn dan id- dibattitu u li anke qiegħed jaħkem il-poplu Malti f'din il- kwestjoni hija x'irid dan il- poplu tagħna.", "Fejn qiegħed il- kunsens tal-poplu?", "Fil- Programm Elettorali tal- Partit Nazzjonalista ta' l-1981, id- dħul ta' Malta fil-Komunita' Ewropea kien parti importanti ħafna.", "B'dan il-programm ta' politika barranija Malta tat il-maġġoranza assoluta tagħha lill-Partit Nazzjonalista.", "Fl- 1987, fl-elezzjoni ta' wara, il-kwestjoni ta' Malta fil- Komunita' Ewropea kienet għal darb'oħra waħda mill-aktar aspetti importanti fil-manifest elettorali meta Malta reġgħet tat il-maġġoranza assoluta lill-Partit Nazzjonalista, li qal fil-programm tiegħu li jekk jitla' fil-gvern jagħmel talba biex Malta tidħol fil-Komunita' Ewropea u jinnegozja d-dħul.", "FL- elezzjoni ta' l-1992 il- Partit Nazzjonalista reġa' għamel id-dħul ta' Malta fil- Komunita' Ewropea bħala parti importanti mill-politika barranija tiegħu.", "Għal darba oħra, issa maġġoranza ikbar qed tagħti lill- Partit Nazzjonalista l-mandat biex tidħol tinnegozja għad-dħul ta' Malta fil-Komunita' Ewropea.", "Allura l-kunsens popolari ħiereġ minn għeruq il- poplu, li għal tliet elezzjonijiet konsekuttivi ta l-mandat tiegħu lill- Gvern.", "Hawnhekk l-Onor Sant kien korrett ħafna proprju f'waħda mill-ewwel intervisti li huwa ta bħala Kap ta' l- Oppożizzjoni.", "Huwa qal li jaħseb li teknikament il-Gvern m'għandux raġun kif se jwassal lil Malta fil-Komunita' Ewropea għar-raġunijiet teknici li huwa semma, pero' qal ukoll li dan il- Gvern għandu l-mandat mingħand il-poplu biex jinnegozja d-dħul ta' Malta fil-Komunita' Ewropea.", "U dak qegħdin nagħmlu aħna.", "Il-kollega tiegħi, l-Onor.", "Vella, qal li jien dejjem nipprova nkun realistiku.", "Jien qatt ma ngħid li jien ottimist u lanqas pessimist, imma nipprova nkun realistiku fis-sitwazzjonijiet.", "Jien naf bid-diffikultajiet biex Malta tidħol fil-Komunita' Ewropea, kif ukoll bid-diffikultajiet li jkollha taffronta Malta ladarba tkun qegħda fil-Komunita' Ewropea.", "Voldieri jien m'għandix illużjonijiet illi d- dħul ta' Malta fil-Komunita' Ewropea huwa fatt faċli jew inkella una volta fil-Komunita' Ewropea se tkun bħal xi passiġġata fi Strada Rjali.", "Xejn minn dan kollu, Sur President.", "Hemm problemi u diffikultajiet biex Malta tidħol fil-Komunita' Ewropea.", "Pero' hawnhekk tidħol il-loġika tal-persważjoni u l-loġika ta' x'inhu ta' ġid għal artna.", "Mhuwiex fl-interess ta' dan il- pajjiż żgħir b'relevanza strateġika sħiħa li jibqa' jixxejjer bħal qasba mar-riħ f'Mediterran ta' inkwiet, u li ma jtellux anchorage politiku u ekonomiku.", "Allura meta aħna ngħidu li rridu li Malta tidħol fil-Komunita' Ewropea - dak li t-trattat ta' Maastricht fil- fatt jiddefinixxi bħala l- Unjoni Ewropea, u forsi l- kelma Maastricht tikkrea aktar komplikazzjonijiet f'moħħ in- nies milli jekk jissejjaħ it- Trattat ta' l-Unjoni Ewropea - effettivament lill-poplu Malti nkunu qegħdin ngħidulu li d- dinja kemm jista' jkun qegħda toħloq metodi kif tingħaqad fl- interess tas-salvagward politiku u ekonomiku tagħha, li l-Mediterran fejn aħna qegħdin huwa baħar imqalleb b'inkwiet kbir u li aħna permezzz tal- preżenza tagħna fil-Komunita' Ewropea, fl- Unjoni Ewropea eventwali, inkomplu nħarsu lil pajjiżna minn sitwazzjonijiet politikament, militarment, strateġikament u ekonomikament diffiċli li hemm f'dan il- baħar.", "Għaliex l-ankrar ta' Malta ma' l-Ewropa jgħin biex jagħti sens ta' sigurezza akbar lil dan il-pajiż, is-sigurezza tal-pajjiż tgħin għall-iżvilupp ekonomiku u l-iżbilupp ekonomiku jissarraf f'ġid għall-poplu Malti.", "Din hija l- loġika ta' l-aġir tagħna.", "Din hija loġika politika marbuta ma' loġika ekonomika u f'dan il-kontest - u dan nixtieq li kulħadd jifhmu u jirrealizzah u nneħħu ħafna moffa li hawn fil-pajjiż - Malta fil- Komunita' Ewropea mhijiex xi impostazzjoni anti- Mediterranja.", "L-ewwelnett aħna Mediterranji daqs kulħadd, anzi jien ngħid aktar minn kulħadd.", "Darba jien kelli dibattitu mal- kollega tiegħi l-Onor.", "Alfred Sant.", "Probabbilment it-tnejn ridna ngħidu l-istess ħaġa pero' l-Onor.", "Sant qal li Malta hija nofsha fl-Ewropa u nofsha fil-Mediterran.", "Jien għidtlu li Malta hija kollha fl-Ewropa u kollha fil-Mediterran.", "U din hija l-verita' u l- ġeografija ta' pajjiżna.", "U min qed jipprova jitfa' l-moffa li jekk int favur l-Ewropa inti kontra l-Mediterran u jekk int favur il-Mediterran inti kontra l- Ewropa, mhux qed jifhem ir- realtajiet politiċi ta' madwarna.", "Allura meta aħna qegħdin ngħidu li rridu nidħlu fil-Komunita' Ewropea jew fl- unjoni Ewropea, aħna nemmnu li għall-futur politiku ta' Malta u ta' wliedna jkollna aktar saħħa politika jekk aħna nkunu ankrati fl-Ewropa milli jekk inkunu pajjiż bħal qażba tixxejer mar-riħ tbati l- buffuri kollha li hemm fil- Mediterran.", "U malli aħna nieħdu din il-politika aħna effettivament inkunu qegħdin nikkundannaw lil Malta li tiġi utilizzata jew strumentalizzata minn ħaddieħor.", "U din hija xi ħaġa li m'aħniex ippreparati li narawha.", "Meta Malta tkun tagħmel parti minn Komunita' Ewropea inkun qed nassiguraw il-futur tal- ġenerazzjonijiet li ġejjin.", "Aħna rridu nagħtu lill-poplu Malti sens ta' futur.", "Jekk pajjiżna jkollu dan l-ankrar ma' l-Ewropa jkollu s-sigurta'.", "Dan ifisser li ekonomikament pajjiżna jkompli jsir aktar b'saħħtu għax jutilizza l- pożizzjoni tiegħu f'nofs il- Mediterran mhux biss għal skopijiet ekonomiċi - li huwa ta' servizz għaż-żewġ naħat tal-Mediterran - imma wkoll għas-sigurta' li l-pajjiż jagħti lill-bqija tal- Mediterran, dak li aħna ngħidulu an added Mediterranean dimension.", "X'folie de grandeur hi li ngħidu li se niddeterminaw il-futur Mediterraneu tal- Komunita' Ewropea bil-preżenza tagħna!", "Huwa realiżmu politiku li jekk Malta tkun fil- Komunita' Ewropea aħna nwasslu d-dimensjoni Mediterranja addizzjonali għad-dimensjoni Mediterranja li l-Komunita' Ewropea diġa' għandha.", "Hemm min ikkritikani għax ngħid li Malta tankra ma' l-Ewropa.", "Dokument tal-pajjiżi tal-MAGREB igħid li rridu nankraw ruħna ma' l-Ewropa ħalli jinħoloq special partnership għall- pajjiżi tal-MAGREB mal- Komunita' Ewropea.", "Meta jien rajt l-espressjoni \"anchorage to European Community\" għidt li l-kelma \"ankrar\" nafha x'imkien.", "Jekk pajjiżi li mhumiex Ewropej iħossu li huwa ta' ġid ekonomiku u politiku għalihom li jinħoloq status speċjali għalihom biex ikunu mal-Komunita' Ewropea, kemm iktar pajjiżna, li għandu riżorsi limitati ħafna u jgħix din il-kontradizzjoni storika tiegħu b'relevanza strateġika sottolineat, għandu jkollu aktar interess li jkun jagħmel parti mill-Komunita' Ewropea.", "Rigward l-applikazzjoni ta' Malta għad-dħul ta' Malta fil- Komunita' Ewropea tkellimt ma' diversi Ministri, Prim Ministri u kapijiet ta' stati.", "Tkellimt ukoll ma' diversi awtoritajiet li qegħdin fix-xaqliba ta' taħt tal- Mediterran.", "Jien nista' ngħid, Sur President, li fil- konverżazzjonijiet kollha li kelli magħhom mhux biss qatt ma qaluli li dan huwa att ostili għalina, mhux biss qatt ma qaluli li dan huwa negattiv għall-interessi tagħhom, talli qaluli l-oppost; li l-preżenza ta' Malta fil-Komunita' Ewropea tagħti dik id-dimensjoni Mediterranea addizzjonali ta' poplu żgħir.", "Aħna qatt ma kkolonizzajna lil ħadd, qatt ma sfruttajna lil ħadd u qatt ma bgħatna armamenti lil xi ħadd.", "Meta nisma' ħafna kritika fuq Malta għaliex igħidu li għandha ħbiberiji 'l hawn u ħbiberiji 'l hinn ...", "Aħna lil min qatt bgħatna xi armamenti?", "Aħna kulma għandna hija l-esportazzjoni u kulma nipprovaw nagħmlu hu li nieħdu l-aħjar f'banking arrangements li jkunu ta' ġid għalina.", "Jien nista' ngħid bl- iktar korrettezza u mingħajr ma noqgħod insemmi ismijiet li minn dawn il-pajjiżi kien hemm ħafna nies li qaluli li huwa għall-ġid ta' Malta li aħna nidħlu fil-Komunita' Ewropea u anke għall-ġid tal-paċi fil- Meditterran.", "Għallinqas ħafna jaraw li pajjiżna - li għandu sens ta' komprensjoni għar- raġunijiet li m'għandux passat li jista' jkun b'xi mod jew ieħor imbarazzanti għaliex aħna żgħar, u allura għaliex aħna żgħar m'għandniex ambizzjonijiet li jmorru lil 'l hinn ta' xi stil ta' dominazzjoni politika jew ekonomika - jista' verament jikkontwribwixxi bl-aktar mod pożittiv f'dan il-baħar imqalleb, li huwa l- Mediterran.", "Sur President, jiena smajt lill-kollega tiegħi jitkellem dwar il- Komunita' Ewopea u donnu li bi kliemu stess - bir- rispett kollu - għamel kontradizzjoni.", "L-Onor.", "Membru l-ewwel staqsa kif aħna nistgħu nidħlu fil- Komunita' Ewropea fejn trid tidħol l-Isvizzera li għandha l-gross domestic product per capita għoli ħafna, imbagħad f'nifs ieħor staqsa għalfejn aħna rridu nidħlu f'din il-Komunita' meta membri bħalma huma l-Italja, l- Ingilterra u Franza kollha għandhom madwar 10% unemployment.", "Jiġifieri jien ma nistax nifhem; jew il-Komunita' Ewropea tirrappreżenta livell ta' ħajja avvanzat tant li qed igħidulna li huwa diffiċli li Malta tidħol għaliex il-livell ta' Malta huwa bħal tal- Portugal u bħal tal-Greċja, u allura mhijiex qegħda f'pożizzjoni li tikkompeti mal- pajjiżi l-kbar, jew inkella l- pajjiżi tal-Komunita' Ewropea għandhom ħafna qgħad.", "Il- verita' hija fit-triq tan-nofs.", "Huwa veru li hemm il-qgħad f'xi pajjiżi tal-Komunita' Ewropea imma hemm ukoll ħafna ġid.", "L-iktar suq b'saħħtu, suq li ftit ftit se jkollu madwar 40% tas-suq internazzjonali, huwa ffurmat mill-pajjiżi fi ħdan il-Komunita' Ewropea u jekk aħna nidħlu fil-Komunita', dan ikun is-suq li aħna nipparteċipaw fih.", "Allura għaliex ngħidu li mhuwiex ta' ġid li Malta tidħol fil-Komunita' Ewropea?", "Ġie f'idejja dokument importanti, it-text of The Hague Declaration tal-European Socialist Party.", "Dan hu l- kungress li sar fid-9 u fl-l0 ta' Novembru f'The Hague mill- membri ta' l-Unjoni tal-Partiti Soċjalisti Ewropej.", "Dawn igħidu hekk dwar il-Komunita' Ewropea:", "\"European Socialists and Social Democrats are fully committed to the European integration.", "The European Community is an instrument for promoting peace, prosperity, welfare and social justice as well as for building coperation whether locally, regionally, nationally or internationally.", "It is an anchor of stability in Europe.\".", "Il-kelma ta' l-ankrar, li meta jien użajtha xi ħadd stagħġeb b'dan l- ankrar kollu għaliex hi kelma kerha, is- Soċjalisti Ewropej iħarsu lejn il- Komunita' Ewropea bħala an anchor of stability in Europe.", "Dan hu dak li raw is-Soċjalisti Ewropej kollha nklużi l-ex- komunisti, illum il-PDS Taljana, pero' sfortunatament is-Soċjalisti Maltin għadhom ma rawhx.", "\"The first Congress of the Party of European Social- ists mark an important step in the evolution of European socialism and social democracy.", "As the Maastricht Treaty indic- ates, European parties are a vital force in representing and fulfill- ing the aspirations of the people of Europe.", "The party of European Socialists will always stimulate the participation of the public in European politics.\".", "U jibqa' sejjer igħid fuq il- bżonn ta' Ewropa soċjali.", "Qed igħid:", "\"Without a special dimension, without a social dimension, the single market will be fatally flawed.\".", "Jien naqbel ma' dan mija fil- mija.", "\"The Treaty on European union lays the ground work upon which Socialists and Social Democrats wish to build this social dim- ension.", "They want to focus social policy on job creation, working condi- tions, positive action, industrial democracy and social cohesion.", "They want to strenghten social dialogue at European level.\".", "Jibqgħu sejrin igħidu hekk anke dwar a common foreign and security policy.", "Is-Soċjalisti Ewropej igħidu:", "\"Peace and security are high on our agenda.", "Europe carries responsability for creating and maintaining stable and more equitable relations with both East and West.\".", "Ikompli jgħid anke għal dak li jirrigwarda community enlargement:", "\"Ratification of the Treaty on European union and an agreement on future financing of the Community are undertakings already made that would allow enlargement to proceed.", "As such it is to be hoped that formal negotiations with Austria, Sweden, Finland and other countries for whom the Commission will deliver a favourable opinion before the end of the year will start by the beginning of l993 and should be concluded without delay.\".", "Jien nirringrazzja lis- Soċjalisti Ewropej flimkien mal-Popolari Ewropej, flimkien mal-Liberali Ewropej li jafu jaraw din id-dimensjoni ġdida li hija tant essenzjali għal artna.", "Dawn mhux qed igħidu li lanqas nafu meta ħiereġ l-avis.", "Min qal li dan l-avis ħiereġ fl-aħħar ta' Novembru u min qal li ħiereġ fit-2 ta' Diċembru.", "Nisperaw li l-avis ma jdumx ma joħroġ, u li joħroġ din is- sena.", "Irridu li joħroġ avis li jkun pożittiv, avis li jirrifletti l-volonta' tal- poplu Malti, u li kif qalu s- Soċjalisti Ewropej, wara dan jibdew in-negozjati u t- taħdidiet minnufih.", "Hekk aħna nemmnu, u hekk irridu li jimxi dan il-pajjiż.", "Għaliex qed ngħidu dan?", "Qed ngħidu dan mhux għall-poeżija ta' l-Ewropa jew xi poeżija ta' xi naħa oħra imma qed ngħidu dan għaliex nemmnu fis-solidarjeta' mal- ġenerazzjonijiet li ġejjin.", "U dan huwa li effettivament aħna qed ngħidu.", "Aħna rridu li Malta fil-Komunita' Ewropea ma tkunx Malta li tingħalaq fi sqaq jew tkun qasba tixxejjer mar-riħ, mhux Malta li tipprova tiġi strumentalizzata minn banda jew minn oħra, imma Malta bħala pajjiż ugwali u sovran fil-Komunita' fejn wieħed ikun jista' jgħid li huwa ċittadin Malti u ċittadin ta' l- Ewropa wkoll.", "Dan hu l-vantaġġ għat- trattat ta' l-unjoni; li Taljan, Tedesk, Franċiż, Ingliż jew Daniż ikun jista' jgħid li barra li huwa ċittadin ta' pajjiżu huwa wkoll ċittadin ta' l-Ewropa.", "Irridu li l- ġenerazzjonijiet ta' Maltin li ġejjin warajna jħossuhom orgoljużi li mhux biss ikunu ċittadini ta' artna, imma jkunu wkoll ċittadini ta' l-Ewropa.", "Dan huwa l-futur li rridu nagħtu lil Malta.", "Pero' ma rridux li ċ- ċittadinanza Ewropea tagħna tkun ċittadinanza magħluqa għall- Ewropa, imma rridu nasserixxu li Malta trid tgħix postha fil- Mediterran, fl-aħjar interess kemm tal-Komunita' Ewropea li tagħha tkun membru u kemm tal- baħar Mediterran u tal-pajjiżi l-oħra li hemm madwarna.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Ikkonkludi, Onorevoli.", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO: Jien f'dan nemmen, u hekk donnu jemmen dan il- pajjiż, kif immanifesta ruħu kemm f'istituzzjonijiet, kemm f'elezzjonijiet u kemm fil-mod kif iġib ruħu kulħadd.", "Dari l-Franċiż kien igħid li: Franza hija arti u l-Ewropa hija l- futur tiegħi.", "Aħna l-Maltin se ngħidu wkoll li Malta hija artna u l-futur tagħna huwa l- Ewropa, Ewropa mhux magħluqa fiha nnifisha, imma Ewropa li b'politika Mediterranea tagħha tkompli tagħti leadership, paċi, sigurta' u avvanz ekonomiku soċjali lil dan il- baħar Mediterran li lilu nappartjenu u li aħna orgoljużi li nappartjenu lilu bħala Ewropej u bħala Mediterranei.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Nirringrazzjak.", "Il-ħin tad- diskussjoni fil- Kumitat ta' Provvista issa skada.", "Skond il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru. 70 tal-25 ta' Novembru, 1992, il-Viċi President tal-Kumitati għadda biex iqiegħed il-mistoqsija fuq il-voti kollha li tressqu llum u l-emenda proposta għall-Vot 8.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il- mistoqsija hi l-emenda kif imressqa u moqrija mill-Onor.", "Vella.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Skond il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru. 70 tal-25 ta' Novembru, 1992 din id-division tittieħed minn hawn u ħames minuti oħra.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra ġiet sospiża u rriżumiet fid-9.35 p.m.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Ninforma lill-Kumitat li l-Prim Ministru, l-Onor.", "Richard Muscat u l-Onor.", "Carm Lino Spiteri huma paired ma' l-Onor.", "Carmel Borg, l-Onor.", "Charles Mangion u l-Onor.", "Philip Muscat.", "|VOTAZZJONI NRU: 25 |", "|FAVUR :28 |KONTRA : 31 | | | | |L-Onor. |L-Onor. | | | | |Abela Wistin | Bonello Du Puis| | |George | |Attard Montalto | Bonnici Josef | |John | | |Bartolo Evarist |Bonnici Michael | |Brincat Joseph | Borg Tonio | |Brincat Leo |Cassar Joe | |Buhagiar Charles | Cuschieri Louis| |Buhagiar Louis | Dalli John | |Calleja Reno | Debono Giovana | |Cilia Joe |Deguara Louis | |Debono Grech Joe | De Marco Guido | |Farrugia Michael | Falzon Michael | |Farrugia Noel |Fenech Joe | |Gatt George |Frendo Michael | |Grech Edwin S |Galea Ċensu | |Micallef Freddie | Galea Louis | |Mifsud Bonnici | Galea Mario | |Karmenu | | |Mintoff Dom |Gatt Lawrence | |Mizzi Joe |Gauci Borda Lino| |Moran Vincent C |Hyzler George | | Nicholl Tony | Mifsud Bonnici | | |Antoine | |Portelli Alfred |Mifsud Bonnici | | |Ugo | |Refalo Anton | Muscat Claude | |Sant Alfred |Psaila Savona | | |Joe | |Sant Salvu | Refalo Louis | |Schembri Adami |Refalo Michael | |Sandro | | |Spiteri Lino | Rizzo Naudi | | |John | |Vella George | Tabone Anton | |Vella Karmenu |Vella John | | | Zammit Ninu | | | Zammit Stanley | | | Zammit Dimech | | |Francis |", "L-emenda ma għaddietx.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Se nressaq il-mistoqsija fuq dawn ir- riżoluzzjonijiet:", "VOT 8 - MINISTERU TA' L- AFFARIJIET BARRANIN", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm4,226,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 8 - Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1993.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri : Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried", "Ir-Riżoluzzjoni taħt Vot 8 għaddiet.", "VOT II - MINISTERU TA' L- AFFARIJIET BARRANIN", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm695,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot II - Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1993.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt Vot II għaddiet.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Viċi Prim Ministru jekk jogħġbu jressaq l- Aġġornament tal- Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO: Sur President, nipproponi l- Aġġornament tal-Kamra għal għada l-Ġimgħa 4 ta' Diċembru fis-6.00 p.m. b'din l-agenda:", "Kumitat ta' Provvista - Estimi Ġenerali 1993", "It-Tieni Jum Stabbilit", "Voti tal-Ministeru ta' l- Edukazzjoni u Riżorsi Umani.", "MR SPEAKER: Grazzi, skond il-mozzjoni ta' proċedura Nru. 70 tal-25 ta' Novembru, 1992 il-Kamra hija aġġornata għal- għada l-Ġimgħa 4 ta' Diċembru, 1992 fis-6.00 p.m. bl-agenda kif komunikata mill-Aġent Prim Ministru.", "Fid-9.42 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il- mistoqsija.", "MISTOQSIJIET IMWIEĠBA BIL-MIKTUB", "Qawra,Gnien pubbliku bare,Qawra,Gnien pubbliku falm,Qawra,Gnien pubbliku QAWRA - ĠNIEN PUBBLIKU", "6003.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Hemm wesa' miftuħa u kbira fil-Qawra, mdawwra bit- triqat Għawdex, Fliegu u Port Ruman u li viċin tagħha hemm l- uffiċċju ta' Telemalta li kif tagħmel ftit xita isir għadira waħda.", "Jista' l-Ministru jieħu ħsieb li dan il-post jinbidel fi ġnien pubbliku?", "Jekk dan mhux possibbli, jista' l-Ministru jara li ssir xi ħaġa biex din is-sitwazzjoni tal-biki ma tkompliex tmur għall-agħar?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: L-art in kwestjoni jidher li fil- parti l-kbira hija proprjeta' tal-Korporazzjoni Telemalta u hi wkoll żviluppabbli.", "Is-suġġeriment ta' l-Onor.", "Interpellant ikun studjat meta l-użu ta' din l- art tkun qed tiġi kkonsidrata.", "Bugibba,Drenagg bare,Bugibba,Drenagg falm,Bugibba,Drenagggħ Qawra,Drenagg bare,Qawra,Drenagg falm,Qawra,Drenagg BUĠIBBA - DRENAĠĠ", "6004.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Xi pjan għandu l- Gvern biex jirranġa l-problemi tad-drenaġġ fl-inħawi ta' Buġibba/Qawra?", "Dawn it-tiswijiet jkunu lesti sas-Sajf li ġej?", "Għaliex ir-residenti permanenti f'dawn l-inħawi qed ibatu bi problemi fid- drenaġġ meta jkun hemm influx ta' turisti u nies tal- villeġġjatura?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Il- Master Plan tad-Drenaġġ taħseb biex isiru dawn ix-xogħlijiet ta' drenaġġ għall-inħawi ta' Buġibba u l-Qawra.", "1) Tintuża l-mina ta' Buġibba għal ħażna.", "2) Tiġi estiża r-rising main tal-pumping station ta' Buġibba.", "3) Titlesta l-pumping station l-ġdida ta' Kennedy Grove.", "4) Jsir relief main fi Triq San Pawl.", "5) Jsiru pompi ġodda f'Tax- Xama u jitħaddmu r-relief mains ġodda (ta' wara l-Whitehouse area)", "Dawn huma xogħlijiet b'implikazzjonijiet għall- inħawi iktar 'l isfel fis- sistema u li minħabba fihom ikun irid isir tisħiħ tas- sistema fil-Pwales u l-Mellieħa wkoll.", "Mhuwiex previst li jsir dan ix-xogħol kollu sas-sajf li ġej, u dan lanqas ma hu suġġerit fil-Pjan.", "Madanakollu xi proġetti minn dawn huma fil- ħsieb li jsiru fis-sena d- dieħla, u anke jitlestu qabel is-sajf.", "Il-mistoqsija li saret dwar ir-residenti permanenti twieġeb lilha nfisha.", "Ir-residenti f'Buġibba u Qawra skond il- projections ta' l-Outline tal- Master Plan se jiżdiedu minn 5,105 (1990) sa 7,443 (2010) pero' t-Turiżmu (allura r- residenti staġjonali) - jżid b'18,810 oħra (Awissu 2010).", "Is-sistema ta' drenaġġ li tqegħdet fis-snin sebgħin ma taħsibx għal dawn il- popolazzjonijiet mentri l- miżuri kontemplati w ppjanati fl-Master Plan għandhom jilħqu tajjeb mal-ħteġijiet previsti ta' pajjiżna.", "Qawra,Triq it-Trunciera,Masgar bare,Qawra,Triq it-Trunciera,Masgar gatl,Qawra,Triq it-Trunciera,Masgar QAWRA: TRIQ IT-TRUNĊIERA - MASĠAR", "6005.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall- Ikel, Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-masġar li hemm in-naħa tal- baħar fi Triq it-Trunċiera, l- Qawra u li tibqa' sejra sal- Ponta tal-Qawra jinstab fi stat ta' abbundun?", "Jista' l-Ministru jordna li dan il-post jitnaddaf, jitħawwlu aktar siġar addattati u jinbidel fi ġnien pubbliku?", "Jista' l-Ministru jieħu ħsieb li jnaddaf u jara li tingħata żabra lis- siġar li hemm fil- masġar iż-żgħir ta' taħt il- Portobello f'Buġibba?", "Għaliex m'għandux jkun hemm ġardinar inkariġat minn dawn iż-żewġ postijiet?", "OOR.", "LAWRENCE GATT: It-tindif fil-masgar fi Triq it-Trunciera sar bejn is- 7 u l-10 ta' Settembru 1992.", "Bhalissa l- haddiema tad-distrett qed iwittu u jrextlu l-hamrija fil- Bypass ta' San Pawl.", "Hekk kif tibda x-xita jinbeda t-tahwil tas-sigar mhux biss hawn izda f'imkejjen pubblici kollha.", "Rigward il-proposta ta' gnien nirreferi l-Onor.", "Membru ghar- risposta tal- mistoqsija parlamentari numru.", "3141 ta' l- 1 ta' Lulju, 1992.", "Is-sies ta' taht Portobello fih sigar li kemm jista' jkun ma jinzabrux ta' spiss peress li jridu jghattu s-sies.", "Issir zabra fejn hu necessarju.", "Ix-xewqa tieghi hija li kull masgar ikun hemm ghallinqas persuna tahdem hemm is-sena kollha izda fejn dan ma jippermettix, ix-xoghol li hemm bzonn dejjem jiehdu hsiebu l- haddiema tad-Distrett.", "Bugibba,Triq it-Turisti,Latrina bare,Bugibba,Triq it-Turisti,Latrina zamf,Bugibba,Triq it-Turisti,Latrina BUĠIBBA: TRIQ IT-TURISTI - LATRINA", "6006.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għat- Trasport u Komunikazzjoni: F'dik li suppost hija l-venda tal-karozzi tal-linja Buġibba/Qawra, fi Triq it- Turisti, m'hemmx post li jaqdi l-bżonnijiet tal- ħaddiema ta' dan is-settur.", "Jista' l-Ministru jikkordina xogħol ma' Ministeri oħra biex tinbena latrina fl-inħawi li sservi kemm għax-xufiera kif ukoll għal kulħadd?", "Jista' jitlob il-Ministeru konċernat biex tinbena speċi ta' tinda biex dawn il-ħaddiema jkollhom fejn jistkennu u l- pubbliku fejn jistennew meta ma jkunx hemm karozza tal-linja fil-venda?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-Awtorita' dwar it-Trasport se tiehu hsieb li kemm fil-venda ta' Bugibba/Qawra kif ukoll f'vened ohra, isiru l- facilitajiet imsemmija mill- Onor. Interpellant.", "Skejjel,Instructors bare,Skejjel,Instructors mifu,Skejjel,Instructors SKEJJEL - INSTRUCTORS", "6007.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Meta se jingħataw l-istatus u s-salarju relatat, l- instructors issa li ilhom li temmew il-kors li għamlu?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Qed jittieħdu l-passi meħtieġa biex l- Instructors/Instructresses jingħataw l-istatus u s-salarju relatat skond l- Interim Measures tat-23 ta' Otttubru, 1991 dwar l- Instructor Grades.", "Universita',Impjegati mizj,Universita',Impjegati mifu,Universita',Impjegati UNIVERSITA' - IMPJEGATI", "6236.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l- Ministru jgħid meta ħarġet is- sejħa għall- applikazzjonijiet tas-Sur Peter Lawson, is-Sur Philip Rizzo u s-Sur Leslie Agius li qed jaħdmu ġewwa l- Universita'?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm qed jitħallsu fis-sena?", "Jista' l-Ministru jgħid x'perks qed jieħu kull wieħed minnhom?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Is-Sur Peter Lawson għandu kariga ta' konsulent biex jevalwa is-servizzi tal- catering offruti mill- Universita'.", "Din il-kariga hija fuq bażi ta' kuntratt għal sentejn fuq stedina ta' l- Universita'.", "Il-kuntratt jipprovdi għall-ħlas (salarju) ta' Lm6000 matul l- ewwel sena u Lm6500 matul it-tieni sena.", "Għal ħatriet temporanji bħal dawn ma ssirx sejħa għall- applikazzjonijiet.", "Rigward is-Sur Philip Rizzo u s-Sur Leslie Agius, nirreferi lill-Onor.", "Membru għat- tweġibiet mogħtija għall- mistoqsijiet parlamentari numru 5402 u 5406.", "Universita',Fakulta' ta' l-Inginerija mizj,Universita',Fakulta' ta' l-Inginerija mifu,Universita',Fakulta' ta' l-Inginerija UNIVERSITA' - FAKULTA' TA' L- INĠINERIJA", "6237.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l- Ministru jgħid min awtorizza li kull student tal-BSc iħallas Lm50 bħala garanzija għal kull tkissir li jista' jsir fil- laboratorji ġewwa l-Universita'?", "Jista' l-Ministru jikkonferma li qabel ma kenux jitħallsu dawn il-flus?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Għal bosta snin seħħew regolamenti biex jiġu stabbiliti rati ta' depożitu ta' flus (caution money) biex jagħmlu tajjeb f'każi ta' ksur/ħsara/telf ta' apparat fil-laboratorji assenjati lill- istudenti.", "Ir-rati tad-depożitu jvarjaw minn fakulta' għal oħra u dawn jiġu stabbiliti fuq rakkomandazzjoni tad-Dekan tal-Fakulta' rispettiva.", "Ir-rati preżenti huma:-", "(a) Kors tal-Kirurġija Dentali - Lm50", "(b) Kors tax-Xjenza - Lm50", "(c) Kors ta' l-Anatomija - Lm30", "Dawn il-flus jingħataw lura fit-tmiem tal-kors ta' kull student.", "Dip tal-Gvern,Kiri ta' karozzi mizj,Dip tal-Gvern,Kiri ta' karozzi fene,Dip tal-Gvern,Kiri ta' karozzi DIPARTIMENT TAL-GVERN - KIRI TA' KAROZZI", "6238.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa għall-kiri ta' karozzi s'issa din is- sena kull dipartiment?", "Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien ivvota fil-budget ta' din is-sena kull dipartiment għal din in-nefqa?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: L- informazzjoni mitluba qed tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.", "Telephones,Linji godda mizj,Telephones,Linji godda zamf,Telephones,Linji godda TELEPHONES - LINJI ĠODDA", "6263.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l- Ministru jgħid kemm kien teknikament possibbli li jistgħu jingħataw linji tat- telefon mill-bidu ta' din is-sena sal-lum fit-triqat imsemmija hawn taħt f'kull l- aħħar tax-xahar f'dan il- perjodu:-", "Birgu - Tal-Hawli;", "Fgura - Triq il-Merħba, Triq San Tumas, Triq San Gwann, Triq Titu Brandsma, Triq it-Tagħlim, Triq San Mikiel, Triq il- Buqexrem, Carmel Str, Triq Mondion, Triq Ħaż-Żabbar, Triq il-Pitirross, Sunflower Str, u Triq Mahatma Gandhi.", "Zabbar Housing Estate, Triq il-Ġilju, Triq in-Nevew.", "Kalkara - Triq Luigi Pisani, Triq is-Sienja, Triq Ġdida fi Triq Santu r- Rokku, Triq is- Salvatur, Triq il-Kapuccini, Triq il-Gejza, Triq Gianni Raimondo, u Triq Patist Borda.", "Bormla - Triq Santa Liena.", "Żejtun - Ġebel San Martin, Triq Ħabel ix-Xgħir.", "Isla - Triq il-Vittmi tal- Gwerra.", "Tarxien - Xintill Street.", "Xgħajra - Triq il-Knisja, Triq San Leonardu, u Sqaq San Lawrenz?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Il-Korporazzjoni Telemalta ma zzomx statistika ta' kemm ikun teknikament possibli li jinghataw servizzi tat- telefon f'kull triq, f'kull belt jew villagg, kull l-ahhar tax- xahar.", "B'danakollu tajjeb li wiehed jinnota li fl-ewwel tlett xhur ta' l-1993 se jitlestew progetti kbar tal-cables f'Haz- Zabbar , Fgura u Zejtun biex wara jinghataw is-servizzi lill-applikanti kollha f'dawn l-ibliet.", "Traffiku mizj,Traffiku gall,Traffiku TRAFFIKU", "6264.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l- Ministru igħid jekk kienx hemm xi każi fejn il-Bord għall- Kontroll tat-Traffiku ddecieda mod per eżempju, li triq issir one- way jew li ma ssirx xi zebra crossing imbagħad ftit xhur wara l-affarijiet isiru kontra ta' din id-deciżjoni?", "Jekk fl-affermattiv, x'kienu l-każi mill-bidu ta' l-1991 sal-lum?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li ma kien hemm l-ebda każ li ġie għall- attenzjoni tal-Bord li skond il-liġi hu Bord Konsultattiv.", "Telemalta,General Manager mizj,Telemalta,General Manager zamf,Telemalta,General Manager TELEMALTA - GENERAL MANAGER", "6265.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l- Ministru jgħid min qiegħed iħallas lis-Sur Tony Debono - General Manager ta' Telemalta - biex jattendi għal kors ta' MA fl- Universita'?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-kors li qieghed jattendi s-Sur A. Debono, General Manager, u Ufficjal gholi iehor tal-Korporazzjoni Telemalta huwa \"distance learning course\" li jwassal ghal degree fil-Masters tal-Business Administration.", "Dan il- programm ta' studju huwa organizzat mill-Henley's Management College bil- kollaborazzjoni tal-Brunel University.", "Il-Korporazzjoni Telemalta, konxja mill-htiega li jkollha management ta' livell gholi, f'Marzu 1991 kienet approvat li zewg ufficjali taghha jippartecipaw f'dan il-kors, bi sponsorship taghha.", "Ghal dan il-kors qeghdin jattendu wkoll 49 manager, kemm mis-settur privat, mid- dipartimenti tal-Gvern, kif ukoll mid-diversi oragizzazzjonijiet parastatali.", "F'dan il-programm, il- partecipanti, barra li jistudjaw l-oghla livell tal- Management u jirrelataw l- istudju taghhom ma' l- esperjenza tax- xoghol, jibbenefikaw ukoll mit-taghlim ta' xulxin.", "Barra minnhekk, il- partecipanti jigu ggwidati kif jizviluppaw il- potenzjal taghhom bil-ghan li jkollhom sfera ahjar tat-tmexxija ta' l- organizzazzjoni rispettiva taghhom.", "Ghaqdiet taz-Zghazagh,Ghajnuna farn,Ghaqdiet taz-Zghazagh,Ghajnuna mifu,Ghaqdiet taz-Zghazagh,Ghajnuna GĦAQDIET TAŻ-ŻGĦAŻAGĦ - GĦAJNUNA", "6322.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru f'għajnuna jestendi lil dawk l-għaqdiet taż-żgħażagħ f'pajjiżna li jkunu interessati li jippubblikaw kotba nformattivi kemm għac-cittadini Maltin kif ukoll għat-turisti li jżuruna?", "Hemm xi skema?", "Jekk le, jista' jara li tiġi stabbilita, waħda sabiex l- għaqdiet interessati jkunu jistgħu jiġġeneraw aktar inpenn fost il-membri tagħhom u jipprovdu wkoll aktar informazzjoni utili f'pajjiżna?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Naħseb li l-materja ta' għajnuna lill-għaqdiet taż- żgħażagħ għandha llum tiġi ttrattata mal-Ministeru taż- Żgħażagħ u Arti.", "Ghaqdiet taz-Zghazagh,Ghajnuna farn,Ghaqdiet taz-Zghazagh,Ghajnuna mifu,Ghaqdiet taz-Zghazagh,Ghajnuna GĦAQDIET TAŻ-ŻGĦAŻAGĦ - GĦAJNUNA", "6323.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas- Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru f'għajnuna jestendi lil dawk l-għaqdiet taż- żgħażagħ f'pajjiżna li jkunu interessati li jippubblikaw kotba nformattivi kemm għac- cittadini Maltin kif ukoll għat-turisti li jżuruna?", "Hemm xi skema?", "Jekk le, jista' jara li tiġi stabbilita, waħda sabiex l- għaqdiet interessati jkunu jistgħu jiġġeneraw aktar inpenn fost il-membri tagħhom u jipprovdu wkoll aktar informazzjoni utili f'pajjiżna?", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Nistieden l-Onor.", "Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lil Ministru inkarigat miż-Żgħażagħ u Kultura.", "Taqsima Indafa Pubblika,Bulk refuse farn,Taqsima Indafa Pubblika,Bulk refuse falm,Taqsima Indafa Pubblika,Bulk refuse TAQSIMA INDAFA PUBBLIKA - BULK REFUSE", "6325.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid għaliex ħafna residenti li jitolbu għas-servizz tal- Bulk Refuse jdumu aktar minn xahar jistennew fir-Rabat bħal fil-każ tal-familja Caruana ta' 45 Mtarfa Road, Rabat?", "Jista' jirrimedja b'servizz aħjar ħalli drittijiet tac- cittadini ma jiġux micħuda kif fil-fatt qed jiġu fil-preżent?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Is- Sezzjoni ta' l-Indafa Pubblika għadha kemm lestiet eżercizzju ta' riorganizzazzjoni tas- servizz tal-Bulky Refuse biex il-pubbliku jkun moqdi b'aktar efficjenza.", "Malta se tinqasam f'erba' partijiet, kull waħda minnhom bin-numru tat- telefon għaliha.", "Is-servizz se jkun taħt is- superviżjoni diretta ta' Tehnical Officer responsabbli għal kull parti.", "Rabat,Qasam tad-Djar,Wires tad-dawl farn,Rabat,Qasam tad-Djar,Wires tad-dawl falm,Rabat,Qasam tad-Djar,Wires tad-dawl RABAT: QASAM TAD-DJAR - WIRES TAD-DAWL", "6326.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Jista' l-Ministru jara li l-każ li jġib ir- referenza numru 120/52/5/88 dwar wires perikolużi fir- residenzsa msemmija li tinsab fl-inħawi tat-Torri Housing Estate Rabat jiġi trattat bla dewmien?", "Jista' wkoll il-Ministru jara li l-koppja tingħata is-servizz tad-dawl skond l-applikazzjoni tagħha pendenti?", "Jekk fl-affermattiv, meta?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Il-każ li jġib ir-referenza E/E/120/52/5/88 ma jirriżultax li hemm linji perikolużi fil- lokal.", "Madanakollu l- Korporazzjoni Enemalta se tneħħi dawn il-linji wara li ssir ir-rinforzament tal-linji li huwa programmat ma' xogħlijiet oħra.", "L-applikazzjoni li għaliha għamel referenza l-Onor.", "Membru hija ppjanata li tingħata s- servizz fil-11 ta' Dicembru 1992.", "Mtarfa,Guard room farn,Mtarfa,Guard room mifu,Mtarfa,Guard room MTARFA - GUARD ROOM", "6327.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Billi fl-Imtarfa qed jitwaqqa' l-Bini tal-Guard Room ta' l- ex- servizzi Ingliżi, jista' l- Ministru jara li l-arma ta' mal-ħajt li ġġib l-annu l-1893 (dalwaqt 100 sena) ma' tiġġarrafx mal-bini u minflok tinuża f'xi Mużew tal-Gwerra jew fil-Mużew fl-Imtarfa stess li għad irid jiġi żviluppat?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Id-Dipartiment tal-Mużewijiet qiegħed jieħu passi, in kollaborazzjoni ma' l-Imtarfa Site Office tal-Housing Authority, biex l-arma bl-annu 1893 mal-ħajt ta' l-ex Guard Room tas-Servizzi Ingliżi, fl- Imtarfa, tiġi ppreservata u trasferita fil-Mużew tal- Gwerra, Sant'Iermu, l-Belt.", "Hal Far,Bini ta' Centru Sportiv calr,Hal Far,Bini ta' Centru Sportiv frem,Hal Far,Bini ta' Centru Sportiv ĦAL FAR - BINI TA' CENTRU SPORTIV", "6434.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru għaż- Żgħażagħ u Kultura: Bħala Ministru inkarigat mill-Qasam Sportiv, tista' taħtar Kumitat biex fi żmien ftit xhur jistudja l-possibilita' li jinbena Ċentru Sportiv f'Ħal Far fejn għal snin kien iservi ta' post ta' mistrieħ għal nies tal-Ħames Distrett?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: It- talba ta' l-Onor.", "Membru tiġi kkonsidrata fi ħdan il-programm sħiħ ta' attrezzaturi sportivi fil-pajjiż.", "Banek,Policy ta' ownership by non-Maltese bril,Banek,Policy ta' ownership by non-Maltese bong,Banek,Policy ta' ownership by non-Maltese BANEK - POLICY TA' OWNERSHIP BY NON-MALTESE", "6435.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għas- Servizzi Ekonomiċi: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 6047, jekk ma kien hemm l- ebda tibdil fis- settur bankarju dwar il-policy uffiċjali bankarja li tirrigwarda l-ownership by non- Maltese ta' stabbilimenti lokali, inklużi dawk tal- catering, il-Ministru kif jirrikonċilja it-tweġiba mogħtija ma' l- emendi għal din il-policy uffiċjali iċċirkolati taħt ir-ras non-Maltese owenership tourist section mill-Mid-Med Bank permezz ta' letter to all offices 290/92 datata 3 ta' Novembru, 1992?", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: L-aħħar policy guidelines ħarġu mill- Ministeru f'Awissu u nikkonferma li ma kienx hemm tibdil minn dak inhar.", "Skejjel,Kullegg de La Salle calr,Skejjel,Kullegg de La Salle mifu,Skejjel,Kullegg de La Salle SKEJJEL - KULLEĠĠ DE LA SALLE", "6455.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Billi hu magħruf li fil- Cottonera hemm problemi kbar biex tfal imorru skejjel privati, jistax jinnegozja mal- Kulleġġ de La Salle li jinsab fil-Cottonera biex 10% ta' l- istudenti f'dan il-Kulleġġ ikunu mill- Cottonera?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Il-Kottonera għandha koncen- trazzjoni ta' skejjel kemm statali kif ukoll non-statali.", "Barra mill-iskejjel primarji statali f'kull belt jew subborg, hemm ukoll żewġ skejjel reliġjużi, waħda f'Bormla u waħda l-Birgu f'dan il-livell.", "Fil-livell sekon- darju għandna Liceo Statali għas-subien: Liceo Despott u skejjel sekondarji statali kemm għas-subien kif ukoll għal bniet.", "Għandna mbagħad De La Salle College u St Edward's College, li huma skejjel rinomati u jiġbdu tfal mill-pajjiż kollu.", "Ma naħsibx li huwa għaqli, meta għandna tant abbundanza ta' skejjel, li ndaħħlu xi sistema li biha l-Gvern jiftiehem għal xi fetta jew proporzjoni a favur ta' post.", "Fil-każ ta' l-iskejjel privati jew reliġjużi ta' livell primarju dejjem insistejt li biex jiġi evitat trasport inutili, dawn l- iskejjel għandhom jikkonsidraw il-vicinanza bħala materja ta' ammissjoni.", "Statwa ta' De Vilhena calr,Statwa ta' De Vilhena mifu,Statwa ta' De Vilhena STATWA TA' DE VILHENA", "6457.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Bħala Ministru inkarigat mill- monumenti storiċi, ordnajt xi inkjesta biex jiġi stabbilit kif ġiet rovinata, darba għal dejjem, l- istatwa storika ta' Manoel De Vilhena billi intilfet il-Patina li kienet ilha fuq l-istatwa għal mijiet ta' snin?", "Billi d-Direttur tal- Mużewijiet, Dr Gouder, ġie kkwotat li qal li ma ġiex konsultat fuq dan ir-restawr ta' l-istatwa ta' De Vilhena, ma jidhirlux li għandu jagħti struzzjonijiet lill-Valletta Project Committee biex jikkonsulta lil min jifhem fuq affarijiet storiċi?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Id-Dipartiment tal-Mużew ippro- testa mal- Valletta Rehabilitation Project Office billi ma kienx konsultat dwar il- metodu li bih ġie trattat il-bronz tal-Monument tal-Gran Mastru Vilhena.", "Kien żball li ma ġewx avżati bil-metodu l-ufficjali li għandhom responsabilita' legali għal ħarsien tal- monumenti.", "Wieħed jifhem l- entużjażmu, iżda kultant irid ikun temperat mill-prudenza.", "Gudja,Triq Santa Marija,Dawl calr,Gudja,Triq Santa Marija,Dawl falm,Gudja,Triq Santa Marija,Dawl GUDJA: TRIQ SANTA MARIJA - DAWL", "6458.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Jista' l- Ministru jara li Triq Santa Marija, il- Gudja tkun imdawwla aħjar?", "Jaf li f'din it-triq għad hemm nies b'dawl baxx ħafna jew bla dawl xejn?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li Triq Santa Marija, Gudja, hija diġa' pprovduta b'dawl adegwat.", "Jinħtieġ isir xi bdil ta' shades liema xogħol se jittieħdu passi biex isir.", "Ma jirriżultax li hemm applikazzjoni pendenti jew li hemm xi lment dwar dawl baxx.", "Jekk l-Onor.", "Membru għandu aktar dettalji specifici, l- Korporazzjoni Enemalta tkun tista' tinvestiga aktar.", "Zejtun,Servizz ta' telephones galm,Zejtun,Servizz ta' telephones zamf,Zejtun,Servizz ta' telephones ŻEJTUN - SERVIZZ TAT-TELEPHONES", "6498.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għat- Trasport u Komunikazzjoni: Minħabba li hemm numru ta' applikazzjonijiet pendenti għat-telefon fl-inħawi ta' San Girgor, fiż-Żejtun, x'inhi l- pożizzjoni ta' Telemalta fejn jidħlu linji ġodda għal dawn l- inħawi?", "Billi naf li Telemalta qed tagħmel kull ma tista' biex taqdi lil dawn in- nies, hemm xi pjan għal meta hu imbassar li jkunu jistgħu jinqdew in-nies li għandhom applikazzjonijiet pendenti u li joqogħdu fl- inħawi msemmija?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Fl-inhawi ta' San Girgor iz- Zejtun hemm seba' applikanti.", "Dawn l-applikanti se jkunu jistghu jinghataw is-servizz meta jitlestew xi xoghlijiet tal-cable, kmieni s-sena d- diehla.", "Awtorita' tat-Trasport Pubbliku,Karozzi tal-linja sans,Awtorita' tat-Trasport Pubbliku,Karozzi tal-linja zamf,Awtorita' tat-Trasport Pubbliku,Karozzi tal-linja AWTORITA' TAT-TRASPORT PUBBLIKU - KAROZZI TAL-LINJA", "6499.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l- Ministru jgħid x'inhi s- sitwazzjoni ta' karozzi tal- linja in vista ta' dak li qed jidher fil-ġurnali?", "Veru li wara pressjoni tas- sidien, il-Gvern mhux se jkompli bil-pjan għal karozzi ġodda s-sena d-dieħla?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ix-xiri tal-karrozzi l-godda huwa wiehed mill-punti li qeghdin jigu kkonsidrati fi pjan estensiv li l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku qieghda taghmel fuq il-materji kollha li ghandhom x'jaqsmu mat-trasport pubbliku.", "Id-decizjoni finali tittiehed meta l-pjan ta' l-Awtorita jigi sottomess lill-Gvern.", "Parlament gdid sans,Parlament gdid falm,Parlament gdid Valletta,Bieb il-Belt sans,Valletta,Bieb il-Belt falm,Valletta,Bieb il-Belt VALLETTA - BIEB IL-BELT", "6500.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Imbilli fl- estimi għall-1993 hemm pjan għal Centru Amministrattiv għad-dipartimenti tal-Gvern:", "a) X'sar mill-proġett tal- Parlament sabiex isir flok Kastilja?", "b) X'sar mill-proġett ta' Bieb il-Belt?", "Kemm intnefqu flus sabiex kienu saru dawk il-pjanti u xogħol ieħor konness ma' dawn il-proġetti?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Il- proġetti tal-Parlament u ta' Bieb il-Belt mhumiex inklużi fl-estimi tas-sena d-dieħla billi l-Gvern iħoss li għal dak il-perjodu hemm proġetti oħra li jistħoqqilhom priorita' akbar, dejjem fil- limiti tar- riżorsi finanzjarji li għandu għad-dispożizzjoni tiegħu.", "Apparti l-ħlas li sar mill- Perit Taljan Renzo Piano, ix- xogħol l-ieħor ta' pjanti kollu sar minn periti u tekniċi mpjegati mal-Gvern u mhux possibbli li wieħed jistma kemm mill-pagi u s-salarji tagħhom intnefqu fuq xi proġett partikolari.", "Ufficcju tal-Prim Ministru,Bini ta' annexe sans,Ufficcju tal-Prim Ministru,Bini ta' annexe falm,Ufficcju tal-Prim Ministru,Bini ta' annexe UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU - BINI TA' ANNEXE", "6501.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Fl-estimi għall-1993 hemm li l- Annexe għall-Ufficju tal-Prim Ministru se jkun lest fil-bidu tas-sena d-dieħla.", "Jista' l-Ministru jgħid kemm ilu li beda x-xogħol fuq dan l- ufficcju, kemm hi l-ispiża sal- lum u min għamel ix-xogħol kemm tħallas ta' kull tender?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "Universita',Studenti mit-Tieni Distrett sans,Universita',Studenti mit-Tieni Distrett mifu,Universita',Studenti mit-Tieni Distrett UNIVERSITA' STUDENTI MIT-TIENI DISTRETT", "6502.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Nirreferi għar-rapporti li dehru fil-ġurnali fejn il-Ministru ta l- figuri ta' kemm daħlu studenti fl-Universita' din is-sena mit- Tieni Distrett.", "Jista' l- Ministru jgħid mil-liema belt jew raħal kienu dawn?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jara t-tweġiba li tajt għall- mistoqsija parlamentari numru 6456.", "Linkyarn Industries Ltd bril,Linkyarn Industries Ltd bong,Linkyarn Industries Ltd LINKYARD CO.", "LTD - BEJGĦ TA' PRODOTTI", "6505.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għas- Servizzi Ekonomiċi: B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari dwar il-kumpannija Linkyard Co. Ltd jista' l- Ministru jgħid:", "- Jekk il-Gvern Malti jistax jgħid jekk huwiex assiġurat li l-prodotti li din il-kumpannija qed tbiegħ fil-Komunita' Ewropea huma kollha prodotti f'Malta?", "- Huwa minnu li l-Gvern beħsieħu iwaqqaf Joint Venture ma' din il- kumpannija biex iwaqqaf production facilities għal prodotti tagħha u jekk iva, x'inhi it-time scale tal- implimentazzjoni ta' dan il- proġett?", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Ghall-ewwel parti tal- mistoqsija nirreferi l-Onor Membru ghar-risposta li tajtu ghall-mistoqsija parlamentari numru 6049.", "Dwar it-tieni parti tal- mistoqsija r-risposta hija fin- negattiv.", "Pulizija,Loghob ta' l-azzard cusl,Pulizija,Loghob ta' l-azzard gall,Pulizija,Loghob ta' l-azzard PULIZIJA - LOGĦOB TA' L-AZZARD", "6519.", "L-ONOR.", "LOUIS CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu nies il-Qorti fuq logħob ta' l-azaard li jirrigwarda l-pools tal- football?", "X'kienu il-pieni li weħlu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Minhabba li l-Onor.", "Interpellant fil- mistoqsija tieghu ma specifikax perjodu ta' zmien li ghalih talab l-informazzjoni jien gbart dan it-taghrif.", "Mill-1987 sa l-ahhar ta' Novembru ta' din is-sena, ninsab informat li kien hemm il-kazijiet kif se nghid:", "1987 1988 1989 1990 1991 1992 (Sa Novembru)", "11 18 14 8 27 11", "Il-pieni li wehlu jvarjaw minn multa ta' Ħmistax-il lira Maltin (Lm15) sa multa ta' elf lira Maltin (Lm1000).", "Kien hemm min wehel R & A, min gie liberat b'kundizzjoni (Sec 9 Kap 152) u kien hemm min gie liberat.", "Ghaqdiet Volontarji cusl,Ghaqdiet Volontarji dalj,Ghaqdiet Volontarji GĦAQDIET VOLONTARJI", "6520.", "L-ONOR.", "LOUIS CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tal- Finanzi: Jista' l- Ministru jagħti lista ta' l-għaqdiet volontarji edukattivi u kulturali li huma eżentati mill-ħlas tat-taxxa?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Din l- informazzjoni hi pubblikata fil-Gazzetta tal- Gvern u nitlob lill-Onor.Interpellant jirreferi għaliha.", "Balzan,Triq Santa Marija,Ilma bort,Balzan,Triq Santa Marija,Ilma falm,Balzan,Triq Santa Marija,Ilma BALZAN: TRIQ SANTA MARIJA - ILMA", "6521.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Minħabba li l- ilma ta' Robert Mifsud Bonnici Street, Lija qed jaqleb għall-inħawi ta' St. Mary Street, Alley No. 2, Balzan jista' d-dipartiment jieħu ħsieb sabiex isiru xogħlijiet biex dan ma jibqax isir, peress li dawn l-inħawi, mal- inqas xita, qed jgħerqu fl- ilma?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Tlabt lid-Dipartiment konċernat jara x'jista' jagħmel dwar l-ilment ta' l-Onor.", "Interpellant.", "Zejtun,Gebel San Martin,Trasport pubbliku pora,Zejtun,Gebel San Martin,Trasport pubbliku zamf,Zejtun,Gebel San Martin,Trasport pubbliku ŻEJTUN: ĠEBEL SAN MARTIN - BUS STOP", "6522.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI staqsa lill-Ministru għat- Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jwieġeb għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 6295, cioe' jista' d-dipartiment konċernat, il- Bord għall- Kontroll tat- Traffiku jieħu ħsieb jagħmel bus stop signs u bus shelters fejn meħtieġ fit-toroq fl- inħawi ta' Ġebel San Martin, fiż-Żejtun biex ir- residenti fl-inħawi jinqdew sewwa?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku se tieħu ħsieb li tipprovdi l-faċilitajiet meħtieġa fil-vened.", "Naħseb li l- Onor. Membru japprezza li l- programm meħtieġ ma jistax jiġi affetwat f'daqqa waħda kullimkien, iżda ftit ftit qegħdin jitjiebu l- faċilitajiet.", "Santa Lucija,Bejgh ta' hanut b'offerta pora,Santa Lucija,Bejgh ta' hanut b'offerta hyzg,Santa Lucija,Bejgh ta' hanut b'offerta SANTA LUCIJA: BEJGĦ TA' ĦANUT B'OFFERTA", "6523.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI staqsa lill-Ministru għas- Sigurta' Soċjali: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 6292, il-ħanut ta' Santa Luċija msemmi ħareġ għall-bejgħ bl-offerta mill- ewwel jew wara li kien mikri?", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Il-ħanut f'Santa Lucija inbiegħ bl- offerta mill- ewwel.", "Linkyarn Industries Ltd bril,Linkyarn Industries Ltd mifu,Linkyarn Industries Ltd LINKYARN INDUSTRIES LTD", "6524.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jwieġeb l- ewwel parti tal-mistoqsija parlamentari numru 6298?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: L- informazzjoni mitluba f'l-ewwel parti tal- mistoqsija hija ta' natura kummercjali u titqies bħala konfidenzjali mill- Korporazzjoni.", "Gudja,Triq William Baker,Tindif velk,Gudja,Triq William Baker,Tindif falm,Gudja,Triq William Baker,Tindif GUDJA: TRIQ WILLIAM BAKER - TINDIF", "6525.", "L-ONOR.", "KARMENU VELLA staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Jista' l- Ministru jieħu passi biex tiġi asfaltata l-area ta' William Baker Street, ma' Vincenzo Dimech Street, Gudja, peress li dawn kienu inqalgħu u baqgħu maqlugħa?", "Jista' l-Ministru jara wkoll li jitnaddaf is-suppost gnien ta' ħdejhom?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Tlabt lid-dipartiment koncernat jara x'jista' jagħmel dwar l-ilment ta' l-Onor.", "Interpellant.", "Rigward it-tieni parti ta' l- Interpellanza, tlabt lid- Dipartiment tad- Distretti tat- Taqsima tax-Xogħlijiet inaddaf il-ġnien fl-iqsar żmien possibbli.", "Power Station,Delimara manc,Power Station,Delimara falm,Power Station,Delimara POWER STATION - DELIMARA", "6526.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Jista' l-Ministru jagħti risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 6373?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Ir- risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 6373 hija l- istess bħar-risposta għall- mistoqsija parlamentari numru 6528 (Seduta 77).", "MDC,Konsulent manc,MDC,Konsulent bong,MDC,Konsulent MDC - KONSULENT", "6527.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għas- Servizzi Ekonomiċi: Min huwa l-konsulent ta' l-MDC fil- Ġermanja?", "X'kienet tagħmel il-persuna koncernat qabel ma ngħatat l- inkarigu ma' l- MDC?", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Il-konsulent tal-MDC fil- Germanja huwa Dr Alfred Prommer li huwa espert fil-qasam ta' l- elettronika fil-passat kien direttur tal-kumpannija multi- nazzjonali Siemens.", "Power Station,Delimara manc,Power Station,Delimara falm,Power Station,Delimara DELIMARA - POWER STATION", "6528.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Jista' l- Ministru jagħti risposta għall- mistoqsija parlamentari numru 6176?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Il- breakwater/wave breaker propost fil-Power Station il-ġdida huwa twil 150 metru, u s'issa minnu tlesta 115-il metru.", "Dan ix-xogħol li hu ppjanat li jkun lest sa sena u nofs oħra hu stmat li se jiswa Lm240,000.", "S'issa ntnefqu Lm140.978.", "Fabbriki mill-Ewropa manc,Fabbriki mill-Ewropa bong,Fabbriki mill-Ewropa FABBRIKI MILL-EWROPA", "6529.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għas- Servizzi Ekonomiċi: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 6375, jista' l- Ministru jagħti dettalji ta' l- investiment, żvilupp u data ta' operazzjoni lill-kumpanniji barranin li xtraw dawn il- lukandi kellhom jattwaw skond il- kuntratt ta' trasferiment?", "Jista' l-Ministru jpoġġi kopja tal-kuntratti ta' trasferiment tal-lukandi Excelsior u Dragonara?", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Fir-rigward taż-żewġ lukandi li se jinbnew fil-Bajja ta' San Ġorġ, San Ġiljan, il-kuntratti relattivi ġew iffirmati fl- 1 ta' Settembru, 1992.", "Il- kuntratt mal-Bay Point Hotel Limited huwa għal lukanda 5- Star ta' madwar 260 sodda bil- faċilitajiet kollha relatati.", "Din il-kumpannija intrabtet li tagħmel benefikati ta' Lm7 miljun fi żmien tlett snin.", "Il-kuntratt mal-Five Star Hotels Limited huwa għal lukanda 5-Star ta' madwar 250 sodda bil-faċilitajiet kollha relatati.", "Din il-kumpannija intrabtet li tagħmel benefikati ta' Lm6.5 miljuni fi żmien tlett snin.", "Dwar it-tieni parti tal- mistoqsija l-Onor.", "Membru japprezza li l- informazzjoni mitluba fuq il-lukanda Dragonara hija ta' natura purament kummerċjali.", "Rigward il-lukanda Excelsior nirriferik għar-risposta li tajt għall- mistoqsija parlamentari numru 3541.", "Gauci Frances Saveria,Akkomodazzjoni spil,Gauci Frances Saveria,Akkomodazzjoni hyzg,Gauci Frances Saveria,Akkomodazzjoni GAUCI FRANCES SAVERIA - AKKOMODAZZJONI", "6558.", "L-ONOR.", "LINO SPITERI staqsa lill-Ministru għas- Sigurta' Soċjali: Jista' jekk jogħġbu l-Ministru jinvestiga l-applikazzjoni għall- akkomodazzjoni alternattiva ta' l-anzjana Frances Saveria Gauci, ta' 29/2 Strait Street, Valletta, każ tal-housing (jekk għandi tagħrif korrett) Ref: 19/75?", "Billi din qegħda tindika li l-lok Nru 80, Old Mint Street, Valletta, tista' tiġi kkonsidrata malajr kemm jista' jkun, jekk il-lok fil-fatt huwa disponibbli?", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Jidher li l-applikazzjoni Nru H 08552 f'isem Francesca Saveria Gauci hija kanċellata.", "Dan minħabba li wara li saru żewġ tentattivi mill-inspectors biex jaraw il- post in kwestjoni, dan ma sarx minħabba li ma kien hemm ħadd fil-post.", "Il-prattika li wieħed jindika xi post vojt m'għadiex tintuża.", "Machinery Appliances and Supplies spil,Machinery Appliances and Supplies dalj,Machinery Appliances and Supplies MACHINERY APPLIANCES AND SUPPLIES", "6559.", "L-ONOR.", "LINO SPITERI staqsa lill-Ministru tal- Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid għal skopijiet ta' l- istatistika minn liema subsectors, (eż: electronics eċċ) hu kompost is-settur Machinery, Appliances and Supplies li ssir referenza għalih, fost postijiet oħra, f'paġna 70 ta' l- Economic Survey, 1992?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Is-settur Manufacture of Machinery and Electrical Appliances li huwa s-suġġett ta' l-analiżi ta' paġna 70 fl-Economic Survey, January/September 1992, hu kompost minn żewġ sub-sectors.", "Manufacture of machinery (except firms engaged in electrical machinery and transport equipment)", "Manufacture of electrical machinery, apparatus, appli- ances and supplies (including electrical engineering, electronics, radio repairs, manufacture of electrical refrigerators and household appliances, and manufacture of plastic electrical goods).", "Beneficcji socjali spil,Beneficcji socjali hyzg,Beneficcji socjali BENEFIĊĊJI SOĊJALI", "6560.", "L-ONOR.", "LINO SPITERI staqsa lill-Ministru għas- Sigurta' Soċjali: Jista' l- Ministru jgħid jekk armla ta' cirka 50 sena li tieħu beneficcju socjali ta' armla ta' Lm74 kull erba' ġimgħat għandha d-dar li toqgħod fiha tagħha u ssofri minn chronic essential hypertension, hijiex intitolata għal xi għajnuna socjali dwar mard eċċ?", "ONOR.", "GOERGE HYZLER: L- għajnuna Soċjali dwar il-Mard hi soġġetta għat- test tal- mezzi, kif ukoll għall-eżami Mediku minn panel ta' tobba.", "Minn dak li qed jindika l-Onor.", "Interpellant jidher li prima facie din l-armla tista' tkun intitolata għal din l-għajnuna.", "Għaldaqstant din il-persuna għandha tmur tagħmel applikazzjoni għal din l- għajnuna fl-Uffiċċju Distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali tal-belt jew raħal tagħha.", "Telephones bonm,Telephones zamf,Telephones TELEPHONES", "6561.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru għat- Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jinvestiga għaliex l-applikazzjonijiet għas-servizz tat-telephone viz.", "8696/91 u 2050/69 għadhom ma ġewx servuti lill-applikanti?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-applikazzjoni ġdida għat- telefon (referenza 8696/91) kienet proċessata u l-applikant se jkun informat fi żmien qasir biex jiffirma l-kuntratt.", "L-applikazzjoni għat-transfer No. AT 2050/69 hi għall-istess indirizz bl- istess kunjom u jidher li hija applikazzjoni duplikata.", "Meta jiġi ffirmat l-agreement ta' AT 8696/91 inkunu nistgħu nikkonfermaw dan."]} {"filename": "20050411_252d_par.doc", "date": "2005-04-11", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Uffiċjali u Rivedut) L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 252 It-Tnejn, 11 ta' April, 2005 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 252 It-Tnejn, 11 ta' April, 2005", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6:02 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "252", "It-Tnejn, 11 ta' April, 2005", "WERREJ", "MINUTI 497", "KUNSENS 497", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 497", "KONDOLJANZI 504", "TQEGĦID TA' KARTI 508", "MOZZJONIJIET", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-KUMMISSJONI ĊINEMATOGRAFIKA", "TA' MALTA (L-EWWEL QARI) 511", "RIŻOLUZZJONI DWAR EMENDA GĦALL-ISKEDA ANNESSA MA' L-ATT", "DWAR IT-TRASFERIMENT TA' ARTIJIET TAL-GVERN 512", "AĠĠORNAMENT 528", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 533", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 251 li saret fl-4 ta' April, 2005 ġew konfermati.", "KUNSENS", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): Ninforma lill-Kamra li l-President ta' Malta għoġbu jagħti l-kunsens tiegħu għal:", "Att Nru IV ta' l-2005 - Att ta' l-2005 dwar il-Prevenzjoni ta' Abbuż fis-Swieq Finanzjarji.", "Ninforma wkoll lill-Kamra li s-Sedja rċeviet kopja ta' sentenza mogħtija fl- 1 ta' April, 2005 mill-Qorti Kostituzzjonali - The Republic of Malta vs Gregory Robert Eyre and Susan Jayne Molyneaux - liema dokument se nqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra.", "Se nqiegħed ukoll:", "Tweġiba għal mistoqsija parlamentari ta' l-Onor.", "George Vella dwar rappreżentanza permanenti fil-Parlament Ewropew;", "Tweġiba għal mistoqsija parlamentari ta' l-istess Onor. George Vella dwar European Union liaison officer fil-Parlament Malti; u", "Tweġiba għal mistoqsija parlamentari ta' l-Onor.", "Jason Azzopardi dwar benefiċċji li jgawdi l-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "KASTILJA - ARCHITECTURE PROJECT", "10450.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid liema xogħlijiet wettqet id-ditta Architecture Project f'Kastilja?", "Kemm tħallsu fees sal-lum dawn il-periti?", "Din id-ditta tqabbdet wara sejħa għal offerti?", "Jista' ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt li għandha din id-ditta?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (Segretarju Parlamentari) (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Il-kuntratt mal-konsulenti Architecture Project Ltd. sar fis-6 ta' Settembru, 1996 u kopja tiegħu qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "Huma tqabbdu bħala periti fuq xogħlijiet ta' restawr f'Kastilja fuq rakkmandazzjoni tal-Valletta rehabilitation project, bil-kondizzjoni li l- istess isir bl-approvazzjoni tal-ministeru tal-finanzi u bil-kondizzjoni li dan jiġi ċċertifikat mid-dipartiment tax-xogħlijiet.", "Apparti x-xogħol li sar qabel, ma sar ebda xogħol matul din il-leġislatura u cioe' minn April 2003 sal-lum.", "GĦAWDEX - ĊITTADELLA", "11471.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Justyne Caruana) staqsa lill- Ministru għal Għawdex: Tista' il-Ministru tgħid għaliex is-sentinella fiċ- Ċittadella kienet qed tkun magħluqa waqt li kienet għaddejja wirja ta' artist internazzjonali matul il-ġimgħa li għaddiet?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru għal Għawdex): Il-wirja ta' l- artisti internazzjonali Ċiniżi li saret fis-sentinella ġiet inawgurata fl- 20 ta' Frar, 2005 u baqgħet għaddejja sal-11 ta' Marzu, 2005.", "Il-wirja infetħet kuljum, bis-Sibtijiet u l-Ħdud b'kollox, għajr għal xi ġranet meta l-impjegati tat-taqsima tal-kultura li jaħdmu fis-sentinella kienu mpenjati fuq xogħol ieħor li l-istess taqsima kienet kommessa bih sa minn qabel ma ġiet ibbukjata din il-wirja prestiġġuża.", "L-organizzatturi tal-wirja kienu informati minn qabel li peress li l- arranġamenti biex tittella' l-wirja saru fi żmien relattivament qasir, seta' possibbilment ikun hemm xi ġranet meta din ma tkunx tista' tinfetaħ minħabba l-impenji li l-uffiċċju tal-kultura kien diġa' kommess fuqhom minn qabel.", "KASTILJA - ARCHITECTURE PROJECT", "11518.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Charles Buhagiar) staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 10450 u jgħid x'xogħlijiet wettqet f'Kastilja d- ditta Architecture Project?", "Kemm tħallset sal-lum din id-ditta?", "Din tqabbdet wara sejħa għal offerti?", "Jista' ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt li għandha din id-ditta?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 10450.", "ILMA ĠIERI", "10782.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm żoni ta' ilma ġieri li jmur għall-ħażna ta' l- ilma tax-xorb spiċċaw kontaminati matul l-2003 u l-2004?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni): Nassumi li l-Onor.", "Interpellant qed jirriferi għal dak l-ilma li jiġi minn nixxiegħat u mhux għall-ilma tal- pjan, jiġifieri dak li jittella' mill-boreholes jew mill-mini.", "Fil-preżent il-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma ma tużax dan is-sors ta' ilma li hu limitat ħafna għall-ilma tax-xorb.", "DRENAĠĠ - ĦADDIEMA", "10783.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm nies jaħdmu mad-dipartiment tad- drenaġġ matul l-2003 u l-2004?", "Kemm każi ta' fawran ta' drenaġġ ġew irrapportati lid-dipartiment matul l-istess perjodu u liema kienu ż-żoni turistiċi u residenzjali milquta?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru għall-Investiment, Industrija u teknoloġija ta' l-Informazzjoni): Fl-1 ta' Ottubru, 2003 meta r- responsabbilta' tad-drenaġġ għaddiet lill-korporazzjoni għas-servizzi ta' l- ilma, kien hemm 606 impjegat mad-dipartiment tad-drenaġġ.", "Fil-31 ta' Diċembru, 2004 kien hemm 583 impjegat mat-taqsima tal-waste water.", "Mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru, 2003 ġew irrapportati 316 każ ta' fawran tad-drenaġġ filwaqt li mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru, 2004 ġew irrapportati 1317-il każ ta' drenaġġ.", "Dettalji tal-postijiet fejn kien hemm dan il-fawran qed jitpoġġew fuq il- mejda tal-Kamra.", "MARD TAD-DIJABETE U L-AŻŻMA", "10785.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' persuni li jbatu bid-dijabete, l-ażżma jew xi kondizzjoni oħra ta' natura respiratorja?", "Kemm minnhom huma tfal u kemm minnhom huma żgħażagħ?", "Jista' jagħti l-istess tagħrif għas-snin 1999, 2000, 2001, 2002 u 2003 separatament?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita`): L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "GĦAJNUNA GĦAL MARD", "10787.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid kemm hu n-numru ta' koppji u individwi li jieħdu l-benefiċċju ta' l-SKA?", "Kemm minnhom jieħdu dan il-benefiċċju fuq bażi for life?", "Tista' tagħti l-istess tagħrif għas-snin 1999, 2000, 2001, 2002 u 2003 separatament?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA (Ministru għall-Familja u Solidarjeta` Soċjali): Ninsab informata li l-istatistika dwar l-għajnuna għall-mard tinżamm abbażi tan-numru ta' individwi li jirċievu din l-għajnuna u din tingħata for life.", "Ninsab informata wkoll li t-tagħrif dwar il-kumplament tal-mistoqsija hu kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.", "PERSUNI BOARDED OUT", "10789.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid kemm persuni spiċċaw boarded out matul is-sena 2004?", "Kemm hu n-numru ta' dawk li jinsabu boarded out?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: In-numru ta' persuni li matul l-2004 bdew jingħataw il-pensjoni għall-invalidita' mħallsa taħt l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali wara li ġew ċertifikati minn bord mediku, hu ta' 1,203.", "In-numru ta' persuni li kienu jirċievu din il-pensjoni fl-aħħar ta' Jannar 2005 hu ta' 8,824.", "Id-dipartiment tas-sigurta' soċjali ma jżommx statistika tal-lokalita' fejn jabitaw dawn il-pensjonanti peress li din m'għandhiex x'taqsam mal-kriterji biex wieħed jingħata tali pensjoni.", "SIGURTA' SOĊJALI - PENSJONI", "10790.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tagħti breakdown tan-numru ta' persuni li jirċievu pensjoni minn pajjiż barrani?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Ninsab informata li ebda entita' li taqa' taħt id-dekasteru tiegħi ma żżomm statistika dwar l-informazzjoni mitluba mill- Onor. Interpellant.", "STORMWATER MASTER PLAN", "11253.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Silvio Parnis) staqsa lill- Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol li kien inbeda mill- amministrazzjoni preċedenti dwar il-kontroll ta' l-ilma tax-xita?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni): L-amministrazzjoni preċedenti onorat il- kuntratt li kien ingħata mill-amministrazzjoni Laburista bejn l-1996 u l- 1998 lil wieħed konsulent għat-tfassil ta' stormwater master plan.", "Dan ix-xogħol wassal biex ikun hemm computer modelling tal-widien u l- inħawi suxxettibbli għall-għargħar kollha f'Malta u Għawdex.", "REVERSE OSMOSIS PLANTS", "11254.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Silvio Parnis) staqsa lill- Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru totali ta' trains li hemm f'kull impjant tar-reverse osmosis u kemm hemm minnhom jaħdmu bħalissa?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni): Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l- informazzjoni mitluba.", "ROADWORKS", "11255.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Silvio Parnis) staqsa lill- Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jispjega x'tip ta' kordinazzjoni teżisti bejn id-dipartiment tat-toroq u l- korporazzjonijiet li jipprovdu servizzi pubbliċi - ngħidu aħna, il- korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma, l-Enemalta u l-Maltacom - biex ikun hemm aktar sens fl-immaniġġar tat-toroq?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq): Meta jkun se jsir ix-xogħol f'xi triq, tintbagħat applikazzjoni lill- entitajiet konċernati biex dawn jispeċifikaw il-kondizzjonijiet u jagħmlu r- rimarki tagħhom dwar dik it-triq partikolari u mbagħad dawn il- kondizzjonijiet u rimarki jiġu nfilsati fil-permess una volta dan jiġi approvat.", "Barra minn hekk, qabel kull proġett li jkun se jiġi esegwit, id- direttorat javża lill-entitajiet konċernati bix-xogħol li jkun se jsir sabiex kull tip ta' xogħol li jkollhom fil-pjan tagħhom fit-triq partikolari, isir qabel jew waqt il-kostruzzjoni.", "Skond in-natura u l-iskala tal-pjani proposti mill-istess entitajiet, id- direttorat iħejji id-disinji meħtieġa.", "Dawn id-disinji jindirizzaw kif l- infrastruttura tiġi mgħoddija taħt l-art fil-forma ta' kanali mdaqqsa jew tubi biex minn ġo fihom jingħaddu cables jew trinek allineati skond l- istudju trasversali li jkun sar qabel ma titħaffer it-triq.", "Meta dawn il- pjani jiġu finalizzati u jibda l-proċess ta' kostruzzjoni, isiru wkoll diversi laqgħat ma' rappreżentanti tekniċi ta' kull entita' konċernata sabiex jiġi diskuss mal-kuntratturi tax-xogħol kif għandhom jiġu esegwiti d- dettalji tal-kostruzzjoni.", "Dawn id-disinji jiġu updated u tul l-andament tax-xogħol, id-dettalji jkunu tali li jirriflettu l-iskala u l-importanza tal-proġett.", "MPJANT TA' SANT'ANTNIN", "11256.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Silvio Parnis) staqsa lill- Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid kemm ġie trattat ilma tad-drenaġġ mill-impjant ta' Sant'Antnin?", "Kemm minn dan l- ilma ntuża u kemm intrema?", "Kemm hi mifruxa s-sistema ta' distribuzzjoni ta' dan l-ilma?", "Hemm il-ħsieb li din is-sistema titjieb?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO (Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent): Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-ministru responsabbli mill-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma li topera l- impjant tat-tisfija tad-drenaġġ ta' Sant'Antnin, peress li d-distribuzzjoni ta' l-ilma li jidħol fil-ġibjun u li jservi għall-irrigazzjoni taqa' taħt ir-responsabbilta' ta' dan il-ministeru.", "Iż-żona li tinqeda minn dan l-ilma trattat hija ta' madwar 240 ettaru fiż- Żejtun, Ħaż-Żabbar, Wied il-Għajn, ix-Xgħajra u Marsaxlokk.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mario Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Jekk tippermettili ndawwar is-suġġett Sur President, xtaqt niġbed l-attenzjoni tal-Kamra għall-fatt li biex jiġu sanzjonati xi kmamar tan-nar fiż-Żejtun, li oriġinarjament setgħu nbnew b'mod illegali, il-MEPA qed tinsisti li skart li jikkonsisti f'karti mċappsin bit-taħlit għandu jinħaraq f'apparat apposta.", "Issa dawn in-nies li jaħdmu n-nar qed joġġezzjonaw għal dan minħabba li fl-ebda kamra tan-nar oħra ma jeżisti xi inċineratur għax il-prattika stabilita hi li dan it-tip ta' skart jinħaraq ġo xi għalqa.", "Jista' forsi l-Ministru jgħidilna x'inhi r-raġuni li l-MEPA qed timponi dawn il-kondizzjonijiet li għal dawn in-nies ifissru spejjeż żejda?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Mr Speaker, nitlob lill-Onor.", "Galea jirriferi għar-risposta ta' PQ11653 li tidher fuq l-order paper tal-lum.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Galea.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Mr Speaker, ikolli nistqarr li qomt nagħmel id- domanda proprju għax kont diġa' rajt ir-risposta għal PQ11653.", "Fil-fatt din tgħid li dan it-tip ta' skart għandu jinħaraq f'inċineratur u dan meta jien informat li l-ebda kamra oħra tan-nar m'għandha dan it-tip ta' apparat li jiswa l-eluf kbar tal-liri u meta dan l-iskart jikkonsisti f'erba' biċċiet karti.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Ċertament il-MEPA m'hijiex timponi li għandu jkun hemm inċineratur fil-kmamar tan-nar.", "Dak li qed tgħid il-MEPA hu li jekk dan it-tip ta' skart ikun fi kwantita' kbira, għandu preferibbilment jinħaraq ġo inċineratur - issa hawn f'dan il-każ qegħdin nitkellmu fuq karti kontaminati li meta jinħarqu jħallu residue fl-arja, li bla dubju ta' xejn huwa ħażin għal saħħet il-bniedem - għalkemm l-inċineratur mhux neċessarjament ikun jagħmel parti mill-kamra tan-nar jew ikun viċin tagħha.", "Ta' min jgħid ukoll li l-awtorita' m'hijiex qed tinsisti li dan it-tip ta' skart irid jiġi bilfors inċinerat, anzi qed tgħid li jekk dawn it-tip ta' karti huma fi kwantita' żgħira, jistgħu jintremgħu ma' skart domestiku ieħor wara li jiġu mxarrbin biex jitnaqqas il-periklu li jkunu jistgħu jaqbdu u anke joħroġ dak ir-residue li jagħmel ħsara lill-bniedem.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Galea.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Filwaqt li ma rridx ninsisti żżejjed - la jiena u lanqas ħadd hawn ġew ma hu espert f'din il-materja - ma nistax ma nsemmix dan il-punt partikolari.", "Eżattament wieħed mill-pariri li ngħata mill-esperti tal-MEPA hu li dak li jkun m'għandux għalfejn jinkwieta għax dan l-iskart jista' jintrema ġo skip, meta jekk jiġri hekk imbagħad tista' verament tinqala' xi waħda għax jekk xi ħadd ifettillu jarmi sigarett f'dik l-iskip, żgur li se jikkaġuna splużjoni.", "Fil-verita' jien informat li anke jekk dawn il-karti jkunu f'ammonti żgħar, il-fatt li jkun fihom residue tat-taħlita in an enclosed environment jaf jikkaġunalek splużjoni.", "Allura rridu noqogħdu attenti li dawn it-tip ta' karti ma jintremgħux ġo skip, anke jekk ikunu f'ammonti żgħar u għal din ir-raġuni li jiena staqsejt jekk fil-MEPA hemmx nies li huma esperti fil-piro-teknika għax mill-pariri li dawn qed jagħtu ma tantx jidhru li huma esperti.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Diġa' weġibt li mal-MEPA m'hemmx nies esperti fil-piro-teknika imma hemm persuni li huma kwalifikati - niddejjaq nuża l- kelma \"esperti\" għax fl-opinjoni tiegħi ħadd m'huwa espert - f'dak li għandu x'jaqsam ma' hazardous waste u ma' l-impatt fuq it-tinġis ta' l- arja.", "Barra minn hekk nirrepeti li ħadd m'hu qiegħed jgħid li dawn il-karti għandhom jintefgħu b'mod normali ma' skart ieħor imma għandhom jitħalltu ma' l-iskart domestiku wara li jiġu mxarrbin biex jitnaqqas il-periklu li jistgħu jaqbdu għax jekk dawn jaqbdu, iħallu residue li jkollu effett negattiv fuq is-saħħa tal-bniedem.", "Jiena ċert li l-Onor.", "Galea għandu għal qalbu wkoll is-saħħa tan-nies li jaħdmu f'dawn il-kmamar tan-nar u allura jrid jifhem li din il-proċedura m'hijiex qed issir b'kapriċċ imma bl-iskop li nħarsu saħħet dawn il- persuni, Sur President.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Galea.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Lill-Ministru jien lest niggarantilu li ħadd ma juża inċineratur biex jaħraq dan it-tip ta' skart.", "Ġeneralment dawn imorru ġo għalqa u jaħarqu kollox fil-miftuħ.", "(Interruzzjonijiet) Jekk toħroġ regolamenti fejn tgħid li dan l-iskart għandu jixxarrab qabel ma jintrema, jista' ikollok min jispiċċa jarmih ġol-baħar.", "Peress li din hija xi ħaġa li tolqot il-kmamar tan-nar kollha, nista' bl- umilta' kollha nissuġġerixxi li l-explosives board - ma nafx jissejjaħx preċiżament hekk, imma qed nirriferi għal dak il-grupp ta' persuni esperti fil-piro-teknika - jagħmlu laqgħa mal-MEPA biex jippruvaw isibu soluzzjoni flimkien?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Ma nsib l-ebda diffikulta' li nitlob lill- persuni nkarigati mill-MEPA biex jikkonsultaw ruħhom ma' dan il-kumitat li jiddeċiedi l-permessi tal-kmamar tan-nar - jekk m'iniex sejjer żball jaqa' taħt il-ministeru tal-ġustizzja u intern - biex jekk hemm soluzzjoni aħjar jgħidulna biha.", "EUROPEAN INVESTMENT BANK", "11257.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Silvio Parnis) staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jpoġġi fuq il- mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim li kien għamel gvern Nazzjonalista preċedenti mal-European Investment Bank meta biex jissellef flus għal użu partikolari kien intalab li jdaħħal taxxa fuq id-drenaġġ?", "Billi issa jidher li din it-taxxa se tiġi rtirata, jista' jgħid x'se jiġri billi issa nkissru l-kondizzjonijiet?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Kif mitlub mill-Onor.", "Interpellant, qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim ta' self li kien sar mal-Bank Ewropew għall-Investiment fil-15 ta' Diċembru, 1995 dwar il-Malta sewerage project-two.", "Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li s-self miftiehem mal-Bank Ewropew għall- Investiment qatt ma ntuża u l-gvern ma sofra ebda danni jew ħlasijiet.", "WSC - SERVIZZ TA' L-ILMA", "11258.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Silvio Parnis) staqsa lill- Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm klijenti li qegħdin jistennew is-servizz ta' l-ilma?", "Jista' jaqsamhom skond ir-raħal jew belt minn fejn ġejjin?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni): Jien informat li bħalissa l- korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma għandha b'kollox 346-il applikazzjoni għal servizz ġdid ta' l-ilma.", "Il-korporazzjoni qiegħda tistenna il-ħlas jew ħlas addizzjonali mingħand 48 minn dawn l-applikanti qabel ma jiġi stallat is-servizz.", "Mill-298 li jibqa' hemm 69-il applikant li qabel ma jiġi stallat lilu s- servizz, irid l-ewwel jiġi estiż il-main ta' l-ilma tat-triq - dan il- proċess jieħu bejn erba' xhur u sitt xhur - bil-kumplament ta' l- applikazzjonijiet, jiġifieri 229-il applikazzjoni, normalment jiġu stallati fi żmien xahar.", "Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-lista ta' dawn l-applikazzjonijiet skond il-lokalita' tagħhom.", "TURIŻMU F'GĦAWDEX", "11319.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru għat-Turiżmu u Kultura: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 10600, jista' il-Ministru jgħid kemm kien id-dħul f'termini ta' flus fil- gżira ta' Għawdex?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (Ministru għat-Turiżmu u Kultura): Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li ċifri dwar id-dħul f'termini ta' flus mis- settur tat-turiżmu jinżammu għal Malta u Għawdex flimkien, kif indikat fir- risposta għall-mistoqsija 10600.", "Għaldaqstant ċifri uffiċjali għal Għawdex waħdu ma jeżistux.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ALFRED SANT (Kap ta' l-Oppożizzjoni): Qegħdin isiru sforzi biex tibda tinżamm statisika f'termini ta' flus mis-settur tat-turiżmu għal Għawdex biss?", "Jekk iva, fiex jikkonsistu dawn l-isforzi u f'liema stadju waslu?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Din l-istatistika ma tinżammx b'mod dirett, pero' l-idea hi li nippruvaw niġbru din it-tip ta' informazzjoni permezz ta' survey min-naħa ta' l-awtorita' tat-turiżmu.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Imma apparti ta' x'inhi l-idea, il-mistoqsija tiegħi hi jekk humiex qegħdin isiru sforzi biex tinżamm din l-istatistika u fejn waslu dawn l-isforzi.", "Jekk l-idea hi li jsir survey dwar id-dħul mit- turiżmu f'Għawdex, fejn wasal dan il-proġett?", "Għaliex dan qed isir permezz ta' survey u mhux permezz ta' xi ħaġa aktar diretta li tista' taqbadha minnufih?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ta' min jgħid li llum ħafna mill- istatistika tinżamm permezz ta' survey, anke dik li jiġbor l-uffiċċju nazzjonali ta' l-istatistika dwar in-numru ta' turisti li jkollna fil- pajjiż, dwar l-infiq tagħhom, dwar l-iskop taż-żjara tagħhom, eċċ. Jien m'għandix informazzjoni dwar meta huwa ppjanat li jsir survey ieħor, pero' nista' nivverifika ma' l-awtorita' tat-turiżmu u ngħaddi din l- informazzjoni lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "Surveys isiru minn żmien għal żmien, iżda peress li quddiemi m'għandix informazzjoni ta' survey li huwa ppjanat direttament għal terminu jew data preċiża, ma nistax nagħti aktar dettalji minn dawk li tajt f'dan l-istadju.", "Pero' se nivverifika u nagħti l-informazzjoni mitluba, Sur President.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Il-Ministru qajjem il-punt li l-informazzjoni dwar it- turiżmu tinżamm biss permezz ta' surveys.", "Huwa aware li fil-każ ta' l- MHRA, l-informazzjoni li tinġabar dwar occupancy fil-lukandi ma tinġabarx fuq bażi ta' surveys imma tinġabar fuq bażi ta' kwestjonarju mibgħut lil- lukandi għal dan l-iskop?", "Ma jaħsibx li fil-każ ta' Għawdex fil-qasam tat- turiżmu nistgħu nimxu permezz ta' statistika li tkun aktar on the ball?", "Jista' il-Ministru jgħidilna għaliex xi ħaġa bħal din fil-qasam ta' Għawdex, li hija daqshekk kruċjali, m'hijiex qed tingħata priorita'?", "Jaf il-Ministru li hemm kriżi tat-turiżmu f'Għawdex?", "Jaf il-Ministru li ħafna lukandi qed jiġu konvertiti fi djar ta' l-anzjani u biċċiet minnhom qegħdin adirittura jagħlqu?", "Ma jaħsibx allura li huwa importanti li bl-aktar mod serju tinġabar statistika adekwata dwar it-turiżmu f'Għawdex ħalli jkunu jistgħu jiġu mħejjija risposti għall-kriżi li hemm bħalissa?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni jrid japprezza li xi kultant tkun kwestjoni ta' definizzjoni u terminoloġija.", "Qiegħed ngħid hekk għax meta jien weġibt li l-istatistika tinżamm prinċipalment permezz ta' surveys, kelli mhux biss f'moħħi x'jagħmel l-uffiċċju nazzjonali ta' l- istatistika imma anke r-rapporti li toħroġ quarterly l-MHRA.", "Veru li s-sistema li jużaw l-MHRA hija dik ta' questionnaire, pero' jidhirli li anke huma jużaw il-kelma \"survey\" għax il-fatt li inti tibgħat questionnaire lill-membri kollha u li jkollok response minn perċentwali ta' dawk il-membri - m'għandek qatt perċentwali sħiħa u aktar ma tinżel fil- klassifika, il-perċentwali dejjem tonqos - fil-verita' dan ikun qisu survey.", "Jidhirli li d-Deloitte, li jippubblikaw dawn ir-rapporti, jgħidulu survey, pero' l-iskop tat-tweġiba tiegħi m'huwiex li nargumenta dwar it- terminoloġija.", "Jekk nippreferu l-metodu ta' kwestjonarju, f'kull każ kien inkluż fil-kelma survey min-naħa tiegħi u ma nsib l-ebda diffikulta' li l- MTA jużaw il-metodu ta' questionnaire mas-sidien u ma' operaturi oħra tat- turiżmu f'Għawdex.", "Jiġifieri dwar il-metodu qegħdin naqblu, il-kwestjoni hija dwar kif niddefinuh.", "Naqblu wkoll li dan għandu jsir.", "Irrid infakkar li meta qed ngħidu li rridu nagħmlu turiżmu fejn il- marketing ikun iktar segment-driven milli driven fuq bażi biss ta' area ġeografika, aħna hemmhekk diġa' iddefinejna lil Għawdex bħala destinazzjoni li bilfors trid tingħata aktar importanza, anke bħala destinazzjoni separata u allura din it-tip ta' informazzjoni tkun importanti u nimpenja ruħi li tinġabar anke permezz ta' questionnare.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-Mistoqsijiet għadda.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "KONDOLJANZI", "ONOR.", "TONIO BORG: Sur President, kif jaf kulħadd matul il-vaganzi ta' l- Għid miet Dr Joe Fenech.", "Dan kien membru ta' din il-Kamra bħalma kien missieru, Tumas Fenech li kien tela' bħala deputat Nazzjonalista fl-1927 u fl-1932.", "Dr Joe Fenech dam deputat ta' din il-Kamra għal 20 sena sħaħ.", "Fil-fatt ġie elett f'erba' elezzjonijiet konsekuttivi, mill-1976 sa l-1992 u baqa' membru ta' din il-Kamra sa l-1996.", "Peress li dejjem ġie elett mid-distrett ta' Birkirkara, jiena bħal ħafna oħrajn fil-partit, inzertajt kont nafu sew u mill-viċin.", "Dr Joe Fenech kien jifforma parti mill-gvern darbtejn, l-ewwel bħala segretarju parlamentari għall-affarijiet marittimi u offshore u mbagħad bħala ministru tal-ġustizzja fit-tieni gvern ta' Fenech Adami.", "Kien ukoll l- ewwel president tal-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi u okkupa wkoll karigi pubbliċi oħrajn, anke qabel ma sar membru parlamentari, kemm bħala membru ta' l-awtorita` tax-xandir kif ukoll bħala membru tal-kunsill ta' l-universita`.", "Jekk imbagħad inħarsu lejn il-ħajja tiegħu fil-partit Nazzjonalista nsibu li għamel żmien twil bħala segretarju tal-grupp parlamentari.", "Qabel ma tela' f'dan il-parlament kien ukoll kandidat darbtejn oħra – eżattament fl- 1971 u fl-1976 – u kulħadd jaf kemm ħadem għall-organizzazzjoni tal-partit inkluż għall-bini tad-dar ċentrali l-ġdida.", "Apparti dan, fil-ħajja soċjali ta' Birkirkara għamel 30 sena – l-itwal żmien li qatt għamel President – bħala president tad-Duke of Connaught Band Club, dak li aħna ta' Birkirkara nafuh bħala l-każin ta' l-għama.", "Ta' min igħid ukoll li qabel il-gwerra anke missieru kien president ta' dan il- club.", "Sur President, jien ma naħsibx li figura bħal dik ta' Dr Joe Fenech għandha tiġi mfakkra f'dan il-parlament b'rakkont aridu ta' statistika u fatti.", "Kif qal ibnu, Mark Fenech fid-diskors ta' l-għeluq tal-quddiesa funebri, jiġu quddiem għajnejk diversi ħsebijiet dwar Dr Joe Fenech.", "Għalija dan kien bniedem mimli enerġija.", "Per eżempju, fis-sajf il-familja tagħna kienet tkun ġirien tiegħu fix-Xemxija u dejjem niftakru attiv u jagħti l-ordnijiet qisu qatt m'għandu kwiet f'ġismu.", "Kien jitkellem fuq l-affarijiet li kien jemmen fihom b'ċerta konvinzjoni u entużjażmu u jien ikolli diskursati interminabbli miegħu fil-każini u anke fil-parlament u ġieli ma qbilniex pero` l-mod ta' kif kien jippreżenta l- affarijiet, kien wieħed b'saħħtu ħafna.", "Meta kien jemmen f'xi ħaġa kellu rasu iebsa daqs iż-żonqor.", "Għallinqas miegħu dejjem kont tkun taf fejn qiegħed għax l-iva tiegħu tfisser iva u l-le tiegħu kien ifisser le.", "Kont nammira fih ukoll il-ħeġġa li biha kien jiġġieled għall-interessi tal- kostitwenti tiegħu f'Birkirkara u baqa' jirrappreżentahom anke wara li spiċċa minn dan il-parlament.", "Kien politiku ta' azzjoni.", "Meta kien responsabbli għall-portijiet ħadem bla heda biex immodernizza l- operazzjonijiet ta' dan il-pulmun ekonomiku ta' pajjiżna u fil-qasam tal- ġustizzja qered ħafna anakroniżmi billi rriforma u mmodernizza l-kodiċi tal- proċedura ċivili tagħna.", "Dr Joe Fenech kien avukat u oratur tajjeb.", "Jien niftakar li meta kont student kont immur il-qorti u nisimgħu jittratta kemm kawżi kostituzzjonali kif ukoll kawżi li kien jispeċjalizza fihom u li ddefenda l-partit fihom dwar ix-xandir f'pajjiżna.", "Għal ħafna nies dan kien avukat fighter li jiġġieled favur il-kawża sa l-aħħar.", "Jien tgħallimt mingħand Dr Joe Fenech il-perseveranza u l-importanza li meta tkun ministru ma tinsiex li inti wkoll deputat u l-ħeġġa għal dak li temmen fih.", "Għalhekk f'mument ta' niket bħal dan nixtieq nesprimi l-kondoljanzi sinċieri ta' dan il-parlament lill-martu Marlene u lit-tliet uliedu Mark, Joanna u Tonio.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Insejjaħ issa lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, jien ningħaqad mal-kondoljanzi li għadhom kemm ġew espressi mill-Onor.", "Tonio Borg.", "Li nista' ngħid hu li f'din il-Kamra, jien u Dr Joe Fenech kemm-il darba ksirna x-xwabel flimkien u naħseb li nkun qed nagħmillu ġieħ meta ngħid, kif wara kollox għadu kif qal l-Onor.", "Borg, li dan kien fighter u kien politikament tough.", "Dan kien jaf fejn irid jasal u kemm personalment u anke politikament kien jaf kif jaħdem, jistinka u jiġġieled biex jasal fejn irid jasal u xi ħaġa bħal din wieħed bilfors irid japprezzaha.", "Aħna hawnhekk qegħdin ġo forum politiku u wieħed japprezza min ikun jaf jaħdem b'mod effettiv ġo fih.", "Trid tapprezzah ukoll, ħaġa li jien ma nistax nagħmel fuq bażi personali, minn dak li jgħidu l-oħrajn dwaru.", "Per eżempju, matul dan l-aħħar ġimgħatejn kont impressjonat bil-kbir minn dak li qalu u kitbu nies oħrajn dwaru.", "Għalhekk nixtieq li nagħtuh ġieħ lilu bħala persuna.", "Naf li l-Onor.", "Joseph Brincat minn din in-naħa tal-Kamra, il-Ministru Zammit Dimech min-naħa tal- gvern u s-Sur Tony Mangion, ex-civil servant kitbu artikli dwaru u kollha ffokaw fuq il-kwalitajiet personali ta' Dr Joe Fenech li jien ma nafhomx.", "La hawn din il-konverġenza ta' min nagħtuha ġieħ.", "Minkejja li Dr Fenech kien politikament tough kellu mod kif jaġixxi li ħalliet traċċa kbira fil- kuxjenza u l-ħsieb ta' dawk li matul dawn l-aħħar snin ħadmu miegħu jew kontra tiegħu fil-qasam politiku u oqsma oħra.", "Jien kont nisma', minn Birkirkara speċjalment, li Dr Joe Fenech kien maqbud f'marda qalila u li b'mod kuraġġuż kien qiegħed jiġġeldilha u jgħixha.", "Tkellimt dwaru ma' l- Onor. Joe Debono Grech, li kien iltaqa' miegħu u żaru kemm-il darba u konna ftehemna li se mmorru narawh.", "Pero` jiddispjaċini li għal raġunijiet ta' nuqqas ta' ħin ma rnexxilix immur narah għax naħseb li kienet tkun ħaġa tajba ħafna.", "Fil-funeral tiegħu l-bażilika ta' Birkirkara kienet mimlija bin-nies.", "Dawn kienu nies li kienu qegħdin hemm mhux sempliċement bħala protokoll imma għaliex ħassew għalih u jien rajthom ġenwinament imbikkma.", "F'dan is-sens aktar u aktar inħoss li għandna nagħtuh ġieħ – l-aktar għaliex jien apprezzajtu biss bħala fighter politiku – bħala persuna.", "Din hija persuna li fil-ħajja tagħna rnexxielha tħalli ċerti traċċi u fil- karigi li okkupat irnexxielha twettaq affarijiet li forsi nies li kienu aktar politikament 'il quddiem fil-partit tiegħu ma wettqux tajjeb daqsu.", "Fuq dak li għandu x'jaqsam ma' xogħol marittimu u xogħol ta' offshore aħna kkritikajnieh bil-kbir - jien l-ewwel wieħed – pero` kkritikajnieh f'sens ta' kunsens ukoll.", "Dr Joe Fenech irnexxielu jwassal biex ċerti affarijiet isiru.", "Għalhekk f'dan is-sens naħseb li jkun tajjeb li llum fil-kapaċita` personali tiegħi u anke bir-rappreżentanza ta' l-oppożizzjoni, nagħti ġieħ lilu bħala persuna u bħala politiku li ma qbilniex miegħu imma li issa napprezzaw il-fighting spirit tiegħu.", "Fuq kollox nieħdu din l-opportunita` sabiex ningħaqdu man-naħa tal-gvern kif espressa mill-Viċi Prim Ministru biex nagħtu lill-familja kollha tiegħu l-kondoljanzi profondi tagħna.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Is-Sedja - kif ukoll jien fil-kapaċita` personali tiegħi għax Dr Joe Fenech kien kollega tiegħi fil-parlament u anke fil- kabinett - tingħaqad mas-sentimenti espressi miż-żewġ naħat tal-Kamra u nitlob lill-Iskrivan tal-Kamra sabiex iwassal il-kondoljanzi lill-familjari tiegħu.", "Ngħaddi issa sabiex insejjaħ lill-Onor.", "Jason Azzopardi.", "KUMITATI PERMANENTI", "ONOR.", "JASON AZZOPARDI (President tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej): Sur President, nippreżenta l-minuti konfermati tal- laqgħat ta' l-istess kumitat min-numru 1 sa numru 32 li saru bejn il-21 ta' Ottubru 2003 u l-25 ta' Frar 2005 u nirrapporta li:", "9 dokumenti maħruġa mill-Kummissjoni Ewropea (pipeline acquis) kienu ġew scrutinised u cleared mill-working group fi ħdan l-istess Kumitat; u", "dokument maħruġ mill-Kummissjoni Ewropea (pipeline acquis) kien ġie scrutinised u cleared mill-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali.", "Irrid ukoll inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "88.", "Commission Proposal for a Directive of the European Parliament and of the Council Directive 2003/88/EC of the European Parliament and of the Council of 4 November 2003 concerning certain aspects of the organization of working time (COM (2004) 607).", "116.", "Proposal for a Council Decision concerning the Community position within the Association Council established by the Europe Agreement between the European Communities and their member states, on the one part, and Romania, on the other part, on the participation of Romaina in the Rapex System under Directive 2001/95/EC of the European Parliament and of the Council of 3 December 2001 on General Product Safety (COM (2004) 660 Final).", "117.", "Proposal for a Council Decision concerning the Community position within the Association Council established by the Europe Agreement between the European Communities and their member states, on the one part, and Republic of Bulgaria, on the other part, on the participation of Bulgaria in the Rapex System under Directive 2001/95/EC of the European Parliament and of the Council of 3 December 2001 on General Product Safety (COM (2004) 661 Final).", "118.", "Proposal for a Council Decision on the accession of the Community to United Nations Economic Commission for Europe Regulation 94 on provisions concerning the approval of vehicles with regard to the protection of the occupants in the event of frontal collision and Regulation No. 95 on provisions concerning the approval of vehicles with regard to the protection of the occupants in the event of a lateral collision (COM (2004) 672).", "119.", "Council Decision concerning the conclusion of an agreement between the Community and the Swiss Confederation in the audiovisual field, establishing the terms and conditions for the participation of the Swiss Confederation in the media plus and media training Community programmes, and a final act (COM (2004) 649 final).", "120.", "Proposal for a Council Decision amending Council Decision of 16 December 1980 setting up the consultative committee for the fusion programme.", "(COM (2003) 149 final).", "121.", "Decision of the EEA Joint Committee amending Protocol 31 to the EEA Agreement, on Cooperation in specific fields outside the Four Freedoms.", "(13666/04, 13666/04 COR 1).", "122.", "Proposal for a Council regulation amending Regulation (EURATOM) No 2587/1999 defining the investment projects to be communicated to the Commission in accordance with Article 41 of the Treaty establishing the European Atomic Energy Community (COM (2003) 370 final).", "126.", "Decision of the EEA Joint Committee amending Protocol 31 to the EEA Agreement, on co-operation in specific fields outside the four freedoms (EEE 10898/04, JUR 11728/04).", "127.", "Proposal for a Council Decision concluding consultations with Guinea under Article 96 of the Cotonou Agreement (COM (2004) 804 final).", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' Karti u nsejjaħ lill- Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru. 82 ta' l-2005 – Ordni ta' l-2005 dwar Eżenzjoni mill- Att dwar ir-Radjokomunikazzjoni;", "Avviż Legali Nru. 83 ta' l-2005 – Emenda ta' l-2005 fil-Kodiċi għall- Investigazzjoni u għad-Determinazzjoni ta' Ilmenti;", "Avviż Legali Nru. 92 ta' l-2005 – Avviż ta' bidu fis-seħħ ta' ċerti disposizzjonijiet ta' l-Att ta' l-2005 dwar il-Prevenzjoni ta' Abbuż fis-Swieq Finanzjarji (Att Nru. IV ta' l-2005);", "Rapport Annwali tal-Financial Intelligence Analysis Unit għas-sena 2004;", "Rapport Annwali tal-Bank Ċentrali ta' Malta għas-sena 2004;", "Tabella li turi l-għadd ta' karozzi mikrija mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, flimkien ma' dettalji dwar l-ispiża totali għal kirjiet u fuel, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 10566 li ngħatat fis-seduta numru 251 tat-Tnejn, 4 ta' April 2005;", "Dettalji dwar fondi li Malta rċeviet mill-Unjoni Ewropea, proġetti li għalihom Malta rċeviet grants, u kontribuzzjonijiet li ħallset Malta lill-Unjoni Ewropea sabiex tibbenefika minn flus allokati għall- proġetti mill-istess Unjoni, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 11193 li ngħatat fis-seduta numru 251 tat-Tnejn, 4 ta' April 2005;", "Listi li juru l-għadd ta' impjegati nisa f'kull grad fi skali ta' salarju minn 1 sa 4 u minn 5 sa 20 fis-servizz pubbliku, bi tweġiba għall-mistoqsijiet parlamentari numru 11414.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Insejjaħ lill-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG (Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern): Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru. 74 ta' l-2005 – Regolamenti ta' l-2005 dwar Splussivi Ċivili (Identifikazzjoni);", "Avviż Legali Nru. 76 ta' l-2005 – Regolamenti ta' l-2005 li jemendaw it-Tmien Skeda li tinsab ma' l-Att dwar Kunsilli Lokali;", "K.L.B.L. 17/5/2005 – Bye-Laws ta' l-2005 dwar Reklami fuq Għamara tat- Toroq (Kunsill Lokali Fgura);", "K.L.B.L. 46/4/2005 - Bye-Laws ta' l-2005 dwar l-Organizzazzjoni ta' Korsijiet (Kunsill Lokali Pembroke);", "Dettalji dwar ħaddiema assenjati mal-kunsilli lokali, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 11324.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Insejjaħ lill-Ministru Zammit Dimech.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal- Kamra:", "Avviż Legali Nru. 73 ta' l-2005 – Avviż ta' bidu fis-seħħ ta' ċerti disposizzjonijiet tat-Taqsima XI ta' l-Att ta' l-2005 li Jimplimenta Miżuri ta' l-Estimi (Att Nru. II ta' l-2005);", "Avviż Legali Nru. 85 ta' l-2005 – Regolamenti ta' l-2005 li jemendaw ir-Regolamenti dwar Attivitajiet Turistiċi (Disposizzjonijiet Ġenerali);", "Avviż Legali Nru. 86 ta' l-2005 – Regolamenti ta' l-2005 li jemendaw ir-Regolamenti dwar Postijiet għall-Btala; u", "Avviż Legali Nru. 87 ta' l-2005 – Regolamenti ta' l-2005 li jemendaw ir-Regolamenti dwar Drittijiet għat-Turiżmu.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Insejjaħ lill-Ministru Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għall-Kompetittivita` u Komunikazzjoni): Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru. 84 - Regolamenti ta' l-2005 dwar Kreditu lill- Konsumatur;", "f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi nqiegħed fuq il- mejda tal-Kamra:-", "Kopja ta' rapport datat 6 ta' April 2005 imħejji mid-Direttur tat- Teknoloġija fl-Edukazzjoni dwar żbalji tipografiċi li kien hemm fil- karti ta' l-eżami ta' l-EFL tas-26 ta' Marzu 2005, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 11625;", "Kopja ta' ċirkolari numru EFL 4/2005 maħruġa mill-EFL Monitoring Board fit-30 ta' Marzu 2005 dwar l-eżamijiet għal għalliema prospettivi ta' l-EFL li m'għandhomx l-Ingliż fil-livell avvanzat, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 11657;", "f'isem il-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l- Informazzjoni nqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tabella li tagħti tagħrif dwar applikazzjonijiet pendenti mill- kunsilli lokali għal dawl fit-toroq, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 11252 li ngħatat f'seduta numru 251 ta' l-4 ta' April 2005;", "Tagħrif dwar l-ammonti ta' NOx (nitrogen oxides) li ħarġu miż-żewġ power stations kull sena bejn l-1990 u l-2004, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 11456 li ngħatat f'seduta numru 251 ta' l-4 ta' April 2005;", "Kopja tal-kuntratt ta' xogħol iffirmat miċ-Chief Executive Officer (CEO) ta' l-MOBC fl-1 ta' Awissu 2000, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 11479 li ngħatat f'seduta numru 251 ta' l-4 ta' April 2005;", "Dettalji dwar il-laqgħat u l-attendenza f'kull laqgħa tal-bord tad- diretturi ta' l-Enemalta bejn l-1 ta' Jannar 2003 u s-16 ta' Marzu 2005, flimkien ma' tagħrif dwar ħlasijiet li jieħdu l-membri tal-bord, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 11481 li ngħatat f'seduta numru 251 ta' l-4 ta' April 2005;", "Tagħrif dwar fabbriki ġodda li fetħu bejn l-2000 u l-2005 u l-għadd ta' ħaddiema fihom, flimkien ma' tagħrif dwar applikazzjonijiet li saru minn dawn il-fabbriki għal espansjonijiet, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 11440 li ngħatat f'seduta numru 251 ta' l-24 ta' April 2005; u", "f'isem il-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin inqiegħed fuq il-mejda tal- Kamra:-", "Avviż Legali Nru. 79 ta' l-2005 - Ordni ta' l-2005 li jemenda l-Ordni dwar l-Applikazzjoni tat-Taqsima III ta' l-Att dwar l-Immunitajiet u l- Privileġġi Diplomatiċi; u", "Tabella li turi l-fondi li ngħata l-Malta Information Centre (MIC) minn sorsi lokali u barranin matul is-snin bejn l-1999 u l-2004, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 11413 li ngħatat f'seduta numru 251 ta' l-4 ta' April 2005", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Insejjaħ issa lill-Ministru George Pullicino..", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru. 69 ta' l-2005 – Regoli ta' l-2005 dwar Problemi fi Spezzjonijiet tas-Saħħa u Veterinarji meta ssir l-Importazzjoni ta' Annimali Bovini, Majjali, u Laħam Frisk minn Pajjiżi Terzi;", "Avviż Legali Nru. 70 ta' l-2005 – Regoli ta' l-2005 dwar Lista ta' Użu Intiż għal Ħwejjeġ ta' l-Ikel għall-Annimali għal Għanijiet Nutrittivi Partikolari;", "Avviż Legali Nru. 71 ta' l-2005 – Regoli ta' l-2005 dwar il-Ħtiġijiet għad-Determinazzjoni ta' Livelli ta' Dijossini u PCBs bħad-Dijossina fl-Għalf;", "Avviż Legali Nru. 75 ta' l-2005 – Regoli ta' l-2005 dwar il-Metodu Analitiku biex jiġu determinati l-Kostitwenti li Joriġinaw mill- Annimali għall-Kontroll Uffiċjali tal-Prodotti ta' l-Ikel;", "Avviż Legali Nru. 77 ta' l-2005 – Regoli ta' l-2005 dwar Kategoriji ta' Materjali għall-Ikel li jistgħu jiġu wżati għat-Tqegħid ta' Tikketti fuq Prodotti ta' l-Ikel Komposti għal Annimali Domestiċi;", "Avviż Legali Nru. 78 ta' l-2005 – Regoli ta' l-2005 dwar il-Ġbir ta' Informazzjoni fuq Żoonosi u Aġenti Żoonotiċi;", "Avviż Legali Nru. 80 ta' l-2005 – Regoli ta' l-2005 dwar il-Miżuri għall-Monitoraġġ ta' ċerti Sustanzi u Residwi tagħhom f'Annimali ħajjin u Prodotti ta' l-annimali;", "Avviż Legali Nru. 81 ta' l-2005 – Regoli ta' l-2005 dwar Sustanzi mhux Mixtieqa fl-ikel ta' l-Annimali;", "Avviż Legali Nru. 88 ta' l-2005 – Regoli ta' l-2005 dwar il- kundizzjonijiet tas-Saħħa ta' l-Annimali li jirregolaw il-Moviment u l- Importazzjoni ta' l-Ekwini minn Pajjiżi Terzi;", "Avviż Legali Nru. 89 ta' l-2005 – Regoli ta' l-2005 dwar Prodotti li Jintużaw fl-Għalf ta' l-Annimali;", "Avviż Legali Nru. 90 ta' l-2005 – Regoli ta' l-2005 dwar Kategoriji ta' Materjal ta' Ikel għall-Ittikkettjar ta' Għalf Kompless għal Annimali li m'humiex Annimali Domestiċi; u", "Avviż Legali Nru. 93 ta' l-2005 – Regoli ta' l-2005 dwar l-Analiżi għall-Kontroll Uffiċjali ta' l-Għalf.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Insejjaħ issa lill-Ministru Dolores Cristina.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Rapport Annwali għas-sena 2004 maħruġ mill-Uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal; u", "Tagħrif dwar l-għadd ta' benefiċċjarji ta' l-għajnuna għall-mard (SKA) kull sena bejn l-1999 u l-2003, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 10787.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Insejjaħ lis-Segretarju Parlamentari Francis Aguis.", "ONOR.", "FRANCIS AGIUS (Segretarju Parlamentari): F'isem il-Ministru tas- Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita` inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru. 72 ta' l-2005 – Regolamenti ta' l-2005 li jemendaw ir-Regolamenti dwar il-Mediċini (Awtorizzazzjoni għal Tqegħid fis- Suq); u", "Avviż Legali Nru. 91 ta' l-2005 – Regolamenti ta' l-2005 li jemendaw ir-Regolamenti dwar Sustanzi li Jikkontaminaw fl-Ikel (Metodi kif jittieħdu l-Kampjuni u kif issir l-Analiżi).", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Insejjaħ lill-Ministru Pullicino.", "MOZZJONIJIET", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-KUMMISSJONI ĊINEMATOGRAFIKA TA' MALTA", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Sur President, f'isem il-Ministru għall- Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni, nipproponi l- Ewwel Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att dwar il-Kummissjoni Ċinematografika ta' Malta\".", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att dwar il- Kummissjoni Ċinematografika ta' Malta\" ikun moqri l-Ewwel Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem.con.", "RIŻOLUZZJONI DWAR EMENDA GĦALL-ISKEDA ANNESSA MA' L-ATT DWAR IT- TRASFERIMENT TA' ARTIJIET TAL-GVERN", "MR SPEAKER: Il-Ministru Pullicino.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Sur President, f'ismi u f'isem il-Viċi Prim Ministru, nipproponi din ir-riżoluzzjoni:", "Illi din il-Kamra tirriżolvi li:", "Fil-paragrafu 4 ta' l-Iskeda annessa ma' l-Att dwar it-Trasferiment ta' Artijiet tal-Gvern (Kap 268) minnufih wara subparagrafu (c) tiegħu għandu jiżdied is-subparagrafu segwenti:", "\"(d) jekk tikkonsisti f'art li tiġi mogħtija għal ħamsin (50) sena għall-irziezet lil raħħala liċenzjati biex irabbu l-majjal u/jew il- baqar.\".", "In paragraph 4 of the Schedule to the Disposal of Government Land (Cap.", "268) immediately after subparagraph (c) thereof there shall be added the following new subparagraph:", "\"(d) if it consists of land granted for a period of fifty (50) years to licensed livestock farmers in the dairy and/or pig-breeding sectors for the running of farms.\".", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "FRANCIS AGIUS: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Rimarki?", "Il-Ministru. .", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Sur President, il-proposta min-naħa tal-gvern hija li l-emenda kif moqrija tidħol fl-iskeda li hemm f'kapitlu 268.", "Din l- iskeda bażikament tittratta kif il-gvern jiddisponi mill-art tiegħu.", "Fil- fatt fil-paragrafu 4 ta' l-iskeda hemm diġa` tliet okkażjonijiet fejn il- gvern jista' effettivament jagħti b'ċens, l-art li tkun tiegħu jew inkella l-art li effettivament kienet art tal-Knisja li llum ġiet għandu u hija managed mill-uffiċċju konġunt.", "F'dawn it-tliet każijiet il-gvern ikun jista' jagħti art biex ikun hemm home ownership scheme.", "Fit-tieni każ, il- liġi tgħid li l-gvern jista' jagħti art b'ċens għal skop ta' żvilupp industrijali.", "Fit-tielet każ, il-gvern jista' jagħti b'ċens għal 25 sena art li fiha wieħed ikun irid jibni jew ipoġġi kiosk sabiex jinbiegħu prodotti minnu.", "Qed ngħidu li f'paragrafu 4 għandu jiżdied paragrafu ieħor li jispeċifika li l-gvern se jkun jista' jgħaddi wkoll art tiegħu, li sal- lum hija b'kirja, b'kuntratt ta' ċens ta' mhux inqas minn 50 sena f'każijiet fejn dik l-art qed tintuża bħala razzett li fih jitrabbew il- majjali jew il-baqar.", "Għalfejn qed nagħmlu dan?", "Qed nagħmlu dan għax wieħed irid jifhem li r- raħħala, speċjalment dawk fis-settur tat-trobbija tal-baqar u allura marbuta mal-produzzjoni tal-ħalib, kif ukoll ir-raħħala fis-settur tat- trobbija tal-majjali, għandhom bżonn itejbu l-irziezet tagħhom biex ikunu konformi mar-regolamenti u l-istandards ta' l-Unjoni Ewropea.", "Aktar milli biex jilħqu l-għanijiet ta' l-Unjoni Ewropea, dawn huma standards li jirriflettu l-ħteġijiet tagħna f'dawk li huma standards iġjeniċi għalina li nikkonsmaw il-prodotti li jiġu mkabbra ġo dawn l-irziezet.", "Jiġifieri fil- każ tal-baqar ovvjament nieħdu ċ-ċanga u nieħdu wkoll il-ħalib u fil-każ tal-majjal nieħdu l-prodott proċessat jew inkella l-majjal bħala prodott.", "Allura wieħed irid jifhem li dan it-titjib qed isir sabiex apparti milli jkun hemm is-saħħa tal-bniedem imħarsa jkun hemm ukoll, f'każijiet partikolari, – din issa niġi għaliha aktar tard – anke l-element tal- ħarsien għall-annimali nfushom.", "Jekk wieħed qed jgħid li hemm bżonn isir titjib u l-btieħi fejn jinżammu l-annimali, speċjalment il-baqar, għandhom ikunu mgħottija, dan qed jingħad għal żewġ raġunijiet; l-ewwelnett biex meta tagħmel ix-xita d-demel li jkun hemm f'dawk il-btieħi ma jispiċċax jimxi ma' l-ilma li jinżel u allura jispiċċa – kif għad għandna każijiet f'dan il-pajjiż –fit-toroq jew fil-widien ta' pajjiżna u t-tieni biex nipproteġu lill-baqar li jkun hemm fil-btieħi mill-ammont qawwi ta' xemx li għandna f'pajjiżna.", "Allura hemm ukoll element ta' animal welfare li l- Unjoni Ewropea tagħtih ħafna importanza.", "Aktar ma s-soċjeta` tagħna ssir soċjeta` ċivili u żviluppata, aktar trid tagħti importanza lill-qasam ta' l- animal welfare.", "Mela dan it-tibdil hemm bżonn li jsir l-ewwelnett minħabba l-iġjene, biex il-prodott finali li jispiċċa għand il-konsumatur ikun wieħed ta' standard u t-tieni għar-raġuni ta' animal welfare.", "Irrid ngħid ukoll li fil-qasam tal-baqar, minbarra li wieħed irid jieħu ħsieb li jkollu l-bitħa msaqqfa biex jgħatti l-annimali u jgħatti wkoll id-demel li jkun hemm ħalli dan ma jispiċċax jimxi ma' l-ilma, huwa importanti wkoll li jkun hemm il- proviżjoni ta' l-infrastruttura biex wieħed jilqa' ħalli ma jkollniex tixrid ta' materjal lil hinn mill-irziezet.", "Sal-lum għandna ċerti rziezet li jew m'għandhomx fejn jaħżnu d-demel jew inkella fejn jaħżnu d-demel m'huwiex adegwat.", "Għalhekk huwa mportanti li r-raħħala jagħmlu din it-tip ta' struttura.", "Importanti wkoll li jagħmlu l-fosos neċessarji sabiex ikunu jistgħu jimmaniġġjaw l-iskart solidu u likwidu ta' l-irziezet tagħhom.", "Sur President, peress li aħna nafu li hemm bżonn ammont ta' investiment biex isir dan it-titjib, aħna konxji wkoll tal-fatt li hemm raħħala li huma ntiżi li jagħmlu dan ix-xogħol u dan it-titjib, imma minkejja li hemm għajnuna ivvotata min-naħa ta' l-Unjoni Ewropea biex isir dan it-titjib, qegħdin iffaċċjati b'sitwazzjoni li, peress li ħafna drabi l-irziezet tagħhom huma b'kirja, allura meta qed imorru jew marru diġa` għand il-banek biex huma jkunu jistgħu joħorġu l-parti tagħhom biex jagħmlu dan it-titjib, qed isibu d-diffikultajiet.", "Dan huwa marbut ukoll ma' l-ispirtu li hemm dikjarat fil-programm elettorali tal-partit Nazzjonalista li rebaħ l-aħħar elezzjoni, biex kemm jista' jkun nagħtu l-faċilita`lill-bdiewa u r-raħħala sabiex l-art li jaħdmu fuqha, aktar minn kuntratt ta' kirja fuqha jkollhom kuntratt ta' ċens sabiex il-pożizzjoni tagħhom tkun aktar fis-sod biex ikunu jistgħu jinvestu fuq il-post li minnu jaqilgħu l-għajxien tagħhom.", "Ikun importanti li ngħid ukoll li aħna ddeċidejna li niffokaw b'mod partikolari fuq il-qasam tat-trobbija tal-majjali u fuq il-qasam tat- trobbija tal-baqar, imma bl-ebda mod m'aħna neskludu li eventwalment ninkludu wkoll l-art maħduma għall-agrikoltura, jiġifieri nagħtu kuntratti ta' ċens fuq dawn l-artijiet.", "L-aktar ħaġa importanti f'dan il-qasam tibqa' dik tal-waste management.", "Ħafna drabi dan hu dak ix-xogħol prinċipali li hemm rikjest sabiex isir dan it-titjib, jiġifieri pjan ta' mmaniġġjar ta' l-iskart li jkun hemm minn dawk il-postijiet.", "Issa se nagħti ftit statistika li jkun tajjeb li wieħed jifhem.", "Fil-qasam tat-trobbija tal-baqar għandna xejn inqas minn 171 raħħal li jrabbu l-baqar f'pajjiżna.", "Minn dawn għandna 145 raħħal full-timer filwaqt li għandna 26 raħħal part-timer.", "Fil-qasam tat-trobbija tal-majjali għandna 207 raħħala b'kollox.", "Minn dawn hemm 96 raħħal li huwa full-timer filwaqt li għandna mal-111-il raħħal li huwa part-timer.", "Ħafna drabi dawn l- irziezet jinsabu fuq art li hija proprjeta` tal-gvern u, kif diġa` għidt, hemm każijiet fejn qegħdin fuq artijiet li oriġinarjament kienu tal-Knisja imma llum għaddew għand il-gvern u huma mmaniġġjati mill-uffiċċju konġunt.", "Sur President, qed inżidu din l-emenda fil-kapitlu 268 biex ikun possibbli li l-banek jagħtu self għal dan ix-xogħol ta' titjib li hemm bżonn isir.", "Ħafna drabi l-banek qed jitolbu li r-razzett ikun frank jew inkella jkollu ċens fit-tul bħala assigurazzjoni, jiġifieri bħala security għall-bank biex ikun jista' jagħti s-self meħtieġ lir-raħħal biex joħroġ il-parti tiegħu.", "Ikun tajjeb li ngħid li meta nitkellmu fuq l-għajnuna lir-raħħala, irridu nsemmu li hemm xejn inqas minn madwar Lm2.6 miljun ta' għajnuna min-naħa ta' l-Unjoni Ewropea sabiex ir-raħħala, fost oħrajn, jagħmlu l-upgrading li hemm bżonn speċjalment ma' dak li għandu x'jaqsam ma' waste management.", "Dawn it-Lm2.6 miljun huma flus għas-sena 2004 u għas-sena 2005 imma ovvjament dan l-ammont ma jkoprix ix-xogħol kollu.", "Fil-fatt hemm xogħlijiet li jkunu jridu jitħallsu min-naħa tar-raħħal stess.", "Hawnhekk irrid ngħid li 80% ta' din l-għajnuna toħroġha l-Unjoni Ewropea filwaqt li 20% mill-għajnuna kollha li jieħu r-raħħal, joħroġha l-gvern Malti.", "Ikun tajjeb li ngħid li meta qed nitkellmu fuq għajnuniet ma naħsbux li dan biss huwa l-ammont ta' għajnuna li qed tingħata lil dawn is- setturi.", "Biżżejjed ngħid li min-nofs Lulju ta' l-2002 sa Marzu ta' din is- sena fil-qasam tat-trobbija tal-majjali bħala għajnuna se nkunu tajna xejn inqas minn Lm3.8 miljun f'sussidju.", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq perijodu ta' inqas minn tliet snin.", "Jiġifieri jekk nieħdu fuq tliet snin, li m'huwiex il-każ, qed ngħidu iktar minn Lm1.2 miljun għajnuna fis-sena li huwa ammont qawwi ħafna.", "Kieku dan kellek taħdmu fuq perijodu ta' tliet snin sħaħ l-ammont ta' għajnuna għall-qasam tat-trobbija tal-majjali biss kien jitla' għal Lm1.5 miljun fis-sena.", "L-għajnuna għall-qasam tal-ħalib kienet tammonta għal Lm640,000 għall-istess perijodu, jiġifieri minn nofs Lulju ta' l-2002 sa Marzu ta' din is-sena.", "Hawnhekk qed nitkellmu biss fuq għajnuna li nagħtu fuq programm maqbul ma' l-Unjoni Ewropea li jissejjaħ SMPPMA, jiġifieri l-pakkett maqbul ma' l-Unjoni Ewropea biex jingħata sussidju fuq ċerti prodotti.", "Irrid ngħid li marbut ma' dan hemm ukoll l-għajnuna li tajna lill-MDP biex din ittejjeb l-infrastruttura li għandha biex tipproduċi l-prodotti Benna.", "Illum nafu li l-ħafna diskors ta' l-oppożizzjoni qabel ir-referendum u qabel l-aħħar elezzjoni, li meta pajjiżna jidħol fl-Unjoni Ewropea se nispiċċaw nitilfu l-produzzjoni tal-ħalib f'pajjiżna għax jidħlu l-prodotti minn barra u li l-prodott Malti mhux se jibqa' kompetittiv ma kienx minnu.", "Jekk naraw x'ġara fis-sena li kważi ilna membri ta' l-Unjoni Ewropea, il- prodott minn barra daħal imma l-prodott Malti tejjeb il-kwalita` tiegħu u kkompeta.", "Dan huwa l-vantaġġ tal-kompetizzjoni, li inti trid ittejjeb il- kwalita` tiegħek.", "Huwa veru li l-prodott lokali tilef parti mis-suq, imma b'mod ġenerali żamm il-pożizzjoni maġġoritarja tiegħu fuq is-suq, tejjeb il- prodott u għax tejjeb il-prodott, per eżempju, fil-produzzjoni ta' l- irkotta, ikkompeta tajjeb.", "M'għandix l-iċken dubju li l-prodott Malti, meta huwa frisk u meta huwa ta' standard, mhux biss jikkompeti, imma huwa superjuri bil-kbir għall-prodott li jiġi minn barra.", "Dan ma jfissirx li m'għadx baqa' titjib x'isir għax għad għandna titjib x'nagħmlu u għalhekk hija intiża r-riżoluzzjoni tal-lum, biex nagħtu l-għodda lir-raħħal biex imur għand il-bank u permezz tal-kuntratt ta' ċens ta' 50 sena, ikollu s- sigurta` neċessarja biex il-bank isellfu l-flus u b'hekk jagħmel it-titjib li hemm bżonn jagħmel fir-razzett tiegħu.", "Minbarra l-għajnuna li tajna lis-settur f'sussidju ta' l-SMPPMA, tajna għajnuniet oħra.", "Meta tibda tara l-figuri miġburin flimkien – anke jien bħala ministru li ilni resposabbli kważi sentejn – tirrealizza x'ammont kbir ta' għajnuna qegħdin nagħtu.", "Permezz ta' miżura oħra li tissejjaħ l-ad hoc measure, jiġifieri għajnuna għar-raħħala full-timers, se nkunu għaddejna 'l fuq minn Lm800,000 f'għajnuna lil dawn ir-raħħala.", "Hemm għajnuna oħra li tissejjaħ restructuring aid li għall-2004 se tkun telgħet Lm760,000 u għall-2005 se tkun telgħet mas-Lm700,000.", "Jiġifieri qed nitkellmu fuq madwar Lm700,000 kull sena bħala għajnuna għal ristrutturar lil dawn is-setturi li qed nitkellem fuqhom.", "Apparti minn hekk, hemm l-għajnuna li diġa` semmejt ta' Lm2.6 miljun fuq sentejn biex jintlaħqu l-istandards taħt l-iżvilupp rurali, u hemm ukoll għajnuna li tissejjaħ special premium and slaughtering premium li fl-2004 ammontat għal 'il fuq minn Lm350,000 u li ngħatat lil total ta' madwar 300 raħħal.", "F'dan il-każ 75% ta' l-għajnuna tiġi mill-Unjoni Ewropea u 25% tiġi min-naħa ta' l-Istat Malti.", "Għajnuna oħra hija dik li nagħtu għal dak li jissejjaħ id-dairy premium, dik l-għajnuna li nagħtu fuq il-ħalib.", "Fis-sena 2005 se nkunu tajna kważi Lm240,000 f'għajnuna ta' l-Istat u magħha trid tgħodd 'il fuq minn Lm100,000 oħra f'għajnuna li ġejja mill-Unjoni Ewropea.", "Meta tgħodd dawn il-mijiet ta' eluf kollha, tibda tirrealizza kemm għandna raġun ngħidu li qatt f'pajjiżna ma kellna sitwazzjoni ta' investiment fil-qasam tar-raħħala daqskemm għandna llum.", "Dan ma jfissirx li kollox huwa ward u żahar u kollox miexi fuq ir-rubini u m'hemmx diffikultajiet għax diffikultajiet hemm pero` r-ristrutturar irid isir biex inkunu nistgħu npoġġu s-setturi fuq saqajhom.", "L-operaturi f'dan is-settur iridu jifhmu li hemm realta` ġdida u jridu jadattaw ruħhom għal din ir-realta` ġdida.", "Ma jistgħux jibqgħu jaħsbu bil-moħħ tal-bieraħ li jridu l-protezzjoni sabiex ma jkollhomx kompetizzjoni u jżommu l-prodott taħt l-istandard mixtieq.", "Iva, hemm il-kompetizzjoni u l-operaturi jridu jaħdmu biex itejbu l-prodott biex ikunu f'sitwazzjoni li mhux biss jikkompetu imma li jagħtu lill-konsumatur - li fl-aħħar mill-aħħar qed joħroġ ukoll parti minn din l-għajnuna – prodott finali ta' kwalita`.", "Apparti dawn il-mijiet ta' eluf hemm madwar Lm1 miljun ieħor bħala għajnuna għall-2004, 2005 u 2006 għal dak li għandu x'jaqsam ma' investiment fuq il- bini u l-marketing ta' prodott lokali.", "Mela meta tgħodd kollox trid tgħodd ukoll dan il-Lm1 miljun bħala għajnuna.", "Sur President, qegħdin inressqu din ir-riżoluzzjoni sabiex ir-raħħal ikollu kuntratt ta' ċens ta' 50 sena u b'hekk ikun qiegħed fuq sisien sodi.", "Qed ngħidu minn issa li min jidħol biex jieħu ċens ta' 50 sena, jekk ikun għadu bl-attivita` wara 50 sena, dak iċ-ċens jista' jiġi mġedded għal perijodu ieħor.", "Huwa importanti li ngħidu wkoll li għal din il-konċessjoni, biex wieħed minn kirja imur għal kuntratt ta' ċens, se jiġu kkonsidrati r-raħħala li huma liċenzjati li jrabbu l-baqar u l-majjali, kemm full-timers kif ukoll dawk part-timers għax it-tnejn huma raħħala li jridu jipproduċu prodott tajjeb.", "Aħna ma tajniex dan l-inċentiv lir-raħħala full-timers biss imma frixniha wkoll fuq ir-raħħala part-timers.", "Irrid nagħmilha ċara li din il-konċessjoni tibqa' tgħodd biss sakemm l-art tibqa' tintuża għat-trobbija ta' l-annimali.", "Jiġifieri ħadd m'għandu jippretendi li llum għandu razzett tal-baqar u għaxar snin oħra jgħid: Jien għandi ċens għal 50 sena mingħand il-gvern, se nwaqqaf l-attivita` tat- trobbija ta' l-annimali u nagħmel diskoteka minflok ir-razzett tiegħi.", "F'dak il-każ iċ-ċens ta' 50 sena ma jibqax igħodd u l-art jerġa' jeħodha l- gvern.", "Qed ngħid dan biex nagħmlu l-affarijiet ċari.", "Din ir-riżoluzzjoni hija ċara.", "Qed nagħtu din il-konċessjoni biex naġevolaw lir-raħħala li jridu jibqgħu f'din l-attivita`, imma ma rridux naġevolaw lil min irid jispekola mill-art tal-gvern.", "Allura qed nagħmluha ċara li din il- konċessjoni tkun biss għat-trobbija tal-bhejjem u attivitajiet relatati ma' dik it-trobbija.", "Qegħdin ngħidu wkoll li se jkun hemm ħlas ta' 25ċ kull metru kwadru tas-sit kollu wżat għat-trobbija ta' l-annimali u li l-għelieqi barra l-bordura tar- razzett huma esklużi.", "F'dan l-istadju m'aħniex nitkellmu fuq l-għelieqi imma fuq l-art neċessarja għat-trobbija ta' l-annimali.", "Tajjeb li ngħid ukoll li meta jagħlaq iċ-ċens ta' 50 sena, dan ikun jista' jerġa' jiġi mġedded.", "Dan mhux qed nagħmluh b'kapriċċ imma biex nagħtu sigurta` u stabilita` fit-tul lir-raħħala.", "B'dan il-mod ir-raħħal se jkollu s-serħan tal-moħħ li jekk hu se jidħol biex jagħmel l-investiment, apparti li se nagħtuh ċens għal perijodu ta' 50 sena, meta jagħlaqlu dak iċ- ċens, jekk hu jew inkella wliedu jkunu jridu jibqgħu għaddejjin bit- trobbija ta' l-annimali, allura dak il-perijodu ta' ċens jiġi mġedded, dejjem – nirrepeti – sakemm l-attivita` fuq dik is-sit tibqa' marbuta mat- trobbija tal-baqar jew tal-majjali.", "Sur President, naturalment ir-raħħal ikun responsabbli għall-ispejjeż ta' kull żvilupp li jsir skond il-permessi meħtieġa u jkun responsabbli wkoll għall-manutenzjoni ta' dak ir-razzett.", "Mela qed ngħidu li huwa importanti li r-raħħal jagħmel l-affarijiet skond il-permessi neċessarji – u issa niġi wkoll għall-kwestjoni tal-proċess ta' l-applikazzjoni quddiem il-MEPA – u jkun responsabbli wkoll biex iżomm il-manutenzjoni ta' dak ir-razzett li għalkemm l-art m'hijiex tiegħu imma tal-gvern, hija mogħtija lilu b'ċens.", "Punt ieħor li beħsiebna nimplimentaw ġaladarba din ir-riżoluzzjoni tgħaddi minn dan il-parlament huwa li se nagħtu ċ-ċans lir-raħħal jittrasferixxi dak iċ-ċens.", "Ejja nieħdu eżempju ta' raħħal li m'għandux tfal, imma għandu neputijiet u dan irid joħroġ minn dak il-mestier jew għax irid jirtira jew għax irid jagħmel attivita` oħra.", "Sakemm l-attivita` tibqa' dik tat- trobbija ta' l-annimali hu se jkun jista' jittrasferixxi dak iċ-ċens lil raħħala oħra bid-definizzjonijiet normali ta' kif wieħed jagħmel trasferiment ta' ċens, ovvjament bl-approvazzjoni tal-kummissarju ta' l- artijiet u l-ministeru responsabbli mill-agrikoltura.", "Huwa importanti li ngħid ukoll, biex wieħed iserraħ moħħu, li l-attivita` f'dak ir-razzett tkun attivita` kif suppost, li l-kummissarju ta' l- artijiet jew rappreżentant tiegħu se jkollu d-dritt li jidħol fir-razzett biex jiċċertifika li l-kondizzjonijiet tal-kuntratt taċ-ċens ikunu qegħdin jiġu rispettati.", "Ngħid ukoll li r-raħħala li jistgħu jagħmlu talba biex il- kirja tinqaleb f'kuntratt ta' ċens iridu jkunu raħħala li jkunu reġistrati mal-koperattiva ta' min irabbli l-majjali jew mal-koperattiva tal- produtturi tal-ħalib; fil-każ tat-trobbija tal-majjali mal-KIM u fil-każ tat-trobbija tal-baqar u l-produzzjoni tal-ħalib mal-KPH.", "Qed ngħid dan għax huwa importanti li nifhmu li aħna rridu nimxu mas- sistemi li diġa` għandna fil-pajjiż, speċjalment għal dak li għandu x'jaqsam ma' kwestjonijiet ta' kwoti li huma mmexxija minn dawn iż-żewġ koperattivi.", "Waqt li qed nitkellem fuq dan is-suġġett ippermettili nrodd ħajr lill-membri u lill-mexxejja ta' dawn iż-żewġ koperattivi li għenu biex dawn iż-żewġ setturi jtejbu l-qasam tagħhom.", "Ma jfissirx li wasalna.", "Għad irid isir ħafna aktar xogħol imma definittivament, speċjalment jekk wieħed kellu jara t-titjib li kien hemm matul is-snin fil-qasam tal-ħalib, jinduna li dan il-qasam illum huwa ferm 'il bogħod mis-sitwazzjoni li kien fiha fl- imgħoddi.", "Irrid nagħti ħajr lill-mexxejja ta' dawn iż-żewġ koperattivi li għenu f'dan il-proċess.", "Filwaqt li nrodd ħajr għall-ħidma tagħhom, irrid ukoll nirrepeti li huwa importanti li jħarsu 'l quddiem u jaraw x'hemm bżonn biex itejbu s-settur tagħhom.", "Sur President, huwa importanti li ngħid ukoll li l-Ministeru għall- Affarijiet Rurali u Ambjent se joffri l-għajnuna tiegħu lir-raħħala biex ilestu l-karti neċessarji sabiex ikunu jistgħu jagħmlu t-talba lill-Estate Management Department biex isir dan it-trasferiment minn kuntratt ta' kirja għal kuntratt ta' ċens.", "Qed nagħmlu dan sabiex kemm jista' jkun ir-raħħal innaqqsulu mix-xogħol li jkollu jagħmel hu biex jiġbor l-informazzjoni ħalli hu jiddedika l-ħin prinċipali tiegħu għat-trobbija ta' l-annimali u mhux jinħela biex jiġbor l-informazzjoni kollha.", "Ovvjament ammont ta' xogħol min-naħa tar-raħħal irid isir, imma l-ministeru se jgħin sabiex inkunu f'sitwazzjoni li ngħinu lir-raħħal jiġbor l-informazzjoni meħtieġa sabiex ikun jista' jsir il-kuntratt min-nutar tal-gvern għall-firma tal- kummissarju ta' l-artijiet u d-direttur ta' l-agrikoltura.", "Issa rrid nitkellem fuq l-applikazzjonijiet lill-MEPA u ngħid li ħafna drabi r-raħħal jirċievi r-risposta mingħand il-MEPA.", "Imma wieħed irid jifhem li meta r-raħħal jagħmel l-applikazzjoni, il-MEPA tkun trid tgħaddi dik l-applikazzjoni lil numru ta' entitajiet oħrajn f'pajjiżna.", "Per eżempju, trid tgħaddi dik l-applikazzjoni lid-dipartiment ta' l-agrikoltura u lill-awtorita` Maltija għar-riżorsi biex tieħu l-kummenti u l- konsiderazzjoni tagħha peress li llum din l-awtorita` hija responsabbli mill-qasam tal-kwalita` ta' l-ilma kif ukoll tal-kwalita` ta' l-ilma taħt l- art.", "Allura ħafna drabi l-MRA tesiġi li jkun hemm kondizzjonijiet osservati f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-immaniġġjar ta' l-iskart sabiex ma jkunx hemm kontaminazzjoni ta' l-ilma ta' taħt l-art.", "Dan il-proċess li jgħaddi quddiem il-MEPA jgħaddi għand diversi entitajiet u awtoritajiet oħrajn.", "Irrid inżid li biex nagħmlu l-ħajja tar-raħħal aktar faċli għamilna tliet affarijiet importanti.", "L-ewwelnett kien hemm id-deċiżjoni li kulmin kellu permess qabel l-1992 u dan jiġi biex ikabbar ir-razzett tiegħu jew jagħmel xi tibdiliet, mhux se jintalab jagħmel studju dwar l-impatt ambjentali meta jagħmel l-applikazzjoni.", "Dan għas-sempliċi raġuni li ġaladarba dan ir-raħħal għandu attivita` li ilha hemmhekk minn qabel l-1992, dehrilna li m'għandniex ngħadduh minn dan il-proċess ikkomplikat li ħafna drabi jiswa eluf ta' liri.", "Il-MEPA ddeċidiet li dawk li kellhom permess minn qabel l-1992, ikunu jistgħu jipproċessaw l-applikazzjoni tagħhom mingħajr il-ħtieġa ta' EIA imma xorta jkun irid isir waste management plan u mbagħad il-MEPA dan tibagħtu lill-awtorita` Maltija għar-riżorsi sabiex effettivament tara kif se jiġi maniġġjat l-iskart f'dak ir-razzett.", "Pero` f'dan il-każ wieħed dak il-pjan biss ikollu jagħmel u mhux l-EIA ukoll.", "Sur President, biex inkomplu ngħinu ħalli nagħmlu l-proċess iktar faċli għar-raħħal, xi tlieta jew erba' ġimgħat ilu, il-ministeru tiegħi ħareġ tender pubblika sabiex il-ministeru jixtri s-servizzi ta' kumpannija ta' periti biex tgħin lir-raħħala applikanti jagħmlu l-waste management plan.", "Jien perit, Sur President, u għax jien perit nifhem li hemm diffikultajiet meta r-raħħal jagħmel applikazzjoni u jmur għand perit.", "Dan għaliex il- periti huma mgħallma kif għandha tkun is-saħħa ta' l-istruttura u kif l- aħjar jitqassmu l-faċilitajiet imma m'għandhomx in-knowledge ta' kif tagħmel waste management plan.", "Ħafna drabi l-MEPA, għax tkun mitluba mill- awtorita` Maltija għar-riżorsi, titlob li l-perit jagħmel id-dettalji tal- waste management plan fir-razzett u hemm periti li lanqas biss ikunu jafu kif jibdew biex jagħmlu dan il-pjan.", "Allura mingħajr ma norbtu idejn ir- raħħal li jrid bilfors imur għand din l-azjenda ta' periti biex tagħti dan is-servizz, aħna qed noffru dan is-servizz lir-raħħal biex, jekk irid, juża din l-architectural firm b'nies tekniċi u kompetenti fil-qasam tal-waste management li jkunu jistgħu jagħmlu l-applikazzjoni tagħhom għal titjib jew saħansitra tkabbir tar-razzett tagħhom.", "Sur President, għamilna ħaġa oħra biex niffaċilitaw kemm jista' jkun ix- xogħol li għandu bżonn ir-raħħal u nnaqqsulu l-burokrazija.", "Għamilna kumitat konġunt bejn il-MEPA u n-nies tekniċi responsabbli mill-agrikoltura u mit-trobbija ta' l-annimali tal-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent sabiex flimkien jaraw l-applikazzjonijiet tar-raħħala u jiffaċilitaw kemm jista' jkun il-proċess.", "Issa jekk tistaqsini jekk wasalniex, ngħidlek li ma wasalniex totalment, imma kien hemm titjib qawwi fil-konsultazzjoni konġunta bejn dawn iż-żewġ entitajiet biex innaqqsu l- burokrazija jew il-ħela ta' żmien għar-raħħal.", "Sur President, nikkonkludi billi ngħid li nittama li fil-ħin li kelli tajt spjegazzjoni ta' l-intenzjoni ta' din ir-riżoluzzjoni.", "L-intenzjoni tagħna hija ċara u cioe` li lir-raħħal nagħtuh iċ-ċans sabiex ir-razzett tiegħu jottjeni fuqu kuntratt ta' ċens ta' 50 sena u jekk irid jista' jġeddu u b'hekk nagħtuh sigurta` u serħan tal-moħħ li l-attivita` tiegħu, jista' mhux biss jagħmilha llum imma jista' jagħmilha wkoll għada b'uliedu jew membri oħrajn tal-familja tiegħu.", "Jien nittama li l-ispjegazzjoni li tajt kienet suffiċjenti għan-naħa ta' l-oppożizzjoni biex tifhem l-iskop ta' din ir-riżoluzzjoni u nittama li meta niġu biex nikkonkludu, inkun f'pożizzjoni wkoll li nkun nista' niċċara aktar il-pożizzjoni u l-intenzjoni ta' din ir- riżoluzzjoni abbażi ta' dak li l-membri ta' din il-Kamra jgħidu fuq din ir- riżoluzzjoni.", "Nirringrazzjak.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Insejjaħ issa lis-Segretarju Parlamentari Anthony Abela.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Sur President, naħseb li l-ispjegazzjoni li ta l- Ministru Pullicino tant kienet in layman's terms li żgur ħadd ma jista' jiġi bl-iskuża li jew ma fehemx il-benefiċċji jew aktar u aktar ma fehemx il-limitazzjonijiet.", "Jien u diversi membri oħra taż-żewġ naħat tal-Kamra niġu minn inħawi fejn hemm element sostanzjali ta' nies li jew huma involuti fl-agrikoltura jew huma involuti fit-trobbija ta' l-annimali jew inkella huma involuti f'affarijiet li għandhom x'jaqsmu ma' l-agro-industrija jew sajd.", "Dan li qed nitkellmu fuqu issa huwa pass ieħor fil-ħidma ta' dan il-gvern fejn il- kliem li jgħid jagħmilhom fatti.", "Jien ilni ħajti kollha nisma' dwar dan is- suġġett u niftakar lill-bdiewa u lir-raħħala jiġu għand missieri, li kien deputat fl-istess distrett, jilmentaw dwar il-fatt li l-proprjeta` li jaħdmu fiha hija bi qbiela u ħaddieħor, għal skopijiet u raġunijiet partikolari, jingħata l-faċilita` li jixtri.", "Dawn kienu jilmentaw li minkejja li kien qed jingħata ċ-ċans biex in-nies jifdu ċ-ċens tar- residenza tagħhom, dan l-istess ċans ma kienx qed jingħata lir-raħħala fuq l-irziezet tagħhom u li dawn baqgħu biss b'titolu ta' qbiela.", "Ovvjament dan it-titolu xorta jkun b'pussess mija fil-mija għax il-qbiela tkun il-kirja ta' proprjeta` agrikola pero` din għandha l-limitazzjoni tagħha għax la tista' tagħmel tajjeb biha biex tissellef il-flus mill-bank u lanqas tazzarda tagħmel ċertu żvilupp fiha għaliex it-tenure ikun minn sena għal sena għal perijodu li jidhirlu l-gvern li jkun aċċettabbli.", "Issa dan se jinbidel u lir-raħħal se nagħtuh arma f'idu sabiex jekk hu tassew irid jagħmel dak l-investiment li jidhirlu li huwa xieraq f'art li jew kienet tal-gvern jew inkella kienet tal-Knisja u llum hija amministrata mill-gvern bħala joint office, allura jista' japplika għal din il- konċessjoni u dik l-art tiġi tiegħu għal perijodu ta' żmien u jista' jagħmel tajjeb biha ma' l-entitajiet finanzjarji f'Malta.", "Apparti minn hekk, sabiex inħajru lil ulied in-nies imdaħħlin f'dan il-mestier ikomplu fejn iħallu l-ġenituri tagħhom, qegħdin ngħidu li sakemm din il-proprjeta` tibqa' tintuża għat-trobbija ta' bhejjem u attivitajiet relatati ma' dan, din il-konċessjoni tibqa' għaddejja.", "Fil-fatt il-ministru qal li jekk wara 50 sena, l-attivita` tkun għadha dik tat-trobbija ta' bhejjem u attivitajiet relatati magħha, din il-konċessjoni tiġġedded - għandi nifhem – skond ir-rata ta' l-inflazzjoni ta' dakinhar.", "Pero` min-naħa l-oħra huwa tajjeb li l-gvern se jkollu d-dritt jara li l- istess proprjeta` li qiegħda tingħata, tkompli tintuża għal skop agrikolu u għat-trobbija ta' l-annimali u mhux tispiċċa s-suġġett ta' spekulazzjoni ta' proprjeta` u li jinbidel l-iskop tagħha.", "Jien semmejt ukoll li hemm il-limitazzjoni għax l-enfitewsi se tingħata biss fuq il-parti li qed tintuża bħala razzett u ma tinkludix l-għelieqi.", "Mela għandna nispjegaw ċar li ma jistax jiġi bidwi, li huwa wkoll raħħal, u jippretendi li mar-razzett li se jingħatalu b'25ċ għal kull metru kwadru, ninkludulu wkoll l-art ta' l-għelieqi għax jgħid li din l-għalqa jużaha għal hekk u l-għalqa l-oħra jużaha mod ieħor.", "Sur President, qegħdin ngħidu wkoll li kull tomna art – ikun tajjeb li ngħidu li tomna hija 1,124 metru kwadru - li tintuża għal dan ir-razzett se jkollha ċens ta' inqas minn Lm300 fis-sena, prattikament inqas minn Lm1 kuljum u dan juri l-gvern mhux talli ma nesiex dan is-settur kif akkużawna imma talli qegħdin naħdmu għall-ġid tiegħu.", "Huwa veru li dan is-settur ġie affettwat xi ftit negattivament għaliex illum irid jikkompeti pero` min- naħa l-oħra meta wieħed iqis id-diversi għajnuniet li ħadna mill-Unjoni Ewropea għar-ristrutturar f'dan is-settur, kif ukoll l-ammonti ta' flus li ħareġ il-gvern minn rajh biex jagħti l-għajnuna lill-biedja, lit-trobbija ta' l-annimali u lis-sajd – dan huwa qasam li jikkonċerna 4% tal-GDP – wieħed jinduna li l-għajnuna li ngħatat f'dan il-qasam hi bil-wisq akbar minn għajnuna li ngħatat lil oqsma oħra.", "Sur President, qegħdin ngħidu li dawn it-378 raħħal - part-timers jew full- timers – se jkollhom il-faċilita` li jużaw l-art tar-razzett tagħhom bħala garanzija biex jakkwistaw finanzjament għall-irranġar u immodernizzar tar- razzett tagħhom u għax-xiri ta' għodod u attrezzi sabiex huma jtejbu l- pożizzjoni tagħhom u jkunu iżjed kompetittivi fix-xogħol tagħhom.", "Din hija xi ħaġa li qabel ma setgħux jagħmluha għaliex il-maġġoranza ta' dawn in- nies kienu jaħdmu f'irziezet li ma kenux proprjetarji tagħhom.", "Illum din l-anomalija qegħdin noqtluha.", "Kif qal il-ministru, dawn ir- raħħala se jiġu megħjuna min-nies tad-dipartimenti sabiex jimlew dawn il- formolarji.", "Ovvjament kull applikazzjoni trid tiġi studjata ħalli wieħed jassigura li minn japplika jkun verament persuna liċenzjata u li tikkwalifika għal din l-għajnuna.", "Wara li jsir dan, dawn in-nies iridu jmorru għand il-MEPA sabiex iġibu l- permessi neċessarji biex dan l-iżvilupp isir skond il-pjan ta' struttura ta' dan il-pajjiż u skond il-liġijiet u r-regolamenti sanitarji.", "Hawnhekk irrid niftaħ parentesi u ngħid li ż-żmien fejn ikollna xi cowboys li jmexxu dawn l-irziezet u li jagħmlu li jridu mingħajr ma jimxu u jobdu l- liġijiet sanitarji spiċċa.", "Per eżempju, diġa` ngħata moratorium għal darba, tnejn, tlieta sabiex kulħadd jiġi in line u issa se naraw li kull min jopera f'dan is-settur, jopera taħt regolamenti stretti, regolamenti dwar kif għandhom jinżammu l-annimali, x'jiġu mitmugħa u x'kura jieħdu.", "Ovvjament dawn il-fatturi jaffettwaw il-prodott li se jasal għand il- konsumatur u li se jixtru l-familji tagħna.", "Wieħed irid iqis ukoll li ftit snin ilu l-gvern ukoll ta biċċa art li tiswa l-miljuni lil dik l-entita` li tieħu ħsieb l-ipproċessar tal-ħalib fil-Ħamrun.", "Din ingħatat prime site sabiex tkun tista' topera minnha miċ-ċentru tal-pajjiż u b'hekk jeħfief il- proċess ta' distribuzzjoni tagħha.", "Sur President, il-ministeru għalxejn jagħmel ir-riklamar biex nixtru l- prodott ġenwin Malti jekk aħna ma narawx li l-produttur verament jipproduċi prodott ġenwin.", "Dan il-prodott għandu jikkompeti mhux biss fil-prezz imma fil-kwalita` mal-prodotti li jistgħu jiġu mportati minn barra l-pajjiż.", "Aħna bħala gvern ħadna ħsieb ukoll li f'każ li prodott li jiġi mportat ikun theddida għall-għajxien tar-raħħala tagħna, allura aħna nintervjenu sabiex nagħmlu l-limitazzjonijiet meħtieġa.", "Aħna ma rridux li jiġi mportat kollox b'mod li jkisser is-settur domestiku tagħna.", "Pero` jien ċert li r-raħħal Malti huwa raħħal bil-għaqal, huwa raħħal li kapaċi jieħu ħsieb in-negozju tiegħu u jimmaturah u jħares lejh bħala l-futur ta' l-għajxien tiegħu u tal- familja tiegħu.", "Ikun tajjeb li ngħid li apparti l-għajnuna finanzjarja mill-Unjoni Ewropea li diġa` gawdew u se jgawdu minnha dawn ir-raħħala, il-gvern qed jagħmel dan il-pass ulterjuri li jagħti dan iċ-ċens – bħalma għamel ma' diversi għaqdiet oħrajn fosthom għaqdiet sportivi u NGOs li ma jaħdmux għall-qligħ - bi prezz baxx lir-raħħala u jekk din l-art tkun amminsitrata sew, din se trendi ħafna.", "Din hija arma oħra li tgħin lill-bidwi jgħin lilu nnifsu.", "Barra minn hekk nafu li l-gvern jgħin ukoll b'sussidji ta' self li jingħataw lil diversi raħħala u bdiewa sabiex dawn jirranġaw l-affarijiet tagħhom.", "Fil-kondizzjonijiet li qegħdin insemmu f'dan il-kuntratt qegħdin ngħidu li r-raħħala se jkunu responsabbli għall-ispejjeż ta' l-iżvilupp pero` fejn jikkwalifikaw għal għajnuna minn diversi skemi fi ħdan l-Unjoni Ewropea jew skemi lokali, xorta se jkunu jistgħu japplikaw għalihom pero` l-istess raħħal se jkollu dritt li jittrasferixxi l-proprjeta` lil ħaddieħor bl- approvazzjoni tal-kummissarju ta' l-art u l-ministeru responsabbli għall- agrikoltura.", "Ma morniex lura għal żmien il-fewdu fejn in-nies qed ngħidulhom li qed nagħtuhom entita` biex jużawha u jaħdmuha imma jekk jinqala' xi ħaġa u ma jkunux jistgħux ikomplu jew inkella tkun ġiethom opportunita` biex jagħmlu xogħol ieħor, dawn se jitilfu kulma jkunu bnew.", "Aħna qegħdin ngħidu li sakemm dawn isibu nies oħrajn li jkunu lesti li jidħlu għall-istess tip ta' xogħol u jużaw dik il-proprjeta` għall-istess skop, dawn jistgħu jgħaddu dik l-art lil ħaddieħor.", "Hawnhekk qegħdin niddeterminaw l-iskop ta' l-art li se tingħata b'ċens.", "Dik hija l-unika limitazzjoni li qegħdin nagħmlu lil dawn in-nies li se jingħataw il- faċilita` li jakkwistaw il-proprjeta` tagħhom b'ċens.", "Qegħdin ngħidu li t- trasferiment isir bl-approvazzjoni tal-kummissarju ta' l-art u tal- ministeru responsabbli mill-agrikoltura biex filwaqt li dawn jivverifikaw li min ikun se jieħu l-art ikun se jużaha għal dan l-iskop, fl-istess ħin inkunu nistgħu nassiguraw li dan it-tip ta' mestier jibqa' jsir fl- ekonomija Maltija u din tibqa' tiġġenera dak li qed tiġġenera llum u possibbilment anke tkun f'sitwazzjoni li tiġġenera aktar milli ġġenerat sal- lum.", "Ovvjament jekk jinkisru l-kondizzjonijiet ta' din il-kirja l-kummissarju ta' l-art jirriżerva d-dritt li jittermina ċ-ċens.", "M'għandniex nippretendu, bħalma ġara f'ħafna każi fl-antik, li tipperpetwa ruħha s- sitwazzjoni fejn nies kienu japplikaw għal biċċa art sabiex jagħmluha razzett u mbagħad din jispiċċa tintuża bħala villa jew saħanistra japplikawlek għal permess għal xi restaurant jew xi negozju ieħor fuq l- istess proprjeta`.", "Ladarba għandna dawn il-każi, il-gvern irid jieħu l- prekawzjonijiet meħtieġa sabiex dawn ma jerġgħux jiġru u effettivament l- art tintuża għal dak l-iskop li tingħata u għall-ebda skop ieħor.", "Rigward dak li għandu x'jaqsam ma' x'għandhom bżonn in-nies biex japplikaw għal din l-iskema li ħierġa rrid ngħid li dawn għandhom bżonn imorru l-land registry, iġibu pjanta u l-perit jimmarka l-area u l-footprint.", "Hemm bżonn ukoll ta' dikjarazzjoni li l-perit ikun mar fuq il-post u vverifika dawn l- affarijiet kif ukoll dikjarazzjoni ta' nutar li kull kirja li kien hemm fuq l-art tkun ġiet imneħħija u jekk wieħed ikun applika taħt xi skema oħra, jirrinunzja għal dak id-dritt basta jingħata ċ-ċens ta' dik il-parti tal- proprjeta` li jkun irrinunzja għal kirja relattiva u li kull bniedem irid jagħmel tajjeb għal dawk in-nuqqasijiet li jista' jagħmel fl-applikazzjoni tiegħu.", "Naħseb li għar-raħħal in bona fide m'għandux ikun hemm problemi u naħseb li b'din se nagħlqu kapitlu twil ta' diskussjonijiet.", "Naħseb li fl- aħħar irbaħna din l-isfida wkoll.", "Nemmen li ż-żewġ naħat ta' din il-Kamra se jivvotaw favur skema bħal din għax minkejja li Malta kapaċi timporta l- prodotti in kwestjoni, aħna għandna iżjed għal qalbna l-prodotti li jiġu magħmula f'dan il-pajjiż.", "Dan it-tibdil kien neċessarju għax ir-ristrutturazzjoni trid investiment sostanzjali u ħadd ma kien se jinvesti b'mod sostanzjali fi proprjeta` li mhix tiegħu u li tista' tittieħed minn sena għall-oħra.", "Pero` wasal iż- żmien li n-nies li se jaħdmu f'dawn is-setturi jkunu qegħdin jaħdmu fi proprjeta` li tibqa' tagħhom u li ma titteħidx mill-ebda entita` u bil- kapriċċ ta' l-ebda gvern u ta' l-ebda bniedem li jkollu s-saħħa governattiva.", "B'dan il-mod qegħdin inserrħu moħħ l-għaqdiet li jirregolaw lil dawn ir-raħħala u moħħ min jopera f'dan is-settur taħt ir-regolamenti internazzjonali ta' iġjene, ta' ambjent, ta' kif għandha ssir it-trobbija u ta' kif għandha ssir il-qatla, li l-art ħadd m'hu se jeħodhielhom.", "Sur President, jien nemmen li jekk minn dawn it-378 raħħal, żewġ terzi minnhom jaħdmu fuq proprjeta` li sidha huwa l-gvern, dawn kollha, bla eċċezzjoni, sejrin japplikaw għal din il-konċessjoni.", "Il-gvern ipprova, kemm jista' jkun, jagħmel streamlining sabiex dawn l-applikazzjonijiet jinħadmu f'qasir żmien u nisperaw li fi żmien ftit xhur, dawn in-nies jibdew igawdu minn din il-konċessjoni.", "Sur President, aħna nafu li fl-Unjoni Ewropea jingħataw ammonti kbar ta' flus sabiex isir ir-ristrutturar u aħna l-pajjiżi ġodda nitilgħu għal- livell li qegħdin fih il-pajjiżi l-oħra ta' l-Unjoni Ewropea.", "Hawnhekk ikun tajjeb li wieħed isemmi li Malta reġgħet ikkwalifikat biex tkun taħt Objective 1 u allura għandna ċ-ċans li nkomplu nissieltu sabiex nibbenefikaw minn għajnuniet oħra f'dan is-settur.", "Ta' min igħid pero` li kieku Malta ma sseħbitx fl-Unjoni Ewropea, ma konniex ningħataw il-euro 89 miljun bħala għajnuna lill-bdiewa u lir-raħħala ta' pajjiżna.", "Sur President, jien nagħlaq id-diskors tiegħi billi nawgura li din l-iskema tiġi eżerċitata bis-sħiħ minn kulmin japplika għaliha.", "Nemmen ukoll li kull membru li hawn hawn ġew li għandu għall-qalbu l-ħidma ta' dawn in-nies se jkun lest li jagħti l-għajnuna tiegħu sabiex dawn ir-raħħala japplikaw bl-inqas diffikulta` u jibbenefikaw mill-iskema kemm jista' jkun malajr sabiex huma jsiru sidien tal-proprjeta` li jaħdmu fiha.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joseph Brincat.", "ONOR.", "JOSEPH BRINCAT: Sur President, qed nitkellem f'din il-Kamra għax ġie deċiż li jien nagħmel shadowing ta' dawk l-affarijiet li għandhom x'jaqsmu ma' l-artijiet pero` qomt aktar bi pjaċir, biex nitkellem fuq il- memorji li għandi tat-trobbija tiegħi man-nanniet tan-naħa ta' ommi li kellhom ir-razzett u kellhom il-bhejjem.", "Jien għext għal żmien mhux ħażin id-diffikultajiet ta' min għandu r-razzett u l-bhejjem u meta jinqalgħulhom il-problemi dawn in-nies, id-daqqa ta' ħarta jħossuha sew.", "Biżżejjed wieħed igħid li min ikollu razzett m'għandux holidays u tista' ddum tagħmillu festi pubbliċi għax dan, bħal ċerti kumpanniji, irid jaħdem 24 siegħa kuljum għal sebat ijiem fil-ġimgħa.", "Hemm proverbju Malti li jgħid li \"tfal u bhejjem għali dejjem\".", "Fil-fatt għal min ikun qed irabbi l- annimali dawn huma l-mezz ta' l-għajxien tiegħu u tal-familja tiegħu u għalhekk is-saħħa tagħhom hija importanti ħafna.", "L-Onor.", "Anthony Abela semma l-Unjoni Ewropea.", "Kieku tafu f'liema sitwazzjoni ta' stress u uġigħ ta' ras kbir jinsabu fih dawk li għandhom l- irziezet, tikkonkludu li hija sitwazzjoni tal-biki u allura kull għajnuna li jingħataw dawn l-imsieken hija tajba.", "Illum dawn in-nies, minħabba r- regolamenti li hemm ta' l-Unjoni Ewropea, spiċċaw f'sitwazzjoni fejn iridu jagħmluha ta' spetturi tas-sanita` u ta' accountants u l-paperwork li għandhom huwa kbir.", "Sur President, dan qed ngħidu għaliex proprju ftit tal-ġranet ilu kont qiegħed nitkellem ma' wieħed minn dawn in-nies li huwa bniedem brillantissimu, b'mentalita` moderna u li studja barra minn Malta u dan xorta waħda qiegħed jgħid li fis-sitwazzjoni kif inhi llum, minflok ix- xogħol li suppost jagħmel, qed jispiċċa jagħmel il-paperwork għax dan żdiedlu b'ammont konsiderevoli.", "Tistgħu timmaġinaw f'liema diffikulatijiet se jispiċċaw dawk li m'humiex kapaċi jagħmlu dan il-paperwork huma.", "Dawn in- nies m'humiex neċessarjament l-aktar nies li jkollhom it-teknika tal-kitba għax dawn għandhom teknika oħra u peress li ġewwa pajjiżna mhux neċessarjament se nsibu li dawn in-nies li għandhom l-irziezet, ikunu marru wkoll fir-razzett l-ieħor ta' l-universita` biex jieħdu d-diploma fil- management u affarijiet bħal dawn, dawn in-nies se jkollhom diffikultajiet kbar biex jagħmlu dan il-paperwork kollu!", "Jekk ma nkunux realistiċi dwar dan inkunu qed nidħku bin-nies.", "Ir-raħħala jafu bil-problemi li għandhom u iva, hemm problemi anke bil- liġijiet ta' pajjiżna.", "Ħafna drabi, fil-ħajja professjonali tiegħi, kelli niddefendi nies li l-ewwel kellhom razzett b'distanza minn żoni residenzjali kif trid il-liġi imma mbagħad beda jinbena bini ġdid u dan ir- razzett spiċċa viċin wisq dan il-bini residenzjali ġdid u s-sidien tagħhom kienu jsibu ruħhom fid-diffikultajiet.", "Issa fir-riżoluzzjoni li qegħdin niddiskutu se jiddaħħal dan il-paragrafu li jgħid hekk:", "''Fil-paragrafu 4 ta' l-Iskeda annessa ma' l-Att dwar it-Trasferiment ta' Artijiet tal-Gvern (Kap. 268) minnufih wara sub-paragrafu (c) tiegħu għandu jiżdied is-sub-paragrafu segwenti:", "\"(d) jekk tikkonsisti f'art li tiġi mogħtija għal ħamsin (50) sena għall-irziezet lil raħħala liċenzjati biex irabbu l-majjal u/jew il- baqar.\".", "Jien ma nafx jekk it-trobbija tal-majjali u tal-baqar jistax isir fl-istess razzett.", "Jien mingħalija li l-irziezet tal-majjali jridu jkunu assolutament distinti mill-irziezet tal-baqar minħabba xi problemi li jkun hemm jekk ma jkunx hekk.", "Diġa` kellna esperjenza ġewwa pajjiżna ta' mard importat fil-majjal u x'diffikultajiet jippreżenta.", "Jien dak iż-żmien kont mort Kuba fejn kellu jibda jinqatel il-majjal kollu u kellhom jerġgħu jibdew mill-ġdid f'din l-industrija.", "Għalhekk qiegħed inqajjem din il-mistoqsija għaliex id-drafting tagħha jgħid li trabbi fl- irziezet \"il-majjali u l-baqar\".", "Jekk ikun hemm miktub \"jew il-baqar\" nifhimha imma jekk tgħidli \"u l-baqar\" meta mbagħad skond ir-regolamenti mhux suppost li fir-razzett tal-majjali jkollok il-baqar ukoll, allura wieħed għandu jikkjarifikaha din.", "Hawnhekk m'aħniex qed nitkellmu fuq kwestjoni ta' prinċipju.", "Sur President, ħaġa oħra li nixtieq preċiżjoni fuqha hija din.", "Hawnhekk qed jingħad \"jekk tikkonsisti f'art li tiġi mogħtija għal ħamsin sena għall- irziezet\".", "Taħt liema titlu se tingħata din?", "(Interruzzjonijiet) Mela hawnhekk għal ħamsin sena konċessjoni enfitewtika.", "MR SPEAKER: Il-Ministru, bil-permess ta' l-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Sur President, din ir-riżoluzzjoni ssemmi paragrafu 4 ta' l-iskeda annessa ma' l-Att dwar it-Trasferiment ta' l- Artijiet tal-gvern, Kap. 268, li hija kollha relatata mal-policy on the transfers of goverment land.", "Fil-fatt jekk issib l-iskeda tara li l- paragrafu 4 tagħha jgħid hekk:", "\"Government land maybe transferred by title of emphyteusis.\".", "Imbagħad għandek sub-paragrafi (a), (b) u (c) u issa se ndaħħlu d-(d) li jirrigwarda l-każ ta' meta tagħti razzett b'ċens għal perijodu ta' 50 sena.", "ONOR.", "JOSEPH BRINCAT: Sur President, hija ċara biżżejjed li l-art se tingħata b'enfitewsi temporanja għal 50 sena.", "Meta inti tagħti l-enfitewsi tkun qiegħed tagħti d-dominju fuq l-art.", "Jekk wieħed jara l-istitut ta' l-enfitewsi ...", "Fil-fatt riċentement f'sentenza tal-Prim'Awla tal-Qorti Ċivili f'sede kostituzzjonali, l-Imħallef Valenzia daħal fuq x'inhi effettivament l-enfitewsi.", "L-enfitewsi hija d-dominju li wieħed jagħti fuq l-art.", "Jekk ma jkunx hemm kondizzjonijiet u dawn il- kondizzjonijiet ikunu magħrufa - dan qiegħed ngħidu b'rabta mal-kapitlu 268 - dak li wieħed jieħdu b'razzett se jkun marbut sakemm tinżamm il-liċenzja għand min hu jew għand ħaddieħor?", "Qed ngħid dan għaliex hemm ċerti regoli fl-enfitewsi li ma tistax tidderoga minnhom u hemm kondizzjonijiet oħra fejn il-partijiet jistgħu jiftiehmu.", "Allura dawk il-kondizzjonijiet li l- partijiet jistgħu jiftiehmu fuqhom, ladarba l-art tkun qed tingħata b'enfitewsi temporanja, jistgħu jiġu osservati.", "Sur President, filwaqt li hija ħaġa tajba li se jkun hemm l-opportunita` li jingħataw dawn l-irziezet, nittama li r-raħħala ma jinqabdux bejn morsa u oħra, jiġifieri bejn il-morsa li qed tagħtihom l-art u l-morsa li fuq dik l- art ma jistax joħroġ permess għall-bini.", "Allura jkun għaqli li dawn l- affarijiet jiġu riżolti qabel ma tingħata l-art biex ma niġux f'sitwazzjoni fejn wieħed jingħata l-art u mbagħad minħabba xi raġuni jew oħra jiskopri li ma jistax jibni.", "Nevitaw is-sitwazzjoni fejn il-lands tagħtih l-art u l- MEPA tgħidlu li skond il-policies u skond ir-regolamenti, ma tistax tibni r- razzett.", "Per eżempju jista' l-Ministru Pullicino jgħidli jekk hux se jingħata bini eżistenti għall-użu ta' rziezet ?", "MR SPEAKER: Il-Ministru, bil-permess ta' l-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Fid-diskussjoni li saret bejn il-ministeru tiegħi u l-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern responsabbli ovvjament mill- immaniġġjar ta' l-artijiet tal-gvern ġie deċiż li jkunu esklużi dawk l- irziezet li huma in proximity taż-żona urbana sabiex ovvjament ma jkunx hemm ċans ta' spekulazzjoni ta' l-art.", "ONOR.", "JOSEPH BRINCAT: Imma jien mhux fuq spekulazzjoni kont qed nitkellem.", "Jien kont qed nistaqsi jekk hux se tingħata art jew bini.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Fuq bini se jingħata wkoll.", "Aħna qed nitkellmu fuq l-art li hemm bżonn għat-trobbija ta' l-annimali.", "Pero` ovvjament jekk hemm il-bini ta' strutturi għat-trobbija ta' l-annimali, l-art ta' dawk l- istrutturi hija nkluża wkoll.", "ONOR.", "JOSEPH BRINCAT: Jekk wieħed jara l-istandards ta' l-Unjoni Ewropea fuq l-irziezet jinduna bil-kwantita` kbira ta' requirements li hemm, anke fuq l-irziezet li huma approvati, aħseb u ara jekk bħalma ġara fl-imgħoddi, nagħtu xi fortizza għat-trobbija ta' l-annimali.", "Hemmhekk bilfors se jkun hemm development.", "Issa l-ministru li hu perit jifhem aktar minni li din taqa' taħt l-artiklu 36 ta' l-Att dwar il-MEPA.", "Qed ngħid dan biex ma jinħolqux id-diffikultajiet wara li jkun sar it-trasferiment ta' l-art u għalhekk dawn għandna nipprovaw insolvuhom qabel ma jinħolqu.", "Mhux sewwa li lil wieħed tgħidlu li se taqilgħu mit-tali post għax ikun qiegħed ħdejn in-nies.", "Jekk hemm bżonn tiġi emendata l-liġi nemendawha u ngħidu li ladarba l-gvern stess qed jagħtihom l-art għar-razzett, kulma jkollhom bżonn jagħmlu huwa d-DNO u joqogħdu għar-regolamenti li hemm.", "Dan jista' jiġi xi ħadd u jgħid li f'art partikolari hemm il-katakombi imma ma nistgħux immissu l-art għaliex inkella nagħmlulhom il-ħsara.", "Daqshekk hu faċli li wieħed isallab lill-ieħor.", "Apparti minn hekk, aħna nafu kif jitla' l-bini.", "Bħalissa qed niftakar f'razzett f'San Ġwann, fejn beda tiela' l-bini minn kullimkien u r-razzett spiċċa fin-nofs.", "Skond ir- regolamenti dan huwa irregolari u s-sid tar-razzett ma' jista' jagħmel xejn ħlief li jiġi mċaqlaq għal post ieħor, b'diffikultajiet kbar għalih.", "Issa skond id-definizzjoni li kien hemm fil-liġi, il-post ikun ikkonsidrat bħala abitat jekk joqogħdu 200 ruħ fih.", "Dan kien biżżejjed biex ħafna nies spiċċaw quddiem il-qrati u rtirawlhom il-permess.", "Issa skond m'hu qed jgħid il-ministru dawn se jkunu 'l bogħod mill-abitat u hawn naqbel.", "La se jkunu 'l bogħod mill-abitat, il-probabbilta` hi li dawn se jkunu binjiet ġodda f'areas li ma kenux intenzjonati għall-iżvilupp.", "Issa ovvjament dawn se jkollhom skop agrikolu u allura l-MEPA tista' tagħti permess taħt l-ODZ allavolja jkun outside development zone.", "Issa jekk il- parlament qed jiddelega lill-ministru responsabbli l-poter biex fejn ikun hemm bżonn ta' razzett jagħtih u peress li ħafna affarijiet għandhom standard rules ta' kif irid isir dan ir-razzett, se jkun hemm il-bżonn li nagħmlu l-proċedura kollha tal-MEPA for each individual case?", "Ma jaħsibx il-ministru li jkun aktar għaqli li ssir emenda li in these cases, ladarba naħa tagħtih il-permess – wara li jkollha d-disinn u l-informazzjoni kollha meħtieġa – in-naħa l-oħra trid tagħtih il-permess ukoll?", "MR SPEAKER: Il-Ministru, bil-permess ta' l-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Sur President, l-Onor.", "Joseph Brincat irid jifhem punt importanti.", "Mill-1994 'il hawn il-proċedura addottata hija li inti ġġib il-permess mingħand il-MEPA u l-gvern imbagħad jagħtik il-konċessjoni u mhux bil-kontra.", "Din taħdem billi wieħed l-ewwel iġib il-permess tal-MEPA u mbagħad japplika biex jieħu l-konċessjoni ta' l-art mingħand il-gvern.", "ONOR.", "JOSEPH BRINCAT: Din mhix loġika!", "Ejja nneħħuha għaliex ma tagħmilx sens!", "Qed ngħid dan għax meta jien se napplika biex nagħmel razzett, l- ewwel ħaġa li rrid nagħmel hija site plan.", "Issa jien se napplika fuq site plan meta ma nafx x'art se jagħtini l-gvern?", "Allura jien nista' nagħżel post fejn il-baqar tiegħi jkollhom veduta sabiħa bħall-fortizza tal-Mistra, inġib il-permess tal-MEPA u mbagħad immur fuq il-gvern u ngħidlu biex jagħtini l-art ħalli nagħmilha razzett?", "Huwa l-gvern li għandu r- responsabbilta` fuq kif tintuża l-art iżjed milli l-MEPA u allura huwa jrid jiddeċiedi fejn irid jagħti jew le.", "Irridu nkunu wkoll realistiċi.", "Fejn qabel in-nies kienu jgħixu fl-irziezet, illum m'għadhomx u għalkemm jgħaddu ħafna żmien ġo fih, dawn ikollhom ir-residenza privata tagħhom li ma tkunx neċessarjament bieb ma' bieb mar-razzett imma jaf tkun ftit 'il bogħod.", "Allura lil wieħed mill-area ta' bejn Ħaż-Żabbar u ż-Żejtun ma tistax tagħtih xi farm wara l-lukanda ta' Għajn Tuffieħa għax hemmhekk ikun 'il bogħod wisq.", "Irridu nifhmu li r-raħħala jridu jkunu joqogħdu viċin fejn se jingħataw dawn il-postijiet.", "L-ewwel eżerċizzju li jrid isir hu dak li l-lands department jiddefinixxi fejn se jkun hemm dawn l-irziezet inkella se nibqgħu b'din is-sitwazzjoni fejn raħħal imur għand il-MEPA u jgħidilha li beħsiebu jiżviluppa area partikolari f'razzett.", "Dawn jiktbu lill-Lands for their comments u dawn ikollhom xahar żmien biex jirrispondu jekk ikollhomx objection jew le.", "Jekk igħaddi xahar u ma jkunx hemm risposta, allura jkun ifisser li ma jkunx hemm objection u jkomplu jipproċessaw l-applikazzjoni.", "Wara li jipproċessaw kollox, imorru fuq ir-raħħal u jgħidulu: Inti x'fettillek mort tapplika fuq dik l-area, hemmhekk hemm proġett ta' hekk, hekk u hekk!", "Hekk jista' jiġri!", "Mela ejja ħalli nirranġawha din.", "Ir-raħħala ġenwini la għandhom żmien x'jaħlu u lanqas jifhmu fil- burokrazija li għalihom hija assolutament ħela ta' żmien.", "Jien fil- professjoni tiegħi jkolli x'naqsam ma' raħħala u dawn għalihom il-ħin huwa prezzjuż.", "Mhux l-ewwel darba li, per eżempju, igħiduli li ma jistgħux jiġu f'dak il-ħin għaliex ikunu qed jaħilbu jew għax ikun il-ħin ta' l-għalf.", "Allura lil dawn in-nies ma tistax tgħidilhom biex imorru 'l hawn u 'l hemm.", "La qed nagħmlu xi ħaġa biex niffaċilitawlhom l-affarijiet, let's take another step forward.", "Għalhekk lill-ministru nistaqsih: Jista' jsemmi l- areas li l-lands lest li jiddispensa minnhom?", "Għallinqas wieħed ikun jaf li fejn se japplika għall-permessi se jkun available.", "Veru jew mhux veru li llum hemm ħafna standard rules ta' kif trid tkun il-bitħa fejn ikun hemm l- annimali, kif dawn iridu jkunu msaqqfin, kif jinġabar id-demel, kif jiġi meħud l-ilma u kif jingħasar l-iskart eċċ.?", "Tagħmel x'tagħmel dawk l- affarijiet se jiġu essenzjali biex ikollok razzett u dawn l-affarijiet qegħdin jidrawhom dawn in-nies biex ma naħsbux li dawn huma nies ta' wara l- muntanji.", "Per eżempji, dawn jafu li l-iskart irid ikun fih daqstant water content u mbagħad iridu jippakkjawh ħalli ma jkunx hawn infiltration fl- ilma tax-xorb u affarijiet bħal dawn.", "Mela hawnhekk għandek xi ħaġa standard li trid tiġi proċessata u ladarba tiġi proċessata, jgħaddu l-oħrajn kollha bħalha.", "Jien nixtieq li nieħdu pass ulterjuri fuq dan.", "MR SPEAKER: Il-Ministru, bil-permess ta' l-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Nixtieq nispjega lill-Onor.", "Brincat li r-raġuni prinċipali wara din ir-riżoluzzjoni huwa biex irziezet li diġa` għandna f'pajjiżna llum, li diġa` huma liċenzjati u li għandhom kuntratt ta' kirja mal-gvern, ikunu jistgħu jaqilbu l-kuntratt ta' kiri f'kuntratt ta' ċens ta' mhux inqas minn 50 sena, u dan ikun jista' jiġġedded.", "Dan hu l-ispirtu ta' din l-emenda għall-kapitlu 268.", "ONOR.", "JOSEPH BRINCAT: Sur President, meta staqsejtu lill-ministru qalli li dan jinkludi kemm bini li huwa eżistenti u kemm art.", "Jekk inti se tgħid existing structures u se tibdel it-title u minn kirja tagħmlu ċens, hemmhekk l-iktar ħaġa interessanti hija li jkun hemm kondizzjonijiet tal- kuntratt ta' ċens li bona fide dak li hawn prospettat hawnhekk jibqa' in kontinwita`.", "Għaliex?", "Għax inkella, nerġa' ngħid, wieħed jieħu post għar- razzett għax altrimenti ma jagħtuhx permess tal-bini.", "(Interruzzjonijiet) Imma dawk huma l-kondizzjonijiet li jsiru fil-kuntratt u bejn kuntratt u ieħor jista' jkun hemm varjazzjoni għaliex kull kuntratt per se stante.", "Aħna m'aħniex napprovaw tip ta' kuntratt u issa inqas u inqas għaliex tkun prerogattiva tal-ministru li jagħmel dan, jiġifieri nittama li dan isir għaliex imbagħad irid ikun ġust mal-poplu Malti.", "Għaliex il-gvern qed jagħti l-art b'ċens?", "Għaliex meta wieħed għandu kirja, dan jaqa' taħt l-artiklu 13 tal-kapitlu 69 u hemm artiklu simili fil- kapitlu 119 u meta tgħaqqadhom flimkien dawn, issib li ħafna nies li kellhom kirjiet mal-knisja spiċċaw marru ħażin meta ġew mal-gvern.", "Dan għaliex meta kienu taħt il-Knisja kellhom ċerti protezzjonijiet tal-liġi u taħt il-gvern m'għandhomx dawk il-protezzjonijiet.", "Billi tagħtihom l-art b'ċens, se tkun qed tagħtihom title li huwa aktar sod apparti l- kondizzjonijiet finanzjarji li m'iniex nidħol fihom jien.", "Jien qiegħed nidħol biss fuq l-aspetti legali u burokratiċi.", "Mela dawn ir-raħħala li se jieħdu razzett għal 50 sena ċens se jkunu ħadu titolu u jekk se jinvestu fih igħidulek li dan huwa ċens li jista' jiġġedded, kemm għalihom u anke għal ta' warajhom.", "Il-problema tkun jekk xi dipartiment jew il-MEPA jinterpretaw ir-regolamenti mod ieħor u jħalluhom bla permess.", "Ara ma taħsbux li qed nivvinta.", "Ġieli jiġri li jkollok żewġ każijiet wieħed kontradittorju għall-ieħor.", "Jien ma rridx dawn l-affarijiet għaliex inkella wieħed jieħu l-permess u l-ieħor ma jeħdux minħabba li wieħed jinterpretah mod u l-ieħor jinterpretah mod ieħor.", "Jien naħseb li dawn ir-raħħala li se jieħdu din l-art b'ċens se jkollhom ċerti obbligi u ċertu piż finanzjarju u allura iżjed u iżjed għandna nassiguraw li dawn ma jsibux ostakli fil-burokrazija u għalhekk qed nappella biex niffaċilitaw l- affarijiet.", "Jien m'iniex qed ngħid li r-razzett jibnihulu l-gvern imma dan ir-raħħal m'għandniex ngħadduh minn livelli oħra ta' burokrazija.", "Probabbilment il-Ministru Pullicino jaf li xi nies mill-MEPA ħarġu bl-idea brillanti dwar kif jistgħu jaħbu l-kruha ta' l-air-conditioners fit-toroq u bdew jagħtu l-pariri dwar dan ħalli ma toqgħodx tara spiritieri mdendlin mal-faċċata tal-bini - inkluż il-bini tad-dipartimenti tal-gvern - u ma toqgħodx tisma' l-ħoss tagħhom.", "Araw fi żmien il-kavallieri fil-Belt kemm kienu progrediti li diġa` kellhom l-air-conditioners għal barra.", "Issa dawn qed jibdluhom imma f'daqqa waħda xi ħadd qal li din tiġi development li taqa' taħt section 36 u trid full development permit.", "Jiġifieri ħaġa li mbuttata 'l quddiem l-awtorita` ġiet imwaqqfa mill-istess awtorita` għaliex dak li jkun irid japplika għal full development permit.", "Jien nibqa' skantat b'dawn l-affarijiet għax assolutament ma jagħmlux sens għalija.", "Issa hawnhekk qed nitkellem fuq tal-ħwienet u fuq id-dipartimenti li għandhom ċertu esperjenza fuq l-amministrazzjoni u l-burokrazija, imma jekk iddaħħal dan il-povru bidwi f'dan it-taħwid burokratiku, se tħawdu.", "Qed ngħid dan għax jekk dan se jieħu razzett għal 50 sena b'ċens skond ir- regolamenti ta' l-Unjoni Ewropea u dan imur biex jagħmel xi ħaġa, jistgħu jgħidulu: Le, ma tistax tagħmilha dik għax hemmhekk għandek faċċata li parti minnha fiha interess arkitettoniku u storiku.", "Minħabba f'hekk, dan ma jkunx jista' jibni dik il-biċċa u minħabba f'hekk jikser ir-regolamenti l- oħrajn u dan il-povru bidwi jispiċċa msallab u aħna mingħalina li nkunu tajnieh xi ħaġa biex ngħinuh.", "Għalhekk jien nappella sabiex niffaċilitaw il-burokrazija.", "Għal kull wieħed għandek il-measurements u allura għandek tieħu wieħed u tilbes bħalu għaliex dak ikun is-size tiegħek.", "Pero` billi nagħmlu din l-emenda biss se nkunu qed nagħtu biss poter diskrezzjonali lill-ministru li għandu x'jaqsam mal-lands - li llum qed jagħtih is-support kollu l-ministru ta' l- agrikoltura responsabbli mill-affarijiet rurali – u nispiċċaw f'sitwazzjoni fejn kulħadd ikollu repubblika għalih u jinterpreta kif ifettillu.", "Allura ejja neħilsuh dan il-konflitt għax dawn in-nies se jkollhom fuqhom il- mannara tar-regolamenti u jekk ma josservawhomx se jibdew jeħlu multi kbar u se jkunu responsabbli għal ħafna affarijiet.", "Ejja niftiehmu fuq standard u jekk xi ħadd jingħata l-permess ħadd ma jista' jeħodulu lura sakemm jaderixxi għar-regoli li jkun ftiehem fuqhom.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Noel Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Sur President, fit-tielet jum Alla ssepara l-ilma mill-art u minn dakinhar id-dinja bdiet tiddependi mill-kobor ta' l-art, irrispettivament jekk hijiex żgħira daqs il-gżira ta' Għawdex jew inkella kbira daqs il-gzira Awstraljana.", "Fuq l-art il-bniedem beda jipproduċi dak li jsostnih, jiġifieri l-ikel.", "M'hemmx dubju li din in-naħa tal-Kamra jkollha interess kbir biex tipparteċipa f'mozzjoni ta' din ix-xorta li hija favur ir-raħħala.", "Dan huwa dejjem aħjar milli niddiskutu, bħalma għamilna fl-imgħoddi, fuq artijiet li jittieħdu mill-bdiewa biex jingħataw għal xi fabbrika jew għal xi hotel bħal fil-każ tas-Seabank Hotel fejn 20 tomna mill-aħjar raba' saqwi ġew meħudha minn bidwi għal dan l-iskop.", "Meta f'dan il-parlament niddiskutu kif se nagħtu aktar support lill-bdiewa u lir-raħħala f'pajjiżna, inkunu qed insostnu mhux biss lil dawn in-nies imma lill-ogħla ġid komuni.", "Nixtieq nieħu din l-okkażjoni biex insellem lill-Ministri Laburisti li servew bħala ministri ta' l-agrikoltura fosthom lil John Cole, Pawlu Xuereb u Danny Cremona li llum ħallewna kif ukoll lill-Freddie Micallef u lill- Onor. Joe Debono Grech li kienu fost l-iktar ministri protagonisti fl- istorja ta' pajjiżna.", "Dawn taw kemm setgħu artijiet mhux biss lil min ikabbar il-bhejjem f'pajjiżna imma lil kull min ikabbar it-tjur u speċi oħrajn li minnhom tiddependi l-produzzjoni u l-industija tal-laħam abjad f'pajjiżna, bħall-fniek u d-dundjani.", "Dawn taw art oħra għall-biedja sabiex pajjiżna jħaddar u jiżviluppa l-produzzjoni ta' l-ikel frisk, bnin u naturali.", "Dan juri li bħala prinċipju l-partit Laburista jifhem li huwa importanti li nsostnu l-biedja tagħna.", "Naturalment hemm numru ta' riżervi li aħna nkunu rridu spjegazzjoni aktar dettaljata dwarhom fil-winding up tal-ministru.", "Per eżempju, għaliex qed nitkellmu fuq bidla hekk importanti u sensittiva u ma kienx hemm brief bejni, is-Segretarju Parlamentari Francis Agius u l- Ministru George Pullicino?", "Peress li dawn it-tnejn jirrappreżentaw in-new look tal-partit Nazzjonalista f'dan il-qasam, kont nippretendi daqsxejn bidla f'dan is-sens speċjalment għaliex il-partit tagħhom jiftaħar ħafna li qed issir din il-bidla.", "Jien nistqarr li kien ikun aħjar kieku n-naħa tal- gvern tatna ċertu analiżi dwar dan.", "Jien xtaqt nieħu l-opinjonijiet ta' xi raħħala u l-opinjonijiet ta' koperattivi li jirrappreżentaw ir-raħħala imma fi tmint ijiem ma jkunx possibbli li tagħmel dan kollu on a short notice.", "Allura jien nixtieq li jkollna daqsxejn ta' rendikont dwar x'intqal meta kkomunikaw mar-raħħala jew mar-rappreżentanti tagħhom u x'kienu l-kummenti pożittivi u negattivi li kellhom.", "Aħna nixtiequ nkunu nafu x'inhu t-timeframe tal-gvern fuq industriji oħra bħall-industriji tat-tjur u fuq l-industriji żgħar bħalma huma tal- mushrooms li naturalment jeħtieġu ċertu support biex ikunu jistgħu jwettqu ċerti żviluppi.", "Irridu nkunu nafu dan it-timeframe għax għalkemm jien napprezza l-ħidma li qed issir f'dan is-sens, is-sens komun igħidlek li inizjattivi bħal dawn misshom ġew fis-seħħ qabel ma Malta ssieħbet fl- Unjoni Ewropea ħalli jkun hemm il-proċeduri diġa` ingranati sabiex il- biedja tagħna tkun tista' tabilħaqq tikkompeti u ma tmurx lura kif nemmen li marret.", "Jissemmew ukoll is-sussidji.", "Fuq il-mezzi tax-xandir smajt li jekk, per eżempju, fl-industrija tat-tjur għandhom spiża ta' 20 ċenteżmu u l-gvern qed jagħtihom għajnuna ta' ċenteżmu, ma jfissirx li dik l-għajnuna hija biżżejjed biex din l-industrija tabilħaqq tagħmel l-iżvilupp li għandha bżonn tagħmel biex tkun kompetittiva.", "Dawn huma kollha fatturi li aħna qed nitolbu timeframe fuqhom anke għaliex inħossu li dawn qed jaqgħu lura u li l-miżuri li se jittieħdu – jekk se jittieħdu – se jittieħdu tard wisq.", "Jien infakkar li gvernijiet Laburisti minn dejjem għamlu dikjarazzjonijiet li se jagħtu raba' li tinħadem lill-bdiewa u raba' li tkun reklamata għaliex aħna nemmnu li aktar ma jkollna art għammiela f'pajjiżna, aktar nistgħu nilqgħu l-ilma tax-xita, aktar nistgħu nħaddru l-pajsaġġ Malti u aktar nistgħu nagħmlu lil Malta ħajja u attiva.", "Aħna ma rridux nitkellmu biss fuq il-burokrazija imma rridu nieħdu din l-okkażjoni biex inroddu ħajr lill-bdiewa u r-raħħala tas-sigħat twal ta' xogħol li jiddedikaw fl- irziezet u fuq l-uċuħ tar-raba' sabiex jipproduċu prodotti friski.", "Qed ngħid hekk għaliex ħafna drabi jsir eloġju fuq kemm qed nagħtu sussidji u ma jkollniex id-diċenza li ngħidu kemm il-bdiewa f'pajjiżna jiffrankaw flus lin-nazzjon u lil kull familja Maltija u Għawdxija.", "Il-gvern u l- kunsilli lokali f'Malta u Għawdex, biex jieħdu ħsieb ftit ġonna u ftit centre strips, jonfqu medja ta' Lm15 miljun fis-sena.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Il-Ministru, bil-permess ta' l-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Sur President, jekk l-Onor.", "Farrugia jara l- estimi ta' din is-sena jsib li għal dak li għandu x'jaqsam mal-private public partnership għal-landscaping il-gvern qed jivvota Lm2.6 miljun.", "Huwa importanti li nispjega li dawk it-Lm2.6 miljun jinkludu l-pagi kollha tal- ħaddiema li ġew trasferiti mid-dipartiment ta' l-agrikoltura.", "Rigward il- kunsilli lokali, jien m'iniex il-ministru responsabbli għall-kunsilli lokali imma safejn naf jien, il-kunsilli lokali joħorġu t-tenders għax- xogħlijiet u jitħallsu mill-voti li jkollu kull kunsill lokali.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Sur President, jien qed ngħid li n-nefqa, meta tikkalkolaha, tvarja bejn Lm10 miljun jew aktar f'sena u wieħed irid jifhem li kieku aħna jkollna nħallsu lill-bdiewa li jaħdmu 100,000 tomna fis-sena biex iħaddru l-pajsaġġ ta' Malta u Għawdex matul l-erba' staġuni tas-sena, din tiġina ħafna flus u allura wieħed irid ikollu d-diċenza li jgħid li huwa veru li dawn jiffrankawlna miljuni kbar ta' liri u ma jieħdu xejn u għalhekk hemm bżonn li nibdew nibbalanċjaw.", "Dan huwa mportanti li jsir, Sur President.", "Illum skond id-WTO, 60% tal-kummerċ fid-dinja huwa kummerċ li jikkonċerna l- ikel u x-xorb u wieħed ma jistax ikollu ikel u xorb jekk ma jkollux il- biedja u l-investiment li jirrikjedi dan is-settur.", "Sur President, il- familji Maltin u Għawdxin jafu li Lm60 minn kull Lm100 li jonfqu tintnefaq biex jinxtara l-ikel mis-supermarkets, mill-ħwienet tal-laħam, mingħand tal- ħaxix u l-frott, mill-grocers tagħna, mill-canteens, mir-ristoranti u mill- postijiet ta' divertiment.", "Mela meta aħna qegħdin nagħmlu u nitkellmu dwar l-investiment fis-settur tal-biedja ma rridux biss inpoġġu l-argument li l- biedja tirrappreżenta persentaġġ żgħir mill-prodott gross domestiku imma jrid ikollna l-kuraġġ, ġejjin minn liema entita` ġejjin, li ngħidu li l- biedja hija l-ikel u x-xorb għax jekk ma jkollokx zokkor u frott iffermentat la ssib bottijiet tal-frott, la se tixrob luminati u lanqas se tixrob alkoħol Jiġifieri meta qed nitkellmu fuq il-biedja rridu dejjem inżommu f'moħħna l-importanza strateġika tagħha li minbarra li trid titma' lill-400,000 ruħ, trid titma' wkoll lil miljun turist.", "Huwa importanti li l-gvern jgħid meta se jerġa' jġib mozzjoni bħal din li tinkludi wkoll ir- raħħala li jieħdu ħsieb it-tjur u l-fniek li huwa wieħed mill-prodotti tradizzjonali ta' dan il-pajjiż.", "Dan is-settur jinfluwenza l-ekonomija fis- sensi kollha għax m'hemmx biss l-agro-industrija imma hemm involut il- breakfast, il-lunch u d-dinner ta' miljun turist.", "Issa ħalliha li kultant il-gvern jitfixkel huwa stess f'dan ir-rigward.", "Per eżempju, riċentement kelli ċ-ċans li ngħid, permezz tal-media, li filwaqt li l-Onor.", "Francis Agius u t-team tal-PR tiegħu qed jgħidu fuq il- mezzi tax-xandir kemm jagħmel sens li tiekol laħam abjad, bħal fil-każ tat- tiġieġ frisk għax dan hu ta' kwalita` aħjar, insibu li l-gvern lill- pazjenti tiegħu fl-isptar u fid-djar ta' l-anzjani qed jagħtihom prodott ta' kwalita` aktar baxxa għax qed jagħtihom prodott importat.", "Qed ngħid dan biex inkompli nuri li hemm bżonn li nkunu konsistenti f'dawn l-affarijiet u l-affarijiet li nemmnu fihom għandna nwettuqhom f'kull sens u mhux daqqa nagħmlu xi ħaġa favur il-bdiewa u r-raħħala u daqqa nagħmlu xi ħaġa kontrihom.", "Għal-lum se nieqaf hawn pero` se nibqa' in possession.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "TONIO BORG: Nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tnejn, 4 ta' April 2005 fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Riżoluzzjoni dwar Emenda għall-Iskeda annessa ma' l-Att dwar Trasferiment ta' Artijiet tal-Gvern - Kontinwazzjoni;", "Abbozz ta' Liġi dwar Arkivji Nazzjonali – Kumitat (Kont.); u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Sħubija ta' Malta fil-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp - Tieni Qari.", "-----------------------------------", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Reġistru Ċentrali - Kumitat Permanenti.", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Kriminali - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO (Segretarju Parlamentari): F'ġurnal li ġie ppubblikat il-bieraħ hemm artiklu bil-heading: \"Theddid għal Kumpanniji li jimportaw Vetturi Ġodda: Dalwaqt jibdew jingħataw is-Sensji.\"", "Din hi l- aħbar li kien qed jipprova jwassal dan il-ġurnal fil-front page, fejn il- ġurnalista konċernat dar ma' storja li nissoponi ġiet mgħoddija lilu minn importaturi ta' karozzi ġodda.", "L-argument prinċipali ta' din l-istorja hu li ... u se nikkwota:", "\"Is-segretarju parlamentari fil-ministeru tal-kompetittivita' u komunikazzjoni Edwin Vassallo, li permezz tal-ministeru assenjat fih suppost jassigura kompetittivita' ħielsa, qiegħed jaħdem b'mod diskriminatorju fil-konfront tagħna ...\"", "- nifhem li hawn qed jirriferi għall-importaturi ta' karozzi ġodda –", "\"... u qiegħed jaħdem favur dawk li jimportaw karozzi second-hand.\".", "Dan il-ġurnalista jkompli jikteb hekk:", "\"Minn dokumenti li għandna f'idejna jidher li Edwin Vassallo qiegħed regolarment jikteb lill-kummissarju tal-pulizija kull meta wieħed mill- importaturi tal-karozzi ġodda jirriklamaw open-weekend ħalli jkun jista' jbiegħ vetturi ġodda.", "Edwin Vassallo fl-ittra tiegħu lill-kummissarju tal-pulizija jikkwota l-liġi dwar il-liċenzji tal-kummerċ u jfakkar lill-kummissarju li skond din il-liġi ma jistax isir bejgħ fil-Ħdud.", "Iżda jidher li s-segretarju parlamentari naqas milli jagħmel l-istess meta ftit tal-ġimgħat ilu, importatur ta' vetturi second-hand tħalla jiftaħ u jorganizza open-weekend ... fl-istabbiliment tiegħu ta' Ħaż- Żebbuġ.", "Dan meta skond it-Trading Licences Act ma jistax jiftaħ u jbiegħ.\".", "Inkompli nikkwota:", "\"Fl-ittri li Edwin Vassallo personalment kiteb lill-kummissarju, huwa anke bagħat kopja ta' reklam li l-kumpanniji ta' vetturi ġodda għamlu f'gazzetta lokali dwar din l-attivita'!", "Edwin Vassallo ħass li kellu jinforma lill-Kummissarju tal-Pulizija x'jgħid l-Att dwar il-Liċenzji tal-Kummerċ u ġibed l-attenzjoni wkoll li skond ir-regolamenti ta' l- istess liġi, ħadd ma jista' jiftaħ negozju nhar ta' Ħadd.", "Il-kelliem ta' l-ACIM qal (lil din il-gazzetta) li din hija xiehda li l-gvern mhux jipprovdi ambjent ta' kummerċ ħieles għal kulħadd.", "\"Edwin Vassallo sfaċċatament qiegħed iħalli lill-importaturi tal- karozzi second-hand ibigħu meta jridu\", qal il-kelliemi.", "Skond il-liġi li Edwin Vassallo kkwota hemm miktub ċar u tond li l-uniċi jiem li tista' ssir attivita' kummerċjali (bil-Ħdud u festi inklużi) huma bejn l-1 ta' Diċembru u s-7 ta' Jannar.\".", "Dan li għadni kemm qrajt huwa parti sostanzjali minn artiklu li nkiteb f'din il-gazzetta - imbagħad kien hemm headline oħra li tgħid hekk: \"Edwin Vassallo \"jugża\" lil tal-karozzi l-ġodda\" - u dan l-artiklu lili qanqalni sabiex nitkellem f'dan l-aġġornament għaliex irrid niċċara l-affarijiet.", "U għalhekk se nitlob li niltaqa' mas-sidien li jirrappreżentaw l- assoċjazzjoni bħala importaturi tal-karozzi ġodda kif ukoll ma' l- importaturi li jimportaw karozzi second-hand li qegħdin f'assoċjazzjoni.", "Hemm bżonn li niċċaraw l-affarijiet.", "M'iniex se ngħid darba għal dejjem għax qatt ma tista' tiċċara xi ħaġa darba għal dejjem, imma jkun tajjeb li ngħid eżatt x'kien qed jiġri, Sur President.", "Qed nagħmel hekk għaliex għalkemm il-ħidma tiegħi hija fil-ministeru għall- kompetittivita', jien minn dejjem kont tal-fehma li m'għandix ninħeba wara xi uffiċjal tal-pulizija jew inkella wara xi uffiċjal f'xi dipartiment biex ngħidlu jikteb lil xi ħadd dak li nkun irrid nikteb jien, biex imbagħad inġibu fit-tentazzjoni li meta xi ħadd iċempillu - għax ma jkunx qed jifhem eżatt għalxiex qed ngħidlu jikteb dak li nkun irridu jikteb - jispiċċa jgħidlu: Mhux Edwin Vassallo qalli biex niktiblek, ħabib!", "Jien naf li ħafna drabi dak hu li jiġri, Sur President.", "Jiena kont fil-kunsill lokali tal-Mosta u meta kont nibgħat lil xi pulizija biex ikellem lil xi ħadd li jew għax ikun għamel xi ħaġa kontra l-liġi jew għax ikun rama xi ħaġa barra, il-pulizija li kien imur ikellmu kien jgħidlu: Lili bagħatni Vassallo tal-kunsill u jekk trid xi ħaġa mur għid lilu!", "Anke meta kont inqabbad lil xi segretarju biex jikteb, miskin is- segretarju kien jgħidlu: Isma', lili qabbadni Edwin Vassallo biex niktiblek!", "Imbagħad meta tlaqt mill-kunsill u dħalt f'din ir- responsabbilta' beda jiġri l-istess.", "Meta xi ħadd irrabjat jirċievi ittra li ma jeħux pjaċir biha, anke għax ma jkunx jaqbel magħha, dak li jkun kitibha għax ikun imqabbad minn xi ħadd ikun irid jiskolpa ruħu ħalli r- rabja ma jħallihiex indirizzata lejh u jgħidlu: Imma mhux dak qalli!", "Lili dan il-logħob ma tantx jogħġobni li nqabbad lil xi ħadd jagħmel l- affarijiet għalija u allura ma nafx għalfejn qed jiġihom is-suspett - u għalkemm ma nagħtihomx tort m'huwiex hekk lanqas – li jien qed nikteb biex nugża lil xi ħadd.", "Il-liġi tat-trading licences tistipola eżatt il-ħinijiet tan-negozju - sija jekk huwa negozju li jbiegħ karozzi second-hand jew ġodda, sija jekk huwa ħanut tal-ħwejjeġ u sija jekk huwa ħanut li jbiegħ l-għamara - u ngħid għalija kull darba li fil-ġurnali nara xi avviżi jew reklami li jgħidu li xi negozju se jkun se jiftaħ il-Ħadd, jiġifieri avviżi mħallsa, nieħu fuqi r-responsabbilta' u lis-sid ta' dak in-negozju navżah li jekk jiftaħ skond kif qed jirreklama se jkun qed jikser il-liġi, biex mhux waqt li jkun miftuħ imorru l-pulizija jgħidulu biex jagħlaq u jinstaram quddiem il- klijenti li jkollu.", "Nifhem li min jiftaħ in-negozju nhar ta' Ħadd jagħmel hekk biex jaqla' l-flus u naf ukoll li meta nieħu din it-tip ta' inizjattiva, ma nistax ma nidhirx ikrah ma min jaħseb li jista' jorganizza an open weekend - il-Ħadd fl-aħħar mill-aħħar għax is-Sibt dejjem jista' jiftaħ - jew inkella s-Sibt jibqa' miftuħ wara l-11.00p.m.", "Imbagħad jiena għidt bejni u bejn ruħi: Imma jien għalfejn se nqabbad segretarju minn tiegħi biex jikteb?", "Għalfejn se nqabbad uffiċjal mid- direttorat tal-kummerċ biex jikteb?", "Ladarba jien għandi r-responsabbilta' ta' segretarju parlamentari, għaliex m'għandix nieħu r-responsabbilta' fuqi u ngħidlu: Ħabib, int qed tħallas il-flus biex tirreklama li se tikser il- liġi u jien qed navżak li jekk se tiftaħ se tkun qed tikser il-liġi.", "Issa fil-każ li tinkiser il-liġi se nitlob li jkun hemm l-enforcement min-naħa tal-pulizija u l-ittra li jien nibgħat lil dak in-negozju li jkun se jiftaħ - hu x'inhu, sija jekk negozju ta' karozzi second-hand u sija jekk ta' karozzi ġodda u sija jekk ta' l-għamara u sija jekk tal-ħwejjeġ għax ma nagħmilx distinzjoni jien; kien hemm wieħed tat-tapiti u bgħattielu wkoll dik l-ittra - nagħmilha in buona fede u bis-sinċerita' kollha u nagħmilha kontra l-parir mogħti lili minn uħud li jiena ngħid li jixtiequli l-ġid.", "Naturalment jixtiequli l-ġid biex ma jidhirx artiklu bħalma deher, Sur President.", "Jien fl-aħħar mill-aħħar kieku kelli nqabbad lis-Sur Richard Cauchi li qiegħed hawnhekk u ngħidlu: Isma', iktibli din l-ittra lil dak li qed jgħid li se jiftaħ il-Ħadd - nimmaġinaw li s-Sur Richard Cauchi jaħdem miegħi f'xi dipartiment - mhux xorta waħda se jkun hawn min jgħid li s-Sur Cauchi kitibha għax ġie mqabbad minn Edwin Vassallo?", "Mela jiena m'hu se neħlisha qatt u allura jien nirraġuna li ladarba m'iniex se neħlisha, sew jekk se niktibha jien u sew jekk ma niktibhiex jien imma jiktibha xi ħadd f'ismi u dan biex jidher ismu, mhux xorta jien se nkun il-factotum?", "Allura aħjar nidher jien!", "U għalfejn nipprova nidher jien?", "Biex meta dak li jkun iċempel - u kelli konversazzjonijiet twal – nispjegalu li s'issa l-liġi hija hekk u ngħidlu: Jien għalija għamel li trid, jekk trid tiftaħ iftaħ, pero' mbagħad jekk jiġu l-pulizija u jagħlqulek il-ħanut, kif nistenna li jiġri għax l-enforcement huwa f'idejhom, tistaqsix għaliex qegħdin jagħmlulek hekk meta taf li inti qed tagħmel hekk kontra l-liġi.", "Dan hu li kont qed nipprova nagħmel u jien ngħid li sakemm għandi din ir- responsabbilta' se nibqa' naġixxi hekk, pero' se nibqa' nagħmel hekk mhux għax irrid nugża lil dak jew lill-ieħor.", "Sakemm ikun hawn min jirreklama attivita' kummerċjali bi ksur tal-liġi, jiena nagħmel ħilti kollha biex dak li jkun qed isir bi ksur tal-liġi nwaqqfu milli jsir u nagħmel hekk għax jien segretarju parlamentari fil- ministeru għall-kompetittivita' ġusta.", "Kieku ma kienx hekk, kont inħalli lil kulħadd jgħaffeġ u jkisser kemm irid għax min se jipprova jisraq ġurnata bejgħ nhar ta' Ħadd – qed nuża kelma goffa \"jisraq\" – se jkun qed jagħmel dan a skapitu ta' ħaddieħor.", "Aħna rridu kompetizzjoni ġusta jew ma rridux?", "S'issa b'kompetizzjoni ġusta għadna nifhmu li hemm ħinijiet - jiena ngħid ħinijiet mill-iżjed liberali li hawn fl-Ewropa - li juru meta suppost isir in-negozju.", "Imma ħalli ngħid ukoll li għandi proposta f'moħħi li 'l quddiem inressaqha b'mod formali – fil-fatt diġa' qegħdin niddiskutuha internament - biex inwessgħu xi ftit il-mod ta' kif il-liġi fil-valur tagħha xorta tibqa' tara li nhar ta' Tnejn ikun differenti minn nhar ta' Ħadd, pero' hemm lok fejn se nagħmluha possibbli.", "Irrid ngħid ukoll li permezz tal-proposti li ħdimna fuqhom sentejn ilu meta introduċejna skema ġdida ta' ħinijiet ta' negozju, illum għandna ħafna negozji li jistgħu jiftħu nhar ta' Ħadd biex jaqdu l-ħteġijiet bażiċi tal- familja Maltija u ta' dawk li jkunu qegħdin fostna.", "Jien ngħid li għamilna progress u għalhekk qiegħed inwassal dan il-messaġġ lil min jaħseb li jien b'xi mod jew ieħor meta nikteb dawn l-ittri niktibhom kontra xi ħadd jew favur xi ħadd.", "Irrid inserraħ moħħ kulħadd li m'iniex favur settur u kontra ieħor, imma qed nipprova nagħmel ħilti biex minkejja li ittra niktibha jien u niffirmaha jien, nagħmel hekk biex nidħol f'relazzjoni ma' dak il-kummerċ jew negozju li jkun qiegħed jirreklama li se jikser il-liġi,Sur President.", "Għax nista' nifhem ukoll li ma jkunx hemm malizzja min-naħa ta' dak in- negozju li jirreklama hekk għax jaħseb li din il-ħaġa tista' ssir u anke għax min-naħa tiegħi nħossni fid-dmir li nispjega l-pożizzjoni x'inhi, nagħtih l-informazzjoni dwar x'titlob il-liġi eżattament.", "Għaliex donnu li f'dan il-pajjiż għandna d-drawwa li dak li nkunu nixtiequ u li ma jkunx imniżżel fil-liġi, nagħlqu widnejna għalih u nagħlqu ftit għajnejna għalih u naħsbu li mhux qiegħed hemm.", "Jien naħseb li mil-liġijiet kollha li għandna f'Malta dan huwa l-unika każ fejn issib min jagħmel reklam biex jirreklama ksur ta' liġi.", "Jiena naħseb li qatt ma ltqajt ma' reklami li jkunu qegħdin javżaw ksur tal-liġi.", "Irrid inserraħ moħħ l-importaturi – u anke nirringrazzja lil dan il-ġurnalista li biex ngħid hekk żvela din it- tip ta' inċertezza f'moħħ l-importaturi tal-karozzi ġodda - li jien fl-ebda ħin ma kont qiegħed nipprova niżvantaġġa lilhom u niffavurixxi lil ħaddieħor.", "Rigward id-diskussjoni l-oħra dwar kif jistgħu jiftħu, irrid ngħidilhom li jekk ikunu jistgħu jiftħu huma jkunu jistgħu jiftħu tas-second-hand; jekk ikunu jistgħu jiftħu tas-second-hand u huma, ikunu jistgħu jiftħu ta' l- għamara u jekk ikunu jistgħu jiftħu ta' l-għamara jkunu jistgħu jiftħu oħrajn.", "Jiġifieri jekk xi darba għad ikollna diskussjoni rigward kif jista' jkollna proċedura li tippermetti lil min jiftaħ nhar ta' Ħadd u b'liema spiża u b'liema kondizzjoni eċċ., dan meta jsir la se jsir għal settur wieħed u lanqas se jsir favur wieħed u kontra l-ieħor imma se jsir għal kulħadd xorta.", "Għaldaqstant importanti li meta tkun qed issir xi ħaġa, issir biex tiffavorixxi lil kulħadd u jekk tkun qed issir liġi, se ssir biex tikkondizzjona lil kulħadd l-istess.", "Irrid ngħid li fil-każ tan-negozju li fetaħ fil-ġurnata tal-Ħadd f'Ħaż- Żebbuġ, ir-reklam tiegħu deher il-Ħadd għax dan ma rriklamax mit-Tnejn sas- Sibt.", "Forsi kien hemm min ħaseb li jien ma kont se ngħidlu xejn lil dan ta' Ħaż-Żebbuġ li ssemma f'dan l-artiklu.", "Forsi xi ħadd jgħidli li lil dawk li jagħmlu r-reklami mit-Tnejn sas-Sibt nilħaq niktbilhom għax l-uffiċċju jkun miftuħ, filwaqt li lil min jirreklama nhar ta' Ħadd ma nkunx nista' nkellmu.", "Dwar dan l-individwu ta' Ħaż-Żebbuġ li hemm imsemmi f'dan l- artiklu, irrid ngħid li kont qiegħed il-każin nara l-gazzetti u malli ndunajt bir-reklam tiegħu ċempiltlu u għidtlu: Biex inkun fair, kieku rajt ir-reklam tiegħek ippubblikat fil-gazzetta mit-Tnejn sas-Sibt kont niktiblek ittra u nagħti kopja tagħha lill-pulizija, pero' għax qed naraha llum, il-Ħadd, qed inċempillek direttament biex navżak li dak li qed tagħmel huwa kontra l-liġi.", "Għalhekk jien se nċempel lill-pulizija biex navżahom li inti ftaħt in-negozju tiegħek kontra l-liġi biex jekk jgħidulek tagħlaq ma tgħidx li ma kontx taf.", "Mela jien bl-ebda mod ma qed nipprova niffavorixxi lil xi ħadd u niddiskrimina kontra ħaddieħor.", "U għal din ir-raġuni li l-kummissarju tal-pulizija ma rċeviex ittra mingħandi dwar dak li jbiegħ karozzi second-hand għax dak ma ġabx reklam matul il-ġimgħa – l-uffiċċju tiegħi jkun miftuħ mit-Tnejn sal-Ġimgħa – imma ġab ir-reklam il-Ħadd jew ir-reklam li rajna aħna kien il-Ħadd u allura aħna ġbidnielu l-attenzjoni.", "Għalkemm issa ilu ftit, niftakar li darba kont ġbidt l-attenzjoni tal- pulizija għax kont għaddej mill-Imsida u stajt nara li fil-car park ta' l- universita' kienet qed issir fiera kummerċjali ta' karozzi second-hand.", "Jekk jaqgħu taħt il-vista' ta' għajnejja minn hawnhekk nagħti l-kelma li jien dmiri nagħmlu għall-fini tal-korrettezza u nibqa' sakemm inċempel id- depot biex ngħidilhom li hemm negozju miftuħ illegalment.", "Nagħmel hekk għaliex il-liġi tal-fair trading hekk titlob.", "Il-liġi trid tkun l-istess għal kulħadd u meta niġbed l-attenzjoni ta' xi ħadd ma nagħmilx hekk biex nuri li jien politiku jew li jien bully, imma għax nifhem li hija ħaġa tajba għal kulmin qiegħed fin-negozju li jkun jaf eżattament x'tgħid il- liġi.", "Jien dejjem nipprova nżomm f'moħħi l-possibbilta' li min ikun qed jagħmel dan il-ksur tal-liġi ma jkunx qed jagħmel hekk malizzjożament u allura jien nirraġuna li jekk ma jafx li qed imur kontra l-liġi, ma nagħmilx ħażin jekk ngħidlu b'dan.", "Issa jekk hemm xi każ fejn kumpanniji li jimportaw karozzi ġodda se jagħtu s-sensji u jeżisti xi theddid għalihom, jistgħu jargumentaw li hemm raġunijiet oħra pero' r-raġuni żgur ma tistax tkun għax m'humiex qegħdin ibiegħu nhar ta' Ħadd.", "Nerġa' ngħid li jekk xi darba n-negozju jkun jista' jsir nhar ta' Ħadd bħalma jsir nhar ta' Tnejn għall-argument, dan ikun qed isir minn kulħadd xorta u allura l-bejgħ għall-konsumatur ikun jista' jsir kemm minn dawk li jbiegħu karozzi ġodda, kemm minn dawk li jbiegħu karozzi qodma, kemm minn dawk li jbiegħu s-souvenirs u minn kulħadd.", "Allura rridu noqogħdu attenti meta nippruvaw ngħidu xi jkun qed jiġri.", "Effettivament ftit ilu nħarġet press release mill-uffiċċju tiegħi proprju biex navżaw li l-bejgħ mill- grocers nhar ta' Ħadd u fil-festi pubbliċi bejn l-1 ta' Marzu u l-31 ta' Ottubru jista' jsir taħt ċerti kondizzjonijiet.", "Għalhekk qiegħed nerġa' navża lis-sidien tal-grocers li jekk iridu jagħmlu dan għandhom javżaw sabiex tkun tista' tinħareġ skeda ta' ftuħ ta' ħwienet mit-trading licences unit.", "Il-press release tgħid hekk:", "\"Il-ministeru tal-kompetittivita' u komunikazzjoni, permezz tas- segretarju parlamentari għan-negozji żgħar u self-employed, Edwin Vassallo, jixtieq ifakkar lis-sidien tan-negozji ta' grocers li jinsabu f'żoni turistiċi u li għandhom ħanut mhux akbar minn 200 metru kwadru u li jixtiequ jibqgħu miftuħa nhar ta' Ħadd u fil-festi pubbliċi bejn l-1 ta' Marzu u l-31 ta' Ottubru, li jistgħu jagħmlu dan billi japplikaw għand it-trading licences unit, Lascaris, il-Belt Valletta.", "B'hekk tkun tista' tiġi ppubblikata roster bl-ismijiet tal- ħwienet li jkunu jistgħu jiftħu nhar ta' Ħadd skond ir-regolamenti kif stipulat fl-avviż legali - trading licences regulations 2000 - li jirregola l-ħinijiet tal-kummerċ.", "Il-lista tal-lokalitajiet turistiċi huma mniżżla wkoll fit-tielet skeda ta' l-istess avviż legali.", "Għaldaqstant dawk kollha li għandhom ħwienet tal-grocer li jixtiequ jiftħu nhar ta' Ħadd u li jikkwalifikaw li jingħataw dan il-permess, huma mitluba biex japplikaw għand it-trading licences unit fuq il- formola 'L'.", "Din il-formola tista' tinġabar ukoll mingħand il- kunsilli lokali, mingħand is-small business and crafts directorate, kif ukoll min fuq il-web page tal-gvern www.gov.mt fis-sezzjoni \"ħidma u kummerċ\" taħt \"servizzi tal-kummerċ'.\".", "Mr Speaker, dan hu li rrid nitkellem dwaru għax il-liġijiet qegħdin hemm għal kulħadd.", "Il-kumdita' li n-negozju jiġi liberalizzat nhar ta' Ħadd sar u qegħdin inkomplu nistħarrġu x'titjib aktar nistgħu nagħmlu għalkemm irridu nibqgħu nżommu l-Ħadd bħala valur fih innifsu.", "'Il quddiem se jkun hemm metodi ta' kif l-affarijiet isiru b'mod differenti milli qed isiru llum.", "Jien se nkun qiegħed niltaqa' ma' l-assoċjazzjoni ta' l-importaturi tal-karozzi l-ġodda u nkellimhom personalment.", "Irrid inserrħilhom moħħhom li bl-ebda mod ma kienet qed issir diskriminazzjoni kontra tagħhom.", "Għal dik li hija ħidma min-naħa tal-ministeru biex ikollna kompetizzjoni ġusta, jien inwiegħed l-impenn kollu tiegħi b'ħilti kollha li dan nibqa' nagħmlu għax nemmen f'kompetizzjoni ġusta.", "Jien nemmen li l-ikbar għadu li għandna fil-kummerċ huwa meta xi ħadd jipprova jieħu vantaġġ fuq negozju ieħor għax ikun irid jikser il-liġi.", "Għalija kull ksur ta' liġi, ġej minn fejn ġej u ġej mingħand min ġej, kemm jekk huwa kbir u anke żgħir, nipprova nara kif nieqaflu.", "Naturalment qed nitkellem għalija, qed nitkellem f'ismi u qed nitkellem fuq xogħol li qed nagħmel jien.", "Għaldaqstant jekk xi ħaddieħor ma jagħmilx il-parti tiegħu dak irid jitkellem għalih hu.", "Pero' safejn għandi x'naqsam jien, meta nirrapporta ma nkunx qed nirrapporta biex nugża imma biex inkun nista' ngħid il-liġijiet tagħna x'inhuma, forsi xi darba jkollna din il-mentalita' ta' responsabbilta' lejn il-liġijiet u responsabbilta' lejn il-kompetizzjoni ġusta.", "Jekk Alla jrid għad naslu.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada t-Tlieta, 12 ta' April 2005 fis-6.00p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "SPTARIJIET - SERVIZZ BI ĦLAS", "11320.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jikkonferma l-Ministru li f'Diċembru 2004 tlesta rapport dwar il-finanzjament tal-qasam tas-saħħa, b'mod speċjali fejn jidħlu ħlasijiet li jridu jagħmlu ċ-ċittadini biex jużaw is-servizzi ta' l- isptarijiet?", "Jista' ipoġġi kopja ta' dan ir-rapport fuq il-mejda tal- Kamra?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Jekk l-Onor.", "Membru qiegħed jirriferi għar-rapport magħmul minn nies tekniċi ta' l-MCESD, liema rapport għad irid jiġi diskuss bejn il-partijiet soċjali fl-MCESD, ninformah li r-rapport għadu ma ġiex approvat mill-gvern.", "RIFORMA FIL-QASAM TAS-SAĦĦA", "11321.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid meta l-gvern se jippubblika l- white paper dwar ir-riformi li hemm maħsub li jsiru fil-qasam tas-saħħa?", "Jista' ipoġġi kopja ta' din il-white paper fuq il-mejda tal-Kamra?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninforma lill-Onor.", "Membru li ġie deċiż li ma tiġi ppubblikata l-ebda white paper dwar il-qasam tas-saħħa.", "BELT VALLETTA - SKOLA PRIMARJA", "11322.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid meta se tiġi rranġata l- faċċata ta' l-iskola primarja ta' Sant'Iermu fil-Belt Valletta, anke fid- dawl li numru ta' postijiet qed jiġu restawrati u kkurati, fosthom l- examination centre li jmiss ma' l-istess skola?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li bħal diversi xogħlijiet u proġetti oħra meħtieġa fl-iskejjel tal-gvern, dan il-proġett qiegħed fi programm ta' xogħlijiet li jridu jitwettqu fuq perjodu ta' żmien.", "WIED IL-GĦAJN - SKOLA PRIMARJA", "11323.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li qed isir xogħol ta' kostruzzjoni fl-iskola primarja ta' Wied il-Għajn waqt il-ħin ta' l-iskola, b'periklu ċar kemm għat-tfal kif ukoll għall-għalliema?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Evidentement l-Onor.", "Interpellant jippreferi jagħmel ġudizzju negattiv u bl-addoċċ mingħajr ma jivverifika l-fatti.", "Jaf li jien inqis il-kritika u s-sorveljanza ġenwina u korretta fuq l-operat tad- dekasteru tiegħi bħala essenzjali u li tgħin biex il-poplu jkollu servizzi aħjar, iżda meta l-Onor.", "Membru jaġixxi b'dan il-mod ma jkunx qed jagħmel ġid.", "F'dan il-każ jien informat li ma hemm l-ebda periklu għax ix-xogħol li qed isir bħalissa huwa 'l ġewwa mill-opramorta eżistenti ta' l-iskola u 'l -ġewwa mill-kuritur propost u l-materjal qed jittella' wara l-ħin ta' l- iskola.", "Nista' ngħid li dan ix-xogħol qed isir b'kordinament mal-kap ta' l- iskola u mas-sindku ta' Wied il-Għajn fuq programm ta' xogħol maqbul magħhom.", "Tajjeb inżid li x-xogħol ta' kostruzzjoni li kien stmat li jieħu tliet xhur - fiż-żmien minn meta l-Onor.", "Interpellant għamel il-mistoqsija - twettaq f'xahar biex il-bini u s-saqaf ta' seba' klassijiet u żewġ toliets huwa kważi lest.", "B'hekk qegħdin f'pożizzjoni li f'Settembru li ġej din l- estenzjoni ġdida fl-iskola primarja ta' Wied il-Għajn tilqa' it-tfal u l- għalliema f'ambjent ġdid u sabiħ.", "Issa qed isir ix-xogħol biex jibda l-bini ta' kindergarten ġdida għal din l- iskola.", "ĦADDIEMA MAL-KUNSILLI LOKALI", "11324.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid fil-preżent kemm jimpjegaw nies il-kunsilli lokali?", "Jista' jgħid ukoll kemm kellhom impjegati kull kunsill qabel ma tnaqqsulhom il-ħaddiema?", "Jista' jgħid dawn il-ħaddiema fejn qed jaħdmu issa li m'għadhomx mal-kunsilli lokali?", "ONOR.", "TONIO BORG: Għandi nifhem li l-Onor Interpellant qed jirriferi għall-ħaddiema assenjati mal-kunsilli lokali.", "Dawn fil-preżent huma ħaddiema tal-ministeru għar-riżorsi u infrastruttura u ħaddiema ta' l-ex- tarznari (IPSL).", "Tabella li turi fil-preżent kemm hemm minn dawn il-ħaddiema ma' kull kunsill lokali u kemm kien hemm ħaddiema tal-ministeru għar-riżorsi u infrastruttura f'kull kunsill qabel ma ssejħu lura tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra.", "Dwar fejn qed jaħdmu l-ħaddiema li ssejħu lura, nirriferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 10825.", "IMPJEGATI NISA FIS-SERVIZZ PUBBLIKU", "11414.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hu l-għadd ta' nisa mpjegati mal-gvern?", "Kemm minnhom jinsabu fi skala minn 1 sa 4?", "Kemm minn dawn ħadu promozzjoni fl-aħħar tliet snin?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab informat illi fis-servizz pubbliku hemm impjegati 9,675 mara full-time.", "Minn dawn, 45 jinsabu fi skala ta' salarju minn 1 sa 4 u 32 minnhom ħadu promozzjoni għal dawn l-iskali f'dawn l- aħħar tliet snin.", "Żewġ listi li juru l-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant qed jitpoġġew fuq il-mejda tal-Kamra, b'lista A turi n-numru ta' impjegati nisa f'kull grad fi skala ta' salarju minn 1 sa 4 li qegħdin fuq performance agreement, kif ukoll dawk fl-istess skali li m'humiex fuq performance agreement; waqt li lista B turi n-numru ta' impjegati nisa f'kull grad fi skala ta' salarju minn 5 sa 20.", "INKJESTI MAĠISTERJALI", "11415.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hu l-għadd ta' inkjesti maġisterjali li ilhom li nfetħu aktar minn sentejn u għadhom pendenti?", "Liema huma u kemm ilhom miftuħa f'kull każ?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li ma tinżammx statistika komputerizzata fir-reġistru tal-qorti dwar l-informazzjoni mitluba.", "IMPJEGATI FIS-SERVIZZ PUBBLIKU", "11416.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħarraf lill-Kamra kemm hemm impjegati fiċ-ċivil illi s-sena li għaddiet kellhom dħul akbar mis-somma dovuta lill- President tar-Repubblika?", "F'liema dipartiment kienu, x'tip ta' xogħol kienu jagħmlu u xi grad kellhom?", "Kemm ġew imqabbda advisers, konsulenti u esperti biex jgħinu lis-servizz pubbliku fl-istess żmien li matul is-sena li għaddiet kellhom dħul akbar minn tal-President tar-Repubblika?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "FABBRIKI ĠODDA", "11440.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 11127 u jgħid kemm fetħu fabbriki ġodda fis-snin 2000, 2001, 2002, 2003, 2004 u din is-sena?", "Kemm kienu jimpjegaw ħaddiema f'kull sena u anke din is-sena?", "Kemm-il fabbrika talbet u għamlet estensjoni fil-bini tagħha fis-snin 2000, 2001, 2002, 2003, 2004 u din is-sena?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "MARSAXLOKK : TRIQ AXTART - SERVIZZI TAD-DAWL U L-ILMA", "11490.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jara x'inhi r-raġuni li s-servizzi tad-dawl u l-ilma fil-binjiet ta' l-awtorita' tad-djar fi Triq Axtart, Marsaxlokk issa li ġew assenjati, għadhom ma ġewx stallati?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jien informat li l-korporazzjoni għas-servizzi ta' l- ilma għadha ma tistax tissupplixxi l-binjiet ta' l-awtorita' tad-djar fi Triq Axtart, Marsaxlokk bl-ilma minħabba li għad jonqos xi pipework xi jsir ġewwa l-istess binjiet.", "Id-dipartiment tal-bini u tiswija ta' djar issa laħaq ftehim mal- korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma biex il-korporazzjoni tieħu ħsieb tagħmel dan il-pipework għas-spejjeż tad-dipartiment.", "Dawn ix-xogħlijiet mistennija jitlestew fi żmien xahrejn jew tlieta.", "Rigward is-servizz ta' l-elettriku, dan beda jiġi pprovdut billi s- substation inxtegħlet fil-21 ta' Marzu 2005.", "LANDS – BORD TA' ARBITRAĠĠ", "11491.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid għaliex id- dipartiment ta' l-artijiet għadu ma ssottomettiex rapport kif mitlub mill- qorti, fil-kawża li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi d-dipartiment ta' l-artijiet m'għandu jissottometti l-ebda rapport.", "Il-kawża quddiem il-bord ta' l- arbitraġġ għaddiet għas-sentenza fis-17 ta' Novembru 2000.", "Ir-rapport li qiegħed jagħmel riferenza għalih l-Onor.", "Membru huwa rapport li jrid isir - jew li sar - mill-periti tal-bord ta' l-arbitraġġ li fuqu mbagħad tingħata s-sentenza.", "BLUE PAIN RELIEF", "11492.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid għaliex il-blue pain relief ġie mwaqqaf milli jiġi rriklamat?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninsab informat li ġaladarba l-prodott blue pain relief ġie kklassifikat bħala mediċinali, ma jistax jiġi rriklamat jekk ma jkunx reġistrat.", "BORMLA - AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA", "11493.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid fejn waslet it-talba quddiem id-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali ta' familja minn Bormla li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, peress li l-post fejn joqogħdu mhux adattat għaż-żmenijiet tal-lum?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Jien informata illi l-applikazzjoni qed tiġi kkonsidrata flimkien ma' oħrajn simili.", "BORMLA - AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA", "11494.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid meta żagħżugħa xebba ta' 17- il sena li qed tistenna tarbija u li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, se tiġi pprovduta b'post alternattiv mid-dipartiment għall- akkomodazzjoni soċjali?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Jien informata illi l-applikazzjoni qed tiġi kkonsidrata flimkien ma' oħrajn simili.", "ĦAŻ-ŻABBAR - AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA", "11495.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid meta se ssir inspection mill-ħaddiema tad-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali fil-fond ta' applikant li dettalji dwaru u dwar familtu qed jintbagħtu separatament u fejn seba' persuni jgħixu f'kamra tas-sodda waħda?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Ninsab informata li l-inspection li għamel riferenza għaliha l-Onor.", "Interpellant għandha ssir fil-bidu tax-xahar id- dieħel.", "SISTEMA TA' ENERĠIJA ALTERNATTIVA", "11511.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 11403 u jgħid jekk hemmx xi taħditiet bejn l-Enemalta u investituri li jixtiequ jiżviluppaw sistema ta' enerġija elettrika permezz tar-riħ?", "Jista' jgħid fiex jikkonsistu dawn it-taħditiet?", "Kien hemm xi forma ta' qbil fuq il-proposta tagħhom?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jien informat li r-responsabbilta' biex jiġu introdotti sistemi ta' enerġija alternattiva, fosthom dik mir-riħ, hija ta' l-MRA.", "Meta xi investituri jagħmlu kuntatt ma' l-Enemalta f'dan ir- rigward, il-korporazzjoni tirriferihom għand l-MRA.", "LIĊENZJI TAS-SEWQAN", "11512.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jgħid għaliex persuni li qed jeħlu mit-test tal- liċenzja tas-sewqan qegħdin joffrulhom li jerġgħu jitilgħu għat-test fil- ġurnata tas-Sibt li jkun imiss, fejn qed jintalbu aktar fees minħabba l- overtime tal-learners u l-persuni li jmexxu dawn it-testijiet?", "Jista' jgħid kemm huma l-fees relatati mat-test tal-liċenzja tas-sewqan?", "Jista' jgħid jekk hemmx xi ħlasijiet extra minħabba overtime li jsir minn dawn il- ħaddiema?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Id-direttorat tal-liċenzji u testijiet mhux qed iġiegħel lil min jeħel mit-test tas-sewqan biex jerġa' jitla' għat-test fil- ġurnata tas-Sibt.", "Kandidati li jeħlu u jkunu jixtiequ jerġgħu jersqu għat- test mingħajr dewmien qed tingħatalhom l-opportunita' li bi ħlas extra ta' Lm 10, ikunu jistgħu jersqu għat-test is-Sibt.", "Dan qed isir fuq talba li r-rappreżentanti tal-motoring schools għamlu mad- direttorat.", "ASFALTAR TA' TOROQ", "11513.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 11398 u jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-lista tat-toroq li saru f'kull lokalita' matul dawn l-aħħar tliet snin?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "MQABBA - TRIQ IL-ĦMISTAX TA' SETTEMBRU 1598", "11519.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jieħu l-passi neċessarji ħalli Triq il- Ħmistax ta' Settembru 1598 fl-Imqabba tingħata wiċċ ġdid?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ninsab informat li saret spezzjoni fit-triq imsemmija u jirriżulta li din it-triq għadha qatt ma ġiet mibnija u għalhekk hija taħt ir-responsabbilita' tad-direttorat.", "Se jsiru l-istimi neċessarji u x-xogħol isir skond il-prioritajiet li jirriżultaw mill-programm tad-direttorat.", "RIŻORSI U INFRASTRUTTURA – TRASFERIMENTI", "11527.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' il-Ministru jgħid jekk f'dawn il-jiem kienx hemm xi trasferimenti ta' watchmen?", "Jista' jgħid x'inhuma l-kriterji li bihom ġew magħżula dawn il-persuni?", "Jista' jgħid jekk l-għażla tal-persuni li ġew trasferiti kenitx motivata politikament?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Jien informat li riċentement sar trasferiment ta' numru ta' ħaddiema li kienu jagħmlu xogħol ta' watchman, fejn dawn ġew allokati xogħol skond il-grad tagħhom.", "Il-kriterji li bihom ġew magħżula dawn il-persuni jifformaw parti minn eżerċizzju li twettaq dan l-aħħar sabiex in-numru ta' ħadddiema fuq xogħol ta' watchman ikun kompatibbli man- numru ta' siti li jenħtieġu dan is-servizz.", "Fl-istess eżerċizzju ġew identifikati wkoll xi siti li ma jaqgħux taħt ir- responsabbilta' diretta tat-taqsima tax-xogħlijiet u li kienu koperti bis- servizz ta' watchman mill-istess taqsima.", "Dan l-eżerċizzju sewa wkoll sabiex ħteġijiet ta' impjegati li kellhom diversi sezzjonijiet fi ħdan it- taqsima tax-xogħlijiet imtlew bil-ħaddiema li ġew trasferiti riċentement.", "Ir-risposta għat-tielet parti tad-domanda hija fin-negattiv.", "METERS TAD-DAWL U L-ILMA", "11532.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid għaliex l-Enemalta u d-WSC introduċew policy ġdida fir-rigward ta' l- istallar ta' meters tad-dawl u l-ilma ta' drive-ins u front gardens, fejn is-sidien qed jiġu mitluba li dawn il-meters jeħlu 'l barra mill-bini?", "Jikkonferma l-Ministru li din il-proċedura se tagħti lok għal aktar abbuż?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-proċedura li meters ta' l-ilma jitwaħħlu f'postijiet qrib il-building lines f'binjiet li fihom drive-ins u front gardens saret proprju sabiex titnaqqas il- possibbilta' ta' abbuż u xi ħadd jagħmel bypass fuq is-servizz ta' l-ilma qabel il-meter u b'hekk ikun jista' jinsteraq l-ilma.", "Dan l-abbuż ikun ferm akter diffiċli jekk il-meter ikun imwaħħal malli tibda l-proprjeta' privata.", "Barra minn hekk il-korporazzjoni qed issibha diffiċli biex tikkontrolla leakages f'proprjeta' privata qabel il-meter, filwaqt li l-proċedura ta' kif jiġu stallati meters ta' l-elettriku tirrikjedi li jiġu stallati ġewwa u mhux barra.", "METERS TAD-DAWL U L-ILMA", "11533.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid jekk il-policy il-ġdida ta' l-Enemalta u d-WSC dwar l-istallar ta' meters fi drive-ins u front gardens, hux se tiġi applikata fuq servizzi diġa' imwaħħla?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: B'żieda ma' l-informazzjoni li ngħatat fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari 11532, ninsab informat li l-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma għandha l-ħsieb li l-meters li qegħdin f'pożizzjoni 'l bogħod mit-triq jinħarġu kollha viċin tat-triq minn fejn wieħed jidħol fil-proprjeta' li għandhom is-servizz ta' l-ilma u li għandhom drive-in jew front garden.", "Naturalment dan mhux proċess li jista' isir f'daqqa u jrid jieħu tul ta' żmien.", "VISAS LIL ĊITTADINI ĊINIŻI", "11552.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Fl-investigazzjonijiet tal-pulizija dwar l-allegat abbuż fl-ipproċessar ta' visas lil ċittadini Ċiniżi mill-Ambaxxata Maltija f'Beijing, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk sarux investigazzjonijiet on site fl-ambaxxata?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi l-pulizija s'issa għadha m'għamlitx investigazzjonijiet on site fl-Ambaxxata Maltija f'Beijing.", "ĊINIŻI F'MALTA ILLEGALMENT", "11553.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Il-Gvern Malti għandu ħjiel ta' kemm hawn Ċiniżi f\"Malta illegalment?", "Jikkonferma dak li l-awtoritajiet Maltin allegatament qalu lill-ġurnal \"La Sicilia\" li bħalissa hawn madwar 500 Ċiniż li jinsabu f'pajjiżna illegalment?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi kull meta l-pulizija ssir taf li jkun hawn xi barrani Ċiniż jew ta' kull nazzjonalita' oħra f'pajjiżna illegalment, il-pulizija tieħu l-passi meħtieġa sabiex jitneħħa minn Malta.", "Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija ninsab informat illi l-pulizija Maltija m'għandhiex din l-informazzjoni.", "VISAS LIL ĊITTADINI ĊINIŻI", "11554.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin: Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-eżitu ta' l-investigazzjoni tal-pulizija dwar l-allegati abbużi fil-ħruġ ta' visas lil ċittadini Ċiniżi li jkunu jridu jżuru Malta, ġie kkomunikat lill-istampa mill-ministeru tiegħu u mhux mill-ministeru ta' l-intern li taħtu jaqgħu l-pulizija?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Għaliex it-talba sabiex issir l-investigazzjoni saret mill-ministeru ta' l-affarijiet barranin.", "VISAS LIL ĊITTADINI ĊINIŻI", "11555.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin: Fid-dawl ta' l-allegazzjonijiet li kienu ntefgħu fuq il-każ ta' ħruġ ta' visas lil ċittadini Ċiniżi li riedu jżuru Malta bħala studenti ta' l- Ingliż, f'xi stadju jew ieħor il-Gvern Malti kkonsidra li jbiddel il- personnel fl-Ambaxxata Maltija f'Beijing?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Din il-materja għadha taħt konsiderazzjoni fil- kuntest ta' sitwazzjoni li qed tevolvi.", "VISAS LIL ĊITTADINI ĊINIŻI", "11556.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin: Meta jiġu intervistati applikanti Ċiniżi għal visa f'Malta bħala studenti prospettivi ta' l-Ingliż, minn kemm-il persuna fl-Ambaxxata Maltija f'Beijing isiru l-interviews?", "Jekk dawn qegħdin isiru minn persuna waħda, jista' il-Ministru jikkonferma jekk din hijiex il-prattika anke f'ambaxxati oħrajn?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Jien informat li l-prassi fl-Ambaxxata Maltija f'Beijing dwar l-interviews hi li l-applikanti għal visa f'Malta bħala studenti prospettivi ta' l-Ingliż jiġu intervistati minn uffiċjal wieħed.", "Jien informat li din l-istess prassi tintuża mill-maġġoranza ta' l- ambaxxati ta' pajjiżi oħra f'Beijing li jintervistaw lill-applikanti bl- istess mod.", "VISAS LIL ĊITTADINI ĊINIŻI", "11557.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid liema huma dawk il- language schools li ġew mitluba mill-gvern biex jgħinu fl- investigazzjonijiet dwar allegati abbużi fil-ħruġ ta' visas għal studenti Ċiniżi li ġew Malta biex jitgħallmu l-Ingliż?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ma nħossx li huwa opportun illi t-tagħrif mitlub għandu jkun pubblikat stante li l-investigazzjoni għadha mhijiex konkluża.", "OPEN-TOP BUSES", "11568.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 9404, jista' il-Ministru ġentilment jikkonferma li fix-xhur li għaddew ġew Malta open-top buses minn pajjiż jew pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea u li dawn operaw f'pajjiżna?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Jien informat li l-awtorità dwar it-trasport ma rċeviet l-ebda informazzjoni matul din l-aħħar sena li f'Malta daħlu xi open-top buses minn xi pajjiż ta' l-Unjoni Ewropea jew minn xi pajjiż ieħor.", "L-informazzjoni li rċeviet l-ADT kienet dwar xi coaches double- decker li m'humiex open-top buses li setgħu daħlu Malta bit-turisti.", "Jien informat ukoll li vetturi ta' intrapriżi stabiliti fi stat ta' l- Unjoni Ewropea li jkunu qegħdin jipprovdu servizz okkażjonali bħala parti minn servizz internazzjonali, m'għandhomx bżonn ta' awtorizzazzjoni meta jmorru fi/jew jgħaddu minn stat ieħor membru.", "Għaldaqstant ma tistax tinżamm informazzjoni dwar l-għadd ta' vetturi bħal dawn li jistgħu jidħlu fi stat membru minn xi stat membru ieħor.", "WIED IL-GĦAJN: TRIQ IT-TIBEN - ASFALTAR", "11573.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Jista' il-Ministru ġentilment jgħid jekk fil-lista ta' toroq li se jsiru f'Wied il-Għajn hux se ssir Triq it-Tiben?", "Jekk le għaliex meta din it-triq ilha ifformata u abitata ħafna aktar minn ċerti toroq oħra li qed isiru jew li se jsiru jew li diġa' saru?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "WIED IL-GĦAJN – ASFALTAR TA' TOROQ", "11574.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Jista' il-Ministru ġentilment ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra lista ta' toroq li qed isiru jew li se jsiru f'Wied il-Għajn?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "SPTAR SAN LUQA – KAMRA MORTWARJA", "11605.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid għaliex il-katavru ta' ċerta persuna u katavri oħrajn ta' nies li mietu l-Ħadd 27 ta' Marzu 2005 f'ward 6 fl-isptar San Luqa, ma tniżżlux fil-kamra mortwarja imma tpoġġew f'ward oħra?", "Jikkonferma li l-katavru tpoġġa fuq tavla wara bieb li ma setax jinfetaħ, b'sorpriża anke għall-istess membri tal-familja?", "Ma jaħsibx il- Ministru li dan huwa att degradanti lejn il-mejta u lejn l-istess membri tal-familja u ta' oħrajn?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li bejn Ħamis ix- Xirka u l-Għid il-Kbir ma jsirux funerali.", "F'dawn l-erbat ijiem ġewwa l- Isptar San Luqa mietu 38 persuna meta l-kamra mortwarja tesa' 13-il katavru.", "Matul dawn iż-żmenijiet isir arranġament biex dawk il-katavri li għalihom ma jkunx hemm spazju fil-kamra mortwarja jitpoġġew f'post alternattiv dinjituż u sikur.", "F'dan il-post u fil-każ indikat il-katavri tpoġġew fuq sodod u mhux fuq twavel kif allegat fil-mistoqsija parlamentari.", "ĦAL QORMI: TRIQ L-ISKULTUR - ASFALTAR", "11607.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Jista' il-Ministru jgħid meta se tingħata wiċċ tarmak triq ġdida fi Triq l-Iskultur ġewwa Ħal Qormi, liema triq taqa' taħt il-kompetenza tal- gvern ċentrali?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "RABAT: TRIQ BIR IR-RIEBU - ASFALTAR", "11608.", "L-ONOR.", "JOSEPH CASSAR staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Jista' il-Ministru jgħid f'liema stadju wasal ix-xogħol ta' kisi ta' Triq Bir ir-Riebu, fir-Rabat?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "WIED QLEJGĦA - XOGĦLIJIET", "11614.", "L-ONOR.", "JOSEPH CASSAR staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Jista' il-Ministru jagħti l-informazzjoni mitluba f'mistoqsijiet parlamentari 10801, 10276, 7932 u 9765 u dan wara li konna ġejna mgħarrfa li wieħed kien qed jistenna l-informazzjoni tidħol mid-dipartimenti konċernati?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Tweġiba tingħata f'seduta oħra", "INFERMIERA MAL-GVERN", "11615.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jikkonferma li madwar tliet snin ilu daħlu numru ta' nurses mal-gvern?", "Jista' jippubblika r-riżultat ta' kull wieħed u waħda li daħlu mal-gvern?", "Minn liema lokalita' ġejjin dawn in- nurses?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-istudenti li jtemmu b'suċċess il-kors li jwassal għal diploma jew BSc fin-nursing, normalment jiġu mpjegati bħala infermiera mad-diviżjoni tas-saħħa fuq bażi każwali u dan sakemm il-proċedura għall-ħatra tagħhom bħala enrolled jew staff nurses tkun finalizzata mill-kummissjoni dwar is-servizz pubbliku.", "Hekk ġara tliet snin ilu u r-riżultat ta' l-intervisti konċernati kien ġie ppubblikat mill-istess kummissjoni u għaldaqstant m'inix f'qagħda li nippubblika l-imsemmi riżultat.", "L-infermiera li għalihom qed jirriferi l-Onor.", "Interpellant kienu mil- lokalitajiet li ġejjin:", "| |Staff |Enrolle| | |Nurses|d | | | |Nurses | |Birkirkara |- |1 | |Birżebbuġia |1 |2 | |Cospicua |1 |- | |Fgura |2 |1 | |Għargħur |- |1 | |Għaxaq |2 |3 | |Għawdex |8 |2 | |Gudja |1 |- | |Gżira |- |1 | |Kalkara |- |1 | |Lija |1 |- | |Luqa |1 |2 | |Marsascala |2 |1 | |Marsaxlokk |1 |- | |Mellieħa |2 |- | |Mosta |2 |3 | |Mġarr |1 |- | |Mqabba |- |1 | |Msida |1 |- | |Naxxar |2 |1 | |Paola |3 |- | |Pieta' |1 |- | |Qrendi |1 |1 | |Rabat |2 |4 | |Safi |1 |- | |San Ġiljan |2 |- | |San Ġwann |- |1 | |San Pawl |2 |1 | |il-Baħar | | | |Senglea |- |1 | |Siġġiewi |- |2 | |Sliama |1 |- | |Swieqi |1 |- | |Santa Luċija |- |1 | |Ta' Xbiex |- |1 | |Tarxien |1 |1 | |Żabbar |- |3 | |Żebbuġ |1 |1 | |Żejtun |- |1 | |Total |44 |38 |", "DEPOŻITANTI TAL-BICAL", "11616.", "L-ONOR.", "MICHAEL ASCIAK staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jagħti xi indikazzjoni meta jista' isir pagament ieħor lid-depożitanti tal-BICAL, peress li l-aħħar pagament li sar issa ilu s-snin?", "Jista' jgħid ukoll jekk wara li jsir il-pagament li jmiss, hemmx xi ħsieb li d-depożitanti jingħataw xi forma ta' ħlas barrani biex jagħmel tajjeb għall-imgħaxijiet li ntilfu minn mindu għalaq l-imsemmi BICAL 'il fuq minn 30 sena ilu?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li ma jkunx għaqli li issa jsiru distribuzzjonijiet oħra qabel it-tqassim finali.", "Qegħdin isiru t-tħejjijiet meħtieġa sabiex din il-likwidazzjoni tiġi konkluża fi żmien qasir.", "L-ammont li jiġi distribwit u lil min fuq tali likwidazzjoni jkun jiddependi mit-tħejjija tal-pjan ta' distribuzzjoni.", "BIRKIRKARA – TNEĦĦIJA TA' ARBLU TAD-DAWL", "11617.", "L-ONOR.", "MICHAEL ASCIAK staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jara jekk l-Enemalta tistax tneħħi arblu antik tad-dawl li qed jostakola l-funzjoni tat-tħaddim ta' Rizzo Service Station, f'Birkirkara?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jien informat li minn investigazzjoni li saret jirriżulta li l-arblu msemmi għandu jitneħħa fi żmien qasir flimkien ma' xogħlijiet oħra simili.", "LIĊENZJI TAL-KAROZZINI", "11618.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: B'riferenza għal mistoqsijiet parlamentari oħra li jien għamilt dwar il-problema tal-liċenzji tal-karozzini, jista' jgħid jekk hemmx il-ħsieb li dawk li għandhom karozzin u li qed jaħdmu bla liċenzja jingħataw iċ-ċans li jirregolarizzaw il-pożizzjoni tagħhom?", "Kemm huwa informat il-Ministru li hemm min għandu liċenzja imma m'għandux la karozzin u wisq anqas żiemel u qed jispiċċa jbigħ il-liċenzja għal eluf ta' liri jew inkella jikriha lil terzi persuni?", "Biex jinqata' dan l-abbuż, jaqbel il-Ministru li dawk li għandhom karozzin u żiemel u qed jaħdmu bla liċenzja għandhom jingħataw iċ-ċans, imqar għal darba waħda biex jirregolarizzaw il-pożizzjoni tagħhom u jiġu liċenzjati?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "SAN ĠILJAN - PJAN LOKALI", "11620.", "L-ONOR.", "ROBERT ARRIGO staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jinformana jekk il-pjan lokali ta' San Ġiljan li jinkludi fih Paceville, huwiex lest?", "Jista' jgħid kemm ilu li sar u jekk skadiex il-perjodu ta' konsultazzjoni?", "Dan huwa previst li jsir liġi?", "Sakemm dan isir liġi, id-deċiżjonijiet li jittieħdu fil-MEPA huma riflessi f'dan il-pjan lokali?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Il-pjan lokali għall-portijiet tat-tramuntana jinkludi fih il-kunsill lokali ta' San Ġiljan.", "L-abbozz ta' dan il-pjan kien tressaq għal konsultazzjoni pubblika f'Mejju tas-sena 2000 u kien hemm parteċipazzjoni pubblika qawwija.", "Iż-żmien ta' konsultazzjoni huwa determinat mil-liġi - Att XXI ta' l-2001 Art.", "19(1) - u dan huwa ta' mhux anqas minn sitt ġimgħat.", "Ġeneralment dan il-perjodu ta' konsultazzjoni pubblika jibda jiskadi wara li l-abbozz tal- pjan ikun varat għall-pubbliku.", "Fil-każ ta' l-abbozz tal-pjan lokali għall- portijiet tat-tramuntana, il-perjodu ta' konsultazzjoni pubblika skada.", "Sakemm il-pjan isir liġi, il-bord li jkun qed jieħu d-deċiżjoni jrid iżomm f'moħħu l-provvedimenti ta' l-abbozz tal-pjan lokali biex il-miri prinċipali tal-pjan ma jiġux milquta b'mod avvers minn din id-deċiżjoni.", "Bl-istess mod id-direttorat jieħu konjizzjoni ta' l-aħħar żviluppi sabiex il-pjan jinżamm aġġornat.", "MCAST – EMPLOYABILITY SKILLS FOR WOMEN", "11624.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm applikanti għall-kors ESF14 - employability skills for women returning to the workforce - organizzat mill-MCAST?", "Kemm minnhom ġew aċċettati għall-ewwel grupp?", "Fuq liema bażi sar ir-ranking tal-kandidati?", "Il-kandidati ġew informati b'din il-proċedura?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li kien hemm 200 applikant minn Malta u 21 minn Għawdex għall-kors ESF14 - employability skills for women returning to the workforce.", "Għall-ewwel grupp ġew aċċettati 107 minn Malta u 12 minn Għawdex.", "Ir-ranking tal-kandidati sar minn aptitude test.", "Wara applikazzjoni, il-kandidati kienu informati li jista' isir interview jew aptitude test u kellhom laqgħa fejn kien ġie spjegat lilhom li se jkunu ranked fuq aptitude test.", "EFL MONITORING BOARD", "11625.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid x'passi se jittieħdu biex ma terġax tiġri t-taħwida li ġrat għall-eżami ta' l-EFL monitoring board li sar nhar is-Sibt 26 ta' Marzu 2005?", "Meta mistennija titlesta l-inkjesta dwar x'ġara?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-istħarriġ li tlabt li jsir mid-direttur tat- teknoloġija fl-edukazzjoni tlesta u kopja ta' dan ir-rapport qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "KURA FI SPTARIJIET BARRANIN", "11626.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Peress li r-regolamenti ta' l-Unjoni Ewropea jipprovdu li ċittadin ta' l-Unjoni għandu dritt li jfittex kura fi sptar f'pajjiż membru ieħor bl-awtorizzazzjoni ta' l-awtoritajiet ta' pajjiżu; U peress li din l-awtorizzazzjoni tingħata biss jekk il-kura mitluba tkun tista' tingħata f'limitu ta' żmien aċċettabbli; U meta nafu wkoll li l-ispiża tkun rimborsata mill-awtoritajiet tal-pajjiż taċ-ċittadin kemm-il darba tkun ingħatat din l-awtorizzazzjoni bil-quddiem;", "L-awtoritajiet tas-saħħa Maltin kif qed jinterpretaw it-terminu \"limitu ta' żmien aċċettabbli\" u kif dan qed ivarja minn kura għal oħra?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Id-dipartiment tas-saħħa m'għamel l-ebda definizzjoni tat-terminu \"limitu ta' żmien aċċettabbli\" għaliex dan jinbidel skond kriterji strettament mediċi, irrispettivament mit-tul ta' stennija għall-kura meħtieġa u dan skond l-opinjoni espressa mill-Qorti tal- Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej.", "GĦAJNSIELEM – ĦANUT BLA PERMESS", "11627.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Tista' il-MEPA tagħmel l-investigazzjonijiet meħtieġa biex tara jekk ħanut ta' mastrudaxxa li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, għandux il-permessi kollha meħtieġa?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Ninsab informat li s-sit li qed jagħmel riferenza għalih l-Onor.", "Interpellant m'għandux il-permessi neċessarji mingħand il-MEPA u fil-fatt diġa' ittieħdet azzjoni dwar dan permezz ta' avviż ta' twettiq ECF886/99, maħruġ fl-14 ta' Ottubru 1999.", "SLIEMA – IRWEJJAĦ MINN KĊINA TA' RISTORANT", "11628.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Tista' il-MEPA tagħmel l-investigazzjonijiet meħtieġa biex tara jekk ristorant li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, għandux il-kċina kif suppost biex minnha ma joħorġux irwejjah qawwija fl- inħawi?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel din il- mistoqsija lill-ministru konċernat.", "SLIEMA CARPARKS", "11629.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm iridu jħallsu kera fis-sena lill-gvern dawk li se jiżviluppaw il-carparks tax- Chalet f'Għar id-Dud u Qui-si-Sana?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 11353.", "PENSJONANTI TAL-BOV", "11633.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 11540 u jgħid meta hu maħsub li jingħataw iż-żidiet u l-arretrati ta' l-istess żidiet lill-pensjonanti ex-ħaddiema tal-BOV u dan skond l-aħħar ftehim kollettiv?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 11482.", "BAĦRIJA: TRIQ IL-QASTAN - ASFALTAR", "11635.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Jista' il-Ministru jgħid għaliex ix-xogħol ta' tarmak li qed isir fi Triq il-Qastan, Baħrija ma tkompliex allavolja t-tender tax-xogħol kien ingħata f'April tas-sena 2004?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Tweġiba tingħata f'seduta oħra", "ŻEJTUN - KAMRA TAN-NAR", "11653.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 11560 dwar metodu kif il-kamra tan-nar taż-Żejtun qed tiġi mitluba taħraq u tiddisponi minn karti skart, jista' il-Ministru jispjega kif \"Il-MEPA mhix qed tesiġi li dawn il- karti jinħarqu f'apparat speċjali, iżda jekk irid jinħareġ xi skart bħal dan għandu jintuża apparat apposta skond il-liġi ....\"?", "Jista' jispeċifika b'mod aktar ċar x'inhu u kif ikun dan \"l-apparat apposta skond il-liġi\" biex din il-Kamra tkun ċerta li dan huwa konformi mal-liġi?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Ninsab informat li fil-każ tal-kamra tan-nar in kwestjoni, l-iżviluppatur ippropona li jaħraq karti kontaminati bil-kimika tat-taħlit ġo tank tal-ħadid.", "Dawn il-karti kontaminati jiġu meqjusa bħala skart perikoluż u jekk jiġu maħruqa kif propost - open burning - jistgħu jikkawżaw tinġis ta' l-arja.", "Il-liġi ma tippermettix li jsir ħruq fl-apert ta' skart u għaldaqstant min għandu bżonn jaħraq xi skart, irid juża apparat speċjali - inċineratur - li hu awtorizzat biex fih isir il-ħruq ta' skart.", "Fil-każ tal-kamra tan-nar taż-Żejtun, il-MEPA mhix qed tirrakkmanda li jiġi provdut inċineratur fuq il-post.", "Ir-rakkmandazzjoni ta' l-awtorità hi li jekk ikun hemm bżonn li jiġi inċinerat xi skart, dan irid jintbagħat għal ġo inċineratur awtorizzat.", "Din ir-rakkmandazzjoni ma tapplikax biss għall- kmamar tan-nar, però tapplika wkoll għal kull tip ta' skart li jkun hemm bżonn li jiġi inċinerat f'Malta, bl-eċċezzjoni tal-ħruq ta' ħaxix ħażin u kwantitajiet limitati ta' injam fl-għelieqi.", "Ta' min jinnota wkoll li l-awtorità mhijiex qed tinsisti li dan it-tip ta' skart li ser ikun iġġenerat mill-kamra tan-nar in kwestjoni jrid jiġi bilfors inċinerat.", "Jekk dawn it-tip ta' karti huma fi kwantitajiet żgħar, jistgħu jintremew ma' l-iskart domestiku wara li jiġu mxarrbin biex jitnaqqas il-periklu li jaqbdu.", "SPTAR SAN LUQA - PARKING", "11655.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jikkonferma jekk hix se ssir bidla fil- mod kif isir il-parking fl-isptar San Luqa?", "Jekk iva, dawk li jgħallmu fl- institute of healthcare u li sal-lum jipparkjaw ħdejn l-institute fil- parkeġġ li hemm apposta għalihom, se jkunu jistgħu jibqgħu jipparkjaw f'dan il-post jew se jkollhom bżonn xi card apposta?", "Il-membri parlamentari li sal-lum jipparkjaw fil-VIP area, se jkunu jistgħu jibqgħu jagħmlu dan meta jmorru jżuru xi kostitwenti?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nikkonferma li fl-isptar San Luqa se tiġi introdotta sistema ġdida ta' traffiku u parkeġġ.", "Dawk li jgħallmu fl-institute of healthcare se jibqgħu jipparkjaw il- vettura tagħhom fl-istess parkeġġ li hemm quddiem il-post imsemmi.", "Biex tidħol fuq it-triq li twassal għal dan il-parkeġġ, kull individwu jkun meħtieġ li juża proximity card maħruġa mill-institute of healthcare.", "Il-membri parlamentari se jkunu jistgħu jipparkjaw fil-VIP area kif kienu qabel.", "UNIVERSITA' - STAFF AKKADEMIKU", "11656.", "L-ONOR.", "FRANCO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 9269 u jgħid jekk il-kondizzjonijiet ta' impjieg ta' l-istaff akkademiku ta' l-universita' jinkludux u, jekk fl-affermattiv, jindika n-numru ta' sigħat ta' xogħol u jekk hemmx xi benchmark dwar kemm minn dawn is-sigħat għandhom jiġu wżati għal lectures, tutorials, xogħol ra' riċerka, eċċ.?", "Jista' jgħid ukoll x'arranġamenti jeżistu għal dawk il-membri ta' l-istaff akkademiku li jokkupaw kariga pubblika jew privata u jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra il-pożizzjoni/grad ta' dawk il-membri ta' l-istaff akkademiku li huma awtorizzati li jokkupaw kariga pubblika u privata u x'inhuma dawn il- karigi?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-informazzjoni mitluba fl-ewwel parti tal-mistoqsija hija definita fil-ftehim kollettiv dwar l-istaff akkademiku.", "Informat li m'hemmx arranġamenti fissi rigward staff akkademiku li jkunu mitluba jagħtu servizz pubbliku jew privat u kull każ jiġi trattat skond iċ- ċirkostanzi partikolari.", "EFL MONITORING BOARD", "11657.", "L-ONOR.", "FRANCO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid x'passi se jittieħdu fid-dawl li kien hemm żbalji fil-karta ta' l-eżamijiet ta' l-EFL?", "Min se jkun accountable għall-iżbalji li saru?", "X'se jsir mir-riżultati biex jiġu assessjati b'mod fair?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li wara li ddiskuta l-aspetti kollha tal- każ, il-bord ta' sorveljanza tat-tagħlim ta' l-Ingliż bħala lingwa barranija, li huwa bord awtonomu, iddeċieda li l-eżami bil-miktub jiġi kkorreġut u l-marki għall-mistoqsijiet fejn kien hemm żbalji jitqassmu fuq sezzjonijiet oħra tal-karta.", "Ċirkolari EFL 4/2005 tat-30 ta' Marzu 2005 qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "Kopja tar-rapport dwar l-istħarriġ ta' dan il-każ magħmul mis-Sur Lawrence Zammit ukoll qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "BRUSSELL - DAR MALTA", "11658.", "L-ONOR.", "FRANCO GALEA staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid f'liema stadju wasal ix-xogħol fuq Dar Malta?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant illi l-interior designs huma lesti u dawn jinkludu t-tqassim ta' kmamar, sistemi ta' sigurtà, telephones u IT.", "Dawn l-arranġamenti huma intenzjonati għall-bini kollu, b'mod partikolari għall-Ambaxxata Maltija fi Brussels u r- rappreżentanza permanenti.", "B'dawn fil-post inkunu nistgħu naġġornaw l- applikazzjoni għall-permessi li kienu diġà ġew sottomessi mill-kuntratturi għal refurbishment minimu fuq standards kummerċjali.", "B'dawn il-permessi ġodda jkollna ambaxxata u rappreżentanza permanenti ta' livell xieraq.", "Fil-frattemp xogħlijiet bħal żarmar ta' fittings u fixtures u ġarr ta' terrapien li ma kellhomx bżonn permessi diġà saru.", "Ix-xogħol il-kbir u viżibbli jinbeda mal-ħruġ tal-permessi.", "QUI-SI-SANA/TIGNE' – BINI TA' APPARTAMENTI", "11659.", "L-ONOR.", "FRANCO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jagħti account ta' kemm inbnew appartamenti fi Qui-si-Sana u Tigne' mill-1991 sal-ġurnata tal-lum?", "Kemm minnhom taw il- commuted parking payment scheme u għal kemm karozzi jammontaw?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "MEPA NORTH HARBOUR PLAN", "11660.", "L-ONOR.", "FRANCO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid meta ħiereġ in-north harbour plan?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 11620.", "SPTAR SAN LUQA - TWELID ASSISTIT", "11661.", "L-ONOR.", "FRANCO GALEA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Issa li se ssir liġi ġdida dwar twelid assistit artifiċjali, jista' il-Ministru jgħid jekk dan is-servizz huwiex se jingħata b'xejn lil koppji u dan fid-dawl li kien hemm ward fl-isptar San Luqa apposta għalhekk?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: It-twelid assistit artifiċjalment, bħalma hu IVF, ma jifformax parti mis-servizz tas-saħħa b'xejn mogħti mill-gvern.", "Il- proposta ta' sala għal dan il-għan qatt ma ġiet approvata mid-diviżjoni tas- saħħa.", "LIĊENZJA TAL-KAĊĊA", "11667.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jara jekk wara sentenza ta' ħabs ta' tliet snin u nofs li ngħatat fl-1987, għandux issa jiġi kkonsidrat mill-ġdid li l-persuna indikata separatament tingħata l- liċenzja tal-kaċċa?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li m'hemm ebda talba pendenti mal- pulizija għal-liċenzja tal-kaċċa mill-persuna msemmija mill-Onor.", "Interpellant.", "VISAS LIL ĊITTADINI ĊINIŻI", "11668.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk it-taqsima ta' l-immigrazzjoni tal-korp tal-pulizija għandhiex evidenza li turi li numru ta' ċittadini Ċiniżi li daħlu Malta b'visa regolari matul dawn l-aħħar 12- il xahar, baqgħux f'pajjiżna wara li skaditilhom il-visa?", "Kemm minn dawn iċ-ċittadini Ċiniżi ma nafux jekk għadhomx f'pajjiżna?", "Jista' jgħid ukoll jekk il-pulizija sabitx u bagħtetx lura lejn iċ-Ċina ċittadini Ċiniżi li nstabu Malta bil-visa skaduta u jekk iva, jagħti ċ-ċifri?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li t-tagħrif mitlub fl-ewwel parti tal- mistoqsija mhux disponibbli taħt forma komputerizzata.", "Ninsab informat ukoll illi matul is-sena 2004 kien hemm 97 persuna ta' nazzjonalita' Ċiniża li tneħħew minn Malta wara li nstab li kienu Malta irregolarment, filwaqt li matul din is-sena s'issa kien hemm 15.", "INVESTIGAZZJONI TA' INĠUSTIZZJI", "11669.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Peress li b'risposta għall-mistoqsija parlamentari 11419 il-Prim Ministru kien irrisponda li l-informazzjoni mitluba kienet qed tinġabar, jista' jgħid jekk din l-informazzjoni s'issa nġabritx?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 11419.", "MALTAPOST CANTEEN", "11670.", "L-ONOR.", "MICHAEL ASCIAK staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid jekk l-offerta għall-canteen tal-Maltapost fil-Marsa ngħatatx?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "SVPR CANTEEN", "11671.", "L-ONOR.", "MICHAEL ASCIAK staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid jekk ingħatatx l-offerta għall- canteen ta' barra ta' l-SVPR?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-canteen li hemm barra l-SVPR hi fuq art privata u għallhekk id-dipartiment ta' l- anzjani u kura fil-komunita' m'għandu x'jaqsam xejn ma' l-operat tagħha.", "VAT FUQ ENTITAJIET KUMMERĊJALI", "11672.", "L-ONOR.", "MICHAEL ASCIAK staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jispjega jekk hemmx xi żieda fil-VAT ta' 5% fuq entitajiet kummerċjali?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-VAT ma tinġabarx fuq entitajiet kummerċjali imma fuq provvisti ta' prodotti u servizzi.", "BELT VALLETTA - PLAKKA B'TIFKIRA", "11673.", "L-ONOR.", "MICHAEL ASCIAK staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' jiġi kkonsidrat li tiġi mikxufa plakka fil-Belt Valletta li tkun tfakkar id-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li kif diġà kont esprimejt ruħi f'mistoqsija parlamentari 5593, il-gvern qed jesplora l- possibbiltà li ssir tifkira tad-dħul ta' Malta fl-Ewropa.", "Biss ma naħsibx li din l-għażla għandha tkun ristretta biss għall-Belt Valletta.", "-------"]} {"filename": "20031211_077d_par.doc", "date": "2003-12-11", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 77 Il-Ħamis, 11 ta' Diċembru, 2003 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 77 Il-Ħamis, 11 ta' Diċembru, 2003", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-9.02 a.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "77", "Il-Ħamis, 11 ta' Diċembru, 2003", "WERREJ", "MINUTI 705", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI 705", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "KUMITAT TA' PROVVISTA", "ESTIMI ĠENERALI 2004", "IT-TMIEN JUM STABBILIT", "MINISTERU GĦAT-TRASPORT U KOMUNIKAZZJONI 711", "AĠĠORNAMENT 739", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 740", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 76 li saret fl-10 ta' Diċembru, 2003 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "TII – SAFAR UFFIĊJALI", "3299.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Charles Buhagiar) staqsa lill- Ministru għat-Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u Investiment: Jista' il- Ministru jgħid kemm-il darba siefer id-direttur ta' l-office of review u kemm dam barra?", "Jista' jgħid ukoll kemm kienet l-ispiża globali għal kull żjara barra minn Malta minn meta ħa l-appointment f'April 2001 sa meta nbidillu r-rwol tiegħu f'Ottubru 2003?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru għat-Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u Investiment): Id-direttur ta' l-office of review siefer tliet darbiet u cioe` mit-30 ta' Gunju sas-7ta' Lulju 2001, bi spiza globali ta' Lm655.58; mill-10 sat-13 ta' Lulju 2001, bi spiza globali ta' Lm427.68; u mit-23 sas- 26 ta' Marzu 2002, bi spiza globali ta' Lm464.55.", "AMBAXXATI - LAN REQUIREMENTS", "3314.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Leo Brincat) staqsa lill-Ministru għat-Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u Investiment: Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm ambaxxati li daħlu fi ftehim mal-MITTS għall-provvediment tal-lan requirements sabiex jiġu kkonnettjati ma' l-IT network tal-gvern?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninsab informat li l-kuntratt li għandha l-MITTS biex tipprovdi international connectivity fuq il-MAGNET huwa mal-ministeru għall- affarijiet barranin u mhux ma' l-ambaxxati jew kummissjonijiet individwali.", "Konsegwentement nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel id-domanda tiegħu lill-ministru għall-affarijiet barranin.", "SKEJJEL - TEHID TA' DROGA", "3202.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta' tehid jew suspett ta' tehid ta' drogi fl-iskejjel matul din is-sena?", "X'passi ttieħdu?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (Segretarju Parlamentari) (f'isem il-Ministru ta' l- Edukazzjoni): Informat li matul is-sena skolastika 2002/2003 u s'issa kien hemm 81 rapport ta' teħid jew suspett ta' teħid ta' droga fl-iskejjel.", "F'dawn il-każi kollha saret ħidma mis-substance abuse team fi ħdan is-safe schools programme unit fi ħdan it-taqsima ta' l-istudents services fid- diviżjoni ta' l-edukazzjoni.", "Dawn ir-rapporti kollha jiġu mmexxija minn dan it-team b'kordinament ma' l-amministrazzjoni ta' l-iskola flimkien mal- guidance and counselling unit.", "Fi tliet każi qed issir ħidma kkordinata li tinvolvi wkoll l-aġenzija sedqa, l-aġenzija appoġġ u t-taqsima kontra d-drogi tal-pulizija.", "Fi 23 każ il-ħidma tinvolvi lis-sedqa u lill-pulizija biss, waqt li fi 13-il każ ġiet involuta sedqa iżda mhux il-pulizija.", "PERSUNI INFETTATI BL-AIDS", "3203.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' il-Ministru jgħid kemm każi ta' AIDS ġew irrapportati mill-1 ta' Jannar, 2003?", "Kemm kienu rġiel u kemm kienu nisa?", "Kemm kien hemm persuni ta' nazzjonalita' barranija?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru tas-Saħħa): Ninsab informat mid- dipartiment tas-saħħa pubblika illi mill-1 ta' Jannar, 2003 s'issa ġew notifikati erba' persuni li għandhom l-AIDS.", "Minħabba raġunijiet ta' konfidenzjalita' u biex nipproteġu l-individwi konċernati, informazzjoni fuq is-sess u n-nazzjonalita' ma tistax tingħata.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Carmelo Abela): L-Onor.", "Mizzi, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jekk is-Segretarju Parlamentari għandu l-file quddiemu, jista' jgħidilna kemm hawn nies infettati bl-AIDS?", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Sur President, m'għandix din l-informazzjoni quddiemi u għalhekk nitlob lill-Onor.", "Membru jagħmel domanda bil-miktub ħalli jingħata risposta.", "MDINA - PALAZZ VILHENA", "3204.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill-Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid meta nbena l-Palazz Vilhena fl-Imdina?", "Kemm minnu qed jintuża bħalissa u għal liema skop?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT (Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura): Dwar l-ewwel parti tal-mistoqsija nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel rifirenza għall- kotba ta' l-istorja.", "Dwar it-tieni parti ninformah li bħalissa qiegħed jintuża madwar 80% tal- Palazz.", "Il-parti prinċipali hija okkupata mill-mużew nazzjonali ta' l- istorja naturali, parti oħra tintuża bħala uffiċċju tal-kunsill lokali ta' l-Imdina, parti oħra bħala għassa tal-pulizija u d- dungeons huma mikrija lil persuni terzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sur President, jekk tippermettili xtaqt nagħmel domanda dwar iċ-ċentru ta' restawr ġewwa Bighi.", "Nistaqsi lill-Ministru jekk qarax l-artiklu tiegħi li deher illum fil-ġurnal ''The Times''.", "Jista` jgħid jekk ir-rimarki li jien għamilt humiex se jiġu investigati?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Iva, l-artiklu qrajtu u se nistaqsi b'mod formali għar-reazzjoni taċ-ċentru.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Peress li l-artiklu kif deher fil-gazzetta m'huwiex eżatt kif bgħattu jien għax tħallew xi affarijiet barra – ovvjament jien kelli naċċetta li jidher b'dan il-mod għax aħjar milli ma jidher xejn – lest il-Ministru li jħallini ngħaddilu l-kopja oriġinali u nitolbu biex f'ġieħ is-sewwa, jagħmel l-investigazzjoni li hemm bżonn għax dak huwa kollu verita'?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Sur President, napprezza jekk l-Onor.", "Interpellant jagħtini kopja sħiħa ta' dak l-artiklu u nwiegħdu li nagħmlu l- verifiki neċessarji biex naċċertaw li x-xogħol ta' restawr isir b'mod tajjeb għax ma nistgħux nissograw li xogħol fuq wirt imprezzabbli jsir b'metodoloġija ħażina.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Apparti li veru li fl-artiklu tiegħi hemm riferenza għas-sistema ħażina ta' restawr, jien nistaqsi lill-Ministru jekk huwiex se jieħu s-suġġeriment tiegħi biex il-fondi li hu intitolat li jdaħħal iċ- ċentru, idaħħalhom kif suppost.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Sur President, naqbel perfettament ma' dak li qed jgħid l-Onor.", "Interpellant.", "Naturalment kull ministru li jidħol f'kariga u responsabbilta' ġdida jibda jħares lejn il-viabilita' u l-operat ta' kull entita' u ċ-ċentru ta' restawr huwa wieħed minn dawk l-entitajiet li qegħdin inħarsu lejhom, anke forsi għax jiena għandi preokkupazzjoni oħra.", "Iċ-ċentru ta' restawr għandu l-funzjoni li jgħallem, iħejji u jħarreġ in- nies fil-prattika tal-konservazzjoni u anke li jagħmel il-konservazzjoni direttament hu.", "Jien nixtieq nara li jkun hemm bilanċ bejn dawn iż-żewġ rwoli.", "Jiġifieri ma nixtieqx li dan ikun biss ċentru li jħarreġ imma anke ċentru li jagħmel interventi ta' restawr u konservazzjoni.", "MDINA - PALAZZ VILHENA", "3205.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill-Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid meta sar l-aħħar rapport uffiċjali dwar l-istat tal-bini tal-Palazz Vilhena?", "Jista' ipoġġi kopja tar-rapport fuq il-mejda tal-Kamra?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ninforma lil Onor. Membru li x-xogħol ta' moniteraġġ fuq l-istat tal-Palazz Vilhena u l-inħawi ta' madwaru sar mill- ministeru għar-riżorsi u infrastruttura u għalhekk nitolbu jindirizza l- mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "Nixtieq inżid li riċentement sar rapport, pero' dan ma ntbagħatx lili peress li ma ġiex ikkummissjonat mill-ministeru tiegħi.", "MDINA - PALAZZ VILHENA", "3206.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill-Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid x'inhu jsir biex jiġi żgurat li l-Palazz Vilhena ma jkomplix jikkrolla?", "Minn fejn hu mistenni li jinġabu l-fondi għal dan il-għan?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Nitlob lil Onor. Membru jirriferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija 3205 għar-rigward il-parti teknika.", "Dwar it-tieni parti tad-domanda, nassigura lill-Onor.", "Interpellant li għadhom qegħdin isiru studji dwar kif jistgħu jinstabu l-fondi meħtieġa.", "MDINA - PALAZZ VILHENA", "3207.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill-Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid jekk minħabba l-istat perikoluż li jinstab fih il-Palazz Vilhena, hemmx bini tal-privat li huwa wkoll fi stat ta' periklu direttament minħabba f'hekk?", "Liema hu dan il- bini?", "Min huma s-sidien?", "Saret xi konsultazzjoni bejn il-gvern u s-sidien?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ninforma lil Onor. Interpellant li fi ħdan il- ministeru għar-riżorsi u infrastruttura hemm unit apposta li jieħu ħsieb strutturi perikolużi u għalhekk nitlob lil Onor. Membru jirriferi l- mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sur President, nixtieq nirriferi għal diversi domandi supplimentari li saru din il-ġimgħa dwar ċertu restawr fil-Kottonera.", "Jista' il-Ministru jgħidli fiex wasal ix-xogħol ta' restawr fuq il-knisja tas-Salvatur ġewwa l-Kalkara, peress li jidher li għad hemm xi problema biex dan jitlesta?", "Jista' jgħidli wkoll huwiex possibbli li jsir studju biex il-post li jgħidulu s-Salvatur, bejn il-Kalkara u l-Birgu, li jidher li m'hemmx fondi biex issir ir-riabilitazzjoni tiegħu, inkunu nafu x'inhi s-sitwazzjoni li jinsab fiha u naraw jistax jiġi restawrat biex insalvaw dik il-parti li fiha storja u li donnu ħadd ma jagħti kasha?", "Fil-fatt hemm kappella li ilha sfrundata żmien twil u li forsi jkun tajjeb jekk wieħed jieħu ħsiebha qabel ma jkun tard wisq.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: L-Onor.", "Interpellant irid japprezza li d-domanda supplimentari dwar ix-xogħol ta' restawr fuq il-kappella tas-Salvatur ġewwa l-Kalkara saret jumejn ilu u allura ma kellix żmien biżżejjed biex nivverifika dwarha.", "Rigward it-tieni parti tad-domanda, qed nilqa' is-suġġeriment ta' l-Onor.", "Interpellant u se nindaga dwar l-istat ta' konservazzjoni ta' l-area bejn il-Kalkara u l-Birgu u naraw jekk nistgħux nintervjenu.", "IMPORTAZZJONI TA' PRODOTTI TA' L-IKEL", "3259.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomiċi: B'riferenza għat-taxxi indiretti ta' dan il-budget, jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra kemm se jkunu t- tariffi, dazji jew kwoti ġodda fuq l-importazzjoni ta' other processed cheese (Kefoalo-tyri) minn non-EU countries?", "It-tunnellaġġ in kwestjoni skond l-ispecial temporary state aid to support processors and recognised retailers of imported products ikopri l- importazzjoni minn non-EU countries abbazi ta' l-importazzjoni storika?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomiċi): Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 3241.", "IMPORTAZZJONI TA' PRODOTTI TA' L-IKEL", "3260.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: B'riferenza għas-Lm7 miljun li l-gvern ivvota fil-budget sabiex jissussidja l-prezzijiet ta' dawk il- prodotti ta' l-ikel li se jogħlew wara s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, jista' il-Ministru jgħid kemm minnhom se jmorru biex jissussidjaw il-52,000 tunnellata ta' common wheat and muesli seed skond l-ispecial temporary state aid to support processors and recognised retailers of imported products?", "Jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hu l-valur globali li se jkun qed joħroġ il-Gvern Malti u kemm hu l-valur globali li se tkun qed toħroġ l- Unjoni Ewropea sabiex ikun issussidjat il-prezz għoli ta' dan il-prodott?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent): Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill- ministru konċernat.", "IMPORTAZZJONI TA' PRODOTTI TA' L-IKEL", "3261.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomiċi: B'riferenza għat-taxxi indiretti ta' dan il-budget, jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra kemm se jkunu t- tariffi, dazji jew kwoti ġodda fuq l-importazzjoni ta' common wheat and muesli seed minn non-EU countries?", "It-tunnellaġġ in kwestjoni skond l-ispecial temporary state aid to support processors and recognised retailers of imported products ikopri l- importazzjoni minn non-EU countries abbażi ta' l-importazzjoni storika?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomici): Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 3241.", "IMPORTAZZJONI TA' PRODOTTI TA' L-IKEL", "3262.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: B'riferenza għas-Lm7 miljun li l-gvern ivvota fil-budget sabiex jissussidja l-prezzijiet ta' dawk il- prodotti ta' l-ikel li se jogħlew wara s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, jista' il-Ministru jgħid kemm minnhom se jmorru biex jissussidjaw il-61,000 tunnellata ta' barley, excluding barley seeds skond l-special temporary state aid to support processors and recognised retailers of imported products?", "Jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hu l-valur globali li se jkun qed joħroġ il-Gvern Malti u kemm hu l-valur globali li se tkun qed toħroġ l-Unjoni Ewropea sabiex ikun issussidjat il-prezz għoli ta' dan il-prodott?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent): Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill- ministru konċernat.", "IMPORTAZZJONI TA' PRODOTTI TA' L-IKEL", "3263.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomiċi: B'riferenza għat-taxxi indiretti ta' dan il-budget, jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra kemm se jkunu t-tariffi, dazji jew kwoti ġodda fuq l-importazzjoni ta' barley, excluding barley seeds minn non-EU countries?", "It-tunnellaġġ in kwestjoni skond l-ispecial temporary state aid to support processors and recognised retailers of imported products ikopri l- importazzjoni minn non-EU countries abbażi ta' l-importazzjoni storika?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomiċi): Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 3241.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jista' is-Segretarju Parlamentari jgħidilna x'kienet tgħid ir-risposta għall-mistoqsija 3241?", "THE DEPUTY SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Ir-risposta ta' mistoqsija parlamentari 3241 tgħid hekk:", "\"Dwar il-kwoti fuq il-prodotti msemmija, din tista' tintalab lill- ministeru għall-affarijiet rurali u ambjent.", "It-tunnellaġġ fl-iskema ta' l-ispecial temporary state aid to support processors and recognised retailers of imported products ġie nnegozjat fuq il-bażi ta' l-importazzjoni f'Malta tal-prodotti konċernati f'dawn l-aħħar snin\".", "IMPORTAZZJONI TA' PRODOTTI TA' L-IKEL", "3264.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: B'rifirenza għas-Lm7 miljun li l-gvern ivvota fil-budget sabiex jissussidja l-prezzijiet ta' dawk il-prodotti ta' l-ikel li se jogħlew wara s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, jista' il- Ministru jgħid kemm minnhom se jmorru biex jissussidjaw it-62,000 tunnellata ta' maize (corn), excluding seeds skond l-ispecial temporary state aid to support processors and recognised retailers of imported products?", "Jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hu l-valur globali li se jkun qed joħroġ il-Gvern Malti u kemm hu l-valur globali li se tkun qed toħroġ l- Unjoni Ewropea sabiex ikun issussidjat il-prezz għoli ta' dan il-prodott?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent): Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill- ministru konċernat.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sur President, ma jidhirlux is-Segretarju Parlamentari li f'dawn ir-risposti hawn xi ħaġa li m'hijiex iddoqq u qisna qegħdin nilagħbu l-ping-pong?", "Għax jekk il-ministru konċernat huwa l- Ministru Dalli u ċerti partijiet tad-domanda ġew riferuti lill-ministeru għall-affarijiet rurali u ambjent, allura ma jidhirlux li dawn setgħu ġew risposti mill-ministru għall-affarijiet rurali u ambjent?", "THE DEPUTY SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Sur President, jidher li minn dawn l-aħħar sitt domandi kien hemm tlieta indirizzati lill-Onor.", "John Dalli u tlieta oħra lill-Onor.", "George Pullicino.", "Ir-risposti għat-tliet domandi li saru lill- ministru tal-finanzi huma identiċi għar-risposta li ngħatat għal domanda 3241.", "Jien nasal biex ngħid li kieku d-domandi li għamel l-Onor.", "Interpellant lill-Onor.", "George Pullicino għamilhom lill-ministru tal- finanzi, ir-risposta ta' domanda 3241 kienet tkun tapplika għalihom ukoll.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Nirringrazzja lis-Segretarju Parlamentari għax qed jikkonfermali li għal dawn id-domandi kienet tapplika ir-risposta li ngħatat għad-domanda parlamentari 3241.", "Jien nerġa' nitolbu jgħidli x'kienet tgħid din ir-risposta ħalli nara fejn tidħol il-parti li tirriferi għall-ministeru għall-affarijiet rurali u ambjent.", "Jien nemmen li jew dan il-ministeru kellu jirrispondi parti minn din id-domanda jew inkella qed ngħaddu lin-nies bi żmien u ma nagħtux l-informazzjoni mitluba.", "THE DEPUTY SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Sur President, jidher ċar li d-domandi li għamel l-Onor.", "Noel Farrugia lill-Onor.", "George Pullicino jirrigwardaw ċerti tariffi, eżenzjonijiet u miżuri oħra li ttieħdu in vista ta' l-adeżjoni ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, kollha aspetti dawn li jidħlu fl-ambitu tar- risposta għad-domanda 3241.", "Naħseb li f'dan l-istadju jkun aħjar li jew is-Sedja tipprovdi lill-Onor.", "Membru kopja tar-risposta għad-domanda 3241, jew inkella l-Onor.", "Mizzi jiċċekkja l-affarijiet biex ikun jista' jivverifika li effettivament hawn dan l-overlapping.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sur President, is-Segretarju Parlamentari qed jgħid li kieku d-domandi li saru lill-ministru għall-affarijiet rurali u ambjent saru lill-ministru tal-finanzi, hu kien jirrispondi bl-istess mod u kien jirriferi għar-risposta li ngħatat għal domanda 3241.", "Issa jiena tlabtu biex fl-interess pubbliku jerġa' jaqra r-risposta ħalli min qed jismagħna jinduna li hemm xi ħaġa li qed tistona f'din il-biċċa xogħol.", "Meta wieħed jagħmel mistoqsija u ma jingħatax informazzjoni għandu jingħata ċ-ċans li jagħmel domanda oħra sakemm tinġabar l-informazzjoni.", "Ladarba din l- informazzjoni li qed nitlob m'hijiex f'idejja, jaċċetta s-Segretarju Parlamentari li f'ġieħ it-trasparenza u s-serjeta' ningħata l-informazzjoni li qed nitlob?", "THE DEPUTY SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: B'żieda ma' dak li għedt, l-Onor.", "Interpellant jista' wkoll jirriferi għall-website ta' l-Unjoni Ewropea li fiha jsib id- dettalji kollha li għandu bżonn.", "Din hija: http://europa.eu.int/comm/taxation_customs/dds/cgi-bin/tarchap?Lang=EN", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Japprezza s-Segretarju Parlamentari li jekk kumbinazzjoni mmur biex nidħol f'dik il-website u ma jkollix dawl nibqa' bla risposta?", "X'nagħmel allura?", "Nitlob lill-Clerk of the House iġibli computer malajr ħalli nagħmel il-parti tiegħi u nkun naf x'qiegħed jgħid is- Segretarju Parlamentari!", "B'dan il-mod se nibdew nirrispondu?", "Allura se nispiċċaw biex jekk irridu nkunu nafu xi ħaġa dwar it-taxxi, mmorru l- inland revenue u jekk irridu nkunu nafu xi ħaġa dwar is-saħħa mmorru l- isptar?", "Ma tridx li nissospendu s-seduta sakemm immur infittex fuq l- internet?", "THE DEPUTY SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Jekk hija problema ta' ħin, l-Onor.", "Mizzi jista' jmur fuq l-internet fin-12.30 p.m. Wara kollox tliet sigħat m'huma xejn ħdejn l-eternita'!", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Tqegħid ta' Karti?", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal- Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "KUMITAT TA' PROVVISTA", "ESTIMI ĠENERALI 2004", "IT-TMIEN JUM STABBILIT", "MINISTERU GĦAT-TRASPORT U KOMUNIKAZZJONI", "L-ordni għall-Kumitat ġie moqri", "FIL-KUMITAT", "L-Onor.", "Carmelo Abela, President tal-Kumitati ̧ jippresjedi.", "THE CHAIRMAN: Nixtieq ninforma lill-Kumitat li skond il-mozzjoni tal-25 ta' Novembru ̧ 2003 il-ħin tad-diskussjoni tal-lum għandu jinqasam indaqs bejn kelliema tal-gvern u kelliema ta' l-oppożizzjoni, bl-aħħar nofs għall- gvern.", "Jekk jogħġbu, il-Ministru jressaq ir-riżoluzzjonijiet tiegħu.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni): Sur President, nipproponi:", "VOT 32 - MINISTERU GĦAT-TRASPORT U KOMUNIKAZZJONI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm6,398,000 li titħallas mill-fond konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 32 - Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni, kif dettaljata fl-abbozz ta' l-estimi ġenerali ta' nefqa għas-sena 2004.", "VOT 33 - AVJAZZJONI ĊIVILI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm561,000 li titħallas mill-fond konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 33 – Avjazzjoni Ċivili, kif dettaljata fl-abbozz ta' l-estimi ġenerali ta' nefqa għas-sena 2004.", "VOT VI - MINISTERU GĦAT-TRASPORT U KOMUNIKAZZJONI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 17,630,000 li titħallas mill-fond konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot VI - Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni, kif dettaljata fl-abbozz ta' l-estimi ġenerali ta' nefqa għas-sena 2004.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sur President ̧ nipproponi din l-emenda:", "VOT 32 - MINISTERU GĦAT-TRASPORT U KOMUNIKAZZJONI", "Personal Emoluments", "Item 11 - Holders of Political Office", "Ħassar iċ-ċifra \"Lm14,775\" u ssostitwixxi minflok iċ-ċifra \"Lm14,774\".", "Delete the figure \"Lm14,775\" and substitute therefor the figure \"Lm14,774\".", "Mingħajr dubju ta' xejn il-qasam marittimu ̧ li huwa qasam importanti ħafna ̧ jinkorpora fih il-portijiet u l-mollijiet tal-gżejjer tagħna.", "Peress li l- gżejjer Maltin huma mdawrin bil-baħar u qegħdin f'nofs il-Mediterran ̧ l- attivitajiet marittimi huma mportanti u vitali ħafna għall-ekonomija ta' pajjiżna u għall-għajxien tal-Maltin u l-Għawdxin.", "Għalhekk għandu jkollna strateġija biex ċerti attivitajiet ikunu konnessi ma' l-attività marittima aktar u aktar meta nafu li l-għajxien ta' ħafna nies jiddependi minn din l- attivita` u jekk ma nagħmlux hekk inkunu qed nipperikolaw l-għajxien ta' ħafna ħaddiema Maltin u Għawdxin.", "Ikun tajjeb li ngħid li s-sitwazzjoni fil-portijiet tagħna hija waħda allarmanti u prekarja u biex wieħed ma jaħsibx li jien forsi qed nesaġera jew nivvinta, se nikkwota mill-editorjal tal-ġurnal \"The Times\" tat-18 ta' Ġunju ta' din is-sena li jgħid hekk:", "\"The problem has been brought up a number of times already but as happens over so many other pressing matters in Malta ̧ very little action is taken until somehow the bubble bursts.", "The situation at the ports has not burst yet but unless action is taken now the problem is likely to grow, hitting more and more firms in the process.\".", "Mela hawnhekk l-editorjal ta' \"The Times\" qed jikkonferma li għandna sitwazzjoni mwiegħra fil-portijiet tagħna u dan żgur li ma jawgurax tajjeb għall-futur ta' pajjiżna.", "Per eżempju, insibu li l-awtorita` marittima, li hija responsabbli minn dan il-qasam u li bil-liġi għandha taħt ir- responsabbilta` tagħha s-sezzjoni ta' kontra t-tniġġis taż-żejt kienet irrifjutat li din is-sezzjoni taqa' taħtha bil-konsegwenza li issa qegħdin f'sitwazzjoni fejn jekk ikollna, Allaħares qatt, xi diżgrazzja kbira – dan huwa possibbli li jsir u sar – żgur li ma nkunux f'pożizzjoni li nikkontrollawha.", "Dan għaliex il-makkinarju ġie mitluq, iddeterjora, u qiegħed f'sitwazzjoni li ma nafx kemm jiffunzjona jekk ̧ Allaħares qatt, ikollna bżonn nużawh.", "L-istess ngħid dwar il-mollijiet u fejn saħansitra qed isiru xi proġetti ġodda.", "Jidher li hawnhekk l-awtorità marittima falliet ukoll.", "Issa nixtieq nirriferi għall-moll taċ-Ċirkewwa.", "Apparti mill-fatt li dan il-moll suppost huwa lest insibu li minkejja li kien stmat li se jiġi jiswa Lm10 miljun nafu li llum dan l-ammont tela' għal Lm13 miljun.", "Issa l- Bambin biss jaf kemm se jiġi jiswa aktar meta jkun lest!", "Hemm ukoll ċerti difetti li jien persważ li l-awtorità marittima taf bihom.", "Per eżempju, il- breakwater huwa qasir u meta bastiment jorbot ma' naħa ta' moll ma jkunx jista' jorbot ma' naħa oħra.", "Hemm problema oħra dwar l-antenna għax din ma saritx kif suppost kellha ssir u allura tista' tkun ta' periklu għan- navigazzjoni.", "B'dawn in-nuqqasijiet il-moll taċ-Ċirkewwa li qed isir biex bastiment ikun jista' jaħdem fi kwalunkwe temp u allura jonqsu l-ispejjeż ̧ ma naħsibx li se jkun suċċess mija fil-mija.", "Sur President, l-awtorita` marittima hija responsabbli wkoll għan- navigational aids li jgħinu lill-baħħara ta' bastimenti li jkun hemm qrib il-kosta tagħna.", "Pero' jekk wieħed jara x'sar s'issa jsib li ħlief biċċa travu x-Xlendi u xi ħaġa oħra l-Għadira ma sarx meta nafu li dawn l- affarijiet jirrikjedu li dejjem intejbu u nżidu ċerti affarijiet biex innaqqsu l-periklu ta' xi inċident serju li jista' jkun hemm madwar il- gżejjer tagħna.", "Hemm ħafna periklu li jista' jikkawża periklu jew tniġġis serju fil-kosta tagħna.", "Per eżempju, meta wieħed jagħti l-bunkering lill- bastimenti, jekk ikun hemm xi nuqqas f'xi ħaġa li tkun importanti f'każ li tinqala' xi diffikulta` jista' jseħħ xi inċident pero' kieku jkun hemm ċerti faċilitajiet ̧ l-inċident ma jseħħx.", "Sur President, minkejja li għamilna awtorità biex l-affarijiet ikunu aktar effiċjenti u biex ma jkunx hemm tberbiq jidher li ma morniex 'il quddiem u l-infiq qed ikun esaġerat.", "Fil-fatt il-flus li jintnefqu għal ċerti affarijiet ma jkunux ġustifikati u qed insibu li ċerti nies qegħdin idaħħlu pagi esaġerati u dan mhuwiex sew.", "Kieku l-affarijiet tjiebu ̧ il-flus li jintnefqu huma ġustifikati u l- portijiet tagħna huma effiċjenti kollox sew imma minkejja l-paroli li jingħad hemm ħafna nuqqasijiet.", "Dan minkejja l-miljuni kbar ta' flus li qed jintnefqu.", "Barra minn hekk, l-ewwel ningħataw l-impressjoni li qed isiru proġetti li jagħtuna r-riżultati u mbagħad insibu nuqqasijiet kbar ̧ bħal fil-każ tal-proġett tal-Kottonera.", "Qed ngħid dan għax l-area tal- baċir numru 1 suppost inkludewha fil-proġett pero' wara dawn is-snin kollha għadna ma nafux x'se nagħmlu biha.", "Dawn l-affarijiet juru li l-awtorita` marittima m'għandhiex strateġija dwar il-portijiet tagħna, daqskemm m'għandhiex strateġija fejn jidħol l-iżvilupp li qed isir fil-port.", "Qed ngħid dan għax ma jistax ikun li f'ċerti areas fil-port ma tagħmilx ċerti affarijiet ̧ bħalma huma l-accropodes li jkissru l-mewġ qawwi tal-maltemp ħalli ma jkunx hemm ħsara fil-port.", "Alla jbierek l-awtorita` marittima ma tatx kashom dawn u mhijiex tagħti kashom, mentri din hija l-ewwel ħaġa fl-iżvilupp fil-port li kellha tagħti kas.", "Fil-fatt dawk li kien hemm mal-breakwater spiċċaw bil-maltemp u ma nafux x'se jiġri.", "Kieku l-awtorita` marittima verament trid li l-affarijiet isiru bis-serjeta` u verament għandha strateġija kif se ttejjeb il-portijiet tagħna kienet tieħu passi fuq affarijiet bażiċi u mportanti u kienet tara li ċertu żvilupp fil-portijiet ma jseħħx jekk ma tiġix solvuta dik il- problema.", "Sur President ̧ biex nuri ċar kemm l-awtorita` marittima m'għandhiex strateġija rrid insemmi l-fatt li fl-area li fiha suppost ikun hemm bastimenti tal-passiġġieri qed ikun hemm ukoll bastimenti tal-gwerra.", "Issa jien mhux se noqgħod nidħol fil-polemika ta' jekk għandhomx jidħlu bastimenti tal-gwerra jew le imma jien ma rajt l-ebda portijiet li jpoġġu bastimenti tal-passiġġieri u tat-turisti ħdejn bastimenti tal-gwerra.", "Din ma nistax nifhimha u mhux jien biss ma nistax nifhimha imma ma jistax jifhimha lanqas min jopera u jaħdem fil-portijiet.", "Jidher li l-awtorità marittima ma tantx tagħti kas dawn l-affarijiet.", "Pero' jista' jkun li għandha pressjoni mill-gvern biex il-bastimenti jintrabtu f'dik l-area partikolari għax forsi hemm l-aħjar mollijiet?", "Huwa veru li ċerti mollijiet jinsabu f'sitwazzjoni mwiegħra pero' mhuwiex sew li l-bastimenti tal-passiġġieri titfagħhom fejn ikun hemm il-ħmieġ, l-injam u affarijiet bħal dawn.", "Dan ma jawgurax tajjeb għal quddiem meta aħna qed nipprovaw nattiraw bastimenti tat-turisti.", "Il-fatt li nħalltu affarijiet ma' oħra juri li aħna m'għandniex strateġija.", "Hemm postijiet oħra fejn wieħed jista' jorbot dawn il-bastimenti, kemm mil-lat ta' sigurta` u anke mil-lat ta' strateġija.", "Strateġija oħra tal-mistħija li qed tuża l-awtorità marittima hija dik ta' bastimenti tal-gwerra li jġorru armi nukleari li qed jidħlu f'pajjiżna.", "Nerġa' ntenni li jien mhux qed nitkellem fuq il-prinċipju ta' jekk għandhomx jidħlu bastimenti tal-gwerra jew le f'pajjiżna imma qed nitkellem dwar xi strateġija għandu jkun hemm meta fil-portijiet tagħna jidħlu l- bastimenti.", "Jien ma nistax nifhem kif mingħajr ma jindagaw sew iħallu bastimenti li jġorru armi nukleari jidħlu f'pajjiżna meta jafu li l-poplu Malti huwa kontriha din.", "Per eżempju ̧ pajjiżi oħra lanqas il-bastimenti tagħhom stess li jġorru armi nukleari ma jħallu jidħlu fil-portijiet tagħhom imma jġegħluhom jidħlu f'postijiet oħra.", "Pero' Alla jbierek aħna speċjali u naċċettaw kollox.", "Taparsi nagħtu garanzija li dawn il- bastimenti ma jġorrux armi nukleari u l-affarijiet jibqgħu mexjin.", "Jekk irridu li pajjiżi oħra jeħduna bis-serjeta` huwa mportanti li nuru li għandna strateġiji tajbin għax inkella ma naħsibx li jkun hemm kumpanniji serji li jaslu biex jissograw iġibu bastimenti hawnhekk.", "Qabel nagħlaq irrid ngħid li jekk ma jkunx hemm strateġiji serji u jekk il- gvern ma juri l-ebda ħeġġa ibati l-pajjiż ̧ il-poplu u l-ħaddiema tal- portijiet.", "Hawnhekk ikun tajjeb li nfakkar fid-direttiva ta' l-UE li kienet se taffettwa lill-ħaddiema tal-portijiet.", "Fil-fatt meta r- rappreżentanti tal-ħaddiema tal-GWU iltaqgħu magħna u tkellmu dwar din id- direttiva li kienet se taffettwa lill-ħaddiema tal-portijiet b'mod dirett u li kienet se thedded l-għajxien tagħhom, aħna għednielhom li konna se nagħmlu l-parti tagħna billi nitkellmu mal-membri soċjalisti fi ħdan il- parlament Ewropew u ngħidulhom li għandhom jagħtu support lil-ħaddiema tagħna biex din id-direttiva ma tgħaddix.", "Għalhekk hawnhekk irrid nirringrazzja lill-GWU f'isem il-ħaddiema tal-portijiet għax kienet hi li qajmet l-inizjattiva.", "Kieku ma qajmitx l-inizjattiva hi kienu jbatu l- ħaddiema Maltin u ta' pajjiżi oħra membri ta' l-UE.", "Min-naħa l-oħra nikkundanna lilll-gvern li qagħad newtrali u m'għamel l-ebda pressjoni biex din ma tgħaddix mill-parlament.", "Jiddispjaċini li qed ngħid dan imma din hija r-realtà.", "Nirringrazzjak.", "THE DEPUTY CHAIRMAN (L-Onor.", "Mario DeMarco): Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L- Onor. Charles Buhagiar.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Sur President, illum se nipprova nagħmel kritika ftit differenti milli nagħmel is-soltu fuq dan il-ministeru; l-ewwelnett għax se nikkritika mhux biss it-toroq imma t-trasport kollu u t-tieni nett għax hemm ċerti żviluppi li naħseb li huwa mportanti li wieħed jitkellem fuqhom.", "Jien se nitkellem fuq it-trasport fuq l-art.", "Kif jaf kulħadd it-trasport fuq l-art huwa settur importanti ħafna għax fuqu tiddependi l-ħajja li ngħixu.", "Ħafna drabi dan it-tip ta' trasport mhux biss jaffettwa l-ambjent fiżiku ta' pajjiżna ̧ jiġifieri toroq ̧ pjazez u parkeġġi, imma jaffettwa wkoll l-ambjent u l-arja li għandna madwarna.", "Fil-fatt huwa ppruvat li dan it-tip ta' trasport jikkawża l-akbar ammont ta' tniġġis ta' l-arja li għandna f'pajjiżna.", "Dan it-tip ta' trasport joħloq ukoll il-problema tas-sigurta` fuq it-toroq tagħna.", "Għalhekk naħseb li meta wieħed jitkellem fuq dan il-qasam wieħed irid jitkellem b'mod ġenerali fuq tliet setturi prinċipali; is-settur ta' l-infrastruttura tat-toroq, it-traffic management kif ukoll l-operaturi fis-settur, jiġifieri dawk kollha li jipprovdu s-servizz bħalma huma l- karozzi tal-linja, it-taxis, il-minibuses, il-coaches, il-karozzini u l- vetturi l-oħrajn kollha.", "Issa jien se nibda nitkellem ftit fuq kull wieħed minnhom u se nibda fuq it-toroq.", "It-toroq f'pajjiżna jridu jintużaw minn dak li hu meqjus bħala densita` kbira ħafna ta' karozzi.", "Jien inqis li f'Malta għandna l-akbar densita` ta' karozzi għal kull kilometru kwadru ta' toroq li għandna ̧ fid-dinja probabbilment ̧ għax aħna pajjiż ċkejken, l-area ta' toroq hija żgħira u l- ammont ta' karozzi huwa esaġerat għal pajjiżna.", "Għalhekk it-toroq tagħna jridu jkunu jifilħu għal ċertu xogħol.", "Minn statisitka li għandna nafu li pajjiżna għandu fost l-akbar numru ta' vetturi ̧ anke mill-pajjiżi membri ta' l-UE.", "Fil-fatt minn dawk li deħlin għandna l-akbar persentaġġ u minn dawk li diġa` huma membri għandna r-raba' jew il-ħames l-akbar persentaġġ.", "Fatt kurjuż huwa li l-akbar persentaġġ ta' car ownershp fl-Ewropa huwa f'pajjiż żgħir bħal Malta li huwa l- Lussemburgu.", "Naħseb ir-raġuni għal din - din tirrifletti wkoll xi ftit fuq x'aħna nagħmlu f'dan is-settur - ġejja mill-fatt li l-Lussemburgu huwa pajjiż b'popolazzjoni żgħira u allura ma jagħmilx sens li jipprovdu sistemi ta' mass transit bħall-underground kif għandhom pajjiżi oħrajn.", "Minħabba li nstab ukoll li l-Lussemburgu mhuwiex finanzjarjament vijabbli li jagħmel dawn it-tip ta' sistemi rriżulta li hemm car ownership kbira ħafna.", "Sur President ̧ aħna nafu bl-importanza li l-operat tal-karozzi fit-toroq jiġi ristrett u din rajniha meta kellna l-car-free day ̧ għalkemm din is- sena din il-ġurnata partikolari ma tantx kienet waħda feliċi għax kienet l- istess ġurnata meta t-tfal bdew l-iskola u allura kellna xi ftit tal- konfużjoni.", "Naħseb li l-car-free day għandha ssir – jien ngħid li għandha ssir b'mod aktar regolari u mhux f'ġurnata waħda fis-sena – f'ġurnata meta jgawduha n-nies u mhux f'ġurnata tax-xogħol meta kulħadd ikun magħluq fuq xogħlu u allura ħadd ma jkun jista' jgawdi l-ispazji miftuħa.", "Pero' ħalli nkompli nitkellem fuq it-toroq.", "Qabel l-elezzjoni kienu qalulna ħafna fuq kemm se nġibu flus mill-UE u mill-protokoll Taljan sabiex nibnu t-toroq f'pajjiżna.", "J'Alla dawn il-flus inġibuhom pero' l-ewwel punt li rrid nagħmel huwa dan.", "Sfortunatament huwa magħruf li x-xogħlijiet li nwettqu fit-toroq ta' pajjiżna ħafna drabi jaqgħu lura.", "Issa aħna nafu li kemm fil-każ tal-protokoll Taljan kif ukoll fil-każ tal-flus li se nġibu mill-UE - nerġa' ngħid ̧ j'Alla jiġu dawn il-flus - jekk m'aħniex se nwettqu x-xogħol meħtieġ fi żmien stipulat, il-fondi li nistgħu nġibu nitilfuhom kollha.", "Għalhekk nippretendi li minn issa d-dipartiment iħejji biex jara li x-xogħlijiet li huma earmarked li jsiru, isiru fil-ħin.", "Din id-darba m'għandniex ċans li nġibuha ħażin; nistgħu nġibuha ħażin imma ma neħdux il-benefiċċji.", "Għalhekk nippretendi li ladarba Malta se tkun membru ta' l-UE għandna naħdmu biex il-benefiċċji neħduhom pero' jekk m'aħniex se nkunu serji ̧ ma neħduhomx.", "Naf li d-direttorat diġa` għażel it-toroq li jridu jsiru mill-fondi li se jiġu mill-protokoll Taljan kif ukoll it-toroq li jridu jsiru mill-fondi li se jiġu mill-UE.", "Fil-fatt mill-informazzjoni li tani l-ministru rriżulta wkoll li d-direttorat diġa` għamel it-tenders għal dawn ix-xogħlijiet pero` jidhirli li dan mhuwiex biżżejjed.", "Sur President, ejja nieħdu l-ewwel il-protokoll Taljan.", "Safejn naf jien, il-flus li jiġu mill-protokoll Taljan ̧ minbarra li trid tonfoqhom f'ċertu perijodu - f'dan il-każ huwa perijodu qasir ħafna għax mingħalija hemm madwar Lm12 miljun earmarked mill-protokoll Taljan għat-toroq li jridu jintnefqu f'sentejn, is-sena d-dieħla u s-sena ta' wara; fil-fatt fil- budget ta' din is-sena hemm kważi Lm8 miljun minn dan il-protokoll għat- toroq - trid tara li persentaġġ minnhom jintnefqu Malta u persentaġġ minnhom jintnefqu l-Italja fis-sens li tixtri l-materjal u tingħata servizz mit-Taljani.", "Ma nafx jekk din hijiex kondizzjoni fil-protokoll Taljan li hemm din id-darba imma dejjem hemm kienet qabel u nassumi li din id-darba qiegħda hemm ukoll.", "Għalhekk huwa mportanti li nibdew naħsbu biex lill- kuntratturi nagħrfuhom b'dan ħalli jkunu jafu kif se jaġġustaw l-affarijiet tagħhom għax inkella jkollna ħafna telf ta' ħin.", "Din hja waħda mill- affarijiet li rridu nħarsu lejha.", "Ħaġa oħra li rridu nħarsu lejha hija li mhuwiex biżżejjed li nħejju t- tenders, li noħorġuhom fil-ħin u li b'daqshekk inkunu solvejna l-problemi.", "Hemm ħafna issues oħrajn li rridu nħarsu lejhom biex ix-xogħol fuq it- toroq ikun lest fil-ħin.", "Waħda mill-aktar issues importanti hija li l- ewwelnett irridu nindirizzaw lilna nfusna fid-direttorat u naraw li għandna project management set-up li tista' taħdem u tiffunzjona biex naċċertaw ruħna li ma jkunx hemm delays mhux skużabbli fuq proġett.", "Din hija mportanti ħafna u nittama li d-direttorat jindirizza din il-problema.", "Naf li llum fid-direttorat hemm 14-il perit u qabel ma kien hemm ħadd.", "Dan grazzi għall-gvern Laburista ta' bejn l-1996 u l-1998 meta fl-universita` daħħalna l-kors ta' l-inġenerija tat-toroq bħala stream fil-kors ta' l- arkitettura u issa qegħdin naraw ir-riżultat tiegħu.", "Quddiemi hawn sieħbi l-Onor.", "Evarist Bartolo li jista' jgħid li l-ewwel inizjattiva li ħadna meta tlajna fil-gvern kienet li ltqajna mar-rettur biex isir dan it-tip ta' kors.", "Għalhekk illum għandna 14-il perit speċjalizzat.", "Dan huwa pass tajjeb ħafna 'l quddiem u llum il-ministru u d-direttorat qegħdin igawdu minn din is-set-up.", "Pero` dawn huma nies li l-esperjenza tagħhom hi li hi jiġifieri fuq project management ma nafx kemm għandhom esperjenza.", "Jekk dawn ilhom li ggradwaw madwar tliet snin l-esperjenza tagħhom hija limitata u allura ħadd ma jista' jippretendi – dan qed ngħidu mill-esperjenza professjonali tiegħi - li dawn in-nies se jagħmlu project management serju.", "Ovvjament dan ma jistgħux jagħmluh għax m'għandhomx esperjenza biżżejjed u mhux għax mhumiex kapaċi.", "Għalhekk nittama li d-direttorat iħares lejn din l-issue ta' project management bis-serjetà u jara kif se jsib l- expertise biex dawn il-proġetti jsiru u jsiru fil-ħin.", "Barra minn hekk ma tistax tibda proġett u tlestih jekk ma jkollokx il-kooperazzjoni tal- kuntrattur; jista' jkollok mhux l-aqwa project managers!", "Mela huwa mportanti li jkollok kuntratturi kapaċi li jwasslulek il-proġett u din hija problema oħra.", "Sur President, jien kont nippretendi li matul dawn il-ħames snin li għaddew l-operaturi f'dan is-settur tal-bini tat-toroq jingħataw it-taħriġ meħtieġ ħalli x-xogħol isir fil-ħin imma mir-riżultati li qegħdin naraw jidher li dan it-taħriġ ma ngħatax.", "S'issa qatt ma kellna proġett ta' toroq wieħed f'dawn il-ħames snin li għaddew li bdejnih u lestejnih fil-ħin stipulat.", "Lanqas wieħed ma kellna!", "Allura kif nista' nippretendi li t-toroq li se nagħmlu se nlestuhom fil-ħin?", "Issa hawnhekk mhux qed nitkellmu fuq toroq żgħar għax biex tonfoq Lm7 miljun jew Lm8 miljun fuq triq ikollok proġett kbir mhux ħażin.", "Safejn naf jien - I stand to be corrected - qatt ma ntnefqu daqshekk flus fuq triq waħda f'Malta, jiġifieri jekk qed jintnefqu dawn il-flus fuq proġett ifisser li huwa proġett kbir ħafna.", "Għalhekk jien ma nistax nifhem kif ma sarx effort biex lill-kuntratturi tagħna nagħmluhom aktar effiċjenti u biex naraw li dawn iwettqu x-xogħol skond l-istandards neċessarji u fil-ħin stipulat u mhux se jkollna problemi meta niġu biex nagħmlu dawn it-tip ta' tenders.", "Wisq nibża' li jekk mhux se nieħdu dawn l-affarijiet bis-serjeta` se nitilfu ħafna mill-fondi.", "Inutli niġu f'dan il-parlament niftaħru kemm ġibna fondi mill-protokoll Taljan u mill-UE.", "Il-fondi mhux iġġibhom trid imma tonfoqhom.", "U s- suspett tiegħi hu li dawn il-flus ma jintnefqux għall-fatt li ma naħdmux skond it-timeframes li se jkollna mposti fuqna.", "Din hija mportanti ħafna.", "L-issue li kulmin huwa nvolut f'dan is-settur jaħdem b'mod effiċjenti se tkun waħda mill-affarijiet kruċjali biex ikollna x-xogħol delivered in time u nkunu nistgħu nieħdu l-fondi li għandna bżonn ħalli t-toroq f'pajjiżna nġibuhom 'il quddiem.", "Sur President, it-toroq li saru f'Malta matul dawn l-aħħar ħames snin ma tantx jagħmluli kuraġġ u hawnhekk se nsemmi ftit eżempji mill-ħafna ta' kif l-affarijiet imxew u ma mxewx mat-timeframes li għamilna.", "Pero' qabel xejn irrid ngħid ukoll li hemm żewġ issues oħrajn.", "L-ewwel waħda hija li l-periti u l-inġiniera tad-direttorat iridu jaraw li meta jagħmlu schedule ta' xogħlijiet għal xi proġett partikolari, ix- xogħol irid ikun realistiku.", "Inutli titlob li triq li fiżikament ma tistax issir f'sentejn titlob li ssir f'sena!", "Inutli titlob lill- kuntratturi biex jikkonfermawlek li triq ilestuha f'sena għax dawn igħidulek li se jagħmluha u ma jagħmluhiex.", "Allura min se jitlef?", "Mhux aħna bħala pajiż se nitilfu jekk ma ssirx f'sena, aktar u aktar meta qegħdin nitkellmu fuq fondi ġejjin minn barra?", "Mhux aħjar inkunu realistiċi fit-timeframes li norbtu lilna nfusna magħhom?", "Jien ċert li fuq ċerti proġetti li saru f'dawn l-aħħar ħames snin kien hemm timeframes li ma setgħux jiġu osservati mill-kuntratturi għax kienu wisq ristretti.", "Il- kuntratturi jaċċettaw li jaħdmu ma' dawk it-timeframes pero` dan ma jfisser xejn u minkejja li twaħħalhom il-penali ̧ inti bħala pajjiż tkun tlift il- flus.", "U meta twaħħalhom il-penali, se taqtagħlhom dawk il-miljuni li tkun tlift?", "Mela din hija issue mportanti.", "Sur President ̧ it-tieni issue se nsemmiha minħabba xi ħaġa li nkitbet fil- ġurnal \"In-Nazzjon\" tal-lum fuq il-kwestjoni ta' kif jiġu awarded it- tenders.", "Jien dejjem għedt li mhux neċessarjament min joffri l-irħas tender huwa l-aħjar.", "Jien dejjem għedt ukoll li hemm bżonn li d- dipartiment tal-kuntratti jħares lejn din il-problema u jara kif nistgħu nsolvuha għax jista' jkollok kuntrattur li ma jkollu esperjenza ta' xejn - ħafna drabi dan ma jkollux overheads - u jagħtik prezz verament kompetittiv imma inti taf li jekk tqabbdu ma jkunx se jlestilek.", "Allura jekk tuża l- argument li juża d-dipartiment tal-kuntratti, li min hu l-irħas tagħtih it- tender, tispiċċa tagħtih it-tender bil-problemi kollha li joħloqlok wara.", "Diġà għandek diffikulta` kbira li meta you award a tender kuntratturi oħrajn jikkontestawlek l-adjudication li tkun saret u jdaħħluk f'ħafna kwestjonijiet.", "Per eżempju ̧ il-bieraħ il-ministru tas-saħħa kien qed jgħid li l-proċess dwar l-inċineratur ta' l-isptar San Luqa biex jiddeċiedu min għandu raġun u min m'għandux ilu għaddej xi tmien snin.", "Kieku noħorġu t-tenders li se nġibu fondi għalihom mill-Italja u mill-UE u xi ħadd jagħmlilna hekk, mhux talli ma jibdiex ix-xogħol talli f'sentejn jew fi tliet snin lanqas biss tingħata t-tender.", "Għalhekk irridu noqogħdu attenti fuq dawn l-affarijiet u rridu nħejju ruħna għalihom għax dawn huma possibbiltajiet li jistgħu jiġru.", "Issa ħalli niġi għal dak li kien hemm fil-ġurnal \"In-Nazzjon\" tal-lum – hawnhekk ma saritx riferenza għall-bini tat-toroq imma għall-bus ticketing machines – fejn ingħad li jien ̧ bħala kelliemi ta' l-oppożizzjoni fuq it- trasport, għedt li dawn it-ticketing machines mhux qegħdin jaħdmu għax ingħataw l-irħas tender u skond huma ̧ kieku ma ngħatatx l-irħas tender minjaf x'kien igħid l-Onor.", "Alfred Sant.", "Dawn qalu xi ħaġa f'dan is-sens.", "Skużi, l-argument ta' dakinhar fuq il-bus ticketing machines ma kienx għax ingħata l-irħas tender.", "L-argument kien li l-ministru ta' dakinhar li kien se jagħti t-tender kellu relazzjoni personali mill-qrib ma' wieħed mis- suppliers jiġifieri m'għandu x'jaqsam xejn il-prezz.", "Għalhekk lil tal- ġurnal \"In-Nazzjon\" ngħidilhom biex ma jħalltux l-affarijiet flimkien u ma jipprovawx jieħdu kumment li nkun għedt jien u jpoġġuh out of context.", "Imma jien mhux se noqgħod ninħela fuq dawn il-ħmerijiet.", "Il-punt tiegħi huwa li rridu noqogħdu attenti kif issir l-adjudication.", "Nittama li bħala direttorat qed jaraw li din issir b'ċerta serjeta` ħalli l-kuntrattur li jiġi awarded jaċċertana li dan se jwassalna biex inlestu x-xogħol fi żmien stipulat.", "Issa nixtieq nagħti ftit eżempji ta' xogħlijiet li saru u ta' proġetti li nbdew matul dawn l-aħħar ħames snin u għadhom ma tlestewx.", "Għandek il- bypass ta' l-Imtarfa li nbeda fl-1999 u nofsu biss għadu lest; għandek ix- xogħlijiet li saru fir-ring road tal-Mosta u għadhom mhumiex lesti u għandek ukoll ix-xogħlijiet tat-triq li kellha tagħti minn Burmarrad sa ħdejn ir-roundabout tal-Qlejgħa li tlestiet nofsha biss.", "Dawn ix-xogħlijiet li suppost tlestew fi 12-il xahar ilhom li ħarġu t-tenders għalihom tliet snin, ix-xogħol fuqhom ilu għaddej sentejn u nofs u għadhom m'humiex lesti kompletament.", "Kif għidt ̧ fil-każ ta' Burmarrad nofs ix-xogħol biss huwa lest.", "Imbagħad għandek it-triq tas-Salini li tagħti għall-Iklin li nofsha biss għad hemm lest.", "Issa dan biex jirranġaw stretch żgħira fit-telgħa ta' Alla u Ommu li kellha tieħu sitt ġimgħat u ħaditilna sitt xhur!", "Allaħares nibqgħu nagħmlu dawn l-affarijiet għax ma nafx kif nistgħu nieħdu l-fondi mill-UE jekk m'aħniex kapaċi nlestu t-toroq fi żmien stipulat!", "Għandek ukoll l-access roads għall-isptar Mater Dei li suppost saru f'ċertu żmien u għadhom ma tlestewx.", "Issa, fl-opinjoni tiegħi, hemmhekk għandek kuntratturi li huma fost l-aktar kapaċi li għandna f'Malta għall- bini tat-toroq ̧ biex inkun qed ngħid kollox.", "Imma again dawn ma kenux kapaċi jlestu x-xogħol fi żmien stipulat u jidhirli li sal-lum ix-xogħol għadu mhuwiex lest kompletament.", "Dan ma jiġrix biss fuq toroq primarji imma jiġri anke fuq toroq arterjali u anke fuq toroq żgħar bħal Birkirkara Road ̧ San Ġiljan, fejn biċċa xogħol li suppost ħadet sitt ġimgħat, spiċċat ħadet erba' xhur.", "Sur President ̧ ma jistax ikun li nibqgħu sejrin b'din is-sistema imma hemm bżonn li dawn l-affarijiet nagħmluhom bis-serjeta`.", "Dan qed ngħidu mhux minħabba l-gvern imma minħabba pajjiżna għax jekk irridu nieħdu l-fondi li ġejna mwegħdin u li nnegozjajna dwarhom hemm bżonn li nkunu serji f'dak li nagħmlu sabiex dawn il-fondi neħduhom.", "Dan l-aħħar fil-qorti kien hemm sentenza għax kien hemm delay fuq triq partikolari.", "Fil-fatt xi ħadd fittex lid-direttorat għad-danni u rebaħha.", "Jidhirli li kien hemm każ ta' sid ta' restaurant li rebaħ Lm20,000 danni għax triq li saret quddiemu ħadet aktar żmien milli kien ippjanat.", "Mela hawnhekk għandna issues differenti.", "M'għandniex biss l-issue li jekk ma nlestux fil-ħin ma nkunux nistgħu nieħdu l-fondi imma għandna wkoll l-issue li jekk toħloq inkonvenjent lin-nies b'dak li tagħmel u jkun hemm prova li tkun naqqastilhom in-negozju, id-direttorat se jeħel il-penali.", "Naħseb li din is-sentenza li għadni kemm semmejt kienet preċedent.", "Ma nafx jekk kienx hemm każi oħrajn qabilha jew warajha imma dan żgur huwa prċeedent li se jġiegħel lil nies oħrajn jitħajru jagħmlu l-istess ħaġa.", "Issa ngħiduha kif inhi, lin-nies ma tagħtihomx tort għax mhux sew li tibda tagħmel triq u tibqa' għaddejja għal dejjem!", "Sur President ̧ kien hemm ukoll sentenza oħra rigward xogħol ta' toroq li jqajjem ċertu ħsieb u din semmiha l-ombudsman fir-rapport li għamel.", "Dan qal li jekk ikun hemm xi inċidenti minħabba xogħol li ma jkunx qed isir kif suppost bil-konsegwenza li jweġġgħu n-nies jew ikun hemm il-ħsara, l- awtorità - fil-każ ta' toroq arterjari – u l-kunsilli lokali - fil-każ ta' toroq lokali - se jkunu responsabbli għad-danni wkoll.", "Mela hawnhekk għandna issue oħra u ma nafx kif id-direttorat iħares lejha din.", "Fil-fatt hawnhekk l-ombudsman irrifera għal każ li ġara fis-Siġġiewi.", "Din hija xi ħaġa li rridu nħarsu lejha u fejn qabel konna nikkritikaw lill-gvern minħabba nuqqas ta' performance issa jista' jkun hemm ukoll konsegwenzi aktar serji.", "Jien għandi ħafna iżjed xi ngħid fuq it-toroq imma l-ħin li għandi ma jippermettix dan u għalhekk se nitkellem fuq settur ieħor; is-settur tat- traffic management.", "Hawnhekk ukoll hemm ħafna x'nagħmlu.", "Kulħadd jaqbel f'dan il-pajjiż li ma jistax ikun li nħallu l-vetturi jieħdu over l- infrasruttura li kienet maħsuba għan-nies.", "Qabel ma kellna dawn il-vetturi f'pajjiżna it-toroq u l-pjazez kienu jintużaw min-nies imma llum dawn jintużaw mill-vetturi bir-riżultat ta' nuqqas fil-kwalita` ta' ħajja li ngħixu aħna lkoll.", "Min joħroġ hawn barra ̧ fil-Belt ̧ ikun jista' jara karozzi pparkjati kullimkien; mal-ġnub taż-żewġ naħat tat-toroq, fuq it-taraġ storiku li għandna fil-Belt ̧ fi Pjazza San Ġorġ ̧ fejn nipparkjaw aħna stess, li tkun mimlija karozzi u li żgur ma kenitx maħsuba għal hekk u f'postijiet oħrajn.", "Per eżempju, jekk tmur f'kull pjazza tar-raħal nhar ta' Ħadd filgħodu ̧ fil-ħin tal-quddies, tkun tista' tara x'konfużjoni ta' traffiku jkun hemm.", "Għalhekk naħseb li waħda mill-funzjonijiet importanti li għandha l- awtorita` hija li tara t-traffiku jiġi regolat b'mod tajjeb.", "Naħseb li waħda mill-affarijiet li rridu nagħmlu wkoll hija li ntejbu s- sistemi jew l-areas fejn għandna pedestrianization għax naħseb li din mhux qed naħdmu biżżejjed fuqha.", "Dan id-direttorat irid jara li t-toroq tagħna jkunu safe kemm għal min isuq kif ukoll għal min ikun qed jaqsam.", "Xi ħaġa tajba wkoll hija li s-sena d-dieħla se ndaħħlu l-użu tas-seat belt għal min ikun qiegħed bil-qiegħda fuq wara.", "Naħseb li dik hija inizjattiva tajba bħalma hija inizjattiva tajba l-point system għal dawk li se jagħmlu t-test tal-karozza u li se jieħdu l-liċenzja għall-ewwel darba.", "Pero' għad għandna ħafna iżjed x'nagħmlu biex insaħħu s-sigurta` fit-toroq tagħna.", "Naħseb li hemm bżonn ukoll li nsibu sistemi biex f'ċerti ħinijiet u f'ċerti areas ma nħallux it-traffiku jidħol għax huwa mportanti li t-toroq u l- pjazez nagħtuhom lura lin-nies.", "It-toroq u l-pjazez huma tan-nies mhux tal-vetturi u ma jistax ikun li nibqgħu ngħixu r-realtà li l-vetturi jieħdu over kollox.", "Issa nixtieq ngħid xi ħaġa fuq il-kwestjoni tal-parkeġġi.", "Aħna nafu wkoll li d-direttorat tal-traffic management jirregola wkoll il-parkeġġi pubbliċi li għandna f'pajjiżna pero' naħseb li din għandna nħarsu lejha b'attenzjoni akbar.", "Matul iż-żmien ħallejna wisq anarkija f'dan is-settur u kulmin jidhirlu jmur bħala parker x'imkien u biex tipparkja jkollok taqlagħlu xi 25c ̧ 50c jew Lm1.", "Dan suppost jeħodlok ħsieb il-karozza imma ma jeħodlok ħsieb il-karozza xejn għax jekk jisirquhielek ma jkunx responsabbli.", "Għalhekk hemm bżonn li dawn il-car park attendants li jkunu f'car parks pubbliċi nirregolarizzawhom ftit.", "Ma jistax ikun li nħallu s-sistema li għandna llum li kulmin ifettillu, isir parker.", "Per eżempju, jekk tiġi fil- pjazza tal-palazz filgħaxija ssib li ma jkunx hawn il-parker li jkun hawn is-soltu imma jkun hawn parker ieħor.", "Issa dan ma nafx minn fejn jiġi għax ma jkollux tag.", "F'xi tweġiba għal xi mistoqsija parlamentari l-ministru qal li dawn il-parkers suppost ikollhom tag u jingħataw xi instructions imma xi ħadd qiegħed jiċċekkja li l-parkers li għandna huma kollha hekk?", "Jekk il-ministru jiġi fil-pjazza tal-palazz filgħaxija meta ma jkunx hawn parlament isib parker li suppost qed jieħu ħsieb il-karozzi u dan jippretendi li jitħallas.", "Pero' ma jistax ikun li nippermettu dawn l- affarijiet f'areas pubbliċi.", "Xi ħaġa oħra li rridu noqogħdu attenti għaliha hija li ma nagħmlux ħmerijiet bħalma għamilna din is-sena meta għalaqna t-triq tal-Furjana għax kien se jsir kunċert ta' Elton John.", "Dan id-direttorat irid joqgħod attent li meta joħorġu dawn it-tip ta' permessi ma nippermettux li ma nagħtux kas x'jistgħu jkunu l-konsegwenzi tagħhom.", "Għalaqna t-triq għax se jsir kunċert!", "Per eżempju ̧ lanqas ma nistgħu nagħlqu xi triq prinċiparli jew arterjali għax ikunu se jisparaw il-murtali.", "Dawn mhumiex affarijiet li jiġru f'post li hawn min jippretendi li huwa a first world country imma huma affarijiet li jiġru biss fit-third world countries.", "Issa se nitkellem ftit fuq it-trasport pubbliku.", "Jien ma tantx nixtieq nikkummenta fuq dan is-settur għax minn dak li qiegħed jintqal min-naħa ta' l-awtorità jidher li l-inizjattivi li jridu jieħdu huma fid-direzzjoni t- tajba.", "Li rrid ngħid huwa li t-trasport pubbliku ma jistax ikun li jibqa' kif inhu llum.", "Is-sistema tat-trasport pubbliku kibret b'mod organiku maż- żmien u dejjem inżidu magħha pero' qatt ma biddilniha b'mod radikali.", "Allura għandna sistema ta' trasport pubbliku li kienet tirrifletti realtà ta' 50 sena jew 60 sena ilu u dejjem inġonġu l-biċċiet magħha u nieħdu ċerti inizjattivi li fihom infushom jistgħu jkunu tajbin imma ma jsolvux il- problema prinċipali.", "Il-problema prinċipali għat-trasport pubbliku hija li dan mhux qiegħed jissodisfa l-bżonnijiet tal-lifestyle li għandhom in- nies illum.", "Din hija l-istorja kollha.", "Fil-fatt il-patronaġġ tat- trasport pubbliku qiegħed jonqos b'madwar 1 miljun passiġġier kull sena.", "Aktar ma nbiddlu l-lifestyle tagħna u l-mod kif ngħixu aktar qed isir antikwat is-servizz tat-trasport pubbliku u inqas nies qed jużawh.", "U jien ngħid li fadal dak il-patronaġġ għax ħafna drabi jużawh it-turisti.", "Jien ma nafx qattx sar survey min-naħa tad-direttorat kemm jużaw it-trasport pubbliku t-turisti u kemm jużawh in-nies tal-lokal.", "Pero' naħseb li persentaġġ sinifikanti tan-nies li jużaw it-trasport pubbliku ̧ speċjalment fuq ċerti linji u fuq ċerti rotot ̧ huma t-turisti.", "M'għandi xejn kontra li dan jużawh it-turisti imma hawnhekk ir-realtà turik li l-Maltin li jużaw dan is-servizz qed jonqsu.", "Għalhekk hemm bżonn riforma kbira f'dan is- settur, riforma li trid tara x'iridu n-nies u tipprovdi s-servizz kif iriduh huma.", "Per eżempju, jien inħoss li waħda mill-opportunitajiet li kellna u li ma ħadniex kienet meta ddeċidew li jinbidlu l-karozzi tal-linji.", "Jekk għandek flotta ta' 508 karozza tal-linja hemm għalfejn tibdilhom u ġġibhom kollha karozzi kbar?", "Ma tistax iġġib ftit minnhom żgħar meta nafu li hemm problemi li f'ċerti areas dawn il-karozzi ma jgħaddux!", "Per eżempju ̧ dawn it-tip ta' karozzi ma jgħaddux mit-toroq dojoq ta' Ħ'Attard, Ħal-Lija u Ħal Balzan u jekk jipprovaw igħaddu, kif kienu jagħmlu qabel, iġorru xi gallerija magħhom!", "Sur Presdent, ma naħsibx li huwa tajjeb li biex minn Ħ'Attard tmur Ħaż- Żebbuġ ̧ per eżempju ̧ trid taqbad żewġ karozzi tal-linja u ddum sejjer siegħa meta jekk tmur bil-karozza tiegħek tasal f'żewġ minuti.", "Allura kif tista' tippretendi li wieħed li minn Ħ'Attard ikun irid imur Ħaż-Żebbuġ juża l-karozza tal-linja!", "Issa jien naf li l-awtorità qed tipprova tindirizza dawn il-problemi u għalhekk għedt li ma tantx se nitkellem fuq dan għax irrid nagħtiha ċ-ċans ħalli nara x'riżultati se tasal għalihom.", "Nixtieq ngħid xi ħaġa wkoll fuq in-nuqqas ta' faċilitajiet li għandhom ix- xufiera tal-karozzi tal-linja fil-venda tal-Belt.", "Naf li din is-sena suppost sar xogħol ta' upgrading ġewwa t-terminus tal-Belt pero' ma nafx x'sar eżattament.", "Per eżempju ̧ jien kont nippretendi li f'dan it-tip ta' upgrading jiġu pprovduti servizzi sanitarji u faċilitajiet għax-xufiera għax minkejja li dawn jaħdmu darba iva u darba le, dawn jaħdmu sigħat twal u allura għandhom bżonn faċilitajiet fejn jistrieħu.", "Naħseb li din hija problema li għandha tiġi ndirizzata bis-serjetà.", "Sur President, nixtieq nitkellem ftit ukoll dwar il-karozzini li dan is- sajf kien hawn issue fuqhom dawn għax mhumiex organizzati.", "Tant hu hekk li dawn lanqas venda m'għandhom.", "Jekk m'iniex sejjer żball għandna liċenzjat madwar 100 karozzin u 60 minnhom jaħdmu l-Belt.", "Issa l-karozzin huwa xi ħaġa marbut ħafna mal-kultura tagħna u għandna bżonn norganizzawhom.", "Ma jistax ikun li dawn jaħdmu fejn iridu u jagħmlu venda fejn iridu bil-konsegwenza li jkunu ta' xkiel għal ħaddieħor.", "Lill- karozzini għandna ninkoraġġuhom imma fi framework regolat jiġifieri ma jistax ikun inħalluhom hekk.", "Imbagħad xi ngħidu għall-fatt li biex inkunu bravi neħħejna x-shelter taż-żwiemel minn ħdejn il-palazz u tfajnih quddiem Dar il-Mediterran fejn ħadd ma jrid imur?", "Naħseb li hemm bżonn li wieħed jitkellem ftit ma' dawn in-nies.", "Jien ċert li fil-Belt dawn għandu jkollhom venda f'postijiet differenti u għandu jkun hemm shelters kemm għaż- żwiemel kif ukoll għall-kuċċiera tal-karozzini pero' dan irridu nagħmluh b'ċertu mod organizzat.", "Sur President, waħda mid-diffikultajiet li ltqajna magħhom f'dan is-settur matul din is-sena kienet li l-operaturi kollha jiġġieldu ma' xulxin għall- patch tagħhom.", "Kellna lil tat-taxis jilmentaw li x-xufiera tal-coaches qed jeħdulhom ix-xogħol min-naħa tal-cruiseliner terminal, u issa għax għamilna l-karozza tat-turisti \"Visit Malta\" ̧ tal-coaches ilmentaw għax ħadnielhom ix-xogħol ukoll.", "Għalhekk hemm konfuzjoni sħiħa.", "Jien naħseb li waħda mill-affarijiet li trid issir f'dan is-settur hija li l-operaturi kollha tat-trasport ma jibqgħux jiddefendu l-patch tagħhom biss imma jibdew jaħdmu lkoll flimkien.", "L-awtorità dwar it-trasport trid tara kif iġġib flimkien l-interessi diversi li hemm - nafu li tat-taxis għandhom interess differenti minn tal-minibuses, minn tal-coaches u minn tax-char-a- bancs – imma naħseb li l-interess huwa wieħed.", "L-interess huwa li dawn kollha jimxu 'l quddiem flimkien.", "Jekk joqogħdu jiġġieldu għall-patch tagħhom jispiċċaw biex wieħed jisraq ftit minn ta' dan u l-ieħor jisraq ftit minn ta' l-ieħor u ħadd ma jmur tajjeb.", "Għalhekk għandna nagħmlu sforz biex ikollna sistema ta' trasport integrat f'dan il-pajjiż fejn wieħed jaħdem ma' l-ieħor u ma jħossux mhedded minnu.", "Issa jien naf li ħafna drabi dawn iħossuhom mhedda minn azzjoni li tittieħed minn ħaddieħor għall-fatt li l-market tagħna huwa żgħir u allura jekk jitilfu l-market share tagħhom iħossu li qed jitilfu n-negozju.", "Għalhekk naħseb li l- awtorità għandu jkollha r-rwol li lil dawn in-nies tipprova ġġibhom flimkien ħalli filwaqt li jipprovdu servizz tajjeb ilkoll kemm huma, ikunu qed jipprovdu servizz li għalihom ikun feasible ekonomikament.", "Fl-aħħarnett nawgura lill-awtorità tat-trasport, b'mod partikolari l-parti li tieħu ħsieb it-trasport pubbliku ̧ li l-pjanijiet tagħha jirnexxu.", "Nawgura wkoll li meta niġu sena oħra hawnhekk, il-flus tal-protokoll Taljan inkunu attrezzajnihom u ma nkunux waqajna lura – din hija l-biżgħa tiegħi – u ma nkunu ħadna xejn minnhom.", "Nirringrazzjak.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Jose' Herrera.", "ONOR.", "JOSE' HERRERA: Sur President ̧ jien fil-budget dejjem nittratta d- diskors tiegħi mill-aspett ta' estimi.", "Hekk drajt u hekk se nagħmel illum.", "Naturalment dan il-ministeru tat-trasport u komunikazzjoni għandu bosta sezzjonijiet importanti fih.", "Hemm l-operating licence tal-MIA, hemm il- kontribuzzjoni tal-MMA, hemm ir-royalties tal-cable tv, hemm id-direttorat tal-liċenzjar u hemm ukoll l-avjazzjoni ċivili.", "Imbagħad għandek ukoll il- mobile and fixed telephone licences and wireless licences.", "Naturalment il-ministeru huwa vast ħafna u huwa mpossibbli li f'20 jew f'25 minuta tittratta l-estimi tas-sezzjonijiet differenti kollha fi ħdan dan il- ministeru.", "Ikun tajjeb li wieħed jinnota li l-estimate revenue għas-sena 2004 huwa ta' Lm43.3 miljun pero' hija ħaġa stramba li hawnhekk qed naraw nuqqas ta' Lm1.5 miljun minn dak li ġie stmat għas-sena l-oħra.", "L-ispiża tal- ministeru huwa stmat li se tkun ta' Lm6.9 miljun u anke hawnhekk qed naraw nuqqas ta' Lm170,000 mis-sena l-oħra.", "Imbagħad naturalment din is-sena għandna capital expenditure ta' Lm17.6 miljun u din hija żieda ta' Lm5 miljun fuq is-sena l-oħra.", "Meta wieħed janalizza dan kollu jsib li l-pre-capital expenditure surplus fis-sena 2003 kien ta' Lm37 miljun mentri l-pre-capital expenditure surplus prospettat għas-sena d-dieħla huwa ta' Lm36.5 miljun.", "Dan ifisser li l- ministeru se jaqla' Lm0.5 miljun inqas u se jonfoq inqas.", "Din hija stramba għaliex dan huwa wieħed mill-aktar ministeri wiesa' u wieħed mill-aktar ministeri li suppost idaħħal flus għax, kif għedt, għandu l-liċenzja tal- karozzi, ir-reġistrazzjoni tal-karozzi, il-kontribuzzjonijiet tal-MMA u affarijiet simili.", "Għalhekk wieħed jaraha stramba kif ministeru li dejjem jirriżulta f'surplus, din is-sena, kuntrajament għas-snin ta' qabel ̧ se jkollna surplus inqas.", "Din hija l-ewwel osservazzjoni tiegħi mil-lat fiskali.", "Per eżempju, qabel l-MMA kienet tikkontribwixxi lill-ministeru Lm50,000 pero' din is-sena m'hemm xejn li din se tikkontribwixxi u allura wieħed bilfors jistaqsi għaliex.", "It-tieni nett, is-sena l-oħra kellek dak li kien imniżżel bħala miscellaneous receipts fejn l-introjtu tal-ministeru kien ta' Lm361,000.", "Din is-sena minn din is-sezzjoni se ndaħħlu biss Lm30,000.", "Għalhekk wieħed jistaqsi għaliex għax dawn il-flus suppost żdiedu u mhux naqsu.", "Min-naħa l-oħra ̧ f'dak li għandu x'jaqsam ma' wireless licences l- ammont ta' Lm15 miljun tela' għal Lm27 miljun, jiġifieri qed nitkellmu fuq żieda ta' Lm12 miljun.", "Dan ifisser li l-finanzi, l-introjtu u l-ħruġ ta' dan il-ministeru meta kkomparat mas-sena l-oħra qisu ma jagħmilx sens u qisu huwa ministeru totalment ġdid, għax fejn is-soltu jkun hemm varjazzjoni ̧ f'daqqa waħda ̧ għal dan it-tip ta' liċenzjar hemm żieda ta' Lm12 miljun.", "Ovvjament ikun hemm raġunijiet għal dan kollu pero' huwa l- kompitu jew id-dover tal-kelliema ta' din in-naħa li janalizzaw l-estimi u jagħmlu ċerti mistoqsijiet.", "Sur President, l-aktar dipartiment fi ħdan dan il-ministeru li jrendi flus u li huwa l-aktar wieħed importanti huwa l-licensing and testing department.", "Fil-fatt din is-sena huwa prospettat li dan se jiġġenera madwar Lm36.3 miljun, jiġifieri madwar 84% tad-dħul globali ta' dan il- ministeru.", "Pero' - dan huwa stramb u hawnhekk se nikkritika - din is-sena d-dħul mil-liċenzjar se jonqos b'Lm1.5 miljun minn fuq is-sena l-oħra.", "Fil- fatt is-sena l-oħra d-dħul mil-liċenzjar kien ta' Lm13 miljun u din is-sena dan l-introjtu naqas b'Lm1.5 miljun għal Lm11.5 miljun.", "Fuq it-taxxa tar-reġistrazzjoni s-sena l-oħra kien stmat li l-ministeru se jdaħħal Lm23.6 miljun pero' din is-sena huwa pproġettat li l-ministeru se jdaħħal Lm23.4 miljun jiġifieri Lm200,000 inqas.", "Issa x'inhuma l-kummenti tiegħi f'dan ir-rigward?", "L-ewwelnett il-ministru kif jiġġustifika li qed jipproġetta li se jdaħħal Lm1.5 miljun inqas mil-liċenzji?", "Jien naħseb li l-karozzi qed jiżdiedu fil-pajjiż.", "Allura kif qed jipproġetta li se jkun hemm inqas karozzi fit-triq?", "Li n-nies mhux se jkollhom żewġ karozzi jew li se jkollhom inqas karozzi?", "Kif tista' tispjega nuqqas ta' introjtu ta' Lm1.5 miljun fuq il-licensing?", "Din jien ma nistax nifhimha.", "Għalhekk nixtieq li l-ministru jilluminani għaliex qed jipproġetta inqas dħul minn oġġett li suppost qed jiżdied.", "Ma naħsibx li fil-budget se nnaqqsu kemm inħallsu fuq l-liċenzji.", "Dan huwa punt li qed jinkwetani.", "It-tieni punt li nixtieq nagħmel huwa fuq ir-reġistrazzjoni.", "Huwa veru li n-nuqqas huwa minimu għax huwa ta' Lm200,000 biss - meta wieħed qed jitkellem fuq Lm23 miljun, Lm200,000 huwa ammont żgħir - pero' din hija xi ħaġa stramba.", "Għaliex?", "Din is-sena fil-budget hemm imdaħħlin l-emendi fis-sens li r-reġistrazzjoni tal-karozzi second-hand se jiżdied.", "Per eżempju, jien tkellimt ma' dawk li jimportaw karozzi second-hand u karozzi ġodda u sibt li l-persentaġġ ta' karozzi mportati li huma second-hand huwa wieħed konsiderevoli.", "Hemm min jgħid li nofs il-karozzi li daħlu f'Malta s- sena l-oħra kienu karozzi second-hand jew mill-Japan.", "Ġeneralment dawn ikunu ġew refurbished u jdaħħluhom bħala second-hand.", "Mela jekk inti se żżid ir-reġistrazzjoni fuq il-karozzi second-hand wieħed kien jistenna li l- introjtu tal-gvern mir-reġistrazzjoni tal-vetturi kien se jisplodi u jiżdied sostanzjalment.", "Min kien jixtri karozzi first-hand se jibqa' jixtrihom – hawnhekk ikun tajjeb li wieħed igħid li t-taxxa ta' reġistrazzjoni fuq karozzi first-hand ma tnaqqsitx - u min kien jixtri karozzi second-hand se jibqa' jixtrihom ukoll ̧ għalkemm se jogħlewlu xi ftit.", "Min jixtri karozzi second-hand sinjal li ma jaffordjax jixtri karozzi brand new.", "Allura jekk inti se żżid it-taxxa ta' reġistrazzjoni fuq kważi nofs il-karozzi mportati, il- loġika tgħidlek li l-introjtu tal-gvern imissu jisplodi u mhux jitnaqqas b'Lm200,000.", "Jien ma nistax nifhem kif minn dan id-dipartiment se jkollok nuqqas daqshekk drastiku fl-introjtu tal-gvern meta suppost ̧ minħabba l- miżuri li ttieħdu fil-budget ̧ l-introjtu kellu jiżdied sostanzjalment.", "U din it-taxxa fuq il-karozzi second-hand nikkritikaha.", "Sur President ̧ jien m'għandi xejn kontra l-importaturi tal-karozzi ġodda anzi kważi għandi simpatija magħhom għax meta bdejt il-karriera tiegħi kont sponsored minn aġenzija kbira tal-karozzi u kont bdejt il-karriera tiegħi bħala avukat ta' waħda minn dawn il-kumpanniji l-kbar.", "Għalhekk nifhem il- preokkupazzjoni tagħhom li s-suq jimtela b'karozzi second-hand u huma jitilfu x-xogħol aktar u aktar meta għandhom ħafna impjegati eċċ. Pero' mill-banda l-oħra din it-taxxa fuq karozzi second-hand hija taxxa pjuttost anti-soċjali għax hija taxxa li qed tolqot lil min hu fqir, lil min batut u lill-klassi ta' isfel.", "Jien ma naħsibx li n-nies li jixtru karozzi second- hand huma n-nies li għandhom introjtu sostanzjali.", "Allura jekk lil dawn in-nies se żżidilhom il-prezzijiet ̧ il-piż se jbatuh huma.", "Mela din hija taxxa li se tolqot ħażin l-aktar klassi batuta fil-pajjiż.", "Huwa veru li wieħed irid jara kif se jipproteġi lill-kumpanniji l-kbar pero' madankollu wieħed irid iżomm f'moħħu wkoll iċ-ċirkostanzi reali tal- pajjiż.", "Il-karozzi llum huma expensive ħafna, ir-reġistrazzjoni fuqhom hija diġà għolja ħafna, il-karozzi f'pajjiżna huma l-aktar karozzi għoljin fl-Ewropa minħabba t-tip ta' tassazzjoni li għandna u allura li tagħmel taxxa fuq l-uniċi karozzi li huma affordable għal ċerti klassi ta' nies tkun qed tagħmel taxxa anti-soċjali.", "Pero' minkejja li l-gvern se jżid dan il-piż kollu fuq il-ħaddiema tagħna li jixtru dawn it-tip ta' karozzi xorta mhux qed jiġġustifika din il-miżura għax xorta qed jipprospetta li se jdaħħal inqas flus.", "Għalhekk din it-taxxa aktar u aktar ma tagħmilx sens la mhijiex se żżid l-introjtu tal-gvern.", "Xi ħaġa oħra stramba li nara hija l-airport tax.", "Is-sena l-oħra mill- airport tax daħħalna Lm1.9 miljun u din is-sena huwa pprospettat li ndaħħlu Lm1.8 miljun.", "Hawnhekk wieħed jippreokkupa ruħu għax din hija taxxa li tissarraf skond kemm ikunu deħlin u ħerġin nies mill-airpot tagħna.", "Allura dan in-nuqqas fid-dħul ifisser li l-gvern qed jipprospetta li se jkollna inqas arrivals jew li ġejjin inqas turisti?", "Din it-taxxa tirrifletti dan it-tip ta' kummerċ u jekk inti qed tipprospetta inqas introjtu minn dan il-lat allura bilfors li qed tipprospetta inqas negozju u inqas attività.", "Għalhekk nixtieq li l-gvern jispjega kif min-naħa waħda qed jiftaħar li minn dak li qed jirriżultalu jidher li se jerġa' jkun hawn qawmien fit-turiżmu u fl-istess nifs għas-sena d-dieħla qed jipproġetta li se jkollna nuqqas.", "Dan huwa punt inkwetanti mhux għax se nitilfu Lm100,000 imma għax huwa ħjiel li l-gvern stess ma tantx għandu prospetti sbieħ għas-sena li ġejja.", "Sur President ̧ ikun tajjeb li wieħed janalizza ftit l-expenditure rikorrenti tal-ministeru li huwa ta' kważi Lm7 miljun fis-sena.", "Fil-fatt għas-salarji hemm ivvotat Lm1.44 miljun, għal programmi u inizjattivi hemm ivvotat Lm2.7 miljun u għal kontribuzzjonijiet lil entitajiet governattivi hemm ivvotat Lm2.73 miljun.", "Imbagħad hemm il-capital expenditure li huwa stmat li se jkun ta' Lm17.6 miljun; Lm9 miljun se jintużaw mill-ministeru għall-immodernizzar u improvement u Lm7.8 miljun se jintużaw għall-immodernizzar tar-road network programme.", "Ta' min igħid li s-sena l-oħra kien hemm ivvotati biss Lm2.4 miljun.", "Dawn il-flus jiġu taħt il-ħames protokoll Taljan.", "Sur President, x'inhu eżattament dan ir-road network programme ma nafx.", "Pero' mhuwiex żgur li wieħed jirranġa t-toroq tagħna li huma kollha ħofor u fi stat diżastruż.", "Fil-fatt kienu saru rapporti kuntrattati minn diversi esperti barranin u dawn kienu qalulna x'għandna bżonn nagħmlu.", "Kienu ġew il-Ġermaniżi, kejlu t-toroq, analizzaw l-istat tagħhom ̧ għamlu r- rakkmandazzjonijiet tagħhom u qalu x'hemm bżonn isir.", "Imbagħad tbiddel il- gvern, erġajna mpjegajna esperti oħra u reġgħu għamlu rapport simili għax il-parir kien għadu hemm imma kien ġie outdated.", "(Interruzzjonijiet) Fil- fatt tant ma sar xejn fuq dak ir-rapport li ma kienx sar rapport ieħor jiġifieri l-ministru għandu raġun.", "Pero' kien sar rapport bi studju profond fuq l-istat tat-toroq tagħna, dan baqa' hemm u meta ġejna biex nibdew nimplimentawh, kien għadda wisq żmien u kien ġie outdated.", "Li huwa żgur huwa – hawnhekk irrid nagħmel kritika qawwija – li l-istat tat-toroq tagħna huwa tal-mistħija.", "Dan huwa ħażin mhux biss għax tkisser il-karozza jew għax lil pajjiżna jagħtuh dehra ta' pajjiż tat-tielet dinja jew tas-second division imma għaliex jaffettwa wkoll it-turiżmu.", "Dan l-aħħar saret analisi dwar x'jaħsbu t-turisti u x'inhi l-aktar ħaġa li jikkritikaw fuq pajjiżna u rriżulta li fost l-aktar affarijiet li jdejquhom hemm l-istat tat-toroq.", "Fil-fatt meta t-turisti jidħlu Malta – first impressions last the longest - mill-ewwel jiġu ffaċċjati bit-toroq tagħna li huma forsi l-agħar toroq li hawn fl-Ewropa.", "Per eżempju ̧ meta nsiefer - ġieli nsiefer fuq xogħol parlamentari u ġieli le – l-aktar ħaġa li tolqotni hija l-istat tajjeb tat- toroq li hemm barra minn Malta.", "Anke fi Sqallija, l-aktar pajjiż viċin tagħna, għandhom toroq li huma ferm aqwa minn tagħna.", "Minkejja dan kollu l-gvern mhux se jżid l-ispiża tiegħu biex it-toroq tagħna nġibuhom up to standard.", "Fil-fatt is-sena l-oħra kien ipprospetta nefqa ta' Lm8.4 miljun u din is-sena huwa prospettat li se nonfqu Lm6.8 miljun.", "Dan ifisser li din is-sena huwa pprospettat li se nonfqu Lm2 miljun inqas fuq it-toroq.", "Mela qed nonfqu ħafna flus fuq skemi u affarijiet simili ̧ bħal ̧ per eżempju, fuq road network programme li fuqu se nonfqu Lm7.8 miljun meta dan ma nafux eżatt x'inhu.", "Fil-fatt qed jingħad li:", "\" ...", "Lm7.8 million to be used on the modernization of the road network programme.", "These funds will be obtained under the fifth Italian protocol which funds last year amounted to Lm2.4 million.\".", "Mela s-sena l-oħra fuq din ir-road network programme infaqna Lm2.4 miljun u din is-sena se nonfqu ħafna aktar pero' fuq it-toroq infushom li huma mimlijin toqob u li huma frakassati se nnaqqsu l-ispiża.", "Dan ifisser li fuq affarijiet li huma inqas importanti nonfqu ħafna flus u fuq affarijiet li huma indispensabbli għall-pajjiż nonfqu inqas.", "Sur President, dan mhuwiex is-suġġett tiegħi u ħadtu purament mil-lat ta' estimi u finanzi pero' jekk wieħed janalizza l-affarijiet fi ħdan dan id- dekasteru jsib li l-estimi ma jagħmlux sens.", "Per eżempju ̧ anke s-sena l- oħra, kienu saru estimi kbar u forecasts in arja li ma jagħmlux sens – fil- fatt aħna hawnhekk minn din in-naħa konna analizzajnihom u jien stess kont għamilt mistoqsijiet kbar – u issa f'dan il-budget għandna diżastru.", "Fil- fatt l-estimi tas-sena l-oħra kienu magħmulin b'mod xejn professjonali u ma kenux jirriflettu r-realta` u din is-sena jekk wieħed jieħu ministeru wara l-ieħor, jasal bl-istess konklużjoni; li l-estimi tal-pajjiż qed isiru b'mod kosmetiku u bla sens u mhux se jirrispjekkjaw ir-realtajiet tal- pajjiż.", "Nirringrazzjak.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor Joe Debono Grech.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Sur President ̧ jien nixtieq nibda billi nitkellem fuq l-MIA u s-civil aviation department.", "Kif qal sieħbi li tkellem qabli, jekk tfittex fid-diskors tal-budget issib kważi l-istess kliem li kien hemm is-sena l-oħra, donnu li dan is-suġġett mhuwiex importanti.", "L-ewwelnett irrid ngħid li ħafna mill-makkinarju li hemm fis-civil aviation department għadu l-istess li kien jintuża qabel u l-ħaddiema huma mgħobbijin bix-xogħol.", "Fil-fatt il-ħaddiema ma tantx jagħtu kashom u ma tantx jaraw x'inhu l-bżonn tagħhom u minkejja li saru xi lmenti ̧ dawn waqgħu fuq widnejn torox.", "L-istress li jaħdmu fih il-ħaddiema ta' hemmhekk huwa xi ħaġa ta' l-għaġeb għax hemm ħafna ħaddiema neqsin.", "Hemm ħaddiema li jagħmlu rapporti fuq kif qed ikun immexxi l-airport u li ċerti affarijiet li kellhom isiru ma sarux pero' qisu mhu qed jiġri xejn.", "Issa kif jaf kulħadd l-airport huwa l-intrata tal-pajjiż għax it-turisti li jiġu Malta hemmhekk l-ewwel li jkunu.", "Jien mhux se nsemmi l-ministru u mhux ministru imma din hija l-verità għax donnu li dan id-dipartiment qiegħed hemm biex ngħidu li għandna dipartiment tas-civil aviation.", "Sur President ̧ nafu li llum parti kbira mill-MIA ġiet privatizzata u għandha chairman barrani.", "Jien m'għandi xejn kontra ċ-chairman barrani li ġabu imma possibbli l-poplu Malti m'għandux nies kapaċi li jafu jmexxu l- MIA?", "Kellna bilfors inġibu l-barranin?", "Pero' apparti minn hekk.", "Il- partit Laburista jemmen li l-privatizzazzjoni għandha tkun 40% u 60% u s- 60% għandhom ikunu tal-gvern u tal-poplu.", "Iżda l-gvern igħid li b'dan il- mod telf u traskuraġni jkun hemm imma jien ngħid li mhux veru.", "Naħseb li jkun ta' diżunur meta ngħidu dawn l-affarijiet għax inkunu qed nitfgħu l- ministru responsabbli f'dell ikrah.", "Jien ma naħsibx li l-kollega tiegħi huwa irresponsabbli pero' meta kien hemm ministri serji l-azjendi tal-gvern marru 'l quddiem u mhux lura.", "Jien mhux se ngħid li kollox kien perfett għaliex perfett Alla biss hawn; kieku kollox huwa perfett fid-dinja xorta tiddejjaq għax ħadd ma jagħmel xejn.", "Pero' ma jistax ikun li fl-MIA ikun hemm it-taħwid li hemm illum fejn saħansitra kellu jidħol iċ-chairman.", "Per eżempju, fuq il-kwestjoni tal-ħwienet ta' l-MIA kien hemm ħafna taħwid, saru rikorsi l-qorti u kellhom jerġgħu jaraw l-affarijiet.", "Dan biex ma nsemmix il-kuntratti li kien hemm li la taf meta jagħlqu u lanqas meta jiftħu.", "Meta jien sirt ministru responsabbli minn dan il-qasam ̧ dan it-tip ta' taħwid sibt.", "Fil- fatt jien u l-kollega tiegħi ̧ l-Onor.", "Gulia ̧ kellna nġibu kollox in order biex naraw li dawk l-affarijiet li jirrigwardaw il-ħwienet jimxu sew pero' jiddispjaċini ngħid li erġajna back to square one.", "Issa jien mhux qed ngħid li l-ministru huwa mdaħħal f'dan kollu imma min kien responsabbli ma rax li l-affarijiet isiru sew.", "Per eżempju ̧ il- ħaddiema ta' l-MIA ma jafux x'inhu jsir u ma jafux x'se jiġri minnhom għaliex it-taħwid li hemm hija xi ħaġa kbira.", "Min isemmi x-shift u min jgħid li union minnhom taqbel max-shift u union oħra tgħid li ma taqbilx bil-konsegwenza li l-ħaddiema ma jafux fejn qegħdin.", "Jien mhux se nidħol f'dawn il-kwestjonijiet pero' huwa mportanti li minn dak li rebaħ il- ħaddiem ma jonqos xejn għax dan ma jkunx fair.", "Sur President, qed insibu li llum ħafna mill-ħaddiema mhumiex kuntenti bix- xogħol li qed jagħmlu u azjenda ma tistax timxi 'l quddiem b'dan il-mod.", "Per eżempju ̧ jiddispjaċik meta tara li ċerti nies hemmhekk idaħħlu l- politika u l-ħaddiema jinfirdu.", "Din mhijiex fair u jien ma naqbilx magħha għax hemmhekk hemm nies li huma ivvalenati kontra l-partit Laburista.", "Qed ngħid dan għax dawn l-affarijiet għaddejt minnhom.", "Per eżempju, meta kont ministru kien hemm nies li mhux talli lanqas kienu jkellmuk talli wara li tgħaddi, skużi jobżqulek ̧ pero' bil-mod il-mod irnexxielna nġibuhom.", "Imma issa hekk reġgħet ġiet l-MIA.", "Illum hemmhekk hemm żewġ blokki u l- azjenda ma tistax timxi 'l quddiem b'dan il-mod.", "Anke l-barranin qed jidħku bina f'dawn l-affarijiet.", "Per eżempju ̧ meta saret iċ-changeover daħlu l-barranin bla ma ħadd jaf kif.", "Dan biex ma nsemmix l-inkwiet li kien hemm għax filwaqt li kien hemm kumpannija li riedet tidħol għal dan ix-xogħol, ġiet kumpannija oħra.", "Issa aħna bħala partit u bħala oppożizzjoni la għandna kontra din il-kumpannija u lanqas kontra l-kumpannija l-oħra li kienet se teħodha imma dawn l- affarijiet ma jagħmlux unur lill-poplu Malti.", "Aħna nafu l-affarijiet li saru u minn min saru biex daħlet din il-kumpannija minflok il-kumpannija l- oħra.", "Barra minn hekk aħna ma naqblux li l-affarijiet tal-pajjiż jinbiegħu u qisu ma ġara xejn.", "Per eżempju, huwa veru li l-gvern għad għandu maġġoranza ta' l-ishma fl-MIA imma issa qed igħid li se jeħles minnha wkoll.", "Mhux sew li tbigħ l-azjendi li jkollok, li l-poplu Malti jkollu introjtu minnhom ̧ biex tħallas id-dejn u qisu ma ġara xejn.", "Jien inħoss li dawn l- affarijiet m'għandhomx jiġru f'pajjiż ċivilizzat bħal Malta.", "Sur President ̧ illum għaddejjin trattattivi biex is-sigurta` ta' l-airport titneħħa minn taħt l-armata u tgħaddi taħt l-MIA.", "X'affarijiet huma dawn?", "X'jiġifieri l-gvern ma jħallasx għal dawn l-affarijiet?", "Per eżempju, illum wasalna fl-assurdità – din m'għandhiex x'taqsam imma se nsemmiha - li l-klawsola li konna għamilna fl-agreement dwar il-posta ̧ biex il-gvern ma jħallasx tal-posta tiegħu ̧ tneħħiet.", "Naħseb li llum imkien fid- dinja ma tirċievi invit mingħand il-President ta' Malta bil-bolla!", "Fejn qatt smajniha din!", "Jien stħajt meta rajt l-envelope ta' l-invit tal- President bil-bolla!", "Dawn x'affarijiet huma!", "Kif għidt ̧ din m'għandha x'taqsam xejn ma' dak li kont qed ngħid imma fl- MIA f'din is-sitwazzjoni wasalna; niddependu mill-barranin.", "Mela llum se nidħlu fl-Ewropa u tant mexjin tajjeb li n-nies tagħna lanqas huma kapaċi jmexxu l-azjendi tagħhom stess!", "Dawn l-azjendi li kienu twaqqfu minn gvernijiet Laburisti - anke gvernijiet Nazzjonalisti waqqfu azjendi li kienu sejrin tajjeb – għamlu l-qligħ bil-Maltin u mhux bil-barranin.", "Meta għaddejnihom f'idejn il-barranin morna l-baħar.", "Sur President, issa qed igħidu li se jirranġaw l-MIA.", "Kif se jirranġaw u x'se jiġri?", "Meta jgħidu li se jirranġaw xi ħaġa ̧ l-ewwel ma jkissru huma l- ħaddiema.", "Biex iżżomm lill-ħaddiem kuntent ma tistax tagħtih promozzjoni u ma jagħmel xejn!", "Kif tista` tagħmilha din!", "Dawn huma l-affarijiet li qed jiġru fl-MIA u fis-civil aviation department!", "Jien nitkellem ma' ħaddiema u jekk igħiduli 100 ħaġa, nagħsar kollox u nżomm 40 ħaġa għax inkun naf li dawk huma veri.", "Per eżempju, meta kont ministru kont nitkellem ma' ħaddiema fil-gradi ta' fuq imma aktar kont nitkellem mal- ħaddiema fil-gradi ta' taħt għax minn hemm tkun taf x'ikun qed jiġri verament.", "U lill-ministru ngħidlu li l-ħaddiema fil-gradi ta' fuq li kollox sejjer tajjeb igħidulu.", "Din bħal tal-Gozo Channel; qalulu li kollox sejjer tajjeb u mbagħad tlifna Lm1 miljun!", "Fil-fatt ġejna għal dak li kien igħid gvern Laburista dak iż-żmien.", "Imbagħad ġejna biex nirranġaw l-airport u minflok kabbarnih għamilna l- ħadid!", "Ara meta aħna ridna nagħmlu xi ħaġa, kienet tiġi l-awtorità ta' l- ippjanar tgħidilna le!", "Pero' llum għamlu dik il-pastażata ta' ħadid mad- dawra kollha ta' l-airport biex jagħmlu l-uffiċini u għall-awtorità ta' l- ippjanar qisu ma ġara xejn.", "Issa qabel ma beda jinbena l-airport aħna konna għedna li hemmhekk m'hemmx fejn tkabbar.", "Dawn huma l-affarijiet li rridu nsemmi.", "Per eżempju ̧ aħna konna għedna wkoll li l-pompa tal-petrol ta' l-airport mhijiex qiegħda f'post tajjeb pero' kienu daħku bina meta konna għedna hekk.", "Issa jien naf li hemm rapporti li qed jgħidulhom li dik il-pompa ma tistax tibqa` hemm.", "Imma hekk jagħmluhom l-affarijiet dawn; l-ewwel jaqbdu u jgħaffġu, imbagħad meta jkunu għaffġu biżżejjed ikunu jridu jirranġaw!", "Dawn l-affarijiet li qed jiġru fl-airport kuljum ħadd mhu qed jagħti kashom.", "Per eżempju, meta għamlu d-dawl tar-runway, il-pariri li tajna ma kenux tajbin.", "Sur President, hawnhekk nixtieq insemmi lill-maġġur Abela li kien espert f'xogħlu.", "Meta spiċċa l-gvern Laburista ̧ dan applika biex jieħu ħsieb it- traffiku ta' l-ajru pero' qalulu li mhuwiex tajjeb.", "Imbagħad kien applika biex jagħmel l-istess xogħol fi Brussels ̧ ġie l-ewwel u ħa dan ix-xogħol f'idejh.", "Mela għal Malta ma kienx tajjeb u b'kumbinazzjoni għal barra minn Malta kien tajjeb!", "Allura min huwa responsabbli għal dan kollu?", "Għalhekk aħna għandna nies kapaċi.", "Per eżempju ̧ fi żmienna għamilna chairmen ta' l-affari tagħhom u mexxew tajjeb.", "Pero' issa nispera li għada pitgħada ma nneħħux il-management u ċ-chairman ta' l-MMA, għax dawn l- affarijiet waħda wara l-oħra jsiru.", "Mela l-barranin kemm huma tajbin aktar minna?", "GĦaliex nagħmlu hekk meta għandna Maltin li mexxew tajjeb?", "Per eżempju ̧ meta jien sirt ministru u ħadt over il-Gozo Channel bid-dejn kollu li kellha ̧ għalkemm iċ-chairman li kien hemm ma kellux ħafna ittri wara ismu, ħalliha b'Lm1.5 miljun qligħ meta spiċċa u ħallas id-dejn kollu.", "Meta ħadt over ukoll l-MIA ̧ it-taħwid li kien hemm kien tal-biżgħa pero' rranġajnieh.", "Biżżejjed insemmi l-ħwienet li kien hemm li minnhom il-gvern kien idaħħal il-miljuni.", "Illum armejna kollox biex issa qed naqsmu l- affarijiet mal-barranin għax dawn kapaċi jorganizzaw aktar minna.", "Nerġa' ntenni li jien m'għandi xejn kontra l-barranin u kontra ċ-chairman li hemm imma possibbli m'hawnx Maltin li kapaċi jmexxu!", "Naħseb li dan huwa insult għall-poplu Malti.", "Niftaħru li se nidħlu fl-UE ̧ niftaħru li l-prim ministru rebaħ l-unur ta' l-Ewropew tas-sena ̧ għedna li qlibniha lil Tony Blair u lill-irjus kbar kollha u mbagħad m'għandniex bniedem biex imexxi azjenda tal-gvern!", "Issa aħna nafu li x-xogħol li sar meta twaqqfu l-Air Malta ̧ is-Sea Malta, l- MIA u kumpanniji oħrajn kienu l-Maltin li mexxewhom.", "Jien mhux qed ngħid li kollox kien ward u żahar għax kien hemm min ma kienx tajjeb u spiċċa.", "Imma l-Maltin mexxewhom dawn; ma mexxihom ħadd aktar.", "Per eżempju, niftakar żmien fil-Medserv meta kienu jmorru xi nies fuq ir-riggijiet.", "Hawnhekk nixtieq insemmi lis-Sur Puglisevich ̧ Alla jaħfirlu u jagħtih il- glorja tal-Ġenna, - minn hawn nixtieq insellimlu – li għamel ħafna ġid liż- żgħażagħ Maltin u bdejna nibagħtuhom hemmhekk.", "Tant hu hekk li llum fuq ir-riggijiet Amerikani u Ingliżi hemm ukoll inġiniera Maltin.", "Pero' mix-xejn bdejna u l-Maltin mexxew.", "Fil-fatt l-ewwel kien hemm ̧ kif għedt, is-Sur Puglisevich u warajh kien hemm jien pero' mbagħad il-gvern Nazzjonalista kien keċċieni u din ma nistħix ngħidha.", "Pero' apparti minn hekk.", "Lil dawn in-nies li mexxew m'għandniex nagħtuhom daqqa ta' sieq!", "Sur President ̧ nerġa' ntenni li mhuwiex sew li nħallu s-civil aviation department u l-MIA jitkissru u mbagħad inġibu l-barranin.", "Il-gvern għandu jkun responsabbli li jara jekk fil-bord ikunx hemm nies li ma jkunux kapaċi jmexxu.", "Jekk ma jkunux kapaċi ma jkunux!", "Mhux kulħadd kapaċi għal kollox!", "Pero' ngħid għalija nħossni offiż meta nara l-barranin imexxu lil Malta.", "Allura għalfejn ħadna l-indipendenza u l-ħelsien?", "Għalfejn immorru barra u mbagħad noqogħdu ngħidu li aħna aqwa minn dak il-pajjiż u mill- pajjiż l-ieħor!", "Il-pajjiżi tat-tielet dinja u min mhuwiex kapaċi, imexxi bil-barranin.", "Il-poplu Malti kapaċi jmexxi.", "Per eżempju ̧ l-aqwa ħaddiema u inġiniera mid-dockyard ħarġu.", "U meta l-Lufthansa għamlet joint venture ma' l-Air Malta fuq it-tiswija ta' l-ajruplani, ħafna mill-inġiniera Maltin ħaduhom u faħħruhom.", "Issa jien mhux qed ngħid li għamilna ħażin li ġibna l-Lufthansa imma qed ngħid li meta ġibna lill-barranin, lill-Maltin faħħruhom ħafna.", "Meta lin-nies tagħlqilhom il-bibien u ma tagħtihomx ċans ̧ jaqtgħu qalbhom u ma jagħtux kas.", "Pero' nista' ngħid li fl-MIA, fid-DCA u fl-MMA hemm nies li ħadmu.", "Per eżempju, l-MMA mhux bis-saħħa tal-barranin qiegħda fil- ħames post mid-dinja kollha imma bis-saħħa tal-Maltin u ejjew noqogħdu attenti li issa ma nkissrux din ukoll!", "Meta kellna l-Maltin imexxu l-MIA din marret 'il quddiem.", "Issa kien hemm min kien traskurat u minħabba fih il-kumpannija marret lura ̧ bħalma kien ġralha darba l-Air Malta jiġifieri mhux qed ngħid li kollox kien miexi tajjeb.", "Wara kollox anke barra minn Malta jiġru dawn l-affarijiet imma dawn bil-ħaddiema tagħhom jaħdmu.", "Sur President ̧ għalissa se nagħlaq hawn u nixtieq nawgura lill-ħaddiema li jaħdmu f'dawn l-azjendi Milied ħieni u sena mimlija risq lilhom u lill- familji tagħhom.", "Nirringrazzjak.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Grazzi.", "Skada l-ħin disponibbli għall-oppożizzjoni u issa l-ħin kollu li fadal huwa għall-gvern.", "Aktar rimarki?", "Il-Ministru Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni): Sur President, l-ewwelnett nixtieq nirringrazzja lill-erba' kelliema ta' l- oppożizzjoni li ħadu sehem f'dan id-dibattitu.", "Dalgħodu għandna għad-diskussjoni l-voti marbutin mal-ministeru għat- trasport u komunikazzjoni, ministeru li jolqot diversi setturi tal-ħajja li aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar qed isiru rilevanti.", "Irrid ngħid li parti sostanzjali mill-ministeru ma ssemmietx fid-diskussjoni li kellna s'issa u hawnhekk nixtieq nagħmel riferenza għall-awtorita` Maltija dwar il- komunikazzjoni u għall-wireless telegraphy department.", "Minkejja li l- Onor. Debono Grech għamel xi riferenzi qosra għas-civil aviation department nista' ngħid li prattikament dan id-dipartiment inqabeż.", "Jien ukoll irrid noqgħod attent li ma naqbiżx dawn is-setturi għaliex nemmen li huma setturi fost l-aktar rilevanti li se jaffetwawlna ħajjitna matul iż-żmien li ġej.", "Sur President, fis-sena li qegħdin fiha d-dipartiment ta' l-avjazzjoni ċivili ssemma fil-ġurnali Maltin f'okkażjoni waħda li ma kenitx pożittiva.", "Fil-fatt dan kien issemma meta min imexxi d-dipartiment għalaq ir-runway f'festa partikolari.", "Pero' d-dipartiment ta' l-avjazzjoni ċivili ma kienx rieqed fil-bqija tas-sena u qam biss biex jagħlaq ir-runway imma kien qed jagħmel xogħlu.", "Sfortunatament għal dan id-dipartiment u għall-ħaddiema li jaħdmu fih ̧ dan id-dipartiment ̧ min- natura tax-xogħol tiegħu ̧ jissemma biss meta jkun hemm xi kontroversja.", "Sakemm id-dipartiment ta' l- avjazzjoni ċivili jkun qed jagħmel id-doveri tiegħu, lokali u internazzjonali, allura dan id-dipartiment ikun qisu qed jaħdem mingħajr ma jeżisti.", "Pero' jien irrid nirrikonoxxi x-xogħol kollu li jagħmlu kemm l-uffiċjali tiegħu kif ukoll il-ħaddiema li b'xi mod imissu ma' dan il- ministeru.", "Sur President, id-dipartiment ta' l-avjazzjoni ċivili għandu responsabbiltajiet kemm lokali kif ukoll internazzjonali pero' x-xogħol tiegħu ma niġġudikahx jien ̧ in-naħa tal-gvern jew in-naħa ta' l- oppożizzjoni imma jiġġudikawh awtoritajiet li parti minnhom huma lokali u parti kbira minnhom huma internazzjonali.", "Fil-fatt id-dipartiment ta' l- avjazzjoni ċivili huwa membru ta' diversi għaqdiet internazzjonali li kull waħda minnhom trid tara kif u kemm id-dipartiment tagħna qiegħed jimxi mal- kriterji internazzjonali, kriterji li Allaħares ma jkunux qegħdin jiġu osservati minn dan id-dipartiment għax inkella jista' jkollna problemi kbar li jista' jkollhom riperkussjonijiet kbar mhux fuq id-dipartiment ta' l- avjazzjoni ċivili, imma fuq Malta u fuq l-ekonomija Maltija ̧ b'mod partikolari fuq it-turiżmu u ma' dak kollu li għandu x'jaqsam ma' ġarr ta' merkanzija.", "Minn żmien għal ieħor il-performance tad-dipartiment ta' l-avjazzjoni ċivili tiġi analizzata mill-international civil aviation organisation, mill- European organisation for civil aviation ̧ mill-joint aviation authorities u anke mill-federal aviation authorities Amerikani.", "Kull waħda minn dawn l-organizzazzjonijiet għandha interess li l-ajruport tagħna u d-dipartiment ta' l-avjazzjoni ċivili tagħna jkunu qed josservaw ir-regoli internazzjonali meħtieġa għax b'hekk ikunu ċerti li dawn ikunu qed jonoraw ir-responsabbiltajiet tagħhom lejn il-Eurocontrol u għaqdiet oħrajn.", "Irrid ngħid li matul din is-sena li waslet biex tintemm id-dipartiment ta' l-avjazzjoni ċivili kellu jara wkoll li l-affarijiet li suppost isegwi minn żmien għal ieħor jiġu tested u analizzati.", "B'dan il-mod wieħed ikun jaf jekk ir-regolamentazzjoni ta' l-avjazzjoni ċivili tagħna hijiex skond l- istandards ta' l-UE.", "Hawnhekk irrid ngħid li għal darb'oħra d-dipartiment ta' l-avjazzjoni ċivili rnexxielu jilħaq il-criteria u r-requirements li għandu jkollu biex ikun qed jaqdi r-responsabbiltajiet mhux żgħar li għandu lejn diversi obbligazzjonijiet internazzjonali.", "Sur President, issa nixtieq nagħti daqqa ta' għajn żgħira lejn xi attivitajiet li huma marbutin ma' ħidma lokali li għamel dan id-dipartiment u li fil-fatt ried jara li tkun kontinwament in place.", "Kif għedt qabel ̧ ladarba d-dipartiment tagħna huwa membru ta' l-ICAO ried jara li l-ħin kollu jkun up to scratch.", "Per eżempju ̧ fid-dipartiment ta' l-avjazzjoni ċivili sar ċertu investiment b'mod partikolari fil-ħaddiema u fl-ingaġġ ta' nies li mhumiex Maltin.", "Hawnhekk irrid nirrimarka li ma kienx possibbli li jiġri mod ieħor u jien nixtieq li għada pitgħada, kulmin jaħdem fid- dipartiment ta' l-avjazzjoni ċivili, kulmin b'xi mod ikollu l-kontroll fuq l-attivita` ta' l-avjazzjoni f'pajjiżna jkun Malti u jkun mgħallem f'pajjiżna pero` sakemm għandna nuqqas minn dawn il-persuni ma nistgħux nagħmlu mod ieħor.", "Per eżempju, bħalissa għandna persuni li qed jiġu trained barra minn Malta biex ikunu jistgħu jieħdu jobs ma' l-avjazzjoni ċivili f'ranks aktar għoljin proprju biex nassiguraw li attwalment dawn il- vakanzi li jistgħu jinħolqu minn żmien għal ieħor jimtlew mill-Maltin.", "L- isfortuna kbira hi li dan huwa settur li fih m'hemmx biżżejjed persuni Maltin li jitħajru għal dan ix-xogħol, forsi minħabba l-perception li hemm ċertu riskju fix-xogħol ta' l-avjazzjoni ċivili.", "Pero' fiż-żmien li ġej j'Alla jkollna aktar u aktar Maltin li jkunu tal-livell mixtieq.", "Matul is-sena li għaddiet id-dipartiment ta' l-avjazzjoni ċivili kien responsabbli wkoll li jara li l-operazzjonijiet tekniċi, b'mod partikolari dawk taż-żewġ kumpanniji l-aktar importanti li għandna jaħdmu f'Malta – hawnhekk qed nirriferi għall-Air Malta u għall-Medavia - ikunu l-ħin kollu up to scratch mar-requirements internazzjonali.", "Fl-aħħar mill-aħħar irridu nassiguraw li jkun hemm iċ-ċertezza u l-garanzija li l-ajruplani li jiġu u jitilqu minn Malta, b'mod partikolari dawk li huma ta' oriġini Maltija u dawk li huma reġistrati taħt il-bandiera tas-civil aviation Maltija, ikunu up to scratch ukoll.", "Id-dipartiment ta' l-avjazzjoni ċivili kompla jara li l-operaturi li jagħmlu l-maintenance fuq l-istess ajruplani jkunu tal-livell ta' JAR-OPS 1 u JAR-145.", "Dawn huma żewġ nomenklaturi wżati fil-qasam ta' l-avjazzjoni ċivili li r-rilevanza tagħhom għas-sigurta` fl-avjazzjoni ċivili hija mportanti ħafna.", "Sur President, l-istess dipartiment ħa ħsieb ukoll is-servizz li jingħata mill-Air Malta, permezz tas-sussidjarji tagħha, bejn Malta u Għawdex.", "Dan se jkun parti integrali mir-regolamenti u mill-kondizzjonijiet u l- garanziji li wieħed jistenna li jkun hemm għal dan is-servizz.", "B'dan il- mod nipprovaw niggarantixxu l-aħjar servizz li għandu jkun hemm bejn iż- żewġ gżejjer.", "Hawnhekk nixtieq nagħmel parentesi żgħira li ma tolqotx direttament lid- dipartiment ta' l-avjazzjoni ċivili.", "Bħalissa l-ministeru għat-trasport u komunikazzjoni qed jilqa' persuni li jista' jkollhom interess li jipprovdu servizz ta' titjiriet bl-ajru bejn Malta u Għawdex u nispera li sa l-aħħar tas-sena jkun hemm persuni li juru li huma kapaċi li joffru servizz vijabbli u ta' ċertu entita`, ladarba min qed jipprovdi t-titjiriet illum iwaqqaf dawn it-titjiriet.", "Issa se nieqaf hawnhekk dwar l-avjazzjoni ċivili u ngħaddi biex nitkellem ftit dwar l-awtorita` Maltija dwar il- komunikazzjoni.", "Sur President, naħseb li l-aktar darba li l-oppożizzjoni tkellmet dwar din l-awtorita` kienet bejn wieħed u ieħor tliet snin ilu meta għamilna madwar 30 seduta li fihom ipprovajna nistabbilixxu l-awtorita` Maltija dwar il- komunikazzjoni.", "Minn dakinhar sal-lum l-oppożizzjoni ftit li xejn tkellmet dwarha u għamlet biss riferenzi żgħar ħafna.", "Pero' jien nemmen li huwa obbligu tiegħi li nagħmel enfasi fuq l-achievements li għamlet l- awtorita` Maltija dwar il-komunikazzjoni u ngħid kemm se tkompli tikber il- funzjoni tagħha fil-futur.", "Meta ġejna f'dan il-parlament biex niddiskutu l-liġi li waqqfet l-awtorita` Maltija dwar il-komunikazzjoni kellna ħafna domandi; minjaf x'se jiġri, minjaf min se jbati, minjaf liema ħaddiema se jitkeċċew mill-post tax- xogħol u minjaf liema nies mhux se jibqgħu jeżistu aktar fil-qasam tal- komunikazzjonijiet f'dan il-pajjiż.", "Pero' aħna bqajna ninsistu li meta titwaqqaf l-awtorita` Maltija dwar il-komunikazzjoni konna se naraw rivoluzzjoni sħiħa f'dak li għandu x'jaqsam mal-qasam tal- komunikazzjonijiet f'pajjiżna.", "Dakinhar f'din il-Kamra kien hemm min ipprova jiddieħak bina u kien hemm min ipprova jwaqqa' lin-naħa tal-gvern għar-redikolu għax konna qed ngħidu li dan huwa pass kbir importanti li fuqu trid taħdem l-ekonomija kollha ta' pajjiżna.", "Sur President ̧ aħna ridna naraw li l-programm għal-liberalizzazzjoni tas- settur tal-komunikazzjoni ma jkunx xi ftit paġni marbut ma' liġi li kienet qed titressaq quddiem il-parlament imma jkun programm imfassal u mħejji li jiġi attwat biex Malta tkun tista' tibbenefika minn dawk il-bidliet li seħħew u li għad iridu jkomplu jseħħu matul iż-żmien li ġej.", "Tajjeb li wieħed ifakkar li l-programm kollu li kellu jwassal għal-liberalizzazzjoni sħiħa tas-settur tal-komunikazzjoni kellu jiġi fis-seħħ fl-1 ta' Jannar ta' din is-sena li qegħdin fiha u tajjeb li wieħed jgħid li dakinhar is- setturi kollha tal-komunikazzjoni f'pajjiżna ġew liberalizzati.", "Pero` l- fatt li fl-1 ta' Jannar ilħaqna l-għan li nilliberalizzaw is-settur ma jfissirx li issa nistgħu ngħidu li fuq il-karta għandna l-liberalizzazzjoni sħiħa u allura nieqfu hemmhekk.", "Aħna ridna nassiguraw li l-awtorita` Maltija dwar il-komunikazzjoni tkompli tara kontinwament x'inhuma l- iżviluppi li jkunu qegħdin iseħħu f'diversi pajjiżi.", "Naturalment aħna ridna nkomplu fuq it-track record ta' dan il-partit fil- gvern li l-affarijiet jagħmilhom bis-serjetà.", "Jien niftakar x'tip ta' diskussjonijiet kienu jsiru f'dan il-parlament ftit tas-snin ilu imma għall- grazzja ta' Alla, il-gvern tal-ġurnata għandu d-determinazzjoni li jibqa' miexi 'l quddiem biex f'kull qasam tal-ħajja nkunu fost l-aħjar minn madwar id-dinja kollha.", "Għalhekk huwa żgur li fil-qasam tal-komunikazzjoni ma stajniex nibqgħu lura.", "Per eżempju ̧ dalgħodu l-Onor.", "Mizzi għamel riferenza għal Malta bħala gżira.", "Huwa veru li Malta hija gżira żgħira fil- Mediterran, jekk irridu nżidu din il-frażi wkoll ̧ pero' l-poplu ta' din il- gżira għandu qalb kbira, huwa poplu li jrid ikun minn ta' quddiem u meta fil-gvern ikollu partit li jagħtih l-opportunità, dan jimxi 'l quddiem.", "Fil-fatt dan il-poplu mhux biss joqgħod jara x'qed jagħmel ħaddieħor u jikkuppjah imma jkun innovattiv u jara kif jagħmel biex jimxi 'l quddiem fis-setturi kollha.", "Sur President ̧ l-iżviluppi li seħħew fil-qasam tal-komunikazzjoni – mhux se nuża l-kelma \"telekomunikazzjonijiet\" għaliex din il-kelma waħedha saret parti żgħira wisq mill-komunikazzjonijiet kollha - iħalluk iċċassat.", "Sa ftit tas-snin ilu kont tkun xortik tajba jekk wara ma nafx kemm-il sena jkollok servizz ta' telephone b'fixed line.", "Niftakru l-istejjer marbutin ma' dan is-settur pero` dak iż-żmien għadda.", "Aħna konna ħdimna biex is- settur tal-fixed telephony, l-aktar mezz tajjeb li wieħed seta' juża biex jikkomunika min-naħa għal oħra jkun imqiegħed fuq sisien sodi u ridna naraw li f'dak il-qasam Malta tkun minn ta' quddiem nett fl-investiment li tagħmel.", "Fil-fatt Malta kienet l-ewwel pajjiż li kienet milħuqa totalment minn sistemi diġitali tat-telefonija.", "Pero` wieħed jista' jgħid li dak kien il-bidu – nistgħu ngħidu li kien bidu żgħir - għal dan is-settur għax iridu jkomplu jseħħu ħafna żviluppi oħrajn f'dan is-settur.", "Malta kienet mill-ewwel pajjiżi – jekk m'iniex sejjer żball mill-1989 – li kellhom il-qasam tat-telefonija ċellulari.", "Imbagħad wara kważi 12-il sena ta' telefonija ċellulari kellna 15,000 jew 18,000 persuna li kellhom il-mobile telephone.", "Dak iż-żmien meta wieħed kien jara lil xi ħadd bil- mobile telephone kien igħid li qed jitkessaħ bih fit-triq u forsi kien hemm min saħansitra jaħseb li dan mhux veru kien qed jitkellem ma' xi ħadd!", "Pero' llum nistgħu ngħidu li tkun qed titkessaħ jekk tgħid li m'għandekx mobile telephone.", "Qed ngħid dan għax minn 20,000 persuna li kellhom il- mobile telephone tliet snin ilu, illum kważi lħaqna t-300,000.", "Illum ma tridx tkun xi professjonist jew xi membru parlamentari biex ikollok il- mobile telephone għax dan jintuża minn kulħadd.", "Fil-fatt għandna 75% ta' l- hekk imsejħa penetration tas-servizz lil dawk il-persuni li għandhom mobile telephone.", "Pero` jekk qabel konna ngħidu li l-mobile telephone huwa simbolu ta' qżież illum dan nistgħu ngħidu li dan sar simbolu ta' bżonn.", "U aktar ma jgħaddi żmien aktar qed naraw żviluppi fis-servizzi.", "Fil-fatt kull ġimgħa l-operaturi ta' dan is-servizz, anke f'Malta, qegħdin f'kompetizzjoni bejniethom biex is-servizzi li jipprovdu lilna l- konsumaturi jtejbuhom, igħollulhom il-livell tagħhom u jaraw li dawn ikunu ta' l-aħjar kwalita`.", "Naħseb li f'ċerti aspetti aħna qegħdin qabel pajjiżi oħra wkoll.", "F'dan ir-rigward l-awtorita` Maltija dwar il-komunikazzjoni trid tassigura li dak li qed jiġi pprovdut lilna bħala konsumaturi jkun skond il-liġi ta' pajjiżna bid-drittijiet kollha.", "Ikun tajjeb li wieħed igħid li t-300,000 telefon ċellulari li qed jintużaw illum ma jintużawx biss għat-telefonati u għall-messaġġi imma jintużaw għal ħafna oqsma tax-xogħol oħrajn.", "Dak li għamilna f'dawn l-aħħar tliet snin għadu biss il-bidu ta' rivoluzzjoni akbar li trid isseħħ f'Malta u sa ftit snin oħra dan il-poplu jrid jara servizzi aqwa minn dawk tal-lum.", "Per eżempju ̧ sa ftit snin ilu d-daqs tal- mobile telephone kien ħafna akbar milli hu llum; illum lanqas biss issibu f'idejk.", "Pero' l-iżviluppi li jridu jsiru se jkunu ferm akbar minn dan li qed insemmi.", "Sur President ̧ hemm ukoll fatturi oħrajn li wieħed irid isemmi.", "Per eżempju, bejn is-sena 2001 u s-sena 2002 Malta u pajjiż ieħor kienu l-uniċi pajjiżi li minkejja l-isplużjoni ta' servizzi li kienu qed jingħataw permezz tal-mobile telephone, in-numru ta' fixed line telephones ma kenux qed jonqsu.", "Dawn ma kenux qed jonqsu għaliex il-ħtieġa ta' aktar komunikazzjoni qiegħda tiżdied b'mod allarmanti minn sena għal oħra.", "Hawnhekk wieħed jista' jgħid li għandna madwar 270,000 telefon fissi li jintużaw fid-diversi oqsma tal-ħajja; fid-djar, fl-uffiċċju u fil- postijiet tax-xogħol li kollha għandhom funzjoni x'jaqdu.", "Matul dan iż-żmien kienu qegħdin iseħħu wkoll rivoluzzjonijiet oħrajn.", "Illum nitkellmu fuq l-internet bħala bżonn ̧ donnu li hija l-ħobża ta' kuljum li ma tistax tgħaddi mingħajrha.", "Ftit tas-snin ilu, meta l-uffiċjali tal-parlament offrewlna s-servizz ta' l-internet minjaf kemm kien hemm minna li qalu: Imma aħna dan l-internet x'irridu nagħmlu bih?", "Pero' llum ħadd minna hawn ġew ma jgħaddi mingħajru.", "Illum ħafna nies ma jgħixux mingħajru u aktar ma jgħaddi żmien, mil-livell tat-tfal ta' l-iskola sal- postijiet tax-xogħol u l-postijiet tan-negozju, dan il-bżonn se jkompli jikber.", "Sur President ̧ f'dan il-qasam pajjiżna miexi b'pass mgħaġġel u qiegħed minn ta' quddiem nett; saħansitra qiegħed qabel pajjiżi li diġà huma membri ta' l-UE u pajjiżi li bħalna se jissieħbu fl-1 ta' Mejju li ġej.", "Dan kollu ġara għaliex min kien qed imexxi lil dan il-pajjiż kien jaf fejn irid iwassal lill-poplu Malti; ried iwasslu sa dawk il-pajjiżi li qegħdin quddiem nett.", "Dan irnexxielna nagħmluh ukoll bl-investiment li għamel dan il-gvern.", "Pero' dan m'għamilnihx biss għat-telefon u għall-internet imma għamilnih ukoll għas-servizzi l-oħrajn kollha li hawn f'dan il-pajjiż.", "Illum id-dinja ta' komunikazzjoni u d-dinja diġitali ma tieqaf imkien.", "Sur President ̧ matul is-sena 2002 intbagħtu kważi 80 miljun messaġġ minn poplu ta' 400,000 ruħ.", "Dan mhuwiex xi numru li vvintajtu jien imma huwa riżultat ta' attivita` ta' komunikazzjoni li qed jagħmel dan il-poplu.", "Din is-sena li wasalna biex nagħlqu bdiet b'kontroversja fuq is-servizz ġdid li ġie riżultat tal-liberalizzazzjoni tas-settur tal-komunikazzjoni.", "Naħseb li fil-bidu tas-sena ħadd minna ma kien qed jobsor li f'pajjiżna se jibda jingħata wkoll is-servizz tal-voice over internet protocol.", "Pero' llum dan is-servizz qed jingħata wkoll u r-riżultat huwa li filwaqt li fl- aħħar tas-sena li għaddiet kien hemm zero minutes ta' telefonati permezz ta' dan is-servizz, matul ix-xahar ta' Ġunju kien hawn 1.2 million minutes ta' telefonati permezz tal-voice over internet protocol.", "Imbagħad għax- xahar ta' Settembru l-istatistika tkompli turi żieda ta' 59% f'dak li huwa użu tas-servizz tal-VOIP.", "Naturalment dan qed jirriżulta kollu mill-bżonn tagħna li nagħmlu n-negozju, il-bżonn tagħna li nikkomunikaw, il-bżonn tagħna li nkunu l-ħin kollu minn ta' quddiem fost dawk kollha li b'xi mod imissu ma' dawn l-affarijiet.", "L-awtorità Maltija dwar il-komunikazzjoni riedet tara li taqdi d-doveri tagħha f'dan il-qasam bis-serjeta`.", "Dan m'huwiex xogħol faċli meta jkun hemm il-kompetizzjoni, meta jkun hemm l-innovazzjoni u meta mhux kulħadd ikun bilfors miexi mal-bidliet li jkunu qegħdin iseħħu.", "Fil-fatt jista' jkun hemm min jaħseb li xi ħadd qed jipprova jieħu inizjattivi jew passi biex wieħed jiġi vantaġġjat u ieħor jiġi żvantaġġjat.", "Pero` r-rwol li għandha l-awtorita` Maltija dwar il-komunikazzjoni huwa li tkun l-ewwel u qabel kollox id-difensur tad-drittijiet tagħna l-Maltin li qed nagħmlu użu minn dawn is-servizzi li qed jingħataw.", "Fl-istess ħin qed tagħmel minn kollox ukoll biex iżżomm ruħha nformata bil-bidlet teknoloġiċi kbar li qed iseħħu fil-qasam ta' l-informatika.", "Fil-fatt l-awtorità ̧ b'numru żgħir ta' persuni li teknikament huma ppreparati tajjeb, qed taħdem biex Malta tkun dejjem u l-ħin kollu minn ta' quddiem nett f'dan il-qasam.", "Nista' ngħid li matul is-sena li ġejja l-awtorita` Maltija dwar il- komunikazzjoni se tkun minn ta' quddiem nett biex tkompli tfassal il- policies tagħha dwar id-digital television pero` se tkun qed tara wkoll ir- requirements ġodda li se jkun hawn bħala riżultat ta' dan l-iżvilupp li għal darb'oħra se jbiddel il-mod ta' kif ngħixu.", "Hawnhekk nixtieq nagħmel riferenza għal dak li sal-lum huwa magħruf bħala l-wireless telegraphy u ngħid li r-rwoli tiegħu se jkunu ntegrati ma' l-awtorita` Maltija dwar il- komunikazzjoni.", "Hawnhekk irrid insellem lill-persuni kollha li ħadmu f'dak id-dipartiment li kienu qed jaħdmu fi żmenijiet ta' diffikulta`, żmenijiet li fihom kienu qed iseħħu ħafna bidliet.", "Il-ħaddiema li jaħdmu fid- dipartiment tal-wireless telegraphy jafu li se jkollhom bżonn jibdew jaħdmu b'mod differenti milli ħadmu sal-lum pero` xorta se jibqgħu jagħtu s-sehem sħiħ tagħhom għal dan il-pajjiż.", "Fil-fatt uħud minnhom se jaħdmu ma' l- awtorita` Maltija dwar il-komunikazzjoni u dawk li jagħmlu servizz marbut mal-wireless telegraphy li huwa konness b'mod partikolari mal-qasam tas- shipping se jagħmlu xogħol fl-awtorita` marittima.", "Dawn xorta se jibqa' jkollhom is-sodisfazzjon tax-xogħol pero` naturalment b'mod mibdul għax ladarba l-ħteġijiet tal-lum huma differenti minn dawk li kienu ftit tas- snin ilu rridu naraw li dawn in-nies jibqgħu jagħtu s-sehem tagħhom skond il-bżonn tal-pajjiż.", "Naturalment hawnhekk irrid nara li kemm min ikun qed jaħdem fl-awtorità Maltija dwar il-komunikazzjoni kif ukoll min ikun qed jaħdem fl-awtorità marittima jkun qed jagħti servizz tajjeb.", "Sur President, dalgħodu saret riferenza għas-servizzi tal-posta.", "Fih innifsu s-servizz tal-posta ma jaqax taħt il-ministeru għat-trasport u komunikazzjoni imma dan il-ministeru ̧ permezz ta' l-awtorita` Maltija dwar il-komunikazzjoni, huwa r-regolatur tas-servizz li jingħata permezz tal- posta.", "Meta ġejna biex biddilna l-liġi dwar is-servizzi postali f'pajjiżna kien hemm min għamel diversi mistoqsijiet u kritika - parti minnhom kienu ġustifikati u parti le - dwar is-servizz li kien jingħata u s-servizz li għad irid ikompli jingħata.", "Ir-rwol li għandha l-awtorita` Maltija dwar il- komunikazzjoni fil-qasam postali huwa marbut mal-fatt li s-servizzi postali f'dan il-pajjiż se jkomplu jgħaddu minn bidliet kbar għaliex aktar ma jgħaddi żmien aktar se jkun hemm persuni li jużaw l-internet u sistemi ta' komunikazzjoni oħrajn li huma ferm aktar mgħaġġla mill-posta li aħna mdorrijin biha.", "Illum ittra ̧ per eżempju ̧ tista` tasal dak il-mument stess u allura min jipprovdi s-servizz postali jaf li se jkollu jbiddel is-servizz li jagħti jekk aħna l-Maltin nibdew nagħmlu użu minn dawn is-servizzi l-ġodda.", "Minkejja dan ̧ m'għandix dubju li s-servizzi postali jistgħu jibqgħu jagħtu servizz tajjeb u kostanti fl-oqsma mibdula li jridu jiżviluppaw fil-futur.", "Issa nixtieq nitkellem ftit fuq setturi oħrajn li tkellmet fuqhom l- oppożizzjoni dalgħodu, setturi li huma parti integrali minn dan il- ministeru.", "Pero' qabel nixtieq nagħmel riferenza għal dak li qalu l-Onor.", "Joe Debono Grech, l-Onor.", "Charles Buhagiar, l-Onor.", "Jose' Herrera u l-Onor.", "Joe Mizzi.", "L-Onor.", "Mizzi tkellem dwar l-awtorita` marittima u dwar il- qasam marittimu pero' kieku kelli noqgħod fuq dak li qal nibda nitħawwad u ninkwieta mhux ftit.", "Per eżempju, dan beda bi kwotazzjoni mill-editorjal ta' \"The Times\" tat-18 ta' Ġunju ta' din is-sena, editorjal li kont ftakart sewwa x'kien il-kontenut tiegħu.", "Fil-fatt meta ġibt il-hard copy tiegħu sibt li l-Onor.", "Mizzi qabad sentenza mill-editorjal sħiħ u qalibha rasha 'l isfel biex jipprova jiġġustifika l-argumentazzjoni li kien qiegħed jipprova jasal għaliha.", "Skond l-Onor.", "Mizzi hija għarukaża li fil-portijiet tagħna għandna diżastru, kemm mil-lat fiżiku kif ukoll mil-lat ta' amministrazzjoni ta' kuljum.", "Pero' fil-verita` dan l-editorjal kien qed jitkellem mhux fuq xi diżastru fiżiku fil-post imma fuq il-bidliet meħtieġa fil-prattiċi tax- xogħol li għandna fil-portijiet tagħna, b'mod partikolari fil-port il-kbir.", "Il-ħtieġa ta' riformi u bidliet radikali fil-portijiet ta' pajjiżna u fil- prattiċi tax-xogħol li għandna hemmhekk huma xi ħaġa li din in-naħa tal- Kamra taqbel magħhom.", "Fil-fatt aħna mpenjati li nwettquhom u m'għandix dubju li matul iż-żmien li ġej se jkun dan il-partit fil-gvern li bis- serjetà jbiddel dak li huwa meħtieġ li jinbidel fil-portijiet.", "L-akbar bidliet li huma meħtieġa fil-portijiet ta' pajjiżna m'humiex jekk nagħmlux accropodes jew le 'l barra mill-breakwater tal-port il-kbir jew inkella jekk nagħmlux moll itwal jew iżgħar imma l-bidliet il-kbar li hemm bżonn huma fil-prattiċi tax-xogħol li hemm fil-portijiet tagħna.", "Sur President ̧ nista` ngħid li d-diskussjonijiet ilhom għaddejjin żmien twil b'mod partikolari mal-GWU għax hija l-union li tirrappreżenta l-akbar setturi ta' ħaddiema li jaħdmu fil-portijiet.", "Issa hawnhekk ikun tajjeb li wieħed igħid li dan il-gvern dejjem impenja ruħu biex iżid id-dħul ta' dawn il-ħaddiema.", "Dan ma nistaqsihx lill-Onor.", "Mizzi jew lil xi ħadd membru ta' din il-Kamra imma nistaqsih lill-istess ħaddiema li jaħdmu fil-portijiet ta' pajjiżna.", "Fil-fatt matul dawn l-aħħar 17-il sena kien hemm żieda kbira ħafna fid-dħul ta' dawn il-ħaddiema.", "Dan seħħ għax kien hemm żieda kbira fl-attivita` tal-portijiet tagħna.", "Permezz taż-żieda fix-xogħol igawdu l-ħaddiema ̧ min jagħti s-servizzi tiegħu fil-portijiet ta' pajjiżna u min jagħraf xi jkunu l-opportunitajiet li jkunu qegħdin jinħolqu f'dan il- qasam tax-xogħol li jrid jiżviluppa.", "Huwa mportanti li wieħed igħid ukoll li matul din is-sena li wasalna biex nispiċċaw daħlu fil-portijiet ta' pajjiżna madwar 450 cruiseliner.", "Issa hawnhekk mhux se nagħmel riferenza għall-fatt li dawn ġabu kważi 500 ̧000 turist iżuru lil pajjiżna pero` se nagħmel riferenza għall-fatt li dan huwa xogħol ġdid li żviluppa matul is-snin li għaddew.", "L-Onor.", "Joe Debono Grech qal li issa jispera li ma jkun hawn ħadd li jitħajjar iżarma l- awtorita` marittima u jdaħħal xi barranin biex imexxuha.", "Dażgur li m'għandux ikollna barranin imexxu l-awtorita` marittima!", "Pero` jien ma nifhimx kif l-Onor.", "Mizzi, li tkellem l-ewwel wieħed fid-dibattitu ta' dalgħodu, għamel attakk fuq l-awtorita` marittima u qal li hija għarukaża li bejn wieħed u ieħor din għadha tagħmel l-istess xogħol li kien jagħmel qabel id-dipartiment tal-portijiet.", "Għal mument jien ħsibt li l-awtorita` marittima waqqafniha s-sena li għaddiet pero' fir-realtà din twaqqfet 13-il sena ilu.", "Allura dalgħodu l-Onor.", "Mizzi kif ħolom u ftakar li darba kien jeżisti d-dipartiment tal-portijiet!", "Sal-lum kulħadd fehem li l-awtorita` marittima qiegħda hemm biex tkompli tiżviluppa u tkompli għaddejja bl- attivitajiet tagħha.", "Hawnhekk ma nistax ma nagħmilx riferenza għall-ħidma bla waqfien li għamlet u li se tkompli tagħmel din l-awtorità.", "Hemm diversi setturi li jaqgħu taħt l-awtorita` marittima pero' jien irrid nagħmel riferenza għad-direttorati differenti li jaqgħu taħtha.", "Jien mhux se nitkellem fit-tul wisq fuq dan għax naf li eventwalment irid ikollna dibattitu dwar l-awtorita` marittima pero' nixtieq nagħmel riferenza għall-yachting centres directorate, għall-merchant shipping directorate, għall-ports directorate u għall-capital projects directorate.", "Dawn huma erba` direttorati li ħadmu kemm setgħu biex jassiguraw li permezz ta' l-awtorita` marittima ̧ Malta tistabbilixxi lilha nnifisha bħala awtorita` li jkollha identita` marittima li tkun tixraq verament lil pajjiż imdawwar bil-baħar.", "Sur President ̧ x'għamlet l-awtorita` marittima matul is-snin li għaddew?", "Matul is-snin li għaddew l-awtorità ħadmet biex tistabbilixxi lilha nnifisha bħala dik l-awtorita` li qed tirrappreżenta bis-serjeta` l-qasam marittimu kollu.", "Aħna rridu li dan is-sors ta' dħul finanzjarju u dan is- sors qawwi għall-ekonomija ta' pajjiżna nkomplu nisfruttawh.", "Issa forsi jkun hawn min igħid: Issa billi jkun hemm daqshekk vapuri reġistrati taħt il-bandiera Maltija; x'differenza se tagħmilli?", "Ir-realtà hi li din tagħmel differenza kbira mhux għall-ministru, għall-gvern jew għall-avukati li jaqilgħu l-għajxien tagħhom minn dan ix-xogħol imma għall-mod ta' kif il- barranin iħarsu lejn Malta u għall-mod ta' kif jistgħu jiżviluppaw setturi oħrajn.", "Jien m'għandix dubju li l-iżviluppi li għad iridu jkomplu jseħħu fil-qasam tal-yachting huma kbar.", "Fil-fatt illum minbarra l-yacht marina li hemm fl- Imsida hemm ukoll diversi inizjattivi privati.", "M'għandix dubju wkoll li l- faċilitajiet tal-yachting fil-Mediterran se jibqa` jiġi żviluppat u allura se jkollna aktar nies li jkollhom il-yacht tagħhom.", "Għalhekk fiż-żmien li ġej se jkun hemm il-bżonn ta' aktar yachting centres u yachting marinas.", "Sur President, jien mhux se nitkellem fuq proġetti li ma jeżistux jew li qatt ma tfasslu.", "Jekk m'iniex sejjer żball il-ġimgħa li għaddiet il-kap ta' l-oppożizzjoni reġa' għamel riferenza għall-yacht marina ta' GĦawdex pero' nerġa' nirrepeti għal darb'oħra li din ma kenitx teżisti u ma kien hemm l-ebda tifsil tagħha jiġifieri ma kien hemm l-ebda indikazzjoni li kienet se ssir.", "Kif qal tajjeb l-Onor.", "Joe Debono Grech, illum Malta għandha kważi 27 miljun tunnellata ta' vapuri reġistrati taħt il-bandiera tagħha u qiegħda fil-ħames post. Pero' dan ma jfissirx li għandna noqogħdu ngħidu kemm imxejna 'l quddiem biss.", "Il-ħames post huwa indikazzjoni ta' x'tip ta' responsabbilta` u obbligi lokali, Mediterranji u internazzjonali għandu jkollu pajjiżna.", "Sur President, hawnhekk irrid nagħmel parentesi żgħira.", "Ġimgħatejn ilu kien hemm l-elezzjoni għall-eżekuttiv ta' l-international maritime organisation u bi pjaċir ngħid li Malta reġgħet ikkontestat u għal tliet darbiet wara xulxin irnexxielha tkun eletta bħala membru ta' l-eżekuttiv ta' din l-organizzazzjoni.", "Din hija indikazzjoni ta' kif iħarsu lejna pajjiżi oħrajn li huma membri ta' l-IMO għaliex kieku jħarsu lejna b'mod ikrah żgur li ma kenux jivvotawlna.", "Fil-fatt hija l-ewwel darba li ġrat li pajjiżna jiġi elett għal tliet darbiet wara xulxin.", "L-aħħar darba li pajjiżna kien ġie elett kien fl-1977 u mbagħad għal numru twil ta' snin waqafna milli nkunu membri ta' dan l-eżekuttiv.", "Saret riferenza wkoll għall-moll taċ-Ċirkewwa li skond l-Onor.", "Joe Mizzi huwa mimli difetti.", "Jien nitolbu li jekk għandu xi informazzjoni dwar dawn id-difetti jgħaddihom lill-awtorita` jew lili ħalli nkunu nistgħu naraw jekk fil-fatt hemmx il-problemi li għamel riferenza għalihom.", "Per eżempju ̧ l-Onor.", "Mizzi qal li l-breakwater huwa qasir.", "Li nista' ngħidlu jien huwa li qabel ma dan ġie ddisinjat u mqiegħed fil-post u qabel ma ddeċidejna x'tip ta' kostruzzjoni għandu jkun hemm, la kien hemm il-ministru u lanqas iċ-chairman ta' l-awtorita` imma kien hemm persuni barranin għaliex f'Malta m'għandniex il-mod ta' kif tagħmel ċerti testijiet.", "Fil-fatt dawn kellhom l-inkarigu li jaraw li jsiru testijiet skond il-kondizzjonijiet taċ- Ċirkewwa u allura għażlu l-aħjar tul possibbli biex wieħed ikun jista` jagħmel użu minn dak il-port kemm jista' jkun.", "Għalhekk kien hemm ċertu disinn u ċertu mod ta' kif isiru l-affarijiet.", "Issa jekk forsi l-Onor.", "Mizzi jew xi ħaddieħor jaħseb li jaf aktar minn min huwa espert f'dan il- qasam ma nafx!", "Qalilna wkoll li l-lanterna mhijiex f'postha imma fil- verità din għadha qed issir u allura rrid nara x'inhi din l-allegazzjoni ta' l-Onor.", "Joe Mizzi.", "L-Onor.", "Mizzi għamel riferenza wkoll għall-cruiseliners u qal li l-awtorità marittima ma tafx fejn hi sejra għax filwaqt li ngħidu kemm qed jidħlu vapuri tat-turisti hawn Malta, fl-istess ħin qed naqilgħu l-vapuri tat- turisti minn posthom u ndaħħlu minflokhom il-vapuri navali.", "Pero' m'huwiex il-każ li l-vapuri navali qed jaqilgħu minn posthom lill-vapuri tat- turisti.", "Naf li kien hawn kontraversja dwar dan u naf li hemm min għadu jipprova jgħid li l-awtorita` marittima qed tiskarta l-possibbilta` li jkun hemm il-cruiseliners fil-portijiet tagħna għall-benefiċċju tal-vapuri navali.", "Dan mhuwiex il-każ bħalma m'huwiex il-każ li għamel riferenza għalih l-Onor.", "Mizzi meta qal li l-awtorita` marittima taparsi jkollha dikjarazzjoni u mbagħad tħalli l-vapuri nukleari jidħlu f'pajjiżna daqslikieku xejn.", "L-ewwelnett naħseb li l-Onor.", "Mizzi jaf kif isiru l-affarijiet f'dak li għandu x'jaqsam ma' dawn id-dikjarazzjonijiet.", "Nafu li dikjarazzjonijiet bħal dawn ma jsirux lill-awtorita` marittima.", "Min jagħmel dikjarazzjonijiet fuq il-preżenza jew le ta' l-armi nukleari jkun jaf x'tip ta' dikjarazzjonijiet ikun qed jagħmel u min ikun qed jirċevihom ikun jaf ukoll x'tip ta' dikjarazzjoni jkun qed jirċievi.", "L-awtorita` marittima tipprovdi l-berthing facilities u tara li r-regoli jkunu qed jiġu mħarsa.", "L-Onor.", "Mizzi għalaq id-diskors tiegħu billi għamel riferenza għad- direttiva li ma nafx kemm sar storbju fuqha ̧ mhux biss f'dan il-pajjiż imma anke barra, dwar il-mod ta' kif jiġu regolati d-drittijiet u l- kondizzjonijiet tax-xogħol li għandhom il-ħaddiema li jaħdmu fil-portijiet ta' pajjiżna.", "Il-gvern tal-ġurnata, u jien personalment, dejjem għamilniha ċara – l-uffiċjali tal-GWU dan jafuh - li l-interess tagħna huwa li l- ħaddiema fil-portijiet tagħna jibqgħu jaqilgħu għajxien tajjeb pero' fl- istess ħin iridu jifhmu li wasal iż-żmien li r-riformi u l-prattiċi tax- xogħol ta' pajjiżna nbiddluhom jekk irridu nibqgħu kompetittivi u jekk irridu nkomplu nkabbru x-xogħol.", "Min jaħdem fil-portijiet tagħna jaf kif kien jaħdem qabel u kif qed jaħdem issa.", "Saret riferenza wkoll għal dak li qed jiġri fl-Imġarr GĦawdex.", "L-Onor.", "Mizzi qal li l-ewwel għidna li dan il-proġett se jqum tant u fil-fatt se jqum aktar.", "Fil-fatt erba' snin ilu ngħad li kellu jkun hemm ċertu nefqa għal dan il-proġett pero' wieħed jista' jgħid li l-bini ta' terminus inbidel b'mod drastiku minn kif kien proġettat kemm minħabba l-ħteġijiet li kellha l-awtorita` ta' l-ippjanar kif ukoll biex filwaqt li ntejbu l- faċilitajiet, innaqqsu l-impatt ambjentali.", "Fil-fatt wieħed jista` jgħid li llum għandna proġetti mibdijin li meta jitlestew ikunu ħafna aħjar minn kif kienu proposti li jsiru.", "Parentesi żgħira li nixtieq nagħmel huwa dwar il-famuż ritratt tat-tank li deher nhar il-Ħadd li għadda fuq waħda mill-gazzetti lokali.", "Fil-fatt dak il-proġett mhux se jsir għax ma kienx approvat mill-awtorita` ta' l- ippjanar.", "Issa nixtieq nitkellem ftit fuq l-awtorita` dwar it-trasport ta' Malta.", "Din hija awtorita` li għandha taħt il-kappa tagħha responsabbiltajiet li m'humiex żgħar, responsabbiltajiet li jolqtu lilna lkoll fil-ħajja tagħna ta' kuljum u hawnhekk naqbel ma' dak li qal l-Onor.", "Charles Buhagiar.", "Fil- fatt dak li qal l-Onor.", "Buhagiar, li għal darba ma kienx negattiv ̧ naqblu miegħu.", "Pero` d-differenza bejn l-oppożizzjoni u l-gvern hija li l- oppożizzjoni tista` tiġi hawnhekk b'lista ta' xewqat imma l-gvern ma jistax iħalli dik il-lista ta' xewqat fuq il-karta.", "Jien inħobb ngħid li l- ideat ma jiswewx flus imma biex twettaqhom huma very expensive.", "Sur President, diversi persuni joħorġu b'ħafna ideat fil-ġurnali.", "Kellna min ried li bejn Malta għal GĦawdex ikollna sistema ta' vvjaġġar bl-ajru ̧ kellna min ried jagħmel l-undergrounds eċċ. Per eżempju, dalgħodu l- Onor. Charles Buhagiar qal li s-sitwazzjoni tat-traffiku f'pajjiżna tixbaħ lis-sitwazzjoni tat-traffiku li hemm fil-Lussemburgu li bħalna huwa pajjiż b'popolazzjoni żgħira.", "Dan qal li l-Lussemburgu ̧ li huwa membru ta' l-UE ̧ m'għamilx l-underground għaliex imbagħad ma jkunx jista' jiffinanzja dik is- sistema.", "Fil-fatt tajjeb jew ħażin in-nefqa kapitali tagħmilha – għalkemm din hija problema wkoll - imma mbagħad trid tara li dak li tkun għamilt issostnih u tara li tagħti servizz tajjeb.", "Qabel l-elezzjoni l-partit Laburista wiegħed li jekk jitla' fil-gvern jagħmel sistema ta' underground għal dan il-pajjiż pero' llum qed jirrikonoxxi li l-Lussemburgu, li huwa pajjiż żgħir bħal Malta ̧ huwa diffiċli ferm għalih li jkollu l-underground.", "Fil-fatt huma ħafna li ħasbu fuq l-idea ta' l-underground pero' din hija diffiċli li ssir għax kif qal l-Onor.", "Buhagiar dalgħodu, aħna poplu żgħir u biex tmantni sistema ta' underground trid tagħmel nefqiet kbar.", "Sur President, l-awtorità dwar it-trasport għandha fi ħdanha diversi direttorati li huma responsabbli mit-toroq ̧ mil-liċenzji, mit-traffic planning u mit-trasport pubbliku.", "Bħala poplu rridu naraw bis-serjetà fejn irridu naslu u kif nistgħu naslu f'dan il-qasam.", "Per eżempju ̧ fejn qabel ċerti dipartimenti kienu jagħmlu parti mill-amministrazzjoni tal- gvern illum l-awtorità dwar it-trasport hija responsabbli għal ċerti setturi wkoll.", "Meta ġejna biex ngħaddu l-liġi dwar l-awtorita` dwar it- trasport minn dan il-parlament l-oppożizzjoni kienet iddikjarat ruħha li kienet kontra l-mod kif din l-awtorita` kienet qed tiġi fformata.", "Għalhekk wara madwar sena u nofs minn meta twaqqfet din l-awtorita` kont nistenna li l-oppożizzjoni tgħid jekk l-għan li għalih twaqqfet hux qed jintlaħaq jew le.", "Dalgħodu l-Onor.", "Buhagiar qalilna ħafna affarijiet li jixtieq jarahom iseħħu pero' li għadhom ma seħħewx.", "Pero' huwa żgur li llum irrid nirrikonoxxi l-fatt li l-oppożizzjoni m'għamlitx riferenza għax-xogħol li qed tagħmel l-awtorita` dwar it-trasport - b'mod partikolari d-direttorat responsabbli mit-toroq - dwar it-toroq ta' pajjiżna ̧ xogħol li huwa ta' kwalita` ferm aħjar minn dak li kien isir qabel.", "Illum ma smajtx kelliem wieħed min-naħa ta' l-oppożizzjoni jgħid li x- xogħol fuq it-toroq huwa ta' kwalita` ħażina.", "Ta' dan irrid nirringrazzja lill-oppożizzjoni li naturalment mhux se tgħid fil-pubbliku li għamilna qabża kbira fil-kwalita` tax-xogħol.", "Pero' l-Onor.", "Buhagiar għamel riferenza għall-fatt li għadna qed indumu żżejjed f'dawk li huma proġetti li jsiru mill-gvern tal-ġurnata.", "Din hija bidla radikali oħra li rridu naraw isseħħ f'pajjiżna.", "Illum il- kwalita` tax-xogħol hija ħafna aħjar minn dik li kienet issir qabel pero' rridu nindirizzaw il-problema tad-dewmien.", "Per eżempju, jien naqbel li fiż- żmien li ġej ikollna wkoll dik il-famuża klassifikazzjoni tal-kuntratturi li ilna nitkellmu dwarha ma nafx kemm-il sena imma li sal-lum għadna m'għamilnihiex.", "M'għandix dubju li rridu naslu f'sitwazzjoni fejn ikollna bidla kbira fil-mod ta' kif nagħmlu x-xogħol f'dan il-pajjiż.", "Sur President, saret riferenza għall-biżgħa, għall-inkwiet u għad- diffikulta` li qal li għandu l-Onor.", "Buhagiar dwar il-fondi li jridu jiġu mill-UE u mill-protokoll Taljan.", "Almenu l-Onor.", "Buhagiar m'għamilx l- iżball li għamlu oħrajn min-naħa ta' l-oppożizzjoni Ii ma nafx kemm ilhom igħidu li hija għarukaża li l-flus mill-UE u mill-Italja għadhom ma waslux.", "Għallinqas l-Onor.", "Buhagiar irrikonoxxa l-fatt li l-flus mill-UE ma kellhomx jaslu qabel l-1 ta' Mejju tas-sena d-dieħla.", "Min-naħa l-oħra l- flus mill-protokoll Taljan għandhom jaslu għax fil-fatt dan il-protokoll ġie ratifikat ftit jiem ilu mill-parlament.", "Fil-fatt jonqos biss xi firem żgħar pero` l-flus iridu jaslu biex dak il-protocol jiġi fis-seħħ b'mod totali.", "Sur President, illum id-direttorat responsabbli mit-toroq qed ikompli fuq il-ħidma li kien jagħmel qabel id-dipartiment tat-toroq.", "Dan id-direttorat ma qagħadx bil-qiegħda jħares u jistenna lil xi ħadd biex igħidlu x'għandu jagħmel.", "Fil-fatt l-ewwel ħaġa li għamel wara l-elezzjoni ta' l-1998 ...", "Hawnhekk nixtieq nikkoreġi xi ħaġa li qal l-Onor.", "Jose' Herrera.", "Dan qal li l-ewwel ġew il-Ġermaniżi jagħmlu rapport ̧ imbagħad ġew esperti oħrajn biex jagħmlu rapport ieħor għax ħasbu li l-ewwel rapport li kienu għamlu l-Ġermaniżi kien ġie skartat.", "Dan mhuwiex il-każ għax l-istess esperti li għandna f'pajjiżna ilhom hawn Malta minn April ta' l-1998.", "Jien nirrikonoxxi li l-organizzazzjoni Ġermaniża ġiet hawn Malta fi żmien il- gvern l-ieħor.", "Li ma nirrikonoxxix hu dak li ngħad min-naħa ta' l- oppożizzjoni li fi żmien tliet xhur, fl-1998 ̧ kienu lestew dak kollu li kellu x'jaqsam ma' xogħol ta' toroq.", "Il-programmi kollha marbutin max- xogħol ta' toroq li għandna bżonn f'pajjiżna saru wara Settembru ta' l-1998 u minn dakinhar sal-lum ̧ ix-xogħol kollu li qed isir fil-qasam tat-toroq għaddej proprju fuq il-programm imfassal għal toroq arterjali u għat-toroq distributorji ta' pajjiżna.", "Hawnhekk ma nistax ma nsemmix id-diffikultajiet u l-problemi li jkun hemm mal-kuntratturi.", "Ġieli jkun hemm tender u wieħed jirtira minnha u ġieli jkun hemm proċess ta' aġġudikazzjoni u f'daqqa waħda xi ħadd ma jibqax jgħid li jrid jibqa' għaddej bix-xogħol u ħafna problemi oħrajn.", "Minkejja dan kollu d-determinazzjoni tagħna trid tkompli twassal biex il-ħin kollu naraw li l-kwalità tax-xogħol li lħaqna tibqa' hemm.", "Per eżempju ̧ ċerti kuntratturi jaħdmu bil-prattiċi li kienu jħallulhom aktar flus milli qed iħallulhom issa pero' s-serjetà titlob li jkun hemm analisi ta' dak li qed isir.", "Ma smajna xejn lanqas fuq il-culverts tas-servizzi li qed isiru fit-toroq arterjali.", "Pero' aħna għandna d-determinazzjoni li bid-diffikultajiet kollha nibqgħu mexjin bit-tfassil ta' dak li hemm bżonn isir.", "Sur President ̧ lill-Onor.", "Buhagiar irrid infakkru li l-proċess marbut mal- protokoll Taljan fl-ebda mument ma waqaf, bħalma ma waqafx lanqas il- proċess marbut mal-fondi li jridu jiġu mill-UE.", "L-ewwelnett kieku d- direttorat tat-toroq ma kien qed jagħmel xejn kien joqgħod jistenna biex il-protokoll Taljan jiġi ffirmat, imbagħad naraw x'se nagħmlu b'dawn il- flus ̧ liema toroq se nagħmlu, naraw kif se nippreparaw id-dokumenti tat- tender, naraw meta se jagħlqu dawn id-dokumenti u naraw min se jkun il- kuntrattur u mbagħad inqumu u nsibu li s-sena 2005 tkun għaddiet u nkunu tlifna l-fondi.", "Pero' m'għamilniex hekk għax matul is-sena li għaddiet rajna x'inhu meħtieġ biex meta dawn il-fondi jkunu available inkunu nistgħu nonfquhom.", "Sur President, kien hemm diversi kuntratturi, fil-parti l-kbira minnhom Taljani ̧ li wrew interess li jagħmlu xogħol marbut mal-finanzjament tal- protocol Taljan – jekk m'iniex sejjer żball id-data kienet tagħlaq fid-9 ta' Mejju li għadda - u aktar tard kien hemm proċess ta' shortlisting ta' dawk li kienu wrew interess li jaħdmu f'dan il-qasam hawn Malta.", "Eventwalment wieħed jista' jgħid li l-proċess tat-tendering kollu huwa mistenni li jagħlaq fil-15 ta' Jannar ta' l-2004 meta t-12-il tenderer li wera interess li jibqa' għaddej b'dan ix-xogħol, ikun jista' jiffinalizza u jippreżenta t-tendering documents tiegħu.", "Hawnhekk nixtieq insemmi ftit liema huma t-toroq li fuqhom se jintnefqu l- flus li se jiġu mill-protokoll Taljan.", "Ovvjament, bi qbil anke ma' l- esperti Taljani ̧ rajna li dawn il-flus jintnefqu fuq toroq li huma prinċipali.", "Finalment ġie deċiż li jkun hemm diviżjoni ta' dawn il-flus fuq tliet tenders differenti li globalment jinkorporaw dawn il-postijiet li se nsemmi.", "Il-postijiet huma Tarġa Gap, tal-Qlejgħa ̧ l-Imtarfa ̧ ir-Rabat ̧ l-Imġarr, Ħ'Attard ̧ l-inħawi Ta' Srina, ħdejn ir-roundabout li hemm fil-bidu ta' Ħaż-Żebbuġ ̧ ħdejn ir-roundabout ta' Ħal Qormi u tibqa' sejjer lejn fejn spiċċa x-xogħol ta' Mdina Road numru ta' snin ilu.", "Hemm ukoll dik it-triq li mir-roundabout ta' Ħaż-Żebbuġ tieħdok lejn is-Siġġiewi u l- parti li minn ħdejn il-wied ta' Ħal Qormi twasslek san-naħa ta' l-airport.", "Hemm il-possibilita` wkoll li jiġu nkorporati toroq oħrajn jekk kemm il- darba wara li fil-15 ta' Jannar ̧ meta jagħlqu t-tenders ̧ ikun jidher ċar li jkun baqa' ammont ta' flus li nistgħu nonfqu f'postijiet oħrajn.", "Issa nixtieq ngħid xi ħaġa fuq il-fondi mill-UE.", "Fl-ebda ħin ma seta' xi ħadd jaħseb jew jipprova jemmen li dawn il-fondi se jiġu Malta qabel id- dħul tagħna fl-UE jiġifieri qabel l-1 ta' Mejju tas-sena d-dieħla.", "U hawnhekk ukoll ma qgħadniex nistennew ħalli naraw x'se jiġri meta nissieħbu fl-UE imbagħad naraw jekk għandniex nagħmlu tenders jew le.", "Sur President ̧ l-ewwel ħaġa li għamilna kienet kif se nikkonvinċu lill- awtoritajiet Ewropej li Malta għandha tkun inkorporata fil-programm imsejjaħ transport infrastructure needs assessment programme ̧ programm ta' l-UE li janalizza l-ħteġijiet tat-trasport f'pajjiż partikolari.", "Dan għaliex bejn l-1996 u l-1998 kellna gvern li ma kienx jinteressah mill-UE.", "Għalhekk f'dawk is-sentejn Malta tilfet iċ-ċans li fil-fatt ikollha l- analisi tagħha.", "Wara diffikultajiet mhux żgħar finalment Malta ġiet aċċettata biex ikollha analisi tal-bżonnijiet tagħha.", "Fil-fatt ġie deċiż li 96 kilometru ta' toroq f'pajjiżna huma eliġġibli għall-fondi li jistgħu jiġu mill-fondi ta' l-UE.", "Dawn il-fondi jridu jintnefqu fuq dawn it-toroq; it-triq li tibda min-naħa tal-freeport, tasal sa Ħal Far ̧ - imbagħad hemm il-biċċa ta' Ħal Far li fil- fatt illum hija lesta - tkompli lejn il-Marsa u lejn Regional Road, tibqa` sejra lejn Baħar iċ-Ċagħaq, għall-bypass ta' San Pawl il-Baħar, għall- bypass tal-Mellieħa, l-GĦadira u ċ-Ċirkewwa.", "Imbagħad hemm it-triq li mix- xatt ta' l-Imġarr tibqa' sejra sa l-industrial estate tax-Xewkija.", "Dawn huma toroq li jridu jiġu ffinanzjati permezz tal-fondi mill-UE.", "Issa naturalment l-UE ma taqbadx iċ-ċekk u tgħidlek li l-flus tista' tonfoqhom kif trid – huwa sewwa li jiġri hekk – imma trid tara li l-flus li jiġu mill- fondi strutturali jkunu qed jintnefqu b'mod tajjeb.", "Irrid ngħid ukoll li se jsir finanzjament ta' bejn wieħed u ieħor euro 1.4 miljun li ġejjin mill-fondi ta' l-UE, dak li qed jissejjaħ l-environmental impact assessment ta' dawn il-proġetti.", "Fil-fatt numru ta' xhur ilu ħarġet tender – jekk m'iniex sejjer żball se tingħata matul dawn il-ġranet - biex xi organizzazzjoni Maltija jew barranija tagħmel analisi tal-bżonnijiet ambjentali ta' dawn il-proġetti li qed tidentifika Malta.", "Fil-fatt id- direttorat tat-toroq qed jipprepara t-tender documents għal meta jispiċċa dan il-proċess u jien m'għandix dubju li se jkun hemm persuni Maltin li kapaċi jagħmlu x-xogħol.", "Issa nixtieq nagħmel parentesi żgħira fuq il-kuntratturi.", "Qabel l- elezzjoni kien hawn min qal li bil-protokoll Taljan il-kuntratturi Maltin se jinqalgħu 'l barra minn xogħolhom.", "Il-kuntratturi Maltin iridu jaraw kif inhu l-aħjar mod ta' kif jagħmlu x-xogħol fl-oqsma differenti, xejn inqas fil-qasam tat-toroq.", "Sur President ̧ saru riferenzi wkoll għat-traffic management li hawn f'dan il-pajjiż.", "Aktar ma jgħaddi żmien kull wieħed minna aktar qed jara li jkollu l-karozza tiegħu imma wieħed irid jiftakar li fit-toroq tagħna għandna madwar 268,000 vettura.", "Fil-fatt wieħed mill-kelliema ta' l- oppożizzjoni qal li dan huwa fost l-akbar numru ta' karozzi għal kull 1,000 persuna fost il-pajjiżi membri kollha ta' l-UE u probabbilment fost il- pajjiżi fid-dinja kollha.", "Dan jitfa' fuqna l-Maltin kollha responsabbiltajiet kbar.", "Huwa faċli li tgħid li t-traffiku li hawn huwa għarukaża.", "Min igħid hekk huwa ppreparat li jħalli l-karozza tiegħu l- garaxx u x-xogħol imur ma' ħaddieħor jew b'xi mezz ta' trasport ieħor?", "Dik hija domanda li rrid inwieġeb jien u kull wieħed u waħda minna.", "Issa nixtieq nitkellem ftit fuq it-trasport pubbliku.", "Jien l-ewwel wieħed li nirrikonoxxi li dan is-servizz hemm bżonn li jitjieb u nbiddlu dak li hemm.", "Per eżempju ̧ f'ħin minnhom l-Onor.", "Buhagiar qal li mhux se jitkellem fit-tul dwar dan is-settur għaliex jekk ix-xewqat ta' l-awtorità dwar it-trasport isiru verità allura nistgħu ngħidu li se nimxu 'l quddiem.", "Jien naqbel ma' dan pero' mhuwiex biżżejjed li naqblu aħna t-tnejn.", "Irridu jaqblu wkoll dawk li joffru s-servizz.", "Xi ħaġa li laqtitni fil-konklużjoni ta' l-Onor.", "Buhagiar kienet li ma nistgħux nibqgħu nħallu lid-diversi operaturi li jaħdmu f'dan is-settur jiddefendu n-niċċa tagħhom.", "Kemm konna nkunu aħjar kieku l-operaturi differenti ma jibqgħux jiddefendu n-niċċa tagħhom!", "Pero' aħna rridu ngħixu fir-realtà tal-ħajja bil-konflitti mhux żgħar li hemm bejn id- diversi operaturi.", "Per eżempju ̧ il-bieraħ fil-parlament kien hawn min qal ukoll li bis-servizz tal-karozza tat-turisti \"Visit Malta\" se jkun hemm min jista' jitlef l-għajxien tiegħu.", "Jien nista' nassigura lil din il-Kamra li kull darba li niltaqa' ma' operaturi differenti tat-trasport – jistgħu jkunu tat-taxis, tal-minibuses ̧ tal-coaches jew tal-karozzi tal-linja – insib li l-ħażin qatt ma jkun tagħhom imma dejjem jipprovaw iwaħħlu f'ħaddieħor li jkun qed jipprovdi servizz ta' trasport differenti.", "Din hija l-problema kbira li għandu dan il-pajjiż.", "Għalhekk lil dawn in- nies irridu ninkoraġġuhom biex jifhmu r-realtajiet tal-ħajja tal-lum.", "Issa billi f'ċerti rħula u bliet tipprovdi servizz jekk m'hemm ħadd li jirkeb; x'inhu l-iskop tiegħu?", "Bl-istess mod ma jagħmilx sens li għandek diversi postijiet f'pajjiżna li għandhom bżonn ta' bidla fil-mod ta' kif jingħata s- servizz pubbliku u dan jibqa' ma jingħatax.", "Huwa għalhekk li l-awtorità dwar it-trasport qed tgħid li se nbiddlu l-mentalità ̧ se nbiddlu l-mod ta' kif noperaw u li se nneħħu s-sistema li biex tmur f'xi raħal bilfors trid tidħol il-Belt.", "Dażgur li naqblu li minn Ħ'Attard għal Ħaż-Żebbuġ, għas- Siġġiewi u għal postijiet oħra jkun hemm servizzi diretti.", "Pero' jrid ikun hemm ukoll min lest li jagħmel dawn is-servizzi.", "Għalhekk wasal iż-żmien – hawnhekk nerġa' nirrepeti dak li għedt drabi oħra – li jekk min qed jipprovdi s-servizz illum mhuwiex ippreparat li jagħmel dawn is-servizzi allura jkun hemm ħaddieħor li jingħata l-possibbiltà li jagħmel dawn is- servizzi.", "Naturalment jekk nipprovaw nagħmlu dan l-oppożizzjoni se tgħid li lix- xufiera tal-karozzi tal-linja se noqtluhom bil-ġuħ.", "Aħna m'għandna l-ebda intenzjoni li noqtlu lil dawn in-nies bil-ġuħ.", "L-intenzjoni tagħna hija li f'dan is-settur indaħħlu s-serjetà għall-bżonnijiet mhux ta' 508 sid tal- karozzi tal-linja imma għall-bżonnijiet tal-poplu Malti.", "Illum in-nies m'għadhomx jivvjaġġaw darba fix-xahar jew darba fil-ġimgħa imma huma ħafna li jivvjaġġaw kuljum.", "Għalhekk huwa mportanti li jkollna servizz li jaqdi lil dawn in-nies.", "Per eżempju, irrid ngħid hawnhekk li rridu nintroduċu night service f'diversi bliet u rħula u naħseb li jkun hemm min jipprotesta wkoll, fosthom tal-minibuses u min joffri servizz li mhux dejjem ikun legali.", "Sur President ̧ l-Onor.", "Buhagiar semma l-problema li kienet inqalgħet meta għalaqna xi toroq minħabba l-kunċert ta' Elton John.", "Pero' rrid ngħid li aħna l-Maltin kull sena nagħlqu t-toroq ta' pajjiżna minħabba l-patrun tar- raħal!", "Fil-fatt diġà tajna indikazzjoni ċara li matul is-sena li ġejja rrid naraw li dan l-għeluq ta' toroq ma jibqax iseħħ.", "U nispera li dawk li jorganizzaw id-diversi festi – jien m'għandi xejn kontra l-festi anzi nieħu pjaċir immur – ma jħallux għal lejlet il-festa biex jindunaw li għandhom bżonn jagħlqu xi triq.", "L-awtorità dwar it-trasport qiegħda fil-pożizzjoni li tara x'inhuma l-arranġamenti ġodda mibdula li għandhom bżonn iseħħu.", "Għalhekk ejjew naħdmu flimkien minn issa biex dawk l-affarijiet li għandna nagħmlu ̧ nagħmluhom.", "Sur President, matul is-snin li għaddew għamilna diversi miżuri li permezz tagħhom ipprovajna ̧ b'ċertu suċċess ukoll, naraw li s-safety fit-traffiku jkompli jissaħħaħ.", "Dan qed isir għax ma jistax ikun li jsiru aktar mwiet fit-toroq tagħna.", "Fil-fatt saret dikjarazzjoni fil-pubbliku li hija l- intenzjoni tagħna li sas-2010 nnaqqsu n-numru ta' mwiet li jsiru fit-toroq tagħna bin-nofs.", "Biex jirnexxielna nilħqu dan il-għan irridu ntejbu l-kwalità tas-sewqan tagħna.", "Minbarra dan se nbiddlu s-sistema ta' kif tingħata l-liċenzja, se ndaħħlu s-sistema tal-punti għal min għandu l-liċenzja u se nkomplu nirriformaw is-servizz li jingħata biex nassiguraw li t-trasport, minflok ikun mod ta' kif nipperikolaw lilna nfusna jkun mod ta' kif niffaċiltaw l- ivvjaġġar tagħna.", "Nirringrazzjak.", "THE CHAIRMAN: Skada l-ħin tad-diskussjoni fil-Kumitat ta' Provvista.", "Il-mistoqsija hi l-emenda kif imressqa u moqrija mill-Onor.", "Joe Mizzi għal Vot 32.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "THE CHAIRMAN: Din id-division tittieħed minn hawn u ħames minuti oħra.", "Il-Kumitat ġie sospiż fin-12.30 p.m. u rriżuma ħames minuti wara.", "THE CHAIRMAN: Se nerġa' npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi l-emenda għal Vot 32 imressqa mill-Onor.", "Joe Mizzi.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Mario Galea.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Sur President, għan-naħa tal-gvern qed jiġu paired l- Onor:", "Pullicino George Dalli John Frendo Michael Azzopardi Frederick", "Arrigo Robert", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sur President, għan-naħa ta' l-oppożizzjoni se jiġu paired l-Onor:", "Cardona Chris Gulia Gavin Sant Alfred Vella George Vella Karmenu", "VOTAZZJONI NRU.", "21", "FAVUR : 17", "L-Onor. | | | |Abela Carmelo |Dalli Helena | |Abela Joseph |Debono Grech Joe| |Agius Chris |Farrugia Angelo | |Bartolo Evarist |Farrugia Michael| |Brincat Leo |Farrugia Noel | |Buhagiar Charles |Mangion Charles | |Buontempo Stefan |Mizzi Joe | |Chircop Karl |Parnis Silvio | |Cuschieri Joseph | |", "KONTRA: 28", "L-Onor. |Abela Anthony |Galea Censu | |Agius David |Galea Louis | |Agius Francis |Galea Mario | |Azzopardi Jason |Gatt Austin | |Bonnici Josef |Gonzi Lawrence | |Borg Joe |Gonzi Michael | |Borg Tonio |Mifsud Bonnici | | |Antoine | |Cristina Dolores |Mifsud Bonnici | | |Carmelo | |De Marco Mario |Mugliett Jesmond| |Debono Giovanna |Puli Clyde | |Deguara Louis |Pullicino | | |Orlando Jeffrey | |Falzon Joseph |Vassallo Edwin | |Fenech Antonio |Zammit Ninu | |Fenech Adami |Zammit Dimech | |Eddie |Francis |", "L-emenda m'għaddietx.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi:", "VOT 32 – MINISTERU GĦAT-TRASPORT U KOMUNIKAZZJONI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 6,398,000 li titħallas mill-fond konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 32 - Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni, kif dettaljata fl-abbozz ta' l-estimi ġenerali ta' nefqa għas-sena 2004.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt il-Vot 32 għaddiet", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi :", "VOT 33 – AVJAZZJONI ĊIVILI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 561,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 33 – Avjazzjoni Ċivili, kif dettaljata fl-abbozz ta' l-estimi ġenerali ta' nefqa għas-sena 2004.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt il-Vot 33 għaddiet.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi:", "VOT VI – MINISTERU GĦAT-TRASPORT U KOMUNIKAZZJONI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 17,630,000 li titħallas mill-fond konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot VI - Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni, kif dettaljata fl-abbozz ta' l-estimi ġenerali ta' nefqa għas-sena 2004.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt il-Voti VI għaddiet.", "Fin-12.37 p.m. il-Kamra rrizumiet u l-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni rrapporta li r-Riżoluzzjonijiet taħt Voti 32, 33 u VI tal- ministeru għat-trasport u komunikazzjoni ġew approvati mill-Kumitat ta' Provvista.", "MR SPEAKER: Sar il-ħin.", "Aġġornament.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal-lejla ̧ il- Ħamis, 11 ta' Diċembru ̧ 2003 fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "1.", "Kumitat ta' Provvista - Estimi Ġenerali 2004", "Id-Disa' Jum", "Voti tal-Ministeru għat-Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u Investiment", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal-lejla ̧ il- Ħamis ̧ 11 ta' Diċembru, 2003 fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill- Viċi Prim Ministru.", "Fis-12.38 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija..", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "FORZI ARMATI – INTELLIGENCE OPERATORS", "3405.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' il-Prim Ministru jikkonferma li riċentement fl-armata saru eżamijiet tat-trade ta' intelligence operators grade II?", "Jista' jgħid għaliex dawn l-eżamijiet ġew mgħaġġlin daqshekk filwaqt li eżamijiet oħra fit-trade ta' storeman baqgħu ma sarux minkejja l-parir ta' l-ombudsman?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Nikkonferma li sar l-eżami msemmi.", "Ninsab informat li ma kien hemm għad ħadd bit-trade ta' intelligence operator grade II qabel ma sar dan l-eżami."]} {"filename": "20070108_478d_par.doc", "date": "2007-01-08", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Uffiċjali u Rivedut) L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 478 It-Tnejn, 8 ta' Jannar, 2007 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 478", "It-Tnejn, 8 ta' Jannar, 2007", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.02 p.m.", "Talba", "Seduta Nru. 478", "It-Tnejn, 8 ta' Jannar, 2007", "WERREJ", "MINUTI 637", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 637", "TQEGĦID TA' KARTI 643", "MOZZJONIJIET", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA DIVERSI LIĠIJIET (L-Ewwel Qari).........................................645", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ORDINAZA LI TNEĦĦI", "L-KONTROLL TAD-DJAR (L-Ewwel Qari) 645", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR L-ORGANIZZAZZJONIJIET VOLONTARJI (It-Tieni Qari)", "VOLUNTARY ORGANISATIONS BILL (Second Reading) 646", "AĠĠORNAMENT 667", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 671", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 477 li saret fit-12 ta' Diċembru, 2006 ġew konfermati.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): Ninforma lill-Kamra li s-Sedja rċeviet mingħand l-Awditur Ġenerali r-rapport annwali għas-sena 2005, liema rapport se jitqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, on a point of order.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Fuq il-mejda tal-Kamra hawn l-iStanding Committee on Foreign and European Affairs Annual Report 2006.", "Jista' l-iSpeaker jgħidli jekk dan ingħatax lill-press qabel ma tpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra?", "Jekk sar hekk inkunu morna kontra r-regolamenti u mhux sew li din il-Kamra tiġi stmata b'dan il-mod.", "Għaldaqstant, qabel ma tibda s-seduta, nixtieq inkun naf jekk dan ir-rapport ingħatax lill-press qabel ma ngħata lil din il- Kamra.", "MR SPEAKER: Se ngħaddi r-rimarka ta' l-Onor.", "Interpellant liċ-chairman ta' dan il-kumitat.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Bir-rispett kollu, Mr Speaker, hawnhekk hawn l-istanding orders li qed jinkisru.", "L-aħħar darba kellna ċ-chairman tal-kumitat dwar l- affarijiet soċjali li għamel hekk u baqgħet għaddejja lixxa.", "Issa din it- tieni darba!", "Żball darba taċċettah, imma t-tieni darba ma taċċettaħx.", "Qed issir prassi li min irid, għax ikollu s-saħħa, jibqa' għaddej minn fuq ir- regolamenti ta' din il-Kamra.", "Jiena ma nistax nifhem kif isiru affarijiet bħal dawn!", "Jekk ikun hemm bżonn niddiskutuh għax għandi riservi kbar fuq dan ukoll.", "L-affarijiet m'humiex qed isiru bis-serjeta', u l-membri għandhom jaraw dan qabel ma jarawh tal-press għax hekk jgħidu l-istanding orders.", "MR SPEAKER: Għandi nifhem li fil-press conference li saret kienu prezenti l-membri ta' l-istess kumitat.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Ir-regolamenti jgħidu li d-dokumenti għandhom jiġu mogħtija lill-Kamra u mhux lill-press.", "Dawk huma dokumenti tal-Kamra u mhux ta' dak il-kumitat, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Dawn ir-rimarki se ngħaddihom liċ-chairman ta' dan il-kumitat.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "OPM - IMPJEGATI", "22284.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Chris Agius) staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal- ministeru, dipartimenti u enti oħra fid-dekasteru tiegħu matul l-2005 u l- 2006 u f'liema gradi?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (Segretarju Parlamentari): Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra tabella A u tabella B.", "Tabella A turi l-informazzjoni li tirrigwardja l-uffiċċju tal-Prim Ministru.", "Fir-rigward tal-ministeru tal-finanzi, nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għal mistoqsija parlamentari 16602 li tagħti rendikont ta' l- imjegati ġodda għas-sena 2005.", "Għas-sena 2006, l-informazzjoni mitluba tinsab f'tabella B.", "Din l-informazzjoni hija aġġornata sa l-aħħar ta' Novembru 2006.", "ĦAL QORMI - TWESSIGĦ TA' TRIQ", "22519.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Marie Louise Coleiro Preca) staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 22164 u jgħid meta se tiġi mwessa' l-kantuniera fi Triq San Ġwakkin, kantuniera ma' Triq Valletta, f'Ħal Qormi, skond il-linja tat-triq li diġa' teżisti biex jiġi megħlub kull tip ta' periklu?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT (Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq): Ninsab infurmat li saret spezzjoni fuq il-post minn uffiċjali ta' l-ADT u beda l- proċess sabiex tiġi rranġata din il-junction.", "Sadanittant, se jsiru stop signs fit-tarf ta' Triq San Ġwakkin.", "RIKLAMAR U PROMOZZJONI MARBUT MAT-TURIŻMU", "22542.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru għat-Turiżmu u Kultura: X'kien l-ammont li l-ministeru u l- awtorita' Maltija għat-turiżmu matul din is-sena nefqu separatament f'riklamar u promozzjoni f'pajjiżna stess?", "Liema kienu dawk l-aġenziji li ngħataw dan ix-xogħol?", "Xi proċedura ntużat u x'kien l-ammont li ħadet kull aġenzija?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (Ministru għat-Turiżmu u Kultura): M'huwiex possibbli li tingħata ċ-ċifra eżatta qabel ma tintemm is-sena, anke minħabba l-fatt li ċerti inizjattivi għadhom għaddejjin.", "Rigward l- informazzjoni dwar l-aġenziji, nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat- tweġiba li tajt għal mistoqsija parlamentari 22541.", "ADT - CHIEF EXECUTIVE", "22545.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jaħseb il-ministru li ċ-chief executive ta' l-awtorita' dwar it-trasport għandu konflitt ta' interess billi barra dan l-impjieg għandu wkoll aġenzija ta' l-ivjaġġar, fejn juża s- servizz ta' garaxx tal-coaches partikolari, biddel sinjali tat-toroq fix- Xemxija biex jakkomoda lil din l-istess persuna u wasal ukoll biex biegħlu b'irħis l-aktar żewġ xarabanks antiki li kien hawn f'Malta u li kienu fil- pussess ta' l-awtorita' biex dan ikun jista' jinnegozjahom barra minn Malta?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Dwar l-ewwel parti tad-domanda nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għal mistoqsija parlamentari 19878.", "Dwar it-tibdil ta' sinjali tat-toroq fix-Xemxija, dawn saru biex jitjieb is- servizz għal dawk kollha li jipprovdu servizz fil-qasam tat-turiżmu, b'mod partikolari l-aspett li jirrigwarda s-sigurta' fit-toroq.", "Dwar il-bejgħ tax-xarabanks nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għal mistoqsija parlamentari 21140.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Qabel il-vaganzi tal-Milied kont għamilt mistoqsija lill- Ministru dwar reserved parking li kien fi Triq Bajjada f'Ħaż-Żabbar u ġie trasferit għal Triq Spadaro.", "Jien ġbidt l-attenzjoni tal-Ministru li ma jagħmilx sens li l-affarijiet isiru bil-mod kif saru u tlabtu biex jinvestiga l-każ.", "Jista' jgħidli x'ġara?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Kont irriferejt il-każ lil żewġ persuni partikolari, imma r-risposti li ngħatajt ma kenux għal kollox konformi.", "Għalhekk tlabt lil ħaddieħor biex jidħol aktar fil-każ, pero' imbagħad dawn in-nies ħarġu bil-leave, u allura għadni qed nistenna r-risposta.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jista' l-Ministru jindaga iktar biex jara li l-affarijiet isiru kif għandhom isiru?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Napprezza l-interess ta' l-Onor.", "Interpellant.", "M'huwiex normali li jirriżultaw każijiet bħalma semma' u aħna dejjem noqogħdu attenti biex f'dak li għandu x'jaqsam ma' reserved parking nagħmlu u naċċettaw dak li jkun verament meħtieġ.", "DCA", "22597.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni: Għal liema raġunijiet id- DCA ħareġ NOTAM A0626/06?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni): In- NOTAM A0626/26 ħarġet mill-operatur ta' l-ajruport biex tiżdied il- flessibilita' fl-ipparkjar ta' l-ajruplani fl-ajruport.", "TERMINAL TA' L-AJRUPORT", "22598.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk l-istess faċilitajiet li ngħataw lir-Ryanair biex il-passiġġieri tagħha jaslu bil-mixi fit-terminal jew fuq l-ajruplan ingħatawx ukoll lil linji oħra ta' l-ajru biex jiffrankaw ukoll spejjeż ta' l-operazzjonijet tagħhom?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Il-Malta International Airport toffri l-istess faċilitajiet lil kull operatur ta' l-ajru.", "AIR MALTA", "22599.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Għal liema raġunijiet l-Air Malta qed topera titjira minn Tripli li qed tkun tard wisq għall-konnessjonijiet internazzjonali minn Malta meta qabel il-ħin kien aħjar wara nofsinhar?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni): Jeżistu raġunijiet kummerċjali u strateġiċi għall-iskeda l-ġdida, iżda ma jidhirlix li billi nippubblika informazzjoni kummerċjali u sensittiva se nkun qed nagħmel ġid lil Air Malta u konsegwentament jidhirli li minħabba n-natura tagħha, din l- informazzjoni m'għandhiex tiġi pubblikata.", "NISA SEPARATI", "22600.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: X'miżuri jistgħu jieħdu nisa separati biex ma jaqgħux lura fil-livell ta' l-għajxien tagħhom meta l- manteniment ikun ġie ffissat snin ilu u qatt mibdul minkejja ż-żidiet fl- għoli tal-ħajja?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA (Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali): Persuni fis-sitwazzjoni msemmija mill-Onor.", "Interpellant li jissodisfaw il- kriterji rilevanti stabbiliti fl-Att dwar is-Sigurta' Soċjali jistgħu jibbenefikaw mill-għajnuna soċjali.", "L-ammont dovut jinħadem skond id-dħul tagħhom, inkluż l-ammont ta' manteniment.", "Inżid ngħid li mara separata li jkollha dritt għall-manteniment mir-raġel tista' tagħmel rikors il-qorti li permezz tiegħu titlob biex tvarja l- ammont ta' manteniment minħabba tibdil fiċ-ċirkostanzi.", "BENEFIĊĊJI SOĊJALI", "22601.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru tara li jiġi vverifikat jekk persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, hijiex qed tieħu l-benefiċċji soċjali kollha li hi ntitolata għalihom?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Il-persuna ndikata mill-Onor.", "Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-dipartiment tas-sigurta' soċjali dwar il-każ tagħha.", "MTA - KIRI TA' KAROZZI", "22602.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Liema kumpannija kellha l-kiri tal- karozzi ta' l-awtorita' Maltija tat-turiżmu bejn l-2003 u l-2006?", "Kemm kien iż-żmien tal-kuntratt miftiehem f'kull każ?", "X'inhi d-data li fiha ħarġu sejħiet għal offerti għall-kiri ta' karozzi f'dawn is-snin?", "X'se jiġri għall-kiri ta' karozzi fl-2007?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Il-kuntratt tal-Westminster Car Hire ingħata f'Settembru 1999 għal ħames snin permezz ta' tender.", "Minn Settembru 2004 sa April 2006, dan kien imġedded.", "F'Jannar 2006 ħarġet tender ġdida li kienet ingħatat lil En Route Malta Drive f'Mejju tas-sena 2006 għal ħames snin sas- sena 2011.", "KAŻI TA' VJOLENZA DOMESTIKA", "22640.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Kemm kien hawn każi ta' domestic violence din is-sena?", "Kemm hawn nisa jgħixu ġo sheltered homes għal dan l-iskop?", "Kemm kien hawn din is-sena u kemm kien in-numru ta' tfal?", "X'inhu jagħmel il-gvern biex minflok ikollha titlaq il-mara mid-dar, jitlaq ir-raġel ġo shelter ta' l-irġiel, dejjem jekk ikun hemm raġuni valida?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Bejn l-1 ta' Jannar u t-30 ta' Novembru, 2006 kien hemm 403 każ ta' vjolenza domestika rrappurtati lill-aġenzija Appoġġ.", "Matul l-istess perijodu kien hemm 42 nisa u 43 tfal li kienu jgħixu f'shelters immexxija mill-imsemmija aġenzija minħabba li huma vittmi ta' vjolenza domestika.", "Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija, ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l- emendi fil-Kodiċi Kriminali konnessi mal-vjolenza domestika li ġew fis-seħħ kmieni s-sena l-oħra jipprovdu għall-ħruġ mill-qorti ta' ordni ta' protezzjoni.", "Fost ħwejjeġ oħra, ordni ta' protezzjoni tinħareġ biex tipprojbixxi jew tirrestrinġi l-aċċess mill-akkużat ġewwa fond fejn il- persuna offiża jew xi persuna oħra speċifikata fl-ordni tkun qed tgħix, anke jekk l-akkużat ikollu nteress legali f'dak il-fond.", "Dan il- provvediment sar proprju biex jindirizza l-każijiet fejn, meta l-vittma tkun mara, ġeneralment kien ikollha titlaq mid-dar konjugali hi.", "OĠĠETTI MITLUFA JEW MISJUBA", "22641.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti lista ta' oġġetti rrapportati mitlufa jew misjuba u mogħtija f'idejn il-pulizija din is-sena?", "X'isir mill-oġġetti li ma jinġabrux?", "ONOR.", "TONIO BORG (Aġent Prim Ministru): L-oġġetti misjuba li ġew ikkonsenjati lill-pulizija bejn Jannar u Novembru ta' din is-sena kienu kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.", "F'każ fejn is-sid ma jkunx magħruf tiġi segwita l-proċedura skond ma jipprovdi artikolu 564 ta' Kap. 16 tal-Liġijiet ta' Malta.", "PERSUNI MKEĊĊIJA MIR-RESIDENZI TAGĦHOM", "22642.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Kemm ġew evicted persuni minn residenzi li kienu qed jokkupaw illegalment din is-sena?", "Kemm hu n-numru ta' djar jew proprjetajiet oħra okkupati illegalment illum?", "Kemm kien in- numru ta' każi ta' illegal entry li ġew irregolarizzati din is-sena?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Din is-sena, sal-lum, ma sar ebda sgumbrament mid- dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali ta' persuni li okkupaw ir- residenza tagħhom mingħajr titolu.", "Peress li l-infurzar tal-ħlas tal-kera u l-okkupar illegali ta' postijiet residenzjali tal-gvern jaqgħu taħt ir- responsabbilta' tad-dipartiment ta' l-artijiet, id-dipartiment għall- akkomodazzjoni soċjali m'għandux l-informazzjoni mitluba fit-tieni parti tal-mistoqsija.", "Madankollu, ninsab infurmata li d-dipartiment għall- akkomodazzjoni soċjali qed jinvestiga numru ta' każijiet dwar postijiet li, prima facie, jidher li huma okkupati mingħajr titolu validu u għalhekk jistgħu jkunu suġġetti għal proċeduri ta' sgumbrament.", "Ninsab infurmata wkoll li b'esklużjoni ta' każijiet fejn intalab u ngħata rikonoxximent f'isem inkwilin ġdid wara l-mewt tar-raġel, il-mara, ġenitur jew qarib, din is-sena kien hemm sitt każi ta' persuni bla titolu li ġew regolarizzati.", "ETC - PERSUNI GRADWATI", "22643.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem Adrian Vassallo) staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Kemm hawn persuni gradwati jgħallmu llum?", "X'sess għandhom u x'degree jew x'tip ta' xogħol jagħmlu?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi): Din it-tip ta' informazzjoni ma tinġabarx.", "SAJD ILLEGALI", "22644.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Adrian Mizzi) staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Kemm kien in-numru ta' każi ta' sajd illegali irrapportati lill-ministeru din is-sena?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent): Filwaqt li saru seba' rapporti ta' sajd illegali matul is-sena 2006, l- informazzjoni neċessarja, bħal x'bandiera qed itajjar il-bastiment, l-isem jew in-numru tiegħu u l-kulur tal-bastiment tas-sajd, fil-maġġoranza tagħhom ma ingħatatx, u allura kien impossibbli biex wieħed jieħu xi azzjoni.", "Żewġ każi li qed tittieħed azzjoni fuqhom jirrigwardaw sajd illegali ta' Malti fuq il-lampuki u sajd illegali minn bastimenti tas-sajd Franċiżi.", "Fuq dawn il-każijiet, id-diviżjoni ngħatat l-informazzjoni neċessarja.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Dan ifisser li kien hemm każijiet fejn xi ħadd irrapporta bastiment barrani tas-sajd li kien qiegħed fl-ibħra Maltin u għax ma tax il-kulur u n-numru tal-bastiment, il-forzi armati ta' Malta ma marrux jinvestigaw?", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Ir-risposta ma tgħidx hekk.", "Pero' wieħed irid japprezza li meta persuna tallega li jkun qed isir dan it-tip ta' sajd, huwa importanti ħafna - kif ġara fiż-żewġ każijiet li qed jiġu nvestigati - li tagħti tip ta' informazzjoni aktar tanġibbli fuq il-każ.", "Qed ngħid hekk għax bejn il-ħin li jsir ir-rapport u l-ħin li l-patrol boat jew xi dgħajsa oħra tasal fuq il-post - anke jekk ikunu dgħajjes li jintużaw għal fast interception - jgħaddi ċertu ammont ta' ħin.", "Barra minn hekk, fil-maġġoranza tal-ħin li jkun qed isir is-sajd, speċjalment fis-sajf, il-forzi armati ta' Malta, aktar iva milli le, ikollhom il-bċejjeċ tal-baħar tagħhom totalment qegħdin jagħmlu patrolling sostanzjalment 'l barra minn Malta minħabba l-immigrazzjoni irregolari.", "Naħseb li l-Onor.", "Mizzi, li fiż- żmien kien ministru fl-uffiċċju tal-prim ministru, għadda wkoll minn dawn it-tip ta' problemi.", "Anzi, dak iż-żmien ma kenux jeżistu t-tip ta' problemi li għandna llum, u allura japprezza li l- mezzi li hemm available huma limitati.", "Pero' fejn ikun possibbli li tingħata l-informazzjoni, kif ingħatat f'dawn iż-żewġ każijiet, jittieħdu l- passi neċessarji.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Ma jidhirlux li jekk wieħed jagħti biss indikazzjoni ta' l-area fejn ikun qiegħed il-bastiment tas-sajd, huwa biżżejjed biex jinqabad?", "Fi żmieni hekk kien jiġri, u ma kellhomx għalfejn joħorġu l- patrol boats għax kien ikun biżżejjed li jintbagħat helicopter u xorta waħda kienu jinqabdu.", "X'inhi d-diffikulta' illum?", "Għaliex inbidlu l- affarijiet?", "Is-Segretarju Parlamentari qal li qabel ma kienx ikun hemm każi ta' immigranti rregolari.", "Fil-fatt kien hemm, għalkemm mhux fl-ammont li qed ikollna llum, u kienu jittieħu l-passi li kien ikun hemm bżonn.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Il-parir ta' l-Onor.", "Interpellant ngħaddih fejn hemm bżonn biex jekk ikun hemm availibility ta' helicopter jew ta' fixed wing aircraft, ikunu jistgħu jittieħdu l-passi li qed jissuġerixxi hu.", "ATTAKKI FUQ GĦALLIEMA", "22645.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Kemm kien in-numru ta' attakki vjolenti u verbali fuq għalliema jew ħaddiema tad-dipartiment din is-sena u x'kien l-eżitu ta' kull każ?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi): Tul is-sena skolastika 2006/2007 kien hemm sitt inċidenti fejn studenti jew ġenituri aggredew xi għalliema u tliet inċidenti fejn tliet ħaddiema tad-diviżjoni ta' l-edukazzjoni ġew aggrediti.", "F'kull każ ittieħdu l-passi dixxiplinari meħtieġa, inkluż passi bil-qorti fejn kien il-każ.", "F'każijiet ta' diżubbidjenza u każijiet fejn studenti jirrispondu b'mod żbaljat lill-għalliema, ittieħdu l-passi mill-iskola fuq il-mertu ta' kull każ.", "MATSEC - STUDENTI B'DIŻABILITA'", "22662.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Kemm studenti li jsofru minn diżabilita' ingħataw għajnuna speċjali fl-eżami tal-Matsec matul dawn l-aħħar ħames snin?", "Kemm minnhom ingħataw għajnuna f'forma ta' reader u scribe jew it-tnejn flimkien u f'liema suġġetti?", "Hemm xi regolamenti ppubblikati mill-ministeru li jistabbilixxu kriterju perentorju f'dan ir- rigward?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi): F'dawn l-aħħar ħames snin in-numru ta' studenti li jsofru minn diżabilita' u li ngħataw għajnuna speċjali fl-ezamijiet tas-SEC u taċ- ċertifikat tal-matrikola huma kif jidhru:", "Sena 2002 2003 2004 2005 2006 Numru (SEC) 90 118 125 170 215 Numru (C.M.) 10 17 50 45 27", "F'Mejju 2006 kien hemm 56 student li ngħataw reader fis-suġġetti kollha minbarra l-lingwi, u seba' studenti ngħataw scribe fis-suġġetti kollha minbarra fl-arti u fil-graphical communication.", "Hemm regolamenti ppublikati mill-ministeru ta' l-edukazzjoni f'Settembru 2002 bit-titlu \"Guidelines for Special Examination Arrangements for Candidates with Particular Requirements\".", "UNIVERSITA' - STUDENTI BI BŻONNIJIET SPEĊJALI", "22663.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Kemm kien hemm studenti bi bżonnijiet speċjali fl-universita' matul dawn l-aħħar ħames snin?", "X'tip ta' għajnuna qed tingħatalhom?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi): Peress li t-tagħrif mitlub għadu ma wasalx fl-uffiċċju tiegħi, tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "UNIVERSITA' - MATURE STUDENTS", "22664.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Kemm daħlu mature students fl-universita' f'dawn l-aħħar tliet snin u xi kwalifiki kellhom?", "F'liema korsijiet daħlu?", "Kemm kien hemm min għandu bżonnijiet speċjali fost dawn in-nies u x'għajnuna qed jingħataw?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi): It-tagħrif mitlub se jitpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "TIMSS", "22665.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: B'riferenza għall- mistoqsija parlamentari 21701, jista' il-Ministru jgħid x'ħareġ mill-pilot field test?", "Jista' ipoġġi dan l-istess dokument fuq il-mejda tal-Kamra?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi): Il-field test sar biex jittestja l-istrumenti li se jintużaw fil-main study.", "Din l-analisi li saret mill-IEA tindika l-validita' u r- reliability tal-mistoqsijiet.", "Permezz ta' din l-analisi mistoqsijiet ġew imwarrba jew mibdula.", "Ir-riżultat ta' l-analiżi jiġi ppubblikat meta jsir u jkun lest l-istudju proprju.", "SURCHARGE FUQ ID-DAWL U L-ILMA", "22680.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Marie Louise Coleiro Preca) staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l- Informazzjoni: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21814 u jgħid kemm nefaq il-gvern biex eżenta 13,000 familja mis-surcharge fuq id- dawl u l-ilma matul is-sena 2006?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni): Ir-risposta tingħata f'seduta oħra.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: X'inhi r-raġuni li l-informazzjoni għadha ma nġabritx ladarba l-mistoqsija saret fil-11 ta' Diċembru?", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Intbagħtu diversi e-mails lill-Enemalta, pero' sal- lum l-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant għadha ma waslitx.", "Malli tasal titqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra.", "L-Onor.", "Interpellant irid japprezza li ħafna mill-kontijiet li jkopru s- sena 2006 jkunu għadhom fuq bażi ta' stima u ma jkunux għadhom ġew iffinalizzati.", "Għaldaqstant, qabel ma jsir il-qari ta' l-arloġġi u joħorġu l-kontijiet finali - fejn jekk ikunu tħallsu flus żejda dawn jiġu ritornati lura u jekk ikun hemm xi differenza wieħed irid iħallasha - wieħed ma jistax jagħti din it-tip ta' informazzjoni.", "Barra minn hekk, nafu wkoll li wieħed irid jagħmel kważi accounting doppju minħabba l-fatt li għandek madwar 13,000 familja - kif qed tissuġerixxi l- Onor. Marie Louise Coleiro Preca - li huma eżentati mis-surcharge, u allura wieħed irid joqgħod attent li l-ammonti jkunu eżatti qabel ma jpoġġihom fuq il-mejda tal-Kamra.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Meta jagħlqu l-accounts ta' l-Enemalta?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: L-accounts ta' l-Enemalta jagħlqu f'Settembru, pero' mbagħad għandek il-perijodu bejn Ottubru u Diċembru.", "Naturalment aħna m'aħniex qed nistennew li l-Enemalta jagħlqu l-accounts tagħhom biex inkunu nistgħu nagħtu r-risposta.", "Malli jkun hemm il-kontijiet finali, wieħed ikun jista' jgħid eżattament kemm hu l-ammont ta' surcharge li dawn in-nies ma ħallsux in vista tal-policy tal-gvern li n-nies b'ċertu introjtu jiġu eżentati minn dan l-ammont.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Ma jaħsibx li ladarba l-accounts jagħlqu f'Settembru huwa faċli li wieħed jiġborhom?", "Allura r-raġuni li dawn ma nġabrux mhux għax hemm nuqqas ta' serjeta'?!", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Nerġa' nirrepeti.", "Huwa veru li l-accounts jagħlqu f'Settembru, pero' l-Onor.", "Interpellant jaf ukoll illi l-kontijiet tad-dawl u l-ilma joħorġu fuq bażi ta' stima.", "L-istima mhux neċessarjament tirrifletti l-ammont eżatt li jkun tħallas.", "Allura biex wieħed jgħid eżatti kemm hu l-ammont ta' surcharge li ma ġiex imħallas irid jistenna li joħorġu l-kontijiet finali.", "Meta joħorġu l-kontijiet finali, imbagħad irid isir il- proporzjon ta' l-ammont li jkun iffrankat bħala surcharge skond l-ammont ta' surcharge li jvarja wkoll kull xahrejn, minħabba d-differenza fil- prezzijiet ta' kif jinxtara' il-fuel.", "L-Onor.", "Interpellant irid japprezza li huwa daqsxejn impossibbli li llum, it-8 ta' Jannar, jingħata risposta fuq affarijiet li saru sa l-aħħar tas- sena li għaddiet.", "Din la tfisser li hemm traskuraġni, la tfisser inabilita' u lanqas tfisser nuqqas ta' kompetenza, imma tfisser biss li l- affarijiet kollha għandhom bżonn il-ħin tagħhom.", "U jiena nassigurah li appena dawn ikunu available, se jitpoġġew għad-dispożizzjoni tal-Kamra biex wieħed ikun jista' janalizzahom skond il-ħtieġa tiegħu.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Ladarba s-sena finanzjarja tagħlaq f'Settembru, x'inhi r- raġuni li ma ngħatatx l-informazzjoni sa Settembru u mbagħad l- informazzjoni l-oħra tingħata s-sena ta' wara?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Għax kieku għamilna hekk l-Onor.", "Interpellant kien jistaqsi għala ma tajniex il-kumplament ta' l-informazzjoni!", "MR SPEAKER: Il-ħin tal-Mistoqsijiet għadda.", "Tqegħid ta' Karti.", "L-Aġent Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "TONIO BORG: Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 328 ta' l-2006 – Regolamenti ta' l-2006 li jemendaw ir-Regolamenti dwar Proċeduri għal Kunsilli Lokali;", "Tabella li turi l-marki li d-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali ta lill- Ġnien G. Maria Camilleri fil-Kappara, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 22776; u", "f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi nqiegħed fuq il-mejda tal- Kamra:-", "Avviż Legali Nru 313 ta' l-2006 – Regolamenti ta' l-2006 li jemendaw ir-Regolamenti dwar Skemi ta' Investiment Kollettiv (Income minn Investiment);", "Avviż Legali Nru 318 ta' l-2006 – Regolamenti ta' l-2006 li jemendaw it-Tieni Skeda li tinsab ma' l-Att dwar Servizzi ta' Investiment;", "Avviż Legali Nru 319 ta' l-2006 – Insurance Intermediaries (Transitional Provisions) Regulations, 2006;", "Avviż Legali Nru 320 ta' l-2006 – Regolamenti ta' l-2006 li jħassru r- regolamenti dwar Servizzi ta' Investiment (Avviż Statutorju dwar Kuntratti ta' Assigurazzjoni marbutin fit-Tul);", "Avviż Legali Nru 321 ta' l-2006 – Regolamenti ta' l-2006 li jemendaw ir-Regolamenti dwar il-Kummerċ ta' l-Assigurazzjoni (Avviż Statutorju dwar il-Kuntratt ta' Kummerċ fit-Tul)", "Avviż Legali Nru 322 ta' l-2006 – Investment Sevices Act (Licence and Other Fees) Regulations, 2006;", "Avviż Legali Nru 324 ta' l-2006 – Insurance Business (Insurers' Assets and Liabilities) (Amendment) Regulations, 2006;", "Avviż Legali Nru 326 ta' l-2006 – Insurance Intermediaries (Exemption) Regulations, 2006;", "Avviż Legali Nru 327 ta' l-2006 – Regolamenti ta' l-2006 dwar Bord ta' Sorveljanza dwar is-Sanzjonijiet;", "Avviż Legali Nru 333 ta' l-2006 – Dikjarazzjoni ta' Vaganzi tal-Banek;", "Avviż Legali Nru 334 ta' l-2006 – Regolamenti ta' l-2006 li jemendaw il-Ħames Skeda li tinsab ma' l-Att dwar it-Taxxa fuq il-Valur Miżjud;", "Avviż Legali Nru 335 ta' l-2006 – Ordni ta' l-2006 dwar Madliena Village Complex bħala Żona Speċjali Msemmija;", "Avviż Legali Nru 1 ta' l-2007 – Regolamenti ta' l-2007 li jemendaw ir- Regolamenti dwar il-Ħruġ u Validità ta' Karti ta' l-Identità; u", "Informazzjoni bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari numru 22284.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Zammit.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Avviż Legali Nru 317 ta' l-2006 – Regolamenti ta' l-2006 dwar il- Ħarsien tas-Sigurtà tal-Provvista tal-Gass Naturali;", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Cristina.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Avviż Legali Nru 336 ta' l-2006 – Avviż ta' bidu fis-seħħ ta ċerti artikoli ta' l-Att ta' l-2006 li jemenda l-Att dwar Sigurtà Soċjali (Emenda Nru. 2) (Att Nru XIX ta' l-2006);", "Rapport annwali ta' l-Awtorità tad-Djar għas-sena 2005-2006 u estimi ta' l-istess Awtorità għas-senna 2006-2007; u Tagħrif dwar skemi u inizjattivi mill-Awtorita` tad-Djar matul l-2006, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 22720; u", "Tagħrif dwar l-Iskema R ta' l-Awtorita` tad-Djar dwar sussidju fuq il- kera ta' residenzi privati, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 22721.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Abela.", "ONOR ANTHONY ABELA: Sur President, f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjieg, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 323 ta' l-2006 – Regolamenti ta' l-2006 dwar il- Protezzjoni tal-Ħaddiema mir-Riskji li jinħolqu meta persuna tkun esposta għall-Asbestos fuq il-Post tax-Xoghol;", "Avviż Legali Nru 331 ta' l-2006 – Ordni ta' Standard Nazzjonali ta' l- 2006 dwar l-Inqas Paga Nazzjonali;", "Avviż Legali Nru 332 ta' l-2006 – Ordni ta' Standard Nazzjonali ta' l- 2006 dwar Żieda fil-Paga għall-Impjegati;", "Tagħrif dwar mature students fl-Universita' ta' Malta għall-perijodu bejn Ottubru 2004 u Ġunju 2007, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 22664;", "f'isem il-Ministru għal Għawdex, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar kuntratti li ngħataw mill-Ministeru għal Għawdex għal xogħol ta' toroq, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 22752; u", "f'isem il-Ministru ta' l-Affarijiet Rurali u l-Ambjent, inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 312 ta' l-2006 – Regolamenti ta' l-2006 dwar ir- Regolamenti dwar l-Ottenibilità ta' Informazzjoni tal-Konsimatur dwar l-Ekonomija tal-Feul u l-Emissjonijiet tal-Carbon dioxide rigward l- Immarkettjar ta' Karozzi tal-Passiġġieri Ġodda;", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Ngħaddu issa għal Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "MOZZJONIJIET", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA DIVERSI LIĠIJIET", "ONOR.", "TONIO BORG: F'isem il-Prim Ministru nipproponi l-Ewwel Qari ta' l- Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att ta' l-2007 li jemenda diversi liġijiet\".", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-abbozz ta' liġi msejjaħ \"Att ta' l-2007 li jemenda diversi liġijiet\" ikun moqri l-ewwel darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri l-Ewwel Darba.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ORDINANZA LI TNEĦĦI L-KONTROLL TAD-DJAR", "ONOR.", "TONIO BORG: Sur President, nipproponi l-Ewwel Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att ta' l-2007 li jemenda l-Ordinanza li tneħħi l-Kontroll tad-Djar (Kap 158)\".", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-abbozz ta' liġi msejjaħ \"Att ta' l-2007 li jemenda l-Ordinanza li tneħħi l-Kontroll tad-Djar (Kap 158)\" ikun moqri l-ewwel darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri l-Ewwel Darba.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR L-ORGANIZZAZZJONIJIET VOLONTARJI", "VOLUNTARY ORGANISATIONS BILL", "MR SPEAKER: Il-Ministru għall-Familja u Solidarjeta` Soċjali.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Sur President, għandi messaġġ mingħand il- President ta' Malta.", "MR SPEAKER: Se naqra l-messaġġ:", "EDWARD FENECH ADAMI PRESIDENT", "Il-President wara li kien informat dwar is-suġġett ta' l-Abbozz ta' Liġi biex jirregola \"Organizzazzjonijiet Volontarji u l- Amministrazzjoni tagħhom\", jirrakommandah għall-konsiderazzjoni tal- Kamra tad-Deputati.", "5 ta' Diċembru 2006", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Nipproponi t-Tieni Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jirregola Organizzazzjonijiet Volontarji u l- Amministrazzjoni tagħhom\".", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR MARIO GALEA: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Rimarki?", "Il-Ministru għall-Familja u Solidarjeta` Soċjali.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Sur President, illum qed inressaq dan l-abbozz ta' liġi li ilu mistenni ħafna mill-għaqdiet volontarji ta' dan il-pajjiż.", "Nixtieq nibda billi nirringrazzja lil dawk kollha li jagħtu s-sehem tagħhom fil-qasam tal-volontarjat Malti u Għawdxi.", "Nafu li għandna numru kbir ta' volontiera li ilhom medda ta' snin jagħtu servizz, u għalhekk minn qalbi nirringrazzjahom għaliex nemmen, kif dejjem ngħid, li dan il-pajjiż kien ikun ħafna aktar fqir milli hu llum li kieku ma kellux il-ħidma ta' dawn in- nies.", "Nixtieq ukoll nirringrazzja lil dawk kollha li fuq medda ta' snin ħadmu biex wasalna hawnhekk b'dan l-abbozz ta' liġi u partikolarment kemm ili fil-ministeru jiena.", "Nixtieq nirringrazzjahom għall-għajnuna li tawni, fosthom lill-Avukat Max Ganado tal-paċenzja tiegħu u anke lill-Avukat Maria Scriha, li kienu ta' importanza ewlenija biex għenuni nwassal dan l-abbozz fil-Parlament.", "Sur President, nibda biex ngħid li f'din il-liġi qegħdin naraw il-gvern jikkonferma l-impenn tiegħu li jkompli jsaħħaħ u jistimula lis-settur volontarju.", "Hawnhekk qegħdin noħolqu aktar opportunitajiet kemm għall- organizzazzjonijiet volontarji, kemm għall-membri tagħhom, kif ukoll għal dawk il-persuni numerużi li jibbenefikaw mill-attivitajiet ta' l-għaqdiet volontarji tagħna.", "F'pajjiżna, is-settur volontarju għandu firxa wiesgħa u naraw għaqdiet volontarji f'diversi oqsma fosthom dawk soċjali, edukattivi, ambjentali, kulturali, reliġjużi u sportivi.", "Għal ħafna snin, il- volontarjat kien imżewwaq b'ħidma diversa u mifruxa fuq attivitajiet varji, u din il-ħidma ħalliet impatt pożittiv ħafna fuq is-soċjeta` tagħna.", "Sur President, il-volontarjat huwa element b'saħħtu ħafna u bis-saħħa tiegħu għen ukoll biex isawwar lill-karattru Malti, partikolarment f'ċerti setturi.", "Nemmen li dan għen ħafna biex ikompli jlaħħam l-identita` Maltija, Sur President.", "Aħna bħala pajjiż dejjem kellna u għad għandna valuri sodi, minkejja dak kollu li jingħad, u nemmen li ħafna minn dawn il-valuri sodi li qegħdin narawhom fostna, huma riżultat - jew jekk mhux ir-riżultat almenu l-influwenza - tal-ħidma volontarja li dejjem ta l-poplu Malti.", "Allura, aktar ma jikber is-settur volontarju, aktar naraw li tikber l- influwenza tiegħu fuq is-soċjeta` Maltija.", "Din hija ħaġa loġika, Sur President, u huwa għalhekk li dawn l-għaqdiet volontarji ħadu rwol importanti ħafna fil-proċess tat-tisħiħ demokratiku ta' pajjiżna, u nemmen li wassal ukoll għall-formazzjoni ta' settur distint ħafna fil-komunita` tagħna, dak li jissejjaħ it-tielet settur wara s-settur pubbliku u dak privat.", "Sur President, it-tielet settur hu importanti daqs iż-żewġ setturi l-oħra, u nemmen li aktar ma jgħaddi żmien aktar qegħdin naraw is-soċjeta` ċivili toħroġ, issemma' leħinha u tkun attiva ħafna fil-formolazzjoni tal- politika.", "Jiena m'għandix dubju li tul dan id-dibattitu se nisimgħu ħafna interventi interessanti għaliex huwa abbozz ta' liġi li jqanqal kemm emozzjoni u kemm apprezzament, u ċertament li ħafna minna se jagħtu messaġġi pożittivi lil dawk kollha li tul is-snin taw sehemhom fil- volontarjat.", "Fuq livell internazzjonali qed naraw is-soċjeta` ċivili tiżviluppa bħala waħda mill-pilastri ewlenin tad-demokrazija, u l-għan ta' l-għaqdiet volontarji hu proprju l-iżvilupp tas-soċjeta` permezz ta' ħidma diversa li tagħti spinta lil bosta setturi.", "B'hekk allura, l-għaqdiet volontarji jagħtu għarfien lill-prinċipji u s-sistemi demokratiċi.", "Il-pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropea - issa Malta ilha membru għal aktar minn sentejn u nofs - qegħdin kontinwament iħeġġu d-djalogu u l-kollaborazzjoni ma' l- għaqdiet volontarji.", "Naħseb li qegħdin naraw lil pajjiżna jiggwadanja minn din id-diskussjoni, u hawnhekk nixtieq niffoka fuq id-diskussjoni dwar il- protezzjoni u l-inklużjoni soċjali fejn l-għaqdiet volontarji verament jieħdu sehem attiv fil-proċess konsultattiv biex il-membri ta' l-Unjoni Ewropea jfasslu l-istrateġiji nazzjonali, u allura nistenna li l-ħidma tagħhom tkompli tikber tul is-snin.", "Sur President, meta aħna mmorru laqgħat internazzjonali, naraw li jkun hemm rappreżentanti tas-soċjeta` ċivili, ta' l-għaqdiet volontarji u ta' dawk li nsejħulhom għaqdiet mhux governattivi, jew NGOs fil-qasir.", "Illum it- terminoloġija tbiddlet u għandek pajjiż juża term u pajjiż ieħor juża term ieħor, pero` dejjem qegħdin nitkellmu fuq is-settur tal-volontarjat.", "Aħna naraw rappreżentanti minn dawn l-għaqdiet li jieħdu sehem attiv u jkunu minn ta' l-ewwel - probabbli fost l-aktar voċiferużi - f'dak li huwa tfassil ta' politika fil-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea, u m'għandix dubju li hekk isir wkoll f'pajjiżi demokratiċi oħra madwar id-dinja.", "Għalhekk hu mixtieq u opportun li f'pajjiżna wkoll jkollna qafas legali li għandu jkompli jsaħħaħ u jagħti direzzjoni lil dan is-settur.", "Hawnhekk nixtieq ngħid li biex wasalna fejn qegħdin illum, aħna kellna konsultazzjoni sħiħa li nista' ngħid formalment bdiet bil-pubblikazzjoni ta' white paper bl-isem ta' \"Insaħħu l-Volontarjat\" li ġiet ippubblikata f'Lulju ta' l-2005.", "Qed ngħid \"formalment\" għax id-dibattitu kien ilu sejjer għal bosta snin qabel, pero` jiena qed inħares lejn x'wassalna għal dan l-abbozz kif inhu llum.", "Aħna kellna diversi laqgħat fejn l-għaqdiet volontarji ġew bi ħġarhom.", "Niftakar li fl-ewwel laqgħa li kellna lanqas biss kellna biżżejjed siġġijiet - u dan meta konna ppreparajna ħafna siġġijiet - tant kemm kien hemm interess qawwi, interess li baqa' qawwi tul ix-xhur li għaddew u għadu sal-lum.", "Kif dejjem ngħid kull meta nkun hawnhekk nitkellem fuq liġi, il- konsultazzjoni tibqa' miftuħa sakemm nidħlu fl-istadju ta' kumitat, għax m'hemm xejn li huwa miktub fuq il- ġebel u ma jistax jitbiddel sakemm dak li jidħol fis-seħħ ikun fl-interess tas-soċjeta` Maltija. hawnhekk nagħmilha ċara li l-istadju ta' konsultazzjoni mhux se jieqaf, u jiena naf li dan kien attiv ukoll sa ftit ġimgħat ilu.", "Fil-fatt xi ħmistax-il ġurnata ilu, membru mis-segretarjat tiegħi kellha laqgħat ma' għaqdiet li għad għandhom xi diverġenzi ma' dak li jidher f'dan l-abbozz sabiex tispjega dan l-abbozz.", "Kien hemm rappreżentanti ta' għaqdiet li aċċettaw l-ispjegazzjoni u fehmu eżattament x'kien hemm warajha, u kien hemm għaqdiet li ammettew li fehmu xi ftit ħażin.", "Ma jimpurtax, għax meta tħares lejn il-liġijiet, anke jekk tkun avukat, kultant ikollok diffikulta` tifhimhom, aħseb u ara jekk ma tkunx avukat!", "Hemm oħrajn li għadhom isostnu li l-idea tagħhom hija aħjar minn dik li tidher f'dan l-abbozz.", "Ma jimpurtax ukoll, Sur President, għax id-dibattitu dejjem se jkun qiegħed hemm f'pajjiż demokratiku.", "Aħna nisimgħu lil kulħadd, u nagħmlu mill-aħjar biex nikkuntentaw lil dawk li verament jaħdmu għall-ġid tal-pajjiż.", "Ovvjament, mhux possibbli li tikkuntenta lil kulħadd, u dan nafuh.", "Sur President, fil-fażi ta' konsultazzjoni kellna ħafna feedback li analizzajnieh, daħħalna parti sostanzjali minnu fil-liġi u ħallejna partijiet barra li dehrilna li ma kienx għaqli li jiddaħħlu.", "Dan hu l-mod u l-manjiera kif isiru l-liġijiet f'pajjiżi demokratiċi, u kif għedt diversi drabi oħra, five years down the line liġi tkun lesta biex tiġi riveduta, u hemmhekk jistgħu jiġu proposti emenda ġodda.", "Dan għaliex meta tibda titħaddem il-liġi, nibdew nirrealizzaw kemm hu possibbli li timplimenta kollox, fejn hemm il-lacune u kif nistgħu ntejbu l-affarijiet.", "Allura nerġa' nirrepeti li għad fadal fażi ta' konsultazzjoni, u din tispiċċa meta ngħaddu għall-istadju ta' kumitat.", "U ladarba tibda titħaddem din il-liġi, naraw kif tkun sejra u kif intejbuha fil-futur meta tiġi riveduta.", "Jiena ċerta li f'din il-Kamra se jkollna dibattitu ħaj u nemmen ukoll li d- dibattitu se jkun wieħed għaqli u li se jkompli jgħin sabiex is-soċjeta` tagħna tgawdi mill-għaqdiet volontarji.", "Sur President, nenfasizza li s-settur volontarju jirrappreżenta element kruċjali ħafna fl-iżvilupp ta' soċjeta` demokratika u fil-ħolqien ta' soċjeta` li ma tħalli lil ħadd barra.", "Aħna f'dan il-pajjiż għandna eluf ta' għaqdiet u naħseb lanqas għadna nafu kemm għandna eżattament.", "Meta nibdew inħarsu lejn ir-reġistrazzjoni jkollna ħjiel ta' kemm għandna, imma mhux neċessarjament inkunu nafu b'kollha għaliex ħadd m'hu obbligat li jirreġistra bħala għaqda volontarja.", "B'dan aħna se nkunu konxji tal-fatt li għandna mijiet kbar ta' għaqdiet volontarji, uħud akbar minn oħrajn, u li kulħadd jaħdem bl-aħjar mod sabiex jagħmel is-soċjeta` li aħna.", "Dawn l-organizzazzjonijiet kollha għandhom rwol ċentrali biex jaħdmu id f'id ma' l-awtoritajiet - mhux mal-gvern biss - biex naraw li dan il-pajjiż ikollu verament dak li jixraqlu.", "Meta f'Lulju ta' l-2005 il-ministeru tiegħi ppubblika l-white paper \"Insaħħu l-Volontarjat\", fil-kelmtejn tal- bidu jiena kont għedt li din il-white paper tipproponi qafas li se jgħin lill-organizzazzjonijiet volontarji sabiex ikollhom rwol akbar fis-soċjeta` tagħna.", "Jiena dak inhar kont għedt u se nikkwota:", "\"Is-settur volontarju huwa x-xhieda tal-konvinzjoni taċ-ċittadini komuni li fuq inizjattiva tagħhom stess, huma jistgħu jibdlu u jsaħħu l-ħajja ta' persuni oħra.", "Meta jaħdmu għalenija u jinkoraġġixxu l-poplu, is-settur volontarju huwa forza qawwija fit-tnaqqis tal-qasma bejn il-vantaġġjati u l- iżvantaġġjati, il-privileġġjati u l-emarġinati.\".", "Sur President, naħseb li ħadd ma jista' ma jaqbilx ma' dak li kont għidt dakinhar.", "Infakkar ukoll li din il-white paper kellha mehmuż magħha proposta għall-abbozz ta' liġi u qed ngħid dan għax m'hijiex ħaġa komuni li toħroġ white paper li diġa` jkollha magħha abbozz ta' liġi.", "Dakinhar aħna emminna li għandna nagħmlu dan biex niffaċilitaw id-dibattitu nazzjonali dwar il-kwestjonijiet relevanti għas-settur volontarju, u għalhekk ninkoraġġixxu lil dawk kolha li huma interessati u lil kull min għandu għal qalbu dan is-settur biex jagħtuna r-reazzjonijiet u l-kummenti.", "Fil-fatt, tant kien hemm interess li oriġinarjament il-perijodu ta' konsultazzjoni kellu jkun sa l-aħħar ta' Ottubru ta' l-2005, imma kellna bosta talbiet minn numru ta' għaqdiet li qalulna biex nestendu ftit il-perijodu ta' konsultazzjoni għax għad iridu jixtarru din il-white paper u dak li qegħdin ngħidu fl-abbozz ta' liġi li għamilna.", "Għalhekk, bi pjaċir nerġa' nirrepeti li l-white paper qajmet l-interess ta' ħafna organizzazzjonijiet volontarji, kumitati u ta' volontiera fuq bażi personali, u dawn kollha tawna l-feedback tagħhom.", "Kellna anke l-feedback ta' oħrajn li m'humiex neċessarjament involuti f'dan is-settur.", "Sur President, aħna għamilna laqgħat pubbliċi ta' konsultazzjoni mhux biss f'Malta imma anke f'Għawdex, u għamilnieha kemm jista' jkun faċli biex il- membri jkunu jistgħu jiltaqgħu ma' dawk li setgħu jagħtuhom aktar informazzjoni dwar din il-white paper, u nemmen li kull min kien interessat tana l-feedback.", "Diffiċli niddeskrivi l-ammont ta' feedback li kellna għax kellna ħafna, u l-konsultazzjoni ma waqfitx hemmhekk, għax fit-18-il xahar li għaddew sal-lum, Jannar ta' l-2007, il-feedback kien kważi rikorrenti, u dejjem kien ikun hemm xi għaqda li titlob għal xi laqgħa ma' membri tas- segretarjat tiegħi għal spjegazzjonijiet, kjarifiki u proposti.", "Jiġifieri dawn baqgħu ġejjin anke wara li tpoġġa l-abbozz ta' liġi fuq il-Mejda tal- Kamra, u nirrepeti li għadhom ġejjin proposti sal-lum.", "Sur President, il-kummenti li rċevejna kienu varjati ħafna fil-kontenut tagħhom u din id-diversita` hija xhieda ta' kemm hu vast u diversifikat dan is-settur.", "Kellna min qabel kompletament ma' dak li kien hemm fil-white paper u fil-proposta ta' l-Abbozz ta' Liġi, u kien hemm oħrajn li esprimew il-fehma li għandna nbiddlu xi affarijiet jew xi partijiet minn din il- liġi.", "Aħna analizzajna kull kumment li sar, kemm jekk intbagħat direttament, kemm jekk deher fil-gazzetti u kemm jekk intqal fuq il-mezzi tax-xandir, u dawk is-suġġerimenti li kienu fl-interess tas-settur volontarju in ġenerali tas-soċjeta` Maltija, intlaqgħu.", "Fil-fatt, se nagħti xi eżempji ta' kummenti li ntlaqgħu u daħlu f'dan l-Abbozz.", "Per eżempju, il-ħatra tal-kummissarju se ssir b'konsultazzjoni mal-Kumitat ta' l-Affarijiet Soċjali meta fil-proposta oriġinali konna qegħdin ngħidu li l- ħatra kellha ssir mill-ministru tal-ġurnata.", "Imbagħad dorna wkoll id-dmirijiet kollha tal-kummissarju, u għamilna dan biex niżguraw li kull deċiżjoni li jieħu tista' tkun soġġetta għall-appell quddiem il-bord ta' l-appell.", "Kien hemm ċirkostanza fejn l-għaqdiet ħassew li l-kummissarju kellu jitkellem magħhom l-ewwel, qabel ma jiddeċiedi li jippubblika xi dokument dwarhom għall-konsum pubbliku.", "Aħna mhux talli aċċettajnieha din il-proposta, talli b'dan l-abbozz ta' liġi qegħdin ngħidu wkoll li jekk ma jintlaħaqx ftehim bejn il-kummissarju u l-għaqda volontarja konċernata, allura l-kummissarju jrid imur hu quddiem il-bord ta' l-appell sabiex dan il-bord jiddeċiedi jekk il-kummissarju għandux jippubblika dan l-istatement.", "Jiġifieri qgħadna attenti ħafna li jkollna firxa wiesgħa ta' konsultazzjoni bejn il-kummissarju u l-bord ta' l-appell.", "Sur President, twessgħet ukoll it-tifsira ta' skop soċjali.", "Kien hemm ħafna proposti fuq din it-tifsira u aħna wessajna t-tifsira kif kien hemm min xtaq.", "Biddilna xi ftit it-tifsira ta' organizzazzjoni volontarja sabiex din tirrifletti l-kummenti li rċevejna, u kienu ħafna l-kummenti li daħlu dwar xi tfisser organizzazzjoni jew għaqda volontarja.", "Bdilna wkoll il-mod tal-ħatra tal-membri tal-kunsill għas-settur volontarju biex issa l- ministru tal-ġurnata jista' jaħtar biss minn fost dawk il-membri li jiġu nominati mis-settur innifsu, jiġifieri n-nominazzjonijiet jidħlu mis- settur, u l-għażla tal-ministru trid tkun biss minn fost dawk in- nominazzjonijiet.", "Aħna daħħalna wkoll provvediment li jittratta speċifikament dawk l-għaqdiet li huma msejħin temporanji għax ikunu twaqqfu għal perijodu qasir sakemm jilħqu l-għan li għalih ikunu twaqqfu, u ċċarajna wkoll il-provvedimenti dwar l-awtonomija u l-indipendenza ta' l-għaqdiet volontarji u tal- kummissarju.", "Aħna daħħalna wkoll provvediment ġdid dwar is-self-regulation tas-settur għax kien hemm bosta għaqdiet li tkellmu fuqha, u daħħalna wkoll sistema ġdida ta' fast-track enrolment - li forsi jkolli ċans nitkellem fuqha iktar tard - għal dawk l-għaqdiet li huma diġa` regolati ħafna minn xi regolatur ieħor sabiex nevitaw duplikazzjoni tax-xogħol.", "Sur President, dawk kienu xi ftit mill-proposti li lqajna u li wasslu għal emendi bl- abbozz ta' liġi.", "Meta nitkellmu fuq il-volontarjat, tajjeb li wieħed jagħti ħarsa lejn l- istorja twila u sinjura li għandna f'dan il-pajjiż f'dan il-qasam, għax ir- rwol tal-volontarjat -speċjalment fejn jidħol il-qasam tas-saħħa, il-qasam soċjali u l-qasam edukattiv - nemmen li kien importanti ħafna fit-tisħiħ tal-bżonnijiet tal-poplu Malti.", "Għalija l-istorja dejjem importanti u dejjem irrid inkun naf l-għeruq ta' l-affarijiet minn fejn nibtu.", "Għalhekk, Sur President, nixtieq immur lura storikament għal meta l-ewwel organizzazzjonijiet volontarji bdew jissemmew, ċioe` fi żmien il-Kavallieri ta' San Ġwann fil-perijodu bejn l-1530 u l-1798.", "Din l-ordni kient ħadet rwol attiv fil-ħajja soċjali u kulturali tal-Maltin li għal ħafna snin qabel kienet marbuta mal-Knisja Kattolika.", "Bla dubju ta' xejn, il-Knisja f'pajjiżna bdiet u mexxiet ħafna organizzazzjonijiet volontarji, partikolarment jekk inħarsu lejn l-oqsma tat-tfal, tal-persuni b'diżabilita` u ta' l-anzjani.", "Fil-bidu, ħafna minn dawk is-servizzi soċjali u edukattivi bdew mill-arċidjoċesi jew minn għaqdiet reliġjużi tal- Knisja.", "Forsi l-movimenti tal-lajċi fi ħdan il-Knisja saru aktar fis-seklu li għadda, bħalma nista' nsemmi l-Moviment Azzjoni Kattolika li twaqqaf fl- 1930.", "Imbagħad rajna għaqdiet oħra jinbtu fis-snin ħamsin, u nsemmi partikolarment il-Moviment ta' Kana li twaqqaf fl-1956 u l-Moviment Azzjoni Soċjali li twaqqaf sena qabel.", "F'Malta kellna ħafna nies filantropiċi li jew kienu jgħinu lill-Knisja biex twaqqaf l-istituzzjonijiet għal persuni li kienu fil-bżonn jew inkella waqqfu huma stess għaqdiet biex jagħtu għajnuna soċjali, u allura wieħed irid juri l-apprezzament tiegħu lil dawn in-nies ladarba qegħdin inressqu din il-liġi hawnhekk.", "Aħna qed inħarsu lejn nies li kienu fundaturi u pijunieri f'dan il-qasam, u allura ta' min isemmi hawnhekk lill-Alfons Marija Galea li għen biex waqqaf diversi istituzzjonijiet tal-karita` li għadhom attivi sal-lum.", "Dan kien magħruf bħala s-Sur Fonz u kien daħal b'ruħu u ġismu f'xogħol hekk imsejjaħ tal-karita`.", "Dan ħadem ma' diversi istituzzjonijiet, fosthom l-iskola tas-Salesjani St. Patrick's - li tilqa' ħafna subien u ġuvintur fi ħdanha - l-iSptar Zammit Clapp u s-sorijiet ta' l-Ursolini.", "Dan ħadem ma' Monsinjur Depiro fit-twaqqif ta' l-Istitut San Guzepp u għen wkoll lill-Fra Diego tal-Buon Pastur u s-Sorijiet tal-Qalb ta' Ġesu.", "U jekk xi ħadd jagħmel lista sħiħa tal-ħidma tas-Sur Fonz, din tkun pjuttost twila, Sur President!", "Sur President, hawnhekk ma nistax ma nsemmix ukoll lil Vincenzo Bugeja li ġewwa Santa Venera bena istitut għall-bniet u ieħor għas-subien.", "Għadhom sal-lum joffru servizzi soċjali, u aħna bħala ministeru għandna ħafna ħidma għaddejja proprju f'dan il-bini.", "Irrid nsemmi wkoll uħud min-nisa filantropiċi li kellna bħal Adelaide Cini - li tat ħajjitha u ġidha kollu biex jinfetaħ l-istitut msemmi għaliha fil-Ħamrun - u l-mara tas-Sur Fonz, Lisa Galea, li kienet tgħin ħafna mhux biss finanzjarjament imma wkoll f'support ta' inizjattivi li kienet tagħmel ma' ħaddieħor.", "Hemm ukoll Mary Asphar li għenet biex tinfetaħ l-iskola tas-sorijiet Franġiskani tas- Sliema, u kellna s-Sinjura Zammit Clapp u lis-Sinjorina Mary Zammit li ħarġu l-flus biex jinbena l-isptar Zammit Clapp.", "Dawn kollha huma inizjattivi li llum huma parti mill-istorja tal-qasam volontarju tagħna u li għadna ngawdu minnhom sal-ġurnata tal-lum.", "Naturalment, is-servizzi li jagħtu nbidlu maż-żmien, u jekk inħarsu lejn servizzi li jingħataw illum, naraw li dawn huma pjuttost differenti minn dawk li kienu jingħataw fil- bidu, pero` huma dejjem servizzi b'għan soċjali għall-benefiċċju tal-poplu tagħna.", "Storikament kien matul it-tmeninijiet u d-disgħinijiet li bdejna naraw aktar għaqdiet volontarji jifformaw f'oqsma oħra, bħall-isports, l-ambjent u l-kultura, u rajna wkoll ħafna aktar għaqdiet jiżviluppaw fi ħdan il- knisja.", "Kien fl-1990 li gvern Nazzjonalista emmen li kien ikun ta' ġid għall-pajjiż li l-istat u l-għaqdiet volontarji jaħdmu flimkien biex jipprovdu servizzi soċjali.", "Jien naħseb għedtha darbtejn oħra f'dan il- Parlament, imma wieħed mill-isbaħ dokumenti li qatt qrajt fuq il-ħidma soċjali kien id-dokument li kien ippubblika l-Ministru Louis Galea bl-isem \"Lejn Wens u Sedqa\".", "F'dan id-dokument il-Ministru Galea kien qal li fil- futur huwa importanti li l-istat u l-għaqdiet volontarji jaħdmu flimkien biex jippjanaw u jwettqu l-politika soċjali ta' pajjiżna.", "Naħseb li jekk inħarsu lura, nistgħu naraw kif sena wara sena bosta gvernijiet ħadmu bla heda sabiex jikkonsolidaw dak li kien hemm f'dan id- dokument ta' gvern Nazzjonalista u saħħu dejjem aktar ir-rwol ta' l- għaqdiet volontarji f'dan il-pajjiż.", "Huwa b'hekk li llum nistgħu ngħidu li għandna settur volontarju b'saħħtu u attiv li jipparteċipa fil-ħidma politika tal-pajjiż.", "Sur President, meta ngħid ħidma politika, qed nitkellem fuq ħidma politika as in policy making.", "U hawnhekk nagħmel aċċenn għall-1994, meta gvern Nazzjonalista kien waqqaf l-ewwel fond sabiex jgħin lill-għaqdiet volontarji jwettqu l-ħimda soċjali f'pajjiżna.", "Ngħid ukoll li llum l-ġurnata fil-ministeru tiegħi hemm allokazzjoni ta' Lm0.75 miljun li minnha jgawdu l-għaqdiet volontarji u finalment il-benefiċjarji tas- servizzi tagħhom.", "Sur President, wieħed ma jistax jenfasizza biżżejjed l-importanza ta' l- għaqdiet volontarji f'dan il-pajjiż.", "Jien nemmen li l-għaqdiet volontarji għandhom rwol importanti mhux biss sabiex jgħinu fil-provvediment tas- servizzi li l-poplu tagħna jingħata, imma għandu wkoll funzjoni mportanti li jiffaċilita d-djalogu fl-iżvilupp ta' policy making u fil-leġislazzjoni, kif ukoll fis-servizzi.", "Ir-rwol ta' dawn l-organizzazzjonijiet fid- demokrazija moderna huwa marbut mad-dritt taċ-ċittadin li jingħaqad ma' assoċjazzjoni.", "Hawnhekk tajjeb ngħid li l-artiklu 12 tac-Charter Ewropew tad-drittijiet fundamentali tal-bniedem jgħid b'mod ċar li d-dritt ta' l- assoċjazzjoni huwa mezz ieħor kif kull ċittadin jista' jieħu sehem b'mod attiv fit-tmexxija tal-pajjiż, u dan minbarra l-involviment tiegħu fil- partiti politiċi u s-sehem tiegħu wkoll fl-elezzjonijiet.", "Nerġa' ngħid li s-settur volontarju jista' jitqies bħala l-qalb tas-soċjeta' ċivili għax minkejja d-daqs, l-kompożizzjoni jew l-iskop tagħhom, l-għaqdiet volontarji jipprovdu fehmiet indipendenti, u dik hi l-isbaħ ħaġa.", "Sur President, dawn jipprovdu fehmiet indipendenti dwar bosta oqsma tas- soċjeta`, inkluż il-qasam politiku stess, il-qasam kulturali, il-ħajja soċjali, is-saħħa, l-ambjent, l-edukazzjoni u aspetti oħra li aħna niltaqgħu magħhom fil-ħajja ta' kuljum.", "Barra minn hekk, ħafna d-drabi is- settur tal-volontarjat ta kontribut siewi ħafna f'riformi politiċi li saru f'pajjiżna u anke fl-iżvilupp soċjali tiegħu.", "Nistgħu ngħidu li s-settur volontarju kien protagonist qawwi fil-bidliet soċjo-kulturali li twettqu matul iż-żmenijiet.", "Jiena nemmen li permezz ta' programmi u servizzi edukattivi, soċjali u kulturali, l-għaqdiet volontarji jgħinu kontinwament lil diversi persuni biex jqumu fuq saqajhom, biex ikollhom vuċi u biex jingħataw l-empowerment li jkollhom bżonn biex itejbu l-kwalita` tal-ħajja tagħhom.", "Naħseb li huwa proprju għalhekk li s-settur volontarju jħalli daqstant impatt pożittiv fuq il-komunita`, u nemmen li dan huwa impatt li huwa apprezzat minn kulħadd, u ċertament apprezzat bil-kbir minn dan il- gvern.", "Nixtieq insemmi wkoll kif fi żmenijiet aktar riċenti rajna tisħiħ ta' kif l- għaqdiet volontarji jidħlu fi ftehim ta' koperazzjoni mal-gvern fit-twettiq ta' diversi proġetti li huma ta' benefiċċju għall-poplu tagħna.", "Kull meta kien hemm il-koperazzjoni bejn l-għaqdiet volontarji u l-gvern, l-għaqdiet volontarji dejjem żammew l-identita` u l-awtonomija tagħhom u dejjem esprimew l-opinjonijiet tagħhom, kemm jekk dawn kienu konsistenti mal- politika mħaddma mal-gvern tal-ġurnata, kif ukoll jekk dawn urew nuqqas ta' qbil.", "Aħna f'dan il-pajjiż għandna qasam ta' għaqdiet volontarji b'saħħtu ħafna u ħadd m'għandu jnaqqas minn dik is-saħħa.", "Żgur li mhux ser ikun il- gvern preżenti li jnawwar is-saħħa ta' l-għaqdiet volontarji tagħna, anzi dan il-gvern irid jaċċerta ruħu li dawn jissaħħu, għax nemmen li dan huwa fattur essenzjali ħafna li f'dawn l-aħħar snin għen lil pajjiżna biex ikompli miexi 'l quddiem u anke għen biex aħna ħaddanna l-prinċipji ta' demokrazija u tgħallimna naċċettaw kritika ġusta sabiex ngħinu lis-soċjeta` tagħna.", "M'hemmx dubju li s-settur volontarju jinstab f'pożizzjoni li jqanqal u jħeġġeġ bidliet f'pajjiżna.", "Għandu wkoll rwol importanti fl- iżvilupp u fl-implimentazzjoni ta' policies u ta' proġetti fuq livell nazzjonali.", "Sur President, irrid nagħmel riferenza għal dokument dwar l-għaqdiet volontarji maħruġ fis-sena 2000 bit-titlu \"The Commission and Non- Governmental Organisations - Building a Stronger Partnership.\"", "Il- Kummissjoni Ewropea ddiskriviet b'mod verament tajjeb kif l-għan ewlieni ta' l-għaqdiet volontarji għandu jkun dak li jopera fix-xena pubblika ġenerali dwar tħassib u kwestjonijiet relatati mal-ben essere ta' gruppi speċifiċi ta' nies jew s-soċjeta` kollha.", "Apparti li jippromwovu prospetti u l-kwalita` ta' ħajja ta' diversi gruppi soċjali, l-għaqdiet volontarji għandhom wkoll jiġġeneraw l-impjieg u għandhom jaħdmu favur dak kollu li jarawh nieqes fis-soċjeta` tagħna jew lejn dak kollu li jista' jitjieb fis- soċjeta` tagħna.", "Jien naf li f'Malta għandna bosta għaqdiet volontarji li qegħdin iħarsu lejn dawn il-bżonnijiet.", "Aktar qabel semmejt il-kelma \"mpjieg\", u ridt nirreferi wkoll għal aspett ieħor ta' l-għaqdiet volontarji, u ċioe' li dawn fihom innifishom jiġġeneraw l-impjiegi.", "Jekk inħarsu – forsi aktar tard ikolli ċans nagħti d-dettalji għal Malta wkoll – lejn is-settur volontarju, naraw li dan jikkontribwixxi sew għall-ekonomija u l-impjiegi.", "F'rapport li ħareġ m'ilux, huwa stmat li madwar id-dinja hemm 29 miljun persuna mpjegata fis-settur volontarju.", "Fl-Unjoni Ewropea dan is-settur kiber b'24% fl-aħħar ħames snin.", "Hawnhekk tajjeb li nagħmel referenza lejn riċerka li saret minn John Hopkins University li turi li ġewwa l-Ġermanja waħedha, is-settur volontarju joħloq madwar 3.7% ta' l-impjiegi fil-pajjiż, filwaqt li huwa responsabbli għal 60% tal-faċilitajiet li jieħdu ħsieb l- anzjani.", "Fl-Irlanda, Sur President, dan is-settur jipprovdi aktar mit-8% ta' l-impjiegi, u dan kollu jikkonferma kemm is-settur volontarju għandu rwol importanti fit-tisħiħ ta' l-ekonomija ta' pajjiż, u Malta mhux xi eċċezjoni.", "Nafu kif f'Malta nsibu numru sostanzjali ta' għaqdiet - speċjalment għaqdiet li joffru servizzi soċjali u edukattivi - li qegħdin jimpjegaw il-ħaddiema.", "Fattur importanti li nixtieq insemmi wkoll huwa l-ħtieġa ta' ħidma aħjar bejn il-gvern, is-settur privat u l-għaqdiet volontarji.", "Il- kollaborazzjoni u l-kordinazzjoni bejn dawn it-tliet oqsma għandhom jiġu mtejba sabiex dejjem nagħmlu l-aħjar użu mir-riżorsi li għandna u nevitaw dik li nsemmu ħafna drabi meta nkunu qegħdin nitkellmu fuq għaqdiet volontarji, id-duplication of work.", "Dan ix-xogħol għandu jitwettaq billi dejjem jiġi rispettat n-networking bejn il-gvern, il-privat u l-għaqdiet volontarji b'rispett lejn l-awtonomija u l-indipendenza ta' l-għaqdiet volontarji.", "Biex jintlaħaq dan il-għan hemm bżonn li dejjem noħolqu sinerġija aħjar fejn il-partijiet kollha involuti.", "Sur President, aħna nirrikonoxxu – wara dak kollu li għedt - li s-settur volontarju għandu tradizzjoni twila u apprezzata ħafna f'pajjiżna.", "Huwa settur li nemmen li minnu ħarġu ħafna aspetti tradizzjonali bħall-festi parrokkjali, il-kazini tal-baned u d-drawwiet oħra.", "Dawn kollha nbnew fuq il-ħidma volontarja ta' grupp ta' persuni li kienu dedikati sabiex jaraw li xi ħaġa li kienet għal qalbhom, isseħħ.", "Minn bidu żgħir dawn l-għaqdiet kibru, u ħafna għaqdiet li għandna llum u li għandhom numru sostanzjali ta' volontiera u li jagħtu servizzi sostanzjali bdew bil-ħidma ta' ftit nies u minn idea ta' persuna waħda jew grupp ta' persuni.", "Bis-saħħa ta' dan kollu, illum qed ingawdu, Sur President.", "Illum il-ġurnata u fi żmenijiet pjuttost riċenti rajna li dan is-settur żviluppa b'pass mgħaġġel ħafna.", "Għandna strutturi differenti fosthom fondazzjonijiet, assoċjazzjonijiet, pressure groups, clubs u anke federazzjonijiet, u ngħid il-verita`, jien minix avukat, u kelli xi diffikulta` li ngħid x'inhi d-differenza bejn waħda mill-oħra.", "Pero` l-importanti mhux l-istruttura jew l-isem li tingħata lill- istruttura, imma l-volontiera li jagħtu l-ħajja lil dawn l-għaqdiet.", "Għandna ħafna volontiera, u nemmen li l-għaqdiet tagħna bil-mod il-mod saru u qed ikomplu jsiru ħafna aktar professjonali fil-ħidma tagħhom, u hekk għandhom ikunu.", "Sa ftit tas-snin ilu, kellna dawk li b'mod mhux daqshekk kumplimentuż konna ngħidulhom it-do gooders li kienu jibdew jagħmlu xi ħaġa bir-riżorsi personali li kellhom.", "Pero` illum nistennew il- professjonalita` mill-għaqdiet volontarji tagħna u allura huwa xieraq li nagħtuhom l-għajnuna kollha li tistħoqqilhom.", "Jiena nħoss li hemm ħafna pożittiv meta aħna ngħinu lill-għaqdiet tagħna jkunu professjonali, u dan għaliex b'dan il-mod ikollna aktar frott mill-ħidma tagħhom.", "Sur President, tul id-diskors tiegħi semmejt ħafna termini, fosthom għaqdiet volontarji, organizzazzjonijiet volontarji, NGOs u anke termini li konna nużawhom fi żminijiet oħra – għalkemm f'xi pajjiżi għadhom jużawhom – bħal għaqdiet karitatevoli.", "X'aktarx li kien il-moviment ambjentalista li daħħal il-kelma NGOs fl-użu, jew almenu minn hemmhekk l-ewwel li nstemgħet, u dan x'aktarx minħabba r-rabtiet li l-għaqdiet lokali kellhom ma' oħrajn internazzjonali.", "Kien hemm bosta għaqdiet volontarji internazzjonali li waqqfu l-partner lokali tagħhom hawnhekk, u dan spikka aktar minn meta sirna membri ta' l-Unjoni Ewropea, li tagħti vuċi qawwija lis-soċjeta` ċivili.", "U f'dak il-każ rajna l-iżvilupp ta' soċjeta` ċivili Maltija li rrispondiet għall-bżonnijiet lokali f'oqsma differenti li qabel ma kienx hemm min jaħdem fihom.", "Ftit ilu semmejt ukoll li f'pajjiżna dan is-settur jaf il-bidu tiegħu f'kontest reliġjuż, u allura wieħed ma jistax jgħid biżżejjed dwar il-ħidma tal-Knisja u r-rwol soċjali, kulturali u edukattv mportanti li kellha fil-ħajja tal-Maltin pemezz ta' l-għaqdiet volontarji.", "Sur President, ma nixtieqx ninsa lis-settur privat li għal ħafna snin għaraf jagħti sehmu biex jgħin lis-settur volontarju.", "Inkunu qegħdin nonqsu jekk ma nagħrfux u ma napprezzawx dan il-kontribut.", "Dan l-aħħar qed nitkellmu ħafna fuq dik li ngħidulha corporate social responsibility li hu terminu ġdid u li bih infissru li għandek settur privat li jagħraf li wkoll irid jagħti sehmu lejn is-soċjeta`.", "Jiena nemmen li hemm lok għal ħafna aktar corporate social responsibility u nħoss li s-settur privat għandu ħafna x'joffri meta jagħti l-għajnuna tiegħu f'dan is-settur.", "Jiena nħossni konvinta li bl-entużjażmu u bl-enerġija li nsibu fis-settur volontarju, flimkien ma' l-appoġġ u l-professjonalita` tas-settur privat, nistgħu verament nwettqu proġetti kbar f'pajjiżna.", "Fis-survey li sar fl-2004 mill-Uffiċċju Nazzjonali ta' l-Istatistika u li ħadu sehem fih 149 għaqda volontarja li joperaw fis-settur, rajna li minn dawn kien hemm 13% li kienu support groups.", "Dawn huma importanti ħafna għaliex huma magħmula minn nies li jkunu għaddew minn ċerti esperjenzi, u allura jkunu l-aktar li jifhmu lil dawk li jersqu lejn is-support groups għax iħossu li għandhom bżonn l-għajnuna.", "Kellna kważi 17% minn dawn l- għaqdiet volontarji li kienu gruppi reliġjużi u kważi 31% li kienu għaqdiet filantropiċi.", "Minnhom, 18% kienu djar li joffru akkomodazzjoni u 23% kienu involuti f'attivitajiet oħra.", "Fl-2004, kważi 42% ta' dawn l-għaqdiet kienu jimpjegaw persuni fuq bażi full-time u kważi 25% ta' dawn l-għaqdiet volontarji jimpjegaw bejn persuna u disa' persuni fuq bażi full-time.", "Minn din l-istatistika maħruġa mill-NSO jirriżulta wkoll li kien hemm viċin l- 1000 persuna li kienet taħdem full-time f'dan is-settur, żieda ta' kważi 12% mis-sena 2001.", "Sur President, huwa sinifikanti wkoll li kważi 78% minn dawn l-impjegati fuq bażi full-time kienu nisa, u anke f'dak li hu xogħol volontarju, il- maġġoranza kienu nisa.", "Issa hawn qed nitkellmu fuq 149 għaqda li fl-2004 kellhom 5,700 volontiera, aħseb u ara x'insibu llum jekk inħarsu lejn is- settur kollu.", "Punt interessanti ħafna li nnotajna matul id-diskussjonijiet u konsultazzjonijiet li kellna kien li wieħed mill-ikbar challenges li l- għaqdiet volontarji tagħna jħossu li għandhom fid-dinja tal-lum huwa l- ħtieġa li jsiru iktar effiċjenti biex jilħqu l-għanijiet tagħhom.", "Dan għandu jsir billi jimmodernizzaw l-operat tagħhom, billi jevalwaw aħjar ix- xogħol li jwettqu u billi jfittxu u jsibu modi differenti ta' kif jistgħu jiġġeneraw aktar fondi għax-xogħol tagħhom.", "Fi kliem ieħor, naħseb li anke huma jħossu l-ħtieġa li dejjem isiru iktar professjonali.", "Jiena li l-background tiegħi huwa f'għaqda volontarja niftakar li dejjem xtaqna jkollna r-riżorsi biex insiru iktar professjonali milli konna.", "Illum din l-istess għaqda laħqet dan l-għan u saret ħafna iktar professjonali minn meta kont membru tagħha jiena.", "Pero`, Sur President, wieħed irid joqgħod attent u jżomm f'moħħu l-karatteristiċi importanti tal-volontarjat, fosthom il-flessibilita`, l-indipendenza u l- awtonomija li huma importanti ħafna u li għandhom jiġu salvagwardati waqt li ngħinuhom fil-capacity building.", "Fil-fatt kienu ħafna li qalulna biex niftakru li qegħdin nitkellmu fuq għaqdiet volontarji, u li għalhekk l- element tal-volontarjat irid jibqa' hemm.", "Sur President, sabiex il-gvern ikompli jikkonsolida l-apprezzament u r- rikonoxximent tiegħu lejn is-settur volontarju, il-ministeru tiegħi beda konsultazzjoni bl-għan li naslu fejn wasalna.", "Kienu bosta l-esponenti midħla ta' dan is-settur li kienu jitolbu li jkun hemm qafas legali speċifiku għalihom u li jirrikonoxxi l-għaqdiet volontarji b'mod formali.", "Irrid infakkar li sal-ġurnata tal-lum dawn l-għaqdiet volontarji m'għandhomx liġi speċifika li tindirizzahom u li tirrikonoxxihom b'mod dirett, u hu żgur li din il-liġi li qed inressaq illum qed tirrifletti l- isforzi u l-impenn tal-gvern li jagħmel qafas legali koerenti, komprensiv u li għandu jagħti direzzjoni ċara lill-għaqdiet volontarji bl-għan li ngħinuhom isiru aktar effiċjenti u aktar effettivi permezz ta' promozzjoni ta' l-aħjar prattika u ta' l-aħjar kontabilita`.", "Barra minn hekk, din il-leġislazzjoni hija mmirata biex tiffaċilita sħubija u tippromwovi relazzjoni ta' ħidma effettiva kemm bejn il-gvern u l- għaqdiet volontarji kif ukoll bejn l-għaqdiet volontarji innifishom, u din hija importanti wkoll fir-rigward ta' l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal- policies u ta' proġetti fl-għoti ta' servizzi lill-poplu tagħna.", "Meta nbeda l-proġett biex titfassal din il-liġi, kellna f'moħħna li jkollna liġi waħda li tagħti kemm il-personalita` ġuridika lil dawn l-għaqdiet volontarji kif ukoll li tipprovdi għall-benefiċċji, għat-trasparenza u għall-kontabilita` li huma tant importanti għal dan is-settur.", "Aħna fassalna liġi waħda, pero` jkolli nammetti li kienet komplikata mhux ħażin u kienet diffiċli biex titħaddem, u allura ħadna d-deċiżjoni li we go back to the drawing board u naqsmu dan il-proġett fi tnejn, ħalli l-liġi tkun waħda li kemm jista' jkun tiftiehem u li tkun flessibbli ukoll.", "Fil-fatt, f'dan il-Parlament insibu żewġ abbozzi; dan tal-lum li huwa l-abbozz Nru. 80 immirat speċifikament għas-settur volontarju u għal bżonnijiet tagħhom, pero` imbagħad hemm l- abbozz Nru. 79 bl-emendi għall-Kodiċi Ċivili, u dan se jkun dwar il- personalita` ġuridika u l-istrutturi legali, bħalma huma l-fondazzjonijiet u l-assoċjazzjonijiet.", "Sur President, dawn iż-żewġ abbozzi se jimlew il-vojt li għandna sal-lum fil-liġi Maltija għax, kif għedt, ma teżistix liġi li tipprovdi dwar personalita` ġuridika u lanqas liġi li tagħti lok għar-reġistrazzjoni ta' l- għaqdiet volontarji u għar-rikonoxximent tal-ħtiġijiet tagħhom.", "Hawnhekk irrid ngħid li minkejja dan, għandna għadd ta' liġijiet u regolamenti li b'mod indirett jirregolaw dan is-settur.", "Fil-fatt meta jinterpretaw il- liġijiet eżistenti, il-qrati Maltin jirrikonoxxu l-konċetti importanti relatati ma' dan is-settur u jestendu r-rikonoxximent tal-personalita` ġuridika għall-għaqdiet.", "Issa, billi sal-lum għad m'hemmx sistema ta' reġistrazzjoni għall-għaqdiet, bħala prova tal-personalita` ġuridika tagħhom teżisti ħafna ambigwita` fir-rigward tar-responsabbilita` tal- persuni involuti fl-għaqdiet volontarji.", "F'dan il-kontest, l-adozzjoni ta' qafas leġislattiv speċifiku li jindirizza biss dan is-settur huwa verament importanti.", "Is-sistema ta' reġistrazzjoni qed insejħulha iskrizzjoni jew enrollment, u din tagħti ħafna aktar saħħa lill-għaqdiet volontarji.", "Meta għaqda volontarja jkollha ċertifikat ta' iskrizzjoni, dan se jkun dokument uffiċjali maħruġ mill-kummissarju ta' l- organizzazzjoni volontarja, u dan se jservi bħala passaport u juri biċ-ċar li dik l-għaqda hija reġistrata, u għaldaqstant hija trasparenti, accountable u in buona fede.", "Importanti wkoll li ngħid li dan iċ-ċertifikat se jagħti dritt lill-għaqdiet volontarji għall-inċentivi mogħtija mill- gvern.", "Fil-prattika li jiġri il-lum huwa li l-għaqdiet volontarji kull darba li jridu xi ħaġa, iridu jgħaddu minn proċess fejn jippreżentaw kopja ta' diversi dokumenti u jagħtu prova tal-ġenwinita` u tal-kontabilita` tagħhom.", "Imma issa, bis-saħħa ta' dan iċ-ċertifikat ta' iskrizzjoni, l-għaqdiet m'għandhomx bżonn jgħaddu minn dan kollu.", "Din il-liġi se tiddefenixxi s- setturi rilevanti u tindirizza l-lakuni strutturali li hemm sal-lum, inkluż in-nuqqas ta' korp ċentrali li jagħti appoġġ, u n-nuqqas ta' qafas regolatorju li huwa meħtieġ ukoll u li jitolbuh l-għaqdiet volontarji stess.", "Allura dan l-abbozz jindirizza żviluppi istituzzjonali u organizzattivi bħal, per eżempju, il-proċedura ta' iskrizzjoni, it-twaqqif ta' uffiċċju tal-kummissarju u t-twaqqif tal-kunsill nazzjonali għall- organizzazzjonijiet volontarji.", "Dan l-abbozz jirrikonoxxi wkoll b'mod ċar il-fatt li b'riżultat ta' l-iskop tal-ħidma tagħhom, l-organizzazzjonijiet jistgħu jkunu intitolati għal diversi privileġġi, fosthom eżenzjonijiet fiskali u għotjiet finanzjarji oħra.", "Kif diġa` għidt, bl-għarfien sħiħ tar- rwol importanti li jeżerċita s-settur tal-volontarjat fis-soċjeta` Maltija, il-Gvern Malti qed jidħol f'diversi arranġamenti biex is-settur volontarju jkompli jissaħħaħ u jgħin lill-poplu Malti.", "Nemmen li dan ġie konfermat mill-istatistika ta' l-NSO ta' l-2004 li rreferejt għaliha aktar qabel.", "B'rizultat ta' din l-istatistika, aħna qegħdin naraw kemm l-impenn ta' l- għaqdiet volontarji tagħna u anke l-ħtieġa tagħhom.", "Allura l-ebda gvern ma jista' jinjora dan il-qasam u ma jagħtihx l-importanza li jenfasizza li għandu bżonn.", "Jekk per eżempju nitkellem fuq għajnuna finanzjarja, diġa` għedt li taħt il-ministeru tiegħi hemm allokazzjoni ta' Lm 780,000.", "Dawn huma flus li ngħataw lill-għaqdiet volontarji u nagħtuhom skond l-output, jiġifieri ma nagħtux somma mbagħad l-għaqda tagħmel li trid biha.", "M'għadniex naħdmu hekk.", "Fil-prassi ta' bħalissa, għandna l-NGO Project Selection Committee li jara l-applikazzjonijiet, il-proġetti u l-proposti li jidħlu mill-għaqdiet volontarji tagħna, u wara diskussjoni fi ħdan dan il-kumitat, jiġi deċiż liema huma l-aħjar proġetti li hemm u jqassmu din is- somma fost dawn il-proġetti.", "L-importanti li nifhmu hi li din hija output based, jiġifieri tiddependi fuq s-servizzi li l-għaqda volontarja tagħti.", "Aħna nemmnu li din is-sistema qegħda tgħin sabiex tiżdied ir- responsabbilta` ta' kif jintużaw il-fondi pubbliċi - dik li nsejħulha l- accountability - u tagħti wkoll lok għal aktar trasparenza.", "Taħt il-ministeru tiegħi hemm il-Housing Authority wkoll li għandha fond li jgħin lill-għaqdiet volontarji biex ikunu jistgħu jagħtu aktar servizzi u dawn ikunu aktar professjonali.", "Din l-awtorita` tiddedika madwar Lm50,000 fis-sena biex tgħin lil dawn l-għaqdiet, fosthom il-YMCA, \"Dar Merħba Bik\" u oħrajn.", "Apparti minn hekk, hemm bosta ministeri oħra li jagħmlu dawn it- tip ta' allokazzjonijiet, u hawn nista' nsemmi l-Ministeru ta' Għawdex, il- Ministeru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi, il-Ministeru tat-Turiżmu u Kultura u l-Ministeru tal-Ġustizzja u ta' l-Intern.", "Dawn kollha jagħmlu għotjiet sostanzjali lill-għaqdiet volontarji ħalli dawn ikunu jistgħu jwettqu l-proġetti jew is-servizzi li joffru.", "Nafu wkoll li l-Ministeru tal- Finanzi joffri bosta eżenzjonijiet fiskali u hemm ukoll il-good causes fund li jgħin fi proġetti kapitali ta' diversi għaqdiet volontarji.", "Dan l-aħħar rajna wkoll il-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin li waqqaf fond għas- soċjeta` ċivili bħala parti mill-Forum Malti fl-Ewropa.", "Dan huwa fond li jgħin lis-soċjeta` ċivili sabiex tippromwovi informazzjoni u attivitajiet Ewropej għall-benefiċċji ta' kulħadd.", "Għalhekk, Sur President, jiena nemmen li l-għaqdiet volontarji jagħmlu użu tajjeb ħafna minn dawn il-finanzi.", "Bla dubju ta' xejn qatt ma hemm biżżejjed, u minħabba f'hekk jiena ma nkunx nista' nilqa' t-talbiet kollha li jkolli minn ħafna għaqdiet, pero` qed nagħmlu mill-aħjar biex l- allokazzjonijiet li għandna jingħataw lill-firxa wiesgħa ta' għaqdiet biex, b'xi mod jew ieħor, kull settur jintlaħaq.", "Dan l-aħħar ukoll fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, permezz tal-Management and Personnel Office, rajna skema mmirata biex ħaddiema taċ-ċivil ikunu jistgħu jwettqu xogħol ma' l-għaqdiet volontarji, u nemmen li diġa` hemm ħafna għaqdiet li qegħdin igawdu minn din l-iskema.", "Apparti dan kollu, l-ETC toffri skemi ta' support lill- għaqdiet volontarji.", "Per eżempju, jeżistu skemi ndirizzati għal persuni b'diżabilita`, u hawnhekk insemmi lil Eden Foundation li l-ETC tħallasha biex tkompli tmexxi s-servizz li tagħti lill-persuni b'diżabilita`.", "Sur President, dan huwa eżempju tajjeb ta' kif il-gvern u l-għaqdiet volontarji jistgħu jkomplu jaħdmu flimkien għall-ġid tas-soċjeta` Maltija.", "Fil-ministeru tiegħi dan l-aħħar għaddejna abbozz ta' inizjattivi flimkien ma' għaqdiet volontarji, inizjattivi li bla dubju ta' xejn se jimxu b'pass mgħaġġel proprju minħabba d-dedikazzjoni u l-impenn li jagħtu dawn l- għaqdiet.", "Kif spjegajt, il-gvern mhux biss jirrikonoxxi lill-għaqdiet volontarji permezz ta' l-għajnuna finanzjarja imma jagħraf ukoll l- importanza tal-kontribut tagħhom fit-twettiq tal-politika tiegħu.", "Għalhekk naraw li diversi ministeri jinvolvu l-partijiet interessati ta' l-għaqdiet volontarji fil-proċess ta' konsultazzjoni.", "Hawnhekk wieħed irid ifakkar ukoll li fl-MCESD il-liġi tirrikonoxxi lis-soċjeta` ċivili, u proprju nħoloq sotto-kumitat li jirrappreżenta lil dan is-settur f'din l- istituzzjoni hekk importanti.", "Waħda mill-isfidi li kellna meta ġejna biex infasslu din il-liġi kienet dik li niddeċiedu it-titolu.", "X'inhi t-tifsira ta' organizzazzjoni volontarja?", "X'tagħmel organizzazzjoni volontarja jew mhux volontarja?", "Nista' ngħid li kien hemm dibattitu interessanti ħafna dwar dan matul il-konsultazzjoni kollha, u fi klawsola 3 ta' dan l-abbozz ta' liġi nsibu definizzjoni ġenerali ta' x'inhi organizzazzjoni volontarja, u nikkwota:", "1) Organizzazzjoni volontarja hija organizzazzjoni li tkun inħolqot jew twaqqfet –", "a) għal skop leġittimu; b) bħala li ma tagħmilx profitt; u c) li jkollha element volontarju .\".", "Nirreferi ftit għad-dokument \"Non-Governmental Organisations - Guidelines for Good Policy and Practise\" maħruġ mill-Commonwealth Foundation.", "F'dan id- dokument insibu spjegazzjoni ta' kif minn dejjem kienu jeżistu u għadhom jeżistu ideat differenti dwar x'għandhom ikunu l-kwalitajiet ta' għaqda volontarja.", "Jiġifieri jekk ma jkunx hemm qbil unanimu f'dan il-pajjiż, ma jkollna xejn differenti minn pajjiżi oħra jew minn żmenijiet oħra.", "L- unanimita` mhijiex xi ħaġa essenzjali u d-diversita` hija xi ħaġa li toħloq id-dibattitu sabiex kultant naslu għal kompromess u kultant għal deċiżjonijiet, pero` dejjem fl-aħjar interess tal-poplu tagħna.", "Mela dan id- dokument, filwaqt li jirrijafferma li s-settur volontarju tant hu wiesa' fin-natura tiegħu li diffiċli tasal għal definizzjoni sempliċi, isemmi erba' karatteristiċi ewlenin ta' l-għaqdiet volontarji, u nikkwota:", "\"Organisations which possess four defining characteristics which enables them to be distinguished from other organisations in civil society.", "They are voluntary, they are independent, they are not for profit and they are not self-serving.\".", "Mela l-ewwel karatterisitika hija l-element volontarju ta' dawn l- organizzazzjonijiet.", "Issa dan l-element għandu konnotazzjonijiet varji, u meta konna f'fażi ta' konsultazzjoni, kellna ħafna u ħafna nies li qalulna biex inkunu ċerti li nżommu l-element volontarju fil-qalba ta' l-għaqdiet volontarji għax inkella ma nibqgħux nitkellmu fuq is-settur volontarju.", "Issa skond dan id-dokument, il-volontarjeta` tista' tkun qegħda tirreferi għall-fatt li m'għandu jkun hemm xejn f'xi liġi li jipprojbixxi il- formazzjoni ta' dawn l-għaqdiet volontarji.", "Il-volontarjeta`' tista' tkun qegħda tirreferi għall-ħidma ta' volontarjat li jsir kemm fi ħdan kif ukoll permezz ta' xi għaqda minn dawn.", "Għandek l-għażla, Sur President.", "Mill- banda l-oħra, il-volontarjeta` tista' tkun qed tirreferi wkoll għad-dritt ta' kull persuna li jifforma parti jew jitlaq minn xi għaqda partikolari, u dan l-element huwa rifless bl-aktar mod ċar f'dan l-abbozz ta' liġi.", "Fi klawsola 2 ta' dan l-abbozz ta' liġi nsibu li t-tifsira tal-kelma \"volontarja\" fil-kontest ta' organizzazzjoni volontarja, u nikkwota:", "\"Volontarja\" fil-kuntest ta' organizzazzjoni volontarja tfisser l- eżistenza ta' xi wieħed jew iżjed minn dawn l-elementi li ġejjin:", "a) Il-kontroll sħiħ ta' l-organizzazzjoni jkun eżerċitat minn amministraturi li ma jirċievu ebda rimunerazzjoni għas-servizz tagħhom talli jkunu qegħdin iwettqu l-funzjonijiet ta' amministraturi, ħlief skond ma hu permess hawn iktar 'l isfel; b) l-organizzazzjoni tinħoloq bid-dotazzjoni ta' għotjiet volontarji u gratuwiti u l-affarijiet ta' l-organizzazzjoni jkunu sostnuti, għall- inqas f'parti minnuhom, minn dawn l-għotjiet volontarji jew gratuwiti jew minn servizzi li jingħataw fuq bażi volontarja;", "c) bla ħsara għal limitazzjonijiet dovuti għax-xorta jew għad-daqs ta' l- organizzazzjoni u bla ħsara għal xi diskrezzjoni li tista' tiġi eżerċitata skond ma hemm imniżżel fl-istatut ta' l-organizzazzjoni mill-amministraturi jew minn kumitat magħmul mill-membri, kull persuna tkun tista' tissieħeb ma' l-organizzazzjoni jew tipparteċipa fl- attivitajiet ta' l-organizzazzjoni; u", "d) kull parteċipant fl-organizzazzjoni għandu d-dritt li jitlaq liberalment mill-organizzazzjoni.\".", "Dan huwa artikolu importanti ħafna, Sur President.", "Element ieħor importanti għal għaqdiet bħal dawn u li ġie wkoll identifikat mill-awturi tad-dokument li rreferejt għalih hu dak li dawn ma jkunux għal skop ta' profitt.", "Dan ukoll hu rifless fit-tifsira li qrajt fi klawsola 2 fejn jingħad li biex organizzazzjoni tkun meqjusa not for profit, huwa importanti li l-istatut ta' l-organizzazzjoni partikolari jkun fih esklużjoni speċifika ta' l-iskop tal-profitt.", "Irid ikun hemm dispożizzjoni espressa fl-istatut li tiddefinixxi l-iskopijiet ta' l-organizzazzjoni partikolari u li dawn ma jinkludux il-promozzjoni ta' interessi privati.", "Minbarra xi interess privat li jkun għal skop soċjali, ebda parti mid-dħul, kapital jew proprjeta` ma tkun disponibbli, kemm direttament kif ukoll indirettament, għal xi promutur, fondatur, membru, amministratur, donatur jew xi interess privat ieħor.", "Hu importanti wkoll li ngħidu li għaqda tibqa' titqies waħda volontarja, anke jekk din tagħmel xi attivita` li minnha tirċievi xi qligħ pekunjarju, imbasta dak il-qligħ ma jkunx ikkreditat lill-membri tagħna, iżda jintuża esklussivament għall-iskop li tkun twaqqfet għalih din l-għaqda.", "Sur President, hemm ukoll it-tielet element, li l-għaqdiet m'għandhomx ikunu self- serving fl-għanijiet tagħhom, u allura l-miri ta' dawn l- għaqdiet għandhom ikunu dawk li jtejbu ċ-ċirkostanzi u l-prospetti ta' persuni żvantaġġjati li ma jistgħux jirrealizzaw il-potenzjal tagħhom jew li ma jistgħux jiksbu d-drittijiet tagħhom fis-soċjeta`, u li jaġixxu wkoll fuq issues li huma ta' detriment għaċ-ċirkostanzi jew prospetti ta' persuni jew tas-soċjeta` in ġenerali.", "Hemm ukoll ir-raba' element li huwa dak ta' l- indipendenza.", "Matul il-perijodu ta' konsultazzjoni kien hemm xi organizzazzjonijiet li esprimew il-fehma li l-liġi għandha tirrikonoxxi wkoll li l-għaqdiet volontarji huma għaqdiet indipendenti u awtonomi mill- gvern.", "Aħna ħassejna li dan is-suġġeriment kien wieħed validissimu u għaldaqstant fi klawsola 3 ta' dan l-abbozz daħħalna wkoll il-prinċipju li l-organizzazzjonijiet volontarji għandhom ikunu indipendenti u awtonomi mill-gvern u jkollhom l-istatus tagħhom rispettat mill-gvern f'kull żmien.", "Fil-fatt, dan id-dokument maħruġ mill-Commonwealth Foundation hu l-bażi ta' ħafna dokumenti oħra, u għalhekk qed nirreferi għalih.", "Dan id-dokument jitkellem wkoll dwar t-terminoloġija li għandha tintuża meta wieħed jirreferi għal dawn l-għaqdiet.", "Issa dan ukoll kien suġġett li ġie diskuss matul il-perijodu ta' konsultazzjoni, u hawnhekk tajjeb ngħidu għaliex għażilna t-terminu \"organizzazzjoni volontarja\" flok termini oħra.", "Din kienet maħsuba, u l-għażla tirrifletti x-xewqa ta' numru kbir ta' għaqdiet volontarji li għandna f'dan il-pajjiż li talbuna li nżommu b'mod ċar, speċifiku u enfasizzat li aħna qegħdin nitkellmu fuq għaqdiet volontarji.", "Per eżempju, jekk inħarsu lejn it-terminu NGO, non-governmental organisation, - terminu li nużaw ta' spiss u anke jiena użajtu matul dan l- intervent - naraw li dan jenfasizza li għaqda hija waħda awtonoma u indipendenti mill-gvern, pero` jeskludi l-element volontarju.", "Allura l- maġġoranza ta' l-għaqdiet li tkellimna magħhom, jew li tawna l-feedback, ħassew li tkun verament deċiżjoni nieqsa mill-għaqal li ma nżommux ir-ruħ tal-volontarjat anke fl-isem u fit-terminu li nużaw meta nirreferu għalihom.", "Fil-fatt, kif għedt qabel, fi klawsola 3 ta' dan l-abbozz ta' liġi jingħad b'mod ċar li dawn l-għaqdiet għandhom ikunu indipendenti u awtonomi mill- gvern, jiġifieri stabilixxejna l-awtonomija u l-indipendenza.", "Dan huwa element importanti ħafna, pero` xorta jibqa' l-fatt li m'għandhomx jiġu injorati l-elementi essenzjali l-oħra li jsawru għaqda volontarja.", "Fil- fatt, id-dokument li qed nikkwota minnu jagħmel din il-mistoqsija: Is NGO the right term?", "U r-risposta mogħtija mill-istess dokument hi din: \"There is sometimes an uneasiness about the use of the term NGO.", "It is a negative term defining organizations by what they are not, rather than by what they are.", "In some countries non-governmental is taken to imply anti-governmental.", "Some people therefore prefer the use of terms, such as voluntary organizations, private voluntary or the American terms, non- profit organization or not-for-profit organization.\".", "Fl-Ingilterra għadhom jirreferu għalihom bħala charities, u fil-feedback li rċevejna kien hemm ftit għaqdiet li ssuġġerew li għandna nikkonsidraw it- terminu not-for- profit.", "Aħna nistgħu nifhmu li jkun hemm opinjonijiet differenti, pero` dehrilna li biex nirriflettu x-xewqa tal-maġġoranza ta' dawk li tkellmu magħna, kellna nużaw it-terminu \"organizzazzjoni volontarja\".", "s-sub-klawsola 3 ta ' klawsola 3 ta' dan l-abbozz tgħid:", "\"(3) Organizzazzjonijiet li jkunu mwaqqfa u kkontrollati mill-Gvern u li jkunu ġew imwaqqfa bi skop soċjali u li ma jkunux jagħmlu profitt, għandhom jikkwalifikaw għall-iskrizzjoni skond dan l-Att, sakemm dawn ma jkunux aġenziji pubbliċi imwaqqfa mill-Gvern bi skop li jiġġestixxu l-amministrazzjoni.\".", "Issa dan kien punt li kellna kritika fuqu min-naħa ta' xi organizzazzjonijiet volontarji.", "L-argument tagħhom kien li l- organizzazzjonijiet imwaqqfa u kkontrollati mill-gvern m'għandhom qatt ikunu meqjusa bħala għaqdiet volontarji, u allura dan ifisser li m'għandhomx ikollhom il-possibilta` ta' iskrizzjoni mal-kummissarju.", "Issa fil-website taċ-Charities Commission ta' l-Ingilterra - naf li ħafna għaqdiet irreferew għaliha - hemm dokument interessanti li jismu \"The Independence of Charities from the State\", u f'dan id-dokument insibu hekk, u nikkwota:", "\"Government authorities can set up charities.", "Just because a body has been set up by the State does not prevent it from being a charity, nor is it a bar to charitable status that the body has been created with a view to taking on a government function.", "What is important is that the purposes for which the new body exists should be exclusively charitable.", "The mere fact that the body will help a government authority to carry out one of its functions , does not undermine the body's claim to charitable status.\".", "Dan il-paragrafu jispjega kif fis-sistema Ingliża, il-gvern jista' jwaqqaf organizzazzjonijiet volontarji u li dawn l-għaqdiet ikunu rikonoxxuti bħala tali.", "Aktar minn hekk, jista' anke jkollu aġenziji pubbliċi li jkunu jikkwalifikaw bħala organizzazzjonijiet volontarji.", "Issa aħna x'għamilna, Sur President?", "Aħna għażilna t-triq tan-nofs u għedna li l-aġenziji pubbliċi ma jistgħux ikunu organizzazzjonijiet volontarji, pero` jekk għandna xi organizzazzjoni volontarja ta' vera, bħalma hi Patrimonju Malti, din tista' tiġi rikonoxxuta bħala tali, u allura tkun eliġibbli għall- iskrizzjoni mal-kummissarju għall-organizzazzjonijiet volontarji.", "Issa l-punt kruċjali ta' din id-deċiżjoni huwa dan.", "Aħna rridu li l- organizzazzjonijiet volontarji kollha fil-pajjiż ikunu fuq a level playing field.", "Irridu li kollha jkunu regolati bl-istess mod u rridu li kollha kemm huma jkunu trasparenti u accountable lejn is-soċjeta` bl-istess mod.", "Id- dokument li rreferejt għalih qabel, \"The Independence of Charities from the State\" - għal min ma qrahx nissuġġerixxi li jaqrah - hemm risposta wkoll għal dawn il-mistoqsijiet.", "Dan jgħid hekk:", "\"For a body to be a charity, it must be independent.", "By this we mean that it must exist in order to carry out its charitable purposes, and not for the purpose of implementing the policies of a governmental authority or of carrying out the directions of a governmental authority.\".", "Dan huwa proprju dak li ridna nfissru meta fi klawsola 3 għedna li l- organizzazzjonijiet volontarji huma indipendenti u awtonomi mill-gvern u li l-organizzazzjonijiet li jkunu mwaqqfa u kkontrollati mill-gvern - sakemm dawn ma jkunux aġenziji pubbliċi mwaqqfa mill-gvern - u li jkunu ġew imwaqqfa bi skop soċjali u ma jkunux jagħmlu profitt, għandhom jikkwalifikaw għall-iskrizzjoni.", "Sur President, ftit ilu fid-diskors tiegħi għedt li għandna bosta strutturi bħalma huma fondazzjonijiet, assoċjazzjonijiet, clubs, federazzjonijiet u strutturi oħra bħal dawn.", "Il-fondazzjonijiet u l-assoċjazzjonijiet huma differenti minn xulxin, u dan joħroġ mill-fatt li fondazzjoni hija universalita` ta' beni taħt amministrazzjoni, waqt li assoċjazzjoni hija grupp ta' nies.", "Minkejja dan, it-tnejn li huma għandhom għanijiet komuni, għandhom amministraturi jmexxuhom, huma not for profit u saru għal skop soċjali.", "Jiena diġa` għedt li aħna wessajna t-tifsira ta' skop soċjali fuq talba ta' bosta għaqdiet, u allura nemmen li llum qiegħda wkoll tirrifletti dak li talbuna ħafna u ħafna għaqdiet.", "Permezz ta' din il-liġi, se noħolqu uffiċċju ġdid, dak tal-kummissarju għall-organizzazzjonijiet volontarji.", "Matul il-perijodu ta' konsultazzjoni, deher li kien hemm qbil dwar ir-rwol u l-funzjonijiet li għandu jkollu dan l-kummissarju, u m'hemm l-ebda dubju li f'pajjiżna l-kummissarju għall-organizzazzjonijiet volontarji se jkun sors ta' informazzjoni u punt ta' riferenza, u anke se jkun il-persuna li tikkumplimenta l-vuċi tas-settur volontarju.", "Aħna f'pajjiżna diġa` kellna l-esperjenza tal-kummissarju tat-tfal.", "Jiena nemmen li l-kummissarju tat- tfal għenet, anke bħala persuna, biex it-tfal f'pajjiżna jkollhom vuċi aktar qawwija u jingħataw aktar visibilita`, u ċerta li permezz tal- kummissarju għall-għaqdiet volontarji, is-settur tal-volontarjat ukoll se jkollu vuċi aktar b'saħħitha f'dan il-pajjiż.", "Nixtieq ngħid li f'dan l-abbozz wieħed isib bidla minn dak li konna pproponejna fil-white paper dwar kif jinħatar il-kummissarju.", "Hemmhekk kienet li jinħatar mill-ministru tal-ġurnata, imma hawnhekk, fuq suġġeriment ta' l-għaqdiet volontarji, il-kummissarju se jinħatar mill- ministru tal-ġurnata wkoll, pero` wara konsultazzjoni mal-kumitat għall- affarijiet soċjali tal-Parlament.", "Jiena m'iniex se noqgħod naqra l- funzjonijiet tal-kummissarju għaliex il-ħin qed jagħfas, pero` importanti li nisħaq li fil-qadi ta' dmirijietu, il-kummissarju għandu jaġixxi imparzjalment u m'għandu jkun soġġett għall-ebda ordni li tingħatalu minn xi persuna jew awtorita` oħra, u għandu jkun iggwidat minn dawn il- prinċipji:", "a) l-għarfien, l-inkoraġġiment u l-promozzjoni tal-valuri u ta' l- importanza ta' l-azzjoni volontarja u ta' organizzazzjonijiet volontarji, sew jekk dawn ikunu qegħdin jaħdmu indipendentement minn istituzzjonijiet tal-gvern, sew jekk ikollhom rwol ta' appoġġ, u tal- benefiċċju li jinkiseb minnhom għall-ħajja soċjali u kulturali f'Malta.\".", "Fi klawsola 9 qegħdin ngħidu li l-kummissarju jrid iħares biex jagħti l- appoġġ lill-għaqdiet volontarji.", "Dan għandu funzjonijiet speċifiċi u innovattivi għax b'hekk nemmen li nkunu qegħdin nimplimentaw il-viżjoni tal- gvern li l-liġi ma tkunx maħluqa sabiex tbiddel il-kummissarju f'investigatur.", "Dan m'hu investigatur xejn.", "Dan għandu rwol ta' gwida, ta' appoġġ u ta' sapport għas-settur volontarju għax fit-tfassil tal-liġi ngħatat attenzjoni partikolari li r-rwol ta' superviżjoni li għandu l- kummissarju ma jegħlibx ir-rwol li hu għandu ta' appoġġ.", "Fl-istess ħin pero`, irridu nirrikonoxxu wkoll li l-kummissarju għandu bżonn poteri biżżejjed f'każ li jkun hemm il-bżonn li jiġi kkontrollat xi abbuż.", "Sur President, jiena xtaqt insemmi żewġ funzjonijiet partikolari.", "Aħna għedna li dan \"għandu jagħmel ħiltu\", u l-għażla tal-kliem hija waħda studjata.", "M'aħniex ngħidu li dan għandu jġiegħel jew jindaħal fl-operat ta' xi organizzazzjoni volontarja imma għandu jagħmel ħiltu biex jara li hemm kordinazzjoni fix-xogħol ta' l-għaqdiet volontarji sabiex kulħadd jibbenefika aħjar mir-riżorsi li hemm.", "Dan għandu wkoll:", "(b) \"jara kif iġib 'il quddiem il-ħolqien ta' federazzjonijiet jew assoċjazzjonijiet ta' membri sabiex jirregolaw l-organizzazzjonijiet ta' membri u l-attivitajiet tagħhom biex jiksbu l-benefiċċji ta' awto- regolamentazzjoni fis-settur tal-volontarjat.\".", "Jiġifieri l-kummissarju għandu d-dmir ukoll li jwassal lill-għaqdiet volontarji għas-self-regulation, xi ħaġa li hija mixtieqa ħafna mill- għaqdiet volontarji tagħna.", "Saritilna xi kritika wkoll minn xi għaqdiet volontarji - dawn ma jirrapreżentawx il-maġġoranza ta' l-għaqdiet li tawna l-feedback tagħhom – dwar il-fatt li qegħdin ninvestu f'persuna waħda u mhux f'kummissjoni.", "Issa hawnhekk jiena nixtieq nenfasizza li aħna lqajna l-kritika b'mod pożittiv, pero` mbagħad meta tixtarr u tistudja l-affarijiet, trid tieħu deċiżjoni.", "Issa hawnhekk aħna jidhrilna li għandna bżonn kummissarju, u ma ninsewx li dan se jkollu l-kunsill għas-settur volontarju sabiex jagħtih il-pariri u jassistih, u li l-liġi qiegħda tpoġġi r-responsabbilta` fuq il-kummissarju li jisma' l-pariri tal-kunsill.", "Hawnhekk ukoll wieħed irid jara eżattament li rridu nħarsu lejn affarijiet prattiċi u effiċjenti.", "Aħna jidhrilna li qegħdin inwaqqfu dan l-uffiċċju għall-ewwel darba f'settur li huwa mifrux u li ilu jaħdem għal rasu għal ħafna snin, u għalhekk hemm bżonn li jkun hemm il-focus ta' persuna waħda li, bil-konsultazzjoni mal-kunsill, tmexxi l- affarijiet.", "Ma jistax ikun li anke għal issues loġistiċi ikun hemm stalling tax-xogħol ta' dan l-uffiċċju, u jidhrilna li l-kummissarju waqt li għandu poteri, għandu wkoll ċerta regolamentazzjoni li ġejja mill- kunsill.", "Punt ieħor li tqajjem minn xi organizzazzjonijiet volontarji hu li dawn kienu mħassba li l-kummissarju huwa uffiċjal pubbliku.", "Assolutament dan mhux minnu, Sur President.", "Nixtieq niċċaraha din li mkien m'hemm li l- kummissarju huwa uffiċjal pubbliku.", "Xtaqt nitkellem ukoll fil-qasor fuq l- iskrizzjoni u l-privileġġi marbutin magħha.", "Nibda biex ngħid li din l- iskrizzjoni hi volontarja għax din hi l-iktar ħaġa importanti, pero` ovvjament dawk l-organizzazzjonijiet li jagħżlu l-iskrizzjoni se jgawdu minn bosta privileġġi u inċentivi oħra.", "Hemm ukoll iċ-ċertifikat ta' reġistrazzjoni miksub bis-saħħa tal-Kodiċi Ċivili li se jagħti personalita` ġuridika lill-organizzazzjonijiet, pero` dan mhux se jiddikjara jekk din l- organizzazzjoni hiex waħda volontarja jew le, jiġifieri r-reġistrazzjoni jista' jagħmilha kulmin irid.", "Hu ċ-ċertifikat marbut ma' l-iskrizzjoni li jiddikjara espressament li organizzazzjoni hija waħda volontarja, u għalhekk tista' tgawdi mill-benefiċċji u inċentivi.", "Sur President, ħalli nħares issa lejn il-kunsill għas-settur tal- volontarjat li jiena nemmen li huwa wieħed importanti ħafna.", "Klawsola 35 twaqqaf korp li jkun magħruf bħala l-kunsill għas-settur tal-volontarjat, u dan jassisti lill-kummissarju, jipprovdi forum għas-settur tal-volontarjat u bażi li minnha tiġi żviluppata koperazzjoni bejn l-istess organizzazzjonijiet volontarji kif ukoll bejnhom u l-gvern.", "Dan il-kunsill se jkun il-pjattaforma minn fejn kull min hu involut fis-settur tal- volontarjat jista' jsemma' l-opinjoni tiegħu biex jiġu żviluppati policies li hemm bżonn.", "Il-kunsill se jkun responsabbli li jamministra l-fond ta' l- organizzazzjonijiet volontarji li se jitwaqqaf b'din il-liġi.", "L-oġġettivi ta' dan il-fond huma li jgħinu u jagħtu appoġġ lill-organizzazzjonijiet volontarji iskritti f'dak kollu li hemm bżonn biex dawn jitmexxew.", "Sur President, il-kunċett ta' accountability hu kunċett importanti ħafna li l-għaqdiet volontarji stess iridu.", "L-għaqdiet volontarji jgħidulek li jridu jkunu aktar trasparenti u aktar accountable għax il-kredibilita` hija importanti f'dan is-settur.", "Kelma waħda tista' tneħħi l-kredibilita` ta' għaqda, u għaqda waħda tista' tneħħi l-kredibilita` tas-settur kollu, għax jekk ikollok organizzazzjoni waħda li timxi b'mod frawdulenti, allura hemmhekk tista' tkisser il-kredibilita` tal-għaqdiet volontarji kollha.", "Wieħed irid jgħid li dan l-aħħar kien hemm xi rapporti dwar aspett negattiv fuq ċerti għaqdiet, u allura bdew iqumu mistoqsijiet fuq is-settur kollu.", "Staqsewna: X'qed jagħmel il-Gvern biex jirregola dawn l-għaqdiet volontarji?", "Fil-fatt, il-Gvern qed ipoġġi dan l-abbozz għad-dibattitu biex issir liġi u jiġi implimentat.", "It-trasparenza hija kruċjali għall- kredibilita` tas-settur volontarju kollu, u hawnhekk nemmen li bl- iskrizzjoni ta' l-għaqdiet volontarji u bir-regolamentazzjoni tagħhom - regolamentazzjoni li mhux toħnoq is-settur imma tagħtih aktar kredibilita` - is-settur tal-volontarjat għandu jissaħħaħ.", "L-aħħar żewġ kelmiet fuq ir-regolamenti, Sur President.", "Dan l-abbozz ta' liġi huwa a parent act li permezz tiegħu qegħdin nistabbilixxu l-qafas.", "Fil- fatt, jekk inħarsu lejn klawsola 41, naraw kif bil-mod il-mod jistgħu jibdew joħroġu regolamenti bis-saħħa ta' dan l-Att li jagħmlu din il-liġi aktar prattika għas-settur innifsu.", "Fost l-ewwel regolamenti li jridu jinħarġu wara li tgħaddi din il-liġi minn dan il-Parlament huma dawk relatati mal-benefiċċji - li għalihom se jkunu intitolati l- organizzazzjonijiet volontarji li huma iskritti mal-kummissarju – u mal- forma u l-kontenut tar-rapporti u kontijiet annwali li dawn għandhom jippreżentaw lill-kummissarju sabiex jintlaħaq il-livell sodisfaċenti ta' trasparenza u kontabilita`.", "Dawn ir-regolamenti se jieħdu in konsiderazzjoni l-fatt li għandna organizzazzjonijiet żgħar, u allura ma nistgħux ngħabbuhom b'piż li ma jifilħux għalih.", "Aħna nifhmu l- limitazzjonijiet tagħhom u allura qgħadna attenti għal dan l-aspett.", "Regolamenti oħra li jistgħu jinħarġu huma dawk relatati mal-ġbir pubbliku, mal-fond għall-organizzazzjonijiet volontarji u mal-bord ta' l-appell.", "Għalissa nagħlaq hawn, Sur President, u ngħid li dan l-abbozz ta' liġi huwa intenzjonat li jgħin u jsaħħaħ lill-għaqdiet volontarji.", "Żgur mhu l-ħsieb ta' ħadd li nneħħuhom mill-indipendenza, mill-awtonomija u mill-identita` individwali, pero` żgur li hija x-xewqa ta' kulħadd li nagħmlu regolamenti sabiex l-affarijiet jimxu b'mod trasparenti u li jkun hemm l-accountability sabiex tissaħħaħ il-kredibilita` fl-għaqdiet volontarji.", "Jiena nemmen li din il-liġi għandha qafas li verament se jilħaq dawn l-għanijiet, pero` m'għandix dubju li se nisimgħu proposti u suġġerimenti oħra matul dan id- dibattitu.", "Kif għidt ukoll, anke dawk min barra din il-Kamra għad għandhom l-opportunita` li jwasslu leħinhom.", "Having said all this, id-deċiżjoni aħħarija tagħna bħala membri parlamentari trid tkun dik fl-aħjar interess tal-poplu Malti.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Marie Louise Coleiro Preca.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO PRECA: Sur President, nixtieq nitlaq mill-punt li bħala oppożizzjoni Laburista, aħna se nkunu qegħdin nagħrfu dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna u se nkunu qegħdin napprovawh flimkien mal- gvern, pero` se nagħmlu wkoll il-kritika tagħna, partikolarment fl-istadju tal-Kumitat.", "Ħadt gost nisma' lill-Ministru Cristina tgħid li se tibqa' miftuħa għall-konsultazzjoni, u nittama li l-Gvern mhux biss jisma' imma jagħti piż lil dak li l-Oppożizzjoni se tkun qed tressaq f'isem dak li qed jingħad barra minn din il-Kamra, u fejn jara li hemm il-lok, naturalment jagħmel l-emendi li hemm bżonn.", "Din il-liġi ilha s-snin kbar tinħema u kellna bżonnha, għax minkejja l-fatt li 'l hemm u 'l hawn fil-liġijiet tagħna kellna xi affarijiet żgħar li b'xi mod jew ieħor kienu jirregolaw xi ftit lil dawn l-organizzazzjonijiet, ridna qafas legali speċifiku ta' din ix-xorta, u dan il-bżonn ilu snin kbar jinħass għal ħafna raġunijiet.", "Forsi l-iktar raġunijiet ovvji huma dawk li jkun hemm aktar trasparenza u kontabilita` sabiex il-poplu Malti u Għawdxi, li jsostni tant għaqdiet volontarji f'pajjiżna, ikun moħħhom mistrieħ.", "Pero` hemm affarijiet oħra li minn dejjem kellhom il-ħtieġa li jkollhom il- qafas legali sabiex l-għaqdiet volontarji f'pajjiżna jkollhom is-saħħa li jimxu 'l quddiem, għax kif diġa` ntqal, is-settur tal-volontarjat u s- soċjeta` ċivili hija meqjusa bħala mezz ieħor kif issaħħaħ id-demokrazija.", "Wieħed jifhimha din, għax l-għaqdiet volontarji jaħdmu f'diversita` ta' sferi soċjali u huma l-vuċi tan-nies.", "Permess tagħhom, il-poplu jkun jista' jitkellem mhux biss darba f'ħames snin meta jeleġġi l-Parlament Malti imma diversi drabi, għax dawn l-organizzazzjonijiet jaġixxu ta' checkpoints tal- politiċi fil-Parlament li jwasslu l-bżonnijiet tan-nies għandna l-politiċi.", "Fil-fatt, kien hemm diversi drabi fejn il-politiċi f'dan il-Parlament kellhom fil-verita` jieqfu u jaqbdu t-triq jew id-direzzjoni li l-istess soċjeta` ċivili tkun qed tidentifika, u allura huwa tassew mistħoqq li dan is-settur ta' importanza soċjo-ekonomika u soċjo-kulturali jingħata din is- saħħa legali permezz ta' din il-liġi sabiex l-organizzazzjonijiet volontarji jkunu jistgħu jaħdmu b'mod sħiħ, b'mod tajjeb, b'mod korrett u b'mod li jkunu jistgħu jaqdu l-funzjonijiet tagħhom bis-sħiħ.", "Il-Ministru rreferiet għal dak li llum qed isejħulu t-tielet settur, il- qasam tal-volontarjat.", "Dan is-settur mhux biss hu ta' importanza soċjali, imma wkoll jiġġenera l-impjiegi u allura għandu mportanza ekonomika ukoll.", "Hija ħasra li din l-istatistika li kienet qed tirreferi għaliha l-Ministru rigward ċerti pajjiżi, partikolarment fl-Unjoni Ewropea, ma tinkludix lil Malta, u għalhekk m'għandniex statistika għal pajjiżna.", "Kieku kellna dan, konna nkunu f'qagħda aħjar li naraw l-extent ta' dan l-input ekonomiku li dan is-settur fil-fatt jagħti.", "Jiena nħoss li s-settur tal-volontarjat imur 'il hinn minn hekk, mhux mill-aspett soċjali imma anke minn dak ekonomiku, għaliex aħna nafu li l-organizzazzjonijiet volontarji jiffrankaw il-belli liri lill-poplu Malti u Għawdxi f'ħafna setturi.", "Dan għaliex meta ma jkunx il-gvern li qiegħed jagħti dak is-servizz u minflok ikunu qed jagħtuh ċerti għaqdiet u organizzazzjonijiet volontarji, fil-verita` tkun qed tiġi ffrankata t-taxxa tal-poplu Malti u Għawdxi.", "Allura l-kontribut ekonomiku ta' dan is-settur f'pajjiżna ma nistgħux nimminizzawh, anzi ta' min jispjegah fl-firxa kollu tiegħu ħalli kulħadd jifhem eżattament x'importanza għandu it-tielet settur.", "Sur President fl-introduzzjoni ta' l-intervent tiegħi, nixtieq insellem lil dawk l-għaqdiet kollha li ilhom jikkontribwixxu f'dan il-qasam.", "Jiena fuq quddiem nett nara lill-Knisja li għal tant u tant snin ilha taħdem fil- qasam ta' l-anzjani, fil-qasam ta' persuni b'diżabilita', fil-qasam tar- romol u fuq problemi soċjali bħad-drogi u l-użura.", "Jiena nħoss li l- kontribut li tat il-Knisja Kattolika Maltija fil-qasam tal-volontarjat u fil-qasam tal-ħarsien soċjali kien wieħed kbir, u nafu li Alla ħares ma tatx ċerti servizzi għaliex probabbli l-istat ma kienx ikun f'qagħda li jerfa' dak kollu.", "F'dan il-qasam volontarju, hemm il-qasam li jieħu ħsieb in-nies b'disabilita` u fih aktar minn 40 organizzazzjoni volontarja.", "Aħna nafu bil-ħafna xogħol li qed isir hemmhekk u bis-servizzi li jingħataw lil dawk il-familji li għandhom persuni b'disabilita`, servizzi li lanqas il- gvern stess m'hu qed jagħti.", "Jiena ma nixtieqx insemmi l- organizzazzjonijiet b'isimhom għax ma nixtieqx inħalli lil xi ħadd barra.", "Fil-fehma tiegħi kull organizzazzjoni volontarja f'kull qasam soċjali qed tagħti kontribut kbir, anke jekk jidher żgħir, għax fil-verita` l-effett tiegħu għall-persuna konċernata u l-familja tiegħu hu kbir.", "Sur President, jiena rrid ukoll insellem u nagħti ħajr lil dawk l-għaqdiet u s-support groups li qed jaħdmu fuq livell komunitarju u mhux fuq livell nazzjonali, u li forsi l-anqas li jieħdu pubbliċita` tax-xogħol li jagħmlu.", "Hemm ukoll l-għaqdiet ambjentali li fil-fehma tiegħi wkoll qed jagħtu kontribut qawwi, u proprju s-sena l-oħra, f'round-up ta' sezzjoni tal- media, ingħad li s-sena 2006 kienet is-sena ta' l-għaqdiet ambjentali.", "Wieħed verament jista' jgħid li l-għaqdiet ambjentali din is-sena ħadu ħafna spazju, fis-sens li tkellmu ħafna u ħarġu ħafna fid-deher.", "Hemm ukoll l-għaqdiet kulturali u dawk sportivi, u dawn kollha qed jikkontribwixxu bil- kbir għat-tisħiħ tad-demokrazija f'pajjiżna, imma qegħdin ukoll, b'mod dirett, isaħħu l-attivita` soċjali, kulturali u anke ekonomika f'pajjiżna.", "Allura kien bix-xieraq li wara dawn is-snin kollha nistennew, din il-liġi titressaq fil-Parlament u naħdmu fuqha sabiex tkompli titjieb.", "Fil-fatt, anke f'dan l-istadju hemm lok li nkomplu ntejbu din il-liġi.", "Forsi ta' min jiffoka fuq ftit statistika li għandi jiena u li ħadt proprju mill-white paper.", "Din l-istatistika tiffoka fuq is-saħħa in terms ta' numri tal- volontiera fil-qasam tal-volontarjat Malti.", "Per eżempju, skond din l- istatistika, għas-sena 2000 kien hemm madwar 61,649 membri li jaħdmu f'organizzazzjonijiet mhux governattivi fil-qasam tat-tfal u taż-żgħażagħ.", "Fil-fehma tiegħi hawn saħħa kbira għax hemm numru sostanzjali ta' membri.", "Fis-sena 2001 jingħad li kien hemm 57,107 membri f'NGOs li jaħdmu fil-qasam tal-ħarsien soċjali.", "Bejn l-2003 u l-2004, kien hemm mat-395 għaqda sportiva reġistrata, u fl-2003 kien hemm 46,896 tfal u żgħażagħ bejn il-5 u t-29 sena li kienu msieħba f'xi għaqda.", "Fis-sena 2004, 30% ta' l-irġiel u ftit aktar minn 10% tan-nisa kienu membri f'xi għaqda sportiva.", "Dawn huma figuri nteressanti, u għal pajjiż bħal tagħna huma sostanzjali.", "Hawnhekk jidher kemm attwalment ix-xogħol volontarju huwa wkoll parti integrali minn kif tiffunzjona s-soċjeta` Maltija, u dan juri kemm kien xieraq li din il- liġi tiġi quddiem dan il-Parlament biex inkunu nistgħu niddiskutuha.", "Sur President, ngħaddi issa biex nitkellem fuq xi punti ta' din il-liġi, u nibda bil-kwestjoni tal-konsultazzjoni.", "L-Onor.", "Cristina, kemm fil-bidu kif ukoll f'diversi stadji ta' l-intervent tagħha, tkellmet fuq u enfasizzat ħafna kemm fil-fatt kien hemm konsultazzjoni għaddejja sakemm issawwar dan l-abbozz.", "Dan veru, u ma nistax ngħid li ma kienx hemm konsultazzjoni, imma mbagħad wieħed irid jistaqsi f'hiex issarfet din il-konsultazzjoni, Sur President.", "Aħna kellna snin sħiħ ta' konsultazzjoni li wieħed jista' jgħid li ġiet ikkappeġġjata bil-white paper li formalizzat il-kwestjoni tal- konsultazzjoni.", "Fil-fatt, f'paġna 2 ta' din il-white paper, l-Onor.", "Cristina tgħid li:", "\"Din il-white paper u l-abbozz ta' liġi mehmuż jipproponi qafas li se jgħin lill-organizzazzjonijiet mhux governattivi biex ikollhom rwol akbar fis-soċjeta` u jinkoraġġixxi appoġġ mill-pubbliku għalihom.", "L- għan hu li jiffaċilita dibattitu nazzjonali dwar il-kwestjonijiet relevanti għas-settur volontarju.", "Jiena ninkoraġġixxi lill- organizzazzjonijiet mhux governattivi sabiex jibagħtu r-reazzjonijiet u l-kummenti tagħhom matul il-perijodu ta' konsultazzjoni pubblika.\".", "B'dak li smajt hawnhekk illum, jiena nifhem li l-Ministru kompliet testendi l-istedina biex il-konsultazzjoni tibqa' għaddejja, u kompliet tħeġġeġ biex ikun hemm aktar proposti.", "Allura jiena nistaqsi x'wassal biex l-NGO legislation working group, li ilu jaħdem sa mis-sena 2004 - qabel ma ħarġet il-white paper - u li kien imbotta numru ta' proposti, joħroġ press release fejn qiegħed jitkellem fuq tliet punti li fil-fehma tiegħi huma essenzjali għall-għanijiet ta' din il-liġi sabiex tkun verament l-għodda b'saħħitha li għandna bżonn biex insaħħu l-organizzazzjonijiet tal-volontarjat ħalli jkollhom dik is-saħħa biex ikunu jistgħu jimxu 'l quddiem b'mod korrett.", "Sur President, din il-press release tgħid hekk:", "\"Fl-abbozz ta' liġi dwar l-Organizzazzjonijiet Volontarji baqgħu ma ġewx indirizzati diffikultajiet ewlenin imsemmija waqt il- konsultazzjoni.", "F'diversi dokumenti preżentati lill-awtoritajiet matul is-sentejn li għaddew, l-NGO Legislation Working Group talab kemm-il darba li jkollna qafas legali sempliċi u funzjonabbli għall-NGOs, biex dawn ikunu iktar accountable għas-servizzi li joffru lis-soċjeta` Maltija.", "Minkejja dawn il-proposti bil-miktub, l-abbozz ta' liġi dwar l-Organizzazzjonijiet Volontarji u l-emendi għall-Kodiċi Ċivili li għadhom kif ġew pubblikati ma tawx kas ta' ħafna mid-diffikultajiet li konna qajjimna aħna li naħdmu f'dan il-qasam ta l-NGOs.", "Inħossu li filwaqt li xi suġġerimenti tagħna daħlu fl-abbozz ta' liġi, id- diffikultajiet ewlenin tal-membri tagħna baqgħu ma ġewx indirizzati.", "Waqt laqgħa urġenti li saret il-ġimgħa li għaddiet, l-NGO Legislation Working Group identifika dawk id-diffikultajiet ewlenin dwar l-abbozz ta' liġi dwar l-Organizzazzjonijiet Volontarji li bħalissa hemm quddiem il-Parlament.\".", "Imbagħad dawn jidentifikaw id-definizzjoni ta' organizzazzjoni volontarja, is-setgħat tal-kummissarju u l-benefiċċji li hemm biex ipattu għal piż regolatorju bħala diffikultajiet ewlenin.", "Issa, il-Ministru fid-diskors tagħha ittrattathom dawn u nifhem li ttrattathom għax taf b'din il-press release, pero` fil-fehma tiegħi ma indirizzatx dak li qed jingħad.", "Għalhekk hemm bżonn li f'dan l-istadju bikri tad-diskussjoni tagħna naraw kif se nagħmlu biex nersqu aktar qrib dak li qed jgħidulna l-NGOs għax mhux biżżejjed dak li qalet il-Ministru li dawn huma ftit NGOs.", "Huma kemm huma, dawn huma NGOs ewlenin, u hemm 'il fuq minn 40 minnhom.", "Dawn huma NGOs ewlenin li ġejjin minn oqsma differenti, u għalhekk nemmen li dak li qed jgħidu għandu l-piż u rridu ntuh attenżjoni.", "Ejja nieħdu, per eżempju, x'qed jgħidu fuq il-kummissarju.", "Fil-parti tal- white paper fejn il-Ministru Cristina tagħti ħajr lin-nies, jissemma ċertu Douglas Rutzen li huwa l-president ta' l-International Centre for Not-For- Profit Law li hi bbażata l-Amerika.", "Issa fil-press release jingħad:", "\"L-Abbozz jagħti lill-kummissarju setgħat wesgħin ħafna ta' diskrezzjoni mingħajr accountability biżżejjed.", "Meta tlabniehom jikkummentaw fuq l-abbozz, Mr. Douglas Rutzen, il-president ta' l- International Centre for Not-For-Profit Law u Mr. Richard Fries, ex- kummissarju prinċipali tal-karitajiet fl-Ingilterra u Wales...\"", "- jiġifieri mhux qegħdin nitkellmu fuq żewġ konsulenti Maltin imma qegħdin nitkellmu fuq żewġ konsulenti barranin li għandhom esperjenza kbira, u jidher li l-istess Douglas Rutzen kien il-persuna li ġiet konsultata għal bini ta' din il-white paper -", "\"...qalu li jqisu li hija problema serja li persuna waħda jkollha setgħat regolatorji daqshekk wesgħin.", "Il-working group jemmen li aħjar ikun hemm kummissjoni milli kummissarju waħdu, u jħeġġeġ lil dawk kollha li jaħdmu fis-settur volontarju biex iħarsu sewwa lejn l- artikli ta' l-abbozz li jitkellmu fuq is-setgħat tal-kummissarju u jaraw b'għajnejhom is-setgħat wesgħin li se jkollha din il-persuna fid- diskrezzjoni tagħha.\".", "Issa, Sur President, wieħed irid jgħid li din l-idea ta' kummissjoni minflok kummisarju diġa` teżisti barra minn Malta, u allura nixtieq nisma' aktar dwar dan.", "Mhux biżżejjed dak li qed jintqal mill-Ministru li dan huwa qasam li qed nintroduċu fih din il-leġislazzjoni għall-ewwel darba u li ilu ħafna mhux regolat u jaħdem għal rasu, u għalhekk hemm bżonn niffokaw f'kummissarju.", "Meta wieħed iħares lejn il-liġi per se u l-artiklu li jitkellem fuq il-funzjonijiet ta' dan il-kummissarju, dan il-kummissarju jrid ikun superman biex ilaħħaq ma' dak kollu li l-liġi qed tgħabbilu fuq spallejh.", "Il-Ministru Cristina semmiet il-kummissarju għat-tfal, u jiena nittama li dan mhux se jkun kummissarju fl-istess pożizzjoni bħal kummissarju tat- tfal, li din inġegħluha taħdem bix-xejn!", "Huwa veru li din ma kellniex funzjonijiet eżekuttivi kif se jkollu l-kummissarju għall-għaqdiet volontarji.", "Imma xorta waħda l-aspettattivi tas-soċjeta` Maltija, malli kellna l-kummissarju għat-tfal, tant kibru li ġiet inundated bl-ilmenti u baqgħet tiġi mistennija li tagħmel ċerti affarijiet.", "Jiġifieri jiena nittama li dan il-famuż kummissarju għall-għaqdiet volontarji li jrid ikun superman biex ilaħħaq ikollu l-istruttura amminstrattiva li tgħinu biex jaħdem, għax inkella inutli noqogħdu nagħmlu liġijiet u nkabbru l- aspettattivi meta ma jkollniex l-għodda biex insostnuhom amministrattivament.", "Issa f'dan l-abbozz jingħad li jrid jinħatar il-kunsill għall-għaqdiet volontarji u li dan għandu jassisti lill-kummissarju.", "Allura għaliex ma ssirx kummissjoni meta l-working group irid hekk speċjalment meta fl-istess abbozz jingħad li l-Ministru jista' jaħtar aktar minn viċi kummissarju wieħed u li hu jrid jaħtar lill-istess kunsill għall-għaqdiet volontarji?", "Dwar dan għad irrid nifformola l-fehma tiegħi, jiġifieri mhux qed naġixxi ta' pappagall u naqra biss x'qed jgħidu dawn l-għaqdiet volontarji, imma qed nanaliża dak li qed jipproponi dan l-abbozz fil-kontest ta' dak li qed jgħidu dawn l-organizzazzjonijiet.", "Jiena qed nipprova nifhem x'seta' kien l-argument tal-gvern u x'seta' kien il-ħsieb tal-gvern għaliex qed jagħmel hekk.", "Biex inkun onesta, għadni ma sibtx raġuni valida minkejja li smajt il- Ministru Cristina titkellem dwar dan.", "Xorta għadni m'iniex konvinta minn dak li qed jingħad f'dan l-abbozz.", "Dejjem perikoluż li jkollok persuna li tingħata setgħat kbar, Sur President.", "Kellna eżempji fil-passat, ta' posts maħluqa fejn il-qafas legali jagħti setgħat wesgħin, u matul iż-żmien rajna li jkun aħjar li dawk jitnaqqsu.", "Allura ma nistax nifhem għaliex ma titteħidtx l-approach li titwaqqaf kummissjoni sabiex ikollok iktar sensibilizzar ta' l-affarijiet.", "Hemmhekk diġa' l-gvern għandu jagħtu aktar konsiderazzjoni lil din il-proposta, u fil-fehma tiegħi l-gvern għandu jieqaf u jara x'għamel ħaddieħor li għandu esperjenza twila f'dan it-tip ta' qafas legali.", "Jekk il-Ministru vera għadha miftuħa għall-konsultazzjoni u għadha lesta biex tilqa' l-proposti, jiena ngħid li dan huwa l-mument li nieqfu u naraw x'kienet l-esperjenza ta' ħaddieħor.", "M'għandniex għalfejn nivvintaw ir-rota fuq argumenti li m'humiex qed jikkonvinċu la lilna bħala oppożizzjoni Laburista u lanqas lil ċerti NGOs.", "Hawnhekk nixtieq nagħmel proposta, Sur President.", "Għaliex ma mmorrux fil-Kumitat ta' l-Affarijiet Soċjali u jkun hemm stedina lill-NGOs sabiex issir diskussjoni fuq dawn id-diffikultajiet li fadal u naraw jekk jikkonvinċuniex bl-argumenti tagħhom jew viċi-versa?", "Aħna ma nistgħux inġibu lill-NGOs fil-Parlament in se, imma nistgħu nagħmlu dan fil-livell ta' Kumitat għall-Affarijiet Soċjali li huwa estensjoni tal- Parlament.", "Nittama li l-Ministru Cristina hija verament disposta li tkompli tisma' u tilqa' l-proposti, għax din tal-kummissarju hija biss problema waħda.", "Sur President, xtaqt nitkellem ukoll fuq it-tifsira ta' organizzazzjoni volontarja li wkoll qed tiġi trattata f'din il-press release li semmejt.", "F'sub-klawsola 3 ta' klawsola 3 jingħad hekk:", "\"Organizzazzjonijiet li jkunu mwaqqfa u ikkontrollati mill-Gvern u li jkunu ġew imwaqqfa bi skop soċjali u li ma jkunux jagħmlu profitt, għandhom jikkwalifikaw għall-iskrizzjoni skond dan l-Att sakemm dawn ma jkunux aġenziji pubbliċi mwaqqfa mill-Gvern bi skop li jiġġestixxu l-amministrazzjoni.\".", "Il-Ministru wkoll ittrattatu dan il-punt u naturalment kienet qed tirrispondi għall-kritika li saret f'din il-press release, u għamlet riferenza għal xi affarijiet oħra, pero` fil-fehma tiegħi ma kinitx konvinċenti.", "Issemmiet biss Patrimonju Malti, imma jiena mhux lejn dik biss inħares.", "Meta nħarsu lejn liġi ma nistgħux niffokaw biss fuq provvediment u ninsew il-kumplament.", "Fi klawsola 41, il-Ministru għandha s-setgħa li tagħmel ħafna regolamenti; hemm lista li ma tispiċċa qatt!", "Jiġifieri jekk illum il-ħsieb immedjat huwa għal Patrimonju Malti, għada xi ministru ieħor jaf jaqbad, jwessagħha u jdaħħal oħrajn.", "Hu importanti li noqogħdu attenti x'indaħħlu fil-liġijiet tagħna.", "L-ewwelnett biex temenda l-liġijiet għandek proċess twil.", "Huwa faċli tgħaddi liġi minn dan il-Parlament, imma hija ftit aktar diffiċli biex terġa' temenda l-liġijiet, u allura naħseb li l- liġijiet ma jistgħux ikunu jħarsu biss lejn l-immedjat imma jridu jħarsu fit-tul.", "Fil-fatt il-gvern jaħseb fit-tul ukoll għax kieku ma kienx jagħmel l- enabling clauses u jaħti ċerti setgħat kbar lill-ministri li taħthom jaqgħu l-varji liġijiet.", "Allura wieħed jifhem il-biża' ta' l-NGOs li taħt din il- liġi jistgħu jaqgħu organizzazzjonijiet li jkunu mwaqqfa u kontrollati mill- gvern.", "Din mhux xi biża' bla bażi imma hi xi ħaġa li tista' sseħħ fil-futur u tista' - ħalli nuża kelma daqsxejn goffa - tkisser dawk tas-soċjeta` ċivili.", "Għalhekk hu importanti li noqogħdu attenti, għax kif qalet il- Ministru Cristina, il-volontarjeta`, l-indipendenza u l-awtonomija ta' dawn l-għaqdiet volontarji huma importanti ħafna u ma tistax tagħlaq għajnejk dwarhom.", "Jekk jidħlu organizzazzjonijiet li jkunu mwaqqfa u kontrollati mill-gvern, diġa` tkun tlaqt 'il hemm mill-prinċipji ta' l-indipendenza u ta' l-awtonomija.", "Sur President, għandek ukoll ċertu ammont ta' konflitt meta tħares lejn il- paragrafu (d) ta' sub-klawsola (5) ta' klawsola 4 fejn jingħad:", "\"Organizzazzjoni iskritta tista':", "(d) tkun parti f'kuntratti u rabtiet oħra, kemm jekk tingħata kemm jekk ma tingħatax rimunerazzjoni, biex tagħti servizzi bil-għan li jinkiseb l-iskop soċjali tagħha wara talba li ssir mill-Gvern jew minn xi entita` kontrollata mill-Gvern...\".", "- hawnhekk qed jingħad li entijiet kontrollati mill-gvern jistgħu jikkuntrattaw servizzi ta' għaqdiet volontarji -", "\"...Iżda jkun meħtieġ il-kunsens bil-miktub minn qabel tal-Ministru jekk il-Gvern, jekk xi entita` kontrollata mill-Gvern, ikunu bi ħsiebhom jagħmlu xi att...\".", "Sur President, hawnhekk hawn l-għarfien ta' enti kontrollata mill-gvern, u din tista' tkun it-tip ta' organizzazzjoni li qed nitkellmu fuqha f'sub- klawsola (3) ta' klawsola 3.", "Jiġifieri din tista' tikri servizzi minn għaqdiet volontarji u hawnhekk qed nara kontradizzjoni kbira.", "Mhux qed nitkellem għal dak li semmiet hawnhekk il-Ministru Cristina, għax din iffokat biss fuq Patrimonju Malti, pero` qiegħda ngħid li din hija miftuħa beraħ, jingħad x'jingħad fil-Parlament u mill-ministru, għax finalment hija l-Qorti li tinterpreta l-liġijiet.", "Allura l-biża' ta' l-NGOs għandu bażi u hu raġunat, u għalhekk din m'għandhiex titħalla kif inhi.", "Naħseb li dan huwa punt ieħor fejn ma nistgħux nimminimizzaw il-kritika li saret fil- press release billi ngħidu li dawn ma jirrapreżentawx il-maġġoranza.", "Naħseb li dawn huma l-aktar NGOs li tkellmu u ressqu 'l quddiem proposti, għax ilhom iressqu proposti sa mill-2004 qabel ma ħarġet l-istess white paper, u anke ġabu f'pajjiżna żewġ konsulenti barranin, Douglas Rutzen u lill-ex- kummissarju prinċipali tal-karitajiet fl-Ingilterra u Wales.", "Dan juri b'liema serjeta` u b'responsabbilta` kbira ħadu din il-biċċa tax-xogħol, u żgur li l-kritika mhux xi kapriċċ.", "Sur President, jiena għamilt riferenza għal paragrafu (d) ta' sub-klawsola (5) ta' klawsola 4, għax ipprovajt nara kif din se tidħol fil-każ ta', per eżempju, l-Aġenzija Sapport li taħdem fi-qasam tad-diżabilita`.", "L-Aġenzija Sapport, bi ftit modifikazzjonijiet, tista' tidħol taħt din il-kappa legali.", "Skond din il-klawsola, din tista' tikri, per eżempju, servizzi mill- għaqda volontarja r-Razzett tal-Ħbiberija.", "Hawnhekk hawn kontradizzjoni, għax l-ewwel għandek is-sub-klawsola (3) ta' klawsola 3 li hi miftuħa beraħ – minkejja dak li qalet il-Ministru – u mbagħad għandek dan il-paragrafu (d) li bla dubju qed joħloq ċertu konflitt.", "Jiena nħoss li dan huwa punt ieħor li jeħtieġ li jiġi ttrattat.", "Il-Ministru kkwotat diversi siltiet minn dokument tal-fondazzjoni tal- commonwealth, pero` din għażlet li tikkwota dak li xtaqet biex issostni l- punti tagħha.", "Issa jiena dwar dan il-punt tal-ħtieġa ta' l-indipendenza ta' l-għaqdiet volontarji biex ikunu verament għaqdiet volontarji, xtaqt nikkwota mit-taqsima \"Scope\" f'paġna 5 ta' dokument tal-Kunsill ta' l- Ewropa bl-isem ta' \"Fundamental Principles on the Status of Non- Governmental Organisations in Europe\" li jgħid:", "\"NGOs are essentially voluntary self-governing bodies and are not therefore subject to the direction by public authorities.\".", "Jiġifieri hawnhekk diġa` qed nagħmlu distinzjoni u fejn għandek aġenzija jew organizzazzjoni li hija mwaqqfa u kontrollata mill-gvern, it is a public authority.", "Imbagħad f'paragrafu 17 ta' paġna 19 ta' l-istess dokument jingħad hekk:", "\"The main character of NGOs is the fact that profit making is not their primary aim.", "All NGOs have in common their self-governing voluntary nature and the fact that they do not distribute profits from their activities to their members but use these for the pursuit of their objectives.\"", "Sur President, hawnhekk ukoll hawn l-enfażi fuq self-governing, jiġifieri m'humiex imwaqqfa u kontrollati mill-gvern.", "Issa ma ninsewx li jiena qed nikkwota minn dokument tal-Kunsill ta' l-Ewropa, u jekk hemm istituzzjoni of long standing fid-dinja demokratika hija proprju din, u hu ċert li fil- qasam soċjali rridu naqilgħulha l-kappell.", "Issa dan l-istess dokument jitkellem fuq qua NGOs and GoNGOs u jgħid hekk:", "\"All countries have a wide range of different types of organisations, some of which are closely related to the state and others of which are role independent.", "In emerging democracies, however, the preferential use of QuaNGOs, QuasiNGOs, and GoNGOs (Government organised NGOs) often prevents independent civic organisations from operating in a given field.", "This seems to be related to the fact that the state previously sanctioned certain organisations and let them carry out various functions and it thinks the same behaviour will continue to be appropriate.\".", "Hawnhekk qed jgħidilna li dawn il-QuaNGOs u GoNGOs ġeneralment ma jħallux l- NGOs indipendenti jaħdmu f'ċertu setturi, u għalhekk jiena ma naħsibx li l- NGOs f'pajjiżna ressqu din il-proposta b'kapriċċ.", "Kif urejt, hemm ukoll dokumenti ta' istituzzjonijiet bħall-Kunsill ta' l-Ewropa li jitkellmu b'dan il-mod, fejn meta jkollok entijiet imwaqqfa u kontrollati mil-gvern li jistgħu jidħlu taħt qafas legali li jirregola l-għaqdiet volontarji dan itellef mill-indipendenza u jkun ta' xkiel għall-istess għaqdiet volontarji.", "L-istess dokument jitkellem fuq access to foreign aid, u nassumi li dan il- qafas legali għal għaqdiet volontarji għandu l-ħsieb li jagħtihom l- għarfien legali biżżejjed ħalli jkunu jistgħu jaċċessaw ċerti fondi ta' l- Unjoni Ewropea.", "Hawnhekk jingħad:", "\"An important issue for civic organisations in many countries is the unfairness of foreign aid access with QuaNGOs and GoNGOs receiving a disproportionate amount of such funds.\"", "Sur President, nerġa' nenfasizza li ma naħsibx li dawn l-NGOs f'din il- press release kienu qegħdin jivvintaw l-affarijiet, u għaldaqstant nerġa' nappella lill-ministru biex tkun miftuħa għall-konsultazzjoni u għall- proposti kif qalet li se tkun.", "Jiena nerġa' nagħmel il-proposta tiegħi: Għaliex ma mmorrux fil-Kumitat ta' l-Affarijiet Soċjali u jkun hemm stedina lill-NGOs sabiex issir diskussjoni fuq dawn id-diffikultajiet li fadal u naraw jekk jikkonvinċuniex bl-argumenti tagħhom jew viċi- versa?", "Dan hu l- aħjar mod kif nimxu f'din il-kwestjoni u mhux noqogħdu nitkellmu għalihom u nikkwotaw ċerti dokumenti biex ngħattu.", "Il-Kumitat ta' l-Affarijiet Soċjali huwa estensjoni tal-Parliament fejn il-vuċi tan-nies, f'dan il-każ ta' l- għaqdiet volontarji, tista' tinstema'.", "M'għandniex nitilfu din l- opportunita` jekk il-ministru verament hi miftuħa għall-konsultazzjoni u proposti kif qalet li hi.", "Xtaqt ngħaddi issa għad-dokument li l-ministru stess ikkwotat minnu biex tirribatti dawn il-punti ta' kritika, id-dokument tal-Commonwealth Foundation bl-isem ta' \"Guidance for Good Policy and Practice\".", "F'paġna 19 - nittama li l-paġni huma l-istess għax jiena kopji għandi tagħhom - ta' dan id-dokument, taħt \"key defining characters of NGOs\", insibu hekk:", "\"(a) They are formed voluntarily, there is nothing in the legal statutory framework of any country which requires them to be formed or prevents them from being formed and (b) There will be an element of voluntary participation in the organisation whether in the form of small numbers of board members or large numbers of members or beneficiaries giving their time voluntarily.\"", "Fil-paragrafu (a) jingħad li dawn għandhom jifformaw ruħhom b'mod volontarju u mhux jitwaqqfu mill-gvern.", "Fl-għaqdiet volontarji, grupp ta' nies volontarjament jifformaw għaqda li tiffoka fuq aspett partikolari u l- gvern ma jidħolx fiha.", "Jingħad ukoll li l-NGOs huma:", "\"Independent within the laws of society, they are controlled by those who have formed them or by boards of management to which such people have delegated or are required by law to delegate responsibility for control and management.\".", "Hawnhekk - erġajna, Sur President - m'hemm l-ebda indikazzjoni ta' organizazzjonijiet imwaqqfa mill-Gvern, u jiena qed naqra mill-istess dokument li l-ministru kkowtat fl-intervent tagħha.", "Biss hi kwotat fejn riedet.", "Hawnhekk l-indipendenza ma tiġix meta l-gvern iwaqqaf dik l-entita` u jikkontrollaha.", "Jingħad ukoll li l-NGOs:", "\"...are not for personal private profit or gain although they may have employees\".", "Jiena hawnhekk niffoka fuq dawn iż-żewġ punti relatati – kif inqtal hemm erba' punti bażiċi - ma' l-argument tiegħi, jiġifieri l-aspett ta' volontarjat, li nies minn jeddhom jingħaqdu biex jagħmlu organizzazzjoni, u l-aspett ta' l-indipendenza assoluta u li l-kontroll ikun f'idejn dawk in- nies li jingħaqdu flimkien.", "Issa jiena naf li l-Gvern għandu f'idejh dawn id-dokumenti li qed nikkwota minnhom għax dawn huma dokumenti pubbliċi aċċessibli għal kulħadd via l-internet.", "Allura għaliex il-Gvern għażel li jinjora dan kollu u meta grupp ta' NGOs ressqu flimkien dawn il-punti f'varji stadji ta' konsultazzjoni ma ġewx riflessi fil-liġi?", "Sur President, ngħaddi issa biex nitkellem fuq il-kummissarju, preċiżament fuq artiklu 5 tat-Tielet Taqsima, u niġu għal ħatra tiegħu.", "Il-ħatra tiegħu ssir mil-ministru wara konsultazzjoni mal-Kumitat ta' l-Affarijiet Soċjali.", "S'hemmhekk tajjeb, għax qed nagħżlu l-istess mod ta' kif jinħatar il- Kummissarju għat-Tfal.", "Ovvjament nittama li l-konsultazzjoni tkun waħda vera!", "Pero`, hemm affarijiet oħra li jinkwetawni, u fosthom hemm li l- artiklu 6 jagħti l-poter lill-ministru biex dan ineħħi mill-kariga l- kummissarju b'mod unilaterali meta l-Parlament mhux in session, filwaqt li jekk il-Parlament ikun in session, il-mnistru jmur għand il-Kumitat ta' l- Affarijiet Soċjali qabel jagħmel dan.", "Jiena dawn l-affarijiet ma nifhimhomx, Sur President.", "X'urġenza jista' jkun hemm li dan jitneħħa mingħajr ma' l-ministru jkun jista' jistenna li jkun hemm sessjoni tal- Parlament?", "Il-Parlament ma jkunx in session erbat ijiem fil-ġimgħa, jiġifieri m'hijiex xi ħaġa li nkunu waqt xi recess jew meta l-Parlament ixolji fi żmien l-elezzjoni.", "Għalija dawn l-affarijiet huma mċajpra ħafna!", "Ngħaddi issa biex nitkellem fuq is-segħtat wiesgħa tal-kummissarju, Sur President.", "Jien għamilt riferenza għal dak li qalu grupp ta' NGOs permezz tal-press release fuq is-setgħat li għandu dan il-bniedem waħdu.", "Il- kummissarju fuq dawn l-assoċjazzjonijiet kollha - reġistrati, iskritti u anke dawk li mhumiex – għandu l-poter biex jikkontrolla, jissorvelja jew ineħħi l-attivitajiet jew l-amministratturi.", "Dawn is-setgħat huma eċċessivi, u din il-kariga ta' kummissarju trid tkun okkupata minn xi superman biex ilaħħaq ma' dan kollu.", "Apparti hekk, jiena għedt ukoll li anke kieku dan m'għandux dawn il-funzjonijiet kollha, xorta jrid ikun hemm struttura amministrattiva b'saħħitha jekk verament irridu li dan li qegħdin ngħidu f'dan il-qafas legali se jservi u se jilħaq l-għanijiet tiegħu li jsaħħaħ ir-rwol ta' l-għaqdiet volontarji f'pajjiżna.", "Apparti dan ukoll, meta tanalizza tajjeb dawn il-funzjonijiet kollha tara li dan se jkun amministrattur, konsulent, regolatur, prosekutur u ġudikant!", "Jien ma nistax nifhem kif fuq persuna waħda tista' twaddab dan ir-rwoli kollha.", "Issa din tmur kważi kważi lil hinn mill-punt ta' kritika li qed jagħmlu dawn il-grupp ta' NGOs, għax dan mhux biss għandu setgħat wiesgħa imma għandu wkoll, fil-fehma tiegħi, setgħat u funzjonijiet li qegħdin f'kunflitt ma' xulxin.", "Kif jista' jkun xi ħadd ikun prosekutur u ġudikant f'daqqa?", "Dan jew jiddeċiedi dak il-ħin jew inkella jista' jmur fuq il-bord ta' l-appell u jressaq quddiemu l-ilment jew id-diffikulta`!", "Jiena din ma nifhimhiex.", "Kif jista' jkun ukoll li dan ikun regolatur u anke jagħti servizz?", "Dan se jkun r-regolatur għaliex se jkun hu li jirreġistra u jagħmel l-istandards, imma fl-istess ħin se jkun hu li jassisti l-NGOs u jagħtihom is-servizzi.", "Jiena jidhirli li hawnhekk hawn affarijiet kontradittorji.", "Il-ministru qalet li aħjar persuna waħda biex niffokaw, pero` apparti li fuq din il-persuna qed nitfgħu ammont enormi ta' xogħol beyond ma nafx xhiex, hawnhekk qed nagħmlu borma minestra għax dawn il-funzjonijiet kollha flimkien eżeċitati minn persuna waħda huma kontradittorji għall-aħħar!", "Allura, Sur President, jien nippretendi li mhux biss niffokaw fuq x'qed jgħidu dan il-grupp ta' NGOs, imma nidħlu wkoll fuq dan il-punt li qed nagħmel ta' din il-ħallata ballata ta' funzjonijiet ta' regolatur, fornitur ta' servizzi, konsulent, amministrattur, prosekutur u ġudikant!", "Din hi xi ħaġa li tassew tistona u wieħed irid jidħol fiha.", "Kritika oħra li għamel dan il-grupp ta' NGOs kienet fuq il-kummissjoni, u anke f'dan il-każ ma nistax nifhem l-argument tal-ministru.", "U hawn nistaqsi: Jekk fl-istess qafas legali qed ngħidu li jekk ikun hemm il-ħtieġa, il-ministru jista' jaħtar aktar minn viċi-kummissarju wieħed u li l-kunsill għandu jassisti l-kummissarju, allura għalfejn ma ninsewx dawn il-ħafna titli u ma nagħmlux kummissjoni ħalli jkollok a body, mhux a post?", "B'hekk niffrankaw biċċa kumplikazzjoni fl-istruttura, u dan skond kif qalu l-istess NGOs.", "Issa, kif għedt kemm-il darba fl-intervent tiegħi, dawn ma jitolbux l-affarijiet b'kapriċċ.", "Dawn analizzaw tajjeb leġislazzjonijiet barranin u anke ġabu konsulenti barranin li qalulhom li fejn għandek leġislazzjonijiet ikkumplikati, aktar għandek lok ta' taħwid, u jiena ngħid anke aktar riskju ta' abbuż!", "Għaliex bilfors irridu noħolqu strutturi li apparti l-piż li jkunu qed jixħtu fuq dak li jkun, hemm lok ta' ineffiċjenzi li jnaqqsu mill-effettivita` tal-liġi vis-a-vis l-għanijiet li trid tilħaq?!", "Sur President, jien nixtieq nitkellem ukoll dwar il-piżijiet li hawn fuq l- għaqdiet volontarji.", "Dan l-abbozz jitkellem dwar il-benefiċċji, avolja mhux speċifikati, ta' organizzazzjoni iskritta.", "Pero`, dan l-istess grupp ta' NGOs fl-istqarrija tagħhom qalu li l-piżijiet se jegħlbu l-benefiċċji, u jiena nitlob lill-ministru tagħti rikonsiderazzjoni lil dak li qed jingħad hawnhekk.", "Fl-istess abbozz jissemmew l-eżenzjonijiet fiskali, pero` tajjeb ukoll li nsemmu l-piżijiet fiskali li għandhom ċerti organizzazzjonijiet, bħal-VAT fuq ċerti servizzi u s-surcharge għall- kontijiet tad-dawl u l-ilma.", "Hu importanti li dawn nitkellmu fuqhom għax inkunu qed nidħku b'xulxin jekk noqogħdu nitkellmu biss fuq l-eżenzjonijiet meta għandna żewġ piżijiet fiskali qawwija bħal dawk li semmejt fuq dawn l- għaqdiet volontarji.", "Forsi jkun tajjeb li nisimgħu min-naħa tal-gvern x'se jkun qiegħed jippromwovi u jmexxi 'l quddiem ħalli l-għaqdiet volontarji jinħelsu minn dawn il-piżijiet.", "Sur President, jiena nagħlaq hawn għal-lum, imma nibqa' in possession.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Coleiro Preca, se tibqa' in possession.", "Sar il-ħin.", "Il-Ministru Cristina, jekk jogħġobha tressaq l-Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it- Tlieta, 9 ta' Jannar, 2007 fis-6.00 p.m. b'din l-agenda:", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Organizzazzjonijiet Volontarji - Tieni Qari (Kont);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili (Emenda Nru 2) - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Ġustizzja Amministrattiva - Tieni Qari (Kont);", "Abbozz ta' Liġi li Jimplimenta Miżuri ta' l-Estimi - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta (Emenda Nru 2) - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta - Kumitat; u", "Diskussjoni miftuħa dwar rapport maħruġ mis-Segretarjat għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed - Kontinwazzjoni.", "--------------------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili (Emenda Nru 2) - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili -Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Reġistru Ċentrali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi tal-Liġijiet tal-Pulizija - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att tal-Bank Ċentrali ta' Malta - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Michael Asciak.", "ONOR.", "MICHAEL ASCIAK: Sur President, f'din l-ewwel seduta tal-parlament wara l-festi tal-Milied, nixtieq qabel xejn nagħti l-isbaħ xewqat għal sena tajba lill-membri ta' dan il-parlament, lill-istaff, kif ukoll lill- pubbliku li qiegħed jismagħna.", "Peress li f'dawn il-ġranet ta' festi kien hawn ħafna briju u kulħadd kien mehdi biċ-ċelebrazzjonijiet u bix-xiri, jista' jkun li kien hemm min tilef l-okkażjoni importanti ħafna li ġrat lejlet l-ewwel tas-sena, li xtaqt nissottolineaha f'dan l-Aġġornament.", "Qed nirriferi għall-fatt li fil-31 ta' Diċembru, 2006, l-Arċisqof preżenti ta' Malta, Monsinjur Ġużeppi Mercieca, għamel appell lill-awtoritajiet u lill-pubbliku Malti biex issir leġislazzjoni li tipproteġi l-ħajja mill- konċepiment tagħha.", "Ta' min jgħid li f'Malta diġa' għandna liġi li tipproteġi l-ħajja, imma din hija limitata għall-konċepiment fil-ġuf tal- mara, filwaqt li leġislazzjoni dwar il-konċepiment barra l-ġuf tal-mara ma teżistix.", "Issa nistgħu ngħidu li f'Malta għandna tliet korpi li tkellmu fuq dan is-suġġett.", "Dawn huma l-Knisja, li tkellmet riċentement, il- parlament Malti, li għamel sena u nofs jiddiskuti dan is-suġġett fil- kumitat ta' l-affarijiet soċjali presedut mill-Onor.", "Clyde Puli u miż-żewġ naħat ta' din il-Kamra, - fejn jiena bħala membru tal-parlament stajt nattendi u fil-fatt kont preżenti għas-seduti kollha - u l-kumitat konsultattiv tal-bio-etika li huwa ppresedut minni.", "Dan ukoll għamel talba pubblika lill-eżekuttiv ta' dan il-pajjiż u lill- pubbliku biex isseħħ din it-tip ta' liġi.", "Jiġifieri din m'hijiex kwestjoni ta' esperti etiċi u mediċi biss.", "Il-kumitat tal-bio-etika huwa magħmul minn 15-il espert mediku u anke etiku u hemm ukoll rappreżentanti tal- pubbliku fih.", "Barra minn hekk, dan is-suġġett qed jiġi diskuss mill- parlament Malti fil-kumitat soċjali u issa mill-ogħla rappreżentant tal- Knisja Maltija, l-Arċisqof preżenti ta' Malta.", "Importanti li nifhmu li kollha qegħdin ngħidu l-istess ħaġa.", "Dak li jgħaqqadna f'dawn l- affarijiet huwa bil-wisq ikbar minn xi differenzi ta' opinjoni li jista' jkun hemm.", "Naħseb li issa l-messaġġ huwa ċar, li l-eżekuttiv tal-pajjiż għandu jwassal biex titressaq liġi f'din il-leġislatura.", "Jien ma nistax nieqaf nisħaq li l-proċedura u t-teknika fuq il-bio- teknoloġija fil-pajjiżi kollha fid-dinja qegħdin jimxu bil-pass ta' żiemel, anzi bil-pass ta' għasfur, li bażikament irid jiġi rregolat b'mod etiku u strett, għax il-problemi m'humiex qegħdin iqumu minn sena għal sena, imma minn xahar għal xahar.", "Jien stess li nirċievi dan il-materjal kollu - għax minn mindu Malta daħlet fl-Unjoni Ewropea l-kumitat tal-bio-etika konstantament jirċievi dokumenti mill-pajjiżi l-oħra ta' l-Unjoni Ewropea u anke minn pajjiżi oħra bħall-Istati Uniti - ngħid li bażikament ma nistgħux nlaħħqu mat-tibdil u ma' l-informazzjoni kbira li qed tingħata.", "Tant qed isir żvilupp mgħaġġel u tant hemm problemi etiċi kbar li jridu jingħelbu, li ħafna drabi qed ikollhom jiġu riżolti mill-parlamenti tal-pajjiżi.", "Riċentement l-Istati Uniti u l-Awstralja kellhom problemi kbar f'dak li għandu x'jaqsam ma' stem cell research.", "Madanakollu rridu nżommu f'moħħna li mhux dak kollu li hu immorali jista' jsir illegali.", "Dan huwa prinċipju li għandu jiġi aċċettat kemm mill-Istat kif ukoll mill-Knisja, u għalhekk wieħed jista' jifhem għaliex il-Knisja mhux dejjem tista' taqbel ma' l-Istat f'kollox f'affarijiet bħal dawn.", "Għall-Knisja, il-proċess ta' IVF huwa fih innifsu immorali mill-bidu sa l- aħħar, anke jekk isir bejn raġel u mara miżżewġin, imma ovvjament l-Istat ma jistax jagħmel ħaġa bħal din illegali, pero' mbagħad jeżisti l-prinċipju ta' a lesser evil f'dak li huwa IVF.", "Għax għalkemm il-Knisja tgħid li l- IVF m'huwiex aċċettabbli kollu kemm hu, l-Istat ma jistax jaqbel magħha mija fil-mija, u hemm ċertu riservi wkoll li l-Istat ma jistax idaħħalhom fil-liġi.", "Per eżempju fil-liġi ċivili ma tistax iddaħħal id-dubju.", "Fil-liġi ċivili ma tistax iddaħħal ċertu affarijiet li jsiru bejn ir-raġel u l-mara.", "Il-fatt li raġel u mara miżżewġin jkollhom x'jaqsmu ma' xulxin huwa legalment aċċettabbli.", "Li raġel u mara mhux miżżewġin ikollhom x'jaqsmu ma' xulxin m'huwiex moralment aċċettabbli, pero' ħadd m'għandu jaħseb li għandha ssir liġi li tagħmel dan illegali.", "Jiġifieri l-punt jibqa' li mhux dak kollu li hu immorali għandu jsir illegali, pero' jibqa' l-prinċipju ta' dak li hu inqas ħażin.", "Fil-każ ta' l-Italja, per eżempju, il-Knisja Kattolika aċċettat dan il-prinċipju u qalet ċar u tond li għalkemm il-liġi li għadda l-parlament Taljan m'hijiex perfetta, għandha ħafna pożittiv fiha.", "Allura l-Knijsa fl-Italja fittxet dak li l-iktar jaqblu fuqu ma' l-Istat.", "Tant hu hekk, li meta intalab ir-referendum fl-Italja ftit xhur wara li għaddiet l- famuża Legge 40, kienet il-Knisja stess li ħarġet tgħid lill-poplu Taljan biex jagħmel boycott għal dik il-liġi, jew jivvota kontra, ħalli ma jkunx hemm il-kwota neċessarja biex ir-referendum jorbot.", "Jiġifieri kienet il- Knisja stess li fil-fatt ħarġet tiddefendi liġi, li fl-opinjoni tagħha ma kenitx moralment perfetta, imma li kienet fiċ-ċirkostanzi the lesser evil.", "Din tissejjaħ hekk għax ladarba l-IVF ikun għaddej, għandu jiġi regolat.", "Issa li tkellem il-parlament Malti, il-kumitat tal-bio-etika u l-Knisja Maltija dwar dan is-suġġett, it-tir ta' l-Aġġornament tiegħi llum hu li nelenka ħafna mill-affarijiet li dawn it-tliet korpi jaqblu magħhom.", "Ir- rapport li ħareġ l-Onor.", "Clyde Puli tas-social affairs committee huwa ippubblikat għal kulmin irid jaqrah, il-kumitat tal-bio-etika ħareġ il- pożizzjoni tiegħu fil-gazzetta u dan l-aħħar ġie ppubblikat ktieb jismu \"Bioethics and the Law\" minn żewġ membri tal-kumitat tal-bio-etika, il- Professur Maurice Cauchi u Dr. Bridget Ellul.", "Dan huwa ktieb interessanti ħafna, u nagħti parir kemm lil tal-gazzetti kif ukoll lill-pubbliku li jkollhom kopja tiegħu għax huwa tajjeb ħafna.", "Jien xtrajtu fil-holidays tal-Milied u qrajt biċċiet minnu.", "Fih hemm ukoll il-pożizzjoni tal-kumitat tal-bio-etika.", "Huwa ktieb li ġie ppubblikat mill-Universita' ta' Malta, pero' ssibu għand il-ħwienet ewlenin tal-kotba.", "Mela hemm ħafna affarijiet li naqblu fuqhom.", "X'inhuma dawn l-affarijiet?", "Waħda minnhom hi li l-IVF f'Malta għandu jkun ikkontrollat - mhux imwaqqaf, iżda kkontrollat - biex ma jsirux abbużi.", "Naturalment ħafna nies huma kontra din il-liġi għax se twaqqaf milli jsir l-IVF f'Malta.", "Dan ilu żmien twil isir f'Malta, sar bil-buona grazia ta' ċertu nies, bit- teknika tagħhom u bl-iskop li jgħin lill-koppji li ma jistax ikollhom tfal.", "Pero' jibqa' l-fatt li ma teżistix liġi li tirregola din il-proċedura, bħalma fl-Ingilterra teżisti l-human and embryology fertilisation authority, li m'hijiex bye-law jew regulation, iżda hija liġi.", "Huwa importanti li wieħed jifhem li biex ma jsirx abbuż, għandu jkun hemm liġi.", "Mela fuq dan qegħdin naqblu.", "Irridu naraw li ma jintużawx ċelloli steminali embrijoniċi.", "Dan għandu jkun illegali kemm f'dak li huwa provenjenza kif ukoll l-użu tagħhom.", "Jiġifieri l-kumitat tal-parlament, il-kumitat tal-bio-etika u m'għandix dubju li anke l-Knisja, jaqblu li l-embryonic stem cells m'għandhomx jintużaw fl-ebda forma tagħhom.", "Dan ma jgħoddx għal dak li huwa adult stem cells.", "Ħalli nagħmluha ċara, Sur President.", "Fir-rigward ta' adult stem cells m'hemmx problema, la fil-provenjenza u lanqas fl-użu.", "Is-sena l-oħra jiena mort seminar f'Johns Hopkins University, f'Maryland, u stajt nara l- vantaġġi kbar li hemm fl-użu ta' dawn l-adult stem cells u nispera li ma ndumux ma narawhom hawn Malta wkoll.", "Jiġifieri rridu noqogħdu ftit attenti u niddistingwu bejn dawn iż-żewġ cells.", "Kif diġa' għedt, l-embryonic stem cells ma naqblux magħhom kemm fil-provenjenza tagħhom, għax trid toqtol l- embrijuni biex toħodhom, kif ukoll fl-użu tagħhom, għax għandhom il- kapaċita' li jifformaw embrijuni huma.", "Mela dak naqblu miegħu lkoll.", "Naqblu li ma jistax isir cloning, kemm riproduttiv kif ukoll terapewtiku.", "It-tliet korpi jaqblu dwar dan, u allura m'għandux ikun hemm problema biex jidħol fil-liġi.", "Bħalissa fl-Ingilterra hemm argument kbir għax ix- xjentisti Ingliżi jridu jipproduċu dawk li jgħidulhom hybrids jew chimeras.", "X'inhuma dawn il-hybrids jew chimeras?", "Dak li jiġi ffurmat meta tintuża l- isperma ta' annimal u l-bajda ta' bniedem jew bil-kontra, jgħidulu hybrid jew chimera, li hija xi ħaġa simili għaliha.", "Ix-xjenzjati jixtiequ li dan isir biex ikunu jistgħu joqogħdu jesperimentaw fuq dawn it-tip ta' hybrids jew chimeras.", "Sur President, jiena ċert li lkoll naqblu li dan m'għandux jitħalla jsir hawn Malta.", "Naqblu wkoll li m'għandux isir dak li jgħidulu freezing ta' embryos, għalkemm fil-kumitat tal-parlament hemm dual option fuqha din.", "Qed ngħid hekk, għax meta ċ-chairman tal-kumitat għamel mistoqsija jekk dan għandux isir jew le, fis-sens li din hija debatable, il-kumitat tal-bio-etika - u m'għandix dubju li anke l-Knisja, minħabba li ma tridx li jkun hemm a parallel humanity fil-freezers - ma jixtiqux li jsir dan il-freezing.", "Issa jien ma rridx inkun prużuntus, imma mingħalija hemm question mark dwar jekk il-freezing għandux jitħalla jsir jew le.", "Jista' jkun li jien żbaljat, ma rrid nagħmel malafama lil ħadd - fil-fatt dak huwa rapport li jien parzjalment responsabbli għalih ukoll - u m'iniex ċert x'kienet il- pożizzjoni tal-Kamra dwar il-freezing.", "Pero', il-kumitat tal-bio-etika qal li dan m'għandux isir, anzi l-pożizzjoni pjuttost kienet li hemm problemi kbar bih u allura wieħed għandu joqgħod attent fil-konsiderazzjoni tiegħu.", "Irridu ngħidu wkoll li m'għandhomx isiru impjantazzjonijiet ta' numri kbar ta' embrijuni.", "Din hija problema li kienet teżisti f'Malta - għalkemm ma nafx jekk illum għadhiex teżisti - għax kienu qed jiġu mpjantati xi erba' jew ħames embryos.", "Dan m'huwiex aċċettabbli għax joħloq problemi kemm f'dik it-tqala kif ukoll lid-dipartiment tal-pedjatrija, peress li dawn it- trabi jitwieldu qabel iż-żmien u allura hemm iċ-ċans li jokkupawlek l- inkubaturi kollha.", "Dan jikkostitwixxi wkoll dumping ta' embryos fl-utru, li mhux kollha jinżammu, u allura m'huwiex etikament aċċettabbli li jsir numru kbir ta' embrijuni.", "Sena u nofs ilu l-kumitat tal-bio-etika u anke l- kumitat tal-Kamra kien issuġġerixxa li jiġu impjantati tliet embryos.", "Illum is-sitwazzjoni tbiddlet u naħseb li l-liġi għandha tgħid li m'għandux ikun hemm aktar minn żewġ embryos.", "Tant hu hekk li fl-Ingilterra, per eżempju, il-human fertilisation authority qed tissuġġerixxi li ssir impjantazzjoni ta' embryo wieħed biss minħabba li nstab li ċ-ċansijiet, anke b'wieħed, huma ħafna.", "Fil-fatt huma l-istess bħal meta timpjanta żewġ embryos jew aktar.", "Issa ħalli nkunu għidna kollox, Sur President.", "Liġi bħal din ma tistax tidħol fid-dettalji kollha, u bilfors trid tagħti s-setgħa lill-ministru li jagħmel bye-laws li jkunu taħt ir-regolamentazzjoni u s-superviżjoni tal- kumitat tal-bio-etika jew xi kumitat ieħor maħtur għal dak il-għan.", "Aħna qegħdin nitkellmu dwar l-impjant ta' tnejn jew tliet embryos, u fiċ- ċirkostanzi ta' l-iżviluppi xjentifiċi tal-lum jidhirli li tnejn huma biżżejjed.", "Qed naqblu li l-IVF għandha ssir biss bejn raġel u mara u mhux b'donazzjoni minn terzi, għax b'hekk tkun qed tkisser il-kunċett tal- familja, tkun qed tkisser il-kunċett ta' raġel wieħed, ta' mara waħda u tarbija li għandha omm u missier wieħed.", "Meta inti ddaħħal id-donazzjoni, qed toħloq raġel, omm u raġel ieħor.", "Infakkaru li llum, f'ħafna pajjiżi fejn dan jista' jsir, it-tarbija għandha dritt tkun taf min hu missierha ġenetiku.", "Naħseb li fiċ-ċirkostanzi, bil-liġijiet tal-familja li għandna f'Malta, dan għandu jiġi limitat bejn raġel u mara - nemmen li ż-żewġ kumitati u anke l-Knisja jaqblu dwar dan - għalkemm biex inkun għedt kollox, il-Knisja tgħid li anke bejn raġel u mara miżżewġa dan il-fatt huwa immorali.", "Pero' naħseb li dan huwa punt li l-Istat u l-Knisja jridu jitkellmu dwaru b'mod ċar u jikkjarifikawh għax, kif semmejt, mhux dak kollu li hu immorali għandu jkun illegali.", "Qed naqblu wkoll li l-IVF għandu jkun biss bejn raġel u mara u m'għandux ikun hemm donazzjoni minn terzi.", "M'għandux isir ukoll dak li jgħidulu \"surrogacy\", illi nħallu mara oħra twelled it-tarbija għall-ġenituri għax forsi l-omm ikollha problemi ta' tqala.", "Bħalissa f'Malta ma teżistix liġi dwar dan.", "Il-kumitati kollha jaqblu, u m'għandix dubju li taqbel miegħu l- Knisja wkoll, li dan m'għandux jitħalla jsir bejn nies ta' l-istess sess, kif qed isir barra minn Malta, jiġifieri li t-tarbija jkollha żewġ ommijiet, għax s'issa fl-irġiel ma tistax issir.", "F'din il-problema hemm konnotazzjonijiet anke ma' l-adozzjoni bejn tnejn min-nies ta' l-istess sess.", "Wieħed jista' jaħseb x'kumplikazzjoni jista' jkollha tarbija jekk tiġi mrobbija minn żewġ missirijiet jew minn żewġ ommijiet!", "Biss f'dan l- istadju m'għandix biża' ngħid li din il-liġi m'għandhiex tħalli li jsir l- IVF bejn nies ta' l-istess sess, li hu possibbli anke llum.", "L-IVF m'għandux lanqas isir fuq nisa xjuħ jew li għandhom ċerta eta'.", "Dan l- aħħar fil-gazzetta \"The Times\" rajna artiklu dwar mara ta' 67 sena li welldet tarbija permezz ta' l-IVF.", "Ma naħsibx li huwa ġust il-fatt li meta dik it-tarbija jkollha għaxar snin, ommha jkollha 77 sena!", "Allura l-eta' ta' dik il-persuna għandha tkun il-perijodu biss tal-fertilita' u ovvjament mhux taħt l-eta' tal-kunsens.", "Problemi oħra li naqblu fuqhom żgur huma li ma jkunx permess il-pre-implantation diagnosis, jiġifieri li tieħu sample ta' embryo, tieħu ċellula minnu, tiċċekkja jekk ikunx tajjeb, u f'każ li jkun hemm mard serju, tarmih.", "Naħseb li naqblu wkoll li dan għandu jidħol f'din il-liġi.", "Dan huwa msemmi mil-kumitat tal-bio-etika u anke fir- rapport tal-kumitat tal-Kamra.", "Lanqas għandu jsir diagnosis fit-tarbija li tkun fil-ġuf għall-użu ta' enhancement.", "Biex issir it-terapija iva, imma biex isir enhancement, bil-konsegwenzi ta' sejħa qawwija għall-abort, m'għandux jitħalla jsir.", "Sur President, fuq dan kollu li qed insemmi ma teżisti l-ebda liġi jew jekk teżisti, ftit 'l hawn u ftit 'l hemm.", "Dawn huma affarijiet li qegħdin isiru f'pajjiżi barra minn Malta, u peress li aħna issa qegħdin fl-Unjoni Ewropea u għandna suq wieħed, ma nistgħux neskludu li jkollna cross market behaviour fuq din il-biċċa xogħol.", "Għalhekk nimponi l-urġenza fuq il- gvern u fuq l-eżekuttiv li din il-liġi tgħaddi b'mod imminenti, u fl- opinjoni tiegħi m'għandniex inħallu aktar żmien biex nagħmluha.", "M'għandix dubju wkoll li kulħadd jaqbel li għandu jsir l-iffirmar ta' l-Ovieto Convention, per eżempju, tal-kunsill ta' l-Ewropa.", "Dan semmieh il-kumitat tal-bio-etika, semmieh il-kumitat tal-Kamra u ħafna membri tal-Knisja li kienu nvoluti fid-drawing-up li kont involut fih jien ukoll bħala membru tal-kunsill ta' l-Ewropa u ta' l-assemblea parlamentari.", "Ma ninsewx li fil- karta tad-drittijiet fundamentali ta' l-EU - nisperaw li ma ddumx ma tidħol fil-kostituzzjoni - diġa' jeżistu riferenzi qawwija għat-tieni u t-tielet artikli tal-bio-etika.", "Meta l-karta tad-drittijiet fundamentali ssir parti mill-kostituzzjoni, isiru parti wkoll mill-kostituzzjoni Ewropea, pero' s'issa għadhom m'humiex.", "Sur President, jiena se nagħlaq b'dan il-ħsieb.", "Hemm ħafna materjal fuqiex wieħed jista' jitkellem, u jekk nelenka l-punti kollha nista' nibqa' għaddej sa pitgħada.", "Jiġifieri jien mhux qed nipprova niġbor il-punti kollha li naqblu fuqhom, pero' nassigura lil kulmin qed jisma', kemm f'dan il-parlament, kemm barra u anke l-Knisja, li hemm ħafna punti li nistgħu naqblu fuqhom, u allura naqblu wkoll li l-ħajja għandha tiġi rrispettata mill-konċepiment.", "Dan huwa punt li ż-żewġ kumitati jaqblu fuqu.", "Hemm żewġ tifsirier tal-kelma \"konċepiment\", kif ktibt f'\"The Times\" ftit ilu.", "Hemm dak attiv u dak passiv.", "Żgur li mill-fatt passiv kulħadd jaqbel li l-ħajja trid tiġi rrispettata mill-fertilizzazzjoni, mill-konċepiment, u mhux lil hinn minn dak il-punt.", "Hemm ħafna ħassieba, anke kattoliċi, li jgħidu li għandu jkun punt lil hinn mill-fertilizzazzjoni għax tkun għadha ma ġietx stabbilita l-personalita' ta' dak l-embriju uman.", "Aħna m'aħniex qegħdin nidħlu f'dawk l-argumenti.", "Ovvjament ħadd ma jista' jgħid meta r-ruħ tidħol fil-bniedem, pero' iż-żewġ kumitati qegħdin jillimitaw għall- fertilizzazzjoni.", "Qed ngħidu li hemm ħafna li naqblu fuqu, pero' jista' jkun hemm xi affarijiet żgħar li wieħed ma jistax idaħħalhom f'liġi ċivili.", "Għaldaqstant ikun tajjeb jekk inħarsu lejn dak kollu li naqblu fuqu u mmexxu fuqu mingħajr ma nittratienu aktar.", "Naħseb li l-ostakoli li fadal m'humiex kbar.", "Dawk li huma kbar għelibniehom, u nawgura li l-gvern issa jieħu l-inizjattiva biex jibda jmexxi ħalli din il-liġi tidħol kemm jista' jkun malajr fuq l-istatute books tal-liġijiet Maltin.", "Grazzi, Sur President.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada, it-Tlieta, 9 ta' Jannar, 2007 fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "FEMAL GENITAL MUTILATION", "22681.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO PRECA staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 21831 u jgħid x'se jagħmel il-gvern biex jilqa' għall-prattika kulturali li teżisti fil-pajjiżi tal-Lvant ta' l-Afrika, fosthom is-Somalia, l-Etiopia, l-Eritrea u s-Sudan, jiġifieri l-female genital mutilation, f'każ li dan jibda jseħħ f'Malta?", "Qatt ġew rapportati xi każi?", "II-gvern qiegħed jippjana leġislazzjoni, kif għamlu Franza, l-Isvizzera, l- Isvezja, l-Ingilterra u l-Iskozja, biex iqiegħed fil-kodiċi kriminali Maltija l-female genital mutilation bħala reat?", "ONOR.", "TONIO BORG: Huwa diġa' reat kriminali li wieħed jagħmel mutilazzjoni ġenitali tat-tip imsemmi, għalkemm ma jeżistix reat speċifiku fuq hekk; iżda din il-mutilazzjoni taqa' taħt ir-reat ta' offiża fuq il-persuna.", "Is-suġġeriment ta' l-Onor.", "Interpellant, jiġifieri li jkun hemm reat speċifiku, jiġi kkonsidrat.", "Qatt ma ġie rrapportat lill-pulizija xi reat ta' dan it-tip.", "MRIEĦEL BYPASS - PELICAN LIGHTS", "22682.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO PRECA staqsiet lill-Ministru għall- Iżvilupp Urban u Toroq: Issa li tħabbar li se jinbena footbridge fi Triq is- Sebħ, Ħal Qormi (il-bypass ta' l-Imrieħel), jista' l-Ministru jgħid jekk qabel ittieħdet din id-deċiżjoni min-naħa ta' l-awtoritajiet ġewx ikkonsidrati t-twaħħil ta' pelican lights, kif hemm proprju fil-bidu ta' din it-triq min-naħa ta' Ħ'Attard, biex min ikun se jaqsam ma jkollux għalfejn jitla' turġien, u tkun tista' taqdi aħjar lil dawk li jista' ikollhom problemi ta' mobilita'?", "Jista' jgħid ukoll ma' min ikkonsultaw l-awtoritajiet qabel ma ttieħdet id- deċiżjoni li jinbena footbridge?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "SURCHARGE FUQ ID-DAWL U L-ILMA", "22683.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO PRECA staqsiet lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm nefaq il-gvern matul is-sena 2006 biex eżenta 13,000 familja mis-surcharge fuq id-dawl u l- ilma?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: It-tagħrif mitlub se jingħata mill-Ministru għall- Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni fi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari simili 22680 magħmula mill-Onor.", "Interpellant.", "PERSUNI AUTISTIC", "22684.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO PRECA staqsiet lill-Ministru tas- Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 21766 u jgħid għaliex persuni bid-diżabilita' ta' l- autism mhumiex intitolati għall-affarijiet gluten free meta 80% minnhom jeħtieġu din it-tip ta' dieta?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Prodotti gluten free jingħataw b'xejn lil min ibati minn coeliac disease biss, li hija waħda mill-mardiet kroniċi elenkati fi skeda V ta' l-att dwar is-sigurta' soċjali.", "Il-marda ta' l-autism mhijiex waħda mill-mardiet f'din il-lista u għalhekk min ibati minnha mhuwiex intitolat għal dawn il-prodotti.", "BOLLA TAL-PART-TIMERS", "22685.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO PRECA staqsiet lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21802 u jgħid kemm hu previst li se jkun hemm benefiċjarji li se jgawdu mill-aġġustament fil-bolla tal-part-timers, li huwa l-uniku mpjieg tagħhom, bil-miżura introdotta fil-budget?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "SWIEQI - TRIQ JOSEF KALLEJA", "22689.", "L-ONOR.", "FRANCO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jgħid meta se ssir Triq Josef Kalleja fis-Swieqi?", "Meta se jsir l-ilqugħ tagħha u x'tip ta' ilqugħ se jsirilha mil-livell tal- wied biex it-terrapien ma jkomplix jaqa' ġewwa l-wied?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Fil-ġimgħat li għaddew l-awtorita' dwar it- trasport intervjeniet biex jinħoloq aċċess temporanju mit-triq ta' fuq għar-residenti ta' Triq Josef Kalleja, wara li l-aċċess li kienu qed jużaw minn fuq proprjeta' privata ngħalaq mis-sid.", "Is-soluzzjoni permanenti hija l-ħolqien ta' aċċess mit-triq ta' taħt Triq il-Mensija, liema xogħlijiet iridu jsiru skond l-iskema/pjanti approvati fil-pjan lokali taż-żona.", "Dan il-proġett huwa nkluż fil-programm ta' bini ta' toroq residenzjali għal perijodu 2006-2008.", "RAĦAL ĠDID - KUNSILL LOKALI", "22691.", "L-ONOR.", "ROBERT ARRIGO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid hux minnu li l- kunsill lokali ta' Raħal Ġdid għandu 12-il impjegat?", "Jekk fl-affermattiv, dan mhuwiex eċċess skond kif tipprovdi l-liġi?", "Veru li s-sindku ta' Raħal Ġdid siefer iċ-Ċina u l-passaġġ tħallas minn fondi tal-kunsill?", "X'kien l- iskop tas-safra?", "Huwa minnu li l-kunsill jippreżenta skeda ta' ħlasijiet erba' jew ħames xhur wara li jkun sar il-ħlas?", "Wieħed minn dawn il-ħlasijiet, li kien ta' bejn Lm300 u Lm500, kien għall-avukat tal-kunsill li ismu qed jintbagħat separatament.", "Il-kunsill jista' isejjaħ laqgħat mil-lum għal-lum?", "Jekk dawn huma fl-affermattiv, x'passi ħa d-dipartiment tal-kunsilli lokali kontra dan il-kunsill li diġa' kien avżat b'dawn il-każi?", "ONOR.", "TONIO BORG: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "ĦAL-LUQA - KUNSILL LOKALI", "22692.", "L-ONOR.", "ROBERT ARRIGO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Veru li l-kunsill lokali ta' Ħal-Luqa baqa' għaddej b'xogħlijiet fl-area ta' Ħal Farruġ meta dan qiegħed jiġi investigat mid- dipartiment tal-kunsilli lokali?", "Jekk dan hu veru, x'passi ħa d- dipartiment?", "Huwa veru li kunsilliera Nazzjonalista fil-lokal tneħħewlu r- responsabbiltajiet tiegħu u dan ġie mċaħħad milli jagħmel xogħlu skond il- ġurament tal-ħatra tiegħu?", "ONOR.", "TONIO BORG: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "MTARFA - KUNSILL LOKALI", "22693.", "L-ONOR.", "ROBERT ARRIGO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Veru li l-kunsill lokali ta' l-Imtarfa għax-xhur ta' Awissu, Settembru u Ottubru ma żammx laqgħat uffiċjali tal-kunsill?", "Dan huwa ksur tal-liġi?", "Peress li l-post ta' segretarju tal-kunsill għadu vakant wara ħames xhur, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta se jimtela' dan il-post?", "Veru li l-uffiċċju tal-kunsill jinżamm magħluq għal ġranet, jekk mhux għal ġimgħat sħaħ?", "Hemm xi irregolarita' ta' finanzi hekk kif jidhru fl-accounts awditjati u anke mill-awditur tal-gvern?", "X'passi ħa d- dipartiment kontra dan il-kunsill fuq dawn is-sitwazzjonijiet, li żgur li mhux ta' servizz għal poplu ta' l-Imtarfa?", "ONOR.", "TONIO BORG: Huwa minnu li għax-xhur ta' Awissu, Settembru u Ottubru ma saritx il-laqgħa tal-kunsill, għalkemm debitament mgħajta, għax ma kienx hemm quorum.", "Il-liġi tal-kunsilli lokali tipprovdi li l-laqgħat tal- kunsill isiru mill-inqas darba fix-xahar, u għalhekk il-fatt li ma sarux laqgħat fil-perijodu msemmi, jikkostitwixxi ksur ta' dan l-artiklu.", "Minkejja dan, l-istess liġi tesiġi li sabiex laqgħa tista' tibda jew titkompla irid ikun hemm quorum.", "Il-post tas-segretarju eżekuttiv ta' l-istess kunsill m'huwiex vakanti.", "Iżda s-segretarju eżekuttiv ilu biċ-ċertifikat tal-mard minn Marzu, 2006 u meta kien jidher li s-sick leave tiegħu kien se jieħu fit-tul, ġie maħtur aġent segretarju eżekuttiv li hu wkoll segretarju eżekuttiv ta' kunsill lokali ieħor.", "Il-kunsill lokali sussegwentement talab li jiġi tterminat il-kuntratt tas- segretarju eżekuttiv abbażi tal-fatt li l-kunsill spiċċa s-sena finanzjarja tiegħu b'deficit fil-working capital, apparti l-fatt li jidher li s-sick leave se jieħu fit-tul.", "Qabel tittieħed deċiżjoni finali jrid jiġi assigurat li ma jiġi mittiefes l-ebda dritt tas-segretarju eżekuttiv.", "Id-dipartiment qiegħed kontinwament jissorvelja lil dan il-kunsill fl- operat kollu tiegħu bil-għan li minkejja d-diffikultajiet kbar amministrattivi, dan ikompli jiffunzjona.", "Peress li l-unika skrivana tal- kunsill irriżenjat ukoll, il-kunsill qiegħed jinfetaħ kuljum mis-sindku nnifsu kemm filgħodu kif ukoll wara nofsinhar.", "Fil-fatt dalwaqt se jsiru l- intervisti biex jimtela' l-post ta' skrivan/a.", "Il-kunsill lokali ta' l-Imtarfa kien wieħed minn erba' kunsilli lokali li spiċċa s-sena finanzjarja 2005/2006 b'deficit fil-working capital.", "Id- dipartiment kien ta struzzjonijiet lill-aġent segretarju eżekuttiv biex jagħmel cash flow projections ta' kif il-kunsill kien beħsiebu joħroġ minn dan id-deficit u mill-monitoraġġ tal-finanzi tal-kunsill jidher li l- kunsill qed iżomm ma' dawn il-cash flow projections, u fil-fatt naqqas id- debiti li kellu b'mod sostanzjali.", "Id-dipartiment għadu jsegwi l-operat ta' dan il-kunsill u hu ttamat li malli jiġi ngaġġat l-iskrivan/a u tiġi riżolta l-kwestjoni tas-segretarju eżekuttiv, il-kunsill ikun jista' jopera b'aktar impenn għas-servizz tal- poplu ta' l-Imtarfa.", "KUNSILLI LOKALI - MINUTI", "22694.", "L-ONOR.", "ROBERT ARRIGO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hemmx xi kunsilli lokali li ma bagħtux kopji tal-minuti lid-dipartiment tal-kunsill lokali f'dawn l-aħħar disa' xhur?", "Min huma?", "ONOR.", "TONIO BORG: Il-kunsilli lokali li ilhom ma jibagħtu l-minuti tal- laqgħat tagħhom lid-dipartiment għall-gvern lokali f'dawn l-aħħar disa' xhur huma: il-Belt Valletta, ir-Rabat, Siġġiewi, Għasri, Ta' Xbiex u ż- Żurrieq.", "Dawn ingħataw żmien sa l-aħħar ta' Diċembru, 2006 biex jibagħtuhom u fin- nuqqas ta' dan se jsir tnaqqis mill-allokazzjoni finanzjarja skond id- dispożizzjonijiet ta' artiklu 55(3) ta' l-att dwar il-kunsilli lokali (kap 363).", "ABBUŻI MINN FONDI PUBBLIĊI", "22695.", "L-ONOR.", "ROBERT ARRIGO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Ma jaħsibx il-Viċi Prim Ministru li meta jkun hemm abbużi ta' fondi pubbliċi minn sindki jew kunsilliera, minflok li jitnaqqsu l-fondi għad-detriment tal-lokal kollu jittieħdu passi dixxiplinarji kontra min abbuża personalment?", "ONOR.", "TONIO BORG: Avviż legali 22 ta' l-2006, li ġie ppubblikat wara li kienu saru taħditiet fit-tul ma' l-assoċjazzjoni tal-kunsilli lokali, għall- ewwel darba daħħal kunċett li jekk xi membru, jew xi uffiċjal tal-kunsill ikun għamel pagament mhux approvat mill-kunsill, iffroda jew approprja ruħu bla jedd minn fondi jew proprjeta' tal-kunsill, jew xjentement jew bi traskuraġni naqas milli jiġbor jew jirċievi xi flus, jew naqas li jagħti kont dwarhom, ikun soġġett għal azzjoni legali fejn jinżamm personalment responsabbli għal dan in-nuqqas.", "Din l-azzjoni tista' tittieħed meta jkun hemm rapport konklussiv mis- sindku, segretarju eżekuttiv, l-awditur ġenerali, il-bord maħtur taħt l-att dwar l-inkjesti jew xi bord ieħor magħmul mill-ministru, u wara li ma tingħatax spjegazzjoni xierqa lid-direttur għall-gvern lokali fi żmien stipulat.", "Meta jirriżulta b'mod konkret xi każ kif imsemmi aktar qabel, l-azzjoni li tittieħed tkun waħda kontra l-individwu personalment.", "SAN PAWL IL-BAĦAR - BYPASS", "22704.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 21621, 21852, 22067, 22226, 22480 u 22620 u jgħid kemm hu stmat ix-xogħol ta' kostruzzjoni għall-irranġar ta' dik il-parti tal-bypass ta' San Pawl il- Baħar li ċediet minħabba xogħol ta' eskavar li sar minn kuntrattur privat?", "Min se jħallas għal dan ix-xogħol?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "KAŻ DWAR TRANSFER", "22705.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' l-Ministru jara li tiġi kkonsidrata talba għal transfer ta' persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: It-tweġiba mhux se tingħata peress li hija kontra l- ordnijiet permanenti tal-Kamra.", "CHILDREN ALLOWANCE", "22707.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru tara li jitmexxa każ ta' children allowance ta' missier li jinsab fi proċess ta' separazzjoni minn martu li siefret u li issa qed jitlob biex iċ-children allowance jirċeviha hu?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Il-persuna indikata ġiet informata bil-miktub mid- dipartiment tas-sigurta' soċjali dwar il-każ tagħha.", "SERVIZZ TA' ILMA", "22708.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'possibbilta' hemm li familja li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, ikollha s-servizz ta' l-ilma peress li ftit ġimgħat oħra se tidħol f'dan il-fond?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Dan is-servizz għandu jingħata fi ftit ġranet oħra.", "Kien hemm xi dewmien għax fil-bidu ta' Novembru l-kunsill lokali taż-Żejtun kien irrifjuta li joħroġ il-permess għat-tħaffir neċessarju.", "Issa dan il- permess ingħata.", "KUMMISSJONI PERMANENTI KONTRA L-KORRUZZJONI", "22709.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 22484 u jgħid minn kemm ilu li twaqqaf l-uffiċċju tal- kummissjoni permanenti kontra l-korruzzjoni kemm sab każi fejn irriżulta li kien hemm korruzzjoni?", "ONOR.", "TONIO BORG: Minn mindu twaqqfet il-kummissjoni permanenti kontra l- korruzzjoni, dehrilha li kien hemm tliet każi fejn irriżultalha li kien hemm provi ta' korruzzjoni.", "GĦAJNUNA WAQT L-EŻAMIJIET", "22710.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru jara li meta ġuvni li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, ikollu l-eżamijiet iħallu assistant jaqralu l- karta ta' l-eżami?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li student jikkwalifika għall-għajnuna matul l- eżamijiet meta jkun statemented.", "Jirriżulta li l-ġuvni msemmi m'huwiex statemented.", "BELT VALLETTA - TEATRU RJAL", "22711.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jaġġornana dwar mistoqsija parlamentari 22147 dwar il-bini tat-Teatru Rjal fil-Belt Valletta?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: M'għandi xejn x'inżid mar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 22147.", "KAŻ DWAR TRANSFER", "22712.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 22657 u jara li jitmexxa każ dwar transfer ta' persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li kien ilu jagħmel dan ix-xogħol għal tmien snin?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Il-persuna indikata ġiet trasferita minħabba esiġenzi tal-korporazzjoni.", "Fil-fatt hu baqa' jagħmel l-istess xogħol, pero' f'post ieħor fejn kien hemm bżonn tas-servizz tiegħu.", "TWAQQIEGĦ TA' BINI", "22713.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hu mistenni li jitwaqqgħu binjiet tal-gvern, tal-privat u ta' l-uffiċċju konġunt biex isiru proġetti ta' housing?", "ONOR.", "TONIO BORG: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "PROĠETT TA' BIEB IL-BELT", "22714.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jaġġornana dwar mistoqsija parlamentari 22146 dwar il-proġett ta' Bieb il-Belt?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: M'għandi xejn x'inżid mar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 22146.", "TWAQQIEGĦ TA' BINI", "22715.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru tgħid kemm hu mistenni li jitwaqqgħu binjiet tal-gvern, tal-privat u ta' l-uffiċċju konġunt biex isiru proġetti ta' housing?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Minbarra l-proġett li semmejt fit-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 18794, hu maħsub li jinbeda t-twaqqiegħ fuq ir- raba' u l-ħames fażi tal-proġett ta' Triq il-Wied, l-Imsida, jiġifieri bejn Triq il-Wied, Triq l-Ispiżjar Sciberras u Triq Garcin.", "Ninsab informata wkoll li ma tinħassx il-ħtieġa li tinżamm statistika kif mitluba, għar-raġuni li diversi postijiet fi proġetti bħal dawn jinkludu kmamar f'kerrejiet jew appartamenti delapidati li lanqas ikunu abitati.", "VAT ON ENERGY SUPPLY", "22716.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 22363, 22460 u 22604 u jgħid: Peress li skond schedule 8 tal-Liġi tal-VAT hemm 5% VAT fuq is-supply ta' l-enerġija, jekk din it-taxxa hijiex parti mill-komputazzjoni tas-surcharge?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Meta ddaħħlet il-VAT fuq l-elettriku għall-kategorija domestika, l-Enemalta ma żidietx it-tariffa tagħha iżda assorbit il-VAT hija stess.", "Fi kliem sempliċi ħafna, il-VAT li trid titħallas lill-gvern qed titħallas mill-Enemalta stess u mhux mill-konsumatur.", "Il-pożizzjoni tal-konsumaturi industrijali u kummerċjali hi differenti għaliex waqt li dawn huma ċċarġjati il-VAT, huma jeħduha lura mid- dipartiment tal-VAT.", "Fi kliem sempliċi, l-effett fuqhom hu newtru.", "Il-mudell li fuqu tinħadem ir-rata tas-surcharge huwa wieħed fejn ikopri biss iż-żieda/tnaqqis fil-prezz tal-fuels li bih tixtri l-Enemalta, u l-VAT ma tidħol imkien fil-kalkolu tas-surcharge.", "Fi kliem aktar sempliċi, dan ifisser illi l-proposta tal-kap ta' l- oppożizzjoni li jnaqqas is-surcharge għall-konsumatur billi jneħħi l-VAT hi lloġika u non-sensika.", "LIĠI TAL-KERA", "22717.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Issa li għaddiet sena oħra u ma sar l-ebda tibdil fil- liġi tal-kera, tista' l-Ministru tgħid x'beħsiebha tagħmel għas-sena 2007 fejn jidħlu liġijiet tal-kera tal-privat ta' qabel is-sena 1995?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Filwaqt li nirriferi l-Onor.", "Interpellant għat- tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 21219, ninformah li x-xogħol li kien meħtieġ skond id-direzzjoni tal-kabinett, inkluż l-analiżi ta' riformi simili dwar il-liġijiet tal-kera f'pajjiżi oħra, tlesta.", "Il-white paper li tħejjiet għad trid tiġi diskussa fil-kabinett u l- ministeru jimxi skond id-direzzjoni li tingħata wara din id-diskussjoni.", "DJAR BATTALA", "22718.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru tgħid x'inhi l-politika tal-gvern fejn jidħlu djar battala?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Il-politika ta' dan il-gvern dwar djar battala, waqt li teskludi assolutament il-ħruġ ta' ordnijiet ta' rekwiżizzjoni, hi li tħajjar lis-sidien ipoġġu dawn id-djar fis-suq, kemm għall-bejgħ kif ukoll għall-kera.", "Kif żgur jaf l-Onor.", "Interpellant, fl-1995 dan il-gvern biddel il-liġi li tirregola s-settur tad-djar u l-kera b'mod li barra li neħħa l-poter ta' rekwiżizzjoni, illiberalizza s-suq biex djar battala li,sa dakinhar ma kenux jinkrew minħabba l-biża' li l-inkwilin jidħol fil-post u jibqa' hemm bl-istess kera għal dejjem, minn dakinhar setgħu jinkrew għal perijodu fiss skond kuntratt miftiehem bejn is-sid u l-inkwilin.", "Il-ħsieb ewlieni wara din il-bidla fil-liġi kien li dawn il-postijiet ma jibqgħux battala u jibdew jinkrew.", "Il-gvern ħa wkoll inizjattivi oħra biex djar privati ma jibqgħux battala, fosthom proċess ta' direkwiżizzjoni u ta' riġenerazzjoni ta' djar f'żoni urbani u rurali.", "Wieħed mill-għanijiet tal-white paper dwar il-liġi tal- kera li ħejja l-ministeru hu biex tkompli tinkoraġġixxi aktar l-użu tad- djar battala.", "LUFTHANSA TEKNIC - HANGER", "22719.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 22461 u 22607 u jgħid: B'riferenza għall-hanger li l-gvern se jibni għall-Lufthansa Teknic kif imħabbar fil-media, jista' l- Ministru jindika b'site plan fejn se jinbena dan il-hanger?", "Kemm hu stmat li se jiswa lill-gvern, b'kemm se jinkera u b'liema kondizzjonijiet lill-Lufthansa Teknic?", "X'inhi r-raġuni li l-Air Malta jew il-Gvern Malti ma żiedux l-involviment tagħhom f'din il-venture li bdiet bħala joint venture bejn l-Air Malta u Lufthansa u jidher li rnexxiet?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "GĦAJNUNA MILL-AWTORITA' TAD-DJAR", "22720.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm inizjattivi mill-awtorita' tad-djar matul din is-sena għall-għajnuna għal dawk l-aktar vulnerabbli?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Matul l-2006, l-awtorita' tad-djar ħaddmet numru ta' skemi u inizjattivi biex tgħin lil dawk li huma l-aktar vulnerabbli.", "Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra lista ta' dawn l-iskemi u inizjattivi.", "KIRI TA' POSTIJIET MINGĦAND IL-PRIVAT", "22721.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru tgħid x'inizjattiva għandu l-gvern għas-sena 2007 biex tikber ir-rata ta' familji biex jikru l-proprjeta' mill- privat?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Matul din is-sena l-awtorita' tad-djar se tkompli tħaddem skema R li tipprovdi sussidju fuq il-kera lill-inkwilini li jikru mingħand il-privat.", "Dawn l-inkwilini jistgħu jibbenefikaw ukoll taħt skema 5 ta' l-awtorita' biex jirranġaw il-proprjeta' mikrija.", "Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra tabella dwar skema R.", "BIRKIRKARA – ĊENTRU TAS-SAĦĦA", "22738.", "L-ONOR.", "MICHAEL ASCIAK staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' l-Ministru jitlob li jinbidel il-ħġieġ tal- health centre ta' Birkirkara għaliex ma jidhrux l-uċuh ta' dawk li jkunu qegħdin jagħtu l-mediċini u dan jista' jwassal għal abbuż?", "Dawn għandhom ikunu trasparenti u mhux smoked jew bojod?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Il-ħġieġ ta' l-ispiżerija tal-gvern taċ-ċentru tas- saħħa ta' Birkirkara huwa frosted in-naħa ta' fuq tal-partition li jissepara l-ispiżjar mill-klijenti.", "Dan kien hekk sa mil-bidu tal-ftuħ taċ- ċentru u sar b'dan il-mod peress li l-ispiżerija tidher mit-triq.", "Madankollu, l-ispiżjar jidher sew meta jkun qed jaqdi l-klijent minn bilqiegħda.", "GĦADIRA - CARAVAN SITE", "22741.", "L-ONOR.", "MICHAEL ASCIAK staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru jara għalfejn għal applikazzjonijiet għad-dawl fil-caravan site ta' l-Għadira qed jintalab il-compliance certificate tal-MEPA meta dan mhuwiex bini kopert bil-permess imma caravan?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Il-compliance certificate tal-MEPA jintalab ma' kull applikazzjoni tad-dawl permanenti biex l-Enemalta tassigura li jkun hemm il- permessi meħtieġa.", "Dan skond l-att dwar l-ippjanar ta' l-iżvilupp kap 356, artiklu 61.", "BIRKIRKARA - DAWL TAL-MILIED", "22742.", "L-ONOR.", "MICHAEL ASCIAK staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru jara għalfejn applikazzjonijiet għad-dawl tal-Milied f'Birkirkara ma ngħatawx id- dawl fil-ħin, avolja l-applikazzjoni kienet magħmula fil-ħin (10 days)?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Il-provvista ta' l-elettriku għal dekorazzjoni tal- Milied f'Birkirkara ingħata fil-ħin stipulat ħlief għal triq waħda partikolari, fejn il-provvista ngħatat ġurnata wara minħabba xogħlijiet oħra importanti jew ta' priorita' għolja.", "MALTA ENTERPRISE", "22746.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm- il proġett approvat il-Malta Enterprise din is-sena?", "Kemm huwa mistenni li jiġġeneraw investiment?", "Kemm hu mistenni li joħolqu mpjegi fit-tliet snin li ġejjin?", "Kemm minn dawn il-proġetti huma għal Għawdex?", "Kemm se jkun l- investiment tagħhom f'Għawdex?", "Kemm se joħolqu mpjiegi f'Għawdex?", "Jista' jagħtina l-istess informazzjoni għall-2005?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "SERVIZZ TA' HELICOPTER - ĦLAS TA' VAT", "22747.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm tħallas VAT mill-kumpannija Spanjola li kienet qed tħaddem is-servizz tal-helicopter bejn Għawdex u Malta?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "GĦAWDEX - TISQIJA FL-AGRIKOLTURA", "22749.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu stmat li hu l-bżonn ta' ilma kuljum għat-tisqija fl-agrikoltura f'Għawdex?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jirriferi l-mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "INDUSTRIJA TAL-MANIFATTURA", "22750.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 22343 dwar id- dħul medju tal-ħaddiema fl-industrija tal-manifattura, fejn il-Prim Ministru qalli li d-data li tlabtu ma teżistix, jista' jagħtini l- informazzjoni għas-settur tal-manifattura in ġenerali għal Malta u Għawdex separatament?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "GĦAWDEX - BIĊĊERIJA", "22751.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l- Ministru tgħid fejn wasal il-proċess tat-tender għall-provvista, istallazzjoni, ittestjar u kkummissjonar ta' l-apparat u servizzi anċillari għall-biċċerija ta' Għawdex?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: It-tender għall-provvista, istallazzjoni, ittestjar u kkummissjonar ta' l-apparat u servizzi anċillari għall-biċċerija ta' Għawdex qiegħda fil-proċess li terġa' tiġi ppubblikata.", "GĦAWDEX - KUNTRATTI TA' TOROQ", "22752.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l- Ministru tirrispondi mistoqsija parlamentari 22314 dwar kuntratti ta' toroq f'Għawdex?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "ARLOĠĠ TA' L-ISLA", "22765.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 21020, peress li issa għaddew xahrejn minn mindu kellu jiġi mqabbad perit biex iħejji rapport dwar il-kondizzjoni ta' l-arloġġ ta' l-Isla, jista' l-Ministru jgħid min kien il-perit imqabbad għal dak l-iskop u jekk sarx ir-rapport li kellu jitħejja?", "X'riżultat kien hemm f'dak ir-rapport, jekk sar?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 21020, ninsab informat li l-perit imqabbad biex jitħejja rapport fuq il-kondizzjoni ta' l- arloġġ ta' l-Isla hi l-Perit Jean Frendo.", "Ix-xogħlijiet jikkonsistu f'tikħil ta' xi fili miftuħin fil-parti tat-torri (li nbena mill-Ingliżi) u f'restawr tal-bażi t'isfel li tifforma parti mis-sur (li kien inbena mill- Kavallieri).", "L-ewwel fażi tax-xogħlijiet, jiġifieri r-restawr tat-torri, se ssir aktar tard din is-sena filwaqt li t-tieni fażi, dik tar-restawr tal-bażi t'isfel, issir aktar 'il quddiem.", "KAPPARA - ĠNIEN G MARIA CAMILLERI", "22776.", "L-ONOR.", "ROBERT ARRIGO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid min qed jieħu ħsieb ġnien G Maria Camilleri fil-Kappara?", "X'marki tawh id-dipartiment tal- kunsilli lokali?", "X'passi ttieħdu biex dan il-ġnien jixbaħ xi forma ta' ġnien?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ġnien Ġ Maria Camilleri huwa responsabbilta' tal-kunsill lokali ta' San Ġwann.", "Tabelli li juru l-marki li ġab dan il-ġnien fir- rapporti magħmula mid-dipartiment għall-gvern lokali qed jitpoġġew fuq il- mejda tal-Kamra.", "GŻIRA - ĊENTRU TAS-SAĦĦA", "22781.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' l-Ministru jwieġeb għal dawn l-ilmenti dwar iċ-ċentru tas-saħħa tal-Gżira:", "*li s-servizz pubbliku ta' spiss qed ikun slow; *li ġieli jkun hemm ġranet fejn, minkejja li s-servizz pubbliku jkun estiż sa wara nofsinhar għal ċerti servizzi, joperaw bi skeleton staff għaliex allegatament ikun hemm staff li jitilqu qabel il-ħin?", "X'inhuma l-working hours li fihom suppost iċ-ċentru jkun fully operational bil-complement sħiħ ta' l-istaff?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-Onor.", "Interpellant probabbli qiegħed jirriferi għas- servizz tal-farmaċija fejn veru li dan l-aħħar kien kemmxejn slow minħabba d-diċentralizzazzjoni ta' ħafna mediċini li qabel il-pubbliku kien jiġborhom biss mill-isptar.", "Dan ġara wkoll minħabba li l-ammont ta' nies bil-kartuna s-safra dejjem qiegħed jiżdied.", "Għalhekk, ftit tax-xhur ilu d- dipartiment tal-kura primarja ħaseb biex itaffi ftit minn din il-problema u l-unika soluzzjoni li sab kienet li joffri l-impjegati li jagħtu dan is- servizz, l-overtime.", "Saret ukoll sejħa għall-applikazzjonijiet biex jiġu ngaġġati iżjed spiżjara, liema sejħa wasslet biex japplika spiżjar wieħed biss.", "Peress li mhux l-impjegati kollha setgħu jagħmlu l-overtime fuq bażi regolari, uħud minnhom jitilqu fil-ħin tas-soltu, stipulat mid-dipartiment, u jibqgħu jaħdmu biss dawk ta' l-overtime bħala skeleton staff.", "Il-ħinijiet tal-ftuħ ta' l-ispiżerija skond il-ġurnata u l-overtime huma hekk:", "It-Tnejn, l-Erbgħa u l-Ġimgħa: mit-8.00 a.m. sas-1.30p.m.", "It-Tlieta u l-Ħamis: mit-8.00a.m. sat-3.00p.m. (fis-2.30p.m. jitilqu dawk l- impjegati li ma jaħdmux overtime)", "MALTA DIPLOMATIC SERVICE - SECOND SECRETARIES", "22782.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid kemm applikanti hemm għal postijiet vakanti ta' second secretaries fil-Malta Diplomatic Service?", "Kemm hemm postijiet vakanti?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Skond paragrafu 26 tas-sejħa għall-applikazzjonijiet maħruġa fil-gazzetta tal-gvern numru 17995 ta' l-14 ta' Novembru 2006, l- applikazzjonijiet intlaqgħu mid-dipartiment ta' l-eżamijiet, il-Furjana u ċ- ċentru ta' l-eżamijiet ġewwa Victoria, Għawdex.", "Dan il-ministeru mhuwiex f'pożizzjoni jgħid kemm applikaw.", "SWATAR – KONĠESTJONI TAT-TRAFFIKU", "22783.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Tista' l-awtorita' dwar it-trasport tikkonsidra t-talba ta' diversi residenti tas-Swatar biex kemm Triq Mons Arturo Bonnici kif ukoll Triq Balliju Guttenberg jiġu one-way minħabba l-konġestjoni tat-traffiku li spiss qed ikun hemm?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Minn riċerka li saret fir-records tat-taqsima għall-immaniġġar tat-traffiku rriżulta li ma kien hemm l-ebda talba mill- kunsill lokali ta' l-Imsida sabiex Triq Mons. Arturo Bonnici u Triq Balliju Guttenberg isiru one-way.", "It-taqsima għall-immaniġġar tat-traffiku se tikkuntatja lill-kunsill lokali rigward din il-proposta.", "SWATAR - SERVIZZ TA' TRASPORT PUBBLIKU", "22784.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Tista' l-awtorita' dwar it-trasport tilqa' it-talba ta' diversi residenti tas-Swatar biex is-servizz tal-karozza tal-linja 169 mill-Belt ikun aktar spiss minn darba kull siegħa, speċjalment fil-ħinijiet tax- xogħol u ta' l-iskejjel?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: L-awtorita' dwar it-trasport qed tistenna mingħand l-assoċjazzjoni trasport pubbliku skeda ġdida b'servizz aktar frekwenti sabiex fil-futur qarib taqdi aħjar lir-residenti tas-Swatar kif ukoll il- call centre ta' l-HSBC.", "Din l-iskeda se tinħadem fuq bażi ta' prova għal tliet xhur u se jsir monitoraġġ sabiex wieħed jiddetermina l-viabilita' ta' din l-iskeda.", "SWATAR – POSTIJIET TAL-GVERN", "22785.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru tgħid x'qiegħed iżomm it-titlu ta' postijiet tal- gvern fi Triq Mons A Bonnici, Swatar milli jinqaleb fuq ir-residenti meta ċ- ċens tal-post konċernat diġa' ġie mifdi, u speċifikament fil-każ li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Biex l-awtorita' tad-djar tkun tista' tittrasferixxi titolu legali ta' proprjeta' fuq benefiċjarju, qabel xejn id- dipartiment ta' l-artijiet irid jittrasferixxi lill-awtorita' t-titolu ta' l-art li tkun mibnija fuqha l-proprjeta'.", "Ninsab informata li fil-każ tal-postijiet li għalihom l-Onor.", "Interpellant qiegħed jirriferi, inkluż dak speċifiku, it-trasferiment ta' l-art għadu ma sarx, għalhekk l-awtorita' m'hijiex f'pożizzjoni li tiffinalizza l- kuntratti tat-trasferiment tal-proprjeta' mal-benefiċjarji.", "BENGĦAJSA - TRASFERIMENT TA' ARTIJIET", "22788.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kif il-kummissarju ta' l-artijiet ittrasferixxa l-artijiet li kien esproprja f'Bengħajsa, limiti ta' Birżebbuġa, lill-Malta freeport corporation, taħt liema titolu u x'kienet il-konsiderazzjoni li tħallset?", "X'tip ta' ftehim hemm bejn il-Malta freeport corporation u l-Malta freeport terminals biex din topera fuq l-art imsemmija fl-ewwel domanda?", "Taħt liema titolu qed topera fuq din il-proprjeta' u x'konsiderazzjoni qed titħallas?", "Jista' jikkonferma wkoll jekk il-Malta freeport corporation hijiex qed tgħaddi l-profitti tagħha lill-gvern?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "QORTI TAL-FAMILJA - RIKORSI", "22789.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li mhumiex jitħallew isiru fotokopji ta' rikorsi ppreżentati fil-qorti tal- familja u li ma jkunux għadhom ġew notifikati lill-kontro-parti?", "Minn liema liġi toħroġ din ir-raġuni meta r-rikors li jkun ġie ppreżentat huwa dokument pubbliku u aċċessibbli għall-istess pubbliku?", "ONOR.", "TONIO BORG: Bħala regola ġenerali, l-atti kollha ppreżentati quddiem il-qrati Maltin fil-kawżi ċivili, inkluż il-qorti tal-familja, huma kollha aċċessibbli għall-pubbliku, mingħajr ebda distinzjoni dwar in-natura ta' l- att.", "Madankollu, jista' jagħti l-każ li tali aċċess ma jkunx possibbli, jew minħabba f'ordni tal-qorti, stante in-natura tal-każ, jew inkella minħabba l-fatt li l-att ikun barra n-notifika u għalhekk ma jkunx aċċessibbli fil- mument illi jintalab aċċess għalih.", "TRIQ REĠJONALI - SOUND BARRIERS", "22790.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li jsiru sound barriers għal Triq Reġjonali?", "Jista' jgħid ukoll meta se jiġu stallati speed limit signs fi Triq il- Ferrovija, in vista li qed ikun hemm sewqan eċċessiv?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: L-awtorita' dwar it-trasport qiegħda tistudja diversi miżuri ta' titjib, inklużi sound barriers, bħala parti mill-proġett ta' upgrading fi Triq Reġjonali.", "Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, l-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jikkjarifika għal liema Triq il-Ferrovija qiegħed jirriferi sabiex l- awtorita' dwar it-trasport tkun tista' tevalwa din il-problema.", "WIED IL-GĦAJN - TRIQ IT-TIBEN", "22791.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jgħid jekk ix-xogħol fi Triq it-Tiben, Wied il- Għajn, li dwarha ilni ħafna nagħmel mistoqsijiet parlamentari, hux se jibda f'Jannar kif kien imwiegħed is-sena l-oħra?", "Jaħseb li issa għandu jingħata committment ta' meta se tinbeda u titlesta din it-triq, fid-dawl li r-residenti ilhom snin twal jistennew li ssir, issa li hi mibnija kollha?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Din it-triq se tiġi nkluża fil-batch ta' toroq li se jsiru bil-period contract mill-awtorita' dwar it-trasport.", "Hu ppjanat li dawn ix-xogħlijiet jingħataw fi żmien erba' xhur oħra.", "TAQSIMA PROPRJETA' TAL-GVERN - APPLIKAZZJONI", "22792.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: B'riferenza għal applikazzjoni E40/2002/I/7 intavolata mat-taqsima proprjeta' tal-gvern, jista' l-Viċi Prim Ministru jindaga x'kienet ir-raġuni li wasslet lid-dipartiment jiddikjara li l-art ma tintużax skond kif stipulat fl-iskema meta l-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, jaħdem l-istess raba' u jabita fir-razzett li hemm fuq l-istess sit?", "ONOR.", "TONIO BORG: L-applikazzjoni li għaliha qed issir riferenza ġiet rifjutata għaliex ma kenitx konformi mal-kondizzjonijiet ta' l-iskema tal- qbiela li, fost affarijiet oħra, kienu jipprekludu li jsiru applikazzjonijiet fuq bini li jkun qed jintuża għal skopijiet residenzjali jew mhux agrikoli.", "Barra minn hekk, l-istess applikazzjoni kienet tirkeb b'mod sostanzjali fuq art oħra tal-gvern li hi mogħtija b'ċens temporanju lil terzi.", "Il-bqija ta' l-art ma jidhirx li kienet qed tintuża għal skop agrikolu.", "SUPPLY KINDERGARTEN ASSISTANTS", "22793.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru jgħid x'sar mis-sejħa għall- applikazzjonijiet ta' post of supply learning support (supply kindergarten assistants) in the education division to support students with special needs?", "F'liema stadju waslet din is-sejħa?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-intervisti għal supply learning support (supply kindergarten assistants) saru f'Mejju, 2006 u r-riżultati ġew ippubblikati.", "S'issa ġew impjegati 11 skond il-ħteġijiet tad-diviżjoni.", "22 kandidat/a oħra, li ġew offruti mpjieg, irrifjutawh.", "KONT TA' L-ILMA", "22794.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru jirriferi l- każ li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, lill-bord tal- korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma peress li saru t-testijiet meħtieġa f'din id-dar u nstab li kien hemm xi leakage u issa saru t-tiswijiet kollha meħtieġa?", "Jista' jara li dan il-każ jiġi kkonsidrat b'mod soċjali peress li l-aktar kont riċenti kien wieħed eżorbitanti, ikkomparat mal-bqija tal-kontijiet li ntbagħtu lil din il-familja, u anke għaliex din il-familja għandha suspett li l-leakage żgħir li nstab ma setgħax kien hu l-kawża ta' dan il-kont esaġerat?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Il-konsumatur in kwestjoni diġa' kienet mitluba, permezz ta' ittra, biex tinforma l-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma meta t-tiswijiet fis-sistema interna tal-plumbing ikunu lesti, iżda din baqgħet ma għamlitux.", "Qabel ma l-korporazzjoni tirrivedi l-kontijiet tal-konsum ta' l-ilma f'każi bħal dawn, trid taċċerta ruħha li jkunu tassew saru t-tiswijiet neċessarji biex meta ssir tali reviżjoni din tkun waħda finali.", "Meta jinħarġu kontijiet bi stima tal-konsum, din l-istima tinħadem bil- computer u tkun ibbażata fuq konsum passat, għalhekk il-konsum mhux normali jkun rifless anke f'dawn l-istimi.", "Dawn l-istimi jkunu newtralizzati meta jinħareġ il-kont ibbażat fuq qari attwali.", "Il-każ in kwestjoni se jkun riferut lill-advisory board tal-korporazzjoni biex issir ir-reviżjoni li hemm bżonn.", "AMNESTIJA LILL-PRIĠUNIERI", "22798.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk jistax jikkontempla li fl-okkażjoni ta' l-investitura ta' Arċisqof ġdid għal Malta, u fid-dawl tad-diversi drabi li l-Papa Ġwanni Pawlu II kien appella l-leġislaturi għall-amnestija lill-priġunieri (anke l-Parlament Taljan), tingħata xi sura ta' amnestija lill-priġunieri f'Malta?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ma nista' nagħti ebda informazzjoni jew tweġiba għal din id-domanda, peress li kwestjonijiet bħal dawn jiġu deċiżi mill-kabinett.", "QRATI TAL-ĠUSTIZZJA - TERRAZZIN", "22799.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li tittella' filata fl-opramorta fit-terrazzin li jinsab retropost għas-sigrieti ta' l-awli tal- maġistrati fil-qrati tal-ġustizzja, liema terrazzin iħares għal fuq Triq id- Dejqa, il-Belt Valletta, billi l-opramorta hija baxxa ħafna u tippreżenta periklu ċar?", "ONOR.", "TONIO BORG: Qed tittieħed azzjoni mid-diviżjoni tal-qrati tal- ġustizzja biex meta tiġi approvata mill-MEPA, tittella' filata fl-opramorta fit-terrazzin li jinsab retropost għas-sigrieti ta' l-awli tal-maġistrati.", "SERVIZZ TA' TRASPORT PUBBLIKU", "22800.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jgħid jekk l-awtorita' dwar it-trasport tistax tikkontempla li jkun hemm servizz ta' trasport pubbliku, bħalma kien hemm żmien ilu, bil-karozza numru 5 li titlaq minn Raħal Ġdid, jew anke minn Ħal Tarxien, li tgħaddi minn Raħal Ġdid għal Belt Valletta, peress li hemm ħafna residenti Pawlisti u Tarxienisti li għandhom distanzi twal għall- eqreb bus stop issa li kemm Raħal Ġdid kif ukoll Ħal Tarxien kibru sew?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "RAĦAL ĠDID - TRIQ MATER BONI CONSIGLII", "22801.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jgħid jekk l-asfaltar ta' Triq Mater Boni Consiglii f'Raħal Ġdid (quddiem il-club tal-boċċi) huwiex responsabbilta' tal-kunsill lokali jew tal-gvern ċentrali?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Din it-triq hija responsabbilta' tal-kunsill lokali.", "RAĦAL ĠDID - DAWL QUDDIEM IL-KNISJA", "22802.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru jara li l- Enemalta ssewwi l-ħsarat li hemm fil-bozoz tal-brazzi li suppost idawwlu z- zuntier tal-Knisja ta' Kristu Re f'Raħal Ġdid u li ilhom mitfija għal ħafna xhur?", "Jista' jara wkoll li l-Enemalta ssewwi l-floodlight li suppost iddawwal l-istess knisja, li ilha mitfija ħafna xhur u li tinsab mal- faċċata tal-bini quddiem iz-zuntier, eżatt fuq il-plakka ta' l-isem ta' Triq il-Knisja, Raħal Ġdid?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Iż-żewġ arbli ornamentali li hemm faċċata tal-bieb prinċipali tal-Knisja huma responsabbilta' ta' l-Enemalta u jixgħelu.", "L- erba' arbli l-oħra huma responsabbilta' ta' l-awtorita' tal-Knisja.", "Iż-żewġ floodlights imsemmija huma responsabbilta' tal-kunsill lokali, għalhekk l-Onor.", "Interpellant hu mitlub iressaq id-domanda tiegħu lill- ministru konċernat.", "RAĦAL ĠDID - KNISJA TAL-MADONNA TA' LOURDES", "22803.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru jara li l- Enemalta ssewwi l-ħsarat li hemm fil-floodlight li suppost iddawwal il- knisja tal-Madonna ta' Lourdes f'Raħal Ġdid li ilha mitfija diversi xhur?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Il-floodlights li hemm quddiem il-knisja msemmija twaħħlu temporanjament għall-festi tal-Milied mill-awtoritajiet tal-knisja u se jitneħħew.", "M'hemmx floodlights oħra.", "GUDJA - TRIQ ĦAL RESQUN", "22805.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' il-Ministru, fid-dawl tal-mistoqsija tiegħi lilu ta' Jannar, 2006 jara li jsir l-asfaltar ta' Triq Ħal Resqun fil-Gudja b'mod urġenti minħabba l-istat pessimu tagħha – din ilha hekk għal dawn l-aħħar 34 sena - u r-risposta tiegħu datata 16 ta' Jannar 2006 (PQ nru.", "211) fejn talabni ngħaddilu d-dettalji dwar liema parti tat-triq kont qed nirriferi, u peress li ovvjament kont qed nirriferi għal dik il-parti tat-triq li għadha mhijiex asfaltata, u peress li jien stess f'dawn il-ġranet mort nara b'għajnejja t-tbatijiet tar-residenti wara x-xita li għamlet, jara li dik il-parti tat-triq, li qatt ma ġiet asfaltata, tiġi asfaltata mill-aktar fis għax hemm periklu serju kemm għan-nies kif ukoll għall-proprjeta' tagħhom minħabba t-tajn miġmugħ li jtir fuq il-faċċati tar-residenzi kull meta jgħaddu l-karozzi?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "SUSSIDJU TAL-KERA", "22811.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru tara jekk hux il-każ li tiġi riveduta t-tabella fejn tinħadem il-kera skond il-qligħ ta' l-applikant peress illi minħabba l-iżviluppi tul dawn l-aħħar għaxar snin circa, l- għajnuna tas-servizzi soċjali u/jew il-pagi m'għadhomx jirriflettu r- realta' attwali?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: L-iskedi li fuqhom jinħadem is-sussidju tal-kera jiġu riveduti kull sena skond iż-żieda li tkun ingħatat għall-għoli tal- ħajja.", "DEVELOPMENT CONTROL POLICY GUIDELINES", "22812.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid meta beħsiebu japprova l-emendi l- ġodda għad-development control policy guidelines ta' l-2005 wara li ntemm il-perijodu ta' konsultazzjoni pubblika minħabba li hemm numru ta' applikazzjonijiet fil-MEPA li jinsabu pendenti u qed jistennew li jiġu approvati dawn ir-regolamenti l-ġodda biex jitilgħu għad-deċiżjoni finali?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Għalkemm il-perijodu ta' konsultazzjoni pubblika għalaq, għad hemm diskussjoni għaddejja mal-kamra tal-periti.", "Huwa maħsub li ladarba din id-diskussjoni tingħalaq, fl-inqas żmien possibbli ssir l- evalwazzjoni ta' kull risposta li rċeviet il-MEPA.", "L-emendi li jsiru sussegwentement jenħtieġu l-approvazzjoni tal-bord tal-MEPA u tal-ministru ta' l-affarijiet rurali u ambjent.", "ĦAL QORMI - TRIQ IR-RAGĦAJ", "22814.", "L-ONOR.", "CLYDE PULI staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jgħid għaliex Triq ir-Ragħaj, Qormi għadha ma ngħatatx it-tarmac meta t-tender diġa' ġie mogħti?", "Jista' jgħid meta se jibda x-xogħol fuq din it-triq?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra."]} {"filename": "20071026_572d_par.doc", "date": "2007-10-26", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Uffiċjali u Rivedut) L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 572 Il-Ġimgħa, 26 ta' Ottubru, 2007 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 572", "Il-Ġimgħa, 26 ta' Otturbu, 2007", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-9.00 a.m.", "Talba", "Seduta Nru. 572", "Il-Ġimgħa, 26 ta' Ottubru, 2007", "WERREJ", "MINUTI 490", "TQEGĦID TA' KARTI 490", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "KUMITAT TA' PROVVISTA - ESTIMI ĠENERALI 2008", "IT-TIELET JUM STABBILIT", "MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET RURALI U AMBJENT 491", "AĠĠORNAMENT 529", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 530", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 571 li saret fil-25 ta' Ottubru, ġew konfermati.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Carmelo Abela): Skond il-mozzjoni ta' proċedura numru 307 ta' l-10 ta' Ottubru, 2007 il-ħin tal-mistoqsijiet ta' din is- seduta ma jitteħidx u l-mistoqsijiet kollha li dehru fuq l-aġenda qed jingħataw tweġiba bil-miktub.", "Tqegħid ta' Karti.", "L-Onor.", "George Pullicino.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO (Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent): Sur President, f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Zgħazagħ u Impjiegi, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar in-nefqa fuq petrol mid-dekasteru li għalih hu responsabbli l-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Zgħażagħ u Impjiegi bejn Jannar u Marzu 2007, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari 26192;", "f'isem il-Ministru għar-Rizorsi u Infrastruttura, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' tliet pubblikazzjonijiet \"on site\" ħarġiet numru 22, 23, 24, maħruġa mill-Ministeru għar-Riżorsi u Infrastruttura, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari 28040;", "f'isem il-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq, inqiegħed fuq il-mejda tal- Kamra:", "Tagħrif dwar in-nefqa fuq konsulenti u/jew kumpanniji ta' konsulenza mid-dekasteru li għalih hu responsabbli l-Ministru għall-Izvilupp Urban u Toroq bejn Jannar u Marzu 2007, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari 26193; u", "f'isem il-Ministru għall-Familja u Solidarjeta' Soċjali, inqiegħed fuq il- mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar in-nefqa fuq petrol mid-dekasteru li għalih hu responsabbli l-Ministru għall-Familja u Solidarjeta' Soċjali bejn Jannar u Marzu 2007, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari 26191.", "THE DEPUTY SPEAKER: Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal- Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "KUMITAT TA' PROVVISTA", "ESTIMI ĠENERALI 2008", "IT-TIELET JUM STABBILIT", "MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET RURALI U AMBJENT", "L-Ordni għall-Kumitat ġie moqri.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor.", "Carmelo Abela, President tal-Kumitat, jippresjedi.", "THE CHAIRMAN: Illum il-Kumitat għandu quddiemu l-Voti tal-Ministeru għall- Affarijiet Rurali u Ambjent.", "Nixtieq ninforma lill-Kumitat li skond il- mozzjoni ta' proċedura 307 ta' l-10 ta' Ottubru 2007, il-ħin tad- diskussjoni tal-lum huwa ta' erba' sigħat u għandu jinqasam indaqs bejn kelliema tal-gvern u kelliema ta' l-oppożizzjoni bl-aħħar nofs għall-gvern.", "Il-Ministru Pullicino, jekk jogħġbu, iressaq ir-riżoluzzjonijiet tiegħu.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Sur President, nipproponi:", "VOT 42 - MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET RURALI U AMBJENT", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn €58,884,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 42 - Ministeru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2008.", "VOT XI - MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET RURALI U AMBJENT", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn €41,055,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot XI - Ministeru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2008.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Noel Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Sur President, nipproponi din l-emenda:", "VOT 42 - MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET RURALI U AMBJENT", "Personal Emoluments", "Item 11 - Holders of Political Office", "Ħassar iċ-ċifra \"€74,359\" u ssostitwixxi minflok iċ-ċifra \"€74,356\".", "Delete the figure \"€74,359\" and substitute therefor the figure \"€74,356\".", "Sur President, l-oppożizzjoni Laburista matul din il-leġislatura minn dejjem iffokat sabiex kwalunkwe sitwazzjoni negattiva li joħloq il-gvern tal-ġurnata ddawwarha f'waħda pożittiva u dan għamlitu b'suċċess taħt it- tmexxija u l-leadership ta' l-Onor.", "Alfred Sant.", "Fil-fatt fattur ewlieni tal-kontribut lejn l-istabbilita` ekonomika f'pajjiżna hi, li illum kulħadd jaf x'inhi l-viżjoni politika u x'inhuma d-dokumenti tal-politika tal- partit Laburista tal-futur.", "U dan jikkontribwixxi biex il-korpi kostitwiti f'pajjiżna u l-investituri esteri jkunu aktar attivi u mimlija aktar kuraġġ u jifhmu aktar l-andament progressiv ta' pajjiżna.", "Għalkemm dan jinħeba min-naħa tal-gvern tal-ġurnata, huwa fatt li dan ta kontribut biex jiggarantixxi stabbilita` ekonomika, kif għandi nifhem li kull gvern li jirrappreżenta lill-poplu f'pajjiż demokratiku għandu jkollu.", "Għalhekk nixtieq nieħu l-okkażjoni biex insellem lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni għad- direzzjoni politika li qed jagħti lil pajjiżna, u hija ħasra li l-gvern immexxi mill-Prim Ministru Gonzi ma japprezzahiex u ma jimxix fuq dan il- mudell biex naslu li nagħtu kwalita` ta' ħajja aħjar għall-bqija tal- familji Maltin u Għawdxin.", "Sur President, in-Nazzjonalisti jieħdu għalihom meta nakkużawhom li daħku bin-nies u jgħidulna li qed nesaġeraw meta ngħidulhom li n-nies mhux qed jafdawhom.", "Issa, fil-45 minuta li għandi għad-dispożizzjoni tiegħi se nipprova nuri b'fatti konfermati kif dawn in-nies u l-uffiċjali ta' madwarhom daħku bil-poplu.", "U se nibda billi nsemmi l-kwestjoni tas- salvagwardji tal-biedja.", "Dan il-gvern kien jgħid li kemm-il darba jkun hemm 10% distortion - dan kien qalu s-segretarju parmanenti fi ħdan il- ministeru tal-bieraħ u tal-lum - fuq l-importazzjoni, il-gvern jinnegozja special safeguards ma' l-Unjoni Ewropea.", "Il-bdiewa, ir-raħħala, dawk li jaħdmu fl-agro-industrija u n-nies fil-mestier emmnuhom imma llum jafu li daħku bihom, u allura jafu li s-settur mhux veru għaddej bir-ritmu li jispjega l-gvern u l-ministeru ta' l-affarijiet rurali.", "Ir-realta` hi li dan is-settur bil-mod kif qed jitmexxa riesaq lejn falliment.", "Inħolqu ċerti tribujiet li ħolqu ċertu mekkaniżmu u dan ħoloq instabbilita` fost l-uffiċjali u l-ħaddiema tad-dipartiment ta' l- agrikoltura, id-dipartiment tas-sajd u d-dipartiment tas-servizzi veterinarji.", "Għalfejn dħaktu bin-nies fil-kwestjoni tas-salvagwardji, meta aħna konna ngħidulkom li artikli 37 u 38 ta' l-accession treaty jispjegaw li ma tistgħux timponuhom għax dawn iż-żewġ artikli jwaqqgħu lil xulxin.", "Imma intom bgħattu karta biex tgħidu li se tagħmlu s-salvagwardi, ġennintu lill-bdiewa, lir-raħħala, lill-familji tagħhom, lil min jaħdem fl- agro-industrija u lill-produtturi u min da kollu m'għamiltu xejn.", "Kontu qed tidħku bihom.", "Jiena se nkompli nsemmi punt wieħed wara l-ieħor biex nuri kif dan il-gvern daħak b'dawn in-nies.", "Kellek segretarju permanenti li għamel dikjarazzjoni li kemm-il darba jkun hemm 10% distortion fuq l-importazzjoni japplika s- salvagwardji.", "Qalilhom li dik se tkun il-benchmark imma din il-wegħda ma żammha qatt.", "Barra minn hekk, dawn is-salvagwardji li rriżultaw li huma meħtieġa fuq numru ta' problemi, kull meta l-bdiewa, ir-raħħala u l-għaqdiet tagħhom kienu qed jistennew li se jiġu applikati sabu l-bibien magħluqa.", "Jiena niskanta kif ma tintalabx apoloġija mill-gvern dwar din il-falsita' u din id-diżonesta' politika li ġiet komunikata lil dawn in-nies li jagħmlu tant sagrifiċċji.", "Sur President, tan-naħa l-oħra, lill-konsumaturi qalulhom li mhux veru se jogħlew il-prezzijiet.", "Qalulhom li għandhom arranġamenti speċjali ma' l- Unjoni Ewropea ħalli dik id-differenza fil-prezzijiet jissussidjawha u ma tinħassx.", "Hawnhekk ukoll daħku bil-konsumaturi.", "Lil tal-ħwienet tal- laħam, lill-konsumaturi, lil tar-restoranti u lil dawk kollha li jużaw materja prima ta' l-ikel gerrxuhom.", "Ħalli nitkellem fuq qasam wieħed biss, dak tal-laħam.", "Per eżempju, il-maġġor parti tal-beef bilfors irridu nimportawh għax peress li aħna m'għandniex dik il-kobor ta' art dak li nipproduċu aħna m'huwiex biżżejjed biex inlaħħqu mad-domanda, kemm għall- konsum fl-industrija tat-turiżmu kif ukoll għall-konsum tal-popolazzjoni tagħna.", "Qabel l-2004 it-top side knuckle importat kien jasal Malta bil-prezz ta' 96ċ-il kilo.", "Illum jasal Malta bil-prezz ta' Lm1.67-il kilo, żieda ta' 71ċ fil-kilo.", "Dawn huma fatti li l-konsumatur jesperjenzahom kuljum.", "Issa jiena mhux qed nattribwixxi din iż-żieda għal spejjeż oħra bħal ngħidu aħna x- shipping, il-handling, u għal kemm ikun hemm imprendituri li jridu jagħmlu profitt, u għalhekk dik iċ-ċifra titla', sakemm jasal at sale point u jixtrih il-konsumatur.", "L-Onor.", "Francis Agius li għadu ġej issa, kwarta wara li bdiet id-diskussjoni, bħala tabib jaf li l-bniedem jgħix meta jimla żaqqu għax the basics of science are: You supply your digestive system and your digestive system supplies the energy to the brain and to the rest of the organs.", "Jiġifieri n-nies jgħixu b'ikel tajjeb.", "It-tabib ikollhom bżonnu meta jimirdu, imma l-ikel ikollhom bżonnu kuljum.", "Jiġifieri dan huwa prodott essenzjali.", "Kif kont qed nispjega, in-knuckle, li qabel kien jasal Malta b'96ċ-il kilo, illum jasal Malta b'Lm1.67-il kilo, żieda ta' 71ċ-il kilo.", "Din m'hijiex xi żieda fil-pagi tal-ħaddiem, imma hija żieda fuq kilo laħam.", "Din m'hijiex żieda fuq xi siegħa xogħol jew xi ġurnata xogħol kemm ilna li dħalna fl-Unjoni Ewropea, imma żieda li suppost ma kellhiex tkun.", "Ir-rump steak għola 71ċ-il kilo; is-silver side għola 83ċ-il kilo u l-cube roll l-istess.", "Imbagħad insibu li t-tender loins, il-fillets - l-iktar ħaġa li forsi l-konsumatur kien jieħu pjaċir jiekol fir-restoranti - li kienu jaslu Malta Lm2.80-il kilo, illum qed jaslu Malta bi Lm8.07ċ-il kilo, żieda ta' Lm5.27ċ-il kilo.", "Naturalment il-lista fiha iktar informazzjoni u iktar 'l quddiem inpoġġiha fuq il-mejda tal-Kamra ħalli dak li jkun ikun jista' jsegwiha.", "X'inhu l-argument ta' dan kollu?", "Dawn daħku bin-nies għax lill- konsumaturi, lill-imprendituri, lis-sidien tar-restoranti u lill-hoteliers qalulhom li kollox huwa ssussidjat taħt il-programm ta' l-SMPPMA.", "Imma dawn huma nies li dejjem kienu bla ħila.", "Mhux illum biss huma bla ħila imma anke qabel l-accession treaty, għax min kien segretarju permanenti dakinhar, għadu segretarju permanenti llum.", "Dan jaf li kien hemm żieda ta' Lm5.27ċ fil-kilo fil-prezz tal-fillet u meta kienu qed jinnogzjaw ma' l-Unjoni Ewropea, b'RCC u l-mustaċċuni kollha, għamlu parametri biex jissussidjaw il- beef bi ftit ċenteżmi l-kilo!", "Għaliex, Sur President?", "Għax huma nies bla ħeġġa.", "Jitkellmu fuq l-ekonomija u ma jifhmux li l-ekonomija għal 70% tal- poplu tal-gżejjer tagħna hija s-saħħa fil-but li jkollu l-ħaddiem permezz tal-paga.", "U mhux kapaċi jifhmu li meta qed nitkellmu fuq l-ikel, qed nitkellmu fuq infiq ta' Lm60 minn kull Lm100 paga għax il-familja tonfoq parti mill-paga tagħha għand tal-grocer, għand tal-laħam, għand tal-ħut, għand tal-ħaxix u tal-frott frisk u għand is-supermarkets fejn tixtri l- food and beverages għall-ħteġijiet tal-ħajja ta' kuljum.", "Imma dawn tant huma maqtugħa mir-realta' li ma jirrealizzaw xejn minn dan kollu.", "Qegħdin hemmhekk bħala parti minn tribu' li jrid itajjar tribu' ieħor, min ried itajjar lil ex ministru Dalli, min ried itajjar lill-ex segretarju parlamentari Antoine Mifsud Bonnici, min ried itajjar lil dak u min ried itajjar lil ieħor.", "Daħlu hemm biex jieħdu postijiet dawn it- tribujiet, u allura ma jafux x'għandhom jagħmlu biex iġibu 'l quddiem lil dan is-settur u lil dawk kollha msieħba fih.", "Tant hu hekk illi llum s- segretarju parlamentari u l-ministru spiċċaw farsa fost dawn in-nies fil- mestier għax ma jaqblux bejniethom.", "Wieħed jgħid li hu m'għandu xejn kontra l-ieħor, imma mbagħad fil-kuriduri tisma' ħafna affarijiet.", "U dan ma joħloqx a feel good factor imma joħloq a very amateurish image.", "U se nkompli nsostnieh mhux f'dan ir-rigward biss.", "Per eżempju, wieħed isib li minn wara l-gwerra 'l hawn dawn kellhom l-aqwa għodda, għax minn wara l-gwerra 'l hawn ma kienx hawn ministeru li taħt ir- responsabilita' tiegħu kellu l-ambjent u l-MEPA u li kellu segretarju parlamentari u ministru.", "Imma x'għamlu dawn?", "Il-pjan għall-iżvilupp rurali għadhom kif ipproponewh issa.", "Meta tkellimt ma' Brussels xi erba' ġimgħat ilu biex nara jekk wasalx, qaluli li Malta hija wieħed mill-aħħar pajjiżi li se tissottometti dan ir-rapport.", "Ġejja l-elezzjoni, jafu li hemm sitwazzjoni diffiċli fl-agrikoltura u l-pjan għall-iżvilupp rurali issa għadhom kif ipproponewh meta suppost qed nużawh fl-2007!", "Veru li mhux se nitilfu flus għax flok jinħadem fuq erba' jew ħames snin, jinħadem fuq tliet snin.", "Imma l-fatt hu li, per eżempju, aħna marbutin bid-directive tan-nitrates.", "Jaf il-ministru li lanqas il-MEPA ma ħaffet il-proċess ta' ċerti rziezet minkejja li hemm dawn id-deadlines marbuta max-xenarju kollu?", "Mhux qed ngħid li huwa tort tal-ministru jew tort tar-raħħala, imma huwa tort ta' min għandu r-responsabbilta' u ma jikkordinax dawn l-affarijiet.", "Il-punt hu li f'dan ir-rigward konna l-uniku pajjiż li ppreżentajna r-rapport tard u l-fondi mhux se neħduhom din is-sena għax Novembru qiegħed magħna.", "Nafu li sa Mejju għandna ċertu commitment li jrid isir, u se jkollna ċerti rziezet li mhux se jkunu jistgħu joperaw għax l-Unjoni Ewropea mhux se tħallina.", "Jiena mhux qed inwaħħal fin-nies tal-MEPA għax il-MEPA hija parti mill- ministeru.", "Jiena nwaħħal fil-political holder, inwaħħal fil-ministru għax fl-aħħar mill-aħħar tiegħu hi r-responsabbilta' politika.", "Għaliex?", "Jekk hemm spejjeż li ma kienx hemm fondi għalihom, jaf li through ir-rapport tar- rural development seta' sab ir-riżorsi u l-mekkaniżmi li jżid u jinċentiva iktar l-investiment li hemm bżonn biex dawn l-obbligi ta' pajjiżna, speċjalment ta' nitrati, mhux talli ma nlestuhomx talli nkunu fost l-ewwel li nilħquhom.", "Imma ġara bil-kontra għax kien hemm nuqqas ta' ħeġġa u nuqqas ta' kordinament.", "Meta tiltaqa' mal-bdiewa fil-pitkalija, dawn jgħidulek li ma jafux x'inhu jiġri.", "Jgħidulek li ħadulhom l-imħażen fejn konna għamilna s-sistema tal-crates biex il-kaxxi ma jibqgħux maħmuġin u tinżamm l-iġjene.", "Sar investiment ta' Lm400,000 mill-fondi tal-protokoll Taljan u kollox intelaq għal riħu.", "Meta jiena nistaqsihom jekk jipprovawx jgħidulhom biex iqumu ftit, jgħiduli li lanqas jiltaqgħu magħhom ma jridu.", "L-istess ħaġa qed jiġri mal-produtturi tal-majjal fejn iridu jgħaddu iktar minn 12-il xahar biex jiltaqgħu magħhom.", "Għaliex?", "Għax m'hemmx ħeġġa.", "Qisu xi ħadd iżżattat biss biex jilbes libsa li ma tiġihx u allura naturalment ma jkunx jista' jaqdi dmiru.", "Per eżempju, ħalli nieħdu l-kwestjoni tal- qatla ta' l-annimali.", "Jiena niddisgusta ruħi meta jkun hemm segretarju parlamentari u ministru li ma jeħdux l-opinjoni profonda tat-tobba veterinarji tagħna.", "Jiena naf li hemm tobba veterinarji li ma jaqblux li bdilna s-sistema ta' kif qed nittrattaw il-qatla tal-majjal fejn qed ngħarrquhom bis-C02.", "Forsi se jkun hawn min jgħidli li din hija s-sistema li tintuża fid-Danimarka.", "Iva, imma f'ħafna stati oħra ta' l-Unjoni Ewropea stess, it-tobba veterinarji ma jqisux li din is-sistema hija l-iktar waħda prattika u ideali, u jsostnu li tista' toħloq sens ta' moħqrija għall- annimali.", "Sur President, qed jitfgħu nies li huma tal-qalba minn Kastilja mingħajr l- ebda esperjenza xjentifika u amministrattiva, sempliċement għax huma ħbieb tagħhom.", "Fil-biċċerija nħoloq rebus ukoll, u tant qed jitilqu tobba veterinarji li kellhom jirrikorru malajr mingħajr l-ebda sejħa għal tabib Taljan li kien telaq ukoll u qed jagħtuh madwar Lm1,500 fix-xahar bi grad ta' assistent direttur jew ta' direttur, u tefgħuh jaħdem ma' tobba veterinarji li huma dedikati u ta' ħila.", "Jiena ħdimt ma' dawn it-tobba għal diversi snin u segwejt ix-xogħol li jagħmlu fuq bażi ta' servizzi veterinarji.", "Illum jekk hemm tlieta jew erbgħa minn sebgħa, hemm ħafna.", "Għaliex?", "Għax hemm falliment kemm mil-lat ekonomiku u kif ukoll mil-lat amministrattiv.", "Issa fil-biċċerija se jġibu l-fdalijiet ta' l-industriji u tal-kliniċi kollha jinħarqu ma' fdalijiet ta' l-annimali.", "Dan ma jagħtix sens ta' focus tajjeb u anke jekk ma tkun tifhem f'xejn ukoll tgħid li it's not healthy.", "Aħna ma nistgħux nirrappreżentaw is-suppervja jew il- pulikarja tagħna, imma rridu nifhmu li nirrappreżentaw lin-nies and we have to keep them happy, mhux qisna s-surmastijiet li għax għandna d-daqqa tal- firma u għandna s-salarju rridu nirrumblaw fuq in-nies!", "Ma nistgħux inkunu psatas.", "In-nies qegħdin hemm biex nagħtuhom id-dinjita' li tixirqilhom ħalli jħossuhom nies sħaħ u mhux ma jafux x'qed jiġri madwarhom.", "Per eżempju, għandna l-micropropagation.", "Dan l-investiment kellu jsir biex nimportaw inqas siġar u ninċentivaw iktar landscaping realistiku għal pajjiżna fejn ikollna siġar ħielsa mill-mard.", "Imma m'hawnx kontroll fuq l- importazzjoni u l-bieraħ f'\"The Times\" ssemmiet din il-problema.", "Lil min ġie għandi ġegħiltu jmur jirrapporta, imma qalulu li lanqas sellum m'għandhom.", "Id-direttur tal-Plant Health Department - mhux Farrugia li kont nikkritika jien għax issa hemm sinjura - qaltilhom li lanqas sellum m'għandhom.", "Qed jinqered il-palm u l-ħarrub u ma toħroġx notice waħda biex wieħed jipprova jara kif jikkordina dawn l-affarijiet.", "Illum jekk tmur il- farm esperimentali ma ssib lil ħadd, u nistieden lill-ġurnalisti biex imorru fl-inħawi ta' Ħas-Saptan, Wied Palm f'Ħaż-Żabbar u l-ġnien fil- Fgura u jaraw is-siġar taż-żebbuġ fil-widien li ħawwel il-gvern stess u li suppost qed jieħu ħsieb.", "Lin-nies jgħidilhom biex iħawlu s-siġar u fejn jaqa' taħt ir-responsabbilta' tal-ministeru kollox abbandunat għax lanqas is-siġar ma jinżabru.", "Dan huwa ministru ferm mbakkar bih innifsu u jrid jimpressjona u jaħseb li qed jagħmel kollox eżatt.", "Imma tant ma jifhimx li kien wieħed mill-ministri ta' l-Unjoni Ewropea li waqa' lura biex jissottometti l-pjan għall-fondi għall-2007-2013.", "Huwa ministru li lanqas iħoss li qed jaqa' lura f'kollox għax m'huwiex kapaċi jisma' lin-nies li jiġbdulu l-attenzjoni.", "Ma jistax ikun li ma jkollokx pjan fuqxiex se tmexxi 'l quddiem l-aġenda tiegħek.", "Ħalli nitkellem issa ftit fuq Wied il-Qlejgħa.", "Jekk għandek xi ħaġa marbuta mal-patrimonju Malti hija s-sistema idroloġika u kulħadd jaf li fejn m'hemmx ilma m'hemmx ħajja.", "Il-Ministru Pullicino huwa inġinier kapaċi professjonalment għax qeda nies u nifhem li l-professjoni tiegħu hija l-iktar ħaġa li tikkaratterizzah għax hija xi ħaġa personali, u allura kapaċi jifhem li fejn m'hemmx ilma m'hemmx ħajja.", "M'hemmx għalfejn tkun xjentist biex tgħid li fuq il-pjaneta Mars m'hemmx ħajja għax m'hemmx ilma.", "Kienu l-inġiniera kavallieri li ħolqu l-mekkaniżmu biex l-ilma miċ- Chadwick Lakes jinġabar fi bjar u dan kompla jintiret taħt l-imperu Ingliż.", "Fil-fatt fi żmien l-imperu Ingliż kien ġie Lord Chadwick, wieħed mill-aqwa inġiniera u idroloġisti li kellu l-imperu Ingliż, biex jagħmel pjan għall-futur.", "Imma dawn x'għamlu?", "Moħħhom biex jonfqu l-flus fil-parks, imbagħad l-ilma li, per eżempju, kien imur ġol-micropropagation biex nipproduċi siġar ħielsa mill-mard bl-aqwa ilma li tibgħat in-natura, ġie mblukkat għax kien hemm kuntrattur li m'għaddiex l-affarijiet kif suppost u m'hemmx ilma kif nifhmu li għandu jkollu ċentru tal-micropropagation.", "Qed ngħid dan kollu mhux biex nikkritika u nkun negattiv għax kif tafu, illum kull kelliem ewlieni min-naħa tagħna, flimkien mal-grupp parlamentari tagħna u flimkien ma' l-istituzzjonijiet kollha li jifformaw il-partit Laburista qed noħorġu abbozzi ta' stqarrija u ta' viżjoni politika ħalli filwaqt li nikkritikaw, inkomplu noħolqu stabbilita' f'dak li ngħidu, f'dak li nistqarru u f'dak li norganizzaw.", "Ħalli nitkellem issa fuq il-kwestjoni tat-tjur.", "Din il-ġimgħa segwejt dak li kien qed jgħid is-Segretarju Parlamentari Francis Agius fuq l-industrija tat-tjur.", "Jiena nkun kuntent meta fil-winding-up jew fir-risposta tiegħu jgħidli kif qed jantiċipa li nilħqu mill-ġdid il-produzzjoni ta' 7 miljun kilo u jekk m'għandniex ċans li nilħquha.", "Nixtiequ jgħidli ħalli nkun naf x'qed jaħseb u mhux joqgħod jgħidli li qed immorru 'l quddiem għax qed nipproduċu 3.2 miljun kilo, kontra s-7 miljun kilo li konna nipproduċu u nbigħu fl-2004!", "Jekk ma jirrispondix ma jkun qed jgħid xejn u jkun għadu qed jidħak bin-nies!", "U n-nies ma jemmnukx!", "Irridu jgħidli wkoll meta jieqfu s-sussidji kif se timxi din l-industrija.", "Nitolbu jgħidli wkoll għaliex it-threshold ta' 27,000 tunnellata tadam m'hijiex tintlaħaq u għaliex inżilna taħt l-10,000 tunnellata.", "Irridu nindirizzaw ir-realta' u nirraġunaw ta' rġiel.", "It-tir tiegħu kien li nipproduċu 27,000 tunnellata tadam għall-industrija ta' l-ipproċessar; qabel konna nipproduċu bejn 13,000 u 15,000 tunnellata u llum minflok qed nipproduċu almenu dak li konna nipproduċu, inżilna għal 10,000 tunnellata.", "Għaliex?", "Din l-industrija se tkampa meta jinqatgħu s-sussidji kollha?", "U jekk le, għaliex?", "U x'miżuri qed tieħu?", "Jiena rrid nismagħhom dawn l-affarijiet għax anke l-pjan għall-iżvilupp rurali li kellu jibda jaħdem fl-2007 għadu kemm tressaq.", "Jiġifieri l-konsistenza qatt ma rajtha u qatt ma smajtha.", "Għalhekk żammejt distanza minnkom għax intom tafu kollox u ma tridu tisimgħu minn xejn.", "Jiena qatt ma kont hekk hawn la ma' l-Onor.", "Ċensu Galea, la ma' l-ex-ministru Wenzu Gatt u lanqas ma' l-Onor.", "Ninu Zammit u fil-ħin tal-question time konna nagħmlu ruxxmata ta' mistoqsijiet.", "Lilkom lanqas qed nistaqsikom xejn, inħallikom fil-liberta' tagħkom u ma tistgħux takkużawni li ħlejtilkom ħafna ħin hawnhekk fil-question time għax intom qatt ma tkunu hawn.", "U meta jkun hawn is-segretarju parlamentari flok il- ministru jgħidli biex nagħmillu l-mistoqsija bil-miktub, qisna qed nilagħbu l-ludo!", "Il-fatt li dawn in-nies għandhom viżjoni falluta tinħass.", "U għalhekk il- Kap ta' l-Oppożizzjoni b'mod onest dejjem qallu biex jagħmel reshuffle biex dawk il-ministri li ma ngranawx f'ċertu qasam jingħataw responsabilita' ta' oqsma oħra ħalli forsi jingranaw x'imkien ieħor.", "Illum titkellem ma' min titkellem jgħidlek li dan il-ministru jinteressah biss mill-ambjent, u meta s-segretarju parlamentari jipprova jagħmel xi ħaġa l-ministru ma jagħtix kasu.", "Dawn huma l-fatti li jitkellmu fuqhom in-nies.", "Meta n-nies jgħiduli li ma jafux kif is-segretarju parlamentari ma taqbdux depression minħabba li l-ministru lanqas jagħti kasu, ngħidilhom li dak tabib tajjeb, u tabib tajjeb mhux se jbati b'depression imma dejjem jitbissem!", "Dawn huma affarijiet li qed jesperjenzawhom u jmissuhom b'idejhom in-nies.", "Ħalli nsemmi l-kwestjoni tas-servizzi veterinarji.", "Jekk l-extension services se jispiċċaw, ħloqna almenu l-istruttura?", "Jiena kont bdejt inizjattiva biex isir laboratorju.", "Din tkompliet mill-Onor.", "Ninu Zammit, kienet inxtrat l-għamara għal dan il-laboratorju biex jagħmel l-analisi tal- ħamrija, ta' l-ilma u taż-żerriegħa.", "Sur President, trid tagħmel analisi profonda biex tiċċertifika l-affarijiet, mhux imbilli twaħħlilhom biċċa sticker.", "Kemm ilu segretarju parlamentari l-Onor.", "Francis Agius u ministru l-Onor.", "George Pullicino, la l-għamara ma poġġew f'postha, għadha fil- kaxxi, u lanqas nies ma trawmu biex jagħmlu l-analisi taż-żriegħ, tal- ħamrija u ta' l-ilma.", "Ara f'liema stat ta' falliment qegħdin!", "Għaliex?", "Għax la hemm fibra, la ħeġġa u lanqas ħila!", "Sur President, ħalli ngħidlek dawn kif jaħdmu.", "Darba hawnhekk b'kumbinazzjoni tkellimt fuq il-paying agency u semmejt lil Bugelli li kien direttur ġenerali.", "Għax semmejtu hawn, is-segretarju parlamentari ħaseb li jien għandi xi informazzjoni mingħand Bugelli u dan spiċċa fi Brussels.", "Issa jiena lanqas nafu minn Adam u qatt ma ltqajt miegħu.", "Imma dan spiċċa Brussels, ovvjament b'job tajjeb ta' xi €70,000!", "Imma x'tambihom dawn l-affarijiet?", "Dawn ma joħolqux atteġġjament tajjeb!", "Meta kont ministru mhux talli ma niżżiltx il-produzzjoni tal-majjal minn 125,000 ras skond it-threshold tal-lum għal 100,000, imma tellajtha fl- ogħla livelli.", "U dak huwa l-unur tiegħi, l-unur ta' gvern Laburista u tal- Prim Ministru ta' dakinhar, l-Onor.", "Alfred Sant.", "Il-laħam tat-tjur mhux niżżiltu minn 7 miljuni għal 3.2 miljun kilo, imma għollejtu għal 7 miljuni u ħloqt l-investiment.", "Illum lanqas investiment ma jistgħu joħolqu għax il- proċessuri, kemm fl-industrija tat-tjur u kif ukoll f'industriji oħra, li forsi jistgħu jipproduċu u jiżviluppaw, minħabba li l-budget għar-rural development plan għall-2007għadu mhux lest, lanqas jistgħu jibdew.", "L- investiment huwa staġnat għax jekk ikunu saru qabel u jiġu approvati ma jeħdux is-sussidji.", "Bin-nuqqas ta' ħeġġa u bin-nuqqas ta' ħila li għandhom qed jitfgħu lill-imprendituri lura.", "Sur President, minflok jgħidu li għandhom oppożizzjoni li qiegħda tagħti s- support u qiegħda tagħmel l-argumenti tagħha ċari biex nimxu 'l quddiem, jiġu hawn u jipprovaw jinsulentawna!", "Pero' jiena ngħidilhom biex jagħmlu li jridu għax dak li qed ngħid huwa minnu u n-nies jafuh iktar minni.", "Jiena m'iniex qed inbati l-konsegwenzi għax jien m'għandix investiment, m'għandix overdrafts mal-banek, m'għandix applikazzjonijiet li ilhom sena u għadhom ma ġewx inspected meta suppost fi tliet ġimgħat jiġu inspected u ma tħallast l-ebda sussidju!", "M'għandix il-problemi ta' cashflow li sfortunatament għandhom dawk in-nies li emmnukom imma dħaktu bihom u f'ċerti każijiet fallejtuhom.", "Jiena m'għandi xejn fuq il-kuxjenza tiegħi!", "Ħalli nsemmi wkoll il-kwestjoni ta' kif qed jittrattaw lis-sajjieda.", "Per eżempju, lil dawn qabdu u qalulhom li min ma rreġistrax, minn MFA niżżluh għal B. Jien qed nagħmel dikjarazzjoni ċara minn hawn li kif ikun hemm gvern Laburista nanalizzawhom dawn l-affarijiet u fejn ikun hemm argument ġenwin, nerġgħu ndawru kollox lura.", "Ma jistax ikun li jkun hemm bniedem f'uffiċċju li jiddeċiedi li jrid jikkmanda hu u lil dawn in-nies jarahom kollha dubbien u jibda jaqta' ras dak u ras l-ieħor.", "Sfortunatament din hija l-attitudni li qed juża l-Ministru Pullicino, qed jużaha s-segretarju parlamentari u qed jużaha s-segretarju permanenti.", "Jien mhux qed nattakkahom personali, imma qed ngħid il-fatti kif inhuma.", "Mhux qed ngħid hekk biex nhedded lis-segretarju permanenti.", "Jien iltqajt miegħu meta laħaq, fraħtlu u għidtlu li għandu għadma iebsa - preżenti magħna kien hemm is-Sur Gauci Borda, l-ex segretarju permanenti tal-ministeru - u biex joqgħod attent.", "Jiġifieri mhux qed ngħid hekk b'xi disprezz personali, imma l-fatti ma tistax ma tgħidhomx.", "Inkella nkun qed nonqos mid-dmirijiet tiegħi wkoll, Sur President.", "Nixtieq insemmi wkoll il-kwestjoni ta' l-aquaculture zone.", "Din is-sistema ma ħadmitx.", "X'se tagħmlu issa?", "Se tħalluhom fejn huma?", "Ovvjament wara dak li ġara dawn issa se jfittxukom!", "Ma rridux ninsew li wara l-aħħar maltempata kien hemm min tilef Lm10 miljun, minħabba li din l-aquaculture zone m'hijiex tajba.", "X'se nagħmlu fuqha issa?", "Se norqdu?", "Ippruvajtu, għamiltu sew, imma ma ħadmitx.", "Se toqgħod tistenna li jiżdiedu iktar problemi u tibqa' tattakka lilna biss?", "Għandkom soluzzjoni?", "Nixtieq li l-ministru jgħidli x'se jiġri fuq din.", "Il-ministru jaf x'ġara fl-aħħar maltemp li għamel u jaf x'inhuma l-konsegwenzi.", "X'se jagħmel issa biex din l-industrija tibqa' miexja 'l quddiem?", "Mela minħabba li r-rapport dwar l-iżvilupp rurali għadu ma ġiex ippreżentat - għadda Ottubru waqa' lura u għadek trid tippreżentah - l- industrija tar-raħħala ma tistax tieħu ċertu sussidju u ma tistax tagħmel ċerti proġetti biex tgħolli l-kwalita' u tagħmel ir-refurbishment għax jekk japplikaw qabel ikun ġie approvat il-pjan, ma jingħataw is-sussidju, u dan huwa kollu tort tiegħek, u issa se noqogħdu nistennew iż-żmien jgħaddi fuq din ukoll.", "Se nibqgħu nanalizzaw biss, Sur President?", "L-istess fuq il-kwestjoni tat-tonn u l-pixxispad.", "Lill-industrija tal- pixxispad se ngħabbuha bir-regoli tat-tonn.", "Il-ministru jaf daqsi li t- Taljani qed jużaw id-drift nets u filwaqt li qed jikkontrolla lis-sajjieda Maltin biex ikunu konformi mal-kwota, is-sajjieda Franċiżi u Taljani baqgħu jaqbdu oltre l-kwota.", "Għaliex ma pprotestax b'mod uffiċjali, bid-diretturi tiegħu u bil-ministeru tiegħu kontra l-użu ta' dawn id-drift nets, iktar u iktar meta taf li dawn joħolqu dik il-moħqrija kollha?!", "Jien se niddikjara minn hawn li gvern Laburista jwaqqaf u jirristruttura aktar l- ambaxxaturi tiegħu fi ħdan il-FAO ħalli l-miżuri kollha possibbli biex niddefendu lis-sajjieda tagħna neħduhom kemm fl-Unjoni Ewropea u kemm mal- FAO.", "Jiena ngħid ukoll li qed jagħmel ħażin li joqgħod lura u jekk hemm bżonn għandu jagħmel l-ispezzjonijiet billi jkellem lill-Prim Ministru u juża r- riżorsi ta' l-armata u juża l-finanzi.", "Jekk hemm bżonn nieħdu r-ritratti ta' dawn id-drift nets li qed jużaw is-sajjieda Taljani ħalli nsalvaw mhux biss il-ħobża ta' kuljum tas-sajjied Malti u Għawdxi u tal-familji tagħhom, imma anke l-ħajja ta' dawk l-ispeċi li qed jinqerdu.", "Sur President, irridu nkunu sodi.", "Aħna qatt ma konna leħen għal ħadd, la għat-Taljani u lanqas għall-Ingliżi, imma dejjem konna leħen għalina, għall-ġid tagħna u għall- ispeċi kollha tal-ħajja, Sur President.", "Jien nawgura illi dak kollu li għidt dwar il-prezzijiet, dwar il-micropropagation, dwar il-laboratorju li suppost kellu janalizza l-ħamrija, iż-żerriegħa u l-ilma li għandu bżonn il-farm, dwar il-kwestjoni tas-sajd, tat-tjur, tal-majjal u fuq il-fatt li t-thresholds ma ntlaħqux, ikun ikkonsidrat.", "Jiena nixtieq nistaqsi: Il- ministru, is-segretarju parlamentari u l-uffiċjali tad-dipartiment huma konxji jekk b'dak l-investiment li qed jagħmlu l-biedja hux se trendi meta jispiċċaw is-sussidji?", "Se tkun kompetittiva jew le?", "Sur President, jiena nixtieq li tan-naħa l-oħra jikkonfermaw jekk dak li għidt huwiex minnu, u jekk le jispjegawli fejn żbaljajt.", "Riċentement ħarġet legal notice biex jitwaqqaf kumitat ħalli jkun jista' jagħti l-awtorita' lil dawk l-entitajiet li se jieħdu over ix-xogħol li kienu jagħmlu ta' l-extension services biex jagħtu l-pariri huma lill- bdiewa.", "Il-legal notice ħarġet, imma l-kumitat għadu ma twaqqafx.", "Jiġifieri s'issa għandna dipartiment ta' l-extension services li ma jistax jopera għax ħadd ma jaf fejn hu.", "Jekk bidwi jkun irid jagħmel test tal-ħamrija, ta' l-ilma jew taż-żerriegħa ma jistgħux jagħmluhulu għax il-laboratorju huwa vojt u l-għamara għadha fil-kaxxi.", "Jiġifieri jekk se tagħti permess lill-istitut ta' l-agrikoltura fl-universita' biex jagħti pariri hu lill- bdiewa - huwa immaterjali jekk dan isirx against a fee għax illum kollox jinvolvi l-ispejjeż - fejn se jmur il-bidwi jew ir-raħħal?", "Fil-farm tal- gvern m'hemm ħadd u allura l-bidwi ma jistax jagħmel analisi fil-farm tal- gvern!", "Din hija oxxenita' u xi ħaġa tal-mistħija!", "Dawn l-affarijiet imisskom tgħidulu lill-Prim Ministru, lill-Kabinett u lill-back benchers tagħkom.", "Aħna nħossu u inutli li toqogħdu tgħidu li aħna maqtugħin mir-realta'.", "Maqtugħin mir-realta' intom għax tagħmlu dikjarazzjonijiet foloz f'kull nifs li tieħdu.", "U għalhekk in-nies ma jafdawkomx u neħħuha minn raskom li fl-elezzjoni li ġejja n-nies se jisimgħu minnkom.", "In-nies se jmorru favur politika Laburista, se jkunu spalla ma' spalla f'kampanja elettorali favur il-partit Laburista għax jafu li l-qalb, id-determinazzjoni, l-irġulija, il-ħila u l-commitment tagħna għaċ-ċittadin huma ħafna u ħafna aktar kredibbli minn tagħkom.", "Nixtieq nagħlaq fuq nota pożittiva billi nifraħ lill-ħaddiema kollha tal- konsorzju u naturalment inħeġġiġhom biex iżidu aktar il-ħidma tagħhom, inħeġġiġhom biex jagħmlu iktar xogħol professjonali u jaħdmu iktar ta' familja flimkien.", "Nixtieq insellem lin-nies kollha li jaħdmu fil- biċċerija u lil dawk l-uffiċjali kollha li llum iservu lil din l- amministrazzjoni li għandhom tensjoni fuqhom għax jafu li dak li qed ngħid jien huwa minnu u ma jistgħux isibu triq oħra.", "Imma jiena ngħidilhom: Gvern Laburista jismagħkom, jiltaqa' magħkom, jifhimkom u jsib soluzzjoni għal kull wieħed u kull waħda minnkom.", "Aħna m'aħniex nies, kif jipprovaw jakkużawna, li nkunu hemm għal-laburisti biss.", "Aħna nies li nkunu hemm għall-kwalita' ta' ħajja aħjar għax ngħixu taħt l-istess sema, għandna dinjita' profonda, nirrikonoxxu li n-nies huma fost l-aqwa ħolqien tal- Ħallieq u allura għandna d-dover li nkunu nies li noħolqu x-xogħol, il- ħarsien u d-dinjita'.", "Dawk huma l-prinċipji fundamentali ta' kif aħna se nġibu 'l quddiem lil dan il-pajjiż.", "Se naqtgħu l-ħela li għandna u ma nħallux is-sitwazzjoni taħrab minn idejna.", "L-aħħar punt li se nsemmi biex nikkonferma li qiegħed on hold f'dak li qed ngħid huwa li fil-biċċerija minflok għamlu aġġornament ta' Lm200 software biex jagħmel it-traceability, qabdu u ħarbtu Lm200,000 biex xtraw software ġdid meta l-espert li għandhom magħhom - m'hemmx għalfejn noqgħod insemmi ismu li ma jmorrux jaħsbu wkoll li qed niltaqa' miegħu u qed jagħtini l- informazzjoni - qalilhom li jeżisti dan is-software u ma kellhomx għalfejn jaqbdu u jixtru ieħor ġdid.", "L-istess ħaġa, intnefqu ħafna flus fuq il-bar coding traceability fil-pitkalija għax m'hemmx direzzjoni u m'hemm xejn, Sur President.", "Kulma hemm huwa li jmur xi ħadd bħas-Sur Joe Farrugia tal- Bdiewa Progressivi u jaqbdu minn għonqu u mbagħad joqgħod jgħid li mhux veru u l-Bambin jaf kemm jinqalgħu affarijiet!", "Aħna qed nagħtu kelma li dak kollu li hu negattiv indawruh f'termini pożittivi għall-ġid ta' kulħadd u għall-paċi ta' kull familja li tappartjeni lill-mestier tal-biedja, is- sajd u l-iżvilupp rurali f'pajjiżna.", "Nitlob il-permess tal-kumitat biex inpoġġi dokument fuq il-mejda tal-Kamra.", "THE CHAIRMAN: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra:", "Lista li turi l-prezzijiet ta' prodotti taċ-ċanga ta' l-Irlanda u ta' pajjiżi bara l-Unjoni Ewropea u tal-ħaruf minn New Zealand.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Roderick Galdes.", "ONOR.", "RODERICK GALDES: Sur President, naħseb li matul dawn l-aħħar snin jekk kien hemm issues li tqajmu u kienu diskussi b'mod imqanqal mhux biss fil-parlament imma fuq bażi nazzjonali kienu l-issues ambjentali.", "Ħafna jsostnu, fosthom anke deputati tal-partit Nazzjonalista li minn mindu ngħalqet id-diskussjoni fuq il-kwestjoni ta' jekk Malta għandhiex tissieħeb fl-Unjoni Ewropea jew le, kważi kważi anke l-element diskussiv f'dan il- parlament qisu naqas mhux ħażin.", "Pero' m'hemmx dubju li l-issues ewlenin li tqajmu f'dawn l-aħħar snin kienu fil-qasam ambjentali.", "Jiena jkolli niddeskrivi l-immaniġġjar ambjentali li kellna f'dawn l-aħħar snin skond ir- riżultati li għandna quddiemna.", "Qegħdin fl-aħħar fażi tal-leġislatura, ninsabu fl-aħħar xhur ta' qabel l-elezzjoni ġenerali u ftit tal-jiem ilu kellna budget speech li jkolli ngħid jekk taqrah issib li m'hemm xejn ġdid minn dak li kien hemm fil-budgets li kellna f'dawn l-aħħar snin, għax kien budget mimli retorika u budget li ma jindirizzax il-problemi reali ta' l- oqsma ambjentali.", "Il-gvern qed jiftaħar li vvota Lm84 miljun għall-qasam ta' l-ambjent, li madwar Lm24 miljun minnhom huma fuq l-infrastruttura ta' bini ta' toroq li qed jikkonsidrawhom bħala tisbiħ ambjentali f'pajjiżna.", "Jekk tridu tqisu l-bini ta' toroq bħala tisbiħ ambjentali m'iniex se nżommok jien, pero' l-ambjent veru huwa l-ambjent naturali, l-immaniġġjar ambjentali u l-problemi li qed jiffaċċjaw il-Maltin u l-Għawdxin bħalissa fl-oqsma li verament qed ikiddu lil pajjiżna.", "Kif ikolli niddeskrivi l-ambjent f'pajjiżna bħalissa?", "M'hemmx dubju ikolli ngħid li t-tmexxija ambjentali ta' pajjiżna kienet karatterizzata minn diversi wegħdiet li qatt ma seħħew bħal, per eżempju, wegħdiet ta' proġetti li kienu se jagħmlu u mbagħad reġgħu lura minnhom għax kienu jafu li tawna parir ħażin.", "Il-Prim Ministru qal li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni ta diversi pariri ħżiena.", "Huma qegħdin fil-gvern u bit-tekniċi u bl-esperti magħhom tawna diversi pariri ħżiena u kellhom ireġġgħu l-affarijiet lura għax kienu jafu li qegħdin imorru kontra l-konċett ta' żvilupp sostenibbli!", "Kienu saru wegħdiet lill-kaċċaturi, nassaba u ambjentalisti b'mod fenominali qabel l- elezzjoni u llum il-ġurnata qed jibilgħu dak kollu li wegħdu għax mhux qed jindirizzaw il-problemi reali tad-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea u deċiżjonijiet li kienu se jagħmlu ħsara irreparabbli lil pajjiżna.", "Issa li wasalna fl-aħħar xhur ta' qabel l-elezzjoni ġenerali qed jagħmlu l-opinion polls, qed jaraw x'qegħdin jgħidu n-nies f'ċerti oqsma ambjentali u minflok kellhom il-kuraġġ u qalu li żbaljaw għax ma kenux qed jindirizzaw il- problemi veri ta' pajjiżna qalu li se jkollhom iwaqqgħu ċerti proġetti għax m'humiex vijabbli.", "Issa tgħidulna li mhux vijabbli?", "Għamiltu sentejn sħaħ tipprovaw tmexxu ċerti proġetti 'l quddiem!", "Il- wegħdiet u l-kliem fieragħ fil-budget baqa' jiżdied bħallikieku l-poplu Malti mhux qed jinduna li qed isiru wegħdiet li huma ispirati mill- opportuniżmu politiku, iktar milli verament u realment iridu jwettqu ċerti proġetti.", "Kellna każijiet klassiċi u hawnhekk insemmi, per eżempju, il- proġett ta' golf course fix-Xagħra l-Ħamra li l-Ministru Pullicino u l- bella kumpannija ta' sħabu xebgħu jgħidu favur tiegħu.", "Nefqu Lm400,000, għamlu l-istudji u fuq NET Television il-Ministru Pullicino kien ikkwotat li qal li dan il-proġett se jsir imma meta bdew jaraw li l-ambjentalisti daru kontrihom u anke l-poplu Malti ma kienx qed jaqbel ma' dan il-proġett raw kif se jbiddlu d-diska jew joħorġu minn din ix-xibka li daħlu fiha.", "Tant hu hekk li dan il-proġett kien imsemmi xi darbtejn fil-budget speech li kellna mill-Prim Minisru li kien qalilna li se jagħmel golf course f'din iż-żona partikoarli.", "Pero' xi ħaġa iktar gravi hija li twiegħed xi ħaġa li ma tafx meta se titlesta, ma tafx minn fejn se ġġib il-flus għaliha u ma tafx jekk hemmx rieda politika biex twettaqha.", "U hawn qed nitkellem dwar il-proposta ta' park nazzjonali.", "Issa ħalli ngħiduha kif inhi parks m'għandniex Malta u lanqas jista' jkollna għax Malta hija żgħira.", "Jekk trid tista' ssejħilhom imsaġar li huma fuq skala ferm inqas minn parks.", "Imma li toħroġ legal notice u tipprova tiddefinixxi l-kelma \"park\" mingħajr ma ssib id- definizzjoni għaliha fl-Environment Protection Act hija xi ħaġa tal- mistħija.", "Possibbli tagħmlu dawn l-iżbalji?!", "F'din il-legal notice qalulna xi ħaġa hekk:", "\"Sakemm ir-rabta tal-kliem ma teħtieġx xort'oħra, il-kliem u espressjonijiet f'dawn ir-regolamenti għandhom ikollhom l-istess tifsira mogħtija lilhom bl-Att dwar il-Ħarsien ta' l-Ambjent.\"", "Jiena għamilt ftit riċerka, qbadt l-Environment Protection Act u mort nara nsibx il-kelma \"park\" u xi tfisser għax jekk ma jkollokx tifsira għal park allura l-proġett kważi ma jeżistix jew ma tafx x'se tagħmel, u ovvjament ma sibtha mkien.", "Dawn l-affarijiet qed ngħidhom biex nuri d-daħk fil-wiċċ tal- partit Nazzjonalista li qed jipprova taparsi jagħmel xi ħaġa meta fir- realta' m'hemmx inizjattivi li verament se jindirizzaw l-ħteġijiet li għandu pajjiżna.", "Din hija konvenjenza politika għax filli tippriedka li se tagħmel golf course f'din iż-żona u mbagħad f'temp ta' ftit xhur iddawwar id-diska biex tipprova ma tkomplix twaqqa' għaż-żufjett il-partit tiegħek b'ċerti proposti li tkun qed tagħmel.", "Naħseb li din il-legal notice turina biċ-ċar kemm verament m'hemmx rieda min-naħa tal-gvern li jkompli bi proġetti li nista' ngħid ma jemminx fihom, bħal, per eżempju, iċ-ċentru għall-ħarsien ta' l-annimali li nkun nista' nitkellem dwaru iktar tard.", "Ir-riżultati dwar il-qagħda tat-tmexxija ambjentali minn fejn inġibuhom?", "Darba minnhom kont ikkritikajt lill-Ministru Pullicino fejn għidtlu li r- riżultati li għandha Malta f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-immaniġġjar ambjentali ġejjin mill-infringements li għandna quddiem l-Unjoni Ewropea.", "Sitt xhur ilu kellna madwar 13-il infringement, li llum telgħu għal 23.", "Jiġifieri bħala medja qegħdin nitkellmu fuq ksur ta' direttiva ta' l-Unjoni Ewropea fil-qasam ambjentali biss kull xahar u nofs.", "Jiġifieri altru milli konna ppreparati, altru milli għandna ambjent san u altru milli qegħdin nindirizzaw il-problemi reali li għandu f'pajjiżna fil-qasam ta' l- ambjent.", "Jiena kkonfermajt dan kollu billi dħalt fuq il-portal ta' l- Unjoni Ewropea, rajt u indagajt ħalli nara l-lista ta' infringements li għandha Malta ma' l-Unjoni Ewropea u iktar 'il quddiem nitlob il-permess tal-Kumitat biex inpoġġi din il-lista sħiħa ta' infringements fuq il-mejda tal-Kamra.", "Imbagħad kienu jgħidulna li konna ppreparati!.", "Illum il-ġurnata ngħid li d-diskussjoni saret Malta vis-á-vis pajjiżi oħra ta' l-Unjoni Ewropea, m'għadhiex Malta barra u ġewwa.", "Li jkollok 23 ksur ta' direttiva f'perjodu ta' tliet snin hija inkwetanti u serja ħafna anke għalina li qed naspiraw li nkunu fil-gvern ftit tax-xhur oħra, għax dan juri biċ-ċar l-problemi li se nsibu ma' wiċċna u ma nafux kif se niffaċċjawhom.", "Illum għandna problemi fil-qasam ta' l-ambjent li l-gvern għad m'għandux direzzjoni fuqhom, pero' jien informat li għandu proposti quddiemu u nittama li llum jagħtina tweġiba f'dan il-parlament dwar x'se jiġri, per eżempju, fuq l-emissions saving scheme u xi pjan għandu l-gvern biex jilqa' għal din is-sitwazzjoni.", "Sabiex inkun fair irrid ngħid li erbgħa mill-infringements, huma magħluqa, jiġifieri kulma solvejna huwa 10% minnhom biss u l-oħrajn għadna għaddejjin nikkumbattuhom.", "Wieħed jista' jaspira għalfejn dan il-ministru għal erba' snin minflok mexa b'mod oġġettiv biex jilħaq l-iskopijiet tiegħu ħalli jwettaq il-policies tal-gvern, kellu jimxi b'management by crisis billi jipprova jilqa' għad-daqqiet u għall-kanen li qed jibla' mill-Unjoni Ewropea.", "U dan kollu qed jiġri għax dawn ma kenux ippreparati.", "Għandna, per eżempju, defiċjenza enormi f'dak li għandu x'jaqsam mar-riżorsi umani.", "M'għandniex nies biżżejjed kwalifikati biex jilqgħu għall-problemi ambjentali li għandu pajjiżna u jkolli ngħid ukoll li hemm problema ta' nuqqas ta' implimentazzjoni.", "Dawn huma realment il-problemi li qed jiffaċċja pajjiżna biex ilaħħaq ma' l- istandards li suppost qed ikollu pajjiżna f'dak li għandu x'jaqsam ma' l- ambjent u vis-á-vis l-Unjoni Ewropea.", "Jiena ngħid li m'hemmx rieda politika, u li forsi ċerti issues ma jissemmewx u trid toqgħod tmur tfittixhom ħalli tkun taf x'inhuma r-riżultati nifhimha, imma li tibqa' taħbi l-verita' tal-fatti sa l-aħħar u tinnega l-problemi jfisser li l- problemi se jibqgħu ma' wiċċna fil-qasam ambjentali ta' pajjiżna.", "Jekk qiegħed f'sitwazzjoni fejn qed tara li l-opinjoni pubblika hija kontrik u xorta tibqa' tmexxi ċerti ideat li taf li qed imorru kontra l-ispirtu tal- konċett ta' żvilupp sostenibbli f'pajjiżna, allura jkolli ngħid li dan il- gvern jibqa' ma jitgħallimx u sempliċiment wasallu ż-żmien biex jispiċċa.", "Jekk l-affarijiet se jibqgħu kif inhuma u allaħares qatt jerġa' jirbaħ l- elezzjoni ġenerali, min jaf kif se jibqa' għaddej bil-gafef minn fuq in- nies!", "Ikolli ngħid li f'dawn l-aħħar xhur kien hemm kutrumbajsi kbar min- naħa tal-gvern fejn jidħlu l-impjanti tar-riċiklaġġ, u s-sena l-oħra lilna kienu jistaqsuna fejn konna beħsiebna nagħmlu dawn l-impjanti.", "Issa din is- sena qed jipproponu li jagħmlu madwar erba' impjanti u allura dan ifisser li kellna raġun aħna.", "Fuq il-golf course tax-Xagħra l-Ħamra għajruna li m'għandniex raġun, li aħna dejjem negattivi u kienu qed jiġġustifikaw żvilupp fir-Ramla l-Ħamra.", "Il-Ministru Pullicino ħareġ jiftaħar li kollox kien hemm normali.", "Pero' issa kellhom jibilgħu kollox!", "Is-Sibt li għadda l-ħabib tiegħi, l-Onor.", "Jeffrey Pullicino Orlando, qalli li se jagħmilli libell jekk nibqa' ngħid li l-partit Nazzjonalista kien favur il-proġett tar-Ramla l-Ħamra.", "Jiena għamilt ir-riċerka tiegħi ħalli nara fejn instemgħet fil-media għax jiena ma nitkellimx bl-addoċċ u ma naqbadx u nakkuża bniedem jew nikkritikah jekk ma nkunx naf il-verita' tal-fatti, u sibt li fl-24 ta' Ġunju, James Debono f'intervista li għamel lill-Onor.", "Jeffrey Pullicino Orlando - u safejn naf jien ma kienx hemm libelli għaliha u allura nimmaġina li aċċetta dan l-argument - ikkwotah li qal hekk:", "\"Nationalist backbencher Jeffrey Pullicino Orlando insists that the visual impact of 23 villas overlooking Ramla Bay will represent an improvement over the present Ulysses Lodge.\".", "Allura ma tistax tgħid li m'intix qed taqbel miegħu jekk tixtiequ dan il- proġett.", "Imbagħad kompla jgħid hekk:", "\"During this meeting it emerged clearly that with the exception of a few swimming pools ...\"", "Issa qed isejħilhom \"few\" meta hawnhekk qed nitkellmu fuq 23 għal kull unit!", "THE CHAIRMAN: Ippermettili, Onor. Galdes", "ONOR.", "RODERICK GALDES: Ma waqqaft lil ħadd u nispera li nibqa' għaddej bid- diskors.", "THE CHAIRMAN: Ma tista' twaqqaf lil ħadd għax ħadd ma tkellem min-naħa l- oħra.", "Point of order, l-Onor.", "Jeffrey Pullicino Orlando.", "ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO: Lill-Onor.", "Galdes diġa' sfidajtu pubblikament li se nagħmillu jekk jgħid li jiena b'xi mod jew ieħor għidt dak li qed jallega li jiena għidt.", "Se nerġa' niċċara dak li qara.", "Inkun iblah, u tkun iblah int ukoll jekk tgħid li l-visual impact tal-proġett tar- Ramla l-Ħamra ma kienx se jkun aħjar milli qiegħed bħalissa.", "Dak biss għidt.", "Dak ma jfissirx li b'xi mod jew ieħor naqbel ma' l-iżvilupp fir- Ramla l-Ħamra.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "RODERICK GALDES: Sur President, dan mhux point of order.", "ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO: Oqgħod atent kfi tagħmel l- allegazzjonjiet fil-pubbliku.", "THE CHAIRMAN: Ippermettili, Onor. Jeffrey Pullicino Orlando, ikollok ċans tispjega ruħek aħjar.", "Ikompli l-Onor.", "Galdes bid-iskors tiegħu.", "ONOR.", "RODERICK GALDES: X'qed ibeżżgħek milli tgħid li inti kont favur il- proġett tar-Ramla l-Ħamra?", "Dan kien proġett li kienu jemmnu fih, imma issa allajbierek qed jibżgħu jgħidu li kienu jaqblu mal-proġett tar-Ramla l- Ħamra.", "Inkompli naqra u ngħid x'qal l-Onor.", "Pullicino Orlando.", "\"During this meeting it emerged clearly that with the exception of a few swimming pools the permit was to be issued only on disturbed land.\",", "- imbagħad sirna nafu li hemm art pubblika wkoll fiha –", "\"The plans shown to me by MEPA clearly show that the visual impact of the new project will represent an improvement on the present ...\" .", "X'tifhem bil-kelma \"improvement\" bil-Malti?", "Ħa jkun aħjar, allura qed tgħid li qed taqbel miegħu wkoll.", "Bir-rispett kollu, li kieku ma kienx għall- kunsill b'maġġoranza Laburista tax-Xagħra li bin-nuqqas ta' riżorsi li kellu qabbad perit privat u għamel ir-riċerka kollha meħtieġa, kieku kienu jibqgħu għaddejjin.", "Dan juri l-insensittivita' ta' gvern Nazzjonalista li f'dawn l-aħħar snin ipprova jagħmel proġetti li jmorru kontra l-interess nazzjonali ta' pajjiżna.", "Nixtieq nitkellem ukoll fuq il-MEPA u l-gabirjoli li qegħdin isiru bħalissa.", "Pero' ma rridx naħli ħafna mill-minuti li fadalli fuq din l- organizzazzjoni għax 'il quddiem niddiskutu l-estimi tagħha fil-parlament u hemm ħafna xi ngħidu.", "Il-poplu Malti u Għawdxi qed iħabbat wiċċu ma' ħafna problemi minħabba nuqqas ta' deċiżjonijiet.", "U hawnhekk se nitkellem fuq il-kwestjoni ta' l-inċineratur tal-biċċerija.", "Rajna li f'dawn l-aħħar snin ipprovaw jindirizzaw il-problemi li kellhom fil-biċċerija.", "L- ewwelnett irrid ngħid li r-rapporti li ħarġu dwar il-maltrattament ta' l- annimali jwaħxuk u jkexkxuk.", "Fl-2002 applikaw biex ibiddlu l-inċineratur tal-biċċerija għax kien hemm bżonn li dan jilħaq l-istandards ta' l-Unjoni Ewropea.", "L-applikazzjoni quddiem il-MEPA ġiet approvata u beda l-proġett ta' dan l-inċineratur.", "Sirna nafu li għalkemm kienu se jintnefqu Lm4 miljun, l-inċineratur ma kienx effiċjenti biżżejjed għall-ammont ta' skart li kien se jintefa' fih u allura l-ispiża totali kienet se tiswa lil pajjiżna Lm2 miljun jew iktar kull sena biex ikun jista' jopera.", "Din id-deċiżjoni ma ħadnihiex aħna, imma ħadha gvern Nazzjonalista u min kellu fi ħdan id-dipartimenti tiegħu.", "X'ġara?", "Biex ikomplu jillapazzaw, meta l-permess kien jistipula li dan l-inċineratur suppost kellu jittratta l-iskart tal-biċċerija stess, qalu li l-iskart ta' l-isptar u l-iskart tossiku jintefa' hemmhekk ukoll mingħajr ma kkonsultaw lin-nies tal-Marsa, mingħajr ma ħarġu l-affarijiet b'mod pubbliku u kellu jkun f'dan il- parlament madwar sena ilu li nsiru nafu li hemm dan il-ħsieb.", "Din hija l- konsultazzjoni pubblika li tagħmlu man-nies?!", "U kellhom jonfqu Lm1 miljun oħra biex isolvu l-problema li ħolqu huma stess minn bwiet il-poplu Malti u Għawdxi.", "Ir-realta' hi li l-gvern Nazzjonalista mhux qed jilqa' għal dawn il-problemi.", "Qed jimxi b'management by crisis biex jipprova jiġġustifika l- iżbalji li jagħmel.", "Aħna konna ilna ngħidulhom erba' snin biex jagħlqu l-inċineratur ta' l- isptar u fis-sena 2000 kienu wegħduna li se jagħlquh imma xorta baqa' għaddej.", "Issa - għax riesqa l-elezzjoni - skond il-ġurnal \"In-Nazzjon\" l- inċineratur ta' l-isptar se jingħalaq fi żmien xahar.", "Mingħajr ma kkonsultaw lin-nies tal-Marsa qegħdin jgħidu li l-iskart ta' l-isptar se jintefa' hemmhekk u la nafu x'miżuri se jittieħdu f'dak li għandu x'jaqsam mat-trasport ta' dan l-iskart, la nafu kif se jiġi pproċessat dan l-iskart f'post ieħor li huwa 'l bogħod minn fejn jiġi ġenerat.", "Ma rridux ninsew li hawnhekk qed nitkellmu fuq skart tossiku fejn hemm il-kimika involuta.", "Apparti minn hekk, għandek skart ieħor kimiku li ġej mill-industrija u n- nies tal-Marsa ma jafu b'xejn.", "Illum informat li l-kunsill lokali beda proċeduri dwar dan.", "U nemmen li dan il-każ se jibqa' għaddej anke ma' l- Unjoni Ewropea, għax nemmen li l-konsultazzjoni kellha ssir meta kienet għaddejja l-applikazzjoni għall-permess ta' żvilupp.", "Mhux sew li nittrattaw lokalita' bħalma hija l-Marsa b'dan il-mod, kif ġara wkoll fil-każ ta' Wied il-Għajn.", "Il-gvern ma jistax ma jikkonsultax man-nies jew jipprova jagħmel kollox baxx baxx mingħajr il-permessi meħtieġa jew saħansitra jagħti informazzjoni żbaljata.", "Riċentement sar public hearing meta xahar ieħor se jibda jopera!", "Dan huwa l-mod kif naġixxu ma' ċerta sezzjoni ta' nies mingħajr ma nagħtuhom iċ-ċans li jinvolvu ruħhom?!", "Per eżempju, fil-Marsa teżisti faċilita' illegali fejn jittrattaw l-iskart u jisseparawh hemmhekk mingħajr lanqas biss indenjaw ruħhom japplikaw mal-MEPA.", "Issa din l-awtorita' qiegħda fi ħdan dan il-ministeru stess u kieku forsi l-ministeru ta' l- infrastruttura ma japplikax għax ikun qabbiżilu l-Ministru Pullicino li joħroġlu l-permessi nifhimha, imma l-MEPA qiegħda fi ħdan il-ministeru ta' l-ambjent!", "Kellha tkun l-oppożizzjoni li toħroġ dan il-każ fil-beraħ u lanqas enforcement order ma toħroġ.", "Din hija xi ħaġa tal-waħx!", "Imbagħad applikaw wara xi ħames ġimgħat.", "Dan huwa l-mod dilettantesk ta' kif isiru l-affarijiet minn dan il-gvern, mingħajr konsultazzjoni ta' xejn.", "Jiena nixtieq li l-ministru jagħtina xi informazzjoni dwar x'miżuri se jieħu biex ikun hemm trasport adegwat ħalli jilqa' għal din il-problema.", "Sur President, nixtieq insemmi wkoll il-kwestjoni ta' l-annimali.", "Wara li kellna deputat li ressaq petizzjoni ta' 40,000 ruħ, f'dan il-budget rajna xi ħaġa.", "Kien twaqqaf l-animal response team u l-animal ambulance li sfortunatament ftit li xejn ħadmet għax wara ftit sirna nafu li kellhom iwaqqfu l-proġett għax ma sabux is-sostenn kollu meħtieġ, mhux għax ma ngħatawx għajnuna mill-ministeru imma għax ma kienx hemmx faċilitajiet.", "Aħna ilna ngħidulhom li għandna bżonn santwarju ta' l-annimali biex dawn ikunu jistgħu joperaw u jiena ngħid li hija ħasra li qed nittrattaw lil dan is-settur b'dan il-mod.", "Fis-sena 2002 il-Viċi President tal-Parlament Ewropew kien bagħat ittra – u iktar tard nitlob il-permess tal-Kumitat biex inpoġġi dawn id-dokumenti fuq il-mejda tal-Kamra – lill-prim ministru ta' dak iż-żmien, Eddie Fenech Adami, fejn kien qallu li l- Parlament Ewropew kien qiegħed inondat minn ilmenti li qed jirċievi mingħand nies li għandhom għal qalbhom l-animal welfare f'Malta, li qegħdin isostnu li mhux qed issir konsultazzjoni biżżejjed u li l-gvern Malti mhux qed jindirizza dawn il-problemi.", "Ftit tal-ġranet wara l-prim ministru ta' dak iż-żmien kitiblu lura u wegħdu li jindirizza din il-problema billi jwaqqaf l-animal welfare council.", "Huwa veru li twaqqaf dan il-kunsill imma ħallejtuh jispiċċa!", "Dħaktu bin- nies meta dan suppost kellu jiffunzjona, qegħedtu erbgħa minn nies li ovvjament ma nafx x'konsultazzjoni għamiltu ma' l-għaqdiet biex imbagħad dan l-animal welfare council sfaxxa wara ftit!", "In-nies li kien hemm appuntati f'dan il-bord qalu li dan l-animal welfare council spiċċa għax ma sabux l-appoġġ meħtieġ.", "Quddiemi għandi l-karti kollha li juru l- falliment totali li kien hawn f'dan il-qasam.", "Issa llum għax ninsabu lejliet elezzjoni u fi ftit xhur oħra jkun hemm il-verdett tal-poplu, qegħdin jgħidu li se jagħtuhom Lm150,000 u qed jerġgħu jirriċiklaw l-istess proposta li qalu li aħna ħadniehilhom, li jagħmlu s-santwarju nazzjonali f'Ta' Qali.", "Ilkom dawn is-snin kollha!", "Fl-2002 il-prim ministru ta' dak iż- żmien, illum President ta' Malta, kien diġa' jaf bil-problemi ta' pajjiżna.", "Fl-1998 Gvern Laburista fit-Ta' Qali action plan kien diġa' identifika sit biex ikun hemm dan is-santwarju nazzjonali ta' l-annimali ħalli jiġu indirizzati l-problemi akuti li hemm f'dan il-qasam.", "Imma baqa' ma sar xejn.", "Ir-realta' hi li meta titkellem ma' l-għaqdiet jgħidulek li daħku bihom.", "Issa ġejja l-elezzjoni u qed iwegħduhom li se jagħtuhom xi ħaġa tal-flus biex itaffu mill-ispejjeż.", "Jiena naf li hemm nies li rriduċew id-djar tagħhom bħala clinics, qegħdin jipprovaw jagħtu servizz lill-pajjiż u ma jistgħux jsibu l-appoġġ meħtieġ.", "Ħaġa impressjonanti hi li meta kien hemm din l-ammissjoni min-naħa tal-Prim Ministru fil-budget speech, ċempluli diversi għaqdiet ta' l-annimali u qaluli li lanqas biss ikkonsultaw magħhom kif se jitqassmu dawn il-fondi.", "U l-informazzjoni li għandi hi li din il- ġimgħa qabadhom paniku, għax il-ministeru beda jċempel lill-għaqdiet li ħassewhom li ġew injorati biex jipprova jikkonsulta magħhom.", "Dan kollu jindika biċ-ċar li dan huwa budget ta' opportuniżmu politiku, tal-ftit wisq u tard wisq, kif sejjaħnielu aħna.", "Sur President, nixtieq nerġa' nsemmi l-kwestjoni ta' l-iskart.", "Fil- budgets ta' dawn l-aħħar snin dejjem intqal li se tibqa' għaddejja r- riabilitazzjoni tal-Magħtab.", "Issa ma rridux ninsew li għandna wkoll numru ta' infringements relatati mal-qasam ta' l-iskart, inkluż fuq il- landfills.", "Per eżempju, dwar l-impjanti tar-riċiklaġġ, fejn il-gvern jidher li qed jaqbel magħna, li fuq bażi reġjonali hemm bżonn li jkollna numru ta' impjanti, nafux x'hemm ippjanat.", "Issa qed jgħid li se jlesti Wied il- Għajn?", "X'se jiġri wara hemm?", "Fejn se jsiru l-impjanti?", "Għalhekk hemm bżonn li niddiskutu flimkien ħalli naraw x'nistgħu nagħmlu u kif nistgħu nsolvu din il-problema.", "F'diversi budgets saru ħafna wegħdiet fuq l-impjanti tat-tisfija tad- drenaġġ li sal-lum għadhom mhux lesti.", "Dwar il-kwestjoni tar-regolamenti tal-bini issa se jippruvaw jagħmlu xi ħaġa, lejliet l-elezzjoni.", "Kienu qalulna li l-eco tax se tkun taxxa ġusta li tindirizza l-problemi ambjentali ta' pajjiżna.", "Imbagħad ikollok uffiċjal pubbliku fil-ministeru stess li jgħid l-iktar ħaġa tad-daħk f'dan il-pajjiż hi li m'hemm ħadd li jrid il-patroċinju ta' din it-taxxa.", "Morru staqsu lill-importaturi u distributuri ħalli jgħidulkom it-taħwid li hemm bejn il-MEPA u d- dipartiment tal-VAT fuq il-patroċinju ta' din it-taxxa.", "Illum tafu li ħloqtu sistema ta' taxxa li m'hijiex qiegħda treġi u mhux qed tħalli l- effett meħtieġ f'dak li għandu x'jaqsam mad-deċiżjonijiet ambjentali li hemm bżonn jittieħdu għax din hija sempliċement taxxa li tittieħed mill- bwiet tan-nies għall-kontribuzzjoni tal-pajjiż.", "Kieku qalulna li, per eżempju, il-flus mill-eco tax se jmorru għat-tali proġett, nifhimha, imma ma qalulna xejn għax din kienet taxxa ekonomika bħall-oħrajn biex sempliċement il-ministru tal-finanzi jkun jista' jimla l-kaxxa ta' Malta.", "F'budgets oħrajn qalulna li se jieħdu deċiżjoni dwar ir-reklamazzjoni ta' l- art mill-baħar, imma llum ma nafux x'se jiġri.", "Qalulna li fl-2006 kellu jitlesta l-bini tal-waste transfer station.", "Imma sal-lum għadna lura.", "Fil- budget ta' l-2006 qalulna li kellha tittieħed deċiżjoni dwar il-wind farms fil-baħar.", "Imma llum m'għandna xejn.", "Fl-2005 kellhom jitlestew 26 marine protected area.", "Matul dawn it-tliet snin saru tnejn biss, waħda f'Irdum Majjiesa u l-oħra fid-Dwejra.", "Imisskom tistħu!", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru Pullicino, on a point of order.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Nixtieq li l-Onor.", "Galdes jgħidli minn fejn sabha din.", "THE CHAIRMAN: Dan mhux point of order.", "Jekk trid tagħmel point of information trid il-permess ta' l-Onor.", "Galdes.", "ONOR.", "RODERICK GALDES: Jiena nsostni li fil-budget speech ta' l-2005 qalulna li kellhom jitlestew 26 marine protected area.", "Aqra l-budget speech u tkun taf minn fejn ġibtha.", "(Interruzzjonijiet) Hekk kien hemm imniżżel, 26 marine protected area.", "(Interruzzjonijiet) Hekk kienet.", "(Interruzzjonijiet) Mela allura kien hemm żball.", "Bejn l-1996 u l-1998 gvern Laburista kien beda r-reviżjoni tal-pjan ta' struttura, imbagħad telgħu huma u waqaf kollox.", "Wara numru ta' snin, reġa' beda daqsxejn xogħol u sa sentejn ilu kienu jiltaqgħu biex jipprovaw ifasslu pjan ta' struttura ġdid u mbagħad faqqgħet il-kwestjoni tad- development extension.", "Ma stennewx li dan il-pjan jitlesta ħalli naraw xi jkun l-istocktaking ta' l-ippjanar f'Malta.", "Dehrilhom li għax issa waslet l-elezzjoni, jipprovaw jieħdu deċiżjoni ħalli jaqdu erbgħa ħbieb tal-ħbieb u jkunu jistgħu jwettqu ż-żoni ta' l-iżvilupp.", "U llum nafu li din il- kwestjoni għadha on hold jew inkella għadna ma nafux x'se jiġri.", "Din hija r-realta' kif qegħdin isostnu l-ambjent ta' pajjiżna.", "Gvern li jwiegħed ħafna imma ma jwettaqx.", "Pero' jkolli ngħid li ma nafux x'inhu l-pjan tal- gvern dwar kif se jilqa' għall-problemi ambjentali issa li deherlu li ma jistenniex ir-reviżjon tal-pjan ta' struttura u ħa deċiżjoni rampanti li jżid iż-żoni ta' żvilupp madwar Malta kollha u llum il-ġurnata ma nafux x'effett se tħalli din id-deċiżjoni.", "Allura fi tmien snin jew disa' snin - ħalli ma ngħidx 20 sena kemm ilhom fil-gvern - ma kellhomx jagħmlu reviżjoni ta' dan il-pjan?!", "To be fair, dan il-pjan issa ilu hemm għal żmien twil u hemm ħafna policies li m'għadhomx reali għal-lum.", "Il-gvern deherlu li minflok il-policies tal-pjan ta' struttura jagħmel policies oħrajn bħal, per eżempju, dwar parking, proġetti nazzjonali, development boundaries u ma jimxix mal-funzjoni ewlenija ta' dan il-pjan.", "U jekk dan il-pjan kellu funzjoni li jikkontrolla l-iżvilupp, allura ċertament ikolli ngħid li ma rnexxielux iwettaqha.", "Għax jekk il-gvern jiġi hawn fil-parlament jgħidilna li hemm bżonn inżidu l-art għall-iżvilupp biex naġġustaw dawk l-inġustizzji li saru fis-snin tmenin, ikolli ngħid li l-iskop ewlieni ta' dan il-pjan spiċċa fix- xejn u llum ma ġiex rivedut.", "Il-ministru ma jistax jgħidilna li sar għax nafu li ma sarx.", "Allura meta se jsir?", "Forsi jgħidulna li se jsir wara l- elezzjoni.", "Issa ħalli nitkellem fuq l-emissions trading scheme li hija kwestjoni taħraq ħafna.", "Jiena diġa' ddikjarajt li aħna naqblu li l-kwestjoni ta' l- emissions trading scheme f'Malta hija vulnerabbli.", "Aħna pajjiż li se jkun milqut ħafna mill-bdil tal-klima u l-impatt tal-bdil tal-klima jista' jħalli spejjeż enormi fuq pajjiżna biex nadattaw għas-sitwazzjoni li jkollna bżonn dak iż-żmien.", "U allura jekk qed naqblu bħala żewġ partiti, jiena naħseb li għandna nippreżentaw allokazzjoni bħala pjan skond in- normi tagħna ma' l-Unjoni Ewropea ħalli ngħidulhom il-bżonnijiet ta' l- enerġija f'Malta.", "L-ewwel wieħed tressaq u ħadem imma t-tieni wieħed ma ġiex aċċettat mill- Unjoni Ewropea.", "Pero` l-Unjoni Ewropea kellha l-ardir li tgħid li kellna nnaqqsu 30% tal-bżonnijiet ta' l-enerġija f'pajjiżna.", "Issa aħna rridu nnaqqsu 30% tas-CO2 emissions fl-arja f'mument fejn qed nippjanaw li jkollna proġetti kbar, bħal SmartCity u l-Isptar Mater Dei fejn irridu nissupplixxu l-affarijiet kollha meħtieġa biex inkunu nistgħu ntejbu l- ekonomija ta' pajjiżna.", "Naf li l-gvern irribatta bir-risposti tiegħu, pero` din il-ġimgħa sirt naf li kellna ċans li ndaħħlu lill-Kummissjoni Ewropea fil-qorti fuq kwestjoni bħal din ħalli nsemmgħu leħinna u l-gvern tilef dan iċ-ċans għax sempliċement jew raqad fuqha jew inkella kellu ħsebijiet ulterjuri.", "Dan juri dgħjufija min-naħa tal-gvern u juri li l-gvern huwa lest li jaċċetta kollox u mhux lest li jsemma' leħnu fuq ħteġijiet nazzjonali li se jirrigwardaw lil pajjiżna fis-snin li ġejjin.", "Dan tafu xi jfisser?", "Ifisser li l-gvern għandu żewġ alternattivi oħrajn.", "Jew li jaċċetta l-allokazzjonijiet li qed tallokalu l-Unjoni Ewropea jew inkella jara kif se jibda jnaqqas l-emissions li għandu mill-power stations jew inkella jitfa' piż enormi fuq l-ekonomija tal-pajjiż.", "Is-sitwazzjoni se twassal biex fis-snin li ġejjin Malta jkollha toħroġ mill-but miljuni kbar ta' liri biex intaffu din il-problema.", "Sal-lum ma nafux x'inhu l-pjan tal-gvern, wara li l-Unjoni Ewropea ħadet id-deċiżjoni li mhux se taċċetta t-talbiet tal-gvern Malti.", "Imma minflok li l-gvern daħal il-qorti u għamel ħoss fl-Unjoni Ewropea ħalli jgħidilhom li Malta għandha kwestjoni vulnerabbli, bħalma għamilna fil-każ ta' l-immigration fejn iż-żewġ partiti konna vuċi waħda, deherlu li għandu jibqa' għaddej u lanqas biss iressaq il- Kummissjoni fil-qorti.", "Kien hemm min qalli li din tkun għalxejn, imma għallinqas nuri li Malta mhux se toqgħod għal kollox.", "Issa jiena nistenna li llum il-gvern jgħidilna x'se jkun il-pjan tiegħu biex jilqa' għal din il- problema u x'miżuri se jittieħdu biex il-gvern jevita li jkollu jħallas miljuni kbar ta' liri li wara kollox se jkollu joħroġhom il-poplu Malti u Għawdxi fis-snin li ġejjin.", "Jien għad għandi ħafna affarijiet x'insemmi, pero` se nsemmi żgħir dwar dak li qed isir bħalissa fil-MEPA.", "Peress li riesqa l-elezzjoni qed naraw manuvri li m'hemmx mod kif tiddeskrivihom ħlief li tgħid li huma pastażati.", "U dan jidher ukoll fil-mod kif qed jiġu ttrattati ċerti ħaddiema fejn jidħlu l-promozzjonijiet.", "Riċentement ingħataw promozzjonijiet lil nies li m'għandhomx livell professjonali li jitilgħu 'l fuq, mentri nies li ilhom jaħdmu jew inkella jirsistu fl-universita` biex jinvestu fil-karriera professjonali tagħhom baqgħu fi stat tad-daħk.", "(Interruzzjonijiet) Jaħarbulek tant affarijiet lilek!", "Meta jien dħalt fil- parlament u kont għadni nibda bħala politiku, il-Ministru Pullicino kien akkużani b'konflitt ta' interess.", "Illum il-konflitt ta' interess qiegħed ma' wiċċu u lanqas għandu rieda jwieġeb għall-affarijiet u għall-abbużi li għaddejjin bħalissa.", "Sur President, jiena jkolli ngħid li m'hemmx direzzjoni f'dan il-pajjiż f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-ambjent.", "Il-gvern mhux qed juri rieda li jsolvi l-problemi akuti li għandu pajjiżna u jekk se nibqgħu sejrin hekk il- medja ta' infringements fl-Unjoni Ewropea kull xahar u nofs li kellna f'pajjiżna f'dawn l-aħħar tliet snin se tkompli tiżdied.", "Il-gvern mhux veru qed jindirizza l-ħteġijiet tal-poplu Malti li hemm bżonn li jittieħdu in konsiderazzjoni bħalissa.", "Se nagħlaq billi nsemmi punt biex nuri kemm dan kien budget ta' konvenjenza politika.", "Se nirriferi għall-inċentivi li se jagħti l-gvern fuq il- gallariji ta' l-injam.", "Din hija xi ħaġa pożittiva u naqbel magħha u hemm bżonn li nkomplu nagħmlu inċentivi bħal dawn.", "Qabel il-gvern kien ħabbar li din l-iskema se toħroġ għal tliet lokalitajiet biss, pero` għax dan huwa l- aħħar budget ta' qabel l-elezzjoni il-gvern deherlu li kellu joħroġha għal Malta kollha.", "Din hija xi ħaġa tajba pero` kont nistenna li għallinqas jagħtina indikazzjoni kemm se tiswa jew inkella minn fejn ġejjin il-fondi għal din l-iskema.", "F'risposta għal mistoqsija parlamentari li tani l-bieraħ qalilna biċ-ċar li hemm Lm60,000 ivvotati.", "Dan ifisser li se jsiru medja ta' bejn 10 u 14-il gallarija f'kull lokalita`.", "Issa l-gvern għadu kemm ħabbar li kien hemm eluf ta' Maltin li kienu interessati li jibbenefikaw minn din l-iskema u qalilna li l-ministeru tal- finanzi lest li jalloka dawn il-fondi.", "Mela ħalli ngħidu li dan il- proċess idum madwar tmien xhur jew disa' xhur.", "Allura din mhux se jwettaqha l-gvern għax jaf li jista' jkun hemm gvern ieħor ukoll.", "Issa jien ikolli ngħid li trid tkun immorali li twiegħed affarijiet li ma tistax twettaqhom.", "Imma kemm hija akbar li tgħid li l-MEPA hija awtonoma u mbagħad tibgħat ittra lin-nies ta' Tas-Sliema fejn tinformahom li hemm din l-iskema u l-gvern lest li jagħti l-assistenza kollha meħtieġa permezz tal- ministeru.", "Allura jkolli ngħid li din hija konvenjenza politika.", "Dan huwa konflitt ta' interess għax suppost li l-MEPA hija awtonoma, imma l-Ministru Pullicino jibgħat minn flus il-poplu Malti ittri - din se nqegħidha fuq il-mejda tal- Kamra biex ma jgħidux li qed nigdeb - bil-letterhead tal-ministeru biex javża lir-residenti ta' Tas-Sliema biss.", "Jiena Ħal Qormi ngħix, imma ma rċevejthiex.", "X'differenza hemm bejn in-nies ta' Ħal Qormi u n-nies ta' Tas- Sliema?!", "Għax Tas-Sliema huwa d-distrett tiegħu.", "F'din l-ittra li ġiet quddiemi b'kumbinazzjoni, il-Ministru Pullicino avżahom li hemm assistenza fil-ministeru biex min ikun jixtieq xi informazzjoni jew inkella għajnuna jkun jista' jiġi kkuntattjat.", "Dik hija l-konvenjenza politika u turi biċ- ċar li dan il-gvern m'għandux rieda politika biex jindirizza l-problemi ambjentali.", "Dan il-budget huwa sempliċement riċiklaġġ ta' proposti li ilna nisimgħu bihom għal dawn l-aħħar snin u mhux qed jgħidulna x'inhu l-pjan ambjentali kif għamel il-partit Laburista fejn għidna li lesti nwettqu ċerti proposti li huma essenzjali għal pajjiżna.", "Qabel nagħlaq nitlob il-permess biex inqiegħed xi dokumenti fuq il-mejda tal-Kamra.", "THE CHAIRMAN: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "RODERICK GALDES: Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' ittra mibgħuta mill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l- Ambjent fil-5 ta' Ottubru 2007 b'riferenza għall-iskema għall- manutenzjoni jew tibdil ta' gallariji ta' l-injam;", "Kopja ta' ittra li Mr Gerard Onesta, Viċi President tal-Parlament Ewropew bagħat lill-Prim Ministru ta' Malta f'Mejju 2003 u t-tweġiba tal-Prim Ministru ta' Malta fis-27 ta' Mejju 2002;", "Kopja ta' l-Avviż Legali Nru. 251 ta' l-2007 – Regolamenti ta' l-2007 li jistabbilixxu \"Il-Majjistral, Park ta' Natura u Storja\"; u", "Lista ta' deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea b'riferenza għal infringements ta' liġijiet ta' l-Unjoni Ewropea.", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "L-Onor.", "Joseph Brincat.", "ONOR.", "JOSEPH BRINCAT: Sur President, jien ħadt gost nisma' lill-kollega tiegħi jitkellem u l-aħħar kelma tiegħu kienet fuq ir-riċiklaġġ tal- wegħdiet.", "Jien se naqra - ħalli ma jgħidulix li mhux veru - mid-diskors tal-budget tas-sena l-oħra u mid-diskors tal-budget ta' din is-sena.", "Waħda mill-wegħdiet riċiklati hija din:", "\"Pajjiżna hu magħruf għal kilometri sħaħ ta' swar u fortifikazzjonijiet b'madwar 25 kilometru li jdawru t-tlett ibliet, il- Belt u l-Furjana, l-Imdina u ċ-Ċittadella ta' Għawdex\".", "Din kienet f'paġna 63 tal-budget tas-sena l-oħra.", "Issa f'paġna 60 tal- budget ta' din is-sena nsibu hekk:", "\"Pajjiżna huwa magħruf għal kilometri sħaħ ta' fortifikazzjonijiet, b'madwar 25 kilometru li prinċipalment idawru t-tlett ibliet, il- Kottonera, il-Belt, il-Furjana u l-Imdina.\".", "Dan m'huwiex biżżejjed.", "Il-kollega tiegħi semma wkoll l-animal welfare.", "Huwa interessanti ħafna li naraw x'għidtu s-sena l-oħra u x'għamiltu.", "Per eżempju, f'paġna 66 tad-diskors tal-budget tas-sena l-oħra hemm li -", "\"Il-gvern qed jaħdem biex iwaqqaf fondazzjoni għall-ħarsien ta' l- annimali.", "L-iskop ta' din il-fondazzjoni jinkludi t-tmexxija ta' ċentru nazzjonali għall-ħarsien ta' l-annimali li se jwaqqaf il-gvern.", "Dan iċ-ċentru se jkun jiġbor fih għadd ta' faċilitajiet moderni li jinkludu after care clinic u boarding kennels.", "Għal dan il-għan il- gvern qed jivvota Lm60,000 sabiex fl-2007 jinbeda x-xogħol fuq dan iċ- ċentru.\".", "Din is-sena qalulna li l-Prim Ministru ltaqa' ma' l-għaqdiet tal- volontarjat.", "Fil-fatt f'paġna 62 tad-diskors tal-budget ta' din is-sena nsibu hekk:", "\"Matul din is-sena kelli l-okkażjoni li niltaqa' ma' numru ta' voluntiera li jaħdmu fil-qasam tal-ħarsien ta' l-annimali.", "Irrid nirringrazzjahom ...\"", "- u hawn ningħaqad miegħu –", "\"... għax-xogħol volontarju li jagħmlu b'tant dedikazzjoni u impenn.", "Hawnhekk nixtieq inħabbar li qed nivvotaw Lm150,000 biex ngħinu lill- għaqdiet volontarji f'pajjiżna fit-tmexxija ta' faċilitajiet biex jinżammu l-annimali abbandunati.", "Flimkien ma' l-NGOs se nkunu qed nimplimentaw ukoll inizjattiva li tikkontrolla l-ammont ta' annimali abbandunati fit-toroq tagħna.\".", "Bil-pulit din tfisser li l-gvern se jieħu ħsieb dawk l-annimali li jkunu qed jiġru barra billi jikkastrahom.", "Jien ma niddejjaq ngħid xejn li daqskemm ma nixtieqx niġi kkastrat jien, lanqas nixtieq li l-annimali jiġu kkastrati.", "Issa ma nafx jekk hawnx xi ħaddieħor li jkun jixtieq mod ieħor.", "U d-diskors ikompli hekk:", "\"Issa li ġie approvat il-permess se jinbeda wkoll ix-xogħol fuq iċ- ċentru f'Ta' Qali li se jkun qed jiġbor fih għadd ta' faċilitajiet moderni għall-annimali, li jinkludu after care clinic u boarding kennels.\".", "Fuq Marsaxlokk qalu li se jsebbħu l-promenade u jagħtuh ambjent turistiku u tradizzjonali.", "Din il-wegħda saret kemm fil-budget tas-sena li għaddiet u kif ukoll fil-budget ta' din is-sena.", "Jien naqbel mar-riċiklaġġ imma mhux mar-riċiklaġġ tal-wegħdiet!", "Dan ifakkarni fiż-żmien qabel is-sebgħinijiet meta f'budget wara l-ieħor kienet issir il-wegħda li se jitla' t-Teatru Rjal.", "Riċentement kien intqal li t-Teatru Rjal kien se jsir parlament b'car park taħt ħalli jilqa' l-kwantita` ta' karozzi li jidħlu l-Belt.", "Fl- istess waqt li – u dan juri l-ħela – kienu qed jagħmlu dak il-proġett li għall-konsulenzi tiegħu ħallsu, jekk niftakar tajjeb, ftit inqas minn Lm0.5 miljun, min-naħa l-oħra kien qiegħed isir proġett ieħor biex fil-Belt Valletta jitnaqqsu l-emissions u issa ddaħħlet is-sistema ta' kemm jistgħu jidħlu karozzi u jekk jidħlu u jdumu iktar minn ċertu ħin iħallsu.", "Jekk wieħed jidħol il-Belt u ma jdumx iktar minn nofs siegħa ma jħallasx.", "Apparti l-kwestjoni ta' nies li qed igergru li qed jirċievu l-kontijiet żbaljati, x'inhu l-effett ta' din is-sistema?", "Hawnhekk se nikkwota persuna, Mrs Cremona, li hija magħrufa u akkanita fil- qasam ta' l-ambjent u dan tagħmlu b'mod volontarju - l-istess bħalma huma l- NGOs ta' l-annimali – fejn qalet li b'din is-sistema flok naqsu l- emissions ġewwa l-Belt żdiedu għax fejn qabel kienu jidħlu l-karozzi fis- 7.30 a.m. u fit-8.00 a.m. u jibqgħu pparkjati hemmhekk ġurnata, illum jidħlu ħafna karozzi għal dik in-nofs siegħa, ma jkunux weqfin, anzi jkunu mgħaġġlin - l-opinjoni tagħha qiegħed ngħid, imma jiena ġieli osservajtha wkoll din il-ħaġa - u l-għadd ta' karozzi li jkunu deħlin il-Belt minn Old Bakery Street u jgħaddu min-naħat l-oħra jibqgħu mexjin bil-makni mqabbdin, qegħdin jidħlu iżjed karozzi u allura l-emissions qed jiżdiedu.", "Mela f'dan il-każ ir-riżultat qed ikun bil-maqlub.", "Jekk qabel konna qed naħsbu biex ikun hemm iktar opportunita' li jonqsu l-emissions – u jien ngħid li m'għandhomx jonqsu biss fil-Belt - min-naħa l-oħra ir-riżultat ta' dak li sar huwa negattiv.", "Jien nieħu gost li jerġa' jissemma li għandna nieħdu ħsieb li l-karozzi ma jkollhomx emissions.", "Forsi l-unika ħaġa tajba li saret, imma li l-prezz huwa eżorbitanti għal ħafna nies, huma dawk il- karozzi li qishom il-golf carts, li jiġru madwar il-Belt biex iwasslu lin- nies minn post għall-ieħor.", "Sur President, sar il-parking madwar is-swar barra l-Bombi, u l-vann li jidħol ġewwa l-Belt iwassal lin-nies sa ħdejn it-teatru l-imwaqqa'.", "Għal ħafna nies li jkunu deħlin ix-xogħol huwa inkonvenjenti għalihom li jieqfu hemmhekk u mbagħad iridu jinfirxu ma' postijiet oħra.", "Ilni ngħidha żmien u jien niddejjaq insemmi biss dak li ma sarx, imma nħobb ngħid dak li għandu jsir.", "Jekk aħna verament irridu nirranġaw il-kwestjoni li l-karozzi ġewwa l-Belt jonqsu u jkun hemm inqas emissions u inqas traffiku, allura trid tissostitwixxi l-mezz tat-trasport b'wieħed verament effiċjenti.", "Jekk jien irrid immur għand il-Ministru Pullicino ħdejn id-dwana ma nistax nieqaf ħdejn it-teatru l-imwaqqa' u ninżel hemm isfel.", "Hemm il-karozza tal-linja 158 li ddur mal-Belt u ġġorr ħafna turisti li jiġu mal-cruise liners.", "X'inhu l-effett ta' din is-sistema?", "Li dawn in-nies qed ikollhom trasport.", "Allura jekk verament trid tagħmel transport, ma tistax tagħmel sistema għaċ-ċentru tal-Belt?", "Jiena semmejt karozzi elettriċi li rajt fil-belt ta' Reggio Emilia - u ma rridx nagħtih il-benefiċċju li jaħseb u jippampalunja li qed insemmiha għalih - bl-isem ta' Pollicino tat-tip FIAT.", "Kieku jkun hemm trasport pubbliku effiċjenti jiena nkun l-ewwel wieħed li nużah għax it-trasport pubbliku effettivament iħaffef l-affarijiet.", "Imma s-sistema minbarra li hija staggered, biċċa 'l hawn u biċċa 'l hemm u naslu sat-tarf – jien ngħid politikament - domna ma daħħalnieha u qed nieħdu ċertu żmien.", "Issa qed ngħidu li ħlas isir jekk inti tipparkja f'ċertu post. Mela minn naħa waħda free u min-naħa l-oħra bil-ħlas.", "L-affarijiet iridu jkunu netti u rridu nagħtu inċentiv lin-nies biex jużaw dak il-mezz ta' trasport pubbliku li jkun friendly għall-environment, li bih il-persuna tkun tista' tinqeda u minħabba l-konkorrenza – fis-sens li jkun hemm ammont ta' nies li jużaw dak il-mezz ta' trasport - il-prezz ikun jista' jinżamm baxx.", "L-ammont ta' nies li jużawh jagħmlu ekonomikament vijabbli.", "Xejn m'huwa b'xejn, veru, imma jekk tagħmlu economically viable minħabba l-konkorrenza ta' ħafna tasal għal dak il-prinċipju li żmien ilu kont għidt fil-partit Laburista: Il-ftit mingħand il-ħafna.", "Meta għandek il-ftit mingħand il-ħafna, tinġabar kwantita` u jkun ta' benefiċċju għal kulħadd.", "U allura dawn il- problemi jistgħu jissolvew.", "Jien nemmen li għandu jkun hemm rethinking u readjustment għax xejn ma jitwieled perfett mill-bidu u ma nkunu qed nagħmlu xejn ħażin jekk nirranġaw xi ħaġa wara.", "Sur President, waħda mill-affarijiet li ssemiet f'dan il-budget speech hija l-kwestjoni ta' l-inċineratur li se jsir fil-biċċerija, jiġifieri f'parti 'l barra mill-Marsa.", "Forsi tgħiduli: Intom mhux imdorrijin bid- duħħan fil-Marsa?!", "Jien niftakar lil Dr Zammit Dimech jistedinna l-Marsa - jien ma mortx - biex nagħmlu speċi ta' dimostrazzjoni meta kien se jitneħħa l-faħam għax konna se nkunu aħjar.", "Fl-1987 meta kien ġie Piccoli kellha tingħalaq il-power station tal-Marsa għax kienet se tiġi waħda state of the art f'Delimara.", "Kellha tkun state of the art imma r-riżultat hu li hija defiċjenti mhux ħażin.", "Għalhekk meta nisma' l-kliem \"state of the art\" nieħu qatgħa għax imbagħad stenna li jgħidulek: Imma state of the art skond dak iż-żmien għax l-arti tinbidel, tiżviluppa, imbagħad f'daqqa waħda nsibu li dak li konna naħsbu li hu tant artistiku m'għadux daqshekk apprezzabbli.", "Rigward il-kwestjoni tad-dħaħen ilna nisimgħu li jridu jispiċċaw biex ikollna ambjent iktar nadif.", "Issa nafu li bid-dħaħen li hemm anke tal- combustible li jintuża, forsi d-duħħan ma tarahx dejjem iswed, kultant jitla' abjad - bħalma jiġri meta jitla' papa ġdid - imma l-particles li hemm fl-arja li tkun tiela' mill-ġeneratur hija ħażina.", "Din il-kwestjoni ta' l-inċineratur qed tinkwetani mill-aspett li semma l-Prim Ministru hawnhekk.", "M'iniex qed nitkellem għalija għax jiena ilni vegeterian mill- 1986 u allura dak li jinqatel fil-biċċerija ma jgħoddx għalija.", "Pero` ma naħsibx li tagħmel sens li tneħħi inċineratur mill-isptar u f'dan l- inċineratur tal-biċċerija jinħarqu affarijiet li kienu jinħarqu fl-isptar u jinħaraq fih ukoll skart ta' l-industrija tal-kimika.", "Il-problema hija li dan l-inċineratur ġie ikbar milli hemm bżonn għax bħas-soltu naraw kbir - apparti l-kwestjoni ta' l-impatt negattiv enormi fuq l-ambjent tan-nies li joqogħdu fl-inħawi għax jien informat li l-impjant li hemm għandu overcapacity - u allura biex issa nagħmluh viable minbarra li se jintuża għax-xogħol tal-biċċerija, se naħarqu fih ukoll l-affarijiet ta' l-isptar u ta' l-industrija kimika.", "Naħseb li m'huwiex għaqli għax fejn se jkollok il- laħam għall-konsum u fejn se jkollok id-demm ta' l-annimali li nqatlu tidħol il-possibbilta` ta' tniġġis minn elementi oħrajn.", "Riċentement ġewwa l-Ingilterra kien hemm tniġġis ta' annimali li kienu bi kwiethom qegħdin jirgħu mil-laboratorju li kien qiegħed jiġġieled proprju kontra l-mard u l-viruses li suppost dawk l-annimali jkunu ħelsin minnhom.", "Ma tagħmilx sens li tieħu affarijiet minn sptar u tpoġġihom anke fil- viċinanza tal-laħam maqtul.", "Din hija ġennata għax il-possibbilta` ta' infezzjoni hija kbira.", "Illum saħansitra qed isibu – u dan ma jiġrix f'Malta biss - li ħafna nies li jidħlu l-isptar jimirdu minħabba l-ambjent ta' l-isptar.", "Issa li jkollok affarijiet imniġġsin li jitneħħew mill- isptar – għax dawn mhux se jeħduhom irmid għax kieku m'għandhomx għalfejn jeħduhom fl-inċineratur – u teħodhom fil-biċċerija, se żżid il- possibbilta' li l-bacteria timxi minn oġġett għall-ieħor.", "Hawn tobba u nurses li ħadu l-virus ta' l-AIDS u tal-hepatitis meta kienu ultra attenti biex ifejqu u biex jevitaw l-infezzjoni.", "Aħseb u ara meta jkollok il- laħam mikxuf bid-demm ħiereġ minnu jew bid-demm espost u fl-istess radius tieħu affarijiet li ġejjin mill-mard jew skart kimiku!", "Meta jkollok affarijiet kimiċi li qed jinħarqu veru li jitla' d-duħħan, imma d-duħħan se jkun fih affarijiet kimiċi li jistgħu jkunu noċivi għax joqogħdu fuq l- oġġett.", "Kif joqogħdu fuq l-oġġett?", "Għax dak li jkun hemm fl-arja se jiddepożita x'imkien.", "Kull wieħed minna għandu par imniffsejn u kultant meta jmur id-dar jinduna kemm tħammġu mill-ambjent ta' madwaru.", "Allura l-laħam li jkun hemm ma jistax jitħammeġ minn affarijiet li jkun hemm fl-arja?", "Il-preokkupazzjoni tiegħi hi li jekk se tieħu affarijiet li huma kimiċi jista' jkollok - mhux infezzjoni issa qed ngħid – elementi li jmissu ma' l-oġġett li jistgħu jikkawżaw il-cancer.", "Dan għax il-fumes ikunu volatile minħabba s-sħana, imma mbagħad meta jinżlu għat-temperatura normali, dawn se jsiru particulates.", "Nisimgħu tant li anke farka asbestos tista' tagħmillek il- ħsara, allura x'garanzija se jkun hemm li dawn l-affarijiet li se jinħarqu, speċjalment il-kimika, mhux se jikkawżaw tniġġis?!", "Irridu nifhmu li meta tgħid li l-inċineratur tal-biċċerija se jintuża anke għall-iskart ta' l- industrija kimika, tkun qed tesponi ruħek għal periklu ta' saħħa.", "Sur President, jien naqra fuq ħafna affarijiet, fosthom fuq ir- reliġjonijiet.", "Fir-reliġjon Lhudija, dawk li huma osservanti, saħansitra lanqas isajru affarijiet ta' ħalib f'borom li jintużaw għal-laħam, jiġifieri għal-laħam jużaw borom għalih u għall-prodotti tal-ħalib jużaw borom oħra.", "Ġewwa pajjiżna jkollna każijiet fejn – u jista' jkun li llum quddiem il-Maġistrat Padovani Grima hemm każijiet bħal dawn – xi ħadd idaħħal lil xi wieħed tal-grocer il-qorti jekk fil-fridge ikollu affarijiet bid-demm għax jibża' mill-kontaminazzjoni.", "Issa ma nistgħux ngħidu li n- nar jaħraq kollox għax mhux veru.", "In-nar jista' jaħraq ċerti affarijiet imma jista' wkoll ipoġġi fil-post il-preokkupazzjoni kbira li qed insemmi.", "Il-kollega tiegħi, l-Onor.", "Mario Galea, li qiegħed fil-qasam tal-mediċina jaf x'attenzjoni tingħata meta jwarrbu xi ħaġa minħabba infezzjonijiet li jistgħu jgħaddu minn pazjent għall-ieħor u anke għat-tobba u għan-nurses.", "Issa dawn joqogħdu attenti għax huma tekniċi f'dak il-qasam, imma dawk li se jmorru jaħarqu dan it-tip ta' skart se joqogħdu attenti b'dak il-mod?", "Xi protection se jkun hemm?", "Din hija preokkupazzjoni enormi mhux biss għan- nies tal-Marsa minħabba l-fumes imma minħabba l-konsum tal-laħam li lili ma jogħġobnix u ma nieklux, imma hawn ħafna Maltin li jiekluh.", "Ladarba qed nitkellmu fuq il-biċċerija, jien smajt li waqt li qed nipprovaw inneħħu mill-ambjent is-CO2 ġol-biċċerija qed inżidu s-CO2 biex noqtlu l-annimali għal-laħam.", "Meta jitlaq minn hemm is-CO2 fejn imur?", "Sur President, nixtieq issa nitkellem fuq il-kwestjoni ta' l-ilma li nħoss li jixirqilha attenzjoni kbira ġewwa pajjiżna.", "Il-bieraħ tard bil-lejl kont qiegħed nara programm fejn intqal li l-ikbar problema li kellu jew li jqis li għandu l-Iran m'huwiex iż-żejt, imma l-ilma u għalihom l-aqwa żejt huwa l-ilma.", "Fil-fatt l-ikbar problema għal ħafna mill-pajjiżi produtturi taż- żejt huwa l-ilma.", "Qegħdin nisimgħu fuq kif nipproteġu kontra l-għargħar.", "Fil-fehma tiegħi, aħna qed nagħmlu ħaġa waħda biss, qed naraw kif nagħmlu biex l-ilma jgħaddi malajr u jaqleb ħalli jitlaq il-baħar, imbagħad meta ma jkollniex ilma niddistillawh mill-baħar meta dak il-baħar inkunu diġa` waddabnielu l-ilma ħelu.", "F'ċerti ċirkostanzi bilfors ikun hemm ċertu overflow imma effettivament qed tinħela kwantita` ta' ilma u ma nkunux qed nagħmlu proġett serju jekk noħorġu biss b'soluzzjonijiet biex ma ndejqux lin-nies, meta ħafna drabi nkunu għamilna affarijiet qabel bil-maqlub.", "Hawnhekk jingħad li l-problema ta' Ħal Qormi ssolviet.", "Dan m'hu veru xejn.", "Morru għand in-nies li joqogħdu fil-wied ta' Ħal Qormi u jgħidulkom li l- problema ġejja minn Ħ'Attard u minn Ħal Balzan għax meta tagħmel ix-xita Ħ'Attard jew Ħal Balzan u Ħal Qormi ma tagħmilx, Ħal Qormi xorta jegħrqu.", "Jiena m'għandix x'naqsam ma' Ħal Qormi u mhux qed insemmih biex nirbaħ l- elettorat.", "Qed ikollna problemi serjissimi u jekk m'aħniex se naraw kif nikkonservaw l-ilma, inutli li noqogħdu nitkellmu fuq il-water table għax ġewwa pajjiżna m'aħniex qed nagħtu attenzjoni kif se tiġi replenished il- water table.", "Waħda mill-problemi tal-water table hija minħabba l-kwantita` ta' boreholes li tħaffru li għalkemm irregolarizzajniehom biex ma neħlux il-multa, ġara li llum għandna sienji antiki fejn kien jgħaddi l-ilma li ħlief ilma salmastru ma jgħaddix u dan huwa ħażin għall-agrikoltura.", "Għandna problema serjissima tal-water table li jkollok bħall-Isptar Mater Dei li effettivament minflok f'binja bħal dik għen fis-soluzzjoni tal- problema se jikkawża iktar problema.", "L-istess qed jiġri meta jinbnew toroq ġodda għax minflok immorru għal soluzzjoni nkunu qed nikkawżaw problema akbar għax l-aqwa li jidher sabiħ it-tarmak!", "Minħabba li sar planning ħażin, it-triq li tieħu wara r-Rabat u tibqa' sejra għal Tarġa Gap imxiet l- art għax kien hemm il-konkos fuq it-tafal, it-tafal ixxarrab minn taħt u ġie qisu sapuna u t-triq qasmet.", "L-aqwa li għamilna ħafna concrete li jqum ħafna flus minflok sibna soluzzjonijiet tekniċi oħrajn.", "Hija ħaġa sewwa li nsibu soluzzjoni biex l-ilma ma jgħaddix minn Birkirkara u jxarrab il-flats ta' Birkirkara jew ta' l-Imsida, imma aktar importanti minn hekk hija li nipprovaw insibu soluzzjoni kif nippreservaw l-ilma ħalli ma jasalx b'dik il-kwantita` u trid tibda mill-postijiet għoljin għax meta tħares lejn il- problema ma tħarisx fejn spiċċat imma trid tmur għall-oriġini tagħha.", "Sur President, il-kollega tiegħi tkellem fuq il-kwestjoni ta' l-enerġija alternattiva li ftit li xejn għamilna fuqha f'dan il-pajjiż.", "Huwa veru li għandna commitment fuq l-emissions, imma l-iktar ħaġa importanti hija li l- ambjent tagħna nżommuh nadif.", "L-enerġija alternattiva m'għandniex inħarsu lejha biss biex insaħħnu l-boiler tad-dar ħalli jkollna l-misħun, imma hemm bżonn li tintuża meta jkun se jsir żvilupp enormi ta' complexes kbar.", "F'pajjiżi oħrajn isiru sistemi saħansitra anke kif jiddawwal il-post bl- optic cables li jgħaddu ħalli mid-dawl ta' barra jkunu jistgħu jespandu d- dawl isfel mingħajr ma tixgħel bozza.", "Imma anke qabel ma naslu għal dak l- istadju li jirrikjedi t-teknoloġija, irridu mmorru anke għal dik li hija ekonomija u sens ta' dak li hemm bżonn.", "Jien dejjem ngħid li għamilna l- gallarija tal-Parlament b'ħafna bozoz biex hemm bniedem wieħed.", "Kieku għamilnielu bozza żgħira biss quddiemu fuq l-iskrivanija u ftaħna t-twieqi għandu dawl biżżejjed.", "Għandna bżonn nixegħlu dawk il-bozoz kollha biex indawlu l-public gallery li hija vojta?!", "Ħaġ'oħra li rrid ngħid li semmieha l-Onor.", "Roderick Galdes, hija rigward il- gallariji tipikament Maltin.", "Jien ilni niġġieled ġewwa l-MEPA li ma nistgħux niffissaw biss fuq il-materjal.", "L-aspett tal-gallarija Maltija huwa importanti f'dik li hija l-estetika tagħha.", "Naħseb li l-Ministru Pullicino jaqbel miegħi li jekk ikollok gallarija fi Strada Sant'Ursola, il- Belt li qiegħda fir-raba' sular, ħadd ma jitla' jmiss il-gallarija biex jara jekk hijiex ta' l-injam jew inkella ta' xi materjal ieħor.", "Hemm bżonn li nsibu, bħalma sabu pajjiżi oħrajn, materjali moderni li jistgħu jqumu inqas flus u li jistgħu joħolqu l-istess effett.M'iniex qed ngħid li rridu nkunu ta' Ċaċu.", "Per eżempju, jiena ma niddejjaqx ngħid li jogħġobni l- complex ta' dawk ir-residential units li sar ġewwa l-Imsida allavolja ma sarx fi żmien gvern Laburista.", "Hija xi ħaġa ta' dan iż-żmien li ma tistunalix f'għajnejja u ntużaw anke materjali ġodda b'ċertu mod u b'ċertu gost li l-affarijiet għallinqas saru aċċettabbli.", "Bħal dan jistgħu jsiru ħafna affarijiet oħrajn.", "L-importanti m'huwiex kemm nonfqu flus fil-budget jew inkella kemm nwiegħdu li se nonfqu, imma hemm bżonn li kull sold tat-taxxi li jħallsu n-nies u kull sold li jinġieb mill-Ewropa bħala ko-finanzjament b'ħafna kondizzjonijiet, ma jintnefaqx ħażin.", "L-ambjent irid jidħol fil-mentalita' tal-poplu Malti u ta' kull min qed jikkontribwixxi għall-ħajja ta' din is-soċjeta' biex - u hawnhekk naqbel ma' dak li ntqal f'kull budget – inkunu nistgħu ngħaddu ħajja aħjar u dinja aħjar lil ta' warajna.", "Nirringrazzjak.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Skada l-ħin disponibbli għan-naħa ta' l-Oppożizzjoni u issa l-ħin kollu li fadal huwa għan-naħa tal-gvern.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Jeffrey Pullicino Orlando.", "ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO: Sur President, ħadt pjaċir nisma' lill- kollegi tiegħi tan-naħa l-oħra, u apparti milli xtqat ovvjament nikkummenta fuq x'ħareġ mid-diskors tal-budget ta' din is-sena fir-rigward ta' l- ambjent li m'għandix dubju li l-kollegi l-oħra tiegħi jkollhom il-punti tagħhom x'jagħmlu wkoll, xtaqt ukoll - ħalli jkun hemm dibattitu ħaj bejnietna - nagħmel xi kummenti fuq dak li qalu huma.", "L-Onor.", "Noel Farrugia sena wara sena jitkellem fuq l-EU u naħseb li baqgħet ittimbrata ġo moħħu l-għajta ta' Dr. Alfred Sant li d-dħul ta' pajjiżna fl-Unjoni Ewropea, li issa huwa fait accompli, se jfisser - xi forma ta' diżastru.", "Naħseb li l-propaganda tagħhom stess belagħha l-Onor.", "Noel Farrugia għax għadu jirrepetiha s'issa Issa jien hawnhekk se nerġa' nagħmel id-domanda li ilni nagħmel lill-kollegi tiegħi tan-naħa l-oħra minn mindu aħna dħalna fl-Unjoni Ewropea: Minn fejn kienu se jġibu l-fondi neċessarji biex jitwettqu l-proġetti kbar ħafna li qed jitwettqu partikolarment fil-kamp ambjentali li kieku seħħet il-ħolma tagħhom ta' l- Isvizzera fil-Mediterran?", "Jien ngħid ċar u tond li l-feeling personali tiegħi huwa li ma kien isir xejn fuq dawk il-proġetti kbar kollha, fosthom il-proġett enormi tar-rijabilitazzjoni tal-Magħtab u l-Qortin li jirrikjedi miljuni kbar ta' liri.", "Jew inkella kienu jsallbu lill-poplu Malti b'eko- tassazzjoni astronomika.", "Se nerġa' nfakkar lill-kollegi tagħna, għax forsi ma jafux, li għas-snin li ġejjin pajjiżna ħa kważi biljun ewro.", "Issa nixtieq nagħmel din id-domanda sempliċi u nixtieq li xi darba jagħtuni risposta: Minn fejn kienu se jġibu l-biljun ewro ekwivalenti għal dak li se ningħataw mill-Unjoni Ewropea?", "Li kieku smajna minnhom u emminna l-gideb tagħhom li konna se nieħdu biss Lm1.5 miljun - li m'hemmx għalfejn noqogħdu naħdmuha it does not equate f'biljun ewro - minn fejn konna se nġibu l- flus?", "Konna nsallbu lill-poplu Malti bit-tassazzjoni, jew ma nagħmlu xejn.", "Jien kważi iktar nemmen li ma kien isir xejn.", "Jien niskanta u nistagħġeb kif jiġu l-kollegi tagħna tan-naħa l-oħra jitkellmu fuq affarijiet li huma public knowledge li se jsiru u qegħdin litteralment imniżżlin fid-diskors tal-budget daqslikieku d-diskors tal-budget ma qrawhx jew ma segwewhx meta kienu hawnhekk fil-Parlament.", "Jiena nistenna li l-kollega tiegħi, l-Onor.", "Joe Brincat, ikun jaf li permezz ukoll tal-finanzjament ta' l-Unjoni Ewropea aħna se nonfqu madwar Lm30 miljun biex ikun hemm leasing tal-flooding li hemm fl-area ta' Ħal Balzan, Birkirkara u l-Imsida.", "Mhux hekk biss, imma se jkun hemm water catchment area biex kemm jista' jkun ikun hemm replenishment tal-water table permezz ta' dan il-proġett, li nerġa' ngħid li kieku ma kienx se jkun iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea jew ma kien isir xejn, jew inkella konna nsallbu lill-poplu Malti b'tassazzjoni mill-iktar esaġerata għax minn x'imkien trid iġġibhom il-flus għax mill-arja ma jaqgħux.", "Sur President, jiena ma nistax nifhem kif ikun l-Onor.", "Brincat li jitkellem fuq il-boreholes.", "Issa l-Onor.", "Brincat ġie elett f'dan il- Parlament l-ewwel darba fl-1971 u prattikament l-ewwel ħaġa li għamel il- prim ministru ta' dak iż-żmien, il-Perit Duminku Mintoff, kien li litteralment għalaq id-distillaturi li kien għamel gvern Nazzjonalista biex nieħdu l-ilma tal-baħar u nippurifikawh għall-użu tax-xorb u għall-użu ta' kuljum tagħna.", "Il-Perit Mintoff għalaq id-distillaturi għax qal li kienu ħela u għamel sistema ta' boreholes fejn lil Malta litteralment ġabha passatur biex flok id-distillaturi għamel il-boreholes, u tant ġibed mill- water table, li ħarbat il-water table tagħna.", "Fejn kien l-Onor.Joe Brincat dakinhar meta l-Perit Duminku Mintoff iddeċieda li jagħmel hekk?!", "Ma kienx jaf x'kien qed jiġri dak iż-żmien?!", "Dik kienet il-policy tal-gvern li kien jifforma parti minnu hu stess,", "Jien segwejt bir-reqqa d-diskors ta' Dr. Alfred Sant b'risposta għad- diskors tal-Prim Ministru, u ovvjament bħala persuna li għandi għal qalbi s- settur ambjentali pprovajt nara x'se jgħid fuq l-ambjent.", "L-uniku ħaġa li semma dwar is-settur ta' l-ambjent kienet il-proposta tiegħu li jagħmel tliet golf courses f'Malta u Għawdex.", "Issa jien se nistaqsih.", "Fejn beħsiebu jagħmilhom dawn il-golf courses?", "Jien onestament ngħid li ma naqbilx li għandhom isiru golf courses f'pajjiżna ħlief f'area partikolari waħda, fejn ma jkunx hemm negative environmental impact.", "Il-Prim Ministru Gonzi fil-budget speech mhux tas-sena li għaddiet imma ta' qabel, għamel environmental statement b'saħħtu ħafna li naħseb kien l-iktar statement favur l-ambjent li qatt għamel politiku Malti, fejn qa li fir-rigward tal- golf courses ma kienx lest jissagrifika l-ambjent għal żvilupp ekonomiku.", "L-uniku mod li golf course tista' tkun sostenibbli hu billi jkun hemm żvilupp estensiv ħafna ta' infrastruttura relatata magħha u anke biex inti trodd lura lejn l-iżviluppatur dawk il-flus li jkun ħareġ, irid ikun hemm xi forma ta' żvilupp.", "L-Onor.", "Alfred Sant biex bħas-soltu jipprova jintogħġob maż-żewġ naħat qed jgħid li se jsiru golf courses mingħajr ma jkun hemm il-bżonn ta' żvilupp.", "Din hija xi ħaġa impossibbli.", "Qed jgħid ukoll li biex niffinanzjaw dawn il-golf courses se jkun hemm private public partnership.", "Issa jien nistaqsih: Jaħseb li t-taxxi tiegħu, it-taxxi tiegħi u t-taxxi ta' kulħadd għandhom jintużaw għall-golf courses, jew għandhom jintużaw għal affarijiet ħafna iktar importanti bħall-edukazzjoni, bħall-pensjonijiet u bħal żviluppi oħrajn li għandu bżonn is-settur turistiku u bħal żviluppi oħrajn li għandu bżonn is-settur ambjentali?", "Dawn huma affarijiet half-baked li joħorġu waħda wara l-oħra minn fomm l- oppożizzjoni.", "Huma affarijiet li sempliċement ikunu qed jgħiduhom biex mingħalihom jimpressjonaw lil dak li ma jkunx qed jipprova jiżen verament dak li qed jgħidu.", "Sur President, nixtieq nitkellem fuq il-ħarsien ta' l-annimali.", "Jien niskanta nisma' lill-Onor.", "Galdes u lill-Onor.", "Brincat jgħidu x'wegħidna s- sena u li għadu ma seħħ xejn.", "X'jippretendu l-Onor.", "Galdes u l-Onor.", "Brincat li ma napplikawx għand il-MEPA għall-permessi meħtieġa biex jinbena dan l-animal centre?", "Il-bini tiegħu se jsir din is-sena, kif fil-fatt wegħidna s-sena li għaddiet.", "X'nagħmlu?", "Ma nikkonsultawx ma' l-NGOs li għandhom x'jaqsmu mal-ħarsien ta' l-annimali?", "Naqbdu u ngħaffġu kollox kif jagħmlu huma left, right and centre.", "Aħna ma naħdmux b'dak il-mod.", "Ftit jiem biss wara - u hawnhekk insellem lill-Ministru inkarigat mill-ambjent u lill-Prim Ministru - li jien ippreżentajt l-ikbar petizzjojni li qatt ġiet ippreżentata f'pajjiżna fir-rigward tal-ħarsien ta' l-annimali, mill-ewwel ittieħdet azzjoni u ġew iddedikati Lm60,000 għal dan l-animal centre tant meħtieġ.", "Mhux hekk biss, din is-sena wkoll ġew iddedikati €350,000 biex ikun hemm neutering programme li tant huwa neċessarju.", "Jiena ngħid li dawn in-nies huma maqtugħin mir-realta'.", "Huma jgħidulna li aħna ma niltaqgħux man-nies imma jiena naħseb li jew huma ma jiltaqgħux man-nies li għandhom x'jaqsmu mal-ħarsien ta' l-annimali jew inkella ma jafux x'qed jiġri madwarhom.", "Li tiġi tikkritika n-neutering programme li huwa l-uniku mod biex issolvi l- problem ta' l-strays hija ħaġa inkredibbli.", "Se noqogħdu nitkellmu fuq castration u mhux castration.", "X'tagħmel?", "Tħalli qattusa jkollha ma nafx kemm-il kitten fis-sena u jmutu kollha bil-ġuħ?!", "Dawn huma affarijiet bla sens.", "Se niffananzjaw neutering programme u se niffananzjaw il-bona fide associations li għandhom x'jaqsmu ma' l-animal welfare permezz ta' €350,000.", "Jiena nappella wkoll li fil-futur naraw kif nagħmlu biex ikun hemm sistema ta' tagging ħalli kemm jista' jkun insolvu l-problema ta' l- istrays għax din hija problema li kien hemm bżonn insolvuha.", "Sur President, se jkolli mmexxi għax il-ħin huwa limitat.", "F'idejja għandi l-famuż pjan għal bidu ġdid.", "Se nagħmilha ċara u ngħid li dan iddubbajtu, ma ħallastx Lm3 kif kienu qed jitolbu.", "Jien niskanta kif partit politiku jipprova jagħmel il-pjan tiegħu inaċċessibbli għall-poplu billi jiċċarġja Lm3 lil min irid jixtrih.", "Forsi jgħidulna li m'għandhomx flus.", "Minflok ħlew il-flus f'dawk il-billboards bil-kliem \"Ftit ħafna, tard wisq\", li waħħluhom dakinhar li kien qed jiġi delivered il-budget speech - voldieri lanqas kienu jafu x'se ngħidu u diġa' kienu ddeċidew fuq il-billboards - aħjar għamlu dan il-pjan b'xejn ħalli jkun aċċessibbli għal kulħadd.", "Jiena naħseb li m'għamluhomx b'xejn għax m'hawn xejn ħlief duħħan.", "Qed isemmu affarijiet li diġa' qed isiru.", "Jiena naf li l-Onor.", "Galdes - li bħalissa qiegħed ipeċlaq - kellu x'jaqsam ma' dan il-pjan famuż ta' bidu ġdid.", "(Interruzzjonijiet) M'hawn xejn ġdid.", "L-Onor.", "Galdes beda jgħid affarijiet li jindikaw li lanqas biss indenja ruħu jaqra l-budget speech.", "(Interruzzjonijiet) Onor. Galdes, inti kont hawn waqt id-diskors tal- budget.", "Ma kontx taf x'qed jgħid l-Onor.", "Lawrence Gonzi?", "Allura kif tiġi tgħid li fid-diskors tal-budget 2005 aħna għidna li konna se nagħmlu 26 marine protection area?", "(Interruzzjonijiet) Ħalli naqralek x'għidna dakinhar.", "Konna għidna hekk:", "\"Fil-qasam tal-biodiversita` ġew identifikati bl-għajnuna ta' l-Unjoni Ewropea madwar 26 lokalita` f'Malta u 10 f'Għawdex fejn tkun protetta n-natura, kif ukoll l-ewwel żona ta' protezzjoni tal-baħar.\".", "Ħalli nfiehmek xi tfisser għax forsi ma fhimtx.", "Dawn mhux 26 marine protected areas ...", "(Interruzzjonijiet)", "THE CHAIRMAN: Onor. Pullicino Orlando, indirizza lis-Sedja.", "ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO: Hawnhekk qed nitkellmu fuq 26 area ma' Malta u Għawdex kollha fuq l-art.", "Itgħallem aqra.", "(Interruzzjonijiet) Itgħallem aqra, kif imissek titgħallem taqra dak li għidt jien fir-rigward tal-proġett tar-Ramla l-Ħamra.", "Ħalli nerġa' nirrepetiha forsi ma fhimtx.", "THE CHAIRMAN: Ippermettuli ftit.", "M'hemmx interruzzjonijiet u nitolbok tindirizza lis-Sedja.", "ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO: Fir-rigward tal-proġett tar-Ramla l- Ħamra, jiena għidt li, fl-opinjoni tiegħi, fil-futur il-gvern għandu jixtri dik it-tip ta' proprjeta', iwittiha u jrendiha lura għall-istat naturali tagħha.", "(Interruzzjonijiet) Issa naqrahielek jien, ma jimpurtax għax forsi ma fhimthiex.", "Jiena qatt m'għidt li naqbel li jkun hemm proġett.", "Imma ħalli nerġa' nirrepeti.", "Jekk tikkompara l-proġett li kien hemm propost mal-proġett ħniżrija ta' l-Ulysses Lodge li sar fi żmien amministrazzjoni Laburista, naħseb li kien se jkun hemm ftit improvement.", "U jmisshom jisħtu jitkellmu fuq il-proġett tar-Ramla l-Ħamra meta jien naf ben ċert li huma jafu li fi żmien amministrazzjoni Nazzjonalista tas- sittinijiet u bidu tas-sebgħinijiet kien hemm żviluppatur Għawdxi li kien avviċina lill-prim ministru ta' dak iż-żmien, Dr. George Borg Olivier biex jinbena hotel flok l-Ulysses Lodge.", "Il-prim ministru rrifjuta u dak l- iżviluppatur sar Laburist - ġralu bħal San Pawl, ra d-dawl u sar Laburist - u sitt xhur wara li tela' gvern Laburista, li l-Onor.", "Joe Brincat kien jifforma parti minnu wkoll, tawh permess biex ikun hemm ir-rape tar-Ramla l- Ħamra.", "Imisskom tistħu titkellmu fuq ir-Ramla l-Ħamra!", "Intom tajtuhom il- permess ta' l-Ulysses Lodge, ħniżrija bħal dik, u tiġu titkellmu fuq ir- Ramla l-Ħamra!", "Sur President, nagħlaq b'qawl Malti: Qattusa għaġġelija frieħ għomja tagħmel u l-Onor.", "Galdes tant għaġġel biex jipprepara l-ispeech tiegħu li lanqas kien jaf x'qed jikteb, la x'inkiteb fil-pjan tal-bidu ġdid tagħhom u lanqas x'intqal fid-diskors tal-budget ta' din is-sena u tas-sena 2005.", "Mur ara x'jiġri kieku allaħares qatt ikun hemm qattusa għaġġelija tmexxi l- qasam ambjentali f'pajjiżna!", "Grazzi.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joe Falzon.", "ONOR.", "JOSEPH FALZON: Sur President, waqt dan id-dibattitu fuq il-budget jiena verament qiegħed ninnota x'improvement qawwi sar f'dan il-pajjiż mhux biss għax konna aħna dak il-partit li eventwalment mexxejna l-politika ambjentali fid-direzzjoni t-tajba, imma għax wkoll konsistentement il- politika tal-Labour Party qed tispiċċa fix-xejn u ngħid għaliex.", "Sur President, illum il-kejl ta' l-ambjent m'għadux kwestjoni ta' x'joffri l- partit Nazzjonalista jew x'joffri l-partit Laburista, imma l-kejl ta' l- ambjent huma r-regoli ta' l-Unjoni Ewropea.", "U aħna niftaħru ħafna b'dan għax konna aħna dak il-partit li eventwalment ridna standards tajbin, ridna regoli tajbin ħafna u ridna li f'dawn l-affarijiet, speċjalment f'dak li huwa ambjent, neċċellaw kemm jista' jkun.", "Aħna, l-ambjent qatt m'għamilnieh ballun politiku u għalhekk jiddispjaċini ħafna meta nara l-atteġġjament tal-partit Laburista.", "Forsi llum ma nstemgħetx daqshekk, pero' meta konsistentement tisma' ċertu diskors min- naħa ta' l-oppożizzjoni tinduna kemm verament hemm opportuniżmu politiku f'dak li huwa qasam ta' l-ambjent.", "Aħna nafu li kulmin hu serju jaf li l- ambjent barra li joffri sfida kbira finanzjarja, hu fih innifsu joffri sfida kbira wkoll.", "Pero' kull meta l-partit tagħna jiġi biex jippromwovi xi ħaġa pożittiva favur l-ambjent ma jsibx l-appoġġ ta' l-oppożizzjoni.", "Anzi jsib oppożizzjoni li tipprova tieħu vantaġġ politiku biex tingħoġob ma' kulħadd.", "Minflok jgħidu li l-gvern għamel tajjeb li daħħalna fl-Unjoni Ewropea - kif qal l-kollega tiegħi l-Onor.", "Pullicino Orlando - għax kieku ma konniex nagħmlu ċerti proġetti, il-partit Laburista għadu jinsisti li ċerti miżuri li aħna ħadna favur il-politika ambjentali huma ħżiena.", "Għalihom l-importanti hu x'se jakkwistaw għall-partit u mhux għall-pajjiż.", "Din hija l-politika konsistenti tal-partit Laburista.", "Sur President, aħna konna dak il-partit li lill-ambjentalisti tajniehom platform fuqxiex jitkellmu.", "Fis-snin tmenin meta dan il-partit kien għadu fl-oppożizzjoni daħħalna l-konċett tad-djalogu u rsistejna ħafna biex nimxu 'l quddiem f'dan il-pajjiż permezz tad-djalogu.", "U meta tlajna fil-gvern mhux talli saħħaħna l-konċett tad-djalogu, talli lill-ambjentalisti offrejnielhom platform ħafna u ħafna ikbar fuqxiex jitkellmu u daħħalniehom fl-Unjoni Ewropea u qegħdin jibbenefikaw ukoll bħall-NGOs kollha minn dawk il-benefiċċji kollha li tagħtihom l-Unjoni Ewropea.", "Aħna dejjem konna dak il-partit li ridna npoġġu l-ambjent fuq quddiem nett ta' l-aġenda ta' pajjiżna.", "F'pajjiżna qatt ma sar diskors fuq l-ambjent daqskemm isir illum u għalhekk ħafna mill-issues ambjentali jiddominaw il-gazzetti llum, għax lil Malta dawwarnieha f'forma ta' public debate fejn kulħadd jista' jagħti l-opinjoni tiegħu, fejn kulħadd jista' jevalwa l-opinjonijiet ta' xulxin u għalhekk aħna rridu iżjed kollaborazzjoni mis-setturi ambjentali kollha.", "Fis-26 ta' Ottubru ta' l-1996 - tan-naħa tiegħi jiftakruha żgur – il- partit Laburista kien tela' fil-gvern.", "Jiena mhux se noqgħod insemmi l- ħerba kbira li għamel dak il-gvern suppost ġdid. pero' nistieden lin-nies jagħmlu paragun bejn il-budgets ambjentali li kienu jsiru dakinhar ma' dawk tal-lum.", "Kulma kien għamel l-Onor.", "Alfred Sant dak iż-żmien kien li mar b'helicopter fuq il-Magħtab u qata' qalbu x'se jagħmel.", "Aħna għidna li hemm ġerħa ambjentali u rridu nneħħuha u llum il-ġurnata anke nies li joqogħdu viċin il-Magħtab jgħidulek x'avvanzi kbar saru għax dak li kien skart qed indawruh fi proġett li nistgħu nieħdu benefiċċju minnu.", "Hawn hija s-serjeta' tal-politika ambjentali.", "Aħna qatt ma sibna oppożizzjoni li tgħinna, anzi sibna oppożizzoni li tagħtina l-gambetti u fejn jidħol l- ambjent hija verament oppożizzjoni tal-gimmicks.", "Qed ngħid hekk għax fejn jidħol l-ambjent għandna ningħaqdu ħalli nimxu 'l quddiem u mhux ndawruh f'xi ħaġa li tkun totalment partiġġjana.", "Jiena nagħlaq billi nistieden lill-poplu Malti u Għawdxi kollu biex jingħaqad mal-politika ta' dan il-gvern u mal-politika ta' l-Unjoni Ewropea ħalli finalment nilħqu l-istandards meħtieġa u noffru ambjent li verament ikun jixraq lil pajjiżna.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Francis Agius.", "ONOR.", "FRANCIS AGIUS (Segretarju Parlamentari): Sur President, il-budget li għadu kif tressaq quddiem dan il-Parlament għas-sena 2008 juri biċ-ċar li dan hu gvern li qed jagħti kas lis-setturi kollha tas-soċjeta', gvern li tassew jemmen fil-poplu Malti u fil-ħiliet tiegħu u gvern li huwa sensittiv għal dak li jrid il-poplu.", "Matul is-sena li għaddiet rajna kif il-gvern kien qed jisma' kif ukoll jikkonsulta kważi ma' l-oqsma kollha.", "Hekk ukoll ġara f'dan il-budget.", "Il-gvern għamel konsultazzjoni wiesgħa ma' l-oqsma kollha u s-setturi varji tal-poplu biex il-budget jirrifletti dak li jrid il-poplu.", "Imma ma jistax jonqos ukoll li dan il-budget jirrifletti Prim Ministru li mhux biss għandu direzzjoni ċara fejn irid jieħu lil dan il- pajjiż imma li fit-tmexxija tal-pajjiż hemm par idejn sodi li lesti jiffaċċjaw l-isfidi kollha li jista' jiltaqa' magħhom pajjiżna.", "Sur President, min ma jagħmel xejn qatt ma jiżbalja.", "Il-kritika li smajna turi li għamilna ħafna.", "Imma nistaqsi: Lil min se nemmen jien?", "Lil dak li qalilna li m'għamilna xejn, kif qalilna l-Onor.", "Alfred Sant, jew lill-Onor.", "Farrugia?", "Jien ma nemmen lil ħadd minn dawn it-tnejn għax kieku smajna minnhom ħafna minn dak li se ngħid illum, jekk mhux kollu, ma kienx ikolli l-possibbilta' li nitkellem fuqu.", "Kieku addio l-għajnuna kollha mill- Unjoni Ewropea u addio li nitkellmu fuq is-sussidji u l-għajnuniet - dak li se nitkellem fuqu f'dan id-diskors.", "Pero' jagħmlu l-mistoqsijiet, jgħidu li ma nweġbuhomx u qed nosserva li l-kelliem għall-oppożizzjoni fuq dan il-qasam, l-Onor.", "Farrugia, mhux qiegħed preżenti fil-Kamra.", "Is-setturi tal-biedja u s-sajd huma minnhom nfushom setturi diffiċli għax jiddependu fuq l-elementi tan-natura.", "Is-settur tal-biedja fid-dinja bħalissa qed iħabbat wiċċu ma' nixfa u għargħar, bħalma dejjem kien imma issa aktar minn qatt qabel qed jirranka minħabba t-tibdil fil-klima.", "L- agrikoltura hija l-bażi ta' l-ekonomija għal ħafna pajjiżi madwar id-dinja, pero' b'mod partikolari fl-Ewropa u f'pajjiżi żviluppati, l-agrikoltura hija wkoll multi-business u speċjalizzata sewwa.", "X'għamilna matul is-sena li għaddiet?", "Kif bnejna b'budget wara budget biex inkomplu nsaħħu dawn is- setturi?", "Dawn l-affarijiet ma jitkellmux fuqhom u qatt ma jirrapportawna meta nagħmlu l-media events.", "Minflok jistaqsuna affarijiet li ma jkunux relatati ma' l-attivita' li nkunu se nagħmlu u lin-nies tagħhom qatt ma juruhom x'inkunu qegħdin nagħmlu.", "Sur President, jiena se nagħmel l-almu tiegħi biex nuri l-ħidma qawwija u l-ħeġġa li aħna dejjem urejna f'dan il-qasam.", "Dawn is-setturi raw għajnuna finanzjarja kbira kemm mill-gvern preżenti bħala gvern, jiġifieri mill-flus tat-taxxi tagħna lkoll, kif ukoll mill-Unjoni Ewropea.", "Kieku smajna mill- parir tan-naħa l-oħra ta' l-hekk imsejjaħ partnership kieku ma konniex se nitkellmu fuq dawn il-flus.", "Li kieku ma sseħibniex fl-Unjoni Ewropea kieku r-raħħala tagħna, il-bdiewa tagħna u s-sajjieda tagħna ma kienx ikollhom il-possibbilta' li japplikaw għall-ebda miżura, ma kienx ikollhom fuqxiex jiġġieldu għall-ebda miżura u ma kienx ikollhom fuqxiex igergru, li min ma ħax u min ħa.", "Matul dawn l-aħħar tliet snin, jiġifieri kemm ilna membri ta' l-Unjoni Ewropea, il-ministeru u d-dipartiment ħaddem programm ta' żvilupp rurali magħmul min-numru ta' miżuri li huma kollha mmirati sabiex jgħinu l-investiment u t-titjib fl-operat u fl-ambjent fis-setturi tal-produzzjoni primarja, ta' l-industrija ta' l-ipproċessar u oqsma oħra ta' l-ambjent rurali Malti.", "F'dan il-programm li kien ikopri s-snin 2004 sa l-2006 u li kien magħruf bħala l- European Agricultural Guarantee and Guidance Fund (EAGGF) kien il- bidu ta' pjan strateġiku għas-settur tal-biedja f'pajjiżna.", "Tajjeb li nfakkar kemm kien jgħajjat l-Onor.", "Farrugia li m'għandniex pjan għall- biedja Maltija!", "Mhux talli kellna l-pjan talli wettaqnieh u l-bdiewa rċevew il-pagamenti wkoll u m'għandniex kritika li ma nfaqniex il-flus f'dan il-qasam, Sur President, li huwa wieħed mill-objectives prinċipali li għandu jkollu kull gvern li jaħdem fl-isfera ta' l-Unjoni Ewropea.", "Pero' jidher li l-Onor.", "Farrugia injora dan kollu u ma riedx isemmih.", "Tħaddmu żewġ miżuri ta' investiment fil-qafas tal-fondi gwida ffinanzjati mill- fondi strutturali.", "Waħda mill-miżuri msejħa 3.1 hija għall-investiment fl- istrutturi agrikoli u l-miżura 3.2 għat-titjib fl-ipproċessar u l- promozzjoni ta' prodotti agrikoli.", "Din il-miżura wittiet it-triq biex industriji kbar u żgħar ġew ristrutturati.", "Tant hu hekk li s-servizz veterinarju, wara li ngħatat l-għajnuna minn din il-miżura, approva l- istabbilimenti ta' l-ikel fuq standards Ewropej.", "Dan ifisser li dawn l- istabbilimenti approvati qed iħarsu l-interess tal-konsumatur fejn tidħol l- iġjene u l-ipproċessar ta' l-ikel u dawk li huma l-food safety.", "In-numru ta' applikazzjonijiet mitfugħa taħt il-miżura 3.1 kienu jammontaw għal 616 li minnhom intagħżlu 119.", "It-total allokat għal din il-miżura kien jammonta għal Lm1,586,877.", "Dawn ma rieduhomx tan-naħa l-oħra.", "Sa l- aħħar ta' Awissu 2007 kienu ġew ipproċessati pagamenti li jammontaw għal Lm888,000 filwaqt li Lm95,000 qegħdin ikunu verifikati mit-Teżor u waslu sabiex ikunu mħallsa.", "It-total allokat għall-miżura 3.2 kien jammonta għal iktar minn Lm988,000.", "In-numru ta' applikazzjonijiet mitfugħa taħt din il- miżura kien ta' 57 li minnhom intagħżlu 27.", "Qed nagħti l-figuri għax tan- naħa l-oħra dejjem jgħidulna li ma nagħtuhomx l-informazzjoni.", "Sa l-aħħar ta' Awissu ta' din is-sena kienu ġew proċessati pagamenti li jammontaw għal Lm319,000, filwaqt li Lm58,000 qegħdin ikunu verifikati mit-Teżor u waslu sabiex ikunu mħallsa.", "Miżura oħra ko-finanzjata bejn Malta u l-Unjoni Ewropea u implimentata mid- dipartiment ta' l-iżvilupp rurali kienet għal dawk ir-raħħala u l-bdiewa li l-impjieg prinċipali tagħhom huwa fuq bażi full-time fl-agrikoltura.", "Din il-miżura tnidiet fl-2004.", "Fl-istess sena ibbenefikaw 790 li bejniethom ħadu s-somma ta' aktar minn Lm1,200,000.", "Fl-2005 ibbenefikaw 923 li bejniethom ħadu s-somma ta' aktar minn Lm1 miljun u fl-2006 ibbenefikaw 953 li bejniethom ħadu s-somma ta' Lm795,000.", "L- applikazzjonijiet għall-2007 għadhom qegħdin jiġu pproċessati pero' hemm 961 li huma eliġibbli bis-somma totali mitluba tlaħħaq il-Lm563,000.", "Dan juri li permezz ta' din il-miżura qed naraw li kien hemm żieda ta' 21% bejn l-2004 u l-2007 ta' bdiewa full-time li applikaw.", "Il-meeting standards hija miżura oħra mmirata għar-raħħala fil-gżejjer tagħna sabiex b'dawn il-fondi jkopru parti mill-ispejjeż meħtieġa huma u jibnu l-istrutturi għall-ħażna tal-materjal solidu, dik li tissejjaħ id- demmiela, u likwidu organiku prodott fuq ir-razzett.", "Din hija miżura agro- ambjentali biex id-demel ta' l-annimali ma jniġġisx l-ilma tal-pjan akwiferu.", "Din il-miżura tnidiet fl-2004, sal-bidu ta' l-2005 ibbenefikaw 24 raħħal li bejniethom ħadu s-somma ta' iktar minn Lm151,000 u li tħallsu matul l-2005 u l-2006.", "Fl-2005 ibbenefikaw 31 raħħal, li bejniethom ħadu għajnuna finanzjarja ta' Lm96,000 li tħallsu fl-2006, u dan jitla' għal total ta' Lm247,000 għall-miżura tal-meeting standards.", "Fl-2007 se jkun hemm numru ta' benefiċċjarji li se jieħdu ammont ieħor taħt din il-miżura, liema ammont għadu fl-istadju ta' proċessar.", "Tnediet sejħa oħra għall-applikazzjonijiet li tagħlaq fis-16 ta' Novembru ta' din is-sena fejn diġa' hemm żieda sostanzjali ta' applikazzjonijiet u din se tirrifletti żieda konsiderevoli għal talba ta' fondi.", "Għandna sett ieħor ta' miżuri agro-ambjentali li l-għan tagħhom huwa biex il-bdiewa u r- raħħala jieħdu sehem attiv biex jagħmlu prattiċi ta' biedja tajba li hija kompatibbli u ta' ġid għall-ambjent rurali.", "Fil-programm ta' l-2004 u l- 2006 tħaddmu tliet miżuri ta' dan it-tip li kienu r-restawr tradizzjonali ta' ħitan tas-sejjieħ ta' lqugħ, konservazzjoni ta' speċi awtoktoni u l- promozzjoni tal-biedja organika.", "Huwa importanti li ngħid li l-miżuri fetħu kull sena għal dawn l-aħħar tliet snin.", "Taħt il-miżuri agro-ambjentali għas-sena 2004 kien hemm total ta' 767 benefiċjarju li rċevew it-total ta' iktar minn Lm425,000.", "Fis-sena 2005 ibbenefikaw 417 li rċevew l-ammont ta' kważi Lm210,000 u għas-sena 2006 kien hemm 718-il persuna li s'issa bbenefikaw minn 'il fuq minn Lm300,000.", "U hawnhekk irrid infakkar li kien gvern Nazzjonalista li nnegozja ma' l-Unjoni Ewropea biex din l-għajnuna tkun possibbli, għax dak iż-żmien l-oppożizzjoni Laburista baqgħet gallarija.", "Din l-għajnuna hija miftuħa għall-bdiewa kollha li għandhom mill-inqas tomna raba'.", "Fis-sena 2004 intlaqgħu 14,600 applikazzjoni u tħallsu Lm957,000 lil iktar minn 5,800 bidwi.", "Fis-sena 2005 tħallsu iktar minn Lm855,000 lil 4,884 bidwi u fis-sena 2006 tħallsu Lm924,424 lil 5,882 bidwi.", "Din is-sena kienet waħda importanti ħafna għal dan il-gvern minħabba li ġie mħejji l-programm il-ġdid għall-iżvilupp rurali ta' pajjiżna għas-seba' snin li ġejjin, jiġifieri mis-sena 2007 sas-sena 2013.", "L-istrateġija għal dan l-iżvilupp hija bbażata fuq erba' pilastri; it-titjib fil- kompetittivita' tas-settur agrikolu, it-titjib ta' l-ambjent u l-kampanja, it-titjib fil-kwalita' tal-ħajja fis-settur rurali u l-leader programme.", "F'dawn il-programmi u proġetti għall-iżvilupp rurali ġew imfassla total ta' 18-il miżura li wħud minnhom jikkonsistu f'numru ta' sotto-miżuri.", "L- allokazzjoni finanzjarja hi ta' kważi €100 miljun, li minnhom €76 miljun ġejjin mill-Unjoni Ewropea.", "Pero' l-oppożizzjoni ma ssemmi xejn dwar dan, Sur President!", "Il-parti l-kbira tal-miżuri se jinfetħu hekk kif jiġi approvat il-programm mill-Kummissjoni Ewropea.", "Dan mistenni li jseħħ għall- aħħar ta' din is-sena.", "Fl-2008 il-bdiewa se jkollhom il-possibbilta' li jibbenefikaw direttament minn madwar Lm3,200,000 bejn miżuri ta' l-ewwel u t-tieni pilastru tal- programm.", "Fiex jikkonsistu dawn il-miżuri u għal xiex se tingħata din l- għajnuna?", "Din l-għajnuna se tingħata għall-investimenti fl-għelieqi u fl- irziezet, għall-parteċipazzjoni fi skemi ta' kwalita', għall-proġetti ta' riċerka mnedija b'kollaborazzjoni bejn il-bdiewa u entitajiet oħrajn, għat- twaqqif ta' għaqdiet tal-produtturi, għall-attivitajiet ta' informazzjoni u promozzjoni li dawn iħejju, għat-twettiq ta' attivitajiet fil-biedja li huma ta' benefiċċju għall-ambjent u għall-għajnuna diretta fuq l-art peress li hija żvantaġġata.", "Sur President, qed insemmi dan kollu u m'hawn ħadd fil-Kamra min-naħa ta' l-oppożizzjoni biex jisma' u mbagħad jgħidu li aħna ma rridux nagħtu tweġibiet u lanqas irridu nisimgħu!", "Dan kollu juri li dak kollu li allega l-Kap ta' l-Oppożizzjoni fid-diskors tiegħu fejn qal li m'għandniex pjan m'huwiex veru, u għal darb'oħra qed jidħak bil-poplu tagħna.", "Quddiem dan kollu nista' nimmaġina li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni jħossu xi ftit mifxul meta jara li ma seħħewx il-ġeremiji li dejjem nisimgħu sena wara sena, speċjalment mill-Onor.", "Farrugia u sħabu.", "Ħalli nkompli nagħti iktar informazzjoni minkejja li quddiemi m'hawn ħadd min-naħa ta' l-Oppożizzjoni.", "Illum bi pjaċir inħabbar li fil-pjan strateġiku għall-biedja f'Malta l-gvern se jwaqqaf il-farm advisory service.", "Dan hu s-servizz ta' pariri għall-bdiewa li se jiġi introdott għall-ewwel darba f'pajjiżna taħt din il-forma.", "Hu servizz li bħalu qatt ma kien hawn u li żgur se jkun ta' għajnuna kbira għall-bdiewa.", "Ladarba jibdew joperaw il-kumpanniji li joffru pariri tekniċi, dawn se jkunu jistgħu jirċievu madwar Lm86,000 f'għajnuna fis-sena li ġejja.", "Il-bdiewa jibdew jiġu megħjuna meta jużaw dan is-servizz u fl-ewwel sena tiegħu l-programm jipprovdi wkoll Lm83,000 biex jiġu organizzati korsijiet qosra ta' informazzjoni mmirati lejn il-bdiewa.", "Hija ħaġa importanti ħafna li aħna nkomplu nedukaw lil dan is-settur.", "Hemm ukoll minn ta' l-inqas Lm372,000 biex tiġi mtejba l-infrastruttura relatata mal-provvista ta' l-ilma tat- tisqija u l-aċċess għall-għelieqi.", "Taħt it-tielet pilastru tal-programm is- sena li ġejja se jkun hemm ukoll l-opportunita' biex jintużaw madwar Lm360,000 għar-restawr ta' strutturi agrikoli antiki li jikkaratterizzaw il- pajsaġġ Malti.", "L-Onor.", "Farrugia semma l-extension services.", "U jiena nistaqsih: Min ried jagħlaq l-uffiċċji ta' l-extension services?", "Fid-diskors tas-sena li għaddiet jiena kont għidt li skond stqarrija għall-istampa li kien għamel l-Onor.", "Farrugia meta kien ministru kien qal li għall-benefiċċju tal-bdiewa kien qed jinħass il-bżonn li jitwaqqaf unit ġdid fil-pitkalija sabiex jgħaqqad l-erba' uffiċini ta' l-extension services f'wieħed.", "Jiġifieri ried jagħlaq erbgħa biex iġibhom f'wieħed u mbagħad jiġi jikkritika lilna!", "Din l-istqarrija kont poġġejtha fuq il-mejda tal-Kamra s-sena l-oħra, Sur President, imma dawn jgħidu li jaqblilhom, iħallu barra dak li jaqblilhom u jibqgħu jirrepetu l-istess affarijiet.", "Niġi issa għall-pjan li jindirizza bis-serjeta' l-agri-turiżmu.", "L- intrapriżi li joperaw fil-manifattura jew l-artiġġjanat ta' prodotti agrikoli ġew allokati Lm0.5 miljun għas-sena d-dieħla.", "Qed jiġu dedikati madwar Lm825,000 għall-organizzazzjoni ta' attivitajiet u investimenti żgħar li jiżviluppaw il-potenzjal turistiku ta' postijiet rurali u 'l fuq minn Lm1 miljun biex jiġu mnedija pjanijiet ta' immaniġġjar ta' postijiet identifikati bħala ta' valur ambjentali jew arkeoloġiku għoli biex isir ir- restawr meħtieġ u l-kampanji ta' edukazzjoni dwarhom.", "Ta' min jgħid li ladaraba jitlestew dawn il-pjanijiet fuq postijiet identifikati bħala Natura 2000, tinfetaħ miżura li tinċentiva lill-bdiewa jsegwu s- suġġerimenti li ressqu dawn il-pjanijiet rigward il-prattiċi ta' biedja sostenibbli.", "Il-pjan strateġiku mfassal minn dan il-gvern b'mod responsabbli mhux biss iħares lejn il-prodott agrikolu imma jħares lejn titjib fl-ambjent b'valur miżjud kemm għall-bidwi u kif ukoll għall-konsumatur li jgawdi wkoll minn dan it-titjib.", "Altru li għandna pjan u altru li m'għamilna xejn kif qed jallega l-Onor.", "Sant u l-oppożizzjoni Laburista.", "Pero' nerġa' ngħid li m'hawn ħadd biex jirreġistra dak li qed ngħid.", "Għal din il-miżura biss il- gvern qed jalloka s-somma ta' Lm2.3 miljun għall-biedja Maltija, għall- ambjent u għat-turiżmu.", "Programm ieħor imsejjaħ Leader huwa mistenni li fil-bidu jikkonċentra l- aktar fuq il-formazzjoni u t-taħriġ tal-gruppi reġjonali, il-local action group u t-tfassil ta' l-istrateġija tagħhom.", "Għalhekk fl-2008 se tiġi wżata l-miżura taħt it-tielet pilastru li tipprovdi għal dan.", "Din il- miżura mistennija tipprovdi kważi Lm97,000.", "Dan m'huwiex paroli biss imma qegħdin nitkellmu fuq il-flus li se jkunu allokati għal dawn il-programmi.", "Il-miżuri relatati ma' l-implimentazzjoni tal-Leader programme taħt ir- raba' pilastru tal-programm jibdew joperaw hekk kif jiġu approvati l-gruppi reġjonali u l-istrateġiji li huma jirrapreżentaw.", "Il-gvern minn dejjem emmen li l-paying agency għandha importanza kbira għas-settur agrikolu kollu u hija strumentali biex wara kull pagament li jingħata lill-bdiewa u lir-raħħala jkun possibbli li jsiru wkoll il-kontrolli u l-awditjar meħtieġa ħalli jkun hemm trasparenza għal kull ħlas li jsir.", "Dan juri li l-gvern jemmen fit-trasparenza u l-kontabilita' meta jiġi biex jamministra flus il-poplu.", "Għalhekk b'sodisfazzjon inħabbar li din l- aġenzija tal-pagamenti, li għal diversi drabi kienet fil-mira ta' l- oppożizzjoni Laburista, ġiet akkreditata.", "Dan juri s-serjeta' ta' dan il- gvern kif ukoll il-fiduċja li biha qegħdin jitmexxew il-finanzi ta' dan il- ministeru.", "Għal darb'oħra l-oppożizzjoni Laburista kienet żbaljata kull darba li pprovat iddaħħal id-dubju u l-biża'.", "Il-gvern Nazzjonalista żamm mal-wegħdiet tiegħu li jgħin b'mod finanzjarju lis-settur agrikolu kollu.", "Se nispjega issa kif kienet imqassma din l-għajnuna finanzjarja matul l- aħħar ħames snin.", "Fl-2003 ingħataw Lm6.5 miljun, fl-2004 ingħataw Lm7.9 miljun, fl-2005 ingħataw Lm9.3 miljun, fl-2006 ingħataw Lm8.9 miljun u din is-sena, fl-2007 ingħataw Lm9 miljun, b'total ta' Lm41.6 miljun li parti minnu kif diġa' għidt, għenet biex isiru l-investimenti mis-settur privat ħalli nkomplu nsaħħu s-suċċessi f'dawn is-setturi biex jitjieb il-prodott Malti li minnu jgawdi l-konsumatur.", "Survey li sar juri li 95% tal-poplu Malti għandu fiduċja fil-prodott Malti.", "Il-benefiċjarji ta' din l-għajnuna globali huma s-settur tal-ħalib u s-settur taċ-ċanga, is-settur tal-majjal, is-settur tat-tjur, l-agro-industrija, il-proċessuri tat-tiġieġ u tal-laħam lokali, il-bdiewa, il-produtturi ta' l-inbid, is-settur ta' l-għasel, is- settur rurali - jiġifieri ħitan tas-sejjieħ - is-settur tal-biedja organika u ta' speċi awtoktoni.", "Żgur li l-allegazzjoni li għamel il-Kap ta' l- Oppożizzjoni li dħakna bil-bdiewa ma treġix.", "Dan il-gvern, konxju minn dak kollu li għaddej fid-dinja fejn jidħlu ċ- ċereali u ż-żidiet fil-prezzijiet tal-fuel, ħadem bla heda u kien ta' għajnuna kbira biex iwieżen lil dawn is-setturi ħalli jgħinhom jegħlbu dawn l-isfidi li qegħdin jaħkmu lid-dinja kollha.", "Imma dalgħodu ma smajna xejn min-naħa ta' l-oppożizzjoni u lanqas biss sar rikonoxximent ta' dawn id- diffikultajiet kollha.", "Id-dinja qiegħda tiffaċċja mewġa ta' prezzijiet għoljin fejn jidħlu ċ-ċereali.", "Permezz tat-trattat tas-sħubija l-gvern Malti se jkompli jissussidja x-xgħir u l-qamħirunn bl-istess rata għolja li ngħata bejn Jannar u Ġunju ta' l-2007, jiġifieri ta' €30 kull tunnellata.", "Din il-konferma kienet possibbli wara laqgħat u konsultazzjonijiet kontinwi bejn l-operaturi ewlenin, il-ministeru għall-affarijiet rurali u l-ambjent u l-ministeru tal-finanzi li matulhom ġew eżaminati l-aħħar żviluppi fis- swieq internazzjonali tal-ġwież.", "Tajjeb ngħid li dawn is-swieq qegħdin jiġu affettwati mid-domanda għall- biofuel kif ukoll min-nixfa li għamlet fl-Ukranja u f'pajjiżi oħrajn.", "Dawn il-fatturi wasslu għal żidiet fil-prezzijiet internazzjonali.", "Bir-rata li ġiet miftehma mal-ministeru tal-finanzi, il-bdiewa u r-raħħala għandhom jibbenefikaw minn prezzijiet tal-ġwież sussidjati.", "Għalhekk is-sussidju għandu jgħin sabiex tinżamm il-kompetittivita' tal-prodotti ta' l-ikel fosthom il-ħalib, il-majjal, il-bajd u t-tjur meta mqabbla ma' dawk ta' pajjiżi oħra Ewropej, biex il-konsumatur ikollu prezzijiet raġjonevoli u prodotti ta' kwalita'.", "Sur President, tajjeb ngħid li kien dan il-gvern li ħeġġeġ u għen sabiex f'pajjiżna jibdew joperaw l-għaqdiet tal-produtturi.", "Dan ifisser li l- bdiewa jkunu huma li jieħdu deċiżjonijiet għall-ġid tas-settur tagħhom u jkunu huma li jistgħu jbigħu l-prodott tagħhom direttament.", "Il-miżura dwar l-għaqdiet tal-produtturi kienet ġiet imnedija f'Lulju ta' l-2005 u kellha budget totali ta' aktar minn Lm0.5 miljun.", "Fl-2006 kien hemm għaqda li ngħatat ir-rikonoxximent.", "Ta' min isemmi li qabel ma twaqqfet din il- miżura fiż-żmien ta' qabel is-sħubija kien hemm skema għat-twaqqif ta' għaqdiet tal-produtturi li kien jisimha rural business scheme for producer groups li kienet ġiet imnedija f'Jannar ta' l-2004.", "Il-budget totali ta' din l-iskema kien jammonta għal Lm64,000 u taħt din l-iskema kien hemm erba' gruppi ta' bdiewa u raħħala li applikaw biex jifformaw għaqda tal- produtturi.", "Minn dawn, żewġ gruppi ta' produtturi, l-għaqda Għawdxija produtturi tat- tadam u l-għaqda Maltija produtturi tat-tadam, ġew imwaqqfa u ħadu l- għajnuna biex jifformaw.", "Bejn l-2004 u l-2006 l-għaqda Maltija tal- produtturi tat-tadam ħadet Lm22,000 filwaqt li l-għaqda Għawdxija produtturi tat-tadam ħadet għajnuna ta' kważi Lm19,000.", "Is-sena l-oħra kont għidt li matul is-sena 2007 konna se ngħinu lill-bdiewa tagħna biex jibdew jippakkjaw il-prodotti tagħhom b'mod aħjar.", "Illum nista' ngħid b'wiċċi minn quddiem li l-bdiewa tagħna kkoperaw magħna bil-kbir u li ħafna mill-prodotti tal-bdiewa qegħdin ikunu preżentabbli aktar minn qatt qabel.", "Minn dan kollu qiegħed igawdi l-konsumatur li qiegħed ikollu prodott aħjar u aktar preżentabbli.", "Ikun opportun li nispjega ftit x'ġara fir-rigward tal-ħinijiet tal-ftuħ tal-pitkalija.", "Is-sena l-oħra kienu għaddejjin taħdidiet mal-partijiet interessati rigward il-ħinijiet tal-ftuħ tal-pitkalija.", "Irrid ngħid li l-gvern kien irċieva t- talba min-naħa ta' l-għaqdiet tal-bdiewa biex jinbidlu l-ħinijiet tal-ftuħ.", "Il-gvern qabel li jsir dan it-tibdil mitlub mill-għaqdiet tal-bdiewa minkejja li kien hemm xi nuqqas ta' qbil minn xi persuni involuti.", "Wara t- talba li rċevejna mill-istess għaqdiet tal-bdiewa u wara li aħna bħala gvern smajna dak kollu li kulħadd kellu xi jgħid - għax aħna nisimgħu u mhux imbilli jgħidulna li ma nisimgħux - kienu l-istess bdiewa li reġgħu lura minn dak li huma stess kienu qegħdin jitolbu u l-ħinijiet baqgħu l- istess.", "Aħna konna nemmnu li t-talba li kienu għamlu l-istess għaqdiet tal- bdiewa kienet ta' vantaġġ, mhux biss għax il-bejgħa tidħol kmieni fil- pitkalija imma għax kienet tkun f'qagħda aħjar li tikkompeti ma' xi prodotti li jistgħu jiġu importati u l-mara tad-dar kienet tkun tista' tixtri l-prodott tagħha kuljum, frisk u mhux bis-sistema li għandna llum, dik ta' nhar ta' Tnejn u nhar ta' Ħamis biss, li allura tillimita l- prodotti għal jumejn fil-ġimgħa.", "Irrid insemmi li matul l-ewwel sitt xhur ta' din is-sena l-bejgħ ta' frott u ħaxix mill-pitkalija kien ta' Lm2.4 miljun, żieda ta' 1.3% fuq l-istess perjodu tas-sena l-oħra.", "Tajjeb li ngħid li ma' din iċ-ċifra mhux qed ninkludi s-sussidju li se jitqassam fil- ġimgħat li ġejjin.", "Illum l-Onor.", "Farrugia li qalilna li qiegħed iżomm lura milli jitkellem magħna u jistaqsina - din hija l-għażla tiegħu unilaterali, jiena min-naħa tiegħi m'għamilt l-ebda għażla ta' dan it-tip - reġa' semmielna s-safeguard clause.", "Jeżisti avviż legali li ġie maqbul mal-Kummissjoni Ewropea biex tiġi applikata l-klawsola tas-salvagwardja taħt ċerti kondizzjonijiet, fosthom li trid issir it-talba lill-Kummissjoni Ewropea.", "Nerġa' nfakkru li s-sena l-oħra fid-diskors tiegħi kont għidt li għal mistoqsija li għamel membru parlamentari Laburista Malti Ewropew lill-kummissarju, din irrispondietu u għamlithielu ċara li m'hemmx lok biex il-klawsola tas- salvagwardja tidħol f'pajjiżna.", "Nixtieq insemmi s-settur ta' l-inbid f'pajjiżna li n-naħa ta' l- oppożizzjoni għoġobha tħalli barra kompletament.", "Bi pjaċir inħabbar il- proposta tal-Kummissjoni Ewropea għal riforma fl-organizzazzjoni tas-suq komuni, is-CMO, ta' l-inbid, fejn Malta ġiet allokata budget ta' €1.6 miljun għas-snin bejn l-2009 u l-2015.", "Dawn l-affarijiet nistgħu niddeċiedu fuqhom għax qegħdin fl-Unjoni Ewropea, nieħdu d-deċiżjonijiet għalina u għall-futur tagħna u li kieku smajna min-naħa ta' l-oppożizzjoni, kieku la stajna nieħdu dawn id-deċiżjonijiet u lanqas il-flus.", "Minn dawn il-fondi jistgħu jibbenefikaw kemm il-bdiewa li jkabbru l-għeneb għall-għasir kif ukoll l-għassara.", "Dawn il-fondi huma mmirati sabiex isir aktar tisħiħ fil- vinji f'Malta u f'Għawdex u ssir promozzjoni tal-prodott fis-swieq ta' pajjiżi terzi.", "Dan għandu jwassal biex is-settur jikkompeti aħjar u jitkompla l-programm ta' titjib tal-prodott.", "Bħalissa qegħdin isiru numru ta' laqgħat fil-livell Ewropew fejn il-Gvern Malti qiegħed jieħu sehem attiv fit-taħditiet fuq ir-riforma.", "Matul il- kunsill tal-ministri li jiena attendejt aktar kmieni din il-ġimgħa, Malta saħqet fuq l-importanza tal-fond nazzjonali ta' l-għajnuna u l-ħtieġa ta' miżuri aktar adattati biex jindirizzaw il-problemi varji fil-pajjiżi differenti.", "Ċertifikat ieħor tal-ħidma sfieqa li twettqet minn dan il- gvern fejn tidħol il-produzzjoni ta' l-inbid ta' kwalita' mill-għenba Maltija hija rikonoxximent ta' inbid, denominazzjoni ta' oriġini kontrollata (DOK) u indikazzjoni ġeografika tipika (IĠT).", "Dawn se jiggarantixxu l-kwalita' ta' inbid mill-aqwa.", "Fiż-żewġ każijiet, kemm dik tad-DOK u kemm dik ta' l-IĠT, l-enfasi qiegħda fuq l-oriġini ta' minn fejn ġiet l-għenba u l-kwalita' għolja ta' l-inbid li qiegħed isir minnha.", "Matul din is-sena qiegħed isir investiment ta' aktar minn Lm600,000 fil- biċċerija tal-Marsa.", "Tajjeb ngħid li sar żvilupp u investiment biex tiżdied u tissaħħaħ l-animal welfare u jitjiebu l-prattiċi kollha neċessarji fosthom l-istandard ta' iġjene, dak li huwa magħruf bħala l- hazard analysis critical control point (HACCP).", "L-investiment li qiegħed isir fil-biċċerija finalment se jgawdi minnu l-konsumatur.", "Il-ħsieb tal- gvern hu li l-prodott li jkabbar ir-raħħal ikollu dak il-valur miżjud għax waqt il-proċess jgħaddi mill-aħjar sistemi ta' iġjene possibli u b'hekk ikun prodott ta' kwalita'.", "Dan l-investiment li jirrigwarda ċ-ċanga u l- majjal kien jikkonsisti f'bini ta' żewġ rampi, waħda għall-bovini u l-oħra għall-majjali sabiex il-bhejjem jiġu managed skond l-animal welfare, titjib fil-linja taċ-ċanga u fil-linja li tieħu l-karkassi tal-majjal, impjant modern tal-carbon dioxide li joqtol il-majjal taħt standards ta' l-animal welfare - li kkritikawh dalgħodu wkoll - titjib fil-biċċerija ta' emerġenza kemm tal-majjal u kif ukoll taċ-ċanga, ristruttar fl-imqajjel fejn jinżammu l-bhejjem qabel il-qatla għaċ-ċanga u għall-majjal u bini ta' dock fejn jistgħu jidħlu l-vetturi biex jitgħabba l-laħam.", "B'dan il-maniġġ aħjar il- laħam li joħroġ mill-biċċerija ma jkunx espost għall-elementi u b'hekk il- prodott jasal għand il-konsumatur fl-aħjar kondizzjonijiet.", "Settur ieħor li tħalla barra kompletament fil-kritika ta' l-oppożizzjoni - issa jiena għandi l-istess ħin li kellu l-kelliem ewlieni ta' l- oppożizzjoni fuq il-qasam tal-biedja u s-sajd - huwa s-settur tal-ħalib.", "Is-sena l-oħra kont ħabbart li twaqqaf il-Maltese Dairy Industry Restructuring Board.", "Matul din is-sena dan il-bord kien strumentali biex numru sostanzjali ta' rziezet ikunu intitolati għal Lm5.6 miljun taħt ir- restructuring aid ta' l-ispecial market policy programme for Maltese agriculture (SMPPMA).", "Dan seta' jsir wara li kien hemm konsultazzjoni sħiħa bejn il-gvern, il-koperativa tal-produtturi tal-ħalib u l-MEPA.", "Jiġifieri altru milli ma niltaqgħux.", "Nixtieq li l-Onor.", "Farrugia jara l-lista, it- timetable u x-xogħol li nagħmlu.", "Tajjeb li ngħid ukoll li s-servizz veterinarju qiegħed jagħmel spezzjonijiet fuq irziezet tal-ħalib u taċ- ċanga sabiex titjieb is-saħħa tal-bhejjem, ikun hemm iktar iġjene, titjieb il-kwalita' tal-ħalib u jingħataw il-pariri meħtieġa biex jissaħħaħ il- maniġġ fuq ir-razzett, xi ħaġa importanti ħafna għal din l-industrija.", "Settur ieħor li ilna għaddejjin bit-taħditiet miegħu - il-kelliem ta' l- oppożizzjoni qalilna li ma ltqajniex man-nies f'dan is-settur - għax aħna rridu li dan is-settur ikompli miexi 'l quddiem f'pajjiżna huwa s-settur tal-majjal.", "Il-gvern u l-koperattiva ta' min irabbi l-majjali, il-KIM, dan l-aħħar iffirmaw żewġ ftehim li se jpoġġu l-industrija tat-trobbija tal- majjali fuq sisien aktar sodi.", "Dawn iż-żewġ ftehim juru l-impenn tal-gvern li jżomm dan is-settur ekonomikament vijabbli u jgħinu f'dan il-perjodu ta' taqlib li għaddej minnu bħalissa.", "Ftehim minnhom jirrigwarda l-programm tal-ġenetika tal-majjal f'Malta u Għawdex.", "Dan huwa frott ta' bidla fil- politika ta' dan is-settur li għandu bżonn li jkun aktar miftuħ u jitlaq mill-protezzjoniżmu.", "U hawnhekk fejn l-Onor.", "Farrrugia irid jagħmel qabża ta' kwalita' dwar kif għandu jitkellem fuq dawn is-setturi għax għadu jaħseb fuq il-protezzjoniżmu.", "Dak iż-żmien issa għadda u ż-żewġ naħat qegħdin naqblu li l-price orders m'għadhomx jeżisti, iżda huwa jkompli jaħli l-ħin tiegħu jgħidilna fuq dawn l-affarijiet.", "Dan il-programm il- ġdid, imniedi wara diskussjonijiet twal bejn il-koperattiva u l-gvern, qiegħed jindirizza numru ta' aspetti differenti li fil-preżent qegħdin irendu lis-settur mhux kompetittiv u li qed ikollu spiża ta' produzzjoni aktar għolja minn dik ta' produtturi oħra fl-Ewropa.", "Il-gvern u l-KIM iridu jkomplu jaħdmu flimkien sabiex jiżguraw li dan il- ftehim il-ġdid iwassal sabiex jiżżarma r-razzett ta' Kemmuna u l-produtturi tal-majjal jibdew irabbu r-replacement gilts tal-majjaliet tagħhom fuq ir- razzett tagħhom stess.", "Dan l-istess ftehim qiegħed jipproponi li l- produtturi jibdew jużaw l-inseminazzjoni artifiċjali sabiex itejbu l- produzzjoni tagħhom, inaqqsu l-inċidenza tal-mard u b'hekk inaqqsu l- ispejjeż tal-produzzjoni.", "Żvilupp ieħor imniedi fil-pjan strateġiku li żgur irid jiġi indirizzat mill-aktar fis huwa l-ftehim sabiex l-istitut ta' l-agrikoltura ta' l-universita' ta' Malta jagħmel analisi fuq il-ġwież tal- majjal.", "Dawn il-feed trials huma wkoll bżonjużi sabiex is-settur isib l- aħjar riċetti għall-ġwież tal-majjal fil-kondizzjonijet ta' Malta.", "Il-ftehim l-ieħor li ġie ffirmat huwa f'forma ta' għajnuna li l-gvern u l- KIM waslu għalih wara diskussjonijiet.", "Din l-għajnuna kienet maħsuba biex ittaffi parti miż-żieda fl-ispejjeż tal-produzzjoni li żdiedu filwaqt li ma kenux akkumpanjati minn żieda fil-prezz tal-majjal fis-suq internazzjonali.", "Dan il-ftehim temporanju ta' sena huwa maħsub biex iżomm il-produtturi Maltin kompetittivi f'dan il-perjodu kritiku, imma qiegħed iniedi wkoll impenn għal titjib fil-kwalita' tal-produzzjoni tal-majjal billi jsiru studji ġodda li jwasslu għal klassifikazzjoni ġdida tal-karkassi tal-majjal u fondi biex jiġu żviluppati swieq ġodda.", "Dan il-ftehim jirriferi wkoll għal bżonn ta' aktar integrazzjoni bejn il-partijiet tas-settur tal- produzzjoni u ta' l-industrija tat-trasformazzjoni.", "Hemm bżonn li jibqa' jsir kull sforz biex l-industrija tat-trasformazzjoni tagħmel użu sħiħ minn din ir-riżorsa Maltija.", "Huwa importanti li wieħed jiftakar li biex wieħed jagħmel użu minn kampanja pubbliċitarja jrid jaħdem il-prodott tiegħu b'majjal li twieled Malta u kiber Malta.", "Dawn il-ftehim huma pass importanti sabiex naslu għal aktar kompetittivita' bil-produzzjoni Maltija.", "Irrid ngħid ukoll li ma' dawn l- inizjattivi hemm bżonn l-impenn tal-produtturi biex itejbu l-produzzjoni tagħhom, ikunu aktar effiċjenti u jaslu biex ikunu kompetittivi ma' sħabhom il-produtturi Ewropej.", "Il-gvern se jkompli bl-isforz tiegħu biex jgħin lill-produtturi jnaqqsu l-ispejjeż tal-produzzjoni u lest li jiddiskuti skemi li jwasslu għal konsolidament tas-settur tal-produzzjoni, kemm min- naħa tal-koperattiva kif ukoll min-naħa ta' produtturi individwali.", "Is-settur tat-tjur mhux biss għadda mir-ristrutturar meħtieġ, imma issa qiegħed jirpilja sewwa wara l-għajnuna finanzjarja li ngħata mill-Gvern Malti u mill-Unjoni Ewropea.", "Dan wassal sabiex fl-ewwel tliet xhur ta' din is-sena kien hemm żieda ta' 29% fil-produzzjoni tal-laħam tal-broilers u żieda ta' aktar minn 30% fit-tieni tliet xhur ta' din is-sena.", "L-għajnuna li tajna f'dan is-settur sa Awissu kienet aġġustata għal 11c8 għal kull fellus, f'Settembru telgħet għal 14c u f'Ottubru telgħet għal 21c4.", "Huwa stmat li din l-għajnuna tilħaq madwar Lm300,000.", "Niġi fl-aħħar għas-settur tas-sajd.", "L-industrija ta' l-akwakultura f'Malta żviluppat mix-xejn f'dawn l-aħħar 17-il sena wara l-ftuħ taċ-ċentru ta' l- akwakultura fit-Torri ta' San Luċjan f'Marsaxlokk.", "Illum din l-industrija saret tifforma pilastru importanti mill-ekonomija ta' pajjiżna.", "Bl- akwakultura nstabet attivita' parallela għas-sajjieda li jridu jiddiversifikaw ix-xogħol tagħhom, qed jitjiebu l-prezzijiet għall- konsumatur filwaqt li d-domanda tas-suq tkun tista' tiġi dejjem milħuqa.", "Id-diversifikazzjoni ta' l-ispeċi ta' ħut hija essenzjali kemm għall- iżvilupp ta' l-akwakultura kif ukoll biex ikun hawn varjeta' akbar ta' ħut għall-konsumatur.", "Sal-lum dan is-suq kien ibbażat fuq żewġ speċi; l-awrat u l-ispnot.", "Illum b'metodi għall-produzzjoni tal-bajd iffertilizzat, it- tkabbir tal-frieħ u s-simna sa daqs tajjeb għas-suq huma żviluppati sew għal dawn iż-żewġ speċi.", "Madankollu kien ilu jinħass il-bżonn li s-suq jiġi diversifikat aktar, possibbilment b'razez ta' ħut li għandhom karatteristiċi differenti, anke biex is-suq ikun moqdi aħjar.", "Din kienet ir-raġuni wara l-bidu ta' programmi ta' studju biex jibda jitkattar l-aċċoll u t-tonn għall-akwakultura fil-Mediterran.", "L-aċċoll u t- tonn huma speċi mfittxija ħafna fis-swieq internazzjonali u għalhekk l- għażla li l-attenzjoni tagħna tiġi ffokata fuq dawn iż-żewġ speċi kienet naturali.", "Għar-riċerka fit-tkattir u t-tkabbir ta' l-aċċoll is-sezzjoni ta' l-akwakultura tat-Torri ta' San Luċjan issieħbet mal-Malta Fishfarming Ltd. fuq kuntratt ta' ħames snin li beda s-sena l-oħra.", "L-avvanzi u s-suċċessi li nkisbu f'dan il-qasam poġġew lil Malta fuq quddiem nett fil-Mediterran fl-għarfien dwar it-tkabbir ta' din l-ispeċi għall-akwakultura.", "Minbarra avvanzi kbar fl-oqsma taż-żamma ta' l-istock tal-ġenituri li minnhom jittieħdu l-bajd, kif ukoll il-ġbir tal-bajd mill-gaġeġ, ir-riċerka Maltija hija fost l-ewwel fil-Mediterran li pproduċiet madwar 10,000 ferħ minn din l-ispeċi ta' l-aċċoll.", "Dan juri nuqqas ta' ħeġġa?!", "Fil-fatt wara s-suċċess fit-trobbija ta' l-aċċoll u l-parteċipazzjoni fil- programm REPRODOTT taħt il-fifth framework programme ta' l-Unjoni Ewropea li kellu l-għan li jiżviluppa t-teknoloġija u l-metodi meħtieġa biex jitkabbar u jiġi domestikat it-tonn, Malta ntalbet tieħu sehem fil-programm SELFDOTT flimkien ma' xjenzati minn seba' pajjiżi oħra.", "Dan il-programm għandu l-għan li jiżviluppa sistemi ta' akwakultura tat-tonn biex dan il- proċess isir self-sufficient, jiġifieri li ma jkunx jiddependi fuq il-qbid tal-ħut mis-selvaġġ.", "Dan kollu jfisser li qegħdin inpoġġu l-qafas ta' l- għarfien meħtieġ biex din l-ispeċi tista' tkun tibda titrabba fuq bażi kummerċjali.", "Maż-żmien hemm ukoll il-possibilita' li din it-teknoloġija li ġiet żviluppata lokalment tiġi esportata lejn pajjiżi oħra tal-Mediterran.", "Insemmi tliet proġetti li wettaqna wkoll f'dan il-qasam, fosthom il-proġett tal-hard standing facility f'Marsaxlokk li wegħidniha s-sena l-oħra u ġiet inawgurata uffiċjalment fis-7 ta' Lulju mill-Prim Ministru Lawrence Gonzi.", "Dan il-proġett ġie jiswa aktar minn €2 miljuni, 75% iffinanzjati mill- Unjoni Ewropea u 25% mill-Gvern Malti.", "Biex sar dan il-proġett ġiet reklamata parti mill-baħar u ġie rranġat is-sit għall-faċilita' u nxtraw żewġ krenijiet li jistgħu jtellgħu d-dgħajjes fuq l-art mingħajr tbatija għas-sajjieda.", "Din il-hard standing facility minbarra li qiegħda tgħin lis- sajjieda biex ma jbatux qed tgħinhom ikunu aktar effiċjenti u kompetittivi.", "Aħna konna wegħidna lis-sajjieda li se ngħinuhom biex ma jħallsux it-taxxa tas-sisa fuq il-fuel.", "Fil-fatt bis-saħħa ta' dan il-ftehim, se tingħata allokazzjoni ta' fuel mingħajr taxxa tas-sisa għall-użu mis-sajjieda u dan se jgħinhom biex kemm jista' jkunu aktar ikunu effiċjenti, ikun hemm aktar kontabilita' u trasparenza.", "Proġett ieħor li għamilna kien dak taċ-ċentru għall-ħasil tal-kaxxi tal-ħut.", "Sur President, għalkemm fil-ħin li kelli pprovajt insemmi ħafna mill- affarijiet li għamilna, pero' żgur li ma kellix iċ-ċans insemmi dak kollu li għamilna jew sabiex nirrispondi għal dak li ntqal.", "Ħdimna fuq li ħdimna u nirringrazzja lill-ħaddiema kollha, sew dawk li jaħdmu fid-dekasteru tiegħi kif ukoll lil dawk l-eluf ta' ħaddiema li jaħdmu fil-qasam privat f'dawn is-setturi.", "Sur President, dan il-gvern għamel ħafna ġid bil- politika tiegħu b'risq is-settur tal-biedja u sajd.", "Fadallu ħafna aktar x'jagħmel u għalhekk, b'wiċċna minn quddiem nerġgħu mmorru quddiem il-poplu mhux biss f'dan il-budget imma b'dak kollu li l-partit Nazzjonalista fil- gvern għamel għal Malta u Għawdex tagħna.", "Nirringrazzjak.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Il-Ministru George Pullicino.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Sur President, għal darb'oħra jmiss lili biex nagħlaq id-dibattitu dwar l-estimi ta' dan il-ministeru.", "Qabel xejn nixtieq nirringrazzja lill-kelliema ta' qabli.", "Aħna bqajna hawnhekk bil- paċenzja nisimgħuhom u jiddispjaċini li quddiemi m'hawn ħadd min-naħa ta' l- oppożizzjoni u mbagħad jgħidulna li aħna arroganti u li lanqas nisimgħu!", "Dan huwa dibatittu kemmxejn differenti minn dawk li kellna s'issa għax huwa l-aħħar dibatittu qabel ix-xoljiment ta' dan il-Parlament għax tiġi meta tiġi l-elezzjoni mhux se jkun hemm budget ieħor f'din il-leġislatura.", "Għalhekk huwa dibattitu li jippermettilna nħarsu lura lejn dak li wettaqna fl-aħħar erba' snin kif ukoll inħarsu lejn dak li għad irridu nwettqu u li se nwettqu matul is-sena d-dieħla.", "Din kienet leġislatura unika karatterizzata bis-sħubija tagħna fl-Unjoni Ewropea, realta' ġdida li affettwat mhux biss il-qasam tradizzjonali tal-biedja u s-sajd imma għall- ewwel darba l-qasam ta' l-ambjent ingħata ħafna aktar importanza minn qatt qabel.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Noel Farrugia, bil-permess tal-Ministru.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Sur President, nixtieq nagħmel point of clarification.", "Aħna qegħdin insegwu d-diskussjoni, imma tant imdorrijin nisimgħu dikjarazzjonijiet foloz li m'hemmx għalfejn li nkunu f'din il-Kamra.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru jista' jkompli.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: F'dan ir-rigward irrid infakkar kif in-nefqa tal- gvern fuq l-ambjent kompliet tiela' b'mod konsiderevoli sena wara oħra.", "Tajjeb ngħid li fl-1990 in-nefqa għall-ambjent kienet ta' Lm3 miljuni u bqajna telgħin biex matul is-sena li għaddiet in-nefqa kienet ta' Lm47 miljun.", "Issa jekk tgħodd kollox, inkluż ix-xogħol l-ieħor tal-ministri u l-kollegi tiegħi Ninu Zammit u Jesmond Mugliett, l-ammont jitla' għal Lm84 miljun.", "Jekk inżommu biss il-qasam ta' l-ambjent insibu li n-nefqa għall- ambjent naqset biss f'mument wieħed mill-1990 u dan kien meta l-partit Laburista kien fil-gvern bejn l-1996 u l-1998!", "Imma dawn l-affarijiet ma jgħiduhomx!", "Dan huwa budget għall-familji fis-sod u għalhekk qegħdin ninvestu aktar fil- qasam ta' l-ambjent biex il-familja Maltija jkollha aktar postijiet fejn tista' tirrikrea ruħa u jkollha ambjent nadif.", "Jiena niskanta kif fis- sagħtejn ta' diskors tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni f'din il-Kamra nhar it- Tnejn li għadda ma qal xejn fuq il-qasam ta' l-ambjent.", "Issa l-media Laburista ddeskriviet id-diskors ta' l-Onor.", "Alfred Sant bħala wieħed li joffri rimedji u viżjoni.", "Jekk ma tkellem xejn fuq l-ambjent, allura l-Kap ta' l-Oppożizzjoni jew m'għandux viżjoni jew m'huwiex jara problemi.", "Imbagħad illum l-Onor.", "Galdes tkellem fuq l-infringements u skanta li għandna numru ta' infringements, bħallikieku Malta biss għandha infringements.", "L-ewwelnett irrid ngħid li hemm pajjiżi li ilhom membri ta' l-Unjoni Ewropea li għandhom ħafna infringements aktar minna minkejja li ħadu fondi aktar minna biex jadegwaw ruħhom.", "Aħna għad għandna problemi imma dan il-gvern isolvihom il-problemi mhux bħall-partit Laburista li m'għandu l-ebda viżjoni.", "Ovvjament ma qalulniex li meta ġie intervistat il- Kummissjaru Dimas huwa qal li Malta qatt m'għamlet passi ta' ġgant fuq l- immaniġġjar ta' l-iskart daqskemm għamlet fl-aħħar sentejn jew tlieta.", "Irrid ngħid li hemm affarijiet oħra li rridu nagħmlu, bħal, per eżempju, ir- renewable energies.", "Għalhekk dan il-gvern qiegħed jiddedika kważi Lm11 miljun biex nippromwovu l-użu ta' apparat ta' enerġija rinovabbli fis-seba' snin li ġejjin.", "Jiena ngħid li hemm bżonn mhux biss nagħmlu tibdil f'dik li hija infrastruttura imma anke f'dik li hija kultura.", "Il-gvern qiegħed jagħmel il-parti tiegħu anke fil-qasam tar-renewable energies billi qegħdin nipproġettaw li ninstallaw madwar 500 stallazzjoni ta' enerġija rinovabbli li permezz tagħhom inkunu qegħdin niffrankaw madwar 1,300 tunnellata ta' gassijiet serra kull sena.", "Dan huwa dak li qegħdin nipproponu bil-fatti fil-budget.", "F'dan il-budget il-gvern qiegħed ikompli jagħti inċentivi anke lill- industrija ħalli jkun hemm aktar effiċjenza fil-qasam ta' l-użu ta' l- enerġija min-naħa tagħha u jkunu jistgħu jagħmlu energy audits.", "Il-gvern ta l-eżempju billi matul is-sena li għaddiet installa diversi sistemi ta' photovoltaic units fuq il-ministeri u l-bini pubbliku.", "B'dan il-mod qegħdin niffrankaw elettriku daqskemm jikkonsmaw madwar 23 dar kull sena.", "Nista' nifhem li dan huwa ftit, imma tajna l-eżempju biex issa nibqgħu mexjin f'din it-triq fis-snin li ġejjin.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni fis-sagħtejn diskors li għamel f'dan il-parlament ma qal xejn fuq l-immaniġġjar ta' l-iskart.", "Ma neħodhiex bi kbira li ma jgħid xejn għal żewġ raġunijiet: L-ewwelnett it-track record tagħhom fil- qasam ta' l-immaniġġjar ta' l-iskart huwa zero, għax m'għamlu assolutament xejn ħlief li tejbu ftit l-impjant ta' Sant'Antnin u li kien għalihom dan ħallejnieh hemm għax skond huma, bit-titjib li għamlu, huwa tajjeb biżżejjed biex nibqgħu għaddejjin bih.", "It-tieni ħaġa li għamlu kienet li meta kienu fil-gvern il-Prim Ministru Alfred Sant għamel dawra bil- helicopter fuq il-Magħtab.", "Sur President, il-partit Laburista m'huwiex kredibbli għax kull meta mmorru biex nagħmlu proġett għall-immaniġġjar ta' l-iskart f'dan il-pajjiż ħlief tfixkil, jew minnhom direttament jew inkella mill-kunsilli lokali b'maġġoranza Laburista, ma sibniex.", "Mhux ta' b'xejn li l-Kap ta' l- Oppożizzjoni ma jitkellem xejn fuq il-qasam ta' l-immaniġġjar ta' l-iskart.", "Per eżempju, il-kunsill lokali tax-Xewkija b'maġġoranza Laburista ilu s- snin jagħmlilna l-bsaten fir-roti biex ma nagħmlux il-waste transfer facility ġewwa Għawdex.", "Imbagħad jiġi l-Onor.", "Roderick Galdes u jiskandalizza ruħu li għadna m'għamilnihx!", "Dażgur li għadna m'għamilnihx bit-tfixkil kollu tal-kunsill lokali mmexxi minn maġġoranza Laburista!", "Saħansitra l-kunsill lokali Laburista tax-Xewkija wasal biex għamlilna kawża b'mandat ta' inibizzjoni pero' tilfuha jumejn ilu.", "Din hija t-tip ta' għajnuna li nsibu min-naħa tal-partit Laburista.", "Jiena rrid ngħid li dawn it-tip ta' ostakli li nsibu min-naħa ta' l-oppożizzjoni ma jaqtgħulniex qalbna.", "Anzi aktar ma topponuna, aktar tikber id- determinazzjoni fina li nimplimentaw u naslu.", "Ma qal xejn lanqas fuq dak li għamilna fil-Magħtab u fuq dak li qegħdin nagħmlu f'Ta' l-Għallies.", "Kulmin għandu rieda tajba jirrikonoxxi l-avvanzi li għamel pajjiżna fl- infrastruttura ta' l-immaniġġjar ta' l-iskart matul l-aħħar snin, anke l- Kummissjoni Ewropea hija konxja minn dan.", "Sur President, din is-sena se nżidu l-investiment fil-qasam ta' l- immaniġġjar ta' l-iskart b'Lm2 miljun oħra.", "B'hekk in-nefqa għal din is- sena mill-fondi tal-gvern biss se titla' għal Lm5 miljuni u mbagħad ovvjament għandna il-miljuni li huma ko-finanzjament ta' l-Unjoni Ewropea.", "II-kelliema ta' l-oppożizzjoni ma semmew xejn fuq ir-riabilitazzjoni tal- miżbliet tal-Magħtab, ta' Wied Fulija u tal-Qortin ġewwa Għawdex.", "Dażgur li ma jsemmu xejn għax li kieku kien għall-Kap ta' l-Oppożizzjoni - u dan huwa parir ieħor żbaljat u se nżidu mal-lista li għamel il-Prim Ministru nhar l-Erbgħa - l-miżbla tal-Magħtab ma kellniex għalfejn nagħlquha u kellna nibqgħu nitfgħu l-iskart fuqha.", "Imma aħna ma smajniex minnu u ma ħadniex il-parir tiegħu, għalaqnieha u qegħdin nirriabilitawha.", "Tant hu hekk li mill-fondi ta' l-Unjoni Ewropea għas-seba' snin li ġejjin, se nonfqu - apparti dak li diġa' nfaqna u dak li diġa' huwa vvotat mill- fondi ta' l-Unjoni Ewropea sas-sena li għaddiet, li qegħdin nonfquhom għax fadlilna sentejn oħra biex nonfquhom - €36 miljun mill-fondi strutturali biex minn dawn il-postijiet li kienu l-akbar ġerħa li kellu pajjiżna nagħmlu parks għar-rikreazzjoni tan-nies.", "Illum kulħadd jgħid, inkluż l- NGOs lokali, li dan huwa eżempju pożittiv ta' dak li għamilna.", "Jiena kemm- il darba stedint lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni u lill-kelliema Laburista sabiex jiġu jaraw x'aħna nwettqu fil-Magħtab u x'wettaqna f'Ta' l-Għallies biex għandna l-engineered landfills.", "Aħna tant m'għandniex minn xiex nistħu li għamilna żewġ open days f'dawn il-faċilitajiet.", "Meta għidtilhom biex nagħmlu open day xi wħud mill-uffiċjali kienu qaluli: Min taħseb li se jiġi hawn?", "Imma n-nies ġew jaraw flimkien mal-familji biex jaraw dak kollu li għamilna hemmhekk u dak kollu li qegħdin nagħmlu.", "Issa nistieden lill- oppożizzjoni sabiex meta jridu jiġu ħalli jaraw bil-fatti dak li qed nagħmlu.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni qalilna li f'Tal-Qortin ma bdejna xejn!", "Imma f'liema pajjiż qiegħed jgħix il-Kap ta' l-Oppożizzjoni?", "Li kieku jqabbad persuna waħda mix-Xagħra biex jirrakkontalu x'inhu għaddej ikun jista' jkollu l-informazzjoni.", "Fil-miżbla tal-Magħtab magħluqa li qegħdin nirriabilitaw daħħalna sistema ta' pajpijiet u minn mindu l-Prim Ministru inizjala l-impjant li jiġbed il- gassijiet biex ikunu ttrattati mill-miżbla tal-Magħtab ittrattajna xejn anqas minn 4 miljun metri kubi ta' gassijiet kontaminati.", "Kieku dawn baqgħu ħerġin fl-arja u għad irridu nkomplu nżidu dak in-network.", "Jiena m'għandix għalfejn intawwal fuq dak li għamilna ġewwa Tal-Qortin u nistedinhom biex meta jridu jiġu ħalli jaraw x'aħna nagħmlu.", "Biżżejjed ngħid li sal-lum diġa' neħħejna madwar 60,000 metru kubu ta' materjal li kien fuq il-parti ta' wara Tal-Qortin u li kien fil-periklu li jċedi u jinżel 'l isfel mas-sies li hemm hemmhekk.", "U minn hawnhekk irrid nirringrazzja lill-ħaddiema li ħafna drabi b'sogru għalihom ċaqilqu dak il- materjal biex issa m'għadux aktar ta' periklu ambjentali f'pajjiżna.", "Sur President, l-oppożizzjoni ma tgħid xejn fuq il-faċilitajiet ta' l- engineered landfills li għamilna bil-fondi ta' l-Unjoni Ewropea.", "Fejn konna se nsibu l-fondi?", "Għandu raġun l-Onor.", "Pullicino Orlando li jibqa' jistaqsi l-istess mistoqsija għax qatt ma jkollna tweġiba għaliha.", "Minn fejn kienu se nsibu l-miljuni biex nagħmlu dan ix-xogħol li kieku ma dħalniex membri ta' l-Unjoni Ewropea?!", "Probabbilment konna nagħmluh fuq perjodu ta' 30 sena u mhux fuq perjodu ta' tliet snin jew erba' snin, għax biex tiġbor dawk il-miljuni jew trid tbażwar lin-nies bit-taxxi jew inkella nibqgħu mingħalina qegħdin nagħmlu xi ħaġa imma ma nkunu qegħdin nagħmlu xejn, kif għamlu huma.", "Issa rrid insemmi ċ-ċentri li ftaħna f'dan il-pajjiż għar-riċiklaġġ ta' l- iskart goff.", "Fil-budget tas-sena li għaddiet għidna li se nagħmlu ħamsa.", "Fil-fatt lestejna tlieta, dak ta' l-Imrieħel, dak tal-Magħtab, dak ta' Ħal Far li se niftħu fi ftit tal-ġranet oħra, beda x-xogħol fuq dak ta' Ħal Luqa u minkejja l-ostakli kollha tal-kunsill lokali mmexxi minn maġġoranza Laburista ġewwa x-Xewkija, bdejna x-xogħol hemmhekk ukoll.", "U ta' dan il- gvern ħaqqu prosit għax għamel dawn iċ-ċentri għall-użu tan-nies.", "In- nies qegħdin jużaw ukoll il-200 bring-in site li għandna madwar il-pajjiż għas-separazzjoni ta' l-iskart, jiġifieri l-kartun, il-ħġieġ, il-plastik u l-metall.", "Għandna flus biex nagħmlu 400 u minn hawnhekk nappella lill- kunsilli lokali b'maġġoranza Laburista li huma fost dawk li għadhom l-aktar lura - mhux għax m'hemmx kunsilli lokali mmexxija b'maġġoranza Nazzjonalista li għadhom lura, imma jekk tara l-lista ta' dawk il-kunsilli li għadhom l-aktar lura biex ipoġġu l-bring-in sites fil-lokalitajiet tagħhom issib li huma kunsilli lokali b'maġġoranza Laburista - biex jersqu 'l quddiem u jpoġġu dawn il-bring-in sites fil-lokalitajiet tagħhom.", "Huwa faċli ħafna li titkellem favur is-separazzjoni ta' l-iskart u mbagħad meta tistaqsihom x'inhuma jagħmlu bħala kunsilli lokali b'maġġoranza Laburista ssib li hemm lokalitajiet li suppost ikollhom tmienja u għandhom tnejn u oħrajn suppost li għandhom sitta u poġġew waħda.", "Il-kunsill lokali b'maġġoranza Laburista taż-Żurrieq saħansitra kellhom il-bring-in sites u neħħewhom!", "Huwa faċli li titkellem imma kif dejjem ngħidu aħna trid tkejjel b'dak li tagħmel u mhux b'dak li tgħid.", "Sur President, minkejja dak kollu li pprovaw jagħmlulna, sar titjib fl- impjant ta' Sant'Antnin u saħansitra membru tal-Parlament Ewropew tagħhom qal pubblikament li jrid jiffriżalna l-flus għall-impjant ta' Sant'Antnin.", "Li kien għalihom ħallejnieh kif inhu għax skond huma tejbuh biżżejjed.", "Aħna dejjem irridu l-eċċellenza u dejjem irridu l-aħjar għan-nies, inkluż għan-nies tan-naħa t'isfel ta' Malta.", "Issa l-Onor.", "Roderick Galdes qal ereżija meta qalilna li issa qegħdin naqblu magħhom li jkollna ċentri reġjonali!", "Aħna ilna ngħidu li aħna favur iċ-ċentri reġjonali mill-2004, tant li meta jiena offrejt li ninżel għal-laqgħa pubblika f'Wied il-Għajn, minkejja li kont naf x'tip ta' udjenza se nsib, dawwartuha f'laqgħa ta' konfrontazzjoni, kważi fiżika kontrija.", "Imma ma ġara xejn, aħna nibqgħu għaddejjin biex nagħtu l-faċilitajiet lin-nies.", "Dakinhar jiena għidt pubblikament li aħna favur iċ-ċentri reġjonali u li l-impjant ta' Sant'Antnin se jieħu biss terz ta' l-iskart kollu ġenerat f'Malta.", "(Interruzzjonijiet) Intom tibqgħu tirrepetu l-gideb u tippretendu li n- nies jemmnukom.", "Issa jiena qgħadt nisma' lill-Onor.", "Galdes u għamiltlu point of information għax ħassejt li kelli nagħmlu u issa nitolbu jħallini nagħmel il-parti tiegħi kif għandi d-dover li nagħmel f'dan il-Parlament mingħajr ma jfixkilni.", "L-Onor.", "Galdes għoġbu jsejjaħ bħala skandlu l-fatt li l-WasteServ bdiet tuża faċilita' fil-Marsa b'mod temporanju.", "Il-verita' hi li peress li żarmajna Sant'Antnin u qegħdin nagħmlu impjant modernizzat li se jqum €26 miljun, ma ridniex ngħidu lin-nies biex iwaqqfu s-separazzjoni ta' l- iskart jew inkella jżommuh fil-kantina jew fil-garaxx, u allura sibna post f'biċċa li kienet tintuża mill-Malta Shipbuilding biex l-iskart separat li jiġi mill-bring-in sites inkomplu nisseparawh.", "Jekk l-Onor.", "Galdes ma jafx, nixtieq ninformah li biex tirriċikla l-plastik li niġbru mill-bring- in sites, trid terġa' tisseparah billi titfa' l-PVC għalih u l-plastik l- ieħor għalih, u jekk huwa kulurit għalih u jekk huwa trasparenti għalih.", "Allura x'ridtuna nagħmlu?", "Inwaqqfu kollox?", "Intom titkellmu ħafna u ma tagħmlu xejn!", "Marbut ma' l-impjant ta' Sant'Antnin irrid insemmi wkoll il-family park li se jsir ġewwa Wied il-Għajn.", "Nhar it-Tnejn li għadda l-Kap ta' l- Oppożizzjoni qalilna li huwa proġett riċiklat għax għadna ma bdejniehx!", "Jiena nistiednu biex jinżel sa Wied il-Għajn bil-karozza tiegħu u jara kif ix-xogħol fuq il-family park ta' Sant'Antnin diġa' beda fil-partijiet li stajna nibdew, għax għad hemm partijiet fejn ma stajniex nibdew minħabba l- istudji li għadhom għaddejjin kif mitluba mill-MEPA.", "Sur President, irrid insemmi wkoll l-iskemi għall-ġbir ta' prodotti meta jsir skart.", "U hawnhekk irrid ngħid grazzi lis-settur privat li qiegħed jimpenja ruħu biex jagħmel skemi - naf li m'huwiex faċli anke għall-privat biex jaslu - u minn hawnhekk nagħmlilhom il-kuraġġ biex ikomplu għax aħna se nibqgħu għaddejjin b'mod parallel.", "Jekk ma jaslux huma jkollna bilfors inpoġġu fuq is-suq skema aħna, bħala gvern, li tiggarantixxi li l-iskart, anke ta' l- ippakkjar, jinġabar ħalli nilħqu t-targets li għandna ta' l-Unjoni Ewropea.", "Issa ħalli nitkellem fuq il-kwestjoni ta' l-inċineratur tal-Marsa li kważi t-tliet kelliema ta' l-oppożizzjoni tkellmu fuqu.", "Jiena kultant nibda naħseb li n-naħa ta' l-oppożizzjoni qishom waqgħu mill-pjaneta Mars jew ma jafux fejn qegħdin.", "Possibbli li l-oppożizzjoni ma tafx li fl-istrateġija għall-iskart solidu li kienet ħarġet f'Ottubru ta' l-2001, f'paġna 96 kien hemm imniżżel li pajjiżna jrid ikollu special/difficult waste incenerator u għal sentejn kien ikkalkolat li ridna nagħmlu spiża ta' Lm3.3 miljuni?!", "Issa tistgħu timmaġinaw kemm kienet tiġi l-ispiża llum bil-prezzijiet kif għolew fis-suq internazzjonali.", "Dan il-pjan kien ġie diskuss f'diskussjoni pubblika wiesgħa ħafna.", "Qalulna li berbaqna l-flus.", "U hawnhekk irrid nistaqsi: Kien jaqbel li nagħmlu inċineratur ieħor li kien se jiswa Lm3.2 miljun jew kif għamilna aħna rajna dak li għandna fil-biċċerija u li għamilnieh bil-fondi tal-protokoll Taljan, żidna spiża ta' Lm750,000 u għamilnieh jieħu tliet frazzjonijiet ta' skart?", "Jekk tħares biss lejn in- nefqa kapitali - u għall-mument m'iniex qiegħed nitkellem fuq in-nefqa rikorrenti - ssib li ffrankajna Lm2.5 miljun.", "Imma tan-naħa l-oħra xorta jiġu jikkundawna għax naqqasna n-nefqa kapitali b'Lm2.5 miljun!", "Minn fejn kienu se jiġu dawn il-flus?", "Dawn kienu se jiġu mit-taxxi tiegħi, mit-taxxi tagħkom u mit-taxxi tan-nies.", "Jekk wieħed iħares lejn l-ispiża rikorrenti ssib li kif kien se jitħaddem qabel, l-ispiża kienet se tkun ta' Lm2 miljun fis-sena.", "Bil-mod kif aġġustajnieh, in-nefqa se tonqos għal Lm0.5 miljun fis-sena, jiġifieri se niffrankaw Lm1.5 miljun fis-sena.", "Allura xorta tisparaw fuqna meta niffrankaw il-flus?!", "Jiena nagħtikom parir li ma tagħmlux ħażin jekk tittrattaw bi ftit serjeta' dan il-qasam.", "L-Onor.", "Joe Brincat qalilna li huwa perikoluż li jkollok skart ta' l-isptar fejn se jkollok il-laħam għall- konsum.", "Jiena nappellalhom sabiex jieqfu milli jdaħħlu d-dubji fuq dan il- qasam.", "L-ewwelnett irrid ngħid li hemm dħul separat għal dan it-tip ta' materjal.", "Qalilna wkoll li d-duħħan jista' jkun noċiv u allura l-laħam jista' jitħammeġ.", "Jiena ngħidlu li le, għax l-ewwel ħaġa trid tara x'se joħroġ miċ-ċumnija u rrid ngħid li l-bieraħ l-advisory board ta' l-IPPC approva dak l-impjant, u meta l-IPPC japprova, ikun qiegħed japprova l-operational permit li jingħatalek kull sena.", "Barra minn hekk, se jkun hemm moniteraġġ kontinwu ta' dak li ħiereġ miċ-ċumnija ta' dan l-inċineratur.", "Tant m'għandniex x'naħbu li se npoġġu r-riżultati real time fuq il-website ħalli kulħadd ikun jista' jarahom.", "Issa anke li kieku għall-mument nieħu dak li qal l-Onor.", "Brincat, dan il-pajjiż tant huwa żgħir li tagħmlu fejn tagħmlu dan l-inċineratur, se jkun hemm dħaħen b'elementi noċivi li xorta se jaslu ġewwa l-Marsa, kif qiegħed jiġri llum miċ-ċmieni ta' l-inċineratur ta' Ħal Luqa li joħorġu u jinfirxu.", "(Interruzzjonijiet)", "Onor. Galdes, l-iskart li se jiġi mill-isptar se jkun magħluq ġo bins u dawk il-bins jinfetħu biss meta jkunu daħlu diġa' ġo l-inċineratur innifsu.", "Intom għidtulna li m'għidna xejn, imma aħna għamilna laqgħat ta' konsultazzjoni fejn stedinna lil kulħadd u stajtu ġejtu intom ukoll imma ma ġejtux.", "Għamilna laqgħa separata ta' konsultazzjoni mal-NGOs ambjentali u ma marrux mhux għax jibżgħu minna imma għax m'humiex jikkonfondu għax serraħnilhom rashom b'dak li qegħdin nagħmlu.", "Kif tiġu tgħidulna li hemm biża' li jkollok il-laħam għall-konsum ħdejn l-inċineratur ġdid f'area fil- Marsa meta tafu li wara l-biċċerija hemm ix-shipbuilding u hemm żebgħa li tista' tkun ta' periklu ħafna aktar minn dak?!", "Fil-biċċerija daħħalna s-sistemi tal-HACCP imma intom taħsbu li l- affarijiet fil-biċċerija jsiru bil-mod ta' kif kienu jsiru fi żmien Charles Dickens.", "Jiena m'iniex qed ngħid li m'għadx fadlilna l-problemi.", "Fil-fatt l-problema m'hijiex il-faċilitajiet jew l-infrastruttura, imma l-kultura tan-nies li joperaw fil-biċċerija għax għad hemm minnhom li ma jridux jagħmlu l-ipproċessar kif irriduh li jsir aħna.", "Issa jiena nista' nikkonferma li permezz ta' l-inċineratur tal-Marsa se nagħlqu darba għal dejjem l-inċineratur ta' l-Isptar San Luqa.", "Għalhekk nitlobkom sabiex temendaw dan l-ispeċi ta' programm li għamiltu, imsejjaħ pjan għal bidu ġdid għax hawnhekk ktibtu li se timmodernizzaw l-inċineratur ta' San Luqa meta l-inċineratur ta' l-Isptar San Luqa huwa obsolete!", "Jiena ngħid li anke dan is-suppost bidu ġdid huwa obsolete għax b'dak li għamilna rrendejna ħafna minn dan il-paroli li għandkom f'dan il-pjan obsolete.", "Issa nispera li jkollkom id-diċenza li temendawh.", "Issa ħalli niġi għal suġġett ieħor li huwa għal qalbi; it-tħawwil tas- siġar.", "Irrid ngħid li fis-sena 2006 għamilna miri li nħawlu 10,000 siġra u fil-fatt ħawwilna 16,000 siġra.", "Din is-sena għamilna l-mira li nħawlu 20,000 siġra u definittivament se nkunu lħaqna s-26,000 siġra.", "Nixtieq inħabbar li wara l-inċident ikrah li ffaċċjajna f'Mejju li għadda, fejn ġew vandalizzati 3,000 siġra, fil-Foresta 2000 li qegħdin nagħmlu flimkien mal- Birdlife u ma' Din l-Art Ħelwa, aħna għamilna appell lin-nies sabiex jirrispondu b'mod pożittiv għal dak l-att kodard u infami li għamlu xi nies.", "F'dan il-week-end għall-ewwel jiena kont qiegħed ngħid li se nħawlu għal darbtejn aktar siġar, imma wasalna biex inħawlu tliet darbiet iktar.", "Fil-fatt dan il-week-end se jitħawlu 13,300 siġra li huwa erba' darbiet aktar minn dawk is-siġar li ġew vandalizzati fl-10 ta' Mejju.", "Dan huwa l-mod ta' kif irrisponda l-poplu.", "Issa din m'hijiex kampanja tal- gvern imma hija kampanja tal-poplu.", "U hawnhekk irrid nikkoreġi dak li kiteb is-Sur Norman Hamilton fil-gazzetta \"The Times\" fejn qal li fost l- ambaxxaturi li appuntajna u li sejjaħnielhom Tree for You Ambassadors, ma poġġejna lil ħadd mill-istazzjon televiżiv tal-partit Laburista OneTV.", "Fil-fatt lis-Sur Norman Hamilton il-bieraħ ċempiltlu d-dar ħalli nispjegalu, u llum pubblikament nixtieq ngħidlu li effettivament aħna stedinna personalitajiet mis-Super One imma sfortunatament ma kellniex tweġiba min-naħa ta' dawn il-personalitajiet.", "Barra minn hekk, tlabna lis- Sur Norman Hamilton biex għada waqt il-programm tiegħu fuq OneTV joffrilna link dirett mill-Mellieħa waqt it-tree planting week-end.", "Sfortunatament qalilna li dan m'huwiex possibli.", "Irrid nagħmilha ċara li jiena bl-ebda mod ma rrid li l-kampanja Tree4U ssir kampanja politiċizzata imma l-fatti rrid nagħtihom.", "Dan huwa programm mill-poplu għall-poplu.", "Sur President, komplejna bix-xogħol fi Xrobb l-Għaġin flimkien man-Nature Trust u fi ftit żmien ieħor se niftħu Kennedy Grove li se jkun ħames darbiet ikbar minn dak li kien sa tliet snin ilu.", "Se nivvotaw Lm4.5 miljuni mill-fondi ta' l-Unjoni Ewropea – din ħadd ma tkellem fuqha - biex nagħmlu riabilitazzjoni sħiħa tas-Salini li għandna ħdejn Kennedy Grove.", "Fil-ġranet li ġejjin se niftħu estensjoni oħra f'Ta' Qali.", "Issa l-Onor.", "Noel Farrugia staqsa x'inhu jagħmel dan il-gvern fuq dawk l-areas bis- siġar taż-żebbuġ li tħawlu fis-snin sittin u fis-snin sebgħin għax qal li m'hemmx min jieħu ħsiebhom.", "Naħseb li l-Onor.", "Farrugia nesa li konna ħriġna call for expression of interest pubblikament u tlabna lin-nies u azjendi li jagħmlu ż-żejt taż-żebbuġ f'dan il-pajjiż ħalli jagħmlu l- offerti tagħhom.", "Wara pariri ta' nies tekniċi fil-ministeru u fid-dipartiment ġie deċiż li ngħaddu dawn l-artijiet lill-konsorzju ELC ħalli jkunu jistgħu jieħdu ħsiebhom huma.", "Jiena ħadt gost li wieħed mill-kelliema ta' l-oppożizzjoni, jekk m'iniex sejjer żball kien l-Onor.", "Farrugia, sellem lill-ħaddiema ta' l- ELC u qalilhom biex ikomplu jaħdmu.", "Jiena ngħidlu prosit lill-Onor.", "Farrugia, allavolja m'huwiex qiegħed f'din il-Kamra.", "Ħames snin ilu l-Kap ta' l-Oppożizzjoni kien kontra li nwaqqfu l-public private partnership bil- ħaddiema tal-gvern li kien hemm sabiex għandna l-konsorzju li għandna llum.", "Fil-fatt il-partit Laburista tgħidx kemm xewwex lil dawk il-ħaddiema li llum l-Onor.", "Farrugia qed jirringrazzjahom u jgħidilhom biex ikomplu jaħdmu.", "Reġgħu għamlu u-turn oħra mal-ħafna u-turns li għamlu.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni tana lista ta' l-affarijiet li għadna m'għamilniex u jiena ngħid li forsi l-uniku difett li għandu dan il-gvern mhux li ma jwettaqx, imma huwa ambizzjuż li jwettaq ħafna u fil-lista twila ta' affarijiet li għamilna hemm xi affarijiet li għadna m'għamilniex.", "Sur President, in-naħa l-oħra huma ħafna inqas ambizzjużi minna, jipprovaw jagħmlu ftit u dak il- ftit jagħmluh.", "Aħna differenti minnhom għax aħna ambizzjużi biex nagħtu l- proġetti lil dan il-poplu u għamilna ħafna proġetti bil-miljuni li ġbarna mill-poplu Malti u bil-miljuni li ħadna mill-Unjoni Ewropea.", "Sur President, irrid ngħid ukoll li sibna erba' siti oħra fejn se nagħmlu postijiet ta' rikreazzjoni anke billi nħawlu s-siġar.", "M'għandix għalfejn nidħol fid-dettall imma tajjeb ngħid ukoll li s-sena d-dieħla se nibdew nirriabilitaw waħda mill-akbar ġrieħi li għandna lejn in-naħa t'isfel ta' Malta f'barriera mhux użata viċin Ħaġar Qim.", "Hemmhekk se nagħmlu l-akbar żona ta' rikreazzjoni għall-poplu Malti fin-naħa t'isfel ta' Malta.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni qalilna li m'għamilna xejn fuq il-park tal-majjistral.", "Issa jiena ma nafx jekk l-Onor.", "Sant jirrealizzax li meta jitkellem b'dan il-mod ikun qiegħed imaqdar mhux biss lilna imma anke lill-membri tal-NGOs li poġġejna fuq il-bord tat-tmexxija.", "Qalilna li għamilna u-turn fuq din il-kwestjoni.", "Aħna nafu li hemm proċess li jissejjaħ environmental impact assessment u meta għidna lill-MEPA sabiex tistudja ħalli tara fejn nistgħu nagħmlu l- golf courses, kienet il-MEPA li indikatilna dik iż-żona.", "Fil-fatt aħna konna indikajna żona aktar 'il barra u l-MEPA qaltilna li ż-żona li indikaw huma ta' min jistudjaha.", "Aħna studjajnieha u r-riżultati wrew li l-impatt ambjentali kien ikun ħafna agħar minn dak li konna se niggwadanjaw u allura ddeċidejna li hemmhekk nagħmlu park tal-majjistral għan-natura u għall- ambjent.", "Imbagħad jgħidilna li ma sar xejn!", "U hawnhekk nixtieq ninforma lill-Onor.", "Sant li f'Settembru l-bord maniġerjali ssottometta proġett li jiswa madwar €5 miljun biex jiġi ffinanzjat mill-fondi strutturali.", "Sur President, il-kelliema ta' l-oppożizzjoni ma semmew xejn fuq l- edukazzjoni ambjentali li qed nagħmlu.", "Il-ġimgħa l-oħra ħadt gost naqra ittra ta' waħda mill-ġenituri fil-gazzetta \"The Times\" li kienet tgħid kemm il-proġett Ekoskola qed jistimola lit-tifla tagħha tant li t-tifla tagħha illum tistimola lilha biex tadotta kultura aktar ekoloġika.", "Sal-lum għandna 54 skola primarja li qed jipparteċipaw f'dan il-proġett u dan ifisser li għandna 'l fuq minn 25,000 student jipparteċipaw fil-programm Ekoskola li issa se nespanduh ukoll għall-iskejjel sekondarji.", "Għaddej ukoll ix-xogħol fuq l-iscate park fl-Imsida bil-fondi tal-Good Causes Fund.", "Ma semmew xejn fuq ir-regolamenti għall-immaniġġjar tas-siti ta' kostruzzjoni li jidħlu fis-seħħ wara konsultazzjoni pubblika ma' l- operaturi, man-nies u mal-kunsilli lokali.", "Dawn ir-regolamenti se jidħlu fis-seħħ sabiex innaqqsu l-impatt li tagħmel l-industrija tal-bini fuq iż- żoni fejn ikun hemm jgħixu n-nies.", "Illum kuntrarjament għal meta kienu huma fil-gvern, il-bini fil-pajjiż m'għadux imur jiekol l-għelieqi tal-madwar u mil-lum għal għada jiġi deċiż li għalqa tingħata għall-bini.", "Illum ir- redevelopment isir fiż-żoni li diġa` kienu żviluppati u allura dak it-tip ta' bini qed jaffettwa aktar lin-nies.", "Aħna konxji minn din ir-realta' u mill-1 ta' Novembru se ndaħħlu dawn ir-regolamenti.", "Per eżempju, daħħalna regolament ieħor li wħud minn tan-naħa l-oħra lanqas biss għadhom fehmuh.", "Din il-ġimgħa waħda mill-mistoqsijiet parlamentari li kelli kienet tirrigwarda proprju dan ir-regolament li għamilna fuq siti vojta li jkunu fiż-żoni residenzjali.", "Jiġifieri għadhom jistaqsuni fuq dan ir-regolament meta bgħatnielhom il-leaflet, tajniehom l-informazzjoni, iddiskutejna ma' l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali li llum il-maġġoranza hija tagħhom, s'issa, u xorta jiġu hawnhekk u jistaqsuni kif taħdem din is- sistema!", "Se nerġa' nirrepeti li sal-lum b'dan ir-regolament ġdid ingħalqu 'l fuq minn 900 sit vakanti f'Malta u f'Għawdex.", "Sur President, m'iniex beħsiebni nitkellem fuq il-MEPA għax f'dan il- parlament għandna estimi oħrajn li jittrattaw direttament lill-MEPA u allura ċerti punti nħallihom għal darb'oħra.", "Imma rrid ngħid biss li jiena ressaqt għall-ewwel qari abbozz ta' liġi biex jidħlu emendi fil-liġi li għandha x'taqsam ma' l-ippjanar ta' l-iżvilupp f'pajjiżna biex inżidu l- inforzar fl-outside development zones, jiġifieri żoni li m'humiex għall- iżvilupp.", "Dawn l-emendi se nagħmluhom biex nagħtu saħħa lill-MEPA biex tkun tista' tinforza aktar fuq min jidhirlu li l-proprjeta` li għandu fil- kampanja jista' jagħmel biha li jrid u jibni mingħajr permess.", "Żidna wkoll il-multa massima għal dak li għandu x'jaqsam ma' l-illegalita`.", "L-Onor.", "Galdes, kif kellu kull dritt jagħmel, tkellem fuq il-każ tal- Ulysses Lodge.", "L-oppożizzjoni qed tipprova tagħti l-impressjoni li saret xi u-turn u li l-MEPA biddlet il-pożizzjoni tagħha għax waslet l-elezzjoni.", "Ħalli ngħid il-fatti kif inhuma.", "L-ewwelnett dan il-każ kien ilu quddiem il-MEPA ħames snin u allura żgur li ma kienx hemm xi ħadd li pprova jgħaddi dan il-permess b'xi fast-track biex jakkomoda lil xi applikant jew applikanti.", "Meta għadda bħala outline permit - l-Onor.", "Galdes jista' jiċċekkja dawn l-affarijiet għax hu jaħdem fil-MEPA u għandu aċċess aktar milli għandi jien – wara tliet snin, ħadd ma tkellem kontra u ma kien hemm l-ebda oġġezzjoni.", "Meta mbagħad marru għall-full development kienu daħlu xi oġġezzjonijiet.", "Issa rrid ngħid li meta l-MEPA approvat dak il- permess, f'Ġunju li għadda, għamlet żewġ kondizzjonijiet.", "L-ewwel kondizzjoni kienet li l-post jibqa' jintuża biss għal skop turistiku u t- tieni kondizzjoni kienet li jsir kuntratt pubbliku mal-MEPA biex tkun assigurata l-ewwel kondizzjoni.", "Imma x'ġara?", "Forsi l-Onor.", "Galdes ma jafx imma l-Onor.", "Brincat, li bħalissa mhux qiegħed fil-Kamra, li huwa r-rappreżentant ta' l-oppożizzjoni fuq il-bord tal-MEPA jaf li meta l-MEPA qalet li se tagħmel dik il-kondizzjoni tal-kuntratt pubbliku, bejn l-applikant u l-MEPA, kien tkellem kontra tagħha u qal li dik il-kondizzjoni m'għandhiex valur.", "(Interruzzjonijiet) Bla effett!", "Qed tara kemm hu tajjeb l-Onor.", "Galdes.", "Meta mbagħad f'Settembru l-MEPA qalet li wara li għamlet ir-riċerki sabet li l-kuntratt pubbliku li għamlet kondizzjoni fuqu ma jistax isir, l-Onor.", "Brincat ivvota favur.", "(Interruzzjonijiet) Onor. Galdes, għallinqas għandu jkollok diċenza lejn dan il-parlament, jekk mhux lejja.", "Oqgħod kwiet kif qgħadt kwiet jien.", "Għallinqas għandkom tipprovaw tagħtu idea li intom a new Labour.", "Meta jkollok iċ-ċans tkellem inti.", "Allura jekk f'Ġunju li għadda dik il- kondizzjoni kienet bla valur, għalfejn l-Onor.", "Brincat mar jivvota biex il- permess jitwaqqa'?!", "Min jagħmilhom il-u-turns, Sur President?!", "Il-u-turns tagħmilhom l-oppożizzjoni biex tidher sabiħa ma' kulħadd.", "Il-MEPA onorat il-pożizzjoni tal-kondizzjoni li għamlet f'Ġunju.", "Issa ħalli nkompli fuq punti oħrajn.", "Semmew il-water table.", "Issa jekk hawn xi ħadd f'dan il-pajjiż li ma jistax jitkellem fuq il-water table hija l- oppożizzjoni.", "Kellu raġun l-Onor.", "Pullicino Orlando jgħid lill-Onor.", "Brincat li gvern Laburista ta' bejn l-1971 u l-1987 għamlu passatur lil dan il-pajjiż meta kienu jtaqqbu kullimkien biex jiġbdu l-ilma minn taħt l-art.", "Fi żmienna nofs l-ilma li nikkonsmaw f'dan il-pajjiż jiġi minn taħt l-art, imma fi żmienhom kien jiġi mija fil-mija minn taħt l-art.", "Il-50% l-oħra jiġu mill-impjanti li għamilna aħna.", "(Interruzzjonijiet)", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Jekk jogħġobkom, m'hemmx interruzzjonijiet.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Onor. Galdes, naf li inti minn Ħal Qormi u forsi sa nofsinhar tkun raġel, imma issa oqgħod daqsxejn kwiet ħalli nagħtik ir- risposti għall-mistoqsijiet li għamilt.", "Staqsejtni fuq l-emissions.", "Naħseb li bħas-soltu qed tkun kontradittorju għax inti ġieli ktibt biex tgħidilna li jmissna nnaqqsu l-emissjonijiet u issa għax dan il-pajjiż qed jagħmel sforz biex inaqqas l-emissjonijiet qed tgħidilna li se ndaħħlu lill- pajjiż fi kriżi.", "Huwa ħażin li nnaqqsu l-emissjonijiet aħna wkoll jew inkella qed nippretendu li l-isforzi jagħmluhom biss pajjiżi oħrajn u aħna ma nagħmlu l-ebda sforz biex innaqqsu l-emissjonijiet?!", "Kif tista' Malta tkun kredibbli fl-Unjoni Ewropea u fl-isfera internazzjonali jekk ngħidu li fuq il-kwestjoni tat-tibdil fil-klima għandna problema, inkluż aħna bħala gżira żgħira, fuq l-addattazzjoni jiġifieri li, per eżempju, se jibda jkollna ħafna aktar maltempati f'daqqa, li jkollna ħafna problemi ta' ilma imbagħad meta jistaqsuna jekk il-ftit li nistgħu nagħmlu aħna hux qed nagħmluh, ngħidulhom li le, mhux qed nagħmluh.", "Meta aħna ddiskutejna ma' l-Unjoni Ewropea naqqasna dak l-ammont li konna qed nikkalkolaw li jissejjaħ - Onor. Galdes, forsi ma tafx - il-volum ta' new entrants u l-parir tekniku min-nies ta' l-Enemalta huwa li dak li se jkollna sa l-2012, għax dak huwa l-perijodu, huwa suffiċjenti għall- ħteġijiet li għandna u li se jkollna sa l-2012.", "Irrid ngħid li hawnhekk nippretendi kredibilita` u konsistenza min-naħa ta' l-oppożizzjoni.", "L-Onor.", "Galdes ikkritika li m'hemmx budget biżżejjed għall-inċetivi li l- gvern se jagħti għall-galleriji ta' l-injam.", "Jien irrispondejtu f'mistoqsija parlamentari u għedtlu li hemm Lm60,000.", "Per eżempju, dan staqsieni l-ammont li se jintnefaq.", "Mela jien Harry Potter jew xi ħaddieħor biex inkun naf kemm se jidħlu applikazzjonijiet?!", "Ara jien x'irrispondejtek, Onor. Galdes.", "Nispera li qrajtha kollha r-risposta għax fiha għedtlek li hemm Lm60,000, imma hemm commitment bil-miktub mill- ministeru tal-finanzi li wara li jidħlu l-applikazzjonijiet, il-ministeru tal-finanzi jagħmel l-aġġustament neċessarju lill-MEPA biex ikollha minn fejn twieġeb u tagħti l-flus lin-nies li se japplikaw għall-iskema tal- galleriji, jew biex ibiddlu jew inkella biex jirrestawrawha.", "Ovvjament dik il-biċċa l-Onor.", "Galdes ineħħiha u jinsiha.", "Imbagħad jiġi fil-Kamra u jgħidli li jmissni nistħi, li għandi konflitt ta' interess għax bgħatt – kif għandi kull dritt bħala membru parlamentari – ittra bil-miktub lill-kostitwenti tiegħi tad-disa' u l-għaxar distrett.", "Għamilt xi dnub għax għamilt hekk?", "L-Onor.", "Galdes jikteb ittri?", "L-Onor.", "Galdes jieħu telefonati ta' kostitwenti waqt li jkun qed jaħdem il-MEPA?", "L- Onor. Galdes jagħmlu dan?", "Allura dak huwa konflitt ta' interess?!", "X'konflitt ta' interess għandi jien li bħala deputat ta' din il-Kamra, apparti li jien ministru, nibgħat ittra lill-kostitwenti, Onor. Galdes?!", "Jaħasra tipprovaw issibu l-muntanji fejn muntanji m'hemmx.", "Veru li ridtu tagħmluna Svizzera fil-Mediterran imma din tant baqgħet f'moħħkom li tipprovaw issibu muntanji anke fejn muntanji ma jeżistux.", "Imbagħad semmieli artiklu li kien hemm din il-ġimgħa - ħsibtu li din kien se jsemmihieli - fil-ġurnal \"Malta Today\", jekk m'iniex sejjer żball dwar xi ktibt jien fuq il-kummissjoni għall-kontroll ta' l-iżvilupp dwar il- membri li jkunu periti.", "Qal li dan huwa konflitt ta' interess.", "Jekk jaqra dak li ktibt – għandi dubju jekk dak li ktibt qrahx – isib li fi żmienhom, meta huma kienu fil-gvern, u meta l-Onor.", "George Vella kien ministru responsabbli mill-ambjent, fid-DCC kien hemm aktar periti fuq il-membri tal- bord milli hemm illum għax kemm ilni responsabbli jien – għalkemm jien nemmen li għandu jkun hemm periti fuq dan il-bordijiet – naqqast l-ammont ta' periti fuq il-bord.", "Fi żmienhom kienu poġġew wieħed li kien draughtsman, imbagħad jiġi jgħidli jekk kienx hemm konflitt ta' interess.", "Jekk qatt kien hemm konflitt ta' interess, fi żmienna huwa inqas milli kien fi żmienkom.", "Semmew ukoll il-proposti tagħna biex ngħinu bil-fatti l-ħarsien ta' l- annimali f'dan il-pajjiż.", "Jien ħadt gost li l-Onor.", "Pullicino Orlando ddedika parti mill-ħin tiegħu għal dan.", "Aħna xtaqna li xi wħud mill- proposti li għamilna issa għamilniehom qabel, imma kellna prijoritajiet oħrajn f'dan il-pajjiż.", "Per eżempju, il-prijorita` li nagħtu l- faċilitajiet fl-edukazzjoni lill-bniedem, li nagħtu l-faċilitajiet tas- saħħa lill-bniedem u li nagħtu l-infrastruttura meħtieġa biex il-ħaddiema jkollhom fejn jaħdmu.", "Dawk kienu l-prijoritajiet.", "Jien inħobbhom l- annimali, nixtieq li għandi annimali imma jien ngħix ġo appartament – għax ġieli jpinġu lill-ministri qishom xi nies mimlijin bil-flus – u allura m'għandix.", "Nixtieq li ddedikajna flus għall-qasam ta' l-annimali qabel, imma morna għal dawk li huma prijoritajiet.", "Qalilna li ma stedinniex lill-għaqdiet kollha.", "Aħna għamilna konsultazzjoni ma' l-aktar NGOs importanti f'dan il-pajjiż u lesti li nilqgħu proposti għal titjib minn kulħadd.", "Issa jien irrid ngħid – din hija importanti u ma rridx ninsiha – li fil-laqgħa li kelli l-ġimgħa li għaddiet ma' l-NGOs fuq il-qasam ambjentali qbilna li fi ftit ġranet oħra joħorġu regolamenti li jistabbilixxu l-istandards għas-santwarju ta' l- annimali f'Malta, u li fi żmien sentejn dawk is-santwarji li ma jkunux up to standard ikollna nieħdu l-passi kontrihom ħalli l-istandards ta' kif jinżammu l-annimali anke fis-santwarji jkunu aċċettabbli.", "Irrid ngħid li anke l-NGOs ambjentali qablu magħna.", "Xtaqt li kelli aktar ħin biex nitkellem ukoll fuq il-qasam tal-biedja.", "Irrid ngħid biss li l-oppożizzjoni ma qalet xejn fuq l-isplużjoni tal- prezzijiet fil-qasam tal-gwież.", "Issa rrid ngħid li ma qalux affarijiet oħrajn imma qalu ħaġa waħda.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni qal li l-qasam tal- biedja u s-sajd huwa fi stat ta' abbandun totali, meta fl-aħħar ħames snin il-bdiewa u r-raħħala ħadu Lm40 miljun f'sussidji u għajnuna.", "Mela stat ta' abbandun ikun dak li tagħti Lm40 miljun?!", "Mela kieku m'huwiex stat ta' abbandun kemm suppost tajna?!", "Lm120 miljun?!", "Issa naħseb li jkun tajjeb li nfakkru wkoll x'qalet l-Unjoni Ewropea lill-prim ministru ta' dak iż- żmien meta qal li jrid jagħmel trattat ta' kummerċ ħieles ma' l-Unjoni Ewropea.", "Dak inhar l-Unjoni Ewropea qaltlu li seta' jagħmel ftehim ta' kummerċ ħieles magħha imma dak ikun ukoll għall-qasam tal-biedja u sajd.", "Mela dawn kienu jesponu lill-bdiewa u lir-raħħala tagħna għall-kummerċ ħieles għall-importazzjoni mingħajr ma jipproteġuhom.", "Sur President, jien se nagħlaq id-diskors tiegħi billi nirringrazzja lil kulmin ta sehmu.", "Nirringrazzja lis-segretarju parlamentari, lis-segretarju permanenti, lill-ħaddiema kollha li taw sehemhom kollha, irrispettivament mill-kulur politiku tagħhom.", "Jien ħdimt ma' ħaddiema Laburisti u ma sibt l- ebda diffikulta`.", "M'għandkomx għalfejn tgħidulna li m'intomx se tkunu gvern għal-Laburisti biss.", "Jien ngħid li m'għandkomx għalfejn tgħidulna dan għax nafu li intom se tkunu gvern għal ċerti Laburisti biss għax fl- imgħoddi anke nies li kellkom fuq in-naħat tagħkom qalfattu 'l barra għax ma kenux jogħġbukom.", "Jien nixtieq ngħid grazzi anke lill-oppożizzjoni li xi kultant toħroġ b'xi waħda tajba, pero` għandhom bżonn joħorġu b'ħafna aktar affarijiet tajbin.", "Irrid nirringrazzja lill-poplu kollu li kien involut f'din il-bidla kbira li saret f'dan il-pajjiż.", "Ngħid grazzi mhux biss għax ma qtajtux qalbkom imma fuq kollox għax ħafna drabi kontu intom li bl-ottimiżmu u bid- determinazzjoni tagħkom xprunajtuna biex inkomplu.", "Fis-sena 2003 wegħedna lill-poplu Malti sħubija fl-Unjoni Ewropea.", "Aħna wassalna lill-poplu Malti fejn kellna bżonn.", "Illum dan tirrikonoxxih anke l-oppożizzjoni.", "Jien ċert li meta jiġi l-waqt il-poplu Malti jinvesti bil-vot tiegħu f'dawk li dejjem emmnu fih u mhux dawk li jgħidulu li jemmnu fih biss meta tasal l- elezzjoni.", "Nirringrazzjak.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Grazzi.", "Skada l-ħin tad-diskussjoni fil-kumitat ta' provvista.", "Il-mistoqsija hi l-emenda għall-Vot 42 kif imressqa mill-Onor.", "Farrugia.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Skond il-mozzjoni ta' proċedura 307 ta' l-10 ta' Ottubru, 2007 din id-division tittieħed minn hawn u ħames minuti oħra.", "Billi ntalbet votazzjoni l-kumitat ġie sospiż fis-1.02 p.m. u rriżuma ħames minuti wara", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Se nerġa' npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi l- emenda għall-Vot 42 kif imressqa mill-Onor.", "Farrugia.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Mario Galea.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Sur President, għan-naħa tal-gvern se jiġu paired l- Onor. Tonio Borg, l-Onor.", "Michael Frendo u l-Onor.", "Clyde Puli.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Grazzi.", "L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sur President, għan-naħa ta' l-oppożizzjoni se jiġu paired l-Onor.", "Justyne Caruana, l-Onor.", "George Vella u l-Onor.", "Anton Refalo.", "VOTAZZJONI NRU.", "200", "FAVUR: 24", "L-Onor.", "|Abela Carmelo |Dalli Helena | |Abela Joseph |Debono Grech Joe| |Agius Chris |Farrugia Angelo | |Bartolo Evarist |Farrugia Michael| |Brincat Joseph |Farrugia Noel | |Brincat Leo |Galdes Roderick | |Buhagiar Charles |Gulia Gavin | |Buontempo Stefan |Mangion Charles | |Cardona Chris |Mizzi Joe | |Chircop Karl |Parnis Silvio | |Coleiro Preca |Sammut Joseph | |Marie Louise | | |Cuschieri Joseph |Sant Alfred |", "KONTRA: 31", "L-Onor.", "|Abela Anthony |Galea Censu | |Agius David |Galea Franco | |Agius Francis |Galea Louis | |Arrigo Robert |Galea Mario | |Asciak Michael |Gatt Austin | |Azzopardi |Gonzi Lawrence | |Frederick | | |Azzopardi Jason |Gonzi Michael | |Cassar Joseph |Mifsud Bonnici | | |Antoine | |Cristina Dolores |Mifsud Bonnici | | |Carmelo | |D'Amato Helen |Mugliett Jesmond| |Dalli John |Pullicino George| |de Marco Mario |Pullicino | | |Orlando Jeffrey | |Debono Giovanna |Vassallo Edwin | |Deguara Louis |Zammit Ninu | |Falzon Joseph |Zammit Dimech | | |Francis | |Fenech Antonio | |", "L-emenda m'għaddietx", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi:", "VOT 42 - MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET RURALI U AMBJENT", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn €58,884,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 42 - Ministeru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2008.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Din id-division tittieħed immedjatament, skond l- istess mozzjoni ta' proċedura u bl-istess arranġament tal-pairing.", "VOTAZZJONI NRU.", "201 FAVUR: 31", "L-Onor.", "|Abela Anthony |Galea Censu | |Agius David |Galea Franco | |Agius Francis |Galea Louis | |Arrigo Robert |Galea Mario | |Asciak Michael|Gatt Austin | |Azzopardi |Gonzi Lawrence | |Frederick | | |Azzopardi |Gonzi Michael | |Jason | | |Cassar Joseph |Mifsud Bonnici | | |Antoine | |Cristina |Mifsud Bonnici | |Dolores |Carmelo | |D'Amato Helen |Mugliett Jesmond| |Dalli John |Pullicino George| |de Marco Mario|Pullicino | | |Orlando Jeffrey | |Debono |Vassallo Edwin | |Giovanna | | |Deguara Louis |Zammit Ninu | |Falzon Joseph |Zammit Dimech | | |Francis | |Fenech Antonio| |", "KONTRA : 24", "L-Onor.", "|Abela Carmelo |Dalli Helena | |Abela Joseph |Debono Grech | | |Joe | |Agius Chris |Farrugia | | |Angelo | |Bartolo Evarist|Farrugia | | |Michael | |Brincat Joseph |Farrugia Noel | |Brincat Leo |Galdes | | |Roderick | |Buhagiar |Gulia Gavin | |Charles | | |Buontempo |Mangion | |Stefan |Charles | |Cardona Chris |Mizzi Joe | |Chircop Karl |Parnis Silvio | |Coleiro Preca |Sammut Joseph | |Marie Louise | | |Cuschieri |Sant Alfred | |Joseph | |", "Ir-Riżoluzzjoni taħt Vot 42 għaddiet.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi:", "VOT XI - MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET RURALI U AMBJENT", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn €41,055,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot XI - Ministeru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2008.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt Vot XI għaddiet.", "Fis-1.12 p.m. il-Kamra rriżumiet u l-Viċi President tal-Kumitat irrapporta li r-Riżoluzzjonijiet taħt Voti 42 u XI tal-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent ġew approvati mill-Kumitat ta' Provvista.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Ministru, jekk jogħġbu, iressaq l- Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi): Sur President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal-lejla, 26 ta' Ottubru, 2007, fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Kumitat ta' Provvista - Estimi Ġenerali 2008", "Ir-Raba' Jum", "Voti tal-Ministeru għall-Kompetittivita` u Komunikazzjoni.", "Il-proċedura li se nsegweu hija dik kif stabbilita fil-mozzjoni ta' proċedura 307 ta' l-10 ta' Ottubru, 2007.", "Is-seduta se tieħu tliet sigħat u nofs bil-ħin tal-mistoqijiet u l-Aġġornament ma jitteħidx.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Kamra hija aġġornata għal-lejla, 26 ta' Ottubru, 2007, fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Ministru.", "Fis-1.13 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "RAPPORTI", "26190.", "L-ONOR.", "JOE DEBONO GRECH staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid jekk ġewx ikkummisjonati rapporti fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 u f'każ li fl-affermattiv, jista' jgħid x'kien l-għan/skop ta' kull rapport separatament, minn min sar u jekk sewa flus kemm kienet l- ispiża separatament?", "Jista' jgħid jekk hemmx minn dawn ir-rapport li ġew konklużi?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "NEFQA FUQ PETROL", "26191.", "L-ONOR.", "JOE DEBONO GRECH staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa fuq petrol mill-Ministeru, dekasteru u enti tagħha, ta' l-uffiċjali biss, (eskluż l-użu ġenerali) separatament matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007?", "Tista' tgħid liema uffiċjali huma ntitolati għal petrolimħallas mill- gvern fl-istess perijodu?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant hu kif jidher fit-tabelli li qed inpoġġi fuq il-mejda tal- Kamra.", "NEFQA FUQ PETROL", "26192.", "L-ONOR.", "JOE DEBONO GRECH staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq petrol mill-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu, ta' l-uffiċjali biss, (eskluż l-użu ġenerali) separatament matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007?", "Jista' jgħid liema uffiċjali huma ntitolati għal petrolimħallas mill- gvern fl-istess perijodu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif mitlub tpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni fis-seduta waqt il-ħin tat-tqegħid ta' karti.", "NEFQA FUQ KONSULENZI", "26193.", "L-ONOR.", "JOE DEBONO GRECH staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq servizzi ta' konsulenti ( kemm servizzi minn individwi jew kumpaniji) fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul ix-xahar ta' Jannar, Frar u Marzu 2007?", "Jista' jagħti d-dettalji ta' min kienu l-konsulenti u kemm tħallsu kull wieħed separat, x'tip ta' servizz taw u min approva t-tali spiża f'kull każ separat?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Lista tan-nefqa fuq servizzi ta' konsulenti matul Jannar, Frar u Marzu, 2007 tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni fis- seduta waqt il-ħin tat-tqegħid ta' karti.", "NEFQA FUQ SERVIZZ TA' L-INTERNET", "26194.", "L-ONOR.", "JOE DEBONO GRECH staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq is-servizz tal- internet provdut fir-residenzi tal-uffiċjali tal-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul Jannar, Frar u Marzu 2007 separatament uffiċjal b'uffiċjal u xahar b'xahar?", "Jista' jgħid min hu l-ISP f'kull każ separat?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ninsab infurmat li skond l-Annual Services Contract li l-Ministeru għandu mal-MITTS, fl-ewwel tlett xhur ta' din is- sena kien hemm ħames uffiċjali li kienu intitolati għal serviżż ta' internet fir-residenżi tagħhom, provdut mill-MITTS, bħala ISP.", "Skond il- kuntratt mal-MITTS, l-ispiża fissa kull xahar għal kull uffiċjal (bla ebda distinżjoni għall-grad jew min hu l-uffiċjal) hija ta' Lml9.67.", "Għalhekk l- ispiża totali kull xahar għal-ħames uffiċjali f'daqqa hija ta' Lm98.35.", "NEFQA FUQ PETROL", "26195.", "L-ONOR.", "JOE DEBONO GRECH staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq petrol mill- Ministeru, dekasteru u enti tiegħu, ta' l-uffiċjali biss, (eskluż l-użu ġenerali) separatament matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007?", "Jista' jgħid liema uffiċjali huma ntitolati għal petrolimħallas mill-gvern fl- istess perijodu?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-informazzjoni mitluba mill-Onor. interpellant hija kif tidher fit-tabella ta' hawn taħt.", "|Enti |Uffiċjali |Nefqa | | | |Totali | | | |Jannar, | | | |Frar u | | | |Marzu | | | |2007 | |Ministeru |Ministru | | |għat-Turiżmu|Segretarju | | |u Kultura u |Permanenti | | |Dipartiment |Segretarju |Lm 992.00| |tat-Turiżmu |Privat | | | |Direttur | | | |Servizzi | | | |Korporattivi| | | |Direttur | | | |Affarjiet | | | |tal-UE | | |Awtorita' |Chairman | | |tat-Turiżmu |Chief | | | |Executive | | | |Director | | | |Regulatory |Lm | | |Director |1190.00 | | |Planning | | | |Director | | | |Marketing | | | |Director | | | |Finance | | | |Director | | | |Visit Malta | | |Heritage |Chairman | | |Malta |Chief |Lm 238.21| | |Executive | | | | | | |Kunsill |Direttur | | |Malti |Eżekuttiv |Lm 220.00| |għall-Kultur|Uffiċjal | | |a |responsabbli| | |u l-Arti |– Sezzjoni | | | |Luqa | | |Dar |General | | |il-Mediterra|Manager |Lm 241.95| |n |Marketing | | |għall-Konfer|and Sales | | |enzi |Manager | | | |Sales and PR| | | |Executives | | |Fondazzjoni |General | | |Ċentru |Manager |Lm 356.20| |għall-Kreatt|Operations | | |ivita' ta' |Manager | | |San Ġakbu | | | |Sovrintenden|Sovrintenden|Lm 10.00 | |za |t | | |tal-Patrimon|tal-Patrimon| | |ju Kulturali|ju Kulturali| |", "BURMARRAD - PROĠETT KONTRA L-GĦARGĦAR", "28037.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju wasal il-proġett kontra l-għargħar f'Burmarrad?", "Hemm xi ħjiel meta se jitlesta?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninsab infurmat li l-proġett ta' kontra l-għargħar f'Burmarrad qiegħed fl-ewwel fażi tiegħu u hu maħsub li jkun tlesta sa l- aħħar ta' Novembru 2007.", "Il-proġett għandu żewġ fażijiet oħra li għalihom għad ma nħarġux il-permessi tal-MEPA u għalhekk mhux possibbli li tingħata data ta' tlestija.", "FORTIZZA TA' PEMBROKE - BLOKKI TAL-KONKOS", "28038.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' l-Ministru jgħid x'se jsir b'dak in-numru kbir ta' blokki tal-konkos li tpoġġew fil-Fortizza ta' Pembroke?", "Kemm ġew jiswew flus dawn il-blokki?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninsab infurmat li l-blokki tal-konkos li tpoġġew temporanjament fil-Fortizza ta' Pembroke ser jintużaw għall-bini ta' l- ilqugħ tal-kanal għal kontra l-għargħar li ser jinbena f'Burmarrad u ċioe' fil-bini ta' watercourse li jgħaqqad mit-Triq ta' Burmarrad sas-Salini.", "Dawn il-precast units li ġew manifatturati mill-ħaddiema tal-Works Division, ser jiffurmaw il-ġnub (l-embarkments) tal-watercourse propost li ser ikun twil madwar 1,575 metru.", "L-ispiża tal-manifattura ta' dawn il- blokki hija ta Lm283,871.", "FONDI TA' KOEŻJONI", "28039.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Unjoni Ewropea approvatx in-nefqa għat-toroq hekk kif proġettata mill-gvern mill-fondi ta' koeżjoni 2007 - 2013?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ninsab infurmat li iva, l-Unjoni Ewropea approvat in-nefqa għat-Toroq li se jiġu finanżjati taħt il-Fond ta' Koezjoni.", "Din in-nefqa hija elenkata fil-'Operational Programme 1' li ġie approvata minn Kummissjoni Ewropea f'Ġunju.", "In-nefqa approvata tammonta għall 169,0387,258.82 ewros li minnhom 143,682,520 ewros se jiġu ko-finanzjati mill-Kommunita Ewropea.", "Din is-somma se tiġi ddedikata biex itejjbu t- toroq illi jaqgħu taħt is-'Trans European Transport Network', magħrufa aħjar bħala t-Ten-T network.", "Għal-aktar informażżjoni rreferi għal-paġni 122 u 188 tal-'Operational Programme One', ppubblikat minn l-Uffiċċju tal- Prim Ministru.", "MAGAZINE \"ON SITE\"", "28040.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopji tal- magazine \"On Site\" li ġew ippublikati matul is-sena 2007?", "X'inhu n-numru ta' magazines ipprintjati f'kull ħarġa u x'inhuma l-ispejjeż involuti għal printing u pustaġġ?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninsab infurmat illi matul l-2007 ħarġu 3 edizzjonijiet tal-magazine On-site, kif imsemmi hawn taħt:-", "Numru 22", "Stampati: 14000 kopja Spiża: Lm 1,754,55 Posta: Lm 355.21", "Numru 23", "Stampati: 12000 kopja Spiża: Lm 1,573.95 Posta: Lm 278.92", "Numru 24", "Stampati: 14000 kopja Spiża: Lm 1,754,55 Posta: Lm 294.49", "Kopja ta' dawn il-magazines tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni fis-seduta waqt il-ħin tat-tqegħid ta' karti.", "DISPOSAL TA' L-ISKART", "28041.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-bilanċ ta' flus li għad fadallu jiġbor il-Gvern għad-disposal ta' l-iskart?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi dan il- Ministeru baqa' responsabbli mill-ġbir ta' dawn il-flus sa l-2004.", "Il- bilanċ ta' flus li baqa' jinġabar għad-disposal ta' l-iskart sas-sena 2004 huwa ta' Lm 127,005.47 fejn;", "Lm 80,396.28 huma dovuti mill-Koperattiva Ndafa Pubblika li kienet ġiet xolta.", "Din il-problema qegħdha f'idejn il-likwidatur appuntat mill- Uffiċċju Ċentrali tal-Koperattivi kif ipubblikat fil-Gazetta tal-Gvern tad- 29 ta' Marzu, 2006", "Dwar il-kumplament, Lm 46,609.19 dovuti minn kumpaniji u individwi qegħdin jittieħdu proċeduri legali sabiex dawn jinġabru.", "PROMOZZJONIJIET", "28042.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-lista ta' promozzjonijiet li ngħataw matul din is-sena (2007)?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jikwalifika l-mistoqsija tiegħu.", "ĦAL QORMI - SKOLA SEKONDARJA", "28204.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jikkonferma l-Ministru li fl-iskola sekondarja l-ġdida ġewwa Ħal Qormi l-istudenti għadhom mingħajr computers, b'mod speċjali l- istudenti tal-Form 4, kif ukoll mingħajr għalliem tal-computer studies wara li kien hemm persuna li telqet?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li hemm kompjuters u ilhom hemm mill-bidu net tas-sena.", "Informat ukoll li ttieħdu passi biex l-istudenti tal-Computer Studies ikunu jistgħu isegwu s-sillabu stabbilit fis-suġġett.", "MCAST - EŻAMI", "28205.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li dawk l- istudenti li għamlu kors part-time fl-MCAST tad-2D Computer Aided Draughting & Design Auto CAD 2006/07 għadu ma sarx l-eżami online li kellu jsir?", "Meta huwa maħsub li jsir dan minħabba li qed iżomm milli l-istudenti jkomplu bil-kors li jmiss wara dan?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "PREZZIJIET TAL-MEDIĊINI", "28207.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 27908 li oriġinarjament saret lill-Ministru tas-Saħħa,Anzjani u Kura fil-Komunita' u issa ġiet riferuta lilu u jgħid x'passi ttieħdu jew ser jittieħdu kontra dawk l-importaturi tal-mediċini li rriżulta li kienu qed ibiegħu mediċini bil-għoli?", "Ser jittieħdu passi legali kontra dawk li abbużaw u allura kienu qed jisolħu lil min bilfors irid juża dawn il-mediċini?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "PIXXINA NAZZJONALI", "28208.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru jgħid jekk matul din is-sena l- pixxina nazzjonali f'Tal-Qroqq hux se tagħlaq fix-xhur tax-xitwa?", "Minn meta sa meta?", "Kien hemm xi bookings minn barra għal dan iż-żmien?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "PIXXINA NAZZJONALI", "28209.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġie wżat fuel biex tissaħħan il-vaska tal-pixxina nazzjonali minn Jannar sa l-20 ta' Ottubru?", "Min hu l-kuntrattur li jissuplixxi l-fuel?", "X'tip ta' fuel hu?", "Meta ngħata l-kuntratt?", "Kemm sewa l-fuel li ssuplixxa din is-sena?", "Kemm tħallas?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "PIXXINA NAZZJONALI", "28210.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm tibdil fl- istaff tal-pixxina nazzjonali din is-sena?", "Jekk iva, jista' jagħti raġuni għaliex?", "Kemm hemm staff full time u part-time?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-istaff tal-Pixxina Nazzjonali huma parti mill-workforce tal-KMS u b'hekk hemm flessibilita' ta' fejn ikunu assenjati għall-ħidma tagħhom.", "Fil-preżent fil-Pixxina Nazzjonali hemm tmien ħaddiema tal-Gvern detailed mal-KMS u disa' ħaddiema impjegati direttament mal-KMS.", "Tul din is-sena kien hemm trasferiment ta' żewġ ħaddiema.", "Clerk / Receptionist mill-Pixxina Nazzjonali għal Tal-Qroqq Fitness Centre.", "Miantenance Officer mill-Pixxina Nazzjonali għall-Kumpless Sportiv Kottonera."]} {"filename": "20040713_150d_par.doc", "date": "2004-07-13", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) L-GħAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 150 It-Tlieta, 13 ta' Lulju, 2004 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 L-GħAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 150 It-Tlieta, 13 ta' Lulju, 2004", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6:02 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "150", "It-Tlieta, 13 ta' Lulju, 2004", "WERREJ", "MINUTI 410", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 410", "TQEGĦID TA' KARTI 417", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "DISKUSSJONI DWAR RAPPORT MAĦRUĠ MIS-SEGRETARJAT GĦAN-NEGOZJI ŻGĦAR", "U S-SELF EMPLOYED DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TA' POLITIKA IMPRENDITORJALI 418", "AĠĠORNAMENT 445", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 450", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 149 li saret fit-12 ta' Lulju, 2004 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "KORP TAL-PULIZIJA - MEMBRI", "6318.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' pulizija bħalissa?", "Jista' jgħid ukoll kif inhuma mqassma skond ir-ranks tagħhom?", "Kemm hemm vakanzi bħalissa f'kull rank?", "ONOR.", "TONIO BORG (Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l- Intern): Ninsab informat li fil-preżent hemm 1,820 membru fil-korp tal- pulizija.", "Dawn huma mqassma f'kummissarju, deputat kummissarju, disa' assistenti kummissarji, 24 supretendent, 95 spettur, surġent maġġur, 271 surġent u 1418-il kuntistabbli.", "Informat ukoll li fil-ġimgħat li ġejjin se tkun ippubblikata sejħa għal reklutaġġ ta' kuntistabbli.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Mizzi, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, bħalissa fetħu l-applikazzjonijiet biex jiġu ngaġġati nies fil-korp tal-pulizija.", "Jista' il-Ministru jgħid x'inhuma l-kriterji biex persuna tkun tista' tapplika?", "Jista' jgħid ukoll jekk dawk il-persuni li għamlu l-eżamijiet u forsi għad m'għandhomx ir- riżultat f'idejhom, hijiex se tiġi aċċettata l-applikazzjoni tagħhom?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, meta wieħed japplika biex jidħol fil-korp tal-pulizija għandu bżonn ikollu tliet \"O\" levels, li tnejn minnhom iridu jkunu l-Ingliż u l-Malti, naturalment apparti kriterji oħra li dejjem kienu neċessarji, fosthom kondotta tajba.", "Jidhirli li fil-perijodu li wieħed ikollu ċans japplika jilħqu joħorġu r-riżultati ta' l-\"O\" levels ta' Ġunju u għalhekk jkun jista' juri xi kwalifiki għandu.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Dawn il-kwalifiki huma marbutin ma' xi skala?", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Iva, iridu jkunu mhux inqas minn grade 5 jew C.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Ladarba persuna li tkun għadha qed tistenna r-riżultat ta' l-eżamijiet iħalluha tapplika xorta waħda, x'jiġri f'każ li dak li jkun ma jġibx il-kwalifiki neċessarji?", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, f'dak il-każ l-applikazzjoni tiġi aċċettata proviżorjament u mbagħad tiddeċiedi dwarha l-PSC.", "Dan jiġri anke f'każijiet fejn għalkemm il-persuna ma tkunx ġabet l-\"O\" levels fis- suġġetti neċessarji, ikollha ċertifikati ekwivalenti fl-istess suġġetti.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Allura x'inhi r-raġuni li kien hemm min ma tħalliex japplika għax il-grade li ġab ta' \"O\" level kien 6 jew 7?", "Ma setgħux ħallewhom japplikaw xorta waħda u mbagħad l-affarijiet jiġu kkonsidrati wara?", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, jekk wieħed m'għandux il-livelli mixtieqa, inutli japplika; jista' mhux imur għand il-ministru jew il-PSC għax jekk fil-gazzetta tal-gvern ikun hemm indikat li jrid ikollok grade 5 jew grade C ta' l-\"O\" level, dak il-livell irid ikollok.", "Jien naf min fost il-pulizija li m'għandux \"O\" levels għax kien daħal fi żmien meta dawn ma kienux neċessarji imma issa rridu nagħmlu taħlita ta' nies li għandhom ċertu livell akkademiku, għalkemm ma jfissirx li għax għandek l-\"O\" levels bilfors tkun pulizija tajjeb imma jekk tkun pulizija tajjeb u għandek l-\"O\" levels, tant aħjar.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Kien hemm xi studenti li kellhom prijorita' fost oħrajn li kienu qed japplikaw?", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: L-istudenti riedu jmorru jiġbru l-formula huma personalment, jimlewha, jieħdu r-ritratti u mbagħad l-applikazzjonijiet tagħhom jiġu analizzati mill-bord.", "KORP TAL-PULIZIJA - MEMBRI ĠODDA", "6319.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li ssir sejħa għad-dħul ta' membri ġodda fil-korp tal-pulizija?", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, din id-domanda hija xi ftit outdated għax filwaqt li t-tweġiba kellha tkun li fil-ġimgħat li ġejjin se tkun ippubblikata sejħa għal reklutaġġ ta' kuntistabbli fil-korp tal-pulizija, dawn l-applikazzjonijiet ħarġu llum stess.", "HERITAGE MALTA - MEMBRI", "6320.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid min huma l-membri ta' Heritage Malta?", "X'inhu l- programm imħejji għall-kumplament ta' din is-sena biex jiġu protetti l- monumenti u s-siti storiċi li jaqgħu taħt ir-responsabilita` tagħha?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjieg) (f'isem il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura): Ninsab informat li l- informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant hi kif tidher hawn taħt:", "Chairman Dr Mario Tabone", "Deputy Chairman Ms Simone Mizzi Dun Gwann Azzopardi Dr Ray Bondin Mr Mario Farrugia Prof.Anthony Bonanno Mr Godwin Vella Mr Leslie Vella Mr Joe Schiro'", "Proġetti kapitali għall-kumplament ta' din is-sena jirrigwardjaw ix-xogħol fuq ir-Roman Domus, il-mużew arkeoloġiku u l-mużew ta' l-arti.", "Qegħdin jitħejjew proġetti għall-protezzjoni tat-tempji ta' Haġar Qim, l-iMnajdra u Ħal-Tarxien.", "ATTIVITAJIET KULTURALI", "6321.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jagħti dettalji dwar attivitajiet kulturali għall- kumplament ta' din is-sena li se jiġu organizzati f'Malta u f'Għawdex flimkien mal-privat?", "Ma' min u meta se jsiru?", "X'se jkun is-sehem tal-gvern f'kull każ?", "X'għajnuna se jagħti l-gvern f'kull każ minbarra dik finanzjarja?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (f'isem il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura): Qed inqiegħed fuq il-mejda tal-kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant.", "Wieħed irid jiftakar ukoll il-wirja li hemm fil-palazz ta' l- inkwiżitur li qed issir bi ftehim ma' kumpannija Taljana li tmexxi il-mużew tat-tortura u li jinsab f'San Gimignano, l-Italja.", "RIFORMA FL-ARKIVJI U L-LIBRERIJI", "6322.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra meta se titwettaq ir-riforma fl-arkivji u l-libreriji msemmija minnu diversi drabi, bħal ngħidu aħna f'\"The Times\" tat-3 ta' Awissu, 1999, kif ukoll fid- diskors tal-President fil-bidu ta' din il-leġislatura?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nirriferi l-Onor.", "Membru għat-tweġiba għal mistoqsija numru 5725 li saret minnu stess.", "NAXXAR - SKOLA GIOVANNI CURMI", "6441.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid jekk fl-iskola sekondarja għolja Giovanni Curmi tan-Naxxar fis-sena skolastika li jmiss hux se jkun hemm problema sabiex l-istudenti kollha li juru interess li jattendu f'din l-iskola, ikunu jistgħu jidħlu fiha?", "Jista' jgħid x'xogħol sar matul dawn l-aħħar sentejn sabiex din l-iskola titkabbar ħalli jkollha aktar klassijiet?", "Jista' jgħid ukoll jekk hemmx il- ħsieb li jiddaħħal xi numerus clausus sabiex jiġu magħżula l-istudenti?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-iskola sekondarja għolja Giovanni Curmi tan-Naxxar twaqqfet biex jingħata ċans ieħor lil studenti li ma jkunux ġabu is-suġġetti kollha meħtieġa fil-livell ordinarju tas-Sec biex jidħlu fil- junior college jew f'xi sixth form oħra u jibdew il-kors tal-Matsec fil- livell avvanzat u intermedjarju.", "Ma jidher li hemm ebda problema biex fis- sena skolastika li ġejja l-iskola tilqa' lil dawn l-istudenti.", "Informat ukoll li f'dawn l-aħħar sentejn sar xogħol preparatorju inklużi pjanti ta' iżjed lecture rooms u tfassil ta' tenders.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Abela, domanda supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Il-Ministru jikkonferma li fil-passat kien hemm studenti li minkejja li kellhom il-kwalifiki neċessarji biex jidħlu fil- junior college, xorta waħda għażlu li jmoru f'Giovanni Curmi Higher Secondary?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Iva, hemm xi wħud li minkejja li jkollhom il- kwalifiki meħtieġa biex ikomplu l-istudji avvanzati tagħhom fil-junior college jew f'xi sixth form oħra, jagħżlu li jmorru fl-iskola sekondarja għolja Giovanni Curmi tan-Naxxar.", "Ir-raġuni għal din l-għażla hi l- kwalita' għolja u l-preparazzjoni kbira li għandhom l-għalliema ta' din l- iskola kif ukoll il-fatt li normalment in-numru ta' studenti f'dawn it-tip ta' korsijiet ikun żgħir u allura jkollhom aktar attenzjoni individwali.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Huwa veru li mis-sena skolastika li jmiss m'huwiex se jkun aktar possibbli li l-istudenti li ma jkollhomx ir-rekwiżiti neċessarji jingħataw prijorita' jew hemm il-ħsieb li l-iskola Giovanni Curmi jinstabilha spazju biex tilqa' l-istudenti kollha li japplikaw biex jidħlu fiha?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Speaker, jien m'iniex informat li kien hemm każijiet ta' studenti li applikaw biex jattendu f'din l-iskola u ma ġewx aċċettati pero' nivverifika.", "Safejn naf jien fis-snin li għaddew din l- iskola dejjem akkomodat l-istudenti kollha li applikaw u li għażlu li jmorru fiha u mhux qed nipprevedi li din is-sena se jkun hemm xi diffikultajiet.", "(Interruzzjonijiet) Almenu s'issa ħadd ma ġibidli l- attenzjoni li dawk l-istudenti li applikaw biex jidħlu f'din l-iskola, sew biex ikunu jistgħu jkomplu l-istudji tagħhom fil-livell ordinarju kif ukoll biex isegwu korsijiet fil-livell avvanzat, mhux se jkollhom din l- opportuntia'.", "Naħseb li kieku kienet teżisti din il-problema, kont niġi nformat.", "Naturalment din l-iskola hija tajba ħafna, hija dinamika u qegħdin naħdmu biex il-faċilitajiet tagħha ntejbuhom, pero' s'issa ma kien hemm l-ebda każ ta' xi ħadd li ried imur fiha u ma ġiex aċċettat.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Jista' il-Ministru jgħid jekk huwiex informat – għalkemm din m'għandhiex x'taqsam mad-domanda oriġinali – li teżisti xi problema vis-a-vis il-fondi li kellu jgħaddi l-gvern through il-kunsill Malti għall-isport u l-kumitat olimpiku Malti?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Naturalment il-kunsill Malti għall-isport huwa enti pubblika mwaqqaf b'liġi u huwa obbligat li fl-amministrazzjoni tal-fondi fdati lilu, jassigura li jiġu osservati r-regolarmenti finanzjarji stabbiliti.", "Meta l-kunsill Malti għall-isport jgħaddi fondi lill-għaqdiet sportivi jesiġi li jingħata rendikont ai termini tar-regolamenti finanzjarji ta' kif dik l-għotja tkun ġiet minfuqa.", "Għalhekk l-għaqdiet sportivi jindikaw minn qabel lill-kunsill Malti għall-isport l-iskop tal-proġett li għalih ikunu se jingħataw l-għajnuna u min ikun se jibbenefika minnha.", "Imbagħad wara li jsir tali proġett, jingħata rendikont ta' kif tkun saret in-nefqa.", "Kulmin huwa involut fil-kumitat olimpiku Malti jaf li l-fondi ma jiġux biss min- naħa tal-gvern imma jiġu wkoll mill-kumitat olimpiku internazzjonali u anke minn sponsors li jivvantaġġjaw id-dixxiplini sportivi tal-kumitat olimpiku Malti.", "Dawn id-dixxiplini jiġu eżerċitati fuq livell ta' ċertu professjonaliżmu u elite.", "Sal-lum kien jiġri li dak li jagħti l-gvern kien jitħallat f'borża waħda mal-fondi tal-kumitat olimpiku Malti u meta l-kumitat kien jassisti lill- għaqdiet u federazzjonijiet sportivi, ma kienx jinżamm rendikont dwar x'kien is-sehem mill-fondi pubbliċi u s-sehem mill-fondi tal-kumitat olimpiku Malti.", "Il-kunsill Malti għall-isport qed jinsisti li jekk tingħata xi għajnuna jrid isir rendikont tagħha u li għandhom jiġu ntrodotti manjieri ftit differenti ta' kif jinżammu l-kontijiet.", "Huwa dan il-punt li kien qed jiġi diskuss dan l-aħħar bejn il-kunsill Malti għall- isport u l-kumitat olimpiku Malti.", "Fil-fatt il-kunsill Malti għall-isport għadda Lm70,000 lill-kumitat olimpiku Malti akkont ta' somma akbar li tkun trid tingħadlu.", "Sadanittant għaddejjin diskussjonijiet biex jiġi miftiehem modus operandi li jirrispetta l-awtonomija u l-identita' tal-kumitat olimpiku Malti u fl- istess ħin jissodisfa l-kontabilita' kif jitolbu r-regolamenti finanzjarji.", "PITKALIJA - PREZZ TAL-PATATA", "6458.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jinformani kemm kien il-prezz medju li l-bdiewa ġabu għall-patata din is-sena xahar b'xahar fil- pitkalija?", "Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perijodu tas-sena l-oħra?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għall-Kompetittivita' u l- Komunikazzjoni)(f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent): Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.", "PRODUZZJONI TAL-LAĦAM", "6459.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet il- produzzjoni tal-laħam tal-majjal matul l-ewwel sitt xhur tas-sena xahar b'xahar separatament?", "Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perijodu għal dawn l- aħħar ħames snin sena b'sena?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent): Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba rigward is-sena 2004.", "Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi għat-tweġiba li kont tajt għal mistoqsija parlamentari 3344.", "PRODUZZJONI TA' LAĦAM ABJAD", "6460.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet il- produzzjoni tal-laħam abjad matul l-ewwel sitt xhur tas-sena xahar b'xahar separatament?", "Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perijodu għal dawn l- aħħar ħames snin sena b'sena?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent): Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.", "PRODUZZJONI TAL-LAĦAM TAĊ-ĊANGA FRISKA", "6461.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet il- produzzjoni tal-laħam taċ-ċanga friska matul l-ewwel sitt xhur tas-sena xahar b'xahar separatament?", "Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall- istess perijodu għal dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent): Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, domanda supplimentari.", "ONOR.", "ALFRED SANT (Kap ta' l-Oppożizzjoni): Għal min qed jismagħna tajjeb li ngħidu li din il-mistoqsija għandha x'taqsam mal-produzzjoni tal- laħam taċ-ċanga friska u torbot ukoll mal-produzzjoni u l-provvista tal- ċanga tal-friża.", "Jista' jekk jogħġbu l-Ministru jgħidilna x'inhi s-sitwazzjoni eżatta dwar il-provvista ta' laħam taċ-ċanga ffriżata fil-pajjiż?", "Huwa minnu li kien hawn provvista ta' dan it-tip ta' laħam li b'xi mod jew ieħor sparixxiet?", "Jista' jgħid ukoll x'inhi s-sitwazzjoni rigward il-prezz li jrid iħallas il- konsumatur għaċ-ċanga ffriżata?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, jien m'għandi l-ebda ħjiel dwar dak li semma' il-Kap ta' l-Oppożizzjoni u cioe' li kien hemm xi provvista ta' ċanga ffriżata li sparixxiet mis-suq ta' Malta.", "Rigward it-tieni parti tad-domanda, il-unit tal-konsumatur li jaqa' taħt il- ministeru tiegħi qiegħed minn żmien għal żmien jagħti l-instructions lill- biċċiera u ma jirriżultax li s'issa kien hemm xi żidiet fil-prezzijiet imma naturalment ma neskludix il-fatt li jista' jkun hemm xi bidliet.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Mr Speaker, jien qed nitkellem dwar il-provvista ta' ċanga ffriżata u mportata minn barra, bħall-cube roll u knuckles.", "Jaf il- Ministru, per eżempju, li bejn Marzu u Ġunju ta' din is-sena l-bejjiegħa tal-laħam ġew iċċarġjati żieda ta' 50% fuq il-prezz ta' knuckles iffriżati u mportati minn barra?", "Naturalment il-bejjiegħa tal-laħam li għandhom containers tal-friża kbar biżżejjed setgħu madwar sitt xhur ilu xtraw ammont kbir ta' laħam u allura baqgħalhom ċertu stock, imma dawk li m'għandhomx ħażniet kbar, kellhom jaffaċċjaw iż-żieda ta' 50% fil-prezz li qed jiġi ppostjat lilhom mill-importatur.", "Jista' il-Ministru jgħid jekk jafx biha din il-kwestjoni u x'inhi l-pożizzjoni eżatta?", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, naturalment jien segwejt anke r-rapporti li kien hemm fil-media f'dan ir-rigward pero' skond l-informazzjoni li għandi ma jirriżultax li qed ikun hemm żidiet fil-prezz tal-laħam iffriżat u mportat kif qed jallega l-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Kif ma jirriżultawlux dawn iż-żidiet lill-Ministru!", "Jien rajt l-invoices li bagħtu l-importaturi lil tal-laħam u għall- informazzjoni tal-Ministru dawn l-invoices tahomli l-president tal-meat sellers association!", "Allura skużi, kif qed jgħid li lilu ma jirriżultawlux?", "Kif nistgħu nibqgħu ninnegaw il-verita'?", "U l-punt tiegħi huwa dan imbagħad.", "Jista' il-Ministru jgħidli x'qed isir biex quddiem din iż-żieda fil-prezzijiet il-gvern jonora l-wegħda li kien għamel u cioe' li jagħti sussidju dirett ħalli dawn il-prezzijiet ma jiġux riflessi fuq il-konsumatur?", "Għax jekk tal-laħam qed jirċievi invoice bl- għoli u dan m'għandux ħażna kbira fejn ipoġġi l-laħam l-antik, se jkollu jaċċettaha u se jkollu jgħaddiha lill-konsumatur.", "Għalhekk nixtieq li l- Ministru jispjegali daqsxejn is-sitwazzjoni għax ma jistax ikun li lilu ma rriżultawlux dawn l-affarijiet!", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, jiena ma nafx il-president tal-meat seller association x'għadda u x'ta lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "Naturalment għandu kull dritt jgħaddilu kull tip ta' informazzjoni pero' din it-tip ta' informazzjoni lili ma waslitlix.", "Safejn naf jien saret sejħa għal applikazzjonijiet biex importaturi taċ-ċanga jkunu jistgħu jingħataw sussidju.", "Fil-fatt dan is-sussidju qed ikun amministrat mill-ministeru għall-affarijiet rurali u ambjent u peress li m'għandix id-dettalji hawnhekk, nitlob lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni jagħmel id-domanda bil-miktub ħalli jingħata risposta.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Iva, imma bħala ministru in charge mill- kompetittivita', jirrealizza li jekk tkun għaddejja din iż-żieda fil-prezz taċ-ċanga tal-friża, se tagħmel impatt fuq l-għoli tal-ħajja u fuq kemm il- ħaddiema mbagħad ikunu jistgħu jkampaw mal-prezzijiet?", "Ma jaħsibx li dan se jwassal imbagħad għal pressjoni inflazzjonarja fil-pajjiż?", "U jekk jiġri hekk, il-Ministru m'huwiex qed jipprevedi li dan se jimmina l- kompetittivita' fil-pajjiż?", "U allura l-Ministru jista' jgħidilna kif se jiġi amministrat is-sussidju li ġie mwiegħed f'dan il-qasam?", "Għax din għandha x'taqsam direttament mal-kompetittivita' f'pajjiżna!", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, ftit żmien ilu saret sejħa pubblika biex l-importaturi tal-laħam taċ-ċanga tal-friża jibbenefikaw minn ammont ta' sussidju u jekk m'iniex sejjer żball ġiet ivvotata s-somma ta' euro 800,000 għal dan is-sussidju.", "Pero' m'iniex f'pożizzjoni li nagħti informazzjoni kemm kien in-numru ta' applikazzjonijiet u min applika.", "Din hija skema li qed tiġi amministrata mill-ministeru għall-affarijiet rurali u ambjent.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Imma bħala stat ta' fatt il-ministru huwa responsabbli mill-kompetittivita', whatever that means bħala kategorija ministerjali!", "Allura ma jikkonfermax il-fatt li l-meat sellers qed jirċievu kontijiet li fihom jidher li l-prezz taċ-ċanga ffriżata għola b'50% sa Ġunju li għadda?", "Jien m'iniex qed nigdiblu, anzi għada stess inġiblu kopja ta' dawn l-invoices.", "U minkejja dan kollu li qed jintqal dwar sussidju, il-prezz żdied b'50% fuq tliet xhur!", "Hawn qed nitkellem dwar iċ-ċanga tal-friża u mhux dik friska!", "Dan huwa l-laħam li jużaw il- familji Maltin!", "Tikkonċernah lill-Ministru din il-kwestjoni jew ma tikkonċernahx?", "U x'qed jagħmel fuqha?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, m'hemmx dubju li din il-kwestjoni tikkonċernani u kif għedt diġa' il-ministeru għall-affarijiet rurali u ambjent għamel sejħa biex jamministra l-iskema ta' sussidju f'dan ir- rigward.", "Jiena, bħala ministru responsabbli mill-kompetittivita', sal-lum ma kellix l-informazzjoni li għandu l-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "Naturalment fl-ebda mument ma jiena se nallega li din m'hijiex informazzjoni tajba għax ladarba qed jgħidha l-Kap ta' l-Oppożizzjoni, nieħu l-kelma tiegħu.", "Wara kollox hu qed jagħti informazzjoni li għaddielu ħaddieħor.", "Pero' il-Kap ta' l-Oppożizzjoni jrid jifhem u japprezza li ladarba lili ma wasalli ebda ilment ta' dan it-tip, ma jistax ikolli l-informazzjoni li għandu hu dwar dan is-suġġett partikolari.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Mr Speaker, nafu li hemm l-impenn tal-gvern li jagħti sussidju.", "Dan m'huwiex amministrat mill-ministeru tal- kompettitivita', fair enough, imma in the meantime x'se jagħmel il- ministeru tal-kompetittivita' f'dan il-qasam?", "Għandu xi pjan lest?", "Jekk dawn il-prezzijiet qegħdin jibdew iħabbtu l-bibien tal-butchers u allura tal-konsumatur, x'inhi l-istrateġija tal-ministeru għall-kompetittivita'?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, nerġa' nirrepeti li l-aħħar informazzjoni li jien aware minnha li nġabret mit-taqsima tal-konsumatur fi ħdan il- ministeru, ma kenitx tindika li hemm dawn it-tip ta' żidiet li qed jagħmel riferenza għalihom il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "Ma jien qed ngħid bl-ebda mod li dak li qed jgħid l-Kap ta' l-Oppożizzjoni mhuwiex minnu għax jekk għandu xi invoices li jien m'għandix, wieħed irid jarahom u jiċċekkja jekk huwiex ġustifikat li jkun hemm dak it-tip ta' charge fuq il-prezzijiet.", "Barra minn hekk wieħed irid jara x'inhi r-raġuni li min qed jiċċarġja b'dan il-mod m'applikax għall-iskema li teżisti biex jingħata sussidju fuq dan it- tip ta' laħam.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ma jarahiex stramba l-Ministru li filwaqt li hu għandu miegħu armata ta' civil servants, ma ngħatax din l-informazzjoni filwaqt li jiena qiegħed waħdi u ngħatajtha.", "Minn fejn qed iġibha l- informazzjoni li għandha x'taqsam mal-pressjoni tal-prezzijiet u ma' l- inflazzjoni li timmina l-kompetittivita'?", "Xi strutturi għandu l-Ministru biex jimmoniterja l-affarijiet?", "Kif jien ikolli l-invoices u hu m'għandux?", "Din ma nistax nifhimha jien!", "Jista' il-Ministru jgħidilna eżattament kif qed jimmoniterja dawn l- affarijiet?", "Jekk hemm xi ħaġa kruċjali għall-kompettivita' hija kif qed jispuntaw il-pressjonijiet inflazzjonarji!", "U jekk hu qiegħed warajja fuq din l-informazzjoni – u ma nistax nifhem kif – jista' jgħidilna x'qed jagħmel biex jimmoniterja l-informazzjoni?", "Għax suppost hu jkun qabilna u mhux warajna!", "Imissu diġa' ħa l-passi u mbotta fuq il-ministeru konċernat biex jekk hemm sussidji x'joħorġu, joħorġu llum qabel għada, mhux iħalli tliet xhur, erba' xhur, ħames xhur jew sitt xhur biex joħorġu s-sussidju u l-pressjonijiet inflazzjonarji jkunu qegħdin hemm biex ikomplu jimminaw il- kompetittivita'!", "Inkella x'ministeru hu dan!", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Naħseb li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni japprezza li jekk persuna, hi min hi - f'dan il-każ il-president tal-meat sellers association – iddeċidiet li tgħaddi ċerta informazzjoni lilu u mhux lili jew lil xi parti oħra tal-ministeru tiegħi, jien ma nistax inkun naf biha.", "Din m'hijiex kwestjoni ta' jekk tkunx quddiem jew wara xi ħadd partikolari!", "Id-diviżjoni tal-konsumatur, li hija responsabbli biex tara l-mod ta' kif jiżviluppaw il-prezzijiet ta' diversi prodotti, b'mod regolari żżur is- supermarkets, il-butchers u postijiet li minnhom ikun qed jinbiegħ l- prodott partikolari - f'dan il-każ il-laħam tal-friża - u tagħmel monintoring tal-prezzijiet.", "Naturalment dan jiddependi wkoll mill-prodotti minn żmien għal ieħor.", "Pero' safejn jien aware, bl-ebda mod m'hu qed jirriżulta lil din id-divizjoni dak li qal il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jiġifieri safejn jaf il-ministeru tal- kompetittivita', li suppost qiegħed fil-forefront ta' din il-ħaġa, f'dak li għandu x'jaqsam ma' prezzijiet tal-laħam taċ-ċanga tal-friża, m'hemm l-ebda ċaqliqa inflazzjonarja bħalissa!", "M'għandux informazzjoni li minnha jista' jirriżultalu li b'xi mod jew ieħor hemm pressjoni 'l fuq fil-prezzijiet!", "Jiġifieri hekk qed nifhem jien?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, ħalli nkun ċar.", "Xi jumejn ilu jien ukoll, bħal diversi Maltin oħra, segwejt dak li ġie rrapportat fil-ġurnali lokali dwar l-istorja li qed jirriferi għaliha l-Kap ta' l-Oppożizzjoni u ma kelli l-ebda indikazzjoni li dak li ġie rrapportat huwa fil-fatt sostanzjat.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru Louis Deguara.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil- Komunita'): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar ir-rata ta' imwiet ta' nisa u irgiel bejn l-1994 u l- 2003, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari 6569.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Insejjaħ issa lill-Ministru George Pullicino.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO (Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar produzzjoni tal-ħalib frisk bejn Jannar u Ġunju bejn l- 2000 u l-2004, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari 6462.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "DISKUSSJONI DWAR RAPPORT MAĦRUĠ MIS-SEGRETARJAT GĦAN-NEGOZJI ŻGĦAR U S-SELF EMPLOYED DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TA' POLITIKA IMPRENDITORJALI", "(Tkompli mit-12 ta' Lulju, 2004)", "MR SPEAKER: Rimarki?", "Il-Ministru ta' l-Edukazzjoni.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, nibda biex nirringrazzja lilek u lill- kollegi tiegħi anke dawk ta' l-oppożizzjoni.", "M'hemmx dubju li s-suġġett li qed nitħaddtu fuqu huwa ta' nteress fundamentali sabiex pajjiżna jkabbar l- attivita' imprenditorjali tiegħu.", "Ħadt gost insegwi mhux biss l-introduzzjoni li għamel il-kollega tiegħi l- Onor. Edwin Vassallo imma anke l-kummenti li bdiet tagħmel l-oppożizzjoni f'dan ir-rigward.", "L-ewwelnett ma nistax ma nurix l-apprezzament tiegħi għall-ħidma li qiegħed iwettaq l-Onor.", "Edwin Vassallo għaliex insib li fil- fehma tiegħi huwa persuna b'saqajh ma' l-art għax huwa konxju ħafna tal- bżonnijiet ta' dan is-settur, speċjalment tas-settur tal-business iż-żgħir u dak medju.", "Inħoss ukoll li l-attivita' tiegħu biex kemm jista' jkun joħloq sinerġija bejn ministeri u aġenziji differenti, bejn korpi kostitwiti u bejn in-nies li qegħdin joperaw f'dan is-settur, qiegħda tkattar ħafna l-kuxjenza ta' kulħadd dwar il-bżonnijiet f'dan is-settur u nsib li fil-gvern hemm vuċi importanti ħafna li naturalment tingħata wkoll attenzjoni kbira u prijoritarja.", "F'dan il-kamp il-bieraħ il-kelliem ewlieni għall-oppożizzjoni kien l-Onor.", "Charles Mangion li fil-fehma tiegħi eżawrixxa diversi punti li huma ta' importanza għad-diskussjoni tas-suġġett.", "B'danakollu fil-fehma tiegħi nħoss li l-oppożizzjoni għadha mhijiex qed toħroġ bi proposti u suġġerimenti konkreti li jistgħu jiġu analizzati mill-Kamra biex wieħed jara l-validita' tagħhom u jkun jista' jinkorporahom.", "L-ewwelnett, wieħed irid jgħid li t-tkabbir ekonomiku ta' pajjiżna huwa suġġett li għalih irid jikkontribwixxi kulħadd, mill-kbir saż-żgħir.", "M'hawn l-ebda bakketta maġika li jxejjirha min ixejjirha se ġġib awtomatikament it- tkabbir ekonomiku.", "Waħda mill-affarijiet li qiegħda tissawwar fil-kultura u fil-mentalita' tal-poplu tagħna u jenħtieġ li tissaħħaħ u tinżel iktar fl- għeruq tagħna, hija l-kultura li biex tikber din l-ekonomija tagħna trid il- kontribut ta' kull wieħed u waħda minna.", "Jien insejħilha l-kultura li wieħed irid jieqaf fuq saqajh.", "Aħna għaddejna minn żmenijiet meta t-tkabbir ta' l-ekonomija tagħna kien jiddependi mill-intervent massiv tal-gvern, jew għaliex konna kolonja, jew għaliex konna pajjiż li għalkemm indipendenti u anke ħieles kien għadu qed jiżviluppa l-infrastruttura industrijali tiegħu, fost ħwejjeġ oħrajn l-industrija tat-turiżmu, inkella għaliex kellna wkoll gvernijiet li esperimentaw b'tip ta' ekonomija mmexxija b'mod statalizzat u b'mod ċentralizzat li għal numru ta' snin ġabet lill-ekonomija kollha kemm hi għal kull ħaġa u f'kull livell tiddependi mis-settur pubbliku.", "U allura nifhmu għaliex il-poplu tagħna ħafna drabi jsib ruħu f'sitwazzjoni fejn donnu l-ħin kollu jistenna li l-gvern jagħmel l-inizjattivi tiegħu.", "Kultant ngħaddu minn ftit esperjenzi kontradittorji fejn minn naħa waħda jkun hawn ħafna għaqdiet, individwi u mezzi ta' komunikazzjoni li jitolbu lill-gvern li jieħu l-inizjattivi u min-naħa l-oħra kultant insibu l- kritika li l-gvern għadu wisq dominanti fl-ekonomija.", "Sur President, l-ewwel punt li nixtieq nagħmel illejla huwa li biex insaħħu l-inizjattiva privata, biex insaħħu s-sens imprenditorjali, biex nassiguraw li l-ekonomija tal-poplu tagħna tkun waħda produttiva u kompetittiva, li qiegħda toħloq ix-xogħol u li qiegħda ġġib il-profitti lil min jieħu sehem fiha, jirrikjedi li kulħadd jagħti l-kontribut tiegħu, miż-żgħir sal-kbir.", "Ftit ġranet ilu kont qiegħed nagħti l-journeyman certificate lil numru ta' apprendisti, u dak kien il-messaġġ li kont qed nipprova ngħaddilhom.", "Kelli quddiemi mijiet ta' żgħażagħ, il-biċċa kbira minnhom ġuvintur u xi ftit tfajliet, li kienu għadhom kif spiċċaw il-kors ta' l-apprendistat tagħhom f'diversi snajja.", "Tista' tgħid li kollha kemm huma kienu qegħdin jaħdmu jew inkella kellhom xi negozju u meta bdejt inħares lejhom il-punt li beda jokkorrili kien proprju l-ħtieġa li dawn jirrealizzaw li sew jekk qegħdin impjegati u sew jekk qegħdin għal rashom iridu jifhmu li kulma jagħmlu fl- attivita' tagħhom se jkollu influwenza fuq is-suċċess ta' l-istess attivita' ekonomika tagħhom.", "Sur President, intqal ukoll li hemm bżonn li nifhmu x'inhuma l-fatturi li qegħdin jinfluwenzaw lill-ekonomija u l-kompetittivita' tagħna.", "Jien naħseb li r-raġunijiet li qed jinfluwenzaw pożittivament jew negattivament l-ekonomija tagħna huma magħrufa.", "Huma fatturi li jista' jkollhom l-għeruq tagħhom fix-xena internazzjonali jew inkella fix-xena domestika, li jafu l-isfond tagħhom fir-ristrutturazzjoni kbira li għaddej minnha pajjiżna.", "Din ir- ristrutturazzjoni qiegħda ġġiegħel lil kulħadd jifhem x'inhu dan is-sens ta' entrepreneurship, x'inhu dan is-sens ta' inizjattiva privata u personali li kulħadd irid jieħu.", "Sur President, il-kelma \"ristrutturazzjoni\", kelma twila li ġejja mit- Taljan, li forsi ntużat ħafna f'dawn l-aħħar żmenijiet m'hijiex xi proċess ġdid.", "Malta ilha tgħaddi minn proċessi ta' żvilupp, minn proċessi ta' ristrutturazzjoni għal darba wara l-oħra skond il-fażi storika li kienet għaddejja minnha u anke skond il-fażijiet ta' l- ta' l-iżvilupp li jkun qed iseħħ fid-dinja.", "Imma wieħed irid jirrikonoxxi li pajjiżna bħalissa għaddej minn fażi ta' żvilupp mill-iktar qawwi u mgħaġġel u wieħed bilfors irid jgħid li din hija fażi storika ta' din ir-ristrutturazzjoni kollha.", "Għalhekk naħseb li ma jkunx ġust min jipprova jargumenta li l-gvern mhuwiex qiegħed ingaġġat sew fit-tifsil tal-politika, fit-tifsil tal-liġijiet, fl-implimentazzjoni ta' l- istrateġija għax ħafna mill-affarijiet li qed jiġru fil-pajjiż huma proprju frott ta' viżjoni li l-gvern tal-ġurnata ta lill-pajjiż, viżjoni li tixtieq tara lil dan il-pajjiż b'ekonomija li qiegħda tirrendi, li qiegħda tqanqal anke l-inizjattiva tan-nies.", "Mr Speaker, ridna nagħmlu dan kollu fi kwadru ta' sħubija fl-Unjoni Ewropea li m'hemmx dubju li fetħitilna orizzonti, opportunitajiet u qed tpoġġi quddiemna sfidi li mingħajr il-politika tal-gvern tal-ġurnata żgur li l- poplu tagħna ma kienx ikollu l-opportunità li jisfrutta.", "Allura d-dibattitu li qed nagħmlu llum huwa frott tal-bidliet kbar li l- gvern ġab fil-pajjiż u qiegħed ikompli jġib fil-pajjiż.", "Fil-fehma tiegħi aħna qegħdin nagħtu kontribut kbir ħafna u proattiv biex l-attività imprenditorjali, biex in-negozju u l-kummerċ jinħoloqlu l-ambjent li jista' jistimulah u li jista' jirrendi l-ġid għall-poplu kollu tagħna u għal dawk li jieħdu sehem fih.", "Sur President, se nsemmi l-aspett li jolqot lili b'mod iktar dirett u li hemm diversi riferenzi għalih fid-dokument tar-rapport ta' pjan ta' ħidma 2003/2004 li poġġa quddiemna l-Onor.", "Edwin Vassallo, jiġifieri l-parti li għandha x'taqsam ma' l-edukazzjoni u mat-taħriġ tal-ħaddiema tagħna.", "Hawnhekk il-gvern tal-ġurnata ħadem ħafna, ħadem b'enerġija, investa bil- kbir u naħseb li hemm ħafna riżultati li wieħed jista' jarahom.", "Kultant niġu f'sitwazzjoni ta' ċerti diffikultajiet li ma jkunux diffikultajiet tal- kriżi tal-politika, imma jkunu diffikultajiet li jġib is-suċċess.", "Bil- politika li wettaq il-gvern kabbarna b'mod qawwi ħafna n-numru ta' ġuvintur, tfajliet u ħaddiema li għandhom opportunitajiet ta' taħriġ u ta' iktar edukazzjoni milli qatt kellna qabel.", "Sur President, niftakar li meta konna qegħdin infasslu l-kurrikulu nazzjonali l-Onor.", "Edwin Vassallo kien ġie jinsisti biex indaħħlu din it- tema ta' entrepreneurship biex nippreparaw lill-Maltin tal-lum u ta' għadaa biex jifhmu li kulħadd irid jieqaf fuq saqajh u jagħti l-kontribut skond l- aħjar ħila tiegħu.", "L-Onor.", "Vassallo kien qalli li din m'hijiex xi ħaġa li għandna nibdew fil-livell post sekondarju jew fl-universita`, imma trid tibda mill-bidu nett.", "Fil-fatt fil-kurrikulu nazzjonali għandna indikazzjonijiet mill-iktar ċari biex mil-livell tal-primarja, naturalment bil-lingwaġġ li jistgħu jifhmu t- tfal ta' ftit snin, ikunu jistgħu jibdew jirrealizzaw li fid-dinja tal-lum wieħed ma jistax ikun passiv.", "Wieħed irid ikollu l-kapaċita` tal- kreattivita`, tal-komunikazzjoni, is-sens ta' leadership u ta' inizjattiva.", "Kieku kellna neżaminaw x'jiġri f'ħafna mill-iskejjel primarji tal-knisja, ta' l-istat u privati nsibu li hemm sensiela ta' programmi li diġa` jibdew ixettlu fit-tfal din ix-xeħta biex joħorġu t-talenti tagħhom.", "Fil-livell sekondarju l-kurrikulu nazzjonali jkompli jenfasizza dan bi programmi li huma iktar adatti għal dan il-livell, b'suġġetti li huma ħafna iktar qrib id-dinja tax-xogħol, id-dinja ta' l-adulti.", "Nibdew naraw il-programmi ta' l-iScoops.", "Għalfejn nagħmlu l-programm ta' l-iScoops, l-iSchool co- operatives( Għaliex ridna li sa mil-livell sekondarju kemm jista' jkun inderru liż-żgħażagħ tagħna jibdew jipprovaw jieħdu esperjenza ta' ħidma f'kooperativa, mhux biss ta' ħidma f'team, ta' ħidma flimkien koordinata, imma ħidma għal skop ta' proġett, ħidma li wieħed irid iwassalha biex tipproduċi oġġett li jista' jinbiegħ fis-suq.", "B'dan il-mod iż-żgħażagħ jieħdu esperjenza ta' management, ta' accountancy, ta' investimenti, ta' riċerka li trid issir biex wieħed ikun jista' jirnexxi fid-dinja tax-xogħol tal-lum.", "Nieħu gost nara li d-dipartment tal-kooperattivi flimkien ma' l- iskejjel qegħdin jaħdmu fuq dan il-proġett ta' l-iScoops.", "Xi ħaġa li tixbaħ lill-iScoops hija l-young enterprise li topera l-iktar fix-xenarju post-sekondarju tas-sixth forms, tal-junior college.", "Din hija manjiera kif l-istudenti jidħlu għall-esperjenza ta' twaqqif ta' kumpanniji li jagħżlu li jipproduċu u jbigħu prodotti partikoalri u jorganizzaw anke l- fiera tagħhom, kif jagħmlu anke ta' l-iScoops, bl-iskop li kemm jista' jkun kmieni nagħtu s-sens ta' business acumen, ta' l-opportunitajiet li jistgħu jeżistu.", "L-esperjenzi kemm ta' l-iScoops kif ukoll tal-young enterprise ġabu magħhom skoperti ta' żgħażagħ li fil-klassi kienu introverti, kwieti, li taħseb li m'għandhom l-ebda sens ta' inizjattiva, imma f'dan il-kwadru ta' hands-on, ta' business making ħarġu b'ħiliet mill-iktar interessanti.", "Wara numru ta' snin li ż-żewġ mudelli ilhom jitħaddmu fl-iskejjel tagħna nsibu li wħud minn dawk li ddistingwew ruħhom sew fl-iScoops u sew fil-young enterprise illum diġà jinsabu f'pożizzjonijiet ta' tmexxija tan-nofs, ta' impriżi, uħud minnhom anke pubbliċi, fejn dawk il-ħiliet li żviluppaw irnexxielhom iġibuhom għad-dispożizzjoni tal-kumpanniji tagħhom.", "Sur President, irrid ngħid ukoll li hemm sensila ta' inizjattivi bl-iskop li nassiguraw li l-ekonomija tagħna jkollha l-ħaddiema li mhux biss huma ppreparati biex jirrispondu għall-iżviluppi li jseħħu fis-settur ta' l- ekonomija tagħna, imma li jkunu huma stess li jikkreaw l-ekonomija.", "Dan qiegħed isir mhux sempliċement bid-diskors, imma qiegħed isir fil-prattika.", "Sur President, jien tkellimt fuq il-pjan nazzjonali għall-impjiegi li minn hawn u ftit ġranet oħra beħsiebna nniduh għall-fażi tal-konsultazzjoni pubblika.", "Dan il-pjan nazzjonali għall-impjiegi mhuwiex sempliċement kwestjoni ta' retorika.", "Fl-editorjal tiegħu l-ġurnal \"The Times\" rrifera għalih b'mod li qisu se ssir xi liġi.", "Nixtieq nikkoreġi din l-impressjoni.", "In-national action plan for employment mhuwiex xi ħaġa li se ssir b'liġi.", "Spiċċa ż-żmien li nagħmlu l-pjanijiet b'liġi.", "Il-pjan nazzjonali għax-xogħol huwa l-ewwel minn sensila ta' pjanijiet li qed jinkwadra ruħu fix-xenarju ta' l-ekonomija ta' Malta llum, u li qed jinkwadra ruħu fix-xenarju ta' l-iżvilupp ta' l-ekonomija Ewropea.", "U aħna qegħdin naħdmu biex dan ma jkunx xi dokument li huwa sempliċement teorija, imma se jkun fih ukoll numru ta' suġġerimenti konkreti li huma maħsuba biex jiffaċilitaw is-suq tax-xogħol u l-ambjent tax-xogħol.", "Ma rridux nagħtu l- impressjoni li l-pjan nazzjonali għall-impjiegi se jkun xi bakketta maġika li f'daqqa waħda se jibdew jaqgħu l-impjiegi mis-sema għaliex aħna qegħdin naħdmu f'ambjent, sew domestiku kif ukoll reġjonali u internazzjonali, fejn nafu li l-ħolqien ta' l-impjiegi jrid jiġi minn sinerġija ta' fatturi li għalihom nerġa' ngħid irid jikkontribwixxi kulħadd.", "L-Unjoni Ewropea qiegħda tinsisti ma' l-istati membri li kollha jridu jaħdmu biex ikollhom ekonomiji li qegħdin ikattru l-ġid, il-profitti u li qegħdin joħolqu anke l-impjiegi.", "U aħna nafu li fir-rigward tagħna hemm numru ta' miri li rridu nimmiraw għalihom.", "Per eżempju, il-mira li jkollna iktar żgħażagħ li jkomplu l-istudji tagħhom.", "Jien niltaqa' ma' min jgħidli li għandna wisq żgħażagħ li qed ikomplu l-edukazzjoni f'post-sekondarja tagħhom.", "Min-naħa l-oħra, meta nqabblu ruħna ma' pajjiżi oħrajn, il-fatti juru li aħna għad għandna ftit, f'ċertu sens m'għandniex żgħażagħ biżżejjed li jkomplu l-edukazzjoni tagħhom sal-livell post-sekondarju, vokazzjonali u terzjarju.", "Dan aħna qegħdin nimmiraw għalih, kif diġà għedt, b'investimenti kbar li diġà saru u li qegħdin nagħmlu għax nemmnu bil-qawwa kollha li l-ekonomija ta' Malta llum u wisq iktar ta' Malta ta' għada tirrikjedi li jkollha ħaddiema li huma mħarrġa, kwalifikati, li għandhom ċertifikati li jistgħu jissarrfu fuq il-bankijiet tax-xogħol.", "Dawn m'humiex pjanijiet u retorika.", "Fil-fatt wieħed jista' jmur jara x'qed jiġri l-Universita`, x'qed nippruvaw nagħmlu fl-MCAST u l-investiment li qed nagħmlu biex inżidu l-ispazji għat-tagħlim, għal-laboratorji, għall- workshops sabiex intejbu l-kwalita` ta' l-għalliema tagħna u anke nassiguraw il-kwalita` tat-tagħlim permezz ta' assessments ta' nies li jiġu minn barra biex nassiguraw li l-livelli tagħna huma livelli rikonoxxuti anke fuq il-livell Ewropew.", "Wieħed jista' jara wkoll il-kontribut li qed tagħti l-ETC biex nassiguraw li anke fir-rigward ta' dawn li qegħdin bla xogħol fil-mument, aħna nagħtu l-kontribut tagħna.", "Il-ħsieb tagħna huwa li nżidu dawn il-miżuri, sew il- miżuri biex noħolqu aktar opportunitajiet fl-MCAST u anke l-miżuri biex l- ETC ikollha programmi fejn qiegħda l-ħin kollu timbotta lil dawk li ma jkollhomx xogħol jew li jkunu tilfu x-xogħol tagħhom biex jaġġustaw ruħhom għad-dinja tax-xogħol tal-lum.", "Irridu nassiguraw li kulħadd jieqaf fuq saqajh u ma jkollniex min jirraġuna li aħjar jieħu l-għajnuna soċjali milli jmur jaħdem.", "Sur President, irridu nieħdu miżuri konkreti oħrajn li qegħdin nippjanaw li nieħdu fil-qasam tan-nisa biex ngħinu lill-mara li għandha responsabbiltajiet tat-trobbija jew ta' kura fil-familja sabiex tkun tista' tfittex l-opportunitajiet ta' xogħol.", "Jekk l-ekonomija ta' Malta se tikber, trid tikber ukoll billi nżidu l-parteċipazzjoni tan-nisa fid-dinja tax-xogħol u dan ma nistgħux nagħmluh jekk ma neħdux miżuri li jiffaċilitaw dawn.", "Sur President, hemm ukoll ħwejjeġ oħrajn li wieħed irid iħares lejhom, pero' nagħlaq billi ngħid li l-ekonomija tal-pajjiż se tiddependi - tista' tgħid għal kollox -minn kemm is-settur privat se jirnexxilu jidħol għall- isfidi, jipproduċi u jsir kompetittiv.", "Iva, Sur President, il-gvern għandu sehem kbir x'jagħti fil-ħolqien u titjib fl-ambjent ekonomiku u fl- inkoraġġiment ta' dawk kollha li qed jieħdu sehem fl-ekonomija tagħna.", "Mhux l-inqas, Sur President, li rridu nassiguraw li l-finanzi pubbliċi jintnefqu bl-aktar mod tajjeb, li nrażżnu bl-aħjar mod possibbli d-defiċit finanzjarju u billi wkoll nassiguraw li min qiegħed jaħdem fis-settur pubbliku, qiegħed ikun produttiv u qiegħed jagħti l-ġurnata tax-xogħol fl- interess tal-poplu tagħna.", "Għalhekk naħseb li din id-diskussjoni li ġiet mibdija permezz ta' dan ir-rapport tal-kollega tiegħi, l-Onor.", "Edwin Vassallo, għandha tkun diskussjoni li minnha għandna noħorġu ideat minn din il-Kamra li l-partijiet soċjali, inkluż il-gvern, ikunu jistgħu jevalwaw u jkunu jistgħu jikkonsidraw.", "Ma naħsibx li dibattitu li jsir mingħajr ma nippruvaw nagħtu kontribut għal dak li naħsbu li mhux qed isir tajjeb jew mhux qed isir biżżejjed, ikun dibattiu li jħalli l-frott.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Sammut.", "ONOR.", "JOSEPH SAMMUT: Sur President, il-Ministru bbaża kollox fuq x'irridu, pero` tajjeb li ngħidu li hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq dokument li jippreżenta l-attwalita`.", "Jiena naħseb li wieħed mill-aspetti pożittivi li ħareġ mid-dħul tagħna fl-Unjoni Ewropea, huwa proprju l-mod kif l-istess Unjoni Ewropea qiegħda timbotta lill-gvern preżenti biex jibda jħares b'lenti pożittiva lejn l-SMEs.", "Hawnhekk irrid nieħu dan l-ispunt biex ngħid li bħala dokument u bħala inizjattiva, ix-xogħol ta' l-Onor.", "Vassallo hu pożittiv u ta' min ifaħħru pero` hemm ħafna x'wieħed jgħid f'dan il-kontest.", "M'hijiex sempliċiment l- intenzjoni li wieħed irid iħares lejha, imma jrid iħares ukoll lejn x'qed jiġri attwalment.", "Kif diġa' għedt, din hija xi ħaġa pożittiva li qed tiġri minħabba l-isħubija ta' Malta fl-UE fis-sens li l-gvern qed ikollu jħares lejn is-self-employed u lejn l-imprenditur iż-żgħir li sa ftit taż-żmien ilu kien meqjus bħala l-evażur tat-taxxa u kien imlaqqam u mgħajjar li hu ħalliel u mhux qed jagħti s-sehem tiegħu lill-ekonomija.", "Dan kien jiġri sa ftit taż-żmien ilu u issa jidher li r-rota qed tinbidel u dan minħabba żewġ raġunijiet.", "L-ewwelnett għax fl-Unjoni Ewropea hemm enfasi enormi fuq l- SMEs biex jibdew jiġġeneraw l-ekonomija għax anke hemmhekk, l-ekonomija hija staġnata u anke għaliex issa qegħdin naraw li wara kollox, biex l- ekonomija tagħna timxi, trid tibbaża ruħha fuq dik ta' pajjiżi oħrajn.", "Naħseb l-enfasi li qiegħda ssir fuq l-importanza ta' dan is-suġġett toħroġ ukoll mill-fatt li għall-ewwel darba fl-istorja tagħna, ġiet imneħħija kull protezzjoni li kellna hawn Malta.", "Hawnhekk tajjeb li wieħed jindika - għal min qed isegwi dan id-diskors forsi jkun jista' jifhem aħjar – kif kienu l- pożizzjonijiet għalkemm dawn huma magħrufa u ma tantx hemm għalfejn wieħed jieħu fit-tul fuqha.", "Xorta tajjeb li wieħed jindika li sa qabel l-1 ta' Mejju ta' din is-sena, is-self-employed Malti kien igawdi minn protezzjoni - għalkemm kienet qed tiġi żmantellata ftit ftit – li kienet tiggarantixxi kemm l-impjiegi kif ukoll is-suċċess ta' kumpanniji ġodda li jfaqqsu.", "Kien ikollok kumpannija li tista' tkun mhedda minn kompetituri barranin u minħabba l-protezzjoni ta' l-istat, din tkun tista' timxi 'l quddiem u b'hekk kienet tiffjorixxi mingħajr intoppi.", "Illum il-ġurnata dawn l- istrutturi tneħħew u kull kumpannija li titwieled, trid taqdef mill-ewwel għal rasha bid-difetti kollha li tali kompetizzjoni jista' jkollha.", "Mhux bilfors li wieħed iħares lejn dan mil-lat negattiv imma mil-lat ta' kif konna qabel Mejju għal kif qegħdin illum il-ġurnata, hemm qabża u ma tistax ma tħarisx lejha minn dak il-lat.", "M'iniex qed nirriferi għal dawk l- imprendituri li m'humiex fl-Unjoni Ewropea; fil-konfront ta' dawn għad hemm is-sitwazzjoni ta' diversi kwoti u tariffi li jridu jiġu superati u hemm ħafna miżuri ta' natura amminsitrattiva u teknika biex jipproteġu l- istess suq intern fi ħdan l-Unjoni Ewropea.", "Il-qagħda finanzjarja preżenti fil-pajjiż m'hijiex taċ-ċapċip.", "Hemm fatti li huma magħrufa; għandna d-dejn nazzjonali dejjem jisplodi 'l fuq, impjiegi dejjem jintilfu - sew minħabba r-ristrutturar u anke minħabba li ħafna fabbriki qegħdin jagħlqu - u mhux qed jiġi investiment lejn Malta.", "Barra minn hekk, kellna l-problemi u għalkemm f'dan ir-rapport - kif se nindika iktar 'il quddiem - għandna kliem ta' tifħir qisu kollox miexi fuq ir-rubini, fir-realta` meta tneħħew l-istrutturi li kienu jagħtu ċerta protezzjoni, b'mod partikolari tad-dwana, kellna ħafna diffikultajiet.", "Fil- qasam tad-dwana kellna taħwida sħiħa fejn kellna min jibagħtek 'l hawn u min jibagħtek 'l hemm.", "Rigward ir-regolamenti fis-settur veterinarju hemm taħwid kbir u dan tant hu minnu li kien hemm kumment min-naħa ta' l-Unjoni Ewropea li għamlitha ċara li m'hijiex se taċċetta aktar burokrazija żejda min-naħa ta' l-awtoritajiet Maltin fejn din ma teżistix f'pajjiżi oħra.", "Kellna wkoll il-fatt li l-importatur lokali ma ġiex informat dwar sitwazzjoni tal-kwoti meta oġġett jiġi importat minn barra l-Unjoni Ewropea.", "Kellna każ reċenti - fejn ninsab informat li saħansitra kellu jintervjeni l-Onor.", "Vassallo fih – fejn kellna nuqqas ta' informazzjoni anke min-naħa tad-dwana.", "Għandna każ ta' prodotti li raħsu minn barra imma l-prezz tagħhom għadu kif kien, bħal per eżempju l-inbid.", "Hemm min qed jargumenta li dan baqa' jżomm l-istess prezz minħabba l-fatt li seta' kien stock antik imma fl-opinjoni tiegħi din m'hijiex skuża għax jekk kien hawn stock antik, għandu jingħata rebate għat-taxxa li kienet tħallset fuq dak l- inbid għax il-prezzijiet għandhom jirriflettu s-sitwazzjoni preżenti.", "Għandna l-każ ta' prezzijiet li raħsu imma issa għal xi raġuni, dawn qed jerġgħu jogħlew u għandna min iddeċieda li jieħu r-riedni f'idejh u qed jipprova jiddetta x'tip ta' prodotti għandhom jimxu hawn Malta.", "Wara l-1 ta' Mejju, kellna din it-tip ta' konfużjoni li żgur ma tagħmel xejn ġid la għall-konsumatur Malti, la għas-self-employed u lanqas għall-importatur.", "Għalhekk fid-dawl ta' dawn il-kummenti u in linja ma' dak li qed jippromwovi dan id-dokument bl-isem ta' \"Lejn Implimentazzjoni ta' Politika Imprenditorjali: Fejn Wasalna(\", fl-opinjoni tiegħi bħala self-employed ma wassalna imkien u ngħid għaliex.", "L-ewwel kumment ġenerali fuq dan id-dokument hu li hawnhekk hawn diskors sabiħ u inizjattivi li ħaqqhom tifħir pero` fir-realta`, m'hemm xejn minn dak li qed jipprova jbigħ dan id-dokument.", "Barra minn hekk, jekk wieħed jara l-gazzetti ta' kuljum, jinduna li l-gvern - u hawnhekk ma rridx inwaħħal fl-Onor.", "Vassallo waħdu għalkemm huwa responsabbli minn dan is- settur imma qed nagħmel enfasi fuq il-gvern - qisu qed jgħix f'ħolma.", "Fil- fatt, anke l-kliem tal-Prim Ministru meta jħares lejn ċerti viżjonijiet li jmisshom ilhom li ġew attwati, jindika dan.", "Fil-fatt, nasal biex nagħmel riferenza diretta għall-kumment tal-Prim Ministru meta qal: M'huwiex aċċettabbli li x'industrija jew imprenditur jitlef opportunita` għax ikun hemm dewmien żejjed min-naħa tal-gvern.", "Naħseb li din hija l-ewwel ħaġa li żgur m'hijiex reali u kultant nasal biex naħseb li l-Prim Ministru għamel din id-dikjarazzjoni spontanjament min-naħa tiegħu mhux għax jaf li m'hawnx dewmien żejjed min-naħa ta' l-awtoritajiet imma għax tant hu konxju minn din il-problema li ma riedx min iressaqha quddiemu.", "Hija ħasra li sas-sena 2004, għandna dan in-nuqqas ta' inizjattiva min-naħa tal-gvern.", "Dawn l- awtoritajiet kienu u għadhom ikunu kaġun għat-telfien ta' investiment u opportunitajiet f'pajjiżna.", "Kien hemm każ partikolari ta' kumpannija li kienet lesta tiftaħ impjant hawn Malta għall-manifattura tad-dgħajjes li sfortunatament kellha titlaq għax ir-response min-naħa ta' l-MDC u min-naħa ta' istituzzjonijiet oħra kien diżastru u kellna każ gravi fejn il- burokrazija u l-ħela ta' ħin waslet biex tintemm qabel tibda l-inizjattiva għall-bini ta' karozzi ta' l-elettriku f'pajjiżna.", "Ninsab konvint li l- Prim Ministru jaf b'ħafna aktar każi u jiena nistaqsi x'qed jiġri biex dan id-dewmien żejjed ma jibqax iseħħ.", "Il-gvern fl-opinjoni tiegħi diġa` qed jipprova jindirizza din il-problema u naħseb li waħda mill-inizjattivi tiegħu kienet li jgħaqqad id-diversi strutturi bħalma kienu l-MDC u l-METCO, taħt il-kappa tal-Malta Enterprise imma fl-opinjoni tiegħi, billi biddel l-isem ta' kumpannija minn \"A\" għal \"B\" m'hu se jsolvi l-ebda problema.", "Għandna gvern li dejjem ta l-importanza lill-valuri, għallinqas dejjem hekk qal għalkemm kemm dan jiġri fir-realta`, inħalli lill-poplu jiġġudika.", "Naħseb li hawnhekk huwa każ eċċellenti ta' valuri.", "Kif diġa` għedt, huwa inutli li tbiddel l-isem ta' kumpannija għax in-nies li kienu jmexxu dawn it-tliet kumpanniji għadhom l-istess.", "Naħseb li din hija xi ħaġa li dan il- gvern irid jindirizza u hemmhekk biss nemmen li tikber l-effiċjenza u ma jintilfux l-opportunitajiet.", "L-ewwel ma jrid jagħmel il-gvern hu li jara li fid-dipartimenti tiegħu u f'dawn l-entitajiet ikun hemm nies verament kompetenti.", "L-isfortuna hi li f'ħafna minn dawn l-awtoritajiet, għandna nies li waslu fil-pożizzjoni li waslu, mhux għax kienu kapaċi imma minħabba l-favoritiżmu u n-nepotiżmu.", "Dawn in-nies, ġaladarba ma mxewx 'il quddiem fil-kariga tagħhom minħabba li kienu effiċjenti imma minħabba raġunijiet oħra, ninsab konvint li ma jistgħux joffru effiċjenza minnhom infushom.", "Biex toffri l-effiċjenza, trid tkun effiċjenti minnek u ma jistax ikun li jkollna nies li jitpoġġew f'pożizzjonijiet importanti għas-sempliċi raġuni li huma nies tal-qalba tal-gvern preżenti.", "Ma nistgħux nimxu b'nies li m'humiex kompetenti, m'humiex effiċjenti minnhom infushom.", "Naħseb li din hija l-ewwel problema li l-gvern preżenti u s-segretarjat għas-self- employed irid jindirizza.", "Trid issir enfasi fil-ministeri kollha li n-nies li jkunu qegħdin imexxu l-għadd kbir ta' awtoritajiet li għandna, iridu jkunu nies ta' ċertu kalibru u effiċjenza u mhux nies li qegħdin hemmhekk minħabba l-kulur politiku tagħhom.", "Għandna l-każ reċenti tar-ristrutturazzjoni tal-PBS fejn sar pure political cleansing.", "Ma kien hemm l-ebda raġuni oħra għalfejn saret ir- ristrutturazzjoni ħlief biex din l-aġenzija ġdida minflok il-PBS tibda titmexxa min-nies ta' kulur wieħed.", "Għandna wkoll il-każ tal-MFSA fejn għandek 60 ruħ kollha ta' kulur politiku wieħed.", "Naħseb li din hija l- mentalita` li trid titneħħa jekk irridu l-effiċjenza, li min ikun qed jokkupa karigi sensittivi fl-ekonomija tal-pajjiż, irid jinsa l-kulur tiegħu u jrid imexxi għax hu kapaċi jmexxi dik l-azjenda.", "Jekk ma rridux nitilfu opportunitajiet irridu nkunu effiċjenti u l-effiċjenza m'hijiex se tingħata min-nies li qatt ma rebħu posthom għax kienu effiċjenti.", "Għalija dan huwa prinċipju kardinali.", "Pero' ma ridtx nirriferi biss għax-xogħol li ġej minn barra imma rrid nirriferi wkoll għall-pożizzjoni lokali.", "Din li jintilfu opportunitajiet m'hijiex ristretta biss għal min ried jinvesti hawn Malta imma anke għall- imprendituri lokali li ilhom is-snin jittalbu biex forsi jingħataw post partikolari.", "Għandna każi fejn individwi ilhom is-snin jibku biex jingħataw fabbrika.", "Hemm każ ta' persuna minn Birżebbuġa - l-Onor.", "Vassallo żgur li jaf bih għax naf li kellmu qabel l-elezzjoni li għaddiet – li għandu potenzjal ta' xogħol u ilu fin-negozju pero` l-isfortuna tiegħu hija li m'għandux post. Dan għandu l-makkinarju qiegħed kollu f'maħżen u ilu s-snin jibki lill-MDC - illum il-Malta Enterprise - biex forsi jingħata post fejn jista' jopera.", "Hemm każ ieħor ta' ditta pjuttost magħrufa lokalment li għandha xogħol imfittex ħafna.", "Il-problema tagħha hija li l-post minn fejn taħdem qiegħed fl-abitat u hemm ħafna kummenti kontrihom u din tifhima għax filwaqt li min-naħa trid timbotta lis-self-employed, min-naħa l-oħra ma nistgħux ninsew l-interessi taċ-ċittadin.", "Din il-kumpannija għandha problema minħabba l-allokazzjoni tal-post u ilhom is-snin jiġru biex forsi jiġu allokati post minn fejn ikunu jistgħu joperaw u jkabbru, imma sfortunatament dan qatt ma jingħata.", "Ir-raġuni ma nistax nifhem x'inhi, għax imbagħad kellna każ partikolari li naf li tressaq anke internament fis- segretarjat tal-partit Nazzjonalista u dan ingħata l-art.", "M'iniex qed nistaqsi għax ingħataw jew le għax la huma fin-negozju, għandha tiġi valutata t-talba ta' kulħadd imma għalija hija offiża jekk għandek imprendituri oħrajn bl-istess problema u ma jingħatawx soluzzjoni meta oħrajn ikunu ingħataw soluzzjoni.", "Ma nistax nifhem għaliex għandu jkun hawn two weights and two measures.", "Huwa proprju n-nepotiżmu u l-favoritiżmu li rridu neqirdu jekk irridu mmexxu l-ekonomija 'l quddiem.", "Ma jistax ikun nibqgħu nħarsu b'kulur wieħed lejn kantuniera waħda.", "Għalhekk importanti li nibdew naraw b'mod oġġettiv u mhux soġġettiv.", "Kumment ieħor li joħroġ minn dan id-dokument u li jidhirli li għandi nikkummenta dwaru - u hawn dejjem qed nirriferi għal dak li qal il-Prim Ministru – hu dak fejn intqal li l-interess għall-invesitment ġewwa pajjiżna dejjem qed jikber.", "Naħseb li min qed jismagħni qed jgħaddi l- kummenti ta' disagreement tiegħu jekk mhux qed jidħak.", "X'investiment ġej lejn dan il-pajjiż( Ma nistax nifhem biex qed jikber l-investiment f'pajjiżna.", "X'sar f'dawn l-aħħar snin li jħajjar l-investiment f'pajjiżna( Dak li qegħdin nisimgħu bħalissa huwa li kumpanniji qegħdin jagħlqu jew li pajjiżna m'huwiex kompetittiv.", "In-nuqqas ta' kompetittivita` u ta' investiment m'hijiex sempliċiment problema tagħna għax jekk inħarsu lejn il- kummenti li kien hemm dan l-aħħar min-naħa tal-Ġermanja u min-naħa ta' Franza naraw li kien hemm dibattitu sħiħ u kien hemm diversi interventi dwar talba li l-kummissjoni biex ikun hemm harmonized tax għall-kumpanniji.", "Il-Ġermanja u Franza jridu li l-corporate tax tkun waħda harmonized fi ħdan l-Unjoni Ewropea kollha u dan għaliex bil-mod kif qed tiġi adottata u mħarsa din it-taxxa f'pajjiżi oħra, bħalma huma l-Estonja, Litwanja, Ċipru u l-Polonja, dawn qegħdin jieħdu l-investiment kollu minn ġewwa l-Ewropa, aħseb u ara minn Malta!", "F'Malta, il-corporate tax tagħna hija 35% u hi bħalma hi tal-Ġermanja u ta' Franza pero` imbagħad ta' l-Estonja hija 0%, tal-Litwanja u Ċipru hija 15% u tal-Polonja hija 19%.", "Allura wieħed jistaqsi: Għalxiex għandu xi ħadd jiġi jinvesti hawn Malta( Min ġej jinvesti hawn Malta( Qegħdin insemmu wieħed mill-punti għalfejn ma jiġix l-investiment hawn Malta u din hija problema prinċipali li qed tolqot pajjiżi kbar, aħseb u ara kemm ma tolqotx lilna.", "Safejn naf jien, kulħadd jitlaq minn Malta qiegħed.", "Kultant nisimgħu b'xi fabbrika li tħaddem erba' min-nies, nagħmlu għagħa biha fuq il- gazzetti imma aħna mhux dak hu l-invesitment li rridu u mhux dak li għandha bżonn l-ekonomija.", "Għandna bżonn ħafna aħjar minn hekk.", "L-istess jgħodd għall-VAT.", "Jien ma nistax nifhem għalfejn din it-taxxa minn 15% telgħet għal 18%.", "Jien nifhem li hemm id-dejn u hemm ħofra kbira li ħaffer il-gvern u li issa jrid jagħlaq imma jekk irridu nkattru l-investiment u nġibu t-turiżmu lejn pajjiżna, li tgħolli t-taxxa hu counter-productive.", "Forsi wieħed jgħid li fejnjidħol it-turiżmu ż-żieda tal-VAT m'hjiex direttament applikabbli, imma fuq is-servizzi l-oħra li jiġu pprovduti, bit-18% qegħdin iħallsu.", "Jekk veru rridu nġibu l-investiment, irridu nimitaw pajjiżi oħra u hawnhekk se nsemmi każ fl-Italja.", "Fl-Italja, l-industrijalisti u l-imprendituri għandhom il-faċilita` li jekk jaħdmu matul il-lejl, l-użu tad-dawl jiġi kważi b'xejn u b'hekk jagħmlu iżjed profitt.", "F'Malta, l-affarijiet qegħdin bil-kontra!", "Jekk qiegħed fil- kummerċ, id-dawl jiswa tliet darbiet iżjed!", "Ma tagħmilx sens.", "Apparti hekk, f'post partikolari fl-Italja għandhom l-inċntiv li meta kumpannija jirnexxilha tattira ordni tajba tingħata għajnuna fuqha.", "Fejn huma dawn it- tip ta' inċentivi lis-self-employed tagħna u lil min irid jesporta barra minn Malta( Żgur li m'hawn xejn minn dawn it-tip ta' inċentivi.", "Aktar tard se nagħmel riferenza għall-inċentiv tas-self mill-banek.", "Dan huwa pass tajjeb imma bir-rispett kollu, mhux dak li għandu bżonn is-self- employed u ngħid għalfejn iktar tard.", "Kumment ieħor li ġibed l-attenzjoni tiegħi huwa meta l-Prim Ministru qal li l-infiq min-naħa tal-konsumatur żdied.", "Dan ifakkarni f'artiklu li kien kiteb l-Onor.", "Vassallo fl-10 ta' Ottubru 2003 taħt it-titlu \"Is-self- employed u n-Negozji Żgħar tagħna għandhom iħarsu madwarhom u jaraw l- Istampa Sħiħa ta' x'qed jiġri fis-Suq.\"", "Fost affarijiet oħra, dan l- artiklu jgħidilna:", "\"Illum iżda l-bejgħ fil-kwantita` tiegħu żdied, l-għażla tal-prodotti żdiedet u għaldaqstant is-suq kiber b'iżjed konsumaturi li lesti jonfqu iktar, bħalma kibret id-domanda għal prodotti aħjar, għall- għażla u għall-varjeta`.\".", "Jien ma nafx, imma ħlief kummenti bil-kontra m'iniex qed nisma'.", "Kif jista' jkun li tikber id-domanda u li jikber l-infiq tal-poplu in ġenerali meta x-xogħol qed jonqos u meta l-overtime qed jispiċċa?", "U kif jista' ikompli jikber ċertu tip ta' infiq sostanzjali meta l-poplu qed iħabbat wiċċu ma' mpjiegi li m'humiex fissi imma li jtulu biss tliet xhur jew sitt xhur?", "Hawnhekk ta' min jara wkoll x'kellu xi jgħid is-Sur Vince Farrugia, direttur tal-GRTU, għar-rigward tal-pożizzjoni mudlama li jinsabu fiha l- membri ta' din l-għaqda.", "Fil-fatt hawnhekk kien hawn write-up sħiħa fejn fost l-oħrajn issemmiet ukoll il-problema ta' l-użura, li f'dan il-pajjiż splodiet 'il fuq.", "Kellna wkoll diversi każijiet koroh minħabba l- fallimenti tan-negozju għax flus m'hawnx u kollox huwa ffriżat.", "Għalhekk jien nistaqsi: Il-flus fejn qegħdin?", "In-negozju fejn qiegħed?", "U l-infiq fejn qiegħed?", "Huwa veru li llum il-ġurnata jista' jkun hawn l-infiq, imma llum bl-istess flus wieħed qed jixtri ħafna inqas affarijiet, u iktar ma jgħaddi ż-żmien l-affarijiet iktar qegħdin jistaġnaw.", "Jekk il-gvern qed jittama li se jsolvi l-qagħda finanzjarja tal-pajjiż b'dak li se jonfoq il- konsumatur Malti, ninsab żgur li l-pjan li ġie approvat minn Brussels - għax irridu ngħidu wkoll li issa l-pjani ta' kif se nsolvu l-problemi tagħna lanqas jiddependu minna imma jridu l-approvazzjoni ta' Brussels - m'hu se jsolvi xejn.", "Li għandu bżonn dan il-pajjiż huwa investiment ġdid u inizjattivi li jridu jittieħdu bis-serjeta` biex b'xi mod jattiraw dan l- investiment.", "Fl-opinjoni tiegħi, dan li qed jingħad huwa biss ħolm.", "Il- Prim Ministru kien kellimna fuq il-viżjonijiet, u fil-fatt dak li se jiġri hawnhekk; li kollox se jibqa' viżjoni.", "Min sema' lill-Onor.", "Galea jitkellem ftit tal-ħin ilu, seta' jinnota li dan beda jitkellem biss fuq dak li rridu nagħmlu fil-futur, bħal meta jsemmu l-fondazzjoni għall- iskejjel ta' għada, fejn imbagħad l-iskejjel tal-lum qatt ma narawhom.", "Per eżempju, l-MFSA suppost kellha tkun xi pilastru kbir għal dan il-pajjiż, pero` fil-verita` ma rajna xejn joħroġ minnha, bħalma ġara fil-każ ta' l- awtorita` tat-turiżmu, li qed narawha tikkrolla, u fil-każ ta' l- industrija.", "Jien naħseb li rridu nimbottaw ħafna iżjed 'il quddiem.", "Fir-write-up ta' l-Onor.", "Vassallo kien hemm diversi punti ta' interess, u frażi partikolari li laqtitni kienet dik li tgħid:", "\"Hija politika ta' dan il-gvern kif ukoll ta' l-UE in ġenerali li nippromwovu l-operat tan-negozju u tas-self-employed.\".", "Bir-rispett kollu, imma jien naħseb li dan il-kumment irid ikun bil-maqlub.", "Ma naħsibx li l-UE qed tiġri wara l-policies li qed ifassal dan il-gvern f'dak li għandu x'jaqsam mas-self-employed għax kif għedt diġa`, taħt dan il-gvern is-self-employed kienu meqjusin bħala ħallelin, bħala nies li jevadu t-taxxa u bħala nies li ħaqqhom min ikissirhom.", "Issa li d-diska qed iddur, se mai naħseb illi huwa l-gvern li qed jimxi fuq il-policy ta' l-UE u mhux bil-kontra.", "Ara meta l-partit Laburista tela' fil-gvern fl-1996, huwa mal-ewwel għaraf l-importanza li għandhom is-self-employed għall- ekonomija tagħna u għamel minn kollox biex imexxihom 'il quddiem.", "Fil-fatt matul it-18-il xahar li dam fil-gvern il-partit Laburista tant beda joħloq politika u opportunitajiet favur is-self-employed li ħareġ saħansitra skemi biex jibdew jingħataw l-artijiet biċ-ċnus, u twaqqfet dik l-inizjattiva fir- rigward ta' l-IPSE.", "Għalhekk jien ma nistax nifhem għaliex meta mbagħad tela' fil-gvern il-partit Nazzjonalista, dan waqqaf dawk l-għotjiet ta' l- art għax fl-opinjoni tiegħi, ma kienx il-każ li dan isir.", "Punt ieħor li ġie mqajjem fir-write-up ta' l-Onor.", "Vassallo jirrigwarda l- edukazzjoni u t-taħriġ.", "Dawn huma kollha punti li xbajna nisimgħu dwarhom, imma għal darb'oħra għandu jkun insejna x'għamel il-gvern Laburista fil- passat u dak ta' bejn l-1996 u l-1998 sabiex imexxi lill-istudenti 'l quddiem.", "Per eżempju, possibbli nsejna li l-gvernijiet Laburista tant kienu ħadu l-idea li jrid ikollok popolazzjoni edukata bis-serjeta`, kemm akkademikament kif ukoll f'dik li hi snajja', li waqqfu diversi ċentri apposta?!", "L-Onor.", "Galea jħobb isemmi l-MCAST.", "Huwa veru li t-twaqqif ta' l-MCAST kien pass tajjeb, imma huwa fatt ukoll li biex tidħol l-MCAST irid ikollok ċerti grades akkademiċi, u mhux l-istudenti Maltin kollha għandhom dawn il-grades akkademiċi.", "Hemm min huwa tajjeb biex juża moħħu u hemm min hu tajjeb biex juża jdejh.", "Għalhekk jien nistaqsi: X'inhu jiġri fil- konfront ta' dawk l-istudenti li m'humiex daqstant fast mentalment?", "Għax fil-verita` dawn m'huma qed isibu mkien fejn imorru.", "Dawk iċ-ċentri tas- snajja' li kienu nbnew biex jgħallmu lil dawn it-tip ta' nies ingħalqu, u din hija sfortuna għax fl-aħħar mill-aħħar dawk l-azjendi li jixtiequ jiftħu f'pajjiżna b'dawn it-tip ta' nies iridu jimxu.", "Billi bniedem forsi m'għandux iċ-ċertifikati ta' \"O\" levels u ta' l-\"A\" levels, dan ma jfissirx li għada pitgħada dan m'huwiex se jkun kapaċi jmexxi impriża.", "Huwa veru li hemm ċerti korsijiet ta' dan it-tip imnedija mill-ETC, imma bir-rispett kollu, dawn il-korsijiet huma intiżi biex kemm jista' ikun iżommu lin-nies milli jmorru jirreġistraw.", "Biex niftehmu, din il-miżura għandha l- importanza tagħha għax mhux sew li wieħed jirkeb fuq dahar l- amministrazzjoni tal-mument, pero` bir-rispett kollu ma naħsibx li l- imprendituri se jħarsu lejn dawn it-tip ta' nies għax hemm mijiet ta' nies li qegħdin jirreġistraw u li għandhom kwalifiki tajbin.", "Jien naħseb li billi dawn in-nies ikollhom ċertifikat maħruġ mill-ETC m'humiex se jiġu magħżula, iktar u iktar f'dinja fejn jeżistu diversi nies kwalifikati.", "Illum il-gvern Nazzjonalista qiegħed jgħid li jrid jagħti ċerta edukazzjoni lil dawk li qed ifittxu x-xogħol, imma jien naħseb li l-iktar darba li ried jippriedka l-edukazzjoni l-partit Nazzjonalista kien meta dħalna fl-UE għax sfortunatament inqdejna bil-fondi li suppost kienu se jagħmlu tajjeb biex jiġu żmantellati t-tariffi u tibda tidħol il-kompetizzjoni vera u b'dawk il- fondi pprovajna nagħtu x'jifhmu li minn hemmhekk se tiġi l-barka t'Alla bil- konsegwenza li ħafna minn dawn il-flus ġew sparpaljati f'affarijiet personali u mhux biex intejbu n-negozju.", "Illum anke dawk li ħadu ħsieb jinvestu bis-serjeta` jinsabu fi kriżi, aħseb u ara dawk li ma ġewx edukati b'dan il-mod.", "Għalhekk naħseb li hemmhekk riedet tidħol l-edukazzjoni, u kien għajb li lil dawn in-nies, lis-self-employed u lill-imprendituri ż- żgħar ma spjegajnielhomx x'kien ġej għalihom.", "Problema oħra li bla dubju ta' xejn jiltaqgħu magħha s-self-employed hija dik finanzjarja, u fil-fatt kif għedt diġa`, dan huwa wieħed mill-aspetti li jinkwieta lil ħafna nies fin-negozju.", "Dan l-aħħar f'\"Il-Mument\" rajt ir- write-up ta' l-Onor.", "Vassallo dwar il-ftehim li huwa għamel mal-Bank of Valletta rigward is-self-employed.", "Jien m'iniex se ngħid li din l- inizjattiva kienet ħażina għax inizjattiva dejjem tkun tajba, imma bir- rispett kollu, il-problema prinċipali tas-self-employed m'hijiex dik li jissellfu mill-banek imma hija l-burokrazija li jiġi biha l-bank biex jislifhom fejn fost affarijiet oħra, huwa jorbtilhom ammont ta' proprjeta`.", "Jien ngħid ukoll li l-bank mhux lil dawk li diġa` qegħdin fin-negozju għandu jsellef il-flus bl-4% imma lil dawk li għadhom se jidħlu fid-dinja tan-negozju.", "Dawk li diġa` qegħdin fin-negozju għandhom bżonn għajnuna wkoll, imma l-ewwel ma għandhom jiġu ndirizzati huma dawk li għadhom se jidħlu fid-dinja tan-negozju.", "Min-naħa tiegħu, il-bank ikun irid ikollu ċertu security wkoll għax din jien nifhimha; il-banek m'humiex qegħdin hemmhekk biex jagħmlu l-qligħ jew biex jagħmlu l-karita`, u għalhekk hawn se nerġa' ngħid dak li ġieli għedt; illi wasal iż-żmien li l-Malta enterprise jew inkella xi aġenzija oħra tal- gvern, tkun liema tkun, joħolqu fond li jkun jgħin lis-self-employed direttament għax ir-riskju xi ħadd irid jieħdu, u l-bank żgur li m'huwiex se jieħu r-riskju.", "Huwa l-istat li jrid jieħu r-riskju.", "Anke d-dokument ta' Lisbona jew xi dokument ieħor - għax insejt eżatt liema wieħed minnhom kien - għamilha ċara li l-falliment irid iġorru xi ħadd, sakemm dan ikun ġenwin.", "Barra minn hekk mal-banek għandek ħafna logħob ta' karti, u din lis-self-employed qed tagħfsu wkoll.", "Il-banek għandhom l-istruttura tagħhom u għandhom il-mod tagħhom ta' kif jimxu.", "Fil-fatt illum il- problema hija li filwaqt li għandek ħafna nies li għandhom ideat tajbin dwar in-negozju, m'għandhomx finanzi biex ikunu jistgħu jidħlu f'dan il- qasam.", "Meta l-Malta enterprise tara li t-tali inizjattiva se twassal x'imkien u jista' ikollha potenzjal, trid tibda tingħata l-għajnuna.", "Punt ieħor ta' kritika li rrid nagħmel dwar ir-write-up ta' l-Onor.", "Vassallo huwa meta dan qal hekk:", "\"Meta qed nitkellmu fuq l-implimentazzjoni ta' politika imprenditorjali qegħdin nirriferu għal bidla ta' mentalita` li trid tkun kapaċi kontinwament tfittex li tbiddel kull proċedura eżistenti f'waħda iżjed flessibbli, iktar effiċjenti, inqas burokratika u iktar effettiva.\".", "Imbagħad huwa kompla hekk:", "\"Ma nistax nifhem kif f'pajjiżna għandna diversi inizjattivi tajbin għaddejjin, kollha mertu tagħhom, iżda fl-istess waqt ftit li xejn donnu jidher li hemm sinerġija bejn l-inizjattivi fil-ħidma tal-gvern bejn is-settur kummerċjali, id-dipartimenti u l-awtoritajiet kollha, li jaħsbu u jiddeċiedu individwalment.\".", "Jien naqbel miegħek perfettament, Onor. Vassallo, imma fir-realta` x'qegħdin nagħmlu biex dawn l-affarijiet ma jibqgħux jiġru?", "Naħseb li waħda mill-problemi prinċipali qiegħda fis-set-up ministerjali nnifsu għax jien għadni ma nistax nifhem kif għandna lill-Onor.", "Ċensu Galea responsabbli mill-kompetittivita`, min-negozji ż-żgħar u mill-kummerċ, għandna lill-Onor.", "Austin Gatt li huwa responsabbli mill-investimenti tal- gvern u mill-Malta enterprise u mbagħad għandna lill-Onor.", "Edwin Vassallo li huwa responsabbli mis-self-employed.", "Fl-opinjoni tiegħi, dawn l-oqsma kellhom jaqgħu kollha taħt kappa waħda.", "Jekk irridu sinerġija u rridu li l- affarijiet jingħaqdu flimkien għandna nibdew mill-istess kabinett għax kif jgħid il-Malti, il-ħuta minn rasha tinten.", "Jien ma nistax nifhem lanqas kif imbagħad taħt is-26 inizjattiva jiġu jgħidulna li sabiex ma jerġax jiġri dak li ġara fir-rigward tal-Price Club supermarkets irridu mmorru għand il-Malta enterprise, jiġifieri rridu nerġgħu mmorru għand ministeru ieħor.", "Dawn l-affarijiet kollha li semmejt għandhom jaqgħu taħt il-kappa tal-ministeru responsabbli mill-kummerċ.", "Irrid ngħid ukoll li jekk irridu sinerġija ma nistgħux nibqgħu nfaqqsu l- awtoritajiet bil-mod kif qegħdin infaqqsuhom għax spiċċajna b'ħafna iktar awtoritajiet milli fil-fatt hemm bżonn li jkollna.", "L-agħar ħaġa hija li ħafna minn dawn l-awtoritajiet twaqqfu sempliċement biex joħolqu jobs for the boys, bħalma sar fil-public works department fejn kellek laboratorju sħiħ mogħni b'kollox u dan tneħħa minn taħt id-dipartiment tal-public works biex mar taħt awtorita`.", "Tafu x'għandhom komuni biss dawn l-awtoritajiet?", "Il-ħlas, għax kulħadd jivvinta l-ħlas, u dan hu li ma jridux l- imprendituri, li kull fejn idawru wiċċhom isibu biss ħlas!", "Mr Speaker, ġaladarba qed nitkellem fuq dawn l-awtoritajiet nixtieq insemmi l-MEPA.", "Aħna rridu li l-imprenditur jimxi 'l quddiem.", "Huwa veru li meta nħarsu lejn l-inizjattivi li jkun hemm, irridu nieħdu in konsiderazzjoni wkoll l-interessi tal-pubbliku għax jien nifhem li llum il-ġurnata ma jistax ikollok ċerti azjendi u fabbriki qalb ir-residenzi.", "Illum l-art u l- proprjeta` għolew, kulħadd għandu l-investiment tiegħu u kulħadd għandu l- interessi tiegħu, u għalhekk nifhem li għandu jkun hemm ċerti regoli, pero` hija xi ħaġa diżgustanti li filwaqt li l-Onor Vassallo ħa pjaċir li fl- aħħar il-MEPA approvat 200 tomna ta' art - about time! - din ħadet is-snin biex tapprova fejn aħna jista' ikollna l-kummerċ tagħna, qisha l-MEPA qed tagħmel xi att ta' karita` lill-pajjiż.", "It-tieni nett jien ma nistax nifhem kif fir-rigward tan-negozji jsir impact assessment u jintnefqu mijiet ta' eluf ta' liri għalxejn.", "Dan għalfejn meta wieħed jista' jinvesti l-flus mod ieħor?", "L-impact assessment għandu jsir mill-MEPA nnifisha u mhux l-imprenditur irid joħroġ dawk il-flejjes kollha biex jagħmlu riċerki u rapporti li fl-aħħar mill-aħħar ma jkunu qed iservu għalxejn ħlief biex jimlew żaqq erbgħa min-nies, jekk ma ngħidx buthom.", "Kulħadd jgħid li wasal iż-żmien li l-att li waqqaf lill-awtorita` ta' l- ippjanar ma jibqax biss munzell karti fuq l-ixkaffa għax, per eżempju, jien ma nistax nifhem kif il-liġi tgħidlek li ma jistax ikollok cold room fl- abitat u mbagħad jiġu l-membri tad-DCC u joħorġu l-permess.", "Wieħed ma jistax jgħid li dawn in-nies m'humiex mixtrija għax anke l-mod kif jargumentaw jixhed dan; huma ma jridux jafu ħlief li jagħtu l-permessi.", "Jien nifhem li imprenditur ma jkunx jixtieq li jwaħħlulu l-permess imma l- interess tal-pubbliku trid tagħrfu wkoll, u għalhekk nieħu pjaċir iktar minn qatt qabel li fl-aħħar approvajna dawn il-200 tomna art biex fl-aħħar dawn in-nies li għandhom in-negozju tagħhom fl-abitat jiġu mogħtija post deċenti minn fejn jistgħu joperaw u mhux jiġu mitluba l-eluf tal-liri minn spekulaturi li jkunu ġabu l-permessi bil-mod kif ġabuhom.", "Hemm ukoll il-kwestjoni ta' l-MFSA, u bir-rispett kollu jien ma nafx għaliex l-MFSA qiegħda dejjem tibqa' fuq l-ixkaffa u dejjem titwarrab.", "Meta saret il-mistoqsija ta' xi protezzjoni ngħataw dawk l-imprendituri ż- żgħar li qalgħu daqqiet minn azjendi kbar, bħall-Price Club supermarkets, jien ma nistax nifhem għalfejn l-MFSA ma rrispondietx.", "Bir-rispett kollu, imma fl-opinjoni tiegħi kulmin qed imexxi hemm fuq għandu jirriżenja u mhux dawn qegħdin hemmhekk biss għal-lussu tal-karozzi u tal-bini.", "Allura dawn xogħolhom huwa biss li jagħmlu l-filing tal-karti?", "Jien naħseb li meta dawn jimponu dawk it-taxxi u dawk il-multi kollha fuq min jaqbeż ġurnata jew nofs ta' nhar biex jagħmel il-filing ta' xi dokument għandhom jirrispondu għall-għemil tagħhom ukoll.", "Jien ma nistax nifhem kif falliet kumpannija bħal dik, niżżlet magħha tant imprendituri u self-employed u Alla jbierek l-MFSA ħaslet idejha minn kollox, u dan meta fl-opinjoni tiegħi kienet hi l-iktar waħda responsabbli għal dak li ġara, għax mid- dokumenti li kienu qed jiġu ppreżentati jmessha ndunat li l-kumpannija kienet riesqa lejn falliment, li kien hemm l-inkwiet u li magħha kien se jegħreq kulħadd.", "Mela x'inhu xogħolha l-MFSA?", "Għandha ssir inkjesta biex isir magħruf kif minkejja dak kollu li kien qed jiġri, l-MFSA ma ħaditx il- passi li kellha tieħu.", "Wara kollox f'din l-awtorita` hemm nies - u ta' min isemmi li dawn huma kollha blue-eyed - imħallsin tajjeb ħafna li għandhom il-lussu li jista' jimmaġina kulħadd, pero` Alla jbierek dawn lanqas indenjaw ruħhom jagħmlu xejn biex jieħdu prekawzjoni ħalli kumpannija kbira bħal dik li magħha kienu qed iżommu tant self-employed żgħar ma tfallix, u għalhekk huma għandhom jirrispondu għal għemilhom.", "Mr Speaker, jien naqbel ma' l-Onor.", "Galea li l-oppożizzjoni għandha tifforma parti mis-sinerġija, imma jekk in-naħa tal-gvern tippretendi li l- oppożizzjoni għandha tagħti iktar kontribut u tifforma iktar parti mis- sinerġija, hija għandha titħalla tagħmel dan għax, per eżempju, safejn naf jien l-oppożizzjoni lanqas biss kienet taf b'dawn il-laqgħat li qed jissemmew.", "Saru ħafna laqgħat, saru ħafna diskussjonijiet u Alla jbierek, il-gvern lanqas biss informana bihom.", "Issa din hija xi ħaġa li toħroġ mill- konfini tal-politika għax fl-aħħar mill-aħħar l-ebda amministrazzjoni ma trid tmexxi pajjiż fallut, jiġifieri hemm l-interess u l-ġid komuni tal- pajjiż fin-nofs.", "Għalhekk jien ma nistax nifhem għalfejn dan għandu jkun sigriet daqstant kbir u li l-oppożizzjoni m'għandhiex tiġi informata b'dak li qed isir.", "Jekk il-gvern għandu aċċess għad-data u għandu aċċess biex ikun jaf min huma s-self-employed, l-oppożizzjoni għandu jkollha aċċess għal din l-informazzjoni.", "Żgur li m'għandhiex issir il-kritika li l- oppożizzjoni m'hijiex tagħti l-kontribut tagħha meta hija qed tiġi mċaħħda mill-informazzjoni li għandhom il-membri tan-naħa l-oħra.", "Mr Speaker, ir-rapport li għandna quddiemna fih tabella li turi l- performances Ii saru fl-inizjattivi, u l-ewwel waħda hija d-daħka tat- tabella l-oħra kollha għax jekk toqgħod tanalizza dawn it-tabelli tara li l- ebda waħda minnhom ma tirrispekkja l-percentage li tawhom.", "Huwa veru li l- proċedura biex joħorġu l-permessi tal-kummerċ ġiet simplifikata, imma għalija lanqas 0% ma kont nagħti għax kulma sar f'dan ir-rigward kien li awtorita` tfarfar fuq oħra.", "Illum ġejna fl-estremita li jekk il-permess joħroġ min-naħa tal-MEPA, in- naħa tad-diviżjoni tal-kummerċ ma jagħmlu xejn biex janalizzaw dan il- permess, sempliċiment japprovawh u xejn iżjed.", "Jiġifieri ma nistax nifhem allura għalfejn għandha tieħu xi mertu din l-inizjattiva ta' 80% meta din kulma għamlet applikat is-sistema tat-tfarfir.", "Barra minn hekk nixtieq nagħmel ukoll riferenza għal dak li kellu xi jgħid id-direttur ġenerali tal- GRTU, is-Sur Vince Farrugia f'artiklu riċenti fil-gazzetti.", "Kieku huwa veru li dan li għandna f'dan id-dokument qiegħed jiġi attwat bil- mod li qed jiġi deskritt, kieku naħseb li ma kenitx issir il-karba f'gazzetta lokali fejn jitlob lill-MEPs il-ġodda sabiex iwasslu dawn l- ilmenti kollha li għandhom is-self-employed u l-imprendituri tagħna fil- parlament Ewropew biex jirranġaw l-affarijiet.", "Naħseb li kieku artikli simili ma jiġux miktuba.", "U tajjeb li wieħed iħares ukoll fil-konfront ta' dak li ntqal, sew min-naħa tal-Prim Ministru kif ukoll min-naħa ta' l-Onor.", "Vassallo fejn qalu li għandna sitwazzjoni fejn il-kummerċ jinsab miexi tajjeb, meta jekk inħarsu lejn ir-rapport li ħareġ għall-istampa dwar l-ewwel ġimgħa tat-trade fair naraw li s-sitwazzjoni xejn ma tidher pjaċevoli.", "Fil-fatt dan ir-rapport jgħidilna li \"62% of those interviewed reported a decrease in sales turnover compared to last year.", "Of these 53% claimed that they had to drop off over 20% in their sales.", "22% had sales improvement while only 16% estimated similar profits compared to last year\".", "Jiġifieri minn dan joħroġ li kien hemm tnaqqis fil-bejgħ fl-ewwel ġimgħa tat-trade fair.", "U hawnhekk xtaqt nagħmel parentesi żgħira.", "Naħseb li d-drawwa li r-rapporti mill-entitajiet tagħna jkunu kollha bl-Ingliż hija xi ħaġa żbaljata.", "Aħna Maltin u r-rapporti għandhom joħorġu bil-Malti.", "Jien kelli naqrah bl- Ingliż għas-sempliċi raġuni li ġie f'idejja dalgħodu stess u ma kellix ċans nagħmel traduzzjoni tiegħu.", "Imma ħalli nkompli ngħid x'juri dan ir- rapport.", "Minn dan ir-rapport joħroġ biċ-ċar li 53% ta' dawk li qed jesebixxu fit- trade fair kellhom drop off ta' over 20% fis-sales tagħhom fl-ewwel ġimgħa u dan żgur li ma jġegħeniex ngħidu li għandna ħafna investiment u ħafna flus fl-idejn.", "Anzi jien naħseb li din hija sitwazzjoni li turi totalment bil-kontra u allura forsi li wasal iż-żmien li meta jkollna rapport ta' dan it-tip - diġa' għedt li rapport bħal dawn fihom infushom huma tajbin għax jaspiraw id-djalogu – għandna naraw li għandu jinżel dak li attwalment ikun hemm; m'għandniex niddikjaraw ħaġa meta fir-realta` kulħadd ikun jaf li s- sitwazzjoni ma tkunx dik.", "L-ikrah huwa ikrah vera, imma jrid jiġi ndirizzat u tindirizzah billi tlaqqa' lil dawk kollha li għandhom interess dirett fil-ġid u fl-ekonomija tal-pajjiż, il-partijiet soċjali kollha u magħhom tiddiskuti dak kollu li għandu jiġi diskuss u dak kollu li jidher u mhux sempliċement dak kollu li jintqal biex jintogħġob.", "Anke dak li jintqal wara bibien magħluqa għandu jiġi mpoġġi għad-diskussjoni, wara kollox kulħadd jaf x'inhi s-sitwazzjoni u kulħadd jixtieq li l-affarijiet jitranġaw.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Chris Aguis.", "ONOR.", "CHRIS AGUIS: Sur President, jiena wkoll nixtieq nagħti l-kontribut tiegħi għal dak li ħareġ f'konferenza li ġiet miżmuma ftit tal-ġimgħat ilu, fejn fiha ġie mistħarreġ dak li sar u ma sarx mis-sena li għaddiet sal-lum, sabiex tkun implimentata l-politika imprenditorjali hekk kif imfissra fiċ- charter Ewropew għall-intrapriżi ż-żgħar.", "Hawnhekk għandna ċ-ċans biex niflu dan ir-rapport li fih kummenti minn korpi kostitwiti kif ukoll 54 inizjattiva u naraw kif fuq dan il-perijodu ta' ftit aktar minn sena, kemm minnhom bdew jiġu adottati u kemm minnhom għadhom jistennew sabiex jiġi adottati, kif ukoll kif se jiġu mplimentati fil-kuntest ta' pajjiżna.", "Minkejja li dawn il-prinċipji huma apposta għan-negozji ż-żgħar, f'uħud mill-każi jridu jkunu aġġustati b'modi differenti għaliex il-bżonnijiet tan- negozji ż-żgħar ta' pajjiżna m'humiex l-istess bħall-bżonnijiet ta' negozji żgħar f'pajjiżi oħra.", "Żgur li dak li jgħodd għan-negozju żgħir fl-Italja jew fil-Ġermanja mhux bilfors li jgħodd bl-istess mod għan-negozju ta' l- istess daqs f'pajjiżna.", "Naħseb li llum huwa fatt aċċettat minn kulħadd li n-negozji ż-żgħar huma parti importanti mill-mutur ta' l-ekonomija ta' pajjiżna.", "Naħseb li minħabba din l-importanza għall-ekonomija, li l-Unjoni Ewropea ħasset il-ħtieġa li jkun fformolat dan iċ-charter sabiex ikun adottat mill-pajjiżi membri u tissaħħaħ l-ekonomija Ewropea.", "Tajjeb li ngħidu, Sur President, li meta konna aħna fil-gvern, irrikonoxxejna bil-fatti l-importanza ta' l-SMEs u dan billi waqqafna l- ewwel segretarju parlamentari responsabbli mis-self-employed, kif ukoll waqqafna l-IPSE, l-istitut għall-promozzjoni ta' l-intrapriżi ż-żgħar.", "Illum dan spiċċa għaliex imbela' mill-Malta Enterprise.", "Meta nitkellmu fuq negozju żgħir, Sur President, żgur jiġi f'moħħok id-daqs jew inkella l- kwalita` tan-negozji u kif inhuma mqassmin, u dan ivarja skond fuq liema pajjiż qed nitkellmu, għaliex jekk nieħdu eżempju, skond id-daqs ta' l- impjegati nsibu li fl-Istati Uniti l-SMEs huma dawk li jħaddmu magħhom anqas minn 500 impjegat, fil-Ġappun huma dawk li jħaddmu magħhom inqas minn 300 impjegat u mentri fl-Unjoni Ewropea - u għalhekk f'Malta wkoll – l-SMEs huma dawk l-intrapriżi li għandhom bejn 50 u 250 impjegat magħhom.", "Naħseb li għalhekk huwa fatt aċċettat li l-maġġoranza assoluta tan-negozji f'pajjiżna jistgħu jitqiesu bħala SMEs.", "Naħseb li għalhekk huwa importanti li nħarsu lejn dawn l-SMEs għax huma sors importanti ta' l-ekonomija u ta' l-impjiegi tagħna.", "Hawnhekk, Sur President, qed nitkellmu fuq settur li anke bl-anqas ċaqliqa fis-suq jew fil-klima ekonomika, ikun l-ewwel wieħed li jibda jbati.", "Naħseb li niftakru sewwa li meta ddaħlet għall-ewwel darba l-VAT fl-1995, kienu n-negozji ż-żgħar l-aktar li batew l-impożizzjoni ta' din it-taxxa.", "Dakinhar il-GRTU kienet wissiet lill-gvern li din it-taxxa kien se jkollha effett negattiv fuq in-negozji ż-żgħar u naħseb li kulħadd jaċċetta l-fatt li hekk ġara dakinhar.", "Titkellem ma' min titkellem fis-settur tar-retail business, jgħidulek li x-xogħol ilu sejjer lura minn dakinhar li ddaħlet il- VAT fl-1995.", "Naħseb li l-Onor.", "Vassallo, li bħali ġej mis-settur tar- retail, u naf kemm jaħdem għal dan is-settur, jaf li dak li qed ngħid huwa l-verita`.", "Meta xi ħadd jisimgħani nagħmel dan l-istatement li n-negozjanti ż-żgħar bdew sejrin lura minn meta daħlet il-VAT, ikun hawn min jirribatti li s- self-employed ma naqsux fin-numru tagħhom, pero` naħseb li kulħadd jifhem li mhux faċli li żżarma negozju li fih tkun investejt kull ma kellek jew addirittura ntlejt bid-dejn sabiex armajtu u dan lanqas jekk tkun qed topera f'sitwazzjoni fejn il-profitti jkunu nixfu.", "Tajjeb li ngħidu li s- self-employed jagħmlu 14.6% ta' dawk kollha li għandhom xogħol bil-qliegħ.", "Dawn fil-maġġoranza tagħhom ikunu mingħajr impjegati u jkollhom negozju tal- familja.", "Għalhekk 67% mis-self-employed kollha huma dawk li ma jħaddmu magħhom lil ħadd u għalhekk huwa importanti li għal dawn in-nies ikollna anqas burokrazija.", "Tissemma ħafna l-burokrazija f'dan ir-rapport u nemmen li hemm bżonn aktar ta' għajnuna veru u ma tibqax fuq il-karti għax bħalissa meta mmorru bħala self-employed ma nsibu xejn ħlief tfixkil, tkaxkir tas-saqajn u burokrazija żejda li ma tagħmel l-ebda ġid lil dan is- settur hekk vitali għall-ekonomija ta' pajjiżna.", "Jekk nagħtu ħarsa lejn in-negozji f'Malta nsibu li 231 kumpannija għandhom magħhom jaħdmu għaxra jew inqas ħaddiema - għalhekk l-importanza ta' l-SMEs f'pajjiżna - għandna 256 kumpannija li jimpjegaw magħhom bejn għaxra u 99 ħaddiem, għandna 37 kumpannija li għandhom bejn 100 u 499 ħaddiem u fl- aħħar għandha sitt kumpanniji kbar li jħaddmu magħhom 500 jew iktar ħaddiema.", "Ngħaddi issa biex nagħmel xi kummenti dwar dak li kellhom xi jgħidu l-MHRA rigward dan ir-rapport.", "L-aktar kumment li laqatni f'dak li qalu l-MHRA kien dan:", "\"Hemm minn fost dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet, ma jifhmux l- importanza li jgħinu lin-negozji ż-żgħar u s-self-employed.", "Hemm bżonn ta' iktar għarfien biex ikun hemm iktar ftehim fl-għoti ta' assistenza bilanċjata.\".", "Naqbel perfettament ma' dan il-kumment u nerġa' ngħid - anke għaliex jiena wieħed minn dawk li ntlaqat għaliex ġej minn dan is-settur u allura ltqajt ma' ċerti diffikultajiet li semmew l-MHRA – li nemmen fl-importanza li l- burokrazija u n-nuqqas ta' għajnuna jiġu ndirizzati.", "Ilment li jissemma minn min ikun se jibda negozju ġdid huwa d-dewmien sabiex ikollu l-permessi relattivi.", "Veru li sar ħafna progress u dan nattribwixxih għall-impenn ta' l-Onor.", "Vassallo, pero` għadna 'l bogħod.", "Jien nemmen li l-akbar intoppi qegħdin insibuhom meta napplikaw mal-MEPA.", "Ma nistax nifhem kif bqajna naċċettaw din il-burokrazija żejda u dewmien esaġerat mill-MEPA meta anke tan-naħa l-oħra jaċċettaw dan il-fatt.", "Wara ħafna ġimgħat jew xhur biex joħroġ il-permess mill-MEPA, trid tgħaddi minn battikati u torturi oħra sabiex joħorġulek il-permessi biex tkun tista' topera.", "Dan hi ovvja li dak li jkun, ikun irid jibda jopera malajr kemm jista' jkun biex idaħħal xi ħaġa mill-investiment li jkun għamel.", "Sur President, tajjeb li nfakkru li min m'huwiex konxju ta' l-importanza tas-self-employed u forsi jqishom bħala impjegati anqas minn ħaddieħor, li dawn minbarra li jagħmlu parti importanti mill-mutur ta' l-ekonomija, dawn ma jkunu daru fuq ħadd, lanqas fuq il-gvern, sabiex jaqilgħu l-ħobża ta' kuljum u kif għidt qabel, forsi jkunu ħadu riskji kbar għaliex ikunu daħlu għal-loans sabiex setgħu jibdew in-negozju tagħhom.", "Fir-rapport ta' l-MHRA, jissemma każ ta' overcharging lit-turisti.", "Dan qed jiġri l-ħin kollu u m'aħniex nagħtu kasu, Sur President.", "Mhux sewwa li jkollna min b'mod irresponsabbli, jabbuża bi prezzijiet ogħla għax dak li jkun ikun turist.", "Naħseb li dawn huma każi li qed niltaqgħu magħhom u qisu qed inħalluhom għaddejjin.", "Ma nafux kemm qed tiġri ħsara lit-turiżmu f'pajjiżna minħabba dan.", "Insemmi l-każ ta' l-inbid.", "Dan l-aħħar smajna ħafna ftaħir dwar kemm roħos l-inbid ta' barra pero` imbagħad tmur f'restaurant u ħafna minnhom, dawn għadhom jiċċarġjaw prezzijiet ta' qabel Mejju meta f'Mejju suppost li kellna r-roħs.", "Għalhekk nemmen li hemm bżonn li jkollna price watch u aħna bħala oppożizzjoni insistejna fuq price watch.", "Hemm bżonn li jkun hemm price watch u dan ma jgħoddx biss għar- ristoranti iżda għal ħafna negozji oħra b'mod partikolari fejn jidħlu t- turisti.", "La qed nitkellem fuq it-turiżmu, ma nistax ma nsemmix it-telqa li hemm f'Buġibba, post li jkun mimli turisti u li seba' snin ilu taħt gvern Laburista, kien sar ħafna xogħol ta' upgrading fuqu.", "Hemm bżonn li postijiet bħal dawn - li huma wara kollox il-vetrina għat-turist - jinżammu fi stat tajjeb.", "Mhux sewwa li jkollna xogħol ta' kostruzzjoni għaddej fix- xhur tas-sajf f'postijiet turistiċi.", "Per eżempju, insemmi l-pjazza ta' Buġibba.", "Mingħalija li kien hemm ftehim sabiex fis-sajf, f'postijiet fejn jiffrekwentaw it-turisti, ma jkunx hemm xogħol ta' kostruzzjoni iżda minkejja dan, insibu lukandi fejn maġenbhom għaddej xogħol ta' kostruzzjoni u nsemmi, kif diġa` għedt, il-każ tal-pjazza ta' Buġibba fejn hemm crane kbir għaddej b'xogħol ta' kostruzzjoni.", "Sur President, jien nemmen li hemm bżonn dan il-każ jittieħed bis-serjeta` għaliex nafu kemm qed ikollna kompetizzjoni - kompetizzjoni ġejja minn pajjiżi ġirien tagħna bħall-pajjiżi ta' l-Afrika ta' Fuq - u dan jitlob impenn serju minn kulħadd sabiex inkunu nistgħu niġġieldu din il- kompetizzjoni diretta li għandna għax jekk nitilfuha, inkunu tlifna sors ta' impjiegi kif ukoll ta' dħul.", "Dan in-nuqqas ta' interess f'dan is-settur hekk importanti qed iwassal biex nesperjenzaw nuqqas fin-numru ta' turisti li jżuru lil pajjiżna.", "Dan ifisser li qed nitilfu l-battalja tal- kompetizzjoni ma' pajjiżi li qed jikkompetu direttament magħna sabiex jeħdulna t-turisti.", "Fl-ewwel ħames xhur tas-sena li għaddiet, jiġifieri bejn Mejju u Jannar ta' din is-sena, u jekk nikkomparawha ma' l-istess perjodu sena ilu, nsibu li kellna tnaqqis ta' 2% fin-numru ta' turisti li żaru pajjiżna.", "Anke fl-infiq fl-istess perjodu, kellna tnaqqis ta' Lm11.3 miljun ta' dak Ii nefqu t- turisti f'pajjiżna.", "Jien nemmen li m'hemmx lok ta' aktar skużi, 11 ta' Settembru jew SARS.", "Irridu nimpenjaw ruħna għax diġa` qegħdin tard u ma jistax ikun li nibqgħu nitilfu aktar minn dak l-ammont ta' turisti li kienu jiġu lejn pajjiżna.", "Hemm bżonn azzjoni immedjata sabiex ma nibqgħux nitilfu l-battalja tal-kompetittivita` mal-ġirien tagħna.", "Rigward il-kumment dwar il-burokrazija żejda minn dipartimenti u entitajiet tal-gvern, saru wkoll mir-rapporteur tal-Malta Enterprise.", "Jidher li l- importanza tan-negozji ż-żgħar għall-ekonomija ta' pajjiżna għadha mhux aċċettata minn ħafna u għalhekk, kif qalulna tal-Malta Enterprise:", "\"A change in culture is required amongst institutions to appreciate the importance of the role of SMEs in our community.\".", "Ma' dan tajjeb li nżid l-ilmenti kontinwi dwar l-atteġjament ta' ċerti uffiċjali pubbliċi.", "Min jista' jinnega l-fatt li l-customer care f'uħud mid-dipartimenti tal-gvern ma jeżistux.", "Atteġġjament bħal dan żgur mhux tajjeb għal min ikun qed jistenna biex isolvi xi problema.", "Jien ftit ilu ltqajt ma' wħud minn dawn il-problemi, ċempilt sabiex naqdi kostitwent u l- kummenti min-naħa l-oħra tat-telefon ma kienux kummenti li jagħmlu ġieh lil min kien qed jirrispondi.", "Sur President, ngħaddi issa biex nikkwota xi ħaġa mir-rapport taċ-Chamber of Commerce.", "Dawn qalulna hekk:", "\"F'sitwazzjoni ekonomika xejn feliċi li għaddejja minnha Malta bħalissa, fejn anke qegħdin naraw telf ta' impjiegi minħabba nuqqas ta' xogħol u l-kompetittivita` fl-industrija tal-manifattura u tat- turiżmu, irridu nkunu iktar effiċjenti u ħabrieka sabiex b'hekk inkunu kompetittivi fil-prezz u fil-kwalita` tal-prodott tagħna.\".", "Naħseb li l-kumment jitkellem waħdu dwar is-sitwazzjoni diffiċli li għaddej minnha n-negozju u s-settur tal-manifattura bħalissa f'pajjiżna.", "Naħseb li ħadd ma jista' jinnega dan il-fatt.", "Aħna ilna li qbadna n-niżla bil-gvern għaddej qisu m'hu qed jiġri xejn għax jitfa' l-problemi taħt it-tapit.", "Issa jidher li lħaqna sitwazzjoni fejn saret insostenibbli.", "In-numri ta' persuni li għandhom xogħol bi qliegħ, dawk li aħna nsejħulhom gainfully occupied, fuq perjodu ta' sena, bejn is-sena l-oħra u din is- sena, naqsu b'1,757 u dan meta kienet saret drawwa li niftaħru kemm kiber is-suq tax-xogħol u meta ta' kull sena kienet drawwa li n-numru tal- gainfully occupied jiżdiedu xahar wara l-ieħor.", "Pero` din id-darba, kellna dan it-tnaqqis hekk kbir u ma smajna l-ebda kumment min-naħa tal-gvern.", "Inkwetanti wkoll huwa n-numru kbir, 1,551 ta' impjiegi li fuq perjodu ta' sena naqsu mis-settur tal-produzzjoni.", "Jekk imbagħad nagħtu ħarsa lejn il- persuni li tilfu x-xogħol tagħhom matul is-sena li għaddiet 2003, naraw li kien hemm total ta' 2,610 persuni li tilfu l-impjieg tagħhom.", "Hawnhekk naħseb li tajjeb li ngħidu li l-qgħad donnu li sar l-ordni tal-ġurnata.", "Il- figuri li joħorġu mill-ETC jgħidulna li f'April Ii għadda, kien hemm 8,339 persuna jirreġistraw għax-xogħol.", "Din hija żieda ta' 859 fuq perjodu ta' sena għall-istess xahar.", "Dan ifisser ukoll li għandna 5.7% tal-labour supply li huma mingħajr xogħol.", "Tali persentaġġ jidher li kompla jikber tul is-snin.", "Fis-sena 2000, kellna 5% unemployed, fis-sena 2001 tela' għal 5.1% sakemm kif għidt tela' għal 5.7% fis-sena 2003.", "Jidher li l-gvern huwa impotenti għall-mewġa ta' qgħad u unemployment li għandna f'pajjiżna.", "Sur President, is-settur tal-manifattura waħdu - li huwa settur li wara kollox ħafna minnhom jagħmlu parti mill-SMEs - kien responsabbli għal tnaqqis ta' 1,757 impjieg mis-sena 2001 sas-sena 2003 u tnaqqis ta' 1,038 fuq perjodu ta' 12-il xahar mis-sena 2002 sas-sena 2003.", "L-akbar tnaqqis kien dak mis-settur tal-ħwejjeġ fejn f'perijodu ta' sena intilfu 865 impjieg.", "Għalhekk huwa importanti li noħolqu l-aħjar klima sabiex inressqu lejn xtutna, aktar investiment ġdid sabiex dawk li qed jintilfu, inkunu nistgħu neħdulhom posthom b'impjiegi ġodda.", "Pero` kif qal l-Onor.", "Joe Sammut, fil-kummenti li għamel qabli, sabiex inressqu lejn pajjiżna investiment ġdid, irridu nofrulhom l-aħjar kondizzjonijiet.", "Jien nistaqsi - u nixtieq li forsi jkollna risposta fuq dan -: X'qed nagħmlu biex inħajru investiment ġdid jiġi f'pajjiżna u ma jmurx f'pajjiżi oħra?", "Sena ilu kellna t-twaqqif tal-Malta Enterprise li kellha tkun il-mutur sabiex taħdem u tressaq lejn pajjiżna investiment ġdid.", "Pero' ħarsa lejn il-figuri dwar investiment f'pajjiżna maħruġ mill-NSO dwar investiment fis- settur tal-manifattura, insibu li fis-sena li għaddiet kien hemm tnaqqis ta' Lm1.3 miljun f'investiment inqas minn sena qabel.", "Anqas infiq f'investiment kien reġistrat f'ħafna setturi tal-manifattura.", "Tajjeb li nsemmi li kien hemm investiment akbar minn sena qabel, ta' Lm3 miljun, fis- settur ta' l-ikel u x-xorb u jidher li dan l-investiment kien ġej sabiex dawn jimmodernizzaw iktar l-impjanti tagħhom sabiex ikunu iktar kompetittivi.", "Ma jistax ikun li minn banda ngħidu li rridu nkunu aktar kompetittivi - u l- gvern ukoll jisħaq fuq dan għaliex anke fil-budget – u imbagħad ikun il- gvern, l-ewwel wieħed, li jimponi żidiet u tariffi fuq in-negozji.", "Il- budget ta' sena ilu hu eżempju klassiku, fejn minkejja l-gvern laqqa' lill- imsieħba soċjali sabiex ikun diskuss il-budget, fl-aħħar mill-aħħar, l- aħħar kelma kienet tiegħu, u għabba s-settur tan-negozju u l-industrija b'aktar piżijiet.", "U dan qed jiġri, Sur President, meta diġa` għandna ħafna servizzi li huma ogħla minn ta' pajjiżi oħra li issa jagħmlu parti mill-grupp ta' l-Unjoni Ewropea.", "Bħala eżempju, insemmi s-servizz ta' l- elettriku għall-industrija u tajjeb li ngħidu li f'Malta s-servizz ta' l- elettriku għall-industrija huwa ogħla minn dak ta' l-Isvezja, ta' Spanja, ta' l-Olanda, tal-Greċja, tal-Finandja u dak tad-Danimarka.", "Allura jekk se nkunu anqas kompetittivi ma' pajjiżi bħal dawn, kif nistgħu nressqu lejn pajjiżna investiment ġdid?", "Fir-rapport li għamlet il-GRTU, dawn jerġgħu jisqħu fuq il-piżijiet li tgħabbew bihom in-negożji ż-żgħar u kif minkejja li lmentaw fuqhom, l-aħħar kelma tkun dejjem tal-gvern.", "Dan is-settur dara li jiġi mismugħ imma meta jiġi għat-twettiq, issir ħaġa oħra.", "Naqbel perfettament li l- konsultazzjoni hija importanti, pero` dejjem jekk ma tkunx konsultazzjoni finta kif kellna tul dawn l-aħħar snin.", "Issa tħabbar - minkejja li forsi ġiet imsemmija fil-budget - li se jkollna piż ġdid fuq in-negozjant iż-żgħir, l-eco-tax.", "L-ewwel ma tkellmu dwar din it-taxxa kienu, bir-raġun kollu, il-GRTU li jirrappreżentaw in-negozji ż- żgħar.", "Naħseb li l-ilment ewlieni tagħhom kien dwar il-konsultazzjoni finta tal-gvern.", "Ċertament li mhux l-aħjar żmien li n-negozjant iż-żgħir jitgħabba b'aktar piżijiet u jiena ngħid li fl-aħħar mill-aħħar dawn il- piżijiet se jerġgħu jitgħabbew fuq il-konsumatur.", "Dan hu ċirku li jwassal sabiex ikun hawn inqas infiq b'konsegwenza li jbatu n-negozji u naħseb li dan mhux l-aħjar żmien li ngħabbu lin-negozju kif ukoll lill-konsumatur b'aktar taxxi.", "Fl-istess rapport imbagħad, il-GRTU ikomplu jtennu dak li qalu wkoll gruppi oħra ta' qabilhom, dwar il-bżonn li s-servizz ċivil ikun lest li jaċċetta u jimplimenta dak li jkun miftiehem.", "Naħseb li jkun tajjeb li kull uffiċjal pubbliku jkun jaf li hu jrid imexxi l-istrateġija li jkun qed jagħmel il- gvern.", "Ħalli ndur issa sabiex nagħmel ftit kummenti fuq l-inizjattivi kif inhuma msemmijin f'dan ir-rapport.", "Nibda billi ngħid li n-negozjant iż-żgħir - u naħseb li kull min hu fin-negozju jaf – ftit ikollu ħin sabiex jattendi għal-laqgħat li jissejħu mis-segretarjat tas-self-employed.", "Naħseb li l- Onor. Vassallo jiltaqa' ma' dawn meta jorganizza laqgħa tas-self-employed.", "Min hu self-employed, b'mod partikolari dawk ta' bla impjegati, kull minuta hija prezjuża għalihom għax iridu jagħmlu kollox huma.", "Għalhekk naħseb li hemm bżonn li tinstab sistema kif nistgħu naslu għand dawn in-nies meta jkollna informazzjoni importanti x'inwasslulhom.", "Ċerti ħinijiet tal- laqgħat iffissati għas-self-employed naħseb m'humiex l-aħjar ħinijiet.", "Ħafna mill-ħinijiet tal-laqgħat ikunu jew wara nofsinhar meta suppost ikunu magħluqin jew inkella wara s-7:00 p.m. jew f'xi festa.", "Naħseb li din tagħmel parti importanti mill-inizjattiva numru 4 u naħseb li hemm bżonn attenzjoni dwar meta jsiru l-laqgħat.", "Ċertament li xi ħadd fin-negozju ma jieħux pjaċir li wara li jkun għalaq fis-1.00, ikollu jmur għal-laqgħa u għalhekk tajba l-konsultazzjoni.", "Naħseb li l-figuri li hawn preżentati fir-rapport dwar l-attendenza juri dan.", "F'Ħal Qormi per eżempju, l-attendenza kienet ta' 20 meta nafu li f'Ħal Qormi hemm ħafna aktar negozjanti.", "Il-laqgħa tan-negozjanti ta' Birkirkara, ir-Rabat u l-Imsida attendew għaliha 22.", "Il-laqgħa tan- negozjanti tal-Gżira u Paceville attendew għaliha 23.", "Naħseb li dan jirrifletti dak li qed ngħid jien.", "(Interuzzjonijiet) Sur President, jien napprezza dak li qed jgħid l-Onor.", "Vassallo għaliex naf x'qed jgħid għaliex jien attendejt xi laqgħa li jkun waqqaf hu stess, u naħseb iva hemm bżonn issir xi ħaġa.", "Vera li jsiru fil-ħinijiet li l-ħwienet u n-negozji jkunu magħluqin imma naħseb hemm bżonn li ssir konsultazzjoni dwar dan.", "Ngħaddi issa biex nitkellem fuq inizjattiva numru 6.", "Jien naħseb li din hija importanti ħafna għaliex titkellem dwar kif jista' n-negozju jingħata għajnuna meta jkun għaddej minn diffikulta finanzjarja.", "Din issemmiet minn l-Onor.", "Joe Sammut u ngħid li din hija inizjattiva importanti ħafna.", "Naħseb li wasalna f'sitwazzjoni fejn jekk negozjant żgħir ikun għaddej minn diffikulta finanzjarja jew inkella jixtieq ikabbar in-negozju tiegħu, mhux faċli li jipperswadi lill-banek sabiex jagħtuh loan sabiex ikun jista' jagħmel dak li jkun jixtieq.", "Naħseb li jkun tajjeb li nsemmu l-iskemi li ħarġu dan l-aħħar tal-BOV pero' naħseb li dawn m'humiex maqtugħin sabiex jgħinu lin-negozjant iż-żgħir.", "F'pajjiżna ninsabu f'sitwazzjoni fejn jekk in-negozjant iż-żgħir irid jissellef mill-banek sabiex iżid l-attivita` kummerċjali tiegħu, irid jipoteka xi proprjeta' - jekk ikollu - u jekk ma jkollu xejn x'jagħmel tajjeb, naħseb huwa kważi impossibbli li jingħata s-self mixtieq.", "Huwa veru li l-banek kummerċjali jkunu jridu garanzija sabiex jipproteġu lilhom infushom.", "Huwa veru wkoll li dan l-aħħar il-banek għaddew minn sitwazzjonijiet li jitolbu li jkunu aktar attenti meta jiġu sabiex jagħtu loans pero` naħseb li bir-rieda t-tajba u nemmen li s-Segretarju Parlamentari għas-self-employed qed jaħdem sabiex jintlaħqu aktar kondizzjonijiet sabiex s-self-employed jingħataw ċans jissellefu l-flus u jkabbru n-negozju tagħhom.", "Per eżempju, ikun ikkonsidrat mill-banek li jingħataw xi tip ta' moratorium u forsi imgħaxijiet baxxi għall-ewwel snin ta' meta wieħed ikun fetaħ in-negozju tiegħu.", "Jien nemmen li għandu jkun hemm skemi speċjali sabiex negozji ġodda jingħataw in-nifs sabiex ikunu jistgħu jarmaw in-negozju tagħhom u jkunu jistgħu iħallsu lura l-bank meta jkunu ġew fuq saqajhom.", "L-inizjattiva sebgħa diġa` tkellimt fuqha u din tisħaq sabiex in-negozjanti ż-żgħir jingħata aktar attenzjoni.", "Mir-rapport tinduna li matul is-sena li għaddiet saru numru ta' attivitajiet sabiex jitjiebu l-għajnuniet u l- attenzjoni lejn in-negozjant iż-żgħir.", "Pero' jien nistaqsi jekk in- negozjant iż-żgħir qed iħossx jekk l-affarijiet humiex jitjiebu.", "Jien qed ngħid li le.", "Inizjattiva oħra importanti hija dwar il-bżonn li jitkompla jingħata taħriġ għal dawk iż-żgħażagħ jew adulti fis-snajja differenti.", "Din hija inizjattiva numru 10.", "Huwa fatt magħruf, Sur President, li llum il- problema ta' l-illetteriżmu ta' żgħażagħ bla sengħa jew ħiliet qed tikber.", "Huwa fatt ukoll li aktar ma jkollok żgħażagħ li ma jkomplux l-istudju tagħhom, aktar se jkollok nies li se jsibuha diffiċli sabiex isibu impieg kif ukoll workforce anqas ippreparata għall-impjiegi li jistgħu jersqu lejn pajjiżna.", "Meta ftit ilu l-Unjoni Ewropea approvat il-Lisbon Agenda, wieħed mit- targets kien li sas-sena 2010, inaqqsu bin-nofs in-numru ta' żgħażagħ ta' bejn 18 u 24 li jkollhom livell baxx sekondarju edukattiv.", "Fost il-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea din il-problema hija l-aktar gravi F'Malta.", "Fost il-15-il pajjiż li ssieħbu qabilna sas-sena 2000 kien hemm 18.8% tal-popolazzjoni li kellhom livell baxx edukattiv.", "F'Ċipru l- persentaġġ kien ta' 14%, fil-Bulgarija 21%, fir-Rumanija 23.3% u f'Malta l- livell baxx edukattiv kien ta' 52.7%.", "Naħseb li dawn huma figuri li jitolbu attenzjoni u dan meta niftaħru li għandna livell edukattiv għoli li suppost iħabbatha ma' pajjiżi oħra.", "Hemm ħafna li huma tajbin, pero' mbagħad hemm ħafna iktar li mhux qed ilaħħqu ma' l-isfidi li qed toffri l- ħajja tal-lum.", "Għalhekk naħseb li wasalna f'sitwazzjoni fejn jekk ma noqogħdux attenti se nibdew nitilfu l-battalja għall-investimenti ġodda.", "Jekk ma jkollniex nies imħarrġa, ħadd m'hu se jiġi jinvesti hawnhekk meta jaf li mhux se jsib nies kapaċi sabiex jieħdu l-impjiegi li jkun qed joffri.", "Għadna qed inħabbtu wiċċna ma' eluf ta' studenti li jispiċċaw f'din is- sitwazzjoni wara snin sħaħ ta' skola.", "Naħseb li xbajna nisimgħu kemm qed nippruvaw nilqgħu għal din il-problema, pero' ta' kull sena qed naraw żieda fin-numru ta' żgħażagħ jirreġistraw għax-xogħol għal dawk l-impjiegi l- iktar bażiċi.", "Jekk nagħtu ħarsa lejn l-istatistika għax-xahar ta' April li għadda nsibu li 44.3% ta' l-irġiel li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol kienu qed ifittxu dan it-tip ta' impjieg, dik li aħna nsejħulha elementary occupation li ma tenħtieġ l-ebda taħriġ.", "Imbagħad 27% ta' dawk jirreġistraw għax-xogħol tas-sess feminili kienu wkoll qegħdin ifittxu dan it-tip ta' impjieg.", "Allura jien ngħid, x'konna qed nagħmlu matul dawn is- snin kollha meta konna nippriedkaw sabiex ikollna workforce aktar ippreparata?", "Saru ħafna pjanijiet sabiex dawn ir-riżultati negattivi ma jibqgħux jirrepetu ruħhom, pero' ma nistax nifhem għaliex qed ikollna nibqgħu niffaċċjaw dawn ir-riżultati meta l-infiq tal-gvern fl-edukazzjoni bħala persentaġġ tal-GDP jipparaguna tajjeb ma' dak li jintnefqu fil-15-il pajjiż li jagħmlu parti mill-Unjoni Ewropea jew addirittura dawk li kienu jagħmlu parti mill-Unjoni Ewropea qabel.", "Minkejja dan, insibu li f'Malta 7% tal-popolazzjoni ta' bejn il-25 u l-64 sena għandhom livell terzjarju ta' edukazzjoni u dan meta fl-Ewropa l-inqas rata hija dik ta' 10.17% u l- persentaġġ tal-pajjiżi kollha flimkien ta' l-Ewropa huwa ta' 21.22%.", "Minn dan naraw kemm qed nitilfu l-battalja ta' l-edukazzjoni mal-pajjiżi ta' l- Unjoni Ewropea.", "Sur President, nixtieq insemmi wkoll l-iskills mismatch li qed iħabbat wiċċu magħha s-suq tax-xogħol.", "Minn stħarriġ li għamlet l-ETC ftit tax- xhur ilu nsibu li 45% ta' l-employers li ġew intervistati kienu qed isibuha diffiċli li jsibu ħaddiema mħarrġa biżżejjed għall-impjiegi li kellhom available.", "Din tant ilna nsemmuha f'kull rapport ta' l-ETC li naħseb li wasal iż-żmien li jkollna ftit ħidma bis-serjeta' bejn l-ETC, id- dipartiment ta' l-edukazzjoni u friegħi oħra fosthom l-MCAST u l- universita' sabiex ikollna aktar żgħażagħ ippreparati u mħarrġa għall- impjiegi li jistgħu jinħolqu fil-futur.", "Li jiġu jgħidulna li f'sena sar kors għal salesperson - hekk jissemma f'dan ir-rapport - għalija mhux biżżejjed.", "Irridu naraw xi bżonn għandu u xi bżonn se jkollu s-suq tax- xogħol.", "Ftit snin ilu kont għamilt talba f'din il-Kamra sabiex l-ETC flimkien mal- korsorzju li sitt snin ilu ħadu l-proġett tal-Kottonera jibdew programmi ta' taħriġ għaż-żgħażagħ mill-Kottonera sabiex dawn ikunu ppreparati għall- impjiegi li jistgħu jinħolqu f'dan il-proġett.", "Huwa veru li ftit inħolqu mpjiegi f'dan il-proġett, iżda mil-lat ta' taħriġ ma sar xejn anqas.", "Issa meta xi darba jinħolqu l-impjiegi fil-proġett tal-Kottonera, u j'Alla jinħolqu, jgħidulna li fil-Kottonera m'hemmx żgħażagħ ippreparati għal dawn l-impjiegi u allura ndaħħlu żgħażagħ minn barra l-Kottonera għal impjiegi li suppost l-ewwel prijorita' kellha tkun għal dawk tal-Kottonera.", "Għalhekk, Sur President, nerġa' nħeġġeġ għal darb'oħra biex jekk fil-futur qarib ikollna xi mpjiegi fil-proġett tal-Kottonera, l-ETC tkun proattiva u tiltaqa' ma' min għandu xi xogħol għaddej fil-proġett tal-Kottonera u flimkien inħejju programmi ta' taħriġ għan-numru kbir ta' żgħażagħ fil- Kottonera li jinsabu jirreġistraw għax-xogħol, liema numru kulma jmur dejjem qed jiżdied.", "Nitkellem issa fuq inizjattiva numru 15, li titkellem dwar il-ħruġ tal-liċenzji tan-negozju.", "Dan diġa' semmejtu fil-bidu tad-diskors tiegħi u nerġa' nirrepeti li sar ħafna progress, pero' għad baqa' ħafna xi jsir.", "Ma nistax nifhem għaliex meta tiġi biex tagħmel change of use fuq negozji kważi ta' l-istess kategorija, ikun hemm dan id-dewmien li jinvolvi ħafna karti.", "Għalfejn għandna nieħdu daqshekk fit-tul sabiex sid ta' ħanut tal-ħwejjeġ jibdel in- negozju tiegħu għal wieħed li jbigħ affarijiet relatati?", "Jien nemmen li wasal iż-żmien li meta ma tkunx se ssir bidla totalment differenti, għandu jkun hemm reġistrazzjoni sempliċi u tista' tibqa' għaddej bin-negozju tiegħek.", "Min ikun għamel spejjeż kbar sabiex jiftaħ negozju għal rasu jkollu ġenn sabiex jiftaħ u jibda jdaħħal xi ħaġa u naħseb li għalih kull minuta tfisser imgħaxijiet.", "Ngħaddi issa biex ngħid xi ħaġa fuq inizjattiva 16 li titkellem dwar id-disponibilita' ta' spazju fl-industrija għan-negozji ż-żgħar.", "Ftit ilu semmejt li kellna t-twaqqif tal-Malta enterprise li ħadet f'idejha t-tmexxija ta' l-industrial areas li jitmexxew mill-Malta industrial parks.", "Mhux l-ewwel darba li f'din il-Kamra tingħata l-impressjoni li nkunu tlifna investiment għaliex ma kellniex fabbriki x'nallokaw.", "Jien ngħid li forsi veru hemm bżonn ta' bini ta' fabbriki ġodda, pero' nemmen li hemm lok għal titjib fil-mod kif inhuma ġestiti xi fabbriki fil-mod kif inbnew.", "Ftit tal-ġimgħat ilu flimkien ma' sieħbi l-Onor.", "John Attard Montalto żort il- fabbrika tal-Playmobil, fabbrika moderna ħafna li nbniet f'Ħal Far ħames snin ilu.", "Naħseb li l-mod kif sar il-bini ta' din il-fabbrika – dan huwa l-mod kif ried it-top management tal-Playmobil - huwa l-mod kif għandna nibnu l-fabbriki tagħna fil-futur.", "Jien ngħid li dawn għandhom jinbnew b'mod li jkunu jistgħu jbiddlu l-funzjonijiet tagħhom meta jridu.", "Fl-aħħar budget il-ministru tal-finanzi qalilna li se jalloka Lm40 miljun fuq perijodu ta' snin sabiex jinbnew fabbriki ġodda.", "Naħseb li dan huwa awgurju tajjeb u nispera li wara kollox din ma tkunx xi waħda mill-miżuri li jitpoġġew fil-ġenb sabiex jiġi kkontrollat id-deficit li għandna.", "Huwa tajjeb li nfakkar x'kien sar mill-gvern Laburista ta' l-1996 ma' l- imprenditur iż-żgħir.", "L-ewwel segretarju parlamentari li kellna għas-self- employed kien sema' l-karba tal-ħafna self-employed żgħar, fosthom sprayers tal-karozzi, tellara, mastrudaxxi żgħar, ħaddieda u ħafna negozji oħra u dakinhar konna tlaqna bl-idea li jsir industrial estate f'Ħal Luqa.", "Kien sar ħafna xogħol fuq l-infrastruttura, imbagħad bdiet l-iskema sabiex jiġu allokati numru ta' plots li ngħataw lil dawn l-imprendituri ż-żgħar b'ċens issussidjat, dak iż-żmien, għal 65 sena.", "Kien ukoll inbeda xogħol fuq l-istess pjan ta' Ħal Far u kieku bqajna fil- gvern kellna l-ħsieb li nkomplu l-estates l-oħra, iżda minn dak inhar ma nafx jekk saritx xi ħaġa.", "Jien nara li għandna ħafna estates li għandhom bżonn manutenzjoni, tindif u attenzjoni.", "F'Marzu li għadda flimkien ma' l- Onor. John Attard Montalto, żorna l-crafts village ta' Ta' Qali u dakinhar in-negozjanti kollha bdew jilmentaw mit-telqa li hemm.", "Ma naħsibx li dan huwa l-mod kif inħajru investiment ġdid u nressqu turisti lejn dawn l-areas għax wara kollox hemm ħafna x'tara, pero' n-nies li għandhom il-futur tagħhom hemmhekk għandhom bżonn ta' aktar attenzjoni.", "Nappella - nemmen li hekk se jiġri - sabiex il-crafts village ta' Ta' Qali u kif ukoll dik Ta' Dbigi f'Għawdex jingħataw l-attenzjoni meħtieġa sabiex isiru postijiet attraenti li wieħed iżur biex iwettaq l-attivita' kummerċjali tiegħu, attivita' li wara kollox tiġġenera n-negozju għal pajjiżna.", "Sur President, inizjattiva 19 titkellem dwar l-amusement machines u naħseb li anke f'dan il-każ hemm bżonn li jsir kontroll.", "M'iniex ngħid li għandna kontrollawhom b'tali mod li nneħħuhom, pero' nafu li ħafna minn dawn l- amusement machines huma gambling machines u naħseb li għandu jsir ċertu kontroll sabiex ma jkollniex tfal u żgħażagħ li minn eta' żgħira jitilfu rashom wara l-logħob.", "Inizjattiva 21 titkellem dwar in-nuqqas ta' parking fiċ-ċentri kummerċjali u naħseb li din hija problema kbira kemm għan-negozjant kif ukoll għal min irid imur jixtri xi ħaġa u għalhekk fejn għandna ċentri kummerċjali hemm bżonn ta' sistemi ta' parkeġġ.", "Naħseb li bħala poplu għandna bżonn inbiddlu l-mentalita' tagħna li rridu naslu sa wara l-bieb ta' fejn inkunu sejrin.", "Huwa tajjeb li naraw jekk irnexxietx is-sistema tal-park and ride li ġiet introdotta fit-trade fair sabiex tibda tintuża f'postijiet oħra bħall-Belt, tas-Sliema u l-Ħamrun.", "Ħaġa oħra li xtaqt insemmi tirrigwarda l-parking fil-bliet tal-Kottonera.", "Naħseb li l-problema kbira ta' parking li teżisti qed tfixkel il-ħolqien ta' aktar negozju fil-Kottonera.", "Jien iltqajt ma' numru ta' negozjanti li qegħdin joperaw u għandhom il-ħsieb joperaw fuq il-Kottonera Waterfront u naħseb li waħda mill-iżvantaġġi li qed jaraw hija n-nuqqas ta' parking.", "Hemm bżonn li l-gvern ikompli għaddej bil-ħsebijiet tiegħu li fil-Kottonera jinbena car park sabiex jilqa' għall-bżonnijiet tan-negozji li qegħdin jersqu lejn dawn in-naħat.", "Xtaqt indur issa għal sezzjoni G intitolata \"Aktar minn suq wieħed\" fejn insibu inizjattivi dwar kif in-negozji tagħna jistgħu jieħdu l-frott minn suq akbar, issa li aħna membri fl-Unjoni Ewropea.", "Ikun tajjeb li ngħinu lin-negozjanti jfittxu swieq ġodda barra minn xtutna, pero' jkun aktar għaqli u siewi li naraw li n-negozjanti tagħna ma jinbelgħux.", "Qed ngħid hekk,għaliex huwa tajjeb li jkollna swieq oħra u li nħajru lin-negozjanti tagħna jfittxu swieq barranin, pero' huwa aktar importanti li n-negozjanti ż-żgħar ikunu protetti ħalli ma jinbelgħux minn negozji kbar li jista' jkollhom il-ħsieb li jersqu lejn pajjiżna u jispiċċaw darba għal dejjem.", "Nemmen li n-negozjanti ż-żgħar għandhom ikollhom l-għodda u l-għajnuna neċessarja ħalli jkollna min igawdi minn dan is-suq ġdid.", "Sezzjoni Ħ titratta dwar \"Inizjattivi rigward it-taxxa u dawk finanzjarji\" u tibda billi tgħid hekk: \"Is-sistemi tat-taxxa għandhom jiġu adatti biex jippremjaw is-suċċess, jinkoraġġixxu lil dawk li jridu jiftħu negozju, ...\".", "U jien nistaqsi: Qiegħed isir hekk?", "Jien ma naħsibx.", "Dan għaliex kull darba l-gvern qed idur fuq in-negozjant u jgħabbih b'piżijiet ġodda ta' taxxi.", "L-aħħar eżempju kien il-budget li għadda fejn kellna ħafna taxxi li waħda minnhom kienet iż-żieda fil-VAT.", "Din għabbiet lis-settur tan-negozju b'aktar piżijiet f'mument mhux tant feliċi għas-settur tan-negozji kollha fejn qed iħabbtu wiċċhom ma' kompetizzjoni esaġerata.", "Sur President, issa għandna l-eco-tax li dwarha diġa' kellna l-kummenti tal- GRTU li tirrappreżenta n-negozjanti ż-żgħar.", "Il-gvern, minkejja li jikkonsulta, qisu qiegħed jaqbad u jwaddab dawn il-miżuri fuq in-negozji ż- żgħar.", "U jien nistaqsi jekk sarx, jew hux qed isir, assessment dwar kif taxxa ġdida bħal din se taffettwa lin-negozji, għaliex ikun inutli li noqogħdu nitkellmu dwar kif se nżidu l-kompetittivita' tagħna jekk imbagħad il-gvern stess jgħabbi lin-negozjanti b'piżijiet ġodda.", "Sur President, fi Frar li għadda l-FOI ippreżentat lista ta' 33 miżura lill- gvern li tgħabbiet fuq l-industrija - \"government induced costs\" – u jien se nsemmi wħud minn dawk li huma mniżżlin fiċ-charter li għandna għad- diskussjoni.", "Nixtieq li ningħataw informazzjoni dwar jekk sarx xi progress dwar dawn l-ilmenti ta' l-FOI.", "Se nsemmihom waħda waħda, pero' m'iniex se nikkummeta fuqhom għaliex il-ħin tiegħi kważi skada.", "Nibda bil-kwalita' u l-prezz ta' l-ilma - li skond l-FOI l-ilma tagħna mhux ta' l-aħjar kwalita minkejja li huwa fost l-ogħla fid-dinja – u nkompli bil-qtugħ fis-servizz tad-dawl u l-ilma - minkejja l-bini ta' power station ġdida għadna nesperjenzaw qtugħ fid-dawl u fl-ilma - l-istat fiżiku tal-fabbriki u ta' l- industrial estates; il-MEPA u l-burokrazija żejda ta' dewmien fl- approvazzjoni ta' permessi, il-burokrazija tal-ħaddiema tal-gvern, in- nuqqas ta' servizz tat-trasport pubbliku lejn uħud mill-industrial estates, il-prezz dejjem tiela' tal-petrol u d-diesel, u ħlasijiet dejjem telgħin għas-servizzi provduti minn entitajiet tal-gvern.", "Jien nistaqsi jekk sarx xi progress fuq dawn it-talbiet u oħrajn li għamlet l-FOI fi Frar li għadda.", "Jien nemmen li l-FOI hi l-iktar organu kompetenti sabiex titkellem fuq id-difikultajiet li għandhom l-imprendituri f'pajjiżna.", "Sur President, ftit tal-ġranet ilu sirna nafu li l-Unjoni Ewropeja approvat il-pjan tal- gvern sabiex sas-sena 2007 inaqqas id-deficit minn 5.2% għal 1.4%.", "Il-Prim Ministru qalilna li dan ifisser li se jkollhom jittieħdu miżuri, iżda mhux taxxi ġodda.", "Jien naħseb li ħadd ma jiflaħ għal aktar taxxi ġodda u tkun ġennata jekk ngħabbu lill-poplu u lill-investitur b'aktar piżijiet.", "Id-dħul tal-gvern, minkejja dan l-isbilanċ, għal sena wara l-oħra baqa' dejjem jiżdied u fl-ewwel erba' xhur ta' din is-sena l- gvern ġabar Lm49 miljun aktar mill-income tax u dan ifisser Lm6 miljun aktar milli ġabar is-sena l-oħra.", "Mhux taxxi dawn, Sur President?", "Mill- consumption tax ġabar Lm49 miljun, żieda ta' Lm11-il miljun fuq perijodu ta' erba' xhur minn dak li kien ġabar sena qabel.", "Pero', minkejja t-taxxi u ż-żidied ġodda fuq il-poplu, sa l-aħħar t'April id-dejn tal-gvern kien jammonta għal Lm1,276 miljun li jfissru żieda ta' Lm128.7 miljun minn April tas-sena l-oħra sa April ta' din is-sena.", "Issa li l-gvern irid li jitnaqqas id-deficit f'perijodu daqsekk qasir, nittama li ma jitgħabbewx piżijiet ġodda fuq il-poplu jew fuq in-negozjanti u l-imprendituri li wara kollox iridu jiġġeneraw l-ekonomija ta' pajjiżna.", "Sur President, biex nagħlaq ngħid li huwa importanti ħafna li kulħadd jirrikonoxxi l-importanza mhux tan-negozjant iż-żgħir biss iżda tal- impredituri li jiġu jinvestu f'pajjiżna sabiex ikunu jistgħu joħolqu impjiegi u jiġġeneraw l-ekonomija tagħna.", "Ma jistax ikun pero' li s-self- employed minflok ma jingħataw l-għajnuna u r-rispett li jistħoqqilhom - kif għedt dawn in-nies ikunu nvestew u forsi anke daħlu għal loans kbar sabiex jaqilgħu l-għajxien tagħhom - ikollna min ikaxkar saqajh meta jkunu qegħdin jitolbu l-għajnuna tiegħu.", "Huwa tajjeb li jkollna fuqhiex nimxu bħalma hu dan iċ-charter, pero' huwa importanti li tkompli titwettaq aktar ħidma għall-ġid tas-self-employed.", "Huwa importanti li lin-negozjant mhux nisimugħ u nwettqu l-kontra ta' dak li jkun jixtieq.", "Kif diġa' għedt, m'huwiex sew li l-gvern ibiddel u jdaħħal miżuri mingħajr ma jagħti kas kif se jintlaqtu dawk li huma nvoluti direttament.", "Jien inħeġġeġ lil sieħbi sabiex jibqa' jaħdem - kif wara kollox qed jaħdem għas-self employed iż-żgħir - għaliex dan għandu rwol importanti għall- iżvilupp ekonomiku ta' pajjiżna u dak li hu neċessarju li jsir għall-ġid tas-settur isir bil-fatti u mhux jiġi diskuss hawn imbagħad wara kollox inħalluh fuq il-karti u n-negozjant u l-imprenditur jibqa` jbati u jiġi mgħobbi bit-taxxa kif kien qed jiġri matul dawn l-aħħar snin.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joe Falzon.", "ONOR.", "JOE FALZON: Mr Speaker, nixtieq nibda billi bħalma għamel il- kollega ta' qabli, nirringrazzja lill-Onor.", "Edwin Vassallo għall-ħidma fejjieda li għamel favur is-self-employed.", "Naf li dan is-settur huwa għal qalbu u ninsab persważ li ċerti affarijiet li ma wasalniex fihom għamel ħiltu kollha biex naslu kemm jista' jkun malajr.", "Mr Speaker, illum qed nitkellmu fuq politika imprenditorjali u se npoġġi ruħi fiż-żarbun ta' l-investitur.", "L-ewwel domanda li tiġini f'moħħi hija din: Meta investitur jitħajjar jinvesti f'pajjiżna, dan x'ikun irid u jippretendi?", "Naturalment dan ikun jippretendi li l-missjoni tiegħu sseħħ, u b'dik il-missjoni se jgawdi kulħadd; se jgawdi hu, se jgawdu l-familji Maltin minħabba l-ħolqien tax- xogħol u se jgawdi wkoll il-gvern għax dan kollu jkun ifisser iktar kontribuzzjonijiet lejn pajjiżna.", "Mr Speaker, hawn ħafna investituri Maltin u barranin li jħarsu lejn inizjattivi ġodda.", "Għalhekk ma jkunux jafu eżattament minn fejn iridu jgħaddu, u b'konsegwenza ta' dan ġieli jaslu fi stat li jaqtgħu qalbhom għax ikollhom jgħaddu minn proċessi twal, li xi kultant ikunu burokratiċi wkoll.", "Fil-fatt biex l-iskop tagħhom jirnexxi, dawn ikollhom jgħaddu minn ċertu hassle żejjed.", "Naturalment dawn jikkonsidraw options oħra, mhux f'Malta biss, u aħna qegħdin nikkompetu ma' pajjiżi oħra.", "Aħna m'aħniex qegħdin weħidna fid-dinja imma rridu nikkompetu ma' pajjiżi oħra, u meta pajjiżi oħra joffru vantaġġi ħafna aħjar minna, l-investitur barrani mhux se joqgħod jinvesti f'Malta sempliċement għall-interess ta' pajjiżna imma se jmur jinvesti fejn ikun jaqbillu.", "Lil dan ħadd ma jagħtih tort għax wara kollox l-iskop ta' l-investitur huwa li jiġġenera growth ekonomiku, u allura pajjiżna għandu jagħmel minn kollox biex jelimina l-burokrazija u jassigura li l-proċessi li jkun irid jgħaddi minnhom l-investitur ikunu neċessarji għax minnhom tkun tista' toħroġ ċerta sustanza.", "Per eżempju, jien ma naċċettax li jinħela ħafna żmien minħabba li file jitpoġġa fuq l- ixkaffa u jitħalla hemmhekk, u lanqas ma naċċetta ċerti argumenti, bħal per eżempju, li file ma mexiex minħabba li l-ħaddiem li kien qed jarah qiegħed bil-leave jew bis-sick leave.", "Dawn l-affarijiet għandhom jinqatgħu darba għal dejjem, pero` biex dan isir irid jiġi pprovdut qafas tajjeb li permezz tiegħu, jekk jista' jkun wieħed ma jiltaqa' ma' l-ebda xkiel.", "Illum diġa` hemm ċerti affarijiet li qed jiġu implimentati, pero` jiddispjaċini ngħid li mbagħad hemm ċerti affarijiet oħra li għad fadlilna ħafna x'naqdfu għalihom.", "L-ekonomija u n-negozju jinbidlu kull ħin, u allura l-politika li jrid jipprovdi pajjiż hija appuntu li jkun lest jipprepara l-business u lill- ħaddiema għal dik iċ-change li qed issir fl-industrija fl-iqsar żmien possibbli, jiġifieri jekk inti għandek xi settur ta' ċertu business li miexi mhux ħażin u mbagħad f'daqqa waħda, minħabba ċerti ċirkostanzi, anke minħabba ċirkostanzi li jseħħu f'pajjiżi differenti u li aħna jkollna niddependu fuqhom bilfors, dan il-business ma jkunx sejjer daqshekk tajjeb u allura aħna jkollna nagħmlu shifting tal-business, f'dak il-każ Malta tkun trid taddatta ruħha għal dik iċ-change kemm jista' jkun malajr.", "Per eżempju, fl-opinjoni tiegħi dawk in-negozji li l-labour cost element tagħhom huwa għoli ħafna m'għandniex inħarsu lejhom għax awtomatikament dan se jaqtagħna out of competition.", "Il-labour cost element ta' Malta diġa` huwa għoli ħafna meta kkomparat anke ma' pajjiżi kompetituri tagħna, u allura huwa inutli li nħarsu lejn il-manifattura ta' ċerti prodotti jekk il- labour cost element tagħhom se jaqtagħna mal-ewwel out of competition.", "Mr Speaker, matul dan id-dibattitu saret riferenza għal dawk l-artijiet u ż- żoni mferrxin ma' Malta u Għawdex li ġew dedikati għall-qasam industrijali.", "Jien naħseb li dan kien pass pożittiv ħafna li ma kienx faċli li jsir, pero` fl-aħħar wasalna biex nidentifikaw ċerti siti u żoni, u hawnhekk ikun tajjeb jekk ngħid ukoll li minkejja li l-MEPA tiġi kkritikata ħafna u li din għad fadlilha ħafna x'taqdef biex tilħaq l-għanijiet tagħha, għar- rigward ta' l-applikazzjonijiet for proposed developments within MIP estates, hija se taddotta politika differenti.", "Fil-fatt issa l-MEPA ilha żmien taħdem biex tfassal l-hekk imsejħa \"industry land use strategy\", jiġifieri se ssir strateġija nazzjonali għal dawn is-siti partikolari bl- iskop u bl-għan ewlieni li nilħqu rispons tajjeb f'timescale ħafna iqsar.", "Qed ngħid dan għax jekk illum, per eżempju, inti tiġi biex tapplika fabbrika f'żona industrijali, dik l-applikazzjoni qed tgħaddi mill-istess proċess ta' applikazzjoni individwali, pero` issa l-viżjoni tal-MEPA għal dawn it-tip ta' applikazzjonijiet se tinbidel biex isseħħ dik li tissejjaħ \"overall strategy\" fejn l-ewwel se jsir studju tajjeb fuq l-area partikolari, imbagħad se jsir environmental impact assessment u fl- aħħarnett se jsiru traffic impact studies fuq l-istess l-area bl-iskop li l- applikazzjoni tiġi ttrattata ferm differenti minn kif qed tiġi ttrattata llum.", "Fil-fatt kulma se jkun jenħtieġ hija biss forma ta' notifikazzjoni biex il- MEPA tiġi informata fejn per eżempju, se tinbena xi fabbrika partikolari skond il-framework li tkun stabbilixxiet hi stess.", "Permezz ta' din l- overall strategy li semmejt, wieħed m'għandux għalfejn joqgħod jerġa' jidħol f'environmental impact assessments jew fi traffic impact studies għaliex dawn diġa` se jkunu saru, u se jkunu saru għaż-żona kollha u mhux għal xi fabbrika speċifika.", "Issa naturalment hawnhekk ikun tajjeb jekk wieħed isemmi wkoll li meta qed ngħidu li l-environmental impact assessments se jinqatgħu, dan ma jfissirx illi jekk hemm fabbrika li tkun se tapplika f'xi post partikolari u waqt li tkun qed tiffunzjona jibdew joħorġu ċerti emissions, m'hux se jsir l-istudju neċessarju, u ħaġa bħal din kulħadd jifhimha għax l-iskop tagħna m'huwiex biss dak li nħaffu l- proċess ta' l-applikazzjonijiet imma huwa wkoll li l-iżvilupp jibqa' sostenibbli.", "Jekk ma jiġrix hekk, inkunu nistgħu ngħidu li f'dan l- eżerċizzju fallejna.", "Mr Speaker, ikun tajjeb jekk insemmi wkoll li għal dawn iż-żoni partikolari se jiġu kkonsidrati anke waste management facilities, waste consignments, discharges to marine environment, ground water absorption, discharge to sewers, emissions to atmosphere u radioactive sources.", "L-iskop ta' dan l- eżerċizzju huwa li jkollna a state of the art industrial park biex il- proċess li jkun irid jgħaddi minnu dak l-investitur li jkun beħsiebu jinvesti u jwettaq xi proġetti jonqoslu ħafna għax f'dik iż-żona diġa` jkun permessibbli tip ta' żvilupp partikolari u allura kulma jkollu jagħmel l- investitur hija biss forma ta' notifikazzjoni, li minn hawn u ftit żmien ieħor se jkollna l-leġislazzjoni tagħha.", "B'hekk iktar investituri lokali u barranin jitħajru jinvestu f'dawn is-siti partikolari.", "It-target situation li trid tintlaħaq hija li jkun hemm livell għoli ta' żvilupp f'dawn l-areas u li jiġi studjat sew l-impatt li dan se jħalli fuq it-trasport, fuq is- servizzi, fuq l-infrastruttura u fuq il-landscaping design tal-madwar kollu.", "Huwa importanti wkoll li jitħarsu ċerti affarijiet, bħalma per eżempju hi l- effiċjenza u l-użu ta' l-enerġija.", "Ikun tajjeb li jiġu pprovduti anke servizzi ta' car park, kemm għall-ħaddiema li jaħdmu hemm kif ukoll għall- viżitaturi ta' dawn l-industrial estates.", "Għal dak li għandu x'jaqsam mal- bini ta' fabbriki, dan għandu joħloq ambjent sabiħ li jistieden lill- investitur jinvesti f'dawk l-areas partikolari.", "Naturalment se jkun hemm ukoll ċerti reserved matters, bħalma se jkun id-design partikolari ta' fabbrika minn barra u minn ġewwa, għalkemm se tingħata attenzjoni partikolari biex il-bini tal-fabbriki jkunu kompatibbli ma' xulxin, pero` l- intenzjoni primarja se tibqa' dejjem dik li l-proċess jitħaffef kemm jista' jkun.", "Se tingħata attenzjoni wkoll biex jekk, per eżempju, minn ċerta fabbrika partikolari joħorġu ċerti toxic emissions, din ma tkunx viċin dawk il-fabbriki li jipproduċu prodotti ta' l-ikel.", "Mr Speaker, matul dan id-diskors saret ħafna kritika fil-konfront tal-MEPA, u jien naqbel ma' parti minn din il-kritika li saret għaliex il-proċess li qed ikollhom jgħaddu minnu dawk li jkunu jixtiequ jiftħu negozju żgħir huwa twil wisq.", "Fil-fatt naħseb li jekk ikun hemm design guidelines iżjed ċari, bħalma saru fir-rigward ta' dan il-park industrijali li kont qed nitkellem dwaru, ikun ħafna aħjar.", "Naturalment f'dan il-każ is-sitwazzjoni hija differenti, pero` huwa importanti li l-proċess li jkun irid jgħaddi minnu dak l-investitur li jkun investa ċertu kapital biex jiftaħ negozju jiġi ffaċilitat kemm jista' jkun għax m'hux l-ewwel darba li kien hemm investituri li kienu beħsiebhom jinvestu u li qatgħu qalbhom minħabba dan il-proċess twil.", "Naturalment illum trid tipprova tiffaċilita l-ħajja ta' l- investituri kollha għax fl-aħħar mill-aħħar dan kollu jissarraf f'iktar impjiegi.", "Jekk jirnexxielna nfasslu policies tajbin biex titnaqqas il- burokrazija li għandna bħalissa u ssir anke ċerta pressjoni mill- awtoritajiet biex dawn is-sinerġiji jingħaqdu flimkien, l-investitur ikollu moħħu mistrieħa fejn hu sejjer u jista' jkun ċert ukoll jekk huwiex possibbli li jinħarġu permessi f'ċerti areas.", "Naturalment hawnhekk ta' min isemmi wkoll li ġieli xejn ma jkun faċli għall-MEPA li tiddetermina jekk għandhiex toħroġ permess jew le għax ġieli jkun hemm terzi persuni li jagħmlulha ċertu pressure biex negozju partikolari ma jinfetaħx minħabba li kull negozju jiġġenera ċerta attivita` li tista' taffettwa lir-residenti ta' dawk l-akwati b'mod negattiv, u għalhekk huwa ħafna aħjar li jkollna guidelines iktar ċari biex jiġi determinat jekk applikazzjoni tkunx intlaqgħet jew le mingħajr ħafna dewmien żejjed.", "Jien nixtieq nikkonkludi hawnhekk għax naf li hawn ħafna membri li jixtiequ jitkellmu fuq dan is-suġġett li juri kemm kull wieħed u waħda minna nħossu li s-self-employed huma importanti għall-ekonomija ta' pajjiżna.", "Kulma nixtieq nagħmel qabel ma nagħlaq huwa li nappella lill-investituri kollha ta' pajjiżna biex ma jaqtgħux qalbhom imma jkomplu jaħdmu u jirsistu biex ikunu kapaċi jilqgħu għall-isfidi tal-ġejjieni.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Iktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Mr Speaker, jien inqis lis-segretarju parlamentari għas-self-employed u n-negozji ż-żgħar bħala s-segretarju parlamentari tax- xewqat sbieħ, u dan jien m'iniex qed ngħidu b'diżrispett għalih għax naf li l-Onor.", "Vassallo għandu xewqat tajbin għall-qasam tas-self-employed u juri ċerta ħeġġa fix-xogħol tiegħu, u għalhekk persważ li l-aspirazzjonijiet tiegħu għal dan il-kamp huma pożittivi.", "Imma meta wieħed iqabbel dawn ix- xewqat, din il-ħeġġa u dawn l-aspirazzjonijiet ma' dak li verament qed jinkiseb on the ground għas-self-employed u l-SMEs Maltin u GĦawdxin, mal- ewwel jintebaħ li dan is-segretarjat parlamentari taħt dan il-gvern kien u għadu jinsab fil-limbu minkejja li llum qed jaqa' taħt ministeru differenti.", "Bir-rispett kollu, imma jien naħseb li kienet iċ-ċajta tas- seklu meta l-bieraħ l-Onor.", "Vassallo qal li l-ġlieda kontra l-burokrazija qiegħda tintrebaħ.", "Dan jien m'iniex qed ngħidu bħala opinjoni personali tiegħi biss imma għax ħafna mill-korpi kostitwiti għadhom jilmentaw, mhux magħna biss imma anke pubblikament, illi din il-problema mhux biss għadha magħna bil-kbir iżda f'ċerti każi qiegħda tinfirex u saħansitra qiegħda ssir ukoll iktar akuta.", "Lejn tmiem Ġunju li għadda l-Onor.", "Vassallo organizza seminar b'ħafna pompa biex wieħed jara fejn wasalna fl- implimentazzjoni tal-politika imprenditorjali.", "Anke jekk wieħed jieħu l- marki li l-Onor.", "Vassallo ta lilu nnifsu bil-benchmarking li għamel isib li kemm kemm għadda żbrixx minn dan it-test u li għad għandu ħafna xogħol għat- telgħa quddiemu.", "Għalkemm milli jidher l-oppożizzjoni - issa din qed ngħidha subject to correction - lanqas biss kienet mistiedna għal dan is- seminar, jirriżultali li għalkemm attendew il-korpi kostitwiti, l-operaturi nfushom fil-qasam tas-self-employed u ta' l-SMEs ftit li xejn attendew tant li jien ninsab informat li l-Onor.", "Vassallo ilmenta dwar dan hu personalment għax ilmenta dwar in-nuqqas kbir li kien hemm fis-seminar ta' operaturi diretti fil-qasam ta' l-SMEs Maltin.", "Fil-fatt jekk wieħed iħalli barra lill-korpi kostitwiti jsib li dan is-seminar kien miżgħud b'civil servants li f'ċerti każi ftit li xejn għandhom x'jaqsmu direttament ma' l- operat ta' l-SMEs ġewwa pajjiżna.", "L-idea tas-seminar kienet tajba, biex ma nkunx negattiv, iżda l-istruttura tiegħu kienet difettuża.", "Għaliex qed ngħid hekk?", "GĦaliex dan kellu jservi ta' forum fejn il-gvern kellu jikseb il-feedback mill-operaturi nfushom u mhux biss mill-korpi kostitwiti, għalkemm bl-ebda mod ma rrid inċekken ir- rwol importanti li huma għandhom f'dan kollu.", "Ilment li nstema' fil- kurituri minn uffiċjali pubbliċi waqt dan is-seminar kien dan: Kif triduna nimplimentaw xi ħaġa li ftit li xejn konna konxji u aġġornati dwarha?!", "Minkejja l-isforzi ta' l-Onor Vassallo, huwa fatt innegabbli li bħalissa l- klima industrijali tal-pajjiż mhux talli ma tjibietx imma talli marret għall- agħar, b'nuqqas ta' ħeġġa u inizjattiva ġejjin l-iktar minħabba l- inċertezza li teżisti fil-qasam ta' l-investiment u ta' l-esportazzjoni, minħabba l-problemi strutturali li jeżistu fil-qasam tax-xogħol u anke minħabba l-problemi kbar li jeżistu fis-setturi ewlenin ta' l-ekonomija, bħal per eżempju, dawk tal-manifattura u tat-turiżmu.", "Għalkemm il-kelma \"fiduċja\" ntużat ħafna bħala s-slogan elettorali minn dan il-gvern, fir- realta` llum il-fiduċja fil-pajjiż qiegħda tmajna, u din hija xi ħaġa li qed jirrikonoxxieha kulħadd, anke nies Nazzjonalisti li huma bilanċjati fil- fehmiet politiċi tagħhom.", "Illum li spiċċa l-logħob tan-nar li bih ilqajna s-sħubija tagħna fl-Unjoni Ewropea insibu li għadna ferm 'il bogħod milli nagħmlu dik il-qabża kbira importanti 'l quddiem biex intejbu l-isforzi tagħna kemm fuq livell kwantitattiv kif ukoll fuq livell kwalitattiv bħala membri sħaħ fl-Unjoni Ewropea.", "Jissemma ħafna l-incubation centre li huwa konċett tajjeb, imma xi proġetti ħarġu minnu s'issa?", "Suppost li wara tliet snin dawn kellhom jitilqu jimxu u jiftħu għal rashom.", "Kemm huma effettivi issa l-port services li dawn l-azjendi qegħdin jingħataw u jekk iva, x'inhuma?", "Kemm ħarġu kumpanniji minn dan l-incubation centre, liema huma u kemm minnhom qegħdin joperaw għal rashom b'ċertu degree ta' suċċess?", "B'ħafna pompa s-segretarju parlamentari qalilna li vara skema għas-self- employed ma' bank lokali, il-Bank of Valletta, bħallikieku skopra l-Amerka.", "Fi żmien il-Mid-Med Bank - u qed immur lura għexieren ta' snin - diġà kien hemm skema simili li kienet tissejjaħ, jekk m'iniex sejjer żball, l-iskema tad-devloans għalkemm din forsi ma kenitx tagħti r-riżultati kif mixtieqa.", "Għalhekk jien nistaqsi x'miżuri qed jieħu l-ministeru l-ewwelnett biex ma jkunx hemm replika tad-devloans, biex jiġu evitati n-nuqqasijiet li seta` kellha dik l-iskema fis-snin tmenin, u t-tieni nett tajjeb li nkunu nafu x'se jkun in-net result meta l-iskema tal-Bank of Valletta tidher li se tkun primarjament ibbażata 80% fuq self unsecured.", "Ikun tajjeb li kieku s-segretarju parlamentari issa jintrabat li kif qed iżomm il-kamra aġġornata - u qed jagħmel tajjeb - minn sena għall-oħra bil- progress jew nuqqas ta' progress fil-qasam tas-self-employed, meta nerġgħu niltaqgħu minn hawn u sena oħra jirrapportalna dwar l-andament ta' din l- iskema għas-self-employed li nieda dan il-bank lokali, ħalli nkunu nistgħu nkejlu flimkien is-suċċess jew falliment ta' din l-iskema fir-rigward tas- self li jkun se jittieħed, kif ukoll dwar kemm minnu sejjer jew mhux sejjer jiġi onorat fil-ħlas lura lill-istess bank.", "Nerġa' ngħid li ma rridx ninstema' xettiku dwar dan, imma kemm l-esperjenza ta' l-imgħoddi dwar dan it-tip ta' self u kemm il-mod kif dan is-self ġie strutturat jagħmluni xettiku għalkemm nawgura xorta waħda li din l-iskema ta' self għas-self-employed effettivament tirnexxi.", "Mr Speaker, ir-raġuni li f'pajjiżna m'għandniex entrepreneurship daqskemm nixtiequ u risk taking business environment ġej mill-fatt li minkejja l- kliem sabiħ il-gvern innifsu mhux joħloq l-infrastruttura meħtieġa għall- iżvillupp ta' l-SME's u n-negozji ż-żgħar fil-pajjiż.", "U hawn m'iniex qed nagħti tort lill-Onor Vassallo, imma qed nitkellem għall-gvern qua gvern għaliex għandek in-networking li hemm bżonn bejn id-diversi ministeri, jiġifieri m'iniex qed nitfa' l-ħtija kollha f'ħoġru, anzi għall-kuntrarju jien dejjem nilmenta, kif ilmentajt is-sena li għaddiet, li minkejja l- isforzi kollha tiegħu ħafna drabi qed ikun iżolat mingħajr back-up support mill-ministeri l-oħra fl-isforzi li qiegħed jagħmel.", "Nerġa' ngħid li dan in-nuqqas ġej minħabba l-fatt li l-gvern mhux joħloq l-infrastruttura meħtieġa għall-iżvillupp ta' l-SMEs u n-negozji ż-żgħar fil-pajjiż.", "Qabel ma jkollna investment climate ta' appoġġ għal dawn in-nies ir-rota mhijiex sejra tibda ddur.", "Biex dan jirnexxi importanti wkoll li jkollna delivery ta' servizzi pubbliċi aktar effiċjenti u aktar fil-ħin.", "L-Onor Vassallo spiss jilmenta dwar it-tfixkil u n-nuqqas ta' kooperazzjoni li jsib min-naħa tan-nies taċ-Ċivil.", "Jien naħseb li wasal iż-żmien li jekk hemm min qed jonqos, dawn jiġu identifikati u, jekk hemm bżonn, jittieħdu passi kontra tagħhom għax mhux fair li tintefa' tebgħa sewda fuq iċ-Ċivil kollu mingħajr ma nkunu ċari dwar min qegħdin verament nitkellmu.", "Xi xhur ilu l-Onor.", "Vassallo kien qal li jekk il-problema tal-burokrazija ma tingħelibx huwa jkun lest li jirriżenja.", "Għalkemm jien nawguralu ħafna iktar snin ta' ħidma f'din il-kamra, bir-rispett kollu, inħoss li skond kliemu stess imissu ilu x-xhur jew il-ġimgħat li tefa' r-riżenja tiegħu għax fil-ġlieda kontra l-burokrazija mhux veru nkiseb il-progress meħtieġ.", "L-istess kif m'għamilniex progress fil-qasam tal-kompetittivita` li tant hija meħtieġa irrispettivament minn jekk kellniex naqbdu t-triq ta' sħubija sħiħa fl- Unjoni Ewropea jew le.", "MR SPEAKER: Onor. Brincat, ippermettili ninterrompik għaliex sar il-ħin.", "Tibqa' in possession?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Iva, nibqa' in possession.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Nitlob lill-Onor.", "Edwin Vassallo sabiex, jekk jogħġbu, jressaq l-aġġornament.", "Fid-9:00 p.m. id-diskussjoni kienet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO (Segretarju Parlamentari): Nipproponi l-aġġornament tal-Kamra għal nhar l-Erbgħa, 14 ta' Lulju 2004, fis-6:00 p.m. b'din l- aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Diskussjoni fuq rapport dwar l-implimentazzjoni ta' politika imprenditorjali – Kontinwazzjoni;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili - Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Ilsien Malti – Tielet Qari; u", "Abbozz ta' Liġi biex Jemenda Liġijiet dwar il-Komunikazzjoni - Tielet Qari.", "------------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili (Emenda Nru 2) - Kumitat Permanenti.", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar ir-Rifuġjati – Kumitat Permanenti.", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Professjoni tal-Psikoloġija – Kumitat Permanenti.", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Reġistru Ċentrali – Kumitat Permanenti.", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Anġlu Farrugia.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Mr Speaker, iktar ma jgħaddi ż-żmien iktar qed jikbru l-inġustizzji anke mill-mod kif qegħdin jiġu rispettati jew le deċiżjonijiet mit-tribunal għall-investigazzjoni ta' inġustizzji.", "Se mmur mill-ewwel fuq x'qed jiġri fil-Malta International Airport u nirriferi għar-rapport annwali li jitqassam lix-shareholders ta' l-MIA u dawk li jkunu preżenti.", "Wara li l-gvern biegħ parti mill-MIA u issa hemm chairman barrani, meta jafu li hemm tmien claims mill-impjegati tal-kumpannija pendenti quddiem it-tribunal għalll-investigazzjoni ta' inġustizzji li wħud minnhom ġew deċiżi favur il-ħaddiema ta' l-MIA, bl-arroganza kollha dawn fir-rapport tagħhom qalu:", "\"Although at the balance sheet date there existed eight claims filed by employees of the company with the tribunal of the investigation of injustices for unfair promotions, no provision has been made in this financial statement for any liability as in the opinion of the directors all claims are unfounded.\".", "Jiġifieri dawn se jieħdu post l-imħallef, il-qorti li ddeċidiet favur dawn il-ħaddiema li sofrew inġustizzji taħt gvern Nazzjonalista.", "Jien se npoġġi fuq il-mejda tal-kamra kopja tal-parti ta' dan ir-rapport 2003/2004 biex niġġustifika dan li qed isir fl-MIA.", "Hawnhekk għandi deċiżjonijiet, fosthom fil-konfront ta' Frederick Attard għall-claim li għamel kontra l-MIA.", "Fis-sentenza tad-9 ta' April, 2003 il- qorti qalet li fil-konfront tas-Sur Attard il-qorti tilqa' t-talba tar- rikorrent peress li ssib il-kawża ġustifikata u tagħti r-rakkmandazzjoni tagħha li r-rikorrent jingħata rimedju kompensattiv billi jingħata l-kariga ta' air terminal executive b'effett mill-1992 - 12-il sena ilu - u jitpoġġa fil-lista ta' seniority daqskemm ħa l-promozzjoni dakinhar kif ukoll jitħallas id-differenza tal-paga li sofra.", "Mhux talli ma ġietx inforzata din is-sentenza talli dan ġie diskriminat totalment u qed jagħmlulu minn kollox biex jaqtgħulu qalbu.", "L-istess ġara fil-każ ta' Joseph Cassar li b'deċiżjoni tat-13 ta' Mejju, 2004 il-qorti tat rimedju kompensattiv billi jingħata l-kariga ta' safety and security executive b'effett mill-1991 meta ngħataw il-kariga l- executives l-oħra u jitpoġġa fil-lista' tas-seniority.", "Dan l-individwu li llum għandu 58 sena tħalla hemmhekk u injoraw is-sentenza li ngħata għax fl- opinjoni tad-diretturi \"the claims are unfounded\".", "Hawn qed nitkellmu fuq sentenzi tal-qorti ta' 17-il faċċata u ta' 24 faċċata.", "L-istess ġara fil-każ ta' tliet ħaddiema oħra li ġew diskriminati.", "Fis- sentenza ta' l-1 ta' Lulju, 2003 dwar il-każ ta' Saviour Duca l-qorti ddeċidiet li: \"Għalhekk il-qorti tiġġustifika li r-rikorrent li ġie trasferit għall-MIA suppost kellu jingħata Lm90 paga aktar, wara ftit żmien ġiet irrimedjata parzjalment, tara li dan sofra inġustizzja, matul dawn it- 13-il sena u għandu jingħata ammont kompensattiv.\"", "U tibqa' sejra.", "Mr Speaker, l-iktar ħaġa importanti hija li meta twaqqfet l-MIA kien hemm agreement, anzi kien hemm memorandum of understanding, bejn il-gvern u r- rappreżentanti tal-GWU u l-UĦM, l-ikbar żewġ unions li għandna f'Malta u kien hemm rappreżentanza mill-MIA.", "Dak iż-żmien kien hemm l-Onor.", "Francis Zammit Dimech bħala segretarju parlamentari.", "Jien qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra wkoll il-memo li sar fis-27 ta' Mejju, 1991 fejn meta twaqqfet l- MIA kien ġie deċiż li dawk il-ħaddiema kollha - inklużi dawn li semmejt u oħrajn li għandhom il-kawża diġà deċiżi - jidħlu bħala government employees li huma appointed mal-MIA u allura għandhom jokkupaw the post similar to that formerly held by them in government service and shall retain their former seniority.", "Apparti minn hekk, għall-fini ta' pensjoni għandhom il-continuity taħt il- pensions Ordinance u taħt l-artikolu 113 tal-Kostituzzjoni ta' pajjiżna li jindika ċar li public officer li jkollu kontinwità ma' korporazzjoni jew kumpannija li twaqqfet mill-gvern jkollu wkoll l-enjoyment ta' dawk id- drittijiet.", "Min huma dawn id-diretturi fl-MIA li llum, b'sentenza ġo rapport, jiġu jgħidu li \"no provision has been made in this financial statement for any liability as in the opinion of the directors all claims are unfounded.\"?", "Dawn id-diretturi se jmorru wkoll kontra l-ispirtu kostituzzjonali, kontra l-ispirtu ta' memo bejn il-gvern Nazzjonalista stess u l-GWU u l-UĦM, inkluż ir-rappreżentant ta' l-MIA, li għamlu dan l-understanding!", "Apparti minn hekk, il-gvern qal li issa ma jistax jindaħal x'tagħmel l-MIA għax parti minnha llum hija privatizzata.", "Dan m'hu veru xejn għax meta kien hemm il-kwestjoni fl-MIA il-gvern kien indaħal fl-MIA.", "Se npoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tar-rapport li deher f'\"The Times\" ftit tas-snin ilu fejn intqal: \"Government threatens to stop rotation of chairman of MIA.", "Prime Minister orders Minister to intervene ...\" fil-kwestjoni ta' l- MIA.", "Mela l-gvern, għax qabillu dakinhar, kien lest li jindaħal fir- rotation taċ-chairman tal-MIA biex jipproteġi ċerti drittijiet li jafhom hu, allura kemm għandu jintervjeni aktar biex jara li jiġu onorati d- deċiżjonijiet dwar dawk l-inġustizzji li ġew ġustifikati fit-tribunal għall- investigazzjoni ta' inġustizzji!", "Mhux hekk biss, Mr Speaker, il-gvern ħa deċiżjoni politika - jew deċiżjoni morali, sejħilha li trid - meta ġiet skambjata korrispondenza bejn l- avukati ta' l-MIA - l-avukati ta' Ganado, Pawlu Pullicino u l-oħrajn - u l- Avukat Ġenerali, l-uffiċċju li jirrappreżenta lill-gvern fil-qasam legali, li jieħu d-deċiżjonijiet dwar dak li jirrigwarda l-gvern jew korporazzjonijiet fejn għandu interess il-gvern, l-MIA.", "Jien se npoġġi wkoll fuq il-mejda tal-Kamra każ partikolari fejn, wara li dawn kaxkru saqajhom u għadhom sal-lum ma onorawx id-deċiżjonijiet, fis-7 ta' Lulju, 2003 l-Avukat Ġenerali f'korrispondenza - li se npoġġiha wkoll fuq il-mejda tal-Kamra - lil Pawlu Pullicino ta' Ganado & Associates, ovvjament għan-nom ta' l-MIA, qallu hekk dwar id-deċiżjonijiet tat-tribunal għall-investigazzjoni ta' inġustizzji:", "\"The decisions of the TII have been held to be judicially reviewable and, as you will no doubt be aware, wrong findings of fact may give rise to such judicial review ...\".", "Però qallu li f'dan il-każ il-każijiet tat-tribunal għandhom jiġu onorati.", "F'ittra oħra miktuba fit-8 ta' Jannar, 2004 l-Avukat Ġenerali - wara li ċ- chairman baqa' jżomm iebes milli jonora d-deċiżjonijiet u f'din il- kwestjoni kien hemm anke proċeduri li jistgħu jwasslu għall-proċeduri kriminali kontra ċ-chairman - kiteb li f'dan il-każ ukoll għandu jiġi onorat u ċertament għandha tingħata r-rakkmandazzjoni tal-qorti.", "Se npoġġi wkoll fuq il-mejda tal-Kamra ċ-ċirkolari mill-uffiċċju tal-Prim Ministru fejn fis-6 ta' Ottubru, 2000, J. R. Grima - wieħed minn dawk li wkoll ikkummenta fuq it-tribunal - qal li l-MIA ukoll hija kontinwazzjoni miċ-Ċivil.", "Xi jfisser dan, Mr Speaker?", "Il-partit Laburista, aħna mill- oppożizzjoni x'qegħdin ngħidu?", "Hawnhekk għandna dokumenti in black and white, deċiżjonijiet, korrispondenza, pariri ta' l-Avukat Ġenerali, ċirkolarijiet, cuttings mill-gazzetta fejn il-Prim Ministru intervjena u ministru tal-gvern intervjena fejn kellu interess jintervjeni fil-każ ta' l- MIA.", "Aħna tal-partit Laburista qegħdin ngħidu minn dan il-parlament li meta jasal iż-żmien li nkunu fil-gvern għandna obbligazzjoni morali li naraw li dawn id-deċiżjonijiet jiġu onorati.", "Minn issa 'l quddiem meta kumpannija tiġi privatizzata, kollha jew parzjalment, jekk jidhrilha li tista' tiskarta l-obbligi tagħha lejn id- deċiżjonijiet tal-qrati jew tat-tribunal se jgħarralha.", "Min jixtri xi kumpannija tal-gvern jew parti minnha għandu jagħmel l-eżamijiet tiegħu u jara x'inhuma l-obbligi tagħha.", "Jien nagħlaq billi npoġġi l-aħħar dokument li hija proprju l-aġenda ta' l- MIA - u għandi l-unur ngħid li għandi kopja tagħha llum qabel ma ġiet diskussa - li se tiġi diskussa fil-15 ta' Lulju, 2004, pitgħada.", "Meta għamlu r-rapport tas-sena 2002/2003 qalu li hemm 18 claims filed by the employees and the maximum compensation is Lm5,000.", "Dan kienu qegħdin jirrikonoxxuh dakinhar, imma din is-sena ma rrikonoxxewhx.", "Fl-aġenda qalu: \"notice to shareholders in terms of article 35 that the annual aggregate maximum remuneration that may be paid to a director or directors, inclusive of salaries, paid to two executive directors shall be set at Lm200,000.\"", "Jiġifieri dawn se jagħmlu allowance ta' Lm200,000 għal direttur jew żewġ diretturi, imma għal raġunijiet tagħhom qegħdin isibu l-iskużi kollha biex ma jagħmlux allowance ta' Lm5,000 biex jitħallsu dawk il-ħaddiema, minn fost it-18-il każ li kien hemm pendenti, li jistgħu jirbħu l-claim tagħhom.", "Illum qed ngħid dan kollu biex il-gvern jieħu passi bħalma ġieli ħa meta ried jieħu fil-każ ta' l-MIA.", "Mr Speaker, nixtieq inpoġġi d-dokumenti li semmejt fid-diskors tiegħi fuq il-mejda tal-Kamra.", "MR SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Mr Speaker, inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra:", "Kopji ta' sentenzi maħruġa mit-Tribunal għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji dwar ilmenti minn impjegati fis-Servizz Pubbliku, flimkien ma' dokumenti oħra relatati.", "MR SPEAKER: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Helena Dalli.", "ONOR.", "HELENA DALLI: Sur President, bħall-Onor.", "Farrugia jien se nitkellem fuq ħaddiema li jinsabu għaddejjin minn ħafna tbatija inġustament. dawn huma l-ħaddiema tal-PBS.", "Il-ferment li hemm bħalissa fil-PBS żgur li mhux qiegħed jagħti lill-poplu Malti fiduċja li din l- istituzzjoni ta' xandir pubbliku, ta' servizz pubbliku qed tkun ristrutturata bis-serjetà sabiex tirrifletti b'mod ġust u pluralistiku diversità ta' opinjonijiet fis-soċjetà tagħna.", "Dan qed ngħidu għaliex ix-xogħol fuq l-għażla tal-ħaddiema mhux qed isir b'mod trasparenti u hemm ħafna mistoqsijiet li qegħdin jagħmlu l-ħaddiema u qegħdin nagħmlu aħna wkoll għax huwa d-dover tagħna li niskrutinizzaw l- operat tal-gvern, speċjalment meta qegħdin nitkellmu fuq istituzzjoni daqstant importanti fid-dinja tal-lum, fejn nistgħu ngħidu li ngħixu bil- komunikazzjoni u bil-media.", "Qegħdin nitkellmu fuq istituzzjoni li jekk tiġi wżata ħażin tista' tispiċċa għodda f'idejn min qiegħed iħaddimha għax jista' jħaddimha b'modi li jaqdi l-aġenda tiegħu biex jasal fejn irid jasal.", "Għaldaqstant hija sitwazzjoni perikoluża speċjalment meta naraw li nies kwalifikati fil-qasam tax-xandir ma ntgħażlux f'dan il-proċess ta' \"suppost ristrutturar\" li qed isir.", "Meta wieħed jirristruttura jagħmel dan sabiex isir aktar effiċjenti u jipproduċi iktar u f'dan il-każ biex jagħti servizz aħjar.", "Allura ngħidlu \"suppost ristrutturar\" għaliex bil-mod kif qegħdin jintgħażlu n-nies, meta naraw li twarrbu nies li huma kwalifikati u għandhom snin ta' esperjenza fil-qasam tax-xandir filwaqt li ntgħażlu nies oħrajn li m'għandhomx kwalifiki, ma nistax nifhem kif dan ix-xandir pubbliku jista' jagħti servizz aħjar.", "Il-gvern dejjem jgħid li jimxi bil-kejl li min ħaqqu jieħu u jimxi 'l quddiem għall-ġid ta' l-istituzzjoni li jkun qed jaħdem fiha.", "Però minflok qegħdin naraw dan jiġri, qegħdin naraw li ħafna nies qed jintgħażlu mhux fuq il-mertu tal-kapaċitajiet tagħhom imma għaliex huma magħrufin għat- twemmin politiku tagħhom.", "Anke meta nqabblu l-esperjenza, u mhux biss il- kwalifiki, ta' ċerti mpjegati li ma ntgħażlux biex jibqgħu jaħdmu mal-PBS, u nqabblu dik l-esperjenza ma' ta' wħud li ntgħażlu nerġgħu naraw li f'ċerti każi lanqas l-esperjenza ma kienet il-kejl li bih ġew iġġudikati dawn il-ħaddiema sabiex jibqgħu jagħtu x-xogħol tagħhom f'din l-azjenda pubblika.", "Kif semmejt qabel ̧ kien hemm nies ikkwalifikati li ma ntgħażlux.", "Issa jien m'iniex qed ngħid li għax ikollok degree tkun l-aħjar persuna biex tintgħażel pero' meta toqgħod tara l-każijiet wieħed wieħed - aktar 'il quddiem insemmi każijiet partikolari - u tqabbel min intgħażel ma' min ma ntgħażilx issib li min kellu ċerta esperjenza ma ntgħażilx lanqas.", "Meta tara d-degree fil-kontest ta' kapaċità u ta' esperjenza u tqabbilhom ma' dik tal-persuna l-oħra li tkun intgħażlet ikun evidenti li l-persuna ma ntgħażlitx la fuq il-kwalifiki akkademiċi tagħha u lanqas fuq il-esperjenza tagħha.", "Għalhekk tibqa' l-mistoqsija fuq liema kriterji ntgħażlet.", "Per eżempju, rajna li l-assessment sar fuq interview biss u mhux fuq track record ta' xogħol li tkun għamlet persuna jiġifieri inti tintervista persuna u tiddeċiedi fuq l-intervista ta' dak il-ħin.", "Meta tintervista nies f'azjenda li jkunu ilhom jaħdmu snin hemmhekk naħseb li hija xi ħaġa loġika li inti tħares lejn it-track record tagħhom ukoll.", "Dan mhux bħal meta tkun applikajt għal job, mort għall-interview u tgħidlu li għamilt xogħlijiet differenti.", "Dan huwa każ aktar iffokat meta inti fl-istess azjenda tkun ġegħelt lin-nies jerġgħu japplikaw u allura biex tagħmel ir- restructuring, biex tara kif se tkun aktar effettiv, produttiv u aktar effiċjenti, naħseb li tkun xi ħaġa loġika li ma tħarisx biss lejn l- intervista imma tħares ukoll lejn it-track record u l-kontribut li tkun tat għall-azjenda l-persuna li tkun se tintgħażel.", "Pero' ma sarx hekk.", "Mistoqsija oħra li qed issir mill-ħaddiema hija dwar min għamel dawn l- intervisti u l-esperjenza u n-knowledge tagħhom fl-oqsma relatati.", "Qed ngħid dan għax kien hemm oqsma li għandhom x'jaqsmu direttament ma' produzzjoni, oħrajn li għandhom x'jaqsmu ma' komunikazzjoni u oħrajn li għandhom x'jaqsmu ma' dipartimenti tal-finanzi u dipartimenti ta' human resources.", "Per eżempju, min mar għall-interview induna li min kien qed jintervistah ma kellux in-knowledge u l-background tal-qasam li kien qed jiġi ntervistat għalih.", "Imbagħad kien hemm ukoll każijiet sfaċċati fejn manager u segretarja għamlu l-interview għall-istess post u ntgħażlet is-segretarja.", "Fil-fatt il- manager li kien fuq is-segretarja baqa' barra.", "Kien hemm ukoll każijiet fejn clerk qabżet sitt gradi f'daqqa u kien hemm ċerti talbiet għal min ried japplika li kienu tailor-made għal ċerti nies.", "Dawn kienu l-aktar affarijiet fid-deher u ċerti impjegati lanqas riedu jemmnu li dawn l- affarijiet setgħu jiġru.", "Pero' fil-fatt ġraw.", "Nista' nsemmi wkoll li fil-qasam tar-radju tħallew barra nies ta' esperjenza u mbagħad reġgħu fetħu l-applikazzjonijiet.", "Jien naħseb li dawn huma kollha affarijiet li jeħtieġ li jkun hemm kjarifika tagħhom.", "Wara kollox hawnhekk qed nitkellmu fuq is-servizz pubbliku u ħafna mistoqsijiet dwar dan il-proċess li qed isir għandhom jingħataw risposta.", "Per eżempju, f'settur minnhom intgħażlu l-ħaddiema kollha u l-unika persuna li baqgħet barra hija magħrufa għall-kulur politiku tagħha, għax hija Laburista.", "Mill-mod kif saru l-affarijiet jidher li l-jobs it-tajbin u l-importanti ngħataw lil ċerti nies, imbagħad nies b'tendenzi oħrajn ingħataw il-frak.", "Naturalment dan ma jawgura xejn tajjeb għall-fiduċja li aħna suppost ikollna fit-tmexxija tal-PBS għaliex meta naraw kif qed issir din l-għażla tal-ħaddiema nsibu affarijiet sfaċċati u wieħed jibda jgħid: X'nippretendu meta qegħdin naraw il-mod ta' kif qegħdin isiru dawn l-affarijiet?!", "Kien għalhekk li l-oppożizzjoni Laburista iddeplorat il-mod ta' kif saret l- għażla tal-ħaddiema fix-xandir pubbliku.", "Aħna bħala membri ta' l- oppożizzjoni se nibqgħu ninsistu li tibqa' ssir ġustizzja ma' dawk il- ħaddiema li qed issir inġustizzja magħhom.", "Nerġgħu ngħidu u nirrepetu l- fatt li dan il-mod ta' kif qegħdin isiru l-affarijiet huwa inkwetanti ħafna, mhux biss intrinsikament għall-mod kif sar imma għall-konsegwenzi ta' dak li qed jiġri fil-PBS.", "Meta n-nies qegħdin jaraw dan l-eżerċizzju u l-mod kif żvolġa u kif qed imexxu 'l quddiem dan is-suppost ristrutturar fix-xandir pubbliku, qegħdin jgħidu li ma jistax ikollhom fiduċja f'din l- istituzzjoni għax għadha lanqas bdiet tiffunzjona fil-forma l-ġdida tagħha u diġà hemm dan l-aġir sfaċċat min-naħa tal-gvern.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada l- Erbgħa, 14 ta' Lulju, 2004 fis-6:00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mis- segretarju parlamentari.", "Fid-9:30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "PRODUZZJONI TAL-ĦALIB FRISK", "6462.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni tal-ħalib frisk matul l-ewwel sitt xhur tas-sena?", "Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perjodu għal dawn l- aħħar ħames snin?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni fis-seduta.", "PRODUZZJONI TAL-LAĦAM TAL-FENEK", "6463.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni tal-laħam tal- fenek matul l-ewwel sitt xhur tas-sena?", "Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perjodu għal dawn l-aħħar ħames snin?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: L-istima ta' produzzjoni tal-laħam tal-fenek matul l-aħħar sitt xhur ta' din is sena hija ta' 1,099,666 kg.", "It-total għas-snin 2002 u 2003 kien ta' 2,509,000 kg u 2,199,333 kg rispettivament.", "Ma teżistix statistika f'dan ir-rigward għas-snin ta' qabel.", "Ta' min jgħid ukoll li dawn iċ-ċifri huma maħduma fuq kemm jinbiegħ għalf għall-fniek.", "LITTLE ARMIER - RABA' SAQWI", "6478.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid x'passi se tieħu l-MEPA biex ma tħallix iżjed raba', spejjer u ġwiebi ta' bdiewa jinqerdu fl-inħawi ta' Little Armier biex jagħmlu wisa' għall-bini ta' iżjed minn 1,500 beach-room skond applikazzjoni li saret fi Frar ta' din is-sena mill-kumpannija Armier Development Co. Ltd.?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: L-abbozz tal-pjan ta' azzjoni dwar il-Marfa jara li ma jkunx affettwat raba' saqwi.", "MANIKATA – XOGĦOL FIS-SISTEMA TAD-DRENAĠĠ", "6479.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika: Jista' il-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol biex tinbidel il-parti mis-sistema tad-drenaġġ fil-Manikata biex titranġa problema qadima tal-ħruġ tad-drenaġġ fl-inħawi?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ġie deċiż li dan ix-xogħol isir direttament mill- ħaddiema tal-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma.", "Dan ix-xogħol mistenni jibda f'Awissu.", "BORŻA TA' MALTA – MEMBRI TAL-KUNSILL", "6496.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' jiġi verifikat jekk fil-bord li jmexxi l-Borża ta' Malta hemmx min għandu konflitt ta' interess peress li għandu kumpanniji fil- qasam finanzjarju?", "Tista' din il-persuna titneħħa mill-ħatra biex ma jkun hemm ebda suspett li xi ħadd jista' jieħu vantaġġ mill-mod kif taħdem u titmexxa l-Borża ta' Malta?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Filwaqt li nikkonferma li fost il-membri tal- Kunsill tal-Borża hemm min hu attiv fis-settur finanzjarju, ma jirriżultax li hemm xi persuna li għandha konflitt ta' interess li jimpedih jew jillimitah milli jaqdi dmiru bl-ogħla integrità u imparzjalità.", "Dan qed jingħad anke in vista tal-funzjonijiet tal-borża kif ġew ridefiniti b'Att XVII ta' l-2002, liema att għadda r-responsabbiltajiet regolatorji u ta' sorveljanza tal-borża kif ukoll il-liċenzjar ta' l-istockbrokers lill- awtorità kompetenti (MFSA), filwaqt li l-listing authority assumiet ir- responsabbiltà għall-awtorizzar ta' l-ammissibilità tat-titoli għal-lista uffiċjali.", "SPTAR MATER DEI - KUNTRATTI", "6497.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Minisru jgħid jekk dan l-aħħar wasallux tagħrif dwar kif ingħataw kuntratti fl-isptar il-ġdid?", "Ħa passi dwar dan it- tagħrif?", "X'passi ħa?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jekk l-Onor.", "Interpellant qiegħed jirriferi għall- kuntratt ma' SKANSKA, allura nikkonferma li kelli laqgħat ma' uffiċjali għolja ta' din is-soċjetà biex jibdew laqgħat tekniċi intensivi ħalli tiġi kristallizzata l-kwestjoni dwar l-ispiża kapitali ta' l-isptar.", "Jekk l-Onor.", "Membru qiegħed jirriferi għall-għoti tal-kuntratt ta' apparat, allura min għandu interess jista' jeżerċita d-dritt li tagħtih il-liġi u jirrikorri lejn l-awtoritajiet kompetenti.", "SPTAR SAN LUQA - INĊINERATUR", "6498.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid jekk inħatarx xi bord biex jevalwa t-tweġibiet tal-kwestjonarju li ntbagħat għal min hu interessat jitfa' offerta għall-inċineratur ta' l-isptar San Luqa?", "Min inħatar fuq dan il-kumitat?", "Intagħżlu xi kumpanniji u twarrbu oħrajn?", "Meta huwa maħsub li tittieħed id-deċiżjoni dwar l-għoti tal-kuntratt għall-inċineratur ta' l- isptar San Luqa?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-Adjudication board inħatar u diga' beda x-xogħol tiegħu sabiex jevalwa l-offerti mitfugħa rigward sistema ġdida minflok l- inċineratur ta' l-isptar San Luqa.", "Peress li l-bord beda jaħdem xi ġimgħatejn ilu, għadu kmieni wisq biex wieħed jgħid jekk intagħżlux jew twarrbu xi kumpanniji.", "Deċiżjoni dwar l- għoti tal-kuntratt tittieħed wara li l-bord jispiċċa l-evalwazzjoni tiegħu u jirrapporta lura lid-direttur tal-kuntratti.", "Għal raġunijiet ovvji se ngħaddi l-kompożizzjoni tal-bord lill-Onor.", "Interpellant b'mod kunfidenzjali.", "FTS - KUNTRATTI GĦAL XOGĦLIJIET FL-ISKEJJEL", "6499.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: Kemm tat kuntratti l-fondazzjoni għall-iskejjel t'għada għal xogħlijiet fl-iskejjel matul is-sena skolastika li għadha kemm intemmet?", "X'kienet in-natura tax-xogħol li sar f'kull skola?", "F'kull każ, x'kien il-valur tax-xogħlijiet u kemm tħallas minnhom għax-xogħol li sar?", "Min kienu l-kuntratturi li għamlu u li tħallsu tax-xogħlijiet?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "AMBAXXATA ĠDIDA FIL-MAROKK", "6510.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin: Jista' il-Ministru jgħid x'inhuma l-pjani tiegħu dwar il-ftuħ/żamma ta' ambaxxata ġdida fil-Marokk?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Fiż-żmien li ġej il-Ministeru se jagħmel l- evalwazzjoni neċessarja dwar din il-materja.", "FTEHIM BEJN MALTA U L-GREĊJA FIL-QASAM TAS-SEARCH & RESCUE", "6511.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin: Jista' il-Ministru jgħid fiex waslu t-taħdidiet tal-ministeru ma' l- awtoritajiet Griegi dwar ftehim ta' koperazzjoni fil-qasam tas-search & rescue?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Fuq inizjattiva ta' l-awtoritajiet Maltin ta' l- 1998 kien ġie propost ftehim bilaterali bejn Malta u l-Greċja fil-qasam tas- search and rescue.", "It-test tal-ftehim huwa konkluż miż-żewġ naħat, salv ċerti emendi li jirrikjedu negozjati tekniċi diretti li għandhom iseħħu f'qasir żmien.", "EUROPEAN BORDER MANAGEMENT AGENCY", "6512.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin: Jista' il-Ministru jgħid x'inhu l-livell ta' appoġġ li Malta kisbet diplomatikament s'issa sabiex tospita l-European Border Management Agency?", "Liema huma l-contenders l-oħra?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Fuq talba tal-Ministeru tal-Ġustizzja u Intern, il- Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin għamel il-kuntatti meħtieġa ma' l- awtoritajiet konċernati fil-pajjiżi kollha ta' l-Unjoni Ewropea dwar id- disponibbilta' ta' Malta li tospita din l-aġenzija Ewropea.", "L-Estonja, il- Polonja, is-Slovenja u l-Ungerija wkoll indikaw l-interess tagħhom f'din il- materja.", "ŻJARA F'MALTA MIS-SEGRETARJU ĠENERALI TAL-KUNSILL TAL-GOLF GĦARBI", "6513.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin: Jista' il-Ministru jikkonferma li s-segretarju ġenerali tal-GCC, l- Eċċellenza Tiegħu Abdul Tahman Atiya, mistenni jżur Malta fil-ġejjieni?", "Jekk fl-affermattiv, meta hu mistenni li jiġi?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Nikkonferma li s-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill għall-Koperazzjoni bejn il-pajjiżi tal-Golf Għarbi (GCC) aċċetta l-istedina biex iżur Malta f'data li għad trid tiġi stabilita.", "PROTOKOLL FINANZJARJU MA' L-ITALJA", "6514.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin: Huwa minnu li l-Gvern Malti qed jitlob estensjoni ta' l-implimentazzjoni tal-financial protocol ma' l-Italja b'sentejn?", "Jekk iva, fiex waslet din it-talba?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Nikkonferma li l-gvernijiet ta' Malta u ta' l- Italja skambjaw noti diplomatiċi bejniethom fl-14 ta' Ġunju li għadda fejn intalbet estensjoni ta' sentejn għall-implimentar tal-Ħames Protokoll Finanzjarju ffirmat ma' l-Italja.", "Peress li din it-talba tifforma parti integrali minn dan il-protokoll, ikun meħtieġ li t-talba tkun ratifikata formalament mill-Italja.", "Il-Gvern Malti qed jagħmel dak kollu possibbli sabiex din ir-ratifika sseħħ fl-iqsar żmien possibbli.", "INVESTMENT PROMOTION GUARANTEE AGREEMENT", "6515.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin: Jista' il-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi żviluppi dwar ir-ratifika ta' l- investment promotion guarantee agreement bejn Malta u l-Libja?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Il-ftehim bejn Malta u l-Libja dwar il-promozzjoni u l-ħarsien ta' l-investiment, iffirmat f'Ottubru 2003, jidħol fis-seħħ appena jkun ratifikat miż-żewġ pajjiżi.", "Malta rratifikat il-ftehim fi Frar ta' din is-sena, filwaqt li l-Libja għad trid tirratifikah.", "GĦAWDEX - BEACH CLEANING SECTION", "6553.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għal Għawdex: Peress li l-beach cleaning section fil-Ministeru għal Għawdex m'għandhomx air conditioning fl-uffiċini tagħhom, tista' il-Ministru tara li jiġi stallat air conditioning unit f'dawn l-uffiċini?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: L-uffiċċju ta' l-iskrivani tal-beach cleaning section huwa provdut b'arja kkondizzjonata.", "L-istallazzjoni ta' apparat ta' arja kkondizzjonata f'uffiċċju ieħor ta' din is-sezzjoni tiġi kkunsidrata skond il-prioritajiet tad-dipartiment.", "RADIO CALYPSO", "6554.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jispjega kif l-unika frekwenza tar- radju li kien hemm allokata għal Għawdex fuq bażi nazzjonali issa mhux se tibqa' tittrasmetti minn Għawdex?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Is-sid ta' Radju Calypso qiegħed fi proċeduri biex ibiegħ il-kumpannija Radju Calypso Ltd lil kumpannija oħra.", "Jien informat ukoll li l-awtorita' tax-xandir kellha talba quddiemha, u li hi approvat, f'dan is-sens.", "Peress li l-istazzjonijiet tar-radju joperaw fuq bażi kummerċjali, is-sid ta' dan l-istazzjon m'għandu l-ebda obbligu jbiegħ lil xi operatur ieħor ġewwa Għawdex.", "Għaldaqstant wieħed għandu dritt li jiddisponi mill-istazzjon skond ir-regoli tas-suq.", "L-approvazzjoni tal- bejgħ ta' dan l-istazzjon hi skond Artiklu 16 ta' l-att dwar ix-xandir.", "KALAXLOKK CO.", "LTD.", "6560.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika: Jista' il-Ministru jgħid x'futur għandha l-kumpannija Kalaxlokk u l-ħaddiema tagħha?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Il-gvern se jittratta s-sitwazzjoni tal-kumpannija Kalaxlokk eżatt bħalma ttratta s-sitwazzjoni f'entitajiet oħra.", "Il-futur ta' kumpannija li mhux strateġika jiddependi mill-viabbilta' finanzjarja tagħha.", "GĦAR DALAM - TINDIF TAL-CAR PARK", "6567.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Possibbli jittieħdu passi biex il-car park ta' Għar Dalam, fejn ta' kuljum imorru għadd ta' turisti, jitnaddaf għax ilu fuq xahar biż-żibel miġbur gozz f'nofs il-car park?", "Jista' jgħid min hu responsabbli li jitnaddaf dan il-post?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ir-responsabbilta` tat-tindif tal-car park ta' Għar Dalam jaqa' taħt il-ministeru għar-riżorsi u l-infrastruttura.", "Ninsab informat ukoll li d-dipartiment konċernat ġie mgħarraf bis- sitwazzjoni preżenti.", "REĠISTRU PUBBLIKU - TWELID TA' TRABI", "6568.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm twieldu trabi fil-gżejjer Maltin, sena b'sena, għal dawn l-aħħar għaxar snin?", "ONOR.", "TONIO BORG: Fir-reġistru pubbliku ma tinżammx statistika tat- tagħrif kif mitlub mill-Onor.", "Interpellant.", "Din l-informazzjoni toħroġ mill- uffiċċju nazzjonali ta' l-istatistika li ma jaqax taħt id-dekasteru tiegħi.", "Madankollu ġejt informat li n-numru ta' live births fil-gżejjer Maltin, sena b'sena għal dawn l-aħħar għaxar snin, kien kif ġej:", "|Sena |Numru | |1994 |4,826 | |1995 |4,613 | |1996 |4,944 | |1997 |4,835 | |1998 |4,488 | |1999 |4,308 | |2000 |4,255 | |2001 |3,859 | |2002 |3,805 | |2003 |3,902 |", "SAĦĦA - MORTALITY RATE", "6569.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l- Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid x'kienet il-mortality rate għal dawn l-aħħar għaxar snin?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-mejda tal- Kamra aktar kmieni fis-seduta.", "UFFIĊĊJU NAZZJONALI TA' L-ISTATISTIKA - POPOLAZZJONI", "6570.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm tgħodd il-popolazzjoni fil- gżejjer Maltin u Għawdxin preżentement?", "Jista' jingħata breakdown skond is-sess u l-age group - maqbudin għaxar snin għaxar snin mit-twelid sa l-eta' ta' 80 sena?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: It-tagħrif mitlub jinsab fit-tabelli 3A u 3B li tpoġġew fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni fis-seduta.", "It-total tal- popolazzjoni jinkludi wkoll barranin li kienu qed jgħixu Malta sal-31 ta' Diċembru 2003.", "TAXXI INTERNI - NI CONTRIBUTIONS", "6571.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm inġabru flus minn NI contributions mill-1 ta' Jannar 1998 sal-lum?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "TAXXI INTERNI - NI CONTRIBUTIONS", "6572.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hawn nies li qed iħallsu NI contributions bħalissa?", "Kemm hemm kategoriji differenti ta' NI?", "Kemm hemm nies f'kull kategorija?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: In-numru ta' persuni li ħallsu l-kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali matul is-sena 2003 huwa dan: self-employed - 19,371; impjegati - 128,329.", "Għar-rigward ta' kategoriji differenti t-tagħrif jinsab fuq il-website tad- dipartiment tat-taxxi interni.", "Ninforma wkoll li d-dipartiment ma jżommx record tan-nies li hemm f'kull kategorija.", "KUNSILL MEDIKU", "6573.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid meta reġa' ġie kostitwit il- kunsill mediku?", "Jista' jgħid x'inhuma l-kriterji li dan il-kunsill iħaddem meta jiġbor il-lista ta' każi pendenti mressqin quddiemu?", "Jista' jgħid x'tagħrif jagħti lura lil min jiktiblu dwar il-modus operandi tiegħu?", "Jista' jgħid x'tagħrif jagħti lura lil min jiktiblu dwar xi membru tal- professjoni tiegħu?", "Jekk il-kunsill ma jagħti ebda tagħrif, għal liema raġuni jagħmel hekk?", "Jista' jgħid x'rikors ikollhom il-membri tal-pubbliku meta jidħlu f'korrispondenza mal-kunsill mediku u ma jkunux sodisfatti bit- tweġibiet xotti li jingħataw?", "Jista' jgħid jekk il-kwerelant għandux dritt għall-aċċess għat-tweġiba mogħtija mill-membri tal-professjoni medika?", "Fin- nuqqas ta' rappreżentanza legali, x'għamla oħra ta' protezzjoni jista' ikollhom il-membri tal-pubbliku f'każ li jħossuhom imweġġgħin b'xi għamla ta' abbuż minn membri tal-professjoni li taqa' taħt il-kunsill mediku?", "F'dan ir-rigward, xi protezzjoni jagħtihom id-dipartiment u l-ministeru li jaqa' taħt id-dekasteru tal-Ministru tas-Saħħa?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Il-kunsill mediku preżenti ġie kostitwit fil-21 ta' Novembru 2003 - Avviż Legali 357 ta' l-2003.", "Il-kompożizzjoni tal-kunsill imbagħad ġiet kompletata fit-22 ta' Marzu 2004 wara li kienu ġew maħtura u eletti l-membri kollha tiegħu - Artikolu 9 ta' l-Att ta' l-2003 dwar il- professjonijiet tas-saħħa.", "Fis-smigħ ta' l-inkjesti l-kunsill normalment isegwi l-ordni kronoloġika skond id-data tal-kwerela.", "Mhux eskluż pero' li jqabbeż każi li fil-fehma tiegħu jkunu iktar urġenti minn każi oħra li l-kwerela dwarhom tkun saret qabel.", "Il-kunsill mediku jibgħat lil kulmin ikun interessat kopja tal-proċedura ta' l-inkjesti miżmuma minnu flimkien ma' skjarimenti fejn iħoss li jkun meħtieġ.", "It-tagħrif li jagħti l-kunsill mediku jiddependi minn dak li jikteb min ikun kiteb.", "Il-kunsill ma jagħti ebda tagħrif jekk ma jkollux tagħrif x'jagħti.", "F'dan il-każ il-membri tal-pubbliku jkunu jistgħu jitolbu spjegazzjoni mill- kunsill.", "F'każ li wara tali talba jibqgħu mhux sodisfatti allura jaraw jekk ikunux jistgħu jiksbu rimedju skond il-liġi.", "Il-kwerelant ikollu dritt ikun preżenti matul il-proċeduri kollha ta' l- inkjesta relattiva u għalhekk ikollu l-opportunita' isegwi kulma jintqal f'dik il-proċedura.", "F'każ li l-kunsill jiddeċiedi li ma jagħmilx inkjesta, il-kwerelant jiġi mgħarraf b'din id-deċiżjoni u bir-raġuni li għaliha tkun ittieħdet id- deċiżjoni.", "Kull membru tal-pubbliku li jilmenta mill-għemil ta' xi tabib jew dentista jista' jippreżenta lill-kunsill mediku kwerela anke mingħajr l-assistenza legali.", "Il-kunsill jipproċedi bl-istess mod fuq kwerela, kemm jekk tkun saret bl-assistenza legali u kemm jekk ma tkunx.", "Minħabba li l-funzjoni tal-kunsill hija awtonoma, il-ministeru jew id- diviżjoni m'għandhom l-ebda ġurisdizzjoni fuq każi bħal dawn."]} {"filename": "20061205_474d_par.doc", "date": "2006-12-05", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Uffiċjali u Rivedut) L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 474 It-Tlieta, 5 ta' Diċembru 2006 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 474", "It-Tlieta, 5 ta' Diċembru 2006", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.02 p.m.", "Talba", "Seduta Nru. 474", "It-Tlieta, 5 ta' Diċembru 2006", "WERREJ", "MINUTI 481", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI 481", "TQEGĦID TA' KARTI 485", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IS-SIGURTA' SOĊJALI", "(EMENDA NRU 2) (It-Tielet Qari)", "SOCIAL SECURITY (AMENDMENT)(N0 2) BILL (Third Reading) 487", "ABBOZZ TA' LIĠI BIEX JEMENDA L-ATT TAL-BANK ĊENTRALI TA' MALTA (It-Tieni Qari)", "CENTRAL BANK (AMENDMENT) BILL (Second Reading) 488", "MOZZJONIJIET", "RATIFIKA TAL-KONVENZJONI TAL-UNESCO DWAR IL-PROTEZZJONI", "U L-PROMOZZJONI TAD-DIVERSITA' TA' L-ESPRESSJONIJIET KULTURALI 501", "AĠĠORNAMENT 509", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 514", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 473 li saret fl-4 ta' Diċembru, 2006 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "SPTAR MATER DEI - SISTEMA TA' L-IT", "22093.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Michael Farrugia) staqsa lill- Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 21988 u jgħid f'liema stadju waslet is-sejħa għal offerti għall-IT għall-isptar Mater Dei?", "Meta hu mistenni li s-sistema tkun installata kollha kemm hi u l-ħaddiema jkunu ngħataw it-taħriġ kollu kif din għandha titħaddem?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi)(f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel riferenza għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 21988.", "SPTAR MATER DEI - SISTEMA TA' L-IT", "22231.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Michael Farrugia) staqsa lill- Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 21988 u 22093 u jgħid f'liema stadju waslet is- sejħa għal offerti għall-IT għall-isptar Mater Dei?", "Meta hu mistenni li s- sistema tkun installata kollha kemm hi u l-ħaddiema jkunu ngħataw it-taħriġ kollu kif din għandha titħaddem?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (f'isem l-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel riferenza għat-tweġiba li ngħatat għall- mistoqsija parlamentari 21988.", "VAT", "22364.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Charles Mangion) staqsa lill- Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 22114 u jagħti risposta għat-tieni u t-tielet parti ta' mistoqsija parlamentari 21114?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Nirriferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 22114.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jista' l-Ministru Galea - anke għaliex huwa wieħed mill-aktar ministri li jwieġeb għall-mistoqsijiet u għandu knowledge sew ta' l-ispectrum kollu tal-gvern - jgħidli jekk waslitx għall-attenzjoni tiegħu s-sitwazzjoni li qed jiffaċċjaw il-federations ta' l-isparar vis-á- vis l-abbozz li ħareġ rigward il-permessi ta' użu ta' air weapons għall- isport minn persuni ta' 14-il sena?", "Jirriżultalu li dan m'huwiex aċċessibbli għal persuni ta' l-istess eta' fil-każ ta' l-isport shooting?", "Jista' jgħid x'qed isir minħabba d-diffikulta' li qed ikollhom jaffaċċjaw l- atleti sportivi flimkien mal-federazzjonijiet Maltin?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Għandi nifhem li l-Onor.", "Interpellant qed jirriferi għal persuni ta' 14-il sena li qed jingħataw il-liċenzja li jużaw l-armi.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Qed nirriferi dawk il-persuni li jipprattikaw dan it- tip ta' sport għax normalment l-armi tan-nar ma jistgħux jintużaw minn persuni li jkunu għadhom m'għalqux it-18-il sena.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-Onor.", "Interpellant qed jirreferi għall-emendi li saru fl-abbozz dwar l-użu ta' armi tan-nar biex dawk il-persuni li jkunu ta' eta' żgħira u jkunu jridu jipprattikaw dan l-isport, ikunu jistgħu jagħmlu dan taħt ċerta superviżjoni.", "Nifhem li hemm ċerti diffikultajiet fl- applikazzjoni tal-liġi kif inhi u din hija xi ħaġa li l-kunsill Malti għall- isport qiegħed jikkonsidra biex fil-każ jinfurmani dwarha u naraw x'jista' jsir.", "Naturalment hemm kwestjonijiet differenti bħal safejn trid tassumi r- responsabbilta' l-federazzjoni u x'inhuma l-implikazzjonijiet biex tassumi din ir-responsabbilta'.", "Filwaqt li huwa tajjeb li jkun hemm min juri xi talent partikolari minn eta' żgħira u jkun jista' jipprattika dan l-isport, irridu nifhmu li dawn il-persuni ma jistgħux jagħmlu użu minn armi jekk mhux taħt superviżjoni ta' persuni akbar minnhom, u l-liġi dan tipprevedih.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: X'inhi r-raġuni li l-gvern jagħmel distinzjoni bejn sport prattikat bl-air weapon u sport prattikat bix-shotgun?", "Skond il-liġi persuna minn 14-il sena 'l fuq hija intitolat li tuża l-air weapon biex tipprattika dan l-isport u terfa' r-responsabbilta' tagħha l-assoċjazzjoni jew il-federazzjoni, pero' persuna li trid tuża x-shotgun ma tistax tagħmel dan qabel ma jkollha 16-il sena.", "Għaliex din id-dinstinzjoni?", "Din hija kwestjoni ta' prinċipju jew forsi huwa xi żball tekniku li jista' jiġi rranġat?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Din id-distinzjoni kienet saret fuq pariri ta' diversi nies responsabbli, fosthom il-pulizija u nies li jsegwu r-records ta' min għandu l-liċenzji biex ikollu pussess ta' dawn l-armi.", "Minbarra hekk hemm xi ftit tad-differenza bejn l-isport fejn jintużaw l-air guns u l-isport fejn jintużaw ix-shotguns.", "Din id-differenza hija riflessa fir- responsabiltajiet li ż-żewġ tipi ta' armi jġorru magħhom.", "Naturalment meta l-gvern għadda l-liġi in kwestjoni, diġa' mexa' pass sostanzjali 'l quddiem fid-direzzjoni tal-kunsultazzjonijiet li kien hemm anke ma' l-għaqda kkonċernata, li riedu li jkollhom kopertura legali għal meta jimpurtaw armi li huma ta' ċertu valur storiku, ta' ċertu valur artistiku jew ta' ċertu valur partikolari.", "Aħna, f'Malta dejjem addottajna regime legali li jiskoraġġixxi kemm jista' l-proliferazzjoni tal-pussess ta' armi tan-nar, kuntrarjament għal ċerti pajjiżi.", "Naħseb li huwa benefiku fis-soċjeta' tagħna li hawn dan ir-regime li huwa relattivament daqshekk iebes sabiex wieħed jikseb il-liċenzja ħalli jippossjedi arma tan-nar, jużaha, iżommha kif suppost, jassumi ċerti responsabbiltajiet u dawn l-affarijiet kollha.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Wara dan li qed jgħid il-Ministru u mill-fatti kif jirriżultaw, l-atleta Malti Clive Farrugia, li rebaħ il-gold medal fl- isport tax-shotgun Ewropew li sar is-sena l-oħra ġewwa Venezia, se jkollu s- support – il-federazzjoni ovvjament se terfa' r-responsabbilta' tiegħu – biex jkompli jitħarreġ jew le?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, ma nistax nitkellem għar-responsabbilta' li nħoss li għandha terfa' l-federazzjoni konċernata ta' dawn l-isportivi.", "Dik hija deċiżjoni li trid tassumiha l-federazzjoni nnifisha.", "Naturalment il-pajjiż kollu jaf li l-kumitat olimpiku Malti kien minn ta' quddiem biex jappoġġa u jisponsorja wieħed mill-aħjar tiraturi li għandna u l-gvern ta sehem importanti ħafna biex dan seta' jkompli jittrenja.", "Dan kollu qiegħed ngħidu b'xiehda tal-fatt li l-gvern, u b'mod iktar dirett l-kumitat olimpiku Malti mhux biss ma joqogħdux lura, imma talli jinkoraġġixxu bil- kbir nies li juru li għandhom prospetti tajbin fil-kompetizzjonijiet internazzjonali.", "Naturalment il-federazzjoni li hija speċjalizzata f'din id-dixxiplina sportiva, trid tagħmel hi l-ġudizzju ta' kif jiġu mħarrġa n-nies li jsegwu dan l-isport, f'liema ċirkostanzi u safejn għandha tidħol biex terfa' ir- responsabbiltajiet.", "Aħna bħala gvern nistgħu naraw x'tip ta' għajnuna nistgħu nagħtu, anke forsi b'mod finanzjarju, u l-kumitat olimpiku Malti jista' jintervjeni fuq inizjattiva tiegħu jew jitlob l-għajnuna tal-gvern f'dan ir-rigward.", "Imma finalment il-federazzjoni għandha r-relazzjoni tagħha skond l-istatut tal-kumitat olimpiku Malti u f'dik ir-relazzjoni jien ma nintromettix ruħi.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Sur President, żgħażagħ ta' 14-il sena f'pajjiżi oħra ta' l-Unjoni Ewropea jingħataw l-istess opportunita' daqs żgħażagħ akbar minnhom li jeżerċitaw dan l-isport.", "Ma jaħsibx il-Ministru li din il- kwestjoni f'Malta għandha tiġi riżolta kemm jista' jkun malajr?", "Jikkonsidra li jagħmel laqgħat mal-kumitat olimpiku Malti u mal- federazzjoni fuq din il-kwestjoni, aktar u aktar issa li Malta qed taspira li bejn Frar u Marzu ta' l-2007 torganizza tournament Ewropew f'Malta?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mhux l-ewwel darba li kelli l-opportunita' li niltaqa' ma' din il-federazzjoni u anke ma' l-MOC u nieħu gost nerġa' niltaqa' magħhom sabiex flimkien niddiskutu din is-sitwazzjoni.", "FAMILJA U SOLIDARJETA' SOĊJALI - IMPJEGATI", "22298.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Chris Aguis) staqsa lill- Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru tgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-ministeru, dipartimenti u enti oħra fid- dekasteru tagħha matul is-sena 2005-2006?", "Tista' tgħid f'liema grad hu kull impjegat ġdid?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA (Ministru għall-Familja u Solidarjeta` Soċjali): It- tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant hu kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.", "ŻVILUPP URBAN U TOROQ - IMPJEGATI", "22299.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Chris Agius) staqsa lill- Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-ministeru, dipartimenti u enti oħra fid- dekasteru tiegħu matul is-sena 2005-2006?", "F'liema grad hu kull impjegat ġdid?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT (Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq): L- informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant qed titpoġġa fuq il-mejda tal- Kamra.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Il-Ministru rriżultalu li parti mill-bypass ta' l- Imtarfa, dik bejn ir-Rabat u l-Imtarfa, reġgħet sfrundat?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Safejn naf jien l-Onor.", "Interpellant diġa' għamilli mistoqsija simili, jien irrispondejtha u ma jirriżultalix li minn dakinhar sal-lum ġraw xi affarijiet ġodda.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jien kont ġbidt l-attenzjoni tal-Ministru li l- formazzjoni fuq dawn it-toroq m'hijiex qiegħda ssir b'mod tajjeb peress li dawn jinsabu f'żona rurali u f'water catchment area.", "It-toroq qegħdin jisfrundaw bil-piż tagħhom stess.", "Dan joħroġ minn analisi li saret minn esperti Ewropej.", "Jista' l-Ministru, flimkien ma' esperti tar-riżorsi, tal- ġeoloġija u ta' l-idroloġija, u ma' inġiniera ta' l-ADT, imorru jagħmlu spezzjoni f'dawn iż-żoni bil-għan li tinstab is-soluzzjoni għall-iżvilupp u r-rijabilitazzjoni mill-ġdid ta' toroq ta' din ix-xorta?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT : Lili ma jirriżultalix li kien hemm xi ħsarat inkwetanti kif qed jiddiskrivihom l-Onor.", "Interpellant.", "Fil-fatt fir- risposta tiegħi kont għedtlu li ma kenux qed isiru interventi biex jissewwew il-ħsarat għax kien antiċipat li se jitkompla x-xogħol u allura wieħed seta' jintervjeni f'dak l-istadju.", "Kif għedt ukoll drabi oħra, ix- xogħol fuq l-aħħar fażi tat-triq suppost inbeda.", "Il-kuntrattur ingħata l- permessi neċessarji l-ġimgħa li għaddiet u allura dan għandu jibda fil- ġranet li ġejjin.", "Safejn naf jien ir-retaining walls saru bl-istess metodoloġija li kienu jsiru biha anke qabel ma sirt jien il-ministru responsabbli mit-toroq.", "Ir- retaining walls saru b'mod tajjeb.", "Għandek ħitan massivi fejn l-ispazju ta' madwarhom huwa mimli bi blokok, sar skavar biex il-blokok jiġu mserrħa fuq art stabbli u ma jidhirlix li x-xogħol sar b'mod ħażin.", "Sur President, minkejja dan li qed ngħid se nerġa' nitkellem ma' l-ADT biex tibgħat l-esperti tagħha ħalli tħares lejn it-triq kollha kemm hi, anke lejn il-partijiet li rrifera għalihom l-Onor.", "Interpellant, biex jekk jista' jkun ix-xogħlijiet jitlestew u l-ħsarat jitranġaw darba għal dejjem.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jista' l-Ministru jgħidli jekk f'każijiet bħal dawn isirux konsultazzjonijiet ma' lecturers fil-fakulta' ta' l-universita' li lilha jappartjenu r-rural development studies u jekk ġietx trattata magħhom din il-materja peress li dawn jgħallmu lill-istudenti futuri tagħna dwar dan l-aspett?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Din il-kwestjoni diġa' konna ttrattajnieha f'mistoqsijiet parlamentari oħra u għedt li l-ADT għandha żewġ esperti Ġermaniżi li minbarra li jsegwu l-issues tat-teknoloġija fil-kostruzzjoni per se, u l-issues ta' quality assurance, jiġifieri l-ittestjar u l- interpretazzjoni tagħhom u ċ-ċertifikazzjoni waqt ix-xogħol, dawn iż-żewġ esperti huma wkoll lecturers fl-universita' fil-kors tal-bini tat-toroq, pero' ħafna drabi ma tistax tkun espert ta' kollox.", "Fil-fatt l-expertise tagħhom ma kenitx tkopri dan il-qasam u allura kellna nfittxu esperti oħra minn barra.", "Hawn irrid ngħid li aħna jidhrilna li għal ħafna mill-ambjenti tat-toroq tagħna, dawn l-experts jafu xogħlhom.", "Li nista' nwiegħed lill-Onor.", "Interpellant hu li se nagħmel rikjesta speċifika lil dawn l-experts li għandna fl-ADT biex jidħlu in depth fil-każi ta' ċaqliq li jista' jkun hemm madwar il-bypass ta' l-Imtarfa biex nistudjaw anke l-issue mill-qiegħ.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Sur President, ma rridx ninftiehem li qed inkun personali.", "Imma peress li dak li qal il-Ministru m'huwiex kollu minnu, jista' jara li meta jsir dan l-appuntament ma' l-esperti Ġermaniżi u mal- lecturers ta' l-universita', jistieden lili wkoll bħala bniedem li noqgħod f'din iż-żona biex flimkien inpoġġu l-argumenti tagħna sabiex toroq ġodda, bħal din ta' l-Imtarfa, ma nispiċċawx nagħmlu l-manutenzjoni tagħhom għal darba, tnejn, tlieta f'perijodu ta' 12-il xahar?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ikolli nirrimarka li skond l-istatement ta' l- Onor. Interpellant jidher ċar li m'għandux fiduċja li dak li qed ngħid huwa minnu.", "Teknikament nista' kważi nikkontesta dan l-istatement anke bl- istanding orders għax kważi qed jattribwili motivi ħżiena għall-mod kif qed nirrispondi.", "Fil-fatt ma nafx liema parti ta' l-istatement tiegħi m'huwiex minnu għax jien anke għedt li se ngħidilhom biex jidħlu in depth fil-każi taċ-ċaqliq li kien hemm.", "Forsi hija din il-parti li l-Onor.", "Interpellant m'emminx?", "Safejn naf jien, kull meta tajt risposti li jinkludu dati, commitment ta' toroq u ta' investimenti dejjem tajthom b'mod korrett.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Sur President, nerġa' ngħid li ma rridx niftiehem personali, pero' jien konvint li dawn l-esperti ma approvawx dawk ix- xogħlijiet.", "Issa jien qed nistaqsi jekk nistgħux niltaqgħu lkoll flimkien, inklużi dawk in-nies li jgħallmu lill-istudenti dwar l-aspett ta' l- iżvilupp rurali u taż-żoni rurali sensittivi.", "Qed ngħid hekk għax jien ma nimmaġinax li espert japprova blokka tal-konkos flok ħitan tas-sejjieħ fil- wiċċ u taħt it-triq!", "F'deċiżjoni bħal din m'hemmx sens ta' rispett lejn il- flora u l-fawna, m'hemmx rispett lejn il-biodiversita', m'hemmx rispett lejn l-estetika u m'hemmx rispett lejn il-ġeoloġija u l-idroloġija.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: L-issue ta' fejn għandek jew m'għandekx tagħmel dawn il-gabion walls kienet ukoll materja li l-Onor.", "Interpellant għamel ħafna mistoqsijiet dwarha.", "Jien kont weġibthom u anke tlabt li jsiru studji fuq l-applikabilita' tagħhom fl-ambjenti rurali.", "Jiena ċert li s- saħħa tagħhom m'hijiex daqs ħitan bi blokki tal-konkos.", "L-esperti Ġermaniżi tawni l-parir li dawn jiġu jqumu aktar u jirrikjedu manutenzjoni aktar.", "Dawn il-gabion walls, li l-Onor.", "Interpellant dejjem jalludi għalihom bħala s-soluzzjoni partikolari, huma blokki ta' ħitan tas-sejjieħ li jkunu ġo qafas tan-netting, li minnu nnifsu wkoll irid il-manutenzjoni tiegħu.", "Jiġifieri jekk se nidħlu fuq manutenzjoni nistgħu niddiskutu dwar sistemi alternattivi.", "Pero' ejja mmorru fuq it-talba oriġinali u mingħajr ma nieħu għalija u neħodha fi spirtu ta' frankezza li kultant nitkellmu biha, ngħid lill- esperti Ġermaniżi biex jidħlu fiha, jitkellmu ma' l-Onor.", "Interpellant u anke jispjegawlu għalfejn adottajna dawk il-metodi.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra dawn ir-rapporti li waslulu mingħand l-esperti jew jgħaddihomli konfidenzjalment biex inkompli nagħmel ir-riċerka tiegħi dwarhom?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Jidhirli li l-Onor.", "Interpellant diġa' kien talabni dawn ir-rapporti u jien ġbarthomlu.", "M'iniex ċerti jekk kontx għaddejthomlu jew qegħdthomx fuq il-mejda tal-Kamra, pero' ma nsibx problema li nerġa' nqiegħedhom hawn formalment.", "TURIŻMU U KULTURA - IMPJEGATI", "22300.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Chris Agius) staqsa lill- Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-ministeru, dipartimenti u enti oħra fid-dekasteru tiegħu matul is-sena 2005-2006?", "Jista' jgħid f'liema grad hu kull impjegat ġdid?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (f'isem il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura): Qed inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor interpellant.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-Mistoqsijiet għadda.", "Tqegħid ta' Karti.", "Il- Ministru Louis Galea.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 293 ta' l-2006 – L-Istatut biex jemenda l-Istatut 3 (Emenda Nru. 13) ta' l-Università ta' Malta – Korsijiet ta' Studji, Gradi u Distinzjonijiet;", "Avviż Legali Nru 294 ta' l-2006 – Regolamenti ta' l-2006 biex jemendaw ir-Regolamenti ta' l-1992 għall-Kors li jwassal għall-Grad ta' Bachelor of Science in Nursing Studies (Honours) – B.Sc.", "(Nursing Studies Hons);", "Avviż Legali Nru 295 ta' l-2006 – Regolamenti ta' l-2006 biex jemendaw ir-Regolamenti tal-Kors għall-Grad ta' Master of Business Administration – M.B.A. – Executive Master of Business Administration – Executive M.B.A. – u Executive Master of Business Administration (e- Business) – Executive M.B.A. (e-Business);", "Avviż Legali Nru 296 ta' l-2006 – Regolamenti ta' l-2006 biex jemendaw ir-Regolamenti tal-Kors għall-Grad ta' Master of Arts in Economics – M.A. (Econ.);", "Avviż Legali Nru 297 ta' l-2006 – Regolamenti ta' l-2006 biex jemendaw ir-Regolamenti tal-Kors għall-Grad ta' Bachelor of Dental Surgery – B.Ch.D.;", "Avviż Legali Nru 298 ta' l-2006 – Ordinamenti ta' l-2006 għall-Gradi ta' Master of Philosophy – M.Phil. – u Doctor of Philosophy – Ph.D. – taħt il-patroċinju tal-European Centre for Gerontology;", "Avviż Legali Nru 299 ta' l-2006 – Ordinamenti ta' l-2006 biex jemendaw l-Ordinamenti ta' l-2006 skond ir-Regolamenti Ġenerali għar- Rikonoxximenti Universitarji sa l-Ewwel Grad, 2004 għall-Gradi ta' Bachelor of Commerce – B.Com. – u Bachelor of Commerce (Honours) – B.Com (Hons) – taħt il-patroċinju tal-Fakultà ta' l-Ekonomija, Management u Accountancy;", "Avviż Legali Nru 300 ta' l-2006 – Regolamenti ta' l-2006 tal-Kors għall-Postgraduate Diploma u għall-Grad ta' Master of Gerontology and Geriatrics – P.G. Dip.", "Ger. u M. Ger. – taħt il-patroċinju tal- European Centre for Gerontology;", "Avviż Legali Nru 301 ta' l-2006 – Regolamenti ta' l-2006 biex jemendaw ir-Regolamenti tal-Kors għall-Postgraduate Certificate in Education – P.G.C.E.;", "Avviż Legali Nru 302 ta' l-2006 – Ordinamenti ta' l-2006 biex jemendaw l-Ordinamenti ta' l-2005 skond ir-Regolamenti Ġenerali għar- Rikonoxximenti Universitarji sa l-Ewwel Grad ta' l-2004 għall-Grad ta' Bachelor of Engineering (Honours) – B.Eng.", "(Hons) – taħt il-patroċinju tal-Fakultà ta' l-Inġinerija;", "Avviż Legali Nru 303 ta' l-2006 – Regolamenti ta' l-2006 tal-Kors għall-Grad ta' Master of Arts in Cultural Heritage Management – M.A.;", "Avviż Legali Nru 304 ta' l-2006 – Ordinamenti ta' l-2006 biex jemendaw l-Ordinamenti ta' l-2005 skond ir-Regolamenti Ġenerali għar- Rikonoxximenti Universitarji sa l-Ewwel Grad 2004 għall-Gradi ta' Bachelor of Science in Information Technology (Honours) – B.Sc.", "I.T. (Hons) – u ta' Bachelor of Science in Information Technology – B.Sc.", "I.T. – taħt il-patroċinju tal-Bord ta' l-Istudji għall-Information Technology;", "Avviż Legali Nru 305 ta' l-2006 – Regolamenti ta' l-2006 tal-Kors għall-Grad ta' Master in Integrated Resource Management – Master I.R.M.;", "Avviż Legali Nru 306 ta' l-2006 – Ordinamenti ta' l-2006 skond ir- Regolamenti Ġenerali għar-Rikonoxximenti Universitarji sa l-Ewwel Grad, 2004 għad-Diploma in Environmental Science – Dip.", "Env.", "Sc. – taħt il-patroċinju ta' l-International Environment Institute;", "Avviż Legali Nru 307 ta' l-2006 – Regolamenti ta' l-2006 biex jemendaw ir-Regolamenti tal-Kors għall-Grad ta' Master of Science – M.Sc. – in Engineering;", "Avviż Legali Nru 308 ta' l-2006 – Ordinamenti ta' l-2006 biex jemendaw l-Ordinamenti ta' l-2005 skond ir-Regolamenti Ġenerali għar- Rikonoxximenti Universitarji sa l-Ewwel Grad ta' l-2004 għall-Gradi ta' Bachelor of European Studies (Honours) – B.Eur.", "Studies (Hons) – u Bachelor of European Studies – B.Eur.", "Studies – taħt il-patroċinju tal- European Documentation and Research Centre;", "Avviż Legali Nru 309 ta' l-2006 – Ordinamenti ta' l-2006 skond ir- Regolamenti Ġenerali għar-Rikonoxximenti Universitarji sa l-Ewwel Grad, 2004 għad-Diploma in Policing – taħt il-patroċinju ta' l-Istitut ta' l-Istudji Forensiċi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Dolores Cristina.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Mr Speaker, f'isem il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Kopja tal-Convention on the Protection and Promotion of the Diversity of Cultural Expressions, Council Decision tat-18 ta' Mejju 2006 on the conclusion of the Convention on the Protection and Promotion of the Diversity of Cultural Expressions u draft Code of Conduct on certain aspects of the implementation of the UNESCO Convention on the protection and promotion of the diversity of cultural expressions;", "f'isem il-Ministru għal Għawdex inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar direct orders li ngħataw mid-dekasteru li għalih hi responsabbli l-Ministru għal Għawdex, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 22557;", "f'isem il-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunita' nqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 292 ta' l-2006 – Regoli ta' l-2006 dwar il-Ħruġ ta' Riċetti u Dispensa ta' Mediċini; u", "f'isem il-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l- Inofrmazzjoni inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar l-għadd ta' ħaddiema barranin jaħdmu fit-Tarzna ta' Malta matul l-2005 u 2006, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 22486.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Tonio Fenech.", "ONOR.", "TONIO FENECH (Segretarju Parlamentari): Mr Speaker, f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Revenue and Expenditure Estimates ta' l-Awtorita tax-Xandir għas-sena 2007 u Rapport Annwali u financial statements ta' l-istess Awtorita' għas-sena li għalqet fil-31 ta-Diċembru 2005; u", "f'isem il-Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni nqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:-", "Avviż Legali Nru 287 ta' l-2006 – Air Navigation (Amendment) (No.3) Order, 2006;", "Avviż Legali Nru 288 ta' l-2006 – Ordni għall-għanijiet ta' l-Artikoli 94, 100 u 101 ta' l-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur;", "Avviż Legali Nru 289 ta' l-2006 – Regolamenti ta' 2006 dwar in- Nolijiet għal Servizz bid-Dgħajjes għall-Għar ta' Taħt il-Ħnejja u Għerien tal-Viċin;", "Avviż Legali Nru 290 ta' l-2006 – Regolamenti ta' l-2006 li jemendaw ir-Regolamenti dwar Faċilitajiet Portwali fejn jintlaqa' Skart iġġenerat mill-Bastimenti u Residwi tal-Merkanzija; u", "Avviż Legali Nru 291 ta' l-2006 – Regolamenti ta' l-2006 li jemendaw ir-Regolamenti dwar Modifika fil-Liċenza ta' Maltapost p.l.c.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IS-SIGURTA' SOĊJALI (EMENDA NRU 2)", "SOCIAL SECURITY (AMENDMENT)(N0 2) BILL", "MR SPEAKER: Il-Ministru Dolores Cristina.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Mr Speaker, nipproponi t-Tielet Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali (Emenda Nru.2).", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att li jkompli jemenda l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali\" ikun moqri t-Tielet Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MR SPEAKER: Din id-division se tittieħed fil-ħin ta' l-interruzzjoni tax- xogħol skond il-mozzjoni ta' proċedura Nru 48 tad-9 ta' Ġunju, 2003.", "ABBOZZ TA' LIĠI BIEX JEMENDA L-ATT TAL-BANK ĊENTRALI TA' MALTA", "CENTRAL BANK (AMENDMENT) BILL", "ONOR.", "TONIO FENECH: Mr Speaker, f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi nipproponi t-Tieni Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att dwar il-Bank Ċentrali ta' Malta, Kap. 204 u l-Att dwar it-Transazzjonijiet Esterni, Kap. 233.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Rimarki?", "Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Mr Speaker, nirringrazzjak ta' l-opportunita' li qed tagħtini biex nintroduċi din il-liġi li hija ħolqa oħra importanti mill- fażi li issa daħal fiha pajjiżna biex jipprepara ruħu għall-adozzjoni ta' l- ewro fl-1 ta' Jannar, 2008.", "Kif taf, Mr Speaker, fit-2 ta' Mejju ta' l-2005, prattikament sena wara li sseħibna fl-Unjoni Ewropea, il-gvern flimkien mal-bank ċentrali, wara analisi tal-qagħda ekonomika ta' pajjiżna u ta' kemm l-ekonomija tagħna tikkonverġi ma' dik ta' l-Unjoni Ewropea ħadna d-deċiżjoni li kien ikun għaqli li nibdew il-proċess għas-sħubija ta' pajjiżna anke fl-ewro.", "Aħna rridu nagħmlu dan biex inkomplu niffaċilitaw mhux biss l-integrazzjoni ta' pajjiżna fl-Unjoni Ewropea b'mod fattwali billi anke nużaw l-istess munita, imma biex anke nippreparaw lil pajjiżna biex ikun jista' jieħu l-vantaġġi li toffri munita ħafna iktar b'saħħitha.", "Hawn tajjeb ngħid li l-ewro hija t- tieni l-iktar munita b'saħħitha fid-dinja u din tista' tagħti vantaġġi kbar lil ekonomija żgħira bħalma hi l-ekonomija ta' pajjiżna.", "Dan għaliex għalkemm f'pajjiżna għandna l-munita tagħna, pero' rridu nħallsu prezz għoli biex insostnuha, u dan f'settur li huwa influwenzat minn ħafna realtajiet fid-dinja ta' madwarna.", "Kulħadd japprezza li waqt li jista' jkun li fuq livell sentimentali l-fatt li żżomm il-munita tiegħek għandu ċertu prestiġju, pero' r-realta' hi li s- settur tan-negozju tagħna, il-konsumatur tagħna effettivament qed iħallas rati ta' interessi iktar għoljin biex jagħmel it-transazzjonijiet f'din il- minuta.", "Għaliex?", "Għax billi m'hijiex il-munita li kulħadd jagħżel li jinnegozja biha, biex inżommu ċertu interess fil-munita tagħna l-Bank Ċentrali jkollu jgħolli r-rata ta' l-interessi.", "Irrid ngħid ukoll li l- Bank Ċentrali Ewropew u l-kummissjoni kienu aċċettaw li meta pajjiżna jibda dan il-proċess tiġi stabbilita r-rata ta' 0.423, li għadha r-rata li għadna qed inżommu llum minkejja li għaddew 19-il xahar.", "Sur President, kif nafu wkoll bdew diversi inizjattivi anke fuq livell tekniku biex nippreparaw għal dan l-avveniment fosthom anke waqqafna kumitat għall-bidla, il-Euro change-over committee.", "Pero' rridu wkoll nagħmlu ċerti bidliet leġislattivi biex pajjiżna jkun jista' jadotta l-ewro u jieħu l-vantaġġi li din qiegħda toffri.", "Huwa għalhekk li llum bdejna dan id-dibattitu importanti dwar it-tibdiliet li huma meħtieġa fil-Bank Ċentrali Malti biex proprju jkun jista' jipparteċipa fil-Euro system u biex ikun jista' jagħmel parti effettivament mill-istituzzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew fit-teħid ukoll tad-deċiżjonijiet monetarji.", "Dan ifisser li meta jissieħeb fl-ewro, pajjiżna ikun jrid jipparteċipa wkoll f'dawk id- deċiżjonijiet permezz tal-gvernatur tal-Bank Ċentrali Malti.", "M'għandix għalfejn nelabora ħafna dwar il-vantaġġi li toffri l-ewro lil pajjiżna.", "Jien b'sodisfazzjon ukoll nilqa' l-bidla anke tal-pożizzjoni tal- Malta Labour Party f'dan is-sens.", "Nieħu pjaċir li issa ħa d-deċiżjoni li jħares b'mod pożittiv lejn il-munita ewro u jaċċetta d-data li l-gvern għażel.", "Il-gvern għażel din id-data, nerġa' ngħid, b'responsabbilta', għax konxji li jekk anke rridu nkomplu nattiraw l-investiment barrani li qed jiġi lejn pajjiżna, jekk irridu nibqgħu pajjiż attraenti għal min irid jinvesti, jekk irridu settur kummerċjali ħafna iktar attiv, l-ewro tista' tgħinna nkomplu nagħmlu dan.", "Sur President, hawn jiena rrid ngħid li aħna qatt ma ppreżentajna l-ewro bħala s-soluzzjoni għal kull sfida ekonomika Ii għandna, imma bla dubju ta' xejn l-ewro hija munita li tista' tgħinna nilħqu tkabbir ekonomiku akbar għax niffaċilitaw l-attivita' ekonomika fil-pajjiż u l-kummerċ li nagħmlu mal-pajjiżi li huma fiż-żona ewro.", "Prattikament il-bulk tal-kummerċ tagħna jsir ma' dawn il-pajjiżi, u li aħna jkollna l-istess munita jfisser li nnaqqsu r-riskji tal-kambju.", "Rigward dawn ir-riskji nista' ngħid li l- kumpanniji tagħna jħallsu l-flus biex jagħmlu hedging jew agreement differenti biex jilqgħu għal dawk ir-riskji.", "Barra minn dan meta nidħlu fl- ewro nnaqqsu wkoll l-ispejjeż tat-transazzjonijiet fil-kummerċ għax kull darba li aħna nimportaw jew nesportaw, meta niġu biex inħallsu jew nitħallsu, irridu mmorru għand il-banek u naqilbu l-flus fil-munita li rridu nħallsu biha.", "Biex nagħmlu dan nispiċċaw inħallsu ċ-charges u diversi spejjeż oħra marbutin ma' munita differenti.", "Apparti dan, kif għedt diġa', jekk qed tissellef tħallas rata ta' interessi akbar sempliċement għax qiegħed taħdem b'munita li ma toffrilekx l-istess stabbilita' u garanzija li tista' toffrilek l-ewro.", "Naħseb dan huwa l-ikbar vantaġġ għal ekonomija żgħira bħal tagħna.", "Effettivament se jkollna din l-opportunita' li nidħlu f'munita li tassew hi b'saħħitha u tagħtina stabbilita' akbar u allura tagħmilna post ħafna aktar attrajenti anke għall-investiment.", "Dan qed ngħidu mhux għax pajjiżna mhux diġa' attraenti.", "Fil-fatt din is-sena kellna ċifra record ta' investiment lejn pajjiżna.", "Jiena bi pjaċir ngħid li llum kelli okkażjoni nattendi għal- launch li għamlet il-Corinthia group permezz ta' l-International Hotels Investments (IHI), investiment ieħor ta' 'l fuq minn Lm150 miljun.", "Dan l- investiment sar biex din il-kumpannija tkompli tkabbar l-operat tagħha fuq livell internazzjonali.", "Dan ikompli juri kemm pajjiżna qed jirnexxilu jkompli jattira ħafna iktar interess internazzjonali lejh u jkompli jikkonferma r-rendiment pożittiv li qabdet l-ekonomija ta' pajjiżna.", "Mr Speaker, hawn irrid ngħid li l-għan prinċipali li qed tipprova tilħaq din il-liġi li għandna quddiemna hu li tgħinna f'aspett importanti ta' konverġenza, jiġifieri tgħinna biex nilħqu din il-mira importanti wkoll.", "Tajjeb ngħid, Mr Speaker, illi fil- convergence report li kienet ħarġet fl- 2004 l-kummissjoni - u kien anke ħareġ ieħor mis-Central Bank Ewropew – ġiet enfasizzata l-ħtieġa li jkun hemm bidla fil-liġi tal-Bank Ċentrali Malti biex ikun konformi għal dik li hija l-konverġenza meħtieġa biex jipparteċipa fis-sistema tal-Bank Ċentrali Ewropew.", "Tajjeb ngħid li m'għażilniex li nagħmlu l-bidliet iktar qabel, għas-sempliċi raġuni li qabel ma nagħmlu ċerti tibdiliet leġislattivi ried ikun hemm element ħafna iktar qawwi ta' ċertezza tal-fatt li konna se nidħlu f'din is-sistema.", "Wara kollox dawn il-bidliet li se jinfluwenzaw il-mod anke kif jaħdem il-Bank Ċentrali ma ridniex nagħmluhom b'mod prematur.", "Ovvjament aħna ħadna ż-żmien tagħna biex nanalizzaw il-bidliet meħtieġa u nippreparawhom qabel ma llum ressaqniehom fil-parlament.", "Dan minkejja li numru ta' klawsoli se jiġu biss effettivi proprju ladarba pajjiżna jaddotta l-munita ewro.", "Irrid ngħid li l-leġislazzjoni hija importanti wkoll għax titkellem dwar kif il-Bank Ċentrali Malti se jara li ssir din il-bidla, jiġifieri kif se niġbru l-flus Maltin u kif se naraw fis-suq il-munita ewro.", "Hawn tajjeb infakkar li l-ewro għandha wkoll mitt ċenteżmu, u effettivament kull ċenteżmu ta' ewro huwa tliet milleżmi ta' dik li hija l-lira Maltija.", "Dan huwa importanti li nifhmuh għax anke meta niġu biex nagħmlu ċerti tibdiliet ta' prezzijiet, li jiena jkolli anke ċans nitkellem dwaru iktar fid- diskors, wieħed irid jifhem li fil-fatt iċ-ċenteżmi ta' l-ewro se jippermettu li ma jkunx hemm bżonn ħafna rounding.", "Per eżempju, jekk xi ħaġa tkun tiswa 6 mils din tiġi tiswa 2c ta' l-ewro u allura dik il- frazzjoni ma tintilifx.", "Mr Speaker, issa nixtieq niffoka fuq din il-liġi nnifisha li qed tipproponi tibdiliet importanti, tiddefinixxi b'mod aktar allinejat il-missjoni tal- Bank Ċentrali Ewropew u l-missjoni kif se tkun tal-Bank Ċentrali Malti.", "Sal- lum il-liġi tagħna kienet tiġbor flimkien il-ħtieġa li l-bank ċentrali jara li aħna jkollna rata ta' inflazzjoni baxxa ma' ħafna responsabbiltajiet oħra.", "Il-liġi qed tiddistingwi dan, effettivament qed toħroġ il-fatt li l- missjoni primarja tal-Bank Ċentrali Ewropew u allura anke tal-Bank Ċentrali Malti hu li jridu jħaddnu politika monetarja li tassigura l-kontroll, jew aħjar it-trażżin ta' dik li hija l-inflazzjoni.", "Ovvjament il-Bank Ċentrali ma jikkontrollax il-prezzijiet imma jieħu d-deċiżjonijiet monetarji bil-mod kif iċaqlaq ir-rata ta' l-interessi biex jinfluwenza l-inflazzjoni jekk titlax jew tinżilx, ħaġa li taffettwa r-rendiment ġenerali ta' l-ekonomija.", "Ikun tajjeb li din nifhmuha.", "Għaliex qed ngħid hekk?", "Għaliex jekk wieħed iħares lejn il-euro barometer li ħareġ riċentement isib li l-ikbar preokkupazzjoni tal-Maltin dwar il-bidla tal-munita hija fil-fatt l-għoli tal-ħajja.", "Hemm il-biża' mill-Maltin, li l-ewro tista' ġġib għoli fil- ħajja.", "Fil-fatt 69% tal-Maltin iħossu dan, u aħna rridu noqogħdu attenti ħafna biex naraw li dan ma jiġrix.", "Iktar tard se ngħid dwar x'passi qiegħed jieħu l-gvern biex jagħmel dan.", "Mr Speaker, irrid ngħid ukoll li meta mistoqsijin dwar jekk jafux x'inhi l- missjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew u jekk jafux li l-iskop li daħlet l-ewro fl-Ewropa kien proprju biex inrażżnu l-inflazzjoni, 14% biss kienu jafu dan.", "In-nies jassoċjaw l-ewro ma' riskju li jkun hemm żieda fil-prezzijiet meta l-iskop għaliex twaqqfet l-ewro u l-missjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew hija proprju t-trażżin ta' l-għoli tal-prezzijiet.", "L-ewro ddaħħlet għax toffri iktar trasparenza lill-konsumatur, tista' tqabbel il-prezzijiet, pero' iktar importanti minn hekk għaliex il-politika monetarja tiegħu, il- Bank Ċentrali jeħodha fuq kif se jinfluwenza r-roħs fil-prezzijiet.", "Huwa importanti nifhmu li waħda mill-iktar raġunijiet għaliex għandna nidħlu fl-ewro hija għaliex l-ewro qed toffrielna possibilta' ta' trażżin fl-inflazzjoni.", "Fil-fatt tajjeb nirrealizzaw li l-munita ewro ilha fiċ- ċirkolazzjoni seba' snin biss.", "Jiġifieri effettivament għadha baby, għadha tibda fid-dinja monetarja, pero' diġa' saret it-tieni l-aktar munita użata fid-dinja.", "Tajjeb napprezzaw ukoll li dawk is-seba' snin kienu l-iktar perijodu fejn il-pajjiżi li kienu parteċipi fl-ewro raw l-iktar tkabbir baxx ta' inflazzjoni.", "Kulħadd jaf li l-ħajja togħla kull sena u kien f'dawn is-seba' snin li l-ħajja għoliet l-inqas.", "fl-istorja Ewropea.", "Dan juri kemm veru l-ewro għandha tgħinna biex naraw stabbilita' aħjar fil-prezzijiet.", "Naħseb li bir-raġun kollu, il-biża' tal- Maltin hi iktar marbuta mal-biża' tal-bidla nnifisha.", "Ovvjament se jkun hemm min jipprova japprofitta ruħu meta jkun hemm il-bidla nnifisha, u din hija xi ħaġa li tippreokkupa kemm lill-gvern kif ukoll lil kulmin qed jipparteċipa fil-euro changeover committee.", "Jiena napprezza li anke l-kap ta' l-oppożizzjoni tippreokkupah din il-ħaġa, u dan joħroġ anke mid-diskorsi li għamel.", "Din il-ħaġa tippreokkupa wkoll lis-settur kummerċjali għax is-settur kummerċjali m'għandux interess li minħabba din il-biża' l-konsumatur jieqaf jixtri fil-mument tal-bidla.", "Dan qed ngħidu biex nuri li anke s-settur kummerċjali jifhem li hu wkoll irid ikun fuq l-istess mejda biex nindirizzaw din l-issue u din il- preokkupazzjoni u nassiguraw li dan ma jiġrix.", "Pero' ejja nħarsu fit-tul ukoll, Mr Speaker, u ngħarfu kemm l-ewro hija għodda effettiva - u ġiet provata li hi għodda effettiva - biex tgħin fit-trażżin ta' l-inflazzjoni.", "Mr Speaker, il-liġi li qed nipproponu llum qed temenda l-istess artikoli ta' l-Att dwar il-Bank Ċentrali biex tpoġġi fuq il-Bank Ċentrali Malti din l-istess prijorita'.", "Dan qed isir mhux għax ma kellux din il-prijorita', imma fir-realta' l-Bank Ċentrali Malti sal-lum kellu responsabbiltajiet, jew aħjar obbliġi oħra xi jħares barra din.", "Fil-fatt permezz ta' klawsola 9 qed nagħmlu bidliet f'artiklu 5 tal-liġi u qed ngħidu li:", "\"Skond l-Istatut, il-ħidma tal-Bank għandha tinkludi dan li ġej:", "(a) li jimplimenta l-politika monetarja;", "(b) li jżomm u jamministra attivi ta' riżervi;", "(c) li jassigura l-istabbilita' fis-sistema finanzjarja;", "(d) li jippromwovi sistema ta' pagamenti b'saħħitha u effiċjenti;", "(e) li jipprovdi għaċ-ċirkolazzjoni ta' karti tal-flus euro;", "(f) li jipprovdi għaċ-ċirkolazzjoni ta' muniti euro maħruġin għal u għan-nom tal-gvern;", "(g) li jagħti pariri lill-Gvern fuq il-ħwejjeġ ekonomiċi u finanzjarji;", "(h) li jiġbor u jippubblika statistika....\"", "Dawk qed niddefinixxuhom, huma funzjonijiet li jrid jagħmel il-Bank Ċentrali, imma l-missjoni prinċipali tal-Bank Ċentrali Malti, bil-bidliet li qed nagħmlu, issa qed tiġi definita b'mod ċar li hija t-trażżin ta' l- inflazzjoni.", "Dan ifisser li d-deċiżjonijiet li jittieħdu fuq il-munita ewro jridu jittieħdu f'sens li jassiguraw illi dawk id-deċiżjonijiet iġibu trażżin f'dik li hija l-inflazzjoni.", "U għaliex din hija importanti?", "Għax it-trażżin ta' l-inflazzjoni jista' jgħin ukoll biex ikollna iktar investiment, iktar attivita' ekonomika u inqas pressjoni fuq dawk li huma ħteġijiet ta' żidiet f'salarji li jagħmluna inqas kompetittivi.", "Dan ifisser li mhux l-ewro waħedha tagħmilna iktar kompetittivi, imma l- politika monetarja ta' l-ewro tista' tgħin lil pajjiżna wkoll biex inkunu ħafna iktar kompetittivi.", "U dan, Mr Speaker, huwa importanti ħafna.", "Ovvjament tajjeb ngħid li dan l-abbozz qiegħed ukoll jimplimenta forsi dik li meta tkellimna dejjem ippreżentajnieha bħala l-iżvantaġġ ta' meta pajjiżna jidħol fil-munita ewro.", "Dan hu l-iżvantaġġ li effettivament aħna se nitilfu l-indipendenza ta' politika monetarja.", "Jiġifieri li għax mhux se jkollna iktar il-munita' tagħna, ma niddeċidux aħna r-rati ta' l-interessi tal-munita u ma niddeċidux aħna l-valur tal-munita.", "Mela minn meta nidħlu fl-ewro l-ebda gvern m'hu se jkun jista' jiddeċiedi u jgħid li se jagħmel devalwazzjoni jew apprezzament.", "Dan ma jistax isir, inkunu tlifna ftit dak l-istrument.", "Pero' ejja niftakru li fit-30 sena storja ta' munita tagħna, meta daħlet il-lira Maltija, għalkemm legalment u testwalment stajna ngħidu li għandna indipendenza monetarja effettivament qatt ma kellna.", "Kif anke spjegalna fil-PAC l-gvernatur tal-Bank Ċentrali fir-realta' jekk il-Bank Ċentrali Ewropew jgħolli r-rata ta' l-interessi ta' l-ewro aħna jkollna ngħollu r-rata ta' l-interesi tagħna wkoll, u jekk ibaxxiha jagħtina lok li nistgħu nbaxxu.", "Aħna m'aħniex id-dollaru jew l-ewro u ma nistgħux niddeterminaw l-interess tad-dinja bil-munita tagħna.", "Aħna price- takers.", "Tant aħna żgħar fuq livell ta' munita internazzjonali li l-prezz jiddettawhulna u ma niddeterminawhx aħna, Mr Speaker.", "Mela effettivament aħna ma tantx nużawha, jew aħjar nużawha ftit li xejn il-politika monetarja llum minħabba li l-lira ma tagħtiniex dik is-saħħa li nużawha b'mod effettiv.", "Per eżempju, aħna meta ddevalwajna?", "Iddevalwajna meta ġejna kostretti biex nagħmlu dan għax iddevalwaw il-muniti ta' l-Ewropa kollha. kulħadd iddevalwa dak iż-żmien - il-lira Taljana, id-Deutschemark, l- Isterlina - u allura ma kellniex għażla oħra ħlief li nagħmlu l-istess.", "Dan iwassalni biex ngħid li r-realta' hi li l-indipendenza ta' politika monetarja kienet biss fuq il-karta, u għalkemm ngħidu li dan huwa żvantaġġ fis-sens li se nitilfu dan l-istrument, effettivament qed nidħlu f'munita li dan l-istrument tista' tużah b'mod effettiv.", "Dan għax l-ewro hija t- tieni l-iktar munita b'saħħitha fid-dinja u allura jekk tgħolli jew tbaxxi r-rati ta' l-interessi tagħha ovvjament tinfluwenza kemm l-andament ekonomiku in ġenerali taż-żona ewro, pero' wkoll taffettwa l-andament ekonomiku dinji.", "Dan kollu juri li aħna qegħdin nidħlu f'munita li hija ħafna iktar relevanti għalina.", "Permezz ta' din il-liġi d-deċiżjonijiet tal-politika monetarja mhux se jittieħdu iktar indipendentement mill-Bank Ċentrali Malti, imma se jittieħdu mill-Bank Ċentrali Ewropew fuq il-munita ewro bil-parteċipazzjoni anke tal-Bank Ċentrali Malti.", "Għaliex?", "Għaliex nerġa' ngħid il-gvernatur tal-Bank Ċentrali Malti se jpoġġi bilqiegħda fuq l-istess mejda mal- gvernaturi tal-Bank Ċentrali Ewropew u fid-deċiżjoni se jara li anke l- konsiderazzjonijiet ta' pajjiżna se jiġu mħarsa bid-deċiżjoni finali li tittieħed.", "Mr Speaker, din hija liġi xi ftit jew wisq teknika, jiġifieri mhux se nidħol daqstant fid-dettall tal-liġi nnifisha ħlief li ngħid li ovvjament qed tbiddel ir-riservi tal-Bank Ċentrali mil-lira Maltija għall-ewro fil- mument propizju li jidħlu.", "Ovvjament tpoġġi ċerti obbligazzjonijiet u ċerti projbizzjonijiet.", "Per eżempju, hemm il-projbizzjoni li l-Bank Ċentrali jiffinanzja lill-gvern.", "Effettivament dan qatt ma ġara, pero' qed jidħol anke l-obbligu legali li dan ma jsirx biex tinżamm l-indipendenza bejn gvern u Bank Ċentrali.", "Per eżempju, dawk li huma strumenti finanzjarji, għalkemm qegħdin niċċaraw illi l-bank mhux qiegħed hemm biex jaġixxi ta' aġent biex joħroġ il-bonds, fir-realta' l-bonds illum joħroġhom it-teżor.", "F'dan l-abbozz qed nassiguraw ukoll li nidħlu f'dak li huwa l- framework operattiv ta' l-eurosystem innifisha u din hija importanti.", "Tajjeb ngħid ukoll li dan l-abbozz jiddefinixxi wkoll il-parteċipazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew f'dawk li huma istituzzjonijiet internazzjonali.", "Dan ifisser li issa, meta nieħdu ċerti pożizzjonijiet jew deċiżjonijiet, irid ikun il-Bank Ċentrali Ewropew li jirrappreżenta l-interessi tagħna.", "Klawsoli 33 sa 39 qegħdin hemm biex jiċċaraw li l-kompetenza esklussiva tal- munita hija tal-Bank Ċentrali Ewropew.", "Din għandha sinifikat importanti għalina għax se jfisser li l-backing tal-ewro ma jagħmlux il-Bank Ċentrali Malti imma jagħmlu l-Bank Ċentrali Ewropew.", "Aħna biex inżommu l-validita' tal-lira tagħna fis-suq irid ikollna muniti barranin li jagħtuna l-backing.", "X'jiġifieri?", "Teknikament kulmin għandu lira f'idu jista' jmur il-Bank Ċentrali, jgħidlu li jrid dik il-lira f'valuta barranija u l-Bank Ċentrali, there and then, irid jipprovdihielu.", "Storikament kienu jżommu d-deheb.", "Il-federal reserve għandu Fort Knox biex iżomm id-deheb fiha, pero' aħna m'għandniex Fort Knox f'pajjiżna u fil-fatt ma tantx inżommu deheb biex jagħti backing lil-lira Maltija.", "Il-lira Maltija hija backed mill-munita barranija.", "Il-munita barranija min-naħa tagħha tirċievi backing jew minn munita oħra barranija iktar b'saħħitha jew minn xi assets bħal deheb, żejt jew xi ħaġa oħra li għandha valur.", "Hawn tajjeb ngħid li qegħdin indaħħlu klawsola li tipprojbixxi l-Bank Ċentrali Malti li jinvesti fi proprjeta' bħala riżervi.", "Jiġifieri mhux qed nippermettu lill-Bank Ċentrali Malti jinvesti fi proprjeta' bħala riżerva, u din tajjeb li niċċarawha.", "L-obbligazzjoni li jistampa l-munita hija tal- Bank Ċentrali Ewropew għalkemm tajjeb ngħidu li għal dawk li huma coins se jkollna l-muniti li huma tagħna li għamilna l-għażla tad-disinji għalihom u qegħdin nistennew id-deċiżjoni finali biex inkunu nistgħu nipproduċu dawn il-muniti.", "Il-karta stampata hija komuni għall-Unjoni Ewropea kollha u wieħed jistenna li dawn jarahom fis-suq fl-1 ta' Jannar 2008.", "Sur President, huwa importanti li nispjega wkoll anke b'rabta ma' din il- liġi li l-Kummissjoni Ewropea u l-Bank Ċentrali Ewropew ħarġu dak li huwa convergence assessment.", "Il-convergence assessment isir kull sentejn fuq dawk il-pajjiżi li qegħdin fit-triq biex jadottaw il-munita ewro.", "Fil-fatt tajjeb ngħidu li dan il-convergence assessment ma jkoprix biss l-għaxar pajjiżi li daħlu ġodda f'dan il-proċess imma jkopri wkoll il-pajjiżi li qegħdin fl-ERM 2, pero' għadhom lanqas biss bdew jaħsbu biex jidħlu fit- triq ta' l-ewro fosthom l-Ingilterra u d-Danimarka.", "Dan huwa convergence update assessment li joħroġ kull sentejn u li qed isir l-ewwel darba f'pajjiżna.", "Tajjeb nispjega li dan l-assesment isir abbażi ta' l-informazzjoni li tkun fattwalment ippubblikata u verifikata mill-Eurostat, jiġifieri dan l- assessment iħares biss lejn dawk iċ-ċifri li huma ppubblikati mill-Eurostat u għaldaqstant jinjora kompletament il-forecasts li ħarġet l-istess kummissjoni.", "Għaliex qed ngħid hekk?", "Għax meta tħares ftit at face value lejn dan ir-rapport, wieħed jista' jasal għall-konklużjoni żbaljata li aħna m'aħniex konverġenti.", "Illum fir-realta' m'aħniex konverġenti biex nidħlu fil-ewro, pero' il-mira tagħna hi li nkunu konverġenti biex nidħlu fiż-żona ewro - u allura napplikaw biex isir l-assessment tagħna - għal ħabta tal- bidu tas-sena d-dieħla.", "Sur President, issa se nidħol ftit fir-rapport innifsu li jitkellem fuq ħames aspetti u jagħmel l-assessment ta' dawk l-apsetti.", "Għaliex?", "Fil- fatt dan ir-rapport jirrelata ma' din il-liġi għax l-ewwel assessment li jsir f'dan ir-rapport huwa li jara jekk il-leġislazzjoni tal-bank ċentrali ta' dawn il-pajjiżi hijiex konformi mal-leġislazzjoni ta' dik li hija l- ECB.", "Dan ifisser li dan l-ewwel assessment jara jekk l-istrument legali li jistabilixxi l-Bank Ċentrali Malti jippermettix lill-istess bank ċentrali jidħol u jagħmel parti mill-Bank Ċentrali Ewropew.", "Effettivament ir-rapport jgħid li m'aħniex konverġenti, pero' jgħid ukoll li hemm leġislazzjoni, jiġifieri din li fil-fatt qegħdin niddiskutu llum fil-parlament, li ladarba tgħaddi - u fil-ġranet li ġejjin nistennew li din tgħaddi mill-parlament - allura jkun ifisser li pajjiżna dan il-kriterju jkun laħqu fi żmien biżżejjed biex nidħlu.", "Għaliex qed ngħid fi żmien biżżejjed?", "Nixtieq infakkar li ma nistgħux, la nitolbu u lanqas nidħlu fil-munita ewro qabel ma jgħaddu l-24 xahar li għandna nagħmlu fil-mekkaniżmu ta' l-ERM 2.", "Dħalna fil-mekkaniżmu ta' l-exchange rate mechanism u rbatna l-lira Maltija mija fil-mija fl-ewro, fit-2 ta' Mejju 2005, u allura effettivament inkunu nistgħu nadottaw il-munita ewro mhux qabel it-2 ta' Mejju, 2007.", "Irridu nilħqu l-kriterju sat-2 ta' Mejju, 2007 jew f'dak il-perijodu.", "Jekk nilħquh qabel inkunu lħaqnieh għalxejn għax xorta ma nisgħux nidħlu qabel.", "Jiġifieri għandek dan il-perijodu ta' 24 xahar.", "Imbagħad jitkellem dwar il-kriterju ta' l-inflazzjoni, u ġustament l-istess rapport jikkonferma u jgħid li sa Ottubru pajjiżna ma jilħaqx dan il- kriterju.", "Dan għaliex ir-reference value huwa ta' 2.8% waqt li l- inflazzjoni kif maħduma mill-kriterji ta' l-Unjoni Ewropea għal pajjiżna huma ta' 3.1%.", "Hawn ta' min ngħid li minkejja dan, kemm l-assessment tal- Bank Ċentrali Ewropew kif ukoll l-assessment li jsir mir-rapport li ħarġet il-kummissjoni llum jgħidu li t-trends huma li sa l-2007, jiġifieri sal- bidu ta' tas-sena 2007, pajjiżna għandu jilħaq dan il-kriterju.", "Fil-fatt infakkar li abbażi ta' dawn il-forecasts il-kummissarju Almunia qal pubblikament li hu jara li Malta u Ċipru se jkunu jistgħu jadottaw il- munita ewro.", "Il-forecasts tal-kummissjoni huma li r-rata ta' l-inflazzjoni tagħna għandha tinżel għal 2.6% fl-2007 u fl-2008 tinżel għal 2.4%.", "Din il- figura mhux biss tkun tissodisfa l-kriterju li aħna nidħlu fl-ewro, imma turi wkoll li hemm ċertu pattern li l-inflazzjoni f'pajjiżna bdiet it-triq għan-niżla b'mod sostenibbli.", "Tajjeb ngħid li fir-rapport li ħarġet l-ECB llum, flimkien mal-kummissjoni - din tagħmel iktar analisi dettaljata fuq il-qagħda ta' l-inflazzjoni f'pajjiżna - jingħad li l-inflazzjoni f'pajjiżna hija primarjament marbuta mar-realta' tal-prezzijiet ta' l-enerġija u li jekk tneħħi dan l-effett jiġi jidher ċar li r-rata ta' inflazzjoni f'pajjiżna hija rata stabbli.", "L- aħħar informazzjoni available minn istituzzjonijiet internazzjonali dwar l- inflazzjoni ta' Malta turi li għas-sena 2007 pajjiżna għandu jinżel għal 2.6%/2.8% u fis-sena 2008 ninżlu għal madwar 2.4%/2.6%.", "Għalkemm ma nafux ir-reference value fejn se jkun, pero' l-indikazzjonijiet huma li jkun fuq it-2.8% u allura pajjiżna jissodisfa wkoll dan il-kriterju.", "Meta mbagħad jitkellem fuq fuq id-deficit, dan ir-rapprot jieqaf fl-analisi tiegħu sas-sena 2005.", "Nerġa' ngħid dan isir għax il-Eurostat, bħala ċifri verifikati għandha biss tas-sena 2005.", "Is-sena 2006 għadna m'għalaqnihiex, nagħlquha fil-31 ta' Diċembru u ċ-ċifri verifikati l-Eurostat jippubblikahom għall-ħabta ta' Marzu li ġej.", "Biex nissodisfaw il-kriterju biex inkunu nistgħu nadottaw il-munita ta' l-ewro rridu nkunu taħt il-3%, u fil-fatt l-istimi tagħna huma kif ħabbarna fil-budget, li aħna se nilħqu din il-mira u anke għall-budget tas-sena d-dieħla se nkunu taħt il-3%.", "Anke l-istess forecasts li ħarġet il-kummissjoni għas-sena 2006 juru li din il- mira se nilħquha.", "Meta analizzat il-budget tagħna kkonkludiet li d-deficit din is-sena għandu jkun taħt il-3%.", "Anke fl-2007 u fl-2008 għandna nkunu taħt il-3% u allura nkunu qed nilħqu dan il-kriterju wkoll.", "Pero' kif jgħid dan ir-rapport fl-2005 il-figura kienet 3.2%, allura ma konniex nilħqu dan il-kriterju u nilħquh biss wara li l-Eurostat tkun ivverifikat il-figuri u ħarġet iċ-ċifra finalizzata.", "L-istess dwar id-dejn.", "Id-dejn suppost irid ikun taħt is-60% ta' dak li jipproduċi l-pajjiż.", "Jekk tkun fuq is-60% trid tkun bdejt tikkonverġi, jiġifieri tersaq lejn is-60%.", "Kif nafu, fl-2005 konna bdejna nikkonverġu, fl-2006 se nkomplu nikkonverġu u qed naraw li se nibqgħu nikkonverġu.", "Pero' nerġa' ngħid li r-rapport jieqaf sa l-2005 u allura l-konklużujoni tiegħu hi li sal-2005 għadna ma kkonverġejniex biżżejjed.", "Dwar ir-rata ta' l- interessi r-rapport jgħid li diġa' nikkwalifikaw.", "Imbagħad l-aħħar kriterju li jitkellem dwaru r-rapport huwa r-rata tal-kambju.", "Ir-rata tal-kambju u r- riżervi tul l-24 xahar baqgħu sostnuti?", "Jiġifieri r-riżervi baqgħu stabbli u r-rata tal-kambju Maltija baqgħet dik li kienet meta bdejna l-proċess?", "Il-konklużjoni hija le.", "U hija le mhux għax ma baqgħux stabbli, imma r- rapport jgħid li r-rati tal-kambju u r-riżervi ilhom stabbli għal 19-il xahar, waqt li huma l-assessment jagħmluh meta jagħlaq l-24 xahar.", "Mela kulma qed jgħid hu li mexjin fit-triq it-tajba, ir-riżervi huma stabbli u ma jidhirx li hemm pressjoni fuq ir-rata tal-kambju.", "Dan hu messaġġ importantissimu u allura kif ilu jgħid il-gvern u anke l-Bank Ċentrali l- aspettattiva tagħna hi li nidħlu fl-ewro bir-rata li għandha llum.", "Jiġifieri għandna nistennew li r-rata ma tinbidilx għax fil-fatt ir-riżervi qed isostnu l-munita kif ukoll ir-rati ta' l-interessi.", "Pero' nilħqu dan il- kriterju jekk ikun baqa' kollox l-istess sat-2 ta' Mejju, 2007 għax sa dakinhar ikunu għaddew l-24 xahar.", "Ħassejt li hu importanti li nispjega dan il-punt għax dan jiċċara dak li ġimagħtejn jew tliet ġimgħat ilu qal il-kummissarju Almunia meta għamel statement pubbliku u qal li jara lil Malta u lil Ċipru jidħlu fl-1 ta' Jannar 2008.", "Barra minn dan, persuna fil-kabinett tiegħu responsabbli mill- ewro ġiet Malta għall-konferenza nazzjonali li għamilna u qal l-istess ħaġa.", "Jiġifieri l-kummissjoni hija konfidenti li se nilħqu l-miri tagħna, pero' mbagħad ħareġ dan ir-rapport li qal li għadna ma wasalniex.", "Ovvjament għadna ma wasalniex, naslu fil-bidu tas-sena d-dieħla meta l-figuri tad- dejn u tad-deficit ikunu ċertifikati mill-Eurostat meta jkunu għaddew l-24 xahar biex inkunu nistgħu nitolbu l-assessment.", "B'nota pożittiva ngħid li kemm ir-rapport li ħarġet il-kummissjoni kif ukoll ir-rapport li ħareġ il-Bank Ċentrali Ewropew juru li pajjiżna qiegħed miexi fit-triq biex ikun jista' jwassal għal dik il-konverġenza.", "U allura jiena ngħid li mhux biss huwa possibbli imma qed isir dejjem ħafna iktar probabbli - u issa mhux biss il-gvern qed jgħidu imma anke l-kummissjoni - li pajjiżna jadotta l-munita ewro fl-1 ta' Jannar, 2008.", "Huwa għalhekk li l- proċess legali ta' din il-liġi huwa importanti wkoll, għax kif spjegajt din tittratta wieħed mill-kriterji li rridu nissodisfaw u li sal-lum għadu outstanding.", "Ladarba jgħaddi l-proċess leġislattiv - u sa l-aħħar tas-sena żgur li nkunu għalaqna din il-liġi - allura nkunu qegħdin nissodsifaw dan il-kriterju importanti biex inkunu nistgħu nadottaw il-munita ewro.", "Nixtieq nagħlaq l-intervent tiegħi billi nitkellem ftit dwar il-bidla nnifisha.", "Fil-bidu tad-diskors tiegħi tkellimt dwar il-missjoni tal-Bank Ċentrali li jassigura li l-inflazzjoni tkun waħda baxxa, pero' l-bidla ma tiġix waħedha.", "Aħna rridu li jkollna bidla li tagħti serħan il-moħħ lill- konsumatur li m'huwiex se jiġri dak li qed jibża' li jiġri, jiġifieri li jista' jkun hemm min jipprova jabbuża.", "Kif qed nagħmluh dan?", "Tajjeb nispjega ftit għax dan l-aħħar ġara avveniment importanti u pożittiv ħafna li kien ukoll irrapportat fil-media.", "Fil-fatt aħna wasalna biex għamilna ftehim mal-GRTU li hija l-għaqda li tirrappreżenta l-ħwienet f'dan il- pajjiż.", "Dan huwa imporanti ħafna għax kif nafu, l-ewwel post fejn in-nies se jiltaqgħu ma' l-ewro se jkun fil-ħwienet, u allura rridu nifhmu li f'dan il-proċess jrid ikollna lill-GRTU magħna bħala gvern u magħna bħala konsumatur.", "Mr Speaker, jiena napprezza li kien hemm numru ta' preokkupazzjonijiet tal- GRTU li ndirizzajnihom, pero' tajjeb ngħid li l-bażi tal-ftehim li għamilna mal-GRTU fundamentalment kien li l-gvern u l-GRTU qablu li biex il-bidla ssir tajba, trid tkun bidla li tipproteġi u li tagħti s-serħan il-moħħ lill- konsumatur.", "Fiċ-ċentru ta ta' dak il-ftehim kien hemm l-interess mhux tal- kummerċjanti, mhux tal-gvern, għax il-gvern fuq kollox m'għandu l-ebda interess personali, imma l-interess tal-konsumatur.", "Aħna ridna naraw kif se naslu nagħmlu bidla effettiva li sserraħ moħħ il-konsumatur li s-sidien tal- ħwienet m'humiex se jipprovaw jilagħbu bil-prezzijiet.", "Il-GRTU din ma tridhiex u ilha tgħid li hi kontra min qed juri l-prezzijiet minn issa biż- żewġ muniti u m'huwiex juża r-rata stabbilita mill-bank ċentrali, jiġifieri dik ta' 0.43.", "Dak il-ftehim kien jindirizza ċerti preokkupazzjonijiet, fost l-oħrajn ċerta għajnuna li l-GRTU kienet qed tistenna min-naħa tal-gvern biex tkun tista' tolqot lis-setturi kollha li hi tirrappreżenta.", "Hi riedet għajnuna biex ikun possibbli li jkun hemm nies li jmorru u jispjegaw lis-sidien tal- ħwienet dwar kif jagħmlu l-bidla b'mod tajjeb u li nagħtuhom ċertu apparat li jista' jgħinhom jagħmlu l-bidla li hi tajba.", "Per eżempju, l-price guns huwa investiment li trid tagħmlu għal sitt xhur biss jew għal ftit żmien.", "Tal-ħwienet jgħidulek: Jien se noqgħod inħallas biex nixtri price guns biex nagħmel iż-żewġ prezzijiet għal sitt xhur biss?", "Allura l-gvern qal: Din hija spiża ta' darba marbuta mal-bidla, u dik l-ispiża se nerfagħha jiena bħala gvern biex ma jkunx hemm skużi biex iż-żewġ prezzijiet ma jidhrux.", "Kien hemm ukoll numru ta' arrangements oħrajn fuq kwestjoni dwar jekk hemmx min jixtieq ibiddel il-cash register.", "Irrid nenfasizza li m'hemmx ħtieġa li jinbidlu l-cash registers.", "Il-cash registers m'hemmx bżonn jinbidlu għax aħna m'għandniex obbligu għal għomorna li nibqgħu nuru ż-żewġ prezzijiet.", "Iż-żewġ prezzijiet se jibqgħu jidhru għal perijodu qasir ta' żmien, jiġifieri m'għandniex għalfejn indaħħlu lil kulħadd fl-ispiża biex jixtri cash register għal sitt xhur.", "Aħna qed ngħidu li min jista' juri żewġ prezzijiet għax il-cash register jippermettilu l-faċilita' - u l-cash registers il-ġodda din jippermettuha - għandu jagħmilha, jekk hemm min irid ibiddel il-cash register aħna lesti anke nagħtu għajnuna biex dan isir, pero' jekk ma tridx ma jimpurtax.", "Dan għamilnieh biex niffaċilitaw lis-settur tan-negozju għax bħala gvern se nagħmlu minn kollox biex ma jkunx hemm spejjeż addizzjonali li jirriżultaw minħabba l-bidla għall-munita ewro.", "Din hija importanti biex imbagħad ma jkunx hemm min jgħid li se jkollu jgħolli l-prezzijiet minħabba li żdidulu l-ispejjeż.", "Dik indirizzajniha bil-ftehim li għamilna mal-GRTU li l-iskop tiegħu kien li ngħelbu din il-preokkupazzjoni.", "Ridna nagħtu l-appoġġ u l- assistenza teknika li hemm bżonn biex ma jkunx hemm raġuni li s-sidien tal- ħwienet jgħidu li se jkollhom jgħollu l-prezzijiet għax se jiżdiedu l- ispejjeż.", "Min jgħid lin-nies li se jiżdiedu l-ispejjeż jew ikun qed iqarraq jew inkella għandu xi interess li jbigħ xi konsulenza.", "Din m'hijiex aċċettabbli.", "Il-bidla nnifisha, jekk nagħmlu bidla b'mod tajjeb, m'għandhiex iġġib spejjeż addizzjonali.", "Rigward l-ispejjeż li huma addizzjonali l-gvern qed jagħti għajnuna biex tal-ħwienet ikopru dawk l- ispejjeż.", "B'hekk il-GRTU wkoll issa qed tappoġġja, flimkien ma' l-imsieħba soċjali l-oħra, l-iskema FAIR.", "U fl-interess ta' min hija l-iskema FAIR?", "L-iskema FAIR hija fl-interess primarju tal-konsumatur.", "X'inhu l-iskop ta' l-iskema FAIR?", "L-iskop hu li jiena, bħala konsumatur, meta nidħol ġo ħanut u nara t-tabella ta' l-ewro bl-iskema FAIR, f'moħħi qed nibgħat il-messaġġ li sid il-ħanut u l-ħaddiema tiegħu ħadu t-taħriġ meħtieġ biex jgħarfu l- bidla kif għandha ssir, qed jużaw ir-rata tal-kambju li suppost jużaw u ma vvintawx xi rata oħra u qed jagħmlu r-rounding kif suppost u mhux qed jipprovaw jgħollu.", "Iktar importanti dan il-ħanut qed jikkommetti ruħu li mhux se jgħolli l-prezzijiet tiegħu sempliċement għax dieħla l-munita ewro.", "Issa biex niċċara ftit irrid ngħid li xi ftit jew wisq il-prezzijiet kull sena jogħlew.", "Rata ta' inflazzjoni li tvarja bejn it-2% u t-3% tfisser li qed jogħlew il-prezzijiet.", "Imma x'inhuma l-fatturi li jgħollu l- prezzijiet.", "Jista' jkun jogħlew għax tiżdied l-ispiża diretta ta' dak li qed jiġi importat.", "Per eżempju, qabel kien jimporta dak il-prodott b'Lm1 u issa qed jimportah Lm1.05c, allura jkollu jgħolli dik il-5c.", "Jista' jkun jogħlew ukoll għax jiżdiedu l-ispejjeż indiretti, per eżempju l-fuel qed jiġih ogħla.", "Ovvjament dik l-ispiża jrid jirkupraha.", "Dak huwa aċċettabbli, dak huwa n-negozju normali, pero' min qed jidħol fl-iskema tal-FAIR qiegħed ukoll jagħmel commitment li l-prezzijiet tiegħu mhux se jgħollihom minħabba l-bidla fl-ewro.", "Għaliex?", "Għax jifhmu li m'hemmx spejjeż.", "Biex jagħmlu dik il-bidla qed ngħinuhom fl-ispejjeż li huma se jagħmlu, pero' m'għandux ikun hemm raġunijiet għaliex jogħlew il-prezzijiet sempliċement għaliex qed tintroduċi l-munita ewro.", "Mr Speaker, hawn irrid ngħid li aħna diġa' ngaġġajna 70 euro observers li r- rwol tagħhom se jkun li jħarrġu l-ħwienet fil-bidla kif issir, imbagħad jagħmlu l-monitoring meħtieġ biex jassiguraw li l-bidla saret b'mod tajjeb.", "Ħalli nagħti eżempju.", "Ħafna huma dawk li jibgħatulna rċevuti li r-rata hija żbaljata.", "Sal-lum m'għandniex il-legal notice li tistabilixxi kif iridu jidhru l-prezzijiet u r-rata.", "Kuntrarju għal forsi l-impressjoni żbaljata li kellhom is-settur tal-konsumaturi, li jien se niltaqa' magħhom u nispjegalhom dan, il-legal notice se tistabbilixxi li min jikser dawk l- obbligi jirċievi warning, jekk ma jirranġax jirċievi t-tieni warning, u jekk ma jirranġax nirtirawlu l-isticker tal-FAIR.", "U din ma nistgħux ma nifhmux x'valur għandha u x'messaġġ qed tagħti lill-konsumatur.", "Il-messaġġ li se jkollu l-konsumatur hu li jekk m'hemmx l-isticker dak il-ħanut tafdahx, dak il-ħanut m'huwiex ippreparat u jista' jkun li qed jipprova jilgħab bil-prezzijiet.", "Mela l-konsumatur x'se jagħmel?", "Se jmur fil-ħanut ta' maġenbu li għandu l-isticker.", "Mela din fiha nfisha se ġġib pressjoni indiretta fuq l-istess ħwienet biex jimxu b'mod tajjeb għax kulħadd iridha din l-isticker, għax ovvjament hija messaġġ ta' kunfidenza lill-konsumatur.", "Ir-rwol ta' dawn is-70 euro observer huwa li jaraw li issa mhux biss tajna t-training, ftehemna x'irid isir u dan sar, imma li qed ikomplu jagħmluh u mhux wara li jieħdu l-isticker isir li jrid.", "Jiġifieri din hija importanti ħafna.", "Se jkollna nies li se jibqgħu jħarrġu lin-nies li min daħal fl- iskema qed jottempora ruħu ma' l-iskema u mhux qiegħed jabbuża.", "Pero' mbagħad fil-perijodu meta d-dual display isir obbligatorju jekk ikun hemm min qed jabbuża, hemmhekk se nkun ċar, il-liġi se jkun fiha l-multi.", "Il- multi mhux se jiġu applikati immedjatament, imma wieħed jirċievi warning u jiġi xi ħadd jispjegalu, pero' jekk tibqa' tippersisti li ma tridx tbiddel, ibagħad il-liġi jrid ikollha biżżejjed snien biex iġġib lil kulħadd f'postu fl-interess ta' bidla li hija tajba.", "Anke hawnhekk b'sodisfazzjon ngħid li l-GRTU taqbel magħna f'dan is-sens, li min ma jottemporax ruħu allura jrid ikun hemm ċerti obbligi.", "Rigward l-iskema tal-FAIR b'sodisfazzjon irrid ngħid li minn mindu ġiet varata għandna disa' setturi tan-negozju li ddaħħlu fiha bħala proġett pilota pero' l-euro changeover committee diġa' rċieva 'l fuq minn 400 talba minn ħwienet biex ikunu minn ta' l-ewwel li jimplimentaw din is- sistema.", "Dan huwa importanti ħafna għax b'hekk se naraw din il-bidla ssir kif xtaqniha, jiġifieri bidla li ssir iktar b'mod volontarju u li kulħadd jifhem l-importanza tagħha u jkun fuq l-istess mejda.", "Fil-fatt qegħdin fuq l-istess mejda.", "U għaliex qegħdin fuq l-istess mejda?", "Għax nerġa' ngħid li m'huwiex fl-interess ta' min ibigħ li l-konsumatur jibża' mill-ewro.", "Jekk il-konsumatur jibża' ewro se jfisser li fix-xhur meta joqorbu l-Milied u l-Ewwel tas-Sena, il-konsumatur flok jibda jaħseb fuq x'se jixtri jibda jinkwieta jekk dak il-ħanut għamillux il-bidla skond kif suppost.", "Għalhekk importanti li ż-żewġ prezzijiet ikunu murija.", "Anke hawnhekk kien hawn min qal li l-gvern ta konċessjoni li l-ġojjelleriji ma jurux iż-żewġ prezzijiet.", "L-ewwelnett iva, jien pubblikament użajt il-ġojjelleriji bħala eżempju prattiku għax ċurkett tant ikun żgħir li diffiċli timmaġina li se tikteb żewġ prezzijiet fuqu.", "Imma x'qed ngħidu għal dawk il-ħwienet?", "Qed ngħidu li jekk hemm ħwienet li mhux prattiku jew huwa impossibbli li jkun hemm iż-żewġ prezzijiet, irid ikollok conversion charts jidhru fil-ħanut li jgħidulek jekk prodott jiswa Lm5 jew Lm10, dan jiġi jiswa tant ewro.", "Idealment jaqbad xi prezzijiet l-iktar komuni li għandu fil-ħanut u jaqleb lilhom.", "Dan hu li se jagħmlu ma' kull ħanut l-uffiċjali ta' euro observatory.", "Dawn se jitkellmu ma' tal-ħanut, iħarsu l-ħanut x'qiegħed jagħmel, jiftiehmu miegħu l-proċess kif se jdaħħal id-dual display fil- perijodu volontarju biex jipprepara ruħu għall-perijodu obbligatorju.", "Aħna għadna għaddejjin bid-diskussjonijiet mal-banek biex insibu soluzzjoni biex jitneħħew ic-charges b'mod partikolari għal min jidħol fl-iskema tal-FAIR.", "Fil-fatt il-bank charges u l-commission se jispiċċaw mill-1 ta' Lulju, 2007.", "Imma nixtiequ li għal min jidħol fl-iskema anke dawk intajruhom qabel biex inkunu nistgħu effettivament naraw bidla li hija tajba.", "Ovvjament is-sena d-dieħla trid tara n-numru ta' milestones li nilħqu.", "L- iktar importanti huwa li nilħqu l-kriterji ta' konverġenza u naraw li fil- fatt aħna se nilħqu l-mira.", "Huwa pożittiv li naraw li l-appoġġ għall-ewro qed jerġa' jitla'.", "Kien hemm mument meta kien nieżel, u ovvjament dan sfortunatament ġara meta l-ewro daħal fil-kontroversja politika.", "Nafu x'jiġri f'dan il-pajjiż.", "Illum jien nemmen li qed naraw iktar kunfidenza fil-munita u iktar nies jgħarfu li hija tajba.", "Fil-fatt tajjeb ngħid li fil- euro barometer 48% tan-nies urew li huma kuntenti, li jaqblu li jaqilbu għall-ewro kuntrarju għal 41% li esprimew ruħhom m'humiex daqstant kuntenti.", "L-istess jaraw li l-ewro b'mod personalment pożittiv għandek 46% kuntarju għal 37%, jiġifieri qed naraw xejriet li qed jinbidlu dwar il- munita ewro nnifisha.", "In-nies jifhmu anke ċerti vantaġġi li l-ewro tista' toffri għall-ħajja tagħhom kemm biex jivvjaġġaw, kemm biex jixtru kif ukoll għall-fatt li se jkun hemm l-eliminazzjoni ta' l-ispejjeż tal-kambju.", "Dan ifisser li n-nies jirrikonoxxu wkoll ċerti vantaġġi u allura x-xewqa u l- aspirazzjoni tiegħi hi li tassew il-bidla ta' l-ewro tkun pożittiva, tagħti s-serħan il-moħħ lill-konsumatur u naraw bidla li effettivament ma xxekkilx il-vantaġġi li l-ewro tista' tagħti lill-pajjiżna imma pjuttost tibgħat messaġġ pożittiv in ġenerali lil pajjiżna u lill-futur tiegħu.", "Grazzi ħafna.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Charles Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: L-abbozz li għandna quddiemna huwa abbozz ieħor li dan il-parlament effettivament irid jgħaddi biex iġib il-Bank Ċentrali u l- liġi li tirregola l-Bank Ċentrali in line mal-istatut ta' l-Unjoni Ewropea, iktar u iktar fid-dawl li l-Bank Ċentrali se jkun integrat mal-Bank Ċentrali Ewropej jew mal-bankijiet ċentrali Ewropej li eventwalment ikunu adottaw l-ewro.", "Ta' min nistqarr ukoll bħala osservazzjoni mill-aspett tekniku l-fatt li hemm diversi emendi fl-istess abbozz, u forsi kien ikun aħjar kieku jkollna abbozz sħiħ li jipproponi att ġdid li jirregola l-Bank Ċentrali.", "Dan qed ngħidu għax tant għandek cross references ta' klawsoli li forsi abbozz li jemenda l-istess liġi jkun qed jikkumplika l-affarijiet.", "Kif qal s-segretarju parlamentari l-oġġettiv primarju tal-Bank Ċentrali se jibqa' l-istabbilita' tal-prezzijiet.", "Dan huwa l-għan ewlieni ta' l- European Central Bank.", "Hawn ta' min wieħed jgħid li l-Bank Ċentrali kien diġa' qed jadotta l-politika monetarja li l-għan ewlieni tagħha tkun l- istabbilita' tal-prezzijiet, iktar u iktar meta tiġi introdotta l-munita ewro.", "Kif tgħid klawsola 9 ta' l-abbozz li għandna quddiemna, apparti l- oġġettiv primarju ta' l-istabbilita' tal-prezzijiet, il-Bank Ċentrali jibqagħlu l-obbligi li huma nkorporati anke fl-att l-antik, jiġifieri li jimplimenta politika monetarja, jimmaniġġja l-assi u r-riservi u jassigura l-istabbilita' fis-sistema finanzjarja, jippromwovi ċ-ċirkolazzjoni ta' l- ewro kemm bħala banknotes kif ukoll bħala munita u jagħti parir lill-gvern tal-ġurnata b'mod ġenerali fuq aspetti finanzjarji u ekonomiċi.", "Dan ifisser li l-emendi li qed nipproponu jkomplu fuq l-emendi li diġa' saru biex effettivament jintegraw il-bank skond it-trattat ta' l-UE.", "Mr Speaker, is-segretarju parlamentari għamel referenza estensiva għal dokument li ġie pubblikat illum dwar ir-rapport tal-kummissjoni fuq il- konverġenza tal-pajjiżi membri ġodda li huma fil-proċess li jadottaw l- munita ewro.", "Effettivament il-membri kollha ġodda huma obbligati li jadottaw l-ewro f'xi data jew oħra, u pajjiżna, bħalma kulħadd jaf, jinsab fil-proċess u għandna diġa' d-data fissa biex nadottaw l-ewro fl-1 ta' Jannar 2008.", "Din hija xi ħaġa li l-gvern għamilha wieħed mill-oġġettivi ewlenin tal-politika tiegħu matul dawn l-aħħar snin.", "Kollox jidher geared għal din il-bidla anke l-mod kif qed nippromwovu l-pajjiż għal min ikun qed jarana minn barra, għall investitur prospettiv.", "Din hija xi ħaġa importanti ħafna u ċertament il-ġudizzju finali s-sena d-dieħla min-naħa tal- kummissjoni jkun importanti.", "Sal-lum, mill-kriterji kollha kemm nominali u anke kriterji oħrajn, skond dan ir-rapport Malta ssodisfat kriterju wieħed, dak ta' l-imgħaxijiet.", "Pero' mingħajr tlaqliq nawgura li eventwalment il-kummissjoni tagħti rapport favur iktar 'il quddiem.", "Qed ngħid hekk għax il-pajjiż issa qiegħed geared biex nieħdu dan il-pass.", "Meta konna qegħdin niddiskutu biex nidħlu fis-sistema ta' l-ERM 2, jiġifieri li norbtu l-munita tagħna ma' valur fiss kif ukoll niffissaw id-data ta' l-entrata, kien hemm xi argumenti ideoloġiċi politiċi li kienu iktar fuq bażi ta' natura ekonomika u teknika.", "Kienu argumenti li aktar jirrigwardaw id-data meta l-ewro effettivament trid tiġi adottata.", "Din m'hijiex xi ħaġa li għamlitha Malta biss.", "Il- Polonja, per eżempju, wkoll ipposponew id-data tagħhom u ħarsu għal data aktar 'il quddiem.", "L-Ungerija, jekk m'iniex sejjer żball, għamlu l-istess analisi.", "L-argument kien jekk pajjiżna hux qed joqrob lejn l-ekonomija tal- pajjiżi li qegħdin fis-sistema tal-munita ewro.", "Kien abbażi ta' hekk li dakinhar, fl-2004, konna qed ngħidu dak li għedna, u dan għamilnieh għax fis-snin ta' qabel, bejn l-2002 u l-2004, l-ekonomija tagħna ma kenitx qed tiċċaqlaq, ma kenitx qed tikber, anzi f'ċerti snin kienet effettivament qed tiċkien u d-distakk bejn Malta u pajjiżi oħra bħal Ċipru li huwa speċi membru ġdid u pajjiżi oħrajn, kien qiegħed jikber.", "Dan apparti wkoll id- distakk mal-pajjiżi li diġa' kienu qegħdin jadottaw jew kienu diġa' adottaw u jaħdmu bil-munita ewro.", "Dan qed ngħidu biex inpoġġi l-affarijiet fil-perspettiva proprja tagħhom u biex l-affarijiet ikunu ċari.", "Min-naħa tagħna konna qed nargumentaw - u naħseb li sal-lum għadu argument validu - li huwa tajjeb li jkollok l- ekonomija li tkun qed tikber b'mod sostenibbli u allura tikkonverġi aktar lejn it-tkabbir sostenibbli tal-pajjiżi li għandhom l-istess munita biex l- impatt tat-transition minn munita għal oħra jkun kemm jista' jkun smooth.", "Dan kien l-argument tekniku dak iż-żmien meta konna qegħdin nitkellmu dwar meta għandna ndaħħlu l-ewro.", "Pero' llum a lot of water has passed under the bridge.", "Dħalna fis-sistema ERM u hemm min qed iħares lejn pajjiżna biex jara jekk aħniex se nikkwalifikaw.", "Dan huwa punt importanti u naħseb li kien bl-akbar responsabbilta' li għedna li issa rridu nagħmlu argumenti oħra ladarba l-gvern ħa d-deċiżjoni u bbaża l-politika kollha tiegħu fuq dan il-fatt u marbut ma' din id-data.", "Wara kollox altru tħares kif qed tara lilek innifsek internament, li huwa importanti, u altru tħares lejn kif qed jarawna minn barra, fejn effettivament qed jaraw jekk it-targets li dħalna għalihom humiex qed jintlaħqu jew le.", "Mr Speaker, politikament u b'mod partiġġan, b'mod magħluq, b'mod ristrett, b'mod li ma tarax l-interessi nazzjonali preżenti u futuri, wieħed jista' jgħid li kieku jfalli l-gvern ikun aħjar għaliex ikollok opportunita' li toqgħod tgħajjar lill-gvern li ma laħaqx l-għanijiet tiegħu.", "Imma aħna qed ngħidu li jkun aħjar għal pajjiżna u għall-istabbilita' ta' pajjiżna kieku effettivament il-kummissjoni tgħid li pajjiżna mhux biss laħaq il-kriterji nominali, imma hemm il-konverġenza wkoll reali, u dak li lħaqna bħala kriterji nominali tad-dejn, tad-deficit, eċċ., ilħaqniehom fuq bażi wkoll sostenibbli.", "Ċertament din hija xi ħaġa li tiġi diskussa fil-mument propizju tagħha fil- futur, pero' meta wieħed jitkellem fuq ir-responsabbilta' tal-Bank Ċentrali kif kienet f'dawn l-aħħar snin, il-politika monitarja u l-istabbilita' tal- prezzijiet, primarjament wieħed ma jistax ma jitkellimx fuq il-kwestjoni ta' l-inflazzjoni.", "Dan qed ngħidu għax huwa fatt li r-rata ta' l- inflazzjoni matul din is-sena hija 'l fuq mill-average Ewropew.", "Qabel kważi kienet, kull xahar, 'il fuq minn 3%, li huwa ogħla mill-average Ewropew, u dan issarraf fil-fatt li r-rata ta' l-items li jokkomponu l- għoli tal-ħajja, l-items l-iktar essenzjali bħalma huma l-ikel, il-mediċini u anke l-element ta' l-enerġija kienet għolja.", "Hemm items, fosthom il- ħwejjeġ, li l-prezzijiet tagħhom raħsu jew ma għolewx, pero' mbagħad ix- xorb u l-ikel kellu average rate li dejjem kien qed jogħla.", "L-affarijiet li għandhom x'jaqsmu ma' saħħa kienu qegħdin jogħlew ukoll.", "Ovvjament anke s- supply ta' l-enerġija għoliet, u dawn m'hemmx għalfejn wieħed jelabora fuqhom għaliex huma fatt. Rajna wkoll items li għandhom x'jaqsmu anke mat- tagħlim li qegħdin jogħlew ukoll, u l-assjem ta' dan kollu jirriżulta fil- fatt li l-familji in ġenerali qegħdin iħossu l-impatt ta' l-għoli tal-ħajja b'mod qawwi.", "Dan ġie konfermat bl-iktar mod ċar u skjett fl-economic survey li ġie ppubblikat mill-gvern fil-budget, meta l-average wage fuq l-aħħar tliet snin, għalkemm nominalment tidher li żdiedet fir-realta' u f'termini reali naqset b'madwar xi 3% jew 4%.", "Dan ifisser li għalkemm nominalment il- paga average jidher li qed tiżdied, pero' mbagħad biha tixtri inqas, u dan huwa l-impatt ta' l-għoli tal-ħajja.", "Issa hawn ta' min wieħed ifakkar li meta Malta saret membru ta' l-Unjoni Ewropea, wieħed mill-iktar cavallo di battaglia kien li l-prezzijiet ta' l-ikel se jorħsu jew mhux se jibqgħu jogħlew.", "Mr Speaker, x'inhu mbagħad l-impatt ta' l-għoli tal-ħajja?", "L-għoli tal- ħajja se jnaqqarlek mill-kompetittivita' tal-pajjiż minħabba l-fatt li se jkollok talba għal żidiet fil-pagi li ma tistax tippermetti minħabba r- realta' ekonomika li qed tipprevali.", "Din ir-realta' ekonomika ma tistax tippermetti li l-pagi effettivament jiżdiedu u din il-ħaġa jaċċettawha wkoll it-trade unions li tkellimna magħhom.", "Dawn jgħidulek li huma ma jkunux jistgħu jagħmlu talbiet qawwijin minħabba l-fatt li jridu jagħżlu bejn li jitolbu għal żidiet fil-paga u benefiċċji aktar u bejn li l-ażjenda effettivament tagħlaq jew iżżarma għaliex imbagħad ma tkunx tista' tikkompeti fis-suq miftuħ.", "Huwa għalhekk li l-istabbilita' tal-prezzijiet hija waħda mill-aktar elementi importanti.", "U huwa għalhekk li wieħed ma jkunx jista' jifhem kif il-prim ministru f'waħda mill-intervisti fuq gazzetta ewlenija qal li l-gvern ma jista' jagħmel xejn dwar l-inflazzjoni.", "Qed ngħid dan ukoll fil-perspettiva u fl-ambitu ta' dak li kien intqal fil- budget ta' din is-sena meta l-prim ministru stess kien semma l-kwestjoni taż-żieda fil-prezzijiet tal-mediċini.", "U mhux hekk biss, anzi s-segretarju parlamentari kien iktar iebes għax qal li dwar il-mediċini se jkollna naslu li nagħmlu l-price orders.", "Din kienet konferma mill-iktar lampanti li f'dan is-settur qed ikun hemm l-inflazzjoni.", "Issa l-mediċini huma element importanti li jolqot lil kulħadd.", "Mill-koppji żgħażagħ bit-tfal sal-pensjonant, kulħadd ikollu bżonn ta' xi ftit mediċina jew oħra.", "Din hija xi ħaġa li l-ebda familja ma taħrab minnha.", "U kellna l- wegħda hawnhekk li se jkun hemm ftehim fuq il-prezzijiet tal-mediċini biex mill-1 ta' Novembru 'l quddiem effettivament dawn ma jogħlewx.", "Jekk wieħed imur jistaqsi - u ħafna mill-affarijiet trid tmur tiċċekkjahom - isib li llum mhux veru l-prezzijiet tal-mediċini qegħdin jorħsu u din ir- realta' qiegħda tinħass.", "Ngħidu x'ngħidu, jgħid xi jgħid il-gvern, li mingħalih li laħaq xi miri li l-prezzijiet tal-mediċini qegħdin jorħsu jew jistabbilixxu ruħhom, fir-realta' dan mhux qed javvera.", "U allura wieħed irid jistaqsi: Huwa tajjeb li l-prim ministru jibqa' jsostni li l-gvern ma jista' jagħmel xejn?", "Jekk kien il-gvern stess li wiegħed li l-prezzijiet tal-mediċini se jonqsu u jistabbilizzaw u dan mhux qed jiġri, allura l- gvern m'għandu l-ebda responsabbilta' li jara għaliex dik il-wegħda tal- budget ta' din is-sena mhux qed tiġi realizzata?!", "Jekk suppost il-problemi li kien hemm u donnhom kienu marbutin mar-reġistrazzjoni tal-mediċini ġiet solvuta u allura kien hemm xi spiża li ġiet sorvolata, għaliex il- prezzijiet ma niżlux?!", "Hemm xi raġuni li qed tikkaġuna din iż-żieda fil- prezzijiet?!", "Il-prezzijiet minn barra f'dan il-każ partikolari ma għolewx u allura huwa importanti li wieħed effettivament jintervjeni.", "Meta wieħed jara dan kollu jirrealizza l-biża' li qed iħossu n-nies meta niġu anke għaċ-change over mill-munita tagħna għal munita ewro.", "Hawnhekk għandna żewġ opinjonijiet.", "Għandna studji tekniċi li jissollevaw u jgħidu li fejn saret it-transition iż-żieda fil-prezzijiet mhux neċessarjament kienet daqstant qawwija, imma għandna wkoll ir-realta' li jgħixu n-nies li x'ħin naqilbu minn munita għal oħra, il-prezzijiet kif jiffissawhom ikun hemm min japprofitta ruħu, jew b'mod in ġenerali jkun hemm impatt negattiv fuq l-għoli tal-ħajja.", "U b'din il-perspettiva wieħed tajjeb li jerġa' jsostni li fil-kumitat nazzjonali, NECC, huwa importanti li l-ħarsien tal- konsumatur jinħass b'mod iktar qawwi ħalli jkun hu l-watchdog.", "M'għandniex nibżgħu li jkun hemm min jgħasses fis-sens li joqgħod attent li ma jsirx l- abbuż.", "Dan qed ngħidu għaliex f'Malta għandna l-ħabta li naqblu ma' xi ħaġa, pero' mbagħad jekk ma jsirx enforcement, allura xorta jibqgħu jsiru l- affarijiet b'mod ħażin.", "Din bħall-kwestjoni tal-littering.", "Kulħadd jaqbel li m'għandux ikun hemm littering, imma l-ikbar problema hija l-enforcement biex l-abbuż tal-littering ma jseħħx.", "Dwar il-ħmieġ u t-tindif jew il- littering in ġenerali għandna ħafna liġijiet, regolamenti u bye-laws li bihom nistgħu nibnu librerija, pero' jidher biċ-ċar li l-enforcement ta' dawn il-liġijiet u r-regolamenti m'huwiex effettiv.", "Għaliex qed nagħmel dan il-paragun?", "Għaliex għalkemm huwa minnu li fin-NECC hemm rappreżentanza mill-aktar wiesa' - għandek diversi setturi li kulħadd jipproteġi l-interessi tiegħu fosthom iċ-Chamber of Commerce, il-GRTU u l- FOI - jekk inti jkollok segment li l-vuċi tiegħu tkun qawwija u min-naħa tal-konsumatur ma jkollokx l-istess vuċi, jew il-persuna li tirrappreżentah ma tkunx voċifera daqstant, naħseb li jibqa' l-obbligu fuq il-gvern, fuq min ikun qed imexxi, li jħares il-konsumatur.", "Fid-diskors tiegħu l-Onor.", "Fenech qal li l-għan tal-kumitat huwa li jipproteġi l-konsumatur.", "Dwar dan jiena m'għandix dubju.", "Jien iltqajt maċ- chairman tan-NECC u l-għanijiet tiegħu huma appuntu biex kemm jista' jkun irażżan ħalli l-abbuż ma jseħħx.", "Kif spjega, il-policy li se jimplimenta hi li jkun hemm tabella uffiċjali tal-FAIR mal-bieb tal-ħwienet u ta' l- azjendi kummerċjali li tfisser li dan qed jirrispekkja l-valur preċiż ta' l- ewro ta' 0.4293, u x'ħin jagħmel ir-rounding up, x'ħin jaqleb il-conversion ikun qed jirrappreżenta fuq dak il-valur stabbilit jew ta' l-inqas li jkun uffiċjalment stabbilit f'nofs is-sena d-dieħla u allura ma jkollok l-ebda varjazzjoni ta' xejn.", "Dan huwa pass fid-direzzjoni t-tajba għaliex il- konsumatur ikun jaf min intrabat min-naħa ta' l-operatur ekonomiku li josserva r-regoli kollha.", "F'dan ir-rigward din il-miżura hija waħda pożittiva għaliex fl-aħħar mill-aħħar il-konsumatur ikun jista' jara u jagħmel il-ġudizzju tiegħu.", "Fl-aħħar mill-aħħar aħna mhux qegħdin nipproponu li lill-konsumatur toqgħod tagħmillu ħafna hand holding qisek qed toqgħod titimgħu, qisu xi tarbija.", "Il-konsumatur irid jagħmel il- ġudizzju tiegħu, irid jagħmel l-evalwazzjoni tiegħu mbagħad fuq l-aħjar ġudizzju jiddeċiedi hu.", "Issa l-mistoqsija li titqanqal u li s'issa għad ma ġietx ikkjarifikata hi dwar x'jiġri eżattament jekk ikun min ma josservax l-affarijiet meta jkunu obbligatorji.", "Għall-bidu l-proċess se jkun volontarju imma mbagħad, meta tiġi ffissata r-rata mill-kummissjoni, ċertament jiġi obbligatorju li dak li jkun josserva dik ir-rata.", "Bħalissa jidher li kulħadd qed jikkollabora - u qed ngħid dan ħalli ma jgħidux li qed inkun negattiv - ħalli ma jkollokx inflazzjoni minħabba l-konverżjoni minn munita għal oħra.", "Jiena naċċetta li hemm din il-bona volonta' pero' xorta jibqa' l-fatt li jkun hemm min ma josservax dan l-impenn u jipprova jagħmillek rounding up b'mod li ovvjament se jkollu impatt li jgħolli l-ħajja.", "F'dan il-każ x'se jiġri?", "Huwa veru li hawn qed naħsbu dwar pieni u affarijiet minn dawn għal min jikser ir-regolamenti, pero' jibqa' l-fatt imbagħad li jkun hemm il-periklu li nispiċċaw fl-istess sitwazzjoni ta' l-eżempju li semmejt tal-litter act.", "Din il-liġi ilha snin twal in vigore u xorta għandna ħafna littering mat- toroq tagħna.", "Jekk ikun hemm il-vjolazzjoni ta' dak ir-regolament kif se tibda l-proċess ta' implimentazzjoni tas-sanctions?", "U minn hawnhekk ma rridux noqogħdu lura milli nwasslu l-messaġġ li dawn se jiġu implimentati.", "Fin-NECC kien hemm ir-rappreżentanza ta' kulħadd u kulħadd ġab 'il quddiem l-interessi tiegħu.", "Kulħadd tkellem min-naħa ta' l-interess tiegħu, u dan huwa ġustifikat, hekk għandu jkun, imma once li s-setturi individwali ressqu l- interessi tagħhom u dawn l-interessi ġew salvagwardjati, daqstant ieħor imbagħad għandu jkun hemm id-difiża tal-konsumatur.", "Dan huwa l-obbligu tagħna.", "Il-konsumatur forsi m'għandux rappreżentanza organizzata jew daqstant qawwija, u allura jaqa' l-kompitu tagħna hawnhekk fil-parlament li nħarsuh aħna, u jibqa' l-kompitu tal-gvern, li għandu s-saħħa esekuttiva, li jara li s-sanctioning ta' min jikser ir-regolament ikun effettiv.", "U dan mhux fuq il-karta għandu jkun effettiv, imma realment u fiżikament.", "Mr Speaker, jiena għalhekk għidt li m'għandniex noqogħdu lura milli nagħmlu l-affarijiet ċari li min qed jikser darba, tnejn, tlieta r-regolament ikollu jbati l-konsegwenzi.", "U qed ngħid darba, tnejn, tlieta għax ta' darba jkun żball, it-tieni jkun żball ukoll, imma jekk jibqa' jippersisti fl- iżball allura ma jibqax żball.", "F'dak il-każ għandu jkun hemm is-sanzjoni li tinħass u tidher li qed tinħass, għax huwa l-obbligu tagħna – u iktar obbligu tal-gvern – li nġiegħlu lill-poplu jħoss li qed jiġi protett mill- gvern.", "Wara kollox il-gvern għandu l-obbligu ewlieni li jħares l-interess pubbliku u huwa protett ukoll minn din il-Kamra u għalhekk minn din in-naħa fuq dan il-punt qed nesiġu ħafna u nagħmlu l-pożizzjoni ċara.", "Ma jistax ikun li nibqgħu indifferenti għall-miżuri inflazzjonarji li jkomplu jgħarrqu s-sitwazzjoni ta' l-għoli tal-ħajja li llum qiegħed jinħass il-piż tagħha fost ħafna familji.", "Sur President, nixtieq ukoll nagħmel referenza għad-diskors illi għamel riċentement il-gvernatur tal-Bank Ċentrali meta kien qed jitkellem dwar il- policy challenges beyond the euro.", "Dan kien qal hekk: The country's investments to GDP ratio has been static at best in recent years.", "Issa fl- aħħar mill-aħħar il-gvernatur tal-Bank Ċentrali wkoll jagħti l-parir tiegħu dwar l-ekonomija u dwar l-oqsma finanzjarji.", "Dan qed jgħid illi r-ratio proporzjonali bejn l-investiment u l-GDP, l-investiment produttiv u l-ġid nazzjonali, baqa' mhux mibdul.", "Il-kliem li uża kien \"static at best\", jiġifieri fl-aħjar tiegħu baqa' kif kien u m'aċċellerax dawn l-aħħar snin.", "Issa dan qalu l-gvernatur tal-Bank Ċentrali u mhux il-partit Laburista.", "Din mhux xi ħaġa li kiteb xi opinjonista jew xi politiku f'xi gazzetta bħal \"l- Orizzont\", pero' huwa l-gvernatur tal-Bank Ċentrali.", "Dan jikkuntrasta bil- qawwi ma' l-asserzjoni li kellna diversi drabi li l-investiment produttiv f'pajjiżna matul din is-sena kien qawwi ħafna, u kien jammonta għal Lm1 miljun kuljum jew iktar.", "Ingħad ukoll li aħna kważi l-iktar pajjiż li dieħel investiment fih fid-dinja.", "Dawn it-tip ta' claims favolużi wieħed semagħhom.", "Hawnhekk wieħed jistaqsi: L-investiment fejn qiegħed imur?", "L- effett tiegħu, ir-riżultat tiegħu fejn qiegħed jinħass?", "Mela għandek il-gvernatur min-naħa waħda jgħidlek li l-investiment at best kien statiku fl-aħħar snin u min-naħa l-oħra l-gvern jipprova jqanqal dan il-feel-good factor dwar kemm dieħel investiment.", "U meta ssir il-mistoqsija lill-ministru jew lill-prim ministru dwar fejn qed jidher dan l- investiment, dan jgħidlek li din hija mistoqsija pwerili.", "Hekk kien irrisponda l-Ministru Gatt.", "Min-naħa l-oħra l-prim ministru rrisponda li qed imur fil-Lufthansa Technic.", "Jiena dwar il-Lufthansa Technic diġa' għedt li dak huwa pass pożittiv, pero' staqsejt din il-mistoqsija wkoll.", "Il-gvern fl-aħħar mill-aħħar huwa l-azzjonist ewlieni ta' l-Air Malta, se jinvesti ħafna biex jibni dan il-hangar li għandha bżonn il-Lufthansa imbagħad se jikrih lil din il-kumpannija.", "Jiena diġa' staqsejt u nixtieq nerġa' nistaqsi dwar ir-raġuni għaliex il-gvern permezz ta' l-Air Malta ma pparteċipax f'dan l-investiment.", "Ir-risposta li tani kienet illi l- manutenzjoni ta' l-ajruplani m'hijiex parti mill-operat li għandu x'jaqsam ma' l-Air Malta.", "Issa hawn irrid ngħid li l-Lufthansa Technic, li safejn naf jien hija waħda mill-ikbar kumpanniji ta' l-ajru fid-dinja, dan ix- xogħol ta' manutenzjoni tagħmlu f'pajjiżna għax sabet massa ta' nies li huma mħarrġa.", "Dawn ħarrġithom matul l-aħħar 30 sena kemm ilha mwaqqfa l- Air Malta, bil-problemi tagħha kollha.", "Lil dawn hi ħarrġithom, bħalma ħarrġet il-piloti li llum marru ma' kumpanniji oħra ta' l-ajru bħall- Emirates.", "Mela jekk il-Lufthansa Technic ħasset li trid tinvesti f'dawn in- nies, l-Air Malta għaliex ma għamlitx hekk ukoll?!", "Jekk dan m'huwiex ix- xogħol ta' l-Air Malta, kif inhu x-xogħol ta' linja ta' l-ajru oħra?!", "Din hija xi ħaġa li ma treġix.", "Jekk hu tajjeb għal linja ta' l-ajru naħseb huwa tajjeb ukoll għal linja ta' l-ajru oħra.", "Jiena m'iniex xi expert fuq l-avjazzjoni, imma l-loġika hekk tgħidli.", "Issa hawn irrid ngħid li l- investiment li jrid jiġi f'dan is-settur mil-Lufthansa Technic huwa investiment li se jsir sena, sentejn jew tliet snin oħra.", "Huwa xi ħaġa pożittiva u m'iniex qed nikkritikah, pero' ovvjament ma tistax ma tagħmilx din l-osservazzjoni.", "Dan bħal meta nagħmlu l-osservazzjoni li l- esportazzjoni tagħna hija bbażata fuq kumpannija waħda.", "Meta nkunu qed ngħidu hekk ma nkunux qegħdin nikkritikaw dik il-kumpannija minħabba li għandha export share daqstant qawwi, għax allaħares ma kenitx hi, imma bl- iktar mod oġġettiv inkunu qed nissottolineaw ir-realta' tal-bażi tal- manifattura ta' pajjiżna.", "L-istess f'dan l-aspett ta' l-investiment.", "Qed ngħid dan għax huwa veru li għandek ċertu investiment jew flus li jidħlu f'pajjiżna.", "Huwa aċċettat internazzjonalment li fl-istatistika dan jiġi kkunsidrat bħala investiment, imma fir-realta' dan huwa t-tip ta' investiment produttiv li aħna nifhmu bih li joħloq opportunitajiet ġodda ta' xogħol?", "Taħt il-kategorija ta' investiment għal Lm1 miljun kuljum insibu wkoll il-bejgħ tal-Maltacom.", "L-Lm49 miljun li l-gvern daħħal mill- Maltacom huwa kkunsidrat bħala investiment.", "Għaliex?", "Għax daħħalna munita barranija, imma fir-realta' dan huwa asset li l-ikbar share fih kienet tal- gvern ta' Malta, u l-gvern biegħ dak l-asset biex ikun jista' jindirizza l- problema tad-dejn nazzjonali li kiber u li ovvjament kien se jaffettwalu wkoll il-fatt jekk jilħaqx il-kriterji biex aħna nidħlu fl-ewro.", "Dan li qed ngħid juri kemm l-affarijiet ikunu marbutin ma' xulxin.", "MR SPEAKER: Ippermettili ftit, Onor. Mangion.", "Niġbidlek l-attenzjoni li qabel bdiet is-seduta ntlaħaq ftehim li d-diskussjoni fuq dan l-abbozz ta' liġi tiġi interrotta u l-Kamra tgħaddi għall-mozzjoni tal-Ministru għat- Turiżmu u Kultura.", "Għandi nifhem li se tibqa' in possession, hux hekk?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Iva, Mr Speaker.", "Bil-permess tal-Kamra, fit-8.15 p.m. id-diskussjoni fuq dan l-Abbozz ta' Liġi ġiet interrotta biex tiddiskuti l-Mozzjoni Nru. 265.", "MOZZJONIJIET", "RATIFIKA TAL-KONVENZJONI TAL-UNESCO DWAR IL-PROTEZZJONI U L-PROMOZZJONI TAD- DIVERSITA' TA' L-ESPRESSJONIJIET KULTURALI", "MR SPEAKER: Il-Ministru Zammit Dimech, jekk jogħġbu, iressaq il-mozzjoni.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (Ministru għat-Turiżmu u Kultura): Sur President, nipproponi illi:", "Peress illi huwa fl-interess ta' Malta, kemm in vista ta' l-interessi tagħha kif ukoll ta' l-obbligi tagħha bħala stat membru ta' l-Unjoni Ewropea li l-Gvern ta' Malta jirratifika l-Konvenzjoni ta' l-UNESCO dwar il-Protezzjoni u l-Promozzjoni tad-Diversita' ta' l- Espressjonijiet Kulturali addottata mill-Konferenza Ġenerali ta' l- UNESCO f'Pariġi fl-20 ta' Ottubru 2005;", "Peress illi l-imsemmija Konvenzjoni tikkonstitwixxi strument internazzjonali effettiv u rilevanti għall-promozzjoni tad-diversita' kulturali u l-iskambju bejn il-kulturi li għaliha kemm-il Gvern ta' Malta kif ukoll il-Komunita' Ewropea jattribwixxu importanza massima;", "U peress illi l-istess Konvenzjoni tikkontribwixxi biex tassigura r- rispett u l-għarfien reċiproku bejn il-kulturi fuq livell mondjali;", "U peress illi għalhekk huwa meħtieġ illi l-Gvern ta' Malta jaċċedi għal u jaddotta l-imsemmija Konvenzjoni;", "Għalhekk issa din il-Kamra tirriżolvi li tawtorizza lill-Gvern ta' Malta biex jirratifika l-Konvenzjoni ta' l-UNESCO dwar il-Protezzjoni u l-Promozzjoni tad-Diversita' ta' l-Espressjonijiet Kulturali addottata mill-Konferenza Ġenerali ta' l-UNESCO f'Pariġi fl-20 ta' Ottubru 2005 u li kopja tagħha hija annessa ma' din ir-riżoluzzjoni.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Min jissekonda?", "ONOR.", "HELEN D'AMATO (Segretarju Parlamentari): Nissekonda.", "MR SPEAKER: Rimarki?", "Il-Ministru Zammit Dimech.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Mr Speaker, l-ewwelnett nirringrazzja lill- Kamra li hawn il-qbil li din il-mozzjoni niddiskutuha llejla anke għaliex fil-kuntest ta' dak li se jkun seħħ fl-Unjoni Ewropea, huwa importanti li qabel ma dan il-parlament jaġġorna għall-vakanzi tal-Milied inkunu tajna din l-awtorizzazzjoni lill-gvern.", "Li rrid ngħid fuq il-mozzjoni hu li hawnhekk qed nawtorizzaw lill-gvern ta' Malta biex jaderixxi għal konvenzjoni li tipproteġi u tippromwovi d-diversita' ta' espressjonijiet kulturali.", "Mr Speaker, naħseb li din hi konvenzjoni li fid-dinja tal-lum saret rilevanti ħafna.", "Qed ngħid hekk għaliex fid-dinja hemm min anke jitkellem dwar ċiviltajiet li qegħdin f'konflitt ma' xulxin.", "Għalija min jitkellem b'dak it-ton qed jaqa' f'kontradizzjoni enormi.", "Għalija ċ-ċiviltajiet qatt ma jistgħu jkunu f'konflitt imma jgħixu pjuttost mod armonjuż flimkien.", "Li huwa żgur hu li f'dinja fejn għandek dik it-theddida anke f'livell kulturali ma nistgħux ma naffermawx, anke bħala gvern u bħala parlament, dak li hu fil-fatt importanti anke mil-lat uman li għandna nħarsu d- diversita' ta' l-espressjonijiet kulturali.", "Irridu mhux biss ma narawx konflitt bejn espressjoni kulturali u oħra, imma rridu nħarsu lejn id- diversita' ta' l-espressjonijiet kulturali bħala parti mill-wirt ta' l- umanita' kollha, bħala parti minn dak li jagħmilna bnedmin aktar sħaħ, bħala parti minn dak li allura jarrikkixxi l-esperjenza tagħna lkoll.", "Dak għandu jkun l-isfond ta' espressjoni ta' djalogu interattiv li verament ifisser li n-nies japprezzaw iktar dak li l-kultura tipproduċi f'postijiet oħra.", "Irrid ngħid li b'mod ġenerali l-espressjonijiet kulturali huma dawk l- espressjonijiet li jirriżultaw mill-kreattivita'.", "Tista' tkun kreattivita' ta' individwi jew kreattivita' ta' gruppi jew soċjetajiet li joħolqu kontenut kulturali li jinkludi dimensjoni artistika u valuri kulturali.", "Illum il-produzzjoni u t-tixrid ta' espressjonijiet kulturali qed isiru jiddependu dejjem iktar fuq konsiderazzjonijiet anke industrijali u kummerċjali u għalhekk ħafna jitkellmu dwar prodotti u servizzi kulturali li saru l-mezz ewlieni tat-trasmissjoni tal-kultura kif ukoll fattur determinanti fil-kummerċ internazzjonali.", "Filwaqt li naffermaw dan, naturalment irridu nibqgħu naffermaw ukoll il-valur tal-prodott kulturali fih innifsu.", "Bħala sfond għal dak li qed nitkellmu dwaru llejla f'dan il-parlament, irrid ngħid li kien fl-20 ta' Ottubru, 2005 li l-konferenza ġenerali tal- UNESCO addottat il-konvenzjoni dwar il-protezzjoni u l-promozzjoni tad- diversita' ta' l-espressjonijiet kulturali.", "B'hekk ġiet finalizzata l- ġabra ta' konvenzjonijiet li kienu jitkellmu wkoll diġa' favur id- diversita' kulturali.", "Il-konvenzjoni għandha diversi għanijiet fosthom l- ewwelnett ir-rikonoxximent tad-dritt li kull stat għandu biex jifformola l- politika kulturali tiegħu.", "Għandek imbagħad l-addozzjoni ta' miżuri favur id-diversita', l-espressjonijiet kulturali, hemm ir-rikonoxximent tan- natura distensiva ta' prodotti u servizzi kulturali bħala mezz ta' trażmissjoni ta' identita' kulturali u r-rikonoxximent tar-rabta bejn kultura u żvilupp u l-importanza allura tal-koperazzjoni internazzjonali f'dan il-qasam.", "Mr Speaker, irrid ngħid ukoll li għalkemm din il-konvenzjoni kienet addottata fl-2005, l-isfond tagħha jmur lura sentejn qabel fejn diġa' l- konferenza ġenerali tal-UNESCO kienet iddeċidiet unanimament sabiex tiftaħ in-negozjati dwar konvenzjoni li tittratta s-suġġett li qed nitkellmu dwaru llum.", "Għalija huwa interessanti wkoll il-fatt li l-kondizzjonijiet għall- ħarsien u l-promozzjoni tad-diversita' kulturali fl-Ewropa u fid-dinja kollha ma jiddependux biss fuq fatturi ekonomiċi imma anke fuq numru ta' fatturi oħra strutturali.", "Għandek fatturi bħad-daqs tas-swieq u l-preżenza jew in-nuqqas ta' preżenza ta' minoritajiet lingwistiċi u ta' territorji fejn huma mitkellma ilsna mhux daqstant mifruxa.", "Għandek ukoll ir-rabtiet ma' identitajiet nazzjonali u reġjonali, in-natura materjali jew immaterjali ta' tradizzjonijiet jew patrimonju kulturali ieħor u r-rabtiet storiċi li jkollu pajjiż u li jkollhom diversi popli.", "Dawn l-elementi kollha li qed insemmi huma fost l-elementi li jinfluwenzaw il- kondizzjonijiet li minnhom imbagħad jitfasslu espressjonijiet u anke l-bażi ta' skambju kulturali.", "Mr Speaker, din il-konvenzjoni trid tilħaq diversi għanijiet fosthom li tipproteġi d-diversita' fl-espressjonijiet kulturali.", "Dan huwa implikat fl- istess isem tagħha.", "Hemm ukoll l-għan li toħloq il-kondizzjonijiet għal hekk u li allura tinkoraġġixxi d-djalogu bejn kulturi differenti fid-dinja bl-għan li jkun hemm skambju bilanċjat u kemm jista' jkun wiesa'.", "Hemm ukoll l-għan li tisseddaq l-interkulturalita' bil-għan li tiġi żviluppata l-interazzjoni kulturali fl-ispirtu ta' bini ta' rabtiet ġodda bejn il-popli.", "Jissemma wkoll l-għan li tippromwovi rispett bejn id-diversita' ta' espressjonijiet kulturali u li tkabbar il- kuxjenza ta' dan il-valur fil-livell lokali, nazzjonali u internazzjonali.", "Mr Speaker, jiena nista' nkompli nikkwota mill-għanijiet, pero' li rrid ngħid biex nagħlaq din l-introduzzjoni huwa li l-Unjoni Ewropea, min-naħa tagħha, għarfet li għandha kompetenzi għax għandek skambji li jinvolvu, per eżempju, il-moviment ħieles ta' prodott minn pajjiż għall-ieħor anke jekk ikun prodott jew servizz kulturali, pero' qed tagħraf ukoll is-sehem tal- pajjiżi membri tagħha.", "Minħabba f'hekk kienu saru emendi fil-konvenzjoni li għandna quddiemna biex ikun possibbli li l-Unjoni Ewropea taderixxi għaliha bħala unjoni direttament u tkun hi stess li tinkoraġġixxi lill-membri kolha tagħha jaderixxu wkoll fil-kapaċita' diretta tagħhom.", "L-Unjoni Ewropea diġa' bniet kodiċi ta' kondotta li se jirregola kif ikun hemm l-aħjar kordinazzjoni bejn l-istati membri, dwar kompetenzi tal-presidenza u dwar il-kummissjoni tagħha dwar meta l-Unjoni Ewropea titkellem għal pajiżi membri tagħha kollha.", "Dan il-kodiċi jitkellem ukoll dwar is-sehem tal- pajjiżi membri individwali.", "Li rrid ngħid huwa li ġewwa Brussels fid-19 ta' Diċembru se jkun hemm ċerimonja sinifikativa ħafna, u hawnhekk għandi quddiemi l-istedina mibgħuta direttament mill-kummissarju responsabbli mill- aspetti kulturali fl-Unjoni Ewropea.", "Din l-istedina hija bil-lingwa tagħna.", "Naħseb li dan huwa xieraq speċjalment meta din hija stedina għal-attivita' marbuta mad-diversita' kulturali.", "Hawnhekk l-istedina hija biex Malta tieħu sehem fiċ-ċerimonja li se ssir fid-19 ta' Diċembru li ġej fil-Brussels biex tiġi ċelebrata d-diversita' kulturali u b'mod partikolari r-ratifika mill- komunita' u mill-istati membri ta' din il-konvenzjoni.", "Meta l- awtorizzazzjoni għar-ratifika qed tingħata mill-parlament ifisser li dan huwa suġġett li żgur huwa għal qalbna lkoll u li fuqu m'għandniex diversita' lanqas politika.", "B'dan il-mod inkunu qed nagħtu bl-unuri kollha s-sehem tagħna bħala pajjiż Malti.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Carmelo Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Mr Speaker, fil-fatt nibda minn fejn spiċċa l- Ministru u nassigurak li l-oppożizzjoni taqbel ma' din il-konvenzjoni u se tivvota favurha.", "Fil-fatt quddiemna, kif qal il-ministru, għanda ratifika ta' konvenzjoni tal-UNESCO li m'hijiex l-ewwel konvenzjoni tal-UNESCO marbuta mal-qasam kulturali.", "Wieħed jista' jsemmi, per eżempju, il- konvenzjoni fuq il-protezzjoni tal-heritage kulturali li nsibu f'qiegħ il- baħar u konvenzjoni oħra dwar il-protezzjoni tal-world cultural and natural heritage.", "Nistgħu nsemmu wkoll il-konvenzjoni dwar il-ħarsien ta' l- intangible cultural heritage u issa għandna din il-konvenzjoni li tfasslet fl-2005.", "Irrid ngħid li flimkien mar-riżoluzzjoni li ressaq il-ministru quddiem dan il-parlament hemm ukoll annessa l-istess konvenzjoni tal-UNESCO li ġiet adottata fil-konferenza ġenerali f'Pariġi 2005.", "Fir-riżoluzzjoni tal- ministru jingħad li l-imsemmija konvenzjoni tikkostitwixxi strument internazzjonali effettiv u relevanti għall-promozzjoni tad-diversita' kulturali u l-iskambju bejn il-kulturi li għaliha, kemm-il Gvern ta' Malta kif ukoll il-komunita' Ewropea jattribwixxu importanza massima.", "Huwa veru li konvenzjoni fiha nnfisha hija strument internazzjonali, pero' jiena ngħid li hemm xi ħaġa oħra qabel ma ngħidu li din hija strument internazzjonali.", "Hawn tajjeb li nagħmlu enfasi li din hija wkoll strument nazzjonali għal pajjiżna stess.", "Dan x'ifisser?", "Meta ngħidu li din għandha tkun ukoll strument nazzjonali ifisser li dak li hemm miktub f'din il- konvenzjoni hemm bżonn li nwettquh u nħarsuh f'pajjiżna stess l-ewwel u qabel kollox.", "Din il-konvenzjoni m'hijiex biss strument internazzjonali imma għandha tkun strument nazzjonali biex l-għanijiet u l-iskop ewlieni għalfejn din il-konvenzjoni ġiet adottata jintlaħqu l-ewwel u qabel kollox fl-istat Malti.", "Mr Speaker, kull meta nitkellem fuq il-kultura - u fil-fatt ftit tal- ġimgħat ilu kellna d-dibattitu fuq il-voti tal-Ministeru tat-Turiżmu u Kultura u fil-ħin li kelli ffokajt b'mod partikolari fuq l-aspett kulturali - dejjem ngħid li l-kultura hija xi ħaġa mill-poplu għal poplu, hija xi ħaġa popolari fis-sens li l-kultura ta' pajjiż jagħmilha l-poplu.", "Meta nitkellmu fuq kultura ma rridux nitkellmu biss fuq dak li hu l-preżent tagħna imma rridu mmorru lura fiż-żmien.", "Jiena nittama li ma nitilfux ċerti aspetti kulturali li ġew minn ta' qabilna, u allura rridu nibżgħu u nħarsu l-kultura tagħna.", "U propju waqt li qed napprovaw din il-konvenzjoni rridu nagħmlu statement ieħor ċar li din ma rridux inqisuha biss bħala strument internazzjonali, imma nerġa' ngħid li rridu nqisuha wkoll l-ewwel u qabel kollox bħala strument nazzjonali li ma tmurx parti mill-kultura tagħna tintilef għax issa qisu għadda żmienha.", "Dan nerġa' ngħid għandna nagħmluh l- ewwel u qabel kollox għalina bħala poplu.", "Mr Speaker, ħafna drabi nsemmu l-wirt storiku u l-kultura tagħna u ngħidu li dawn jistgħu jkunu mezz kif it-turisti jersqu lejna u japprezzaw dak li għamel il-ġens Malti.", "Pero' jkun żball jekk ma nitilqux mill-punt li l- kultura hija mill-poplu għall-poplu u hija tal-poplu Malti.", "Il-kultura trid tkun espressjoni l-ewwel u qabel kollox għall-poplu Malti.", "Dan qed ngħidu għax irridu naraw li jkun hemm min jara li din il-konvenzjoni qed tiġi implimentata.", "Ma jiswa xejn li niffirmaw u nieħdu sehem fiċ-ċerimonja tar- ratifika ta' din il-konvenzjoni jekk imbagħad inħalluha fuq l-ixkaffa.", "Huwa importanti ħafna li l-gvern Malti, nassumi permezz tal-Kunsill Malti għall- Kultura u l-Arti, jara li dak li hemm espress f'din il-konvenzjoni verament jiġi mwettaq.", "L-oġġettivi tal-konvenzjoni huma oġġettivi wesgħin u għalhekk irridu naraw li jkun hemm min ikun responsabbli li jara li dawn qed jiġu implimentati.", "Jiena nemmen li hemm partijiet minn din il-konvenzjoni li diġa' qed nieħdu ħsieb li jsiru, pero' forsi ta' min intejbu fuq dak li qed isir u fejn hemm nuqqasijiet proprju naraw kif nistgħu nirranġawhom.", "Dan qed ngħidu għax huwa importanti li mhux sempliċement niffirmaw imma dak li qed niffirmaw għalih nagħmluh tagħna u nimplimentawh aħna wkoll.", "Ċertament meta qed nitkellmu fuq diversita' nafu li hemm ċerti issues jaħarqu speċjalment f'numru ta' pajjiżi anke membri ta' l-Unjoni Ewropea.", "Meta qed nitkellmu fuq diversita' kulturali qed nitkellmu fuq xi ħaġa li vasta u fuq xi ħaġa li bażikament tolqot il-ħajja tal-ġnus.", "Fil-fatt meta qed nitkellmu fuq konvenzjoni bħal din fejn hemm drittijiet u obbligi għall- pajjiżi li se jaderixxu għaliha, ma nistgħux nifirdu l-fatt li din il- konvenzjoni qed tirrikonoxxi li hemm rabta bejn id-diversita' kulturali kif ukoll ir-realizzazzjoni b'mod sħiħ tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali ta' kull individwu, naturalment inklużi dawk reliġjużi.", "Mr Speaker, bħala poplu Malti, parti importanti mill-kultura tagħna hija proprju dik reliġjuża wkoll.", "Għaliex qed insemmi dan il-punt f'dan il- kuntest?", "Ftit tal-ħin ilu għedt li hemm ċerti issues jaħarqu anke f'pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropea.", "Dawn huma issues reliġjużi li f'pajjiżna ma nqalgħux, pero' l-periklu qiegħed hemm.", "Dan qed ngħidu biex ma ninjorawx fatti li qed jiġru f'pajjiżi mhux tant 'il bogħod minna u li huma wkoll sħab magħna fl-Unjoni Ewropea.", "Per eżempju, ftit taż-żmien ilu kellna każ fi Franza fejn qam dibattitu fuq jekk persuni musulmani għandhomx jilbsu l-velu jew le.", "Dik hija parti mid-diversita' kulturali u reliġjuża, pero' xorta waħda qam dibattitu jaħraq jekk għandux jitħalla li persuni tas-sess feminili jilbsu l-velu jew le.", "Ftit taż-żmien ilu kellna wkoll kwestjoni li għandha x'taqsam mal-kultura reliġjuża din id-darba fl- Italja.", "Kien hemm min beda jgħid li l-fatt li jkollok salib imwaħħal fil- klassi fi skola jista' joffendi b'xi mod jew ieħor persuni oħrajn li għandhom twemmin differenti.", "Din ukoll tagħmel parti mill-kultura u mid- diversita' kulturali.", "Proprju ftit tal-jiem ilu kellna anke aħbar li dehret anke fil-ġurnal \"The Times\" tat-30 ta' Novembru fejn skola fi Spanja ħassret iċ-ċelebrazzjonijiet tal-Milied biex ma joffendux tfal li m'humiex insara.", "Anke dan jista' jitqies bħala parti mid-diversita' kulturali.", "Naf li dawn huma issues jaħarqu, pero' huwa importanti li wieħed jitkellem fuqhom għax fuq kollox juru wkoll l-importanza ta' din il-konvenzjoni li titkellem b'mod wiesa' fuq l-aċċertazzjoni, fuq li jkun hemm espressjonijiet kulturali differenti u fuq li dawn jiġu protetti u promossi.", "Din it-terminoloġija ma ntużatx flimkien b'kumbinazzjoni u fil- fatt meta l-kliem \"protezzjoni\" u \"promozzjoni\" qed jintużaw it-tnejn flimkien, qegħdin jintużaw bi skop speċifiku li nżommu ħajja l- espressjonijiet kulturali biex ikollna l-paċi fid-dinja.", "L-iskop huwa wiesa' ħafna u l-għanijiet huma tajbin ukoll.", "Tajjeb li wieħed jgħid ukoll li l-Unjoni Ewropea madwar għaxar snin ilu nidiet il-proċess ta' Barcelona fejn il-pajjiżi membri kif ukoll għaxar pajjiżi oħra li qegħdin fil-Mediterran.", "Il-proċess ta' Barcelona huwa bbażat fuq tliet pilastri ewlenin u t-tielet pilastru nistgħu ngħidu jiġbor fih l-aspett kulturali.", "Irridu nkunu konxji mid-diffikultajiet li jeżistu biex 25 stat membru kif ukoll għaxar pajjiżi oħra li jagħmlu parti mil- proċess ta' Barcelona jimxu 'l quddiem.", "Kelli l-opportunita' li nirrappreżenta lilek, Mr Speaker, fiċ-ċelebrazzjonijiet li saru f'Novembru, 2005 waqt li kellna ċ-CHOGM hawnhekk u inti kont qed tattendi għalih.", "Dakinhar jiena kont Barcelona fejn hemmhekk bid-diskors li sar indunajna li għalkemm għaddew għaxar snin, għad fadal ħafna x'naqdfu biex il-popli jifhmu lil xulxin iktar, u ċertament il-kultura u d-divesita' kulturali jgħinu biex il-popli jersqu iktar lejn xulxin.", "Il-proċess ta' Barcelona ma jisħaqx biss fuq li jkun hemm rabtiet bejn il-gvernijiet, bejn il- parlamenti u bejn l-istituzzjonijiet rispettivi tal-pajjiżi, imma trid tkun rabta li tmiss lill-popli, u ċertament id-diversita' kulturali li nsibu f'din iż-żona partikolari tal-Mediterran irridu nippromwovuha iktar.", "Huwa għalhekk li din il-konvenzjoni tal-UNESCO tagħmel ħafna sens.", "Mr Speaker, fl-artiklu 2 tal-konvenzjoni fejn qegħdin insemmu r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem kif ukoll il-fundamental freedoms insibu r- reliġjon, u għalhekk huwa importanti li nwasslu l-punt li għandu jkun hemm rispett għal kull reliġjon u li jkun hemm rispett għal kif persuna iġġib ruħha f'dan il-kuntest ukoll.", "Din il-konvenzjoni tisħaq ukoll fuq solidarjeta' u koperazzjoni internazzjonali li jfisser li l-ġnus jifhmu iktar lil xulxin.", "Tisħaq ukoll fuq li tgħin biex ikollna iktar paċi fid- dinja.", "Jekk wieħed jara l-aħbarijiet fuq il-mezzi tal-komunikazzjoni jsib li ċerti battibekki jqumu minħabba li aħna differenti u għax hemm id- diversita' fil-mod kif ngħixu u fil-mod kif naħsbuha.", "Dan kollu juri li l- kultura għandna nħarsu lejha bħala mezz li jgħaqqad lill-ġnus u mhux bħala mezz li jifred lil-ġnus.", "Diversita' fil-kulturi u diversita' fil-ħsieb m'għandhomx iservu biex jifirduna, imma għandhom ikunu mezz biex ikun hemm l-għaqda fost il-ġnus.", "Il-konvenzjoni f'artiklu 6 titkellem fuq id-drittijiet tal-partijiet f'livell nazzjonali u ssemmi xi miżura li jistgħu jittieħdu fuq skala nazzjonali.", "Naturalment hemm responsabbiltajiet fuq livell internazzjonali, hemm responsabbiltajiet oħrajn li jittieħdu anke minn gvernijiet, pero' hemm ukoll responsabbiltajiet li jistgħu jittieħdu fuq livell nazzjonali.", "Hemm bżonn li nimpenjaw irwieħna li fil-limitazzjonijiet finanzjarji li għandu pajjiżna, naraw li l-konvenzjoni tieħu l-ħajja u ma tibqax biss fuq il-karta.", "Artiklu 10 ta' l-istess konvenzjoni jitkellem proprju fuq xi ħaġa li hija għal qalbi ħafna, l-edukazzjoni kif ukoll li nagħmlu lill-pubbliku konxju li qed titkellem fuqu l-konvenzjoni.", "Il-partijiet li se jirrattifikaw din il-konvenzjoni huma mħeġġa biex jippromwovu din il- konvenzjoni u l-għanijiet tagħha anke permezz ta' l-edukazzjoni sa miċ- ċokon.", "Jien meta nżur xi skejjel nara diversita' ta' studenti, tfal żgħar hi x'inhi l-eta' tagħhom, li jaċċettaw lil tfal oħrajn minkejja l-kulur differenti tal-ġilda, minkejja l-ilsien tagħhom u minkejja l-mod kif iġibu ruħhom.", "Naħseb li dan huwa eżempju għalina l-kbar.", "Jien ngħid li xi kultant aħna nitgħallmu mit-tfal, pero' naturalment fis-sistema edukattiva tagħna għandu jkollna aktar tagħlim fuq livell kulturali u fuq diversita', aktar u aktar fid-dawl li f'pajjiżna għandna numru ta' persuni li m'humiex Maltin.", "Dan biex fl-aħħar mill-aħħar ma jkollniex diffikultajiet u problemi ta' razziżmu.", "Huwa mportanti li jkun hemm programm ta' edukazzjoni u ta' awareness fost il-pubbliku dwar x'qed tippriedka din il-konvenzjoni u x'inhuma l-għanijiet tagħha.", "Artiklu 12 jitkellem fuq il-promozzjoni ta' koperazzjoni internazzjonali.", "Din titkellem fuq diversi livelli, fuq livell bilaterali, reġjonali, internazzjonali, eċċ. Jien naf li pajjiżna għandu diversi ftehim bilaterali anke f'livell kulturali.", "Hawnhekk nixtieq li forsi wieħed ipoġġi l-mistoqsija dwar kemm bħala pajjiż qed nibbenefikaw minn dawn il- ftehim bilaterali issa aktar minn qatt qabel, anke fid-dawl ta' din il- konvenzjoni.", "Jien nemmen li dawn il-ftehim bilaterali li aħna ffirmajna ma' pajjiżi oħrajn anke dwar l-aspett kulturali huma ta' benefiċċju għalina.", "Mr Speaker, nikkonkludi billi l-ewwelnett nerġa' ntenni li l-vot min-naħa ta' l-oppożizzjoni għal din il-konvenzjoni ta' l-UNESCO se jkun wieħed favur.", "Dan għaliex konvenzjoni li titkellem dwar il-protezzjoni u l- promozzjoni tad-diversita' ta' l-espressjonijiet kulturali m'għandhiex tkun mezz li tifred imma għall-kuntrarju, għandha tkun strument li tgħaqqad lill- ġnus li fl-aħħar mill-aħħar qed jifhmu aktar lil xulxin.", "Id-dinja u r- reġjun li ninsabu fih ċertament jiggwadanjaw minn konvenzjoni bħal din u l- popli jgħixu f'aktar paċi u armonija bejniethom.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Nistieden issa lill-Ministru Zammit Dimech biex jagħmel il-winding up.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Mr Speaker, l-ewwelnett ma nistax ma nirringrazzjax mill-ġdid lill-Onor. kollega għall-intervent tiegħu fejn kif konna qed nantiċipaw, hu indika li din hija konvenzjoni li fuqha hawn il- qbil unanimu f'din il-Kamra.", "L-Onor.", "Abela mhux biss indika hekk, imma anke għamel analisi korretta u profonda ta' l-istess konvenzjoni u numru ta' riflessjonijiet li rrid ngħid li jiena nikkondividi.", "Dwar il-kunċett li l-kultura hija fl-aħħar mill-aħħar mill-poplu għall- poplu naħseb li f'dan ir-rigward f'Malta għandna ħafna minn xiex inkun kburin.", "Dan għaliex aħna pajjiż b'7,000 sena ta' storja b'diversi saffi differenti.", "L-istorja tagħna hija magħmula minn diversi saffi fosthom dak medjevali, dak preistoriku, l-aspett Ruman, l-istorja tal-parti ta' l-Ordni tal-Kavallieri ta' San Gwann, is-saff aktar riċenti ta' l-epoka Ingliża u anke l-perijodu qasir Franċiż.", "Aktar minn hekk kull saff – u iktar tard irrid nagħmel riflessjoni dwar dan għax dan ukoll jorbot ma' pajjiżna bħala pajjiż mill-iktar idoneu biex nitkellmu dwar id-diversita' kultura – ħalla l-marka tiegħu fuq l-identita' nazzjonali tagħna li hija unika u li għandna verament għaliex inkunu kburin biha.", "Barra mill-istorja mbagħad mil-lat l-ieħor għandna wkoll dak li għadu jevolvi fix-xena artistika u kulturali kontemporanja.", "Infatti filwaqt li naqblu li aħna għandna nibżgħu u nħarsu dak kollu li tħalla lilna minn ġenerazzjonijiet ta' qabilna, naħseb li tajjeb li ma' dan it-twemmin inżidu l-affermazzjoni li aħna wkoll irridu naraw x'se noħolqu għal ta' warajna.", "Aħna m'għandniex inkunu poplu li jkun kburi biss b'dak li rċevejna u dak li akkumula s'issa.", "Bħala eżempju jiena nixtieq insemmi l-qasam arkitettoniku.", "Għaliex 100 sena oħra jew 150 sena oħra m'għandux ikun hemm eżempji arkitettoniċi ta' l-ogħla valur li ngħidu dawk saru fil-bidu ta' dan is- seklu?", "Dan hu parti mill-impenn tagħna.", "Per eżempju, fil-qasam artistiku għaliex m'għandux ikollna linja ta' pittura li ngħidu din hija l-linja ta' arti li tiddistingwi l-bidu tas-snin 2000 f'Malta?", "Ovvjament hija xi ħaġa diffiċli li nagħmlu dan it-tip ta' ġudizzju fuqna nfusna għax lanqas Caravaggio fi żmienu ma seta' forsi jantiċipa l-istil li kellu jevolvi u li kellu jimmarka l-perijodu li fih kien jgħix.", "U kif qed insemmi lil dan l- artist, irrid ngħid li inċidentalment is-sena d-dieħla se tkun l-400 sena tiegħu mill-investitura tiegħu f'Malta, mill-preżenza tiegħu f'Malta bħala kavallier ta' l-ordni.", "Issa biex nagħmel pronostiku għal 400 sena oħra naħseb li ħadd minna ma jista' jagħmilha, imma li ngħidu li dak li nagħmlu llum irridu naraw kif nippromwovuh biex fil-futur ikun hemm l-aqwa espressjoni artistika u kulturali, dan iva, anke fil-limitazzjonijiet tagħna, naħseb naqblu li għandna nagħmluh.", "U darba aħna niffirmaw u nirratifikaw konvenzjoni bħal din, żgur li dak huwa parti mill-impenn tagħna biex dik il-konvenzjoni mbagħad tirrispettaha.", "Mr Speaker, illum għandna liġijiet anke tagħna f'Malta li jipprovdu biex ikun hemm il-salvagwardi meħtieġa għall-ħarsien ta' l-istituzzjoni kulturali.", "Permezz ta' dawn il-liġijiet li huma relattivament ġodda kellna t-twaqqif ta' aġenziji bħal Heritage Malta li jagħtu assigurazzjoni tal- ħarsien tal-wirt kulturali għal dak li huwa l-patrimonju tagħna.", "Mill- banda l-oħra, għal dik li hija xena kontemporanju kulturali u artistika għandek il-liġi li twaqqaf il-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti.", "Dan qed ngħidu biex nuri li pajjiżna diġa' għaraf anke internament li għandu jagħmel dawn l-istrutturi meħtieġa, u dan lili u lil kull membru ta' din il- Kamra jagħtina s-serħan il-moħħ li dawk li hemm fil-konvenzjoni m'humiex prinċipji li nitkellmu dwarhom biss, imma huma wkoll prinċipji li biex nassiguraw l-implimentazzjoni tagħhom f'pajjiżna diġa' għandna l-mekkaniżmu maħluq.", "Il-fatt li mbagħad ikollok ukoll konvenzjonijiet internazzjonali jfisser li għandek saff ieħor ta' protezzjoni, anzi saff doppju, għaliex għandek il- komunita' internazzjonali permezz ta' l-UNESCO imma kif nafu wkoll għandek ukoll ir-rwol mill-iktar pro-attiv ta' l-UE.", "Mela għandek dak li l-UE qiegħda tagħmel bħala istituzzjoni fiha nnifisha, pero' għandek ukoll dak li tagħmel l-UE permezz ta' l-istati membri tagħha.", "U naturalment Malta hawnhekk hi parteċipi bħala membru u saħansitra parteċipi b'mod partikolari fir-rigward ta' dak li din il-konvenzjoni qed tippreżentalna.", "Mr Speaker, irrid ngħid li l-konvenzjoni tipprovdi li Malta trid taħtar, kif iridu jagħmlu l-pajjiżi l-oħrajn kollha li jirratifikaw din il- konvenzjoni, il-contact point tagħha.", "Il-contact point il-fatt li huwa l- istituzzjoni li tgħaddi anke l-informazzjoni dwar dak li tkun qed tagħmel Malta għall-implimentazzjoni ta' din il-konvenzjoni bla ebda dubju hija mekkaniżmu ieħor kif nassiguraw anke l-implimentazzjoni ta' dawn il- prinċipji li naqblu dwarhom.", "Issemma wkoll li d-diversita' kulturali tirrikjedi r-rispett għad- drittijiet fundamentali tal-poplu.", "Naħseb li huwa pjaċir tiegħi li nisma' diskors f'dan is-sens għaliex anke dan huwa prinċipju mnaqqax bl-aktar mod ċar anke f'din il-konvenzjoni.", "Naturalment meta nitkellmu dwar il-qasam reliġjuż nafu li l-Kostituzzjoni tagħna tipprovdi bl-iktar mod ċar u bl- iktar mod kategoriku x'inhi r-reliġjon tagħna bħala poplu. lr-reliġjon tagħna hi dik Kattolika u dan ukoll huwa parti mill-identita' kulturali tagħna.", "Dan apparti l-element reliġjuż profond fih innifsu.", "Ta' dan għandna nkunu kburin.", "Naturalment dan ma jfissirx li ma tirrispettax u ma tittollerax espressjonijiet oħra, pero' jfisser li m'għandna qatt f'pajjiżna naqgħu fl-assudita', kif sfortunatament hemm xi pajjiżi li qed jaqgħu fiha, li, per eżempju, fi żmien il-Milied jagħtu l-awguri lil xulxin billi jgħidu happy holidays għaliex qisek qed toffendi lil xi ħadd li tfakkar il-Milied x'ifisser.", "Naħseb li hawn ukoll nistgħu nkunu ta' eżempju f'dan ir-rigward, anke għaliex nemmen li Malta storikament u anke fl-esperjenza kontemporanja tagħna konna dejjem pilastru ta' konvivenza pożittiva.", "M'huwiex l-każ li ngħidu kien hawn min kellu espressjonijiet kulturali u reliġjonijiet oħra u li ma għex mal-poplu Malti.", "Ma nistgħux ngħidu lanqas li kien ikun hemm xi diffikultajiet ta' tolleranza.", "Din għexniha u mhux biss għexna t-tolleranza, imma għexna r-rispett reċiproku.", "Pero' huwa kruċjali li biex tgħix ir-rispett reċiproku jkun hemm l- espressjoni, iva, ta' dak li jiddistingwi diversi komunitajiet minn oħrajn.", "Din tfakkarni f'kuntest politiku daqsxejn differenti.", "Meta inti titkellem dwar id-drittijiet fundamentali tal-bniedem u b'mod partikolari d-dritt fundamentali ta' l-espressjoni, inti qed titkellem fuq id-dritt ta' nies li għandhom fehmiet u opinjonijiet differenti u li jesprimuhom.", "Mhux li joqogħdu jżommuhom ġo qalbhom u ma jgħiduhom ma' ħadd, għax din mhux il- paċi vera tkun, imma l-paċi taċ-ċimiterji.", "Il-vera paċi hi għaliex hemm ir- rispett reċiproku, kulħadd għandu dritt li jesprimi d-drawwiet tiegħu, l- użanzi tiegħu, dak li hu jemmen fih, dak li jħoss f'livell politiku, f'livell reliġjuż, f'livell kulturali u f'livell artistiku.", "U jiena naħseb li anke f'dan ir-rigward wieħed ma jistax ma jarax il-valur ta' pajjiżna bħala pajjiż fiċ-ċentru tal-Mediterran li joffri esperjenzi konkreti ta' diversita' kulturali u allura anke ta' djalogu inter-kulturali.", "Bħall-Onor.", "Abela nixtieq nikkwota parti partikolari mill-konvenzjoni fejn fil-bidu tagħha għandek il-prinċipju li rridu nfakkru li d-diversita' kulturali tiffjorixxi meta għandek struttura ta' demokrazija, ta' tolleranza, ta' ġustizzja soċjali, u ta' rispett reċiproku bejn kulturi.", "Dawn kollha huma indispensabbli għall-paċi u għas-sigurezza fil-livelli lokali, nazzjonali u internazzjonali.", "Naħseb li dan il-paragrafu żgur jagħti l-ikbar ġustifikazzjoni preċiżament għal dak li korretement tkellem dwaru l-Onor.", "Abela.", "Lejn tmiem l-intervent tiegħu l-Onor Abela staqsa dwar l-użu tal-ftehim bilaterali.", "Iva, aħna nagħmlu ħafna użu mill-ftehim bilaterali.", "Xi kultant ikollok ftehim bilaterali li ma jkunx attivat dejjem u l-ħin kollu.", "Naħseb li dawn joffrulna network mhux biss fil-qasam Ewropew.", "Jien meta kont sifirt iċ-Ċina ffirmajt ftehim bilaterali ta' koperazzjoni kulturali maċ- Ċina.", "Meta konna qed nagħmlu d-diskussjonijiet għedna li wieħed mill-metodi biex nattivaw dak il-ftehim għandu jkun li nies b'espressjoni artistika f'Malta jistgħu jmorru ċ-Ċina jesprimu t-talent tagħhom u viċiversa.", "Dan ukoll jiffaċċilita dak li hemm fil-konvenzjoni u hekk ġara permezz ta' persuna tal-kalibru ta' Renzo Spiteri.", "Min-naħa l-oħra aħna niddentifikaw proġetti li jirriflettu l-identita' ta' l-istorja Ċiniża u dawn jiġu Malta u aħna kburin li niffaċċilitaw dik l-esprezzjoni hawnhekk.", "Fil-fatt jien kont l-ewwel wieħed li meta kont hemmhekk, meta rajt il-famużi terracotta warriors ta' Xian esprimejt il-fehma li jixraq li f'Malta naraw almenu kampjuni tagħhom.", "Dawn il-gweriera famużi huma parti mill-istorja taċ-Ċina.", "U fil-fatt hekk se jiġri fil-bidu tas-sena d-dieħla.", "Mr Speaker, dan m'għamilnihx biss maċ-Ċina.", "Għandna wkoll ftehim bilaterali bħal dawn ma' diversi pajjiżi Għarab u naturalment għandna wkoll mal- pajjiżi Ewropej.", "Naħseb li anke hawn għandna network li b'mod modest nista' ngħid li permezz tiegħu Malta tista' tagħti wkoll eżempji konkreti dwar kif tgħix ir-realta' u l-valuri li llum huma miġbura f'din il- konvenzjoni.", "Nixtieq issa nsemmi żewġ ħsebijiet oħra fil-qosor.", "Naħseb li tajjeb li nħarsu lejn il-kultura bħala strument ta' żvilupp.", "Dan ukoll huwa konċett imsemmi f'din il-konvenzjoni.", "Il-kultura tgħin biex pajjiż jarrikkixxi ruħu anke mil-lat ekonomiku.", "Għalkemm l-esprezzjoni kulturali m'għandha qatt tkun limtata jekk għandhiex valur kummerċjali jew le, pero' l-kultura sservi għalhekk ukoll.", "Dak li hu rikonoxxut fil-konvenzjoni qed ngħixuh f'Malta, għaliex kif nafu meta nagħmlu attivitajiet artistiċi u kulturali dawn qed nagħmluhom fuq skala ikbar milli qatt kien isir qabel.", "Per eżempju, saret għall-ewwel darba n-Notte Bianca u għamilna f'livell ogħla l-festival ta' l-arti, u dan se nerġgħu nkabbruh għal sena oħra.", "Irridu nerġgħu ndaħħlu t-tradizzjoni tat-Tre Re u nivvalorizzaw ukoll espressjonijiet tradizzjonali kulturali fil-pajjiż u nagħtuhom ħajja ġdida.", "Dan ukoll huwa mod kif fil-fatt il-pajjiż jiżviluppa 'l quddiem anke mil- lat ekonomiku.", "Irrid infakkar ukoll li l-2008 hija magħżula mill-Unjoni Ewropa bħala s- sena tad-djalogu inter-kulturali u permezz tal-ministeru għat-turiżmu u kultura qed naħdmu biex Malta jkollha l-akbar sehem proattiv anke f'dan il- proċess.", "Jien sa dalgħodu stess kont f'diskussjonijiet interni dwar il- possibilita' li anke fl-2007 jkollna manifestazzjonijiet ta' kalibru kulturali u artistiku kbir li jkunu attivitajiet li mill-istil u min-natura ta' kif ikunu organizzati jippromwovu preċiżament it-tema tad-djalogu inter- kulturali.", "B'hekk Malta, fl-isfond ta' l-istorja tagħna, fl-isfond ta' l- esperjenza kontemporanja tagħna nuru kif aħna mhux biss firmatarji tal- valuri kollha li nsibu f'din il-konvenzjoni dwar id-diversita' kulturali imma nwettquhom ukoll.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-mistoqsija hi l-mozzjoni kif imressqa u moqrija mill- Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IS-SIGURTA' SOĊJALI (EMENDA NRU 2)", "SOCIAL SECURITY (AMENDMENT) (N0 2) BILL", "MR SPEAKER: Peress li aktar kmieni fis-seduta ntalbet votazzjoni fuq it- Tielet Qari ta' dan l-Abbozz ta' Liġi, se nerġa' nagħmel il-mistoqsija.", "Il- mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att li jkompli jemenda l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali (Emenda Nru 2), ikun moqri t-Tielet Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MR SPEAKER: Din id-division tittieħed minn hawn u 20 minuta oħra.", "Billi ntalbet votazzjoni, fid-9.00 p.m. il-Kamra ġiet sospiża u rriżumiet 20 minuta wara.", "MR SPEAKER: Se nerġa' npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att li jkompli jemenda l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali (Emenda Nru 2), ikun moqri t-Tielet Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MR SPEAKER: Insejjaħ lill-Onor.", "Mario Galea u lill-Onor.", "Joe Mizzi biex jinformaw lill-Kamra dwar l-arranġament tal-pairing.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Mr Speaker, għan-naħa tal-gvern se jiġu paired l-Onor.", "Francis Agius, l-Onor.", "Micahel Asciak, l-Onor.", "Tonio Borg, l-Onor.", "Mario de Marco, l-Onor.", "Censu Galea u l-Onor.", "Clyde Puli.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR JOE MIZZI: Għan-naħa ta' l-oppożizzjoni se jiġu paired l-Onor.", "Evarist Bartolo, l-Onor.", "Leo Brincat, l-Onor.", "Justyne Caruana, l-Onor.", "Michael Farrugia, l-Onor.", "Alfred Sant u l-Onor.", "George Vella.", "VOTAZZJONI NRU.", "179", "FAVUR : 28", "L-Onor.", "|Abela Anthony |Galea Franco | |Agius David |Galea Louis | |Arrigo Robert |Galea Mario | |Azzopardi |Gatt Austin | |Frederick | | |Azzopardi |Gonzi Lawrence | |Jason | | |Cassar Joseph |Gonzi Michael | |Cristina |Mifsud Bonnici | |Dolores |Antoine | |D'Amato Helen |Mifsud Bonnici | | |Carmelo | |Dalli John |Mugliett Jesmond| |Debono |Pullicino George| |Giovanna | | |Deguara Louis |Pullicino | | |Orlando Jeffrey | |Falzon Joseph |Vassallo Edwin | |Fenech Antonio|Zammit Ninu | |Frendo Michael|Zammit Dimech | | |Francis |", "KONTRA : 20", "L-Onor.", "|Abela Carmelo |Dalli Helena | |Abela Joseph |Farrugia Angelo | |Agius Chris |Farrugia Noel | |Brincat Joseph|Galdes Roderick | |Buhagiar |Gulia Gavin | |Charles | | |Buontempo |Mangion Charles | |Stefan | | |Cardona Chris |Mizzi Joe | |Chircop Karl |Refalo Anton | |Coleiro Marie |Sammut Joseph | |Louise | | |Cuschieri |Vassallo Adrian | |Joseph | |", "Il-mozzjoni għaddiet u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tielet Darba u għadda.", "MR SPEAKER: Il-Ministru Louis Galea, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, nipproponi l-aġġornament tal-Kamra għal nhar l-Erbgħa, 6 ta' Diċembru 2006 fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Mozzjonijiet", "Estimi ta' Dħul u Nfiq ta' l-Awtorita' ta' Malta dwar l-Ambjent u l- Ippjanar għas-sena 2006-2007.", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att tal-Bank Ċentrali ta' Malta - Tieni Qari (Kont);", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Organizzazzjonijiet Volontarji - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Ġustizzja Amministrattiva - Tieni Qari (Kont);", "Abbozz ta' Liġi li Jimplimenta Miżuri ta' l-Estimi - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta (Emenda Nru 2) - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili (Emenda Nru 2) - Tieni Qari; u", "Diskussjoni miftuħa dwar rapport maħruġ mis-Segretarjat għan-Negożji Żgħar u s-Self Employed - Kontinwazzjoni.", "---------------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili (Emenda Nru 2) - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Reġistru Ċentrali - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi tal-Liġijiet tal-Pulizija - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Frederick Azzopardi.", "ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI: Mr Speaker, eżattament it-3 ta' Diċembru ta' kull sena jkun l-jum internazzjonali ddedikat lill-persuni b'diżabilita'.", "Din il-ġurnata importanti fil-kalendarju tal-persuni b'diżabilita' tiġi ċċelebrata b'mod dinjituż madwar id-dinja kollha, u naħseb li bix-xieraq li anke aħna l-parlamentari nfakkru dan il-jum fl-ogħla livell tat-tmexxija tal-pajjiż.", "Dment li bħala membri adulti tas-soċjeta' nibqgħu ngħixu ħajja mgħaġġla u ngħaddsu rasna fil-ħajja u impenji personali tagħna mingħajr ma xi kultant niftakru f'min m'għandux vuċi qawwija, allura għall-ġejjieni se jibqa' jkun hemm il-bżonn li minn żmien għal żmien nieqfu biex niffokaw fuq kif nistgħu ntejbu l-kwalita' tal-ħajja ta' minoranzi differenti li jgħixu fostna.", "Mr Speaker, huwa importanti li bħala bnedmin nagħtu lok għall-emozzjonijiet tagħna mhux biss fuq livell individwali imma wkoll fuq livell pubbliku.", "Mod kif dan nagħmluh hu billi noħolqu attivitajiet u ċerimonji simboliċi.", "Kulħadd jieħu pjaċir b'wirja ta' solidarjeta' u huwa għalhekk li f'okkażjonijiet importanti f'ħajjitna bħal twelid, għeluq żmienna, żwieġ u mwiet infittxu s-sapport ta' bnedmin oħra.", "L-istess nagħmlu bħala soċjeta' in ġenerali.", "Dan nagħmluh billi noħolqu kalendarju ta' attivitajiet nazzjonali li flimkien ikebbsu fina sens ta' identita' u solidarjeta'.", "Il- jum internazzjonali tal-persuni b'diżabilita' huwa eżempju ħaj ta' dan.", "Mr Speaker, f'dawn l-aħħar 18-il sena l-kummissjoni nazzjonali persuni b'diżabilita', flimkien ma' entijiet governattivi u mhux governattivi li jaħdmu f'dan il-qasam għażlu l-ewwel ġimgħa ta' Diċembru biex flimkien u fuq livell nazzjonali jiċċelebraw sehem il-persuna b'diżabilita' bħala ċittadin sħiħ fis-soċjeta' Maltija.", "Sfortunatament għad hawn nies madwarna li jħarsu lejn il-persuni b'diżabilita' minn lenti medika.", "Dawn jaraw biss ġisem jew moħħ mhux normali u nies ta' min titħassarhom u tinsihom.", "Dawn jarawhom bħala nies li wieħed jibża' minnhom u jwarrabhom 'il bogħod mill- għajn u naturalment 'il bogħod mill-qalb.", "Ftit nies inisslu dawn il- ħsebijiet fil-pubbliku, imma ħafna iktar milli naħsbu jemmnu fihom bis- sħiħ.", "Apparti dan kollu, minkejja l-forzi negattivi li għadhom magħna, f'dawn l- aħħar snin għamilna ħafna progress f'pajjiżna.", "Illum hemm rikonoxximent tal- kwalitajiet pożittivi u l-abbiltajiet tal-persuni b'diżabilita' u hemm anke inkoraġġiment li lil dawn in-nies iġiegħelhom jissieltu ma' sitwazzjonijiet diffiċli u joħorġu rebbieħa.", "Hawn l-istess rikonoxximent għall-qlubija ta' ġenituri ta' persuni b'diżabilita' li jiffaċċjaw ħafna negattivita' u tfixkil, imma minkejja kollox ikomplu jaħdmu bla heda biex joħolqu kwalita' ta' ħajja tajba għal uliedhom.", "Grazzi għal din l-attitudni pożittiva rajna titjib fis-settur tad-diżabilita' u dan fuq kull livell tas-soċjeta' tagħna.", "Mr Speaker, fost oħrajn sar progress fil-qasam leġislattiv, edukattiv, fil- qasam ta' l-aċċess fiżiku, fil-qasam ta' l-informatika u l-bqija.", "Dan ma jfissirx li kollox huwa ward u żahar, u nafu li għad baqa' xi jsir biex il- persuni b'diżabilita' u l-familji tagħhom jibdew igawdu livell ta' ħajja li persuni bla diżabilita' jqisuh bħala normali u aktar minn hekk bħala dritt fundamentali.", "Aktar qabel semmejt li sar progress anke fil-qasam leġislattiv.", "L-ikbar progress li sar f'dan il-qasam kienet il-liġi dwar opportunitajiet indaqs għal persuni b'diżabilita'.", "Din għaddiet b'mod unanimu mill-parlament Malti fl-2000 bħala l-ewwel liġi ta' dan il- millenju.", "Grazzi għal din il-liġi mbagħad kellna tliet dati importanti marbuta mas-sena 2000.", "Fis-17 ta' Jannar, 2000 il-parlament approva unanimament din il-liġi u fl-10 ta' Frar ta' l-istess sena daħlet fis-seħħ il-parti ta' din il-liġi li waqqfet uffiċjalment il-kummissjoni nazzjonali persuni b'diżabilita'.", "Imbagħad fl-1 ta' Ottubru, 2000 il-liġi kollha daħlet fis-seħħ.", "Il-liġi setgħet tidħol kollha fis-seħħ minħabba li l- kummissjoni għamlet stħarriġ ma' 75 organizzazzjoni nazzjonali, kemm governattivi kif ukoll mhux governattivi.", "F'dan l-istħarriġ ftit organizzazzjonijiet urew xi forma ta' riserva li din il-liġi m'għandhiex tidħol fis-seħħ kollha kemm hi f'din id-data.", "Dawn ir-riservi ma kenux kbar ħafna u għalhekk il-gvern aċċetta r-rakkmandazzjonijiet tal-kummissjoni li din il-liġi tidħol fis-seħħ kollha kemm hi fl-1 ta' Ottubru, 2000.", "Il-kummissjoni nazzjonali għal persuni b'diżabilita', kif jixhed isimha, hija waħda nazzjonali, kummissjoni tal-persuni kollha b'diżabilita' u l- familjari tagħhom.", "Waħda mill-preokkupazzjonijiet ta' dawk li jmexxu u jaħdmu fil-kummissjoni hija eżattament kif jistgħu jassiguraw li l- kummissjoni tirrifletti x-xewqat u l-bżonnijiet tal-persuni kollha b'diżabilita' bla ma tħalli barra lil ħadd.", "Jekk il-kummissjoni trid tirrifletti lill-persuni kollha b'diżabilita' trid tara li l-ħidma tagħha tkun indirizzata b'mod bilanċjat bejn il-kategoriji maġġuri tan-nuqqasijiet li dawn il-persuni b'xi mod jew ieħor għandhom.", "Hawn qed nirreferi għal diżabilitajiet bħalma huma nuqqas intellettwali, nuqqas ta' dawl, nuqqas ta' smiegħ, nuqqas ta' mobilita' u problemi ta' saħħa mentali.", "Hawn irrid ngħid li mhux dejjem ikun faċli biex wieħed iżomm il-bilanċ, pero' l-kummissjoni dejjem tagħmel l-almu tagħha biex tqassam ħidmietha bl- aktar mod ġust.", "Fil-jum internazzjonali tal-persuni b'diżabilita', il- kummissjoni tippreżenta r-rapport tal-ħidma tal-kummissjoni.", "Dan hu rapport li jitwettaq biex tara li din il-liġi dwar opportunitajiet indaqs tiġi osservata.", "Dan hu punt pożittiv għaliex barra li l-kummissjoni tkun qed tagħti rendikont ta' ħidmietha f'dan is-settur, tkun ukoll qed tinforma lis-soċjeta', b'mod speċjali lill-persuni b'diżabilita' nfushom, kif din il- liġi qed taħdem u bħala konsegwenza wkoll kif din il-liġi qed tgħin biex huma jkollhom kwalita' ta' ħajja aħjar.", "Minn dan ir-rapport joħorġu x- xejriet dwar kif il-persuni b'diżabilita' u l-familjari tagħhom qed jużaw din l-għodda importanti.", "Kif juri fid-dettall ir-rapport innifsu, in-numru ta' ilmenti ġodda jidher li żamm l-istess pass tas-snin ta' qabel, jiġifieri madwar 90 ilment kull sena.", "Fil-fatt il-kummissjoni f'dawn is- sitt snin irċieviet total ta' 500 ilment b'kollox, figura li wieħed jista' jiddeskriviha bħala waħda għolja, l-aktar meta ħafna ġenwinament jistaqsu jekk teżistix diskriminazzjoni kontra persuni b'diżabilita'.", "Fortunatament ħafna drabi d-diskriminazzjoni ssir fuq il-livell istituzzjonali u r-riżultat ta' nuqqas ta' għarfien tal-bżonnijiet veri tal- persuni b'diżabailita'.", "Bħala regola aħna mdorrijin inħarsu lejn din l- issue bħala problema ta' l-individwu minħabba li għandu jew għandha nuqqas fiżiku jew mentali u ninsew li ħafna drabi l-problema qiegħda fis- soċjeta'.", "Dan għaliex l-istess soċjeta' ma taħsibx bis-serjeta' u timpenja ruħha biex tara li dawn l-ostakli li toħloq hi stess jitneħħew.", "Dawn ikunu ostakli li ħafna drabi joħolqu nuqqas ta' aċċess fl-ambjent fiżiku għall- informazzjoni u għall-mezzi ta' komunikazzjoni.", "Il-liġi tiffoka fuq xi ftit oqsma li huma l-aċċessibilita', l-edukazzjoni, l-għoti ta' servizzi, ix-xogħol, id-djar u l-insurance, pero' jidher ċar li l-maġġor parti ta' l- ilmenti, kważi nofshom, huma relatati ma' l- aċċessibilita' fiżika.", "In-nofs l-ieħor kważi maqsum indaqs fis-settur ta' l- edukazzjoni u l-għoti tas-servizzi.", "Ilmenti li jirrigwardjaw id-dinja tax- xogħol kienu ftit, u fiż-żewġ oqsma l-oħra, jiġifieri l-housing u l- insurance terġa' kienu inqas.", "Aħna rridu noqogħdu attenti għal fejn l- aktar qegħdin l-ilmenti u ma rridux inserrħu moħħna li l-persuni b'diżabilita' m'humiex jiffaċċjaw problemi fid-dinja tax-xogħol.", "Mr Speaker, fl-opinjoni tiegħi l-persuni b'diżabilita' għandhom diffikultajiet kbar biex jużaw il-liġi biex iġibu provi meħtieġa li hemm diskriminazzjoni f'dan is-settur.", "Tajjeb li nistudjaw u naraw aktar x'qed jagħmlu pajjiżi oħra biex jgħelbu din il-problema, u fejn huwa applikabbli anke nadottaw sistemi li jrendu u li jkollhom riżultati pożittivi.", "Filwaqt li bħal kull liġi oħra l-liġi dwar opportunitajiet indaqs għandha l-għan aħħari li tiġi obduta anke jekk hemm bżonn permezz tal-qorti, jien naqbel mal-pożizzjoni tal-kummissjoni li tħares lejn l-implikazzjonijiet ta' din il-liġi l-aktar mill-aspett edukattiv.", "U dan kemm fuq livell individwali kif ukoll fuq livell kollettiv u soċjali.", "Huwa importanti li nużaw din il- liġi biex il-bidliet li hemm bżonn isiru, isiru bil-persważjoni u l- konvinzjoni aktar milli bl-impożizżjoni tal-qrati.", "Hekk dawn il-bidliet ikollhom effetti fit-tul u ma jkunux bidliet artifiċjali li wara ftit jisfumaw fix-xejn.", "Għalhekk naqbel mal-pożizzjoni tal-kummissjoni li tiffoka ħafna mill-enerġija limitata tagħha biex toffri pariri u informazzjoni dwar din il-liġi, l-aktar lil persuni b'diżabilita', il- familji u l-għaqdiet tagħhom flimkien mal-professjonisti li jaħdmu f'dan is- settur.", "Minkejja dan li qed ngħid, huwa essenzjali wkoll li l-kummissjoni tkompli bil-kuntatti li diġa' għandha ma' kulmin b'xi mod għandu l-obbligu li jkun konformi mal-provvedimenti ta' din il-liġi.", "Mr Speaker, huwa ta' sodisfazzjon li ninnota wkoll li permezz ta' għajnuna finanzjarja mill-Unjoni Ewropea l-kummissjoni organizzat kampanja ta' għarfien dwar din il-liġi.", "F'din il-kampanja kien ippubblikat ktejjeb li barra milli jispjega bl-aħjar mod kif persuna b'diżabilita' tista' tħaddem il-liġi, fih ukoll mudelli ċari ta' kif wieħed jista' jagħmel l-ilmenti kontra d-diskriminazzjoni.", "Dan il-ktejjeb intlaqa' tajjeb ferm kemm mill- għaqdiet kif ukoll mill-individwi.", "L-islogan li ġie magħżul din is-sena għal ġimgħa tal-persuni b'diżabilita' nħoss li fih ħafna x'tirrifletti fuqu.", "Dan l-islogan jgħid \"Indaqs, tajjeb għalija, tajjeb għalik\".", "Kif qal tajjeb iċ-chairman tal-kummissjoni fil- messaġġ li ħareġ għal dan il-jum internazzjonali, l-ambjent mibni, l-għoti tas-servizzi u oġġetti, l-edukazzjoni, is-suq ta' l-impjiegi u kull aspett ieħor tas-soċjeta' tagħna għandhom ikunu miftuħa verament għal kulħadd u allura adattati skond il-bżonnijiet tal-persuni b'diżabilita'.", "Dan itejjeb il-kwalita' tal-ħajja mhux biss lill-persuni b'diżabilita' imma anke lill- persuni li sal-lum m'għandhomx diżabilita'.", "Bini li għandu mezzi alternattivi ta' aċċess, bħalma ngħidu aħna rampi u lifts tajbin, barra li jgħinu lil min għandu nuqqas ta' mobilita' jżid il-kwalita' tal-ħajja ta' min m'għandux dan in-nuqqas.", "Dan jistgħu jixħduh il-membri ta' dan il- parlament kollu.", "Il-lift f'dan il-palazz sar b'insistenza tal-kummissjoni, pero' llum ma jgawduhx biss il-persuni b'diżabilita' imma jgawduh ukoll il- membri kollha ta' din il-Kamra u l-ħafna viżitaturi nkluż turisti li jiġu jgawdu t-teżori kbar li għandna f'dan il-palazz.", "Mezzi alternattivi ta' komunikazzjoni bħal subtitles fuq it-television b'tipa kbira u informazzjoni fuq audio jgħinu lil min ma jismax jew min ma jarax, imma huma ta' għajnuna wkoll għal min m'għandux din il-kondizzjoni jew forsi fortunatament ma kellux l-opportunita' li jitgħallem jaqra.", "Informazzjoni mogħtija f'forma faċli biex tifhimha barra milli taqdi lil min għandu nuqqas intellettwali hija forma popolari ħafna u mfittxija minn ħafna nies oħra li m'għandhomx dan in-nuqqas.", "Mr Speaker, meta s-soċjeta' jirnexxielha tneħħi l-preġudizzji billi jingħataw l-opportunitajiet u s-sapport meħtieġ, biex huma jilħqu l- potenzjal tagħhom fl-edukazzjoni, fix-xogħol, fid-divertiment u f'oqsma oħra tal-ħajja, il-persuni b'diżabilita' jsiru aktar indipendenti anke finanzjarjament.", "Hekk inkunu qed ngħinu mhux biss lill-persuna b'diżabilita' u lill-familji tagħhom, imma nkunu qegħdin ngħinu lilna wkoll bħala membri ta' soċjeta' waħda.", "Wara kollox jagħmel sens ekonomiku kbir li jkollna anqas persuni li jiddependu fuq il-benefiċċji soċjali u aktar nies li jkunu produttivi.", "Għalhekk nerġa' nuri l-qbil ma' dak li qal iċ-chairman tal-kummissjoni li l-konformita' mal-liġi, opportunitajiet indaqs m'għandhiex titqies bħala sempliċi obbligu legali imma għandha tingħaraf bħala sfida soċjali biex flimkien intejbu l-prodott nazzjonali tagħna f'kull livell, minn skejjel għal postijiet tax-xogħol, postijiet ta' divertiment u wkoll postijiet turistiċi.", "Mr Speaker, m'għandix dubju li l-liġi dwar opportunijiet indaqs hija waħda mill-liġijiet ewlenin li bil-mod il-mod u konsistentement iġġib bidla pożittiva u fil-fond fis-soċjeta' Maltija u Għawdxija billi l-persuni b'diżabilita' u l-familji tagħhom ikollhom l-ogħla kwalita' ta' ħajja possibbli.", "Li tgħix b'diżabilita', li trabbi t-tfal jew tieħu ħsieb adulti b'diżabilita' m'hijiex sitwazzjoni faċli, anzi sikwit ikun hemm lok għal qtigħ il-qalb.", "Jekk niftakru f'xulxin, jekk insibu ħin biex niġġieldu mhux biss il-ġlieda tal-persuna b'diżabilita' imma l-ġlieda iktar wiesgħa, il- ġlieda għall-komunita' aħjar, għal soċjeta' inklussiva, allura d-differenzi kollha ta' bejnietna jixxejnu u jitbiddlu f'xejra pożittiva fejn joħroġ iktar ċar li dak li hu tajjeb għalik bħala persuna b'diżabilita' hu tajjeb għalik li m'għandekx id-diżabilita'.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Mario Galea.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Mr Speaker, eżatt bħal-lum u bħalissa 20 sena ilu Raymond Caruana kien fadallu biss siegħa oħra ħaj.", "Kien inqatel meta kien fil-każin kazzjonalista tal-Gudja waqt li kienu qegħdin jippreparaw għall- ftuħ uffiċjali tal-każin li kellu jsir jumejn wara.", "Xi ħadd minn barra kien spara madwar 15-il tir minn submachine gun lejn il-faċċata tal-każin, waħda minn dawn il-balal daħlet mill-antiporta laqtet lill-Raymond Caruana f'geddumu u dan miet fuq il-post f'għadira demm.", "Dakinhar fil-każin kien hemm madwar ħamsa min-nies qed jitkellmu fosthom Raymond Caruana.", "Dakinhar ukoll jiena kont ta' bil-lejl u kont il-persuna li b'kumbinazzjoni ħriġt bl- ambulanza għal Raymond Caruana li sibt mejjet f'għadira demm fil-kamra ta' barra tal-każin nazzjonalista tal-Gudja", "Mr Speaker, dan ma kienx inċident vjolenti iżolat imma kien parti minn kampanja sistematika ta' vjolenza li r-regimē soċjalista ta' dak iż-żmien kien qed juża kontra l-partit Nazzjonalista u kontra partitarji Nazzjonalisti.", "Ftit jiem qabel, fil-30 ta' Novembru kellna l-inċidenti serji ħafna f'tal-Barrani fejn pulizija tal-SMU ngħaqdu ma' kriminali terroristi politiċi biex xerrdu demm il-Maltin minkejja li l-qorti għal darba, tnejn kienet qalet ċar u tond li l-partit Nazzjonalista kellu kull dritt li jmur jagħmel mass meeting iż-Żejtun u li l-gvern kellu dmir u d- dover li jissalvagwardja dan id-dritt.", "Kif nafu ġara l-kontra, il-pulizija sparaw gass tad-dmugħ u ngħaqdu mal-kriminali biex attakkaw il-folla Nazzjonalista li kellha kull dritt tmur tagħmel mass meeting iż-Żejtun.", "Kien hemm diversi inċidenti vjolenti oħra minn kriminali soċjalisti magħrufa li kienu jkunu ma' ministri soċjalisti fosthom ma' l-ex ministru Wistin Abela.", "Uħud minn dawn l-ex ministri soċjalisti li kienu akkompanjati mill-kriminali terroristi politiċi llum għadhom hawn bħala membri parlamentari fuq il-bankijiet ta' l-oppożizzjoni.", "Fost dawn id-diversi inċidenti, li mhux l-iskop tiegħi li noqgħod insemmihom wieħed wieħed illejla, kien hemm wieħed li kellu rabta diretta mal-qtil ta' Raymond Caruana u li ġara ftit ġranet qabel.", "Kieku l-pulizja aġixxiet dak iż-żmien fuq dan l-inċident, forsi Raymond Caruana ma kienx jinqatel.", "Hawnhekk qed nirreferi għall-isparatura fuq il-każin Nazzjonalista ta' Ħal Tarxien fl-1 ta' Diċembru ta' l-1986, propju erbat ijiem qabel ma nqatel Raymond Caruana.", "Erbat ijiem biss qabel il-qtil politiku ta' Raymond Caruana carcade soċjalista b'karozzi ta' partitarji soċjalisti Żwieten fosthom jeep ta' Anthony Carabott imlaqqam it-Toto', telqet mill-Parlament biex takkompanja lill-ex ministru soċjalista Wistin Abela lejn iż-Żejtun.", "Din il- carcade soċjalista waqfet quddiem il-każin Nazzjonalista ta' Ħal Tarxien u ġew sparati tiri ta' submachine gun lejn il-faċċata ta' l-istess każin.", "Skond ix-xhieda li kien ta fil-kumpilazzjoni Anthony Carabott imlaqqam it- Toto', jirriżulta li l-carcade soċjalista baqgħet sejra ż-Żejtun twassal lill-ex ministru soċjalista d-dar u wara baqgħu sejrin is-CID fil-bitħa tad- depot.", "Ara fiex konna f'dan il-pajjiż!", "Carcade tispara submachine gun fuq każin f'ambjent li kien residenzjali, għax dak iż-żmien diġa' kien hemm diversi djar mibnijin madwar il-każin Nazzjonalista ta' Ħal Tarxien, imbagħad twassal lill-ex ministru soċjalista u tibqa' sejra s-CID tiċċelebra għax dak iż-żmien qal li kellhom diversi ħbieb fost l-uffiċjali tal-pulizija.", "Mr Speaker, mela hawnhekk għandna ex partitarju Laburista li kien ikun involut f'dawn l-affarijiet jiftaħar jew jgħid jew jammetti li kienu ħbieb u baqgħu sejrin bil-carcade fil-bitħa tas-CID.", "Hawnhekk, mingħajr ma nuża l- ebda privileġġ parlamentari, qed insemmi informazzjoni li toħroġ mill-ktieb tal-ġurnalist Dione Borg \"Liberta' Mhedda\".", "Jiena m'għandi l-ebda problema li dan nirrepetih għada filgħodu barra minn dan il-parlament, għax diġa' joħroġ mil-ktieb ta' Dione Borg.", "Dak iż-żmien dawn il-kriminali soċjalisti kienu jagħmlu li jridu għax kellhom l-immunita' tal-gvern u tal-pulizija.", "Anzi l-pulizija, minflok tarka taċ-ċittadin onest kienet tarka tal- kriminali.", "Eżempju ta' dan huwa l-fatt li kien biss l-għada filgħodu li l- pulizija marru biex taparsi jinvestigaw din l-isparatura ta' submachine gun fuq il-każin Nazzjonalista ta' Ħal Tarxien.", "Dan juri kemm ma kellhom l-ebda interess jaqbdu l-kriminali.", "L-interess tal-pulizija ta' dak iż-żmien kien li tagħti protezzjoni lill-kriminali soċjalisti.", "Illum huwa fatt magħruf li dik l-arma li ntużat fuq il-każin Nazzjonalista ta' Ħal Tarxien kienet l- istess arma li ntużat biex qatlet lil Raymond Caruana.", "Nafu wkoll li dan is- submachine gun kien ġie modifikat fit-tarzna ta' Malta li dak iż-żmien kienet il-bejta ta' diversi partitarji Laburisti, uħud minnhom terroristi politiċi.", "Nafu wkoll li din l-arma ġiet sparata wkoll fuq batching plant li hemm fit-Triq tal-Barrani fl-inċidenti tal-30 ta' Novembru ta' l-1986 fil- mass meeting taż-Żejtun.", "Mr Speaker, barra minn dan hemm iktar.", "Illum nafu li l-pulizija għandha informazzjoni li din l-arma, ftit ħin qabel qatlet lil Raymond Caruana, kienet f'idejn partitarju laburista fil-każin Laburista ta' Raħal Ġdid.", "Jissemma ex xufier ta' ministru u jissemmew oħrajn.", "Xhieda fil- kumpilazzjoni tgħid li dak li spara fuq il-każin Nazzjonalsita ta' Ħal Tarxien kien xufier ta' ex ministru Laburista, imbagħad dan ix-xufier xehed li dan mhux veru għax hu kien il-parlament u kellu xhud li kien il- parlament.", "Kien hemm partitarju Laburista ieħor, Ġanni Psaila mlaqqam il- Pupa, llum mejjet, li qal li kien ex xufier ta' ex ministru Laburista li spara fuq il-każin ta' Ħal Tarxien.", "Mr Speaker, l-inċident ta' Ħal Tarxien kien wieħed serju u kieku investigawh kieku kapaċi Raymond Caruana ma kienx jinqatel.", "Pero' ejja ninsew dan l-inċident.", "Li nafu ċert hu li l-pulizija għandha informazzjoni - u din toħroġ ukoll mill-ktieb ta' Dione Borg \"Liberta' Mhedda\" - li dik l- arma ftit ħin qabel ma nqatel Raymond Caruana kienet f'idejn partitarju Laburista fil-każin Laburista ta' Raħal Ġdid.", "Din l-istess arma wara nstabet fir-razzett ta' Pietru Pawl Busuttil fil-frame-up infami li nħadem bizzilla minn kriminali soċjalisti bl-għajnuna tal-pulizija ta' dak iż- żmien.", "Kulħadd jaf li mbagħad ippruvaw iwaħħlu f'Pietru Pawl Busuttil.", "Dawn kienu żmenijiet tal-biża' fejn il-pajjiż, speċjalment iż-Żejtun u l- irħula ta' madwaru, kienu terrorizzati minn klikka ta' terroristi soċjalisti magħrufa.", "Dawn il-kriminali kellhom il-barka li jagħmlu li jridu u għax ma ġewx imrażżna minn min kellu l-poter u r-responsabbilta' li jrażżanhom, inqatel Raymond Caruana u ġie framed Pietru Pawl Busuttil.", "Mr Speaker, f'din il-Kamra għad hawn deputati Laburisti li f'dak iż-żmien tal-biża' kienu uffiċjali għolja tal-partit Laburista jew kienu ministri ta' dak iż-żmien.", "Kulmin dak iż-żmien kien f'pożizzjoni u kellu d-dover li jagħmel xi ħaġa u m'għamel xejn, għadu jġorr responsabbilta' mhux żgħira ta' dak li ġara.", "Dawn l-inċidenti koroh li kissru tant familji, ħallew tant vittmi u ġabu l-pajjiż għarkobbtejh ma ġrawx b'kumbinazzjoni.", "Ġraw għax fil-gvern kellna regime Laburista li ried jibqa' fil-gvern minkejja li kien tilef il-maġġoranza tal-poplu u rrikorra għall-vjolenza bħala arma politika.", "Illum il-pulizija reġgħet kisbet ir-rispett tal-poplu u din il-pulizija għandha d-dmir li tagħmel tajjeb għall-ħneżrijiet li wettaq l-istess korp 20 sena ilu u tkompli tinvestiga bis-serjeta' l-qtil ta' Raymond Caruana.", "L- oppożizzjoni ta' Alfred Sant li dak iż-żmien kien president tal-partit Laburista għandha d-dmir li ta' l-inqas titlob apoloġija lill-poplu Malti għall-ħneżrijiet li twettqu dak iż-żmien.", "Għadna qed nistennew apoloġija minn min dak iż-żmien kellu d-dmir, id-dover u l-pożizzjoni li seta' jagħmel xi ħaġa u minflok ħaseb b'rasu u m'għamel xejn.", "Jien u int, Mr Speaker, ukoll għandna dmir li lil Raymond Caruana ma ninsewhx.", "Jiena biex nagħlaq ngħid kelma waħda.", "L-istorja dejjem tgħallimna li l-vera eroj huma ħafna drabi nies sempliċi li twieldu u għexu bla pretensjonijiet.", "L-eroj huma n-nies li kienu lesti jmutu bil-wieqfa u mhux jgħixu ħajjithom kollha għarkobbtejhom.", "Il-mastrudaxxa żagħżugħ mill- Gudja Raymond Caruana hu wieħed minn dawn l-eroj, Mr Speaker.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada l-Erbgħa, 6 ta' Diċembru 2006, fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-ministru.", "Fid-9.50 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "AMBAXXATURI MALTIN", "22301.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid f'liema pajjiżi Malta għandha ambaxxatur residenti?", "Min huma?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: L-ambaxxaturi residenti barra minn Malta huma kif jidher hawn taħt: |Ateni |Is-Sur Saviour| | |Falzon | |Beijing |Is-Sur Karl | | |Xuereb | |Berlin |Dr Jean Paul | | |Grech | |Kajr |Dr Richard | | |Vella Laurenti| |Kanberra |Is-Sur Francis| |(Kummissarju |Tabone | |Għoli) | | |Copenhagen |Dr Noel | | |Buttigieg | | |Scicluna | |Dublin |Is-Sur Richard| | |Muscat | |Unjoni Ewropea |Is-Sur Richard| |(Rappreżentant |Cachia Caruana| |Permanenti) | | |Belġjum |Is-Sur | | |Tarcisio | | |Zammit | |Geneva |Is-Sur Saviour| |(Rappreżentant |Borg | |Permanenti) | | |The Hague |Dr Ivan Fsadni| |Lisbon |Is-Sur Salv | | |Stellini | |Londra |Dr Michael | |(Kummissarju |Refalo | |Għoli) | | |Madrid |Is-Sur Gaetan | | |Naudi | |Moska |Dr Mario Costa| |New York |Is-Sur Victor | |(Rappreżentant |Camilleri | |Permanenti) | | |Pariġi |Dr Vicky | | |Cremona | |Riyadh |Is-Sur Godwin | | |Montanaro | |Ruma |Is-Sur Walter | | |Balzan | |Strasburgu |Dr Joe Licari | |Tripoli |Dr Joseph | | |Cassar | |Tunes |Dr Tanya Vella| |Washington |Is-Sur John | | |Lowell |", "INĊIDENTI TAT-TRAFFIKU", "22303.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien hemm irġiel u nisa, separatament, involuti f'inċidenti tat-traffiku fis-sena 2006?", "ONOR.", "TONIO BORG: Bejn Jannar u Ottubru 2006 ġew rappurtati lill-pulizija li weġġgħu 1,013 persuna f'inċidenti tat-traffiku, li 617 kienu rġiel filwaqt li 396 kienu nisa.", "Rigward rapporti li saru lill-gwardjani lokali, ninsab informat illi sas-27 ta' Novembru ta' din is-sena kien hemm 4,717-il mara u 15,592-il raġel involuti f'inċidenti tat-traffiku.", "CORRECTIONAL OFFICERS", "22304.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm gwardjani fil-ħabs?", "Jista' jgħid jekk hemmx lok għal vakanzi ġodda, u jekk fl- affermattiv meta?", "ONOR.", "TONIO BORG: Fil-preżent hemm 174 correctional officer u 21 senior correctional officer.", "Informat ukoll li fil-preżent m'hemmx vakanzi li jirrikjedu reklutaġġ immedjat.", "GĦALLIEM TAL-MALTI FL-MCAST", "22374.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru jikkonferma jew jiċħad li fl-MCAST, preċiżament fl-istitut business & commerce, kien hemm studenti li għamlu madwar xahrejn mingħajr għalliem tal-Malti?", "Jekk fl-affermattiv, dan ifisser li se ssir pressjoni fuq l-istudenti biex ilaħħqu l-kors tagħhom fi żmien iqsar minn dak ippjanat?", "Jekk ma jitlaħħaqx il-materjal rikjest, x'se jsir mill-istudenti?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-għalliem tal-Malti rriżenja meta s-sena skolastika kienet diġa' bdiet.", "Immedjatament ħarġet sejħa għal applikazzjonijiet mill- korporazzjoni tax-xogħol u taħriġ u kif inkiseb il-permess saru l- intervisti.", "L-għalliem ġie mpjegat immedjatament wara li saru l- intervisti.", "Il-lezzjonijiet bdew fit-13 ta' Novembru u l-kurrikulu ġie strutturat b'tali mod li s-sillabu jitwettaq kollu u li l-istudenti ma jkollhom l-ebda pressjoni żejda.", "CARE AND REPAIR", "22396.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru tara li persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, tibbenefika mill-inizjattiva care and repair?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Mir-records ta' l-awtorita' tad-djar ma jirriżultax li l-persuna indikata qatt għamlet talba biex tibbenefika mill- inizjattiva tal-care and repair.", "Ninsab informata wkoll li fil-futur qarib l-awtorita' se tispezzjona l-fond indikat biex tivverifika jekk il-persuna tistax tibbenefika minn din l-inizjattiva.", "SPECIAL CLEANERS LTD", "22409.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-ministeru, flimkien mad- dipartimenti, aġenziji, awtoritajiet, kumpanniji u azjendi taħt ir- responsabbilta' tiegħu qattx ingaġġaw is-servizzi ta' special cleaners ltd?", "F'liema każi, meta ġew ingaġġati, kif saret l-għażla tagħhom u kemm tħallsu s'issa?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Kemm ilu li twaqqaf dan il-ministeru, kemm il- ministeru nnifsu kif ukoll id-dipartimenti, aġenziji, awtoritajiet, kumpanniji u ażjendi taħt ir-responsabblita' tiegħu, qatt ma ngaġġaw is- servizzi ta' special cleaners ltd.", "SPECIAL CLEANERS LTD", "22410.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-ministeru, flimkien mad-dipartimenti, aġenziji, awtoritajiet, kumpanniji u azjendi taħt ir-responsabbilta' tiegħu qattx ingaġġaw is-servizzi ta' special cleaners ltd?", "F'liema każi, meta ġew ingaġġati, kif saret l-għażla tagħhom u kemm tħallsu s'issa?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ir-risposta hi fin-negattiv.", "ASFALTAR TA' TOROQ FIS-SWATAR", "22414.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Billi għalkemm fi żmien l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali ta' Marzu ta' din is-sena kont ingħatajt x'nifhem li kien se jsir asfaltar ta' toroq ħdejn u madwar l-appartamenti tal-gvern fis-Swatar, Block A1, Block A2, Block B1 u Block B2 u billi minn dakinhar is-sitwazzjoni baqgħet l- istess, jista' l-Ministru jagħtina indikazzjoni meta se jsir dan l- asfaltar, l-aktar minħabba l-inkonvenjent li dan għadu qed jikkawża lir- residenti, fosthom nies li ilhom joqogħdu f'dawn l-appartamenti madwar tmien snin?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Triq Ġdida fi Triq Guttenberg fis-Swatar, li hija t-triq fejn jinsabu dawn l-appartamenti, hi inkluża fil-lista ta' toroq li nħarġet mill-awtorita' dwar it-trasport.", "Għaldaqstant din it-triq hija ppjanata li ssir sas-sena 2008.", "BUS STOP FIS-SWATAR", "22416.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jara li jsir bus stop qrib l-HSBC call centre għall-benefiċċju tar-residenti tas-Swatar?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Dan il-bus stop se jitwaħħal il-ġimgħa d-dieħla fuq talba ta' l-HSBC stess.", "WHITE LINE FIS-SWATAR", "22418.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Billi skond ir-residenti l-line abjad li għamlet l-ADT qrib St. Martins college fis-Swatar ġie itwal milli suppost dan qed jieħu parking space tar-residenti bla bżonn, jistgħu allura r-residenti jipparkjaw fi ħdan dan il-line abjad, billi safejn naf jien il-parking ma jistax isir biss fejn hemm double yellow line?", "Dan qed jingħad għaliex min għamel hekk ġieli ngħata ċitazzjoni mill-wardens.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jindika f'liema parti ta' Triq is-Swatar qiegħed il-white line.", "SLEEPING POLICEMAN FIS-SWATAR", "22420.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jgħid jekk tistax issir sleeping policeman fin- nofs ta' Triq is-Swatar, fis-Swatar?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Minn riċerka li saret fir-records tat-taqsima għall-immaniġġar tat-traffiku għal dawn l-aħħar tliet snin, irriżulta li ma kien hemm l-ebda talba mill-kunsill lokali ta' l-Imsida għal tali round- topped road hump fi Triq is-Swatar.", "Minn speed survey li sar fuq il-post irriżulta li l-85th percentile dry weather speed huwa ta' 42km/h. Minħabba li tali triq tinsab biswit skola, huwa rrakkmandat li ssir tali road hump sabiex l-85 percentile speed jinżel għal 25km/h.", "L-awtorità dwar it-trasport se tikkuntatja l-kunsill lokali ta' l-Imsida rigward tali rakkmandazzjoni.", "LIFT F'APPARTAMENT TAL-GVERN", "22437.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru tgħid x'qed iżomm lill-awtorita' tad-djar milli tistalla lift fi blokk li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: L-awtorita' tad-djar qed tipprepara s-sejħa għall- offerti għall-istallar tal-lift fil-blokk indikat.", "LIFT F'APPARTAMENT TAL-GVERN", "22438.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru tgħid meta se jibda x-xogħol ta' kostruzzjoni għal-lift fil-fond li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?", "Meta ħareġ it-tender?", "Kemm ġej jiswa?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jirriferi għat- tweġiba li għadni kif tajt ta' mistoqsija parlamentari 22437 f'din l-istess seduta.", "POST TAL-GVERN F'BORMLA", "22439.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru tieħu l-azzjoni meħtieġa b'urġenza dwar inkwilin minn Bormla li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li qed jinnota diversi konsenturi fil-post li jgħix fih li jinsab fil-pjan terran?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Għaddejt id-dettalji tal-każ lid-dipartiment tal- bini u tiswija ta' djar biex jinvestiga u jieħu l-azzjoni meħtieġa.", "POST TAL-GVERN F'BORMLA", "22440.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru tieħu l-azzjoni meħtieġa b'urġenza dwar inkwilin minn Bormla li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li qed jinnota bosta konsenturi fl-art tal-kamra tal-banju li jistgħu jkunu ta' periklu?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Għaddejt id-dettalji tal-każ indikat lid- dipartiment tal-bini u tiswija ta' djar biex jinvestiga u jieħu l-azzjoni meħtieġa.", "SKEMA \"SIR SID DAREK\"", "22459.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru tara fiex wasal każ ta' housing li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Mill-file indikat mill-Onor.", "Interpellant jirriżulta li fit-18 ta' Mejju, 2004 il-persuna konċernata ġiet informata mill-awtorita' tad-djar bid-data li fiha kellu jiġi ffirmat il-konvenju għax-xiri tal-post taħt l-iskema \"sir sid darek\".", "Ninsab informata wkoll li fl-1 ta' Ġunju, 2004 din il-persuna informat lill- awtorita' li ma kenitx aktar interessata li tixtri l-post.", "MALTA SHIPYARDS", "22486.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 22242 u jgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema barranin fit-tarzna ta' Malta fl-2005 u l-2006?", "F'liema snajja' kienu jaħdmu?", "Kemm tħallsu dawn il-ħaddiema?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba għall-ewwel żewġ partijiet tal-mistoqsija.", "Għar-rigward ta' l-aħħar parti tal-mistoqisja, irrid ngħid li l-Malta Shipyards ma tkunx taf kemm attwalment tħallsu l-ħaddiema, peress li dawn jitħallsu direttament mill-aġenzija barranija li tkun qabbdet il-Malta Shipyards.", "TIPJIP F'POSTIJIET PUBBLIĊI", "22496.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm-il persuna nqabdet tpejjep fi stabilimenti ta' divertiment f'Paceville fl-ewwel 11-il xahar ta' din is-sena?", "Peress li wasluli lmenti minn diversi persuni li qed jitħalla jsir tipjip f'diversi postijiet, jista' jara li l-pulizija tagħmel aktar sorveljanza dwar dan?", "ONOR.", "TONIO BORG: Matul din is-sena l-pulizija ħadet passi quddiem il- qorti kontra 500 persuna talli pejpu f'postijiet pubbliċi ġewwa Paceville.", "Kif wieħed jista' jinnota, il-pulizija qed tinforza bis-sħiħ ir-regolamenti ta' kontra tipjip f'dawn il-postijiet.", "GĦAQDIET SPORTIVI", "22497.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il għaqda sportiva talbet għajnuna finanzjarja matul din is-sena?", "Kemm intalab minn kull għaqda?", "Kemm-il talba ġiet aċċettata u kemm ġew rifjutati?", "X'kienet ir-raġuni f'kull każ?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Matul is-sena finanzjarja li għaddiet, il-kunsill Malti għall-isport irċieva talbiet għal għajnuna mingħand 83 enti għal diversi skemi ta' assistenza.", "Kien hemm 27 talba għal skemi differenti li ma ġewx milqugħa minħabba li l-assistenza tkun ingħatat lill-kunsill olimpiku Malti għall-parteċipazzjoni internazzjonali jew minħabba li t-talba ma tkunx skond il-kriterji ta' l-iskema.", "Informazzjoni dwar it-talbiet milqugħa skond l-iskema maħruġa mill-kunsill Malti għall-isport fis-sena 2005 għall-użu fl-2006 ingħatat f'mistoqsija parlamentari 22054.", "TIPJIP F'POSTIJIET PUBBLIĊI", "22498.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm persuni nqabdu jpejpu fil-karozzi tal-linja, fis-cinema u fi swali tat-teatri, fi stabilimenti tad-divertiment, bħal bars, eċċ. u fi sptarijiet matul din is- sena?", "Kontra kemm-il sid ittieħdu passi bil-qorti?", "ONOR.", "TONIO BORG: Matul din is-sena l-pulizija ħadet passi quddiem il- qorti kontra 725 persuna talli pejpu f'postijiet fejn it-tipjip huwa pprojbit.", "Dawn kienu 722 ġewwa bars/restaurants; tnejn fl-isptar u wieħed f'uffiċċju pubbliku.", "Matul l- istess żmien il-pulizija ħadet ukoll passi quddiem il-qorti kontra 50 persuna responsabbli minn stabilimenti talli ppermettew li jsir it-tipjip.", "KUMMENTARJI TA' PARTITI TAL-FOOTBALL", "22499.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Bħala l-Ministru responsabbli mix-xandir pubbliku, jista' jgħid jekk ġiex mitlub jintervjeni dwar in- nuqqas ta' ftehim bejn il-MFA, il-public broadcasting services u stazzjonijiet televiżivi oħra dwar xandir/kummentarji ta' partiti tal- football?", "Ma jħossx li għandha ssir xi ħaġa biex din il-kwestjoni tiġi riżolta u l-pubbliku sportiv ikollu l-programmi li jixraqlu?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ħadd ma talabni nintervjeni fi kwestjoni kummerċjali li għandu ma' l-MFA.", "Jien inqis li din hi kwestjoni purament kummerċjali u bħala tali ma nħossx li l-gvern għandu jidħol fil-materja.", "Naturalment il- public broadcasting services għandu l-istrutturi kollha – inkluż bord editorjali awtonomu – minbarra l-istrutturi kostituzzjonali – l-awtortà tax- xandir – biex f'każ li jkun hemm ksur ta' l-obbligi ta' servizz pubbliku tittieħed l-azzjoni meħtieġa.", "IMWIET KAWŻA TAT-TIPJIP", "22500.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hawn imwiet, direttament jew indirettament, minħabba t-tipjip matul din is-sena?", "Kemm kienu rġiel u kemm kienu nisa?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: In-numru ta' imwiet reġistrati fir-reġistru nazzjonali ta' l-imwiet minn Jannar sa Ottubru ta' din is-sena, meqjusa bħala li kienu kkaġunati minħabba t-tipjip, fiż-żewġ sessi f'Malta u Għawdex hu ta' 282, li minnhom 213 kienu rġiel u 69 kienu nisa.", "HOMESTART", "22501.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru tgħid meta beda s-servizz tal- homestart?", "Kemm familji/individwi qed jibbenefikaw minn dan is-servizz?", "Kemm hemm voluntiera li regolarment kull ġimgħa qed jgħinu lil dawn il- familji?", "Minn liema lokalitajiet ġejjin il-ġenituri li qed jirċievu dan is- servizz tant importanti?", "Hemm waiting list għal dan is-servizz?", "Il- familji jistgħu japplikaw biex jirċievu dan is-servizz minn kull lokalita'?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Il-proġett homestart ġie inawgurat uffiċjalment fl- 4 ta' April, 2006 u beda jipprovdi s-servizzi tiegħu minn dakinhar.", "Bħalissa hemm madwar sitt familji li qed jibbenefikaw minn dan il-proġett.", "Fil-preżent hemm sitt voluntiera li qed jagħtu dan is-servizz lill-familji li joqogħdu Haż-Żabbar, il-Birgu, l-Isla u Bormla.", "Għalkemm dan is-servizz hu intenzjonat għall-familji li joqogħdu l- Kottonera, il-Kalkara u Ħaż-Żabbar, fil-preżent hemm familja minn Ħal Tarxien li qed tingħata dan is-servizz minnħabba l-bżonnijiet partikolari tagħha.", "Fil-preżent dan is-servizz m'għandux waiting list.", "SERVIZZ TAT-TELEFON F'SAN ĠILJAN", "22522.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'passi ħadet l-awtorita' Maltija għall-kommunikazzjoni biex tipproteġi 400 abbonat tal-Maltacom fl-inħawi ta' San Ġiljan li ilhom żmien imċaħħda mis-servizz tat-telefon peress li xi kuntrattur għamel ħsara fil-cable?", "Meta se ssir it-tiswija meħtieġa?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Qabel ma saret din id-domanda parlamentari, l-awtorita' Maltija għall-kommunikazzjoni ma rċeviet l-ebda lment minn jew f'isem l- abbonati msemmija.", "LIĊENZJA TAS-SEWQAN", "22523.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jgħid x'qed iżomm lill-awtorita' dwar it-trasport milli ġġedded liċenzja 01 tas-sewqan ta' coaches u mini-vans maħruġa fl- 10/05/04 lill-persuna minn Birkirkara li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li sservih bħala mezz ta' għajxien?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jinforma lil din il-persuna sabiex tikkuntattja lid-direttur tad-direttorat dwar it-trasport pubbliku fl-awtorita' dwar it-trasport biex jistudja l-każ.", "AJRUPLANI TA' L-AIR MALTA", "22524.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: L-Air Malta bħalissa kemm għandha ajruplani li qed tillisja għal titjir f'pajjiżi oħra?", "Xi ħsieb hemm li matul is-sena li ġejja l-Air Malta tillisja ajruplani oħra barra minn Malta?", "X'effett huwa maħsub li jħallu fuq seat capacity f'rotot differenti għal min irid jiġi f'pajjiżna?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "ATTIVITA' TA' MARKETING", "22525.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' l-Ministru jgħid x'kampanja ta' marketing hemm maħsuba li ssir mill-awtorita' Maltija għat-turiżmu fil-Ġermanja?", "Meta se tibda din il-kampanja?", "X'se jkun is-seat capacity fuq ir-rotta Ġermanja-Malta matul is-sena li ġejja?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-attività ta' marketing mill-awtorità għat- turiżmu ta' Malta fil-Ġermanja u f'pajjiżi oħra hija kontinwa.", "Konxji mix- xejra pożittiva li qegħdin igawdu l-gżejjer Maltin fis-suq Ġermaniż, għas- sena 2007 ħejjejna pjani sabiex insaħħu u nintensifikaw il-ħidma u l- preżenza tagħna fis-suq.", "Dawn il-pjani jinkludu parteċipazzjoni fil-fieri ewlenin tat-turiżmu u l-organizzazzjoni ta' workshops u roadshows, b'aċċenn partikolari fuq il-promozzjoni tad-diversi segments li joffri l-prodott turistiku Malti.", "Għas-sena 2007, l-awtorità qiegħda tħejji wkoll programm vast ta' PR b'inizjattivi ġodda immirati li jilħqu u jippenetraw firxa dejjem ikbar tas-suq Ġermaniż.", "Apparti dan kollu, il-kampanji ta' pubbliċita' se jkunu parti integrali mill-pjani ta' l-awtorità, b'iżjed flus jiġu allokati għal pubbliċita' flimkien ma' l-operaturi, bil-għan li l- pubbliċita' tagħna tkun dejjem iżjed sales driven.", "Ma' l-operaturi Ġermaniżi ppjanajna wkoll diversi attivitajiet promozzjonali oħra li jilħqu kemm lill-aġenti ta' l-ivjaġġar kif ukoll il-pubbliku in ġenerali.", "Għas-sajf 2007 hemm pjani ta' żieda fit-titjiriet mill-Ġermanja mill-Air Malta kif ukoll titjiriet ġodda mill-kumpannija Ġermaniża German wings.", "SURCHARGE FUQ KONTIJIET TAD-DAWL", "22526.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Issa li s-surcharge niżlet minħabba tnaqqis fil-prezz taż-żejt, jista' l-Ministru jgħid hux il-ħsieb tal-gvern li jbaxxi l-capping tal-prezz tad-dawl fuq il-lukandi u jdaħħal capping fuq il-kont tad-dawl tar-ristoranti li qed ibatu ħafna?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "SERVIZZ BL-AJRU BEJN MALTA U GĦAWDEX", "22527.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li l-gvern jiddeċiedi dwar servizz regolari bl-ajru bejn Malta u Għawdex, peress li iżjed ma jintilef żmien iżjed se jkun diffiċli għall-operaturi Għawdxin li jirriklamaw vaganzi f'Għawdex fix-xitwa u fis-sajf li ġej?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-Onor Interpellant huwa mitlub jagħmel il- mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "DIRECT ORDERS", "22553.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm direct orders ħarġu mid- dekasteru tiegħu din is-sena?", "Lil min ingħataw, kemm kien il-valur tagħhom u għaliex?", "Minn liema dipartiment ħarġu?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: L-informazzjoni għadha qed tinġabar.", "DIRECT ORDERS", "22554.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' l-Ministru jgħid kemm direct orders ħarġu mid-dekasteru tiegħu din is-sena?", "Lil min ingħataw, kemm kien il-valur tagħhom u għaliex?", "Minn liema dipartiment ħarġu?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "DIRECT ORDERS", "22555.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm direct orders ħarġu mid- dekasteru tiegħu din is-sena?", "Lil min ingħataw, kemm kien il-valur tagħhom u għaliex?", "Minn liema dipartiment ħarġu?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "DIRECT ORDERS", "22557.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l- Ministru tgħid kemm direct orders ħarġu mid-dekasteru tagħha din is-sena?", "Lil min ingħataw, kemm kien il-valur tagħhom u għaliex?", "Minn liema dipartiment ħarġu?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "DIRECT ORDERS", "22558.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru jgħid kemm direct orders ħarġu mid- dekasteru tiegħu din is-sena?", "Lil min ingħataw, kemm kien il-valur tagħhom u għaliex?", "Minn liema dipartiment ħarġu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Peress li l-informazzjoni għadha qed tinġabar mid- diversi dipartimenti, tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "DIRECT ORDERS", "22560.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' l-Ministru jgħid kemm direct orders ħarġu mid- dekasteru tiegħu din is-sena?", "Lil min ingħataw, kemm kien il-valur tagħhom u għaliex?", "Minn liema dipartiment ħarġu?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra."]} {"filename": "20061011_437d_par.doc", "date": "2006-10-11", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Uffiċjali u Rivedut) L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 437 L-Erbgħa, 11 ta' Ottubru 2006 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 437", "L-Erbgħa, 11 ta' Ottubru 2006", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.02 p.m.", "Talba", "Seduta Nru. 437", "L-Erbgħa, 11 ta' Ottubru 2006", "WERREJ", "MINUTI 571", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI 571", "TQEGĦID TA' KARTI 575", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-KODIĊI TAL-LIĠIJIET TAL-PULIZIJA (IT-TIENI QARI)", "CODE OF POLICE LAWS (AMENDMENT) BILL (SECOND READING) 576", "AĠĠORNAMENT 595", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 600", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 436 li saret fl-10 ta' Ottubru, 2006 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "RAPPORTI UFFIĊJALI", "20506.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Chris Cardona) staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew ikkummissjonati rapporti fid-dekasteru tiegħu kull sena għal dawn l-aħħar erba' snin?", "Kemm swew kull wieħed minnhom u x'inhuma dawk pendenti?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (Segretarju Parlamentari) (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra tabelli 'A' u 'B' li turi l-informazzjoni fir-rigward l-uffiċċju tal-prim ministru u tabella 'C' li turi l-informazzjoni fir-rigward il-ministeru tal-finanzi.", "RAPPORTI UFFIĊJALI", "20507.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Chris Cardona) staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Kemm ġew ikkummissjonati rapporti fid-dekasteru tiegħu kull sena għal dawn l-aħħar erba' snin?", "Kemm swew kull wieħed u x'inhuma dawk pendenti?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Viċi Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern): Ir-rapporti kkummissjonati fid-dekasteru tiegħi f'dawn l-aħħar erba' snin kienu s-segwenti:", "|Dipartiment |Nru|Spiża | |Kummissjoni |1 |Lm | |Permanenti | |287.50 | |Kontra | | | |l-Korruzzjon| | | |i | | | |Taqsima |1 |Lm | |Proprjeta' | |2,871.46 | |tal-Gvern | | | |Taqsima |1 |Lm | |Proprjeta' | |4,489.32 | |tal-Gvern | | | |Pulizija |1 |Lm | | | |431.25 | |Pulizija |1 |Lm | | | |645.00 | |Pulizija |1 |Lm | | | |30.00 | |Pulizija |1 |Lm | | | |177.00 | |Pulizija |1 |Lm | | | |60.00 | |Pulizija |1 |Lm | | | |430.00 |", "RAPPORTI UFFIĊJALI", "20508.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Chris Cardona) staqsa lill- Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ikkummissjonati rapporti fid-dekasteru tiegħu kull sena għal dawn l-aħħar erba' snin?", "Kemm swew kull wieħed u x'inhuma dawk pendenti?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO (Ministru għall-Affarijiet Barranin): Ir-rapporti li ġew ikkummissjonati fid-dekasteru tiegħi għal dawn l-aħħar erba' snin huma kif jidhru hawn taħt:", "|Kumpannij|Rapport| | Data| |a | |Sewa | | |MISCO Int|EU |Lm |25.02.2| | |Survey |1,495.0|003 | | | |0 | | |Market |EU |Lm |09.04.2| |Intellige|Survey |3,737.5|003 | |nce Unit | |0 | | |Shield |Securit|Lm |24.01.2| |Security |y |472.00 |006 | |Consultan|Consult| | | |ts |ancy | | | | |Service| | | | |s | | |", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Leo Brincat, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, il-ġimgħa li għaddiet għamilt mistoqsija lill-Ministru dwar it-taħdidiet li saru bejn Malta u t-Tuneżija fuq il- kwestjoni taż-żejt.", "Filwaqt li napprezza li l-Ministru ma jistax jagħti dettalji speċifiċi, jista' f'dan l-istadju jagħti ħjiel indikattiv dwar l- eżitu ta' dawn it-taħdidiet?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: It-taħdidiet bejn Malta u t-Tuneżija issa ntemmu u ninsabu fi stadju ta' diskussjoni politika abbażi ta' kemm ersaqna viċin wara x-xogħol li għamlu l-esperti.", "F'waħda mil-laqgħat li kelli fi New York tkellimt mal-ministru ta' l-affarijiet barranin tat-Tuneżija, tajtu l- veduti tiegħi dwar kif nistgħu nagħmlu aktar progress u qed nistennew il- veduti min-naħa tat-Tuneżija.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Il-Ministru kien għamel stqarrija f'dan il-parlament fejn indika li kellu jkun hemm ftehim bejn Malta u t-Tuneżija biex tinstab area li fiha ż-żewġ pajjiżi flimkien ifittxu għaż-żejt.", "Il-Ministru ċaħad dak li għednilu li dik kienet letter of intent, l-istess bħalma kien ġara fi żmien gvern Laburista, fejn kien sar tentattiv biex fejn hemm area disputed, Malta u t-Tuneżija jaħdmu flimkien.", "Wara li l-Ministru kien ta l-aspettattiva li se nsibu ż-żejt flimkien, ma tax ċerta informazzjoni u ma rrispondiex għall-mistoqsijiet li jien kont għamiltlu dwar xi problemi jista' jkun hemm f'dik l-area.", "Imbagħad il- Ministru wara tliet xhur qal li l-esperti jagħmlu rapport li minnu joħorġu l-affarijiet.", "Il-Ministru jikkonferma li hemm problemi u li m'hu veru xejn li Malta u t-Tuneżija waslu biex jointly jibdew ifittxu għaż-żejt fl-area disputed?", "Jikkonferma wkoll li t-Tuneżini beżqulhom is-sunnara u qalu li dak li stqarr il-ministru f'dan il-parlament ma kienx minnu?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: L-Onor.", "Interpellant għamel ħafna statements gratwiti li jirriflettu biss dak li jaħseb hu.", "Assolutament nirrifjuta li l-Onor.", "Mizzi f'dan il-parlament ipoġġili kliem f'ħalqi li jiena m'għedtx u anke jagħmel konklużjonijiet li m'għandhom x'jaqsmu xejn ma' dak li għedt jien.", "L-Onor.", "Mizzi qal li diġa' kien hemm xi ħaġa simili fi żmien gvern Laburista.", "Jien ma nafx li taħt gvern Laburista kien sar xi ftehim mat- Tuneżija bl-istess mod kif sar taħt dan il-gvern.", "L-ewwelnett aħna ftehmna li bħala prinċipju se nagħmlu l-esplorazzjoni u l-esplojtazzjoni ta' l- ixkaffa kontinentali f'areas li jinsabu bejn Malta u t-Tuneżija.", "It-tieni, aħna lanqas tkellimna speċifikatament fuq fejn kien hemm id-disputes jew le.", "Aħna għedna li se nagħmlu mezz kif insibu postijiet li fihom nistgħu nagħmlu esplorazzjoni u esplojtazzjoni flimkien.", "Mela hemm il-prinċipju li se naħdmu flimkien u li fil-fehma tiegħi dan qatt ma ġie mniżżel sakemm sar dan il-ftehim.", "L-Onor.", "Interpellant qal ukoll li tajt l-aspettattiva li se nsibu ż-żejt.", "Din hija dikjarazzjoni gratwita tiegħu għax l-ewwelnett jiena lanqas biss kont qed nitkellem dwar it-tfittxija għaż-żejt.", "Dak lanqas biss huwa r- remit tiegħi.", "Tant hu hekk li jien dakinhar li għamilli ċerti mistoqsijiet ma kontx irrispondejtu għalihom għax kienu tekniċi.", "Nerġa' ngħid li m'huwiex ir-remit tiegħi li noqgħod nitkellem fuq fejn naħseb li jista' jkun hemm iż-żejt.", "Ir-remit tiegħi huwa li nippruvaw nidentifikaw areas bejn Malta u t-Tuneżija u naċċettaw li nagħmlu l-esplorazzjoni u l- esplojtazzjoni flimkien.", "Dan huwa l-istadju li qegħdin fih.", "Il-ftehim kien jgħid li kellhom jiltaqgħu l-esperti u li dawn kellhom tliet xhur biex jirrapportaw lura lill-ministeru għall-affarijiet barranin.", "Fil-fatt hekk ġara, għalkemm iż-żmien li ħadu l-esperti fil-laqgħat tagħhom twal xi ftit u l-proċess għadu għaddej.", "L-Onor.", "Interpellant qal li qabżulna mis-sunnara.", "La aħna m'hu qed nippruvaw nagħmlu sunnara lil ħadd u lanqas xi ħadd lilna, Sur President.", "Aħna rridu nżommu relazzjonijiet tajba mat-Tuneżija mhux biss għax huwa pajjiż ġar tagħna u għax nemmnu f'dawk ir-relazzjonijiet imma anke għaliex huwa fl-interess tagħna li nagħmlu dan.", "Fost affarijiet oħra mat-Tuneżija tkellimna wkoll - fil-fatt is-sena d-dieħla se nagħlqu 40 sena minn mindu stabbilejna r-relazzjonijiet diplomatiċi bejnietna - dwar il-kwestjoni taż- żejt u ħassejna li l-ftehim li kien hemm tana l-possibilta' li jkun hemm żbokk f'din il-materja.", "Aħna qegħdin insegwu dan il-ftehim fuq livell ta' diskussjonijiet politiċi.", "Ma naħsibx li xi ħadd seta' jimmaġina li l- esperti jiftehmu bejniethom u joħorġu bis-soluzzjonijiet.", "Id- diskussjonijiet bejn in-naħat politiċi għadhom għaddejjin u ma nistax ngħid meta se jiġu ffinalizzati.", "Naturalment ħadd miż-żewġ naħat ma jista' jibqa' f'din is-sitwazzjoni ta' diskussjonijiet għal dejjem, pero' lanqas nista' ngħid li għadda tant żmien minn mindu l-esperti ma baqgħux għaddejjin bil-ħidma tagħhom u allura bdejna nitkellmu fuq il-livell politiku.", "L-ewwel okkażjoni li kellna biex niltaqgħu kienet on the margins ta' l- assemblea ġenerali tal-Ġnus Maqgħuda.", "Iltqajna f'laqgħa mill-aktar kordjali mal-ministru ta' l-affarijiet barranin tat-Tuneżija, kien hemm ukoll il- ministru dwar l-IT tat-Tuneżija - li ħiereġ ukoll għall-pożizzjoni tat- tmexxija ta' l-ITU u Malta tagħti l-appoġġ tagħha lil dan il-kandidat bħalma tajna appoġġ lill-kandidati oħrajn u huma taw lilna - u hemmhekk tkellimna dwar kif nistgħu naqbdu l-affarijiet.", "Din hija materja li rridu nitrattawha b'mod delikat, irridu naħdmuha b'attenzjoni u hija xi ħaġa li għal aktar minn 30 sena ma ġara xejn fuqha ħlief li kulħadd jgħid li t-tali post huwa tiegħu.", "Issa tlaqna 'l bogħod minn dik il-pożizzjoni u qegħdin f'sitwazzjoni li hi ħafna iktar flessibbli u varjabbli milli qatt kienet qabel.", "Qabel is-sitwazzjoni kienet imkaħħla u kulħadd jgħid li dik il- parti hija tiegħu.", "Dik hija l-qabża li għamilna!", "Illum għandna sitwazzjoni fejn ż-żewġ pajjiżi qed jaraw kif se jsibu t-triq li minnha jgawdu t-tnejn u mhux it-triq tal-konfrontazzjoni li ma niċċaqilqux minnha.", "U jiena nistenna li nkomplu mexjin f'din it-triq bl-iktar mod intensiv kif ħdimna s'issa.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Fid-dawl ta' l-istand ġustifikat li ħadet il-komunita' internazzjonali fuq it-testijiet nukleari min-naħa tal-Korea ta' Fuq, li anke aħna bħala partit Laburista ddeplorajna u kkundannajna, kien hemm xi pożizzjoni formali min-naħa tal-gvern Malti?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Kien hemm pożizzjoni ċara min-naħa ta' l-Unjoni Ewropea.", "Din se tkun diskussa bl-iktar mod intensiv fil-laqgħa li jmiss tal-ministri ta' l-affarijiet barranin u probabbilment se niddiskutuha wkoll waqt il-lunch tal-ministri ta' l-affarijiet barranin fejn wieħed ikun jista' jagħti l-kontribut tiegħu wkoll.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Peress li l-Ministru ried jagħti wieħed x'jifhem li dak li għedt jien m'huwiex minnu, x'inhi r-raġuni li ma ppubblikax id-dokumenti ħalli l-poplu jkun jaf il-verita'?", "Għaliex ma jippubblikax il-minuti tal- laqgħa li kienet saret bejn Malta u t-Tuneżija dwar din il-kwestjoni - qed nirriferi għal bejn l-1996 u l-1998 meta l-partit Laburista kien fil-gvern - biex il-poplu jkun jaf li dak li rriferejt għalih jien huwa verita'?", "Il- Ministru rahom il-minuti?", "(Interruzzjonijiet)", "Irrid ngħid ukoll li dakinhar li l-Ministru kien għamel l-istqarrija f'dan il-parlament ma kienx weġibni għal ċerti mistoqsijiet mhux għax ma jidħolx fil-mertu.", "Wara kollox din kienet kwestjoni ta' area fejn isir it-tiftix għaż-żejt u allura l-mistoqsijiet li għamiltu jiena kienu ġustifikati.", "Nixtieq nerġa' nistaqsih jekk jafx bil-minuti tal-laqgħa li saret fit- Tuneżija dwar l-istess kwestjoni u jekk huwiex lest li jpoġġi kopja tagħhom fuq il-mejda tal-Kamra ħalli l-poplu Malti u Għawdxi jkun jaf x'kien ġara dakinhar.", "Nitolbu wkoll ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-minuti tal-laqgħa li saret issa ħalli l-poplu Malti jkun jaf eżatt l-affarijiet.", "Jista' il- Ministru jgħidli jekk imxejniex 'il quddiem jew bqajniex fejn konna dwar il- kwestjoni tad-dispute bejn Malta u t-Tuneżija?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Sur President, ma naħsibx li huwa għaqli li niġu f'din il-Kamra u noqogħdu nperrċu quddiem kulħadd il-minuti tal-laqgħat li saru bejn stat u ieħor.", "Irridu nkunu attenti li affarijiet bħal dawn nittrattawhom fuq livell ta' stat u jkollna wkoll sens ta' nazzjon.", "Ma nistgħux nagħmlu kontroversji mill-minuti ta' xi laqgħa jew oħra.", "Sur President, jiena mhux se noqgħod nidħol fil-mertu ta' min kien li għamel dan is-suġġeriment l-ewwel darba, pero' jekk l-Onor.", "Interpellant irid jgħid li kien il-partit Laburista li għamlu, jiena ngħidlu: Take it!", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: On a point of order, l-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mhux veru għedt hekk jien.", "Li għedt hu li dak iż-żmien kienet saret laqgħa u l-Ministru nnega.", "Jiena għalhekk semmejtlu l-minuti.", "Issa dan innega jew għax ma jafx jew inkella għax mhux qed jgħid il- verita'.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Sur President, l-Onor.", "Membru qal li dan il-ftehim diġa' sar ieħor simili qablu.", "Dak li nnegajt jien.", "Naturalment minuti, diskussjonijiet u affarijiet bħal dawn il-ħin kollu kienu għaddejjin!", "Allaħares il-gvernijiet tagħna ma kenux il-ħin kollu qegħdin jgħidu lil gvernijiet oħrajn biex jaraw x'se nagħmlu sabiex niftehmu!", "Imma ma naħsibx li huwa l-każ li noqogħdu nidħlu fid-dettalji ta' minuti bħal dawn.", "Sur President, huwa importanti li waqt li qegħdin isiru dawn id- diskussjonijiet bejn Malta u t-Tuneżija, meta l-ħbieb tagħna t-Tuneżini jaqraw ir-records ta' x'qed jiġri f'dan il-parlament ma jgħidux li aħna l- Maltin qegħdin niġġieldu bejnietna.", "Aħna rridu li filwaqt li qed nagħmlu d- diskussjonijiet mat-Tuneżija bl-iktar mod seren, it-Tuneżini jgħidu li l- parlament Malti kollu huwa ta' appoġġ għal dak li qed jagħmel il-gvern.", "Jiena nixtieq li nkomplu għaddejjin b'dan l-ispirtu u fuq dan il-binarju għax huwa importanti li nagħmlu hekk.", "Aħna nistgħu niddiskutu u nippruvaw niftehmu, pero' dan ma jfissirx li bilfors se niftehmu.", "Aħna għandna nfittxu l-ftehim fuq liema areas għandna niddiskutu flimkien.", "Ftehmna li jkun hemm perijodu li fih kellu jsir ir- rapport dwar id-diskussjonijiet bejn l-esperti u li mbagħad jitkomplew id- diskussjonijiet politiċi.", "Aħna mxejna f'din it-triq imma huwa tajjeb li nkomplu għaddejjin bil-għaqal biex naslu għall-konklużjoni Nerġa' ngħid li m'hemm l-ebda garanzija li naslu għal konklużjoni.", "Li hemm garanzija żgur hu li kollox fih il-ħajja tiegħu.", "Dan l-impetus li għandna issa rridu naraw jekk hux se jwassal biex nikkonkludu jew inkella nerġgħux niġu fejn konna qabel.", "L-iktar li nistgħu niġu huwa fejn konna qabel u fejn domna għal 35 sena.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Il-Ministru donnu nesa li meta l-partit tiegħu kien fl- oppożizzjoni bejn l-1996 u l-1998, u kien hemm it-tħaffir ta' bir ġewwa Għawdex, kien ħass li dan ma kienx fl-interess tal-pajjiż u bdew jintqalu ħafna affarijiet fosthom li kienu qegħdin jintefqu ħafna flus għalxejn, li nġiebet kimika li tkisser l-ambjent u li aħna konna qed nisforzaw lil min qed jagħmel dan ix-xogħol għax kienet waslet l-elezzjoni.", "Jiftakar il-Ministru li wara l-elezzjoni dan id-diskors inbidel?", "Dan qed ngħidu għax imbagħad kienu nefqu Lm8 miljun oħra biex ikomplu jħaffru dan il-bir u kienu qalu li ż-żejt kienu dalwaqt se jsibuh.", "Il-Ministru jiftakarha din l-istorja kollha?", "Jiftakar li minbarra l-flus li ġibna mill- protokoll Taljan, infaqna madwar Lm9 miljuni oħra mill-Kaxxa ta' Malta?", "X'inhi r-raġuni li meta ntalbet li ssir inkjesta - u din intalbet fl- interess ta' pajjiżna u ma ntalbietx biex issir fil-pubbliku - din ma saritx?", "Ma jidhirlux il-Ministru li wara l-esperjenza qarsa tal-bir ġewwa Għawdex, il-poplu, li baqa' fl-għama, għandu jkun jaf eżatt x'inhu jiġri f'din il- kwestjoni?", "Għax nerġa' nfakkru li fl-istqarrija li kien għamel, il- ministru ta wieħed x'jifhem li Malta flimkien mat-Tuneżija kienu se jsibu ż-żejt.", "Il-fatt li dak li kien intqal lil gvern Laburista bejn l-1996 u l- 1998 reġa' ntqal lil dan gvern Laburista ifisser li fil-fatt ma sar l-ebda progress?", "Il-Ministru jikkonferma li bejn l-1996 u l-1998 kien hemm diskussjonijiet mat-Tuneżija fuq l-istess kwestjoni u li dak iż-żmien kienu ftehmu wkoll li jibagħtu l-esperti biex jaslu għall-konklużjoni?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Jiena ma nsib l-ebda diffikulta' li meta nkunu qegħdin nagħmlu l-affarijiet fuq it-territorju tagħna, bħalma konna qegħdin nagħmlu meta saret it-tfittxija għaż-żejt f'Għawdex, ikun hemm il- kontroversja politika.", "Din m'hijiex issue.", "Aħna mhux qed ngħidu li m'għandux ikun hemm il-kontroversja politika jew li ħadd ma jista' jitkellem fuq din il-materja!", "Kulma qed ngħid hu li aħna qegħdin f'diskussjonijiet ma' pajjiż ieħor u fuq materja ta' delikatezza u mhux sew li noqogħdu nperrċu minuti ta' dawn id-diskussjonijiet.", "Mhux għax f'Għawdex ġara xi ħaġa li ma rridx nitkellem fuqha.", "Jiena nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex ma jpoġġilix kliem f'ħalqi u ma jerġax jagħmel l-istess żball li għamel id-darba l-oħra meta beda jistaqsini mistoqsijiet li ma kenux parti mid-dekasteru tiegħi u mir-remit tiegħi.", "L-Onor.", "Mizzi llum reġa' beda jkellimni fuq meta fittixna ż-żejt f'Għawdex.", "Dan m'għandu x'jaqsam xejn mal-ministeru ta' l-affarijiet barranin imma għandu x'jaqsam - u hu jafu tajjeb dan - mal-ministru responsabbli mit-tfittxija għaż-żejt.", "Jiġifieri l-Onor.", "Mizzi reġa' għamel l-istess ħaġa li kien għamel dakinhar u tajjeb li nuru li dan m'għandu x'jaqsam xejn ma' l-issue.", "Huwa importanti li l-mistoqsijiet isiru diretti għall-area li wieħed ikun responsabbli għaliha, Sur President.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Il-ministru qed jgħid li dak li staqsejtu dwaru ma jaqax taħt id-dekasteru tiegħu.", "Il-ministru huwa membru tal-kabinett taċ-Ċukaj jew tal-partit Nazzjonalista?", "B'dan il-mod il-ministru qisu qed jgħid li meta niġu f'dan il-parlament u xi ħadd mill-ministri jkun imsiefer, għalxejn nagħmlu l-mistoqsijiet supplimentari lil min ikun qed jirrappreżentah, għax il-materja li nkunu qegħdin nistaqsu dwarha ma tkunx taqa' taħt ir-responsabbilta' tiegħu.", "Fil-fatt il-Ministru kien informat u ma nafx għalfejn beda jagħti l-aspettattiva li se jsir it-tħaffir għaż-żejt bejn Malta u t-Tuneżija u ma riedx jirrispondi dwar jekk hemmx dispute fuq areas li żgur jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu bħala ministru għall- affarijiet barranin.", "Għaliex ma rrispondiex?", "Minn din id-diskussjoni rriżultalu li hemm areas li jistgħu jkunu disputed mhux bejn Malta u t- Tuneżija biss imma ma' l-Italja wkoll?", "ONOR.", "MICHEAL FRENDO: Sur President, l-Onor.", "Interpellant ma jistax jiġi hawn u joqgħod jivvinta.", "(Interruzzjonijiet) Qed tivvinta, mela x'qed tagħmel!", "Mela jien qatt għedt li ma' l-Italja u mal-Libja m'għandniex issues fuq il-continental shelf?!", "Mhux kulħadd jafhom dawn!", "Mela hemm bżonn tkun xi professur biex tkun taf dawn l-affarijiet!", "Mhux kulħadd jaf li aħna għandna 70% tat-territorju tagħna li huwa disputed!", "Dik hi r- realta' li qegħdin nippruvaw inkissru, u għalhekk huwa importanti li nkomplu naħdmu u naħdmu sewwa biex naslu biex ikollna t-tiftix in komuni.", "Dak hu l-punt!", "Jien qatt ma ġejt hawnhekk u għedt li ma kellniex kwestjonijiet fuq xi area!", "Mhux kulħadd jaf li rridu niddiskutu mat-Taljani, mal-Libjani u anke mat-Tuneżija, li huma t-tliet pajjiżi prinċipali li għandhom claims u li għandna claims fuqhom aħna wkoll!", "Din m'hijiex xi ħaġa ġdida!", "M'hijiex xi ħaġa li vvintajtha jien!", "Hija xi ħaġa li ilha ħafna teżisti.", "Li ppruvajt nagħmel hu li nsib soluzzjoni mat-Tuneżija.", "Fil-fatt se nkomplu naħdmu għal soluzzjoni għax nemmnu li d-diskussjoni ta' kif nistgħu nagħmlu t-tiftix flimkien u kif nistgħu ntellgħu u nesplojtaw iż-żejt flimkien hija t-triq li għandna nsegwu.", "Għamilna pass importanti meta nqlajna minn dan il- metodu.", "Nafu wkoll li hemm ħaddieħor li qiegħed iħares lejna.", "Anke ħaddieħor li għandna disputes miegħu qed iħares lejn kif qed tiżviluppa din il-kwestjoni tat-Tuneżija.", "U tajjeb li aħna nagħmlu minn kollox biex inkunu nistgħu nsolvuha.", "Sur President, jiena ppruvajt nirrispondi bl-iktar mod serju mingħajr ma nkun provokattiv għax kieku ridt inkun provokattiv, meta l-Onor.", "Leo Brincat staqsieni fuq in-North Korea u jekk jien ikkundannajtx n-North Korea, kont ngħidlu: Inti tiftakar meta tan-North Korea kienu jħarrġukom biex titfgħulna l-gass tad-dmugħ?", "(Interruzzjonijiet) X'ma joħorġux stqarrija l-Labour party u jikkundanna lil tan-North Korea!", "Dawk għandhom dellhom tqil!", "Dawk għandhom id-dnub li aħna għaddejna minnu meta ġejna attakkati għax konna qegħdin nesprimu lil hinn minna nfusna u għax konna qegħdin neżerċitaw il-ħelsien tagħna!", "(Interruzzjonijiet) Dażgur li jikkundannawhom lil tan-North Korea tal-Labour Party!", "U għandhom għalfejn, għax għandhom x'jaħbu!", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-Mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti u nsejjaħ lill-Ministru Francis Zammit Dimech.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO (Ministru għal Għawdex) Mr Speaker, inqiegħed fuq il- mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar rapporti kummissjonati mill-Ministeru għal Għawdex u mid- dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta` tal-Ministru għal Għawdex, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari Nru. 20511.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Francis Zammit Dimech.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (Ministru għat-Turiżmu u Kultura) (f'isem il- Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjieg): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' ċertifikat li jindika li l-istallazzjoni ta' l-elettriku fil- laboratorji u fil-workshops ta' l-iskola Vincenzo Brared hija sikura u mingħajr periklu, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 20736 li ngħatat fis-seduta numru 436 ta' l-10 ta' Ottubru 2006;", "Tagħrif dwar persuni li nqatgħu minn fuq l-ewwel u t-tieni parti tar- reġistru bejn Jannar u Settembru 2006, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 20903; u", "f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar l-offiżi mwettqa minn persuni li ngħataw sentenza sospiża bejn Jannar u Settembru ta' l-2006, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 20907.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali.", "Mozzjonijiet.", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-KODIĊI TAL-LIĠIJIET TAL-PULIZIJA", "CODE OF POLICE LAWS (AMENDMENT) BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri", "Ikompli mill-10 ta' Ottubru, 2006", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet", "MR SPEAKER: Rimarki?", "L-Onor.", "Carmelo Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Mr Speaker, l-għanijiet u raġunijiet ta' dan l-abbozz ta' liġi li beda jiġi diskuss il-bieraħ huma li jipprovdi pieni għal kulmin ibigħ jew jixtri l-alkoħol f'isem xi minuri jew iservi jew iforni l-alkoħol lill-minuri f'xi ħanut, triq jew post pubbliku.", "Bl-istess mod, minuri ma jistax jikkonsma, jikseb jew ikollu pussess ta' l-alkoħol fil-postijiet msemmija.", "Iktar minn hekk l-abbozz jipprovdi biex jiġi ntrodott programm ta' ħidma sorveljata għal ħati li jkun minuri u li jkun jikkonsisti, fost provvedimenti oħra, f'ħidma ta' servizz komunitarju bla ħlas.", "Qrajt proprju l-għanijiet u r-raġunijiet ta' l-abbozz, pero` naħseb stqarrija ewlenija li dan il-parlament irid jagħmel u kif għamlu kemm il-ministru kif ukoll l-Onor.", "Coleiro Preca l-bieraħ stess fid-diskors tagħhom, trid tkun stqarrija ċara li qabel xejn aħna l-ġenituri għandna responsabbilta` ewlenija ta' wliedna.", "Minkejja li din l-istqarrija mhix imniżżla fl-għanijiet u r-raġunijiet ta' dan l-abbozz ta' liġi, il-messaġġ qawwi li jrid joħroġ u li qed joħroġ miż- żewġ naħat tal-Kamra għandu jkun li aħna l-ġenituri għandna r- responsabbilta` ewlenija ta' wliedna.", "Qed ngħid dan għax fl-aħħar mill- aħħar it-trobbija ta' l-ulied hija f'idejna u mhux f'idejn l-istat.", "L- istat jista' jipprovdi l-qafas u l-mekkaniżmu biex l-affarijiet jimxu aħjar bejnietna, pero` r-responsabbilta` ewlenija tat-trobbija ta' wliedna hija f'idejna l-ġenituri stess.", "Dan l-abbozz ta' liġi qed jagħtina l- opportunita` biex aħna stess bħala ġenituri - fl-aħħar mill-aħħar qabel ma aħna membri parlamentari, ħafna minna aħna ġenituri - nitkellmu b'dan il- mod.", "U għalhekk importanti li nwasslu messaġġ ieħor, li ġenituri responsabbli għandhom jieħdu ħsieb ta' wliedhom ġaladarba jkunu taħt il- kustodja tagħhom.", "Meta jkollhom l-eta` tagħhom imbagħad huma liberi mhux li jagħmlu li jridu, imma li jiddeċiedu għalihom infushom.", "Imma sakemm huma taħt ir-responsabbilta` tal-ġenituri, dawn għandhom iġorru dik ir- responsabbilta` mill-bidu sa l-aħħar.", "Għalhekk għandna nappellaw li dawk il-persuni li ma jħossuhomx ippreparati biex jaqdu l-funzjoni nobbli ta' ġenituri, aħjar jaħsbuha darbtejn qabel jidħlu għal din ir-responsabbilta`!", "Flimkien ma' dan huwa importanti wkoll li jkun hemm edukazzjoni għal kulħadd, speċjalment f'etajiet żgħar, xi tfisser tkun ġenitur u kif wieħed jista' jkollu dawk l-iskills meħtieġa biex ir-responsabbilta` li nidħlu għaliha bħala ġenituri naqduha bl-aħjar mod possibbli.", "Jien bdejt b'dan il-punt għax inħoss li hija xi ħaġa ta' siwi kbir.", "Nistgħu nitkellmu fuq ħafna liġijiet, fuq ħafna pieni, fuq li nżidu l-eta` jew li niddefinixxu aħjar x'jista' jsir u x'jista' ma jsirx, imma jekk il-liġi tibqa' fuq il-karta u ma titħaddimx fil-prattika nkunu qed naħlu l-ħin tagħna u ta' kulħadd.", "Għalhekk huwa importanti li aħna l- ġenituri nagħmlu l-almu tagħna kollu biex inġorru din ir-responsabbilta` ta' wliedna.", "Naturalment l-abbozz li għandna quddiemna huwa pożittiv, abbozz li bħala oppożizzjoni qed naqblu miegħu għax għandna bżonnu, għax kieku m'għandniex bżonnu, il-ministru ma ġabitux għall-attenzjoni ta' dan il-parlament.", "Ejja nitkellmu ċar u bla tlaqliq.", "Għandna bżonnu għax għandna problema fejn jidħol il-konsum ta' l-alkoħol eċċessiv b'mod partikolari, mhux biss fost il-minuri imma b'mod ġenerali fil-pajjiż, kif ukoll il-problemi fost il- persuni taħt l-eta`.", "Dokument li qrajt proprju jien u nipprepara għal dan id-diskors jgħid ċar u tond li l-problemi tal-konsum ta' alkoħol fil-minuri qiegħed hemm għax meta wieħed jieħu l-perspettiva aktar wiesgħa tal-pajjiż kollu, u allura tieħu l-etajiet kollha, il-problemi huma fuq skala ikbar u fuq skala nazzjonali.", "Dan ma jgħoddx għal pajjiżna biss imma anke għal pajjiżi oħrajn fejn hemm din il-problema.", "Għalhekk dan hu abbozz li neħtiġuh, għax ilna nitkellmu ftit taż-żmien mhux ħażin fuq x'tip ta' miżuri għandu jieħu l-pajjiż biex jilqa' għal din il-problema.", "Nagħmilha ċara wkoll li m'għandniex biss problemi fil-qasam ta' l-alkoħol fost il-minuri.", "Hemm anke problemi marbuta ma' tipjip u ma' teħid ta' droga, jiġifieri hemm problemi oħrajn.", "Xi kultant il-poplu jagħmel distinzjoni bejn droga u bejn li tpejjep u li tixrob.", "Għandek it-tipjip u x-xorb qishom huma aċċettati għax huma soċjalment aċċettati, imma d-droga iktar tiġbed l-attenzjoni b'mod negattiv.", "Meta wieħed jitkellem fuq id- droga bħala poplu in ġenerali mill-ewwel ngħidu li hija xi ħaġa negattiva, xi ħaġa li rridu nikkumbattuha, mentri meta nitkellmu fuq tipjip u fuq alkoħol, mhux biss fost il-minuri imma anke fost il-kbar, bħala poplu mhux dejjem nindunaw li hemm problemi kbar marbutin magħha.", "Għalhekk tajjeb li niġbdu l-attenzjoni ta' dawk kollha li jisimgħu jew jaqraw dak li qed ngħidu hawnhekk li hemm problemi fejn jidħol l-eċċess kemm tat-titjip kif ukoll tax-xorb.", "L-ewwelnett it-tipjip jagħmel ħsara dejjem; wieħed, tnejn u mija, xorta jagħmlu ħsara!", "Anke fejn jidħol l-alkoħol wieħed jistaqsi x'inhu eċċessiv.", "L-ewwelnett ivarja skond l-etajiet, skond is-sess u wkoll skond il-persuna, jiġifieri m'hemmx garanzija li għax raġel jew għax mara se jaħdmu fl-istess livell fost dawn il-persuni, jiġifieri x'inhu aċċettabbli huwa dibattibbli wkoll.", "Il-fatt li dan l-abbozz ta' liġi nġieb fil-parlament hija wkoll konferma li għandna l-problemi u li hemm bżonn nagħmlu xi ħaġa dwarhom.", "M'iniex se noqgħod indejjaq lil din il-Kamra u lil min qed jismagħna b'ħafna figuri u ċifri tad-diversi rapporti u mistoqsijiet parlamentari li saru - jien wieħed minn dawk li nagħmel ħafna mistoqsijiet parlamentari fuq dan is- suġġett - u għandna dikjarazzjonijiet oħrajn li juru li għandna problema.", "Allura inutli noqogħdu naħlu ħafna ħin fuq dan is-suġġett meta nafu li hija problema reali li rridu niffaċċjaw ilkoll flimkien.", "Jien bdejt bl-ewwel appell għall-ġenituri għax naħseb li hemmhekk hija l-ewwel responsabbilta`.", "Il-parlament Malti jagħmel tajjeb li jilleġiżla u l-istat jipprovdi l- għajnuniet kollha meħtieġa, is-support u l-edukazzjoni.", "Dawn huma importanti li jsiru imma fl-aħħar mill-aħħar ir-responsabbilta` ewlenija qiegħda f'idejna l-ġenituri.", "Ġiet f'idejja wkoll tabella maħruġa mill-Unjoni Ewropea fuq il-lifesyle taż- żgħażagħ fejn naraw li sfortunatament fejn jidħol il-konsum ta' alkoħol, birra, nbid u spirti oħrajn fost l-istudenti aħna ninsabu 'il fuq f'din il- lista, fis-sens li nikkonsmaw ħafna.", "Din it-tabella fiha lista mhux biss ta' pajjiżi membri fl-Unjoni Ewropea imma wkoll ta' pajjiżi oħrajn, u turi li pajjiżna jħabbatha tajjeb ma' ta' fuq, u għalkemm m'huwiex fl-ewwel pożizzjoni, pero` f'ċerti aspetti qegħdin 'il fuq ħafna.", "Jien nittama li fejn tidħol l-aġenda ta' Lisbona, fejn għandek miri li huma pożittivi għal pajjiżna, ir-riżultati jkunu għoljin daqskemm sfortunatament qegħdin f'din it-tabella fejn naraw li l-konsum ta' l-alkoħol, birer, inbejjed u spirti oħra huwa pjuttost għoli.", "Mad-daqqa t'għajn jidher li qegħdin ma' l-ewwel ħames, għaxar postijiet meta għandek lista ta' madwar 30 pajjiż, jekk mhux 35 pajjiż li qed jiġu murija f'din it-tabella.", "Din hija konferma li għandna problema, u tajjeb li niffaċċjawha, kif qed nagħmlu b'dan l-abbozz għalkemm dan waħdu ċertament li mhux biżżejjed.", "Minn mistoqsija parlamentari, li kumbinazzjoni twieġbet ftit taż-żmien ilu mill-Ministru tas-Saħħa l-Onor.", "Louis Deguara dwar kemm pazjenti ngħataw kura f'San Luqa fejn dawn instabilhom livell għoli ta' alkoħol fid-demm, irriżulta li jekk inqabblu Jannar sa Mejju 2005 u Jannar sa Mejju 2006 insibu li kien hemm żieda ta' kważi d-doppju ta' pazjenti li ngħataw kura għax instabilhom livell għoli ta' alkoħol fid-demm.", "Filwaqt li kien hemm 37 persuna irġiel u nisa minn Jannar sa Mejju 2005, minn Jannar sa Mejju ta' din is-sena kien hemm 144 persuna li ngħataw kura fl-isptar San Luqa għax instabilhom livell għoli ta' alkoħol fid-demm.", "Din ukoll tista' tkun sintomatika tal-problema li hemm u li allura jkun hemm bżonn ċerta kura fl- isptar.", "Fost id-diversi etajiet insibu li l-iżgħar eta` s-sena li għaddiet kienet ta' 15-il sena kemm għan-nisa kif ukoll għall-irġiel, u din is-sena l- etajiet niżlu għal 13 u 14-il sena rispettivament għall-irġiel u n-nisa.", "Kumment importanti li għamel il-ministru fit-tweġiba tiegħu - u naħseb hawnhekk ta' min jaqrah - kien dan: \"Ta' min jinnota li dawn il-figuri ma jirrappreżentawx il-problema sħiħa relatata ma' l-alkoħol, iżda jirrappreżentaw biss persuni li jiddaħħlu fid-dipartiment ta' l-emerġenza fl-isptar San Luqa.\"", "Kienet dikjarazzjoni importanti min-naħa tal-ministru meta qal li dawn il-figuri ma jirrappreżentawx il-problema kollha li għandna f'pajjiżna, imma li l-problema ta' l-alkoħol f'pajjiżna hija akbar minn hekk.", "Il-ministru għamel tajjeb li ġibed l-attenzjoni tal-Kamra li rridu nagħmlu aktar minn hekk biex il-problema ta' l-alkoħol inkunu nistgħu nikkumbattuha.", "Naturalment inutli ngħaddu l-liġijiet jekk imbagħad jibqgħu fuq il-karta, għax biex liġi tkun effettiva irid ikun hemm l-infurzar.", "Għalhekk huwa kruċjali r-rwol tal-pulizija fl-infurzar ta' kull liġi b'mod partikolari l- liġijiet li jmissu mal-ħajja taċ-ċittadini tagħna.", "Xi drabi jkunu ċirkostanzi ta' ħajja jew mewt, mhux biss għall-persuna li jkun qed tabbuża minn xorb alkoħoliku eċċessiv imma anke għal persuni oħrajn li jkunu għaddejjin mit-triq u jintlaqtu bla ħtija ta' xejn.", "Għalhekk ir- responsabbilta` tikber aktar, u nagħmel enfasi li r-rwol tal-pulizija huwa importanti ħafna.", "Fuq nota politika - l-unika nota li fil-fatt se jkolli ta' dan it-tip – rrid ngħid li l-infurzar għandu jkun fuq kulħadd.", "Sfortunatament kemm-il darba jasluli rapporti mingħand individwi li forsi jkollhom interess huma wkoll - min jaf? - li xi kultant l-infurzar ma jsirx fuq kulħadd imma jsir fuq ċerti nies għal raġunijiet differenti jew għal raġunijiet li jafuhom huma biss.", "Għalhekk nappella biex l-infurzar isir fuq kulħadd mingħajr l-ebda kriterju ieħor, politiku jew xort'oħra.", "Dan għandu japplika across the board f'kull infurzar ta' liġijiet li jsir.", "L-edukazzjoni hija importanti ħafna mhux biss fl-iskejjel imma anke fil- media, speċjalment għall-poplu tagħna b'mod ġenerali.", "L-Onor.", "Marie Louise Coleiro Preca l-bieraħ semmiet ċerti inizjattivi li ttieħdu mill-aġenziji tal-gvern.", "Tajjeb li jkomplu jittieħdu u li jkun hemm kordinament anke ma' l-awtoritajiet edukattivi biex nieħdu l-aħjar riżultati.", "Pero` l- edukazzjoni f'dan il-qasam m'għandhiex tieqaf fl-iskejjel, imma għandha tkompli wkoll fost il-poplu Malti.", "Għalhekk l-użu tal-media huwa essenzjali biex l-edukazzjoni tinfirex fost kulħadd.", "Is-support huwa meħtieġ mhux biss għall-persuni li jkunu ntlaqtu minn din il-problema, imma anke għall- familjari tagħhom għax ħafna drabi mhux il-persuna waħedha tintlaqat imma l- familja ta' madwarha wkoll.", "Xi kultant f'liġijiet bħal dawn inħobb insemmi wkoll pieni ħorox għal min ma jridx jisma', mhux għal min forsi nqabad l-ewwel darba.", "Imma xi drabi jkollok persuni li għandhom ċertu negozju li bl-iskuża li huma qegħdin hemm biex ibigħu u biex jagħmlu l-qligħ, jabbużaw u jmorru oltre minn dak li titlob il-liġi.", "Għalhekk naħseb li fil-każ ta' persuni li jwebbsu rashom u, minkejja li jafu x'inhuma r-regolamenti u l-liġijiet xorta jibqgħu jbigħu lill-minuri u jinqabdu darba, tnejn, tlieta, il-pieni għandhom ikunu ħorox biex jieħdu tagħlima darba għal dejjem.", "Għax il-problemi minn fejn jiġu?", "Kultant inkun għaddej minn Paceville u sfortunatament nara żgħażagħ u adoloxxenti jixorbu.", "Il-kelma li tintuża hija \"jiddamdmu\" bix-xorb.", "Fejn kien hemm il-bandli, fejn issa qed isir xi xogħol hemmhekk, kien magħruf għal dawn l-affarijiet, u jekk tmur hemmhekk tara ħġieġ imkisser li jkunu ħallew mil-lejl ta' qabel fejn kien ikun hemm konsum qawwi ta' alkoħol li kien jinxtara mill-ħwienet fil-viċin.", "U għalhekk inħoss li għandu jkun hemm pieni ħorox għal min jaf li qed jikser il-liġi, u minkejja li jkun imwiddeb darba u tnejn, dan jibqa' għaddej!", "Ħaġa oħra li dejjem tkellimt dwarha u anke għamilt mistoqsijiet parlamentari u supplimentari lill-viċi prim ministru kienet proprju li qrib l-iskejjel għandna naraw li żgur m'għandux ikun hemm ħwienet li jbigħu xorb alkoħoliku.", "Jien dejjem kont nissuġġerixxi u għadni nsostni li madwar l- iskejjel nagħmlu żona ħielsa mill-alkoħol.", "Mhux qed ngħid li m'għandux ikun hemm ħwienet jew li m'għandhomx jiftħu f'ċerti ħinijiet, u bħala eżempju nsemmi l-junior college fejn hemm il-famużi ħwienet.", "Jiena għamilt sentejn hemmhekk, imma l-ħin li kien ikolli free kont immur inqattgħu l-gym u kont nieħu pjaċir aktar hemmhekk milli kieku kont immur f'postijiet oħrajn.", "Imma mhux kulħadd jifhimha l-istess!", "Għalhekk għandna ninsistu li fejn hemm skejjel għandu jkun hemm alcohol free zones ħalli nagħtu l-eżempju sa miċ-ċokon.", "Veru li dawn huma adoloxxenti żgħażagħ - 16-il sena 'l fuq - imma fl-aħħar mill-aħħar għandna ndaħħlu din il-kultura ġdida f'pajjiżna.", "Dan l-abbozz jgħid li m'għandux ikun permess konsum ta' l-alkoħol fil-pubbliku, pero` issa rridu ninforzawha.", "Diġa` semmejt Paceville, pero` jekk induru dawra ma' kull belt u raħal insibu li fil-festi hija xi ħaġa kważi tradizzjonali li waqt il- marċ kulħadd jixrob quddiem għajnejn il-pulizija.", "Kieku ma jkunx hemm pulizija nifhimha, imma l-pulizija qegħdin hemmhekk minħabba l-marċ, u kulħadd jixrob, l-aktar birer, u mhux wieħed u tnejn ikunu taħt l-eta`!", "Tajjeb ukoll li nsemmu l-problemi familjari li jinqalgħu.", "Għalkemm qed nitkellmu fuq miżuri li se jolqtu lill-minuri, ħafna drabi l-konsegwenzi ta' xorb eċċessiv huma gravi mhux biss mil-lat ta' saħħa u mill-aspett soċjali u finanzjarju, imma saħansitra wasslu biex anke familji tkissru minħabba l-konsum eżaġerat ta' l-alkoħol.", "Għalhekk huwa fondamentali li mhux biss nitkellmu biex ikollna deterrent u pieni ħorox, imma li nisħqu fuq politika favur inizjattivi oħrajn li jbiddlu t-trend tal-konsum ta' l- alkoħol.", "Per eżempju, nitkellmu fuq politika li tippromwovi l-isport u favur attivitajiet oħrajn bħall-kultura, bħall-volontarjat u mitt ħaġ'oħra li ż-żgħażagħ bl-enerġija tagħhom jistgħu jagħmlu.", "Allura din il-forza taż- żgħażagħ flimkien għandha taħdem biex il-konsum ta' l-alkoħol fost il- minuri jonqos, kif fl-aħħar mill-aħħar jgħidu anke dikjarazzjonijiet internazzjonali.", "Ġiet f'idejja d-declaration on young people and alcohol li kienet pubblikata mill-WHO għar-reġjun ta' l-Ewropa fl-2001, li tirrijafferma ħames prinċipji tal-European charter on alcohol.", "Fost dawn insibu li għandu jkun hemm id-dritt li l-familji, il-komunita` u l-ħaddiema f'kull qasam tax-xogħol għandhom ikunu ħielsa u protetti mill-inċidenti, minn vjolenza u minn ħwejjeġ oħra negattivi li huma konsegwenza tal-konsum ta' l- alkoħol jew alkoħol eċċessiv.", "L-informazzjoni u l-edukazzjoni għandhom jibdew jingħataw mill-bidu nett, biex ngħidu hekk, u għandu jkun hemm ambjent ħieles mill-effetti negattivi tal-konsum ta' l-alkoħol għat-tfal u għall-adoloxxenti.", "Minn din l-lista ta' prinċipji xtaqt insemmi the cost of youth drinking.", "Fl-aħħar mill-aħħar nafu li ż-żgħażagħ huma aktar vulnerabbli minn persuni aktar adulti, u jistgħu jkunu għaddejjin minn problemi fiżiċi, emozzjonali u soċjali, u fl-aħħar mill-aħħar jistgħu jdawru ħarsithom lejn ix-xorb bħala soluzzjoni.", "Għaldaqstant wieħed irid jiġbed l-attenzjoni għall-mod kif isir ir- reklamar, għax dan jista' jwassal biex ċerti persuni li jkunu għaddejjin minn diffikultajiet, anke minħabba l-eta' tenera tagħhom, jispiċċaw jabbużaw minn xorb alkoħoliku eċċessiv.", "Barra minn hekk, din id- dikjarazzjoni ssemmi wkoll problemi li hemm fil-qasam tas-saħħa u l-aspett soċjali/ekonomiku, kif ukoll il-fatt li s-soċjeta` jkollha ġġorr il-piż tal- problemi ta' dawn il-persuni.", "Imbagħad għandek targets li kellhom jintlaħqu fis-sena 2006, u jien nipproponi li bħala pajjiż inħarsu lejn dawn it- targets u ngħidu x'azzjoni ħadna u se nieħdu.", "Uħud minnhom diġa` qed isiru u hemm oħrajn li tajjeb indaħħluhom u nieħdu azzjoni malajr biex nikkumbattu din il-problema.", "Nikkonkludi billi ngħid li għandu jkollna kultura favur ħajja aħjar.", "Jekk wieħed jiddamdam bix-xorb ċertament mhux qed jgħix aħjar.", "Il-kultura favur ħajja aħjar tfisser li inti tħossok b'saħħtek u tippromwovi kultura favur il-bilanċ fejn kollox għandu l-ħin u l-qies tiegħu, u li kull persuna żagħżugħa tagħraf x'inhu l-bilanċ xieraq.", "Allura ejja nippromwovu din il- kultura favur il-pożittiv, favur ħajja li tippromwovi s-saħħa!", "Jekk wieħed jiddamdam u jabbuża mix-xorb alkoħoliku b'mod eżġerat, ċertament mhux qed jagħmel dan.", "Jiena nawgura li din il-liġi jkollha effett f'kull aspett, kemm min-naħa ta' infurzar kif ukoll mill-aspett edukattiv ħalli ż-żgħażagħ tagħna jagħrfu jagħmlu attivitajiet oħrajn li huma aktar ta' ġid għalihom.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Anthony Abela.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Mr Speaker, dan l-abbozz ta' liġi huwa wieħed qasir, imma jekk wieħed ifittex informazzjoni kemm fuq livell lokali kif ukoll internazzjonali ta' kif għandna nindirizzaw din il-problema ta' l-alkoħol vis-à-vis iż-żgħażagħ tagħna - jien ma ngħidx biss ta' taħt is-16-il sena - wieħed isib tant informazzjoni li jibda jħokk rasu minn fejn se jibda u fejn se jispiċċa.", "Il-mod kif żviluppat s-soċjeta` tagħna - forsi ftit wara ċerti soċjetajiet fl-istess kontinent tagħna, pero' miexja lejn l-istess sitwazzjoni li diġa` laħaq ħaddieħor - ipoġġi ċerta pressjoni fuq iż-żgħażagħ tagħna kemm bħala studenti u kemm fil-ġirja tagħhom sabiex jippreparaw ruħhom għall-ħajja u jaslu biex isibu mpjieg u jieħdu isibu l-istat tagħhom.", "Pero` bħal f'kull triq oħra, wieħed jiltaqa' ma' xi ħofor matul it-triq li wieħed jista' jaqa' fihom, u mbagħad diffiċli li jirkupra, bħal meta bniedem jikser siequ u mbagħad irid jagħmel ħafna żmien sakemm jerġa' jiġi għan-normal.", "L- istess ħaġa meta wieħed jitkellem fuq il-problema tax-xorb alkoħoliku qalb iż-żgħażagħ.", "Minn diversi surveys riċenti li saru wieħed isib li uħud miż-żgħażagħ tagħna sabiex jipprovaw juru kemm huma kbar, oħrajn għax forsi fil-familja jħalluhom jieħdu dik il-qatra, u oħrajn minħabba problemi soċjali li jkollhom fid-dar jew barra, jirrikorru għax-xorb.", "Min għax ikun introvert u jibża' jiffaċċja u jitkellem fuq il-problema li jkollu, u min għax għandu laxkezza wisq madwaru li allura tippermettilu mhux biss jesperimenta, imma li jaqbeż il-limitu permissibbli għalih u jdur għall-alkoħol, u wara l- alkoħol sfortunatament ħafna drabi jispiċċa anke biex jipprova affarijiet oħrajn.", "Sur President, bħal ħafna affarijiet li mhux suppost tagħmilhom, l-ewwel darba hija diffiċli, imma wara t-tielet u r-raba' darba tiġi ħaġa normali, iktar u iktar jekk it-tifel jew tifla, ġuvni jew xebba jkunu ġejjin minn ambjent fejn mingħajr ma jitlob ammonti ta' flus kbar lill-ġenituri tiegħu jew tagħha, isib il-mezzi finanzjarji sabiex hu jintroduċi ruħu għal xorb alkoħoliku.", "Hawn ħafna postijiet fejn wieħed ma jistax imur sakemm ikollu 16-il sena jew fejn, pero` l-mod kif inbidlet id-dinja llum hija normali li tfal u żgħażagħ ta' 14-il sena joħorġu, forsi mhux sas-sigħat bikrin ta' fil-għodu imma sal-11.00p.m. jew anke sa nofs il-lejl.", "Tfal ta' 15-il sena kważi jeħduha kontra tiegħek jekk inti ma tippermettilhomx joħorġu u jdumu barra għax sħabhom hekk jagħmlu, imbagħad la jiltaqgħu ma sħabhom, kulħadd irid ikun il-perċimes hu, kulħadd irid juri li hu naqra aħjar!", "Kulħadd jipprova jordom il-problemi li jkollu billi jipprova jixrob jew jagħmilha tal-leader tal-grupp u mbagħad jinqalgħu l-problemi.", "U nisimgħu mbagħad b'żgħażagħ li jispiċċaw jiġġieldu, ikorru u saħansitra anke jmutu.", "Il-WHO ilha s-snin tiffaċċja u tindirizza din il-problema kemm fil-world health assembly kif ukoll fil-world health organization.", "Huma jikkonċentraw l-iżjed fuq persuni li ma jafux jikkontrollaw ix-xorb, għax jekk wieħed ilu żmien jixrob ikun jiflaħ ċertu ammont ta' xorb, filwaqt li wieħed li ma jkunx mdorri t-tendenza hija li jieħu żewġ grokkijiet u ma jkunx jaf x'qed jagħmel, u jispiċċa jagħmel atti li m'humiex normali jew atti vjolenti.", "Nies li jkunu vittmi ta' vjolenza fiżika jew sesswali wkoll jirrikorru għax- xorb alkoħoliku.", "Issir vjolenza miż-żgħażagħ li jixorbu, li jibdew bi sfida jew biex jgħidu li ħadu good time!", "Hawn oħrajn li sfortunatament ikunu soġġetti għal ċertu abbuż, jew inkella fil-familja jkunu mdorrijin jixorbu, u l-ġenituri sfortunatament ma jaraw xejn ħażin li jippermettu lil uliedhom li ta' eta` żgħira ħafna jibdew jikkonsmaw ammont ta' alkoħol.", "Min hu mdorri jgħix tip ta' ħajja huwa xokk għalih meta f'daqqa waħda titfaċċjah b'ħaġa totalment differenti.", "Jekk imdorri jgħix f'ambjent ta' ħajja mingħajr ma jkun jaf x'toffri tip ta' ħajja oħra, allura dan huwa diġa` soġġett għall-effetti negattivi ta' l-alkoħol.", "Din narawha tiġri llum f'pajjiżna, u m'hijiex ħaġa ta' barra minn hawn, anzi jiddispjaċini ngħid li f'ċerti postijiet saret kważi xi ħaġa komuni!", "Wara li nkun mort xi attivita` fil-għaxija, niddejjaq ngħaddi minn ċerti postijiet lejn ir- Rabat, is-Siġġiewi u postijiet oħrajn u nara żgħażagħ li niddubita jekk għandhomx 15 jew 16-il sena mitluqin ma' ħajt, lanqas jaraw x'hemm quddiemhom bl-ammont ta' alkoħol li jkunu ħadu.", "Issa jekk ħadux flixkun birra wieħed u ma jifilħux għalih jew ħadux żewġ grokkijiet u ħalltu x- xorb, il-verita` hija li dawn it-tfal m'humiex kapaċi jikkontrollaw ruħhom u qegħdin jissoġġetaw lilhom infushom għall-effetti negattivi ta' l- alkoħol.", "F'dan il-kontest ħarist sew lejn dak li għamlet il-World Health Organisation, u tajjeb li wieħed jgħid x'qed jipprovaw jagħmlu fil-kontest internazzjonali biex jiffaċċjaw din il-problema.", "Per eżempju, il-world health assembly skond riżoluzzjoni numru 58/26 fuq is-saħħa pubblika indagat sew il-problemi kkawżati mill-użu ta' l-alkoħol.", "Ma ħarsitx biss lejn il-problemi fiżiċi imma ħarset ukoll lejn il-problemi ta' kif jeffettwaw il-karattru ta' dak li jkun, u ta' kif jibdluh kważi mil-lejl għan-nhar.", "Wieħed jibda jgħix ħajja ta' split personality, il-ħajja normali li tieħu pjaċir bil-persuna meta din ma tkunx taħt l-influwenza tax- xorb, u l-ħajja totalment differenti, kważi distruttiva, li din il-persuna tinbidel fiha malli tieħu l-alkoħol.", "Imbagħad hemm l-effett iżjed ħażin minn hekk meta l-familjari jew in-nies li għandhom l-impenn li jaraw il- benesseri ta' dawn il-persuni jħalluhom ikomplu f'dan il-vizzju mingħajr ma jieħdu l-passi kollha biex iqabbduhom triq oħra.", "Il-European charter on alcohol adottat fl-1995 jistabbilixxi prinċipji biex jirriduċi l-effetti negattivi li jirriżultaw mill-alkoħol, speċjalment biex tipproteġi nies li jispiċċaw vittma ta' vjolenza minn nies li jieħdu l- alkoħol, u wisq iżjed biex tnaqqas in-numru ta' nies assoċjati max-xorb li jispiċċaw jagħmlu atti kriminali taħt l-influwenza tax-xorb, li mbagħad minn eta` tant żgħira jibdew jitolbu eżenzjoni jew mitigazzjoni tar- responsabbilta` minħabba li huma kienu taħt l-influwenza tax-xorb.", "Fattur li jidħol fih dan il-European charter hija l-vjolenza minn dawk li jieħdu x- xorb alkoħoliku, kemm żgħażagħ kif ukoll dawk ta' eta' ikbar.", "U iktar ma jgħaddi ż-żmien iktar tiżdied id-dipendenza tal-persuna fuq ix-xorb, bħal meta bniedem jieħu l-pilloli, l-ewwel jieħu waħda, u jekk waħda ma taffettwahx ikun irid jieħu tnejn jew aktar, sakemm jasal at a point of no return.", "Fid-diversi artikli tiegħu, dan iċ-charter jindirizza din il-problema mhux biss billi jagħmel regolamenti u liġijiet, għax huwa faċli li ngħaddu liġi u ngħidu li t-tali ħaġa hija ħażina.", "Kultant jekk tgħidilhom li xi ħaġa hija ħażina u li mhux suppost jagħmluha, iż-żgħażagħ iktar jipprovaw jagħmluha!", "Dan bħal meta fi żmieni kienu jgħidulna li mhux suppost issuq jekk int taħt it-18-il sena, u kulħadd kien jara kif jieħu l-karozza ta' missieru anke f'eta' ta' 13-il sena jew 14-il sena, u jmur dawra biha!", "Pero` dak iż-żmien kien hawn 40,000 karozza u llum hawn 300,000 karozza, u forsi ż-żgħażagħ tgħallmu iżjed.", "Illum fl-iskejjel qed ngħallmu lit-tfal tagħna mhux biss is-suġġetti normali imma l-mod kif huma jistgħu jilqgħu l- isfidi tal-ħajja u jimxu 'l quddiem.", "Għalhekk bħalma ngħallmuhom fuq sess u fuq diversi aspetti tal-ħajja, għandna ngħallmuhom ukoll fuq l-alkoħol minn meta jkunu żgħar.", "Illum hawn ċerta awareness fuq it-tipjip, għax jekk ma tpejjipx sigaretti għandek wisq inqas ċans li tieħu d-droga, apparti l-fatt li t-tipjip jista' jagħmel ħażin għas-saħħa.", "U l-istess ħaġa l-alkoħol.", "M'iniex qed ngħid li wieħed meta jikber m'għandux ikun social drinker, li jmur f' attivita` u jieħu grokk jew tnejn, għax dawk kulħadd jieħu pjaċir bihom, pero` wieħed m'għandux jeżaġera.", "M'għandniex inħallu li wliedna li għadhom qegħdin jikbru jkollhom aċċess għax-xorb, kemm jekk minn fuq trolley f'dar privata jew jekk imorru jixtruh.", "Għandna ngħallmuhom li dawk huma affarijiet li jrid ikollok ċerta eta` biex tagħmilhom, u li trid tkun tiflaħ għalihom fiżikament.", "Jista' jkun hemm każ ta' tensjoni ta' l- eżamijiet jew każ ta' bullying fl-iskola u ma jkunux kapaċi jiltaqgħu ma' min hu inkarigat fl-iskola biex jindirizzaw dawn il-problemi, u allura l- istudenti jinfexxu fix-xorb għax fih dak il-ħin isibu forsi konsolazzjoni u mod kif jilludu ruħhom li f'daqqa waħda kollox sar sew.", "Imbagħad x'ħin jistejqru jsibu li effettivament mhux biss ma solvewx il-problema li jkollhom imma aggravawha, billi magħha jkunu żiedu d-dipendenza fuq ix-xorb ukoll.", "Azzjoni oħra li ħadet il-WHO hija l-European alcohol action plan ta' bejn is-snin 2000 u l-2005 - ma waqfux fis-sena 2005 għax imbagħad ipprovaw jiżviluppaw u jimmaturaw iżjed il-prospetti – li l-mira tiegħu hija li tirriduċi l-ħsara li joħloq l-alkoħol, inkluża l-vjolenza assoċjata ma' l- alkoħol.", "Kull ma jmur qegħdin naraw tibdil totali fil-karattru tal-persuna li tiġi soġġetta għax-xorb, u mhux tibdil għall-aħjar.", "Bl-alkoħol, bniedem ma jsirx iżjed soċjevoli, ma jiħux parti iżjed attiva f'ħidma u f'attivitajiet li jagħmlu ġid lis-soċjeta` in ġenerali, imma jsir karattru kważi buruż li jiddistakka ruħu mis-soċjeta' minħabba li jkun nflwenzat minn xi ħaġa estranja għall-karattru tiegħu, b'riżultati negattivi għall- istess soċjeta'.", "Flimkien ma' dawn, fis-sena 2001 kellna d-declaration on young people and alcohol li tidentifika ż-żgħażagħ tal-lum bħala l-iżjed nies suxxettibbli u f'riskju li jinqabdu fi problemi relatati ma' l-alkoħol, allura huma key targets għal min irid jagħmel negozju minn dawn in-nies.", "Jien missier, u għandi tfal li kibru u ieħor ta' 16-il sena li sal-lum, safejn naf jien, ċertu xorb la jgħodd għalih u lanqas imissu, pero` navżah bħalma javżah kulħadd.", "Jien jidhirli li pprovajna nrabbuh kemm jista' jkun tajjeb, ipprovajna ngħallmuh il-valuri tal-ħajja u li fejn hemm problema, kbira kemm hi kbira, jekk jitkellimha ma' xi ħadd li jrid jirraġuna miegħu, jien, ommu jew ħutu l-kbar jew ma' ħaddieħor, kapaċi nindirizzawha u flimkien insibu s-soluzzjoni.", "Sfortunatament dan diġa` kellu żewġt iħbieb li spiċċaw bi problema ta' alkoħol ripetittiva għaliex sabu l-bieb miftuħ biex jiżvogaw f'din il-ħaġa flok ma ipprovaw jindirizzaw il-problema b'mod iżjed effettiv billi jikkonsultaw ruħhom.", "Pajjiżna mimli b'soċjetajiet u b'volontiera li lesti li jgħinu f'dan is- settur.", "Għall-grazzja t'Alla għandna wkoll il-Knisja li tgħin mhux ftit billi torganizza attivitajiet li fihom iż-żgħażagħ ikollhom fejn jiddevertu u ma jħossux il-bżonn li jirrikorru għall- alkoħol.", "Pero` f'ambjent materjalistiku fejn bniedem jinsa l-ispiritwalita`, hemm iżjed it-tendenza li jaqa' fit-tentazzjoni ta' l-abbuż mill-alkoħol.", "Infatti ħafna pajjiżi Ewropej iqisu l-patterns tax-xorb miż-żgħażagħ bħala sfida kbira għalihom, u dan l-abbuż qed jikber fil-kultura taż-żgħażagħ tagħna wkoll.", "Uħud miż- żgħażagħ qisu l-gost tagħhom li jiskru!", "Mhux wieħed u tnejn tismagħhom jgħidulek: Il-bieraħ sirt daħna, il-bieraħ ma kontx qed nara art, il- bieraħ ħadt buzz!", "Dawn huma affarijiet li l-konsegwenzi tagħhom mhuwiex ta' dak il-ħin biss, imma xi kultant jistgħu jwasslu anke għal atti kriminali.", "Sur President, illum anke jekk tmur tara film li huwa klassifikat \"U\" issib li r-riklami li jkollok qabel iħajruk tieħu xorb alkoħoliku, bħallikieku jekk ġuvni jieħu dan ix-xorb it-tfajliet se jarawh isbaħ, u jekk hi xebba l- irġiel se jarawha isbaħ, u jekk qiegħed fi grupp int issir iċ-ċentru ta' l- attrazzjoni!", "Skond survey tal-WHO, f'ħafna pajjiżi fl-Ewropa fejn il- konsum ta' l-alkoħol huwa baxx, il-vjolenza hija ħafna inqas, u fejn il- konsum ta' l-alkoħol huwa għoli, il-vjolenza hija ferm iżjed għolja.", "Għaldaqstant inħoss li huwa urġenti ħafna li aħna nindirizzaw u nagħtu iktar kas ta' din il-problema, speċjalment fil-kontest ta' kif inrabbu lil uliedna u liż-żgħażagħ, kemm fid-dar kif ukoll fl-iskejjel.", "Ftit ilu waqt house visit kont qed nitkellem ma' xi żgħażagħ li qaluli li waqt l-ischool leaving party li organizzaw bejniethom ġo restaurant, dawn xorbu l-whisky u l-inbid, u kien hemm min spiċċa bil-ġenituri ta' tfal oħrajn iwassluhom għax ma kenux kapaċi li jaslu bit-trassport pubbliku!", "Saħansitra ix-xufier tal-private bus li kellu jwassalhom irrifjuta li jtellagħhom, għax ma kenux f'qagħda li jkunu jafu x'inhuma jagħmlu fuq ix-xarabank tiegħu!", "Jiġifieri minkejja l-informazzjoni kollha li kellna u minkejja t-twiddib mill- ministeru għall-familja u solidarjeta` soċjali u d-diversi reklamar li jsir biex lil uliedna ma nippermetulhomx li jikkonsmaw dan ix-xorb, xorta hawn wisq - ma ngħidx across the board - tolleranza f'dan is-settur.", "Ma naqbilx li għandu jkun hemm zero tolerance, imma min-naħa l-oħra huwa tajjeb li wasalna għal-liġi li qegħda taqta' linja dritta dwar min jista' jixtri alkoħol u min le.", "Huwa tajjeb li wasalna sabiex nikkontrollaw li ż- żgħażagħ ma jkunux jistgħu jikkonsmaw l-alkoħol f'post pubbliku jew f'ħanut tax-xorb liċenzjat.", "Sur President, jeħtieġ li ma nibqgħux niggustaw lil xi tifel li jixrob il- birra u ma ndejqux.", "Ġieli jkollok ġenituri li huma stess jieħdu pjaċir jdarru lil uliedhom jieħdu grokk whisky.", "Ħafna familji jħobbu jieħdu tazza nbid ma' l-ikel filgħaxija.", "Dak huwa alkoħol, u jekk wieħed se jippermetti lit-tfal tiegħu jieħdu l-alkoħol, irid joqgħod attent li l-ammonti jkunu żgħar.", "Jiena ċert li ħafna mill-familji joqogħdu attenti li ma jippermettux dan il-konsum.", "Irridu noqogħdu attenti li ma ndarrux lil uliedna jaħsbu li l-konsum ta' l-alkoħol m'hu xejn billi nippermettuh fid- dar.", "Naqra llum u naqra għada, dawn iż-żgħażagħ se jkollhom jikkombattu din l-konswetudni f'ħajjithom, u meta jiġu għax-xorb alkoħoliku, dawn jgħidu: Jekk il-ġenituri tagħna ppermettewlna u kienu jħajruna biex nieħdu xi grokk, aħseb u ara kemm nistgħu nixorbu meta nkunu barra d-dar!.", "Sur President, din il-liġi għandna narawha mhux biss mill-aspett ta' penalitajiet, imma anke mill-prijorita` ta' azzjoni li assumiet il-WHO fil- kontest tal-konsum tax-xorb alkoħoliku miż-żgħażagħ kif ukoll minn nies ta' eta' ftit ikbar.", "Din qalet li jekk norjentaw ruħna għall-awareness dwar ir- rabta bejn l-alkoħol u l-vjolenza, it-tendenza hi li jkollna inqas inċidenti.", "Din bħal l-ispeed limits fit-toroq.", "Ingergru kemm ingergru, ftit taż-żmien wara li ġew installati l-ispeed cameras rriżulta li għandna ħafna inqas każijiet ta' nies li jmutu f'inċidenti tat-traffiku f'ċerti toroq.", "Hemm min jissuġġerixxi li tintaxxa iżjed l-alkoħol, mingħajr ma teżaġera, biex iż-żgħażagħ li jridu jgħaddu bil-pocket money isibuha iktar diffiċli għal bwiethom li jixtru xorb ta' natura alkoħolika.", "Hawn min isostni wkoll li għandu jkun hemm livell standard fid-diversi pajjiżi fil-mod kif jindirizzaw il-problema, kemm permezz tal-media u kemm b'awareness programmes.", "Dawn għandhom ikunu armonizzati minn pajjiż għall- ieħor ħalli ma jiġrix li f'pajjiż tista' tlegleg u tixrob kemm trid, imbagħad tarak dimonju jekk tmur f'pajjiż ieħor fejn ma tistax!", "Tgħid x'tgħid, xorta jibqa' l-fatt li x-xorb eżaġerat iwassal in-nies għal vjolenza u biex jitkissru l-familji.", "Jekk teżisti l-vjolenza bejn il- miżżewġin u anke fir-relazzjoni tagħhom ma' wliedhom minħabba x-xorb, it- tendenza hija li għada pitgħada din se tintiret u timxi minn ġenerazzjoni għall-oħra.", "Il-WHO tinsisti li t-tagħlim dwar l-effetti ta' l-alkoħol għandu jiġi provdut bħala parti mill-edukazzjoni fl-iskejjel, u għandu jinkludi kemm lill-ġenituri u kemm lill-komunita'.", "F'kull livell tas- soċjeta', għandu jsir kull sforz sabiex jonqos il-konsum eċċessiv ta' l- alkoħol.", "Kif għedt fil-bidu, din il-liġi hija importanti għaliex ġegħlitna nirriflettu bis-serjeta` fuq id-direzzjoni li sejrin fiha ż-żgħażagħ.", "Mhux sinjal tajjeb li skond is-survey li sar hawn Malta ftit ilu irriżulta li persentaġġ qawwi ta' żgħażagħ fis-sekondarja jiftaħru li jixorbu l-alkoħol!", "Issa forsi jkun hemm ftit minnhom li qalu li jixorbu l-alkoħol biex jidhru li huma kbar, pero` l-qasba ġeneralment ma ċċaqċaqx għal xejn.", "Jien ma naħsibx li min għamel dawn is-surveys kellu l-intenzjoni jew xtaq li jkun hemm ir-riżultati li kellna.", "Imma huwa fatt li Ilum uliedna jgħixu taħt tensjoni kbira f'tellieqa sfrenata sabiex iġibu kwalifiki biex isibu impjieg u jilħqu f'pożizzjoni għolja.", "Pero` irridu nammettu li xi kultant nissikkawhom wisq lil uliedna biex iġibu dawk ir-riżultati, u mhux kulħadd jiflaħ għal dik it-tensjoni u dak l-istress li jġibu magħhom l-eżamijiet.", "Allaħares kulħadd kien kapaċi biss fl-IT, għax imbagħad ma jkollniex min jifhem fl-ikel u min isajrilna tajjeb!", "Allaħares kulħadd kellu jsir perit, avukat, tabib jew professur għax nispiċċaw kulħadd jipprepara l-pjanti, kulħadd jagħmel il-kuntratti u kulħadd jipprova jfejjaq in-nies!", "Għandna bżonn naċċettaw id-diversita` tal-potenzjal ta' wliedna, u rridu noqogħdu attenti li ma nkunux aħna li nqabbduhom it-triq li twassalhom biex jaqgħu fil-problema ta' l-alkoħol.", "Jien nawgura li din il-liġi tkun effettiva, kif qalu l-kelliema ta' qabli, billi tgħinna noħolqu ambjent aħjar kif uliedna jitrabbew u jippreparaw ruħhom għall-futur tagħhom.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Justyne Caruana.", "ONOR.", "JUSTYNE CARUANA: Mr Speaker, kif qalu l-kelliema ta' qabli għandna quddiemna abbozz ta' liġi li huwa mportanti ħafna, u ngħid li it's about time li jkollna abbozz ta' din ix-xorta.", "Ovvjament aħna bħala partit diġa` ddikjarajna li aħna favur dan l-abbozz għax hija sfortuna li ż-żgħażagħ tagħna, kemm f'Għawdex kif ukoll f'Malta, qed jirrikorru għall-konsum ta' l- alkoħol anke minn eta` żgħira ħafna.", "Allura hemm bżonn li ssir xi ħaġa b'mod immedjat, u abbozz ta' din ix-xorta huwa pass utli f'din id- direzzjoni.", "F'dan il-kontest proprju ftit tal-ġranet ilu l-partit Laburista vara dokument dwar iż-żgħażagħ li appuntu jittratta dwar diversi issues li jinteressaw u jinkwetaw liż-żgħażagħ, u fost affarijiet oħrajn hemm parti li tirrigwarda il-problema ta' l-alkoħol ukoll.", "Fil-fatt fid-dokument tagħna l-alkoħol poġġejnieh taħt is-sezzjoni dwar is- saħħa u r-raġuni hija li l-konsum ta' l-alkoħol għandu effett dirett u detrimentali fuq is-saħħa tal-bniedem, kif ġie xjentifikament pruvat u anke kif għadu kemm spjega l-kollega tan-naħa l-oħra.", "F'dan id-dokument tlaqna mill-premessa li r-rata taż-żgħażagħ li qed jabbużaw mill-alkoħol hija kemmxejn għolja meta kkomparata ma' pajjiżi oħra.", "Appuntu qed ngħidu li hemm bżonn li naħdmu fuq programm ta' ħidma li għandu jinvolvi l- istakeholders kollha ta' pajjiżna li jaħdmu f'dan is-settur, jiġifieri l- aġenziji kollha tal-gvern, l-istituzzjonijiet u l-għaqdiet kollha kemm tal- Knisja u anke għaqdiet non-governattivi.", "Il-programm, kif qed nikkontemplaw aħna, għandu jkun iffokat biex jissaħħu s-servizzi li diġa` qegħdin hemm, kif ukoll isiru programmi u servizzi oħra sabiex dejjem infornu informazzjoni u għajnuna iktar personalizzata liż-żgħażagħ u lill-ġenituri biex inkomplu niġġieldu din il-problema.", "Fl-istess waqt qegħdin ngħidu li hemm bżonn li tiżdied l-għajnuna tal-gvern lil dawn l-aġenziji, fondazzjonijiet, għaqdiet u istituzzjonijiet oħra li jaħdmu f'dan il-qasam.", "Fid-dokument qed nirriferu wkoll għad-delinkwenza u għar-riforma u fost affarijiet oħra qegħdin insemmu l-community service orders u l-combination orders.", "Qed nitkellmu wkoll dwar l-isport u d-divertiment li għandhom ikunu forma ta' divertiment alternattiv biex iż-żgħażagħ tagħna jkunu jistgħu jirrikreaw ruħhom b'mod san li jbegħedhom minn abbużi u minn vizzji oħra.", "Qed insemmi dawn l-affarijiet biex nuri kemm aħna bħala partit naqblu li hemm bżonn naqbdu l-barri minn qrunu u nindirizzaw dawn il- problemi li qed jeffettwaw ħażin mhux liż-żgħażagħ tagħna biss imma lis- soċjeta` in ġenerali.", "Jien persważa li kull wieħed u waħda minna hawn ġew niltaqgħu ma' każijiet - jien l-ewwel waħda waqt l-eżerċizzju tal- professjoni tiegħi - ta' żgħażagħ li jkollhom din il-problema.", "Sfortunatament il-maġġoranza taż-żgħażagħ bi problema ta' abbuż ta' alkoħol ikollhom problemi ta' abbużi oħrajn.", "Qed nirriferi għall-abbuż tad-droga.", "Jien jiddispjaċini nisma' żgħażagħ li minn eta` żgħira jgħidulek li xebgħu minn ħajjithom jew ma jafux x'se jaqbdu jagħmlu bihom infushom.", "Allura jirrikorru għax-xorb u sfortunatament anke għad-droga biex jinsew id- dwejjaq tagħhom u jgħidulek li jifgaw id-dwejjaq tagħhom ġox-xorb.", "L-Onor.", "Anthony Abela semma l-jargon li qed jużaw iż-żgħażagħ.", "Jien nisma' jargon li huwa ħafna agħar minn hekk, iżda m'huwiex dekoruż li ngħidu hawnhekk, pero` jingħad.", "Dan juri l-mod superfiċjali kif iż-żgħażagħ tagħna qegħdin iħarsu lejn din il-problema.", "Għandek kategorija oħra ta' żgħażagħ li jgħidu li jekk ma jixorbux ma jeħdux pjaċir.", "Hija ħasra li għandna żgħażagħ li mhux qed igawdu ż-żogħżija tagħhom.", "Hemm oħrajn li jgħidu li jixorbu għax inkella jekk ma jagħmlux bħal sħabhom jispiċċaw jirredikolawhom għax ma jixorbux.", "Hemm din il-forma ta' peer pressure li qed tkompli tiggrava u tintensifika l-problema.", "Għandna żgħażagħ oħra li jirrikorru għall-abbuż ta' l-alkoħol minħabba pressures li jkollhom, kemm ta' skola u kemm ta' xogħol.", "Sfortunatament għandna wkoll żgħażagħ li jgħidu li meta jkollhom problema ommhom u missierhom jieħdu grokk jew tnejn, u jipprovaw jinsew kollox.", "Allura dawn it-tfal għandhom l-omm u l-missier li suppost qed jagħtuhom eżempju tajjeb u minflok qed jagħmlu l-oppost.", "Każijiet bħal dawn ħadd ma jieħu pjaċir bihom u kulħadd jaqbel li hemm bżonn nindirizzawhom mhux biss permezz ta' dan l-abbozz imma across the board, permezz ta' inizjattivi u affarijiet oħra.", "Nifhem li mhix faċli li ssolvi din il-problema, mhux la kemm tiġi hawnhekk, tfaqqa' subgħajk, u tgħid li se ssolvi kollox!", "Pero` għandna dan l-abbozz quddiemna u għandna nitilqu minn hawn.", "Għandna strument legali li x'ħin se naslu għall-mument tal-vot se jiġi approvat minn kulħadd, u nawgura li jiġi nforzat.", "Sur President, diġa` ssemmiet il-kwestjoni ta' l-inforzar hawnhekk, u qed nerġa' nirrepeti dan għaliex huwa inutli li jkollna dan l-abbozz u naqblu dwaru, imma mbagħad ikollna problemi ta' inforzar.", "Sfortunatament il- pulizija ġieli jagħlqu għajnejhom, daqqa għax nafu lil dak u daqqa għax nafu lill-ieħor, u allura dak li nkunu għamilna hawn ġew ikun irriżulta għalxejn.", "Qed nirreferi in partikolari għal-liġi dwar it-tipjip.", "Nemmen li għandha tiġi intensifikata l-ħidma tal-forzi ta' l-ordni, tal-pulizija f'postijiet ta' divertiment fejn imorru ż-żgħażagħ biex jiġi żgurat li l- liġi tiġi nforzata.", "Hawnhekk m'iniex qed nirriferi għal din il-liġi biss, imma għal diversi liġijiet oħrajn in partikolari dwar il-limitu ta' eta` fil-postijiet ta' divertiment.", "Jekk tmur f'diskoteki, fi clubs u f'ħafna postijiet oħra ssib tfal ta' 11 jew 12-il sena fis-1.00 a.m, fis-2.00 a.m. u anke fit-3.00 a.m. Dan huwa ksur tal-liġi wkoll.", "Pero` qed ikun hemm każijiet ta' tfal li jitressqu l-qorti għax ipejpu sigarett, iżda mhux qed jitressaq is-sid ta' l-istabbiliment għax qed jippermetti li dawn it-tfal jidħlu fil-premises tiegħu.", "Din hija anomalija li għandha tiġi ndirizzata, u għalhekk qed ninsisti li hemm bżonn li jkun hemm inforzar bis-serjeta`.", "Fejn jidħlu dawn l- affarijiet, għalkemm il-pulizija għandha rwol importanti, ma nistax ma nippuntax subgħajja lejn il-ġenituri li qed jippermettu li t-tfal tagħhom imorru f'postijiet frekwentati minn żgħażagħ ikbar minnhom, u anke mhux żgħażagħ, idumu sa dawn is-sigħat bikrin ta' filgħodu, jikkonsmaw l- alkoħol, ipejpu u sfortunament hemm uħud li anke jieħdu d-droga.", "Jien lil dawn il-ġenituri ngħidilhom biex ikunu responsabbli u jieħdu ħsieb uliedhom.", "Hawn wisq liberta`, imma d-dixxiplina għandha tkun u r-rispett għandu jkun ukoll.", "Inutli li noqogħdu nitkellmu fuq il-valuri għax il- valuri l-ewwel li jibdew mill-familja, u l-familja trid tkun responsabbli biex tifforma lill-ulied.", "U għalhekk qed niddeġeneraw għax minn hawn tibda l-problema, u qed inkomplu naggravaw f'affarijiet oħra.", "Apparti minn hekk, f'dan il-kontest nixtieq ngħid li hemm bżonn li jiżdiedu l-breathalyser tests fit-toroq tagħna.", "Nafu li qed ikun hemm traffic accidents li qed iwasslu għal mwiet konsegwenza tax-xorb, qed ikollna diversi danni kkaġunati fit-toroq tagħna appuntu konsegwenza ta' l-abbuż ta' l-alkoħol, u għaldaqsant hemm bżonn li f'dan il-kontest nkunu aktar riġidi.", "Qed ikollna ħafna każijiet fil-qorti ta' ġlied li qed jiġri għax persuna tkun xorbot u tilfet il-kontroll.", "Ċertament li kieku persuna tkun sobrija ma tagħmilx dawn l-affarijiet.", "Meta niġi għal liġi per se, hemm xi ħaġa li qed tinkwetani ftit.", "Fil-fatt fl-artikolu 316C qed jingħad li min ibigħ l-alkoħol lil persuna minuri jeħel, meta jinstab ħati, bejn Lm100 u Lm500.", "Issa jien waħda minn dawk li jien favur li jkun hemm penalitajiet bħal dawn.", "Pero` qed niddistingwi sitwazzjoni minn oħra, li hija pjuttost element ta' prattiċita` milli element legali.", "Qed inħares lejn każ fejn għandek post li mhux iffullat, u allura dak li jkun ikun jista' jikkontrolla l-bejgħ, jiġifieri jekk imur żagħżugħ quddiemu li qed jiġih dubju dwar l-eta` tiegħu, jitolbu l-karta ta' l- identita` jew dokument uffiċjali ieħor, u jkun jista' jivverifika l-eta` tiegħu.", "F'dan il-każ m'hemmx problema.", "Pero` se jinqalgħu diffikultajiet fi stabbilmenti li jkunu aktar ffullati, fejn ikollok ambjent li ma tantx jiffavorixxi l-komunikazzjoni anke minħabba dwal u storbju, u dak li jkun ikollu diffikulta` biex jidentifika jekk dik il-persuna li għandu quddiemu hix minuri jew le.", "Meta jkollna dawn it-tip ta' diffikultajiet, din il- liġi ma tantx se tiffunzjona sew.", "Allura naħseb li rridu nkunu iktar prattiċi u mmorru pass oltre.", "U f'dan il-kontest jidħol ir-rwol tal- pulizija li għandha tkun preżenti f'dawn il-postijiet fejn, għalkemm m'għandekx restrizzjoni ta' eta` biex tidħol fihom, għandu jkun hemm il- pulizija li tassigura li min qed imur biex jixtri xorb alkoħoliku jkollu l- eta` skond il-liġi.", "Xi ħaġa oħra li qed tinkwetani u li ma naqbilx magħha, Onorevoli Ministru, u nispera li tikkonsidraha, hija li fil-liġi qed jingħad li min jinstab ħati li jkun qed iġorr karta ta' l-identita` falza jkun ħati ta' kontravenzjoni.", "L-ewwelnett għandek liġi ad hoc dwar il-karta ta' l- identita`, kapitlu 258 tal-liġijiet ta' Malta, artikolu 14, kif ukoll il- Kodiċi Kriminali dwar il-falsifikazzjoni ta' dokumenti, kapitlu 9, titolu V, subtitolu I, mill-artikolu 166 sa l-artikolu 178.", "Allura għandek konflitt bejn il-liġi kif qed naraw f'dan l-abbozz u l-liġijiet l-oħra li diġa` jeżistu.", "It-tieni nett, meta qegħdin nitkellmu fuq dokument uffiċjali li qed jiġi falsifikat, qed nitkellmu fuq reat serju, u m'għandek ebda garanzija li dan id-dokument kif falsifikat se jintuża biss għall- iskop biex jinxtara alkoħol kif ikkontemplat f'din il-liġi, għax jekk għandek dokument falsifikat tista' tużah għal diversi skopijiet.", "Allura fil-kontest ta' dan l-artikolu, fl-abbozz għandha ssir riferenza għal-liġi dwar il-karta ta' l-identita` kif ukoll għall-Kodiċi Kriminali, u tiġi applikata l-piena skond dawn il-liġijiet.", "Pero` mbagħad, minħabba l-fattur ta' l-eta`, għax qegħdin nitkellmu fuq minuri ta' taħt is-16-il sena, ikun hemm tnaqqis fil-piena bi grad jew tnejn skond ir-regoli normali tal-liġi.", "Pero` ma naqbilx li dan l-abbuż għandu jiġi meqjus biss bħala kontravenzjoni.", "Mill-bqija naqbel perfettament mal-counselling li qed jiġi suġġerit bħala parti mill-piena għax b'hekk inkunu qegħdin nevitaw konsegwenzi iktar gravi 'l quddiem.", "Apparti minn hekk, inħeġġeġ ukoll biex ikun hemm iktar edukazzjoni u iktar kampanji ta' awareness, għax huwa inutli li nagħmlu liġijiet li japplikaw għal ħwienet, postijiet pubbliċi u toroq meta fid- djar tagħna l-minuri qed ikollhom kull aċċess li jridu għall-alkoħol.", "Hawnhekk nerġa' ngħid tidħol ir-responsabbilta` tal-ġenituri.", "Fl-aħħarnett nikkonkludi billi ngħid li all in all, dan huwa abbozz importanti ħafna li nispera li jħalli l-frott mixtieq.", "Pero` nappella biex fil-pajjiż kulħadd ikun responsabbli, kulħadd jifhem li għandna problema li qed issir iktar akuta, u lill-ġenituri nagħmlilhom appell speċjali biex isegwu lil uliedhom.", "It-trobbija hija responsabbilta` kbira, u jekk il-familji ma joqogħdux attenti s-soċjeta` tagħna tispiċċa biex tmur iktar lura, u l- ħidma li qed jagħmlu ħafna nies f'dan is-settur tisfuma fix-xejn.", "Nixtieq nirringrazzja minn hawnhekk lill-għaqdiet kollha li jaħdmu ħafna f'dan is- settur u nawguralhom ħidma siewja f'dan il-qasam.", "Nirringrazzjak, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Adrian Vassallo.", "ONOR.", "ADRIAN VASSALLO: Mr Speaker, illum qegħdin nitkellmu dwar abbozz ta' liġi li jikkonċerna l-alkoħol u t-tfal, żewġ affarijiet li jekk tħallathom flimkien sfortunatament ikollok problemi enormi, u sfortunatament ukoll Malta llum qiegħda fl-ogħla post fil-lista ta' pajjiżi fejn jiġi kkonsmat alkoħol mit-tfal taħt is-16-il sena u anke miż-żgħażagħ.", "Malta hija wkoll fost l-iktar pajjiżi fejn wieħed jara tfal jibdew jixorbu minn eta` żgħira ħafna, tfal ta' 11-il sena, 12-il sena u ġieli anke ta' 10 snin!", "Din m'hijiex xi ħaġa li qomna filgħodu u f'daqqa waħda t-tfal tagħna bdew jixorbu, imma hija xi ħaġa li ilha ġejja numru ta' snin.", "Jien ilni nipprattika bħala tabib kważi 30 sena, u personalment naħseb li l-problema żdiedet, u min jara r-riċerka li saret isib li tul dawn l-aħħar 15-il sena żdiedet u llum laħqet proporzjonijiet allarmanti.", "Ċertament m'għandniex biex niftaħru li ġejna kważi minn ta' l-ewwel f'ħaġa bħal din!", "Allura d- domanda tiġi waħedha: X'sar fil-passat?", "Sfortunatament f'Malta l-ewwel inħallu l-affarijiet għaddejjin qisu xejn m'hu xejn, u jekk xi ħadd jiġbed l-attenzjoni ta' l-awtoritajiet li xi ħaġa sejra ħażin u li għandna l-problemi, jinfetħu l-kanuni kollha fuqu minn kullimkien, speċjalment minn sezzjonijiet tal-press li jridu ċertu ammont ta' liberaliżmu sfrenat u kontrolli ta' xejn, u anke minn dawk in-nies li jaħdmu fil-qasam ta' l-entertainment.", "U meta mbagħad il-problemi tant jikbru li jsir ħafna iktar diffiċli biex nibdew nikkontrollawhom, niġu hawnhekk ngħaddu liġi jew xi regolament bħalma għaddejna fuq ħafna affarijiet - u issa nsemmi fuqiex - u ħafna drabi nispiċċaw li ħadd ma jagħti kashom.", "Hawnhekk, minflok naraw x'se nagħmlu dwar il-problema kważi qabel tibda, jew almenu kif tibda nittrattawha mill-ewwel u ma nħalluhiex tikber, kulħadd jgħaddas rasu ġo l-art, inħallu kollox jikber, inħallu kollox għaddej u mbagħad niġu hawn ngħaddu l-liġijiet.", "Imma sfortunatament ħafna drabi lanqas il-political will ma jkun hemm biex naraw li dawn il- liġijiet jiġu nforzati.", "Nista' nsemmi liġijiet li kultant jinkisru anke bil-barka tal-gvern, ngħid jien, għax jekk il-gvern ma jagħmel xejn ikun qed jassisti fil-ksur ta' dik il-liġi.", "A case in point hija liġi li għaddejna hawnhekk ftit taż-żmien ilu li tgħid li tfal taħt is-16-il sena ma jistgħux jużaw armi tan-nar waqt sporting activities, jiġifieri biex jisparaw fuq il-plattini, mentri fil- fatt għandna x-shooting federation li s-sena l-oħra bagħtet tfal taħt l-14- il sena u taħt is-16-il sena barra minn Malta jipprattikaw dan l-isport, kollox kontra l-liġi.", "Il-gvern jaf bihom dawn l-affarijiet, qed tinkiser il-liġi b'mod tant sfaċċat li anke jġibu l-ismijiet u jippubblikaw kollox fuq il-gazzetti u ma jsir xejn.", "Hemm il-liġi, imma kontra min iridu huma jieħdu azzjoni, u ħaddieħor jibqa' għaddej!", "F'Malta għandna discos li suppost min għandu inqas minn 16-il sena ma jistax jidħol fihom, imma nixba' nara tfal nhar ta' Tnejn filgħodu li jiġu għandi biex nagħmlilhom ċertifikat għax ma jkunux marru l-iskola, imbagħad naralhom it-timbru tad-disco fuq idejhom!", "Ovvjament ikunu daħlu tard bil- lejl u ma jkunux jifilħu jqumu għall-iskola kmieni filgħodu.", "Imbagħad jien niġi fil-parlament nistaqsi - ilni nistaqsi dawn id-domandi kemm ilni hawn mill-1996 - kemm inqabdu tfal ġewwa postijiet ta' divertiment fejn mhux suppost jidħlu, u ssib li jinqabdu numru li jiena ngħid li kieku tmur tfittex fit-toilets ta' dak id-disco ukoll issib iktar li qegħdin hemm dak il-ħin, aħseb u ara kemm ikun hemm jiżfnu u jaqbżu, u l-pulizija qisha ma tara xejn!", "Illum qegħdin nitkellmu fuq il-bejgħ ta' l-alkoħol lil minuri.", "Meta tara kemm inqabdu nies li biegħu l-alkoħol lit-tfal fil-passat tara li l-average huwa bejn zero u erbgħa fis-sena.", "Per eżempju, is-sena l-oħra nqabdu erbgħa jbigħu l-alkoħol.", "Għandna problema enormi bħal din u ma nqabad ħadd ibigħ l-alkoħol lit-tfal f'Paceville, imma nqabdu erbgħa ġewwa Marsascala!", "Ħafna minn dawn il-każi li jinqabdu jkunu nqabdu għax iż-żgħażagħ jew it- tfal - għax jekk inti taħt is-16-il sena tifel jew tifla għadek - ikun tahom ħass ħażin jew ikunu involuti f'xi ġlieda f'dak l-istabbiliment, u allura l-pulizija tidħol u tieħu azzjoni għax kieku ma tidħolx.", "Minn erba' każi s-sena l-oħra wieħed għadu ma nqatax - għax għall-qorti ta' Malta hija biċċa xogħol kbira biex taqta' każ bħal dan – tnejn ġew liberati, għax min iġib skuża bil-barman, min għax ħaġa u min għax oħra, u każ ieħor ġie preskritt.", "Issa jekk kenitx preskrizzjoni bi żball jew kentix preskrizzjoni għax il- pulizija joqogħdu jtawlu sakemm jiskadi ż-żmien u ma jkunux jistgħu jtellgħu n-nies il-qorti, ma nafx.", "Inħalli f'idejn min qed jismagħna biex jiġġudika.", "Jien għandi l-opinjoni tiegħi, pero minn erba' każi għandu jkollok wieħed preskritt?", "Dan ma tgħidx għandek 4,000 każ u jaħrablek wieħed jew tnejn!", "Niftaħru li qegħdin fl-Unjoni Ewropea u għandna Natura 2000 li suppost qed tħares l-ambjent ta' żoni protetti bħall-Buskett, ċerti cliffs u postijiet li huma ta' ċerta ekoloġija importanti, imbagħad il-MEPA stess toħroġ il-permessi biex isiru rave parties fihom waqt il-breeding season ta' l-għasfur nazzjonali ta' Malta li suppost huwa protett bil-liġi.", "Qisu xejn m'hu xejn, kollox għaddej!", "Basta qiegħda fin-Natura 2000 din u nieħdu mill-fondi ta' l-Unjoni Ewropea biex nipproteġuha, u l-gvern stess joħroġ il-permessi biex tinkiser il-liġi!", "Sur President, għandna wkoll liġi kontra l-abbuż sesswali tat-tfal u meta jitla' xi każ il-qorti fuq hekk, ħafna drabi jekk ikun Malti jew ma jeħel xejn, jew jeħel probation jew xi sentenza sospiża.", "Imma jekk ikun barrani jeħel sew, għax imbagħad il-liġi qisha għall-barranin mod u għall-Maltin mod ieħor, minflok jeħel kulħadd xorta!", "Jien nippretendi li għandek tmur għall-maximum tal-piena, imma fil-maġġoranza tal-każi fuq rapes u abbużi tat-tfal li fihom ikunu nvoluti Maltin ħadd ma jeħel xejn, kollha jieħdu suspended sentence, u rari ħafna forsi wieħed jeħel sena ħabs.", "Is-sena l- oħra madwar 160 tifla minn 16-il sena 'l isfel kellhom tarbija, jiġifieri dawn ħarġu pregnant meta kellhom inqas minn 16-il sena.", "Issa dawn huma li ħarġu pregnant biss, u mhux qegħdin insemmu dawk li jagħmlu dawn l- affarijiet pero` ma ħarġux pregnant.", "Jiġifieri ara kemm hawn mijiet oħra!", "Ċertament li jkun sar abbuż fuqhom għax dawn ma jinqabdux pregnant waħedhom, bix-xejn - darba ġara hekk, safejn naf jien, fl-istorja ta' l- umanita` - imma ħadd ma jittella' l-qorti, qisu ma ġara xejn!", "Sur President, għaddejna liġi li tispeċifika li l-ħin ta' l-għeluq tal- postijiet tad-divertiment ma jistax ikun iktar tard mill-4.00 a.m. Mur f'Paceville, u tara postijiet li lanqas bieb ta' barra m'għandhom għax miftuħin 24 siegħa kuljum.", "Il-pulizija jgħaddu minn hemm, jidħlu jixorbu u ħadd ma jara xejn!", "Jekk niġu għar-rave parties, mietu tnejn min-nies ġewwa Malta u ruxxmata oħra spiċċaw l-isptar b'overdose ta' l-ecstasy li titħallat ma' l-alkoħol, għax f'dawn il-parties tindaqq ċertu tip ta' mużika li ġġiegħlek tieħu dawn l-affarijiet bilfors.", "Mhux kulħadd, imma l- maġġoranza hekk ikunu!", "Aħna ngħaddu liġi li dawn l-attivitajiet ma jistgħux idumu iktar mis-2.00 a.m., li ma jistgħux idumu iktar minn sitt sigħat u li jrid ikun hemm l-ilma f'dawn il-postijiet, mentri fil-fatt il- pulizija stess toħroġ il-permessi biex il-parties jibdew fid-9.00 a.m. sas- 2.00 a.m. ta' l-għada.", "Ikun għalxejn toqgħod tgħaddi liġi jekk ma jkunx hemm il-political will min-naħa tal-gvern li tiġi nforzata, għax wara kollox il-gvern tal-ġurnata - mhux qed ngħid dan jew l-ieħor, il-gvernijiet kollha - irid jara li l-liġijiet li ngħaddu hawn ġew jiġu nforzati.", "Illum ġejna fl-estremita` li kaċċatur - issa jien kaċċatur - jikser il-liġi u ma jeħdux azzjoni kontrieh bi skuża jew l-oħra.", "Il-liġi qiegħda hemm, jekk tiksirha trid tħallas.", "Almenu jien hekk nifhimha.", "Għandna l-green wardens, imma mur ħdejn il-junior college fil-5.00 p.m. u tara ruxxmata tfal - suppost dawn se jkunu l-leaders ta' għada – jieklu u jarmu l-karti barra meta hemm id-dustbin żewġ passi 'l bogħod.", "Ma tara ebda green warden u ħadd ma jeħel xejn, imbagħad jiġi l-kunsill u joqgħod inaddaf u jinħlew it-taxxi fuq hekk.", "Għalxejn tagħmel il-liġijiet u r-regolamenti jekk m'għandekx il-political will li tinforzahom.", "U jien nemmen li ma kienx hawn political will fil-passat, kulħadd jagħlaq għajnejh, u mhux għal din il-problema biss imma għal ħafna problemi oħra li qegħdin jeffettwaw liż- żgħażagħ.", "Meta sirt tabib lanqas kont naf x'jiġifieri unmarried mother.", "Waħda f'miljun kont issib!", "Illum kważi wieħed minn kull erbat itfal qed jitwieled ġewwa familja fejn m'hemmx a father figure.", "Mhux bilfors ikun hemm il-problemi 'l quddiem jekk illum għandek familji li huma miżżewġin b'mod regolari li qegħdin jitfarrku b'mod allarmanti, u għandek kwantita` kbira ta' tfal li qegħdin jitwieldu ġewwa single parent families bil- problemi kollha li ġġib magħha.", "Jien m'iniex qed ngħid li s- single parents ma jagħtux kas it-tfal jew jagħtuhom bis-sieq.", "Pero` dawn huma problema kbira anke fuq l-istat għax kollha jieħdu ċertu ammont ta' relief, li jekk toqgħod tikkalkula jitilgħu miljuni kbar ta' liri.", "Is-sena l-oħra kien hemm average ta' 900 li saru single mothers u dawn jieħdu Lm30 jew Lm25 fil-ġimgħa relief u m'iniex qed nikkalkula benefiċċji oħra.", "M'iniex qed ngħid li hu ħażin li tagħtihom, ħalli ħadd ma jifhimni ħażin, pero` meta tikkalkulahom dawn jitilgħu għal miljuni kbar ta' liri.", "Imbagħad noqogħdu ngħidu li m'hawnx flus għall-pensjonijiet u għall-mediċini.", "Jekk tistaqsini x'jista' jagħmel il-gvern biex jikontrolla dawn l-affarijiet, jien ngħidlek: Mur ħares lejn x'qed jgħid Tony Blair fl-Ingilterra.", "Qed jgħid: Let's return to basics, ejja naraw x'se nagħmlu!", "Ma jistgħux jibqgħu sejrin kif inhuma l-affarijiet, u fl-opinjoni tiegħi m'hawnx political will.", "Illum għandna din il-liġi grazzi għall-Ministru Cristina li kellha l- political guts li tiffaċċja l-baraxx ta' dawn il-ġurnalisti li jridu jilagħbuha tal-bullies u tal-liberali u li jridu free for all f'kollox.", "Imma jekk din hija liġi tal-pulizija, għaliex mhux qed jippilotaha l- ministru responsabbli mill-pulizija, l-Onor.", "Tonio Borg?", "Huwa tajjeb li nkunu nafu, għax jien naf, jew almenu nifhem, li l-Ministru Cristina ppretendiet jew xtaqet li l-eta` ma tkunx ta' 16-il sena imma tkun forsi iktar 'il fuq, bħalma hemm f'pajjiżi oħra.", "Naħseb li ta' Malta hija fost l- inqas li hemm fl-Ewropa!", "Min kienu dawk il-ministri li kienu fuq il- kumitat inter-ministerjali li argumentaw li għandha tkun ta' 16-il sena?", "Għaliex ma jgħidulniex?", "Jekk għandhom il-guts iqumu jitkellmu issa.", "Ara jien ma naqbilx li għandha tkun ta' 16-il sena; jien nemmen li jmissha tkun iktar.", "Għaliex ma jqumux u jgħidu min kienu ħalli l-poplu jkun jaf min irid li l-affarijiet jibqgħu għaddejjin kif inhuma?!", "Jien ngħid li m'hemmx political will li jiġu nforzati dawn il-liġijiet, u dan jixhdu l-fatt li ġieli kien hemm każi fejn ma tteħdux passi kontra min kiser il-liġi b'mod ċar.", "Darba minnhom semmejt każ f'dan il-parlament, fejn tifla ta' 14-il sena ammettiet fil-qorti - għax wara ġiet raped ġewwa Paceville - li kienet qed tixrob ġewwa l-Bamboo bar – u qed insemmih għax semmietu fil-gazzetta – u l-pulizija għadha ma ħadet ebda azzjoni kontra sid il-ħanut.", "Meta staqsejt, permezz ta' domanda parlamentari, għaliex ma ħadux azzjoni kontra sid il-ħanut il-ministru Tonio Borg qalli li l-każ għadu taħt appell.", "X'għadu taħt appell?!", "Għadu taħt appell ir-reat tar- rape, mhux il-fatt li din kienet fis-sakra fil-Bamboo bar.", "Fl-opinjoni tiegħi m'hemm l-ebda rieda politika, almenu s'issa - 'il quddiem ma nafx x'se jiġri - pero` għandi dubji kbar kemm sena oħra, jekk nibqgħu ħajjin, se naraw tfal u nies li jittellgħu l-qorti akkużati f'dawn ir-reati.", "Jalla ma jkunx hekk, u jalla għandi żball jien, pero` ma tantx niżbalja f'dawn l- affarijiet għax ħafna drabi, kif jgħidu, il-passat huwa mera tal-futur.", "Dawn affarijiet li jafhom kulħadd.", "Kulħadd jaf li t-tfal jidħlu fid- discos, u kulħadd jaf li t-tfal jixorbu.", "Joqogħdu jgħidulna li sal-lum il- pulizija ma tistax tieħu action jekk tara t-tfal bl-alkoħol f'idhom.", "X'jiġifieri?", "Jekk tara tifel b'xi ħaġa misruqa f'idu, din xi ħadd xtrahielu, xi ħadd tahielu, xi ħadd bigħhielu, u allura kien hemm ksur tal- liġi.", "Kieku fil-passat il-pulizija kienet tieħu action u tiġbor dawn it- tfal kollha - għax issa l-liġi se tinbidel - kienet iddejjaqhom, anke billi tiġborhom u tinterrogahom u tara min tahom u min ma tahomx l-alkoħol.", "Anke jekk ma tasal imkien, imma fl-aħħar mill-aħħar it-tfal ma jibqgħux jagħmlu kif qegħdin jagħmlu llum f'postijiet ġo Paceville u f'postijiet oħra u waqt il-marċi, kulħadd jixrob l-alkoħol!", "Jekk il-pulizija ma tagħmillek xejn, lanqas tiġbrok u tistaqsik minn fejn ġibtu u min bigħhulek, qisu ma ġara xejn, inti se tibqa' tmur tixrob.", "Imbagħad noqogħdu nġibu l-iskuża li l- pulizija ma tistax tieħu action dwar dawn l-abbużi.", "Sur President, jidhirli li l-problema li għandna llum - u għalhekk naħseb li ħafna affarijiet sejrin lura - hija li għandna nuqqas kbir ta' dixxiplina f'dan il-pajjiż, u kulħadd sar jagħmel litteralment li jrid.", "Ħafna nies jiġu għandi jgorru kontra l-wardens għax jagħtuhom ċitazzjoni.", "Ħadd ma jiġi għandi u jgħidli li kien it-tort tiegħu għax ipparkja quddiem garaxx, jew għax ipparkja fuq double line, jew għax għamel double parking.", "Ħadd m'għandu tort ta' xejn!", "Ara jekk imbagħad inti tmur tagħmel xi vista urġenti u tipparkja quddiem garaxx, basta jkollok it-ticket, is-sid joħroġ għalik u jkun irid jagħmel għalik!", "Imbagħad ħaddieħor imur jipparkja quddiem kulħadd, u jekk jaqla' ċitazzjoni, imbagħad ħafna dagħa!", "In-nuqqas ta' dixxiplina ssibu kullimkien llum.", "Min iħammeġ, min jagħmel overcharging u min jaqbad u jieqaf f'nofs ta' triq.", "Erbat ijiem oħra kulħadd irid jibda joħoġ armat għax kif tpaqpaq naqra, jinżlu għalik bl- ardita` li hawn!", "Kulħadd jagħmel li jrid u għandek korruzzjoni sfortunatament kullimkien.", "Allegatament kellna każijiet - ħa nkun naqra prudenti hawn - fl-ADT, fl-ETC, fil-pulizija, fil-MEPA, fil-qorti u fid- dwana.", "Fl-uffiċċju tal-prim ministru wkoll kien hemm każ ta' impjegat ftit ilu li jalla jekk mhux għaddej każ ieħor tiegħu bħalissa.", "M'iniex qed ngħid li l-korruzzjoni saret - dawn kollha għadhom sub judice - imma allegatament sar hekk, u qegħdin quddiem il-qorti.", "X'baqa' iktar xi ngħidu fuq hekk f'dan il-pajjiż?!", "L-entertainment industry l-ħin kollu tgħid li trid self-regulation.", "Self- regulation ta' xiex?", "Self-regulation meta ġabu dan id-diżastru kollu li hawn fejn ilħaqna r-record mondjali ta' xorb alkoħoliku fit-tfal?", "Dan ġabitu l-entertainment industry meta suppost m'hemmx self-regulation imma hemm il-pulizija tikkontrollahom, aħseb u ara kieku qegħdin huma biss!", "X'jagħmlu dawn?!", "Kulħadd jara biss sal-ponta ta' mnieħru u ma jagħti kas xejn!", "Sfortunatament donnu għandna żewġ liġijiet totalment differenti għall-qrati tagħna, qisek qiegħed tgħix f'żewġ pajjiżi differenti.", "L-aħħar darba kien hemm Għarbi, wieħed mill-Afrika ta' fuq, aktarx Tuneżin - għax illum jekk tgħid Musulman jieħdu għalihom, u jekk tgħid ħaġa oħra jieħdu għalihom ukoll – li seraq żewġ mobile phones u weħel tmien xhur ħabs.", "Sewwa għamlulu taf, għax jekk suppost jeħel hekk, għandu jeħel hekk!", "Imma hawn Maltin li serqu Lm10,000 u għamlu hold-ups, u ma weħlu xejn!", "Issa naraw jekk 'il quddiem humiex se jibdew telgħin il-qorti sidien ta' ħwienet li jbigħu l-alkoħol lit-tfal u kemm se jibdew jeħlu t-tfal infushom!", "Sur President, illum hawn lack of parenting eżaġerat.", "Issemmew ftit affarijiet hawn li juru l-lack of parenting, imma jien ngħidlek li ma ssemma xejn.", "Biss biss insemmi l-ilbies li qegħdin jitħallew jilbsu tfajliet ta' 13-il sena u 14-il sena li kważi kważi saru agħar mill-kbar illum.", "Hawn min jgħidlek li forsi ħarġu lebsin mod mid-dar, u mbagħad marru jbiddlu x'imkien ieħor.", "Dawn huma kollha ħmerijiet għax jien għandi niċċekkja kollox, kif toħroġ it-tifla tiegħi, kif tidħol, fejn tkun u kemm iddum barra.", "L-Onor.", "Anthony Abela qal li llum ta' 14-il sena jdumu sal- 11.00 p.m. Jien ngħid li jdumu sas-1.00 a.m. jew is-2.00 a.m., u l-gvern jirranġa l-ħinijiet tal-buses ħalli jkunu jistgħu jdumu iktar.", "Illum anke tfajla ta' ħmistax-il sena - naf jien - ġieli daħlet tiżfen ma' dawk il- poles li jkun hemm fid-discos!", "Ta' 15-il sena lanqas biss suppost tidħol f'dak il-post, imma l-pulizija ma taf b'xejn; ħadd ma jaf xejn!", "Illum għandek ġenituri li jieħdu huma stess lit-tfal tagħhom ta' 14-il sena biex joqogħdu jagħmlu t-tpinġija fuq żaqqhom u kullimkien.", "Naf ġenituri li jħallu t-tfal tagħhom ta' 13-il sena u 14-il sena joħorġu mal-boyfriend ta' 23 u 24 sena.", "Għalija huwa att kriminali li inti tħalli t-tifla tiegħek toħroġ ma' rġiel, biex ngħidu hekk, ta' dik l-eta`.", "Illum għandek ġenituri li jħallu l-hekk imsejjaħ boyfriend jew għarus - għax huma għarus jgħidulu wara li jkunu ilhom jafuh ġimagħtejn jew tlieta - jorqod mat-tifla tagħhom ta' 14 u 15-il sena ġo l-istess kamra, jibqgħu hemm għaddejjin lejl sħiħ.", "Dawn il-ġenituri jgħidulek: \"Imma basta naf li qegħdin miġburin hemm!\"", "Forsi jkunu qegħdin jgħidu r-rużarju!", "Iħalluhom hemm lejl sħiħ, mingħajr ebda mistħija ta' xejn!", "Illum id-dinja nqalbet ta' taħt fuq u ħadd ma jitkellem fuq dawn l- affarijiet!", "Ftit tisma' lil min jitkellem fuq hekk u meta titkellem fuq dawn l-affarijiet taqla' baraxx kritika li inti antikwat, li inti right wing, u lanqas naf x'ma jgħidulix lili għax nitkellem b'dan il-mod!", "Lanqas il-knisja llum ma titkellem fuq dawn l-affarijiet!", "Jien nitkaża meta nara affarijiet bħal dawn qegħdin jiġru u qisu m'hu jiġri assolutament xejn fil- pajjiż.", "Kulħadd jagħlaq għajnejh; agħar mill-ostrich qed nagħmlu għax l- ostrich forsi jtella' rasu biex jieħu daqsxejn nifs, imma aħna xejn!", "Hemm isfel tibqa' mgħaddsa rasna!", "Meta mbagħad tinqala' xi problema enormi u naraw l-kontroll jaħarbilna minn taħt idejna, forsi jqum xi ħadd u nibdew niċċaqalqu!", "Jien nammetti li llum il-parenting sar diffiċli ħafna.", "Jien m'iniex qed ngħid li jien xi expert f'dawn l-affarijiet.", "Xejn minn dan, għax għandi ħafna difetti wkoll.", "Illum għandek pressure kbira għax ħafna ġenituri jaħdmu t-tnejn, għandna broken families, single parents u ħafna peer pressure.", "Illum tara affarijiet li jġibulek għajnejk wara widnejk.", "Jekk it-tifel tiegħek qed jagħmilha ma' nies li taf li jieħdu d-droga jew inkella huma nvoluti f'serq u fi kriminalita`, għalfejn tħallih jagħmilha ma' dawn?", "U toqgħodx tgħidli li ma tistax!", "Ma tkunx tista', għax meta jkunu għadhom żgħar tħallihom jagħmlu li jridu!", "Tisma' ġenituri llum jgħidu li t-tifel tagħhom jistmawh qisu their friend.", "Your friend x'jiġifieri?!", "Your friend xejn!", "Inti missieru jew ommu.", "Jien naħseb li hemm għandha ssir l-edukazzjoni, mhux li noqogħdu ngħallmu lit-tfal kemm hu ħażin l-alkoħol.", "Mela hawn xi ħadd ma jafx kemm hu ħażin l-alkoħol?", "Fl- opinjoni tiegħi għandek tgħallem lin-nies kif isiru parents fil-veru sens tal-kelma, mhux billi ġġib it-tfal fid-dinja u mbagħad tħalli kollox għaddej!", "Veru li l-gvern ma jistax jagħmilha ta' parent hu, pero` ma jistax ikun lanqas li jagħlaq għajnejh u jħalli kollox għaddej kif inhu.", "Veru li l- ġenituri ma jistgħux joqogħdu mat-tfal tagħhom 24 siegħa kuljum, pero` almenu l-liġijiet tal-pajjiż nippretendi li għandhom ikunu osservati.", "Jien inħoss li l-pieni li nsibu f'dan l-abbozz m'humiex ħorox biżżejjed.", "Jien xtaqt li min jinqabad darbtejn, tlieta u erba' darbiet jingħata piena ta' ħabs u anke jagħlqulu l-ħanut u ma jerġax jieħu liċenzja oħra hu personalment u familtu biex jaħdmu f'dak il-qasam.", "Dan, jekk fdajtu darba, darbtejn, tlieta, imbagħad tibqa' tafdah?!", "Billi jħallsu Lm1,000 multa mhux se teffettwahom, għax dak l-ammont jaqilgħuh f'lejl meta x-xogħol ikun għaddej tajjeb.", "Is-sidien tal-ħwienet imisshom jintbagħtu jagħmlu community service, speċjalment fil-casualty department fl-isptar ħa jaraw l-effett li jkollu l-alkoħol fuq it-tfal.", "Ibgħatuhom jaħdmu hemmhekk!", "F'dan l-abbozz ta' liġi nsibu wkoll li t-tfal li jinstabu ħatja ta' xi kontravenzjoni jistgħu jiġu ordnati mill-qorti biex jipparteċipaw fi programm ta' ħidma sorveljata li jkun jikkonsisti f'community service.", "L- ewwelnett jien għandi dubju kbir kemm se jiġu ordnati li jagħmlu community service, għax illum anke jekk tisraq, il-qorti tagħtik probation u tibagħtek 'il barra.", "Min se jieħu ħsiebha din il-community service?", "Issa hawn qed nitkellmu fuq tfal taħt is-16-il sena li suppost għadhom imorru l- iskola.", "Mela dan il-community service x'ħin se jagħmluh?", "Jekk jibagħtuhom mal-kunsill biex jagħmlu xi xogħol, dan ix-xogħol waqt il-ħin ta' l-iskola se jsir?", "Imbagħad wara l-iskola jkun hemm min ikollu l-privat, min ikollu l-football, u min għandu ħaġa u min għandu l-oħra.", "Forsi se nibdew indaħħluhom is-Sibt bil-lejl?", "Dik tkun l-aħjar ħaġa, ħalli dak li jkun ma joħroġx u ma jkunx jista' jmur jixrob x'imkien.", "Dik l-aħjar ħaġa, imma jrid ikollok struttura adegwata.", "S'issa m'hawnx set-up biex jekk xi ħadd xi darba jeħel xi ħaġa - u jien għandi dubji kbar kemm se jeħlu – din is-sistema tkun tista' titħaddem.", "Jalla ma jinqabad ħadd għax ħadd ma jixrob, pero' jiena nħoss li mhux imbilli noqogħdu ngħidu bil- community service, għax jekk m'hemmx struttura adegwata biex tieħu ħsieb, m'aħna se naslu mkien.", "U rehabilitation ta' xiex u ta' min se ssir, għax jinqabad darba jew darbtejn jixrob?", "Min għandu 16-il sena ma jistax ikun il ilu jixrob xi 20 sena!", "Din hija ħaġa loġika.", "Kif se tagħmel rigward rehabilitation?", "Mr Speaker, irrid ngħid ukoll li jiena wieħed minn dawk li nemmen – u din għedtha qabel u nerġa' ngħidha u naqla' ħafna kritika fuqha allavolja 80% tan-nies, speċjalment ġenituri, qablu miegħi meta saret online call – li għandu jkun hemm curfew fuq tfal ta' ċerta eta'.", "Għandu jsir curfew fejn tfal taħt ċerta eta' ma jitħallewx barra unaccompanied wara ċerti ħinijiet, speċjalment f'areas ta' divertiment bħal per eżempju Paceville.", "Jekk dawn ma jistgħu jidħlu mkien għax kullimkien kontra l-liġi u ma jistgħux jixorbu alkoħol, allura xi jmorru jagħmlu hemm?", "Ma tħallihomx jidħlu hemm in the first place, jew inkella għamel ċerti żoni fejn jistgħu jaraw film u fejn jistgħu jmorru jilagħbu ċertu logħob.", "Imorru band'oħra!", "Mr Speaker, illum qisu spiċċa dak il-perjodu ta' childhood, ngħidlu jien mezzan ta' meta wieħed ikollu dawk it-13 jew 14-il sena.", "Illum jew qisek għadek baby jew inkella kbir mill-ewwel, qisu fin-nofs m'hemm xejn!", "Ejja nipprovaw naraw x'għamlu pajjiżi oħrajn rigward tfal ta' din l-eta'.", "U jiena naħseb li curfew f'ċerti postijiet u f'ċerti ħinijiet tkun ħaġa pożittiva.", "Issa billi dan imur jisma' quddiesa ta' nofs il-lejl lejlet il- Milied jew lejlet l-ewwel tas-sena m'hu se jagħmel xejn ħażin, lanqas jekk imur waħdu, speċjalment jekk joqgħod viċin il-knisja.", "Pero' rigward postijiet bħal dawk li diġa semmejt ċertament m'għandux ikun hekk.", "Jiena nagħlaq billi ngħid li din hija liġi tajba jekk titħaddem tajjeb, u nispera li s-sena d-dieħla, jekk inkun għadni hawn, meta nagħmlu domandi kemm inqabdu u x'kienu weħlu, ma nibqgħux naraw risposti li kieku kont ministru jiena kienu jħammruli wiċċi!", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Edwin Vassallo.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO: Mr Speaker, kif qalu l-kelliema ta' qabli għandna leġislazzjoni forsi daqsxejn differenti minn leġislazzjoni oħra li aħna mdorrijin niddiskutu f'dan il-parlament.", "Din hija l-leġislazzjoni li tirrigwarda aspett wieħed tal-ħajja tagħna.", "Permezz ta' din il- leġislazzjoni sempliċi imma sinifikanti l-gvern qed jipprova jdaħħal ċerta responsabbilta' fejn qed jara li jista' jkun li qed tonqos.", "Permezz ta' din il-liġi, li magħha hemm marbutin ċerti penali, il-gvern qed jipprova jdaħħal r-responsabbilta' fiż-żgħażagħ u fis-sidien tan-negozji.", "Għaliex?", "Għax waqt li din il-liġi qed temenda l-kodiċi tal-liġijiet tal-pulizija, qiegħda tgħin ukoll biex il-kodiċi tal-pulizija ma jibqgħux kodiċi ta' kif darba bdew jispiċċaw, u li fihom jinżamm l-istatus quo, imma jinbidlu skond iċ-ċirkostanzi differenti tal-ħajja tal-poplu tagħna.", "Din il-leġislazzjoni waħedha titfa' ċerti piżijiet u ċerti regolamenti fuq min jista' jixrob, min jista' jbigħ, u liema eta' jrid ikollok jekk inti titħajjar tersaq biex tixrob u minn fejn se tixrob.", "Għall-ewwel darba din il-leġislazzjoni qiegħda tagħti poter lill-pulizija biex tara li adoloxxenti - u kif qal il-kelliemi ta' qabli l-Onor.", "Adrian Vassallo ħadd m'għadu tfal u kulħadd isir kbir mill-ewwel - ma jistgħux jiġu offruti prodotti ta' alkoħol.", "Mr Speaker, għalkemm fiha żewġ paġni, din il- leġislazzjoni fiha żewġ obbligazzjonijiet, waħda fuq l-individwu u l-oħra fuq min ibigħ.", "F'dan is-sens din hija simili għal-leġislazzjoni dwar it- tipjip f'postijiet pubbliċi fejn ikun ħati dak li jinqabad ipejjep fil- ħanut u jkun ħati wkoll sid il-ħanut, anke jekk ma jkollu xejn x'jaqsam ma' min ikun qed ipejjep.", "Din il-leġislazzjoni hija twofold, u hija bidu tajjeb.", "Qed ngħid hekk għax jiena ma kontx naqbel magħha din il- leġislazzjoni li kieku kienet tippenalizza biss lil min ibigħ.", "B'dan il-mod għandek iż-żewġ naħat qegħdin jerfgħu l-istess responsabbilta'.", "Il-bieraħ l-Onor.", "Marie Louise Coleiro Preca rreferiet għar-responsabbilta' tal-ġenituri, u forsi fil-kuntest ta' dak li qalet, din il-leġislazzjoni tidher mild.", "Forsi l-ministru tidher mild ħdejn l- Onor. Coleiro Preca, għaliex li kien għaliha, kienet iddaħħal ukoll ir- responsabbilta' tal-ġenituri.", "Issa jiena naħseb li jekk in-naħa ta' l- oppożizzjoni qiegħda tgħid li l-ġenituri għandhom ikunu nvoluti, dan nikkonsidrawh anke waqt l-istadju ta' kumitat, u b'dan il-mod, flok fuq żewġ naħat, din ir-responsabbilta' taqa' fuq tlieta.", "Ovvjament, jiena nista' ngħid li meta ġie biex jilleġiżla, il-gvern hawnhekk kien kawt - ma kienx naïve - u l-kwestjoni tal-ġenituri donnu li ma kellux l- intenzjoni li jdaħħalha f'din il-leġislazzjoni għaliex ħaseb li b'dan il- mod wieħed seta' jagħmel inqas ġid milli fil-fatt ħaseb li se jkun qed jagħmel.", "Mr Speaker, jien naħseb li din il-leġislazzjoni waħedha mhux bilfors li tasal fejn wieħed ikun jixtieq.", "Bil-Malti nħobbu ngħidu minn ġot-taġen għal ġon-nar, filli ma kellna xejn, u issa se nibdew naħsbu kif nagħmlu d- dixxiplina fuq kulħadd, inkluż fuq il-ġenituri u fuq mitt ħaġa oħra.", "L- Onor. Adrian Vassallo qal li din il-leġislazzjoni m'hijiex daqshekk ħarxa, imma jiena nsostni li għandna bidu tajjeb u hi leġislazzjoni li qed tibgħat messaġġ.", "M'hijiex leġislazzjoni fejn minn ġot-taġen qed immorru għal ġon- nar u lanqas m'hi leġislazzjoni fejn filli ma kellna xejn u filli l- ministru qed tersaq b'ħafna penalitajiet ħorox.", "Forsi l-penalitajiet m'humiex daqshekk ħorox - għalkemm x'ħin teħilhom tkun taf kemm huma ħorox, għax sakemm ma teħilhomx kollox sew – u huwa għalhekk li naħseb li għandna nagħtu kelma anke bħala parlament li din il-leġislazzjoni jista' jkollna reviżjoni tagħha (Interruzzjonijiet) Il-Ministru Cristina qed tgħid li fi żmien ħames snin jerġa' jkollna revision tagħha, pero' peress li din il- leġislazzjoni tirregola l-kummerċ ukoll, jiena ngħid li l-ħames snin għandhom ikunu inqas.", "Jiena niftakar li meta ġejt hawnhekk bil-leġislazzjoni tat-trade licensing regulations kont għedt li fi żmien sentejn irid ikollna l-ewwel reviżjoni.", "Almenu għandna nibdew naddottaw is-sunset clause biex liġi mhux tpoġġiha hemm mingħajr expiry date.", "Tajba din, mela bott tat-tonn taż-żejt jew tal- kunserva għandu l-expiry date, u l-ebda liġi m'għandha expiry date!", "U jiena naħseb il-kodiċi tal-pulizija seta' kellu expiry date bil-mentalita' li sar.", "Jiena naħseb li jekk wieħed jiddiskutih jista' jipprova jagħmlu iżjed addattat għall-ħajja tal-lum jekk irridu pulizija li jkunu on the beat għaċ- ċirkostanzi tal-lum.", "Jiena naħseb li meta sar il-kodiċi tal-pulizija sar f'ambjent meta l-pajjiż kellu ċerti proċeduri u ċertu stil ta' ħajja.", "Issa minflok taqbad il-kodiċi tal-pulizija u temendah klawsola minn hemm u klawsola minn hawn, naħseb li jkun tajjeb li xi darba wieħed jaqbad dan il- kodiċi u jara jekk jirriflettix l-istil tal-ħajja Maltija tal-lum.", "Għadu jista' jasal għall-istess ordni li xtaq li joħloq meta nkiteb?", "Per eżempju bħala parti mill-pjan ta' ħidma tas-sena li għaddiet bdejna naħdmu ma' l-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici biex nirrevedu l-kodiċi kummerċjali.", "Hekk ukoll għandu jsir fil-każ tal-kodiċi tal-pulizija.", "Il- kodiċi kummerċjali għandu l-bidu tiegħu minn żmien Napuljun bħala mentalita', imma ma jistax ikun li llum ikollna kummerċ li jiġi regolat b'kodiċi li għalkemm m'inti se tneħħilu xejn minn dak li huwa tajjeb, imma b'xi mod trid tara li telimina ċerti liġijiet li saru, u li lanqas għadhom jintużaw għax għaż-żmien tal-lum saru obsolete!", "Hemm liġijiet li allaħares tapplikahom fil-kummerċ illum, imma dawn għadhom hemmhekk.", "U jiena b'sodisfazzjon ngħid - għax isir ħafna xogħol li ħadd ma jkun jaf bih - li l-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici ma' grupp ta' esperti qegħdin jaraw liema liġijiet għandhom jibqgħu fil-kodiċi kummerċjali u liema le.", "Jien ma nafx jekk hux qed noħroġ barra l-parametri ta' dan id-dibattitu, imma naħseb li l-kodiċi tal-pulizija kien proprju mmirat biex iħares lejn l-ordni fil- ħajja soċjali tal-poplu tagħna.", "Jien inħoss li jekk illum irridu li l-pulizija tkun tista' tiddefendi l- ġust, toħloq ġustizzja u tipprova tara kif toħnoq il-kriminalita' żgħira, kbira, fiskali, organizzata jew mod ieħor, allura naħseb li wasal il-waqt li wieħed jibda jiddiskuti kif il-pulizija jingħataw għodda ġdida li tkun iżjed komplementari mal-lifestyle li rridu nirregolaw.", "U naħseb li l-liġi tal-lum hija prova ta' dan li qed ngħid.", "Qegħdin nipprovaw nemendaw linja 'l hemm u linja 'l hawn, imma kieku ma ġiex emendat il-kodiċi tal-pulizija wieħed jibda jistaqsi: Imma x'ordni qegħdin iħarsu dawn, sakemm wieħed ma jagħtix daqqa lil xi ħadd u joqtlu!", "Paceville ħafna drabi nsejħulu police state, imma x'jista' jsir ħażin biex il-pulizija tintervjeni?!", "Għax hemm ħafna petty crime li jista' jsir f'għajnejn il-pulizija li barra minn Malta huwa meqjus bħala crime, u f'Malta mhux crime!", "Mr. Speaker, jiena naħseb li kemm mill-aspett soċjali kif ukoll mill-aspett kummerċjali wieħed ma jistax jibqa' jara l-governabilita' qisu kulħadd jgħix fi sky scraper għalih u m'għandux x'jaqsam ma' l-ieħor.", "Naħseb irridu nħottu l-iskyscrapers li għandna u mmorru iktar flat u nkunu iktar omoġenji.", "Qed ngħid dan għax naħseb li ma' din il-leġislazzjoni llum jew għada bilfors irid ikun hemm xi emendi.", "Per eżempju min ikun fis-sakra, hawn Malta huwa kkonsidrat reat?", "Fuq it-television naraw li barra minn Malta jekk inti tkun fis-sakra l-pulizija jiġbruk.", "Aħna rridu korp tal- pulizija pro-attiv jew inkella korp li jdawwar wiċċu n-naħa tal-lemin jew tax-xellug jekk tkun qed issir xi ħaġa?!", "Jekk jiena nkun fis-sakra u dan ifisser li jiena liability għas-soċjeta' għax dak il-ħin m'iniex nirraġuna, jiena tajjeb biex nibqa' on the road hekk?!", "Nista' mmur insuq f'dak l- istat?!", "Kemm ikun hemm kriminalita' f'Paceville jew f'bars li l-oriġini tagħha tkun minħabba s-sakra?", "Issa hawn m'aħniex qed nitkellmu fuq tfal, imma hawn qegħdin nitkellmu fuq adulti.", "Jiena nifhem lill-Onor.", "Adrian Vassallo meta qal li għandna ċerti ġurnalisti liberali fejn donnu hawn Malta l-anarkija saret issue fundamentali, ħalluna nagħmlu li rridu, ħa nikkmandaw aħna, għax aħna responsabbli tagħna nfusna!", "Hawn kulħadd jgħid li hu responsabbli tiegħu nnifsu meta ħadd m'hu responsabbli iktar tiegħu nnifsu.", "Dan qed ngħidu għax naħseb li b'xi mod irrid inqajjem dan id-dibattitu.", "Min ikun fis-sakra għandha tibda titqies bħala reat?", "Inkunu qed ndejqu lin-nies b'daqshekk?", "Inkunu qed naffettwaw il-kumdita' li qegħdin fiha fl-aħħar mill- aħħar?", "U naħseb sakemm l-Onor.", "Dolores Cristina waslet hawn skomodat ftit mhux ħażin il-qagħda li konna fiha, pero` nixtieq nagħti suġġeriment ieħor.", "Mr. Speaker, is-suġġeriment huwa li jekk f'din il-leġiżlazzjoni forsi l- penalitajiet huma mild, xorta waħda għandna ngħidu li qed tibda fuq nota tajba.", "Din hija l-ewwel tbeżbiża, imma kemm-il darba fi żmien sentejn insibu li s-snien tagħha m'humiex biżżejjed, allura għandna nirranġawha.", "Hawnhekk nixtieq naqsam esperjenza.", "Aħna pprovajna ndaħħlu l-ordni fl- attivita' kummerċjali meta ridna nirregolaw l-amplified music licences, jiġfieri dawk l-attivitajiet kummerċjali fejn tintuża amplified music.", "F'dan il-każ x'kien jiġri?", "Min kien ikun qed jiddejjaq b'dan it-tip ta' stabbilimenti ried bilfors javża l-pulizija.", "Imbagħad il-pulizija, jekk ma kienx irid jieħu ċertu azzjoni mmedjata minn rajh, kien jgħid lil dak li kien qed jirrapporta u jgħidlu: Inti lest titla' l-qorti ħalli tixhed kontra dan?", "Konna nsibu min hu lest jitla' l-qorti, pero' kien ikun hemm ukoll min ma kienx ikun lest jitla' l-qorti, u l-fastidju kien jibqa' hemm.", "Fil-fatt konna emendajna t-trade licences regulations li llum jgħidu li meta jkun hemm ksur ta' l-amplified music licence minn dawn l- establishments wara is-1.00 a.m. jew wara l-11.00 p.m. skond il-każ, u l- pulizija jgħaddi minn quddiem il-bieb, il-pulizija jista' javża permezz ta' spettur lil dak in-negozju biex jagħlaq sa l-għada filgħodu.", "Issa għad irrid niltaqa' mal-pulizja u niddiskuti magħhom dwar kif ħadmet din il- leġislazzjoni dan is-sajf.", "Din kienet għodda tajba f'idejhom?", "Jiena m'iniex qed nissuġġerixxi li jsir hekk immedjatament, imma jkun tajjeb li wieħed jaħseb biex fil-futur jara jekk din l-għodda li l-Ministru Cristina daħħlet bil-kelma t-tajba hijiex qed taqdina tajjeb.", "Jekk din il-leġiżlazzjoni jibqa' ħadd ma jagħti kasha, la l-individwu u lanqas min qed jikkummerċja, allura naħseb li nistgħu naslu biex ikollna regolamentazzjoni bħalma diġa` għandna fil-każ ta' l-amplified music.", "Mr Speaker, għalkemm se nibqa' fuq l-istess leġiżlazzjoni nixtieq issa nitkellem fuq xi ħaġa oħra li ġrat ħażin f'dan il-pajjiż u li beħsiebni nemenda, għax jien responsabbli minnha.", "Meta konna emendajna s-sistema tal- ħruġ tal-liċenzji tan-negozji konna għamilnieha li l-liċenzja tagħhom ma tkunx daqshekk riġida imma jkollha tifsira iktar wiesgħa ta' prodotti li jista' jkollhom għall-bejgħ.", "Waħda mill-iżjed liċenzji tan-negozji li ngħoġbot kienet il-liċenzja tal-confectioneries.", "Fil-każ tal- confectioneries aħna konna liberalizzajna anke l-ħin, u llum confectionery jista' jiftaħ 24 siegħa kuljum sebat ijiem fil-ġimgħa.", "Meta lleġiżlajna bħalma qed tilleġiżla l-Ministru llum, konna nafu l-leġiżlazzjoni tagħna kif se tiġi attwata, implimentata u mifhuma.", "Konna nafu wkoll li kien se jkun hemm min jipprova jevadiha u mhux jobdiha.", "F'dan il-każ huwa min qiegħed fil-kummerċ li mill-esperjenza qed jgħallimna fejn qegħdin il-loopholes ta' din il-leġiżlazzjoni.", "Anke fil-każ ta' din il- liġi, bħalissa ma nkunux nistgħu nkunu nafu fejn huma l-loopholes bħalma jien ma kontx naf fejn se jkunu l-loopholes tat-trade licence regulations li għamilna erba' snin ilu.", "Ikun biss wara ċertu żmien li titħaddem li nkunu nafu b'dawn l-affarijiet u għalhekk għedt li din il-liġiżlazzjoni ma tistax iddum ħames snin mingħajr reviżjoni.", "Per eżempju fil-każ tar- responsabbiltajiet tiegħi nista' ngħid li l-kummerċ ikun qiegħed il-ħin kollu qablek u jgħaġġel iktar minnek biex jemenda l-prattiċi tiegħu.", "U l- kummerċ emenda l-prattiċi tal-confectioneries fejn illum għandna confectioneries li qegħdin jaġixxu saħansitra anke ta' bars, ibigħu d- drinks u jpoġġu l-imwejjed barra fejn in-nies jistgħu jixorbu.", "Issa wieħed jista' jgħid: Billi għamilt mejda u siġġu u begħtlu flixkun magħluq x'għamilt ħażin?", "Il-ħażin hu li ċerti confectioneries qegħdin jaġixxu ta' bars, u allura liċenzja għal confectionary spiċċat the cheaper licence for a bar.", "Dawn l-iżjed li nsibuhom f'Paceville, u naħseb li dan mhux sewwa u għaldaqstant qegħdin nippreparaw emenda fil-leġiżlazzjoni tat- trade licences li jgħidu li confectionery ma jistax jaġixxi ta' bar u ma jistax iservi xorb.", "Emenda oħra li qegħdin nikkontemplaw hija li l- confectioneries ikollhom limitu safejn jista' jinbiegħ prodott ta' l- alkoħol.", "Jekk confectionery irid ibigħ il-ħobż jew affarijiet oħra jista' jibqa' miftuħ 24 siegħa kuljum, pero` l-prodotti ta' l-alkoħol għandu jkun hemm ħin sa x'ħin jistgħu jinbiegħu.", "Hawn mhux qed nirreferi għas- supermarkets għax dawk ikunu magħluqa, pero` rridu nistabbilixxu ħin, per eżempju sal-10.00 p.m. jew sal-11.00 p.m. sakemm confectioneries jistgħu ibiegħu l-alkoħol.", "Mr Speaker, jekk ma nagħmlux hekk jien ma nkunx komplementari ma' din il- leġiżlazzjoni tal-Ministru Cristina.", "Jekk ma nemendax fejn nista' nemenda fil-leġiżlazzjoni tiegħi, allura l-leġiżlazzjoni ta' l-Onor.", "Dolores Cristina se tibqa' dgħajfa.", "Biex ikun hawn is-saħħa jrid ikollna din is- sinerġija fil-mentalita'.", "Jekk hawnhekk se nivvotaw favur, almenu rridu fil- prattika nuru l-interess li għalina din il-leġiżlazzjoni m'hijiex biċċa karta oħra fuq l-ixkafa imma hija metodu ta ħajja.", "Aħna rridu noqogħdu nitfgħu r-responsabbilta` fuq il-ġenituri u fuq nies oħra, imma mbagħad anke aħna l-politiċi rridu nieħdu r-responsabbilta` tagħna.", "Mr Speaker, irrid ngħid li għalkemm din il-leġislazzjoni qed titfa' ċerta responsabbilta` fuq min m'għandux, pero` permezz ta' din il-liġi l-gvern ma jistax jieħu f'idejh ir-responsabbilta` tal-ġenituri, għax il-ġenituri huma l-ġenituri, u l-gvern mhux se jsir ġenitur.", "Il-bieraħ kien interessanti nisma' membri oħra ta' din il-Kamra jagħmlu enfasi fuq it-tagħlim.", "L-Onor.", "Marie Louise Coleiro Preca għamlet riferenza anke għal Sedqa, u kemm Sedqa jmisshom jgħallmu.", "Skond ir-rapport li għandi ta' l-ESPAD hemm żgħażagħ li qegħdin jirrapportaw, donnhom bi pjaċir, li huma jixorbu.", "Issa ħalliha li forsi meta jkun hemm kwestjonarju jkun hemm min jagħti informazzjoni xi ftit inflated, imma ma rridx inneħħi l-mertu tal-findings.", "Meta qrajt ir-rapport tal-European school survey project on alcohol and other drugs (ESPAD), jien fittixt biex nara min huma dawn iż-żgħażagħ li wieġbu għall-questionnaire u minn liema skejjel kienu ġejjin.", "Fir-rapport jingħad, fost l-oħrajn, li kien hemm \"a slightly lower turnout from trade schools\".", "Mela ejjew ngħidu li t-trade schools, bl-istigma li għandhom, m'humiex l-elite tas-sistema edukattiva - qed nitkellem bi preġudizzju, ippermettuli - imma l-iskejjel l-oħrajn tas-sekondarja u tal-junior lyceum, fejn ipparteċipaw 55% u 35% rispettivament, suppost li huma skejjel tajbin.", "Dawn huma skejjel b'għalliema tajbin, fejn l-edukazzjoni hija at its best, skejjel li jgħallmu s-social studies, ix-xjenza, ir-religion, il-home economics u l-biology, skejjel li jgħallmu l-life skills.", "Jiġifieri hawn nista' ngħid li dawn iż-żgħażagħ li rrispondew should know better.", "Jew tgħiduli li nkun preġudikat jekk ngħid hekk?", "Jiġifieri hawnhekk għandna, ippermettili ngħid, l-élite ta' l-istudenti tagħna li filwaqt li qed jingħataw l-aħjar edukazzjoni xorta jaqgħu għal dawn il-vizzji.", "Jekk inhu hekk, naħseb li wieħed irid jistaqsi wkoll fejn hi sejra s-soċjeta` tagħna.", "Kif qal is-segretarju parlamentari Anthony Abela, irridu naraw fiex wasal it-twemmin ta' l-indivdwu.", "Jien ngħid li bħala soċjeta` għandna opinjoni u mentalita` żbaljata ta' xi tfisser kuntentizza, għax donnu l-kuntentizza saret marbuta ma' kemm se tixrob, kemm jekk inti adult u kemm jekk inti żagħżugħ!", "Naħseb li rridu nibdew nifhmu l-valuri tal-ħajja ftit aħjar.", "Jien ngħid li kważi kważi eżiljajna lil Alla mill-ħajja tagħna.", "Ftit ilu għamilt aġġornament fejn staqsejt proprju fejn waslu l-valuri tagħna, imma lanqas il-ġurnalisti ma rrapportaw, li jfisser li min kien rieqed baqa' rieqed, u ma tantx jimpurtahom, lanqas biex jikkritikawni!", "Jien ħsibt li b'aġġornament bħal dak kont se naqla' xi kritika, għax hawn min jgħid li l-politika u l-fidi m'għandhomx jitħalltu flimkien.", "Imma jekk il-valuri tagħna mhumiex se joħorġu mill-fidi, biex veru nwarrbu lil Alla min-nofs, almenu nitkellmu fuq il-valuri mill-aspett soċjali.", "Jien naħseb li għandna bżonn diskussjoni profonda iżjed minn din il- leġiżlazzjoni u għandna nitkellmu mhux biss mill-aspett soċjali, imma anke mill-aspett kummerċjali u mill-aspett ta' l-edukazzjoni.", "Il-gvern mhux se jieħu post l-moralisti, imma rridu naraw fejn se mmorru bħala pajjiż u x'tip ta' ordni rridu naraw fil-ħajja tagħna.", "Naħseb li wasal iż-żmien li niddiskutuha bis-serjeta` u ninqatgħu mill-ideat antikwati li seta' kellna ta' fejn huma l-parametri tad-diskussjoni politika.", "La ħadna l-ġurament li nipprovaw nagħmlu l-ġid kollu possibbli lill-popolazzjoni Maltija, id- diskors tagħna għandu jkun għall-ġid tal-poplu tagħna u biex nindukraw liż- żgħażagħ, adulti, anzjani u tfal at large u mhux nipprovaw naqbdu biċċa minn hawn u biċċa minn hemm!", "Nirringrazzjak, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Michael Asciak.", "ONOR.", "MICHAEL ASCIAK: Mr Speaker, jien ser nieħu sehem f'din id- diskussjoni għax kont membru tal-kumitat permanenti dwar l-affarijiet soċjali li fih ġiet diskussa din il-problema fil-leġislatura l-oħra.", "Smajna ħafna nies li kienu ġew jagħtu l-opinjoni tagħhom u dejjem laqatni l- fatt li kien jidher li kien hemm kunsens li din il-liġi kellha ssir realta`.", "U qed nieħu gost li waslet il-ġurnata li dan l-abbozz ta' liġi qed jara d-dawl, għax kif semmew il-ministru u l-kelliema ta' qabli, il- konsum ta' l-alkoħol ma kienx regolat.", "Għalkemm il-liġijiet kienu hemm, kien diffiċli biex tapplikahom u allura kien faċli li wieħed joħroġ minnhom.", "Irrid insemmi li għalkemm l-alkoħol huwa parti mill-aspett soċjali tagħna - bħalma d-drogi huma parti mill-aspett soċjali f'pajjiżi fil-lvant bħaċ-Ċina, fejn l-opium huwa wkoll parti mill-ambjent soċjali - kien wieħed mill-ftit drogi, għax l-alkaħol huwa droga, li huma addictive u ma kenux regolati.", "Jien niftakar meta f'dan il-parlament kien sar suġġeriment biex it-teħid tad-droga jiġi decriminalized.", "Niftakar li l-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici tal-Labour Party ftit snin ilu kien għamel suġġeriment li wasal iż-żmien biex inneħħu l-bżonn li nies li jieħdu d-droga jħallsu somom kbar ta' flus, u li t-teħid tad-droga għandu jiġi decriminalized.", "Niftakar li kien qam dibattitu, u jien kont għedt, fost kelliema oħra, li l-problema ma kenitx sempliċement waħda ta' decriminalization minħabba li l-prodott ikun iktar jew inqas għali, imma jekk irridux sezzjoni kbira tas-soċjeta` tagħna, kbar u żgħar f'dan il-każ, ikunu \"mdamdmin\", kif inhi wżata l-kelma!", "Veru li għandu jkollna l-liberta`, imma l-liberta` ma tfissirx li wieħed jagħmel li jrid.", "Hemm il-kuntest soċjali u l-kuntest etiku ta' kif wieħed jaħdem.", "Aħna rridu lill-membri tas-soċjeta` tagħna jkunu mdamdmin bid-drogi jew bl- alkoħol?", "Ovvjament r-risposta, partikolarment min-naħa taż-żgħażagħ tagħna, għandha tkun \"LE\" kbira.", "U għandha tkun le sa l-eta` li wieħed għandu jassumi r-responsabbiltajiet tal-metodu kif iġib ruħu, u legalment dik l-eta` hija 18-il sena.", "Issa hawnhekk jien naqbel daqsxejn ma' l-Onor.", "Adrian Vassallo li teoretikament l-eta` fejn għandu jkun permess il-konsum ta' l-alkoħol għandha tkun ta' 18- il sena.", "Napprezza li l-gvern ħa l-ewwel pass, u nista' nimmaġina li kien hemm xi naqra storbju min-naħa ta' min għandu l-ħwienet tax-xorb u ħwienet oħra, pero` huwa tajjeb li sar l-ewwel pass li din tidħol sa l-eta` ta' 16- il sena.", "Iżda jien nibqa' ninsisti li jekk iċ-ċirkostanzi juruna li dan m'huwiex biżżejjed u qed isir abbuż minn dawk li għandhom bejn 16 u 18-il sena allura, kif qal anke l-Onor.", "Edwin Vassallo, meta ssir reviżjoni għandha tittella' għall-eta` ta' 18-il sena, għax jekk dik hija l-eta` li fiha għandna nkunu responsabbli legalment ta' dak Ii nagħmlu, u jekk qed isir abbuż dan għandu jkun jgħodd almenu għal nies li jixorbu taħt l-eta`.", "Hawnhekk m'iniex se nagħti lecture mediku dwar xi problemi jista' joħloq ix- xorb.", "L-unika ħaġa li nista' ngħidilkom hi li meta jien kont casualty officer, f'weekend forsi kienu jidħlulek ħamsa, sitta min-nies minħabba abbuż ta' alkoħol, imma llum jekk tmur fil-casualty fl-Isptar San Luqa – u hawn ukoll sptarijiet privati – tismagħhom jgħidu li fil-weekends għandek problemi kbar, speċjalment biż-żgħażagħ.", "Granted li n-nuqqas ta' valuri jinħass mhux biss fl-ambitu ta' familja, imma anke fl-ambitu personali li jwasslu ż-żgħażagħ jixorbu iżjed.", "Fl-aħħar mill-aħħar din tixbah lill- problema tad-droga.", "Jekk tixrob għaliex għandek il-problemi, meta tiġi f'tiegħek il-problema tkun għadha hemm, u tkun żidt waħda magħha!", "Jien m'iniex qed nirreferi għall-alkaħol li jittieħed f'miżura limitata, dak Ii ngħidulu social drinking, pero` mbagħad hemm tendenza li minn social drinking jiġi habitual drinking, u minn habitual drinking jiġi addiction.", "Kulħadd jaf li meta tieħu l-alkoħol f'ammonti żgħar, żewġ grokkijiet jew tliet grokkijiet kuljum u mhux iżjed, jagħmillek ġid għal ġismek.", "Pero` meta mbagħad tibda tieħu f'ammonti ikbar, issir addicted għalih u nista' nassigurakom li huwa diffiċli immens li taqta' l-addiction.", "Jien ħdimt ma' pazjenti li jkunu alcoholics, u naf kemm hija problema kbira biex jieqfu mix-xorb.", "Ikun hemm bżonn diversi terapiji psikoloġiċi u anke mediċi biex dan ikun jista' jsir.", "Jiġifieri din ma tridx tittieħed bħala xi ħaġa ħafifa, għaliex m'hijiex.", "Tajjeb li nkunu nafu li x-xorb fit-tul jagħmel ħsara kbira fiżika speċjalment fil-fwied.", "Il-konsum żejjed ta' l-alkoħol iwassal ukoll biex issir ħsara anke fil-moħħ, partikolarment f'min jibda jixrob minn eta` żgħira.", "Qed jiġuni f'moħħi żewġ kondizzjonijiet partikolari li niltaqgħu magħhom fost dawk li jkunu addicted għax-xorb.", "Waħda hija dik li jgħidulha Korsakoff's psychosis fejn il-moħħ jiddeġenera bħall-fwied sal-punt li l- bniedem jiġġennen, li huwa mard mentali serju ħafna.", "Pero` iktar komuni minn din huma dawk li ngħidulhom id-delużjonijiet, jew inkella delusional jealousy.", "Jiġifieri tkun għira delużiva, ma tkunx fondata, li ħafna drabi nsibu fost il-miżżewġin ukoll.", "Per eżempju, raġel jew mara jgħiru għal xulxin bla sens.", "Ir-raġel jgħid li l-mara qed taqlibhielu jew il-mara tgħid li r-raġel qed jaqlibhielha - hawn nisa jixorbu daqs l-irġiel - u dan ma jkun veru xejn, imma jkun effett dirett ta' l-alkoħol.", "Illum iż-żgħażagħ jgħidulek li jmorru f'postijiet tax-xorb fejn hemm xi rutina partikolari, kif semmew ħafna kelliema qabli, li qabel ma tkun ħadt xi għaxar grokkijiet jew 15-il grokk ma titlaqx 'il barra.", "Din assolutament ma tagħmilx sens, hija aġir irresponsabbli li jwassal għal ħafna mwiet mhux biss ta' l-individwi li jixorbu imma anke ta' individwi li wara li jkunu xorbu jsuqu l-vetturi.", "Karozza hija arma fiżika bħal sikkina u bħal pistola, u meta wieħed isuq f'dak l-istat ovvjament ikun qiegħed jilgħab mal-ħajja ta' ħaddieħor.", "Wieħed irid jikkonsidra wkoll l- kundizzjoni fiżika.", "Tajjeb li wieħed iżomm f'moħħu li jekk jixrob ħafna m'hemmx għalfejn jgħaddu ħafna snin biex jara l-effett ta' dak ix-xorb.", "Ta' min jenfasizza li ħafna mill-każijiet li jaraw fil-casualties fil- weekends ikunu mhux biss riżultat ta' ħbit bil-karozzi u ta' ġlied, imma anke ta' acute pancreatitis li hija kkawżata minn xorb eċċessiv u li tista' tkun fatali.", "Ħafna mill-problemi li naraw huma kkawżati mill-effett tax-xorb fuq il-moħħ minħabba l-fatt li x-xorb ineħħi l-inibizzjonijiet.", "Jiġifieri wieħed mill- effetti ewlenin tax-xorb - m'hemmx għalfejn ikun żgħażugħ, jista' jkun kbir - huwa li jneħħi l-inibizzjonijiet.", "Jekk inti għandek inibizzjonijiet personali biex ma tiġġilidx, biex ma ssuqx b'mod eċċessiv, biex taġixxi ta' bniedem, biex ma tgħajjarx lil ħaddieħor, biex ma taqlibhiex lill-mara jew il-mara ma taqblibhiex lir-raġel, biex ma jkollokx relazzjonijiet sesswali ma' nies li mhux suppost ikollok relazzjonijiet sesswali magħhom, kulħadd jaf li meta inti tixrob dawn l-inibizzjonijiet jitilqulek!", "Nafu li l-biċċa l-kbira tal-problemi Ii naraw fil-weekends ġejjin minn din it-tneħħija ta' inibizzjonijiet fost iż-żgħażagħ u fost l-adulti wkoll.", "Huwa fatt li ħafna ġlied bi skieken, ħafna tgħajjir u tfigħ ta' fliexken iseħħu għaliex l-alkoħol ineħħilek l-inibizzjonijiet li normalment iżommuk milli tagħmel dawn l-affarijiet.", "Għalhekk fis-soċjeta` tagħna ma nistgħux inħallu individwi ta' eta` żgħira – meta ħafna drabi l-inibizzjonijiet huma diġa` limitati - u żgħażagħ ta' eta` daqshekk tenera li jikkonsmaw l- alkoħol.", "Jien kont żagħżugħ - u nispera li fl-attitudni għadni - pero` jien naf id-differenza bejn il-livell tax-xorb li kien hemm meta kont żagħżugħ jien u dak li hemm illum, li sfortunatament iqarreb ħafna għall-problemi li konna naraw fil-pajjiżi Skandinavi u f'pajjiżi oħra bħall-Ingilterra u l- Iskozja, fejn il-problema issa saret problema soċjali.", "Sur President, nagħlaq billi ngħid li wasal iż-żmien li tidħol din il-liġi, pero` sinċerament inħoss li fiż-żmien mhux imbiegħed l-eta` meta jkun permess ix- xorb għandha tittella' għal 18-il sena.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "MR SPEAKER: Insejjaħ issa lill-Ministru Cristina biex, jekk jogħġobha, tressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA (Ministru għall-Familja u Solidarjeta` Soċjali): Sur Presdent, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tnejn, 16 ta' Ottubru, 2006, fis-6:00 p.m. b'din l-aġenda:-", "Mozzjonijiet", "L-Ewwel Qari ta' Abbozz ta' Liġi li jirregola l-Infurzar ta' Drittijiet ta' Proprjeta` Intellettwali.", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili (Emenda Nru 2) - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi tal-Liġijiet tal-Pulizija - Tieni Qari (Kont);", "Diskussjoni miftuħa dwar rapport maħruġ mis-Segretarjat għan-Negożji Żgħar u s-Self Employed - Kontinwazzjoni;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali (Emenda Nru 2) - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta (Emenda Nru 2) - Tieni Qari; u", "Xi aġenda oħra li tista' tiġi konfermata aktar tard.", "-----------------------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Reġistru Ċentrali - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Hawn rimarki?", "L-Onor.", "Edwin Vassallo.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO: Sur President, ftit tax-xhur oħra, fil-lokalita` tal- Mosta se jkun hemm l-elezzjoni tal-kunsill lokali u bla ebda sorpriża ta' xejn, in-naħa ta' l-Oppożizzjoni diġa` ilha ftit mhux ħażin għaddejja bil- kantaliena ta' kritika organizzata, l-istess bħalma għamlet qabel l- elezzjoni għall-kunsill lokali tar-Rabat fejn attakkat deputat Nazzjonalista minn dawk in-naħat u issa qed tattakka proprju lili.", "Imma dik fiha u ma fihiex!", "Li tassew wieħed għandu jikkritika hu l-mod kif ta' l- Oppożizzjoni flok jitkellmu fuq l-ideat tagħhom u x'kapaċi jagħmlu huma, jużaw it-tattika – u din jagħmluha anke fuq livell ta' politika nazzjonali – li jsibu xi ħaġa li forsi ma tkunx daqstant tajba jew addirittura xi ħaġa tajba u jipprovaw ipinġuha kemm jista' jkun ħażin biex jakkwistaw vantaġġ politiku.", "Allura jekk f'dan il-każ, il-kunsill lokali tal-Mosta għandu maġġoranza Nazzjonalista, ta' l-Oppożizzjoni jipprovaw jaraw kif idawru dak li jkun qed isir f'din il-lokalita`, biex f'għajnejn in-nies ta' l-istess lokalita`, kollox jitpinga ħażin.", "Dawn qed jippretendu li jmorru bil-media tagħhom fil-Mosta u kull fejn jiffokaw bil-camera, isibu l-perfezzjoni?", "Għax dan ma jistax ikun, Sur President, allura x'jagħmlu?!", "Jekk per eżempju jsibu tabella maqlugħa, jiffokawlek fuqha.", "Jekk jaraw toqba f'bankina, jiffokawlek fuqha wkoll, u b'hekk jipprovaw jagħtu l-impressjoni li fil- Mosta kullimkien hekk.", "L-istess jgħodd meta jżuru iż-żoni industrijali.", "Dawn jafu fejn għadu mhux lest u hemm imorru, imma fejn hu lest ma jmorrux!", "Isibulek xi kantuniera fejn xi ħadd ikun rema' xi ħaġa u hemmhekk imorru bil-camera biex dak li jkun jaħseb u jgħid: Ara kemm hemm ħmieġ hemmhekk!", "Jiena ma naqbilx ma' din it-tip ta' politika, imma la jiena deputat mill- Mosta, irrid niddefendi x'qiegħed isir.", "Ovvjament, ma jfissirx li jiena ma jkollix xi ideat differenti dwar kif għandhom isiru ċerti affarijiet, imma r-realta` qiegħda hemm, kulħadd jista' jaraha u x-xogħol qed isir.", "Sur President, jekk qed isiru t-toroq f'żewġ żoni residenzjali, fil-housing estate tal-Mosta u fil-housing estate taż-Żokrija, ħadd ma jista' jgħid li fil-Mosta mhux qed isir xogħol.", "Apparti hekk, il-housing estate tal-Mosta nafuha bħala żona b'maġġoranza Laburista.", "Taħsbu li kunsill b'maġġoranza Laburista kien se jagħmel toroq ġodda f'żona b'maġġoranza Nazzjonalista?!", "Jiena ngħid li ma kienx jagħmilha, u ngħid hekk għax jekk wieħed jara x'sar mill-kunsilli lokali b'maġġoranza Laburista f'Ħaż-Żebbuġ, fir-Rabat u f'Ħad- Dingli, jinduna li hemmhekk il-kunsill jaħdem fiz-zoni fejn hemm maġġoranza Laburista, fiz-zoni ta' dawk li huma magħhom.", "Din hi injoranza, Sur President, allavolja jiena se ngħodd lili nnifsi wieħed minnhom għax qed nitkellem hekk ukoll, pero` jiena niftaħar li qiegħed ma' partit li ma jirraġunax b'dan il-mod u ma jaqax fl-injoranza tal-kunsilli b'maġġoranza Laburista li jirraġunaw b'dan il-mod.", "Sur President, għall-grazzja t'Alla jiena qiegħed f'partit fejn kulħadd jieħu dak li ħaqqu u iva, il-housing estate tal-Mosta qiegħed isir minn kunsill lokali b'maġġoranza Nazzjonalista, u ejja ngħidulu prosit ta' dan!", "Il-bieraħ tkellem deputat mill-Mosta min-naħa l-oħra, u flok irringrazzja lill-kunsill lokali b'maġġoranza Nazzjonalista għax qiegħed jagħmel it- toroq f'dan il-housing estate, qabad jikkritika l-fatt li ma kienx hemm mod kif il-karozzi jistgħu jgħaddu f'dawn it-toroq.", "Mela jekk ix-xogħol ma jsirx, għax ma jsirx, u jekk isir, għax qed isir!", "Ara kif tista' tikkuntenta lil ta' l-Oppożizzjoni, Sur President!", "It-triq qed tinqasam min- nofs biex ngħaddu s-servizzi sabiex l-affarijiet isiru bis-serjeta` u mhux qed nagħtu kisja tarmac biex nidħku bin-nies.", "Ovvjament, jekk insibu mod kif il-karozzi jkunu jistgħu jgħaddu, tant l-aħjar, imma dan id-deputat Laburista ma' din it-talba, missu rringrazzja l-kunsill b'maġġoranza Nazzjonalista li proprju qed jagħmel dawn it-toroq ġodda f'żona b'maġġoranza Laburista.", "Almenu jiena hekk kont nagħmel għax għad għandi d- deċenza li nħobb nirringrazzja.", "Kif għidt Sur President, ix-xogħol qed isir kemm fiż-żona tal-housing estate tal-Mosta kif ukoll fiz-zona taż-Żokrija – il-housing estate wara l- Knisja ta' l-Isperanza – u dalwaqt jibda wkoll x-xogħol fit-triq ta' San Ġużepp u f'dawk l-inħawi.", "U hawnhekk nixtieq ngħid li jiena l-Mosta naraha bħal fjura, għax proprju għandek iċ-ċentru mdawwar kollu kemm hu b'żoni industrijali.", "Meta jitlesta dan ix-xogħol, Sur President, fil-Mosta jkollna tliet żoni residenzjali – tnejn kbar u waħda żgħira - b'toroq ġodda u b'servizzi mgħoddija u allura anke bħala gvern – fuq livell nazzjonali – inkunu għenna sabiex il-kwalita` tal-ħajja fil-Mosta titjieb.", "Ovvjament, ikun għad fadal xi toroq oħra li jridu jsiru bħal dawk fiż-żona tal-Blata l- Għolja, li għalkemm huma toroq mibnija, jeħtieġ li dawn jingħataw wiċċ aħjar, kif ukoll hemm toroq oħrajn fiż-żona residenzjali magħrufa bħala ta' Santa Margerita li għandhom bżonn isiru.", "Qabel ma beda dan ix-xogħol li semmejt, il-Mosta kellha madwar 80% tat-toroq tagħha bla wiċċ tat-tarmac u ovvjament, meta dan ix-xogħol li semmejt jitlesta, dan il-persentaġġ se jinżel sew.", "Sur President, tajjeb li issa ngħaddi biex nitkellem fuq ix-xogħol fil- pjazza tal-Mosta, għax smajna xi kritika dwar dan.", "Tas-Super 1 iħobbu jġibu l-pjazza tal-Mosta.", "Ma jimpurtax, għax dan iċ-ċentru kummerċjali jagħmlulu reklam b'xejn, u dan jgħin l-istabbilimenti li għandna hemmhekk!", "Pero` issa x-xogħol wasal biex jitlesta, u għalhekk wieħed ma jkunx jista' jibqa' jgħid aktar fuq din l-imbierka pjazza.", "Hawnhekk ta' min jgħid li din il- pjazza ma ngħatatx sempliċiment wiċċ ġdid imma kien hemm il-bini mill-qiegħ nett ta' l-infrastruttura kollha, bil-bdil tal-cables u tal-culverts, u ovvjament dan ix-xogħol ħa ż-żmien.", "Issa veru li l-kuntrattur seta' għaġġel ftit iktar, imma hu kien il-kuntrattur li ntagħżel, u b'dak ir-ritmu mexa.", "L-importanti hu li meta l-proġett ikun lest inħabbru li hu lest, ħalli nerġgħu naraw il-ħajja kummerċjali taqbad f'din il-pjazza, mhux għax issa m'hemmx kummerċ, imma sabiex jibda jinqata' l-frott ta' dan l-investiment u ssir pjazza fejn in-nies jiltaqgħu u jagħmlu s-shopping tagħhom.", "Sur President, ftit tal-ġranet ilu iltqajt ma' numru ta' sidien tan-negozji fil-Mosta u dawn talbuni biex insemmi l-ħtieġa li jinstab mod kif it- traffiku jerġa' jibda jidħol ġewwa l-Mosta minn Triq il-Kungress Ewkaristiku, dik li nafuha bħala t-triq il-ġdida, minflok ma jidħol mill- Vjal l-Indipendenza.", "Wieħed irid jistħarreġ din il-possibbilta` peress li Triq il-Ħtajriet għadha mhix miftuħa, imma tajjeb li ngħid li dik it-triq ingħaqlet ghat-traffiku u wieħed irid idur ma' Vjal l-Indipendenza u t-Triq il-Kbira biex jidħol fil-Mosta għaliex kien hemm problema ta' traffiku.", "Is- sistema ta' one-way saret biex tħaffef it-traffiku madwar il-Mosta, għax meta Triq il-Kungress Ewkaristiku kienet two-way, wieħed kien idum ħafna biex jgħaddi minn dik it-triq minħabba t-traffiku ġġammjat li kien ikun hemm, u allura wieħed jikkonkludi li dik kienet l-aħjar soluzzjoni li wieħed seta' jaddotta.", "Ovvjament jiena nissuġġerixxi lill-ADT biex tgħin lill-kunsill lokali jsib soluzzjoni aħjar u forsi nagħmlu xi ħaġa bi prova - anke għax issa ġej il-Milied - b'mod li naraw xi problemi jista' jkun hemm jekk it-traffiku jidħol fil-Mosta mit-Triq il-Kungress Ewkaristiku.", "Sur President, fi \"Il-Mument\" ta' xi ġimgħatejn ilu ktibt li jiena nawgura li wara l-elezzjoni lokali – nawgura li jerġa' jkollna maġġoranza Nazzjonalista - il-kunsill lokali tal-Mosta jaħdem fuq il-parking wara l- Knisja.", "Ovvjament dan ma jfissirx li dak il-ġnien wara l-Knisja għandu jispiċċa, imma nistgħu naħdmu fuq underground parking u mbagħad nerġgħu nibnu dak il-ġnien fuqu biex b'hekk ma jonqos xejn mill-faċilitajiet li l- Mostin imdorrijin bihom kemm b'dak li huwa l-ġnien u anke l-ground tal- boċċi li jinsab ukoll wara l-Knisja.", "Nissuġġerixxi wkoll – naf li l-kunsill qed jaħdem fuqha - li jinħolqu spazji fil-pjazza fejn ikunu jistgħu jingħataw s-servizzi ta' loading and unloading li n-negozji jkollhom bżonn.", "Sur President, fil-Mosta sar ħafna xogħol.", "Ma rridux ninsew li ntefqu madwar Lm6 miljuni fuq xogħol ta' toroq madwar il-Mosta kollha.", "Ir-ring roads kollha ġew irranġati, u dawn huma kollha ta' għajnuna għas-servizzi fil-Mosta.", "Għalhekk jiena ottimist u nħoss li minkejja l-kritika li qiegħda ssir min-naħa tal-partit Laburista, il-Mostin għandhom jivvotaw għall- kunsill b'maġġoranza Nazzjonalista biex nibqgħu sejrin 'il quddiem.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "David Agius.", "ONOR.", "DAVID AGIUS: Sur President, nibda dan l-Aġġornament billi nifraħ lit- team nazzjonali tal-football ta' pajjiżna li ftit tal-minuti ilu irnexxielu jikseb riżultat ferm pożittiv meta rebaħ tnejn b'wieħed kontra l-Ungerija.", "Din hi xi ħaġa pożittiva u għandna biex nifirħu bihagħax illum it-team Malti uriena li f'dan il-pajjiż għandna l-pożittiv u dan għandna napprezzawh.", "Mhux tajjeb li nħarsu lejn kollox b'nuċċali iswed, u hawn inkompli fejn waqaf l-Onor.", "Edwin Vassallo.", "Il-pożittiv qed isir kemm fil- Mosta kif ukoll f'lokalitajiet oħra, u hawn insemmi l-lokalita` ta' Ħ'Attard fejn qed isir u se jkompli jsir xogħol siewi fuq it-toroq ta' din il-lokalita`.", "Fil-fatt, ftit tal-ġranet oħra se jibda x-xogħol fuq sitt toroq li se jiswew madwar Lm111,000.", "Dawn huma Triq iż-Żahar, Triq il- Larinġ, Triq it-Taħħan, Triq Peter Paul Reubens u Triq Emvin Cremona.", "Fil- Mosta se nonfqu Lm86,000 fuq tliet toroq fosthom Triq San Ġużepp, filwaqt li se nonfqu Lm40,000 fuq Triq Rużar Briffa u Triq Rużar Mizzi fl-istess lokalita`.", "Apparti hekk, se nagħmlu jew qed nagħmlu toroq oħra fin-Naxxar, f'San Ġiljan u fis-Swieqi u dan kollu juri l-impenn tal-gvern fil-qasam tat-toroq residenzjali.", "F'dawn is-sentejn li ġejjin, iridu jsiru u se jsiru 400 triq oħra, u għal dawn diġa` hemm il-flus allokati, u nittama li kulħadd jagħti l-aħjar tiegħu biex ix-xogħol isir bl-aħjar mod possibbli.", "Sur President, issa ngħaddi biex insemmi x-xogħol li sar fil-widien, fejn wara l-ewwel xita, rajna li dan ta l-frott u għal darba darbtejn il-widien tagħna żammew tajjeb proprju grazzi għax-xogħol li sar.", "Fis-Sajf saret il- manutenzjoni fil-wied ta' Rmiedi f'Attard fejn anke sar xi taħmil ta' materjal li joqgħod hemmhekk fix-xhur tax-xitwa.", "Dawn huma affarijiet tajbin u n-nies ta' Ħ'Attard japprezzawhom u jħossu l-effett tagħhom, bħalma se jħossu meta minn hawn u ftit tal-ġranet oħra tinfetaħ il-klinika l-ġdida li tixraq lil-lokalita` ta' Ħ'Attard, u li ċertament se tkun utilizzata ħafna mill-anzjani.", "Mhux dan biss, Sur President.", "Jekk wieħed iħares lejn l-indafa` u anke kif tinżamm l-iskola f'din il-lokalita` isib li dan il-kunsill b'maġġoranza Nazzjonalista qed jagħmel xogħol tajjeb bħalma qed jagħmlu kunsilli lokali oħra b'maġġoranza Nazzjonalista u anke uħud mill-kunsilli lokali b'maġġoranza Laburista.", "Xi ħaġa li tolqot il- lokalitajiet tal-Mosta, ta' Ħ'Attard, tar-Rabat u Ħaż-Żebbuġ hi t-trade fair.", "It-trade fair mhux se tibqa' fin-Naxxar għax ġie deċiż li din tibda ssir wara l-ground tal-football ta' Ta' Qali, 'il bogħod kemm jista' jkun kemm mir-residenti tal-Mosta kif ukoll mir-residenti ta' Ħ'Attard.", "Oħroġ il- għaġeb, anke dwar dan kellhom xi jgħidu kemm tal-Maltastar.com u kemm il- ġurnal \"Kulħadd\".", "Forsi xi ħadd ma riedx li jkun hemm xi ftehim bejn is- Sign It u l-Korporazzjoni tat-Trade Fair?", "Forsi xi ħadd ma riedx li jintgħażel il-post li ntgħażel?", "X'interess kellhom dawn in-nies, l-interess taċ-ċittadini ta' Ħ'Attard jew xi interessi oħra?", "Indur issa għal dawk il-lokalitajiet li għandhom problemi finanzjarji, u minħabba f'hekk se jispiċċaw ibatu ċ-ċittadini.", "Per eżempju, f'Ħaż-Żebbuġ għandna diversi toroq li ma jistax jagħmilhom il-gvern għax irid jagħmilhom il-kunsill lokali bħal Triq Patri Pelaġju Mifsud, Triq Anthony Aquilina, Triq John Zammit, Triq il-Prinċep Bażiliku, Triq Ħal Dwin, Triq Pietru Buttiġieġ, Triq Serafin Tanti, Triq Karlu Gimach u Triq Ħal Sajd, u dawn kollha jridu jsiru għax illum huma fi stat diżastruż.", "Il-kunsill lokali ta' Ħaż-Żebbuġ għandu l-limitazzjonijiet finanzjarji tiegħu, u għalhekk tajjeb li apparti li l-gvern jivvota l-flus għat-toroq li huma responsabbilta` tiegħu, jara wkoll li l-kunsilli lokali jaħdmu bir-ritmu tal-gvern.", "Jekk aħna qed ngħidu li l-prijorita` f'dan il-pajjiż huma t-toroq, allura l- kunsilli lokali għandhom jonfqu l-flus tagħhom fuq it-toroq – ovvjament wara li jsiru l-affarijiet bażiċi - għax dik hija l-politika ta' dan il- gvern.", "Illum tieħu pjaċir tara kilometri sħaħ ta' toroq rranġati minn tarf sa tarf tal-pajjiż u x-xogħol isir bl-akbar serjeta` possibbli.", "U din hi d-differenza, Sur President!", "Fejn qabel konna nagħtu lagħqa tarmac, illum min imur ħdejn il-Freeport u jara t-triq issir, jara li din qed tinqala' mill-qiegħ proprju biex ix-xogħol isir bl-aħjar mod bħalma sar fit-toroq li minn Ħal Qormi joħduk għal Ħaż-Żebbuġ, l-Imtarfa u l-Imġarr.", "Hu pożittiv ukoll li sar il-pavimentar fl-Imdina u f'Howard Garden fir- Rabat, u ftit tisma' lill-Oppożizzjoni titkellem dwar dawn l-affarijiet, għax jew teħodhom for granted jew tipprova tnessi lin-nies dwarhom, bħalma jipprovaw inessu li fi żmienhom ma kienx ikollna ilma fil-vit u li d-dawl kien jinqata' l-ħin kollu.", "Illum anke l-iskejjel qed insaħħu u wieħed jista' jħares lejn l-iskejjel il-ġodda bħal dik Tal-Ħandaq u ta' San Benedittu.", "Dan kollu hu pożittiv, għax għall-kuntrarju ta' l-Oppożizzjoni, dan mhux gvern li joqgħod ibażwar jew jagħmel xogħol ta' kafkaf.", "Dan il- gvern isegwi politika serja, politika mhux fuq bażi ta' għajn għal għajn u sinna għal sinna, imma politika li tħalli r-riżultati, u dan nistgħu narawh ilkoll kemm aħna.", "Il-politika tagħna qed tħalli riżultati tajbin anke fil-qasam tax-xogħol fejn naraw li n-numru ta' Maltin li jaħdmu qed jiżdied u l-qgħad jonqos, imma dan mhux qed jiġri b'kumbinazzjoni.", "Dan qed jiġri għax dan il-gvern qed jimxi fuq linji ċari, bħal meta ġibna l-HSBC hawn Malta.", "Kemm kellna tgergir mill-Oppożizzjoni meta ġibna l-HSBC f'Malta?!", "Illum qegħdin naraw li proprju l-HSBC qed jistabbilixxi l-call centre tiegħu f'Malta.", "Illum qegħdin naraw ukoll id-deċiżjoni li ttieħdet mill-gvern biex ikollna l-low cost airlines u anke wassal biex ġibna l-iSmart City f'Malta li l-frott tagħha nibdew niġbruh ftit tax-xhur oħra.", "Min-naħa l-oħra, wieħed irid jinżel fil-fond biex isib x'inhi l-politika ta' l-Oppożizzjoni, kemm dwar il-pensjonijiet kif ukoll dwar kif jistgħu jintużaw it-€805 miljun li ġibna mill-Unjoni Ewropea u li kien jgħidulna li mhux se nġibuhom.", "Il-politika tal-partit Laburista ma taraha mkien, u allura l-poplu bilfors ikollu jgħid li dan huwa l-uniku gvern li kapaċi jmexxi fil-qasam tax-xogħol.", "Dan l-aħħar kont nieħu sehem f'seminar, u esponent tal-GWU, is-Sur Michael Parnis, qal li minn dawk kollha li hawn qegħda 1,500 biss verament iridu x- xogħol.", "Hawnhekk għandna ammissjoni min-naħa ta' persuna li tokkupa waħda mill-aktar karigi għoljin fil-GWU li qalet li 1,500 biss huma dawk li verament qed ifittxu x-xogħol, u kull min irid jista' jaqra dan fil-ġurnal \"It-Torċa\" ta' nhar il-Ħadd li għadda.", "Din hija ammissjoni li f'pajjiżna għandna l-full employment, għax skond tal-GWU 1,500 biss verament qed ifittxu x-xogħol.", "Ovvjament anke jekk ikun hemm wieħed li m'għandux xogħol ninkwetaw u nibqgħu naħdmu sakemm ikollu x-xogħol, pero` din l-ammissjoni turi li f'dan il-pajjiż hawn xogħol.", "Iżda hu importanti li nifhmu li biex inkomplu nimxu 'il quddiem u jkollna x-xogħol, irridu nibqgħu nedukaw lit- tfal tagħna u nġibu lejn pajjiżna kumpanniji u xogħlijiet li jirrendu u li jħallu ħafna aktar qligħ, bħalma għamilna fil-każ ta' l-iSmart City u bħalma qed nagħmlu fis-settur ta' l-IT, tal-farmaċewtika u ta' l- innovazzjoni u r-riċerka.", "Sur President, hawn nista' nieħu spunt ieħor.", "Jeħtieġ li naħsbu wkoll fi proġetti li għandha l-Unjoni Ewropea bħall-proġett Galileo.", "Irridu nifhmu li għada pitgħada, dan il-proġett waħdu jista' joħloq ħafna iktar xogħol.", "Illum issib l-karozzi bil-GPSs fejn tista' tidħol ġo karozza, tgħidlu liema triq trid tmur u kważi jibda jgħidlek hu minn fejn għandek tgħaddi, bil- punto e virgola!", "Is-sistema Galileo hi s-sistema Ewropea tal-GPS li qegħdin jużawha anke pajjiżi oħrajn, u importanti li pajjiżna jieħu sehem f'dawn it- tip ta' attivitajiet u li nkunu wkoll innovattivi bl-użu tal-konċett ta' Galileo, li juża s-satellita biex ikollna stampa aħjar ta' fejn qegħdin l- affarijiet.", "Dan jista' jintuża biex, per eżempju, inniżżlu ajruplan b'mod awtomatiku f'runway f'sitwazzjonijiet diffiċli u jista' jintuza anke fil- qasam marittimu biex vapur jidħol fil-port mingħajr problemi.", "Sur President, dan il-pajjiż irid ikompli jinvesti fiż-żgħażagħ tagħna.", "Jeħtieġ li aħna nuru fiduċja fiż-żgħażagħ tagħna u nħeġġuhom biex ikomplu jistudjaw.", "Aħna rridu nsaħħu s-self confidence tal-poplu Malti u mhux niddemoralizzawh u nnaqqsulu l-kapaċitajiet tiegħu.", "Lill-poplu Malti rridu ngħidulu: Int kapaċi, kompli miexi għax għandek gvern li jridek timxi 'l quddiem!", "Jiena m'għandi l-ebda dubju li jekk il-poplu Malti jiġi f'ċirkostanza fejn irid jagħżel bejn xi ħadd li jtih il-fiduċja u xi ħadd li jċekknu, dan se jagħżel ta' l-ewwel biex pajjiżna jkompli miexi 'l quddiem, għax aħna hekk irridu.", "Nagħlaq l-intervent tiegħi billi ngħid li bħal-lum ġimgħa, il-Prim Ministru se jippreżenta l-budget għas-sena d- dieħla.", "Dan hu budget li rriduh ikompli jispira fiduċja u li jsaħħilna l- futur tagħna.", "Dan hu budget li sar wara ħafna sigħat ta' konsultazzjonijiet mal-poplu, u hekk għandha tkun il-politika tagħna biex verament immexxu dan il-pajjiż 'il quddiem.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it-Tnejn 16 ta' Ottubru 2006 fis-6:00p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "RAPPORTI UFFIĊJALI", "20509.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ikkummissjonati rapporti fid- dekasteru tiegħu f'dawn l-aħħar erba' snin?", "Kemm sewa kull wieħed u x'inhuma dawk pendenti?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: L-informazzjoni għadha qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "RAPPORTI UFFIĊJALI", "20510.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ikkummissjonati rapporti fid-dekasteru tiegħu f'dawn l-aħħar erba' snin?", "Kemm sewa kull wieħed u x'inhuma dawk pendenti?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "RAPPORTI UFFIĊJALI", "20511.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l- Ministru tgħid kemm ġew ikkummissjonati rapporti fid-dekasteru tagħha f'dawn l-aħħar erba' snin?", "Kemm sewa kull wieħed u x'inhuma dawk pendenti?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "EŻAMIJIET TAS-SEC/MATSEC", "20742.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru jgħid kienx hemm xi żviluppi dwar il- mistoqsija parlamentari 20394 dwar l-eżamijiet tas-SEC u l-MATSEC?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Bħalissa qiegħed niddiskuti ma' diversi stakeholders u nevalwa l-kummenti li qed isiruli.", "Qiegħed niffoka l-aktar fuq x'ikun l- impatt jekk ir-riparatorju jsir għas-suġġetti kollha, imma jkun hemm ċaqliq fiż-żmien li jsir.", "Qed jiġu evalwati r-reazzjonijiet ta' l-istakeholders jekk l-eżami intermediate jibqax biss parti miċ-ċertifikat MATSEC, imma jkun jista' isir għal rasu, għal raġunijiet ta' impjieg.", "Qed issir ukoll evalwazzjoni interna ta' l-implikazzjonijiet fuq l- istruttura tal-MATSEC jekk tiġi implimentata r-rakkmandazzjoni dwar ir- reviżjoni tal-karta, billi tingħata kopja tagħha lil min jitlobha.", "RAPPORTI DWAR L-EDUKAZZJONI", "20743.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 19533 u 20395 u jgħid kemm rapporti saru mill-ministeru jew mid-diviżjoni ta' l-edukazzjoni marbuta mal-qasam edukattiv mill-2000 sal- lum?", "X'kienu dawn ir-rapporti u kemm ġie jqum kull wieħed minnhom?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-Onor.", "Membru huwa mitlub jirriferi għat-tweġiba li ngħatata għall-mistoqsija parlamentari 20605.", "KUMPANNIJA HOMPESCH STEEL", "20744.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 20396 billi jgħid jekk għadx hemm il-ħsieb li l-kumpannija Hompesch Steel li tinsab Ħaż-Żabbar tiġi rilokata xi post ieħor?", "Jekk fin-negattiv, x'inhi r-raġuni li kien hemm bidla fil-ħsieb u kif se jitnaqqas l-inkonvenjent għar-residenti tal-madwar?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Il-MEPA m'għandhiex informazzjoni li l-kumpannija Hompesch Steel se tiġi rilokata, pero' fit-30 ta' Ġunju 2005 inħareg permess outline PA7031/99 sabiex dan is-sit ikun żviluppat f'żona industrijali.", "SKOLA PRIMARJA FL-IMTARFA", "20745.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 20360, jista' l- Ministru jgħid jekk l-istudju fuq l-iskola primarja ta' l-Imtarfa huwiex lest?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Parti mill-istudju li kellu jsir fuq l-officer's mess ta' l-Imtarfa, li illum qed jintuża bħala skola primarja, diġa' sar.", "Din il-proprjeta' eventwalment tiġi mressqa quddiem il-bord tal-MEPA biex tiġi diskussa.", "EŻAMIJIET TAL-JUNIOR LYCEUM", "20746.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 20365, jista' l-Ministru jgħid kemm studenti setgħu japplikaw biex jagħmlu l- eżami tal-junior lyceum?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-istudenti subien u bniet li setgħu japplikaw biex jagħmlu l-eżami tal-junior lyceum huma dawk kollha ta' l-eta' circa il-11- il sena.", "SKEJJEL TA' L-ISTAT", "20797.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 20549, filwaqt li fil-mistoqsija oriġinali jien kont qed nifhem li l-informazzjoni tinżamm fuq il-computer u allura mhux daqshekk diffiċli biex tingħata, jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni għal kull sena u għal kull vot separatament?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: F'dan l-istadju m'għandi xejn x'inzid mat-tweġiba oriġinali.", "AJRUPLANI TAL-GWERRA", "20902.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid kemm ajruplani tal-gwerra daħlu fl- ispazju ta' l-ajru Malti din is-sena?", "Ta' liema nazzjonalita' kienu?", "Kemm minnhom niżlu Malta?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Matul din is-sena 313 ajruplan militari daħlu fl- ispazju ta' l-ajru Malti, li 102 minnhom niżlu Malta.", "In-nazzjonalitajiet kienu Italja, Stati Uniti ta' l-Amerika, Franza, Tuneż, Alġerija, Libja, Ċina, Serb/Mont, Ġermanja, Russja, Maċedonja, Turkmenistan, Greċja, Mozambique, Spanja, UAE, Gabon, Oman, Ingilterra, Kanada, Uruguay, Brażil, Etiopja, Netherlands, Kroazja, Pakistan, Serbja, Saudi Arabja, Kazakhstan, Portugall, Botswana, Turkija, Bulgarija, Sudan, South Africa, Poland, Marokk, Svezja, Nazzjonijiet Uniti, Eġittu, Danimarka, Filippini, Svizzera, Kolumbja, Sirja, Venezuela, Mali, Irlanda, Repubblika tal-Korea, Lussimburgu u Angola.", "PERSUNI MAQTUGĦA MIR-REĠISTRU TAX-XOGĦOL", "20903.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru jgħid kemm persuni nqatgħu minn fuq l-ewwel parti tar-reġistru din is-sena u għaliex?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif mitlub qed jitpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "PERSUNI B'SENTENZA TA' COMMUNITY WORK", "20904.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm persuni din is-sena weħlu sentenza ta' community work u ma' min tqabbdu jaħdmu?", "ONOR.", "TONIO BORG: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "PERSUNI JAĦDMU BLA PERMESS", "20905.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru jgħid kemm nies ittellgħu l-qorti talli ħaddmu nies bla permess din is-sena u x'weħlu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Matul din is-sena l-qorti sejħet żewg seduti dwar il- każi ta' l-ETC kif jidher hawn taħt: |2006 |April |Gunju | |Każi ppreżentati|30 |20 | |Każi mirbuħa |1 |0 | |mill-ETC | | | |Każi mitlufa |1 |0 | |mill-ETC | | | |Każi rtirati |8 |7 | |Każi differiti |20 |13 | |Multi mħallsa |Lm175 |Lm100 |", "BARRANIN JAĦDMU F'MALTA", "20906.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru jgħid kemm persuni barranin hawn jaħdmu llum?", "Ta' liema nazzjonalita' huma u x'tip ta' xogħol qed jagħmlu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif mitlub qed jitpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "QRATI - SENTENZI SOSPIŻI", "20907.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm persuni ngħataw sentenza sospiża din is-sena?", "Jista' jagħti breakdown ta' l-offiżi kommessi?", "ONOR.", "TONIO BORG: Il-qrati ta' ġurisdizzjoni kriminali taw 218-il sentenza sospiża - 203 mill-qorti tal-maġistrati (Malta) bħala qorti ta' ġudikatura kriminali u 15 mill-qrati kriminali superjuri.", "Kien hemm ukoll seba' persuni li ngħataw sentenza sospiża mill-qorti tal- maġistrati (Għawdex).", "Id-dettalji ta' l-offiżi kommessi jinsabu fit-tabelli li qed jitpoġġew fuq il-mejda tal-Kamra.", "HOST FAMILIES", "21034.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hawn host families liċenzjati biex iżommu l-istudenti magħhom fis-sajf ta' l-2003, ta'l-2004, ta' l-2005 u ta' l-2006?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: In-numru ta' host families liċenzjati biex iżommu l-istudenti magħhom fis-snin 2003, 2004, 2005 u 2006 hu kif ġej:", "|2003 |1,258 | |2004 |1,691 | |2005 |2,013 | |2006*|1,311 |", "(*sal-11 ta' Ottubru)", "Peress li l-liċenzja tkopri sena sħiħa, l-awtorita' tat-turiżmu m'għandhiex informazzjoni kemm hawn host families li ospitaw studenti fis-sajf biss.", "TA' PENNELLU, MELLIEĦA", "21035.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru tara li jiġi investigat l-istallar ta' lift fi Block B3, Qasam ta' Pennellu, Mellieħa peress li mhux jaħdem tajjeb u minn spezzjoni teknika jirriżulta li meta twaħħal kien sar xogħol ħażin u issa qed jikkaġuna problemi għar-residenti, minkejja li l- kuntrattur tħallas għax-xogħol tiegħu?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: L-awtorita' tad-djar irċeviet l-ewwel ilment dwar il-lift indikat mill-Onor.", "Interpellant fis-26 ta' Settembru, 2006 minkejja li kien ilu jintuża mit-22 ta' Ġunju 2005.", "L-awtorita' talbet lill-inġinier tagħha biex jispezzjona l-lift u jistħarreġ l-ilmenti tar-residenti.", "Hekk kif l-awtorita' ikollha r-rapport ta' l-inġinier, ir-residenti jiġu informati bir-riżultat.", "TURIŻMU – ON-LINE BOOKINGS", "21036.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol fuq il-portal il-ġdid biex jippromwovi u jbigħ vaganzi fil-gżejjer tagħna, imwiegħed mill-gvern f'April li għadda u li suppost kellu jibda jaħdem mis-sajf li għadda?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: F'April li għadda l-gvern kien qal li l- portal li joffri faċilitajiet ta' booking għal Malta kien se jibda jopera sas-sajf.", "Dan konna se nagħmluh billi nużaw faċilitajiet li diġà jeżistu fis-suq u ninkorporawhom fis-sit elettroniku eżistenti ta' l-awtorità tat- turiżmu.", "Pero' ingħatajna l-parir li jkun aħjar jekk l-iskop tal-proġett jitwessa' biex jinkludi fih riforma sħiħa tas-sit elettroniku ta' l- awtorita' tat-turiżmu, biex is-sit isir l-għodda ewlenija fl-e-marketing strategy ta' l-awtorita'.", "Jien aċċettajt il-parir, anke jekk dan ifisser li l-faċilitajiet ta' on- line booking issa se jidħlu fis-seħħ lejn il-bidu tas-sena d-dieħla u jibqgħu jiġu żviluppati fuq medda ta' xhur.", "L-awtorita' tat-turiżmu għażlet il-kumpannija li se tiżviluppa s-sit ġdid ta' l-MTA.", "Bdew ukoll taħditiet mal-Malta hotels and restaurants association u mal-federation of associations of travel and tourism agents bil-ħsieb li titwaqqaf ente waħda, biex tamministra l-on-line booking facilities.", "ART ŻDINGATA FI TRIQ BRYDONE, SAN ĠILJAN", "21037.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' l-Ministru jgħid meta se tiġi żviluppata f'taraġ l-art żdingata mimlija ġrieden, wirdien u ħaxix ħażin li tinsab ħdejn 43 Triq Brydone, San Ġiljan?", "Għaliex qed titħalla żdingata u mimlija ħmieġ meta r- residenti li joqogħdu f'dan l-indirizz ilhom li ħallsu l-flus dovuti biex isir taraġ jew forma ta' triq?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "PARKEĠĠ FI TRIQ SPINOLA, SAN ĠILJAN", "21038.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Peress li r-residenti ta' Triq Spinola, San Ġiljan suppost igawdu mis-sistema ta' ipparkjar residenzjali f'Paceville, għaliex xorta mhux qed isibu fejn jipparkjaw u persuni mhux residenti qed jokkupawlhom l-ispazji tagħhom ta' l-ipparkjar fit-triq?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Nofs il-parkeġġ eżistenti fi Triq Spinola huwa bl- iskema tar-residents parking.", "Nikkjarifika li tali skema ma teskludix persuni li mhux residenti milli jipparkjaw, iżda tillimitahom li jipparkjaw biss għal 150 minuta fil-ġranet u l-ħinijiet imniżżla fuq it- tabelli li hemm imwaħħlin fil-post.", "Tali skema ġiet implimentata bi ftehim mal-kunsill lokali ta' San Ġiljan.", "PBS – PRODUZZJONIJIET TA' PROGRAMMI", "21040.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm ħallset il-PBS lill-kumpanniji privati għall-programmi li pproduċewlha matul is-sena 2005?", "Kemm-il kumpannija għamlet xogħol farmed out lill-PBS?", "Kemm tħallset f'kull każ mill-PBS?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Matul is-sena 2005, il-PBS ħallset Lm492,806 lil 13-il kumpannija privata għal produzzjonijiet ta' programmi.", "Il-PBS ma tarax li għandha tagħti l-informazzjoni dwar kemm ħallset lil kull kumpannija peress li tqis li din l-informazzjoni hija ta' natura kummerċjali.", "SPTAR MATER DEI", "21050.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' l-Ministru jgħid kemm hi stmata n-nefqa rikorrenti għall-isptar Mater Dei?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-istima tan-nefqa fuq l-operat ta' l-isptar Mater Dei hi ta' Lm4,278,000 fix-xahar, liema ċifra ma tinkludix l-ispejjez ta' mediċini u materjali farmaċewtiċi wżati mill-pazjenti.", "ĠBIR TA' MULTI MILL-KUNSILLI LOKALI", "21051.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li persentaġġ żgħir tal-multa, f'każ ta' multi li jitħallsu fil-kunsilli lokali, jgħaddi lill-kunsill lokali li jirċievi l-ħlas peress li hemm kunsilli li ftit jinħarġu multi fil-lokal tagħhom imma li jiġbru ammont sostanzjali ta' multi?", "ONOR.", "TONIO BORG: Preżentement qiegħda tiġi riveduta s-sistema ta' infurzar lokali fit-totalita' tagħha.", "L-ewwel passi li ttieħdu s'issa kienu t- twaqqif ta' bord tal-petizzjonijiet u t-tibdil fil-kompożizzjoni tal- kumitat tat-tmexxija.", "Il-gvern hu konxju mill-fatt li hemm diversi enti involuti fis-sistema u hu kommess li l-għan edukattiv li għalih twaqqfet is-sistema ta' infurzar lokali tipprevali fuq dak ta' aktar introjtu.", "TURISTI LI ŻARU MALTA", "21052.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' l-Ministru jgħid kemm turisti żaru Malta, eskluż dawk tal- cruise liners, mis-sena 2000 sal-lum?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: In-numru ta' turisti li żaru Malta f'dawn l- aħħar ħames snin hu kif ġej:", "|2000 |1,215,71| | |2 | |2001 |1,180,14| | |5 | |2002 |1,133,81| | |4 | |2003 |1,126,60| | |1 | |2004 |1,156,02| | |8 | |2005 |1,170,61| | |0 |", "Qabel l-2004 in-numru ta' turisti kienu bbażati fuq arrivals.", "Fl-2004 l-NSO bdiet tiġbor l-istatistika tat-turizmu permezz tat-Tourstat ibbażat fuq departures."]} {"filename": "20060515_384d_par.doc", "date": "2006-05-15", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Uffiċjali u Rivedut) L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 384 It-Tnejn, 15 ta' Mejju 2006 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 384", "It-Tnejn, 15 ta' Mejju 2006", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.02 p.m.", "Talba", "Seduta Nru. 384", "It-Tnejn, 15 ta' Mejju 2006", "WERREJ", "MINUTI 122", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 122", "TQEGĦID TA' KARTI 128", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA 128", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-LIĠIJIET DWAR IL-PROTEZZJONI", "TAL-KOMSUMATUR (IT-TIENI QARI) 128", "CONSUMER PROTECTION LAWS (AMENDMENT) BILL (SECOND READING) 128", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR DAZJU TAS-SISA (KUMITAT) 146", "EXCISE DUTY (AMENDMENT) BILL (COMMITTEE STAGE) 146", "AĠĠORNAMENT 148", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 152", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 383 li saret fl-10 ta' Mejju, 2006 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "IS-SUR TA' SANTA LIENA", "17177.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Chris Agius) staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 13044, jista' il-Ministru jgħid meta se ssir it-triq magħrufa bħala s-Sur ta' Santa Liena, Bormla?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT (Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq): Matul il- ġimgħat li għaddew, rappreżentanti tal-ministeru għal-iżvilupp urban u t- toroq u ta' l-ADT żaru l-lokalitajiet kollha u ħejjew lista ta' toroq li huma responsabbilta' tal-gvern ċentrali.", "Bħalissa qed jinħadmu l- prioritajiet u anke qed issir stima dettaljata tax-xogħol li hemm meħtieġ.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: X'inhi r-raġuni li sal-lum għadu ma sarx il-bus shelter fi Triq il-Marżebb, fl-area ta' St. Peter's, Ħaż-Żabbar?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Veru li l-aħħar darba li saritli mistoqsija dwar dan is-suġġett jien kont għedt li l-kuntrattur inkarigat minn dan ix-xogħol kellu commitments oħrajn, pero' ma nistax nifhem għalfejn qed jieħu daqshekk fit-tul biex ifittex ilesti din il-biċċa xogħol.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Skużi imma jekk il-kuntrattur qed jittrateni allura għandu jinstab kuntrattur ieħor.", "(Interruzzjonijiet) Sur President, jien qed nitlob dikjarazzjoni ċara min-naħa tal-Ministru jekk ix-xogħol hux se jkun lest dan ix-xahar.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Iva, nittama li x-xogħol ikun lest fl-erba' ġimgħat li ġejjin.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Leo Brincat, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, xtaqt nerġa' indur għal mistoqsija li għamilt ftit tal-ġranet ilu dwar uffiċjali ta' l-ADT li għandhom aċċess għal trasport personali fuq bażi ta' 24 siegħa.", "Jikkonferma l-Ministru li dawn il-faċilitajiet huma marbutin strettament man-natura tax-xogħol ta' l- uffiċjali in kwestjoni?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Bl-amment ma nistax nikkonferma dan u nkun irrid nivverifika, Sur President.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Napprezza jekk il-Ministru jivverifika u nħeġġu biex jivverifika sew għax wasluli rapporti li xi membri ta' l-ADT għandhom trasport provdut fuq bażi ta' 24 siegħa, faċilita' mhux neċessarjament marbuta ma' l-esiġenzi tax-xogħol tagħhom.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Sur President, jien se nagħmel dawn il-verifiki u jekk sadanittant l-Onor.", "Brincat għandu xi informazzjoni li jista' jgħaddili, nitolbu jgħaddihieli.", "KAROZZI UFFIĊJALI", "18471.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joe Debono Grech) staqsa lill- Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' il-Ministru jgħid jekk il- karozza uffiċjali tiegħu bħala ministru u s-second car humiex government- owned jew mikrija?", "F'każ li mikrija, kemm huma mikrijin kuljum?", "F'każ li huma government-owned, jista' jgħid kemm kienet l-ispiża għall- manutenzjoni jew repairs ta' l-imsemmija karozzi matul l-2004 u l-2005?", "Jista' jgħid jekk matul l-istess perijodu, kriex xi karozza oħra għall-użu tiegħu temporanju?", "Kemm inkriet kuljum?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (Ministru għat-Turiżmu u Kultura) (f'isem il- Ministru għall-Affarijiet Barranin): Il-karozza uffiċjali tiegħi hija leased u s-second car hija propjeta` tal-ministeru.", "Il-kirja tiġi tiswa Lm10,767.50 fis-sena, inkluż il-VAT u tkopri kull bżonn ta` maintenance u servicing.", "Fil-każ tas-second car, il-maintenance għas-sena 2004 kienet ta` Lm528.84 waqt li għas-sena 2005 kienet ta` Lm1,379.28.", "Matul il-perijodu 2004/2005 ma nkriet l-ebda karozza oħra għall-użu temporanju tiegħi.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Leo Brincat, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Il-Gvern Malti ma jħossx li għandu jifraħ bin- normalizzazzjoni tar-relazzjonijiet bejn l-Istati Uniti u l-Libja u anke jibgħat it-tislijiet tiegħu, issa li sirna nafu li se tinfetaħ ambaxxata Amerikana fi Tripli?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Naqblu lkoll li dan huwa żvilupp pożittiv li Malta ilha ssegwi u se ngħaddi s-suġġeriment ta' l-Onor.", "Interpellant lill- ministru konċernat.", "IMPJEGATI FIL-MINISTERU", "18472.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joseph Debono Grech) staqsa lill- Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' il-Ministru jgħid kemm membri tal-private staff hemm fil-ministeru?", "Kemm minnhom huma uffiċjali pubbliċi u kemm minnhom qegħdin b'xi forma ta' kuntratt?", "X'inhu s-salarju u x'inhuma l-allowances li għandhom?", "X'benefiċċji oħra għandhom?", "Kemm minn dawn l-uffiċjali huma mid-distrett elettorali tiegħu?", "Jista' jagħti lista bl-isem, l-indirizz u n-numru ta' l-identita' tagħhom?", "ONOR.", "FRANICS ZAMMIT DIMECH (f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Barranin): In-numru ta` private staff mal-ministeru tiegħi huwa 19 u kollha ġew impjegati skond il-proċeduri stabiliti.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Mizzi, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jista' ikun li hemm min hu seconded u allura ma jidhirx bħala membru ta' l-istaff għalkemm jagħmel xogħol fil-ministeru?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Jiddispjaċini imma m'għandix din l- informazzjoni.", "SAFAR UFFIĊJALI", "18473 L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joe Debono Grech) staqsa lill- Ministru għall-Affarijiet Barranin: Kemm mill-membri tal-private staff tiegħu siefru bejn l-2004 u l-2005?", "Fejn marru?", "Għal liema raġuni?", "Kemm flus ingħataw għal kull safra?", "Hemm xi ħadd minnhom li siefer first-class jew business-class?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Barranin): Ġaladarba x-xogħol tal-ministeru ta` l-affarijiet barranin jinvolvi ħafna safar, ma jagħmilx sens li tinġabar l-informazzjoni mitluba.", "Nista' nikkonferma li ħlief għas-safar indikat fit-tabella mehmuża, safar approvat fuq xogħol tal-gvern, il-membri tal-private staff siefru biss biex jakkumpanjaw lili f`ħidma tal-gvern.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Leo Brincat, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, ftit tal-jiem ilu smajna li wieħed mill- konsulenti tal-ministru għall-affarijiet barranin qiegħed ingaġġat bħala konsulent mas-segretarju permanenti.", "Forsi din hija xi drawwa ġdida ta' dan il-gvern li s-segretarju permanenti jkollu konsulent miegħu?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Din m'hijiex drawwa, imma hija pjuttost ħtieġa li tista' tvarja minn ministeru għal ieħor skond iċ-ċirkostanzi.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Leo Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Jiġifieri l-Ministru jeskludi li l-post inħoloq biex tiġi akkomodata persuna partikolari li sa ftit ta' żmien ilu kienet isservi bħala ambaxxatur?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Naturalment jiena qiegħed inwieġeb għan-nom tal-kollega tiegħi, pero' għandi nifhem li pożizzjonijiet bħal dawn jimtlew għax ikun hemm il-ħtieġa tagħhom u xejn aktar.", "CABLE TELEVISION", "18474.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joseph Debono Grech) staqsa lill- Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi impjegati fid-dekasteru tiegħu li jagħmlu użu mis-servizz tal-Melita Cable?", "Min huma?", "Kemm kienet l-ispiża bejn l-2004 u l-2005?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Barranin): Fil-ministeru tiegħi hemm sevizz tal-Melita Cable għall-użu ta' l- impjegati fid-dekasteru tiegħi, u cioe' fl-uffiċċju tas-segretarju permanenti, fl-uffiċċju tad-direttur servizzi korporattivi u fl-uffiċċju ta` l-ex direttur ta' l-affarijiet Ewropej u hemm servizz ieħor fl-uffiċċju tal-forum Malta fl-Ewropa.", "L-ispiża fl-2004 kienet ta` Lm 781 u Lm 1004 fl-2005.", "INTERNET", "18475.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joe Debono Grech) staqsa lill- Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx uffiċjali fid-dekasteru tiegħu li għandhom is-servizz ta' l-internet fir- residenza tagħhom imħallas minn fondi pubbliċi, minbarra dak provdut mill- MITTS?", "Min approvaha tali spiża?", "Għal min qiegħed jiġi pprovdut is- servizz u min hu l-ISP?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Barranin): Le, m`hemmx.", "CALLS FOR APPLICATIONS", "18476.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joe Debono Grech) staqsa lill- Ministru ta' għall-Affarijiet Barranin: Jista' il-Ministru jgħid jekk hux minnu li fid-dekasteru tiegħu nħatru segretarju permanenti, diretturi ġenerali, diretturi jew assistenti diretturi mingħajr ma applikaw għall- kariga li ġew appuntati fiha meta ħarġet il-call for applications għal dik il-pożizzjoni partikolari?", "F'każ li nħatru uffiċjali b'dan il-mod, jista' il-Ministru jgħid min huma l-uffiċjali u x'kariga qegħdin jokkupaw?", "Għaliex inħatru b'dan il-mod u min iddeċieda li jkunu ideali li jokkupaw il- kariga mingħajr ma ssirilhom l-interview?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Barranin): Il-karigi fil-ministeru tiegħi mtlew wara call for applications skond il- proċeduri meħtieġa.", "Kien hemm każ wieħed biss fejn direttur li kien diġa' fil-kariga ġie appuntat lateralment f`kariga oħra ta` direttur, cioe' id-direttur għar- relazzjonijiet multilaterali li issa nħatar direttur għall-affarijiet ġenerali u kummerċ internazzjonali għall-bqija tal-perijodu kuntrattwali li kellu.", "Dan sar minħabba ristrutturar fil-ministeru u skond ma ġie deċiż mis-senior advisory committee fl-uffiċċju tal-prim ministru.", "VAT U REGISTRATION TAX", "18647.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 18276, jista' il-Prim Ministru jinformana biċ-ċifra globali ta' VAT u registration fees li tħallsu mill-operaturi li jimportaw vetturi, inġenji, eċċ. għal dawn l- aħħar ħames snin, sena b'sena?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "BORD NAZZJONALI TAS-SAJD", "18661.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid kemm laqgħat żamm il-bord nazzjonali tas-sajd matul l-2005 u l-2006?", "Liema suġġetti ġew diskussa?", "ONOR JESMOND MUGLIETT (f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent): Ninsab informat li matul is-sena 2005 il-bord tas-sajd iltaqa' tliet darbiet.", "L-ewwel laqgħa saret fit-3 ta' Marzu, 2005 u ġew diskussi r-regolamenti għall-irkapti tas-sajd.", "It-tieni laqgħa saret fl-20 ta' Ottubru, 2005 u matulha ġew diskussi l- miżuri tekniċi għall-Mediterran u l-laqgħa ta' l-international commission for the conservation of Atlantic tunas(ICCAT) f'Seville.", "It-tielet laqgħa li saret fis-16 ta' Diċembru, 2005 iffinalizzat id- diskussjoni fuq ir-regolamenti għall-irkapti tas-sajd.", "L-istess bord tas-sajd żamm laqgħa oħra fl-4 ta' Marzu, 2006 u matulha ġew diskussi l-liċenzji tas-sajd tat-tonn għas-sena 2006, jew aħjar kif se titpoġġa sistema aktar idonea għall-għoti ta' liċenzji tat-tonn għal kull sena.", "LAQGĦAT MAS-SAJJIEDA", "18662.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid kemm laqgħat uffiċjali nżammu bejn id- direttur tas-sajd u l-koperattivi tas-sajjieda?", "Meta saru dawn il-laqgħat?", "Liema oqsma ġew diskussi u xi progress sar dwarhom?", "ONOR JESMOND MUGLIETT (f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent): Id-direttur ġenerali għall-konservazzjoni u kontroll tas-sajd matul l-2005 iltaqa' ma' 178 sajjied jew gruppi ta' sajjieda – dawn il- laqgħat normalment isiru t-Tlieta filgħodu - apparti li kien hemm numru ta' sajjieda li ġew mingħajr appuntament u, f'każ minnhom, anke l-Onor.", "Interpellant kien preżenti.", "Dawn il-laqgħat kienu jinvolvu numru varjat ta' suġġetti bħal għajnuna, liċenzji, trasferimenti u lmenti varji.", "Fl-istess sena saru wkoll għaxar laqgħat mal-koperattiva nazzjonali tas- sajd u erbgħa ma' l-għaqda koperattiva tas-sajd ltd.", "Barra minn hekk kien hemm tliet laqgħat tal-bord tas-sajd li fihom ikun hemm wkoll ir- rappreżentanti tal-koperattivi.", "Numru ta' laqgħat oħra maż-żewġ koperattivi ġew organizzati fil-preżenza tal-ministru konċernat.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Il-Ministru qiegħed f'pożizzjoni jgħid xi progress sar u jekk l-għajnuna finanzjarja ngħatatx lis-sajjieda u lill-koperattiva tagħhom?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Jiddispjaċini imma m'għandix din l-informazzjoni quddiemi, Sur President.", "OPERAZZJONIJIET", "18663.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm li qed jistennew sabiex issirilhom l-operazzjoni?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita'): Waqt li l-Onor.", "Interpellant jista' dejjem jirriferi għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 18314, għal dak li għandu x'jaqsam m'Għawdex nitolbu jirriferi l-mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernata.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: X'qed isir biex min ikun irid jinqeda bis-servizzi ta' l-isptar f'Għawdex, ma jdumx jistenna għal tul ta' żmien kif qiegħed jiġri fil-mument?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Kif għedt diġa', is-servizzi fl-isptar t'Għawdex jaqgħu taħt il-kompetenza tal-ministeru għal Għawdex u evidentement, id- domanda ta' l-Onor.", "Interpellant ma nistax inweġibha jien.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Imma safejn naf jien, il-politika tas-saħħa taqa' taħt ir-responsabbilta' tal-ministeru tas-saħħa.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Sur President, il-ministeru tiegħi għandu r- responsabbilta' li jara li l-istandards jinżammu.", "It-tmexxija ta' l-isptar t'Għawdex taqa' taħt il-kompetenza diretta ta' l-Onor.", "Giovanna Debono.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jiġifieri jekk qed nifhem sew, il-Ministru m'għandux interess dwar żviluppi fil-politika tas-saħħa fejn għandu x' jaqsam m'Għawdex?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Jiddispjaċini imma l-ħabib tiegħi għandu ħabta jasal għal konklużjonijiet li mhux neċessarjament ikunu razzjonali.", "Jiena m'għedtx li m'għandi l-ebda interess dwar kif jitmexxa s-servizz tas-saħħa imma għedt li r-responsabbilta' tal-ministeru tas-saħħa, bħala regolatur, hi li jara li l-istandards jinżammu.", "Imma b'daqshekk ma jfissirx li l- ministru tas-saħħa għandu jidħol fejn ma jesaħx, Sur President.", "Għal darb'oħra ngħidlu li jekk irid risposta kif suppost, għandu jagħmel id- domanda tiegħu lill-ministru konċernata.", "Pero' lanqas hu sew li jasal għal ċerti konklużjonijiet, bħal dak li qallu li l-ministru tas-saħħa jiġi jaqa' u jqum minn kif sejrin il-pazjenti f'Għawdex.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Ladarba l-Ministru ma jiġix jaqa' u jqum mill-kura tas-saħħa, jista' jgħidilna liema hu dak l-equipment li għandu bżonn jinbidel minħabba li m'huwiex qed joffri l-aħjar servizz lill-Għawdxin?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Għal darb'oħra naħseb li l-kollega tiegħi għadu ma fehemx x'inhi l-kompetenza tal-ministeru tiegħi.", "Il-ministeru tas-saħħa ma jidħolx f'dettalji ta' kif jitħaddem is-servizz f'Għawdex.", "Fuq dan il-punt kienet saritli domanda u fir-risposta tiegħi jien kont weġibt li ħafna Għawdxin ikollhom jinżlu Malta biex jingħataw ċerti servizzi.", "Għalkemm risposta bħal din setgħet tittieħed b'mod negattiv, fis-sens li l-gvern qisu ma jinteressahx minn x'servizzi jingħataw f'Għawdex, il-verita' hi li hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq popolazzjoni relattivament żgħira u assolutament m'huwiex cost-effective li jkollok ċertu apparat f'Għawdex.", "Ħalli nagħti eżempju, Sur President.", "Meta f'Għawdex kien hemm każ wieħed jew tnejn ta' renal dialysis, ma kenitx tinħass il-ħtieġa li hemm ikollna renal dialysis unit.", "Imma meta mbagħad in-numru tela' - għalkemm ma tistax tgħid li tela' b'mod konsiderevoli għax kien hemm biss xi ħames pazjenti jew sitta - il-gvern ħa l-inizjattiva biex jiftaħ renal unit.", "Hemm ħafna units oħra li ma jagħmilx sens li tiftaħhom u dan għar-raġuni li f'Għawdex m'hemmx catchment population biżżejjed.", "Barra minn hekk, kieku Għawdex kellna nibagħtu ngħidu aħna speċjalista tal- bypass, dan man mano jibda jitlef in-know-how għax bilfors jipprattika inqas jista'.", "Allura minħabba li wieħed jikseb ċertu back-up u knowledge aktar ma jipprattika, l-Għawdxin qegħdin jintalbu jinżlu Malta għal dawn is- servizzi.", "Wieħed irid japprezza wkoll li l-isptar t'Għawdex m'huwiex poliklinika, kif kien jitqies qabel imma huwa sptar attrezzat li jilqa' għall-emerġenzi.", "Fil-fatt l-istatisika turi li għall-popolazzjoni li hemm Għawdex, is- servizz li jingħata f'dan l-isptar huwa pjuttost wieħed tajjeb.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Justyne Caruana, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JUSTYNE CARUANA: Peress illi l-isptar t'Għawdex m'huwiex poliklinika u meta nafu wkoll li l-Għawdxin qed ikollhom imorru Malta minħabba li l- isptar ġenerali hu nieqes minn ċertu makkinarju, x'inhi r-raġuni li l- Għawdxin m'humiex qed jingħataw preċedenza kif kienu jingħataw qabel fl-out- patients department ta' l-isptar San Luqa?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Fil-fatt hemm żewġ raġunijiet għala pazjenti Għawdxin m'għadhomx jingħataw preċedenza fuq pazjenti Maltin.", "Illum it-trips tal- Gozo Channel bejn Malta u Għawdex qed ikunu aktar frekwenti - għalhekk ukoll li ħaddiema Għawdxin li jiġu jaħdmu Malta m'għadhomx jitilqu siegħa qabel il-ħin normali tax-xogħol - u barra minn hekk, fl-out-patients department bdiet sistema fejn pazjent jingħata appuntament bil-ħin biex jiġi eżaminat.", "Dan kollu juri li jekk wieħed jippjana l-viżita tiegħu fl- out-patients m'għandux ikun hemm preferenza bejn pazjent u ieħor, anke għaliex persuna minn Malta tista' tkun f'sitwazzjoni iżjed urġenti minn pazjent li jkun ġej minn Għawdex.", "Naturalment hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq cold cases, mhux operazzjonijiet.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Caruana.", "ONOR.", "JUSTYNE CARUANA: Sur President, din m'hijiex kwestjoni jekk każ li jinvolvi pazjent Malti huwiex urġenti iktar minn każ li jinvolvi pazjent Għawdxi, imma pjuttost kwestjoni ta' inkonvenjent għax l-Għawdxin qed ikollhom joqogħdu jinżlu Malta.", "Barra minn hekk, il-pazjenti Għawdxin mhux kollha għandhom priority boarding bħalma għandna aħna u allura hemm ċertu inkonvenjent kemm ta' ħin, ta' queueing u affarijiet oħrajn.", "In vista ta' dan, ma jaħsibx il-Ministru li għandha tibqa' tingħata l-preċedenza li kienet tingħata qabel lill-Għawdxin?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ma naħsibx u għar-raġunijiet li semmejt.", "L- appuntamenti ta' l-out-patients ikunu bejn it-7.45 a.m. u s-1.00 p.m. u allura li tiġi tgħidli li persuna ssibha diffiċli biex tiġi minn Għawdex f'dawn il-ħinijiet, ma tantx naraha kredibbli.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Caruana.", "ONOR.", "JUSTYNE CARUANA: Ma jarax il-Ministru li hawn għandna eżempju ċar ta' kemm qed ibatu ċerti nies minn dan l-inkonvenjent, meta qabel kien hemm il-preċedenza u llum tneħħiet?", "X'diffikulta' hemm li lill-Għawdxin nagħtuhom appuntament first thing in the morning?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Dik il-preċedenza qabel kienet tingħata għax it-trips bejn Malta u Għawdex ma kenux frekwenti.", "Barra minn hekk qabel ma kienx hemm sistema ta' appuntamenti bil-ħin.", "Illum dawn iż-żewġ problemi ġew sorvolati, Sur President.", "Illum għandek ukoll ċerti affarijiet partikolari għall-isptar fejn wieħed jista' jinqeda bil-karta anzjan f'numru ta' uffiċini tal-gvern.", "Issa fl- out-patients ma tistax tinqeda permezz ta' din il-karta għas-sempliċi raġuni li kulħadd ikun qiegħed fl-istess ilma.", "PRODUZZJONI TAT-TJUR", "18664.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jagħti tagħrif dwar il-produzzjoni attwali tat-tjur tas-simna?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT (f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent): Ninsab informat li minn Jannar sa Marzu 2006 il-produzzjoni ta' broilers kienet hekk: 7,220 ras jew 16,981 kg f'Malta u 544,005 irjus jew 1,242,772 kg f'Għawdex", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-Mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti u nsejjaħ lill-Ministru Ċensu Galea.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għall-Kompetittivita` u Komunikazzjoni): Sur President, f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi nqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Lista ta' l-għalliema fl-MCAST (IBCE), Naxxar li jgħallmu fid-diversi korsijiet ta' kostruzzjoni, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 19019;", "F'isem il-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura nqiegħed fuq il-mejda tal- Kamra:", "Pubblikazzjoni intitolata \"Impressions Aesthetics Design Handbook\", bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 19053; u", "f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Barranin inqiegħed fuq il-mejda tal- Kamra:", "Kopja tal-ftehim ta' koperazzjoni ffirmat fit-23 ta' April, 2006 bejn Malta u s-Sawdi Għarabja, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 19003.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-LIĠIJIET DWAR IL-PROTEZZJONI TAL-KOMSUMATUR", "CONSUMER PROTECTION LAWS (AMENDMENT) BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mill-10 ta' Mejju, 2006.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "MR SPEAKER: Aktar rimarki?", "Il-Ministru Louis Deguara.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Sur President, nistgħu ngħidu li minn mindu Malta saret membru ta' l-Unjoni Ewropea, ftit kien hemm diskussjonijiet li qajmu interess fil-pubbliku daqs il-problema li diversi kelliema għamlu riferenza għaliha, jiġifieri dik tan-nuqqas ta' mediċini u l-prezz li bih dawn qed jinbiegħu.", "Irrid ngħid mill-bidu nett li dan huwa topic verament ikkumplikat u anke meta nkunu qegħdin nitkellmu fuqu, irridu noqogħdu attenti ħafna għaliex tant hemm variables f'dan is-suġġett li huwa diffiċli biex tagħmel sweeping statements kif saru ġewwa din il-Kamra probabbilment mingħajr l-ebda intenzjoni ħażina.", "L-interess pubbliku li tqajjem fuq dan is-suġġett naħseb li jixhduh numru ta' programmi fuq it-television kif ukoll press releases u forums li saru.", "Fil-fatt din il-ġimgħa stess se jkun hemm żewġ programmi fuq it-television li speċifikament se jitkellmu fuq il-problema tal- mediċini ġewwa pajjiżna, wieħed fuq Super One television u l-ieħor fuq Smash television.", "Jien nawgura wkoll li l-andament tad-diskussjonijiet ikun wieħed b'intenzjoni li jagħti r-raġunijiet veri għas-sitwazzjoni preżenti li għandna ġewwa pajjiżna.", "Wara li saret press release mill-Malta Chamber of Commerce sar forum tal- Vodafone fejn ġew mistiedna numru ta' personalitajiet li għandhom x'jaqsmu direttament mas-settur tal-mediċini, inklużi jien bħala ministru kif ukoll ix-shadow minister min-naħa ta' l-oppożizzjoni.", "Irrid ngħid li d- diskussjoni tmexxiet b'mod tajjeb ħafna u naħseb li ħareġ ħafna ġid anke għax iż-żewġ naħat fehmu aħjar lil xulxin.", "Is-Sur Mario Debono li tkellem f'isem il-GRTU wissa li jekk l-affarijiet jibqgħu sejrin kif inhuma sal-lum jista' jwassal biex sa l-aħħar ta' din is-sena jkun hemm skarsezza jekk ma jitteħdux xi miżuri korrettivi u li ma jistax ikun li pajjiżna jkollu sistema ta' reġistrazzjoni tal-mediċini li hija kkumplikata daqs dik ta' pajjiżi ferm akbar.", "Dak ikkonkluda – b'mod żbaljat, fl-opinjoni tiegħi, u 'l quddiem ngħid għaliex – li din is-sistema ta' reġistrazzjoni qiegħda twassal biex f'pajjiżna, il-mediċini jinbiegħu bi prezz għoli ħafna.", "Tkellmet ukoll is-Sinjura Giovanna Cremona min-naħa taċ-Chamber of Commerce li qalet li r-rekwiżit li jkun hemm dossiers biex mediċini jiġu reġistrati f'pajjiż li huwa relattivament żgħir, qiegħed iġiegħel l-ispiża tal- mediċina tikber u allegat ukoll li numru ta' varjazzjonijiet fil-mediċini qed iġibu aktar spejjeż li huma sostanzjali.", "Din tkellmet ukoll dwar il- bżonn li jkun hemm market authorisation number fuq kull pakkett u tqajmet il-problema tal-lingwa Maltija fl-inserts tal-pakketti.", "Min-naħa l-oħra mill-kummissjoni Ewropea tkellmet ir-rappreżentanta tagħna Joanna Drake li qalet li huwa importanti li fi kwalunkwe stadju niżguraw li f'pajjiżna jkun hemm mediċini biżżejjed li jkunu reġistrati u wkoll li jinbiegħu bi prezz ġust.", "Din qalet ukoll x'miżuri jieħdu pajjiżi oħra biex jiżguraw li dawn it- tliet fatturi - jiġifieri li jkun hemm il-mediċini, jkunu tajbin u jinbiegħu bi prezz ġust – jiġu rispettati.", "F'din il-laqgħa jien tajt il- kontribut tiegħi wkoll u tkellem ukoll l-Onor.", "Michael Farrugia li esprima l-inkwiet tal-poplu Malti li hawn nuqqas ta' mediċini fis-suq.", "Apparti dan, tkellmu r-rappreżentanti ta' l-industrija.", "Fil-fatt tkellmet Marianne Sant Fournier min-naħa tal-pharmaceutical working group u tkellmu David Stellini, Michelle Magro u oħrajn li wrew ċerta preokkupazzjoni minkejja li s-Sinjura Michelle Magro qalet u stqarret li l-kumpannija li qiegħda tirrappreżenta ġewwa Malta ddeċidiet li tibda tirreġistra l-mediċini lokalment.", "Illum fil-ħarġa tal-gazzetta \"l-orizzont\" hawn miktub li ma jistax ikun li l-pazjent jibqa' l-ballun bejn il-gvern u l-importaturi.", "Naħseb li biex inkunu korretti rridu noqogħdu attenti li mhux ngħidu li l-pazjent ma jibqax il-ballun bejn il-gvern u l-importaturi imma naħseb li ż-żewġ naħat tal-Kamra jridu joqogħdu attenti li ma jispiċċawx huma l-ballun ta' ċerti individwi Ii forsi għal raġuni jew oħra qegħdin iġibu sitwazzjoni għal dik li hi ġewwa pajjiżna.", "L-ewwelnett se ngħid għalfejn din hija issue ta' interess pubbliku u bħal kull issue ta' interess pubbliku, ikun għaqli kieku ż-żewġ naħat tal-Kamra, id f'id, jindirizzaw il- problema u jsibu jew jidentifikaw is-soluzzjoni ta' kif nistgħu nagħtu servizz aħjar lill-pubbliku Malti.", "Huwa veru li r-responsabbilta` dejjem tibqa' fuq il-gvern tal-ġurnata pero` f'każijiet fejn ikun hemm il-public interest fin-nofs, naħseb li huwa għaqli u jinkisbu riżultati aħjar kieku ż- żewġ naħat tal-Kamra jikkontribwixxu.", "Jiġifieri ma naħsibx li kien tajjeb li waqt li din id-diskussjoni ssemmew kemm-il darba li l-pajjiż ġie f'din is-sitwazzjoni minħabba li tal-partit Nazzjonalista ma semgħux minn tal- labour, webbsu rashom, kienu suppervi u ħafna minn dan.", "Naħseb li dan huwa kliem li ma jwassal għalxejn u ma jagħti l-ebda riżultat lill-pubbliku ħlief li forsi politikament iwassal l-idea li l-gvern mhux qiegħed jindirizza din il-problema ta' mediċini u tal-prezz tagħhom b'mod verament attiv.", "Ħalli nagħmlu żewġ dikjarazzjonijiet għaliex hemm żewġ issues li qegħdin jolqtu lill-pubbliku.", "L-ewwelnett hemm il-prezz dejjem jogħla tal- mediċini pero` jkun tajjeb li ngħidu li dan kien jogħla anke qabel ma Malta saret membru fl-Unjoni Ewropea u tant hu hekk li jekk wieħed jara r-rata ta' kemm il-mediċini telgħu fl-aħħar għaxar snin isib li l-prezzijiet tal- mediċini żdiedu bejn 7% u 12%.", "Mela aħniex fl-Unjoni Ewropea jew le, bejn 7% u 12% żieda fil-prezzijiet kull sena mingħajr ma kellna sistema ta' reġistrazzjoni hija żieda aċċettata mhux biss ġewwa pajjiżna imma anke madwar l-Ewropa kollha.", "Problema oħra li qed tinkwieta lin-nies hija li hawn nuqqas ta' mediċini.", "Jien niftakar li qabel ma dħalna fl-Unjoni Ewropea kien hemm numru ta' mistoqsijiet parlamentari ripetuti li kienu jistaqsu lill-gvern għaliex mediċina partikolari hija nieqsa u għaliex oħra hija skarsa u kull darba konna nirrispondu li ħafna drabi meta tonqos mediċina mis-suq Malti ma jkunx it-tort tal-gvern imma jkun tort ta' ċerti proċeduri li jwasslu biex importatur ma jibqax jimporta mediċina partikolari għaliex jara li l-profit margin tiegħu ma jkunx adegwat biżżejjed u allura ma jkunx worth it li jagħmel dak l-isforz kollu biex jimporta mediċina.", "Qed ngħid hekk għaliex kemm iż-żieda fil-prezz kif ukoll l-iskarsezza ta' ċerti mediċini żgur li kien magħna qabel ma dħalna fl-Unjoni Ewropea u naħseb li huwa faċli li wieħed jgħid li dan qed jiġri minn mindu dħalna fl-Unjoni Ewropea.", "M'iniex qiegħed ngħid li l-fatt li sirna membri ta' l-Unjoni Ewropea ma kkontribwixxiex għal ċerti affarijiet li se nispjega iżjed tard, imma", "żgur li dan m'huwiex għall-extent li qed jingħad.", "Sur President, il-gvern kemm-il darba qal li jrid jiżgura li mhux biss ikollna mediċini fis-suq pero` li dawn ikunu qed jinbiegħu lill-klijent bi prezz ġust, kemm mill-gvern kif ukoll mis-settur pubbliku.", "Naħseb li nkunu qegħdin nittamaw fil-vojt jekk naħsbu li kulħadd għandu subgħajh dritt u hawn mhux qed ngħid għal pajjiżna biss imma qed ngħid għal kulmin jissupplixxi l-mediċini kemm lill-gvern Malti kif ukoll lill-gvernijiet barranin.", "Dan tant huwa minnu li se nikkwota minn dokument li deher fil- volum numru 332 tal-British medical journal tal-15 ta' April ta' din is- sena fejn hawn imniżżel li nine drug companies chiefs are charged with conspiracy to defraud the national health service.", "Jiġifieri hawnhekk kellna każ ta' disa' diretturi ta' kumpanniji li jipproduċu l-mediċini li ġew mixlija li ftiehmu flimkien biex jisirqu lis-sistema nazzjonali tas- saħħa ġewwa l-Ingilterra.", "Għalhekk il-gvern lokali qiegħed jgħid ukoll li jrid jifli u jara verament ir-raġuni għalfejn il-prezzijiet qegħdin jogħlew f'pajjiżna mingħajr ma jeħodha for granted li ħadd m'hu qiegħed jipprova japprofitta ruħu minn ħadd.", "Issa ħalli mmorru ftit lil hinn u nkunu ftit konsistenti wkoll fl-argumenti tagħna.", "Għaliex l-ewwelnett ħassejna li hemm bżonn li ssir regolamentazzjoni tas-settur tal-mediċini?", "Irrid ngħid li wieħed irid jifhem li l-mediċini għandhom funzjoni speċifika.", "Mediċina - u din ġrat kemm-il darba - li wieħed ma jkunx ċert mill-aspett ta' safety kemm taħdem huwa diffiċli li titqies bħala prodott komuni.", "Jiġifieri l-gvern li jħalli mediċina tidħol f'pajjiżna jrid jiżgura li dik il-mediċina jkollha s- safeguards kollha qabel ma tingħata lill-pazjent għaliex nafu li kien hemm importazzjoni ta' mediċini - mhux f'pajjiżna biss imma anke f'pajjiżi oħrajn - li kellhom sistemi forsi aktar strinġenti milli għandna llum u xorta daħħlu ċerti mediċini mingħajr ma kien hemm kontrolli adegwati u spiċċaw biex batew il-pazjenti.", "Il-fatt li kien hemm bżonn regolamentazzjoni ma naħsibx li hija xi ħaġa diskutibbli.", "Filwaqt li aħna konna qegħdin niddibattu ġewwa din il-Kamra dwar il-bżonn ta' reġistrazzjoni tal-mediċini, iż-żewġ naħat tal-Kamra qablu li hemm bżonn li nintroduċu sistemi ġewwa pajjiżna li jiżguraw il- kwalita`, l-effikaċja, l-effiċjenza u s-safety profile tal-mediċini.", "Tant hu hekk li anke meta l-oppożizzjoni kienet fil-gvern - qed nirriferi għall- perijodu ta' bejn l-1996 u l-1998 – din kienet ġabet espert mill-għaqda dinjija tas-saħħa biex tgħinha tipprova ddaħħal sistema ta' reġistrazzjoni.", "Dan kien ħareġ bl-idea li bħala l-ewwel pass, biex ikollna sistema rudimentali ta' reġistrazzjoni ġewwa pajjiżna, kien ġie suġġerit li kull mediċina li tidħol ġewwa pajjiżna kellha tkun akkumpanjata b'dak li jgħidulu CPP, certificate of pharmaceutical product.", "Minkejja li dan m'huwiex garanzija mija fil-mija ta' effikaċja u ta' kwalita`, dan dejjem qiegħed jagħti ċerta assigurazzjoni li qabel ma kenitx teżisti fil-pajjiż.", "Fil-fatt minkejja li dan is-CPP ma kien kważi jiswa' xejn, xorta kellek numru ta' importaturi ta' mediċini ġewwa pajjiżna li meta kienu qed jimportaw il-prodott tagħhom, xorta waħda ma kenux qegħdin jiġu akkumpanjati bis-CPP li kien jagħti l-minimum li wieħed seta' jirrikjedi.", "Ovvjament sirna membri ta' l-Unjoni Ewropea wkoll u allura l- Unjoni Ewropea riedet tagħmilha ċara li l-ebda pajjiż minn dawk li qegħdin jidħlu ġodda fl-Ewropa ma seta' jkun jew iservi ta' tieqa biex prodotti li m'humiex ta' kwalita` jsibu ruħhom fi swieq Ewropej tramite pajjiż bħal Malta li ma kellux sistema ta' reġistrazzjoni.", "Allura l-Unjoni Ewropea fid- diskussjoni mal-pajjiżi ġodda kollha li daħlu membri tagħha, ma offritilhomx sistemi differenti.", "L-Unjoni Ewropea qaltilhom li hija għandha din is-sistema ta' reġistrazzjoni u kull pajjiż li jrid jissieħeb fi ħdanha f'dak li għandu x'jaqsam ma' mediċini jrid jaċċetta din is-sistema mingħajr diskussjonijiet.", "Qed ngħid dan biex nifhmu ċar li l-oppożizzjoni ma tkunx ġusta meta tgħid li aħna ma ddiskutejniex tajjeb ma' l-Unjoni Ewropea meta morna biex niddiskutu s-settur tal-mediċini għaliex huwa stat ta' fatt li l-Unjoni Ewropea taċċetta sistema ta' reġistrazzjoni waħda u l-ebda pajjiż ma jista' jiddevja minnha.", "Ovvjament meta għaddejna l-liġi dwar il-kwalita` ta' mediċini - u hawnhekk ukoll l-oppożizzjoni qablet perfettament - ridna niżguraw ċerti standards fil-manifattura tal-mediċini lokali.", "Aħna daħħalna l-konċett ta' spezzjonijiet, ta' qualified person u ta' penalitajiet jekk wieħed ma jimxix ma' dawk il-liġijiet.", "Daħħalna wkoll spezzjonijiet biex naċċertaw li l-industrija tal-mediċini jkollha G.M.P. għaliex beda jidher ċar li dawk l-industriji li bdew ġejjin Malta fil-bidu nett, ħasbu li hawn Malta se jsibu sistema ta' reġistrazzjoni li kienet tippermettilhom li jgħadduha lixxa pero` malajr bdew jindunaw li l-gvern kien qiegħed jara l-", "potenzjal li jattira s-settur farmaċewtiku lejn pajjiżna u kien qiegħed jieħu l-passi konkreti biex jesiġi l-ogħla livelli possibbli.", "Issa ovvjament tgħiduli - u din intqalet min-naħa ta' l-oppożizzjoni wkoll – li mhux il-pajjiżi kollha għaddejjin mill-problema li jinsab għaddej minnu pajjiżna minn mindu dħalna fl-Unjoni Ewropea.", "Ir-risposta għal dan hija sempliċi u ċara u dan għaliex aħna konna l-uniku pajjiż mill-pajjiżi ġodda li daħlu fl-Unjoni Ewropea li ma kellna l-ebda sistema ta' reġistrazzjoni ġewwa l-pajjiż.", "Jiġifieri l-pajjiżi l-oħrajn, peress li kellhom is-settur farmaċewtiku li beda jiżviluppa, kienu diġa` bdew idaħħlu pass pass sistema ta' reġistrazzjoni filwaqt li aħna ma kellna assolutament xejn.", "Jiġifieri aħna kellna nibdew kollox mill-bidu u kellna nibdew b'pass relattivament mgħaġġel biex nilħqu l-livelli ta' sħabna li magħna kienu fil- grupp li se jidħlu fl-Unjoni Ewropea.", "Irrid ngħid ukoll li għax l-Unjoni Ewropea kienet rat is-sitwazzjoni partikolari ta' pajjiżna kienet tatna 'l fuq minn €1 miljun biex inkunu nistgħu nibdew sistema ta' reġistrazzjoni, ladarba kienet taf li ma tistax tagħti eċċezzjonijiet dwar dan u dan għaliex riedet tiżgura li kull mediċina li ssib ruħha f'pajjiż ta' l-Unjoni Ewropea tkun għaddiet mill- istess għarbiel fin bħal kull mediċina li mill-Ewropa tiġi f'pajjiżna.", "F'din id-diskussjoni ma ssemma xejn ħlief l-aspett negattiv ta' regolamentar li kellna nadottaw biex nidħlu fl-Unjoni Ewropea f'dak li għandu x'jaqsam ma' mediċina u dan mingħajr ma ssemmew il-vantaġġi li l- industrijalisti Maltin qegħdin jieħdu f'dak li għandu x'jaqsam mas-settur farmaċewtiku.", "Jien se nsemmi ftit figuri li juru biċ-ċar li f'pajjiżna s- settur tal-farmaċewtika jew aħjar il-fabbriki li ġejjin f'pajjiżna minn pajjiżi Ewropej u mhux Ewropej biex jagħmlu stabbilimenti hawn Malta ħalli jkunu jistgħu jimmanifatturaw mediċini f'pajjiżna qiegħed dejjem jikber.", "Mhux hekk biss imma għandna numru ta' kumpanniji li minkejja li kellhom offerti tajbin daqs tagħna biex imorru jinvestu f'pajjiżi Ewropej oħrajn, xorta għażlu lil pajjiżna u għażlu lil pajjiżna minħabba l-fatt li iva, aħna għandna sistema ta' regolarizzar li hija fina li tiggarantixxi l-ogħla livelli u kulħadd qed ikabbar ir-reputazzjoni ta' pajjiżna li fejn aħna nagħtu permess biex tiġi manifatturata mediċina, din għandha l-garanzija li tkun ta' l-ogħla kwalita`.", "Kellna, per eżempju, waħda mill-kumpanniji li bħalissa hija l-aktar kumpannija li qiegħda tikber internazzjonalment f'dak li għandu x'jaqsam ma' generics.", "Qed nirriferi għall-Actavis u llum din diġa` qiegħda timpjega madwar 250 impjegat Malti u ovvjament għandha l- intenzjoni li aktar 'il quddiem tespandi u żżid il-workforce tagħha.", "Kellna wkoll l-Amino Chemicals u l-Arrow Pharm Malta li minkejja li m'ilhiex taħdem f'pajjiżna diġa` qiegħda - u issa nitkellem fuq il-kwalita` ta' impjegati – timpjega madwar 120 impjegat.", "Kellna l-Phoenicia Organics u l- iStar Pharma u riċentement ħafna kellna s-Siegfried li ġiet mill-Isvizzera, qiegħda timpjega madwar 50 impjegat u qiegħda tinvesti €18 miljun f'pajjiżna.", "Huwa maħsub li waqt li preżentement dawn il-kumpanniji li ġew f'pajjiżna qed jimpjegaw madwar 500 ruħ, sas-sena d-dieħla jkunu qegħdin jimpjegaw 'il fuq minn 800 ruħ.", "Forsi iżjed importanti minn daqshekk huwa t- turnover ta' dawn il-kumpanniji.", "Dawn il-kumpanniji se jesportaw 'il barra minn pajjiżna b'kemm jiswa €200 miljun u dawn qegħdin jiġu f'pajjiżna – u din ngħidha b'ċerta responsabbilta` - mhux biss għax hemm inċentivi li l- gvern qiegħed joffrilhom għax dawk jistgħu jsibuhom f'pajjiżi oħrajn imma għax jafu li s-sistema ta' reġistrazzjoni u l-awtorita` li għandna li tirregola l-mediċini f'pajjiżna hija ta' l-ogħla kwalita`.", "Kif għedt, dawn diġa` qegħdin jimpjegaw madwar 500 ruħ u sas-sena d-dieħla se jimpjegaw madwar 800 ruħ u dan huwa fattur konsiderevoli wkoll li wieħed irid jagħti kasu.", "Forsi iżjed importanti minn hekk hu li nagħtu kas dawn it-800 impjegat x'inhuma.", "Sur President, illum fl-universita` tagħna għandna madwar 450 persuna li jinsabu għaddejjin minn korsijiet tal-farmaċija jew inkella gradwati fil- chemistry u naħseb li dawn qatt ma kellhom opportunita` li jaħdmu fil- privat daqskemm jaħdmu llum.", "Tant hu hekk li anke llum il-gvern qiegħed isibha diffiċli biex idaħħal farmaċisti jaħdmu fis-settur pubbliku għaliex dawn tant għandhom opportunitajiet b'kondizzjonijiet aħjar milli jista' joffri s-settur pubbliku li qegħdin jagħżlu biex imorru hemm.", "Is-sena d- dieħla se nibdew korsijiet fl-universita` fuq il-persuni li huma responsabbli mill-kwalita` ta' l-intrapriżi li jaħdmu f'Malta.", "Pero` mhux f'dak il-livell biss imma anke f'dak li għandu x'jaqsam ma' livelli inqas minn gradwati.", "Per eżempju, l-MCAST bħalissa għaddejja b'korsijiet għal laboratory technicians u l-ETC ukoll qiegħda toffri korsijiet filgħodu u filgħaxija għal assistant laboratory technicians.", "Dan kollu qiegħed ngħidu mhux għax se jagħmel differenza fuq il-prezz jew fuq l-availability pero` rridu noqogħdu attenti li meta nitkellmu fuq dan is-settur, ma narawx biss in-negattiv mingħajr ma naraw il-ħafna pożittiv li hemm fih.", "Imma ejja niġu daqsxejn aktar fil-konkret għal ċerti affarijiet li ntqalu f'din il- Kamra.", "L-ewwelnett irridu nagħmlu distinzjoni bejn ir-realta` u l-fatti u l- perċezzjonijiet li setgħu tqajmu waqt dan id-dibattitu.", "Kemm-il darba ssemmiet iċ-ċifra li f'Malta kellna madwar 8,000 mediċina.", "Issa ċ-ċifra ta' 8,000 diġa` tqajjem suspetti kbar dwar kemm hija vera jew le.", "Għaliex?", "Għax meta wieħed jara n-numru ta' mediċini li kien hemm available fil- pajjiżi ta' madwarna jsib li l-medja hija ta' madwar 4,000 jew 5,000 mediċina.", "Mela allura kienet stramba li f'Malta ngħidu u nibqgħu nirrepetu li fis-suq żgħir tagħna, fejn importatur jikkompeti ma' ieħor, seta' qatt kien hawn 8,000 mediċina differenti.", "Kif wasalna għal din iċ-ċifra?", "Wasalna għal din iċ-ċifra għaliex filwaqt li konna għaddejjin bid- diskussjonijiet ma' l-Unjoni Ewropea tlabna lil kulmin qiegħed jimporta mediċina u lil kulmin huwa interessat li fil-futur jimporta mediċina f'pajjiżna biex jgħidilna l-isem tal-prodotti tagħhom u npoġġuhom fuq it- transition list.", "Issa f'din it-transition list kien hemm madwar 8,000 mediċina u dan il-punt irrid nerġa' nirrepetih.", "Ma jfissirx li fis-suq Malti kien hemm 8,000 mediċina u issa ngħid eżatt kemm kien hemm fis-suq Malti.", "Huwa inutli li nibqgħu nirrepetu li fis-suq Malti kien hawn 8,000 mediċina meta dawn ma kenux jeżistu.", "Lanqas biss kien hemm 8,000 mediċina differenti ġewwa l- Ġermanja, l-Ingilterra u l-Italja, aħseb u ara f'Malta!", "Il-lista ta' 8,000 mediċina differenti ġiet biss wara li l-gvern, jew inkella aħjar id- diviżjoni tas-saħħa, talbet lil kulmin qiegħed jimporta f'pajjiżna mediċina u lil kulmin huwa interessat li xi darba jimporta din il-mediċina jew mediċina oħra biex iniżżilha fuq din il-lista għaliex din il-lista kienet se tagħti ċerti vantaġġi.", "S'intendi wieħed malajr jifhem għaliex kulħadd beda jpoġġi kemm Alla ħalaq mediċini fuq din il-lista.", "Fil-fatt meta eżaminajna din il-lista ta' 8,000 mediċina, sibna li kien hemm 900 mediċina li kienu ripetuti, jiġifieri diġa` nżilna għal 7,000.", "Issa minn dawn is-7,000 kien hemm 2,000 mediċina oħra li ma kienu liċenzjati imkien fl-Unjoni Ewropea u allura bis-sistema ta' reġistrazzjoni li għandha l-Unjoni Ewropea, dawn il-mediċini ma setgħux jidħlu f'pajjiżna.", "Mela minn 8,000 naqqasna 1,000 u se nerġgħu nnaqqsu 2,000 oħra jiġifieri issa qegħdin nitkellmu fuq 5,000 mediċina.", "Issa dawn il-5,000 mediċina x'kienu eżatt?", "Per eżempju, jekk għandek prodott li jiġi fi tliet dożi, dak ikun imniżżel bħala tliet mediċini differenti pero' fil-fatt tkun qed titkellem fuq l-istess mediċina.", "Mela aħna għedna: Għaliex ma naslux għaċ- ċifra vera ta' mediċini u mhux kulħadd jispara s-6,000 u t-8,000?", "Għalhekk użajna sistema kważi infallibbli.", "Fil-bidu tad-diskors tiegħi, jien għedt li fl-1999 għamilniha illegali li xi ħadd jimporta mediċina f'pajjiżna jekk ma jkollux is-CPP.", "X'għamilna?", "Kull mediċina li tidħol f'pajjiżna trid tidħol bilfors u trid tiġi skrutinata mill-port health, sew jekk tasal bl- ajru u sew jekk tasal bil-baħar.", "Allura morna u rajna kemm ġew prodotti CPPs fl-aħħar snin ġewwa pajjiżna u sibna li mill-famuż 8,000, ġew importati 2,211-il prodott.", "Issa l-lista ta' prodotti ġewwa pajjiżna kienet ftit iżjed.", "Għaliex?", "Għaliex hemm numru ta' mediċini li jimpurtahom il-gvern u wieħed ma jsibhomx fis-settur privat.", "Meta rajna n-numru ta' mediċini li nimportaw aħna bħala l-government pharmaceutical services, sibna li b'kollox f'pajjiżna kemm b'dak li jimporta l-privat kif ukoll dak li jimporta s-settur pubbliku hemm madwar 2,700 mediċina u żewġ terzi minnhom kienu ġejjin mill-Ingilterra.", "Mela allura awtomatikament qegħdin ngħidu li żewġ terzi tal-prodotti li jidħlu f'pajjiżna u li ġejjin mill-Ingilterra m'għandhomx il-problema li tqajmet hawnhekk tal-lingwa għaliex fl-Ingilterra, il-packet insert jagħmluh bl-Ingliż u l-Ingliż huwa wieħed mil-lingwi uffiċjali tagħna.", "Tant hu hekk li fil-bidu nett, meta aħna ridna ndaħħlu din is-sistema ta' reġistrazzjoni u meta għamilna l-impact assessment, ma kien hemm l-ebda problema maġġuri li l-gvern jew aħjar id-diviżjoni antiċipat.", "Mela xi ħaġa ġara f'dan il-pajjiż.", "Punt interessanti ieħor hu li l-pre-accession list kienet tagħti ċerti vantaġġi lil min ipoġġi l-isem tal-mediċina fuq din il- lista.", "Il-vantaġġi kienu li malli dik il-mediċina titpoġġa fuq din il- lista, kienet tingħata provisional market authorisation.", "Din kienet tfisser li minn mindu aħna dħalna fl-Unjoni Ewropea sa Diċembru ta' din is-sena, kull mediċina setgħet tiġi importata ġewwa pajjiżna għal ħlas one-off ta' Lm50.", "Mela m'hemm l-ebda skuża li mediċina ma baqgħetx tinġieb f'pajjiżna sa Diċembru ta' din is-sena jekk mhux għax min kien qiegħed jimporta ma riedx iħallas Lm50.", "Din l-importaturi ma ċaħduha qatt u ma jistgħu jiċħduha qatt.", "Nerġa' nirrepeti li kull waħda mit-8,000 mediċina li kien hemm fuq il- lista setgħet tibqa' tiġi importata ġewwa pajjiżna sa l-aħħar ta' din is- sena b'sempliċi one-off payment ta' Lm50.", "Il-vantaġġ l-ieħor kien li għall- istess Lm50 wieħed seta' jġib market authorisation għal dak il-prodott jekk jipproduċi d-dossier.", "Irrid ngħid li minkejja li din is-sistema ta' reġistrazzjoni ġiet ikkritikata bħala waħda li hija cumbersome ħafna, xorta waħda hija l-unika sistema li tiggarantixxi li jkun hemm optimum safety u kwalita`.", "Jiġifieri huwa inutli li nibqgħu ngħidu li stajna nibqgħu sejrin kif konna qegħdin nagħmlu taħt l-amministrazzjoni tal-labour li konna nitolbu li l-prodott ikollu s-CPP għax dan huwa l-inqas ħaġa li tista' titlob.", "Nerġa' ngħid li l-ebda pajjiż fl-Unjoni Ewropea qatt m'hu se jingħata ċ-ċans li jkollu sistema ta' reġistrazzjoni bi prodotti li jkollhom is-CPP biss.", "Sur President, din il-problema hija ta' importanza mhux biss għall-pubbliku imma għall-gvern ċentrali għaliex bejn is-sena 2003 u s-sena 2005 importajna b'kemm jiswew Lm150 miljun f'mediċini bi prezz fuq bażi ta' CIF jiġifieri ħadd ma ċċarġja sold fuqhom.", "Minn dawn, l-awtorita` tal-mediċini ġabret bħala fees 0.3%, jiġifieri inqas minn Lm0.5 miljun.", "Mela allura mhux veru u mhux sew li xi ħadd jiġi f'din il-Kamra u jgħid li l-prezz tal- mediċini għola minħabba s-sistema ta' reġistrazzjoni meta l-awtorita` li tieħu l-fees tħalset inqas minn 0.3%.", "Minn dawn il-Lm150 miljun li ġew importati bejn is-sena 2003 u s-sena 2005, il-gvern xtara b'kemm jiswew Lm60 miljun, jiġifieri 40% tal-prodotti kollha.", "Irrid ngħid li fit-83% tal- mediċini li jiġu importati ġewwa pajjiżna, m'hemm assolutament l-ebda kompetizzjoni għaliex ikollok persuna waħda li timporta l-oġġett u allura ovvjament lanqas huwa sew, kif intqal hawnhekk, li f'pajjiżna l-prezz ma jorħosx għaliex m'hawnx kompetizzjoni.", "Dikjarazzjoni bħal dik tfisser li jekk ikun hawn il-kompetizzjoni, u rridu li jkun hawn il-kompetizzjoni, mela allura hemm margin fejn il-mediċini jistgħu jinżlu u jkunu orħos.", "Sur President, hemm affarijiet strambi oħra meta nħarsu lejn liema mediċini għolew għax għandek mediċini li għolew b'10%, għandek mediċini oħrajn li għolew b'50% u għandek mediċini oħrajn li għolew b'aktar minn 50%.", "Allura tibda tara ċerti trends u ovvjament jibdew iqajmulek ċerti suspetti.", "Hija b'kumbinazzjoni li l-mediċini tat-tfal l-aktar li għolew?", "Il-ġurnal \"l- orizzont\" illum jagħmel aċċenn dwar dan għaliex qal li jekk wieħed ikun marid, forsi jgħaddi bla mediċina, pero` jekk jimirdulek it- tfal iqumu kemm iqumu l-mediċini se tixtrihom.", "Issa jien nerġa' nistaqsi: Hija b'kumbinazzjoni li l-prezzijiet tal-mediċini li l-aktar li huma intiżi għat-tfal żgħar huma dawk li l-aktar għolew?", "Per eżempju, meta kellna laqgħa ma' l-EFPEA li hija aġenzija ta' l-Unjoni Ewropea li tara l-kwalita` tal-prezzijiet u tara x'qiegħed jiġri fis-suq, qalulna li l-kumpanniji l- kbar nett huma l-kumpanniji li jiġu jaqgħu u jqumu mir-reġistrazzjoni.", "Dawn mhux veru li qegħdin jgħaddu l-ispiża tar-reġistrazzjoni fuq il- konsumatur.", "Il-kumpanniji l-kbar qed iħallsu r-reġistrazzjoni tal-mediċini ġewwa pajjiżna huma stess.", "Mela allura mhux veru li s-sistema ta' reġistrazzjoni qiegħda twassal għal żieda fil-prezzijiet tal-mediċini speċjalment f'dawk il-kumpanniji l-kbar li qed iħallsu kull fee possibbli ta' reġistrazzjoni li teżisti f'pajjiżna.", "Qablu wkoll li l-fees f'pajjiżna, anke dawk tas-suq limitat tagħna, huma fees li huma mħallsin minn barra, pero` xorta waħda jikkonsidrawhom very reasonable.", "Qalu wkoll li mhux veru li r-reġistrazzjoni tal-prodotti tagħhom ġewwa pajjiżna għandha tikkontribwixxi biex jogħla l-prezz tal-mediċina.", "Sur President, nixtieq ngħid xi ħaġa fuq il-problema tal-lingwa ġewwa pajjiżna.", "Naħseb li huwa żbaljat jekk indaħħlu l-problema tal-lingwa qisha xi ħaġa żgħira u nipprovaw nagħmlu muntanja minn xi ħaġa li nistgħu ngħidu li offrejna s-soluzzjonijiet għaliha, fis-sens li jekk il-package insert tal-mediċini jkunu bil-lingwa Ingliża mhux se jkun hemm problema.", "Jien nerġa` nirrepeti u ngħid li żewġ terzi ta' l-2,211-il mediċina li tidħol f'pajjiżna ġejjin mill-Ingilterra.", "Jiġifieri m'hemmx dubju li l-package insert ikun magħmul bl-Ingliż u allura ovvjament ma tinqalax il-problema tal-lingwa Maltija, għax tajna l-fakulta` li t-traduzzjoni għal-lingwa Maltija tista' tidher fuq il-web page ta' l-awtorita`.", "Per eżempju, hija ħaġa stramba li f'kull pajjiż fl-Ewropa kollha, ħlief f'pajjiżna, issib li l-mediċini ġeneriċi jissarrfu fi prezz irħas lill-konsumatur, u allura aħna rridu nkunu nafu r-raġuni vera għal dan.", "L-Unjoni Ewropea kienet konxja li sistema ta' reġistrazzjoni tista' twassal għal stat fejn ikun hemm nuqqas ta' mediċini f'kull suq u tat rimedji kif din il-problema tista' tingħeleb.", "Pero` din ma tistax tiġi megħluba qabel Diċembru ta' din is-sena.", "Fil- fatt il-qualified licence, il-126A, tiżgura li prodotti essenzjali jibqgħu fuq is-suq.", "Issa aħna diġa` identifikajna 500 prodott li aħna nqisuhom bħala essenzjali.", "Pero` hija ħaġa stramba wkoll li ħadd mill-importaturi ma applika biex jingħata dawn il-permessi.", "Sur President, aħna tajna commitment u qegħdin nagħmlu minn kollox b'mod realistiku u b'mod serju biex nidħlu fil-fond ħalli tissolva l-problema tal- mediċini.", "Qegħdin ngħidu hekk għaliex b'responsabilita`, filwaqt li aħna żgurajna li l-mediċini li jidħlu f'pajjiżna jkunu ta' l-ogħla kwalita` li joffru safety margin mill-ogħla u jkunu mingħajr side effects kemm jista' jkun, aħna wkoll determinati li naraw li dawk il-mediċini li jidħlu f'pajjiżna jidħlu bi prezz ġust.", "Aħna lesti li niddiskutu ma' kulħadd pero` m'aħniex se nittolleraw li wara Diċembru ta' l-2006 ikun hawn nuqqas ta' mediċini f'pajjiżna.", "Il-gvern diġa` qiegħed jikkonsidra diversi alternattivi biex jirrimedja għal din il-problema.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Anġlu Farrugia.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Sur President, jien smajt b'attenzjoni lill-ministru tas-saħħa jitkellem dwar il-problema tal-mediċini f'Malta.", "Għalkemm jien m'iniex tabib li nista` ngħid huwa li meta kienu qed isiru t-taħdidiet, qabel ma dħalna membri fl-Unjoni Ewropea, l-unika ħaġa li setgħet tiġi ttrattata kienet li l-mediċini kollha li kienu reġistrati mill-pajjiżi l- kbar għandhom awtomatikament ikunu hawnhekk.", "Issa jien informat li din lanqas biss ġiet trattata.", "Jien nifhem li l-ministru responsabbli ta l- espożizzjoni tiegħu u ċertament li hija xi ħaġa li rridu nibqgħu naħdmu fuqha biex f'pajjiżna jkollna l-mediċini bi prezzijiet aktar ġusti.", "Sur President, dan l-abbozz ta' liġi huwa intenzjonat biex ikollna inforzar u poter aktar b'saħħtu fil-protezzjoni tal-konsumatur.", "Allura jkolli bilfors nallaċċja dan l-abbozz ta' liġi ma' dak li l-gvern Nazzjonalista għamel f'dak li għandu x'jaqsam mal-protezzjoni tal-poplu Malti u Għawdxi fejn tidħol il-ġustizzja.", "Dan jeħodni lura għal meta l-istess gvern Nazzjonalista, fis-sajf tas-sena 2000, imbagħad b'ripetizzjoni sentejn wara u b'ripetizzjoni oħra proprju sena ilu, ħareġ b'mod regolari avviżi legali biex jgħolli t-tariffi li wieħed għandu jħallas biex jiftaħ kawża, u dan mingħajr lanqas biss iressaqhom għad-diskussjoni fil-parlament.", "Hawnhekk qed nagħmlu liġi biex nipproteġu lill-konsumatur imma f'dawn il-każi li qed insemmi l-gvern lanqas biss kellu d-diċenza li jiġi f'dan il-parlament u jgħid li se jirrevedi d-drittijiet li għandhom jitħallsu fil-qrati, fit- tribunali u fiċ-ċentri ta' l-arbitraġġ tagħna biex jgħolli t-tariffa li wieħed għandu jħallas biex jibda kawża, tkun xi tkun.", "Din m'hijiex kwestjoni ta' l-Unjoni Ewropea u fil-fatt qatt ma daħlet fiha.", "U sal-lum m'hemm xejn li jżomm lill-gvern Malti milli jirranġa l-problema li ħoloq meta żied dawn it-tariffi.", "Sur President, il-kritika ta' l-oppożizzjoni f'dan ir-rigward dejjem kienet konsistenti u ċara, u dejjem fetħet bieb għad-diskussjoni mal-gvern biex nipprovaw naslu f'xi ħaġa li tagħmel sens biex f'pajjiżna jkollna l-aħjar mod kif għandha tiġi amministrata l-ġustizzja.", "Iżda l-oppożizzjoni dejjem sabet il-bibien magħluqin min-naħa tal-gvern u l-gvern, min-naħa tiegħu, dejjem iddeċieda b'mod arbitrarju u mingħajr konsultazzjoni ma' ħadd.", "Anzi kellna wkoll l-ardir, f'dan il-parlament, fejn ministru tal-kabinett jgħid li għal dak li għandu x'jaqsam ma' reviżjoni ta' tariffi li jitħallsu l- qrati tagħna biex iċ-ċittadini Maltin u Għawdxin, allura l-konsumaturi, jieħdu servizzi ta' ġustizzja jieħu r-responsabbilta` hu.", "U għaliex?", "Għax qal li hu għamlu l-eżerċizzju biex dawn saru.", "Hekk qalilna hawnhekk ministru tal-kabinett meta ddiskutejna dwar dan.", "Allura meta nara dan l-abbozz ta' liġi nistaqsi: Hija xi ħaġa tajba jew ħażina li jkollna regolamentazzjoni dwar il-protezzjoni tal-konsumatur?", "Hija ħaġa pożittiva li jistenbaħ il-gvern u jgħid li hemm bżonn li nagħmlu r-regolamentazzjoni.", "Imma hija xi ħaġa mixtieqa mill-poplu Malti u Għawdxi li verament issir reviżjoni tat-tariffi kollha li ġew introdotti mill-gvern Nazzjonalista f'dawn ix-xhur u s-snin li għaddew?", "Jien hawnhekk nista' ngħid sena b'sena, on a roughly basis, kemm naqsu kawżi fil-qrati tagħna minn mindu l-gvern introduċa tariffi astronomiċi, qawwija u b'mod selvaġġ fil-konfront tal-poplu Malti u Għawdxi biex wieħed jippreżenta kawża fil- qorti.", "Sa dan ix-xahar, fil-prim'awla, - jiġifieri sa nofs Mejju ta' l-2006 - il-kawżi, sena b'sena, naqsu bi kważi 60%.", "Dan ifisser li għal kull 100 kawża li kienu jidħlu, issa qed jidħlu 40 kawża.", "Il-kawżi ta' quddiem il- qrati inferjuri, il-qrati ċivili u l-qrati tal-maġistrati naqsu bi kważi 50%.", "Dan ifisser li l-kawżi quddiem il-maġistrati, f'dak li għandu x'jaqsam ma' ġurisdizzjoni sa Lm5,000, naqsu b'50%.", "Issa wieħed forsi jgħid li m'hemmx għalfejn jidħlu daqshekk kawżi.", "Jien ngħid li wieħed m'għandux jieħu din l-attitudni għaliex illum nafu li ħafna mill-Maltin u l- Għawdxin li qegħdin jipprovaw jaraw kif jiftħu kawża fil-qrati tagħna ma jistgħux jagħmlu dan minħabba t-tariffi esaġerati li wieħed irid iħallas.", "Sur President, ta' min ukoll jgħid li l-gvern ma waqafx hawn.", "Mill- elezzjoni ta' l-2003 sal-lum għamel affarijiet oħra.", "X'għamel?", "Biex jagħti l-impressjoni li fil-qrati tagħna hemm ċerta effiċjenza u ċerta clearance rate tal-kawżi, il-kawżi tat-traffiku u kawżi oħra żganċahom mill-proċedura li jibqgħu quddiem il-qrati tagħna u poġġihom b'mod mandatorju - jiġifieri trid jew ma tridx, jogħġbok jew ma jogħġbokx - quddiem iċ-ċentru ta' l- arbitraġġ.", "U hemmhekk ħareġ bil-ħrafa - u se ngħid għaliex ħrafa - li biex wieħed jagħmel dawn il-kawżi ma jridx jonfoq ħafna flus, il-proċedura hija aktar spedjenti u allura jinqatgħu malajr u m'hemmx dik il-formalita` żejda tal-qrati fejn wieħed jista' jagħti ħafna eċċezzjonijiet fil-kawżi.", "Għalkemm bħala oppożizzjoni aħna deherilna li anke din il-proċedura ma kenitx korretta xorta waħda tajna, kif jgħidu l-Inġliżi, the benefit of the doubt.", "Pero` ma tantx dam dan il-benefit of the doubt għaliex mill-ewwel we were proved right.", "Għaliex?", "Għax mhux veru li l-ħlas ma kienx qed ikun inqas mit-tariffi kif għamilhom il-gvern.", "Per eżempju, f'każ tat-traffiku fejn il-ħsara tal-karozza ma teċċedix il-Lm500, biex wieħed jippreżenta l- kawża tiegħu jrid iħallas liċ-ċentru ta' l-arbitraġġ Lm39.50 mar-radd tas- salib u kif jibqa' l-arbitraġġ irid iħallas lill-arbitru.", "Issa jekk l- arbitru jidhirlu li għandu jagħmel aktar seduti u jlaqqa' lin-nies fl- uffiċċju tiegħu u mhux fil-qorti, dan jiċċarġja extra fee talli jkun qed juża l-uffiċċju tiegħu u talli jkun qed jagħmel aktar seduti.", "Imbagħad wara dan kollu trid tħallas ukoll għar-rapport li jsir.", "Allura tispiċċa li minn Lm39.50 trid tħallas aktar minn Lm100 fuq kawża ta' Lm500 jew inqas.", "Mela inti li ġejt hawnhekk u wegħedt li bl-użu taċ-ċentru ta' l-arbitraġġ l- affarijiet se jkunu orħos u aktar spedjenti u n-nies ma jsofrux aktar, għaliex dawn il-kawżi ma ħallejthomx quddiem it-tribunal tat-talbiet iż- żgħar fejn kawża sa Lm1,500 – mhux Lm500 imma sa Lm1,500 - kont tibdiha u tispiċċaha b'Lm16, u dan bit-tariffa li kont għamilt int stess meta tlajt fil-gvern wara l-1998, għax taħtna kienet ferm inqas minn Lm16?", "Issa dan m'huwiex biżżejjed.", "Aħna lill-gvern għednielu wkoll li f'isem il- ġustizzja u biex ikollna amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja lanqas huwa korrett li taħtar nies li m'humiex professional judges.", "Mhux sew li taħtar non-professional judges – dawn ma jkunux imħallfin ta' karriera u ma jkollhomx is-security of tenure ta' l-uffiċċju - li sempliċement jiġu appuntati u jaqtgħu l-kawżi skond kif jaħsbuha huma, jew inkella l-istess arbitru li jkun qed jiddeċiedi kawża jkollu interess f'kawżi oħra mingħand arbitru ieħor, għax dawn ikunu avukati prattikanti.", "Aħna konna qed ngħidu lill-gvern li kien qed jagħmel żball li jġiegħel lill-poplu Malti u Għawdxi li bilfors jidħol fiċ-ċentru ta' l-arbitraġġ meta għandu dritt jgħid li ma jaqbilx u jmur quddiem a court of law li jkun presedut minn imħallef jew maġistrat.", "Imma dawn ħaduna biċ-ċajt u bdew jgħidu li m'hemmx kooperazzjoni mill-oppożizzjoni.", "Iżda bħalma jgħidu, fl-aħħar mill-aħħar iż-żejt jitla` f'wiċċ l-ilma.", "Ġie l- kummissarju tad-drittijiet tal-bniedem tal-kunsill ta' l-Ewropa, li kien magħna sa Diċembru li għadda, għamel il-homework tiegħu - jien għandi kopja tar-rapport tiegħu - u għadda bosta kummenti iebsa fil-konfront tal- ġustizzja f'pajjiżna.", "Wieħed mill-kummenti li għamel kien dan: Huwa ta' periklu u ta' tħassib qawwi fil-konfront tal-ġustizzja f'Malta li toqogħdu tilagħbu mal-ġustizzja u biex mingħalikom tnaqqsu l-kawżi mill-qrati u l- figura ta' kemm qed jiġu deċiżi kawżi fil-qrati, tpoġġuhom għad-deċiżjoni quddiem non-professional judges, għax din tkun qed tipperikola d-dritt fundamentali ta' kull Malti u Għawdxi li għandu d-dritt li jara li ma jkun hemm l-ebda tfixkil fil-konfront tal-ġustizzja u li jkun hemm trasparenza assoluta.", "Jien ma ħassejtx li kelli nagħmel din id-dikjarazzjoni tiegħi imma qgħadt attent biex nara x'se jgħidu tal-kummissjoni għall-amministrazzjoni tal- ġustizzja f'pajjiżna.", "Issa f'din il-kummissjoni m'hemmx Anġlu Farrugia jew xi wieħed minn tal-partit Laburista li qed jikkonfoffa.", "Din hija kummissjoni ppreseduta mill-President tar-Repubblika, Edward Fenech Adami, u hemm ukoll il-ġudikatura u rappreżentant tal-gvern.", "U x'qalu dawn?", "Eżattament f'Ħamis ix-Xirka ta' din is-sena dawn qalu lill-gvern li kienu qed jirrikkmandaw - għax dawn jirrikmandaw jistgħu skond l-artiklu kif inhuma maħtura bil-Kostituzzjoni - li dak li qal il-kummissarju għad- drittijiet tal-bniedem tal-kunsill ta' l-Ewropa fir-rapport tiegħu 2003/2005, fejn elenka diversi raġunijiet li qed juri tħassib dwar il- ġustizzja f'pajjiżna, nagħmluh tagħna.", "Qalu wkoll li qegħdin jaderixxu b'mod unanimu dak li qal il-kummissarju għad-drittijiet tal-bniedem tal- kunsill ta' l-Ewropa.", "Ma kienx hemm wieħed mill-kummissjoni għall- amministrazzjoni tal-ġustizzja li ma qabilx.", "Skond il-minuti li għandi hawn lanqas wieħed ma qal li ma jaqbilx ma' dak li nkiteb dwar il-ġustizzja f'Malta.", "Hawnhekk ilkoll qegħdin jaqblu li bil-mod kif qabad u bagħbas fil-ġustizzja l-gvern Nazzjonalista llum għandna ruxxmata ta' kawżi ċivili li qed jinqatgħu minn non-professional judges, u qed jgħidulna biex naraw kif nirrimedjaw is-sitwazzjoni.", "Issa jien nistaqsi: X'ifisser li l-gvern jirrimedja s-sitwazzjoni biex jagħti protezzjoni lill-konsumaturi Maltin u Għawdxin li qed jużaw servizz biex jieħdu ġustizzja f'pajjiżna?", "Sempliċi, niskrappjaw kollox f'dak li għandu x'jaqsam ma' forced arbitration u tribunali ta' chairmen jew chairpersons li ma jinħatrux b'mod trasparenti jew dawk li jiddependu mis-signor si ta' xi ministru tal-gvern.", "Per eżempju, illum għandna nies li qegħdin jiddeċiedu kawżi li kienu jew aġenti elettorali jew xi galoppini ta' ministri Nazzjonalisti.", "Għandna nies li qegħdin f'karigi f'bordijiet ta' appelli ta' diversi entitajiet u awtoritajiet li addirittura kienu kandidati Nazzjonalisti.", "Għandna oħrajn li ġew maħtura biex jieħdu deċiżjonijiet f'dawn il-ħafna bordijiet, awtoritajiet u tribunali li faqqsu taħt dan il-gvern.", "Veru li dawn huma kollha avukati bħali u ma nistax ngħid li m'humiex avukati tajbin, għax la studjaw u jaħdmu tajjeb, it-tajjeb għandu joħroġ mhux il-ħażin.", "Imma dawn jiddependu ħafna mill-gvern tal-ġurnata.", "Allura anke jekk dak l-avukat jidhirlu li fil-kapaċita` tiegħu qed jiddeċiedi sew, minħabba l-fatt li kif qal il-kummissarju tad-drittijiet tal-bniedem tal-Kunsill ta' l-Ewropa li jista' jkun li wieħed jibda jiddubita li mhux kollox huwa sew, dak il-fatt huwa biżżejjed li m'għandhiex tkun dik il-persuna li tiddeċiedi.", "Issa dan kollu qalu u hemm ir-rapporti u min irid jista` jmur jaqrahom.", "Allura huwa inutli li noqogħdu niġu f'dan il-parlament u noqogħdu nitkellmu fuq emendi biex nipproteġu lill-konsumatur meta qed ikun il-gvern stess li b'għemilu, minflok jipproteġi qed ikasbar il-protezzjoni u l-indipendneza tal-ġudikatura.", "Wara li ġibt l-eżempji tat-tribunali u ta' l-arbitraġġi, issa nista` ngħid x'inhu jiġri fil-qrati.", "X'qed jiġri bħalissa fil-qrati?", "Għandek erba' maġistrati li se jispiċċaw bl-eta` u ħadd ma jaf x'se jiġri mill-patafjun ta' xogħol li għandhom u li għadu mhux deċiż.", "Hemm min qed jgħid li se jsiru erba` maġistrati oħra li diġa` ġew magħżula u issa se jiġu konfermati.", "J'Alla huwa minnu ħalli naraw min huma.", "Għandek il-Maġistrat Demicoli li ma jiflaħx sew - minn hawnhekk nawguralu fejqan għal dak li qed isofri bħalissa - u x-xogħol tiegħu, flimkien ma' dak tal-Maġistrat Carol Peralta li qed jaħdem barra, ħadd ma jaf x'inhu jiġri minnu.", "Għandek kawżi kriminali li minħabba proċedura li dawn iridu jinstemgħu f'ċerti termini, hemm kontestazzjoni kbira dwar in-nullita` tagħhom, u qisu m'hu qed jiġri xejn.", "Għandek proċessi verbali ta' nies li huma konsumaturi, biex nerġa` mmur għal-liġi, li qed jistennew l-eżitu ta' x'iddeċieda l- maġistrat.", "Hemm min qatlulu lill-ommu, hemm min qatlulu lill-missieru, hemm min ħarqulu d-dar, hemm min ħarqulu l-karozza eċċ. Dawn ilhom snin jistenenw li jiġu konklużi, u llum min irid jieħu azzjoni, anke ċivili, għax ma ngħatax il-protezzjoni biex ikollu aċċess u biex ikun jaf x'konklużjonijiet hemm f'dawn il-proċessi verbali spiċċaw li ntilfilhom id- dritt li jagħmlu kawża għad-danni.", "Dawn huma kollha chaotic situations li ġab l-istess gvern Nazzjonalista.", "Sur President, meta taqra l-abbozz ta' liġi ssib li dan qed jgħid li rridu norganizzaw.", "Tajjeb li torganizza, imma tajjeb ukoll li qabel ma torganizza xi ħaġa you put your house in order.", "Jekk għandek dawn il-probelmi kollha how can you put your house in order meta lanqas biss tiġik id-diċenza li titkellem?", "M'hemmx protezzjoni lil dawn in-nies meta għandek din is- sitwazzjoni.", "L-affarijiet suppost isiru bl-aktar mod trasparenti biex ikun hemm eżempju uniku biex verament min hu responsabbli jerfa` r- responsabilita` tiegħu.", "Hemm il-ħtieġa ta' koordinazzjoni u l- applikazzjoni tad-dritt skond kif għandu jsir f'pajjiż demokratiku.", "Illum għandna, skużi l-espressjoni, drenaġġ ifur kullimkien.", "Illum għandna irwejjaħ f'kull qasam inkluż tal-ġustizzja li qed iħammru wiċċ pajjiżna meta wieħed jiddiskuti mal-barranin x'qed jiġri f'dan il-pajjiż.", "Illum, per eżempju, għandek regolamentazzjoni fejn iċ-ċentru ta' l- arbitraġġ jiddeċiedi hu kemm ikunu t-tariffi.", "Jekk qed tagħmel kawża kontra aktar minn wieħed, allura trid tħallas aktar għax hekk qed jordna l- arbitraġġ.", "M'hemm kontroll ta' xejn!", "Fuq liema kriterji qed isir dan kollu?!", "Min qed jissorvelja lil min biex wieħed jipprova jasal għal xi tip ta' ġustifikazzjoni għal dan kollu?!", "Min fassal din is-sistema li m'hemm l- ebda kontroll fuqha f'dak li għandu x'jaqsam ma' tariffi u drittijiet li jitħallsu fil-qrati tagħna?", "Żgur li ma kien hemm l-ebda obbligazzjoni li toħroġ mill-Unjoni Ewropea biex nagħmlu dan.", "Il-ministru li tkellem qabli, tajjeb jew ħażin - din mhux qed niġġustifikaha - ipprova jibni l-argument tiegħu billi qal li ma nistgħux niċċaqilqu għax dik kienet il-pożizzjoni meta dħalna fl-Unjoni Ewropea.", "Fil-qafas tal-ġustizzja żgur li m'hemm l- ebda forza mill-Unjoni Ewropea li xxekkilna milli nagħmlu l-affarijiet kif irridu aħna biex naraw li l-poplu Malti u Għawdxi ikollu aktar aċċessibilita` f'dak li għandu x'jaqsam ma' kif tagħmel kawża u tapplikaha.", "L-implimentazzjoni ta' dan kollu huwa kollu sforz kemm il-gvern Nazzjonalista jrid jagħlaq il-bibien tal-ġustizzja lill-poplu Malti u Għawdxi bl-iskuża li jnaqqas il-kawżi li hemm pendenti quddiem il-qrati tagħna.", "X'inhuma l-konsegwenzi?", "Il-konsegwenzi huma li meta tistudja l-istatistika ssib li filwaqt li hemm ċaqlieq minimu fil-kawżi li qed jinqatgħu, qegħdin jidħlu inqas kawżi u allura meta tgħodd in-numru ta' kawżi inqas li qegħdin jidħlu fil-qrati tagħna mal-kawżi li kien hemm pendenti u li qed jinqatgħu, u tikkompara mas- snin l-oħra ssib li għandek numru inqas ta' kawżi għax qed jidħlu inqas.", "Din qed nispjegaha bl-aktar mod sempliċi biex jifhimni kulħadd.", "Allura min qed jidħak b'min?", "Il-gvern Nazzjonalista qed jidħak bih innifsu, għax ma tistax tiġġusitifika xi ħaġa billi tiġri wara n-numri meta dawk in-numri m'humiex in-numru reali tas-sofferenzi u l-uġigħ li għandu l-poplu Malti u Għawdxi.", "Issa ħalli ngħid kelmtejn fuq xi ħaġa li kienet qed taħdem.", "Hawnhekk se nitkellem għal ħafna avukati, anke Nazzjonalisti, li jsibuni u jgħiduli li pprovaw jaslu mas-Segretarju Parlamentari Carmelo Mifsud Bonnici.", "Qed nirriferi għas-small claims tribunal li kien qed jiffunzjona u jiddeċiedi ħafna kawżi ċivili sa Lm1,500.", "Għaliex dan ir-tribunal ma tħalliex jiffunzjona?", "Ir-raġuni hija sempliċi.", "Il-gvern Nazzjonalista ried iqajjem xi ħaġa mejta - qed nirriferi għaċ-ċentru ta' l-arbitraġġ - li ma kenitx qed tiffunzjona, u allura biex jiffunzjona għamel liġi biex wieħed imur quddiemu bilfors.", "Jagħmel sens dan f'dak li għandu x'jaqsam mal-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem?", "Għalhekk jien se nerġa` nistieden lill-gvern Nazzjonalista biex fil-ftit xhur li fadallu fil-gvern jagħmel tentattiv ġenwin u flimkien ma' l-oppożizzjoni jagħmel eżerċizzju serju u naraw fejn statistikament l-aktar li naqsu l-kawżi li kienu jidħlu b'mod regolari u li llum, minħabba l-esaġerazzjoni fit-tariffi tal-qrati, m'għadhomx jidħlu.", "Malli jsir dan l-eżerċizzju nirrevedu t-tariffi.", "Pero` dawk it-tariffi li għolew imma li statisitkament jidher li ma ħallewx effett daqshekk negattiv fuq il-poplu Malti u Għawdxi wieħed jista' jikkonsidra li jista' jkun hemm tip ta' ġustifikazzjoni.", "Jekk il-gvern m'huwiex lest li jilqa` dan is-suġġeriment ta' l-oppożizzjoni allura ngħid li huwa kollu għalxejn li noqogħdu niġu hawn biex niddiskutu u nitkellmu fuq emendi li jistgħu jidħlu fil-liġijiet tagħna biex forsi norqmuhom, għax b'daqshekk mhux se ntaffu l-piżijiet kbar, bħalma huma l- prezzijiet tal-mediċini, is-surcharge fuq il-kontijiet tad-dawl u l-ilma u taxxi u tariffi oħra ta' kull xorta, li l-gvern qed jgħabbi bihom lill- poplu Malti u Għawdxi.", "Noqogħdu ngħidu li qed ngħaddu liġi biex nipprovdu miżuri ta' inforzar f'diversi liġijiet sabiex biex jiġi implimentat regolament tal-parlament Ewropew u tal-kunsill fuq il-kooperazzjoni bejn l- awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet dwar il- protezzjoni tal-konsumaturi, u mbagħad meta verament niġu għall-fatti ma ssib xejn ħlief daqqiet, tbatija u taxxi qawwija fuq iż-żgħir.", "L-għażla hija waħda.", "Mill-aktar fis possibbli dan il-gvern għandu jwarrab minn hemm u jagħmel il-wisa` għall-partit Laburista ħalli jirrevedi dak kollu li għamel il-gvern Nazzjonalista f'dak li għandu x'jaqsam mal-qasam tal-ġustizzja.", "B'hekk biss jista` jkollna ġustizzja vera, ġustizzja trasparenti, ġustizzja li tkun aċċessibbli għal kulħadd u ġustizzja li tkun reali għal kulħadd.", "Aħna ma rridux ġustizzja artifiċjali bbażata fuq kemm se jdaħħal dak biex jagħmel din il-kawża, kemm se jdaħħal l-ieħor għax se naħtru chairman, kemm se jdaħħal l-ieħor għax se nagħmlu arbitru u kemm se jdaħħal sieħbi li kien jgħini fl-elezzjoni għal- leadership tal-partit.", "Araw l-ismijiet ta' dawk kollha li ġew maħtura biex imexxu xi ħaġa u ssibu li fil-maġġoranza tagħhom kollha huma affiljati sa għonqhom mal-partit Nazzjonalista, u din m'hijiex ġustizzja.", "Jien qed ngħid minn issa li m'għandix fiduċja f'dawn it-tip appointments.", "U dan mhux qed ngħidu jien biss imma qed jgħiduh awtoritajiet kbar barranin u lokali.", "Allura l-akbar verdett fil-konfront tal-ġustizzja f'pajjiżna se jagħtih il-poplu Malti u Għawdxi li fl-elezzjoni li ġejja se jikkundanna lil dan il-gvern għax qabeż kull limitu f'dak li għandu x'jaqsam mal-qasam tal-ġustizzja, saħansitra għalaq l-aċċess tal-ġustizzja għaż-żgħir u barra minn hekk kawżi li ġew deċiżi ma onorahomx.", "Il-partit Laburista spiċċa biex inkariga lili biex flimkien ma' membri parlamentari Laburisti oħra mill- Ewropa nkomplu naħdmu fuq dawn il-kawżi li kienu deċiżi u li l-gvern Nazzjonalista ma onorax.", "Għaliex ma onorahomx?", "Għax serju, għax jemmen fil- ġustizzja, għax trasparenti?", "Kieku għandu dawn il-tliet ingredjenti japplika dawk id-deċiżjonijiet, imma minflok webbes rasu biex iktar ikompli jagħmel inġustizzji fil-konfront ta' wħud mill-Maltin u l-Għawdxin.", "Din m'hijiex kwestjoni tal-Laburisti u Nazzjonalisti.", "Int min int, jekk deċiżjoni tal-qorti tagħtik rimedju inti għandek dritt għal dak ir-rimedju, anke jekk il-gvern ma jaqbilx ma' dik id-deċiżjoni.", "Jien ikolli ħafna sentenzi fejn ma naqbilx mad-deċiżjoni imma xorta noqgħod għaliha għax nifhem li la l-imħallef ikun wasal għal dik id-deċiżjoni, wara ħafna ħsieb u wara li jkun sema' x-xhieda u l-provi kollha, allura dik trid tiġi onorata.", "Imma l-gvern Nazzjonalista ma jagħmilx hekk.", "Jidhirlu li m'għandux joqgħod għal ċerti deċiżjonijiet tal-qrati tagħna.", "Issa tajjeb li wieħed jgħid li fost id-39 kawża li ġew deċiżi mill-qrati tagħna fil-konfront ta' Maltin u Għawdxin u li qegħdin f'petizzjoni fil-parlament Ewropew hemm kawżi ta' Nazzjonalisti li sofrew inġustizzja amministrattiva taħt gvern Nazzjonalista u dan għar-raġunijiet tiegħu, li m'humiex raġunijiet ta' ġustizzja - hemm raġunijiet oħrajn li ma jagħmlux unur lill-poplu Malti u Għawdxi - xorta ma onorahomx.", "Hawnhekk irrid nerġa` nappella lill-gvern Nazzjonalista biex jaqbad u jonora dawn il-kawżi u mhux joqgħod iġib ħafna skużi ħalli forsi xi darba dawn in-nies jieħdu ġustizzja.", "Jekk irid japplika r-rimedju, il-gvern huwa b'saħħtu biżżejjed biex japplikah.", "U jekk jaħseb li ma jistax japplika għax qed ikollu pressjoni mill-Public Service Commission għax tgħid li irrispettivament x'qal il-maġistrat jew l-imħallef ma tridx toqgħod għal dik id-deċiżjoni, hemm rimedju wkoll għax jista` jagħti fi flus, anke f'forma ta' allowance, id-differenza tal-paga li persuna, per eżempju, minħabba raġuni ta' promotion ma tkunx ingħatat fil-konfront tagħha.", "Sur President, dan kollu għednihulu lill-gvern.", "Niftakar li għamilna patafjun ta' mistoqsijiet parlamentari u għamilna rapporti dettaljati dwar dawn is-sentenzi u xorta l-gvern baqa' ma ħax azzjoni.", "Allura x'fadal iktar, wara dan kollu li qed ngħid?", "Ma fadal xejn ħlief li nħeġġeġ lill- gvern li kemm jista' jkun malajr isejjaħ l-elezzjoni ħalli dan il-pajjiż jerġa` jieħu r-ruħ, u jieħu r-ruħ billi jkun hawn gvern serju, onest u kapaċi li jindirizza dawn l-inġustizzji kollha fil-konfront tal-poplu Malti kollu.", "Biex dan l-abbozz ta' liġi li qed jemenda diversi liġijiet dwar l- inforzar ta' poteri fil-proċess tal-konsumaturi jiġi nforzat, irid ikun hemm gvern b'saħħtu biex fil-qasam tal-ġustizzja jipproteġi wkoll id- drittijiet kollha tal-poplu Malti u Għawdxi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT (Kap ta' l-Oppożizzjoni): Sur President, nixtieq nagħmel intervent żgħir fuq dan l-abbozz ta' liġi li huwa ta' l-akbar importanza, imma li meta niddiskutuh nibqgħu qisna dejjem ma nistgħux noħolqu l- istrutturi li tabilħaqq jiddefendu lill-konsumatur f'pajjiżna.", "Il- konsumatur bħala ċittadin huwa waħdu, b'kuntrast ma' min imexxi l-flus, li mhux waħdu għaliex għandu l-forzi tal-kapital warajh, u b'kuntrast mas- saħħa tal-ħaddiem - għalkemm issa din qed tonqos – li meta jingħaqad fuq il- post tax-xogħol ikun jista', permezz ta' l-unions tiegħu, iżomm saħħa soċjali qawwija, il-countervailing power soċjali importanti.", "Mill-banda l-oħra l-konsumatur huwa ċittadin individwalizzat li m'għandux is-saħħa ta' għaqda sħiħa warajh, imma ġeneralment jitfaċċa bħala ċittadin konsumatur meta jkollu xi ilment fuq xi problema li tkun qed tolqtu fix- xiri u fil-bejgħ tiegħu.", "Allura għaliex huwa daqstant individwalizzat, aktar u aktar fis-soċjeta` tagħna li hija soċjeta` żgħira u m'għandhiex ċerta saħħa ta' mobilizzazzjoni, iħossu iżolat, u allura l-forzi tal- konsumatur f'pajjiżna jirriżolvu ruħhom għal forzi sparpaljati, forzi individwati u forzi li m'għandhomx poter mobilizzattiv.", "Naħseb li fuq din irridu nirriflettu.", "Inutli noqogħdu ngħidu li se nittrasponu ma nafx kemm- il direttiva ta' l-Unjoni Ewropea f'pajjiżna, inutli noqogħdu ngħidu li se nagħmlu dipartimenti li jħarsu l-konsumatur għax fir-realta` m'hawnx biżżejjed saħħa politika, soċjali u anke ekonomika li tiddefendi l- konsumatur bħala forza fil-pajjiż, u l-konsumatur innifsu m'għandux xi jġiegħlu jimmobilizza, bl-istess mod, nerġa' ngħid, kif immobilizzaw il- ħaddiema fit-trade unions, kif immobilizza l-kapital meta jkun qed imexxi interessi tan-negozju, u f'dawn l-aħħar snin kif immobilizzaw ċerti forzi li joħorġu biex jiddefendu l-ambjent.", "Allura, ngħid jien, hemm bżonn li l-Istat jirrifletti bis-serjeta` - mhux sempliċement qed nittrasponu d-direttiva ta' l-Unjoni Ewropea, dik u l-oħra - kif nistgħu nagħtu saħħa lil-leħen tal-konsumatur.", "Dan il-ħsieb mhux qed isir min-naħa tal-gvern tal-ġurnata.", "Il-gvern tal-ġurnata m'huwiex aware biżżejjed u lanqas jimpurtah, ngħid jien, minn dan il-fatt li l-konsumatur m'għandux dan il-leħen fil-pajjiż u mhux interess li jara kif joħloq strutturi effettivi li jagħtu lill-konsumatur dan il-leħen.", "Eżempju ta' dan huwa l-kumitat li huwa responsabbli għall-bidla mil-lira Maltija għall- ewro f'pajjiżna.", "F'dan il-kumitat hemm rappreżentanti tan-negozji, fair enough u tajjeb, hemm rappreżentanti tas-setturi tal-gvern, tajjeb ukoll, u bħala rappreżentanza tal-konsumatur, li se jkun wieħed mill-iktar li se jkunu milquta minn din il-ħaġa, hemm rappreżentanta waħda f'isimha bħala isimha, ċittadina ta' validita`, imma m'għandhiex u mhux se jkollha s-saħħa li għandhom għaqdiet oħrajn tan-negozju u għaqdiet oħrajn relatati mat- tmexxija tal-gvern bil-mod kif twassal u tagħmel effettiv il-leħen tal- konsumatur.", "Dan huwa kumitat li se jkun kruċjali fid-difiża ta' l- interessi tal-konsumatur, fost affarijiet oħra, u l-leħen tal-konsumatur huwa token.", "U din hija karatteristika tat-tokenism li jeżisti fil-qasam tal- ħarsien tal-konsumatur f'pajjiżna.", "Ir-riflessjoni trid tkun x'inhuma l-istrutturi li jistgħu jagħtu saħħa istituzzjonali lill-konsumaturi f'pajjiżna.", "Is-soluzzjoni li mxjena fuqha s'issa hija li jkun hemm uffiċċju jew dipartiment tal-gvern li jieħu ċerti azzjonijiet li jħarsu lill-konsumatur.", "Bir-rispett kollu, meta tħares lejn ir-rekord, u bla ebda riflessjoni fuq il-persuni konċernati, dan huwa tentattiv li mhux qed jagħti riżultati.", "Jekk hemm xi ħaġa li mhux qed tiġi difiża f'dan il-pajjiż hija l-interess tal-konsumatur mill-uffiċċju li qiegħed hemm biex jagħmel dawn l-affarijiet.", "Mezzi biżżejjed m'għandux, know-how biżżejjed m'għandux, outreach biżżejjed m'għandux u forza li timplimenta m'għandux lanqas, ħlief f'ċerti każi li, nerġa' ngħid, huma token cases.", "Allura anke hawn, naħseb li jkun tajjeb, kif għedt diġa`, li l-impenn tal-gvern għad-difiża tal-konsumatur ma tridx toħroġ mill-idea li se toqgħod tittrasponi f'pajjiżna l-istrutturi tad-direttivi ta' l-Unjoni Ewropea.", "Din hija xi ħaġa li trid issir imma m'huwiex biżżejjed.", "Ikun inutli li t-texts legali jiġu konvertiti f'texts legali għal Malta wkoll, jekk imbagħad ma tagħtihomx is-snien u s-saħħa.", "Għandna qasam ieħor fejn suppost li għandna d-difiża tal-konsumatur permezz tar-regolaturi appuntati mill-gvern, fejn ħafna minnhom qed jaqilgħu l- belli liri imma m'għandhomx inizjattiva, m'għandhomx guide u m'għandhomx riżultati.", "Għandna regolaturi fuq regolaturi li qed iżidu l-ispiża tal- gvern b'ċertu mod, imma meta mbagħad niġu għas-si u n-no biex naraw jekk ċerti interessi fundamentali tal-konsumatur humiex qed jitħarsu mir- regolaturi ssib li le, m'humiex qed jitħarsu mir-regolaturi.", "Sur President, x'inhi l-aktar ħaġa li bħalissa qed tinkwieta lill- konsumaturi?", "Ovvjament l-affarijiet li għandhom x'jaqsmu mal-kwalita` tal-prodotti li jixtru imma fuq kollox l-aktar li qed tinkwetahom, u bir- raġun, hija l-prezz ta' l-affarijiet li qed jixtru.", "U hawn mhux qed nitkellem fuq affarijiet ta' lussu imma affarijiet li għandhom x'jaqsmu mal- ħajja ta' kuljum b'mod fundamentali bħalma huwa l- ikel, servizzi edukattivi u mediċini.", "Issa suppost li f'dan ir-rigward ir-regolaturi għandhom ċerta saħħa, imma mhux talli m'għandhomx din is-saħħa jew mhux qed juruha, talli l-affarijiet jibqgħu jduru u jirromblaw u qisu m'hu qed jiġri xejn.", "Aħna bħala partit Laburista pproponejna - din se nkunu qegħdin inwettquha bħala gvern - li kull sitt xhur ir-regolaturi li għandhom x'jaqsmu mal- mediċini u li għandhom x'jaqsmu ma' l-ikel jissottomettu rapport liż-żewġ naħat tal-Kamra, gvern u oppożizzjoni, fejn jagħmlu analisi ta' kif żdiedu l-prezzijiet fl-ikel u fil-mediċini u jgħidu għaliex żdiedu.", "Imbagħad fejn iż-żidiet m'humiex ġustifikati allura jidħlu bir-ras biex jgħidu għaliex dawn il-prezzijiet għandhom jiġu revised.", "Bħalissa t-teorija hija li jekk ikollok suq ħieles allura s-suq ħieles suppost jirregola l-prezzijiet għax bil-kompetizzjoni l-prezzjiet isiru l-irħas possibbli, l-aħjar possibbli manifestament.", "Dan mhux qed jiġri.", "Ir-regolatur qiegħed hemm biex jassigura li dan jiġri u allura la mhux qiegħed jiġri u r-regolatur qed jaqa' lura fuq din il-ħaġa, mela hemm xi ħaġa ħażina.", "Jew is-suq ħieles ma jaħdimx f'pajjiżna - għadna ma nistgħux naslu għal dik il-konklużjoni - jew inkella r-regolaturi mhux qed jagħmlu xogħolhom.", "Allura anke hawn m'hawnx is-saħħa tal-konsumaturi biex jgħidu li r-regolaturi mhux qed jagħmlu xogħolhom, il-gvern għaliex ikollu s-saħħa tal-konsumaturi kontra tiegħu jaċċetta dan il-verdett, li huwa verdett naturali, u jassigura li r-regolaturi jagħmlu xogħolhom, jew billi jibdilhom jew billi jassigura li n-nies li hemm jagħmlu dak li qegħdin hemm biex jagħmlu, ħaġa li bl-aktar mod manifest mhux qed tiġri.", "Per eżempju, fil-qasam tal-mediċini - din semmewha sħabi u qed isemmuha ħafna nies bħalissa - hemm skarsezza ġdida u qawwija fin-numru ta' mediċini li qegħdin available għaċ-ċittadini biex jixtru, u apparti minn hekk il- prezzijiet tal-mediċini qed jitilgħu b'mod eżorbitanti.", "Kien hemm xi interventi min-naħa tar-regolaturi li jeżistu, huma min huma, fuq din il- ħaġa.", "Safejn naf jien, jekk kien hemm kien moħbi, ma wassal imkien, u l- problema għadha qed tiżdied u mhux tonqos.", "Allura jien ngħid li d-diskussjoni fundamentali li għandna mmexxu 'l quddiem hija kif se nagħtu saħħa soċjali, ekonomika u politika lill- konsumaturi.", "U din mhux biex jikkompetu mal-partiti, m'għandhiex x'taqsam, imma biex ikunu qegħdin ileħħnu l-problemi tal-konsumaturi quddiem sitwazzjoni fejn il-konsumatur jibqa' individwalizzat, m'għandux saħħa kollettiva, u allura mbagħad l-ilmenti u l-problemi tiegħu ma jkollhomx is- saħħa, l-imbottatura u r-rankatura li għandhom bżonn biex jaslu u jwasslu għall-bidla.", "Fl-opinjoni tiegħi, din it-tip ta' riflessjoni għad trid issir b'mod konkret u b'mod qawwi.", "L-awtoritajiet iridu jaċċettaw li jekk il-konsumatur m'għandux saħħa effettiva li jimmobilizza, kif inhu fil-każ tagħna, għandhom jinħolqu l-istrutturi li jgħinuh biex jimmobilizza.", "Darba jien kont issuġġerejt li l-unika ħaġa li tidher raġunevoli u ta' malajr f'din il-ħaġa hija li l-gvern jagħti l-opportunita`, bil- leġislazzjoni li jagħmel, li l-unions tal-ħaddiema jixħtu x-xogħol tagħhom lejn il-ħarsien tal-konsumaturi.", "Xi tfisser din?", "Bħalissa l-unions huma l- għaqdiet l-aktar organizzati b'mod ta' mobilizzazzjoni, apparti mill- partiti politiċi u mill-għaqdiet tan-negozju, biex jesprimu, ifissru u jimmobilizzaw madwar issues li huma issues popolari, u popolari fis-sens ta' għoli tal-ħajja, fis-sens ta' pagi u fis-sens ta' kondizzjonijiet tax- xogħol.", "U għalkemm il-membership ta' l-unions qed jonqos f'pajjiżna, kif qed jonqos f'pajjiżi oħra, xorta waħda l-organizzazzjonijiet tagħhom għadhom l-aktar effettivi bħalisssa biex jesprimu ċertu dwejjaq jew ċerti aspirazzjonijiet fil-pajjiż ta' natura popolari soċjali, apparti minn dak li jesprimu l-partiti politiċi, u għandhom l-organizzazzjoni tagħhom biex tasal għal din il-ħaġa.", "Mela forsi jkun tajjeb fil-kondizzjonijiet tal-lum li l-Istat jagħti l-opportunita` biex il-unions jifirxu l-attivita` tagħhom lil hinn minn sempliċement organizzazzjonijiet ta' ħaddiema fuq il-post tax- xogħol, u jmorru għall-mobilizzazzjoni u organizzazzjoni ta' konsumaturi li jesprimu l-problemi ta' konsumaturi.", "Dawn għandhom l-istrutturi soċjali u ekonomiċi organizzattivi li manifestament qed jaħdmu u m'humiex marbuta mal- partiti politiċi.", "Allura jistgħu jesprimu ċerti problemi tal-konsumatur b'lingwaġġ li ma jkunx wieħed politiku, u mbagħad għandhom is-saħħa li jwasslu l-messaġġ tagħhom bil-mezzi ta' komunikazzjoni, bin-nies li għandhom jirrappreżentawhom u anke bil-ħila li jista' jkollhom il-unions, kif naħseb li għandhom, li joħolqu assoċjazzjonijiet interni ta' nies li għandhom ċertu impenn biex jaslu għal fejn iridu jaslu.", "Sur President, jekk ma nagħmlux hekk jew xi ħaġa simili se nibqgħu dipendenti fuq strutturi tal-gvern li la għandhom ħajra, la ħeġġa, la riżorsi, la backing u lanqas is-saħħa li għandhom l-għaqdiet tan-negozju li għandhom il-flus fis-suq u li għandhom il-cartels f'pajjiżna.", "U se nibqgħu kull darba għaddejjin bl-espressjoni ta' xewqat piji li effettivament imbagħad niltaqgħu hawnhekk, ngħidu ejja nagħmlu dak li qed tgħid l-Unjoni Ewropea, nagħmluha fuq il-karta, u effettivament on the ground mhux veru jkun hemm ħarsien u difiża serja tal-konsumatur.", "Jien nemmen li l-ħarsien u d-difiża serja tal-konsumatur bilfors iridu jiġu bl-istrutturi li tabilħaqq jirrappreżentaw lill-konsumatur.", "Inutli ngħidu lil membru taċ- ċivil jew lil organizzazzjoni taċ-ċivil biex tiddefendi l-interess tal- konsumatur.", "Tista' tagħmel l-aħjar ħaġa possibbli li tista` tagħmel, tista' tkun fuq quddiem, imma jekk ma jkunx hemm in-nifs ta' xi ħaġa organizzata b'mod ta' soċjeta` ċivili li tabilħaqq hija maqbuda f'dan l-interess ma naslux, u m'aħniex qed naslu.", "Dan qed ikun mhux biss ta' dannu soċjali għall-konsumatur, imma qed ikun ukoll ta' dannu għall-ekonomija tagħna għaliex ċerti affarijiet qed jiġru b'mod li qed ikomplu jżidu l-piżijiet ta' taxxi u l-piżijiet ta' spejjeż fuq il-familji meta tiġi biex tixtri xi ħaġa, li mbagħad qed jirrifletti lura fl-ispiża ta' kompetittivita` għal pajjiżna.", "Kieku jkollna tabilħaqq moviment ta' konsumaturi li qiegħed jiddefendi b'mod effettiv l-interessi tal-konsumatur, kieku naħseb li l-pressjoni li qed ikollna biex jiżdiedu l-ispejjeż f'pajjiżna tonqos.", "M'iniex qed nipprova nimminimizza l-impenn ta' min qiegħed diġa` fl-għaqdiet jew fl- għaqda tal-konsumaturi bħalissa, imma jgħidulek huma stess li jħossuhom bla saħħa quddiem forzi li ġejjin min-naħa tal-gvern, forzi li ġejjin min-naħa tal-privat u forzi li ġejjin minn postijiet anonimi li qegħdin b'xi mod jew ieħor jirromblaw fuq il-konsumatur.", "Allura mbagħad minn hemmhekk, la m'hawnx din il-countervailing power, dan il-poter li joħloq bilanċ bejn il- poter ta' min għandu saħħa fis-suq u l-konsumatur li jibqa' waħdu, individwalizzat, bilfors li l-konsumatur jibqa' jġorr dejjem aktar il- piżijiet għax m'għandux rimedju effettiv, u dan imbagħad jittrasmetti ruħu f'żidiet ta' piżijiet u ta' spejjeż għall-ekonomija kollha kemm hi, u l- ekonomija tagħna tibqa' ssir, kif qed jiġrilha, dejjem inqas u inqas kompetittiva.", "Per eżempju, bħalissa qed jolqtuni wkoll l-argumenti li għandhom x'jaqsmu mal-bidla għall-ewro, l-argumenti kollha dwar kif jiġru ċerti affarijiet li jkunu qegħdin diġa` jagħmlu l-ingropp ħalli pajjiżna jipprepara ruħu biex ikompli jżid il-piżijiet fuq il-konsumatur.", "Eżatt qabel bdejt dan l- intervent ftaħt ittra li għadha kemm waslitli, akkumpanjata wkoll bl- irċevuta, riferibbli għall-istorja kollha tad-dual pricing u ta' kif dan qed jinħadem.", "Jien mhux se ngħid min bagħathieli din imma se naqraha biex inkun on the record.", "Din hija ittra awtentika, nista' nurihielek Mr Speaker, b'irċevuta ta' ristorant f'Buġibba.", "Din is-sinjura li kitbitli din l-ittra qed tgħid hekk:", "\"Jien ħaddiema mal-gvern, qed niktiblek din l-ittra peress li xtaqt inressaq l-ilment tiegħi f'ras il-għajn.", "L-għarus tiegħi u jien morna nieklu f'ristorant li ismu jidher fuq l-irċevuta li qed nibgħatlek ma' din l-ittra.", "Fl-irċevuta huma kkwotaw il-prezz f'liri Maltin u taħtu bl-ewro.", "Ovvjament aħna ħallasna bil-flus Maltin.", "Iżda meta wasalt id- dar ġiet kurżita` naħdimha bir-rata uffiċjali mal-lira Maltija, kif jagħti l-kambju l-bank.", "U meta qlibt l-ewro fi flus Maltin il-prezz ġie kważi Lm2 aktar minn dak li aħna ħallasna fi flus Maltin, jiġifieri Lm15.79.", "Kieku aħna konna barranin u ridna nħallsu bl-ewro kienu jeħdulna Lm2 iktar.", "U kieku jien kont lavranta ma' dan is-sid żgur li ma kienx se jagħtini Lm2 aktar fil-paga tiegħi kieku jħallasni bl-ewro.", "Onorevoli, skużani talli qed niskomodak imma din rajtha xi ħaġa tant gravi li ma stajtx noqgħod kwieta u ma nagħmel xejn.", "U peress li nisma` lilek titkellem fuq din il-problema u kif il-gvern diġa` ħarbitlu minn idejh, is-sitwazzjoni tal-prezz sar doppju, fil-fehma tiegħi b'din ir-rata jistgħu jfaqqru ħafna familji bil-pagi baxxi u medji.", "Forsi li tiekol barra tgħaddi mingħajrha, iżda l-ikel, il- mediċini, eċċ. tridhom bilfors.", "Hija diżonesta` kbira li tisraq u tisloħ b'dan il-mod u tapprofitta ruħek minn miskin li ma jkunx qed jifhem il-flus il-ġodda.\".", "Dan huwa ilment ta' konsumatriċi li qed titkellem bl-aktar mod sinċier fuq xi ħaġa li qed tiġri madwarna, Sur President.", "Qed jitħejja l-Att biex f'dak li għandu x'jaqsam mal-bidla għall-ewro, ovvjament ikun hemm prezzijiet 'il fuq.", "Imbagħad jgħidulna li m'hu veru xejn għax hemm l-istatistika li turi li mhux hekk jiġri.", "Issa jien mhux qed ngħid li l-gvern huwa kompliċi f'din il-ħaġa.", "Dażgur li mhux kompliċi, imma l-gvern naħseb li għandu d- dover li jassigura li l-istrutturi li jiddefendu l-konsumatur u jiddefendu kontra l-għoli tal-prezzijiet ikunu strutturi effettivi.", "Inutli noqogħdu ngħidu li se nagħmluha billi noqogħdu ndaħħlu d-direttivi ta' l-Unjoni Ewropea f'pajjiżna.", "Indaħħluhom fuq il-karta u mbagħad fil-mod kif nirromblawhom 'il quddiem ma naslux.", "Anke l-pajjiżi l-oħra fl-Unjoni Ewropea, biex inkunu ċari, għandhom problema kif jimmobilizzaw biżżejjed is- sentiment tal-konsumatur f'dak li għandu x'jaqsam mal-kwalita` ta' l- affarijiet li jirċievi u mal-prezzijiet li jkun qiegħed iħallas, aħseb u ara aħna.", "Meta aħna fiċ-ċokon tagħna napplikaw regoli li suppost iżidu l- kompetizzjoni, effettivament iżidu l-cartels.", "Ir-regolaturi ma jaħdmux tajjeb, id-dipartiment konċernat ma jistax ikun effettiv u l-għaqdiet tal- konsumatur volontarji jipprovaw jagħmlu li jistgħu imma jħossuhom imsallba għax m'għandhomx il-mezzi biex jikkompetu mas-settur kummerċjali u m'hemmx countervailing power.", "Jien hawnhekk se niftaħ parentesi oħra.", "Problema ċara f'dan kollu huma s- servizzi tal-gvern fir-rigward tal-konsumatur.", "Mela jekk inti għandek bżonn xi servizz mill-isptar, tispiċċa tistenna xhur jew snin biex tieħdu.", "Pero` filwaqt li l-konsumatur qed jiġi mogħti l-impressjoni li għaliex iħallas it- taxxi, jista' jkollu aċċess għas- servizzi b'xejn fl-isptar, effettivament mhux qed jiġri hekk għaliex jekk tgħidlu li jrid jistenna xi sentejn oħra, sena oħra, tmien xhur oħra jew seba' xhur oħra, is-servizz ma jkunx qiegħed hemmhekk.", "Allura x'rimedju għandu l-konsumatur f'ħaġa bħal din?", "X'rimedji għandhom, per eżempju, ċerti studenti fir-rigward ta' nuqqas ta' qbil li jista' jkollhom fuq il-grades li jġibu u x'possibilita` għandhom li jaraw il-karta tagħhom u jingħataw sodisfazzjon li l-grade li ngħatalhom huwa raġunevoli?", "Sur President, il-gvern innifsu huwa fost l-aktar poteri fil-pajjiż li m'humiex konxji tal-ħtieġa li l-konsumatur jingħata sodisfazzjon f'ċerta perspettiva ta' trasparenza u ta' ġustizzja soċjali.", "Dan kien l-għan ta' l- intervent tiegħi, Sur President.", "Inutli noqogħdu ngħidu li se ndaħħlu d- direttivi ta' l-Unjoni Ewropea f'pajjiżna għax irridu ndaħħluhom, m'hemmx dubju, imma inutli ndaħħluhom fuq il-karta jekk imbagħad fir-realta` ma nsibux mod kif insaħħu l-istrutturi f'pajjiżna li tabilħaqq jiddefendu lill- konsumatur u li jkollhom il-potenzjal tal-mobilizzazzjoni soċjali f'pajjiżna.", "Jekk dan kollu ma nagħmluhx b'mod effettiv, naħseb li se nkunu qegħdin inkomplu nagħmlu kif dejjem għamilna u ċioe` nraqqgħu l-pannu bil- qargħa aħmar, nippretendu li mexjin 'il quddiem imma fil-verita` ma jkunx minnu.", "Jien inħeġġeġ li lil hinn minn kwalunkwe proposta li ndaħħlu d- direttivi ta' l-Unjoni Ewropea f'pajjiżna, naħseb li hemm bżonn ta' riflessjoni sħiħa u aktar qawwija fuq kif nistgħu nsaħħu l-istrutturi f'pajjiżna li jistgħu tabilħaqq ikunu attivi biex jimmobilizzaw l-opinjoni pubblika favur l-interess tal-konsumatur.", "Dawn għandhom ikunu effettivi mhux b'mod regolatorju imma b'mod ta' rappreżentanza qawwija, effettiva, legali u organizzattiva ħalli l-ilmenti, l-interessi u l-aspirazzjoni tal- konsumatur, item by item skond kif jinqalgħu, ikunu jistgħu jingħataw leħen.", "Sur President, nerġa' ngħid li l-problema fundamentali hija li l-konsumatur huwa individwalizzat fil-mod kif jesprimi ruħu u jimxi 'l quddiem.", "Meta l- affarijiet ikunu sejrin tajjeb jibqa' lura u meta jkollu xi ħaġa li jilmenta biha jrid jara kif jasal għaliha u jsib li m'għandux appoġġ soċjali qawwi biżżejjed.", "Din hija l-mistoqsija kollha: Kif nistgħu noħolqu struttura lil hinn mill-istrutturi tal-gvern li lill-konsumatur tagħtih poter mobilizzattiv?", "Jien nibqa' nemmen li sal-lum l-aktar ħaġa li tista' tidher vijabbli hija li l-Istat jinkoraġġixxi b'mod sostantiv lit-trade unions biex jifirxu x-xogħol tagħhom lil hinn mid-difiża u l-ħarsien tal- ħaddiema fuq il-post tax-xogħol sabiex b'mod organizzat u finanzjat tajjeb, anke bl-għajnuna ta' l-Istat, jiddefendu l-interessi tal-konsumatur.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-Ministru, jekk jogħġbu, jgħaddi għall-winding up.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għall-Kompetittivita` u Komunikazzjoni): Sur President, fil-ħin li ġej se nikkonkludi dan id-dibattitu li fil-fatt dam sejjer seba' seduti.", "Uħud li tkellmu f'dan id-dibattitu marru 'l bogħod ferm minn dak li huwa l-iskop tal-liġi li għandna quddiemna pero` rrid ngħid li għalkemm ma naqbilx ma' ħafna minn dak li qal il-kap ta' l- oppożizzjoni, id-diskors tiegħu kien wieħed mill-aktar qrib lejn is-suġġett ta' l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna.", "Kieku kelli nagħsar x'intqal f'dawn is-seba' seduti li fihom tkellmu madwar 20 kelliem miż-żewġ naħat tal-Kamra, insib li f'parti sostanzjali mid-diskors li kellna, l-abbozz ta' liġi u l-proposti li għandna quddiemna intesew u minflok kulħadd ipprova jagħti t-tifsira tiegħu tal-kelma \"konsumatur\" li mhux bilfors hija marbuta wkoll mar-realta` tal-ħajja.", "Barra minn hekk, kien hemm numru ta' kelliema li tkellmu b'ċertu enfasi u b'ċerta konsistenza fuq il-kwestjoni tat- trasmissjonijiet tat-televiżjoni u anke fuq il-kwestjoni tal-mediċini.", "Fil-fatt fuq il-kwestjoni tal-mediċini tkellem il-Ministru tas-Saħħa, l- Onor. Louis Deguara u dan spjega b'mod realistiku x'inhuma l-fatturi marbutin mal-kwestjoni tal-mediċinali.", "Għalhekk ma naħsibx li għandi nitkellem fit-tul dwar dan.", "Huwa evidenti mid-diskors tal-Ministru Louis Deguara li ħafna mill-punti li ssemmew f'dan il-parlament u anke barra huma punti marbutin ma' immaġini li mhijiex realistika ta' dak li qed jiġri madwarna.", "Jien dejjem emmint li aħna bħala membri parlamentari li nirrappreżentaw lill-pubbliku Malti għandna r-responsabbilta` li ninvestigaw dak li jgħidulna n-nies u mhux niġu hawn u nipperpetwaw affarijiet li huma żbaljati għax inkunu smajnihom fil-każini jew fid-djar li morna nżuru.", "Aħna għandna responsabbilta` li nipprovaw nifhmu x'inhi r- realta` biex imbagħad lil min jikkonfrontana, inkunu f'pożizzjoni li nispjegawlu l-affarijiet għax irridu nammettu li ħafna drabi l-mod ta' kif inħarsu lejn diffikulta` personali mhux bilfors ikun ibbażat fuq l-aspett legali u allura għandna r-responsabbilta` li lil min ma jkunx qiegħed ipoġġi l-affarijiet fil-perspettiva korretta, nispjegawlu x'inhuma r- realtajiet.", "Sur President, dwar dak li għandu x'jaqsam mad-drittijiet televiżivi fuq il- world cup u affarijiet oħrajn bħal dawn, tkellmu diversi kelliema.", "Veru li hemm emenda f'din il-liġi li għandna quddiemna li b'xi mod tirrigwarda x- xandir pero` anke hawn, kellna numru sostanzjali ta' interventi minn kelliema dwar din il-kwestjoni imma dawn ma fehmuhiex.", "Din il-kwestjoni m'hijiex sempliċi u ma nistax jiena jew xi ħaddieħor jiġi f'din il-Kamra u b'xi erba' kelmiet jagħti l-interpretazzjonijiet tar-realtajiet.", "Ir- realtajiet huma ferm aktar ikkomplikati milli tgħid li t-tali organizzazzjoni mhux qed taqdi dmirha u li l-organizzazzjoni l-oħra qiegħda tisraq lis-subscriber tagħha għax hemm numru ta' responsabbiltajiet li jmorru lil hemm mix-xtut ta' pajjiżna u li huma wkoll marbutin mal-mod kif dan is-settur qiegħed jiżviluppa b'rata mgħaġġla.", "Dawk minna f'din il-Kamra li jużaw il-mezzi ta' komunikazzjoni biex jgħidu li l-gvern jew il-broadcasting authority mhux qed jagħmlu dmirhom għaliex mhux qegħdin iġiegħlu lil xi ħadd jittrasmetti avveniment internazzjonali, għandhom l-ewwel ħaġa jifhmu x'inhija l-vera kwestjoni u nista' nassigura li din ma tistax tiġi spjegata f'erba' kelmiet.", "Hemm drittijiet tal- konsumatur imma hemm drittijiet marbutin ma' ħlasijiet ta' trasmissjonijiet u drittijiet marbutin ukoll mal-mod ta' kif id-diversi operaturi fis- setturi tat-telekomunikazzjonijiet ikunu qegħdin jaħdmu.", "Pero` ejja ma nipprovawx nagħtu l-impressjoni li xi ħadd qed jaħrab mir- responsabbiltajiet tiegħu għaliex ma jkunx qiegħed iwassal għall-pożizzjoni kif jixtiequ xi wħud.", "Sur President, jien inkun l-ewwel wieħed li nilmenta fuq il-fatt li ċerti trasmissjonijiet sportivi li konna nirċievu qabel, din is-sena ma stajtx insegwihom pero` qabel ma nibda nparla b'ċertu mod, ridt nipprova nifhem.", "Hawnhekk ukoll hawn diffikultajiet kbar u wieħed irid ikun ċert fuqhom qabel ma jibda jispara għax kien hawn ħafna li sparaw fuq din il-kwestjoni, Sur President.", "Hemm diversi kwestjonijiet li daħlu fihom kemm id-diviżjoni tal-konsumatur, kemm l-awtorita` Maltija tal-komunikazzjoni u anke l- awtorita` tax-xandir u kull wieħed minnhom ra l-pożizzjoni tiegħu vis-à-vis d-drittijiet reali, mhux immaġinarji, li jeżistu u kull wieħed minnhom ħa l- passi neċessarji biex jipprova jiggarantixxi li dawn id-drittijiet tagħna jiġu rispettati.", "Qed insemmi din tad-drittijiet reali għaliex m'hijiex l- ewwel darba li kellna diskussjonijiet jaħarqu dwar drittijiet li kienu perċepiti bħala tali imma li fil-verita` ma kenux reali kemm fejn jidħlu l- persuni u anke fejn jidħlu l-kumpanniji.", "Wieħed mill-aktar setturi li għadda minn din it-taqliba huwa proprju s- settur tat-telekomunikazzjoni u tajjeb li nfakkar x'ġara fit-telefonija mobbli xi ħames jew sitt snin ilu meta f'dan il-pajjiż kellna għaddejjin numru sostanzjali ta' kontroversji.", "Dakinhar ukoll kien hawn diversi persuni li ma kienu fehmu xejn u li kienu qalu u kitbu li min qed jipprova jmexxi dan is-settur 'il quddiem, fil-fatt qed jimbottah lura.", "Issa għaddew ħames snin minn dakinhar u m'għandix dubju li l-istess persuni li dakinhar attakkaw lil min kien responsabbli biex imexxi l-affarijiet 'il quddiem, illum jirrealizzaw - anke jekk forsi ma jammettux – li dawk id- deċiżjonijiet kienu l-aħjar li setgħu jittieħdu fil-konfront tad-drittijiet tal-konsumatur.", "Sur President, bħalissa hawn il-kwestjoni dwar il-ħlasijiet tar-roaming charges pero` din ma tantx issemmiet f'din id-diskussjoni għalkemm kien hemm ħafna diskussjoni barra minn dan il-parlament fuq kemm dawn il-ħlasijiet humiex ġusti jew le.", "Dwar dan, l-awtoritajiet konċernati ħadu passi u jridu jkomplu jieħdu l-passi.", "Fil-fatt riċentement kellna wkoll dikjarazzjonijiet mill-operaturi konċernati dwar kif beħsiebhom jaħdmu biex dan is-settur jimxi 'l quddiem.", "Issa forsi anke b'certa rassenjazzjoni, iż-żewġ naħat tal-Kamra qed jaqblu li huwa tajjeb li ċerti direttivi ta' l-Unjoni Ewropea jiġu integrati fil- leġislazzjonijiet ta' pajjiżna.", "Fil-fatt anke l-kap ta' l-oppożizzjoni qal aktar minn darba li m'hemmx x'tagħmel u li dawn id-direttivi jridu jsiru parti mil-leġislazzjoni ta' pajjiżna.", "Għalhekk mhux biżżejjed li jkollna l- liġijiet imma hemm bżonn li jkun hemm l-istrutturi li jinfurzawhom.", "Per eżempju, jekk wieħed josserva x'intqal mid-diversi kelliema miż-żewġ naħat tal-Kamra, wieħed malajr jinduna kemm issemmew affarijiet differenti.", "Kellna min tkellem fuq id-drittijiet ta' min qed jirċievi servizz li għandu x'jaqsam mal-bini u min tkellem fuq id-drittijiet ta' min qed jingħata servizzi marbutin mal-produzzjoni agrikola.", "Kien hawn min tkellem, Sur President, fuq is-servizzi tat-turiżmu, fuq ir-refuġjati u fuq punti oħrajn marbutin mal-leġislazzjoni ta' dan il-pajjiż.", "Illejla l-Onor.", "Anġlu Farrugia għamel diskors fuq it-tariffi u s-servizzi li jingħataw fil-qorti għalkemm jien onestament ma nafx x'relazzjoni dan għandu ma' dan l-abbozz ta' liġi li qed niddiskutu llum.", "Dan għamel diskors dwar għaqda tal- konsumaturi li tmur tiġġieled għal xi dritt jew inkella għal xi ħaġa oħra marbuta mas-servizzi li jingħataw fil-qrati tagħna pero` l-Onor.", "Farrugia bħala avukat li jipprattika l-professjoni tiegħu fil-qrati jaf li m'hemm l- ebda liġi li tista' tagħti xi dritt lill-konsumatur li jmur jara x'servizzi jkunu qed jingħataw hemmhekk.", "Sur President, uħud mill-kelliema li ħadu sehem f'dan id-dibattitu jew insew jew inkella pprovaw inessu li f'pajjiżna diġa` għandna l-istrutturi.", "Iva, wieħed jista' jgħid li dawn l-istrutturi jridu jiġu msaħħa, iridu jiġu mogħtija iżjed poteri u anke finanzi jekk hemm bżonn.", "Pero` l-iżjed ħaġa importanti hija li dawn ikomplu jiġu aġġornati minn żmien għall-ieħor biex ikunu ppreparati għall-iżvilupp u għat-tibdil li jkun hemm fis-settur tal-konsumatur għax jekk ma jiġrix hekk, jibdew il-problemi.", "Fil-fatt ftit tal-ġimgħat ilu kellna l-opportunita` li nfakkru l-consumer claims tribunal li ilu jeżisti f'pajjiżna għal dawn l-aħħar għaxar snin.", "Hawnhekk ukoll, Sur President, il-konsumatur f'pajjiżna bħall-konsumaturi fid-dinja kollha ilu.", "Il-konsumatur f'pajjiżna, bħall-konsumaturi fid-dinja kollha, ilu jeżisti minn kemm ilu jeżisti l-bniedem, minn kemm ilu jsir il-kummerċ u minn kemm il-bniedem ilu ma jikkaċċjax għalih innifsu l-bżonnijiet tiegħu tal-ħajja ta' kuljum.", "Minn mindu l-bniedem, biex ikun moqdi għall- bżonnijiet ta' kuljum, kellu jixtri servizz jew prodott kien hemm relazzjoni bejn dak li jagħti s-servizz u dak li jingħata s-servizz.", "Imma l- consumer claims tribunal twaqqaf ftit qabel l-elezzjoni ta' l-1996.", "Issa x'ġara minn dakinhar sal-lum?", "Minn dakinhar sal-lum dan it-tribunal, aktar ma beda jgħaddi ż-żmien, aktar beda jara każi ta' persuni li jemmnu li dan it-tribunal jista' jaqdi l- funzjoni tiegħu billi jipproteġi d-drittijiet tal-konsumatur.", "Mhux hekk biss imma wieħed jista' jgħid li qabel konsumatur jasal quddiem dan it- tribunal għandu d-dritt imur fid-diviżjoni tal-konsumatur.", "Nista` ngħid li kull sena quddiem id-diviżjoni responsabbli mid-drittijiet tal-konsumatur ikun hemm aktar minn 1,000 talba, u hemmhekk isir l-ewwel kuntatt bejn l- individwu, li jħoss li jkun ġie ingannat bis-servizz jew prodott li jkun xtara, u l-bniedem li jkun ta s-servizz jew li jkun biegħ il-prodott.", "U x'jiġri fil-mument li xi ħadd iressaq l-ilment tiegħu quddiem din id- diviżjoni?", "Il-personnel ta' din id-diviżjoni jagħmel il-kuntatti neċessarji mal-bniedem li jkun biegħ is-servizz jew il-prodott, u ammont sostanzjali ta' każi li jmorru quddiem din id-diviżjoni jiġu settled għax jew min iressaq l-ilment jirrealizza li ma kellux raġun jew min ikun ta s- servizz jammetti t-tort.", "B'hekk wieħed ma joqgħodx imur quddiem it-tribunal u jiġu ffrankati ħafna spejjeż.", "Issa se ngħid x'ġara fl-2004 u fl-2005 u x'ġara s'issa matul dawn l-aħħar ħames xhur li għaddew.", "Fl-2004 kien hemm 496 persuna li kellhom il- kwestjoni tagħhom settled mid-diviżjoni tal-konsumatur.", "Mela kien hemm kważi 500 persuna li marru quddiem din id-diviżjoni, saru l-kuntatti neċessarji man-negozjant konċernat u dan fehem li kellu dmir li lil dak il- konsumatur jagħtih servizz aħjar.", "Imbagħad kien hemm 240 każ ta' persuni li meta marru quddiem id-diviżjoni u ġie spjegat lilhom x'kienu d- drittijiet u l-obbligi tagħhom irrealizzaw li dak li ħasbu li kellhom dritt għalih ma kien dritt xejn u allura ma kien hemm l-ebda obbligu min-naħa tan- negozjant u dawn il-każi ġew irtirati.", "Fl-2005 kien hemm 385 każ li ġew settled qabel marrru quddiem it-tribunal u 280 każ li ġew irtirati għall- istess raġunijiet li semmejt qabel.", "Din is-sena, s'issa, kien hemm 118-il każ li ġew settled u 71 każ li ġew irtirati.", "Sur President, ikun hemm każi wkoll fejn jew il-konsumatur jibqa' jinsisti li għandu ċerti drittijiet jew inkella min ikun ta s-servizz jew biegħ il- prodott, minkejja li kellu obbligu li ma kienx qed josservah, ma jkunx irid ibaxxi rasu għal dawk li huma d-drittijiet tal-konsumatur u allura dawn il- każi jkunu marru quddiem it-tribunal.", "U x'insibu?", "Insibu li fl-1996 kien hemm 42 każ li ġew deċiżi li 76% minnhom kienu favur il-konsumatur u 24% minnhom kienu favur it-trader involut.", "L-2005 kienet sena li fiha ġew deċiżi 333 każ, meta fis-snin ta' qabel bejn wieħed u ieħor konna qegħdin fuq il-medja ta' 170 jew 180 każ.", "Dan ġara għaliex kien hemm numru ta' każi li kienu ilhom pendenti ftit taż-żmien li mbagħad ġew settled malajr fl-2005.", "Pero` meta wieħed jara kif ġew deċiżi l-każi quddiem it-tribunal is-sena li għaddiet isib li 90% minnhom dawn ġew meqjusa bħala li l- konsumatur kellu raġun u 10% tal-każi li fihom kellu raġun in-negozjant.", "Jekk wieħed jieħu average jista` jgħid li bejn wieħed u ieħor 85% tal-każi li nqatgħu quddiem dan it-tribuna nqatgħu favur il-konsumatur u 15% favur min ikun qed ibigħ prodott jew jagħti servizz.", "Għaliex qed ngħid dan?", "Għax l-istrutturi li ilhom in place għal dawn l-aħħar għaxar snin fehmu l- obbligi li għandhom u allura ħafna minn dawk il-każi li jitilgħu quddiem dan it-tribunal ikunu settled.", "L-Onor.", "Evarist Bartolo, jekk m'iniex sejjer żball, għamel riferenza għal xi mistoqsija parlamentari li kien għamel u qal li mill-informazzjoni li ħarġet minnha jirriżulta li sa Marzu li għadda l-aktar każ li kien ilu pendenti kien ilu minn Awissu li għadda.", "Tajjeb li wieħed jgħid ukoll li fl- istess mistoqsija parlamentari kien hemm riferenza għall-fatt li kultant ikun hemm diffikultajiet biex jew jidher il-konsumatur innifsu, jew ikun hemm il-ħtieġa li tinġabar ċerta informazzjoni li ma tkunx tista' ssir mingħajr ċerti investigazzjonijiet.", "Allura dak li jkun irid jiġbor l- informazzjoni jkollu bżonn aktar minn seduta jew żewġ seduti biex il-każ ikun jista' jinqata`.", "Pero` wieħed jista' jgħid li l-każi li jmorru quddiem it-tribunal jinqatgħu b'ċerta ħeffa biex dak li jkun jieħu sodisfazzjon kemm jista' jkun malajr.", "L-Onor.", "Joseph Sammut għamel riferenza għall-każ partikolari li fih kienet involuta l-Enemalta u qal li din il-korporazzjoni qed tikkundanna lil xi individwi qabel ma jkunu proċessati u għalhekk qed jinkiser dritt fundamentali tal-bniedem għax il-liġi tgħid li l-bniedem huwa preżunt innoċenti sakemm jinstab ħati.", "Hawnhekk nista` ngħid li jiena wkoll, anke bħala rappreżentant tal-poplu Malti, mhux darba jew tnejn li kelli każi mhux darba jew tnejn kelli każi fejn, fl-opinjoni tiegħi, il-każ partikolari kien jitlob li min huwa konċernat jiġi ttrattat b'mod differenti minn kif ġie ttrattat mill-korporazzjoni partikolari.", "Pero` tajjeb li wieħed jgħid ukoll li lkoll kemm aħna għandna l-obbligu li nħallsu għall-prodott jew servizz li nkunu qed nieħdu.", "Wieħed irid jifhem ukoll li kull wieħed minna jista' minn żmien għall-ieħor ikun għaddej minn problemi finanzjarji u allura għandu jkun hemm il-komprensjoni min-naħa ta' dawn il-korporazzjonijiet.", "Pero` m'għandix dubju li bħala konsumaturi nifhmu li għandna r-responabilita` anke lejn il-konsumaturi l-oħra li dak li nkunu kkonsmajna nħallsu għalih.", "F'dan id-dibattitu saret riferenza wkoll għall-ħlasijiet tat-taxxa tar- reġistrazzjoni tal-vetturi, kontroversja li ilha għaddejja numru ta' snin f'pajjiżna.", "Wieħed mill-argumenti li nġieb anke f'dan id-dibattitu huwa li m'huwiex sewwa li, filwaqt li f'pajjiżi oħra r-registration tax hija pjuttost baxxa, hawn Malta hija għolja.", "Dan huwa veru, pero` hawnhekk tajjeb li wieħed jagħmel riflessjoni dwar x'inhuma l-ħlasijiet li jsiru għar-road licence kull sena.", "Jekk wieħed iżomm quddiem għajnejh il-mod kif aħna mdorrijin intawlu l-ħajja tal-vetturi tagħna, wieħed irid jara – u wieħed mill-kelliema f'dan id-dibattitu għamel riferenza għaliha wkoll – jekk bis-sistema li għandna llum huwiex il-konsumatur li in the long term qed igawdi jew inkella huwiex il-gvern.", "Jien ta' l-opinjoni li jekk jidħlu ċerti reġimi ta' tassazzjoni li huma marbutin mal-ħlas annwali ta' dik li hija road tax ikun il-gvern li finalment idaħħal iktar in the long term.", "Fil-fatt iktar kmieni xi ħadd għamel dan il-punt.", "Jiġifieri għalkemm ir- registration tax tkun iktar baxxa milli hi llum, il-ħlas tal-liċenzja ta' kull sena tkun iktar qawwija .", "Sur President, il-kap ta' l-oppożizzjoni reġa' għamel riferenza għall- introduzzjoni ta' l-ewro f'pajjiżna u għall-kwestjoni tad-dual pricing.", "Qed tingħata l-impressjoni li l-konsumatur se jispiċċa jbati jekk kemm-il darba l-ewro tiddaħħal f'ċertu żmien fl-istruttura finanzjarja ta' pajjiżna u jekk id-dual pricing isir bil-mod kif se jidħol f'pajjiżna.", "Hawnhekk nixtieq nagħmel appell żgħir.", "Ejja ma nkunux aħna stess li niffumentaw ideat li permezz tagħhom, minflok inservu ta' ġid għall-konsumatur li suppost qegħdin nitkellmu għalih, inservu biex inħajru lil min għadu m'għaddilux minn rasu xi tip ta' qerq fis-sistema tat-transizzjoni ta' l- ewro biex proprju jagħmel hekk u jbati l-konsumatur.", "Naturalment il-gvern b'għajnejh miftuħa għandu l-mezzi kif jikkontrolla l-affarijiet u se jara li ma jkunx hemm min jabbuża.", "Diġa` għandu u se jkollu iktar strutturi qawwija biżżejjed biex jiggarantixxu li ma jkunx hemm min jabbuża bl- introduzzjoni ta' l-ewro.", "Aħna nemmnu li l-ewro hija għodda importanti għall-ġid finanzjarju, għall-faċilitazzjoni tan-negozju f'dan il-pajjiż u biex aħna lkoll, bħala konsumaturi, ma niġux imqarrqa meta nqabblu l- prezzijiet tagħna ma' dawk li jitħallsu f'pajjiżi oħrajn.", "Allura ejja naraw li dak li ngħidu ma jkunx biss riflessjoni ta' dak li xi ħaddieħor ikun jixtieq li jiġri f'pajjiżna.", "Wieħed jista' jgħid li l-għan prinċipali ta' l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna hu dak li jidħlu fis-seħħ f'Malta ċerti regolamenti tal-parlament Ewropew u tal-kunsill fuq il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-inforzar tal-liġijiet dwar il-protezzjoni tal- konsumaturi.", "Fil-fatt dawn id-direttivi se jkunu b'effett mid-29 ta' Diċembru li għadda.", "Safejn naf jien, l-oppożizzjoni m'hijiex se titivvota kontra dan l-abbozz ta' liġi, imma ejja nkomplu flimkien inwasslu l-messaġġ ċar li għandna gvern li jemmen fid-drittijiet tal-konsumatur.", "B'din l- għodda miżjuda mad-diversi leġislazzjonijiet li għandna f'pajjiżna se nkomplu niggarantixxu li l-konsumaturi f'pajjiżna jingħataw drittijiet li sal-lum ma kellhomx, drittijiet li mbagħad għandna l-obbligu li ninforzawhom.", "Nikkonkludi billi nagħmel punt żgħir fuq l-għaqdiet tal-konsumatur.", "Veru li l-għaqdiet tal-konsumatur f'pajjiżna huma żgħar u mhux b'saħħithom ħafna, imma naħseb li m'għandux ikun il-gvern li jwaqqaf u jimbotta 'l quddiem dawn l-għaqdiet.", "Żgur li m'għandhomx ikunu għaqdiet li fihom influwenzi politiċi partiġjani.", "Allura jekk ikun hemm persuni li jridu jagħmlu għaqdiet tal-konsumatur dawn għandhom ikollhom l-inkoraġġiment kollu, pero` mingħajr l-indħil politiku ta' xi partit jew ieħor.", "Nirringrazzjak, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-mistoqsija hija li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda diversi liġijiet dwar l-infurzar ta' poteri fil-protezzjoni tal-konsumaturi\", ikun moqri t-Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tieni Darba.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Sur President, nipproponi li dan l-Abbozz ta' Liġi jiġi ttrattat mill-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "TONIO FENECH (Segretarju Parlamentari): Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqisja hi li dan l-Abbozz ta' Liġi jiġi riferut lill- Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR DAZJU TAS-SISA", "EXCISE DUTY (AMENDMENT) BILL", "L-ordni għall-Kumitat ġie moqri", "FIL-KUMITAT", "L-Onor.", "Carmelo Abela, President tal-Kumitati, jippresjedi.", "Klawsola 2 – Tissostitwixxi r-Raba' Skeda li tinsab ma' l-Att prinċipali.", "Clause 2 - Substitution of the Fourth Schedule to the principal Act.", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Sur President, l-ewwelnett nixtieq infakkar ftit l- għan ta' dan l-abbozz ta' liġi.", "Meta ftit ġranet ilu konna qed niddiskutu l-estimi tal-Korporazzjoni Enemalta konna spjegajna li minħabba l- liberalizzazzjoni li kellha ssir, jew aħjar bdejna l-proċess għaliha, kien jeħtieġ li jsiru arranġamenti partikolari bejn il-gvern u l-Enemalta rigward l-importazzjoni u d-distribuzzjoni tal-fuel biex nassiguraw", "li l-konsumatur bl-ebda mod ma jiġi effettwat b'din il-bidla mhux biss f'dak li għandu x'jaqsam mas-suq tal-fuels imma wkoll dwar l-effett fuq il- Korporazzjoni Enemalta.", "Kif nafu, minħabba l-cross-subsidization li kienet qed issir, il-qligħ li kien isir mid-diviżjoni tal-bejgħ tal-fuel kienet qed tużah biex tħaffef il-piż fuq il-kontijiet tad-dawl.", "Klawsola 2 li għandna quddiemna qed tippreżentalna l-iskeda sħiħa pero` b'erba' tibdiliet żgħar.", "It-tibdiliet li jikkonċernawna huma fil-leaded petrol, fejn minn Lm187 għal kull 1,000 litru qed jitla' għal Lm224.60, pero` dan m'hu se jkollu l-ebda effett, kif kelli ċ-ċans nispjega, billi llum dan il-fuel prattikament m'għadux jidħol f'pajjiżna, imma ġie replaced bl-unleaded fuel.", "Fil-każ ta' l-unleaded fuel minn Lm166 għal kull 1,000 litru qed jitla' għal Lm203.60.", "Il-gas oil diesel minn Lm105.40 kull 1,000 litru se jitla' għal Lm142.70.", "Kif għedt dawn it-tibdiliet effettivament m'humiex qed jikkaġunaw żieda fil-prezzijiet għax dawn qed jiġu kkumpensati billi l- korporazzjoni Enemalta tnaqqas il-profitti li qed tagħmel biex tikkumpensa għal dawn iż-żidiet.", "Fil-każ tal-gas oil for heating purposes ir-rata l- ġdida għal kull 1,000 litru se tkun ta' Lm41.55c, u fil-każ tal-pitrolju, il-kerosene, minn Lm105.40 għal kull 1,000 litru se jitla' għal Lm142.70.", "Anke f'dawn it-tnejn l-Enemalta se tkun qed tnaqqas il-profitti tagħha bl- istess proporzjon biex il-prezz għall-konsumatur ma jinbidel bl-ebda mod.", "Ikun tajjeb li ngħid li se nagħmlu żewġ emendi żgħar għal din il-klawsola.", "L-ewwelnett meta saret il-press conference dwar iż-żieda fis-surcharge u kif konna se nikkumpensaw għas-surcharge, konna spjegajna li b'effett mill- 1 ta' Diċembru tas-sena 2005, ir-rata tas-sisa fuq l-unleaded petrol kellha tonqos gradwalment xahar b'xahar.", "Konna għabbejna parti mill-piż taż-żieda fuq il-petrol biex nikkumpensaw għaż-żieda fl-enerġija, pero` din kellha tkun miżura temporanja fuq perijodu ta' sentejn u li jsir aġġustament xahar b'xahar.", "Dakinhar fil-press conference kien maħsub li permezz ta' legal notice din kienet tkun biżżejjed biex iġġibha fis-seħħ.", "Effettivament fil- prattika din qed tonqos xahar b'xahar pero` mingħajr il-qafas legali kif suppost.", "Internament kienet qed tiġi aġġustata għax l-Enemalta hija l- korporazzjoni li għandu f'idejh il-gvern, pero` l-attorney general jirrikkmanda li din nagħtuha s-saħħa legali li hemm bżonn.", "Allura ppropona li nagħmlu din l-emenda li fil-fatt se naqra:", "\"A\" Fir-Raba' Skeda li tinsab fi klawsola 2, minnufih fi tmiem it- tifsira \"Biomass\", wara l-kliem \"and municipal waste.\", għandu jiżdied dan il-paragrafu ġdid li ġej:", "\"Note: Beginning from 1 December, 2005, and then cumulatively in each consecutive month during the period ending 30 November, 2007, Lm1.25 per 1,000 litres will be deducted from the prevailing rates of excise duty as shown in the Fourth Schedule on Unleaded petrol falling within CN Codes 2710.11.41, 2710.11.45 and 2710.11.49.\".", "\"A\" In the Fourth Schedule in Clause 2, immediately at the end of the definition \"Biomass\", after the words \"and municipal waste.\", there shall be added the following new paragraph:-", "\"Note: Beginning from 1 December, 2005, and then cumulatively in each consecutive month during the period ending 30 November, 2007, Lm1.25 per 1,000 litres will be deducted from the prevailing rates of excise duty as shown in the Fourth Schedule on Unleaded petrol falling within CN Codes 2710.11.41, 2710.11.45 and 2710.11.49.\".", "Nerġa' ngħid li l-iskop ta' din l-emenda huwa li nagħtu qafas legali lil dak li kien ħabbar il-Ministru Gatt fil-konferenza ta' l-aħbarijiet, li l- erba' ċenteżmi li kienu qed jiżdiedu mar-rata tas-sisa fuq l-unleaded petrol biex jikkumpensaw għaż-żieda fil-prezz ta-fuel li konna qed nixtru, kellhom jitnaqqsu xahar b'xahar fuq perijodu ta' sentejn sakemm dik iż- żieda tispiċċa.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Jiddispjaċini li se jkolli nwaqqafkom hawnhekk imma sar il-ħin.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni fuq din il-klawsola u l-emenda għaliha ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "Il-Kamra rriżumiet u l-President tal-Kumitat irrapporta progress u talab il- permess sabiex il-Kumitat jerġa' jiltaqa'.", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari, jekk jogħġbu, iressaq l- Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "TONIO FENECH: Sur President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal għada t-Tlieta, 16 ta' Mejju, 2006, fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Intermedjarji fl-Assigurazzjoni - Tieni Qari (Kont);", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att dwar Dazju tas-Sisa - Kumitat (Kont); u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta - Tieni Qari.", "-----------------------------------", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Reġistru Ċentrali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Servizzi ta' Impieg u Taħriġ - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Sigurta` Soċjali - Kumitat Permanenti.", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Liġijiet dwar il-Protezzjoni tal-Konsumatur - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Charles Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Sur President, illum fl-aħbarijiet tħabbar li saret il-konklużjoni tal-bejgħ tal-Maltacom.", "Ma tantx għandna kumpanniji bħal Maltacom f'pajjiżna u naħseb li wieħed jistenna li dan il-parlament l- ewwelnett ikun informat dwar jekk sarux trattattivi addizzjonali fuq l- aħħar stqarrija li ħarġet.", "Wieħed jistenna wkoll li jingħad xi ħaġa wkoll dwar il prezz ta' l-ishma u jekk l-aħħar ftehim jirrispekkjax l-interessi ta' l-investituri privati.", "Dan qed ngħidu għax niftakru l-għagħa li kienet qamet u l-effett li kellha d-dikjarazzjoni tal-gvern fuq is-suq.", "Barra minn hekk wisq nibża' wkoll li l-interessi tal-ħaddiema ma ġewx salvagwardati.", "Ħafna drabi tingħata l-impressjoni li dawn l-entitajiet pubbliċi kienu xi entitajiet falluti imma tajjeb ngħidu li din il-kumpannija din is-sena kienet up and running u għamlet qligħ ta' Lm16 miljun, għandha ħafna assi u għandha ħafna potenzjal.", "Nispera wkoll li l-aspett soċjali, speċjalment fuq il-fixed telephony li l-aktar li jużawh huma pensjonanti, ikun imħares ukoll.", "Dan qed ngħidu għax il-kumpannija li se takkwista l-Maltacom se jkollha monopolju fuq il-fixed telephony.", "Dan kollu qed ngħidu għax jekk wieħed iħares lejn iż-żewġ esperjenzi ta' privatizzazzjoni jibda jara l-konsegwenzi ta' dawn id-deċiżjonijiet mgħaġġla.", "Hawnhekk qed nirriferi għall-privatizzazzjoni tal-Maltapost li ma tantx kienet suċċess u ftit li xejn jiftaħar biha l-gvern u t-tieni waħda hija dik ta' l-MIA fejn qegħdin naraw li l-handling cost tal-passiġġieri huwa l-aktar wieħed għoli u l-gvern qed jissuġġerixxi li jagħti sussidju lill-airlines biex jagħmel tajjeb għal dawk iż-żidiet.", "Din hija xi ħaġa li ħadd ma jista' jifhem lanqas min jopera fis-settur turistiku.", "Wieħed jistenna li meta jbigħ il-gvern ma jżommx quddiem għajnejh biss il-fatt li b'dak il-bejgħ se jindirizza d-dejn kbir li ġab huwa stess imma hemm konsiderazzjonijiet oħrajn fl-aħjar interess tal-poplu li għandhom jiġu salvagwardati.", "Pero` aħna l-membri ta' l-oppożizzjoni se nikkummentaw aktar dwar dan il-bejgħ meta nkunu nafu d-dettalji.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Carmelo Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Sur President, ftit qabel ma konna aġġornajna għal vaganzi ta' l-Għid jien kont tkellimt f'aġġornament fuq il-każ ta' Adrian Borg li huwa l-istudent ta' 14-il sena li kien miet fl-iskola San Franġisk ta' Assisi madwar sentejn ilu.", "Jien kont għedt li kienet l-ewwel darba li l-qasam edukattiv ġarrab telfa ta' student fi skola, u barra minn hekk kienet tassew xi ħaġa li ġibdet is-simpatija ta' bosta persuni.", "Dan kien u għadu mument ta' niket għall-familja Borg miż-Żurrieq li għad għandhom bżonn ħafna sostenn, appoġġ u solidarjeta`.", "Ikolli ngħid li din l-istess solidarjeta` kienet imwiegħda, kienet tinħass fil-bidu meta ġrat din it- traġedja, kien hemm diskors anke minn esponenti ewlenin fil-qasam edukattiv fosthom mill-ministru stess li l-familja Borg ħaqqha kull apoġġ u kull solidarjeta`", "pero' mbagħad, mill-banda l-oħra, dan id-diskors ma jfisser xejn jekk ma jitpoġġiex fil-prattika.", "Irrid ngħid ukoll li mhux b'mod pubbliku kien intqal mill-ministru, quddiem diversi nies, li xi ħadd irid iġorr ir-responsabilita` anke jekk ikun hu stess.", "Issa x'kien qed jifhem biha dakinhar ma nafx.", "Li naf hu li l-familja Borg kellha tidħol fi kwestjoni legali biex tipprova tieħu dak li tħoss li għandha tieħu b'ġustizzja.", "Jien inħoss li dan ma kellux iseħħ meta kien hemm dawn it-tip ta' wegħdi u meta wieħed jiftakar li l-gvern Nazzjonalista stess, b'deċiżjoni tal-Kabinett kien ta eluf ta' liri lil persuni oħrajn li għall-grazzja ta' Alla ma tilfux ħajjithom.", "F'dan il-każ fejn l-istudent Adrian Borg tilef ħajtu fl-iskola, dan ma ġarax.", "Sur President, jien għamilt żewġ mistoqsijiet parlamentari, waħda lill- ministru ta' l-edukazzjoni u l-oħra lill-prim ministru fejn tlabthom jekk dan is-suġġett ġiex diskuss fil-Kabinett jew le pero` r-risposti tagħhom kienu xotti u fihom ingħad li materji li jiġu diskussi fil-Kabinett m'humiex se jingħataw tweġibiet għalihom.", "Barra minn hekk qalu wkoll li hemm proċeduri ġudizzjarji u allura m'humiex se jikkummetaw fuqhom.", "Inħoss li din hija inġustizzja mill-kbar nett speċjalment meta kien hemm wegħdi bid-diskors biex xi ħadd iħallas u biex lill-familja Borg tingħatalha l- għajnuna kollha.", "Jien nappella li ma jibqax ikun hemm dan is-skiet u għalhekk ħassejt li kelli nerġa' nqajjem dan is-suġġett fil-parlament għan- nom tal-familja Borg.", "Ma jistax ikun li jibqa' jkun hemm dan is-skiet u xi ħadd mill-gvern għandu jitkellem.", "Se nibqa' nitkellem fuq dan is-suġġett kemm fil-parlament kif ukoll f'postijiet oħra biex xi ħadd għallinqas jitkellem u jispjega dak li kien intqal meta ġara l-każ iktar minn sentejn ilu u x'inbidel minn dakinhar sal-lum.", "Fil-minuti li fadal għad-dispożizzjoni tiegħi nixtieq nitkellem ftit ukoll fuq il-qasam edukattiv.", "Nixtieq infakkar kif bħala partit Laburista, sa minn qabel l-1996, konna nitkellmu fuq l-importanza ta' ambjent aħjar fl- iskejjel u dan huwa marbut mal-każ fejn tilef ħajtu Adrian Borg.", "Ambjent aħjar fl-iskejjel m'huwiex importanti biss biex l-istudenti jitgħallmu aħjar, m'huwiex importanti biss biex l-iskola verament tkun it-tieni dar ta' l-istudenti imma biex l-istess skola tkun ħielsa minn kull periklu.", "Dan l-aħħar kont mistieden għall-ftuħ ta' l-iskola sekondarja li tagħmel parti mill-Kulleġġ San Benedittu ġewwa Ħal Kirkop.", "Kien pjaċir għalija li nattendi f'din l-iskola sekondarja ġdida għas-subien u dakinhar fraħt lil min kien involut fix-xogħol għax dan jirrifletti dak li kien ilu jgħid il- partit Laburista li hemm bżonn ikollna skejjel aħjar u ambjent aħjar fl- iskejjel.", "Fil-fatt aħna ilna ħafna nisħqu fuq li għandu jkun hemm titjib f'kull skola f'Malta u Għawdex.", "Meta konna ngħidu dan aktar minn 14-il sena ilu, kien hemm min qal - fil- fatt kien il-prim ministru ta' dak iż-żmien - li l-oppożizzjoni dejjem tagħmel għaġeb fuq xejn u li fl-iskejjel tagħna kulma hemm hija xi ħġieġa mkissra 'l hemm u 'l hawn.", "Pero` fl-iskejjel altru minn ħġieġa mkissra 'l hemm u 'l hawn hemm!", "Fil-fatt meta l-partit Laburista rebaħ l-elezzjoni fl- 1996, l-Onor.", "Evarist Bartolo, dak iż-żmien ministru, kien beda bi proġett sħiħ biex f'kull skola, kemm jista' jkun malajr, isir ix-xogħol meħtieġ biex l-iskejjel tagħna jitjiebu.", "Dak iż-żmien altru milli ħġieġa mkissra 'l hemm u 'l hawn konna sibna!", "Meta l-partit Laburista tilef l-elezzjoni fl- 1998, il-gvern Nazzjonalista għamel tajjeb li kompla fuq il-passi tal-gvern Laburista u fehem li l-iskejjel mhux biss ħġieġ imkisser kellhom imma kellhom perikli ferm akbar fl-ambjent fiżiku tagħhom.", "Kif għadni kemm għedt, gvern Nazzjonalista għamel tajjeb li kompla miexi fuq dak li kien beda gvern Laburista u jien għalhekk nattendi bi pjaċir meta nkun mistieden biex inżur xi titjib li jkun sar fl-iskejjel.", "Nittama biss li l-l-għażla taż-żoni fejn isir it-titjib fl-iskejjel ma ssirx biss fuq bażi ta' natura politika partiġġjana fis-sens ta' interessi distrettwali imma tkun verament fejn hemm l-aktar ħtieġa.", "Għalhekk nappella biex kemm jista' jkun malajr isir xogħol ta' titjib f'kull skola f'Malta u Għawdex għax wara kollox it- tfal kollha għandhom dritt għal skejjel aħjar u l-ġenituri kollha jħallsu t- taxxi.", "Sur President, huwa imporanti li nitkellmu wkoll fuq ir-riżorsi li qed ikunu allokati għall-iskejjel.", "Illum ġiet imwieġba mistoqsija parlamentari fejn jien kont staqsejt lill-ministru ta' l-edukazzjoni dwar liema huma dawk l-ispejjeż ġodda li għaddew għand l-iskejjel u dawn ma kenux qed iħallsuhom matul din l-aħħar sena.", "Staqsejtu wkoll biex jgħid kemm żdied il- budget allokat għal dawn l-istess skejjel.", "Il-ministru wieġeb li huwa informat li matul l-aħħar sena ma kienx hemm spejjeż ġodda li għaddew għand l-iskejjel u li l-budget mgħoddi lilhom għal materjal, provvisti, tiswija u bżonnijiet ordinarji ta' kuljum din is-sena huwa ta' Lm908,000.", "Nixtieq ngħid li din il-mistoqsija kont għamiltha wara li bosta kapijiet ta' skejjel u għalliema kellmuni dwar l-ispejjeż li qed ikollhom iġorru kważi ġimgħa wara l-oħra.", "Minkejja dan il-Ministru qed jgħid li ma kienx hemm spejjeż ġodda li għaddew għand l-iskejjel u qed jgħid ukoll li l-budget għal materjal, provvisti, tiswija u manteniment ordinarju ta' kuljum għall- iskejjel kollha f'Malta huwa ta' Lm908,000.", "Issa jekk wieħed jiddividi dan bejn l-iskejjel kollha f'Malta - nassumi li hemm budget taħt il-voti tal- ministeru għal Għawdex għall-iskejjel ta' Għawdex - isib li l-budget naqas, pero` naqas mhux biss għax żdiedu r-responsabilitajiet li għaddew għand l- iskejjel imma wkoll għax kien hemm iż-żieda fil-VAT, minn 15% għal 18%.", "L- għoli tal-ħajja qiegħed hemm għal kulħadd inkluż għall-iskejjel.", "Minbarra l- VAT kellek ukoll id-dħul ta' l-eco-tax li wkoll ġabet piż żejjed fuq l- iskejjel.", "Meta wieħed jikkalkula l-budgets ma' snin oħra u l-ispejjeż żejda li kien hemm minħabba l-fatturi li semmejt isib li l-ispending power ta' l-iskejjel naqas, u allura bir-raġun li dawn in-nies jilmentaw li qed jipprovaw jagħmlu aktar fl-iskejjel imma m'għandhomx il-fondi u r-riżorsi biex jagħmlu dan.", "Sur President, teżisti wkoll il-ħtieġa urġenti li minbarra titjib fl- ambjent fiżiku ta' l-iskejjel, intejbu wkoll il-kwalita` ta' edukazzjoni u naraw li din tkun għal kulħadd.", "X'qed ngħid b'dan?", "Illum f'pajjiżna qed jintilfu wisq studenti u dan huwa ħażin speċjalment għal pajjiż bħal tagħna fejn dejjem ngħidu li rridu nibnu l-preżent u l-futur ta' pajjiżna fuq ir- riżorsa umana.", "Illum mis-sistema edukattiva tagħna qed jaqgħu lura ħafna studenti u ma jistax ikun li nħallu li dan ikompli jiġri.", "Għalhekk hemm bżonn li jkun hemm ħidma sħiħa, għajnuna u sostenn minn dawk kollha konċernati biex ma nħallux lil dawn l-istudenti jintilfu.", "Ma jistax ikun li jibqa' jkollna studenti li jħarsu lejn l-arloġġ il-ħin kollu biex jgħaddi ż- żmien ta' l-iskola obbligatorja ħalli jitilqu 'l barra u forsi jipprovaw jidħlu fid-dinja tax-xogħol.", "Inutli nitkellmu fuq SmartCity, fuq il- farmaċewtika u fuq l-IT jekk mhux se nippreparaw bis-serjeta` lill-ħaddiema li pajjiżna se jkollu bżonn, jekk verament dan id-diskors li qed jingħad fuq SmartCity u affarijiet oħrajn iseħħ.", "J'Alla jkollna ħafna aktar bħal SmartCity, imma huwa importanti wkoll li fuq kollox ikollna a smart government.", "Dak hu li m'għandux pajjiżna llum, u dak hu li l-poplu se jeleġġi wara l-elezzjoni li ġejja.", "Il-poplu se jeleġġi lill-partit Laburista biex verament imexxi l-interess tal-Maltin u l-Għawdxin kollha.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Anġlu Farrugia.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Sur President, fl-aħħar aġġornament li għamilt f'dan il-parlament, waqt li kont qed nagħmel riferenza għal konferenza li attendejt għaliha fis-Senat Belġjan fejn ġew diskussi suġġetti relatati ma' l-użu intelliġenti ta' l-enerġija, kont semmejt li f'idejja għandi rapport - illum għandi rapporti oħra maħruġin minn awtoritajiet fl-Awstralja - fejn hemm indikati bjar taż-żejt fl-ibħra territorjali ta' pajjiżna fosthom bjar li wieħed jikkalkula li fihom hemm bejn 455 miljun u 666 miljun barmil ta' recoverable oil potentials.", "Jien għamilt mistoqsija parlamentari lill-Ministru Ninu Zammit - nifhem li llum dan jaf li aħna l-Laburisti m'aħniex imtaten imma aħna nies li naħdmu fl-interess tal-pajjiż - fejn staqsejt jekk dan jistax jikkonferma li fil- fatt għandna depożitu ta' madwar 968 miljun barmil żejt f'area li hija deskritta bħala Limoncello prospect u 455 miljun barmil ta' recoverable oil potential fi Chianti prospect.", "Staqsejtu wkoll jekk jidhirlux li dan iż- żejt għandu jittella' minn kumpanniji ewlenin, ladarba dawn il-bjar m'humiex qegħdin f'territorju fejn jista' jkun hemm problema mal-Libja jew ma' xi pajjiż ieħor ġirien, biex b'hekk itaffi l-problema li għandna f'pajjiżna fejn familji diġa` qegħdin jitkissru bis-surcharge li ġiet imdaħħla.", "Staqsejtu wkoll jekk jidhirlux li għandu jagħmel xi forma ta' garanti ma' dawn il-kumpanniji l-kbar biex jagħmel tpaċija futura tal-piż tas-surcharge.", "Sorprendentement illum il-ministru weġibni li huwa informat li l-prospetti li qed nagħmel aċċenn għalihom jien m'humiex bjar taż-żejt iżda inħawi fejn jista' jinstab żejt fi kwalitajiet kummerċjali.", "Qalli wkoll li l-bir isir meta jitħaffer.", "Tajba din!", "Mela qed ngħidlu fejn qiegħed iż-żejt, qed ngħidlu li awtoritajiet mill-Awstralja u minn pajjiżi oħra qed jinformaw lid-dinja kollha dwar fejn hemm iż-żejt fl-ibħra tagħna u l-ministru jgħid li l-bir isir meta jitħaffer!", "Mhux ovvja li l-bir isir meta jitħaffer!", "Għandek ir- recoverable oil u ma tridx tiċċaqlaq!", "Jien dawn l-affarijiet qed ngħidhom issa fil-parlament biex mhux qabel l-elezzjoni l-gvern jipprova jqarraq bil- poplu Malti u Għawdxi u jibda' joħroġ l-aħbar fuq żejt u mhux gass.", "Dan kollu qed ngħidu għax kulħadd għandu jkun jaf li dawn l-affarijiet qegħdin hemm.", "Il-gvern Nazzjonalista huwa rieqed għax ma jridx jiċċaqlaq u mhux qed itella' dan iż-żejt u dan il-gass għar- raġunijeit tiegħu.", "Issa min qed ibati minn din it-telqa ta' dan il-gvern?", "Qed ibati l-poplu Malti u Għawdxi.", "Din l-istess bħall-kwestjoni tal- windmills, is-sors ta' enerġija mir-riħ.", "Minkejja li ilna ħafna ngħidu li pajjiżna huwa l-aktar pajjiż fil-Mediterran li jista' jottjeni l-enerġija mill-użu tar-riħ għax għandna madwar 50 sikka madwar Malta u Għawdex fejn nistgħu npoġġu dawn il-windmills, qatt ma sar xejn.", "Barra minn hekk għal dan il-għan nistgħu nieħdu refund qawwi mill-Unjoni Ewropea li huwa madwar 90% tal-kapital li nużaw biex noħolqu din it-tip ta' enerġija.", "Sur President, sal-lum kellha tkun il-kummissjoni biex tgħid li hemm bżonn li nibdew nużaw dan is-sors ta' enerġija naturali.", "Imma għaliex kull darba qed jiġri hekk f'dan il-pajjiż?", "Qed jiġri hekk għax għandna gvern li qiegħed f'telqa u gvern bla dixxiplina.", "Il-pajjiż huwa terrorizzat għaliex għandu gvern ineffiċjenti, gvern li mhux qed isarraf, gvern li mhux qed jagħti riżultati u m'għandux kontroll.", "M'hu veru xejn li hemm xi strateġija min- naħa tal-gvern.", "Hemm biss nuqqas ta' serjeta` kif qed jitmexxa dan il- pajjiż.", "Sur President, dan joħroġ anke minn rapport li għamlet l-istess kummissjoni Ewropea nhar it-Tnejn li għaddew fejn għamlitha ċara li pajjiżna miexi bil- mod wisq f'dak li għandu x'jaqsam ma' produzzjoni.", "L-indiċi juru li l-gross domestic product ta' pajjiżna sa l-2007 jindika li se jiżdied minn 1% sa 1.75% li huwa ħafna inqas mill-medja tal-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea.", "Dan ifisser li l-istorja se tirrepeti ruħha din is-sena u se jerġa' jkollna tnaqqis fl-esportazzjoni.", "Xi jfisser dan?", "Ifisser li qed isir progress?", "Ifisser li għandna gvern li qed jara kif jagħmel biex jgħin lill-ekonomija li tant qiegħda taqta' lura?", "Assolutament le, anzi l-istess kummissjoni Ewropea qed tindika li pajjiżna qiegħed lura komparat mal-pajjiżi ta' l- Ewropa u ma' l-istess pajjiżi li daħlu magħna.", "Aħna l-aktar pajjiż li qed jaqta' lura u dan minkejja l-ftaħir kollu li kellna, bis-SmartCity b'kollox.", "Dawn l-affarijiet huma tajbin imma bir-rispett kollu, fejn huwa x- xogħol li qed jagħti r-riżultati llum?", "Illum għandna problema ta' qgħad, għandna problema ta' ekonomija mhux qed tikber u għandna problema ta' kapital li qed jirrovina lill-pajjiż minħabba investiment qawwi bħalma huwa l-Mater Dei li ħadd ma jaf x'se jiġri dwaru u meta fil-fatt se jibda jaħdem.", "Dawn kollha huma sinjali ta' telqa kbira ta' gvern li qed imexxi lil dan il-pajjiż.", "Din it-telqa tirrifletti ruħha anke fl-aspett lokali.", "Per eżempju, jekk nieħdu l-lokalita` tal-Mosta, minn fejn ġej jien, issib telqa tal-ġenn.", "Ejja l-pjazza - forsi inti, Sur President, tgħaddi minn hemmhekk meta tkun sejjer Għawdex - u tinduna f'liema stat ta' telqa tinsab fih din il- lokalita`.", "Suppost qed isir proġett li kellu jitlesta xhur ilu pero` dan għadu għaddej.", "Fil-Mosta hemm ukoll nuqqas ta' attivita` kummerċjali fil- ħwienet ewlenin minħabba din it-telqa li hemm.", "Għandek ukoll l-estates tal-Mosta li huma f'pożizzjoni kważi dilapidata.", "Kull fejn tħares tista' tara ħmieġ, ħofor u ħitan imwaqqa'.", "Fil-Mosta litteralment hemm telqa assoluta, u għalhekk nispera li dan ix-xogħol li għandu jsir issa min-naħa tal-kunsill lokali f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-upgrading ta' dawn l- estates, isir u jsir malajr, ħalli għallinqas dan il-post jibda jieħu n- nifs.", "Illum il-popolazzjoni tal-Mosta hija t-tieni l-akbar f'Malta wara Birkirkara.", "Fil-fatt hemm aktar minn 20,000 ruħ li joqogħdu l-Mosta u ċertament dan il-post jixraqlu ħafna aħjar.", "Ma nistgħux inħallu t-telqa li hemm għal sena wara oħra u dan minkejja l-interventi li jsiru min-naħa ta' l-oppożizzjoni u anke min-naħa ta' backbenchers fuq in-naħa tal-gvern.", "Per eżempju, għandek it-toroq arterjali fil-Mosta li m'humiex qegħdin f'kondizzjoni tajba.", "Issa dawn huma toroq li jintużaw ħafna u allura bilfors wieħed jistenna li jsiru xi xogħlijiet fuqhom.", "U meta wieħed jistaqsi fil-parlament, bħalma nistaqsi jien hawnhekk, fuq diversi toroq ewlenin fil-Mosta, il-ministru jgħidlek li hemm il-ħsieb li jsiru, qegħdin fil-lista li jsiru, pero` x-xogħlijiet ma jibdew qatt.", "Triq partikolari hija dik li min-naħa ta' Ħ'Attard tagħti għall-Mosta.", "Qed nirriferi għal Trid il-Mitħna li hija traffikuża ħafna, u allura hemm bżonn li l-ewwelnett kemm jista' jkun malajr jitranġa l-ħajt tas-sejjieħ li hemm fiha, li dejjem jaqa' ma' l-ewwel xita, u t-tieni nett li titwessa' ftit din l-istess triq biex għallinqas żewġ vetturi, li waħda tkun tielgħa u l- oħra tkun nieżla, jgħaddu b'mod komdu.", "Qed ngħid dan għax hemmhekk jinħolqu ħafna traffic jams, u jien naħseb li mhux sew li jkun hawn dawn l- inizjattivi min-naħa tagħna li nittallbu biex isir ix-xogħol u dan xorta jaqa' fuq widnejn torox.", "Sur President, hemm bżonn aktar serjeta` f'dan il-pajjiż.", "Jekk kemm-il darba fuq livell ċentrali għandek tmexxija negattiva, din bilfors se tirrifletti ruħha anke fil-livell lokali.", "Jien naħseb li jekk ma jsir xejn malajr se jkollna problemi akbar milli għandu dan il-pajjiż, u mhux il- kummissjoni Ewropea biss tibda tgħidilna li you're lacking imma nkunu qegħdin nagħtu eżempju ħażin ta' kif għandhom jitmexxew id-demokraziji.", "Jien inħeġġeġ lil dan il-gvern biex jiftaħ għajnejh u fil-ftit xhur li fadallu, jagħmel xi ħaġa biex jissewwew għallinqas ftit mill-iżbalji li għamel.", "Jekk ma jagħmilx hekk allura ma jibqagħlux alternattiva oħra ħlief li jaqbad u jsejjaħ elezzjoni ġenerali mill-aktar fis possibbli.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada t- Tlieta, 16 ta' Mejju, 2006, fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mis- segretarju parlamentari.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "MTARFA BYPASS", "18665.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 18285 u jinformana bl-investigazzjonijiet li saru wara l-ixquq li feġġew fil-bypass ta' l-Imtarfa, inkluż dik il-parti tat-triq li diġa' saret manutenzjoni fuqha u li reġgħet sfrundat?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li xi sena ilu kienu saru investigazzjonijiet fuq it-triq imsemmija, preċiżament meta kienu ffurmaw l-ewwel xquq fil-parti ta' ġewwa tat-triq.", "Minn dawn l-investigazzjonijiet ħareġ li peress li l-parti ta' ġewwa tat- triq inbniet qabel ma kien inbeda x-xogħol tal-ħajt, waqt l-iskavar tal- parti ta' barra - fejn kien hemm masses ta' tafal - inħolqu dawn ix-xquq li x'uħud minnhom ġew irranġati b'xogħlijiet ta' manutenzjoni.", "L-ADT qed tkompli tagħmel monitoring tas-sitwazzjoni.", "ASFALTAR TA' TOROQ", "18704.", "L-ONOR.", "JOSEPH CASSAR staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Jista' il-Ministru jgħid kemm saru mill-400 triq residenzjali li suppost kellhom isiru bit-tarmac?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Mill-2002/2003 sa din is-sena, l-ADT iffinanzjat il-bini ta' 393 triq residenzjali.", "Fil-ġimgħat li għaddew, rappreżentanti mill-ministeru u mill-ADT daru l-lokalitajiet kollha ta' Malta biex jivverifikaw il-lista ta' toroq li huma responsabbilta' tal-gvern ċentrali.", "Bħalissa bdew isiru l-istimi ta' numru minn dawn it-toroq biex fil-ġimgħat li ġejjin jibdew jinħarġu t-tenders.", "Sadanittant l-ADT għaddejja b'xogħlijiet ta' bini ta' toroq residenzjali f'diversi lokalitajiet, fosthom Ħal Għaxaq, Birkirkara, Wied il-Għajn, il- Kalkara, l-Imġarr, in-Naxxar u l-Fgura.", "TRIQ SIR TEMI ZAMMIT FL-IMĠARR", "18705.", "L-ONOR.", "JOSEPH CASSAR staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm se jdumu ma jinbidlu l-wires tad-dawl fi Triq Sir Temi Zammit, l-Imġarr?", "Kemm huwa minnu li wires ta' l-aluminium jistgħu jagħmlu ħsara fil-każ ta' appliances domestiċi?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ix-xogħol biex jinbidlu l-wires tad-dawl fi Triq Sir Temi Zammit, l-Imġarr mistenni jsir fi żmien qasir.", "Mhux minnu li l-linji ta' l-aluminium jagħmlu ħsara fil-każ ta' appliances domestiċi.", "WORK PERMITS", "18731.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm barranin hawn jaħdmu legalment u minn liema pajjiż huma?", "ONOR.", "TONIO BORG: L-Onor.", "Interpellant hu mitlub jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "REFUĠJATI", "18732.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm refuġjati hawn f'Malta u minn liema pajjiż?", "ONOR.", "TONIO BORG: In-numru ta' persuni rikonoxxuti bħala refuġjati mill-1 ta' Jannar, 2002 sat-8 ta' Mejju, 2006 hu kif ġej:", "|2002|22 li 21 minnhom waslu | | |fuq dgħajsa | |2003|53 li 51 minnhom waslu | | |fuq dgħajsa | |2004|49 li tmienja minnhom | | |waslu fuq dgħajsa | |2005|34 li sebgħa minnhom | | |waslu fuq dgħajsa | |2006|12 li tmienja minnhom | | |waslu fuq dgħajsa |", "Hija l-fehma ta' l-uffiċċju tal-kummissarju għar-refuġjati li peress li n- numru ta' refuġjati huwa relattivament żgħir u artna hija ċkejkna, ikun iktar għaqli jekk ma jingħadx pubblikament minn liema pajjiż ġejjin dawn in- nies, speċjalment", "għall-aħjar sigurta' tar-refuġjati nfushom.", "FAĊILITA' KORRETTIVA TA' KORDIN", "18733.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm każi ta' serq mill-ħabs ġew irrapportati s-sena l-oħra u x'insteraq?", "ONOR.", "TONIO BORG: Matul is-sena 2005 ma kien hemm l-ebda rapport ta' serq.", "KUNSILLI LOKALI", "18734.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm każi ġew irrapportati ta' serq mill-kunsilli lokali jew proprjeta' tal-kunsilli lokali s-sena l-oħra?", "X'insteraq u minn fejn?", "ONOR.", "TONIO BORG: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "KAŻI TA' OVERDOSE", "18735.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid kemm nies daħlu l-isptar b'overdose din is-sena, nisa u rġiel?", "Ta' liema eta'?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Minn tagħrif miġbur permezz tas-sistema tal-hospital activity analysis, in-numru ta' każi ta' overdose li ddaħħlu l-isptar San Luqa fl-ewwel tliet xhur ta' din is-sena hu kif jidher hawn taħt:", "* F'kategorija A - avvelenament inċidentali kkawżat minn drogi, mediċinali jew sustanzi bioloġiċi (ICD-10 codes X40-X44) – hemm żewġ każi taħt il- ħames snin, it-tnejn li huma tas-sess femminili, f'każ minnhom avvelenament inċidentali b'mediċinali anti-epileptiċi jew sedativi/hipnotiċi jew anti- parkinsonism, waqt li fil-każ l-ieħor is-sustanza ta' l-avvelenament mhix speċifikata;", "* F'kategorija B – attentat ta' suwiċidju kkawżat minn avvelenament b'sustanzi solidi jew likwidi (ICD-10 codes X60-X64) – m' hemmx każi; u", "* F'kategorija C – avvelenament minn drogi, mediċinali jew sustanzi bioloġiċi u fejn mhux magħruf jekk l-avvelenament kienx inċidentali jew premeditat (ICD-10 codes Y10-Y14) - hemm dawn il-każi li ġejjin:", "|Eta' |Nisa |Irġiel|Total | |10-19|3 |2 |5 | |20-29|1 |6 |7 | |30-39|3 |2 |5 | |40-49|1 |- |1 | |60-69|1 |2 |3 | |70-79|- |1 |1 |", "Il-kawża ta' l-avvelenament f'din l-aħħar kategorija f'ħafna każi mhijiex imniżżla.", "Fil-fatt minn dawn it-22 każ, erbgħa huma kawża ta' avvelenament b'mediċinali anti-pyretics, analġesiċi jew anti-rewmatiċi; f'każ wieħed, il- kawża ta' l-avvelenament huma mediċinali anti-epileptiċi jew sedativi/hipnotiċi jew anti-parkinsonism; waqt li s-sustanza li kkawżat l- avvelenament fiż-17 l-oħra mhijiex speċifikata.", "FAĊILITA' KORRETTIVA TA' KORDIN", "18736.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ħabsin instabu li kienu pożittivi għad-droga s-sena l-oħra u din is-sena?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li matul is-sena 2005 ittieħdu 365 kampjun ta' l-urina li 76 minnhom irriżultaw pożittivi.", "Sas-26 ta' April ta' din is-sena ttieħdu 118-il kampjun li 18 minnhom irriżultaw pożittivi.", "TRIQ TA' BINĠEMMA", "18908.", "L-ONOR.", "JOSEPH CASSAR staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li t-triq li minn Binġemma tagħti għar-Rabat, tiġi rranġata u mogħtija t-tarmac?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: It-triq imsemmija mill-Onor.", "Interpellant la hi triq arterjali u lanqas distributorja u għalhekk il-manutenzjoni tagħha mhijiex parti mir-responsabbilta' tal-gvern ċentrali.", "WIED QLEJGĦA", "18909.", "L-ONOR.", "JOSEPH CASSAR staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 16571, jista' il-Ministru jgħid f'liema post fil-lista ta' priorita' tinsab din it-triq?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Matul il-ġimgħat li għaddew, rappreżentanti tal- ministeru għall-iżvilupp urban u t-toroq u ta' l-ADT żaru l-lokalitajiet kollha ta' Malta u hejjew lista ta' toroq li huma responsabbilta' tal-gvern ċentrali.", "Bħalissa qed jinħadmu l-prioritajiet u qed issir stima dettaljata tax- xogħol meħtieġ f'dawn it-toroq.", "LIFE CYCLE", "18910.", "L-ONOR.", "JOSEPH CASSAR staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid x'ingħata f'apparat mill- organizzazzjoni life cycle f'dawn l-aħħar tliet snin?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Id-donazzjonijiet minn life cycle f'dawn l-aħħar tliet snin kienu hekk:", "* 1 kidney machine (2003-2004) * 1 dialysis couch (2003-2004) * Refurbishing and extension of renal unit (2003-2004) * 9 automated peritoneal dialysis machines (2003-2004) * 14 automated peritoneal dialysis machines (2004-2005) * 1 kidney machine (2004-2005) * 1 ultrasound machine (2004-2005) * 1 portable vascular ultra sound machine (2004-2005) * 1 kidney machine (2006) * 1 exercise cycling machine for use while patient is on dialysis.", "(2006)", "BLOOD MOBILE UNIT", "18911.", "L-ONOR.", "JOSEPH CASSAR staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid kemm demm jinġabar permezz tal- mobile unit u jekk hemmx ħsieb li jkun hawn iktar minn mobile unit waħda għal Malta u Għawdex?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninsab informat li fis-sena 2005 minn total ta' 14,062 donazzjonijiet inġabru 3,404 mill-mobile unit, waqt li sa l-aħħar ta' April 2006 minn total ta' 4,787 donazzjonijiet, inġabru 1,128 mill- mobile unit.", "S'issa m'hemmx ħsieb li jkun hawn iktar minn unit waħda.", "ATTIVITA' KULTURALI", "18994.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Filwaqt li ma jagħmilx ħażin il-gvern li jgħin lil min jorganizza attivita' kulturali, anke fil-każ ta' dawk l-enti li jġibu kantanti u gruppi f'pajjiżna, jista' il-Ministru jgħid jekk teżistix policy dwar kif tingħata tali għajnuna?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Il-ministeru jikkonsidra kull talba li ssirlu għall-għajnuna minn enti li jġibu kantanti u gruppi barranin.", "Il-politika tal-gvern hi li fil-limiti tal-budget available u skond in-natura ta' l- attivita' proposta, jgħin lil dawn l-enti sakemm l-attivita' tkun tgħin lit- turiżmu jew tkun ta' valur kulturali.", "SKEJJEL", "18995.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid liema huma l-ispejjeż ġodda li għaddew għand l-iskejjel, spejjeż li ma kenux iħallsu huma matul l-aħħar sena?", "Kemm żdied il-budget allokat għall-iskejjel?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Matul l-aħħar sena ma kienx hemm spejjeż ġodda li għaddew għand l-iskejjel, waqt li l-budget mgħoddi għal din is-sena għal materjal, provvisti, tiswija u manutenzjoni ordinarja jammonta għal Lm908,000.", "GWARDJANI LOKALI", "18997.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm petizzjonijiet saru minn deċiżjonijiet tal-gwardjani lokali?", "Kemm minnhom ġew deċiżi mill-bord tal-petizzjonijiet?", "Kemm ġew rifjutati u kemm ġew milqugħa?", "X'inhu l-aktar ilment komuni li fuqu sar appell?", "ONOR.", "TONIO BORG: It-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant li jkopri sa l- 10 ta' Mejju, 2006 hu kif ġej:", "Petizzjonijiet imressqa - 1,077 Petizzjonijiet deċiżi - 698", "Petizzjonijiet deċiżi mill-bord tal-petizzjonijiet huma maqsumin hekk:", "Rifjutati - 287 Milqugħa - 375 Parzjalment milqugħa - 29 Preżentati darbtejn - 7 L-ilment l-aktar komuni huwa dak relatat ma' parking - 298", "DAWLU ILMA", "18998.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid għala familja li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, kull darba qed tirċievi kontijiet esaġerati li jammontaw għal mijiet ta' liri u minkejja li l-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma ġiet avżata, sal-lum għadhom sa sarux it-testijiet meħtieġa?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Informat li nhar il-Ħamis 11 ta ' Mejju ntbagħtu uffiċjali tal-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma biex jinvestigaw dan l- ilment, investigazzjonijiet li għadhom ma wasslux għal konklużjoni definittiva dwar il-problema.", "GALLARIJI TA' L-INJAM", "18999.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid meta l-MEPA beħsiebha toħroġ sejħa mill-ġdid għal applikazzjonijiet fl-iskema ta' irranġar ta' gallariji ta' l-injam?", "Ma jaħsibx li jkun għaqli jekk parti sostanzjali mill-fondi li qed jinġabru mill-urban improvement funds, imorru direttament għal dan l- iskop?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Ninsab informat li sejħa oħra ta' l-iskema għall- irranġar ta' gallariji se titnieda f'qasir żmien.", "F'din l-iskema mistennija jkunu offruti l-benefiċċji li toffri din l-iskema lir-residenti taż-Żejtun, is-Siġġiewi u r-Rabat, Għawdex.", "Barra minn hekk, jista' japplika wkoll kulmin għandu bini skedat fi kwalunkwe lokalità.", "Dawn il-flus huma allokati kull sena meta jitfasslu l-estimi finanzjarji tal-MEPA.", "Din is-sena kienu allokati madwar Lm40,000 għal din l-iskema.", "Il-flus li qegħdin jinġabru fl-urban improvement fund imorru għall-proġetti mnedija mill-kunsilli lokali.", "S'issa gawdew aktar minn 224 familja fi 15-il lokalità differenti minn din l-iskema.", "BJAR TAŻ-ŻEJT", "19000.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jaf il-Ministru li hemm diversi rapporti, inkluż rapport mill-kumpannija Pancontinental Oil & Gas NL ta' Western Australia, li bl- aktar mod espliċitu jiżvela li hemm bjar biż-żejt, fosthom dak deskritt bħala Chianti prospect ta' 455 miljun barmil u ieħor deskritt bħala Limoncello prospect ta' 968 miljun barmil ta' recoverable oil potential u dan wara seismic surveys li saru fl-ibħra Maltin, f'żoni fejn m'hemm l-ebda problema mal-Libja jew ma' xi pajjiż ieħor dwar kwestjonijet ta' border?", "X'qed iżomm lill-gvern milli jibda jaħdem minnufih biex itella' dan iż-żejt u jtaffi t-tbatijiet li għaddej minnhom il-poplu Malti u Għawdxi minħabba l- applikazzjoni tas-surcharge, meta dan l-istess sejbien jista' iservi bħala garanti mal-kumpanniji l-kbar bħala set-off futur ta' l-istess piż tas- surcharge.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Il-prospetti li qed jagħmel aċċenn għalihom l-Onor.", "Interpellant m'humiex bjar taż-żejt iżda nħawi fejn hemm chance li jinstab iż-żejt jew il-gass fi kwantitajiet kummerċjali meta jsir it-tħaffir tal- bjar.", "DAR MALTA FI BRUSSEL", "19001.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Billi jidher ċar li baqgħet ma nżammetx id-data meta kellha tiftaħ Dar Malta fi Brussel, jista' il-Prim Ministru jgħid meta se jinbeda x- xogħol fuqha?", "Meta mistenni jitlesta?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Il-permess għal xogħol ta' kostruzzjoni fuq Dar Malta wasal fi Frar 2006.", "Dan jindika li x-xogħol ta' kostruzzjoni kien seta' jibda f'nofs Marzu 2006.", "Sa din id-data setgħu jsiru biss xi xogħlijiet limitati fuq kostruzzjoni interna u xogħlijiet ta' twaqqigħ.", "Xogħol estern u xogħol aktar viżibbli ta' kostruzzjoni u twaqqigħ beda mid- data speċifikata fil-permess.", "Ix-xogħol ta' kostruzzjoni hu mistenni jitlesta sa Diċembru ta' l-2006.", "IMMIGRAZZJONI ILLEGALI", "19002.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Fid-dawl ta' l-artikli li dehru fil-ġurnal \"Malta Today\" dwar nuqqas ta' qbil bejn l-awtoritajiet Maltin u dawk Taljani dwar issues marbuta ma' l-immigrazzjoni illegali, jista' il-Prim Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni uffiċjali tal-Gvern Malti kif ukoll tal-Gvern Taljan kif komunikata lill-Gvern Malti?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Bħalma jaf l-Onor.", "Membru, dan is-suġġett ġie diskuss fid-dettal f'laqgħa ma' l-Ambaxxatur Taljan tal-Kumitat tal-Kamra tad-Deputati dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej ħafna qabel ma dehru l- artikli msemmija aktar 'il fuq.", "Il-pożizzjoni tal-Gvern Taljan hi li kull biċċa tal-baħar li tgħaddi viċin Malta u li tkun qed iġġorr immigranti għandha tiġi mġiegħla tidħol Malta fil-maltemp, ikun x'ikun l-istat tagħha u anke jekk l-immigranti nfushom ma jkunux iridu jiġu \"salvati\".", "Din il-pożizzjoni mhijiex aċċettabbli għall-Gvern Malti peress li, skond il-liġi internazzjonali, kwalunkwe vapur jew biċċa tal-baħar għandha \"the right of innocent passage\" u għalhekk ma tistax tiġi interċettata, sakemm ma tiksirx il-Liġijiet ta' Malta meta tkun f'ibħra li fihom Malta għandha ġurisdizzjoni.", "FTEHIM MAS-SAWDI GĦARABJA", "19003.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' il-Ministru jqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim ta' koperazzjoni milħuq mas-Sawdi Għarabja?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Fuq il-mejda tal-Kamra qed titpoġġa kopja tal-ftehim ta' koperazzjoni ffirmat f'Riyadh fit-23 ta' April, 2006 bejn Malta u s- Sawdi Għarabja.", "Dan il-ftehim jipprovdi għal struttura għall-promozzjoni ta' koperazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi u hu l-bażi neċessarja għal kull ftehim ieħor fil-futur.", "Il-ftehim ikopri s-setturi ta' l-ekonomija, tal-kummerċ, ta' l-investiment, tax-xjenza u t-teknoloġija, tal-kultura u żgħażagħ u sport.", "Iż-żewġ pajjiżi qed jintrabtu li jinkoraġġixxu l-espansjoni u d-diversifikazzjoni tal-kummerċ, inkluż joint ventures li jiffaċilitaw l-investiment reċiproku u li jiggarantixxu t-trasferiment ħieles ta' kapital bejn iż-żewġ naħat.", "Il-ftehim jipprovdi wkoll għall-koperazzjoni, skambju ta' informazzjoni u viżiti uffiċjali ta' riċerkaturi, esperti u tekniċi fil-kamp ta' l- edukazzjoni, xjenza u teknoloġija, kultura u żgħażagħ u sport.", "FEDERAZZJONI RUSSA", "19004.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' il-Ministru jgħid liema huma dawk l-issues bilaterali pendenti bejn l-awtoritajiet Maltin u dawk tal-Federazzjoni Russa?", "Meta ġew diskussi l- aħħar?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: L-issues bilaterali ewlenin bejn Malta u l- Federazzjoni Russa, issues li jiġu diskussi b'mod regolari kull meta jkun hemm kuntatti bejn iż-żewġ pazjenti, huma kif ġej:", "* Ftehim dwar il-ħarsien minn taxxa doppja, * Dejn pendenti mill-parti Russa u * Bini diplomatiku", "L-aħħar kuntatt ta` dan it-tip sar f`Mejju ta' l-2006.", "GULF COOPERATION COUNCIL", "19005.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Apparti minn xi laqgħat li jista' ikollha maħsuba l-Unjoni Ewropea, dan l- aħħar il-Gvern Malti kellu xi kuntatti mal-Gulf Cooperation Council?", "Dwar xiex?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li għadni kif għamilt żjara uffiċjali f'Riyadh fejn kelli laqgħa mal-ministru għall- affarijiet barranin tas-Sawdi u ddiskutejna kwestjonijiet li jolqtu l-Gulf Cooperation Council.", "Iltqajt ukoll ma` l-Emirati (DTA) fejn iddiskutejna l-GCC u l-EU.", "AMBAXXATA FIL-MAROKK", "19006.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Billi gvern Nazzjonalista fil-passat kien lest jikkonsidra li jiftah ambaxxata fil-Marokk, jista' il-Ministru jgħid x'inhuma l-issues bilaterali ewlenin pendenti bejn iż-żewġ pajjiżi?", "Meta ġew diskussi l-aħħar?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: L-issues bilaterali ewlenin bejn Malta u l-Marokk, issues li jiġu diskussi b`mod regolari kull meta jkun hemm kuntatti bejn iż- żewġ pajjiżi, huma kif ġej:", "* Ftehim dwar il-ħarsien minn taxxa doppja u prevenzjoni ta` l-evażjoni tat-taxxa fuq id-dħul, * Ftehim dwar il-promozzjoni u l-protezzjoni reċiproka ta' l-investiment u * Ftehim ta' koperazzjoni fil-qasam tal- ġlieda kontra l-kriminalita'.", "L-aħħar kuntatt ta' dan it-tip sar f'Jannar ta' l-2006.", "MEPA", "19013.", "L-ONOR.", "ROBERT ARRIGO staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: B'riferenza għall-każi MEPA 00789/02 u 03958/02, fejn il-bini huwa iżjed mill-ħames sulari tal-permess, jista' il-Ministru jgħid jekk dan huwiex ksur tal-permess?", "Marru enforcement officers fuq is-sit?", "X'passi se jittieħdu?", "Din it-triq tiflah żvilupp ta' seba' sulari fuq kull naħa meta hija daqshekk dejqa?", "File No. 07175/04 se jkun marbut b'ħames sulari?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Applikazzjoni PA 789/02 hija outline application li fuqha kien ħareġ permess fit-18 ta' Lulju, 2002.", "Sussegwentement saret applikazzjoni PA 3958/02", "u ħareġ permess fit-8 ta' Mejju, 2005.", "Rigward l-għoli tal-binja eżistenti, saret ispezzjoni mis-sezzjoni ta' l- infurzar tal-MEPA u jirriżulta li l-għoli tal-bini huwa skond il-pjanti approvati fil-permess PA 3958/02.", "Fil-fatt il-permess ikopri basement, semi-basement, ħames sulari u penthouse.", "Ta' min jgħid li dan l-iżvilupp huwa ta' ħames sulari, semi-basement u penthouse u mhux ta' seba' sulari.", "PUMPING STATION F'TA' SRINA", "19015.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid jekk ir-rising main il-ġdid li sar minn kuntrattur privat fi Triq Ta' Srina, tqabbadx mill-istess kuntrattur mal-pumping station f'Ta' Srina?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Il-connection finali għal ġol-pumping station saret mill-impjegati tal-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma.", "BAĊIR NUMRU WIEĦED", "19016.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 18754 u jgħid f'liema stadju wasal il-proġett tal-baċir numru wieħed?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Għadhom għaddejjin id-diskussjonijiet ma' wieħed miż-żewġ konsorzji li ġew short-listed fejn qed jiġu sottomessi l-proposti, diskussjonijiet li huma fi stadju avvanzat.", "PARKING BAYS FIL-MOSTA", "19017.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jgħid jekk il-parking bays f'St. Anne Street, c/w St. Anne Junction, Mosta humiex koperti bil-permess ta' l-ADT?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Minn riċerka li saret fir-records tat-traffic management unit, jirriżulta li m'hemm l-ebda permess għal parking bays fil- post li qed issir riferenza għalih.", "It-traffic management unit ġibed l- attenzjoni tal-kunsill lokali tal-Mosta b'ittra datata 17 ta' Jannar, 2006 u dan b'risposta għall-kummenti li ntbagħtu lill-awtorita' dwar it-trasport mill-perit ta' wieħed resident.", "Sussegwentement it-traffic management unit informa lill-kunsill lokali tal- Mosta b'ittra datata 6 ta' Marzu, 2006 sabiex jitneħħew tali parking bays, b'reminders jintbagħtu fl-14 ta' Marzu, 2006 u d-9 ta' Mejju, 2006.", "TAXXA TAD-DĦUL", "19018.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 18848 u jgħid kemm daħħal revenue mit-taxxa ta' qligħ fuq kumpanniji (partnership u limited liability companies reġistrati) u banek reġistrati f'Malta matul is-snin 2002, 2003, 2004 u 2005?", "Jista' il-Prim Ministru jagħti t- totalita' ta' dħul mill-income tax fuq kumpanniji (partnership u limited liability companies reġistrati) u mill-banek separatament, sena b'sena, kif mitlub hawn fuq?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "CONSTRUCTION ENGINEERING", "19019.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 18712, jista' il-Ministru jgħid kemm mil-lecturers huma gradwati u f'liema suġġett huma speċjalizzati?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif mitlub qed jitpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "PREZZ TAL-FUEL OIL", "19020.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 18238, 18538 u 18853 u jgħid b'liema prezz l-Enemalta xtrat il-fuel oil matul l-2005 u l-2006?", "Jista' jagħti l- prezz medju, xahar b'xahar, matul l-istess perijodu fis-swieq internazzjonali?", "Jista' jagħti r-rata tal-kambju tad-dollaru meta mqabbel mal-lira Maltija fid-data ta' kull pagament jew ħlas li sar mill-Enemalta għall-fuel oil matul l-2005 u l-2006?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Risposta tingħata f'xi seduta oħra", "ACCRUALS", "19021.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 18851, jista' il-Prim Ministru jgħid kif jista' l-NSO jagħti informazzjoni abbażi ta' accruals meta s-sistema ta' accruals ma titħaddimx fis-settur pubbliku?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "SVPR", "19022.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid x'maintenance sar fis-sala Padre Pio, f'San Vincenz de Paule minn kemm ilha li fetħet?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Il-maintenance li sar fis-sala Padre Pio jikkonsisti f'maintenance fuq is-sistema ta' l-air-conditioning u lifts u kull xogħol ieħor meħtieġ fuq bażi regolari.", "TRIQ MARINA F'WIED IL-GĦAJN", "19023.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid jekk qattx saret talba minn tal-ħwienet biex jinħarġu mwejjed fuq il-bankina fi Triq Marina, Wied il-Għajn?", "Hemm xi ħsieb li jsir dan?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Jirriżulta mir-records ta' l-awtorita tat- turiżmu li fi Triq Marina, Wied il-Għajn, ħames stabilimenti talbu u ngħatalhom il-permess sabiex jitqiegħdu mwejjed u siġġijiet barra.", "M'hemm l-ebda restrizzjoni fuq permessi simili, ħlief li tiġi osservata l- proċedura amministrattiva neċessarja għall-ħruġ ta' dan it-tip ta' permess.", "SVPR", "19024.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid jekk sarx rapport li nstabu l- ġrieden fil-kċina ta' San Vincenz de Paule?", "Jikkonferma li tqabbdet persuna biex tagħmel rapport dwar dan?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninsab informat li f'residenza bħal San Vincenz, li hi mdawra b'għelieqi u fiha areas kbar ta' ħamrija, trattament għal kontra l-ġrieden isir kontinwament fuq bażi ta' prevenzjoni u kull meta jkun hemm rapporti li jkunu dehru xi ġrieden.", "Riċentement ma kien hemm l-ebda rapport li dehru ġrieden fil-kċina u ma jirriżultax li tqabbdet persuna biex tagħmel rapport dwar dan.", "PAGAMENT PENDENTI", "19025.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jara li persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, tiġi kkumpensata tal-fond li l-gvern xtara mingħandha?", "ONOR.", "TONIO BORG: L-Onor.", "Membru hu mitlub jagħti aktar dettalji rigward il-fond in kwestjoni.", "SVPR", "19026.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid kemm-il darba ssajru fniek fl- SVPR u f'liema sala?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: It-tisjir tal-fniek u r-ravjul u ż-żamma ta' BBQs isiru fuq bażi volontarja, bl-amministrazzjoni ta' l-SVPR tinkoraġġixxi lill-istaff biex jittieħdu aktar inizjattivi ta' dan it-tip.", "DĦUL TAL-EURO", "19029.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid x'passi qegħdin jittieħdu dwar", "każi fejn negozjanti qed jgħollu l-prezzijiet b'5% biex ikopru l-4.7% li qed jitilfu meta jmorru l-bank jixtru l-euro u anke biex ilaħħqu ma' l- ispejjeż tad-dħul ta' sistemi ta' software u bidliet oħra li jridu jagħmlu għad-dħul tal-euro?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li sal-lum, il- munita euro hi meqjusa bħala munita barranija u għaldaqstant hija sottomessa għal tariffi ta' kambju normali bħalma huma muniti oħra.", "Il- gvern, permezz tan-NECC, jinsab għaddej b'diskussjonijiet mal-banek sabiex it-tariffi ta' xiri tal-euro mill-banek (buying rate) jitneħħew fil- perijodu tad-dual pricing.", "L-eżempju li qed insemmi jista' japplika biss fil-każ ta' dawk in-negozji li volontarjament jaċċettaw ħlas bil-euro u li mbagħad jiddepożitaw il-euros fil-bank.", "In-NECC ħarġet linji gwida dwar dak illi jissejjaħ optional dual display of prices in euro illi wieħed jista' isib fuq il-website tan-NECC.", "FAĊILITA' KORRETTIVA TA' KORDIN", "19032.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jara li jitmexxa l-każ ta' żagħżugħ li jinsab ġewwa l-faċilita' korrettiva ta' Kordin u li ilu għaxar xhur jistenna biex jibda l-programm f'Sta.", "Marija?", "ONOR.", "TONIO BORG: Fil-faċilita' hemm diversi żgħażagħ li qed jiġu assessjati biex jintbagħtu għall-programm u ma jagħmilx ħażin l-Onor.", "Interpellant jekk imqar b'mod konfidenzjali, jgħidli għal liema priġunier qed jirriferi.", "FUEL OIL AND GAS OIL", "19036.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 17954, 18224 u 18762 u jpoġġi fuq il- mejda tal-Kamra, il-prezzijiet Platts li l-Enemalta setgħet tixtri bihom il- fuel oil u l-gas oil għax-xhur ta' Ottubru, Novembru, Diċembru 2005 u Jannar 2006?", "X'inhi din id-diffikulta' kollha biex iwieġeb il-Ministru u jagħti dan it- tagħrif li l-Enemalta żgur li għandha u tista' tforni malajr?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Il-prezzijiet li l-Enemalta setgħet tixtri bihom il- fuel oil u l-gas oil jistgħu jinkisbu mill-pubblikazzjoni \"Platts European marketscan\".", "Il-prodotti huma:", "*Gas oil 0.2 % CIF Med (Genova/Lavera) high data code POAAAOO u", "Fuel oil 1.0% CIF Med (Genova/Lavera) high data code PUAAJOO", "MEPA WEBSITE", "19037.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet li fl- aħħar ġimgħat naqas it-tagħrif minn fuq il-website tal-MEPA dwar applikazzjonijiet għall-bini u proġetti?", "Ma jaħsibx li dan in-nuqqas ta' trasparenza jmur kontra d-diversi obbligi li għandha l-MEPA li tkun iżjed aċċessibbli fit-tagħrif li tipprovdi?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Ninsab informat li f'dawn l-aħħar ġimgħat, bl-ebda mod ma naqas xi tagħrif b'mod intenzjonat dwar applikazzjonijiet għall-bini u proġetti fuq il-website tal-MEPA.", "Din l-informazzjoni fil-fatt hi meħuda b'mod awtomatiku mis-sistemi interni li tuża l-istess awtorità u tkun online immedjatament tiġi mdaħħla fis-sistemi interni.", "Jirrizulta li kien hemm nuqqas ta' xi ritratti li jindikaw fejn tkun twaħħlet is-site notice u xi dettalji oħrajn u l-MEPA qiegħda tieħu l-passi neċessarji sabiex dan jiġi rrimedjat mill-aktar fis possibbli.", "Jekk l-Onor.", "Interpellant jaf b'xi informazzjoni oħra nitolbu jinformani.", "KAŻ TA' PENSJONI", "19039.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Jista' jiġi vverifikat l-ammont ta' pensjoni li hi intitolata għalih persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, peress li qed tgħid li dak li tirċievi huwa baxx ħafna?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Il-każ tal-persuna indikata ġie vverifikat u l- persuna ġiet informata mid-dipartiment tas-sigurta' soċjali.", "PROĠETT TAX-SCHREIBER", "19042.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jgħid jekk fil-proġett maħsub minflok ix- Schreiber, hemmx maħsub spazju għall-girl guides li sal-lum m'għandhomx fejn jiltaqgħu?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Il-pjanti tas-Schreiber qed ikunu konklużi f'dawn il-ġranet u jiddependi ħafna mill-eżerċizzju ta' viabilita' li qed isir bħalissa, dwar liema spazji se jgħaddu lura f'idejn il-gvern.", "FONDI MILL-UNJONI EWROPEA", "19044.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid liema persentaġġ mill-fondi ta' l- Unjoni Ewropea diġa' ġew użati fi proġetti identifikati sas-sena 2006?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Il-flus allokati lil Malta għal perijodu 2004-2006 taħt il-fondi strutturali, il-fond ta' koeżjoni u l-fond ta' transizzjoni huma kollha allokati lill-proġetti identifikati mill-Gvern Malti.", "Dawn il- proġetti jinsabu f'fażi differenti ta' implimentazzjoni.", "Il-pagamenti li saru s'issa minn dawn il-fondi jammontaw għal 20% ta' l- allokazzjoni totali, bil-kumplament tal-flus għal proġetti għadhom għaddejjin mill-proċess ta' kuntratti u pagamenti.", "TAĦT IT-TORRI", "19045.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Possibbli li spazju pubbliku taħt it-torri ta' Tas- Sliema jiġi żviluppat bħala ċentru tal-boċċi?", "ONOR.", "TONIO BORG: Meta xi ente tkun tixtieq tingħata art tal-gvern għal xi użu sportiv, din għandha tagħmel talba lill-kunsill għall-isports li mbagħad jikkordina mat-taqsima proprjeta' tal-gvern dwar il-possibbilta' li l-art mitluba tingħata għall-iskop mitlub.", "Qabel ma tkun tista' tiġi kkonsidrata tali talba, ikun meħtieġ li l- iżvilupp mitlub jiġi approvat mill-MEPA.", "WHITE ROCKS", "19047.", "L-ONOR.", "JOSEPH FALZON staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid fiex wasal il-proġett tal-white rocks u xi prioritajiet hemm għall-futur?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: F'dan l-istadju m'għandi xejn x'inżid mat- tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 16163.", "FLEUR-DE-LYS", "19051.", "L-ONOR.", "MICHAEL ASCIAK staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jikkonsidra l-istat ħażin li tinsab fih Fleur- de-Lys Road, Birkirkara?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li dan l-aħħar saru diversi major patching works f'toroq arterjali u distributorji skond l- esiġenza u l-urġenza tal-każ.", "Il-ħsarat indikati fit-triq imsemmija se jittieħdu in konsiderazjoni f'xogħlijiet simili fil-futur.", "TRIQ IL-KANUN F'SANTA VENERA", "19052.", "L-ONOR.", "MICHAEL ASCIAK staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jikkonsidra l-istat ħażin li tinsab fih Triq il- Kanun, Santa Venera?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li dan l-aħħar saru diversi major patching works f'toroq arterjali u distributorji skond l- esiġenza u l-urġenza tal-każ.", "Il-ħsarat fit-triq indikata se jittieħdu in konsiderazjoni f'xogħlijiet simili fil-futur.", "IMPRESSIONS AESTHETICS DESIGN HANDBOOK", "19053.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal- ktieb maħruġ mill-BICC, \"impressions aesthetics design handbook\"?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Kopja tal-pubblikazzjoni \"impressions aesthetics design handbook\" maħruġa mill-kunsill konsultattiv dwar l-industrija tal-bini, qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "DIRECTIONAL SIGNS", "19054.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 18631, jista' il-Ministru jgħid x'azzjoni se tittieħed dwar id-directional sign li allura twaħħlet b'mod illegali?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Permessi għal directional sign tat-tip li qed issir riferenza għaliha fil-mistoqsija jista' ikun li jiġu approvati minn xi ente oħra.", "Barra minn hekk, l-awtorita' dwar it-trasport mhix responsabbli għal kull xorta ta' infurzar li jista' ikun meħtieġ fir- rigward ta' tali signage.", "IMPRIŻI KUMMERĊJALI", "19059.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid x'kien id-dħul annwali ta' l-Enemalta u l-koperazzjoni għas-servizzi ta' l- ilma mingħajr surcharge fis-sena 2005 fil-każ ta' dawn l-impriżi kummerċjali:", "* Impriżi b'inqas minn għaxar impjegati? * Impriżi b'anqas minn 50 impjegat? * Impriżi b'anqas minn 250 impjegat? * Impriżi bi 'l fuq minn 250 impjegat?", "X'ikun l-ammont ta' surcharge matul is-sena 2006 kieku l-konsum kellu jkun bħal ta' l-2005?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "FILM INDUSTRY", "19061.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: B'riferenza għar-request for proposals għall-industrija tal-films, ma jaħsibx il-Ministru li wara seba' snin li ilha topera l-film commission għadna ma nafux eżatt fejn huma l- gaps fl-industrija tal-films?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "SKOLA G DESPOTT F'BORMLA", "19063.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra pjanti/dokumenti dwar ix-xogħol li hemm programmat għall-iskola G Despott, f'Bormla?", "Meta se jibda u jispiċċa dan ix-xogħol?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-Onor.", "Membru huwa mitlub jirriferi għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 17669.", "DAWL U ILMA", "19064.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid x'kien id-dħul ta' l-Enemalta u tal-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma mill-kontijiet tad-dawl u l-ilma, mingħajr is-surcharge, fil-każ ta' konsumaturi kummerċjali għas-sena 2005?", "X'ikun id-dħul mis-surcharge matul l-2006 kieku l-konsum kellu jkun bħal ta' l-2005?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "MALTA ENTERPRISE", "19065.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 18789, jista' il-Prim Ministru jgħid liema kumpanniji tefgħu offerta għal taħriġ għan-negozju marbuta ma' measure 3 priority 2 - lifelong learning and social inclusion?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Il-kumpanniji li tefgħu offerta huma:", "* Malta University Services * Santucci & Brown/UHM * MISCO * Allied Consultants/VLG/IBEC * Future Focus/KTS/UHY * PricewaterhouseCoopers * Malta Institute of Management TEMPJI TAL-ĠGANTIJA", "19066.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid jekk hux minnu li waqt l-inawgurazzjoni ta' l- audio information pod fit-tempji tal-Ġgantija, ingħataw numru ta' pods bħala donazzjoni lil Heritage Malta?", "Kemm-il pod ingħataw u jekk hux b'xejn?", "Minn min ingħataw?", "Jista' jgħid jekk dawn humiex biżżejjed biex ikopru l-ammont ta' viżitaturi li jkun hemm f'ħin wieħed?", "Il-kumpannija li tat il-pods b'xejn qed tikkompeti f'tender simili ta' Heritage Malta fit- tempji ta' l-Imnajdra?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-audio information pod li ġie stallat fit- tempji tal-Ġgantija ġie moghti mingħajr ebda ħlas minn Exalta Projects.", "Dan se jservi biex joffri spjegazzjoni ta' ħames minuti b'sitt lingwi differenti dwar l-istess tempji.", "L-imsemmi audio information pod hu intenzjonat għall-użu minn viżitaturi individwali.", "Exalta Projects wiegħdet audio information pod ieħor lil Heritage Malta.", "Għad irid jiġi deċiz l-aħjar sit fejn se jitqieghed.", "M'hemm l-ebda tender għall-provvista ta' apparat simili fit-tempji ta' l- Imnajdra.", "ARBLI TAD-DAWL", "19068.", "L-ONOR.", "MICHAEL ASCIAK staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jara li l- Enemalta twaħħal arbli tad-dawl biex iżommu l-cables li qed jistrieħu ma' dar li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "PAZJENTI GĦAWDXIN", "19074.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Peress li ħafna pazjenti Għawdxin ikollhom jiġu Malta għall-kura jew testijiet għax f'Għawdex għandna nuqqas ta' faċilitajiet, u peress li normalment pazjenti Għawdxin li jiġu l-", "isptar Malta jingħataw preċedenza qabel pazjenti Maltin, u peress li fl-out- patients orthopaedic kien hemm avviż li jgħid li l-Għawdxin għandhom preċedenza, liema avviż issa tneħħa, jista' allura l-Ministru jgħid jekk attwalment pazjenti Għawdxin għandhomx preċedenza jew le?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Peress li fl-out-patients qed jingħataw appuntament b'ħin fiss u peress li l-vjaġġi u s-schedule tal-vapuri tal-Gozo Channel żdiedu, inħoss li m'hemmx aktar il-ħtieġa li tingħata preċedenza lil xi kategorija ta' nies.", "\"XARABANK\"", "19080.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: B'riferenza għall-programm \"Xarabank\" fuq l- istazzjon nazzjonali tal-PBS li xxandar nhar il-Ġimgħa 5 ta' Mejju, 2006 u fid-dawl ta' dikjarazzjoni pubblika li saret lejn l-aħħar tal-programm minn persuna li isimha qed jintbagħat separatament, u cioe' li jaf min huma ċerti traffikanti tad-droga, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'passi u x'azzjoni ħadet il-pulizija?", "ONOR.", "TONIO BORG: Il-pulizija tinvestiga kull informazzjoni li tista' taslilha bi kwalunkwe mezz.", "Informat ukoll li mhijiex la l-etika u lanqas il-prassi tal-korp tal-pulizija li jagħmel pubbliku tagħrif dwar tali informazzjoni, tkun xi tkun.", "Ta' min ifakkar ukoll li l-pulizija, fuq talba ta' l-informatur, tirrispetta l-konfidenzjalita' ta' minfejn tkun ġejja l-informazzjoni.", "BDIL TA' KANEN TA' L-ILMA", "19082.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li jsiru xogħlijiet ta' bdil ta' kanen u mains ta' l-ilma f'diversi toroq fiż-Żejtun?", "Peress li residenti f'toroq differenti qed jilmentaw minn pressa baxxa ta' l-ilma, provvista irregolari ta' l-ilma kif ukoll ilma bis-sadid, jista' il-Ministru jgħid jekk dawn l-ilmenti waslux għand il-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma?", "Hemm xi ħsieb li jibdew ix-xogħlijiet biex dan l-inkonvenjent jiġi rrimedjat?", "Meta se jibdew dawn ix-xogħlijiet u fejn?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "FLOATING RESTAURANTS", "19092.", "L-ONOR.", "ROBERT ARRIGO staqsa lill-Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jinformana jekk il-maritime authority ikkonsidrax li tagħti permess għal floating restaurants bħala proġett innovattiv għat-turiżmu u b'żieda fl-impjiegi?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "SKEMA TA' SELF", "19093.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid għaliex applikazzjoni minn familja taħt skema Z ma ġietx aċċettata minħabba self li kienu ħadu aktar minn 20 sena ilu?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: L-Onor.", "Interpellant imissu jaf li hi waħda mill- kondizzjonijiet ta' skema Z li persuni li jkunu diġa' ibbenefikaw minn sussidju fuq loan sabiex jixtru r-residenza tagħhom, ma jikkwalifikawx għal sussidju biex jirranġaw ir-residenza.", "ĦADDIEMA TAX-XATT", "19094.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għall- Kompetittivita' u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid x'garanzija se jkollhom dawk il-ħaddiema tax-xatt li kkontribwew għall-pensions and contingency fund u li se jispiċċaw fis-snin li ġejjin, ġaladarba bir- riforma tax-xatt il-fond mhux se jibqa' jiġi sostnut bil-kontribuzzjoni tagħhom?", "Dawn se tkun garantita lilhom il-gratuity?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Kif taf l-Onor.", "Interpellant, għaddejjin diskussjonijiet dwar ir-riformi meħtieġa fil-portijiet u ma naħsibx li bħalissa hu ż-żmien opportun li l-informazzjoni mitluba tingħata.", "ĦADDIEMA TAX-XATT", "19095.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għall- Kompetittivita' u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid x'qed jippjana l- gvern biex isewwi d-diskriminazzjoni li nħolqot bejn il-ħaddiema tal-port fl-għoti tal-gratuity mill-pensions and contingency fund, partikolarment bejn dawk li spiċċaw mix-xogħol qabel is-sena 2003 u dawk li spiċċaw jew għadhom se jispiċċaw wara l-2003?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: L-Onor.", "Interpellant hija mitluba tirriferi għar- risposta ta' mistoqsija parlamentaru 19094.", "ĦADDIEMA TAX-XATT", "19096.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għall- Kompetittivita' u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm fih flus il- pensions and contingency fund tal-ħaddiema tax-xatt?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: L-Onor.", "Interpellant hija mitluba tirriferi għar- risposta ta' mistoqsija parlamentaru 19094.", "MEPA", "19097.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid meta se jirċievi r-refund anzjan li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, wara l-ipproċessar ta' applikazzjoni mill-MEPA?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Skond il-MEPA ma jirriżultax li l-applikant għandu jieħu refund relatat ma' applikazzjoni PA 2025/03.", "Il-ħlasijiet li l- applikant għamel in konnessjoni ma' din l-applikazzjoni jikkonsistu fil- building levy u l-gbid ta' garanzija bankarja.", "Il-building levy imħallsa ma' l-applikazzjoni ta' Lm15 hija korrretta u m'hemm l-ebda refund dovut, filwaqt li fir-rigward tal-garanzija bankarja ta' Lm945, din inġibdet għar-raġuni li ma ġietx osservata kondizzjoni numru 2 fil-permess u saru xogħlijiet f'area arkeoloġikament sensittiva mingħajr monitoring minn arkeoloġi kwalifikati.", "Għaldaqstant m'hemm l-ebda refund dovut fuq din il-garanzija."]} {"filename": "20051111_318d_par.doc", "date": "2005-11-11", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Uffiċjali u Rivedut) L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 318 Il-Ġimgħa, 11 ta' Novembru, 2005 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 318 Il-Ġimgħa, 11 ta' Novembru, 2005", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-9.01 a.m.", "Talba", "Seduta Nru. 318", "Il-Ġimgħa, 11 ta' Novembru, 2005", "WERREJ", "MINUTI 762", "TQEGĦID TA' KARTI 762", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "KUMITAT TA' PROVVISTA", "ESTIMI ĠENERALI 2006 - IT-TIELET JUM STABILIT", "MINISTERU TAL-ĠUSTIZZJA U INTERN 763", "AĠĠORNAMENT 799", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 800", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 317 li saret fl-10 ta' Novembru, 2005 ġew konfermati.", "MR SPEAKER: Ninforma lill-Kamra li skond il-mozzjoni ta' proċedura tal- 31 ta' Ottubru, 2005 il-ħin tal-mistoqsijiet ta' din is-seduta mhuwiex se jittieħed u l-mistoqsijiet kollha li jidhru fuq l-aġenda qed jingħataw tweġiba bil-miktub.", "Ngħaddu mill-ewwel għal Tqegħid ta' Karti u nsejjaħ lill-Viċi Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "TONIO BORG (Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern): Mr Speaker, f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi nqiegħed fuq il- mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar applikazzjonijiet minn dipartimenti u enti oħra taħt ir- responsabbilta' tal-prim ministru u ministru tal-finanzi għal fondi mill-Unjoni Ewropea, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 13949.", "F'isem il-Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni nqiegħed fuq il- mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar applikazzjonijiet minn dipartimenti u enti oħra fid- dekasteru tal-ministru għall-kompetitttivita' u komunikazzjoni għal fondi mill-Unjoni Ewropea, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 13946;", "u f'isem il-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l- Informazzjoni nqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar applikazzjonijiet sottomessi minn dipartimenti u enti oħra li jaqgħu fid-dekasteru tal-ministru għall-investiment, industrija u teknoloġija ta' l-informazzjoni għal fondi mill-Unjoni Ewropea, bi tweġiba għll-mistoqsija parlamentari 13947;", "Tagħrif dwar is-salarji ta' l-impjegati fl-Enemalta, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari 15485.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Ngħaddu għal Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjoniijet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "KUMITAT TA' PROVVISTA", "ESTIMI ĠENERALI 2006", "IT-TIELET JUM STABILIT", "MINISTERU TAL-ĠUSTIZZJA U INTERN", "L-ordni għall-Kumitat ġie moqri.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor.", "Carmelo Abela, President tal-Kumitat, jippresjedi.", "THE CHAIRMAN: Illum il-Kumitat għandu quddiemu biex jiġu diskussi l-voti tal-ministeru tal-ġustizzja u intern.", "Nixtieq ninforma lill-Kumitat li skond il-mozzjoni ta' proċedura tal-31 ta' Ottubru, 2004 il-ħin tad-diskussjoni tal-lum huwa ta' erba' sigħat u għandu jinqasam indaqs bejn kelliema tal-gvern u kelliema ta' l- oppożizzjoni, bl-aħħar nofs għall-gvern.", "Jekk jogħġbu, il-Viċi Prim Mnistru jressaq ir-riżoluzzjonijiet tiegħu.", "ONOR.", "TONIO BORG: Sur President, nipproponi:", "VOT 11 - MINISTERU TAL-ĠUSTIZZJA U INTERN", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm3,456,748 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 11 - Ministeru tal-Ġustizzja u Intern, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2006.", "VOT 12 - ĠUDIZZJARJU", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm3,125,807 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 12 - Ġudizzjarju, kif dettaljata fl- Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2006.", "VOT 13 - KUNSILLI LOKALI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm11,282,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 13 – Kunsilli Lokali, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2006.", "VOT 14 - PULIZIJA", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm16,467,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 14 - Pulizija, kif dettaljata fl- Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2006.", "VOT 15 - SERVIZZI KORRETTIVI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm2,782,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 15 – Servizzi Korrettivi, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2006.", "VOT 16 - PROTEZZJONI ĊIVILI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm1,418,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 16 – Protezzjoni Ċivili, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2006.", "VOT 17 - TAQSIMA PROPRJETA' TAL-GVERN", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm1,295,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 17 – Taqsima Proprjeta' tal-Gvern, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2006.", "VOT 18 - DIVIŻJONI TA' L-ARTIJIET U REĠISTRU PUBBLIKU", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm1,110,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 18 – Diviżjoni ta' l-Artijiet u Reġistru Pubbliku, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2006.", "VOT II - MINISTERU TAL-ĠUSTIZZJA U INTERN", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 3,600,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot II – Ministeru tal-Ġustizzja u Intern, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2006.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Gavin Gulia.", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Sur President, peress li l-Ministru diġa' ħadli ħames minuti mill-ħin tad-diskors tiegħi, se nipproponi li nnaqqaslu Lm1 mis- salarju tiegħu!", "VOT 11 - MINISTERU TAL-ĠUSTIZZJA U INTERN", "Personal Emoluments", "Item 11 - Holders of Political Office", "Ħassar iċ-ċifra \"Lm29,449\" u ssostitwixxi minflok iċ-ċifra \"Lm29,448\".", "Delete the figure \"Lm29,449\" and substitute therefor the figure \"Lm29,448\".", "Sur President, ir-ritwal ta' kull sena huwa li niġu bħal dan iż-żmien - għalkemm din is-sena ġejna f'ħin aktar bikri - biex niddiskutu l-estimi tal- ministeri wara l-preżentazzjoni tal-budget.", "Sar ritwal ukoll minn din in- naħa tal-Kamra illi sena wara l-oħra nitkellmu dwar l-istess problemi.", "Dan huwa ministeru mill-aktar importanti, pero' tajjeb illi jingħad li wieħed kien jistenna li l-portafoll ta' dan il-ministeru jiġi organizzat b'mod aktar sensibbli għaliex wieħed jista' jgħid li fih tliet ministeri.", "Huwa diffiċli biżżejjed biex kull persuna li taħdem f'kull dekasteru taqdi l- funzjoni tagħha, għax huma ministeri impenjattivi u importanti, aħseb u ara kemm huwa ferm aktar diffiċli illi politikament iżżomm moniteraġġ u tissorvelja fuq dak li jkun qiegħed isir mill-ministru konċernat.", "Sur President, dan huwa ministeru top heavy u heavy-loaded għax għandek il- ministeru ta' l-intern, il-ministeru tal-ġustizzja u l-ministeru tal- kunsilli lokali.", "Fl-opinjoni tiegħi, il-mod kif ġie mqassam il-ħin għad- diskussjoni is a pittance għaliex fi ħwejjeġ bħal dawn kien jixraq li jkun hawn żewġ seduti, waħda filgħodu u waħda filgħaxija.", "Jien li nqis il-qasam ta' l-intern bħala fost l-aktar importanti minn dan id-dekasteru kollu, għandi biss 40 minuta biex nitkellem fuq diversi oqsma ta' sigurta' u bon ordni li fuqhom jistrieħu is-sisien tad-demokrazija f'pajjiżna.", "Għalhekk ikolli nkun selettiv għax ma nistax nitkellem fuq kollox u niskuża ruħi ma' dan il-parlament li se jkolli nkun selettiv u nikkonċentra fuq tliet oqsma partikolari.", "Ilna nitkellmu ħafna fuq l-immigrazzjoni u għaldaqstant mhux se niddedika ħafna mill-ħin tiegħi fuq il-qasam ta' l-immigrazzjoni.", "Imma se mmur mill- ewwel fuq il-korp tal-pulizija u nistaqsi: X'inhu jiġri fil-korp tal- pulizija?", "X'inhu jiġri fl-oqsma tas-sigurta', tal-bon ordni u tal- kriminalita'?", "Is-sena l-oħra tkellimt kemm jista' jkun possibbli b'mod apolitiku u mhux partiġġjan dwar il-kriminalita' u l-korp tal-pulizija, u kienet ħaġa li anke l-ministru stess kkummenta dwarha.", "Pero' kemm se ndumu niġu f'dan il-parlament sena wara l-oħra u dejjem nitkellmu fuq l-istess problemi li hemm fil-korp tal-pulizija u fil-qasam tal-kriminalita' u, agħar minn hekk, dawn il-problemi jaċċentwaw ruħhom?", "Jien insostni li fil- qasam tal-kriminalita', tas-sigurta' u tal-bonordni għandna kriżi u dan mhux qed ngħidu għall-gallarija, jew biex l-esponenti tal-gvern joqogħdu jgħidu li l-partit Laburista huwa negattiv.", "L-oppożizzjoni hija negattiva fl-apprezzament tagħha tas-sitwazzjoni tal-kriminalita' u tal-funzjoni operattiva tal-korp tal-pulizija u se nibda billi nħares ftit lejn l- istatistika.", "Jien ilni mill-1998 nissorvelja l-qasam tal-pulizija.", "Ħalli mmur fuq il-kriminalita' qabel ma nitkellem fuq il-korp tal-pulizija.", "Sena wara l-oħra, immankabbilment, kien hemm żieda sostanzjali fit-twettiq ta' reati kriminali.", "Dan huwa fatt li ma jista' jiċħdu ħadd.", "It-tagħrif li jien nippubblika minn sena għal oħra, anke minn xahar għal xahar, kultant ikun tahuli l-viċi prim ministru stess għall-mistoqsijiet parlamentari li nkun għamilt.", "Jiena nimmaġina li dan it-tagħrif ikun ġie mogħti lill-ministru mill-kummissarju tal-pulizija.", "Jiġifieri dawn il- figuri li iktar tard nitlob il-permess biex inpoġġihom fuq il-mejda tal- Kamra - minbarra xi żball ta' addition 'l hawn u 'l hemm! - huma konċiżi u preċiżi u ħadd ma jista' jmerihom.", "Issa ħalliha li xi tliet snin ilu l- ministru kien qalli li jien nikkwota ċ-ċifri qishom xi misteru ta' Fatima, pero' forsi dakinhar ridna ndaħħku.", "Pero' l-fatt huwa li tliet snin ilu, biex jirribatti dak li kien jidher iswed fuq l-abjad u ċar daqs il-kristall li kellna kriżi fil-qasam tal-kriminalita' ġewwa pajjiżna, il-ministru kien qal li se joħroġ ktejjeb sabiex ixxejjen din il-kritika.", "Għaddew tliet snin u sal-lum dan il-ktejjeb baqa' qatt ma ħareġ.", "Forsi xi darba ċ- ċifri jerġgħu jibdew jonqsu u mbagħad fl-aħħar dan il-ktejjeb joħroġ!", "Imma milli jidher dan il-ktejjeb mhux se joħroġ għaliex iċ-ċifri, minflok jinżlu minn sena għal oħra, qed ikomplu jogħlew fil-qasam tal-kriminalita'.", "Sur President, f'dan il-kuntest se nuri kif kienet is-sitwazzjoni sal-2004.", "Fis-sena 1998 saru 14,636 reat kriminali.", "Issa ħalli nassumu l-paternita' ta' dik is-sena aħna, għaliex aħna konna fil-gvern, allavolja minn Settembru sa Diċiembru 1998 kien hemm gvern Nazzjonalista.", "Fis-sena 1999 sena sħiħa ta' gvern Nazzjonalista, saru 15,855 reat kriminali; fis-sena 2000 kellna 16,861 reat kriminali; fis-sena 2001 kien hemm tnaqqis żgħir ta' xi 800 reat u nżilna għal 15,664 reat kriminali; fis-sena 2002 erġajna splodejna u kellna 16,807 reati kriminali; fis-sena 2003, is-sena tar- \"Rebbiegħa Ġdida\", kellna 17,483 reat kriminali mwettqa u s-sena 2004 kienet sena ta' rekord assolut bi 18,127 reat kriminali!", "U allura mhux bilfors wieħed jistaqsi: Imma x'inhu jiġri?", "Għalfejn din iż-żieda fil- kriminalita'?", "Darba minnhom kienu ħarġu bil-ħrafa li l-kriminalita' tiżdied għaliex tiżdied il-popolazzjoni, meta safejn naf jien il- popolazzjoni dejjem tiżdied.", "Allura għaliex tiżdied il-popolazzjoni u tiżdied il-kriminalita' noqogħdu b'idejna fuq żaqqna u ma nagħmlu kritika xejn?", "Dawn ċifri li jbeżżgħu.", "Mill-1998 sa l-2004 – għalkemm din is-sena għadha m'għaddietx, imma xorta se nitkellem fuqha - il-kriminitalita' żdiedet bi kważi 24%.", "Bejn l-2003 u l-2004 kien hemm żieda ta' kważi 4% u din kienet riflessa minn sena għal oħra.", "Issa ħalli nitkellem fuq din is- sena, Sur President.", "Jiena nixtieq li wara li npoġġi dawn id-dokumenti fuq il-mejda tal-Kamra, jarahom il-ministru issa u almenu nieħu l-kortesija li jekk ikun hemm xi żball fl-addition jgħidli li għamilt żball fl-addition, għaliex hemm differenza bejn li tieħu żball fl-addition u bejn li tgħid li l- kriminalita' ma żdiditx.", "Min-naħa tiegħi se npoġġi d-dokumenti fuq il- mejda tal-Kamra, imma dan il-ktejjeb li qisu sar il-misteru ta' Fatima li suppost se joħroġ il-ministeru tal-ġustizzja u intern, m'hu se joħroġ qatt u r-raġuni hija ovvja għax ma jridux juru lill-poplu Malti u Għawdxi f'liema stat qiegħda l-kriminalita'.", "Il-verita' hi li din is-sena se nerġgħu niksru r-rekord tas-sena l-oħra.", "Fil-fatt minn Jannar sa Ottubru ġew imwettqa 15,607 reat kriminali, qabża ta' xi kważi 500 reat fuq l- istess perjodu tas-sena l-oħra fejn twettqu 15,148 reat kriminali.", "Jiġifieri din is-sena, sakemm ma jkunx hemm xi miraklu matul ix-xhur ta' Novembru u Diċembru, se nerġgħu nagħlqu b'sena rekord fil-qasam tal- kriminalita'.", "Qabel kienu jgħidu li huwa s-serq ordinarju li qed jimbotta 'l fuq il- kriminalita' u biex jipprovaw jiġġustifikaw ruħhom kienu jagħmlu distinzjoni bejn serq vjolenti u serq ordinarju, bħallikieku l- kriminalita' mhijiex waħda!.", "Il-kriminalita' dejjem kriminalita' tibqa'.", "Issa anke s-serq vjolenti żdied għax qed isiru ħafna hold-ups.", "Illum m'għandix għalfejn nesebixxi xi statistika dwar il-hold-ups, għaliex matul dawn l-aħħar għaxart ijiem spiċċajna b'hold-ups kuljum, fosthom hold-ups fuq petrol stations u addirittura hold-ups fuq anzjani.", "Fejn se nispiċċaw?", "Naħseb li matul dawn l-aħħar għaxart ijiem twettqu xi seba' jew tmien hold- ups.", "Jiġifieri dawn ma jistgħux jgħidu li billi tagħmel distinzjoni bejn serqa ta' mobile ta' Lm30 u xi ħaġa oħra, qisu m'hu qed jiġri xejn!", "Illum issib mobiles li jiswew Lm150 u allura ma jagħmilx sens li jippruvaw jirredikolaw il-kritika ta' l-oppożizzjoni billi jgħidu li qed nikkritikawhom fuq serq ta' mobile.", "Kif jidher mil-lista li nirċievi mingħand il-ministru, b'eċċezzjoni ta' xi item jew tnejn, żdiedu wkoll reati oħrajn serji imma b'mod ġenerali l- kriminalita' qiegħda tiżdied.", "U jien nistaqsi.", "X'inhu jagħmel il-korp tal- pulizija biex jikkumbatti din il-pjaga?", "Nittama li mhux se nispiċċaw ngħidu li m'hemmx problemi jew li la l-kriminalita' qiegħda tiżdied ma nistgħu nagħmlu xejn u allura nħalluha tiżdied!", "Milli jidher m'hu qed isir xejn biex joħloq deterrent, jew jekk qiegħed isir xi ħaġa, jeħtieġ li jkun hemm aktar trasparenza ħalli naraw x'qiegħed isir mill-korp tal- pulizija.", "Safejn naf jien il-korp tal-pulizija qabbad analista li qiegħda f'kamra waħedha biex suppost toqgħod tara x-xejriet tal-kriminalita' minn ġurnata għal oħra.", "Imma issa x'qed jiġri?", "X'kontabilita' hemm?", "X'liaison qiegħed isir ma' l-għases jew mad-distretti, ma' l-ispetturi u mas- supretendenti?", "Għaliex il-kriminalita' qed tiżdied?", "Qiegħed isir deployment tajjeb tal-pulizija?", "Fejn qiegħda l-pulizija on the beat?", "Illum il-kliem detail u on the beat kważi lanqas għadek tismagħhom.", "Biex tikkumbatti l-kriminalita' fit-toroq irid jkollok il-preżenza tal-pulizija fit-toroq.", "Mhux qegħdin ngħidu li jkollna stat pulizjesk u li kull fejn tiċċaqlaq issib pulizija, għaliex lanqas jekk tipprova ma jirnexxilek tagħmilha.", "Pero' filwaqt li wieħed ma jistenniex li jkun hemm pulizija f'kull rokna tal-pajjiż, min-naħa l-oħra ma tippretendix li l-pulizija tkun ineżistenti fit-toroq tagħna.", "Illum hemm diversi sezzjonijiet fil-korp tal- pulizija bħall-administrative law enforcement, il-criminal investigation department u l-ispecial assignment group li kollha għandhom skwadra organizzata u hemm ukoll l-għases.", "Imma fejn qegħdin nikkumbattu l- kriminalita' fit-toroq?", "Tmur fejn tmur kulħadd jgħidlek li mhux qed isir deployment tajjeb.", "Problema oħra tal-kriminalita' hija d-droga, qasam li qegħdin infallu fih għax Malta hija mifqugħa bid-droga u din hija r-raġuni għaliex is-serq qed jiżdied.", "Id-droga hija l-ħolqa intimament konnessa mar-reat tas-serq u jekk il-korp tal-pulizija mhux se jattakka d-domanda, apparti li nisħaq li jeħtieġ li ninvestu fis-sorveljanza tax-xtut tal-gżejjer Maltin, allura s- supply dejjem se tkun qiegħda hemmhekk.", "Irid ikun hemm ukoll preżenza tajba ta' pulizija fil-lokal.", "Meta qed ngħid il-pulizija, mhux qed nirreferi biss għall-kuntistabbli, imma anke għall-ispetturi u għas- supretendenti li kultant għandhom joħorġu jduru and lead by example.", "Il- pulizija jkunu jafu min huma l-kriminali għax ħafna minnhom ikunu reċedivi.", "Jekk, per eżempju, kriminal huwa minn Bormla u f'daqqa waħda qed jitfaċċa ta' spiss Ħaż-Żebbuġ, wieħed jigih dubju x'qed jagħmel hemmhekk.", "Veru li kulħadd liberu li jdur minn post għall-ieħor imma l-preżenza tal-pulizija tiswa u ġġib suġġizzjoni mhux lili għax jien nieħu pjaċir bihom jew lil ordinary man in the street li jgħix ħajtu b'mod onest imma lil dak il- kriminal li jiġi impressjonat.", "Huwa veru li kriminal jista' jmur jopera x'imkien ieħor imma jekk nużaw sistemi ta' deterrent bil-preżenza tal- pulizija, fl-aħħar mill-aħħar jaqta' qalbu.", "Imma jeħtieġ deployment bis- serjeta' biex issir ġlieda bla ħniena lill-importaturi u lit-traffikanti tad-droga għax hemm qiegħda l-problema li qed iġġib żieda fir-reati kriminali.", "Għalhekk irridu nattakkaw din il-problema.", "Relatata mal-kriminalita' għandna l-organizzazzjoni tal-korp tal-pulizija.", "Ninsab imħasseb ġenwinament u nixtieq inkun naf għalfejn hemm din id- demoralizzazzjoni f'ħafna membri tal-korp tal-puliizja.", "Jiena naħseb li l- ministru jaf x'inhuma r-raġunijiet imma ma jaqbillux jammettihom.", "Jien niltaqa' ma' ħafna membri tal-korp tal-pulizija in ġenerali li ma jħossuhomx motivati, imma jħossuhom demoralizzati u mhux stmati.", "IIni nisma' b'nies li jitilqu mill-korp tal-pulizija anke qabel l-eta' pensjonabbli u fil-fatt minn risposta għal mistoqsija parlamentari li għamilt jirriżulta li matul dawn l-aħħar sentejn qatt ma kien hemm riżenji mill-korp tal-pulizija daqs illum.", "Fil-fatt matul is-sena 2004 telqu 63 u matul din is-sena li għadha m'għalqitx diġa' telqu 66.", "Jippreokkupani iktar min jitlaq qabel jagħlaq l-25 sena servizz, pero' jippreokkupawni wkoll dawk li jitilqu malli jagħlqu l-25 sena servizz jew ftit wara għax dan ifisser li m'hemmx amor proprju.", "Nitkellem ma' ħafna membri tal-korp tal-pulizja li qed jistennew li jagħlqu l-25 sena servizz ħalli jieħdu l- pensjoni u jdabbru rashom u jmorru jagħmlu xogħol ieħor.", "Għalfejn?", "X'inhu jiġri?", "Għaliex il-pulizja mhux qed ikunu inċentivati biex jibqgħu fil-korp minflok jitilqu?", "Irrid ngħid ukoll li din il-mistoqsija għamiltha wkoll għas-sena 1998 fejn kienu telqu 54 membru mill-korp u dan kien numru sostanzjali wkoll pero' din is-sena diġa' telqu 66 u s-sena għadha m'għalqitx.", "Ngħid għalija nisma' ħafna garr rigward il-karozzi tal-mobile unit għaliex they leave much to be desired u jiddispjaċik li s-26 karozza ġdida li l-gvern xtara b'tant pompa qed jibqgħu ġewwa.", "Jiena ilni nikkritika lill-gvern mill-1998 li jeħtieġ li jkun hemm vetturi tajbin għall-mobile squad għax rajna anke ritratti ta' karozzi b'bibien jingħalqu bl-ispag!", "Imma issa l-gvern investa u xtara u ngħidlu prosit.", "Imma dawn il-karozzi l-ġodda meta ħarġu fit-triq?", "Fir-risposta li ngħatajt għal domanda parlamentari li għamilt dan l-aħħar ġie konfermat li hemm 26 karozza u ppruvaw idawruha li dawn jintużaw meta jkun hemm il-bżonn.", "Dan mhux veru u meta ċċekkjajt sibt li s- 26 karozza qegħdin magħluqin fil-garaxx tal-pulizija, uħud minnhom ħarġu għall-parata tal-police day, ħalli ngħidu kemm huma sbieħ u issa se joħorġu għaċ-CHOGM.", "Il-membri tal-korp tal-pulizija fl-għases u fit-taqsima tal-mobile għandhom bżonn il-karozzi biex ikunu jistgħu joperaw u jeħtieġ li jkollna iktar preżenza ta' karozzi biex jgħinu fil-ħidma tal-korp tal-pulizija.", "Imma minflok jużawhom biex jiġġieldu l-kriminalita' bihom, qed iħalluhom fil- garaxx u issa fil-laqgħa taċ-CHOGM joqogħdu juru lid-dinja kemm għandna karozzi sbieħ.", "Issa forsi meta tgħaddi l-laqgħa taċ-CHOGM imbagħad jibdew jintużaw għas-servizz, affarijiet li ma jitwemmnux.", "Jiena għamilt stqarrijiet u tkellimt fil-parlament fuq din il-kwestjoni u xorta baqgħu fil-garaxx.", "Jien naħseb li l-gvern determinat li l-lostru minn fuq dawn il- karozzi ma jintilifx ħalli lir-reġina nuruha x'erba' karozzi għandna minflok nużawhom fil-ġlieda kontra l-kriminalita'.", "Dawn huma l-affarijiet li jiddemotivaw lill-membri tal-korp.", "Nixtieq ngħid xi ħaġa wkoll fuq id-detail tal-membri tal-korp tal-pulizja.", "X'jiġifieri d-detail tagħmilha mil-lum għal għada?", "Mela l-membri tal- korp tal-pulizija m'għandhomx familja u m'għandhomx dritt jorganizzaw ħajjithom?", "Id-detail lill-pulizija qed jingħata mhux minn filgħodu għall- għada filgħodu, imma minn fil-għaxija meta jċemplu l-għassa tal-pulizija u jistaqsu x'se jkunu xogħol.", "Dan ifisser li m'hemmx koerenza u x-shifts qed jinbidlu bla ħsieb.", "Jekk irid idaħħlek darbtejn night fuq xulxin, jekk irid idaħħlek darbtejn jew tliet darbiet day fuq xulxin u allura anke x-shifts qegħdin jitħarbtu.", "Jiena naħseb li kif dawn l-affarijiet jgħiduhom lili jgħiduhom ukoll lin-naħa tal-gvern!", "Dawn huma affarijiet li jurtaw lill-membri tal-korp tal-pulizija u allura hemm bżonn li jiġu rranġati.", "M'iniex qed ngħid li d-detail jingħata minn ġimgħa qabel, imma almenu għandhom ikunu jafu tlett ijiem qabel jekk hux se jaħdmu day jew night.", "Niftakar li fl-1997 kien intqal ħafna diskors fuq l-overtime fil-korp tal- pulizija u kien inxtered ħafna dmugħ tal-kukkudrilli għax gvern Laburista kien għamel xi miżuri fil-korp tal-puliizja.", "Din is-sena il-vot tal-korp tal-pulizija naqas b'Lm130,000 globalment fuq dak li kien ġie previst għas- sena 2004.", "Meta tanalizza ssib li dan it-tnaqqis sar proprju fl-overtime.", "Jiġifieri għas-sena d-dieħla l-korp tal-pulizija se jkollu Lm130,000 inqas ivvotati għall-overtime.", "Minn risposta għal mistoqsija parlamentari li għamilt jirriżultali li s-sena l-oħra l-approved estimate għall-overtime kien ta' Lm530,000, intnefqu Lm413,565 li kien jinkludi l-ammont ta' overtime li nħadem fl-elezzjoni għall-Parlament Ewropew.", "Jiġifieri jekk tneħħi dak l-element għax kienet l-ewwel darba li kellna elezzjoni għall- Parlament Ewropew, kien ikun ferm inqas minn hekk.", "Issa għas-sena d- dieħla l-gvern qed jivvota inqas minn hekk.", "Jiġifieri qed issir ekonomija fuq il-membri tal-korp tal-pulizija meta qed tipprova tiġġieled il- kriminalita', li jwassalni biex nitkellem ukoll fuq l-għases magħluqin.", "Il-ministru qal li mhux veru li l-għases ikunu magħluqin imma kultant matul il-ġurnata l-għases jingħalqu skond l-esiġenzi tas-servizz.", "Xahrejn ilu kont nieżel minn Għawdex bil-lejl u ddeċidejt li ngħaddi f'xi għases għax kont ilni nisma' li jkun hemm ħafna għases magħluqin jew ma jkunux qed joperaw u mort niċċekkja personalment.", "Il-ġimgħa l-oħra mort fis-south biex nara jekk in-north u s-south humiex l-istess.", "Meta kont nieżel minn Għawdex taċ-Ċirkewwa sibtha magħluqa, ta' San Pawl il-Baħar kienet magħluqa wkoll, f'tal-Qawra kien hemm kuntistabbli u surġent, ta' l-Imġarr kienet magħluqa, f'tar-Rabat kien hemm kuntistabbli waħda, ta' l-Imdina kienet magħluqa, ta' Ħad-Dingli kienet magħluqa u jekk niftakar sewwa fl- għassa tal-Mosta kien hemm xi żewġ jew tliet pulizija.", "Jiġifieri fl- eqqel tas-sajf – għax qed nitkellem fuq xahrejn ilu meta għamilt din ir- ronda – kien hemm ħames uffiċjali tal-korp tal-pulizija jissorveljaw in- north ta' Malta bil-lejl.", "Ħames għases tal-pulizija kienu magħluqa u f'dawk li kienu qed joperaw kien hemm ħamsa biss.", "Jista' xi ħadd jispjegali kif se jlaħħqu?", "Imbagħad jgħidulek li jkun hemm tal-mobile squad b'xi żewġ karozzi jiġru ma' Malta kollha dak il-ħin.", "Sur President, hemm bżonn li jsir xi ħaġa.", "Il-ġimgħa l-oħra mort indur l-għases tas-south.", "FĦaż-Żebbuġ kien hemm pulizija wieħed, tas-Siġġiewi kienet magħluqa, fl-għassa ta' Ħal Qormi kien hemm tlieta filwaqt li l-għases ta' Ħal Kirkop, l-Imqabba, il-Qrendi u Santa Luċija kienu magħluqin.", "Fl-għassa ta' Raħal Ġdid u taż-Żejtun kien hemm tliet pulizija f'kull waħda.", "Dan ifisser li fis-south ta' Malta l- ġimgħa l-oħra bil-lejl kien hemm minn tmienja sa għaxar uffiċjali tal-korp tal-pulizija f'disa' għases.", "Din hi l-għassa li għandna Malta bil-lejl!", "Hemm bżonn li l-korp tal-pulizija nagħtuh spinta biex ngħollulu l-moral għaliex hemm demoralizzazzjoni sħiħa.", "Ma xtaqtx nitkellem b'dan il-mod u kemm jista' jkun possibbli mal-ministru oppost tiegħi nżomm ton apolitiku għax nemmen li dan huwa qasam li jrid ikun qbil dwaru.", "Il-ġlieda fil-qasam tal-kriminalita' m'għandhiex tkun imxekkla b'kontroversji pero' nkun qiegħed nonqos mir-rwol tiegħi bħala oppożizzjoni jekk ma nagħmilx kritika kostruttiva u ngħid x'jeħtieġ isir.", "Forsi l-ministru ma jaqbilx miegħi imma jien inkun għidt x'naħseb li għandu jsir.", "U naħseb li l-ministru għandu biżżejjed advisers biex jara magħhom x'qed isir f'dan ir-rigward.", "Sur President, ma tantx fadalli ħin għad-dispożizzjoni tiegħi pero' rrid ngħid li t-transfers u l-promotions fil-korp tal-pulizija li saru matul l- aħħar ftit snin servew ukoll biex jiddemoralizzaw nies li forsi m'għandhomx it-twemmin politiku tal-ministru.", "Ċertament kien hemm min ma kienx ħaqqu li jingħata ċerti promotions.", "Għalkemm kienu xi tnejn jew tlieta, dawn spiċċaw iddemoralizzaw lill-kumplament.", "M'iniex se noqgħod insemmi ismijiet hawnhekk għax il-ministru u l-kummissarju tal-pulizija jafu għal min qed nirriferi.", "Dawn l-affarijiet iridu jinqatgħu.", "Issa ġejjin il- promozzjonijiet tas-supretendenti u naraw x'se jiġri hemmhekk għax se nkun qiegħed attent bħal seqer biex nara x'inhu għaddej fil-qasam tal-promotions fil-korp tal-pulizija.", "Hemm min ilu jinqabeż fil-promotion għal spettur tal-pulizija għal diversi drabi.", "Saħansitra hemm uffiċjali li wara li jkunu għallmu lil uffiċjali oħra, jaqbżuhom fil-promotion għas-sempliċi raġuni li meta tara lejn liema naħa jxaqleb, tibda tara kif jimxu ċerti affarijiet.", "Imma issa ħalli nitkellem dwar il-ħabs.", "Li nista' ngħid pożittivament dwar il-ħabs huwa li spiċċa dak iż-żmien meta kien ikolli ħafna problemi ta' natura politika fil-ħabs.", "Kien sar tibdil fit-tmexxija tal-ħabs.", "Qabel kien hemm xi ħadd li mbagħad tawh promozzjoni allavolja ħarbulu xi priġunieri għal diversi drabi u minħabba fih il- ministru spiċċa anke b'mozzjoni ta' ċensura fil-parlament.", "Jien kont iddejjaqt nagħmilha, imma xogħli rrid nagħmlu.", "Illum nista' ngħid li hemm ċerta stabbilita' politika fil-ħabs fis-sens li m'għandix aktar dak it-tip ta' garr.", "Pero' tippreokkupani ħafna d-droga fil-ħabs.", "Nitlob lill- ministru jħares lejn il-ħabs għaliex hemmhekk id-droga żdiedet.", "Li taqbad id-droga minn mal-kosta mhijiex faċli, imma ma nistax nifhem kif id- droga jirnexxilha tidħol b'daqshekk faċilita' fil-ħabs meta l-ħabs huwa l- aktar post b'sigurta' biex ma jaħarbux priġunieri.", "Qed tinqabad droga fiċ- ċelel, imma hemm ħafna iktar li mhijiex qiegħda tinqabad.", "Hemm sistema moħbija ta' kif isiru dawn l-affarijiet u jien naħseb li hemm bżonn l- attenzjoni ta' l-amministraturi tal-ħabs biex jevitaw din il-problema.", "Jien sirt nibża' li meta xi ħadd jispiċċa l-ħabs jibda jiċċappas mal- problema tad-droga minn hemmhekk.", "Hemm bżonn monitoraġġ iktar fil-fond fil-ħabs rigward din il-problema għax il-problema tad-droga f'pajjiżna kibret u jeħtieġ li tiġi attakkata.", "Sur President, nagħlaq bl-issue ta' l-immigrazzjoni.", "Kemm il-kap ta' l- oppożizzjoni u kif ukoll jien tkellimna diversi drabi dwar dan is-suġġett prevalenti li qiegħed dejjem fuq l-aġenda tal-pajjiż.", "Dan il-lejl stess daħlu madwar 200 immigrant ieħor u din hija xi ħaġa serja ħafna għax qed iżżid il-piż fuq il-forzi tas-sigurta' ġewwa pajjiżna.", "(Interruzzjonijiet) Le, dak mhux it-tort tagħkom żgur u tafu li aħna dejjem aġixxejna b'mod leali, speċjalment jien.", "Pero' kien hemm żmien meta l-pulizija kienu jgħidu li huma msallbin u overstretched u għalhekk iżommu l-għases magħluqin u forsi għalhekk ma tantx naraw pulizija on the beat.", "Kien hemm sena partikolari fejn il-korp tal-pulizija kien mgħaffeġ bil-klandestini.", "Din l-iskuża m'għadhiex treġi.", "Skond risposta li tani l-ministru stess għal mistoqsija parlamentari li għamiltlu, fejn ġentilment kien tani informazzjoni mhux biss tal-pulizija imma anke ta' l-armata - għalkemm l-immigration taqa' kollha taħtu - turi li f'Settembru fil-barracks ta' Ħal Safi - imbagħad iċ-ċifri jibdew jiċċaqalqu minn ġurnata għall-oħra – kien hemm 650 u f'Lyster Barracks kien hemm 609 uffiċjal ta' l-armata u fil-general headquarters kien hemm 97 uffiċjal tal-pulizija u f'Ta' Kandja kien hemm 79.", "Jidher għalhekk li l- piż ta' l-immigrazzjoni – u llum naf għax jiena qiegħed insegwi l-armata wkoll - qed jaqa' fuq l-armata u mhux fuq il-korp tal-pulizija.", "Veru li anke jekk ikollok mitt uffiċjal tal-pulizija trid tara kif se tagħmel, imma ma jistgħux jgħidu li huma overstretched b'mod li ma jistgħux joperaw b'ċertu effiċjenza.", "Kien hemm żmien madwar tliet snin meta fil-korp tal- pulizija kien hemm mijiet ta' uffiċjali pero' llum is-sitwazzjoni m'hijiex hekk.", "Barra minn hekk, issa fl-armata se jkun hemm il-one unit.", "Jiġifieri mill-armata titlaq din il-problema u ma nistgħux inġibu din bħala skuża, Sur President.", "Rigward l-immigrazzjoni, l-oppożizzjoni dejjem aġixxiet b'mod apolitiku.", "Fil-fatt konna aħna - u din nibqgħu ngħiduha għax huma ma jħobbux jgħiduha u lanqas il-media ma tgħidha - li ssuġġerejna konferenza nazzjonali u li sofrejna l-attitudni tal-gvern li dak iż-żmien kien irredikolana.", "Din il-konferenza saret u minnha ħarġu ideat tajbin ħafna illi qegħdin jitwettqu.", "Bħalissa l-partit Laburista qed jaġġorna l- politika dwar l-immigrazzjoni li jiena qiegħed inkarigat minnha.", "Ċertament mhux se nagħmlu xi upstaging, allavolja jiena għandi sieq waħda fil-partit Laburista u sieq oħra, bħalma għandu l-ministru, fit-task force, li jekk Alla jrid, dalwaqt toħroġ ir-rapport tagħha.", "Kulma jonqos hu li t-tiftix u s-soluzzjonijiet jiġu mpoġġija b'mod konkret fid-dokument.", "Jiena nistieden lill-ministru li jħeġġeġ lit-task force u juża ftit iktar dixxiplina sabiex ma jkunx hemm min joqgħod ikaxkar saqajh biex noqogħdu ntawlu ż-żejjed.", "Naħseb li fil-meeting li jmiss għandna naqtgħulha rasha ħalli t-task force tkun tista' tagħmel il-preżentazzjoni ta' l-ewwel rapport tagħha.", "Aħna naqblu mad-detenzjoni u appoġġajna lill-gvern, u fid- dimensjoni internazzjonali għandna kelliema oħrajn li se jitkellmu dwarha għax il-problema hi li l-Unjoni Ewropea titkellem dwar a \"shared concern\" imma mhux dwar a shared burden.", "Shared concern tista' tfisser ħafna affarijiet imma ma tfissirx shared burden.", "Nagħlaq billi ngħid li l-gvern ma jista' jibqa' jiċċassa lejn il-problemi fl-operat tal-korp tal-pulizija u fil-qasam tal-kriminalita' imma hemm bżonn li jħeġġeġ lilu nnifsu sabiex jibda jattakkahom ħalli s-sena d-dieħla meta niġu hawnhekk nuru li qegħdin nimxu 'l quddiem, xi ħaġa li bħalissa l- ministru żgur ma jistax jgħidha.", "Nitlob il-permess biex inpoġġi xi dokumenti fuq il-mejda tal-Kamra, Sur President.", "Grazzi.", "THE CHAIRMAN: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Sur President, inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tabella li turi l-għadd ta' reati mwettqa kull xahar bejn l-1998 u l- 2004;", "Tabella li turi d-differenza fl-għadd ta' reati mwettqa kull xahar matul is-snin bejn l-1998 u l-2004, kull sena mqabbla mas-sena ta' qabel;", "Tabella li turi d-differenza fl-għadd ta' reati mwettqa kull xahar matul is-snin bejn l-1998 u l-2004, kull sena mqabbla ma' l-1998;", "Tabella li turi l-għadd ta' reati mwettqa kull xahar bejn l-1998 u l- 2005;", "Tabella li turi d-differenza fl-għadd ta' reati mwettqa kull xahar matul is-snin bejn l-1998 u l-2005, kull sena mqabbla mas-sena ta' qabel;", "Tabella li turi d-differenza fl-għadd ta' reati mwettqa kull xahar bejn l-1998 u l-2005 mqabbla ma' l-1998;", "Tabella li turi l-għadd ta' każijiet ta' serq imwettqa kull xahar bejn l-1998 u l-2005;", "Tabella li turi d-differenza fl-għadd ta' każijiet ta' serq imwettqa kull xahar matul is-snin bejn l-1998 u l-2005, kull sena mqabbla mas- sena ta' qabel; u", "Tabella li turi d-differenza fl-għadd ta' każijiet ta' serq imwettqa kull xahar matul is-snin bejn l-1998 u l-2005, kull sena mqabbla ma' l- 1998.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Anġlu Farrugia.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Sur President, jiena ningħaqad mal-mozzjoni li ppreżenta l-Onor.", "Gavin Gulia biex titnaqqas lira lill-ministru u nipproponi wkoll li titnaqqas lira lis-segretarju parlamentari.", "Li kieku konna fis-sena 2007 kont nipproponi tnaqqis f'termini ta' euro, imma ħalli niġi għas-suġġett tiegħi li huwa l-ġustizzja.", "L-ewwelnett kif qal sieħbi għall-qasam tal-pulizija, żgur li l-oppożizzjoni m'għandha l-ebda intenzjoni illi tagħmel xi issue politika minn dan il- qasam għaliex il-ġustizzja hija waħda mill-pilastri ewlenin biex pajjiżna jkun verament dehen li jissejjaħ demokratiku.", "Huwa pilastru kruċjali u wieħed mit-tliet pilastri illi fuqha hija msejsa d-demokrazija f'Malta.", "Meta aħna nagħmlu kritika din tkun indirizzata biex nuru li l-ġustizzja, fl- ambitu ta' l-amministrazzjoni tal-gvern preżenti, li qed ngħidu li m'huwiex qed jagħmel xogħlu kif suppost, qed tirrifletti ħażin fuq kif wieħed jifhem li jkollu l-aħjar rimedju permezz tal-ġustizzja.", "Dan ilna ntambru fuqu għal dawn l-aħħar snin, inkluż dan is-sajf u tajjeb li nfakkar li dan is- sajf wara l-pubblikazzjoni ta' l-avviż legali li reġa' rreveda xi tariffi u ddiskutejna l-mozzjoni tiegħi dwar din il-kwestjoni tat-tariffi f'dan il- parlament, se nżid figuri oħra biex nissostanzja dak li dejjem għidna bħala oppożizzjoni, cioe' li l-poplu Malti u Għawdxi verament għaddej minn problemi biex jasal biex ikollu l-ġustizzja.", "Jien niftakar li meta l-Onor.", "Austin Gatt kien ministru tal-ġustizzja - illum m'hemmx għalfejn nagħtuh aġġettivi u noqogħdu niddiskutuh għax dan għandu l-aġenda tiegħu u lanqas il-rim ministru ma jkun jaf x'inhu jiġri u għaliex jirriżenjawlu n-nies! - kien jgħid li ma kellu għalfejn jikkonsulta ma' ħadd.", "U hekk kien għamel anke fil-każ tal-qorti meta saret il-kruċjata diżastruża biex ġew riveduti t-tariffi fis-sena 2000 u dak li qal l-Onor.", "Gatt illi ma kellu għalfejn jikkonsulta lil ħadd, anzi qal li daħal personalment fir-reviżjoni ta' dawn it-tariffi, qiegħed on record.", "Dan għamel challenge lill-oppożizzjoni - għax iħobb jagħmel challenges, issa anke fuq id-diesel u l-petrol irid jagħmel imħatra! - b'mod partikolari lili, fejn kien qalli li għalkemm għolla t-tariffi, se jippruvali li sena wara sena nibda nara żidiet fil-kawżi introdotti fil- kamp ċivili, ovvjament għax fil-kamp ċivili tħallas il-kawża.", "U jiena lqajtu dak iċ-challenge.", "Ħalli nibda bis-sistema ta' l-ittra uffiċjali li tant qed jiftaħar li biha tevita li jsiru l-proċeduri.", "Imma ħalli ma noqogħdux nitkellmu fuq dawn l- affarijiet għax nistgħu nagħmlu kollox b'ittra uffiċjali u ma ndaħħlu l- ebda kawża fil-qorti.", "Jiena mhux se naqbad miż-żmien meta l-Onor.", "Gatt kien ministru tal-ġustizzja għax dak iż-żmien kien ikrah wisq u qisni rrid ninsih, imma se nibda mill-2003 meta reġa' tela' gvern Nazzjonalista wara l-famużi elezzjoni u referendum li kellna sentejn ilu.", "U hawnhekk għandna l- figuri li żgur m'humiex tiegħi għax niżżilthom mis-site tal-gvern u allura naħseb li m'għandux għalfejn ikun hemm kwestjonijiet fuqhom.", "Minn Jannar sa Diċembru 2003 kien hemm 1,775 kawża ċivili fil-prim'awla u qed ngħodd ukoll dak li daħlu fl-appelli, u fil-qorti tal-maġistrati kien hemm total ta' 625 u xi 30 kawża f'Għawdex, li allura jiġu 655 kawża.", "Fit- tribunal għal talbiet żgħar, jiġifieri b'kompetenza ta' Lm1,500, fl-istess perjodu tas-sena 2003 kellna 2,695 kawża.", "Fis-sena ta' wara, fejn suppost bdiet \"Rebbiegħa Ġdida\" għax dħalna fl-Ewropa u fejn suppost l- affarijiet kellhom ikunu aħjar għaliex kien se jkun hawn iktar opportunitajiet u iktar sistemi ħielsa fejn wieħed ikollu aċċessibilita', flok morna 'l quddiem bdejna mmorru lura.", "Fil-fatt il-kawżi tal-prim'awla minn 1757 niżlu għal 1384, quddiem il-qorti tal-maġistrati kien hemm 471 kawża u t-total ta' kawżi quddiem it-tribunal għal talbiet żgħar kien ta' 2,509.", "Dan l-aħħar meta l-ministru kien qed jirrispondi mistoqsija u jagħti ċ- ċifri ta' Għawdex, jien għamiltlu xi supplementary questions u qalli biex nagħti ċans tispiċċa s-sena.", "Bħalissa qegħdin fix-xahar tal-mejtin u mbagħad ikun fadal Diċembru meta l-qrati tant jaħdmu li prattikament fit- tieni ġimgħa jieqfu!", "Imma ħalli nagħmlu allowance għal dan.", "Il-kawżi fil- prim'awla minn 1,384 issa niżlu għal 1,180, fil-qorti tal-maġistrati minn 471 niżlu għal 337 u fit-tribunal għal talbiet żgħar minn 2,500 niżlu għal 1,850.", "X'qed jiġri?", "Qed jiġri illi l-kawżi li qed jiġu introdotti qegħdin jonqsu sena wara l-oħra.", "U din hija gaffe kbira u l-gvern għandu jara - bħalma għamel fuq it-taxxa tal-withholding tax ta' 12% illi nduna li kellu jagħmel xi ħaġa u jċaqlaq ftit dan il-perjodu sa Marzu – li fejn jidħlu t-tariffi, jagħmel reviżjoni.", "B'mod oġġettiv qed infakkar lill-ministru u ovvjament lill-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici, li meta fis-sajf għamilna l-kritika tagħna u semagħna kulħadd, kien qal li kien hemm tariffi li għandhom jiġu riveduti għax kienu għoljin.", "Jien ngħid li baqa' iktar x'tirrevedi u dan għandu jsir billi tagħmel kumitat li jkun kompost minn ġudikanti li jkunu rtirati u li għad baqagħlhom ħafna interess fil-qorti.", "Għandu jkun hemm ukoll il-President tal-Qorti li fl-indirizz tiegħu kien qal li għalkemm ċerti affarijiet baqgħu l-istess, qed jinqalgħu problemi li għandhom x'jaqsmu ma' l- introduzzjoni ta' ċerti kawżi.", "Nissuġġerixxi li jdaħħal ukoll nies mill- pubbliku li huma intiżi u li jistgħu jgħinu f'dan il-kumitat biex jirrivedu t-tariffi.", "Sur President, it-tariffi m'għandhomx jiġu kkonsidrati biss bħala taxxa imma qed jitħallsu biex jingħata servizz.", "Għalhekk li tgħolli t-tariffa biex dak li jkun ma jirrikorrix għal dak is-servizz jew jingħalqulu l- bibien għal dak is-servizz hija xi ħaġa serja.", "Is-segretarju parlamentari ftaħar li issa għandna l-arbitration, il-mediation, l-ittri uffiċjali u lanqas naf x'ma semmiex.", "Tista' tagħmel ittra uffiċjali taħt il-proċedura l-ġdida li jekk ikollok kreditu sa Lm5,000 ma tmurx tagħmel sentenza.", "Tridx tagħmel ukoll ittra uffiċjali li jekk ma jirrispondikx, ikollok sentenza u ma noqogħdu nisimgħu kawżi xejn?", "Allura nistgħu ngħidu li issa lanqas hemm għalfejn tagħmel kawża, nagħmlu ittra uffiċjali għal kollox u tkun sentenza!", "Imma dak m'huwiex rimedju.", "Insemmi l-kwestjoni tal-mediation li fil-fehma tiegħi ġiet imbażwra u se ngħid għaliex.", "Jekk nieħdu Artiklu 223 tal-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili - għal min qed jismagħna dan ma jfisser xejn ħlief numru u forsi jilagħbu lottu din il-ġimgħa - b'emenda li saret minn gvern Nazzjonalista, jekk tirrifjuta l-mediation, il-qorti tista' tordnalek il- ħlas ta' spejjeż doppji favur il-parti l-oħra f'dak ir-rifjut.", "Qed nirriferi għall-mediation f'kawżi ċivili u mhux tal-familja.", "Dan l-aħħar kien hemm kawża fuq wirt fejn kien hemm 16-il persuna jiġġieldu bejniethom, bit-tfal tat-tfal b'kollox u l-ġudikant qal li għandhom imorru quddiem medjatur.", "J'alla l-medjatur jirnexxilu jsolvi dan il-każ, imma dan jaf li dan l-artiklu jmur kontra l-ħsieb tal-kummissjoni ta' l-Unjoni Ewropea.", "Dan irrimarka dwaru l-president tal-kamra ta' l-avukati meta kellna l-ftuħ tas-sena forensi fit-3 t'Ottubru li għadda fejn qal hekk - u se nikkwotah testwalment minn paġna 3 tar-rapport illi qara l-President biex ma niġix miżinterpretat -", "\"Wieħed jista' jirrimarka illi l-emenda riċenti għall-Artiklu 223 tal- Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili li introduċiet spese doppie kontra min mill-partijiet ma jipparteċipax fil-medjazzjoni, bħala li tmur diametrikament kontra l-ħsieb kif propost mill- Kummissjoni Ewropea\".", "Imma dawn ibażwru u jgerfxu 'l hemm u 'l hawn għax jaqblilhom biex ikollhom iktar nies lil min jagħżlu.", "Jiena nixtieq inkun naf l-lista ta' l-esperti tal-qorti u l-esperti legali li se jagħmel il-ministru jew li se jippreparalu s-segretarju parlamentari.", "Imma dan ma jfisser xejn għalihom għaliex biex jattakkaw il-leader tagħna jinqalgħu u fejn għandu x'jaqsam it- tbażwir regolari tagħhom jinsewh.", "Għaliex?", "Għax dan gvern arroganti li ma jinteressah minn ħadd.", "Jien qed inkun oġġettiv u nsemmi l-affarijiet kif inhuma u kif jirriżultaw.", "Issa l-Kummissjoni ta' l-Unjoni Ewropea - għax issa bilfors irridu nsemmuha la aħna parti minn din is-sistema - ma tarax l-medjazzjoni bħala xi ħaġa li għandha tkun alternattiva għall- proċedura quddiem il-qrati.", "Jiġifieri jekk jiena rrid immur quddiem il- qorti u ma jinteressanix mill-medjazzjoni u rrid li jinstemgħu l-provi u ningħata sentenza, ma nistax niġi mċaħħad minn dak id-dritt.", "Din hekk tfisser.", "Imma jiena nħalli f'idejn il-poplu biex jifhem u jara t-tbażwir u t-tgerfix tal-gvern Nazzjonalista.", "Dawn huma kollha affarijiet dokumentati.", "Imma ħa ngħaddi għall-qorti tal-familja la semmejt il-medjazzjoni, Sur President.", "L-ewwel ħaġa nittama li kulmin għandu problema familjari u min hu involut f'kawżi ta' separazzjoni, jirranġa mal-parti l-oħra għax jekk hemm xi ħaġa li kulħadd jaqbel magħha hija li l-familja Maltija, bit-tradizzjoni kif nafuha aħna, għandha tkun protetta l-ħin kollu, u dak kollu li nistgħu nagħmlu biex il-familja tibqa' magħquda, għandna nagħmluh.", "Imma fir- realta' jkun hemm każi u każi.", "Inutli li l-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici jibqa' jdaħħal rasu fir-ramel u jimxi fuq min qed jinformah u jagħtih il- pariri illi l-medjazzjoni miexja tajjeb għax il-verita' hi li din m'hijiex miexja tajjeb.", "Is-success rate tal-medjazzjoni ma qabżitx il- 11%.", "Barra minn hekk, għal dak li għandu x'jaqsam ma' medjazzjoni fil- qorti tal-familja kien hemm diversi kummenti.", "Issa ilna sentejn għaddejjin b'din is-sistema.", "Kien hemm esperiment, ipprovajnieh, rajna kif morna pero' żgur illi din il-proċedura għandha tiġi riveduta u l-gvern ma jkomplix għaddej kif inhu għaddej u jħalli s-sistema kif inhi.", "Mill-esperjenza nista' ngħid li wħud mill-medjaturi fil-qorti tal-familja qed jagħmlu xogħolhom tajjeb.", "Hemm oħrajn illi bdew tajjeb u qatgħu qalbhom.", "(Interruzzjonijiet) Le, ma kienx hemm tfixkil.", "Issa li għandek ir-responsabbilta' tal-pajjiż trid tara li dak li tista' tirranġa, tirranġah malajr.", "Jekk taf li għandek staff nieqes ma' l-imħallfin ...", "(Interruzzjonijiet) Jiena ninsab informat li Dr. Ray Pace spiċċa mill-qorti tal-familja.", "Dan l-imħallef żgur li għamel dak kollu possibbli.", "Sfortunatament dan marad u mbagħad appuntaw ġudikant ieħor, l-Imħallef Joe Azzopardi, li diġa' qed jaħdem hemmhekk.", "Pero' jiena nsostni li jekk verament trid tħares lejn il-qorti tal-familja b'mod serju jrid ikollok erba' imħallfin li jikkumplimentaw lil xulxin għax li titfa' imħallef waħdu jew żewġ imħallfin fil-qorti tal-familja u tħallihom jiddeċiedu biss il-kawżi tal-familja, se jitkissru.", "Tant huma kbar il-problemi tal-familja u dejjem fuq l-istess linja li dan l-imħallef m'hu se jkollu l-iżvog li jistudja kawżi oħra li mhumiex tal-familja u jkun jista' b'xi mod jibbrilla f'xi affarijiet li huwa jista' jagħti kontribut lejn il-ġustizzja Maltija.", "Jien naħseb li għandu jkun hemm xi sistema ta' roster ta' xi erba' imħallfin bħalma jiġri barra minn Malta u mhux żewġ imħallfin biss.", "Illum il-workload huwa enormi u huwa kkalkolat li terz tal-kawżi ċivili - u dan huwa pprovat - huma kollha quddiem il-qorti tal-familja.", "Jiġifieri jekk għandek 18-il imħallef jew kemm qiegħed bħalissa l-complement bil-president b'kollox, terz ta' dak ix-xogħol kollu qiegħed fuq żewġ imħallfin.", "Issa nafu li parti mix-xogħol tal-qorti tal-familja huwa li meta jkun hemm bżonn xhieda tat-tfal, dawn irid jismagħhom l-imħallef għaliex sal-lum fil-qorti tal-familja għad m'hemmx is-sistema tal-video biex jisimgħu l-minuri.", "Din hija r-realta' wara sentejn li ilha mwaqqfa din il-qorti.", "Issa ta' min ifakkar li l-Maġistrat Vella qed jaħdem ħafna.", "U biex taparsi n- Nazzjonalisti jidhru li qed jagħmlu xi ħaġa qalu li ressqu l-każi kriminali li għandhom x'jaqsmu ma' manteniment, kura, kustodja u aċċess quddiem il- qorti tal-familja.", "Pero' jiena ngħid li din hija farsa għaliex din hija seduta oħra tal-pulizija fil-bini tal-qorti tal-familja.", "Issa apparti l-problema li għandek dwar l-aċċessibilita' għal dan il-bini – għax li qed jiġri hu li ħafna klijenti lanqas biss ikollhom avukat peress li dan ikun għadu għaddej b'xi kawża oħra f'xi qorti oħra - il-pulizija li huma responsabbli mis-seduti tal-kawżi ta' vjolenza domestika, manteniment, aċċess, kura u kustodja, iridu jieħdu ħsieb ukoll is-seduti tal-pulizija li għandhom x'jaqsmu mas-sanita', ma' l-ETC u seduti oħra li jsiru.", "Allura x'qed jiġri?", "M'hemmx pulizija biżżejjed biex jesegwixxu l-mandati ta' arrest li jordna l-istess maġistrat u meta l-Maġistrat Vella jistaqsi għaliex ma jkunux ġew esegwiti xi 15-il mandat, dawn iwieġbu li m'għandhomx pulizija biżżejjed biex jesegwixxu dawn il-mandati.", "Fil-fatt kulma hemm xi tmienja min-nies biex jippreparaw dawn is-seduti kollha.", "Allura ma jagħmilx sens li tgħid li se tagħmel ċerti affarijiet jekk ma tippreparax biex ikollok il-back-up u l-istaff miegħek.", "Meta m'għandekx staff biżżejjed se jbatu l-imħallfin, se jbatu l-maġistrati u se jbati l- poplu Malti.", "Ħalli nieħdu każ ta' mara li ilha sitt xhur ma tieħu manteniment għaliha u għat-tfal.", "Il-Magistrat Vella jappunta dawn il-kawżi kull ġimgħa u kull darba jġibhom 'l quddiem għaliex jaf li l-manteniment tat-tfal huwa xi ħaġa serjissima u allura jrid jismagħha.", "Imbagħad jispiċċaw ma jkollhomx ħin biex isibu lill- akkużat ma sabuhx u nafu x'jiġri meta jsiru dawn l-affarijiet u l-piki safejn iwasslu.", "Wasal il-mument li fil-qorti tal-familja jkun hemm flat rate għall-ħlas tal-periti.", "Ma jistax ikun li l-periti li qed jiġu appuntati mill-qorti tal-familja - u din hija xi ħaġa li m'għandu jkun hemm l-ebda problema fuqha - meta ma jkunx hemm qbil fuq il-valur tal- proprjeta' u jintbagħat perit nominat mill-partijiet, dawn jitħallsu l- eluf.", "Jista' xi ħadd jispjegali kif mara li r-raġel mhux qed iħallasha għall-manteniment, meta titlob li ssir valutazzjoni għaliex ir-raġel tagħhom ikollu xi barriera jew xi maħżen u jinħatar perit, tintalab tħallas kont ta' Lm5,000 ta' valuation minn perit li jkun għamel xi 20 minuta jara l-post.", "Dawn huma ħniżrijiet u għalija din mhijiex ġustizzja!", "U ġudikant ma jista' jagħmel xejn għaliex sempliċiment jgħidilha li trid tħallas lill-perit.", "Fil-fatt biex inkun fair, Sur President, anke l-kamra ta' l-avukati rrimarkat lill-president tal-qorti dwar din il-kwestjoni.", "Ovvjament il- gvern għandu jara x'jista' jagħmel fir-rigward tad-dritt tal-perit li m'għandux jiġi ntaxxat skond il-valur tal-proprjeta' fil-kawża mingħajr ebda limitu.", "M'iniex qed ngħid li m'għandux ikun hemm valur, imma mhux li jkun mingħajr ebda limitu għaliex inutli li l-perit jgħid li l-proprjeta' tkun tiswa Lm0.25 miljun meta din il-mara tkun għadha ma ħadet xejn u trid tħallas il-kont tal-perit li jista' jkun astronomiku.", "Naf b'każijiet fejn il-kontijiet laħqu l-Lm5,000.", "Għalhekk hemm bżonn li l-gvern jindirizza din il-problema.", "X'inhu jiġri fil-qorti?", "Għaliex ħadd ma jrid imur jaħdem il-qorti?", "Għaliex ħadd mill-ħaddiema tal-gvern ma jrid imur il-qorti?", "Hemm diversi raġunijiet u m'iniex se ngħid li waħda mir-raġunijiet hija għax hemm gvern Nazzjonalista għaliex dejjem hija problema li ssib ħaddiema li verament iridu jaħdmu l-qorti.", "Waħda mis-soluzzjonijiet li wieħed irid jikkonsidra hija li dan id-dipartiment ikun a closed department għax ma tistax tittratta ħaddiem tal-qorti bħal kull ħaddiem ieħor.", "Dawn jaħdmu taħt pressjoni minn kulħadd, inkluż minna l-avukati li naħdmu hemmhekk u mill- imħallfin.", "Lill-imħallfin ma tagħtihomx tort għaliex għandhom fuqhom ukoll il-pressjoni li jridu jaqtgħu s-sentenzi.", "M'iniex se nidħol fil-mertu ta' kemm qed jaqtgħu sentenzi jew kif qed jaqtgħuhom għaliex l-imħallef irid jaqta' linja x'imkien u huwa matur biżżejjed li jgħid li issa wasal iż-żmien li jagħti s-sentenza.", "Imma ma jistax ikollok dipartiment fejn il-ħaddiema ma jaħdmux f'ambjent ħieles.", "Għalhekk jien nissuġġerixxi li dan id-dipartiment isir closed department.", "Din hija kwestjoni ta' policy u għandu jsir eżerċizzju b'mod serju biex kulmin jibda jaħdem il-qorti jidħol f'sistema ta' upgrading regolari u jkunu organizzati wkoll korsijiet interni b'mod regolari, mhux xi kultant isir wieħed għad-deputati reġistraturi u kultant nagħmlu xi ħaġa għal xi gradi oħra!", "Ma tagħmilx sens li ċerti nies ikunu privileġġjati u oħrajn ma jkunux.", "Ħalli nagħti eżempju ta' bajjad.", "Bir-rispett kollu lejn kulħadd, ma naħsibx li bajjad fil-qorti filgħodu għandu xi xogħol partikolari x'jagħmel għaliex ma naħsibx li jista' jagħmel xogħlu waqt is-seduti fil- qorti.", "Sur President, it-transfers ta' l-istaff ta' l-imħallfin u tal-maġistrati huma prerogattiva tal-President tal-Qorti.", "Nifhem li hija prerogattiva tal-President tal-Qorti, imma billi wieħed jistaqsi x'qed jiġri u għaliex ikun hemm ċaqliq ta' ċerti nies min-naħa għall-oħra jew minn ġudikant għal ġudikant, ma jagħmilx ħażin.", "Jiena ma nistax nimmaġina, per eżempju, ġudikant li jkollu impjegat li qed jaħdem tajjeb miegħu ikun drah u qabad is-sistema tiegħu u un bel giorno jispiċċa ma' ġudikant ieħor li diġa' jkun hemm bad blood bejniethom.", "Huwa tajjeb li qed isiru dawn l-affarijiet?", "Mhux il-poplu Malti qed jispiċċa jbati!", "Issa se ndur għall-kawżi kriminali, Sur President.", "Jiena nista' ngħid li quddiem il-Maġistrat Carol Peralta hemm numru mhux ħażin ta' kawżi kriminali li għadhom pendenti.", "Hemm bżonn li min hu akkużat jieħu s-sentenza.", "Meta ddum tistenna s-sentenza tkun qed tipperikola - u l-ministru jafha din għaliex huwa persuna integra, fejn għandu x'jaqsam mad-drittijiet tal-bniedem - wkoll id-dritt ta' l- individwu u din iddur kontra l-istess awtorita' bil-vittmi għadhom jistennew.", "Meta se ssir il-ġustizzja fil-konfront ta' dawn il-kawżi?", "F'dan il-kuntest naħseb li ma jagħmilx sens li l-gvern Nazzjonalista jibqa' ċass meta jaf li dan il-maġistrat, huma x'inhuma r-raġunijiet, joqgħod il- Kosovo u se jdum il-Kosovo.", "M'iniex se nidħol fl-impenji internazzjonali tiegħu, imma rridu naraw x'se jsir minn dawn il-kawżi għaliex ma naħsibx li se jkun fiżikament possibbli għall-Maġistrat Peralta li joqgħod jiġi hawnhekk u jaqta' l-kawżi u għalhekk irid isir xi ħaġa.", "Meta l-Maġistrat Scicluna sar imħallef u l-kawżi li kellu hu li kellhom x'jaqsmu mal- każijiet tad-droga damu ma tqassmu, b'xi mod illapazzajna.", "Illum inqabad ritmu u hemm il-Maġistrat Quintano li qed jaħdem ħafna fuqhom u hemm oħrajn li qed jikkumplimentawh.", "Issa ngħaddi biex nitkellem fuq it-tribunal ta' l- inġustizzji.", "Jien mhux se noqgħod nidħol fuq it-tribunal ta' l-inġustizzji għaliex illum dan kważi ġie defunt.", "Imma almenu kont nistenna mossa waħda mill-gvern Nazzjonalista.", "Tajjeb li ninforma lill-pubbliku li għalkemm kien hemm min iċċaqlaq ftit dwar id-39 kawża li jiena kont ippreżentajt quddiem sħabi l- parlamentari fil-Parlament Ewropew, għad baqa' ħafna minnhom li l-gvern ma jridx jaf bihom u tant ma jridx jimplimenta d-deċiżjoni fuqhom li fl-estimi għat-tribunal għall-investigazzjoni ta' l-inġustizzji m'hu qed jivvotaw xejn.", "Dan jaqa' taħt il-vot ta' l-uffiċċju tal-prim ministru u huwa kompetenza tiegħi li nitkellem fuq dan it-tribunal għaliex huwa presedut minn ġudikant.", "F'paġna 61 ta' l-estimi m'hawn xejn ivvotat għalih!", "Imbagħad taħt l-item \"awards by the commission for investigation of injustices li kienet kummissjoni mwaqqfa minn gvern Nazzjonalista, b'xi mod hemm ivvotati Lm1,000.", "Jien ma nistax nifhem għaliex din il-pika, Sur President.", "Jekk taf li persuna rebħet kawża, allavolja s-sentenza tat-tribunal għandha biss forza ta' rakkommandazzjoni, trid tagħtiha dak li ħaqqha.", "Jekk ħaqqha promotion trid tagħtihielha.", "Ara biex jaħfru lil xi ħadd minn tagħhom ikunu minn ta' quddiem, bħal fil-każ tal-Jumbo Lido li qed jitwaqqa', fejn hemm arretrati dovuti lill-gvern li jammontaw għal eluf ta' liri.", "Qed nirreferi għal ċertu Fenech, li nzerta jiġi missier Peter Fenech tagħkom.", "(Interruzzjonijiet) Billi tgħid li huma limited liability company, imma xorta huma flus dovuti lill-gvern!", "(Interruzzjonijiet) U nistaqsi lill-ministru li taħtu jaqgħu l-artijiet: Din hija inġustizzja?", "(Interruzzjonijiet) Jeżistu rimedji legali li l-ministru jaf x'inhuma.", "(Interruzzjonijiet) Suppost taf x'għandek tagħmel!", "Ma kienx ikun xi ħaddieħor għaliex kieku kontu tieħdu passi imma dan wieħed minn tagħkom!", "(Interruzzjonijiet)", "Sur President, fis-sena 2003, meta kienet għadha lanqas laħqet nixfet il- linka tar-riżultat ta' l-elezzjoni, għaddew emenda oxxena fil-liġi ta' l- income tax biex jiġbru flus li huma preskritti.", "Fuq il-każ tal-Jumbo Lido, għaliex min hu involut huwa Nazzjonalist, qed jgħidu li għaliex hija a limited liability company ma jistgħu jagħmlu xejn, imbagħad anzjani ta' 70 sena u ta' 89 sena irċevew ittri uffiċjali biex iħallsu taxxi li qed jgħidu li huma dovuti għas-snin 1972, 1973 u 1974.", "Meta mort niċċekkja sibt li mill-ewwel ta' din is-sena sal-bieraħ bagħtu 3,137 ittra uffiċjali lin-nies li qed jitolbuhom flus ta' taxxi li skond il-liġi huma preskritti.", "Dawn daħlu emenda biex b'mod retroattiv jagħtu s-setgħa lilhom infushom li jiġbru dawn il-flus mingħand nies li llum waslu biex imorru fil-qabar.", "Din hija l-ġustizzja għall-gvern Nazzjonalista.", "Imbagħad jippikaw mal-ħaddiem Malti li jkun rebaħ sentenza biex jieħu dak li ħaqqu u ma vvotawx flus għal dan l-iskop!", "Dan huwa l-mod kif issir il-ġustizzja f'pajjiżna!", "Sur President, dawn l-affarijiet ngħidhom kontra qalbi imma la huma fatti li jirriżultaw minn dokumenti jkolli nsemmihom.", "Diversi membri minn din in- naħa tal-Kamra raw minn dawn l-ittri uffiċjali għax dawn il-persuni ġew għandna għax ħassew li ġew abbużati.", "Għaliex?", "Għaliex ħafna minnhom ma jafux x'għandhom jagħmlu u mbagħad jekk jgħaddi l-perjodu, jiġi eżegwit il- mandat fil-konfront tagħhom dwar flus li lanqas huma dovuti.", "Permezz ta' emenda oxxena u anti-kostituzzjonali fl-Income Tax Act - fuq din imissu tkellem il-ministru la għandu daqshekk għal qalbu d-drittijiet tal-bniedem – il-gvern se jiġbor flus li huma preskritti.", "Issa jien meta nitkellem fuq il-ġustizzja, ma jkollix f'moħħi biss il-ġustizzja li toħroġ mill-qrati imma l-ġustizzja fl-aspett wiesgħa tagħha.", "Per eżempju, wasal iż-żmien li l-actio popolaris, li huwa l-mod li bih titmexxa kawża, anke minn persuna li mhijiex direttament milquta, jitwessa' ħalli jkunu jistgħu jsiru kawżi lill-gvern meta ma tkunx qed tingħata spjegazzjoni biżżejjed lill-poplu Malti.", "Ma jistax ikun li jibqa' jkollna gvern li qed iwettaq inġustizzji soċjali fil-konfront ta' kif iħaddem il-ġustizzja u li jkollna ġustizzja li m'hijiex miftuħa u aċċessibbli għall-poplu Malti kollu.", "Din il-gidba li qed ngħixu fiha taħt gvern Nazzjonalista hemm bżonn li tinkixef darba għal dejjem.", "Ma jistax ikun li sena wara sena niġu hawnhekk u l-problemi fil-qasam tal-ġustizzja jibqgħu dejjem jikbru.", "Ċertament hemm ħafna aspetti x'wieħed jirranġa.", "Per eżempju, fil-każ tat-tribunal għal talbiet żgħar, li ġie mwaqqaf taħt amministrazzjoni Laburista u gvern Nazzjonalista żied il-kompetenza tiegħu, ma żdiedx il-vot biex ikollu staff biex jaħdem aħjar.", "Ġieli kellna każi fejn iċ-chairman tat-tribunal, bħaċ-chairman Peter Borg Costanzi, irrimarka li ma setax jagħti s-sentenza għax ma kellux min jittajpjalu jew ma kellux min jagħtih il-karti biex ilesti, affarijiet tad- daħk.", "Jiena tlajt fil-post biex niċċekkja fejn jaħdmu dawn il-ħaddiema u sibt tmienja min-nies jaħdmu f'kamra waħda qishom qegħdin f'gallinar.", "Din is- sena l-vot għat-tribunal għal talbiet żgħar huwa ta' Lm20,000 kif kien is- sena l-oħra, jiġifieri lanqas kellkom d-diċenza li jżiduh imqar b'xi ħaġa żgħira.", "La qed jipproponu li jżidu l-kompetenza minn Lm1,500 għal Lm2,000, ma jistgħux iħallu l-affarijiet mingħajr ma jagħmlu backup u mingħajr ma jorganizzaw iktar l-istaff b'mod professjonali.", "Naħseb li wasal iż-żmien li jekk nafu li dan it-tribunal irnexxa, nikkonsidraw li jkollna ġudikanti full-time u mhux noqogħdu nilagħbu bis-siġġijiet tal- ġudikatura billi daqqa nappuntaw lil wieħed u daqqa nappuntaw lill-ieħor!", "M tagħmilx sens li jkollok ġudikant li wara ħames snin ikun jaf li jistgħu jappuntaw lil ħaddieħor u jrid jibda kollox mill-ġdid.", "Nagħlaq billi ngħid li m'hemmx dubju li minħabba amministrazzjoni illi m'hijiex qed tagħti kas ta' l-ebda suġġeriment, lanqas ta' dawk in-nies li m'humiex politiċi, biex ikollna l-aħjar ġustizzja f'pajjiżna, qed jintlaqat fil-laħam il-ħaj il-poplu Malti u dan ma jawgurax tajjeb għall- amministrazzjoni tal-ġustizzja f'pajjiżna imma jawgura biss li l-poplu Malti u Għawdxi għandu jkun aktar determinant li darb'oħra jivvota lill- partit Laburista biex ikun fil-gvern.", "Grazzi, Sur President.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Chris Cardona.", "ONOR.", "CHRIS CARDONA: Grazzi Sur President.", "Imiss lili li għan-nom ta' l- oppożizzjoni nagħlaq id-dibattitu fuq il-miżuri tal-budget għar-rigward ta' dan il-ministeru.", "Jiena se nillimita l-intervent tiegħi għal dak li għandu x'jaqsam mal-politika tal-gvern lokali li jifforma parti wkoll minn dan il- ministeru.", "Nistgħu ngħidu li fis-sena li għaddiet saru żviluppi interessanti ħafna fit- tmexxija tal-gvern lokali.", "Iddisdkutejna u ddibattejna hawnhekk emendi illi biddlu sostanzjalment il-liġi prinċipali li tirregola l-kunsilli lokali, rajna wkoll li kien hemm diversi liġijiet sussidjarji, legal notices li llum huma in vigore u rajna wkoll li l-kunsilli lokali kulma jgħaddi ż- żmien baqgħu jingħataw iżjed poteri u responsabbiltajiet ġodda illi juru illi hemm interess minn kulħadd, kemm mill-gvern, kemm mill-oppożizzjoni u kif ukoll mill-kunsilli nfushom.", "Rajna wkoll aktar involviment – u fuq dan nitkellem iktar tard - minn ċertu kunsill lokali anke fi proġetti ta' l- Unjoni Ewropea u fix-xogħol internazzjonali, partikolarment ħidma f'pajjiżi li huma membri fl-Unjoni Ewropea.", "Meta tħares lura ssib li kienet sena ta' impenji kollettivi kontinwi.", "Min- naħa tiegħi pprovajt niltaqa' kemm jista' jkun ma' diversi kunsilliera u nista' ngħid li din kienet esperjenza pożittiva.", "Mil-lat l-ieħor kellna wkoll mumenti ta' dwejjaq u ta' niket, rajna xi kunsilliera li mietu waqt li kienu għadhom iservu bħala kunsilliera, bħas-Sinjura Camilleri tal-Mosta u Joe Penza ta' Ħal-Luqa, kellna wkoll mumenti tal-mistħija, bħal meta fit- 28 ta' Mejju ta' din is-sena saru atti vandali u kriminali kontra s-sindku ta' Ħal Qormi, Jesmond Aquilina.", "Dan kien att barbaru magħmul minn persuni beżżiegħa kontra persuna tant ġentili u jiena ninsab konvint li l-pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjoni tagħha dwar dan il-każ.", "Pero' naħseb illi tajjeb li niġu issa għas-suġġett proprju li huma l-finanzi allokati għall-gvern lokali u l-miżuri ekonomiċi fil-ħidma ta' kunsilli lokali.", "Naħseb illi teknikament f'dan il-ministeru l-aktar miżuri finanzjarji illi jolqtu fil-laħam il-ħaj jolqtu proprju t-tmexxija tal-gvern lokali.", "Għaliex?", "Għaliex il-qasam tal-ġustizzja hu dak li hu u baqa' dak li hu, fil-qasam ta' l-intern kien hemm żviluppi ġodda fihom, pero' l-kunsilli lokali evolvew b'mod mgħaġġel ħafna, ħadu responsabiltajiet u poteri ġodda u allura hija kważi awtomatika illi għandu jkun hemm żvilupp ukoll fil- finanzi tagħhom.", "Is-slogan tal-gvern fil-budget li ppreżenta huwa \"Biex aħna ngħixu aħjar\".", "Min-naħa l-oħra aħna mill-oppożizzjoni qegħdin nistaqsu lill-poplu jekk hux qed jgħix aħjar b'dawn il-miżuri finanzjarji illi ntroduċa l-gvern?", "U l-istess analiżi li għamel il-kap ta' l- oppożizzjoni fir-rigward tal-familji, tal-ħaddiema u tal-persuni li huma involuti fin-negozju, nistgħu nagħmluha wkoll għall-kunsilli lokali.", "Nistgħu naraw jekk bin-numru ta' miżuri illi daħħal il-gvern b'dan il- budget u bl-affarijiet li introduċa qabel, partikolarment bit-tariffi tad- dawl u ta' l-ilma, il-kunsilli lokali bil-flus li għandhom ivvotati llum fl- estimi għas-sena 2006 humiex se jmorru aħjar.", "Jekk naraw l-estimi ta' l-2006 nindunaw illi l-gvern ma ħabbarx xi tibdiliet kbar mill-estimi tas-sena l-oħra.", "Jekk wieħed jikkompara l- istima li dan il-gvern alloka lill-gvern lokali minn personal emoluments 'l isfel ma' dak li qiegħed jalloka llum, jara li m'hemmx xi differenza kbira, jiġifieri sostanzjalment huma l-istess u allura kull kunsill lokali u anke l-istrutturi governattivi oħra bħad-dipartiment tal-kunsilli lokali, more or less se jkollu l-istess allokazzjoni ta' budget.", "Pero' n-nefqa tal- kunsill lokali se tibqa' l-istess?", "U naħseb illi tifel ta' erba' snin kapaċi jweġibha din il-mistoqsija għaliex jekk wieħed jikkonsidra l-fatt li matul dawn is-sentejn tnaqqsu l-fondi tal-kunsilli lokali, daħlulhom piżijiet ġodda bħaż-żieda fil-VAT is-sena li għaddiet, l-eco-tax, żieda fil- prezzijiet tad-dawl li saru ġimgħa qabel il-budget, żieda fil-prezz tad- diesel u mitt ħaġa oħra, huwa ċarissimu li l-ispiża ta' kull kunsillier individwali biex iwettaq ix-xogħol tiegħu, żdiedet b'mod sostanzjali.", "Allura żgur illi b'dan il-budget il-kunsilli lokali m'humiex se jmorru aħjar, anzi se jmorru ħafna agħar u l-gvern jaf b'din il-problema.", "Jiena naf li l-gvern ġie nformat minn ċerti kunsilli lokali anke fejn hemm sindki tal-partit Nazzjonalista, li dawn waslu f'sitwazzjoni - u din kont esprimejtha anke s-sena li għaddiet - illi l-fondi li għandhom biex ilaħħqu ma' l-ispiża rikorrenti biex iħallsu lill-impjegati u l-kontijiet tad-dawl, ma jibqagħlhom l-ebda finanzjament biex jagħmlu xi proġett ġdid jew jinvolvu ruħhom f'xi tip ta' proġett li fuq bażi reġjonali jista' jagħmel sens, jew inkella jidħlu f'dak li huma qegħdin jgħidulu public private partnership fi kwestjonijiet ta' day care centres jew djar ta' l-anzjani.", "Jiġifieri l-fondi li għandhom ċerti kunsilli llum il-ġurnata huma biss biex irendu l-kunsill lokali dipartiment tal-gvern li jlaħħaq ma' l-ispiża li għandu u l-bilanċ jibqa' zero.", "Issa ż-żieda fid-dawl u l-ilma se taffettwa lill-kunsilli lokali kemm direttament, għax il-kontijiet tal-kunsilli lokali se jogħlew b'mod astronomiku u se tolqothom ukoll fuq is-servizzi li jużaw minn diversi kuntratturi li min-naħa tagħhom se jkollhom jgħollu l-ħlasijiet għas- servizzi li qed jagħtu minħabba dawn l-ispejjeż ġodda.", "Jekk kunsill lokali llum għandu kuntratt ta' tindif ma' kumpannija li tagħmel it-tindif tat- toroq, dak it-tip ta' kuntratt se jogħla inevitabbilment minħabba l- ispejjeż ġodda li dawn is-subcontractors se jkollhom.", "Dan mhuwiex xi fenomenu li se jiġri biss fl-industrija tal-kostruzzjoni għax l-għada tal- budget bdew jogħlew l-ispejjeż u allura dawn il-kuntratturi jridu jgħadduhom bilfors fuq min iqabbadhom, u eventwalment min iqabbadhom, jekk ikun spekulatur, irid jgħaddihom fuq min se jixtri, jiġifieri fuq iċ- ċittadin normali li għandu bżonn saqaf fuq rasu.", "L-istess ħaġa se tiġri fil-każ tal-kunsilli lokali.", "Pero' l-gvern m'hu qed jagħti kas ta' xejn u mhuwiex jinkwieta li jista' jkollu kunsilli fejn f'mid-term, jiġifieri wara sena u nofs mit-tliet snin li għandhom, jispiċċaw b'deficit allarmanti, kif diġa' ġara lil ċerti kunsilli.", "Dan huwa ħażin ħafna u għandna naraw li ma jkunx hemm kunsilli li jibdew joperaw b'dan it-tip ta' deficit.", "Pero' l-gvern m'hu qed jagħmel assolutament xejn u ma ndirizzax il-problema fil-budget ta' din is-sena.", "Ħaseb li l-kunsilli lokali jistgħu jgħixu bl-arja u jien naħseb li se jkun hemm problema kbira minħabba li ċerti kunsilli m'humiex se jkunu f'pożizzjoni finanzjarja li joperaw il-kunsilli tagħhom.", "U m'hu veru xejn li f'dan il-budget ma ddaħħlu l-ebda żidiet ta' taxxi, kemm diretti u kif ukoll indiretti, għax il-gvern innifsu qiegħed jistma li se jdaħħal iktar taxxi.", "Jekk wieħed jara x'se jdaħħal il-gvern minn taxxi diretti u indiretti jsib li għal din is-sena l-gvern qed jistma li se jdaħħal Lm739 miljun f'taxxi diretti u indiretti u għas-sena d-dieħla l-gvern qiegħed jistma li se jdaħħal Lm785 miljun.", "Dan ifisser żieda ta' iktar minn Lm45 miljun f'taxxi, li skond iċ-ċifri ta' l-istess gvern il-piż tat-taxxi diretti u indiretti s-sena d-dieħla se jiżdied b'6.4% fuq din is-sena, kważi d-doppju ta' kemm se tiżdied l-ekonomija.", "Għalkemm dawn huma miżuri konnessi direttament ma' l-operat tal-gvern ċentrali, jekk se nibqgħu nitkellmu fuq id-devoluzzjoni tal-poter lill-kunsilli lokali, allura dawn il-miżuri bilfors se jaffettwaw lill-kunsilli lokali.", "U ż-żieda qawwija fit-tariffi tad-dawl u l-ilma mhux se tolqot biss lill-familji u liċ-ċittadini.", "Minn kalkolu li għamilna fuq diversi kunsilli lokali, minn Novembru ta' din is- sena l-kont li se jibdew iħallsu l-kunsilli lokali se jkun ta' mhux inqas minn 25% aktar minn dak li qed iħallsu llum.", "Meta tidħol is-surcharge ta' 84%, il-kont tal-kunsill lokali - u ħdimniha b'mod konservattiv għax hemm kunsilli li għandhom kontijiet għoljin u hemm oħrajn li għandhom kontijiet relattivament baxxi – se jiżdied għal aktar minn 40% minn kif kien bejn l-1996 u l-1998.", "Din hija xi ħaġa inaċċettabbli u ma nistgħux nagħlqu għajnejna għaliex jekk nagħmlu hekk se nispiċċaw b'kunsilli lokali li ma jistgħux jaħdmu.", "Kif jistgħu jaħdmu aħjar il-kunsilli lokali?", "Jekk hemm bżonn noħolqu sistemi fejn il-kunsilli stess nixprunawhom biex anke huma jkollhom involviment aħjar fil-finanzi tagħhom.", "Per eżempju, dan l-aħħar ħabib tiegħi għaddieli proposta ta' kif minflok ċerti tenders nesploraw il-possibbilta' ta' kuntratti definittivi tax-xogħol għal nies li jirreġistraw ma' l-ETC.", "Ħalli nieħu l-eżempju tal- kunsill lokali ta' Raħal Ġdid fir-rigward tal-kuntratt tal-knis.", "Bejn l-1995 u l-1996 il-kunsill kellu kuntratt mad-dipartiment ta' l-indafa pubblika li kien jiswa Lm16,000.", "Imbagħad iddeċieda li jibdel dan il- kuntratt u bejn l-1996 u l-1998 tah lil kumpannija privata għas-somma ta' Lm35,000.", "Wara dan kien hemm kuntratturi oħrajn li l-prezzijiet tagħhom kienu Lm26,000, Lm24,000 u Lm21,000, pero' l-kunsill ħass li ma kienx qed jiġi moqdi tajjeb.", "Għalhekk iddeċieda li joħroġ applikazzjoni għall- kenniesa ma' l-ETC.", "Il-kunsill beda jħaddem ħames kenniesa fuq kuntratt definit ta' tliet snin u llum qiegħed iħallas Lm17,000 li jinkludu l-paga, il-bonuses u l-bolol.", "Jiġifieri llum il-kunsill għandu kontroll assolut fuq kemm għandu nies u kważi qed iħallas l-istess somma li kien qed iħallas fl-1996 meta kien marbut b'kuntratt mad-dipartiment ta' l-indafa pubblika.", "Dan ifisser li qed jiffranka aktar minn Lm4,000 fis-sena, minbarra l-VAT illi kieku kienet tmur għand il-gvern ċentrali.", "X'inhu jagħmel il-gvern biex għallinqas jirrimedja l-iżbilanċ li ħoloq kontra l-kunsilli lokali u jara li dawn jieħdu l-inizjattivi, kif jeħduhom b'mod sporadiku ċerti kunsilli?", "Jien ma rridx nikkritika biss lill-gvern imma anke lil ċerti kunsilli li fl-opinjoni tiegħi qegħdin 'il bogħod ħafna milli jkollhom prestazzjoni tajba fil-ħidma tagħhom.", "Huwa tajjeb li nikkritikaw lil xulxin f'din il- Kamra, pero' huwa xieraq ukoll li nirrikonoxxu t-tajjeb li jagħmel il-gvern u min qed jagħmel ħażin ma ngħabbuhx fuq dahar il-gvern.", "Jiena nemmen li u għandhom ikunu l-kunsilli li jieħdu ċerta inizjattiva biex ma jsirx ċertu sparpaljar ta' flus.", "Naqblu li għandu jkun hemm devoluzzjoni tal-poter u li nkunu aktar viċin il-poplu fejn jidħlu deċiżjonijiet, imma kif se naħdmu?", "Naħseb li qed isir xogħol tajjeb ħafna imma rridu nkunu aħna f'din il-Kamra li nwasslu dan il-messaġġ.", "Sfortunatament hemm numru ta' nies, kemm Laburisti, kemm Nazzjonalisti u kif ukoll mill-Alternattiva Demokratika, li qatt ma emmnu fil-kunsilli lokali u jgħidu li l-kunsilli qegħdin hemmhekk għalxejn u huma ħela ta' flus.", "Dan il-messaġġ idejjaq lin-nies u jżomm lill-istess kunsill milli jkompli jevolvi b'mod pożittiv fil-ħidma tiegħu.", "Għalhekk aħna għandna niżguraw li l-politika reali titħaddem at ground level u tiżviluppa iktar.", "L-oppożizzjoni temmen li l-kunsilli lokali għandhom ikunu proattivi u jħeġġu liċ-ċittadini jkunu attivi u kreattivi.", "Għalhekk il-finanzi huma importanti ħafna u l-gvern qed jonqos ħafna meta mhux qed jagħtihom dak li għandhom bżonn.", "Pero' rridu nkunu kreattivi u mhux medjokri u għażżiena.", "Dan għandu jkun il-punt tat-tluq ta' kull kunsill lokali.", "Il-kredenzjali li għandhom isawru kunsill lokali u l-kunsilliera bla dubju ta' xejn għandhom ikunu l-ideat, l-oġġettivita', l-inizjattiva, is-sens komunitarju u l-ħerqa li jkun hemm involviment edukattiv f'kull kunsill immirat kontra kull forma ta' diskriminazzjoni.", "Aħna għandna nemmnu li l-kunsilli lokali jeżistu sabiex jerfgħu din ir-responsabbilta' u mbagħad, jekk hemm bżonn, jittrażmettuha lill-komunita' fejn ikunu qegħdin jaħdmu.", "Pero' hawn nistaqsi: X'qed jagħmel il-gvern biex jara li jkun hemm dan it-tip ta' moviment favur il-kreattivita' u l-ideat tal-kunsilli lokali?", "Il-gvern ma jistax jibqa' jittratta lill-kunsilli lokali bħala paraventu billi sempliċement jagħtihom allokazzjoni u mbagħad jaraw huma.", "Il-gvern irid ikun il-mutur wara din il-fażi ġdida ta' evoluzzjoni fil-politika ta' gvern lokali.", "Huwa ħażin li nassoċjaw l-kunsilli lokali biss mat-tisbiħ tar-roundabouts, mal-bankini u mal-latrini.", "Jekk hemm bżonn nibnu fuq dak li qed tagħmel l-Ewropa.", "IIum il-ġurnata l-Unjoni Ewropea tħeġġeġ li l- ħidma ta' gvern lokali tkun indirizzata pari passu mal-ħsieb tal-koeżjoni soċjali u rridu naraw kif pajjiżi oħra li kienu qabilna fl-Unjoni Ewropea żviluppaw din id-dimensjoni.", "Per eżempju, l-Ingilterra ipproduċew dokument fejn taw rendikont ta' dak li sar matul dawn l-aħħar snin u għamlu prospetti għall-għaxar snin li ġejjin.", "Hemm pajjiżi oħrajn li daħlu magħna fl-Unjoni Ewropea u qed jagħmluha wkoll.", "Pero' jien inħoss li minn dan il- lat aħna għad għandna nuqqas u mhux qed isir biżżejjed.", "Is-sena l-oħra jiena kont għaddejt issuġġerejt li anke f'dan il-kontest għandu jkun hemm struttura ministerjali, tkun xi tkun, fejn ikun hemm grupp ta' nies, li jkun it-think tank u jekk jista' jkun ikunu esperti fis- settur ta' fondi mill-Unjoni Ewropea biex ikunu jistgħu jgħinu lill-gvern u lill-kunsill lokali b'mod tekniku kif jistgħu jinvolvu ruħhom f'dawn il- proġetti li huma elaborati u tekniċi ħafna.", "Huwa diffiċli ħafna għall- kunsill individwali u żgħir ta' ħames kunsilliera f'Għawdex jew f'Malta li jipprova jidħol fi programm ta' l-Unjoni Ewropea waħdu, meta dan ikollu segretarju eżekuttiv wieħed, sindku part-time u erba' kunsilliera li qegħdin jagħmlu xogħolhom.", "Pero' jidher li l-ministru u s-segretarju parlamentari ma ħarsux lejn din il-proposta b'mod favorevoli għax matul din is-sena m'għamlu xejn.", "Dan huwa ħażin għax hemm ħafna x'nistgħu niggwadanjaw.", "Jien nemmen li dan huwa wieħed mill-aktar setturi fil-ħidma ta' l-Unjoni Ewropea fejn għandna iktar x'nieħdu milli nagħtu.", "Ikun ħażin jekk ma nagħmlux kif għamlu pajjiżi ferm ikbar minna bħall-Polonja u pajjiżna daqsna bħal Ċipru, li rnexxielhom jinvolvu ruħhom ħafna iktar minna f'dan is-settur.", "Primarjament irridu naraw li jkollna kunsilli lokali li l-ħidma tagħhom tkun iffokata fuq id-dimensjoni soċjali tal-lokalitajiet tagħna.", "Nafu lkoll li llum sfortunatament hawn forom ġodda ta' faqar u dan ħadd ma jieħu pjaċir bih.", "Hawn livelli ta' faqar li telgħin 'il fuq ukoll – issa huwa irrilevanti jekk hux minħabba l-politika tal-gvern jew minħabba l- prezzijiet taż-żejt – u qegħdin narawhom u nħossuhom meta nduru d-djar u niltaqgħu ma' dawn in-nies.", "Jiena nemmen li l-kunsilli lokali għandhom ikunu l-ewwel tarġa ta' dawn in-nies li huma fil-bżonn.", "B'mod konkret iridu jaħdmu fl-oqsma soċjali biex ikattru l-ġid soċjali f'livell lokali u jassiguraw kwalita' ta' ħajja aħjar għal kulħadd, b'mod partikolari għal dawk il-persuni li għandhom bżonn iżjed għajnuna, bħalma huma l-anzjani, il- morda, il-persuni bi bżonnijiet speċjali, persuni li huma single parents u li jsibu diffikultajiet kbar biex jintegraw ruħhom fis-soċjeta'.", "Relatati direttament ma' dan l-impenn soċjali rajna ċerti proġetti soċjali li saru minn diversi kunsilli lokali, bħal djar għall-anzjani, child care centres, ħarġiet għall-anzjani u għajnuna lil dawk li jkunu qed ifittxu x- xogħol ma' l-ETC.", "Minn dan il-lat qegħdin naraw kif permezz tal-ħidma tagħna fil-kunsilli lokali nkunu fuq quddiem nett ħalli nagħmlu pajjiż li fl-aħħar mill-aħħar ikun iktar effettiv fix-xogħol tiegħu.", "Sfortunatament il-gvern jew ma jgħid xejn jew inkella jidher li m'huwiex jinvolvi ruħu kemm suppost.", "Il-kelliem għall-kunsilli lokali ta' qabli kien l-Onor.", "Charles Mangion u niftakar li kull darba kien isemmi l-aspett tar- reġjonalita'.", "Għaliex il-gvern ma jeħux dan l-aspett bis-serjeta' meta nafu li f'Malta għandna diversi żoni li għandhom karatteristiċi simili?", "Għandna l-coastal zones, għandna t-tlett ibliet u għandna r-reġjun ta' Għawdex fejn tant nistgħu niffrankaw flus f'livell ta' reġjonalita' għax ma jkunx hemm overlapping ta' spejjeż, u fl-istess waqt nistgħu naħdmu aħjar għaliex hemm il-kollettivita' tal-kunsilli li jaħdmu u jintegraw aħjar.", "Pero' kif diġa' għidt, il-gvern jew ma jrid jagħmel xejn, jew ma jrid jgħid xejn jew inkella qed jagħmel u ma jidhirx li qed jagħmel.", "Iżda jien staqsejt lill-kunsilliera meta dan l-aħħar iltqajt magħhom - u llum il- ġurnata il-partit Laburista mill-Oppożizzjoni għandu maġġoranza tal- kunsilliera u maġġoranza tal-kunsilli fil-pajjiż, u allura jien nassumi li s-sample li ltqajt miegħu kien sample li huwa indikattiv ħafna – u qaluli li ħadd mill-ministeru ma kellimhom fuq reġjonalita'.", "Huma jridu jerfgħu fuq spallejhom, bil-limitazzjonijiet finanzjarji li għandhom, kull proġett li jinvolvi l-flus u fejn jistgħu eventwalment jiffrankaw xi ħaġa huma.", "Hemm aspetti oħrajn li wieħed jista' jaħdem fuqhom.", "Per eżempju, ma smajniex lill-gvern jirreaġixxi fuq dak li qalet l- oppożizzjoni fil-kungress ta' xi tliet ġimgħat ilu meta qalet li minn issa qed tagħti commitment li gvern Laburista jkun f'pożizzjoni li fi sħubija mal-kunsilli lokali jdaħħal programm biex itejjeb l-ambjent urban u joħloq żoni turistiċi ġodda f'diversi areas.", "Konna diġa' pprovajna nagħmluha, pero' qegħdin nidentifikaw areas ġodda bħal Tas-Sliema, San Ġiljan, San Pawl il-Baħar, Buġibba, Wied il-Għajn, Marsaxlokk u Birżebbuġa li huma reġjun għalihom.", "Bla dubju ta' xejn dawn għandhom jingħataw trattament mill-awtoritajiet reġjonali u rridu naħdmu biex nagħtu nifs lil dan it-tip ta' żvilupp reġjonali bil-parteċipazzjoni tal-kunsilli lokali, u f'dan il- pjan il-gvern irid ikun lest li jafda fil-ħila tal-ħaddiema Maltin u Għawdxin u jkun lest li jiddedika fondi ġodda ta' investiment biex hu wkoll ikun jista' jqanqal ix-xogħol u juri l-fiduċja tiegħu f'dan il-proġett.", "Niġi issa għall-ambjent, Sur President.", "Kif għidt aktar qabel, illum il-kunsilli lokali għandhom responsabbiltajiet ġodda dwar l-ambjent.", "Pero' fuq nota ġenerali xtaqt ngħid li minkejja li fid-diskors tal-budget il-kap tal-gvern stqarr li l-ambjent huwa wkoll prijorita', saru ħafna wegħdiet mill-gvern li ma twettqux.", "Huma wegħdiet li għandhom implikazzjoni fuq il-ħidma tal-kunsilli lokali għax jekk ikun se jsir xogħol li se jsebbaħ ċerti żoni f'ċerti lokalitajiet u ma jsirx, ovvjament fl-aħħar mill-aħħar jitgħabba b'dak ix-xogħol il-kunsill lokali li jkun qed jieħu ħsieb dik il-lokalita'.", "Is-sena l-oħra, per eżempju, il- gvern kien wiegħed li se jiżviluppa siti fejn se jintrema skart goff, wiegħed li kien se jwaqqaf żewġ impjanti għat-tisfija tad-drenaġġ u wiegħed li se jkun hawn tliet ċentri għall-moniteraġġ ta' l-arja.", "Dan kien proċess li bdieh il-gvern Laburista u s'issa, jekk m'iniex sejjer żball, saru biss żewġ ċentri.", "Għaddew 13-il sena u l-marine protected areas għadhom ma sarux.", "Fl-1998 dan il-gvern kien wiegħed li l-pjani lokali se jitlestew fi żmien sena u sal-lum għad hemm ħames pjani lokali li mhumiex approvati.", "Jekk il-gvern irid jgħabbi lill-kunsilli lokali b'iżjed responsabbilta', almenu jrid jagħmel il-parti tiegħu.", "Jien smajt ħafna affarijiet li ħassbuni dwar il-mod kif is-sistema tal- green wardens qed toħloq ċerta inġustizzja ma' ħafna nies.", "Nispera li s- sistema tal-green wardens ma tkunx mibnija fuq is-sistema tal-wardens tat- traffiku għaliex filwaqt li huwa tajjeb li jkun hawn id-dixxiplina u tinħoloq kuxjenza ambjentali akbar, pero' jkun ħażin jekk ikollna, anke aħna bħala avukati, niffaċċjaw klijenti li jkunu qalgħu ċitazzjoni meta kienu msefrin jew inkella jingħataw ċitazzjonijiet lil nies li jkunu l- isptar u jgħidulhom li rawhom għaddejjin bil-karozza jew li kienu pparkjati fuq xi double yellow line!", "Huwa tajjeb li jkollna politika ambjentali b'saħħitha u ħolistika, pero' rridu noqogħdu attenti li noħolqu bilanċ fejn kulħadd jerfa' r-responsabbiltajiet tiegħu.", "Qegħdin naraw li l-kunsilli lokali qegħdin jerfgħu r-responsabbiltajiet tagħhom u għalhekk il-gvern għandu wkoll jerfa' r-responsabbilta' tiegħu u jagħtihom dak li ħaqqhom.", "Il-ministru u s-segretarju parlamentari jafu li qed ikun hemm it- tgergir fil-kunsilli lokali għax is-sindki stess qegħdin jgħidulhom li għabbewhom b'piż enormi, għandhom responsabbiltajiet akbar minn tas-sena l- oħra u l-fondi baqgħu l-istess.", "Huma stess qegħdin jipprovaw joħolqu metodi ta' kif inaqqsu l-ispiża tagħhom, pero' din m'hijiex biżżejjed.", "Id-dipartiment tal-gvern lokali qed jagħmel ħidma siewja ħafna u bla dubju ta' xejn fid-direzzjoni t-tajba.", "Fl-opinjoni tiegħi, hemm staff tajjeb, huwa mmexxi u mħarreġ tajjeb u dan id-dipartiment qed jirnexxilu jara li l-kunsilli lokali jkollhom saħħa legali sabiex iwieġbu għall- ħteġijiet tal-lokalita' tagħhom dejjem fil-parametri tal-liġi.", "Jiena nnotajt ukoll – u dan huwa importanti ħafna - li l-kunsilli lokali saru aktar konxji minn dan il-fatt.", "Id-dipartiment qed jara wkoll li jkun hemm għajnuna u jgħin il-proċess tad-deċentralizzazzjoni u l-firxa tal- poter, dak li huwa msejjaħ id-devoluzzjoni.", "Qed jagħmel sewwa wkoll li jżomm skrutinju tajjeb fuq l-operat finanzjarju ta' kull kunsill u naħseb li flimkien ma' strutturi oħrajn, bħalma huwa l-awditur, irid joqgħod attent ħafna għaliex ma nistgħux nippermettu li jkun hemm ħela ta' flus jew adirittura – ngħidha b'wiċċi minn quddiem – korruzzjoni.", "Is- salvagwardja, minbarra l-pulizija li jridu jinvestigaw wara, huwa d- dipartiment u l-awditur u jridu jkunu ħafna aktar incisive ma' min jinqabad ibagħbas ma' fondi pubbliċi, irrelevanti jekk ikunx Nazzjonalist jew Laburist.", "Aħna rridu nies serji li joperaw il-kunsilli lokali, li jiddeċiedu għall-ġid tar-residenti u mhux għall-ġid tal-but tagħhom – kif ġieli ġara - jew għall-ġid ta' xi ħbieb.", "U minn hawnhekk nappella lid- dipartiment biex jgħaġġel fl-investigazzjoni ta' xi każijiet li għandu quddiemu.", "Jien xtaqt inqajjem hawnhekk il-każ tad-daycare centre fi Triq Cameron, il- Gżira li naf li qed jiġi investigat żgur.", "Jien iltqajt ma' diversi nies li għaddewli xi informazzjoni li min-naħa tiegħi mill-ewwel għaddejtha.", "Pero' mid-diversi dokumenti u ittri li rajt jidher li hemm balbuljata sħiħa.", "Issa jew se nagħlqu għajnejna jew se nkunu serji u naraw min ħawwad.", "U min ħawwad irid bilfors jerfa' r-responsabbilta'.", "L-ewwelnett hemm taħwida fuq il-prezz li aċċetta min ħa t-tender, fejn l-ewwel iddikjara ċertu ammont u mbagħad eventwalment ingħata iżjed minn dak li kien iddikjara għar-rigal tal-post.", "Dawn l-affarijiet joħorġu mill-minuti u m'iniex qed nivvintahom jien.", "Jien rajthom kif naħseb li rahom id-dipartiment għax naf li jsir skrutinju min-naħa tad-dipartiment u ndunajt li ma jistax ikun li xi ħadd jesprimi interess f'tender għal ċertu ammont u jingħata aktar milli jkun talab hu stess.", "Fejn marret id-differenza?", "Bir-rispett kollu, inħoss li qed isir ftit tkaxkir tas-saqajn fuq dan il-każ u għalhekk nappella biex min għandu l-obbligu li jerfa' din ir-responsabbilta' jwettaqha kemm jista' jkun malajr.", "Ma nistgħux nippermettu lill-ebda kunsill li juża l-fondi tiegħu b'kapriċċ jew b'mod illegali.", "Kulħadd jaf li teżisti problema kbira minħabba li l-fondi tal-kunsilli lokali huma limitati u kulħadd jaf li l- fondi tagħhom ġejjin mit-taxxi li nħallsu aħna.", "Għalhekk ma jistax ikun li każijiet bħal dawn inħalluhom għaddejjin.", "Sur President, kulmin hu involut fix-xogħol tal-kunsilli lokali għandu jkollu interess komuni.", "Aħna nemmnu li hemm kunsilliera li jservu l- lokalita' u liċ-ċittadin tal-lokalita' tagħhom fil-ħteġijiet tagħhom b'mod tajjeb ħafna.", "Nemmnu li hemm kunsilliera mit-tliet spettri politiċi li qed jirnexxilhom joffru kwalita' ta' ħajja aħjar lill-familji Maltin u Għawdxin.", "Il-kunsilliera kollha għandhom ipoġġu fuq quddiem nett fl-aġenda politika tagħhom, tkun xi tkun, li huma qegħdin hemm bħala mezz effettiv biex itejbu l-kwalita' soċjali tal-familji u biex jaħdmu fil-qrib man-nies fil-kummerċ.", "Jiena naħseb li anke bħala punt ta' kritika għall-kunsilli stess inħoss illi għandhom jaħdmu aktar fuq dan l-aspett billi jiltaqgħu aktar, jekk hemm bżonn, man-nies tal-kummerċ, ma' kumpanniji privati, ma' l- għaqdiet volontarji, ma' l-għases tal-pulizija, ma' l-għaqdiet soċjali u kulturali, ma' l-għaqdiet taż-żgħażagħ u ma' għaqdiet sportivi.", "Pero' dejjem irid ikollhom għan wieħed; li jtejbu l-kwalita' tal-ħajja tar- residenti tagħhom, għan illi bdejna bih meta twieldu l-kunsilli lokali hawn Malta, żviluppajnieh billi rajna li r-responsabbiltajiet jibqgħu jikbru u jissaħħu, u ovvjament irridu nibqgħu naħdmu biex intejbuhom aktar u aħjar.", "Nirringrazzjak.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Skada l-ħin disponibbli għan-naħa ta' l- oppożizzjoni.", "Issa l-ħin kollu li fadal huwa għan-naħa tal-gvern.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Mario de Marco.", "ONOR.", "MARIO de MARCO: Sur President, ħadt gost nisma' d-diskors ta' l- Onor. Chris Cardona, iktar u iktar meta niftakar li fl-1993 il-partit Laburista kien ivvota kontra l-liġi tal-kunsilli lokali li issa ilhom 11-il sena jiffunzjonaw ġewwa pajjiżna.", "Iżda dawn tant ħadmu fit-tessut soċjali u demokratiku tal-pajjiż illi wieħed jista' faċilment jaħseb li tali istituzzjoni hija ħafna iktar antika ġo pajjiżna.", "Fil-fatt dan huwa veru għaliex dawn kienu jeżistu anke fil-bidu tad-dominazzjoni Ingliża iżda ftit ftit l-awtoritajiet ta' dak iż-żmien kienu raw kif għamlu biex l- awtoritajiet lokali jiġu żarmati għaliex l-awtorita' lokali hija l-qafas ta' amministrazzjoni pubblika li dak iż-żmien kienet tagħti fil-għajn.", "L- awtorita' lokali hija l-mod kif soċjeta' tipparteċipa fl-amministrazzjoni tagħha nnifisha u kien għalhekk li gvern Nazzjonalista, fil-bidu tas-snin disgħin, għax jemmen fil-prinċipju tas-sussidjarjeta' u fid-demokrazija lokali, ippromwova l-ħolqien tal-kunsilli lokali kif nafuhom illum.", "L-element elettiv ta' dawn il-kunsilli lokali daħħal in-nozzjoni rappreżentattiva tas-soċjeta' fl-iżgħar livell tagħha u l-prinċipju tas- sussidjarjeta', cioe' dak li ċittadin jipparteċipa fit-tmexxija mhux biss ġenerali tal-pajjiż iżda f'dik tal-belt jew raħal fejn joqgħod.", "Il- kunsilli lokali għandhom mandat biex imexxu l-komunita' li eleġġiethom.", "Il-kunsilli lokali kif nafuhom illum huma mibnija fuq dak li bl-Ingliż isejħulu a sense of place and a sense of belonging.", "Jafu l-eżistenza tagħhom għad-distinzjoni tal-lokalita' tagħhom u huma qegħdin hemm biex iħarsu u jippromwovu l-interessi tal-lokalita'.", "Huwa interessanti li filwaqt li jgħixu f'dinja fejn il-media tenfasizza l-kultura tal- globalizzazzjoni u l-konċett ta' dinja bħala villaġġ globali, in-nies qed jagħtu aktar importanza lil affarijiet żgħar li għandhom x'jaqsmu ma' l- ambjent lokali tagħhom fejn jgħixu.", "Għalhekk il-kunsilli lokali huma f'pożizzjoni unika li jifhmu u jippromwovu dawn il-ħsebijiet, li jgħaqqdu flimkien l-għaqdiet u s-soċjetajiet eżistenti fil-lokalita' tagħhom u li jikkontribwixxu għall-komunita' ta' dik il-lokalita' billi jibnu pontijiet bejniethom ilkoll.", "Dan ir-rwol jaqta' matul kull settur, kemm dak pubbliku, kemm dak privat, kemm dak volontarju u kif ukoll dak komunitarju.", "Il-konċett ta' soċjeta' rappreżentattiva qiegħed f'pożizzjoni li jsaħħaħ l-hekk imsejħa civil society.", "Għalhekk il-kunsilli lokali u s-soċjetajiet li jkunu fl-ibliet u fl-irħula tagħna jikkumplimentaw lil xulxin u mhux qegħdin f'rivalita' ma' xulxin.", "Fid-dawl ta' dan kollu huwa importanti li wieħed jibda jipprova jifhem il-kisbiet mill-kunsilli lokali u mid-dipartiment tal-kunsilli lokali matul is-sena 2005 u l-inizjattivi u l-proposti għas-sena 2006.", "Jekk wieħed jikkonsidra l-finanzjament tal-kunsilli lokali, huwa importanti li wieħed jiftakar illi d-dħul finanzjarju tal-kunsilli lokali jiġi prinċipalment minn tliet sorsi; l-akbar ammont huwa l-allokazzjoni finanzjarja li l-gvern jivvota lill-kunsilli lokali kull sena; dħul ieħor jiġi mis-sistema ta' l-inforzar lokali u l-kunsilli għandhom ukoll sorsi oħra tad-dħul fil-forma ta' bye-laws, permessi ta' ċerti attivitajiet li jsiru fil-lokal u diversi oħrajn li jvarjaw minn kunsill għall-ieħor.", "Il-kollega tagħna qed jilmenta li l-kunsilli lokali m'humiex qed jiġu ffinanzjati biżżejjed minn dan il-gvern.", "Pero' ta' min wieħed jiftakar illi għal din is-sena qed tiġi vvotata s-somma ta' Lm10,250,000, jiġifieri Lm50,000 iktar mis-sena li għaddiet bħala allokazzjoni diretta mill-gvern ċentrali.", "Imma huwa importanti wkoll li wieħed jiftakar kif saru l-voti tal-flus matul dawn l-aħħar snin.", "Fl-1994 kien hemm votazzjoni diretta ta' Lm4.5 miljun, fl-1995 din telgħet għal Lm6.3 miljun, fl-1996 telgħet għal Lm7.25 miljun u mbagħad naraw illi hekk kif tela' l-partit Laburista, li llum qed jilmenta fuq it-tnaqqis finanzjarju mill-gvern ċentrali, minn Lm7.25 miljun, il-vot allokat lill-kunsilli lokali niżel b'Lm1 miljun għal Lm6.25 miljun.", "(Interruzzjonijiet)", "THE CHAIRMAN: On a point of order, l-Onor.", "Cardona.", "ONOR.", "CHRIS CARDONA: Li nkunu statistikament korretti huwa tajjeb, pero' irridu ngħidu għalfejn.", "Dak iż-żmien il-gvern kien ta ħaddiema mal- kunsilli lokali li kienu ingaġġati qabel.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Ikompli l-Onor. de Marco.", "ONOR.", "MARIO de MARCO: Is-sena ta' wara erġajna komplejna neżlin għax minn Lm6.25 miljun inżilna għal Lm5,831,000.", "Meta l-poplu neħħa lill- partit Laburista mill-gvern fl-1998 erġajna bdejna t-telgħa u erġajna żidna l-fondi għal Lm6.5 miljun.", "Fis-sena 2000 l-allokazzjoni għall- kunsilli lokali kienet ta' Lm9,660,000, fis-sena 2001 kienet ta' Lm10,240,000, fis-sena 2002 Lm10,540,000 u fis-sena 2003 għal Lm10,700,000.", "Is-sena 2004 hija l-unika sena fejn is-somma diretta naqset għal Lm10,015,000, pero' r-raġuni kienet li saret allokazzjoni indiretta permezz tal-ħaddiema li ġew allokati lill-kunsilli lokali u din l- allokazzjoni indiretta tammonta għal Lm800,000 din is-sena.", "Għas-sena li għaddiet kien hemm allokazzjoni indiretta ta' Lm1,148,000.", "X'inhi din is- somma indiretta, Sur President?", "Effettivament li ġara hu li mill-pool tal-ex-ħaddiema tat-tarzna ġew allokati 138 ħaddiem lill-kunsilli lokali.", "Is-salarji tagħhom li jammontaw għal Lm828,000 qed jitħallsu mill-gvern ċentrali.", "Dawn huma ħaddiema li qegħdin jagħmlu xogħol unikament relatat mal-kunsilli lokali.", "Wieħed irid iżid ukoll l-ammont ta' madwar Lm165,000 f'salarji ta' 43 ħaddiema Għawdxin tal-gvern li kienu detailed mal-water services corporation u li issa se jkunu assenjati mal-kunsilli lokali Għawdxin.", "Din l-ispiża se tkun iffrankata lill-kunsilli lokali wkoll u ma' dawn wieħed għandu jżid is- salarji ta' 40 ħaddiem tal-ministeru tar-riżorsi u l-infrastruttura assenjati mal-kunsilli lokali.", "Dan ifisser li bejniethom il-kunsilli qed jiffrankaw Lm155,000.", "Jiġifieri t-total li l-kunsilli lokali Maltin qegħdin jiffrankaw mis-salarji li qed jitħallsu mill-gvern ċentrali jammonta għal Lm1,148,000.", "Għalhekk għas-sena 2006 il-kunsilli lokali ngħataw finanzjament mill-gvern ċentrali b'mod dirett u b'mod indirett li jlaħħaq il-Lm11,398,000.", "Dan huwa ammont record ta' flus li ġew ivvotati u assenjati lill-kunsilli lokali.", "Hawnhekk naraw min verament jemmen fil- kunsilli lokali u mhux min ivvota Lm5 miljun għalihom.", "(Interruzzjonijiet)", "THE CHAIRMAN: Jekk jogħġobkom.", "Bħalissa huwa in possession l-Onor. de Marco.", "ONOR.", "MARIO de MARCO: Sur President, ma nistgħux ninsew illi l-kunsilli lokali ġġeneraw ukoll flus għalihom li jammontaw għal Lm2,068,000 u dawn kienu jikkonsistu fi dħul minn inforzar lokali li jammonta għal Lm1,700,000, bye-laws li jammontaw għal Lm150,000, investimenti ta' Lm49,000 u affarijiet oħrajn li jammontaw għal Lm746,000.", "Ma rridux ninsew li l-gvern qed jgħinhom ukoll bil-politika ta' devoluzzjoni tal-proprjeta' pubblika.", "Naraw illi mill-1998 ġew assenjati 52 proprjeta' pubblika mill- gvern lill-kunsilli lokali.", "Nieħu gost ninnota li aktarx li din is-sena se tiġi mgħoddija l-boathouse l-antika li teżisti fuq ix-xatt lill-kunsill lokali tal-Pieta'.", "Matul din is-sena ngħataw diversi proprjetajiet lis- Sannat, lill-Imdina, lill-Qala, lill-Imsida, lill-Munxar u dan kollu sar biex jissaħħu l-kunsilli lokali.", "Is-sena 2005 kienet ukoll sena ta' ħafna attivitajiet leġislattivi.", "Fil-fatt din is-sena ġew maħruġa diversi avviżi legali li permezz tagħhom jew żdiedu l-funzjonijiet tal-kunsilli lokali jew inkella ġew miżjuda materji li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tal-kunsilli lokali.", "Saru emendi sostanzjali fl-Att dwar il-Kummissarji għall-Ġustizzja sabiex l- enfasi ta' l-inforzar lokali jkun wieħed edukattiv u implimentat b'mod aktar effettiv.", "U bil-għan li l-ambjent f'pajjiżna jkompli jitjieb b'mod partikolari fuq livell ta' lokalita', saru emendi fil-liġi li tirregola l- gwardjani privati u lokali sabiex ikun possibbli li jitwaqqfu gwardjani li ma jilbsux uniformi u li s-servizz tagħhom ikun wieħed speċifiku.", "Dawn huma intiżi biex jinforzaw dispożizzjonijiet dwar kontravvenzjonijiet ta' rimi u tneħħija ta' l-iskart.", "Għalhekk ma nistax nifhem lill-kollega tiegħi meta filli jgħid li għandna nagħmlu iktar għall-ambjent u issa għaliex għamilna l-green wardens qed jikkritika dan il-konċett.", "Saru wkoll diversi konsultazzjonijiet bil-għan li l-Att dwar il-Kunsilli Lokali jiġi fine-tuned.", "Dawn wasslu biex jiddaħħlu numru ta' dispożizzjonijiet ġodda kif ukoll numru ta' emendi għad-dispożizzjonijiet diġa' eżistenti, emendi li l-kollega tiegħi faħħar fl-introduzzjoni tiegħu.", "Rajna wkoll attivita' leġislattiva minn diversi kunsilli lokali permezz ta' proċeduri ta' bye-laws.", "U hawnhekk insellem lill-kunsilli lokali li tant kienu attivi f'dan il-qasam.", "Ta' min jinnota wkoll li permezz ta' ftehim li ġie ffirmat mill-gvern ma' l-assoċjazzjoni tal-kunsilli lokali, kull kunsill lokali se jassumi rwol ta' e-government agency u minflok ħlas se jingħata numru ta' ħaddiema ta' l-IPSL.", "Dan il-ftehim jistabbilixxi lil kull kunsill lokali bħala local e-government agency.", "Rajna wkoll ir- realta' tas-sħubija fl-Unjoni Ewropea, sħubija li ħaddieħor ried iwarrab.", "Sa mill-bidu tas-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, diversi kunsilli lokali Maltin urew l-inizjattiva tagħhom billi esploraw l-possibilitajiet li jissieħbu fi programmi permezz ta' xi proġett partikolari.", "Sal-lum madwar għaxar kunsilli lokali qegħdin jipparteċipaw f'xi wieħed minn dawn il-programmi.", "Uħud minhom qed jipparteċipaw fi programmi mmirati lejn iż-żgħażagħ filwaqt li oħrajn, bħall-kunsill lokali tal-Belt qed jindirizza oqsma oħra bħall-wirt kulturali u bliet bis-swar, il-kunsilli lokali ta' Bormla, il-Birgu u l-Isla qed jindirizzaw żvilupp sostenibbli ta' bliet storiċi, il-kunsill lokali tax-Xewkija qed ifassal proġett reġjonali dwar parks u l-kunsill lokali ta' l-Għarb qed ifassal proġett ta' restawr u immaniġġjar ta' stormwater fil-widien.", "Il-gvern ċentrali fehem dan il-konċett, pero' huwa importanti li nfiehmu lill-kunsilli lokali kif jistgħu jipparteċipaw u għal dan il-għan organizza seminar biex dejjem jgħin lill-kunsilli lokali japprofittaw ruħhom minn programmi ta' fondi disponibbli għalihom mill-Unjoni Ewropea.", "Rajna wkoll lill-gvern ċentrali jsaħħaħ u jgħin lill-assoċjazzjoni tal- kunsilli lokali u matul din is-sena ġie ppubblikat il-kodiċi ta' etika li kull kunsill lokali huwa mistenni josserva.", "Il-gvern approva wkoll il- ħatra ta' segretarju esekuttiv ta' l-assoċjazzjoni tal-kunsilli lokali.", "Ġew assenjati ħaddiema oħra ma' l-assoċjazzjoni tal-kunsilli lokali biex b'hekk l-istaff complement tagħhom kompla jiżdied u matul din is-sena d- dipartiment tal-gvern lokali ħareġ diversi ċirkolari biex iservu ta' direttivi, linji gwida jew mezz ta' informazzjoni lill-kunsilli lokali.", "Importanti wkoll il-kunċett ta' l-accountability u r-rapport dwar l- effiċjenza tal-kunsilli lokali mħejji mid-dipartiment tal-gvern lokali.", "Żgur li permezz tal-kunsilli lokali se naraw titjib ġenerali fit-tmexxija tal-postijiet.", "Il-politika ewlenija tal-gvern ċentrali hi msejsa fuq il-pilastri ta' l- ekonomija, l-ambjent u l-edukazzjoni u l-politika tal-gvern fil-qasam tal- kunsilli lokali tiffoka fuq id-deċentralizzazzjoni u d-devoluzzjoni mħaddma fuq il-prinċipji tas-sussidjarjeta'.", "Dan jinkludi d-devoluzzjoni ta' l-amministrazzjoni tal-proprjetajiet pubbliċi, l-amministrazzjoni tal- libreriji pubbliċi u d-devoluzzjonijiet ta' funzjonijiet u responsabbiltajiet.", "Hawnhekk wieħed jistaqsi wkoll jekk wasalx iż-żmien li l-amministrazzjoni u l-manutenzjoni tal-housing estates tal-gvern għandhomx jaqgħu f'idejn il-kunsill lokali tal-lokalita' fejn dawn jinstabu.", "Nistaqsi wkoll jekk wasalx iż-żmien li l-kunsilli lokali jkunu aktar involuti fil- qasam sanitarju, b'mod partikolari fir-rigward tal-polyclinics li jinsabu fil-lokalita' tagħhom.", "Wasal iż-żmien li l-kunsilli lokali jkunu aktar involuti fil-ħruġ ta' permessi tal-bini u fit-tħejjija ta' local plans?", "Il- kamp edukattiv huwa wkoll qasam fejn il-kunsilli lokali jistgħu jkunu determinanti wkoll.", "Nixtieq nara wkoll li jkun hemm iktar aċċess għall-faċilitajiet sportivi ta' l-iskejjel tal-gvern għan-nies tal-lokalita' wara l-ħin ta' l-iskola billi dawn jiġu amministrati mill-kunsilli lokali.", "Jien nemmen ukoll li għandu jkun hemm l-inforzar tal-liġi fil-qasam lokali billi l-ewwel niffokaw fuq l-aspett edukattiv taċ-ċittadin fir-rispett tal-liġijiet dwar is-sewqan u l-ambjent u mbagħad ikun hemm ukoll sanzjonar għal min jikser dawn il-liġijiet.", "Il-kunsill lokali bħala aġenzija ta' l-e-government huwa wkoll qafas importanti li jrid ikompli jiffoka fuqu dan il-gvern fejn il-kunsilli lokali bħala parti mis-servizz li joffru liċ-ċittadin, iservu ta' front office.", "Il-gvern ikkommetta ruħu li jgħin bl-assenjar ta' ħaddiema u t-taħriġ tagħhom fl-użu ta' software u taħriġ ieħor relatat mat- teknoloġija ta' l-informatika.", "Il-cost-effectiveness huwa importanti wkoll, Sur President.", "Dan ma jfissirx li għandna ninqdew b'inqas.", "Fil-fatt dan il-gvern żied b'aktar minn 50% il-finanzjament dirett mill-1993 'l hawn.", "Għalkemm hawn aktar finanzi disponibbli, l-aspettattivi tan-nies għolew ukoll.", "Allura l- kunsilli lokali għandhom joqogħdu aktar attenti li jonfqu l-fondi disponibbli b'mod għaqli billi jikkonċentrawhom fuq servizzi u attivitajiet li n-nies japprezzaw.", "U għal dan il-għan ukoll li d- dipartiment saħħaħ it-taqsima tal-monitoring b'ingaġġ ta' żewġ monitoring officers ġodda kif ukoll permezz ta' awdituri tal-gvern lokali.", "Nixtieq ngħid xi ħaġa wkoll fuq l-optimisation tas-sħubija fl-Unjoni Ewropea.", "Dan huwa wkoll qafas importanti.", "Huwa importanti li l-kunsilli lokali jipprovdu effective community leadership billi jagħmlu alleanzi li jassiguraw li l-għaqdiet u r-residenti tal-lokal jaħdmu flimkien għall- benefiċċju tal-kunsill lokali.", "Fl-Ingilterra qed tiġi promossa l-idea tal-local area agreements.", "Dan huwa kunċett li jġib flimkien sorsi differenti ta' finanzjament.", "Per eżempju, fir-rigward tas-saħħa l-awtoritajiet lokali jistgħu jaġixxu fuq il- potenzjal tal-komunita' li tgħix aħjar.", "L-importanti huwa l-involviment tan-nies.", "Per eżempju, il-kunsilli lokali jagħtu opportunita' lill-anzjani tagħna li jkunu utli bl-esperjenzi tagħhom f'ħafna oqsma u liż-żgħażagħ tagħna li jkunu utli bl-entużjasmu tagħhom.", "L-Ingliżi jemmnu fil-konċett magħruf bħala the politics of empowerment.", "Biex dan iseħħ il-kunsilli lokali għandhom jibqgħu viċin iċ-ċittadini bl-inqas distakk possibbli ħalli ċ-ċittadin jipparteċia f'kull livell ta' attivita' u deċiżjoni lokali.", "Il- kunsill lokali huwa mezz ieħor kif iċ-ċittadin iħoss li jista' jagħti xi ħaġa lill-istat fejn jara li anke dak li jidher ftit jissarraf flimkien fil-ġid komuni.", "Nagħlaq billi ngħid li għandna nemmnu fil-politika li tagħti l-poter li taġixxi mhux bi ftit, iżda bil-ħafna.", "Grazzi, Sur President.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Is-Segretarju Parlamentari, l- Onor. Carmelo Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI (Segretarju Parlamentari): Sur President, qabel nibda d-diskokors tiegħi nixtieq ngħid prosit lill-Onor.", "Mario de Marco għad-diskors tajjeb li għamel.", "L-Onor.", "Chris Cardona lanqas kellu ċans jisimgħu għaliex qagħad jinterrompih u kieku ma interrompiehx kien japprezza ferm aktar id-diskors li għamel.", "Nispera li issa ma jinterrompix lili ħalli jkun jista' jifhimni!", "F'dan id-diskors se nagħti kemm jista' jkun informazzjoni dwar il-ħidma fi ħdan il-ministeru li jien nagħmel parti minnu.", "Din is-sena tlaqna b'artiklu miktub mill-Onor.", "Jose Herrera fil-ġurnal \"l- orizzont\" fejn iddeskriva x-xogħol kollu li għamilna s-sena l-oħra bħala riformi li ma tawx frott.", "U jiena bdejt nistaqsi lili nnifsi jekk ir- riformi li għamilna fil-ġustizzja tawx frott jew le u nittama li matul dan id-diskors nikkonvinċi lil min qed jismagħni jew jirrapportani li r-riformi li għamilna fil-qasam tal-ġustizzja diġa' taw il-frott u se jkomplu jagħtu l-frott.", "Pero' indipendentement minn dan, irridu ngħidu li din is-sena kienet sena impenjattiva ħafna u sena leġislattiva importanti.", "Fil-fatt minn dan il-ministeru ħarġu numru ta' liġijiet, fosthom l-ewwel mitt emenda għall-Kodiċi Ċivili.", "Fost dawn l-emendi nsibu l-emenda rigward l-assigurazzjoni fuq il-ħajja, emenda importanti ħafna li se tagħti ħafna xogħol f'dan is-settur.", "Jiena informat li qed isir ħafna xogħol tajjeb li jħajjar aktar lill-kumpanniji ta' l-assigurazzjoni biex jaħdmu f'dan il-qasam.", "Sar pass importanti ħafna meta ħarġet il-white paper \"Lejn Ġustizzja Aħjar u Eħfef\".", "Fil-fatt din il-white paper qajmet ħafna diskussjoni u ġabet ħafna reazzjonijiet pożittivi mill-poplu.", "Barra minn hekk, tressaq abbozz ta' liġi li għadu pendenti quddiem il-Parlament biex inneħħu l-proċedura taċ-ċitazzjoni u ndaħħlu l-proċedura tar-rikors; għamilna emendi għat-tariffi tal-qorti li permezz tagħhom ħadna ħsieb nillimaw u nirranġaw numru ta' strutturi li ħassejna li huma neċessarji u ħadna ħsieb ukoll innaqqsu t-tariffi għal diversi kawżi.", "X'kienet il-linja ta' gwida tagħna?", "Matul din is-sena ridna nikkonċentraw fuq tliet binarji importanti.", "L-ewwelnett ridna proċeduri aktar sempliċi fil-qorti, aktar diretti, aktar orali u li jiswew anqas flus u li fuq kollox iġibu anqas dewmien fix-xogħol u fil-ħin tal-qorti; it-tieni nett ridna noħolqu qrati speċjalizzati u t- tielet nett ridna t-tisħiħ ta' l-istruttura ta' l-alternative dispute resolution.", "Fuq dawn it-tliet binarji ħadna ħsieb li fil-white paper nindikaw 26 proposta ġdida li matul is-sena li ġejja se nkunu qed naħdmu fuqhom.", "Għalhekk m'hemmx dubju li s-sena li ġejja quddiem dan il-parlament se nressqu erba' liġijiet prinċipali aktar lejn il-fond tas-suġġett.", "Dawn huma r-riforma fil-mandati esekuttivi u kawtelatorji, id-dħul tat-tribunal amministrattiv, l-emendi biex iġibu fis-seħħ il-proposti għall-emendi tal- Kodiċi Kriminali u l-aħħar u mhux l-inqas l-emendi neċessarji għall-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili.", "Dawn huma kollha passi ambizzjużi li bihom se nidħlu aktar fil-fond f'dak li għandu x'jaqsam mal-ġustizzja u li permezz tagħhom żgur li se nbiddlu aktar ix-xenarju tal-ġustizzja.", "Issa ħalli nipprovaw naraw ftit aktar fid-dettall x'miżuri daħħalna din is- sena.", "Matul din is-sena l-qorti tal-familja kompliet tagħti r-riżultati li wieħed kien qed jistenna.", "Irrid ngħid li meta twaqqfet il-qorti tal-familja ma tantx kellna nies warajna, anzi qlajna fuq rasna u konna mgħajra diversi affarijiet.", "L- aġġettivi u d-deskrizzjonijiet li qlajt f'dak id-dibattitu għall-karattru u għall-imġiba tiegħi naħseb li fl-annali ta' l-istorja ta' dan il-parlament kienu uniċi!", "Pero' apparti dan, irrid ngħid li din is-sena fil-qorti tal- familja erġajna rreġistrajna ċertu suċċess.", "L-istatistika turi li sal-15 ta' Settembru ta' din is-sena erġajna kellna żewġ fatturi determinanti; filwaqt li s-sena l-oħra kellna 11.3% ta' persuni li rrikonċiljaw fil- medjazzjoni, din is-sena tlajna għal 16.55%, jiġifieri żieda ta' 5%.", "Mhux hekk biss, kellna wkoll żieda fin-nies li permezz tal-medjazzjoni waslu għall-kuntratt ta' separazzjoni.", "Is-sena l-oħra, mill-każi magħluqa, kellna 29% ta' persuni li waslu għall-kuntratt ta' separazzjoni mentri din is- sena, sal-15 ta' Settembru tlajna għal 33.1%.", "Dan waħdu biss hu indikazzjoni li l-medjazzjoni, kuntrarju għal dak li smajna hawn ġew u kuntrarju għal dak li nkiteb fil-gazzetti, huwa strument effettiv u determinanti li permezz tiegħu, lill-familji Maltin tajnihom għodda li biha l-qorti ma jibqax aktar bit-timbru li ladarba tidħol il-qorti, żgur se tissepara.", "Imma l-qorti qed tagħti rimedji ġodda u differenti li permezz tagħhom wieħed ma jkollux aktar l-antagoniżmu li kellu qabel.", "Sur President, rajna wkoll żieda fin-nies li jikkollaboraw fil-medjazzjoni.", "Fil-fatt filwaqt li s-sena l-oħra kellna 90% tan-nies li meta ġew għall- medjazzjoni ħadu sehem fil-medjazzjoni, din is-sena tlajna għal 95%.", "Dan kollu hu indikazzjoni li kuntrarjament għal dak li ntqal, il-medjazzjoni hi xi ħaġa tajba li qed tingħata f'idejn il-poplu.", "Fil-fatt dan huwa strument f'idejn il-poplu, jiġifieri m'għadux f'idejn l-operaturi legali jew f'idejn il-ġudikant, imma qiegħed f'idejn il-poplu, u jekk irid jista' jużah u jekk ma jridx, ma jużahx.", "Is-sena l-oħra kellna 10% tan-nies li ma użawhx u din is-sena inżilna għal 5%.", "Irrid ngħid ukoll li kellna 80% min- nies li ġew awtorizzati biex imorru għal kawża għax ma qablux bil- medjazzjoni pero' din is-sena dan il-persentaġġ naqas għal 40%.", "Dan ifisser li fil-qorti tal-familja, il-medjazzjoni ħadmet tajjeb u l-qorti tal-familja hija struttura li trid tiġi issudata aktar.", "It-tieni ħaġa li għamilna fil-qorti tal-familja kienet li daħħalna fis-seħħ is-sezzjoni kriminali tagħha u matul is-sena l-oħra u matul din is-sena daħlu numru minn dawn il-każijiet.", "Fil-fatt is-sena l-oħra, fil-qorti tal- familja kellna 203 kawżi li minnhom ġew deċiżi madwar 100.", "Din is-sena kellna 550 każ ġdid u diġa' ġew deċiżi 534.", "Dan ifisser ukoll li f'din is- sezzjoni li twaqqfet apposta, billi quddiem dan il-Parlament għandna l- qorti tal-familja u l-liġi tal-vjolenza domestika, din is-sezzjoni tal- qorti kriminali se tkun preparata sabiex meta din il-liġi finalment tiġi approvata, wieħed ikollu l-qorti diġa' mħejjija b'ċerta esperjenza.", "Matul is-sena li għaddiet kellna wkoll it-tisħiħ tal-miżura ta' l-ittra uffiċjali esekuttiva fuq il-kambjali.", "Sfortunatament in-naħa l-oħra ma qablitx ma' din il-miżura.", "Matul is-sena 2004 kellna 374 minn dawn l-ittri uffiċjali.", "Din il-miżura tfisser li minflok tagħmel kawża ta' kambjala, kulma trid tagħmel tibgħat ittra uffiċjali u kif jirċeviha d-debitur fi żmien jumejn, issir titolu eżekuttiv, jiġifieri ssir b'saħħitha daqs sentenza tal-qorti.", "Din is-sena diġa' kellna 535 ittra uffiċjali.", "Dan ifisser li kellek 535 persuna li ħallsu anqas flus f'kawża għax flok ħallsu l-ispejjeż ta' kawża, kulma ħallsu kienu l-ispejjeż ta' ittra uffiċjali li jammontaw għal Lm 10.", "Barra minn hekk, dawn il-persuni ma ħlewx il-ħin tagħhom fil-kurituri tal-qorti u l-qorti lanqas ħliet il-ħin tagħha biex tagħti dawn it-tip ta' sentenzi.", "Dawn huma parti sħiħa mill-proċess li aħna qegħdin nagħmlu biex nirriduċu l- workload fil-qorti u b'hekk ikollha ċans tieħu ħsieb il-backlog li għandha.", "It-tieni pass importanti kien id-dħul ta' l-ittra uffiċjali eżekuttiva fuq l-ammonti taħt l-Lm5,000.", "U fuq din l-ittra uffiċjali kienet infetħet l- art u triegħdet id-dinja għax ħafna kienu kontra tagħha.", "Fil-fatt ġejt ikkritikat ħafna fil-gazzetti, qaluli li ma kontx naf x'jiena nagħmel u li jiena arroganti u ħafna affarijiet oħra.", "Li nista' ngħid huwa li mill-1 t'Awissu sal-lum diġa' daħlu 905 ittra uffiċjali.", "Biex kulħadd jifhimni, dawn l-ittri uffiċjali eżekuttivi huma ittri uffiċjali ppreżentati l-qorti li tibgħathom lil xi ħadd li għandu jagħtik ammont ta' flus taħt il- Lm5,000.", "Jekk jgħaddu 30 ġurnata u l-parti l-oħra ma tweġibx, allura dik issir daqs sentenza tal-qorti.", "Minn dawn id-905 ittra uffiċjali l-qorti daħlu biss 52 persuna li opponew għalihom.", "Jiġifieri kellna 850 każ fejn dawn l-ammonti jew tħallsu jew inkella ġew reġistrati bħala titoli eżekuttiv.", "Din l-ittra uffiċjali ħadd ma riedha, aħseb u ara kieku riduha x'kienu jagħmlu!", "Illum qegħdin jidħlu medja ta' 14-il ittra kuljum.", "Għalija dan huwa pass determinanti u importanti u fih ħafna loġika għaliex għandek inqas spejjeż u dak li jkun kulma jħallas huma Lm10.", "Barra minn hekk, għandek inqas dewmien għax ma tridx toqgħod titla' l-qorti biex tistenna l-kawża tinqata'.", "Kien hemm numru kbir ta' avukati li opponewni fuqha qabel u issa qaluli prosit għaliex irrealizzaw kemm hi tajba u kemm ġabet aktar xogħol.", "Fil-fatt fejn qabel fi tliet xhur kienu jidħlu medja ta' 600 kawża fit- tribunal għal talbiet żgħar, issa din l-ittra uffiċjali li għamilniha biex tneħħi ħafna minn dan il-piż ġabet 300 każ iktar ma' dawk l-ittri uffiċjali.", "Il-kawżi fit-tribunali għal talbiet żgħar baqgħu jidħlu, imma ma baqgħux jidħlu bħal qabel.", "Għamilna miżura oħra fejn ħadna ħsieb li l-kawżi tal-proprjeta' jmorru kollha quddiem il-prim'awla tal-qorti ċivili.", "Dan ukoll huwa pass importanti għax qabel kellek ħafna kawżi li jsiru quddiem il-maġistrat u jagħmlu l-ewwel sentejn imwaħħla sakemm jiġi deċiż jekk il-valur huwiex fuq il-Lm5,000 jew taħt il-Lm5,000 u mbagħad jiġi nominat perit u noqogħdu ndumu.", "Mentri mill-1 t'Awissu, dawn il-kawżi ta' proprjeta' marru kollha fil-qorti ta' fuq.", "Pass ieħor li għamilna kien li ssodajna ċ-ċentru ta' l- arbitraġġ.", "Fuq din il-miżura wkoll żbruffaw il-vulkani, faqqgħu s- sajjetti, infetħu bwieb is-sema u għamlet xita bil-qliel, għax kulħadd kien kontriha.", "Illum diġa' daħlu 300 kawża f'dan iċ-ċentru ta' l-arbitraġġ u s-sabiħ tagħha huwa li l-average deciding grade huwa ta' xahrejn.", "Kellna kawżi ta' inċidenti tat-traffiku ta' 'il fuq minn Lm1,500 li nqatgħu fi żmien ġimagħtejn.", "Jiena nħoss li għamilna avvanzi kbar b'dawn it-tliet miżuri ta' l-ittri uffiċjali u taċ-ċentru ta' l-arbitraġġ u kuntrarjament għal dak li jingħad min-naħa l-oħra, din is-sena kellna wkoll żieda fil-kawżi ta' l-arbitraġġ volontarju, jiġifieri dawk li mhux mibgħuta bil-liġi fejn kellna 17-il każ u kuntrarjament għal dak li jingħad min-naħa l-oħra, li qed nitolbu ħafna flus għall-kawżi mandatorji, ġibt ukoll l-istatistika biex nara kemm daħħal flus iċ-ċentru fuq il-kawżi ta' l-inċidenti tat-traffiku fejn bil-liġi jridu jmorru hemm u kemm daħħal mill-kawżi volontarji.", "Mill-inċidenti tat- traffiku daħħal Lm3,060 u mis-17-il kawża volontarja, li fihom kien hemm żewġ arbitraġġi internazzjonali li nqatgħu f'inqas minn xahrejn ġbarna aktar, jiġifieri Lm3,150.", "L-Onor.", "Anġlu Farrugia kkritikana għax għamilna dispożizzjoni li teżisti fl-Ingilterra u f'diversi pajjiżi oħra dwar iċ-ċentru tal-medjazzjoni pero' rrid ngħid li mhux veru li l-kummissjoni hija kontra tagħha.", "Il- kummissjoni kulma għamlet kienet green paper u aħna qed nagħtu s-sehem tagħna għax dan hu s-sabiħ li issa pajjiżna qiegħed jieħu sehem f'dak li jsir u ma jsirx u jiddetta hu l-opinjonijiet tiegħu u mhux ħaddieħor jiddettalna l-opinjonijiet tiegħu.", "Fiċ-ċentru tal-medjazzjoni waqqafna l- bord li qiegħed jiffunzjona u għamel ukoll il-kodiċi ta' etika li nittama li jiġi ppubblikat fil-jiem li ġejjin.", "Qiegħed jipprepara wkoll lista tal- medjaturi u żgur li aktar 'il quddiem se jkollna ċentru tal-medjazzjoni li jagħti rimedji lill-poplu tagħna li huma orħos u jaqtgħu l-kwestjonijiet aktar malajr.", "Għamilna wkoll it-tibdil fit-tariffi. llum qed nieħu pjaċir li l-ħabib tiegħi għamel l-akbar ritirata li qatt għamel fil-karriera tiegħu għax filwaqt li qabel qalilna li qed jogħlew, illum almenu ammetta li m'għolewx.", "Anzi qal li ġew ridotti u qalli biex inkompli nirriduċi.", "Dan juri kemm kellna raġun u kemm verament kkonvinċejnieh li qed nagħmlu xogħol tajjeb.", "Irrid ngħid li l-kawżi ta' l-ispoll, tal-jattanza u tal-konvenju ma semmihom qatt fid-dibattitu, lanqas dawk il-kawżi tal-konvenji ta' dawk il- koppji li jipprovaw jixtru post u ħaddieħor, għax ikollu l-forza tal-flus, ma jkunx irid jersaq għall-kuntratt.", "Dawn erġajna naqqasnihom u minflok ikkritikani għax l-ittra uffiċjali minn Lm2.50 tellajniha għal Lm5, imma ma qalx li l-kawża minn Lm250 niżlet għal Lm75.", "Barra minn dan, għamilna tmien passi importanti ħafna li qed jagħtu r-riżultati għax għandek aktar nies li qegħdin jersqu biex jieħdu rimedji mill-qorti.", "Jiena dejjem għidt li n-nies jinteressahom ikunu jafu meta kawża se tibda u meta se tispiċċa u mhumiex interessati li jibqgħu aktar fis-sistema li aħna l-avukati qisna drajna fiha li taf meta tidħol il-qorti imma ma tafx meta toħroġ.", "Jiena lill-klijenti tiegħi kont ngħidilhom li meta jirbħu kawża qishom qed jilagħbu roulette li hemm elf numru fiha u tant hemm variables fiha li jirnexxilhom iġibuha f'dak l-elf.", "Sur President, matul din is-sena kellna 905 ittra uffiċjali taħt dan it- titlu esekuttiv taħt l-ammont ta' Lm5,000.", "Kellna 535 tal-kambjala, 297 ta' l-arbitraġġi u daħlu 4,123 kawża aktar fit-tliet tribunali, jiġifieri fit- tribunal għal talbiet żgħar, fil-prim'awla tal-qorti ċivili u quddiem il- qorti tal-maġistrati.", "Issa ma ninsewx li fil- press conference li għamilna f'Lulju ta' din is-sena meta ħriġna l-istatistika konna għidna li kien hemm żieda fit-tliet tribunali, żieda fil-prim'awla tal-qorti ċivili ta' 20%, quddiem il-qorti tal-maġistrati kien hemm żieda ta' 8% u quddiem is- small claims tribunal kien hemm żieda ta' 9%.", "Jekk dak li jkun minflok għamel kawża fuq ammont ta' Lm4,000 għamel ittra uffiċjali u ħa sentenza, ma qagħadx jaħli l-ħin joqgħod jitla' l-qorti.", "Għalih l-importanti li jkollu l-flus tiegħu f'idejh.", "Imma issa ħalli nqabblu mas-sena l-oħra, Sur President.", "Minn Jannar sa Ottubru kellna 3,500 kawża, żieda ta' 60%.", "Jiġifieri kuntrarjament għal dak li qalulna li se nżarmaw il-qorti, li se jonqos ix- xogħol u sar ħafna biki tal-kukkudrilli - issa niġi għaliha tal-backlog – kellna żieda ta' 60%.", "Dan ifisser li mhux biss l-avukati għandhom 60% aktar xogħol, imma l-poplu qed jieħu rimedju f'inqas żmien billi fi żmien 15-il ġurnata jew xahrejn fil-każ ta' l-arbitraġġ jingħata s-sentenza.", "X'differenza!", "Dan rekord, aħseb u ara x'rekord se nilħqu meta naslu fl- aħħar tal-ħames snin!", "Jiena dejjem ngħid li l-frott tax-xogħol nieħduh f'leġislatura oħra.", "Dan huwa biss il-bidu!", "Issa kif dejjem jiġri jista' jkun hemm min togħġbu l-ittra uffiċjali u jista' jkun hemm min jipprova jmaqdarha għax kif jgħid il-Malti, min ma jridx ibusek jgħid li fommok jinten!", "Għalkemm hawn min jgħid li l-kawżi fit-tribunali tal-qorti naqsu, l-istatistika turi mod ieħor għaliex minn Jannar sa Ottubru ta' din is-sena kellna 4,123 kawża u s-sena l-oħra kellna 3,522, jiġifieri din is-sena kellna żieda ta' 600 kawża.", "Dan juri li l-miżuri li ħadna ġabu aktar fiduċja pero' sfortunatament xi wħud mhumiex qed jirrealizzaw dan il- fatt.", "Jien niddejjaq meta nisma' lil min jgħid li għandek tmur il-qorti biss jekk għandek tort.", "Din il-mentalita' qed tinbidel u llum bniedem jieħu ħsieb iħallas id-djun tiegħu għax jaf li l-id tal-ġustizzja malajr se tilħqu, u dik qed tbiddel l-affarijiet.", "Jiena ltqajt ma' avukat li qalli li bir- rimedju ta' l-ittri uffiċjali eżekuttivi, ħafna nies li qabel kienu jaqtgħu qalbhom li xi darba se jiġbru flushom, issa qed jiġbruhom.", "Dan huwa mod effettiv, speċjalment għall-ismall and medium enterprises u għan-nies bi ftit flus f'idejhom, biex jiġbru flushom.", "Għalhekk aħna ddeċidejna li nibdew minn dawk li għandhom ftit flus.", "Issa se nagħti wkoll prova aktar importanti ta' l-impatt ta' dawn il-miżuri.", "Fil-fatt dawn il-miżuri qegħdin jgħinu biex nagħtu aktar ħin lill-ġudikanti biex jaqgħtu l-kawżi l-antiki.", "Għadna fil-bidu għax il-miżura ta' l-ittra uffiċjali esekuttiva daħlet fl-1 t'Awissu u nittama li aktar 'il quddiem tagħti aktar frott.", "Pero' hawn ġew iltqajna ma' ħafna Ġeremiji li jgħidulna li qed niżbaljaw u li għandna moħħna magħluq.", "Adirittura l-ħabib tiegħi, l-Onor.", "Jose' Herrera, qalilna li r-riformi ma tawx frott.", "Jista' jkun frott qares u jista' jkun frott ħelu pero' aħna qed naraw frott ħelu.", "Pero' ħalli naraw x'ġara fil-qrati u nibdew bit-tribunal għal talbiet żgħar.", "Is-sabiħ ta' dan it-tribunal huwa li għall-ewwel darba f'sitt snin in-numru tal-kawżi bdew jonqsu u ma baqgħux telgħin 'l fuq.", "Fil-fatt f'Ottubru tas-sena l-oħra, kien hemm 2,291 kawża pendenti u din is-sena diġa' nżilna għal 2,172.", "Infakkar ukoll li tnejn mis-sitt ġudikanti li kellna din is-sena ma tantx ħadmu għax saru ommijiet u allura għamilna minn sitt xhur sa seba' xhur naħdmu b'erba' ġudikanti.", "Imma minkejja dan kollu, żdiedu wkoll is-sentenzi li ngħataw.", "Filwaqt li sa Ottubru tas-sena l-oħra ngħataw 1,514-il sentenza, issa tlajna għal 1,590.", "Dan jindika li tul is-sena li ġejja l-kawżi kollha li jidħlu fit-tribunal għal talbiet żgħar se jinqatgħu f'inqas minn 18-il xahar.", "Dak hu l-aim tagħna u se naħdmu biex nilħquh.", "Jekk nibqgħu mexjin f'din id-direzzjoni żgur li jirnexxielna.", "Quddiem il-qorti tal-maġistrati, minn 1,767 kawża pendenti is-sena l-oħra, din is-sena diġa' nżilna għal 1,500 kawżi deċiżi.", "Is-sena l-oħra ngħataw 560, din is-sena diġa' tlajna għal 627.", "Tassew li dawn il-miżuri qed iġibu suċċess!", "Fil-prim'awla tal- qorti ċivili qed naraw ukoll progress.", "F'Settembru tas-sena l-oħra kien hemm 6,157 kawża, f'April ta' din is-sena kien hemm 5,081 u f'Ottubru kien hemm 4,991 kawża, jiġifieri tnaqqis ta' 20%.", "L-aktar ħaġa li għamlitli kuraġġ kienet li meta tħares lejn l-analysis by age tal-kawżi, tara li filwaqt li fil-prim'awla tal-qorti ċivili f'Ottubru tas-sena l-oħra kien hemm 67% tal-kawżi li kienu ilhom pendenti tliet snin u aktar, issa niżlu għal 58%.", "Għalina din hija xhieda ċara li l-miżuri li qegħdin nagħmlu mhux biss qegħdin jagħtu lin-nies rimedji ġodda imma qed ikollhom effett fuq dawk li qegħdin fil-qorti u qed jaraw li l-kawżi tagħhom qed idumu ħafna.", "M'aħniex kuntenti b'60% tal-kawżi li ilhom tliet snin u aktar u għalhekk qegħdin infasslu programm ta' ħidma għas-sena li ġejja meta se ndaħħlu l-mandati, it-tribunal amministrattiv, emendi fil- proċedura kriminali u emendi fil-proċedura ċivili.", "Pero' dan juri li t- tmien passi li aħna ħadna s-sena l-oħra kienu passi li bihom il-qrati tagħna bdew jagħtu rimedji ġodda u li fihom il-poplu beda jara xaqq ta' dawl.", "Infakkar li dan hu settur diffiċli ħafna b'komplikazzjonijiet enormi.", "Pero' l-fatt huwa li matul din is-sena kellna 1,737 persuna li ħadu r-rimedji tagħhom f'inqas minn tliet xhur, jiġifieri 30% inqas ta' nies li ħlew il-ħin tagħhom fil-qorti u li ħallsu inqas spejjeż fuq kawżi.", "Kwestjonijiet ta' piki fix-xejn qegħdin jonqsu kważi kompletament u bdejna naqtgħu mill-backlog l-antik, u dan ifisser li kuntrarjament għal dak li ġie previst min-naħa l-oħra, dawn ir-riformi wasslu għas-suċċess.", "Issa xtaqt nitkellem ftit fuq il-kamp kriminali li matul is-sena li ġejja se nagħmlu fih għadd ta' tibdiliet.", "Mill-figuri li għandna - għax aħna ħadna ħsieb is-sena li għaddiet li ndaħħlu fl-istatistika separatament kumpilazzjonijiet li jdumu biex jiġu deċiżi - jirriżulta li din is-sena diġa' ġew deċiżi 1,931 kawża li kienu pendenti.", "Din is-sena kellna żieda ta' aktar kawżi u ta' aktar kumpilazzjonijiet kriminali għax minn 1,600 tlajna għal 1,900 u s'issa ġew deċiżi 400 mill-2,095 kawża pendenti.", "Dan ifisser li l-backlog żdied b'7%, filwaqt li l-kawżi ġodda żdiedu b'16%.", "F'Ottubru ta' din is-sena kien għad hemm 1,140 proċess verbali pendenti li għalija hu ammont kbir.", "Hemm minnhom li jridu ċertu xogħol pero' 1,140 hu ammont qawwi.", "Barra minn hekk, din is-sena il-ħlasijiet ta' l-esperti tal-qorti qed jiżdiedu u minn kważi Lm300,000 li diġa' ħallasna din is-sena, sa l-aħħar ta' din is-sena huwa previst li nqarrbu viċin Lm0.5 milun u dan jitlob li nieħdu ċerti rimedji.", "Matul is-sena li ġejja nittamaw li nieħdu miżuri biex jidħlu proċeduri aktar veloċi għall-kumpilazzjonijiet, sistema aħjar għall- proċessi verbali u kontroll fuq l-infiq ta' l-esperti.", "Dawn l-għanijiet jintlaħqu billi l-ewwelnett ma jkunx hemm għalfejn isiru numru ta' proċessi verbali, speċjalment fil-kawżi tas-serq, it-tieni nett billi nipprovaw niġbru aktar mill-ispejjeż li joħorġu - u din is-sena għamilna emenda biex nipprovaw nagħmluha – u t-tielet nett billi ndaħħlu tariffa sabiex wieħed jitħallas fil-kumpilazzjonijiet fuq numru ta' reati serji bħalma huma tad- droga.", "Xtaqt ukoll nirringrazzja lill-istaff tal-qorti li matul din is-sena ħadmu ħafna u għamlu ħafna xogħol tajjeb u jiena rikonoxxenti lejhom.", "L-istess Prim Imħallef fid-diskors tiegħu rrikonoxxa dan l-impenn u x-xogħol li qed isir u nixtieq nelenka ftit affarijiet li saru.", "Fost affarijiet oħra organizzajna d-dħul ta' security zone aħjar u llum il-qorti għandu atmosfera aħjar meta tidħol fih; ġew organizzati u mnaddfa l-arkivju superjuri u dak inferjuri, ġew ċentralizzati ċedoli tad-depożitu u ġew mdaħħla fil-computer numru ta' ċedoli tad-depożitu; daħlu l-multi mill- 1996 sal-lum – dan kien pass importanti ħafna sabiex in-nies li weħlu l- multi jiġu msejħa sabiex iħallsuhom – u nġabru aktar multi mis-sena li għaddiet.", "Barra minn hekk, ġew distrutti numru ta' esebiti u karti antiki u tapes li kienu qed jingumbraw il-qorti.", "Il-kawteli ta' l-appell qed isiru aktar malajr u l-pubbliku qiegħed jiġi mgħarraf bihom minn qabel.", "Is-sistema ta' komputerizzazzjoni fil-qorti hija iżjed aġġornata.", "L-awla maħruqa tal- qorti ġiet irranġata wkoll fi żmien rekord u preżentement hija okkupata mill-Maġistrat Mizzi u qiegħda taħdem.", "Daħlu fis-seħħ tliet video conferencing centres, wieħed f'Għawdex u tnejn hawn Malta.", "L-Onor.", "Anġlu Farrugia m'għandux raġun fuq din il-ħaġa għax fil-qorti għandna video conferencing.", "Naturalment sar ħafna xogħol ieħor u rrid inserraħ moħħ il- kollegi tiegħi li r-riformi li għamilna qegħdin jagħtu l-frott u s'issa għadna qed naraw il-bidu ta' l-affarijiet.", "Xtaqt ukoll insemmi x-xogħol li qed isir fir-reġistru pubbliku u fir- reġistru ta' l-artijiet.", "Matul din is-sena għamilna ħafna xogħol fuq l-Att tar-Reġistru Ċentrali, att li permezz tiegħu se nġibu sistema ta' reġistrazzjoni aktar effettiva, aċċess aktar immedjat u siġurta' akbar fit- titlu.", "Ittieħdu passi sabiex ir-reġistru pubbliku u r-reġistru ta' l- artijiet jiġu amalgamati aktar.", "Matul din is-sena kien hemm żieda ta' 25% fl-applikazzjonijiet tan-nies fir-reġistru.", "Kellna wkoll tħaddim tajjeb kemm tal-land registry certification system u kif ukoll tal-condominium registry system.", "Fl-iskemi tar-reġistrazzjoni tal-Kottonera, tal-Belt u tal- Furjana ġew finalizzati 607 u hemm 300 oħra biex jingħalqu.", "F'din is-sena kien hemm 14% aktar dħul ta' flus f'din id-diviżjoni.", "Il-passaporti issa huma online bl-Ingliż u bil-Malti u għandna quddiemna wkoll l-isfida tal- biometric passports.", "Fil-fatt wieħed irid jgħid li matul dawn l-aħħar sitt snin minn 14,000 passport tlajna għal 41,000 passport ġdid.", "Fit-tħaddim tal-liġi tar-reġistru ċentrali jiena niltaqa' man-nies li huma direttament involuti ħalli flimkien niddiskutu d-diversi problemi marbutin magħha.", "Nittamaw li dan l-att nikkonkluduh fi żmien qasir ħalli jkun jista' jidħol fis-seħħ.", "L-aħħar kliem ta' tifħir imur għall-uffiċju tan-nutar pubbliku li ġie rinnovat u upgraded.", "Illum id-direttur ta' dan l-uffiċċju hija mara, in- Nutar Cora Vella u qed tagħmel ħafna xogħol tajjeb hemmhekk.", "Fil-fatt ħadet ħsieb taqbad l-arkivji antiki u tirranġahom u m'għandix dubju li bid- dedikazzjoni kbira li hemm l-arkivji f'St. Christopher Street, Valletta se jkunu ferm aħjar milli kienu qabel.", "F'dan il-post insibu parti kbira mill- patrimonju ta' pajjiżna li issa qiegħed f'pożizzjoni li jkun aktar preservat.", "Kellna wkoll in-nomina ta' assistent arkivist f'Għawdex u huwa previst li jiżdiedu żewġ nutara pubbliċi oħra.", "Nikkonkludi billi ngħid li l-poplu qed jifhem meta jisma' li fuq din in- naħa hawn gvern magħmul minn żgħażagħ ħawtiela u determinati li jridu jdaħħlu diversi riformi biex pajjiżna jimxi aħjar.", "Ir-riforma fis-settur tal-ġustizzja hija waħda mill-aktar delikati u diffiċli.", "Meta ltqajt ma' diversi nies fis-soċjeta' ċivili li m'humiex avukati u imħallfin matul id- diskussjonijiet li kelli fuq il-white paper, l-ewwel kelma li qaluli kienet \"grazzi\" talli qed niddiskuti magħhom.", "Dawn urewni l-viżjoni tagħhom tal- ġustizzja għax fl-aħħar mill-aħħar l-konsumaturi huma n-nies li jiġu l- qorti biex jieħdu servizz.", "Għalhekk inħoss li dak il-proċess li bdejna b'dik il-white paper \"Lejn Ġustizzja Aħjar u Eħfef\", kien proċess importanti ħafna għax b'hekk ikkonfermajna li kuntrarjament għal dak li qed tgħid l-oppożizzjoni, it-tmien miżuri li għamilna ġabu l-approvazzjoni tal- poplu.", "Hawnhekk niġu kkritikati li aħna partit antikwat u maqtugħ mill-poplu.", "Jiena nsostni li aħna qegħdin mal-poplu li jappoġja u jsostni dawn l- affarijiet li qed nagħmlu u fil-fatt hija l-oppożizzjoni li hija maqtugħa mill-poplu.", "Diversi drabi jiġu nies fuqi li ma nkunx nafhom u jgħiduli prosit tax-xogħol li qed isir fil-qorti tal-familja u fil-qorti in ġenerali għax ikunu missewhom huma personalment.", "Veru li għad għandna kawżi l- qorti fuq il-kambjali li bdew qabel għamilna dawn l-emendi u li ilhom pendenti għal erba' jew ħames snin.", "Pero' jekk nibqgħu mexjin f'din it- triq, jiena ċert li se nagħtu frott tajjeb u forsi wieħed jittama li fl- aħħar tas-sena l-Onor.", "Jose' Herrera jikteb artiklu fuq riformi li taw frott ġewwa l-qorti.", "Grazzi.", "THE DEPUTY CHAIRMAN (Onor. Mario de Marco): Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Sur President, fost id-diversi sfidi li kellu din is-sena il-ministeru tal-ġustizzja u intern, bla dubju ta' xejn l-akbar waħda fosthom hija ta' l-immigrazzjoni irregolari.", "Din il-problema ħolqotilna kriżi li qajmet reazzjonijiet fil-pubbliku in parti msejsa fuq ir-raġuni iżda ħafna drabi fuq l-emozzjoni biss, bil-konsegwenza li fost it-taħwid u l-konfużjoni ta' l-ideat u l-emozzjonijiet bla raġuni, il-gvern kellu x- xogħol ftit diffiċli imma responsabbli li jżomm mal-politika tiegħu tat- triq tan-nofs.", "X'inhi din il-politika tat-triq tan-nofs?", "Forsi mhux dejjem għoġbot lil kulħadd, imma, fl-opinjoni tiegħi, hija l-aktar triq għaqlija.", "Din il-politika titlob li nipproteġu lil dawk li ħaqqhom protezzjoni imma nżommu iebes ma' min ma ħaqqux.", "Jiena ħassejt li kelli nibda d-diskors tiegħi fuq din il-problema għax hija problema li wżat l-aktar ħliet u riżorsi kemm tal-pulizija kif ukoll tal-ministeru tiegħi.", "Fil-fatt din il- problema qed niġġieldulha fuq fronti differenti u kif dejjem għidt, m'hemmx soluzzjoni waħda u s-soluzzjonijiet li hemm mhumiex faċli.", "Ħafna nies iwaqqfuni fit-triq u jistaqsuni jekk nibagħtux lura lejn pajjiżhom immigranti irregolari.", "Ħsibna li konna għalaqna l-kotba għal din is-sena iżda llum reġgħu daħlu kważi 200 ruħ li kienu stranded kompletament fil-baħar mitlufin bil-magni tad-dgħajsa weqfin.", "Ir-risposta hija li minkejja d-diffikultajiet kbar, il-pulizija tibgħat lura kull sena mijiet ta' immigranti.", "Fil-fatt bejn Jannar u Ottubru ta' din is-sena ntbagħtu lura 718 immigrant illegali.", "Li kieku l-immigranti kollha li daħlu Malta illegalment bid-dgħajjes mill-2002 sal-lum għadhom hawn, kieku f'pajjiżna hawn 'il fuq minn 5,200 immigrant imma nafu li kulma hemm fiċ- ċentru ta' detenzjoni huma 1,400 u 1,000 ieħor immigrant fiċ-ċentri miftuħa u forsi hawn xi 400 oħra li sabu akkomodazzjoni privata huma stess.", "Dan hu dovut għall-fatt li l-pulizija b'diffikultajiet kbar, l-aktar biex takkwista wkoll id-dokument ta' l-ivvjaġġar, tibgħat lura mijiet ta' immigranti kull sena u dan juri kemm kellu raġun il-gvern meta bagħat lura ċ-ċittadini Eritrej fl-2002 li ma kellhomx dritt jibqgħu Malta.", "Illum l-Onor.", "Gulia jisħaq fuq ir-rinpatriju awtomatiku.", "Dak iż-żmien kien talab inkjesta u sieħbu, l-Onor.", "Anġlu Farrugia kien mar jugżana fil-laqgħa ta' l-OSCE li l-Gvern Malti bagħat lura n-nies lejn l-Eritrea.", "Probabbli issa meta jerġa' jmur jgħidilhom li l-interess nazzjonali jirbaħ fuq id- drittijiet ta' l-individwu!", "Dan qed ngħidu mhux biex inqajjem kontroversja għaliex kif qal l-Onor.", "Gulia, ħdimna flimkien u qed inkomplu naħdmu flimkien fuq il-problema ta' l-immigrazzjoni irregolari.", "Dan ma jfissirx li ma nistgħux nikkritikaw lil xulxin, kif qed nagħmel jiena u kif għamel hu, imma flimkien qegħdin nipprovaw naqblu fuq politika nazzjonali flimkien mal-NGOs.", "Dan mhuwiex faċli li jsir imma għallinqas il-gvern u l- oppożizzjoni jaqblu fuq il-politika ta' detenzjoni u jaqblu fuq is-servizz ta' detenzjoni taħt kmand wieħed.", "Qed ngħidu dan biex niftakru minn fejn tlaqna u kemm kienet iebsa t-triq sabiex wasalna s'hawn.", "Irrid ngħid ukoll li kif wiegħed f'Jannar li għadda, il-gvern żamm kelmtu li joħloq ċentri ġodda ta' detenzjoni ġewwa Ħal Safi u nirringrazzja lill- Onor. Tony Abela u l-Onor.", "Ninu Zammit dwar dan.", "Iċ-ċentru l-ġdid ta' detenzjoni f'Ħal Safi dalwaqt se jkun lest filwaqt li kien hemm żewġ sheds kbar li wieħed minnhom diġa' qed jintuża.", "Dawn kienu sheds ġodda fjamanti ta' l-armata li issa qed jintużaw biex jospitaw l-immigranti irregolari u diġa' hemm 220 f'wieħed minnhom u nhar it-Tnejn se jiftaħ it-tieni wieħed b'220 oħra u b'hekk bi tliet strutturi li qed jiffunzjonaw, f'sena waħda nkunu ħloqna strutturi li jakkomodaw 700 ruħ.", "Naħseb li dan juri l-impenn li kellna fuq fronti differenti dwar din il-problema, iżda ma waqafniex hawn.", "Ħadna l-każ tagħna wkoll barra minn Malta.", "Ma kienx kompitu faċli li wieħed jipperswadi pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea li għandhom problema huma wkoll bl-urġenza tal-problema tagħna.", "Lanqas ma kien hemm xi dritt awtomatiku għall-għajnuna għax aħna għandna problema.", "Fil-fatt din is-sena jiena attendejt seba' kunsilli tal-ministri tal- ġustizzja u l-intern ta' l-Unjoni Ewropea fejn dejjem qajjimt il-kwestjoni ta' l-immigrazzjoni illegali u kien bis-saħħa ta' din il-pressjoni u l- kuntatti li għamilna f'dawn il-laqgħat li ġbidna l-attenzjoni ta' l-Ewropa għal din il-problema u għal possibilita' ta' xi soluzzjonijiet tagħha.", "Iżda min ikkritika lili u lill-Ministru Frendo li kulma konna qed nagħmlu kien li konna qed ninħlew f'korrispondenza, naħseb li issa jiddispjaċieh li qal dan il-kliem.", "L-Onor.", "Gulia kien qal biex jinbixni:", "\"They seem to be competing against each other on who manages to send the most letters to the EU but nothing concrete is coming out of this strategy.\".", "Kien bis-saħħa ta' l-ittra li jiena ktibt lill-Kummissarju Frattini u li ħaddieħor qal li ma tfisser xejn li l-Kummissjoni Ewropea għall-ewwel darba fl-istorja ta' l-Unjoni ddeċiedet li twaqqaf fond speċjali, fond ta' emergenza miftuħ biss għall-pajjiżi milquta mill-problema tal-klandestini.", "L-argument tiegħi kien li bħalma jeżisti fond ta' solidarjeta' għad- diżastri naturali bħal terremoti, għargħar u nirien, hekk ukoll għandu jkun hemm fond speċjali għall-emerġenzi ta' influss ta' klandestini li ma jkunx miftuħ għal kulħadd iżda biss għal dawk il-pajjiżi bħal Malta li jkunu milquta b'din il-problema.", "Ix-xahar li għadda l-Kummissarju Frattini ħabbar li kien se jwaqqaf fond ta' Euro 20 miljun, jiġifieri hemm Lm7.5 miljuni għas-sena d-dieħla għal dan l-iskop u tieħu gost taqra dan il-kliem ta' l- aġenzija ta' l-aħbarijiet Agence Europe:", "\"The European Commission, taking up the proposal of the Maltese Government, has proposed the creation of an emergency fund of euro 20 million.\".", "Dan qed ngħidu biex nuri li dak li qal l-Onor.", "Gulia li this letter- sending business is clearly not working kien kliem fil-vojt.", "Il-Malti jgħid li l-bosk b'ħatabtu jinħaraq!", "Malta se tibbenifika minn dawn il-fondi u l- ministeru ta' l-Intern applika għal valur ta' xi euro 3 miljun, uħud minnhom għalina u oħrajn bi proġetti sħab ma' pajjiżi oħrajn, għax hemm ċerti proġetti li trid tapplika bilfors bi sħab ma' pajjiż ieħor, kemm mill- fond tar-refuġjati kif ukoll mir-return fund, il-fund tar-rinpatriju.", "Dan kollu juri kemm kien għaqli l-pass tal-poplu Malti, sostnut u inspirat mill- partit Nazzjonalista, li nidħlu fl-Unjoni Ewropea, għax li kieku aħna bqajna barra, il-klandestini kienu jiġu xorta waħda u kien ikollna kompletament nfendu għal rasna.", "Ħdimna wkoll fuq ir-resettlement u mal-Gvern Olandiż għamilna l-ewwel ftehim sabiex l-Olanda, li hija pajjiż ta' l-Unjoni Ewropea, tieħu għall- ewwel darba refuġjati minn pajjiż ieħor membru ta' l-Unjoni Ewropea.", "Għandi wkoll il-pjaċir inħabbar li żewġ pajjiżi oħra, wieħed minnhom fl- Unjoni Ewropea u l-ieħor barra mill-Unjoni aċċettaw ukoll li jieħdu refuġjati li qegħdin f'Malta.", "Sur President, konna ġenerużi ma' min ħaqqu l-protezzjoni.", "Għal dawk il- barranin li jiġu hawn jumejn u jitilqu u kulma jinteressahom hu li jikkritikawna flok jgħinuna, ta' min jgħid li Malta tagħti protezzjoni lil aktar minn 53% ta' dawk li japplikaw.", "Fl-ewwel għaxar xhur ta' din is-sena, ġie pproċessat 1,000 każ ta' status ta' refuġjat ta' persuni minn 35 nazzjonalita' differenti.", "Żidna ħames uffiċjali gradwati mal-kummissarju tar-refuġjati sabiex nipproċessaw l-applikazzjonijiet b'aktar ħeffa u bl- emendi li għamilna, se jkun hemm erba' bordijiet ta' l-appell u l- possibilita' li jkun hemm aktar minn kummissarju wieħed tar-refuġjati.", "Għal min jaħseb li l-kummissarju tar-refuġjati huwa liberali ż-żejjed, ta' min jgħid li minn Jannar ta' l-2002 ġew rikonoxxuti bħala refuġjati proprji 155 biss għaliex l-1,400 l-oħra huma każijiet ta' protezzjoni temporanja.", "Pero' ġew rifjutati wkoll 1,126 każ.", "Għalhekk bqajna ebsin ma' min ma ħaqqux dik il-protezzjoni, ħarraxna l-liġi tar-refuġjati kontra dawk li l-applikazzjoni tagħhom hija manifestament infondata u żammejna mal- politika ta' detenzjoni għal min jidħol Malta illegalment.", "Intenni dak li diġa' għidt f'dan il-parlament li din il-politika ta' detenzjoni se niddefenduha quddiem kulħadd u niġġieldu kull tentattiv li jsir kontra tagħha għaliex jekk l-Awstralja li hija kontinent għandha politika ta' detenzjoni, kemm iktar u iktar wieħed mill-iżgħar pajjiżi bħal Malta għandu jkollu din il-politika!", "Għalhekk is-sorpriża hija akbar meta l-oppożizzjoni tgħajjar lill-gvern li mhux qed ikun sod biżżejjed fl-Unjoni Ewropea.", "L-Onor.", "Gulia jħobb juża l-kelma assertive, imbagħad meta fil- Parlament Ewropew tressqet il-proposta opposta minn divesi pajjiżi sabiex il-perjodu massimu ta' detenzjoni jkun dak ta' sitt xhur, il-membri parlamentari Laburisti fl-Ewropa ma vvotawx kontra tagħha.", "Hawn Malta joqogħdu jitkażaw li xi ħadd fl-Ewropa qed jipproponi li l-perjodu massimu ta' detenzjoni jkun ta' sitt xhur, imbagħad meta kien hemm il-votazzjoni fil-Parlament Ewropew il-membri parlamentari Ewropej Nazzjonalisti vvotaw kontra u l-membri parlamentari Laburisti astjenew!", "Jiġifieri għalihom ma tagħmilx differenza jekk ikunx hemm il-perjodu massimu ta' sitt xhur jew le, inkluż l-membru parlamentari Ewropew Joseph Muscat li xi kultant jattakkana li mhux qegħdin infittxu t-toroq kollha u mhux qed nipprovaw insibu soluzzjoni għal din il-problema u mbagħad meta hawnhekk kellna theddida għall-politika tad-detenzjoni tagħna minflok ivvota kontra, astjena!", "Ipprefera li joqgħod għad-direttiva tal-grupp parlamentari Ewropew Soċjalista milli jiddefendi l-interessi ta' pajjiżna.", "Dak li ħadna bit-tliet membri parlamentari Ewropej Laburisti!", "Sur President, l-aħjar parti tad-diskors tal-kap ta' l-oppożizzjoni kien meta tkellem fuq il-ġlieda kontra r-razziżmu.", "Pero' mbagħad f'daqqa waħda fit-tieni parti beda jattakka lill-gvern li fuq l-immigrazzjoni irregolari konna inkompetenti u fjakki meta mbagħad in-nies tagħhom fl-Ewropa ma vvotawx kontra proposta li tipprova tnaqqas il-politika ta' detenzjoni tagħna.", "Minflok ikkritikana wkoll għaliex waqqafna s-servizz tad- detenzjoni bi kmand wieħed.", "Mela min-naħa kellna lill-Onor.", "Gavin Gulia li qalilna li bis-saħħa tal-konferenza nazzjonali tagħhom issa għandna s- servizz ta' detenzjoni li qed iħalli l-frott u min-naħa l-oħra kellna l-kap ta' l-oppożizzjoni li fid-diskors tiegħu qalilna li bħala gvern inkompetenti qegħdin nittitubaw dwar din il-ħaġa!", "Huwa veru każ fejn l-id il-leminija ma tafx x'qed tagħmel l-id ix-xellugija fil-partit Laburista!", "Imma niġi issa għall-qasam tal-pulizija u l-ġlieda kontra l-kriminalita'.", "Nibda biex ngħid li din is-sena l-korp tal-pulizija kiseb suċċessi notevoli f'żewġ oqsma partikolari, fis-CID u kif ukoll fil-ġlieda kontra d- droga.", "Per eżempju, fil-qasam tas-CID ġew solvuti tliet każijiet ta' omiċidju, tnejn minnhom li saru 20 sena ilu, fl-1986, u ieħor li seħħ f'Għawdex sena u nofs ilu, jiġifieri l-qtil ta' l-Avukat Michael Grech li ġustament kien qajjem ċertu ferment u għajta sabiex jiġi solvut il-każ.", "Dan juri wkoll kemm il-pulizija, kuntrarjament għal dak li jaħsbu xi wħud, ma jħallu l-ebda każ jorqod, l-aktar meta jkunu reati serji ta' omiċidji u li jkunu għaddew bosta snin fuqhom.", "Jiena naħseb li l-Onor.", "Gulia għamel żball meta qal li fil-qasam tad-droga rridu nattakkaw id-demand.", "L-ewwelnett id-demand ma tiġix attakkata minn dan il-ministeru, imma tiġi attakkata mis-supply.", "Ir-raġunijiet għalfejn in-nies jieħdu d-droga ma jaqgħux taħt il-kompetenza tal-ministeru tiegħi u għalkemm il-gvern jagħmel ħafna xogħol u jipprovdi ħafna servizzi ta' prevenzjoni u ta' kura, insibu nies li xorta waħda jagħżlu li jieħdu d- droga.", "Il-pulizija tipprova kemm jista' jkun tattakka s-supply tad-droga u fil-fatt din is-sena kellha qabdiet rekord ta' eroina, kokaina u ta' pilloli ecstasy.", "Per eżempju, din is-sena nqabdu 15-il kilo u nofs eroina, 6 kilos u nofs kokaina, 17,600 pillola ta' l-ecstasy u 23 kilos cannabis.", "Sur President, jien m'iniex se noqgħod nagħmel kif għamel hu u nqabbel is- sitwazzjoni ma' l-1998 u noqgħod ngħid li fl-1998 qabdu nofs kilo eroina, 150 pilloli ecstasy u 300 gramma kokaina!", "Jiġifieri altru milli kien l- annus horribilis tal-pulizija!", "Fl-ewwel għaxar xhur ta' din is-sena l- iskwadra ta' kontra d-droga rnexxielha tagħmel 510 raids fuq reati ta' droga, ġew arrestati 'l fuq minn 700 persuna u ttellgħu l-qorti 100 persuna fuq traffikar ta' droga u 300 ruħ fuq pussess ta' droga.", "L-iskwadra ta' l-economic crime qabdet 36,000 oġġett ta' marka falza u żewġ containers bi 15-il miljun sigarett b'kuntrabandu.", "Id-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea ġab miegħu xogħol ġdid, fosthom li l-pulizija Maltija issa għandha uffiċjal permanenti fil-europol, ħaġa importanti ħafna għaliex b'hekk ikollna aċċess għall-informazzjoni fuq bażi Ewropea fuq kriminalita' organizzata.", "Twaqqaf l-uffiċċju li se jikkordina d-dħul ta' Malta fix-Schengen, il-unit kontra t-terroriżmu u s-cyber crime unit.", "Filwaqt li kien qiegħed isir dan kollu, il-pulizija kellha impenji ebsin u għadha għaddejja b'dawn l-impenji biex tassigura s-sigurta' għal 53 kap ta' stat u gvern tal-Commonwealth li ġejjin għall-aħħar ta' dan ix-xahar u li huwa avveniment li qatt ma kellna bħalu f'Malta.", "Irrid nieħu din l-okkażjoni biex nirringrazzja lill-membri kollha tal-korp tal-pulizija, mill-iżgħar grad sal-kummissarju għall-ħidma ma taqta' xejn li saret din is-sena.", "Għalhekk nistagħġeb li għal darb'oħra l-Onor.", "Gulia reġa' qalilna li l-korp huwa demoralizzat, bla ħeġġa u bla motivazzjoni.", "Din kull sena jgħidha u hawnhekk għandi artiklu ta' erba' snin ilu bit-titlu \"Jiddemoralizzaw lill-pulizija.\".", "U tant kienu demoralizzati li vvotawlna biex nerġgħu nitilgħu fil-gvern wara dak l- artiklu li kiteb l-Onor.", "Gulia!", "Sur President, mindu l-Onor.", "Gulia nħatar shadow minister tiegħi, dejjem isemmi l-istess diska, cioe' li l-pulizija jinsabu demoralizzati.", "U mbagħad meta pprova jsostniha waħħal fil-karozzi taċ-CHOGM!", "Il-korp kien demoralizzat f'dawk is-sentejn li għamlu huma fil-gvern meta qalu li se jżidu l-pagi tal-pulizija u mbagħad naqqsuhomlhom!", "Fl-1998 kuntistabbli li qed nippreżumi kien kollu ħeġġa u mingħajr demoralizzazzjoni, kien idaħħal Lm3,900 bħala basic salary u llum bil-ftehim kollettiv ġdid qiegħed idaħħal Lm5,225, żieda ta' 34%!", "Spettur meta ma kienx demoralizzat kien jaqla' Lm5,455 u llum li huwa demoralizzat jaqla' Lm7,560, żieda ta' 38%!", "U l- gvern, bil-ftehim li għamel mal-unions, huwa kommess li wara ħames snin iżid is-salarju ta' kuntistabbli minn Lm5,225 għal Lm6,024.", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq il-basic salary ta' kuntistabbli u m'aħniex insemmu l- overtime u l-allowances.", "Fl-1998 il-pulizija kienu jirċievu Lm1.7 miljun f'allowances u llum jirċievu Lm1.9 miljun, li tiġi Lm1,200 ras għal ras.", "Sur President, l-Onor.", "Gulia qal li l-pulizija tant huma demoralizzati li qed jitilqu mill-korp.", "Issa ħafna jitilqu għaliex jagħlqu 25 sena servizz u jiena ngħid li huwa tajjeb li jagħmlu hekk għaliex l-ewwelnett jekk kulħadd jibqa' sa 60 sena nispiċċaw b'korp tal-pulizija li nofsu jkollu 60 sena u t-tieni nett għaliex dawn kulma qegħdin jagħmlu meta jitilqu wara 25 sena huwa li jutilizzaw dritt li tahom il-partit Nazzjonalista fil-gvern u li meta kienu fil-gvern huma, mhux din id-darba imma ta' qabilha, dawn kienu ġabuha ma tfisser xejn din il-pensjoni, għaliex id-dritt li kuntistabbli jew surġent jew uffiċjal tal-pulizija jirtira bil-pensjoni taż- żewġ terzi u jaħdem xorta waħda ggarantixxih biss il-partit Nazzjonalista meta tela' fil-gvern fl-1987.", "Jiġifieri meta l-pulizija jitilqu wara 25 sena servizz ma jitilqux minħabba sfiduċja fil-korp tal-pulizija imma biex jutilizzaw - u issa naraw x'jutilizzaw - dritt li tahom il-gvern Nazzjonalista li jirtiraw bil-pensjoni.", "Dan ifisser li min daħal pulizija ta' 18-il sena, ta' 43 sena jista' jirtira, jieħu żewġ terzi tal-paga ta' dakinhar u jista' jaħdem.", "Allura min, per eżempju, bħala kuntistabbli daħal qabel l-1979 u għamel 25 sena servizz, dak għandu dritt li jekk jirtira jieħu Lm 10,700 gratuity u pensjoni ta' Lm214 fix-xahar u jista' jaħdem.", "Min daħal wara l-1979, ma jiħux is-somma u jieħu Lm285 fix-xahar u jaħdem, mentri gvern Laburista kien ġab il-pensjoni fix-xejn għaliex min kien imur taħdem, kienu jnaqqsulu mill-pensjoni dak li kien qed jaqla' mix-xogħol il- ġdid tiegħu.", "Jiġifieri jekk il-paga tiegħek tkun daqs il-pensjoni, kważi ma kont tieħu xejn, anzi biex inkun preċiż, kienu jagħtuk 50c fix-xahar!", "Barra minn hekk, li pulizija jieħu l-pensjoni jekk jirtira wara 30 sena servizz u f'ċerti każijiet għamluha li pulizija ma setax jitlaq mill-korp qabel jagħlaq il-55 sena.", "Jiġifieri llum pulizija jista' jidħol ta' 18-il sena u joħroġ ta' 43 sena u fi żmienhom jekk pulizija jidħol ta' 18-il sena u jirtira ta' 55 sena, idum 37 sena biex jieħu l-pensjoni!", "U allura nagħmlu ħafna għaġeb għaliex minn 1998 'l hawn, telqu medja ta' 42 pulizija kull sena u minnhom 12 biss telqu qabel ma għalqu l-25 sena servizz!", "Ġieli jkun hemm każijiet fejn anke min jitlaq qabel 25 sena sena, jieħu parti mill-pensjoni.", "Dan l-għaġeb kollu ta' sfiduċja fil-korp tal-pulizija mill- membri stess!", "Ma ninsewx li f'sentejn ta' gvern Laburista telqu 134 membru mill-korp tal-pulizija u ma ngaġġaw lil ħadd flokhom.", "Sur President, aħna investejna fil-pulizija u naħseb li kulħadd innota li din is-sena kull pulizija on the beat fil-Belt għandu radio biex bih jikkomunika ma' l-għassa.", "Fil-fatt inxtraw 400 portable radio, 100 speaker microphone u l-intenzjoni tagħna hi sa l-aħħar ta' din is-sena, kull pulizija on the beat ikollu radio modern bħal dan u mhux ir-radio ta' l- għassa biss li jkun ħareġ għalih personalment.", "Daħħalna mitt membru ġdid fil-korp tal-pulizija minkejja r-restrizzjonijiet fuq ir-reklutaġġ proprju għaliex il-gvern ħass li għandu jkun hemm din iż-żieda ħalli n-numru ta' pulizija qatt ma jinżel inqas minn dak li hu neċessarju għas-sigurta' f'pajjiżna.", "Jiena nieħu gost ninnota li fl-1998 fil-korp tal-pulizija kien hemm 13% tal-membri tal-korp tal-pulizija li għandhom l-O-levels u llum dan tela' għal 66%, jiġifieri żieda ta' 53% fuq l-1998.", "Imma niġu issa għall- crime rate, Sur President.", "Jiena dejjem ngħidha li hawn Malta għandna l-istatistika u nirreġistraw kollox.", "Per eżempju, ċerti pajjiżi ma jirreġistawx serq taħt l-Lm20 mentri hawn Malta anke jekk jisirqu Lm1, aħna nirreġistawha fl-istatistika tagħna, kemm jekk hi serqa żgħira kif ukoll jekk tkun serqa kbira.", "Meta wieħed isemmi li r-reati reġistrati żdiedu, irridu noqogħdu attenti u naraw xi żdied għaliex fil-lista tar-reati jitniżżel kollox, anke r-reati ta' frodi.", "Jiġifieri jekk xi ħadd joħroġ cheque u ma jissarrafx, dak huwa reat.", "Imma l-pulizija x'kontroll jista' jkollha ħlief li ttellagħhom wara li jinqabdu fuq ħruġ ta' cheques li ma jkunx hemm flus fil-bank għalihom?", "Per eżempju, jiena ma neħodhiex bi kbira li jkun hemm żieda fl-immigration offences għaliex jekk aħna qed ikollna aktar immigranti irregolari, bilfors ikollna ċerti reati ta' immigrazzjoni!", "Allura b'daqshekk ngħidu li splodiet il-crime rate u li pajjiżna m'għadux post safe u għandna kriżi enormi?!", "Irridu noqogħdu attenti għar-rati ta' serq vjolenti u reati vjolenti oħrajn, u hawnhekk f'ċerti affarijiet naqsu u f'oħrajn is-serq żdied.", "Per eżempju, komparat mas-sena li għaddiet, sa l-aħħar ta' Ottubru naqsu anke l-hold-ups, il-pickpocketing, is-snatch and grab u s-serq tal-karozzi, pero' żdied is-serq mill-karozzi, mill-fabbriki u mill-ħwienet.", "Għal dak li jirrigwarda serq ta' karozzi kellna addirittura tnaqqis u minn 1200 fl- 1998 naqas għal 555 sa l-aħħar ta' Ottubru ta' din is-sena, meta fl-istess perjodu l-karozzi żdiedu b'40,000.", "Huwa veru li kien hemm żieda fl-ammont totali ta' reati reġistrati pero' xorta huwa inqas miż-żieda li kien hemm fiż-żmien il-gvern Laburista, għaliex anke bejn l-1996 u l-1997, kien hemm żieda ta' 5%, mentri din is-sena ż-żieda kienet ta' 3%.", "Imbagħad jekk tara ċ-ċifri ta' Awissu 1997 bis-sistema l-ġdida ma' Awissu 1998, issib li kellna żieda ta' 13% fir-reati li ġew kommessi.", "Pero' meta wieħed janalizzahom isib li 40% tas-serq kollu huwa ta' ammonti ta' inqas minn Lm 50 u 12% huma reati ta' inqas minn Lm10.", "Jiena nsemmi s-serq tal-mobile phones għaliex huwa oġġett li aktar faċli jintilef u jinsteraq u fil-fatt dan jirrappreżenta d-19% tas-serq kollu.", "Ma rridux ninsew li fl-1998 ma kienx hawn mobile phones daqskemm hawn illum għax dak iż-żmien it-teknoloġija tagħhom kienet għadha qed tibda u ma kinitx popolari daqs il-lum.", "Fil-fatt illum hawn madwar 300,000 mobile phone.", "Għalkemm nipprovaw inpingu din ix-xena apokalitika, ma nsemmu xejn dwar is-suċċessi kbar li kellha l-pulizija f'oqsma importanti tal-kriminalita' li semmejt aktar qabel.", "L-Oppożizzjoni reġgħet qabdet mal-karozzi tal-pulizija u jien nappellalhom biex ma jibqgħux jgħidu li l-pulizija m'għandhomx karozzi biżżejjed u min qed jagħtihom din l-informazzjoni, mhuwiex ikun eżatt għax jiena għandi ċ- ċifri hawnhekk.", "Fil-korp tal-pulizija b'kollox hemm 320 vettura għal pajjiż ta' 300 kilometru kwadru, jiġifieri hawn karozza għal kull kilometru kwadru.", "Fil-fatt anke għal Kemmuna għandna karozza tal-pulizija!", "Issa skoprejt ukoll li l-kap ta' l-oppożizzjoni nkluda l-ispiża ta' dawn it-320 vettura ma' l-Lm4 miljuni li l-gvern qiegħed jonfoq fuq it-trasport u l- karozzi, qishom dawn il-karozzi tal-ministri!", "Jiġifieri l-karozza tal- mobile squad jew il-karozza tal-pulizija tal-Ħamrun qishom il-karozzi tiegħi!", "Din is-sena l-korp tal-pulizija xtara 19-il mutur ġdid, 12-il vettura kummerċjali ġdida u 5 vetturi normali li ġew issekwestrati mid-dwana.", "M'iniex se noqgħod nagħmlu plejtu għax hemm 27 Ford Focus li l- kummissarju tal-pulizija fl-għaqal tiegħu ddeċieda li joħroġhom għas-summit taċ-CHOGM għax meta jiġu wżati ħafna, iktar hemm ċans li tinqalagħlhom il- ħsara.", "Imbagħad wara kollox dawn mhux se jeħduhom magħhom taċ-CHOGM u r- Reġina mhux se tieħu l-Ford Focus tagħna!", "Dawn il-karozzi kollha se jibqgħu hawnhekk għas-servizz tal-poplu Malti.", "Dan hu l-famuż fattur tad- demoralizzazzjoni tal-korp tal-pulizija!", "Sur President, issemma wkoll l-overtime.", "Mhux veru li l-overtime qed jonqos għax fil-fatt is-sena li għaddiet kien hemm Lm400,000 f'overtime li kien dovut għall-elezzjoni nazzjonali tal-Parlament Ewropew.", "Għal din is- sena se jkun hemm Lm130,000 kommessi għall-overtime minħabba li se jkun hemm aktar impenji tal-korp tal-pulizija għaċ-CHOGM.", "L-Onor.", "Gulia kkritika l-fatt li ma jkunx hawn biżżejjed pulizija matul il-lejl.", "Jiena tlabt biex iġibuli ċ-ċifri tal-pulizija li kienu detailed bil-lejl il-bieraħ u l-bieraħt lura u nista' ngħid li l-bieraħt lura kien hemm l01 pulizija fl-għases biss u hawnhekk m'iniex qed ninkludi lil tal-mobile squad jew pulizija oħra li jagħmlu xi skorti.", "(Interruzzjonijiet)", "THE CHAIRMAN: Jekk jogħġbokom, m'hemmx interruzzjonijiet.", "ONOR.", "TONIO BORG: L-għassa tal-Gżira biss kienet magħluqa.", "Issa dan huwa pajjiż li l-iktar li għandu għases fid-dinja bħala proporzjon ...", "(Interruzzjonijiet)", "THE CHAIRMAN: Jekk jogħġobkom, m'hemmx interruzzjonijiet.", "ONOR.", "TONIO BORG: Ma jfissirx li jekk tinqala' xi problema l-pulizija ma joħroġx mill-għassa u jagħlaqha sakemm imur on the beat għax aħna n-nies mhux fl-għases irriduhom.", "(Interruzzjonijiet) Aħna nies on the beat irridu u mhux nies maqfulin fl-għassa.", "F'Malta li hija xi 90 mil kwadru għandna 54 għassa, jiġifieri kull żewġ mili kwadri għandna għassa.", "Ma tistax tippretendi li dawn ikunu miftuħa l-ħin kollu u qatt ma kienu miftuħin il-ħin kollu.", "Din l-istess bħall-kwestjoni tad-detail u s- sistema ilha hekk żmien twil.", "Dan huwa korp dixxiplinat u l-pulizija jmorru fejn jordnalhom l-kummissarju tal-pulizija fil-mument li jkollu bżonnhom.", "L-Onor.", "Gulia semma xi ħaġa ħafif ħafif fuq il-faċilita' korrettiva ta' Kordin.", "Fil-ħabs ta' Kordin saru diversi xogħlijiet.", "Tlesta l-forensic unit ġdid fl-isptar Monte Carmeli, sar refurbishment tal-bini tal-ħabs l- antik li qabel kienu l-uffiċini tad-diretturi, u llum sar l-uffiċċju ta' l- inmate services.", "Il-gym ġie rilokat għal post aħjar u ikbar.", "Ġiet installata forced air ventilation system fiċ-ċelel tal-ħabs il-qadim u minkejja li kellna żieda – mhux allarmanti – fil-popolazzjoni tal-ħabs bqajna bil-politika li dejjem ġiet sostnuta minn gvernijiet differenti u li ma ssibha mkien fil-pajjiżi ta' l-Ewropa, li kull priġunier ikollu ċella għalih.", "Din kien daħħalha l-Avukat Anton Buttigieg fl-1972 meta kien daħħal anke l-faċilitajiet sanitarji u żammejniha sal-lum.", "Għamilna tiġdid fil-closed circuit television fil-ħabs il-qadim u nstallajna alarm u safety nets fid-divisions.", "Nieħu gost nara li żdied wkoll in-numru ta' priġunieri li qed jagħmlu xogħol ieħor għal barra l-ħabs.", "Per eżempju, 46 priġunier għall-ewwel darba qed jagħmlu xogħol għal ditta privata f'Malta, qed jitħallsu 80c fis-siegħa għal dan ix-xogħol li huwa ħafna iktar mill- allowance li jkollhom is-soltu.", "B'hekk in-numru ta' priġunieri li jaħdmu fil-ħabs żdied għal l65, u komparat ma' l-1998 irreġistra żieda ta' 12% għaliex minn 40% tlajna għal 52%.", "Dan il-ministeru baqa' attiv ħafna fil-qasam leġislattiv.", "F'Jannar ippublikajna għall-ewwel darba white paper fuq riformi ġenerali fil-qasam tal-ġustizzja, għaddejna liġi ġdida dwar l-armi u issa għandna liġi moderna li tħares l-isport, tħares lill-kolletturi ġenwini, pero' tippenalizza lil min jabbuża.", "Emendajna l-liġi dwar il-kunsilli lokali li biha għamilna l-għażla tas-sindku aktar demokratika u diretta.", "Tajna d- dritt lill-kandidati li jikkontestaw fejn iridu, introduċejna emendi fil- Kodiċi Kriminali sabiex indaħħlu r-reat speċifiku tat-terroriżmu, li tkun membru ta' grupp terroristiku u l-finanzjament tiegħu.", "Għamilna emendi fil- Kodiċi tal-Kummerċ sabiex jitħallsu awtomatikament interessi minn imgħaxijiet minn kull entita' pubblika meta jkun hemm dewmien fil-ħlas.", "Għamilna emendi fil-liġi dwar il-professjoni notarili sabiex ikunu jistgħu jiġu validati atti ta' nutara li mietu li jkollhom nuqqasijiet relattivament żgħar sabiex nipproċedu l-partijiet f'kuntratti ta' dawn it- tipi.", "Għamilna emendi għal-liġi dwar il-kummissarji tal-ġustizzja sabiex persuni li ma jidhrux quddiem it-tribunali lokali ma jeħlux pieni doppja u sabiex persuna tkun tista' tibgħat rappreżentant tagħha jikkontesta jew tibgħat affidavit mingħajr il-bżonn li tidher hi personalment.", "Sur President, introduċejna sistema li se tidħol fis-seħħ dalwaqt li biha jistgħu jsiru petizzjonijiet kontra multi li jingħataw inġustament jew li jkun hemm raġuni ġusta għaliex m'għandhomx jitħallsu.", "L-argument tagħna huwa li jekk tista' tagħmel petizzjoni fuq omiċidju, għaliex ma tistax tagħmel petizzjoni wkoll f'każijiet ta' multi tat-traffiku?", "Emendajna l- Kodiċi Kriminali biex reati li jsiru fil-ħabs iġorru magħhom l-aggravju talli saru fil-ħabs.", "Għamilna liġi li tirregola l-medjazzjoni u liġi li biha emendajna l-liġi dwar ir-refuġjati kontra l-abbużi tas-sistema u favur iktar ħeffa fl-ipproċessar ta' applikazzjonijiet fil-prima stanza u fl- appell u emendi fil-liġi tat-trasferiment ta' art tal-gvern sabiex tkun tista' tinbiegħ art tal-gvern b'irkant u għamilna liġi oħra dwar il-life insurance.", "Naturalment la l-Onor.", "Gulia u lanqas l-Onor.", "Farrugia ma semmew xejn dwar dawn l-affarijiet.", "(Interruzzjonijiet) Kellkom sagħtejn għad-dispożizzjoni tagħkom.", "Forsi m'intomx kapaċi tqassmu x-xogħol tajjeb, aħseb u ara kemm intom kapaċi tiggvernaw!", "(Interruzzjonijiet).", "Fis-sena 2005 iffirmajna wkoll il-konvenzjoni tal-Ġnus Magħquda dwar il-korruzzjoni u tliet konvezjonijiet tal-Kunsill ta' l-Ewropa dwar money laundering, prevenzjoni ta' terroriżmu u traffikar tal-bnedmin.", "Xtaqt ngħid xi ħaġa dwar it-taqsima tal-proprjeta' tal-gvern, Sur President.", "L-ewwelnett nirrispondi għall-kritika ta' l-Onor.", "Farrugia fuq il-lido li kien hemm Qui-si-Sana.", "Dak kien lido mogħti b'ċens lil limited liability company u l-uniku proprjeta' li kellha kien l-utile dominio ta' l-istess lido.", "Din ma kenitx qed tħallas iċ-ċens, kien hemm kawża li kienet ilha għaddejja s-snin u aħna ddeċidejna li nieħdu lura ċ-ċens flok inkomplu bil- kawża, ġaladarba ma stajniex nesegwixxu t-titolu ta' kreditu fuq kumpannija li kienet falluta.", "Irrid inżid li mindu sirt responsabbli mil-lands, għamilna politika li kull tender li toħroġ ta' kirja u ċens favur kumpannija bilfors irid ikun hemm il-garanzija personali tax-shareholder jew tad-direttur.", "Qabel ma kienx isir hekk.", "Allura meta naf l-eżitu tal- kawża x'se jkun jekk nibqa' għaddej bil-kawża fil-qorti, l-aħjar ipotesi tkun li nieħu l-utile dominio lura.", "U dan nista' nagħmlu issa billi nieħu l-utile dominio flok l-arretrati li għandha tagħtini l-kumpannija li m'għandha l-ebda proprjeta' ħlief l-utile dominio.", "Issa dan il-lido qed jitwaqqa' u mhux se jinbena ieħor bħalu f'Tas-Sliema.", "B'daqshekk għamilna xi skandlu għax dan huwa Nazzjonalist?", "L-ewwelnett għamilna l-istess ħaġa ma' kumpanniji ta' nies Laburisti.", "Anzi hija prattiċita' li flok iddum għaddej bil-kawża fil-qorti u fl-aħħar tal-kawża se tieħu l-istess ħaġa, dak li tista' tieħu tieħdu llum!", "Kif qed insemmi din it-taqsima tal-proprjeta' tal-gvern nixtieq nieħu din l-opportunita' biex nirringrazzja lill-ħaddiema kollha ta' din it-taqsima għax kemm huma, kemm tal-lands u kif ukoll tal-joint office qed jagħmlu ħafna xogħol minkejja li għandhom riżorsi limitati.", "Id-dħul totali għall- gvern din is-sena żidnieh b'Lm1 miljun minn bejgħ u kirjiet u dan meta fadal xahrejn oħra biex tispiċċa s-sena.", "Per eżempju, il-bejgħ tal- proprjeta' żdied minn Lm1.5 miljun għal Lm3 miljun u jiena konvint li sa l- aħħar tas-sena li dan il-bejgħ tal-proprjeta' jitla' għal Lm4 miljun għaliex diġa' hemm il-kuntratti lesti.", "Fil-qasam tal-kumpens naf li hemm problema kbira għaliex għal snin twal kienet tittieħed il-proprjeta' u ma jitwarrbux il-flus skond il-valur tal-proprjeta' li tittieħed.", "Imbagħad fl- 1993 kienet daħlet prattika amministrattiva li kulmin jitlob proprjeta' għall-expropriation, dak id-dipartiment jagħti lil-lands is-somma ta' flus li l-lands jidhirlu li għandha titħallas u jitpoġġew apparti f'below the line account għas-sidien ta' dik il-proprjeta'.", "Fl-2003 għamilna emenda sabiex malli toħroġ id-Dikjarazzjoni tal-President il-kumpens irid jiġi depożitat f'kont bankarju, jiġifieri meta s-sid jirċievi d-Dikjarazzjoni tal-President dwar l-esproprjazzjoni jkun jaf ukoll kemm, skond il-gvern, ħaqqu jieħu flus u dawk il-flus jiġu depożitati f'kont bankarju.", "Is-sid jista' jirtirahom u waqt li jirtirahom jista' jikkontesta l-ammont jekk jidhirlu li għandu jieħu iktar.", "Fl-1998 il-kumpens għal art esproprjata kien ta' ftit inqas minn Lm1 miljun mentri din is-sena diġa' tqassam kumpens ta' Lm6 miljun, sitt darbiet aktar minn seba' snin ilu.", "U dan kien dovut għal din is-sistema ġdida li biha l-gvern mar ukoll minn fuq għaliex malli l-flus jitpoġġew fil-kont bankarju u awtomatikament issir r-reġistrazzjoni fil-land registry, il-gvern isir is- sid ta' dik id-dar.", "Dan wassal sabiex id-dħul totali mil-lands u l-joint office irdoppjajnieh minn Lm6.5 miljun fl-1998 għal Lm12.7 miljun u biħsiebna nressqu emendi sabiex anke l-kriterji ta' kif tiġi stabbilita art bħala fabbrikabbli jew m'hijiex għal skop ta' espropjazzjoni tiġi aġġornata għaż-żmenijiet tal-lum.", "Dan biex ma nsemmix ukoll is-sehem li ta l- landsgħal diversi proġetti tal-gvern li jkun fihom kuntratti komplikati ħafna u l-ewwel draft dejjem jippreparah il-lands.", "Niġi issa għall-qasam tal-ġustizzja u hawn gvern Nazzjonalista jiftaħar li r-riformi importanti fil-qasam tal-ġustizzja dejjem varahom hu.", "Fi żmien gvern Laburista, l-unika riforma li saret kienet fl-1981 meta liċ-ċittadin għamilhielu aktar diffiċli biex ifittex lill-gvern fil-qorti.", "Il-politika tal-partit Laburista fil-qasam tal-ġustizzja hija li jgħid le għal kollox, le għall-appell ta' l-avukat ġenerali meta l-piena għal reati serji tkun baxxa, le għall-proċedura ħafifa sabiex il-kreditur jieħu sentenza malajr meta l-kreditu tiegħu mhux kontestat mid-debitur, le għall-introduzzjoni ta' l-ittra uffiċjali f'każijiet ta' krediti mhux kontestati, le għat- trasferiment liċ-ċentru ta' l-arbitraġġ ta' kawżi mhux serji bħall- kolliżjonjiet tat-traffiku, le għall-emenda li biha l-kambjala saret titolu eżekuttiv fejn il-kreditur ma jkollux għalfejn imur il-qorti biex jieħu dak li ħaqqu meta l-kreditu hu msejjes fuq il-kambjala u le għall- medjazzjoni fil-qorti tal-familja sabiex il-proċess ta' separazzjoni tal-konjuġi jsir b'mod aktar uman.", "Nyet, nyet, nyet għal kollox, kif kien iħobb jgħid Nikita Khrushchev.", "Issa l-faqar fl-argumenti ta' l-oppożizzjoni narawhom fir-riżultati.", "Irrid infakkar li l-bidla ta' l-ittra uffiċjali ġiet fis-seħħ fl-1 ta' Awissu ta' din is-sena.", "Fi tliet xhur daħlu 900 ittra uffiċjali bis-sistema l-ġdida, li 800 minnhom ma kinux kontestati.", "Dan ifisser li ffrankajna 800 kawża fejn 800 kreditur ħadu sentenza mingħajr ma għamlu kawża f'ħin iqsar u b'ħafna inqas spejjeż u d-debitur iffranka wkoll l-ispejjeż tal- qorti.", "U dan għadu biss il-bidu.", "Issa l-Onor.", "Farrugia jgħid li allura nagħmlu l-ittra uffiċjali fuq kollox u nżarmaw il-qorti!", "Issa dan jaf li din l-ittra uffiċjali mhijiex fuq kollox.", "L-ewwelnett l-ammont irid ikun taħt il-Lm5,000 u t-tieni nett il-kreditu jrid ikun ċert, likwidu u dovut.", "Jiġifieri jekk se tagħmel qasma ta' deċiżjoni, ma tistax tuża ittra uffiċjali.", "Jekk se tfittex lil xi ħadd għal danni f'inċidenti tat-traffiku ta' aktar minn Lm5,000, ma tistax tagħmel ittra uffiċjali.", "Jekk tagħmel kawża kostituzzjonali, ma tistax tagħmel ittra uffiċjali.", "L-Onor.", "Farrugia ma qalilniex li fl-Ewropa se jagħmlu regolament sabiex kulħadd ikun kważi obbligat li jdaħħal sistema ta' short cut f'każijiet mhux kontestati għax hawnhekk meta ngħidu ittra uffiċjali ta' każijiet mhux kontestati, il- kreditur irid jaħlef l-ittra uffiċjali, trid tiġi notifikata lid-debitur u jekk isir xi żball u d-debitur ma jiġix notifikat, għandu dritt li jagħmel rikors minn mindu jinduna sabiex iwaqqa' dik l-ittra uffiċjali.", "Jiena konvint li t-800 kreditur li diġa' bbenefikaw - u għadna fil-bidu - qed ibierku din is-sistema u jiftakru f'min kien favuriha u min ivvota kontra tagħha.", "Minn mindu ġiet introdotta din ir-riforma dwar il-kambjala li saret titolu esekuttiv b'sempliċi ittra uffiċjali bħalma jsir fil-kuntratti insinwati, naqqasna l-burokrazija fejn in-negozjant żgħir u medju jieħu dak li ħaqqu pero' jekk ma jkunx ħaqqu, id-debitur jista' jopponi u jmur il-qorti.", "Imma jekk huwa kreditu ċar, likwidu u dovut, bħal, per eżempju, wieħed biegħ karozza u ma tħallasx, jew inkella mastrudaxxa għamel ix-xogħol u ma tħallasx, dak kulma jagħmel, jekk jaf bil-kambjala, jagħmel ittra uffiċjali wkoll, anke jekk l-ammont huwa ta' aktar minn Lm5,000.", "Jekk l-ammont huwa inqas minn Lm5,000 jagħmel ittra uffiċjali, u jekk ma tiġix ikkontestata fi żmien xahar, ikollu s-sentenza.", "B'hekk bil-500 ittra uffiċjali tal- kambjali ġew evitati mijiet ta' kawżi bbażati fuq il-kambjali u evitajna ħafna ħela ta' ħin u spejjeż.", "Kieku kien għall-profeti foloz, li dejjem jipprevedu diżastri, kieku konna nħallu kollox kif kien!", "Irrid ngħid wkoll li filwaqt fi żmien gvern Laburista, l-investiment fil- qorti u fil-bini tal-qorti kien non-eżistenti - jekk m'iniex sejjer żball fl-1998 kien ta' Lm1,700 - aħna għas-sena d-dieħla qed nivvotaw Lm0.25 miljun għall-ispiża kapitali fil-qorti.", "Fil-fatt ġie stallat lift ġdid, l- entratura saret aktar secure u se nkomplu nżidu l-investiment tagħna fil- qorti.", "L-istess ħaġa għat-tariffi.", "Wara li għamlilna mozzjoni li t-tariffi għolew u wara li żvijja lill-kap tiegħu għaliex nhar it-Tnejn li għadda qal li t-tariffi għolew, issa qalilna li raħsu bl-emendi li għamilna fis-sajf.", "Veru qal li qabel kienu għoljin wisq, imma llum ħarbitlu!", "(Interuzzjonijiet) Freudian slip!", "Ngħid biss li għal dawk li jirrispondu l-appell, minn Lm70 naqqasniha għal Lm30.", "(Interruzzjonijiet) Raħħasna t-tariffi ta' l-għarajjes li jippreżentaw kawża sabiex iwettqu l- konvenju.", "Raħħasna wkoll it-tariffi għal min jippreżenta rikors għas- subbasta ta' oġġetti mobbli, raħħasna t-tariffi tal-kawżi ta' l-ispoll, dawk il-kawżi li bi żball l-Onor.", "Farrugia nesa li huma azzjonjijiet possessorji u ta' kawżi għal tibdil ta' isem.", "Raħħasna t-tariffi ta' l- ittri uffiċjali u l-oppożizzjoni tibqa' tgħid: Nyet, nyet u nyet.", "Ġie msaħħaħ is-servizz ta' l-informatika fil-qorti u ċ-ċifri tal-kawżi pendenti kollha ta' kull imħallef u kemm ilhom pendenti dawk il-kawżi jiġu ppubblikati fuq il-website.", "Nieħu gost ninnota li b'dawn ir-riformi u bil-ħidma tagħna fil-qorti, mill- 1998 il-backlog tal-kawżi pendenti fil-qorti naqas b'29%, u fuq is-sena li għaddiet, naqas b'14%.", "Fil-fatt fl-1998 kien hemm 17,820 kawża pendenti u fl-2004 kien hemm 14,700, u din is-sena ċ-ċifra niżlet għal 12,600.", "Issa nispera li ma jgħidlix li dan seħħ għax għamilna l-ittra uffiċjali!", "Bl- ittra uffiċjali qed nevitaw li jidħlu fil-qorti nies li m'għandhomx għalfejn jidħlu l-qorti ġaladarba l-kreditu mhux kontestat.", "Minn 17,820 kawża pendenti li hija sitwazzjoni ta' diżastru li ħallielna l-ministru tal- ġustizzja ta' dak iż-żmien, illum għandna 12,600 kawża pendenti.", "Jiena m'iniex kuntent b'din is-sitwazzjoni, speċjalment bir-rata ta' kawżi li ilhom pendenti għal aktar minn tliet snin.", "U la jiena u lanqas is- segretarju parlamentari m'aħna kuntenti u safejn jiddependi minna - għax jiena ma nista' nisforza lill-ebda imħallef biex jaqta' kawża - se nagħmlu minn kollox biex in-nies ma jkollhomx għalfejn jidħlu l-qorti biex niżguraw li dan il-backlog jkompli jonqos.", "Nixtieq ngħid xi ħaġa żgħira fuq l-uffiċċju ta' l-avukat ġenerali fejn għas- sena d-dieħla vvotajna Lm900,000 sabiex jitwaqqaf il-unit ta' l-Unjoni Ewropea.", "Sibna post fil-Belt li tajnih lill-uffiċċju ta' l-avukat ġenerali proprju għal dan l-iskop.", "Imma ta' min jgħid li l-uffiċċju ta' l-avukat ġenerali fil-kamp ċivili qed jieħu ħsieb kważi elf kawża u fil-kamp kriminali għaddew minn taħt idejn l-uffiċċju, bħal proċessi verbali u rinviji, xi 4,800 att.", "Nixtieq ngħid xi ħaġa wkoll dwar il-kunsilli lokali.", "Il-partit Laburista li fis-sentejn li għamel fil-gvern darbtejn naqqas l-allokazzjoni tal-flus fil-budget tal-kunsill lokali issa għandu l- wiċċ tost kollu li jilmenta li aħna ma żidniex l-allokazzjoni finanzjarja lill-kunsilli lokali.", "Jiena rrid infakkar lill-Kamra, kif għamel l-Onor. de Marco qabli, li fl-1997 gvern Laburista naqqas l-allokazzjoni finanzjarja minn Lm7.2 miljun għal Lm6.2 miljun, u fl-1998 - u din hija interessanti - naqqasha għal Lm5.8 miljun.", "Issa ma ninsewx li fl-1998 kienu għollew b'mod astronomiku il-kontijiet tad-dawl u l-ilma, għax issa qed jgħidu li peress li żdiedu l-kontijiet tad-dawl u l-ilma, allura jmissna żidna l-allokazzjoni finanzjarja.", "(Interruzzjonijiet) Issa apparti li aħna żidna l-allokazzjoni finanzjarja b'Lm50,000 li għandha tagħmel tajjeb għall-kontijiet tad-dawl u l-ilma ta' l-uffiċini tal-kunsilli lokali u jibqagħlhom xi ħaġa wkoll ...", "(Interruzzjoniijet)", "THE CHAIRMAN: Jekk jogħġobkom, m'hemmx interruzzjonijiet.", "ONOR.", "TONIO BORG: Jekk dak iż-żmien kienu joħorġu indipendenti, allura jmisshom ħarġu stqarrija u qalu li kienet għarukaża li gvern Laburista għolla l-kontijiet tad-dawl u l-ilma meta kien naqqsilhom l-vot minn Lm7 miljun għal Lm5 miljun.", "Imma m'għamlu xejn minn dan kollu.", "Issa aħna kemm ilna fil-gvern mill-1998 żidna l-allokazzjoni finanzjarja minn Lm5.8 miljun ...", "Intom dejjem tgħidu li se żżidu u dejjem titilfu l-elezzjoni!", "(Interruzzjoniijet) Jien m'iniex se nagħmel bħalek meta ġimgħa qabel l- elezzjoni ta' l-2003 għidtilna: Make no mistake about it, Alfred Sant se jkun Kastilja fl-2003!", "Infakkar li kemm ilna fil-gvern aħna l-allokazzjoni finanzjarja żdiedet minn Lm5.8 miljun għal Lm10.2 miljun, żieda ta' 85%.", "Issa huma qalu li f'dan iż-żmien kollu l-ispiża żdiedet b'40%.", "Mela aħna tajnihom 45% iktar minn kemm għandhom bżonn għax inti għidtli li f'dawn is-snin l-ispiża żdiedet b'40% u aħna żidnihom b'85%.", "Pero' ma ninsewx li l-kunsilli lokali m'għenihomx biss bi flus imma b'ħaddiema ta' l-IPSL li l-kunsilli lokali ma jħallsu xejn tagħhom u li lilna jqumulna Lm1.1 miljun f'pagi.", "Imbagħad jiġi l-Onor.", "Cardona u jgħidilna li huma kienu naqqsu Lm2 miljun minħabba li bagħtu 40 ħaddiema tal-public work!", "Mela kemm kienu jitħallsu dawn l-40 ħaddiema tal-public works?!", "Aħna nħallsu Lm1.1 miljun għall-ħaddiema ta' l-IPSL u ħaddiema oħrajn li ġew allokati lill-kunsill lokali.", "Nieħu gost ninforma lill-Kamra li anke l-kunsilli lokali Għawdxin, wara li għamlu diversi rappreżentazzjonijiet, irnexxielna nallokawlhom ħaddiema u tajnihom il-pass tal-Gozo ferry b'xejn.", "Pero' apparti l-Lm10.2 miljun u l-Lm1.1 miljun tal-pagi tal-ħaddiema assenjati magħhom, il-kunsilli lokali, għax tajnihom l-ispazju, ġġeneraw bejniethom Lm2.6 miljun.", "Issa huwa veru li hemm il-multi tat-traffiku u veru li minn dak l-ammont irridu nnaqqsu l-ispejjeż, imma xorta waħda meta tqis il-bye-laws, il-permessi, il-liċenzji, il-commission li jieħdu mill- ġabra tal-flus tal-gvern u anke d-daqsxejn profitt illi jagħmlu wkoll mil- local enforcement, b'kollox nikkalkolaw li hemm Lm700,000 oħra li jitqassmu bejn il-kunsilli lokali.", "Sur President, kif qal tajjeb tajjeb l-Onor. de Marco, għaddejna il-kalkara tal-ġir lill-kunsill lokali tas-Sannat, il-Casino Notabile lill-kunsill lokali ta' l-Imdina, il-fortizza ta' Sant'Antnin lill-Qala, l-art għall- playing field lill-kunsill lokali tal-Munxar u boat house lill-kunsill lokali tal-Pieta'.", "Tajna wkoll il-fortizza ta' Delimara - li l-partit Laburista kien taha bħala farm tal-majjali - lura lill-Heritage Malta ħalli kulħadd ikun jista' jżurha u jaraha.", "Għamilna l-kodiċi ta' etika għall- kunsillieri lokali permezz ta' avviż legali maħruġ apposta u tejjibna wkoll il-kondizzjonijiet tas-segretarji eżekuttivi li kienu ltaqgħu miegħi u ma' l-Onor.", "Cardona.", "Dawn is-segretarji eżekuttivi ngħataw polza ta' assigurazzjoni dwar is-saħħa, twaqqaf kumitat ta' saħħa u sigurta', estendejnilhom l-qualification allowance bħal tal-ħaddiema permanenti tal- gvern, u tliet xhur qabel ma jiskadi l-kuntratt tagħhom għandhom jiġu nformati jekk ikunx se jiġġedded jew le.", "Issa jekk l-Onor.", "Cardona qiegħed jitlob iktar flus għax il-kunsill lokali ta' Ħaż-Żebbuġ irnexxielu jagħmel deficit ta' Lm300,000 u jkollu ħames sindki f'sitt snin, dik affari tiegħu.", "Issa kulħadd jingħata t-talent, jużah kif irid hu, pero' mbagħad mhux jiġi jitkarrab għand il-gvern għax ikun għamel xogħlijiet iktar minn kemm għandu flus sabiex jonfoq.", "Sur President, nieħu gost li issa skoprejna li l-Unjoni Ewropea hija ta' ġid għall-kunsill lokali.", "Minn mindu l-oppożizzjoni rratifikat ukoll il- Kostituzzjoni Ewropea, issa donnu t-ton qiegħed jinbidel xi ftit u l-Onor.", "Cardona qalilna li jmissna ngħinuhom iktar sabiex ikunu jistgħu jitteppjaw ir-riżorsi li hemm għall-kunsilli lokali fl-Unjoni Ewropea għax issa aħna membri fl-Unjoni Ewropea.", "Kieku għażilna l-partnership ma konna nieħdu xejn.", "(Interruzzjonijiet) Kif qal il-prim ministru nhar l-Erbgħa, xorta waħda għandna benefiċċju għall-iżvilupp sostenibbli ta' bliet storiċi, għall-proġett reġjonali dwar il-park u għar-restawr u l-immaniġġjar ta' l- istorm water.", "U dwar l-e-government, bis-saħħa tal-ftehim li sar mal- kunsilli lokali, ukoll se nżidu s-servizzi tal-kunsilli lokali.", "Per eżempju, fil-kamp ta' l-informatika llum f'kull kunsill lokali hemm bejn żewġ u tliet computers li dak li jkun jista' jeċċedi għalihom b'xejn u jidħol fis-servizz ta' l-internet b'xejn.", "Din hija t-trasformazzjoni li aħna għamilna fil-kamp tal-kunsilli lokali u se nkomplu nsaħħuhom.", "Kien hemm oqsma oħra tal-ministeru tiegħi li ma rnexxilix insemmi, b'mod partikolari, ċ-ċittadinanza u l-protezzjoni ċivili.", "Dwar iċ-ċittadinanza ngħid biss li bis-saħħa ta' l-emendi li għamel il-gvern Nazzjonalista sal- lum f'ħames snin ibbenefikaw minnha 5,400 persuna li qabel kienu mċaħħda miċ-ċittadinanza Maltija u llum qed jieħdu d-dual nationality u se nkomplu nemendaw il-liġi sabiex ċittadini Maltin jew ex-ċittadini Maltin li twieldu barra minn Malta ikunu jistgħu jakkwistaw iċ-ċittadinanza Maltija.", "Per eżempju, bħalissa qed jiġu f'moħħi dawk il-persuni li twieldu minn omm Maltija imma mhux minn missier Malti qabel l-1964.", "Sur President, nagħlaq billi ngħid li dan huwa gvern li l-ħin kollu għaddej, xi kultant ikun hemm min joħroġ siequ biex jagħtina gambetta, naqbżuha u nkomplu għaddejjin, nilqgħu l-problemi u mhux naħarbu minnhom jew noqogħdu gallarija!", "Nistqarru b'mod ċar x'inhi l-politika tagħna u mhux noqogħdu nilagħbu l-logħba ta' l-ewwel tellgħuna u mbagħad ngħidulkom x'inhi l-politika tagħna!", "(Agħjat) Illum għandna gvern li għax biddel dan il-pajjiż, kulħadd jistenna minnu aktar u għalhekk dmirna hu li nagħtuh aktar.", "Grazzi.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Skada l-ħin tad-diskussjoni fil-Kumitat ta' Provvista.", "Il-mistoqsija hi l-emenda għall-Vot 11 imressqa mill-Onor.", "Gavin Gulia.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "THE CHAIRMAN: Skond il-mozzjoni ta' proċedura tal-31 ta' Ottubru, 2005 din id-division tittieħed minn hawn u ħames minuti oħra.", "Billi ntalbet votazzjoni, il-Kumitat ġie sospiż fis-1.00pm u rriżuma ħames minuti wara.", "THE CHAIRMAN: Se nerġa' npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi l-emenda għall-Vot 11 imressqa mill-Onor.", "Gavin Gulia.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Frederick Azzopardi.", "ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI: Sur President, għan-naħa tal-gvern se jiġi paired l-Onor.", "Mario Galea.", "THE CHAIRMAN: L-Onor Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Għan-naħa ta' l-Oppożizzjoni se jiġi paired l-Onor.", "Charles Mangion.", "VOTAZZJONI NRU.", "106", "FAVUR : 23 L-Onor. | | | |Abela Carmelo |Dalli Helena | |Abela Joseph |Farrugia Angelo | |Agius Chris |Farrugia Michael| |Bartolo Evarist |Farrugia Noel | |Brincat Joseph |Gulia Gavin | |Brincat Leo |Herrera Jose' | |Buhagiar Charles |Mizzi Joe | |Buontempo Stefan |Parnis Silvio | |Cardona Chris |Refalo Anton | |Caruana Justyne |Sant Alfred | |Chircop Karl |Vella George | |Cuschieri Joseph | |", "KONTRA : 33 L-Onor.", "|Abela Anthony |Frendo Michael | |Agius David |Galea Censu | |Agius Francis |Galea Franco | |Arrigo Robert |Galea Louis | |Asciak Michael |Gatt Austin | |Azzopardi |Gonzi Lawrence | |Frederick | | |Azzopardi Jason |Gonzi Michael | |Borg Tonio |Mifsud Bonnici | | |Antoine | |Cassar Joseph |Mifsud Bonnici | | |Carmelo | |Cristina Dolores |Mugliett Jesmond| |D'Amato Helen |Puli Clyde | |Dalli John |Pullicino George| |de Marco Mario |Pullicino | | |Orlando Jeffrey | |Debono Giovanna |Vassallo Edwin | |Deguara Louis |Zammit Ninu | |Falzon Joseph |Zammit Dimech | | |Francis | |Fenech Antonio | |", "L-emenda m'għaddietx.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi:", "VOT 11 - MINISTERU TAL-ĠUSTIZZJA U INTERN", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm3,456,748 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 11 - Ministeru tal-Ġustizzja u Intern, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2006.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt Vot 11 għaddiet.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi:", "VOT 12 - ĠUDIZZJARJU", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm3,125,807 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 12 - Ġudizzjarju, kif dettaljata fl- Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2006.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt Vot 12 għaddiet.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi:", "VOT 13 - KUNSILLI LOKALI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm11,282,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 13 – Kunsilli Lokali, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2006.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt Vot 13 għaddiet.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi:", "VOT 14 - PULIZIJA", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm16,467,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 14 - Pulizija, kif dettaljata fl- Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2006.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt Vot 14 għaddiet.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi:", "VOT 15 - SERVIZZI KORRETTIVI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm2,782,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 15 – Servizzi Korrettivi, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2006.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt Vot 15 għaddiet.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi:", "VOT 16 - PROTEZZJONI ĊIVILI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm1,418,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 16 – Protezzjoni Ċivili, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2006.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt Vot 16 għaddiet.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi:", "VOT 17 - TAQSIMA PROPRJETA' TAL-GVERN", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm1,295,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 17 – Taqsima Proprjeta' tal-Gvern, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2006.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt Vot 17 għaddiet.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi:", "VOT 18 - DIVIŻJONI TA' L-ARTIJIET U REĠISTRU PUBBLIKU", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm1,110,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 18 – Diviżjoni ta' l-Artijiet u Reġistru Pubbliku, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2006.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt Vot 18 għaddiet.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi:", "VOT II - MINISTERU TAL-ĠUSTIZZJA U INTERN", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm3,600,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot II – Ministeru tal-Ġustizzja u Intern, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2006.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt Vot II għaddiet.", "Fis-1.08 p.m. il-Kamra rriżumiet u l-President tal-Kumitat irrapporta li r- Riżoluzzjonijiet taħt Voti 11, 12, 13, 14, 15, 16, 17, 18 u II tal- Ministeru tal-Ġustizzja u Intern ġew approvati mill-Kumitat ta' Provvista.", "MR SPEAKER: Sar il-ħin.", "Insejjaħ lill-Viċi Prim Ministru biex, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar il-Ġimgħa, 11 ta' Novembru 2005, fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:-", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "1.", "Kumitat ta' Provvista - Estimi Ġenerali 2006", "Ir-Raba' Jum", "Voti tal-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura.", "Infakkar lill-Kamra li skond il-mozzjoni ta' proċedura tal-31 ta' Ottubru, 2005 il-ħin għad-diskussjoni m'għandux jieħu aktar minn tliet sigħat u nofs, bil-ħin tal-mistoqsijiet ma jitteħidx, iżda bil-mistoqsijiet jidhru xorta fuq l-aġenda u kollha jingħataw tweġiba bil-miktub.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Kamra hija aġġornata għal-lejla l-Ġimgħa, 11 ta' Novembru 2005, fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fis-1.09 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "FONDI MILL-UNJONI EWROPEA", "13946.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid liema dipartimenti u enti oħra fid-dekasteru tiegħu applikaw għal xi forma ta' fondi mill-Unjoni Ewropea?", "Jista' jgħidilna għal liema fondi applikaw u anke jagħtina l-eżitu?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal- Kamra.", "FONDI MILL-UNJONI EWROPEA", "13947.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid liema dipartimenti u enti oħra fid-dekasteru tiegħu applikaw għal xi forma ta' fondi mill-Unjoni Ewropea?", "Jista' jgħidilna għal liema fondi applikaw u anke jagħtina l-eżitu?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal- Kamra.", "FONDI MILL-UNJONI EWROPEA", "13948.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' il-Ministru tgħid liema dipartimenti u enti oħra fid-dekasteru tagħha applikaw għal xi forma ta' fondi mill-Unjoni Ewropea?", "Tista' tgħidilna għal liema fondi applikaw u anke tagħtina l-eżitu?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Ninsab informata li d-dipartimenti fi ħdan il- ministeru ssottomettew ħames applikazzjonijiet għal proġetti mill-fond Ewropew għall-iżvilupp reġjonali; u cioe' ir-restawr ta' Triq ix-Xlendi, xogħlijiet fi Triq tal-Ħniena, Triq Sant'Antnin u Triq Borg Għarib, xogħlijiet ta' titjib fi skejjel ta' Għawdex, ċentru ta' taħriġ ta' l- atletika għal Għawdex, xogħlijiet ta' titjib fil-ġonna ta' Villa Rundle u triq ġdida fl-Imġarr.", "Minn dawn, l-ewwel applikazzjoni ġiet approvata u t-tieni applikazzjoni ġiet approvata bħala proġett ta' riżerva.", "Il-ministeru applika wkoll għal proġett mill-fond ta' koeżjoni u assistenza teknika u anke ssottometta żewġ applikazzjonijiet oħra għal proġett mill- fondi EEA/Norway.", "FONDI MILL-UNJONI EWROPEA", "13949.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid liema dipartimenti u enti oħra fid- dekasteru tiegħu applikaw għal xi forma ta' fondi mill-Unjoni Ewropea?", "Jista' jgħidilna għal liema fondi applikaw u anke jagħtina l-eżitu?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li għar-rigward ta' l-uffiċċju tiegħi, din is-sena l-forzi armati applikaw għal fondi mill- programm tat-transition facility għall-2005, applikazzjoni li tikkonsisti f'talba biex jiġi ko-finanzjat ix-xiri ta' sistema msejħa forward-looking - infra-red (FLIR).", "Din l-applikazzjoni ma ġietx approvata mill-Kummissjoni Ewropea peress li ma taqax fil-parametri ta' dan il-fond partikolari.", "Fil-każ tal-ministeru tal-finanzi, l-informazzjoni mitluba sa Settembru 2005 tinsab fit-tabella li qed titpogga fuq il-mejda tal-Kamra.", "FONDI MILL-UNJONI EWROPEA", "13950.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid liema dipartimenti u enti oħra fid-dekasteru tiegħu applikaw għal xi forma ta' fondi mill-Unjoni Ewropea?", "Jista' jgħidilna għal liema fondi applikaw u anke jagħtina l-eżitu?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ma saret l-ebda applikazzjoni għal fondi mill- Unjoni Ewropea matul l-2005.", "FONDI MILL-UNJONI EWROPEA", "13951.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' il-Ministru jgħid liema dipartimenti u enti fid-dekasteru tiegħu applikaw għal xi forma ta' fondi mill-Unjoni Ewropea?", "Jista' jgħidilna għal liema fondi applikaw u anke jagħtina l-eżitu?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Il-ministeru rċieva s-somma ta' euro 1,909 kif ġej: €774 bħala għajnuna għal service contract u €1,135 għax-xiri ta' apparat u taħriġ ta' personnel.", "Dawn il-fondi ngħataw taħt ix-Schengen transition facility u se jintużaw fi proġett imsejjaħ integration of national systems fl-ambitu tax-Schengen acquis.", "FIRE EXIT STAIRS", "15427.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 15224, tista' il-Ministru tgħidilna għala m'hemm l-ebda ħsieb li jsiru fire exit stairs?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 15426.", "FIRE EXIT STAIRS", "15428.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 15225, tista' il-Ministru tgħidilna għala m'hemm l-ebda ħsieb li jsiru fire exit stairs?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 15426.", "FIRE EXIT STAIRS", "15429.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 15226, tista' il-Ministru tgħidilna għala m'hemm l-ebda ħsieb li jsiru fire exit stairs?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 15426.", "FIRE EXIT STAIRS", "15430.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 15227, tista' il-Ministru tgħidilna għala m'hemm l-ebda ħsieb li jsiru fire exit stairs?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 15426.", "GENETICALLY MODIFIED ORGANISMS", "15440.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jaġġornana dwar il-pożizzjoni tal-Gvern Malti rigward il-GMO issa li l-Kummissjoni ta' l-Unjoni Ewropea kkomunikat id- deċiżjoni tagħha?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Jista' l-Onor.", "Interpellant jispeċifika għal liema GMO qed jirriferi.", "ESPORTAZZJONI TAL-PATATA", "15441.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-prezz għal kull qantar patata esportata naqas din is-sena meta pparagunat ma' dak ta' snin preċedenti?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Peress li llum l-attività ta' l-esportazzjoni hi liberalizzata, it-tweġiba għall-mistoqsija ta' l-Onor.", "Interpellant tista' tingħata biss minn min jimporta l-patata minn Malta.", "Din is-sena pero' il-prezz kien ferm ogħla meta pparagunat mal-prezz li bih inbiegħet il-patata għall-esportazzjoni fi żmien meta l-Onor.", "Interpellant serva ta' ministru ta' l-agrikoltura.", "TOROQ ĠODDA", "15470.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra lista tat-toroq residenzjali li saru mill-ADT matul dawn l-aħħar 12-il xahar?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "LIĊENZJI U TTESTJAR", "15472.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jgħid x'inhu l-ammont ta' arretrati dovuti lid-dipartiment tal-liċenzji u ttestjar?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "KORRIMENTI FUQ IL-POST TAX-XOGĦOL", "15474.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid kemm persuni korrew fuq il- post tax-xogħol matul dawn l-aħħar snin?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-istatistika mitluba tinġabar mid- dipartiment tas-sigurta' socjali.", "IMMANIĠJAR TAT-TRAFFIKU", "15475.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tad- dokumenti u guidelines for the implementation of traffic management safety measures and temporary diversion of traffic?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "Y-PLATE", "15476.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li tħalla l-użu ta' l- ittra \"Y\" fuq number plate meta l-vettura tkun waħda privata u mhux għall- użu pubbliku?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "LIFT F'APPARTAMENT TAL-GVERN", "15477.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tara li jsir lift f'appartament tal-gvern li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, peress li f'dan l- appartament hemm persuna wheelchair-bound?", "X'sar mill-applikazzjoni li qed tintbagħat separatament flimkien ma' ċertifikati oħra li juru l-bżonn ta' dan il-lift?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Ninsab informata li l-awtorita' qed tikkonsidra talba mill-persuna indikata għal sussidju fuq l-istallar ta' stairlift taħt skema 7.", "Ninsab informata wkoll li l-istallar ta' dan l-istairlift ġie approvat, suġġett dejjem li l-applikant jossodisfa l-kriterji finanzjarji ta' l-iskema.", "F'dan ir-rigward, l-awtorita' qed tistenna li tirċievi d-dokumenti dwar l- assi ta' l-applikant biex tkun tista' tkompli tipproċessa t-talba.", "COST SAVINGS FL-ENEMALTA", "15482.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 15081 u 15318 u jgħid x'miżuri konkreti ttieħdu fl-aħħar sena fuq livell amministrattiv u ta' purchasing bil-għan li jiġu indirizzati l-ineffiċjenzi u l-ħela fil-korporazzjoni Enemalta?", "X'cost savings saru?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "SALARY STRUCTURE FL-ENEMALTA", "15485.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 15079 u 15314 u jgħid x'inhi s- salary structure tat-top management ta' l-Enemalta, miċ-chairman 'l isfel?", "Kemm qed jitħallsu l-membri tal-fuel procurement board tal-korporazzjoni, inkluż nies tekniċi barranin li jistgħu qed iservu fuqu?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal- Kamra.", "RESTAWR TA' L-AKWADOTT", "15487.", "L-ONOR.", "MICHAEL ASCIAK staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Billi qiegħed jiġi restawrat l-akwadott, jista' il-Ministru jikkonsidra li terġa' tinbena replika tal-bieb ta' Fleur-de-lys li kien distrutt fil-gwerra?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Fil-preżent m'hemm l-ebda pjani sabiex terga' tinbena replika tal-bieb ta' Fleur-de-lys.", "PERSUNI BOARDED OUT", "15490.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm persuni ġew boarded out fl- aħħar snin?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "COMMUNITY CHEST FUND", "15491.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm flus tqassmu mill-community chest fund matul l-aħħar snin?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "MINIBUSES", "15492.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li filwaqt li l- minibuses il-bojod u x-chauffeur-driven cars jeħtieġ li jkunu reġistrati fuq public service garage, ma jsirx l-istess għall-minibuses il-ħomor u għat-taxis?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Risposta tingħata f'xi seduta oħra."]} {"filename": "20031117_056d_par.doc", "date": "2003-11-17", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 56 It-Tnejn, 17 ta' Novembru, 2003 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 56 It-Tnejn, 17 ta' Novembru, 2003", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-6.02 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "56", "It-Tnejn, 17 ta' Novembru, 2003", "WERREJ", "MINUTI 683", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI 683", "TQEGĦID TA' KARTI 691", "KSUR TA' PRIVILEĠĠ 692", "MOZZJONIJIET", "ABBOZZ LI JEMENDA L-ATT DWAR TRUSTS (L-EWWEL QARI) 693", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR SECURITIZATION (L-EWWEL QARI) 693", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-PROFESSJONI TAX-XOGĦOL SOĊJALI.", "(IT-TIELET QARI)", "SOCIAL WORK PROFESSIONS BILL (THIRD READING) 694", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IR-RISTRUTTURAR TAT-TARZNARI.(IT-TIENI QARI)", "DOCKYARD AND SHIPBUILDING YARD (RESTRUCTURING) BILL (SECOND READING) 694", "MOZZJONI DWAR IS-SEDUTA LI FIHA SSIR ID-DIKJARAZZJONI FINANZJARJA", "GĦAS-SENA 2004 715", "AĠĠORNAMENT 716", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 720", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 55 li saret fit-12 ta' Novembru, 2003 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "ZEJTUN - BDIL TA' ARBLU TAD-DAWL", "2544.", "L-ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO (f'isem l-Onor.", "Mario Galea) staqsa lill-Ministru għat-Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u Investiment: Kemm huwa possibbli li l-korporazzjoni Enemalta tieħu passi immedjati biex jinbidel arblu li jinsab ħdejn farmhouse - dettalji qed jintbagħtu separatament – peress li l-arblu huwa perikoluż u qed iżomm bis-saħħa ta' biċċiet tal- ħadid u njam li ġew imsammra mir-residenti biex l-arblu ma jaqax?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru għat-Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u Investiment): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li x-xogħol meħtieġ sar.", "MARSA - KONT TAT-TELEFON", "2602.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Silvio Parnis) staqsa lill-Ministru għat-Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u Investiment: Jista' il-Ministru jara li titnaqqas id-donation minn fuq il-kont tat-telefon ta' anzjan - dettalji qed jintbagħtu separatament – peress li hu jgħid li ma għamilx tali donazzjoni u għalkemm kull darba jgħidulu li se titnaqqas, qed tibqa' tidher fuq il-kont?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 1130.", "HAL FAR – STREET LIGHTING", "2629.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Anġlu Farrugia) staqsa lill- Ministru għat-Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u Investiment: Jista' il- Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-bozoz ta' l-Enemalta li twaħħlu fejn il-fabbrika tad-Dowty, f'Hal Far għadhom sal-lum ma jixegħlux?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Il-bozoz li qed issir riferenza għalihom ma jaqgħux taħt ir-responsabbilta' ta' l-Enemalta imma taħt ir-responsabbilta' ta' l- MDC - illum inkorporata fil-Malta Enterprise - u għalhekk nitlob lill- Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Carmelo Abela): L-Onor.", "Mizzi, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sur President, f'seduta oħra kont issuġġerejt li l- Ministru għandu jinforma lill-poplu dwar l-areas li jaqgħu taħt ir- responsabbilta' tal-kunsilli lokali.", "Peress li minn dakinhar 'il hawn reġgħet inġibditli l-attenzjoni dwar numru kbir ta' lampi maqtugħin - u għadna m'aħniex ċerti jekk ir-responsabbilta' ta' dawn il-lampi taqax taħt il-kunsilli lokali jew taħt il-gvern ċentrali - jista' il-Ministru jikkonsidra li din l-informazzjoni tingħata fuq il-mezzi tax-xandir f'ħinijiet li fihom tingħata attenzjoni massima?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Sur President, ikolli nammetti li nsejt u nwiegħed lill-Onor.", "Interpellant li se nieħu ħsieb din il-kwestjoni.", "MALTA DRYDOCKS", "2645.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Charles Mangion) staqsa lill- Ministru għat-Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u Investiment: Jista' il- Ministru jagħti dettalji dwar ir-rati u l-kondizzjonijiet ta' kiri ta' l- assi tat-tarzna?", "Jista' jqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra business plan tax- shipyards li llum huma ġestiti minn kumpanniji ġodda mwaqqfa mill-gvern?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jekk l-Onor.", "Interpellant qed jirriferi għall-kiri ta' l-art, tal-baċiri u l-equipment mill-Malta Shipyards Ltd., ninformah li għadhom qegħdin isiru n-negozjati mal-gvern dwar il-kondizzjonijiet tal- kiri ta' dawn l-assi.", "Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-business plan tat-tarzna hija ta' natura kummerċjali u sensittiva u għalhekk m'għandhiex tiġi ppubblikata.", "BORMLA - ĦSARA FIL-KANEN TA' L-ILMA", "2664.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Chris Agius) staqsa lill-Ministru għat-Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u Investiment: Jista' il-Ministru jara li tintlaqa' it-talba tar-residenti ta' Bieb il-Polverista, f'Bormla - din it-talba qed issir f'forma ta' petizzjoni u qed tintbagħat separatament – biex tissewwa ħsara fil-kanen ta' l-ilma peress li qed ikun hemm nuqqas ta' pressa?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Il-problema ta' nuqqas ta' ilma fl-inħawi ta' Bieb il- Polverista hi kkawżata minn kanen miżdudin.", "Il-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma stabiliet li jridu jinbidlu madwar 175 metru ta' kanen.", "Diġa' bdew il-preparazzjonijiet biex isir dan ix-xogħol u l-kanen huma mistennija li jibdew jinbidlu fi żmien qasir.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sur President, xtaqt inġib għall-attenzjoni tal- Ministru li minbarra li hemm kanen qodma li għandhom bżonn jinbidlu, f'dawk l-inħawi hemm ukoll kanen ġodda li minħabba pressa qawwija żżejjed qed jikkawżaw ħsara fis-sistema.", "Fil-fatt din il-problema qed tolqot lili personalment u qed insemmiha mhux biex nikkritika imma biex ma tkomplix issir aktar ħsara.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nieħu nota u niġbed l-attenzjoni ta' min hu nkarigat.", "KONKORSI TAL-KARNIVAL", "2200.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill-Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid meta se joħorġu l- konkorsi għall-karnival tas-sena d-dieħla?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (f'isem il-Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura): Ninsab informat li l-konkorsi tal-karnival ħarġu nhar il-Erbgħa 22 ta' Ottubru, 2003.", "FORTI SANT'IERMU - IMĦAŻEN TAL-KARNIVAL", "2201.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill-Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid x'se jsir minn Sant' Iermu?", "Għad hemm il-ħsieb li hemm isiru imħażen sabiex jintużaw minn min hu involut fil-karnival?", "Għad hemm il-ħsieb li jsir villaġġ tal-karnival?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (f'isem il-Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li qatt ma kien hemm il-ħsieb li l-imħażen li jintużaw minn min hu involut fil-karnival isiru fil-Forti Sant'Iermu.", "Dejjem kienet l-intenzjoni li post storiku bħal Sant'Iermu għandu jintuża għal skopijiet aktar adatti.", "Meta nitkellmu dwar villaġġ tal-karnival, inkunu qed nirriferu għal post li jrid jinstab biex fih inżommu il-karrijiet tal-karnival.", "Il-ministeru qiegħed jaħdem b'impenn biex filwaqt li nkunu nistgħu noffru post adatt għal dawk involuti fil-karnival, fl-istess ħin naħsbu bis-serjeta' biex Sant'Iermu nagħtuh id-dehra li tixraqlu.", "KUMITAT FESTI NAZZJONALI", "2203.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill-Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid min huma l-membri tal- kumitat festi nazzjonali?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (f'isem il-Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura): Ngħarraf lil Onor. Interpellant li l-membri tal-kumitat festi nazzjonali huwa kompost kif ġej:", "Nazju Abela Chairman Nenu Aquilina Membru Paul Mifsud Membru Martin Morana Membru Lawrence Mizzi Membru Margaret Mercieca Membru Lydia Chetcuti Membru Charles Coleiro Membru Joyce Guillaumier Membru Charles Caruana Membru Anton Miceli Segretarju", "IL-QORTI FUQ MOĦQRIJA TA' ANNIMALI", "2245.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Ministru jgħid kemm ittellgħu persuni l-qorti fuq moħqrija ta' annimali?", "X'weħlu dawk li nstabu ħatja?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (f'isem il-Ministru tal-Ġustizzja u Intern): Ninsab informat illi bejn Jannar u Ottubru 2003 kien hemm 11-il persuna li ttellgħu l-qorti dwar moħqrija fuq annimali.", "Tnejn minn dawn ġew liberati filwaqt li l-każi l-oħra għadhom m`humiex deċiżi.", "KMAMAR ILLEGALI", "2246.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Ministru jgħid fiex waslu l- passi li se jieħu l-gvern kontra l-kmamar illegali li jinsabu ħdejn il- baħar?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (f'isem il-Ministru tal-Ġustizzja u Intern): L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jindika l-post fejn jinsabu l-kmamar illegali in kwestjoni.", "REATI WAQT ATTIVITAJIET SPORTIVI", "2247.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Ministru jgħid kemm ittellgħu persuni l-qorti minħabba reati li saru waqt attivitajiet sportivi din is- sena?", "Fejn saru dawn ir-reati?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (f'isem il-Ministru tal-Ġustizzja u Intern): Ninsab informat illi bejn Jannar u Ottubru 2003 il-pulizija tellgħet 42 persuna l- qorti dwar reati li saru waqt attivitajiet sportivi.", "Dawn ġew kommessi waqt ir-regatta fil-Port il-Kbir, waqt il-korsa taż-żwiemel fil-Marsa, fil- pixxina nazzjonali f`Tal-Qroqq, fil-paviljun ta` l-isports f`Ta`Qali u fil- football grounds ta` Kordin, Ta` Qali, Sannat, Kerċem, Xewkija u r-Rabat.", "IL-QORTI MINĦABBA KLIEM ĦAŻIN", "2248.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Ministru jgħid kemm ittellgħu persuni l-qorti din is-sena minħabba dagħa jew kliem ħażin fil-pubbliku?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (f'isem il-Ministru tal-Ġustizzja u Intern): Ninsab infurmat illi bejn Jannar u Ottubru 2003 il-pulizija tellgħet 588 persuna l- qorti minħabba dagħa jew kliem faħxi fil-pubbliku.", "POSTIJIET TA' DIVERTIMENT - MINORENNI", "2249.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Ministru jgħid kemm inqabdu minorenni f'postijiet ta' divertiment?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (f'isem il-Ministru tal-Ġustizzja u Intern): Ninsab informat illi bejn Jannar u Ottubru 2003 il-pulizija sabu 33 persuna taħt is-16-il sena f`postijiet ta` divertiment ġewwa San Ġiljan u Wied il-GĦajn.", "TELEPHONE TAPPING", "2250.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Ministru jgħid jekk din is-sena ġewx tapped telephones jew mobile phones?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (f'isem il-Ministru tal-Ġustizzja u Intern): Waqt li nirriferi għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 8273 ta' l-aħħar leġislatura u għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 2040 tat-tmien leġislatura, l-Onor.", "Interpellant għandu jkun jaf li l-informazzjoni mitluba ma tingħatax u dan fl-interess pubbliku.", "SKEJJEL TAL-KNISJA - GĦALLIEMA", "2333.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jagħti n-numru ta' għalliema li qed jaħdmu fi skejjel tal-Knisja?", "Kemm minnhom huma nisa u kemm irġiel?", "Kemm huma mpjegati fuq bażi part-time?", "Kemm hemm għalliema reliġjużi?", "Kemm mit- total għandhom 'il fuq minn 61 sena?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni): Qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra t-tagħrif mitlub.", "SKEJJEL PRIVATI - GĦALLIEMA", "2334.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm għalliema, nisa u rġiel separatament, li huma mpjegati fi skejjel indipendenti u privati?", "Kemm minnhom huma fuq bażi part-time?", "Kemm hemm li għandhom 'il fuq minn 61 sena?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni): Qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra it-tagħrif mitlub.", "SKEJJEL TA' L-INGLIŻ", "2335.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet għal-liċenzja biex jinfetħu skejjel biex jgħallmu l- Ingliż?", "Minn min saret l- applikazzjoni u meta?", "F'liema lokalita' tinstab kull waħda?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni): Informat li bħalissa hemm applikazzjoni waħda għal-liċenzja biex tinfetaħ skola li fiha jgħallmu l-Ingliż.", "Din l-applikazzjoni saret fis-17 ta' Lulju, 2003 mis- Sur Michael Parnis għal skola fil-Belt Valletta.", "KALKARA - QASAM TAD-DJAR TA' BIGHI", "2532.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhuma l- ħsebijiet tal-gvern rigward il-housing estate ta' Bighi, fil-Kalkara?", "X'futur għandhom ir-residenti li jgħixu hemmhekk?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Il-gvern qed jikkonsidra proġett ta' żvilupp ta' djar b'użu aħjar ta' l-ispazju li hemm illum.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Buontempo, domanda supplimentari.", "ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO: Dan ifisser li l-bini in kwestjoni se jaqa'?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sur President, qegħdin nistudjaw l-options kollha.", "Peress li fl-area msemmija hemm postijiet li ilhom mibnija żmien twil u peress li hemm ukoll ħafna spazju, jista' ikun li wieħed mill-proġetti jkun jikkonsisti fit-twaqqigħ u bini mill-ġdid.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Buontempo.", "ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid f'liema stadju waslu dawn l-istudji?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Skond l-informazzjoni li għandi, qegħdin jiġu ppreparati alternattivi differenti biex naraw il-vantaġġi u l-iżvantaġġi li jista' ikun hemm.", "Naturalment hemm ukoll problemi ta' loġistika għax peress li għad hemm nies jgħixu f'dawn il-postijiet, trid issib soluzzjoni għalihom biex tagħmel proġett bħal dan.", "Jiġifieri mhux biss iridu jsiru l- pjanti biex inkunu nistgħu naslu għal deċiżjoni finali, imma jrid ikollna wkoll alternattivi aċċettabbli għall-familji li llum qegħdin jokkupaw dawn il-postijiet.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Buontempo.", "ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO: X'inhu l-ħsieb tal-gvern dwar dawn ir-residenti?", "Se jiġu integrati fil-proġett jew se jintbagħtu x'imkien ieħor?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZO: Dawn il-konsiderazzjonijiet qegħdin jiġu studjati u jridu joħorġu proprju mill-analisi li qiegħda ssir.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Buontempo.", "ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO: Jista' il-Viċi Prim Ministru jagħti indikazzjoni f'kemm żmien se jsir dan il-proġett, anke minħabba li dawn ir-residenti ma jafux x'se jsir minnhom?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: F'dan l-istadju għadu kmieni wisq biex wieħed jiddetermina ż-żmien għax finalment id-deċiżjonijiet iridu jittieħdu skond l-analisi li tkun saret.", "Barra minn hekk, il-proċess ta' permessi u affarijiet bħal dawn jista' jinvolvi ċertu ammont ta' żmien.", "PENSJONANTI - BENEFIĊĊJI TAL-MARD", "2533.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'benefiċċji għall-mard hemm għal dawk il-pensjonanti li d-dħul tagħhom huwa ta' madwar Lm73 fil-ġimgħa għal tliet persuni?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nifhem li l-Onor.", "Interpellant qed jirriferi għall- għajnuna tal-mard imħallsa taħt l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali.", "Minbarra l- aspett mediku, il-ħlas ta' din l-għajnuna hu suġġett għat-test tal-mezzi kemm kapitali kif ukoll ta' dħul fil-ġimgħa, kif stabilit fit-tieni parti tat-tieni skeda ta' l-imsemmi Att.", "POSTIJIET TAL-GVERN - ISTALLAR TA' LIFTS", "2534.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid liema dipartimenti tal-gvern jew awtoritajiet huma nkarigati biex jiġu stallati lifts f'postijiet tal-gvern?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-awtorita' tad-djar tamministra l-iskema hi u allura hija responsabbli għall-istallar ta' lifts fi blokki tal-gvern fejn jgħixu persuni b'diżabilita' ta' mobilita'.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Buontempo, domanda supplimentari.", "ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO: Sur President, nhar il-Ġimgħa li għaddiet l- awtorita' tad-djar organizzat konferenza fejn ġiet ittratta l-issue tal- housing u l-issue l-oħra tal-kura għall-komunita'.", "Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'kien il-ħsieb ta' din il-konferenza?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Il-ħsieb kien proprju dak li ġie diskuss f'dan is- seminar ta' ġurnata.", "L-awtorita' riedet li jkollha l-okkażjoni biex f'livell ta' seminar jew konferenza nazzjonali u bil-parteċipazzjoni ta' rappreżentanza minn NGOs li jaħdmu fil-qasam tal-komunita', tiddiskuti l- inizjattivi kollha li ttieħdu s'issa u l-effett li dawn kellhom fuq l- iżvilupp tal-komunita'.", "Il-vantaġġi ta' din il-politika huma li ma tħarisx biss u esklussivament lejn il-bini ta' postijiet ġodda għas-setturi differenti li jikkwalifikaw għall-proġetti li tmexxi l-awtorita' tad-djar, imma wkoll biex wieħed jintegra f'dik il-politika l-impatt ta' proġetti bħal dawn fuq il-komunita' u fuq dawk is-setturi tas-soċjeta' illi mhux biss huma l-aktar fil-bżonn imma li ħafna drabi jkunu gruppi mwarrba.", "Qed nirriferi b'mod partikolari għall-ex residenti ta' l-isptar Mount Carmel li jkunu jridu jintegraw rwieħhom fil-komunita'.", "Fis-snin l- imgħoddija, sibna ostakli qawwija minn residenti f'komunitajiet differenti minħabba perception ħażina u l-istigma li hemm assoċjata ma' din il- kategorija ta' persuni.", "Imbagħad hemm gruppi oħrajn li sfortunatament joħolqu diffikultajiet li għandhom jiġu ttrattati billi proġetti mill- awtorita' stess ikunu wkoll akkumpanjati b'politika illi tħeġġeġ lill- komunita' inġenerali tkun iktar miftuħa u allura taċċetta li l-komunita' hija qawsalla ta' kondizzjonijiet personali u differenti, fejn il-valur tas- solidarjeta' jintwera' fil-prattika, anke fl-iżvilupp ta' dawn it-tip ta' proġetti.", "L-iskop ta' dan is-seminar kien proprju li jkun hemm diskussjoni wiesgħa fuq dawn it-tip ta' inizjattivi.", "Fil-fatt ġew mistiedna anke kelliema barranin minn pajjiżi bħalma huma l-Ingilterra biex jitkellmu dwar dan l- aspett u jħeġġu jew jagħtu l-perspettiva tagħhom dwar kif żviluppaw il- politika tagħhom fil-qasam tal-bini tad-djar, immexxija naturalment b'sussidji min-naħa tal-gvern biex jimmassaġġjaw f'sens pożittiv l-iżvilupp tal-komunita'.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Buontempo.", "ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO: Filwaqt li ħadt gost nisma' il-verzjoni tal-Viċi Prim Ministru dwar dak li ġie diskuss f'din il-konferenza, jista' jgħidli għala l-ministeru ħass li ma kellux jistieden lill-Partit Laburista għal din il-konferenza ladarba kienu mistednin barranin u NGOs?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Fil-verita' kulħadd kien mistieden li jipparteċipa f'din il-konferenza.", "Fil-fatt kienu diversi dawk li pparteċipaw, fosthom NGOs.", "Saru l-avviżi u r-reklami li l-konferenza kienet miftuħa għal kulħadd u ma kien hemm l-ebda bieb magħluq, lanqas għall-Partit Laburista.", "Kulmin wera' interess kien preżenti u pparteċipa bi sħiħ, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Buontempo", "ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħidilna jekk uffiċjalment inħareġx invit lill-Partit Laburista?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nista' ngħidlek li ma nħareġ invit lil ħadd partikolari, iżda kulmin wera' interess informa lill-organizzaturi li kien se jipparteċipa u effettivament ipparteċipa.", "Min ma attendiex nassumi li ma weriex interess, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Buontempo.", "ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO: Jikkonferma illi l-NGOs ma rċevew l-ebda invit għal din il-konferenza?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jien ma nistax nifhem fejn se jwassluna dawn il- mistoqsijiet, Sur President.", "Din il-konferenza ma organizzajthiex jien imma ġiet organizzata mill-awtorita' tad-djar.", "Kulmin ried jattendi għaliha avża lill-organizzaturi, attenda, ipparteċipa u ħa sehem sħiħ fid- diskussjoni.", "Nista' ngħid ukoll li għamilt id-diskors tal-ftuħ iżda ma kontx preżenti għall-konferenza kollha, pero' attendiet ukoll l-Onor.", "Dolores Cristina.", "Naturalment kieku l-Partit Laburista xtaq jattendi kien jibgħat lir- rappreżetanti tiegħu biex ikunu preżenti ma' l-udjenza, jipparteċipaw u jieħdu sehem, skond il-prattika li tintuża dejjem f'kull konferenza.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Buontempo.", "ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO: Allura l-Viċi Prim Ministru qed jgħidilna li meta jiġu organizzati konferenzi ta' din ix-xorta ma joħorġux inviti?", "Jiġifieri dak li jkun jara l-avviż fuq il-gazzetta u jaqbad u jċempel, anke deputati tal-Partit Nazzjonalista!", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sur President, diġa' weġibt.", "Ikun hemm ir-reklami u l-avviżi li se tinżamm konferenza u naturalment min hu interessat jipparteċipa.", "Issa ġieli jkollok stediniet - m'għandix dubju li l-kelliem li ġie minn barra żgur li kien mistieden - u ġieli jkun hemm sitwazzjonijiet fejn ikollok anke tikkumpensa lil dak li jkun talli jagħmel preżentazzjoni fuq xi suġġett partikolari.", "Fil-fatt espert minn Malta fil- qasam ta' l-analisi ta' dawn it-tip ta' affarijiet, ipparteċipat u anke kienet mitluba minn ġimgħat qabel biex tipprepara u tagħmel il- preżentazzjoni tagħha.", "Naturalment dawn in-nies jiġu mitluba li jippreparaw dokumentazzjoni u rapporti li fuqhom imbagħad jagħtu sustanza u jagħtu ħajja lid-diskussjoni.", "Dawn kienu mistednin u mitluba speċifikament biex jagħtu kontribut, pero' ċertament din il-konferenza ma kenitx fil-magħluq u kienet miftuħa għal kulħadd.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Buontempo.", "ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO: Il-Viċi Prim Ministru għadu ma weġibnix jekk ħarġux inviti għall-NGOs.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Safejn naf jien ma ħarġux inviti speċifikament lill-NGOs.", "Nirrrepeti li kulmin ried jattendi attenda u mhux NGOs biss imma anke kapijiet ta' dipartiment u persuni oħra li jaħdmu f'aġenziji direttament jew indirettament interessati.", "Ċertament kien hemm firxa ta' nies preżenti għal din il- konferenza, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Buontempo.", "ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO: Inkun korrett meta ngħid illi kulmin attenda kellu jħallas Lm20 biex daħal?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Probabbilment hekk hu pero' ngħid il-verita' ma nafx, iżda nagħmilha ċara li mhux il-każ li kienu mistiedna deputati mill- Partit Nazzjonalista u dawn ma ħallsux.", "Kulmin ried jiġi mill-Partit Nazzjonalista seta' ġie u jagħmel il-preżenza tiegħu.", "Daqshekk ieħor kulmin ried jiġi mill-Partit Laburista seta' ġie u jagħmel il-preżenza tiegħu.", "Naturalment jekk il-proċedura kienet li jridu jħallsu Lm20, kellhom iħallsu Lm20.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, domanda supplimentari.", "ONOR.", "ALFRED SANT (Kap ta' l-Oppożizzjoni): Nifhem il-punt kollu ta' dan li qed jintqal, imma jista' il-Viċi Prim Ministru jgħidilna effettivamant imbagħad x'miżuri ttieħdu in segwitu ta' din il-konferenza?", "Kien hemm xi eżitu konkret jew ittieħdu xi miżuri b'riżultat tal-konferenza li nżammet?", "Għax qegħdin isiru ħafna konferenzi u ħafna seminars - ngħaddu ġurnata nitkellmu u nħarsu lejn xulxin, nieklu u anke nisimgħu lil min ikun ġie minn barra - imma mbagħad x'jiġri minn dan?", "Jista' f'dan il-kuntest jgħidilna ftit il-Viċi Prim Ministru x'ġara in segwitu tal-konferenza u jekk kienx hemm xi ħaġa konkreta li saret?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sur President, kulma għadhom għaddew huma ħamest ijiem minn mindu saret din il-konferenza.", "Issa wara li saru l- preżentazzjonijiet, l-analisi u l-istudji li tqassmu f'forma ta' paper lill- parteċipanti kollha biex ikunu jistgħu jikkumentaw u jagħmlu s-suġġerimenti tagħhom, anke fil-kuntest ta' dak li kont qed nispjega meta ġejt mistoqsi x'kien l-iskop wara din il-konferenza, l-eżerċizzju li jrid isir hu li jinġabru r-rakkmandazzjonijiet u l-opinjonijiet kollha li ġew espressi waqt dik il-konferenza.", "Imbagħad neżaminaw jekk dawn ir-rakkmandazzjonijiet jiffitjawx mal-politika li applikajna s'issa f'dan il-qasam tul is-snin li għaddew u naraw fejn nistgħu ntejbu.", "Nista' ngħid li hemm aspetti partikolari li huma interessantissimi, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Il-Viċi Prim Ministru jaf li mhux qed nagħmel hekk biex indejqu, imma jista' forsi fir-risposta tiegħu jagħtina dateline ta' kif se naħdmu għal li ġej?", "Għax kollox sew ngħidu li se jkun hemm dawn ir- rakkmandazzonijiet, li se jiġu studjati u li se jkun hemm min jistudjahom, imma x'se tkun id-dateline biex imbagħad jiġi deċiż x'għandna nagħmlu?", "U la se titħejja strateġija fuqhom, min se jħejji din l-istrateġija u x'inhu l-horizon?", "Għax nerġa' ngħid, konferenza wara konferenza, seminar wara seminar, nibqgħu niddiskutu u l-affarijiet jibqgħu ma jsirux!", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sur President, veru li dan kultant jiġri.", "Isiru ħafna konferenzi - jiena dejjem ngħid li f'temp ta' ħames snin saru 22 konferenza fuq ir-riforma tal-pensjonijiet li ma wasslu għall-ebda konklużjoni konkreta - u allura naqbel perfettament li l-konferenzi tajjeb li jsiru, pero' tajjeb li jsiru mhux biss biex titqajjem kuxjenza fuq suġġett partikolari.", "Għax inti tista' tagħmel konferenza ukoll biex tqajjem kuxjenza u toħloq dibattitu, pero' ikun ħafna aħjar jekk imbagħad il-kontenut tal-konferenza jwassal għal konklużjonijiet konkreti.", "U allura biex inwieġeb direttament għall-mistoqsija li għamel il-Kap ta' l- Oppożizzjoni, il-ħsieb hu li sa l-aħħar ta' din is-sena nkunu ġbarna r- rakkmandazzjonijiet kollha u analizzajnihom.", "Naturalment dan huwa eżerċizzju li trid tagħmlu l-awtorita' tad-djar.", "Hija l-awtorita' li organizzat il-konferenza, bl-iskop li jinġabru r- reazzjonijiet kollha tal-gruppi li huma interessati f'dan il-qasam.", "Imbagħad l-awtorita' tanalizza l-policies li għandna llum, l-iskemi kollha li għandna llum u naraw li dawk l-iskemi jkunu effettivi u jilħqu l-għan tagħhom.", "Jiġifieri t-target hu li sa l-aħħar ta' din is-sena, jiġifieri sa ħames ġimgħat oħra, inkunu għamilna din l-analisi kollha u nkunu nistgħu mbagħad ngħidu li l-policies tagħna se nirfinawhom.", "Iva, irridu naraw aħniex qed inkunu effettivi biżżejjed f'ċerti setturi, naraw nistgħux inkunu ħafna iżjed effettivi f'setturi oħra, naraw nistgħux inbiddlu l-prioritajiet tagħna u mbagħad naslu fejn irridu naslu, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' Rakkmandazzjoni Nru 193: Recommendation concerning the promotion of cooperatives, adottata mill-Konferenza Internazzjonali dwar ix-Xogħol f'Ġunju 2002;", "Kopja ta' Rakkmandazzjoni Nru 194: Recommendation concerning the list of occupational diseases and the recording and notification of occupational accidents and diseases, adottata mill-Konferenza Internazzjonali dwar ix-Xogħol f'Ġunju 2002; u", "Kopja ta' Protocol of 2002 to the Occupational Safety and Health Convention, 1981, adottat mill-Konferenza Internazzjonali dwar ix- Xogħol f'Ġunju 2002.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru ta' l-Edukazzjoni.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Rapport tal-bord ta' inkjesta maħtur mill-Ministru ta' l-Edukazzjoni dwar l-inċident li ġara nhar it-Tnejn, 27 ta' Ottubru 2003 fl-Iskola Sekondarja tas-Subien San Franġisk t'Assisi, Santa Venera, fejn tilef ħajtu Adrian Borg, student ta' 14-il sena, datat Novembru 2003; u", "Tagħrif dwar l-għadd ta' studenti u ħaddiema fl-iskejjel speċjali, matul is-snin skolastiċi bejn l-1999 u l-2004, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 2713.", "THE DEPUTY SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari Anthony Abela, f'isem il- Ministru tal-Finanzi u l-Affarijiet Ekonomiċi.", "ONOR.", "TONY ABELA (Segretarju Parlamentari): Mr Speaker, f'isem il- Ministru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomiċi, inqiegħed fuq il-mejda tal- Kamra:", "Avviż Legali Nru 343 ta' l-2003 - Direttiva mill-Ministru tal-Finanzi għall-ħruġ ta' ammont li ma jeċċedix Lm30,000,000 4.8% Stock tal- Gvern ta' Malta 2016 (It-Tieni ħruġ).", "Avviż Legali Nru 344 ta' l-2003 - Poultry Marketing Standards Regulations, 2003; u", "Avviż Legali Nru 345 ta' l-2003 – Egg Marketing Standards Regulations, 2003; u", "Avviż Legali Nru 346 ta' l-2003 – Dangerous Substances and Preparations (Restrictions) Regulations, 2003.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 342 ta' l-2003 – Avviż ta' bidu fis-seħħ ta' ċerti disposizzjonijiet ta' l-Att ta' l-2002 dwar il-Proċeduri fil-Qrati u fit-Tribunali (Att Nru XXXI ta' l-2002); u", "Kopja ta' rapport tar-riżultat ta' l-investigazzjoni tal-Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni dwar il-Każ numru 139 – Rapport Numru 155.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.Il-Ministru tas-Saħħa.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 347 ta' l-2003 - Regolamenti ta' l-2003 dwar Addittivi Permessi biex jintużaw ma' l-ikel.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Jekk m'hawnx iktar tqegħid ta' karti ngħaddu għall-Stqarrijiet Ministerjali.", "Mozzjonijiet?", "L-Onor.", "Justyne Caruana.", "KSUR TA' PRIVILEĠĠ", "ONOR.", "JUSTYNE CARUANA: Sur President, nixtieq inġib a konjizzjoni ta' din il-Kamra li sar ksur ta' privileġġ fil-konfront tiegħi a tenut ta' l- artikolu 11(4)(k) tal-Kap 113 tal-Liġijiet ta' Malta.", "Fil-ħarġa ta' \"In- Nazzjon\" tal-Ħamis, 13 ta' Novembru 2003, f'paġna 8, ġejt irrapportata li fl-aġġornament li kelli t-Tlieta li għaddew jien għedt li s-servizz tal- heliport m'huwiex jopera skond il-livelli ta' l-UE.", "Jien fl-ebda mument m'għedt dan il-kliem u nixtieq niċċara u nippreċiża li l-iskop ta' l- aġġornament li ħadt kien appuntu biex niddefendi lill-ħaddiema li hemm li għaddejjin minn inċertezza kbira għax ma jafux meta u kif se jitwaqqaf is- servizz tal-helicopter.", "Jien appellajt lill-ministru biex jekk jogħġbu jinforma lil dawn il-ħaddiema dwar dak li se jiġri.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Naturalment is-Sedja tieħu nota ta' dak li ressaqt u tagħti r-risposta aktar 'il quddiem.", "Għal darba oħra wkoll is- Sedja tiġbed l-attenzjoni tal-mezzi biex meta jirrapportaw il-parlament ikunu fidili lejn dak li jgħidu l-membri.", "Ngħaddu issa għall-Mozzjonijiet.", "MOZZJONIJIET", "ABBOZZ LI JEMENDA L-ATT DWAR TRUSTS", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru għat-Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u l- Investiment) Sur President, f'isem il-Ministru tal-Finanzi nipproponi l- Ewwel Qari ta' l-Abbozz li jemenda l-Att ta' l-1998 dwar Trusts.", "THE DEPUTY SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "TONY ABELA: Nissekonda.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l- Att ta' l-1998 dwar Trusts ikun moqri l-Ewwel Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi nqara l-Ewwel Darba.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru għat-Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u Investiment.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR SECURITIZATION", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Sur President, nipproponi l-Ewwel Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi imsejjaħ Att ta' l-2003 dwar Securitization.", "THE DEPUTY SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "MARIO GALEA: Nissekonda.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ Att ta' l-2003 dwar Securitization ikun moqri l-Ewwel Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi nqara l-Ewwel Darba.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-PROFESSJONI TAX-XOGĦOL SOĊJALI.", "SOCIAL WORK PROFESSIONS BILL", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sur President, nipproponi t-Tielet Qari ta' l- Abbozz ta' Liġi dwar il-Professjoni tax-Xogħol Soċjali.", "THE DEPUTY SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "HELEN D'AMATO: Nissekonda.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ Att biex jipprovdi għar-Regolamentazzjoni tal-Professjoni tax-Xogħol Soċjali u biex jipprovdi għal Ħwejjeġ konnessi magħha jew li huma Anċillari għaliha jkun moqri t-Tielet Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tielet Darba.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IR-RISTRUTTURAR TAT-TARZNARI.", "DOCKYARD AND SHIPBUILDING YARD (RESTRUCTURING) BILL", "THE DEPUTY SPEAKER: It-tieni item fuq l-agenda huwa l-Kontinwazzjoni tad- Diskussjoni fuq it-tieni Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi dwar ir-Ristrutturar tat-Tarznari.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Tony Abela.", "ONOR.", "TONY ABELA (Segretarju Parlamentari) : Sur President, fil-kuntest tal-liġi li qegħdin niddiskutu llum mhux faċli li tfiehem lill-pubbliku dwar ir-raġuni għaliex il-gvern wasal biex iddeċieda, flimkien ma' l-unions u mal-partijiet konċernati, x'inhu l-aħjar pass u għaliex iddeċieda li jassumi d-dejn ta' 'l fuq minn Lm300 miljun li sal-lum il-Malta Drydocks u l-Malta Shipbuilding kellhom fil-konfront tal-poplu Malti.", "Jien ngħid li l- gvern, bl-iktar mod attent, wasal għal din id-deċiżjoni għax ried jara li din l-entita' tingħata ċans aħħari sabiex tiġi fuq saqajha u tassew issir kumpannija li tkun tista' teżerċita n-natura kummerċjali tagħha fuq binarji li jistgħu jrendu jew li għallinqas ma jurux telf.", "Minflok noqogħdu nħarsu lejha u nfakkruha li hemm imgħax xi tħallas fuq il- kapital u fuq ix-xiri ta' l-art li kien ġie trasferit fiż-żmien u nikkritikawha fuq il-mod ta' kif kien jitqassam ix-xogħol, kif kienu jiġu mmaniġġjati l-ħaddiema u fuq il-mod ta' kif kienet titmexxa l-azjenda inġenerali, permezz ta' laqgħat li damu għaddejjin żmien twil, il-gvern flimkien ma' l-union u mal-mexxejja tat-tarzni sab l-aħjar mezz sabiex jassigura li darba għal dejjem it-tarznari f'Malta jiġu fuq saqajhom.", "Hawnhekk iżomm sod l-argument li spiċċa ż-żmien li nitkellmu u wasal iż- żmien li naġixxu.", "Sur President, il-gvern ħa din id-deċiżjoni mhux biss biex jiġi in line ma' l-acquis communautaire imma anke fil-kuntest tal-bżonn li aħna f'darna nkunu qed immexxu b'serjeta` u b'mod li ma jkomplix ikollna azjendi li kontinwament qed jitilfu l-flus.", "F'din l-entita` diġa` sar ristrutturar għal darba, tnejn, tlieta biex din tiġi fuq saqajha, u wara li dan kollu ma rnexxiex, kellna nieħdu dan il-pass diffiċli imma meħtieġ.", "Jiena ma rrid inneħħi l-ebda mertu minn dak li għamlu gvernijiet oħrajn kemm nazzjonalisti kif ukoll laburisti speċjalment fl-aħħar 20 sena, pero' minkejja l-intenzjonijiet tajba, ħadd ma rnexxielu jaqleb il-folja billi t- tarznari jiġu fuq saqajhom u jibdew jagħmlu profitt jew għallinqas ma jitilfux.", "Minkejja li saru ħafna tipi ta' provi, l-affarijiet qatt ma rranġaw.", "Mr. Speaker, x'kien dak li ddeċieda l-gvern?", "L-ewwelnett irridu ngħidu li l-gvern ħa passi sabiex l-istess kumpannija, mhux il-ġdida imma l-antika, tagħżel l-aħjar nies li hemm bżonn sabiex il-kumpannija tkun vijabbli.", "Lil dawk in-nies m'għażluhomx fuq kulur jew fuq simpatija, imma fuq abilita`.", "Huma raw li dawk in-nies li baqgħu jaħdmu hemm huma l-ammont ta' nies li hemm bżonn sabiex il-kumpannija tiġi viabbli.", "Hawnhekk wieħed irid itenni li dan ma jfissirx li d-900 persuna l-oħra li tpoġġew fil-kumpannija l- ġdida m'humiex nies li jafu x-xogħol tagħhom.", "Dan ma jfissirx li dawn in- nies ġew skartati jew mormija ma' xi ġenb.", "Dawn huma nies li dehru li kienu żejda fit-tarznari, pero' ħafna minnhom qed jitpoġġew f'kumpannija.", "Dawn qed jingħataw ċans ukoll li jekk iridu jmorru jaħdmu fis-settur privat jew jirtiraw.", "Jistgħu wkoll jieħdu somma li biha jibdew il-business tagħhom personali.", "Aħna għedna wkoll li dawk li ma jagħżlux li jieħdu xi waħda mit- tliet skemi li ġew provduti - għaliex l-iskemi jiddependu anke fuq l-eta` tal-persuna - allura wieħed isibilhom post fejn jaħdmu bl-istess kundizzjonijiet ta' paga li kienu jgawdu sal-lum.", "Sur President, din ma kenitx ħaġa li xtaq forsi jagħmilha, pero` kienet ħaġa li kellu bżonn jagħmel il-gvern.", "Fil-ħajja tan-negozju privat, kulmin ikollu kumpannija li tkun lame duck, jiġifieri li tkun qed titlef, l-ewwel sena jissaportiha, it-tieni sena forsi jissaportiha wkoll u t-tielet sena jew jirristrutturaha jew inkella jrid jiddeċiedi x'se jagħmel biha.", "Ma setax ikun li din il-kumpannija, kull darba li kien ikollha bżonn, kienet titlob il-flus lill-gvern għax la għandha biex tħallas il-pagi, la għandha biex tħallas il-bolla, la għandha biex tħallas l-attrezzi u lanqas għandha biex tħallas ix-xogħol u l-materjal.", "Ma stajniex nibqgħu sejrin fis- sitwazzjoni li din il-kumpannija tibqa' tieħu mingħand il-gvern.", "Ma jistax ikun li nibqgħu bil-mentalita' ta' meta t-tarzna kienet orjentata għal xogħol ta' diviża tal-gvern Ingliż, u fejn ma nwasslux aħna twassal ir- reġina.", "Le, Sur President, aħna rridu nirrealizzaw li f'Malta f'dawn l- aħħar 40 sena kellna nirristrutturaw l-ekonomija tagħna kollha b'mod ġenerali.", "Aħna kellna niddiversifikaw, kellna mmorru għal sfidi l-ġodda u kellna naċċettaw dawk l-isfidi li ġabet fuqna d-dinja.", "Forsi xi kultant xtaqna li nibqgħu ankrati ma' dak li kellna qabel għax forsi kien komdu, imma fl-istess ħin ta' min igħid li kull meta kellu sfida quddiemu, l-poplu Malti kien kapaċi jingħaqad flimkien, ipoġġi għonqu għax-xogħol u din l- isfida jegħlibha.", "Huwa veru li bħalma jiġri anke f'azjendi privati, mhux bilfors li se jirnexxielek f'dak kollu li inti tipproponi, imma dan jiġri għax jista' jkun hemm ċirkostanzi li jimpeduk fosthom ċirkostanzi ta' management mhux daqstant professjonali.", "Irrid ngħid ukoll li tarznari ta' l-istess tip f'postijiet oħrajn fl-Ewropa ħadu passi sabiex jirrikapitolaw l-affarijiet tagħhom.", "Kien hemm ukoll każi fejn biex l-azjenda jerġgħu jagħtuha enerġija ġdida, ħadu l-passi kollha meħtieġa sabiex jaraw li safejn hu possibbli x-xogħol fuq vapuri ta' pajjiżhom jsir mit-tarznari ta' pajjiżhom stess.", "Minħabba f'hekk aħna batejna min-nuqqas ta' xogħol li jsir mid-dockyard tagħna għal pajjiżi li jġorru bandiera oħra.", "Mr. Speaker, irrid ngħid ukoll li f'dawn l-aħħar 40 sena l-ebda ministru li kellu d-dockyard taqa' taħt id-dekasteru tiegħu ma abbanduna l-ħaddiema tad- dockyard.", "Qatt ma kellna ministru li qal li se jħalli t-tarzna titlef il- flus u li ma jagħtix kasha.", "Kien hawn ministri li beżgħu jaffrontaw in-nies tad-dockyard biex jiddiskutu.", "Dawn kienu jippreferu joqogħdu pass lura, jaċċettaw iċ-ċirkostanzi u jħallu d-dejn jikber.", "Kemm hi aħjar id-deċiżjoni tal-lum, fejn bl-ikbar serjeta` rajna x'se nagħmlu f'dan il-kuntest.", "Dan huwa ħafna aħjar milli kieku morna fi pjazza fil-Kottonera nitkellmu man- nies u ngħajjruhom b'dak li għandhom u dak li m'għandhomx.", "Illum lil dawn in-nies qed inħarsu lejhom bħala ħaddiema ta' azjenda li huma ċittadini Maltin u qed nagħtuhom l-inkoraġġiment li għandhom bżonn.", "Sur President, aħna ma rridux nagħlqu jew inżarmaw it-tarznari.", "Hekk qalulna li rridu nagħmlu, imma qed nipprovaw noħolqu sistema li permezz tagħha nassiguraw l-eżistenza tat-tarzna.", "Wara kollox it-tarzna hija importanti wkoll kemm għad-dħul ta' finanzi barranin kif ukoll għall- ekonomija ta' Malta inġenerali.", "Huwa importanti li aħna jkollna post fejn nistgħu nagħmlu x-xogħol li jista' jiġi, kemm fuq yachts, kemm fuq vapuri kbar kif ukoll fuq vapuri ta' ċerta klassi bħal vapuri ta' gwerra, vapuri kummerċjali u vapuri għat-trasport tat-turisti.", "Wara kollox kemm dawk responsabbli mill-La Salle, kemm dawk responsabbli mill-vapuri tal-Cunard kif ukoll dawk responsabbli minn tankers jew minn cargo vessels kollha faħħru lit-tarznari tagħna mhux biss għax wettqu x-xogħol fit-terminu stipulat fil-kuntratt imma għat-tip ta' xogħol li kien ta' l-aħjar kwalita`.", "Mr. Speaker, irrid ngħid li sfortunatament kien hemm ukoll żmien meta fid- dockyard ittieħdu deċiżjonijiet li ma kenux jirriflettu l-kambju.", "Dan ġara fil-każ tal-vapuri li kienu saru għar-Russja.", "Sfortunatament ma tawx ukoll każ li huma l-ħaġa riedu joħolquha b'mod li filwaqt li tkun time-bearing u weather-bearing fl-istess ħin kellha tkun ukoll skond l-aħħar tip ta' xogħol li kien qiegħed isir.", "Jiena nemmen li dawn l-iżbalji qatt ma saru apposta, qatt ma saru sabiex bniedem jitfa' lid-dockyard lura, qatt ma saru l-aqwa li ġġib ix-xogħol titlef kemm titlef minnu u l-aqwa li għandek vapur fil-port.", "Jien ngħid li saru għall-aħjar, pero' b'mentalita` żbaljata.", "Sfortunatament kien għad hemm nies, anke fit-tmexxija tad-dockyard, li kienu għadhom marbutin maż-żmien fejn kemm se jiġi l-kont biex taħdem fir- relazzjoni ta' kemm se ddaħħal ma kienx jiġi kkomparat.", "Din hija waħda mir-raġunijiet għaliex qed nieħdu dan il-pass li kulħadd jammetti li huwa pass ta' importanza nazzjonali.", "Minħabba f'hekk huwa iżjed importanti li nitkellmu fuq din il-liġi u mhux biss fuq l-istatement li għamel il-Ministru Lawrence Gonzi jew kif il-Ministru Austin Gatt u l- Ministru John Dalli waslu għal soluzzjoni mad-dockyard.", "Anke hawnhekk irridu naraw kif nikkontribwixxu b'mod pożittiv għal ġid tat-tarznari tagħna.", "Aħna qed ngħidu li wieħed għandu jagħmel marketing tajjeb tax- xogħol li kienet kapaċi tagħmel it-tarzna tagħna dawn l-aħħar snin filwaqt li jara li l-costings, it-tenders u li l-quotations jkunu iżjed aċċettabbli f'sens finanzjarju.", "Jekk mhux profitt sostanzjali, għallinqas għandna nibdew naħsbu ftit 'il fuq mill-break even point.", "Dan huwa li aħna għandna nħarsu lejh fil-konfront tal-kumpannija l-ġdida li qed noħolqu billi nneħu l-Malta Dockyard Emergency Ordinance, il-Malta Dockyard Temporary Provisions Act u l-Malta Dockyard Act.", "Din il-kumpannija issa se tirristruttura darba għal dejjem iż-żewġ tarznari li kellna f'Malta.", "Għal xi raġuni dawn kienu ġew separati.", "Forsi dan sar sabiex għaddewlhom ċerta proprjeta` jew sabiex ċerti nies tpoġġew naħa u nies oħra tpoġġew naħa oħra pero` meta dawn kienu ġew maqsuma, tarzna minnhom bdiet tqis ruħha tat- tieni klassi meta kkomparata mat-tarzna l-oħra.", "Sur President, dawn huma kollha punti importanti li aħna qegħdin inħarsu lejhom u nirriflettu fuqhom f'dan il-mument.", "Dan huwa mument ta' serjeta` kbira fejn aħna qegħdin naslu anke vis-a-vis l-isfida tagħna li Malta tikber ukoll fl-Unjoni Ewropea.", "Aħna ma nistgħux immorru lejn l-Unjoni Ewropea b'xi ħaġa li from day u għal dawn l-aħħar 20 sena dejjem tilfet il- flus minkejja l-isforzi li saru.", "GĦallinqas issa se mmoru b'ħaġa fejn tajna a clean slate biex taħdem biha.", "Se mmorru b'ħaġa li tajniha sfida quddiemha sabiex hija, bl-għajnuna tal-gvern, b'nies organizzati u b'management aktar orjentat lejn marketing u organisation mhux biss iżżomm f'wiċċ l- ilma imma tkun ukoll ritratt tajjeb ta' kif l-ekonomija ta' Malta trid timxi 'l quddiem.", "Sur President, wieħed irid isemmi wkoll id-900 persuna li m'humiex se jibqgħu jagħmlu parti mit-Tarzna.", "Jien naf diġa` nies li se japplikaw biex jidħlu f'din l-iskema ta' irtirar u fl-istess ħin se jibdew azjenda għal rashom.", "Naf ukoll nies – u jien naf ftit nies, għaliex in-naħa tiegħi m'hemmx daqstant nies jaħdmu hemm bħalma hemm f'inħawi oħrajn – li bejniethom se joħolqu tip ta' kumpannija jew koperattiva biex jagħmlu xogħol ta' inġinerija.", "Dan se jagħmluh għax ċerti nies li kien hemm qabel fid-dockyard huma kapaċi u huma forsi l-aħjar tradesmen li għandna.", "Irrid ngħid ukoll li jrid jispiċċa ż-żmien ta' meta bniedem kien jagħel xogħol għal yards oħra fid-dockyard waqt il-ħin tax-xogħol fid-dockyard.", "Irid jintesa ż-żmien li n-nies ma jkunux leali lejn l-impjieg tagħhom, kemm jekk se jkun fil-kumpannija tad-dockyard kif ukoll għal dawk in-nies li se jittieħdu minn azjendi privati bl-istess pagi u kondizzjonijiet, u hawnhekk nixtieq nidħol fuq il-punt ta' loyalty lejn il-post tax-xogħol u lejn il- pajjiż.", "Sur President, aħna nafu li bejn wieħed u ieħor Malta tinqasam f'naqra iżjed min-nofs u naqra inqas min-nofs.", "Ftit aktar min-nofs jiġbed il-ħabel politiku ta' naħa u ftit inqas min-nofs jiżbed il-ħabel politiku tan-naħa l- oħra pero` l-kumpanniji li rnexxew huma l-kumpanniji li ma tawx importanza għall-politika li jħaddnu l-ħaddiema tagħhom imma dawk fittxew u rnexxielhom jiksbu l-lealta` tal-ħaddiema tagħhom lejn il-post tax-xogħol.", "Aħna illeġislajna sabiex kulħadd ikun jista' jaħdem f'atmosfera u f'ambjent tajjeb kemm f'dak li huwa safety fuq ix-xogħol, kemm biex il-ħaddiema jkollhom kundizzjonijiet tajbin kif ukoll biex ir-relazzjonijiet industrijali jkunu tajbin.", "Kollha kemm aħna tuġagħna qalbna meta jkorri bniedem fuq ix-xogħol, hu fejn hu x-xogħol.", "Ma neħdux pjaċir li jiġru dawn l-affarijiet u jien nemmen li jekk ikun hemm loyalty lejn ix-xogħol u lejn il-ħaddiema l-oħra fl-istess impjieg allura l-kumpannija timxi 'l quddiem.", "Din il-ħaġa tal-loyalty wieħed jista' jara mhux biss fil-privat imma anke f'ħafna dipartiment tal-gvern.", "Jekk ikun hemm loyalty mill- ħaddiema lejn il-post tax-xogħol allura x-xogħol isir aħjar.", "Sur President, hawn xi ħadd li għandu dubju li l-maġġoranza stravaganti tal- pulizija hija loyal lejn il-post tax-xogħol tagħha, indipendentment mill- politika, mill-istatus soċjali tan-nies li jmorru quddiemha u anke tan-nies fi ħdanha?", "Nistgħu ngħidu l-istess ħaġa fuq min hu fin-nursing u fuq in- nies li jaħdmu f'ħafna mis-setturi tas-servizzi soċjali.", "Huwa veru li ġieli ssir kritika dwarhom hawn ġew - u huwa tajjeb li ssir kritika biex niftħu għajnejna għan-nuqqasijiet u nindirizzawhom - pero ` dwan huma nies li huma leali għall-job tagħhom u dan għandna nsemmuh ukoll.", "Jekk sar ħafna xogħol tajjeb fil-preparament ta' l-iskejjel għal din is-sena - u dan se jsir anke s-sena d-dieħla – dan ukoll għandna nsemmuh.", "Huwa veru li mhux kollox sar eżatt, imma wara kollox Alla biss huwa eżatt f'dak li jagħmel.", "Aħna n-nies, jekk naħdmu, xi ftit se niżbaljaw, pero` jekk noqogħdu attenti għada niżbaljaw inqas milli żbaljajna l-bieraħ.", "Sur President, jiena nemmen li jekk jitfgħu għonqhom għax-xogħol, jaħdmu b'serjeta` u jkollhom job loyalty, in-nies li hemm fit-tarzna l-ġdida jistgħu jirnexxu u jagħtu eżempju lill-ħaddiema l-oħra Maltin.", "L-istess ngħid għal dawk il-ħaddiema li għażlu li ma jirtirawx imma se jmorru għal xogħol fi ħdan entitajiet oħrajn.", "Dawn jistgħu jaġġornaw ruħhom, jistgħu jsiru parti minn familji ġodda u jekk huma juru li huma kapaċi u lesti li jaħdmu, jirnexxu wkoll.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT (Kap ta' l-Oppożizzjoni): Sur President, jien naħseb li fid-diskors li għadna kemm smajna nsibu l-qofol tal-problema fundamentali li qed tiffaċċja t-tarzna, jiġifieri n-nuqqas ta' rieda tajba.", "Jekk fhimt tajjeb, il-kelliem ta' qabli qisu jrid jimbolla l-ħaddiema tat- tarzna b'xi sentimenti politiċi jew b'xi intenzjonijiet moħbija f'dak li qed jagħmlu...(Interruzzjonijiet)", "THE DEPUTY SPEAKER: Ippermettili, Onor. Sant.", "Hawn point of order.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Waqqaftni għal point of order u lanqas biss għadni spiċċajt is-sentenza.", "Għadni rrid nagħmel fullstop, għadni fil-comma bħalissa.", "THE DEPUTY SPEAKER: Kollox sew, ikompli l-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jekk smajt tajjeb id-diskors ta' min tkellem qabli, qisu li diġa` l-intenzjoni hi li nipprovaw nimbullaw il-ħaddiema tat- tarzni, jew numru minnhom, li għandhom intenzjonijiet politiċi altru milli għandhom intenzjoni li l-post tax-xogħol tagħhom jagħmluh il-post li għandu jkun, jiġifieri l-post tax-xogħol.", "Issa lestejtha s-sentenza.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Tony Abela, bil-permess tal-Kap ta' l- Oppożizzjoni.", "ONOR.", "TONY ABELA: Taħt l-ebda ċirkostanza ma ridt nalludi jew nagħti l- impressjoni li nimbolla bħala ħaddiema ħżiena jew mod ieħor il-ħaddiema li kien hemm tad-dockyard, għax kieku m'għażilniex lill-istess nies biex jaħdmu fil-kumpannija l-ġdida.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Ikompli l-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jien nitolbok, Sur President, li tiddubbali ftit ilma ħalli naħsel widnejja u nkun nista' nisma' aħjar.", "Jien smajt tajjeb l- imputazzjoni li saret fuq ċerti ħaddiema tat-tarzna li l-intenzjonijiet politiċi tagħhom jissorpassaw l-interess tagħhom fuq il-post tax-xogħol.", "Dan huwa preċiżament l-ispunt ta' dak li ridt nitlaq minnu, li dak li għandna quddiemna llum, fl-opinjoni tiegħi, huwa vvizzjat minn animu min- naħa ta' dan il-gvern.", "Meta tifli tabilħaqq x'hemm warajh issib li m'hemmx rieda tajba.", "Il-perspettiva wara dak li għandna quddiemna, teknikament tajba jew teknikament ħażina kemm tista' tkun, f'kull ħaġa fil-politika, fin-negozju, fil-ħidma tal-familja, fix-xogħol soċjali, kollox jorbot ma' x'inhi l-intenzjoni u mal-fatt jekk hemmx rieda tajba jew rieda ħażina.", "U fil-qasam tat-tarzna ċertament il-mistoqsija prinċipali hija din.", "Il-gvern jara lit-tarznari f'pajjiżna bħala qrada, jiġifieri bħala xi ħaġa li jippreferi li jeqred, jew bħala xi ħaġa li għandha potenzjal għal pajjiżna u li hija parti mir-ruħ ta' pajjiżna?", "(Interruzzjonijiet) Qrada teqridha, għalhekk qrada, tneħħiha min-nofs!", "Felula ħażina!", "Jien nemmen li l-problema kbira ta' dak li għandna quddiemna hija preċiżament li l-animu tal-gvern hu li lit-tarzna jaraha bħala qrada u allura ma jistax ikun hemm rieda tajba.", "Sur President, dan għalija huwa fundamentali bħala differenza fil-mod kif qed jaġixxi l-gvern preżenti u kif naġixxu aħna l-partit Laburista kemm fl- oppożizzjoni u kemm meta nkunu fil-gvern.", "Għalina t-tarzni f'Malta – għax issa tarzni qed jgħidulhom, jien tarznari kont ngħidilhom – m'humiex qrada, imma huma parti mill-assi fundamentali li għandu pajjiżna biex jgħix.", "Illum kulħadd ilablab fuq globalizzazzjoni, kulħadd ilablab fuq kompetizzjoni mondjali ma' kullimkien u allura ta' min nistaqsu x'inhuma l-affarijiet li jagħtuna ċans ngħumu f'dan il-baħar ta' globalizzazzjoni, jekk se naċċettawh b'għajnejna magħluqa bħala xi ħaġa li qed tiġri madwarna u m'hemmx mod kif twaqqafha.", "Aħna għandna t-turiżmu, għandna il-ħiliet tal- ħaddiema tagħna u jien ngħid li għandna wkoll pożizzjoni strateġika kummerċjali tajba – li qabel kienet militari – fejn il-portijiet tagħna joffru skop sħiħ għall-kummerċ tal-baħar u li parti minn dan il-kummerċ tal- baħar ċertament hu t-tarznari.", "Jiena naħseb li rridu nitilqu minn dan il-punt li aħna bħala pajjiż għandna bżonn li nipproteġu, inħarsu u mmexxu 'l quddiem dak li huwa tagħna bħala asset, bħala patrimonju u bħala xi ħaġa li nistgħu nużawha ħalli nikkompetu.", "Dan kollu m'għandniex narawh bħala qrada u naraw kif nistgħu nneħħuh bil-mod il-mod min-nofs u naraw kif immewtuh u nagħtuh id-deni rqiq ħalli jibqa' joħroġ mis-sistema tagħna.", "Il-qasam tal-portijiet, il-qasam tal-vapuri u allura t-tiswija tal-vapuri u l-qasam tas-snajja' li nbnew matul is-sekli f'dan il-pajjiż fit-tarzni tagħna huma xi ħaġa li rridu niġġieldu għaliha u nħarsuha.", "Irridu naraw kif nistgħu noħolqu strateġija li dawn it-tarzni tagħna, tajba jew ħżiena kif inhuma llum, insostnuhom u nerġgħu nagħtuhom in-nifs biex jimxu 'l quddiem.", "U n-naħa Laburista, kemm fl-oppożizzjoni u kemm fil-gvern minn hemm kienet titlaq u minn hemm se tkompli titlaq.", "Lit-tarzni tagħna jeħtieġ li nsostnuhom.", "U mhux billi jiġu tal-federazzjoni ta' l-industrija u ta' l-employers' association u jgħidulna x'differenza bejn ħaġa u oħra!", "Id-differenza hi din, li għalina, dak li għandu x'jaqsam mat-tarzni f'Malta huwa assi nazzjonali, huwa ġid nazzjonali u huma patrimonju nazzjonali li jeħtieġ naraw kif se nżommuh fuq saqajh u nagħtuh nifs ġid.", "Sabiex tagħmel hekk trid tkun lest li taċċetta ċerti sfidi u ċerti deċiżjonijiet diffiċli.", "Irid ikollok l-istamina u trid tidħol bir-ras biex issolvi l-problemi u biex tgħid l-affarijiet kif inhuma.", "Irrid ngħid li aħna konna fil-gvern għal sena u nofs, u konna aħna li ffaċċjajna l-problema u l-isfida tat-tarzni.", "Hemmhekk konna sibna li l- istess gvern ta' Dr Fenech Adami li għandna llum, għal sena wara l-oħra kien ipprefera li jiksi u jċallas il-problemi.", "Kien jidher ċar li l-gvern Nazzjnalista kien qed jagħti l-ħabel biex minflok niffaċċjaw head on il- problemi tan-nuqqas ta' kompetittivita' tat-tarznari, tas-sistemi ta' xogħol li kienu antikwati u tan-nuqqas ta' investiment, dawn il-problemi ninsewhom.", "Fl-1996, apparti milli ffaċċjajna problema ta' deficit enormi fuq il-livell ċentrali, konna qed niffaċċjaw sitwazzjoni fejn fit-tarznari tagħna, li nħossu li għandhom ikunu kolonna ta' dan il-pajjiż, konna qed nonfqu deficit ta' bejn Lm15-il miljun u Lm16-il miljun li bihom konna stajna mill-anqas nibnu tliet skejjel kull sena.", "Dakinhar ma konniex għedna li se nagħlqu jew innaqqsu t-tarznari.", "U dan minkejja li rajna telqa enormi li kienet tħalliet tinġema' fit-tmexxija tat-tarznari, fil-mod kif isir ix-xogħol għall-marketing u fil-mod kif jinbnew proġetti ġodda.", "It- telf kien għaddej bla pjan, l-aqwa li nillapazzaw, kif qal Dr Fenech Adami ftit ilu.", "Minkejja dan kollu aħna għedna li t-tarzni huma xi ħaġa li rriduhom isiru mill-ġdid l-aħjar fil-Mediterran.", "Din il-ħaġa tista' ssir, pero' ma ssirx billi toqgħod tiffantastika u tħares u tgħid ''Is-salam għalikom'' imma billi tkun lest tiffaċċja n-nies li fil-bidu ma setgħux jifhmu x'qed tipprova tagħmel.", "Din il-ħaġa aħna konna tlaqna għaliha.", "Nerġa' ngħid li dawk l-assets jiswew miljuni.", "Kieku konna qegħdin fl-Istati Uniti jew fil- Ġappun - jidħku bija għax nsemmi l-Istati Uniti ta' l-Amerika – it- tarznari tagħna kienu jsiru minjiera ta' deheb.", "Id-deċiżjoni tagħna kienet li nerġgħu nagħtuhom in-nifs, u dan kellna nagħmluh bi ħsieb u b'mod li jagħmel sens għal pajjiżna.", "Ir-ristrutturar kellu jsir bi ħsieb u kellu jsir bi pjan li jkun ġust ukoll.", "Tal-partit Nazzjonalista dak iż-żmien tgħidx kemm żebilħuna għax għaddejna liġi biex il-gvern ikollu sehem dirett fl-istrateġija tat-tarznari.", "Qalulna li qed niksru l-wegħdi u xewwxu ma nafx kemm-il ħaddiem tat-tarzna kontra tagħna.", "Araw issa kif qed jissarrfu l-affarijiet!", "Il-partit Nazzjonalista akkużana li konna għamilna nofs bin-nofs ħaddiema, diretturi u rappreżentanti tal- gvern.", "Issa lanqas ħaddiem-direttur wieħed ma jrid, la fuq in-naħa tat- tarznari u lanqas fuq in-naħa tal-kumpannija l-oħra, imma dik niġu għaliha aktar 'il quddiem.", "X'tixwix għadda dak iż-żmien, pero' aħna konna qegħdin inħarsu 'l quddiem u se nibqgħu nħarsu 'l quddiem.", "Ixewxu kemm ixewxu, l- interess tagħna huwa l-interess tal-ħaddiema Maltin u Għawdxin f'dan il- qasam.", "Ċertament fil-qasam tat-tarznari l-interess tagħna huwa li dan il- qasam jibqa' parti mill-għerq li bih naħdmu ħalli tabilħaqq inkunu nistgħu ngħumu fil-baħar tal-globalizzazzjoni.", "Irrid ngħid ukoll li Dr Gonzi, Dr Gatt u xi kultant Dr Fenech Adami jsemmulna r-rapport Appledore.", "Kemm kienu jibbuttjaw kontra tiegħu bejn l- 1996 u l-1998!", "Preċiżament aħna konna ħdimna fuq l-għan li b'mod realistiku noħolqu strateġija għat-tul biex it-tarznari jibqgħu hemmhekk u jiffjorixxu.", "Dan konna għamilnih għax irriduhom isiru – u għadna nemmnu li jistgħu jkunu - l-aqwa tarznari fil-Mediterran.", "Aħna qegħdin fiċ-ċentru tal- Mediterran, pero' dan l-argument nużawh biss għall-freeport.", "Għat-tarznari ma nużawhx!", "Umhux billi jiġi jgħidilna l-kelliem ta' qabli li ma mxietx 'il quddiem għax hemm numru ta' ħaddiema moħħhom biss fil-politika u l- partiġġjaniżmu jagħtuh iktar importanza mill-istat ta' fejda ta' fejn jaħdmu.", "Dan m'hu veru xejn!", "Veru li hemm prattiċi li jridu jinbidlu u li jridu jittjiebu, imma bir-rispett kollu, ejja ma noqogħdux inkomplu ninħbew wara subgħajna f'dawn l-affarijiet, għax jiena ngħid li hawn nuqqas ta' rieda f'dan kollu.", "Aħna min-naħa tagħna kellna rieda tajba imma kellna wkoll id- determinazzjoni li naslu, u meta jkollok determinazzjoni li tasal se jkollok tiffaċċja nies li mhux dejjem jieħdu gost jibdlu l-affarijiet.", "Dawn ma jeħdux gost mhux għal xi raġunijiet partiġġjani jew politiċi imma għax iħossuhom skomdi li jibdlu.", "Din hija l-problema kollha ta' kull ristrutturar, u għalhekk Dr Fenech Adami qagħad jillapazza dawn l-aħħar snin għax ma kienx lest jaffronta n-nies li jħossuhom skomdi biex jibdlu.", "Dejjem money no problem, kollox tajjeb, kollox sabiħ, onfoq u onfoq u daqshekk.", "Fil-każ tat-tarznari u f'każi oħra aħna ħriġna b'soluzzjoni.", "L- Appledore report li kien maħsub bi ftehim mal-ħaddiema, mal-unions tagħhom u mal-management ippropona li t-tarznari jinqasmu fi tliet divisions, id- diviżjoni li għandha x'taqsam mat-tiswija biss, id-diviżjoni li tagħmel xogħol ġdid li jkun relatat ma' kif jinħolqu proġetti għall-ħaddiema li ma kienux jistgħu jiġu kanalizzati fuq it-tiswija u t-tielet diviżjoni kellha x'taqsam ma' li tipprovdi servizzi amminsitrattivi u tekniċi liż-żewġ divisions l-oħra.", "Dik kienet it-triq li tlaqna għaliha u ħdimna fuqha, nerġa' ngħid b'rieda tajba u bi qbil mal-unions u mal-ħaddiema.", "Jiena niskanta kif dak ix-xogħol kollu ġie injorat kompletament mill-gvern ta' Dr Fenech Adami wara l-1998.", "L-akbar dnub li seta' sar fit-tarzna kien li għal tliet snin u nofs ma sar xejn fuq dan ir-rapport.", "Fil-qasam ta' kif kienu se jiġu ppustjati l-ħadidema kien hemm qbil sħiħ u kien hemm qbil sħiħ fuq il-punti li l-ewwelnett ħadd ma kien se jitlef l-impjieg tiegħu, li kulmin kien se jkun ippustjat f'division oħra kien se jibqa' impjegat mat-tarznari u li kien se jkun hemm flessibbilta` sħiħa fil-mod kif jiġu pustjati n-nies min-naħa għal-oħra.", "Fuq dan il-punt kien sar eżerċizju sħiħ li kien ġie mitmum bi qbil mal-General Workers Union.", "Barra dan kollu, kif semmew sħabi, kien hemm ukoll ħidma sħiħa biex mhux imbilli ngħidu li f'division minnhom issir tiswija u fid-division l-oħra se tkun qed tagħmel xogħol ieħor u fuq xogħol ieħor kollox fl-ajru.", "Ma kien xogħol fl-ajru xejn!", "Kif diġa` ntqal fil-każ tax-xogħol ġdid kellna diġa` ideat u prospetti biex il-Baċir Nru. 1 isir proġett turistiku.", "Il-ħaddiema tat-tarzna kienu se jkunu jistgħu jipparteċipaw fir-riġenerazzjoni tal- Kottonera, pero' anke hemmhekk tħalla kollox sejjer għar-riħu.", "Kellna wkoll prospetti f'dak li għandu x'jaqsam ma' tiswija u bini ta' super yachts, u kellna l-prospetti f'dak li għandu x'jaqsam ma' tiswija ta' cruiseliners.", "Kellna l-prospetti li konna qegħdin naħdmu fuqhom f'dak li għandu x'jaqsam ma' karozzi tal-linja u fabbrikazzjoni ta' cranes ġodda.", "Kellna wkoll ideat oħra għal kif nistgħu nifirxu anke fuq xogħol ta' oil rigs lejn in-naħa ta' l-Afrika ta' fuq.", "Ix-xogħol fuq dawn l-affarijiet li semmejt kien għaddej u huwa tassew tal-mistħija li għaddew sena, sentejn, tliet snin u dan kollu tħalla fuq l-ixkaffa.", "Hawnhekk iqum minnufih l-argument tan-nuqqas tar-rieda tajba li kompla kkonfermahuli l-kelliem ta' qabli bl-asserzzjonijiet li għamel li numru sostanzjali ta' ħaddiema huma mogħmija mill-partiġġjaniżmu u jimportahom iktar il-partiġġjaniżmu milli mill-post tax-xogħol.", "Li tgħidli li ċerti ħaddiema forsi l-prattika tax-xogħol togħġobhom kif inhi għar-raġunijiet li m'għandhomx x'jaqsmu mal-politika nifhimha, imma li tipprova tħawwad ħaġa ma' oħra b'dan il-mod huwa assolutament aġir irresponsabbli u juri fejn qegħda n-nuqqas ta' rieda tajba.", "In-nuqqas ta' rieda tajba qiegħda fil-fatt li l-gvern, għax jara lit-tarznari bħala qrada, irid ineħħihom min-nofs.", "Sempliċiment qed jużahom bħala feles.", "U dan li għandna quddiemna, jiddispjaċini jkolli ngħid, kulma qiegħed jagħmel huwa li jillapazza għal ftit tas-snin oħra, jagħti ftit iktar ħabel għal ċerti nies, biex imbagħad ikun jista' jaqta' l-art minn taħt it-tarznari, fi kliem ieħor jagħlaqhom.", "Il-ftehim li ffirma l-gvern ma' l-Unjoni Ewropea lejn hemm iwasslu.", "Dan il- gvern kien moħħu fl-Unjoni Ewropea, daħal fi ftehim li jorbtu għal limitu ta' żmien biex lit-tarznari jġibhom fuq saqajhom.", "Jekk ma jirnexxilux, imbagħad daqshekk, u dak li jinteressah.", "Irid ikun f'pożizzjoni politika qawwija l-gvern snin oħra, li jkun jista' jgħid li għamel kollox għat- tarznari u allura m'hemmx x'tagħmel iktar.", "L-istrateġija hija li jissepara l-ħaddiema u jpoġġihom fi kxaxen differenti, bil-mod il-mod iħallihom jiskulaw imbagħad ikollu pockets dejjem iżgħar li jkun jista' jagħlaqhom.", "Din m'hijiex strateġija tajba, anzi hija strateġija ta' rieda ħażina li qed tkompli tagħti sinjal li dan il-pajjiż taħt dan il-gvern qed jitlef il- fiduċja u s-sens ta' kuraġġ fih innifsu.", "Aħna rridu pjan għat-tarznari - u rriduh anke għas-setturi l-oħra - li jibni fuq is-saħħa tagħna, jibni fuq il-potenzjal tagħna li jagħtina nifs f'dak li għandna ngħidu u f'dak li għandna x'nagħmlu.", "Jiena nista' nsemmi li dan il-gvern qiegħed on record li sentejn ilu, permezz ta' l-Onor.Josef Bonnici, kien qal li kellu pjan għat-tarznari u fi tliet snin kellu jġib kollox lura profitabbli.", "Din kien stqarrha hawnhekk fil-parlament u anke barra.", "Naħseb li għaddew sena u nofs, sentejn minn dak iż-żmien, pero' assolutament ma sar xejn minn dak li ntqal.", "Meta naraw dan kollu jiena nemmen li dan huwa abbozz ta' liġi li m'huwiex nej jew maħruq, imma huwa maħsub sempliċiment biex iħejji t-triq ħalli meta jħoss li jista', il-gvern jiġbed il-plug minn fuq it-tarznari.", "Fiċ-ċirkostanzi x'nistgħu ngħidu( Naħseb nistgħu ngħidu li l-ewwelnett il- GWU għamlet l-aħjar ftehim li setgħet tagħmel fiċ-ċirkostanzi xejn sbieħ.", "Il-gvern ħalla apposta għall-aktar żmien diffiċli biex fih it-tarznari jkunu jistgħu jaslu għal xi forma ta' ftehim.", "Is-sitwazzjoni m'hijiex trasparenti, għax safejn naf jien għadna ma ġejniex ippreżetati bi stqarrija ċara eżattament ta' x'inhuma l-kontabilita` tat-tarznari fl-aħħar sentejn jew tlieta.", "Naħseb anke hawn tajjeb li wieħed jagħtina ftit iktar informazzjoni ħalli l-poplu jkun jista' jaħgmel il-benchmarking għax min- naħa nakkużaw lit-tarznari li qed jitilfu Lm10 miljuni Lm15 miljun fl-ajru pero` mbagħad qisu ma ġara xejn fuq proġetti oħra tal-gvern fejn f'daqqa waħda nibdew nisimgħu dwar il-miljuni li qed jintefqu bla ebda responsabbilta` ta' xejn.", "Rigward il-proġett tal-Qroqq, per eżempju - diġa` semmejtu u nerġa' nsemmih- kien ippjanat li jiġi jqum Lm80 miljun meta beda, imbagħad tela' għal Lm100 miljun, imbagħad għal Lm150 miljun, imbagħad għal Lm200 miljun.", "Issa qed jgħidu li se jqum Lm230 miljun.", "Mela skużi, jekk dan il-proġett fil-bidu kellu jkun Lm80 miljun, ejja nagħmlu mod spiċċa Lm100 miljun u issa qed jgħidu li spiċċa Lm230 miljun.", "Id- differenza bejn Lm230 miljun u Lm100 miljun hija ta' Lm130 miljun jiġifieri għandek telf ta' Lm13 miljun għal għaxar snin fuq il-proġett f'Tal-Qroqq.", "Allura bir-rispett kollu, quddiem dawn iċ-ċifri li qed isiru iktar u iktar ossessjonanti minn darba għall-oħra, naħseb tajjeb li jkollna xi forma ta' benchmarking u mhux nisparaw kif qed jisparaw għat-tarznari mbagħad fl- affarijiet l-oħra qisu ma ġara xejn.", "Jiena naħseb li jkun tajjeb jekk hawnhekk nitkellmu ftit fid-dettal anke dwar il-proġett f'Tal-Qroqq u nkunu nafu eżattament x'inhu għaddej.", "U qed insemmi Tal-Qroqq biex ma nsemmix l-affarijiet l-oħra fosthom il-proġett bellezza tal-private public partnership fuq ir-roundabouts fejn qalulna li bil-private public partnership fuq ir-roundabouts nkunu qed nagħmlu kollox sabiħ.", "Jekk tmur, per eżempju, ħdejn ir-roundabout li hemm ħdejn it- tankijiet tal-gass in-naħa tal-Gżira ssib li saret qisha Jurassic Park bis- siġar tal-palm telgħin, imma meta tħares lejn x'inhu għaddej issib li qed nonfqu bejn Lm2 miljun u Lm3 miljun extra sempliċiment biex ikollna roundabouts isbaħ.", "X'inhu l-punt tiegħi( Il-punt tiegħi huwa li naħseb li tajjeb li qabel nipprovaw inpoġġu fil-mira n-nuqqas ta' effiċjenza jew in-nuqqas ta' profittibilta` tat-tarznari nżommu quddiem għajnejna l-ħela, l- inkompetenza, in-nuqqas ta' responsabbbilta` u ta' accountability li biha miexi dan il-gvern fl-aspetti kollha tiegħu.", "Jekk iħares lejn il-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin wieħed isib li l-ambaxxati faqqsu qishom bajd tat- tiġieġ tal-kina ma' kull belt kapitali ta' l-Ewropa.", "Hemmhekk ukoll tiela' l-ispiża.", "Jekk tħares lejn il-pontijiet taċ-Ċirkewwa u tal-Marfa l-istess ħaġa.", "Ħadd ma jaf il-flejjes kif ħerġin.", "Dan qed ngħidu biex nuri li l- problema m'hijiex sempliċiment waħda tat-tarznari għal dak li għandu x'jaqsam ma' l-ispejjeż ħerġin, imma naħseb hija kwestjoni ta' gvern li jmexxi b'mod inkompetenti.", "Dan jorbot mil-ġdid ma' x'qed nipprovaw nagħmlu f'din il-ħaġa.", "Irridu noqtlu t-tarznari( Nemmen li l-gvern b'din l- istrateġija jrid li jkun f'pożizzJoni li joqtol lit-tarznari allura anke hawn il-mod kif spiċċajna naħdmu fuq id-900 li ġew attakkati għal proġetti ta' xogħol ġdid.", "Ċertament jekk qegħdin ngħidu li t-tarznari jew il-ħaddiema tat-tarznari jiġu riallokati għal xogħol ġdid, il-kriterji li bihom ġew magħżula ħalli jagħmlu dan ix-xogħol ġdid iridu jkunu trasparenti.", "Ir-rapport Appledore kien jagħmilha ċara li kemm id-diviżjoni li tagħmel ix-xogħol ġdid u kemm id-diviżjoni li taħdem fuq it-tiswija għandhom ikunu parti mill-istess organizzazzjoni ħalli jikkomplimentaw lil xulxin.", "Dan qed jispiċċa għar-raġuni evidenti biex il-gvern ikun f'pożizzjoni li meta jrid, jaqbad minn għonqu l-impjegat tal-kumpannija li qed tagħmel ix- xogħol ġdid u min-naħa l-oħra jagħmel l-istess ħaġa lill-ħaddiem li qiegħed fil-kwestjoni tax-ship repair.", "Dan m'huwiex il-mod kif nużaw is-snajja' ta' dawn ż-żewġ tarznari.", "Irrid ngħid ukoll li m'hemmx trasparenza fil-mod kif ġew assenjati d-900 ħaddiem.", "F'dan il-każ kien hemm diskriminazzjoni politika, u meta jiġu jgħidulna li 70% ta' minnhom ġew assenjati skond id-deċiżjonjiet li kienu ħadu l-GWU u gvern Laburista meta kien qiegħed rappreżentat minn Karmenu Mifsud Bonnici jkun qed jidħak bina.", "Irid jidħak bina anke jekk hu veru.", "Jiġiiferi 70% ġew assenjati skond dawk id-deġiżjonijiet u 30% le.", "Fuq liema kriterji ma segwewx dawk id-deġiżjonijiet( Għal liema raġuni u fuq liema bażi ma segwewhomx( Jiena nista' nsemmi l-każ tal-ħabib tiegħi Jesmond Tanti, direttur ħaddiem tal-Malta Shipbuilding.", "Naħseb jekk kien hemm xi ħadd dedikat għax-xogħol tat-tarznari fost oħrajn kien hu, pero' anke dan ġie mmiknus fil-ġenb.", "Jiena minn hawn insellem lil Jesmond u ngħid lilu u lill-ħaddiema l-oħra biex ma jaqtgħux qalbhom, għax iż- żmenijiet jinbidlu u jinbidlu bil-kbir ħafna iktar milli jaħseb il- Kabinett tal-gvern preżenti.", "Eventwalment għat-tarznari se jkun hemm żmien ġdid, żmien li fih bis-serjeta`, kif ridna nagħmlu aħna – issa ħalliha li dakinhar mhux kulħadd kien fehemna – isir ir-ristrutturar meħtieġ.", "Huwa veru li dan hu proċess diffiċli u tqil iva li jirrikjedi ħidma kbira, ftit għaraq, ftit dmugħ jew ħafna għaraq u ħafna dmugħ imma meta jkun hemm rieda tajba tasal, u r-rieda tajba trid tkun ibbażata fuq il-fehma li rridu naħdmu biex it-tarznari f'pajjiżna jkollhom futur u mhux jitqiesu bħala qrada li qiegħda hemm biex titneħħa malajr kemm jista' jkun.", "Jiena nappella lill-gvern biex qabel ma jispiċċa dan id-dibattitu għallinqas ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-pjan li għandu ħalli t-tarzna timxi 'l quddiem.", "Sakemm ma jpoġġix dan il-pjan, u dan mhux biss pjan ta' ristrutturar irid ikun imma pjan ta' marketing u pjan ta' proġetti ġodda - tagħmlux id-900 ħaddiem kif rendejtu lil dawk ta' Kalaxlokk.", "Dik hija l- agħar ħaġa.", "B'dan il-mod qed timminaw mhux biss il-futur tal-ħaddiema u tal- familji, imma qed timminawlhom il-moral tagħhom u għalhekk huwa importnati li turuna ftit x'inhuma l-pjani li hemm ħalli jinħoloq xogħol ġdid.", "Il- gvern m'għandux joqgħod jgħidilna li se jassenjahom f'kunsill lokali 'l hemm u kunsill lokali 'l hawn imma għandu jgħidilna kif se jaħdem ħalli jinħoloq xogħol ġdid u proġetti ġodda.", "Il-gvern m'għandux jiknes fil-ġenb is-snajja' tal-ħaddiema tagħna.", "Dawk għandna bżonnhom.", "Pajjiżna mingħajr dawk is-snajja' se jkollu problemi.", "Ħallukom mill-fissazzjoni tan-negozju stil free market.", "L-affarijiet ma jsirux biss b'dak il-mod.", "Ħadd ma jagħmilhom b'dak il-mod, lanqas fl-Ewropa ma jsiru dawn l-affarijiet imma jsir bilanċ bejn is-saħħa ta' l-istat biex iwieżen favur ċerti impjiegi u s- saħħa tas-suq biex dak li jwieżen l-istat tressqu lejn mod li jkun iktar effiċjenti.", "Hekk irridu naħdmu, u li naqtgħu qalb 900 ruħ jew 1,000 ruħ jew 2,000 ruħ biex malajr kemm jista' jkun isiru pensjonanti hija l-agħar strateġija għal pajjiżna u tagħti sinjal ħażin lill-oqsma l-oħra kollha li f'pajjiżna qed jiffaċċjaw l-istess problemi ta' ristrutturar.", "Nerġa' ngħid hemm bżonn li l-gvern jasserixxi li jemmen fit-tarzni u fil-futur tagħhom u li huwa impenjat biex dan it-twemmin iwettqu b'mod konkret.", "Bħalissa dan is-sinjal m'huwiex joħroġ u ma jistax joħroġ jekk ma jkollniex pjan li ekonomikament u finanzjarjament jagħmel sens kif il-gvern beħsiebu jimxi fil-qasam tat- tarznari.", "Apparti mid-diskors ta' l-Onor. kollega li tkellem qabli u li assolutament niddissassoċja ruħi minnu għax ipprova jgħid li l-ħaddiema tat-tarznari huma animati minn sentiment partiġġjan li jimpedilhom milli b'xi mod jew ieħor jagħmlu l-almu tagħhom ħalli jiddefendu tabilħaqq il-post tax-xogħol tagħhom, nemmen li l-għan ta' dan kollu huwa biex il-gvern ipoġġi lilu nnifsu f'pożizzjoni komda ħalli taħt il-ftehim li daħal għalih ma' l-Unjoni Ewropea, meta jfettilu, meta jsib ix-xoqqa f'moxtha, jagħlaq it-tarznari.", "Dik ma tkunx iktar soluzzjoni ta' lapazzar imma tkun is-soluzzjoni radikali li ilu jaħdem fuqha.", "Aħna 100% kontra din it-tip ta' soluzzjoni.", "F'dan il- qasam, il-pożizzjoni tagħna hija dik kif meħuda fil-konferenza ġenerali tal- Partit Laburista ta' ġimgħa u nofs ilu.", "Aħna impenjati biex it-tarznari f'pajjiżna jibqgħu għaddejjin u jibqgħu jiżviluppaw.", "Evidentement hemm bżonn ta' ristrutturar sħiħ, pero' l-għeqiedi tas-snajja' li bnejna matul is-snin irridu nagħtuhom imbuttatura 'l quddiem.", "Hemm ħafna xogħol li jrid isir ħalli nidħlu f'ċerti oqsma tas-swieq pero' dan ix-xogħol f'dawn l- aħħar snin jiddispjaċini ngħid li tħalla għaddej mar-riħ.", "Aħna min-naħa tagħna se nkunu qegħdin il-ħin kollu lesti u attenti biex isir kulma hemm bżonn isir ħalli t-tarznari tagħna jingħataw in-nifs.", "Se nkunu lesti wkoll biex minkejja l-ftehim li nnegozja l-gvern ta' Dr Fenech Adami, meta niġu għat-tarznari nkunu qegħdin nagħtu limitu kollu, il-fetħa kollha biex it-tarznari mhux jingħalqu imma jsibu l-pedamenti u jsibu l- għerq li fuqhom jistgħu jiżviluppaw.", "Għadna nemmnu kif konna nemmnu bejn l- 1996 u l-1998 u kif konna nemmnu fis-snin ta' qabel bħala Partit Laburista li t-tarznari ta' Malta jistgħu jsiru l-aħjar tarznari fil-Mediterran u dak jibqa' l-għan tagħna.", "M'għandna l-ebda intenzjoni li nkunu parteċipi fi kwalunkwe komplot biex it-tarznari jingħalqu, u f'dan is-sens ngħid ukoll li din hija xi ħaġa li għandha ssib l-appoġġ mhux biss tal-ħaddiema industrjali imma tas-setturi kollha ta' pajjiżna li b'xi mod jew ieħor għandhom xi sehem fid-dinja tax-xogħol.", "Din għandha ssib l-appoġġ mhux biss tal-ħaddiema industrjali imma anke tal-ħaddiema fil-klassi tan-nofs.", "Ma tistax taħseb li tista' tgħid bye-bye lit-tarznari mbagħad l-klassi tan- nofs jew dik industrjali tibqa' fejn hi.", "L-art tibda ċċedi minn taħthom ukoll għax dawn l-oqsma kollha għandhom bżonn ta' xulxin biex ikomplu għaddejjin.", "Iċ-ċentru għandu bżonn ix-xellug u x-xellug għandu bżonn taċ- ċentru.", "Min hu ħaddiem industrijali, min hu minn taħt, min għandu paga inqas minn oħrajn għandu bżonn l-għajnuna u l-appoġġ ta' dawk li għandhom dħul tan-nofs u dawk li għandhom dħul tan-nofs għandhom bżonn l-appoġġ ta' dawk li għandhom dħul baxx.", "Huwa biss flimkien li jistgħu jimxu 'l quddiem.", "Jekk naħa jew oħra tinfena kollox se jċedi u kollox se jidher iswed quddiem dan il-pajjiż, u għalhekk aħna ma naċċettawx li xi ħadd jippprova jdaħħal feles bejn qasam u qasam tas-soċjeta` tagħna, bejn qasam ta' min hu ħaddiem industrijali min hu ħaddiem tat-tarznari min hu ħadiem maniġerjali jew ħaddiem f'post ta' uffiċċji.", "Fiż-żmenijiet li ġejjin l-għaqda se tkun kruċjali, u għalhekk aħna ta' din in-naħa qegħdin ninsistu li minkejja x- xinxilli ta' madwaru, dan l-abbozz ta' liġi huwa vvizzjat minn ħaġa waħda ħażina ħafna li hi n-nuqqas ta' rieda tajba u n-nuqqas ta' intenzjonijiet pożittivi għall-futur ta' dan I-pajjiż.", "Fih hemm nuqqas ta' pjan għat-tul biex l-affarijiet isiru b'għaqal, bil-galbu, b'ħidma sħiħa u b'determinazzjoni.", "Il-gvern li għandna bħalissa kellu determinazzjoni waħda, dik li jdaħħal lil pajjiżna akkost ta' kollox fl-Unjoni Ewropea.", "Dak l-għan kisbu, imma fl- oqsma l-oħra inkluż dak tat-tarznari m'għamel xejn, ma wettaq xejn u qed ikollu jkompli jillapazza b'nuqqas sħiħ ta' rieda tajba li qed turi fir- riżultati li qed jikseb, fin-nuqqas kbir ta' ottimiżmu li hawn fost il- poplu bħalissa u bid-dlam li qed jinxtered madwaru.", "Grazzi.", "Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Robert Arrigo.", "ONOR.", "ROBERT ARRIGO: Mr Speaker, illum xtaqt nitkellem fuq xi aspetti differenti tal-ftehim wara li smajt xi diskorsi li diġa` saru.", "Kieku jieħu dan il-ftehim storiku f'kontest kummerċjali wieħed jara almenu żewġ affarijiet prinċipali.", "L-ewwelnett jara li kull familja f'Malta għandha tħallas 'il fuq minn xi Lm3,000 għat-telf li ġarrbet it-tarzna u t-tieni punt hu li dan huwa gvern li għandu kuxjenza soċjali u rieda tajba.", "Huwa faċli tagħmel is-somma li biex wieħed iżomm ażjenda falluta b'ħinijiet ta' xogħol tal-biki u b'sistema maħkuma mill-overtime u allowances ta' kull tip, kull familja Maltija jkollha tħallas Lm3,000.", "Kemm ili f'dan il- parlament smajt ħafna mistoqsijiet min-naħa ta' l-oppożizzjoni dwar nies fil-linja tal-poverta`.", "Kieku lil dawn tajnihom dawn it-Lm3,000 kull wieħed minflok it-telf tat-tarzna, kieku hawn ħafna inqas nies f'din il-faxxa.", "Naħseb konna nieħdu gost kieku nagħtu cheque ta' Lm3,000 lil kull familja, iżda le, flok għamel hekk il-gvern ħareġ ta' l-antipatiku għax irid jagħmel it-taxxi biex iħallas lil dawn il-ħaddiema u forsi oħrajn li ġejjin wara.", "Jiena hawnhekk nistaqsi: Dawn l-istess ħaddiema kienu juru l-istess animu u jħallsu għal ħaddieħor(", "Mr. Speaker, minn fuq li tara dan, l-Oppożizzjoni trid tieħu mileage politiku biex tiddefendi lill-ħaddiema tat-tarzna u dan meta għada l-poplu kollu se jkollu jħallas għal dan it-telf.", "Forsi l-oppożizzjoni trid tivvota kontra dan il-ftehim.", "Hawnhekk ta' min igħid li l-unions igergru u jiġġieldu għaż-żieda fil-paga.", "Mela sewwa minn banda trid iż-żieda fl- impiegi żgurati u tagħmel hekk biex forsi tieħu xi erba' ħames sigħat xogħol kuljum u l-poplu kollu jrid jaħdem tmien sigħat xogħol biex inħallsu għal dak kollu.", "Naħseb li l-oppożizzjoni jmissha tkun mal-gvern f'din il-kwestjoni u tgħid li veru qatt ma sar xejn u issa għandna nagħtuhom flimkien l-aħħar cċans.", "Din hija ażjenda li jkun aħjar jekk tkun magħluqa milli miftuħa, imma le, għandna gvern twajjeb u li veru jħobb il-ħaddiem u minflok qalilhom biex imorru jaraw x'se jagħmlu għax xeba' jħallas għalxejn u xeba' jagħmel it- taxxi, kontra kull loġika kummerċjali ried isalva 2,600 impjieg u lill- familji tagħhom.", "Dan huwa pass li għandu jġib miegħu tifħir u mhux kritika u protesti.", "Hawnhekk ta' min igħid li forsi huwa veru li l-Ewropa diġa' bdiet tagħmel il-ġid bla ma nafu.", "Il-gvern mhux talli ma kienx on holiday iżda kien qed jaħseb u jaħdem fuq dawn l-affarijiet kolha f'salt.", "Hemm iżjed deċiżjonijiet bħal dawn, u ibqa' ċert li meta nressquhom aħna se niġu kkritikati għax ngħaġġlu.", "Tajjeb, l-ewwel niġu kritikati għax reqdin u issa għax ngħaġġlu.", "Mr. Speaker, x'inhu l-punt kruċjali li rrid nenfasizza fuqu( Il-poplu xeba' jħallas għal ħaddieħor.", "Irridu naraw li dawn l-ażjendi minn fuq s'isfel jagħtu rendikont lill-poplu.", "Huwa tajjeb ikollok chairmen u diretturi mħallsa flus tajba, jkollhom il-mobile phones u x-xufier u jsiefru bla ma jkunu accountable, tajjeb li jkollok il-ħaddiem li jkollu kollox, iżda kulħadd irid jagħti sehmu.", "Jiena ngħid li gvern u oppożizzjoni għandna nieħdu din l-opportunita` biex nagħtu sinjal li l-affarijet f'Malta jridu jitranġaw biex wara kollox il-Maltin igawdu.", "Ejja nagħtu messaġġ wieħed lill-poplu, messaġġ responsabbli b'vuċi waħda u ngħidu: Inti trid tagħtini ġurnata xogħol għal paga li nagħtik.", "Fl-aħħarnett nitlob li meta niġu għal vot, dan il-vot ikun wieħed favur b'mod unanimu.", "Grazzi.", "Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Stefan Buontempo.", "ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO: Mr Speaker, dan l-abbozz li għandna quddiemna llum huwa wieħed qasir imma kif qal il-kollega tiegħi l-Ministru Austin Gatt huwa abbozz sinifikanti ħafna.", "L-Onor.", "Gatt qal li wara taħdiddiet twal mal-GWU wasalna fi ftehim li jitwaqqfu żewġ kumpanniji, il-Malta Shipyards Limited u l-Malta Industrial Projects and Services Limited.", "Qabel ma nitkellem fuq dan il-collective agreement nixtieq nagħmel punt importanti li mhux minnu li t-taħdidiet kienu mal-GWU biss imma kien hemm taħdidiet anke ma' l-Unjoni Ewropea għax dan il-pakkett li qegħdin niddiskutu llum huwa dak li trid l-Unjoni Ewropea.", "Huwa fatt magħruf li biex jitwettaq il-pjan ta' ristrutturazzjoni tat-tarznari se jitwaqqfu dawn iż-żewġ kumpanniji ġodda.", "Skond il-gvern Nazzjonalista, dan qed isir biex jiġu salvati l-impjiegi tal-ħaddiema u l-industrija tingħata ċ-ċans li toħroġ mill-istat ta' falliment li tinstab fiha.", "Mhux hekk biss, imma dan kollu qed isir ukoll biex issir re-organisation amministrattiva ta' l- operat kollu b'mod li ma jkunx hemm il-bżonn li jiġu dikjarati sensji.", "Kif jaf kulħadd, il-ħaddiema se jitqassmu f'żewġ gruppi, l-ewwel grupp jiġi assorbit mill-kumpannija li se tkun dedikata għax-xogħol ta' tiswija ta' vapuri u ta' l-azzar filwaqt li t-tieni grupp se jassorbi lil dawk il- ħaddiema li m'humiex kapaċi jkomplu jaħdmu fit-tarzna.", "GĦalkemm dawn ukoll huma nies tas-sengħa, qed tingħata l-impressjoni li dawn m'humiex kapaċi għat-tarzna u dawn se jingħataw jew post mal-gvern jew ma' entitajiet tal- gvern bħall-kunsilli lokali jew mal-privat.", "Dan il-ftehim huwa parti minn proċess ta' restructuring li dan il-gvern jgħid li qed jimpenja ruħu li jwettaq għall-ġid ta' pajjiżna, għall-ġid ta' l-industrija u għall-ġid tal- ħaddiema infushom.", "Insomma, skond il-gvern dan huwa ftehim li sar għall-ġid ta' kulħadd, imma naħseb kieku tistaqsi lil dawk il-ħaddiema li qabel l-elezzjoni ġenerali l- Partit Nazzjonalista wegħdhom ix-xogħol, il-ġid u s-serjeta` ma tantx se jgħidulek li huma kuntenti.", "U ma naħsibx li huma kuntenti għaliex kulma qed joffrilhom illum il-partit Nazzjonalista fil-gvern hi l-iskema ta' l- irtirar.", "Illum lil dawn id-900 ħaddiem qed joffrilhom biex jirtiraw u ma jkomplux jaħdmu.", "Personalment ma naħsibx li tkun qed toffrilu wisq ġid u serjeta` meta minflok toffrilu xogħol lil dak li jkun toffrilu biex jieqaf u jirtira.", "Il-bniedem huwa maħluq biex jaħdem u jħossu utli u mhux mormi, minsi u iżolat.", "Mr. Speaker, għall-Viċi Prim Ministru, biex tiġi ristrutturata t-tarzna m'huwiex biżżejjed li jintrebaħ xogħol ta' valur miżjud qawwi imma jrid li jkun hemm sforz biex tiżdied il-produttivita`, tiżdied l-effiċjenza, tinqata' l-ħela u jsir l-aħjar u l-aqwa użu tar-riżorsi umani.", "U hawn ta' min wieħed jistaqsi jekk meta noffru dawn l-iskemi ta' irtirar inkunux qed nagħmlu l-aqwa u l-aħjar użu tar-riżorsi umani.", "Minflok japprezza s-snajja' u s-sagrifiċċji li jkun għamel ħaddiem biex jakkwista dik is-sengħa li biha jiggwadanja hu u jibbenefika l-pajjiż inġenerali, il-gvern tal-partit Nazzjonalista qed jarmi kollox inkluż l-investimenti li saru mill-poplu Malti u GĦawdxi fil-passat.", "Dan huwa ħażin speċjalment fiż-żmien tal-lum li s-snajja' qed jonqsu.", "Mr. Speaker, irrid ngħid li jiena naqbel perfettament biex fit-tarznari l- affarijiet jinbidlu b'mod radikali trid tiżdied il-produttivita` u tiżdied l-effiċjenza.", "Huwa tajjeb li nġibu x-xogħol lejn it-tarzna u ndaħħlu prattiċi tax-xogħol mibnija fuq il-flessibbilta`, fuq l-effiċjenza u fuq il- produttivita`.", "Skond dak li ntqal, il-Malta Shipyards Limited, li prattikament ħadet ix-xogħol ta-tarzna, se jkollha magħha 1,700 ħaddiem.", "U hawnhekk nieħu din l-okkażjoni biex verament nifraħ lil dawn il-ħaddiema għal din l-opportunita` li għandhom li jkomplu jaħdmu fit-tarzna.", "Hawn irrid ngħid li anke lil dawn l-1,700 ruħ li se jibqgħu t-tarzna, l- viċi Prim Ministru ħass li għandu jikkritikahom.", "Fl-istqarrija ministerjali li għamel qalilhom - u hawn inħoss li daħħal il-ħaddiema kollha fl-istess keffa - biex ibiddlu l-kultura, il-mentalita` u l-prattiċi ta' xogħol li ħadmu bihom sal-lum.", "Jiena ma nistax nifhem kif dan il-gvern li tant jiftaħar li għandu għal qalbu l-interessi tal-ħaddiema jitkellem b'dan il- mod fuq il-ħaddiema.", "Mhux hekk biss, l-istqarrija ministerjali tgħid li t- twettiq ta' dawn il-prattiċi ġodda tax-xogħol se jkunu s-sinsla wara r- ristrutturar tat-tarzna.", "Jekk jitwettqu b'suċċess u bil-koperazzjoni tal- ħaddiema kollha tat-tarzna mill-kbir saż-żgħir, allura t-tarzna se tkun tista' tirpilja.", "Skond esperti kollox jiddependi fuq kemm-il ħaddiema se jifhmu li dan huwa ċans uniku u irrepetibbli.", "Dan ifisser li l-pressure biex it-tarzna terġa' tiġi fuq saqajha issa qegħda kollha f'idejn dawn il- ħaddiema.", "Dan ifisser li l-gvern qed juri minn qabel li jekk jekk it-tarzna ma tqumx fuq saqajha, dan se jkun it-tort tal-ħaddiema u jekk tqum fuq saqajha, il-grazzi u l-prosit jieħdu dan il-gvern għall-impenn li kellu lejn it-tarzna.", "Mr. Speaker, nixtieq issa nitkellem fuq dawk il-ħaddiema li ma kenux fost dawk li ntgħażlu biex jibqgħu fl-impjieg tagħhom u għandhom għażla x'jagħmlu, jiġifieri dawk li se jkunu mal-kumpanija Industrial Projects and Services Limited.", "Kif jaf kulħadd, qed isiru ħafna allegazzjonijiet ta' nuqqasijiet serji fil-mod kif saret l-għażla.", "Kulħadd jaf li l-GWU qed tallega li kien hemm diskriminazzjoni politika fl-għażla.", "Anke min-naħa ta' l-oppożizzjoni qed ngħidu li kien hemm diskriminazzjoni poliitka u f'xi każijiet ukoll kien hemm nepotiżmu.", "L-oppożizzjoni Laburista għandha kull dritt tkun imħassba dwar kif saru l-affarijiet partikolarment dwar kif saret l-għażla tal-ħaddiema li għandhom jew m'għandhomx jibqgħu fis-settur tat-tarzni.", "Jiena nħoss li l-gvern għandu jagħmel inkjesta indipendenti fuq il-mod kif sar il-proċess ta' l-għażla.", "L-għażla saret b'mod skandaluż, għalhekk bħal sħabi qed nissuġġerixxi li l-gvern jagħmel inkjesta serja jew imur oltre, li l-ħaddiema li qed iħossu li saret inġustizzja magħhom jingħaqdu flimkien jiktbu lill-Unjoni Ewropea u jgħidulhom kif qed jaħdem il-gvern mal-ħaddiema tat-tarzna.", "Jien minn hawnhekk qed noffri l-id ta' l- għajnuna biex forsi ssir petizzjoni - anzi nissuġġerixxi li ssir – li mbagħad tiġi mressqa quddiem il-parlament Ewropew.", "Sur President, xejn ma jagħmel sens f'dan il-pajjiż.", "Filwaqt li l-gvern qed jagħmel ħiltu biex jgħolli l-eta' ta' l-irtirar għal 65 sena, lill-ħaddiema tat-Tarzna qed jgħidilhom li anke jekk għandhom 40 sena, m'hemm l-ebda problemi biex jirtiraw.", "Illum nafu li diġa' hemm 200 li għażlu li jirtiraw, jiġifieri addio s-sengħa li tkun tgħallimt, u dan kollu meta nafu kemm illum aktar minn qatt qabel is-snajja huma skarsi f'dan il-pajjiż.", "Minflok nibżgħu għan-nies tas-sengħa nagħtuhom somma flus biex ma jkomplux jaħdmu, u dan kollu wara li jien u l-poplu Malti u Għawdxi ħallasna l-flus biex investejna f'nies tas-snajja.", "Ħaġa oħra li ma tagħmilx sens hi li l-gvern Nazzjonalista jgħid li mal- gvern hemm ħafna nies żejda – u dan kulħadd jafu, għax regolarment nisimgħu dwar kemm hemm nies żejda - imbagħad f'nifs ieħor jgħid li l-ħaddiema tat- tarzna għandhom post jistennihom mal-gvern jew mal-kunsilli lokali.", "Mr Speaker, nixtieq nistaqsi wkoll jekk huwiex veru li meta saret l- assessment kien hemm ħaddiema li ma kenux jaħdmu d-dockyard u wħud minn dawn intagħżlu li jibqgħu d-dockyard.", "Huwa veru li hemm ħaddiema li m'għandhomx l-esperjenza meħtieġa pero' ġew magħżula biex jibqgħu jaħdmu hemmhekk?", "Jista' l-gvern jagħtina l-garanzija li bix-xoljiment li qed isir u t-twaqqif taż-żewġ kumpanniji it-tarzna se tkun vijabbli?", "Nixtieq li xi ħadd min-naħa tal-gvern jirrispondi għal dawn it-tliet domandi.", "Irrid ngħid ukoll li d-deċiżjoni li ħa l-gvern vis-a-vis il-ħaddiema li m'għandux bżonn għat-tarzna tfisser mhux biss tbatija għall-individwu imma wkoll tbatija kbira għall-familji tagħhom ukoll speċjalment f'dawn iż- żmenijiet ta' kriżi.", "Se jintremew diversi ħiliet tal-ħaddiema tat-tarzni li faċilment setgħu b'għaqal kbir ġew trasmessi lil diversi żgħażagħ li llum m'għandhomx dawn il-ħiliet.", "Il-gvern Nazzjonalista, bħal dejjem, qed ikompli jonqos milli jipproteġi lin-nies tax-xogħol.", "Illum f'pajjiżna ninsabu għaddejin minn żmenijiet ta' kriżi.", "Illum f'dan il-pajjiż għandna xita ta' sensji u ċifri ta' qagħad li jwerwruk.", "Illum wasalna f'sitwazzjoni fejn anke l-aqwa industrija tal-pajjiż tinsab fi kriżi serjissima u l-biċċa l-kbira tat-tort għal dan kollu huwa tal-gvern Nazzjonalista.", "Illum, Sur President, il-pajjiż qed jitmexxa mingħajr ir-ruħ soċjali.", "Anke dan il-ftehim stess jagħti prova li dan il-gvern m'għandux ruħ soċjali.", "Gvern għaqli kien iżomm lil kulħadd u mhux jivvinta l-iskemi ta' l-irtirar.", "F'dawn is-snajja hemm post għal kulħadd, il-gvern Nazzjonalista messu kompla fuq il-pjan tal-partit Laburista meta kien fil- gvern.", "Sur President, kulħadd jiftakar fil-qagħda ħażina li kienet fiha t-tarzna fis-sittinijiet.", "Din kienet ta' piż kbir fuq il-poplu, pero' meta fl-1971 il-partit Laburista mmexxi mill-Perit Mintoff ħa l-gvern, kien hemm bidla radikali u din l-intrapriża bdiet timxi 'l quddiem.", "Bejn is-snin 1970 u 1971 it-Tarzna tilfet madwar Lm3 miljun, u b'kollox bejn l-1968 u l-1973 it- telf laħaq għal madwar Lm11-il miljun.", "Malli bdiet timxi fuq linji verament kummerċjali, jiġifieri bejn l-1973 u l-1974, il-qligħ kiber minn Lm0.5 miljun fl-1974 u 1975 għal madwar Lm0.75 miljun fl-1975 u l-1976.", "Dak iż- żmien kien spiċċa l-piż minn fuq il-poplu Malti u l-ħaddiema tat-tarzna gawdew aktar mill-paga.", "Għall-ewwel darba wkoll bdew jgħinu lill-poplu Malti u Għawdxi.", "Dak iż-żmien il-partit Laburista fil-gvern mill-ewwel ħass il-ħtieġa li jdaħħal il-ħaddiema fit-tmexxija tat-Tarzna ħalli din tqum fuq saqajha.", "Għall-bidu t-tarzna kienet immexxija minn bord magħmul minn rappreżentanti tal-GWU u tal-gvern.", "Qed ngħid dan biex il-poplu Malti nfakkru minn xiex għaddiet it-tarzna fis-sebgħinijiet.", "Dan kollu qed ngħidu biex nuri li gvernijiet Laburisti dejjem ħadmu b'serjeta' biex it-tarzna tiġi fuq saqajha.", "It-tarzna minn dejjem kellha l-aqwa ħaddiema fis-settur tat-tiswija tal- vapuri.", "Mhux hekk biss, l-aqwa ħaddiema tas-snajja ħarġu mit-tarzna.", "Iva, gvern wieħed wara l-ieħor sab lill-ħaddiema tat-Tarzna mħarrġa u speċjalizzati fil-qasam tagħhom.", "Il-partit Laburista dejjem emmen li d- dockyard kellha tiddiversifika filwaqt li l-gvern Nazzjonalista qatt ma ħa passi effettivi li bihom seta' jqiegħed it-tarzna fuq saqajha.", "Mill-banda l-oħra, gvern Nazzjonalista m'għamel xejn għat-tarzna ħlief li offra lill-ħaddiema tagħha skemi ta' rtirar.", "Kulħadd jiftakar fl-1989 il- Prim Ministru Dr Fenech Adami kemm ftaħar li dik kienet is-sena tat- tarznari.", "Minn dakinhar għaddew dawn is-snin kollha u għadna niddiskutu l- vijabilita' tat-tarzna.", "Niftakar 14-il sena ilu l-ġurnali Nazzjonalisti kienu ftaħru fuq il-ftehim storiku li kien għamel il-Prim Ministru Fenech Adami mat-tarznari u kienu kkwotaw lill-istess Prim Ministru li qal li fi żmien ħames snin, jiġifieri sa l-1994, it-tarzna tkun qamet fuq saqajha u tibda' tgħin ukoll fil-ġid għan-nazzjon.", "Dak iż-żmien it-tarzna kellha dejn ta' madwar Lm40 miljun.", "Illum wara dik is-sena storika d-dejn tela' għal Lm300 miljun.", "Dan kollu taħt gvern immexxi mill-partit Nazzjonalista.", "Mr. Speaker, fl-opinjoni tiegħi l-partit Nazzjonalista kellu aġenda moħibija.", "Lit-tarzna rnexxielu jġibha verament għarkobbtejha, u dan barra li issa qed jifred lill-ħaddiema wkoll.", "Irrid ngħid li gvernijiet Laburisti, wieħed wara l-ieħor, anke bejn l-1996 u l-1998 ħadmu biex tissolva din il-problema.", "L-idea prinċipali tal-gvern Laburista ta' bejn l- 1996 u l-1998 kienet li t-tarzna tiddiversifika x-xogħol tagħha billi aħna nħarsu lejn il-qasam marittimu b'mod integrat.", "L-ewwel idea li li kellha din l-amministrazzjoni kienet li t-tarzna tibda tkun ta' sostenn għall- industriji u għat-turiżmu.", "L-idea kienet li d-drydocks tibda tispeċjalizza fil-konverżjoni tal-cruiseliners lussużi biex waqt li jkun hemm cruiseliner terminal, il-vapuri li jiġu bżonn it-tiswijiet ikollhom drydocks speċjalizzat.", "Anke fuq is-shipbuilding il-ħsieb tal-gvern kien li titbiddel f'estate industrijali.", "Irrid ngħid li bejn l-1996 u l-1998 kelli konnessjoni mat-Tarzna indirettament għax il-ministeru għad-djar kien f'taħdidiet ma' waħda mid- diviżjonijiet tat-tarzna biex hemmhekk jibda jsir xogħol ta' solar energy.", "L-iskop tagħna kien li ma jkollniex aktar ħela fl-elettriku billi nużaw is- solar energy.", "Il-ħsieb tagħna kien mhux li nitfgħu l-ħaddiema 'l barra, imma n-nies tas-sengħa nibżgħu għalihom u nħalluhom jaħdmuSur President, kif nista' jien bħala Laburista u bħala nisrani nisma' ħaddiema mbikkma meta jgħidulek li l-management tagħhom daħak bihom.", "Fl-opinjoni tiegħi l-partit Nazzjonalista qatt ma ħafer lill-ħaddiema tat- tarzna għas-sehem li taw lill-partit Laburista fil-passat.", "Minħabba l- esiġenzi ta' l-Unjoni Ewropea wara s-sena 2008 ma jistgħux jingħataw aktar sussidju.", "Nixtieq inkun naf jekk il-gvern huwiex se jwaqqaf is-sussidju fis-sena 2008 meta nafu li ċerti gvernijiet fi ħdan l-Unjoni Ewropea tawwlu dan il-perijodu ta' sussidju għal sentejn oħra.", "Iva, Mr Speaker, jekk il- gvern hu serju u onest u jixtieq verament li t-tarzna taħdem kellu jagħmel talba għall-estenzjoni ta' sentejn oħra ta' sussidju.", "Illum teżisti realta' ġdida marbuta ma' l-Unjoni Ewropea li jekk ir-restructuring li qed isir ma jirnexxiex, it-tarzna tkun kostretta li tagħlaq.", "Jien inħoss li dan il- paniku kollu tal-gvern fuq it-tarzna huwa minħabba pressjoni qawwija li qiegħda tagħmel l-Unjoni Ewropea.", "Ejjew naraw xi nnegozja l-gvern Nazzjonalista ma' l-Unjoni Ewropea.", "L- ewwelnett kien hemm il-ftehim li l-gvern bejn is-sena 2002 u s-sena 2008 jista' jagħti għajnuna lit-tarzna.", "It-tieni punt kien jinħaffru Lm300 miljun dejn u l-bilanċ ta' Lm119,000 li kien se jingħata għal restructuring.", "Imbagħad wara s-sena 2008 ma tingħata l-ebda għajnuna oħra lill-kumpannija tal-Malta Shipyards Ltd.", "Hemmukoll il-ftehim li l-ħaddiema mal-Malta Shipyards ma jistgħux ikunu aktar minn 1,400 ruħ.", "Mela x'se jiġri mis-500 ħaddiem aktar li se jkunu jaħdmu mal-Malta Shipyards?", "U xi ngħidu għall-baċir Nru. 1 li jrid jingħalaq għal conversion u tiswijiet ta' vapuri għal mill-inqas għaxar snin?", "Dan il-baċir ma jistax jintuża aktar għal kwalunkwe ħaġa li għandha x'taqsam mal-vapuri.", "Kif tista' tara, Sur President, ma kienx il-gvern li nnegozja mal-GWU imma kienet l-Unjoni Ewropea.", "Jidher ċar li l-gvern Nazzjonalista ma kellu l- ebda interess biex iġib aħjar it-tarznari f'pajjiżna.", "Jekk inħafru Lm300 miljun, dawn inħafru għaliex hekk trid l-Unjoni Ewropea.", "Jekk se tingħata għajnuna għar-restructuring, din se tingħata bil-barka ta' l-Unjoni Ewropea.", "Dan il-gvern qed jammetti indirettament il-falliment tiegħu, imma dejjem jagħti l-impressjoni li donnu mhux minnu.", "Ma jimpurta xejn għall- gvern Nazzjonalista li 900 ħaddiem u 900 familja se jispiċċaw bla direzzjoni għall-ħajjithom u ma jkunux jafu x'se jiġri minnhom.", "Ma jimpurta xejn għall-gvern Nazzjonalista li l-fabbriki qed jagħlqu, il- lukandi jagħlqu.", "Fil-każ tat-tarzna huwa stess għamel manuvrar biex jitfa' l-ħaddiema 'l barra.", "Ma jimpurta xejn li jkun hawn eluf li dejjem jiżdiedu li qed ifittxu x-xogħol.", "X'jimpurtah il-gvern mid-dejn u mill-investiment produttiv ġdid?", "Xejn m'hu qed jagħmel il-gvern biex jixpruna l-ekonomija ħalli Malta toħroġ mill-istat ta' stagħġnar li kulħadd jaf li tinsab fih.", "Il-bieraħ is-segretarju ġenerali tal-partit Nazzjonalista Joe Saliba ġie jiftaħar li f'dawn il-ħames snin li ġejjin se jkun hawn 20,000 job ġdid.", "Ma nafx kif dawn in-nies jgħixu f'dan l-ottimiżmu kollu meta naqraw u nisimgħu ta' kuljum kemm qed jagħlqu l-fabbriki u kemm il-problema tal- qagħad qed tikber.", "Il-poplu Malti u Għawdxi jrid ikun attent ħafna għal kull mossa li jagħmel il-gvern Nazzjonalista għaliex naħseb li wara kull mossa hemm aġenda moħbija.", "Qabel ma nagħlaq nixtieq nitkellem fuq baċir Nru. 1 fejn skond il- ftehim l-iżvilupp kummerċjali ta' dan il-baċir ma jibqax responsabbilta' tat-tarzna, imma jittieħed bħala proġett ta' żvilupp nazzjonali.", "Dan għandu jinfilza ruħu mal-proġett aktar wiesa' għar-riġenerazzjoni tal- Kottonera.", "Skond il-gvern is-setturi lokali u internazzjonali għandhom jissottomettu l-proposti tagħhom biex pajjiżna jieħu l-massimu possibbli għall-ġid ta' pajjiżna u ta' l-inħawi tal-Kottonera.", "Jien, bħall-viċi kap tal-partit Nazzjonalista ġej ukoll mill-istess distrett fejn jinstab dan il-baċir.", "Fuq dan il-punt ngħid: Ejjew ma nagħmlux l-istess żbalji li għamilna fil-proġett tal-Kottonera.", "Il-poplu tal-Kottonera ilu jbati żmien twil minn dan il-baċir, issa nafu wkoll li dan il-baċir ilu ma jintuża għal ħafna żmien ukoll.", "Hawnhekk nixtieq nikkwota lil Richard Rogers ta' Riverside ta' l-Ingilterra fejn kien qal li biex teqred perijodu twil ta' telqa u dekadenza hemm bżonn li jkun hemm deal fl-attitudni urbana ħalli l-ibliet jerġgħujsiru għal darba oħra lokalitajiet attraenti fejn wieħed ikun jista' jgħix, jaħdem u jissoċjalizza.", "Baċir 1 huwa fil-qalba tal-Kottonera, jinsab eżattament fin-nofs bejn l- Isla u l-Birgu.", "Hemm bżonn mhux biss bidla fil-ħsieb fuq il-livell tal- lokal iżda jeħtieġ ftit kreattivita' u ħsebijiet plurattivi min-naħa tal- gvern ċentrali.", "Infakkar li l-Kottonera hija l-aktar żona batuta f'pajjiżna.", "Din l-area tal-Kottonera għandha l-akbar numru ta' abitanti li mhux biss jgħixu f'kondizzjoniijet allarmanti ta' djar imma wkoll l-iżjed li jibbenefikaw minn servizzi soċjali.", "Ejjew ma nerġgħux nagħmlu l-istess żbalji li għamilna fil-proġett tal-Kottonera a skapitu tan-nies tal-lokal.", "Dan il-proġett tal-baċir Nru 1 għandna nħarsu lejh holistically mhux separat mill-bqija tal-Kottonera.", "Hemm mijiet ta' djar vojta u abbandunati, djar strutturalment perikolużi li huma abitati, nies li ma jaħdmux, ħafna nies ukoll li jgħixu bis-servizzi soċjali.", "Dawn ma nistgħux ninsewhom f'dan il-kuntest ta' dan il-baċir.", "M'għandniex infittxu li bħas-soltu dan il-proġett nagħmluh biex is-sinjur isir iktar sinjur, b'kondizzjonijiet tajbin, neżentawhom mit-taxxi biex imbagħad ngħidu li dan il-proġett irnexxa.", "Aħna nafu x'ġara fil-proġett tal-Kottonera, nafu kemm hu miexi bil-mod u nafu wkoll li rridu nagħmlu ħilitna biex fil-każ ta' baċir Nru. 1 ma jsirx kif sar f'dan il-proġett.", "Proġett ta' din id-dimensjoni għandu jipprovdi opportunitajiet biex itejjeb it-tessut soċjali tal-Kottonera.", "Sur President, għaliex qed insemmi dan il-baċir?", "Kif jaf ukoll il-Viċi Prim Ministru, fil-Kottonera ilna nistennew dan it- tip ta' proġett tal-baċir Nru. 1.", "Għamilna snin nistennew biex xi darba jaqa' dak il-ħajt ta' dan il-baċir.", "Xi tliet snin ilu t-tarzna kienu wkoll għamlu esebizzjoni fejn il-pubbliku ġenerali seta' jmur u jara u jissuġġerixxi liema proġett jixtieq hu.", "Jien nagħlaq hawnhekk, Sur President.", "Nappella biex fil-każ tal-baċir Nru 1 nagħtu l-ikbar opportunitajiet lin-nies tal-lokal.", "Importanti li ma ninsewx lil dawn in-nies.", "M'għandniex biss noqogħdu niftaħru li issa l-baċir 1 se jkun proġett nazzjonali.", "Nazzjonali jfisser li nagħtu preferenza lin-nies tal-Kottonera, nies li taħt gvern Nazzjonalista dejjem ġew minsija u abbandunati.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Antoine Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI: Mr Speaker, min segwa u għadu jsegwi dawn id-dibattiti fuq din il-liġi jikkonkludi li d-diskorsi li għamlu d-deputati ta' l-oppożizzjoni huwa l-aktar eżempju lampanti ta' xi tfisser demogradija.", "Kull wieħed minnhom beda jagħmel allegazzjonijiet fuq il- partit Nazzjonalista dwar it-tarzna u llum komplejna nisimgħu allegazzjonijiet li juru li dawn ma jafux x'kien ġara fit-tarzna fiż-żmien l-antik.", "Huwa veru li dawk li tkellmu min-naħa l-oħra m'humiex anzjani daqsi, għax kieku kont ngħid li dawn għandhom ċerta amneżija.", "Donnu tan- naħa l-oħra ż-żmien passat ma jiftakrux, u allura jiena bdejt nara għandhomx il-kondizzjoni mentali tad-dementia.", "GĦalihom donnha l-problema tat-tarzna evolviet ruħha meta tela' l-Partit Nazzjonalista fil-gvern u meta sar prim ministru Dr Fenech Adami.", "Min tkellem kien kor wieħed, neħħi kumbinazzjoni llum lill-Onor.", "Buontempo li kellu l-kuraġġ isemmi l-1971.", "U issa niġi għal dak iż-żmien, għaliex jien se ngħid x'kien sar fl-1971.", "Ħadd minnhom ma kien isemmi dawk is-snin li kien hemm il-partit Laburista fil- gvern.", "Il-kwestjoni tat-tarzna m'hijiex kwestjoni ta' meta tela' l-partit Nazzjonalista fil-gvern.", "Il-problema mhux l-Onor.", "Fenech Adami ħoloqha, imma kienet hemm.", "Ta' min igħid ukoll li kien hemm prim ministru soċjalista li kulħadd jaf kif ittratta lill-ħaddiema tat-tarzna.", "Id-deputati Laburisti lanqas naf x'ma qalux hawnhekk.", "Wieħed minnhom qal li biex tifhem lill-ħaddiema tat-tarzna trid tagħmel xi ħames snin taħdem hemm.", "Bdew jgħidu li aħna għajjarna lill-ħaddiema tat-tarzna ħallelin.", "Ieħor qal li se jivvota kontra għaliex din m'hijiex is-soluzzjoni imma madankollu ma ppropona xejn dwar x'għandha tkun is-soluzzjoni.", "Kien hemm ieħor li qal li qed issir diskriminazzjoni politika.", "Irid ikollok wiċċ ma nafx ta' xiex, Mr Speaker, biex issemmi d-diskriminazzjoni politika meta tkun qed titkellem fuq it-tarzna ta' Malta.", "Meta tara l-atteġġjament li ħa l-partit Laburista fuq din il-liġi, tinduna li dawn veru waslu fl-apiċe ta' l-ipokrezija.", "Qed jgħidu ċerti affarijiet biex jippruvaw inessu l-mod kif mexa l-partit Laburista fil-kwestjoni tat-tarzna.", "Mr Speaker, l-Onor.", "Buontempo semma l-1971 u qal li dak iż-żmien it-tarzna kienet sejra tajjeb.", "Dażgur, dak iż-żmien kien hemm prim ministru soċjalista.", "Dak iż-żmien ma kienx prim ministru Nazzjonalista, ma kienx hemm l-Onor.", "Fenech Adami!", "Jiena se nikkwota minn qal f'meeting dan il- prim ministru soċjalista biex naraw min għajjar ħallelin lill-ħaddiema tat- tarzna, jekk hux xi prim ministru Nazzjonalista jew prim ministru Soċjalista.", "Qed nirriferi għall-meeting li kien għamel il-prim ministru soċjalista ta' dak iż-żmien il-Perit Mintoff, fil-15 ta' Marzu, 1973, jiġifieri fi żmien meta skond l-Onor.", "Buontempo d-dockyard kienet sejra tajjeb.", "Ma nafx kemm-il miljun qal li ħallew lill-pajjiż.", "X'qal il-Perit Mintoff dak iż-żmien meta mar jindirizza lill-ħaddiema tat-tarzna fi Pjazza Gavino Gulia f'Bormla?", "Huwa qal dawn il-preċiżi kelmiet:", "\"Malli ndunajt li t-Tarzna ġralha bħal Ġaħan li aktar ma jkollha xogħol aktar titlef flus, għajjatt lill-impjegati kbar u tajthom jagħżlu jew it- Tarzna tiġi dikjarata falluta u tagħlaq jew inkella jkunu lesti li jagħmlu dak li jrid il-gvern biex it-Tarzna tfiq\".", "Imbagħad ikompli .....", "\"Wara mort għand l-uffiċjali tal-General Workers Union u fissirtilhom f'liema sitwazzjoni miżerabbli kienet tinsab fiha t-Tarzna.\".", "Mela l-Onor.", "Buontempo għadu kemm qalilna kemm kienet tajba s-sitwazzjoni dak iż-żmien fit-tarzna u l-prim ministru ta' dak iż-żmien, fl-1973 iddiskriva s-sitwazzjoni tat-tarzna bħala waħda miżerabbli.", "Dan tletin sena ilu, mhux meta kien hemm Fenech Adami fil-gvern jew meta kien hemm il- partit Nazzjonalista fil-gvern!", "Imbagħad il-prim ministru ta' dak iż-żmien kompla hekk:", "\"M'iniex lest li s-salib ngħaddih lill-fqir, lil min hu qiegħed u lil min hu fil-bżonn\".", "Imbagħad lill-ħaddiema indirizzahom hekk:", "\"Issa mhux minn ta' Bailey qed tibilgħu, iżda minn ta' ħutkom, uliedkom u l-ġirien\".", "Dan hu kif prim ministru soċjalista kien jittratta lill-ħaddiema tat- tarzna.", "Wara li għamel paraguni ma' ħaddiema fil-Ġermanja u fi Franza u wara li qal ċertu kliem li mhux xieraq ngħidu hawnhekk, il-Perit Mintoff kompla hekk:", "\"Għat-Tarzna l-gvern mhux lest li joħroġ aktar minn Lm0.5 miljun.", "Il- flus se nagħtuhom liż-żgħir u mhux lill-għażżien u lill-ħalliel.\".", "Dan hu kliem testwali tal-prim ministru soċjalista fl-1973, jiġifieri kien prim ministru Soċjalista u mhux prim ministru Nazzjonalista li għajjar lill- ħaddiema tat-tarzna ħallelin.", "U għalhekk jiena urtajt ruħi meta smajt deputat li għadu żgħir li qal li biex tifhem lill-ħaddiema tat-tarzna trid tagħmel ħames snin taħdem magħhom u li aħna qed ngħajruhom ħallelin.", "Issa jiena qed ngħidlu min għajjarhom ħallelin!", "Jien ngħidilhom li biex tifhem lill-ħaddiema tat-tarzna u tkun taf minn xiex batew u minn x'ikollhom bżonn m'hemmx għalfejn tmur taħdem it-tarzna. nista' ngħid b'esperjenza personali.", "Fil-karriera professjonali tiegħi ta' tabib fid-distrett li naħdem fih rajt u kkurajt ħaddiema tat-tarzna.", "Jien kemm-il darba bħala tabib kont immur nara xi ħaddiem tat-tarzna, skond l-idea professjonali tiegħi nara li jkollu bżonn xi jumejn jew tliet ijiem ma jmurx għax xogħol, imbagħad jiġi t-tabib tat-tarzna u jgħidlu li l-għada jrid imur għax- xogħol.", "Issa ta' min igħid li t-tobba tat-tarzna ma kenux nazzjonalisti.", "Dak huwa r-rispett li għandhom lejn id-dinjita' tal-ħaddiema tat-tarzna, Mr Speaker, u dan qed ngħidu biex hawnhekk ma joqogħdux jiġu tan-naħa l-oħra jilagħbuha tal-qaddisin li jagħmlu kollox għall-ħaddiem.", "Dawn huma inċidenti li ltqajt magħhom jien personalment.", "Għandi quddiem għajnejja każ ta' wieħed minn Ħal-Luqa li jien kont għedtlu biex joqgħod tliet ijiem id- dar, it-tabib tat-tarzna qallu li jrid imur għax-xogħol l-għada, dan mar u kellu jerġa' jidħol ġewwa bi bronkite.", "Mr. Speaker, jien għalhekk nurta ruħi meta nisma' deputat tal-faċċata jgħid li aħna ngħajru lill-ħaddiema tat-tarzna jew li aħna m'għandniex kont tal- ħaddiema tat-tarzna.", "Lill-ħaddiem tat-tarzna tirrispettah mhux billi tparla hawn ġew u billi tgħid li biex tifhem lill-ħaddiem tat-tarzna trid tkun għamilt ħames snin taħdem miegħu.", "Dawn huma ħmerijiet.", "Dawn huma diskorsi li żgur ma jagħmlux unur lil min qalhom.", "Jiena nixtieq inkompli nsemmi kif kienet is-sitwazzjoni tat-tarzna fi-żmien gvernijiet ħalli hawn ġew ħadd ma jaħseb li se joqgħod jiġi jidħak bin-nies billi jgħid li s-sitwazzjoni tat-tarzna kienet tajba dak iż-żmien.", "Fis-16 ta' Ġunju ta' l-1980, jiġifieri wara disa' snin ta' gvern Laburista, id- deputy general manager is-Sur Saviour Brincat ħareġ ċirkolari b'avviż ġenerali li jiena se naqra testwalment ħalli kulħadd ikun jaf fiex kienet it-tarzna u kif kienu jittrattaw lill-ħaddiema tat-Tarzna dak iż-żmien.", "Is- Sur Brincat kien qal hekk:", "\"Avviż ġenerali li nħareġ nhar il-Ġimgħa 13 ta' Ġunju dwar il-miżuri li qegħdin jiġu mdaħħla b'effett immedjat ħalli tiġi megħluba l-problema ta' telf din is-sena.\".", "Altru kienet florida t-tarzna dak iż-żmien, Mr Speaker!", "L-avviż ġenerali kien jgħid:", "\"F'laqgħa li nżammet bejn il-prim ministru u l-membri kollha tal- kumitati tax-xogħol, shop stewards tat-taqsimiet, il-management, il- kunsill u l-uffiċjali ta' l-union nhar l-Erbgħa 9 ta' Ġunju, 1980, ġiet mistħarrġa l-qagħda tat-Tarzna u l-miżuri li jridu jittieħdu biex negħlbu l-problema.", "B'hekk nevitaw telf possibbli ta' Lm1.5 miljun għal din is-sena u t-Tarzna tkun kapaċi tilqa' spejjeż kurrenti fosthom talbiet pendenti ta' l-union.", "Il-laqgħa kellha quddiemha l-proposta li fit-Tarzna jiddaħħlu b'effett immedjat dawn il-miżuri miftiehma minn qabel bejn il-partijiet konċernati:", "1) tispiċċa kompletament is-sistema tal-light duty.", "2) jieqaf l-overbanning nies indiretti li m'humiex neċessarji.", "3) isir kontroll strett għall-allokazzjoni ta' l-allowances u biex dan isir possibbli l-ħlas ta' l-allowances jibda jsir wara t-tieni pagamenti li nkunu se naħdmu.", "4) Isiru restrizzjonijiet fuq is-sahra mhux siewa għall-produttivita' kemm dawk li huma staff u production department.", "5) Qtugħ mill-paga immedjata, multa bħala dixxiplina għal dawk li ma jinstabux fuq ix-xogħol.", "6) Jiġi kontrollat l-abbuż fis-sick leave li jinkludu sensja.", "5) Ikun hemm aktar flessibilita' bejn is-snajja u s-sections.", "6) Tiġi ntrodotta s-sistema tad-Dockyard.", "7) 25% tal-leave bil-ħlas jiġi ppjanat mill-management li jkopri perijodi meta jkun hemm nuqqas ta' xogħol.", "8) Isir aktar kontroll tal-materjal.", "Dan huwa avviż ġenerali ffirmat mis-Sur Saviour Brincat, deputy manager tat- tarzna.", "Dik kienet s-sitwazzjoni tat-tarzna ta' dak iż-żmien, Mr Speaker.", "U dan kollu qed ngħidu għax ma jistax ikun li hawn ġew jitħallew għaddejjin ċerti allegazzjonijiet.", "Jien inkompli ngħid li fid-diskors li kien għamel il-prim ministru soċjalista ta' dak iż-żmien kien qalilhom ċar u tond li meta jkun meħtieġ, il-ħaddiema tat-tarzna jaħdmu s-sahra bla ħlas.", "Imbagħad jiġu hawnhekk u jgħidulna fuq il-kondizzjonijiet li aħna rridu nagħmlu t- tarzna!", "Illum il-Kap ta' l-Oppożizzjoni qal li għall-partit Nazzjonalista t-tarzna hija qrada li jrid jeqridha.", "Meta jkollok qrada naturalment l-aħjar ħaġa hi li tneħħiha.", "L-Onor.", "Buontempo qal li għandna aġenda moħbija.", "Issa wasalna f'din ukoll, li hemm aġenda moħbija għat-Tarzna.", "Jiena għalhekk għedt li dawn jew veru qed jinsew x'sar fit-tarzna taħt il-gvernijiet Laburisti jew inkella, kif diġa' għedt dawn huma nies li f'dawn id-diskorsi jaħsbu li se jipperswadu lin-nies.", "Nixtieq ngħid ukoll li l-ftehim dwar it-tarznari ffirmatu l-GWU, l-istess union ftit ġranet wara, kważi kienet ewforika wkoll dwar dan il-ftehim.", "Wara dan inqala' dan l-intopp tad-900 ħaddiem u ppruvaw jaqbdu miegħu biex jippruvaw li l-GWU tgħid li qed taqbeż għall-ħaddiema.", "Il-GWU kienet kuntenta bil-ftehim u jiena ma nafx għaliex issa qed tieħu din il- pożizzjoni.", "Dawn huma d-domandi li jridu jirrispondu lill-ħaddiema, u mhux taparsi jmorru jiddefenduhom fit-toroq u l-qorti biex juru kemm huma favur il-ħaddiema.", "Il-GWU, flimkien mal-gvern u l-management approvat il-ftehim li kien hemm u issa m'għandha ebda dritt tieħu dan l-atteġġjament.", "Għaliex qed jgħidu li kien hemm diskriminazzjoni u abbuż jew ċerti affarijiet li ma kellhomx isiru fl-għażla tad-900 ħaddiem, allura qed jeħel il-gvern u qed jiġu b'dan l-atteġġament amke hawn ġew.", "Jien naħseb li dan m'huwiex atteġġament li wieħed għandu jiġġustifika hawn ġew, Mr Speaker.", "Saħansitra lllum il-Kap ta' l-Oppożizzjoni qal li saret diskriminazzjoni politika fil-mod kif intagħżlu dawn id-900 ħaddiem.", "Jiena naħseb li jkun aħjar kieku l-partit Laburista qatt ma jsemmi l-kelma \"diskriminazzjoni\" l-aktar vis-a-vis t-tarzna, għaliex jekk kien hawn industrija jew post fejn saret diskriminazzjoni politika fi żmien gvernijiet laburisti, dan il-post żgur li huwa t-tarzna.", "Imma possibbli dawn jinsew x'sar fi żmienhom kontra ċerti ħaddiema li kellhom dritt jaħdmu bħal ħaddieħor.", "Insew mil-liema kalvarju kienu jgħaddu ħaddiema nazzjonalisti?", "U hawn mhux qed nirreferi biss għal telf ta' promotions imma l-aktar għas-swat li kienu jagħtuhom hemm ġew.", "Imbagħad tiġi hawnhekk u tisma' lid-deputati tan-naħa l-oħra jsemmu d-diskriminazzjoni politika fir- rigward tat-tarzna!", "Jekk kien hemm diskriminazzjoni politika fl-għażla ta' dawn id-900 ħaddiem jien żgur m'iniex favoriha imma meta jiġu hawnhekk jitfgħulek din l- allegazzjoni qisu l-gvern Nazzjonalista għażel lil dawn id-900 bilfors tirreaġixxi.", "Forsi kif diġa' għedt, hemm żgħażagħ deputati tan-naħa l-oħra li ma jiftakrux minn xiex għadda l-ħaddiem tat-tarzna.", "Jien qatt kemm ili hawn ġew ma semmejt nies, pero' llum se nsemmi bniedem biex nuri minn xiex għaddew ċerti nazzjonalisti.", "Jien għandi mhux canvasser, imma ħabib intimu li issa qiegħed bil-pensjoni.", "Dan huwa bniedem li ħadem hemm ġew, bniedem li qatt ma beża' li jgħid li hu nazzjonalist, pero' għax tkun nazzjonalist hemm ġew tissawwat.", "Hawn qed nirreferi għal Leli Saliba u b'mod professjonali jiena nista' ngħid li għadu jbati bis-swat u minn dak li għamlulu hemm ġew.", "Tan-naħa l-oħra qabel kienu jsemmu l-aristokrazija tal-ħaddiema.", "Dawn kollha kienu jiftaħru bihom.", "Anke llum, proprju llum mingħajr ma nduna l- Onor. Buontempo spiċċa d-diskors tiegħu billi qal li l-partit Nazzjonalista ma jridx jaħfer lill-ħaddiema tat-tarzna tas-sehem li taw lill-partit Laburista fil-passat.", "L-Onor.", "Buontempo staqsa min għamel il- partiġġjaniżmu politiku fit-Tarzna.", "Allura ħadd minnhom ma semma li wieħed mill-fatturi importanti li ġegħlu lit-Tarzna tibqa' sejra lura importanti kien il-fattur politiku?", "Jien mhux se nsemmi l-istrikes li kienu jagħmlu anke fi żmien Dr. Borg Olivier.", "Kulħadd jiftakru dak l-istrike fuq is-sahra seba' xhur qabel l- elezzjoni.", "Dak forsi l-iktar antik, imma kulħadd jiftakar il-pożizzjoni li dejjem ħalla l-partit Laburista.", "X'kienu jagħmlu fit-tarzna, Mr Speaker!", "U allura kif tiġi hawn ġew u tgħid li se tivvota kontra din il-liġi għaliex m'hemmx trasparenza fil-mod kif intgħażlu dawn id-900 ruħ!?", "Deputat minnhom b'mod sottili qalha ċar u tond li mill-informazzjoni li għandu jirriżulta li kien hemm żgur diskriminazzjoni politika fl-għażla ta' dawn id-900 ruħ.", "Wara kollox il-GWU ffirmat ftehim u ħalliet f'idejn il-management biex jagħżel.", "Il-gvern ma daħalx fiha din.", "Allura kif tagħmel cavallo di battaglia kontra din il-liġi fuq il-kwestjoni tad-900 ħaddiem?", "Kieku ma nqalax dan l-intopp tad-900 ħaddiem x'atteġjament kien jieħu l-partit Laburista fuq din il-liġi?", "U għalhekk wieħed irid jara b'liema onesta' qed jitkellmu hawn ġew.", "Għalhekk jien ma nistax naċċetta l-allegazzjonijiet li jagħmlu n-naħa l-oħra.", "Tan-naħa l-oħra qed jippruvaw jitfgħu t-tort fuqna.", "Mr. Speaker, il-kwestjoni tat-tarzna ilha ġejja ħafna.", "Saħansitra rajna x'atteġġjament kien jieħu l-prim ministru ta' dak iż-żmien il-Perit Mintoff.", "Rajna kif kien jittratta lill-ħaddiema tat-tarzna.", "U allura ejjew f'ġieħ il-ħaqq u s-sewwa ma ngħidux ċerti affarijiet!", "Wieħed mid-deputati Laburista qalilna li din ma kenitx l-aħjar soluzzjoni.", "X'inhi l-aħjar soluzzjoni?", "Fejn kienet l-aħjar soluzzjoni?", "Faċli tgħid hekk imma ħadd minnhom ma qal x'għandha tkun is-soluzzjoni.", "Jien, Mr Speaker, m'inix wieħed minn dawk li għax ħaġa għamilha l-partit tiegħi jew il-gvern tiegħi ngħid li kollox tajjeb, imma ma jistax ikun li tan-naħa l-oħra jibqgħu japprofittaw ruħhom.", "Nerġa' ngħid li kieku ma nqagħletx din l-affari tad- 900 ħaddiem kieku naħseb li tliet kwarti ta' l-argumenti tagħhom kien jaqgħu.", "Tan-naħa l-oħra qabdu fuq dan il-karru u qed jipprovaw jieħdu mileage politiku minnu.", "Jien ma nagħtix tort lil dawk il-ħaddiema li ntlaqtu ħażin għax kulħadd għandu l-familja tiegħu, u jekk ħaddiem li spiċċa dehrlu li kellu jinżamm jaħdem fit-tarzna naħseb li huwa iddispjaċut, pero' hemm mod kif taġixxi u hemm mod kif tipprova tattribwiha lill-gvern talli ġara.", "Jiena għalhekk fil-bidu għedt li l-maġġoranza, biex ma ngħidx it-totalita' tad-diskorsi tad-deputati Laburisti kienu l-akbar xempju ta' kif tiġi espressa d-demogradija.", "Dawn huma diskorsi li ma kenux denji li jingħadu hawn ġew.", "Mod kif wieħed jgħid li ma jaqbilx ma' din il- liġi huwa li joffri s-soluzzjonijiet tiegħu u mhux billi jgħid li l-gvern Nazzjonalista għandu aġenda moħbija vis-a-vis t-tarzna.", "Saħansitra ntqal li l-gvern Nazzjonalista qed jagħmel dan kollu bħala l- ewwel pass biex 'il quddiem jagħlaq it-tarznari.", "Rajna min irid jagħlaq it- tarznari, Mr Speaker.", "Jiena ma ngħidx li l-partit nazzjonalista qed jagħmel jew għamel kollox tajjeb, imma qed jagħmel mill-aħjar li jista' fiċ- ċirkostanzi preżenti ħalli kemm jista' jkun l-ewwelnett jipprova jġib it- tarzna fuq saqajha, barra minn hekk - u dan huwa mportanti għalina li se nivvotaw hawnhekk - li kemm jista' jkun il-ħaddiema ma jbatux.", "Li kieku jkun hemm veru każi li kien hemm inġustizzji lampanti fl-għażla ta' dawk id- 900 jien ngħid li hemm bżonn li wieħed jara x'jista' jsir, imma li tiġi tgħid li fl-għażla ta' dawk id-900 kien hemm diskriminazzjoni politika jiena żgur li ma nasalx biex nammettiha.", "Jiena nagħmel enfasi fuq il-fatt li l-ebda deputat laburista m'għandu jkollu l-ardir li jiġi jitkellem fuq id-diskriminazzjoni politika fit-tarzna, għax kulħadd jaf il-ħaddiem nazzjonalist hemmhekk minn xiex għadda taħt gvern Laburista.", "Qed nerġa' nagħmel enfasi fuq dan ħalli nfakkar f'ċerti żmenijiet li mhux faċli wieħed jinsihom.", "U jiena ngħid hemm ħafna u ħafna ħaddiema nazzjonalisti wkoll li huma muġugħin bid-deċiżjonijiet li ttieħdu taħt gvernijiet laburista ta' l- antik.", "Dan huwa l-passat tat-tarzna, Mr Speaker.", "Il-problema tat-tarzna tibdiha mill-1996 meta l-kap ta' l-oppożizzjoni ħa l-gvern u qal li se jipprova jirranġa s-sitwazzjoni hemmhekk.", "Ilha ġejja u baqgħet ġejja u allura wieħed irid jara l-perspettiva kollha minn mindu bdiet s'issa.", "Il-partit Nazzjonalista fil-gvern ipprova dejjem jagħmel l-aħjar fil-qasam soċjali.", "Difetti għandu kulħadd, imma żgur li m'aħniex ipokriti.", "Żgur li dak li għamilna m'għamilnihx b'ipokrezija u ma jagħmilx sew min jiġi jitkellem hawnhekk b'ċertu mod biex inessi l-affarijiet li saru taħt gvernijiet soċjalista.", "Mr Speaker, f'din il-kwestjoni m'għandniex noqogħdu ndaħħlu l-Ewropa.", "Il- problema tat-tarzna ilha ġejja.", "Din ma nibtitx issa għax se nidħlu fl- Unjoni Ewropea.", "Xi darba riedet tissolva, imma naturalment kulħadd jixtieq li din tkun solvuta mingħajr ma jkun hemm tbatija fuq numru ta' ħaddiema.", "Biż-żmien ċerti nies jista' jerġa' jkollhom fiduċja f'dak li sar.", "Mr. Speaker, nerġa' ntenni li mhux ġust li l-union qablet fuq dak il-ftehim u ffirmatu u dehret kuntenta bl-atteġġjament li ħadet u issa daret kontra għax inqala' dan l-intopp tad-900 ħaddiem li ntgħażlu biex imorru fl- industrija li se tinfetaħ minflok jinżammu fit-tarzna.", "Hemm bżonn li l- abjad wieħed jgħidlu abjad u l-iswed jgħidlu iswed, u għalhekk jien iddisgustajt ruħi meta ċerti deputati hawnhekk, li jafu l-passat tal-partit Laburista fil-kwestjoni tat-tarzna, allegaw ċerti affarijiet u tefgħu ċerti dubji fuq ċerti nies li żgur wieħed ma kellux għalfejn jakkużahom.", "Mr Speaker, din hija problema nazzjonali, problema li l-gvern nazzjonalista pprova jsolvi mill-aħjar li seta' bi ftehim mal-union u anke mal- management.", "Żgur li ma jistax ikun li ħadd ma jintlaqat ħażin.", "Jiena nappella lill-Ministru Gatt biex jara jekk forsi jkunx jista' jsir xi ħaġa fil-każ ta' xi ħadd li seta' ntlaqat ħażin, imma nerġa' ngħid li żgur li ħadd min-naħa tagħna ma kellu l-intenzjoni li jweġġa' lil xi ħaddiema tat- tarzna.", "GĦidt u nerġa' ngħid li fil-kwestjoni tat-tarzna, l-partit Nazzjonalista fil-gvern dejjem mexa kif kellu jimxi, dejjem ta l- importanza, dejjem ta l-ġustizzja lill-ħaddiema tat-tarzna, u jien ukoll ġibt paragun ma' kif kien jimxi gvern Soċjalista mal-ħaddiema tat-tarzna.", "Jiena għalhekk ngħid li għandna nivvotaw favur din il-liġi.", "Mr. Speaker, nagħlaq billi ngħid li jiena nemmen li fil-pożizzjoni li qiegħed pajjiżna llum dan hu l-aħjar li seta' jsir f'dan il-każ.", "Nemmen ukoll li l-gvern għandu intenzjoni tajba u żgur li l-poplu Malti mhux se jaċċetta ċerti aġġettivi li tawna min-naħa l-oħra fosthom li għalina t- tarzna hija qrada u li aħna għandna aġenda moħbija.", "GĦalina kull ħaddiem huwa ħaddiem u għandu jkollu d-dinjita' ta' ħaddiem.", "Gvern Nazzjonalista dejjem ta d-dinjita` lill-ħaddiem għaliex wara kollox ix-xogħol hu importanti għall-kull ħaddiem u għall-familja tiegħu.", "Grazzi ħafna.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Carmelo Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Mr Speaker, is-suġġett tat-tarzna huwa suġġett li ilu fuq l-aġenda tal-pajjiż żmien twil u naħseb li bħalma jiġri dwar il- finanzi, anke fuq it-tarznari ż-żewġ naħat m'aħniex naqblu fuq x'soluzzjonijiet għandu jkun hemm.", "U nistgħu nibqgħu nargumentaw fuq iż- żmenijiet passati u ngħaddu l-kummenti wieħed lill-ieħor, għax naħseb li anke f'dan ir-rigward m'aħniex se naqblu.", "Huwa tajjeb li nħarsu ftit lura wkoll ħalli naraw minn xiex għaddejna, pero' aktar minn hekk, importanti li issa nħarsu 'l quddiem.", "Mr. Speaker, jiena nħares lejn il-qasam tat-tarznari bħala qasam importanti ħafna għal pajjiżna pero' li forsi mhux dejjem fhimna l-importanza tiegħu.", "Jista' jkun ukoll li forsi mhux dejjem fhimna biżżejjed l-importanza li t- tarznari għandu jkollhom għal pajjiżna.", "Meta wieħed iħares lejn l-istorja tat-tarznari f'pajjiżna u kif gvernijiet differenti ipprovaw jaffrontaw dan il-qasam, wieħed jista' jara qisu opra li ħafna drabi tagħtik pjaċir f'diversi atti pero' bejn att u ieħor ikun hemm waqfiet pjuttost twal.", "Bejn azzjoni u oħra kien hemm breaks twal li naħseb għamlu ħsara lit-tarznari.", "Dan il-punt għandna nżommuh quddiem għajnejna ż-żewġ naħat tal-Kamra għax naħseb li fl-aħħar mill-aħħar iż-żewġ naħat tal-Kamra konna fil-gvern u allura kellna wkoll ir-responsabbilta' tat-tarznari f'pajjiżna.", "Mr. Speaker, irrid ngħid li gvern Laburista ta' bejn l-1996 u l-1998 kien irċieva bosta kritika għall-ħidma li wettaq għat-tarznari.", "Il-kap ta' l- oppożizzjoni li dak iż-żmien kien prim ministru kien irċieva kritika ħarxa anke minn ċerti ħaddiema fit-tarznari stess.", "Dan għaliex minflok li l- ħaddiema baqgħu jmexxu lilhom infushom, il-bord tat-tarzna nqasam nofs bin- nofs bejn il-ħaddiema u l-gvern.", "Fil-fatt, kulma kien qed jagħmel il-gvern kien li fil-bord ipoġġi nies li hu jħoss li jistgħu jmexxu t-tarzna 'l quddiem u li jirrappreżentaw l-interessi tal-gvern ukoll.", "Wara kollox il- gvern joħroġ il-flus għat-tarznari u ċertament l-interess tiegħu hu li t- tarznari jimxu 'l quddiem anke fl-interess tal-pajjiż.", "Ċertament id-direzzjoni ta' gvern Laburista ta' l-1996 kienet ferm differenti mid-direzzjoni li għandu gvern Nazzjonalista għall-futur tat- tarznari.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Skużani ninterrompik, Onor. Abela, imma sar il-ħin.", "Tibqa' in possession?", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Iva, nibqa' in possession.", "MR SPEAKER: Nitlob lill-Viċi Prim Ministru biex jekk jogħbu jressaq l- aġġornament tal-Kamra.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni kienet interrotta u baqgħet aġġornata.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr. Speaker, qabel inressaq l-aġġornament nixtieq nitlob il-permess tal-Kamra sabiex inressaq mozzjoni mingħajr avviż li tirrigwarda d-dikjarazzjoni finanzjarja.", "MR.", "SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "MOZZJONI DWAR IS-SEDUTA LI FIHA SSIR ID-DIKJARAZZJONI FINANZJARJA GĦAS-SENA 2004", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr. Speaker, nipproponi:-", "Illi fis-seduta li fiha ssir id-Dikjarazzjoni Finanzjarja għas-sena 2004 (Ordni Permanenti Nru 71(3)(a)), din id-Dikjarazzjoni u x-Xogħol li jista' jkun konness magħha jkunu, jekk meħtieġ, eżenti mill-Ordni Permanenti Nru 9 – ħin ta' l-interruzzjoni tax-xogħol - u li d- Dikjarazzjoni tkun ukoll ezenti mill-Ordni Permanenti Nru 49 – limiti ta' żmien għad-diskors - u", "Illi minkejja kull provvedimenti oħra fl-Ordnijiet Permanenti tal-Kamra u minkejja riżoluzzjonijiet oħra approvati mill-Kamra, jekk id- Dikjarazzjoni Finanzjarja ssir il-Ħamis, sew fil-għodu, kif ukoll fil- għaxija, isir biss xogħol tal-Gvern u l-aġġornament ma jitteħidx.", "MR.", "SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nissekonda.", "MR.", "SPEAKER: Il-mistoqsija hi l-mozzjoni kif imressqa u moqrija mill-Viċi Prim Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR LAWRENCE GONZI: Nipproponi l-aġġornament tal-Kamra għal nhar it- Tlieta, 18 ta' Novembru 2003, fid-9.00 a.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Gurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-ristrutturar tat-Tarznari - Tieni Qari (Kont);", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att dwar l-Amministrazzjoni Finanzjarja u l- Verifika – Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili (Emenda Nru 2) - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Reġistru Ċentrali - Tieni Qari; u", "Abbozz ta' Liġi dwar Elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew - Tielet Qari.", "------------------------------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Hawn rimarki?", "L-Onor.", "Anton Refalo.", "ONOR.", "ANTON REFALO: Sur President, qabel nibda bl-intervent tiegħi nixtieq għal darb'oħra ntenni s-solidarjeta` tal-partit Laburista mad-diriġenti tal- każin Astra u mas-soċjeta` filarmonika La Stella minħabba l-ħruq li sofrew fil-bini tagħhom fir-Rabat, Għawdex.", "Fir-Rabat, Għawdex hemm żewġ każini prinċipali u dawn huwa bejta ta' kultura li minnhom joħorġu ħafna opri li huma ta' inspirazzjoni kemm għall- Maltin u kemm għall-Għawdxin u li ċertament taw l-inspirazzjoni biex irħula oħrajn jagħmlu l-baned tagħhom bħal ma ġara fis-Sannat, fiż-Żebbuġ u fl- Għarb.", "Dan hu awgurju tajjeb għall-gzira Għawdxija u hemm bżonn li din il- benniena tal-kultura ta' dawn iż-żewġ każini anke tgħin lit-turiżmu fil- gżira Għawdxija.", "J'Alla li l-każin jiġi rranġat u jiġi aħjar milli kien u jiena persważ li bis-saħħa tas-soċi, dan se jseħħ.", "Ngħaddi issa biex nitkellem fuq il-laqgħa li għamlet il-Gozo Business Chamber dwar it-trasport bejn Malta u Għawdex.", "F'din il-laqgħa kont preżenti inti, Sur President, kont preżenti jiena u kienu preżenti l-membri parlamentari kollha Għawdxin kif ukoll rappreżentanza tajba tas-sindki ta' Għawdex, tal-Gozo Tourism Association u ovvjament tal-Gozo Business Chamber.", "F'din il-laqgħa kien preżenti wkoll il-Ministru Austin Gatt u kulħadd jaf x'ġara imma jiena ma rridx nidħol fl-aspett ta' dak li ġara imma rrid nitkellem fuq it-trasport bejn il-gzejjer u ngħid li minn din il- laqgħa ħarġu żewġ punti importanti.", "L-ewwel punt kien li l-Ministru għal Għawdex ma ġietx ikkonsultata meta tħabbret it-timetable ġdida tal-Gozo Channel – u dan kien anke fuq il-gazzetti - u t-tieni punt hu li l-gvern qiegħed jaħseb bis-serjeta` - u naħseb dalwaqt ifaqqagħha - li jżid in- nollijiet tal-Gozo Channel.", "Il-Ministru ta' Għawdex infurmatna li qegħdin isiru diskussjonijiet bejnha u bejn il-Ministru Austin Gatt biex jaraw kif se jgħollu dawn in-nollijiet tal-Gozo Channel, kemm għall-passiġġieri, għall-vetturi u anke tal-cargo.", "Sur President, il-fatt li l-Ministru għal Għawdex ma kenitx informata bil-bdil fit-timetable u l-fatt li din ma tapprovahiex juri l-mod ħażin ta' kif dan il-gvern qed jamministra l-gżira Għawdxija.", "Il-gvern qed jamministra l-Għawdex minn Malta u qegħdin naraw kif ftit ftit, dak il-poter politiku li qabel kien jamministra lil Għawdex u jagħtih l-ispinta l-quddiem issa qed jispiċċa fix-xejn.", "Kif jista' jkun li l-Ministru ma ġietx ikkonsultata meta din hi parti mill- Kabinett?", "Safejn naf jiena, fil-constitutional law hemm id-duttrina tal- collective responsibility, jiġifieri dak li jagħmel Ministru wieħed hu responsabbli għalih il-Kabinett kollu, u jekk bniedem ma jaqbilx ma dak li għamel il-Kabinett, dan għandu jirreżenja.", "Dan ifisser li jekk il-Ministru ma taqbilx dwar it-timetable, din għandha tirreżenja.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Giovanna Debono ̧ Ministru għal Għawdex.", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO (Ministru għal GĦawdex): Din li qed isemmi l-Onor.", "Refalo, jiġifieri s-shedule il-ġdida, ma kinitx deċiżjoni tal-Kabinett.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Refalo jista' jkompli.", "ONOR.", "ANTON REFALO: Allura din saret mill-Ministru Austin Gatt waħdu?", "Xi ħadd għamilha din!", "Il-Ministru qed tgħid li ma għamlithiex hi.", "Il-Kabinett ma għamilhiex hu, mela minn għamilha?", "Għamilha c-chairman waħdu?", "Ikun tajjeb li din il-Kamra tkun taf min għamel din it-timetable u min approvaha.", "Sur President, meta kont fil-gvern u kienu jagħmlu timetable, din kienu jġibuha għall-approvazzjoni.", "Jiena qed nistaqsi min għamel din it- timetable.", "L-Onor.", "Austin Gatt waħdu?", "Jekk għamilha waħdu, dan għamel ħażin!", "Jiena nikkritikah li għamel ħażin u d-dmir tal-Ministru ta' Għawdex hu li tiqaflu meta jkun se jagħmel il-ħsara lill-Għawdex u l-Għawdxin.", "Ma jistax ikun li l-Ministru Gatt jagħmel affarijiet ħżiena għal Għawdex u ħadd ma jkellmu!", "Dan hu ħażin bħalma kienet deċiżjoni ħażina dwar il- kwestjoni tal-biljetti li jwaħħlu fil-karozzi.", "Jekk ried jagħmel il- biljetti l-Ministru Gatt missu għamilhom fid-distrett tiegħu u mhux ġie Għawdex u għamilhom fi gżiritna!", "Jekk il-Ministru Gatt ried jagħlaq xi dipartiment, missu għalqu fid-distrett tiegħu u mhux ġie jagħlaq il-PBS t'Għawdex biex imbagħad tipprova tmur tkellmu u dan bil-kemm ikellmek.", "Dawn x'affarijiet huma!", "F'Għawdex, il-Ministru t'Għawdex m'għandux poter politiku biex iħares id- drittijiet ta l-Għawdxin u dan hu ħażin.", "Din qed jgħidha kulħadd u ma jistax ikun li nibqgħu sejrin hekk.", "Il-Ministru għal Għawdex kienet tgħajjat tant meta l-partit Laburista għolla l-fares u kienet tgħid tant li malli titla' hi se tagħmel il-hovercraft għaddej il-ħin kollu.", "Issa fejn spiċċaw dawn?", "Fejn hu l-hovercraft?", "Il-Ministru kienet tgħid tant li l- gvern Laburista għamel ħażin li għolla l-fares imma issa xorta se jogħlew taħt gvern Nazzjonalista.", "Allura issa se tħallihom jogħlew?", "Sur President, Għawdex mhux miexi sew u hemm bżonn li mmexxuh sew.", "Jiena għedtha u nerġa ngħidha li l-ebda Malti m'hu sejjer jaħsel wiċċ l-Għawdxi.", "Meta kont immur l-Universita`, għax kont Għawdxi, tgħidx kemm kienu jħarsu lejja b'disprezz.", "Konna f'sitwazzjoni fejn Għawdex kien il-vetrina ta' Malta u mhux il-miżbla ta' Malta kif inhi llum.", "Il-Ministru għal Għawdex qalet li se tagħmel dan il-famuż kunsill reġjonali u ftaħret kemm ġejjin fondi mill-UE imma sal-lum ma rajniex ċenteżmu.", "Għandna Chambrai spiċċut basta l-Ministru kien qal, waqt li konna qed ngħaddu l-liġi fuq il-post, li Chambrai se jsir post biex jattira t-turisti ta' l-upmarket.", "Illum kollox jinsab mitluf u Chambrai spiċċa monument ta' l- inkompetenza tal-gvern Nazzjonalista.", "Hemm ukoll il-parking li qed jagħmlu fejn qed jintużaw ammonti enormi ta' konkrit u ħadd ma hu accountable ta' xejn.", "Lanqas biss nafu kemm hi l-ispiża pero` nafu li din se tiġi tiswa xi ħames darbiet aktar u kieku ma sarx dan il-parking, konna nagħmlu l-car park fir-Rabat li ċertament kien iżjed bżonnjuż minn dak li qed isir issa.", "Jiena ngħid li tajjeb li jkun hemm il-prijoritatjiet f'dawn l-affarijiet.", "Sur President, hemm bżonn li wara daqstant ftaħir dwar kemm ġejjin miljuni, il-Ministru tagħmel dak li wegħdet u tagħmel il-kumitat reġjonali għal Għawdex.", "Ma jistax ikun li l-Ministru għadha ma rrispondietx il- mistoqsijiet parlamentari tiegħi dwar skandlu kbir li seħħ fl-isptar ġenerali ta' Għawdex.", "Hawn qed nirreferi għal dik il-ward li jisimha Sant'Anna.", "Hemmhekk il-gvern ma nefaqx ċenteżmu u l-flus kollha li ntefqu huma ta' l-anzjani għax ittieħdu mill-welfare committee.", "Hemmhekk intefqu Lm0.75 miljun mill-flus ta' l-anzjani tal-welfare committee li ttieħdu u ntefqu bir-radam għand nies ta' l-istess kulur politiku tal-Ministru.", "Jiena nisfida lill-Ministru għal Għawdex biex tagħti rendikont tad-direct orders u x-xogħol li tat lil bażużli nazzjonalisti f'dan il-proġett.", "Dwar dan s'issa għamilt tliet mistoqsijiet parlamentari u l-Ministru ma rrispondietx waħda minnhom.", "Grazzi", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "John Attard Montalto.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Sur President, illum nixtieq nitkellem fuq xi ħaġa ta' importanza nazzjonali.", "Ħafna minna qegħdin nitkellmu fuq l-ambjent industrijali ta' pajjiżna u ftit qed nagħtu kas tal-problema enormi li jistgħu jiffaċċjaw il-gżejjer Maltin bil-kwestjoni ta' l-ST Microelectronics.", "L-ST Microelectronics hija l-akbar industrija li hawn f'pajjiżna u tifforma parti minn grupp li jimpjega 44,000 ruħ u li għandu madwar 30 impjant madwar id-dinja.", "Fl-impjant ta' Malta hemm kważi 2,400 impjegat u ninsab informat minn sorsi li noqgħod fuqhom li diversi linji ta' produzzjoni, li jammontaw għal kważi 20% tal-linji ta' produzzjoni f'Malta, se jitilqu minn Malta sa Ġunju li ġej u jmorru l-Marokk.", "Dan hu l-pronostiku li hemm.", "Dan li qed ngħid jiena m'huwiex rumour imma nafu għaliex kif jista' wieħed jobsor, meta jiena kont Ministru ta' l-Industrija u meta erġajt ġejt innominat bħala spokesman ta' l-industrija, jiena bqajt insegwi dan is-settur għax dan huwa obbligu tiegħi u naf li sa Ġunju li ġej, in the short term future, Malta se taffaċċja nuqqas ta' 20% tal-produzzjoni ta' dak li jgħidulu meteor products.", "Fil-fatt, anke qabel l-elezzjoni, il-kollega tiegħi l-Onor.", "Cuschieri qal li dawn jista' jkun li jmorru l-Marokk u sfortunatament, illum qed naraw li dan se jsir verament.", "Il-prodotti li se jiġu traslokati huma dawk li huma magħrufin bħala the most meteor products.", "Wieħed jaf ukoll li rridu niffaċċjaw ir-realta` li Malta m'għadhiex kompetittiva.", "Ir-realta` tiġi f'wiċċek meta jibdew jiġrulek affarijiet bħal dawn fejn kważi 20% tal- produzzjoni – u din tista' ssarraf ukoll għal 20% tal-labour force anke jekk jiena naħseb li tkun ftit anqas – titlaq minn pajjiż.", "L-ST Microelectronics hi waħda mill-fabbriki li għamlet ġid kbir lil pajjiżna u pajjiżna għamel ġid kbir lill-ST Microelectronics.", "Din kienet relazzjoni li bdiet żmien ilu taħt gvern Laburista u Malta kollha taf kif din espandiet maż-żmien meta kien hemm gvern Laburista.", "Jiena ma nistħix ngħid li jiena għamilt liġi għaliha u għamilt liġi għaliex flimkien magħha, kien hemm kumpanniji oħrajn li kienu lesti li jitilqu minn Malta jew inaqqsu l-produzzjoni tagħhom jekk ma nbiddlux il-liġi dwar it-taxxa biex l- inċentivi fiskali jkunu attraenti sabiex dawn jibqgħu jespandu.", "Jiena meta mort l-Italja fuq l-ewwel mawra tiegħi barra minn Malta wara li sirt Ministru, iltqajt ma' Pasquale Pistorio u Piero Mosconi u għamilt ħbiberija magħhom li għadha sal-lum.", "Aħna għandna rispett reċiproku lejn xulxin u jiena minn hawn ngħidilhom grazzi ta' dak li għamlu għal pajjiżna imma nitlobhom japprezzaw li l-ST Microelectronics hija parti minn pajjiżna llum u din hi xi ħaġa inseparabbli minn pajjiżna.", "Jiena bħala kelliem ta' l- Oppożizzjoni qed noffri fuq bażi personali li nkun lest niltaqa' mas-Sur Pistorio meta dan jkun hawn Malta fuq private visit ix-xahar li ġej ħalli nippruvaw inċekknu jew nevitaw din it-trauma li se tolqot l-industrija Maltija.", "Jiena nista' ngħid li l-ST Microelectronics mhux qed tagħmel dan b'xi kapriċċ għax mis-sena l-oħra 'l hawn din il-kumpannija niżlet mir-raba għas-sitt post fis-semiconductor manufacturers.", "Hemm bżonn li napprezzaw li f'daqqa waħda hemm kriżi fil-kompetizzjoni speċjalment fl-Asja mis-subcontractors tagħha stess li waqqgħu l-prezzijiet għax waqqgħu l-costs tagħhom.", "Aħna hawn Malta rridu nirrealizzaw li għandna challenges kbar u għandna problemi ta' kompetittivita` fuq il-fronti kollha.", "Jiena nirringrazzja lil Mr. Grisham ta' dak li qed jagħmel biex jara kif b'xi mod jew ieħor jaqta' l-costs tal-materja prima u kif jipprova jsalva labour costs diretti u ndiretti b'żieda fl-effiċjenza biex jara li kemm jista' jkun li din it-trauma li se tolqotna ma tkunx daqstant gravi.", "Jiena naf ukoll li aħna qegħdin fil-qasam tal-ST Microelectronics li tissejjaħ assembly and testing.", "Magħna direttament in kompetizzjoni f'dan il-qasam hemm żewġ siti fil-Marokk, żewġ siti f'Singapore, sit fiċ-Ċina u sit fil-Malasja.", "Biex wieħed jara l-pożizzjoni ta' Malta mil-lat tal-labour costs, wieħed japprezza iżjed għal xiex deħlin.", "Fil-Marokk, il-labour costs huma tliet jew erba' darbiet anqas minn ta' Malta, fil-każ ta' Singapore dawn huma darba u nofs jew darbtejn anqas, fil-każ tal-Malasja dawn huma erba' jew ħames darbiet anqas u fil-każ taċ-Ċina dawn huma ħamsa jew sitt darbiet anqas.", "Fejn qabel konna niftaħru li minħabba t-teknoloġija avvanzata, iċ-Ċina ma tistax tlaħħaq magħna, f'qasir żmien din laħqitna.", "Biex inġib eżempju, meta qabel Malta kienet tagħmel chips bi 80 sieq, iċ- Ċina kienet tagħmel chips bi tmien saqajn biss pero` issa dawn avvanzaw u laħqu t-teknoloġija tagħna mentri baqgħu b'pagi li huma five to six times anqas minn tagħna.", "Mr. Speaker, it-technological leap li kellna ġiet eroded pero` fadal il- vantaġġ ta' worker mobility baxxa f'pajjiżna.", "Jiena dejjem kont ngħid biex ma niftaħrux bil-mobility tal-ħaddiema għax il-lealta` tal-ħaddiem lejn il- fabbrika kienet l-aqwa arma li kellha Malta.", "Ma noqgħodux niftaħru li hawn increased mobility.", "Min jgħid hekk ma jifhimx fl-industrija u fil-fatt, waħda mill-problemi kbar li għandhom fiċ-Ċina, hi li hemmhekk hemm worker mobility kbira, jiġifieri l-ħaddiem jaqleb minn fabbrika għall-oħra jekk inti toffrilu naqra iżjed filwaqt li f'Malta hawn ċerta lealta` lejn dak li jħaddmek.", "Il-lealta` tal-ħaddiema Malti hi ħaġa li wieħed għandu japprezza.", "Għandna noqgħodu attenti għax hemm kriżi kbira fil-manifattura Ewropea.", "Il- manifattura tas-semiconductors li qed issir fl-Ewropa qed taffaċċja kriżi enormi.", "Aħna bħala stat, bħala gvern, bħala oppożizzjoni u bħala nazzjon għandna obbligu kbir lejn il-ħaddiema li jaħdmu hemmhekk u lejn l- esportazzjoni ta' Malta – u hawn qed nitkellmu fuq 55% ta' l-esportazzjoni totali – u għalhekk għandna naraw kif issir għaqda b'ċertu maturita` bejn is-social partners kollha biex flimkien ma' l-ST Microelectronics naraw kif insolvu dak li jista' jkun għalissa daqqa żgħira imma li fil-futur, jekk l- affarijiet jiggravaw, tista' tiġi daqqa akbar.", "Wieħed għandu japprezza li l-payroll u l-local purchases f'Malta ta' l-ST Microelectronics jammontaw għal Lm 30 miljun.", "Dan qed nitkellmu fuq l-akbar azjenda li hawn f'pajjiżna u qed nikkompetu ma xejn anqas minn ħames jew sitt azjendi oħrajn fl-istess binarju.", "Jiena nagħlaq Sur President, billi ngħid li hu mportanti li s-social partners kollha jaraw u jaħdmu b'mod responsabbli fuq din il-problema.", "Qed naraw it-traġedja li tista' tolqot lil pajjiżna u mhux qed nitkellmu fuqha.", "Din il-kwestjoni għandha importanza enormi, kemm f'dak li hu esportazzjoni ta' pajjiżna, kemm f'dak li huma mpjiegi ta' pajjiżna, kemm f'dak li huwa l- kuntest soċjali ta' pajjiżna u kemm f'dak li huwa l-investiment ta' pajjiżna.", "Fil-fatt, l-ST Microelectronics matul iż-żmien investiet aktar minn $700 miljun f'pajjiżna u dan hu aktar mid-dejn kollu li d-drydocks għandhom mal-gvern Malti.", "Nagħlaq billi nistieden lill-ħbieb tiegħi s-Sur Pistorio u s-Sur Mosconi u anke lin-number 1 ta' Malta, is-Sur Grisham, li jagħmlu dak li għamlu meta kien hemm mewġa biex l-ST Microelectronics tagħlaq u japprezzaw l-importanza ta' l-impjant ta' Malta.", "Nappella biex min-naħa ta' Malta nġibu l-għajnuna li teżisti mill-UE biex ngħinu lill-ST Microelectronics f'Malta tiddiversifika u tibda' topera f'dak li hu l-qasam tar-research and development.", "Dan hu importanti u hu possibbli għax Malta se tidħol fl-UE u aħna qegħdin hawn u lesti li ngħinu u noffru kull għajnuna meħtieġa lill-gvern għall-ġid tan-nazzjon.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hi aġġornata għat-Tlieta, 18 ta Novembru 2003, fid-9.00 am bl-aġenda kif ikkomunikata mill-Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "POSTIJIET TAL-GVERN – ISTALLAR TA' LIFTS", "2534.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid liema dipartimenti tal-gvern u/jew awtoritajiet huma nkarigati biex jiġu jistallaw lifts f'postijiet tal-gvern?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-awtorita' tad-djar tamministra l-iskema hi u hija responsabbli hi għall-istallar ta' lifts fi blokki tal-gvern fejn jgħixu persuni b'diżabilita' ta' mobilita'.", "ISLA: TWO-GATE STREET – FOND FI BLOCK 2", "2535.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Ministru jgħid jekk fond fi block 2, Two-Gate Street, l- Isla huwiex milqut bil-liġi tal-possession and use?", "Jista' jinxtara dan il- fond u fil-każ x'inhi l-proċedura?", "ONOR.", "TONIO BORG: Filwaqt li nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat- tweġibiet ta' mistoqsijiet parlamentari 2020 u 2031, ninsab informat illi l-fond fi block 2, Two-Gate Street, l-Isla jinsab fuq proprjeta` li ttieħdet b`titlu ta` possession and use.", "GŻIRA: TRIQ UPPER ST.", "ALBERT - XOGĦLIJIET", "2542.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru għat-Teknoloġija ta' l- Informazzjoni u Investiment: Jista' il-Ministru jgħid x'passi se jittieħdu biex ħofra li saret tliet ġimgħat ilu waqt xogħol li kien għaddej f'Upper St. Albert Street, Gżira ma tibqax miftuħa b'periklu kbir għall-pubbliku in ġenerali?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-informazzjoni qegħda tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "KORDIN - SEJBA TA' DROGA", "2563.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Ministru jgħid kemm-il sejba ta' droga saret fis-CCF?", "Kemm kien l- ammont misjub mill-1 ta' Ottubru 1998 sal-lum?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi bejn Ottubru 1998 u Ottubru 2003 kien hemm 27 okkażjoni meta nstab xi materjal suspettuż ġewwa l-ħabs.", "Il- każi kollha jiġu mistħarrġa mill-pulizija u f`kull każ issir inkjesta maġisterjali.", "Fir-rigward ta' l-ammonti misjuba, id-dipartiment ma jkollux l-informazzjoni għalkemm f`ħafna każi dak li jinsab ikun traċċa.", "Il-każi seħħew kif jidher hawn taħt:", "|Ottubru - |xejn | |Diċembru 1998 | | |1999 |seba' | | |sejbiet | |2000 |tliet | | |sejbiet | |2001 |seba' | | |sejbiet | |2002 |sejba waħda | |2003 |disa' | | |sejbiet |", "KORDIN – GWARDJANI TAL-ĦABS", "2564.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' gwardjani fis-CCF?", "Kemm-il ingaġġ sar s'issa, meta u kemm daħlu?", "Jista' il-Ministru jgħid meta se jiġu ngaġġati dawk li applikaw wara l-aħħar sejħa?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi n-numru ta` persuni fi grad ta` gwardjan fis-CCF huwa ta' 156.", "Mill-1994 sal-lum kien hemm ħames ingaġġi kif se ngħid, apparti sejħa oħra għall-ingaġġ f`Diċembru ta` l-2002.", "Fir-rigward ta` l-aħħar sejħa għall- ingaġġ, saru l-interviews u r-riżultati intbagħtu għand l-uffiċċju tal- kummissjoni dwar is-servizz pubbliku.", "|Sena | Ingaġġ ta' | | |gwardjani | |Ottubru |46 | |1994 | | |Mejju 1995|23 | |Marzu 1996|34 | |Novembru |47 | |1996 | | |Ġunju 2000|33 | |Diċembru | maħsub li jiġu | |2002 |ngaġġati 35 |", "KORDIN - IMPJEGATI FIL-ĦABS", "2565.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Ministru jagħti breakdown tan-numru ta' persuni li hemm jaħdmu fis-CCF u jgħid ukoll x'inhu l-grad tagħhom?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi n-numru ta' dawk li jaħdmu fis-CCF huwa kif ġej:-", "|Direttur |1 | |Asst. managers |4 | |Supervisors |5 | |Maġġuri |22 | |Uffiċjali korrettivi |156 | |Għalliem (educational |1 | |co-ordinator) | | |Skrivani |3 | |Accountant |1 | |Psikologa |1 | |Social worker |1 | |Kuntistabbli |20 | |Surġenti |5 |", "Minbarra dawn hemm persuni oħra li jagħtu s-servizz tagħhom ġewwa l- faċilita`, bħal tobba, nurses, psikjatra, għalliema, spiżjar, sports co- ordinator, social worker u instructors.", "KORDIN – TNAQQIS TAR-REMISSION", "2569.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Ministru jgħid kemm-il darba f'dawn l-aħħar ħames snin sar tnaqqis tar-remission minħabba azzjoni dixxiplinarja kontra l-priġunieri?", "X'inhu l-ammont globali ta' remission mitluf?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infomat illi r-remission imnaqqsa matul is-snin 1999, 2000, 2001, 2002 u sa Ottubru 2003 hi kif tidher hawn taħt:", "|Sena |Reati |Ammont | | | |imnaqqas | |1999 |47 |1,470 ġurnata| |2000 |104 |10,935 | | | |ġurnata | |2001 |90 |2,905 ġurnata| |2002 |87 |2,893 ġurnata| |2003 |39 |2,910 ġurnata|", "Tajjeb wieħed ikun jaf li r-remission li jitlef priġunier tista` tiġi restitwita kollha jew parti minnha skond l-imġiba tiegħu.", "Kull tliet xhur isir assessment ta' l-imġiba u hemm jiġi deċiż tingħatax xi parti mir- remission li l-individwu jkun tilef.", "KORDIN – XOGĦOL FIL-ĦABS", "2570.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Ministru jgħid xi ħlas qed jingħata għal xogħol li jagħmlu l- priġunieri fis-CCF?", "Hemm biżżejjed xogħol għall-popolazzjon kollha tal- ħabs?", "ONOR.", "TONIO BORG: Sfortunatament għalkemm kontinwament isiru tentattivi sabiex jinstab xogħol ħalli aktar priġunieri jaħdmu waqt li jkunu fil- faċilita`, xorta ma jinstabx xogħol biżżejjed għall-priġunieri kollha.", "Biss ninsab informat illi l-priġunieri li jagħmlu xogħol produttiv fis-CCF jingħataw Lm2 fil-ġimgħa.", "KORDIN – PERSUNI REĊIDIVI", "2571.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-rata ta' released prisioners li jerġgħu jaqgħu għall-kriminalita' u li allura jispiċċaw fil-ħabs mill-ġdid?", "Dawn ir-reċedivi qed jitħallew dejjem u f'kull ħin separati minn dawk li jkunu first offenders jew dawk taħt arrest preventiv?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi r-rata ta` released prisoners li reġgħu lura għall-kriminalita` u spiċċaw il-ħabs mill-ġdid fis-snin 1998, 1999, 2000, 2001 u 2002 kienet ta` 62%, 55%, 57%, 61% u 49%.", "Irrispettivament ikunux sentenzjati jew arrestati, priġunieri ma jistgħux jinżammu kontinwament separati u dan minħabba li huma mħeġġa biex iż-żmien li jagħmlu fil-ħabs, jiġi utilizzat għall-ġid tagħhom infushom.", "Dan isir billi jattendu l-iskola għat-tagħlim akkademiku u jattendu l-workshops biex jitgħallmu s-snajja.", "M'huwiex possibbli tissepara l-priġunieri waqt dawn l-eżerċizzji.", "Priġunieri ta` bejn il-15 u l-21 sena jinżammu fil-YOURS, sezzjoni separata kompletament mill-ħabs prinċipali.", "Anke f`din is-sezzjoni, kemm dawk sentenzjati kif ukoll dawk arrestati jingħataw l-opportunita' ta` tagħlim u snajja'.", "Billi l-ammont ta` priġunieri f`din is-sezzjoni huwa żgħir, dak kollu li jsir mill-priġunieri isir bħala team wieħed u kulħadd jipparteċipa u jagħti s-sehem tiegħu.", "POSTIJIIET TAL-GVERN – ISTALLAR TA' LIFTS", "2614.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Ministru jgħid b'kemm togħla l-kirja meta jiġi stallat lift f'post tal-gvern?", "Min hu nkarigat biex iħallas għall-manutenzjoni tal- lift u jekk inkwilin jiddeċiedi li ma jħallasx, x'passi jittieħdu?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "WTO - LAQGĦA MINISTERJALI F'CANCUN", "2681.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' il-Ministru jippubblika il-working paper - jew executive summary tagħha - li tħejjiet mill-ministeru dwar ir-raġunijiet li wasslu għall- falliment tan-negozjati tal-laqgħa ministerjali f'Cancun?", "ONOR.", "JOE BORG: Ninforma lill-Onor.", "Membru li ebda working paper jew executive summary ma ġiet ippreparata mill-ministeru għall-affarijiet barranin dwar ir-raġunijiet li wasslu għall-falliment tan-negozjati tal- laqgħa ministerjali f'Cancun.", "UNDP – MALTA BĦALA NET CONTRIBUTOR", "2682.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' il-Ministru jikkonferma li l-istatus ta' Malta fil-UNDP inbidel minn dak ta' receiving għal contributing state?", "ONOR.", "JOE BORG: Nikkonferma li l-istatus ta' Malta fil-UNDP inbidel minn dak ta' receiving country għal dak ta' net contributing country.", "OSCE – LAQGĦA GĦALL-ESPERTI TAL-PULIZIJA", "2683.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' il-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li ħadd ma attenda għal-laqgħa ta' l-OSCE for police experts?", "ONOR.", "JOE BORG: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "COUNCIL OF EUROPE - SPECIAL INVESTIGATION TECHNIQUES", "2684.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' il-Ministru jgħid kif wieġbet Malta lill-Kunsill ta' l-Ewropa wara talba għal dettalji dwar special investigation techniques in relation to acts of terrorism?", "ONOR.", "JOE BORG: It-tweġiba ta' Malta lill-Kunsill ta' l-Ewropa għat-talba daparti ta' l-istess kunsill għal dettalji dwar special investigation techniques in relation to acts of terrorism, għada qed tiġi fformulata.", "CHOGM FIS-SENA 2005", "2685.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' il-Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni attwali ta' Malta dwar il- Commonwealth heads of government meeting li jmiss?", "Intgħażlet diġa' jew għadha fil-proċess ta' lobbying dwar dan?", "X'appoġġ inkiseb s'issa mill- pajjiżi membri tal-Commonwealth?", "ONOR.", "JOE BORG: Deċiżjoni dwar fejn se tinżamm iċ-CHOGM fis-sena 2005 tittieħed fil-laqgħa li jmiss fin-Niġerja f'Diċembru li ġej.", "Malta esprimiet l-interess tagħha li tospita din il-laqgħa u fil-fatt jien bgħatt ittra f'dan is-sens lil kull ministru ta' l-affarijiet barranin ta' din l-organizzazzjoni.", "Ma naħsibx li jkun prudenti u għaqli li niżvela l-appoġġ li Malta kisbet s'issa sabiex tospita ċ-CHOGM li jmiss minħabba raġunijiet ovvji.", "VETTURA B'REG.", "NO FBN 608", "2686.", "L-ONOR.", "DAVID AGIUS staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid għalfejn għadu ma ħariġx il- permess għal-liċenzja u għar-reġistrazzjoni ta' vettura FBN 608?", "Jista' jgħid meta se joħroġ dan il-permess?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li din il-vettura ġiet reġistrata mad- direttorat tal-liċenzji u testijiet fit-12 ta' Ġunju, 2002 u peress li ma kenitx ġdida, is-sid kien mitlub jippreżenta inspection form mingħand il- pulizija qabel ma tinħareġ liċenzja tat-triq.", "Fis-7 ta' Novembru, 2003 il-pulizija informat lid-direttorat tal-liċenzji u testijiet li ma għandhiex oġġezzjoni għall-ħruġ ta' liċenzja u għaldaqstant il-vettura setgħet tiġi liċenzjata.", "MEPA – DN 598/03", "2687.", "L-ONOR.", "DAVID AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 2463 u jgħid x'passi ttieħdu mill-MEPA biex jitneħħew strutturi illegali f'numru ta' appartamenti – ref DN 598/03 u HAV 3/2003 - biex ikun jista' jiġi stallat lift?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Ninsab informat li l-MEPA ħadet diversi miżuri kontra sidien jew okkupanti/residenti ta' appartamenti wara li twaħħlu aperturi ta' l-aluminium jew ħadid u ħġieġ ma' verandi miftuħa u mal- faċċati tal-blokki biex ikunu jistgħu jintużaw bħala estensjoni interna ta' l-istess appartamenti.", "Fil-fatt ġew servuti 15-il avviż biex tieqaf u tat- twettiq kontra min hu konċernat - inkluż il-kummissarju ta' l-artijiet bħala sid - u dan skond l-Att dwar l-Ippjanar ta' l-Iżvilupp.", "Veru li saru diversi applikazzjonijiet mis-sidien sabiex dan l-iżvillupp jiġi rregolarizzat iżda kollha ġew rifjutati u minħabba f'hekk, l-avviżi maħruġa ġew inklużi fil-lista ta' azzjoni diretta sabiex il-MEPA tgħaddi hi stess biex tneħħi l-iżvillupp in kwestjoni.", "SRE TEACHERS", "2688.", "L-ONOR.", "HELEN D'AMATO staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid jekk huwiex possibbli li team ta' SRE teachers li jiltaqgħu darbtejn fil-ġimgħa, jingħataw premises permanenti minn fejn jistgħu joperaw?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li ġiet identifikata kamra fis-sular t'isfel tal-curriculum centre, fil-Floriana li qed tintuża minn peripatetic teachers tal-PSD u informat ukoll li saret talba biex isir refurbishment ħalli din il-kamra tkun tista' isservi aħjar bħala point of reference għall- għalliema, ġenituri, eċċ.", "Saret ukoll talba biex ikun hemm servizz ta' l-internet f'din il-kamra.", "SRE TEACHERS - DISTRIBUZZJONI TA' LAPTOPS", "2689.", "L-ONOR.", "HELEN D'AMATO staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid meta se jingħataw laptop l-SRE teachers billi dawn għandhom bżonnhom fil-qadi ta' dmirijiethom?", "Jista' jgħid jekk huwiex possibbli wkoll li jingħataw unlimited access għall-internet?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-policy tad-diviżjoni ta' l-edukazzjoni hi li laptops jingħataw lill-għalliema tal-klassi primarja, lill-ICT peripatetic teachers, lis-subject co-ordinators u lil complementary teachers.", "Rigward aċċess għall-internet, id-diviżjoni qed tikkonsidra li tagħti dan l- aċċess f'ċentri speċjalizzati.", "EU – BAN-ON-SPAM DIRECTIVE", "2690.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid jekk il-Gvern Malti adottax id- direttiva dwar privacy and electronic communications ta' l-Unjoni Ewropea, magħrufa aħjar bħala l-ban-on-spam directive?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li d-direttiva 2002/58/EC ta' l-Unjoni Ewropea dwar ''l-ipproċessar ta' data personali u l-protezzjoni tal- privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika\", ġiet adottata kważi pjenament bis-saħħa avviżi legali 16 u 19 ta' l-2003.", "Il-parti li tikkonċerna spam mail tinsab f'regolament 10 ta' avviż legali 16 ta' l-2003.", "GĦAJNUNA LIL BDIEWA", "2691.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid kemm flus ingħataw f'sussidju għax-xiri ta' makkinarju ġdid minn April ta' din is-sena u kemm bdiewa bbenefikaw minn din l-għajnuna?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Ninsab informat li f'dan il-perjodu ma ngħatawx sussidji lil bdiewa għax-xiri ta' makkinarju ġdid.", "GĦAJNUNA LIL BDIEWA", "2692.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid kemm flus ingħataw f'sussidju għax-xiri ta' pompi ġodda minn April ta' din is-sena u kemm bdiewa bbenefikaw minn din l-għajnuna?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Ninsab informat li f'dan il-perjodu ma ngħatawx sussidji lil bdiewa għax-xiri ta' pompi ġodda.", "GĦAJNUNA LIL BDIEWA", "2693.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid kemm flus ingħataw f'sussidju għall-bini ta' ġwiebi ġodda minn April ta' din is-sena u kemm bdiewa bbenefikaw minn din l-għajnuna?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Ninsab informat li f'dan il-perjodu ma ngħatawx sussidji lil bdiewa għall-bini ta' ġwiebi ġodda.", "GĦAJNUNA LIL BDIEWA", "2694.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid kemm flus ingħataw f'sussidju għall-bini ta' agriculture stores ġodda minn April ta' din is-sena u kemm bdiewa bbenefikaw minn din l-għajnuna?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Ninsab informat li f'dan il-perjodu ma ngħatawx sussidji lil bdiewa għall-bini ta' agricultural stores ġodda.", "GĦAJNUNA LIL BDIEWA", "2695.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid kemm flus ingħataw f'sussidju għax-xiri ta' makkinarju bħal tractors minn April ta' din is-sena u kemm bdiewa bbenefikaw minn din l-għajnuna?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Ninsab informat li f'dan il-perjodu ma ngħatawx sussidji lil bdiewa għax-xiri ta' makkinarju bħal tractors.", "IMPJIEGI ĠODDA", "2696.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomiċi: B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari 73 u 2332, jista' il-Ministru jinformani x'ħiliet, snajja', eċċ jirrikjedu l-5,152 impjieg li mistennija jiġu ġġenerati f'fabbriki eżistenti?", "Liema huma l-fabbriki li kellhom joħolqu dawn il-5,152 impjieg?", "Jista' jinformani jekk din il-mira intlaħqetx?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-ħiliet, snajja', eċċ mistennija li jiġu ġġenerati minn fabbriki eżistenti ġew mgħoddija lil din il-Kamra fit-tweġiba tiegħi għall-mistoqsija parlamentari 403.", "L-informazzjoni fir-rigward ta' impjiegi ġodda li ġew ikkreati hija kif tidher hawn taħt:", "|Projected |New jobs created | |Employment | | |2000-|1,807 |Oct |443 | |2003 | |2000-2003|(incl.", "47| | | | |p/t) | |2001-|1,645 |Oct |529 | |2004 | |2001-2003| | |2002-|1,318 |Oct |301 | |2005 | |2002-2003|(incl.", "9 | | | | |p/t) |", "INSURANCE AGENCIES - POLOZ TA' ASSIKURAZZJONI", "2699.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jgħid x'rimedju se jinstab għall- problema li qegħdin jikkawżaw l-aġenziji ta' l-insurance meta dawn jirrifjutaw illi jinxurjaw persuni ta' taħt il- 21 sena meta l-makna tal- vettura tagħhom tkun ta' kapaċita' minn 23 litru 'l fuq?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li għandu jiġi spjegat illi la l-ministru u lanqas il-gvern jew xi awtorita' pubblika m'għandhom il-jedd jindaħlu f'każi ta' poloz individwali ta' assikurazzjoni.", "Din hi materja li tikkonċerna l-awtonomija tal-partijiet li jixtiequ jidħlu fi transazzjoni privata u għalhekk trid tiġi ggvernata mill-forzi tas-suq kif salvagwardati bil-liġi dwar il-kompetizzjoni ta' l-1994.", "SAN PAWL IL-BAĦAR - TIFLA FL-ISKOLA PRIMARJA", "2700.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Peress li tifla ta' sitt snin li tattendi l-iskola primarja ta' San Pawl il-Baħar tbati minn autism - isimha qed jintbagħat separatament - u peress li tant huwa każ sever li għadha bin-nappies u anke tant tieħu mediċina qawwija li ommha trid toqgħod 24 siegħa magħha għaliex trid titħalla sajma qabel tieħu kull mediċina, jista' il-Ministru jara li jiġi awtorizzat li għalissa t-tifla ma tmurx skola?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li t-tifla msemmija ilha ma tattendi skola minn Ottubru.", "L-assenza tagħha mill-iskola hija ċċertifikata minn tabib mediku u kull ċertifikat ikopri xahar sħiħ.", "Skond il-kap ta' l-iskola, inħareġ it-tieni ċertifikat li jkopri x-xahar ta' Novembru.", "L-iskola diġa' kkuntattjat lis-social worker li qed tieħu ħsieb il-każ.", "POLICE INSPECTOR COURSE", "2701.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm uffiċjali kadetti jsegwu kors ta' spettur?", "Fiex inhuma gradwati?", "Meta bdew il-kors u meta se jiggradwaw?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi hemm 25 kadett li qed isegwu kors ta' spettur fil-korp tal-pulizija.", "Il-kors beda fil-11 ta` Frar ta` din is- sena u huwa mistenni li jintemm għall-bidu tas-sena d-dieħla.", "Il-kwalifiki li għandhom dawn il-kadetti jinkludu: B.A. Communications; B.A. Legal & Humanistic Studies; B.A. Commerce; B.A. History of Arts; B.A. Arts; B. Pharm; B.A. Science; B.A. Education; Dip.", "Legal Procurator u Dip.", "Notary Public.", "RAĦAL ĠDID – GĦAJNUNA SOĊJALI", "2702.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jara li jitmexxa mill- aktar fis possibbli, każ li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jinforma lill- persuna minnu indikata biex tavviċina uffiċjal inkarigat mill-uffiċċju distrettwali tad-dipartiment tas-sigurta' soċjali.", "GĦAWDEX: SAN LAWRENZ - PROBLEMA TAD-DRENAĠĠ", "2703.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għat-Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u Investiment: Jista' il-Ministru jgħid meta se tiġi rrimedjata l-problema tad-drenaġġ f'Corner Street u Dalelands Street, San Lawrenz?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jien informat li diġa' qed tittieħed azzjoni mis- sezzjoni tad-drenaġġ biex tiġi rrimedjata l-problema msemmija.", "GĦAWDEX: SKOLA KELINU GALEA- AKKOMODAZZJONI", "2704.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: B'riferenza għall-istudenti ta' l-iskola tal-biedja Kelinu Galea li ngħalqet biex issir MCAST, u b'riferenza wkoll għall-assigurazzjoni mogħtija mill-ministru li dawn l-istudenti se jiġu mqiegħda f'post alternattiv adegwat u anke peress li dawn l-istudenti qed jitqiegħdu viċin ħafna tat-toilets, jista' il-Ministru jara li dawn l-istudenti jiġu posted adegwatament?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li qegħdin isiru l-arranġamenti meħtieġa sabiex dawn l-istudenti jiġu akkomodati fi klassijiet oħra.", "GĦAWDEX : BAJJA TAX-XLENDI - TNEĦĦIJA TA' RAMPA", "2705.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Peress li s-sajf li għadda fil-bajja tax-Xlendi, is-sidien ta' diversi stabilimenti lmentaw dwar il-problema tat-traffiku u saħansitra ġiet ippreżentata petizzjoni lill-kunsill lokali tal-Munxar, u peress li issa ġejja x-xitwa u fil-bajja tax-Xlendi jkun hemm kumulu ta' ilma li jikkawża ħsara lill-istabilimenti - iktar u iktar issa li hemm hump li żżomm l-ilma - jista' il-Ministru jieħu konjizzjoni ta' dawn il-problemi u jara kif isolvi jew ta' l-inqas itaffi l-inkonvenjent għal dawn in-nies?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li l-awtorita' dwar it-trasport ikkonsultat mal-kunsill lokali tal-Munxar u ġiet informata li fil-ġranet li gejjin din il-hump se titneħħa.", "GĦAWDEX: SKOLA PRIMARJA TAL-VAJRINGA - LIBRERIJA", "2706.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Peress illi fl-iskola primarja tal-Vajringa hemm librerija ffrekwentata minn ħafna nies ta' eta' differenti u peress ukoll illi t-taraġ li jagħti għal-librerija mhuwiex adatt għal nies anzjani u għal persuni oħra b'diżabilita', jista' il-Ministru jara jekk huwiex possibbli li jiġi stallat lift għal dan l-iskop jew għallinqas isiru xi xogħlijiet biex jiffaċilitaw l-aċċess għal-librerija?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Rigward l-istallar ta' lift fil-librerija ta' l-iskola primarja tal-Vajrinġa, nitlob lill-Onor.", "Interpellant tagħmel il- mistoqsija tagħha lill-ministru konċernat.", "RAĦAL ĠDID – STUDENTI TA' L-MCAST", "2707.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li għal xejn b'xejn is-surmast ta' l-MCAST f'Raħal Ġdid qiegħed jordna studenti tal-motor vehicle tehnicians IV sabiex jitilqu 'l barra mill-klassi, meta dan jaf ben tajjeb li b'ordni bħal dik ikun qed jippreġudika d-drittijiet ta' l-istess studenti?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-impostazzjoni ta' l-interpellanza hi għal kollox żbaljata u lill-MCAST ma jirriżultalux li xi drittijiet ta' l- istudenti qed jiġu ppreġudikati.", "Informat li dawn l-istudenti qegħdin isegwu kors ta' technician diploma fl- inġinerija tal-karozzi tas-City and Guilds - dan il-kors huwa t'erba' snin - u għal dawn l-aħħar tliet snin kienu qegħdin jistudjaw f'Mikielang Sapiano technical institute.", "Dawn l-istudenti ngħaqdu ma' l-MCAST f'Ottubru 2003.", "Informat ukoll li biex jingħataw id-diploma, l-istudenti jkollhom jistudjaw u jgħaddu minn tliet kategoriji separati, li huma engine systems, chassis systems, maths u electronics.", "Normalment l-istudenti jagħmlu l-eżamijiet fl-aħħar tar-raba' sena tagħhom iżda wħud mill-istudenti fl-aħħar tat- tielet sena jagħmlu ż-żewġ kategoriji, cioe' engine u chassis systems.", "Fir-raba' sena, l-istudenti jagħmlu tliet ijiem fil-ġimgħa fil-kulleġġ u jumejn fil-ġimgħa ma' l-isponsor tagħhom.", "Iżda peress li dawn l-istudenti kienu diġa' għamlu żewġ kategoriji, inħass li ma kellhomx għalfejn jattendu l-kulleġġ iktar minn tliet ijiem fil-ġimgħa.", "Dan sar biex ma jkunx hemm ripetizzjoni mis-sena ta' qabel u huwa evidenti wkoll li l-istudenti jibbenefikaw aktar jekk jaħdmu ma' l-isponsor għal ġurnata żejda u b'hekk ikollhom ħin aktar għal on-the-job training.", "ABBUŻI MWETTQA MINN IMPJEGAT", "2708.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru għat-Teknoloġija ta' l- Informazzjoni u Investiment: Jista' il-Ministru jinvestiga rapporti li waslu għandi dwar persuna - dettalji qed jintbagħtu separatament - li b'mod regolari toħroġ laħmijiet u gazzetti illegalment?", "Jista' jgħid x'passi se jittieħdu sabiex dan l-abbuż jieqaf?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "TA' QALI – ŻAMMA TA' FIERI", "2709.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li tingħata art f'Ta' Qali biex jibdew jiġu organizzati xi tip ta' fieri fuq skala nazzjonali?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Ninsab informat li l-MEPA m'għandha l-ebda talba għall-permess ta' żvilupp pendenti għal xi tip ta' fiera fuq skala nazzjonali f'Ta' Qali.", "UFFIĊĊJU KONĠUNT - A3872/97", "2710.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-applikazzjoni A3872/97 intavolata ma' l-uffiċċju konġunt, sal-lum għadha ma ġietx ipproċessata meta m'għandu jkun hemm l-ebda ntopp?", "ONOR.", "TONIO BORG: Jekk l-Onor.", "Interpellant qed jirriferi għat-talba ta` rikonoxximent ta` qbiela, jien informat li l-uffiċċju konġunt għadu qed jistenna li jirċievi d-dokument mitlub mingħand l-applikant fit-28 ta` Mejju, 2003 sabiex ikunu jistgħu jipproċessaw it-talba tiegħu.", "SKEJJEL - STUDENTI B'DIŻABILITA'", "2712.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid liema huma dawk l-iskejjel primarji u sekondarji li għandhom studenti b'diżabilita' ta' mobilita'?", "Liema huma dawk li għandhom lift?", "Liema huma dawk li fihom hemm ippjanat li jiġi stallat lift u meta hu ttamat li dan ix-xogħol ikun lest bejn wieħed u ieħor?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "SKEJJEL SPEĊJALI - STUDENTI", "2713.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm studenti f'kull skola speċjali u kemm hemm ħaddiema full-time u part-time?", "Jista' din l-informazzjoni jagħtiha għal dawn l-aħħar ħames snin?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif mitlub tpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni fis-seduta.", "TAS-SLIEMA – TISWIJA TA' TOROQ", "2717.", "L-ONOR.", "ROBERT ARRIGO staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jinformani jekk ix-xogħol fix-Xatt ta' Tas-Siema u fi Triq it-Torri, biswit il-Pjazzetta, sarx mill-gvern ċentrali?", "Kemm ġie jiswa?", "X'kien is-sehem tal-kunsill lokali ta' Tas- Sliema?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li riċentement, l-awtorita' dwar it- trasport għamlet xogħol ta' tiswija fl-uċuħ ta' parti minn Triq it-Torri u ta' parti minn Triq ix-Xatt, li taqa' fil-konfini tal-kunsill lokali tal- Gzira, biex jitneħħa periklu li kien qed jinħoloq għal tal-linja u dan wara li kienu ġew ikkonsultati ż-żewġ kunsilli konċernati.", "Dan ix-xogħol ġie jiswa madwar Lm8,000.", "QRATI - KAWŻI DEĊIŻI", "2737.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm proċessi ta' kawżi deċiżi jistennew sabiex tinħadmilhom it-taxxa fit-tribunal għal talbiet żgħar, fil-qorti tal-maġistrati, fil-prim'awla tal-qorti ċivili u fil-qorti ta' appell?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi sat-13 ta` Novembru, 2003 ma kien hemm l-ebda kawża deċiża li kienet qed tistenna sabiex tinħadmilha t-taxxa fil-qrati tal-maġistrati u fit-tribunal għal talbiet żgħar.", "Hemm biss ħames kawżi fil-prim'awla li għadhom ma ġewx intaxxati u dawn se jitlestew sa kmieni l-ġimgħa d-dieħla.", "Ninsab informat ukoll illi sat-13 ta` Novembru, 2003 kien hemm għaxar kawżi deċiżi fit-tribunal għal talbiet żgħar (GĦawdex) li kienu qed jistennew sabiex tinħadmilhom it-taxxa.", "BIRKIRKARA TRAFFIC LIGHTS", "2738.", "L-ONOR.", "TONIO FENECH staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid meta d-direttorat tat-toroq għandu l-ħsieb li jistalla traffic lights fil-junction bejn Triq Salvu Psaila u Triq Fleur-de-Lys, fejn il-cables għal dawn il-lights huma diġa' mgħoddija?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li meta saru x-xogħlijiet f'din il- junction kienu tqiegħdu katusi bħala ducts sabiex jekk ikun hemm bżonn li jiġu mgħoddija xi cables, dawn ikunu jistgħu jgħaddu minn dawn id-ducts.", "Fir-rigward tat-traffic lights imsemmija mill-Onor.", "Interpellant, l- awtorita' dwar it-trasport għadha qed tikkonsidra jekk f'dan il-junction għandhomx isiru traffic lights.", "BIRKIRKARA PELICAN CROSSINGS", "2739.", "L-ONOR.", "TONIO FENECH staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid jekk id-direttorat tat-toroq jikkonsidrax il-ħtieġa li żewġ pelican crossings li jagħtu għall-knisja ta' Santa Tereża, jinbidlu fi traffic light crossings u dan minħabba kwestjoni ta' volum tat-traffiku u periklu għan-nies meta jiġu biex jaqsmu?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Tajt struzzjonijiet lill-awtorita' dwar it-trasport biex tikkonsidra s-suġġeriment ta' l-Onor.", "Interpellant sabiex tara x'inhu l-aħjar li jsir.", "NAXXAR - GIOVANNI CURMI HIGHER SECONDARY", "2741.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jara li x-xogħlijiet li qed isiru f'Giovanni Curmi higher secondary fin-Naxxar isiru kemm jista' ikun malajr peress illi l- istudenti qed ibatu ħafna minn dan l-inkonvenjent, speċjalment dawk li jsofru bl-asthma?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "GĦAQDIET SPORTIVI - SPONSORSHIPS", "2744.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid x'inhi l-proċedura biex għaqda sportiva tieħu sponsorship mill-ministeru?", "Jista' jgħid kemm kienu l-isponsorships li ngħataw matul l-2002 u l-2003?", "Lil min ingħataw u x'kien l-ammont tagħhom?", "X'inhuma l-kriterji sabiex għaqda tieħu sponsorship?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "GĦAWDEX: DWEJRA - TINDIF", "2748.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' il-Ministru tgħid f'liema stadju wasal it-tindif tad-Dwejra mill-iskart li kien intefa' fil-post?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Nirriferi lill-Onor Interpellant għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 34703.", "VALLETTA - XOGĦOL F'RESIDENZA PRIVATA", "2765.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid meta se jsir ix- xogħol li hemm bżonn isir f'residenza li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Għaddejt it-talba ta' l-Onor.", "Interpellant lid- dipartiment tal-bini u tiswija ta' djar għall-azzjoni meħtieġa.", "DAR IL-MEDITERRAN – DAQQ TA' MUŻIKA", "2766.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Ministru jinvestiga l-istorbju ta' mużika disco li kien hemm nhar il-Ħamis, 6 ta' Novembru, 2003 waqt attivita' li saret f'Dar il-Mediterran u li baqgħet sejra sat-3.00 a.m., meta skond il-liġi suppost kellha tieqaf fil-11.00 p.m.?", "Peress li għadu ma sar xejn minkejja d-diversi mistoqsijiet parlamentari li saru fil-passat dwar dan l-inkonvenjent ta' storbju eċċessiv u anke ħsejjes miċ-chillers ta' air conditioners li ma jidhirx li huma mwaħħla fejn suppost, jista' il-Ministru jieħu l-passi kollha biex jirrimedja għal din is-sitwazzjoni mill-aktar fis possibbli?", "ONOR.", "TONIO BORG: Spjegajt kemm-il darba li l-pulizija tieħu passi kull meta jkun hemm xi lment, iżda ninsab informat illi fid-data msemmija mill- Onor. Interpellant il-pulizija ma kellhiex rapporti simili.", "Dwar l-attrezzamenti taċ-ċentru, nitlob lill-Onor.", "Interpellant jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "SVPR – APPLIKANT B'DIŻABILITA'", "2767.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhuma l- problemi li jeżistu rigward applikazzjoni ta' persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, biex tkun tista' tidħol fir-residenza San Vinċenz de Paule?", "Jista' jinnota li din l-anzjana b'diżabilita' tgħix waħedha u ilha tapplika għal żmien konsiderevoli?", "Jista' jinnota wkoll li din mhijiex ta' waħedha?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant illi l-persuna msemmija daħlet fir-residenza San Vinċenz de Paule fl-4 ta' Diċembru, 2002.", "Pero' f'Lulju 2003 talbet illi terġa' tmur tgħix fid-dar tagħha u din it- talba ġiet milqugħa.", "Issa reġgħet tefgħet applikazzjoni ġdida u din qed tiġi kkonsidrata.", "SAN ĠWANN: TRIQ GEORGE TAYAR – KONSENTURI F'ENTRATURA D", "2769.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jieħu l-passi kollha meħtieġa biex isir xogħol ta' manutenzjoni b'konnessjoni mal-konsenturi li hemm f'entratura D, Binja Msieraħ, Triq George Tayar, San Ġwann?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Għaddejt it-talba ta' l-Onor.", "Interpellant lid- dipartiment tal-bini u tiswija ta' djar għall-azzjoni meħtieġa.", "BANK ACCOUNT GĦAT-TFAL F'ISTITUTI", "2770.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il- community chest fund għadhiex iżżomm fond għall-ftuħ ta' kotba tal-bank għat-tfal li jkunu fl-istituti?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Din il-mistoqsija ma taqax taħt ir-responsabilita' tal-ministeru tiegħi.", "FORTUNE TELLERS", "2772.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' fortune tellers reġistrati mal-VAT department?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Persuni li jaqraw ix-xorti u jagħmlu attivitajiet oħra simili huma obbligati li jkunu rreġistrati mad-dipartiment tal-VAT.", "Izda billi m'hemmx heading speċifiku għal din it-tip ta' attivita' ekonomika, taxpayers attivi f'dan it-tip ta' xogħol huma nklużi ma' 1,700 ruħ oħra kklassifikati taħt heading li l-attivita' tagħhom ma tistax tkun ikklassifikata taħt heading speċifiku tan-NACE code.", "Din il-kategorija tista' tinkludi nies li staqsa dwarhom l-Onor.", "Interpellant.", "MASTRUDAXXI SELF-EMPLOYED", "2773.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' mastrudaxxi rreġistrati mal-VAT department bħala self-employed?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li 1,084 huma rreġistrati mad-dipartiment tal-VAT fil-qasam tal-manifattura ta' l- għamara.", "Dawn jinkludu kemm kumpanniji kif ukoll mastrudaxxi individwali.", "REĠISTRU ELETTORALI – TRASFERIMENT TA' RESIDENZA", "2774.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk tinżammx statistika ta' kemm persuni mill-1992 sal-lum ittrasferew ir-reġistrazzjoni tagħhom fuq ir-reġistru elettorali minn xi indirizz f'Malta għal xi indirizz f'Għawdex?", "Jista' jagħti l-informazzjoni reġistru b'reġistru u jekk hu possibbli, jindika l-ID number ta' kull persuna kif ukoll l-indirizz jew il-lokalita' fejn kien irreġistrat Malta u dak li għandu llum f'Għawdex?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "FLUS RIPATRIJATI", "2822.", "L-ONOR.", "ROBERT ARRIGO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jinformani kemm hu l-ammont globali ripatrijat, jew flus li ġew iddikjarati bl-iskema tal-gvern li għalqet fil- 15 ta' Novembru, 2003?", "X'penali tħallsu?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Naħseb ikun aħjar li nistennew sakemm tingħalaq l-iskema u jiġu sottomessi r-returns lill-bank ċentrali.", "CET - KONTIJIET PENDENTI", "2823.", "L-ONOR.", "ALFRED SANT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jgħid jekk dawk il-persuni li għandhom kontijiet pendenti assoċjati mat-taxxa tas-CET u li għadhom ma rċevew l- ebda informazzjoni dwar il-pożizzjoni tagħhom, humiex se jingħataw id-dritt li jħallsu l-kontijiet pendenti tagħhom fuq tul ta' żmien hekk kif intqal fl-aħħar diskors tal-budget?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Id-dipartiment se jinforma lil dawk il-persuni li huma eliġibbli taħt l-iskema dwar il-pożizzjoni tagħhom kif mwiegħed fl-ittra mibgħuta f'Marzu 2003 u skond kif imħabbar fid-diskors tal-budget 2003.", "Ma jidhirx li se jkun hemm ħtieġa għal estensjoni fiż-żmien biex jitħallsu l-kontijiet pendenti."]} {"filename": "19940308_239d_par.doc", "date": "1994-03-08", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Uffiċjali u Rivedut) IS-SEBA' PARLAMENT Seduta Nru. 239 It-Tlieta, 8 ta' Marzu, 1994 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati Malta Prezz Lm1 IS-SEBA' PARLAMENT Seduta Nru. 239", "It-Tlieta, 8 ta' Marzu, 1994", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.14 p.m.", "Talba", "Seduta Nru. 239", "It-Tlieta, 8 ta' Marzu, 1994", "WERREJ", "MINUTI 1031", "MISTOQSIJIET -TWEĠIBIET ORALI 1031", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA 1036", "ORDNIJIET TAL-GURNATA", "ABBOZZ TA' LIGI LI JEMENDA L-KOSTITUZZJONI TA' MALTA", "THE CONSTITUTION OF MALTA (AMENDMENT) BILL", "It-Tieni Qari 1036", "AĠĠORNAMENT 1059", "MISTOQSIJIET IMWIEĠBA BIL-MIKTUB 1065", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 238 li saret fis-7 ta' Marzu, 1994, ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET -TWEĠIBIET ORALI", "KIRKOP - DRENAĠĠ", "15937.", "L-ONOR.", "JOE CILIA (f'isem l-Onor.", "Reno Calleja) staqsa lill- Ministru għall-Ambjent: Jaf il-Ministru li minn mindu nqalgħet Valletta Road u reġgħet saret hemm intiena ta' drenaġġ?", "Jistgħu l-ħaddiema tat- Taqsima tad-Drenaġġ jiċċekkjaw jekk waqt li kien qed isir ix-xogħol tat- tħaffir f'din it-triq inqasmitx xi kanna tad-drenaġġ u jekk hemmx xi drenaġġ qed inixxi?", "Jista' l-Ministru jassigura li min kellu jagħmel is- superviżjoni fuq ix-xogħol imsemmi ra li l-katusi li twaħħlu kienu ġodda u mhux twaħħlu l-qodma li forsi kienu maqsuma?", "Jaf il-Ministru li minħabba li d-drenaġġ jaqleb 'l isfel lejn l-SGS qed ikun hemm intiena kbira ħdejn ċerti djar f'Valletta Road, Kirkop?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON (Ministru għall-Ambjent): Jien informat li l- ilmenti ta` l-Onor.", "Interpellant ġew investigati u ma jirriżultax li l- kanen tal-mains tad-drenaġġ huma mkissrin.", "Jien informat li l-katusi li ntużaw f`Valletta Road ma kenux qodma.", "Inżid ngħid li ma waslu ebda lmenti simili fid-Dipartiment tad-Drenaġġ jew lil ta` l-Ambjent.", "AMBJENT - DUST BINS", "15938.", "L-ONOR.", "JOE CILIA (f'isem l-Onor.", "Reno Calleja) staqsa lill- Ministru għat-Trasport u Kommunikazzjoni: Tista' Telemalta twaħħal dust bins puliti ħdejn kull kaxxa tat-telephone peress li dawn qed ikunu mnittna partikolarment bit-telecards li min jużahom jarmihom fil-box wara li jkun użahom?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (Ministru għat-Trasport u Kommunikazzjoni): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li se jitwaħħlu containers żgħar biex it- telecards ma jintremewx fl-art.", "Sadanittant il-Korporazzjoni Telemalta qed twaħħal cardphones f'lokalitajiet ċentrali, bliet u rħula fejn normalment ikun hemm il-faċilita' ta' containers ta' l-iskart għall-bżonnijiet pubbliċi.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Charles Mangion): L-Onor.", "Philip Muscat, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "PHILIP MUSCAT: GĦaliex hawn skarsezza tat-telecards ta' Lm1 u Lm2 meta dawn jintużaw ħafna iktar mill-oħrajn?", "Dan juri li ħafna nies ma jkunux iridu jixtru t-telecards ta' Lm3 u Lm4.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: It-telecard ta' Lm1 ma baqgħetx tkun prodotta u r-raġuni hija li billi għandek basic cost fuq it-telecard, ma jagħmilx sens li tipproduċi telecard ta' Lm1 fejn għandek madwar kwart minnha bħala spejjeż basiċi għall-Korporazzjoni.", "Pero' t-telecards ta' Lm2 huma ordnati u se jkollna kemm hemm bżonn.", "Naħseb li d-denominazzjoni ta' Lm2 hija suffiċjenti u naturalment li wieħed għandu jagħmel huwa li jibqa' jużaha fit-tul.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Philip Muscat, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "PHILIP MUSCAT: Telemalta kienet diġa' bdiet toħroġ telecards ta' Lm1 u ma nafx għaliex ma komplietx tagħmel dan.", "Ikun hawn ħafna turisti li ma jkollhomx bżonn jixtru telecards ta' Lm2 u jidher li ma tantx iridu jonfqu flus aktar minn Lm1.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Jien naħseb li wieħed jista' jkejjel x'għandhom jippretendu li jsibu hawnhekk it-turisti minn dak li jinstab fid- diversi pajjiżi minn fejn ikunu ġejjin huma.", "Huwa rari li ssib denominazzjoni daqshekk baxxa fuq telecards barra minn Malta.", "Naħseb li meta tagħmel telecards li jibdew minn Lm2, tkun qed tkopri l-bżonnijiet bażiċi li jkun hemm bżonn speċjalment tat-turisti.", "It-turisti jifhmu li biex iċemplu lejn pajjiżhom se jużaw numru ta' pulses aktar milli wieħed juża biex iċempel lokalment.", "TELEPHONES - BIBIEN MAL-PHONE BOXES", "15939.", "L-ONOR.", "JOE CILIA (f'isem l-Onor.", "Reno Calleja) staqsa lill- Ministru għat-Trasport u Kommunikazzjoni: Peress li l-Interpellant innota li ħafna mill-phone boxes m'għandhomx bieba (bħal dik ta' Wied iż- Żurrieq, dik tal-Housing Estate fiż-Żurrieq) jista' l-Ministru jikkonferma jekk meta saru mill-kuntrattur jew minn Telemalta kellhom isiru bil-bieba?", "Jekk iva, min kien responsabbli x'għamel bl-anumilium u l-ħġieġ li suppost uża għall-bieba?", "Jista' l-Ministru jordna li dawk il-phone boxes li m'għandhomx bieba titwaħħlilhom waħda?", "Jaf li meta tkun ix-xita min iċempel jixxarab jekk ikun jaqbel ir-riħ għal ġol-phone box?", "Jaf il- Ministru li min iċempel ma jistax ikollu privatezza jekk ma jkunx hemm bieba fil-kaxxi tat-telephone?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li peress li ħafna mill-phone boxes kienu qegħdin ikunu vandalizzati u saħansitra bil-bibien misruqa, il-Korporazzjoni Telemalta ntroduċiet mudell ġdid tal-phone box mingħajr bieba sabiex tevita s-serq u l-vandaliżmu u fl- istess ħin ikunu moqdija wkoll persuni li jkunu f'wheelchair.", "Phone boxes simili jeżistu f'ħafna pajjiżi oħra.", "QORMI - PHONE BOXES F'VALLETTA ROAD", "15940.", "L-ONOR.", "JOE CILIA (f'isem l-Onor.", "Reno Calleja) staqsa lill- Ministru għat-Trasport u Kommunikazzjoni: Tista' Telemalta twaħħal phone box jew tnejn f'Ħal Qormi lejn Valletta Road, Triq il-Kaċċatur u dawk l- inħawi peress li min joqgħod hemm u m'għandux telephone irid jimxi nofs siegħa biex isib box tat-telephone?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l- Korporazzjoni Telemalta qiegħda fil-proċess sabiex tinstalla aktar payphones f'diversi lokalitajiet f'Malta u Għawdex fosthom waħda fil-pjazza ta' San Bastjan, Ħal-Qormi.", "Is-suġġeriment ta' l-Onor.", "Interpellant sabiex ikunu nstallati payphones fl-inħawi msemmija qiegħed ikun ikkunsidrat.", "ĦAL FAR - PICNIC AREA", "15974.", "L-ONOR.", "JOE CILIA (f'isem l-Onor.", "Reno Calleja) staqsa lill- Ministru għall-Ambjent: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 15464, ma jaħsibx il-Ministru li meta hemm tant nuqqas ta' art fejn il- poplu jistrieħ, l-area msemmija f'Ħal Far hija żgħira wisq biex tiġi allokata għall-karozzi?", "Ma jaħsibx li dawn il-qatgħat żgħar għandhom jitħallew biex fihom jilagħbu t-tfal u jistrieħu l-kbar?", "Min iddeċieda li jagħti lok għall-parking tal-karozzi f'dawn iż-żewġ picnic areas, jaf li dawn huma żgħar ħafna u m'hemmx lok biex fihom jipparkjaw karozzi?", "Jaf li l-karozzi mhux qed iħallu spazju fejn jilagħbu t-tfal u jistrieħu n-nies?", "Jista' minnufih joħroġ ordni biex f'dawn il-picnic areas żgħar ma jidħlux karozzi u jordna li jsiru bollards fl-entratura ħalli ma jidħlux karozzi?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: It-tqassim tax-xogħol li sar f`Ħal Far kien jaħseb biex ikun hemm areas li fihom jistgħu jistrieħu n-nies biss u areas oħra għall-parking.", "It-toroq tal-viċin, li huma ferm passaġġi, ma jifilħux għall-parking tal- karozzi.", "Se jiġi aċċertat li fil-picnic areas ma jidħlux karozzi u dawn jitħallew biss fl-ispazji allokati għall-parking.", "THE DEPUTY SPEAKER: Mistoqsija supplimentari.", "L-Onor.", "Cilia.", "ONOR.", "JOE CILIA: Kif qed nitkellmu fuq l-area ta' Ħal Far, xtaqt insemmi xi ħaġa dwar il-każ ta' l-Island Carting Club dwar track tal-go carts li kellhom area allokata għaliha f'Ħal Far li daqs tliet xhur u nofs ilu inawguraha l-Ministru għaż-Zgħażagħ u Kultura.", "Din il-ġimgħa stess nies li marru biex jiddevertu bid-delizzju tagħhom sabu min jgħidilhom li f'nofs din il-famuża korsa tagħhom li nefqu l-belli liri fiha ġejja xi fabbrika.", "Jista' l-Ministru jilluminana ftit dwar dan il-każ?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien ukoll tlabt lil min jilluminani fuq din l- istorja għaliex jidher li kien hemm xi diżgwid u fil-fatt sieħbi l-Ministru ta' l-Isports qed jinvestiga fuq din il-kwestjoni ma' l-MDC pero' għad m'għandix il-fatti kif jirriżultaw.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Salvu Sant.", "ONOR.", "SALVU SANT: Jista' l-Ministru jispjega kif il-Ministru għaż- Żgħażagħ alloka din l-art għal track tal-go-carts u mbagħad Ministru ieħor se jagħtiha għal bini ta' fabbrika?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL FAZON: Kif għadni kif spjegajt, qiegħed fil-proċess li nivverifika x'ġara eżatt u għad m'għandix il-fatti f'idejja.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Jekk fhimt sewwa, il-Ministru assigura lill-Kamra li għadu fil-proċess li jinvestiga.", "Jista' jassigura lill-Kamra li jirriżulta x'jirriżulta mill-investigazzjoni, il-faċilitajiet sportivi li hemm, jew fejn qegħdin jew x'imkien ieħor, jibqgħu jeżistu ħalli ma jkunx hawn tnaqqis ta' faċilitajiet sportivi għaż-żgħażagħ?", "Aħna l-isvog taż-żgħażagħ irridu nżiduh u mhux innaqqsuh.", "Allura jekk għal xi raġuni jew oħra t-track kif kienet imfasssla trid tinbidel jew ma tistax tibqa' kif inhi, il-Ministru xorta jrid jassigura li track għall-go-carts għall- iżvog taż-żgħażagħ tinbena x'imkien ieħor ħalli l-faċilitajiet sportivi ma jonqsux.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Nista' nassigura lill-Kamra li l-Gvern m'għandu l- ebda intenzjoni li jnaqqas il-faċilitajiet sportivi eżistenti.", "Ħafna drabi din tkun kwestjoni li jkun hemm domandi konflinġenti għal fuq l-istess biċċa art, u dawn huma problemi li jinqalgħu sikwit.", "Jiena se ninvestiga l- każ u mbagħad wieħed jieħu l-passi.", "Pero' evidentement jekk hemm track tal- go-carts li hija mpossibbli li tibqa' fejn hi, wieħed jara fejn tista' ssir.", "Jiġifieri mhix l-intenzjoni tal-Gvern li din il-faċilita' tispiċċa.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Joe Cilia.", "ONOR.", "JOE CILIA: Jaħseb il-Ministru li investigazzjonijiet bħal dawn, speċjalment meta jiġu inawgurati kumplessi sprtivi, għandhom isiru qabel u mhux wara ovvjament għaliex dan jirrifletti nuqqas serju ta' kordinazzjoni bejn il-Ministeri tal-Gvern li qed ibatu minnhom l-għaqdiet volontarji li qed jagħmlu xogħol il-Gvern li jidħlu għal dixxiplini sportivi fejn m'hemmx faċilitajiet provduti minnu?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Naħseb li huwa ovvju li kien ikun aħjar kieku wieħed ra x'ġara qabel pero' jien ma nistax ngħaddi kummenti għaliex ma nafx eżatt x'ġara.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Savlu Sant.", "ONOR.", "SALVU SANT: Din l-art kienet allokata għal track tal-go-carts u l- Onor. Frendo qal li se tibqa' għall-go-carts.", "Issa meta l-Ministru qed jgħidilna li se investiga, dan ifisser li l-MDC tista' tibdel id-deċiżjoni?", "Jew se tirbaħ l-MDC jew se nħallu kollox kif inhu.", "Dan għandu jirrispondi l-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Din mhijiex kwestjoni ta' ġlied bejn l-MDC u l- oħrajn.", "Prima facie jidher li dik l-art kienet allokata għall-MDC u dawk tal-club tal-go-carts ma' kellhomx titlu għaliha pero' irrid naċċerta l- fatti sew.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Noel Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Dan ifisser li kien hemm xi dubju minn qabel jekk din l-art kellhiex tgħaddi lil dan il-club jew le?", "Jekk għaddiet lill- club aħjar inkunu nafu.", "Kienet għaddiet lil club jew le?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: S'issa ma rriżultalix li għaddiet lill-club b'xi mod formali.", "Għalhekk irrid nara l-affarijiet sew għax jien mhux ma rridx nagħti l-informazzjoni imma qabel ma nagħtiha rrid inkun ċert li hija informazzjoni korretta.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, bħalma jaf il-Ministru Falzon jafu l- bqija tal-Ministri kemm dawn id-dilettanti ilhom jitolbu biex ikollhom biċċa art fejn ikunu jistgħu jipprattikaw id-delizzju tagħhom.", "Nifhem li jekk għandhom isiru xi affarijiet dawn għandhom isiru immedjatament.", "Aħna nixtiequ risposta aktar definittiva mingħand il-Ministru.", "Fiex waslu l- investigazzjonijiet u kemm baqgħalhom?", "Għax inkella nistgħu niġu għada, jew pitgħada, jew il-ġimgħa d-dieħla u jibqgħu jgħidulna li l- investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Peress li l-kwestjoni qed jidħol fiha l-Ministru responsabbli mill-isports, hu jaf eżattament fiex waslu dawn l- investigazzjonijiet.", "Jiena nidħol fiha biss bħala Ministru responsabbli mill-artijiet u jekk tridu tagħmluli din id-domanda m'inix f'pożizzjoni li nagħtikom l-informazzjoni preċiża off the cuff.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Salvu Sant.", "ONOR.", "SALVU SANT: Naħseb li l-Prim Ministru japprezza s-sitwazzjoni li qed ninsabu fiha, li wieħed jgħid hekk u l-ieħor jgħid hekk.", "THE DEPUTY SPEAKER: Tkellmu fil-microphone għax inkella ma tinftiehmux.", "ONOR.", "SALVU SANT: Dak għax il-microphone jiftħuh għal naħa waħda u għan- naħa l-oħra ma jiftħuhx, mhux għax m'aħniex qed nitkellmu fil-microphone.", "Issa wara li qed naraw dawn l-affarijiet, ta' min jgħid li f'dawn l-aħħar seba' snin ma sarux sports facilities ħlief dawk għal-Logħob tal-Pajjiżi ż- Zgħar u ħafna minn dawk li għamlu dan ix-xogħol għadhom lanqas tħallsu.", "Din hi s-sitwazzjoni.", "Għandna ħafna volontarjat biex jagħmel ix-xogħol u dan qiegħed f'ċertu terminu ta' żmien.", "Nixtieq nistaqsi huwiex il-waqt - hawn qed nappella lill-Prim Minsitru - li naraw jekk hux veru li dawn l- għaqdiet qed jagħtu kontribut u humiex qed jagħmlu użu mill-faċilitajiet.", "Nista' ngħid li l-ground ta' Kordin qed iħallu lil kulħadd jużawh għalkemm hemm min qed joħroġ spejjeż kbar biex jirranġah.", "Forsi min qiegħed ikabbar il-faċilitajiet u lest li jinvesti - naf min f'Kordin lest li jinvesti aktar - nistgħu nestendulhom mill-ewwel ħalli jkunu jistgħu jimxu.", "Nistaqsi wkoll lill-Prim Ministru għaliex f'ħafna skejjel - bħal dik ta' Kordin - qed jużaw il-ground tal-fooball għar-recreation.", "Imbagħad il- Ħadd filgħodu jintbagħtu tfal ta' tmien snin biex jilgħabu l-football f'dan il-ground ta' Ħad-Dingli!", "Għaliex il-gyms li huma miksijin bil-parquet ma jinfetħux fil-għaxija biex jintużaw għallinqas miż-żgħażagħ?", "Dawn huma affarijiet li bihom żgur inbiegħdu liż-żgħażagħ mid-droga, u dawn jiswew inqas milli noqogħdu nagħmlu ħafna seminars.", "Tista' għallinqas ssir laqgħa biex dawn l-affarijiet jiġu riżolti?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: L-ewwel ħaġa ma naqbilx ma' l-ewwel parti tal- mistoqsija fejn ikkummentajt li f'dawn l-aħħar seba' snin ma sarux faċilitajiet għall-isport għax fil-fatt saru ħafna.", "(Interruzzjonijiet) L-isports centre ta' Għawdex ma sarx għal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Zgħar.", "Nista' nagħmillek lista imma mhux issa.", "(Interruzzjonijiet) Kulħadd jaf li dak li qed jgħid l-Onor.", "Interpellant fil-mistoqsija supplimentari mhuwiex minnu.", "Ma nafx għalfejn irid bilfors jagħmel mistoqsija b'ċerti suġġerimenti li għandhom ċerti validita' u bilfors jagħmlilha doża ta' politika partiġġjana u jgħid li aħna m'għamilna xejn f'dan ir-rigward.", "Issa s-suġġerimenti l-oħra huma fl-ambitu tal-Ministeru ta' l-Isports.", "Jien bħala membru tal-Kabinett naf li dak il-Ministeru għandu pjan u għandu l-ħsieb ukoll li jwaqqaf fondazzjoni ta' l-isports proprju biex tilħaq dawn l-iskopijiet, fost affarijiet oħra li semma l-Onor.", "Interpellant, u wieħed jispera li jsir progress minn dak il-lat.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI (Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani): Il-biċċa l-kbira tal-faċilitajiet li hemm f'ħafna skejjel diġa' jintużaw minn għaqdiet volontarji, għalkemm b'ċerti kondizzjonijiet, pero' xorta qed jintużaw.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Lino Spiteri.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Mingħajr ma ndaħħal doża partiġġjana billi l-Onor.", "Michael Falzon qal li d-doża partiġġjana fil-bitħa tiegħu ddejqu, jista' l- Ministru jgħid oġġettivament għaliex - qegħdin nitkellmu fuq il- faċilitajiet ta' l-isport - il-pixxina ta' l-Universita' spiċċat m'hijiex ta' l-Universita' u marret taħt il-Ministeru bis-solti labels li kull Ministeru - mhux dan il-Ministeru biss - jagħmel biex jindika li hemmhekk qisu l-proprjeta' tiegħu!?", "Jista' xi ħadd forsi jillumina lil din il-Kamra iżjed mill-Ministru Falzon - illum inqabad fuq sieq waħda u ma tagħtihx tort għax irrisponda għal ħafna mistoqsijiet li m'għandhomx x'jaqsmu mal- Ministeru tiegħu - u jgħidilna għaliex min juża l-pixxina jrid iħallas 50ċ jew 60ċ, meta l-impressjoni ġenerali kienet li din se tkun għall-użu u għall-kumdita' tal-poplu, bħall-Bieb tal-Bombi!?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: L-ewwel ħaġa, kif qal l-Onor.", "Spiteri stess, din hija xi ħaġa li m'għandhiex x'taqsam mal-Ministeru tiegħi.", "Bdejna fuq il- parking ta' Ħal Far u spiċċajna fuq kemm tħallas biex tuża l-pixxina nazzjonali!", "Safejn naf jien hemm kumitat bejn l-Universita' u l-Ministeru responsabbli mill-Isports li jmexxi din il-pixxina.", "Din il-pixxina tagħti faċilitajiet lil ħafna clubs tal-waterpolo u biex tmexxiha hemm spejjeż kbar.", "M'għandhiex taqa' d-dinja jekk xi nies li jużaw din il-pixxina jiġu ċċarġjati xi ħaġa nominali għax b'daqshekk żgur mhux qed ilaħħqu ma' l-up-keep tagħha.", "Huwa ħażin li kulħadd jaħseb li kollox jiġi b'xejn għax dan mhux veru.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet issa għadda.", "Tqegħid ta' karti.", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani.", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' l-iStrategic Plan for the University of Malta maħruġ mis- Subcommittee on Educational and Demographic Trends, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari numru 16559.", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Intern u Zvilupp Soċjali): Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Rapport ta' Ħidma għas-Sena 1993-1994 maħruġ mill-Kummissjoni għall- Avvanz tal-Mara.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: F'isem il-Ministru tal-Finanzi nqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' statistika dwar dħul ta' Income Tax skond il-kategoriji ta' taxpayers għall-għaxar snin 1983/92, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari numru 16198.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: F'isem il-Ministru għas-Sigurta' Soċjali nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Lista bin-numri ta' impjegati u self-employed bejn l-1984 u l-1993, kif ukoll l-ammont ta' kontribuzzjonijiet u benefiċċju għall-mard u korriment għall-istess perjodu, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari numru 16195.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Gurnata.", "ORDNIJIET TAL-GURNATA", "ABBOZZ TA' LIGI LI JEMENDA L-KOSTITUZZJONI TA' MALTA", "THE CONSTITUTION OF MALTA (AMENDMENT) BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mis-7 ta' Marzu, 1994.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, kif qalu kelliema oħra, huwa diffiċli li wieħed jitkellem biss dwar dan l-Abbozz ta' Liġi - għalkemm issa qed niddiskutu l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni biss - mingħajr ma jagħmel referenza għall-Abbozz l-ieħor dwar il-poteri li se jingħataw b'liġi ordinarja lill-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja.", "Din il-liġi qegħda quddiemna bħala l-item li jmiss fuq l-agenda, hija liġi ordinarja li se tlaħħam il-qafas tal-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal- Ġustizzja u li qed niddiskutuha f'dan l-Abbozz.", "THE DEPUTY SPEAKER: Onor. Tonio Borg, niġbidlek l-attenzjoni li ma tistax titkellem fuq l-Abbozz l-ieħor.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, jien ridt ngħid li anke meta wieħed jitkellem fuq l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni, iż-żewġ Abbozzi tant huma relatati flimkien li, kif għamlu kelliema oħra, wieħed bilfors irid jagħmel xi referenza għalih.", "Minħabba li hemm żewġ Abbozzi kien hemm min qal - anke min-naħa ta' l-Oppożizzjoni - li ġaladarba l-Oppożizzjoni mhijiex qed taċċetta li Abbozz ta' Liġi Nru. 18 ikun entrenched fil- Kostituzzjoni b'mod li ma jkunx jista' jiġi emendat jekk mhux b'maġġoranzza kwalifikata, xi skop hemm li l-qafas tal-Kummissjoni għall- Amministrazzjoni tal-Ġustizzja tkun fil-Kostituzzjoni meta mbagħad id- dettalji dwar x'tagħmel, kif tinvestiga u l-proċedura jkunu f'liġi ordinarja?", "GĦaliex ma ssirx liġi ordinarja waħda?", "Naturalment din hija triq li wieħed jista' jagħżel jew ma jagħżilx.", "Il-Kummissjoni li kellna s'issa, li hi msejħa bħala l-Kummissjoni għall-Ħidma fost il-Qrati, ma kenitx saret fil-Kostituzzjoni iżda kienet saret b'liġi ordinarja.", "Jekk wieħed iħares lejn id-definizzjoni tad-dritt kostituzzjonali, li hija liġi li tirregola l-funzjonijiet ta' l-organi ta' l-Istat u r-ramifikazzjonijiet tagħhom, naħseb li m'hemmx xejn ħażin li fid-dokument bil-miktub tal- Kostituzzjoni, anke jekk mhux b'mod entrenched, ikun hemm provvediment dwar twaqqif ta' organu importanti bħal dan.", "Naturalment jekk ma jkunx entrenched ikun jista' jiġi emendat b'maġġoranza assoluta tal-Membri tal- Kamra tad-Deputati, pero' fil-Kostituzzjoni tagħna hemm provvedimenti oħrajn - mhux se noqgħod insemmihom hawnhekk - li m'humiex entrenched u allura ma jirrikjedux maġġoranza kwalifikata biex jiġu emendati.", "Anke jekk ma jkunx hemm il-maġġoranza rikjesta biex jiġu emendati l-provvedimenti tal- Kostituzzjoni b'mod li l-introduzzjoni ta' din il-Kummissjoni tkun \"entrenched\", naħseb li hemm argument favur li wieħed idaħħal fil- Kostituzzjoni l-qafas ta' din il-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal- Ġustizzja.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Ladarba l-Onor Borg qed jargumenta b'dan il-mod irid isolvi l-problema għax l-Abbozz stess jemenda artikli u provvedimenti fil-Kostituzzjoni li biex jiġu emendati jridu l-maġġoranza ta' żewġ terzi; quindi l-Abbozz kif inhu ma jistax jemendahom dawk l- artikli, anke jekk ikollu l-maġġoranza sempliċi.", "GĦaldaqstant dan se jibqa' ma jsirx.", "ONOR.", "TONIO BORG: Jien fhimtu l-argument u naqbel miegħek, pero' l- argument tiegħi huwa li hemm partijiet fil-Kostituzzjoni tagħna li wieħed jista' jsejħilhom importanti, li m'humiex entrenched fis-sens li jridu maġġoranza kwalifikata biex jiġu emendati, imma xorta waħda huma parti mill- Kostituzzjoni tagħna.", "Qed ngħid hekk għax wieħed jista' jargumenta - kif fil-fatt ġie argumentat - li jekk mhux se jkunu entrenched m'hemmx skop li jkunu fil-Kostituzzjoni bil-mitkub.", "Dan kien l-argument tiegħi.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Jien mhux qed ngħid x'inhu l-iskop li jkunu fil-Kostituzzjoni jekk ma jkunux \"entrenched\", imma qed ngħid li l- Abbozz kif inhu jimplika emendi ta' provvedimenti li l-emendi tagħhom iridu l-vot tal-maġġoranza tad-due terzi, quindi jekk ma jinbidilx l-Abbozz ma jistax jidħol kif inhu b'sempliċi maġġoranza.", "ONOR.", "TONIO BORG: Iva naqbel, imma jien kont qed nagħmel argument daqsxejn differenti.", "Per eżempju, jekk ma jkunx hemm maġġoranza kwalifikata għal ċerti emendi li qegħdin f'dan l-Abbozz, dan se jkollu jinbidel.", "Fil-fatt fid-diskors tiegħi kont se ngħid li kif inhu dan l- Abbozz, jekk ma jiġix \"entrenched\" kollu kemm hu, parti minnu bilfors se jkollha tinbidel.", "Mhux kollu, għax jekk nieħdu l-funzjoni li se jkollha l- kummissjoni l-ġdida dwar id-dixxiplina ta' l-avukati naraw li bl-ebda mod ma timplika xi tibdil ta' xi provvediment entrenched fil-Kostituzzjoni tagħna u allura tista' ssir.", "Jekk nieħdu t-tfassil ta' kodiċi ta' etika għall-avukati - xtaqt nagħmel referenza għalih għax huwa msemmi kemm f'dan l-Abbozz u jidhirli anke fl-Abbozz l-ieħor - dak jista' jsir mingħajr ma wieħed jimplika li jrid jiġi emendat xi provvediment entrenched.", "Hemm provvediment ieħor li l-Kummissjoni tkun tista' tiġi konsultata - jidhirli għandha poteri hija stess - f'każ ta' l-assignment tad-duties ta' l- imħallfin, li llum hija regolata bil-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili.", "Jiġifieri l-unika parti - naħseb hija l-iktar parti mportanti - ta' dan l- Abbozz fejn jekk ma jkunx hemm il-maġġoranza kwalifikata allura ma jistax jibqa', hija dik il-parti li għandha x'taqsam mad-dixxiplina tal-ġudikatura nnifisha.", "Jiġifieri dak li qed jingħad dwar id-dixxiplina tal-ġudikatura, oltre dak li diġa' hemm provdut f'artiklu 97 tal-Kostituzzjoni, naturalment jekk dak se jimplika - naħseb li se jimplika - xi forma ta' tibdil fil-Kostituzzjoni, allura dik il-parti ma tkunx tista' ssir fl- Abbozz.", "Il-bieraħ l-Onor.", "Attard Montalto tkellem favur li l-presidenza ta' din il-kummissjoni tkun f'idejn il-President tar-Repubblika.", "Anzi jekk meta qrajt id-debate fhimt sew, l-Onor.", "Membru ried jgħid li kważi kważi dan sar fuq proposta u fuq inizjattiva ta' l-Oppożizzjoni.", "Tant hu hekk li qalilna li sabiex meta nkunu se nagħżlu l-President tar-Repubblika jeħtieġ li noqogħdu attenti għaliex dan se jkollu funzjoni, għallinqas f'din il- Kummissjoni, eżekuttiva.", "U dan huwa minnu.", "Pero' ta' min ifakkar li fil- Programm Elettorali tal-Partit Nazzjonalista ta' l-1987 fil-parti li għandha x'taqsam mal-qrati l-partit kien wiegħed li se jwaqqaf kunsill - fil-programm elettorali sejjaħlu l-Kunsill GĦoli għas-Servizz Ġudizzjarju - li kellu jippresjedih il-President tar-Reppublika.", "Jiġifieri f'dan il- programm elettorali kien hemm li jekk se jitwaqqaf xi organu biex jirregola dak kollu li għandu x'jaqsam mal-ġudikatura dan kellu jkun presedut mill- President tar-Repubblika u kellu jkun magħmul mill-Prim Imħallef, minn imħallef ieħor, minn żewġ maġistrati - dawn jiġu eletti minn sħabhom; maġistrati jtellgħu maġistrati u imħallfin itellgħu imħallfin - żewġ membri oħra wieħed magħżul mill-Prim Ministru u l-ieħor mill-Oppożizzjoni u żewġ avukati eletti minn fost il-professjoni legali.", "Naturalment fil-programm elettorali ma tistax tidħol f'ċertu dettall pero' dan il-kunsill kellu jkollu l-funzjoni ġenerali li tirregola \"dak kollu li għandu x'jaqsam mal- ġudikatura\".", "Allura wieħed malajr jinduna kemm hija simili l-proposta f'dan l-Abbozz li għandna quddiemna, fejn tidħol il-kompożizzjoni ta' din il-Kummissjoni, u dak li kien propost fil-programm elettorali ta' seba' snin ilu għaliex b'xi eċċezzjoni 'l hawn u ' l hinn bażikament huma l- istess.", "Allura jien ma fhimtx eżatt għaliex min-naħa waħda kellna l- kritika ta' l-Oppożizzjoni għaliex il-presidenza tal-Kummissjoni se tkun f'idejn il-President tar-Repubblika - apparti li tista' ddaħħlu f'ċertu involviment li aħjar li l-President ma jidħolx fih, tista' tqajjem kwestjonijiet oħrajn; u ssemma b'mod partikolari dak li hemm previst fl- Abbozz ta' Liġi li Imħallef l-ewwel jista' jitressaq quddiem il-Kummissjoni bħala imħallef biex jiġi dixxiplinat minħabba li jkun għamel xi ħaġa ħażina u dan jinsab ħati u mbagħad meta jitressaq quddiem il-Parlament jiġi liberat u allura jkollna sitwazzjoni fejn il-Parlament ikun qed jirrevoka deċiżjoni ta' kummissjoni li l-president tagħha jkun il-President tar- Repubblika - u min-naħa l-oħra kellna l-kumment li l-presidenza ta' din il- Kummissjoni se tkun f'idejn il-President tar-Repubblika b'inizjattiva ta' l- Oppożizzjoni.", "Jiġifieri naħseb li hawnhekk kien hawn ftit kontradizzjoni fil-kritika li, għalkemm m'hemm xejn ħażin fiha, ta' min jinnotaha għaliex jew hija xi ħaġa ħażina jew inkella għaliex ġiet proposta mill- Oppożizzjoni.", "Naturalment din il-Kummissjoni se tkun 'il bogħod ħafna fil-kompożizzjoni tagħha minn dak li kien ġie provdut fil-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili bl-emendi ta' l-Att VIII ta' l-1981.", "Din il-liġi li għaddiet fi Frar ta' l-1981 kienet waqqfet il-Kummissjoni għall-Ħidma fost il-Qrati u ta' min wieħed ifakkar ftit għaliex kienet twaqqfet dik il- Kummissjoni u kemm dik il-Kummissjoni hija differenti mill-Kummissjoni tal- lum, partikolarment għal dak li għandu x'jaqsam mal-kompożizzjoni tagħhom.", "Ta' min wieħed jgħid ukoll - u naf li hawnhekk l-Oppożizzjoni mhux se taqbel miegħi - li l-introduzzjoni tal-Kummissjoni għall-Ħidma fost il- Qrati saret bl-istess liġi li kienet illimitat b'mod drastiku l-poter tal- qrati tagħna li jissindikaw id-diskrezzjoni ta' l-uffiċjali governattivi li tagħtihom il-liġi.", "(Interruzzjonijiet) Jien kemm-il darba tkellimt kontra din il-liġi, fil-Programm Elettorali tagħna konna għidna li dik il- liġi se titneħħa - nimmaġina li int favur tagħha għaliex kont għaddejtha int stess - u fil-White Paper li ppreżentajna qed ngħidu li din il-liġi se titneħħa u se tiġi sostitwita b'xi ħaġa, li fl-opinjoni tiegħi, biha issa se mmorru ftit fl-estrem l-ieħor, imma dik niddiskutuha meta naslu għaliha.", "Il-punt tiegħi huwa - u dwar dan żgur li m'hemmx kontroversja - li l- Kummissjoni għall-Ħidma fost il-Qrati, għal xi raġuni jew oħra, ġiet introdotta bl-istess Att VIII ta' l-1981 li l-iskop tiegħu - bħala reazzjoni għall-kawża tal-Blue Sisters għaliex fl-ebda liġi ma jeżisti vacuum - kien li jirrestrinġi l-aċċess taċ-ċittadin għall-qrati f'kawżi kontra l-Gvern u dik kienet l-intenzjoni dikjarata fil-press releases li kienu ħarġu dak iż-żmien u fid-diskussjoni li kienet saret f'dan il- Parlament .", "Din il-liġi kienet tgħid li l-qorti m'għandhiex ġurisdizzjoni li tindaga dwar kif uffiċjal governattiv, ministru jew kap ta' diparitment jeżerċita d-diskrezzjoni tiegħu ħlief meta jikser provvediment espress tal-liġi.", "Din il-liġi kienet saret bħala reazzjoni għas-sentenza tal-qrati tagħna tas-26 ta' Ġunju, 1980 fil-kawża tal-Blue Sisters għax f'din il-kawża l-qrati, kif dejjem għamlu, kienu segwew l- prinċipji tal-common law Ingliża li jgħidu li jekk ma tiksirx l-ebda provvediment espress tal-liġi meta teżerċita diskrezzjoni, iżda teżerċita dik id-diskrezzjoni b'mod irraġjonevoli, allura għalkemm ma tkunx qed tikser provvediment espress tal-liġi huwa preżunt li meta l-Parlament ta dik id-diskrezzjoni, trid teżerċitaha b'mod raġjonevoli.", "L-intenzjoni ta' l-Att VIII ta' l-1981 kienet li toqtol dan it-tip ta' judicial view u tirrestrinġiha biss għall-każijiet meta jkun hemm provvediment ċar u espress tal-liġi u l-ministru ma jimxix ma' dak il-provvediment.", "Għalhekk it-tradizzjoni tas-snin twal mhux biss tal-ġurisprudenza tagħna imma anke dik tal-common law Ingliża li aħna konna napplikaw kienet ġiet kompletament eleminata.", "Biex ma nsemmux provvedimenti oħra ta' dak l-Att bħal, per eżempju, l-introduzzjoni tar-regola li qabel ma tagħmel kawża kontra l-Gvern trid tagħmel ittra uffiċjali għaxart ijiem qabel u jekk ma tagħmilhiex din l-ittra imbagħad il-kawża li tkun għamilt tiġi dikjarata nulla.", "(Interruzzjonijiet) Xi kultant tajjeb li biex tinduna li l- mediċina hija ħażina dduqha inti stess!", "Il-White Paper qed tipproponi li din tispiċċa.", "L-istess biex toħroġ mandat ta' inibizzjoni kontra l- Gvern b'dan l-Att VIII ta' l-1981 li kien introduċa wkoll l-Kummissjoni għall-Ħidma Fost il-Qrati, wieħed kellu mhux biss jipprova li prima facie għandu raġun li hemm bżonn joħroġ il-mandat imma jkollu jtella' l-kap ta' dipartiment bħala l-intimat biex jixhed u jikkonferma bil-ġurament li hu għandu intenzjoni li jagħmel dik il-ħaġa, li qed jintalab mandat ta' inibizzjoni biex ma jagħmilx, u wkoll ir-rikorrent jrid jipprova - biex joħroġ mandat ta' inibizzjoni kontra l-Gvern - li jekk ma joħroġx il-mandat ta' inibizzjoni allura s-sitwazzjoni ma jkollhiex rimedju ieħor.", "Qisu fid- dinja hawn xi ħaġa kompletament irrimedjabbli.", "Mr Speaker, dan qed ngħidu biex nuri l-mument storiku u ċ-ċirkustanzi li fiha ġiet introdotta mhux l- Att VIII ta' l-1981, imma wkoll il-Kummissjoni għall-Ħidma fost il-Qrati.", "Ma ninsewx ukoll li ftit ġimgħat qabel l-imħallfin kienu ġew sospiżi kollha għal ċertu żmien u ma ġewx assenjati lilhom l-ebda dmirijiet skond il-liġi.", "F'dan il-kontest u f'din l-atmosfera kienet ġiet introdotta l- Kummissjoni għall-Ħidma fost il-Qrati li kienet magħmula minn ħamsa min- nies u minflok li l-kwalifiki tal-membri tagħha kellhom ikunu xi forma ta' esperjenza fil-qasam legali, ir-regola kienet bil-maqlub.", "Il-maġġoranza tal-persuni li bil-liġi kellhom jikkomponu din il-kummissjoni - li jidhirli li kienu kollha nominati mill-Gvern tal-ġurnata - ma setgħux ikunu avukati.", "Fil-fatt kien hemm persuna fuq din il-kummissjoni li skond il-liġi kellha tirrappreżenta l-akbar trade union, jiġifieri l-General Workers' Union.", "Naturalment l-General Workers' Union setgħu jibagħtu avukati, imma fil-fatt ma jidhirlix li kienu bagħtu avukati fil-Kummissjoni għall-Ħidma fost il- Qrati...(interruzzjonijiet) Imbagħad kien hemm ukoll żewġ membri oħra u dawn - wieħed minnhom kien suppost nominat min-naħa tal-Gvern u l-ieħor min- naħa ta' l-Oppożizzjoni - ma setgħux ikunu avukati.", "Mela diġa' kellek tlieta li kien impossibli għalihom li jkunu avukati.", "Dan biex tirregola l- professjoni legali, jiġifieri altru milli sistema li jiddeċiedu dwarek il- peers tiegħek stess!", "(Interruzzjonijiet).", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonniċi bil-permess ta' l- Onor. Tonio Borg.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Ma kellhiex dritt ...", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "TONIO BORG: Imma ta' l-avukati kellha.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Din il-Kummissjoni ma kenitx tindaħal fit- tkeċċija ta' l-imħallfin.", "(Interruzzjonijiet) Dan x'għandu x'jaqsam?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nista' nsemmilek issa stess każijiet ta' avukati li weħlu multi quddiemha.", "Ma nixtieqx insemmihom.", "(Interruzzjonijiet).", "Nixtieq inkun samaritan tajjeb u ma nsemmihomx.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Dan x'għandu x'jaqsam?", "ONOR.", "TONIO BORG: Jien ma rridx insemmihom għax inti qed tgħid li ma kellhiex ġurisdizzjoni fil-professjoni legali.", "(Interruzzjonijiet) Fuq il- qrati u fuq l-imħallfin ma kellhiex, iżda fuq l-avukati kellha.", "Allura kif jiddeċiedu li jpoġġu nies li m'għandhom x'jaqsmu xejn mal-professjoni legali biex jiddeċiedu .....", "(Interruzzjonijiet) Naf li din kienet il- baby tiegħek, imma issa ma tantx ...", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: X'jiġifieri kienet il-baby tiegħi?", "Safejn naf jien, m'għandix babies.", "ONOR.", "TONIO BORG: GĦaliex din il-Kummissjoni tant qed tiddefendiha b'ċertu entużjażjmu li assumejt li l-paternita' tagħha kienet tiegħek imma issa qed nieħu pjaċir li llum qiegħed tiddiżassoċja ruħek minn kummissjoni bħal din.", "(Interruzzjonijiet) Lanqas m'hu hekk?", "Allura ħallini nkompli bl-argument tiegħi.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Il-meritu ta' din il-Kummissjoni ma neħdux jien u l-paternita' mhix tiegħi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Issa l-punt huwa ċċarat.", "Onor. Tonio Borg indirizza lis-Sedja, jekk jogħġbok.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mela l-Onor.", "Mifsud Bonniċi kien Deputy Leader tal- Partit u ma kellux x'jaqsam magħha.", "Jista' jkun hekk ukoll.", "Kollox huwa possibbli!", "THE DEPUTY SPEAKER: Jekk jogħġobkom, komplu bid-diskussjoni fuq il- materja li għandna quddiemna.", "L-Onor.", "Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, l-intervent ta' l-Onor.", "Mifsud Bonnici jsaħħaħ l-argument tiegħi.", "Il-Kummissjoni dwar il-Ħidma fil-Qrati għalkemm kienet dwar il-ħidma fil-Qrati, inkluża wkoll id-dixxiplina tal- professjoni legali, bil-liġi fil-kompożizzjoni tagħha bilfors kellu jkollha nies li m'għandhom x'jaqsmu xejn mal-professjoni legali.", "L-Onor.", "Mifsud Bonniċi qed igħid li kien hemm raġuni u skop għal dan u forsi għalih dan l- iskop kien tajjeb imma jien qed nipprova nuri li dak l-iskop kien ħażin u qed nipprova nuri wkoll kif din il-Kummissjoni hija differenti minn dik.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: L-avukati mhux qed jikkritikaw il-liġi tal- lum?", "ONOR.", "TONIO BORG: Iva, u din niġi għaliha aktar 'il quddiem.", "THE DEPUTY SPEAKER: M'hemmx cross-debates, jekk jogħġobkom.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Inkella kif tridu jkun interessanti d- dibattitu?", "ONOR.", "TONIO BORG: Dan huwa veru u jien nieħu gost ħafna bihom għaliex fil-fatt iħeġġuni biex inkompli aktar.", "Dawn l-interruzzjonijiet jikkonfermaw il-linja korretta li qed jieħu dan il-Gvern u l-linja ħażina meta kienet twaqqfet din il-Kummissjoni għall-Ħidma fost il-Qrati.", "Jiena dawn l-interruzzjonijiet bl-ebda mod ma jfixkluni.", "Kont qed ngħid għaliex din il-kummissjoni kienet ħażina għall-ħidma fost il-Qrati li tiddixxiplina l-professjoni legali ta' dak iż-żmien bil-liġi.", "Din il-Kummissjoni kellha wkoll id-dritt li tiddixxiplina billi timponi multi u anke tissospendi l-warrant ta' avukat.", "Il-maġġoranza ta' dawn il- ħames membri fil-kompożizzjoni ta' din il-Kummissjoni - tlieta minnhom - bilfors ma setgħux ikunu avukati u mbagħad ic-chairman - skond il-liġi - kellu jkollu esperjenza fil-qasam ċiviku, fil-qasam tat-trade unions jew f'kull qasam ieħor ħlief fil-qasam legali.", "Huwa veru li mbagħad - jekk m'inix sejjer żball - bħala chairman ta' din il-Kummissjoni ġiet nominata persuna li kellha kwalifika legali imma jekk wieħed iħares lejn l-Abbozz kif kien dak iż-żmien, kif għadda u kif sar liġi, din il-persuna li kellha tagħmilha ta' viġili fuq l-għassies, fuq il-Qrati u fuq l-avukati, lanqas ma kien hemm bżonn li jkollha xi kwalifika legali.", "Ħalliha li mbagħad il- persuna li ġiet nominata għassies u viġili tal-qrati spiċċat wkoll chairman tal-bord ta' viġilanza tal-partit fl-Oppożizzjoni, imma qed nuri li lanqas ċ-chairman innifsu tal-Kummissjoni għall-ħidma fost il-Qrati ma kien bilfors irid ikun avukat.", "L-unika persuna li bilfors kellha tkun avukat kienet waħda minn dawk il-ħames membri; il-membru tal-kumitat tal-Kamra ta' l-Avukati għax nassumi li dak bilfors ried ikun avukat.", "B'hekk fl- Abbozz ta' dak iż-żmien, bl-Att VIII ta' l-1981 kien intenzjonat illi wieħed jikkontrolla s-sitwazzjoni fil-Qrati u jikkontrolla l-professjoni legali b'mod ħażin.", "Bil-permess ta' l-Onor.", "Ugo Mifsud Bonnici se nikkwota mid-dibattitu ta' dak iż-żmien, tas-17 ta' Frar, 1981:", "\"Sorveljanza barranija mill-eżekuttiv, ħierġa, qed temana mill- eżekuttiv biex tikkontrolla lil dawk li suppost jikkontrollaw l- eżekuttiv.\".", "Għax fil-fatt l-Eżekuttiv kien qiegħed jipprova jwaqqaf kummissjoni tiegħu li fiha kellu maġġoranza sabiex jikkontrolla lill-Qrati li suppost jikkontrollaw lill-Gvern innifsu.", "Issa l-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja li qegħda tiġi proposta b'dan l-Abbozz naħseb huwa eżempju ċar ta' awtoġestjoni safejn wieħed jista' jasal għal awtoġestjoni.", "Qiegħed jiġi propost illi din il- Kummissjoni l-ġdida tkun preseduta mill-President tar-Repubblika - simbolu ta' l-Istat u ċertament bniedem super partes, 'il fuq mill-politika u mill- kwestjonijiet politiċi - u se tkun komposta wkoll mill-Prim Imħallef - li għandu l-protezzjoni kostituzzjonali - mill-Attorney General - li wkoll bħall-imħallfin igawdi protezzjoni u garanziji kostituzzjonali; fil- Kostituzzjoni stess hemm li ħadd ma jista' jindaħallu fil-qadi tad- dmirijiet tiegħu, l-istess bħalma ħadd ma jista' jindaħal fil-qadi tad- dmirijiet ta' l-imħallfin u l-maġistrati - imbagħad se jkun hemm żewġ maġistrati u żewġ imħallfin li jiġu eletti mill-membri tal-ġudikatura.", "Il- maġistrati jtellgħu lill-maġistrati u l-imħallfin itellgħu lill-imħallfin, u dawn ukoll huma protetti bil-Kostituzzjoni; ladarba se jitilgħu b'elezzjoni terminu tagħhom se jkun għal erba' snin, pero' bl-ebda mod il- Gvern ma jindaħal min jagħżlu minn fosthom sabiex ikunu membri f'din il- Kummissjoni.", "Allura apparti li se jkun hemm dan il-prinċipju ta' protezzjoni tal-kariga - dan diġa' qiegħed fil-Kostituzzjoni stess - se jkun hemm ukoll il-prinċipju elettiv li huma stess jagħżlu wieħed minn sħabhom biex ikun membru f'din il-kummissjoni.", "Imbagħad se jkun hemm żewġ persuni li jistgħu jkunu jew jistgħu ma jkunux mill-professjoni legali - fil-fatt l-Onor.", "Attard Montalto appella biex jekk tgħaddi din il-liġi, dawn il-persuni jiġu nominati mill-Prim Ministru u mill-Kap ta' l- Oppożizzjoni kemm jista' jkun ma jkunux avukati - u se jkun hemm il- President tal-Kamra ta' l-Avukati.", "Jiġifieri l-maġġoranza ta' dawn in-nies kollha se jkollhom kwalifiki legali.", "Se jkun hemm ukoll element hekk imsejjaħ lajk li jista' jiġi ntrodott bin-nomina tal-Prim Ministru u l-Kap ta' l-Oppożizzjoni u l-oħrajn kollha huma membri ta' kategoriji differenti tal-professjoni legali.", "X'se tagħmel din il-kummissjoni?", "Kif diġa' aċċennajt qatt ma kien hemm sistema kompleta ta' awtoġestjoni fid-dixxiplina tal-professjoni legali.", "Per eżempju, s-sistema li kien hemm eżistenti qabel l-introduzzjoni tal- Kummissjoni dwar il-ħidma fil-Qrati ta' l-1981,fl-aħħar mill-aħħar kienet li wara li kien isir rapport - jidhirli lill-Attorney General, lill- President tal-Kamra ta' l-Avukati jew lir-Reġistratur tal-Qorti - il-każ kien jiġi riferit mhux lill-avukati stess imma lill-imħallfin.", "Għalhekk kien hemm element ta' parteċipazzjoni tal-professjoni legali imma fl-aħħar mill-aħħar, id-deċiżjoni finali ma kenitx f'idejn l-avukati nnifishom imma f'idejn il-Qorti ta' l-Appell.", "Fl-1981 il-Kamra ta' l-Avukati kellha raġun tikkritika bl-aħrax - kif għamlu l-korpi kostitwiti kollha - l-Att VIII ta' l-1981 għax fih ma kien hemmx l-iċken forma ta' awto-ġestjoni.", "L-unika parteċipazzjoni tal-Kamra ta' l-Avukati kienet li jkollha membru wieħed f'Kummissjoni ta' ħamsa u dan lanqas kellu jkun il-President imma seta' jkun membru tal-Kumitat.", "Hawnhekk nixtieq nieqaf ftit u ngħid li għalkemm huwa tajjeb li f'dan l-Abbozz ta' Liġi se jkun hemm din il-funzjoni tal- Kunsill ta' l-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja, meta wieħed jasal għall- Abbozz ta' Liġi l-ieħor issa jrid jara aktar fid-dettall x'forma se tieħu din d-dixxiplina u x'se jammonta għal misconduct.", "Fil-fatt il-kritika prinċipali tal-Kamra ta' l-Avukati dwar dan l-Abbozz ta' Liġi huwa għax speċi qed titwaqqaf struttura.", "Il-Kamra ta' l-Avukati għadha mhijiex kuntenta bid-definizzjoni ta' x'inhi misconduct jew ta' x'inhi mġieba ħażina.", "Dan is-suġġett proprjament jaqa' taħt l-Abbozz ta' Liġi l-ieħor imma kif għidt fil-bidu tad-diskors huwa diffiċli li wieħed jisseparahom għax wieħed ma jistax jiddiskuti t-twaqqif ta' Kummissjoni ta' l- Amministrazzjoni tal-Ġustizzja jekk ma jkunx jaf ukoll bejn wieħed u ieħor x'se jkunu l-funzjonijiet tagħha li għalkemm huma msemmijin hawnhekk, il- proċedura u fuq xiex se tiddeċiedi qegħdin aktar imsemmijin fl-Abbozz ta' Liġi l-ieħor.", "Jien naħseb li hemm lok ta' improvement fid-definizzjoni ta' x'inhi misconduct.", "Id-definizzjoni ta' x'inhi \"mġieba ħażina\" tfisser kull kondotta abbużiva jew negliġenti.", "Għalhekk l-aġġettiv \"abbużiv\" qiegħed jikkwalifika kondotta pero' mbagħad hemm l-aġġettiv \"negliġenti\".", "Peress li l-frażi mhijiex \"abbużiv u negliġenti\" iżda \"abbużiv jew negliġenti\" allura wieħed li jaqra d-definizzjoni ta' \"imġieba ħażina\" jista' jieħu l-impressjoni li kull forma ta' negliġenza ta' l-avukat fil- qadi tad-dmirijiet tiegħu tammonta għal imġieba ħażina.", "Naħseb li lanqas il-Ministru stess m'għandu din f'moħħu li jekk, per eżempju, ninsa nippreżenta nota ta' eċċezzjonijiet, il-klijent tiegħi jkun kontumaċi.", "Hemmhekk jiena kont negliġenti u l-klijent tiegħi jista' jagħmel kawża fil- Qrati kontra tiegħi għad-danni, pero' b'daqshekk ma naħsibx li ksirt xi etika.", "Inkun ksirt xi etika jekk in-negliġenza tiegħi tant tkun grossolana u tant ma nagħtix kas li allura ma nkunx verament membru dehen tal- professjoni legali imma nkun ħati wkoll ta' ksur ta' etika.", "Jien mhux qed ngħid li n-negliġenza qatt ma tista' tammonta għal ksur ta' etika, imma taħt id-definizzjoni ta' \"mġieba ħażina\" għandna ndaħħlu dik in-negliġenza li tammonta wkoll għal ksur ta' etika.", "Id-definizzjoni kif inhi llum donnu li ma tkoprihiex jew għallinqas l-interpretazzjoni litterali tal- provediment fl-Abbozz l-ieħor ma jwassalx għal din il-konklużjoni, anzi jwassal għal konklużjoni li kwalunkwe forma ta' negliġenza taqa' taħt il- ġurisdizzjoni tal-Kummissjoni.", "Naħseb li lanqas huwa fl-interess tal- Kummissjoni li jkollha dan il-poter kollu, li kull żball ta' kull avukat minflok jiġi deċiż mill-Qrati ordinarji kif suppost, jiġi deċiż minn din il-Kummissjoni wkoll.", "Ma naħsibx li din il-ġurisdizzjoni tal-Kummissjoni teskludi li wieħed jagħmel kawża għad-danni u allura jekk nagħmel nota ta' eċċezzjonijiet wara 20 ġurnata naqlagħha bl-azzjoni ċivili tad-danni li jsir mill-klijent u jekk il-klijent irid jista' jirraportani quddiem il- Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja.", "Ma naħsibx li din hija l- intenzjoni, m'għandhiex tkun hekk u naħseb li l-Kummissjoni li qed inwaqqfu għandha jkollha bħala dixxiplina tal-professjoni legali l-poter li tiddeċiedi l-każijiet ta' ksur ta' etika.", "Ksur ta' etika jfisser ksur ta' kodiċi ta' etika li kif igħid dan l-Abbozz għandu jiġi formolat mill- kummissjoni fuq parir ukoll tal-kumitat tal-Kamra ta' l-Avukati.", "Jiena niftakar li meta kont membru tal-kumitat tal-Kamra ta' l-Avukati kien ikollna diversi rapporti u konna nagħmlu din id-distinzjoni: dawk ir- rapporti li huma sempliċement każijiet ta' negliġenza - f'liema każ konna niktbu lura lill-persuna li tkun għamlet l-ilment u ngħidulha li għandha dritt tagħmel kawża ċivili - u dawk ir-rapporti li kienu jimplikaw verament ksur ta' etika, per eżempju, li wieħed jgħaddi lill-parti l-oħra informazzjoni konfidenzjali u li jkun rċieva bħal avukat jew li wieħed jiddefendi żewġ persuni f'daqqa meta dawk iż-żewġ persuni jkollhom interess konfliġġenti.", "Dalgħodu kont qed inħares lejn l-istatut tal-kamra ta' l- avukati u fl-istatut hemm addiritura lista ta' affarijiet li huma aċċettati minn kulħadd li huma ksur ta' etika.", "Forsi hemm id-difett li din il-lista saret darba u qatt ma ġiet aġġornata biżżejjed, għax iktar ma l-ħajja ssir komplikata u komplessa, iktar ikun hemm bżonn li naġġornaw mhux biss il- liġijiet tagħna imma anke kodiċijiet ta' etika, fejn għalkemm ma tkun qed tikkommetti l-ebda reat u allura legalment ma tkunx qed tagħmel xi ħaġa ħażina, tista' tkun qed tagħmel xi ħaġa li bħala membru ta' dik il- professjoni mhux suppost li tagħmilha.", "Fiż-żmenijiet li qed niddiskutu kodiċi ta' etika fost il-membri tal-Parlament għall-Ministri u s-Segretarji Parlamentari, huwa tajjeb li ndaħħlu iktar din il-kultura li fil- professjonijiet differenti ikun hemm kodiċi ta' etika biex jirregolaw mhux biss dak li huwa ħażin legalment u li huwa projbit mil-liġi, imma anke l- affarijiet li għalkemm m'humiex projbiti mil-liġi m'għandekx tagħmilhom għax m'humiex dinjitużi.", "Jien rajt ukoll il-kodiċi ta' etika ta' l-imħallfin u ta' l-avukati li jeżistu fl-Istati Uniti ta' l-Amerika.", "Hemm xi provvedimenti li tista' taqbel magħhom u li huma iktar stretti minn tagħna, bħalma hi l-problema li dejjem tinqala' dwar x'pożizzjoni għandu jieħu l-avukat meta jkun jaf li l- klijent tiegħu jkun se jieħu ġurament falz.", "Din hija problema li tinqala' ta' spiss u jekk wieħed ma jkunx ippreparat f'dik li hija etika tal- professjoni legali - mhux qed ngħid neċessarjament etika nisranija - faċilment jista' jsir kompliċi f'affarijiet li huma ħżiena mhux biss etikament imma legalment u li huma projbiti mil-liġi.", "Fil-kodiċi ta' etika ta' l-avukati Amerikani hemm l-opinjonijiet differenti fuq dan is- suġġett u mbagħad hemm il-konklużjoni ta' kif l-avukat bl-ebda mod m'għandu jipparteċipa, kważi lanqas passivament, fl-isperġur tal-klijent tiegħu.", "Huwa tajjeb li dawn l-affarijiet jiġu ntrodotti f'pajjiżna, mhux biss li nħalluhom bħala parti mill-istatut tal-Kamra ta' l-Avukati, imma għandhom ikunu approvati b'liġi; u dan hu li qegħdin nagħmlu bit-twaqqif ta' din il- Kummissjoni.", "Jien qed ngħid li jekk se nagħmlu Kummissjoni li se tiddixxiplina l-professjoni legali għandna nkunu nafu eżatt x'inhu l- binarju u x'inhuma l-parametri u naħseb li l-aħjar soluzzjoni tkun li d- definizzjoni ta' mġieba ħażina ta' l-avukat tkun marbuta ma' kodiċi ta' etika u kemm jista' jkun inħallu li jifformolawha l-avukati stess, naturalment bil-kontrolli neċessarji.", "THE DEPUTY SPEAKER: Skadielek il-ħin u għandek bżonn extension.", "Xi ħadd jipproponi li tkompli tinstema'.", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Nipproponi li jkompli jinstema'.", "ONOR.", "SALVU SANT: Nissekonda.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn talba biex l-Onor.", "Borg ikompli bid-diskors tiegħu.", "Il-Kamra taqbel?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ONOR.", "TONIO BORG: Hija l-ewwel darba li qbiżt il-ħin ta' 40 minuta u għall-ewwel darba nirringrazzja lill-proponent u lis-sekondant talli tawni din l-estensjoni u nassigurahom li mhux se nitlob estensjoni oħra.", "Mr Speaker, wieħed irid jeżamina ftit kif se ssir il-proċedura tad- dixxiplina tal-professjoni legali.", "Sa issa huwa propost li l-ewwel stadju tad-dixxiplina tal-professjoni legali ma ssirx mill-Kummissjoni nnifisha imma ssir minn kumitat li se jitwaqqaf permezz ta' dan l-Abbozz.", "Fil-fatt permezz ta' klawsola 7 ta' dan l-Abbozz - Sostituzzjoni ta' l-artiklu 101 tal-Kostituzzjoni - qed jingħad li:", "\"Il-Kummissjoni għall-Ammi-nistrazzjoni tal-Ġustizzja għandha f'kull żmien ikollha dawn il-kumitati li ġejjin li għandu jkollhom dik l- għamla, kompetenza, setgħat u dmirijiet jekk kif jingħatawlhom bil- liġi:\".", "Wieħed mill-kumitati se jkun il-Kumitat għall-Avukati u Prokuraturi Legali.", "Il-kompożizzjoni tiegħu hija tali li fih il-Kamra ta' l-Avukati se jkollha maġġoranza.", "Jiġifieri f'dan l-ewwel stadju ta' dixxiplina kontra avukat li jkun kiser xi regola ta' etika se jkunu l-avukati sħabu biss li se jiddeċiedu l-każ tiegħu.", "Mela l-awtoġestjoni ta' prinċipji ta' etika huma kompletament f'idejn l-avukuti nnifishom.", "Il-problema li tista' tinqala' u li qed tiġi diskussa - din qed tkun ta' kontroversja fil-Kamra ta' l- Avukati - hija f'każ ta' avukat li jinstab li m'huwiex ħati ta' ksur ta' etika minn sħabu stess jekk għandux jeżisti appell lil parti li tkun għamel l-ilment quddiem il-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja.", "Hawnhekk wieħed jista' jkollu opinjonijiet differenti.", "Huwa veru li fil- Kummissjoni m'hemmx maġġoranza tal-Kamra ta' l-Avukati, pero' kif diġa' għidt sebgħa minn għaxra bilfors li jridu jkunu avukati, minbarra li hemm il-President tar-Repubblika.", "Jiġifieri l-unika possibilita' li ma jkunx hemm avukati huma tnejn.", "Naturalment l-argument jista' jinqaleb fis-sens li tkun qed tinkludi bħala avukati anke lill-imħallfin u lill-maġistrati u jista' jagħti l-każ li l-ksur ta' l-etika jkun każ ta' ksur ta' etika bejn avukat u membru tal-Ġudikatura.", "Jien nawgura li jkun hemm ftit każijiet li jitressqu quddiem il-Kummissjoni u nittama li jekk jitressqu xi każijiet, ma jkunux ta' din ix-xorta.", "Pero' l-punt huwa jekk għandux jeżisti dritt ta' appell għall-kwerelant - jiġifieri dak li qed jagħmel l-ilment kontra l- avukat - quddiem il-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja ġaladarba l-avukat ikun ġie liberat.", "F'każ li l-avukat jinstab ħati minn dan il-Kumitat ta' l-Avukati, huwa jkollu dritt għall-appell quddiem il- Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja.", "L-argument tal-Kamra ta' l-Avukati huwa li ħafna drabi dawn l-ilmenti jagħtu wkoll lok għal azzjoni ċivili tad-danni u allura jekk il-klijent ikun ressaq ilment dwar ksur ta' etika dejjem għandu dak ir-rimedju, pero' jekk f'dak il-każ ta' ksur ta' etika l-avukat ġie liberat, iċ-ċittadin m'għandux ikollu dritt li jkompli jinsisti li l-każ ikompli jinstema' quddiem organu ieħor.", "L-argument huwa li l-kwestjoni ta' etika mhijiex neċessarjament kwestjoni ta' bejn klijent u avukat, imma hija kwestjoni ta' interess pubblikui fejn ġaladarba l- klijent diġa' għandu r-rimedju ta' azzjoni ċivili tad-danni, m'għandux ikollu wkoll id-dritt li jappella quddiem il-Kummissjoni għall- Amministrazzjoni tal-Ġustizzja ġaladarba diġa' kellu l-ewwel ċans quddiem il-Kumitat ta' l-Avukati stess u l-avukati sabu li ma kienx hemm ksur ta' etika.", "Mill-ftit esperjenza ta' każijiet simili li kelli fil-Kumitat ta' l- Avukati nista' nassigura li mhux minnu li l-avukati huma xi forma ta' assoċjazzjoni fejn wieħed jaqbeż għall-ieħor u allura wieħed bilfors joħroġ liberat meta jidher quddiem il-Kumitat ta' l-Avukati għaliex sħabu stess se jiddeċiedu.", "L-esperjenza tiegħi hija li ħafna drabi - issa jew b'ipokresija jew le ma nafx - meta avukat jiġi biex jiġġudika avukat ieħor proprju għaliex ikun jaf il-liġi u jkun jaf kif dawn l-affarijiet isiru fil- prattika jieħu attitudini iktar stretta u iktar iebsa fil-konfront ta' avukat ieħor membru ta' l-istess professjoni.", "Għallinqas din hija l- impressjoni li ħadt mill-ftit esperjenza li kelli dwar każijiet ta' ksur ta' etika meta ġejna biex niddeċiedu dwar każi ta' ksur ta' etika.", "Dak iż- żmien il-President tal-Kamra ta' l-Avukati kien il-Prim Imħallef tal-lum.", "Allura xi ħaġa ta' esperenza jien kont ħadt fuq kif wieħed għandu jiddeċiedi dawn il-każijiet.", "Issa se jkollna l-esperjenza diretta tal-Prim Imħallef għax se jkun ukoll membru ta' din il-Kummissjoni.", "Hemm xi wieħed x'jgħid miż-żewġ naħat.", "Minn banda waħda jekk wieħed ineħħi d-dritt ta' l- appell taċ-ċittadin, allura jiġi akkużat li waqt li qed tagħti d-dritt ta' l-appell quddiem il-kummissjoni li l-avukat ikun instab ħati, mhux qed tagħti d-dritt ta' l-appell lill-parti l-oħra li tkun qed tagħmel l-ilment jekk l-avukat jiġi liberat.", "Hemm l-argument l-ieħor li l-kwestjoni ta' etika hija kwestjoni ta' interess pubbliku fis-sens li l-professjoni legali għandha ssegwi l-etika imma m'hijiex proprjament kwestjoni ta' klijent kontra l-avukat, ġaladarba l-klijent diġa' għandu l-azzjoni tad- danni quddiem il-Qrati ordinarji.", "Allura li wieħed jagħti l-appell lill- klijent f'dan il-każ tkun kwestjoni ta' vendikazzjoni.", "Dawn huma żewġ argumenti li forsi wieħed jiddiskutihom aktar tard meta niġu għall-Abbozz ta' Liġi l-ieħor.", "L-impressjoni ta' kritika li ħadt jien mill-Kamra ta' l- Avukati kienet li ma kkritikatx biss lill-Gvern imma kkritikat ukoll lill- Oppożizzjoni.", "Donnha l-Kamra ta' l-Avukati aċċettat dak li qal il-Gvern li anke l-Oppożizzjoni fil-prinċipju taqbel ma' dan l-Abbozz ta' Liġi imma li ma taqbilx - u hawn għamilha ċara mill-bidu - li l-provvedimenti ta' dan l- Abbozz ta' Liġi jkunu entrenched.", "Prova ta' kemm l-Oppożizzjoni - għallinqas fuq dan il-prinċipju ta' dan il-Bill - taqbel huwa l-fatt li l- Kamra ta' l-Avukati kkritikat kemm lill-Gvern u kemm l-Oppożizzjoni fuq dan il-Bill.", "Donnu fuq il-kontenut ta' dan il-Bill aħna qed naqblu; mhux qed naqblu biss fuq il-kwestjoni importanti ta' l-entrenchment.", "Għalhekk il-Kamra ta' l-Avukati fl-istqarrija tagħha ħarġet tikkritika liż-żewġ naħat.", "L-impressjoni li ħadt jien mid-diskussjoni hija li l-ikbar punt ta' differenza huwa l-kwestjoni ta' l-entrenchment.", "L-Onor.", "Mifsud Bonnici kien l-iktar wieħed kritiku fuq dan l-Abbozz ta' Liġi.", "Qrajt ukoll x'qalu Membri oħra ta' l-Oppożizzjoni, pero' ma ħadtx l-impressjoni li hemm xi oġġezzjonijiet partikolari, ħlief fuq il-kwestjoni ta' l-entrenchment.", "Allura jekk dan l-Abbozz jiġi mibdul biex jitneħħew xi partijiet li ma jistgħux jiġu ntrodotti għax m'hemmx qbil li dawn il-provvedimenti jkunu entrenched, jidhirli li b'daqsxejn ta' sforz wieħed għandu jasal għal ftehim fuq affarijiet li se jiġu ntrodotti biss b'maġġoranza sempliċi u mhux b'maġġoranza kwalifikata.", "(Interruzzjonijiet) Din hija l-opinjoni tiegħi minn impressjoni li ħadt wara li qrajt id-dibattitu fuq dan l- Abbozz.", "Proposta ġdida u interessanti dwar il-funzjonijiet ġodda f'din il- Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja hija tal-poteri li għandu llum il-President tar-Repubblika għar-rigward tas-surrogi ta' l-imħallfin u l-maġistrati, kif ukoll it-tqassim tad-doveri tal-imħallfin u l-maġistrati.", "Dawn id-doveri se jibqgħu jiġu eżerċitati mill-President tar-Repubblika.", "Qabel ma l-Ministru tal-Ġustizzja jagħti l-parir tiegħu, jrid jaġixxi skond ir-rakkommandazzjoni tal-Prim Imħallef u hu jrid jikkonsulta lill-Kumitat.", "Skond l-Abbozz oriġinali hawn li f'każ ta' tqassim ta' dmirijiet ta' l- imħallfin, irid jikkonsulta lill-kumitat ta' qrati superjuri u f'każ ta' tqassim tad-dmirijiet tal-maġistrati lill-Kumitat tal-Qrati Inferjuri.", "Ma nafx jekk din il-parti tiġix mibdula jew le finalment, imma anke jekk din tiġi mibdula naħseb li tajjeb li t-tqassim tad-doveri tal-maġistrati u l- imħallfin ma tkunx kompletament f'idejn il-Gvern.", "Jien m'inix ngħid li l- Gvern m'għandux ikollu say fit-tqassim tad-doveri.", "Jien personalment kontra t-tneħħija kompleta tal-poter tal-Gvern fit-tqassim tad-doveri ta' l- imħallfin.", "Dan qed ngħidu b'esperjenza personali.", "Darba għal snin twal kien hemm lista ta' kawżi li l-ebda mħallef ma ried jagħmel.", "Fil-Qrati, aħna konna nsejħulha l-lista tal-limbu tal-kawżi.", "Kien hemm limbu fejn il- kawżi kienu jistrieħu, jitpoġġew fuq il-lista u qatt ma jsir xejn.", "Niftakar waħda minnhom kienet addirittura kawża kostituzzjonali - dik ta' Francis Zammit Dimech kontra l-Kummissarju tal-Pulizija - meta ma kenux tawna l-permess għal dimostrazzjoni fil-Belt.", "Din il-kawża għamlet snin twal - xi sitta jew seba' snin - għas-sentenza u parti minn dawk is-seba' snin li damet għas-sentenza kienet proprju għax kienet parti minn din il- lista tal-limbu li ebda mħallef ma ried jagħmel.", "Dawn iġġieldu bejniethom u ħadd ma ried jagħmel lista partikolari li kienet lista antika ta' l- Imħallef Ċensu Scerri u ħadd ma ried jiret il-kawżi tiegħu.", "Fl-aħħar mill- aħħar, ċertu intervent ta' l-Eżekuttiv biex jara li l-abbuż ma jsirx, naħseb li għandu jibqa'.", "Fl-istess waqt ma għandux jibqa' l-poter kompletament ta' l-Eżekuttiv għax nafu każijiet oħra fejn kien l-Eżekuttiv stess li abbuża minn dan il-poter.", "Dan sar billi mħallfin li kienu qed jisimgħu kawża, ġew imneħħija mis-smigħ tal-kawża kif ġara fil-kawża tas- Seba' Distrett fl-1976.", "Kien hemm każijiet oħra fejn l-imħallfin ma kellhomx dmirijiet assenjati lilhom għal ċertu perjodu u addirittura kienet għaddiet riżoluzzjoni minn dan il-Parlament stess fl-1984 biex imħallef partikolari seta' jieħu s-salarju d-dar mingħajr ma jiġi assenjat lilu l- ebda dover.", "Din kienet l-indipendenza tal-Qrati tagħna sa ftit snin ilu!", "L-introduzzjoni ta' xi forma ta' poter li l-Kummissjoni għall- Amministrazzjoni tal-Ġustizzja bit-tqassim tad-doveri ta' l-imħallfin u tal- maġistrati ma tkunx xi ħaġa ħażina basta l-Gvern iżomm il-kontroll finali.", "Dan kollu li kelli xi ngħid, Mr Speaker.", "Nittama li għallinqas fuq il- qafas ma jkollniex kontroversja anke jekk min-naħa ta' l-Oppożizzjoni m'hemmx qbil fuq jekk din il-parti għandhiex tkun entrenched jew le.", "Nittama li niddiskutu aktar u aktar fil-fond l-Abbozz ta' Liġi l-ieħor meta niġu għad-definizzjoi ta' \"imġieba ħażina\" u l-proċedura li tiġi segwita mill-Kummissjoni fil-qadi tad-dmirijiet tagħha.", "Grazzi, Mr Speaker.", "THE DEPUTY SPEAKER: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Alfred Sant.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, fuq dan l-Abboz ta' liġi u fuq il- proposti tal-Gvern, in-naħa ta' l-Oppożizzjoni u n-naħa tal-Gvern ilhom jiddiskutu mill-inqas sena u nofs, u fi ħdan il-Grupp Parlamentari Laburista kellna diskussjonijiet twal fuq dak li qed jiġi propost mill- Gvern.", "Aħna għamilniha ċara mill-bidu nett - saħansitra waqt li l-Onor.", "Attard Montalto u jien kellna diskussjonijiet mal-Prim Ministru u ma' l- Onor. Fenech - li f'dak li għandu x'jaqsam ma' ċerti aspetti ta' dan l- Abbozz aħna konna fermi li ma naqblux u allura konna se nivvotaw b'mod li żgur ma kienx se jkun hemm maġġoranza ta' due terzi fuq dan l-Abbozz ta' Liġi.", "Sal-bieraħ bil-lejl jiena fost l-oħrajn kont qed nistaqsi lill- kollegi tiegħi u l-kollegi tiegħi kienu qed jistaqsu lili b'liema mod l- Onor. Fenech kien qed ikompli jipproċedi b'dan l-Abbozz ta' Liġi bil-mod li kien qed jipproċedi waqt li jgħid li jrid li jkun entrenched u allura jrid iż-żewġ terzi tal-Kamra jew aktar meta kien jaf li mhux se jkollu dan il- vot.", "Konna qed ngħidu u għadna ngħidu li din kienet logħba li frankament wieħed ma jistax jifhimha.", "Dalgħodu ċempilli l-whip tal-Grupp Parlamentari Laburista, l-Onor.", "Joe Mizzi, u nformani li kien ġie nformat mill-Prim Ministru li wara kollox il-Gvern kien se jaqbel li dan l-Abbozz ta' Liġi meta jgħaddi mill-Parlament ma jkunx entrenched u allura ma kienx hemm bżonn żewġ terzi tal-Kamra u allura m'hemmx bżonn ta' Division fuq dan il- Bill.", "U din hija xi ħaġa li lili personalment - u ninsab konvint lill- bqija tal-Grupp Parlamentari Laburista - turtani bil-kbir għaliex dan mhuwiex mod kif timxi n-naħa tal-Gvern wara li toqgħod tippoża li trid djalogu u dibattitu serju fuq l-affarijiet, wara dawn ix-xhur li ielna niddiskutu, meta ġejjin ġranet ta' diskussjoni quddiemna, wara l-mod kif il- Ministru Fenech ippreżenta dan il-Bill u l-idea li l-Gvern iridha entrenched.", "F'daqqa waħda issa - meta kellu ċ-ċans kollu jispjega li lest jaċċetta l-pożizzjoni tan-naħa Laburista - ħalla kollox għall-aħħar minuta u dan mhuwiex mod kif jimxi gvern serju wara dawn il-ġimgħat, xhur u, biex ngħid hekk, snin li ielna niddiskutu din il-ħaġa.", "Din it-tip ta' manuvra assolutament m'hijiex denja ta' tmexxija moderna u demokratika f'pajjiż bħal dan.", "Kieku wieħed ġie mogħti l-informazzjoni minn qabel li l-Gvern kien irtira din l-insistenza dejjem għaddejja għal entrenchment illi mhux se jinsisti fuqha kieku konna nitkellmu b'aktar dettall, b'mod aktar ċar, b'mod aktar fin u b'mod aktar qawwi fuq aspetti oħra ta' dan l-Abbozz illi jqanqlu tħassib kbir.", "Wieħed bilfors ikollu jaħseb li din iċ-ċaqliqa ta' l- aħħar minuta m'hi xejn ħlief manuvra politika oħra, ta' nies li qed jippruvaw jagħmlu intriċċi politiċi għax sempliċement il-Kamra ta' l- Avukati ħarġet kontra tagħhom u għalhekk iridu jipprovaw jaraw kif itellgħuna fuq il-karru magħhom.", "Dan m'huwiex mod kif wieħed imexxi proposta li suppost hija waħda serja, aktar u aktar meta matul dawn l-aħħar sena u nofs jew sentejn, ir-rapporti li kienu qegħdin jaslulna dwar dak li kien qiegħed jgħid il-Ministru Fenech lil ċertu nies u lil ċerti korpi fuq dan l-Abbozz kien kompletament differenti minn dak li kien qiegħed jgħid lilna u minn dak li kien qed jgħid pubblikament.", "Wieħed mir-rapporti awtentiċi li kellna kien li meta l-Ministru Fenech mar jitkellem mal-Kamra ta' l-Avukati, qalilhom li hu ried li dan l-Abbozz ikun entrenched biex jiżgura li meta jinbidel il-Gvern u jkun hemm Gvern Laburista, jkun jista' jankrah u jorbtu b'dan l-Abbozz, b'din l-emenda, b'din il-liġi u b'din il- bidla kostituzzjonali.", "Meta ffaċċjajna lill-Ministru Fenech fuq din il- ħaġa qalilna li dan mhux veru u meta erġajna affaċċjajna lil min kien wasslilna dan ir-rapport, qalilna li l-Ministru Fenech hekk kien qalilhom meta tkellem magħhom.", "Allura wieħed bilfors ikollu jistaqsi: Dan hu mod kif qed jitmexxew l-affarijiet?", "Dan hu mod kif wieħed taparsi jiġi quddiem din il-Kamra biex jippreżenta xi ħaġa li suppost hija serja u li suppost hija maħsuba biex tagħti ċans li l-poplu jitlob li l-ġudikatura tiegħu tkun accountable u responsabbli - kif qal kemm il-darba li jridha tkun il- Ministru Fenech - għax-xogħol tagħha u fl-istess ħin jagħmel dawn il- maniġġi illi lanqas insejħilhom fjorentini jew biżantini imma bla sens.", "Kieku din il-ħaġa kienet trasparenti mill-bidunett u kieku veru mill- bidunett kien hemm kalkolu u ħsieb ta' kif għandhom isiru dawn l- affarijiet, ma kienx jaslilna l-messaġġ fl-aħħar minuta li l-Prim Ministru llejla għandu reception u ladarba wara kollox \"se niddropjaw l- entrenchment, hemmx għalfejn ikollna division jew le\".", "(Interruzzjonijiet) Ippermettili nispiċċa.", "M'hi immaġinazzjoni tiegħi xejn.", "Wara dawn ix- xhur u s-snin kollha, dalgħodu wasal dan il-messaġġ: \"Wara kollox il-Prim Ministru għandu reception illejla; aħna se niddroppjaw l-entrenchment, hemm għalfejn ikollna Division?\".", "Iva hemm għalfejn ikollna Division għax dan mhux il-mod kif jitmexxew l-affarijiet.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Kieku kien serju l-Onor.", "Fenech mhux dalgħodu kien jiddeċiedi fuq l-entrenchment.", "(Interruzzjonijiet)", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Fenech ikollu l-opportunita' li jirrispondi.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Fuq il-punt ta' l-entrenchment, wara d- diskussjonijiet sħaħ li kellna u ħafna manuvri, il-Ministru jmissu ...", "(Interruzzjonijiet) Ħalli ngħidlek x'kien qed jgħid, Sur President, u x'inhi l-ħtieġa ta' l-entrenchment.", "X'kienet skond hu l-ħtieġa ta' l- entrenchment?", "Il-ħtieġa ta' l-entrenchment kienet li jekk l-affarijiet ma jkunux entrenched ma jkunx hemm l-indipendenza tal-ġudikatura.", "(Interruzzjonijiet)", "THE DEPUTY SPEAKER: Nitlob lill-Ministru jħalli lill-Onor.", "Sant jitkellem.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Dak kien l-argument.", "Jekk veru dan il-Ministru huwa responsabbli, Sur President, u jgħid li l-entrenchment - skond kif għadu kemm qal - huwa neċessarju għall-indipendenza tal-ġudikatura, imissu jibqa' jinsisti fuqha.", "(Interruzzjonijiet) Sur President, jien iddejjaqt b'din l- istorja li meta jitkellem Ministru jgħollulu s-sound u meta nitkellmu aħna jagħlquhulna.", "Ma nistgħux nibqgħu sejrin hekk.", "Issa ħalli nkompli fuq il- kwestjoni ta' l-entrenchment, Sur President.", "(Interruzzjonijiet)", "THE DEPUTY SPEAKER: M'hemmx cross-debates, jekk jogħġobkom.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Wara dawn il-ġimgħat nitkellmu miegħu - u anke xhur - il-Ministru Fenech baqa' jinsisti li l-kwestjoni ta' l-entrenchment hija xi ħaġa meħtieġa għall-indipendenza tal-ġudikatura u darba minnhom morna jien u l-Onor.", "Attard Montalto biex niltaqgħu miegħu u mal-Prim Ministru.", "Lill- Prim Ministru kollna spjegajnielu li jekk din il-ħaġa b'xi mod jew ieħor għandha xi inċidenza fuq l-indipendenza tal-ġudikatura, one way or the other, bl-entrenchment jew mingħajru, aħna ma naqblux magħha għax ma rridux li l-indipendenza tal-ġudikatura tkun mimsusa u bqajt mistgħaġeb meta l- Prim Ministru qabel magħna.", "Dar fuq l-Onor.", "Fenech u qallu: \"Le, għandhom raġun għax din m'għandhiex x'taqsam.\"", "Il-Prim Ministru qal li mhux din ir- raġuni għaliex aħna rridu l-entrenchment imma rriduha għax din il- Kummissjoni li qed nitkellmu dwarha hija kummissjoni kostituzzjonali.", "Il- Prim Minstru qal li kummissjonijiet kostituzzjonali kollha huma entrenched.", "Din il-ħaġa semgħuha tlieta min-nies minbarra jien - il-Prim Ministru li qalha, l-Onor.", "Fenech u l-Onor.", "Attard Montalto.", "Allura, Sur President, quddiem dan it-tip ta' taħwid tibqa' bilfors imbellah.", "X'qegħdin nagħmlu hawnhekk, nipprovaw nilgħabu ċ-ċess u d-drafts jew qed nipprovaw tabilħaqq nagħmlu riforma?", "Huwa veru li hemm bżonn li jkun hemm sistema ta' accountability tal-Qrati għax veru li l-poplu mhuwiex moqdi tajjeb, veru li qed ikun hemm abbużi u veru li hemm nies li ma jistgħux jinqdew.", "Meta l- Ministru Fenech jesprimi miegħi ċerta rabja u frustrazzjoni nifhem li hemm ċerti raġuni għal dak li jkun qed jgħid pero' jien ma naqbilx mal-mod kif imexxi l-affarijiet.", "Qed ngħid dan għax wieħed ma jasal imkien jekk jimxi b'tattika ta' bulldozer u jagħti kas l-affarijiet li jolqtu lilu biss.", "Huwa veru li hemm bżonn ta' sistema li trendi l-Maġistratura, l-Gudikatura u s-sistema legali accountable u huwa veru li hemm bżonn li nirriflettu kif din għandha ssir.", "Min-naħa tagħna konna responsabbli fil-mod kif imxejna għax meta ddiskutejniha fil-Grupp Parlamentari u bgħatna r-rappreżentanti tagħna biex jitkellmu mar-rappreżentanti tal-Ministru Fenech u tal-Gvern kellhom terms of reference ċari li sewgwewhom b'pass wara l-ieħor, bl-akbar serjeta' u bl-akbar responsabbilta'.", "Kien hemm punti importanti u serji li fuqhom kien hemm qbil u kien hemm ukoll punti importanti u serji oħra li fuqhom ma kienx hemm qbil.", "Imma meta mbagħad niġu biex ngħidu li se ngħaddu dan l-Abbozz ta' Liġi wara dawn id-diskussjonijiet kollha u ninsistu fuq l-entrenchment - kif qal jew kif ta ad intendere l-ħin kollu l- Onor. Fenech u n-naħa tal-Gvern - imbagħad fl-aħħar minuta jitbiddel l- argument ...", "Għalhekk jien ikolli nemmen dak kollu li qalulna fuq il- logħob li lagħab il-Ministru Fenech mal-Kamra ta' l-Avukati u fuq l- affarijiet li qalilhom li jrid l-entrenchment biex ikun jista' jorbot il- Partit Laburista meta jkun fil-gvern.", "Jien ngħidlu li spiċċa ż-żmien ta' dawn il-logħbiet.", "Jekk tan-naħa l-oħra qed jaħsbu li jistgħu jittrattaw lill-Partit Laburista b'dan il-mod veru ntilfu u veru li l-prodott tagħhom mhux talli huwa skadut talli la jafu fejn huwa pajjiżna bħalissa u lanqas jafu kif evolva.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Jien ngħidilhom li l- Partit Laburista fil-gvern ikollu ideat ħafna aktar responsabbli u serji minn dak li qed jipprovaw jagħmlu huma bil-maniġġji stupidi li qed jidħlu għalihom.", "Jekk qed jaħsbu li għax il-Kamra ta' l-Avukati ħarġet kontra tagħhom, aħna se nipprovaw nirkbu xi karru jew xi ieħor għandkom żball mill-bidu sa l-aħħar.", "Il-pożizzjoni tagħna kienet koerenti u konsistenti u tibqa' hekk.", "Illum se nivvotaw kontra u se nieħdu division u ninsistu fuq id-division għax assolutament ma nistgħux naċċettaw il-mod irresponsabbli u diżonest fuq ħaġa bħal din li suppost hija importanti ħafna.", "Ma nistax nifhem kif dalgħodu l-Prim Ministru fil-11.30 a.m. ċempel lill-Onor.", "Joe Mizzi u qallu li fil-għaxija għandu reception, ried ikun jaf x'se jkunu l-affarijiet għax il-Gvern se jwaqqa' l-entrenchment u allura m'hemmx għalfejn issir division.", "Dawn mhux affarijiet li jsiru f'demokrazija responsabbli.", "Ċertament dan jinnega bil-kbir kwalunkwe sforz li jista' jsir biex tabilħaqq nagħmlu l-Gudikatura accountable u responsabbli.", "L- affarijiet mhux hekk isiru u għalhekk qomt issa biex ngħid li se nivvotaw \"le\" b'division fuq l-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna u biex ngħid ukoll - u qed nagħti warning minn issa - li fil-Committee Stage se nagħtu emendi fuq dak li għandna quddiemna u fuq dawk l-emendi wkoll se nitolbu division.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "THE DEPUTY SPEAKER: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Jekk jogħġbu, il- Ministru jagħmel il-winding up.", "ONOR.", "JOE FENECH (Ministru tal-Gustizzja): Mr Speaker, se nibda billi nirrispondi għal dak li qal il-Kap ta' l-Oppożizzjoni u jiddispjaċini li saħan ħafna għax fehem kollox ħażin, u se nispjega għaliex fehem kollox ħażin.", "Billi l-Prim Ministru ċempillu dalgħodu u qallu li se jsiru emendi biex ma jsirx l-entrenchment, ma jfissirx dak li qed jaħseb hu, anzi jiena għadni nixtieq li wara li nispjega lin-naħa l-oħra tal-Kamra r-raġunijiet għall-entrenchment - għax donnu mid-diskussjoni li smajt qegħda spustata u mhijiex qed tiftiehem korrettement - jaqblu magħna u possibilment isir l- entrenchment.", "Il-Gvern qabel ma ġab din il-liġi għad-diskussjoni, iddiskutejniha l-ewwel fil-Kabinett għax naturalment ħadd m'hu iblaħ u għidna: \"Inġibuha jew ma nġibuhiex?\"", "Iddeċidejna li nġibuha kif inhi u ninsistu li jkun hemm entrenchment imma jekk l-Oppożizzjoni tibqa' tinsisti li ma tridx entrenchment naturalment ikunu jridu jsiru l-emendi neċessarji għal abbozz kif inhu llum, li hu maħsub għal entrenchment.", "Ikollna nneħħu ħafna mis-snien li għandha, u hi intiża li jkollha, din il- Kummissjoni u rridu nneħħu mill-funzjonijiet id-dixxiplina tal-Gudikatura.", "Dwar id-dixxiplina fuq il-Gudikatrura hemm skola ta' ħsieb li tgħid li din tkun emenda għal section 97 u konsegwentement tkun trid tgħaddi b'żewġ terzi tal-voti.", "Allura biex nevitaw din il-possibbilta' li jkun hemm attakk dwar il-kostituzzjonalita' fil-Qrati li tista' tgħid li din l-emenda ma tkunx kostituzzjonali, allura se nevitaw u neliminaw dik il-funzjoni mill-funzjonijiet ta' din il-Kummissjoni.", "Din mhijiex irresponsabilita'.", "Kif qed jaġixxi dan il-Gvern huwa l-aktar mod responsabbli.", "Kif diġa' spjegajt fl-introduzzjoni tad-diskors tiegħi, meta ġejna biex nagħmlu din il-liġi mill-bidu nett tlabt lill-membri tan-naħa l-oħra biex jipparteċipaw fid-diskussjonijiet inizjali ta' l-Abbozz biex ikollna kunsensus fl-aħjar interess ta' l-amministrazzjoni tal-ġustizzja ta' kif għandu jiġi kompost dan l-organu u l-funzjonijiet li se jkollu.", "Huma ma pparteċipawx, imbagħad meta lestejna dan l-Abbozz għaddejtulhom biex jagħtuni l-kummenti tagħhom u erġajna ma rċevejniex kummenti.", "Jien erġajt tkellimt mal-Kap ta' l- Oppożizzjoni u tlabtu biex niltaqgħu u fil-fatt ġie jarani.", "Sussegwentement tlabt ukoll lill-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici biex jiġi ħalli niddiskutu l-Abbozz, li kien għadu ma ġiex ippubblikat, u naraw x'nistgħu nagħmlu biex ikun hemm serja li naqblu fuqha lkoll fl-aħjar interess ta' l-amministrazzjoni tal-ġustizzja.", "Dak inhar il-Kap ta' l- Oppożizzjoni qabel ma' l-Abbozz kif inhu pubblikat ħlief għal xi dettalji żgħar li qalli biex niddiskutuhom aktar tard.", "Hu qalli wkoll li jaqbel ma' l-entrenchment u dak iż-żmien għax antiċipajt x'jista' jiġri bgħattlu ittra fejn ikkonfermajtlu x'ġie diskuss bejnietna u fiex qbilna u ma qbilniex.", "Dak inhar hu xtaq li ssir white paper għax qalli li ma jixtieqx li dawn id- diskussjonijiet isiru minn wara dahar il-poplu u nagħtu l-impressjoni lill- pubbliku li l-Gvern u l-Oppożizzjoni jiftiehmu minn wara dahru fuq affarijiet ta' materja mportanti kostituzzjonali, iżda qabel li ssir il- kummissjoni kostituzzjonali u li tiġi entrenched u qalli li mbagħad niddiskutu xi dettalji aktar tard.", "Jien bgħattlu ittra - u nista' npoġġiha fuq il-Mejda tal-Kamra - u hu ma kitiblix lura biex jgħidli li hemm xi ħaġa skorretta fiha, allura dan ifisser li hu qabel mal-korrettezza ta' dak li jien ktibtlu dwar id-diskussjoni li kellna.", "Dak inhar ftehemna wkoll li minflok ma nagħmlu white paper, jiena kelli nippubblika l- abbozzi ta' liġijiet - urejthomlu u tajtu kopja tagħhom - biex imbagħad inħallu l-pubbliku jgħaddi l-kummenti tiegħu fuq l-Abbozz ta' Liġijiet kif jiġu ppubblikati.", "Jien fil-press conference li kont se nagħti kelli ngħid li dawn mhux se jiġu 'l quddiem għad-diskussjoni qabel xahar jew tliet ġimgħat, biex nagħtu iċ-ċans lill-pubbliku ħalli jikkummenta fuq il- liġijiet, imbagħad wara tiltaqa' delegazzjoni mill-Oppożizzjoni mal-Gvern biex jiddiskutu d-dettalji, kif fil-fatt sar.", "Bħala stat ta' fatt nista' niddikjara u nsemmi l-kummenti li tan-naħa ta' l-Oppożizzjoni għamlu fuq kull klawsola ta' dan l-Abbozz u nista' ngħid li fuq il-kummenti l-oħra kollha għidtilhom li ppreparat li nasal u wħud minnhom naqbel magħhom perfettament.", "Każ minnhom, per eżempju, kien li jkun hemm li dak li tagħmel il-Kummissjoni ta' l-Amministrazzjoni tal-Gustizzja f'każijiet ta' indirizz ta' din il-Kamra għar-rimossjoni ta' xi imħallef ikun konklużjoni prima facie, biex tara jekk hemmx bażi serja biex il-ġudikant jinġieb quddiem il-Kamra biex tittratta l-każ hi.", "Fil-fatt qbilna anke dwar kif għandha ssir id-diċitura.", "Kien hemm emendi oħra li qbilna dwarhom, pero' li ma qbilnix kien unikament dwar l-entrenchment.", "Anke fuq il- kompożizzjoni tal-Kummissjoni qbilna u l-uniku kumment li kien sar kien li riedu li jiġi stipulat li ż-żewġ persuni li kellhom jiġu nominati, wieħed mill-Gvern u l-ieħor mill-Oppożizzjoni, ma jistgħux ikunu avukati.", "Jien ġbittilhom l-attenzjoni li m'inix se nsib diffikulta' li nagħmilha, pero' nħoss li jkun insult għall-Kap ta' l-Oppożizzjoni u għall-Prim Ministru li minflok li tħallilhom l-għażla libera f'idejhom biex jagħżlu persuna li għandhom fiduċja fiha, tillimitalhom dik l-għażla.", "Jien għidtilhom li nkun preparat li din immexxiha 'l quddiem, anzi f'dak il- każ nissuġġerixxi li ssir kif qed jissuġġerixxu huma.", "Għalhekk bħala stat ta' fatt nistgħu niddikjaraw bl-aktar mod ċar li qbilna fuq dan l-Abbozz ta' Liġi ħlief għall-entrenchment tiegħu.", "Dak inhar ipprovajt nispjega għaliex l-Abbozz kif inhu jinneċessita l-entrenchment.", "Hawn żewġ skejjel ta' ħsieb, hawn skola ta' ħsieb li tgħid li l-Kostituzzjoni f'section 97 tikkontempla speċifikament liema kwalita' ta' dixxiplina tista' ssir fuq l- imħallfin u b'liema mod u minn min..", "Subartiklu 97 (2) tal-Kostituzzjoni jgħid li:", "\"Imħallef tal-Qrati Superjuri ma għandux jitneħħa mill-kariga tiegħu ħlief mill-President wara indirizz mill-Kamra tad-Deputati li jkollu favur tiegħu l-vot ta' mhux anqas minn żewġ terzi tal-membri tagħha u li jitlob għal dik it-tneħħija minħabba inkapaċita' ippruvata li jaqdi l-funzjonijiet tal-kariga tiegħu (kemm jekk għal mard korporali jew mentali jew għal xi raġuni oħra) jew imġieba ħażina ippruvata.\".", "Jiġifieri din l-iskola ta' ħsieb tgħid li f'dawk iż-żewġ ċirkostanzi biss li ssemmi l-Kostituzzjoni tista' teżerċita dixxiplina fuq ġudikant.", "Bejn ix-xejn u l-estrem tat-tkeċċija ma tista' tagħmel xejn.", "Imħallef jista' jitneħħa biss wara indirizz li jgħaddi b'żewġ terzi tal-voti ta' din il- Kamra u mbagħad il-President jneħħi lil dak l-imħallef.", "Hawn skola oħra ta' ħsieb - u naħseb li dan huwa l-ħsieb ta' l-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici li jien intendi li nikkondividi wkoll, imma ċ-ċertezza ma tistax tkun magħna hawn - li tgħidlek il piu' contiene il meno.", "Dak jikkontempla l- estrem, imma b'daqshekk ma tfissirx li ma tistax tiddixxiplina imħallef għal mġieba ħażina li ma twassalx għat-tkeċċija ...", "Per eżempju, jista' jkollok imħallef li jkun traskurat jew ikollok imħallef li jġib ruħu b'mod ħażin billi jisker kuljum.", "Dawn huma ċirkostanzi li tista' tikkontemplahom li jistgħu ma jkunux daqshekk gravi li jwasslu għal tkeċċija, pero' jkunu affarijiet serji li tista' twissi lill-imħallef dwarhom.", "Fl-Italja għandhom sistema ta' multi jekk imħallef jonqos u jġib ruħu ħażin.", "Din l- iskola ta' ħsieb tgħid li tista' tagħmel xi ħaġa li biha tiddixxiplina lill- imħallef għaliex il-kostituzzjoni tikkontempla l-estrem u allura dak kollu li ma jwassalx għal dak l-estrem tista' tiddixxiplinah.", "U hawnhekk tidħol il-kwestjoni l-oħra: Tista' dan tagħmlu b'xi organu ieħor barra l- Parlament?", "Din l-iskola ta' ħsieb tgħidlek li tista', purche' tagħtih serjeta' fil-kompożizzjoni tiegħu u tassigura l-indipendenza.", "Biss hawn tidħol fil-famuża strait-jacket fejn trid tassigura l-indipendenza tal- ġudikatura u li bl-ebda mod ma tmissha - kif qal tajjeb l-Onor.", "Mifsud Bonnici - li qbilna fuqha wkoll.", "Huwa qal li jekk aħna ngħidu li din hemm bżonn tkun entrenched għaliex altrimenti taffetwa l-indipendenza, dan ifisser li jekk se taffetwa l-indipendenza allura din m'għandek tagħmilha qatt, imma din hija premessa u konklużjoni falza.", "Imma dan m'għandu x'jaqsam xejn.", "Tneħħi l-indipendenza jekk int tagħmel xi ħaġa u temenda dak li jrid żewġ terzi u allura tneħħi dak il-poter salvagwardat - għax biex jitneħħa trid żewġ terzi tal-voti favur - b'xi ħaġa li tirrendiha tinbidel b'sempliċi maġġoranza għaliex ma tkunx ġiet entrenched.", "Dan hu li jneħħi l-indipendenza.", "Jekk inti tagħmel kummissjoni - kif se nagħmlu hawn - li tiddixiplina lill-imħallfin u tappartjeni għall-ewwel skola - u jistgħu jappartjenu għal dik l-iskola l-imħallfin li jridu jiddeċiedu jekk din l-emenda hijiex kostituzzjonali jew le - jgħidulek li int qed temenda indirettament dak li tistipula l-Kostituzzjoni li jrid jiġi emendat b'żewġ terzi billi tagħmlu soġġett għal emenda b'sempliċi maġġoranza.", "L-istess ħaġa jista' jingħad kieku aħna din għaddejniha kif inhi b'żewġ terzi tal- voti tal-Kamra imma ngħidu li mhux se tkun entrencehed imma tgħaddi u tista' tneħħiha b'sempliċi maġġoranza.", "Hekk tista' tkun qed tattakka l- indipendenza tal-ġudikatura għaliex dik id-dixxiplina li llum il- Kostituzzjoni trid li tkun salvagwardata billi ssir unikament mill- Parlament u tgħaddi b'vot ta' żewġ terzi ta' din il-Kamra, int tkun qed tagħmel \"xi forma oħra ta' dixxiplina li mhix tkeċċiha\".", "Jekk tagħmel organu ta' dixxiplina ta' imħallfin b'liġi ordinarja li xi ħadd jibdilha meta jrid b'organu li jitbiddel kif irid li flok se jkun kummisjsoni kostituzzjonali entrenched se jkun kummissjoni kostituzzjonali mhux entrenched u għada pitgħada jista' jiġi xi Gvern li jgħid li jrid jibdel il-Kummissjoni bi bniedem wieħed biex jiddixxiplina l-imħallfin, dan jista' jneħħi l-indipendenza.", "Jien qed nipprova nuri ċar fejn in-nuqqas li dan l- Abbozz kif inhu ma jiġix entrenched, allavolja jiddixxiplina l-ġudikatura, jista' jiġi kunsidrat bl-iktar mod faċli r li qiegħed jaffetwa l- indipendenza tal-ġudikant fi dmirijietu għaliex dan ma jkunx iżjed ċert minn postu, ma jkunx iżjed ċert bil-mod kif se jkun dixxiplinat.", "Dik l- inċertezza fiha nnifisha tista' ġġiblek nuqqas ta' l-indipendenza tegħek u twasslek għal sitwazzjoni fejn int ma tiddeċidix kif għandek tiddeċiedi għaliex trid togħġob lil xi ħadd biex forsi ma jiddixxiplinakx, u dan huwa ħażin.", "Dan imissu fehem il-Kap ta' l-Oppożizzjoni flok qam jitkellem mingħajr ma fehem xejn u għamel ħafna presuppożizzjonijiet li hemm manuvri minn taħt biex nipprovaw nagħmlu affarijiet, nuqqas ta' serjeta' u flok ninformawhom minn qabel bl-affarijiet ...", "Jiena l-entrenchment għadni nixtieqha sal-lum u nixtieq li l-Oppożizzjoni tifhem kemm hemm bżonn li l- provvediment li jwaqqaf din il-Kummissjoni jiġi entrenched għax jekk m'hux se jiġi entrenched lil din il-Kummissjoni se nneħħulha s-snien u jkollna nneħħu b'kull mod il-funzjoni ta' dixxiplina tal-ġudikatura.", "Ma rridx lanqas remotament li jiġri li din il-liġi tista' tiġi konsidrata anti- kostituzzjonali jew li b'xi mod tista' taffetwa l-indipendenza tal- ġudikant.", "Għadni s'issa u nitlobha lill-Oppożizzjoni biex fid-dawl ta' dawn l-iskjarimenti tirrikonsidra l-pożizzjoni tagħha u fl-interess tal- pajjiż tara jaqbilx li tivvota għall-entrenchment tal-liġi kif inhi - ħalli mbagħad nemendaw ċerti affarijiet oħrajn żgħar kif xtaqu huma.", "Mid-diskors li sar hawn issa fhimt li dawn sfortunatament kienu qed jifhmu li dan il- Gvern irid jagħmel entrenchment tal-proċedura ta' kif isiru l-affarijiet f'każ ta' indirizz quddiem din il-Kamra għar-rimossjoni ta' imħallef.", "Dan m'hu veru xejn għax aħna għalkemm għamilniha hekk fl-Abbozz, ippreparati li nirrinunzjaw għaliha u ndaħħlu din il-proċedura taħt liġi oħra kif tgħid il-Kostituzzjoni stess taħt subartiklu 97 (3).", "Naturalment aħna ridna nagħmluha hekk għax għidna li jkun iktar utli li anke din il-proċedura tkun entrenched pero' ma ninsistix fuqha u m'hemm xejn ħażin li ssir taħt liġi oħra għax il-Kostituzzjoni stess tippermetti li jsir hekk.", "Imma jekk il- liġi tibqa' kif inhi l-entrenchment hu essenzjali biex il-kompożizzjoni tal- Kummissjoni li se jkollha l-poter li tiddixxiplina l-ġudikatura tkun entrenched biex b'hekk ikun hemm is-serħan tar-ras anke tal-ġudikant li min se jiġġudikah se tkun kummissjoni komposta b'niex serji u b'mod serju u jkollu moħħu mistrieħ li żgur se jkollu a fair trial f'kull kwestjoni li tista' tiġi quddiem din il-kummissjoni u m'għandux il-ħsieb li għada pitgħada jiġi xi Gvern li jkun irid jibdel din il-Kummissjoni biex jikkomponiha kif jaqbillu, jew jagħmel persuna waħda biex isir dak li għandu jsir, jew anke jibdel il-forma ta' piena stipulata bil-konsegwenzi li tnaqqas serjament l-indipendenza tal-ġudikant.", "Din hi r-raġuni għaliex aħna konna u għadna nixtiequ li din il-liġi tgħaddi kif inhi u ssir entrenched.", "Huwa naturali li jekk l-Oppożizzjoni tibqa' tinsisti li ma tridx entrenchment u tibqa' b'din il-fissazzjoni li qam biha l-Kap ta' l- Oppożizjzoni li hawn qed isiru xi manuvri minn wara dahar xi ħadd għax qal li issa ddeċidejna li ma nagħmlux entrenchment, allura possibbli li hawn ilkoll m'aħniex intelliġenti biżżejjed illi nifhmu li jekk ġibna din il- liġi - u nafu din il-liġi kif inhi - trid tgħaddi b'żewġ terzi u qed ninsistu li din tkompli għaddejja illi naturalment se ngħadduha u nemendawaha b'mod illi tista' tgħaddi kostituzzjonalment mingħajr ma tkun entrenched!", "Li se jiġri huwa li se nneħħu s-snien, imma se nagħmluha kostituzzjonali għax jidhrilna u nixtiequ li xi mument aktar 'il quddiem ngħidu li din il-famuża kummissjoni vale la pena li nagħmluha entrenched.", "Forsi għada pitgħada wieħed jirrealizza li dak li qed jissuġġerixxi l- Gvern illum ikun vale la pena li jiġi entrenched.", "Hu x'inhu l-każ huwa importanti li kummissjoni, li b'xi mod qiegħda tindaħal fuq diversi aspetti tal-funzjonijiet tal-ġudikatura u anke fuq l-avukatura, ikollha status kostituzzjonali u ma tkunx f'livell ta' kummissjoni proċedurali fil-liġi tal-proċedura.", "Jekk aħna qed nitkellmu fuq it-tielet poter ta' l-Istat li huwa importantissimu fil-bilanċ tal-poteri għal kull demokrazija f'kull pajjiż, ma nistgħux ma nikkonsidrawx li l-Kummissjoni tkun waħda kostituzzjonali biex tingħatalha l-istatura u l-importanza li jixriqilha.", "Sur President, nispera li għamiltha ċara biżżejjed x'kien u għadu l- ħsieb tal-Gvern għaliex ridna u għadna nemmnu fl-entrenchment.", "Zgur li ma ridnihiex għar-raġunijiet li qalu huma imma għar-raġunijiet li semmejt jien, li huma raġunijiet validissimi.", "Naħseb li kemm il-Kap ta' l- Oppożizzjoni żbalja meta qam u qal ċerti affarijiet, kif ukoll diversi kelliema oħra tan-naħa l-oħra li tkellmu fuq din il-materja.", "Se nipprova nieħu l-kummenti kronoloġikament kif saruli, imma nibda mill-aħħar kelliem.", "L-Onor.", "Joe Brincat qal li l-kompożizzjoni kif inhi - anke f'dan ir- rigward tan-naħa l-oħra donnhom ma jaqblux bejniethom - fih wisq ġudikanti u għalhekk minħabba l-konsegwenza ta' kappell li ma jmejjilx lil ieħor - kif jgħidu l-Maltin - mhix se ssir ġustizzja.", "Aħna qgħadna attenti li l-kompożizzjoni tal-Kummissjoni l-ewwelnett tkun tirriflett ħafna dak li kien ġie maqbul fis-Select Committees ta' qabel u t-tieni nett tkun magħmula b'mod li filwaqt li tirrifletti kemm jista' jkun l-awto- ġestjoni, jkollha trasparenza u kontroll minn barra.", "Inizjalment aħna konna ssuġġerejna - u dan il-kumment konna tajnih lill-Oppożizzjoni - li ċ-chairman tal-Kummissjoni m'għandux ikun il-President tar-Repubblika.", "Din kienet idea tiegħi u minħabba l-każ tal-kunsill superjuri tal-maġistratura Taljan u l-inkwiet li kien inqala' mal-President Cossiga deherli li ma kienx opportun li l-President tar-Repubblika jkun chairman ta' din il- Kummissjoni għax setgħu jiġu kkreati ċerti diffikultajiet u konflitti, pero' l-parti l-oħra nsistiet li l-President tar-Repubblika għandu jkun iċ-chairman tal-Kummissjoni u l-Gvern din aċċettaha.", "Fil-fatt l-Abbozz ta' Liġi li kien inħareġ inkorpora s-suġġeriment ta' l-Oppożizzjoni li l- President tar-Repubblika jkun ukoll il-President ta' din il-Kummissjoni.", "Issa hawnhekk qed nitkellmu fuq l-iktar nies li l-pajjiż jagħtihom fiduċja minħabba l-kariga tagħhom.", "Din il-Kummissjoni hija komposta mill- President tar-Repubblika, mill-President tal-Qrati, minn żewġ imħallfin eletti minn fost il-bank ta' l-imħallfin, minn żewġ maġistrati eletti minn fost il-bank tal-maġistrati, mill-Avukat Generali tar-Repubblika - wieħed mill-ogħla, jekk mhux l-ogħla, impjegat taċ-Civil li għandu l- indipendenza tiegħu kostituzzjonalment garantita - u mill-President tal- Kamra ta' l-Avukati.", "Imbagħad għat-trasparenza, għall-kontroll tal- pubbliku, għall-element lajk u għall-kontroll indirett tal-Parlament hemm ukoll rappreżentant tal-Prim Ministru u rappreżentant tal-Kap ta' l- Oppożizzjoni biex jaraw li l-affarijiet ikunu qed isiru kif suppost.", "Jekk l-affarijiet ma jkunux qed isiru kif għandhom isiru dawn se joħorġuhom fil- pubbliku.", "Din kienet ir-raġuni li l-kompożizzjoni saret kif inhi bl-iktar mod serju biex nassiguraw li l-affarijiet mhux biss isiru bis-serjeta' imma jkunu jidhru li qed isiru bis-serjeta'.", "L-argument ta' l-Onor.", "Brincat ma tantx ireġi għax allaħares nibdew ngħidu li kappell ma jmejjilx lil ieħor, għax allura għandek sitwazzjoni ta' korruzzjoni mill-ikbar, meta tispiċċa l-fiduċja f'nies l-aktar idoneji, jiġiferi mħallfin, maġistrati, l-Avukat Generali, il-President tal-Qorti u saħansitra l-President tar-Repubblika u jekk ma jkollniex fiduċja li dawn in-nies qed jagħmlu dmirhom, nistgħu narmu kollox il-baħar kompriża d-demokrazija ta' pajjiżna.", "L-Onor.", "Brincat semma li hemm pika fost l-imħallfin, u ma neskludix dan il-fatt għax kulħadd uman u kulħadd għandu l-ambizzjonijiet tiegħu, iżda dan ma jfissirx li meta ġudikant jiġi biex jiddeċiedi se jħalli l- emozzjonijiet u l-piki jaffettwawlu l-ġudizzju tiegħuy, għax allura jekk hu hekk ngħid li hemm stat ta' korruzzjoni.", "Jien konvint kif naħseb li huwa konvint anke l-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici li l-ġudikatura tagħna għallinqas fil-maġġorparti kbira tagħha - nista' ngħid kollha kemm hi - qed tagħmel mill-aħjar li tista' biex ma tħallix l-emozzjonijiet u interessi oħrajn jaffettwawla l-imparzjalita' tal-ġudizzju f'affarijiet li jkunu quddiemha għal deċiżjoni.", "L-Onor.", "Brincat qalilna wkoll li hu jaqbel mal-proċedura li qed tiġi suġġerita fil-każ ta' indirizz li jsir minn din il-Kamra għax qal li mhux sew li ċċappas lil xi ħadd quddiem il-Kamra b'mozzjoni meta m'hemm l-ebda bażi għaliha u ma tistax iċċapas ġudikant għax il-ġudikant irid ikollu l- fiduċja sħiħa tal-pajjiż inkella jkollu jiddemetti.", "THE DEPUTY SPEAKER: Onor. Fenech, għandek bżonn il-leave of House biex tkompli tinstema'.", "Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "JOE FENECH: Nirringrazzja lill-Kamra għall-estensjoni li għoġobha tagħtini.", "(Interruzzjonijiet) Jien qed ngħid lill-Kamra.", "Mela l-Kap ta' l-Oppożizzjoni mhux parti mill-Kamra?", "Mela nirringrazzja formalment lill- Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "Tkellem ukoll l-Onor.", "Schembri Adami u tkaża li lanqas white paper ma ħriġna.", "Donnu ma kienx preżenti meta ntroduċejt din il-liġi u ma qarax il- gazzetti meta saret il-press conference li għamilt sena ilu.", "Meta ġew ippubblikati l-liġijiet tkellimna ċar li l-white paper ma saritx bi ftehim u għidna li l-pubblikazzjoni tal-liġijiet sejra sservi ta' white paper għax se nagħtu żmien biżżejjed lill-pubbliku biex jikkummenta fuqhom qabel ma nġibuhom quddiem din il-Kamra għad-diskussjoni.", "Hu qalilna wkoll li l- proposti li qed nagħmlu ma jaqblux ma' dawk li kien sar qbil fuqhom fis- select committee.", "Jien ngħidlu li ma naqbilx miegħu għax fil-fatt dawn jaqblu sosanzjalment mal-konklużjonijiet li kienu ttieħdu fis-Select Committee u iktar minn hekk l-Oppożizzjoni tal-lum qablet magħhom, għax meta saru d-diskussjonijiet sena ilu qbilna fuq kollox, kemm fuq il- kompożizzjoni tal-kummissjoni kif ukoll fuq id-diversi artikli oħrajn li hemm fil-liġi, ħlief għall-kwestjoni ta' l-entrenchment.", "Imbagħad semma wkoll li mhux sew li ma kkonsultajniex lill-avukati u li nkorporajna d- dixxiplina tagħhom taħt il-Kummissjoni .", "Hawnhekk nixtieq niġbidlu l- attenzjoni ta' dak li ġara.", "Fil-fatt il-Kamra ta' l-Avukati ġiet ikkonsultata l-ħin kollu, kif ġew informati l-imħallfin u l-maġistrati għal xi kummenti li deherilhom li għandhom jagħmlu fuq il-liġi, kif ukoll ġiet ikkonsultata l-Oppożizzjoni.", "Il-Kamra ta' l-Avukati kienet għamlet suġġeriment li trid l-awto-ġestjoni kompleta, jiġifieri li jkunu l-avukati stess li jiddeċiedu dwar id-dixxiplina tagħhom b'mod finali.", "Dawn għamlu suġġeriment li jixtiequ li l-warrant għandu jingħata u jitneħħa mill-Kamra ta' l-Avukati.", "Ma qablux ukoll dwar id-definizzjoni li hemm fil-liġi - li se niddiskutuha minn hawn u ftit ieħor - dwar \"misconduct\".", "Dwar din il- ħaġa jien għidtilhom li bilfors irid ikun hemm a general provision għax ma jistax ikun li fil-Kodiċi ta' Etika tniżżel speċifikatament il-każijiet kollha immaġinabbli ta' \"misconduct\" għaliex żgur li se jkun hemm diversi każijiet li jistgħu jinqalgħu li ma tkunx ikkontemplajt.", "Huma xtaqu li \"misconduct\" tkun definita biss li \"any breech of the Code of Ethics\" u jien għidtilhom li l-Gvern ikun dispost li jagħmel din id-definizzjoni mbasta d-definizzjoni ġernerika ta' \"misconduct\" kif inhi fil-liġi titniżżel fil-Kodiċi ta' Etika.", "Nerġa' ngħid, jekk ma jkunx hemm artiklu ġeneriku li jista' jolqot affarijiet li ma tkunx elenkajt, jista' jkollok sitwazzjoni li ma ssibx lil xi ħadd responsabbli jew ħati ta' mġieba ħażina.", "L-avukati semmew ukoll li huma ma ridux li jkun hemm appell mill-Kumitat ta' l-Avukati għal quddiem din il-Kummissjoni.", "Jien ipprovajt nispjegalhom li, fl-interess ta' l-avukatura, fl-interess tat-trasparenza, u fl- interess tas-serjeta', hemm bżonn li jkun hemm appell għal quddiem din il- Kummissjoni, għax altrimenti l-perception tal-pubbliku tkun li kollox ġie deċiż minn kumitat kompost minn avukati biss u allura dawn jistgħu jkollhom interess li jgħattu ċerti affarijiet ta' sħabhom.", "Jekk isir appell, min- naħa jew minn oħra, għal quddiem il-Kummissjoni ta' l-Amministrazzjoni tal-Gustizzja, barra li fil-kompożizzjoni tiegħu hemm l-imħallfin, hemm ukoll l-element barrani permezz ta' dawk in-nies li jkunu ġew appuntati mill-Kap ta' l-Oppożizzjoni u mill-Prim Ministru.", "Din ma aċċettawhiex u qalu - u dan qiegħed għandi bil-miktub - li ma jridux li l-avukat ikollu d- dritt li jappella quddiem il-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal- Gustizzja, imma jkollu dritt li jappella biss fil-każ li jkollu sospensjoni jew tneħħija tal-warrant ta' avukat.", "Aħna dehrilna li dan ma stajniex naċċettawh f'soċjeta' moderna u demokratika li jrid ikollha l- fiduċja fis-sistema tal-Qrati u fl-avukatura u allura nsistejna u filwaqt li tajnihom l-awto-ġestjoni fl-Ewwel Istanza għaliex hemm kumitat kompost biss minn avukati, fl-istadju ta' l-appell quddiem il-Kummissjoni l- affarijiet ikunu jistgħu jiġu mgħarbla bl-iktar mod trasparenti.", "Għalhekk naħseb li anke hawnhekk il-ħabib tiegħi ma kienx korrett għaliex saret konsultazzjoni sħiħa mal-Kamra ta' l-Avukati u din damet sejra sa l-aħħar ftit ġimgħat meta jien għidtilhom li l-Oppożizzjoni mhux qed taċċetta l- entrenchment u allura se jkun hemm bżonn ta' xi emendi għal-liġi kif inhi jekk irridu ngħadduha b'mod kostituzzjonali.", "Huma qalulna wkoll li kienu propensi li jaċċettaw l-affarijiet kif inhuma basta jkunu entrenched.", "Pero' n-nuqqas ta' qbil dwar l-entrenchment, qed tikkrealna problemi oħrajn u bħala riżultat il-bieraħ fil-għodu saret laqgħa tal-Kamra ta' l-Avukati u ħarġu l-press release li llum hija oġġett pubbliku.", "L-Onor.", "Sandro Schembri Adami qalilna li hemm bżonn nagħmlu kummissjoni bis-snien li tigdem u aħna għamilna kummissjoni li tigdem għaliex tista' tiddixxiplina l- ġudikatura fin-nuqqasijiet li jkun hemm daparti tal-ġudikant.", "Pero' jekk ma tiġix entrenched, se jkollna nneħħu dawk is-snien u għalhekk aħna rridu li tiġi entrenched biex ikollha s-snien biex tigdem mingħajr diffikulta' ta' xejn b'mod kostituzzjonali u mingħajr ma tkun qed tikser xi parti tal- Kostituzzjoni.", "Imma kif qal tajjeb dalgħodu l-Prim Ministru lill-Whip ta' l-Oppożizzjoni se jkollna għaliex aħna rridu li jkun hemm din il- Kummissjoni anke jekk ma tkunx tigdem fil-każ ta' l-Imħallfin, għaliex isservi wkoll ta' ġid li wieħed jifhem li hemm din il-Kummissjoni biex tgħarbel każijiet ta' mozzjonijiet li jiġu quddiem il-Parlament f'indirizz għar-remossjoni ta' imħallef.", "Allura ridna li din issir u una volta li din issir irridu naraw li ma tkunx qed tikser il-Kostituzzjoni u għalhekk kellna nneħħu, u se nneħħu - sakemm l-Oppożizzjoni tibqa' b'dan l- atteġġjament tagħha - il-parti li tikkontempla id-dixxiplina tal- Ġudikatura.", "Għalhekk nerġa' nappella anke lill-Onor.", "Schembri Adami biex jipprova jikkonvinċi lil sħabu sabiex jivvotaw għal-liġi kif inhi, biex ikollha s-snien ħalli tkun tista' tigdem u sservi l-iskop tagħha li huwa li tiddixxiplina lil min għandha tiddixxiplina jekk iridu li dan l-organu fil-fatt ikun jista' jiddixxiplina lill-ġudikanti.", "M'inix se nagħmel iżjed appelli; qed nagħmel l-appell għall-pubbliku biex jifhem il-pożizzjoni inkoerenti ta' l-Oppożizzjoni u li hi l-Oppożizzjoni li ma tridx dixxiplina tal-ġudikanti bis-salvagward ta' l-indipendenza.", "Tkellem ukoll l-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici u fil-bidu tad-diskors tiegħu qal x'inhuma l-iskopijiet ta' dawn il-liġijiet; hawnhekk naqblu li l-iskopijiet ta' dawn il-liġijiet huma biex jirregolaw spazju li kien għadu ma ġiex regolat fil-parti ta' l-amministrazzjoni tal-Qrati, ċioe' biex tingħata aktar indipendenza lill-ġudikatura billi jitneħħew poteri li llum qegħdin f'idejn l-Eżekuttiv u jitpoġġew f'idejn dan l-organu kostituzzjonali u l-iskop ukoll li jiddixxiplina lill-ġudikatura - u anke lill-avukatura imma l-ġudikatura hawnhekk hija aktar importanti - f'area li qabel ma kienx hemm possibbilta' li tista' tiddixxiplinaha għaliex il- liġi kienet tikkontempla biss l-estremi tar-rimossjoni ta' l-imħallef f'każ ta' xi proved misbehaviour.", "Jiena diġa' spjegajt l-iskop ta' din il-liġi u għaliex ridna l- entrenchment pero' l-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici fehem ħażin għaliex qal: \"Dawn m'għandhom inaqqsu bl-ebda mod l-indipendenza tal-ġudikatura.", "Allura għalfejn irridu l-entrenchment?\"", "Jien naħseb li issa ma jirrepetihiex dan, wara li spjegajt x'inhi r-raġuni għaliex ridna l-entrenchment.", "Jekk ma tagħmilx entrenchment u tħalliha kif inhi, b'dak il-poter u b'dik il- funzjoni, faċilment li int tista' tkun qed tikser il-Kostituzzjoni.", "Aħna naqblu bl-iktar mod assolut li bl-ebda mod ma rridu nxellfu l-indipendenza tal-ġudikatura.", "Aħna rridu nsaħħuha u għaliex irridu nsaħħuha se nneħħu l- poteri li tant ġew abbużati fiż-żmenijiet li għaddew bil-mod kif jiġi assenjat ix-xogħol, bil-mod kif jiġu surrogati mħallfin u bil-mod kif jitneħħew kawżi minn quddiem ċerti mħallfin u jitpoġġew quddiem imħallfin oħrajn.", "GĦalhekk dehrilna li huwa importanti li dawn il-poteri jitneħħew minn taħt il-Gvern biex b'hekk tissaħħaħ aktar l-indipendenza tal- ġudikatura.", "L-Onor.", "Mifsud Bonnici qalilna wkoll li l-miżuri kontemplati m'hemmx għalfejn ikunu entrenched għaliex dawn ma jmorrux kontra l-imparzjalita' u l-indipendenza tal-ġudikant.", "Jien diġa' għidt li l-Onor.", "Mifsud Bonniċi jaqbel ma' l-ewwel skola - li jien intendi li naqbel magħha wkoll - li din tista' ssir mingħar ma tkun qed toltraggia l-Kostituzzjoni, biss ma rridux nieħdu l-iċken riskju li din tista' tiġi konsidrata li tmur kontra l- Kostituzzjoni u allura tista' bżxi mod taffetwa l-indipendenza tal- ġudikatura u wkoll tiġi dikjarata li hija anti-kostituzzjonali.", "Qalilna wkoll li l-makkinarju li għamilna huwa top heavy għall-iskopijiet u l-funzjonijiet li hemm elenkati fil-liġi.", "Possibli l-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonniċi jimmaġina illi l-kummissjoni se taqdi l-funzjonijiet tagħha hi stess mingħajr l-għajnuna ta' ħadd?", "Din se jkollha s-segretarji u se tagħmel sotto-kumitat biex jagħmel ċerti investigazzjonijiet u biex jagħmel ukoll is-sorveljanza tal-qrati.", "Għandha l-poteri li tagħmel dawn l- affarijiet.", "Mhux qed jimmaġina li l-president tal-qorti jew il-President tar-Repubblika se jmur jissorvelja l-qrati biex jara kif jaħdmu u jagħmel ir-rakkommandazzjonijiet?!", "Huma se jużaw il-makkinarju normali kif naħseb li kien jagħmel anke hu meta kien ministru li għalkemm kellu r- responsabbilita' tad-dipartimenti taħtu ma kienx jagħmel ix-xogħol hu imma kien juża d-diversi funzjonarji tad-dipartiment biex jara illi l- funzjonijiet ikunu qegħdin isiru u naturalment mir-rapporti li jkollu jiġbed il-konklużjonijiet ta' kif l-affarijiet għandhom isiru u x'irid isir.", "L-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonniuci qal illi l-kummissjoni jista' jkollha konflitt dirett mal-Parlament.", "Anke hawn ma nistax nifhem kif l-Onor.", "Membru wasal għal din il-konlużjoni għax il-poter illi jiddeċiedi qiegħed f'idejn il-Parlament biss.", "Kulma se tagħmel il-kummissjoni huwa l- iscreening inizjali biex ma jkunx hawn xi membru tal-Parlament, protett b'ħafna privileġġi, jabbuża mill-poter tiegħu u jiddeċiedi li jindizja lit- tali imħallef u jagħmel mozzjoni kontra tiegħu għar-remossjoni u jiddixxiplinah bil-mod li tikkontempla l-Kostituzzjoni.", "Dan hu ħażin u jwassal għan-nuqqas ta' l-indipendenza tal-ġudikatura għax malli l-ġudikant tmisslu l-fiduċja tiegħu, li trid tkun fiduċja sħieħa tal-pubbliku fih, inti eliminajtu kompletament mit-tellieqa u ma jistax jibqa' jiffunzjona ta' ġudikant.", "Għalhekk illum se nagħmlu din il-proċedura illi l-mozzjoni trid issir, tiġi miżmuma konfidenzjali mill-iSpeaker, tiġi sifted u mgħarbla minn din il-Kummissjoni u jekk din il-Kummissjoni jidhrilha li hemm raġunijiet serji biżżejjed għaliex ġudikant għandu jiġu quddiem il- Parlament biex jirrispondi u l-Parlament jiddeċiedi wara li jisma' l- affarijiet, allura din tagħti l-kunsens tagħha.", "Jekk din wara li tkun għarblet kollox, jidhrilha li l-ilment kien xi ħaġa vessatorja, xi ħaġa bla bażi ta' xejn imma għal kapriċċ li wieħed jagħmilha, jew xi ħaġa li m'hijiex daqshekk serja li tista' twassal għall-miżuri u s-sanzjonijiet kontemplati fil-Kostituzzjoni, allura tagħti rapport lill-iSpeaker li dik m'għandhiex tiġi quddiem il-Kamra għal dan l-iskop.", "Għalkemm f'każi oħrajn aħna konna qed ngħidu li disa' persuni huma wisq għall-Kummissjoni, dehrilna li f'dan il-każ disa' persuni m'humiex wisq u r-raġuni hija faċli.", "Għaliex kif inhi konċepita fil-liġi, din il-kummissjoni se tiltaqa' verament f'każijiet ta' appell jew mill-avukati jew mill-maġistrati jew inkella mill-imħallfin li jkunu akkużati u investigati minn xi ħaġa li tkun saret quddiem il-kumitat li huwa kompost u rregolat apposta fil-liġi l- oħra, jew inkella hi se tittratta każijiet fejn ikollna mozzjoni għal indirizz tal-Parlament għar-rimossjoni ta' imħallef.", "U kemm kellna minn dawn fl-istorja tal-Parlament?", "Jiġifieri meta qed jgħid \"unwieldy\", din m'hi \"unwieldy\" xejn imma hija rappreżentattiva biex ...", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Nixtieq niġbed l-attenzjoni tal-Ministru li l-uniku funzjoni tal-kummissjoni m'hijiex dak li qed isemmi.", "Il- funzjonijiet huma elenkati u l-ewwel waħda hi li tissorvelja l-ħidma tal- qrati.", "Il-Ministru qed jinsa għax mhux veru li qed nittrattaw biss il- kondotta tal-ġudikanti.", "Dik qiegħda t-tielet funzjoni.", "ONOR.", "JOE FENECH: Nixtieq li l-Onor.", "Mifsud Bonnici jħallini nkompli.", "Ma jimportax x'għidt int u x'għidt jien.", "Għandu jkun il-ħabib tiegħi ma kienx qed isegwi x'jien ngħid għax dan il-punt diġa' trattajtu.", "Ma jistax jimmaġina li s-sorveljanza se jagħmilha l-President!", "ONOR.", "KARMENU MIFSUB BONNICI: Mela għalfejn tajtu din l-ewwel funzjoni kif tidher fl-Abbozz?", "ONOR.", "JOE FENECH: Għax il-funzjoni għandha tkun tagħhom u naturalment huma jużaw il-makkinarju u l-mezzi li tagħtihom il-liġi biex ikunu jistgħu jagħmlu s-sorveljanza.", "(Interruzzjonijiet) Meta l-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici kien Prim Ministru u meta l-Onor.", "Membru kien Ministru ta' l- Edukazzjoni, kien jissorvelja d-dipartimenti tiegħu?", "(Interruzzjonijet) Il-kummissjoni għandha l-mezzi.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Le, il-kummissjoni m'għandhiex mezzi.", "Ir- reġistratur tal-qorti jiġi taħtu u mhux taħt il-kummissjoni.", "X'għandu x'jaqsam?", "ONOR.", "JOE FENECH: La jkollna l-emendi tara kif ikollha.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Min rahom l-emendi?", "Inti qed titkellem fuq ħwejjeġ li għadhom ma ġewx quddiemna.", "ONOR.", "JOE FENECH: Inti timmaġina ħafna affarijiet.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Il-Ministru jridni nimmaġina l-emendi li ma nafx x'inhuma.", "ONOR.", "JOE FENECH: Inti qed timmaġina.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Jien mhu qed nimmaġina xejn.", "Il-Ministru jridni nimmaġina l-emenda li ma nafx x'inhuma!", "ONOR.", "JOE FENECH: Kieku ma kienx hemm emenda kont tagħmilha inti u aħna konna naċċettawhielek.", "Għalhekk isir il-Kumitat.", "Inti x'hemm fil-liġi taf, jekk jidhirlek li din hija unwieldy biex tagħmel is-sorveljanza taf u jekk jidhirlek li trid tingħata poter biex tkun tista' tagħmel din is- sorveljanza permezz ta' Kumitat taf ukoll.", "(Interruzzjonijiet) Mr Speaker, jien nitlob lill-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici biex iħallini nitkellem għax irrid nispiċċa d-diskors tiegħi.", "Fl-aħħar il-ħabib tiegħi għamel sunt tal- kritika tiegħu li diġa' fil-fatt irrispondejt għalih.", "L-Onor.", "Edwin Grech semma diversi affarijiet fuq kemm hemm kawżi pendenti fil-Qorti.", "(Interruzzjonijiet) F'dan jidhirlu li l-Qrati mhumiex mexjin tajjeb u għandu raġun.", "Naturalment il-Gvern għalhekk se jagħmel din il- Kummissjoni u għalhekk qed jemenda l-liġijiet tal-proċedura.", "L-Abbozz ta' Liġi tal-Proċedura dalwaqt se jkun pubblikat, fil-fatt diġa' tajt kopja tiegħu lill-Oppożizzjoni biex tistudjah u tagħmel xi suġġerimenti li jidhirlha.", "Hawnhekk m'hawn xejn li huwa partiġġjan imma għandna interess komuni li jekk se nagħmlu emendi sostanzjali għal-Liġi tal-Proċedura, dawn se jsiru bl-aħjar mod possibbli.", "L-Onor.", "Attard Montalto qal li għandu jkun hemm perjodu ta' prova.", "Dan m'hu veru xejn.", "Veru li ssuġġerejt li għaxar snin huma wisq imma wieħed jista' jagħmel proposta ta' ħames snin.", "Huwa veru wkoll li jien għidt li jekk insibu mod kostituzzjonali u legali kif din nistgħu nagħmluha ħalli nkunu nistgħu nilħqu dak li jixtiequ huma jiġifieri li jkun hemm perjodu ta' prova, din issir basta li b'ebda mod ma tiġi effettwata l-indipendenza tal-ġudikatura.", "Fil-fatt sar suġġeriment li kien abbozza wieħed mill-avukati prominenti tal-pajjiż - bgħatnieh anke lill-Oppożizzjoni biex jikkonsidrawh - li għalkemm kien ftit komplikat kien jirrifletti dak li fis-sustanza xtaqu l-Oppożizzjoni, jiġifieri li din ma tkunx entrenched mil-bidu iżda fl-istess ħin tissalvagwarda, bl-iktar mod sħiħ, l-indipendenza tal-ġudikatura.", "F'dak il-perjodu ma setax jiġi mibdul u jekk jiġi mibdul kollox kien jerġa' jiġi kif kien qabel ma saret dik il-liġi.", "Sfortunatament lanqas din ma ġiet aċċettata.", "Il-ħabib tiegħi semma wkoll li m'hemmx għalfejn li r- regolamenti tal-proċedura dwar l-indirizz ikunu entrenched - jien naqbel miegħu.", "Pero' min qallu li r-regolamenti tal-proċedura f'każ ta' indirizz quddiem din il-Kamra jridu jkunu entrenched?", "Din ħadd ma qalha.", "Veru li fl-Abbozz issuġġerejna li jiġu entrenched, imma jekk ma jriduhomx u ma jaċċettawx l-entrenchment tal-provvedimenti proċedurali nneħħuha.", "GĦalina m'humiex importanti li jkunu entrenched, għax il-Kostituzzjoni stess taċċetta li dawk jistgħu jsiru b'liġi ordinarja u mingħajr ma jkunu entrenched.", "B'hekk ma nkunu qed niksru l-ebda regolament u l-ebda kostituzzjoni.", "Naħseb li spjegajt fit-tul iċ-ċirkostanzi meta wieħed jeħtieġ entrenchment għax sfortunatament anke f'diversi gazzetti kien hawn misconception ta' x'qed isir.", "Aħna konna qegħdin ngħidu - u dejjem għidna - li jekk tgħaddi l-liġi kif inhi bil-poteri li hemm assenjati lill- kummissjon trid entrenchment biex nissalvagwardaw l-indipendenza.", "Jekk għal kuntrarju l-poteri tal-kummissjoni jinbidlu u ma jkunx hemm poteri ta' dixxiplinar tal-ġudikanti, allura tista' tidħol fil-Kostituzzjoni u ma tkunx entrenched, għalkemm trid tgħaddi b'maġġoranza assoluta.", "Hawn hi l- importanza li din tkun fil-Kostituzzjoni anke jekk ma tkunx entrenched, għax kif diġa' spjegajt qed nitrattaw fuq area delikata dwar l- amministrazzjoni tal-ġustizzja li allura trid tingħata anke d-dehra ta' l- importanza li jattribwilha dan il-Parlament.", "L-Onor.", "Attard Montalto qal ukoll li huma ma jridux l-entrenchment għax ħadd ma jista' jiggarantixxi li jekk din il-liġi ma taħdimx għada pitgħada se tiġi emendata.", "Allaħares għandna din l-opinjoni ta' dan il-Parlament!", "Jien naħseb li jekk se nibdlu l-Kostituzzjoni u se nagħmlu entrenchment ta' klawsola, se nagħmluh għax jidhrilna li huwa fl-aħjar interess tal-pajjiż.", "Jekk wieħed jara li din tajjeb jew ħażin ma ffunzjonatx, naħseb li dan il- Parlament ikun l-ewwel wieħed li jiġi u jgħid li hemm bżonn nerġgħu naqblu biex nibdluha, għax naħseb li hi l-buona fede ta' kulħadd li jekk din issir qed issir espressament għax naħsbu li hija ta' ġid.", "Imbagħad immur għall-estrem l-ieħor.", "Jekk din ma tiffunzjonax xi ħsara se tagħmel?", "Agħar milli qegħdin ma nistgħux inkunu.", "Illum għandna sitwazzjoni fejn m'hemm xejn.", "Jekk din ma taħdimx inkunu għidna li m'hemm xejn allavolja hemm kummissjoni, imma ħsara m'hi se tiġri qatt.", "Allura għalfejn dawn il-ħafna flieles l-imħuħ li jekk din ma taħdimx irridu naraw x'se jiġri?", "Jew temendaha jew tħalliha ma taħdimx sakemm nies li jitpoġġew fiha jaraw li qed taħdem; jiġifieri lanqas hawnhekk m'għadni qed nifhem ir-raġunament ta' l-Oppożizzjoni in materja.", "Jien spjegajt li l-entrenchment jagħti sens ta' ċertezza, ta' fiduċja, ta' kontinwita' u ta' serħan tar-ras tal-ġudikant f'materja fejn se jkun dixxiplinat.", "GĦalhekk jekk wieħed irid li jkollu kummissjoni ta' dixxiplina din fil-fatt għandha tkun entrenched, mhux biss għar-raġunijiet li semmejt li l-Kostituzzjoni tesiġih għax altrimenti din tista' tmur kontra l-Kostituzzjoni, jekk ma tkunx entrenched jew jekk b'xi mod tneħħiha; imma wkoll għax is-serħan ta' ras tal-ġudikant jiġi sal-fatt li jaf li għandu ċertezza dwar organu li jiddixxiplinah li dak l-organu mhux se jinbidel, li se jibqa' kif inhu kostitwit u kompost b'nies ta' ċerta serjeta' li hu jista' jafda f'idejhom dak kollu li jagħmel bl-ikbar korruzzjoni li dawn se jagħmlu ġustizzja miegħu.", "Un volta li l- Oppożizzjoni għamlet, b'iktar mod ċar, li m'hijiex se tivvota għall- entrenchment, għalkemm mhux se jiġri dak li qal l-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici li din il-liġi se tmut qabel ma titwieled, se jkollna per neċessita' nagħmlu l-emendi neċessarji biex nassiguraw li din tkun attenenti għall-Kostituzzjoni u bl-ebda mod ma tfixkel jew timpinġi fuq l- indipendenza tal-ġudikatura.", "GĦalhekk meta niġu għall-istadju ta' Kumitat jien beħsiebni nressaq xi emendi għal din il-liġi billi nneħħi l-klawsoli kollha ħlief dak li tikkomponi l-Kummissjoni ta' l-Amministrazzjoni tal- Ġustizzja.", "Naturalment anke l-proċedura ta' dixxiplina kontemplata bħala emenda għall section 97 tal-Kostituzzjoni se titneħħa u dik beħsiebni nagħmilha bħala emenda għal-liġi l-oħra li mbagħad m'hijiex se tkun entrenched.", "GĦalhekk mill-funzjonijiet ta' din il-Kummissjoni se nneħħu l- parti tad-dixxiplina fil-konfront ta' l-imħalfin u l-maġistrati.", "Se nagħmlu xi ħaġa li m'hijiex dixxiplina imma sservi wkoll biex f'materja li qed nitkellmu ta' qrati tal-pajjiż il-Kummissjoni tkun tista' tiġbed l- attenzjoni ta' xi ġudikant għall-mod kif ikun qed imexxi l-affarijiet.", "Id- dixxiplina ta' l-avukati se tibqa'.", "Din il-Kummissjoni se sservi bħala sede ta' appell mid-deċiżjonijiet li jieħu l-Kumitat li jkun kompost minn avukati u jiddeċiedi fl-Ewwel Istanza dwar il-misbehaviour, misconduct jew ksur ta' etika minn xi avukat.", "Se titressaq emenda - ma nafx jekk hux għal dan l-Abbozz jew għall-Abbozz l-ieħor - biex nassiguraw li din il- Kummissjoni jkun jista' jkollha makkinarju ieħor li tista' tużah bih biex taqdi l-funzjonijiet kollha mogħtija lilha b'din il-liġi.", "Fil-fatt meta niġu għall-Abbozz ta' Liġi l-ieħor, l-emenda prinċipal dwar kif trid issir il-proċedura f'każ ta' indirizz għar-rimossjoni ta' imħallef quddiem din il-Kamra se tiġi spostata minn din il-liġi u titniżżel f'artiklu ad hoc fl-Abbozz ta' Liġi Nru. 54 li tkun iktar imlaħħma; fl- abbozz ta' emendi għall-Kostituzzjoni se nħallu biss l-emenda dwar il- Kummissjoni li mhux se tkun entrenched.", "Grazzi, Sur President.", "Att biex jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta\" ikun moqri t-Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "THE DEPUTY SPEAKER: Din id-division tittieħed minn hawn u għoxrin minuta oħra.", "Billi ntalbet votazzjoni fit-8.53 p.m. il-Kamra ġiet sospiża u rriżumiet fid-9.13 p.m.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-mistoqsija hija li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta\" jkun moqri t-Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "THE DEPUTY SPEAKER: Division.", "Ninforma lill-Kamra li l-Onor.", "Guido De Marco, l-Onor.", "John Dalli, l-Onor.", "Michael Refalo, l-Onor.", "George Bonello du Puis u l-Onor.", "Michael Bonnici huma paired ma' l-Onor.", "Evarist Bartolo, l-Onor.", "Charles Buhagiar, l-Onor.", "Reno Calleja, l-Onor.", "Dom Mintoff u l- Onor. George Vella.", "VOTAZZJONI NRU.", "92", "FAVUR: 29", "L-Onor.", "Bonnici Josef Borg Tonio Cassar Joe Cuschieri Louis Debono Giovanna Deguara Louis Falzon Michael Fenech Adami Eddie Fenech Joe Frendo Michael Galea Ċensu Galea Louis Galea Mario Gatt Lawrence Gauci Borda Lino Hyzler George Mifsud Bonnici Antoine Mifsud Bonnici Ugo Muscat Claude Muscat Richard Psaila Savona Joseph Refalo Louis Rizzo Naudi John Spiteri Carm Lino Tabone Anton Vella John Zammit Ninu Zammit Stanley Zammit Dimech Francis", "KONTRA: 26", "L-Onor.", "Abela Wistin Attard Montalto John Borg Carmel Brincat Joseph Brincat Leo Buhagiar Louis Cilia Joe Debono Grech Joe Farrugia Michael Farrugia Noel Gatt George Grech Edwin S Mangion Charles Micallef Freddie Mifsud Bonnici Karmenu Mizzi Joe Moran Vincent C. Muscat Philip Nicholl Tony Portelli Alfred Refalo Anton Sant Alfred Sant Salvu Schembri Adami Sandro Spiteri Lino Vella Carmelo", "Il-mozzjoni għaddiet u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tieni Darba.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Carm Lino Spiteri.", "ONOR.", "CARM LINO SPITERI: Nipproponi li l-Aġġornament jittieħed issa.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Kamra taqbel?", "(Onor. Membri: Iva)", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Sur President, nipproponi l-Aġġornament tal- Kamra għal għada l-Erbgħa, 9 ta' Marzu, b'din l-aġenda:", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi dwar Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Attivitajiet Kummerċjali Internazzjonali ta' Malta - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jirrikonoxxi Trusts - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Servizzi ta' Investiment - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kummerċ Bankarju - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Amministrazzjoni tat-Taxxa - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar it-Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Segretezza Professjonali - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi kontra Insider Dealing - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Edukazzjoni - Kumitat (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar ir-Reġistrazzjoni ta' Artijiet - it-Tieni Qari; u Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar iż-Żwieġ - it-Tielet Qari.", "Mr Speaker, nixtieq nagħmel personal explanation fuq diskors li sar illejla mill-Kap ta' l-Oppożizzjoni meta jiena ma kontx preżenti.", "Il-Kap ta' l-Oppożizjoni ta wieħed x'jifhem li donnu l-pożizzjoni tal-Gvern li mhuwiex se jinsisti fuq l-entrenchment għaliex l-Oppożizzjoni ma taqbilx u allura impossibbli li jsir entrenchement tal-liġi li ġiet diskussa llum għaliex jiena mort xi reception.", "L-ewwelnett mhux veru li jiena mort reception.", "Jiena dalgħodu cempilt personalment lill-Onor.", "Mizzi, il-Whip ta' l-Oppożizzjoni, għidtlu li jiena naħseb li llejla se jkun hemm division u billi l-Oppożizzjoni baqgħet tinsisti li ma taqbilx fuq l- entrenchment, ovvjament għidtlu li l-liġi ma tistax tkun entrenched.", "GĦidtlu wkoll li fil-winding up, il-Ministru Joe Fenech se jgħid li għalkemm il-Gvern jidhirlu li l-liġi għandha tkun entrenched, fil-fatt m'hemmx din il-possibilita' għax intom se tivvutaw kontra.", "F'dawn iċ- ċirkostanzi staqsejtu jekk jaħsibx li se jkun hemm division biex jien nirregola ruħi għax kelli mmur nagħmel diskors.", "Ma naħsibx li għax il-Prim Ministru kultant imur jagħmel diskors fil-ħin tal-Parlament hi xi ħaġa straordinarja!", "L-Onor.", "Mizzi ġentilment qalli li se jagħtini risposta iktar tard.", "Ċempilli iktar tard u qalli li xorta se ssir division u rringrazzjajtu.", "GĦidtlu li se nara jekk hemmx pairing imma ma naħsibx li għandi bżonn pairing għax nagħmel mezz li niġi.", "Din hi l-istorja kollha.", "Assolutament mhux il-każ li n-naħa tal-Gvern qed tittratta lill- Oppożizzjoni b'mod ħażin.", "Iltqajna fl-uffiċju tiegħi fil-preżenza tal- Ministru Fenech ma' l-Onor.", "Attard Montalto għan-naħa ta' l-Oppożizzjoni u ddiskutejna r-raġunijiet għalfejn il-Gvern qed jinsisti li jkun hemm entrenchment.", "L-Oppożizzjoni ma qablitx u baqgħet tinsisti fuq il- pożizzjoni tagħha.", "Fil-fatt, mid-diskussjoni li kellna rriżulta li n-naħa ta' l-Oppożizzjoni ma jaqblux fuq l-entrenchment, il-bqija jaqblu kważi f'kollox.", "Kien hemm xi dettalji li wħud minnhom ma nafx jekk diġa' ġewx jew għadhom se jiġu emendati skond kif saret id-diskussjoni.", "Kien proprju għalhekk li jien attirajt l-attenzjoni ta' l-Onor.", "Mizzi u għidtlu li din il-problema fuq il-liġi - safejn nafu aħna - hi l-entrenchment.", "GĦidtlu li l-Onor.", "Fenech hekk se jgħid u allura forsi intom ma tagħmlux din id- division.", "Ma naħsibx li l-akkużi li għamel il-Kap ta' l-Oppożizzjoni għandhom isiru f'Parlament ċivili.", "M'hemm xejn ħażin li jien ġentilment kellimt lill-Onor.", "Mizzi u hu ġentilment semagħni u għidtlu li jien se nipprogramma x-xogħol tiegħi tal-llejla u staqsejtu jekk nistax inkun naf jekk hemmx division.", "L-Onor.", "Mizzi qalli li hemm division.", "Ma jista' jgħaddi minn moħħ ħadd li l-Gvern ħa din l-attitudni għax donnu - ma qalx hekk, ried jimplika - li jien mort reception.", "Jekk il-Kap ta' l- Oppożizzjoni jaħseb li l-Gvern se jagħmel entrenchment ta' xi liġi għax xi ħadd ried imur reception, għandu idea żbaljata ħafna tas-serjeta' ta' dan il-Parlament.", "THE DEPUTY SPEAKER: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Salvu Sant.", "ONOR.", "SALVU SANT: Mr Speaker, illum huwa Jum il-Mara u tajjeb wieħed ifakkar li kien il-Partit Laburista li lill-mara taha r-rispett u s-sura ta' bniedma fis-soċjeta' Maltija.", "Kien il-Moviment Laburista li fl-1946 iġġieled kontra l-istess nies li llum qed jippużaw, qishom lill-mara Maltija tawha xi drittijiet huma.", "(Interruzzjonijiet).", "THE DEPUTY SPEAKER: Onor. Sant, tkellem fil-microphone għax m'intix tinstema'.", "ONOR.", "SALVU SANT: Mr Speaker, illum isiru kemm isiru dikjarazzjonijiet, modifikazzjonijiet u konferenzi, jibqa' l-fatt li kien il-Moviment tal- Ħaddiema li ta l-akbar dritt lill-mara, dak tal-vot.", "Il-mara eżerċitat dan id-dritt tal-vot fl-elezzjonijiet ta' l-1947.", "Il-Partit Laburista kompla jgħolli ġieh il-mara Maltija billi taħt Gvernijiet Laburisti oħra, kellna l-ewwel mara fil-Parlament, għamilna l- ewwel President mara f'Malta, tajna lill-mara Maltija equal pay for equal work u sabiex tkompli taqdi dmirha fis-soċjeta', tajniha l-maternity leave u c-children's allowance li hi l-akbar għajnuna għall-familja u għall-mara Maltija.", "GĦalkemm iddedikajna sena għall-familja u saru ħafna seminars, lectures, konferenzi u affarijiet oħra, jibqa' l-fatt li l-affarijiet materjali jridu jibqgħu mezz ta' għajnuna biex il-familja tibqa' magħquda.", "Illum min hu responsabbli jirrealizza li l-ħajja għoliet.", "Xhieda ta' dan huma l-mediċini, l-affarijiet ta' l-ikel u l-iċċarġjar ta' visti tat-tobba u speċjalisti.", "Hemm min, minflok li servizz jingħatalu b'xejn, qed ikollu jħallas għalih.", "Mr Speaker, dan qed joħloq l-għadab fil-familja Maltija għax jekk il-paga ma sservix, membri tal-familja qed ikollhom joħorġu jaħdmu jew inkella l- kap tal-familja qed ikollu jagħmel l-overtime jew jaħdem part-time job.", "GĦalhekk ir-raġel ma jkunx jista' jagħti attenzjoni biżżejjed lil uliedu u dan qed jimmina l-għaqda tal-familja Maltija.", "Illum spiċċajna biex il- ġenituri ta' tfal fil-kindergarten qed jagħtuhom iċ-ċavetta mdendla m'għonqhom biex it-teacher jew id-driver li jwassluhom id-dar jiftħulhom huma minħabba li d-dar ma jkun hemm ħadd.", "Din is-sitwazzjoni ġabha l-Gvern preżenti f'seba' snin li ilu jamministra lill-pajjiż.", "Dak kollu li kien tajjeb f'pajjiżna sfrattah.", "Imbagħad jekk nieħdu l-qasam ta' l-edukazzjoni u s-saħħa, żgur li l-Gvern tefa' lura dawn iż-żewġ oqsma.", "Mr Speaker, issa wasalna fi stat fejn il- Gvern qed jagħmel filwaqt li l-iskejjel privati diġa' qed jgħidu li mhux se joqogħdu għall-eżamijiet ta' l-Istat, iżda se jagħmlu eżamijiet għal rashom.", "Dan wara li l-Gvern preżenti għoġob lit-teachers ta' l-Istat, lill- iskejjel tal-Knisja għenhom f'kollox u ħalla l-liberta' totali fl-iskejjel privati.", "Wara dan kollu, xorta kulħadd qed jagħmel li jrid.", "Issa spiċċajna fi stat li ħadd ma qed jagħti kas ta' xejn.", "Illum qed noħorġu miljuni ta' liri għall-iskejjel ta' l-Istat u tal-Knisja - din is-sena l- iskejjel tal-Knisja qabżu Lm5 miljuni - u l-familji Maltin qed iħallsu wkoll miljuni ta' liri għall-iskejjel privati.", "B'danakollu kulħadd se jibqa' jagħmel li jrid.", "Mr Speaker, l-istess nistgħu ngħidu għall-qasam tas-saħħa fejn kulħadd qed jagħmel li jrid bir-riżultat li l-isptarijiet tagħna marru lura u l- kliniċi privati marru 'l quddiem.", "Illum biex tinqeda trid tħallas tajjeb.", "Is-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-kura ta' l-anzjani qal li qed jitħallsu bejn Lm30 u Lm60 għal ċerti visti ta' l-anzjani.", "Jekk taqta' l- ftit tobba u speċjalisti li għandhom kuxjenza - mhux kulħadd hu ħażin - fil-maġġoranza tagħhom kollha jagħmlu għall-flus aktar minn affarijiet oħra li suppost jagħmluhom b'dover tal-professjoni.", "Qabel ma l-Partit Nazzjonalista tela' fil-gvern kien iħobb isemmi \"t-traġedja li kellna fl- isptar u n-nuqqasijiet fis-servizzi soċjali\".", "Biex juruna kemm konna lura, ġabu l-eżempju li fl-1986 f'Malta kien hawn 27 midwife li bejn wieħed u ieħor kienu qed iwelldu 200 tarbija fis-sena kull wieħed.", "Issa dak iż- żmien kienu jgħidu li mhux suppost li midwife ikollha xogħol ta' iktar minn mitt tarbija fis-sena.", "Dan l-aħħar minn mistoqsija li għamilt lill- Ministru Louis Galea - kemm ilu dan il-Gvern l-Onor.", "Galea dejjem kien responsabbli minn dan il-qasam - rriżulta li fl-1992 kull midwife welldet 240 tarbija u fl-1993 welldet 229 tarbija.", "Jekk fi żmienna 200 tarbija kienu ħafna, allura 240 tarbija x'inhuma?!", "Mr Speaker, ma rridux ninsew in-numru ta' trabi li qed jitwieldu fi kliniċi privati.", "Kieku ma kinux il- kliniċi privati, in-numru ta' trabi li jitwieldu l-isptar kien jitla'.", "Mr Speaker, dan il-Gvern li dejjem saħaq fuq id-djalogu ma' kulħadd, irid jaqla' l-inkwiet ma' kulħadd u saħansitra tilef id-direzzjoni fid- deċiżjonijiet li jieħdu.", "Tilef ukoll id-direzzjoni għall-Ewropa għax ħaseb li l-membri tal-Komunita' Ewropea l-Ewropa jistgħu jkunu tant boloh illi lil gvern li ma jridux jerfgħu responsabbilta' tiegħu, se jagħtuh xi Lm25 miljun fis-sena!", "Nieħdu l-każ tad-dawl u l-ilma, wara dak il-ħafna argumenti li kellna fil-Parlament, dawn kellhom jitbiddlu.", "Wara li nqala' dak l-inkwiet fuq il-liċenzji kellhom ukoll isiru xi modifiki u s'intendi għad għandna kwistjonijiet bejn l-imħallfin u l-maġistrati.", "Issa biex il- Gvern jipprova jaljena, qed jipprova jinbex lit-tarznari u jgħidilhom li huma piż fuq in-nazzjon.", "Nixtieq nistaqsi lill-Prim Ministru li hu responsabbli miċ-Ċivil u mill- Forzi Armati - l-impenn tiegħu għaċ-Ċivil kien one of the highest priorities - x'riżultat kiseb wara seba' snin ta' dan il-Gvern?", "Suppost kellna wkoll l-MSU jgħinnu!", "Illum n-nefqa għall-qasam taċ-Ċivil qed taqbeż l-Lm100 miljun fis-sena u n-nefqa għall-Forzi Armati telgħet għal kważi Lm11 miljun fis-sena.", "Il-Prim Ministru qed jgħid li biex il- Forzi Armati jiġu up to date jrid iżid 500 ruħ oħra, jiġifieri l-Armata tiżdied b'2,300 ruħ u s'intendi l-ispiża tiżdied.", "Ma' l-MSU għandna 240 impjegat - 40 minnhom barranin - u l-ispiża fit-tliet snin telgħet għal Lm16-il miljun.", "Imbagħad jgħid li s-sussidju li qed jagħti lid-Drydocks li jaqbeż ftit aktar minn Lm5.5 miljun huwa piż fuq in-nazzjon.", "Aħjar l- attenzjoni jitfagħha fuq affarijiet li hu kien kommess li jagħmel.", "Tat- Tarzna li huma fuq declared income għallinqas iħallsu t-taxxa bil-quddiem.", "Ikun aħjar għall-Prim Ministru li flok joqgħod jimbexx lin-nies tat- Tarzna jara li ta' taħtu jmexxu l-pajjiż kif suppost.", "Xtaqt niġbed l-attenzjoni għall-każ li qajjimtu kemm-il darba permezz ta' mistoqsijiet parlamentari.", "Din il-kwestjoni tirrigwarda razzett li ngħata permess fiż-Żejtun, fejn ġie stabbilit li kienu qed jitrabbew majjali mingħajr permess u fit-8 ta' Lulju, 1993 l-majjali ittieħdu bi skorta tal-pulizija u ħadd ma jaf x'ġara.", "F'każi oħra fejn jinstabu majjali mingħajr permess, dawn jinħarqu fuq il-post.", "Ħaġa kurjuża hi li fit-8 ta' Lulju, 1993 inħarġu l-majjali minn dan ir-razzett, f'Awissu is- sid applika, fid-9 ta' Settembru tawh il-permess u l-majjali ddaħħlu fit-3 ta' Settembru.", "Billi dan kellu każ il-qorti, fid-9 ta' Diċembru ħaduh jiġri l-qorti u ngħata suspended sentence għal sitt xhur.", "Fil-każi li kellna matul din l-aħħar sena l-majjali ġew distrutti fuq il-post, iżda f'dan il-każ partikolari ma ġarax hekk u jien nitlob li tingħata spjegazzjoni sodisfaċenti.", "F'mistoqsija parlamentari lill-Prim Ministru għidtlu li kien imdaħħal l-Onor.", "Galea u dan il-Prim Ministru ċaħdu.", "Jien nista' ngħid pubblikament li meta avviċinajt privatament lill-Onor.", "Galea, hu qalli li ma jaf lil ħadd, pero' llum nista' ngħid li min ħa l- permess ta' dan ir-razzett, l-Onor.", "Galea mhux talli jafu, talli huwa l- bniedem li jiftaħlu l-uffiċċju kuljum.", "Jien nerġa' nappella lill-Prim Ministru biex jinvestiga dan il-każ u jara għaliex dan ġie trattat differenti mill-każijiet l-oħrajn.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Edwin Grech.", "ONOR.", "EDWIN S GRECH: L-Oppożizzjoni ilha żmien tilmenta fuq l-istat ħażin li jinstabu fihom s-servizzi tas-saħħa, kemm dawk fil-komunita' u ferm aktar fl-isptarijiet.", "Minn din in-naħa ma nkunux qed nigdbu jew nesaġeraw jekk ngħidu li l-qasam tas-saħħa jinstab fi kriżi u aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar qiegħed jitmermer.", "Mr Speaker, m'inix beħsiebni noqgħod nagħti ħafna eżempji ta' kemm l- affarijiet sejrin ħażin fil-qasam tas-saħħa, għax m'għandix ħin biżżejjed, u kieku nibda nibqa' sejjer għal sigħat sħaħ.", "Naf li jekk nagħmel hekk, għada se jqum xi membru min-naħa tal-Gvern u se jakkużani li qed nigdeb u nesaġera.", "Persważ wkoll li min se jqum jitkellem se jgħid kemm il- pazjenti huma kuntenti bis-servizzi li qed jingħataw u kemm kollox miexi fuq ir-rubini.", "Jekk hemm bżonn xi prova ta' xi konferma ta' kemm l- affarijiet sejrin ħażin fil-qasam tas-saħħa u kemm għandu raġun il-poplu li l-ħin kollu jagħmel l-ilmenti fuq l-esperjenzi li jgħaddi minnhom, ikun biżżejjed li nħarsu, niflu u nirriflettu l-press release li għadha kemm ħarġet l-Assoċjazzjoni tat-Tobba, il-MAM.", "Din il-press release ħarġet fil- 1 ta' Marzu, 1994 - hawnhekk għandi kopja - wara l-laqgħa ġenerali annwali li għad kemm kellhom l-assoċjazzjoni tat-tobba.", "Nitlob il-permess li npoġġi kopja tagħha fuq il-Mejda tal-Kamra.", "THE DEPUTY SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "EDWIN S GRECH: Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' Press Release maħruġa mill-Medical Association of Malta fl-1 ta' Marzu 1994.", "Il-President tal-MAM fid-diskors li għamel għall-okkażjoni, fost affarijiet oħra tkellem fuq il-health policy tal-Gvern.", "Billi l-press release hija bl-Ingliż, ipprovajt nitraduċiha kelma b'kelma biex nagħti assunt tagħha kemm jista' jkun preċiż.", "Fost kliem ieħor il-President qal hekk:", "\"Waqt li l-politika tal-Gvern dwar is-saħħa minn żmien għal żmien tittituba ...\"", "- aħna l-policy tal-Gvern mhux tittituba narawha imma lanqas biss taf fejn hi sejra -", "\"... il-professjoni għandha tkun minn ta' quddiem f'dan il-qasam u għandu jkollha d-dmir li tgħid lill-pubbliku l-verita' meta politiċi jsibuha diffiċli li jagħmlu dan.", "It-tobba ta' Malta jkunu lesti li jipparteċipaw fi proġetti u f'miżuri li jtejbu s-sistema tas-saħħa imma ma jkunux lesti - it-tobba ta' Malta - li jagħmlu dan jekk dawn il-proġetti, dawn ir-riformi, dawn il-miżuri jidhru li se jipperikolaw il-kwalita' tas-servizz.\".", "Jiena naħseb li l-President meta kien qed jgħid il-kliem \"se jipperikolaw il-kwalita' tas-servizz\" u meta għamel referenza għall-politiċi li jsibuha diffiċli li jgħidu dawn l-affarijiet ma kienx qed jirreferi għall- Oppożizzjoni għax aħna minn din in-naħa ilna sentejn, anzi minn qabel, ngħidu kemm l-affarijiet fil-qasam tas-saħħa marru lura.", "Allura l- president kien qiegħed jirreferi għan-naħa tal-Gvern, jiġifieri għall- Ministru Louis Galea.", "Irrid ngħid ukoll li milli jidher l-Assoċjazzjoni tat-Tobba għandha kif jgħidu l-Ingliżi, an axe to grind mal-Gvern minħabba li nqalgħu xi problemi fl-implimentazzjoni tal-ftehim li kien intlaħaq bejniethom u bejn il-Gvern is-sena l-oħra.", "Fost dawn l-affarijiet issemma li l-Assoċjazzjoni qed tagħmel stern reminder lill-Gvern li d-Dipartiment tas-Saħħa huwa mistenni li joffri lit-tobba kollha mpjegati miegħu polza ta' assigurazzjoni li sejħulha indemnity cover minħabba li n-numru ta' kawżi għad-danni kontra t- tobba qiegħed dejjem jikber.", "Fil-fatt din l-istern reminder kienet waħda mit-tliet mozzjonijiet li ġew approvati fil-laqgħa ġenerali annwali.", "Li sibt oġġezzjonabbli f'din il-mozzjoni hu li din il-mozzjoni li għadni kemm qrajt kienet marbuta ma' riżoluzzjoni oħra li kienet iktar ikkargata.", "Se nkompli naqra x'komplew jgħidu f'din il-mozzjoni:", "\"Il-Kumitat Eżekuttiv ġie mitlub li jiġbor u jippubblika bħala sens ta' dmir lejn din il-komunita' kwalunkwe defiċjenza serja li tista' tirriżulta b'riskju akbar għall-pazjenti li għalih id-dmir tat-tobba ta' l-Assoċjazzjoni għandu jiġi qabel kollox u qabel kwalunkwe interess ieħor.\"", "Jiena m'iniex se nidħol fil-kwestjoni tal-medical indemnity li qed titlob l- Assoċjazzjoni tat-Tobba għall-membri tagħha li jaħdmu mal-Gvern għaliex dik hija affari tal-Gvern jekk jaċċettax li jagħti blanket cover ta' assigurazzjoni fuq l-iżbalji li jsiru, ħafna drabi minħabba nuqqas ta' attenzjoni, pero' irrid ngħid li lanqas huwa veru dak li qalet l- Assoċjazzjoni tat-Tobba, jiġifieri li l-prattika li l-Gvern jagħmel indemnity cover għat-tobba impjegati tiegħu, teżisti fil-pajjizi Ewropej.", "Min ħadem l-Ingilterra - u jien ħdimt hemmhekk - jaf li dan m'hu veru xejn.", "Lanqas l-Amerika m'hi hekk.", "Li naf jiena huwa li fl-Ingilterra, meta jiġi impjegat tabib f'xi sptar - tkun xi tkun il-pożizzjoni tiegħu, jista' jkun konsulent u jista' jkun l-inqas tabib junior fl-isptar - jappuntawh, igħaddi minn selection board u jagħżluh, pero' qabel ma jibda jaħdem irid juri lid-Direttur ta' l-isptar iċ-ċertifikat tar-reġistrazzjoni tiegħu ma' assigurazzjoni li tagħtih indemnity, imma s-subscription fee jħallasha l- individwu mhux iħallashielu l-isptar jew il-Gvern.", "Imma apparti din il- kwestjoni, jiena ngħid li din il-mozzjoni li għaddiet l-Assoċjazzjoni tat- Tobba lili tbeżżgħani u fil-fatt iġġegħilni niddubita sewwa kemm it-tobba huma verament konċernati mid-defiċjenzi serji li jeżistu fil-qasam tas- saħħa - li qalu li jistgħu jkunu ta' riskju għas-saħħa tal-pazjenti - meta qed jorbtu l-mozzjoni ta' l-indemnity cover ma' xi ħaġa li qed jitolbu għall-interess tagħhom biss.", "U allura hawnhekk jiena nistaqsi lill-istess Assoċjazzjoni: Jekk il-Gvern jaċċetta li jagħtihom din l-indemnity, beħsiebhom joqgħodu kwieti u ma jitkellmu xejn?", "Se jinsew id-dmir tagħhom - li jiġi qabel kollox - lejn il-pazjent?", "Jien inħossni li għandi ngħidilhom ukoll li jekk iridu li l-istima lejhom mill-poplu Malti u Għawdxi tikber allura għandhom ipoġġu l-interess tal-pazjenti qabel tagħhom u jitkellmu issa u jgħidu lill-poplu dak kollu li sejjer ħażin fil-qasam tas-saħħa u għaliex is-servizzi ma jistgħux jitjiebu minħabba d-difetti kbar li hemm, minħabba t-traskuraġni u minħabba l-abbandun kbir li jeżisti.", "Issa li tkellmet l-Assoċjazzjoni tat-Tobba, forsi l-Ministru Galea jinżel mis-sħab li qiegħed fih u jibda jiffaċċja l-affarijiet bis-serjeta' u jara x'inhuma l-prioritajiet li għandhom bżonn is-servizzi tas-saħħa; affarijiet li min-naħa ta' din il-Kamra ilna nħambqu fuqhom sentejn sħaħ.", "U hawnhekk, Mr Speaker - se nagħlaq biex inħalli ftit minuti lil sieħbi - inħoss li għandi dmir li nagħmel sfida lill-Ministru Louis Galea, li huwa responsabbli mis-saħħa tal-poplu, sabiex jirrispondi għal dawn id- dikjarazzjonijiet li ġew magħmula mill-Assoċjazzjoni tat-Tobba li tant jolqtu l-interessi taċ-ċittadini Maltin u Għawdxin.", "Jekk ma jagħmilx hekk allura għandu triq waħda biss x'jieħu, dik li jirriżenja u l-poplu jibqa' jżommu responsabbli għall-ħsara kbira li ġarrab il-qasam tas-saħħa fis- seba' snin li ilu taħt it-tmexxija tiegħu.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Michael Farrugia.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Mr Speaker, bħala kelliemi ta' l-Oppożizzjoni dwar l-affarijiet tal-familja, ħassejt li nkun qed nonqos jekk ma ngħidx xi ħaġa żgħira fuq Jum il-Mara li huwa dak il-jum li lin-nisa ta' Malta u tad- dinja kollha jfakkarhom fil-passat; minn fejn bdew, fejn waslu sal-lum u fejn għad iridu jaslu.", "Hawn Malta, bħalma qal l-Onor.", "Salvu Sant, meta wieħed iħares lura jara li mill-gwerra 'l hawn in-nisa għamlu qabżiet kbar 'il quddiem u aktar qorbu lejn id-drittijiet li jitgawdew mill-irġiel fis- soċjeta' Maltija.", "Jista' jagħti l-każ li għad hemm xi jsir biex jilħqu l- affarijiet kollha li huma meqjusa bħala drittijiet tal-bniedem, kemm jekk inhuma nisa kif ukoll jekk inhuma irġiel, biss illum il-ġurnata mhux biżżejjed li nilħqu dawn id-drittijiet u mhux biżżejjed li jkollna l- liġijiet.", "Fis-sitwazzjoni reali tal-lum ta' kif is-soċjeta' tħares lejn il- mara bħala persuna, insibu li hemm nuqqasijiet kbar; illum in-nisa qed ikollhom joħorġu jaħdmu mhux għax iridu huma, mhux biex ikomplu jgħollu jew ikomplu jipprattikaw il-professjoni tagħhom jew għaliex għandhom xi ambizzjonijiet fuq ix-xogħol imma qed ikollhom jagħmlu hekk minħabba l- għoli tal-ħajja.", "Jien kont nistenna li f'dan ir-rapport ta' ħidma li ħarġet il-Kummissjoni għall-Avvanz tal-Mara illum, ikun hemm xi aċċenn u sforz min-naħa ta' din il-Kummissjoni ħalli tagħmel pressjoni fuq il-Gvern sabiex kemm jista' jkun jikkontrolla l-għoli tal-ħajja u tagħfas fuq il- Gvern biex ma jkomplix jagħmel aktar taxxi u żidiet li direttament qed jaffettwaw l-għoli tal-ħajja, li qed tbatihom il-familja Maltija u li l- mara Matlija qed ikollha taħdem għalih.", "Mr Speaker, jien kont nistenna li dan ir-rapport ikun inqas biased u ma jurix 'il fejn qed jiġbed.", "Per eżempju, f'parti minnu meta jitkellem fuq emenda kontroversjali fil-Liġi tal-Familja kont nistenna li ma jsemmix biss il-pressjoni li għamlu l-għaqdiet tan-nisa, imma kont nistenna li jsemmi l-pressjoni li għamel il-Partit Laburista fil-handout li kien ħareġ biex juri l-opinjoni tiegħu.", "Din il-handout ħarġet qabel ma laħaq tkellem l-Onor.", "Louis Galea fil-Parlament u saret anke pressjoni mill-Partit Laburista fil-Parlament fuq il-pożizzjoni tiegħu għal diversi affarijiet li kienu kontroversjali f'din il-liġi u li bis-saħħa tal-pressjoni li saret min-naħa tal-Partit Laburista kif ukoll mill-għaqdiet tan-nisa, il-Ministru Galea ċċaqlaq mill-affarijiet li kien qed jipprova jagħmel bil-Liġi tal- Familja.", "Fl-aħħar nixtieq ngħid li kont nistenna wkoll li l-Kummissjoni għall- Avvanz tal-Mara ma titkellimx biss dwar meta dehret fuq it-television u għalxiex dehret.", "Jien kont nistenna li dawn kellhom jispjegaw għaliex ċerti programmi ma dehrux fuq it-television meta wieħed kien jistenna li l- għaqdiet tan-nisa kellhom imorru fuq quddiem biex jitkellmu fuq ċerti affarijiet li jolqtuhom direttament, imma fil-fatt meta kien hemm programmi fuq it-television ħarbu minnhom.", "Saħansitra l-istess bniedem li kien qed jippreżenta dak il-programm qal li pprova jara li l-Kummissjoni u l- għaqdiet kollha jidhru fil-programm imma dawn kollha beżgħu jidhru fih u minflokhom kellha tidher ġurnalista jew sub editor ta' gazzetta lokali.", "Jien nistenna li r-rapport ta' ħidma darb'oħra juri li d-Dipartiment tas- Saħħa qed jieħu bis-serjeta' l-affarijiet li jistgħu javvanzaw lill-mara u jasal biex jaċċetta li ssir sistema b'mod serju ta' kif in-nisa jiġu ttestjati b'mod regolari fi skema ta' screening test għas-sider u l-vaġina ħalli jissalvagwardaw is-saħħa tagħhom.", "Grazzi.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar l-Erbgħa, 9 ta' Marzu fis-6.00 p.m. bl- agenda kif kommunikata mill-Prim Ministru.", "Fid-9.47 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET IMWIEĠBA BIL-MIKTUB", "QAJJENZA - TNEĦĦIJA TAT-TANKIJIET TAL-GAS", "15975.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jikkonferma li t-tankijiet tal-gas se jitneħħew mill-Qajjenza, Birzebbugia?", "Jekk iva, meta se jibdew jitneħħew dawn it-tankijiet?", "Fejn se jmur id-depot tal-gas?", "Meta se jibda x-xogħol fuq il-post il-ġdid?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Nirreferi l-Onor.", "Interpellant għar-risposta li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 16120 (Seduta 258).", "GĦAJN TUFFIEĦA - KIOSK BLA PERMESS", "16057.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: X'passi ħadet il-Pulizija kontra Marco Bezzina minn Ħaż Żebbuġ (Malta) li fi tmiem Ġunju 1993 qabad u fetaħ kiosk bla permess in- naħa tar-Riviera Martinique ta' Għajn Tuffieħa?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li l-persuna msemmija ġiet imressqa l-Qorti b'arrest mill-Pulizija u mogħtija l-liberta proviżorja fuq pleġġ ta' Lm600.", "Il-każ eventwalment ġie deċiż fit-8 ta' Ottubru, 1993.", "L- akkużat instab ħati u, stante l-kondotta nadifa tiegħu, ġie mċanfar.", "Nixtieq ninformak ukoll li t-tweġiba aktar dettaljata kienet pubblikata fis- 'Sunday Times' tas-26 ta' Settembru, 1993.", "Fl-istess bajja, barra l-kiosk, hemm restaurant li kien qiegħed jopera bla permess.", "Fuq dan ta' l-aħħar il-Pulizija għadha tistenna r-rapport tal- 'Planning Authority' biex ikun verifikat jekk il-binja hijiex mingħajr permess ukoll.", "BORDIJIET - INTERVISTI MINN ĦU MINISTRU", "16058.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Prim Ministru: Skond il- Kodiċi ta' Etika għall-Ministri (Taqsima E. Kostitwenza; Punt 27) huwa aċċettabbli li Ministru jibagħat lil ħuh fuq bordijiet li jintervistaw impjegati għal reklutaġġ u/jew promozzjonijiet u fost dawk li jiġu ntervistati jkun hemm nies mill-kostitwenza tal-Ministru?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Nieħu pjaċir nara li l-Onor.", "Interpellant japprezza li l-Kodiċi ta' Etika għall-Ministri u s-Segretarji Parlamentari huwa utili ħafna bħala gwida.", "Il-Kodiċi ta' Etika, f'paragrafu 27, igħid hekk:", "27.", "Meta Ministru jrid jieħu decizjonijet f'xi dipartiment li jaqa' taħtu u li jista' jkollhom impatt kbir fuq il-kostitwenza tiegħu, hu għandu jieħu kull prekawzjoni biex jevita kull possibbilta' ta' konflitt ta' nteress.", "L-Onor.", "Interpellant japprezza li (a) il-bordijiet ta' reklutaġġ u promozzjonijiet ta' uffiċjali pubbliċi jinħatru mill-Kummissjoni dwar is- Servizz Pubbliku u mhux mill-Ministru, u (b) id-deċiżjonijiet finali dwar ħatriet lanqas ma jsiru minn Ministru.", "Għalhekk strettament l-eżempju imsemmi fid-domanda ma jaqax taħt il-paragrafu msemmi.", "B'danakollu nifhem li fejn hu possibbli wieħed irid joqgħod attent wkoll li ma tinħoloqx sitwazzjoni fejn jinħoloq xi dubbju.", "UNIVERSITA' - AĊĊESS GĦAL PERSUNI B'DIŻABILITA'", "16059.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari tiegħi 15013 kont għidt li fix-xogħol proġettat għal din is-sena mill-Precincts Officer hemm li fil-bini ta' l-Universita' jkun hemm aċċessibilta' għal kulħadd (fosthom nies b'diżabilita').", "Jistgħu jittieħdu passi biex ix-xogħlijiet li se jsiru biex ikun hemm aċċessibilta' jsiru sewwa mhux bħalma ġara fil-każ tar-rampa ħdejn it-taraġ faċċata tal-librerija li kif saret hija dejqa wisq u wheelchair lanqas jista' jkun idur minnha?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Ta' min jibda biex jgħid li sa ftit snin ilu fl-Universita' ma kenitx teżisti l-idea ta' l-aċċessibbilta' għal kulħadd.", "Kienet din l-amministrazzjoni li bdiet taħseb bis-serjeta' għal dan fl- Universita'.", "Illum insibu bosta rampi apposta biex jintużaw minn dawn in-nies.", "B'kollox insibu madwar 22 rampa li huma konċentrati n-naħa ta' l-art il- qadima kollha, inklużi n-naħa tal-librerija u n-naħa ta' l-Attriju Vassalli.", "Dawn huma kollha magħmulin skond il-qisien mogħtija fil-ktieb \"Access for all\" ta' Elizabeth A. Aino, direttriċi ta' l-\"Ohio Governor's Committee on Employment of the Handicapped\".", "Dawn l-ispazji msemmija jkopru biss terz ta' l-Universita' u għalhekk ma nistgħux ngħidu li l-problema hi solvuta.", "F'kull ħaġa li ssir mill-Precincts Office f'dak li jirrigwarda nies b'diżabilita', jiġu dejjem involuti persuni b'diżabilita' li jaħdmu fl- Universita'.", "Fil-każ ta' din ir-rampa, użajna l-istess proċeduri.", "Ma kien hemm ebda kumment negattiv dwarha minn dawn in-nies.", "F'Jannar kien mistieden iżur l-Universita' is-Sur Ronald Balzan, persuna b'diżabilita' li, jekk Alla jrid, is-sena d-dieħla se jkun student fl- Universita'.", "Is-Sur Balzan kien imdawwar mal-post biex ikun jista' jara b'mod prattiku x'jenħtieġ isir.", "Ittieħed ukoll biex juża din ir-rampa.", "Ma kien hemm ebda kumment negattiv dwarha.", "Se jibda jinħadem Master Plan ġenerali għall-aċċessibbilta' għal kulħadd fl-Universita'.", "Għal dan il-għan saret laqgħa bejn il-Projects Management Office, il-Precincts Office u s-Sur Alfred Bezzina tal-Kummissjoni għal Persuni b'Diżabilita'.", "B'dan il-mod għandha tinħoloq atmosfera ta' parteċipazzjoni diretta min-naħa tal-Kummissjoni biex persuni b'diżabilita' jkollhom l-aħjar faċilitajiet possibbli.", "TELECOM TECHNICIANS - PROMOZZJONI", "16060.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Hemm persuni li ilhom disa' snin jagħmlu xogħol fil-qasam edukattiv bħala Telecom Technicians iżda għadhom fil-grad ta' Fitter Group D?", "Meta se jingħataw il-ħatra ta' Technician I?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Fis-7 ta' Frar 1994 ħarġet sejħa għall- applikazzjonijiet permezz taċ-Cirkolari MPO BII Nru 8/94 għal postijiet ta' Tekniku I fid-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni.", "Din is-sejħa għalqet fl-4 ta' Marzu.", "Il-ħaddiema konċernati setgħu japplikaw għall-post ta' Tekniku I jekk kienu eliġibbli.", "SKEJJEL - GĦALLIEMA TAL-CHEMISTRY", "16061.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Għaddiet kważi nofs is-sena u studenti fil-Higher Secondary, Msida, għadhom bla għalliema tal-Chemistry.", "Meta se jkollhom għalliem biex l-istudenti jkunu jistgħu jirċievu l- edukazzjoni li l-istat huwa suppost impenjat li jipprovdi?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: It-tmien studenti tal-Kimika qed jiġu mgħallma flimkien ma' dawk tal-Liċeo Superjuri, fl-istess kumpless.", "Dan huwa arranġament għaqli li ma nistgħux ma nqisux bħala l-aktar indikat f'ċirkostanzi bħal dawn.", "SPTAR SAN RAFFAELE", "16062.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: B'kemm inxtrat l-art li fuqha l-Gvern qed jippjana li jibni l-Isptar San Raffaele ħdejn l-Universita'?", "Mingħand min inxtrat l-art?", "X'inhi l-aħħar stima li għandu l-Gvern dwar kemm se jiġi jiswa dan l- isptar?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-art li fuqha se jinbena l-Isptar San Raffaele kienet is-suġġett ta' dawn iż-żewġ dikjarazzjonijiet tal-President:", "Nru. 480 tas-26 ta' Ġunju, 1990 u Nru. 701 tad-29 ta' Ottubru, 1990", "Għat-tieni parti tal-mistoqsija t-tagħrif mitlub jingħata hekk kif jiġi konkluż il-proċess ta' disinjar u tħejjija ta' tender documents kif ukoll meta ssir l-evalwazzjoni teknika u finanzjarja tal-proposti li se jsiru f'dawn it-tenders.", "Bħalissa għaddejjin diskussjonijiet finali ma' uffiċjali tal-Planning Authority.", "SIGURTA' SOĊJALI - KONTRIBUZZJONIJIET", "16159.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru għas-Sigurta' Soċjali: Nirreferi għall-mistoqisja parlamentari numru 15594, jista' l-Ministru jagħti l-ħlas għas-Servizzi Soċjali li tħallsu f'dawn l-aħħar sitt snin għal nies impjegati mal-Gvern, Korpi Parastatali, Privat u s-Self Employed?", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Risposta tinghata f'seduta ohra.", "ENEMALTA - SERQ TA' ELETTRIKU", "16160.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja: Nirreferi l-Ministru għall-mistoqsijiet parlamentari numri 10798, 15263 u 15624 dwar il-272 każ ta' serq li Enemalta ressqet lill-pulizija matul l- 1993 u fejn sa Mejju 1993 każ wieħed tressaq quddiem il-Qorti u 52 każ matul l-istess sena.", "Peress li fir-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 15623, qed jingħad li \"fil-każijiet l-oħra l-Pulizija qed tistenna l-proċess Verbali tal-Maġistrat li għamel l-inkjesta\", dan ifisser li din hi r-raġuni ta' dan id-dewmien?", "ONOR.", "JOE FENECH: Ir-raguni tad-dewmien meta jitressqu kazijiet ta' Enemalta dwar serq ta' kurrent normalment tkun ghax il-pulizija qed tistenna l-process verbali tal-Magistrat li jkun ghamel l-inkjesta kif jinghad fir-risposta ghall-mistoqsija parlamentari numru 15623.", "F'dawn il- kazi il-Magistrat hafna drabi jkollu jistenna r-rapport tal-perit.", "Dwar dan qeghda titlesta emenda fil-ligi sabiex dan id-dewmien jinqata'.", "Billi ma jkunx hemm ghalfejn issir inkjesta.", "IMPJEGATI - SELF-EMPLOYED", "16195.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru għas-Sigurta' Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' self-employed u kemm hu n-numru ta' dawk impjegati matul dawn l-aħħar għaxar snin?", "Għall-istess perjodu kemm ħallsu kontribuzzjonijiet u rċevew benefiċċji dawn iż-żewġ sezzjonijiet waqt mard u korrimenti?", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Risposta ta' din il-mistoqsija tpoġġiet fuq il- Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "FUNDERIJA - BEJGĦ/KIRI", "16196.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Wara dak li deher f'gazzetti lokali dwar il-bejgħ jew kiri tal-Funderija, jista' l-Ministru jagħti spjega ċara x'ġara, x'qed jiġri u finalment x'se jiġri mill-Funderija?", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Ma jidhirlix li huwa z-zmien li naghmel xi kumment.", "FUNDERIJA - BEJGĦ/KIRI", "16197.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Wara dak li deher f'gazzetti lokali dwar il-bejgħ jew kiri tal-Funderija, jista' l- Ministru jagħti spjega ċara x'ġara, x'qed jiġri u finalment se jiġri mill- Funderija?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Nissuġġerixxi lill-Onor.", "Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi.", "DIPARTIMENT TAT-TAXXI INTERNI - DĦUL TA' INCOME TAX", "16198.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Kemm kien id-dħul ta' Income Tax matul dawn l-aħħar għaxar snin (separatament) ta' self-employed, dawk fuq is-sistema tal-PAYE u tal-kumpanniji?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li ninsab informat mid-Dipartiment tat-Taxxi Interni li l-istatistika li għandu d-Dipartiment dwar id-dħul ta' Income Tax skond il-kategoriji ta' taxpayers għall-għaxar snin 1983/92, hija dik li tidher fir-rapport annwali tad-Dipartiment għas- snin imsemmija.", "Kopja ta' din l-istatistika tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta..", "Dettalji dwar is-sena 1993 jiġu ppubblikati mar-rapport annwali li joħroġ matul din is-sena.", "PAZJENTI MIBGĦUTA BARRA GĦAL KURA", "16217.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-regolamenti li jirrigwardaw pazjenti li jkollhom jintbagħtu barra minn Malta għal kura medika?", "X'inhi l-proċedura biex jiġi deċiż jekk pazjent għandux jintbagħat għal kura barra minn Malta?", "Barra l-ħlas għal kura, x'għajnuna oħra finanzjarja jingħataw il- pazjenti?", "Id-Dipartiment tas-Saħħa dejjem iħallas il-passaġġ ta' l-ajru għal pazjenti?", "F'każ ta' tfal li jkun hemm bżonn li jiġu akkumpanjati minn ġenituri, ma jidhirlux il-Ministru li d-Dipartiment tas-Saħħa għandu għallanqas iħallas wieħed mill-passaġġi tal-ġenituri?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Kif l-Onor.", "Interpellant jaf, il-proċedura biex pazjent jintbagħat għall-kura barra minn Malta hija li l-Konsulent nkarigat mill-pazjent jagħmel talba lit-Treatment Abroad Advisory Committee.", "Dan il- Kumitat jeżamina l-każ u jagħmel ir-rakkommandazzjoni li tkun approvata mit- Tabib Ewlieni tal-Gvern.", "L-ispejjeż kollha tal-pazjent meta jkun intbagħat barra minn Malta jiġifieri kura, trasport u akkommodazzjoni huma responsabbilta' tad- Dipartiment tas-Saħħa.", "Il-ħlas tal-passaġġ ta' l-ajru jiġi deċiż skond il-means test u dawk il- każi li ma jikkwalifikawx jintalbu biex iħallsu l-passaġġ.", "Fil-każ ta' tfal taħt is-sitt snin meta ma jkunx hemm bżonn li l-pazjent ikun akkompanjat minn tabib jew 'nurse' d-Dipartiment iħallas il-flus tal- passaġġ ta' wieħed mill-ġenituri.", "MSIDA - RAZZETT F'QUARRIES SQUARE", "16218.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jinvestiga l-istat ħażin li qiegħed jinżamm razzett ma' bini f'Quarries Square, l-Imsida?", "Ir-residenti ta' madwar dan ir-razzett ilhom jilmentaw mil-mandra sħiħa li jinsab fiha dan ir-razzett speċjalment meta tagħmel ix-xita.", "Billi ma jidhirx li hemm fejn jiddrejnja l-ilma tax-xita u l-ħmieġ ta' l-annimali li jikkaġuna intiena u nemus b'detriment għas-saħħa ta' l-abitanti ta' madwar ir-razzett.", "Veru li dan ir-razzett ilu jopera snin twal qabel ma l-area li qiegħed fiha issa ġiet żviluppata f'waħda residenzjali imma fl-istess ħin irid isir xi ħaġa biex l- iġjene f'dan ir-razzett tinżamm aħjar milli hija fil-preżent u jitnaqqas il- periklu ta' mard tar-residenti ta' madwar u anke ta' l-annimali li jinżammu fih?", "Ir-ritratti li ġew mehmuża mal-mistoqsija parlamentari juru l-istat li jinsab fih dan ir-razzett u allura għandhom raġun ir-residenti jressqu l- ilmenti tagħhom.", "Nispera li l-Ministru jkun jista' jieħu l-passi neċessarji.", "ONOR.", "LAWRENCE GATT: Minhabba li r-razzett qieghed f'post fejn hemm barrieri u hafna dislivelli huwa impossibbli li dan jittranga ruhu ghas- sodisfazzjon ta' kulhadd.", "Huwa veru li dan ir-razzett ilu jopera snin twal qabel ma' l-area li qieghed fiha issa giet zviluppata f'wahda residenzjali, u ghalhekk id-Dipartiment m'ghandux setgha li jcaqalqu minn hemm.", "Ghalhekk id-Dipartiment qieghed jaghmel l-almu tieghu kollu sabiex jikkonvinci lir- rahhal koncernat sabiex jarma f'lokalita' ohra.", "Sadanittant id- Dipartimenti ta' l-Agrikoltura u tas-Sahha qed isegwu s-sitwazzjoni mill- qrib sabiex jassiguraw li l-bhejjem jinzammu fl-ahjar stat possibbli fic- cirkostanzi.", "MSIDA - RAZZETT F'QUARRIES SQUARE", "16219.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: B'referena għat-tweġiba ta' l-Interpellanza tiegħi numru 15723, m'inix konvint li mid-diversi spezzjonijiet li saru fl-imsemmi razzett li ma kienx hemm xejn li jista' jkun ta' detriment għas-saħħa tar-residenti li joqogħdu fil-viċinanza ta' dan ir-razzett.", "Jista' l-Ministru jara b'għajnejh stess il-mandra li teżisti f'dan ir-razzett billi jara dawn ir- ritratti (enclosed) meħuda reċenti minn wieħed mir-residenti li joqogħdu madwar ir-razzett?", "Dan huwa żgur ta' detriment għas-saħħa tar-residenti u nispera li l-awtoritajiet kkonċernati jieħdu l-azzjonijiet neċessarji biex il-problemi li hemm f'dan ir-razzett jiġu solvuti biex jiġi salvagwardat is- saħħa tar-residenti u l-ambjent.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Reġgħu saru spezzjonijiet fit-23 ta' Frar, 1994 u fit-28 ta' Frar, 1994 fl-imsemmi razzett, mill-Ispetturi tas-Saħħa, li kkonfermaw it-tweġiba li jiena tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 15723, li meta jkun hemm xi xita qawwija jinħolqu problemi temporanji minħabba l-ilma żejjed - kif jindikaw l-istess ritratti.", "Ma jirriżultax li hemm xi periklu għas-saħħa tar-residenti, iżda inkonvenjent temporanju.", "L-Ispetturi tas-Saħħa jieħdu l-passi meħtieġa kollha, inklużi passi legali biex jitneħħa xi periklu.", "Fil-kariga tiegħi ta' Ministru għandi fiduċja fil-kompetenza u l-qadi ta' dmirijiethom ta' l-Ispetturi tas-Saħħa.", "Id-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika jsegwi dan il-qasam mill-qrib u jintervjeni jekk iħoss il-bżonn.", "SPTAR SAN LUQA - ARTIFICIAL REPRODUCTION UNIT", "16257.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol li kien inbeda fuq l-Artificial Reproduction Unit fid-Dipartiment tal-Maternita' u Ġinekoloġija fl-Isptar San Luqa?", "Kemm kienet in-nefqa fuq dan il-proġett s'issa?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li m'hemmx xogħol għaddej fuq l- 'Artificial Reproduction Unit' fl-Isptar San Luqa.", "SPTARIJIET - KAŻI TA' CANCER FIS-SIDER", "16258.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-Interpellanza numru 16021 waqt li naqbel li n-numru ta' każi ta' cancer tas-sider f'xi belt jew raħal jiddependi fuq id-daqs tal-popolazzjoni tal-post u forsi wkoll mill- popolazzjoni ta' persuni anzjani li jgħixu fil-post, ir-rata ta' cancer tiddependi minn fatturi oħra.", "Ir-rati għolja fil-cancer tas-sider irrapportati min-National Cancer Registry għal xi bliet u rħula f'Malta u Għawdex (>5 per 1000 women) jidhru allarmanti u allura jitolbu studju serju epidanjoloġiku biex forsi nkunu nistgħu nifhmu d-differenzi kbar bejn il- lokalitajiet f'pajjiż tant żgħir bħal Malta.", "Jista' l-Ministru jgħid jekk dan huwiex qed isir?", "Jista' l-Ministru jgħid, dejjem skond l-istatistika li jżomm in-NCR x'inhi r-rata ta' mortalita' fl-ewwel ħames snin ta' każi ta' cancer tas-sider trattati hawn Malta?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Għalkemm bħalissa fid-Diviżjoni tas-Saħħa mhux qed isir studju epidemjoloġiku speċifikament fuq il-'cancer' tas-sider, id- Dipartimenti kkonċernati kollha qegħdin isaħħu l-istrutturi tagħhom biex il- problemi tas-saħħa li jiffaċċjaw il-Maltin jiġu studjati iktar fil-fond.", "Għadu kmieni biex id-Dipartiment tal-'Health Information' ikun jista' jagħti 'five year survival rates' għal persuni Maltin li għandhom il- 'cancer'.", "Id-Data Sharing fuq bażi identifikata bejn ir-Reġistru ta' l- Imwiet u r-Reġistru tal-Cancer Register beda fl-1991.", "DIPARTIMENT TAS-SAĦĦA - KAŻI RRAPPORTATI BĦALA 'INJURY ON DUTY'", "16259.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jagħti breakdown tal-164 każ li ġew rapportati bħala 'Injury on duty' skond ir-rapport tad-Dipartiment tas- Saħħa għas-sena 1992?", "Kemm minn dawn kienu kklassifikati bħala minor, intermediate jew serious injuries?", "X'kienu l-kawżi ġenerali ta' dawn l- injuries?", "Kemm minnhom setgħu jiġu evitati?", "X'kienu jfissru dawn il- korrimenti f'termini ta' telf ta' ġranet ta' xogħol?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ma tinżammx statistika dwar il-kawża ġenerali tal- każi ta' l-Injury on Duty.", "Lanqas m'hemm klassifika għalihom.", "Mill-164 każ, 43 ma kellhomx bżonn jieħdu sick leave b'riżultat tal-korriment.", "Il- 121 każi l-oħra irriżultaw b'861 ġurnata telf ta' xogħol.", "M'iniex f'pożizzjoni li ngħid kemm minnhom setgħu jiġu evitati.", "DJAR TA' L-ANZJANI", "16392.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk ir-residenzi tax-xjuħ li ġew mibnija fl-aħħar seba' snin?", "Liema huma dawk ir-residenzi li għadhom qed jinbnew?", "Fejn qegħdin dawn ir-residenzi?", "Hemm il-ħsieb li jinbnew iktar minn dawn ir-residenzi?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Fil-preżent hemm erbat idjar għar-residenti anzjani li ġew mibnija, jew konvertiti fi djar mill-Gvern f'dawn l-aħħar seba' snin.", "Dawn huma d-Djar tal-Furjana, l-Imsida, il-Gżira u l-Mosta.", "Il- ħames waħda, dik taż-Żejtun, se tinfetaħ uffiċjalment fit-13 ta' Marzu.", "Jekk l-Onor.", "Membru qed jirreferi wkoll għal djar privati ta' l-anzjani ninformah li nfetħu żewġt idjar mis-settur privat, jiġifieri x-Xemxija 'Rest Complex' u l-Casa Arkati, fil-Mosta.", "Bħalissa qiegħed jinbena kumpless ta' djar żgħar ('flatlets') għall- anzjani f'Għajnsielem, Għawdex mill-Moviment Azzjoni Soċjali, bil-għajnuna finanzjarja tal-Gvern skond ftehim li ġie ffirmat bejn iż-żewġ naħat fl- 1992.", "Wara li tinfetaħ id-Dar taż-Żejtun, hemm il-ħsieb li dar kbira f'Bormla tiġi mibdula f'dar għall-anzjani, u li tinbena dar ġdida għall-anzjani fil- Mellieħa.", "DJAR TA' L-ANZJANI", "16393.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn djar tax-xjuħ (anzjani) mxerdin ma' Malta u Għawdex?", "Kemm minn dawn huma ta' l-istat?", "Kemm hemm residenti anzjani f'kull waħda minn dawn ir-residenzi?", "Liema huma deskritti bħala \"sptarijiet\" barra li huma wkoll postijiet ta' residenza?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Id-Djar ta' l-Anzjani li hawn fil-preżent f'Malta u Għawdex u n-numru ta' residenti anzjani li hemm f'kull waħda huma:", "Djar ta' l-Ista Residenti", "Gżira 36 Imsida 48 Floriana 26 Mosta 63", "Djar tal-Knisja f'Malta", "St Joseph Hospice 14 Saura Hospice 65 Apap Institute 41 Domus Mariae Home 8 Dar tal-Kleru 37 St Anne Home 31 Pax et Bonum 90 Porzincola House 6 Betanja Franġiskana 15 Holy Family Home 49 St Paul's Home 86 St Catherine Home 56 St Peter Home 14 Casa Leoni XIII 72 Villa Maria Annunziata Society of the Sacred Heart 50 St Joseph of the Apparition", "Djar tal-Knisja f'Għawdex Residenti", "Carmelite Sisters 11 Trionfi Home 3 St Dominic Home 20", "Djar Privati", "Xemxija 'Rest Complex' 7 Casa Arkati, Mosta 45", "Id-Djar ta' l-Anzjani ta' l-Istat huma postijiet ta' residenza biss, waqt li d-Djar tal-Knisja u dawk privati huma 'nursing homes' barra milli huma postijiet ta' residenza.", "DIPARTIMENT TAS-SAĦĦA - NUTRITION UNIT", "16394.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Minn min hija komposta n-Nutrition Unit tad-Dipartiment tas- Saħħa u xi kwalifiki għandhom dawn l-impjegati?", "X'tip ta' Budget qed tingħata din il-unit?", "Jidhirlek li dan il-vot huwa biżżejjed biex ikopri t-taħriġ ta' l-istaff, jinxtara apparat, jitħejjew kampanji biex jgħallmu l-poplu, jitħallas ir-reklamar u jistampaw fuljetti?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Fil-preżent, fin-Nutrition Unit hemm impjegati żewġ nutritionists.", "Dawn it-tnejn huma kwalifikati bħala spiżjara mill- Universita ta' Malta u għandhom l-MSc fin-Nutrition minn Universitajiet fir- Renju Unit.", "Bħalissa, waħda minnhom, li attwalment hija l-Kap tal-Unit, tinsab fl-Iskozja biex tagħmel riċerka u studju avvanzat fin-Nutrition.", "Il-Budget tan-Nutrition Unit jaqa' taħt il-vot għad-Dipartiment għall- Promozzjoni tas-Sahha, li għal din is-sena jlaħħaq għal Lm31,779.", "Dan il- vot huwa ntiż biex jitħallsu s-salarji ta' l-impjegati (Lm19,404) u spejjeż rikorrenti għall-proġetti li jagħmel dan id-Dipartiment (Lm12,000).", "Spejjeż involuti f'taħriġ għall-'staff' jaqgħu taħt Vot ieħor.", "L-ebda somma ta' flus ma tista' titqies li tkun biżżejjed għall-Unit bħal dan u għaldaqstant napprezza li hemm lok li dan il-'Unit' ikollu allokat vot akbar.", "Tajjeb li wieħed isemmi li diversi attivitajiet u nizjattivi tal-Unit, bħalma jiġri f'diversi pajjiżi oħra, huma sponsorjati minn diversi kumpanniji u organizzazzjonijiet oħra.", "DIPARTIMENT TAS-SAĦĦA - NUTRITION UNIT", "16395.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid x'kontribut tagħti n-Nutrition Unit tad- Dipartiment tas-Saħħa lill-Universita' ta' Malta f'dak li huwa taħriġ ta' studenti biex trawwimhom f'dan il-qasam?", "Jekk fl-affermattiv, tista' tgħid liema huma l-courses fejn jingħata dan il-kontribut?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li n-Nutrition Unit tad-Dipartiment tas-Saħħa fil-kors ta' l-'Environmental Health jagħti madwar għaxar lezzjonijiet.", "Jingħataw iżda kontributi wkoll f'dan il-qasam mid-Dietetics Unit fil-korsijiet hawn taħt elenkati.", "KORS KONTRIBUZZJONI KONTRIBUT MID-'DIETETICS UNIT'", "B.Sc(Hons) Nursing Yr2/3 2 sigħat CNP June 93 4 sigħat CNP Oct 93 2 sigħat u xi sigħat CNP Oct 92 siegħa CNP Nov 91 2 sigħat CNP Feb 94 xi sigħat ippjanati 'Diploma Foundation Programme Nursing and Midwifery' 14-il siegħa ('Diploma Midwifery' 2 sigħat 'Foundation Programme')", "DIPARTIMENT TAS-SAĦĦA - NUTRITION UNIT", "16396.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid x'faċilita' għandu l-pubbliku biex jingħata informazzjoni minn Nutrition Unit tad-Dipartiment tas-Saħħa dwar prekawzjonijiet li għandu jieħu wieħed in konnessjoni ma' dieta tajba għal saħħtu?", "X'qed tagħmel din il-unit f'dan ir-rigward?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: In-'Nutrition Unit' joffri servizz individwali ta' 'counselling' dwar id-dieta tajba għas-saħħa għal kull minn hu interessat li jirċievi dan it-tip ta' informazzjoni.", "Hemm drabi li dan issir bla appuntament u drabi oħra hemm min jagħmel appuntament man-'nutritionist'.", "Kemm-il darba nies miċ-Ċentri tas-Saħħa jew mill-Isptarijiet jiġu mħeġġa li jkellmu lin-'Nutritionist' biex jieħdu parir dwar id-dieta.", "Tingħata ukoll informazzjoni dwar id-dieta fuq it-telephone (Nru. 231247).", "Infatti dan is-servizz intlaqa' tajjeb minn ommijiet li ta' spiss jistaqsu dwar il-'breastfeeding' u l-ikel tat-trabi tagħhom.", "Meta jkun hemm bżonn tintbagħat ukoll informazzjoni bil-posta kif ukoll jintbagħtu tweġibiet għall-ittri li jirċievi l-'unit' mill-pubbliku.", "* Ġew u għadhom qed jiġu ippubblikati diversi 'leaflets' dwar l-ikel u s- saħħa li jiġu mibgħuta lit-tobba għal informazzjoni tagħhom u għat-tqassim lil klijenti/pazjenti.", "Dawn il-fuljetti jistgħu jinkisbu bla ħlas mill- 'unit'.", "* Barra minn hekk iċ-Ċentru Tagħrif Dwar Saħħtek fi Triq Merkanti, il- Belt, Valletta, iqassam il-fuljetti dwar id-dieta u s-saħħa u anke jirreferi lill-pubbliku man-'nutritionist' jekk ikun hemm il-bżonn.", "* It-tagħrif kollu mill-'Unit' jinsab ukoll fiċ-Ċentri tas-Saħħa u anke f'ċerti spiżeriji privati.", "BELT VALLETTA - RRANĠAR TAL-KAMARATA", "16403.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid x'sar mit-talba li int bħala Ministru għaddejt lid-Dipartiment tal-Bini tat-Tiswija u manutenzjoni biex tiġi rranġata l- Kamarata, il-Belt Valletta?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien infomat li ma jirriżultax li fadal xi talbiet pendenti għal xogħol fil-Kamarata.", "Wara l-aħħar mstoqsija prlamentari, kienu nbidlu l-kanen tas-servizz ta` l-ilma.", "ISTITUT INTERNAZZJONALI GĦALL-ISTUDJI TAL-LIĠI MARITTIMA - KORSIJIET", "16404.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Kommunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid min kemm ilu li twaqqaf f'Malta l-Istitut Internazzjonali għall-Istudji tal-Liġi Marittima Internazzjonali, kemm- il kors sar?", "F'liema snin saru dawn il-korsijiet?", "Kemm attendew Maltin kors b'kors?", "Hemm ħsieb li jikber in-numru ta' postijiet għall-Maltin li jridu jistudjaw hemm \"post graduate\"?", "X'użu aħjar jista' jkollna ta' Avukati Gradwati Maltin fil-Qasam tad- Dritt Marittimu Internazzjonali?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-Istitut Internazzjonali għal-Liġi Marittima li huwa parti ntegrali mill-Organizzazjoni Internazzjonali Marittima, twaqqaf f'Malta fit-8 ta' Ottubru, 1988.", "L-ewwel kors sar fl-1989 u minn dak inhar 'l hawn saru erba' korsijiet oħra, wieħed kull sena.", "Għall-ewwel , it-tielet u r-raba' kors attendew żewġ Maltin kull wieħed, waqt li għat-tieni kors u għal dak kurrenti attendew wieħed u tlett parteċipanti rispettivament.", "M'hemm l-ebda ħsieb li tinbidel fuq bażi regolari s-sistema ta' allokazzjoni ta' żewġ postijiet għall-Maltin kull kors.", "Madanakollu, din is-sena qed jattendu tlett Maltin.", "Kull meta jkun hemm bżonn, il-Gvern jew organizzazjonijiet parastatali fil-qasam marittimu, jagħmlu użu mis-servizz ta' dawn il-gradwati Maltin.", "Fil-fatt użu bħal dan qed isir fil-preżent, kemm mill-Ministeru għall- Affarijiet Barranin kif ukoll mill-Ministeru tiegħi.", "PORTIJIET - MERKANZIJA", "16405.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Kommunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kif għandhom jibqgħu jiġu modernizzati skond il-ħtieġa tal-lum is-servizzi provduti għall-ħatt u għat- tagħbija tal-merkanzija tal-Port tagħna?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Naħseb li l-Onor.", "Membru japprezza li l- iżviluppi fi kwalunkwe port, u mhux fil-port tagħna, biss huwa proċess kontinwu.", "Fl-aħħar sentejn saru żviluppi radikali biex is-servizz provdut fil-port tagħna jkunu modernizzati bit-twaqqif ta' l-Awtorita' Marittima f'Jannar ta' l-1992 u bl-iffirmar ftehim tar-riorganizzazjoni tal-ħaddiema tal-port li bih is-sezzjonijiet differenti li kienu jeżistu qabel ingħaqdu f'sezzjoni waħda bil-għan li jkun provdut servizz aħjar.", "L-Awtorita' Marittima ta' Malta qegħda ssegwi l-iżviluppi li qegħdin isiru fit-tmexxija ta' portijiet li għandhom daqs komparabbli ma' dak tal- Port il-Kbir biex tkun f'pożizzjoni li bil-mod il-mod tpoġġi fuq bażi soda l-immodernizzar tal-Port il-Kbir.", "SETTUR MARITTIMU - STRUMENTI INTERNAZZJONALI", "16406.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Kommunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'sar mill-istudji tad-diversi strumenti li għandhom x'jaqsmu mas-settur marittimu bil-għan li Malta ssir parti mal-pajjiżi l-oħra?", "Kemm iffirmat konvenzjonijiet u fil-każ ta' l- affermattiv, liema kienu speċjalment dawk li jirrigwardaw il-protezzjoni tal-ħajja ta' min ikun qed ibaħħar u ta' l-ambjent?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Wara Ġunju 1987, il-Gvern Malti, fuq pariri kemm tas-Segretarju Generali ta' l-Organizzazzjoni Internazzjonali Marittima u eventwalment ta' uffiċjal legali anzjan ta' l-istess Organizzazzjoni li kien ġie Malta fuq missjoni apposta, identifika liema huma l-konvenzjonijiet internazzjonali marittimi li kellhom ikunu ratifikati minn Malta.", "Fil-fatt l-esperti kienu ħarġu b'lista ta' sitt konvenzjonijiet internazzjonali li sal-lum, flimkien ma' tnejn oħra kienu ratifikati kif jidher hawn taħt:", "Convention on the International Regulations for Preventing Collisions at Sea, 1972.", "International Convention on Tonnage Measurement of Ships, 1969", "International Convention for the Prevention of Pollution from Ships, 1973 and related Protocol of 1978", "Convention on the Prevention of Marine Pollution by Dumping of Waste and Other matter, 1972", "International Convention on Civil Liability for Oil Pollution Damage and related Protocol of 1976", "International Convention on the Establishment of an International Fund for Compensation for Oil Pollution Damage, 1971 and related Protocol of 1976 International Convention on Standards of Training, Certification and Watchkeeping for Seafarers, 1978", "Convention on the International Maritime Satelite Organisation", "Qabel Ġunju ta' l-1987 kienu ratifikati dawn il-konvenzjonijiet:", "Convention on the Inter-Governmental Maritime Consultative Organization, 1948", "International Convention on Load Lines, 1966", "International Convention for the Safety of Life at Sea, 1974, and its Protocol of 1978", "AIR MALTA", "16407.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid x'qiegħed isir biex f'diversi oqsma per eżempju fil-computers u grooming għall-ground staff u cabin crew ta' Air Malta titjieb id-dehra u s-servizz f'dan il-qasam?", "Qiegħed isir xi forma ta' \"ongoing training\"?", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: \"Ongoing training\" ta' l-istaff fid-diversi dipartimenti tal-kumpannija Nazzjonali kif ukoll il-provvedimenti u l- immodernizzar ta' \"equipment\" teknologiku, dawn l-aħħar sentejn ingħata spinta kbira.", "KARTA TA' IDENTITA' - BDIL TA' SESS", "16408.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jara li jsiru l-emendi meħtieġa fil- liġi viġenti biex dawk li jkunu biddlu s-sess tagħhom ikunu regolari f'dak li huma partikolaritajiet fil-karti ta' l-Identita' tagħhom?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-partikolarijiet li għandhom jidhru fuq il-Karta ta' l-Identita' huma regolati b'Reg.", "5 (2) tal-Att Nru. LI ta' l-1975 li fost ħwejjeġ oħra jgħid li safejn prattikabbli, għandu ikun indikat is-sess tal-persuna li f'isimha tinħareġ l-istess Karta ta' l-Identita'.", "Karta ta' l-Identita' toħroġ skond dettalji li jidhru fuq l-Att tat- Twelid maħruġ mir-Reġistru Pubbliku.", "Tibdil ta' dettalji fl-Att tat-Twelid isir bi proċedura stabbilita mil- liġi quddiem il-Qorti.", "Jekk il-Qorti tawtorizza xi tibdil fl-Att tat- Twelid, il-Karta ta' l-Identita' tinħareġ skond dak it-tibdil kif awtorizzat mill-Qorti.", "KUNSILLI LOKALI", "16421.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Prim Ministru: Fl-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali, s'issa kemm ikkontestaw nisa?", "Kemm minn dawn ikkontestaw bħala indipendenti?", "Kemm ikkontestaw taħt partit politiku?", "Kemm minnhom ġew eletti?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab informat li l-34 elezzjoni għall- Kunsilli Lokali li saru f'Novembru 1993, u f'Jannar u fi Frar 1994, ikkontestaw 83 mara li minnhom ġew eletti 36 kif jidher fit-tabella hawn taħt.", "Għall-elezzjonijiet tad-19 ta' Marzu 1994 qed jikkontestaw 21 mara - 13 ma' partiti politiċi u 8 indipendenti.", "NISA KANDIDATI/ELETTI", "| |Parti|Indipen|Oħraj|Total| | |ti |denti |n | | | |Polit| | | | | |iċi | | | | |Kandidat|58 |24 |1 |83 | |uri | | | | | |Eletti |24 |11 |1 |36 | | | | | | |", "PALK MALTI - KOMPETIZZJONIJIET", "16454.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura: Fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentri tiegħu numru 6677, il-Ministru kien irrefera għall-kompetizzjoni għal xogħlijiet tal-palk Malti fis-sena 1993.", "Jista' l-Ministru jagħti kopja tar-rapport ta' l-eżaminaturi?", "Kif u min għażilhom dawn l-eżaminaturi?", "Fuq liema kriterji ġew magħżula?", "Kellhom xi remunerazzjoni għax-xogħol tagħhom?", "Jekk fl-affermattiv, kemm kienet?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Qiegħed nehmeż kopja tar-Rapport tal-Ġurija li kienet komposta minn Rev. Prof. P. Serracino Inglott, is-Sur Alfred Mallia u s-Sur Mario Azzopardi, li ntagħżlu minn dan il-Ministeru.", "Meta tara min kienu tifhem li l-kriterju kien wieħed ta` serjeta` u kompetenza.", "L-Onorarju tagħhom kien nominali, u bl-ebda relazzjoni ma` l- istatus tagħhom fid-dinja tal-kultura jew max-xogħol li kien rikjest minnhom.", "PREMJU FRANCIS EBEJER", "Konkors għall-kitba ta` drammi bil-Malti Organizzat mill-Ministeru taż-Żgħażagħ u tal-Kultura", "RAPPORT TAL-GURIJA", "Għall-konkors kienu sottomessi 15-il dramm, kwazi lkoll b`vena naturalista, ħafna minnhom ta` xehta melodrammatika.", "Il-Ġurija tqis li l-livell tad-drammi kien wieħed baxx, u jikkomferma li l-kitba għall-palk f`Malta bħalissa tinsab fi kriżi serja ħafna.", "L-iskritti sottomessi jindikaw ukoll li d-drammaturgija Maltija bħalissa hi mxekkla min għeluq provinċjali u li hi maqtugħa għal kollox mill- `mainstream` tat-teatru Ewropew kontemporanju.", "Fid-drammi ezaminati mill-Ġurija kienet nieqsa għal kollox il-konċeżżjoni ta` teatru kontemporanju, bir-relevanzi u l-implikazzjonijiet li jista` joffri.", "Inħass ukoll kif is-`soap operas` televiżivi qed iħallu l-effet tagħhom: numru ta` drammi sottomessi għandhom stil episodiku biss, jevitaw id- dixxiplina strutturali u jipprojettaw sensiela ta` sterjotipi mingħajr dimensjoni konkreta.", "Kwazi d-drammi kollha jbatu minn limitazzjonijiet gravi f`dak li għandu x`jaqsam mal-mekkaniżmu għall-palk, filwaqt li oħrajn lanqas biss kapaci joffru didaskaliji bazici għas-sengħa teatrali.", "Generalment, is-sitwazzjonijiet jogħtru taħt it-tradizzjoni tal-melodramm u jkomplu jitgħarrqu bi djalogar tassew fqir u snaturali, li jfakkrek fit- tentattivi radjufoniċi medjokri li pproduċa b`ċerta frekwenza x-xandir lokali.", "Irid jingħad ukoll li fix-xogħlijiet li qrat il-Ġurija hemm okkorrenza spissa ta` qagħdiet jew konklużjonijiet inverosimili kif ukoll ta` arkaizmu mill-qasam (suppost) sorpassat tat-teatrin.", "In-nisġa hi generalment dgħajfa jew prevedibbli , tant li kollox joqrob lejn ċerta banalita`.", "Fuq kollox hemm ton moralistiku repettittiv u qadim, li jirrita, u li jippenetra diversi tentattivi sottomessi.", "Fiċ-ċirkostanzi, il-Ġurija ħasset li ma kien hemm l-ebda dramm li stħoqqlu jkun klassifikat fl-ewwel post, l-aktar meta tqis li l-Konkors li qed jinteressana hawnhekk hu wieħed ufficjali u għalhekk qed jitlob mill- ġurija endorsement fi grad nazzjonali.", "Il-Ġurija ħasset li lanqas ma kellu jkun ippremjat aktar minn dramm wieħed, u għalhekk qieset li għandu jkun ikklassifikat xogħol wieħed biss, għat-Tieni Post.", "Id-dramm magħżul hu `Il- Belliegħa Fil-Bir` ta` Moustaki, u hawn ukoll, il-Ġurija trid tippronunżja ċerti riservi:", "Filwaqt li tirrikonxxi li `Il-Belliegħa Fil-Bir` qiegħed f`livell għalih waħdu meta jkun ikkunsidrat b`kuntrast max-xogħlijiet l-oħrajn, l-aktar fejn tidħol ir-relevanza soċjali tiegħu (preokkupazzjoni ekoloġika u kuxjenza kontra l-ispekulazzjoni ta` l-art), il-Ġurija tinnota wkoll tessitura u mekkanizmu konvincenti.", "B`danakollu, dan id-dramm ma ngħatax l- ewwel premju minħabba (a) il-verbozita` eccessiva tiegħu (b) il-bixra melodrammatika ta` certi passaġġi (c) certa guffaġni ta` kif hi suġġerita l- produzzjoni tax-xena kruċjali meta jrid jiżżarma l-palk.", "Fil-fatt, il- Ġurija tħoss li għandha tavża li l-produzzjoni ta` dan id-dramm trid tagħti kaz sewwa ta` l-esiġenzi mekkaniċi u timmodifikhom biex ma jibqgħux kumplessi daqshekk, u dan b`konsultazzjoni ma` l-awtur/awtriċi.", "Il-membri tal-Ġurija jħossu li għandhom jissemmew żewġ xogħolijiet oħrajn li sata` kellhom mertu li kieku nħadmu b`aktar sengħa: Bejn Ilma u Nar ta` Virtute u Pizzi Pizzi Kanna ta` Dolores.", "Fl-ewwel kaz, ix-xogħol ta` Virtute, ambjentat fi żmien l-Inkwiżizzjoni, seta` offra xi possibilitajiet iżda l-materjal storiku baqa' massiv wisq, bħalikieku mehud direttament minn ktieb, mingħajr l-għaġna teatrika.", "Fil-kaz ta` Dolores, ix-xogħol sottomess seta` ħadem bħala thriller psikologiku iżda d-dramm tgħarraq minħabba passaggi dgħajfa, taħdit banali għal kollox dwar is-sesswalita` u inkoerenza stilistika.", "Il-fatt li qegħdin jissemmew dawn iż-żewġ tentattivi bl-ebda mod m`għandu jorbot il-Ministeru li jippubblikahom.", "Għalhekk, il-membri tal-Ġurija qegħdin jaqblu illi, għall-Konkors ta` Kitba għall-Palk imniedi mill-Ministeru taż-Żgħażagħ u tal-Kultura, 1993:", "L-ewwel premju ma jingħatax;", "It-tieni premju jingħata lil Il-Belliegħa fil-Bir ta` Moustaki;", "It-tielet premju ma jingħatax;", "Jissemmew żewġ xogħolijiet li, b`reviżjoni drastika, jistgħu joffru xi possibilitajiet; Bejn Ilma u Nar ta` Virtute u Pizzi Pizzi Kanna ta` Dolores.", "Il-Ġurija tħoss li għandha tfahhar kif jixraq l-intenzjoni tal-Ministeru konċernat li jaġixxi favur il-kawża tad-dramm bil-Malti, iżda dan il- Konkors juri defiċjenzi kbar fil-kitba teatrali u għalhekk il-Ġurija tħoss li m`għandhiex tikkultiva illuzzjonijiet, anzi għandha l-obbligu li titkellem b`mod car dwar it-togħma morra li jħallu l-bicca l-kbira tax- xogħlijiet li tressqu biex jikkontestaw.", "Rev Prof P Serracino Inglott Alfred Mallia Mario Azzopardi", "TVM - DOKUMENTARJI", "16455.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura: Kemm u liema kienu d-dukumentarji televisivi fuq suġġetti purament Maltin maħsuba u mtella' minn Television Malta mis-sena 1990 'il hawn sena b'sena?", "Minħabba li dokumentarji ta' din ix-xorta jintgħoġbu ħafna mill-poplu Malti, jista' l-Ministru jinkoraġġixxi jittellgħu aktar minn dawn?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Ġejt informat illi d-dokumentarji fuq suggetti hekk imsejħa mill-Onor.", "Interpellant b`ton pjuttost fundamentalista `purament Maltin` mtella' min-television malta mis-sena 1990 `l hawn kienu bosta kemm fil-forma ta` sensiela u kemm bħala dokumentarji singoli.", "Basta wieħed isemmi is-sensiela `Close-Up` fuq l-industrija tal-films f`Malta u d- dokumentarji fuq il-kompożitur Giuseppe Caruana u fuq is-Surmast Pace, il- ħarsa lejn l-Imdina, `Holma ta` Belt`, ir-rapport fuq it-telfa ta` HMS Victoria, is-sensiela `Jott` u ħafna oħrajn.", "Dan imbarra t-trattament ta` aspetti tal-ħajja maltija f`programmi ta` kull ġimgħa bħal `Spektrum` u `Il- Ħadd mal-Maltin`.", "Diversi surveys jindikaw illi telespettaturi Maltin iħobbu jaraw dokumentarji ta` dan it-tip, u dan il-PBS iżżommu dejjem quddiem għajnejha meta jiġu ppjanati l-iskedi tal-programmi.", "QRATI - OĠĠETTI NIEQSA", "16456.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja: Jista' l- Ministru jagħti lista ta' l-oġġetti li f'dawn l-aħħar tliet snin - 1991, 1992 u 1993 separatament - instabu nieqsa meta kienu taħt il-kustodju tal- Qrati?", "Ma' liema każi kienu konnessi dawn l-oġġetti?", "It-Telf ta' esebiti, kif jista' jaffettwa l-proċeduri legali (speċjalment dawk f'ġuri kriminali)?", "It-telf/serq ta' dawn l-oġġetti saret f'xi serqa organizzata jew kienet minħabba traskuragni?", "Mindu kien hemm rapporti ta' oġġetti mitlufa, x'sar biex dan ma jkomplix isir?", "Min hi l-persuna responsabbli mill-post fejn jinżammu dawn l-oġġetti?", "Min għandu aċċess għal dan il- post?", "ONOR.", "JOE FENECH: Gieli kien hemm esibiti li naqsu, pero' fil-bicca l- kbira tal-kazi instabu wara.", "Matul is-snin 1991, 1992 u 1993 ma gewx intralcjati proceduri kriminali minhabba nuqqas ta' esebiti.", "Fil-fatt ghalissa hemm tlett esebiti li m'humiex jinstabu.", "Wiehed minnhom esebit serju.", "Fuq dan ghalissa ma tistax tinghata informazzjoni billi qeghda ssir inkjesta interna minn Kummissjoni presjeduta mill-Assistent Registratur.", "Illum il-procedura hija li l-oggett jigi esebit formalment fl-Awla, jittiehed fil-kustodja tal-iskrivan tal-Awla u registrat fil-ktieb ta' l- esibit, kif trid il-ligi, jinzamm fis-sigrieta tal-Awla sakemm il-Qorti koncernata ma jkollhiex aktar htiega tieghu u jinghata lill-ufficjal inkarigat mill-esebit.", "Dan ta' l-ahhar izomm record tieghu u jikkustodih jew fil-kmamar li hemm appożitament il-Qorti jew fi 'strongroom', jew ukoll il-Bank Centrali, dejjem skond il-valur tal-oggett.", "Meta l-oggett wara jrid jigi esebit f'guri, jinghata fil-kustodja tad-Deputat Registratur tal- Qorti Kriminali.", "Fejn l-oggett misruq esebit jista' jinghata lura lil sidu, dan isir hekk minnufih, hekk kif jibdew il-proceduri kriminali.", "Se jinhatar mill-Ministeru, Board ta' inkjesta biex jistudja is-sistema wzata llum u jara n-nuqqasijiet taghha kif ukoll biex jistabbilixxi forma ta' kontroll u verifika ta' l-oggetti esibiti fl-'iter' kollu sakemm jispicca f'idejn l-Exhibits Officer u finalment f'idejn id-Deputat Registratur fejn tinqata' l-kawza.", "DROGA - BORD TA' EVALWAZZJONI U TRATTAMEENT", "16457.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Il-Kumitat tal-Maġistrat Silvio Meli dwar l-evalwazzjoni tas- Servizzi tad-Droga u Alkohol, f'paġna 41 jirrikmanda it-twaqqif ta' Bord ta' evalwazzjoni ta' Trattament fuq bażi permanenti.", "Peress li jidher li dan huwa suġġeriment verament validu, jista' l-Ministru jgħid jekk u meta se jitwaqqaf dan il-bord?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Kif rakkommandat mill-Kumitat presedut mill- Maġistrat Meli, il-Gvern qed jirrevedi l-funzjonijiet tal-ICADAIT u qed iħejji pjan ta' twaqqif ta' entita' organizattiva ġdida.", "L-'monitoring' u l-evalwazzjoni se jkunu funzjonijiet ċentrali fi ħdan dawn l-istrutturi.", "Dawn il-funzjonijiet jibdew jaħdmu mat-twaqqif ta' l- istrutturi l-ġodda.", "DROGA - KUMITAT TA' EVALWAZZJONI U TRATTAMENT", "16458.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Il-Kumitat dwar l-Evalwazzjoni tas-Servizzi tad-Droga u Alkohol, li kien ippresedut mill-Maġistrat Silvio Meli, irrikmanda li jkun hemm reviżjoni fil-funzjonijet tal-Kumitat Interdipartimentali kontra l- Abbuż tad-Droga u t-tixrid tagħha (ICADAIT) u dan fid-dawl tar- rakkomandazzjonijiet li għamel l-istess kumitat.", "Il-Ministeru tiegħek aċċetta din ir-rakkomandazzjoni?", "Sar xi tibdil fil-funzjonijiet tal- ICADAIT?", "Kemm-il darba ltaqgħet l-ICADAIT matul l-1993?", "Kemm-il darba ltaqgħet fl-ewwel xahrejn ta' din is-sena?", "Kemm u min kienu l-membri tiegħu li siefru fuq xogħol ta' din il-kummissjoni matul l-1993 u fl-ewwel xahrejn ta' l-1994?", "Fejn marru u x'kien l-iskop ta' kull żjara?", "Min ħallas l-ispejjeż u kemm kienu jammonmtaw f'kull każ?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "KRIMINALITA'/DROGA - STUDJU XJENTIFIKU", "16459.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Qatt sar studju xjentifiku biex jiġi stabbilit x'konnessjoni hemm bejn il-kriminalita' u d-droga?", "Jekk iva, jista' jpoġġi r-riżultati fuq il-Mejda tal-Kamra?", "Jekk le, ma jaħsibx li din għandha ssir mill-aktar fis biex wieħed jkun jista' janalizza u jipprova jieħu azzjoni biex jikkumbatti l-kriminalita' b'mod sod?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Dan it-tip ta' studju għadu qatt ma sar.", "Nifhem il- valur ta' studju bħal dan u hu ttamat li dan isir fil-futur bħala parti minn pjan li permezz tiegħu jitwettqu diversi inizjattivi ta' ġbir ta' 'data' u informazzjoni biex ikollna stampa aktar reali tas-sitwazzjoni.", "Din il-ħidma se tkun fdata f'idejn nies esperti fir-riċerka, li ġejjin minn oqsma differenti.", "SKEJJEL - SKOLA TAL-BAĦRIJA", "16464.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Meta l-Ministru jaf li s-sala u l-istore ta' l-Iskola tal- Baħrija qed jintużaw bħala klassijiet għat-tfal li jattendu f'din l-iskola, għaliex qed jittratjeni milli jkompli bil-programm ta' żvilupp li jenħtieġ f'din l-iskola?", "Jista' għaldaqstant il-Ministru jara li jibdew ix-xogħlijiet sabiex dawn it-tfal jkollhom il-klassijiet u faċilitajiet diċenti fl-iskola tagħhom?", "Jekk fl-affermattiv, meta?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Fl-iskola tal-Baħrija l-kmamar kollha ta' daqs normali qegħdin jintużaw bħala klassijiet.", "M'hemm ebda indeċiżjoni min- naħa tiegħi jew min-naħa tad-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni.", "Bħalissa m'hemmx ġustifikazzjoni li jsiru xogħlijiet oħra.", "MGARR - TRIQ SIR HARRY LUKE,TRAFFIKU", "16465.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Billi qed jinħoloq inkonvenjent fil-parti ta' Triq Sir Harry Luke, l-Imġarr fil-parti li tiġi salib it-toroq ma' Triq San Pawl minħabba t-traffiku f'dawn l-inħawi, jista' l-Ministru jara li jsir stħarriġ f'dawn sabiex il-problemi u kultant il-periklu li jiffaċċjaw it-tfal u żgħażagħ meta jaqsmu dawn it-toroq jiġu solvuti?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Din il-mistoqsija parlamentari sejra titressaq quddiem il-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku għall-konsiderazzjoni.", "KANTANTI U MUŻIĊISTI MALTIN", "16466.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura: Billi ħafna mużiċisti u kantanti professjonali Maltin kif ukoll żgħażagħ li għadhom qed jiżviluppaw il-karriera tagħhom fil-mużika u divertiment popolari huma mħassba serjament dwar x'se jkun l-impatt ta' sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea fis-sens li jkun hawn mużiċisti barranin eċċ li jeħdulhom xogħolhom, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'konsiderazzjonijiet għamel il-Gvern f'dan ir-rigward?", "Jassigura l-Ministru li lokalment kemm il-mużiċisti, kantanti kif ukoll żgħażagħ li qed jitrawwmu f'dawn it-talenti, mhux se jkollhom diffikultajiet biex isibu x-xogħol professjonali tagħhom?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Kif rajna wkoll dan l-aħħar, il-mużiċisti u l- kantanti professjonali Maltin huma kapaċi jikkompetu ma` ħaddieħor abbażi tal-kapaċita` tagħhom.", "L-sħubija fl-Unjoni Europea m`għandiex tbeżżagħhom: anzi tifthilhom opportunitajiet kbar ta` taħriġ u speċjalizzazzjoni fi kwalunkwe każ, f`kull pajjiż fl-Unjoni Ewropea, tingħata attenzjoni speċjali għat-talent lokali.", "MGARR - SERVIZZ TA' DRENAĠĠ FL-INĦAWI TA' MREJNU", "16467.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jara li jsiru x-xogħlijiet ta' l-estensjoni tas-sistema ta' l-estensjoni ta' drenaġġ fl-inħawi ta' Mrejnu fl-Imġarr, Malta?", "Billi hemm numru ta' familji li ilhom is-snin jistennew li jingħataw dan is-servizz, jista' l-Ministru jwettaq dawn ix-xogħlijiet?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: L-estensjoni tas-Servizz tad-Drenaġġ fl-inħawi msemmija tinvolvi tul ta` xi 650 mt. main ġdid bi spiża ta` madwar Lm30,000.", "In-numru ta` djar li jinqdew b`din l-estensjoni huwa żgħir meta jkun paragunat ma` l-infieq imsemmi - aktar u aktar meta hemm prioritajiet oħra għall-voti li hemm għal xogħol bħal dan f`dan il-qasam.", "Għaldaqstant mhux possibbli li din l-estensjoni ssir din is-sena.", "PITKALIJA - SISTEMA TA' KOMPUTERIZZAZZJONI", "16468.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd: Kif jispjega l-fatt il-Ministru li fl-istess waqt li jgħid li tibdil fil-Pitkalija ċentrali sejjer skond il-pjan tiegħu, partikolarment fis-sistema tal-komputerizzazzjoni, issa se jittrasferi lill-uffiċjal inkarigat għaliex mhux kompetittiv fit-twettiq ta' dan il-programm ta' żvilupp?", "Kemm kien ilu dan l-uffiċjal responsabbli minn dan il-pjan ta' żvilupp?", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport tal-pjan li kellu jwettaq dan l-uffiċjal fil-Pitkalija Ċentrali matul dawn l-aħħar snin?", "ONOR.", "LAWRENCE GATT: L-Ufficcjal inkarigat mill-Pitkalija ma giex trasferit.", "Nikkonferma li s-sistema tal-kompjuterizzazzjoni miexja skond il-pjan.", "Il-pjanijiet tal-Ministeru jitfasslu u jitwettqu minn 'team' ta' ufficcjali u mhux minn ufficcjal wiehed.", "PITKALIJA - PREZZIJIET TAĊ-ĊANGA FRISKA", "16469.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd: X'kienu l-prezzijiet taċ-ċanga friska għar-raħħal u l-konsumatur matul ix-xahar ta' Jannar u Frar?", "Kif kienu dawn il-prezzijiet ta' l-istess xhur meta mqabbla ma' l-aħħar ħames snin sena b'sena?", "ONOR.", "LAWRENCE GATT:", "Sena Xahar Baqar Ghoggiela Av. Price Av. Price", "1989 Jannar Lm1.109 Lm1.550 Frar \" \"", "1990 Jannar Lm1.197 Lm1.600 Frar \" \"", "1991 Jannar Lm1.273 Lm1.700 Frar \" \"", "1992 Jannar Lm1.273 Lm1.700 Frar \" \"", "1993 Jannar Lm1.260 Lm1.682 Frar \" \"", "1994 Jannar Lm0.913 Lm1.323 Frar \" \"", "Il-prezz ghall-konsumatur huwa stabbilit skond il-Price Order Nru. 318 tat-30.09.88.", "IMPIEGI - BLUE COLLAR WORKERS", "16498.", "L-ONOR.", "JOSEPH PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Kemm hemm \"blue collar workers\" fid-diversi Dipartimenti, Korporazzjonijiet u Kumpanniji Parastatali rispettivi li jaqgħu taħt il- Ministeru tiegħek?", "Kemm minn dawn huma koperti, b'ċertifikati mediċi u ma jagħmlux id-doveri kollha tal-grad tagħhom.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: In-numru ta` \"Blue Collar Workers\" fid- Dipartimenti u Korporazzjonijiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Ambjent huwa hekk:", "Taqsima tax-Xogħlijiet: 3372 (fosthom 28 disabled, 84 fuq light duties", "Taqsima Ndafa Pubblika: 1223 (fosthom 92 biċ-Ċertifikat Mediku)", "Taqsima `Non Urban Areas`: 228 (fosthom 3 fuq light duties)", "Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma: 1004 (fosthom 20 disabled, 17 fuq light duties)", "Ministeru għall-Ambjent: 20", "Segretarju Parlamentari għall-Ilma u Enerġija:9", "Segretarju Parlamentari għall-Ambjent: 6", "Dwar il-Korporazzjoni Enemalta l-informazzjoni mitluba ngħatat fit- tweġiba għall-mistoqsijiet parlamentari numru 15327 (Seduta 224).", "IMPIEGI - BLUE COLLAR WORKERS", "16499.", "L-ONOR.", "JOSEPH PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd: Kemm hemm \"blue collar workers\" fid-diversi Dipartimenti, Korporazzjonijiet u Kumpanniji Parastatali, rispettivi li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħek?", "Kemm minn dawn huma koperti b'ċertifikati mediċi u ma jagħmlux id-doveri kollha tal-grad tagħhom?", "ONOR.", "LAWRENCE GATT: Fid-Dipartimenti kollha li jaqghu taht il- Ministeru tieghi hemm 933 haddiem 'Blue Collar Workers' u minnhom 11 qeghdin jaghmlu xoghol hafif, peress li dawn huma koperti b'certifikati medici.", "IMPIEGI - BLUE COLLAR WORKERS", "16500.", "L-ONOR.", "JOSEPH PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Kemm hemm \"blue collar workers\" fid-diversi Dipartimenti, Korporazzjonijiet u Kumpanniji Parastatali rispettivi li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħek?", "Kemm minn dawn huma koperti, b'ċertifikati mediċi u ma jagħmlux id-doveri kollha tal-grad tagħhom?", "ONOR.", "ANTON TABONE: Jiena nformat li fid-Dipartimenti li jaqgħu taħt il- Ministeru tiegħi hemm 203 ''blue collar workers''.", "Minn dawn 12 daħlu taħt id-disablement scheme u disgħa oħra huma koperti b'ċertifikat mediku.", "IMPIEGI - BLUE COLLAR WORKERS", "16501.", "L-ONOR.", "JOSEPH PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Kemm hemm \"blue collar workers\" fid-diversi Dipartimenti, Korporazzjonijiet u Kumpanniji Parastatali rispettivi li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħek?", "Kemm minn dawn huma koperti b'ċertifikati mediċi u ma jagħmlux id-doveri kollha tal-grad tagħhom?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li ninsab informat li n-numru ta' ħaddiema industrijali fid-Dipartimenti, Korporazzjonijiet/ Organiżazzjonijet, inkluż l-Malta Drydocks Corportation u l-Malta Shipbuilding huwa ta' 4944.", "Minn dawn 126 huma koperti b'ċertifikat mediku u ma jagħmlux id-doveri kollha tal-grad tagħhom.", "IMPIEGI - BLUE COLLAR WORKERS", "16502.", "L-ONOR.", "JOSEPH PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru għas-Sigurta' Soċjali: Kemm hemm \"blue collar workers\" fid-diversi Dipartimenti, Korporazzjonijiet u Kumpanniji Parastatali, rispettivi li jaqgħu taħt il- Ministeru tiegħek?", "Kemm minn dawn huma koperti b'ċertifikati mediċi u ma jagħmlux id-doveri kollha tal-grad tagħhom?", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Hemm 157 \"Blue Collar\" Workers fid-diversi Dipartimenti etc. li jaqghu taht il-Ministeru tieghi.", "Hamsa (5) biss huma koperti b'certifikati medici u ma jaghmlux id-doveri kollha tal-grad taghhom.", "IMPIEGI - BLUE COLLAR WORKERS", "16503.", "L-ONOR.", "JOSEPH PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja: Kemm hemm \"blue collar workers\" fid-diversi Dipartimenti, Korporazzjonijiet u Kumpanniji Parastatali rispettivi li jaqgħu taħt il- Ministeru tiegħek?", "Kemm minn dawn huma koperti b'ċertifikati mediċi u ma jagħmlux id-doveri kollha tal-grad tagħhom?", "ONOR.", "JOE FENECH: It-twegiba ghal din il-mistoqsija se tinghata f'seduta ohra.", "UNIVERSITA' - APPLIKAZZJONIJIET", "16557.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jgħid fl-Universita':-", "(a) Kemm-il sejħa ta' applikazzjoni kien hemm mis-sena 1990 'l hawn?", "(b) Għal-liema postijiet kienu dawn l-applikazzjonijiet?", "(c) X'kienet id-data tal-Bord ta' l-Għażla ta' kull waħda?", "(d) Minn min kien kompost kull Bord?", "(e) Liema huma dawk l-applikanti li ġew magħżula?", "(f) Kemm minn dawn aċċettaw il-ħatra, min huma u f'liema dipartiment qegħdin?", "(g) Liema huma dawk magħżula li kienu diġa' jaħdmu l-Universita' u liema post kienu jokkupaw sew full-time, part-time jew temporary full-time?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Nagħti tweġiba f'xi seduta oħra.", "UNIVERSITA' - MEMBRI TA' L-ISTAFF", "16558.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm membri ta' l-istaff ta' l- Universita', li jiġu minn xulxin?", "(a) Min huma? (b) Xi grad għandhom? (c) F'liema sezzjoni jaħdmu? (d) X'inhi d-data ta' l-ewwel ħatra tagħhom?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: L-Universita' ma żżommx reġistru tal- parentela ta' l-impjegati tagħha, iżda safejn hu magħruf, dawn li ġejjin huma l-impjegati aħwa jew koppji.", "AĦWA Borg Francis - F/T Mess I (Admin.", "1/1/83)", "Borg Mario - F/T Kitch Asst (Catering 25/5/81)", "Camilleri Francis - P/T Res Asst (WPDC 20/6/91)", "Cassar Mariella - F/T Clerk (Commun 8/8/83)", "Copperstone Alexandra - F/T Lab Off II (Biology 5/11/90)", "Copperstone Claire - F/T Lab Off II (Pharmacy 1/7/91)", "Debattista Dominic - F/T Leading Cook (Catering 16/9/68)", "Debattista John - F/T Cook (Catering 1/3/70)", "Fsadni Carmel - F/T Snr Lect (Management 1/6/81)", "Fsadni Mario - F/T Exec Dir (Energy Tech 15/8/93)", "Serracino Inglott Anthony - F/T Professor (Pharmacy 1/10/73)", "Serracino Inglott Peter - F/T Professor (Rector 23/1/64)", "Sultana Carmel - F/T Supervisor (Maint 16/1/76)", "Sultana Joseph - F/T Carpenter (Maint 30/12/68)", "KOPPJI", "Alexander Marie - F/T Exec Dir (I/Ling 3/1/94)", "Alexander Norman - F/T Maint Off (Maint 31/1/94)", "Camilleri George - P/T Professor (Dental Surg 1/3/64)", "Camilleri Joanne - P/T Admin Off (Inter Off 11/1/93)", "Ellul Micallef Patricia - P/T Asst Comm Officer (Comm 1/2/92)", "Ellul Micallef Roger - F/T Professor (Clin Pharm & Therap 1/10/67)", "Farrugia Adrian - T/FT Labourer (Maint 14/4/93)", "Farrugia Rebecca - PR/PT Clerk (Matsec 26/2/90)", "Gemmel Chris - F/T Theatre Maint Off (Theatre Studies 6/11/92)", "Gemmel Marthese - F/T Lab Off II (Phys & Bioch 22/10/69)", "Grech Carmel - F/T Lab Off II (CCT 1/3/93)", "Grech Maris - PR/PT Clerk (Arts 9/4/75)", "Hunter Gary - F/T Snr Lect (Phys & Bio 1/9/92)", "Hunter Therese - F/T Asst Lect (Phys & Bio 1/5/88)", "Lawrence May - F/T Admin Off (Mech & Elec Eng 1/11/91)", "Lawrence Michael - F/T Admin Off (Finance 1/11/91)", "Pirotta Godfrey - F/T Lecturer (Fema 1/9/82)", "Pirotta Maryrose - F/T Fac Off I (Sciences 30/10/67)", "Rizzo Edith - F/T Clerk (WPDC 1/1/90)", "Rizzo Saviour - P/T Res Asst (WPDC 8/4/91)", "Staff Chris - T/FT Asst Lect (Comp Sci & Art Int 1/10/93)", "Staff Yasmeen - F/T Admin Coor (NSIT 1/10/93)", "Xuereb Angela - F/T Asst Head (Pathology 1/10/93)", "Xuereb Peter G - F/T Professor (Law 1/9/93)", "UNIVERSITA' - RAPPORT TA' L-ISTRATEGIC PLAN", "16559.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-Draft Report tas-Sub Committee li kien qed jaħdem fuq ix-xejriet demografiċi ta' l-Edukazzjoni għall-Strategic Plan ta' l-Universita'?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Kopja tar-rapport tas-Sotto-Kumitat li kien qed jaħdem fuq ix-xejriet demografiċi ta' l-edukazzjoni għall-Istrategic Plan ta' l-Universita' tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "UNIVERSITA' - BUDGET TAL-FAKULTAJIET", "16560.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jgħid kif tqassam il-Budget ta' l-Universita' fuq il-Fakultajiet?", "(a) Kemm ħa kull dipartiment? (b) Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Budget ta' l-Universita'?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Nagħti tweġiba f'xi seduta oħra.", "ENEMALTA - SERQ TA' DAWL U ILMA", "16583.", "L-ONOR.", "PHILIP MUSCAT staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jagħti tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 15478?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li n-numru ta` każi li ġew riferuti lill-pulizija minħabba suspetti ta` serq ta` dawl elettriku kienu 158 fl- 1992 u 272 fl-1993.", "Filwaqt li nirreferi l-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall- mistoqsija parlamentari numru 11049 (Seduta 143) inżid ngħid li bħalma diġa' ġie spjegat diversi drabi peress li s-serq ta` l-elettriku huma parti mill-`losses` fid-distribuzzjoni ta` l-elettriku, m`hix possibbli li tagħti l-figuri mitluba tas-serq globalment.", "Jien informat ukoll li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta` l-Ilma irrapurtat 20 każ ta` serq jew użu llegali ta` l-ilma fl-1992.", "Fl-1993 instabu mal-50 każ filwaqt li sas-27 ta` Jannar ta` din is-sena diġa' nstabu 18 il-każ.", "F`każijiet ta` serq ta` l-ilma qed isiru nvestigazzjonijiet kriminali waqt f`każijiet ta` użu llegali qed isiru proċeduri fil-Qorti ċivili.", "Huwa stmat li bejn 7 u 9 fil-mija tal-produzzjoni ta` l-ilma qed jintilef f`serq.", "LUQA - DAWL FL-INDUSTRIAL ESTATE", "16592.", "L-ONOR.", "LINO SPITERI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Billi fl-Industrial Estate Ħal Luqa hemm postijiet li ma ġewx imdawwla, u billi żmien ilu kienu anke saru arbli bi tħejjija biex jiġi estiż, jista' dan ix- xogħol issa jitkompla?", "Jista' l-Ministru jara x'jenħtieġ biex issir l-estenzjoni ta' l-arblu ta' qrib Hut No. 15?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: It-talba ta` l-Onor.", "Membru biex isir dawl pubbliku fl-Industrial Estate Luqa qed tiġi kkonsidrata flimkien ma` talbiet oħra.", "MSU - ALLOWANCES", "16593.", "L-ONOR.", "LINO SPITERI staqsa lill-Prim Ministru: Hemm impjegati, esperti jew konsulenti ta' l-MSU li barra l-ħlas normali jieħdu xi allowances?", "Jekk iva, jista' l-Prim Ministru jagħti lista ta' dawn l- allowances u għal xiex jingħataw?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab informat li l-allowances li tħallas l- MSU huma dawk li normalment jitħallsu minn ażjendi oħra bhal ma huma \"travel\", \"transport\" u \"subsistence\".", "Dawn l-allowances jingħataw għal meta wieħed ikollu jivvjaġġa fuq xogħol kemm f'Malta u anke barra.", "Konsulenti barranin jitħallsu dawk l-ispejjeż li jkunu għamlu għat- trasferiment lejn Malta u lura.", "Dawn il-konsulenti huma ntitolati wkoll għall-biljett ta' l-ajru darba fis-sena għall-familja tagħhom kif ukoll għal zewg biljetti fis-sena għat-tfal tagħhom taħt it-18-il sena li jkunu qed jistudjaw barra minn Malta.", "MSU - NIES IMPJEGATI", "16594.", "L-ONOR.", "LINO SPITERI staqsa lill-Prim Ministru: Kemm hemm nies ma' l-MSU bħalissa grad grad?", "X'inhu s-salarju grad grad?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Nirreferi lill-Onor Membru għat-tweġiba li tajt fil-11 ta' Jannar, 1994 għall-mistoqsija parlamentari numru 14794.", "QORMI - XIRI TA' FLAT TA' FUQ TAL-BLAT", "16595.", "L-ONOR.", "LINO SPITERI staqsa lill-Ministru għas-Sigurta' Soċjali: Billi fi flats tal-Gvern bħal dawk Ta Fuq tal-Blat, Ħal Qormi, hemm min hu interessat li jixtri l-post għalkemm ma ħax l-opportunita' meta dan kien possibbli żmien ilu, jista' l-Ministru jgħid meta se terġa' tingħata din il- possibilta'?", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: L-Inkwilini ta' flats Ta' Fuq tal-Blat jkunu jistghu jixtru l-post fejn joqoghdu meta tigi mnehdija skema apposta fil- futur qarib.", "MIA - PROMOZZJONIJIET FIT-TAQSIMA TAT-TIFI TAN-NAR", "16620.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jagħti nformazzjoni dwar il-promozzjonijiet li saru fit-Taqsima tat-Tifi tan-Nar fl-Ajruport Internazzjonali ta' Malta, liema promozzjonijiet ingħataw f'Jannar ta' l-1989 b'seħħ minn Mejju 1988 - fejn saret inġustizzja fl-għoti ta' dawn il-promozzjonijiet?", "Jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex approva l-ħatriet ta' dawk iż-żewġ suldati li minn gunners ħadu r-rank ta' surġenti u wieħed minnhom reġa' ħa promozzjoni oħra għal Warrant Officer kif ukoll għal dawk l-għaxar gunners li saru Bumbardieri b'detriment għas-suldati sħabhom?", "Jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex ġie approvat li jsiru żewġ Surġenti u ħames Bumbardieri meta mill-Uffiċċju tiegħu dawk li saret inġustizzja magħhom ġew informati li għandu jsir eżerċizzju ieħor mill-ġdid?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Dwar l-ewwel parti tal-mistoqsija nirreferi lill-Onor.", "Membru għat-tweġiba li tajt lilu stess għall-mistoqsija parlamentari numru 16121 fis-Seduta Numru 232.", "Irrid inżid li, rigward l- imsemmi każ, l-istess Kummissjoni għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji kienet stqarret li \"hemm riservi fuq kemm kienet ġusta l-order of seniority oriġinali (ta' 1979) fis-Section u meta s-seniority fl-Armata certament la hi l-unika, u lanqas l-aqwa kriterju li fuqu jiġu bazati l- promozzjonijiet.\"", "Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, ninforma lill-Onor.", "Membru li l- promozzjonijiet fl-Armata isiru fuq ir-rakkommandazzjoni tal-Kap Kmandant.", "Dwar it-tielet parti tal-mistoqsija, irrid ngħid li ma naf bl-ebda approvazzjoni kif imsemmija mill-Onor.", "Membru.", "UNIVERSITA' - ĦATRA TA' KAP TAD-DIPARTIMENT TA' L-ISTORJA", "16622.", "L-ONOR.", "LINO SPITERI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jgħid xi proċedura ntużat għall-ħatra ta' Kap tad-Dipartiment ta' l-Istorja fl-Universita' dan l-aħħar?", "X'metodu uża r-Rettur biex jasal għar-rikomandazzjoni tiegħu lis-Senat?", "X'kienet eżatt din ir-rikomandazzjoni?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Il-proċedura li ntużat fil-ħatra ta' Kap ta' Dipartiment ta' l-Istorja kienet dik normali.", "Ir-rakkommandazzjoni kienet li jinħatar Dr V. Mallia Milanes peress li kellu l-akbar appoġġ.", "Qiegħed nirriproduċi hawn taħt l-istedina li għamel ir-Rettur ta' l-Universita' lill-membri tad-Dipartiment ta' l-Istorja għall-konsultazzjoni:", "\"As a result of the Agreement between the Malta Union of Teachers and the University and as subsequently confirmed by Council on 19th May, 1993, members of staff who had their appointment extended over 61 years and who at present occupy administrative posts (such as Heads of Department or Deans), are expected to relinquish these administrative posts.", "As a result, I propose to consult all the members of the Department both collectively and singly in order to recommend to Council the appointment of a Head in terms of Section 31h of the Education Act.", "Collectively, because it is desirable that all the members of the Department discuss such issues related to the Headship as whether they would like it to be filled in rotation or otherwise, and also express their views on lines of development for the Department in the context of the strategic five-year plan of the University (the final formulation of which needs to be concluded soon).", "Singly, in order that each member express his personal preference on the choice of Head, in the light of the general discussion.", "I would, therefore, greatly appreciate the presence and active participation of all the members of the Department on Wednesday, 19th January 1994 at 10.00 a.m. in the Rector's Office, Administration Building.\"", "VALLETTA - BARRAKKA TA' FUQ,ŻVILUPP GĦAL CATERING ESTABLISHMENT", "16638.", "L-ONOR.", "LINO SPITERI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Huwa minnu li qed isiru tħejjijiet biex xi parti mill-Barrakka ta' Fuq tingħata għal żvilupp bħala Catering Establishment?", "Jekk iva, f'liema stadju waslu dawn it-tħejjijiet?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Kien hemm suġġerimenti mill-Uffiċċju tal-Proġett għar-Riabilitazzjoni tal-Belt Valletta li l-parking area ħdejn is-saluting battery tiġi żviluppata bħala restaurant ta` klassi għolja bħala parti minn programm ta` titjib fl-area tal-Barrakka ta` Fuq.", "L-ebda parti mill- Barrakka stess jew mis-saluting battery fil-fatt ma titmiss minn dan il- proġett.", "L-idea li qed tkun ikkonsidrata hi li jinħarġu offerti mid-Dipartiment ta` l-Artijiet għall-bini u kiri ta` dan il-post li jrid ikollu dehra li ma tistonax mal-post u li ma jmissx mas-swar.", "Naturalment id-disinn irid ikun approvat skond il-proċeduri normali.", "Madankollu hemm kwestjoni dwar il-proprjeta` ta` żewġ stores li hemm taħt din l-area msemmija u li huma essenzjali għall-proġett.", "DROGA - PUSSESS/TRAFFIKAR", "16653.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari numri 16226/16017 li kienet dwar pussess u traffikar tad-drogi u mhux dwar kontravenzjonijiet tat- traffiku?", "ONOR.", "JOE FENECH: Mis-sena 1989 s'issa kien hemm 612 kazi ta' pussess u traffikar ta' drogi li ngiebu quddiem il-Qrati Maltin.", "Id-drogi involuti kienu pilloli specifikati, Eroina, LSD, Cocaina u Cannabis, waqt is-sentenzi moghtija jvarjaw minn sentenzi ta' habs, multi, habs u multi, u konfiska ta' proprjeta ta' l-individwu.", "Ma tinzammx statistika specifika dwar id-dettalji mitluba f'xi mistoqsijiet li jidhru fit-tieni parti tad-domanda.", "MSIDA - ĦMIEĠ U ĠRIEDEN F'CONCEPTION STREET", "16654.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għas-Sigurta' Soċjali: Minħabba l-periklu ta' strutturi perikolużi u fit-theddida għall-iġene pubblika ikkawżati mill-ġrieden u min-nemus minħabba l-kondizzjoni ħażina li jinsab fih il-bini li kien beda jitwaqqa' fl-Għajn tal-Ħasselin biswit il-Government Flats f'Conception Street, Msida, jistgħu jittieħdu passi biex dan il-bini jitwaqqa' mingħajr aktar dewmien?", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Dan il-progett li huwa parti mill-Imsida Flood Relief Project (u mhux progett ta' bini ta' djar).", "Ghalhekk nitolbok taghmel din id-domanda lill-Onor.", "Ministru ghall-Ambjent.", "TA' XBIEX - TISWIJIET F'FOND C4 RC2", "16655.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 16285 dwar Flat 2, Ta' Xbiex Housing Estate?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li l-bibien għall-fond imsemmi huma lesti u għandhom jitwaħħlu dalwaqt.", "AWTORITA' TAD-DJAR - AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA", "16656.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għas-Sigurta' Soċjali: Meta se jiġu mċaqilqa mill-fondi tagħhom ir-residenti ta' 31 sa 54 Conception Street, Msida?", "Dawn se jiġu re-allocated x'imkien ieħor jew f'parti oħra ta' l-istess triq li mistennija titwaqqa' fil-ġejjieni qarib?", "X'inhi r-raġuni li minkejja li dawn il-fondi ġew diġa' spezzjonati minn uffiċjali tal-Housing u li dawn ġew mgħarrfa biex ma jagħmlux spejjeż għax huma 'earmarked' għat- twaqqiegħ, sa din il-ġimgħa stess uħud minn dawn l-inkwilini ġew mitluba jimlew applikazzjonijiet tal-housing mill-ġdid kif ukoll li ssottomettew ċertifikat tal-Perit?", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: L-area msemmija mistennija li titwaqqa' aktar 'il quddiem.", "Jekk kien hemm min intalab li jimla l-formoli sinjal li kien ghad m'ghandux applikazzjoni mad-Dipartiment tad-Djar li jrid izomm rekord ta' l-allokazzjonijiet li jaghmel.", "AWTORITA' TAD-DJAR - AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA", "16657.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għas-Sigurta' Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-Housing għadu qed iżomm lura milli jagħti attenzjoni xierqa lill-Housing Case H07931 (Msida) minkejja li wieħed isib fih familja ta' ħamsa minn nies li qed joqogħdu fi premises sub- standard u b'ventilazzjoni inadegwata, b'bini fil-viċin fi stat perikoluż?", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: L-applikazzjoni Nru. HO7931 qed tigi kkonsidrata flimkien ma' applikazzjonijiet ohra ghal lokalitajiet ta' l-Imsida u Birkirkara."]} {"filename": "20030618_012d_par.doc", "date": "2003-06-18", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 12 L-Erbgħa, 18 ta' Ġunju, 2003 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 12 L-Erbgħa, 18 ta' Ġunju, 2003", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.01 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "12", "L-Erbgħa, 18 ta' Ġunju, 2003", "WERREJ", "MINUTI 421", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI 421", "TQEGĦID TA' KARTI 428", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-KODIĊI ĊIVILI (IT-TIENI QARI)", "CIVIL CODE (AMENDMENT) BILL (SECOND READING) 429", "AĠĠORNAMENT 449", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 452", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 11 li saret fis-17 ta' Ġunju, 2003 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "MOSTA : TA' MLIT - QASAM TAD-DJAR", "101.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: B'riferenza għas-sitwazzjoni fil-qasam tad-djar Ta' Mlit fil-Mosta, fejn ma' sar ebda embellishment mill- 1998 'il hawn, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid meta se jsiru x- xogħlijiet?", "Hemm il-ħsieb li fis-sentejn li ġejjin isiru lifts ġodda fil- blokki ta' l-appartamenti msemmija?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru għat-Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u Investiment) (f'isem il-Viċi Prim Ministru għall-Politika Soċjali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li r-responsabbilta' għal xogħlijiet ta' embellishment hi tal-kunsilli lokali.", "Ta' min jgħid li b'kollaborazzjoni mad-dipartiment tal-bini u tiswija tad-djar il-kunsill lokali tal-Mosta żviluppa ġnien fl-inħawi tal-Blata l-Għolja fil- lokalita' msemmija.", "Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija, ninsab informat li l-awtorita' tad-djar ma rċeviet ebda applikazzjoni taħt skema V għall-istallar ta' lifts fil- blokki indikati.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Stefan Buontempo, domanda supplimentari.", "ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO: X'inhi l-politika tal-gvern fejn jidħlu l- lifts?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Peress li quddiemi m'għandix din l-informazzjoni, nitlob lill-Onor.", "Membru jagħmilli domanda bil-miktub f'dan is-sens.", "RABAT : GĦAJN QAJJED – QASAM TAD-DJAR", "102.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: B'riferenza għas-sitwazzjoni fil-qasam tad-djar ta' Għajn Qajjed, fejn ma sar ebda embellishment mill- 1998 'il hawn, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid meta se jsiru x- xogħlijiet?", "Hemm il-ħsieb li fis-sentejn li ġejjin isiru lifts ġodda fil- blokki ta' l-appartamenti msemmija?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li r-responsabbilta' għal xogħlijiet ta' embellishment hi tal-kunsill lokali.", "Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija, ninsab informat li l-awtorita' tad-djar irceviet żewġ applikazzjonijiet taħt skema V għall-istallar ta' lifts fi blokki fil-qasam tad-djar indikat.", "Ninsab informat ukoll li minn stħarriġ li sar irriżulta li fiż-żewġ każi, l-ispazju disponibbli ma jippermettix l- istallar ta' lift.", "MELLIEĦA : TA' PENNELLU – QASAM TAD-DJAR", "103.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: B'riferenza għas-sitwazzjoni tal-mistħija fil-qasam tad-djar ta' Pennellu, fejn ma sar ebda embellishment tal-ġonna mill-1998 'il hawn, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid meta se jsiru x-xogħlijiet?", "Hemm il-ħsieb li fis-sentejn li ġejjin isiru lifts ġodda fil-blokki ta' l-appartamenti msemmija?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li r-responsabbilta' għal xogħlijiet ta' embellishment sabiex titranġa din is-sitwazzjoni li hu ddeskriva ''tal-mistħija'', hi tal-kunsill lokali ta' din l-istess lokalita'.", "Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija, ninsab informat li l-awtorita' tad-djar irċeviet applikazzjoni waħda taħt Skema V għall-istallar ta' lift fi blokk fil-lokalita' indikata.", "Bħalissa qed jiġu ppreparati l-pjanti biex jintalbu l-permessi meħtieġa mill-awtorita' dwar l-ambjent u l-pjanar.", "KAŻI TA' SERQ", "104.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Ministru jgħid kemm serqiet u hold-ups saru minn djar privati, karozzi u stabilimenti kummerċjali matul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena?", "X'kienet is-sitwazzjoni għas-snin 2000, 2001 u 2002?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (f'isem il-Ministru tal-Ġustizzja u Intern): Ninsab informat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant huwa kif jidher fit- tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.", "KAŻI TA' ABBUŻI SESSWALI", "105.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Ministru jgħid kemm każi ta' pedofilja u abbużi sesswali fuq it-tfal ġew irrapportati lill-pulizija matul Jannar, Frar, Marzu u April ta' din is-sena?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (f'isem il-Ministru tal-Ġustizzja u Intern): Ninsab informat li bejn Jannar u April ta` l-2003, ġew irrapportati lill-pulizija seba` każi ta` abbuż fuq tfal, filwaqt li fl-istess perijodu ma ġewx irrapporatati każi ta` pedofilja.", "INĊIDENTI TAT-TRAFFIKU", "106.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Ministru jgħid kemm inċidenti tat- traffiku ġew rrapportati lill-pulizija matul Jannar, Frar, Marzu u April ta' din is-sena?", "Kemm minnhom kienu fatali?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (f'isem il-Ministru tal-Ġustizzja u Intern): In-numru ta' inċidenti tat-traffiku li seħħew matul l-ewwel erba' xhur tas-sena 2003 hu kif ġej:", "| |Bla |Bil-Fer|Fata|Total | | |Feruti|uti |l | | |Janna|1,072 |74 |1 |1,150 | |r | | | | | |Frar |981 |65 |1 |1,047 | |Marzu|1,031 |49 |1 |1,081 | |April|1,065 |74 |0 |1,139 | |Total|4,149 |262 |6 |4,417 |", "IMPJEGATI MA' KUMPANNIJI", "204.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Chris Agius) staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomici: Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn kumpanniji li jimpjegaw anqas minn għaxar persuni, aktar minn għaxra iżda anqas minn 100 u aktar minn 100 persuna?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (Segretarju Parlamentari) (f'isem il-Ministru tal- Finanzi u Affarijiet Ekonomiċi): L-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant inġabret mill-uffiċċju nazzjonali ta' l-istatistika u hija kif ġej:", "|Numru ta' impjegati Numru ta'| |kumpanniji | |0 sa 9 44,207 | |10 sa 99 1,376 | |100 u 'l fuq 165 |", "ASSISTENZA SOĊJALI F'KAŻ TA' NUQQAS TA' MANTENIMENT", "205.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Chris Agius) staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk mara separata hijiex intitolata għal xi tip ta' benefiċċju meta r-raġel jonqos milli jmantniha?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): L-Att dwar is-Sigurta' Soċjali jipprovdi għall-possibbilta' ta' ħlas ta' assistenza soċjali fil-każ indikat mill-Onor.", "Interpellant.", "Iżda peress li l-ħlas jew le ta' din l-assistenza jiddependi minn diversi fatturi, fosthom xi dħul ieħor u assi li jista' jkollha persuna li ssib ruħha fis-sitwazzjoni indikata, din il-persuna għandha tikkonsulta ma' l- uffiċjal inkarigat fl-uffiċċju distrettwali tad-dipartiment tas-sigurta' soċjali li jkopri l-lokalita' tagħha.", "BORMLA - GĦAJNUNA TAL-MARD", "206.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Chris Agius) staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Ministru jgħid jekk il-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament hijiex intitolata għal għajnuna tal-mard?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-persuna minnu indikata ġiet informata bil-każ tagħha.", "TARZNA – ARRETRATI TAL-PENSJONI", "207.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Chris Agius) staqsa lill-Ministru għat-Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u Investiment: Jista' il-Ministru jgħid jekk il-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, hijiex intitolata għal xi arretrati dovuti lilha bħala ex ħaddiem tat- tarzna?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Arretrati ta' pensjonijiet huma amministrati mid- dipartiment tas-sigurta' soċjali u għaldaqstant nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-ministru konċernat.", "KODIĊI KRIMINALI - STALKING JEW HARASSMENT", "208.", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI (f'isem l-Onor.", "Jason Azzopardi) staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Ministru jikkonsidra serjament li jiġi introdott ir-reat ta' stalking jew harassment fil-Kodiċi Kriminali, stante li l-uniku forma ta' fastidju li l-liġi Maltija ssemmi huwa f'każ ta' sexual harassment ut sic u mhux b'mod ġenerali?", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru tal-Ġustizzja u Intern): Huwa minnu li r-reat definit mill-liġi kriminali Ingliża bħala stalking ma jeżistix fil-kodiċi penali tagħna u tajjeb li wieħed jagħti konsiderazzjoni għas-suġġeriment ta' l-Onor.", "Membru.", "Pero' irid ukoll jingħad li fiċ-ċirkostanzi adatti hemm ir-rimedju prattiku sija tal-kontravenzjoni ta' artiklu 339 (1)(i), kif ukoll dik fil-kamp ċivili ta` mandat ta` inibizzjoni.", "GUDJA : TA' XLEJLI - ASFALTAR", "215.", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI (f'isem l-Onor.", "Jason Azzopardi) staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jinformani bl-aħħar żviluppi dwar l-area Ta' Xlejli fil-Ġudja biex wara t-tkaxkir tas- saqajn minn naħa tal-kunsill lokali tal-Gudja biex jiġi ffirmat il-kuntratt offrut mill-ministeru għat-trasport, din tiġi asfaltata?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikakzzjoni): Jien informat li wara li saru t-taħditiet bejn l-awtorita' dwar it-trasport u l- kunsill lokali tal-Gudja, intalaq ftehim u l-kuntratt biex isir ix-xogħol ta' asfaltar fl-area tax-Xlejli, hu mistenni li ma jdumx ma jiġi ffirmat mill-kunsill lokali.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Carmelo Abela, domanda supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Jista' il-Ministru jgħid jekk kienx hemm kunsilli lokali oħrajn li għamlu ftehim bħal dak li għamel il-kunsill lokali tal- Gudja fejn jidħlu toroq li għalkemm huma responsabbilta' tal-gvern ċentrali, se jidħlu għalihom huma permezz ta' l-agreement li jieħdu l-flus lura matul is-snin ta' wara?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "CENSU GALEA: S'issa kien hemm għaxar kunsilli lokali li għamlu dan l-agreement biex permezz tiegħu jkunu jistgħu jagħmlu dan it-tip ta' xogħol wara li jiġi identifikat u jkun hemm qbil dwaru.", "Jiġifieri m'huwiex il-każ li l-awtorita' dwar it-trasport tgħaddi s-somma ta' Lm75,000, li hija s- somma massima biex isir dan it-tip ta' xogħol, lil kunsill lokali partikolari biex imbagħad dan jagħmel li jrid bihom.", "Li jiġri hu li l-kunsill lokali partikolari jidentifika x-xogħol li jkun irid isir f'ċerti toroq, liema xogħol ikollu l-valur massimu ta' Lm75,000, dan jiġi eżaminat mill-awtorita' tat-trasport, ikun hemm qbil dwaru u mbagħad isir kuntratt speċifiku fejn jingħad li l-kunsill lokali partikolari se jagħmel dak ix-xogħol u mbagħad jingħata ħlas lura ta' Lm25,000 kull sena sakemm jingħata lura s-somma ta' Lm75,000.", "Minbarra l-kunsill lokali tal-Gudja, hemm żewġ kunsilli oħra li waslu biex jiffinalizzaw dan it-tip ta' ftehim u għalissa ġie ffissat in-numru massimu ta' 20-il kunsill lokali li jistgħu jagħmlu użu minn din l-iskema, għax naturalment il-flus huma limitati b'ċertu mod u ma nistgħux nestendu dan in- numru ta' kunsilli.", "Dan ifisser li hemm il-possibbilta' li seba' kunsilli oħra jkunu jistgħu jibbenefikaw minn din l-iskema.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Silvio Parnis, domanda supplimentari.", "ONOR.", "SILVIO PARNIS: Filwaqt li wieħed japprezza l-ħidma tal-kunsilli lokali u anke tal-ministeru tat-toroq, jista' il-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol fuq l-area tax-Xlejli?", "Jista' jgħid ukoll kemm se jdum biex jitlesta dan il-proġett?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "CENSU GALEA: Mr Speaker, ix-xogħol li se jsir fl-area tax-Xlejli jkun jista' jibda fil-mument li l-kunsill lokali jiffirma l-kuntratt partikolari ma' l-awtorita' dwar it-trasport pubbliku.", "Il-kunsill lokali nnifsu mbagħad ikun irid jagħmel it-tendering process normali u r-rabta li għandha l-awtorita' hi li tiggarantixxi li x-xogħol isir skond kriterji ffissati.", "Naturalment jiddependi minn kemm il-kunsill lokali iħaffef fix-xogħol sabiex is-somma ta' Lm75,000 allokati lilu permezz ta' dan it-tip ta' kuntratt, tkun tista' tingħata lilu.", "Naf li l-kunsill lokali tal-Gudja – fil-fatt diversi drabi qam dan il-punt - talab għal aktar flus biex ikun jista' jsir xogħol ieħor marbut ma' l-inħawi tax-Xlejli.", "Pero' ma jistax ikun, almenu s'issa, li din l-iskema tvarja bejn kunsill u ieħor għax nafu li t-talba globali tal-kunsilli kollha hi akbar mill-massimu ffissat mill- awtorita' biex jintuża għal dan l-iskop.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Il-Ministru qal li Lm25,000 jingħataw kull sena lill-kunsill lokali partikolari li jkollu dan it-tip ta' agreement ma' l- awtorita'.", "Jista' il-Ministru jgħid kemm hu l-budget allokat mill-gvern lill-awtorita' biex din tħallas lura lill-kunsilli lokali għax-xogħol li jkunu qed jagħmlu?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "CENSU GALEA: Bħala massimu, il-budget huwa ta' Lm25,000 li jingħataw lil 20 kunsill kull sena, li bażikament jiġu Lm0.5 miljun fis- sena.", "Imbagħad dan jista' jiġi replaced minn kunsilli oħrajn jekk ikun il- każ.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Parnis.", "ONOR.", "SILVIO PARNIS: Jista' il-Ministru jgħid jekk fil-proġett tax-Xlejli hemmx il-ħsieb li jsir ġibjun ta' l-ilma kif ukoll playing-field, kif kien hemm il-ħsieb li jsir taħt gvern Laburista?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "CENSU GALEA: Mr Speaker, il-proverbju jgħid li kieku u kien ma joqogħdux flimkien.", "Din hi s-sitwazzjoni għax għalkemm fuq il-karta kien hemm imniżżel li għandu jsir ġibjun – kienu anke saru diskussjonijiet speċifiċi mal-kunsill lokali tal-Gudja f'dan ir-rigward – fir-realta' ma kienx hemm flus ivvotati għal dan il-għan.", "Għalkemm f'xi stadju jew ieħor ta' l-iżvilupp ta' diversi bliet u rħula huwa importanti li jsir il-ġibjun għall-ilqugħ ta' l-ilma – huma diversi l-kunsilli lokali u għaqdiet oħrajn li jitolbu li jinbnew reservoirs – mhux għalkemm taqbad u tagħmlu jekk ma jkunx hemm fondi allokati.", "F'dan il-każ, il-ġibjun m'huwiex inkluż fix-xogħol li se jsir mill-kunsill lokali tal-Gudja proprju għax l-iskema li qegħdin nattwaw għandha x'taqsam ma' toroq u xogħlijiet marbutin direttament magħhom.", "REKLAMAR FUQ MALTA", "216.", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI (f'isem l-Onor.", "Jason Azzopardi) staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' il-Ministru jikkonsidra li jibda jiġi rreklamat turiżmu lejn Malta fuq is-CNN, stazzjon segwit minn miljuni kbar ta' nies, ġaladarba dan qed ixandar ħafna reklami dwar il-Kroazja u t- Tuneżija, it-tnejn kompetituri diretti ta' Malta?", "ONOR.", "TONIO BORG (f'isem il-Ministru għat-Turiżmu): Ninsab informat li l- awtorita' tat-turiżmu m'għandhiex pjani biex jibda jiġi rreklamat turiżmu lejn Malta fuq l-istazzjon CNN.", "L-għażla fejn jidħlu r-reklami ssir skond kemm hu effettiv rigward prezz u target audience.", "MARSA SHIPBUILDING – XOGĦOL", "353.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Chris Agius) staqsa lill-Ministru għat-Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u Investiment: Jista' il-Ministru jgħid x'tip ta' xogħol qed isir fil-Marsa Shipbuilding bħalissa?", "Xi prospetti hemm ta' xogħol ieħor?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 24.", "TARZNA TA' BORMLA – XOGĦOL", "357.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Chris Agius) staqsa lill-Ministru għat-Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u Investiment: Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm kuntratturi li bħalissa qed jagħmlu xogħol fit-tarzna ta' Bormla?", "Jista' jgħid min huma u x'tip ta' xogħol qed jagħmlu?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li bħalissa hemm kuntrattur wieħed biss li qed jagħmel xogħol fit-tarzna.", "Il-kuntrattur huwa AX Holdings u qed jagħmel xogħol ta' inġinerija.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Carmelo Abela, domanda supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Jista' il-Ministru jgħid jekk il-gvern għandux il- ħsieb li jdaħħal apprendisti kemm mal-Malta Shipbuilding kif ukoll mal- Malta Drydocks?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ir-risposta hija fil-pożittiv.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Brincat, domanda supplimentari.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Jista' il-Ministru jikkonferma jekk fil-kuntest tal- ftehim kollettiv prospettiv mat-tarzna, il-management huwiex jikkonsidra serjament li fil-pagi jdaħħal żidiet relatati mal-performance tal-ħaddiema?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Billi għad hemm negozjati għaddejjin u billi ġew sottomessi l-proposti tal-management imma għad m'hemmx reazzjoni ta' l- union dwarhom, ma jkunx għaqli li nitkellmu hawnhekk dwar dan is-suġġett.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Carmelo Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Mr Speaker, hemm indikazzjoni meta jistgħu jiddaħħlu dawn l-apprendesti?", "Jista' jagħti dettalji dwar liema skills huma l-aktar meħtieġa?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Speaker, għalkemm b'mod ġenerali din hija l- intenzjoni tal-management, m'għandix id-dettalji quddiemi u jekk l-Onor.", "Interpellant jagħmilli domanda bil-miktub, inkun nista' nagħtih din l- informazzjoni f'xi seduta oħra.", "TARXIEN EMBELLISHMENT", "391.", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI (f'isem l-Onor.", "Jason Azzopardi) staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jara li l-area ta' Triq il-Knisja, kantuniera ma Triq Ġużeppi Montebello, Ħal Tarxien tiġi nkluża fil-proġett ta tisbiħ?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO (Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent): Ninsab informat li l-area indikata fil-mistoqsija ma tagħmilx parti mill- ftehim li kien intlaħaq ma' l-environmental landscapes consortium imma taqa' taħt il-kompetenza tal-kunsill lokali.", "Ix-xogħol imsemmi ma jkunx jista' jiġi nkluż fil-proġett ta' tisbiħ, sakemm ma jkunx hemm xi forma ta' ftehim ma' l-imsemmi consortium.", "BUĠIBBA/QAWRA - STUTTURI OGĦLA MIL-LIVELL TAT-TRIQ", "392.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm struttur – tul il-belvedere ta' Buġibba u l-Qawra li jinsabu bejn it- triq u l-baħar u ngħataw il-permess biex ikunu ogħla mil-livell tat-triq?", "Meta ngħataw il-permessi meħtieġa?", "B'liema kriterji ngħataw dawn il- permessi?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Ninsab informat li n-numru ta' strutturi li għalihom għamel riferenza l-Onor.", "Interpellant u li ngħataw mit-twaqqif ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar - li mbagħad saret il-MEPA - huwa ta' erbgħa. ld-dati ta' meta ngħataw il-permessi u fuq liema kriterji huma kif ġej:", "24/09/1996 L-izvilupp fis-sit tal-McDonalds (l-ex Serena Lido) huwa ta' natura temporanja u għalhekk mhux ser itellef id-dehra 10/11/1999 Tinżamm is-6.0m wisa' ta' xatt skond il-pjanti sottomessi, kif ukoll ma jsir l-ebda mpjant mekkaniku jew struttura oħra fuq il-bejt minbarra dawk indikati fuq il-pjanti sottomessi.", "Is-sit kien il-Luzzu Restaurant.", "26/09/2002 L-impatt ta' dan l-iżvilupp tan-New Dolmen fuq il-promenade huwa wieħed limitat.", "14/05/2003 development notification order 20 (permess temporanju għall- temporary tented structure).", "Il –permess ġie mogħti sa Ottubru 2003.", "Fl-ewwel tliet każi imsemmija kienu diġa' jeżistu strutturi 'l fuq mill- livell tat-triq.", "SAN ĠILJAN - THE PARK - BEJGĦ TA' XORB ALKAĦOLIKU", "393.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Ministru jgħid fl-ewwel erba' xhur ta' din is-sena x'passi ħadet l-pulizija dwar ksur tal-liġi ta' bejgħ ta' xorb alkaħoliku lil adoloxxenti li jinġabru fl-inħawi magħrufa bħala The Park, f'San Ġiljan?", "Jirriżultalu li x-xogħol tal-pulizija f'dan il- qasam qed isir iżjed diffiċli, anke minħabba toqob fil-liġijiet relattivi, fosthom li tal-ħanut jistgħu jbiegħu fliexken miniature bl-alkaħol lill- adoloxxenti mingħajr ma jiksru l-liġi?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi matul l-ewwel erba` xhur ta` din is-sena il-pulizija kompliet tagħmel sorveljanza kontinwa fl-inħawi msemmija u ma kienx hemm okkażjonijiet fejn irriżulta illi kien hemm ksur tal-liġi kif imsemmi mill-Onor.", "Interpellant.", "Skond il-liġi, ebda sid ta` ħanut b`liċenzja għall-bejgħ bl-imnut ta` nbejjed, birra jew likuri spiritużi ma jista` ibiegħ inbejjed, birra jew likuri spiritużi lil persuna li jkollha anqas minn 16-il sena.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Carmelo Abela, domanda supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Sur President, jien xtaqt inkun naf x'kontrolli qed isiru biex b'mod effettiv jiġi żgurat li ebda sid ta' ħanut b'liċenzja ma jbiegħ xorb alkaħoliku lil persuni ta' taħt is-16-il sena.", "Naf li ma jistax ikun li tpoġġi pulizija ma' kull ħanut, pero' nixtieq inkun naf jekk hux maħsub li nagħmlu pieni aktar ħorox bħala deterrent għal min ikun qed jabbuża.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Naħseb li l-pieni huma ebsin biżżejjed jekk jiġu applikati kif suppost.", "Naturalment il-gvern ma jista' jordna lil ħadd li japplika ċerti pieni imma jista' jagħmel liġijiet f'dan ir-rigward.", "Fil- fatt dawn il-liġijiet ilhom hemmhekk u jinkludu wkoll is-sospensjoni tal- liċenzja ta' dak li jkun.", "Meta jkun hemm provi ċari li jkunu nkissru xi regolamenti li għandhom x'jaqsmu ma' wines and spirits, il-kummissarju tal- pulizija jista' jagħlaq dak l-istabilment għal xi ġimgħa mingħajr preġudizzju għal xi azzjoni ulterjuri min-naħa tal-qorti.", "Kumbinazzjoni l-kwestjoni dwar x'qed tagħmel effettivament il-pulizija, qajjimtha riċentement mal-kummissarju tal-pulizija u hu tani rapport dwar fejn qed isiru s-sorveljanzi.", "Fil-fatt dawn jinkludu ċerti ħwienet oħra li m'humiex tax-xorb - li jistgħu jiġbru aktar attenzjoni għas-sorveljanza fejn is-sidien jibdew jivvintaw kif jevadu l-liġi – imma li jkunu liċenzjati biex ibiegħu x-xorb.", "Dawn is-sorveljanzi ġieli anke jsiru b'mod fiss u ġieli jkun hemm il-preżenza ta' pulizija ħdejn il-ħanut biex jara li ma jidħlux tfal taħt is-16-il sena.", "Wara li jiena ltqajt anke ma' membri li huma attivi fil-GRTU u li jridu li l-liġijiet jiġu osservati – hemm bżonn li jkun hemm distinzjoni bejn dawk li josservaw il-liġi fil-postijiet ta' divertiment u l-oħrajn li ma josservawhomx – qed nippruvaw nikkontrollaw ukoll il-fatt li persuni li għandhom 'il fuq minn 16-il sena jmorru jixtru xorb alkaħoliku biex imbagħad jagħtuh lil minorenni f'ċerti postijiet li ġew indikati lill- pulizija.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Jista' il-Ministru jgħid jekk huwiex permess li wieħed jikkonsma xorb alkaħoliku f'open-air.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Nirringrazzja lill-Onor.", "Interpellant għad-domanda li għamilli għax donnu li l-liġi ma tgħid xejn dwar din il-kwestjoni.", "Sakemm wieħed ma jagħtix fastidju billi jitfa' fliexken ma' l-art u allura jkun qed jikser liġi oħra, ma jkunx qed jagħmel reat kriminali jekk jixrob xorb alkaħoliku barra fit-triq.", "Naturalment irridu noqogħdu attenti li mhux imbagħad insiru rigorużi żżejjed.", "Jiena ċert li qed jiġu kkonsidrati liġijiet bħal bye-laws sabiex f'ċerti areas, fejn hemm konċentrazzjoni qawwija ta' postijiet ta' divertiment, ma jkunx possibbli li inti toħroġ xorb alkaħoliku għax mhux biss huwa ikrah li tara nies jixorbu mill-flixkun, imma hemm ukoll il-periklu li f'każ li tinqala' xi ġlieda, l-ewwel ħaġa li jtir huwa proprju l-flixkun li dak li jkun ikollu f'idejh.", "Allura f'din il-laqgħa ġiet ukoll diskussa il- possibbilta' li min jixrob minn flixkun barra fit-triq f'ċerti postijiet ikun qed jagħmel kontravvenzjoni.", "Aħna ma nixtequx nagħmlu xi regola ġenerali li biha nġibu reazzjoni negattiva u jibdew jinqabdu n-nies li mhux suppost għandhom jinqabdu, pero' naħseb li nafu x'qed ngħidu, Sur President.", "F'Malta hemm ċerti areas li minbarra li jkunu jidhru maħmuġin għax fihom jitħallew ħafna fliexken, hemm il-periklu li dawn il-fliexken jintużaw għal skop ħażin.", "Fil-fatt f'ċerti postijiet fejn ikun hemm ħafna nies, ngħidu aħna ġo football grounds, ma jistgħux jingħataw fliexken fl-idejn.", "GĦAWDEX - ĦADDIEMA", "395.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru għal Għawdex: Tista' il-Ministru tgħid kemm hemm persuni f'Għawdex li jaħdmu mal-gvern, ma' intrapriżi pubbliċi, fil-biedja, fis- sajd, fil-fabbriki, fil-qasam turistiku, fil-qasam tal-ħwienet u għal rashom?", "Tista' tagħti l-istess figura għas-snin 2000, 2001 u 2002?", "ONOR.", "TONIO BORG (f'isem il-Ministru għal Għawdex): Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel il­mistoqsija lill­ministru konċernat.", "GĦASAFAR PROTETTI - SKEMA TA' REĠISTRAZZJONI", "398.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid kemm daħlu applikazzjonijiet taħt l- iskema ta' reġistrazzjoni ta' għasafar protetti, liema skema għalqet fil-31 ta' Mejju?", "Kemm-il għasfur ġie reġistrat?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Ninsab informat li t-total ta' applikazzjonijiet li daħlu huwa ta' 2,589 filwaqt li t-total ta' għasafar imniżżla fl- applikazzjonijiet huwa ta' 268,834.", "Mhux eskluż li numru ta' għasafar li saret applikazzjoni dwarhom kienu diġa' ġew inklużi f'applikazzjonijiet li saru taħt skemi ta' amnestija li ħarġu fis-snin l-imgħoddija.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Mizzi, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jista' il-Ministru jgħid kif bniedem se jkun ċert li l- għasafar li ġew irreġistrati qabel, se jkunu mdaħħlin fir-reġistrazzjoni li qed issir issa?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Dawn se jiġu informati mill-kumitat li se jieħu ħsieb ir-reġistrazzjoni ta' dawn l-għasafar, liema kumitat se jitwaqqaf dalwaqt.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru Jesmond Mugliett.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT (Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Kopja tal-kuntratt bejn iċ-chairman ta' Heritage Malta u Ms Antoinette Caruana, C.E. Heritage Malta, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 446.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Mr Speaker, nixtieq nirringrazzja lill-Onor.", "Membri ta' din il-Kamra għall-kondoljanzi li wassaltuli nhar it-Tnejn li għaddew, ftit sigħat wara li tħabbret il-mewt tal-mama'.", "Il-mamà ma kenitx xi persuna pubblika ħafna għalkemm, kif ngħidu, meta tidħol fil-politika ddaħħal il-familja miegħek.", "Infatti ftit wara spiċċat anke hi daħlet fil-kunsill lokali ta' Ħal Tarxien.", "Però naħseb li ħafna nies jafuha fit-tajjeb u anke l-funeral li kellha jixhed dan.", "Jien nixtieq nirringrazzja lill-mamà għal tliet valuri li tatni.", "L- ewwelnett l-għatx u l-kilba għat-tagħlim li nisslet fost uliedha.", "Naħseb li kulħadd, f'kull pożizzjoni li jokkupa, għandu jżomm dan l-għatx għal ħajtu kollha.", "Ħaġa oħra hija r-rispett lejn in-nies li mhux bilfors għandhom l-istess fehma tagħna.", "Waħda mid-deċiżjonijiet kbar li ħadt f'ħajti hija meta ddeċidejt li noħroġ għall-politika u l-ikbar konflitt li kelli kien dwar kif kienu se jibdew iħarsu lejja n-nies li ma jaqblux miegħi.", "Imma meta ħarist lejn il-ġenituri tiegħi rajt li, minkejja li huma ġejjin minn familji ta' fehmiet opposti, kienu kapaċi jżommu r-rispett tan-nies li ma jaqblux magħhom.", "It-tielet valur li għaddietli ommi kien dak li nżomm saqajja ma' l-art, down to earth, li nasal fejn nasal, jien jew it-tfal tiegħi, xorta nibqgħu saqajna ma' l-art.", "Kienet tgħidilna li l-ebda kariga m'għandha timlielna rasna u naħsbu li lħaqna xi ħaġa kbira.", "Dawn huma t-tliet valuri li tatni ommi u li jien se nibqa' ngħożż.", "Naħseb li huma rilevanti għalija llum fil-kariga li nokkupa u anke għal ħafna nies li jokkupaw xi kariga partikolari.", "Mr Speaker, nixtieq nirringrazzja lil kulmin attenda għall-funeral, lilek personalment, lill-Prim Ministru u lil diversi ministri u membri tal- parlament, lill-Leader of the House talli bagħatli l-kondoljanzi f'isem il- gvern u anke lid-Deputy Leader ta' l-Oppożizzjoni.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-KODIĊI ĊIVILI", "CIVIL CODE (AMENDMENT) BILL", "MR SPEAKER: Il-Ministru tal-Ġustizzja u Intern.", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru tal-Ġustizzja u Intern): Mr Speaker, nipproponi t-Tieni Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l- Kodiċi Ċivili, Kap. 16.\"", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA (Segretarju Parlamentari): Nissekonda.", "MR SPEAKER: Rimarki?", "Il-Ministru Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, dan huwa abbozz ta' liġi li kien diġà ġie approvat fit-Tieni Qari fl-aħħar leġislatura, imma peress li xolja l- parlament u kien hemm l-elezzjoni ġenerali rridu nerġgħu nibdew id- diskussjoni mill-ġdid.", "Jien ħarist lejn id-dibattitu li kien sar dwar dan l-abbozz u allura għandi l-vantaġġ li naf x'inhuma l-pożizzjonijiet taż- żewġ naħat, però xtaqt nispjega x'għandu bħala intenzjoni l-gvern li ressaq dan l-abbozz.", "Fil-Kodiċi Ċivili hemm parti li tirregola l-kamp tal-kawżi tad-danni li jkunu ġejjin minn tort jew kważi tort.", "Jiġifieri jista' jkollok danni li joħorġu minn kuntratt - mhux fuq dawk qed nitkellmu - u jista' jkollok danni li jkunu ħerġin jew minn att deliberat ta' bniedem jew inkella minn att ta' negliġenza li jikkawżaw dannu lil ħaddieħor.", "Fl-antik, fi żmien ir-Rumani u anke qabel, jekk aċċidentalment kont tolqot lil ħaddieħor u tagħmillu l-ħsara, is-soluzzjoni kienet li jagħmlulek ħsara bl-istess miżura li tkun ikkaġunajt inti.", "Mela jekk inti lqattu u kkaġunajtlu diżabilità f'idejh, jikkaġunawlek diżabilità permanenti f'idejk, jew inkella jekk qtiltu, anke aċċidentalment, joqtlu lilek.", "Maż- żmien, kif evolvew is-sistemi legali, wieħed irrealizza li ma tista' qatt tagħti lura l-id li inti tlift bħala riżultat ta' l-inċident u ma tista' qatt tagħti lura l-ħajja lil xi ħadd li inti tkun aċċidentalment qtilt, u għalhekk inħoloq ir-rimedju ta' l-għoti tal-flus.", "Il-liġi tagħna tipprovdi għal dan fil-Kodiċi Ċivili u għalhekk qegħdin nemendawh, però hija xotta ħafna meta tittratta dwar kif il-qrati għandhom jiddeterminaw kemm għandu jingħata kumpens ta' flus xi ħadd li jkun weġġa' f'inċident tat-traffiku u baqa' mmankat għal għomru, jew inkella kemm għandhom jitħallsu kumpens l-eredi ta' xi ħadd li jkun miet f'inċident.", "Il- flus saru r-rimedju biex inti ttaffi xi ftit mill-fatt li kien hemm persuna li sfat immankata, mhux biex ittaffi mill-uġigħ - issa nispjega kif hija bbażata l-liġi tagħna - imma bħala kumpens finanzjarju.", "Dan huwa importanti li nifhmuh għax hawn pajjiżi li jaħsbuha b'mod differenti.", "Fl-Amerika m'hemmx limiti dwar kemm jingħataw danni u hemm nies li fallew minħabba li kellhom iħallsu ċerti ammonti ta' danni.", "Anke fl-Ingilterra, li ma jaslux għall-esaġerazzjonijiet li hemm f'ċerti ġurisdizzjonijiet Amerikani - ma nistax ngħid li kullimkien għax l-Amerika hija stat federali - jiġi rikonoxxut, per eżempju, li għandek tieħu payment suffering.", "Jiġifieri anke jekk ma tlift xejn bħala pounds, shillings and pence b'riżultat ta' l-inċident, minħabba l-fatt li inti għamilt xahar fis- sodda fl-isptar, titħallas mhux biss tat-telf ta' qligħ tiegħek imma tal- fatt li inti għamilt xahar fis-sodda ma tiċċaqlaqx.", "F'dan il-kamp ċivili l-qrati tagħna qatt m'aċċettaw li jingħataw danni simboliċi, morali jew punittivi, imma d-danni bilfors riedu jkunu marbuta ma' telfien finanzjarju.", "Dan it-telfien finanzjarju jinqasam f'żewġ taqsimiet prinċipali.", "Bil-Kodiċi Ċivili kif inhu, inti għandek dritt - u dan se jibqa' - li tfittex għad-danni li tkun effettivament tlift.", "Tieħu l- irċevuti tat-tobba fejn mort, ta' kemm-il darba kellek taqbad taxi biex tmur għand it-tabib, tal-mediċini, u tat-telfien ta' qligħ għax l-employer ma kkumpensakx kompletament minħabba l-inċident.", "Jiġifieri titħallas ta' kulma ħriġt mill-but inti fuq perijodu ta' żmien sakemm inti tfiq, jekk tfiq, jew inkella jekk inti ġejt immankat, sakemm jiġi stabbilit eżatt li dak il-mankament mhux se jmur iktar lura minn kemm fil-fatt hu.", "Dak li jgħidulu - biex nuża t-terminu legali - d-damnum emergens, dawk id-danni li joħorġu b'riżultat dirett ta' l-inċident, id-danni materjali.", "Imbagħad hemm taqsima oħra li tittratta dwar telf ta' qligħ futur, jiġifieri mhux dak li effettivament tlift, imma dak li kont taqla' fil- futur li kieku ma kienx hemm inċident li b'riżultat tiegħu mmankajt ruħek, jew inkella li kieku ma kienx hemm dak l-inċident li minħabba fih dik il- persuna mietet.", "Mela l-ewwel jiġi stabbilit li, per eżempju, il-mankament tiegħek b'riżultat ta' xi inċident huwa ta' 20%.", "Allura dak ifisser li meta tirtira ta' 61 sena – jekk ikun imħallef ta' 65 sena - tkun tista' tagħmel affarijiet inqas milli kont tagħmel qabel; jekk qabel stajt tagħmel ma nafx kemm-il job jew kellek il-potenzjal li taħdem f'dan il-qasam, issa dak il-potenzjal jonqos.", "Dan jiddependi mhux biss mill-mankament fih innifsu imma mill-kondizzjoni soġġettiva.", "Jiġifieri l-ewwel hemm il- kondizzjoni oġġettiva, fejn jistabbilixxu medikament x'inhu l-mankament, imbagħad hemm il-kondizzjoni soġġettiva.", "GĦax altru jikser saqajh b'riżultat ta' inċident footballer famuż u altru jikser saqajh xi ħadd li ma jużax siequ b'mod li jużaha footballer famuż.", "L-istess, altru sfreġju fuq xi ħadd li ma jaħdimx fil-qasam tal-mudellar u altru sfreġju li jsir fil-konfront ta' persuna li taqla' x'tiekol mill-fatt li tagħmel dak il- mudellar.", "Ladarba jiġi stabbilit il-persentaġġ tad-diżabilità, jinħadem l-ammont ta' danni dovuti mhux bħala riżultat ta' x'nefaq - għax dawn għadu ma nefaqhomx - imma ta' x'tilef bħala qligħ future; dak il-qligħ li wieħed se jitlef fil- futur minħabba dak il-mankament.", "S'hawn hemm regoli, għax il-mod kif jinħadmu dawn l-ammonti s'issa dejjem tħalla fid-diskrezzjoni tal-qrati.", "Fl-1967 kien hemm kawża famuża ta' Butler versus Herd li dejjem għallmuha lill-istudenti tal-liġi meta jistudjaw il-Kodiċi Ċivili.", "L-avukati kienu Dr Ugo Mifsud Bonnici għall-attur u l-Prim Ministru tal-lum kien l-avukat għall-konvenut.", "F'din is-sentenza famuża ta' Butler versus Herd l-Imħallef Caruana Curran ipprova joħloq formola ta' kif jinħadmu dawn id-danni.", "Per eżempju, li għandek tieħu in konsiderazzjoni li, għalkemm persuna tibqa' taħdem sa 61 sena, jista' ikun li jiġri xi ħaġa fil-ħajja li tmut qabel; li jekk tieħu s-somma f'salt u mhux somma kull sena, se tapprofitta ruħek minnha għax qed tieħu t-telf ta' 20 sena f'salt, u allura għandu jitnaqqas persentaġġ talli qed tieħu lump sum.", "Trid tieħu in konsiderazzjoni wkoll il-persentaġġ tad-diżabilita` u trid tieħu in konsiderazzjoni s-salarju li kont qed taqla' fiż-żmien ta' l-inċident, pero` miżjud b'xi formola ta' rata ta' inflazzjoni minħabba li ħadd ma jistenna li sakemm jien nirtira ta' 65 sena s-salarju jew id-dħul li għandi issa jibqa' l-istess.", "Però kellna sentenzi li ma jaqblux ma' xulxin anke meta kien hemm l-istess tip ta' inċident fuq nies li jaqilgħu bejn wieħed u ieħor l-istess ammont ta' flus.", "Kellna sentenzi li taw Lm0.25 miljun, oħrajn li taw iktar minn Lm0.25 miljun u oħrajn li taw Lm30,000 għal xi ħadd li għandu 36% diżabilita`.", "Allura qegħdin ngħidu li issa wasal iż-żmien li wieħed jiffissa parametri bħala regoli u formoli li għandhom jiġu osservati sabiex wieħed jaħdem l-ammont ta' danni li jkun dovut kif ukoll bħala capping li l- qrati tagħna jkollhom diskrezzjoni wiesgħa f'ċerti parametri għar-rigward kif tinħadem is-somma u kemm għandha tkun is-somma massima li tista' tingħata.", "Dan qed isir għal żewġ raġunijiet.", "L-ewwelnett biex kemm jista` jkun ikollna uniformita` u allura jekk xi ħadd jidhirlu li ħa inqas flus minn ħaddieħor li kellu inċident simili jista` mhux biss jagħmel it-trattazzjoni quddiem il-qorti ta' l-appell imma jkun jista' jibbaża l-appell tiegħu fuq liġi u regolamenti li se jsiru f'dan l-abbozz sabiex jiġġustifika l-każ tiegħu.", "It-tieni raġuni hija biex fl-istess ħin ma niġux f'sitwazzjoni fejn l-eseġerazzjonijiet li jista' ikun hemm – qed ngħid għal meta jagħtik ħafna – iġibu magħhom distabilizzazzjoni fil-qasam tas-suq ta' l-insurances bil- konsegwenza li jogħlew il-premia ta' l-assigurazzjoni.", "L-ewwel regola li se tiġi ntrodotta hija li meta jkun hemm inkapaċita` totali kkawżata minn xi inċident, partikolarment inċidenti li jkunu riżultat ta' negliġenza, nuqqas ta' ħsieb jew nuqqas ta' tħaris tar- regolamenti, is-somma massima li tista' tingħata hija dik ta' Lm0.25 miljun.", "Pero` dan il-capping jista' jogħla jekk il-ministru responsabbli għall-ġustizzja bi ftehim mal-ministru responsabbli mill-finanzi b'avviż fil-gazzetta tal-Gvern jistabbilixxi somma oħra.", "Naturalment din is-somma mhux se tkun stabbilita għal persuna waħda, imma għal kulħadd.", "Jiġifieri llum il-capping se jkun ta' Lm250,000 għal kulħadd, li bejn wieħed u ieħor hija s-somma massima li qatt ingħatat s'issa fuq kawża ta' danni b'eċċezzjoni ta' kawża waħda fejn kienet ingħatat somma ogħla minn hekk.", "Imma bażikament qed nieħdu l-massimu li s'issa effettivament ingħata f'kawżi ta' danni.", "Pero` dik is-somma tkun tista` tiżdied b'avviż li joħroġ fil-gazzetta tal-Gvern mill-ministru tal-ġustizzja wara li jikkonsulta mal- minstru tal-finanzi.", "Ma naħsibx li hija kritika ġusta li wieħed jgħid li b'daqshekk il-gvern jew il-Parlament qiegħed jindaħal fil-poteri tal-ġudikatura.", "Noqogħdu attenti x'qegħdin ngħidu.", "Tindaħal fil-poteri tal-ġudikatura jekk tagħmel pressjoni fuq il-membri tal-ġudikatura, jekk taqbad u taqla` persuna li tkun bdiet tisma' każ u flokha tagħmel lil ħaddieħor - illum lanqas għadu possibbli għax l-allokazzjonijiet tad-doveri jsiru mill-Prim Imħallef – jew jekk b'xi mod tagħmel xi miżura li biha tkun qed tagħmel pressjoni fuq imħallef dwar kif jaqta' s-sentenzi għax f'każ partikolari tkun trid sentenza mod u f'każ ieħor tkun trid tara sentenza mod ieħor.", "Imma billi inti tirregola l- affarijiet ma tkunx qed tindaħal lill-ġudikatura għax allura jekk niġu goal dan, kwalunkwe liġi li tgħaddi minn dan il-Parlament hija ndħil fuq il- ġudikatura.", "Il-ġudikatura għandha d-dover li tapplika l-liġijiet, taqbel u ma taqbilx magħhom, li jgħaddu minn dan il-Parlament.", "Issa jekk xi ħadd jidhirlu li għaddiet liġi nġusta li tammonta għall-ksur tal-Kostituzzjoni kwalunkwe persuna li jipprova interess ġuridiku jista' jagħmel kawża kostituzzjonali quddiem l-imħallfin biex dik il-liġi tiġi dikjarata nulla.", "Il-liġijiet li huma kostituzzjonalment validi jiġu applikati mill- imħallfin.", "Hawn min jgħid li mhux biss japplikawhom imma jivvintawhom ukoll.", "Din issir fid-dinja kollha, il-famuża linja maġika li tiddistingwi bejn sentenza li qiegħda tinterpreta l-liġi u sentenza li mhux biss qiegħda tinterpreta l-liġi imma qiegħda toħloqha wkoll.", "Fl-Amerika, meta l-presidenti jiġu biex jinnominaw l-imħallfin, partikolarment fil-qorti suprema, dejjem tqum din il-kwestjoni għax il- president ikun irid jappunta nies u jiftaħar li jkun qed jieħu konsiderazzjonijiet politiċi meta jkun qed jappuntahom.", "Ġeneralment meta l- president ikun Demokratiku jinnomina iktar imħallfin liberali u meta l- president ikun Repubblikan, jinnomina iktar imħallfin konservattivi.", "Ħalliha li mbagħad ħafna drabi dawn l-imħallfin jibdlu l-attitudni tagħhom u jiddiżappuntaw ħafna lill-president Amerikan li jkun innominahom.", "Qed insemmi dan biex nuri li fl-aħħar mill-aħħar, tagħmel kemm tagħmel liġijiet, dawn se jinterpretawhom l-imħallfin u għalkemm mhux suppost li jivvintaw il-liġi huma, ħafna drabi jkun diffiċli li tiddistingwi bejn xi ħadd li jkun qiegħed sempliċement jinterpreta l-liġi u xi ħadd li jkun qed jagħti lil liġi tifsira daqstant liberali li indirettament ikun qed joħloq dik il-liġi.", "Jien niftakar każ famuż li ġara Malta - fil-fatt is-sentenza li ngħatat għal dan il-każ hija waħda mill-isbaħ sentenzi tal-qorti kostituzzjonali - meta f'kawża kostituzzjonali partikolari li kienet tirrigwarda l-iskejjel tal-knisja kull imħallef li kellu lit-tifel, lin-neputi jew lil xi relative ieħor li jmur fi skola tal-knisja beda jirrifjuta li jismagħha hu sakemm fl- aħħar kien għad fadal biss tliet imħallfin biex jiddeċiedu din il-kawża, u dawn it-tliet imħallfin qalu: Issa ġaladarba għad fadal aħna biss, se napplikaw il-liġi tan-neċessita` u se nkomplu nisimgħu din il-kawża aħna.", "Issa fil-liġi m'hemm xejn f'dan ir-rigward, pero` huma ddeċidew li joħolqu din il-liġi ġdida, u sa ċertu punt imn'Alla għamlu hekk għax inkella minħabba teknikalita` proċedurali konna se nispiċċaw f'sitwazzjoni li ma jkollniex imħallfin biex jiddeċiedu kawża kostituzzjonali daqstant importanti.", "Mr Speaker, aħna m'aħniex qed ngħidu lill-imħallfin kif għandhom jaqtgħu s- sentenzi, lil min għandhom jemmnu mix-xhieda jew jekk għandhomx jaqilbu lejn naħa jew lejn oħra, pero` qed nagħmlu l-goalposts u mbagħad il-logħba tintlagħab mill-ġudikant.", "Madanakollu dan il-Parlament għandu dritt jgħid: Din hija l-liġi li trid tiġi osservata, dawn huma r-regoli li jridu jiġu osservati, u l-Parlament m'għandux jagħmel dan biss fil-kamp ċivili imma f'diversi kampijiet oħra.", "Jien niftakar żmien meta l-korroborazzjoni kienet regola preċiża u assoluta, jiġifieri meta kien ikun hemm kompliċi, biex ix-xiehda tal- kompliċi tiġi aċċettata, kienet trid tkun korroborata, pero` mbagħad dan il- Parlament qal li għalkemm hu kien se jħalli dik ir-regola hemm, fil-qasam tat-traffikar tad-drogi, fil-qasam tal-korruzzjoni tal-players u fil-qasam tal-korruzzjoni ta' uffiċjali pubbliċi m'hemmx għalfejn tipprova l- korroborazzjoni iktar.", "Allura b'daqshekk, għax biddilna dawn ir-regoli, qegħdin niddettaw kif għandhom japplikaw il-liġi l-imħallfin?", "L-imħallfin iridu japplikaw il-liġi ta' dan il-Parlament, u allura dan m'huwiex indħil lill-membri tal-ġudikatura imma huwa sempliċement ħolqien ta' parametri li fihom ikunu jridu jiddeċiedu liberament l-imħallfin u l-membri tal- ġudikatura.", "Mela dik hija l-ewwel regola; il-capping ta' massimu ta' Lm0.25 miljun fuq danni għar-rigward ta' inkapaċita` totali, għax imbagħad jekk jirriżulta li din ma tkunx tikkonsisti f'inkapaċita` totali, is-somma tkun inqas minn Lm0.25 miljun.", "Mr Speaker, issa x'jiġri meta ma jkunx hemm mankament totali jew parzjali imma meta l-vittma ta' xi inċident tat-traffiku jew inkella ta' xi inċident industrijali tmut?", "Ovvjament il-kawża għad-danni ma tkunx tista' tagħmilha hi imma jagħmluha l-eredi.", "Issa hawnhekk qegħdin nagħmlu distinzjoni.", "Aħna qed ngħidu li jekk minħabba dik il-mewt, l-eredi daħlu f'ċerti spejjeż, ġaladarba huma juru l-irċevuti kollha li juru li jkunu għamlu dawn l-ispejjeż, huma jeħduhom kollha lura.", "Pero` għar-rigward ta' danni fuq qligħ futur, aħna qed ngħidu li l-eredi m'għandhomx ikollhom dritt li jieħdu kumpens għax huma ma jkunux sofrew dawn id-danni direttament.", "Ara li kieku l-vittma baqa' mmankat, huwa kien ikollu dritt għal dan il- kumpens.", "Mela fil-każ ta' l-eredi l-bażi trid tkun x'dipendenza kellu l-persuna fuq il-mejjet.", "Għalhekk f'artiklu 1046 qed nintroduċu din ir-regola.", "Meta minħabba fl-att li kkaġuna danni tirriżulta l-mewt, il-qorti tista' b'żieda mat-telf u d-danni materjali, tagħti lid-dipendenti tal-mejjet - għandna definizzjoni ta' dawn id-dipendenti min huma; il-mara, ir-raġel, it-tfal, il-missier, l-omm u l-aħwa - u lill-eqreb qraba tiegħu – għax issa se naraw id-distinzjoni bejn xi ħadd li huwa dipendenti u xi ħadd li huwa close relative – danni li jiġu stabbiliti skond ir-regoli li ġejjin.", "Fil-każ ta' dipendenti wieħed irid jara x'relazzjoni ta' dipendenza kien hemm bejn id-dipendent u l-vittma.", "Hawnhekk il-capping huwa ta' Lm0.25 miljun għall-persuni dipendenti mill-mejjet li jkun miet f'inċident.", "Pero` mbagħad kemm se tieħu f'dan il-capping ta' Lm0.25 miljun se jiddependi minn \"the amount of maintenance that the deceased person would have been liable to pay had he remained alive\".", "Li kieku l-mejjet baqa' ħaj kemm kien se jipprovdi lil dawn id-dipendenti; lil martu u lit-tfal tiegħu?", "U hawnhekk ukoll hawn capping ta' Lm0.25 miljun.", "Wieħed irid jieħu wkoll in konsiderazzjoni jekk id-dipendenti jkunx tifel li jkollu bżonnijiet speċjali u allura dak se jkun dipendenti għal għomru kollu jew inkella jkunx xi ħadd ta' 21 sena u aktar li jkun ekonomikament indipendenti.", "Wieħed irid jieħu in konsiderazzjoni wkoll jekk il-mara li tkun saret armla tkunx taħdem u allura tkun dipendenti ħajjitha kollha u t- tfal li jkunu dipendenti għal ċertu żmien biss.", "Hawnhekk il-capping huwa ta' Lm0.25 miljun ukoll.", "Sur President, jekk fil-mument tal-mewt ma kien hemm ħadd li kien qed jiġi mantnut mill-mejjet pero` fiċ-ċirkostanzi tal-każ kien hemm a strong likelihood illi kieku l-mejjet baqa' ħaj ̧ maż-żmien kien hemm min se jiġi dipendenti minnu ̧ allura hemmhekk titħallas somma ta' flus li qatt ma tista' taqbeż il-Lm0.25 miljun.", "X'inhi mbagħad is-sitwazzjoni fil-konfront ta' nies oħrajn li jiġu mill- mejjet u li kienu joqogħdu miegħu pero` li bl-ebda mod ma kienu dipendenti minnu?", "Hawnhekk tidħol it-tieni taqsima u hawn element ta' danni morali qawwi għaliex kif għedt fil-bidu, fil-liġi tagħna, aħna ma naċċettawx xi forma ta' danni morali.", "Pero' f'dan il-każ li qed insemmu fejn minkejja li dak li jkun ikun għex mal-mejjet pero' ma kienx dipendenti minnu se jkun possibbli li jingħataw danni pero` dawk id-danni qatt m'għandhom jeċċedu l- Lm20,000 u jekk ikun hemm aktar minn persuna waħda li titlob li titħallas l- Lm20,000 allura l-qorti tiddeċiedi kemm jieħu kull wieħed minnhom.", "Meta ngħid li d-danni morali ma jingħatawx irrid ngħid li mhux f'kull qasam tal-liġi ma jingħatawx.", "Per eżempju f'każ ta' libell ma jingħatawx għax m'hemmx għalfejn tipprova b'riċevuti li l-artiklu libelluż ikkaġunalek danni, imma talli weġġgħulek ir-reputazzjoni inti tieħu somma ta' danni morali.", "Każijiet oħrajn ta' danni morali li evolvew maż-żmien kienu l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem.", "Għal żmien twil, meta konna nagħmlu l-kawżi, ma kenux jagħtuna danni morali, għall-fatt li kien hemm vjolazzjoni tad- drittijiet fundamentali tal-bniedem.", "Jidhirli li l-ewwel każ li ngħata dawn id-danni kien ta' Antonio Pace li kienu żgumbrawh b'requsition order.", "L-argumenti kienu jkunu li l-liġi tagħna ma taċċettax id-danni morali.", "Veru ma taċċettax id-danni morali, pero` fid-danni tat-tort u l-kważi tort biss.", "Per eżempju, fid-danni kuntrattwali m'hemm ebda liġi li tgħidlek li ma tistax titlob danni morali.", "Forsi qed nagħti ideat lill-avukati sabiex jagħmlu dawn it-tip ta' kawżi.", "Huwa biss fid-danni tan-negliġenza jew li jkunu ħerġin minn reat kriminali li tista' tikklejmja l-loss of earnings u d-damnum emergens biss u ma tistax tikklejmja danni morali.", "Fid-dibattitu li kellna fl-aħħar leġislatura, min-naħa ta' l-oppożizzjoni kien hemm min qal li nistgħu nintroduċu danni morali u nagħmlu capping hemmhekk ukoll.", "Jista' ikun li forsi maż-żmien jiġri hekk, imma ma nemmnux li dan huwa ż-żmien li nagħmluh.", "Dan huwa ż-żmien li nagħmlu parametri sabiex nirregolaw dawn l-affarijiet u nħallu fil-liberta` assoluta lill-imħallfin u lill-ġudikanti biex jaslu għal din il- konklużjoni.", "Mr Speaker, nagħlaq hawn bħala introduzzjoni u ngħid li wara li nisma' l- kummenti mill-oppożizzjoni, inkun nista' nagħmel transitory provision fl- istadju tal-Kumitat biex naraw jekk dawk ir-regoli għandhomx japplikaw ukoll għall-kawżi li diġa` nbdew.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Anġlu Farrugia.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Mr Speaker, din il-liġi ddiskutejnieha fi Frar li għadda u issa li qegħdin fix-xahar ta' Ġunju ma tbiddel xejn minn dak li għedna fi Frar.", "Veru li ġraw ħafna affarijiet minn dak iż-żmien 'il hawn, pero` hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq emendi ċivili li fi ftit xhur żgur li l-oppożizzjoni m'hijiex se tibdel il-pożizzjoni tagħha dwarhom.", "Ħalli nagħmluha ċara, hemm ħafna x'wieħed jgħid fuq dak li qal il-Ministru dwar kif tasal għal-likwidazzjoni ta' danni.", "Imma l-qrati tagħna dejjem imxew u fittxew huma l-linji gwida meta ġew biex jagħmlu l-likwidazzjoni ta' danni.", "Kulħadd jaf li ttieħdu diversi deċiżjonijiet mill-qrati tagħna fejn jidħlu ħlas ta' danni fil-każ ta' diżabilita` parzjali, totali, jew mewt.", "Hemm ħafna x'wieħed jgħid dwar il-case law li rajna tevolvi mas-snin u hemm fejn wieħed jaqbel ma' ċerti deċiżjonijiet u hemm fejn wieħed jista' jikkritika xi ftit.", "GĦall-ewwel, il-qrati tagħna kienu jaħdmu l-likwidazzjoni tad- danni ta' persuni li jkunu sofrew diżabilita` permanenti eċċ, fuq 25 sena.", "Sakemm kien hemm deċiżjoni ta' imħallef partikolari kienu dejjem jimxu fuqha, imbagħad kien hemm każi fejn ħadu saħansitra sa 45 sena biex jagħtu l-likwidazzjoni ta' danni.", "Il-qrati jaslu għal dawn id-deċiżjonijet għax ikun hemm ċirkostanzi partikolari, jiġifieri kull każ għandu l-istorja tiegħu, kull każ għandu l- partikolaritajiet tiegħu u fl-assjem tal-provi li jkollha quddiemha l-qorti tasal biex tagħmel id-deċiżjoni tagħha.", "Il-każ ta' Butler versus Herd li semma l-Ministru kien l-ewwel każ fejn l- imħallef - li kien Caruana Curran u naħseb li kienet sentenza tajba fiċ- ċirkostanzi ta' dak iż-żmien - qal kif kien se jaħdem id-danni u li kien se jaħdimhom fuq tant snin u li kellha tinqata' perċentwali ta' 20% jekk ikun hemm lump sum payment.", "Dak kien żvilupp fis-snin sittin li l-qorti ħadmet fuqu.", "Dan kollu kien qed isir abbażi ta' dak li hemm f'artiklu 1045 tal-Kodiċi Ċivili, li huwa l-kriterju leġislattiv li l-qrati tagħna jridu bilfors jimxu fuqu.", "Meta l-qorti tkun qiegħda tqis id-danni, hija tikkonsidra l- kriterji kollha, imbagħad titfa' d-deċiżjoni wara li tkun għamlet l- eżerċizzju hi matul il-proċess li tkun semgħet.", "Ma jkun hemm ħadd jgħid lill-qorti kif trid timxi għax finalment wara li tisma' l-partijiet min- naħa ta' l-attur u min-naħa tal-konvenut, u wara li tara dak kollu li nġabar qua dokumenti u provi, hi trid tara liema direzzjoni se tieħu u fejn se tasal.", "Wieħed jista' jitlob ħafna u jieħu ftit għax il-qorti jidhrilha li fiċ-ċirkostanzi, għalkemm wieħed jgħid li għandu 20% diżabilita`, il- kriterju oġġettiv li tasal għalih l-qorti jkun ta' 8% diżabilita`.", "Allura l-qorti tasal għal deċiżjoni differenti minn dak li wieħed ikun qed jistenna.", "L-emendi li ressaq il-Ministru huma l-istess emendi li kien ressaq il- ministru ta' qablu, jiġifieri dak li għedt meta kien hemm il-Ministru Gatt fi Frar se nerġa' ngħidu llum.", "Min-naħa ta' l-oppożizzjoni bqajna bl- istess fehma fuq dawn l-emendi, mhux għax m'hemmx affarijiet li wieħed jista' jintroduċi, imma din hija kwestjoni ta' prinċipju.", "Aħna m'aħniex oppożizzjoni li noqogħdu nbigħu l-prinċipji; jekk niddeċiedu fuq prinċipju nimxu miegħu.", "Aħna qed ngħidu li ma naqblux li għandu jkun hemm indħil, u issa ngħid għaliex hemm indħil.", "Jien nifraħ lill-Ministru li kien iktar diplomatiku minn ta' qablu meta kien qed jipprova jispjega li m'hemmx indħil fl-amminisitrazzjoni tal- ġustizzja li hija kwestjoni ta' prinċipju.", "Jekk wieħed jara d-debate ta' Frar isib li l-Ministru Austin Gatt kien differenti fl-approach tiegħu vis- à-vis il-kritika tagħna.", "Fil-fatt se nikkwota mis-seduta numru 871 tas-17 ta' Frar fejn il-Ministru Gatt qal hekk: \"U għalhekk jien tħawwadt.", "U sinċerament tħawwadt għax ma nafx preċiż x'inhi l-pożizzjoni ta' l- oppożizzjoni\".", "U x'inhi l-pożizzjoni tagħna?", "Aħna nopponu l- leġislazzjoni bħala punt ta' prinċipju!", "Imbagħad donnu f'daqqa waħda nduna għax qal: \"Nifhem li wieħed jista' jeħodha din il-pożizzjoni.\"", "Skużi, trid tifhem il-prinċipju għaliex aħna qed ngħidu le, imbagħad tifhem għaliex wieħed għandu jara kif se jasal u ma jasalx.", "Mr Speaker, jiena nemmen li l-intenzjoni tal-gvern tista' tkun tajba.", "Nemmen ukoll li dawn l-emendi jistgħu jinfluwenzaw lill-qorti.", "Dawn l- emendi, mingħajr ma jaf il-Ministru, se jkunu qegħdin ixekklu lill-istess qorti meta tiġi biex tagħti s-sentenzi.", "Jista' jkollok każ ta' persuna ta' 19-il sena li għandha 100% disability li barra li tiġi diżabilitata, tiġi wkoll kompletament dipendenti.", "Mela għandek complete disability u complete dependency.", "Issa l-qorti li tkun għexet il-proċess tkun taf kull dettall fuq dak il-każ partikolari.", "Allura kif nistgħu nipprovaw nagħmlulha r- regolamenti li għandha timxi magħhom?", "Din il-ġimgħa stess, fis-16 ta' Ġunju, kellna każ interessanti ħafna fejn għall-ewwel darba, f'sentenza ta' l-Imħallef Philip Sciberras, għalkemm kien hemm il-lump sum payment ma nqatgħux l-20%.", "Ir-raġuni li ta kienet id- delay fil-kawża, ħaġa li diġa' kienet ġiet osservata f'każ ieħor ta' Joseph Abela kontra Martin Spagnol fl-1993.", "Issa jiena m'iniex qed nitkellem fuq il-kwestjoni tad-dewmien tal-qorti, imma meta ikollok kawża li għal xi raġuni jew oħra tkun damet, x'jiġifieri ma teħux in konsiderazzjoni l-fatt li kien hemm delay fil-kawża u taqtagħlu l-20% meta ma tistax tagħtih l- interessi għax dawn jibdew mad-data tas-sentenza?", "Allura l-imħallef fis- sentenza tiegħu qal li m'għandux ikun hemm detrazzjoni tas-solita 20% jew porzjon minn din il-perċentwali minħabba l-lump sum payment.", "Sur President, il-qrati tagħna għandhom il-freedom tagħhom waqt li qed jeżerċitaw il-ġustizzja, pero` għandhom ukoll il-liberta` li jkunu maturi fil-ħsebijiet tagħhom.", "Bl-emendi li qed jiġu proposti, mingħajr ma nafu qed noħolqu barriera safejn wieħed jista' jasal, u dan ma naqblux miegħu.", "Aħna ma naqblux li fl-amminstrazzjoni tal-ġustizzja lill-qrati tagħna nissuġġettawhom għal xi tip ta' kondizzjoni.", "Jiena għandi kritika għal ħafna deċiżjonijiet li jagħtu l-qrati Amerikani.", "Il-Ministru qal li kien hemm min ftaqar.", "Jiena ngħid li kien hemm kumpanniji li minħabba avventura ta' xi imħallef Amerikan kellhom ikeċċu n-nies biex imbagħad jaslu għal- likwidazzjoni ta' danni.", "Pero` jien m'iniex se noqgħod nitkellem fuq il- qrati Amerikani.", "L-ewwelnett għaliex ma nħossni komdu xejn u t-tieni nett għaliex aħna t-tnejn studjajna l-liġi u ċertament li qatt ma kellna xi riċerki jew xi studju partikolari f'dak li jagħmlu l-Amerikani.", "Jien insegwi kull tip ta' deċiżjoni u leġislazzjoni pero` fejn tidħol il- liġi Amerikana u l-qrati Amerikani r-riflessjoni ta' l-esaġerazzjonijiet hija a` la grande.", "L-Ingliżi huma verament modesti għalkemm jekk, per eżempju, nieħdu libel cases partikolari ...", "(Interruzzjonijiet) Darba kelli każ ta' Malti li qalli li f'gazzetta Ingliża ġabu aħbar li m'hijiex minnha u semmew ismu.", "Jien għedtlu issa naraw x'nistgħu nagħmlu u ċempilt avukat ħabib tiegħi u qalli: Għamel int pero` we have to secure a guarantee ta' Stg50,000 minħabba l-ispejjeż.", "Jiena mhux fuq dan se nitkellem, imma fuq il-limitazzjonijiet tagħna, fuq fejn sejrin u x'se nagħmlu.", "Aħna rridu naraw kif imxew il-qrati tagħna.", "Jien naħseb li nħossni komdu ngħid li l-qrati tagħna ma taw l-ebda sorpriża partikolari b'mod regolari.", "Kultant kulħadd tuġgħu żaqqu x'imkien, imma trid titkellem fuq ir-regola.", "Kien hemm żvilupp fil-ġurisprudenza fejn kellha x'taqsam il-likwidazzjoni tad-danni.", "Dan hu veru.", "Il-Ministru semma l-każ ta' Buttler vs Herd.", "Wieħed jista' jikkritika u b'mod oġġettiv u ġenwin mingħajr ma jiġi kkritikat il- ġudikant jgħid, li l-qrati tagħna setgħu ddeċidew \"hekk\" jew \"hekk\" f'xi każ partikolari.", "Jien ngħid li anke meta fis-sentenza tiegħu l-ġudikant jagħmel ċerti espressjonijiet li b'xi mod jista' jiġbed l-public opinion kontra tiegħu, xorta m'għandux jiġi kkritikat.", "Jiġifieri l-ġudikant irridu nħarsu lejh bħala parti mis-sistema as a whole, allura m'għandux b'xi mod jiġi individwalizzat għax dik is-sentenza hija pronunzjata b'deċiżjoni tal- qorti u m'għandiex tiġi riflessa fuqu personali.", "Sur President, l-oppożizjoni qed tgħid aħna se nagħtu poter lill-ministru li huwa parti mill-eżekuttiv ....", "Inti tifhimni mill-ewwel għax tgħallem l- Universita` u qed nitkellmu fuq kamp li tant tħobb.", "Mela għandna l- eżekuttiv, il-leġislattiv u l-ġudikatura.", "Issa se nispostjaw ftit mill- ħsibijiet tal-famuż Montesquieu dwar il-kwestjoni tas-separazzjoni tal- poteri - li l-istudenti tagħna kollha jkollhom jistudjaw - u se nsemmu dawn it-tliet ċrieki li b'xi mod irridu nħalluhom ma jaħbtux ma' xulxin, imma jekk jaħbtu ftit irridu naraw li xi ħadd jibda jiċċekkja l-bilanċ.", "Jekk qed nagħmlu dan, ma jarax il-Ministru li mingħajr ma jrid hawnhekk dieħel f'tempesta kbira?", "Aħna nemmnu li għandu jsir xi ħaġa fuq il- kwestjoni ta' min hu dipendent tal-mejjet, kif għandu jiġi trattat u min tista' tkun il-persuna idonea li għandha jkollha d-dritt għal kumpens.", "Nistgħu nitkellmu fuq ħafna affarijiet u nemmen li hemm ħafna affarijiet x'wieħed jirranġa, imma li tgħid kif tista' b'xi mod tikkontrolla l-istess deċiżjoni ta' dik il-qorti m'hijiex xi ħaġa tajba.", "Hawnhekk għandna interferenza diretta fis-sistema ġudizzjarja, tħares lejha minn fejn trid.", "U dan aħna, per prinċipju, ma naqblux miegħu.", "Issa ħalli niġi għall-artiklu ġdid 1046A fejn qed ngħidu li dan għandu jkollu l-poter li jagħmel għall-finijiet ta' artikli 145 u 146.", "Dawn huma l-kriterji li wieħed għandu jimxi fuqhom meta jagħti s-sentenza.", "Wieħed jista' jifhem il-liġi billi jistudja l-istorja tal-leġislazzjoni ta' pajjiżna.", "Per eżempju ̧ jekk wieħed imur lura għall-1962 isib li s-somma li kienet tingħata dwar inkapaċità għal dejjem kienet tiġi stabbilita mill- qorti.", "Għalhekk ladarba din il-liġi hija bbażata fuq evidenza, esperti u ċertifikazzjonijiet mediċi u affarijiet oħra, l-emendi diversi li se jidħlu f'artiklu 1046A se jistabbilixxu b'mod oġġettiv il-kriterji li fuqhom għandha timxi l-qorti.", "Issa fl-introduzzjoni tiegħu l-Ministru donnu qal li l-qorti trid timxi fuq dawn ir-regolamenti biex jiġu stabbiliti d-danni u semma l-Lm0.25 miljun.", "(Interruzzjonijiet) Skużi, jekk iridu jagħtu Lm0.25 miljun jagħtuhom ̧ m'hemm xejn xi jżommhom milli jagħmlu dan.", "U jekk ikun hemm raġunijiet li għandhom jagħtu Lm0.5 miljun ...", "Per eżempju, meta fid-Dockyard kien hemm l-isplużjoni ta' l-Um El Faroud ma kenitx ċajta!", "Pero` jien m'iniex se noqgħod insemmi dawn il-każijiet.", "(Interruzzjonijiet) Jien m'iniex qed ngħid li Lm0.25 miljun huma ftit biex ħadd ma jifhimni ħażin.", "Illum il-miljuni saru skarsi!", "Pero` m'hemm xejn xi jżomm lill-qrati tagħna milli jagħtu dawn il-flus.", "Il-fatt li you don't cap ma jfissirx li they don't have the capacity to go for that amount.", "F'dak li għandu x'jaqsam ma' dawn it-tip ta' kawżi din hija manifestazzjoni ċara ta' indħil fis-sistema ġudizzjarja.", "Issa forsi hawnhekk ikun hawn min jistaqsi jekk l-qrati tagħna għandniex inħalluhom liberi.", "U jien ngħid li dażgur li għandna nħalluhom liberi.", "Lill-qrati tagħna għandna nħalluhom liberi biex jagħtu d-deċiżjonijiet tagħhom, pero` jekk kemm-il darba ġudikant, hu min hu ̧ jagħti sentenza li b'xi mod toħloq kritika, il- pubbliku se jirreaġixxi.", "Wara kollox in-nies huma ċ-checks and balances tal-ħajja demokratika.", "Pero` il-ġudikant m'għandux ikun individwalizzat.", "Fil-fatt aħna dejjem nitkellmu fuq sistema ġudizzjarja.", "Jien naħseb li hawn ħafna metodi li bihom il-qrati għandhom jingħataw messaġġi.", "Per eżempju, meta kien hemm deċiżjonijiet li kienu kważi skandalużi, il-poplu rreaġixxa u l-qrati rranġaw il-pożizzjoni tagħhom.", "Issa jien ngħid li dan m'għandux isir għax kull fejn tidħol il-ġustizzja jkun hemm il-kuxjenza tal-ġudikant li verament għandu eżerċizzju iebes.", "Per eżempju, meta darba minnhom lil wieħed ġudikant staqsejtu għalfejn konna qed indumu daqshekk fuq it-tali sentenza qalli li l-problema kienet li l-qorti kienet qed tinkwieta fuq kif se tasal għad-deċiżjoni, jiġifieri kienet problema ta' kuxjenza.", "Sur President, jien nifhem li kultant ikollok kawżi li joħolqu kriżi lill- ġudikant, pero` fl-aħħar mill-aħħar dan irid jiddeċiedi u ladarba jiddeċiedi tajjeb u skond il-kuxjenza, kollox sew.", "Imma jkun hemm oħrajn li kultant tiżgarralhom xi waħda.", "Issa llum, tajjeb jew ħażin, għandna l- kummissjoni għall-amministrazzjoni tal-ġustizzja li taf li b'xi mod jew ieħor hemm ċertu tip ta' skrutinju kontinwu u allura m'hemmx għalfejn ikun l-eżekuttiv jew inkella l-Ministru li jipprova jeżerċita xi tip ta' kontroll kif għandha tingħata s-sentenza jew kif għandha timxi l-qorti fuq standards li għandhom jiġu ppreżentati lilha.", "Biżżejjed ngħidu li jekk wieħed iħares daqsxejn lejn ir-rapporti kollha li saru minn din il-kummissjoni għall-amministrazzjoni tal-ġustizzja – irrid ngħid li qed isir ħafna xogħol minn din il-kummissjoni - isib li fihom ġieli kien hemm ilmenti ta' nies anke kontra ġudikanti u b'mod kawt dawn jiġu investigati.", "Per eżempju, f'sena waħda kien hemm mhux inqas minn 61 ilment pero` tajjeb jew ħażin il-kontroll qiegħed hemmhekk.", "Pero` jekk kemm-il darba l-Ministru jibda jilgħab bir-regolamenti li b'xi mod ikunu qegħdin ipoġġu lill-ġudikant taħt kontroll, mingħajr ma nafu, inkunu qegħdin f'sitwazzjoni perikoluża.", "L-oppożizzjoni ma tistax taqbel ma' dan għaliex dan huwa pass fid-direzzjoni l-ħażina, aktar u aktar meta għaddejjin minn perijodu sensittiv wara l-avvenimenti li saru ftit taż- żmien ilu f'pajjiżna.", "Dan m'iniex qed ngħidu b'kapriċċ imma huma l-fatti tal-ħajja li l-poplu Malti kellu jara b'għajnejh u jmiss b'idejh.", "Sur President, f'diversi okkażjonijiet il-kummissjoni għall- amministrazzjoni tal-ġustizzja li hija preseduta mill-President tar- Repubblika qalet li għad baqa' problemi fis-sistema ġudizzjarja tagħna speċjalment fil-qrati.", "Għalhekk wieħed għandu jara kif iżid il-fiduċja fil- ġudikatura u fis-sistema ġudizzjarja Maltija.", "U bir-regolamenti li l- Ministru jrid jagħmel fil-kamp ċivili mhux ovvja li qed ninfluwenzaw dak li qed jiddeċiedu l-qrati tagħna!", "Kieku għalfejn qed nagħmluhom?", "Kieku kollox kien miexi sew ma kien isir xejn, pero` l-messaġġ tal-gvern huwa li not all is well fuq in-naħa tal-ġudikatura.", "Imma l-problemi mhux hekk trid issolvihom.", "Għalhekk minn dan il-Parlament irridu naraw li l-fiduċja fil-qrati tagħna tinbena billi nħallu l-membri tal-ġudikatura jaħdmu bl-aktar mod ħieles u trasparenti.", "Jien ma naħsibx li għandna nagħtu linji gwida lill-qrati tagħna għax dawn jafu kif jeħduhom huma, pero` ma nafx jekk dawn l-emendi li għandna quddiemna humiex qed isiru minħabba xi tip ta' pressjoni.", "Jien ma rridx nidħol fil-kwestjoni tal-kumpanniji ta' l-assigurazzjoni imma dawn għandhom jaraw huma kif ikollhom aktar profitt fil-mod kif imexxu l-kumpanniji tagħhom.", "Per eżempju ̧ hawn min jgħid li ladarba l-qrati tagħna jagħtu ħafna danni għandna ngħollu l-premiums eċċ. Pero` hawnhekk wieħed irid jifhem ftit x'qed jintqal.", "Meta tara x'qed jiġri fil-kamp ta' l-insurances hawn Malta ssib li dawn il- kumpanniji qatt ma jkollhom laqgħat mal-pubbliku; jiltaqgħu bejniethom u jaraw kif marru u ma marrux.", "Jekk kemm-il darba l-affarijiet ma jkunux sejrin tajjeb jagħmlu pressure fuq il-gvern u jheddu li se jkeċċu lin-nies u jitilqu 'l hinn.", "Imma skużi, bit-theddid ma nimxux!", "Aħna ngħixu f'pajjiż demokratiku u dawn għandhom dover, bħalma għandhom ukoll drittijiet, li mingħajr ma noqogħdu ...", "(Interruzzjonijiet) Jien m'iniex qed ngħid li għamlu hekk, imma jekk għamlu hekk għamlu ħażin u jagħmel ħażin il-gvern li bħall-mazzun jibla' kollox.", "Jien naħseb li dawn l- affarijiet m'għandniex inħalluhom isiru.", "Sur President ̧ hawnhekk nixtieq insemmi l-każistika li toħroġ mill-qrati Ingliżi.", "Jien rajt ħafna kawżi ta' dan it-tip fil-House of Lords għax l- Ingliżi għandhom il-privileġġ tas-second appeal.", "Fejn kien hemm każijiet ta' influwenza enormi ma kien hemm l-ebda indħil mill-eżekuttiv Ingliż.", "Għalhekk is-soċjetà tagħna tistenna li ngħaddu liġijiet bħal dawn għall-ġid tal-pajjiż, pero` l-ġid irid joħroġ ukoll mid-deċiżjonijiet li tieħu l- ġudikatura.", "Fil-kodiċi ċivili li għandna quddiemna hemm il-problema ta' l- interpretazzjoni tal-werriet li tkellem tant tajjeb fuqha l-Ministru.", "Issa artiklu 146 tal-kodiċi ċivili jgħid li jekk minħabba għemil li jagħti lok għad-danni xi ħadd imut, il-qorti għandha l-fakulta` li tara kif tagħti l-ispejjeż attwali kkaġunati lill-werrieta tal-mejjet.", "Dan apparti mid- danni li qed nitkellmu fuqhom.", "Ġeneralment fil-każ ta' inkapaċità totali għal dejjem id-danni jkunu skond id-disposizzjonijiet ta' dan l- artiklu u dan japplika wkoll għal dak li rriferejt għalih qabel meta semmejt artiklu 1045.", "Issa huwa veru li dan huwa suġġett dry u wieħed irid joqgħod attent li f'dan id-dibattitu ma nidħlux f'ħafna teknikalitajiet, pero` huwa mportanti li ngħidu li l-qorti trid tara ċ- ċirkostanzi kollha.", "Per eżempju ̧ illum in-nies ikorru b'mod differenti minn kif kienu jkorru fis-snin sittin u għandna danni li qabel lanqas konna noħolmu bihom.", "Illum għandna problema kbira għax għandna aktar minn 250,000 karozza fit-toroq tagħna u allura qed ikollna żieda fl-inċidenti tat-traffiku.", "Barra minn hekk, it-toroq tagħna m'humiex safe bil-konsegwenza li qed ikollna ħafna aktar korrimenti serji u mwiet.", "Għalhekk aħna l-membri parlamentari għandna d-dover li niddiskutu din il-problema flimkien.", "Dawn il-problemi jikkawżaw problemi anċillari oħrajn għall-kumpanniji ta' l-assigurazzjoni, għall-ekonomija ta' pajjiżna u għall-familji.", "Allura dawn il-problemi kif se nindirizzawhom?", "Se nindirizzawhom billi noħolqu ċerti kriterji?", "Bir- rispett kollu naħseb li m'għandniex soluzzjoni tajba.", "Pero` madankollu jibqa' l-fatt li l-qrati tagħna dejjem imxew fuq il-persentaġġ ta' l- inkapaċita`.", "Kriterju ieħor li l-qrati tagħna dejjem imxew fuqu huwa d-dħul ta' dik il- persuna fil-ġranet li tkun weġġgħet.", "Dan ifisser li jekk persuna meta weġġgħet kellha l-minimum wage li hija Lm58 jew Lm60 - dejjem jekk ma nneħħux il-15% li ried ineħħi xi ħadd – u l-kawża tinqata' ħames snin wara, il-qorti timxi fuq il-kriterju ta' meta tkun weġġgħet il-persuna.", "Issa din hija tajba jew le?", "Naħseb li l-qrati għandhom jiddiskutu din il- kwestjoni u jaraw jekk għandhomx iżidu jew le.", "Fattur li ma tantx daħlu fih il-qrati huwa dwar id-danni morali.", "Fil-fatt fuq pain and suffering m'għandna xejn.", "Dan ifisser li f'pajjiżna jekk joqtlulek tifla ta' sitt snin il-qorti ma tidħolx fit-tbatija u fl-uġigħ tat-telfa li tkun qed tgħaddi minnha dik il-familja.", "Dan biex ma nsemmix il-flus li setgħet tieħu d-dar dik it-tifla kieku kibret u laħqet avukata, tabiba eċċ. Qrati barranin dan jidħlu fih pero' donnu li hemm ċertu biża' kbir mill-qrati tagħna.", "Dan japplika wkoll għal xi anzjan li jmut f'xi inċident; għax prattikament ma jkollu xejn loss of earnings, kumpens jingħata mill-inqas.", "Allura jekk dan ikollu lil xi tifel li jkun close miegħu imma li ma jkunx jiddependi minnu ̧ ma jieħu xejn?", "Jekk f'dan il-pajjiż m'għandna xejn tajjeb żgur li għandna familji magħqudin u jiġri x'jiġri dejjem għandek is-support tal- familja.", "It-telfa ta' xi ħadd hija qawwija u tħossha – din ħassejniha wkoll dan l- aħħar fil-Parlament - aħseb u ara meta joqtlulek lil xi ħadd minn tal- familja.", "Imma anke l-qorti ma jidħlux fihom dawn u għalhekk qed ngħid li fejn jidħlu danni morali, pain and suffering, eċċ. il-qrati tagħna għadhom daqsxejn lura u għandhom ċerta biża'.", "Fuq din naħseb li wieħed tajjeb li jiddiskuti u jara kif b'xi mod iwassal dawn il-messaġġi lill-qrati tagħna.", "Naħseb li anke f'dan ir-rigward għandna niddiskutu biex nikkunsidraw x'tip ta' leġislazzjoni nistgħu nagħmlu.", "Kultant id-danni li jiġu likwidati ma jkunu qed jirriflettu xejn minn dan.", "Dan huwa kamp vast ħafna.", "Ovvjament fuq danni morali hemm studji kbar.", "Per eżempju, fl-Italja saru ħafna proċessi minħabba l-każijiet tat-Tangenti u korruzzjonijiet, eċċ., u issa qed insegwu wkoll il-ġuri ta' Silvio Berlusconi.", "Kien hemm każijiet fejn waqt il-proċeduri, minħabba l-inkwiet ta' l-investigazzjoni, persuna sofriet heart attack u mietet.", "Kien hemm ukoll uħud li anke għamlu suwiċidju.", "Issa l-familjari tagħhom qed jgħidu: Jekk xi ħadd mill-ġenituri tiegħi kellu jagħmel suwiċidju għaliex ma felaħx għall-inkwiet ta' l- investigazzjoni li ġiet soġġetta għalih minħabba li kien hemm min qed jgħid ċerti affarijiet u issa rriżulta li dan kien innoċenti, x'inhi l-pożizzjoni tiegħi kontra l-Istat?", "Allura issa qed jikkunsidraw dawn it-tip ta' danni.", "Sur President, dan huwa kamp vast ħafna u tajjeb li wieħed jibda jaħseb fuq dawn it-tip ta' leġislazzjonijiet.", "Imma hawnhekk tajjeb nistaqsu jekk pajjiżna huwiex ippreparat għal dan.", "L-ewwelnett ma tantx kellna investigazzjonijiet ta` dan it-tip.", "Jiġifieri naħseb li għadna lura biex ninvestigaw dak li naħsbu li sar ħażin għaliex x'issa għadna 'l bogħod minn dak li diġa` għamlu t-Taljani.", "Imma forsi dik hija kwestjoni ta' kultura.", "Pero` l-emendi li għandna huma emendi li fl-opinjoni tiegħi jxekklu l- indipendenza tal-ġudikatura.", "Issa jien ma naqbilx ma' dak li qed jiġi propost, jiġifieri li l-ministru, f'isem l-eżekuttiv, qed jieħu l-briga biex jagħmel ir-regolamenti jew bi ftehim mal-ministru tal-finanzi jistabbilixxi l-ammont massimu.", "Naf li din it-tip ta' leġislazzjoni teżisti barra minn Malta, imma aħna bħala pajjiż għandna bżonn li noqogħdu b'saqajna ma' l-art il-ħin kollu.", "Il- kriterji vera li huma aċċettabbli għal din is-soċjeta` li ngħixu fiha kienu dejjem dawk li l-qrati tagħna dejjem qagħdu attenti u kawti kif jużawhom u biex jaslu għad-deċiżjonijiet tagħhom.", "Jekk wieħed, per eżempju, jara li qed ikollna ħafna sentenzi li qed jaqbżu l-limitu li m'huwiex aċċettabbli ...", "Per eżempju, żewġ sentenzi li fuqhom kien hawn għagħa kbira kienu dawk li taw l-Imħallfin Mifsud Bonnici – dan mar għal 45 sena – u Caruana Demajo.", "Dak iż-żmien kulħadd beda jgħid li dawn kienu qawwija wisq, imma l- verita` kienet li meta tidħol fiha kienet tagħmel sens.", "Pero` jekk kemm-il darba jkollok sentenzi li qegħdin jaqbżu b'mod spedanti l-limitu mbagħad wieħed jibda jaħseb x'jista' isir.", "Imma dan mhux il-każ f'pajjiżna.", "Jien ma rridx li wieħed jaħseb li b'xi mod fis-soċjeta` tal-lum ikun aċċettabbli li jsir xi ħaġa min-naħa tal-Parlament li biha nibagħtu messaġġi ħżiena lill-ġudikatura tagħna.", "Irridu noqogħdu attenti għalih dan.", "Hawnhekk ma kienx il-każ li wieħed jista' jgħid li qed nibagħtu messaġġi aktar sottili mingħajr ma jkun hemm indħil dirett fil-qrati tagħna.", "Safejn naf jien, il-qrati tagħna fl-ebda mument ma taw xi messaġġi li huma jixtiequ li jkollhom xi kriterju f'dan ir-rigward.", "Kien hemm xi każ, per eżempju, fejn il-qorti ta' l-appell qalet li b'xi mod qed tħoss li hija konfuża u ma tistax tasal għal deċiżjoni u tixtieq li l-leġislatur jagħmel xi tip ta' kriterji?", "Safejn naf jien m'huwiex il-każ.", "Kultant f'sentenzi tal-qorti ġudikant jinduna li tali emenda ta` tali liġi tmur kontra d- drittijiet fundamentali tal-bniedem.", "F'każ bħal dan l-istess ġudikant fis- sentenza tiegħu jiġbed l-attenzjoni tal-Parlament.", "Kellna s-sentenza li kienet tpoġġiet hawnhekk wara li bagħatha l-President Ugo Mifsud Bonnici.", "Dan kien il-każ dwar illeġittimita` fejn qalu li għandha ssir emenda fil- liġi għaliex ma kienx fair li wieħed irid iħalli l-wirt lit-tfal tiegħu u għax għandu tifel illeġittimu u jrid jittrattah bħall-oħrajn, bħala missier, ma jistax jagħmilha għaliex il-liġi ma tħallihx.", "Illum nafu li d- drittijiet tal-bniedem prattikament baqgħu l-istess minn wara l-gwerra, imma l-interpretazzjoni tagħhom tant qed tkun ricca li bilfors trid temenda u you put your house in order anke fil-kamp leġislattiv.", "Hawn Malta ma kellniex sentenzi fejn il-qorti kellha xi diffikulta` biex tasal għal deċiżjoni dwar il-likwidita` tad-danni.", "Issa jekk is-soċjetajiet ta' l-assigurazzjoni qed jibagħtu xi tip ta' messaġġi aħna ma nafuhomx.", "Aħna, ta' l-oppożizzjoni, ipprovajna naraw jekk il-kumpanniji ta' l- assigurazzjoni humiex qed jibagħtu xi tip ta' messaġġi inkwetanti dwar kif qed ikunu d-deċiżjonijiet tal-qrati tagħna, pero` dan il-Parlament ma jistax b'xi mod jiġi wżat biex is-soċjeta` tagħna taħseb li aħna qed nipprovaw nakkomodaw xi għajta ta' xi ħadd dwar kif għandhom jingħataw il- likwidazzjoni tad-danni u jekk għandhomx jaqbżu ċertu limitu.", "Din hija perikoluża u nkunu qed nitkellmu fuq ħaġa li b'xi mod il-messaġġ li joħroġ minn hawn ikun li aħna qed nibżgħu jew inkella qed nippruvaw naċċettaw l- influwenza biex nilleġislaw kriterji.", "Għalhekk il-prinċipju huwa importanti, u fil-fatt huwa għal din ir-raġuni li aħna jidhrilna li f'dan il-każ il-leġislatur irid joqgħod attent li ma jagħtix poteri lill-eżekuttiv b'mod li hu jkun qisu \"staffa\" għal dawn it- tip ta' regolamenti.", "Il-leġislatur għandu jara li dak li jingħata lil kwalunkwe persuna jew lil kwalunkwe werriet ta' persuna li tkun sofriet danni minħabba diżabbilta` jew minħabba raġunijiet oħra, ikun mogħti b'mod ħieles mill-istess qorti tagħna li jkunu tkun tat il-ġudizzju tagħha skond il-kriterji u l-provi li jkollha.", "Aħna bħala avukati prattikanti naqraw diversi sentenzi li tagħti l-qorti u għalhekk nafu li s-sentenzi kollha jkunu marbutin mal-kriterji u l-provi li tikseb il-qorti.", "Fil-fatt il-qorti tagħmel eżerċizzju tajjeb ħafna qabel ma taqta' s-sentenza għall-każijiet li jiġu quddiemha.", "Waqt il-proċess jidħlu ħafna dettalji, u l-esperti mhux dejjem jaqblu mal-persentaġġi li jingħataw għad-diżabbilta` li jsofri dak li jkun.", "Il-fatt li l-proċess jidħol f'ħafna dettall ifisser ukoll li għalkemm hemm lok fejn wieħed jikkritika fl-għoti tas-sentenzi, dejjem ikun hemm raġunijiet validi għaliex il-qorti tkun waslet biex tat dik is-sentenza.", "Issa ħalli niġi biex ngħid xi ħaġa dwar il-kritika li taqla' l-qorti.", "Mr Speaker, nagħmlu x'nagħmlu, il-kritika xorta se tibqa' hemm.", "Ovvjament m'iniex qed ngħid li fil-qorti kollox hu miexi sew jew li dak kollu li qed isir fil-qorti, qed isir tajjeb għax hemm x'wieħed jikkritika f'dan ir- rigward ukoll, imma ġeneralment dejjem ikun hemm raġunijiet validi għaliex il-qorti tkun ħadet it-tali deċiżjoni, speċjalment il-qorti ta' l-appell.", "Għalhekk aħna, bħala oppożizzjoni, ma nemmnux li dan il-Parlament għandu jilleġisla biex jibda jinħass li l-qorti tkun qed tiġi kkontrollata, anzi bl-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna, mhux biss se jibda jinħass li l- qorti qed tiġi kkontrollata imma l-qorti se tibda tiġi kkontrollata verament.", "Aħna, bħala oppożizzjoni, nemmnu li l-qrati tagħna għandhom jitħallew jiddeċiedu fil-liberta` kollha.", "Fl-opinjoni tiegħi, ikun ħafna aħjar jekk wieħed jara x'għandu jsir fil-qorti biex meta niġu hawnhekk nemendaw il-liġijiet, inkunu qed insaħħu l-liġijiet tagħna u mhux indgħajfuhom.", "Naħseb li l-Ministru qraha l-istqarrija li għamilt jien il- bieraħ.", "Fil-qorti hemm problemi kbar, u jenħtieġ li dawn jiġu ndirizzati malajr kemm jista' jkun.", "Biżżejjed ngħid li meta dan l-aħħar tlajt fis-sular ta' fuq il-bejt u rajt l-imwejjed, għall-ewwel ħsibt li se jsir xi party hemmhekk, pero` wara ndunajt li dawn kienu l-imwejjed tal-ħaddiema li kienu qed jaħdmu fuqhom.", "Jien kemm-il darba għedt lill-Ministru li fil-qorti hemm problema ta' spazju, u dan dejjem qalli li jekk il-ġudikanti jaħdmu f'ħinijiet differenti, ma jibqax ikun hemm din il-problema, pero` inti ma tistax iġġiegħel ġudikant jaħdem bilfors f'ċerti ħinijiet.", "Il-ġudikanti jrid ikollhom il-ġurnata tagħhom u jekk ikunu jridu jibdew il-kawżi fid- 9:00 a.m., dawn għandu jkollhom il-faċilita` li jibdew jaħdmu kollha fid- 9:00 a.m.", "Naturalment it-tibdil li hemm bżonn isir fil-qorti ma jistax isir mil-lum għal għada, pero` mbagħad min-naħa l-oħra dan ma jfissirx li ma nistgħu nagħmlu xejn f'dan ir-rigward.", "Ma ninsewx li l-qorti taqa' taħt ir- responsabbilta` tagħna lkoll bħala Parlament u taqa' wkoll taħt ir- responsabbilta` tal-gvern għaliex il-gvern għandu r-responsabbilta` tat- tmexxija tal-pajjiż kollu.", "Kif semmejt fl-istqarrija li għamilt, illum hemm mijiet ta' kawżi li qed jistennew li jiġu pproċessati fil-qorti.", "Biżżejjed ngħid li hemm kawżi li ilhom jistennew kważi sena biex jiġu mismugħa.", "Lill-imħallef Galea Debono nista' nsemmih b'ismu għax veru ħadem matul dawn l-aħħar xhur.", "Fil-fatt minbarra li dan l-imħallef jaħdem fil- kamp kriminali, huwa qed jilħaq jaħdem ukoll fis-Sekond'Awla u jipproċessa l-każijiet ta' separazzjoni.", "Ta' min jgħid ukoll li dan l-imħallef jibda jaħdem mit-8:00 a.m. M'hemmx għalfejn ngħidu li jkun hemm ħafna tgergir min-naħa ta' l-avukati fuq dan id-dewmien kollu għax huma ma jkunux iridu l- klijenti tagħhom ibatu minħabba dan id-dewmien, speċjalment f'każijiet ta' separazzjoni, manteniment u aċċess għat-tfal.", "Issa nisperaw li bl- appointment li ngħata l-imħallef Azzopardi nibdew naraw xi riżultati.", "Jekk wieħed jidħol fir-registry tas-Sekond'Awla, ħlief files sofor fuq l- ixkaffi ma jarax, tant li jispiċċa jaħseb li qed jara s-sunflowers!", "Mhux ta' b'xejn li l-klijenti tagħna l-ħin kollu jistaqsu lilna l-avukati meta se tinstema' l-kawża tagħhom!", "Il-każijiet soċjali, l-iktar dawk familjari, jitolbu l-attenzjoni urġenti, pero` bir-rispett kollu, is-sitwazzjoni li għandna llum f'dan il-kamp m'hi feliċi xejn.", "Ilna mill-bidu ta' l-1992 nisimgħu lill-gvern Nazzjonalista jgħid li dalwaqt titwaqqaf il-qorti tal- familja, pero` minkejja li llum qegħdin fl-2003 u għad għandna lill-partit Nazzjonalista fil-gvern, pajjiżna għadu mingħajr qorti tal-familja.", "Kulħadd huwa inkwetat fuq din is-sitwazzjoni fil-qorti, Mr Speaker, u jkun aħjar jekk nindirizzaw il-problemi li semmejt milli noqogħdu nistabbilixxu l-kriterji.", "Is-sitwazzjoni preżenti fil-qorti titlob li għandna naraw kif se nsolvu dawn il-problemi llum qabel għada.", "Jien personalment ma naħsibx li kienet idea tajba li l-Ministru Borg ġie fdat bir-responsabbilta` ta' l- intern minbarra dik tal-ġustizzja, anke għax niftakar li meta fl-1987, kif telgħu n-Nazzjonalisti, l-E.T. l-President Guido de Marco kien fdat b'dawn iż-żewġt oqsma, dawn iż-żewġt oqsma ma tantx kienu marru tajjeb.", "Għaliex?", "Għax ix-xogħol li jirrikjedu l-oqsma ta' l-intern u tal-ġustizzja huwa kbir ħafna, u dan biex ma nsemmux ukoll il-konflitti li jista' jkollu l-ministru mingħajr ma jrid meta jiġi fdat b'dawn iż-żewġt oqsma.", "Imma għalissa ħalli nħalluha din għax dik hija xi ħaġa li tirrigwarda lill-ministru personalment.", "Mr Speaker, ma jistax ikollok sitwazzjoni fejn il-kummissjoni għall- amministrazzjoni tal-ġustizzja tkun qed tiġbidlek widnejk minħabba s- sistema li tkun qed tuża u inti tibqa' ma tindirizzahiex.", "Fil-fatt aħna bħala oppożizzjoni, lill-gvern Nazzjonalista konna qed nappellawlu biex jirrivedi t-tariffi tal-qorti, speċjalment fejn għandu x'jaqsam il- konvenut.", "Dan qalitu lill-gvern ukoll il-kummissjoni għall- amministrazzjoni tal-ġustizzja, u din qiegħda miktuba verbatim u ndirizzata lill-ministru tal-ġustizzja preċedenti.", "Il-kummissjoni għall-amministrazzjoni tal-ġustizzja kienet qalet ukoll lill- ministru tal-ġustizzja preċedenti li hija nġustizzja li ddaħħal persuna l- qorti u tissoġġettaha għal dawk it-tariffi kollha biex tkun tista' tiddefendi l-kawża tagħha.", "Jekk wieħed imur il-qorti x'ħin irid u jitla' fis-sular ta' fuq, jaħseb li daħal ġo ċimiterju għax isib kollox vojt.", "Kawżi pendenti hemm, imma kawżi ġodda qed jidħlu bil-waħdiet, u min irid ikun onest jammetti li din hija r-realta`.", "Wara kollox kulmin jaħdem fil- qorti jew min jaħdem ma' xi avukati jaf li din hi r-realta`.", "Illum il- kawżi l-ġodda fil-Prim'Awla xxottaw daqs il-frawli, u dan huwa kollu tort tal-gvern għax jekk wieħed jara kemm kienu jidħlu kawżi qabel m'għolew it- tariffi u kemm qed jidħlu kawżi llum jinduna x'qed jiġri.", "Illum għandna problema wkoll fit-tmexxija tat-tribunal, li l-kompetenza tiegħu telgħet għal Lm1,500, għax l-affarijiet tant qed jintefgħu fuq naħa waħda li issa għad irridu naraw jekk aħniex se nħallu ġudikanti jaħdmu part-time.", "Mr Speaker, fil-programm elettorali ta' l-aħħar elezzjoni, il-partit Laburista kien wiegħed li se terġa' ssir reviżjoni tat-tariffi tal-qorti, speċjalment għal dawk li ma jifilħux iħallsu u fl-istess ħin ma jaqgħux taħt il-bracket li jkunu ntitolati għal-għajnuna legali, għax it-tariffi kif inhuma llum huma esaġerati.", "Il-Ministru jaf li ħafna mill-kawżi li jkollhom il-werrieta jkunu kawżi ta' diviżjoni, pero` llum dawn il-kawżi tant ġew iqumu flus li ħafna mill-werrieta qed jippreferu jħallu dak li hu tagħhom indiviż.", "Naħseb kulħadd jiftakar in-numru kbir ta' kawżi li kienu jagħmlu l-werrieta fuq id-diviżjoni tal-proprjeta` sa ftit żmien ilu, pero` llum dan in-numru niżel ħafna, u ovvjament niżel ħafna mhux għax m'għadx baqa' proprjeta` x'tinqasam għax in-nies xorta waħda għadhom imutu!", "M'hemmx dubju li wieħed irid jara x'jagħmel quddiem din is-sitwazzjoni, u jagħmel tajjeb il-Ministru jekk qabel ma jara kif se jorganizza lill-qorti aħjar, jieħu ħsieb dak li mhux qed jaħdem, jew mhux qed jaħdem biżżejjed.", "Jien naħseb li għandna nistaqsu lilna nfusna jekk jagħmlux sens dawn it- tariffi wara li issa tajnihom prova ta' kważi tliet snin.", "Mr Speaker, dawn huma l-problemi li l-qrati tagħna qegħdin jiffaċċjaw illum, u jekk illum qed jixxotta kollox, dan huwa kawża ta' l- eseġerazzjonijiet li saru min-naħa tal-gvern Nazzjonalista.", "L-ikbar sfortuna hi li dan il-gvern ma ndenjax ruħu jipprova jifhem jekk dawn it- tariffi jagħmlux sens jew le mil-lat soċjali imma baqa' miexi bl-iktar mod arroganti, bħallikieku m'hu qed jiġri xejn.", "Ma kienx għalxejn li l- kummissjoni għall-amministrazzjoni tal-ġustizzja ġibdet l-attenzjoni tal- gvern għal dan kollu, u aħna nafu li l-membri ta' din il-kummissjoni m'humiex dilettanti imma huma nies ġejjin mill-ġudikatura, min-naħa ta' l- Avukat tar-Repubblika, mill-kamra ta' l-avukati, min-naħa tal-gvern jew min- naħa ta' l-oppożizzjoni.", "Għalhekk ma nistax nifhem kif minkejja li l-gvern qed jara li kien hemm reazzjoni anke minn dawn in-nies, qed jibqa' ma jiċċaqlaqx.", "Il-Ministru jaf li t-tariffi tal-kawżi ċivili għolew sew.", "Huwa veru li t- tariffi ta' dawk il-kawżi ta' korriment fuq il-post tax-xogħol ġew riveduti, imma dawn xorta waħda ġew għoljin iktar minn qabel, u minħabba f'hekk hemm diversi nies li qed ibatu.", "Il-Ministru żgur li jifhimni meta ngħid li f'pajjiżna jeżistu kwestjonijiet soċjali kbar fejn tidħol il- ġudikatura u l-ġustizzja f'pajjiżna, u għalhekk dan il-pajjiż ma jistax jitħalla jibqa' jiġi mmexxi kif qiegħed jiġi mmexxi llum.", "Il-Ministru jaf li l-maġġoranza l-kbira ta' l-avukati m'għandhom l-ebda sentiment ta' politika partiġġjana, u wħud minn dawk li għandhom dan is-sentiment jappartjenu lill-partit Nazzjonalista, pero` billi huma għandhom lealta` sħiħa lejn il-professjoni tagħhom - u fuq dan naħseb li kemm jien kif ukoll il-Ministru naqblu - jinsabu mwerwrin fuq l-infurzar tal-kawżi.", "Nafu li sar seminar importanti u hawnhekk irrid nawgura lill-kamra ta' l- avukati talli organizzatu u ħadet sehem qawwi fid-diskussjoni ta' l-emendi għall-proċedura ċivili.", "Jien sinċerament nispera li jkun hemm tħaddim aħjar fl-infurzar għaliex ma jiswa xejn li tirbaħ il-kawża u xorta ma tasal qatt.", "Jien tkellimt ma' ħafna prokuraturi legali li jaħdmu fit-tribunal għat- talbiet żgħar - hemmhekk jaħdmu ħafna avukati pero` iktar hemm prokuraturi legali peress li issa għandu wkoll kompetenza sa Lm1,500 - li qaluli li kważi xejn m'hemm inforzar tad-deċiżjonijiet għax tant għolew it-tariffi li it is not worth it li jkollok kawża ta' Lm200 u trid tonfoq Lm80!", "Għax dak li jkun jgħidlek li għamel kawża u ħallas lill-avukat u hu għadu ma ġabar xejn.", "Wieħed irid jistaqsi x'inhu jsir biex il-pubbliku Malti u Għawdxi ma jkollux sistema ta' qrati fejn it-tariffi jkunu għoljin b'mod esaġerat, imma li jkun jista' jlaħħaq magħhom u jieħu dak li għandu dritt għalih, jiġifieri l-aċċessibbilta` tal-qrati tagħna.", "Sfortunatament il-pubbliku Malti reġa' ddeċieda li jtella' fil-poter lill-gvern li għolla t-tariffi tal-qrati, pero` żgur li ma ddeċidiex fuq dan il-kriterju.", "L-oppożizzjoni se tibqa' tkun konsistenti u tibqa' tgħid lill-gvern biex ma jibqax iwebbes rasu fuq il-kwestjoni tat-tariffi.", "It is never too late, u aħna lesti li nagħtu kontribut biex il-pubbliku Malti ma jkollux din is-sofferenza.", "Ma jistax ikun li l-problemi kbar li għandna fis-sistema ġudizzjarja jibqgħu hemmhekk.", "Aħna għandna nħallu l-liberta` tal-ġudikatura u fl-istess ħin inħallu l-qrati aċċessibbli għall-poplu Malti u Għawdxi.", "Għaliex m'aħniex inkunu daqshekk effiċjenti fil-qorti, speċjalment min-naħa ta' l-infurzar?", "Għaliex ħaddiem li hu Laburist jitfgħuh naħa u wieħed Nazzjonalist ipoġġuh fejn l-iktar li għandu ċans jaqla' lira żejda, pero` mbagħad lanqas ir-riżultat ma naraw?", "Qegħdin jimxu bi kriterju politiku mal-ħaddiema fil-qorti stess għax wieħed għen lil xi ħadd fl-elezzjoni li għaddiet, eċċ., pero` r-riżultat xorta ma jiġix.", "Min qed ibati?", "Qed ibati l-poplu Malti ladarba r-riżultat qed ikun ħażin.", "U dan mhux jien qed ngħidu, imma avukati oħra prattikanti li għandhom sentiment Nazzjonalista.", "Dawn jgħidulna li għandna raġun f'din il-kwestjoni.", "Mhux sew li dawn l-affarijiet isiru min-naħa tal-gvern.", "Issa ħalli naraw x'jgħid dan l-abbozz ta' liġi.", "Fi klawsola 2 ta' l-abbozz jingħad li s-somma totali li għandha titħallas lil persuna għar-rigward ta' diżabilità għal dejjem totali m'għandhiex tkun iżjed minn Lm0.25 miljun jew dik is-somma ogħla li l-ministru responsabbli għall-ġustizzja bi ftehim mal-ministru responsabbli għall-finanzi jista' jistabbilixxi.", "Allura diġa` għandna l-indħil tal-ministru.", "Klawsola 3 li qed tissostitwixxi artiklu 1046 tgħid li s-somma totali li għandha tingħata lid-dipendenti kollha m'għandhiex tkun iżjed mis-somma li kieku kienet titħallas lill-mejjet li kieku ma mietx imma baqa' ħaj b'diżabilita` għal dejjem totali wara li jitnaqqsu 30%.", "GĦalfejn qegħdin nagħmlu dan il- kriterju?", "Il-qorti ma tafx safejn għandha tasal jew ma tasalx?!", "Dan huwa dettall li taf tagħmlu l-qorti.", "Mela allura għaliex irid jagħmlu l- ministru?", "Jekk il-qorti waslet għal deċiżjoni b'mod oġġettiv, għalfejn għandna nindaħlu aħna l-parlamentari?", "Aħna għandna funzjoni differenti minn dik tal-ġudikant.", "Ladarba fil-Kodiċi Ċivili hemm il-kriterji safejn għandu jimraħ il-ġudikant u x'konsiderazzjonijiet għandu jieħu, kif niġu aħna nikkontrollawh?", "Taħt dawn ir-regolamenti kważi se ngħidulu x'għandu jgħid fis-sentenza!", "Per eżempju, kif nistgħu ngħidu lill-qorti kif għandha tqis l-ammont ta' manteniment li persuna mejta kien ikollha titħallas li kieku baqgħet ħajja( Il-ġudikant għandu l-kapaċita` li jagħmel dan jew il-leġislatur għandu jgħid ukoll lill-qorti kemm għandu jkun dan il-manteniment(", "Subklawsola (2) ta' klawsola 3 tistabbilixxi wkoll liema huma l-werrieta.", "Allura l-qorti ma tafx tara min jistgħu jkunu l-werrieta f'każijiet fejn ikun hemm qraba( Irridu ngħidulha aħna safejn u mhux safejn( Jekk lanqas dan ma taf tara - li taf tarah - allura xi kriterji rridu npoġġu f'ħalq il- ġudikant( Din hija l-kwestjoni kollha.", "L-iktar każijiet li jinkwetawni huma meta jkollok tentattivi biex ikun hemm dak li ngħidulu out of court settlement.", "Jiġifieri meta wieħed jipprova jasal għal ftehim mingħajr ma jmur il-qorti, jew anke waqt li jkun għaddej il-proċess fil-qorti l-partijiet jipprovaw jaslu għal ftehim qabel ma jkun hemm sentenza.", "Dan isir għal diversi raġunijiet.", "Imma jekk se noqogħdu nagħmlu dawn il-kriterji awtomatikament se nfixklu l-possibbiltà ta' out of court settlement.", "Għax dak li jkun jirraġuna li ma jaqbillux jinnegozja settlement ladarba hemm dawn il-kriterji stabbiliti.", "Jiġifieri dawn se jiskoraġġixxu aktar milli jinkoraġġixxu.", "Mr Speaker, jekk kemm-il darba se nistabbilixxu dawn il-kriterji, dawn se jkunu applikati għal kulħadd mingħajr ebda distinzjoni.", "Kull każ huwa differenti mill-ieħor u kull każ ikollu ċerti issues li m'għandux każ ieħor.", "Ċerta evidenza tista' tkun iktar b'saħħitha minn ta' każ ieħor u l- ġudikant ikollu jiżen dawn l-affarijiet kollha.", "GĦalhekk dawn il-kriterji li qegħdin nagħmlu ma jagħmlux sens u huma perikolużi anke minħabba li qed jiġu ntrodotti meta hemm problemi - li jarahom kulħadd - li huma iktar urġenti fil-qrati tagħna.", "Jien ma nafx għalfejn għandu jkun hemm din l-għaġġla għal din il-liġi.", "Veru li konna ddiskutejnieha fi Frar u peress li l-gvern kellu iktar affarijiet importanti f'rasu dakinhar ma waslitx sa l-istadju tal-Kumitat, imma ma narax li hija daqshekk importanti.", "Għandna ħafna affarijiet oħra iktar importanti x'nagħmlu.", "Mr Speaker, irrid ngħid li dawn l-emendi huma kontra l-ispirtu tal- Kostituzzjoni tal-pajjiż għax kulħadd jaf li biex demokrazija tibqa' b'saħħitha rridu naraw li l-eżekuttiv, il-leġislattiv u l-ġudikatura bl- ebda mod ma jidħlu fuq xulxin.", "F'dan il-każ mhux talli se ndaħħluhom fuq xulxin, talli se nħabbtu lill-eżekuttiv u lill-ġudikatura ras ma' ras.", "Kemm kienu attakkawh lill-partit Laburista n-Nazzjonalisti meta dan kien ċaqlaq xi mħallef min-naħa għall-oħra!", "Issa llum jien m'iniex se noqgħod nidħol fil-mod kif dan iċċaqlaq imma niftakar li n-Nazzjonalisti kienu qajmu traġedja sħiħa meta dan l-imħallef ġie mċaqlaq min-naħa għall-oħra għax kienu qalu li neħħejna lill-qorti kostituzzjonali u ma nafx x'ma kenux qalu iktar.", "Allura issa, li qed ikun hemm dan l-indħil mill-eżekuttiv, m'hu qed ikun hawn l-ebda reazzjoni, qisu m'hu qed jiġri xejn?!", "Mr Speaker, aħna bħala oppożizzjoni xtarrejna u ddiskutejna l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna fit-tul għax aħna dejjem konna tal-fehma li f'dak li għandu x'jaqsam mas-sistema ġudizzjarja ta' pajjiżna rridu nkunu minn ta' quddiem li nipproteġu dak li nemmnu fih u li rridu nħarsu lejn il- ġudikatura bl-iktar mod ċar, ħieles u trasparenti.", "Irridu naraw li bl-ebda mod m'għandna ndaħħlu xi feles li bih inkunu nistgħu nibagħtu messaġġi li jagħmlu diżunur jew li b'xi mod jistgħu jxekklu s-sistema tal-ġudikatura f'pajjiżna.", "Jien rajt leġislazzjonijiet oħra, fosthom dik Taljana, u sibt li fil-liġi tagħhom il-ġudikanti m'għandhomx idejhom marbuta, bħalma se jiġri fil-każ tagħna.", "Ara mbagħad il-ġudikanti Amerikani, dawn għandhom idejhom iktar wiesa', imma nsomma, aħna la għandna għalfejn niġru wara l- Amerikani u lanqas għandna għalfejn niġru wara ħadd.", "Aħna għandna nservu ta' eżempju tagħna nfusna, dejjem jekk nitħallew, għax issa ġaladarba nsiru membri ta' l-Unjoni Ewropea se jkollna l-problemi f'dik li hi indipendenza tal-ġudikatura.", "Il-qrati tagħna għandhom ikollhom il-pride li jibqgħu huma li jinterpretaw il-liġi u li jieħdu d-deċiżjonijiet għall-benessere tas-soċjeta` Maltija.", "Artiklu 6 tal-Kostituzzjoni ta' Malta jgħid li m'għandha titħalla ssir l- ebda ħaġa li tmur kontra l-istess Kostituzzjoni, pero` issa, meta nsiru membri ta' l-Unjoni Ewropea, irridu noqogħdu attenti u minn dan il- Parlament stess naraw li nipproteġu dak li hu tagħna għax jekk ma nagħmlux hekk, l-artikli tal-Kostituzzjoni li jitkellmu dwar l-indipendenza tal- qrati tagħna u d-dritt li dawn jiddeċiedu, jistgħu jkunu fil-periklu.", "Il- manuvri li b'xi mod jistgħu jpoġġu lill-Kostituzzjoni tagħna at risk qegħdin hemm, imma dawn l-affarijiet ħadd ma ddiskutihom.", "Il-Prim Ministru u membri oħrajn min-naħa tal-gvern marru jiddiskutu ħafna affarijiet ma' ta' l-Unjoni Ewropea, pero` dwar dan ħadd ma ddiskuta u sal- lum ħadd għadu ma spjega lill-poplu Malti u Għawdxi x'jista' jiġri mill- ġudikatura u mis-sistema ġudizzjarja ta' pajjiżna ġaladarba nissieħbu fl- Unjoni Ewropea; ċioe` jekk aħniex se nkunu sottomessi għal dak li se jagħtina ħaddieħor bl-iktar mod miftuħ minkejja li aħna matul is-snin bnejna l-ġudikatura u l-kultura legali tagħna.", "Din m'hijiex kwestjoni ta' membership.", "Issa l-membership b'xi mod ġie deċiż mill-poplu Malti, imma issa hawnhekk qegħdin nitkellmu dwar il-ġudikatura.", "Mr Speaker, jekk il-Ministru responsabbli għall-ġustizzja se jitħalla jagħmel regolamenti għall-fini ta' l-artiklu, hu stess ikun qed jistabbilixxi r-regoli li għandhom jitqiesu mill-qrati biex jiġu stabbiliti d-danni dovuti.", "Dan ma naqblux miegħu.", "Jiena m'iniex qed ngħid li m'għandux ikun hemm xi tip ta' ħsieb li l-qorti għandha tara li jkun hemm il-kriterju ta' capping.", "Il-kriterju ta' capping tarah il-qorti.", "U lill- Ministru li jrid joħroġ regolamenti biex, per eżempju, jistabbilixxi l- qligħ potenzjal li għandu jittieħed bħala bażi biex juri l-kalkoli, nistaqsih jekk fl-1962, fl-1972 jew fl-1982 il-qrati tagħna ddeċidewx ħażin.", "U jekk iddeċidew ħażin, fejn għamlu dan?", "Jien ma naħsibx li l-qorti dak iż-żmien qatt ma kellha bżonn li tara kif se tagħmel il-kriterji, imma żgur li ma kellhiex bżonn li l-kriterji jiddettahom il-Ministru.", "Aħna ma nistgħux naqblu li l-qorti toqgħod fuq regolamenti li joħorġu minn ministru b'avviż legali biex hi tara kif se tagħti s-sentenza tagħha.", "Din hija kontradizzjoni oħra għax lanqas biss qed ngħidu li l-Ministru se jiġi hawn u jara jekk il-Parlament jaqbilx.", "Le, issa se nagħmluha li l-ministru se jagħti l-poter lilu nnifsu biex ikun jista' jistabbilixxi regolamenti to be taken into consideration by the courts.", "Ma nistgħux niġu biex nitkellmu fuq il-kamp tal-ġustizzja u ndaħħlu dawn it-tip ta' modalitajiet leġislattivi għax din hija xi ħaġa assolutament ta' periklu.", "Meta qed ngħidu li l- minsitru responsabbli jista' jagħmel regolamenti għall-fini ta' artikli 145 u 146, u b'dawk ir-regolamenti jista` jistabbilixxi regoli li għandhom jitqiesu mill-qrati, għalija nħoss li hija perikoluża.", "Dan huwa l-prinċipju li l-ministru ta' qablu ma setax jifhem.", "Imma naħseb li l-Ministru Tonio Borg, bħala persuna li tħobb il-kamp kostituzzjonali, jista' jifhem iktar dak li llum qed ngħid fil-kritika tiegħi.", "Issa kultant ikollok każijiet eċċezzjonali u partikolari.", "Pero` jiena ma nafx kemm kien hawn każijiet fejn inqabżet s-somma ta` Lm0.25 miljun.", "Jekk kien hawn xi wieħed.", "Allura what's the big issue li noqogħdu ngħidu li m'għandhiex tinqabeż ċerta somma?", "Jekk kemm-il darba rridu ngħidu li hemm ċerti raġunijiet għaliex dak l-ammont għandu jinqabeż jew ma jinqabiżx, dawn iridu jkunu raġunijiet li jagħmlu sens.", "Jista' jagħti l-każ li persuna li tkun sofriet danni jkollha parti mit-tort u allura tieħu inqas għax hi stess kellha negliġenza", "Kontributorja, imma dak tarah il-qorti.", "Allura wieħed jistaqsi: Kif jistgħu jsiru regolamenti biex jiġu stabbiliti fatturi li jistgħu jitqiesu mill-qrati tagħna meta tiġi biex tikkalkola dawn id-danni?", "Il-ministru kif qed jgħid li minn żmien għal żmien jista' jagħmel regolamenti?", "Mela l- qorti ma tafx tagħmilhom dawn?", "Il-kamp tal-ġudikatura f'pajjiżna ma tafx x'għandha tagħmel minn żmien għal żmien, bħal meta kien hemm il-Butler vs Herd case u każijiet oħra li baqgħu jiżviluppaw maż-żmenijiet u li evolvew prinċipji li llum jagħmlu sens?", "Sur President ̧ aħna bħala partit Laburista nemmnu li l-qrati għandhom jitħallew jaħdmu bl-aktar mod ħieles biex id-deċiżjonijiet li jittieħdu jkunu ħielsa mingħajr l-ebda pressjoni mill-eżekuttiv.", "Pero` l-poplu Malti jrid jingħata wkoll in-nifs u jrid jingħata aktar aċċess għas-sistema ġudizzjarja ta' pajjiżna.", "Nirringrazzjak.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joe Brincat.", "ONOR.", "JOE BRINCAT: Sur President, jien se naqbad dan is-suġġett proprju minn fejn spiċċa sieħbi l-Onor.", "Anġlu Farrugia li tkellem fuq il-kwestjoni tal-kostituzzjonalita` tar-regolamenti.", "Din il-kwestjoni kont ipprovajt inqajjimha fuq regolamenti li kienu saru mill-Water Services Corporation li kienu għamlu pieni penali fejn il-ministru għandu dritt jistabbilixxi l- pieni u r-regolamenti li wara jitqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra imma bl- ebda mod ma jiġu approvati minn hemmhekk.", "Jekk wieħed jeżamina verament il-Kostituzzjoni tagħna jsib li huwa l- Parlament li għandu jiddeċiedi u japprova, jiġifieri r-regolamenti jistgħu jsiru għall- funzjonament tal-liġi imma effettivament ma jistgħux ibiddlu l- liġi sostantiva għax dik jista' jgħaddiha biss il-Parlament.", "Din il- kwestjoni kienet qamet anke ġewwa l-Awstralja fejn kienu jaħsbu li l- proċedura tagħhom hija bħal dik Ingliża.", "Fil-fatt fil-liġi Ingliża hemm li jekk jgħaddu ċertu numru ta' xhur u ma jkun hemm l-ebda talba biex l-abbozz ta' liġi jmur quddiem il-parlament, allura jiġi meqjus li r-regolamenti jkunu għaddew.", "Meta din ġiet kontestata l-Awstralja fuq il-kostituzzjoni partikolari li għandhom hemmhekk ̧ il-qorti Awstraljana kienet iddeċiediet li l-power to make regulations l-ewwel irid joħroġ mill-Kostituzzjoni.", "Fil- fatt jekk wieħed jaqbad il-kapitlu tal-Kostizzuoni tagħna jsib li hemmhekk jingħad li l-parlament għandu dritt li jagħmel il-liġijiet for the good order and administration of the country etc.", "Imbagħad hemm artiklu ieħor li jgħid kif jgħaddu abbozzi ta' liġi mill- parlament, jiġifieri bil-Kostituzzjoni li għandna llum ma nistgħux nippretendu li l-ministru għandu d-dritt li jagħmel ir-regolamenti u jbiddel il-liġi sostantiva; inkella nistgħu nagħmlu artiklu li jgħid li l- ministru responsabbli mill-ġustizzja jista' jbiddel il-liġijiet kollha li hawn f'dan il-kodiċi u jagħmel sostituzzjoni tagħhom b'regolamenti.", "GĦax fil-fatt bl-emenda li qed tiddaħħal hawnhekk il-ministru qed jingħata poter li jagħmel regolamenti mhux għall-eżekuzzjoni tal-liġi, imma qed jingħata poter li fid-diskrezzjoni tiegħu, waħdu, ibiddel il-Kodiċi Ċivili.", "Jiġifieri l-imħallfin, il-qrati u kulħad irid joqgħod għal dak li jagħmel il-ministru responsabbli mill-ġustizzja għax ikun deherlu hekk.", "Minn dan l-aspett il-kostituzzjoni tagħna tixbaħ lill-kostituzzjoni Taljana fejn il-parlament jiddeċiedi.", "Fil-kostituzzjoni Taljana hemm il- possibbilta` li l-ministru responsabbli jew il-kabinett jagħmel dak li jgħidulu d-decreto legge.", "Ikun hemm liġi urġenti li jridu jgħadduha mill- parlament, u biex tgħaddi mill-parlament tieħu ċertu tul ta' żmien.", "Allura l-kabinett jagħmel il-liġi imma fi żmien tliet xhur il-parlament irid jirratifikaha għax inkella tiskadi, ma tkun liġi xejn.", "Jiġifieri l- kabinett ikun biddel sostantivament il-liġi fiha nnifisha, allura l- parlament irid jintervjeni biex dak l-abbozz li jkollu l-kabinett, allavolja kien effettiv għal tliet xhur, jirratifikah billi jgħaddih mill- parlament.", "Mhux kif għandna aħna, bir-rispett kollu!", "Sfortunatament kif inhi qiegħda l-Interpretation Act, the making of regulations jistgħu jitneħħew biss by a negative motion fi żmien 21 ġurnata minn meta dan il-paralment jiġi nformat li tqiegħdu dawk ir-regolamenti fuq il-Mejda tal-Kamra u ġew pubblikati fil-gazzetta tal-gvern.", "Imma l- parlament għandu l-obbligu u d-dritt li jemenda, jiddiskuti u jikkonvinċi naħa u oħra kemm huwa tajjeb jew ħażin f'dik li hija liġi sostantiva.", "Il- ministru għandu dritt li jagħmel regolamenti għal dawk il-liġijiet li jkun approvalu l-parlament ħalli jgħin fl-eżekuzzjoni tagħhom.", "Hawnhekk għandna periklu ieħor għax jista' jkun hemm ministru - ikun min ikun - li f'daqqa waħda jgħid li se jistabbilixxi l-formola kif jiġu maħduma tali danni.", "Apparti minn hekk, bir-rispett kollu, f'dan l-abbozz m'hemmx saving clause, ma jingħad xejn dwar il-każijiet li jkunu għaddejjin.", "Allura tista' tiġi retroattiva u r-regolamenti li jsiru jistgħu jolqtu każijiet pendenti.", "Huwa mportanti ħafna li f'dawn il-kwestjonijiet il-ministru ma jaġixxix minn jeddu imma jkollu l-awtorita` tal-parlament.", "Din hija kontra l- kostituzzjoni għar-raġuni li ministru m'għandux il-poter li jagħmel regolamenti li jmissu s-sustanza.", "Wieħed mill-artikli li jagħmel hekk - ġieli ddiskutejtu u meta tiġi x-xoqqa f'moxtha nerġa' nqajmu - huwa artiklu 21 tal-liġi tal-VAT fejn jingħad li l-ministru jista' jgħolli anke r-rata tal-VAT.", "Jiġifieri se mmorru kontra l-prinċipju ta' no taxation without representation.", "Il-ministru jista' jżid it-taxxa sempliċement b'regolamenti.", "Dan huwa żbaljat, illegali u jmur kontra l-Kostituzzjoni!", "Għalhekk f'dawn iċ-ċirkostanzi nistieden lill-ministru jeżamina l- provvedimenti tal-Kostituzzjoni kif inhi llum, ħalli jara kif il-poter tal- leġislazzjoni huwa f'idejn il-parlament.", "Il-ministru jista' jirregola l- metodoloġija kif għandha titħaddem liġi, imma ma jistax ikollu l-poter to establish the earnings or potential earnings that are to be taken as a basis for computing such damages, establish the formulae that are to be used in computing such damages, establish the factors that are or may be taken into consideration by the court in computing such damages, establish a percentage scale of partial incapacity in respect of particular injuries suffered by the victim where total incapacity has not occurred.", "Dawn l- affarijiet kollha jolqtu l-liġi sostantiva, li hija ta' kważi delitt.", "U anke jekk il-kwestjoni tad-danni hija parti sostantiva u ilha minn żmien id- dritt Ruman, pajjiżi oħrajn huma ġelużi ħafna fi kwestjonijiet ta' personal injuries, damages u affarijiet bħal dawn.", "Allura kif issa se niġu fil- pożizzjoni li l-ministru responsabbli mill-ġustizzja f'daqqa waħda jkollu l- poter waħdu li jagħmel regolamenti u jqiegħdhom fuq il-mejda tal-Kamra li jbiddlu dawk li jistgħu jkunu prinċipji stabbiliti minn żmien u aċċettati mill-pajjiżi kollha?", "Hawnhekk nixtieq insemmi każ riċenti ta' xi Maltin li jiġu minn waħda Amerikana li ttajret minn karozza ġewwa l-Amerka.", "Ir-relatives tagħha, li kienu distant relatives tħallsu għaliex skond il-liġi dawn kienu l- werrieta.", "Biex inkun onest nemmen li jrid ikun hemm regolamentazzjoni ta' dan il-qasam permezz ta' liġi li tidħol fil-Kodiċi, imma dan m'għandux isir permezz ta' regolamenti li jagħmilhom il-ministru.", "Għaliex qed ngħid dan?", "Jiena niftakar lill-missier l-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici jiġġieled il-każ Butler vs Herd li fiha l-imħallef Maurice Caruana Curran ta sentenza studjata enormement u kien għamel breakthrough fl-interpretazzjoni tal- liġi.", "Is-sentenza li kien ta baqgħet tiġi segwita għal diversi snin u f'din is-sentenza kien ħoloq prinċipji veru b'ġurisprudenza li ma jorbtu xejn, imma għal żmien twil kienet issir riferenza għalihom.", "Kemm l-avukati, kif ukoll l-imħallfin u l-kumpanniji ta' l-insurance kienu jafu x'inhi l- pożizzjoni.", "Dak ż-żmien jiena kont reġistratur ta' l-Imħallef Maurice Caruana Curran u naf bil-passjoni li għadda minnha sakemm kiteb din is- sentenza, li kienet waħda twila u studjata.", "Dan għaliex l-ammont li llikwidat il-qorti fil-każ ta' Butler vs Herd - u dan kien qabel l-1970 - kien ta' Lm6,000 u għal inċident identiku pero` aktar gravi, imħallef ieħor kien ta l-ammont ta' Lm1,200.", "Bis-sentenza ta' Butler vs Herd ġie valorizzat ix-xogħol tal-bniedem ġewwa pajjiżna, pero` l-payment for suffering ma jidħol assolutament imkien.", "Każ ieħor li ħalla impressjoni enormi fuqi kien ta' tnejn min-nies li ħabtu b'karozza u wieħed kiser il-kustilji u l-fwied u għamel xi tmien sigħat fuq il-mejda ta' l-operazzjoni u żmien twil jitħabat biex jirkupra.", "Wara żmien dan ġie perfett, jiġifieri ma kienx hemm telf ta' future earnings u tħallas biss tax-xhur li kien għamel ġewwa l-isptar.", "Sieħbu li kien riekeb maġenbu u li kien jaħdem fil-catering, kulma sofra fl-inċident kien xi qasma fuq moħħu li kienet b'tali mod li meta tħares lejh għajnejk imorru mal-ewwel fuq il-ferita.", "F'dak il-każ, minħabba li hu kien fil-catering u ried iħabbat wiċċu man-nies, ġie stabbilit li minħabba dak id-difett kien se jnaqqas il-potenzjal tiegħu tax-xogħol.", "Mela filwaqt li dak li ra l-mewt ħa xi ħaġa żgħira, l-ieħor li sempliċement għamlulu l-punti u telaq 'l hemm, talli baqgħet marka fuq wiċċu dak ħa l-kumpens tal-future earnings.", "Dan għaliex il-kunċett ta' payment for suffering ġewa pajjiżna sfortunatament ma jeżistix filwaqt li f'leġislazzjonijiet oħrajn dan jagħtuh ċerta importanza.", "Każ ieħor li qed niftakar hu ta' meta kuxtejn ta' mara ntlaqtu u baqgħalhom ferita.", "F'dan il-każ il-qorti qalet li din se tnaqqas it-tgawdija tal-ħajja għax ma tkunx tista' tilbes malja minħabba li l-ferita se tkun evidenti u tagħti fil-għajn u allura tat kumpens għad-danni fuqhom.", "Issa jiena ma nafx każ wieħed fejn il-qorti tat kumpens għad-danni minħabba li ġew feruti kuxtejn ta' raġel.", "Qed insemmi dawn il-każi għal raġuni sempliċi.", "Naħseb li jkun tajjeb li l-ministru jara li jiġu regolati permezz ta' liġi l- formulae li għandhom jinħadmu, kif għandha tiġi assessed, fuq liema bażi għandu jkun hemm il-kwestjoni ta' payment for suffering u x'inhi l- pożizzjoni tad-disability.", "Fil-każ tad-disability, filwaqt li jridu jitkellmu l-professuri u l- ispeċjalisti, ikun hemm speċjalista li jara b'mod privat lil min weġġa', speċjalista ieħor ġeneralment tan-naħa ta' l-insurance u l-qorti tispiċċa tappunta wieħed hi.", "F'ċirkostanzi bħal dawn naħseb li huwa għaqli li bħalma għamlu t-Taljani u bħalma għandna aħna fil-liġi tas- social security ikollna skema li turi x'jieħu jekk wieħed jitlef għajn waħda, jekk jitlef it-tieni għajn jew jekk jitlef subgħajh t'idu l-leminija u jkun right handed jew subgħajh t'idu x-xellugija u jkun right handed.", "GĦandu jkun hemm dawn l-iskemi li l-imħallef, l-avukat u l-insurances ikunu jafu bihom minn qabel.", "B'dan il-mod il-litigazzjoni tinqata' malajr.", "Jien kont nippretendi li f'dan l-abbozz nagħlqu t-tieqa biex ma jkollniex każijiet fejn jgħaddi ż-żmien u noqogħdu nnaqqsu 20% ħalli l-insurances jagħtu 80% tal-global sum, u għax se jeħodha somma f'daqqa, lump sum, ma jsirx kalkolu għall-inflation u għall-fatt li jogħlew il-pagi b'mod naturali.", "L-insurance kapaċi tħallas wara seba' jew tmien snin jekk tieħu l-każ il- qorti.", "Issa jekk dawn tagħmilhom bit-8% għal seba' darbiet, anke b'simple interest għandu 56% imgħax salv is-somma.", "Mr Speaker, jekk irridu nagħmlu liġi sewwa ejjew niddiskutuha fil-parlament u nieħdu in konsiderazzjoni dawn it-tip ta' dettalji ħalli jkun hemm iċ- ċertezza.", "Fl-istadju li qegħdin fih m'għandniex din iċ-ċertezza.", "Bil-mod kif qed tiġi regolata, bir-rispett kollu ngħid li hija fundamentalment żbaljata, u dan apparti l-kwestjoni tal-Kostituzzjoni għaliex, per eżempju, fuq il-ġurisprudenza tagħna żviluppat il-prassi li jekk huma t-tfal jew l- armla jieħdu l-full, filwaqt li huma l-collaterals jieħdu up to one-third.", "Dan ma jfissirx li m'hemmx sentenzi fejn nies li huma mbegħdin, għax huma eredi kellhom id-dritt ifittxu, tawhom il-full, imma dan m'huwiex sew.", "Pero` daqstant ieħor huwa ħażin li inti teskludi lil dawk li huma l- werrieta u tgħid li dawn m'humiex iżjed id-dipendenti jew il-qraba.", "Għaliex?", "Għax hemm the right of family life, jekk inti jew malizzjożament jew inkella b'negliġenza neħħejt ħajja, il-kumpens m'għandux ikun biss kwestjoni ta' future earnings imma wkoll kwestjoni tal-payment for sufferings.", "Dawn huma aspetti li din il-liġi li qed tipprova tivvinta formola għalihom u f'daqqa waħda se jkun hemm tibdil fil-ġurisprudenza għax jingħad li l- kriterji ta' Butler vs Herd ma japplikawx.", "Hawn għandna bżonn inkunu definittivament regolati.", "Jekk hemm bżonn għandha ssir skeda mal-Kodiċi Ċivili bħalma għandna skeda fuq ħafna affarijiet oħra.", "Dan bħalma hija t- tariffa ta' l-avukati fejn f'ċertu każ il-persentaġġ huwa mod u f'każ ieħor huwa mod ieħor.", "Hawnhekk għandna niddiskutu l-formola kif għandha tkun, x'għandu jiġi mħallas, min se jkollu d-dritt għall-ħlas, kemm għandu jkun il-persentaġġ mis-somma totali, liema huwa l-grad tad-dipendenza, l-eta` u affarijiet oħra bħal dawn.", "Dan għaliex per eżempju, filwaqt li fis-sentenza Butler vs Herd kien hemm massimu ta' 20 sena, ftit wara żdiedet għal 25 sena, u llum saret l-ambitu kollu sakemm tagħlaq l-eta'.", "Hemm bżonn li s- sitwazzjoni tiġi regolata bi kriterji li jkunu manifesti mill-bidu u nkunu nafuhom minn qabel biex kulħadd ikun jaf fejn hu.", "Jien per eżempju, ma nistax naqbel li nerġgħu mmorru għall-ammont bħalma kien hemm qabel l- emendi.", "Jekk wieħed imur ifittex il-kodiċi qabel l-1963 jew 1964 isib li kien hemm is-somma massima ta' Lm1,200.", "Issa f'subklawsola 4 ta' klawsola għandna propost hekk:", "\"... the total sum to a person in respect of total permanent disability shall not exceed Lm250,000 or such higher sum as the minister may ...\".", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq Lm250,000.", "Issa nafu li jeżistu nies f'Malta li għandhom income ta' Lm25,000.", "Meta wieħed għandu income ta' Lm25,000, b'dik is-somma li qed tiġi stabbilita hemmhekk il-working life expectancy tiegħu qed tingħata awtomatikament għal għaxar snin u mhux iżjed.", "Jiġifieri jekk ikollok ġenju tal-computers li jkun qed jitħallas dak is-salarju u jiġrilu xi ħaġa se jikkalkolawlu għal għaxar snin u jekk ikun xufier tal-linja u ġralu l-istess fl-istess eta`, jikkalkolawlu sakemm jispiċċa bil-pensjoni.", "F'dawn il-każi għandu jinħadem is-salarju tiegħu, naraw kemm-il sena jwassal u nistabbilixxu l-massimu.", "Għaliex għandna nerġgħu naqgħu għall- iżball li nagħmlu s-ceiling meta l-fatturi jistgħu jinbidlu?", "B'dan il-mod tkun qed issir inġustizzja enormi.", "F'dan l-abbozz ta' liġi qisu għandna tliet kriterji, il-kriterju tal-massimu li ma tistax taqbżu, il-kriterju l- ieħor li se jkun in-normali tal-kodiċi, u t-tielet kriterju li hu dak li jfettilu jiddeċiedi l-ministru.", "Jien ngħid li b'dan il-mod tista' tolqot il- każijiet pjetużi.", "Huwa ħażin li jkun hemm min japprofitta mis-sistema ta' kumpens u jieħu dak li ma ħaqqux, imma meta jkun ħaqqu xi ħadd ejja ma nagħmlux liġijiet li iktar iħawdu lill-imħallfin.", "Ejja ma nħallux deċiżjonijiet li jistgħu jittieħdu arbitrarjament f'idejn ministru għax jista' jkun li dak il- ministru jkollu tendenza liberali jew inkella restrittiva ħafna.", "Jien m'iniex qiegħed ngħid affarijiet ta' barra minn hawn.", "Min jaħdem il-qrati kultant jiddistingwi bejn avukat li jkun ġej mill-prattika privata jiddefendi lin-nies li jkunu weġġgħu u avukat li jkun ġej minn prattika fejn jagħti pariri lill-assigurazzjonijiet jew avukat ta' assigurazzjoni jew kellu kuntatti on the other side of defence.", "Il-mentalita` ta' dawn ta' l-aħħar kienet tkun iktar restrittiva, filwaqt li l-oħrajn, li min jaf kemm ikunu raw każijiet pjetużi, ikunu aktar b'idejhom miftuħa.", "U din hija l- biżgħa tiegħi f'dan il-każ.", "Filwaqt li huwa sewwa li dawn l-affarijiet jiġu regolamentati b'liġi, il-kriterji stabbiliti bil-ġurisprudenza huma fair and reasonable u għandhom ikunu formoli għal kulħadd l-istess.", "Il-kollega tiegħi l-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici minn faċċata qal li jekk itajjar sebgħu ...", "(Interruzzjonijiet) ...", "THE DEPUTY SPEAKER: Onor. Brincat, nitolbok tikkonkludi għaliex sar il- ħin.", "ONOR.", "JOE BRINCAT: Sur President, kont qiegħed ngħid li għandu jkun hemm kriterju.", "Ejjew dan il-kriterju nagħmluh b'liġi u ndaħħluh fil-kodiċi billi nagħmlu skeda li tkun ċara.", "Hemm mudelli fuqxiex nistgħu nimxu; hemm mudelli Taljani li nistgħu nidħlu fihom.", "Dan qed ngħidu għax m'għandux ikun li talli kiser saqajh wieħed jieħu 25% u l-ieħor jieħu 5% sempliċement għaliex wieħed jaħdem privat u qalbu tajba u l-ieħor ġieli jagħti konsulti lill-insurance u allura hemmhekk ma jkunx jaqbel li wieħed jgħolli l-ammonti.", "Nerġa' nappella sabiex nagħmlu kriterji li huma miġjubin minn barra.", "B'dak il-mod ikunu serji.", "Kif inhi l-liġi jiddispjaċini ngħid li jkolli assolutament nivvota kontra tagħha għaliex hija żbaljata.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Insejjaħ lill-Ministru tal- Ġustizzja u Intern sabiex, jekk jogħġbu, jressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "TONIO BORG: Sur President, nipproponi l-aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tnejn, 23 ta' Ġunju, 2003 fis-6:00 p.m. b'din l-aġenda:-", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Unjoni Ewropea – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili – Tieni Qari (Kont);", "U xi aġenda oħra li tista' tiġi komunikata aktar tard.", "-----------------------------------------", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kummissarju għat-Tfal – Kumitat Permanenti.", "Abbozz ta' Liġi dwar Awditjar Intern u Investigazzjonijiet Finanzjarji – Kumitat Permanenti.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Hawn rimarki?", "L-Onor.", "Anthony Abela.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (Segretarju Parlamentari): Sur President, illum xtaqt nikkummenta fuq waħda mir-risposti għad-domandi parlamentari li saru fil- parlament illum.", "Intqal li f'Malta hawn kważi 46,000 kumpannija li joffru xogħol lil diversi nies u dan jirrifletti l-ammont ta' żvilupp ekonomiku li hawn f'pajjiżna.", "F'din ir-risposta, ħareġ li għandna 44,207 micro companies – kumpanniji li jħaddmu anqas minn disa' persuni – 1,376 medium sized companies – kumpanniji li jħaddmu minn 10 sa 100 persuna – u 165 kumpanniji li jimpjegaw aktar minn 100 ruħ u li minnhom hemm ftit kumpanniji li jimpjegaw iżjed minn 1,000 ruħ.", "Sur President, dan kollu juri l-importanza tal-ministeru li jiena nifforma parti minnu - jiġifieri l-Ministeru tal-Finanzi u l-Affarijiet Ekonomiċi - kif ukoll tal-Ministeru għat-Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u l- Investiment fid-dinja tal-lum.", "L-investiment, l-ippjanar u x-xogħol għandhom ikomplu għaddejjin għax dawn huma ż-żejt tal-magna biex il- kumpannija Malta tibqa' għaddejja u l-poplu Malti jkompli jaqla' l-ħobża ta' kuljum fis-settur privat.", "Apparti l-ftit azjendi parastatali, il- kumplament jirrapreżentaw is-saħħa u l-potenzjal li hawn fl-industrija Maltija.", "F'dan l-ambjent, wieħed ma jistax ma jsemmix ix-xogħol importanti li jagħmlu iċ-Chamber of Commerce, l-FOI u l-GRTU.", "Dawn huma tliet għaqdiet li jirrappreżentaw il-magna industrijali Maltija li tagħti kas mhux biss lill- impjegat imma anke lil min iħaddem u jinvesti.", "Meta nħares lejn in-numri li semmejt aktar qabel nirrealizza li jekk il-165 kumpannija kbira jimpjegaw 100 persuna kull wieħed, jekk il-medium sized companies jimpjegaw 30 persuna kull wieħed u ż-żgħar jimpjegaw persuna kull wieħed – u hawnhekk ħadt in-numri kontra tiegħi biex ma jkollniex overestimation – jirriżulta li f'Malta hawn 16,500 persuna jaħdmu ma' kumpanniji kbar, 41,280 persuna jaħdmu ma' kumpanniji medji u 44,207 persuna jaħdmu ma' kumpanniji żgħar li b'kollox jiġu iżjed minn 100,000 persuna li jaħdmu mal-privat.", "Minn hawn joħroġ kemm għandna nagħtu importanza lil dawn il-kumpanniji sabiex nieħdu ħsieb l-interess tal-ħaddiema Maltin.", "Sur President, dan juri kemm hu importanti li f'dak kollu li nagħmlu hawn ġew, irridu mhux biss nevitaw li nagħtu skossi żejda lil dawn il-kumpanniji imma għandna naħdmu biex ngħinuhom jimxu 'l quddiem.", "Sur President, nafu li l-UE tagħti importanza kbira lill-kumpanniji żgħar li għalkemm kapaċi jipproduċu ftit xogħol u jħaddmu ftit nies, in-numru tagħhom hu tant kbir li l-importanza tagħhom fl-ekonomija hi kbira u allura rridu noqogħdu attenti li nagħtu importanza lil kull kumpannija, tkun f'liema settur tkun.", "Huwa importanti li fil-politika ta' dan il-pajjiż, naħdmu biex insibu l-bilanċ meħtieġ sabiex dawn il-kumpanniji li jkunu qed jimpjegaw in-nies, ikomplu mexjin 'il quddiem u jkabbru l-potenzjal ekonomiku ta' pajjiżna.", "L-iżvilupp tal-potenzjal ekonomiku ta' pajjiżna mhux qiegħed biss f'idejn il-privat imma anke l-gvern għandu sehem importanti fih.", "Il-gvern qed jippjana l-futur billi qed jipprova jasal mad- diversi setturi soċjali ħalli jsib il-bilanċ bejn it-tisħiħ tal- kundizzjonijiet tal-ħaddiem u l-bżonnijiet ta' l-azjendi.", "Fl-istess ħin, il- gvern qed jaħdem biex tinbidel il-kultura fl-azjendi tal-gvern sabiex dawn isiru aktar effiċjenti.", "Din il-ġimgħa attendejt seminar organizzat mis-CCD li kien jitratta dwar mergers, relazzjonijiet bejn kumpanniji fuq bażi lokali u fuq kumpanniji kbar li jistgħu jeffettwaw l-ekonomija tagħna.", "F'ekonomija żgħira bħal tagħna, l-attivita` ekonomika hi iżjed volatile minn bnadi oħra u għalhekk irridu naraw li ma jkun hemm ħadd li joħloq cartels u jippreġudika l- kompetizzjoni.", "Fl-istess ħin irridu naraw li dawk kollha li għandhom kumpannija, din trid feasible u li l-prezz tal-prodott jew servizz tagħhom ikun fair kemm għas-suq, kif ukoll għall-konsumatur.", "Meta wieħed jitkellem fuq mergers ta' kumpanniji bil-għan li jipproduċu prodott aħjar, wieħed irid joqgħod attent li dan ma jseħħx a skapitu tal- kompetizzjoni u konsegwentament tal-konsumatur għax għalkemm merger jista' jidher tajjeb fil-bidu, irridu noqogħdu attenti li dan ma joqtolx il- kompetizzjoni li jkun hemm minn kumpanniji żgħar fl-istess settur.", "Sur President, nixtieq li issa nibdel is-suġġett u nitkellem fuq is-sistema tat- traffiku f'pajjiżna.", "Skond informazzjoni li ta l-Ministru Tonio Borg għal domanda parlamentari, jirriżulta li fl-ewwel erba' xhur ta' din sena seħħew 4,417 inċident.", "Dan juri li hemm problemi fis-sistema tat-traffiku tagħna, liema problema qed tikber għax aktar ma jgħaddi ż-żmien, aktar qed jiżdiedu karozzi fit-toroq tant li fil-peak hours, ċerti żoni ta' Malta litteralment jispiċċaw paralizzati.", "Hu importanti li l-ministru konċernat jaħdem sabiex jeduka aħjar lill-poplu dwar kif għandu jimxi t-traffiku.", "Riċentement, fir-Rabat kien hemm uproar minħabba l-fatt li parti sostanzjali mir-Rabat reġgħet saret one way b'mod li jeħfief il-volum tat- traffiku minn parti tar-raħal u jiġi offloaded f'parti oħra ta' l-istess raħal.", "Filwaqt li lkoll irridu nammettu li t-toroq tagħna, speċjalment dawk antiki, qatt ma kienu mfassla sabiex iġorru l-ammont ta' vetturi li hawn illum, min-naħa l-oħra hu stat ta' fatt li l-kultura tal-lum fil-konfront tal-karozzi – dik li malli bniedem jagħlaq 18-il sena jixtri karozza u kulħadd irid jipparkjaha quddiem id-dar tiegħu – tkompli tkabbar il- problema.", "Hemm bżonn li nħarsu 'l quddiem biex insolvu din il-problema tat-traffiku li qiegħda tara 'l fuq minn 1,000 karozza ġdida rreġistrata fis-sena u allura hemm bżonn isir eżami bir-reqqa mhux biss ta' kif għandna nsuqu imma anke ta' kif dan qed jeffettwa l-ambjent tagħna u jekk wasalx iż-żmien li fil-periferiji ta' kull raħal jinbnew car parks bin-nies għassa magħom ħalli nies li m'għandhomx garaxx, minflok iħallu l-karozzi tagħhom quddiem il-bieb tad-dar, iħalluhom ġo dawn il-car parks.", "It-traffic control board għandu jieħu d-deċiżjonijiet wara li jkun ikkonsulta sew man-nies tal-post għax importanti li d-deċiżjonijiet jittieħdu wara li tkun ittieħdet in kunsiderazzjoni is-sitwazzjoni globali fil-lokalita`.", "Is-sena l-oħra ngħad b'ċerta insistenza li t-traffiku f'dan il-pajjiż qed jirrifletti negattivament fuq l-air quality u għalhekk wasal iż-żmien biex ikun hawn xi tip ta' organizzazzjoni – anke xi private/public partnership initiative – fejn tal-minibuses u trasport privat ieħor jingħaqdu biex jipprovdu trasport fid-diversi lokalitajiet.", "Sur President, il-problema tat- trasport hija waħda kbira f'dan il-pajjiż u dan qed jiġi rifless fl- inċidenza kbira ta' inċidenti tat-traffiku.", "Wieħed dejjem jista' jgħid li hawnhekk hawn suq tajjeb għall-isprayers u l-panel beaters pero` ma naħsibx li dan hu dak it-tip ta' suq li n-nies jixtiequ biex inqawwu l-ekonomija tal-pajjiż!", "Qed jinħass il-bżonn li f'postijiet bħar-Rabat u l-Mosta jinħolqu zoni ta' parkeġġ li jiġu organizzati b'tali mod li jkunu safe ħalli n-nies jibdew iħallu l-karozzi tagħhom f'dan il-car park u jkunu moħħhom mistieħ.", "Dawn iz-zoni ta' parkeġġ għandhom ikunu mibnijin taħt l- art u b'mod li ma jħassrux l-estetika tal-lokalita`.", "Barra minn Malta, din il-problema hekk ġiet solvuta.", "Ftit tas-snin ilu, il-gvern Nazzjonalista ġie mgħajjar għall-mod kif inbniet il-car park tal-Furjana imma illum wasalna fi stat fejn mhux biss intwera kemm kellu raġun il-gvern Nazzjonalista meta bena din il-car park imma wasalna fi stat fejn għandna bżonn żvilupp ieħor, forsi anke car park ġdid għax ma jistax ikun li tidħol il-Belt wara l-10:00a.m. u ma ssib imkien fejn tipparkja, lanqas fil-car park.", "Mhux bilfors li mbagħad in-nies jispiċċaw jipparkjaw ħażin b'konsegwenza li jaqilgħu il-multi jew ikollhom il-karozza towed?!", "Il-Belt Valletta, bħala ċentru kummerċjali u amministrattiv, waslet fi stadju tant kritiku li hemm bżonn rethinking sostanzjali fuq il-mod kif jopera t-traffiku ġo fiha.", "L-istess jgħodd għall- Imdina fejn kull turist li jiġi Malta, jiġi jżurha.", "Hemm bżonn ta' car parks taħt l-art li mhux biss jgħinu teħfief il-problema tat-traffiku imma anke jservu ta' qligħ għall-kunsilli lokali.", "Jekk nagħmlu hekk, it-traffic control board ukoll ikun f'pożizzjoni aħjar biex jorganizza t-traffiku f'pajjiżna.", "Jekk imbagħad nieħdu s-sitwazzjoni tat-traffiku fix-xhur tas-sajf fit-toroq li jieħdu lejn San Pawl il-Baħar, naraw queues twal ta' karozzi, tant li n- nies li jkunu jridu jmorru lejn dawk in-naħat ikollhom jaħsbu tliet sigħat qabel!", "Min-naħa l-oħra, jekk titla' lejn l-Imdina ssib li min imur hemmhekk qed jispiċċa jipparkja 'l isfel mis-Saqqajja għaliex il-parking area ta' ħdejn l-Imdina tkun mimlija u lanqas post fejn jipparkjaw il-coaches tat- turisti ma jkun hemm.Veru li t-toroq ġew irranġati bis-serjeta`, pero` xorta hemm bżonn li norganizzaw it-traffiku b'mod effiċjenti.", "Hija sfortuna li f'dawn l-aħħar ġimgħat kellna ċerti azzjonijiet industrijali min-naħa tat-trasport pubbliku, u dan meta huwa l-istess gvern li qed jissussidja kull xarabank ġdida bi Lm30,000.", "Dan juri l-impenn tal- gvern biex jipprova jtejjeb is-sitwazzjoni, pero` huwa importanti li nibdew naħsbu f'soluzzjonijiet biex inżommu t-traffiku 'l barra miċ-ċentru tal- lokalita`.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hi aġġornata għal nhar it-Tnejn, 23 ta' Ġunju, 2003 fis-6:00 pm bl-aġenda kif komunikata mill-Ministru.", "Fid-9:30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "SINGLE PROGRAMMING DOCUMENT", "400.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' il-Prim Ministru jgħid fiex wasal il-proċess ta' l-abbozzar tas-single programming document fejn Malta se telenka l-proġetti ta' priorita' li l-Unjoni Ewropea se tintalab tikkofinanzja?", "Liema huma dawn il-proġetti?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: L-ewwel abbozz uffiċjali tas-single programming document intbagħat lill-Kummissjoni Ewropea fit-23 ta' Mejju 2003.", "Bħalissa dan l-abbozz qiegħed jiġi diskuss internament bejn is-servizzi tal- kummissjoni.", "Meta dan il-proċess jitlesta l-kummissjoni toħroġ mandat għan- negozjati.", "Huwa mistenni li n-negozjati jibdew f'Settembru 2003.", "Sa Settembru Malta se taħdem fuq abbozz tal-programme complement.", "Dan huwa dokument li fih jiġu identifikati f'iktar dettall is-settur u l-miżuri fejn se jintnefqu l-fondi strutturali ta' l-Unjoni Ewropea.", "Il-programme complement jibqa' jgħodd bħala working document sakemm jispiċċa l-perijodu ta' l-implimentazzjoni tas-single programming document fis-sena 2006.", "Il-prioritajiet li ġew identifikati fis-single programming document huma ħamsa: 1. investimenti strateġiċi u t-tisħiħ tas-settur kompetittiv; 2. l- iżvilupp tar-riżorsi umani; 3. l-iżvilupp tas-settur rurali u tas-sajd; 4. priorita` speċjali għal Għawdex; u 5. assistenza teknika", "HERITAGE MALTA – APPLIKAZZJONIJIET GĦAL CEO", "446.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid kemm-il persuna applikat għal CEO ta' Heritage Malta?", "X'kienu l-kwalifiki tal-persuna li ntgħażlet?", "X'esperjenza għandha fil-qasam tal-wirt storiku u tat-tmexxija tad- dipartiment?", "X'kienet ir-raġuni li l-interviews saru minn ditta ta' awdituri?", "Min kienu l-persuni tal-bord ta' l-għażla?", "Jista il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt li ngħatat is-CEO?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: 45 persuna applikaw għall-kariga ta' CEO ta' Heritage Malta.", "Is-sinjura Antoinette Caruana kienet il-persuna magħżula.", "Għal 13-il sena s-sinjura Caruana okkupat il-kariga ta' general manager of human resources ta' kumpannija ewlenija f'Malta.", "Barra minnhekk, hi wkoll chairperson tal-Malta professional and vocational qualification awards council, direttur fuq il-bord ta' l-ETC, membru tal-Malta EU steering action committee u kienet ukoll membru tal-kunsill tal-MEA u tal-foundation for human resources department.", "Hi wkoll lecturer fuq bażi part-time fl- universita' ta' Malta fejn tispeċjalizza fil-human resource management u change strategy.", "Hi wkoll fellow taċ-chartered institute of personnel and development fir-Renju Unit u għandha degree Masters fil-human resources mill-universita' ta' Leicester.", "Aktar milli esperta fil-qasam tal-wirt storiku, Heritage Malta fittex persuna esperta fir-resource management.", "Heritage Malta wiret mid- dipartiment tal-mużewijiet numru ta' nies speċjalizzati fil-qasam tal-wirt storiku.", "Dwar ir-raba' parti tal-mistoqsija, nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat- tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 444.", "Qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt li ngħatat lis- CEO.", "HERITAGE MALTA - BORD", "447.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid minn min hu kompost il-bord ta' Heritage Malta?", "Kemm-il darba ltaqa' dan il-bord minn meta twaqqaf?", "Xi ħlas jingħata liċ-chairman u lill-membri tal-bord?", "Iċ-chairman għandu xi ħlas ieħor barra dak ta' chairman?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Peress li l-informazzjoni għadha qed tinġabar, tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "PALACE TOWER SIGNAL STATION - IMPJEGATI", "449.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' il-Prim Ministru jara li jsiru l-investigazzjonijiet meħtieġa dwar kif fil-Palace tower signal station l-istaff sergeant - li ismu qed jintbagħat separatament – jawtorizza ħlasijiet il-Ħadd għall-persuni li jitniżżlu li jaħdmu meta fil-fatt ma jkunux ħadmu għax ma jkunux xogħol, bħal per eżempju fil-każi tal-persuni - dettalji tagħhom qed jintbagħtu separatament - kif jista' jiġi verifikat mil-logbooks?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jien informat li wara li saru l- investigazzjonijiet meħtieġa rriżulta li d-data tas-6 ta' Novembru 2002 kienet l-Erbgħa u mhux il-Ħadd.", "Membri tal-Forzi Armati jitħallsu paga doppja f'każ li jkunu xogħol fil-Ħdud.", "Rigward it-tieni każ, kien ikkonfermat li l-individwu kien xogħol ta' bil- lejl il-Ħadd, 27 ta' April 2003.", "Għalkemm isem l-individwu tniżżel bħala preżenti għax-xogħol fid-daily parade state (li turi kull individwu jekk ikunx xogħol, frank jew marid) bi żball tħalla barra mil-log book li jinżamm fil-Palace tower signal station.", "ĊENTRI TA' MATUL IL-JUM – PERSUNI B'DIŻABILITA'", "450.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien hemm żgħażagħ diżabbli f'dawn l-aħħar ħames snin li ngħataw taħriġ fiċ-ċentri ta' l-adulti u mbagħad instabilhom impjieg regolari fis-settur pubbliku u fis-settur privat?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Iċ-ċentri ta' matul il-jum għall-persuni b'diżabilita' jipprovdu diversi programmi ta' taħriġ f'kapaċitajiet li jistgħu jgħinu lil dawk li jattendu biex jgħixu kwalita' ta' ħajja aħjar.", "Fost dawn il-programmi, iċ-ċentri joffru diversi opportunitajiet ta' xogħol f'ambjent protett, fosthom: xogħol domestiku f'żewġ kunsilli lokali u fir- residenza Vajrita; tindif, twaħħil ta' labels u muntaġġ ħafif f'fabbriki; ippakkjar ta' posta għal diversi aġenziji; xogħol tal-qasab u produzzjoni ta' xemgħa.", "Ir-responsabbilta' għat-taħriġ li jwassal persuna b'diżabilita' għal impjieg regolari hi tal-korporazzjoni għax-xogħol u taħriġ.", "ETC - EMPLOYMENT BAROMETER", "451.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Minsitru jqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra l-aħħar tagħrif miġbur mill-korporazzjoni ta' xogħol u taħriġ għall-employment barometer għall- perjodu li jibda minn Mejju 2003?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-barometru ta' l-impjiegi għall-perjodu li jkopri Ġunju sa Diċembru 2003 għadu qed jiġi kkompilat peress li l- istħarriġ fost l-imprendituri ġie mitmum fl-10 ta' Ġunju 2003.", "Il-publikazzjoni mistennija toħroġ fl-ewwel ġimgħa ta' Lulju 2003.", "SKEJJEL TA' L-INGLIŻ - GĦALLIEMA", "471.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid x'kontroll isir fuq dawk l-iskejjel li jgħallmu l-Ingliż lill-barranin biex jiġi assigurat li dawk kollha li jiġu mpjegati bħala għalliema jkunu fil-fatt iggradwati jew almenu għandhom l-A level fis- suġġett?", "Kemm saru spezzjonijiet f'kull skola mill-1 ta' Ġunju 2002 sa l-1 ta' Ġunju ta' din is-sena għal dan il-għan?", "Inqabdu xi nies li ma kellhomx il-kwalifiki skond il-liġi?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-iskejjel kollha li jgħallmu l-Ingliż bħala lsien barrani jafu li kull min jgħallem magħhom irid ikollu liċenzja maħruġa mingħad il-bord ta' sorveljanza.", "Matul is-sena li għaddiet, mill-1 ta' Ġunju 2002, membri tal-bord ta' sorveljanza għamlu żjarat fl-iskejjel kollha f'Malta u GĦawdex u ma nstab l-ebda każ ta' għalliema fl-iskejjel li jgħallmu l-Ingliż bħala lsien barrani mingħajr liċenzja.", "INĊIDENTI TAT-TRAFFIKU", "472.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm inċidenti fatali tat-traffiku fl- ewwel ħames xhur ta' din is-sena u fejn saru?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi matul l-ewwel ħames xhur ta` din is- sena kien hemm tmien inċidenti tat-traffiku fatali.", "Dawn seħħew f`dawn il- lokalitajiet: Valletta; Msida; Gudja; San Pawl il-Baħar; Birkirkara; Swieqi; San Ġiljan u Żejtun.", "TESTIJIET TAL-BREATHALYSER", "473.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Ministru jgħid kemm saru testijiet tal-breathalyser fl-ewwel ħames xhur ta' din is-sena?", "Kemm-il sewwieq instab pożittiv?", "Kien hemm xi sewwieqa li kienu nvoluti f'xi inċident tat-traffiku li ġie mogħti l- breathalyser?", "Jekk fl-affermattiv, jista' jagħti dettalji?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi bejn Jannar u Mejju ta` din is-sena kien hemm 38 sewwieq/a li l-pulizija għamlitilhom it-test tan-nifs wara li r-riżultat fl-ewwel test fit-triq kien pożittiv.", "Minn dawn 20 kellhom riżultat pożittiv, tnejn kienu fin-negattiv filwaqt li 16 irrifjutaw jew it-test ma kienx komplut.", "Informat ukoll illi minn dawk li sarilhom dan it- test kien hemm 24 li kienu involuti f`xi inċident tat-traffiku.", "Minn dawn ta` l-aħħar 13 kellhom riżultat pożittiv filwaqt li 11 irrifjutaw jew it- test ma kienx komplut.", "PULIZIJA – UŻU TA' SPEED CAMERAS", "474.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li sa fl-aħħar jiġi wżat it- tagħmir li nġieb biex jiġi kkontrollat l-ispeed tal-vetturi fuq bażi uffiċjali?", "X'inhu jżomm milli dan jinbeda?", "Jekk saru xi testijiet fit-triq b'dan it-tagħmir, jista' jgħid meta u fejn saru?", "ONOR.", "TONIO BORG: Infakkar l-Onor.", "Interpellant fit-tweġiba preċedenti li jien kont tajt dwar dan is-suġġett, cioe` li l-provvediment legali meħtieġ biex il-pulizija tkun tista` tagħmel użu mill-speed cameras kien ġie ppublikat fl-1 ta` Marzu 2002.", "Ninsab informat illi l-pulizija ilha tagħmel użu minn dawn l-ispeed cameras sa minn Mejju tas-sena l-oħra.", "Dan qed isir fil-bypass ta` l-Imrieħel u fit-Triq tal-Barrani.", "Informat ukoll illi s`issa kien hemm 185 sewwieq li ngħataw ċitazzjoni wara li ġew irreġistrati fuq l-speed camera li kienu qed isuqu b`veloċita` aktar minn dik permessibli.", "CCF - SEJBA TA' DROGA FUQ PRIĠUNIERI", "475.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Ministru jgħid kemm-il darba f'dawn il-ħames xhur tas-sena nstabet droga fuq priġunieri fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin?", "X'kienet id-droga u f''liema ammont?", "Fejn instabet?", "X' passi ttiehdu u kontra min?", "Kien hemm xi ħadd ieħor li fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin nstabu bid- droga?", "Jista' il-Ministru jagħti d-dettalji?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi fl-ewwel ħames xhur ta` din is-sena kien hemm tmien okkażżjonijiet meta nstab xi trab suspettuż fuq priġunieri jew fiċ-ċelel tagħhom.", "F`dawn il-każi kienu nvoluti ħames priġunieri.", "GĦad m`hemmx konklużjoni jekk din kenitx droga.", "Ninsab informat ukoll illi l-każi kollha ġew mgħoddija lill-pulizija u f`kull każ saret inkjesta maġisterjali.", "Dawn il-każi għadhom qed jiġu nvestigati.", "CCF - PRIĠUNIERI", "476.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm priġunieri li qed jiskontaw sentenza u qed jistennew sentenza, li huma dipendenti fuq id-droga?", "Kemm minnhom huma barranin u ta' liema pajjiż?", "Jista' jgħid kemm minnhom qed jingħataw kura regolari?", "Jista' jgħid kemm għandu l-iżgħar wieħed u kemm l-akbar?", "ONOR.", "TONIO BORG: Il-kura li tingħata kif ukoll is-sitwazzjoni medika tal-priġunieri huma ta` natura kunfidenzjali u ma nħossx li għandhom isiru pubbliċi.", "Madanakollu, ninsab informat illi fil-preżent hemm 23 priġunier li qed jagħmlu programm ta` riabilitazzjoni mid-droga; seba' fis-S.A.T.U., sitta f`Santa Marija/Sedqa u għaxra mal-Caritas.", "PULIZIJA - UNIFORMIJIET ĠODDA", "533.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Ministru jikkonferma li l-uniformijiet il-ġodda ta' l-uffiċjali tal-korp tal-pulizija ħarġu difettużi kif ġie rrapportat dan l-aħħar fuq il- ġurnal l-orizzont?", "ONOR.", "TONIO BORG: Dwar dak li ġie rrapportat fil-ġurnal imsemmi mill-Onor.", "Interpellant, ninsab informat illi huwa minnu li l-qomos mogħtija f`dawn l- aħħar issues kienu itwal minn kif ikunu l-qomos fin-normal.", "Pero` dan mhux ikkunsidrat bħala difett minn naħa tal-kuntrattur.", "Dan sar proprju fuq talba tal-korp stess.", "Inserraħ ras l-Onor.", "Interpellant illi kull meta rriżulta li kien hemm uniformijiet difettużi jew mhux skond l- ispeċifikazzjonijiet mogħtija, dawn ġew irritornati lill-kuntrattur sabiex jirrimedja.", "TAQSIMA TA' L-IMMIGRAZZJONI – REGOLAMENTI TA' SHENGEN", "534.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Ministru jgħid jekk hux se jsiru xi tibdiliet strutturali fit- taqsima ta' l-immigrazzjoni tal-MIA biex jiġu akkomodati r-regolamenti ta' Shengen?", "Jekk iva, fiex jikkonsisti dan it-tibdil strutturali?", "ONOR.", "TONIO BORG: Meta Malta tkun parti mis-sistema ta` Schengen ikun neċessarju illi l-istruttura fl-ajruport tkun skond dak li huwa definit mill-proċeduri stabbiliti.", "Huwa għaldaqstant neċessarju illi jsiru dawk it- tibdiliet strutturali biex jiġi aċċertat illi passiġieri li jkunu ġejjin minn pajjiżi li huma parti mix-Schengen area, ma jitħalltux ma` dawk illi jiġu mill-area barra mix-Schengen, jew vice versa.", "Dan irid isir b`mod u manjiera ukoll, illi anke dokumenti ma jkunux jistgħu jinbidlu, minn area għal oħra.", "Studju u pjanijiet għal dan it-tibdil strutturali, diġa` sar mill-MIA.", "VALLETTA - PJAZZA SAN ĠORG", "537.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' il-Ministru jispjega x'qiegħed jiġri fi Pjazza San Ġorg, fil-Belt Valletta, proprju quddiem il-palazz presidenzjali fejn qiegħed jinqala' l-wiċċ tal-pjazza u b'hekk inħoloq inkonvenjent kbir għal kull min jgħaddi minn dawn l-inħawi?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fuq talba tal- kunsill lokali tal-Belt qiegħed jinbidel xi madum f'parti żgħira tal-pjazza li kien imkisser.", "Biss hemm il-ħsieb li jinbidel il-pavimentar kollu u b'hekk il-pjazza tintgħata facelift.", "SETTUR TAS-SOFTWARE - UPGRADING", "542.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għat-Teknoloġija ta' l- Informazzjoni u l-Investiment: Jaqbel il-ministeru li għandu jiġi mwaqqaf software capability enhancement process sabiex isir upgrading tal-kwalita' tas-settur tas-software lokali ħalli jagħmel qabżiet akbar fil-kwalita'?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ikun apprezzat jekk l-Onor Interpellant jispeċifika aktar xi jrid ifisser bit-terminu software capability enhancement software.", "F'dan il-qasam il-gvern jemmen li il-capability enhancement mhux tas- software izda tal-ħiliet tal-ħaddiema u l-istudenti Maltin u għalhekk qiegħed jaħdem bis-sħiħ biex jiftiehem ma' kumpannji multi-nazzjonali biex, flimkien ma' l-istituzzjonijiet edukattivi Maltin, ikomplu jħarrġu lill- istudenti Maltin fl-aktar żvillupi reċenti f'dan il-qasam.", "EUROPEAN PARLIAMENT PUBLIC FORUM", "543.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għat-Teknoloġija ta' l- Informazzjoni u l-Investiment: Fid-dawl tar-relazzjoni tal-kummissarju Ewropew għall-intrapriża u l-information society dwar cyber security and the European network and information security agency, jista' il-Minisru jgħid jekk Malta kenitx mistiedna għal dan il-European parliament public forum, u jekk iva, fuq liema livell ħadet sehem?", "X'inizjattivi qed jieħu l- ministeru flimkien ma' l-awtoritajiet kompetenti biex jilqa' għall-problemi ta' cyber security li jmorru lil hinn minn sempliċi data protection?", "Saru xi kuntatti ma' l-awtoritajiet kompetenti biex Malta tkun attrezzata biex tikkumbatti l-hekk imsejjaħ cyber crime?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat", "KORPORAZZJONI TAL-UTILITIES - CHAIRMAN", "544.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Ministru jikkonferma li persuna li ġiet maħtura chairman ġdid ta' waħda mill-korporazzjonijiet tal-utilities qiegħda tiġi nvestigata mill- pulizija?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħtini aktar dettalji dwar il-każ li qed jirreferi għalih.", "DELEGAZZJONI MIR-REPUBBLIKA KOREANA - ŻJARA F'PAJJIŻNA", "545.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin: Billi f'Lulju, 2001 kienet żaret Malta delegazzjoni mir-Repubblika tal- Korea biex tiddiskuti l-kandidatura tagħha biex tospita Expo 2010, jista' il-Ministru jgħid x'pożizzjoni ħa l-gvern Malti?", "ONOR.", "JOE BORG: Kienu diversi d-delegazzjonijiet mill-Korea li żaru Malta fis-snin 2001 u 2002 bl-intenzjoni li jitolbu appoġġ għall-kandidatura ta' pajjiżhom biex jospita l-EXPO 2010.", "Fl-istess żminijiet, żaru wkoll Malta delegazzjonijiet minn pajjiżi oħrajn, bħal dawk mir-Russja u miċ-Ċina li kellhom bliet li kienu kandidati biex jospitaw din l-esibizzjoni.", "Tul iż-żjara uffiċjali tiegħu fiċ-Ċina f'Ottubru 2002, il-prim ministru Malti kien għarraf uffiċjalment lill-gvern Ċiniz li l-gvern ta' Malta kien se jagħti l-appoġġ għall-kandidatura Ċiniża għal dan l-avveniment.", "Matul is-132 Assemblea Ġenerali tal-Bureau International des Expositions (BIE), li ltaqgħet f'Monaco bejn it-2 u t-3 ta' Diċembru 2002, is-segretarju permanenti fil-ministeru tiegħi wettaq din id-deċiżjoni billi xeħet il-vot ta' Malta għaċ-Ċina.", "B'maġġoranza assoluta, id-delegati tal-BIE dak inhar kienu għażlu li EXPO 2010 jiġi ospitat mill-belt Ċiniża ta' Shanghai.", "PAJJIŻI MEMBRI TAL-COMMONWEALTH - UŻU U TĦADDIM TA' L-INFORMATIKA", "546.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin: Jista' il-Ministru jgħid x'follow-up kien hemm għall-proposta tal-Prim Ministru Malti fil-laqgħa tac-CHOGM tas-sena l-oħra biex jonqos id-distakk fl-użu u t-tħaddim ta' l-informatika fost il-pajjiżi membri tal- commonwealth?", "ONOR.", "JOE BORG: Il-proposta tal-prim ministru Malti dwar id-distakk fl-użu u t-tħaddim ta' l-informatika fost il-pajjiżi membri tal-commonwealth fil- fatt kienet saret f'laqgħa tal-commonwealth high level review group li kienet inżammet fi New York f'Settembru tas-sena 2000.", "Permezz ta' din il- proposta, s-Segretarju Ġenerali tal-commonwealth kien intalab sabiex jorganiżża grupp ta' esperti fuq l-informatika sabiex jeżamina din il- problema u jipproponi metodi u attivitajiet li permezz tagħhom ikun jista' jitnaqqas id-distakk fl-użu ta' l-informatika fil-pajjiżi tal-commonwealth.", "Ir-rapport li tlesta ġie addottat mill-prim ministri fil-laqgħa taċ-CHOGM li saret fi Brisbane f'Marzu tas-sena l-oħra.", "Ir-rakkomandazzjonijiet li saru f'dan ir-rapport qed jiġu attwati mis-segretarju ġenerali tal- commonwealth.", "Din il-materja se tkompli tiġi diskussa matul il-laqgħa li jmiss taċ-CHOGM li se tinżamm fin-Niġerja f'Diċembru 2003.", "STUDENTI - BOROŻ TA' STUDJU", "547.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin: Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew offruti boroż ta' studju lil studenti fuq livell post-universitarju fis-snin 2001 u 2002?", "Minn liema pajjiżi kienu?", "ONOR.", "JOE BORG: Nifhem li l-Onor.", "Interpellant qed jirreferi għall-boroż ta' studju offruti minn pajjiżi barranin u li ġew utilizzati minn studenti Maltin.", "Jiena nformat illi fis-sena 2001 39 student Malti bbenefikaw minn boroż ta' studju fuq livell post-universitarju offruti mill-gvernijiet tal- Belġju; Ċina; Ċipru; Repubblika Ċeka; Eġittu; Franza; Ġappun; Ġermanja; Indja; Italja; Malasja; Renju Unit; Russja; Singapore; Spanja; Stati Uniti ta' l-Amerika u Tuneżija.", "Fis-sena 2002 kienu 46 l-istudenti Maltin li bbenefikaw minn boroż ta' studju simili li ġew offruti mill-pajjiżi imsemmija qabel kif ukoll mill- gvernijiet tal-Greċja; Irlanda; Korea ta' Isfel; Svezja.", "AFFARIJIET BARRANIN – DIPARTIMENT TA' L-AFFARIJIET EKONOMIĊI", "549.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin: Jista' il-Ministru jgħid meta twaqqaf l-economic affairs department tal- Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin?", "Minn min huwa kompost?", "ONOR.", "JOE BORG: Id-dipartiment għall-affarijiet ekonomiċi fi ħdan il- ministeru ta' l-affarijiet barranin twaqqaf fi Frar tas-sena 2002 bil-għan li jiffaċilita' l-koperazzjoni u jtejjeb il-mezzi ta' komunikazzjoni bejn il-ministeri tal-gvern f'Malta kif ukoll azjendi nazzjonali u settorali involuti fil-qasam ekonomiku Malti u l-ambaxxati Maltin barra mill-pajjiż.", "Huwa għandu l-iskop ukoll li jiġi massimizzat l-użu u l-utilita' ta' l- abaxxati tagħna barra minn Malta.", "Fil-preżent, fid-dipartiment qed jaħdmu tlett uffiċjali, żewġ persuni li ġew impjegati fuq bażi kuntrattwali minħabba l-esperjenza li għandhom fil- qasam kummerċjali, u minn uffiċjal pubbliku li serva għal numru ta' snin fil-grad ta' counsellor fil-korp diplomatiku Malti fil-Ġermanja."]} {"filename": "20040719_152d_par.doc", "date": "2004-07-19", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 152 It-Tnejn, 19 ta' Lulju, 2004 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 152 It-Tnejn, 19 ta' Lulju, 2004", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6:02 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "152", "It-Tnejn, 19 ta' Lulju, 2004", "WERREJ", "MINUTI 499", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI 499", "TQEGĦID TA' KARTI 508", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA 509", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR L-EKO-KONTRIBUZZJONI (IT-TIENI QARI)", "ECO-CONTRIBUTION BILL (SECOND READING) 509", "AĠĠORNAMENT 531", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 536", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 151 li saret fl-14 ta' Lulju 2004, ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "EDUKAZZJONI, ŻGĦAŻAGĦ U IMPJIEGI - BILJETTI TA' L-AJRU", "6523.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid liema huma dawk id-dipartimenti, kumpanniji, awtoritajiet u korporazzjonijiet li f'dawn l-aħħar ħames snin għamlu użu jew għadhom qed jagħmlu użu mis-servizzi tal-kumpannija li isimha qed jintbagħat separatament?", "Jista' jgħid kemm kien l-ammont totali involut f'kull każ u jekk intalbux kwotazzjonijiet mingħand aġenti oħra?", "Jekk iva, liema kienu l-aġenti l-oħra li mingħandhom intalbu l- kwotazzjonijiet?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA (Ministru għall-Familja u Solidarjeta' Soċjali) (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi): Informat li t- tweġiba hi fin-negattiv.", "Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija naħseb li la jkun prudenti u lanqas prattiku li nipprovdi l-ismijiet kollha ta' dawk l- aġenziji u kumpanniji li mingħandhom intalbu kwotazzjonijiet f'dawn l-aħħar ħames snin.", "SAĦĦA - BILJETTI TA' L-AJRU", "6524.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l- Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid liema huma dawk id- dipartimenti, kumpanniji, awtoritajiet u korporazzjonijiet li f'dawn l- aħħar ħames snin għamlu użu jew għadhom qed jagħmlu użu mis-servizzi tal- kumpannija li isimha qed jintbagħat separatament?", "Jista' jgħid kemm kien l- ammont totali involut f'kull każ u jekk intalbux kwotazzjonijiet mingħand aġenti oħra?", "Jekk iva, liema kienu l-aġenti l-oħra li mingħandhom intalbu l-kwotazzjonijiet?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA (f'isem il-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunita'): Fid-dekasteru tiegħi f'dawn l-aħħar ħames snin ma sarx użu mis-servizzi tal-kumpannija ndikata mill-Onor.", "Interpellant.", "Naħseb li la jkun prudenti u lanqas prattiku li nipprovdi l-ismijiet kollha ta' dawk l- aġenziji u kumpanniji li mingħandhom intalbu kwotazzjonijiet f'dawn l-aħħar ħames snin.", "RIŻORSI U INFRASTRUTTURA - BILJETTI TA' L-AJRU", "6525.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' il-Ministru jgħid liema huma dawk id-dipartimenti, kumpanniji, awtoritajiet u korporazzjonijiet li f'dawn l-aħħar ħames snin għamlu użu jew għadhom qed jagħmlu użu mis-servizzi tal-kumpannija li isimha qed jintbagħat separatament?", "Jista' jgħid kemm kien l-ammont totali involut f'kull każ u jekk intalbux kwotazzjonijiet mingħand aġenti oħra?", "Jekk iva, liema kienu l-aġenti l-oħra li mingħandhom intalbu l- kwotazzjonijiet?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li ma kienx hemm użu mis-servizzi tal-kumpannija ndikata.", "TURIŻMU U KULTURA - BILJETTI TA' L-AJRU", "6526.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid liema huma dawk id-dipartimenti, kumpanniji, awtoritajiet u korporazzjonijiet li f'dawn l-aħħar ħames snin għamlu użu jew għadhom qed jagħmlu użu mis-servizzi tal-kumpannija li isimha qed jintbagħat separatament?", "Jista' jgħid kemm kien l-ammont totali involut f'kull każ u jekk intalbux kwotazzjonijiet mingħand aġenti oħra?", "Jekk iva, liema kienu l-aġenti l-oħra li mingħandhom intalbu l-kwotazzjonijiet?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA (f'isem il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura): Ninsab informat li l-ebda dipartiment, kumpannija, awtorita` jew korporazzjoni li jaqgħu taħt ir-responsabbilta` tal-ministeru għat-turiżmu u l-kultura m'għamlu użu jew għadhom qed jagħmlu użu mis-servizzi tal- kumpannija rriferuta mill-Onor.", "Interpellant.", "Naħseb li la jkun prudenti u lanqas prattiku li nipprovdi l-ismijiet kollha ta' dawk l-aġenziji u kumpanniji li mingħandhom intalbu kwotazzjonijiet f'dawn l-aħħar ħames snin.", "GĦAWDEX - BILJETTI TA' L-AJRU", "6527.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' il- Ministru tgħid liema huma dawk id-dipartimenti, kumpanniji, awtoritajiet u korporazzjonijiet li f'dawn l-aħħar ħames snin għamlu użu jew għadhom qed jagħmlu użu mis-servizzi tal-kumpannija li isimha qed jintbagħat separatament?", "Jista' jgħid kemm kien l-ammont totali involut f'kull każ u jekk intalbux kwotazzjonijiet mingħand aġenti oħra?", "Jekk iva, liema kienu l-aġenti l-oħra li mingħandhom intalbu l-kwotazzjonijiet?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO (Ministru għal Għawdex): Ninsab informata li f'dawn l-aħħar ħames snin l-ebda dipartiment fil-ministeru għal Għawdex m'għamel użu mis-servizzi tal-kumpannija li għaliha l-Onor.", "Interpellant għamel riferenza.", "INVESTIMENT, INDUSTRIJA U TEKNOLOĠIJA TA' L-INFORMATIKA - BILJETTI TA' L- AJRU", "6528.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika: Jista' il-Ministru jgħid liema huma dawk id-dipartimenti, kumpanniji, awtoritajiet u korporazzjonijiet li f'dawn l-aħħar ħames snin għamlu użu jew għadhom qed jagħmlu użu mis- servizzi tal-kumpannija li isimha qed jintbagħat separatament?", "Tista' tgħid kemm kien l-ammont totali involut f'kull każ u jekk intalbux kwotazzjonijiet mingħand aġenti oħra?", "Jekk iva, liema kienu l-aġenti l- oħra li mingħandhom intalbu l-kwotazzjonijiet?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni) (f'isem il-Ministru għall- Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika): Peress li l- informazzjoni għadha qed tinġabar, ir-risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "QORTI KOSTITUZZJONALI", "6575.", "L-ONOR.", "JOSEPH FALZON (f'isem l-Onor.", "Mario Galea) staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Peress li dan l-aħħar il- Qorti Kostituzzjonali ddeċidiet, wara diversi deċiżjonijiet mill-Qorti Ċivili (Sede Kostituzzjonali) li kawżi riferuti lilha rigward provvedimenti Kostituzzjonali għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem minn bordijiet u tribunali ma setgħux hekk jiġu riferuti minħabba li tali tribunali jew bordijiet ma ġewx ikkonsidrati bħala qorti, ma jidhirlux il-Viċi Prim Ministru li għandhom isiru xi emendi jew regolamenti f'dak ir-rigward biex wieħed inaqqas il-frustrazzjoni ta' nies li jkollhom tali kawżi u ma jieħdux dak li ħaqqhom fi żmien ikkonsidrat bħala wieħed raġonevoli?", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI (Segretarju Parlamentari) (f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern): Is-sitwazzjoni qiegħda tiġi eżaminata mill-uffiċċju ta' l-Avukat Ġenerali iżda nirrileva lill- Onor. Interpellant li d-deċiżjonijiet li semma ma jfissirx li nies li jkollhom kawżi quddiem bordijiet jew tribunali m'għandhomx rimedji kostituzzjonali għal dewmien irraġonevoli.", "Ir-rimedji possibbli huma tnejn; jew b'riferenza jew b'rikors.", "Il-qorti kostituzzjonali ddeċidiet li r-rimedju ta' riferenza m'huwiex applikabbli għal proċeduri quddiem bordijiet u tribunali.", "Ir-rimedju tar-rikors iżda jibqa' applikabbli.", "WIED IL-GĦAJN - FAIRWAY TAL-BAJJA", "6576.", "L-ONOR.", "JOSEPH FALZON (f'isem l-Onor.", "Mario Galea) staqsa lill- Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni: B'riferenza għall- mistoqsijiet preċedenti tiegħi, jistgħu jittieħdu passi biex jiġi aċċertat il-fairway fil-bajja ta' Wied il-Għajn peress li hemm sajjieda full-timers li ma jistgħux jidħlu u joħorġu minn din il-bajja?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għall-Kompetittivita' u l-Komunikazzjoni): Jien informat li l-proċess ta' fairway fil-bajja ta' Marsascala beda bil- ħruġ ta' avviż għall-baħħara f'Marzu li għadda.", "F'każijiet bħal dawn l- awtorita' marittima tipprova tilħaq il-kunsens mal-partijiet konċernati.", "F'dan il-każ qegħdin isiru diskussjonijiet ma' l-għaqda dilettanti ta' Marsascala peress li probabbilment se jkun hemm bżonn isiru diversi ċaqliqiet ta' dgħajjes u mażżri.", "Il-koperazzjoni bejn il-partijiet kollha konċernati hija importanti ħafna sabiex din il-materja tiġi konkluża f'qasir żmien.", "KLANDESTINI", "6577.", "L-ONOR.", "JOSEPH FALZON (f'isem l-Onor.", "Jason Azzopardi) staqsa lill- Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' klandestini li qed jinżammu f'Malta bħalissa?", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI (f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern): Ninsab informat li fil-preżent hemm 309 persuna li qed jinżammu mill-awtoritajiet tas-sigurta' minħabba li daħlu Malta illegalment.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Leo Brincat, domanda supplimentari.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Mr Speaker, xi ġimgħa u nofs ilu kellna laqgħa tal- foreign and european affairs committee u saritilna preżentazzjoni dwar il- proposta li f'Malta titwaqqaf EU coastguard agency.", "Fil-preżentazzjoni saret diskussjoni dwar il-klandestini li ġew Malta u li forsi jistgħu jiġu aktar 'il quddiem u ġiet identifikata bħala a potential threat - mhux neċessarjament a real threat - il-possibilita' li fost dawn il-klandestini jista' jkun hemm attentat ta' infiltrazzjoni għal skopijiet terroristiċi.", "Jista' il-Ministru jgħid jekk il-gvern irriżultalux li kien hemm suspetti fondati jew tip-offs li sal-lum seta' kien hemm attentati simili?", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Mr Speaker, sfortunatament m'iniex f'pożizzjoni li ninforma lill-Onor.", "Interpellant dwar din il-ħaġa.", "Tenut kont tan-natura speċjalizzata u delikata, għax dawn huma affarijiet ta' natura nazzjonali u allura wieħed irid joqgħod naqra attent għas-sigurta' tal-pajjiż, nitolbu jagħmel domanda bil-miktub.", "VAPUR MV DOULOS", "6578.", "L-ONOR.", "JOSEPH FALZON (f'isem l-Onor.", "Jason Azzopardi) staqsa lill- Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid x'se tkun il-pożizzjoni tal-gvern vis-à-vis il-wasla imminenti f'Malta tal- vapur MV Doulos u l-bejgħ ta' kotba minn fuqu?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li l-vapur MV Doulos ilu jidħol Malta għal diversi snin u l-awtorita' marittima ma ssib ebda problema li talloka berth għalih.", "Għar-rigward ta' bejgħ ta' kotba, jien informat li għad iridu jittieħdu d-deċiżjonijiet neċessarji.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Leo Brincat, domanda supplimentari.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Fid-dawl tal-kontroversja li kienet inqalgħet l-aħħar darba meta kien ġie Malta l-MV Doulos, jista' il-Ministru jgħid jekk sal- lum sarux rappreżentazzjonijiet lill-gvern minn xi korpi kostitwiti fid- dawl ta' din iż-żjara?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, jekk l-MV Doulos jerġa' jidħol Malta jkun għall-aħħar tas-sena, jiġifieri bejn Novembru u Diċembru.", "Safejn naf jien lill-gvern ma sarulux rappreżentazzjonijiet formlament pero' ovvjament jien segwejt ukoll ir-rappreżentazzjonijiet li saru permezz tal-ġurnali għax kien hemm il-kontroversja li diġa' bdiet bil-mod il-mod tiżdied għaż-żmien li ġej.", "KANĊER TAT-THYROID", "6579.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' każijiet ta' thyroid cancer li ġew irrapportati f'Malta u Għawdex mill-1986 'il hawn?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil- Komunita'): Qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant fuq il-mejda tal-Kamra.", "ETC - PERSUNI TA' NAZZJONALITA' BARRANIJA LI APPLIKAW BIEX JAĦDMU F'PAJJIŻNA", "6580.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jindika n-numru ta' persuni jew ħaddiema barranin li applikaw ma' l-ETC biex jibdew jaħdmu f'Malta mill-1 ta' Mejju li għadda sal-lum?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Speaker, it-tagħrif mitlub għadu ma wasalx u se jingħata f'xi seduta oħra.", "KUMITAT TA' L-NGOs", "6581.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joseph Abela) staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ilu ma jiltaqa' l-kumitat ta' l-NGOs u rappreżentanti tad- dipartimenti tal-gvern li jagħmlu ħidma ma' l-immigranti illegali fi ħdan il-ministeru ta' l-intern?", "X'inhi r-raġuni li dan l-aħħar il-kumitat ma kienx qiegħed jiltaqa' u jista' jgħid meta se jerġa' jiltaqa?", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI (f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern): Ninsab informat li dan il-kumitat, li twaqqaf minn dan il-ministeru meta l-għadd ta' immigranti illegali żdied b'mod drammatiku li wassal għal stat ta' emerġenza, iltaqa' l-aħħar f'Ottubru 2003.", "F'Diċembru li għadda l-Kabinett iddeċieda li ċerti oqsma relatati mal- bżonnijiet tar-refuġjati jaqgħu taħt ir-responsabilita' tal-ministeru tal- familja u solidarjeta' soċjali.", "Fil-fatt il-gvern issuġġerixxa t-twaqqif ta' forum ta' organizzazzjonijiet non governattivi li jaħdmu f'dan is- settur.", "Ir-rwol ta' dan il-forum se jkun prinċiparjament li jikkoordina s- servizzi offruti lir-refuġjati u jassisti fl-iżvilupp ta' inizjattivi ġodda.", "Nixtieq ngħid ukoll li dan il-ministeru dejjem kien lest li jiltaqa' fi spirtu ta' kooperazzjoni ma' l-NGOs involuti f'dan is-settur kull meta inħasset il-ħtieġa u kull meta ntalab jagħmel hekk.", "MEPA - TIBDIL TA' FAĊĊATI TA' DJAR FL-IMDINA", "6582.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid kemm inħarġu permessi għal tibdil ta' faċċati ta' djar privati fil-belt antika ta' l- Imdina f'dawn l-aħħar sitt xhur u cioe' mill-1 ta' Jannar, 2004?", "Jista' jgħid liema huma dawn id-djar u x'kien jinvolvi x-xogħol fuqhom?", "Jista' jgħid jekk fl-istess perijodu kienx hemm min inqabad jagħmel dan it-tip ta' xogħol mingħajr permess?", "Jekk iva, x'passi ttieħdu?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent): Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Leo Brincat, domanda supplimentari.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Mr Speaker, naf li m'huwiex fair nagħmel din il- mistoqsija ladarba l-prim ministru m'huwiex preżenti fil-Kamra, biss fil- kampanja għal-leadership tal-partit Nazzjonalista, l-Onor.", "Gonzi kien wiegħed li jekk jitla' hu bħala leader, kif effettivament għamel b'suċċess, fi żmien qasir kien beħsiebu jitlob li ssir review ta' l-operat tal-MEPA.", "Hawn xi membru parlamentari li huwa f'pożizzjoni jweġibni u jgħid jekk din ir-review tnidietx, hijiex under way jew hijiex imminenti li ssir?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, peress li m'għandniex informazzjoni dwar dak li qed jistaqsi l-Onor.", "Brincat, nitolbu jagħmel id-domanda tiegħu bil- miktub.", "INBEJJED - TNEĦĦIJA TA' LEVY", "6583.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 5673 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi u jgħid x'se jsir, issa li tneħħiet il-levy, mill-inbid prodott fil- pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea, biex dan ir-roħs jiġi rifless fil-prezzijiet li jżommu għall-inbid ir-ristoranti, bars, eċċ.?", "Jista' jgħid jekk dawn jaqgħux taħt il-kontroll tal-prezzijiet anke fil-każ ta' prodotti oħra bħal birer?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura): Ninsab informat li l-prezzijiet ta' l-ikel u xorb fir-ristoranti huma liberizzati, jiġifieri l-gvern jew l-awtorita` Maltija għat-turiżmu ma jistgħux jistabbilixxu prezzijiet.", "Naturalment dawn l-istabbilimenti jrid jkollhom menu bil-prezz ta' l-ikel u xorb li huma joffru biex il-klijent ikun jaf minn qabel kemm se jħallas.", "Għalkemm huwa s-suq li jistabbilixxi l-prezz, fil-każ tat-tnaqqis tal-levy mill-inbejjed importati mill-pajjiżi ta' l- Unjoni Ewropeja, dan għandu jwassal għal tnaqqis fil-prezzijiet ta' dawn l- istess l-inbejjed.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Leo Brincat, domanda supplimentari.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Mr Speaker, jekk qed nifhem sew l-aħħar parti tat- tweġiba qed tgħid li għalkemm huwa s-suq li jistabbilixxi l-prezz, it- tnaqqis tal-levy mill-inbejjed importati mill-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea għandu jwassal għal tnaqqis fil-prezzijiet ta' dawn l-istess inbejjed.", "Ġaladarba hemm diversi stabbilimenti ta' l-ikel u x-xorb li m'humiex jattwaw din il-miżura, anke jekk wieħed iżomm f'moħħu l-fatt li llum huwa s- suq li jirregola lilu nnifsu, ma jaħsibx il-gvern jew id-dipartiment ta' l- affarijiet tal-konsumatur li l-konsumatur qed jiġi cheated f'ċirkostanzi bħal dawn minkejja li huwa veru li meta jmur biex jordna, jkollu quddiemu l- menu bil-prezz indikat ta' l-items tax-xorb?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, fl-aħħar parti tad-domanda supplimentari l-Onor.", "Brincat semma d-dipartiment tal-konsumatur.", "Nixtieq nenfasizza li dan id-dipartiment m'għandux il-kompitu li jara jekk fir-ristoranti u f'postijiet simili ikunx hemm tnaqqis fil-prezzijiet, għas-sempliċi raġuni li aktar minn ħaġa oħra dan id-dipartiment jagħmel monitoring ta' prezzijiet li jmorru direttament għall-konsum fir-residenzi.", "Ladarba l- awtorita' tat-turiżmu m'hijiex responsabbli minn dan, m'hemmx xi dipartiment partikolari li jara jekk il-prezzijiet ta' inbejjed u prodotti simili ikunux raħsu bħala riżultat tat-tneħħija tal-levy.", "Meta riċentement kelli laqgħa ma' l-MHRA dwar diversi affarijiet, iddiskutejna dan il-punt aktar minn ħaġa oħra biex wieħed anke jkun jaf x'inhi r-reazzjoni ta' l-istess MHRA fir-rigward ta' xi kummenti li kienu saru fil-pubbliku minnha stess u l-impenn li hi għandha hu li tara li kemm jista' jkun il-membri tagħha jneħħu l-levy mill-prezz ta' l-affarijiet li naqset minn fuqhom il-levy.", "ĊENTRI SPORTIVI", "6584.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Peress li l-partit Nazzjonalista kien wiegħed li se jsir ix-xogħol fuq tliet ċentri sportivi, jista' il- Ministru jgħid fiex wasal dan ix-xogħol?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li t-tielet ċentru sportiv qiegħed fil-fażi ta' ppjanar preliminari.", "PERSUNI LI MIETU KAWŻA TAT-TIPJIP", "6585.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid kemm mietu nies bejn l-1 ta' Jannar u t-30 ta' Ġunju ta' din is-sena minħabba t- tipjip, kemm direttament kif ukoll indirettament?", "Kemm minnhom kienu rġiel, kemm minnhom kienu nisa u kemm minnhom kienu taħt is-60 sena?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: In-numru ta' każijiet ta' mwiet irreġistrati fir- reġistru nazzjonali ta' l-imwiet bejn Jannar u Mejju tas-sena 2004 u li huma meqjusa li kienu kkaġunati minħabba t-tipjip fiż-żewġ sessi huwa ta' 168 mewt f'residenti ta' Malta u Għawdex.", "121 minnhom kienu rġiel u 47 kienu nisa.", "Minn dawn kien hemm 15-il raġel u erba' nisa li kienu taħt is- 60 sena.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Leo Brincat, domanda supplimentari.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Jista' il-Ministru jgħidli jekk f'dawn l-aħħar ġimgħat kienx hemm xi żviluppi marbutin ma' l-implimentazzjoni tal-ban fuq it-tipjip f'postijiet ta' divertiment?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Le, ma kienx hemm.", "SKEJJEL - TIPJIP FOST L-ISTUDENTI", "6586.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid x'għandha ppreparat id-diviżjoni ta' l-edukazzjoni għas-sena skolastika li jmiss biex tkompli tnaqqas il-ħajra ta' tipjip fost l-istudenti fl-iskejjel?", "Dan japplika wkoll għall-iskejjel li m'humiex statali?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Speaker, il-politika dwar l-imġiba tajba u d- dixxiplina għall-iskejjel tgħid li l-istudenti huma assolutament ipprojbiti milli jpejpu u li taħt l-ebda ċirkostanza m'għandhom in-nies fl-iskola jpejpu quddiem l-istudenti.", "L-istudenti ta' bejn il-form 1 u l-form 5 ilhom għal aktar minn għaxar snin isirulhom diskussjonijiet waqt il- lezzjoni tal-personal and social development dwar il-ħsara li jagħmel it- tipjip lis-saħħa.", "Id-dipartiment tas-servizzi għall-istudenti qiegħed f'kuntatt mal-health promotion unit biex minn Ottubru nibdew naħdmu biex dawk l-istudenti li jixtiequ jaqtgħu dan il-vizzju, jiġu mgħejjuna permezz ta' counselling u mezzi oħra.", "SKEJJEL - STUDENTI LI JIXORBU L-ALKOĦOL", "6587.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid huwiex aċċettabbli li qed ikun hemm numru dejjem akbar ta' żgħażagħ ta' l-eta' ta' l-iskola li qed jixorbu l-alkoħol?", "X'beħsiebha tagħmel id-diviżjoni ta' l- edukazzjoni biex tipprova tikkontrolla u tnaqqas it-teħid ta' alkoħol fost l-istudenti fl-iskejjel ta' l-Istat, tal-Knisja u dawk indipendenti?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-politika dwar l-imġiba tajba u d-dixxiplina għall- iskejjel tgħid li l-istudenti huma assolutament ipprojbiti milli jixorbu l- alkoħol u li taħt l-ebda ċirkostanza m'għandhom in-nies fl-iskola jieħdu alkoħol quddiem l-istudenti.", "Jekk jinqabdu, hemm sanzjoni mill-ewwel sat- tielet livell marbutin ma' kemm hi serja l-offiża.", "Għalhekk hu fatt magħruf li m'huwiex aċċettabli li qed ikun hemm numru dejjem akbar ta' żgħażagħ ta' l-eta' ta' l-iskola li qed jixorbu l-alkoħol.", "L-istudenti ta' bejn il-form 1 u l-form 5 ilhom għal aktar minn għaxar snin isirulhom diskussjonijiet waqt il-lezzjoni tal-personal and social development dwar il-ħsara li jagħmel l-alkoħol lis-saħħa u hemm servizzi oħra minn NGOs fl-iskejjel primarji.", "Id-diviżjoni ta' l-edukazzjoni ilha li bdiet bil-programmi tagħha biex tipprova tikkontrolla u tnaqqas it-teħid ta' l-alkoħol fost l-istudenti u se tkompli bil-programmi li hemm.", "Dwar studenti fl-iskejjel tal-knisja u dawk indipendenti, l-informazzjoni tinkiseb minn non-state school section fid-dipartiment tal-further studies and adult education.", "RABAT - ĊIMITERJU TA' SANTA MARGERITA", "6594.", "L-ONOR.", "JOSEPH CASSAR staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l- Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid jekk għadx hemm il-ħsieb li jiġi estiż iċ-ċimiterju ta' Santa Margerita fir-Rabat u jekk le, hemm xi sit ieħor fil-viċin li qed jiġi kkonsidrat għal dan l-istess għan?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninsab informat li m'hemmx ħsieb li jiġi estiż iċ- ċimiterju ta' Santa Margerita fir-Rabat.", "Dwar siti ġodda, kien hemm diversi attentati sabiex jinstab lok addattat fejn jista' jinbena ċimiterju ġdid fil-limiti tar-Rabat.", "Intalbet ukoll l-assistenza tad-dipartiment ta' l- artijiet fuq dan ir-rigward.", "S'issa, tali lok għadu ma ġiex identifikat.", "RABAT: TRIQ RUDOLPH SALIBA - SKAVI", "6595.", "L-ONOR.", "JOSEPH CASSAR staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid fiex waslu l-iskavi fis-sit mgħoddi b'riżoluzzjoni parlamentari lill-grupp ta' l-iscouts tar-Rabat f'Rudolph Saliba Street, ir-Rabat?", "Meta jaħseb li jkun jista' jitkompla x-xogħol tal-bini tal- kwartieri ta' l-istess grupp ta' scouts?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (Ministru għat-Turiżmu u Kultura): Ninsab informat li l-iskavi arkeoloġiċi fis-sit mgħoddi lill-iscouts f'Rudolph Saliba Street, Rabat, tlestew f'Mejju ta' l-2004.", "Dan l-iskav ġie dirett mis-sovrintendenza tal-patrimonju kulturali u sar bi qbil mal-1st Rabat Scout Group.", "Is-sovrintendenza ikkomunikat ir-riżultati ta' dan l-iskav lill-MEPA fis-6 ta' April, 2004.", "Is-sovrintendenza irrikkmandat li s-sit jiġi skedat bħala class B. Wara li tlesta l-iskav arkeoloġiku u saret ir-rakkmandazzjoni lill- MEPA, il-1st Rabat Scout Group irtiraw l-applikazzjoni għall-iżvillup fuq dan is-sit.", "Attwalment l-iscouts qegħdin involuti f'taħdidiet mad- dipartiment ta' l-artijiet biex jingħataw sit alternattiv.", "RABAT: TRIQ IMDINA - ASFALTAR", "6596.", "L-ONOR.", "JOSEPH CASSAR staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Jista' il-Ministru jinformana hemmx il-ħsieb li Triq Imdina li twassal għar-Rabat tiġi mogħtija wiċċ ġdid bit-tarmac minħabba li gandotti li kienu ġew imqattgħin min-naħa għall-oħra tat-triq bejn l-1997 u l-1998 ikkaġunaw ħsara lill-istess triq?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem il-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq): Ninsab informat li t-triq imsemmija ġiet inkluża fil-programm ta' kostruzzjoni ta' toroq li qed isiru mid-direttorat u x-xogħol isir aktar 'il quddiem skond il-prioritajiet li jkollu quddiemu l-istesss direttorat.", "TAS-SLIEMA: TRIQ SIR L. CAMILLERI/TREJQET VICTORJA - PARKEĠĠ", "6597.", "L-ONOR.", "ROBERT ARRIGO staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Ġaladarba l-awtorita' dwar it-trasport tagħti istruzzjonijiet lill- kunsilli lokali, fosthom dak ta' Tas-Sliema, dwar parking fuq il-bankini, tista' l-awtorita' tikkonsidra il-parkeġġ fi Triq Sir L. Camilleri u trejqet Victoria f'Tas-Sliema bl-istess mod kif ġew ikkonsidrati toroq oħra simili f'Tas-Sliema?", "F'dawn iż-żewġ toroq speċifiċi, il-kunsill ta' Tas- Sliema talab lill-awtorita' dwar it-trasport biex jikkonsidrahom bl-istess lenti.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem il-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq): Minn riċerka li saret fir-records tad-direttorat għall-immaniġjar tat-traffiku irriżulta li ġo Tas-Sliema qatt ma nħareġ l-ebda permess għall-ipparkjar tal-vetturi fuq il-bankina.", "Dawn il-permessi ma jinħarġux mid-direttorat għall-immaniġjar tat-traffiku minħabba l-periklu li jista' jinħoloq għall- pedestrians.", "SIGURTA' SOĊJALI - KAŻ DWAR BENEFIĊĊJU", "6598.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Charles Buhagiar) staqsa lill- Ministru tal-Familja u tas-Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tara x'inhi r-raġuni għala l-benefiċċju dovut lil persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament u li weġġgħet fuq il-post tax-xogħol fit-13 ta' Mejju, 2004, sal-lum għadu ma nħariġx b'konsegwenza li din il-familja tinsab għaddejja minn tbatija kbira?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Ninsab informata li d-dipartiment tas-sigurta' soċjali nforma lill-persuna ndikata mill-Onor.", "Interpellant dwar il-każ tagħha.", "FABBRIKI - WORKFORCE", "6604.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Chris Agius) staqsa lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika: B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 6402 li oriġinarjament saret lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin, jista' il-Ministru jgħid kemm hemm fabbriki f'kull industrial estate f'Malta u Għawdex?", "Jista' jgħid ukoll x'inhu d-daqs tal- workforce li hemm f'kull estate u possibbilment f'kull fabbrika?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem il-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika): Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l- informazzjoni mitluba.", "PUBLIC TRANSPORT DIRECTORATE - TRASFERIMENT TA' BUS STOP", "6605.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Chris Agius) staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 6405, jista' il-Ministru jara jekk sarx xi progress għat-talba f'isem numru ta' residenti li saret permezz ta' ittra mibgħuta minni lill-public transport directorate bin-numru ta' riferenza li qed jintbagħat separatament, u dan sabiex jitressaq bus stage minn post għall-ieħor?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem il-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq): Jien informat li wara li saret żjara fuq il-post irriżulta li jekk jiġi rilokat il-bus stage imsemmi, il-passiġġier ikollu jimxi distanza konsiderevolment twila ta' madwar 300 metru.", "QRATI - INFORMAZZJONI DWAR SENTENZI FUQ L-INTERNET", "6607.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joseph Sammut) staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid, fir-rigward ta' informazzjoni provduta fuq l-internet konċernanti sentenzi u verbali b'mod partikolari, jekk tali informazzjoni hijiex dettata minn obbligu legali sabiex l-istess tkun disponibbli entro terminu speċifikat?", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI (f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern): Ninsab informat li l-informazzjoni provduta fuq l- internet dwar sentenzi u verbali mhux dettata minn obbligu legali.", "Għalhekk ma hemmx terminu speċifikat meta din l-informazzjoni titpoġġa fuq l-internet.", "Madankollu, isir sforz kontinwu biex l-istess informazzjoni tkun disponibbli mill-iktar fis possibbli.", "ARTIJIET - KIRI TA' UFFIĊINI LIT-TAQSIMA PROPRJETA' TAL-GVERN", "6608.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Charles Buhagiar) staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'kien ir-response għall-avviż ta' kiri ta' uffiċini għat- taqsima tal-proprjeta' tal-gvern?", "F'liema lokalitajiet ġew offruti l- uffiċini u x'inhi l-kera mitluba għal kull wieħed?", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI (f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern): Ninsab informat li t-taqsima proprjeta' tal-gvern irċeviet ħames proposti bħala response għall-avviż ta' kiri ta' uffiċini.", "Minħabba n-natura kummerċjali ta' din l-informazzjoni ma nħossx li dettalji dwar kull proposta għandhom jingħataw f'dan l-istadju.", "Il-lokalitajiet fejn ġew offruti l-uffiċini huma l-Birgu, Qormi, Sta.", "Venera u l-Marsa.", "TA' QALI: TAL-ĦEMSIJA – ASFALTAR TA' TRIQ", "6609.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Charles Buhagiar) staqsa lill- Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jara li t-triq li tagħti mill-villaġġ tas-snajja' f'Ta' Qali għall-hamlet tal-Ħemsija u li tibqa' sejra sat-triq arterjali ta' taħt ir-Rabat tiġi rranġata peress li tinstab fi stat ħażin ħafna u ta' inkonvenjent kbir għar-residenti?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem il-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq): M'għandi xejn xi nżid mar-risposta mogħtija għal mistoqsija parlamentari 5973.", "ĦAĠAR QIM - BDIEWA LI TTEĦDULHOM L-GĦELIEQI TAGĦHOM", "6610.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb minn naħa tal- ministeru li joffri post alternattiv lill-15-il bidwi li se jitteħdulhom l- għelieqi tagħhom li jinsabu fl-inħawi ta' Ħaġar Qim fl-Imnajdra wara sentenza mogħtija mill-Qorti Kostituzzjonali fl-10 ta' Ottubru, 2003 minn sidien privati kontra l-Kummissarju ta' l-Artijiet u dan wara li dawn il- bdiewa ġew imġiegħla jevakwaw l-art sal-15 ta' Awissu, 2004 wara li kienu ilhom joperaw fl-inħawi sa mill-1987 fuq ftehim ta' kirja li kien intlaħaq bejnhom u bejn id-dipartiment ta' l-artijiet?", "Qed nibgħat kopja tar- referenza tal-każ under separate cover.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO (Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent): Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "TOROQ - ASFALTAR", "6611.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jgħid x'se jsir mid-draft agreements imnedija mill-awtorita' dwar it-trasport li hemm pendenti ma numru ta' kunsilli lokali dwar toroq li għadhom mhux asfaltati fil-lokalita' tagħhom?", "Jista' jikkonferma jekk kienx hemm xi bidla fil-policy minn naħa tal-gvern wara l- ħatra tiegħu bħala ministru tat-toroq?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem il-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq): Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta mogħtija għal mistoqsija parlamentari 3855.", "Madanakollu, jien informat li fil-preżent m'hemmx il- ħsieb li jsiru aktar kuntratti għal din is-sena.", "ĦAL QORMI - ASFALTAR TA' TOROQ", "6612.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jikkonferma meta se jiġi ffirmat id-draft agreement ippreparat mill-awtorita' dwar it-trasport flimkien mal-kunsill lokali ta' Ħal Qormi dwar dawn it-toroq: Triq il-Kaċċatur, Triq l-Armal, Triq Santa Katerina, Sqaq iż-Żenqa, Triq Bertu Hyzler u Triq ir-Ragħaj li ilu biex jiġi ffirmat minn Jannar 2004?", "Jekk il-Ministru m'għandux il- ħsieb li jiffirma dan il-ftehim, jista' jagħti l-konferma tiegħu meta dawn it-toroq se jitlestew minn naħa tad-direttorat tat-toroq?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem il-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq): Filwaqt li nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 6611, ngħidlu li fir-rigward ta' toroq fil-lokalita', ninsab informat li dawn qegħdin inklużi fil-programm ta' kostruzzjoni ta' toroq li qed isiru mid-direttorat u x-xogħol fihom isir aktar 'il quddiem skond il- prioritajiet li jkollu quddiemu d-direttorat.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' Karti u nsejjaħ lill-Ministru Zammit Dimech.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (Ministru għat-Turiżmu u Kultura): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' stqarrija għall-istampa numru 872 dwar xogħlijiet ta' kostruzzjoni f'zoni turistiċi, maħruġa fil-25 ta' Mejju 2004, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari 6700.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tabella li turi l-kontribuzzjonijiet miġbura mingħand anzjani fid-djar residenzjali tal-Gvern kull xahar bejn Jannar u Ġunju 2004, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari 6715;", "Tabella li turi l-kontribuzzjonijiet miġbura mingħand anzjani fid-djar ta' l-anzjani privati taħt il-public/private partnership scheme kull xahar bejn Jannar u Ġunju 2004, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari 6717; u", "f'isem il-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq inqiegħed fuq il-mejda tal- Kamra:-", "Avviż Legali Nru 359 ta' l-2004 – Regolamenti ta' l-2004 dwar Restrizzjoni ta' Dħul u Passaġġ ta' Vetturi fl-Mdina.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR L-EKO-KONTRIBUZZJONI", "ECO-CONTRIBUTION BILL", "MR SPEAKER: Il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Mr Speaker, għandi messaġġ mingħand il- President.", "MR SPEAKER: Se naqra l-messaġġ tal-President:", "EDWARD FENECH ADAMI PRESIDENT", "Il-President wara li kien informat dwar is-suġġett ta' l-Abbozz ta' Liġi \"biex jagħmel provvedimenti dwar l-impożizzjoni ta' eko- kontribuzzjoni fuq prodotti li jispiċċaw mormija u biex jipprovdi dwar affarijiet anċillari jew inċidentali dwarhom\", jirrikkmandah għall- konsiderazzjoni tal-Kamra tad-Deputati.", "16 ta' Lulju 2004", "Il-Ministru Pullicino.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Mr Speaker, nipproponi t-Tieni Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jagħmel provvedimenti dwar l-impożizzjoni ta' eko-kontribuzzjoni fuq prodotti li jispiċċaw mormija u biex jipprovdi dwar affarijiet anċillari jew inċidentali dwarhom\".", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Rimarki?", "Il-Ministru Pullicino.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Mr Speaker, naħseb li ma nkun qiegħed ngħid xejn ġdid jekk nirrepeti li dan il-gvern huwa impenjat bil-fatti sabiex insolvu l-problema ta' l-immaniġġjar ta' l-iskart f'pajjiżna.", "Il-problema ta' l- immaniġġjar ta' l-iskart f'pajjiżna ma ġietx magħna issa, imma ilha magħna.", "Kien hemm mumenti fejn dan il-pajjiż sempliċement għaddas rasu u ħalla l- affarijiet għaddejjin mingħajr ma ħa l-azzjoni meħtieġa.", "Imma kien hemm mumenti oħrajn fejn il-gvern ħa konjizzjoni tal-problema kbira kif żviluppat u beda jfassal pjan li huwa bbażat fuq numru ta' fażijiet u ovvjament fuq numru ta' snin.", "Irrid ngħid li matul l-aħħar snin il-gvern impenja ruħu bil-fatti biex nibdew insolvu l-problema ta' l-immaniġġjar ta' l-iskart.", "Ma solvejnihiex, għadna fil-bidu tat-triq twila li rridu nimxu lkoll flimkien.", "U meta ngħid ilkoll flimkien mhux qed nirriferi biss għall-membri ta' din il-Kamra imma qed nirriferi għall-poplu Malti kollu li jrid jifhem li l-problema ta' l- iskart mhijiex problema tal-gvern, lanqas ma hija problema li tispiċċa mal- ħitan ta' dan il-parlament, imma hija problema li qabel xejn titlaq minn bejn l-erba' ħitan ta' kull dar u kull stabbilment li effettivament ipoġġi fuq pajjiżna l-iskart li jkun qiegħed jikkonsma.", "Tajjeb ngħid li matul l-aħħar xhur bdejna nindirizzaw bis-serjetà dak li għandu bżonn jagħmel pajjiżna biex inkunu f'pożizzjoni biex nibdew insolvu din il-problema.", "Bdejna billi waqqafna t-tfigħ ta' l-iskart tal- kostruzzjoni minn ġewwa l-miżbliet li kellna f'pajjiżna u bdejna nindirizzaw dak l-iskart ġewwa l-barrieri.", "GĦada l-media se tkun mistiedna żżur numru minn dawn il-barrieri li kienu sfreġju fuq l-art ta' pajjizna u li bil-mod il-mod bdejna nimlewhom bl-iskart tal-kostruzzjoni biex nagħlqu dawk il-ġrieħi.", "Fil-fatt mhux daqstant bil-mod il-mod għax meta wieħed jikkonsidra li 500 trakk kuljum effettivament jidħol ġewwa dawn il-barrieri jarmi l-iskart ċertament li ma nistgħux ngħidu li qegħdin jimtlew bil-mod il-mod.", "Meta wieħed iqis din ir-rata qawwija ta' skart ta' kuljum irridu nifhmu x'impatt għandha l-industrija tal-kostruzzjoni fil-qasam tal- produzzjoni ta' l-iskart f'pajjiżna.", "Wara dak il-pass ħadna l-miżuri biex nagħlqu l-miżbliet li kellna f'pajjiżna, jiġifieri dik tal-Magħtab u tal-Qortin ġewwa Għawdex.", "Għalaqniehom qabel l-1 ta' Mejju.", "Jien niskanta meta xi kultant tkun qed tqalleb il-ġurnali u tara \"Għalquha l-Magħtab jew ma għalquhiex?\"", "Naħseb li l-messaġġ li kont għamilt jien meta effettivament għalaqna dawk il- miżbliet jista' jkun li ma ġiex trasmess biżżejjed tajjeb.", "Ir-raġuni hija sempliċi.", "Kien hemm min qed jaħseb li mhux se jara aktar dħul ta' skart ġewwa l-Magħtab.", "Irrid ngħid li aħna għamilna faċilità abbażi ta' standards internazzjonali u standards Ewropej li m'għandha xejn x'taqsam mal-faċilità li kellna, fejn konna nitfgħu l-iskart bl-addoċċ, mingħajr l-ebda prekawzjoni għal dak li għandu x'jaqsam ma' l-ilma, għal dak li għandu x'jaqsam mal-baħar, għal dak li għandu x'jaqsam mal-blat li hemm taħt il-miżbla.", "Aħna għamilna faċilità li għandha ħames saffi ta' protezzjoni.", "Ninnota li sal-bieraħ wieħed seta' jaqra artikli ta' deputati minn din il- Kamra li jagħmlu mistoqsijiet mingħajr lanqas biss jieħdu konjizzjoni ta' x'sar f'din il-faċilità.", "Huwa evidenti ħafna li dak li għamilna għar- rigward tal-barrieri u l-għeluq tal-faċilitajiet huwa biss l-ewwel pass.", "Irridu nagħmlu ħafna passi oħra lkoll flimkien.", "Ħalli nibdew mill-miżbliet stess.", "Il-miżbliet li għalaqna mhux se noqogħdu nħarsu lejhom u nippretendu li tiġri xi ħaġa.", "Irridu nirrijabilitaw il-miżbla tal-Magħtab, l-miżbla tal-Qortin kif ukoll l- miżbla li kellna f'Wied Fulija.", "X'ifisser meta ngħidu li rridu nirrijabilitawhom?", "Ifisser li rridu qabel xejn insaħħu partijiet minnhom fejn għad hemm il-biżgħa li jista' jkollok kollass ta' partijiet mill- miżbla li jista' mbagħad jagħti ċ-ċans li joħorġu l-gassijiet li huma maqbuda.", "Irrid ngħid - ma nkun qed ngħid l-ebda sigriet ta' l-istat b'daqshekk - li ovvjament mill-miżbliet ħerġin il-gassijiet, fosthom id-dioxide.", "Meta ngħidu riabilitazzjoni nfissru li rridu nsaħħu fejn għad hemm il-biżgħa li jista' jikkrolla u niġbdu l-gassijiet li hemm f'dawk il-miżbliet u naħarquhom.", "Per eżempju, fil-miżbla tal-Magħtab irridu nagħmlu xejn inqas minn 600 bir tal-ħadid biex inkunu f'pożizzjoni li niġbdu dak il-gass li jkun ħiereġ u ̧ kif għedt, naħarquh b'temperatura ta' 'l fuq minn 1,200 ċentigrad.", "Irridu nagħmlu wkoll titjib fl-impjant tat-trattament ta' l-iskart ta' Sant'Antnin.", "Kulħadd jitkellem fuq il-ħtieġa tas-separazzjoni ta' l- iskart imma xi ħaġa li ftit tisma' hija li biex effettivament immorru għal persentaġġ ħafna akbar ta' ġbir ta' skart li jkun separat, hemm bżonn ukoll li jkollna faċilità f'pajjiżna biex aħna nipproċessaw dak l-iskart.", "Sal-lum l-impjant għat-trattament ta' l-iskart ta' Sant'Antnin mhuwiex suffiċjenti u minbarra li jrid jitkabbar għal volumi akbar irid ukoll ikun ta' standards ħafna aħjar minn dak li għandna llum.", "Irridu wkoll inżidu l-ammont ta' bring-in sites.", "Dawn huma erba' skips ħdejn xulxin li jisseparaw l-iskart u sal-lum f'Malta u Għawdex għandna 50 minnhom.", "Pero' sas-sena li ġejja hemm bżonn ikollna madwar 300 minn dawn il-bring-in sites biex nagħtu aktar opportunità lin-nies li jkunu f'pożizzjoni jisseparaw l-iskart.", "Irridu mmorru wkoll għal sistema ta' separazzjoni fid-djar u rrid ngħid li l-gvern għandu jirċievi rapport għal dak li għandu x'jaqsam ma' kif se ssir din is-separazzjoni ta' l-iskart.", "Kif diġà għedt pubblikament ma nafx kemm-il darba, ovvjament il-pjan se jkun maqsum fuq numru ta' fażijiet għax ma nistgħux - anke abbażi tal-fatt li għad m'għandniex il-faċilitajiet neċessarji - nagħmlu kollox f'daqqa.", "Dan irridu naslu għalih imma rrid ngħid ukoll li xi kultant ninsew jew forsi m'għandniex biżżejjed informazzjoni fuqha.", "Ovvjament nistgħu nżidu l-persentaġġ ta' dak li nisseparaw illum imma ħadd m'għandu jaħseb ̧ jimmaġina jew joqgħod joħlom li xi darba se naslu biex effettivament ikollna xi 60% ̧ 80% jew saħansitra aktar ta' l-iskart tagħna li effettivament ikun separat.", "L-aktar pajjiż li rnexxielu jasal f'persentaġġ għoli ta' separazzjoni ta' l-iskart li huwa l-Germanja qatt ma qabeż aktar minn 40% ta' l-iskart tiegħu li effettivament ġie separat.", "Allura wieħed irid iżomm f'moħħu li filwaqt li rridu ̧ qabel xejn ̧ nimpenjaw ruħna lkoll kemm aħna, biex innaqqsu l-ammont ta' skart li niġġeneraw, irridu wkoll nerġgħu nutilizzaw dak li kapaċi nirkupraw minn dak l-iskart li kull wieħed u waħda minna jikkonsma.", "Apparti l-bring-in sites hemm bżonn li nżidu dawk li jissejħu s-civic amenity sites.", "Dawn huma postijiet reġjonali mqassmin f'Malta fejn il- kaħħala, il-bennejja eċċ. jkunu jistgħu jieħdu l-materjal li jkunu ġġeneraw hemmhekk.", "Dawn huma faċilitajiet li rridu nagħmlu fix-xhur li ġejjin.", "Diġà semmejt il-kontroll tal-gassijiet fil-miżbliet tal-Magħtab, ta' Wied Fulija u tal-Qortin.", "Pero' hemm ukoll is-separazzjoni ta' l-iskart fid- djar li rridu nżidu b'ritmu ħafna aktar mgħaġġel fix-xhur li ġejjin.", "Hemm ukoll inizjattivi oħra ta' investiment biex dan il-pajjiż ikollu sistema ta' immaniġġjar ta' l-iskart sostenibbli.", "Ikun tajjeb li ngħid ukoll li l-ispiża kapitali kollha għal dawk li huma proġetti biss – hawnhekk mhux qed nirriferi għall-ispiża biex effettivament nimmaniġġjaw dawn il-faċilitajiet - tiswa xejn inqas minn Euro 32 miljun, spiża li rridu nagħmlu fit-tliet snin li ġejjin.", "Minn din l-ispiża l- Unjoni Ewropea, għax temmen f'sistema ta' immaniġġjar ta' skart sostenibbli u għax dik hija wkoll ta' gwadann għall-persuna umana, se tgħinna billi tagħtina Euro24 miljun minn din l-ispiża.", "Nerġa' nirrepeti li meta qed nitkellmu fuq Euro32 miljun, dik hija biss l-ispiża kapitali għax ovvjament hemm l-ispiża rikorrenti.", "Biżżejjed ngħid li l-ispiża rikorrenti tal-WasteServ din is-sena tammonta għal Lm4 miljun.", "Din hija spiża li aħna lkoll irridu nsostnu jekk irridu verament li jkollna sistema li tkun differenti minn dik li drajna biha sal-lum f'pajjiżna.", "Irrid ngħid - għax xi kultant nieħdu l-affarijiet for granted - x'jiġri meta nikkonsmaw xi ħaġa, nitfgħuha fil-borża u noħorġuha barra l-bieb filgħodu.", "X'inhi l-ispiża li għandek f'dik il-linja ta' l-immaniġġjar ta' l-iskart?", "Għandek qabel xejn l-ispejjeż diretti ta' l-operazzjoni mill- ġbir sa meta jintrema' l-prodott.", "Għandek il-kapital u l-ispejjeż indiretti ta' l-operazzjoni mill-ġbir sar-rimi tal-prodott.", "Għandek l- ispejjeż diretti u indiretti li għandhom x'jaqsmu ma' l-ippjanar, ma' l- informazzjoni, ma' kampanji ta' edukazzjoni, mas-superviżjoni u ma' l- amministrazzjoni kif ukoll spejjeż oħra.", "Kultant ma naħsbux fuq dawn l- affarijiet.", "Filgħodu noħorġu l-iskart u jinteressana biss li jinġabar.", "Meta nitilqu lejn il-post tax-xogħol jew lejn l-iskola ma naħsbux fil- proċess kollu li jrid jgħaddi minnu dak l-iskart li noħorġu.", "Kif diġà għedt ̧ jekk irridu sistema sostenibbli għall-immaniġġjar ta' l- iskart irridu nifhmu li din tiswa l-flus.", "Irridu nifhmu wkoll li dan huwa wieħed mill-ftit pajjiżi ̧ jekk mhux l-uniku pajjiż ̧ fejn l-iskart jinġabar kuljum.", "Fuq dik il-ġabra ta' l-iskart ħadd m'għandu xi rata abbażi tad-dar fejn hi, tal-piż ta' l-iskart jew inkella tal-volum.", "Imma rrid ngħid li pajjiżi, reġjuni u bliet oħrajn fl-Ewropa għandhom rati abbażi ta' kemm hi kbira d-dar, jew tad-dar fejn hi, jew tal-post tax-xogħol fejn hu jew inkella ta' kemm effettivament titfa' piż ta' skart.", "Minn dan kollu aħna m'għandna xejn imma dak irid jagħmel tajjeb għalih l-Istat mill-flus li niġbru f'dan il-pajjiż.", "Kif diġà għedt l-Unjoni Ewropea se tagħmel tajjeb għall-parti mill-ispiża ta' dak li għandu x'jaqsam ma' faċilitajiet imma hemm parti minn dan il-piż li rridu nsostnu aħna għall-faċilitajiet u hemm ukoll il-piż kollu għall- amministrazzjoni ta' dawn il-faċilitajiet li rridu noħorġu aħna bħala poplu Malti.", "Meta rajna din l-istampa kollha dehrilna li bħala triq li rridu naqbdu biex inkunu qegħdin f'sitwazzjoni li verament insostnu dan il- programm ambizzjuz li għandna tal-faċilitajiet għall-immaniġġjar ta' l- iskart hemm bżonn nieħdu ċerti deċiżjonijiet.", "Ħadd ma jieħu gost jieħu deċiżjonijiet biex jiġbor il-flus.", "Aħna morna għal sistema ta' ġbir ta' flus li m'għandhiex biss l-għan li tiġbor il-flus imma għandha wkoll l-għan li kemm jista' jkun nipprovaw nindirizzaw lill- konsumatur biex juża ċerti prodotti li jagħmlu inqas ħsara lill-ambjent minn oħrajn.", "Meta wieħed jikkalkola kemm effettivament se niġbru jew kemm huwa kkalkolat li niġbru minn din l-eko-kontribuzzjoni, isib li dak li se niġbru se jkun qiegħed jagħmel tajjeb biss għall-parti mill-ispiża li għandna għall- implimentazzjoni ta' sistema sostenibbli u mhux għall-ispiża kollha li għandna biex insostnu din is-sistema.", "It-tieni għan ta' l-eko-kontribuzzjoni huwa li kemm jista' jkun nagħmlu lill-konsumatur konxju mill-ħtieġa li juża materjali li jnaqqsu l-volum ta' l-iskart kif ukoll l-impatt fuq l-ambjent ta' pajjiżna.", "Dwar dan nispjega aktar fid-dettall aktar tard.", "Irrid ngħid li kif qal tajjeb anke l-prim ministru fil-konferenza stampa tal-ġimgħa l-oħra f'dak li għandu x'jaqsam ma' ġbir ta' flus, aħna din is-sistema m'aħniex inħarsu lejha bħala xi sistema perfetta.", "Pero' dan huwa l-ewwel pass biex dan il-pajjiż jadotta l-polluter pays principle bis-serjetà f'pajjiżna.", "Aħna smajna u lesti li nkomplu nisimgħu fil-ġranet, fil-ġimgħat u fix-xhur li ġejjin biex din is-sistema nirfinawha.", "Imma ma jistax ikun li la nittardjaw u lanqas nipposponu din id-deċiżjoni għax dak li għandna bżonn nagħmlu fil-qasam ta' l-immaġġjar ta' l-iskart huma ħteġijiet immedjati li ma jistgħux jibqgħu jintefgħu taħt it-tapit.", "Mr Speaker, irrid ngħid li kkonsultajna ma' l-għaqdiet.", "Kien hemm min ikkritikana li ma kkonsultajniex biżżejjed.", "Bħal dejjem tkun tixtieq li tikkonsulta aktar imma ovvjament anke l-gvern għandu t-targets u d- deadlines tiegħu.", "Ikkonsultajna kemm stajna u rrid ngħid u nirrepeti li dik il-konsultazzjoni mhijiex konsultazzjoni li saret u spiċċat imma hija konsultazzjoni li se nkomplu għaddejjin fuqha.", "Irrid ngħid li l-gvern ikkonsulta mal-federazzjoni ta' l-industrija.", "Fil-fatt ilna minn qabel il- budget niddiskutu ma' dawk l-industrijalisti li jipproduċu x-xarbiet f'pajjiżna biex nipprovaw naslu għal sistema li jħaddmu huma u li nsostnuha aħna biex taħdem.", "Pero' sfortunatament ftit ġimgħat ilu ġew għandi u qaluli li m'humiex f'pożizzjoni li jimplimentaw dik is-sistema li konna qed niddiskutu għax minkejja li kien hemm żewġ stakeholders li ħadu l- inizjattiva, dawn ma kellhomx il-kooperazzjoni tal-kumplament.", "Għamilna wkoll konsultazzjoni mal-kamra tal-kummerċ u mal-GRTU.", "Pero' naħseb li qed nagħmlu pass importanti anke f'din il-miżura.", "Naħseb li hija l-ewwel darba li qed niddiskutu abbozz ta' liġi u qed ngħidu li dan beħsiebna ngħadduh imma se nwaqqfu kummissjoni biex b'mod immedjat tidħol fid-dettall ta' dan kollu u tgħaddi r-rakkmandazzjonijiet tagħha lill-gvern sa l-aħħar ta' Ottubru li ġej.", "Importanti wieħed jgħid, Sur President, abbażi ta' xiex ġiet deċiża din l- eko-kontribuzzjoni.", "Kellna diversi options li stajna nieħdu pero` morna għal sistema li hija bażikament ibbażata mhux fuq fejn joqgħod il-persuna, mhux fuq kemm għandu flus il-persuna, mhux fuq kemm jiġġenera skart dak il- persuna, morna għal sistema ta' kemm effettivament jikkonsma l-persuna.", "Stajna għamilna kif għamlu ċerti gvernijiet, anke f'dan il-pajjiż, li jaraw kemm tiġi l-ispiża għall-infrastruttura tad-dawl, ta' l-ilma u tad-drenaġġ u jaqbdu u jaqsmuha b'kemm għandna djar fil-pajjiż.", "Stajna morna għal dik il-formula; formula faċli ħafna li ma teħodlokx aktar minn ħames minuti biex tagħmilha.", "Imma għax aħna gvern li nieħdu konjizzjoni tal-ħtiġijiet soċjali li għandu dan il-pajjiż, ma morniex għal dik is-sistema imma morna għal sistema li hija bbażata fuq is-sistema tas-sisa.", "Importanti ngħid u nirrepeti xi ħaġa li diġa` għidna, imma tajjeb nirrepetiha għax forsi mhux kulħadd għadu fehemha.", "Meta qed nitkellmu fuq l-eko-kontribuzzjoni, din mhux se titħallas mir-retailer imma titħallas mill-produttur tal-materjal jew mill-importatur tal-materjal kif speċifikat fil-lista meta dak il-produttur jew l-importatur effettivament ipoġġi fuq is-suq il-prodott tiegħu.", "Importanti ngħid li din m'hijiex kontribuzzjoni, jew kif kien hemm min sejħilha taxxa, fuq dak li effettivament jinbiegħ.", "Mela jekk jien mort għand tal-ħanut u xtrajt flixkun luminata, għalkemm fir- rati li għamilna hemm ċenteżmu fuq kull flixkun, tal-ħanut ma jistax lili effettivament jiċċarġjani 1c ta' kull darba li jiena nixtri dak il-flixkun.", "Għalfejn?", "Għax is-sistema hija sistema abbażi tal-materjal.", "Huwa kkalkolat li flixkun tal-ħġieġ jiġi effettivament użat mill-anqas għaxar darbiet.", "Inti għandek flixkun 0 aktarx ġibtu minn barra - dak il-flixkun imlejtu u poġġejtu fuq is-suq.", "Inxtara, inxtorob, u reġa' mar lura fil- fabbrika, imtela' u reġa' tpoġġa fuq is-suq biex jinbiegħ.", "Aħna qed ngħidu rata ta' ċenteżmu fuq kull flixkun li effettivament jidħol fis-sistema ta' l-iskart.", "Mela allura fuq kull għaxar darbiet li jinbiegħ dak il-flixkun, effettivament qed nagħmlu kontribuzzjoni ta' milleżmu fuq dak il-flixkun u mhux ta' ċenteżmu fuq kull bejgħ.", "Qgħadna wkoll attenti li din biha nistimulaw sistemi ta' ġbir ta' l-iskart.", "Jiena nagħmilha ċara li għandna ħtieġa li niġbru l-flus imma għandna ħtieġa wkoll li effettivament ikollna sistemi ta' ġbir ta' materjal biex dan ma jispiċċax għand il-WasteServ imma jiġi miġbur u disponut mill-privat Hemmhekk irridu naslu kif waslu anke pajjiżi oħrajn.", "Irrid ngħid ukoll li l-gvern qagħad attent li b'din il-miżura ma jżidx il-burokrazija bla bżonn.", "Kif intqal diġa`, il-kontribuzzjoni se tinġabar permezz ta' dikjarazzjoni li se tiġi annessa mad-denunzja tal-VAT.", "Id-denunzja fuq dan il-prodott, mhux ir-retailer se jagħmilha imma l-produttur jew l-importatur meta jpoġġi l-prodott tiegħu fuq is-suq.", "B'hekk qgħadna attenti li ma jkunx hemm bżonn li jimtlew formoli żejda imma jiġu ndikati l-ammonti ta' oġġetti li tagħhom tkun se tinġabar il-kontribuzzjoni.", "L-abbozz ta' liġi ta' l-eko-kontribuzzjoni rrid ngħid li huwa abbozz pubbliku, ir-rati huma dawk li huma u tajjeb li forsi ngħid anke x'inhuma r- rati u fuq liema oġġetti.", "M'għamilniex eko-kontribuzzjoni fuq kollox imma żammejna ma' dak li għedna fid-diskors tal-budget li għadda.", "Din mhix xi ħaġa li ħriġniha issa għax xi ħadd skopra li għandna xi problemi ta' deficit.", "Dażgur li għandna problemi ta' deficit!", "Kif kellu l-gvern Laburista li pprova jindirizzahom b'metodi li ma qbilniex magħhom.", "Id- diskussjoni li għandu jkollna bejnietna m'għandhiex tkun dwar jekk għandniex nindirizzaw d-deficit, imma dwar il-mod ta' kif nindirizzawh.", "Meta aħna ġejna biex nibbażaw id-deċiżjoni tagħna, ibbażajniha fuq sistema ħafna aktar ekwa mill-mod kif il-gvern Laburista ried jindirizza l- kwestjoni ta' ġbir ta' flus biex jagħmel tajjeb għall-infiq tal-gvern.", "Fid-diskors tal-budget ħabbarna li se nagħmlu eko-kontribuzzjoni fuq numru ta' prodotti.", "Irrid ngħid li l-fliexken u l-bottijiet ta' prodotti mhux alkoħoliċi, inkluż il-birra se jkollhom rata ta' ċenteżmu, dawk il-prodotti li għandhom x'jaqsmu ma' l-inbid u alkoħoliċi oħra, se jkollhom rata ta' 5c u hemm rata fuq numru ta' toiletries u prodotti tal-kosmetika pero` aħna ma għamilnihiex fuq kollox u evitajna l-iżjed prodotti kkunsmati.", "Għamilna eko-kontribuzzjoni fuq it-tyres tal-vetturi għax bħalissa l-mentalita` hi li kif ikollok puncture taqbad u tbiddel it-tyre.", "Ħadd ma jaħseb kif dak it-tyre se jmur fis-sistema ta' l-iskart u kemm iqum biex jiġi recycled; wieħed iħallas lil dak li jmur jixtri t-tyre mingħandu u ftit jaħseb fuq dawn il-problemi.", "Għamilna rata fuq il-batteriji inkluż dawk tal-karozzi, rata ta' 10c fuq iż- żejt tal-karozzi, rata ta' 5c fuq l-oil filters u għamilna diversi rati fuq white goods bħal air-conditioners u water heaters b'rati ta' Lm12 u Lm3 rispettivament.", "Fuq televisions u monitors sa 28 pulzier, għamilna rata ta' Lm5 u għal dak li huwa akbar, għamilna rata ta' Lm15.", "Imma anke meta ġejna biex nagħmlu dawn ir-rati, qabel xejn rajna xi jqum lill-WasteServ biex tiġbor u tipproċessa dak l-iskart.", "Ħadna wkoll konsiderazzjoni ta' l- aspett soċjali.", "Per eżempju, għalkemm l-ispiża biex niġbru t-television, nisseparaw il-komponenti minnu, u ngħadduh mis-sistema jiswa aktar, aħna morna għal rata li hija anqas u dan minħabba konsiderazzjoni soċjali.", "L- istess għamilna fuq it-telephones.", "Morna għal dawn ir-rati għax deherilna li huma rati fair anke soċjalment.", "Aħna ma nistennewx iċ-ċapċip mingħand ħadd meta nagħmlu sistema ta' ġbir ta' flus, imma rridu nifhmu l- obbligazzjonijiet li għandna mhux lejn l-Unjoni Ewropea, imma lejn uliedna u lejna nfusna biex nagħtu lil dan il-pajjiż sistema ta' immaniġjar ta' skart li tissalvagwardja saħħitna u saħħet it-tfal tagħna.", "Tajjeb wieħed jgħid li l-gvern ta kas tal-kummenti li saru mis-segretarjat tas-self-employed u intrapriżi żgħar u fil-fatt kuntrarjament għal kif inhu indikat fl-abbozz ta' liġi, il-pieni għal reati kriminali f'dan l-abbozz se jkunu allineati mal-pieni għal reati kriminali ta' l-istess xorta u l- istess gravita` li hemm fil-liġi tal-VAT.", "Għaldaqstant tajjeb ngħid li mhux se jkun hemm pieni ta' priġunerija għal reati kriminali fil-liġi ta' l- eko-kontribuzzjoni.", "Aħna lesti nisimgħu kemm dak li jingħad f'din il- Kamra, kemm dak li tgħid il-kummissjoni u kemm dak li jgħidu l- istakeholders, l-industrija, l-importaturi u l-għaqdiet ambjentali dwar kif din l-idea li qegħdin nimplimentaw illum, inkunu f'pożizzjoni biex nistgħu niddefenuha aħjar fil-ġimgħat u x-xhur li ġejjin.", "Fil-fatt il-gvern ħa anke l-parir - ma niddejjaqx ngħid - tal-Federazzjoni ta' l-Industrija li nwaqqfu kummissjoni li sa l-aħħar ta' Ottubru ta' din is-sena teżamina l- effett ta' dawn ir-rati ta' kontribuzzjoni kif ukoll tistudja l- introduzzjoni ta' sistema ta' ġbir ta' materjali mill-produtturi u l- importaturi ta' pajjiżna.", "Irrid ngħid li f'din il-kummissjoni se jkun hemm ir-rappreżentanti ta' l-FOI, tal-Kamra tal-Kummerċ u tal-GRTU.", "Bħalma dejjem għamel, dan il-gvern lest jibqa' jisma' u jieħu s- suġġerimenti, pero' dan ma jfissirx li ma nagħmlux l-ewwel pass.", "Hemm bżonn nagħmlu l-ewwel pass jekk irridu bis-serjeta` nibdew nimplimentaw bil-fatti u nsostnu s-sistema ta' l-immaniġġjar f'pajjiżna.", "Lesti nisimgħu suġġerimenti anke mill-għaqdiet ambjentali.", "Irrid ngħid li kuntrarjament għal dak li anke deher f'ċerti ġurnali, l-eko-kontribuzzjoni m'hijiex se tiġi applikata għall-prodotti li jkunu esportati minn pajjiżna imma hija kontribuzzjoni fuq dawk il-materjali li effettivament imorru fis-sistema ta' l-iskart li jkun ġenerat ġewwa pajjiżna.", "Jien nifhem l-argument li għamlu xi wħud li staqsew kif jista' jkollok fridge li tkun eco-friendly u tħallas eko-kontribuzzjoni fuqha daqs fridge li m'hijiex eco-friendly, pero' rrid ngħid li wieħed irid iħomm f'moħħu żewġ konsiderazzjonijiet oħra.", "L-ewwel konsiderazzjoni hi li kull sistema li nadottaw trid tkun sistema li tista' b'mod effettiv tamministra.", "Jista' jkollna ħafna ħolm u ħafna ideat imma jekk fl-amministrazzjoni kif implimentata tħalli t-toqob, in-nies se jgħaddu minnha.", "Għalhekk irridu nippruvaw nagħmlu sistemi li jnaqqsu sostanzjalment iċ-ċans ta' l-abbuż.", "Meta inti għandek uffiċjal tal-gvern li se jagħmel audit, trid tagħmillu sistema li jista' jamministraha faċilment.", "Per eżempju, din ta' l-eco-friendly m'hijiex indikata f'harmonized system code differenti.", "Permezz ta' dan il-kodiċi, kull prodott ikun distint minn ieħor u b'hekk kulħadd ikun jaf id-dettalji tal-prodott.", "Irridu nifhmu allura li ma nistgħux inħallu toqob fejn wieħed jista' jgħid lill-uffiċjal li \"dik\" hija eco-friendly u l-\"oħra\" m'hijiex u jseħħ it-taħwid fuq liema rata tiġi adottata.", "Apparti dan - u nispera li jifhmuh il-membri ta' din il-Kamra u anke nies oħrajn - meta qed nitkellmu fuq fridge eco-friendly jew le, l- ispiża biex effettivament tinġabar u l-materjal jiġi rkuprat hi l-istess.", "Id-differenza li tagħmel fridge eco-friendly hi sakemm qed taħdem għax ma tikkonsmax aktar enerġija jew ma temanix CFCs.", "Imma once li din tintrema fis-sistema ta' l-iskart, ma tagħmilx differenza f'dak li huwa management ta' l-iskart u hu l-istat li finalment irid jagħmel tajjeb.", "Hawnhekk qed nindirrizaw il-problema ta' l-iskart pero` ma jfissirx li m'hemmx konsiderazzjonijiet oħra.", "Sur President, kif diġa' għedt, aħna lesti li nisimgħu suġġerimenti biex fejn hu possibbli nadottaw dak li hu prattiku.", "Aħna qed nagħmlu din is- sistema mhux biss biex niġbru l-flus imma sabiex inħajru lill-privat ipoġġi fuq is-suq sistemi ta' ġbir effettiv ta' dawk il-prodotti.", "Iva, irridu li l-privat jieħu l-inizjattiva.", "Tajjeb nirrepeti – għal ma nafx għal kemm-il darba - li l-abbozz innifsu ta' l-eko-kontribuzzjoni jitkellem b'mod ċar li jistgħu jkunu eżentati - parzjalment jew b'mod sħiħ - mill-eko- kontribuzzjoni dawk il-prodotti li l-privat jidħol biex jiġbor u jirriċikla.", "Mela jekk għada jsir ftehim li tiddaħħal din is-sistema, aħna jkollna l-faċilita` abbażi ta' dan l-abbozz li meta jkollna t-talba, neżentaw l-eko-kontribuzzjoni b'mod sħiħ jew parzjalment abbażi ta' kemm tonqos l-ispiża fuq l-istat.", "Jien qed nirrepeti dan għax jidhirli li dan huwa punt pożittiv li għadu ma ġiex rifless biżżejjed fil-media ta' pajjiżna.", "Nirrepeti li fil-każ tal-bottlers, nittamaw li huma jkunu fost l-ewwel nies li jadottaw sistemi ta' ġbir privati biex aħna bħala stat innaqqsu l-ispiża tagħna u jkollna wkoll sistemi effettivi ta' ġbir ta' skart.", "Punt ieħor li fil-media sfortunatament ma sabx biżżejjed riflessjoni hu li fl-abbozz qed ngħidu li tant aħna nemmnu li rridu nixprunaw lill-privat biex jidħol għal sistemi ta' ġbir, li qed ngħidu li se niddedikaw mhux anqas minn 5% ta' dak li effettivament niġbru mill-eko-kontribuzzjoni biex imur lill-produtturi jew lill-importaturi biex jimplimentaw skemi ta' din ix-xorta ta' ġbir ta' skart.", "Dan ifisser li parti minn dak li se niġbru bħala flus se ngħadduh ukoll bħala grant lill-industrija u lill-importaturi biex ipoġġu fuq is-suq sistemi ta' ġbir.", "Meta ġie biex jistabbilixxi r-rati, il-gvern ta wkoll importanza lill- aspett soċjali.", "L-impatt soċjali ġie kkalkulat li, fil-massimu tiegħu, ikun ta' 0.84% ta' dak li għandu x'jaqsam mar-retail price index.", "Qed ngħid il- massimu għaliex jekk ikollok sistemi ta' ġbir mill-privat li jidħlu fis- seħħ, aħna nagħtu l-eżenzjoni ta' l-eko-kontribuzzjoni u allura l-impatt fuq ir-retail price index jonqos.", "Aħna għamilna l-affarijiet b'mod serju biex kemm jista' jkun, l-impatt inkluż fuq ir-retail price index ikun minimu.", "Irrid ngħid li l-gvern ċertament ma abdikax mir-responsabilitajiet tiegħu għal dak li għandu x'jaqsam mal-qasam soċjali, inkluż meta ġie biex jiddefinixxi kif għandha ssir din l-eko-kontribuzzjoni.", "Kif diġa` għedt, dwar dak li għandu x'jaqsam ma' televisions u telephones, minkejja li l- ispiża biex effettivemant jinġabar, jiġi rkuprat u jiġi rriċiklat dak il- materjal huwa għoli, ma morniex għal rati abbażi ta' dik l-ispiża imma morna għal rati li jirriflettu konjizzjoni soċjali.", "Bl-ebda mod m'huwa veru li aħna għamilna xi miżura li tixbaħ lid- deċiżjonijiet li ttieħdu f'dan il-pajjiż bejn l-1996 u l-1998 minn gvern Laburista.", "Nirrepeti li aħna ma qbadniex l-ispiża u qassamniha fuq kull dar.", "Kien hemm min, inkluż fil-laqgħat ta' konsultazzjoni li kellna, qalilna li missna nagħmlu poll tax u r-risposta tagħna kienet le.", "Aħna bħala gvern ma rridux nagħmlu poll tax fuq kull familja għax din m'hijiex proposta li hija ġusta soċjalment.", "Jiena nkompli nuża l-eżempju tiegħi, raġel miżżewweġ b'tifla.", "Għandi jiena nħallas kontribuzzjoni għall- immaniġjar ta' l-iskart daqskemm għandha tħallas ommi li hija mara pensjonanta?", "Ir-risposta hija le, u dak li mhux adattat għal ommi m'hu adattat għal ħadd aktar fis-soċjeta` Maltija u għalhekk morna għal sistema li hija bbażata fuq dak li għandu x'jaqsam mal-konsum u ma' użu ta' ċerti materjali ta' konsum.", "Sur President, kien hemm min talabna biex nipposponu din il-miżura.", "Kif diġa` għedt, ħadd ma jieħu gost jiġi f'dan il-Parlament jipproponi miżuri ta' ġbir ta' flus imma rridu nifhmu li dan il-gvern m'għandux biss l- obbligu li jara li d-deficit jonqos, imma għandu obbligu wkoll lejn il- poplu Malti u lejn uliedna li jkollna sistema ta' immaniġġjar ta' l-iskart sostenibbli.", "Huwa importanti li nibqa' nirrepeti dan għax biex immorru għal dak, irridu nonfqu ħafna flus għax sistema hekk ma tiswiex sold u nofs.", "Għax aħna gvern serju, irridu nindirizzaw din il-problema b'mod serju u b'mod ippjanat ħalli l-passi li għandna bżonn nieħdu fix-xhur u fis-snin li ġejjin ma jkunux sempliċement passi li jkunu fi ktieb aħdar, miktub iswed fuq l-abjad ̧ imma jkunu passi bbażati fuq strateġija u sostnuti minn finanzjament biex inkunu ċerti li dak li qed nippjanaw insostnuh.", "Sur President ̧ ma ġejniex hawnhekk biex nipproponu miżura fiskali li tagħmel tajjeb għall-ispiża kollha li għandna biex nimmaniġġjaw l-iskart u lanqas ġejna hawn b'gost jew bi pjaċir iżda ġejna hawn b'responsabbilita` lejna, lejn dan il-poplu u lejn uliedna biex ikollna finanzjament ta' faċilitajiet u servizzi ħalli nimmaniġġjaw l-iskart li kull wieħed u waħda minna nikkonsmaw u narmu.", "Irridu nifhmu li ma nisgħtux nibqgħu nistennew.", "Irridu nimplimentaw il- pjan li għandna u għandna wegħda mal-poplu li dak nagħmluh.", "B'responsabbilta` dak il-piż se nerfgħuh biex inwettquh.", "Nerġa' nirrepeti li ġejna hawn għax fuq kollox il-kwestjoni ta' l-immaniġġjar ta' l-iskart m'hijiex responsabbilta` tal-partit li qiegħed fil-gvern, m'hijiex responsabbilta` ta' dan il-parlament imma hija responsabbilta` ta' kulħadd, ta' kull wieħed li jikkonsma u jipproduċi l-iskart f'pajjiżna.", "Għalhekk kulħadd irid jerfa' parti minn dan il-piż, kulħadd irid jifhem li jekk irridu nimxu 'l quddiem f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-immaniġġjar ta' l- iskart, dak li għandu effett dirett u indirett fuq is-saħħa tagħna ̧ irridu nsostnuh kollha kemm aħna.", "Pero' dan irridu nsostnuh ukoll finanzjarjament.", "Sur President, kulħadd jikteb u jħambaq li jrid ikollna sistemi sostenibbli għall-ambjent, imma l-kelma \"sostenibilita`\" hija kelma li għandna bżonn naħsbu u nirrelataw magħha l-kwestjoni tas-sostenibilita` tal- finanzjament.", "Jekk ma nagħmlux hekk inkunu qegħdin biss noħolmu li nagħmlu faċilitajiet u sistemi ġodda u nkunu qegħdin biss nirrepetu l-iżball li l- għada nħalluh għal pitgħada u għal wara u ma nagħmlux l-affarijiet li l- poplu Malti fl-aħħar mill-aħħar qed jistenna li nagħmlu b'responsabbilta` bħala rappreżentanti eletti minnu f'dan il-parlament.", "Nirringrazzjak.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Charles Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Sur President ̧ din il-liġi li għandna quddiemna m'hi xejn ħlief liġi li timponi taxxa pure and simple u l-iskużi u d-difiża kollha li beda jġib l-Onor.", "Pullicino ma ġġustifkaw xejn minn dak li qal.", "Fil-fatt din il-liġi bl-ebda mod m'hu qed tħares lejn il-prinċipju ta' polluter pays u bl-ebda mod m'hu qed tikkonserva u tħares l-ambjent.", "Għalhekk bl-ebda mod ma nistgħu nemmnu lil dan il-gvern li qed igħidilna x'beħsiebu jagħmel għax ilna nisimgħu affarijiet li se jitwettqu u ma jitwettqux.", "Ma rridux ninsew li fl-1993 il-gvern kien wiegħed it-trattament tad-drenaġġ qabel ma dan imur il-baħar pero' għaddew madwar 12-il sena u dan għadu ma twettaqx.", "Fil-fatt m'hawnx bajja f'pajjiżna – hawnhekk ikun tajjeb li wieħed jagħti parir lill-Maltin u lit-turisti li jmorru jgħumu – li probabbilment m'hijiex ikkontaminata.", "Il-gvern qed igħid li issa se jpoġġi ħafna skips 'l hemm u 'l hawn - dawn qed isejħulhom bring-in sites – biex issir is-separazzjoni ta' l-iskart.", "Pero' meta wieħed jisma' dan jaqbad jidħak għax wara li ħafna nies ipprovaw jisseparaw l-iskart ̧ anke bl-għajnuna tal-kunsilli lokali, il-proċedura amministrattiva ta' kif jinġabar dan l-iskart kienet li jaqbdu tliet skips u jitfgħuhom kollha flimkien.", "Dan ifisser li l-isforz mill-kunsilli lokali kien għalxejn.", "Per eżempju, il-kunsill lokali ta' Pembroke ipprova jintroduċi din is-sistema fil-lokalità tiegħu snin ilu u kieku dakinhar ħdimna mill-qrib mal-kunsilli lokali ̧ kieku llum dan il-proċess edukattiv twettaq.", "Imbagħad jiġi l-ministru jgħidilna li se jpoġġi ħafna skips 'l hemm u 'l hawn biex in-nies jibdew jisseparaw l-iskart!", "Sur President, il-liġi li għandna quddiemna qed iddaħħal il-konċett li wieħed irid iħallas biex jinġabar l-iskart.", "Mela effettivament wieħed jista' jarmi l-iskart fejn irid, għax hekk qed jingħad hawnhekk.", "Fil-liġi mkien m'hemm li se nipprovaw inbiddlu l-consuming pattern tal-poplu ̧ fejn lill-poplu tħeġġu ħalli jipproduċi inqas skart jew inkella tħeġġu biex dan jisseparah u jiddisponi minnu b'mod li jinġabar.", "X'garanzija għandna li min ħallas xi 1c jew 2c fuq il-fliexken tal-plastik jew inkella min ħallas xi Lm1 jew Lm1.50 fuq il-batteriji, dan mhux se jiddisponi minnhom kif irid jekk il-flus li jkun ħallas bl-ebda mod m'hu se jirkuprahom?", "Għalhekk din hija taxxa pure and simple.", "Hawnhekk mhux qed ngħidu li se tħallas xi ħaġa u mbagħad meta tiddisponi minnha skond l-istrutturi ambjentali li qegħdin nagħmlu, il-flus li tkun ħallast se terġa' tirkuprahom.", "Din hija reazzjoni panikuża tal-gvern li minħabba d-deficit u l-qagħda finanzjarja li għandu qiegħed jirreaġixxi b'dan il-mod, billi jimponi aktar taxxi fuq il-poplu Malti.", "Għalhekk aħna nikkundannawh, Sur President, għax ma rridux ninsew li mill-1 ta' Jannar ta' din is-sena l-VAT telgħet minn 15% għal 18%, fl-ewwel ħames xhur ta' din is-sena l-gvern ġabar madwar Lm10 miljun aktar mill-VAT minn fuq il-konsumatur u li mill-1 ta' Mejju li għadda ̧ 400 oġġett li kienu eżenti mit-taxxa, fosthom ħafna mediċinali, ġew bil-5% VAT.", "Dawn qed jolqtu lil kulħadd l-istess u hawn nista' nsemmi b'mod partikolari ċerti mediċinali li għandhom x'jaqsmu mad-diabete.", "Il-poplu Malti huwa mkisser u magħfus bit-taxxi li qed jiġu mposti fuqu.", "Sur President, issejħilhom x'issejħilhom dawn huma taxxi.", "Per eżempju, iċ- ċertifikati mill-Insinwa minn Lm2 saru Lm4, in-noti u r-riċerki fl-Insinwa għolew ukoll u kien hemm żidiet ukoll fuq ir-rati fil-qrati.", "Dawn huma kollha żidiet u piżijiet fuq il-poplu Malti.", "U issa għandna din l-eco-tax, b'din il-ġustifikazzjoni finta li ma jemminha ħadd.", "F'dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna nsibu skeda ta' kemm se tkun it-taxxa fuq l-items kollha nklużi u b'sempliċement regolament il-ministru jista' jestendiha ħalli l-gvern jiġbor aktar.", "Il-gvern qed igħid li se jiġbor aktar taxxi b'responsabbiltà pero' aħjar ikellimna fuq ir- responsabbiltà ta' l-infiq bl-addoċċ.", "Per eżempju, hawnhekk ma nistax ma nsemmix it-tieni ambaxxata li qed nixtru fi Brussell għall-prezz ta' Lm9.5 miljun.", "Dan ħa nofs il-budget supplimentari għax il-ministru ̧ bis-saħħa ta' liġi li ntroduċa din is-sena ̧ jista' jaqbad u b'regolament iqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra żieda supplimentari.", "Fil-fatt il-ġimgħa li għaddiet kellna din iż-żieda supplimentari biex tagħmel tajjeb għad-Lm9.5 miljun biex imorru għal din l-ambaxxata, meta diġà ambaxxata fi Brussell.", "Hawnhekk ikun tajjeb li ngħid ukoll li l-prim ministru, bħala ministru tal- finanzi, ġie kkwotat li qal li din id-deċiżjoni kienet ittieħdet qabel ma hu assuma l-obbligu ta' ministru tal-finanzi filwaqt li l-ministru tal- finanzi preċedenti kien qal li din id-deċiżjoni ħadha Richard Cachia Caruana flimkien mal-MIMCOL.", "Donnu li ħadd ma jrid jassumi r-responsabbiltà ta' din id-deċiżjoni li għaġġbet lil kulħadd.", "Mela jitqanqċu fuq affarijiet li għandhom x'jaqsmu mal-qasam tas-saħħa ̧ bħalma huma l-lifs fl-isptar jew fir-residenza ta' l- anzjani Zammit Clapp, li ilhom ma jaħdmux sitt xhur, jew inkella ma jixtrux is-city scans u jsiru appelli biex jinxtraw ċerti magni għall- isptar u mbagħad nispiċċaw nonfqu Lm9.5 miljun fuq ambaxxata, u dan meta għandna minn fejn noperaw!", "Irrid insemmi wkoll dak li qed jiġri u dak li ġara fl-isptar.", "Fl-isptar mhux biss ingħata kuntratt tal-medical equipment lill-INSO kontra kull parir imma apparentement l-istandard ta' dan l-equipment lanqas huwa aċċettabbli.", "Jekk il-gvern irid jindirizza d-deficit ̧ l-ewwel ħaġa li għandu jagħmel hija li jindirizza l-ispiża u jagħti daqqa ta' għajn lejn ir-rapport ta' l-awditur għas-sena 2003.", "Hemmhekk ikun jaf fejn żdiedu l- ispejjeż u l-allowances.", "Allura għalfejn qed isir dan il-ġbir ta' taxxi?", "Biex nibdew noħolqu r-rapporti ta' konsulenza.", "Per eżempju ̧ qed jingħad li tar-rapport li rrakkmanda li l-barrieri jsiru fejn siti storiċi ħadu xi Lm40,000.", "Sur President ̧ qed nintroduċu taxxi ġodda wkoll biex inħallsu għal entitajiet ġodda li qegħdin jinħolqu anke b'din il-liġi.", "Per eżempju ̧ il- prim ministru għadu kemm qal li, permezz ta' kumitat, se jikkontrolla l- infiq fl-entitajiet pubbliċi u tal-gvern.", "Minkejja din il-wegħda, fl-ewwel ħames xhur ta' din is-sena in-nefqa fuq dawn l-entitajiet u awtoritajiet żdiedet.", "Barra minn hekk qed noħolqu awtorita` oħra, bord ta' appell magħha u struttura oħra.", "Għal dan kollu qed iġibu l-iskuża li rridu nassumu r-responsabbilta` biex nikkontrollaw il-budget.", "Kif jista' jkun li nemmnuh dan?", "Sur President, waħda mill-problemi li jirrepetiha kulħadd – fost oħrajn hemm l-FOI ̧ iċ-chamber of commerce u l-GRTU - hija t-toqol amministrattiv.", "L-Onor.", "Vassallo kemm il-darba qal ̧ u naqbel miegħu, li hemm bżonn li l- burokrazija titnaqqas.", "Minkejja dan qed nintroduċu liġi oħra li tkompli tgħabbi l-burokrazija li diġà teżisti fuq l-istrutturi tal-liġi li hemm.", "U jekk hawn xi ħadd qed jaħseb li ma jinġabrux taxxi għall-ambjent sejjer żball għax għandna t-taxxi fuq il-liċenzji tal-karozzi, it-taxxi għat-toroq u t-taxxi fuq il-fuel.", "'Il quddiem nagħti figuri ta' kemm jinġabru taxxi f'dan ir-rigward, li Lm4 miljun minnhom il-gvern jista' jallokahom għal xi fond speċifiku.", "Sur President, kif nistgħu nemmnu lill-gvern li dawn il-flus mhux se jmorru kollha f'karus wieħed u fil-bir bla qiegħ tal-finanzi tal-gvern?", "Tmien xhur ilu l-gvern wegħedna li se jagħmel erba' fondi biex nissanaw il- finanzi pubbliċi.", "Fil-fatt wieħed minnhom huwa dwar turiżmu u kultura, ieħor huwa dwar toroq, ieħor dwar saħħa u ieħor dwar ambjent u tisħiħ.", "Dawn suppost kellhom isiru kollha mit-taxxi li kien impona fl-aħħar budget li għamel, speċjalment biż-żieda fil-VAT u ż-żieda ta' 5% fuq ħafna oġġetti.", "Minkejja dan kollu sal-lum l-ebda wieħed minn dawn il-fondi ma twaqqaf u allura kif nistgħu nemmnuh lill-gvern?", "Li kien hemm kien tnaqqis mill- fondi ta' l-MTA u tnaqqis mill-qligħ mit-turiżmu.", "Fil-fatt matul l-ewwel ħames xhur, kull turist li ġie f'Malta nefaq Lm10 inqas.", "Mela fil-qasam turistiku qed inżidu l-ispejjeż u qed nitilfu l-kompetittività bir- riżultat ta' dan kollu jkun it-telf f'wieħed mill-aktar oqsma importanti ekonomiċi li għandna.", "Din hija sitwazzjoni tal-biki.", "Sur President ̧ aħna naqblu li nindirizzaw l-ambjent.", "Din in-naħa taqbel bis- sħiħ li għandna naraw kif nagħmlu u l-ambjent nipproteġuh u li għandu jiġi mfassal pjan fit-tul li jkun maqbul mhux biss bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra imma wkoll mal-partijiet soċjali kollha.", "U mela tiġi hawn u tgħid li qed tiddiskuti man-nies!", "Din hija tad-daħk.", "Mela l-ewwel tagħmel liġi li se tidħol in vigore fl-1 ta' Awissu u fl-istess waqt tgħid li se tagħmel kummissjoni biex tissuġġerilek kif għandek timplimenta l-liġi.", "Il-loġika tiegħi tgħidli – ma nafx jekk il-loġika ta' xi speċjalista mill-università tgħidx li l-ewwel għandek tpoġġi l-karru u mbagħad il-ħmar - li l- kummissjoni u d-diskussjoni mal-partijiet soċjali misshom saru qabel ma din il-liġi ġiet introdotta.", "Sur President, ikun tajjeb li wieħed jinnota wkoll li dan l-abbozz ta' liġi sar bil-għaġġla.", "Qed ngħid dan għax ċerti klawsoli bejn il-Malti u l- Ingliż ma jaqblux.", "Per eżempju, fi klawsola 12 jingħad li:", "\"Il-Ministru jista' jeżenta lil kull persuna milli tħallas ...\",", "filwaqt li fit-test Ingliż għandna hekk:", "\"The Minister, with the concurrence of the Minister of Finance ...\".", "Mela allura l-użu tad-diskrezzjoni li jrid ikun hemm bejn żewġ ministri nsejnih.", "Issa hawnhekk mhux qed nitkellmu fuq xi virgola imma fuq id- dettalji tal-liġi bejn it-test Malti u t-test Ingliż.", "Dan kollu juri l-għaġġla li kien hemm biex tiġi ntrodotta din il-liġi.", "Fil- fatt jidher li ma saret l-ebda diskussjoni u dan qed jistqarruh il- partijiet kollha konċernati.", "Jekk saret xi diskussjoni din ma ġietx konkluża jew inkella jekk saru xi diskussjonijiet, dawn ma qablux mat-teżi tal-gvern.", "Jien staqsejt jekk sarx assessment ta' l-impatt ekonomiku pero' l-gvern qal li din kulma se taffettwa huwa persentaġġ ta' xi 0.84%.", "Mela nsejna li fost żidiet oħrajn kien hemm żieda fil-VAT u żieda ta' 5% fuq ħafna oġġetti li minnha nnifisha kienet se żżid l-għoli tal-ħajja bi 2%?", "Aħna nitkellmu man-nies li jmorru jixtru u jikkonsmaw l-affarijiet.", "Hawnhekk issemmew il-ġenituri u jien ukoll insemmi l-ġenituri tiegħi, għax malli tmur għandhom igħidulek li l-pensjoni mhux qed isservihom.", "Dawn igħidulek li kull darba li jmorru jixtru ftit mediċina u xi affarijiet essenzjali dejjem isibu li l-pensjoni qed tonqsilhom.", "U dawn ikunu l- aqwa gauge ta' kemm qed togħla l-ħajja għax peress li għandhom il-pensjoni limitata, jikkalkolaw kull ċenteżmu aktar li jonfqu minn ġimgħa għal ġimgħa.", "Din hija r-realtà soċjali ta' dan il-pajjiż.", "Għalhekk dan il-pajjiż ma jiflaħx għal aktar impożizzjonijiet ta' aktar taxxi ̧ tariffi eċċ. Darba kien hemm min qal li t-tariffi m'humiex taxxi.", "Jien naħseb li filwaqt li qabel wieħed kien iħallas Lm5 għal servizz u issa qed iħallas Lm10 ̧ dan igħidlek li s-servizz għola b'Lm5.", "Fejn qabel għal permess wieħed kien iħallas Lm10 u issa qed iħallas Lm20 dan jgħidlek li għolielu b'Lm10.", "Dawn il-flus fl-istess karus se jmorru.", "Billi qed igħidu li din m'hijiex taxxa bħall-VAT!", "Din hija taxxa tas-sisa u din ħarbitlu lill-ministru għax kont attent ħafna għal dak li kien qed igħid.", "Pero' huwa żgur li din m'hijiex kontribuzzjoni għax fil-vokabularju tiegħi ̧ kontribuzzjoni hija volontarja.", "Jekk jiġi xi ħadd u jgħidli biex nagħtih kontribuzzjoni jew ngħidlu le u nibqa' għaddej, jew inkella tagħtih.", "Dan bħalma jsir waqt il-quddies; meta tiġi s-sasla quddiemek jew tagħtih jew inkella tgħaddiha lil ħaddieħor u ma tagħtix.", "Pero' jekk ikun hemm xi ħadd fil-bieb u jgħidlek li biex tieħu siġġu trid tħallas 5c ̧ dik ma tkunx kontribuzzjoni imma impożizzjoni.", "(Interruzzjonijiet)", "THE DEPUTY SPEAKER: Ippermettuli ftit.", "M'huwiex aċċettabbli li jkun hemm min jinterrompi miż-żewġ naħat tal-Kamra.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Jien ħallejtek titkellem bil-vokabularju tiegħek.", "Inti pprovajt tikkonvinċi lin-nies li din it-taxxa hija indirizzata biex nipproteġu l-ambjent.", "Ħadtu deċiżjonijiet li rtirajtu minnhom matul din is- sena u dan minkejja l-ħlasijiet li saru lill-konsulenti għal dawn id- deċiżjonijiet żbaljati li ħadtu.", "Fil-fatt kien hemm membri min-naħa l-oħra li qalu li ċerti deċiżjonijiet kienu żbaljati.", "Pero' issa qed jipprovaw jiġġustifikaw din it-taxxa li, nerġa' ntenni, il-gvern irid jintroduċiha malajr għax il-kalkoli tiegħu qed jirriflettu li fl-aħħar tas-sena d- deficit se jkun agħar.", "Għalhekk irid jipprova jindirizza dan id-deficit u l-problema finanzjarja.", "U hawn hija d-direzzjoni konfuża ta' dan il-gvern.", "Dan għadu kif mar fl-ECOFIN fejn għamel mudell ...", "Ilna nisimgħu bi studji!", "Fl-1999 għamilna studju dwar kif se nikkontrollaw il-budget, għamilna studju li minnu rriżulta li kollox qiegħed in line.", "Huwa veru li kollox kien in line imma fit-tielet sena ta' dik il-projection ̧ il-line inqata', il-linja tat-telephone tħawdet u ma baqa' xejn in line għax morna l-baħar.", "Issa qed nipprovaw - dan kontra kull parir - inbigħu l-assi tagħna u nipprivatizzaw ħafna entitajiet bl-iskuża ta' aktar effiċjenza, mingħajr pjan ta' xejn u mingħajr ma nikkalkolaw l-impatt soċjali u ekonomiku fuq pajjiżna.", "Jien inħobb insemmi żewġ entitajiet partikolari għax huma importanti ̧ pero' qatt ma ningħata risposta.", "L-ewwel waħda hija l-Air Malta.", "Se jinbiegħu s-sussidjarji ta' din il-kumpannija li ma kenux qed jagħmlu telf kif ukoll il-proprjetà tagħha.", "Dan meta għadna ma nafux il- valur reali tagħhom fis-suq.", "Hawnhekk nixtieq insemmi eżempju ta' dar kantuniera żewġ passi 'l bogħod minn ħdejn il-Plaza f'Tas-Sliema li nbiegħet Lm1.2 miljun.", "Ara ma jiġix xi ħadd igħidilna li l-lukanda, bil- grounds li hemm magħha ̧ tiswa xi Lm3 miljun jew Lm5 miljun għax inkunu rridu nakkomodaw lil xi ħadd.", "Din qed nagħmilha ċara u pubblika hawnhekk.", "L-istess ngħid fuq biċċa art f'Għajn Tuffieħa li hija bellezza u li qed inħalluha tiddeterjora għax hemm xi ħadd li tefa' għajnejh fuqha.", "Dan biex taparsi nissanaw lil Air Malta meta l-Air Malta, minħabba d-deċiżjonijiet żbaljati ta' dan il-gvern bl-RJ70s ̧ spiċċat b'dejn ta' kważi Lm80 miljun.", "Għalhekk issa minflok naraw kif is-sussidjarji ta' l-Air Malta nsaħħuhom, qegħdin ngħidu se nbigħuhom.", "Pero' dwar dan ħadd ma jaf xejn imma sempliċement igħidulhom sa Novembru.", "Qed jingħad tajjeb li huwa inaċċettabbli li l-kumpannija nazzjonali tiġi trattata b'dan il-mod, u dan aħna ngħiduh bl-ikbar responsabbilta`.", "Issa ħalli nerġa` niġi biex ngħid xi ħaġa oħra dwar is-Sea Malta.", "Matul diskussjoni li saret hawnhekk intqal li s-Sea Malta se tinbiegħ bl-ebda garanzija dwar it-trasport, u dan meta hija l-garanzija tat-trasport li tipprovdi l-link bejn pajjiżna u l-bqija tal-kontinent u mingħajr ma ttieħdet l-ebda konsiderazzjoni għall-inkwiet li toħloq deċiżjoni bħal din.", "Fil-fatt anke l-FOI qalet li ma jistax ikun illi l-link bejn Malta u l- mainland ma jkunx assigurat.", "Illum fuq il-Bank of Valletta qed jingħad l-istess diskors li kien qed isir meta kien se jinbiegħ il-Mid-Med Bank, u anke f'dan il-każ, m'hu qed ikun hawn trasparenza ta' xejn.", "Biżżejjed ngħid li lanqas il-white paper li kien ippubblika dan il-gvern tliet snin ilu dwar kif għandu jsir il-proċess ta' privatizzazzjoni m'hi qed tiġi osservata.", "Waqt argument ekonomiku u finanzjarju li kellna l-ġimgħa l-oħra, jien staqsejt fuq l-allegazzjoni li qed jintilef id-dazju mill-importazzjoni tad-diesel fejn huwa allegat li l- gvern qed jitlef mijiet ta' eluf ta' liri f'sisa, u fil-fatt anke d- direttur tad-dwana qanqal din il-mistoqsija.", "Nixtieq inkun naf kienx hemm xi racket għaddejja dwar dan id-diesel, jekk itteħditx xi azzjoni, jekk kienx hemm min kien involut minn fuq s'isfel jew minn isfel sa fuq, u aħna qed nistennew li ningħataw risposta.", "Dan l-argument qanqaltu darbtejn jien f'din il-Kamra, qanqlitu darbtejn ġurnalista fuq l-istazzjon nazzjonali tat- television, pero` minkejja dan kollu sal-lum għadna ma ngħatajna l-ebda risposta sodisfaċenti, u huwa importanti li ningħataw din ir-risposta għax wara kollox dan jirrigwarda d-dħul tal-gvern.", "Għalhekk, Mr Speaker, aħna bilfors nieħdu dan l-atteġġjament.", "L-ewwelnett aħna qed ngħidu li minnha nnifisha l-eco-tax hija ħażina għall-ambjent għax ma tinċentivax, pero` jien nixtieq li xi ħadd jikkonvinċini fuq dan l- abbozz ta' liġi ...", "Għax aħna mhux fuq x'nixtiequ rridu nitkellmu imma fuq dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna.", "Meta dan l-abbozz ta' liġi jgħaddi mill-parlament, dan l-abbozz ta' liġi jkun kollox u l-uffiċjali li jkunu jridu jimplimentaw il-liġi fuq dan l-abbozz ta' liġi jkunu jridu jimxu, xejn iżjed u xejn inqas.", "Aħna bħala soċjeta` konsumista nipproduċu ħafna wastes, u bħala soċjeta` konsumista rridu naħdmu biex inkabbru l- attivita` ekonomika għax dak ifisser ħolqien tal-ġid u hija dik l-attivita` li tipprovdi l-impjiegi, imma fl-istess waqt irridu nassiguraw li dak l- iżvilupp ekonomiku ma jkunx qed iwassal għal żieda fil-produzzjoni ta' l- iskart.", "Anke fil-pajjiżi Ewropej huwa aċċettat il-fatt li dan huwa l-għan tal-konċett ta' \"the polluter pays\" jew inkella tat-taxxa fuq l-ambjent.", "Fil-21 ta' April ta' din is-sena kien hemm briefing mill-Euro-commerce fejn fost l-oħrajn kienu involuti l-entitajiet kummerċjali tal-Ġermanja, l- entitajiet tal-commercio internazionale ta' l-ltalja, il-Carrefour ta' Franza, waħda mill-ikbar ditti tas-supermarkets, id-ditta Metro AG tal- Ġermanja u ditti oħra kbar li huma responsabbli għal ċertu produzzjoni ta' skart.", "Fil-fatt waħda mill-affarijiet li qalu dawn hija li l-għanijiet tagħhom huma proprju li jkun hemm dak li jissejjaħ \"decoupling\" fejn filwaqt li toħloq inċentivi sabiex ikun hemm żvilupp ekonomiku - allavolja bħalissa ċ-ċirkostanzi ma tantx huma feliċi - fl-istess waqt tara li bil- miżuri li tkun qed tieħu l-consuming patterns tal-konsumatur jibdew jinbidlu.", "Per eżempju, Mr Speaker, fl-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna x'hemm li jħeġġeġ lill-konsumatur jixtri iktar flixken tal-ħġieġ, imur jiddepożitahom u jieħu refund?", "Il-Ġermanja għandhom collection points awtomatiċi fejn min ikun ħallas extra għall-flixkun ikun jista' jerġa' jmur jiddepożitah u jieħu l-flus lura, u aħna lejn dan irridu naslu.", "(Interruzzjonijiet) Le, hawnhekk qed ngħidu li din it-taxxa se tmur fuq il-konsumatur, u jekk il- produttur jirriċiklah hija fid-diskrezzjoni tal-ministru - u dan qiegħed miktub ċar taħt klawsola 12 - li jagħti dik l-eżenzjoni, pero` meta nikkonsidraw kif inhu bħalissa l-gvern, dahru mal-ħajt, naħsbu li hija diffiċli biex dik l-eżenzjoni tingħata.", "Għalhekk l-ewwel ħaġa li rridu ngħidu hija li l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna bl-ebda mod m'hu qed jindirizza din il-problema kbira li għandna biex nikkonservaw, nipproteġu, inħarsu u nippromwovu l-ambjent.", "Jien ngħid ukoll: Wieħed m'għandux jingħata xi forma ta' inkoraġġiment biex jixtri s-solar panels jew inkella biex juża l-green petrol?", "Issa għandna wkoll l-eco-diesel, li ġie promoss minn xi produttur Malti, u jekk dan il-prodott huwa vijabbli verament u huwa ta' ġid għall-ambjent, lill- konsumatur għandna nagħtuh xi forma ta' inkoraġġiment biex juża dak il- prodott.", "Pero` fil-fatt l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna kemm qiegħed iħares lejn dan?", "Għax huwa qed jimponi taxxa flat fuq kulħadd.", "Il- ministru qalilna li b'1ċ biss extra, flixkun se jiġi riċiklat seba' darbiet, pero` jekk huwa jara ftit x'inhu jiġri fl-Ewropa jsib li dawk il- prodotti li jiġu riċiklati huma eżenti mill-eco-tax, u dan sabiex jinxtraw iktar mill-konsumatur.", "(Interruzzjonijiet) Ministru, inti għedt li se jitħallas 1c extra fuq kull flixkun għax issa l-flixkun mhux se jintrema imma se jinġabar biex jerġa' jintuża, u għalhekk jien qed ngħidlek li dan l- abbozz ta' liġi m'għandux raison d'être favur l-ambjent.", "(Interruzzjonijiet) Issa l-poplu jisma' lilkom, jisma' lilna u mbagħad jiddeċiedi, u għalhekk għandna nħallu lil kulħadd jisma' fil-kwiet biex imbagħad ikun jista' jiddeċiedi.", "Jien ngħid ukoll: Jekk sal-lum importatur kien iġib ħafna prodotti fil-plastic, issa għaliex b'xi mod m'aħniex qed ninkoraġġuh biex iġib iktar prodotti f'containers tal-ħġieġ ħalli mbagħad dawn ikunu jistgħu jinġabru u jerġgħu jiġu utilizzati?", "Għax at the end of the day, fl-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna m'hemm xejn illi jinkoraġġixxi importatur jagħmel dan.", "Jien ċert li ġaladarba l- konsumatur se jkun ħallas it-taxxa fuq dak il-prodott, mhux se jimpurtah fejn jarmih imma se jaqbad, jiftaħ it-tieqa tal-karozza u jarmih barra t- triq.", "Sfortunatament - u jiddispjaċini ngħid dan għax meta nara dawn l- affarijiet inweġġa' - dan hu li se jiġri, u għalhekk qed naraw li minkejja t-tqanżiħ tal-ministru, l-għan m'huwiex qed jintlaħaq.", "Issa ħalli niġi biex nitkellem fuq l-impatt soċjali li se tħalli din il- liġi.", "Illum hemm ħaddiema, fosthom ta' l-Air Malta, li l-paga tagħhom mhux talli mhux qed tiżdied imma talli qed jaċċettaw riduzzjonijiet fit-take- home pay tagħhom.", "Issa bl-eco-tax il-ħajja ta' dawn il-ħaddiema se togħla b'0.84%, u dan minbarra li l-ħajja għolietilhom anke kawża tal-VAT u għolewlhom ukoll, jew inkella qegħdin fil-proċess li jogħlewlhom, prodotti essenzjali, bħall-mediċini, minħabba fatturi internazzjonali li at this stage m'iniex se noqgħod nidħol fihom.", "Madanakollu fl-istess waqt li l- paga tal-ħaddiem qed tinxtorob, il-gvern permezz ta' din il-liġi se jiġbor Lm4 miljun oħra mill-bwiet tan-nies.", "Ta' min jgħid ukoll li fl-ewwel ħames xhur ta' din is-sena biss il-gvern ġabar mill-VAT madwar Lm10 miljun iktar minn fuq is-sena li għaddiet.", "Għalhekk illum il-konsumatur għandu inqas flus f'idejh, u l-fatt li bħalissa s-suq sejjer ħażin ġie rifless anke mill-bejgħ li kien hemm fit- trade fair li saret ftit ġimgħat ilu fejn 58% ta' l-esebituri qalu li l- bejgħ naqsilhom bi kważi 20%, xi 16% ta' l-esebituri qalu li l-bejgħ żdidilhom u l-oħrajn qalu li kellhom l-istess ammont ta' bejgħ bħas-sena li għaddiet.", "Minn hawnhekk naraw li l-flus fil-bwiet tan-nies qegħdin jixxottaw, u allura f'ċirkostanzi bħal dawn liema gvern jew policy maker jasal biex jintroduċi miżura li tkompli tixxotta l-availability tal-flus f'idejn il-konsumatur?", "Jien ikolli ngħid hawnhekk li jew il-gvern veru qed jirreaġixxi għas-sitwazzjoni preżenti b'ċertu paniku u m'huwiex qed jaħseb fit-tul jew inkella kulma qed jara huwa li jsolvi l-problemi finanzjarji li ħolqu gvernijiet Nazzjonalisti stess.", "Il-verita` hi li fl-1990 il-gvern kien qal li jrid jibda jaħdem b'deficit budgeting, imbagħad ħarablu l-barri minn qrunu u ma setax isib tarf.", "Għalhekk, kif għedt diġa`, din il-problema finanzjarja li qed ikollna niffaċċjaw illum ġiet maħluqa minn gvernijiet Nazzjonalisti.", "Biżżejjed insemmi t-tenders li ntgħażlu, fejn ma kien hemm l-ebda accountability fil- proċess ta' l-għażla, il-mijiet ta' miljuni ta' liri li ġew minfuqa fl- isptar il-ġdid u li għad iridu jintnefqu - għax sal-lum l-isptar għadu m'huwiex lest - jew it-toroq, li minkejja li f'għaxar snin intnefqu madwar Lm80 miljun fihom, huwa issa li qed ngħidu li qed isiru tajbin.", "Ta' min jgħid ukoll li l-awditur ġibed l-attenzjoni għall-fatt li on average fis- sena 2003 il-paga tal-ħaddiema tal-gvern żdiedet b'Lm2.62 fil-ġimgħa, u minkejja li bejn Settembru 2002 u Settembru 2003 fil-ministeru għall- affarijiet barranin il-ħaddiema niżlu minn 370 ruħ għal 283 ruħ, minħabba l- konsulenti, l-esperti u n-nies li jitqabbdu, l-ispiża tal-pagi żdiedet b'Lm222,000, jiġifieri kien hemm żieda ras imb'ras ta' Lm51 fil-ġimgħa.", "L-istess nistgħu ngħidu għall-uffiċċju tal-Prim Ministru għax fost affarijiet oħra, tara żidiet fl-allowances, u fl-aħħar mill-aħħar dawn il- flejjes kollha qed jispiċċa jħallas għalihom it-taxpayer, il-pensjonant, iż- żagħżugħ u l-konsumatur, anke jekk dan ma jaħdimx.", "L-awditur ġibed l-attenzjoni wkoll għas-safar - dawn ir-rapport nitfgħuhom fuq il-mejda tal-Kamra u ħadd ma jagħti kashom.", "Nibda biex ngħid li matul is-sena 2003 filwaqt li l-gvern kien qed jistma li jonfoq Lm1 miljun b'mod ġenerali fuq is-safar, huwa spiċċa biex nefaq Lm1.5 miljun, u hemm min qed jiġġustifika din in-nefqa.", "Jekk l-infiq qed isir kif qed isir fi Brussels, fejn qed nixtru dar ta' Lm9.5 miljun biex nuru kemm aħna kbar ...", "Għax aħna qed nipprovaw nuru l-kapaċitajiet tagħna fi Brussels billi qed immorru u nonfqu kemm nifilħu, bħal meta wieħed broke u fallut jissellef Lm2,000 u jmur jilgħabhom fil-casino.", "Din hija l-politika tal-gvern!", "Nerġa' nenfasizza li matul is-sena 2003 l-infiq fuq is-safar kellu jammonta għal Lm1 miljun u spiċċa biex tela' għal Lm1.5 miljun.", "Dan huwa l-kontroll li qed isir fuq il-ħela!", "Bħala parentesi jkun tajjeb jekk ngħid li wara li l- ħaddiema ta' l-Air Malta, li hija entita` tal-gvern ukoll, ftehmu li jnaqqsu l-pagi tagħhom, jien informat li l-kapijiet xtraw karozza ġdida kull wieħed, u għalhekk naħseb li l-ministru għandu jivverifika dan li qed ngħid.", "L-istess nistgħu ngħidu għall-ispiża fil-qasam tat-turiżmu għax fl- istess waqt li lill-MTA, li hija responsabbli biex iġġib lit-turisti lejn pajjiżna, ħadnielha parti mill-flus allokati lilha, f'sena waħda l- ministeru għat-turiżmu żied in-nefqa fis-safar minn Lm26,000 għal Lm115,000 fl-2003, jiġifieri huwa żied in-nefqa b'madwar Lm80,000.", "Naturalment imbagħad ir-riżultat kien li ġew inqas turisti, kien hemm inqas qligħ mit- turiżmu u l-industrija tat-turiżmu daħlet fi kriżi.", "Xi progress dan!", "Fuq ir-rubini mexjin!", "Anke fil-każ tal-ministeru tas-saħħa u tal-ministeru għal Għawdex, dawn nefqu 30% iktar f'safar fuq is-sena li għaddiet u 24% iktar minn dak ipproġettat.", "Imbagħad xi ngħidu għall-infiq tal-gvern fil-qasam tat-trasport?", "Alla jbierek, illum l-uffiċjali għolja ta' l-entitajiet pubbliċi u ta' l- awtoritajiet kollha għandhom karozza leased u bis-segretarju jew bl- assistent magħhom!", "Fil-fatt ta' min jgħid li filwaqt li fis-sena 2002 n- nefqa fuq it-trasport tal-gvern fl-amministrazzjoni pubblika kienet tammonta għal Lm182,000, f'sena waħda din telgħet għal Lm312,000, jiġifieri żieda ta' 71%.", "Mhux ta' b'xejn li meta l-poplu jara din il-ħela min-naħa tal-gvern ma jkunx jista' jaċċetta li dan ikompli jitgħabba u jitkisser b'iktar taxxi!", "Jekk il-gvern irid jagħmel xi ħaġa verament, dan għandu jara fejn jista' jaqbad u jaqta' l-infiq bis-serjeta`, imbasta ma jagħmilx kif għamel fil-każ ta' l-MTA, fejn qabad u naqqsilha Lm0.5 miljun.", "Issa jekk il-gvern qabad u naqqas din is-somma minħabba li l-infiq li kien qed isir mill-amministrazzjoni ma kienx qed isir bil-għaqal jew inkella għamel hekk biex jiġbed widnejn min kien imexxi minħabba li forsi ma kienx qed imexxi b'ċerta accountability, jien ngħidlu \"prosit\", imma jekk huwa għamel hekk sempliċement biex isodd toqba, jien ngħidlu li l-affarijiet m'għandhomx isiru b'dan il-mod.", "Mr Speaker, ma rridux ningħalqu fil-ministeri u ma mmorrux niltaqgħu man- nies, fosthom mas-sidien tal-lukandi.", "Fil-fatt illum, fl-eqqel tas-sajf, dawn filli qed ikollhom occupancy ta' 80%, ta' 85% jew ta' 90% u mbagħad f'daqqa waħda l-occupancy rate qed tinżlilhom għal 60%.", "Biżżejjed ngħid li ħafna minnhom kulma għandhom pre-bookings għal Awissu huwa għal 50% jew 60% ta' l-occupancy tagħhom, u dawn qed jittamaw li forsi dan il-persentaġġ jogħla xi ftit fir-rush ta' l-aħħar.", "Issa rrid nenfasizza li bħalissa qegħdin fl-eqqel tas-sajf u mhux fl-ewwel ħames xhur tas-sena.", "Il-ministru dejjem jagħmlilna l-wegħdiet u jgħidilna li l-prospetti għat-tliet xhur li ġejjin se jkunu aħjar, u mbagħad dawn il-prospetti aħjar ma jaslu qatt, qisna dejjem nisimgħu lil xi kummentatur tat-temp jgħidilna li ġejja x-xemx u mbagħad jgħidilna: Jiddispjaċini, imma kienet ġejja x-xemx u minflok għamlet ix-xita!", "Mela l-affarijiet isiru b'dan il-mod?!", "Il-gvern kif iddeċieda li jaqta' l-flus proprju mill-awtorita` tat-turiżmu meta għandek lill-operaturi u lill-istakeholders kollha qegħdin jagħmlu l-almu kollu tagħhom biex jipprovaw jimbottaw lill-qasam tat-turiżmu 'l quddiem?", "Ikun tajjeb jekk napprezzaw li l-investitur privat qed jiddejjen mal-bank u qed jitgħabba b'piżijiet kbar ta' djun biex itejjeb il-prodott tiegħu, u Allaħares ma jagħmilx hekk biex forsi jkabbar il-profitt tiegħu.", "Lill- investitur aħna rriduh ikabbar il-profitt tiegħu, imma biex huwa jkun jista' jagħmel dan, il-gvern irid ikun kommess bis-serjeta` biex jaqdi r- responsabbilta` li għandu kemm f'dak li għandu x'jaqsam ma' burokrazija kif ukoll f'dak li għandu x'jaqsam mat-titjib tal-prodott Malti.", "Mr Speaker, ilna ħafna nisimgħu li l-infiq tal-hospitality qiegħed jiżdied, u hemm min jgħid li huma affarijiet żgħar li l-ispiża tal-hospitality tiżdied b'14% jew b'20%, imma jien ngħid: Jekk qegħdin fuq proċess ta' awsterita` ma jridx ikun il-gvern li jagħti l-ewwel eżempju?", "Jew inkella l- awsterita` nimplimentawha fuq il-konsumatur billi ma nixtrux il-mediċini li hemm bżonn, billi t-tiswijiet jew ix-xiri li jkun irid isir fuq ċertu apparat mediku ma jsirx jew jiġi delayed bil-konsegwenza li jbati s-settur tas-saħħa, l-iktar settur essenzjali għall-poplu tagħna, li jolqot lil kulħadd u li għandu jkun available għal kulħadd?", "Tkun qed issir l-ikbar inġustizzja jekk Allaħares qatt nispiċċaw f'sitwazzjoni fejn is-saħħa tinxtara bil-flus f'dan il-pajjiż, u Allaħares naslu fi stadju fejn biex wieħed jieħu l-aqwa kura jkun irid ikollu l-flus jew inkella xi insurance għalih u għall-familja tiegħu li tiswa mijiet ta' liri!", "Il-kura għandu dritt għaliha kulħadd, u l-pajjiż iħallas miljuni kbar ta' liri għaliha.", "Jekk hemm bżonn, naqtgħu 30% jew 40% mill-hospitality jew mit-trasport.", "Huwa importanti wkoll li naraw kif qed jingħataw il-kuntratti mill- awtoritajiet u l-entitajiet għax f'ħafna minnhom is-salarji huma ogħla minn dawk tal-privat u għalhekk iktar nies qed jitilqu mill-privat u jmorru jaħdmu f'xi awtorita` bil-konsegwenza li l-piż qiegħed dejjem jikber.", "Imbagħad xi ngħidu għall-infiq li sar f'dawk li huma konsulenzi?", "Biżżejjed ngħid li matul is-sena 2003 l-infiq fil-konsulenzi kien ta' Lm1.5 miljun, u f'din is-somma hija inkluża l-ispiża ta' Lm40,000 konsulenza fuq il- barrieri ta' ħdejn is-siti ta' Ħaġar Qim.", "Issa ngħid għalija, suġġerimenti bħal dawk lanqas b'xejn ma rridhom, aħseb u ara kemm se nħallas għalihom!", "Imma nsomma, lil dawn il-konsulenti ngħidulhom grazzi wkoll għax fl-aħħar mill-aħħar tħallsu għalihom.", "Li kieku l-gvern ikkontrolla biss dan l-infiq żejjed li semmejt, ukoll kien jiġborhom l-Lm4 miljun!", "Fid-diskors tal-budget il-gvern kien qal hekk fuq l-ambjent: \"Il-prattika trid tkun li nnaqqsu l-iskart u t-tniġġis kemm jista' jkun.\"", "Issa li t- tniġġiż laħaq dan il-livell, l-ewwel ma rridu naraw huwa kif se nagħmlu biex innaqqsuh.", "Irridu nibdew billi naraw x'inhuma l-kawżi tat-tniġġis, jekk humiex it-tip ta' karozzi, it-tip ta' fuel eċċ., u naraw kif innaqqsu l-użu tiegħu.", "Fil-budget kien qal li t-tnaqqis ta' l-iskart u t-tniġġis jista' jsir bi tliet modi.", "L-ewwelnett: \"B'tagħlim kostanti li jfisser l- għażliet li għandna quddiemna u kif inkunu iktar attenti għal kulma jaffettwa l-ambjent.\"", "Jiġifieri l-ewwel fattur importanti li semma l-gvern kien it-tagħlim fl- iskejjel, li tgħallem lill-ġenerazzjoni li tiela' u tgħallem anke lill- kbar.", "Ħafna drabi lill-kbar trid tagħtihom id-daqqa taċ-ċinturin għax ikunu iktar diffiċli biex jitgħallmu fejn jidħlu dawn l-affarijiet.", "X'għamel effettivament dan il-gvern( L-allokazzjoni li kien hemm kull sena għall-inizjattivi għal ambjent aħjar, bħal \"xummiemu\", li kienu qegħdin jedukaw iż-żgħar, ittieħdet u ntużat għal xi aħaġa oħra li kellu bżonn il- ministeru konċernat.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Il-kampanji kollha ġew taħt vot wieħed.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Inġabru kollha taħt vot wieħed?", "Prosit!", "Imma kemm qiegħed illum(", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom, no cross-debates.", "L-Onor.", "Mangion ikompli bl-intervent tiegħu u, jekk jogħġbu, jindirizza lis-Sedja.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Kemm qiegħed il-vot( Qed nistaqsik kemm qiegħed il-vot.", "(Interruzzjonijiet) Mela ma kien hemm xejn vot għax min qed jismagħna jaf li m'hemm l-ebda element ta' tagħlim.", "Skond id-diskors tal-budget it-tieni mod biex jitnaqqas l-iskart u t- tniġġis għandu jkun: \"Bi ħlas adegwat li jsir minn min jinkwina biex l- inkwinament jitnaqqas kemm jista' jkun u jissewwa meta jsir.\"", "Hawnhekk qegħdin ngħidu li rridu ninkoraġġixxu lin-nies biex jagħżlu dawk il- prodotti li jagħmlu inqas ħsara lill-ambjent.", "Allura l-inċentiv irid ikun, kif diġa` għedt, lejn patterns ta' konsum li jindirizzalna din il-problema.", "Din hija xi ħaġa li hija long term.", "It-tielet mod biex jitnaqqas l-iskart u t-tniġġis għandu jkun: \"B'investiment biex nipproduċu enerġija b'mod aktar effiċjenti u nadif u biex noħolqu prodotti li meta jiġu skartati joħolqu l-inqas inkwinament possibbli\".", "Hawnhekk qed nitkellmu dwar l-alternative uses of energy, imma f'dan il-bill ma jissemma assolutament xejn dwar dan.", "Jiġifieri minkejja dawk il-pjanijiet imsemmija fil-budget disa' xhur ilu, effettivament l- ewwel bill li ressaq il-gvern ma jmexxi xejn minnhom 'il quddiem.", "Barra minn hekk, wieħed irid jgħid li l-gvern diġa` qed jiġbor ammont ta' taxxi biex nindirizzaw il-problema marbuta ma' l-ambjent.", "Il-gvern għandu road taxes, fuel taxes, tobacco excise, ġbir ta' l-iskart kummerċjali u ħlasijiet għar-rimi.", "Bejn is-sigaretti u l-fuel huwa kkalkolat li l-gvern jiġbor Lm52 miljun f'sena, u bejn il-liċenzji u r-reġistrazzjoni tal- vetturi jiġbor Lm23 miljun fis-sena.", "Jiġifieri t-tabakk u l-fuel għandhom prezz iktar għoli biex nipprovaw inħeġġu lill-konsumatur jaħraq inqas.", "Skond l-aħħar estimi jemmhekk il-gvern diġa` jiġbor Lm84 miljun.", "Allura ma setax jaqbad Lm4 miljun minnhom minflok ma jimponi din il-liġi( Din seta' jagħmilha faċilment għax diġa` qed jinġabru taxxi li huma mmirati lejn il- problema ta' l-ambjent.", "Imma l-iktar fattur li qed jinkwetani huwa l-fatt li se nkomplu nitilfu l- kompetittivita` li diġa` qiegħda fi stat prekarju f'pajjiżna.", "Kulħadd jgħidlek li qegħdin nitilfu l-edge kompetittiv u minħabba f'hekk ma nistgħux nattiraw l-investiment lejn pajjiżna.", "Kulħadd qed jgħid li Malta hija expensive meta mqabbla ma' postijiet oħrajn.", "Dan il-fattur ma ġiex ikkonsidrat għax jien ma rajt l-ebda studju dwar l-impatt fuq il- kompetittivita` u l-impatt fuq il-produttur.", "Bħalma diġa` għedt, qed nerġgħu npoġġu l-karru quddiem il-ħmar u minflok il-ħmar jiġbed il-karru għandna l-ħmar jimbotta l-karru.", "Issa se nagħmlu l-kummissjoni biex tgħidilna kif se jkun dan l-impatt!", "Dawn huma l-affarijiet li huma ta' uġigħ ta' ras kbira għall-operatur ekonomiku.", "Mr Speaker, kontra dak li ddeċidejna l-ġimgħa li għaddiet, meta l-Onor.", "Vassallo qal li se jagħmel unit biex isolvi l-problema tal-burokrazija - imsejħa \"Solve It\" jekk fhimtu sew - il-ministru sieħbu qed jikkrealu problema ikbar għax issa fuq is-\"Solve It\" se jkollu jħallas it-taxxa.", "Tidħak x'ħin tipprova tikkombina dak li ddiskutejna ġimgħa ilu hawnhekk u dak li qed isir din il-ġimgħa għax il-burokrazija se nkabbruha!", "Mhux imbilli tgħid li se tagħmilha sempliċi!", "Iktar u iktar jekk se titħaddem kif qalilna l-minsitru, li jekk flixkun se jużah seba' darbiet dak il-1c irid jaqsmu bejn sebgħa.", "Ma nistax nifhem kif għax m'iniex matematiku, imma forsi xi ħadd jilluminana kif trid tinħaden din il-formula.", "Meta tħares lejn il-kwestjoni fl-assjem tagħha tara li għandna gvern inkompetenti fl-immaniġġjar tal-finanzi tal-pajjiż, kemm f'dak li huwa nuqqas ta' kontroll fuq l-ispiża tiegħu - kif joħroġ mir-rapport ta' l- awditur - kemm fl-ippjanar ta' l-infiq tiegħu, kif ukoll fil-mod kif iħares 'il quddiem f'sitwazzjoni fejn l-ekonomija hija prattikament staġnata.", "U dan mhux qed ngħiduh aħna tal-Malta Labour Party, imma l-GRTU irrapportaw li l-bejgħ naqas.", "Fil-fatt l-istatistika kkonfermat li sena ilu l- ekonomija nxtorbot minflok kibret.", "Sfortunatament qed naraw li anke t- turiżmu qiegħed dejjem nieżel, kemm f'dak li huwa numru kif ukoll f'dak li huwa qligħ.", "Fid-dawl ta' dan kollu il-gvern qed jagħmel miżuri li bihom qed imur kontra kull prinċipju ekonomiku biex isodd it-toqob tad-deficit u tad-djun.", "Il- gvern qed jirrikorri biss għal taxxi ġodda, qed jirrikorri biss għall- privatizzazzjoni - u nerġa' ntenni mingħajr l-ebda trasparenza - parzjalment ta' entitajiet li għandhom importanza strateġika nazzjonali, bħall-Air Malta u s-Sea Malta fost l-oħrajn.", "Mr Speaker, il-gvern m'għandux pjan kif se jirriġenera l-ekonomija tagħna.", "Jekk inkabbru l-ekonomija tagħna, bir-rati ta' taxxi kif inhuma issa l- gvern ikun jista' jdaħħal iktar.", "Jekk jagħmel kontroll strett fuq l-ispiża tiegħu flimkien mal-pjan ta' riġenerazzjoni se jkollu iktar flus f'idejh biex imur għal pjanijiet serji dwar l-ambjent li nistgħu infasslu flimkien f'din il-Kamra għax il-konservazzjoni ta' l-ambjent, il-preservazzjoni ta' l-ambjent hija xi ħaġa li kulħadd jaqbel fuqha.", "Jekk naħdmu u niddiskutu flimkien tkun tista' tinħoloq strateġija long term u mhux għal sena waħda biss, kif qed jiġri issa.", "Għandna l-WasteServ li se tiswa Lm4 miljun, allura nagħmlu taxxa ħalli niġbru Lm4 miljun!", "Bl-istess argument f'din il-liġi se nwaqqfu awtorita` li ma nafx kemm se tiġi tiswa biex titħaddem, allura se nżidu t-taxxa fuq l-oġġetti ħalli nkopru l- ispejjeż tagħha?", "Din hi l-loġika li qed jimxi biha l-gvern.", "Din m'hijiex il-loġika li għandu jimxi biha l-pajjiż, din m'hijiex id-direzzjoni li għandu jieħu l-gvern jekk irid li l-pajjiż jimxi 'l quddiem.", "Irridu nħarsu b'mod konkret fuq ix-shorter, medium term u l-long term ħalli nqanqlu u nkabbru l-ekonomija tagħna.", "Mr Speaker, issa se nitkellem ftit dwar id-dettalji tal-liġi li għandna quddiemna għax hemm ċerti prinċipji li huma oġġezzjonabbli.", "L-ewwelnett inħeġġeġ li nqabblu sewwa t-test Ingliż mat-test Malti ħalli ma nħallux xi biċċiet neqsin.", "Hemm parti fit-test Malti fejn il-ministru tal-finanzi nsewh barra, filwaqt li fit-test Ingliż qiegħed inkuż.", "Forsi huwa lapsus!", "(Interruzzjonijiet) Iva, Fi clauses 12 u 13 ma tissemmiex il- konsultazzjoni mal-ministru tal-finanzi mill-ministru responsabbli mill- ambjent.", "Però niġi għal xi punti li rrid niċċara.", "Klawsola 3 tgħid li t-taxxa titħallas fuq dawk il-prodotti li jiġu prodotti, impurtati u mqiegħda fis- suq.", "Mela għandek żewġ requirements kif titħallas it-taxxa, objects li huma produced in Malta jew imported in Malta u mqegħdin fis-suq.", "Allura se jkun hemm il-problema meta jinħadmu r-returns.", "Per eżempju, jekk importatur importa 1,000 flixkun ta' l-ilma u ħallas 1c fuq kull flixkun - l-impurtatur irid iħallasha, jekk iħallashiex fid-dwana jew x'imkien ieħor m'huwiex importanti - u minn dak l-1,000 flixkun biegħ 300, meta jimla r-return hu jrid iħallas fuq it-300 jew fuq l-1,000?", "Hu jkun diġà ħallas fuq l-1,000 flixkun.", "(Interruzzjonijiet) Imma l-liġi tgħid li titħallas din it-taxxa fuq affarijiet li jiġu prodotti, impurtati u mqiegħda fis-suq.", "(Interruzzjonijiet) Iva, titħallas darba, imma tinsiex li s-sisa kienet titħallas fuq kull prodott impurtat.", "Imma artiklu 3 qed jgħid:", "\"Għandu jitħallas u jinġabar mill-Awtorità Kompetenti, f'isem il- Gvern, eko-kontribuzzjoni ...\",", "- jien nibdilha u nagħmilha \"taxxa\" -", "\"... bir-rati murija fit-Tielet Kolonna ta' l-Ewwel Skeda li titħallas fuq prodotti deskritti fl-Ewwel u fit-Tieni Kolonna ta' dik l-Iskeda, li jiġu prodotti ...\",", "– mela produced mill-manufacturer –", "\"... impurtati u mqiegħda fuq is-suq.\".", "Mela either produced and placed in the market or imported or placed in the market.", "Issa jekk hi bħas-sisa, malli jimporta l-fliexken se jħallas fuqhom.", "Jekk nofs dak l-istock tpoġġa fis-suq, se jagħmel claim lura fuq il-kumplament?", "Jekk ikollu loss għax ma biegħx ammont ta' ilma u skadielu, u allura jrid jarmih, mela dak ma poġġiehx fis-suq.", "(Interruzzjonijiet) Għalfejn għandna nħallu sitwazzjoni li tista' twassal għal ħafna disputi legali meta jiġu biex jinħadmu?", "Dik l-ewwel mistoqsija.", "Klawsola 4 tgħid li: \"L-eko-kontribuzzjoni tkun dovuta fil-waqt meta l- prodotti jiġu mqiegħda fis-suq.\"", "Mela l-kontribuzzjoni hija due at the consumer stage u mhux at the importation stage.", "(Interruzzjonijiet) U production ukoll?", "Jiġifieri ma tarax li jkun hemm ...", "(Interruzzjonijiet) Jien qed niġbed l-attenzjoni ħalli wieħed jarahom u jikkonsulta.", "(Interruzzjonijiet) Le, mhux issa, imbagħad fl-istadju ta' Kumitat jarahom ma' l-Avukat Ġenerali u mad-drafter biex jara ...", "L-istadju meta l-eko- kontribuzzjoni - nerġa' nikkoreġiha, it-taxxa - tkun dovuta huwa fil-waqt meta l-prodott jiġi mqiegħed fis-suq.", "Mela at the consumer stage.", "Forsi wieħed jara u janalizza dan il-punt.", "F'subklawosla (2) ta' klawsola 4 dan il-prinċipju jerġa' jiġi ripetut:", "\"Il-kondizzjonijiet li fuqhom il-kontribuzzjoni għandha titħallas u r- rata tal-kontribuzzjonijiet li għandhom jiġu adottati jkunu dawk li jkunu fis-seħħ fid-data meta l-prodotti jiġu mqiegħda fis-suq.\".", "Issa jekk ikunu in bonded store mhux qegħdin fis-suq.", "(Interruzzjonijiet) When they are released, meta daħlu fis-suq, jiġifieri mhux at the importation stage.", "(Interruzzjonijiet) Għalhekk qed ngħidlek fuq ir- return għax ix-xogħol se jsir bid- dikjarazzjoni.", "Qed ngħidu li l- applicability tagħha għamilnieha faċli, imma kif qegħdin dawn iż-żewġ klawsoli, accountant tajjeb għandu xalata sħiħa fejn jiskappa milli jħallas!", "Fl-aħħar mill-aħħar naħseb li aħna qegħdin inkunu pożittivi u qegħdin nagħmlu xogħolna meta qed niġbdu l-attenzjoni għal dawn in-nuqqasijiet jew dawn il-problemi.", "Qed nagħmel dawn il-mistoqsijiet u nisperaw li fl- istadju ta' kumitat ikollna r-risposti neċessarji.", "Klawsola 10 titkellem fuq l-awtorita` kompetenti.", "Hawnhekk ma nafx fejn hi d-direzzjoni ta' dan il-gvern għax fl-aħħar short term business statistics ta' l-24 ta' Mejju għandna ċar u tond li l-contributions to government entities - bħal din l-awtorità li se nwaqqfu hawnhekk - fis-sena 2002 kienu jammontaw għal 2.7% tal-GDP u fis-sena 2003 l-ispiża tagħhom għall-poplu Malti kienet ta' 4.4%.", "Jiġifieri kien hemm żieda qawwija fuq dawn l- entitajiet, żieda li anke l-prim ministru, fil-funzjoni doppja ta' ministru tal-finanzi bl-assistenza ta' l-Onor.", "Tonio Fenech, kien qal li dawn iridu jkunu monitored biex in-nefqa tagħhom ma tibqax tiżdied.", "Qal li trid tkun ikkontrollata biex ma jibqgħux isiru kuntratti ta' xogħol b'ċerti salarji, ma jibqgħux isiru ċerti perks, benefiċċji, allowances li huma jallokaw għalihom iktar milli normalment jiġu allokati fiċ-Ċivil kif nafuh aħna.", "Dan kien iddikjarat mill-prim ministru, allura jien ħsibt li mhux se noħolqu iktar awtoritajiet għax għandna biżżejjed awtoritajiet!", "L-aħħar darba li tlabt li titqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra lista ta' awtoritajiet u kumpanniji li għandu l-gvern irriżulta li għandu madwar 70 jew 69.", "Jien kont ħsibt li se jsir kontroll fuqhom u xi forma ta' ristrutturar.", "Imma, minkejja li għannda nies fiċ-Ċivil, minkejja li għandna ministeru għall- ambjent li jkopri ħafna responsabbilitajiet, minflok se nirristrutturaw dak li għandna, nużaw ir-riżorsi li għandna b'mod li niffrankaw il-flus billi nużaw in-nies li għandna, se noħolqu awtorita` oħra!", "(Interruzzjonijiet) Qed nieħu gost għax fl-aħħar qabel miegħi.", "Thank you very much, qed jagħtina raġun għax qal li l-awtorita` se tibqa' fuq il-karta.", "(Interruzzjonijiet) Allura mhux se toħloq awtorita`(", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom, inżommu l-ordni.", "L-Onor.", "Mangion ikompli bl-intervent tiegħu.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Imma qed tgħidli - u jien dak li ridt - li mhux se toħolqu awtorita` tip resources authority, communications authority ...", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mangion, jekk jogħġbu, jindirizza lis-Sedja.", "Jekk jogħġobkom, no cross-debates.", "ONOR.", "MEMBRU: U jobs for the boys ikunu, mhux ovvja!", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Għallinqas hawnhekk din in-naħa ħadna l- ġustifikazzjoni, ħaġa li ilna ninsistu fuqha għal snin sħaħ, li dawn l- entitajiet u l-awtoritajiet m'għandniex bżonnhom.", "Dan għaliex għandna l- konferma li l-gvern se juża nies mis-settur pubbliku - li xbajna nisimgħu li huma underemployed - mingħajr spiża addizzjonali għal din l-awtorità.", "Issa niġi għal klawsola 12 li titkellem dwar id-diskrezzjoni tal-ministru - li kif diġà għedt ma jaqbilx mat-test Ingliż li jgħid li l-ministru, flimkien mal-ministru tal-finanzi, għandu d-diskrezzjoni - li jeżenta lil kull persuna milli tħallas, għal kollox jew f'parti minnha, l-eko- kontribuzzjoni li tkun dovuta.", "Ċertament tajjeb li hawnhekk ikunu recorded x'inhuma l-kriterji biex tiġi eżerċitata din id-diskrezzjoni.", "GĦax f'din il- liġi l-ewwel għedna li trid tinġabar it-taxxa - hekk imsejħa ta' l-ambjent, imma hija taxxa - fuq il-prodotti kollha taħt l-Ewwel Seda, imma issa qed noħolqu tieqa biex ċerti prodotturi jew importaturi jkunu eżenti milli jħallsuha.", "Huwa importanti li jkollna l-kriterji u naħseb li l-Onor.", "Vassallo - li tant jiddefendi dan is-settur, u hekk għandu jkun bħala l-ministru responsabbli - jaqbel miegħi li jekk id-diskrezzjoni ma tintużax tajjeb se tikkrea żbilanċi fis-suq.", "Allura tajjeb li jkollna indikazzjoni dwar min huma dawk l-individwi li jistgħu jkunu eżenti mill-ħlas ta' din it-taxxa, jew il-kriterji li fuqhom se jimxi l-ministru biex tingħata eżenzjoni.", "Per eżempju, ikun hemm raġuni valida, oġġettiva marbuta ma' xi inizjattiva ambjentali, biex nipprova nikkrea xi kriterju.", "Tajjeb li dawn ikunu spjegati ħalli d-diskrezzjoni ma tkunx sempliċement qiegħda tiġi eżerċitata f'uffiċċju taħt ċirkostanzi u kriterji li ma nkunux nafu bihom.", "Klawsola 13 tgħid li l-ministru - u nerġa' ntenni li t-test Malti ma jaqbilx mat-test Ingliż li jgħid li l-ministru, flimkien mal-ministru tal- finanzi - jista' jagħmel regolamenti kif għandha titħallas il- kontribuzzjoni dovuta taħt dan l-Att.", "Fil-klawsoli preċedenti kellna l-fatt li l-ħlas se jsir billi ssir return kważi simili fl-istess data li ssir ir- return tal-VAT.", "X'se jiġri eżattament?", "Qed nistaqsi dan għaliex smajna lill-Prim Ministru jgħid li din se tibda taħdem fl-1 ta' Awissu.", "Kulma baqa' 11-il ġurnata oħra għall-1 ta' Awissu, allura huwa importanti li amministrattivament kull operatur ikun jaf eżatt kif se topera din il-liġi.", "Fl-ekonomija tagħna l-operaturi diġà huma mgħobbijin b'ħafna burokrazija.", "Dan ikkonfermawh l-FOI, iċ-Chamber of Commerce, il-GRTU u l-entitajiet indipendenti kollha.", "Anke l-gvern qabel li l-burokrazija qed tikber u qed tiżdied.", "Hawnhekk qegħdin inżidu l-burokrazija u tajjeb li jekk se jinbidlu l-affarijiet, il-produttur u l-importatur – dawk li se jiġbru t-taxxa - jiġu mgħarrfa bil-proċeduri stabbiliti.", "Barra minn hekk, il-Ministru jista' jagħmel regolamenti - qed nirriferi għal sub-artiklu (e) ta' artiklu 13 - biex iġġiegħel lil min suppost iħallas dik il-kontribuzzjoni biex jagħti xi forma ta' garanzija.", "Issa aħna nafu li waħda mill-aktar affarijiet problematiċi għal min ikun qed jaħdem hu li xi jiġi mgħobbi b'xi garanzija bankarja għall-ħlas ta' l-eco-contribution.", "Anke minna nnifisha, garanzija bankarja tiswa l-flus u wieħed irid jissagrifika parti mill-cash flow tiegħu.", "Jista' l-Ministru jagħti ir-raison d'etre ta' dan il-poter?", "Ikun tajjeb li wieħed ikun jaf għaliex peress li dawn huma affarijiet li se jolqtu l-prodottur u l-importatur Malti u b'hekk anke l-attivita` ekonomika ta' pajjiżna.", "Ngħaddi biex nitkellem fuq l-infurzar ta' din il-liġi u fuq l-awtorita` marbuta magħha u ngħid li hawnhekk t-taxpayer qed jiġi mċaħħad mill- protezzjoni tal-qrati.", "Issa jien wieħed milli nsemmi u nikkritika wkoll id- delays li ħafna drabi jkun hemm fil-qrati u hu ħażin għall-attivita` ekonomika li jkollok id-delays, imma li toħloq awtorita` b'sistema ta' appell imwaqqaf mill-Ministru u mħallas mill-gvern, ma joffrix dik li hija indipendenza kif nifhmuha aħna.", "(Interruzzjonijiet) Le.", "Il-qrati mill-fond konsolidat jieħdu l-fondi (Interruzzjonijiet) L-indipendenza tal-qrati hi sanċita minħabba l-fatt li l-fondi u l-indipendenza tagħhom huma garantiti.", "Din l-awtorita` li qed nitkellmu dwarha għandha l-awtorita` li timponi penalitajiet u l-penalitajiet m'humiex penalitajiet żgħar.", "Għalhekk qed ngħid li jrid ikun hemm il-bilanċ bejn is-saħħa eżekuttiva u l-mod kif ma jkunx hemm min jabbuża minn dik is-saħħa.", "Ma naħsibx li huwa tajjeb li wieħed jgħid \"I am the executive, I am the law\" f'soċjeta` demokratika minkejja d-difetti tad-dewmien fil-qrati.", "Ma nistgħux nagħtu poter lill- awtorita` biex din tiġbor dak li għandu jiġbor il-gvern.", "Hemm miktub ukoll li minkejja d-dispożizzjonijiet ta' kull liġi, l-ebda mandat kawtelatorju jew ordni m'għandhom jinħarġu minn xi qorti li jkunu jżommu lill-awtorita` mill-eżerċizzju ta' xi poter mogħti lilha b'dan l- artiklu jew taħtu.", "Sur President, jekk wieħed imur lura fis-snin isib li qabel, dak li kien jiddeċiedi l-gvern kważi ma kienx sanċit mill-qorti pero` imbagħad anke d- diskrezzjoni amministrattiva daħlet taħt l-iskrutinju tal-qorti.", "Issa hawnhekk taħt din il-klawsola, din qed nerġgħu neskluduha mill-ġdid.", "Din x'kuntrumbajsa hi?", "Mela jekk wieħed ma jkunx ħallas u l-awtorita` forsi jkollha konflitt ma' dan l-importatur - forsi għax joqgħod ifettaq kemm irid iħallas u ma jħallasx – din se timponilu penali fuqu u dan ma jistax jagħmel rikors fil-qorti?", "Dan jista' jiġri fil-kwadru tal-liġi li għandna quddiemna għax ma tistax tieħu miżura fil-qorti biex tara jekk dik id- diskrezzjoni hijiex abbużiva jew eċċessiva biex ma ngħidx \"abbużiva\".", "Forsi l-awtorita` fl-eagerness tagħha biex tiġbor il-mansjonijiet tkun eċċessiva u ma jistax ikun li l-ministru li jikkontrollaha jkun hu stess li jgħid lill-awtorita` x'għandha tagħmel.", "Aħna drajnihom l-affarijiet f'Malta, ara kemm ngħidu li spiċċa l-klijentaliżmu!", "Wieħed imur għand il-ministru, il- ministru jċempel lir-regolatur u imbagħad nerġgħu nwaqqfu l-affarijiet.", "Jekk verament irridu tmexxija effiċjenti u oġġettiva, ma jistax ikun li s- saħħa awtoritarja tkun f'idejn persuna appuntata b'liġi u li d- deċiżjonijiet tagħna jkunu immune minn mandat kawtelatorju.", "F'mandat kawtelatorju, ħafna drabi l-affarijiet jiġu deċiżi malajr għaliex jista' jaċċetah jew le.", "Jekk ikun hemm submissions tajbin min-naħa ta' l-avukat tal-gvern, il-qorti tista' ma taċċettax dak il-mandat u l-eżekuzzjoni ta' dak l-ordni jibqa' għaddej.", "Jiġifieri anke hawnhekk, for the sake of good governance, for the sake li ma jkunx hemm abbuż mill-użu tad-diskrezzjoni u for the sake li ma noħolqux preċedent – allavolja kull gvern jieħu pjaċir li jkollu preċedent biex jibqa' għaddej bħala bulldozer – jenħtieġ li din tinbidel għax m'hijiex aċċettabbli.", "Diġa` hemm il-kwestjonijiet mal-kamra ta' l-avukati fuq abbozz ta' liġi 27.", "Issa anke hawnhekk ukoll, l-awtorita` wara tletin ġurnata min-notifika, se jkollna titlu eżekuttiv li jista' jkun inforzat.", "Allura hawn se jkollna l- konflitt għax wara 30 ġurnata l-awtorita` tista' tinforza imma l-persuna involuta ma tistax tagħmel il-mandat biex l-awtorita` ma tesegwix għaliex il-mandat ma japplikax għall-awtorita`.", "Issa jien qed nagħtiha din l- interpretazzjoni pero` jekk ikun hemm kjarifika, tant aħjar li tkun irreġistrata, għaliex anke l-qrati tagħna jkunu konfortati b'xi forma ta' interpretazzjoni tal-ħsieb li kellu l-leġislatur.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "George Pullicino bil-permess ta' l-Onor.", "Charles Mangion.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Subartiklu (1) ta' artiklu 23 jagħti l-poter li wieħed imur quddiem il-qorti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Ikompli l-Onor.", "Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Fl-appell, tista' tmur fil-qrati fuq punt ta' liġi biss!", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq the executive part tal-liġi u mhux fuq il- kwesjtonijiet ta' l-appell.", "Hawnhekk qegħdin ngħidu fuq l-eżerċizzju tad- diskrezzjoni ta' l-awtorita`.", "Hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq abuse of discretionary power li jkun sanċit mil-liġi.", "(Interruzzjonijiet) Iva, għax ma jistax jagħmillu mandat!", "Mela lili ħariġli ordni biex inħallas u hemm penali marbuta magħha.", "Jien qed ngħid li dik l-ordni ma jistax jesegwiha u rrid nagħmillu mandat biex iwaqqafha.", "Dak li jkun jista' jgħidli: Dik ma tapplikax u xorta trid tħallas pero` jekk tirbaħha fl-appell, nagħtihomlok lura.", "Dan fair?", "Jiena hawnhekk qed nara l-logical consequence tagħha.", "(Interruzzjonijiet) Iva, imma issa qegħdin nitkellmu fuqha.", "Issa jekk hemm xi ħaġa fil-liġi li ħarbet u nistgħu nindirizzawh, ejja ħalli nindirizzawh.", "Issa hawn qed nitkellmu fuq it-teknikalita` tagħha u m'għadniex aktar fuq il-livell tal-prinċipju.", "Fuq livell ta' prinċipju, ma naqblux, period.", "No way li se jkun hemm qbil dwar dan imma hawnhekk qed nitkellmu fuq punt ta' liġi ta' l-amministrazzjoni.", "Mela dan kien punt ieħor li rrid niġbed l- attenzjoni fuqu.", "Ma' dan - u jkompli jsaħħaħ it-teżi ta' dan li qed ngħid - nista' nżid li jekk wieħed iħares lejn artiklu 18 tal-liġi jara li dan jgħid:", "\"Kull persuna suġġetta għal penali amministrattiva ...\",", "- u fuq din l-aktar li huwa inkwetanti għax tista' titla' sa Lm30,000 jew Lm200 kuljum –", "\".... għandha tiġi avżata bil-miktub bl-ammont ta' penali dovuta u kontravenzjoni.", "L-avviż imsemmi fis-subartiklu (1) ta' dan l-artikolu għandu, mingħajr preġudizzju għad-dritt ta' l-appell mgħoti taħt l-artiklu 20 ta' dan l- Att, malli l-persuna indikata fl-avviż tiġi notifikata b'kopja ta' l- avviż permess maħruġ mill-qorti, jikkostitwixxi titlu eżekuttiv.\".", "Issa t-test Ingliż jgħid hekk:", "\"Upon the service of a copy thereof of the judicial act on the person indicated in the notice.\".", "Jiġifieri billi tagħmillu ittra uffiċjali hemmhekk, se jkollok titlu eżekuttiv.", "Dan jorbot ma' abbozz 27 li tant hemm kontroversja fuqu u allura huwa importanti li d-diskrezzjoni amministrattiva tibqa' tkun suġġetta għall-iskrutinju tal-qrati tagħna.", "Issa punt ieħor li rrid inqanqal huwa dwar l-artiklu 15 fejn, bl-iskop li kull persuna li taġixxi tkun accountable, qegħdin ngħidu wkoll li jekk din tonqos f'xi kontravenzjoni amministrattiva, din tista' tkun personally liable.", "Jien wieħed minn dawk li nemmen ħafna li kulmin hu f'kariga għandu jkun responsabbli u accountable, pero` rridu nagħmlu wkoll distinzjoni u din hija xi ħaġa li rridu niżviluppawha f'dan il-pajjiż u niżviluppawha b'ċerta kawtela għaliex min-naħa l-oħra tista' tagħmilha b'mod li kull bniedem jibda jibża' jieħu kull deċiżjoni għax jibża' li xi ħadd isibu accountable bħala kontravenzjoni amministrattiva u jwaħħlu personalment.", "Ebda ħaddiem ma jkun irid li deċiżjoni tiegħu tiġi interpretata bħala żball amministrattiv u jiġi miżmum personalment responsabbli.", "Jekk ikun hemm xi liability lejn produttur jew importatur minħabba żball amministrattiv, sakemm ma jkunx hemm ippruvat frodi jew xi reat serju ieħor, l-amministratur għandu jkun kopert b'assigurazzjoni ħalli nagħtu r- redress lill-persuna li tkun sofriet inġustament u fl-istess ħin, ma npoġġux fl-inkwiet lill-persuna li applikat il-liġi u li obdiet mill- Ministru.", "Sur President, nagħlaq billi ngħid li l-awtorita` se jkollha dritt li tidħol fid-djar jew fl-istabbilimenti tal-kummerċ u tispezzjona d-dokumenti kollha, pero` m'għandna mkien f'din il-liġi li tgħid li dawk il-persuni li jispezzjonaw dawn id-dokumenti - u ħafna minnhom huma kunfidenzjali - huma marbuta bil-kunfidenzjalita`.", "Dik il-persuna li qed teżerċita dan id-dritt ma daħlitx hemmhekk biex tkun taf x'qed jagħmel u ma jagħmilx l-operatur imma daħlet hemmhekk biex taqdi l-funzjonijiet tagħha u nemmen li bħala persuna b'awtorita', għandu jkollha r-rabta tal-kunfidenzjalita' sħiħa ta' l-inqas sakemm tkun qed tagħmel evalwazzjoni ta' dik il-persuna konċernata.", "Dan naħseb li huwa punt ta' prinċipju importanti ħafna għaliex inkella tispiċċa din l-informazzjoni, minkejja d-data protection act, tinxtered ma' kullimkien u tiġi mwassla lill-kompetitur għax ilkoll nafu Malta kemm hi żgħira f'dan is-sens.", "Hemm bżonn li dawn id-dokumenti jibqgħu jkunu miżmuma f'kunfidenzjalita' mill-awtorita` u mhux jispiċċaw distribwiti.", "Sur President, għad fadal xi punti li se jitqanqlu fl-istadju ta' kumitat pero' kif diġa' għidt, fuq prinċipju aħna ma naqblux ma' din il-liġi.", "Din m'hijiex liġi, kif qal il-gvern, li hija intiża biex tmexxi 'l quddiem il- prinċipju ta' polluter pays għax bl-ebda mod ma tindirizza dan il-prinċipju u bl-ebda mod ma turi li l-gvern għandu xi pjan fuq perijodu ta' snin biex f'pajjiżna jkollna ambjent aħjar.", "Din hija sempliċement liġi magħmula malajr u li trid tiġi imposta mill-1 ta' Awissu għaliex il-gvern jinsab finanzjarjament dahru mal-ħajt u m'għandux soluzzjonijiet oħra biex jiġbor iktar flus u biex ikabbar u jirriġenera l-ekonomija imma jista' biss jieħu l-eħfef pass u jimponi t-taxxi.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Edwin Vassallo.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO (Segretarju Parlamentari): Sur President, wara li l-ġimgħa li għaddiet iddiskutejna l-implimentazzjoni tal-politika imprenditorjali f'dan il-pajjiż, issa ġie quddiemna abbozz ta' liġi bħal dan u jiena ma kellix il-paċenzja nistenna wisq biex nitkellem fuq dan l- abbozz u għalhekk se nkun it-tieni wieħed min-naħa tal-gvern li se jitkellem dwaru.", "Ovvjament l-ebda kontribuzzjoni jew taxxa ma tista' b'xi mod tevita li titfa' r-responsabbilita fuq nies li jkunu qegħdin fin-negozju u fuq il- konsumaturi li fl-aħħar mill-aħħar ikollhom ukoll jagħmlu tajjeb għal dik il-kontribuzzjoni li se tkun qed tintalab.", "Għalhekk, id-diskors tiegħi se jkun fuq din il-linja u nipprova nwessa' d-dibattitu li diġa` nbeda u għada – peress li issa ma fadallx żmien - inkun tekniku u mmur mill-ewwel fuq il- punti ta' din il-liġi.", "Ovvjament il-mira tiegħi hija li nkompli nara li jkun hawn id-diskussjoni u nkomplu naraw li din il-liġi tkun kemm jista' jkun business friendly.", "Nerġa' ngħid li l-ebda liġi bħal din ma tista' tkun business friendly jekk mhux se tkun zero rate għal kollox u dan mhux il-fatt, pero` jiena rrid naħdem sabiex il-proċedura li biha se tkun qed tinħadem din il-liġi tkun kemm jista' jkun business friendly sabiex nimxu fuq dan li għidna l-ġimgħa l-oħra.", "Jien nixtieq nifraħ u nirringrazzja lill-Ministru George Pullicino u ngħid li dak kollu li se ngħid għada, diġa` ppreżentajtu bħala emendi kemm lill- Ministru Pullicino kif ukoll lill-Onor.", "Tonio Fenech pero` diġa` hu ta' sodisfazzjon li ntlaqa' tajjeb ħafna s-suġġeriment tiegħi li nneħħu l-kliem mil-liġi li kien qed jirriferi għall-kelma \"reat kriminali\" u li kien jorbot ma priġunerija għal min ikun qed jikser din il-liġi.", "Fuq dan diġa` hemm qbil mal-Ministru li qed jippilota din il-liġi u dak diġa` huwa pass 'il quddiem.", "Għada nkompli nagħti l-proposti tiegħi sabiex inkunu nistgħu nirranġaw din il-liġi u ma noħolqux xkiel - jew noħolqu mill-anqas - għal min qiegħed fin-negozju.", "Ejjew inkunu ċerti li f'dan il-waqt, ma jkollniex żewġ kurrenti mexjin kontra xulxin – il-kurrent ta' ambjent iżjed nadif u l-kurrent tal- ġenerazzjoni ta' l-ekonomija - imma jkollna żewġ kurrenti ta' ħidma li nkunu mexjin parallel.", "Nixtieq ukoll li għada nitkellem rigward x'awtorita` se tkun din u x'emendi jistgħu jsiru ħalli f'dan l-abbozz dik l-awtorita` ma tkunx bħall-awtoritajiet li diġa` għandna imma tkun awtorita` bħalma kont ressaqt jiena meta ressaqt liġi tat-trading licence.", "MR SPEAKER: Onor. Vassallo ippermettili ninterrompik għaliex sar il-ħin.", "Nifhem li se tibqa' in possession?", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO: Iva, nibqa' in possession.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Nitlob lill-Ministru Pullicino sabiex, jekk jogħġbu jressaq l-Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it- Tlieta, 20 ta' Lulju 2004, fid-9:00 a.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Eko-Kontribuzzjoni - Tieni Qari (Kont);", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Membri Parlamentari u l-Impjieg Pubbliku - Tieni Qari; u", "Abbozz ta' Liġi biex Jemenda Liġijiet dwar il-Komunikazzjoni - Tielet Qari.", "------------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar ir-Rifuġjati – Kumitat Permanenti.", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili - Kumitat Permanenti.", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili (Emenda Nru 2) - Kumitat Permanenti.", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Reġistru Ċentrali – Kumitat Permanenti.", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Professjoni tal-Psikoloġija – Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Galdes.", "ONOR.", "RODERICK GALDES: Sur President, bħala l-ewwel diskors tiegħi f'din il-Kamra tad-deputati nixtieqek tippermettili biex f'dawn il-minuti li ġejjin nieħu din l-opportunita` li nirringrazzja u fl-istess waqt naqsam dan il-ħsieb għall-bidu ta' ħidma politika tiegħi f'dan il-Parlament Malti.", "M'iniex se nkun tekniku ħafna f'dan l-ewwel diskors tiegħi.", "Aktar se naċċenna għal dak li nħoss u nisma' filwaqt li nara b'għajnejja l- esperjenza li qed ngħaddu minnha f'pajjizna.", "Sa minn meta bdejt l-impenn tiegħi fi ħdan il-partit Laburista f'dawn l- aħħar 12 il-sena, kemm fuq bażi lokali kif ukoll fuq dik nazzjonali fejn fiha kont ikkontestajt l-elezzjoni ġenerali, dejjem ħarist lejn il-politika bħala mezz li bih inwassal servizz u bħala opportunita` li bih insarraf deċiżjonijiet altruistiċi li bihom nistgħu ngħinu lil din is-soċjeta` tagħna.", "M'hemmx dubju li wara l-esperjenza tiegħi fit-tmexxija tal-kunsill lokali ta' Ħal Qormi, bilfors irrid inħares ftit lura u nesprimi s- sodisfazzjon li rnexxieli nikseb matul dan il-perijodu li fih mexxejt lil dan il-kunsill lokali u ċertament dan kien jirrikjedi impenn u sforz qawwi biex nindirizza ħafna mill-problemi ta' dan il-lokal.", "Matul dan iż-żmien kien hemm esperjenzi li fihom ġarrabt il-ferħ, is-sodisfazzjon tax-xogħol u anke okkażjonijiet xejn pjaċevoli li fihom kien jirrikjedi intervent politiku u deċiżjonijiet li ma kenux faċli.", "Għaldaqstant, wara r-riżultat ta' dawn l-elezzjonijiet tal-kunsill lokali li saru fit-12 ta' Ġunju li għadda, nirringrazzja lill-Qriema għall-fiduċja li reġgħu tawni f'dawn l- elezzjonijiet tal-kunsill lokali u minkejja li ma nistax nibqa' nservi wkoll fil-kunsill lokali minħabba dawn l-impenji ġodda fil-Parlament, xorta waħda m'iniex se ninsa minn fejn tlaqt.", "Nassigura li se nibqa' insegwi b'mod dirett bżonnijiet ta' din il-komunita' filwaqt li nħares 'il quddiem biex naħdem id f'id mal-kunsilliera lokali presenti bl-għan li jintlaħqu l- miri tagħhom fl-interess tar-residenti kollha.", "Is-sitt distrett elettorali - liema distrett ġejt elett minnu f'din l- elezzjoni każwali - jinkludi fih lokalitajiet oħrajn li għandhom importanza residenzjali qawwija bejn in-naħiet taż-żona ċentrali u n-nofsinhar ta' pajjiżna.", "Fost dawn hemm Ħal Luqa, Santa Venera u Ħal Kirkop; tliet lokalitajiet li kulma jmur qed jilqgħu fihom aktar familji ġodda f'irħula differenti li lkoll iħaddnu sens ta' identita' li ssawwar il-lokalita` tagħhom.", "Nemmen li fil-qofol tal-ħidma li ssir minna l-parlamentari Maltin, m'għandniex ninsew il-bżonnijiet soċjali ta' komunitajiet bħal dawn.", "B'dan il-maiden speech tiegħi, Sur President, bilfors irrid inħares xi ftit lura u nesprimi l-esperjenzi tiegħi u minn fejn tlaqt.", "Jien bdejt fil- politika minn ta' eta` żgħira, pero` ma jiddispjaċini xejn li għamilt dan.", "Forsi fiż-żogħżija tiegħi, tlift ħafna ħin li suppost qattajt għalija nnifsi, iżda meta nħares lura lejn dak kollu li rnexxieli nwettaq f'dan il- perijodu, inħoss sodisfazzjon akbar.", "Bdejt il-ħidma tiegħi fuq bażi volontarja għaliex dejjem emmint li l-bniedem m'għandux ifittex l-ewwel l- oqsma materjali, iżda dak li jista' jissodisfah biex f'ħajtu jiddedika l- ħin għal ħaddieħor.", "Dan hu s-sens ta' altruismu li għandna jkollna f'din is- soċjeta` Maltija.", "Għalhekk għażilt li ningħaqad mal-partit Laburista għaliex it-twemmin li nħaddnu huwa wieħed ta' solidarjeta' fl-interess tal- ħaddiem Malti.", "Sur President, jien dejjem staqsejt lili nnifsi x'jagħmilni nappartjeni lil dan il-partit.", "Kien madwar għaxar snin ilu bħal dan iż-żmien f'elezzjoni tal-kunsill lokali fejn ġejt avviċinajt minn xi ħbieb tiegħi f'Ħal Qormi li ħeġġewni nikkontesta l-ewwel elezzjonijiet tal-kunsill lokali f'dan il- lokal.", "Kien hemm madwar 27 kandidat li kienu kkontestaw dawn l- elezzjonijiet u jiena kont wieħed minn dawk eletti f'dan il-kunsill għall- ewwel darba.", "Minn dak iż-żmien qatt ma ħarist lura u elezzjoni wara l-oħra ksibt il-fiduċja tal-Qriema għax-xogħol volontarju li rnexxieli nwettaq b'risq dan il-lokal.", "L-ewwel inizjattivi li ħadt f'dan il-kunsill lokali wassluni biex inwaqqaf l-għaqda tal-basketball f'Ħal Qormi, għaqda sportiva li għadha ħajja sal- ġurnata tal-lum u rnexxielha tiġbor fi ħdanha mijiet ta' żagħżagħ f'din id- dixxiplina.", "Minkejja n-nuqqas ta' finanzi fis-settur sportiv irnexxieli nsib team ta' nies volontiera li sal-ġurnata tal-lum għadhom qed jiddedikaw il-ħidma tagħhom b'risq it-tfal u ż-żagħżagħ f'lokal hekk kbir bħal tagħna fejn il-vizzji u l-problemi soċjali fost iż-żagħżagħ m'humiex nieqsa.", "Kelli opportunita` kbira li nkun minn ta' l-ewwel f'dan iż-żmien li nagħti kontribut fil-mezzi tax-xandir tal-partit Laburista permezz ta' l-istazzjon Radju Super One.", "Kien żmien li fih qsamt l-ewwel esperjenzi ta' xogħol u l-politika fl- istess ħin u matul dan iż-żmien ukoll irnexxieli nsawwar il-maturita' tiegħi fiż-żogħżija.", "Din kienet esperjenza oħra li żammitni viċin in-nies, viċin l-emarġinati u saħansitra viċin l-emigrant Malti.", "Wara l-ewwel esperjenza politika tal-kunsilli lokali f'Malta, ħassejt li kelli nkun minn ta' l-ewwel li ngħin lill-partit Laburista jorganizza ruħu fl-ewwel elezzjonijiet tal-kunsill lokali li kkontesta fl-1999.", "Kien hemm bżonn li jkun hemm il-vuċi soda u l-impenn politiku tal-partit Laburista fit- tmexxija tal-kunsilli lokali wara li l-partit Nazzjonalista ħataf kemm seta' u għamel minn kollox biex ixejjen l-isforzi tal-kunsilliera indipendenti fil-kunsill lokali.", "F'dan iż-żmien irnexxielna ndaħħlu kunċetti moderni fit-tmexxija tal-kunsilli lokali f'pajjiżna.", "Kien il- partit Laburista li daħħal il-kunċett ta' valur għal flusek fl-operat finanzjarju tal- kunsill lokali, il-ħidma reġjonali li tgħaqqad l-interessi tal-lokalitajiet qrib xulxin iżda fuq kollox il-ħidma soċjali man-nies fil- komunita` u dan għaliex il-partit Laburista qatt ma ħares lejn dawn il- kunsilli lokali bħala estensjoni ta' dipartimenti governattivi iżda ried li dawn jinbidlu f'entitajiet li jħaddnu s-serjeta` fl-operat tagħhom.", "B'dan il-mod, fit-tmexxija tal-kunsill lokali ta' Ħal Qormi bħala sindku, ġietni l-opportunita li ngħaqqad dawn il-kunċetti kollha flimkien ma' l-interessi komuni li jħaddnu l-għaqdiet volontarji kulturali u anke soċjali fil- komunita` tagħna.", "Jiena naħseb li l-appoġġ massiv li tawni l-Qriema fl- elezzjonijiet tal-kunsill lokali matul ix-xahar li għadda kien dovut għax- xogħol kollu li sar mhux biss fil-qasam infrastrutturali iżda wkoll b'risq il-bżonnijiet soċjali tal-familji tagħna.", "Pero` rrid ukoll f'dan il-mument nieħu l-opportunita` sabiex nirringrazzja lit-team ta' nies li ħadmu miegħi u kienu jgħinuni waqt il-kampanja elettorali li għaddiet u fl-elezzjoni ġenerali ta' l-2003 li ma kenitx faċli għalija għax kienet l-ewwel darba li kkontestajt elezzjoni ġenerali.", "Dawn il-persuni kienu juru lealta assoluta fil-ħidma politika tiegħi li rnexxielha twassalni s'hawn.", "Irrid nirringrazzja lill-familjari tiegħi fosthom lil ommi Antonia, missieri George u ħija Malcolm li dejjem tawni s-support kontinwu u ħeġġewni nkompli u m'hemmx dubju li dawn kienu wkoll ta' influenza kbira fuq il-karattru tiegħi u fl-iżvilupp tal-valuri personali li ħaddant sal-lum.", "Nista' ngħid ku x-xewqa tagħhom illum saret realta` wara tant ħidma u mpenn li daħlu għalih.", "Ma nistax ma nsemmix lil marti Joanne u lit-tifel Daniel li s'issa diġa` għaddew minn sagrifiċċji familjari kbar bl-involviment tiegħi fil-politika anke fil-perijodu li servejt fil-kunsill lokali u bl-involviment tiegħi fi ħdan il-partit Laburista.", "Nirrigrazzjahom għaliex f'kull okkażjoni dejjem sibthom warajja biex is-sagrifiċċji li nagħmlu flimkien ikattru l-ġid u s- solidarjeta` lejn ħaddieħor.", "Matul l-1996 u l-1998, nista' ngħid li kelli opportunita` sabiħa li naħdem fil-Ministeru għall-ġustizzja u Kunsilli Lokali b'ħidma diretta marbuta wkoll mal-bżonnijiet tal-lokalitajiet tagħna u saħansitra, fuq it-tfassil ta' pjan li l-gvern Laburista ried jagħmel fuq bażi soċjali u ekonomika fin- naħiet tan-nofsinhar ta' Malta.", "Kien pjan li fassal konsultazzjoni wiesgħa u mifruxa ma' l-organizzazjonijiet nazzjonali u lokali li kellhom x'jaqsmu wkoll direttament mal-bżonnijiet fin-naħiet t'isfel ta' pajjiżna.", "Kien pjan fuq bażi reġjonali li rnexxa u kieku baqa' jingħata s-support kollu finanzjarju u politiku mal-bidla tal-gvern fl-1998, żgur li kieku kien iħalli qagħda aħjar fl-inħawi tan-nofsinhar ta' pajjiżna.", "Sfortunatment dan il-pjan intefa' fuq l-ixkaffa minn dan il-gvern iżda żgur li l-proposti għadhom validi sal-ġurnata tal-lum.", "M'hemmx dubju li din kienet esperjenza oħra li tatni ħjiel tal-problemi soċjali li jeżistu f'ċerti zoni u lokalitajiet f'pajjiżna.", "Sur President, xtaqt li niddedika parti minn dan id-diskors tiegħi fuq il- ħtiġijiet ambjentali ta' pajjiżna.", "Għaddew għexieren sħaħ ta' snin fejn fihom ħallejna abbandun sħiħ fil-qasam ambjentali tal-pajjiż.", "F'dawn is- snin kollha kien hemm ħafna li tkellmu dwar ix-xewqat li ntejbu l-ħarsien ambjentali f'pajjiżna, pero` jiddispjaċini ngħid li dan il-qasam ma trattajniehx kif jixraq a skapitu ta' l-iżvilupp ekonomiku li seħħ fi żmien riċenti.", "Biex tgħaqqad kollox, minkejja li għandna diversi organizzazzjonijiet u aġenziji tal-gvern u strutturi legali b'konformita` ma pajjiżi ta' l-Ewropa, xorta waħda llum b'mod uffiċjali bqajna nagħtu kontribut lejn il-qerda ambjentali ta' madwarna.", "Sal-lum għadna ma konniex kapaċi nrażżnu l-ġenerazzjoni ta' l-iskart f'pajjiżna b'konsegwenza li llum qed nitgħabbew b'piżijiet ġodda biex dan l-iskart jiġi mmaniġġjat.", "Jiena nemmen li issa għandu jkun il-mument li fih jiġu ndirizzati dawn il- problemi li minn żmien għal żmien tħallew fil-ġenb minkejja l-istudji, ir- rapporti u anke l-pjanijiet li saru fil-qasam ta' l-ambjent.", "L-infurzar tal- liġijiet ukoll tibqa' l-aktar problema gravi li għandu dan il-pajjiż illum.", "Sal-lum għadu ma kienx hemm sforz biżżejjed u aħħari biex jiġu nfurzati miżuri fil-ħarsien tad-drittijiet ambjentali.", "Aktar minn hekk, huwa fid- dmir tagħna li nassiguraw li kulħadd ikollu aċċess għall-ġid komuni f'pajjiżna.", "Kif diġa' għedt, jien ġej minn distrett li f'dawn l-aħħar snin ġarrab ħafna minħabba problemi li ġew ikkawżati għaliex l-awtoritajiet ma tawx kas bis- serjeta' tal-bżonnijiet ambjentali f'din l-area.", "Biżżejjed niftakar dak li ffaċċjaw mijiet ta' familji minħabba l-problema ta' l-għarar fil-widien tagħna li nista' ngħid li kkawżaw mhux biss tbatijiet finanzjarji iżda saħansitra tbatija psikoloġika fost it-tfal u r-residenti li jgħixu f'dawn in-naħiet.", "Il-problema ta' nuqqas ta' infurzar tal-miżuri ambjentali qed twassal ukoll biex ikompli jikber it-tniġġiż ta' l-arja u anke l-mard respiratorju li jġib miegħu dan l-inkonvenjent.", "Minkejja li kulma jmur il- kuxjenza tal-poplu Malti qed tkompli tikber favur il-ħarsien ambjentali, xorta waħda jonqos li jkun hemm leadership f'dan il-qasam sensittiv għal din il-gżira tagħna.", "Jidher ċar mir-riżultati li ħarġu anke mill-public attitude survey ippublikat mill-MEPA, li aktar persuni minn qatt qabel illum qed juru tħassib dwar dawn il-problemi li forsi sa ftit ta' snin ilu ftit li xejn kienu jagħtu kashom.", "Pero` l-aktar ħaġa li tinkwetani hija n- nuqqas ta' rieda u ħeġġa biex verament jibdew jittieħdu dawk il-miżuri li jtejbu l-qagħda ambjentali ta' madwarna.", "Fl-aħħar elezzjoni ġenerali ingħatat l-impressjoni min-naħa tal-gvern li bid-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, se jinbidlu ħafna affarijiet f'dan il- qasam.", "Il-poplu wkoll ingħata l-impressjoni li se jkun hemm għajnuniet kontinwi biex il-problemi ambentali f'pajjiżna - li ilhom magħna għal għexieren ta' snin - jingħataw l-attenzjoni xierqa darba għal dejjem, pero` r-realta li qed tinħass bħalissa hija ferm 'il bogħod minn hekk.", "Minħabba nuqqas ta' għaqal u preparazzjoni xierqa f'dawn is-snin kollha li għaddew, illum inqbadna fuq sieq waħda f'ħafna oqsma u minħabba f'hekk, ħafna setturi qed jintlaqtu ħażin.", "Illum il-poplu Malti irid tmexxija li tassigura li għal kull ċenteżimu li jħallas, jingħata lura mill-Istat l-aħjar valur u fil-qasam ta' l-ambjent qed jistenna li jara l-kambjament mixtieq mhux f'terminu ta' infrastruttura iżda wkoll titjib fil-kwalita` ta' l-għajxien li minnu jista' jgawdi kulħadd.", "Għalhekk wieħed għandu jistaqsi x'qed isir biex dak li ġie mwiegħed lill-poplu fl-aħħar elezzjoni jingħatalu, kif inhu d-dritt tiegħu sabiex jilħaq il-livell ta' l-għajxien taċ-ċittadin Ewropew.", "Żgur li l- poplu Malti ma jridx jisma wkoll b'aktar taxxi u b'aktar spejjeż mingħajr m'hu qed jingħata r-riżultati meħtieġa.", "Jiena nemmen li l-maġġoranza qed tistenna l-bidla li sseħħ mhux bil-paroli u l-mottos imma bil-fatti.", "Irridu naħdmu biex fejn nistgħu nsibu konverġenza, immexxu 'l quddiem u jiena nawgura li jkolli l-opportunita` li naħdem flimkien mal-kollegi sħabi f'din il-Kamra sabiex inkompli insemma l- leħen ta' min m'għandux filwaqt li nassigura parteċipazzjoni sħiħa fid- deċiżjonijiet meħuda f'dan il-Parlament Malti.", "Sur President, għalissa se nieqaf hawn imma f'seduti oħra se jkolli l- okkażjoni li nitkellem fuq issues oħrajn li jikkonċernaw mhux biss il-qasam li beħsiebni naħdem fuqu 'l quddiem, iżda wkoll dawk iċ-ċirkustanzi differenti li minnu għaddej pajjiżna.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak u nifraħlek għall-maiden speech tiegħek.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Chris Cardona.", "ONOR.", "CHRIS CARDONA: Sur President, l-ewwelnett nixtieq ningħaqad miegħek u mal-Kamra sabiex nifraħ lill-Onor.", "Roderick Galdes għall-ewwel diskors li għamel f'din il-Kamra u jkolli ngħid li kienet konċidenza sabiħa li dak li ppreparajt jien illum kien fuq linja ta' ħsieb li tkellem fuqu l- Onor. Galdes.", "Jiena naf li l-Onor.", "Galdes għandu esperjenza fil-kunsill lokali li tmur lura sew fis-snin.", "Naf ukoll il-mod ta' kif hu ħadem bħala sindku fil- lokalita` tiegħu u r-riżultati li wettaq f'dan il-kunsill u allura napprezza aktar dak li qal u nawguralu li dak li se jwettaq f'din il-Kamra, iwettqu wkoll favur il-kunsilli lokali tagħna għax hu tajjeb li jkollna nies hawnhekk b'esperjenza fil-kunsill lokali u b'hekk ikunu jistgħu jkattruha f'din il-Kamra.", "L-isfortuna hi li kuntrarjament għal dak li tkellem fuqu l-Onor.", "Galdes, il- gvern m'għandux l-istess attitudni għall-kunsilli lokali.", "L-isfortuna hi li l-kunsilli lokali tul dawn l-aħħar sena sofrew minn problemi finanzjarji kbar.", "Kellna sena finanzjarja li bdiet ħażin fil-kunsilli lokali fejn rajna tnaqqis mill-budget allokat għall-kunsill lokali u fejn rajna ż-żieda fil- VAT għal 18% fuq il-kunsill lokali.", "Tajjeb ngħidu li kif kienet qabel, jiġifieri 15%, l-allokazzjoni li kienet tingħata lura lill-gvern kienet ta' 6% mentri llum għandna allokazzjoni ta' 7.6% minn eluf ta' liri li jista' jkollhom il-kunsilli lokali.", "Barra dan, rajna wkoll li ftit xhur ilu, il-gvern Nazzjonalista naqqas l- allokazzjoni b'madwar 5%.", "Il-ġimgħa li għaddiet, dan l-ammont reġa' tnaqqas b'5% oħra u dawn kienu flus li kienu diġa` ġew allokati u ngħataw lill-kunsilli lokali.", "Il-kunsilli lokali kienu diġa` ppjanaw dawn il-fondi u kienu diġa` raw kif se jwettqu proġetti jew inkella ħidma b'dawn il-flus.", "Dawn daħlu f'commitments u llum ma jistgħux jonorawhom.", "Se jkollna kunsilli lokali li se jispiċċaw b'defiċit kif għandu defiċit il-gvern tal- lum.", "Hemm kuntratti tal-kunsilli lokali li diġa' ngħataw u li bilfors iridu jitħallsu u l-isfortuna hi li minflok il-gvern qiegħed japprezza l- ħidma tal-kunsill lokali, qed jitfagħhom f'baħar ta' inċertezza għax se jpoġġihom f'sitwazzjoni fejn se jkun diffiċli ħafna għalihom li jippjanaw b'ċertu tul.", "Aħna nafu li din il-miżura li twettqet il-ġimgħa li għaddiet, hija miżura simili bħal dik li twettqet f'Ottubru ta' l-2003.", "Qegħdin naraw gvern li minflok qiegħed jgħin lill-kunsilli lokali u jgħidilhom li jrid jgħabbihom b'aktar responsabbiltajiet għaliex jemmen fihom, għax jemmen li huma l- ewwel pass taċ-ċittadin lejn l-awtorita' tal-pajjiż u għaliex huma l-ewwel nies li jistgħu japprezzaw l-aktar x'inhuma l-esiġenzi fil-lokalita` tagħkom, qed jgħidilhom li ma jinteressahx minn dan kollu; hemm problema finanzjarja fil-pajjiż u allura se jżidilhom il-piż finanzjarju, se jżidilhom ir-responsabbiltajiet ġodda, se jagħmlilhom iżjed devoluzzjoni tal-poter pero` se jnaqqsilhom il-flus.", "Fil-programm elettorali tal-partit Nazzjonalista ta' l-1998, kien hemm miktub:", "\"Il-partit Nazzjonalista jżid ir-responsabbiltajiet u l-finanzjament tal-kunsill lokali biex dawn isiru aktar effettivi u jaqdu aħjar lin- nies li joqogħdu fil-lokalitajiet immexxija minnhom.\".", "Pero` b'dawn il-miżuri li ħa l-gvern, dan qed jagħmel dijametrikament l- oppost.", "Din hija xi ħaġa li politikament timmerita kritika qawwija għaliex huwa ħażin li jkollna partiti f'dan il-pajjiż li jwiegħdu mod u jwettqu mod ieħor.", "Problema oħra li jien nara li l-gvern m'huwiex qiegħed jieħu bis-serjeta` hija l-fatt li għalkemm jitkellem fuq awtonomija tal-kunsilli lokali u għalkemm il-liġi stess tistipola li l-kunsilli lokali huma awtonomi - allura għandhom ċerta indipendenza mill-gvern ċentrali - il-gvern qiegħed repetutament jieħu deċiżjonijiet mingħajr ma jikkonsulta ma' l-ebda minn dawk il-korpi li huma nvoluti fid-deċiżjonijiet li qiegħed jieħu.", "Il-gvern, f'din l-aħħar deċiżjoni li ħa li jnaqqas 5% mill-allokazzjoni tal-kunsilli lokali, ma kkonsulta ma' ħadd la mal-kunsilli, la mas-sindki u lanqas ma' l- assoċjazzjoni tal-kunsilli lokali, li hija rappreżentata llum min-nies li huma fuq iż-żewġ naħat ta' din il-Kamra u li għandhom ċertu affiljament politiku maż-żewġ naħat tal-Kamra, pero' żgur li ħadd minnhom ma kien jasal li jagħmel statement kif għamel per eżempju, il-president ta' l- assoċjazzjoni tal-kunsilli lokali, is-Sur Ian Micallef - li huwa kandidat tal-partit Nazzjonalista - fejn qal li ma ġiex ikkonsultat.", "Kif ma ġewx ikkonsultati, per eżempju, fuq din il-problema l-assoċjazzjoni tas- segretarji eżekuttivi tal-kunsilli lokali.", "Din hija l-ironija ta' dan il-gvern li jitkellem fuq il-patt soċjali u fuq kunsens wiesa'.", "Jien nistaqsi: Ma' min se jkollu kunsens wiesa' fuq il- kunsilli lokali meta dan qed jasal biex jieħu u jimplimenta deċiżjonijiet mingħajr ma jikkonsulta ma' l-aktar nies li huma qrib dawn id- deċiżjonijiet.", "Dan mhux ċertifikat li qed tagħtih l-oppożizzjoni, dan huwa ċertifikat li ngħata minn sħab il-gvern stess.", "F'termini reali, Sur President, id-deċiżjoni li ħa l-gvern il-ġimgħa li għaddiet se jtellef aktar minn Lm530,000 mill-kunsilli lokali u se jisfrattalhom il-ħidma li għandhom pjanata.", "Kien hemm kunsilli lokali li tkellmu magħna u uħud minnhom kienu kandidati, kunsilliera u sindki li ħarġu fuq il-lista tal-partit Nazzjonalista.", "Dawn qalulna: Kif il-gvern se jippretendi li jien nagħmel proġetti ġodda meta bil-budget li għandi, lanqas hemm flus biżżejjed biex inlaħħaq ma' l-ispiża rikorrenti.", "Kif jista' jkun li l-fondi li għandu kunsill lokali partikolari, li huma bilkemm biżżejjed biex iwasslu biex titħallas lill-ispiża rikorrenti tagħhom, iservu għal proġetti ġodda.", "Per eżempju, il-kunsilli lokali taż- Żejtun naqqsulu Lm5,000 u dak ta' Santa Venera naqqsulu aktar minn Lm6,000 u dawn għandhom kuntratti li jridu jħallsuhom fl-aħħar jew f'nofs Awissu.", "Il-kunsilli lokali ta' Birżebbugia għandu kuntratt tat-toroq li se jkollu problema biex iħallsu.", "F'Ħal Tarxien, għandhom il-problema tal-patching.", "F'Ħaż-Żebbuġ għandhom il-proġett tal-pjazza ċentrali li se jkollu jiġi ridimensjonat minħabba dan it-tnaqqis.", "Il-kunsill lokali tas-Siġġiewi tilef aktar minn Lm8,000.", "Hemm kunsilli li se jkollhom jagħmlu reviżjoni tax- xogħol kollu li ppjanaw għal tul din is-sena.", "Il-kunsill ta' Ħal Qormi tilef aktar minn Lm9,000 u dak taż-Żurrieq, Lm6,000.", "Dawn għandhom proġett dwar iċ-ċentru soċjali Mattia Preti u anke dan se jkollu jiġi ridimensjonat għaliex inkella l-fondi ma jservux.", "Dawn huma l-affarijiet reali li se jbatu minnhom in-nies tagħna li jgħixu f'dawn il-lokalitajiet.", "Il-ħidma tal-kunsilli lokali m'hijiex ippjanata fuq ftit xhur imma hija ppjanata fuq ammont ta' żmien, snin jekk hemm bżonn.", "Sur President, jagħmel sens li aħna ninvestu fil-kunsilli lokali.", "Illum qegħdin nitkellmu fuq il- possibbilta` li nestendu t-terminu ta' kunsill lokali minn tliet snin għal erba' snin għax nemmnu li kunsill għandu jkollu iżjed żmien biex jippjana u l-gvern qed jaqbel magħha din pero` imbagħad fl-istess ħin ma rridx li jħalli l-kunsill lokali jippjana fit-tul.", "Din id-deċiżjoni hija deċiżjoni li tmur kontra l-ispirtu tal-liġi tal-kunsilli lokali stess, tmur kontra l- ispirtu tal-karta Ewropea tal-gvern lokali li hija ċara u li tgħid: Jekk hemm deċiżjoni li se tolqot b'mod dirett lill-kunsill lokali, il-kunsill lokali jrid jiġi kkonsultat.", "Jien ma nistax ma nikkundannax dan l-aġir tal-gvern.", "Jekk il-gvern irid irażżan in-nefqa tiegħu, m'għandux inaqqashom minn min qiegħed jagħtih riżultat tajjeb u minn min qiegħed imexxi l-ispiża tiegħu bil-għaqal u bil- galbu.", "Il-gvern jaf fejn hemm dipartimenti u entitajiet tal-gvern li qegħdin jagħmlu spejjeż inutli.", "Rajna tul dawn l-aħħar ġimgħat kif, per eżempju, b'mod kapriċċjuż – għalkemm il-gvern baqa' jiġġustifika d- deċiżjoni - kellna xiri ta' dar ġo Brussel ta' aktar minn Lm6 miljun.", "Għalhekk, aħna ma nistgħux ma nikkundannawx dan l-aġir tal-gvern u flok ma qiegħed jara u japprova l-ġid kollu li għamlu l-kunsilli lokali tul dawn l- aħħar għaxar snin u jgħinhom iżjed, dan qiegħed jagħtihom ċirasa morra proprju fl-għaxar sena mit-twaqqif tagħhom – u meta xeba' jiċċelebra l- għaxar snin mit-twaqqif tagħhom – meta qed jaqtagħlhom mill-fondi finanzjarji tagħhom.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada t- Tlieta, 20 ta' Lulju, 2004 fid-9:00 a.m. bl-aġenda kif komunikata mill- Ministru.", "Fid-9:30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "BIRKIRKARA – BOZOZ MAQTUGĦIN", "6613.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika: Jista' il-Ministru jara li d- dwal li hemm fl-istazzjon ta' Birkirkara, kif ukoll dawk li hemm biswit it- terminus tal-karozzi tal-linja fl-istess post, jerġgħu jinxtegħlu?", "Jaf li din iz-zona ilha fi dlam ċappa għal ġimgħat sħaħ?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "SWATAR - KLIEB JIĠRU FIT-TRIQ", "6614.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jara li tittieħed azzjoni kontra min qiegħed iħalli diversi klieb jiġru barra t-triq b'periklu ċar għal dawk kollha li jgħaddu minn Triq Giuseppa Psaila fis-Swatar?", "Jaf li dawn il-klieb diġa' attakkaw u gidmu xi residenti?", "ONOR.", "TONIO BORG: L-ilment imressaq mill-Onor.", "Interpellant qed ikun investigat.", "XGĦAJRA: TRIQ WIED GLAVAN - TINDIF TA' GĦALQA", "6615.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' il-Ministru jara li l-għalqa li hemm fi Triq Wied Glavan fix-Xgħajra titnaddaf u jinbena ċint skond il-liġi?", "Kopja tal- pjanta qed tintbagħat separatament.", "Jaf li f'din l-għalqa qed jintrema' ammont ta' skart li qed joħloq inkonvenjent filwaqt li qed ikun ta' periklu għas-saħħa tar-residenti ta' l-istess triq?", "Jaf li għalkemm saru diversi ilmenti ma' l-awtoritajiet konċernati baqa' ma sar xejn, u dan bl-iskuża li s-sidien ta' l-għalqa mhumiex magħrufa?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: L-għalqa msemmija hija tal-privat, għalhekk l-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "MSIDA: TRQ IL-ĠOSTRA - ASFALTAR", "6616.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Jista' il-Ministru jara li Triq il-Ġostra fl-Imsida tingħata t- tarmac peress li bl-istat li tinsab fih qed tkun ta' periklu u inkonvenjent għall-familji residenti?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: It-triq imsemmija ġiet inkluża fil-programm ta' kostruzzjoni ta' toroq li qed isiru mid-direttorat.", "Ix-xogħol fiha se jsir aktar 'il quddiem skond il-prioritajiet li jkollu quddiemu d-direttorat.", "WSC - QARI TAL-METERS", "6617.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika: Jista' il-Ministru jgħid x'inhuma l-perjodi li fihom qed isir qari tal-meter tad-dawl u ta' l-ilma?", "Jista' jgħid ukoll x'inhuma r-rati tal-ħlas relattivi?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "HOST FAMILIES", "6618.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid x'inhuma l-kriterji li jrid ikollhom il-familji li jilqgħu għandhom studenti barranin bi ħlas - host families - għall- iskejjel ta' l-Ingliż?", "Liema huma l-liċenzji li jrid ikollhom?", "X'inhuma l- ħlasijiet għal dawn il-liċenzji?", "Jista' jgħid jekk il-ħlasijiet għal dawn il-liċenzji humiex kollha l-istess jew jekk hemmx differenza fil-ħlas għal min iżomm inqas studenti minn ħaddieħor?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Il-kriterji prinċipali li jrid ikollhom dawk li japplikaw għal-liċenzja ta' host family huma: li l-akkomodazzjoni fejn se jużaw l-istudenti tkun ta' standard xieraq skond ir-regolamenti (A.L. 130 ta' l-2002); li l-applikant ikun jitkellem bl-ingliż; li jkollu kondotta tal-pulizija tajba.", "Il-ħlasijiet għal din il-liċenzja huma ta' Lm40 fis-sena f'każ li jalloġġaw tlieta jew erba` studenti, jew ta' Lm20 fis-sena f'każ li jalloġġaw wieħed jew żewġ studenti.", "Hemm ukoll ħlas ta' Lm25 kull sena bħala kontribuzzjoni lill-awtorita` Maltija għat-turiżmu li titnaqqas għal Lm20 jekk titħallas fi żmien tliet xhur.", "MOSTA - XIRI TA' DJAR MILL-INKWILINI", "6619.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru tal-Familja u tas- Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tivverifika x'ġara minn applikazzjoni lill-awtorita' tad-djar, skema 9 - 384/92, sabiex jinxtara appartament fil-Mosta mill-inkwilin fejn, minkejja li tħallas id-depożitu, sal-lum ma sarx il-kuntratt finali?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Wara li rċeviet l-applikazzjoni li rrifera għaliha l-Onor.", "Interpellant, l-awtorita' tad-djar talbet il-permess lid- dipartiment ta' l-artijiet biex isir il-bejgħ.", "Id-dipartiment informa lill-awtorita' li ma kienx jista' jagħti tali permess qabel ma jitwaqqa' il- bini illegali li hemm ma' l-istess fond.", "Ninsab informata wkoll li fil-fatt ma sar ebda konvenju u l-applikant m'għamel ebda ħlas għax-xiri tal-post.", "PERSUNI TA' NAZZJONALITA' BARRANIJA LI SKADITILHOM IL-VISA", "6620.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hawn barranin f'Malta li skaditilhom il-visa?", "Ta' liema nazzjonalita' huma?", "ONOR.", "TONIO BORG: It-tagħrif mitlub mhuwiex disponibbli.", "AIR MALTA - AJRUPLANI", "6621.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika: Jista' il-Ministru jgħid kemm għandha ajruplani l-Air Malta?", "F'liema sena nxtraw?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-ajruplani li l-Air Malta qed tagħmel użu minnhom bħalissa huma kollha mikrija.", "SVPR - ANZJANI", "6622.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l- Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid kemm mietu anzjani fir- residenza San Vinċenz de Paule mis-sena 2000 sal-lum?", "Kemm kellhom eta'?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-informazzjoni mitluba hi kif ġej:", "|Age Groups |Number of | | |patients with| | |that age | |Below 45 |1 | |45-50 |7 | |51-55 |10 | |56-60 |14 | |61-65 |29 | |66-70 |77 | |71-75 |125 | |76-80 |254 | |81-85 |340 | |86-90 |324 | |91-95 |199 | |96-100 |52 | |101+ |6 |", "SAĦĦA - TOBBA TA' NAZZJONALITA' BARRANIJA", "6623.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l- Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn tobba barranin jaħdmu f'Malta?", "Ta' liema nazzjonalita' huma?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-informazzjoni mitluba, jiġifieri dwar tobba barranin li jaħdmu fid-diviżjoni tas-saħħa, hija kif ġej:", "|Pajjiż minn fejn |Numru | |ġejjin | | |Netherlands |2 | |Renju Unit |1 | |Polonja |12 | |Repubblika |12 | |Slovakka | | |Serbja u |11 | |Montenegro | | |Bosnia |5 | |Bulgarija |1 | |Repubblika Ċeka |3 | |Ukraina |5 | |Russja |3 | |Maċedonja |1 | |Albanija |1 | |Greċja |1 | |Norveġja |1 | |Lebanon |2 | |Total |61 |", "OPM - ĦLAS PENDENTI LILL-KUNTRATTURI", "6624.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm għandu jagħti flus għal xogħol li għamlu l-kuntratturi u li għadhom ma tħallsux?", "Kemm tammonta l-ispiża għal kull kuntrattur sal-lum?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant ikun aktar speċifiku u jiċċara għal liema tip ta' kuntratturi qed jirriferi.", "ĠUSTIZZJA U INTERN - ĦLAS PENDENTI LILL-KUNTRATTURI", "6625.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm għandu jagħti flus għal xogħol li għamlu l-kuntratturi u li għadhom ma tħallsux?", "Kemm tammonta l-ispiża għal kull kuntrattur sal-lum?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nitlob lill-Onor.", "Membru jkun aktar speċifiku u jiċċara għal liema tip ta' kuntratturi qed jirriferi.", "PBS - CO-ORDINATOR FINANCE", "6640.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika: Jista' il-Ministru jgħid xi kwalifiki akkademiċi għandha s-sinjura li għadha kif ingħatat il-ħatra ta' co-ordinator finance fil-qasam ta' l-accounts u bookkeeping?", "Kemm-il sena ilha taħdem il-PBS?", "Kemm ilha tagħmel xogħol ta' accounts fl-istess kumpannija?", "X'kien il-grad tagħha qabel ingħatat il-kariga ta' co- ordinator finance?", "Kemm-il grad telgħet biex laħqet co-ordinator finance?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "PBS - CO-ORDINATOR ADMINISTRATION", "6641.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika: Jista' il-Ministru jgħid kemm ilha taħdem fil-qasam tar-riżorsi umani l-persuna li ngħatat il-kariga ta' co-ordinator administration fil-PBS?", "X'kien il-grad ta' tagħha sal-lum?", "F'liema uffiċċju kienet taħdem?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "PBS - CO-ORDINATOR FINANCE/CO-ORDINATOR ADMINISTRATION", "6642.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika: Jista' il-Ministru jgħid xi kriterji ntużaw fl-intervisti għall-ħatriet ta' co-ordinator finance u co- ordinator administration fil-PBS?", "Kemm kienu jġorru marki kull wieħed minn dawn il-kriterji?", "Kemm ġabu marki l-kandidati li applikaw għal dawn iż- żewġ postijiet għal kull kriterju?", "X'kienu r-rakkmandazzjonijiet tal-bord ta' l-għażla għal dawn iż-żewġ gradi?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "PBS - CO-ORDINATOR NEWS", "6643.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika: Jista' il-Ministru jgħid xi kwalifiki akkademiċi għandha s-sinjura li għadha kif ingħatat il-ħatra ta' co-ordinator news fil-PBS?", "Kemm-il sena ilha taħdem fil-PBS?", "Kemm ilha tagħmel xogħol ta' aħbarijiet fl-istess kumpannija?", "X'kien il-grad tagħha qabel ingħatat il-kariga ta' co-ordinator news?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "PBS - ĦADDIEM", "6644.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika: Jista' il-Ministru jgħid xi kwalifiki akkademiċi għandu ħaddiem tal-PBS, li ismu qed jintbagħat separatament?", "Kemm-il sena ilu jaħdem fil-PBS u kemm ilu jagħmel xogħol fil-qasam ta' l-aħbarijiet fl-istess kumpannija?", "X'inhu l-grad fil-PBS ta' din il-persuna?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "PBS - ĠURNALISTI/NEWS CO-ORDINATORS", "6645.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika: Jista' il-Ministru jgħid min kienu l-persuni li applikaw għall-ġurnalisti/news co-ordinators fil-PBS u xi kwalifiki akkademiċi, jew xi studji qed jagħmlu fil-qasam ġurnalistiku?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "ENVIRONMENTAL LANDSCAPING CONSORTIUM - PUBLIC PRIVATE PARTNERSHIP", "6659.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jikkonferma jekk kienx hemm xi tibdil fil- membri tal-consortium u fil-kundizzjonijiet tal-kuntratt bejn il-consortium u l-gvern fil-każ tal-public private partnership ma' l-environmental landscaping consortium?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: It-tweġiba għaż-żewġ mistoqsijiet hi fin- negattiv.", "MOBC", "6660.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika: Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għala l-persuni, dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament, m'għadhomx involuti fit-tmexxija ta' l-MOBC?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Waqt li persuna minnhom għadha fl-istess pożizzjoni, il-persuna l-oħra spiċċat mill-pożizzjoni minħabba l-integrazzjoni tal-MOBC mal-korporazzjoni Enemalta.", "MEPA - AREA FI TRIQ IL-BAJJAD, QORMI", "6663.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid jekk policy Q011, li kienet proposta fil-public consultation draft dwar area fi Triq il-Bajjad f'Ħal Qormi, hijiex se tinbidel wara li l-kunsill lokali ta' Ħal Qormi kien ressaq oġġezzjoni għaliha u kien ippropona wkoll li din l-area titħalla bħala buffer zone sabiex jitnaqqas l-impatt industrijali f'din l-area?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "PULIZIJA - KAŻ TA' DIXXIPLINA", "6671.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhu jżomm milli tiġi segwita d-dixxiplina fil-każ li hemm rapportat f'file tal- pulizija, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, meta fil-każ in eżami tneħħa minn xogħol ta' xufier?", "ONOR.", "TONIO BORG: Il-każ imsemmi ġie investigat u jinsab appuntat għas- smigħ f'waħda mis-seduti tad-dixxiplina li jmiss.", "MEPA - AREI LI NĦAKMU MILL-GĦARGĦAR", "6674.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid jekk il-MEPA ħaditx miżuri jew policies neċessarji fir-rigward tal-widien u l-areas li nħakmu mill-għargħar fil-15 ta' Settembru li għadda?", "Hemm ħsieb li jkun hemm xi pjan jew policy paper li tiggwida l-iżvilupp f'dawn l-areas?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: It-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "ĦAL QORMI - ASFALTAR TA' TOROQ", "6675.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jikkonferma meta se jinbeda x-xogħol fuq Triq in-Nassab u Triq Marco Montebello ġewwa Ħal Qormi wara li t-tenders għal dawn ix-xogħlijiet ħarġu madwar tmien xhur ilu?", "Jista' jgħid għaliex dan id-dewmien kollu fl-għoti ta' dawn it-tenders?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: F'Settembru 2003 kienet ħarġet tender sabiex isiru toroq Triq in-Nassab u Triq Marco Montebello, hekk kif imsemmi mill- Onor. Interpellant.", "Dawn it-tenders ma kenux ingħataw minħabba li l- prezzijiet mitluba mill-kuntrattur kienu konsiderevolment ogħla mil-limiti stabiliti mid-direttorat.", "Madanakollu l-imsemmija tenders reġgħu nħarġu fi Frar 2004 u fil-preżent għadhom qed jiġu aġġudikati.", "IMRIEĦEL BYPASS – PERMESS GĦAT-TIĠRIJA TAŻ-ŻWIEMEL", "6681.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 6274, jista' il- Ministru jgħid għaliex ma ngħatax permess għat-tiġrija taż-żwiemel fit-triq (by-pass ta' l-Imrieħel) organizzata fl-okkażjoni tal-festa ta' San Ġorġ f'Ħal Qormi?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Ma kien hemm l-ebda applikazzjoni bil-miktub għal dan il-permess.", "IKEL SERVUT FID-DJAR TA' L-ANZJANI", "6682.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru tas-Saħħa, l- Anzjani u l-Kura fil-Komunita': X'tip ta' skrutinju qed isir fuq l-ikel li jiġi servut fid-djar ta' l-anzjani, kemm dak li jiġi ppreparat u msajjar in- house kif ukoll dak ta' l-outside caterers?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Bħalma kien isir qabel, sew nies mid-dipartiment kif ukoll l-ispetturi mill-public health unit jagħmlu l-iskrutinju neċessarju fuq l-ikel kollu li jiġi servut fid-djar ta' l-anzjani, kemm dak li jiġi ppreparat u msajjar in-house kif ukoll dak ipprovdut mill-outside caterers.", "VAT FUQ ID-DAWL U L-ILMA", "6683.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jassigurana li l-VAT fuq id-dawl u l- ilma mhux se tgħaddi fuq il-konsumatur?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Il-mistoqsija hi ipotetika.", "F'materja ta' tassazzjoni ebda gvern responsabbli ma jista' jagħti xi assigurazzjoni bħalma qed tintalab.", "Madanakollu żgur li dan il-gvern mhux se jagħmel bħalma għamel gvern Laburista meta qabad u żied ir-rati tad-dawl u l-ilma bl-addoċċ.", "MSIDA – DAR TA' L-ANZJANI", "6684.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru tas-Saħħa, l- Anzjani u l-Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid hux minnu li l-air- conditioners f'Imsida home humiex bil-ħsara?", "Jekk iva, meta se jissewwew?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Peress li ġrat xi ħsara fis-sistema ta' l-arja kkondizzjonata fid-dar ta' l-anzjani ta' l-Imsida, id-dipartiment ħa l- passi kollha meħtieġa biex kollox jiġi għan-normal fl-iqsar żmien possibbli.", "Fil-frattemp, biex jittaffa l-inkonvenjent, ġew mixtrija 50 fan sakemm kollox jiġi għan-normal.", "MSIDA – DAR TA' L-ANZJANI", "6685.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru tas-Saħħa, l- Anzjani u l-Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid xi proċedura tiġi segwita dwar ilmenti li jitressqu quddiem min hu in charge f'Imsida home?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Bħalma kien jiġri sal-lum, kull ilment li jitressaq quddiem il-persuna in-charge f'Imsida home jiġi trattat skond il-gravita' tiegħu.", "Dawk l-ilmenti li jitqiesu bħala minuri jiġu trattati immedjatament mill- persuna in-charge innifsu", "Meta l-persuna in-charge mill-home iqis li l-ilment imressaq huwa aktar serju, dan jirriferih bil-miktub lid-direttur għall-anzjani u kura fil- komunita' biex jikkunsidra l-każ u eventwalment tittieħed deċiżjoni.", "Madankollu jista' jagħti l-każ fejn id-direttur jordna li jsiru aktar investigazzjonijiet meta l-każ ikun jimmerita din l-attenzjoni.", "SAĦĦA – PERSUNI ELIĠIBBLI GĦALL-MEDIĊINI B'XEJN", "6686.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru tas-Saħħa, l- Anzjani u l-Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid għaliex mhux qed tingħata garża miċ-ċentru tas-saħħa u mill-isptar lil dawk li huma eliġibbli biex jieħdu mediċini b'xejn?", "Jista' jgħid għaliex dan ir- rekwiżit bażiku għal kura huwa out of stock anke fir-residenza San Vinċenz de Paule?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "FORZI ARMATI – REKLUTAĠĠ TA' MEMBRI", "6688.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Peress li ħafna mill-applikazzjonijiet għar-rekluti mal-forzi armati ta' Malta li għalqu dan l-aħħar ġew rifjutati minħabba kontravvenzjonijiet tat-traffiku li tniżżlu fuq il-kondotti, ma jaħsibx il- Prim Ministru li l-applikanti ma kellhomx jiġu mċaħħda minħabba dawn il- multi tat-traffiku?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Il-proċess ta' reklutaġġ fil-forzi armati, bħal kull eżami pubbliku ieħor, qiegħed jitmexxa mid-dipartiment ta' l-eżamijiet u għaldaqstant l-Onor.", "Membru għandha tirriferi l-mistoqsija tagħha lill- ministru konċernat.", "GOZO CHANNEL - ĦADDIEMA", "6689.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika: Jista' il-Ministru jgħid meta se jiġi rivedut il-ftehim dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema tal-Gozo Channel?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Il-kundizzjonijiet tal-ħaddiema huma regolati b'żewġ ftehim kollettivi.", "Il-ftehim kolletiv li jirregola l-ħaddiema li jaħdmu fuq il-baħar (minbarra l-uffiċjali) u n-nies li jaħdmu x-xatt, u li skada fl- aħħar ta' Settembru 2002, preżentament qed jiġi negozjat.", "Il-ftehim kollettiv ma' l-uffiċjali li jaħdmu fuq il-vapuri jiskadi fl-aħħar ta' Diċembru 2004.", "GOZO CHANNEL – ĠARR TA' BAGALJI", "6690.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika: Jista' il-Ministru jgħid għal- liema raġuni mhux qed ikun hemm ġarr ta' luggage mat-trips ta' wara nofsinhar fuq il-vapuri tal-Gozo Channel?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Il-UHM ordnat lill-membri tagħha biex ma jipprovdux is-servizz tal-ġarr tal-bagalji għat-turisti u l-passiġġieri, liema azzjoni mingħajr ġustifikazzjoni qed toħloq inkonvenjent għal xejn.", "Din id- direttiva ngħatat wara li l-kumpannija ma' laqgħetx it-talba tal-UHM sabiex jiżdiedu l-ħaddiema li jieħdu ħsieb is-servizz tal-bagalji bl-iskuża li l- ħaddiema li qed jieħdu ħsieb dan ix-xogħol illum, issa fis-sajf, għandhom wisq x'jagħmlu.", "Il-kumpannija toffri servizz billi żewġ impjegati tagħha fiċ-Ċirkewwa u tnejn fl-Imġarr jgħabbu l-bagalji tat-turisti f'vettura apposta u mbagħad għal fuq il-vapur u mbagħad iħottu l-bagalji mal-wasla fid-destinazzjoni tal-vapur.", "Mir-records jidher li t-traffiku tal-bagalji żdied bi ftit ħafna u din iż-żieda ma tiġġustifikax l-ispiża li jiżdiedu l-ħaddiema mal- bagalji.", "Minħabba l-insistenza tal-UHM il-kumpannija ddeċediet, u fil-fatt implimentat il-proċedura, li titlob lill-passiġġieri li jkunu huma li jqiegħdu l-bagalji tagħhom fil-luggage trolleys, ħlief għal passiġġieri anzjani jew b'diżabilita' fejn għandha tibqa' l-għajnuna ta' l-impjegati tal-kumpannija.", "Dan il-bdil sar biex jassigura li l-passiġġieri jinqdew xorta waqt li l-ħaddiema ma jkollhomx għalfejn jgħidu li żdidilhom wisq ix- xogħol.", "Minkejja din is-soluzzjoni, il-UHM ordnat lill-ħaddiema jwaqqfu s-servizz tal-luggage trolleys.", "GĦAWDEX: RABAT - TEMPORARY PARKING PERMIT", "6691.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid għal liema raġuni l-awtoritajiet kompetenti f'Malta qegħdin idumu ħafna, anke sena, biex jawtorizzaw lill-kunsill lokali tar-Rabat Għawdex sabiex ibiddel it- temporary parking permit f'wieħed permanenti fl-iskema ta' ipparkjar għar- residenti?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nifhem li l-mistoqsija ta' l-Onor.", "Membru tikkonċerna l-controlled parking scheme fir-Rabat, Għawdex.", "Peress li din taqa' taħt il-kompetenza ta' l-awtorita' dwar it-trasport, nitlob lill-Onor.", "Interpellant tirriferi l-mistoqsija tagħha lill-ministru konċernat.", "GĦAWDEX – RADJU NAZZJONALI", "6692.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 6554, peress li issa Għawdex m'għandux frekwenza nazzjonali, jista' il-Ministru jgħid hux se tingħata frekwenza oħra minflok dik ta' Radio Calypso?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Fis-26 ta' Lulju l-awtorita' tax-xandir se tħabbar ir- riżultati ta' business study li se jitfa' dawl dwar is-sitwazzjoni tar- radju nazzjonali eżistenti u jekk għandhomx jiġu allokati frekwenzi ġodda għax-xandir.", "Dan il-ministeru għalhekk qed jistenna li jirċievi r- rakkmandazzjonijiet ta' l-awtorita' tax-xandir qabel ma jiddeċiedi kif għandu jipproċedi f'dan il-qasam.", "GĦAWDEX – RADJU NAZZJONALI", "6693.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 6554, jista' il- Ministru jforni d-dettalji kollha dwar dan it-trasferiment u dwar il-mod kif it-talba ġiet determinata mill-awtorita' tax-xandir?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Billi l-awtorita' tax-xandir mhijiex parti mid- dekasteru li jaqa' taħt ir-responsabbilta' tal-ministeru tiegħi, nitlob lill-Onor.", "Interpellant tagħmel il-mistoqsija tagħha lill-ministru konċernat.", "PARLAMENT EWROPEW – MEMBRI", "6697.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika: Jista' il-Ministru jgħid jekk Membru Parlamentari Ewropew elett riċentement għadux jidher fuq il-kotba tal-Bank of Valletta bħala impjegat jew jekk huwiex qiegħed leave without pay?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Minħabba n-natura kummerċjali tal-BOV, mhux fl- interess tal-kumpannija li jingħata t-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant.", "VAT FUQ XIRI/KIRI TA' VAPURI", "6698.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm tħallset VAT fuq kull xirja jew kirja ta' vapuri li nxtraw jew inkrew f'dawn l-aħħar sentejn biex joperaw għal boat trips tat-turisti f'ibħra lokali?", "Jista' jgħid kemm tħallset VAT f'dawn l-aħħar sentejn mill-operaturi tal-boat trips?", "Jista' jgħid min huma dawn l-operaturi u l-ammont li ħallsu kull sana sal-lum?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "LOCAL CRUISING - VAPURI", "6699.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid liema huma l-vapuri li preżentament qed joperaw fl-ibħra Maltin inkonnessjoni mas-settur turistiku local cruising?", "Jista' jgħid liema minn dawn huma mixtrija, chartered, jew mod ieħor?", "F'kull każ, kemm tħallset VAT u liema minn dawn ġew eżentati?", "F'kull każ kemm kien il-valur imħallas jew eżentat?", "Jista' jgħid ukoll kemm inxtraw u/jew inkrew vapuri minn sidien Maltin u barranin f'dawn l-aħħar sentejn biex joperaw għal boat trips tat-turisti f'ibħra lokali?", "Jista' jgħid liema huma dawn il-vapuri?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel il- mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "ZONI TURISTIĊI - XOGĦOL TA' BINI U KOSTRUZZJONI", "6700.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid x'qed isir biex fiz-zoni turistiċi, speċjalment fis-sajf bejn Mejju u Ottubru, ma jħallix, jew jirristrinġi u jwaqqaf bħalma qed jagħmlu pajjiżi kompetittivi tagħna fis-settur turistiku, xogħol ta' bini u kostruzzjoni u dehra ta' krejnijiet li huma eyesore f'dawn iz-zoni, b'mod partikolari viċin il-lukandi?", "Jaf il-Ministru li t-tour operators fid-dinja kollha jikkunsidraw li ma jibagħtux turisti fil-lukandi fejn ikun qiegħed isir xogħol ta' bini li jidher mil-lukandi?", "Jaf li dan kollu qed ikun ta' detriment għall- profittibilta' ta' diversi lukandi lokali?", "Jaf li wħud minn dawn il- lukandi għandhom ban totali mit-tour operators li jfisser theddida fuq l- impjieg tal-ħaddiema?", "Japprezza l-Ministru li pajjiżna qed jikkompeti mal-pajjiżi tad-dinja kollha għat-turiżmu u jekk il-Gvern jaddotta l-politika li kulħadd jagħmel li jrid, kif irid u fejn irid mingħajr ebda protezzjoni għall-industrija turistika, allura t-turiżmu tagħna se jkompli jiġi affettwat negattivament?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Kopja ta' l-istqarrija għall-istampa numru 872 li titkellem dwar xogħlijiet ta' kostruzzjoni f'zoni turistiċi tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni fis-seduta.", "Din l-istqarrija tirrifletti l-ftehim milħuq bejn il-ministeru u d-diversi entitajiet li jirrappreżentaw lill-kuntratturi biex kemm jista' ikun jitnaqqas l- inkonvenjent kemm għat-turisti kif ukoll għar-residenti f'dawn l-inħawi.", "Filwaqt li napprezza u nifhem l-ispirtu ta' din il-mistoqsija, naħseb li l- Onor Membru japprezza wkoll li jrid ikun hemm bilanċ bejn iż-żewġ industriji - dik tat-turiżmu u dik tal-kostruzzjoni.", "Dak li qed jiġri llum bil-ftehim imsemmi hawn fuq, hu pass fid-direzzjoni t-tajba u huwa intiż biex l-għanijiet taż-żewġ industriji jintlaħqu bl-inqas xkiel possibbli.", "TAS-SLIEMA - TRIQ IL-KULLEĠĠ L-ANTIK", "6701.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika: Jista' il-Ministru jieħu l- passi kolha meħtieġa biex isiru l-ispezzjonijiet u t-tiswijiet neċessarji fi Triq il-Kulleġġ l-Antik, Tas-Sliema minn bieb numru 3 sa bieb numru 13, peress li r-residenti li joqogħdu f'dawn id-djar qed jidħlilhom ilma jew drenaġġ mill-ħitan tagħhom, liema ilma jew drenaġġ ġej minn xi leakage tas- sistemi ta' l-ilma jew drenaġġ li għaddejjin mill-istess triq, jew f'xi triq fil-viċinanza?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "MFSA – MEMBRI TAL-BORD", "6702.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 6496, jista' il-Prim Ministru jwieġeb l-istess mistoqsija din id-darba b'riferenza għal dawk maħtura biex imexxu l-MFSA?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-membri tal- bord ta' l-MFSA huma maħturin mill-Prim Ministru skond Kap 330 tal-Liġijiet ta' Malta, kif emendat.", "Din il-ħatra tinsab regolata skond il-kriterji u fit-termini tal- limitazzjonijiet li hemm stabbiliti f'Artikolu 6 ta' din il-liġi, li fosthom wieħed isib il-kompetenza professjonali fis-setturi nvoluti u kompetenzi u kapaċitajiet oħra rilevanti, kemm f'Malta kif ukoll barra minn Malta.", "L-għażla tal-membri ssir b'mod li kemm jista' ikun il-membership tal-bord ikopri firxa wiesgħa tas-setturi li jaqgħu taħt il-funzjonijiet statutorji ta' l-MFSA u jiġi assigurat illi l-bord igawdi minn taħlita ta' skills rilevanti għat-twettiq ta' dmirijietu.", "RABAT - SINJALI TAT-TRAFFIKU", "6703.", "L-ONOR.", "JOSEPH CASSAR staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Jista' il-Ministru jispjega għalfejn is-sinjali tat-traffiku mnedija bi ftehim ma' l-awtorita' dwar it-trasport u l-kunsill lokali preċedenti tar-Rabat, Malta, bejn Pjazza San Duminku r-Rabat u Ħal Bajjada, ilhom mgħottija bi plastic u tape għal din l-aħħar sena, peress li barra li jkerrħu l-ambjent qed ikunu ta' periklu għat-traffiku, għax xi kultant il- plastic u t-tape jitqattgħu bir-riħ u t-traffiku jibda jobdi sinjali li mhux suppost isegwi?", "Jista' jgħid jekk dawn is-sinjali kenux imnedija biex inaqqsu l-flow tat-traffiku ġewwa Triq Ġorg Borg Olivier?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Minn riċerka li saret fir-records tad-direttorat għall-immaniġġjar tat-traffiku, irriżulta li mis-sena l-oħra 'l hawn id- direttorat kien kiteb lill-kunsill lokali tar-Rabat tliet darbiet sabiex dawn it-tabelli jinkixfu u b'hekk tibda titħaddem it-traffic management scheme ta' l-inħawi.", "Din is-sistema ta' one-way tikkumplimenta s-sistema tat-traffiku fi Triq Borg Olivier u għalhekk sakemm jinkixfu s-sinjali t-traffic flow fir-Rabat ma tistax tkun ottimizzata.", "DIPARTIMENT TAS-SERVIZZI FARMAĊEWTIĊI - MEDIĊINI", "6705.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid fl-aħħar tliet snin kemm huwa stmat li kien il-valur tal-mediċini li ntremew mill-GPS wara li jkunu nxtraw minn fondi publiċi għas-servizz nazzjonali tas-saħħa f'pajjiżna?", "X'kienu r-raġunijiet li ntremew dawn il-mediċini?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Id-dipartiment tas-servizzi farmaċewtiċi tal-gvern kellu dawn l-ammonti ta' mediċini skaduti għas-snin 2001, 2002 u 2003.", "| |2001 |2002 |2003 |2004*| | |Lm |Lm |Lm |Lm | |Mediċ|236,65|362,17|142,224|57,06| |ini |1.59 |1.10 |.81 |3.15 | |skadu| | | | | |ti | | | | |", "* Il-figuri tas-sena 2004 huma għall-perjodu ta' bejn Jannar u Ġunju.", "Il-GPS jixtru l-mediċini fuq bażi ta' konsum ta' l-ispiżerija tal-gvern.", "Raġunijiet li jiskadu l-mediċini huma bosta, fosthom li konsum jinżel fi żmien qasir jew li sfortunatament pazjenti li għalihom ikunu nxtraw il- mediċini jmutu.", "Madankollu, b'miżuri li ttieħdu u qegħdin jittieħdu fil- GPS, l-ammont ta' mediċini li qegħdin jiskadu qiegħed jonqos minn sena għal oħra.", "MIŻBLA TAL-MAGĦTAB - RIMI TA' SKART", "6706.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunita': Jistgħu l-awtoritajiet tas-saħħa jagħtu l-opinjoni tagħhom dwar l-effett ta' l-iskart li qed jintrema l-Magħtab u jitħalla mikxuf u jitħassar u jinten fix-xemx?", "Jistgħu l-awtoritajiet tas-saħħa jibagħtu uffiċjali jispezzjonaw is-sit biex jinvestigaw l-effett ta' x'qed isir hemmhekk fuq is-saħħa tan-nies?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ir-responsabbilta' tas-sit indikat hija tad- dipartiment ta' l-ambjent u huwa l-istess dipartiment li għandu l-mezzi neċessarji biex isir il-monitoring biex jinvestiga l-effetti ta' x'qed isir hemmhekk fuq is-saħħa tan-nies tal-madwar.", "IMPJIEGI – ĦADDIEMA LI NGĦATAW IS-SENSJA", "6707.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid kemm ingħataw sensji matul Ġunju 2004?", "Liema etajiet?", "Kemm kienu nisa u kemm kienu rġiel?", "F'liema qasam?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "BORD TAL-KUMMISSARJI SPEĊJALI - TAXXA FUQ DOKUMENTI U TRASFERIMENTI", "6708.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jindika minn fejn wieħed jista' jakkwista kopji ta' deċiżjonijiet mogħtija mill-bord tal-kummissarji speċjali wara appelli dwar taxxa fuq dokumenti u trasferimenti (Kap. 364)?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Wieħed jista' jakkwista kopji ta' deċiżjonijiet mogħtija mill-bord tal-kummissarji speċjali wara appelli dwar taxxa fuq dokumenti u trasferimenti (Kap 364) mingħand is-segretarja tal-bord tal- kummissarji speċjali mid-dipartiment tal-capital transfer duty, 46, Triq il- Merkanti, il-Belt Valletta.", "DIPARTIMENT TA' L-ANZJANI U SERVIZZI FIL-KOMUNITA'", "6711.", "L-ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l- Anzjani u l-Kura fil-Komunita': Jista' il-Minsitru jgħid x'ammonti ta' flus ħallas id-dipartiment ta' l-anzjani u servizzi fil-komunita' lil Care Malta Ltd u lil Casa Serena rispettivament fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena għall-parteċipazzjoni tagħhom fl-iskema tal-public private partnership?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-ammont imħallas fl-ewwel sitt xhur ta' din is- sena huwa kif ġej: Care Malta - Lm138,932.80 u Casa Serena - Lm68,805.50.", "DJAR TA' L-ANZJANI – KONTRIBUZZJONIJIET TA' L-ANZJANI", "6715.", "L-ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru tal-Familja u tas-Solidarjeta' Soċjali: B'riferenza għall-informazzjoni mogħtija fit- tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 6357, tista' il-Ministru tgħid kif inġabret xahar b'xahar fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena s-somma ta' Lm338,366.55 li kien l-ammont miġbur mill-kontribuzzjonijiet ta' l-anzjani fid-djar residenzjali tal-gvern?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni fis-seduta.", "DJAR TA' L-ANZJANI – KONTRIBZZJONIJIET TA' L-ANZJANI", "6717.", "L-ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru tal-Familja u tas-Solidarjeta' Soċjali: B'riferenza għall-informazzjoni mogħtija fit- tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 6357, tista' il-Ministru tgħid kif inġabret xahar b'xahar fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena s-somma ta' Lm227,894.51 li kien l-ammont miġbur mill-kontribuzzjonijiet ta' l-anzjani fi djar privati taħt il-private public partnership scheme?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Tabella bl-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il- mejda tal-Kamra aktar kmieni fis-seduta.", "SERVIZZ ĊIVILI - PRINCIPALS", "6720.", "L-ONOR.", "DAVID AGIUS staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm-il persuna fil-grad ta' principal irtirat minn maċ-ċivil fis-snin 2002, 2003 u sa l-aħħar ta' Ġunju ta' din is-sena?", "Jista' jgħid kemm minnhom kienu jaħdmu Għawdex?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "SERVIZZ ĊIVILI - PRINCIPALS", "6721.", "L-ONOR.", "DAVID AGIUS staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm-il persuna fil-grad ta' principal mistennija tirtira minn maċ-ċivil matul il-kumplament ta' din is- sena, fis-sena 2005 u fis-sena 2006?", "Jsita' jgħid kemm minnhom jaħdmu Għawdex u f'liema dipartiment?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "KONTRIBUZZJONIJIET MIĠBURA MILL-ANZJANI", "6722.", "L-ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru tal-Familja u tas-Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid jekk il- kontribuzzjonijiet li nġabru mill-anzjani fl-ewwel sitt xhur ta' din is- sena, skond informazzjoni mogħtija fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 6357, humiex ikkalkolati fuq il-miżuri u r-rati ġodda mħabbra fl-aħħar budget?", "Jekk fin-negattiv, x'inhi r-raġuni li dan għadu ma sarx u issa kif se jiġi retifikat dan id-dewmien fit talba għall-ħlas dovut biex ma jinħolqux inkonvenjenzi kbar għall-istess anzjani?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: L-ammonti murija fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 6357 għadhom ma jirriflettux il-kalkoli skond Avviż Legali 259 ta' l-2004.", "L-Onor.", "Interpellant japprezza li skond l-imsemmi avviż legali hu meħtieġ li tinġabar u tiġi pproċessata informazzjoni li ma kenitx disponibbli qabel u għalhekk ma setax jiġi evitat dan id-dewmien.", "Ninsab informata wkoll li qed isir dak kollu possibbli biex id-dipartimenti konċernati jiffinalizzaw l-eżerċizzju ta' ġbir ta' l-informazzjoni u l- ipproċessar tagħha malajr kemm jista' ikun.", "SVPR - HOSPITAL MANAGEMENT COMMITTEE", "6723.", "L-ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l- Anzjani u l-Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid minn min hu kompost il-hospital management committee għar-residenza San Vinċenz de Paule?", "X'inhi l-funzjoni ta' dan il-kumitat?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Il-hospital management committee hu kompost minn: Dr. Ronald Fiorentino – Chairperson; Dr.Anthony Fiorini; Mr. Joe Rapinett; Mr. Alfred Briffa; Mr. Lino Mizzi; u Ms.Valerie Briffa - Segretarja", "Il-funzjoni ta' dan il-kumitat għadha kif kienet, jiġifieri li jieħu ħsieb id-day-to-day running tar-residenza, il-kwalita' ta' kura kif ukoll xi ċaqlieq ta' staff li jkun meħtieġ skond il-ħtieġa tas-servizz.", "HOME HELP CARE SERVICE SCHEME", "6724.", "L-ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l- Anzjani u l-Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid x'ammont intnefaq fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena mis-somma ta' Lm1,400,000 Budget Vote 5064 - Home Help/Care Service Scheme?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: In-nefqa fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena minn Vote 5064, Home Help Care Service Scheme kienet ta' Lm710,777.20 mis-somma globali ta' Lm1,400,000.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB", "SIGURTA' SOĊJALI - KAŻ DWAR BONUS", "64.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Familja u tas- Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni għaliex il- persuna, dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, ma rċevietx il-bonus ta' Ġunju?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Id-dipartiment tas-sigurta' soċjali informa lill- persuna indikata dwar il-każ tagħha."]} {"filename": "20070306_503d_par.doc", "date": "2007-03-06", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Uffiċjali u Rivedut) L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 503 It-Tlieta, 6 ta' Marzu, 2007 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 503", "It-Tlieta, 6 ta' Marzu, 2007", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.03 p.m.", "Talba", "Seduta Nru. 503", "It-Tlieta, 6 ta' Marzu, 2007", "WERREJ", "MINUTI 91", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 91", "TQEGĦID TA' KARTI 98", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA DIVERSI LIĠIJIET (Kumitat)", "VARIOUS LAWS (AMENDMENT) BILL (Committee Stage) 99", "AĠĠORNAMENT 144", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 148", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 502 li saret fil-5 ta' Marzu, 2007 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "ZEJTUN - TRIQ IL-PRESIDENT ANTON BUTTIGIEG", "23900.", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI (f'isem l-Onor.", "Mario Galea) staqsa lill- Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 23796 u jgħid jekk l-awtorita' dwar it-trasport tistax tikkonsidra li ssir private road fi Triq il-President Anton Buttiġieġ, fiż- Żejtun, peress li minnha jgħaddi ammont kbir ta' traffiku u ta' sikwit ikun hemm numru ta' inċidenti li wħud minnhom anke fatali?", "L-awtorita' taf li diversi familji qed jispiċċaw bil-parapett tad-dar tagħom jew il-karozza li tkun ipparkjata quddiemhom imkissrin, minħabba li l-vetturi jgħaddu minn din it-triq bi speed eċċessiv?", "Jikkonsidra li jekk issir private road minflok il-bicycle lane li kienet ippjanata li ssir, ir-residenti jiġu separati mill-bypass u fl-istess ħin ma jiżdiedx ir-riskju għal min juża l- bicycle?", "Huwa possibbli li l-ADT tikkonsulta mar-residenti ta' din it-triq qabel ma tieħu ċerti deċiżjonijiet għax fl-aħħar mill-aħħar huma jafu x'inhu meħtieġ li jsir?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (Segretarju Parlamentari) (f'isem il-Ministru għall- Iżvilupp Urban u Toroq): Sur President, l-implimentazzjoni ta' service road teħtieġ ħafna xogħol li jinkludi preparazzjoni ta' pjanti, esproprjazzjoni ta' art u permessi tal-MEPA peress li t-triq eżistenti tkun trid titwessa' b'madwar sitt metri billi tittieħed art agrikola kif ukoll bini li jmiss ma' l-istess triq.", "Minn spezzjoni li saret minn uffiċjali tat-taqsima għall-immanniġjar tat- traffiku, rriżulta li fi Triq Anton Buttiġieġ hemm speed limits u saret ukoll applikazzjoni mill-kumitat konġunt tar-reġjun biex issir speed camera.", "Kien hemm ukoll il-ħsieb li jsir upgrading ta' l-immaniġġjar tat- traffiku f'din it-triq, iżda kien hemm xi riżervazzjonijiet min-naħa tal- kunsill lokali.", "NEFQA FUQ KIRI TA' PJANTI", "23356.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Kemm kienet in-nefqa globali għal kiri ta' xtieli u pjanti matul l-2006 fil-ministeru, dipartimenti, dekasteri u l-enti kollha li jaqgħu taħtu?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent): Fl-2006 ma kien hemm ebda nefqa għal xtieli u pjanti fil-ministeru u l- entitajiet li jaqgħu taħtu.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Il-gvern għandu xi pjan ta' kontinġenza rigward in- nixfa li kulma jmur qiegħda dejjem tinħass fis-settur agrikolu kemm minħabba l-bidla fil-klima - li qed tinħass mad-dinja kollha - kif ukoll minħabba nuqqas ta' ilma?", "Jista' jgħidli jekk bdietx tiġi diskussa din is- sitwazzjoni?", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: M'għandix informazzjoni f'dan ir-rigward, għaldaqstant nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel mistoqsija bil-miktub.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Peress li s-Segretarju Parlamentari ġej minn distrett li jappartjeni lis-settur agrikolu, iħossu konxju ta' din is-sitwazzjoni u jaqbel li għandna nħeġġu lill-gvern sabiex immedjatament ifassal pjan ta' kontinġenza ħalli naraw x'nistgħu nagħmlu jekk kemm-il darba n-nixfa f'dan is-settur tkompli taċċellera kif fil-fatt qiegħda tagħmel fil-mument?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Sur President, il-gvern huwa attrezzat biex jaħseb għal dak li jista' jiġri, pero' ma jistax jilħaq ma' affarijiet impossibbli.", "L-Onor.", "Interpellant irid japprezza li din il-problema qiegħda tinkwieta lil kulħadd.", "Ħadd ma jieħu pjaċir illi indipendentement mid- distrett li niġu minnu aħna t-tnejn, ikun hawn din il-problema ta' nixfa u affarijiet simili, pero' nassigurah li l-gvern - mhux biss min-naħa tal- ministeru ta' l-ambjent imma anke minn ministeri oħrajn, inkluż dak li jieħu ħsieb l-enerġija u affarijiet simili - jagħmel il-konsiderazzjonijiet tiegħu sabiex kemm jista' jnaqqas minn din il-problema.", "Sadanittant nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex jekk għandu xi suġġerimenti x'jagħmel, jagħmilhom direttament lill-Ministru għax f'dak li huwa 'l fuq mill-politika - bħall-benessere tal-bdiewa, bħall-benessere ta' l-agrikoltura u bħall-benessere biex il-mara tad-dar issib il-prodott li jkollha bżonn - jekk l-affarijiet ikunu feasible, jittieħdu l-passi neċessarji sabiex ikun hemm il-kontinġenza li jkun hemm bżonn.", "NEFQA FUQ KIRI TA' GĦAMARA U PITTURA", "23357.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Kemm kienet in-nefqa globali għall-kiri ta' għamara u pittura matul l-2006 fil-ministeru, dipartimenti, dekasteri u enti kollha li jaqgħu taħtu?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent): Fl-2006 ma kien hemm ebda nefqa għal għamara u pittura fil-ministeru u l- entitajiet li jaqgħu taħtu.", "NEFQA FUQ IKLIET U HOSPITALITY", "23358.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Kemm kienet in-nefqa globali għall-ikliet u hospitality matul l- 2006 fil-ministeru, dipartimenti, dekasteri u l-enti kollha li jaqgħu taħtu?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent): L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "NEFQA FUQ XIRI TA' STATIONERY", "23359.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Kemm kienet in-nefqa globali għal xiri ta' stationery matul l- 2006 fil-ministeru, dipartimenti, dekasteri u l-enti kollha li jaqgħu taħtu?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent): L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: X'inhi r-raġuni li l-oġġetti neċessarji biex l- inċineratur fil-biċċerija ċentrali jkun jista' jitħaddem, għadhom sal-lum ma nxtrawx, allavolja dan kellu jitħaddem f'April ta' sentejn ilu meta kien intqal li ntefqu l-miljuni tal-liri fuqu?", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Ma nafx għal xiex l-Onor.", "Interpellant qiegħed jirriferi.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Naħseb li bħala membru tal-kabinett, is-Segretarju Parlamentari huwa konxju li fil-biċċerija qed jinbena inċineratur li kellu jaħdem f'April ta' l-2005, imbagħad f'April ta' l-2006, u sal-lum, li kważi qegħdin f'April ta' l-2007, dan l-inċineratur għadu ma jitħaddimx.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Nispera li sa April ta' l-2007 dan l-inċineratur ikun qiegħed jaħdem.", "NEFQA FUQ KIRI TA' PROPRJETA'", "23360.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Familja u s- Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru tgħid matul is-sena 2006, kemm kienet in-nefqa globali għal kiri ta' proprjeta' tal-ministeru, dipartimenti, dekasteri u l-enti kollha li jaqgħu taħtha?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA (Ministru tal-Familja u s-Solidarjeta` Soċjali): It- tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant hu kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.", "NEFQA FUQ KIRI TA' PJANTI", "23361.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Familja u s- Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa globali għal kiri ta' xtieli u pjanti matul l-2006 fil-ministeru, dipartimenti, dekasteri u l-enti kollha li jaqgħu taħtu?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Matul l-2006 ma kien hemm ebda nfiq fuq kiri ta' pjanti jew xtieli mill-ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħtu.", "ITS - ĦADDIEMA B'KUNTRATT DEFINIT", "24030.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema ta' l-ITS li jinsabu jaħdmu b'kuntratt definit?", "F'liema gradi jew skali qegħdin?", "Hemm xi ħsieb li dawn isiru tal-post?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi): Fl-ITS hemm 45 ħaddiema li għandhom kuntratt definit mal-White Rocks Holiday Complex u l-kuntratt tagħhom jiffirmah id-direttur tat- turiżmu.", "Dawn il-ħaddiema qegħdin f'dawn il-kategoriji: Casual clerk, casual watchman, casual kitchen technician, casual receptionist, casual security, casual IT administrator, casual asst. housekeeper, casual cleaner, casual handyman, casual stores assistant, casual messenger.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Brincat, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Dawn huma l-kategoriji li fihom kienu ġew ingaġġati dawn il-ħaddiema mal-White Rocks Holiday Complex jew huma l-kategoriji li fihom qegħdin attwalment joperaw bħalissa fi ħdan l-ITS?", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Fl-ewwel parti tar-risposta l-Ministru qal li dawn il- ħaddiema għandhom kuntratt definit mal-White Rocks Holiday Complex, jiġifieri r-risposta hija fil-pq nnifisha.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Peress li l-White Rocks Holiday Complex illum m'huwiex qiegħed jopera, għandi nifhem li fiżikament dawn il-ħaddiema qegħdin jirrapportaw għax-xogħol l-ITS.", "Biex inserraħ rasi li m'huwiex qed jiġri bħal fil-każ tal-Helipad, f'Għawdex, u bl-ebda diżrispett lejn il-ħaddiema nfushom, jista' s-Segretarju Parlamentari jgħidli jekk dawn humiex qed jagħmlu l-istess xogħol li kienu ġew ingaġġati fih mal-White Rocks Holiday Complex?", "Jiġifieri min ġie ngaġġat fuq kuntratt definit mal-White Rocks Holiday Complex bħala casual clerk, qed jagħmel xogħol ta' casual clerk jew qed jagħmel xogħol differenti minn dak li fih ġie ngaġġat ma' dan il- kumpless?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Jiddispjaċini imma m'għandix din l-informazzjoni, għaldaqstant nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel mistoqsija bil-miktub u jingħata risposta.", "GŻIRA – INFESTAZZJONI TA' ĠRIEDEN", "24031.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' l-Ministru jinvestiga l-ilment ta' diversi residenti tal-Gżira dwar l-ammont ta' ġrieden li qed ikun hemm fl-inħawi tal-ġnien u tal-bandli tal-Gżira?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil- Komunita'): L-uffiċjali fi ħdan id-dipartiment tas-saħħa pubblika spezzjonaw il-postijiet indikati fit-22 ta' Frar, iżda ma ġie nnutat l-ebda sinjal ta' infestazzjoni ta' ġrieden.", "Madanakollu ħaddiema tal-pest control fi ħdan id-dipartiment tas-saħħa pubblika, għamlu trattament intensiv fl-akkwati msemmija fl-1, fis-7, fit-13 u fit- 22 ta' Frar, 2007.", "Din iż-żona se tinżamm taħt sorveljanza minn din is-sezzjoni.", "MCAST - STIPENDJI", "24032.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: X'inhi r-raġuni li l-persuna mill-Gżira li isimha qed jintbagħat separatament, għadha ma kkwalifikax għall-istipendju fil-kors tal-hairdressing li qed isegwi fl-MCAST?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi): L-istudent li qed jagħmel riferenza għalih l-Onor.", "Membru hu wieħed minn dawk li se jirċievu l-istipendju f'Marzu b'effett minn Ottubru 2006, wara li l-bord ta' għotjiet ta' manteniment għall-istudenti kkunsidra u laqa' t-talba tagħhom.", "KAŻ TA' HOUSING", "24037.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Familja u s- Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tinvestiga l-każ ta' single mother b'żewġ ulied, li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, liema każ intqal li hu urġenti?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: L-applikazzjoni ta' dan il-każ partikolari qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' oħrajn simili.", "ŻJARA FL-AWSTRALJA MILL-VIĊI PRIM MINISTRU", "24039.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Il-Viċi Prim Ministru jħoss li hu etiku l-fatt li se jżur l-Awstralja ftit jiem biss qabel l-elezzjonijiet li se jsiru fi New South Wales, meta l-pajjiż ikun fl-eqqel tal-kampanja elettorali?", "Qed jiġu ppjanati taħditiet fuq livell ta' gvern ma' l-awtoritajiet Awstraljani in konnessjoni ma' din iż-żjara?", "ONOR.", "TONIO BORG (Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern): Jien se nattendi l-konferenza tal-commonwealth f'Auckland, New Zealand, fl- aħħar ta' Marzu dwar il-gvern Lokal, flok il-prim ministru, waqt il- presidenza ta' Malta tal-commonwealth.", "Qabel ma nattendi għal din il- konferenza, se nieqaf l-Awstralja, sabiex niddiskuti il-proposti għall- estensjoni taċ-ċittadinanza lit-tieni ġenerazzjoni mwielda barra minn Malta, mal-komunitajiet Maltin.", "Ma naħsibx li din il-kwestjoni għandha xi effett fuq l-elezzjonijiet fl-istat ta' New South Wales.", "Iva, qed jiġu ppjanati taħdidiet kemm fuq livell ta' gvern ta' l-Istati, u anki fuq livell federali.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Brincat, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Jiena fl-ebda mod ma ridt nimplika li kien se jagħmel xi ingerenza fil-politika interna ta' New South Wales.", "Li staqsejt kien biss jekk huwiex feasible li delegazzjoni governattiva - għalkemm veru se jieqaf on his way għal xogħol parlamentari u governattiv fi New Zealand - tmur fi New South Wales proprju ftit jiem qabel l-elezzjoni ġenerali.", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Din m'hijiex elezzjoni federali imma hija elezzjoni statali.", "Id-dati kelli norbothom bilfors ma' dawk ta' New Zealand, pero' nieħu gost ngħid li fuq livell federali se jkolli laqgħat ma' l-ogħla ministri, anke fil-kabinett Awstraljan, u li f'Sydney se jkolli wkoll laqgħat ma' politiċi u personalitajiet t'hemmhekk, minkejja li s-Sibt se jkun hemm l-elezzjoni.", "Fil-fatt jien se nkun hemm mill-Ġimgħa sal-Ħadd.", "SKEJJEL PRIMARJI - COMPUTERS", "24048.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Kemm hemm PCs li għandhom obsolete hardware ta' għaxar snin jew aktar u li jbatu minn slow internet connectivity fl-iskejjel primarji?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi): Fl-iskejjel primarji n-numru ta' PCs li nxtraw aktar minn għaxar snin ilu huwa ta' 1375.", "Inbeda proċess biex dawn jinbidlu b'oħrajn ġodda.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Brincat, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Filwaqt li nieħu gost ninnota li nbeda proċess biex issir bidla tal-PCs, it-tweġiba tikkonferma li fl-iskejjel primarji hemm għadd sostanzjali ta' PCs li jmorru lura għal għaxar snin jew aktar, jiġifieri għal żmien gvern Laburista u anke għall-ministeru ta' l- edukazzjoni ta' qabel l-Onor.", "Michael Falzon.", "Dan juri li minkejja li l- gvern qed jagħmel ħafna enfasi fuq l-e-government - u dan aħna dejjem irrikonoxxejna l-aspetti pożittivi tiegħu - il-fatt li t-tfal fl-iskejjel primarji jkollhom dan it-tip ta' absolete hardware - għalkemm jidher li s- sitwazzjoni se tiġi rimedjata - ma tantx jirrifletti tajjeb fuq l- amministrazzjoni tal-lum.", "Barra minn hekk hemm l-aspett l-ieħor li ħafna minn dawn il-PCs mhux biss huma absolete imma jbatu minn internet connectivity li huwa slow ħafna.", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Sur President, minkejja li l-PCs inxtraw għaxar snin ilu jew aktar, ma jfissirx li over a period of years ma ġewx upgraded minkejja li nżamm il-qafas li kien hemm dak iż-żmien.", "Is-slow internet connectivity hija problema li tinqala' minn żmien għal żmien, pero' nisperaw li bil-PCs il-ġodda u bil-qadi tas-servizzi li llum huma iżjed aċċelerati, wieħed jista' jinqeda u jsolvi din il-problema.", "UNIVERSITA' – FONDI MILL- PROGRAMM TA' L-UE FP7", "24079.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Kemm huwa stmat li se jkollha fondi l-universita' matul is-sena 2007 biex tieħu sehem fi proġetti tal-programm ta' l-Unjoni Ewropea FP7 (2007-2013)?", "Kemm qed tippjana li jkollha fondi għal dan il-għan bejn l-2007-2013?", "Liema proġetti se jiġu sottomessi bħala proposti matul l-2007?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi): Informat li l-universita' ma tistax tagħti stima fuq kemm se tieħu fondi mill-programm ta' l-Unjoni Ewropea FP7 għas-sena 2007 peress li dan il-programm għadu kif ġie mniedi.", "L-ewwel sejħa għall-proposti ħarġet fit-22 ta' Diċembru, 2006 u għalissa l-ebda sejħa m'għadha għalqet.", "L- universita' lanqas tista' tagħmel pjan fuq kemm se jkollha fondi għall- proġetti bejn l-2007 u l-2013 peress li l-proposti mill-pajjzi kollha jiġu evalwati mill-kummissjoni Ewropea skond il-kriterji stabbiliti minnha stess.", "Għaldaqstant l-ammont ta' fondi li l-universita' se tirċievi jiddependi minn kemm il-proposta magħmula mill-istess universita' se tintlaqa' mill-kummissjoni fis-snin li ġejjin.", "Informat ukoll li peress li l-programm għadu kif ġie mniedi f'Malta fil-15 ta' Frar, 2007, għadu mhux magħruf liema proposti se jiġu sottomessi mill- universita' matul l-2007.", "UNIVERSITA' - PROGRAMM FP6 TA' L-UE", "24081.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Kemm issottomettiet proposti għall-proġetti l-universita' ta' Malta għall-programm ta' l-Unjoni Ewropea magħruf bħala FP6 (2002-2006)?", "Kemm minn dawn il-proposti ġew aċċettati?", "Jista' ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra lista ta' dawn il-proġetti u kemm kellhom fondi mill-Unjoni Ewropea u mill-universita' stess?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi): Informat li bejn l-2002 u l-2006 l-universita' ta' Malta issottomettiet 146 proposti għal proġetti biex jiġu ffinanzjat mill- programm FP6 u li minnhom ġew aċċettati 33.", "Lista ta' proġetti kif ukoll id-dettalji fuq il-fond li dawn ingħataw mill- Unjoni Ewropea u mill-universita' se titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "SPTAR ĠENERALI - HYPERBARIC UNIT", "24082.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid meta ġie stallat il- hyperbaric unit fl-isptar ġenerali ta' Għawdex?", "Xi problemi rriżultawlu biex jibda jaħdem mill-ewwel?", "Meta hu mistenni jibda jaħdem u jintuża?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru għal Għawdex): Ir-recompression chamber fil-hyperbaric unit ġiet stallata matul ix-xahar ta' Novembru 2006.", "Ir-raġuni għala dan għadu ma' bediex jagħti servizz huwa minħabba sitwazzjoni relatata mad-deployment ta' personnel li ħadu t-taħrig biex jiġu rilaxxati minn taqsimiet oħra fl-isptar għal dan il-unit.", "Din qed tiġi ndirizzata biex dan il-unit jibda jiffunzjona mill-aktar fis possibbli.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Meta qegħdin ngħidu \"mill-iktar fis possibbli\" għandi nifhem li fis-sajf li ġej jew fis-sajf tas-sena ta' wara?", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Nisperaw li fix-xhur li ġejjin, Sur President.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Xi tkun is-sitwazzjoni kemm-il darba għas-sajf li ġej dan ma jkunx jopera?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Ma naħsibx li s-sitwazzjoni se tkun hekk.", "GĦAWDEX – PJAN GĦALL-QASAM TA' L-GĦADDASA", "24083.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-pjan għall-qasam ta' l-għaddasa f'Għawdex?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru għal Għawdex): L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "GĦAWDEX - PJAN GĦAT-TURIŻMU", "24085.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-pjan għat-turiżmu f'Għawdex?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru għal Għawdex): Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għall-\"Pre-budget document 2007\" fejn hemm elenkati l- interventi tal-gvern fuq l-oqsma kollha ta' l-ekonomija Għawdxija.", "PROĠETTI GĦAL TITJIB FIL-PRODOTT TURISTIKU", "24086.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Liema huma l-proġetti li se jsiru f'Malta u Għawdex u li se jammontaw għal Lm4.4 miljun din is-sena biex jitjieb il- prodott turistiku?", "Jista' jagħti n-nefqa fuq kull proġett?", "Meta se jibda x-xogħol fuq kull proġett u meta se jintemm?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura): L- allokazzjoni ta' Lm4.4 miljun għal proġetti ta' titjib fil-prodott turistiku u kulturali Malti u Għawdxi, taħt il-budget tas-sena 2007 tal- ministeru għat-turiżmu u l-kultura, tirrelata mal-fondi strutturali 2007- 2013.", "Għaldaqstant, f'dan l-istadju mhux prudenti li jingħataw id-dettalji mitluba.", "BORMLA - POST SUBSTANDARD", "24100.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Stefan Buontempo) staqsa lill- Ministru tal-Familja u s-Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra r-rapport tal-perit tal-fond li jinsab f'Bormla, li ġie rrifjutat minn persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, minħabba li qed tallega li dan il-post huwa substandard?", "Tista' tikkonferma jekk dan il-post hux tajjeb għall-abitazzjoni?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru tal-Familja u s-Solidarjeta' Soċjali): Ma jirriżultax li fid-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali jeżisti rapport minn perit dwar il-fond li l-persuna ndikata mill-Onor.", "Interpellant irrifjutat.", "Minn spezzjoni li saret is-sena l-oħra, il-fond kien fi stat strutturali tajjeb, iżda kien jinħtieġlu li jinbidel il-madum u l-kamra tal-banju.", "Il-persuna li rrifera għaliha l-Onor.", "Interpellant setgħet tapplika u tibbenefika għall-għajnuna mill-awtorita' tad-djar biex isiru dawn ix-xogħlijiet, iżda hi xorta għażlet li tirrifjuta l-fond, li issa ngħata lil ħaddieħor li proprju se jingħata l-għajnuna Indikata.", "BORMLA - CLUB TAR-REGATTA", "24102.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Chris Agius) staqsa lill- Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Huwa minnu li l-club tar-Regatta ta' Bormla se jitwaqqa' u jinbena mill-ġdid bħala parti mix-xogħol marbut mal-proġett ta' Dock 1?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT (Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq): Il-Club tar-Regatta ta' Bormla huwa inkluż fl-art li jifforma l-proġett tad-Dock No.1.", "Id-diskussjonijiet fuq dan il-proġett għadhom għaddejjin bejn il- Consortium Gruppo Romegas u l-gvern.", "Barra minn hekk il-Gruppo Romegas tefa' applikazzjoni għal dan il-proġett lill-MEPA, liema applikazzjoni għadha qiegħda tiġi kkunsidrata wkoll.", "Nassigura lill-Onor Membru li jekk il-club tar-Regatta ta' Bormla jkollu jintmiss minħabba l-proġett, jingħata faċilitajiet ekwivalenti għal dak li għandu llum.", "DOCK 1 PROJECT", "24103.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Chris Agius) staqsa lill- Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Issa li ġie ppreżentat outline application għall-proġett ta' Dock 1, jista' l-Ministru jgħid x'imiss issa f'dan il-proċess?", "Jista' jgħid jekk il-poplu tal-Kottonera hux se jkollu d- dritt jisma' mingħand l-iżviluppaturi x'se jinvolvi dan il-proċess?", "X'inhi l-possibbilta' li xi tip ta' public hearing issir fil-lokalita' ta' Bormla?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent): Il-proċess ta' l-applikazzjoni wasal fl-istat li ntbagħtu l-ittri ta' konsultazzjoni, interni u esterni, u l-MEPA qiegħda tistenna r-risposti għalihom.", "Matul il-proċess tat-tħejjija tal-project brief fuq Baċir Nru 1 mill-MEPA u l-ministeru għall-iżvilupp Urban u toroq, kienet digà saret laqgħa għall-pubbliku.", "Tagħrif dwar din l-applikazzjoni deher fil-gazzetti u twaħħlet notifika fil-post.", "Il-pubbliku jista' jżur l-uffiċċji tal-MEPA u jara l-pjanti kollha sottomessi ma' l-applikazzjoni.", "Informat ukoll li kienet saret laqgħa bejn il-kunsill lokali ta' Bormla, rappreżentanti ta' l- iżviluppaturi u uffiċjali mill-ministeru ta' l-iżvilupp urban u t-toroq.", "MALTA ENTERPRISE - UFFIĊJALI", "24107.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Chris Agius) staqsa lill- Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Min huma l-uffiċjali tal-Malta Enterprise li għandhom dritt għall-użu ta' karozza?", "X'tip ta' karozza tintuża f'kull każ?", "Jista' jgħid jekk din hijiex proprjeta' tal-Malta Enterprise u kif qed tintuża?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni): Infurmat li ħadd m'għandu d-dritt juża l- karozzi tal-Malta Enterprise imma hemm karrozzi li jistgħu jiġu wżati skond l-esiġenza tax-xogħol.", "Għad-delegazzjonijiet jintużaw żewġ Renault Megane Classic b'kirja fit-tul; għal run about u biex inwasslu n-nies tagħna għal meetings jintużaw Toyota Tercel u Skoda Felicia, li huma proprjeta' tal-Malta Enterprise u biex inġorru l-affarijiet minn uffiċċju għall-ieħor eċċ., tintuża vann, li hija proprjeta' tal-Malta Enterprise.", "MALTA INDUSTRIAL PARKS - UFFIĊJALI", "24109.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Min huma l-uffiċjali tal- Malta Industrial Parks li għandhom dritt għall-użu ta' karozza?", "Jista' jgħid x'tip ta' karozza tintuża f'kull każ u hijiex proprjeta' tal-Malta Industrial Parks jew kif qed tintuża?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni): Dawn li gejjin huma l-uffiċjali fil-MIP li għandhom dritt għall-użu ta' karozza:", "Property Administrator – Ford Focus S/W – Mikrija – Tintuża biex jmur fil- fabbriki tal-industrial estates ta' Malta u Għawdex;", "Chief Officer Estates Management & Compliance – Peugeot 307 – Mikrija - Tintuża biex jmur fil-fabbriki tal-industrial estates ta' Malta u Għawdex;", "Perit – Fiat Punto – Mikrija – Jmur fuq sites jew fabbriki biex jara x- xogħol ta' kostruzzjoni fl-industrial estates ta' Malta u Għawdex;", "Engineer – Fiat Punto – Mikrija – Jmur fil-fabbriki fl-industrial estates ta' Malta u Għawdex biex jara x-xogħol li hemm bżonn isir jew qed isir;", "Żewg Peugeots 206 u Fiat Punto mikrija u jintużaw mill-impjegati tal-Malta Industrial Parks Limited, bħal draughtspersons, site supervisors, quantity surveyors, property inspectors u support assistant (messaġġier) biex immorru fil-fabbriki tal-industrial estates ta' Malta u Għawdex u jsir l- qadi tal-Malta Industrial Parks Limited;", "Executive Deputy Chairman juża Renault Laguna – Proprjeta' tal-Malta Industrial Parks Limited biex imur għal-meetings u jżur fabbriki fl- industrial estates ta' Malta u Għawdex.", "ALLOKAZZJONI TA' FABBRIKI", "24110.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Chris Agius) staqsa lill- Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Kemm hemm imprendituri li ngħataw letter of intent għall-allokazzjoni ta' fabbrika u għadhom qed jistennew?", "Jista' jgħid kemm hi l-aktar waħda antika u jagħti d-dati ta' meta ngħataw?", "X'inhu l-ħsieb tal-gvern dwar dawn il-letters of intent u l-istennija ta' dawn l-imprendituri?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni): L-imprendituri li ngħataw letter of Intent u għadhom ma ngħatawx fabbrika jew art huma 15.", "Ma dawn hemm 13 il- kumpannija li għandhom fabbrika identifikata u li qed isir ix-xogħol ta' manutenzjoni fuqhom.", "L-aktar waħda antika ħarget f'Diċembru 2001.", "Id-dati huma hekk: 2001 - 1; 2002 - 2; 2003 - 3; 2004 - 1; 2005 - 1; 2006 - 7.", "Il-ħsieb tal-gvern huwa li jerġa' jirrevedi l-vjabilita' ta' dawk il- proġetti li ilhom approvati ammont ta' żmien barra li daħħal policy illi l- letter of intent tibqa' valida għal sena biss.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-Mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti u nsejjaħ lill-Ministru Mugliett.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' email mibgħuta mill-Awtorita` dwar it-Trasport ta' Malta lill-Kunsill Lokali taż-Żejtun biex titneħħa l-possibbilta` ta' parkeġġ fi Triq Sant' Emidju, Zejtun, datata 27 ta' Jannar 2007, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 24241.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Helen D'Amato.", "ONOR.", "HELEN D'AMATO (Segretarju Parlamentari): Sur President, f'isem il- Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita` nqiegħed fuq il-mejda tal- Kamra:", "Tabelli li juru l-għadd u l-grad ta' impjegati fid-Dipartimenti tas- Saħħa, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 24183.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal- Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA DIVERSI LIĠIJIET", "VARIOUS LAWS (AMENDMENT) BILL", "L-ordni għall-Kumitat ġie moqri", "FIL-KUMITAT", "L-Onor.", "Carmelo Abela, President tal-Kumitat, jippresjedi.", "(Ikompli mill-5 ta' Marzu, 2007)", "Klawsola 3 - Emenda ta' l-artikolu 2 ta' l-Att prinċipali.", "(Kont.)", "Clause 3 - Amendment of article 2 of the principal Act.", "(Cont.)", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Tonio Fenech.", "ONOR.", "TONIO FENECH (Segretarju Parlamentari): Sur President, bażikament hawnhekk qed nagħtu interpretazzjoni ġdida għal dik li hija kumpannija reġistrata f'Malta biex ikun hemm sistema li tinkludi fiha sistema ta' ħlas lura ta' taxxa u nwessgħu s-sistema ta' kontijiet ta' taxxa għall- kumpanniji li għandhom branch ġewwa pajjiżna.", "Qabel m'għamilna din l- emenda kumpannija li ma kenitx residenti f'Malta setgħet tkun kumpannija internazzjonali, international trading company, iżda s-sistema tal- kontijiet tat-taxxa ma kenitx tapplika għaliha u għalhekk ma setax ikollha kont ta' foreign income.", "Wara din l-emenda li qed tidħol fis-seħħ is- sistema kollha ta' kontijiet tat-taxxa issa qed tapplika għall-kumpanniji kollha jiġifieri issa qegħdin inneħħu din it-tip ta' distinzjoni li kien hemm qabel.", "Għalhekk rigward kumpannija mhux residenti f'Malta, is-sistema mhux se tiddiskrimina aktar bejn kumpannija u fergħa kif għandu jkun il- prinċipju fi ħdan l-Unjoni Ewropea.", "Infakkar li ħafna tibdiliet huma marbutin ma' dan il-ftehim li ntlaħaq ma' l-Unjoni Ewropea.", "Min-naħa l- oħra din l-emenda se tipprovdi l-industrija b'opportunitajiet ġodda għax issa dawn il-fergħat għandhom jippreparaw kontijiet verifikati mill-awditur pubbliku u għalhekk l-attivitajiet tal-fergħa se jidħlu fis-sistema nnifisha.", "F'paragrafu (b) din l-emenda qed tiddefinixxi aħjar it-tifsir ta' profitti li jistgħu jitqassmu billi tintroduċi żewġ kontijiet ta' taxxa ġodda li huma l-kont ta' taxxa finali u l-kont ta' proprjeta` immobbli.", "Dan qegħdin nagħmluh għax fis-sistema l-ġdida, it-taxxa relatata mal-proprjeta` mhux qed tiġi affettwata b'dawn l-emendi u allura jrid ikun hemm post fejn dawk il-profitti għal skopijiet ta' accounting jiġu allokati.", "Il-proviso jispjega wkoll kif it-tifsira għandha tiġi applikata għal fergħat ta' kumpannija li m'hijiex residenti u inkorporata f'Malta.", "Imbagħad fil- paragrafu (ċ) il-kelma \"nominal\" qed tiġi mħassra għax jeżistu ishma li ma jkollhomx dak li huwa par value u allura hemm ħtieġa li din titneħħa.", "F'paragrafu (d) il-konċett ta' kont ta' taxxa finali huwa li l-income li jkun ġie soġġett għal xi taxxa finali bħal dividend u ħlas lura ta' taxxa taħt is-sistema l-ġdida jinkludi wkoll profitti minn bejgħ ta' proprjeta` immobbli li jkun ġie intaxxat bis-sistema l-ġdida li introduċejna s-sena li għaddiet ta' 12% fuq il-valur tal-bejgħ u ċertu dħul minn investiment u profitti li ma titħallasx taxxa fuqhom minħabba, per eżempju, tax holidays, krediti ta' taxxa u allowances taħt il-Business Promotion Act.", "Skemi oħrajn simili jridu jiġu allokati f'dan il-kont speċifiku biex b'hekk it- tqassim li jsir minn dan il-kont ma jkollux krediti ta' taxxa fuqu, ma jkollux għalfejn jiġi dikjarat u ma jkunx soġġett għat-taxxa.", "Għalhekk l- imputation system li tkellimna fuqha estensivament fit-Tieni Qari ma tapplikax għal dawn il-profitti soġġetti għat-taxxa finali.", "Minħabba l- fatt li l-provisions u l-kalkolazzjonijiet għal dawn il-kontijiet jistgħu jeħtieġu emendi fil-futur huwa suġġerit li d-dispożizzjonijiet dettaljati dwar dan il-kont isiru permezz ta' leġislazzjoni sussidjarja jiġifieri permezz ta' legal notice.", "F'paragrafu (e) ta' din il-klawsola qegħdin indaħħlu emendi biex nagħtu tifsira aħjar ta' foreign income account, account ġdid li qed jinħoloq għal skopijiet ta' taxxa.", "Dan huwa konsegwenti għall-għanijiet ta' dawn l-emendi fit-totalita` tagħhom jiġifieri dan huwa fundamentali għar-riforma li qegħdin nagħmlu bħala konċett.", "L-ewwelnett l-introduzzjoni tal-kliem \"kumpannija reġistrata\" minflok \"kumpannija residenti\" f'Malta saret biex is-sistema ta' tax accounting tiġi estiża għal fergħat ta' kumpanniji li m'humiex residenti f'Malta u allura b'hekk nagħtu l-istess trattament kemm lill-kumpanniji li huma residenti f'Malta kif ukoll lill-kumpanniji li huma biss reġistrati hawnhekk.", "Irrid ngħid ukoll li l-emenda li hemm fit-tieni paragrafu hija waħda teknika pero` tassigura li d-dividendi u l-qligħ minn sehem parteċipanti, dak li fuq livell tekniku ngħidulu participating holding, jiġu allokati fil- foreign income account, anke jekk dawn jinżammu għal skop ta' negozju u dan mingħajr bidla għal prinċipju ġenerali li l-profitti min-negozju ma jaqgħux taħt paragrafu (a) tad-definizzjoni ta' foreign income account.", "B'din l- emenda qed nassiguraw ukoll li l-kont ta' taxxa finali u l-kont ta' taxxa tal-proprjeta` ma jaffettwawx il-kont ta' l-income barrani tal-kumpanniji li kienu jeżistu sal-31 ta' Diċembru tas-sena li għaddiet u dan sal-31 ta' Diċembru tas-sena 2010 ħlief għal dawk il-kumpanniji li jagħżlu li jibdew jużaw is-sistema l-ġdida.", "Għalhekk hawnhekk qed nassiguraw perijodu ta' transizzjoni sas-sena 2010 għal dawk il-kumpanniji li daħlu fis-sistema fiskali tagħna skond il-ftehim li kellna ma' l-Unjoni Ewropea li jippermetti l-perijodu ta' transizzjoni.", "Meta nħarsu lejn paragrafu (f) – napprezza li din hija klawsola twila u allura huwa importanti li nispjegawha biċċa biċċa – insibu li l-profitti miksuba direttament jew indirettament minn proprjeta` immobbli f'Malta se jiġu allokati fil-kont ta' proprjeta` immobbli u hawnhekk qegħdin niddefinixxu kif dan isir.", "Dawn il-profitti jinkludu profitti maqlugħa direttament minn bejgħ ta' proprjeta` - għalhekk dawn ma jkunux neċessarjament soġġetti għat-taxxa bit-12% - kera u dħul simili li jinkludi profitti minn allokazzjoni f'lukandi, guest houses, timeshare ta' proprjeta`, servizzi ta' kostruzzjoni, managememnt fees marbuta ma' proprjeta` immobbli, il-valur ta' kera annwali ta' postijiet u numru ta' attivitajiet anċillari oħra li jinvolvu l-attivita` fuq proprjeta` innifisha.", "B'hekk ebda talba għat-tax refund ma tkun tista' ssir fuq profitti allokati minn dan il-kont jiġifieri qegħdin nipprovaw nagħmlu sistema ġdida - li kif spjegajna qegħdin nintroduċuha bħala parti mill- qafas sħiħ ta' leġislazzjoni tagħna - biex filwaqt li nibqgħu nagħtu l- vantaġġi li konna nagħtu lil min irid jiġi jinvesti f'pajjiżna, irridu noqogħdu attenti li l-attivita` li kienet tiġġenera dħul lill-gvern f'dik li hija proprjeta` - hawn qbil fuq livell ta' l-Unjoni Ewropea li dan għandu jiġi trattat b'mod differenti - tinżamm.", "F'paragrafu (g) qegħdin ngħidu li kumpanniji reġistrati wara l-31 ta' Diċembru 2006 ma jistgħux ikunu aktar kumpanniji b'kummerċ internazzjonali, jiġifieri hawnhekk qed tidħol l-abolizzjoni – skond kif konna ftehemna mal- code of conduct for business taxations - tal-konċett ta' l-international trading companies.", "Imbagħad hemm il-proviso li jgħid li kumpannija li tkun għażlet li ma tkunx international trading company ma tibqax titqies bħala international trading company.", "F'dan il-proviso qed ngħidu wkoll li mill-1 ta' Jannar ta' l-2011 ma jista' jkun hemm l-ebda kumpannija, la taħt is- sistema l-antika u wisq aktar taħt is-sistema l-ġdida, li tibqa' international trading company.", "F'paragrafu (h) insibu li peress li l-proviso li kien jipprovdi lill- participating holding ma setax jinżamm bħala trading stock – il- participating holding jikkwalifika bħala participating holding minħabba li l-valur ikun iżjed min-Lm0.5 miljun - issa qed tiżdied kondizzjoni li f'dan il-każ l-ishma għandhom jinżammu għal sitt xhur sabiex jitnaqqas ir-riskju ta' tax leakage.", "Dan għaliex il-banek jistgħu jixtru u jbigħu ishma ta' valur ta' 'l fuq min-Lm0.5 miljun jew aktar bħala parti min-negozju normali tagħhom.", "Għall-istess raġunijiet il-kondizzjoni marbuta ma' trading stock għandha tibqa' tapplika għal paragrafu (f) biex ikunu esklużi ishma li jinżammu għal stock għan-negozju milli jikkwalifikaw bħala participating holding għax dawn awtomatikament ikunu qed jinżammu for the furtherance of this own business.", "Ikun tajjeb li ngħidu wkoll li fit-tielet parti ġie mħassar proviso eżistenti dwar it-trading għax dan idgħajjef il-kompetittivita` ta' Malta speċjalment meta pajjiżi oħra bħal Lussemburgu u Ċipru m'għandhomx din it- tip ta' kondizzjoni.", "Għalhekk ħadna l-opportunita` li dan il-proviso inneħħuh.", "Il-proviso il-ġdid jestendi l-participating holding meta kumpannija residenti f'Malta jkollha sehem f'korp ta' persuni, jiġifieri entitajiet simili, għal limited partnership u li dan ma jkollux il-kapital tiegħu imqassam f'ishma.", "Dan jagħti aktar flessibilita` u kompetittivita` lil pajjiżna bħala ġurisdizzjoni għat-twaqqif ta' holding companies iżda jieqaf milli jestendi t-tifsira lill-partnerships kollha għax dan jista' jagħti ċerti żvantaġġi fuq strutturi oħra.", "Imbagħad għandna l-ispjegazzjoni ta' imgħax jew royalties passivi biex jiġi mħaddan il-ħlas lura ta' taxxa tal-five-sevenths refund minflok ir-rifużjoni ta' six-sevenths.", "Din hija eċċezzjoni u fil-fatt kellna niċċaqilqu mill-konċett ta' six- sevenths anke fin-negozjati li għamilna.", "Il-kliem \"miksuba direttament jew indirettament minn negozji jew sengħa\" jfissru li jekk l- imgħaxijiet jew royalties ikunu ġew riċevuti min-negozji jew sengħa, dawn ikunu direttament riċevuti minn negozji jew sengħa u allura ma jkunux passivi.", "F'din il-klawsola qed nispjegaw x'inhu mfisser b'investiment ta' portfolio li kien imħabbar fl-istess laqgħa tal-code of conduct of group.", "L- għan ta' din it-tifsira huwa li fil-liġi jkun hemm termini li bihom tkun tista' ssir riferenza għal kontijiet ta' taxxa kollettivament jew ġeneralment.", "Imbagħad l-aħħar parti hija emenda konsegwenzjali għaż-żieda ta' żewġ tax accounts ġodda u allura kienet meħtieġa li tiżdied din il- klawsola.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Jose` Herrera.", "ONOR.", "JOSE` HERRERA: Naturalment jien nifhem l-iskop ta' din l-emenda li bla dubju hija l-emenda prinċipali ta' din il-liġi u nifhem ukoll li din kienet frott ta' negozjati li saru anke fuq livell Ewropew.", "Kif tkellimna anke fl-istadju tat-Tieni Qari, għalkemm fl-Unjoni Ewropea l-kummissarju responsabbli għat-tassazzjoni m'għandux kompetenza fi kwestjoni ta' tassazzjoni għaliex it-tassazzjoni ma tifformax parti mill-common policies ta' l-Unjoni Ewropea, u allura l-Unjoni Ewropea ma tistax tiddetta lill- pajjiżi membri kif jew kemm jintaxxaw, f'ċerti binarji din xorta għandha l- jedd li tindaħal għax tħoss li jkun hemm xi sussidji illeċiti jew ikun qed jingħata xi vantaġġ mhux xieraq lil persuni a skapitu ta' oħrajn.", "Kien hemm għajdut li l-format ta' kif konna qed nintaxxaw lin-nies kien qiegħed jikkrea żvantaġġ jew diskriminazzjoni fil-konfront ta' azzjonisti Maltin għaliex filwaqt li l-foreign beneficiaries kienu qegħdin jiggwadanjaw minn ċertu ammont ta' rebate u at the end of the day, kienu jispiċċaw iħallsu biss 4%, min kien azzjonist Malti normali ma kienx intitolat għal din it-tip ta' rebate.", "Għalhekk l-Unjoni Ewropea bażikament kienet qalet li nistgħu nintaxxaw kemm irridu imma ma nistgħux inkunu diskriminatorji fil-mod ta' kif nintaxxaw.", "Din kienet xi ħaġa li kienet qed tikkrealna l-problemi.", "Hawnhekk jien kelli l-okkażjoni nifraħ lis- segretarju parlamentari talli rnexxielu jbiddel il-format tal-mod kif issir it-taxxa, fis-sens li issa ġew ikkreati fondi speċjali skond in-natura ta' l-attivita` li tkun qed issir, u allura ċerti fondi jidħlu f'ċertu kaxxa, biex ngħidu hekk, u ċerti fondi jidħlu f'kaxxa oħra.", "Filwaqt li qabel min kien foreign beneficiary kien ikun intitolat għal rebate u jħallas biss persentaġġ żgħir fuq it-taxxa, dik it-tip ta' attivita` tidħol f'fond ieħor u t-tassazzjoni ssir b'dan il-mod.", "Din il-ħaġa ġiet estiża biex titneħħa d- diskriminazzjoni bejn il-foreign beneficiaries u l-local beneficiaries pero` at the end of the day fis-sustanza min kien juża lil Malta bħala a financial hub mhux se jsib tfixkil b'din is-sistema u naturalment se jkun jista' jibqa' juża lil Malta bħala a financial hub.", "Jien kelli okkażjoni – din qed insemmiha anke llum fil-parlament - li ngħid li din ir-riforma fiskali li qed tiġi introdotta, fl-opinjoni tiegħi, hija monumentali u se tagħti spinta 'l quddiem lill-attivita` finanzjarja f'pajjiżna għaliex il-vantaġġi li wieħed kien isib f'Malta taħt ir-reġim l- antik - jiġifieri li kumpanniji u azzjonisti barranin li jagħżlu lil Malta bħala l-forum tagħhom fejn joperaw – mhux se jintilfu.", "Fl-istess waqt il- liġi tagħna hija compliant mal-politika Ewropea fis-sens li stat ma jistax jikkrea reġim fejn ikun hemm diskriminazzjoni jew xi preferential treatment versu xi ħadd u mhux versu xi ħaddieħor.", "Għalhekk aħna ġejna compliant ukoll ma' l-Unjoni Ewropea.", "Kultant jien nitkellem biex nikkritika ċerti aspetti, kif għamilt il-bieraħ, u kultant nitkellem biex nuri l- approvazzjoni tiegħi.", "Naħseb li din it-tip ta' sistema f'pajjiżna għandha taħdem u għandha tkompli tmexxi 'l quddiem l-industrija tal-financial services.", "Kif intqal fl-istadju tat-Tieni Qari, illum din l-industrija tikkostitwixxi 11% tal-gross domestic product lokali, hija industrija li qed tikber bi 30% fis-sena u wieħed jispera li bil-leġislazzjoni li għandna llum din it-tip ta' industrija tixpruna ruħha 'l quddiem.", "THE CHAIRMAN: Hawn aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija l- emenda kif imressqa u moqrija mis-segretarju parlamentari.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"A\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 3 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 3, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 4 – Emenda ta' l-artikolu 5A ta' l-Att prinċipali.", "Clause 4 – Amendment of Article 5A of the principal Act.", "THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Din il-klawsola hija sempliċi ħafna u fiha qed ngħidu sempliċement li l-profitti miksuba minn bejgħ ta' proprjeta` immobbli li kienu intaxxati bi 12% fuq il-valur tal-bejgħ issa jridu jiġu allokati fil- kont tat-taxxa finali kif intqal aktar 'il quddiem.", "Għal din ir-raġuni l- ispjegazzjoni ta' artiklu 5A (10)(d) dwar it-tax accounting, it-tqassim ta' dawn il-profitti u n-non taxation ta' dan it-tqassim m'huwiex meħtieġ.", "THE CHAIRMAN: Hawn xi rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 4.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 4 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 5 – Emenda ta' l-artikolu 12 ta' l-Att prinċipali.", "Clause 5 - Amendment of article 12 of the principal Act.", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Sur President, għal din il-klawsola se nipproponi din l-emenda:", "\"B\" Klawsola 5 għandha tinbidel b'dan li ġej:", "\"5.", "L-artikolu 12 ta' l-Att prinċipali għandu jinbidel kif ġej:", "(a) il-proviso għas-subartikolu (1)(c) għandu jinbidel b'dan li ġej:", "\"Iżda li s-sid benefiċjarju ta' l-imgħax, royalties, qligħ, jew profitt, skond il-każ, tkun persuna mhix residenti f'Malta u din il- persuna ma tkunx il-proprjetà ta' u kkontrollata minn, direttament jew indirettament, jew taġixxi f'isem individwu jew individwi li huma ordinarjament residenti u domiċiljati f'Malta.\";", "(b) immedjatament wara l-paragrafu (t) tas-subartikolu (1) għandu jiżdied dan il-paragrafu ġdid li ġej:", "\"(u) kull income jew qligħ miksub minn kumpannija reġistrata f'Malta minn sehem partiċipanti jew minn trasferiment ta' dak is-sehem, meta t- taxpayer ma weriex dak l-income jew qligħ bħala parti mill-income taxxabbli fil-prospett magħmul skond l-artikolu 10 ta' l-Att dwar l- Amministrazzjoni tat-Taxxa:", "Iżda, għar-rigward ta' dividend miksub minn sehem partiċipanti akkwistat fi jew wara l-1 ta' Jannar 2007, l-eżenzjoni maħsuba f'dan il-paragrafu għandha tapplika biss meta l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi (i) jew (ii) hawn taħt ikunu sodisfatti:", "(i) meta l-korp ta' persuni li fih ikun hemm sehem partiċipanti jissodisfa xi waħda minn dawn il-kondizzjonijiet, jiġifieri:", "(1) jkun residenti jew inkorporat f'pajjiż jew territorju li jifforma parti mill-Unjoni Ewropea;", "(2) jkun soġġett għal xi taxxa barranija ta' mill-anqas ħmistax fil- mija (15%);", "(3) ma jkollux iżjed minn ħamsin fil-mija (50%) ta' l-income tiegħu miksub minn imgħax passiv jew royalties;", "(ii) jekk ebda waħda mill-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu (i) ma jkunu sodisfatti għandhom ikunu sodisfatti ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:", "(1) is-sehem b'ekwità tal-kumpannija reġistrata f'Malta fil-korp ta' persuni li mhux residenti f'Malta ma jkunx investiment ta' portafoll u għal dan il-għan il-pussess ta' azzjonijiet minn kumpannija residenti f'Malta f'korp ta' persuni li mhux residenti f'Malta li jikseb iktar minn ħamsin fil-mija (50%) ta' l-income tiegħu minn investimenti ta' portafoll għandu jitqies bħala investiment ta' portafoll; u", "(2) il-korp ta' persuni li mhux residenti f'Malta jew l-imgħax jew royalties passivi tiegħu kienu soġġetti għal xi taxxa barranija b'rata ta' mhux inqas minn ħamsa fil-mija (5%):", "Iżda wkoll illi d-disposizzjonijiet tal-proviso immedjatament preċedenti għandhom, b'seħħ mill-1 ta' Jannar 2011, japplikaw ukoll għal dividendi riċevuti minn sehem partiċipanti akkwistat qabel l-1 ta' Jannar 2007.\".\".", "\"B\" Clause 5 shall be substituted by the following:", "\"5.", "Article 12 of the principal Act shall be amended as follows:", "(a) the proviso to subarticle (1)(c) shall be substituted by the following:", "\"Provided that the beneficial owner of the interest, royalty, gain or profit, as the case may be, is a person not resident in Malta and such person is not owned and controlled by, directly or indirectly, nor acts on behalf of an individual or individuals who are ordinarily resident and domiciled in Malta.\";", "(b) immediately after paragraph (t) of subarticle (1) there shall be added a new paragraph:", "\"(u)any income or gains derived by a company registered in Malta from a participating holding or from the disposal of such holding, where the taxpayer has not shown such income or gain as part of his chargeable income in the return made pursuant to article 10 of the Income Tax Management Act:", "Provided that with respect to a dividend derived from a participating holding acquired on or after 1 January 2007 the exemption contemplated by this paragraph shall only apply when the conditions set out in either paragraph (i) or paragraph (ii) below are satisfied:", "(i) where the body of persons in which the participating holding is held satisfies any one of the following conditions, that is to say:", "(1) it is resident or incorporated in a country or territory which forms part of the European Union;", "(2) it is subject to any foreign tax of at least fifteen percent (15%);", "(3) it does not have more than fifty per cent (50%) of its income derived from passive interest or royalties;", "(ii) where none of the conditions set out in paragraph (i) are satisfied then both of the following two conditions must be satisfied:", "(1) the equity holding by the company registered in Malta in the body of persons not resident in Malta is not a portfolio investment and for this purpose the holding of shares by a company registered in Malta in a body of persons not resident in Malta which derives more than fifty per cent of its income from portfolio investments shall be deemed to be a portfolio investment; and", "(2) the body of persons not resident in Malta or its passive interest or royalties have been subject to any foreign tax at a rate which is not less than five per cent (5%):", "Provided further that the provisions of the immediately preceding proviso shall, with effect from 1 January 2011, also be applicable to dividends received from a participating holding acquired before the 1 January 2007.\".\".", "Sur President, permezz ta' dan il-proviso qegħdin nillimitaw l-eżenzjoni mit-taxxa meta imgħaxijiet royalties jew qligħ jitħallsu lil jew isiru minn persuni mhux residenti f'Malta meta dawn ikunu individwi Maltin ordinarjament residenti jew domiċiljati.", "Paragrafu (a) ta' din l-emenda sempliċement tillimita l-proviso għall-individwi, minflok persuni, ordinarjament residenti u domiċiljati f'Malta.", "B'hekk jitħallew strutturi li jinvolvu kumpannija Maltija li fl-aħħarnett tkun ta' proprjeta` ta' persuni mhux ordinarjament residenti jew mhux domiċiljati.", "Din hija l- participation exemption li se teżenta d-dividends miksuba minn participating holdings u l-qligħ miksuba mit-trasferimenti ta' dawn l- ishma.", "Din l-eżenzjoni għandha ttejjeb konsiderevolment il-kompetittivita` ta' Malta bħala ġurisdizzjoni għat-twaqqif ta' dawk li nafuhom bħala holding companies.", "Din l-eżenzjoni hija soġġetta għad-dispożizzjonijiet ta' kontra l-abbuż kif maqbula mal-grupp tal-code of conduct ta' l-Unjoni Ewropea, jiġifieri jekk wieħed mit-tliet safe harbours ma jkunx sodisfatt ikunu jridu jiġu sodisfatti żewġ kondizzjonijiet addizzjonali.", "Dan ifisser li s- sehem m'għandux ikun investiment ta' portafoll u l-kumpannija barranija jew l-income passiv tagħha għandu jkun intaxxat b'mhux aktar minn 5%.", "Fl-aħħar proviso hemm li d-dispożizzjonijiet ta' kontra l-abbuż għandhom japplikaw fil-bidu għall-ishma miksuba fi jew wara l-1 ta' Jannar ta' l-2007 u japplikaw għall-ishma miksuba qabel din id-data, b'effett mill-1 ta' Jannar ta' l-2011.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Jose` Herrera.", "ONOR.", "JOSE` HERRERA: Sur President, din hija waħda mill-aktar liġijiet tekniċi li qatt iddibattejna f'dan il-parlament u nixtieq li s-segretarju parlamentari jikkjarifikali żewġ affarijiet.", "L-ewwelnett nixtieq inkun naf x'inhi l-pożizzjoni jekk il-kumpanniji jew l-azzjonisti ma jkunux ta' pajjiż membru ta' l-Unjoni Ewropea.", "Naħseb li s-segretarju parlamentari japprezza li għalkemm huwa konċess li fil-maġġoranza assoluta tas- soċjetajiet li qed joperaw f'Malta li għandhom azzjonisti barranin, hemm numru ta' kumpanniji u azzjonisti li m'humiex ta' pajjiżi membri l-Unjoni Ewropea.", "Dwar dan riċentement sar sforz minn dan il-parlament u mill- kumitati tiegħu.", "Per eżempju l-kumitat permanenti dwar l-affarijiet barranin u Ewropej kellu diversi laqgħat ma' pajjiżi bħal Dubai u s-Saudi Arabia – ta' min jgħid li waħda mill-affarijiet li jesporta s-Saudi Arabia huma l-flus - biex wieħed jipprova jġib investiment anke minn pajjiżi lil hinn mill-Unjoni Ewropea.", "THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Sur President, huwa importanti li niċċara li l- klawsola nnifisha ma tillimitax min ikun parteċipanti fil-participating holding.", "Għalhekk fil-participating holding se jibqa' x-scenario li dejjem kien hemm, jista' jkun minn ewl id-dinja.", "Hawn qed nitkellmu fuq id- distribution li jsir lill-kumpannija sussidjarja u l-exemption tingħata lil min jissodisfa l-kondizzjonijiet li jkun hemm f'dik il-klawsola, jiġifieri li per eżempju jkunu kumpanniji sussidjarji fl-Unjoni Ewropea.", "Fil-fatt jekk ma jiġux sodisfatti tliet kondizzjonijiet iridu jiġu sodisfatti tnejn oħra.", "Mill-informazzjoni li għandi nista' ngħid li effettivament ma tbiddel xejn mix-scenario li diġa` jeżisti llum f'dak li għandu x'jaqsam mas- sitwazzjoni tal-participating holdings.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Herrera.", "ONOR.", "JOSE` HERRERA: Fil-fatt il-pariri li ngħataw lili mill-esperti f'dan il-qasam huma f'dan is-sens.", "L-unika ħaġa li kellhom riżerva dwarha – qed nieħu gost b'dak li qed jgħid is-segretarju parlamentari li qed jiġi reġistrat hawnhekk – hija li jekk ma tkunx daqstant tekniku tista' tieħu l- impressjoni li l-Unjoni Ewropea tħambaq ħafna fuq il-kwestjoni li m'għandux ikun hemm distinzjoni fil-code of ethics tagħha u ma jistax ikollok diskriminazzjonijiet eċċ. Donnu qed isir preġudizzju għal dawk il- kumpanniji li ma jkunux Ewropej imma jkunu lil hinn mill-Ewropa.", "Allura din hija intiża biss għal dawk il-kumpanniji Ewropej u l-pożizzjoni dwar kumpanniji oħrajn baqgħet kif kienet qabel?", "THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Is-sitwazzjoni tal-participating holding companies ma tinbidilx, kemm jekk ix-shareholders ikunu ta' pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropea kif ukoll jekk ma jkunux.", "L-exemption tat-taxxi jew it- trasferiment tax-share tingħata jekk jiġu sodisfatti dawk it-tliet kondizzjonijiet, fost l-oħrajn li l-kumpannija sussidjarja tkun fl-Unjoni Ewropea.", "Jekk dawk it-tliet kondizzjonijiet ma jiġux sodisfatti - waħda minnhom tista' tkun li l-kumpannija ma tkunx fl-Unjoni Ewropea - iridu jiġu sodisfatti żewġ kondizzjonijiet oħrajn.", "ONOR.", "JOSE` HERRERA: Jiġifieri s-segretarju parlamentari qed jaqbel li biex kumpannija sussidjarja tibbenefika minn dan li hawn hawnhekk trid tkun reġistrata fl-Unjoni Ewropea.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Jista' jkun li le, basta s-sehem ma jkunx investiment ta' portafoll u l-kumpannija barranija jew l-income passiv tagħha jkun intaxxat b'mhux inqas minn 5%.", "THE CHAIRMAN: Hawn iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija l- emenda kif imressqa u moqrija mis-segretarju parlamentari.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"B\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 5 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 5, kif emendata għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill- Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 6 - Emenda ta' l-artikolu 14 ta' l-Att prinċipali.", "Clause 6 - Amendment of article 14 of the principal Act", "THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Sur President, dan il-proviso ġdid issa qed jikkjarifika li telf m'għandux jiġi set-off kontra profitti allokati fil- final tax account.", "Bażikament kontra l-profitti li hemm fit-tax account ma tistax tpaċi telf għaliex dak qiegħed bis-sistema tal-final withholding tax.", "Ikun tajjeb li ngħid ukoll li t-telf ta' l-FTA m'huwiex telf skond paragrafu (ġ) ta' subartiklu 14(1) minħabba li dawk il-profitti jkunu ġew soġġetti għat-taxxa finali jew ikunu eżentati wkoll meta jitqassmu.", "Jekk niftakar sew kien hemm il-kwestjoni tal-proprjeta` jew inkella profitti li qed imorru f'dak l-account għaliex hemm tax holiday fuqhom jew tal- business promotion Act.", "THE CHAIRMAN: Hawn xi rimarki oħra?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 6.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 6 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 7 - Emenda ta' l-artikolu 18 ta' l-Att prinċipali.", "Clause 7 - Amendment of article 18 of the principal Act.", "THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Sur President, għal din il-klawsola se nipproponi din l-emenda:", "\"C\" Klawsola 7 li temenda l-paragrafu (c) ta' l-artikolu 18(1) ta' l-Att prinċipali għandha tiġi emendata kif ġej:", "Fil-paragrafu (c) l-ġdid ta' l-artikolu 18(1) ta' l-Att prinċipali minflok il-kliem \"l-income allokat\" għandhom jidħlu l-kliem \"l-income tagħha li għandu jiġi allokat\".", "\"C\" Clause 7 amending paragraph (c) of article 18(1) of the principal Act shall be amended as follows:", "In the new paragraph (c) of article 18(1) of the principal Act, for the words \"the income allocated\" there shall be substituted the words \"its income which stands to be allocated\".", "Permezz ta' dan il-paragrafu qed ngħidu li r-regoli ta' kif profitt ċedut minn kumpannija għal oħra fi ħdan grupp ta' kumpanniji jistgħu jintużaw minn kumpannija li tagħmel it-talba.", "Fil-fatt it-talba nbidlet biex tieħu in konsiderazzjoni ta' l-immovable property accounts, jiġifieri kellna bilfors inbiddlu ftit ir-regolament.", "Għalhekk qed ngħidu li m'hemmx għalfejn jitqies il-final tax account peress li l-ebda telf m'għandu jiġi paċut kontra l-profitti tal-foreign tax accounts.", "Qed ngidu wkoll li l- profitt u t-telf ta' l-FTA m'huwiex telf skond paragrafu (g) ta' subartiklu 14(1).", "Din hija effettivament emenda konsegwenzjali għal dak li għamilna preċedentement.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Jose` Herrera.", "ONOR.", "JOSE` HERRERA: Bażikament l-accounts il-ġodda li qed nikkreaw, li m'humiex immovable, mhux se jkunu soġġetti għal din it-tip ta' tpaċija u l- financial services area ma tkunx tista' tużaha.", "Dak li qed nifhem jien.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija l- emenda kif imressqa u moqrija mis-segretarju parlamentari.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"C\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 7 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 7, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill- Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 8 – Emenda ta' l-artikolu 25 ta' l-Att prinċipali.", "Clause 8 – Amendment of article 25 of the principal Act.", "THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Sur President, għal din il-klawsola se nipproponi din l-emenda:", "\"D\" Klawsola 8 għandha tiġi emendata kif ġej:", "Fl-emenda ta' l-artikolu 25 ta' l-Att prinċipali, minflok \"(25)\" għandu jidħol \"25.\" u minflok il-kliem \" dawk il-profitti\" għandhom jidħlu l-kliem \"dan l-income\".", "\"D\" Clause 8 shall be amended as follows:", "In the amendment to article 25 of the principal Act, the letters \"(25)\" shall be substituted by \"25.\" and the words \"such profits\" shall be substituted by the words \"such income\".", "Din hija emenda xi ftit jew wisq kosmetika pero` bażikament hawnhekk qed nestendu r-regola li hemm fl-artiklu 25 għal kontijiet intaxxati kollha.", "B'hekk it-taxed accounts kollha jiġu trattati skond artiklu 25.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija l- emenda kif imressqa u moqrija mis-segretarju parlamentari.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"D\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 8 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 8, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill- Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 9 - Emenda ta' l-artikolu 27D ta' l-Att prinċipali.", "Clause 9 - Amendment of article 27D of the principal Act.", "THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Sur President, għal din il-klawsola se nipproponi din l-emenda:", "\"E\" Klawsola 9 għandha tiġi emendata kif ġej:", "Fil-paragrafu (b) tagħha, il-proviso għall-artikolu 27D(3)(c) ta' l- Att prinċipali għandu jitħassar u għandu jinbidel bil-proviso ġdid li ġej:", "\"Iżda li l-income imsemmi f'dan il-paragrafu għandu jinkludi wkoll dividendi mħallsa mill-profitti allokati lil xi wieħed mill-kontijiet intaxxati.\".", "\"E\" Clause 9 shall be amended as follows:", "In paragraph (b) thereof, the new proviso to article 27D(3)(c) of the principal Act shall be deleted and shall be substituted by the following new proviso:", "\"Provided that the income referred to in this paragraph shall also include dividends paid out of profits allocated to any of the taxed accounts.\".", "Sur President, hawnhekk qegħdin indaħħlu d-dispożizzjonijiet li jipprovdu għal ċerta trasparenza fejn wieħed jista' jagħmel dak li ngħidulu look through ta' dan l-artiklu u b'hekk ikun jista' japplika għal dividends imħallsa minn profitti allokati lil kwalunkwe kontijiet intaxxati billi f'dak iż-żmien it-taxxa kollha tkun tħallset minn ras il-għajn u ma jkun hemm l-ebda taxxa oħra li tkun trid tiġi mħallsa.", "Għalhekk ma tagħmel ebda differenza jekk persuni mhux residenti jkunu proprjetarji direttament f'kumpannija jew minn xi trust.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija l- emenda kif imressqa u moqrija mis-segretarju parlamentari.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"E\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 9 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 9, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill- Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 10 - Emenda ta' l-artikolu 33 ta' l-Att prinċipali.", "Clause 10 - Amendment to article 33 of the principal Act.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Sur President, nipproponi din l-emenda:", "\"F\" Klawsola 10 għandha tiġi emendata kif ġej:", "Fil-paragrafu (b) tagħha, il-proviso l-ġdid miżjud minnha għandu jiġi sostutwit b'dan li ġej:", "\"Iżda wkoll fil-kaz ta' income minn investiment imsemmi fl-artikolu 41(a)(viii) (2), (3) u (4) fejn ir-riċevitur ma jkunx fil-fatt irċieva dak l-income imma jitqies li rċieva dak l-income skond id- disposizzjonijiet ta' l-artikolu 43(6)(a),(b) jew (ċ), ir-rata li biha t-taxxa għandha titnaqqas għandha tkun ta' wieħed u tletin punt ħamsa, sebgħa, tmienja fil-mija (31.578%) jew kwalunkwe rata oħra kif jista' jiġi preskritt u regoli fuq kif id-disposizzjonijiet dwar income minn investiment għandhom jiġu applikati f'dawn iċ-ċirkostanzi jistgħu jiġu preskritti.\".", "\"F\" Clause 10 shall be amended as follows:", "In paragraph (b) thereof, the new proviso added thereby shall be substituted by the following:", "\"Provided further that in the case of investment income referred to in article 41(a)(viii) (2),(3) and (4) where the recipient is not in the actual receipt of that income but is deemed to have received such income pursuant to the provisions of article 43(6)(a), (b) or (c) the rate at which tax shall be deducted shall be of thirty one point five, seven, eight per cent (31.578%) or such other rate as may be prescribed and rules may also be prescribed on how the investment income provisions are to be applied in such circumstances.\".", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "L-Onor.", "Jose` Herrera.", "ONRO.", "JOSE` HERRERA: Sur President, ir-rata ta' 31.578% li titnaqqas tinħadem fuq l-ammont kollu, jew inkella din qiegħda fuq il-massimu ta' 35% li xi ħadd iħallas?", "THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Sur President, l-ewwelnett ir-riferenza għall- individwu f'dan il-proviso tħassret għax il-proviso ta' paragrafu 41(ċ) (iii) jitkellem fid-dettall dwar min hu riċevitur għall-finijiet ta' l- artiklu 41.", "Kif jidher hawn taħt l-income minn investiment imfisser taħt dan l-artiklu jinkludi dividend u ħlas lura ta' taxxa fejn is-sid u benefiċjarju aħħari jkun persuna residenti f'Malta jew fejn il-ħlas lura ta' taxxa jkun riċevut minn kumpannija mhux residenti f'Malta u s-sid benefiċjarju aħħari jkun ordinarjament residenti u domiċiljat f'Malta.", "Għaldaqstant - biex nispjega aħjar kif se ssir it-taxxa – l-intaxxar tad- dividend u l-ħlas lura ta' taxxa se jkun 65% plus 30% u allura six-sevenths of 35.", "Effettivament bit-35% dawn jammontaw għal 32.25% jiġifieri l-persuni residenti jħallsu taxxa ta' 37.25% meta wieħed jgħodd it-taxxa ta' 5% li ma kenitx imħallsa lura.", "Hawnhekk x'qegħdin nipprovaw nagħmlu?", "Aħna qed nagħtu d-dritt lil kulħadd biex japplika għar-refund għax bilfors irridu nittrattaw lil kulħadd l- istess pero` lil kulħadd qed ngħidu li se nżommu 5% withholding tax.", "Il- barrani se jitlob ir-refund u jħalli l-5%.", "Min-naħa l-oħra jekk il-Malti jitlob refund ta' 5% ifisser li qabel kien jagħtini bil-35% u issa qed jagħtini biss bil-5%?", "Is-sistema hi li dak li jieħu f'idu, in-net amount, irid jerġa' jiġi intaxxat bir-rata tiegħu jiġifieri bit-35%.", "Dak ifisser li effettivament, jekk taħdimha din, issib li wieħed ikun ħallas 5% u 33.25%, jiġifieri jkun ħallas 38%.", "Mela jekk wieħed jagħmel il-kalkolu se jgħid li ma jridx refund u jħallas biss bil-35%.", "B'hekk żammejna l-vantaġġ li ridna nagħtu lill-barrani mingħajr ma ħloqna tax leakage lokali.", "Ovvjament aħna ridna nagħtu l-vantaġġ lill-investituri barranin biex jiġu jinvestu f'Malta imma min-naħa l-oħra l-attivita` li hawn f'Malta ma nistax nagħmilha b'mod li minn 35% tiġi 5%.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Jose` Herrera.", "ONOR.", "JOSE` HERRERA: Jien se jkolli nesprimi l-meravilja tiegħi għall-mod kif dan it-tip ta' arranġament ġie aċċettat.", "Għaliex qed ngħid dan?", "Qed ngħid dan għax huwa veru li d-distinzjoni bejn il-Maltese beneficiaries u l- foreign beneficiaries tidher li nbidlet, imma naturalment fis-sustanza, l- end result huwa bażikament dak li kien qabel.", "Din hija xi ħaġa tajba għaliex aħna jinteressana li nattiraw il-barranin biex jiġu jiftħu l- kumpanniji tagħhom Malta.", "Jekk il-barranin li jiġu jiftħu l-kumpanniji tagħhom f'Malta mhux se jkollhom benefiċċju sostanzjali f'dik li hija tassazzjoni, wieħed ma jkollux skop għalfejn jiġi Malta.", "Veru li at the end of the day il-gvern se jibqagħlu 5% pero` naturalment wieħed irid japprezza wkoll li ħafna drabi dawn il-kumpanniji qed jiġu hawn biex joperaw biss.", "Biex jagħmlu hekk ovvjament qed ikollhom iħaddmu lin-nies professjonali u kważi professjonali, qed jużaw is-servizzi ta' l-MFSA, qed iħallsu dak dovut talli qed ikollhom il-kumpanniji tagħhom reġistrati Malta u naturalment dawn qed jiġġeneraw ix-xogħol.", "Naħseb li din hija l-klawsola per eċċellenza li, fl-opinjoni tiegħi, salvat l-industrija finanzjarja ta' pajjiżna.", "Kif diġa` għedt ħafna nies ma tantx jagħtu kas dan is-suġġett għaliex il- financial services huwa suġġett tekniku u ħafna drabi jinteressa lil min ikun jaħdem fih jew lin-nies li jkunu professjonisti.", "The common man in the street kważi lanqas jaf li teżisti din l-industrija pero` fil- parlament, meta qed ngħaddu liġi bħal din bilfors trid issemmi u trid tfakkar li dik li qabel konna ngħidulha niċċa, għaliex kienet xi ħaġa li bdiet b'mod homogenous wara li ġie kkreat qafas legali fi żmien Dr Joe Fenech li kien is-segretarju parlamentari responsabbli minn dan il-qasam, din l-idea żviluppat u lil Malta dawwarniha f'financial hub.", "Sur President, ta' min jinnota li l-ammont ta' nies li jaħdmu direttament f'dan is-settur huwa ta' 'l fuq minn 6,000 ruħ u dan huwa ammont kbir, speċjalment meta wieħed iqis li n-nies li huma impjegati huma kważi kollha professjonali.", "Mela min-naħa waħda qed tixpruna l-fatt li l-istudenti universitarji jispeċjalizzaw u barra minn hekk qed tipprovdilhom ix- xogħol.", "Mill-ftit li naf u minn dak li qaluli esperti fil-materja, naħseb li llum Malta għandha l-aqwa leġislazzjoni fiskali għal dak li jikkonċerna s-settur tas-servizzi finanzjarji fl-Ewropa kollha, speċjalment issa li ġejna rikonċiljati mad-dettami ta' l-Ewropa.", "Il-fatt li issa aħna rikonoxxuti, is-sistema ta' tassazzjoni mill-Unjoni Ewropea se tagħtina aktar kredibilita` milli konna ngawdu qabel.", "Għaliex?", "Għax qabel, meta kienu jiġu l-klijenti għandna - dawn ma kenux ħmir – u konna nispjegawlhom il-benefiċċji li jieħdu bil-forma ta' tassazzjoni tagħna, dawn kellhom daqsxejn ta' element ta' suspett dwar kemm nistgħu nipperpetwaw ir-reġim fiskali tagħna.", "Allura min kien jipprova jiġi jinvesti dejjem kien jistaqsi x'garanzija għandhom li jibqgħu għaddejjin b'din is-sistema, jekk din is-sistema hijiex konformi mad-dettami Ewropej u jekk il-partit fl- oppożizzjoni għandux xi politika diverġenti mill-politika tal-gvern f'dan ir-rigward.", "Aħna konna ngħidulu li m'hemmx diverġenzi bejn iż-żewġ partiti politiċi f'dan il-qasam u fil-fatt kull meta f'dan il-parlament għaddejna liġi mmirata biex insaħħu lis-settur tas-servizzi finanzjarji tagħna, li kulħadd jaqbel li huwa settur sensittiv ħafna, dejjem qgħadna attenti u l-gvern dejjem kien prudenti u għarrafna b'dak li kellu f'moħħu biex iż-żewġ partiti jieħdu pożizzjoni ugwali.", "Għalhekk qatt ma kien hemm politika ta' konfrontazzjoni f'dan ir-rigward.", "Din tat kredibilita` lil dan is-settur pero` qabel kellna dalma fuqna li kienet ilha tippersisti xi sentejn jew tlieta.", "Fil-fatt kienu jsiru numru ta' mistoqsijiet parlamentari hawnhekk u fl-istadju tat-Tieni Qari kelli okkażjoni nirriferi għalihom, fejn jien kont ngħid li kellna problema għax il-kummissarju Ewropew responsabbli mit- tassazzjoni kien qed jgħid mod u l-kumitat ta' l-etika fl-Ewropa kien qed jgħid mod ieħor.", "Darba din issemmiet ukoll f'wieħed mill-kumitati tal- parlament Ewropew għax fil-fatt ġejt mgħarraf b'dan.", "Sur President, kif kien hemm dalma fuq dan is-settur, kien hemm dalma oħra fuq is-settur marittimu.", "Is-settur marittimu tagħna huwa miexi paripassu mas-settur finanzjarju u wkoll sejjer tajjeb ħafna, ukoll kellna ċerta kritika fuqu u wkoll kellna ċerti battibekki mill-Unjoni Ewropea biex nagħmlu upgrading tal-leġislazzjoni tagħna.", "Aħna bżajna li jekk nirriformaw se nispiċċaw nitilfu l-potenzjal tagħna li nkunu hub marittimu biex jiġu jirreġistraw il-vapuri magħna pero` b'għaqal kbir u b'kawtela dan il-parlament irnexxielu jikkrea qafas legali li baqa' attraenti, ingħata aktar kredibilita ` u bqajna wkoll konformi mad-dettami Ewropej.", "Jien naħseb li min kiteb din il-klawsola kien ispirat u naħseb li tan-naħa l- oħra wkoll ikkonċedew il-fatt li Malta li m'għandhiex riżorsi, għada pitgħada se tkun tiddependi dejjem aktar fuq dan is-settur.", "Naħseb li dawn kienu accomodanti magħna u ta' dan nirringrazzjawhom ukoll.", "Wara kollox l- Unjoni Ewropea hija għaqda ta' pajjiżi ħielsa bejniethom u l-iskop tagħha m'huwiex li pajjiż ikisser lil pajjiż ieħor imma li fejn ikun possibbli, wieħed jasal f'arranġament.", "Dan huwa eżempju ċar kif pajjiż żgħir bħal Malta qiegħed juża rasu u jkun kapaċi jiġri mal-kurituri kkomplikati u burokratiċi ta' l-Unjoni Ewropea u jasal f'akkordju.", "Jien naħseb li dan huwa l-aktar eżempju ċar li jista' jkollok ta' kif wieħed jista' jaħdem jekk juża rasu b'għaqal fil-kurituri ta' l-Unjoni Ewropea.", "Fl-opinjoni tiegħi, minn din il-liġi kollha dan huwa l-paragrafu li naħseb li se jibqa' magħruf bħala l-paragrafu li salva l- aktar industrija li sejra tajjeb u l-aktar industrija li għandha potenzjal f'dan il-pajjiż.", "Għalhekk il-partit Laburista jaqbel perfettament ma' din l- emenda.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija l- emenda kif imressqa u moqrija mis-segretarju parlamentari.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: No) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"F\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 10 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 10, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 11 - Emenda ta' l-artikolu 35 ta' l-Att prinċipali.", "Clause 11 - Amendment of article 35 of the principal Act.", "THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Sur President, din il-klawsola hija meħtieġa sabiex niżguraw li riċevitur li ma jkollux dritt jagħżel li jiġi mħallas gross meta l-income minn investiment ikun dividend net, il-ħlas lura ta' taxxa jkun jista' jsir.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 11.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 11, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 12 - Emenda ta' l-artikolu 40 ta' l-Att prinċipali.", "Clause 12 - Amendment of article 40 of the principal Act.", "THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Sur President, għal din il-klawsola se nipproponi din l-emenda;", "\"G\" Il-paragrafu (b) ta' klawsola 12 għandu jiġi emendat kif ġej:", "1.", "Is-subartikoli l-ġodda (3) (a) u (b) ta' l-artikolu 40 ta' l-Att principali, iżda mhux il-paragrafu (c) tiegħu li għandu jibqa' kif inhu, għandhom jiddaħħlu immedjatament wara s-subartikolu (2) ta' l- imsemmi artikolu 40 minflok is-subartikoli (3) (a) u (b) proposti fl- abbozz pubblikat:", "\"\"(3) Kull persuna (hawnhekk iżjed 'il quddiem f'dan is-subartikolu msejħa \"l-ewwel persuna\") li tkun f'pożizzjoni li tirċievi jew li titqies li tkun irċeviet l-income imsemmi fis-sub-paragrafi (2), (3) u (4) ta' l-artikolu 41(a)(viii):", "(a) għandha tinforma bil-miktub lill-persuna li tagħmel il-ħlas ta' dak l-income jekk l-ewwel persuna kellha tirċievi jew titqies li rċeviet dak l-income, li f'dak il-każ l-ewwel persuna tkun ir- riċevitur ta' dak l-income; u", "(b) meta l-ewwel persuna tkun irċeviet jew tkun tqieset li rċeviet dak l-income, hija għandha, ħlief meta min jagħmel il-ħlas ikun ħallas it- taxxa skond id-disposizzjonijiet ta' l-income minn investiment, iħallas dik it-taxxa hu stess fi żmien sebat ijiem mid-data meta min jagħmel il-ħlas kellu jħallas it-taxxa; u\".", "2.", "Fis-subartikolu (4) ta' l-artikolu 40 ta' l-Att prinċipali eżatt wara l-kliem \"il-persuna msemmija f'dak is-subartikolu tipprova\" għandhom jiddaħħlu l-kliem \"għas-sodisfazzjon tal-Kummissarju\".", "\"G\" Paragraph (b) of clause 12 shall be amended as follows:", "1.", "The new subarticle (3) (a) and (b) of article 40 of the principal Act, but not paragraph (c) thereof which shall remain unchanged, to be inserted immediately after subarticle (2) of the said article 40, shall be substituted by the following:", "\"\"(3) Any person (hereinafter in this subarticle referred to as the \"first person\") who is in a position to receive or be deemed to have received the income referred to in sub-paragraphs (2), (3) and (4) of article 41(a) (viii):", "(a) shall inform in writing the person who would be the payor of such income if the first person were to receive or be deemed to have received such income, that in such an eventuality the first person would be the recipient of that income; and", "(b) when the first person has received or has been deemed to have received such income, he shall, unless the payor has paid the tax in accordance with the investment income provisions, pay such tax himself within seven days from the date that the payor should have paid the tax; and\".", "2.", "In the new subarticle (4) of article 40 to the principal Act immediately after the words \"the person referred to therein proves\" there shall be added the words \"to the satisfaction of the Commissioner\".", "Sur President, din l-emenda hija meħtieġa proprju minħabba f'dak li effettivament iddiskutejna fl-aħħar żewġ klawsoli.", "L-għan ta' dawn is- subartikli ġodda huwa li persuna li tkun taf li hija riċevitur ta' income minn investiment li jikkonsisti f'dividend net jew ħlas lura ta' taxxa assoċjat, tkun responsabbli li tinforma lil min ħallas b'dan il-fatt u tkun responsabbli wkoll għat-taxxa dovuta.", "Jekk din ma tagħmilx dan fi żmien li huwa stipulat li għandha tagħti din it-taxxa lura, hemm ukoll il- penali.", "Dawn id-dispożizzjonijet ta' kontra-abbuż huma immirati għall- individwu li jwaqqaf struttura sabiex jitlob ħlas lura ta' taxxa, probabbilment ta' kumpannija mhux residenti, sabiex jipprova jevita t-taxxa finali ta' 35% fuq id-dividend u l-ħlas lura tat-taxxa.", "F'dawn iċ- ċirkostanzi dik il-persuna li tkun individwu tkun responsabbli għal ħlas tat-taxxa dovuta flimkien mal-kumpannija li tkun ħallset id-dividend li bħala konsegwenza tiegħu jinstab il-ħlas lura tat-taxxa.", "Jekk it-taxxa ma tinżammx u titħallas minn din il-kumpannija kif suppost tkun għamlet, is- CIR jista' jsib li dik il-kumpannija ma kellhiex assi jew setgħet fil-fatt ġiet xolta.", "Fid-dawl ta' dan il-għan u f'dawn iċ-ċirkostanzi fl-artiklu 38 qed nipprovdu l-preżunzjoni ta' tnaqqis.", "Fil-fatt qed ngħidu li for the recipient it is assumed that a deduction which ought to have been made is deemed that has been made.", "Għalhekk dan huwa prinċipju importanti.", "Skond artiklu 39 min jirċeviha din irid jagħmel disclosure fuq dak l-investment income u allura ma jkunx applikabbli fejn il-payer ma jkunx naqqas jew ħallas it-taxxa dovuta.", "Ovvjament irridu noqogħdu attenti li s-sistema li għamilna ma tiġix abbużata billi min hu residenti Malta jipprova jiftaħ kumpannija barra biex jipprova jitlob għal refund u mbagħad jerġa' jġibu lura Malta jew inkella jżommu barra minn Malta bit-taxxa mħallsa tkun biss ta' 5%.", "Allura jrid ikun hemm provvedimenti biex innaqqsu l-abbuż fih innifsu u bħala pajjiż ma jkollniex tax leakage mill-attivita` li tkun qed issir.", "Fil-fatt ma kienx hemm intenzjoni li tiġi affettwata b'dawn it- tibdiliet.", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "L-Onor.", "Jose` Herrera.", "ONOR.", "JOSE` HERRERA: Sur President, hawnhekk irrid nenfasizza l- komplessita` ta' dan l-abbozz ta' liġi.", "Issa hawnhekk qed tissemma persuna.", "Is-soltu meta ngħollu l-corporate veil għall-finijiet ta' VAT, bolol or whatever, il-liġi ssemmilek min tkun il-persuna personalment responsabbli.", "Per eżempju, jekk ma titħallasx VAT, ix-shareholders jistgħu jkunu responsabbli personalment.", "Issa hawnhekk qed insemmu persuna pero` jista' jkollok attivita` ta' financial companies u l-persuni li jmexxuhom mhux bilfors ikunu diretturi jew azzjonisti imma jistgħu jkunu professjonisti jew managers li jkunu qed imexxu l-kumpannija huma stess.", "Li xtaqt inkun naf biss huwa jekk din ir-responsabbilta` individwali u personali li qed tissemma' hawnhekk tistax tiġi attribwita jew mogħtija lil persuna li tkun qed tmexxi l-kumpannija anke jekk ma tkunx azzjonista jew direttur.", "THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Ovvjament taħt l-artikli li hemm fl-Income Tax Management Act id-direttur dejjem jibqa' responsabbli, jiġifieri dak mhux qed niddiżonerawh imma hawnhekk qed nenfasizzaw li r-responsabbilta` finali hija ta' l-ultimate beneficiary shareholder.", "Mela jekk l-ultimate beneficiary shareholder ikun Malti u jkun residenti Malta, m'huwiex aċċettabbli li dan ikollu kumpannija barra biex jieħu dawk id-dividendi u jħallas biss 5%.", "Jekk il-kummissarju jiskopri li l-ultimate beneficiary shareholder huwa Malti, allura dak il-Malti huwa responsabbli għal ħlas lura ta' dik it-taxxa.", "Jekk dan ma jkunx jista' jinqabad, imbagħad il- kummissarju jista' jdur fuq ir-responsabbilta` tad-direttur.", "Pero` l-ewwel responsabbilta` hija fuq l-ultimate beneficiary shareholder.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Jose` Herrera.", "ONOR.", "JOSE` HERRERA: Imma din qabel ma kenitx hemm.", "Din hija xi ħaġa totalment ġdida.", "Huwa tajjeb li qiegħda hawnhekk għax inkella wieħed jista' jimmanuvra u jikkrea arranġament fil-kumpanniji tiegħu biex jibda jħallas il-one- seventh li hija intenzjonata għall-foreign beneficiaries għar-raġunijiet li semmejna.", "Allura inti ma tridx li jkollok Maltin li jkunu qed jagħmlu l-istess ħaġa biex at the end of the day ikunu qed iħallsu one-seventh.", "Madankollu xorta waħda jista' jkun hemm diffikultajiet speċjalment meta jkun hemm nominees u dak li jkun ma jkunx jaf min huma x-shareholders jiġifieri ma nafx kif se tiġi solvuta dik il- kwestjoni.", "Jekk in-nominees u l-beneficiaries ma jkunux magħrufa, naturalment hemm dik il-problema li ma tkunx taf jekk attwalment dawk ikunux Maltin jew barranin.", "Kważi kważi ma nafx jekk għandix ngħid li ladarba din l-industrija qed tiżviluppa, in-negozju f'dan is-settur qiegħed jikber u dawn il-kumpanniji qed jiġu mmexxija min-nies professjonali, bħal avukati, accountants u ekonomisti, nistgħux b'xi mod inżidu wkoll ir- responsabbilta` tagħhom anke f'dan ir-rigward.", "Per eżempju, wieħed jista' jgħid li jkun reat kriminali li bniedem professjonista - kif għamilna f'dak li għandu x'jaqsam ma' money laundering - jgħin ċittadini u negozjanti Maltin biex jimmanuvraw b'dan il-mod.", "Din qed ngħidha għax huwa tajjeb li nikkreaw qafas fejn nixprunaw l- investiment barrani f'dan is-settur pero` mill-banda l-oħra - għalhekk hija tajba din il-klawsola - huwa importanti li Malta ma ssirx xi tax haven u nikkreaw strutturi tant loose li niffaċilitaw l-abbuż min- negozjanti Maltin.", "Jien naħseb li għad jasal żmien li jekk accountants, avukati jew consultants jgħinu individwi Maltin biex jikkreaw strutturi ta' kumpanniji biex jevitaw it-taxxa billi jisservew b'din il-liġi, dawn jitqiesu li qed imorru kontra d-dritt kriminali.", "Għaliex?", "Għax din hija xi ħaġa ħażina ħafna u hija xi ħaġa li ddgħajjef struttura legali kkreata biex tixpruna 'l quddiem l-industrija.", "Għalhekk jekk tibda tabbuża minnha b'dan il-mod, ara xi ħsara tkun qed tagħmel lil pajjiżek.", "Naħseb li din il- liġi hija tajba pero` hemm bżonn insaħħuha u nintroduċu reat kriminali biex min jassisti negozjant billi jisfrutta s-sistema li għandna biex jevita li jħallas it-taxxa lill-pajjiż ikun qed iwettaq reat kriminali.", "THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Jien naqbel perfettament ma' dak li qed jgħid l-Onor.", "Jose` Herrera.", "Ovvjament hemm numru ta' anti-abuse provisions li jassiguraw li ma tiġix abbużata l-istruttura ta' nominee u jista' anke jintalab il-kxif ta' corporate veil jekk ikun hemm is-suspett li din qed tintuża għal skopijiet ta' evażjoni ta' taxxa li llum hija meqjusa bħala money laundering.", "Dan ifisser li jekk tevadi t-taxxa jistgħu jittieħdu l- passi neċessarji taħt il-liġi li teżisti diġa`.", "Irridu noqogħdu attenti mill-abbużi nfushom u jekk isir ħafna abbuż mis-sistema nkunu nistgħu nippreġudikaw is-sistema nfusha kontra l-istess interess nazzjonali.", "Il-fatt li aħna pajjiż żgħir huwa diffiċli li l-profitti ta' attivita` li jkunu qed imexxuha l-Maltin jiġu dikjarati barra u m'hemmx assunzjoni li l- Maltin ikunu benefiċjarji tagħha jiġifieri m'huwiex daqstant diffiċli għall- kummissarju tat-taxxi li jinduna li f'ċerta attivita` jkun hemm min jipprova jabbuża mis-sistema.", "Għalhekk m'għandniex nipprovaw nużaw is- sistema li qegħdin nipproponu biex noħolqu dan it-tip ta' abbuż.", "Hemm l- istrumenti biex naraw li dan ma jiġrix imma jekk jiġri u ma jkollniex is- suċċess li lil dak li jkun naqbduh, allura mbagħad jista' jkun li nkunu qed nippreġudikaw is-sistema kompletament għal pajjiżna u settur li narawh jikber, inħassruh aħna stess.", "Dan għaliex jekk il-gvern jitlef it-taxxa li kien qed jippjana li jdaħħal, ikollu jieħu miżuri aktar ristretti kontra l-abbuż u dan jista' jfisser ukoll li attivita` internazzjonali li konna qegħdin nattiraw nibdew nitilfuha minħabba l-istess restrizzjonijiet li jkollna noħolqu.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija l- emenda kif imressqa u moqrija mis-segretarju parlamentari.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"G\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 12 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 12, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 13 - Emenda ta' l-artikolu 41 ta' l-Att prinċipali.", "Clause 13 - Amendment to article 41 of the principal Act.", "THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Sur President, se nipproponi din l-emenda;", "\"H\" 1.", "Fil-paragrafu (a) tagħha fil-paragrafu (1) il-ġdid tal-paragrafu (a)(viii) ta' l-artikolu 41 ta' l-Att prinċipali minflok il-kliem \"(1) profitti imqassmin minn kumpannija\" għandu jiddaħħal il-kliem \"(viii) (1) profitti imqassmin minn kumpannija\".", "2.", "Fis-sub-paragrafu l-ġdid (4) tal-paragrafu (a)(viii) ta' l-artikolu 41 ta' l-Att prinċipali eżatt wara l-kliem \"fl-artikolu 43(6)(a)\" għandu jiddaħħal il-kliem \"u l- artikolu 43(6)(c)\".", "3.", "Fil-paragrafu (b) fil-kliem ġdid miżjud mal-paragrafu (b) ta' l- artikolu 41 ta' l-Att prinċipali eżatt wara l-kliem \"skond l-artikolu 43(6)(a)\" għandu jiddaħħal il-kliem \"u l-artikolu 43(6)(c)\".", "4.", "Is-sub-paragrafu (ii) tal-paragrafu (c) tagħha għandu jitħassar u jinbidel bis-sub-paragrafu ġdid li ġej:", "\"(ii) il-proviso ġdid li ġej għandu jiżdied mal-paragrafu (c):", "\"Iżda fir-rigward ta' l-income imsemmi fis-subartikolu (2), (3) u (4) tal-paragrafu (viii) riċevitur għandu jkun individwu residenti f'Malta u fiċ-ċirkustanzi msemmija fl-artikolu 43(6)(e) dak l-individwu għandu jkun ordinarjament residenti u domiċiljat f'Malta.\".\".", "\"H\" 1.", "In paragraph (a) thereof in the new paragraph (1) of paragraph (a)(viii) of article 41 of the principal Act for the words \"(1) profits distributed by a company\" there shall be substituted the words \" (viii) (1) profits distributed by a company\".", "2.", "In the new sub-paragraph (4) of paragraph (a)(viii) of article 41 of the principal Act immediately after the words \"in article 43(6)(a)\" there shall be added the words \"and article 43(6)(c)\".", "3.", "In paragraph (b) thereof in the newly inserted words to paragraph (b) of article 41 of the principal Act, immediately after the words \"pursuant to article 43(6)(a)\" there shall be added the words \" and article 43(6)(c)\"", "4.", "Sub-paragraph (ii) of paragraph (c) thereof shall be deleted and shall be substituted by the following new sub-paragraph:", "\"(ii) the following new proviso shall be added to the said paragraph (c):", "\"Provided that with respect to the income referred to in sub- paragraphs (2), (3) and (4) of paragraph (viii) a recipient shall be an individual, who is resident in Malta and in the circumstances referred to in article 43(6) (e) such individual must be ordinarily resident and domiciled in Malta.\".\".", "Sur President, biex wieħed ikun jista' jitlob refund fuq id-dividend, qed tiġi introdotta sistema li l-azzjonist irid jirreġistra jiġifieri jekk ma jirreġistrax ikun qed jirrikonoxxi li m'għandux dritt li jitlob refund u allura jidħol fis-sistema li qegħdin insemmu.", "L-għażla trid tagħmilha billi ssir sistema ta' reġistrazzjoni u allura wieħed irid jirreġistra biex jitlob lura ħlas ta' taxxa fuq l-income minn investiment.", "Għalhekk jekk l- azzjonist ikun ukoll riċevitur ikollha titnaqqas it-taxxa minn ras il-għajn bil-35% mid-dividend net.", "Imbagħad subartiklu (3) jipprovdi li l-ħlas lura ta' taxxa ikun l-income minn investiment biex b'hekk is-sistema tkun tista' taħdem.", "Sub-paragrafu (4) isemmi d-dividend imsemmi fl-artiklu 43(6)(a) u artiklu 43(6)(c) iqis bħala income jew qligħ imqassam li jkun ġie eżentat mit-taxxa taħt il- participation exemption.", "Għalhekk dawn għandhom jitqiesu li huma income minn investiment li fuqhom għandha titħallas taxxa ta' 35% minn ras il- għajn.", "Dan il-proviso jaħdem flimkien ma' l-artiklu 43(6)(e) u jipprovdi li fejn l-azzjonist ikun irreġistra biex jitlob il-ħlas lura ta' taxxa jkun kumpannija mhux residenti f'Malta, id-deeming provisions japplikaw biss meta l-azzjonist benefiċjarju aħħari jkun individwu li jkun ordinarjament residenti u domiċiljat f'Malta.", "Mela hawnhekk qed tidħol is-sistema ta' reġistrazzjoni u min se jitlob refund irid jirreġistra biex wara jkun jista' jagħmel il-claim.", "B'hekk jitnaqqas l-abbuż fejn wieħed jagħmel snin ma jirreġistrax, ibigħ il- kumpannija lill-barrani imbagħad dan jipprova joħroġ id-dividend kollu f'dak iż-żmien u jipprova jieħu l-benefiċċju meta hu ma jkollux dritt għalih.", "Din hija miżura importanti biex tissalvagwardja li s-sistema ma tiġix abbużata.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Jose` Herrera.", "ONOR.", "JOSE` HERRERA: Sur President, din hija sistema ġdida.", "Allura meta tgħid li l-azzjonist jirreġistra ifisser li l-kumpannija tiegħu tkun reġistrata?", "ONOR.", "TONIO FENECH: L-azzjonist irid jirreġistra mad-dipartiment tat-taxxi li fuq dak id-dividend partikolari jkollu l-intenzjoni li jitlob refund.", "Jekk ma jagħmilx hekk ma jkunx jista' jitlob għal refund.", "ONOR.", "JOSE` HERRERA: Allura jekk ikun hemm persuna li din ma jkunx għamilha in bona fide, m'għandniex inħallu xi apparat legali fejn wieħed ikun jista' jirratifika l-iżbalji li jkun għamel?", "ONOR.", "TONIO FENECH: Id-deċiżjoni ma tridx tittieħed fl-ewwel ġurnata li wieħed jirreġistra l-kumpannija, jiġifieri m'aħniex qegħdin ngħidu li malli tirreġistra l-kumpannija trid tagħmel din ir-reġistrazzjoni.", "Hemm terminu biżżejjed biex min ikun qed imexxi lil dawn in-nies jgħidilhom li minbarra li dawn iridu jagħmlu r-reġistrazzjoni tal-kumpannija, iridu jimlew il- formola.", "Għalhekk m'għandux għalfejn ikun hemm raġuni għalfejn din tiġri, imma jekk nagħmlu loophole u snin wara l-affarijiet isiru b'mod retroattiv, allura hemmhekk inkunu qed noħolqu komplikazzjonijiet serji.", "Fil-perijodu tas-sena li l-kumpannija tkun operattiva, sakemm wieħed jiġi biex jagħmel filing tar-return ikollu żmien biex jagħmel din ir-reġistrazzjoni.", "Hemm ample time biex wieħed jirreġistra mal-kummissarju l-intenzjoni tiegħu li jitlob għal refund fuq id-dividend.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija l- emenda kif imressqa u moqrija mis-segretarju parlamentari.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"H\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 13 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 13, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 14 - Emenda ta' l-artikolu 43 ta' l-Att prinċipali.", "Clause 14 - Amendment of article 43 of the principal Act.", "THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Sur President, għal din il-klawsola se nipproponi din l-emenda :", "\"I\" Klawsola 14 għandha tiġi emendata kif ġej:", "1.", "Fl-artikolu 43(6)(a) il-ġdid ta' l-Att prinċipali, eżatt wara l- kliem \"dawk il-profitti kienu inqalgħu mill-imsemmija kumpannija jew kumpanniji\" għandu jiżdied il-kliem li ġej \": iżda li dawk il-profitti ma jkunux ġew distribwiti qabel dik id-data\".", "2.", "Fl-imsemmi artikolu 43(6)(b) il-ġdid ta' l-Att prinċipali, il-kelma \"kumpannija\" kull fejn tidher għandha tinbidel bil-kelma \"entità\".", "3.", "Fil-proviso għall-imsemmi artikolu 43(6)(b) il-ġdid eżatt wara l- kliem \"imħallas lil riċevitur\" għandu jiżdied il-kliem \"kif imfisser fid-disposizzjonijiet dwar l-income minn investimenti;\" .", "4.", "Fl-imsemmi artikolu 43(6) il-ġdid għandu jiżdied il-paragrafu (ċ) ġdid li ġej wara l-paragrafu (b) eżistenti:", "\"(ċ) Meta individwu residenti f'Malta ikun benifiċjalment intitolat, direttament jew indirettament, għall-profitti ta' kumpannija li tkun applikat id-disposizzjonijiet ta' l-artikolu 12 (1) (u) għal xi parti mill-income tagħha dak l-individwu jitqies li jkun irċieva, fiż-żmien meta l-imsemmija kumpannija tkun issottomettiet il-prospett tagħha fejn dak l-income kien ikun intaxxat kieku hija m'applikatx l'imsemmija eżenzjoni jew l-aħħar data meta dan il-prospett kellu jiġi sottomess, skond liema tiġi qabel, tant minn dak l-income li jikkorrispondi għall-jedd tiegħu, dirett jew indirett, li jirċievi dak l-income bħala dividend jew b'mod ieħor permezz ta' jew minn xi persuna jew entità bi kwalunkwe mod;\"", "u s-sub-paragrafi (c) sa (e) għandhom jiġu numerati mill-ġdid bħala (d) sa (f).", "5.", "Fil-paragrafu (d), kif numerat mill-ġdid, ta' l-imsemmi artikolu 43(6) il-ġdid, il-kelma \"kumpannija\" kulfejn tidher għandha tiġi mibdula bil-kelma \"entità\".", "6.", "Is-sub-paragrafu (e), kif numerat mill-ġdid ta' l-imsemmi artikolu 43(6) il-ġdid, għandu jitħassar u jiġi sostitwit mis-sub-paragrafu ġdid li ġej:", "\"(e) Meta l-azzjonist dirett tal-kumpannija msemmija fil-paragrafu (a) ma jkunx individwu u ma jkunx residenti f'Malta jew meta l-entità msemmija fil-paragrafi (b) u (c) li tkun fil-fatt irċeviet, jew li tkun fil-fatt intitolata li tirċievi, l-income imsemmi fis-sub- paragrafi (2) u (3) ta' l-artikolu 41(a)(viii) mhijiex residenti f'Malta, id-disposizzjonijiet ta' dan is-subartikolu għandhom japplikaw biss meta l-individwu msemmi jkun ordinarjament residenti u domiċiljat f'Malta;\".", "7.", "Fil-paragrafu (f) kif numerat mill-ġdid, ta' l-imsemmi artikolu 43(6) il-ġdid:", "(i) il-kliem \"(li jinkludi trust)\" għandhom jithassru u minflok il- kelma \"huwa\" għandha tidħol il-kelma \"huma\";", "(ii) eżatt wara l-kliem \"parti sostanzjali ta' din il-kumpannija jew entità\" għandu jiżdied il-kliem \", jew m'humiex benefiċjalment intitolati għal parti sostanzjali tal-profitti jew income ta' din il- kumpannija jew entità,\";", "(iii) minflok il-kliem \"titoli oħra bħal dawn ta' l-imsemmija kumpannija\" għandhom jidħlu l-kliem \"titoli oħra bħal dawn marbuta ma' l-imsemmija kumpannija\";", "(iv) eżatt wara l-kliem \"il-Kummissarju jista'\" għandu jiżdied il- kliem \", fid-diskrezzjoni assoluta tiegħu,\".", "8.", "Eżatt wara l-paragrafu (f), kif numerat mill-ġdid, ta' l-imsemmi artikolu 43(6) il-ġdid għandu jiżdied il-paragrafu (g) ġdid li ġej ta' l-imsemmi artikolu 43(6) il-ġdid:", "\"(g) għall-finijiet ta' dan is-subartikolu, il-kelma \"entità\" tfisser persuna minbarra individwu u għandha tinkludi kull trust jew korp ta' persuni.\".", "\"I\" Clause 14 shall be amended as follows:", "1.", "In the new article 43(6)(a) of the principal Act immediately after the words \"such profits were earned by the said company or companies\" there shall be added the following words \": provided that such profits have not been distributed before that date\".", "2.", "In the new article 43(6)(b) of the principal Act, the word \"company\" wherever it appears shall be substituted by the word \"entity\".", "3.", "In the proviso to the said new article 43(6)(b) immediately after the words \"paid to a recipient\" there shall be added the words \"as defined in the investment income provisions;\".", "4.", "In the said new article 43(6) the following new paragraph (c) shall be added after the existing paragraph (b):", "\"(c) Where an individual resident in Malta is beneficially entitled, directly or indirectly, to the profits of a company which has applied the provisions of article 12(1)(u) to any of its income such individual shall be deemed to have received, at the time that the said company has submitted its tax return in which the said income would have been charged to tax but for the fact that it applied the said exemption or the last date on which such a tax return is due to be submitted, whichever is the earlier, so much of that income as corresponds to his, direct or indirect, entitlement to receive that income by way of dividend or other means through or from any person or entity in any manner whatsoever;\"", "and the existing sub-paragraphs (c) to (e) shall be renumbered as (d) to (f).", "5.", "In paragraph (d), as renumbered, of the said new article 43(6), the word \"company\" wherever it appears shall be substituted by the word \"entity\".", "6.", "Sub-paragraph (e), as renumbered of the said new article 43(6), shall be deleted and shall be substituted by the following new sub- paragraph:", "\"(e) Where the immediate shareholder of the company referred to in paragraph (a) is not an individual and is not resident in Malta or where the entity referred to in paragraphs (b) and (c) which has actually received, or is actually entitled to receive, the income referred to in sub-paragraphs (2) and (3) of article 41(a)(viii) is not resident in Malta, the provisions of this subarticle shall only be applicable when the said individual is ordinarily resident and domiciled in Malta;\".", "7.", "In paragraph (f) as renumbered, of the said new article 43(6):", "(i) the words \"(including a Trust)\" shall be deleted;", "(ii) immediately after the words \"a substantial part of such company or entity\" there shall be added the words \", or are not beneficially entitled to a substantial part of the profits or income of such company or entity,\";", "(iii) for the words \"or other similar security of such company\" there shall be substituted the words \"or other similar security in relation to such company\";", "(iv) immediately after the words \"the Commissioner may\" there shall be added the words \", in his absolute discretion,\".", "8.", "Immediately after paragraph (f), as renumbered, of the said new article 43(6) there shall be added the following new paragraph (g) to the said new article 43(6):", "\"(g) for the purpose of this subarticle the word \"entity\" means a person other than an individual and shall include any trust or body of persons.\"", "Sur President, l-emendi li qed inressqu huma minuri ħafna imma fil-klawsola nnifisha l-għan ta' dan is-subartiklu huwa li jqis li ċerti profitti jitqiesu mqassma biex ma titħallix il-possibilita` li profitti jkunu mġemma' f'kumpannija minn persuni residenti f'Malta qabel jitħallas dividend u għalhekk ikollhom dritt għal ħlas lura ta' taxxa bil-quddiem, per eżempju, wara bidla fir-residenza jew wara bejgħ ta' azzjonijiet lil persuna mhux residenti.", "Hawnhekk qegħdin nipprovaw nantiċipaw ċerti skemi li jistgħu jipprovaw jiddaħħlu biex wieħed jipprova jagħmel abbuż mis- sistema jiġifieri li l-ewwel kumpannija minn residenti Maltin tibda takkumula ċerti profitti u ma tiddistribwix, imbagħad tinbiegħ lill-barrani u tagħmel id-distribuzzjoni u allura hemmhekk jinħoloq dak l-abbuż.", "Din il-klawsola qed iżżomm milli dan ikun jista' jiġri.", "B'hekk paragrafu (a) iqis dawn il-profitti bħala mqassma fl-ewwel ġurnata tal-perijodu ta' kontjar li jiġi wara dak il-perijodu li fih il-profitti jkunu nqalgħu meta l-azzjonisti jkunu reġistrati biex jitolbu ħlas lura ta' taxxa.", "Imbagħad id- dividend jiġi income minn investimenti skond artiklu 41 u jekk l-azzjonist jew sid benefiċjarju aħħari jkun riċevitur ta' dak id-dividend allura jkun soġġett għat-taxxa aħħarija ta' 35% taħt id-dispożizzjonijiet dwar l-income minn investiment.", "Din il-preżunzjoni hija meħtieġa għax inkella kull resident jista' jġemma' profitti f'kumpannija mingħajr ma jqassam u wara xi għaxar snin ibigħ l-ishma lil persuna mhux residenti u jkollu dritt jitlob ħlas lura ta' taxxa jew jista' jbiddel ir-residenza tiegħu għal xi sena jew tnejn.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Jose` Herrera.", "ONOR.", "JOSE` HERRERA: Sur President, meta jkollok dan it-tip ta' reġime' fiskali wieħed jippresupponi li tista' tagħti lok għall-abbuż u allura wieħed irid jipprova jagħlaq il-possibbilitajiet fejn ikun hemm bżonn.", "Dan huwa qasam ieħor fejn bi sforz ta' din il-liġi wieħed jista' jerġa' jiffranka t-taxxa.", "Il-gvern ma tantx jieħu gost li wieħed jiffranka t-taxxa speċjalment meta wieħed iqis li f'perijodu ta' tmien snin biss, minn madwar Lm400 miljun fis-sena li l-gvern kien jiġbor mit-taxxa, illum qed jiġbor ftit iktar mid-doppju għax qegħdin viċin il-Lm1 biljun jew Lm900 miljun.", "Tant hu hekk li jekk dan l-ammont tiddividih bi tmienja tinduna li l-gvern qed jirnexxielu jakkumula żieda ta' Lm150 miljun f'taxxa fis-sena.", "Barra minn hekk ir-rata ta' tkabbir qiegħda madwar 2.2%, jiġifieri wieħed ma jistax jgħid li t-taxxa żdiedet għax żdiedet ukoll ir-rata ta' tkabbir ekonomiku.", "Kieku t-taxxa żdiedet daqs ir-rata ta' tkabbir ekonomiku it- taxxa kienet tkun inqas, pero` l-Onor.", "Fenech irid jerġa' jispjega xi ħaġa ftit aktar fid-dettall dwar dan.", "THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Sur President, kif għedt, l-għan ta' din il-klawsola huwa li tistitwixxi aħjar kif għandha ssir it-talba għar-rifużjoni, min se jagħmilha u kif issir ir-reġistrazzjoni biex nassiguraw li ma jkunx hemm abbuż mis-sistema.", "Barra minn hekk jekk nidħlu f'aktar dettall insibu li paragrafu (b) jqis li d-dividend u l-ħlas lura ta' taxxa jkunu riċevuti minn sid benefiċjarju aħħari li jkun individwu u jekk dan l-individwu jkun ir-riċevitur allura jkun soġġett għat-taxxa ta' 35% fuqha.", "Għal darb'oħra dan huwa meħtieġ biex jiġi evitat li l-ewwelnett jitħallas xi dividend lill- kumpannija li ma tkunx riċevitur u li allura titlob hi wkoll il-ħlas lura ta' taxxa u għalhekk tpoġġi kemm id-dividends u l-ħlas lura ta' taxxa f'din il-kumpannija intermedjarja.", "Allura huwa importanti li noqogħdu attenti minn dan l-abbuż u nagħlqulu l-bieb.", "It-tieni nett ma japplikax meta l- profitti jkunu diġa` ġew meqjusa bħala mqassma taħt l-ewwel paragrafu.", "Fil-paragrafu (c) qed jitqiesu bħala mqassma dividendi jew qligħ miksuba minn sehem parteċipanti li jkunu ġew eżentati bis-saħħa tal-participation exemptions.", "Dan ifisser li ma jistax ikun li tieħu d-dritt tal- participation exemption imbagħad fuq dak l-income titlob refund meta lanqas biss tkun tħallset taxxa fuq dak id-dividend.", "Tajjeb li ngħidu wkoll li dan il-paragrafu huwa mmirat ukoll għal skemi fejn persuni mhux residenti f'pajjiżna jkunu biss faċċata għal persuna residenti li mbagħad jakkwistaw l-ishma fi struttura wara li l-ħlasijiet lura ta' taxxa jkunu ntalbu iżda qabel ikunu tqassmu.", "F'dan il-każ meta individwu li jkun riċevitur isir intitolat benefiċjarjament jew iżid l-intitolament tiegħu billi jakkwista ishma minn azzjonist ieħor jew permezz ta' żieda jew tnaqqis fil-kapital azzjonarju, jitqies li jkun irċieva d-dividend daqs is-sehem jew is-sehem miżjud fil-profitti tal-kumpannija jew kumpanniji li jkunu intaxxati bil- 35%.", "Tajjeb li ngħid li dawn id-dispożizzjonijiet mhux se jkunu applikabbli meta l-kummissarju jkun sodisfat li t-tranżazzjoni li saret kienet waħda in bona fide.", "Għalhekk hemmhekk qed nagħtu ċerta diskrezzjoni lill- kummissarju f'każijiet ta' sitwazzjonijiet ċari li jkunu bona fide pero` kif ġiet interpretata l-liġi qegħdin nipprovaw nagħlqu ftit f'dan ir- rigward.", "Min-naħa l-oħra jista' jkun hemm ċirkostanzi bona fide li jekk il- kummissarju jiġi sodisfatt bil-preżentazzjoni li ssir fuqhom, ikun jista' jagħti ruling f'dak is-sens.", "Wieħed jista' jinnota wkoll li d-dispożizzjonijiet li hawn elenkati hawnhekk għandhom effett meta l-individwu jkun residenti f'Malta iżda paragrafu (e) jaħdem flimkien mal-proviso l-ġdid li hemm fl-artiklu 41(c) u jillimita l-applikazzjoni ta' dawn id-dispożizzjonijiet dwar income minn investiment għall-individwi li huma ordinarjament residenti u domiċjati f'Malta meta l-azzjonist li jitlob jew ikun intitolat li jitlob il-ħlas lura tat-taxxa, ikun kumpannija li m'hijiex residenti f'Malta.", "Bażikament dan iżomm il-pożizzjoni kif inhi llum, jiġifieri li individwi li huma ordinarjament residenti iżda mhux domiċiljati f'Malta – bħal residenti permanenti u azzjonisti li jaħdmu f'Malta għall-kumpanniji ta' negozji internazzjonali tagħhom - ikollhom dritt għal ħlasijiet lura ta' taxxa meta jkollhom ishma fil-kumpannija Maltija permezz ta' kumpannija mhux residenti f'Malta.", "Għalhekk dawk l-azzjonisti barranin li jkunu qed jagħmlu wkoll xogħol f'Malta jew inkella jkunu qegħdin taħt il-permanent residence scheme mhux se jiġu effettwati.", "Dan ifisser li dawn jistgħu jitolbu refund inkella dak is-settur li konna qed nolqtu qabel, nitilfuh.", "Barra minn hekk, meta l-kummissarju jkun sodisfatt li l-istruttura tkun ta' ħafna azzjonisti u l-ebda individwu ordinarjament residenti u domiċiljat f'Malta ma jkollu l-proprjeta`, il-kontroll jew ma jkunx intitolat għal parti sostanzjali mill-profitti, il-kummissarju jista' jiddetermina li t- tieni provisions ma japplikawx.", "Dan huwa meħtieġ billi b'ċerti strutturi internazzjonali li jinvolvu kumpanniji pubbliċi u investituri istituzzjonali jkun impossibbli li wieħed jiddetermina jekk xi persuna ordinarjament residenti u domiċiljata f'Malta jkollha xi interess f'dawn l- istrutturi.", "Dan ifisser li tant ikun hemm azzjonisti żgħar fihom li jkun impossibbli għall-kummissarju li jipprova jiċċekkja jekk ikunx hemm xi wieħed li effettivament ikun residenti f'Malta.", "U jekk jagħmel dan, huwa ovvju li dan ikun investiment ta' portafoll normali u li jsir mingħajr ebda intenzjoni li jinkiseb il-benefiċċju ta' xi ħlas lura ta' taxxa.", "Għalhekk huwa evidenti li f'dak il-każ m'hemmx intenzjoni ta' abbuż.", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "L-Onor.", "Jose` Herrera.", "ONOR.", "JOSE` HERRERA: Tradizzjonalment il-liġi qed tinbidel għax qabel kien hemm l-international trading companies u l-international holding companies fejn l-attivita` kummerċjali tagħhom kienet tkun barra u f'Malta jkollhom is-sede u jiġu managed professjonalment minn hawnhekk.", "Allura dawn it-tip ta' kumpanniji qatt ma kienu qed jikkreaw konflitt bejn kumpanniji li għandhom interessi lokali.", "Jien nifhem li l-liġi qed tiġi estiża għaliex dawn il-kumpanniji llum jistgħu anke jagħmlu trading ġewwa pajjiżna u qabel ma setgħux.", "Dawk il-kumpanniji li għandhom foreign beneficiaries li se jkunu qed jagħmlu trade ġewwa Malta xorta waħda se jiggwadanjaw minn din il-forma ta' tassazzjoni.", "Il-biża' tiegħi hi li issa se jkollok xenarju ġdid li ma kienx jeżisti qabel.", "Issa jista' jkollok kumpannija li tmexxi business f'Malta li tista' tużufruwixxi ruħha minn dan il-qafas legali u minn din il-forma ta' tassazzjoni u kumpannija oħra li tagħmel l-istess xogħol ġewwa Malta u ma tkunx tista' tużufruwixxi ruħha, jew l-azzjonisti ma jkunux jistgħu jużufruwixxu ruħhom, mill-benefiċċji li hawn f'din il- liġi.", "Għalhekk il-mistoqsija tiegħi hija din.", "Il-kumpannija l-oħra li tkun qed tibbenefika tista' tkun aktar kompetittiva għaliex tiffranka t-taxxa.", "Ladarba t-taxxi li jħallsu l-kumpanniji Maltin jitilgħu sa 35%, din il- kumpannija se tħallas one-seventh li tħallas il-kumpannija lokali u allura tista' tkun aktar kompetittiva.", "Allura inti qed ikollok kumpanniji barranin f'Malta li jistgħu jkunu in direct competition ma' kumpanniji lokali u minħabba s-sussidju fit-taxxa li japplika għalihom u ma japplikax għal kumpanniji oħra, jista' jkollok an unfair competition.", "Din qed ngħidha għaliex taħt ir-reġime' l-ieħor ma kenitx teżisti u xtaqt li s- segretarju parlamentari jikkummenta ftit fuq dan il-punt.", "THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Dan huwa punt fundamentali u importanti ħafna u m'hijiex l-intenzjoni tal-gvern li jara li fis-suq intern ta' pajjiżna effettivament ikun hemm kompetizzjoni inġusta.", "L-ewwelnett ma rridux nitilqu bl-assunzjoni li għax profitt ma jkunx għadu f'pajjiżna u tkun tħallset taxxa ta' 5% ifisser li fejn imur il-benefiċċjarju ma jħallas l- ebda taxxa.", "Dan jiddependi minn ħafna strutturi u trid tara jekk ikunx hemm double taxation agreement u x'jippermetti dan l-agreement.", "Effettivament f'numru ta' pajjiżi dan jista' jfisser li fl-aħħar mill-aħħar xorta jrid iħallas u dak li ma jkunx qed iħallas f'Malta qed iħallasha fil- pajjiż l-ieħor.", "Pero' min-naħa l-oħra aħna konxji li jista' jkun hemm setturi eċċezzjonali fejn dan jiġri.", "Ikun tajjeb li ngħidu li taħt din il- liġi – fil-fatt konna tajna ħjiel tagħha fil-pre-budget document - daħħalna l-konċett li f'parti mill-allokazzjoni li trid issir fit-tax accounts, hemm il-konċett ta' benefit li inti tieħu mill-ekonomija.", "Mela jekk jien sostanzjalment qed nuża ħafna mir-riżorsi tal-pajjiż biex nagħmel l-attivita` tiegħi, dan ifisser li jrid ikun hemm aktar allokazzjoni fit- tax account li fuqu ma tistax titlob refund.", "Per eżempju, jekk jien niftaħ supermarket u jien foreign shareholder mhux se jkolli l-benefiċċju tal-5% b'mod sħiħ għaliex tant inkun qed nuża riżorsi, fi spazju li nokkupa, fl- użu ta' personnel li kelli nħarreġ fil-pajjiż u dan kollu, li l-attivita` tant tkun qed tinċidi b'mod ekwu fuq supermarket ieħor li huwa owned minn Malti, li l-allokazzjoni tal-profitti tkun qed tmur sostanzjalment ġo dan il-kont li jrid jiġi trattat mhux bil-5% imma bil-35%.", "Irrid ngħid li se jidħol layer ġdid fuq l-accounting ta' kif isir l- apportionment biex proprju dak li qed jgħid il-kollega tiegħi ma jiġrix.", "Dawn il-provvedimenti mhux se jsiru permezz ta' liġi imma permezz ta' legal notice.", "Fil-fatt dawn se joħorġu kif inlestu l-liġi ħalli ma jkollniex is- sitwazzjonijiet li qed isemmi l-kollega tiegħi, fejn Malti jkun qed jiġi ttrattat b'mod inġust fil-konfront ta' barrani.", "Ma rridux ninsew li dak li qed nipprovaw nagħmlu hu li nżommu dak l-istatus li qabel ma kienx qed jikkompeti fuq livell lokali.", "ONOR.", "JOSE` HERRERA: Jien qed nieħu gost li se joħorġu linji gwida permezz ta' legal notice għaliex biex inkun onest, dan huwa l-uniku aspett ta' din il-liġi li jippreokkupani bħala politiku.", "Din mhux se tippreokkupa lin- nies fis-settur tas-servizzi finanzjarji għaliex dawn ħadu gost li jistgħu jestenduha pero` naturalment min huwa politiku jitħasseb ftit għax jekk imbagħad jibda jkun hemm din it-tip ta' kompetizzjoni żleali jibda jkollok il-Maltin igorru u jgħidu li l-barranin f'pajjiżna huma akkomodati aktar minna.", "Issa l-barranin jistgħu jiġu jaħdmu kemm iridu għaliex huwa aktar faċli għalihom u allura se jkunu aktar akkomodati u dan m'huwiex tajjeb.", "Is-segretarju parlamentari għamel kumment tajjeb meta qal li ma jfissirx sine qua non li min jużufruwixxi ruħu mill-benefiċċju ta' din il-forma ta' tassazzjoni u jispiċċa jħallas madwar 5%, ma jħallasx f'pajjiżu.", "Dan huwa veru għaliex jista' jkollok pajjiż fejn ma jkunx hemm double taxation agreement u allura wieħed jista' jiġi eliġibbli għal ħlas tat-taxxa.", "Naturalment min jiġi biex jużufruwixxi ruħu b'din il-forma ta' tassazzjoni jrid jara li jaqbillu.", "Issa wieħed għandu jkun jaf kemm il-gvern Nazzjonalista kif ukoll il-foreign and European affairs committee ta' dan il-parlament, li jien kburi li jien membru tiegħu - anke l-gvern Laburista ta' żmienna kien jaħdem f'dan ir-rigward - naħdmu ħafna biex nipprovaw naslu fuq double taxation agreements ma' pajjiżi oħrajn.", "Per eżempju, aħna l-uniku pajjiżi fl-Ewropa kollha li għandna double taxation agreement mal- Libja.", "Din tista' tgħin ħafna u qed nużawha.", "Jien li mort il-Libja fuq livell professjonali nista' ngħid li kelli klijenti li huma mħajrin li jiftħu businesses fil-Libja tramite kumpannija Maltija - issa mhux qed nirriferi għal dan ir-reġime' imma għal financial services oħrajn - biex ikunu jistgħu joperaw minn hemmhekk għax aħna l-uniku pajjiż Ewropew li għandna double taxation agreement.", "Fil-fatt il-kumpanniji barranin jintaxxawha ħafna lil-Libja jiġifieri hemmhekk għandna area tajba ħafna.", "L- Onor. Mario de Marco daħal ħafna fiha din u jaf x'qed ngħid.", "Malta huwa wieħed mill-aktar pajjiżi li rnexxielu jagħmel double taxation agreements.", "Fil-fatt issa wasalna biex nagħmlu wieħed ma' l-Amerika wkoll.", "Sfortunatament Malta huwa l-uniku pajjiż fl-Unjoni Ewropea li m'għandux double taxation agreement ma' l-Amerika u r-raġuni ironikament hija – jien mort l-Amerika u din il-problema ddiskutejniha – minħabba s-sistema fiskali li konna ntroduċejna fl-aħħar tas-snin tmenin.", "L-Amerikani kienu ħadu għalihom minħabba fiha din u għandu jkun bdew jaħsbu li aħna xi money laundering centre.", "L-Amerikani sensittivi ħafna fuq dawn l-affarijiet pero` kien hemm żmien meta Malta kellha double taxation agreement ma' l-Amerika u kurjożament, meta bdejna nidħlu f'dan is-settur u meta l-aktar li kellna bżonn dan id-double taxation agreement biex nattiraw investiment Amerikan ....", "Hawnhekk ikun tajjeb li ngħid li fis-settur finanzjarju ma jirriżulta li m'għandna l-ebda investiment Amerikan pero` għandi nifhem li l-Ministru Frendo għamel l-almu tiegħu.", "Per eżempju, il- parlament għandu jkun jaf li l-membri tal-foreign and European affairs committee marru hemmhekk apposta biex jirratifikaw din il-lakuna, kif għamel ukoll il-prim ministru.", "Huwa importanti li jkollna dan it-tip ta' arranġament għax jekk ma jkollniex double taxation agreements sodi ma' numru ta' pajjiżi ma nkunux nistgħu niżviluppaw aktar din it-tip ta' industrija.", "U l-Onor.", "Tonio Fenech kellu raġun meta qal li wieħed jiġi hawnhekk biex jiffranka t-taxxa għax iħallas bil-5% imbagħad imur lura f'pajjiżu u jkollu jerġa' jħallas it-taxxa tiegħu.", "Dan huwa xogħol politiku li jrid ikompli jsir.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Sur President, ikun tajjeb li ngħid li hemm progress sostanzjali fid-diskussjonijiet li qegħdin isiru mal-gvern Amerikan biex ikollna double taxation agreement ma' l-Amerika pero` naqbel mal-kummenti li għamel l-Onor.", "Herrera.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija l- emenda kif imressqa u moqrija mis-segretarju parlamentari.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"I\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 14 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 14, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 15 - Emenda ta' l-artikolu 52 ta' l-Att prinċipali.", "Clause 15 - Amendment of article 52 of the principal Act.", "THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Sur President, għal din il-klawsola se nipproponi din l-emenda:", "\"J\" Klawsola 15 għandha tiġi emendata kif ġej:", "1.", "Fil-paragrafu (a)(ii) tiegħu il-provisos il-ġodda għas-subartikolu (5) ta' l-artikolu 52 ta' l-Att prinċipali għandhom jiġu emendati kif ġej:", "(a) l-ewwel proviso għandu jitħassar u jinbidel bil-proviso ġdid li ġej:", "\"Iżda l-ebda deċiżjoni ta' dan it-tip m'għandha tiġi notifikata dwar kumpannija li kienet reġistrata f'Malta fi jew wara l-1 ta' Jannar 2007 iżda li ma kenitx residenti f'Malta qabel din id-data.\";", "(b) fit-tieni proviso, il-kliem \"mill-31 ta' Marzu\" għandhom jiġu sostitwiti bil-kliem \"mit-30 ta' Ġunju\".", "2.", "Fil-paragrafu (b) tagħha fil-proviso għas-subartikolu (5A) ta' l- artikolu 52 ta' l-Att prinċipali, eżatt wara l-kliem \"Iżda meta l- Kummissarju\" għandha tidħol il-kelma \"jkun\" u minflok il-kliem \"hekk kif għadu kif intqal, din il-kumpannija għandha flimkien mad-denunzja tal-prospett tat-taxxa fuq l-income tagħti wkoll id-dokumenti li ġejjin\" għandu jiddaħħal il-kliem \"hekk kif għadu kif intqal, dik id- deċiżjoni għandha tibqa' torbot u valida biss jekk dik il-kumpannija flimkien mad-denunzja tal-prospett tat-taxxa fuq l-income tagħha, tagħti wkoll id-dokumenti li ġejjin\".", "\"J\" Clause 15 shall be amended as follows:", "1.", "In paragraph (a) (ii) thereof the new provisos to subarticle (5) of article 52 of the principal Act shall be amended as follows:", "(a) the first proviso shall be deleted and shall be substituted by the following new proviso:", "\"Provided that no such ruling shall be notified in respect of a company which was a company registered in Malta on or after 1 January 2007 but was not resident in Malta before that date.\";", "(b) in the second proviso for the words \"31 March\" there shall be substituted the words \"30 June\".", "2.", "In paragraph (b) thereof in the proviso to the new subarticle (5A) to article 52 of the principal Act for the words \"as aforesaid, such company shall together with the filing of its income tax return also submit the following documents\" there shall be substituted the words \"as aforesaid such ruling shall only remain binding and valid as long as such company together with the filing of its income tax return also submits the following documents\".", "Hawnhekk qegħdin ngħaddu l-provvediment meħtieġ għas-sitwazzjoni ta' l- international trading companies eżistenti u għal perijodu proviżorju li qegħdin nikkontemplaw b'mod partikolari għal dawk il-kumpanniji li ġew notifikati fil-perijodu meta konna għadna qed nagħlqu d-diskussjonijiet mal- kummissjoni u ttieħdet id-deċiżjoni finali li mil-1 ta' Jannar 2007 ma jkunux jistgħu jiġu rreġistrati kumpanniji ġodda.", "F'dan l-ewwel proviso qed ngħidu li ma jistgħux isiru rulings.", "Qed ngħidu li:", "\"Iżda l-ebda deċiżjoni ta' dan it-tip m'għandha tiġi notifikata dwar kumpannija li kienet reġistrata f'Malta fi jew wara l-1 ta' Jannar 2007 iżda li ma kenitx residenti f'Malta qabel din id-data.\".", "It-tieni proviso jagħti limitu ta' żmien li fih tista' tiġi filed applikazzjoni għal ruling.", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq kumpannija li jkollha kummerċ internazzjonali u din tkun ġiet inkorporata bejn it-18 ta' April ta' l-2006, id-data li fiha l-kummissjoni aċċettat id-deċiżjoni tal- kummissjoni dwar l-għajnuna mill-Istat, dik li ngħidulha l-istate aid, u l- 31 ta' Diċembru ta' l-2006.", "Dan huwa meħtieġ għax skond id-deċiżjoni dwar l-għajnuna mill-Istat dwar l-ITCs, Malta hija kommessa li tillimita n-numru ta' ITCs reġistrati f'dan il-perijodu għal medju ta' ITCs irreġistrati fil- ħames snin qabel is-17 ta' April ta' l-2006.", "Dan għaliex kien hemm dak il- perijodu tranżitorju fejn kienu qegħdin jgħidu li jippermettu li jkun hemm reġistrazzjoni ta' kumpanniji oħra.", "Pero` wieħed ma jistax jipprova jirdoppja dak li kien hemm fis-snin ta' qabel imma jrid jibqa' fuq l-istess livell.", "Subartiklu (5A) huwa konness ma' artiklu 48(4A) ta' l-income tax management Act li jirregola ħlasijiet lura ta' taxxi ġodda.", "Fost oħrajn jipprovdi sal- 31 ta' Diċembru ta' l-2010 ħlasijiet lura ta' taxxi ġodda li jistgħu jintalbu biss b'rabta mad-distribuzzjoni magħmula minn kumpanniji ġodda jiġifieri dawk reġistrati jew fl-1 ta' Jannar 2007 jew wara.", "Dawk il- ħlasijiet lura ta' taxxa ma jistgħux jintalbu jekk il-kumpanniji l-ġodda jkollhom kummerċ jew negozju li jkun l-istess, dupplikazzjoni, espansjoni jew istituzzjoni ta' kummerċ jew negozju li jkun imwettaq qabel f'Malta minn kull persuna qabel l-1 ta' Jannar ta' l-2007.", "Qed ngħidu wkoll li jista' jintlaab ruling biex ikun ikkonfermat in-negozju mwettaq minn kumpannija ġdida li ma jkunx l-istess bħan-negozju qadim.", "Din l-emenda tikkonferma mill-ġdid li l-ebda ruling dwar l-ITCs m'għandu jkollu l-effett fi jew wara l-1 ta' Jannar ta' l-2011.", "Fl-emenda qegħdin ngħidu li ma jistax ikun li kumpannija tbiddel il-ġeneru tagħha kompletament biex tibqa' tabbuża mill-perijodu tranżitorju li għandna sas-sena 2010.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Jose` Herrera.", "ONOR.", "JOSE` HERRERA: Sur President, nifhem li wara ċertu żmien ma stajniex inkomplu nirreġistraw dawn it-tip ta' kumpanniji pero` l-kumpanniji li hemm reġistrati jridu jiġu ristrutturati taħt ir-reġim il-ġdid?", "ONOR.", "TONIO FENECH: Għandhom sas-sena 2010 biex jagħmlu dan.", "ONOR.", "JOSE` HERRERA: Allura d-deroga hija ta' tliet snin.", "Fir-reġim l- antik – niftakar li l-ewwel liġi kienet saret fi żmien Dr Joe Fenech - meta kellna dawk li konna ngħidulhom non-trading u trading companies jew nominees, konna ngħatajna deroga ta' erba' snin.", "Issa din id-darba qegħdin ningħataw deroga ta' erba' snin ukoll jiġifieri għandna l-istess perijodu li kellna meta konna biddilna mir-reġim l-antik għar-reġim li għandna llum.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Fil-fatt ipprovajna ninnegozjaw biex ikollna ħames snin pero` fin-negozjati ġibna erba' snin.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija l- emenda kif imressqa u moqrija mis-segretarju parlamentari.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"J\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 15 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 15, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mil- Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 16 - Emenda ta' l-artikolu 59 ta' l-Att prinċipali.", "Clause 16 - Amendment of article 59 of the principal Act.", "THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Sur President, għal din il-klawsola se nipproponi din l-emenda: \"K\" Fil-paragrafu (c) ta' klawsola 16:", "1. minflok il-kliem \"il-paragrafu (ix) tiegħu\" għandhom jidħlu l-kliem \"is-sub-paragrafu (ix) tal-paragrafu (b) tiegħu\" u minflok il-kliem \"il-paragrafu (ix) ġdid\" għandhom jidħlu l-kliem \"is-sub-paragrafu (ix) ġdid\";", "2. is-subparagrafi (i) u (ii) tal-paragrafu (ix) il-ġdid ta' l- artikolu 59(5) ta' l-Att prinċipali għandhom jiġu numerat mill-ġdid bħala s-subparagrafi (1) u (2).", "\"K\" In paragraph (c) of clause 16:", "1. for the words \"Paragraph (ix) thereof\" there shall be substituted the words \"Sub-paragraph (ix) of paragraph (b) thereof\" and for the words \"new paragraph (ix)\" there shall be substituted the words \"new sub-paragraph (ix)\";", "2. sub-paragraphs (i) and (ii) of the new paragraph (ix) of article 59(5) of the principal Act shall be renumbered as sub-paragraphs (1) and (2).", "F'din il-klawsola 16 qed nitkellmu dwar l-estensjoni fiż-żmien li jinħareġ iċ-ċertifikat tad-dividend li huwa meħtieġ f'każ ta' interim dividends, fejn kumpannija tista' ma tkunx taf kemm mill-profitti ta' dik is-sena kurrenti se jkunu allokati għal-liema kontijiet ta' taxxa.", "Qed isiru emendi għall-kontenut taċ-ċertifikati tad-dividend li huma konsegwenti għall- emendi tal-kontijiet tat-taxxa li effettivament qed nagħmlu.", "Bil-paragrafu (ċ) dan huwa mitlub sabiex ikun identifikat kemm tkun trid titħallas taxxa bil-quddiem billi jiġi identifikat kemm tħallset taxxa fis-sena ta' stima.", "Bażikament dawn huma aktar affarijiet proċedurali marbuta mad-dividend kif irid jidher u ma naħsibx li għandi għalfejn nidħol fid-dettall.", "ONOR.", "JOSE` HERRERA: Din hija xi ħaġa ta' l-accountants u m'hemmx għalfejn nifhmuha aħna wkoll.", "L-importanti huwa li d-dividend warrant joħroġ tajjeb.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija l- emenda kif imressqa u moqrija mis-segretarju parlamentari.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"K\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 16 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 16, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 17 - Emenda ta' l-artikolu 67 ta' l-Att prinċipali.", "Clause 17 - Amendment of article 67 of the principal Act.", "THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Sur President, għal din il-klawsola se nipproponi din l-emenda:", "\"L\" Il-klawsola 17 eżistenti għandha titħassar u tinbidel bil-klawsola li ġejja:", "\"17.", "L-artikolu 67 ta' l-Att prinċipali għandu jiġi emendat kif ġej:", "(a) fis-subartikolu (1) tiegħu eżatt qabel il-kliem \"kont intaxxat f'Malta\" għandu jidħol il-kliem \"kont ta' proprjetà immobbli, lill-\";", "(b) fis-subartikolu (4) tiegħu minflok il-kliem \"li taġixxi f'isem persuna, li\" għandu jidħol il-kliem \"li taġixxi fl-isem ta', individwu li\".\".", "\"L\" Clause 17 shall be deleted and shall be substituted by the following clause:", "\"17.", "Article 67 of the principal Act shall be amended as follows:", "(a) in subarticle (1) thereof immediately preceding the words \"the Maltese taxed account\" there shall be added the words \"immovable property account,\";", "(b)in subarticle (4) thereof for the words \"who acts on behalf of a person who\" there shall be substituted the words \"who acts on behalf of, an individual who\".\".", "Paragrafu (a) ta' din l-emenda qed jestendi d-dispożizzjonijiet ta' artiklu 67 tal-kont tal-proprjeta` immobbli u allura din hija emenda konsegwenzjali għat-tibdiliet li effettivament għamilna diġa`.", "Fil-paragrafu (b) il-kelma \"persuna\" nbidlet fil-kelma \"individwu\" billi din id-dispożizzjoni għandha tkun operattiva meta l-azzjonisti aħħarin ikunu individwi ordinarjament residenti u domiċjati f'Malta.", "ONOR.", "JOSE` HERRERA: Il-kelma \"persuna\" legalment tista' tkun ukoll persuna morali u mhux fiżika u għalhekk qed nużaw il-kelma \"individwu\" għall- ultimate beneficiary.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija l- emenda kif imressqa u moqrija mis-segretarju parlamentari.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"L\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 17 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 17, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 18 - Emenda ta' l-artikolu 67A ta' l-Att prinċipali.", "Clause 18 - Amendment of article 67A of the principal Act.", "THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Sur President, għal din il-klawsola se nipproponi din l-emenda:", "\"M\" Il-klawsola 18 għandha titħassar u tinbidel bil-klawsola 18 ġdida li ġejja:", "\"18.", "L-artikolu 67A ta' l-Att prinċipali għandu jiġi emendat kif ġej:", "(a) fis-subartikolu (1) tiegħu wara l-kliem \"Minkejja d- disposizzjonijiet li hemm fit-tifsira ta' \"kont ta' income barrani\" fl- artikolu 2,\" għandu jiżdied il-kliem \"iżda mingħajr preġudizzju għal xi obbligazzjoni li jkunu allokati profitti lill-kont tat-taxxa finali u l-kont ta' proprjetà immobbli,\";", "(b) is-subartikolu (5) tiegħu għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej: \"(5) Għall-finijiet ta' dan l-artikolu 'persuna residenti f'Malta' għandha tinkludi persuna mhix residenti (inkluża kumpannija mhix residenti) li hija ta' proprjetà u kontrollata minn, direttament jew indirettament jew li taġixxi f'isem individwu li huwa ordinarjament residenti u domiċiljat f'Malta.\".\".", "\"M\" Clause 18 shall be deleted and shall be substituted by the following new clause 18:", "\"18.", "Article 67A of the principal Act shall be amended as follows:", "(a) in subarticle (1) thereof after the words \"Notwithstanding the provisions contained in the definition of \"foreign income account\" in article 2,\" there shall be added the words \"but without prejudice to any obligation to allocate profits to the final tax account and the immovable property account,\";", "(b) subarticle (5) thereof shall be substituted by the following:", "\"(5) For the purposes of this article a person resident in Malta shall include a non-resident person (including a non-resident company) who is owned and controlled by, directly or indirectly or who acts on behalf of an individual who is ordinarily resident and domiciled in Malta.\".\".", "Din il-klawsola hija konsegwenzjali.", "F'subartiklu 67(5) qed nibdlu wkoll il-konċett ta' persuna ma' individwu kif għamilna preċedentement.", "ONOR.", "JOSE` HERRERA: Ma nafx jekk hux qed ngħid xi ħmerijiet imma hawnhekk qed ngħidu li jista' jkollok xi obbligazzjoni li parti minn dak l-income jidħol, per eżempju, fil-kont tal-proprjeta` immobbli eċċ.?", "Hawnhekk qed nirriferu għal meta jkollok kumpannija li tibda tieħu ħafna riżorsi Maltin u allura tiġi in direct competition ma' kumpanniji Maltin?", "ONOR.", "TONIO FENECH: Jekk tinnota d-definizzjoni ta' \"attivita` marbuta ma' proprjeta`\" hija ħafna aktar wiesgħa u fil-fatt hawnhekk qed nirriferu wkoll għal attivita` ta' lukandi eċċ. Dawk qed inqisuhom li qed imorru f'dan l-account ta' proprjeta` u jidħol ukoll l-ultimate beneficiary u allura mbagħad irid jidħol il-konċett ta' l-individwu.", "ONOR.", "JOSE` HERRERA: Sur President, peress li l-ewwel għamilt kumment u ħriġt daqsxejn iebes iż-żejjed meta għedt li jekk ikun hemm abbużi magħmulin minn professjonisti li jħajru l-klijenti tagħhom jikkreaw strutturi u kumpanniji 'l hawn u 'l hemm biex jevitaw it-taxxa, għandu jkun hemm piena kriminali, irrid ngħid dan.", "Din se ngħidha bħala tifħir lejn il- klassi professjonali f'Malta.", "Fiż-żmien li Malta ilha a financial hub, jiġifieri madwar 18-il sena, rarissimu smajna b'xi każ fejn professjonisti Maltin, kemm accountants, kemm avukati kif ukoll nies oħrajn, ġew mixlijja jew investigati għax kienu qed jisservew bir-reġime' ta' tassazzjoni Maltija biex jipprovaw jgħinu Maltin jaħarbu mill-obbligu tagħhom li jħallsu t-taxxa.", "Kien hemm ftit każi ta' professjonisti u xi wieħed jew tnejn minnhom ġew struck off mir-registrar mhux minħabba li kienu qed jgħinu kumpanniji Maltin jevadu t-taxxa, imma minħabba raġunijiet oħra.", "Naħseb li dik il-biżgħa li għandna li għamilna liġi attractive ħafna u li ftaħna ħafna twieqi u allura issa rridu naraw x'nagħmlu biex din is-sistema ma tiġix abbużata, fejn lill-gvern qisu se naqtgħulu xi vina arterjali biex joħroġlu d-demm, hija biżgħa fondata pero` akkademika fl-istess ħin.", "Ta' min jgħid li din hija waħda mir-raġunijiet għalfejn hawn ix-xogħol f'Malta.", "Ix-xogħol f'Malta mhux qiegħed hawnhekk biss minħabba li għandna liġi tajba imma x-xogħol ġej ukoll minħabba l-professjonalita` u l-eċċellenza tan-nies li jaħdmu f'dan is-settur.", "U jien minn hawnhekk nieħu l-okkażjoni biex nirringrazzjahom u nfaħħarhom għall-ħidma tagħhom.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija l- emenda kif imressqa u moqrija mis-segretarju parlamentari.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"M\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 18 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 18, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 19 - Emenda ta' l-artikolu 68 ta' l-Att prinċipali.", "Clause 19 - Amendment of article 68 of the principal Act.", "THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Sur President, għal din il-klawsola se nipproponi din l-emenda:", "\"N\" Il-paragrafu (b) ta' klawsola 19 għandu jiġi emendat kif ġej:", "1.", "Fis-subartikolu (3) il-ġdid ta' l-artikolu 68 ta' l-Att prinċipali, il-kliem \"l-ewwel ikun\" għandhom jiġu sostitwiti bil-kelma \"jkun\";", "2. fis-subartikolu (4) l-ġdid ta' l-artikolu 68 ta' l-Att prinċipali, il-kelma \"rreġistrata\" għandha tiġi sostitwita bil-kliem \"li kienet kumpannija residenti,\"; u", "3. fis-subartikolu (5) il-ġdid ta' l-artikolu 68 ta' l-Att prinċipali, wara l-kliem \"permezz ta' l-artikolu 43(6)(a),\" għandhom jiżdiedu il- kliem \"jew l-artikolu 43(6)(c),\".", "\"N\" Paragraph (b) of clause 19 shall be amended as follows:", "1.", "In the new subarticle (3) to article 68 of the principal Act, the word \"first\", immediately after the words \"A dividend paid by a company shall,\" shall be deleted;", "2. in the new subarticle (4) to article 68 of the principal Act for the words \"company registered in Malta\" there shall be substituted the words \"company which was resident in Malta\"; and", "3. in the new subarticle (5) to article 68 of the principal Act immediately after the words \" by virtue of article 43(6)(a)\" there shall be added the words \"or article 43(6)(c)\".", "Sur President, hawnhekk qed nagħmlu emendi konsegwenzjali sabiex subartiklu 68(1) japplika għat-taqsima kollha tal-kontijiet tat-taxxa kollha.", "Paragrafu (b) ta' subartiklu (3) jipprovdi li l-profitti allokati fil-kont tat-taxxa finali u l-kont tat-taxxa ta' proprjeta` immobbli għandhom jitqassmu qabel il-profitti tal-Maltese tax account u se nnaqqsu t-tax leakage.", "Subartiklu (4) jipprovdi li l-profitti allokati lil Maltese tax account maqlugħa qabel l-1 ta' Jannar ta' l-2011 għandhom jitqiesu li jkunu mqassma qabel il-profitti maqlugħa wara dik id-data biex ovvjament innaqqsu t-tax leakage.", "Subartiklu (5) jipprovdi li dak it-tqassim għandu jsir mill-kontijiet ta' taxxa kollha fuq bażi pro-rata lill-azzjonisti kollha biex nevitaw li l- profitti tal-Maltese tax account jitqassmu biss lil persuni mhux residenti u l-profitti ta' l-IPA biss jitqassmu lir-residenti u għalhekk ukoll innaqqsu t-tax leakage.", "Tajjeb ngħidu li din ir-regola m'għandhiex tiġi applikata fejn il-profitti jkunu ġew intaxxati b'rata mnaqqsa minħabba dispożizzjonijiet ta' trattat dwar il-ħelsien minn taxxa doppja għax ovvjament ma nbatux mill-iżvantaġġi li dan jista' joħloq.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija l- emenda kif imressqa u moqrija mis-segretarju parlamentari.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"N\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 19 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 19, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 20 - Emenda ta' l-artikolu 82 ta' l-Att prinċipali.", "Clause 20 - Amendment of article 82 of the principal Act.", "THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Sur President, dawn l-emendi huma meħtieġa sabiex il- ħelsien mit-taxxa doppja japplika wkoll għall-individwi u f'dan ir-rigward għandu jiġi nnotat li wara li rċeviet l-opinjoni raġunata mill-kummissjoni, Malta kkonfermat li l-liġi tat-taxxa Maltija kienet se tiġi emendata b'effett mill-1 ta' Jannar ta' l-2007.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 20.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 20 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 21 - Emenda ta' l-artiklu 92 ta' l-Att prinċipali.", "Clause 21 - Amendment of article 92 of the principal Act.", "THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Sur President, għal din il-klawsola se nipproponi din l-emenda:", "\"O\" Klawsola 21 għandha titħassar u minflokha tidħol il-klawsola ġdida li ġejja:-", "\"21.", "L-artikolu 92 ta' l-Att prinċipali għandu jiġi emendat kif ġej:", "(a) fil-paragrafu (a) tiegħu minflok il-kliem \"kumpannija residenti f'Malta\" għandu jidħol il-kliem \"kumpannija reġistrata f'Malta\";", "(b) il-paragrafu (b) tiegħu għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:", "\"(b) li l-kumpannija tkun speċifikament mogħtija s-setgħa li tirċievi u li għandu jiġi allokat fil-kont ta' income barrani kif imfisser fl- artikolu 2, iżda minbarra profiitti li jirriżultaw minn dividendi mħallsa mill-kont ta' income barrani ta' kumpannija oħra residenti f'Malta: iżda li fil-każ ta' kumpanniji residenti f'Malta qabel l-1 ta' Jannar 2007 l-ewwel kundizzjoni ta' dan il-paragrafu (b) għandha tapplika b'effett mill-1 ta' Jannar 2011; u\".\".", "\"O\" Clause 21 shall be deleted and shall be substituted by the following new clause:", "\"21.", "Article 92 of the principal Act shall be amended as follows:", "(a) in paragraph (a) thereof for the words \"company resident in Malta\" there shall be substituted the words \"company registered in Malta\";", "(b) paragraph (b) thereof shall be substituted by the following:", "\"(b) which the company is specifically empowered to receive and fall to be allocated to the foreign income account as defined in article 2, but excluding profits resulting from dividends paid out of the foreign income account of another company resident in Malta: provided in the case of companies resident in Malta prior to the 1 January 2007 the first condition of this paragraph (b) shall apply with effect from 1 January 2011; and\".\".", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Tonio Fenech.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Sur President, l-emendi għall-paragrafu (a) huma meħtieġa sabiex il-metodu ta' ħelsien mit-taxxa doppja ta' flat rate foreign income tax credit ikun jista' jibqa' jintalab ukoll mill-fergħat Maltin ta' kumpanniji mhux residenti.", "L-emendi fil-paragrafu (b) huma meħtieġa wkoll sabiex il-foreign tax credit ma jkunx awtomatikament disponibbli iżda jkun disponibbli biss jekk il-kumpannija tkun speċifikament mogħtija s-setgħa li tirċievi l-income fil-memorandum tagħha.", "Dan huwa importanti billi f'ċerti ċirkostanzi jkun meħtieġ li l-kumpannija ma tkunx intitolata li tirċievi l-flat rate foreign tax credit.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija l- emenda kif imressqa u moqrija mis-segretarju parlamentari.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"O\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 21 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 21, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 22 - Emenda ta' l-Att dwar l-Amministrazzjoni tat-Taxxa.", "Clause 22 - Amendment to the Income Tax Management Act.", "THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Sur President, hawnhekk sempliċement qed nintroduċu l- emendi għall-Att dwar l-Amministrazzjoni tat-Taxxa.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 22.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 22 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 23 - Emenda ta' l-artikolu 19 ta' l-Att prinċipali.", "Clause 23 - Amendment of article 19 of the principal Act.", "THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Sur President, l-għan ta' din l-emenda huwa li kumpanniji mhux residenti jridu jkunu obbligati li jagħmlu filing ta' kontijiet finanzjarji verifikati, jiġifieri l-audited financial statements ta' l-entitajiet tagħhom f'Malta.", "F'dan ir-rigward wieħed għandu jinnota fil-prattika li dan diġa` qed isir.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 23.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 23 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 24 - Żieda ta' artikolu ġdid 42B fl-Att prinċipali.", "Clause 24 - Addition of new article 42B to the principal Act.", "THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Sur President, għal din il-klawsola se nipproponi din l-emenda:", "\"P\" Fil-klawsola 24, l-artikolu ġdid 42B ta' l-Att prinċipali għandu jiġi emendat kif ġej :", "1.", "Is-subartikolu (1) ġdid li ġej għandu jiżdied miegħu: \"(1) Flimkien mad-disposizzjonijiet l-oħra ta' din il-Parti u b'mod partikolari l-artikoli 42 u 43, kumpannija għandha tħallas ukoll it- taxxa imponibbli fuq l-income tagħha kif stabbilit f'dan l-artikolu.\"", "u s-subartikoli (1) sa (5) eżistenti għandhom jiġu numerati mill-ġdid bħala (2) sa (6).", "2.", "Fis-subartikolu (2) tiegħu, kif numerat mill-ġdid, il-kelma \"jitqies\" għandha titħassar u tinbidel bil-kelma \"jitnaqqas\" u l-kliem \"jew ACIT\" għandhom jitħassru.", "3.", "Fis-subartikoli (3) u (5) tiegħu, kif numerati mill-ġdid, l- akronimu \"ACIT\" għandu jinbidel bil-kliem \"Advance Company Income Tax\".", "4.", "Fis-subartikolu (3) tiegħu, kif numerat mill-ġdid, minflok il-kliem \"sa l-aħħar\" għandhom jidħlu l-kliem \"fi żmien sittin jum mill-aħħar\".", "5.", "Fis-subartikolu (4) tiegħu, kif numerat mill-ġdid, il-kliem \"u d- data tal-pagament msemmija fis-subartikolu 2 ta' dan l-artikolu għandha tkun id-data li fiha jkun ġie ppreżentat il-prospett ta' dik il-kumpannija għal dak il-perjodu ta' kontjar jew l-aħħar data li fiha dak il-prospett kellu jintbagħat, skond liema tiġi l-ewwel\" għandhom jitħassru.", "6.", "Fis-subartikolu (5) tiegħu, kif numerat mill-ġdid, wara il-kliem \"\"l-ammont hekk imħallas\" għandhom jiżdiedu l-kliem \", minbarra kull taxxa addizzjonali inkluża fih,\".", "7.", "Il-paragrafu (6), kif numerat mill-ġdid, ta' l-artikolu 42B il- ġdid, għandu jitħassar u jinbidel bis-sub-paragrafu ġdid li ġej:", "\"(6) Matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2007 sal-31 ta' Diċembru 2010 id-dispożizzjonijiet ta' dan l-artikolu għandhom japplikaw biss għal kumpannija li kienet kumpannija reġistrata f'Malta fi jew wara l-1 ta' Jannar 2007, iżda ma kenitx residenti f'Malta qabel dik id-data u għal kumpannija li għaliha l-paragrafu (i) tal-proviso għall-artikolu 48(4A)(b) ġie applikat .\".\".", "\"P\" In clause 24, the new article 42B of the principal Act shall be amended as follows:", "1.", "The following new subarticle (1) shall be added thereto:", "\"(1) In addition to the other provisions of this Part and in particular articles 42 and 43 hereof a company shall also pay the tax chargeable on its income in the manner set out in this article.\"", "and the existing subarticles (1) to (5) shall be renumbered as (2) to (6).", "2.", "In subarticle (2) thereof, as renumbered, the words \"taking into account\" shall be deleted and shall be substituted by the word \"deducting\" and the words \"or ACIT\" shall be deleted.", "3.", "In subarticles (3) and (5) thereof, as renumbered, the acronym \"ACIT\" shall by substituted by the words \"Advance Company Income Tax\".", "4.", "In subarticle (3) thereof, as renumbered, for the words \"by the end\" there shall be substituted the words \"within sixty days of the end\".", "5.", "In subarticle (4) thereof, as renumbered, the words \"and the date of payment referred to in subarticle 2 hereof shall be the date of the submission of that company's tax return relative to that accounting period or the last date on which such return should be submitted whichever is the earlier\" shall be deleted.", "6.", "In subarticle (5) thereof, as renumbered, immediately after the words \"the amount so paid\" there shall be added the words \", excluding any additional tax included therein,\" .", "7.", "Paragraph (6) thereof, as renumbered, shall be deleted and shall be substituted by the following new sub-paragraph:", "\"(6) During the period from 1 January 2007 to the 31 December 2010 the provisions of this article shall only be applicable to a company which was a company registered in Malta on or after the 1 January 2007, but was not resident in Malta before that date and to a company in respect of which paragraph (i) of the proviso to article 48(4A)(b) has been applied.\".\".", "Sur President, l-artiklu 42B ġdid jintroduċi l-konċett ta' advance company income tax li żviluppa fin-negozjati ma' l-Unjoni Ewropea.", "Dan m'hu xejn ħlief mekkaniżmu addizzjonali għal ġbir ta' taxxa u għalhekk tpoġġa fl- Income Tax Management Act.", "Din m'hijiex xi introduzzjoni ta' xi taxxa ġdida imma mod kif se jiġi applikat dan il-mekkaniżmu u ma naħsibx li għandi għalfejn nidħol fid-dettalji ta' kif dan se jiġi mħaddem b'mod mekkaniku.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija l- emenda kif imressqa u moqrija mis-segretarju parlamentari.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"P\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 24 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 24, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 25 - Emenda ta' l-artikolu 48 ta' l-Att prinċipali.", "Clause 25 - Amendment of article 48 of the principal Act.", "THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Sur President, għal din il-klawsola se nipproponi din l-emenda:", "\"Q\" Klawsola 25 għandha titħassar u minflokha tidħol din il-klawsola li ġejja:-", "\"25.", "L-artikolu 48 ta' l-Att prinċipali għandu jiġi emendat kif ġej:", "a) fis-subartikolu (4)(b): (i) minflok ''rigward dawk il-profitti.'' għandhom jidħlu l-kliem \"rigward dawk il-profitti:'';", "(ii) il-provisos li ġejjin għandhom jiżdiedu:", "\"Iżda għal talba għal ħlas lura ta' taxxa relatata ma' dividendi miksuba minn sehem parteċipanti akkwistat fi jew wara l-1 ta' Jannar 2007, ir-rimbors skond dan il-paragrafu jkun dovut biss meta l- kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu (i) jew fil-paragrafu (ii) hawn taħt ikunu sodisfatti:", "(i) meta l-korp ta' persuni li fih jkun hemm sehem partiċipanti jissodisfa xi waħda minn dawn il-kundizzjonijiet, jiġifieri:", "(1) jkun residenti jew inkorporat f'pajjiż jew territorju li jifforma parti mill-Unjoni Ewropea;", "(2) jkun soġġett għal xi taxxa barranija ta' mill-anqas ħmistax fil- mija (15%);", "(3) ma jkollux aktar minn ħamsin fil-mija (50%) ta' l-income tiegħu miksub minn imgħax passiv jew royalties;", "(ii) meta ebda waħda mill-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu (i) ma tkun sodisfatta għandhom jiġu sodisfatti ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin;", "(1) is-sehem b'ekwita` mill-kumpannija reġistrata f'Malta fil-korp ta' persuni li mhux residenti f'Malta mhux investiment ta' portafoll u għal dan il- għan il-pussess ta' azzjonijiet ta' kumpannija residenti f'Malta f'korp ta' persuni li mhux residenti f'Malta li jikseb iktar minn ħamsin fil-mija (50%) ta' l-income tiegħu minn investiment ta' portafoll għandu jitqies bħala investiment ta' portafoll; u", "(2) il-korp ta' persuni li mhux residenti f'Malta jew l-imgħax jew royalties passivi tiegħu kienu soġġetti għal xi taxxa barranija b'rata ta' mhux inqas minn ħamsa fil-mija (5%):", "Iżda wkoll illi d-disposizzjonijiet tal-proviso immedjatament preċedenti għandhom, b'seħħ mill-1 ta' Jannar 2011, japplikaw ukoll għal talba ta' ħlas lura ta' taxxa ta' Malta mħallsa fuq il-profitti mqassma inklużi f'dividendi riċevuti minn sehem parteċipanti akkwistat qabel l-1 ta' Jannar 2007. \"; (b) fis-subartikolu (4)(ċ):", "(i) minflok il-kliem \"skond il-każ.\" għandhom jidħlu l-kliem \"skond il- każ:\";", "(ii) il-proviso li ġej għandu jiżdied:", "\"Iżda għal dak li jirrigwarda talbiet magħmula relatati mal-pagament ta' dividendi minn profitti allokati lill-kont ta' income barrani u intaxxati fis-sena ta' stima 2008 u s-snin ta' stima ta' wara, l- espressjoni \"taxxa ta' Malta mħallsa\" għandha tfisser it-taxxa li fil- fatt titħallas mill-kumpannija lill-Kummissarju fuq il-profitti hekk allokati flimkien ma' l-ammont, jekk ikun hemm, li bih din it-taxxa kienet mnaqqsa permezz ta' talba għall-ħelsien mit-taxxa doppja skond l-artikoli msemmija fl-artikolu 74(a), (b) u (c) ta' l-Att dwar it Taxxa fuq l-Income.\";", "(ċ) id-disposizzjonijiet li ġejjin għandhom jiżdiedu mas-subartikolu (4) ta' dan l-artikolu:", "\"Iżda li l-provisos li ġejjin għandhom japplikaw ukoll għas- subartikolu (4) kollu:", "(i) mill-1 ta' Jannar 2011 sa 31 ta' Diċembru 2014, fir-rigward ta' dividendi mħallsa minn kumpannija li kienet kumpannija b'kummerċ internazjonali fil-31 ta' Dicembru 2010, id-disposizzjonijiet ta' dan l-artikolu għandhom ikomplu japplikaw wara l-31 ta' Dicembru 2010 fir- rigward tat-tqassim ta' profitti li jkunu nqalgħu minn din il- kumpannija meta kienet kumpannija b'kummerċ internazzjonali;", "(ii) persuna residenti f'Malta, reġistrata sabiex tagħmel talba skond dan is-subartikolu hekk kif jista' jiġi preskritt, tista' titlob ukoll ħlas lura ta' taxxa kontemplat f'dan is-subartikolu rigward dividendi mħallsa mill-profitti allokati lill-kont ta' l-income barrani meta dan id-dividend ikun imħallas:", "(1) minn kumpannija li kienet kumpannija rreġistrata f'Malta fi jew wara l-1 ta' Jannar 2007 iżda ma kinetx residenti f'Malta qabel dik id- data; u", "(2) minn kull kumpannija oħra reġistrata f'Malta minn profitti miksuba mill-imsemmija kumpannija fil-perjodi ta' kontjar li jibdew fi jew wara l-1 ta' Jannar 2011.\";", "(d) Minnufih wara is-subartikolu (4) ta' dan l-artikolu għandu jiżdied dan l-subartikolu ġdid li ġej:", "\"4A. (a) B'seħħ mill-1 ta' Jannar 2007, persuna li tirċievi dividend imħallas lilha minn kumpannija reġistrata f'Malta minn profitti allokati lill-kont intaxxat f'Malta jew lill-kont ta'income barrani tagħha tista' titlob lura sitta minn kull seba' parti (six- sevenths) ta' l-Advance Company Income Tax mħallsa mill-kumpannija fuq dawk il-profitti mqassma lilha bħala dividend, sakemm dik il-persuna tkun reġistrata għal dan il-għan skond kif ikun preskritt:", "Iżda meta dividend ikun mħallas minn profitti:", "(i) li jkunu magħmula minn imgħax jew royalties passivi ir-rata ta' ħlas lura ta' taxxa tkun ta' ħamsa minn kull seba' parti (five- sevenths) ta' Advance Company Income Tax imħallsa;", "(ii) allokati lill-kont ta' income barrani u li għalihom il- kumpannija tkun talbet il-ħelsien mit-taxxa doppja ma jistax ikun hemm talba għal ħlas lura ta' taxxa taħt dan is-subartikolu.", "(b) Matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2007 sal-31 ta' Diċembru 2010, kull talba għal ħlas lura kontemplata f'dan is-subartikolu tista ssir biss minn persuna li tirċievi dividend minn kumpannija li kienet kumpannija reġistrata f'Malta fi jew wara l-ewwel ta' Jannar 2007 iżda ma kinetx residenti f'Malta qabel dik id-data:", "Iżda:", "(i) persuna li tirċievi dividend minn kumpannija msemmija f'wieħed mis-subparagrafi (1) jew (2), u mħallas wara li dik il-kumpannija tkun informat lill-Kummissarju kif kontemplat fis-subparagrafi (1) jew (2) hawn taħt, tista' wkoll titlob il-ħlas lura ta' taxxa skond dan is- subartikolu matul il-perjodu msemmi jekk il-kondizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu (a) ikunu sodisfatti:", "(1) kumpannija li tikkwalifika bħala kumpannija b'kummerċ internazzjonali u li tinforma lill-Kummissarju li tkun għażlet li tieqaf tkun kumpannija b'kummerċ internazzjonali liema għażla għandha tkun approvata b'riżoluzzjoni straordinarja tal-membri ta' din il- kumpannija;", "(2) kumpannija li tkun infurmat lill-Kummissarju li tkun għażlet li tiġi trattata bħala kumpannija li kienet reġistrata f'Malta fi jew wara l-1 ta' Jannar 2007 iżda li ma kinetx residenti f'Malta qabel dik id-data, fejn dik il-kumpannija kellha, fit-tliet perijodi ta' kontjar eżatt qabel dak li fih tkun hekk infurmat lill-Kummissarju, flimkien aktar minn 50% tal-profitti tagħha allokati fil-kont ta' taxxa barrani jew jikkonsisti minn income li għalih l-eżenzjoni provduta bl-artikolu 12(1)(u) ta' l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income hija applikabbli u ġiet applikata, liema għażla għandha tkun approvata permezz ta' riżoluzzjoni straordinarja tal-membri ta' dik il-kumpannija:", "Iżda:", "(aa) meta l-kumpannija ma kinetx teżisti jew ma kinetx residenti jew registrata f'Malta matul il-perjodu kollu ta' tliet snin imsemmi hawn fuq il-kondizzjoni dwar in-natura ta' l-income tagħha kif dispost fil- paragrafu (2) hawn fuq għandha tiġi determinata b'referenza għall- perjodu li dik il-kumpannija kienet teżisti, residenti jew reġistrata f'Malta skond il-każ;", "(bb) il-Kummissarju jista, fid-diskrezzjoni tiegħu, jiddetermina li l- paragarfu (2) t'hawn fuq għandu japplika għal kumpannija jekk, fl- opinjoni tiegħu jkun probabbli li iktar minn nofs il-profitti tal- kumpannija li jistgħu jitqassmu jiġu allokati fil-kont ta' income barrani fil-futur prevedibbli:", "Iżda wkoll li kumpannija li għaliha japplika l-paragrafu (2) hawn fuq ma tkunx intitolata li titlob ħlas lura tat-taxxa mħallsa Malta fuq profitti allokati għal kont ta' taxxa Maltija fis-snin ta' stima ta' qabel is-sena ta' stima 2008.", "(ii) din il-kumpannija ma tkun kisbet ebda mill-profitti tagħha, (anki jekk dawn il-profitti ma jkunux inklużi fl-imsemmi dividend) direttament jew indirettament, minn sengħa, negozju jew attivita' oħra (hawnhekk iżjed 'il quddiem imsejħa \"l-attivita' l-ġdida\") li tkun kollha kemm hi jew parzjalment l-istess jew espansjoni, sostituzzjoni jew duplikazzjoni ta' sengħa, negozju jew attivita' oħra li kienet titmexxa f'Malta qabel l-1 ta' Jannar 2007, minn kwalunkwe persuna (hawn iżjed 'il quddiem imsejħa \"l-attivita' l-qadima\"); u dan li ntqal għandu jiġi interpretat fid-dawl ta' dan li ġej:", "(1) meta r-riżorsi umani, tanġibbli u intanġibbli ta' l-attivita' l- ġdida jkunu sostanzjalment l-istess bħal dawk użati fl-attivita' l- qadima, għandu jkun meqjus, sakemm il-kuntrarju ma jkunx ippruvat, li l-attivita' l-ġdida hija l-istess jew espansjoni, sostituzzjoni jew duplikazzjoni ta' l-attivita' l-qadima;", "(2) meta l-attivita' l-ġdida titmexxa, direttament jew indirettament, minn xi persuna li hija b'xi mod, dirett jew indirett, konnessa jew assoċjata ma' xi persuna li kienet tmexxi l-attivita' l-qadima permezz ta' azzjonijiet, drittijiet ta' votazzjoni jew drittijiet ta' proprjeta' jew kontrolli oħra, għandu jkun meqjus, sakemm il-kuntrarju ma jkunx ippruvat, li l-attivita' l-ġdida hija l-istess jew espansjoni, sostituzzjoni jew duplikazzjoni ta' l-attivita' l-qadima;", "(3) attivita' ġdida m'għandiex titqies li hi l-istess jew espansjoni, sostituzzjoni jew duplikazzjoni ta' l-attivita' l-qadima biss għaliex l-attivita' l-ġdida tixbaħ l-attivita' il-qadima għax, inter-alia, tipprovdi l-istess tip ta' prodotti jew servizzi jew għax l-attivita' l-ġdida topera fl-istess suq bħal l-attivita' l-qadima u tikkompeti ma' l-attivita' l-qadima:", "Iżda li meta l-attività l-qadima kienet magħmula minn kumpannija li għaliha l-proviso (i) għal dan il-paragrafu (b) jista' jiġi applikat l- attività l-ġdida m'għandhiex titqies, fl-intier tagħha jew parti minnha, li hija l-istess attività jew espansjoni, sostituzzjoni jew duplikazzjoni ta' l-attività l-qadima.", "(c) Għall-finijiet tal-paragrafu (b) (ii) meta l-Kummissarju jkun ta' l-opinjoni li kull attività magħmula minn kumpannija li tikkonsisti minn xi parti minn xi attivita' amministrattiva, maniġerjali jew attività oħra mmexxija minn xi persuna bħala parti minn negozju tiegħu qabel l-ewwel ta' Jannar 2007, u kull attività li tagħmel parti minn skema li l-għan uniku jew prinċipali tagħha jkun li jiġu evitati d- disposizzjonijiet tal-paragrafu (b) għandha tkun sengħa, negozju jew attivita' li kienet saret f'Malta, qabel l-1 ta' Jannar 2007, minn kwalunkwe persuna; u għal dan il-għan il-kelma \"skema\" għandu jkollha t-tifsira mogħtija fl-artikolu 51(5) ta' l-Att dwar it-Taxxa fuq l- Income.", "(d) Mingħajr preġudizzju għall-proviso (i) tal-paragrafu (b) ta' dan l- artikolu talba għal ħlas lura skond id-disposizzjonijiet tal-paragrafu (a) ta' dan is-subartikolu fir-rigward ta' dividend mħallas minn profitti allokati lill-kont intaxxat f'Malta minn kumpanniji li kienu residenti f'Malta qabel l-l ta' Jannar 2007 tista' ssir biss fir- rigward tat-taxxa mħallsa fuq profitti miksuba mill-kumpannija msemmija għas-sena ta' kontjar li tibda fi jew wara l-1 ta' Jannar 2011.\";", "(e) Fis-subartikolu (5), minflok il-kliem \"kif intqal qabel\" għandhom jidħlu l-kliem \"skond is-subartikolu (4) jew is-subartikolu (4A)\";", "(f) Is-subartikolu (6) ta' dan l-artikolu għandu jiġi emendat kif ġej:", "(1) wara l-kliem \"skond is-subartikolu (4) għandhom jidħlu l-kliem \"jew is-subartikolu (4A);", "(2) minflok il-kliem \"Dan il-ħlas lura m'għandux ikun taxxabbli\" għandhom jinbidlu bil-kliem \"Dan il-ħlas lura, ħlief jekk ikun provdut mod ieħor fl-Atti dwar it-Taxxa, m'għandux ikun taxxabbli\";", "(3) Il-proviso li ġej għandu jiżdied:", "\"Iżda li minkejja d-disposizzjonijiet ta' l-Att dwar it-Taxxa fuq l- Income, il-Kummissarju m'għandux jagħmel dawk il-pagamenti sakemm ma tkunx tħallset kull taxxa dovuta skond id-disposizzjonijiet ta' l- income fuq l-investiment imsemmija fl-artikolu 41 (a)(viii)(2) jew (4) li jinkludu profitti mqassma li t-taxxa imħallsa fuqhom hija t- taxxa li għaliha tkun saret it-talba skond dan is-subartikolu.\";", "(g) Is-subartikolu (7) tiegħu għandu jiġi emendat skond dak li ġej:", "(i) Wara l-kliem \"is-subartikolu (4)\" kull fejn jidhru għandhom jiżdiedu l-kliem \"jew is-subartikolu (4A)\";", "(ii) Fil-paragrafu (c) tiegħu l-kliem \"li dwarha tkun saret it-talba:\" għandhom jinbidlu bil-kliem \"li dwarha tkun saret it-talba.\";", "(iii) ħandu jiżdied dan il-paragrafu (d) ġdid li ġej:", "\"(d) Ħlas lura ta' taxxa pagabbli skond is-subartikolu (4) jew is- subartikolu (4A) m'għandu fl-ebda każ jeċċedi l-ammont ta' taxxa li fil-fatt ikun imħallas mill-kumpannija li tħallas id-dividend fuq il- profitti mqassma inklużi f'dak id-dividend li dwaru ssir it-talba skond dawk is-subartikoli:\"; (iv) fil-proviso għalih minflok il-kliem \"disposizzjonijiet ta' dan l- Att\" għandu jidħol il-kliem \"disposizzjonijiet ta' dan l-Att:\";", "(v) immedjatament wara l-proviso għalih għandu jiżdied il-proviso ġdid li ġej:", "\"Iżda li wkoll id-disposizzjonijiet tal-proviso li jiġi eżatt qabel għandhom, fil-perijodu mill-1 ta' Jannar 2011 sal-31 ta' Diċembru 2014, japplikaw ukoll fil-każ ta' kull profitti mqassma minn kumpannija li kienet kumpannija b'kummerċ internazzjonali fil-31 ta' Diċembru 2010 fejn dawk il-profitti kienu maqlugħa minn dik il- kumpannija meta kienet kumpannija b'kummerċ internazzjonali.\".", "(h) Għandu jiżdied dan is-subartikolu (10) ġdid li ġej ma' dan l- artikolu:", "\"(10) Jekk persuna tagħmel talba għal ħlas lura skond is-subartikolu (4) jew is-subartikolu (4A) meta din il persuna ma kinitx intitolata għal dan il-ħlas lura din il-persuna jkollha tħallas penali daqs l- ammont ta' ħlas lura mitlub u jekk il-ħlas lura jkun fil-fatt tħallas lilha, dik il-persuna jkollha wkoll tħallas l-ammont ta' taxxa mħallas lura kif ukoll taxxa addizzjonali ta' sebgħa fil-mija fix-xahar jew parti minnu b'bidu mix-xahar li fih l-imsemmi ħlas lura jkun ġie magħmul lilu sax-xahar li fih ikun ħallas it-taxxa mħallsa lura u kull pagament magħmul minn din il-persuna fir-rigward tat-taxxa li għandha tiġi mħallsa lura minnha skond dan il-paragrafu għandha tkun applikata kontra kull taxxa addizzjonali dovuta fuqha:", "Iżda d-dispozizzjonijiet ta' dan is-subartikolu (9) m'ghandhomx japplikaw meta l-persuna msemmijja f'dan is-subartikolu tipprova li ma kienetx taf jew li ma setgħetx raġonevolment tkun taf li ma kellhiex jedd għal dak il-ħlas lura ta' taxxa.\".\".", "\"Q\" Clause 25 shall be deleted and shall be substituted by the following clause:-", "\"25.", "Article 48 of the principal Act shall be amended as follows:", "(a) in subarticle (4)(b):", "(i) for the words \"in respect of those profits.\" there shall be substituted the words \"in respect of those profits:\";", "(ii) the following provisos shall be added:", "\"Provided that with respect to a claim for refund relative to dividends derived from a participating holding acquired on or after 1 January 2007, the refund contemplated by this paragraph shall only be due when the conditions set out in either paragraph (i) or paragraph (ii) below are satisfied:", "(i) where the body of persons in which the participating holding is held satisfies any one of the following conditions, that is to say:", "(1) it is resident or incorporated in a country or territory which forms part of the European Union;", "(2) it is subject to any foreign tax of at least fifteen percent (15%);", "(3) it does not have more than fifty per cent (50%) of its income derived from passive interest or royalties;", "(ii) where none of the conditions set out in paragraph (i) are satisfied then both of the following two conditions must be satisfied:", "(1) the equity holding by the company registered in Malta in the body of persons not resident in Malta is not a portfolio investment and for this purpose the holding of shares by a company resident in Malta in a body of persons not resident in Malta which derives more than fifty per cent of its income from portfolio investments shall be deemed to be a portfolio investment; and", "(2) the body of persons not resident in Malta or its passive interest or royalties have been subject to any foreign tax at a rate which is not less than five per cent (5%):", "Provided further that the provisions of the immediately preceding proviso shall, with effect from 1 January 2011, also be applicable to a claim for refund in respect of the Malta tax paid on distributed profits comprised in dividends received from a participating holding acquired before the 1 January 2007.\";", "(b) in subarticle 4(c):", "(i) for the words \"as the case may be.\" there shall be substituted the words \"as the case may be:\";", "(ii) the following proviso shall be added:", "\"Provided that as regards claims made relative to the payment of dividends from profits allocated to the foreign income account and brought to charge to tax in year of assessment 2008 and subsequent years of assessment the expression Malta tax paid shall mean the tax actually paid by the company to the Commissioner on the profits so allocated plus the amount, if any, by which such tax has been reduced by a claim of relief of double taxation under the articles referred to in articles 74 (a), (b) and (c) of the Income Tax Act.\";", "(c) the following provisos shall be added to subarticle (4) thereof:", "\"Provided that the following provisos shall also apply to the whole of subarticle (4):", "(i) with effect from 1 January 2011 and up to 31 December 2014, as regards dividends paid by a company which was an international trading company as at 31 December 2010, the provisions of this article shall continue to apply after 31 December 2010 with respect to the distribution of profits earned by such company while it was an international trading company;", "(ii) a person resident in Malta, registered for the purpose of making a claim in terms of this subarticle in such manner as may be prescribed, may also claim a tax refund contemplated by this subarticle with respect to dividends paid from profits allocated to the foreign income account when such dividend is paid:", "(1) by a company which was a company registered in Malta on or after 1 January 2007 but was not resident in Malta before that date; and", "(2) by any other company registered in Malta out of profits derived by the said company in respect of accounting periods which commenced on or after 1 January 2011.\";", "(d) Immediately after subarticle (4) there shall be added the following new subarticle:", "\"4A. (a) With effect from 1 January 2007 a person, in receipt of a dividend paid to him by a company registered in Malta from profits allocated to its Maltese taxed account or its foreign income account may claim a refund of six-sevenths of the Advance Company Income Tax pertaining to those profits distributed to him by way of such dividend, provided that such person is for such purpose registered in such manner as may be prescribed:", "Provided that where the dividend is paid out of profits:", "(i) consisting of passive interest or royalties the rate of refund shall be of five-sevenths of the said Advance Company Income Tax;", "(ii) allocated to the foreign income account and in respect of which profits the company has claimed relief of double taxation no claim for refund may be made under this subarticle.", "(b) During the period from 1 January 2007 to 31 December 2010, any refund contemplated in this subarticle may only be claimed by a person in receipt of a dividend from a company which was a company registered in Malta on or after 1 January 2007 but was not resident in Malta before that date:", "Provided that:", "(i) a person in receipt of a dividend from a company referred to in any of sub-paragraphs (1) or (2) and paid after the said company has informed the Commissioner as contemplated in the said paragraphs (1) or (2) below, may also claim a tax refund in terms of this subarticle during the aforementioned period if the conditions of paragraph (a) are satisfied:", "(1) a company which qualifies as an international trading company and which informs the Commissioner that it has opted to cease to be an international trading company which option shall be approved by an extraordinary resolution of the members of such company;", "(2) a company which has informed the Commissioner that it has opted to be treated as a company which was registered in Malta on or after 1 January 2007 but was not resident in Malta before that date, where such company had, in the three accounting periods immediately preceding that in which it has so informed the Commissioner, in the aggregate more than 50% of its profits allocated to the foreign income account or consisting of income in respect of which the exemption provided by article 12(1)(u) of the Income Tax Act is applicable and has been applied, which option shall be approved by an extraordinary resolution of the members of such company:", "Provided that:", "(aa) Where the company was not in existence or was not resident or registered in Malta during the whole of the above mentioned three year period the condition relating to the nature of its income set out in paragraph (2) above shall be determined by reference to the period that such company was in existence, resident or registered in Malta as the case may be;", "(bb) The Commissioner may, in his discretion, determine that paragraph (2) above applies to a company if, he is of the opinion that it is likely that more than half of the distributable profits of the company will be allocated to the foreign income account in the foreseeable future:", "Provided further that a company to which paragraph (2) above applies shall not be entitled to claim a refund in respect of the Malta tax paid on profits allocated to its Maltese taxed account in years of assessment prior to year of assessment 2008.", "(ii) such company did not derive any of its profits, (even if such profits are not comprised in the said dividend) directly or indirectly, from a trade, business or other activity (hereinafter referred to as \"the new activity\") which is in whole or in part the same or an expansion, replacement or duplication of a trade, business or other activity which was carried on in Malta, prior to the 1 January 2007, by any person (hereinafter referred to as the \"old activity\"); and the foregoing shall be interpreted in the light of the following:", "(1) where the human, tangible or intangible resources of the new activity are substantially the same as those which where utilised by old activity, it shall be presumed, unless the contrary is proved, that the new activity is the same or an expansion, replacement or duplication of an old activity;", "(2) where the new activity is carried on directly or indirectly by any person in any way directly or indirectly connected or associated with the persons which carried on the old activity through shareholding, voting or other ownership or controlling rights it shall be presumed, unless the contrary is proved, that the new activity is the same or an expansion, replacement or duplication of an old activity;", "(3) a new activity shall not be presumed to be the same or an expansion, replacement or duplication of an old activity merely because the new activity is similar to an old activity because, inter- alia, it provides the same type of goods or services or because the new activity operates in the same market as the old activity and competes with the old activity:", "Provided that where the old activity had been carried by a company to which proviso (i) to this paragraph (b) may be applied the new activity shall not be considered in whole or in part the same or an expansion, replacement or duplication of the old activity.", "(c) For the purpose of paragraph (b) (ii) where the Commissioner is of the opinion that any activity carried out by any company which consists of any part of any administrative, management or other activity carried on by any person as part of his business activities prior to the 1 January 2007, and any other activity forms part of a scheme the sole or main purpose of which is the avoidance of the provisions of paragraph (b) shall be a trade, business or activity which was carried on in Malta, prior to the 1 January 2007, by any person; and for this purpose the word \"scheme\" shall have the meaning assigned to it by article 51(5) of the Income Tax Act.", "(d) Without prejudice to proviso (i) of paragraph (b) hereof a claim for refund pursuant to paragraph (a) hereof in respect of dividends paid from profits allocated to the Maltese taxed account by companies which were resident in Malta prior to the 1 January 2007 may only be made in respect of the tax paid on profits derived by the said company in respect of accounting periods which commenced on or after 1 January 2011.\";", "(e) In subarticle (5) thereof for the words \"as aforesaid\" there shall be substituted the words \"pursuant to subarticle (4) or subarticle (4A)\";", "(f) Subarticle (6) thereof shall be amended as follows:", "(i) after the words \"under subarticle (4)\" there shall be added the words \"or subarticle (4A)\";", "(ii )for the words \"Such refund shall not be taxable.\" there shall be substituted the words \"Such refund, unless otherwise provided for in the Income Tax Acts, shall not be taxable:\";", "(iii) The following proviso shall be added thereto:", "\"Provided that notwithstanding anything contained in the Income Tax Acts the Commissioner shall not make such payment unless any tax due under the investment income provisions in respect of investment income referred to in article 41 (a)(viii)(2) or (4) comprising the distributed profits the tax paid on which is the tax in respect of which the claim pursuant to this subarticle is made, has been paid.\";", "(g) Subarticle (7) thereof shall be amended as follows:", "(i) after the words \"subarticle (4)\" wherever they appear there shall be added the words \"or subarticle (4A)\";", "(ii) in paragraph (c) thereof for the words \"said claim has been made:\" there shall be substituted the words \" said claim has been made.\";", "(iii) there shall be added the following new paragraph (d):", "\"(d) A tax refund payable in terms of subarticle (4) or subarticle (4A) shall in no case exceed the amount of tax actually paid by the company paying the dividend on the distributed profits comprised in that dividend in respect of which the claim pursuant to those subarticles is made:\";", "(iv) in the proviso thereto for the words \"provisions of this Act.\" there shall be substituted the words \"provisions of this Act:\";", "(v) immediately after the proviso thereto there shall be added the following new proviso:", "\"Provided further that the provisions of the immediately preceding proviso shall during the period 1 January 2011 to 31 December 2014 also apply in the case of any profits distributed by a company which was an international trading company as at 31 December 2010 where such profits were earned by such company while it was an international trading company.\".", "(h) the following new subarticle (10) shall be added thereto:", "\"(10) If any person claims a refund in terms of subarticle (4) or subarticle (4A) when that person was not entitled to the said refund such person shall be liable to pay a penalty equal to the amount of the refund claimed and if the refund was in fact paid to him that person shall in addition be liable to repay the tax so refunded and to additional tax of seven percent per month or part thereof commencing from the month in which the said refund was paid to him up to the month in which he repaid the tax refunded and any payment made by the said person in respect of the tax repayable by him in terms of this paragraph shall first be applied against any additional tax due thereon:", "Provided that the provisions of this subarticle (9) shall not be applicable when the person referred to therein proves that he did not know and could not reasonably have known that he was not entitled to such a tax refund.\".", "Sur President, din il-klawsola kemmxejn twila qed tieħu post il-klawsola li kien hemm preċedentement u qed tintroduċi d-dispożizzjonijiet għal kontra l-abbuż kif maqbul mal-grupp tal-code of conduct.", "Hawnhekk qed jidħlu numru ta' miżuri li fil-fatt diġa` daħlu fl-income tax Act imma qed nerġgħu nirriflettuhom fl-income tax management Act biex ovvjament is- sistema tkun tista' tiġi attwata.", "Qed jidħlu wkoll numru ta' provisos li kien hemm qabel għall-mod kif is-sistema effettivament tiġi mħaddma jiġifieri hawnhekk mhux qed nintroduċu konċetti ġodda imma qegħdin nirriflettu dak li ddiskutejna fl-Income Tax Management Act.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija l- emenda kif imressqa u moqrija mis-segretarju parlamentari.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"Q\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 25 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 25, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi", "KLAWSOLA ĠDIDA 26", "NEW CLAUSE 26", "ONOR.", "TONIO FENECH: Sur President, nipproponi l-ewwel qari ta' Klawsola Ġdida 26.", "L-Iskrivan tal-Kamra qara n-nota marġinali u l-klawsola tqieset li nqrat l- Ewwel Darba skond l-Ordni Permanenti Nru. 101.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Sur President, nipproponi t-tieni qari ta' Klawsola Ġdida 26.", "\"R\" Il-klawsola ġdida li ġejja għandha tidħol bħala klawsola 26:", "\"26.", "L-artikolu 56(8) ta' l-Att prinċipali għandu jiġi emendat kif ġej:", "(a) fil-paragrafu (a) tiegħu flok il-kliem \"persuna jew persuni\" għandu jidħol il-kliem \"individwu jew individwi\";", "(b) fil-paragrafu (b) tiegħu minflok il-kliem \"persuna jew persuni\" għandu jidħol il-kliem \"individwu jew individwi\";", "(c) fil-paragarafu (b) tiegħu minflok il-kliem \"domiċiljati f'Malta\" għandu jidħol il-kliem \"domiċiljati f'Malta:\";", "(d) Il-proviso li ġej għandu jiżdied miegħu:", "\"Iżda li b'effett mill-1 ta' Jannar 2011 u sal-31 ta' Diċembru 2014, fir-rigward ta' dividendi mħallsa minn kumpannija li kienet kumpannija b'kummerċ internazzjonali fil-31 ta' Diċembru 2010, id- disposizzjonijiet ta' dan is-subartikolu għandhom ikomplu japplikaw wara l-31 ta' Diċembru 2010 fir-rigward tat-tqassim ta' profitti maqlugħa minn dik il-kumpannija meta kienet kumpannija b'kummerċ internazzjonali.\".\".", "\"R\" The following new clause shall be inserted as clause 26:", "\"26.", "Article 56(8) of the principal Act shall be amended as follows:", "(a) in paragraph (a) thereof for the words \"a person or persons\" there shall be substituted the words \"an individual or individuals\";", "(b) in paragraph (b) thereof for the words \"person or persons\" there shall be substituted the words \"individual or individuals\";", "(c) in paragraph (b) thereof for the words \"domiciled in Malta.\" there shall be substituted the words \"domiciled in Malta:\";", "(d) the following proviso shall be added thereto:", "\"Provided that with effect from 1 January 2011 and up to 31 December 2014, as regards dividends paid by a company which was an international trading company as at 31 December 2010, the provisions of this subarticle shall continue to apply after 31 December 2010 with respect to the distribution of profits earned by such company while it was an international trading company.\".\".", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija li Klawsola Ġdida 26 tiġi moqrija t-tieni darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u Klawsola Ġdida 26 inqrat it-Tieni Darba.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Sur President, nipproponi li Klawsola Ġdida 26 tkun tifforma parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Sur President, hawnhekk il-kliem \"persuna jew persuni\" ġew mibdula bil-kliem \"individwu jew individwi\" billi d- dispożizzjonijiet għandhom ikunu operattivi meta l-azzjonisti aħħarija jkunu individwi ordinarjament residenti jew domiċiljati f'Malta u mhux persuni li jistgħu jinkludu kumpanniji Maltin ta' persuni mhux residenti.", "Tajjeb li ngħid ukoll li din il-klawsola żżomm il-pożizzjoni preżenti li dividends imħallsa minn international trading companies huma intaxxati biss b'27.5% sas-sena 2014.", "B'hekk l-international trading companies jitħallew iqassmu l-profitti tagħhom maqlugħa sal-31 ta' Diċembru ta' l-2010 u l-31 ta' Diċembru ta' l-2014.", "Mela l-profitti li jkunu ġenerati sas-sena 2010 għandhom żmien erba' snin biex jiddistribwixxuhom u jibqgħu japplikaw is- sistema l-antika.", "THE CHAIRMAN: Hawn xi rimarki oħra?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija li Klawsola Ġdida 26 tifforma parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola Ġdida 26 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "KLAWSOLA ĠDIDA 27", "NEW CLAUSE 27", "ONOR.", "TONIO FENECH: Sur President, nipproponi l-ewwel qari ta' Klawsola Ġdida 27.", "L-Iskrivan tal-Kamra qara n-nota marġinali u l-klawsola tqieset li nqrat l- Ewwel Darba, skond l-Ordni Permanenti Nru. 101.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Sur President, nipproponi t-tieni qari ta' Klawsola Ġdida 27, li hija emenda għall-artiklu 61(a) (ii) ta' l-Att prinċipali.", "\"S\" Minnufih wara Klawsola Ġdida 26, għandha tidħol din il-klawsola ġdida li ġejja:", "\"27.", "Fl-artikolu 61 (a) (ii) ta' l-Att prinċipali, il-kliem \"li taġixxi f'isem, persuna li\" għandu jinbidel bil-kliem \"li taġixxi f'isem, individwu li\".\".", "\"S\" Immediately after New Clause 26, there shall be added the following new clause:", "\"27.", "In article 61(a)(ii) of the principal Act for the words \"who acts on behalf of, a person who\" there shall be substituted the words \" who acts on behalf of, an individual who\".\".", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija li Klawsola Ġdida 27 tiġi moqrija t-tieni darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u Klawsola Ġdida 27 inqrat it-Tieni Darba.", "THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Sur President, nipproponi li Klawsola Ġdida 27 tkun tifforma parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Sur President, hawnhekk qed nemendaw l-Att dwar it- taxxa fuq l-income u din il-klawsola hija konsegwenzjali għal dak li diġa` biddilna fl-emendi preċedenti.", "THE CHAIRMAN: Hawn aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi li Klawsola Ġdida 27 tifforma parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola Ġdida 27 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "KLAWSOLA ĠDIDA 28", "NEW CLAUSE 28", "THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Sur President, nipproponi l-ewwel qari ta' Klawsola Ġdida 28.", "L-Iskrivan tal-Kamra qara n-nota marġinali u l-klawsola tqieset li nqrat l- Ewwel Darba skond l-Ordni Permanenti Nru. 101.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Sur President, nipproponi t-tieni qari ta' Klawsola Ġdida 28, li hija emenda għall-artiklu 81 ta' l-Att prinċipali..", "\"T\" Minnufih wara Klawsola Ġdida 27 għandha tidħol din il-klawsola ġdida li ġejja:-", "\"28.", "Fil-proviso għall-artikolu 81 ta' l-Att prinċipali eżatt qabel il- kliem \"ma tkunx residenti f'Malta\" għandu jiżdied il-kliem \"jew tkun kumpannija reġistrata f'Malta.\".\".", "\"T\" Immediately after New Clause 27 there shall be added the following new clause:", "\"28.", "In the proviso to article 81 of the principal Act immediately after the words \"is resident in Malta\" there shall be added the words \"or is a company registered in Malta\".\".", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija li Klawsola Ġdida 28 tiġi moqrija t-tieni darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u Klawsola Ġdida 28 inqrat it-Tieni Darba.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Sur President, nipproponi li Klawsola Ġdida 28 tkun tifforma parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Sur President, din hija klawsola meħtieġa sabiex id- dispożizzjonijiet wara l-ħelsien mit-taxxa doppja jkun applikabbli wkoll għall-fergħat ta' kumpanniji mhux residenti.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Jose` Herrera.", "ONOR.", "JOSE` HERRERA: Sur President, wara tliet sigħat u nofs dibattitu dwar liġi daqshekk teknika wieħed irid jipprova jagħlaq billi jagħmel kummenti ġenerali.", "Kif għedt qabel, din il-liġi ppreservat it-triq għal din l-industrija tas-servizzi finanzjarji pero` fl-istess nifs qed tipprova żżomm bilanċ bejn li tippromwovi u tixpruna dan it-tip ta' investiment u li tikkrea mekkaniżmu u tipprovdi ċirkostanzi biex jiġu evitati l-abbużi f'din it-taxxa.", "Wieħed jawgura li min jaħdem fiha jifhem l-importanza li jkollok qafas legali f'dan is-sens u wieħed jawgura wkoll li min imexxi u jaħdem f'dan is-settur jimxi bil-għaqal u jagħraf il-periklu li jekk ikun hemm abbużi jkollu bilfors jintervjeni l-gvern u jirrestrinġi din it-tip ta' attivita`.", "Min ikun qed jagħmel il-ħsara ma jkunx qed jagħmel ħsara biss għax ikun qed jgħin biex tiġi evitata t-taxxa imma b'mod indirett ikun qed idardar l-għajn li minnha jkun irid jixrob.", "THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Sur President, ma nistax ma nikkondividix l-ispirtu li għalaq bih l-Onor.", "Jose` Herrera.", "Nixtieq nirringrazzja lill-oppożizzjoni tal-koperazzjoni biex għaddejna dawn l-emendi kemmxejn ikkomplikati.", "Issa nittamaw li dawn l-emendi jagħtu l-frott mixtieq lill-industrija li nixtiequ narawha tikber.", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija li Klawsola Ġdida 28 tifforma parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola Ġdida 28 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 1 - Titolu fil-qosor.", "Clause 1 - Short title.", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Sur President, għal din il-klawsola se nipproponi din l-emenda:", "\"U\" Klawsola 1(2) għandha tiġi sostutwita b'dan li ġej :", "\"(2) Id-disposizzjonijiet ta' dan l-Att għandhom jitqiesu li bdew fis- seħħ kif ġej:", "(a) Id-disposizzjonijiet ta' dawn l-artikoli u paragrafi għandhom jitqiesu li bdew fis-seħħ mis-sena ta' stima 2008:", "(i) paragrafi (b), (d), (e), (f), (i), (j), (k), u (l) ta' l-artikolu 3;", "(ii) l-artikoli 4, 5(b), 6, 7, 8, 16, 18(a), 19(a), 20, 21, 23 u 28;", "(b) Id-disposizzjonijiet ta' dawn l-artikoli u paragrafi għandhom jitqiesu li bdew fis-seħħ fl-1 ta' Jannar, 2007:", "(i) paragrafi (a), (c), (g) u (h) ta' l-artikolu 3;", "(ii) l-artikoli 5(a), 9, 10, 11, 12, 13, 14, 15, 17, 18(b), 19(b), 24, 25, 26 u 27.\".", "\"U\" Clause 1 (2) shall be substituted by the following:", "\"(2) The provisions of this Act shall be deemed to have come into force as follows:", "(a) The provisions of the following articles and paragraphs shall be deemed to have come into force as from the year of assessment 2008:", "(i) paragraphs (b), (d), (e), (f), (i), (j), (k), and (l) of article 3;", "(ii) articles 4, 5(b), 6, 7, 8, 16, 18(a), 19(a), 20, 21, 23 and 28;", "(b) The provisions of the following articles and paragraphs shall be deemed to have come into force on the 1 January, 2007:", "(i) paragraphs (a), (c), (g) and (h) of article 3;", "(ii) articles 5(a), 9, 10, 11, 12, 13, 14, 15, 17, 18(b), 19(b), 24, 25, 26 and 27.\".", "Sur President, nitlob il-permess biex għalissa din il-klawsola tiġi posposta.", "THE CHAIRMAN: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata u Kawsola 1 ġiet posposta.", "ONOR.", "TONIO BORG (Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern: Sur President, nitlob il-permess sabiex inressaq l-ewwel qari ta' tliet klawoli ġodda.", "THE CHAIRMAN: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "KLAWSOLA ĠDIDA 29", "NEW CLAUSE 29", "ONOR.", "TONIO BORG: Sur President, nipproponi l-ewwel qari ta' Klawsola Ġdida 29.", "L-Iskrivan tal-Kamra qara n-nota marġinali u l-klawsola tqieset li nqrat l- Ewwel Darba, skond l-Ordni Permanenti Nru. 101.", "ONOR.", "TONIO BORG: Sur President, nipproponi t-Tieni Qari ta' Klawsola Ġdida 29.", "\"V\" Minnufih wara l-Klawsola Ġdida 28 għandha tidħol din il-klawsola ġdida li ġejja taħt Taqsima III ġdida:", "\"TAQSIMA III", "Emenda ta' l-Att dwar il-Kunsilli Lokali.", "29.", "Din it-Taqsima temenda l-Att dwar il-Kunsilli Lokali u għandha tinqara u tinftiehem bħala ħaġa waħda ma' l-istess Att hawnhekk iżjed 'il quddiem f'din it-Taqsima msejjaħ \"l-Att prinċipali\".\".", "\"V\" Immediately following New Clause 28, there shall be added the following new clause in new Part III.", "\"PART III", "Amendment of the Local Councils Act.", "29.", "This Part amends the Local Councils Act and shall be read and construed as one with the same Act, hereinafter in this Part referred to as \"the principal Act\".\".", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija li Klawsola Ġdida 29 tiġi moqrija t-tieni darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u Klawsola Ġdida 29 inqrat it-Tieni Darba", "ONOR.", "TONIO BORG: Sur President, nipproponi li Klawsola Ġdida 29 tkun tifforma parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "THE CHAIRMAN: Hawn rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija li Klawsola Ġdida 29 tifforma parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola Ġdida 29 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill- Abbozz ta' Liġi.", "KLAWSOLA ĠDIDA 30", "NEW CLAUSE 30", "ONOR.", "TONIO BORG: Sur President, nipproponi l-ewwel qari ta' Klawsola Ġdida 30.", "L-Iskrivan tal-Kamra qara n-nota marġinali u l-klawsola tqieset li nqrat l- Ewwel Darba skond l-Ordni Permanenti Nru. 101.", "ONOR.", "TONIO BORG: Sur President, nipproponi t-tieni qari ta' Klawsola Ġdida 30.", "\"W\" Minnufih wara l-Klawsola Ġdida 29 għandha tidħol din il-klawsola ġdida li ġejja:-", "\"Emenda tat-Tielet Skeda ta' l-Att prinċipali.", "30.", "Minflok il-paragrafu (1) tar-regolament 103 tar-Regolamenti ta' l- 1993 dwar l-Elezzjonijiet għall-Kunsilli Lokali li hemm fit-Tielet Skeda ma' l-Att prinċipali għandu jidħol dan li ġej:", "\"(1) Kull min jagħmel att illegali jeħel, meta jinsab ħati, multa ta' mhux iżjed minn ħames mitt lira:", "Iżda l-Ministru jista', minn żmien għal żmien b'avviż fil-Gazzetta jispeċifika pieni oħra li f'kull każ ma jkunux aktar minn multa ta' tlett elef lira.\".\".", "\"W\" Immediately after New Clause 29 there shall be inserted the following new clause:", "\"Amendment of the Third Schedule to the principal Act.", "30.", "Paragraph (1) of regulation 103 of the Local Councils (Elections) Regulations, 1993 shall be substituted by the following:", "\"(1) Any person committing an illegal practice shall, on conviction, be liable to a fine (multa) not exceeding five hundred liri.", "Provided that the Minister may, from time to time, by notice in the Gazette specify higher penalties which in no case shall exceed a fine (multa) not exceeding three thousand liri.\"\".", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija li Klawsola Ġdida 30 tiġi moqrija t-Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u Klawsola Ġdida 30 inqrat it-Tieni Darba.", "ONOR.", "TONIO BORG: Sur President, nipproponi li Klawsola Ġdida 30 tkun tifforma parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Sur President, f'din il-klawsola qed ngħidu li fil-każ ta' l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali biss, min ma jilħaqx jagħmel ir- return ta' l-ispejjeż elettorali tiegħu bħala kandidat fi żmien 60 ġurnata jeħel multa ta' xi Lm500 pero` ma jiġix skwalifikat retroattivament jew prospettivament, la minn votant u lanqas minn kandidat.", "THE CHAIRMAN: Hawn aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi li Klawsola Ġdida 30 tifforma parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola Ġdida 30 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "KLAWSOLA ĠDIDA 31", "NEW CLAUSE 31", "ONOR.", "TONIO BORG: Sur President, nipproponi l-ewwel qari ta' Klawsola Ġdida 31.", "L-Iskrivan tal-Kamra qara n-nota marġinali u l-klawsola tqieset li nqrat l- Ewwel Darba, skond l-Ordni Permanenti Nru. 101.", "ONOR.", "TONIO BORG: Sur President, nipproponi t-tieni qari ta' Klawsola Ġdida 31.", "\"X\" Minnufih wara l-Klawsola Ġdida 30 għandha tidħol din il-klawsola ġdida li ġejja:", "\"Disposizzjoni Transitorja.", "31.", "Id-disposizzjonijiet ta' l-artikolu 27 ta' dan l-Att għandhom japplikaw għal kull proċedimenti kriminali kemm jekk mibdija qabel kemm jekk mibdija wara d-dħul fis-seħħ ta' din it-Taqsima ta' dan l- Att; u ma għandu jkun hemm l-ebda inkapaċita` u ebda post ma għandu jsir battal b'konsegwenza tal-paragrafu (1) tar-regolament 103 ta` l- Att dwar il-Kunsilli Lokali kif kien fis-seħħ qabel id-dħul fis-seħħ ta' din it-Taqsima u jekk kien hemm xi inkapaċita' jew xi post sar battal b'konsegwenza ta' l-istess paragrafu tal-istess regolament dik l-inkapaċita' ma għandhiex tkompli fis-seħħ u l-istess post għandu jitqies li qatt ma sar battal anki jekk id-dikjarazzjoni ta' ħtija tar- reat taħt ir-regolament 103 imsemmi tkun saret qabel id-dħul fis-seħħ ta' din it-Taqsima ta' dan l-Att.\".", "\"X\" Immediately after New Clause 30 there shall be inserted the following new clause:", "\"Transitory provision.", "31.", "The provisions of article 27 of this Act shall apply to any criminal proceedings whether instituted before or instituted after the coming into force of this Part of this Act; and no incapacity shall arise and no election shall be vacated in virtue of paragraph (1) of regulation 103 of the Local Councils Act as in force before the coming into force of this Part and if any incapacity had arisen or any election had been vacated in virtue of the same paragraph of the same regulation such incapacity shall cease and the said election shall be deemed to have never been vacated even if the conviction for the offence under the said regulation 103 preceded the date of the coming into force of this Part of this Act.\".", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija li Klawsola Ġdida 31 tiġi moqrija t-tieni darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u Klawsola Ġdida 31 inqrat it-Tieni Darba.", "ONOR.", "TONIO BORG: Sur President, nipproponi li Klawsola Ġdida 31 tkun tifforma parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija li Klawsola Ġdida 31 tifforma parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola Ġdida 31 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 1 - Titolu fil-qosor.", "Clause 1 - Short title.", "(Posposta aktar kmieni fil-Kumitat)", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija l-emenda kif imressqa u moqrija mis-segretarju parlamentari.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"U\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 1 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 1, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mil- Abbozz ta' Liġi.", "It-Titlu għadda nem. con. u ġie ordnat biex isir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Sur President, nipproponi li l-Iskrivan tal-Kamra jkun awtorizzat li jikkoreġi xi żbalji ta' l-ortografija u jagħmel ir- renumbering tal-klawsoli fejn ikun hemm bżonn.", "THE CHAIRMAN: Il-Kumitat jaqbel?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-Kumitat qabel li jawtorizza lill-Iskrivan tal-Kamra biex jikkoreġi xi żbalji ta' l-ortografija, jagħmel xi emendi żgħar u renumbering li jista' jkun hemm bżonn.", "THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari Tonio Fenech.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Sur President, minħabba li din il-liġi fiha ċerti provvedimenti importanti għall-qasam ta' l-industrija nitlob li t-tielet qari ta' dan l-abbozz ta' liġi jingħata preċedenza fuq l-abbozz ta' liġi li jimplimenta miżuri ta' l-estimi.", "Il-Kamra rriżumiet u l-President tal-Kumitat irrapporta l-Abbozz ta' Liġi mgħoddi b'emendi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Viċi Prim Ministru, jekk jogħġbu, jipproponi l-Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "TONIO BORG: Sur President, nipproponi l-aġġornament tal-Kamra għal għada l-Erbgħa, 7 ta' Marzu 2007, fis-6.30 p.m. b'din l-agenda:", "Mozzjonijiet", "Estimi ta' dħul u infiq tal-Korporazzjoni Enemalta għas-sena 2006- 2007.", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Organizzazzjonijiet Volontarji - Tieni Qari (Kont);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta (Emenda Nru 2) - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Ġustizzja Amministrattiva - Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi tal-Liġijiet tal-Pulizija - Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li Jimplimenta Miżuri ta' l-Estimi - Tielet Qari; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet - Tielet Qari.", "--------------------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili (Emenda Nru 2) - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Reġistru Ċentrali - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili (Emenda Nru 2) - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Chris Cardona.", "ONOR.", "CHRIS CARDONA: Sur President, fl-10 ta' Marzu se jkollna round ieħor ta' elezzjonijiet tal-kunsilli lokali li se jinvolvu terz tal-popolazzjoni Maltija.", "Dawn iridu jagħżlu lil dawk il-persuni li huma jaħsbu li huma l- aħjar biex jirrappreżentawhom f'dawn il-kunsilli.", "Jiena naħseb li dan hu eżerċizzju li qed jindara min-nies, għax wara dawn is-snin kollha qegħdin nirrealizzaw li l-kunsilli lokali huma għodda essenzjali mhux biss għad- demokrazija ta' dan il-pajjiż imma anke għall-amminsitrazzjoni pubblika, u aktar minn hekk biex naraw li jkun hemm ħarsien tal-kwalita` tal-ħajja tar- residenti tagħna.", "Il-kandidati ta' dawn l-elezzjonijiet huma nies miż-żewġ partiti kbar, nies mill-partit ta' l-Alternattiva Demokratika u anke nies indipendenti u dawn qegħdin jikkontestaw din l-elezzjoni mingħajr ebda interess personali; hekk għandu jkun u hekk għandu jibqa'.", "Il-maġġoranza assoluta tagħhom huma nies dedikati ħafna li bħala prijorita' għandhom l- kommunita' tagħhom u minħabba l-ħin li jiddedikaw biex jgħinu l-kommunita', tispiċċa tbati l-familja tagħhom.", "Fil-fatt, ma nistax nibda l-aġġornament dedikat lill-kunsilli lokali mingħajr ma nsemmi l-att li sar dan il-lejl fuq il-familja tas-Sur Luciano Busuttil, is-sindku tal-Ħamrun.", "Ironikament dan huwa wieħed minn dawk in-nies li nhar is-Sibt se jikkontesta l- elezzjoni tal-kunsill lokali fil-lokali tal-Ħamrun.", "Wieħed bilfors irid jikkundanna l-att barbaru magħmul min-nies kodardi – kif sejħilhom hu stess - li fil-kwiet tal-lejl għoġobhom jattakkaw il-proprjeta` tiegħu u jagħmlu vjolenza kbira fuq familtu.", "Sur President, tajjeb infakkru li dan m'huwiex l-ewwel każ ta' dan it-tip għax kien hemm każi simili li saru fuq is-sindku ta' Ħal Qormi u l-familja tiegħu.", "Dawn huma atti li jridu jiġu attakkati bl-aktar mod kategoriku minn din il-Kamra.", "Jiena ħadt pjaċir li llum anke l-partit Nazzjonalista ngħaqad mal-partit Laburista u ma' għaqdiet oħrajn biex jattakka lil dawn il- kodardi li jagħmlu dawn l-atti fis-satra tal-lejl.", "Naħseb li ma nkunux qegħdin nonqsu jekk nuru s-solidarjeta` tagħna mal-familja ta' l-avukat Luciano Busuttil.", "M'għandix dubju li fil-qadi ta' dmirijietu, dan wettaq xogħol tajjeb ħafna u nawguralu li fis-snin li ġejjin jibqa' jaqdi din il- funzjoni li ddelegatlu l-komunita` Ħamruniża.", "Apparti minn dan l-att li ġie kkritikat minn kulħadd f'dan il-pajjiż, fl-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali hemm taqtiegħa politika li ssir prinċiparjament bejn il-partiti politiċi u Allaħares ma jkunx hekk.", "Dan huwa eżerċizzju li jgħallimna kif ngħixu d-demokrazija fil-ħajja tagħna għax kieku mingħajrhom, il-poplu Malti jkollu dritt jesprimi il-vot demokratiku tiegħu biss f'elezzjoni ġenerali.", "Illum, permezz ta' l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali, kull persuna għandha dritt li tesprimi ruħha via l-vot kull tliet snin, u dan barra mill-elezzjonijiet ġenerali.", "Din hija xi ħaġa li tagħmel ġid lid- demokrazija tal-pajjiż għax tagħti l-possibilita` lil kull individwu biex jesprimi ruħu politikament.", "Illum għandna sitwazzjoni fejn il-partiti politiċi kollha jieħdu sehem f'dan l-eżerċizzju demokratiku u allura ma jistax ma jonqosx li jkun hemm ċerta taqtiegħa politika li hija interessanti u hija b'saħħitha wkoll għax għalkemm nikkritikaw lill-parti l- oħra, nemmnu li kull min jieħu sehem f'dan l-eżerċizzju demokratiku għandu interess wieħed, dak li jġib 'il quddiem il-kwalita` tal-ħajja tar- residenti tal-lokal tiegħu jiġifieri lil hinn minn kull fehma politika – tista' tkun Nazzjonalist, Laburist, ma' l-Alternattiva Demokratika jew indipendenti - għandna nitilqu minn dan il-prinċipju li kull min jieħu sehem f'dawn l-elezzjonijiet, qed jieħu sehem b'mod ġenwin fl-interess tal- komunita` tiegħu.", "Aħna bħala politiċi rridu nagħmlu x-xogħol tagħna wkoll u rridu naraw u niskrutinaw ix-xogħol li jsir minn dawk li jirrappreżentawna.", "Ma rridux ninsew li llum il-ġurnata hemm sitwazzjoni fejn il-maġġoranza assoluta ta' dawk li jieħdu sehem fl-elezzjonijiet lokali, ikunu qed jieħdu sehem fuq it-ticket ta' partit partikolari u allura għandna dan il-konfront politiku anke fuq livell lokali.", "Aħna tal-partit Laburista ma rridux nonqsu mir-responsabilitajiet li għandna u nassiguraw li dawk li qed jirrappreżentawna qegħdin jagħmlu l-aħjar possibbli għal lokalita` tagħhom.", "Apparti hekk, aħna bħala partit politiku nżommu wkoll skrutinju fuq il- performance tal-kandidati u kunsilliera tal-partiti opposti.", "Sur President, din il-kampanja elettorali ta' l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali, li ilha għaddejja għal diversi ġimgħat, kienet ikkaratterizzata minn botta u risposta bejn il-partiti prinċipali fuq diversi lokalitajiet.", "Aħna tal-partit Laburista qegħdin ngħidu li l-performance li kellhom il- kunsilli lokali mmexxija mill-partit Laburista tul dawn l-aħħar tliet snin tagħti prova ta' tmexxija serja u għalhekk irridu nsaħħu dan is-suċċess li ksibna billi nkabbru l-maġġoranza li għandna.", "Irridu naraw li jkollna aktar maġġoranzi fil-kunsilli Maltin u Għawdxin u jrid ikollna iżjed aspirazzjonijiet politiċi li jkunu viċin ta' dak li nemmnu aħna bħala partit politiku.", "Minħabba f'hekk, ma jistax jonqos li bħala partit varajna kemm manifest elettorali nazzjonali - li fih il-prinċipji ewlenin ta' dak li l-partit Laburista jemmen li għandhom imexxu dan is-settur – u anke manifest elettorali lokali għal kull lokalita` li ssir fiha l-elezzjoni tal- kunsill lokali.", "Aħna bħala partit nemmnu li l-kunsilli lokali m'humiex qegħdin hemmhekk biex jaqdu l-funzjoni ta' tenderer jew ta' kuntrattur tal-gvern.", "M'għandhomx ikunu hemmhekk biex iservu ta' paraventu għall-gvern u m'għandhomx ikunu hemmhekk biex iservu bħala mezz kif ftit nies jaqilgħu ħafna flus.", "Aħna nemmnu li l-kunsilli lokali għandom ikunu dik l-għaqda sħiħa ta' rabtiet bejn familji u ċittadini li fihom aħna lkoll ngħixu ħajjitna u li fihom irridu nħossu li qed ngħixu ħajja tajba.", "Din għandha tkun il-komunita` ideali f'kull raħal u belt f'Malta u Għawdex u allura barra li ħriġna dik li qegħdin insejħu bħala l-viżjoni tal-partit Laburista għall-kunsill lokali, elenkajna s-setturi li l-aktar għandhom ikollhom importanza fil-ħidma ta' kull kunsill lokali madwar Malta u Għawdex.", "Il- prijoritajiet huma diversi u huma msejsin fuq l-esiġenzi ta' dik il- komunita` partikolari pero` żgur li ma jistgħux iħallu barra setturi importanti bħalma huma l-ambjent, l-edukazzjoni, il-kultura u l-wirt storiku, iż-żgħażagħ u l-isport u l-ħarsien soċjali vis-a-vis l-anzjani, in-nies bi bżonnijiet speċjali, in-nies li għandhom bżonn aċċess għas- servizz ta' social workers u dawk kollha li huma batuti fis-soċjeta` tagħna.", "Settur ieħor li qegħdin niffokaw fuqu u nagħtuh importanza huwa l-fondi tal- programmi ta' l-Unjoni Ewropea u qed nitkellmu wkoll dwar is-sistema ta' l- infurzar lokali.", "Dan huwa programm komprensiv li l-partit Laburista ħadem fuqu għal xhur sħaħ, jekk mhux snin.", "Aħna kkonsultajna diversi organizzazzjonijiet, iltqajna ma' diversi għaqdiet, tkellimna, indagajna u rajna fejn huma l-possibilitajiet li nippromwovu prinċipji politiċi li jagħmlu sens għall-esiġenzi tal-komunitajiet tagħna.", "Sur President, jiena nappella biex il-kunsilli jkunu għodda li jintużaw fl-aħjar interess tar- residenti tagħna.", "Dawn għandhom jaraw li jmexxu l-komunita` 'l quddiem u ma jkunux mezz ta' politika partiġġjana.", "Irridu naraw li l-partit li jkun qed imexxi dik il-lokalita` jkun ġenwin u li jikkontribwixxi b'mod ġenwin lejn il-ben essere ta' dik il-lokalita`.", "Għalhekk, Sur President, il-partit Laburista qed jagħti appoġġ sħiħ lill-kunsilli lokali u se nkunu fost dawk li npoġġu l-interess taċ-ċittadini tal-lokalita' l-ewwel.", "Sur President, nawgura li jkollna elezzjonijiet ċivili kif m'għandix dubju se jkollna.", "Ovvjament, bħala rappreżentant tal-partit Laburista, ninċita lin-nies biex jivvotaw lil dawk il-kandidati li qed jirrappreżentaw il- partit tiegħi pero' m'għandix dubju li se jkollna riżultat li se jirrifletti l-andament politiku tal-pajjiż u l-mod ta' kif in-nies iħarsu lejn il-partiti politiċi u dan dejjem fl-interess tal-Maltin u l-Għawdxin.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joseph Sammut.", "ONOR.", "JOSEPH SAMMUT: Sur President, f'dan l-Aġġornament nixtieq nitkellem dwar dokument li reċentament tqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra mis-Segretarju Parlamentari l-Onor.", "Edwin Vassallo.", "Dan huwa dokument li jipprova jindirizza l-qagħda tas-self employed u ta' l-ismall enterprises hawn Malta u jiena kont sorpriż għall-aħħar bih.", "Kont sorpriż għax dan kellu joħroġ proprju wara li aħna bħala partit ippubblikajna d-dokument tagħna dwar dan is-suġġett fejn dħalna fid-dettal ta' dawk il-problemi li jolqtu s-self employed hawn Malta.", "Ir-reazzjoni tal-partit Nazzjoanlista għal dan id- dokument kienet waħda ta' żebliħ u ta' tmaqdir.", "Kien hemm min qal: Bi tliet faċċati x'jippretendi li qed jgħid il-partit Laburista?", "Issa, Sur President, fair enough, il-partit Nazzjonalista, taħt id-direzzjoni tas- Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo, ippubblika ktieb ta' 111-il faċċata, b'qoxra sabiħa, għandu karta fina ħafna u m'għandix dubju li sewa ħafna flus lill-poplu Malti.", "Wieħed jistagħġeb u jiskanta mbagħad kif il- problemi prinċipali elenkati f'dan id-dokument li sewa dawn il-flus kollha huma d-diffikulta` biex is-self employed isibu l-ewwel klijenti tagħhom – xi ħaġa normalissima li m'hemmx għalfejn tmur l-universita' biex tkun taf biha - il-burokrazija u n-nuqqas ta' finanzjament.", "Hawnhekk tibda tidħak, Sur President, għax aħna ppreparajna u ppubblikajna dokument li ma sewiex nitfa milli sewa dan il-ktieb, ġbarna l-informazzjoni direttament minn dawk li huma involuti, ma kellniex għalfejn nagħmlu surveys u samples u ħafna teatrini li nsibu f'dan il-ktieb u wasalna għall-istess konklużjonijiet li waslu dawn il-famużi esperti li nixxfu l-kaxxa ta' Malta minn eluf ta' liri.", "Irrid ngħid hawnhekk li jiena skantajt ukoll li f'dan il-ktieb semma' l- burokrazija bħala problema prinċipali għaliex kemm wara l-interventi li għamilt f'dan il-parlament u kemm wara li ġie ppubblikat id-dokument tagħna, in-naħa tal-gvern baqgħet tagħti x'tifhem li l-burokrazija m'għadiex teżisti, li din ġiet kontrollata u li din teżisti biss f'moħħ l- oppożizzjoni Laburista.", "Sur President, dan id-dokument litteralment japprova dak li qal il-partit Laburista fid-dokument li ppubblika meta f'żewġ faċċati jew tlieta qal li l-problema prinċipali tas-self-employed hija proprju din.", "Id-dokument jgħid li l-burokrazija hija wieħed mill-akbar problemi li għandu dan il-pajjiż u ma naħsibx li kellna għalfejn nidħlu fl- infiq ta' dawn l-eluf ta' flus u f'dawn ix-xinxilli u faċċati sbieħ biex ngħidu l-istress ħaġa.", "Jiena naħseb li wasal iż-żmien li l-gvern ipoġġi bilqiegħda u jipprova jsolvi din il-problema ta' burokraizja li qed tiswielna nuqqas ta' investiment u impjiegi f'dan il-pajjiż.", "Ma jistax ikun li għandek ċerti istituzzjonijiet li qegħdin jassorbu tant flus bħalma hi l- MEPA u kulħadd igorr li malli wieħed imiss magħha, kollox jeħel.", "Bilfors irid isir xi ħaġa biex din l-orgnaizzazzjoni tkun aktar user-friendly u huwa insult għall-imprendituri lokali li l-proġetti l-kbar bħal Smart City – u j'Alla jiġu ħafna bħalhom – jingħataw ir-red carpet treatment għax ikunu proġetti fil-limelight u f'120 ġurnata jkollhom il-permessi kollha f'idejhom imbagħad imprenditur lokali jaf jagħmel sentejn jistenna biex jieħu permess biex jiftaħ u jagħlaq bieb!", "Meta saru l-laqgħat mas-self employed, kien hemm min ilmenta li ilu snin jitħabat mal-MEPA biex sempliċiment iċaqlaq bieb minn faċċata għal oħra ġewwa industrial zone.", "Issa dan huwa każ fejn l-art diġa` hi kommessa għall-użu kummerċjali, jiġifieri dan ma riedx jiżviluppa xi green area!", "Għaliex ħallew lil dan jitħabat biex jagħtuh permess għal ħaġa tant sempliċi allavolja kienu jafu li n-nuqqas ta' ħruġ ta' dak il-permess kien qed jipperikola l-impjiegi ta' din il-kumpannija?", "Allura kif ma narawx li nikkoreġu din il-burokrazija żejda, Sur President?", "Ovvjament mhux qed ngħid li l-MEPA biss għandha l- burokrazija żejda għax din issibha wkoll fid-dipartiment tas-saħħa u f'ċerti dipartimenti taċ-ċivil bħad-Dwana u postijiet oħra.", "Il-problema l-oħra prinċipali għas-self-employed hija l-finanzjament.", "Alla jbierek issa saru jafu li l-finanzjament huwa problema!", "Kemm ilna ngħidu minn dawn il-bankijiet li ma jistax ikun li s-self employed jibqa' jiġi mkisser bil-mod kif ġie mkisser mill-banek, Sur President?", "Jiena niskanta kif il-banek hawn Malta qed jagħmlu dan il-qliegħ fenominali li jagħmlu fejn kull bank jirreġistra l-miljuni bħala qligħ.", "Kif nistgħu ngħidu li l- kondizzjonjiet tal-banek huma favorevoli għas-self employed?", "Is-self employed qed jiġi mkisser bir-rati ta' imgħax fenomenali li qed jiġi mitlub u naħseb li wasal iż-żmien li napplikaw ir-rimedji għal dan kollu – u iva, Sur President, hemm rimedji - meta nkunu fit-tmexxija tal-pajjiż.", "Ma jistax ikun li l-poplu Malti jibqa' jissussidja lill-banek.", "Naħseb li wasal iż-żmien li l-banek jibdew jgħinu l-ekonomija tal-pajjiż bis-serjeta`.", "L- HSBC, meta ġie, hekk kellu jagħmel, pero' bħalissa qed jagħmel bil-kontra.", "Sur President, fid-dokument tagħna mhux dawk iż-żewġ problemi biss iltqajna magħhom.", "Min għamel ir-riċerka bla ma ħeba kollox taħt it-tapit iltaqa' ma' problemi oħra li qegħdin jherru lis-self employed u għalhekk ma naqbilx mal-konklużjonijiet li wasal għalihom dan id-dokument li għaddieli s-Segretarju Parlamentari.", "Fejn qegħdin l-ilmenti li hawn fejn jidħlu t- taxxi?", "Illum kulħadd kelma waħda, li t-taxxi qasmu dahar is-self employed u qegħdin ikissru lil kull min irid joħloq impjiegi u jħaddem in-nies fil- pajjiż.", "Sur President, għandna wisq taxxi u dawn iridu jonqsu.", "Ma jistax ikun li nibqgħu sejrin hekk!", "Il-mod kif tinġabar it-taxxa hawn Malta qisha frosta fuq dahar kulħadd.", "Il-mod ta' kif jitħallsu t-taxxi jrid ikun a scaletta u din għedniha fid- dokument tagħna.", "Hemm bżonn ta' inċentivi a scaletta biex dak li jkun tagħmilu l-kuraġġ li jħallas it-taxxi u mhux tmur u timponi taxxa ineżistenti fuq dak li jkun bħalma ġara fil-każ ta' ħafna professjonijiet bħal hairdressers, panel beaters u electricians.", "Dawn jiġu għandhom tat-tax compliance unit u jgħidulhom: Inti daqshekk trid taqla' u daqshekk trid tiddikjara.", "Kif jista' jkun, Sur President?", "Mela kulħadd qiegħed fl-istess keffa?", "Din l-oppressjoni trid tinqata' u aħna, meta nkunu fil-gvern, se nagħmlu sistema a scaletta li tkun ta' inċentiv kemm għall-gvern Laburista li għada pitgħada jiġi biex jiġbor it-taxxi u kemm għall-istess SMEs sabiex dawn jipparteċipaw fl-ekonomija b'mod san.", "Irrid ngħid ukoll li hemm problemi oħra li jirriżultaw mil-laqgħat li kellna u ma ssemmewx f'dan id- dokument tal-gvern.", "Hemm per eżempju l-korruzzjoni li f'dan id-dokument tal- gvern ma tissemmiex u qisu ma teżistix.", "Meta tiltaqa' mas-self employed, tmur fejn tmur, tisma' l-garr fuq il-korruzzjoni li għandna f'dan il- pajjiż.", "Għandna xibka ta' korruzzjoni fejn Ċikku jinqeda mil-lum għal għada, joħorġulu permessi bl-addoċċ u jibni kullimkien bla permess u qatt ma jiġrilu xejn u imbagħad għandek iċ-ċittadin normali li jrid iħallas, irid joqgħod fil-queue u jrid joqgħod jistenna.", "Ġejna f'sistema qisna qegħdin fiż-żminijiet l-antiki f'pajjiżi bħall-India, bil-caste system.", "Hekk qegħdin fir-rigward tal-ħruġ ta' permessi u ta' għoti ta' tenders u Alla jbierek dan kollu ma jissemmiex f'dan id-dokument.", "Imbagħad għandek il-fattur tal-parteċipazzjoni tal-mara fis-suq.", "Jgħidu li hemm fejn dan jitjieb imma x'qed jagħmel il-gvern biex itejjeb l-affarijiet f'dan ir-rigward?", "Fid-dokument tagħna, Sur President, aħna għidna x'se nagħmlu biex inġibu l-mara self employed indaqs u ugwali kull fejn huwa possibbli mal-mara l-impjegata.", "Imbagħad hemm kwestjoni l-oħra.", "F'dan il- parlament ilna nisimgħu li se jingħataw l-ewwel 200 tomna art lis-self employed sabiex dawn ikollhom fejn jibnu l-postijiet tax-xogħol tagħhom.", "Issa minn 200 tomna art inżilna għal 80 tomna u filli se ngħinuhom u filli daħal il-privat u dawn is-self-employed spiċċaw b'kirja u ma jkollhom xejn f'idejhom.", "Dik nindirizzawha wkoll fid-dokument tagħna għax hija problema.", "Aħna konxji mill-fatt li ma jistax ikollok ċerta tip ta' attivita` industrijali f'areas residenzjali imma konxji wkoll mill-fatt li ma tistax tkeċċi lil dawn in-nies mill-postijiet li qegħdin fihom.", "Dan fejn qegħdin qed jaqilgħu l-ħobża ta' kuljum u mhux sew iġġegħelhom - kif qed jiġri bħalissa - jixtru garaxxijiet li l-bażużli bnew fi green areas.", "Dawn l- istess garaxxjijiet li ħriġnilhom permess, wara li nbnew, jispiċċaw jinbiegħu b'eluf ta' liri.", "Aħna qegħdin ngħidu li bħalma ġara fl- 1996/1998, se jiġu allokati siti li jkunu ta' għajnuna għal min verament irid jaħdem u jimpjega lin-nies.", "Dan ċertament jgħin biex wieħed imexxi 'l quddiem in-negozju tiegħu.", "Irrid ngħid ukoll li waqt dawk il-laqgħat kollha li kellna ma' l-SMEs ħarġet sew id-diżillużjoni li dawn għandhom minħabba t- telqa li qed jaraw madwarhom u għalhekk inħoloq forum għall-imprendituri Maltin u Għawdxin.", "Dan se jkun mezz kif is-self-employed jesprimu u jpoġġu quddiem kulħadd il-problemi tagħhom.", "L-idea hija li tinħoloq kuxjenza tal- problemi li għandu dan is-settur li ġustament ngħidu li huwa l-makna ekonomika tal-pajjiż.", "Hawn ngħid li jiena ninsab sodisfatt li f'daqqa waħda kulħadd sar jitkellem fuq is-self-employed fosthom l-FOI u l-GRTU.", "Sur President, kien proprju l-partit Laburista li mexxa d-diskussjonijiet mal-varji oqsma tas-self employed u daħal fil-fond tal-problemi tas-self employed.", "Hu l-partit Laburista li indirizza u se jindirizza – meta jkun fil-gvern – dawn il-problemi għax aħna verament irridu li dan is-settur ikun il-makna ta' l-ekonomija tagħna.", "Jekk irridu li dan is-settur jirranka, jimxi 'l quddiem u ma nibqgħux narawh bħala l-ħalliel tas- soċjeta`, irridu nagħtuh il-mezz kif jaħdem u rridu nuruh kif se jimxi 'l quddiem.", "Dan huwa l-mod kif se jimxi l-partit Laburista meta jkun fil- gvern.", "Grazzi,", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada l-Erbgħa, 7 ta' Marzu 2007, fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif ikkomunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "MALTA ENTERPRISE - ĦADDIEMA", "24112.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru jagħti lista ta' l-impjegati tal-Malta Enterprise skond il-grad?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Il-lista ta' l-impjegati tal-Malta Enterprise skond il- grad hija kif tidher hawn taħt:", "|Chief Executive |1 | |Officer | | |Chief Officers |3 | |Heads |17 | |Managers |29 | |Senior |10 | |Executives | | |Executives |23 | |Executive |15 | |Support Officers| | |Support Officers|6 | |Housekeeper |1 |", "WIED IL-GĦAJN - IMPJANT TAR-RIĊIKLAĠĠ", "24124.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tar- rapport li għamel l-awditur tal-MEPA dwar il-proċess ta' l-impjant tar- riċiklaġġ ta' Sant'Antnin f'Wied il-Għajn?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: M'iniex f'pożizzjoni npoġġi fuq il-mejda tal-Kamra dan l-abbozz ta' rapport għaliex dan mhuwiex wieħed finali.", "Kif informa diġà l-awditur lill-complainant, l-ombudsman indikalu li ma jkunx korrett li jiffinalizza rapport ġaladarba każ għadu pendenti quddiem il-bord ta' l- appell.", "L-awditur aċċetta l-parir ta' l-ombudsman u għalhekk ma kompliex jipproċessa r-rapport.", "ĦAŻ-ŻABBAR - TRIQ ĠDIDA FI TRIQ VILLA ABATE", "24125.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 23998 u jgħid meta triq ġdida fi Triq Villa Abate ġewwa Ħaż-Żabbar se tingħata isem minħabba li ilu żmien twil li ġie suġġerit isem għaliha li aktarx huwa Triq Dun Gwann Debono?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Fit-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 23998 bi żvista kont għidt li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "Peress li l- istreet naming committee m'huwiex responsabbilita tal-ministeru tiegħi, l- Onor. Interpellant huwa mitlub jirriferi l-mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "PIXXINI MIFTUĦA GĦAL PUBBLIKU", "24126.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk il-pixxini li huma miftuħa għall-pubbliku?", "Min hu s-sid f'kull każ?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-kunsill Malti għall-isport m'għandux it-tagħrif meħtieġ.", "Ir-responsabbilta' ta' reġistrazzjoni ta' pixxini miftuħa għall- pubbliku ma jaqgħux taħt id-dekasteru tal-ministeru.", "DIRETTORJU TAT-TELEFON ĠDID", "24127.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 24004 u cioe' peress li sar ħafna tibdil fin-numru ta' bibien f'diversi bliet u rħula, jista' l-Ministru jgħid meta hu maħsub li joħroġ id-direttorju tat-telefon il-ġdid?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "SKOLASPORT", "24128.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru jgħid, bħala ministru responsabbli mill-isport, kemm hemm tfal li qed jieħdu sehem fi Skolasport u f'liema dixxiplini?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "KUNSILL MALTI GĦALL-ISPORT", "24130.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru jgħid jekk isirx xi taħriġ sportiv organizzat għal kulħadd mill-kunsill Malti għall-isport?", "Jekk iva, f'liema dixxiplini?", "Kif inhu mqassam il-programm?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-kunsill Malti għall-isport fil-preżent qed jaħdem programmi ta' sport ma' l-iskejjel kollha u mal-kunsill lokali.", "Matul din is-sena sar ukoll program mal-kunsill lokali Kerċem, l-iskola primarja ta' Kerċem, Attard FC youth nursery u l-iskola primarja ta' Ħ'Attard.", "Hemm programmi oħra ta' sports for all maħsuba ġewwa Għawdex flimkien mal-Gozo youth FA u mal-ministeru ta' Għawdex.", "GĦAWDEX - INĊENTIVI GĦALL-INDUSTRIJA", "24139.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 23411 dwar inċentivi għall- industrija f'Għawdex, tista' l-Ministru issa tagħtini t-tagħrif mitlub?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Mistoqsija parlamentari 23411 ma titrattax dwar inċentivi għall-industrija.", "GĦAWDEX - TRIQ SAN LAWRENZ, RABAT", "24140.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 23720 dwar Triq San Lawrenz/Rabat, tista' l-Ministru tgħidli kemm mill-Lm187.056 u mill-Lm211,963 huma nklużi fl-istima oriġinali?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "GĦAWDEX - TRIQ XEWKIJA, MĠARR", "24142.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 23390 dwar Triq Xewkija-Mġarr, jista' l-Ministru jagħtini t-tagħrif mitlub?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "GĦAWDEX - ILMA GĦAT-TISQIJA", "24143.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l- Ministru tgħid kemm hu stmat li hu l-bżonn ta' ilma kuljum għat-tisqija fl- agrikoltura f'Għawdex?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Peress li din l-istess mistoqsija parlamentari diġa' saret f'seduta oħra, nirriferi l-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 23737.", "ĦAŻ-ŻABBAR - TRIQ ALESSIO ERARDI", "24144.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jgħid meta mistennija ssir Triq Alessio Erardi, Haż-Żabbar?", "Meta se jibda x-xogħol?", "Meta mistenni jitlesta?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: L-awtorita' dwar it-trasport se tibni mill-ġdid dik l-area kollha f'Ħaż-Żabbar.", "Ix-xogħlijiet diġa' bdew fi Triq G Micallef, Pjazza Wignacourt u Triq Bieb is-Sultan.", "Dawn ix-xogħlijiet se jkomplu bi Triq il-Għasel, parti minn Triq il-Baħrija u Triq A Erardi.", "Dawn ta' l-aħħar mistennija jinbdew il-ġimgħa d-dieħla.", "ĦAŻ-ŻABBAR - PROBLEMI SANITARJI", "24145.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' l-Ministeru jieħu l-passi neċessarji fejn hemm munzell ta' ħmieġ fi Triq Alessio Erardi, Haż-Żabbar, minħabba li dan qed jikkawża bosta problemi sanitarji, fosthom permezz ta' preżenza tal-ġrieden kif ukoll problemi estetiċi?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Uffiċjali fi ħdan id-dipartiment tas-saħħa pubblika spezzjonaw it-triq indikata fit-28 ta' Frar 2007 u rriżulta li hemm akkumuli ta' materjal tal-bini, ġebel u xi injam u ħadid imma mhux materjal organiku.", "Ma ġie nnutat l-ebda sinjali ta' infestazzjoni ta' ġrieden.", "Waqt l-investigazzjoni ma setax jiġi identifikat min hu sid l-art.", "Lanqas m'hemm xi notifiki tal-MEPA għal xi żvilupp.", "Rigward problemi estetiċi, dawn ma' jaqgħux taħt il-kompitu ta' dan id-dipartiment.", "Madankollu ħaddiema tal-pest control fi ħdan id-dipartiment tas-saħħa pubblika, għamlu trattament intensiv fl-akkwati msemmija fit-28 ta' Frar 2007.", "Din iż-żona se tinżamm taħt sorveljanza minn din is-sezzjoni.", "It-Taqsima tas-saħħa ambjentali fi ħdan id-dipartiment tas-saħħa pubblika ma rċeviet l-ebda lment minn dawn l-akkwati matul ix-xahar ta' Jannar 2007 sal-ġurnata tal-lum.", "GĦAWDEX - SKOLA NINU CREMONA", "24146.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l- Ministru tgħidli:", "Jekk il-gvern approvax li jinbena kumpless fis-sit ta' l-iskola Ninu Cremona li se jinkludi l-bini ta' car park u ta' Qorti?", "X'passi ttieħdu u x'sar s'issa fuq dan il-proġett?", "Jekk sarx xi feasibility study dwar dan il-proġett?", "Kemm se jkun jesa karozzi l-car park?", "Jekk il-car park hux se jkun immexxi mill-privat?", "Jekk saritx applikazzjoni lill-MEPA għall-bini ta' dan il-kumpless?", "Meta saret?", "X'inhu n-numru ta' l-applikazzjoni tal-MEPA?", "X'inhuma l-vantaġġi li dan il-proġett isir fil-qalba tal-kumpless ta' l- iskejjel sekondarji ta' Għawdex u taċ-ċentru ta' l-eżamijiet ta' Għawdex minflok li jsir fejn kien propost iċ-ċentru komunali?", "Jekk il-proġett taċ-ċentru komunali issa hux se jitwarrab?", "Jekk il-proġett ta' athletic track f'Tax-Xħajma issa twarrabx ladarba se ssir athletic track ta' 200 metru fil-proġett tal-kumpless ta' l-iskola?", "X'miżuri ta' sigurta' se jkun hemm biex iħarsu t-tfal ta' l-iskejjel mit- traffiku u d-dħaħen li joħloq it-traffiku ta' karozzi fil-parkeġġ?", "Jekk sarux il-pjanti tal-proġett?", "Jekk saru, tista' tpoġġi kopja tagħhom fuq il-mejda tal-Kamra?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Il-proġett ta' skola ġdida, car park u bini ta' qorti ġdid fir-Rabat huwa maqsum f'fażijiet.", "L-ewwel fażi hija l-binja ta' l-iskola l-ġdida u l-car park ta' taħtha li se jesa' 150 karozza.", "L- applikazzjoni għal din l-ewwel fażi diġa' saret mill-FTS lill-MEPA fit-28 ta' Settembru 2006 (PA6027/06).", "Il-kumplament tal-proġett, jiġifieri l-qorti u aktar parkeġġ, ma jistax jibda jinbena qabel titlesta l-iskola kollha minħabba t-trasferiment ta' l- istudenti.", "Għaldaqstant, f'dan iż-żmien, se jsiru l-preparamenti kollha neċessarji marbuta mal-kumplament tal-proġett kif irrikkmandat mill-gvern.", "Peress illi l-proposti huma li fuq l-istess art illi llum hija okkupata mill-iskola se jinbena wkoll il-qorti, b'hekk dan il-proġett se jutilizza art diġa' wżata u mhux se jnaqqas minn art miftuħa ġewwa r-Rabat kif kien propost fiċ-ċentru komunali.", "Fid-dawl ta' dan kollu, il-proposti taċ-ċentru komunali u ta' l-athletics' track Ta' Xħajma jridu jiġu kkonsidrati.", "Rigward miżuri ta' sigurta', se ssir triq ġdida li se tkun aċċessibbli għat- trasport ta' l-istudenti biex dawn jitwasslu u jittieħdu minn quddiem il- bieb ta' l-iskola.", "KAPPELLA TAL-PARLAMENT", "24147.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' l-Ministru jgħid jekk hux qed tiġi restawrata l- kappella tal-Parlament?", "Jekk le, jista' jgħid meta se jibda x-xogħol u meta se jitlesta?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Fil-Palazz hemm kamra fejn sal-bidu tas-seklu dsatax kien hemm kappella li qabel kienet dik personali tal-Gran Mastru.", "Il- proġett ta' restawr wasal fl-aħħar fażi tiegħu wara li kien hemm problemi kbar biex tiġi restawrata l-affresk ta' Filippo Paladini li sofriet danni kbar matul it-tieni gwerra dinjija.", "Din il-parti tal-proġett tlestiet u tlesta wkoll ir-restawr tas-saqaf ta' l-injam.", "Bħalissa qegħdin jiġu ppjanati dawn ix-xogħlijiet pendenti fuq dan il- proġett:", "i) is-sistema tad-dawl;", "ii) isir damask kif kien hemm qabel;", "iii) jerġa' jinfetaħ il-bieb prinċipali;", "iv) tiġi konservata pittura fuq tila.", "Id-data ta' meta jkun lest ix-xogħol kollu tkun tista' tingħata hekk kif jinħarġu l-permessi kollha relatati ma' l-eżekuzzjoni tax-xogħol imsemmi f'(iii).", "GĦAWDEX - INVESTIMENT BARRANI", "24150.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm investiment barrani dirett f'Għawdex kull sena mill-1999 sa l-2005 u kull xahar fl-2006?", "Jista' jgħid fejn sar l-investiment?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jirriferi l- mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "SPIŻERIJI TAL-GVERN - MEDIĊINI", "24180.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn mediċini out of stock fl-ispiżeriji tal-gvern?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Il-pilloli out of stock fl-ispiżeriji tal-gvern huma:", "|Co-Trimoxazole 480mg tabs| |Ethosuximide 250mg caps | |Phenytoin 100mg caps | |Phenytoin Sodium 300mg | |caps | |Propanolol 10mg tabs | |Sodium Bicarbonate 500mg | |tabs | |Trimipramine 50mg caps | |Madopar 125mg caps* | |Isoniazid 100mg tabs | |Menadiol 10mg tabs | |Metronidazole 200mg tabs | |Nifedipine 10mg caps | |Orphenadrine citrate & | |paracetamol tabs | |Propantheline 15mg tabs | |Zuclopentixol 25mg tabs | |Pergolide 1mg tabs | |Spirinolactone 100mg tabs| |Lisinopril 10mg tabs | |Piracetam 800mg tabs** | |Trifluoperazine 2mg, | |10mg, 15mg spansules | |Maprotiline 50mg tabs | |Cyclosporin 100mg caps***| |Fenofibrate 100mg, 300mg | |tabs | |Doxazosin 2mg tabs | |Prazosin 1mg tabs | |Gabapentin 100mg tabs****|", "*Registration and high cost problems **Awaiting delivery ***Manufacturing problems ****Late delivery from supplier MARSA SPORTS COMPLEX", "24181.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO PRECA staqsiet lill-Ministru għall- Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jgħid meta se tiġi rranġata l- ispeċi ta' parking area fejn jipparkjaw l-familji ta' żgħażagħ b'diżabilita' fil-kumpless sportiv tal-Marsa, meta jeħduhom biex jipprattikaw il-horse riding?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jirriferi l- mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "OPERAZZJONIJIET - WAITING LIST", "24182.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni fuq il- waiting list ta' l-operazzjonijiet illum, x'tip ta' operazzjoni qed jistennew, kif kienet il-figura tliet snin ilu u ħames snin ilu?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "DIPARTIMENT TAS-SAĦĦA - ĦADDIEMA", "24183.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-complement ta' staff ingaġġat mad-dipartiment tas-saħħa?", "Xi grad għandhom?", "Kemm jaħseb li se jkun il-complement meta jinfetaħ l-isptar Mater Dei u jkun qed jaħdem?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Il-complement ta' staff ingaġġat mad-dipartiment tas- saħħa huwa ta' 6,876.", "Għat-tieni parti tal-mistoqsija, qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l- informazzjoni mitluba.", "F'St. Luke's bħalissa l-complement huwa ta' 3,733 filwaqt li dan in-numru mistenni jiżdied b'677 meta jiftaħ l-isptar Mater Dei u jkun qed jaħdem.", "Ta' min iżid li dawn iċ-ċifri qed jiġu riveduti sabiex jiġi assigurat l- aħjar kura għall-pazjenti.", "GŻIRA - PROBLEMA TA' GĦARGĦAR", "24184.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' l-Ministru jgħid x'passi qed jieħu l-gvern biex tiġi solvuta l-problema ta' flooding fil-Gżira?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Il-ministeru ħejja proġett biex jinbena ġibjun kbir fit- tarf ta' Wied Għollieqa, jittawwal il-culvert eżistenti fi Triq Turu Rizzo u jitranġa l-ħruġ ta' l-ilma għall-baħar.", "Il-pjanti ta' dan il-proġett ġew sottomessi f'applikazzjoni lill-MEPA.", "MAGĦTAB - GASSIJIET", "24206.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-pjani tal-gvern għal gassijiet li se jinġibdu mill-miżbla tal-Magħtab?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jirriferi għat- tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 23648.", "UNIVERSITA' - FAKULTA' TA' L-ARTI U L-LIĠI", "24220.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Huwa sodisfatt il-Ministru bl-andament tal-ħatriet ta' lecturers u tutors fil-fakultajiet ta' l-arti u l-liġi fl-universita'?", "Huwa sodisfatt bil-ħatra ta' iben ir-reġistratur bħala lecturer?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "ŻEJTUN - TRIQ SANT EMIDJU", "24241.", "L-ONOR.", "JOSEPH ABELA staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tad-deċiżjoni meħuda mill-awtorita' dwar it-trasport ta' nhar it-22 ta' Jannar 2007 sabiex ma jsirx parkeġġ fi Triq Sant Emidju fiż-Żejtun?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Il-kunsill lokali Żejtun kien issottometta din it- talba sabiex ma jsirx parkeġġ fi Triq Sant Emidju għal konsiderazzjoni ta' l-awtorita' dwar it-trasport.", "Id-deċiżjoni li fi Triq Sant'Emidju titneħħa l-possibbilta' ta' parkeġġ ta' żewġ karozzi ttieħdet mit-taqsima għall- immaniġjar tat-traffiku.", "Skond il-linja ta' gwida ta' l-awtorita' dwar it-trasport, it-triq għandha tkun ta' l-inqas wiesgħa 4.8 metri biex tkun tippermetti parkeġġ fuq naħa waħda.", "Id-deċiżjoni biex ma jsirx parkeġġ fi Triq Sant'Emidju ittieħdet minħabba li l-wisgħa tagħha tvarja bejn 2.4m fl-idjaq parti u 4.2m fl-aktar parti wiesgħa.", "Qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tad-dokument mitlub.", "MTARFA BYPASS - ARBLI TAD-DAWL", "24242.", "L-ONOR.", "JOSEPH CASSAR staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 19734, jista' l-Ministru jgħid jekk l-Enemalta bdietx bl- ippjanar tas-sistema ta' l-arbli tad-dawl fil-bypass il-ġdida ta' l-Imtarfa u dan għaliex jidher li x-xogħol dalwaqt jitlesta fuq il-bini tat-triq u s- servizzi?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ir-responsabbilta' ta' l-istreet lighting fit-triq imsemmija hija ta' l-awtorita' dwar it-trasport.", "L-Enemalta m'għandha l- ebda talba għal dan ix-xogħol minn għandhom.", "QRATI - INKJESTI PENDENTI", "24243.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm baqgħu pendenti inkjesti fis-sens li ma ġewx konklużi mill-Maġistrati Dennis Montebello u Ġuże Cassar, liema maġistrati llum irtiraw?", "Jista' jgħid lil min ġew assenjati dawn l-inkjesti?", "Jista' jgħid kemm minn dawn l-inkjesti ġew assenjati lill-maġistrat il- ġdid, ġew riferuti u konklużi lill-Avukat Ġenerali?", "Jista' jgħid kemm ħalla inkjesti warajh mhux konklużi l-Maġistrat Karol Peralta qabel ma assuma kariga ġewwa l-Kosovo?", "Jista' jgħid lil min ġew assenjati dawn l-inkjesti?", "Jista' jgħid kemm minn dawn l-inkjesti ġew konklużi mill-maġistrat il-ġdid?", "ONOR.", "TONIO BORG: Meta rtiraw il-Maġistrat Dr Dennis Montebello LL.D. u l- Maġistrat Dr Joseph Cassar LL.D., kellhom is-segwenti inkjesti pendenti:", "Maġistrat Dr Dennis Montebello LL.D. - 151 inkjesta u dawn ġew assenjati lill-Maġistrat Dr Consuelo Scerri Herrera skond l-assenjazzjoni tad- dmirijiet tal-maġistrati mill-President ta' Malta.", "Maġistrat Dr Joseph Cassar LL.D. - 316 inkjesta u dawn ġew assenjati lill- Maġistrat Dr Giovanni Grixti skond l-assenjazzjoni tad-dmirijiet tal- maġistrati mill-President ta' Malta.", "L-informazzjoni l-oħra mitluba qed tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra."]} {"filename": "20031209_074d_par.doc", "date": "2003-12-09", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 74 It-Tlieta, 9 ta' Diċembru, 2003 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 74 It-Tlieta, 9 ta' Diċembru, 2003", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.02 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "74", "It-Tlieta, 9 ta' Diċembru, 2003", "WERREJ", "MINUTI 581", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI 581", "TQEGĦID TA' KARTI 590", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "KUMITAT TA' PROVVISTA", "ESTIMI ĠENERALI 2004", "IL-ĦAMES JUM STABBILIT", "MINISTERU GĦAR-RIŻORSI U INFRASTRUTTURA 590", "AĠĠORNAMENT 617", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 617", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta 73 li saret fid-9 ta' Diċembru, 2003 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "ATTAKK TERRORISTIKU", "3082.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill-Prim Ministru: Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk Malta hijiex imħejjija għal possibbilta' ta' attakk terroristiku?", "Kien hemm kuntatti ma' pajjiżi barranin dwar dan?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Prim Ministru): Ninsab informat li s-servizzi ta' emerġenza u ta' sigurta` ta' Malta huma mħejjija biex jirreaġixxu għal ċerti tipi ta' atti terroristiċi u biex jipprovdu assistenza immedjata.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Carmelo Abela): L-Onor.", "Mizzi, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: F'każ ta' attakk terroristiku fuq bastimenti tal- gwerra, il-gvern huwa equipped biżżejjed jew talab għal xi għajnuna jew expertise?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Illum kulħadd jieħu prekawzjoni massima u teżisti wkoll koperazzjoni f'dan ir-rigward.", "Nassigura lill-Onor.", "Interpellant li l-Gvern Malti b'dan il-mod qed jimxi wkoll.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Imma ħadna xi taħriġ in konnessjoni ma' xi attakk terroristiku fuq bastimenti tal-gwerra.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ir-risposta hi dik li tajt.", "Il-Gvern Malti jipprepara ruħu għal kull eventwalita` u jikkopera ma' kulmin hu lest li jikkopera miegħu.", "FAĊILITAJIET SPORTIVI - LASTI TAL-FOOTBALL", "3083.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill-Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid jekk uffiċjali tal- kunsill Malti għall-isports jarawx li l-lasti tal-football fi grounds diversi u speċjalment fil-każ ta' dawk il-grounds li jintużaw għal-logħob tal-five-a-side u għat-taħriġ, ikunu mwaħħla ma' l-art biex b'hekk jiġi żgurat li ma jkunu ta' ebda periklu la għaż-żgħażagħ u lanqas għall-kbar?", "Jaf il-Ministru jekk hemmx grounds li għadhom ma ħadux azzjoni minkejja l- inċident traġiku li seħħ dan l-aħħar?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru għat-Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u Investiment) (f'isem il-Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura): Ninforma lil Onor. Interpellant li m'huwiex kompitu tal-kunsill Malti għall-isport li jiċċertifika jekk l-attrezzaturi li jkun hemm fil-grounds tal-football jew xi sport ieħor humiex safe biex jintużaw għax din hija responsabbilta' purament ta' dawk li jkunu qegħdin imexxu l-istess faċilitajiet.", "Il-kunsill Malti għall-isport kiteb lill-entitajiet sportivi konċernati biex dawn jiżguraw illi l-kumitati affiljati jieħdu l-miżuri kollha neċessarji fil-faċilitajiet sportivi taħt ir-responsabbilta' tagħhom - fil- fatt kien hemm risposta mingħand assoċjazzjoni waħda fir-rigward tal-miżuri meħuda - u l-kunsill anke lest li joffri s-servizzi tiegħu lil kwalunkwe assoċjazzjoni li titlob dan.", "SPORT - UŻU TA' SUSTANZI PPROJBITI", "3084.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill-Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 2345, jista' il-Ministru jgħid meta rċieva r-rapport mill-għaqda tal-bodybuilding dwar l-użu ta' sustanzi illegali fl-isport?", "Jista' jgħid meta ntbagħat lill-kunsill Malti għall-isport?", "Dan il-kunsill ingħata terminu ta' żmien biex ilesti r-rapport tiegħu?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (f'isem il-Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li r-rapport mill-għaqda tal-bodybuilding ġie mibgħut nhar id-29 ta' Ottubru, 2003 u ġie mgħoddi lill-kunsill Malti għall- Isport nhar il-11 ta' Novembru, 2003 li qiegħed jieħu parir legali dwaru.", "SPORT - UŻU TA' SUSTANZI PPROJBITI", "3085.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid kif beħsiebu jaħdem il-kunsill Malti għall-isport biex jiġbor it-tagħrif meħtieġ meta jinvestiga rapport dwar l-użu ta' sustanzi illegali fl-isport?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (f'isem il-Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura): Ninforma lil Onor. Membru li m'għandi xejn x'inżid mar-risposta li tajt għall- mistoqsija 3084.", "PROGRAMM \"GRANDSTAND\" - INVESTIGAZZJONI", "3086.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' il-Ministru jgħid x'inhuma t-terms of reference ta' dawk li qed jinvestigaw l-allegazzjoni li saret fuq il-programm ''grandstand'' u li saret riferenza għaliha fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 2348?", "Kif se titmexxa din l-investigazzjoni?", "Ingħata żmien sa meta għandu jitlesta r-rapport finali?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa): Informat li t-terms of reference li ngħataw lill-uffiċjali li qegħdin jinvestigaw l-allegazzjoni li saret riferenza għaliha fil-mistoqsija parlamentari 2348, huma li tittieħed azzjoni legali fejn jinstabu xi nuqqasijiet mill-proċeduri normali li titlob il-liġi f'dan ir-rigward.", "L-investigazzjoni qiegħda tkun parti mill-ispezzjoni li s-soltu ssir għall- proċess verbal f'dawk l-ispiżeriji li jbiegħu dawn it-tip ta' mediċinali.", "F'dan l-istadju m'huwiex opportun li tingħata informazzjoni dwar proċeduri u żmien allokat.", "SPORT - UŻU TA' SUSTANZI PPROJBITI", "3087.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Għalkemm fil-mistoqsija parlamentari 2347 il- Ministru qal li l-pulizija mhux se jinvestigaw allegazzjonijiet pubbliċi dwar it-teħid ta' sustanzi illegali għax il-kummenti kienu ġeneriċi, ma jaħsibx li din m'hijiex tweġiba konvinċenti għax fil-fatt saru dawn l- allegazzjonijiet u ministri oħra ħadu azzjoni?", "M'huwiex id-dover tal- pulizija li tinvestiga kulma jkun hemm dwar id-droga, speċjalment meta dawn l-allegazzjonijiet ikunu saru minn żewġ tobba ggradwati fil-mediċina sportiva u president ta' għaqda sportiva nazzjonali?", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru tal-Ġustizzja u Intern): Kif diġa` spjegajt fit-tweġiba msemmija mill-Onor.", "Interpellant, fejn jirriżulta lill-pulizija illi jkun hemm xi abbuż minn dawn is-sustanzi jittieħdu passi skond il- liġi.", "IMPORTAZZJONI TA' PRODOTTI TA' L-IKEL", "3241.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomiċi: B'riferenza għat-taxxi indiretti ta' dan il-budget, jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra kemm se jkunu t- tariffi, dazji jew kwoti ġodda fuq l-importazzjoni ta' corned beef in airtight cans minn non-EU countries?", "It-tunnellaġġ in kwestjoni skond l-ispecial temporary state aid to support processors and recognised retailers of imported products, ikopri l- importazzjoni minn non-EU countries abbażi ta' l-importazzjoni storika?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (f'isem il-Ministru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomiċi): Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li informazzjoni għall- mistoqsijiet dwar kemm se jkunu t-tariffi u r-rati ta' dazju fuq l- importazzjoni minn pajjiżi li m'humiex fl-Unjoni Ewropea, tinstab f'din il- website:", "http://europa.eu.int/comm/taxation_customs/dds/cgi-bin/tarchap?Lang=EN", "Informazzjoni dwar kwoti fuq il-prodotti msemmija tista' tintalab lill- ministeru għall-affarijiet rurali u ambjent.", "It-tunnellaġġ fl-iskema ta' l-ispecial temporary state aid to support processors and recognised retailers of imported products ġie nnegozjat fuq il-bażi ta' l-importazzjoni ta' Malta tal-prodotti konċernati f'dawn l- aħħar snin.", "IMPORTAZZJONI TA' PRODOTTI TA' L-IKEL", "3242.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: B'riferenza għas-Lm7 miljun li l-gvern ivvota fil-budget sabiex jissussidja l-prezzijiet ta' dawk il-prodotti ta' l-ikel li se jogħlew wara s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, jista' il- Ministru jgħid kemm minnhom se jmorru biex jissussidjaw l-4,200 tunnellata ta' hindquarters of bovine with bone frozen, skond l-ispecial temporary state aid to support processors and recognised retailers of imported products?", "Jista' jinforma lill-Kamra kemm hu l-valur globali li se jkun qed joħroġ il-Gvern Malti u kemm hu l-valur globali li se tkun qed toħroġ l-Unjoni Ewropea sabiex ikun issussidjat il-prezz għoli ta' dan il-prodott ?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent): Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-ministru konċernat.", "IMPORTAZZJONI TA' PRODOTTI TA' L-IKEL", "3243.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomiċi: B'riferenza għat-taxxi indiretti ta' dan il-budget, jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra kemm se jkunu t- tariffi, dazji jew kwoti ġodda fuq l-importazzjoni ta' hindquarters of bovine with bone frozen minn non-EU countries?", "It-tunnellaġġ in kwestjoni skond l-ispecial temporary state aid to support processors and recognised retailers of imported products, ikopri l- importazzjoni minn non-EU countries abbażi ta' l-importazzjoni storika?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (f'isem il-Ministru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomiċi): Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 3241.", "IMPORTAZZJONI TA' PRODOTTI TA' L-IKEL", "3244.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: B'riferenza għas-Lm 7 miljun li l-gvern ivvota fil-budget sabiex jissussidja l-prezzijiet ta' dawk il-prodotti ta' l-ikel li se jogħlew wara s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, jista' il- Ministru jgħid kemm minnhom se jmorru biex jissussidjaw l-2,000 tunnellata ta' boneless crop chuck and blade and brisket cut bovine frozen, skond l- ispecial temporary state aid to support processors and recognised retailers of imported products?", "Jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hu l-valur globali li se jkun qed joħroġ il-Gvern Malti u kemm hu l-valur globali li se tkun qed toħroġ l-Unjoni Ewropea sabiex ikun issussidjat il-prezz għoli ta' dan il-prodott?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent): Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-ministru konċernat.", "IMPORTAZZJONI TA' PRODOTTI TA' L-IKEL", "3245.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomiċi: B'riferenza għat-taxxi indiretti ta' dan il-budget, jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra kemm se jkunu t- tariffi, dazji jew kwoti ġodda fuq l-importazzjoni ta' boneless crop chuck and blade and brisket cut bovine frozen minn non-EU countries?", "It-tunnellaġġ in kwestjoni skond l-ispecial temporary state aid to support processors and recognised retailers of imported products, ikopri l- importazzjoni minn non-EU countries abbażi ta' l-importazzjoni storika?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (f'isem il-Ministru tal-Finanzi u l-Affarijiet Ekonomiċi): Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 3241.", "IMPORTAZZJONI TA' PRODOTTI TA' L-IKEL", "3246.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: B'riferenza għas-Lm7 miljun li l-gvern ivvota fil-budget sabiex jissussidja l-prezzijiet ta' dawk il-prodotti ta' l-ikel li se jogħlew wara s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, jista' il- Ministru jgħid kemm minnhom se jmorru biex jissussidjaw il-500 tunnellata ta' other prepared processed domestic swine products, skond l-ispecial temporary state aid to support processors and recognised retailers of imported products?", "Jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hu l-valur globali li se jkun qed joħroġ il-Gvern Malti u kemm hu l-valur globali li se tkun qed toħroġ l-Unjoni Ewropea sabiex ikun issussidjat il-prezz għoli ta' dan il-prodott?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent): Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-ministru konċernat.", "AFFARIJIET BARRANIN – SAFAR UFFIĊJALI", "3300.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Charles Buhagiar) staqsa lill- Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' il-Ministru jgħid kemm-il darba siefer id-direttur ta' l-office of review, kemm dam barra l-pajjiż u kemm kienet l-ispiża globali għal kull żjara barra minn Malta minn meta ħa l- appointment f'April 2001 sa meta nbidillu r-rwol tiegħu f'Ottubru 2003?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Barranin): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant illi l-ministeru tiegħi qatt ma kellu uffiċjal bil-kariga speċifika ta' direttur office of review.", "AFFARIJIET RURALI U AMBJENT – SAFAR UFFIĊJALI", "3301.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid kemm-il darba siefer id-direttur ta' l- office of review, kemm dam barra l-pajjiż u kemm kienet l-ispiża globali għal kull żjara barra minn Malta minn meta ħa l-appointment f'April 2001 sa meta nbidillu r-rwol tiegħu f'Ottubru 2003?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent): L-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant hi kif jidher hawn taħt.", "Ta' min jgħid li f'xi każi l-ispejjeż tas-safar kienu ffinanzjati jew megħjuna mill-organizzazzjonijiet ta' barra, bħalma hija t-TAIEX.", "|SENA |PERJODU |BELT |SPIŻA | |2001 |2-7 Lulju |Brussel|Lm322,4| | |22-28 ta' |s |7 | | |Settembru |Vienna |578,74 | |2002 |8-10 ta' |Brussel| | | |April |s |79,02 | | |25-27 ta' |Brussel|38,21 | | |Marzu |s |25,75 | | |14-16 ta' |Brussel| | | |Mejju |s | | |2003 |24-26 ta' |Brussel| | | |Marzu |s |534,93 | | |14-16 ta' |Brussel|371,70 | | |April |s |158.93 | | |6-12 ta' |Vienna | | | |Settembru | | |", "ŻGĦAŻAGĦ U KULTURA – SAFAR UFFIĊJALI", "3302.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid kemm-il darba siefer id-direttur ta' l- office of review, kemm dam barra l-pajjiż u kemm kienet l-ispiża globali għal kull żjara barra minn Malta minn meta ħa l-appointment f'April 2001 sa meta nbidillu r-rwol tiegħu f'Ottubru 2003?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT (Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura): Kif jista' japprezza l-Onor.", "Interpellant, dan il-ministeru ġie kostitwit f'April 2003 u għalhekk ma nistax nirrispondi għal xi ħaġa li saret qabel dik id- data, apparti l-fatt ukoll li la qabel dik id-data u lanqas wara ma kellix direttur office of review.", "AFM - BDOTI TAL-HELICOPTERS", "3305.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għar- risposta ta' mistoqsija parlamentari 2979, jista' il-Prim Ministru jgħid kemm saru sigħat ta' training matul l-istess xhur fuq helicopters tat-tip Alouette u fuq ajruplani tat-tip Islander?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab informat li jingħata t-training neċessarju u ma jidhirlix li huwa meħtieġ li tingħata l-informazzjoni dettaljata kif mitluba.", "BIRŻEBBUGA - MAIN TAD-DRENAĠĠ", "3306.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għat-Teknoloġija ta' l- Informazzjoni u Investiment: Jista' il-Ministru jgħid kemm intnefqu flus kull sena matul dawn l-aħħar ħames snin sabiex il-main tad-drenaġġ li jgħaddi minn fejn l-Al Fresco restaurant għall-Qajjenza jiġi mnaddaf bil- bowser mill-kuntrattur privat sabiex jiġi evitat l-iżbroff tad-drenaġġ fil- bajja ta' San Ġorġ f'Birżebbuga?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jien informat li d-dipartiment tad-drenaġġ jagħmel programm kull sena għal tindif preventiv fis-sistema tad-drenaġġ fil- postijiet frekwentati minn nies u mit-turisti, b'attenzjoni partikolari fejn hemm stabilimenti ta' l-ikel.", "Il-post imsemmi fil-mistoqsija parlamentari huwa wieħed bħal dawn u għalhekk il-main tad-drenagg f'din it- triq jingħata importanza u jitnaddaf kull sena permezz ta' kuntratfur privat.", "Il-ħlas lill-kuntrattur hu ta' 80c kull metru u għad-distanza tal-main f'dan il-kaz - bejn wieħed u ieħor 750m - l-ispiża ta' kull darba tiġi madwar Lm600.", "Għalhekk f'ħames snin din l-ispiża titla' għal madwar Lm3000.", "UNIVERSITA' - STUDENTI TA' NAZZJONALITA' BARRANIJA", "3307.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid xi tħejjijiet qed tagħmel l-universita' biex fil-futur tkun tista' tospita studenti mill- bqija tad-dinja li se jkunu kisbu d-dritt u l-mezzi biex isegwu kors universitarju post-graduate fil-programm Erasmus Mundus?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni): Informat li l-universita' ilha issegwi l-programm Erasmus Mundus fi ħdan l-Unjoni Ewropea u kienet infatti waħda mill-istituzzjonijiet li pproponiet dan il- programm.", "GĦal dan il-għan saru żewġ laqgħat ġewwa Brussell fit-13 ta' Novembru u oħra se ssir fil-11 u t-12 ta' Diċembru, 2003 biex jiġi stabilit programm ta' azzjoni li trid tittieħed mill-pajjiżi membri.", "L-universita' se tipparteċipa peress li hija msieħba fil-grupp Cumpostela, Utrecht u Santander u tista' tipprovdi joint master programme taħt id- direzzjoni tal-proċess ta' Bologna.", "DELEGAZZJONI KANADIŻA F'MALTA", "3308.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid x'kollaborazzjoni ddiskuta l-ministeru fil-qasam edukattiv mad-delegazzjoni Kanadiża li kellna fostna dan l-aħħar immexxija mill-Onor.", "Paul Dubois?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni): Informat li f'laqgħa li saret fit-2 ta' Diċembru, 2003 gewwa Kastilja, is-segretarju permanenti u d-direttur għall-affarijiet Ewropej fil-ministeru ta' l- edukazzjoni ressqu dawn is-suġġerimenti għall-attenzjoni tad-delegazzjoni Kanadiża:", "GĦajnuna fl-assessjar formattiv u fil-pedagoġija ta' l-edukazzjoni bikrija;", "L-integrazzjoni ta' tfal ta' ħaddiema emigranti;", "Taħriġ ta' għalliema fil-qasam ta' l-ICT;", "Żvilupp tat-tagħlim mill-bogħod liema korsijiet jistgħu ikunu housed fl- MCAST;", "GĦajnuna fil-qasam ta' l-edukazzjoni vokazzjonali u r-riċerka;", "GĦajnuna fil-qasam tar-rikonoxximent ta' kwalifiki edukattivi;", "Sħubija għal studenti universitarji u żgħażagħ, partikolarment fi żjajjar ta' skambji fi ħdan il-programm Erasmus ta' l-UE; u", "Kuntatt fil-qasam tar-riċerka fil-programm FP6 ta' l-UE.", "DELEGAZZJONI KANADIŻA F'MALTA", "3309.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid x'ħidma qed jippjana li jagħmel il-ministeru biex ikun hemm iżjed kollaborazzjoni qawwija bejn Malta u l-Kanada fil-qasam awdjoviżiv u l-produzzjoni televiżiva u taċ-ċinema?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ninforma lil Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "MUŻEWIJIET U SITI STORIĊI - XOGĦOL TA' RESTAWR", "3310.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura: Kif inhi mistennija li tintuża' fis-sena 2004 in-nefqa kapitali ta' Lm330,000 ivvotata għal titjib fil-mużewijiet, siti storiċi u xogħlijiet ta' restawr?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ninforma lil Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Buhagiar, domanda supplimentari.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Jista' il-Ministru jgħidilna jekk ħarġitx is- sejħa sabiex isir heritage park ġewwa Ħaġar Qim u l-Imnajdra?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Sar announcement tal-kompetizzjoni li għamiltha jien xi tliet ġimgħat ilu u peress li din hija taħt l-awspiċi ta' l-unjoni internazzjonali tal-periti, tkun qed tiċċertifikalek il-brief.", "Nista' ninforma lill-Onor.", "Interpellant li llum, permezz tat-telefon, kellna indikazzjoni li l-brief kif inhi dettaljata hija tajba u se jinfetaħ perjodu ta' reġistrazzjoni minn issa sa xi data f'Jannar.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Buhagiar.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Peress li tħabbar ukoll li ntalbu proposti għall- Forti Sant'Iermu, jista' il-Ministru jgħidilna dwarhom?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Din m'hijiex proċedura tant formalizzata.", "Kif jaf l-Onor.", "Interpellant, madwar xi xahar ilu f'Sant'Iermu stess kien sar workshop taħt il-patronaġġ tal-President ta' Malta li kien ikkordinat miċ- chairman tal-Valletta rehabilitation project fejn diversi NGOs taw il- veduti tagħhom.", "Xi ġimgħatejn ilu morna tajna l-feedback lill-President ta' Malta dwar dan il-workshop u ħareġ li huwa tajjeb li nkomplu għaddejjin bil-proċess u li ċerti espressjonijiet ta' ideat li ssemmew f'dan il-workshop niftħuhom għal min forsi ma kienx preżenti, anke biex f'dan iż-żmien, meta se jibdew jittieħdu l-passi biex tissolva l-problema tal-jiem tal-karnival, inkomplu nimmaturaw il-viżjoni ta' x'nistgħu nagħmlu bil-post.", "Kif forsi jaf l-Onor.", "Interpellant ukoll, fil-budget tal-ministeru tiegħi hemm item partikolari li jismu \"Sant'Iermu\" u l-iskop tiegħu hu li norganizzaw il-villaġġ tal-karnival u kemm jista' ikun anke nibdew nagħmlu xi studji preliminari.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Buhagiar.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Allura jekk qed fhimtu sew il-Ministru qed jgħid li mhux se noqogħdu nistennew proposti mingħand min hu interessat li jiżviluppa Sant'Iermu?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Le, jien ma nifhimhiex hekk.", "Hija proposta ta' ideat aktar minn NGOs.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jista' il-Ministru jgħid jekk fil-programm ta' restawr huwiex inkluż Bieb Polverista f'Bormla, wara li kienet ġiet restawrata parti minnu?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: M'iniex f'pożizzjoni li nwieġeb għax ir-restawr tal-Kottonera jaqa' taħt ir-resposabbilta' tal-kumitat tar-riabilitazzjoni tal-Kottonera imma forsi dwar dan jista' jirrispondi l-Ministru Zammit.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sur President, filwaqt li jien lest li nerġa' nagħmel din id-domanda lill-Ministru Zammit għax naturalment hemm il-proġett tal- Kottonera li wkoll jagħmel ċertu restawr u proġetti, niġbidlu l-attenzjoni għall-fatt li fil-Kottonera isir restawr mill-fondi tal-ministeru tiegħu.", "Jekk hu jrid jagħti x'wieħed jifhem li fil-ministeru tiegħu m'hemmx flus ivvotati għal dan il-għan nitolbu jinformani, pero' jien mhux qed neħodha li fil-ministeru tiegħu qatt m'hu se jkun hemm flus ivvotati biex isir restawr fil-Kottonera.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Il-proġetti li jsiru mill-ministeru tiegħi fil- Kottonera jirrigwardaw dawk is-siti li jaqgħu taħt Heritage Malta, bħar- restawr li jsir fil-mużew marittimu u xi proġetti li jsiru b'sinerġija maċ- ċentru għar-restawr, bħal fil-każ tal-knisja tal-Salvatur fil-Kalkara.", "Pero' oltre minn hekk, l-aktar proġetti li huma ongoing isiru taħt l- awspiċi tal-ministeru għar-riżorsi u infrastruttura.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Filwaqt li nerġa' nitlob lill-Ministru jgħidli fiex wasal ix-xogħol fuq il-kappella f'Ta' Bighi, fil-Kalkara peress li saru diversi complaints li dan ma kienx tlesta kompletament, jista' il-ministru responsabbli mill-parti l-oħra tal-proġett tal-Kottonera jgħidli għallinqas fiex jikkonsisti r-restawr tagħha?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Jien ma nistax nagħti dettalji preċiżi dwar fiex wasal ir-restawr tas-Salvatur - li nista' ngħid hu li ftit xhur ilu x- xogħol kien fi stadju avvanzjat - pero' jekk jagħmilli domanda bil-miktub nipprova nwieġbu b'mod preċiż.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għar-Riżorzi u Infrastruttura) : Sur President, fil-Kottonera hemm diversi xogħlijiet ta' restawr għaddejjin.", "L- area li qed jirriferi għaliha l-Onor.", "Mizzi kien diġa' staqsieni dwarha f'xi seduta oħra u kien qalli li kienet ta' periklu għan-nies li jgħaddu minnha.", "Jien kont iċċekkjajt dwarha u mill-informazzjoni li tawni serħuli moħħi li l-aċċess għan-nies ma kienx mill-area li kien indikali hu imma min-naħa ta' wara.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Għalkemm huwa veru li hemm aċċess ieħor għall-pubbliku, l-aċċess li jinsab ħdejn il-kappella kif ukoll fuq il-kappella huwa ta' periklu kbir.", "Veru li tneħħa ċertu ġebel li kien fil-periklu imminenti li jaqa', pero' xorta waħda għad hemm periklu kbir – nistaqsi lill-Ministru jekk jafx biha u jekk ma jafx allura jindaga – b'mod speċjali meta tagħmel ix-xita għax hemm iċ-ċans li parti mis-sur iċedi.", "Jien mhux qed ngħid li huwa tort tal-Ministru imma nitolbu biex jibgħat lil min hu intiż ħalli jara bis-serjeta' il-problemi li hemm għax jekk ma jiġix restawrat, jista' jaqa' u barra li jagħmel il-ħsara nkunu tlifna xi ħaġa storika.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: L-Onor.", "Mizzi jista' iserraħ rasu li se nindaga fuq dawn l-affarijiet li qed isemmi hu.", "Jiddispjaċini ngħid li fil-pajjiż għandna diversi postijiet li kienu mitluqa.", "Naturalment ix-xita mhux talli ma tagħmilx ġid imma talli hija waħda mill-ikbar għedewwa kemm għax jikber il-ħaxix u l-aktar għax ikun hemm il-penetrazzjoni ta' l-ilma.", "Ovvjament jien se nindaga fuq dak kollu li qal u nagħmlu x-xogħol ta' restawr li hemm bżonn isir.", "Aħna diġa' għamilna diversi xogħlijiet ta' restawr mal-Kottonera kollha u huwa ammont impressjonanti u wieħed jifhem li x-xogħol ma jsirx billi taqbad u twaddab il-ġebel jew titfa' in-nies bl-imqietgħa u jgħaġlu.", "Dan ix-xogħol isir b'ċerta mħabba anke meta tiġi biex tagħżel il-ġebla u tqabbilha, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sur President, jista' il-Ministru jindaga wkoll dwar ir-restawr li qed isir fuq Forti Ricasoli?", "Qed nirriferi għal-parti li tagħti għall-breakwater fejn waqgħet biċċa żgħira u fejn jista' jagħti l- każ li ċċedi x-xewka kollha.", "Jista' il-Ministru jindaga daqsxejn u jara jistgħux jittieħdu l-passi neċessarji qabel ma ssir aktar ħsara?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Sur President, jien żort kemm-il darba n-naħa tar- Ricasoli u naf li għad hemm ħafna xogħol x'isir, pero' lill-Onor.", "Mizzi nitolbu biex wara li nispiċċaw din is-seduta tal-parlament, jindikali fuq sketch il-post li qed jirriferi għalih ħalli nkun nista' nieħu l-passi neċessarji.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Charles Buhagiar.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Jista' il-Ministru jgħidilna jekk il-gvern għandux il-ħsieb li jipprivatizza l-management ta' xi mużewijiet?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Le, s'issa m'aħniex nikkontemplaw li nagħmlu hekk.", "Bħalissa il-ħsieb tagħna hu li nagħtu xi concessions fl-istess mużewijiet - per eżempju, ikollok parti fejn tista' tagħmel bħal cafeteria jew xi retail outlet - pero' għadna m'aħniex ċerti jekk dawn għandhomx ikunu mmexxija direttament minn Heritage Malta jew jingħataw b'xi concession.", "Jista' ikollok affarijiet oħrajn li tista' tagħtihom b'concession - per eżempju, l-audio visual guide biex wieħed idur mal-mużew - pero' il- privatizzazzjoni totali tal-mużew jew tal-management tiegħu ma jidhirlix li bħalissa qed tkun ikkontemplata.", "MUŻEWIJIET U SITI STORIĊI - XOGĦOL TA' RESTAWR", "3311.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (F'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid fuqhiex intnefqet is-somma ta' Lm550,000 vvotata għas-sena 2003 għal titjib fil- mużewijiet, siti storiċi u xogħlijiet ta' restawr?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ninforma lil Onor. Interpellant li l- informazzjoni qiegħda tinġabar u t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "MUŻEWIJIET U SITI STORIĊI - XOGĦOL TA' RESTAWR", "3312.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid x'wassal għad- deċiżjoni li n-nefqa kapitali fuq titjib fil-mużewijiet, siti storiċi u xogħlijiet ta' restawr tinżel b'40% mill-budget 2003 għall-budget 2004?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ninforma lil Onor. Interpellant li huwa inkorrett li wieħed jgħid li n-nefqa kapitali fuq titjib fil-mużewijiet, siti storiċi u xogħlijiet ta' restawr qed tinżel b'40 % mill-budget 2003 għall-budget 2004.", "Jekk wieħed iħares lejn l-estimi isib li hemm ivvotati : Lm430,000 taħt Heritage Malta, Lm112,000 mill-EU structural funds, Lm37,000 f'kontribuzzjoni tal-gvern għal xogħol li jrid isir f'Ħaġar Qim u l- Imnajdra, Lm65,000 għall-iżvilupp tal-Forti St Iermu, kif ukoll Lm70,000 taħt is-sovrinetendenza tal-Patrimonju Malti, liema flus kienu s-sena l- oħra jidhru taħt il-vot ta' Heritage Malta.", "Għalhekk is-somma totali hija ta' Lm714,000 jew aħjar 30% iżjed mill- budget tas-sena 2003.", "KORDIN GRAIN TERMINAL – TAĦDITIET F'MOSKA", "3320.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (F'isem l-Onor.", "Leo Brincat) staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin: Jista' il-Ministru jgħid xi żviluppi kien hemm dwar it-taħditiet f'Moska mad-diriġenti tal-Kordin Grain Terminal fir- Russja?", "ONOR.", "EDDIE FENECH (f'isem il-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-taħditiet esploratorji li saru f'Moska mid-diriġenti tal-Kordin Grain Terminal kienu riżultat ta' kuntatti diplomatiċi li saru mal-kamra tal-kummerċ tal-Federazzjoni Russa li uriet l- interess tagħha fis-servizzi ta' din il-kumpanija.", "Wara li ġew identifikati uħud mir-reġjuni Russi li potenzjalment jistgħu jesportaw qmugħ u ċereali, id-diriġenti Maltin marru Moska f'Settembru li għadda għal taħditiet inizjali ma' rappreżentanti tar-reġjuni u organiżżazzjonijiet interessati fil-faċilitajiet li toffri Malta għal ħażna ta' konsenji mmirati għar-riesportazzjoni.", "It-taħditiet li seħħew għadhom mhux konklussivi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali 389 ta' l-2003 - Avviż ta' bidu fis-seħħ tad- dispożizzjonijiet kollha ta' l-Att ta' l-2003 dwar il-Kummissarju għat- Tfal.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Deguara.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa): Sur President, f'isem il-Ministru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomiċi nqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:-", "Avviż Legali 385 ta' l-2003 - Regolamenti ta' l-2003 li jemendaw regolamenti ta' l-1999 dwar il-pieni għal reati;", "Avviż Legali 386 ta' l-2003 - Regolamenti ta' l-2003 li jemendaw regolamenti ta' l-2002 dwar pieni u penali għal reati;", "Avviż Legali 387 ta' l-2003 - Regolamenti ta' l-2003 li jemendaw regolamenti dwar l-akkwisti li jsiru mis-servizz pubbliku; u", "Avviż Legali 388 ta' l-2003 - Avviż ta' bidu fis-seħħ ta' regolamenti ta' l-2003 dwar il-kuntratti pubbliċi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "KUMITAT TA' PROVVISTA", "ESTIMI ĠENERALI 2004", "IL-ĦAMES JUM STABBILIT", "MINISTERU GĦAR-RIŻORSI U INFRASTRUTTURA", "L-ordni għall-Kumitat ġie moqri.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor Mario de Marco, Viċi President tal-Kumitati, ippreseda.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Nixtieq ninforma lill-kumitat li skond il-mozzjoni tal-25 ta' Novembru, 2003 il-ħin tad-diskussjoni tal-lum għandu jinqasam indaqs bejn kelliema tal-gvern u kelliema ta' l-oppożizzjoni, bl-aħħar nofs għall-gvern.", "Nistieden lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura biex jekk jogħġbu iressaq ir-Riżoluzzjonijiet tiegħu.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura): Sur President, nipproponi:-", "VOT 42 - MINISTERU GĦAR-RIŻORSI U INFRASTRUTTURA", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 20,329,000 li titħallas mill-fond konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 42 - Ministeru għar-Riżorsi u Infrastruttura, kif dettaljata fl-abbozz ta' l-estimi ġenerali ta' nefqa għas-sena 2004.", "VOT VIII - MINISTERU GHAR-RIŻORSI U INFRASTRUTTURA", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 5,711,000 li titħallas mill-fond konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot VIII - Ministeru għar-Riżorsi u Infrastruttura, kif dettaljata fl-abbozz ta' l-estimi ġenerali ta' nefqa għas-sena 2004.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Charles Buhagiar.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Sur President, għandi din l-emenda:-", "VOT 28 - MINISTERU GĦAR-RIŻORSI U INFRASTRUTTURA", "Personal Emoluments", "Item 11 - Holders of Political Office", "Ħassar iċ-ċifra \"Lm14,775\" u ssostitwixxi minflok iċ-ċifra \"Lm14,774\".", "Delete the figure \"Lm14,775\" and substitute therefor the figure \"Lm14,774\".", "Sur President, illum qed niddiskutu 'l hekk imsejjaħ ministeru għar-riżorsi u infrastruttra.", "Issa jekk qatt kien hemm każ ta' nomenklatura ħażina hija din ta' dan il-ministeru għax effettivament m'għandu l-ebda responsabbilta' għall-infrastruttura imma għandu biss responsabbilta` għax-xogħlijiet pubbliċi!", "B'dan il-mod huwa pjuttost diffiċli biex wieħed jara kif se jagħmel il-kritika tiegħu meta għandek ministeru b'din in-nomenklatura u allura se jkolli ndur għal dak li kien qal il-Ministru Ninu Zammit meta f'April ħa l-kariga.", "Fost affarijiet oħrajn, dakinhar il-ministru kien qal li skond hu l- prioritajiet li għandu jkollu l-ministeru tiegħu huma l-waste management u l-public cleansing, imbagħad f'okkażjoni oħra qal li xtaq jara kif jorganizza l-ħaddiema fi ħdan id-diviżjoni tax-xogħlijiet pubbliċi biex dawn ikunu ħafna iktar effettivi, u nibda billi nagħti overview fuq dan is- suġġett nagħti overview ta' x'sar f'dawn l-aħħar snin fuq din l-issue ta' l- iskart li hija ta' importanza kbira ħafna, u għalhekk se mmur lura għal żmien l-amministrazzjoni Laburista ta' bejn l-1996 u l-1998.", "Meta l-Partit Laburista tela' fil-gvern kulma sab fuq din il-kwestjoni kien biss studju li kien ġie ppreparat mill-ex-segretarju parlamentari l-Onor.", "Stanley Zammit u xejn iżjed.", "Aħna dehrilna li jrid isir ħafna iktar xogħol minnhekk.", "Fil-fatt mill-ewwel ippruvajna noħolqu kuxjenza fuq din l-issue hekk importanti.", "Niftakar li fost affarijiet oħrajn konna għamilna dik il- famuża żjara fil-Magħtab u dakinhar tan-naħa l-oħra ma nafx x'ma qalux għax Dr Alfred Sant kien mar bil-helicopter.", "Hawn ta' min jgħid li l-iskop ta' dik iż-żjara kien li nibdew noħolqu kuxjenza biex din l-problema tant kbira tiġi indirizzata u solvuta.", "Wara din iż-żjara konna għamilna diversi laqgħat ma' l-istakeholders f'din il-kwestjoni u minn dawn il-laqgħat li għamilna ħareġ li bejn 80% u 85% ta' l-iskart li niġġeneraw huwa skart ta' l-industrija tal-kostruzzjoni.", "Imbagħad għandek madwar 12% li hu skart organiku, fraction ta' skart li jista' ikun riċiklat u porzjon żgħir ħafna ta' skart ieħor li huwa hazardous jew tossiku u trid tara kif se teħles minnu.", "Aħna għedna li l- konsegwenza tan-nuqqas tat-trattament ta' l-iskart hija l-muntanja tal- Magħtab u jekk irridu nneħħu din il-muntanja minn hemm irridu naraw x'se nagħmlu bl-iskart.", "Ovvjament konna bdejna naħsbu l-ewwel dwar x'nistgħu nagħmlu bl-iskart ta' l-industrija tal-kostruzzjoni li huwa t-tip ta' skart bl-akbar volum.", "L-idea li ħarġet kienet li dan l-iskart nużawh biex jintradmu barrieri li m'għandhomx aktar użu.", "Fil-fatt kienu kienu saru diskussjonijiet mal-GRTU, mal-planning authority u mal-water services corporation u bqajna sejrin fuq din it-triq sabiex dan l-iskart jitwaddab fil-barrieri.", "Iltqajna ma' ħafna diffikultajiet biex naslu għal din il- konklużjoni, pero` ma ridniex nagħtu xi monopolju lil xi ħadd partikolari biex dan l-iskart iwaddbu fil-barrieri hu, għax dehrilna li stajna noħolqu attivita` ekonomika ġdida għas-sidien tal-barrieri li hija proprju r-radam ta' l-iskart.", "Sur President, imbagħad bdejna nieħdu ħsieb ukoll il-problema l-oħra ta' l- iskart organiku u l-aħjar ħaġa li tista` tagħmel b'dan l-iskart organiku huwa li tagħmlu kompost.", "Dakinhar kellna impjant li kien aktar ma jaħdimx milli jaħdem għax meta kienu jħaddmuh kien jagħmel ħafna rwejjaħ u kien joħloq ħafna lmenti min-naħa tar-residenti tal-viċin.", "Li għamilna kien li sibna sistema ġdida ta' kif nipproduċu l-kompost mingħajr l-inkonvenjent li kien hemm qabel.", "Fil-fatt konna sibna sistema li permezz tagħha rrimedjajna għal dan l-inkonvenjent.", "Apparti minn hekk, konna tlaqna fuq it-triq li l- iskart li jista' ikun riċiklat nirriċiklawh u kienu ħarġu diversi tenders għal min hu interessat li jixtri dan l-iskart li jkun separat u lest biex jiġi riċiklat.", "Fil-fatt kien hemm nies li ħadu dawn it-tenders.", "Ħaġ'oħra li għamilna kienet li konna bdejna ndaħħlu l-idea tas-separazzjoni ta' l- iskart.", "Fil-fatt bħala proġett pilota konna għamilna żewġ bring-in sites, waħda f'Pembroke u oħra f'Wied il-Għajn.", "L-idea kienet li mbagħad dan il- proġett inkomplu mmexxuh mal-bqija tal-kunsilli lokali.", "Din kienet is-sitwazzjoni sa qabel l-elezzjoni ta' l-1998 għax imbagħad inbidel il-gvern u ovvjament ħa over ministru ġdid, l-Onor.", "Zammit Dimech li suppost kellu jkompli fejn ħallejna aħna.", "Sena wara li saret l-elezzjoni kienet saret mistoqsija parlamentari dwar l-immaniġjar ta' l-iskart u l- Onor. Zammit Dimech qalilna li qed jitħejja pjan nazzjonali, liema pjan kien qalilna li hu mistenni li jitlesta sa l-aħħar ta' l-1999.", "Naturalment dan il-pjan kellu wkoll jieħu ħsieb l-għeluq tal-Magħtab.", "Għaddew is-snin u ma smajna xejn iżjed dwar dan il-pjan.", "Imbagħad lejn Ottubru 2001 dan il- famuż pjan ra d-dawl.", "Meta aħna tkellimna fuq dan il-pjan, l-Onor.", "Zammit Dimech li kien ilu mill-1998 jieħu ħsieb dan is-settur, kien qalilna li dan il-pjan kien ġie approvat mill-kabinett u fil-ġurnal \"The Times\" tat-28 ta' Ottubru, 2001 kien ġie kkwotat jgħid hekk:", "\"There is no time to waste.", "It is now the time to address through a series of concrete measures the issue of waste.", "It is a subject that has often been talked about in a fragmented manner but rarely approached in the integrated fashion that it merits.\".", "Mela wara li kien ilu tliet snin responsabbli minn dan is-settur, il- Ministru Zammit Dimech ħareġ jgħidilna li ma kien sar xejn bis-serjeta` u qal ukoll li kien wasal iż-żmien li nibdew nieħdu l-miżuri neċessarji ħalli l-pjan li għamel gvern Nazzjonalista jibda jiġi implimentat.", "F'Novembru ta' l-istess sena jiena kont staqsejt jekk il-gvern kienx adotta l-istrateġija li kienet tħabbret u fir-risposta tiegħu, il-Ministru Zammit Dimech qal li huwa jikkonferma li l-istrateġija dwar il-waste management ġiet adottata mill-gvern fit-totalita` tagħha kollha u li din l-istrateġija se tinfirex fuq medda ta' 20 sena.", "Qalilna wkoll li kull sena se jibda jsir review iżjed estensiv ta' din l-istrateġija u l-ewwel waħda kellha ssir fl- 2003.", "Issa sal-lum l-istrateġija għadha ma bdietx titħaddem u ma nistax nifhem kif nistgħu nagħmlu review ta' strateġija li ma tħaddmitx.", "Issa hawnhekk, Sur President, ippermettili nagħti l-punti saljenti ta' din il- famuża strateġija.", "Skond din l-istrateġija li ġiet ippubblikata f'Ottubru 2001 kellhom jittieħdu ħafna technical/operational measures u fosthom insibu dawn:", "''Establishing facilties for the interim storage, processing and recovery of excavation and other recyclable excavation, construction and demolition waste.", "Revising MSW collection contract conditions/performance specifications;", "Pre-qualifying bidders for MSW collection contracts against stringent, technical and financial criteria;", "Strengthening supervision and control of MSW collection service providers;", "Introducing dedicated, purpose-designed vehicles for collection/transport of health care waste;", "Upgrading the Sant'Antnin composting plant;", "Upgrading of the slaughterhouse waste treatment facility in Malta;", "Developing and establishing a new landfill facility in Malta for the disposal of pre-treated, non-inert, non-hazardous wastes in accordance with European standards/best practices;", "Developing and establishing a new secure landfill in Malta for the disposal of certain hazardous wastes;", "Establishing new landfill facilities in Malta and Gozo for the disposal of excacation, construction, demolition and other inert wastes;", "Preparing and implementing plans for the remediation, restoration and return to beneficial use of former waste dump sites;", "Upgrading the healthcare waste treatment facility at St. Luke's Hospital;", "Establishing a new materials recovery facility (MRF) for the recovery of recyclable materials; u", "Establishing a wastes oil recovery/recycling facility.", "Mela hawn qed jissemmew erbatax-il miżura li wħud minnhom kellhom jittieħdu sa nofs is-sena li għaddiet u oħrajn sa l-aħħar ta' din is-sena.", "Minn dawn l-erbatax-il miżura hemm tnejn biss li ttieħdu.", "Dawn huma l-establishing of facilties for the interim storage, processing and recovery of excavation and other recyclable excavation, construction and demolition waste u l- establishing of new landfill facilities in Malta and Gozo for the disposal of excacation, construction, demolition and other inert wastes.", "Issa dan meta l-gvern, permezz tal-Ministru Zammit Dimech, kien qal li se jittratta din il-problema bis-serjeta`.", "Issa jekk wieħed jindaga ftit, malajr jinduna għaliex ma tteħdux il-miżuri mill-ewwel u nsemmi l-investiment kapitali li kellu jagħmel il-gvern fis-snin 2002 u 2003, Sur President.", "Fuq il-composting plant kellu jinvesti Lm5.5 miljun u fuq materials recovery facility kellu jinvesti Lm2.5 miljun iżda minn dawn ma investa xejn.", "Fuq il-landfill for non-inert waste kellu jinvesti Lm3.5 miljun iżda l-istess, anke hawn, ma investa xejn.", "Fuq hazardous waste transfer station kellu jinvesti Lm180,000 imma din baqgħet ma saritx.", "Fuq il-Gozo transfer system kellu jinvesti Lm400,000 imma anke din baqgħet ma saritx.", "Fuq additional collection (vehicles and containers) kellu jinvesti Lm1.2 miljun, pero' l-istess ma sar xejn.", "Fuq special waste incinerator kellu jinvesti Lm3.2 miljun iżda anke fuq dan ma sar xejn.", "Imbagħad kellna l- construction and demolition waste recovery u l-construction and demolition waste landfill.", "Dawn saru pero' mhux mill-gvern imma mill-privat.", "Dan ifisser li fis-sena 2002 kellu jsir investiment ta' Lm9.1 miljun u fis-sena 2003 investiment daqstant ieħor, imma minn dan kollu ma sar xejn.", "Allura bilfors li l-istrateġija li tant tkellimna dwarha ma sar xejn fuqha, anzi biex inkun fair irrid ngħid x'sar.", "Matul is-sena 2002 saru 15-il rapport pero' miżuri ma ttieħdu xejn.", "Issa dan meta kellna ministru , li qal li kien spiċċa ż-żmien li noqogħdu nparlaw u li allura wasal iż-żmien li nibdew nieħdu l-passi neċessarji!", "Sur President, jiena ngħid li mhux ta' b'xejn li meta l-Onor.", "Ninu Zammit ħa l-kariga ta' ministru responsabbli minn dan il-qasam, il-problema tat- trattament ta' l-iskart għamilha l-priorita` tiegħu.", "U kien qal sewwa meta qal li \"waste separation and public cleansing are absolute priorities for the government and we are committed to addressing the waste problem seriously.\"", "Għaliex seriously?", "Għax sa dakinhar, f'ħames snin sħaħ bejn l- 1998 u l-2003 ma sar assolutament xejn.", "Issa għandna lill-Onor.", "Ninu Zammit li qed jgħidilna li jrid jagħmel l-affarijiet bis-serjeta` u wara l- elezzjoni, għal ħabta tal-bidu ta' Ġunju, smajna lill-Onor.", "Ninu Zammit jippronunzja ruħu fil- pubbliku fuq din il-materja u qal li mill-1 ta' Lulju mhux se jibqa' jiddaħħal l-iskart ta' l-industrija tal-kostruzzjoni ġewwa l-Magħtab.", "Ovvjament kif għamel dan il-pronunzjament bdew iqumu ħafna domandi dwar x'se jsir u fejn se jintrema` dan l-iskart.", "Fil-fatt jien għamiltlu mistoqsija parlamentari u fir-risposta tiegħu qalli li t-tender tal-package number 1, li allura kienet tittratta l-iskart ta' l- industrija tal-kostruzzjoni, ingħatat fit-8 ta' April, 2003.", "Issa l- elezzjoni, kif kulħadd jaf, kienet saret fit-12 ta' April.", "Mela erbat ijiem qabel l-elezzjoni, il-gvern Nazzjonalista qabad u ta tender li tiswa l-miljuni ta' liri lil kuntrattur partikolari.", "Issa jien mhux qed ngħid li din hija irregolari jew illegali imma normalment dawn l-affarijiet ma jsirux ftit jiem qabel elezzjoni.", "Dejjem kienet il-prassi, għallinqas f'dawn l-aħħar leġislaturi, li kif joħroġ ir-writ ta' l-elezzjoni, la jiddaħħlu nies ġodda mal-gvern u lanqas mal-korporazzjonijiet parastatali, la jingħataw promotions u wisq inqas jingħataw kuntratti ta' din in-natura.", "Jekk jingħataw kuntratti fil-perjodu ta' l-elezzjoni jkunu dawk il- kuntratti li għandek bżonn għad-day-to-day management tal-pajjiż.", "Imma li jingħata kuntratt li jiswa' l-miljuni tal-liri erbat ijiem qabel l- elezzjoni, għalina hija xi ħaġa li ssir bl-aktar mod irresponsabbli, Sur President.", "Imbagħad fl-1 ta' Lulju kienet saret konferenza stampa mill-ministru fejn qal li minn dakinhar stess, l-iskart li kien jiddaħħal fil-Magħtab se jibda jintefa' ġo żewġ barrieri li huma dik magħrufa bħala Tal-Mejda, f'Ħal Kirkop u l-oħra Ta' Belula, fis-Siġġiewi.", "Hawnhekk irrid infakkar li f'risposta għall-mistoqsija parlamentari, il-ministru kien qalilna li t- tariffa għar-rimi ta' l-iskart fil-barrieri Ta' Belula u Tal-Mejda huwa ta' Lm1.18 kull tunnellata mingħajr il-VAT.", "Jekk tgħodd il-VAT tiġi xi Lm1.35 jew Lm1.40.", "Issa ta' min jgħid li l-gvern Laburista bejn l-1996 u l-1998 kien daħħal eco-tax ta' 35c kull tunnellata fuq l-iskart li jiddaħħal il- Magħtab u safejn naf jien hekk għadha din it-tariffa.", "Dan ifisser li l- gvern se jiġbor 35ċ mingħand min se jwaddab l-iskart fil-barrieri, u allura qed jissussidja din l-operazzjoni kollha b'Lm1 it-tunnellata.", "Dan ifisser li jekk f'sena f'dawn il-barrieri se nwaddbu miljun tunnellata ta' skart, li huwa bejn wieħed u ieħor l-ammont ta' skart li nipproduċu kull sena mill- kostruzzjoni, il-gvern se jkun qed joħroġ Lm1 miljun mill-but u jagħtihom lil dan il-konsorzju.", "Issa dan meta l-gvern kellu proposti minn konsorzji oħrajn li kienu lesti jiddisponu mill-iskart mingħajr ma l-gvern ikun involut fi spejjeż.", "F'mistoqsija parlamentari oħra dwar dan il-famuż kuntratt ta' l-iskart ta' l-industrija tal-kostruzzjoni, il-ministru rrisponda li l-konsorzju li ħa dan il-kuntratt huwa ffurmat minn Polidano Bros u l-kumpannija Ġermaniża SRW u li l-kuntratt huwa għal ħames snin u jibda mill-15 ta' Mejju ta' din is-sena u jkopri sal-31 ta' Marzu tas-sena 2008.", "Mela għandna sitwazzjoni fejn biex nagħlqu l-Magħtab, tajna kuntratt għal ħames snin erbat ijiem qabel l-elezzjoni u l-gvern qed joħroġ Lm1 għal kull tunnellata ta' skart li jintrema` fil-barrieri.", "Sadanittant bdew ħerġin il-permessi tal-barrieri qishom pastizzi!", "Issa jien ma nistax nifhem għaliex meta l-gvern Laburista pprova jagħmel din l-istess biċċa tax-xogħol, tgħidx kemm konna sibna oġġezzjonijiet mill-MEPA u mid-WSC.", "Dak iż-żmien kienu qalulna li l- barrieri m'għandhomx jintradmu bl-iskart ta' l-industrija tal-kostruzzjoni, imma issa jidher li hemm xi tmienja jew għaxar siti fejn jista' isir ir- radam.", "Mela dan kien l-ewwel eżerċizzju biex jingħalaq il-Magħtab, pero' mbagħad biex tagħlaq il-Magħtab ma trid tħalli l-ebda skart jidħol hemmhekk u allura trid tara x'se tagħmel bl-iskart li jifdallek.", "F'konferenza stampa oħra li ta l-ministru fit-8 ta' Lulju, meta ġie mistoqsi dwar dan qal li se ssir landfill ġewwa l-Għallis li se tkun tibda taħdem fis-sena 2006.", "Qal ukoll li sakemm issir din il-landfill intgħażlu żewġ barrieri, li skond il-ministru kienu identifikati bħala l-aħjar, biex iservu bħala interim landfills.", "Dawn jinstabu fis-siti tal-Magħlaq u l- Qasam il-Kbir li jinstabu fil-limiti tal-Qrendi.", "Issa l-ministru qal l- engineered landfill li trid issir fl-Għallis se tkopri area ta' 260 tomna u biex issir, trid tħaffer madwar 30 metru fond u b'kollox se jiġu eskavati 3.5 miljun metri kubu ta' blat.", "Meta żvela dawn l-affarijiet tqajmu ħafna mistoqsijiet.", "Bdew iqumu mistoqsijiet dwar jekk hemmx għalfejn issir landfill daqshekk kbira ġo l-Għallis.", "Hemm għalfejn issir landfill ta' 260 tomna?", "Qegħdin nitkellmu fuq daqs ta' raħal żgħir u jekk inti se tiskava 3.5 miljun metri kubu ta' blat, ovvajment din se tkun tesa 3.5 miljun metri kubu ta' materjal.", "Aħna għandna bżonn dik il-kobor ta' landfill għal 20 sena?", "Meta inti tara l-iskart li nipproduċu ssib li għandna 80% jew 85% skart tal-kostruzzjoni, bejn 10% u 12% skart organiku u persentaġġ li se jiġi riċiklat.", "Mela l-massimu ta' skart li għandu jmur fil-landfill m'huwiex iktar minn 100,000 tunnellata fis-sena.", "F'20 sena dawn jiġu 2 miljun tunnellata ta' skart.", "Mela għalfejn għandna bżonn inħaffru 3.5 miljun metri kubu ta' blat?", "Bdew iqumu dawn it-tip ta' domandi.", "Għaliex?", "Għax kieku wieħed jaċċetta li m'hemmx għalfejn ikollok landfill daqshekk kbira tinfetaħ il-possibbilta' li ssib sites oħrajn jew inkella jekk issir fl-Għallis, is-site li ntgħażel, ma jkunx ikun hemm għalfejn tersaq daqstant lejn l-area turistika ta' Buġibba u l-Qawra.", "Sur President, jien għamilt sensiela ta' domandi lill-ministru u qalli li jekk naqra l-project description statement inkun naf ir-risposti.", "Jien mort naqra l-PDS u fost affarijiet oħra sibt li dan jagħti t-timetable ta' meta kellu jsir ix-xogħol.", "Fil-fatt jgħid li l-planning application process, including preparation of the PDS, preparation of the environment impact statement and submission of the planning authority application – qed nitkellem fuq is-sit ta' l-Għallis - kellu jsir bejn Frar u Marzu 2003.", "Dan ifisser li sa nofs din is-sena suppost sar il-proċess kollu.", "Bejn Settembru tas-sena li għaddiet u Awissu ta' din is-sena kellu jsir id-detailed design, bil-construction ta' din il-famuża l-engineered landfill tibda f'Mejju ta' din is-sena u tispiċċa f'Jannar tas-sena d-dieħla.", "Din hija t- timetable li sibt fil-PDS u minn dan kollu għadu ma sar xejn.", "Kieku l- affarijiet imxew skond kif hawn fil-PDS, kieku l-landfill ta' l-Għallis kważi lesta għaliex hawnhekk jgħidlek il-completion day kellha tkun Jannar 2004.", "Sur President, naturalment m'hemmx għalfejn ngħid li l-għażla ta' dan il- post fejn għandha ssir il-landfill qajmet ħafna protesti mill-MHRA u l-FOI.", "Kien hemm ħafna nies li tkellmu kontra l-għażla u naturalment tkellmu kontra l-għażla wkoll il-bdiewa li issa se jitilfu area kbira ta' raba' tajjeb.", "Mela din hi l-pożizzjoni li għandna bħalissa fuq landfill ta' l- Għallis.", "Imbagħad il-ministru qalilna li sakemm titlesta din il-landfill - din se tieħu sas-sena 2006 biex titlesta u l-gvern intrabat ma' l-Unjoni Ewropea li jagħlaq il-Magħtab sa Mejju tas-sena d-dieħla - għandna bżonn naraw x'se nagħmlu bl-iskart mhux tal-kostruzzjoni u ħareġ bil-famuża idea tat-temporary engineered landfills.", "Issa landfill qatt m'hi se tkun temporanja.", "Ma jistax ikun li landfill tkun temporanja.", "La għamiltha hemm qiegħda hemm u trid tieħu ħsiebha u tneħħilha l-gassijiet sa 25 sena wara....", "(Interruzzjonijiet) Interim landfill tista' tagħmilha għal sentejn u nofs imma għaliex hija interim ma jfissirx li hija temporanja.", "M'hija temporanja xejn!", "Sur President, il-ministru qal li se jagħmel din il-landfill temporanja n- naħa ta' l-Imnajdra u n-naħa ta' Ħaġar Qim.", "Ovvjament m'għandniex għalfejn ngħidu li meta tħabbar dan qamu ħafna ilmenti minn ħafna nies, imbagħad meta l-ministru wieġeb għal dawn l-ilmenti qal li dan is-sit intgħażel wara li sar studju profond mill-esperti.", "Issa fis-sena 2002 saru 15-il rapport u l-ebda wieħed ma semma din it-temporary jew interim engineered landfill.", "Fil-fatt lanqas issemmiet fl-istrateġija li skond il-ministru ta' qablu kien adotta l-gvern, imma l-Onor.", "Ninu Zammit għoġbu jgħidilna li dik is- site intgħażlet wara li sar rapport dettaljat.", "F'dan ir-rapport dettaljat insibu hekk:", "\"A report was prepared by members of MEPA, WasteServ and Malta Resources Authority between the 3rd and the 9th of June and experts individuated only two sites.\".", "Dan ir-rapport għamluh f'ħamest ijiem u tista' timmaġina x'rapport kbir għamlu u kemm kien dettaljat!", "Kif għedt qabel, hekk kif tħabbar il-post fejn għandha ssir din l-interim engineered landfill, is-soċjeta' ċivili kollha qamet kontra l-għażla ta' dan is-sit.", "Għandna lill-Alternattiva Demokratika, il-MHRA, Din l-Art Ħelwa, is-sovrintendent ta' Heritage Malta u ħafna nies oħra jgħidu li jekk din il-landfill issir fil-post li ntgħażel, se tkun ta' dannu għall-wirt storiku tagħna.", "Sur President, il-ministru pprova jiġġustifika l-għażla tas-sit fejn għandha ssir il-landfill billi f'intervista li saritlu minn \"The Malta Indepedent\" qal hekk:", "\"If these quarries are not used they will probably remain a huge blot on the landscape.\".", "Aħna mhux qed ngħidu li m'għandhomx jiġu mirduma bl-iskart ta' l-industrija tal-kostruzzjoni.", "Ordomhom bl-iskart tal-kostruzzjoni jekk trid imma twaddabx żibel fihom!", "Din li qegħdin ngħidu aħna.", "Aħna naqblu li għandek tirreklamahom, imma mhux biż-żibel.", "Hawn ħafna mezzi kif tirreklamahom.", "Qal ukoll li:", "\"Access to the temples will not be hindered because trucks will get to the sites from Siggiewi.\".", "Ried speċi jgħid li lit-turisti se ngħadduhom minn post u t-trakkijiet taż- żibel se ngħadduhom min-naħa l-oħra.", "U kompla jgħid:-", "\"Those who visit the temples will not see the landfills because the temples are separated from the quarries by a hill.", "The smell of rubbish will not be a problem since rubbish will be sealed with layers of inert waste.\".", "Il-ministru qiegħed jgħid li ż-żibel li se jitwaddab hemm - hu stess qed jgħid li jitwaddab iż-żibel - se jintradam bl-inert waste u allura mhux se jinxtamm.", "Issa anke fuq dan, lanqas hu korrett.", "Ħalli ngħid x'qal il- ministru fil-pubblikazzjoni \"on Site\" li ħareġ hu stess fis-sajf ta' din is- sena:", "\"F'engineered landfill ikun hemm kontroll assolut u barra minn hekk, wara li jintrema fiha l-iskart tal-ġurnata, matul il-lejl dak l-iskart jitgħatta b'saff sealer u hekk ikunu eliminati l-perikli kollha, inkluż l-irwejjaħ.\".", "Jiġifieri matul il-ġurnata se jħalluh irejjaħ u imbagħad bil-lejl jgħattuh b'saff sealer ħalli ma jrejjaħx.", "Bħal dak li qallu t-turisti se jmorru bil- lejl jżuru Ħaġar Qim u l-Imnajdra!", "Sur President, irrid ngħid li mhux aħna biss konna kontra l-għażla tas-sit għal dawn it-temporary engineered landfills, imma kellna anke membru minn tan-naħa l-oħra.", "Ħalli ngħidlek kif iddeskrivihom l-Onor.", "Jeffrey Pullicino Orlando dawn il-landfills fl-Imnajdra f'intervista li ta lil \"The Sunday Times\".", "Irrifera għalihom hekk:", "\"Constructing landfills close to Mnajdra is comparable to the wanton destruction of the historic Buddha structures by the Taleban.\".", "Jiġifieri lill-Ministru Ninu Zammit sieħbu qed jgħidlu Talibani.", "(Interruzzjonijiet) Mhux jien għax jien qed nikkwota!", "Thank you lilu trid tgħid mhux lili!", "Ta' min jgħid ukoll li kellna wkoll il-Friends of the Earth u l-UNESCO li kkundannaw dan l-aġir tal-gvern.", "Meta l-prim ministru ra li kollox ġej kontra dawn il-famużi temporary landfills għamel pass lura u qal li għalkemm ġew identifikati ż-żewġ siti, m'aħniex ċerti jekk hux se jsiru hemm jew le.", "Sur President, meta f'intervista li ta lill-ġurnal \"l-orizzont\", il- ministru ġie mistoqsi kif se jagħmel dawn il-landfills qal li jekk joħorġu l-permessi neċessarji, il-ġnub taż-żewġ barrieri jkunu jridu jiġu llixxati u jinksew bil-membrane.", "Issa biex inti tillixxa l-ġenb tal-barriera trid tmur b'xi gaffa, tqatta' il-blat u tagħmlu dritt.", "(Interruzzjonijiet) Mhux xorta at an angle jew dritt!", "Trid tqatta' il-blat b'hydraulic hammer.", "Issa hawnhekk irrid infakkar li fl-1994 dawn iż-żewġ barrieri li l-ministru qal li huma \"a huge blot on the landscape\" - u naqbel miegħu li huma koroh - kienu twaqqfu milli joperaw mill-MEPA għax kienu ċċaqilqu l-istrutturi li hemm f'Ħaġar Qim u l-Imnajdra u kienu ħasbu li setgħu ġew ikkawżati mill- vibrations tat-tqattigħ tal-blat li kien qed isir f'dawn iż-żewġ barrieri partikolari.", "Għalhekk ingħalqu dawk il-barrieri u mhux għax hemm ġebel ħażin, anzi nzerta li f'dawn il-barrieri hemm fost l-aħjar blata li għandna Malta.", "Dawn ma tħallewx joperaw aktar mill-MEPA għall-fatt li kienu viċin dawn it-tempji u t-tqattigħ tal-blat kien qed jikkawża ħsara u joħloq riskju għat-tempji.", "Allura ma nistax nifhem kif issa se nillixxaw il- blat tal-ġnub tal-barriera, naturalment b'makkinarju tqil.", "Ma nistax nifhem kif il-MEPA se tagħti permess li jsir dan meta kienet hi stess li waqqfet milli jsir it-tqattigħ f'dawn il-barrieri.", "Insomma għad hemm kontroversja sħiħa li għadna għaddejjin biha sal-lum, Sur President.", "Sur President, imbagħad kellna lill-Onor.", "Jesmond Mugliett li qal li m'hemmx għalfejn isiru żewġ temporary landfills għax b'waħda li tkun l- aktar 'il bogħod mit-tempji nistgħu ngħaddu.", "Reġa' tkellem l-Onor.", "Pullicino Orlando u qal li jemmen li dawn mhux se jsiru u qal ukoll li għandu l-backing ta' MPs oħra min-naħa tagħhom.", "Imbagħad f'Settembru ta' din is-sena, il-prim ministru qal li għad m'hemm l-ebda deċiżjoni finali dwar l-engineered landfills temporanji u għad irid isir l-environment impact assessment li jrid isir fi żmien xahrejn.", "Issa min hu ta' l-affari tiegħu jaf li biex isir assessment bħal dan trid perjodu itwal.", "Fil-fatt jekk wieħed jara l-PDS isib li biex tagħmel dak it-tip ta' EIA għandek bżonn minn erba' sa tmien xhur.", "Jiġifieri anke hawnhekk ppruvajna nieħdu x- short cuts.", "Sur President, meta nġabret petizzjoni kontra dawn il-landfills li ffirmawha 10,300 ruħ minn dawk l-inħawi u ġiet ppreżentata fil-parlament, il-Ministru Zammit ħareġ jgħid li dik kienet petizzjoni ta' qerq, petizzjoni ta' ingann.", "Tafu għaliex qal hekk?", "Għax minflok il-kliem \"engineered landfill\" kien hemm biss il-kelma \"landfill\".", "Jidher ċar li f'din il-kwestjoni ma tteħditx deċiżjoni bis-serjeta` u allura jekk jien se niġġudika lill-ministru fuq il-kliem tiegħu stess, meta qal li hemm bżonn nittrattaw din l-issue bis-serjeta`, ikolli ngħid li falla mill-ewwel fuq dak li hu stess għamel priorita`.", "Naturlament hemm issues oħrajn li jikkonċernaw l-iskart, per eżempju, dik tal-kompostaġġ, Sur President.", "Il-gvern Laburista bejn l-1996 u l-1998 kien għamel żewġ bring-in sites iżda f'ħames snin sħaħ, bejn l-1998 u l-2003 ma sarux iktar minnhom, pero' illum il-ġurnata qegħdin isiru f'postijiet oħrajn.", "Dawn hemm bżonn li jsiru għax jekk mhux se nisseparaw l-iskart qatt ma jista' ikun li jkollna kompost tajjeb.", "Għalhekk nappella lin-nies biex jikkoperaw u jisseparaw l- iskart għax jekk mhux se jkollna skart separat sew, la jista` ikollna kompost tajjeb u lanqas inkunu nistgħu nirriċiklaw il-fractions differenti ta' skart ieħor.", "Hawnhekk nixtieq ngħid li qabel l-elezzjoni kien jingħad li l-Unjoni Ewropea mistennija tagħti għajnuna sostanzjali lil Malta biex jiwettaq il-proġett ta' immodernizzar ta' l-impjant ta' riċiklaġġ f'Sant'Antnin ġewwa Wied il-Għajn, imbagħad tmur tfittex fl-estimi ta' din is-sena ħalli tara kemm se jagħtuna u ssib li mis-Lm16 miljun li għandna bżonn se jagħtuna biss Lm33,000.", "Issa ta' min jgħid ukoll li t-titjib f'dan l-impjant kellu jsir sa l-aħħar ta' din is-sena imma s'issa għadu ma sar xejn.", "Skond id-diskors tal-ministru forsi nibdewha s-sena d-dieħla.", "Ngħaddi issa biex ngħid xi ħaġa fuq il-ġbir ta' l-iskart, Sur President.", "Kellha ssir sistema biex permezz tagħha l-ġbir ta' l-iskart isir b'mod sejru, iżda mhux talli ma saritx sistema talli s-sajf li għadda tgħidx kemm inqalgħu problemi rigward il-ġbir ta' l-iskart.", "Ikolli ngħid li sal-lum, tmien xhur wara l-elezzjoni, il-ministru għad irid jipprova jara kif se jittekilja din il-problema tal-ġbir ta' skart.", "Infakkar ukoll li l- ministru qal li jrid jittekilja bis-serjeta` l-kwestjoni ta' l-indafa pubblika.", "Kellu raġun jgħid hekk għax il-predeċessur tiegħu, qatt ma ttekiljaha bis-serjeta` din il-kwestjoni.", "Biżżejjed wieħed jiftakar x'kien ġara ġewwa d-Dwejra fejn għal dawn l-aħħar għaxar snin kien qed isir ħafna radam u kienu qed jagħmlu Magħtab żgħir.", "Imbagħad il-ġurnal \"The times\" kien għamel biċċa xogħol tajba billi f'Mejju tas-sena 2000 ġibed l- attenzjoni tal-ministru li ġewwa, post li jżuruh ħafna turisti, kien qed isir ħafna radam.", "Il-ministru kien mar hemm u qal li hemm bżonn isir rapport biex jitnaddaf dak il-post.", "Rapport ried jagħmel minflok jibgħat il- gaffa u t-trakkijiet!", "Imma apparti dan, l-Onor.", "Zammit Dimech kien qal li sa l-aħħar sena 2000 kellu jeħles mill-iskart li kien hemm fid-Dwejra.", "Pero` x-xogħol tat-tindif tad-Dwejra beda f'Novembru tas-sena 2000, imbagħad waqaf f'Diċembru ta' l-istess sena u wara kienet ħarġet l-Onor.", "Giovanna Debono tgħidilna li tlestiet l-ewwel fażi tat-tindif tad-Dwejra.", "Għadda ż-żmien u f'Marzu tas-sena 2001 \"f'The Times\" deher artiklu intitolat \"Dwejra works at a standstill\".", "Wara ftit taż-żmien ieħor f'artiklu ieħor l-istess ġurnal qalilna li \"after seven months all Dwejra rubble is still uncleared\".", "Imbagħad f'Ottubru 2001 kellna l-aħbar li t- tieni fażi tat-tindif tad-Dwejra dalwaqt tibda.", "Saret mistoqsija parlamentari lill-Onor.", "Giovanna Debono, bħala l-ministru għal Għawdex li qaltilna li l-ewwel fażi tat-tindif tad-Dwejra kienet diġa` tlestiet pero` kien għad fadal ħafna x'isir.", "Imbagħad bqajna nistaqsu mistoqsija wara oħra dwar meta se jitkompla x-xogħol tad-Dwejra, iżda tistaqsi lill-ministru għal Għawdex u tgħidlek li din m'hijiex responsabbilta` tagħha u tirriferik għall-ministeru għall-ambjent.", "Tistaqsi lill-ministru għall- ambjent, jirriferik għal ministeru ieħor u titkellem mal-public works jgħidulek li huma m'għandhomx x'jaqsmu!", "Bqajna sejrin hekk b'domanda parlamentari waħda wara l-oħra u sal-lum ix-xogħol tat-tindif fid-Dwejra għadu ma tkompliex.", "Waslet biex tintemm is-sena 2003 u l-iskart li kien hemm ġewwa d-Dwejra għadu hemm sal-lum.", "Sur President, tindif ieħor li suppost kellu jsir u ma sar qatt huwa t- tindif tal-widien u nibda biex nitkellem dwar Wied is-Sewda ġewwa Ħal Qormi.", "Il-kunsill lokali ta' Ħal Qormi kien ilu sentejn jikteb lill- Minsitru Zammit Dimech biex isir it-tindif ġewwa dan il-wied għax kienu jafu li jekk mhux se jitnaddaf se jinħolqu problemi kbar ta' għargħar.", "Anke lill-Ministru Ninu Zammit kitbulu kemm-il darba dwar dan il-bżonn u dan it- tindif baqa' ma sar qatt.", "Tant ma sarx li fil-21 ta' Awissu ta' din is-sena l-Qriema, flimkien mas-sindku, għamlu protesta minħabba l-ħmieġ li kien hemm f'dan il-wied.", "Fil-fatt nhar it-Tnejn 15 ta' Settembru kellna dik il- maltempata kbira tax-xita, ġarret l-iskart u l-imbarazz li kien hemm fil- wied, inkluż trailer u bowser, weħel kollox ma' wieħed mill-bridges u għerqet l-area kollha.", "U dan għaliex?", "Għax il-famuż tindif li l-ministru kellu jieħu bis-serjeta` ma sar qatt.", "Meta l-ministru ra hekk, mar fuq il- post biex jara l-ħsara li saret u qal li hemm bżonn issir analisi ħalli jkunu identifikati aħjar l-postijiet li minnhom jista' jgħaddi l-ilma.", "Lill-ministru ngħidlu li dak li ried jagħmel hu kien qed isir fi żmien il- gvern Laburista u huma waqqfuh.", "Aħna konna bdejna naħgmlu n-national stormwater master plan u huma ma komplewhx.", "L-idea ta' dan il-master plan kienet li nidentifikaw minn fejn jista` jgħaddi l-ilma ħalli nevitaw dawn l- affarijiet, imma qed ngħid, tan-naħa l-oħra waqqfu kollox u ma sar xejn.", "Imbagħab għax kellna diżgrazzja l-ministru qalilna li se jagħmel rapport, l- iktar ħaġa faċli li tista' tagħmel biex ma tagħmel xejn.", "Imbagħad qalulna li l-ispiża tal-ħsarat li saru minħabba din il-maltempata tlaħħaq is-Lm6 miljun u li kienu se japplikaw għal xi kumpens mingħand l-Unjoni Ewropea u meta applikaw, din qaltilhom li se tagħtihom Lm300,0000 jew Lm400,000.", "Ix- xogħol isir meta l-affarijiet teħodhom bis-serjeta', kif konna nagħmlu aħna.", "Meta konna fil-gvern aħna, fis-sajf konna nieħdu ħsieb innaddfu l- widien u l-istormwater culverts.", "Fi żmienna aħna naddafna 5.7 kilometri ta' widien u tliet kilometri ta' culverts u f'sena waħda nfaqna madwar Lm1 miljun fuq xogħol ta' tindif ta' postijiet minn fejn jgħaddi l-ilma tax- xita.", "Nista' ngħid wkoll li kienu nbnew disa' kilometri ta' culverts.", "Imbagħad iddur għall-estimi finanzjarji li għadu kemm ippreżentalna l-gvern Nazzjonalista u tara li l-ammont budgeted għall-maintenance tal-culverts huwa veru żgħir meta mqabbel ma' dak li hemm bżonn isir.", "Ngħaddi issa biex nitkellem ftit fuq l-embellishment ta' areas turistiċi, xogħlijiet li kienu nbdew fl-1997 u niftakar li l-ewwel proġett li konna għamilna ġewwa Buġibba kien qamilna madwar Lm3 miljun.", "Imbagħad konna għamilna proġett ieħor fin-naħa t'isfel tal-pajjiż li ukoll kien Lm3 miljun.", "Imma issa qed naraw li aktar ma jgħaddi ż-żmien, l-ammont ta' flus budgeted għal dan l-embellishment iktar qed jonqsu.", "Per eżempju, fis-sena 2000 kellna vvotat is-somma ta' Lm1 miljun, fis-sena 2001 kellna Lm900,000, fis-sena 2002 Lm770,000, fis-sena 2003 Lm850,000 u għas-sena 2004 għandna Lm650,000.", "F'intervista li ta f'Marzu 2002, l-Onor.", "Zammit Dimech kien qal li kien diġa' beda x-xogħol ta' embellishment fil-bajja ta' San Tumas iżda s'issa għadu ma sar xejn.", "L- istess ministru kien qal ukoll li matul din is-sena kellu jsir xogħol fuq il-promenade tal-Qajjenza ġewwa Birżebbuġa u fuq il-promenade tax-Xgħajra.", "Anke f'dawn iż-żewġ każi s'issa għadu ma sar xejn, Sur President.", "F'Lulju ta' din is-sena, lill-Ministru Ninu Zammit saritlu domanda dwar ix- xogħol ta' embellishment li kien qed jipprevedi li se jsir matul is-sena d- dieħla.", "Għal din il-mistoqsija, il-ministru wieġeb li għandu jsir xogħol ta' tisbiħ fit-toroq interni ta' Paceville stmat madwar Lm0.8 miljun, xogħol f'Xatt is-Sajjieda, Marsaxlokk stmat madwar Lm0.2 miljun, xogħol ta' tisbiħ fil-bajja ta' San Tumas stmat Lm50,000, xogħol ta' tisbiħ f'tal- Gillieru stmat Lm200,000 u tibda t-tieni fażi ta' xogħol ta' tisbiħ fil- promenade tax-Xemxija li huwa stmat Lm80,000.", "Ta' min jgħid li għalkemm ix- xogħol li kellu jsir fix-Xgħajra kien ilu mwiegħed ħafna, il-ministru lanqas biss semmieh fir-risposta tiegħu.", "Imma apparti dan, jekk wieħed jgħodd kemm hu stmat li se jintnefqu flus fuq ix-xogħlijiet li semma l- ministru jsib li għandu bżonn Lm1.2 miljun, imbagħad tħares lejn l-estimi u ssib li kulma ġie vvotat għal dan ix-xogħol huwa Lm650,000.", "Jiena ma nistax nifhem kif vvotajna Lm650,000 u se nagħmlu xogħol li jiswa Lm1.2 miljun.", "Milli jidher la se jsir ix-xogħol imwiegħed fix-Xgħajra, la dak imwiegħed fil-Qajjenza u lanqas dak imwiegħed f'diversi lokalitajiet oħra.", "Sur President, irrid nenfasizza fuq l-importanza li jsir ix-xogħol ġo Paceville għax hemmhekk għandna konċentrazzjoni kbira ta' lukandi u jkollna ħafna turisti li jmorru dawk in-naħat.", "Għalhekk nittamaw li dan il-proġett li ilu ġej ħafna jitlesta kemm jista` ikun malajr.", "Pero` filwaqt li huwa importanti li nagħmlu dawn il-proġetti f'dawn l-areas turistiċi, ma nistgħux nabbandunaw proġetti oħra li jkunu diġa' tlestew.", "Għaliex qed ngħid hekk?", "Qed ngħid hekk għax jekk wieħed imur idur dawra ma' Buġibba jista` jara t-telqa u l-abbandun totali li hemm.", "Funtana li kien hemm fil- pjazza nsterqet u ma saritx oħra minflokha u anke kellha ssir funtana fil- baħar, iżda ma saritx għax qalu li tqum ħafna flus biex iniżżluha u jħaddmuha.", "Iddawwar fejn iddawwar wiċċek ħlief żdingar ma tarax.", "Anke jekk tmur Wied il-GĦajn tgħidx x'telqa hemm, tiles maqlugħin, bankini mkissrin u ħadd ma jagħti kas ta' xejn.", "Ma jistax ikun li l-gvern jonfoq il-flus f'dawn il-proġetti u mbagħad jitlaq kollox għal riħu.", "Il-kunsilli lokali qegħdin jgħidu li m'għandhomx il-fondi biex iżommu sew dawn it-tip ta' proġetti għax dawn huma proġetti kbar li jinvolvu spejjeż kbar.", "Allura jiena ngħid li wasal iż-żmien – fil-fatt ilu li wasal iż- żmien - li għandna naraw kif se nagħmlu biex inżommu fi stat tajjeb dawn il- proġetti ta' embellishment li nagħmlu.", "Mhux biżżejjed li nagħmluhom imma rridu nżommuhom fi stat tajjeb.", "Ara ġo Tas- Sliema, mhux talli żammejnihom fi stat tajjeb talli l-Milied li għadda waħħalna 16,000 fairy lights u skond l-Onor.", "Zammit Dimech dawn kellhom jibqgħu jaħdmu s-sena kollha!", "(Interruzzjonijiet) Jiena ma nafx jekk ħadmux is-sena kollha għax dik m'hijiex triqti u forsi l-Onor.", "Zammit Dimech jista' jgħidilna jekk ħadmux is-sena kollha.", "Jiġifieri f'Tas-Sliema ma jimpurtax li jkollna 16,000 bozza jteptpu s-sena kollha, imma biex nirranġaw Buġibba m'għandniex flus.", "Hawn irrid ngħid - dan biex nagħti idea kif qed isir l-infiq fi proġetti bħal dawn - li l-consortium li qed jieħu ħsieb ir-roundabouts, l-environmental landscaping consortium, biex għamel erba` proġetti fuq roundabouts f'sena nefaq Lm3 miljun.", "Il-gvern Laburista bi Lm3 miljun għamel Buġibba kollha u mhux ir-roundabouts biss!", "Qasam ieħor li jaqa` taħt dan il-ministeru huwa dak tar-restawr.", "Anke f'dan ir-rigward tan-naħa l-oħra qalulna li bis-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, se jkollna vantaġġi kbar fil-konservazzjoni u r-restawr ta' bini storiku.", "Fil-fatt meta tlesta r-restawr fuq Bieb il-Bombi, il-prim ministru kien ħareġ jgħidilna li l-Unjoni Ewropea toffri lil Malta vantaġġi kbar fl- oqsma tal-konservazzjoni u r-restawr ta' bini storiku, kemm permezz ta' programmi speċjalizzati li għandha f'dawn l-oqsma, kif ukoll permezz ta' għajnuna finanzjarja li nikkwalifikaw għaliha bħala membri.", "Jiena taħt ħarsa lejn l-estimi fejn hemm tabella li tgħidilna x'fondi se jieħu dan il- ministeru mill-Unjoni Ewropea u sibt li m'hu jieħu xejn.", "Sur President, dan l-aħħar anke kellna s-sindku tal-Belt, il-ħabib tiegħi Dr Paul Borg Olivier, li tkellem dwar x'hemm bżonn isir fil-Belt u dan qal hekk:", "\"Valletta does not deserve another siege but more sensitivity towards its conservation''.", "Imbagħad insibu li l-kunsill lokali tal-Belt ħareġ permess sabiex kuntrattur jinżel bi trakk fi Triq Sant'Ursula, fejn hemm dak it-taraġ storiku tal-ġebel.", "Infatti għadda minn fuqu u farrku kollu.", "Insibu wkoll li meta Triq ir-Repubblika kienet ingħatat wiċċ ġdid, fil-junction fi Triq Santa Luċija kien sar taraġ biex ma jgħaddux karozzi.", "Issa f'daqqa waħda t- taraġ sar rampa biex jinżlu l-karrozzi.", "Meta kont għamilt mistoqsija parlamentari dwar dan, il-Ministru Ninu Zammit qalli li t-taraġ inqala' fuq insistenza tal-kunsill lokali sabiex il-bejjiegħa tal-monti jkollhom minn fejn jidħlu u joħorġu.", "Kemm qegħdin tajjeb!", "Dik sensititivita` għall-bżonn li nikkonservaw pajjiżna!", "Biex jgħaddi bejjiegħ tal-monti naqilgħu t-taraġ u nagħmlu rampa li ma jmurx jieħu xi dawra kbira!", "Kulħadd jaf kemm qed isiru kummenti fuq l-istat li tinsab fih il-Belt Valletta.", "Saħansitra l-President Guido de Marco għadda l-kummenti tiegħu meta ddeskriva l-Forti Sant'Iermu bħala a national disaster and a national embarrassment.", "Issa smajna li ħarġet sejħa għal proposti dwar il-Forti Sant'Iermu għax hemm bżonn isir xi ħaġa.", "Irrid infakkar ukoll li fl-1998 meta kien hemm il-Partit Laburista fil-gvern, kien ġie ppublikat development brief għall-Forti Sant'Iermu.", "L-idea kienet li ssir sejħa għal proposti simili bħalma qed isir illum.", "GĦaddew ħames snin u ma sar xejn u issa fl-aħħar donnu se jsir xi ħaġa.", "Ħaġ'oħra li rrid infakkar hi li qabel is-sajf li għadda, fi Pjazza San Ġorġ hawn quddiem il-Palazz, kien beda jinqala` parti mill-madum ta' fejn hemm il-karozzini.", "Iżda qalgħu l-madum u m'għamlu xejn aktar, ħallewh maqlugħ u ħallew tħarbit sħiħ.", "Meta għamilna mistoqsija parlamentari biex naraw x'inhu jsir, il-ministru qalilna li qed issir biċċa xogħol żgħira u se jibdlu ftit madum.", "Imbagħad f'daqqa waħda minn bdil ta' ftit madum sibna li l-pjazza kollha se tingħata t-tarmac u xi ħadd qal li biex tagħti t-tarmac pjazza bħalma hija Pjazza San Ġorġ hemm bżonn li jkollok il-permess tal- MEPA għax se tibdel il-wiċċ kollu.", "F'dan il-każ filli se nagħlqu l-pjazza biex jibda x-xogħol u filli m'għalaqna xejn għax ma sar xejn!", "Kienu qalulna wkoll li se jagħmlu paviment ġdid fi Triq Merkanti li kien se jiġi jqum Lm500,000.", "Saret kompetizzjoni, intrebħet minn perit partikolari, qalu li se jibda x-xogħol tal-pavimentar fl-aħħar ta' din is- sena .....", "(Interruzzjonijiet) Ray Bondin qalha din, il-kordinatur tal- Valletta rehabilitation committee.", "(Interruzzjonijiet) Jiena nistaqsi lilek kif twiegħdu lin-nies li se tagħmlu l-pavimentar fi Triq Merkanti mbagħad ma jsir xejn.", "Xi sentejn ilu tpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra rapport li kien sar mill-ombudsman dwar il-ġonna pubbliċi li hawn ġewwa l-Belt, fejn saru diversi kummenti validi ħafna fuq il-Barrakka ta' fuq u dik t'isfel u anke fuq Hastings.", "Is-Sur Sammut qal li hemm bżonn li dawn il-ġonna jiġu mmaniġġati aħjar u li biex isir dan hemm bżonn li titwaqqaf awtorita` biex tieħu ħsiebhom.", "Jiena jidhirli li din idea tajba u ma nafx għaliex dan ma sarx, Sur President.", "Il-Ministru Zammit Dimech qalilna li hemm bżonn isir lift ġewwa l-Belt ħalli n-nies li jiġu bil-cruiseliners jitilgħu dritt il-Barrakka.", "Ma nafx min se jagħmlu dan il-lift!", "Il-membri tan-naħa tal-gvern għandhom il-vizzju li jwaddbu l-ideat fl-ajru, min jgħid li se ssir ħaġa u min jgħid li se ssir oħra, imbagħad meta tfittex biex tara x'ġie vvotat għal dak li jkunu qalu li se jsir ma ssib xejn.", "Ma jistax ikun li nibqgħu sejrin hekk.", "Tant waqgħet fi stat diżastruż il-Belt Valletta li kellu jkun il-privat permezz tal-Valletta live initiative li ħa l-inizjattiva sabiex lill-Belt nippruvaw nagħtuha ħajja ġdida.", "Naf li dawn in-nies għandhom biċċa xogħol kbira quddiemhom biex jagħtu l-ħajja lill-Belt u nawguralhom li jirnexxielhom f'dak li se jagħmlu.", "L-istess nistgħu ngħidu fir-rigward tal-Kottonera.", "Qalulna li se jagħmlu master plan għall-Kottonera kollha u spiċċaw li se jagħmlu master plan għall-Birgu biss għax m'hemmx fondi għall-Kottonera kollha.", "Imbagħad qabbdu perit biex jagħmel il-master plan u sal-lum għadu m'għamel xejn, u dan meta diġa` għaddiet sena minn mindu qalu li se jagħmlu dan il-master plan.", "Qalulna wkoll li se jagħmlu pavimentar ġdid fi Pjazza Santa Margerita ġewwa Bormla.", "Ilhom jgħidu li se jagħmlu dan il-pavimentar xi tliet snin.", "Issa, xi xahar ilu, sieħbi l-Onor.", "Chris Agius għamel mistoqsija parlamentari lill-Ministru Zammit fuq dan il-pavimentar u l-ministru qallu li jinsab informat li xogħol ta' din in-natura jiġi nkluż fil-programm ta' riabilitazzjoni skond il-prioritajiet.", "A nice way of telling him off !", "Jekk tara kemm din is-sena ġew ivvotati flus għax-xogħlijiet ta' riabilitazzjoni tkun taf għalxiex insewha.", "Ġewwa l-Kottonera għandek ukoll il-Forti Sant'Anġlu li qed jaqa` biċċiet u ħadd m'hu qed jagħti kasu.", "Sur President, imbagħad xi ngħidu għall-Imdina?", "Jekk hawn post f'Malta li żgur li t-turisti kollha jżuru huwa proprju l-Imdina.", "Again, hemmhekk saret biċċa xogħol tajba għax tneħħew l-wires minn mal-ħitan, imma issa hemm bżonn nagħmlu l-pavimentar.", "Kemm se ndumu ngħidu li se nagħmlu dan il- pavimentar u ma nagħmluhx?", "Dan ix-xogħol li kellu jqum Lm0.5 miljun, kellu jibda f'Settembru li għadda u ma beda xejn.", "Ħarġet it-tender imma safejn naf jien għadha ma ġietx awarded.", "Forsi l-ministru jista' jgħidilna jekk ġietx awarded jew le.", "Issa xtaqt nitkellem ukoll fuq suġġett ieħor li għall-ministru m'huwiex ta' priorita` imma għalija huwa ta' priorita` kbira - qed nirriferi għall-kwestjoni ta' l-industrija tal-kostruzzjoni.", "Dan il-ministeru għandu taħt ir-responsabbilta` tiegħu l-building industry consultative council li qiegħed hemm biex jieħu ħsieb jirregola l- industrija tal-kostruzzjoni.", "GĦalija din hija ta' priorita` kbira, anke jekk il-ministru ma jqishiex hekk, speċjalment issa li Malta se tidħol fl- Unjoni Ewropea u allura din l-industrija se jkollha bilfors tikkonforma ruħha ma' standards ġodda.", "Issa tajjeb li wieħed jgħid li għaxar snin ilu konna bdejna nagħmlu l-building regulations ġodda u sal-lum dawn għadhom m'humiex lesti - u qed nieħu pjaċir li hawn żewġ periti quddiemi - bil- konsegwenza li llum għadna naħdmu fuq building regulations ta' xi 30, 40 jew 50 sena ilu.", "Meta se nlesstuhom dawn il-building regulations?", "Jiena għandi fiduċja sħiħa fid-direttur ta' dan id-dipartiment, imma dan ma jiġix mid-direttur iżda jiġi mill-politiku għax hu jrid jagħti l-impetus.", "Imma għall-ministru li jkollna liġijiet tajbin tal-bini mhux importanti.", "Sur President, meta kont ministru jiena konna organizzajna d-dipartiment tax-xogħlijiet pubbliċi, kif qed jipprova jagħmel issa l-ministru u fost affarijiet oħra konna għamilna construction industry department li xogħlu kien proprju li jara li jsiru dawn ir-regolamenti tal-bini.", "Imbagħad kellhom isiru l-enforcement officers biex jaraw li dawn jiġu inforzati.", "GĦamilna wkoll il-BICC li xogħlu kien li flimkien mal-privat jara li dawn l-affarijiet isiru bis-serjeta`.", "Imma issa x'qed jiġri għax m'għandniex regolamentazzjoni tajba f'din l-industrija?", "Li qed jiġri huwa li qed ikollna ħafna u ħafna każi ta' korrimenti u anke każi ta' imwiet f'din l- industrija.", "Biżżejjed ngħid li fis-sena 1995 kellna 13-il diżgrazzja fatali fuq il-post tax-xogħol li disgħa minnhom kienu tat-tarzna li mietu fuq il- vapur u tlieta kienu fl-industrija tal-kostruzzjoni.", "Fl-1996 kellna 12-il ħaddiem li mietu fuq il-post tax-xogħol, disgħa minnhom fl-industrija tal- kostruzzjoni.", "Fl-1997 kellna ħamsa oħra, li erbgħa minnhom kienu fl- industrija tal-kostruzzjoni.", "Fl-1998 kellna 12-il każ, ħamsa minnhom fl-industrija tal-kostruzzjoni.", "Fl- 1999 kellna disa' ħaddiema oħra li tilfu ħajjithom fuq il-post tax-xogħol, li erbgħa minnhom kienu fl-industrija tal-kostruzzjoni.", "Tista' tibqa` sejjer hekk sena wara l-oħra.", "Qed ikollna dawn id-diżgrazzji kollha u m'aħniex nagħtu kas għax sfortunatament għall-ministru m'hijiex priorita` li jkollna regolamenti ġodda.", "Fil-fatt il-BICC is-sena li għaddiet kellu vot ta' Lm120,000 u din is-sena tajnih Lm90,000 għax m'hijiex priorita` li nagħtu l-flus ħalli naraw li dawn l-inċidenti ma jiġrux.", "Fuq din ma naqbilx mal-ministru u ngħidlu li jaqbillu jagħmel din priorita` wkoll għax b'hekk biss nistgħu nimxu ftit 'il quddiem.", "Jiena naqbel mal-ministru li hemm bżonn li ssir organizzazzjoni fi ħdan id- dipartiment tax-xogħlijiet pubbliċi.", "Hemm ħafna x'tista' tagħmel.", "Hemmhekk hemm nies kapaċissimmi, pero` għandek ħafna nies li huma mismatched u qed jagħmlu xogħol li mhux suppost qed jagħmlu.", "Hemm nies li qed jagħmlu xogħol li m'huwiex tal-grad tagħhom.", "Jekk il-Ministru jrid ikun serju, l-ewwel ħaġa li għandu jagħmel huwa audit tal-human resources li għandu fi ħdan dan id-dipartiment.", "Hemm ħafna postijiet fejn tista` timpjegahom lil dawn in- nies.", "Semmejt diversi xogħlijiet, fosthom l-embellishment u t-tindif tal- widien, li żgur li n-nies fi ħdan dan id-dipartiment jistgħu jagħmluhom.", "Anke l-patching tat-toroq arterjali jistgħu jagħmluh in-nies tax-xogħlijiet pubbliċi.", "Dawn jafu jagħmluh.", "Għaliex m'għandhomx jagħmluh huma dan?", "Wieħed jista` wkoll jutilizza lil dawn in-nies fuq xogħol ta' restawr.", "Aħna kellna offerta minn universita` Taljana biex tgħallem lin-nies tagħna kif jagħmlu x-xogħol ta' restawr.", "Anke f'dan ir-rigward il-ministru għandu wkoll jara x'jista` jagħmel.", "Hemm ħafna xogħlijiet oħra x'jistgħu jagħmlu l- ħaddiema fid-dipartiment tax-xogħlijiet pubbliċi, per eżempju, jieħdu ħsieb il-bini pubbliku u l-ġonna pubbliċi.", "Sur President, biex nagħlaq irrid l-ewwelnett nawgura lid-direttur ġenerali l-ġdid, is-Sur Ray Farrugia, li naf li huwa kapaċi ħafna u rrid nesprimi s- solidarjeta` tiegħi ma' dawk iż-żewġ uffiċjali tad-dipartiment tax- xogħlijiet pubbliċi, is-Sur Mario Rogers u s-Sur Raymod Borg li ġew aggrediti fuq xogħolhom proprju l-weekend li għadda.", "Fl-aħħarnett nappella lill-ministru biex jagħmel ħiltu sabiex dan id-dipartiment jimxi 'l quddiem.", "Nista' ngħidlu li għandu biex jaħdem u jekk jimmotiva lill- ħaddiema, jiena ċert li dawn jagħmlu xogħolhom sew.", "Grazzi.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joe Brincat.", "ONOR.", "JOE BRINCAT: Sur President, kif diġa` kkummenta l-kollega tiegħi, dan huwa ministeru suppost għar-riżorsi u infrastruttura imma stranament dan il- budget spulpjah mir-riżorsi u infrastruttura!", "L-Onor.", "Zammit Dimech, taħt ir-responsabbilta` tiegħu bħala ministru għat-turiżmu, għandu l-proġetti tal-Kottonera u ministru ieħor għandu l-enerġija u d-drenaġġ.", "Hawnhekk bilfors wieħed jistaqsi liema huma r-riżorsi li jaqgħu taħt dan il- ministeru li qed niddiskutu għax ħafna mill-affarijiet li suppost li huma naturali għalih ittieħdu mingħandu biex ingħataw lil ministri oħrajn.", "Per eżempju l-immaniġġar ta' l-iskart hija responsabbilta` tal-Ministru Pullicino, tal-Ministru Zammit jew tat-tnejn?", "Jiena ma nixtieqx nirrepeti ruħi u ngħid dak li diġa' għedt f'okkażjoni oħra, imma rrid nibda l-kritika tiegħi billi ngħid li ma naħsibx li kienet għaqlija d-deċiżjoni taħt gvern Laburista li nfetħu l-barrieri fl-area tal- Provvidenza u sar sfreġju fuq sit ta' sbuħija naturali u wirt storiku.", "B'dan il-mod stajna pperikolajna anke dak kollu li ħallew ta' qabilna bħala wirt – u hawn qiegħed nirriferi għal Ħaġar Qim - mhux biss għall-Maltin imma għall-Mediterran u għall-Ewropa kollha.", "Allura jekk kien hemm sfreġju għax kien qed jinqata' l-blat, kemm se jkun akbar l-isfreġju issa li hemmhekk se jibda jitwaddab iż-żibel?", "Li dawk il-feriti jingħalqu u jitgħattew u jekk huwa possibbli ngħinu ħalli dak li huwa naturali jerġa` jfejjaq lilu nnifsu, ben venga jgħidu bit-Taljan u j'Alla jsir hekk.", "Meta aħna morna fuq il-post fejn hu maħsub li jsiru t-temporary landfills, jiena qgħadt inħares lejn il-ħajt tal-barriera u rajt li x-xtieli li huma tal-post nifdu mill-blat u ħarġu mal-ħitan.", "Jekk dawk iż-żewġ feriti kellhom jintlew ma nemminx li kellhom jimtlew b'xi proġett tal-konkrit ħalli nagħmlu parapett biex minn hemmhekk naraw il-baħar.", "Jien nemmen li għandna nimlew il-ħofor li hemm b'affarijiet li ma jagħmlux ħsara lill- ambjent u lin-nies tal-viċinanzi u għandna nħallu anke mill-ġebel tal-post stess ħalli n-natura tirkupra waħedha.", "Veru li m'aħniex se nerġgħu nagħmlu dak li ħa l-millennji tas-snin biex jifforma, jiġifieri l-blat, imma kemm il-darba jkun hemm il-ġebel ta' l-istess post fil-wiċċ, jiena persważ li n- natura kapaċi tfejjaq lilha nnifisha u nerġgħu nġibu l-post qrib l-istat li kien qabel.", "Hemmhekk hemm wirt storiku naturali għax dak is-sit huwa l-parapett naturali li jħares lejn kontinent ieħor.", "Ftit 'il bogħod minn hemmhekk tibda l-continental shelf li tinżel lejn kontinent ieħor u għaldaqstant nappella lill-ministru biex ma nidħlux f'pika fuq dawn l-affarijiet.", "Jidher li hawn consensus li l-għażla ta' dak il-post hija żbaljata.", "Jiena ngħid żbaljata anke għal raġunijiet oħrajn.", "Il-biża' tiegħi hi li ssir kemm issir tajba s-sistema tal-landfill biex il-qabar, ħa nsejjaħlu hekk, ma jnixxix, apparti l-ispiża enormi għal xi ħaġa temporanja, qatt ma tista` tkun ċert li mhux se jnixxi.", "Dik hija wkoll il-biża` u l-inkwiet ta' pajjiżi oħra meta jagħmlu strutturi għall-istorage ta' affarijiet li għandhom x'jaqsmu anke man-nukleari.", "Minkejja li jagħmlu strutturi li jgħidulek li minnhom ma jistax joskula l-ilma, fir-realta` qatt ma jistgħu jkunu daqshekk ċerti.", "Li ssir landfill bl-inert waste nifimha, imma li jsir Magħtab ieħor hemmhekk inkunu qed niżbaljaw.", "Irrid ngħid li n-nies Ii joqogħdu fil-vilel, fid-djar sbieħ u fl-irziezet ta' ħdejn il-Magħtab bir-raġun li jiddejqu bl-irwejjaħ, pero' ta' min jgħid li l-irwejjaħ jaslu anke sa distanzi aktar 'il bogħod.", "Meta per eżempju nħarqu tyres fil-Magħtab, ir-riħa ma ħaduhiex biss dawk li joqogħdu fil- viċin għax din baqgħet sejra sa Pembroke u aktar.", "Bl-istess mod, jekk se jkollna l-miżbla f'dan is-sit, ma naħsibx li din mhux se tinten u għalhekk ma narahiex ħaġa sewwa li nkomplu ndejqu lil min jgħix f'dawk l-akkwati.", "Taħsbux li hemmhekk ma joqgħod ħadd għax biss biss hemm ir-residenti ta' Dar il-Provvidenza.", "Fi żmien il-Milied kulħadd jiftakar f'dawn il-povri li għandhom inqas opportunita' minn ħaddieħor u m'għandhomx għażliet fejn imorru u allura ejja ma nkunux pikużi.", "Jien lill-ministru nappellalu biex ma nagħmlux l-iżbalji ta' l-imgħoddi.", "Ma nistgħux nibqgħu sejrin b'dan il- mod, li la ħarġet il-kelma nibqgħu nżommu magħha akkost ta' kollox.", "Darba jiena kont kellimt ministru min-naħa tagħna fuq l-istupidaġni tal- proġett ta' l-Imsida meta minflok l-ilma tax-xita mar il-baħar, il-baħar beda jitla' l-art għax ma sarx kalkolu li f'Malta, fil-limiti tagħna, għandna t-tide wkoll.", "Meta ġbidtlu l-attenzjoni dan kien qalli li jekk jinbidel xi ħaġa ngħidu li nkunu ħadna żball.", "Jien għalija l-irġulija hija akbar meta wieħed jammetti li ħa deċiżjoni żbaljata u jbiddel ir-rotta.", "Issa l-għażla ta' dan is-sit ma jidhirx li hija l-aħjar soluzzjoni u għandna noħorġu minn din is-sitwazzjoni li m'hi qed togħġob lil ħadd.", "Jekk isir hekk, jien inkun l-ewwel wieħed li lill-ministru ngħidlu prosit talli bidel id-deċiżjoni, għaliex dik id-deċiżjoni tkun wisq aktar għaqlija minn dik ta qabel.", "Sur President, jiena naf li l-pressjoni biex tingħalaq il-Magħtab m'hijiex ġejja biss min-naħa taċ-ċittadini Maltin imma hemm ukoll commitment ma' l- Unjoni Ewropea daparti tal-gvern.", "Jien naħseb li ma jgħaddix wisq żmien li ma niġux għas-sitwazzjoni ta' dak li konna naraw fil-programm \"Yes Minister'' Episodju minnhom kien jitkellem proprju fuq il-kuriduri ta' Brussels, fejn uffiċċju jgħidlek mod u uffiċċju ieħor jgħidlek bil-maqlub.", "Għal min hu dilettant ta' dawk l-episodji forsi jiftakar li uffiċċju wieħed kien jgħidlek kif tagħmel biex tieħu s-sussidju jekk tipproduċi iżjed, waqt li l-uffiċċju ta' maġenbu kien jgħidlek kif tieħu s-sussidju jekk teqred l- over-production.", "Lil xi ħadd darba qalulu: Obdi uffiċċju minnhom, ħu s- sussidju imbagħad mur l-uffiċċju l-ieħor, eqred dak li tkun ipproduċejt bis- sussidju u erġa' ħu s-sussidju min-naħa l-oħra!", "Issa hawnhekk ġejna għall-istess sitwazzjoni.", "Jekk il-landfill li qed tiġi pproġettata f'dik l- area Tal-Provvidenza tkun aċċettabbli għal banda u ma tkunx aċċettabbli għal band'oħra - u jien għandi informazzjoni raġonevoli għaliex qed tiġi pproġettata hemmhekk - f'liema pożizzjoni se niġu wara li nkunu ċċappasna biha?", "Sur President, lill-ministru ngħidlu li rridu naħsbu iktar b'mod pożittiv x'se nagħmlu bl-iskart għaliex jien drajt li dak li f'Malta jsir temporanjament, ikun l-iktar ħaġa li tibqa` permanenti.", "Per eżempju l- Magħtab beda b'mod temporanju, bi skop ta' land reclamation u minflok saret muntanja.", "Il-ministru darba ħareġ press release fejn qal li jien kont ministru meta sar il-Magħtab.", "Nista' nassigurah li bl-ebda mod ma kont involut fl-għażla jew f'xi deċiżjoni rigward il-Magħtab.", "Hawnhekk meta ngħidu li se nagħmlu xi ħaġa permanenti għid li se ntajruha u meta ngħidu li se ssir xi ħaġa b'mod temporanju, għid li se tibqa' għal dejjem!", "Anke l- liġijiet, għax l-iktar liġi li damet hija l-Housing Act li qalu li kellha ssir għal sena, imbagħad kienet baqgħet tiġġedded minn sena għal sena.", "Suppost spiċċat fl-1995 imma meta spiċċat daħħlu liġi oħra bħalha preċiż.", "Dak li jsir temporanju hawn Malta ikun ċens perpetwu u hawn hija l-problema ta' din id-deċiżjoni, Sur President.", "Irrid ngħid ukoll li waħda mill-affarijiet li tinkwetani hija kif se nikkontrollaw u x'se nagħmlu bl-ilmijiet tax-xita.", "Hawn Malta aktar ma jgħaddi żmien aktar qed ikollna art imbattma u meta tagħmel ix-xita tagħmel bil-goff, qisna nixtruha bil-bulk buying!", "Ikollna nammettu li m'aħniex attrezzati b'sistema kif nutilizzaw dan l-ilma tax-xita.", "Irridu nibdew nieħdu ħsieb li l-ilmijiet nilqgħulhom minn fuq, bħalma l-bdiewa kienu jagħmlu fl-antik - u din għadna nsibuha saħansitra fil-Kodiċi Ċivili – fis- sens li min qiegħed fuq għandu dritt jiġbor l-ewwel ilma.", "Il-bidwi kien jimla' il-bir billi jagħmel is-sieqja bit-tafal u bl-ixkejjer f'nofs it- triq ħalli l-ilma jdawru għalih.", "Naturalment din m'hijex problema tagħna biss imma hija problema anke f'pajjiżi oħrajn li ma rrispettawx l-ambjent u qabdu u bnew fejn ġie ġie.", "Meta l-Onor.", "Tonio Fenech kien sindku ta' Birkirkara u kien qed isir proġett ħalli l-ilma tax-xita ma jagħmilx iżjed ħsara ġewwa dak ir-raħal, fil-wied kienu qed jinbnew blokki ta' flats fuq art imbattma.", "Dan l-istess bħalma għamlu ġewwa l-wied ta' Ħal Qormi.", "Dak iż-żmien jiena kont ktibt fuq dak li rajt u għedt li hija ġennata li tbattam il-widien għaliex b'dak il- mod ikollok diżastru mħabbar minn qabel għax in-natura l-isvog tagħha se tfittxu hi.", "Ċertament li hemm bżonn li nibdew nikkontrollaw l-ilmijiet u ma nistgħux nistennew li l-ewwel l-ilma jinżel Birkirkara, dawn idawruh lejn l-Imsida u mbagħad dawn ta' l-aħħar jaraw x'se jagħmlu bih huma!", "Ma rridux inħallu l-ilma li jkun hemm in-Naxxar l-ewwel jinżel Birkirkara jew ħdejn iċ-ċimiterju ta' Ħal Lija mbagħad ngħidu indifen, għax se jibqa' sejjer x'imkien.", "Safejn naf jien water finds its own level.", "L-ilma jsib il-livell tiegħu mhux fl-għoli imma fil-baxx u jibqa' nieżel.", "Il-Qriema jegħrqu meta jkun hemm xita qawwija fuq Ħ'Attard u mhux meta tagħmel ix- xita fuq Ħal Qormi.", "Sur President, nagħlaq billi nħeġġeġ biex ma nċedux għall-pressjoni ta' xi erba' min-nies li joqogħdu lejn xi wied u allura jgħidu li l-wied huwa ikrah u aħjar isir bit-tarmac.", "B'dan il-mod, barra l-ħela, nibdew naraw it- tarmac mitwi qisu perzut imqatta' bil-makna, jibda ġej folji, folji u narawh miexi!", "Nittama li ma jiġix Settembru ieħor u jkollna l-istess stejjer bħalma kellna f'Settembru li għadda.", "Għallinqas ejja nibdew minn x'imkien.", "Grazzi.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Skada l-ħin disponibbli għall-oppożizzjoni u issa l- ħin kollu li fadal huwa għall-gvern.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Anthony Abela.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (Segretarju Parlamentari): Mr Chairman, ħadt pjaċir nisma' lill-Onor.", "Brincat iżżewwaqha naqra 'l hemm u naqra 'l hawn, pero' qablu smajt lill-Onor.", "Buhagiar li donnu ried jagħtina l-impressjoni li fit- 22 xahar li huma għamlu fil-gvern għamlu x-xogħol kollu perfett u fi żmien il-gvern Nazzjonalista, kemm qabel l-1996 kif ukoll wara l-1998, ma sar xejn.", "Ħalli nibdew bil-proġett ta' Buġibba, Sur President.", "Tan-naħa l-oħra jiftaħru li għamlu l-proġett ta' Buġibba, proġett li fuqu nefqu kważi d-doppju ta' dak li kien stmat li se jonfqu u ħafna affarijiet saru mingħajr ħsieb.", "Per eżempju, sar carpark fil-pjazza quddiem Triq il- Fliegu.", "Jiena naħseb li kien ikun aħjar kieku hemmhekk għamlu multi-storey carpark.", "Kif kienu għaddejjin bix-xogħol, kien imisshom ħaffru ħames sulari taħt l-art u mbagħad kienu jagħmlu landscaping fuq.", "Kieku sar hekk illum m'hemmx dik il-problema ta' parking f'ċerti areas.", "Jien ninkwieta bħalu meta nara li funtana ma tibqax taħdem, pero' ninkwieta ħafna iżjed meta nara li l-ħadid li sar mal-promenade issaddad kollu għax ma ġiex iggalvanizzat sew.", "Ninkwieta meta nara li nqalgħu meded ta' toroq għax tpoġġew katusi tad- drenaġġ dojoq u llum ma jifilħux għad-domanda.", "Ninkwieta ħafna iżjed meta nara li dak iż-żmien ma saritx sistema ta' distribuzzjoni tad-dawl tajba mill-ewwel meta kien hemm l-area kollha maqlugħa u llum jekk ma ssirx substation f'kull blokka li tinbena f'ħafna mill-areas tal-Qawra u Buġibba, ma jkunx hemm dawl biżżejjed.", "Dan huwa kollu xogħol ta' żmien meta l- Onor. Buhagiar kien ministru u meta waqt il-budget ta' l-1998, kienu saru dawk il-famużi tariffi ġodda tad-dawl u l-ilma, Sur President.", "Rigward dawn it-tariffi, dakinhar l-Onor.", "Buhagiar kien spjegalna li hemm familji li ma kenux se jiġu affettwati bl-għoli ta' dawn it-tariffi, pero' sieħbu ftit 'il bogħod minnu merih dak il-ħin stess u qallu li ma kellux raġun fiċ-ċifri li kien qiegħed jikkwota.", "Jiena kont nippretendi li l-Onor.", "Buhagiar kellu jagħtina ċ-ċifri eżatt ta' kif kienu se jintlaqtu ċerti nies bit-tariffi tad-dawl u l-ilma u mhux iqum sieħbu u jmerih u fl-istess waqt iqum mill-bank ta' warajh Duminku Mintoff u jgħidlu li ma kienx jaf x'qed jgħid.", "Sur President, l-Onor.", "Buhagiar qalilna li beda x-xogħol fl-Imdina u ma tkompliex.", "Jaf li kulmin ħa xi offerta għax-xogħol li għandu jsir hemmhekk qed jiġi ċċekkjat biex ix-xogħol isir sew mill-ewwel?", "Iridna nagħmlu l- affarijiet ta' malajr kif saru f'Buġibba biex imbagħad wara erbat ijiem jibdew jgħidu li l-paving ta' l-Imdina ma sarx tajjeb?", "Qalilna wkoll li m'għamilna xejn fil-Belt Valletta.", "Imma dawn ma jħarsux lejn ix-xogħol li qed isir fil-Barrakka ta' fuq?", "Ma jgħidu xejn għax-xogħol li qed isir quddiem il-bank ċentrali?", "X'għamlu huma fit-22 xahar li damu fil-gvern?", "Għamlu kummissjoni biex jikkalkulaw u jaraw li kollox isir sew, pero' il- membri ta' din il-kummissjoni ma raw xejn għax ma laħqu għamlu xejn!", "L-Onor.", "Buhagiar qal li m'hu qed nagħmlu xejn f'dik li hi kultura.", "Imma possibbli ma jafx li aħna se nidħlu fl-Ewropa?", "Ma jafx li diġa' ġie approvat programm biex bejn is-sena 2004 u 2006, isir il-proġett ta' Ħaġar Qim li ġie meqjus bħala wirt storiku Ewropew?", "Ma jafx li ċerti kunsilli f'diversi lokalitajiet qegħdin jiġġemmellaw ma' kunsilli barranin biex ilestu proġetti ta' fejda kulturali fid-diversi lokalitajiet?", "Naħseb li dan mhux importanti għalih.", "L-importanti li nikkritikaw u ngħidu li kollox huwa iswed u li kollox huwa ħażin, Sur President.", "Sur President, f'siegħa u nofs ma smajniex kritika waħda kostruttiva.", "Ma tawna l-ebda suġġeriment x'għandna nagħmlu u kif għandna nagħmlu l- affarijiet.", "GĦaliex irridu nagħmlu landfill qed igergru u għax qed nirranġaw diversi areas qegħdin igergru.", "Tagħmel x'tagħmel igergru, pero` l- importanti hu li aħna qed nimxu t-triq tagħna u meta naslu, kif dejjem għamilna s'issa, ħaddieħor ikollu jsegwina.", "Grazzi.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joe Falzon.", "ONOR.", "JOE FALZON: Sur President, il-budget jitkellem ħafna fuq kif se nqassmu l-finanzi tal-pajjiż, pero` irridu naraw ukoll kif dan il-gvern qed jipprova jimmassimizza l-użu tar-riżorsi li għandna.", "Nafu li f'pajjiżna ma tantx għandna riżorsi u l-ftit li għandna rridu nikkonsmawhom b'mod tajjeb u fl-aħjar interess nazzjonali.", "Taħt dan il-ministeru hemm ir-resources authority li tirregola s-settur ta' l-enerġija, is-settur ta' l-ilma u s- settur tal-minerali.", "Dwar l-enerġija wieħed jista` jitkellem ħafna u jagħmel diversi rimarki fuq x'nistgħu nagħmlu għas-snin li ġejjin.", "Il-konsum ta' l-enerġija huwa materja ta' importanza kbira u dawk minna hawnhekk li b'xi mod jew ieħor qegħdin involuti fl-inġinerija tal-bini u fl-inġinerija ċivili, bid- deċiżjonijiet tagħna niddeterminaw ħafna x'konsum ta' enerġija eventwalment ikollu bżonn bini partikolari kemm waqt li jkun qed jinbena u anke waqt li jkun qed jintuża.", "Kulħadd jaf li hawn diversi forom ta' enerġija u nistgħu nsemmu l-enerġija mir-riħ, l-enerġija mix-xemx u dik mill-ilma, pero` biex ikollna dawn il-forom alternattivi ta' enerġija rridu naħdmu lkoll flimkien.", "F'dan ir-rigward il-MEPA għandha tikkonsidra bis-serjeta` li apparti li tgħaddi l-proċess tas-soltu għall-applikazzjonijiet, tagħmel ukoll studji fuq kemm tali bini eventwalment se jikkonsma enerġija u x'forom ta' enerġija dan il-bini partikolari jista` juża.", "Ovvjament dan jinvolvi investment qawwi, pero` fl-aħħar mill-aħħar qed jirriżulta li l-payback period qiegħed dejjem jonqos u allura jkun ħafna aktar għaqli li ninvestu f'dawn il-forom ġodda ta' enerġija.", "Dawn huma sfidi u miri ebsin ħafna, pero` ċertament huma sfidi favur l-ambjent, favur l-indafa pubblika u fuq kollox favur is-saħħa.", "Sur President, nagħlaq dan l-intervent qasir ħafna tiegħi billi ngħid li fid-diversi diskussjonijiet li kellna ma' delegazzjonijiet barranin kemm fil-Kunsill ta' l-Ewropa kif ukoll madwar il-mejda ma' sħabna tal-Parlament Ewropew, Malta dejjem ġiet imfaħħra għar-riżors uman qawwi li għandha.", "Irrid ngħid ukoll li meta dan l-aħħar kien hawn delegazzjoni mill-parlament Ġermaniż, dawn ukoll faħħru r-riżors uman Malti u qalu li kien proprju dan li ġiegħel kumpanniji Ġermaniżi jinvestu f'Malta.", "Grazzi.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Sur President, nirringrazzja lill-kelliema kollha taż- żewġ naħat li ħadu sehem f'dan id-dibattitu.", "Irrid ukoll ningħaqad ma' sieħbi l-Onor.", "Charles Buhagiar u nuri wkoll id-dispjaċir tiegħi għal dak li ġara maż-żewġ ħaddiema tal-ministeru, is-Sur Rogers u s-Sur Ray Borg.", "Irrid nifraħ ukoll lid-direttur ġenerali l-ġdid u fl-istess ħin nirringrazzja lill-ex-direttur ġenerali, il-Perit Vince Cassar għax-xogħol kollu li għamel.", "U nibda billi nirrispondi għal dak li qal l-Onor.", "Joe Brincat meta rrifera għall-interim engineered landfill li se ssir fl-area magħrufa bħala Tal-Qasam il-Kbir.", "Jiddispjaċini ngħid li l-Onor.", "Brincat m'għamilx distinzjoni bejn engineered landfill ta' natura temporanja u waħda ta' natura permanenti.", "Wara tmien xhur li ili nparla u nuri d-differenza bejn il-landfill temporanja li se ssir f'Tal-Qasam il-Kbir fil-limiti ta' Għar Lapsi u dik permanenti li se ssir fl-GĦallis, jiġi l-Onor.", "Membru u jurina li mhux jara d-differenza bejn waħda u oħra.", "Qalilna li meta nagħmlu xi ħaġa temporanja din tibqa' permanenti.", "Dan m'hu minnu xejn.", "Din l-interim landfill, kif jixhed isimha stess, se ssir għal perjodu qasir.", "Din ma tistax tkun permanenti għax il-volum tagħha huwa limitat.", "Din l-engineered landfill se sservi biex tirċievi l-iskart li nipproduċu f'sentejn u nofs jew tliet snin l-aktar.", "Sur President, l-Onor.", "Charles Buhagiar qalilna li r-regolamenti tal-health and safety ilhom għaxar snin biex isiru.", "Dan asolutament m'hu minnu xejn.", "L-Onor.", "Membru għamel 22 xahar ministru responsabbli minn dan il-qasam u kieku ried kellu ċ-ċans kollu jagħmel ir-regolamenti.", "Hawn irrid ngħid li kemm ili responsabbli minn dan il-ministeru diġa' ressaqna l-ewwel qari ta' abbozz ta' liġi dwar ir-regolamenti tal-bini.", "Il-Perit Mifsud Borg għamel xogħol għaqli li għadu qed jiġi rfinut, imma l-isperanza tagħna hija li fl- ewwel quarter tas-sena d-dieħla din il-liġi tgħaddi mill-istadji kollha minn dan il-parlament.", "L-Onor.", "Buhagiar semma wkoll il-BICC.", "Hawnhekk irrid ngħid li l-BICC taħdem tajjeb u qed isiru korsijiet regolari f'kull qasam għal kull kategorija ta' ħaddiem.", "Fil-fatt xi xahar jew xahar u nofs ilu ingħataw 291 ċertifikat ta' health and safety lill-ħaddiema li attendew u temmew il-kors tagħhom b'suċċess.", "Din hija sezzjoni li qiegħda tagħmel xogħol utli ħafna u qed tkun strumentali fit-twettiq ta' numru ta' programmi edukattivi fl- industrija tal-bini.", "Fil-fatt qed isir numru kbir ta' korsijiet u l- parteċipanti, f'din is-sena biss, kienu madwar 273.", "Dawn il-273 individwu attendew korsijiet varji.", "Min attenda il-kors tal-bini tar-rubble walls, min attenda l-kors tal-middle management, min attenda l-kors tat-tqegħid tal-madum u min attenda l-kors fit-teknoloġija tal-konkos.", "Kien hemm saħansitra korsijiet għall-periti u korsijiet fejn tidħol l-istruttura fil- bini.", "Jiġifieri dan il-ministeru għandu fergħa li tieħu ħsieb li jsir it- tagħlim fl-oqsma kollha ta' l-industrija tal-bini.", "Sur President, issemmew xogħlijiet li qed isiru jew li għad iridu jsiru fil- Belt Valletta, fil-Kottonera u fl-Imdina.", "Li nista` ngħid huwa li għal dawn il-postijiet hemm ipprogrammat xogħol li se jsir is-sena d-dieħla.", "Per eżempju, issemmiet Pjazza San Ġorġ u l-Perit Buhagiar qalilna li kien hemm diversi ideat kif tista' tiġi rranġata din il-pjazza.", "Veru li kien hemm diversi ideat li għadhom qed jiġu studjati, pero` nista` nagħti garanzija li kif ikun hemm il-finanzi neċessarji, din il-pjazza tiġi riabilitata kif jixraq.", "Qalilna wkoll li kien hemm xi uffiċjal tal- ministeru li qal li se jsir pavementar ġdid fi Triq il-Merkanti.", "Kull uffiċjal li hemm fil-ministeru jista` joħroġ barra u jgħid li jrid.", "Jiena rrid nagħmilha ċara li x-xogħlijiet isiru skond il-finanzi li l-ministeru jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu.", "Ladarba l-ministeru jkollu il-finanzi biex iwettaq ċerti xogħlijiet ma jkollu bżonn lil ħadd joħroġ jitkellem għalih.", "Il-ministeru jaf jitkellem u jgħid it-tip ta' xogħol li jkun se jiġi mwettaq f'kull area li għandna fil-pajjiż.", "L-Onor.", "Buhagiar qalilna wkoll li kien hemm xi taraġ li tkisser fi Triq Sant Ursola ġewwa l-Belt.", "Jiena nista` ngħid li l-ministeru ma kienx jaf li fuq dan it-taraġ kienu qed jitilgħu inġenji tqal u appena inġibditilna l- attenzjoni, ħadna l-passi neċessarji biex dawn l-inġenji kbar ma jibqgħux jiġu mħollija jgħaddu minn fuq dawn it-tip ta' turġien.", "Rigward il- kwestjoni tat-tender tar-radam tal-kostruzzjoni rrid ngħid li għalkemm it- tender ingħatat fit-8 ta' April ta' din is-sena, erbat ijiem qabel l- elezzjoni, il-proċess kollu sar kif suppost u skond il-liġi.", "Fil-fatt nista' ngħid ukoll li kien hemm min għamel submission lill-ombudsman biex jivverifika jekk sarx kollox skond il-liġi.", "Hawnhekk għandi r-rapport ta' l- ombudsman li jgħid li l-proċess kollu tat-tender sar kif suppost u skond il- proċedura stabbilita.", "Fil-bidu tad-diskors tiegħu, l-Onor.", "Buhagiar qal li l-unika responsabbilta` li għandu dan il-ministeru hija x-xogħlijiet pubbliċi.", "Pero` ngħidlu li xogħlijiet pubbliċi huma parti mill-infrastruttura u ma' l- infrastruttura f'dan il-ministeru hemm ukoll xogħlijiet ta' restawr u x- xogħol tal-waste management.", "Dan huwa ministeru li jwettaq ix-xogħlijiet.", "Fil-fatt matul din is-sena sar xogħol kapitali li kien jammonta għal ftit iżjed minn Lm4 miljun.", "Per eżempju, fis-servizzi ta' l-immaniġġar ta' l- iskart kien hemm investiment ta' Lm2.2 miljun.", "Fuq xogħlijiet ta' tisbiħ ġewwa Tas-Sliema u San Ġiljan kien hemm spiża ta' madwar Lm0.7 miljun.", "Fuq diversi proġetti ta' riabilitazzjoni - hemm lista sħiħa x'insemmi - kien hemm investiment ta' iżjed minn Lm0.5 miljun.", "Fuq proġetti ta' restawr f'postijiet storiċi kien hemm investiment ta' aktar minn Lm0.4 miljun.", "Barra minn hekk saru xogħlijiet ta' tisbiħ f'areas pubbliċi u f'parks nazzjonali li fuqhom sar investiment ta' iżjed minn Lm0.25 miljun.", "F'dan il-ministeru għandna wkoll ir-resources authority li l-għan ewlieni tagħha huwa li tkun ta' appoġġ fl-iżvilupp soċju-ekonomiku billi tirregola b'mod effettiv, b'mod sħiħ u b'mod ċar ir-riżorsi, u cioe`is-settur ta' l- enerġija, is-settur ta' l-ilma u s-settur tal-minerali.", "Din l-awtorita` qed tagħmel xogħol utli wkoll.", "Per eżempju, diġa' lestiet in-national energy policy għalkemm għadha in draft form.", "Din tidħol fil-friegħi kollha, bħal ngħidu aħna s-sigurta' fil-provvista tal-materjal li tipprovdi l-enerġija elettrika, bħalma huma żjut u gassijiet u tieħu ħsieb li jkollna sett ta' standards.", "Din l-awtorita` qiegħda wkoll tagħmel studju fuq enerġija from renewable sources, jiġifieri enerġija li tiġi minn sorsi alternattivi, ngħidu aħna mix-xemx jew mir-riħ.", "Qiegħda wkoll tipprepara studji fuq enerġija li tiġi mill-iskart.", "Bis-saħħa tar-resources authority li taħdem bil-kwiet u ma toqgħodx iddoqq trombi, pajjiżna se jkun jista` jieħu sehem f'forum EuroMediterranju dwar l-enerġija, liema forum jittratta t-tliet miri li għandhom jintlaħqu fejn tidħol l-enerġija, jiġifieri s- sigurta' tal-ħażna, il-kompetittivita' fil-qasam ta' l-enerġija u l- protezzjoni ta' l-ambjent.", "Il-Malta resources authority qiegħda wkoll tibni struttura biex eventwalment ikollna dawk li jissejjħu l-green certificates, ċertifikati fuq l-ammont ta' enerġija li nġibu minn sorsi alternattivi.", "Hija responsabbli wkoll biex effettivament joħorġu dawk li jissejħu l-white certificates, jiġifieri ċertifikati li jirrigwardaw l-effiċjenza fil- produzzjoni ta' l-enerġija elettrika, tevalwa l-ammont ta' greenhouse gases, biex b'hekk ikun jista' jiġi kwantifikat l-ammont ta' carbon dioxide li niġġeneraw f'pajjiżna u tieħu l-miżuri biex dan l-ammont ta' carbon dioxide jiġi limitat kemm teknikament huwa possibbli.", "Irrid ngħid xi ħaġa wkoll dwar ix-xogħol ta' riabilitazzjoni li sar din is-sena u dwar dak li għandna mmirat li jsir is-sena d-dieħla, Sur President.", "Il-problemi ta' riabilitazzjoni ilhom magħna għexieren ta' snin – żgur ma bdewx mit-12 ta' April, 2003 - u kull gvern għamel il-parti tiegħu biex jipprova jagħmel ċertu ammont ta' xogħol.", "Pero' biex min qiegħed jismagħna llejla jieħu daqsxejn stampa reali ta' x'ġara f'dan il-qasam, irrid ngħid li fil-Belt Valletta din s-sena tlesta x-xogħol fuq il-ġnien tal-Barrakka t'isfel, tkompla x-xogħol fuq il-ġnien ta' Hastings, ix-xogħol fuq il-ġnien tal-Barrakka ta' fuq u issa se jinbeda x-xogħol ta' pavimentar fl-istess ġnien.", "Tkompla r-restawr fil-Palazz, sar xogħol fuq il-faċċata tal-knisja tal-Vittorja u fil-knisja ta' San Pawl u saru wkoll il-preparamenti kollha meħtieġa għal żewġ proġetti ta' restawr li se jsiru fil-kon-kattidral ta' San Gwann li in parti se jkunu ffinanzjati mill-fondi tal-protokoll Taljan.", "Barra minnhekk ġiet restawrata wkoll il-faċċata tad-dar tal-kappillan tal- knisja tal-Vittorja.", "Fil-Birgu tlesta l-proġett ta' restawr ta' l-istatwa tal-Vittorja kif ukoll l-pavimentar f'Couvre Port.", "Fil-Kalkara tkompla r-restawr fiċ-ċimiterju tal- Lhud u fil-kappella tas- Salvatur.", "Fl-Isla qed isir ir-restawr fil-bieb ta' Sant'Anna u f'Bormla sar pavimentar fi Triq San Mikiel.", "Anke fl-Imdina saru diversi xogħlijiet biex issir il-preparazzjoni ħalli dik il-belt ikollha pavimentar kif jixraq.", "Tneħħa l-wiring kollu li kien hemm mal- ħitan u ġiet irranġata s-sistema ta' l-ilma u tad-drenaġġ.", "Ħarġu t-tenders biex jinxtara l-materjal li bih se jsir il-madum tal-pavimentar u ninsab informat li fil-bidu tas-sena d-dieħla se jinbeda x-xogħol.", "Naturalment qabel ma jsir ix-xogħol tal-pavimentar irid jinqala' il-qatran li hemm u imbagħad isir ix-xogħol tal-konkos.", "L-Onor.", "Buhagiar staqsa għaliex dan ix-xogħol għadu ma sarx.", "Għadu ma sarx għas-sempliċi raġuni li daħlet it-tender li permezz tagħha jintgħażel it- tip ta' madum li se jintuża u biex il-ministeru jassigura li kollox isir kif suppost, skond il-liġi u skond l-istandards, kellu jibgħat lura l- kampjuni li ġew ippreżentati mat-tender.", "Jien informat li issa ġie identifikat il-materjal li għandu jintuża u ladarba l-ministeru għandu din ir-risposta se jkompli bl-adjudication tat-tender u, bħalma għedt, fil-bidu tas-sena d-dieħla jinbeda x-xogħol ta' pavimentar fl-Imdina kollha.", "Issa ngħaddi biex ngħid xi ħaġa dwar it-taqsima tar-restawr għax hawnhekk semmewlna biss l-affarijiet li ma sarux imma fuq dak li sar ma smajna xejn, Sur President.", "Nista' insemmi kwantita' ta' xogħol ta' restawr mifrux mal-pajjiż li sar matul l-aħħar sena.", "Per eżempju, fil-Barrakka t'Isfel minbarra l-pavimentar sar xogħol ta' restawr.", "F'San Ġiljan ukoll sar xogħol ta' restawr fil- knisja ta' Lapsi.", "Xogħol ieħor ta' restawr sar fil-kappella ta' Sant'Anna fil-Pwales, f'Torri Mamo ġewwa San Tumas, fil-Palazz tal-Verdala, fil- Palazz ta' l-Inkwizitur fil-Girgenti, fil-ġnien tas-sindku fiż-Żejtun u fuq il-gallerija tal-Palazz fil-Belt.", "F'qasir żmien, waqt li l-parlament kien wieqaf, ġew ukoll restawrati l-bibien prinċipali ta' dan il-Palazz.", "Dan jindika li meta jkollok grupp ta' nies li jkunu motivati x-xogħol jitwettaq u jitwettaq fi żmien relattivament qasir.", "Sar xogħol ukoll fil-Bieb tal-Griegi l-Imdina, fit-Torri Tal-Lippija fil- limiti ta' l-Imġarr, fil-Victoria Lines fl-area ta' Binġemma kif ukoll fl- area tal-Madliena u fil-Polverista Gate f'Bormla.", "Dawn ix-xogħlijiet semmejthom biex nagħti indikazzjoni żgħira tax-xogħol kbir li sar fil-qasam ta' restawr.", "Hawnhekk irrid nirringrazzja lil dawk kollha involuti f'dan ix- xogħol għad-dedikazzjoni li għandhom u għall-paċenzja li jieħdu fit-twettiq ta' dan ix-xogħol ta' restawr, għax wieħed irid jgħid li dan huwa xogħol li trid tagħmlu b'imħabba u b'paċenzja kbira.", "Irrid insemmi wkoll ix-xogħol ta' restawr li sar u li għadu għaddej, għax dan huwa xogħol li jibqa` sejjer, fuq is-swar tal-Belt.", "Hawnhekk ta' min jgħid li fejn jidħol ix-xogħol tal-qtugħ tal-ħaxix mis- swar, il-ministeru ħa l-pariri ta' nies esperti fuq il-mod kif għandu jinqata` b'mod effikaċi.", "Issa barra l-grupp ta` nies li hemm fuq dan ix- xogħol, se jiġi fformat grupp ta' nies ieħor apposta biex nagħtu spinta ħalli dan il-ħaxix li jikber mas-swar jiġi treated b'kimika biex ma jerġax jikber għax dan jagħmel ħsara lill-istruttura tas-swar.", "Dan huwa xogħol ta' restawr li għas-sena d-dieħla se jibqa' għaddej.", "Ta' min jgħid ukoll li barra dan ix-xogħol fuq is-swar tal-Belt se jsir ukoll xogħol fuq is-swar ta' l-Imdina.", "L-Imdina, barra l-problema tal-ħaxix li jikber mas-swar minn barra, għandek il-problema tas-sur ta' taħt il-Vilhena.", "Din il-problema ilha ġejja mill- inqas 50 sena.", "Hemmhekk għandna parti minn dan is-sur li trid tiġi rranġata.", "Sar l-istudju neċessarju u issa dan l-istudju wasal fil-final u għalhekk wasal iż-żmien li b'mod tanġibbli u b'mod konkret tiitieħed l- azzjoni biex din il-problema tas-sur fl-Imdina tiġi rranġata darba għal dejjem.", "Sur President, iIlejla l-Onor.", "Buhagiar għamel enfasi kbira fuq il-problema ta' l-iskart.", "Din hija problema li aħna qed niffokaw ħafna fuqha għax hija problema taħraq.", "Din m'hijiex il-problema ta' Ninu Zammit jew ta' Charles Buhagiar imma hija l-problema tal-Maltin u l-Għawdxin kollha.", "Din hija problema serja li rridu nindirizzawha b'urġenza għax kulħadd jaf li jekk ma nsolvuhiex ma nistgħux nipprovdu dak l-ambjent nadif u san tant importanti għal saħħitna.", "Hawnhekk irrid infakkar x'intqal fil-budget.", "F'paġna 41 intqal hekk:", "\"Kif wiegħed il-gvern, sad-data tas-sħubija fl-Unjoni Ewropea se jingħalqu l-miżbliet tal-Magħtab u tal-Qortin.", "Sabiex jilħaq dan l- għan, il-gvern għaddej b'ħidma intensiva biex tinbena u tibda topera l- infrastruttura neċessarja, fosthom interim controlled engineered landfill.", "L-investiment finanzjarju marbut ma' dawn il-faċilitajiet jammonta għal madwar Lm30 miljun fuq perjodu ta' tliet snin, li parti sosotanzjali minhom ġejjin mill-fondi ta' l-Unjoni Ewropea.\"", "Dan li għadni kif ikkwotajt jagħti stampa indikattiva tax-xogħol involut, liema xogħol wieħed jista' jqisu katina b'diversi ħoloq.", "Kull sezzjoni ta' din il-problema hija ħolqa minn katina kbira.", "Kull ħolqa f'din il-katina hija parti importanti u integrali biex il-pjan tal-waste management ikun jista' jiġi mwettaq.", "X'inhi l-ewwel ħolqa ta' din il-katina?", "L-ewwel ħolqa hija proprju l-obbligu tagħna li noħolqu ambjent nadif li fih inkunu nistgħu ngħixu mingħajr biża' li hemm xi ħaġa li qed tipperikola s- saħħa tagħna.", "Din il-ħolqa ta' din il-katina fiha wkoll l-obbligu li għandna mal-poplu biex kif wegħedna fil-programm elettorali, ngħidu addio għall-bini ta' miżbliet li minnhom joħorġu gassijiet u trabijiet li huma ta' dannu għas-saħħa tagħna.", "Irrid ngħid ukoll li fin-negozjati li għamilna ma' l-Unjoni Ewropea ftehemna li sa l-aħħar tas-sena d-dieħla, il-miżbla tal-Magħtab trid tingħalaq u tiġi ddikjarata bħala miżbla li tkun inactive.", "Għaldaqstant ladarba l-Magħtab tiġi magħluqa, inkunu nistgħu nibdew ir- rehabilitation tal-miżbliet li għandna u li ma jagħmlu unur lil ħadd.", "Għal dan l-iskop pajjiżna se jgawdi mill-fondi ta' l-Unjoni Ewropea.", "Fil-fatt għar-riabilitazzjoni tal-Magħtab, tal-Fulija u tal-Qortin hemm fondi apposta biex issir l-ewwel parti ta' riabilitazzjoni li se tkun titkonsisti fit-tneħħija tal-gassijiet li hemm f'dawn il-miżbliet.", "Ovvjament sakemm tingħalaq il-Magħtab bilfors irridu nibdew ix-xogħol biex ikollna a controlled engineered landfill, u din hija t-tieni ħolqa.", "Nerġa' ngħid, controlled engineered landfill m'hijiex miżbla.", "Il-miżbliet ikunu bħal dawk li għandna fil-Fulija, fil-Qortin ġewwa Għawdex u ovvajment fil- Magħtab.", "Allura f'din it-tieni ħolqa irridu naħsbu li jkollna lok fejn nagħmlu a controlled engineered landfill u l-ministeru, permezz tal- WasteServ, ħadem biex identifika post fejn tista' tinbena din l-engineered landfill permanenti li se taqdi l-ħteġijiet tal-pajjiż f'dak li huwa rimi ta' skart għal 20 sena.", "Is-sit li ġie magħżul huwa fl-Għallis.", "Hawnhekk nista' ngħid li ż-żewġ naħat tal-Kamra jaqblu li s-sit ta' l- Għallis huwa l-post ideali fejn tinbena din l-engineered landfill.", "Fuq dan is-sit għadu għaddej l-istudju ta' environment impact assessment.", "Din l- engineered landfill mhux se tinbena kollha f'daqqa, iżda se tinbena f'fażijiet.", "Biex nqattgħu l-blat u nħaffru l-ewwel ħofra jew cell, kif isejħulha teknikament, li se tkun madwar 50 tomna bi 30 metru fond, għandna madwar sentejn u nofs.", "Allura qegħdin f'pożizzjoni li sa l-aħħar tas-sena rridu nagħlqu l-Magħtab u biex ikollna l-ewwel cell li fiha se nibnu l- engineered landfill fl-Għallis irid jasal l-aħħar tas-sena 2006.", "Mela ladarba sa l-aħħar ta' din is-sena se tingħalaq il-miżbla tal-Magħtab u biex ikollna l-ewwel cell ta' l-engineered landfill irridu sa l-aħħar tas- sena 2006, it-tielet ħolqa hi l-bżonn ta' post fejn nagħmlu engineered landfill temporanja li tieħu l-iskart ta' sentejn u nofs jew tliet snin.", "Għalhekk kellu jinstab post li fih kapaċi jieħu l-materjal kollu ta' l- iskart li nipproduċu f'sentejn u nofs jew tliet snin.", "Biex ġie identifikat is-sit għal din l-interim landfill tqabbad grupp ta' esperti li f'ħamest ijiem - għax diġa` kien hemm studju li kien sar fl-1997 u li rrifera għalih l-Onor.", "Buhagiar - daru l-barrieri tal-qawwi u identifikaw iż-żewġ barrieri li jistgħu jintużaw għal dan l-iskop.", "Għaliex intgħażlu dawn?", "Intgħażlu dawn iż-żewġ barrieri għaliex għandhom il-vojt neċessarju li jieħdu l- iskart ta' tliet snin u għax inzertaw li fejn huma ma jistax jitqatta' iktar blat.", "Allura dawn il-barrieri fl-istat li huma llum m'huma xejn ħlief ħofor koroh li huma ġrieħi fuq il-pajsaġġ fejn jinsabu.", "Dawn iż-żewġ barrieri jinsabu fix-Xagħra tal-Magħlaq, fl-area magħrufa bħala Tal-Qasam il-Kbir.", "Ovvjament la ġie identifikat il-post b'dan il-potenzjal ġie ppreparat project description statement, jiġifieri deskrizzjoni ta' x'se jkun jikkonsisti l-proġett li ġie ppreżentat lill-MEPA.", "Issa kulmin kellu xi preokkupazzjoni seta' jikteb u jagħmel is-submissions tiegħu lill-MEPA, u nista` ngħid li daħlu ħafna lmenti minħabba l-bini ta' din l-engineered landfill.", "Kien hemm ilmenti dwar kif se jkun affettwat it-traffiku li jgħaddi minn dik l-area, dwar x'se jiġri mill-ilma tal-pjan, x'se jiġri mill-ftit raba' li hemm fil-madwar u x'se jiġri mit-tempji ta' Ħaġar Qim u ta' l-Imnajdra.", "Ilmenti oħra kienu fuq il-hydro-geology, fuq l-ekoloġija, fuq it-toroq, fuq l-agrikoltura, fuq il-problema ta' l-istorbju li jiġi ġġenerat waqt l-operazzjoni, fuq il-problema tal-kwalita` ta' l-arja u fuq kif dan post jista' jimtela bil-ġrieden.", "Nista` ngħid li dawn l-ilmenti kollha ġew mistħarrġa biex jiġi garantit li dawn il-problemi jiġu risolti b'soluzzjoni raġunata u li ma tagħmilx impatt negattiv u dejjiema fuq l- ambjent.", "Fil-fatt il-MEPA ġabret dawn l-ilmenti kollha, bagħtithom lill-WasteServ u dawn qabbdu grupp ta' nies li huma esperti f'dan il-qasam biex jagħmlu analisi ta' dawn l-ilmenti kollha.", "Sar rapport, magħruf bħala l-EIA u bi pjaċir ngħid li llum dan ġie ppreżentat lill-MEPA.", "Minn hawnhekk 'il quddiem il-MEPA trid tkompli tagħmel evalwazzjoni u analisi ta' kull ilment biex eventwalment tasal ħalli toħroġ il-permess neċessarju biex tibda tinbena l-engineered landfill temporanja fin-naħa tax-Xagħra tal-Magħlaq, fl-area magħrufa bħala tal-Qasam il-Kbir.", "Issa wara li jkun hemm il-public consultations ma' kulmin hu interessat, jinħareġ il-permess ħalli jinbeda x- xogħol fuq il-bini ta' controlled engineered landfill li m'għandha x'taqsam xejn ma' miżbla kif nafuha aħna.", "(Interuzzjonijiet) Bejn controlled engineered landfill u miżbla hemm differenza kbira, hemm baħar jaqsam għax controlled engineered landfill hija l-mod kif tiddisponi mill-iskart bl- inqas impatt negattiv teknikament possibbli fuq l-ambjent.", "Sur President, ir-raba' ħolqa hija li kif appena jinbeda x-xogħol fuq il- bini ta' din it-temporary engineered landfill, tibda r-riabilitazzjoni tal- miżbliet eżistenti li għandna fil-pajjiż.", "Irrid ngħid li dwar dan saru l- preparamenti min-naħa tal-WasteServ u qegħdin fi djalogu kontinwu mal-MEPA ħalli jkun hemm il-permessi neċessarji biex jinbeda dan ix-xogħol ta' riabilitazzjoni.", "X'inhu dan ix-xogħol ta' riabilitazzjoni?", "F'dawn il- miżbliet se ssir operazzjoni li permezz tagħha se jiddaħħlu pajpijiet orizzontali biex il-gassijiet li hemm fihom jiġi miġbud 'il barra ħalli b'hekk jiġu nnewtralizzati u ladarba jiġu nnewtralizzati, imbagħad ikun jista' jinbeda x-xogħol ta' landscaping ta' l-istess miżbliet.", "Il-ħolqa numru ħamsa hija li fl-Għallis trid tibda tinbena engineered landfill oħra għal dak li jissejjaħ it-toxic waste għax dan il-materjal tossiku mhux se jintefa' fl-engineered landfill li se ssir fl-area magħrufa bħala tal-Qasam il-Kbir.", "It-toxic waste jrid ikollu a controlled engineered landfill għalih u din se tinbena permanentament fl-Għallis.", "Ovvjament ma' din il-controlled engineered landfill irid ikun hemm l- affarijiet l-oħra fejn isir l-istorage u l-pre-treatment.", "B'hekk għall- ewwel darba se jkollna engineered landfill li fiha jiġi ttrattat it-toxic waste li nipproduċu.", "Ħolqa numru sitta hija l-bini tal-landfill għal dak li b'mod żbaljat qed jissejjaħ construction and demolition waste.", "Jien dan ma nsejjaħlux waste imma material għax dak huwa materjal li m'huwiex kontaminat.", "Bħalma intqal mill-Onor.", "Buhagiar, it-tender għal dan ix-xogħol ingħatat qabel l- elezzjoni tat-12 ta' April u mill-1 ta' Lulju dan il-materjal tal-bini beda jintefa` ġo barrieri apposta wara li nħarġilhom il-permess.", "Kif kulħadd jaf, 80% tal-materjal li kien jiddaħħal il-Magħtab kien radam tal- kostruzzjoni u allura biex dak ir-radam ma jibqax jiddaħħal fil-Magħtab u dik il-muntanja ma tibqax tikber bla kontroll kien ġie deċiż li dan jintefa` f'barrieri tal-franka li huma exhausted u li l-maġġor parti tagħhom jinsabu fuq il-main aquifer, ħalli b'hekk nerġgħu nagħmlu dak in- natural filter u neliminaw kemm jista' ikun xi pollution ta' l-aquifer.", "Għandna ħafna l-barrieri tal-franka mqattgħin li huma exhausted bħal, per eżempju, dik ta' Wied Ħofra, in-naħa tas-Siġġiewi, tas-Sejba u dik ta' l- Isqof fl-Imqabba, ta' Xagħar Imqalleb in-naħa tal-Qrendi u oħrajn f'Ħal Kirkop u fiż-Żurrieq li l-maġġor parti tagħhom jinsabu fuq area fejn għandna l-aħjar parti ta' l-aquifer u dawn huma imqattgħin sa ċertu fond, allura dik il-funzjoni ta' natural filter li kien qed jagħmel dak il-blat tneħħiet bit-tqattigħ.", "Issa jekk ikollok xi ilma li fih ikun hemm xi kimika li tinżel isfel viċin l-aquifer dik tista' faċilment tikkontamina l- aquifer.", "Allura meta r-radam qed nitfgħuh fil-barrieri minbarra li qegħdin nerġgħu nagħmlu r-restawr u t-topography tal-barrieri u minbarra li qed nerġgħu nagħtu din l-area lura għall-agrikoltura, qegħdin wkoll nerġgħu nagħmlu n-natural filter biex b'hekk nostakolaw iċ-ċans li jkun hemm xi flow ta' ilma kontaminat b'xi kimika li jkun jista' isib ruħu fl-aquifer li minnu aħna nieħdu madwar 50% ta' l-ilma tax-xorb.", "Sur President, ħolqa oħra, is-seba' waħda f'din l-istrateġija kollha, hija l-istudju biex naraw jaqbilx li wara li jimtlew dawn il-barrieri bir-radam, nagħmlux xi gżejjer artifiċjali li fihom inkunu nistgħu npoġġu dan l-ammont kbir ta' radam li nipproduċu.", "Irrid ngħid li pajjiżna m'għadux bħal 30 sena ilu.", "Meta 30 sena ilu kont tkun qed tibni post b'żewġ filati fuq il-livell tat-triq, peress li ma kienx hawn l-inġenji li hawn illum li jqattgħulek il-blat, kont tgħolli l-livell tal-pedament b'żewġ filati jew tlieta fuq il- livell tat-triq, tagħmel parapett u tibni d-dar.", "Illum il-prezz ta' l-art tela', kull spazju jiswa l-flus u bl-inġenji li hawn illum jitqatta' l-blat, isiru l-basements u dawn jiġġeneraw kwantita` kbira ta' materjal ta' radam.", "Kull sena qed nipproduċu madwar 1.2 miljun tunnellata ta' radam u la jimtlew dawn il-barrieri, irridu nsibu post adatt fejn inkunu nistgħu nniddisponu minnu.", "Il-ħolqa li jmiss hija dik numru tmienja.", "Wasal iż-żmien biex nibdew naħsbu bis-serjeta` kif minn dan l-iskart li nipproduċu nibdew nieħdu enerġija alternattiva.", "Barra minn Malta diġa' beda jsir.", "Forsi t-teknoloġija għadha m'hijiex irfinuta f'kull aspett, pero` hemm diversi sistemi minn thermal facilities - mhux se noqgħod insemmi x'inhuma - li permezz tagħhom is-solid waste jiġi ttrattat u minnu jittieħed dak li jissejjaħ synthetic gas, dan jiġi mnaddaf billi jiġi mgħoddi minn gas turbine u b'hekk nieħdu l- enerġija wkoll.", "Id-disa' ħolqa f'din l-istrateġija hija l-waste transfer station f'Għawdex.", "Kien hemm l-agreement li s-solid waste ta' Għawdex irid jiġi Malta.", "F'Għawdex mhux se ssir controlled engineered landfill u allura biex dan l- iskart jiġi hawn Malta jrid jinbena transfer station adegwat.", "X'inhu dan it- transfer station?", "Dan ikun post fejn iż-żibel li jiġi ġġenerat f'Għawdex jinġabar fih u jitqiegħed f'containers li jiġu ttrasferiti lejn Malta biex dan l-istess skart jintefa` fl-engineered landfill.", "Nista' ngħid li diġa` ġiet identifikata s-site fejn se jsir dan l-waste transfer station.", "Bħalissa għaddejjin bl-istudji kollha neċessarji ħalli jinħarġu l-permessi relatati biex tkun tista' tinbena din it-transfer station f'Għawdex.", "B'hekk inkunu in time biex l-istess skart li jiġi ġġenerat f'Għawdex jiġi mwassal lejn Malta ladarba tagħlaq il-miżbla tal-Qortin.", "Sur President, ħolqa numru 10 hija rigward l-adjudication process biex jiġu awarded it-tenders lill-bidders ħalli jinbdew ix-xogħlijiet fuq l-interim engineered landfill li se ssir n-naħa ta' Lapsi, fuq il-bini tal-hazardous waste station fl-Għallis, fuq il-bini tat-transfer station f'Għawdex u biex eventwalment nibqgħu mexjin ħalli nippreparaw għall-faċilitajiet l-oħra li għandhom x'jaqsmu mal-waste fl-area ta' l-Għallis.", "Hawnhekk qegħdin nitkellmu dwar il-proċess kollu tat-tenders, liema proċess m'huwiex xi wieħed faċli u jrid jittieħed bl-ikbar serjeta`.", "Fil-fatt dan il-proċess irid jiġi mifli bir-reqqa ħalli nassiguraw li x-xogħol isir skond standards internazzjonali u bl-inqas spiża teknikament possibbli.", "Ħolqa numru 11 tirrigwarda l-upgrading tal-compost plant f'Sant'Antnin, proġett li se jiġi co-financed mill-Unjoni Ewropea.", "Anke hawnhekk għaddejjin bl-istudji u għandna l-input ta' experts mill-Unjoni Ewropea li qegħdin jgħinu lill-WasteServ biex tiġi magħżula l-aħjar teknoloġija jew sistema li tista' tintuża għall-composting li rridu nagħmlu f'pajjiżna.", "Meta niġu biex nipproduċu l-compost irridu noqogħdu attenti xi kwalita` ta' compost se nipproduċu.", "Irridu niftakru li aħna għandna madwar 100,000 tomna raba' u allura għandek limitu ta' kemm tista' twaddab compost fuq din l- area ta' raba` limitata.", "Barra minnhekk għandek l-aspett l-ieħor li jidħol fil-kwalita` tal-compost għax irridu ngħidu li mhux kull waste jipproduċi grade A compost.", "Barra minn Malta fejn hemm foresti kbar għandek dak li jissejjaħ green waste li jiġi miż-żbir u l-qtugħ tal-friegħi tas-siġar li minnu tista' tagħmel grade A compost.", "F'pajjiżna m'għandniex dan il-lussu li nistgħu nagħmlu dan it- tip ta' compost u nistgħu nagħmlu biss compost ftit inferjuri għal dak.", "Pero` rridu noqogħdu attenti u nżommu f'moħħna eżatt kemm ammont u xi kwalita` ta' compost nistgħu nipproduċu.", "Ladarba nkunu nafu dan tkun tista` tiġi stabbilita l-aħjar sistema biex nipproduċu l-compost mingħajr ma nħallu impatt ħażin fuq l-ambjent li ngħixu fih.", "Sur President, ħolqa numru 12 ta' din il-katina tittratta l-iżvilupp ta' materials recovery facility li trid issir f'Sant'Antnin.", "Ovvjament din hija xi ħaġa meħtieġa ħafna għax minn din il-faċilita` jiġi determinat kemm mill- iskart li nipproduċu jista' jiġi magħżul u mgħoddi biex jiġi riċiklat.", "Ħolqa numru 13 hija dwar il-bring-in sites biex l-iskart jiġi separat.", "L- Onor. Buhagiar qal li bejn l-1997 u l-1998 kien hawn xi postijiet li bdew idaħħlu s-sistema ta' bring-in sites li fihom kienu tpoġġew erba` kontenituri, wieħed għall-karta, wieħed għall-ħġieġ, wieħed għall-metall u l-ieħor għall-plastic.", "Din is-sistema kienet bdiet biex indaħħlu l- mentalita' li s-separazzjoni ta' l-iskart trid tibda minn djarna.", "Irridu nibdew nagħżlu dawn il-prodotti b'mod li qabel nitfgħuhom f'dawn il- kontenituri nkunu ċerti li huma nodfa ħalli minn hemmhekk jittieħdu fil- materials recovery facility, imbagħad ikun jista' jsir l-istorage ta' dan il-materjal li jkun diġa' magħżul u nadif biex wara jiġi riċiklat.", "Sal-lum dawn il-kontenituri saru f'24 lokalita` u huwa maħsub li sa Marzu jew April ikollna din is-sistema f'kull belt u raħal ħalli b'hekk nagħtu spinta l- aspett tas-separazzjoni ta' l-iskart.", "Jiena nitlob il-koperazzjoni ta' kulħadd biex nagħmlu l-almu tagħna ħalli dawn il-bring-in sites ma jispiċċawx miżbliet żgħar.", "Wara kollox dan huwa pajjiżna u kulħadd irid jagħmel dak id-daqsxejn ta' sforz biex nassiguraw li dawn il-containers jintużaw kif supopst.", "Il-ħolqa li jmiss f'din l-istrateġija hija dik nurmu 14.", "Din tittratta l- bini ta' civic amenity sites.", "X'inhuma dawn?", "Irridu nagħmlu ħames postijiet f'Malta u tnejn f'Għawdex biex kulmin ikollu skart goff ma jaqbadx u jmur jiddisponi minnu fil-kampanja kif b'dispjaċir ikolli ngħid li hawn min jagħmel.", "Fil-fatt fil-kampanja ta' spiss naraw refrigerators, cookers, saqqijiet u kull tip ta' imbarazz kbir ieħor.", "GĦal dan il-għan se jiġu stabiliti depots apposta, ħamsa f'Malta u tnejn f'Għawdex, biex kulmin ikollu bulky refuse jkun jista' bil-kumdita` kollha jaqbad dan l-iskart goff u jieħdu f'dawn il-postijiet u min ikun inkarigat minn dawn il- postijiet jiddisponi minnu bl-iktar mod għaqli.", "Dawn se nagħmluhom għax ikun inutli li noqogħdu nnaddfu l-kampanja mbagħad tgħaddi ġimgħa jew tnejn u nerġgħu narawha mimlija b'dan it-tip ta' skart goff.", "Jiddispjaċini ngħid li għad baqa' nies irresponsabbli li l-gost tagħhom qisu hu li jħammġu l-pajsaġġ.", "Bdejna kampanja edukattiva biex indaħħlu f'moħħ kulħadd li din hija problema ta' kulħadd u għalhekk kulħadd għandu jagħmel l-almu tiegħu ħalli din il-problema verament insolvuha għall- ġid ta' pajjiżna.", "U jiena nemmen li bil-koperazzjoni ta' kulħadd din l- istrateġija kollha għandna nagħmluha b'mod li tkun suċċess.", "Sur President, tan-naħa l-oħra jistaqsu: Semmejtu tant fondi li suppost għandhom jiġu mill-Unjoni Ewropea!", "Fejn huma?", "Jiena ma qgħadtx insemmi l- fondi li se jiġu mill-Unjoni Ewropea waqt li kont għaddej bid-diskors tiegħi, imma nista` ngħid li hemm fondi strutturali għall-iskema ta' separazzjoni ta' l-iskart fid-djar.", "Hemm fondi strutturali oħra sabiex isir intervent immedjat fil-Magħtab, fil-Qortin u f'Wied Fulija.", "Hemm fondi għall-assistenza teknika taħt forma ta' framework contract għad-disinn ta' l-impjant ta' kompostaġġ u faċilita` għall-irkuprar ta' materjal.", "Hemm assistenza teknika għas-separazzjoni ta' l-iskart li jinkludi taħriġ għall- kolletturi ta' l-iskart, kunsilli lokali eċċ. Hemm ukoll għajnuna għal skemi ta' producer responsibility.", "Hemm għajnuniet oħrajn imma naħseb li b'dawk li semmejt tajt daqsxejn ħjiel ta' kemm verament hemm għajnuna finanzjarja li se tiġi mill-Unjoni Ewropea.", "Sur President, wara li tkellimt fuq topic li kien fuq fomm kulħadd għal dawn l-aħħar seba' xhur, nixtieq issa nitkellem daqsxejn fuq friegħi oħra ta' dan il-ministeru u ngħaddi biex ngħid xi ħaġa dwar l-indafa pubblika.", "F'dan il-ministeru kien hemm żewġ sezzjonijiet inkarigati mill-indafa li issa ġew amalgamati flimkien u maqsuma f'units żgħar.", "Kull unit ingħata job speċifiku ħalli b'hekk nassiguraw li jsir t-tindif neċessarju mal-pajjiż kollu u mhux isir biss jidher.", "It-tindif irid isir anke f'areas rurali u nista` ngħid li f'dawn l-aħħar tmien xhur it-tindif fl-areas rurali ngħata spinta tajba.", "Fil-fatt barra li ġew imnaddfa 27 ġibjun, sar tindif in-naħa ta' Wied iż-Żurrieq, tindif fit-triq kollha ta' Għar Lapsi, fl-areas tan- naħa ta' Gudja, f'Tal-Barrani, Ħal Tarxien u ż-Żejtun.", "Tnaddfu wkoll l-areas rurali tan-naħa ta' Xrobb l-Għaġin fiż-Żejtun u t- toroq prinċipali li mill-airport iwasslu għall-Belt Valletta.", "Sar it-tindif fl-areas ta' Ħas-Saptan, Għajn Tuffieħa u ż-Żebbiegħ u areas rurali oħra fit-tramuntana tal-pajjiż.", "Areas oħra li ġew imnaddfa huma l-area ta' Ħal Millieri limiti ta' l-Imqabba, li hija area frekwentata mit-turisti u li kienet veru area abbandunata, u l-area tan-naħa ta' Ħal Far f'Birżebbuġa magħrufa bħala Tal-Ħlantun li ġiet imnaddfa diversi drabi wkoll.", "Sar ukoll tindif fil-Forti Sant'Anġlu u tindif ieħor f'diversi postijiet li impossibbli li nsemmihom kollha fil-ftit ħin li baqagħli.", "Ngħaddi issa biex ngħid xi ħaġa dwar ir-reoganisation tal-ħaddiema f'dan il-ministeru, punt ta' priorita` qawwija, Sur President.", "Fil-ministeru għad baqa' madwar 3,000 ħaddiem u jinħarġu madwar Lm20 miljun f'salarji fis-sena.", "Allura dawn it-3,000 ħaddiem qegħdin jiġu riorganizzati b'mod li dak li qed jitaħallsu għalih jagħtuh lura f'xogħol.", "Diġa` beda t- tqassim ta' dawn in-nies f'gangs apposta biex uħud minnhom jibdew jagħmlu tiswija ta' bankini u manutenzjoni ta' toroq u ġonna, tindif ta' culverts u kanali, bini u rranġar ta' ħitan tas-sejjieħ u xogħol ta' restawr.", "Dawn il-ħaddiema qegħdin ukoll jiġu utilizzati anke mill-kunsili lokali u dan l- aħħar kien hemm madwar 40 kunsill lokali li bbenefika minn xogħol magħmul minn dawn in-nies.", "Dawn il-ħaddiema kollha ġew organizzati f'erba' regions u diġa` qed isir l-ftehim mal-kunsilli lokali biex ix-xogħol mitlub mill- istess kunsilli jibda jsir minn dawn il-ħaddiema.", "Dan ix-xogħol isir billi l-ewwel issir stima tax-xogħol imbagħad jiġi kkalkulat l-ammont ta' ħaddiema u numru ta' ġranet li jkun hemm bżonn biex jitlesta dan ix-xogħol u l-kunsilli, li b'koperazzjoni jidħlu għal dan ix- xogħol, jixtru l-materjal biex permezz ta' dawn il-gangs ta' ħaddiema tal- ministeru jsir ix-xogħol li jkun involut.", "Nista` ngħid li diġa` għandna feedback qawwi mill-kunsili lokali u nispera li fil-ġimgħat u fix-xhur li ġejjin jinbeda dan ix-xogħol ħalli b'hekk issir utilizzazzjoni aħjar tar- riżorsi kollha li għandna f'dan il-ministeru biex nieħdu iżjed xogħol b'inqas spiża għal min iħallas it-taxxa.", "Issa f'dawn il-ftit minuti li baqagħli irrid nitkellem ftit fuq ix-xogħol li sar u se jsir is-sena d- dieħla f'dak li għandu x'jaqsam mad-dipartiment tax-xogħlijiet pubbliċi, Sur President.", "F'dan id-dipartiment hemm diversi sezzjonijiet li se jiġu amalgamati.", "Per eżempju, hemm sezzjoni li tagħmel xogħlijiet strutturali fuq diversi postijiet tal-gvern, inkluż bereġ, u fuq camping sites bħal dik ta' Għajn Tuffieħa li x-xogħol fuqha ilu mibdi u li se jitkompla mill-ħaddiema ta' dan id-dipartiment.", "Hemm xogħol ta' bini ta' diversi public conveniences mal-pajjiż kollu u xogħol ieħor ta' embellishment.", "Irrid ngħid li, kontra dak li qal l-Onor.", "Buhagiar, l-embellishment kien isir, għadu jsir u se ikompli jsir b'ritmu iżjed qawwi.", "La qed insemmi x-xogħol ta' embellishment irrid insemmi x-xogħol li sar s'issa permezz tal-proġett ta' tisbiħ fix- Xemxija.", "Dan il-proġett li tiegħu saret l-ewwel fażi se jitkompla is-sena d- dieħla.", "Xogħlijiet oħra oħra li se jsiru mill-ħaddiema tad-dipartiment tax- xogħlijiet huma t-tkomplija ta' l-embellishment u x-xogħol ta' pavimentar fil-Barrakka ta' Fuq, it-tkomplija tax-xogħol fuq il-ħajt li hemm fil-ġnien ta' Hastings u r-rikostruzzjoni tal-Gardjola fl-istess ġnien, ir-restawr u refurbishment fil-Berġa tal-Baviera, diversi xogħlijiet f'postijiet tal- gvern sabiex jiġu utilizzati mir-refuġjati, diversi xogħlijiet għan-nom tal- kunsilli lokali u diversi xogħlijiet oħra ta' embellishment fil-pajjiż kollu.", "Ix-xogħol ta' embellishment u pavimentar tal-pjazza ta' Paceville u tat- toroq kollha li jagħtu għaliha qed isir bil-ħaddiema tal-gvern.", "Bħalissa qed jiġu mibdula jew msaħħa l-utilities, jiġifieri s-servizzi ta' l-ilma, tad-drenaġġ u ta' l-enerġija elettrika, kif ukoll utilities oħra bħalma huma tal-Maltacom u tal-Melita Cable.", "Sar l-iscarifying tat-triq, ingħata l- concrete u issa beda wkoll il-pavimentar.", "Dan ix-xogħol qed isir fuq tliet fażijiet u huwa mistenni li jkun lest sa l-aħħar ta' Ġunju.", "Kif diġa' għedt, ix-xogħol qed isir bil-ħaddiema tal-public works u skond ma jien nformat l-ewwel fażi se titlesta fil-ħin kif ippjanat.", "Ta' dan nirringrazzja lil dawn il-ħaddiema u lil dawk kollha li huma involuti f'dan ix-xogħol.", "Apparti dan ix-xogħol il-ħaddiema tal-gvern qegħdin jagħmlu biċċa xogħol oħra sabiħa fin-naħa tax-Xarolla fiz-Zurrieq fejn kienu nstabu xi oqbra.", "It-triq li kienet fil-pjan regolatur taz-Zurrieq ġiet shifted għaliex kif kienet ippjanata kienet se tgħaddi minn fuq l-oqbra u allura ġiet mibnija triq oħra li tgħaddi minn wara l-mitħna.", "Issa se jsir il-pavimentar ta' l- area fejn hemm l-oqbra b'tali mod li dawn jibqgħu jidhru u jiġu anke mixgħula bil-lejl.", "Qed isir ukoll ir-restawr tal-kappella ta' Sant'Andrija u parti miċ-ċimiterju li jagħmel parti mill-istess kappella u nisperaw li dan ix-xogħol li qed isir b'tant għaqal u b'tant dedikazzjoni mill-ħaddiema tal-gvern ikun lest fl-ewwel xhur tas-sena d-dieħla.", "Meta l-ħaddiema tal- gvern ikunu motivati u organizzati kapaċi jagħmlu xogħol up to standard li minnu għandu jgawdi l-pajjiż kollu.", "Sur President, irrid ngħid li fil-Barrakka ta' fuq, wara li sar ix-xogħol ta' restawr, issa wasal iż-żmien li jinbeda wkoll il-proġett tal- pavimentar.", "Jien informat li dan ix-xogħol għandu jsir fl-ewwel xhur tas- sena d-dieħla.", "Irrid nerġa` nirreferi għax-xogħol tal-pavimentar ta' l- Imdina li se jiswa mal-Lm0.5 miljun.", "Diġa` spjegat kif sar it-tendering procedure u jekk Alla jrid għall-bidu tas-sena d-dieħla dan ix-xogħol jinbeda wkoll.", "Waħda mill-prioritaiet tagħna hija li nsebbħu l-pjazez ta' l- irħula u l-ibliet tagħna għaldaqshekk is-sena d-dieħla mistenni li jibda xogħol ta' tisbiħ tal-pjazez li għandna.", "Diġa` saru ċerti disinni mill- periti tal-public works, saru anke konsultazzjonijiet ma' wħud mill- kunsilli lokali u l-ħsieb huwa li s-sena d-dieħla jibdew dawn ix- xogħolijiet.", "Barra minn dan ix-xogħol hemm ippjanat ukoll li jibda x-xogħol fix-Xgħajra li rrefera għalih l-Onor.", "Buhagiar u xogħlijiet oħra fil- Qajjenza u f'Marsaxlokk.", "F'dan il-ministeru hemm ukoll is-sezzjoni tal-manifattura u servizzi.", "F'din is-sezzjoni hemm 370 impjegat.", "Dawn il-gruppi ta' nies jikkonsistu f'mastrudaxxi, electricians, plumbers u oħrajn jieħdu ħsieb il-manutenzjoni tal-lifts, traffic lights u air-conditioners.", "F'din is-sezzjoni hemm ukoll il-koperattiva ta' dawk li jagħmlu s-sinjali tat-traffiku, il-koperativa tal-mastrudaxxa u dik ta' dawk li jagħmlu xogħol ta' l-aluminium.", "Bi pjaċir ngħid li din is-sena dawn il-koperativi għamlu ammont ta' xogħol b'valur iżjed milli għamlu fis-sena ta' qabel.", "Ma rridx ninsa nsemmi s-sezzjoni tal- marine works li din is-sena għamlet xogħlijiet maġenb il-Forti Sant'Anġlu u f'Hay Wharf.", "Ovvjament dan ix-xogħol għadu għaddej f'dawn iż-żewġ postijiet.", "Ta' min jgħid ukoll li din is-sezzjoni se tibda tieħu ħsieb ix- xogħol li għandu x'jaqsam ma' l-għargħar, jiġifieri ma' l-ilma tax-xita.", "Irrid nirriferi wkoll għall-maltempata li laqtitna fil-15 ta' Settembru.", "Din kienet maltempata mhux tas-soltu, l-aħħar li kellna bħala kien madwar 24 sena ilu.", "Dawn huma sitwazzjonijiet li trid tkun ippreparat għalihom u biex tkun ippreparat għalihom trid tagħmel xogħol kontinwu u mhux noqogħdu nistennew li tfaqqa' xi maltempata biex nibdew nagħmlu xi ħaġa.", "Kull gvern għandu l-obbligu li jipprepara gruppi ta' nies li kontinwament jieħdu ħsieb li jneħħu l-bottlenecks li jkollna fil-pajjiż, jiġifieri dawk l-partijiet fejn isir l-imblokk.", "Hawnhekk ta' min jgħid li l-Unjoni Ewropea se tagħtina madwar euro 1 miljun biex nirranġaw il-ħsarat li għamlet din il- maltempata.", "Pero` rrid infakkar li wara li seħħet din il-maltempata kont għedt li se jsir programm ta' ħidma f'dan ir-rigward.", "Dan il-programm ta' ħidma qed jiġi mfassal u diġa' ġew identifikati l-areas li huma bottlenecks.", "Dawn l-areas huma dik ta' Burmarrad, li magħha għandek ħames water courses, l-area tal-Marsa li magħha tgħaqqad lil Ħal Qormi li għandha sitt widien li jagħtu għaliha u l-area ta' l-Imsida li magħha jidħlu l-areas ta' Ħal Balzan u ta' Birkirkara.", "Ovvjament biex issib soluzzjoni mhux kemm tfaqqa` subgħajk.", "Jien żort dawn il-postijiet u fl-opinjoni tiegħi hemmhekk hemm bżonn jinbnew retaining walls, isir dredging ta' kanali, isir twessigħ tal-water courses u jsir użu ta' pompi kbar u adegwati biex fejn għandek slow flow jżidu l-flow u allura teħles mill-ilma.", "Diġa` saru programmi u diġa' nbeda x-xogħol fuq il-problema li għandna fil-Marsa u Ħal Qormi.", "Sur President, dan huwa ministeru vast pero' jiena persważ li b'rieda tajba u b'determinazzjoni, il-programm ambizzjuż li għandna quddiemna nwettquh għall-ġid tal-Maltin u l-Għawdxin kollha.", "Grazzi.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Grazzi.", "Il-mistoqsija hi l-emenda għall-Vot 42 imressqa mill-Onor.", "Buhagiar.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Skond il-mozzjoni ta' proċedura, din id-division tittieħed minn hawn u ħames minuti oħra.", "Il-Kumitat ġie sospiż fid-9:30 p.m. u rriżuma ħames minuti wara.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Se nerġa' npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi l- emenda għall-Vot 42 imressqa mill-Onor.", "Buhagiar.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Mario Galea.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Sur President, għan-naħa tal-gvern se jiġu paired l- Onor:", "Azzopardi Frederick Azzopardi Jason Bonnici Joseph", "Borg Joe", "Dalli John Fenech Adami Eddie Frendo Michael", "ONOR.", "JOE MIZZI: GĦan-naħa ta' l-oppożizzjoni se jiġu paired l-Onor:", "Attard Montalto John Bartolo Evarist Brincat Leo Cardona Chris Debono Grech Joe Farrugia Michael Vella George Vella Karmenu.", "VOTAZZJONI NRU.", "18", "FAVUR : 22", "L-Onor.", "|Abela Carmelo |Farrugia Angelo | |Abela Joseph |Farrugia Noel | |Agius Chris |Gulia Gavin | |Brincat Joseph |Herrera Jose' | |Buhagiar Charles |Mangion Charles | |Buontempo Stefan |Mizzi Joe | |Caruana Justyne |Parnis Silvio | |Chircop Karl |Refalo Anton | |Coleiro Marie |Sammut Joseph | |Louise | | |Cuschieri Joseph |Sant Alfred | |Dalli Helena |Vassallo Adrian |", "KONTRA: 26", "L-Onor.", "|Abela Anthony |Galea Mario | |Agius David |Gatt Austin | |Agius Francis |Gonzi Lawrence | |Arrigo Robert |Gonzi Michael | |Cristina Dolores |Mifsud Bonnici | | |Antoine | |D'Amato Helen |Mifsud Bonnici | | |Carmelo | |de Marco Mario |Mugliett Jesmond| |Debono Giovanna |Puli Clyde | |Deguara Louis |Pullicino George| |Falzon Joseph |Pullicino | | |Orlando Jeffrey | |Fenech Antonio |Vassallo Edwin | |Galea Censu |Zammit Ninu | |Galea Louis |Zammit Dimech | | |Francis |", "L-emenda m'għaddietx.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi:-", "VOT 42 - MINISTERU GĦAR-RIŻORSI U INFRASTRUTTURA", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 20,329,000 li titħallas mill-fond konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 42 - Ministeru għar-Riżorsi u Infrastruttura, kif dettaljata fl-abbozz ta' l-estimi ġenerali ta' nefqa għas-sena 2004.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried", "Ir-Riżoluzzjoni taħt Vot 42 għaddiet.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi:-", "VOT VIII - MINISTERU GĦAR-RIŻORSI U INFRASTRUTTURA", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 5,711,000 li titħallas mill-fond konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot VIII - Ministeru għar-Riżorsi u Infrastruttura, kif dettaljata fl-abbozz ta' l-estimi ġenerali ta' nefqa għas-sena 2004.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried", "Ir-Riżoluzzjoni taħt Vot VIII għaddiet.", "Fid-9.37 p.m. il-Kamra rriżumiet u l-Viċi President tal-Kumitat irrapporta li r-Riżoluzzjonijiet taħt Voti 42 u VIII tal-ministeru għar-riżorsi u l- infrastruttura kienu ġew approvati mill-Kumitat ta' Provvista.", "THE DEPUTY SPEAKER: Sar il-ħin.", "Il-Viċi Prim Ministru, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nippropona l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar l- Erbgħa, 10 ta' Diċembru 2003 fid-9.00 a.m. b'din l-aġenda:-", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "1.", "Kumitat ta' Provvista - Estimi ġenerali 2004", "Is-Sitt Jum stabbilit", "Voti tal-Ministeru għat-Turiżmu", "Fid-9.39 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "AMBAXXATA MALTIJA F'MOSKA", "3321.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jikkonferma l-Ministru li l-Ambaxxata Maltija f'Moska qed tfittex premises ġodda?", "ONOR.", "JOE BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li d-diskussjonijiet bejn il-Gvern ta' Malta u l-Gvern tal-Federazzjoni Russa rigward ir- rilokazzjoni ta' l-Ambaxxata Maltija f'Moska f'bini ieħor ilhom għaddejjin għal diversi snin.", "Iż-żewġ naħat qegħdin jinnegozjaw fuq din il-materja u mistenni jintlaħaq ftehim f'qasir żmien sabiex l-Ambaxxata ta' Malta jkollha bini aktar adatt biex jaqdi funzjonijiet diplomatiċi u konsulari.", "SIGURTA' FL-AJRUPORT", "3322.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għat-Teknoloġija ta' l- Informazzjoni u Investiment: Jikkonferma l-Ministru li f'Ottubru, il-Konslu Malti f'Iżrael flimkien ma' uffiċjali tas-sigurta' minn Iżrael żaru l- ajruport internazzjonali ta' Malta għal taħditiet dwar is-sigurta' fl- ajruport?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "VISA BEJN MALTA U L-LIBJA", "3323.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jikkonferma l-Ministru li minħabba l-prinċipju tar-reċiproċita', Malta ġiet mgħarrfa min-naħa Libjana li l-Maltin se jkollhom bżonn visa biex jidħlu fil-Libja mill-1 ta' Mejju?", "ONOR.", "JOE BORG: Għalkemm il-Maltin se jkollhom bżonn visa biex jidħlu fil- Libja mill-1 ta' Mejju 2004 bħalma l-Libjani se jkollhom bżonn visa biex jidħlu f'Malta mill-istess data, matul iż-żjara tal-Prim Ministru Libjan f'Malta f'Ottubru li għadda, iż-żewġ naħat qablu li jkollhom taħditiet sabiex jidentifikaw u jaqblu bejniethom kif l-aħjar tkun introdotta l-visa bejn Malta u l-Libja mingħajr ma' tkun ta' xkiel għall-kummerċ u t-turiżmu bejn iż-żewġ pajjiżi.", "Huwa l-ħsieb taż-żewġ naħat li tkun introdotta sistema effiċjenti ta' ħruġ ta' visa li tista' tinkludi wkoll il-visa tat- tip multiple entry.", "Hemm ukoll il-ħsieb li jkun hemm eżenzjoni mill-bżonn tal-visa fir-rigward ta' uffiċjali governattivi u dawk diplomatiċi.", "TRASFERIMENT TA' PERSUNI KKUNDANNATI BEJN MALTA U T-TUNEŻIJA", "3324.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jikkonferma l-Ministru li t-Tuneżini ma aċċettawx talba ta' Malta biex jiġi ffirmat ftehim dwar transfer of sentenced prisoners?", "ONOR.", "JOE BORG: Għal diversi drabi, Malta uriet ix-xewqa li jkollha taħditiet mat-Tuneżija sabiex jintlaħaq ftehim għat-trasferiment ta' persuni kkundannat, iżda s'issa l-awtoritajiet Tuneżini m'humiex qed iħossu l-ħtieġa għal ftehim bħal dan.", "Il-ministeru tiegħi qed ikompli jipprova li jinbdew taħditiet sabiex jintlaħaq ftehim jew xi forma ta' arranġament ieħor dwar din il-materja.", "MALTA WORLD TRADE CENTRE", "3325.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jgħid min irrappreżenta lil Malta Enterprise fil-world trade centres association general assembly fl-Istati Uniti?", "X'kien l-eżitu ta' din iż-żjara?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-Malta Enterprise kienet rappreżentata mic-chairman tagħha Joe Zammit Tabona.", "L-għan ta' din iż-żjara kien li jkompli fuq ix-xogħol biex jinstabu intraprendituri u investituri għall-proġett tal-Malta world trade centre.", "PORT ĦIELES - BEJGĦ TA' ISHMA", "3332.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jgħid jekk it-trattattivi għall- bejgħ ta' l-ishma tal-freeport għadhomx mexjin?", "F'liema stadju waslu?", "Hemmx xi ħjiel dwar meta jistgħu dawn it-trattattivi jiġu konklużi?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li kif diġa' ħabbart fid-diskors tal-budget 2004 għandna nidħlu f'negozjati dettaljati.", "S'issa dawn in-negozjati għadhom ma bdewx.", "BINI U TISWIJA TA' DJAR – TKEĊĊIJA TA' SKRIVANA", "3333.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid b'liema setgħa u jedd manager fit-taqsima tal-maintenance fi ħdan id-dipartiment tal-bini u manutenzjoni, neħħa skrivana li kienet part-timer regolari u minflokha daħħal lil ibnu mingħajr ebda applikazzjoni jew prosegwiment ta' proċeduri u minn wara dahar l-istess direttur?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab informat li la tneħħew skrivani u lanqas ġew impjegati oħrajn flokhom fid-dipartiment tal-bini u tiswija ta' djar.", "PBS - PUBBLIKAZZJONI TA' STQARRIJIET", "3334.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru għat-Teknoloġija ta' l- Informazzjoni u Investiment: Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew pubblikati stqarrijiet mill-PBS maħruġa kemm mill-Partit Nazzjonalista kif ukoll mill- Partit Laburista, separatament?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jindika l-perjodu ta' żmien li għalih qed jirriferi.", "PACEVILLE – XOGĦOL TA' EMBELLISHMENT", "3338.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' il-Ministru jgħid fiex jikkonsisti l-proġett ta' embellishment ta' Paceville.", "Jista` ipoġġi kopja tal-pjanta tax-xogħlijiet fuq il-mejda tal-Kamra?", "Meta nbdew ix-xogħlijiet, meta hu previst li jitlestew u kemm hu stmat li se tkun in-nefqa?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li x-xogħol ta' embellishment f'Paceville jikkonsisti f'xogħol estensiv fuq is-servizzi tal- korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma, drenaġġ, Maltacom, Melita Cable u Enemalta; irranġar tal-bankini kollha; uċuħ ġodda għat-toroq interni kollha; xogħol ta' tisbiħ fil-pjazza prinċipali; semi-pedestrianisation ta' toroq li jmissu mal-pjazza u twaħħil ta' arbli tad-dawl dekorattivi f'diversi toroq.", "Ix-xogħol inbeda fl-1 t'Ottubru 2003 u huwa maqsum fi tlett fażijiet u mistenni jitlesta kollu sa l-aħħar ta' Ġunju 2004.", "Ix-xogħol huwa stmat li jiġi jiswa madwar Lm1 miljun, inkluż il-pagi tal-ħaddiema tal-gvern li qed jagħmlu l-parti l-kbira tax-xogħol fuq dan il-proġett.", "M'huwiex il-każ li npoġġi kopja tal-pjanti fuq il-mejda tal-Kamra peress li huma numru konsiderevoli u jeħtieġ ammont ta' flus sabiex isiru.", "GĦaldaqstant nistieden lill-Onor.", "Membru li meta jkun komdu jara l-pjanti rikjesti.", "RAĦAL ĠDID - GĦALQA FI TRIQ IL-VITTMI TAL-GWERRA", "3341.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid jekk l-għalqa li qiegħda fi Triq il- Vittmi tal-Gwerra, Raħal Ġdid li tmiss ma' dar li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, hemmx xi permess ta' bini fuqha?", "X'permessi huma?", "Jista' jagħti informazzjoni fuq xi permessi marbuta ma' din l-art?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Jista' l-Onor.", "Interpellant jekk jogħbġu jissotometti site plan ta' l-għalqa msemmija biex inkunu nistgħu nagħtu l- informazzjoni meħtieġa għaliex is-sistema tal-mappi ta' l-awtorita' ma' tinkludiex l-ismijiet tad-djar?", "Infakkar lill-Onor.", "Membru li hu jista' ifittex direttament din l- informazzjoni fuq il-mapserver tal-website tal-MEPA, www.mepa.org.mt.", "SIGURTA' SOĊJALI – FILE NO.", "16280", "3342.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid fiex wasal il- każ ta' omm separata li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?", "Tista' din l-omm tiġi informata bl-aħħar żviluppi?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi l-persuna minnu indikata fl-uffiċċju distrettwali tad-dipartiment tas-sigurta' soċjali.", "TA' XBIEX: TRIQ IL-QAWS – BLOCK E2", "3343.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk post li d- dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, huwiex vojt?", "Dan il-post huwa tal-privat?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mhijiex il-politika tad-dipartiment għall- akkomodazzjoni soċjali li jippubblika jew jagħti indikazzjoni ta' indirizzi ta' postijiet vojta.", "QAWRA: TAMAR ROAD – IMPORTAZZJONI TA' AIRGUNS", "3375.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Ministru jgħid jekk ladarba issa jistgħu jidħlu airguns u jinbiegħu mill-ħwienet – qed nibbaża ruħi fuq reklam tal-Phoenix li deher fil-ħarġa tal-gazzetta ''The Times'' ta' l-4 ta' Diċembru, 2003 – hux il- waqt li jingħalaq każ li jinvolvi l-importazzjoni ta' żewġ airguns u rifle .22, kif jidher mid-dokument li qed jintbagħat separatament, bl-idea li l- armi in kwestjoni jiġu rilaxxati wara li titħallas id-dwana fuqhom u anke biex imbagħad tkun tista` tiġi pproċessata l-applikazzjoni tal-pulizija fuq isem l-individwu li kien iddikjarahom meta wasal Malta f'Mejju ta' l-1980?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi l-armi msemmija mill-Onor.", "Interpellant kienu ġew miżmuma mid-dwana.", "GĦaldaqstant nissuġġerixxi lill- Onor. Interpellant jagħmel talba formali lill-kontrollur tad-dwana peress li dawn l-armi ġew sekwestrati 23 sena ilu mill-istess kontrollur."]} {"filename": "20060220_355d_par.doc", "date": "2006-02-20", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Uffiċjali u Rivedut) L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 355 It-Tnejn, 20 ta' Frar 2006 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 355", "It-Tnejn, 20 ta' Frar 2006", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.03 p.m.", "Talba", "Seduta Nru. 355", "It-Tnejn, 20 ta' Frar 2006", "WERREJ", "MINUTI 563", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 563", "TQEGĦID TA' KARTI 569", "MOZZJONIJIET", "SOSTITUZZJONI TA' MEMBRU FUQ IL-KUMITAT PERMANENTI", "DWAR IL-KONTIJIET PUBBLIĊI 570", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JIMPLIMENTA MIŻURI TA' L-ESTIMI", "BUDGET MEASURES (IMPLEMENTATION) BILL 570", "AĠĠORNAMENT 609", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 6123", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB 630", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 354 li saret fil-15 ta' Frar, 2006 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "BUDGET TA' L-AIR MALTA", "15523.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 15200 u jgħid jekk il-bord tad-diretturi approvax il-budget ta' l-Air Malta għas-sena 2005 - 2006?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni): Nikkonferma li l-bord tad-diretturi ta' l-Air Malta approva l-budget għas-sena finanzjarja 2005 - 2006.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Leo Brincat, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Hemm il-ħsieb li jiġu tabled l-aħħar audited accounts ta' l-Air Malta?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-aħħar audited accounts jinsabu fuq il-website ta' l- Air Malta.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Se jkun hemm diskussjoni fil-Parlament dwarhom?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Sakemm ma jkunx hawn mozzjoni f'dan is-sens, ma nafx kif jistgħu jiġu diskussi fil-Parlament, Sur President.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Filwaqt li nista' nifhem li l-informazzjoni hija available fuq il-website ta' l-Air Malta, ma jaħsibx il-Ministru li jekk l- Air Malta tiġi diskussa fil-PAC - mhux qed nitkellem għall-PAC għax m'iniex membru tal-PAC - l-audited accounts ikunu jridu jitpoġġew formalment fuq il-mejda tal-Kamra?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jiena ili sentejn u nofs membru tal-PAC u nista' ngħid li qatt ma saret talba biex tiġi diskussa l-Air Malta, la mill-oppożizzjoni u lanqas mill-gvern.", "Il-proċedura li ġiet adottata fil-PAC hi li fil-bidu tas-sena ssir proposta, normalment mill-awditur ġenerali, ta' x'jiġi diskuss, tiġi vetted miċ-chairman u sottomessa lill-membri.", "Personalment ma nsib l-ebda diffikulta' jekk xi ħadd irid jiddiskuti l-Air Malta, pero' sinċerament ma naħsibx li għandna niddiskutuha.", "L-Air Malta hija kumpannija kummerċjali u l-agħar ħaġa li nistgħu nagħmlu hi li niddiskutu l-operat ta' commercial company fil-Parlament, Sur President.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jista' il-Ministru jgħidli x'inhi r-raġuni li qabel kien jitpoġġa rapport dwar l-audited accounts ta' l-Air Malta fuq il-mejda tal-Kamra u dan illum m'għadux jitpoġġa?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jiena ma nifhimx ir-raġuni għala accounts illi bil- liġi, stante in-natura tal-kumpannija, iridu jiġu filed ma' dak l-uffiċċju li qabel konna nsibuh bħala l-commercial partnerships - illum jidhirli sar l-MFSA - għandi għalfejn nerġa' nqegħidhom fuq il-mejda tal-Kamra ladarba huma pubbliċi, Sur President.", "KONTIJIET TAD-DAWL U L-ILMA", "15701.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Minn mindu nbidlet is-sistema tal-ħlas tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma, kemm huwa", "stmat li saru overpayments u underpayments min-naħa tal-konsumaturi u x'inhu l-ammont f'kull każ?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-informazzjoni mitluba ma tistax tinġabar mingħajr ma jsir eżami dettaljat ta' madwar 230,000 kont.", "Jekk wiehed iħares lejn l- informazzjoni b'mod globali jsib li l-bilanċ fil-billing system tal- korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma hu wieħed dinamiku.", "Bilanċ jista' ikun credit u mbagħad isir debit bi ħruġ ta' kont u jista' jerġa' jiġi credit meta joħroġ kont proviżorju.", "Barra minn hekk, bilanċi b'overpayment jikkanċellaw dawk b'underpayment u allura l-informazzjoni mitluba xorta waħda ma tkunx ingħatat.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sur President, nirriferi għall-aħħar avviż legali li ħareġ fejn jidħlu abbużi ta' serq ta' dawl.", "Ma jidhirlux li fil-proċedura kif inhi, hemm ċertu nuqqas għax jista' jagħti l-każ li jkun hemm min ma jkunx jista' juri evidenza?", "Għax jekk persuna tħallas taħt protesta u l- investigazzjonijiet ma jsirux, awtomatikament ma jkollhiex x'turi jekk ma jsirux l-investigazzjonijiet.", "Barra minn hekk, wieħed xorta waħda jkun irid iħallas ta' l-inkjesta, anke jekk din ma tkunx saret.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Naħseb li l-Onor.", "Mizzi mhux għal kollox preċiż, Sur President.", "L-ewwelnett l-inkjesta ssir bil-qorti u billi llum is-serq tad- dawl huwa kkonsidrat bħala reat pubbliku - u din hija d-differenza legali - kull darba li jkun hemm suspett ta' serq ta' l-elettriku trid bilfors tidħol il-pulizija.", "Il-pulizija mbagħad tagħmel investigazzjoni, tipprosegwi kriminalment u l-qorti kriminali tqabbad espert biex jittestja l-meter u jasal għal whatever konklużjoni.", "Din trid issir kemm jekk is- serq ikun ta' Lm20,000 u anke jekk ikun ta' Lm1 biss u dan għar-raġuni li llum dan huwa reat pubbliku, prosegwibbli bilfors mill-pulizija.", "Il-bidla li saret hi li ġie reat prosegwibbli on a private complaint, jiġifieri f'dan il-każ complaint ta' l-Enemalta, fis-sens illi kemm-il darba persuna trid illi ma tgħaddix din il-proċedura li teżisti llum, tista' tagħżel li tħallas.", "Jekk tagħżel illi ma tħallasx allura jsir dak kollu li jsir illum, l-ebda tibdil.", "L-għażla lanqas m'hi f'idejn l- Enemalta imma f'idejn il-persuna, tagħżel hi liema triq trid.", "Għaliex sar hekk?", "Sar hekk għax l-esperjenza turi li ħafna nies ikunu jixtiequ jaqtgħuha u jħallsu.", "Illum, anke jekk iħallsu, ikollna mmorru quddiem maġistrat, jiġifieri toħroġ l-akkuża bil-pulizija, l-Enemalta tgħid li hi diġa' tħallset, anke bl-arretrati, tħallsu l-penali, twaħħal meter ġdid, eċċ., u toħroġ sentenza fejn normalment lil dak li jkun jgħidulu biex ma jerġax jagħmel dak ir- reat.", "Imma s-sentenza tkun ħarġet u tinżel fir-record ta' dik il-persuna.", "Allura għamilna din il-proċedura biex min jidhirlu li jrid jimxi fit-triq fejn jevita l-proċeduri kriminali li jridu jittieħdu in any case, jista' jagħżel li jevitahom.", "Kif forsi ra wkoll il-ħabib tiegħi, ma qbadniex u mxejna mill-ewwel fuq din il-proċedura, Sur President.", "Bħalissa għaddejja kampanja fil-gazzetti biex min hu għaqli, għandu bejn wieħed u ieħor żmien sa l-aħħar ta' Marzu biex jirregolarizza ruħu u naqtgħuha bil-kwiet.", "Diġa' żidna n-numru ta' ispezzjonijiet li qegħdin isiru u minn April 'il quddiem se nkomplu nżiduhom ħafna iktar.", "U ta' min jgħid li qegħdin insibu ammont sorprendenti ta' meters li m'humiex regolari.", "Għalhekk il-messaġġ huwa wieħed.", "Hemm perijodu fejn wieħed jista' jirregolarizza ruħu u jkun aħjar jekk jirregolarizza ruħu issa għax iktar 'il quddiem se jkun hemm penalitajiet għoljin ħafna u proċeduri ebsin ħafna.", "Nispera li kulħadd jifhem u japprezza li min jisraq id-dawl ikun qed jippenalizza lil ħaddieħor, għax ħaddieħor qed jeħel ta' dak li qed jisraq hu.", "Allura dan huwa effort kollettiv li jekk nimxu bih fit-triq it-tajba, eventwalment se naslu biex inżidu l-income għall-Enemalta, li allura mbagħad ikun ifisser li ma jkollniex bżonn nimxu b'ċerti miżuri li jaffettwaw lil persuni oħrajn.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Leo Brincat, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, peress li ma kontx preżenti fil-Kamra meta sar xi diskors dwar il-call centres, inkun qed nifhem sew jekk ngħid li fl-Enemalta ma nstabux nies idonei jew tajbin biżżejjed biex jagħmlu xogħol ta' manning tal-call centres?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Fil-Parlament jien għedt li għalkemm l-Enemalta għandha magħha nies żejda mhux ħażin f'ċerti riparti, m'hemmx materjal li huwa tajjeb għat-tip ta' call centres li rridu.", "Iva, qegħdin nagħmlu manning tal-call centres, pero' biex verament ikollna call centre professjonali ...", "Hawnhekk m'iniex qed nirriferi għal meta wieħed sempliċement iċempel biex jirrapporta li nqatagħlu d-dawl.", "Jekk wieħed ikollu xi problema dwar il-kont tad-dawl, per eżempju, għandu jkun hemm xi ħadd li jkun kapaċi jagħtih ċerti dettalji billi jidħol fid-database ta' l- Enemalta.", "Hemm proċedura li trid ċertu livell ta' edukazzjoni li sfortunatament ma tantx issibu fl-Enemalta, Sur President.", "L-Enemalta għandha ħafna nies tekniċi li huma tajbin, għandha ħafna inġiniera, foremen u nies fuq il-lant tax-xogħol li huma tajbin, pero' il- clericals - u dan huwa essenzjalment clerical work - huma neqsin ħafna.", "Il- backbone amministrattiva ta' l-Enemalta ma teżistix fir-realta' u għad trid tinbena.", "Jekk irridu verament nagħmlu call centre professjonali, irridu nies li żgur mhux se jiġu mill-Enemalta u jrid ikollhom ċertu educational background totalment differenti.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Filwaqt li l-avviż legali ħareġ bl-iskop li kemm jista' ikun jinqata' is-serq u jiġi ppenalizzat min jisraq, fl-istess ħin hemm ċerta azzjoni li tista' twassal lil min hu innoċenti biex ibati l- konsegwenzi.", "Għax jekk jiddeċiedi li ma jħallasx is-somma kontestata, se jibqa' mingħajr enerġija elettrika sakemm il-kwestjoni tinqata' bil-qorti.", "Allura x'jiġri jekk fil-qorti jinstab li dan għandu raġun?", "Tajjeb li permezz ta' dan l-avviż legali dak li jisraq għandu jeħel ċerti penali.", "Imma l-gvern x'garanzija qed jagħti lill-poplu Malti u Għawdxi li dak li huwa dovut lilu mill-Enemalta jieħdu u jieħu s-servizz kif għandu jieħdu?", "X'konsegwenzi se jkollha l-Enemalta jekk ma timxix kif għandha timxi?", "X'se jieħu l-konsumatur?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-Onor.", "Interpellant staqsieni x'garanzija għandu min jiġi akkużat b'mod żbaljat għal dak li jkun ġara.", "Jiena ngħidlu li dan għandu l-istess garanzija li għandu llum, Sur President.", "(Interruzzjonijiet)", "Jekk persuna tiġi akkużata quddiem il-qorti kriminali u jinstab li kienet innoċenti - mhux qed nirriferi biss għal serq mill-Enemalta, anke jekk jiġi akkużat bi qtil jew serq ieħor - is-sistema tagħna ma tagħtih l-ebda rimedju legali.", "Dik hi s-sistema li dan il-pajjiż għażel.", "Hemm pajjiżi oħra, li huma ftit, l-eċċezzjonijiet, li kultant jagħtu pecuniary remedy, pero' hawn Malta m'għandniex dik it-tip ta' sistema.", "Issa tajjeb jew ħażin, din trid diskussjoni totalment separata mill-Enemalta.", "Hawn Malta jekk il-pulizija takkuża lil xi ħadd b'serq u dan jiġi liberat għax jinstab li ma kienx ħati, assolutament m'għandu l-ebda rimedju kontra l-pulizija.", "Din hija s-sistema li għażilna u biha rridu naħdmu, Sur President.", "L-Enemalta hija korporazzjoni kbira u għad baqgħalha ħafna biex tkun korporazzjoni effiċjenti.", "Jiena daħħalt il-kultura li jekk l-Enemalta tiżbalja, trid tħallas il-penalitajiet u tħallas għad-danni.", "Jien nemmen li fl-aħħar mill-aħħar lejn dik it-triq irridu nimxu, pero' m'għandi l-ebda bakketta maġika u ma nippretendix li billi noqgħod nippriedka se nbiddel l- affarijiet.", "Biex fl-Enemalta jinbidlu l-affarijiet, irid ikun hemm rimedji ħafna iktar differenti minn dawk li ġew applikati s'issa għax ir-realtajiet illum huma totalment differenti.", "U l-isfortuna hi - mhux biss fl-Enemalta - li naħsbu li nistgħu nbiddlu l-affarijiet għall-aħjar billi ma nkissrux dak li kien hemm fil-passat u dan qed ngħidu indipendentement mill- politika.", "Ma jistax ikun li nibqgħu naħdmu b'work practices li konna naħdmu bihom 20 jew 30 sena ilu u ninsistu li nibqgħu naħdmu bihom.", "Fl-aħħar mill-aħħar jekk dawn ma jinbidlux, mhux jiena jew l-Onor.", "Mizzi se nbatu imma l- ħaddiema.", "Ma nistgħux inkunu aktar effiċjenti jekk nibqgħu naħdmu b'shifts li ilhom hemmhekk għal numru ta' snin mingħajr m'għandna bżonnhom.", "U dan eżempju wieħed għax hemm kemm Alla ħalaq affarijiet oħra x'insemmi, Sur President.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: F'każ li xi ħadd iħallas under protest u jipproċedi ċivilment, l-inkjesta ma ssirx u allura dak li jkun ma jkollux evidenza dwar x'instab jew ma nstabx fil-meter?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jekk individwu jħallas under protest u jipproċedi ċivilment, dawk il-flus jidħlu f'suspense account.", "Ovvjament jekk ikollu raġun jingħata kollox lura.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: L-investigazzjonijiet dwar x'ikun instab u ma nstabx fuq il-meter l-Enemalta tagħmilhom?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Fil-bidunett huwa l-inġinier ta' l-Enemalta li jistabilixxi jekk dak il-meter partikolari jkunx ġie mbagħbas jew le, imbagħad jiġi elevat u jinżamm separatament.", "Jekk il-persuna tagħżel li tħallas under protest u tkun trid tfittex lill-korporazzjoni għad-danni, huwa ovvju li l-Enemalta se żżomm il-meter u l-proċeduri kriminali jieqfu.", "Hekk għandu jkun.", "(Interruzzjonijiet)", "Fil-liġi m'hemm xejn li jgħidlek li l-meter għandu jinżamm imma l-loġika hekk tgħidlek u allura jinżamm għall-evidenza.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, l-Onor.", "Gatt xi xahrejn ilu kien indika li ma kellux riżervi dwar jekk isirx studju indipendenti dwar is- surcharge, kif inħadem, eċċ..", "Biss min-naħa l-oħra, fi statement li għamel il-prim ministru f'xi okkażjoni pubblika kien ta x'jifhem li ma jarax il- ħtieġa li dan isir.", "Issa li għadda dan iż-żmien kollu, il-Ministru qiegħed f'pożizzjoni jgħidilna jekk il-gvern huwiex lest li jilqa' it-talba ta' l- MHRA u anke tal-partit Laburista biex isir studju indipendenti?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ovvjament jien noqgħod għal dak li jiddeċiedi l-prim ministru.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Noel Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Hemm xi eżerċizzju għaddej bil-għan li l-ħaddiema ta' l-Enemalta li xi ħadd qed isejħilhom żejda, ikunu jistgħu jtejbu n- knowledge u l-ħiliet tagħhom, forsi xi darba naslu għal dik l-effiċjenza li qed jawspika l-Ministru?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ir-risposta hija iva, għalkemm donnu li ma nirrealizzawx li ngħixu f'pajjiż fejn naħsbu li aħna eċċezzjoni għal kollox.", "L-Enemalta għandha 'l fuq minn 1,700 ħaddiem.", "Iktar ma tipprogredixxi d-dinja, iktar tinvesti f'makkinarju li m'għandux bżonn nies madwaru.", "Ejja nieħdu l-power station ta' Delimara u l-power station tal- Marsa.", "Naħseb li fil-power station ta' Delimara għandek bżonn terz tan- nies li għandek bżonn fil-power station tal-Marsa.", "Iktar ma nagħmlu phasing-out tal-power station tal-Marsa, kif għandna nagħmlu, inqas se jkollna nies fil-generation.", "Jiġifieri d-destin ta' l-Enemalta m'huwiex li żżomm l-ammont ta' nies imma li tnaqqsu għal dak li huwa neċessarjament viabbli, Sur President.", "Il-problema ta' dan il-pajjiż u mhux ta' l-Enemalta biss hija wkoll illi, grazzi għall-politika tal-partit Laburista tas-snin '80, twekkejna b'ħafna nies mingħajr skills f'dawn il-korporazzjonijiet u mal-gvern.", "In-nuqqas tal-gvern – u hawn huwa żbaljat min jitkellem b'mod li jiġġeneralizza – mhuwiex fil-clerical staff u lanqas fil-professional staff.", "Jiena kważi kważi ngħid illi kultant inżommu lura wisq milli nirreklutaw l-ammont neċessarju ta' clerks, managers, tobba, nurses, teachers, etc..", "Il- problema ta' l-overstaffing tal-gvern kollu, inkluż l-Enemalta, m'huwiex hawn imma fl-industrials, minn scale 16 sa scale 20.", "Il-problema fl- Enemalta m'hijiex fil-foremen, f'min jaħdem fil-generation jew f'min hu tekniku biex jirranġa d-distribution.", "Issa jiena ma nistax naqbad lil xi ħadd li qiegħed security guard jew qiegħed inaddaf x'imkien - biex nagħti eżempju - u nibagħtu jirranġa d-distribution.", "There is no way kif nistgħu nagħmlu upgrading ta' dawn it-tip ta' skills minn naħa għal oħra.", "Din hija l-problema vera li teżisti, Sur President.", "Mhux qed ngħid li dawn il-persuni ma jistgħux jiġu trained biex jagħmlu xi ħaġa oħra, imma probabbilment it-training għal xi ħaġa oħra la se jkun fl- Enemalta u lanqas se jkun a skill-based training.", "Din hija d-diffikulta' għax minbarra li l-iskill available llum huwa baxx ħafna, dawn probabbilment diġa' għandhom bejn 45 u 50 sena.", "Din hija r-realta' u allura meta tgħaqqad kollox, inti taf li ma tantx għandek fejn tilgħab.", "Għalxejn l-Onor. ħabib tiegħi jimplika li lil dawn in-nies għandi nittrejnjahom biex isolvu l-problemi fuq id-distribution.", "No way m'huma se jiġu ttrejnjati biex isolvu l-problemi fid-distribution.", "La għandhom l- attitudni, la għandhom l-iskills u bejnietna lanqas għandhom il-volonta'.", "No way ma nista' nittrejnja lil xi ħadd ta' dan it-tip li qiegħed bejn scale 17 u 18 sabiex nitfgħu f'call centre.", "Dan irid ikun jaf jitkellem sew bl-Ingliż u juża d-database, Sur President.", "Jekk tagħmlu telephone operator forsi tasal x'imkien għax jgħidlek: \"Hello, bonġu\" jew \"Hello, bonġu Charlie!\", imma aħna mhux dawn it-tip ta' nies irridu fil-call centres.", "Aħna rridu call centre li jekk iċempel l- Onor. ħabib tiegħi biex jara x'inhi r-raġuni li l-kont tiegħu ġieħ Lm70 u mhux Lm40, jew jistaqsi kif ġie kkalkulat il-konsum, jingħata tweġiba adegwata.", "Dan huwa t-tip ta' call centre li rridu u nifhem ukoll li mhux faċli li inti tagħmel matching ta' l-iskills.", "Dawn huma d-diffikultajiet li ssib meta tiġi biex tagħmel retraining.", "Sur President, l-oppożizzjoni trid tiffaċċa r-realta' - fl-opinjoni tiegħi l-iżball tagħha hu li ma tagħmilx hekk - u tammetti li għandna nies żejda li rridu nittrejnjawhom għal affarijiet oħra, inċaqilquhom minn fejn qegħdin u nibagħtuhom x'imkien ieħor.", "Iżda tan-naħa l-oħra, minflok qed jinkoraġġuhom biex jidħlu għat-training u jiċċaqilqu għal x'imkien ieħor, qed jagħmlu ħafna fuss għax se nċaqilquhom.", "Jekk dan il-pajjiż verament irid ikun kompetittiv u ma jħarisx lejn il-kompetittivita' bħala xi ħaġa ta' ħaddieħor, għandu jieħu deċiżjonijiet iebsa u diffiċli man-nies u ma' l- unions.", "Ma nistgħux insiru kompetittivi billi nibqgħu nirrepetu - qed ngħid għaż-żewġ naħat tal-Kamra - l-istess żbalji ta' l-antik.", "Irid ikollna l-wiċċ li mmorru fuq in-nies u nispjegawlhom li d-dinja llum inbidlet, Sur President.", "Jiena llum mort nara fiex waslet il-fabbrika Svizzera Siegfried, waħda mill-ikbar kumpanniji li hawn fis-servicing tal-pharma industry.", "Din se timpjega bejn 50 u 60 ruħ sa l-aħħar tas-sena u għalkemm għadhom lanqas fetħu phase 1, diġa' qed juruni l-pjanti ta' phase 2.", "Veru li l-Gvern Malti se jkun ħareġ l-miljuni tal-liri għax bejnietna se ninvestu Lm6 miljun, pero' sa l-aħħar tas-sena d-dieħla se jkun hawn 800 Malti jaħdmu fil-farmaċewtika u nassigurakom li dawn m'humiex kollha spiżjara.", "Hemm minnhom li lanqas biss għandhom \"O\" levels u xorta waħda se jaħdmu.", "Fil-pharma industry sibna niċċa żgħira, totalment ġdida u ma bżajniex nidħlu għaliha.", "Investejna mhux biss mill-Malta Enterprise imma anke fl-edukazzjoni u llum nieħu gost ngħid li l-MCAST u l-universita' fehmu l-bżonn li ninvestu f'korsijiet ġodda biex naħdmu għall-futur.", "Aħna dħalna għal din in-niċċa b'kuraġġ ultimament.", "Veru li stajna morna ħażin, pero' ħadna l-aħjar li stajna nieħdu, l-Ingliż, il-fatt li qegħdin fil-Mediterran, li pajjiżna joffri lifestyle tajba u kellna wkoll l-international convention tal-patent li tiffavorina.", "Kellna wkoll il-kapaċita' li nkissru l-mentalitajiet l-antiki u hekk irridu nibqgħu nagħmlu.", "Għalxejn noqogħdu ngħidu li aħna se nsalvaw lil dan il- pajjiż jew noqogħdu nibku għax se tagħlaq il-fabbrika tal-ġild.", "M'hemmx ċans li nżommuhom dawn għax la l-Amerika ma jżommuhom, la l-Italja, la Franza u lanqas ħadd!", "Pero' daqstant ieħor għandna opportunitajiet biex niftħu areas oħra li jimpjegaw anke lil min ma jafx ħafna skola.", "Nispera li l-ġimgħa d-dieħla jkolli l-opportunita' li ntella' paper qudddiem il- kabinett fuq ir-retraining ta' dawk unemployed u nies oħra li spiċċaw mill- fourth form biex ngħallmuhom kif tħaddem computer biex ikunu jistgħu jaħdmu f'industrija.", "Naturalment dan mhux se jkun wizard imma jekk mhux se jitgħallem dawn l- affarijiet, m'huwiex se jimxi u għalxejn noqogħdu nitħassruh għax għalqet il-fabbrika tad-denim li kien impjegat magħha.", "Irridu nfakkruh li għandu l- opportunitajiet quddiemu u nħajruh biex jitgħallem xi ħaġa oħra.", "Għal xejn noqogħdu nibku l-passat, irridu nagħmlu kuraġġ għall-futur.", "Sinċerament nagħmel appell lil kull politiku biex ma noqogħdux nilagħbu l-logħob bil- ħajja tan-nies.", "Dan il-pajjiż salva ruħu sena wara oħra u deċennju wara deċennju, billi kien kapaċi jbiddel u l-opportunitajiet li għandna quddiemna fin-niċeċ fejn nistgħu nkunu suċċess, huma enormi.", "L-Ingliż waħdu jġib ammont ta' investiment lejn pajjiżna.", "Kieku nkunu effiċjenti burokratikament ...", "M'iniex qed nirriferi għall-Malta Enterprise li żgur trid tkabbar l-effiċjenza tagħha, imma għall-burokraziji ta' ħafna permessi 'l hawn u ħafna permessi 'l hemm, qisna qed nagħmlu favur lil xi investitur.", "Kieku ċ-ċivil, il-burokrazija kollha ta' l- awtoritajiet u l-gvern jifhmu li dan il-pajjiż bi ftit ifur u verament lkoll kemm aħna l-politiċi nagħtu l-messaġġ li għandu jkollna l-kuraġġ tal- bidla minflok noqogħdu ngħidu kemm konna bravi fis-snin '70 u fis-snin '90, kieku verament dan il-pajjiż ma jkollux problemi.", "Imma rridu nkunu lesti li bħala pajjiż progredit, bħala pajjiż fejn ħadd ma jippretendi li jaħdem bil-minimum wage, nagħmlu s-sagrifiċċji neċessarji fil-livelli kollha biex jekk irridu naqilgħu Lm70 jew Lm80 fil-ġimgħa, allura ma nippretendux li ġej xi ħadd jagħtihomna ta' xejn imma ġej jagħtihomna għax aħna kapaċi u aħjar minn ħaddieħor.", "Dan hu l-importanti.", "Irridu neċċellaw fl-eċċellenza u mhux neċċellaw f'affarijiet oħra li iktar jimbtu mill-piki milli minn xi ħaġa oħra, Sur President.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Charles Mangion, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Sur President, il-Ministru għamel statement fejn fetaħ ċerti oqsma interessanti.", "Ċertament għandna nħeġġu lin-nies biex jirritrenjaw f'oqsma li għandu bżonn il-pajjiż.", "Din hija xi ħaġa li wieħed ma jistax ma jaqbilx magħha.", "Issa ġaladabara l-gvern se jagħmel dan il- pjan, il-Ministru jikkonferma li l-Malta Enterprise identifikat l-oqsma jew in-niċeċ li rridu nfittxu biex inħajru l-investiment?", "U jekk sar dan, għandha xi pakkett ta' inċentivi għal dawn is-setturi varji?", "It-training tal-ħaddiema f'dan ir-rigward se jkun xi ħaġa li ssir mill-ETC, mill-ETC flimkien mal-Malta Enterprise jew mill-Malta Enterprise waħedha?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: It-training grants huma amministrati mill-ETC.", "Il- Malta Enterprise tapprova t-training, eċċ., pero' mbagħad eventwalment il- kumplament jibqa' f'idejn l-ETC.", "Il-problema din is-sena m'hijiex in- nuqqas ta' flus imma jekk nonfqux it-training grants kollha.", "Għax bl- għajnuna ta' l-Unjoni Ewropea jista' ikun li se jibqgħalna xi funds.", "Jiġifieri t-training grants huma available għas-settur privat mhux għas- settur pubbliku u rridu nużawhom iktar.", "Jien jidhirli li fis-snin li ġejjin għandna ninvestu iktar fit-training, anke fil-programming document li rridu nagħmlu għax huwa ċ-ċavetta ta' kollox.", "Il-Malta Enterprise ilha li identifikat l-areas strateġiċi li pajjiżna jrid jimxi fuqhom u jien kont għamilt press conference fuqha.", "Pero' billi naf li din il-press conference ma tantx taw kasha nies, tajt istruzzjonijiet biex nipprepaw dokument sħiħ ta' industrial policy biex ikun on record u npoġġih ukoll fuq il-mejda tal-Kamra.", "L-areas li ġew identifikati ma ġewx identifikati b'mod strateġiku imma ġew identifikati b'mod partikolari, bis- subsectors tagħhom u anke bil-kumpanniji li jaqgħu bis-subsectors minħabba the element of marketing.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-Mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' Karti u nsejjaħ lill-Ministru Louis Galea.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi): Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar servizzi ta' konsulenza lid-dipartimenti u enti oħra taħt id-dekasteru tiegħi matul l-2005, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 16681;", "Tagħrif dwar karozzi li nxtraw mid-dipartimenti u enti oħra taħt id- dekasteru tiegħi matul l-2005, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 17072;", "Lista ta' skejjel kindergarten, primarji, sekondarji u post-sekondarji ta' l-istat, tal-knisja kif ukoll dawk indipendenti, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari 17214; u", "f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi nqiegħed fuq il-mejda tal- Kamra:", "Tagħrif dwar depożiti u self mill-banek f'Għawdex, bejn Diċembru 2001 u Settembru 2005, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 16769;", "Tabella li turi l-livell ta' impjiegi fid-diversi oqsma bejn l-2002 u l-2005, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 16970; u", "f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar servizzi ta' konsulenza lid-dipartimenti u enti oħra taħt id-dekasteru tal-ministeru tal-ġustizzja u intern matul l-2005, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 16678; u", "Tagħrif dwar karozzi li nxtraw mid-dipartimenti u enti oħra taħt id- dekasteru tal-ministeru tal-ġustizzja u intern matul l-2005, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 17071.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar outsourcing ta' xogħol legali mid-dipartimenti, awtoritajiet, korporazzjonijiet u enti oħra taħt id-dekasteru tiegħi, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 16649;", "Tagħrif dwar l-għadd ta' vetturi u passiġġieri li qasmu bejn Malta u Għawdex bejn l-1995 u l-2005, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 16750; u", "Tagħrif dwar laptops fil-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 17148.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (Segretarju Parlamentari): Sur President, f'isem il- Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent inqiegħed fuq il-mejda tal- Kamra:", "Tagħrif dwar servizzi ta' konsulenza lid-dipartimenti u enti oħra taħt id-dekasteru tal-ministeru għall-affarijiet rurali u ambjent matul l- 2005, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 16680; u", "f'isem il-Ministru tal-Familja u Solidarjeta` Soċjali nqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar telefonati li daħlu fuq supportline 179 bejn l-2003 u l- 2005, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 14230.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Ngħaddu issa għal Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet.", "Il-Ministru Louis Galea.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, nitlob il-permess tal-Kamra sabiex inressaq mozzjoni li ma tidhirx fuq l-aġenda.", "MR SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata", "MOZZJONIJIET", "SOSTITUZZJONI TA' MEMBRU FUQ IL-KUMITAT PERMANENTI DWAR IL-KONTIJIET PUBBLIĊI", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern nipproponi:", "Illi l-Kamra tirriżolvi li l-Onor.", "Helena Dalli tinħatar membru tal- Kumitat Permanenti dwar il-Kontijiet Pubbliċi minflok l-Onor.", "Joseph Sammut li kien nominat fuq l-istess Kumitat permezz tar-Riżoluzzjoni Nru. 51 tas-17 ta' Ġunju 2003.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "JOE MIZZI: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hija l-mozzjoni kif imressqa u moqrija mill- Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "MR SPEAKER: Ngħaddu issa għall-Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JIMPLIMENTA MIŻURI TA' L-ESTIMI", "BUDGET MEASURES (IMPLEMENTATION) BILL", "L-ordni għall-Kumitat ġie moqri.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor.", "Carmelo Abela, President tal-Kumitati, jippresjedi.", "Klawsola 7 – Żieda ta' artikolu ġdid ma' l-Att prinċipali.", "(Kont.)", "Clause 7 – Addition of new article to the principal Act.", "(Cont.)", "THE CHAIRMAN: Infakkar lill-Kumitat li qegħdin niddiskutu klawsola 7 u l- emenda kif preżentata.", "L-Onor.", "Tonio Fenech, Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "TONIO FENECH (Segretarju Parlamentari): Sur President, fid- diskussjoni li kellna flimkien ma' l-Onor.", "Charles Mangion kienet tqajmet il-kwestjoni ta' subartiklu (13) li setgħet b'xi mod tinftiehem li l- assessur tat-taxxi, wara li jkun ħareġ il-final assessment, jista' b'xi mod jerġa' joħroġ xi assessment ieħor.", "Dik rajniha, u fil-fatt huwa veru li din il-parti setgħet tiġi interpretata b'dan il-mod.", "Minħabba f'hekk qed neliminaw kompletament subartiklu (13) u minflok se niddefinixxu aħjar paragrafu 10(b) biex inkunu ċari fejn qed nillimitaw din il-bidla.", "Barra minn dan irrid ngħid ukoll li permezz ta' l-emenda li se nressaq qed nipproponi wkoll xi kambjamenti żgħar fid-dati li jridu jiġu ċċarati.", "F'paragrafu (i) ta' subartiklu (3)(1) insibu hekk:", "\"Ikun ingħata avviż ta' konvenju ta' bejgħ jew ta' trasferiment dwar dak it-trasferiment lill-Kummissarju skond id-disposizzjonijiet ta' l- artikolu 3(6) ta' l-Att dwar it-Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti jew ta' regoli magħmula taħt dak l-Att sa mhux aktar tard mit-22 ta' Novembru, 2005, u\".", "Fil-fatt qabel kien hemm miktub \"qabel it-22 ta' Novembru, 2005\" u issa minflok se ngħidu \"sa mhux aktar tard mit-22 ta' Novembru, 2005\".", "Dan qed nagħmluh biex dak li jkun jifhem li kemm il-21 kif ukoll it-22 ta' Novembru huma inklużi.", "Irrid nagħmilha ċara li jien qed nirranġa l-emenda.", "Qed nirranġaw ukoll id-data msemmija f'paragrafu (3) (b) (i) u qed ngħidu:", "\"għażla bħal dik tista' ssir biss jekk it-trasferiment ikun l-ewwel trasferiment magħmul mill-imsemmija persuna li tkun qed tittrasferixxi fi jew wara l-imsemmija data ta' proprjeta` li tagħmel parti minn dik il- proprjeta`;\".", "B'dan il-mod qed neliminaw id-data ta' l-1 ta' Frar, 2006 u nagħmlu d-data ta' l-1 ta' Marzu, 2006 jiġifieri mexxejna d-data.", "Imbagħad f'paragrafu (ii) għandna li:", "\"meta ssir għażla kif ingħad din għandha tapplika wkoll għat- trasferimenti kollha sussegwenti ta' proprjetà li tagħmel parti minn dak il-proġett li jsiru mill-imsemmija persuna ...\".", "Hawnhekk qed tiżdied il-kelma \"sussegwenti\" biex ikun ċar li deċiżjoni teffettwa sussegwentement kif tiġi ttrattata l-proprjeta` l-oħra.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Charles Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Konna dħalna f'argument fejn ikollok proprjeta` bħala kumpless li parti minnu tkun inxtrat u ma jkunux għalqu l-ħames snin u parti oħra tkun inxtrat pero` jkunu għalqu l-ħames snin.", "Jekk wara l-1 ta' Marzu r-rata tkun bit-12%, dak irid jibqa' bi 12%, u jekk tkun bis-7% allura dak kollu jibqa' bis-7%.", "Dik konna ċċarajniha.", "THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Iva, ħlief għall-proviso jekk ikun hemm xi kumplikazzjoni fejn parti minn dik il-proprjeta` li kienet inxtrat bilfors trid tkun bit-12% għaliex kienet antika.", "Issa se mmorru għal paragrafu (3) (c) fejn għandna li:", "\"għażla bħal dik tista' ssir biss jekk it-trasferiment ikun l-ewwel trasferiment ta' proprjeta` li tkun sitwata f'dik l-area speċjali msemmija u li ssir mill-imsemmija persuna li tkun qed tittrasferixxi.\".", "Issa l-kliem se jinbidel kif ġej:", "\"fi trasferiment li jsir fi jew wara l-1 ta' Marzu, 2006, għażla bħal dik tista' ssir biss jekk it-trasferiment ikun l-ewwel trasferiment ta' proprjeta` li tkun sitwata f'dik l-area speċjali msemmija li jsir mill- imsemmija persuna li tkun qiegħda tittrasferixxi.", "Dan ifisser li minflok il-kliem \"wara l-1 ta' Frar, 2006\" qed indaħħlu \"fi jew wara l-imsemmija data\".", "B'dan il-mod jiġi ċċarat li jekk it- trasferiment ta' proprjeta` f'designated area jsir qabel l-1 ta' Marzu, ma tintilifx l-option.", "Issa se ngħaddu għal paragrafu (3) (e) (ii) fejn għandna l-kwestjoni tal- lands department li jgħid hekk:", "\"il-Gvern ikun ħa pussess ta' dik il-proprjeta` jew Ordni tal-President tkun inħarġet dwarha qabel l-1 ta' Novembru, 2005 u jkun hemm ...\".", "Jiġifieri hawn qed inżidu l-kliem \"jew Ordni tal-President tkun inħarġet dwarha\".", "Issa se niġu proprju għall-parti sostanzjali għax f'paragrafu (10) (b) qed neliminaw kompletament subartiklu (13) biex titneħħa l-possibilita` li l- assessur jista' jerġa' jagħmel assessment wara li jkun diġa` għamel assessment.", "Issa dan se jiġi jinqara hekk:", "\"Bla ħsara għad-disposizzjonijiet l-oħra ta' dan l-artikolu, l-ebda taxxa ma tkun dovuta skond xi dispożizzjoni ta' l-Atti dwar it-Taxxi fuq qligħ jew profitti li jirriżultaw minn xi trasferiment li għalih japplika dan l- artikolu sal-limitu li dak il-qligħ jew dawk il-profitti jkunu attribwibbli għal valur ta' trasferiment li jkun dikjarat korrettament fl- att tat-trasferiment jew stabbilit permezz ta' ordni bil-miktub li jkun magħmul taħt is-subartikolu (12)(ċ) u li jkun sar finali u konklussiv.\".", "B'hekk issa qed ngħidu b'mod ċar li dak l-assessment li sar huwa final and conclusive.Jekk imbagħad isir tax audit, dment li dak il-profitt ikun attribwibbli għal dik il-proprjeta` allura huwa aċċettabbli.", "Pero` l- profitt l-ieħor imbagħad irid jingħata spjegazzjoni għalih jekk ikunx attribwibbli għal dik il-proprjeta`.", "Qed inneħħu wkoll ir-riferenza għal subartiklu (13) minn subartiklu (12)(ċ) minħabba li issa dan ma japplikax iktar u subartiklu (14) issa qed jiġi renumbered bħala subartiklu (13).", "THE CHAIRMAN: Hawn rimarki fuq subartiklu (14) renumbered subartiklu (13)?", "L-Onor.", "Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: F'subartiklu (13) qed ngħidu li se nawtorizzaw li l-ministru joħroġ ir-regolamenti kif għandu jiġi stabbilit il-valur ta' kull proprjeta`.", "Jien nixtieq nistaqsi jekk hemmx diġa` xi qafas ta' regolamenti dwar dan.", "THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Fil-fatt dan se jsir fuq l-istess bażi ta' kif issir ir-reviżjoni għall-ħlas tal-boll.", "Dan ifisser li jintużaw l-istess perit u l-istess parametri li jintużaw fil-każ tal-ħlas tat-taxxa tal-boll.", "Meta jiġi l-perit biex jirrivaluta, din ir-rivalutazzjoni jagħmilha fuq l- istess binarji ta' kif issir rivalutazzjoni fil-każ tal-ħlas tal-boll.", "Naħseb li kull nutar jaf kif inhi s-sistema.", "THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Fil-fatt se ngħaddu emenda li proprju tgħid li jridu jintużaw dawk ir-regolamenti.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No)", "ONOR.", "TONIO FENECH: Sur President, billi biddilna xi affarijiet mill- emenda kif preżentata oriġinarjament, formalment qed nitlob il-permess biex nirtira l-emenda A u nippreżenta l-emenda mill-ġdid kif qbilna fuqha, ftit jew wisq.", "THE CHAIRMAN: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata u l-emenda \"A\" ġiet irtirata", "ONOR.", "TONIO FENECH: Sur President, qed inressaq emenda \"B\":", "\"B\" Il-klawsola 7 għandha titħassar u tiġi sostitwita b'dan li ġej:", "\"Żieda ta' artikolu ġdid ma' l-Att prinċipali.", "7.", "Minnufih wara l-artikolu 5 ta' l-Att prinċipali għandu jiżdied l- artikolu ġdid li ġej:", "\"Trasferimenti ta' proprjetà.", "5A.", "(1) Minkejja kull disposizzjoni oħra ta' l-Atti dwar it-Taxxi, it-taxxa għandha titħallas fuq kull trasferiment li japplika għalih dan l-artikolu f'dak l-ammont, b'dik ir-rata u b'dak il-mod kif stabbilit f'dan l-artikolu.", "(2) (a) F'dan l-artikolu, sakemm ir-rabta tal-kliem ma teħtieġx xort'oħra –", "\"proġett\" tfisser proprjetà li tkun ġiet sviluppata mis-sid f'iktar minn unità waħda trasferibbli jew maqsuma għal trasferiment f'iktar minn porzjoni waħda trasferibbli;", "\"proprjetà\" tfisser kull proprjetà immobbli sitwata f'Malta u kull dritt fuq dik il-proprjetà;", "\"residenza tiegħu stess\" għandha t-tifsira mogħtija lilha fl- artikolu 5(5)(c);", "\"trasferiment\" għandha t-tifsira mogħtija lilha fl-artikolu 5(1)(b) u tinkludi kull assenjament jew ċessjoni ta' drittijiet fuq proprjetà, kull trasferiment ta' proprjetà minn kumpannija lis- soċji tagħha magħmul fil-kors ta' l-istralċ u kull ġrajja li titqies li hi trasferiment skond xi disposizzjoni ta' l-artikolu 5.", "Ma tinkludix qsim ta' proprjetà fejn ebda kumpens ma jkun dovut.", "Meta l-proprjetà tiġi trasferita permezz ta' att ta' permuta, il-partijiet jitqiesu li jkunu għamlu żewġ atti ta' trasferiment separati. (b) Mingħajr ħsara għas-subartikolu (7), proprjetà assenjata lil wieħed li jkun qed jaqsam proprjetà b'att ta'qsim titqies li tkun ġiet akkwistata minn dak li jkun qed jaqsam fiż-żmien meta jkun akkwista s-sehem tiegħu indiviż qabel dak il-qsim u bis-saħħa ta' l-istess trasferiment causa mortis jew inter vivos li bihom kien akkwista dak is-sehem indiviż.", "(c) Biex jiġi stabbilit jekk hux dovut kumpens fil-każ ta' kuntratt ta' qsim, għandhom jgħoddu d-disposizzjonijiet ta' l- artikolu 5(2)(d) mutatis mutandis.", "(d) Kull qligħ jew profitti derivati mill-assenjament ta' xi dritt li jkun inkiseb skond konvenju għall-bejgħ, inkluż konvenju għat- trasferiment ta' proprjetà immobbli bi kwalunkwe mod jew konvenju dwar emfitewsi, għandhom jitqiesu fil-każijiet kollha li jkunu qligħ jew profitti derivati minn sengħa, negozju, professjoni jew vokazzjoni li jaqgħu taħt l-artikolu 4(1)(a): iżda biex jiġi stabbilit l-income totali li jkun ġej minn dak l-assenjament ma għandu jingħata ebda tnaqqis ħlief kif u safejn jista' jiġi preskritt.", "(3) Dan l-artikolu japplika għal kull trasferiment ta' proprjetà magħmul fi jew wara l-1 ta' Novembru 2005, bl-esklużjoni ta':", "(a) trasferiment li dwaru jseħħu dawn il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:", "(i) ikun ingħata avviż ta' konvenju ta' bejgħ jew ta' trasferiment dwar dak it-trasferiment lill-Kummissarju skond id-disposizzjonijiet ta' l-artikolu 3(6) ta' l-Att dwar it- Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti jew ta' regoli magħmula taħt dak l-Att sa mhux aktar tard mit-22 ta' Novembru, 2005, u", "(ii) it-trasferiment isir fi jew wara l-1 ta' Novembru, 2005 iżda mhux aktar tard mill-31 ta' Marzu, 2006 u jsir skond, u għall-prezz u skond l-istess pattijiet stabbiliti fil-konvenju ta' bejgħ jew ta' trasferiment; u", "(iii)jingħata avviż ta' dak it-trasferiment lill-Kummissarju skond l-Att imsemmi mhux aktar tard mill-15 ta' Mejju, 2006;", "(iv) min qed jittrasferixxi jagħżel, permezz ta' dikjarazzjoni li għandha ssir lin-nutar fil-waqt tal- pubblikazzjoni ta' l-att tat-trasferiment u reġistrata fl- imsemmi att, li dan l-artikolu ma japplikax għal dak it- trasferiment;", "(b) trasferiment ta' proprjetà li jsir mhux aktar tard minn ħames snin wara d-data ta' l-akkwist tagħha jekk min jittrasferixxi jagħżel, permezz ta' dikjarazzjoni li għandha ssir lin-nutar fil-waqt tal-pubblikazzjoni ta' l-att tat-trasferiment u reġistrata fl-imsemmi att, li dan l-artikolu ma għandux japplika għal dak it-trasferiment:", "Iżda fil-każ ta' trasferiment li jsir fi jew wara l-1 ta' Marzu, 2006, ta' proprjetà li tagħmel parti minn proġett:", "(i) għażla bħal dik tista' ssir biss jekk it- trasferiment ikun l-ewwel trasferiment magħmul mill-imsemmija persuna li tkun qed titrasferixxi fi jew wara l-imsemmija data ta' proprjetà li tagħmel parti minn dak il-proġett; u", "(ii) meta ssir għażla kif ingħad din għandha tapplika wkoll għat-trasferimenti kollha sussegwenti ta' proprjetà li tagħmel parti minn dak il-proġett li jsiru mill-imsemmija persuna li tkun qed titrasferixxi mhux aktar tard minn ħames snin mid-data ta' l-akkwist tagħha, u dawk it-trasferimenti kollha jkunu għalhekk trasferimenti li ma japplikax għalihom dan l-artikolu;", "Iżda wkoll illi, għal biex jiġi stabbilit jekk il-proprjetà ġietx trasferita mhux aktar tard minn ħames snin wara l- akkwist tagħha, meta min ikun qed jitrasferixxi tkun kumpannija li kienet akkwistat il-proprjetà permezz ta' trasferiment li kien ikkwalifika għal eżenzjoni skond is- subartikolu (4)(f) jew l-artikolu 5(9) (\"eżenzjoni tal- grupp\"), hija għandha titqies li kienet akkwistat il- proprjetà fid-data li fiha l-proprjetà kienet ġiet akkwistata qabel minn kumpannija permezz ta' l-aħħar trasferiment li ma kienx jikkwalifika għall-eżenzjoni tal-grupp.", "(c) trasferiment ta' proprjetà li tkun sitwata f'area speċjali msemmija, kif imfissra fl-Att dwar l-Akkwist ta' Proprjetà Immobbli minn Persuni Mhux Residenti, jekk isir minn persuna li kienet is-sid ta' dik il-proprjetà fid-data meta dik l-area saret għall-ewwel darba area speċjali msemmija u jekk min ikun qed jitrasferixxi jagħżel, permezz ta' dikjarazzjoni li għandha ssir lin-nutar fil-waqt tal-pubblikazzjoni ta' l-att tat-trasferiment u reġistrata fl-imsemmi att, li dan l-artikolu ma japplikax għal dak it-trasferiment:", "Iżda –", "(i) fi trasferiment li jsir fi jew wara l-1 ta` Marzu, 2006, għażla bħal dik tista' ssir biss jekk it-trasferiment ikun l-ewwel trasferiment ta' proprjetà li tkun sitwata f'dik l-area speċjali msemmija li jsir mill-imsemmija persuna li tkun qed titrasferixxi fi jew wara l-imsemmija data; u", "(ii) meta ssir għażla kif ingħad għandha tapplika għat- trasferimenti kollha sussegwenti ta' proprjetà li tkun sitwata f'dik l-area speċjali msemmija li jsiru f'kull żmien mill-imsemmija persuna li tkun qed titrasferixxi, u dawk it- trasferimenti kollha jkunu għalhekk trasferimenti li ma japplikax għalihom dan l-artikolu;", "(d) trasferiment li dwaru jseħħu dawn il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:", "i) il-proprjetà kienet, minnufih qabel it-trasferiment, komproprjetà ta' żewġ individwi u t-trasferiment isir minn wieħed minn dawk il-komproprjetarji lill-ieħor;", "(ii) fl-att ta' l-akkwist ta' dik il-proprjetà il- komproprjetarji kienu għamlu dikjarazzjoni għall-finijiet ta' l-artikolu 32(4)(b) ta' l-Att dwar it-Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti li huma kienu akkwistawha biex jistabbilixxu fiha jew jibnu fuqha r-residenża ordinarja unika tagħhom;", "(iii) min qed jittrasferixxi jagħżel, permezz ta' dikjarazzjoni li għandha ssir lin-nutar fil-waqt tal- pubblikazzjoni ta' l-att tat-trasferiment u reġistrata fl- imsemmi att, li dan l-artikolu ma għandux japplika għal dak it-trasferiment;", "(e) trasferiment li dwaru jseħħu dawn il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:", "i) ikun trasferiment ta' proprjetà lill-Gvern Malti skond akkwist ta' dik il-proprjetà li jkun magħmul skond l- Ordinanza dwar l-Akkwist ta' Artijiet għal Skopijiet Pubbliċi;", "(ii) il-Gvern ikun ħa pussess ta' dik il-proprjeta' jew Ordni tal-President tkun inħarġet dwarha qabel l-1 ta' Novembru, 2005 u jkun hemm evidenza ta' dan il-fatt f'ittra ffirmata mill-Kummissarju ta' l-Art li tiġi mehmuża ma' l-att tat-trasferiment.", "Min jitrasferixxi għandu jipproduċi l- imsemmija ittra lin-nutar li jippubblika l-att.", "In-nutar għandu jehmeż dik l-ittra ma' l-att tat-trasferiment u jagħti kopja awtentikata tagħha lill-Kummissarju b'dak il-mod li jista' jkun preskritt;", "(iii) min qed jittasferixxi jagħżel, permezz ta' dikjarazzjoni li għandha ssir lin-nutar fil-waqt tal- pubblikazzjoni ta' l-att tat-trasferiment u reġistrata fl- imsemmi att, li dan l-artikolu ma għandux japplika għal dak it-trasferiment;", "(f) trasferiment magħmul permezz ta' bejgħ fl-irkant bil-qorti jew permezz ta' bejgħ fil-kors ta' stralċ mill-Qorti;", "(g) trasferiment ta' proprjeta' li tkun ġiet użata f'negozju għal żmien ta' mill-inqas tliet snin u li fi żmien sena titqiegħed flokha proprjeta' (\"il-proprjeta' l-ġdida\") li tiġi unikament użata għal għan simili fin-negozju:", "Iżda –", "(i) dan il-paragrafu japplika biss, u b'hekk għandu japplika l-artikolu 5(8), jekk min qed jitrasferixxi jagħżel hekk permezz ta' dikjarazzjoni li għandha ssir lin-nutar fil- waqt tal-pubblikazzjoni ta' l-att tat-trasferiment u reġistrata fl-imsemmi att;", "(ii) meta, wara trasferiment li jkun applika għalih l- artikolu 5(8), inkluż trasferiment magħmul qabel l-1 ta' Novembru, 2005, il-proprjeta' l-ġdida titneħħa u dik it- tneħħija ma tikkwalifikax għall-ħelsien mit-taxxa taħt l- artikolu 5(8), dik it-tneħħija tkun ukoll trasferiment li għalih ma japplikax dan l-artikolu 5A, u l-qligħ li jirriżulta minnu jkun soġġett għat-taxxa skond l-artikolu 5 u stabbilit kif provdut fl-artikolu 5(8);", "(h) trasferiment ta' proprjeta' minn persuna li ma tkunx residenti f'Malta u li tkun residenti għall-finijiet ta' taxxa f'pajjiż ieħor jekk dik il-persuna tipproduċi lin-nutar li jippubblika l-att ta' trasferiment dikjarazzjoni ffirmata mill- awtoritajiet tat-taxxa tal-pajjiż tar-residenza tagħha li tikkonferma r-residenza ta' dik il-persuna f'dak il-pajjiż u li tiċċertifika li dik il-persuna hija soġġetta għat-taxxa f'dak il- pajjiż fuq il-qligħ jew profitti derivati minn trasferimenti ta' proprjeta' immobbli f'Malta.", "In-nutar għandu jehmeż ma' l-att l- imsemmi ċertifikat fl-oriġinal tiegħu u jagħti kopja awtentikata tiegħu lill-Kummissarju b'dak il-mod li jista' jkun preskritt.", "(4) Ma għandha titħallas ebda taxxa fuq trasferiment li japplika għalih dan l-artikolu meta t-trasferiment ikun:", "(a) donazzjoni magħmula minn persuna:", "(i) lill-konjugi tagħha, lil dixxendent jew axxendent f'linja diretta tagħha, jew lill-konjugi ta' xi dixxendent jew axxendent bħal dak, jew, fin-nuqqas ta' dixxendenti f'linja diretta, lil ħuha jew oħtha jew lil dixxendent ta' ħuha jew oħtha;", "(ii) lil istituzzjoni filantropika approvata għall-finijiet ta' l-artikolu 12(1)(e);", "(b) donazzjoni meqjusa li tkun saret skond l-artikolu 5(18)(b) jew 5(21)(b)(ii) minn persuna lil persuna jew istituzzjoni msemmija fil-paragrafu (a);", "(c) trasferiment ta' proprjetà li kienet proprjetà ta' min għamel it-trasferiment u okkupata minnu bħala r-residenza tiegħu stess għal perijodu ta' mill-inqas tliet snin konsekuttivi li jiġu minnufih qabel id-data ta' trasferiment u sakemm il-proprjetà titneħha fi żmien tnax-il xahar minn meta jitbattal il-fond:", "Iżda:", "(i) kull żmien li fih min qed jitrasferixxi okkupa l- proprjetà bħala r-residenza tiegħu stess bil-permess ta' l- Awtorità tad-Djar skond konvenju għall-bejgħ minn dik l- Awtorità għandu jitqies li jkun żmien li fih il-proprjetà kienet proprjetà ta' min qed jitrasferixxi;", "(ii) meta l-proprjetà tkun intirtet minn min qed jitrasferixxi minn axxendent f'linja diretta, iż-żmien li fih l-imsemmi axxendent kien il-proprjetarju ta' dik ir-residenza u kien jokkupaha bħala r-residenza tiegħu stess għandu jitqies li jkun żmien li fih il-proprjetà kienet proprjetà ta' min qed jitrasferixxi;", "(iii) meta min jitrasferixxi kien akkwista l-proprjeta' taħt assenjament li japplika għalih il-paragrafu (d) jew (e) ta' dan is-subartikolu, iż-żmien li fih il-proprjeta' kienet proprjeta' tal-persuna li kienet għamlet l-assenjament u użata minnha bħala r-residenza tagħha stess għandu jitqies żmien li fih il-proprjeta' kienet proprjeta' ta' min qed jitrasferixxi;", "(iv) meta xi kundizzjoni għall-eżenzjoni taħt dan il- paragrafu tkun sodisfatta biss dwar parti indiviża tal- proprjeta' l-eżenzjoni għandha tiġi ristretta proporzjonalment;", "(d) l-assenjament ta' proprjetà bejn il-konjugi wara li ssir separazzjoni bil-qorti jew bil-kunsens tat-tnejn;", "(e) l-assenjament ta' proprjetà li kienet tagħmel sehem mill- komunjoni ta' l-akkwisti bejn il-konjugi jew kienet mod ieħor proprjetà komuni bejniethom lil wieħed mill-konjugi max-xoljiment tal-komunjoni, jew il-qsim ta' dik il-proprjetà bejn il-konjugi jew bejn il-konjugi li jibqa' ħaj u l-werrieta tal-konjugi l- mejjet;", "(f) trasferiment ta' proprjeta' minn kumpannija għal kumpannija oħra li kieku kien trasferiment li kien japplika għalih l-artikolu 5 kien jikkwalifika għall-ħelsien mit-taxxa taħt l-artikolu 5(9);", "(g) it-trasferiment ta' proprjetà meta negozju jew soċjetà f'isem kollettiv li jkunu jirrendu jiġu inkorporati f'kumpannija b'responsabbiltà limitata, liema trasferiment jissodisfa l- kundizzjonijiet stabbiliti fl-artikolu 5(15);", "(h) it-tqegħid ta' proprjetà fi trust jew id-distribuzzjoni jew ir-reverżjoni ta' proprjetà mqiegħda fi trust meta, għall- finijiet ta' l-artikolu 5(18) sa (25), jitqies li ma jkun sar l- ebda trasferiment, jew li ma jkun sar l-ebda telf jew qligħ;", "(i) ħlief kif jista' jiġi preskritt mod ieħor, it- trasferiment minn persuna li d-dħul jew qliegħ kapitali tagħha mit-trasferiment ta' dik il-proprjetà huwa eżentat mit- taxxa skond l-artikolu 12(1), jew skond ordni ta' eżenzjoni magħmula skond l-artikolu 12(2), jew xi disposizzjoni oħra ta' l-Atti dwar it-Taxxi jew xi liġi oħra.", "(5) (a) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet l-oħra ta' dan is- subartikolu, it-taxxa fuq trasferiment li għalih japplika dan l- artikolu tkun dovuta bir-rata ta' 12% tal-valur tat-trasferiment.", "(b) Meta trasferiment li għalih japplika dan l-artikolu huwa trasferiment ta' proprjetà –", "(i) li ġiet akkwistata minn min qed jitrasferixxi permezz ta' trasferiment causa mortis li ġrat wara l-24 ta' Novembru 1992; jew", "(ii) li ġiet akkwistata minn min qed jitrasferixxi permezz ta' donazzjoni magħmula aktar minn ħames snin qabel id-data tat-trasferiment inkwistjoni, it-taxxa fuq dak it- trasferiment tkun dovuta bir-rata ta' 12% fuq l-eċċess, jekk ikun hemm, tal-valur tat-trasferiment fuq il-valur ta' l- akkwist.", "(c) Meta trasferiment li għalih japplika dan l-artikolu huwa trasferiment ta' proprjetà li ġiet akkwistata minn min qed jitrasferixxi permezz ta' trasferiment causa mortis li ġrat qabel il-25 ta' Novembru 1992, it-taxxa fuq dak it-trasferiment tkun dovuta bir-rata ta' 7% tal-valur tat-trasferiment.", "(6) (a) Il-valur tat-trasferiment ta' proprjetà huwa l-ogħla mill- valur tas-suq ta' dik il-proprjetà u l-prezz imħallas jew li jitħallas għat-trasferiment.", "F'kuntratt ta' emfitewsi ċ-ċens li jitħallas jiġi intaxxat bħala income skond id-disposizzjonijiet ta' l-artikolu 4 u ma jiġix inkluż fil-valur tat-trasferiment fil- każ ta' trasferiment li għalih japplika dan l-artikolu.", "(b) Il-valur ta' l-akkwist ta' proprjetà għandu jiġi stabbilit b'dak il-mod li jista' jiġi preskritt.", "(7) F'qasma ta' proprjeta' fejn ikun dovut kumpens -", "(a) kull persuna li jkun dovut lilha kumpens titqies li biegħet parti mill-proprjeta' assenjata lilha.", "Dak il-bejgħ jitqies li jsir fid-data tal-qsim għal prezz ekwivalenti għall-kumpens.", "(b) kull persuna li jkollha tagħti kumpens titqies li xtrat parti mill-proprjeta' assenjata lilha.", "Dak ix-xiri jitqies li jsir fid- data tal-qsim għal prezz ekwivalenti għall-kumpens.", "(8) (a) Meta trasferiment huwa trasferiment ta' proprjetà li kienet ġiet akkwistata permezz ta' iżjed minn akkwist wieħed, u t-taxxa li għandha titħallas fuq it-trasferimenti tal-partijiet hekk akkwistati jew fuq il-qliegħ jew pofitti derivati minnhom ikunu jridu jiġu stabbiliti, kieku dawk il-partijiet kellhom jiġu trasferiti separatament, skond disposizzjonijiet differenti ta' l- Atti dwar it-Taxxi, dawk id-disposizzjonijiet għandhom japplikaw daqs li kieku sar iktar minn trasferiment wieħed u l-valur tat- trasferiment ta' kull wieħed minn dawk it-trasferimenti għandu jiġu stabbilit separatament u b'dak il-mod li jista' jkun preskritt.", "(b) Meta tiġi trasferita parti minn proprjeta' il-valur ta' l- akkwist tal-parti li tiġi trasferita għandu jkun proporzjon tal- valur ta' l-akkwist tal-proprjeta' sħiħa li jiġi stabbilit b'dak il-mod li jista' jkun preskritt.", "(9) (a) Ħlief kif jista' jkun preskritt, l-ammont li dwaru tkun dovuta taxxa skond dan l-artikolu ma għandu jitnaqqas b'ebda tnaqqis ikun x'ikun.", "(b) L-ebda telf jew dejn li ma jistax jinġabar li jirriżultaw minn, jew spejjeż magħmula dwar, trasferiment li għalih japplika dan l-artikolu ma jitħallew jitnaqqsu minn xi income jew qligħ kapitali.", "(10) (a) It-taxxa li għandha titħallas fuq trasferiment li għalih japplika dan l-artikolu tkun finali u tkun separata u distinta mit- taxxa mħallsa jew li għandha titħallas taħt xi disposizzjoni oħra ta' dan l-Att jew ta' l-Att dwar l-Amministrazzjoni tat-Taxxa.", "Ma għandhiex tkun disponibbli bħala kreditu kontra t-taxxa li jkollha titħallas minn xi persuna jew titqies għall-finijiet li jiġi stabbilit l-ammont ta' xi rifużjoni li għandha titħallas taħt l- Atti msemmija.", "(b) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet l-oħra ta' dan l-artikolu, l- ebda taxxa ma tkun dovuta skond xi disposizzjoni ta' l-Atti dwar it-Taxxi fuq qligħ jew profitti li jirriżultaw minn xi trasferiment li għalih japplika dan l-artikolu sal-limitu li dak il-qligħ jew dawk il-profitti jkunu attribwibbli għal valur ta' trasferiment li jkun dikjarat korrettement fl-att tat-trasferiment jew stabbilit permezz ta' ordni bil-miktub li jkun magħmul taħt is- subartikolu (12)(c) u li jkun sar finali u konklussiv.", "(c) Kull persuna li tkun proprjetarja ta' proprjeta' immobbli li tkun sitwata f'Malta għandha żżomm kont f'dak il-mod li jista' jkun preskritt tad-dħul kollu u ta' l-ispejjeż li għandhom x'jaqsmu ma' trasferimenti li għalihom japplika dan l-artikolu b'żieda mar-records li għandha żżomm skond id-disposizzjonijiet l- oħra ta' l-Atti dwar it-Taxxi.", "(d) Kull kumpannija residenti f'Malta għandha talloka l-profitti li jistgħu jitqassmu li jirriżultaw minn trasferimenti li għalihom japplika dan l-artikolu fil-kont intaxxat f'Malta.", "L-imsemmija profitti li jistgħu jitqassmu għandhom jiġu stabbiliti b'dak il- mod li jista' jkun preskritt u għandhom jintwerew separatament mill-profitti l-oħra allokati fl-imsemmi kont f'riserva li għandha tissejjaħ ir-riserva ta' profitti minn trasferimenti ta' proprjetà.", "Profitti mqassma mir-riserva ta' profitti minn trasferimenti ta' proprjetà lil kumpannija oħra residenti f'Malta għandhom bl-istess mod jiġu allokati fir-riserva ta' profitti minn trasferimenti ta' proprjetà tal-kumpanniija li tirċevihom.", "Ebda taxxa ma għandha titħallas skond l-Atti dwar it-Taxxi fuq distribuzzjonijiet li jsiru mir-riserva ta' profitti minn trasferimenti ta' proprjetà.", "(e) Kull parti fi trasferiment li għalih japplika dan l-artikolu jew f'konvenju ta' bejgħ li għandu x'jaqsam ma' trasferiment bħal dak għandha tagħti lill-Kummissarju dawk il-partikolaritajiet li għandhom x'jaqsmu mat-trasferiment hekk kif il-Kummissarju jista' jeħtieġ jew kif jista' jkun preskritt.", "(11) It-taxxa li għandha titħallas taħt dan l-artikolu tkun dovuta minn min jitrasferixxi u għandha tintbagħat lill-Kummissarju fi żmien ħmistax-il ġurnata tax-xogħol mit-trasferiment relattiv.", "Ħlief meta l-Kummissarju jordna mod ieħor, b'mod ġenerali jew dwar każijiet partikolari, dan il-ħlas għandu jsir min-nutar li jippubblika l-att ta' trasferiment permezz ta' bank draft jew cheque miġbud fuq il-kont personali ta' dak in-nutar li jkun pagabbli lill- Kummissarju.", "(12) (a) Il-partijiet f'kull trasferiment ta' proprjetà għandhom l- obbligu li jiddikjaraw lin-nutar li jippubblika l-att ta' trasferiment il-fatti kollha li jiddeterminaw jekk it-trasferiment hux wieħed li japplika għalih dan l-artikolu u li jkunu rilevanti biex jiġi aċċertat l-ammont xieraq ta' taxxa li għandha titħallas jew xi eżenzjoni, inkluż il-valur li, fl-opinjoni tagħhom, juri raġonevolment il-valur fis-suq ta' l-imsemmija proprjeta', jekk dan il-valur ikun ogħla mill-prezz tat-trasferiment.", "(b) In-nutar li jippubblika att ta' trasferiment għandu jwissi lill-partijiet bl-importanza tal-verità tad-dikjarazzjonijiet li jagħmlu fl-att u għandu jniżżel fl-att il-fatt li hu jkun ta l- imsemmija twissija.", "(c) Meta l-Kummissarju jidhirlu li –", "(i) għandha titħallas taxxa fuq trasferiment li jiġi dikjarat fl-att li jkun trasferiment li fuqu ma għandhiex titħallas taxxa;", "(ii) it-taxxa li għandha titħallas fuq trasferiment tkun, għal xi raġuni li tkun, iżjed minn dik li tiġi dikjarata fl- att li għandha titħallas huwa jista' joħroġ ordni bil-miktub lil min ikun għamel it-trasferiment li fih jiddikjara t-taxxa li fl-opinjoni tiegħu għandha sewsew titħallas fiċ- ċirkostanzi u t-taxxa addizzjonali kif speċifikat fil- paragrafu (e).", "(d) Ordni taħt dan l-artikolu jista` jsir mhux iktar tard minn sitt snin minn tmiem is-sena li fiha jingħata avviż tat- trasferiment lill-Kummissarju:", "Iżda ordni li jsir biss minħabba l-fatt li l-valur tas-suq tal- proprjeta` in kwistjoni jkun ogħla mill-valur tat-trasferiment dikjarat fl-att –", "(i) jista` jsir biss jekk il-valur tat-trasferiment dikjarat ikun inqas minn ħamsa u tmenin fil-mija tal-valur tas-suq; u", "(ii) ma jistax isir iktar tard minn tnax-il xahar wara d- data li fiha jingħata avviż tat-trasferiment lill- Kummissarju.", "(e) It-taxxa addizzjonali msemmija fil-paragrafu (c) tkun ekwivalenti għad-differenza bejn l-ammont ta' taxxa li għandha titħallas kif dikjarat fl-att u l-ammont ta' taxxa li għandha titħallas skond l-ordni msemmi fil-paragrafu (c).", "(f) It-taxxa addizzjonali msemmija fil-paragrafi (c) u (e) għandha titħallas minn min jitrasferixxi b'żieda mat-taxxa li għandha titħallas fuq il-valur ta' trasferiment tal-proprjetà skond id- disposizzjonijiet l-oħra ta' dan l-artikolu.", "(g) Jekk xi ammont ta' taxxa dovut skond dan l-artikolu ma jitħallasx lill-Kummissarju fiż-żmien mogħti fis-subartikolu (11), ikun dovut mgħax fuqu bir-rata ta' wieħed fil-mija għal kull xahar jew parti minn xahar għaż-żmien li jagħlaq fil-ġurnata li fiha dak l-ammont jitħallas.", "(h) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet l-oħra ta' dan l- artikolu, id-disposizzjonijiet ta' l-Atti dwar it-Taxxi dwar il- ġbir u l-maħfra tat-taxxa, mgħax u taxxa addizzjonali għandhom jgħoddu għal kull taxxa, mgħax u taxxa addizzjonali li jkunu dovuti taħt dan l-artikolu bħallikieku t-taxxa, mgħax u taxxa addizzjonali msemmija f'dawk id-disposizzjonijiet kienu jinkludu wkoll it-taxxa, mgħax u taxxa addizzjonali li huma dovuti u għandhom jitħallsu taħt dan l-artikolu.", "(i) Persuna li titrasferixxi li ma taqbilx ma' ordni maħruġ lilha taħt il-paragrafu (c) ikollha l-istess jeddijiet li toġġezzjona għal dak l-ordni u li tappella minn deċizjoni tal- Kummissarju li biha jiċħad dik l-oġġezzjoni daqs li kieku dak l-ordni kien stima maħruġa taħt l-Att dwar l-Amministrazzjoni tat-Taxxa u d-disposizzjonijiet rilevanti ta' dak l-Att dwar oġġezzjonijiet u appelli għandhom japplikaw mutatis mutandis.", "(13) Il-Ministru jista' jagħmel regoli għall-aħjar implimentazzjoni tad-disposizzjonijiet ta' dan l-artikolu u, mingħajr preġudizzju għall-ġeneralità ta' dak li ntqal qabel, dawk ir-regoli jistgħu jipprovdu għal:", "(a) il-mod li bih għandu jiġi stabbilit il-valur ta' kull proprjetà jew ta' kull sehem minn proprjetà li għalihom japplika dan l-artikolu; (b) il-mod li bih għandha titħallas u tinġabar it-taxxa li għandha titħallas taħt dan l-artikolu u l-obbligi ta' kull persuna rigward il-ħlas ta' dik it-taxxa;", "(c) il-mod li bih għandu jsir kull tqassim ta' taxxa li għandha titħallas għall-finijiet ta' dan l-artikolu; u", "(d) kull ħaġa li tista' tiġi preskritta taħt dan l-artikolu.\".", "\"B\" Clause 7 shall be deleted and shall be substituted by the following:", "\"Addition of new article 5A to the principal Act.", "7.", "Immediately after article 5 of the principal Act there shall be added the following new article:", "\"Property transfers.", "5A.(1) Notwithstanding any other provision of the Income Tax Acts, tax shall be chargeable and payable on any transfer to which this article applies in such amount, at such rate and in such manner as provided herein.", "(2) (a) In this article, unless the context otherwise requires –", "\"own residence\" has the meaning assigned to it in article 5(5)(c);", "\"project\" means property that has been developed by the owner into more than one transferable unit or divided for transfer into more than one transferable portion;", "\"property\" means any immovable property situated in Malta and any right over such property;", "\"transfer\" has the meaning assigned to it in article 5(1)(b) and includes any assignment or cession of any rights over property, any transfer of property by a company to its shareholders in the course of winding up and any occurrence that is deemed to be a transfer in terms of any provision of article 5.", "It shall not include a partition of property where no owelty is due.", "When property is transferred by means of a deed of exchange the parties shall be deemed to have made two separate deeds of transfer.", "(b) Saving the provisions of sub-article (7), property assigned to a co-partitioner under a deed of partition shall be deemed to have been acquired by that co-partitioner at the time that he had acquired his undivided share before that partition and by virtue of the same transfer causa mortis or inter vivos under which he had acquired that undivided share.", "(c) In determining whether an owelty is due on a contract of partition, the provisions of article 5(2)(d) shall apply mutatis mutandis.", "(d) Any gains or profits derived from the assignment of any right obtained in terms of a promise of sale (konvenju), including a promise to alienate in any manner immovable property or a promise in respect of emphyteusis, shall in all cases be deemed to be gains or profits derived from a trade, business, profession or vocation falling within the scope of article 4(1)(a): provided that for the purpose of ascertaining the total income resulting from any such assignment no deductions shall be allowable except as and to such extent as may be prescribed.", "(3) Saving the other provisions of this article, this article applies to any transfer of property made on or after the 1st November, 2005, excluding:", "(a) a transfer in respect of which all the following conditions are satisfied:", "(i) a notice of a promise of sale or transfer relating to that transfer has been given to the Commissioner in accordance with the provisions of article 3(6) of the Duty on Documents and Transfers Act or of rules made under that Act by not later than the 22nd November, 2005;", "(ii) the transfer is made on or after the 1st November, 2005 but not later than the 31st March, 2006 and is made pursuant to and for the consideration and at the same terms provided for in that promise of sale or transfer;", "(iii) a notice of that transfer is given to the Commissioner in accordance with the said Act by not later than the 15th May, 2006;", "(iv) the transferor elects, by means of a declaration made to the notary at the time of the publication of the deed of the transfer and recorded in the said deed, to exclude that transfer from the scope of this article;", "(b) a transfer of property that is made not later than five years after the date of the acquisition thereof if the transferor elects, by means of a declaration made to the notary at the time of the publication of the deed of the transfer and recorded in the said deed, to exclude that transfer from the scope of this article:", "Provided that in the case of a transfer that is made on or after the 1st March, 2006, of property that forms part of a project:", "(i) an election as aforesaid may only be made if the transfer is the first transfer made by the said transferor, on or after the said date, of property forming part of that project; and", "(ii) when an election as aforesaid has been made it shall also apply to all subsequent transfers of property forming part of that project made by the said transferor not later than five years from the date of the acquisition thereof, and all such transfers shall accordingly be transfers to which this article shall not apply:", "Provided further that, for the purposes of determining whether the property has been transferred not later than five years from the date of its acquisition, where the transferor is a company that had acquired the property by means of a transfer that qualified for an exemption in terms of subarticle (4)(f) or article 5(9) (\"intra-group exemption\"), it shall be deemed to have acquired the property on the date on which the property had previously last been acquired by a company by means of a transfer that did not qualify for the intra-group exemption.", "(c) a transfer of property situated within a special designated area, as defined in the Immovable Property (Acquisition by Non- Residents) Act, if it is made by the person who was the owner of that property on the date when that area first became a special designated area and if the transferor elects, by means of a declaration made to the notary at the time of the publication of the deed of the transfer and recorded in the said deed, to exclude that transfer from the scope of this article:", "Provided that–", "(i) in a transfer that is made on or after the 1st March, 2006, an election as aforesaid may only be made if the transfer is the first transfer of property situated within that special designated area made by the said transferor on or after the said date; and", "(ii) when an election as aforesaid has been made it shall also apply to all subsequent transfers of property situated within that special designated area, made at any date by the said transferor, and all such transfers shall accordingly be transfers to which this article shall not apply;", "(d) a transfer in respect of which all the following conditions are satisfied:", "(i) the property was, immediately before the transfer, co-owned by two individuals and the transfer is made by one of the co-owners to the other;", "(ii) the co-owners had, for the purposes of article 32(4)(a) of the Duty on Documents and Transfers Act, declared in the deed of the acquisition of that property that they had acquired it for the purpose of establishing therein or constructing thereon their sole ordinary residence;", "(iii) the transferor elects, by means of a declaration made to the notary at the time of the publication of the deed of the transfer and recorded in the said deed, to exclude that transfer from the scope of this article:", "(e) a transfer in respect of which all the following conditions are satisfied:", "(i) it is a transfer of property to the Government of Malta made pursuant to an acquisition of that property in terms of the Land Acquisition (Public Purposes) Ordinance;", "(ii) the Government had taken possession of that property, or an Order of the President has been issued in respect thereof, before the 1st November, 2005 and this fact is evidenced by a letter signed by the Commissioner of Land and attached to the deed of transfer.", "The transferor shall produce that letter to the notary publishing the deed.", "The notary shall attach that letter to the deed of the transfer and shall deliver a certified copy thereof to the Commissioner in such manner as may be prescribed.", "(iii) the transferor elects, by means of a declaration made to the notary at the time of the publication of the deed of the transfer and recorded in the said deed, to exclude that transfer from the scope of this article;", "(f) a transfer made by means of a judicial sale by auction or in the course of a winding up by the Court;", "(g) a transfer of property that had been used in a business for a period of at least three years and that is replaced within one year by property (\"the new property\") used solely for a similar purpose of the business:", "Provided that:", "(i) this paragraph shall only apply, and accordingly article 5(8) shall apply, if the transferor so elects by means of a declaration made to the notary at the time of the publication of the deed of the transfer and recorded in the said deed;", "(ii) when, subsequent to a transfer to which article 5(8) applied, including a transfer made before 1st November, 2005, the new property is disposed of and that disposal does not qualify for the tax relief under aticle 5(8), that disposal shall also be a transfer to which this article 5A does not apply, and the gains derived therefrom shall be subject to tax in accordance with article 5 and determined as provided in article 5(8);", "(h) a transfer of property by a person who is not resident in Malta and who is resident for tax purposes in another country if that person produces to the notary who publishes the deed of transfer a statement signed by the tax authorities of the country of that person's residence that confirms that person's residence in that country and that certifies that that person is subject to tax in that country on gains or profits derived from the transfer of immovable property situated in Malta.", "The notary shall attach that statement to the deed and shall deliver an authenticated copy thereof to the Commissioner in such manner as may be prescribed.", "(4) No tax shall be chargeable on a transfer to which this article applies where that transfer is:", "(a) a donation made by a person:", "(i) to his spouse, to his descendant or ascendant in the direct line, or to the spouse of any such descendant or ascendant, or, in the absence of any descendants in the direct line, to his brother or sister or to a descendant of his brother or sister,", "(ii) to a philanthropic institution approved for the purposes of article 12(1)(e);", "(b) a donation deemed to have been made in terms of article 5(18)(b) or 5(21)(b)(ii) by a person to a person or institution mentioned in paragraph (a);", "(c) a transfer of property that has been owned and occupied by the transferor as his own residence for a period of at least three consecutive years immediately preceding the date of transfer and provided that the property is disposed of within twelve months of vacating the premises;", "Provided that:", "(i) any period during which the transferor has occupied the property as his own residence with the permission of the Housing Authority pursuant to a promise of sale (konvenju) by that Authority shall be deemed to be a period during which the transferor owned that property;", "(ii) where the property was inherited by the transferor from a direct ascendant, the period during which the said ascendant had owned and occupied the property as his own residence shall be deemed to be a period during which the property had been owned by the transferor;", "(iii) where the transferor had acquired the property under an assignment to which paragraph (d) or (e) refers, the period during which the person making that assignment had owned the property and used it as his own residence shall be deemed to be a period during which the property had been owned by the transferor;", "(iv) where any condition for the exemption under this paragraph is satisfied in respect only of an undivided part of the property the exemption shall be restricted proportionately;", "(d) the assignment of property between spouses consequent to a judicial or consensual separation;", "(e) the assignment of property that formed part of the community of acquests between the spouses or was otherwise owned in common between them, to one of the spouses on the dissolution of the community, or the partition of such property between the spouses or the surviving spouse and the heirs of the deceased spouse;", "(f) a transfer of property from one company to another which, if it were a transfer to which article 5 applied, would qualify for tax relief under article 5(9);", "(g) the transfer of property upon the incorporation of a business or a partnership en nom collectif as a going concern into a limited liability company that satisfies the conditions laid down in article 5(15);", "(h) the settlement of property on trust or the distribution or reversion of property settled on trust where, for the purposes of the provisions of article 5(18) to (25), it is deemed that no transfer has taken place, or that no loss or gain has arisen;", "(i) except as may be otherwise prescribed, the transfer of property by a person whose income or capital gains from the transfer of that property is exempt from tax in terms of article 12(1), or an exemption order made under article 12(2), or any other provision of the Income Tax Acts or any other law.", "(5) (a) Subject to the other provisions of this sub-article, the tax on a transfer to which this article applies shall be chargeable at the rate of 12% of the transfer value.", "(b) When a transfer to which this article applies is a transfer of property -", "(i) that was acquired by the transferor in terms of a transfer causa mortis that happened after the 24th November, 1992; or", "(ii) that was acquired by the transferor in terms of a donation made more than five years before the date of the transfer in question ,the tax thereon shall be chargeable at 12% of the excess, if any, of the transfer value over its acquisition value.", "(c) When a transfer to which this article applies is a transfer of property that was acquired by the transferor in terms of a transfer causa mortis that happened before the 25th November, 1992, the tax thereon shall be chargeable at the rate of 7% of the transfer value.", "(6) (a) The transfer value of property is the higher of the market value of that property and the consideration paid or payable for the transfer.", "In a contract of emphyteusis the ground rent payable shall be chargeable as income in accordance with the provisions of article 4 and shall not be included in the transfer value of a transfer to which this article applies.", "(b) The acquisition value of property shall be determined in such manner as may be prescribed.", "(7) In a partition of property where an owelty is paid -", "(a) Any person to whom an owelty is due shall be deemed to have sold part of the property assigned to him.", "That sale shall be deemed to be made on the date of the partition for a consideration equivalent to the owelty; and", "(b) Any person by whom an owelty is due shall be deemed to have bought part of the property assigned to him.", "That purchase shall be deemed to be made on the date of the partition for a consideration equivalent to the owelty.", "(8) (a) When a transfer is a transfer of property that was acquired under more than one acquisition, and the tax chargeable on the transfers of the parts so acquired or on the gains or profits derived therefrom would fall, if those parts were transferred separately, to be determined in accordance with different provisions of the Income Tax Acts, those provisions shall apply as if more than one transfer has taken place and the transfer value of each such transfer shall be determined separately and in such manner as may be prescribed.", "(b) When property is transferred in part the acquisition value of the part that is transferred shall be a proportion of the acquisition value of the whole determined in such manner as may be prescribed.", "(9) (a) Except as may be prescribed, the amount on which tax is chargeable in accordance with this article shall not be reduced by any deduction whatsoever.", "(b) No losses or bad debts arising from, or expenditure incurred in respect of, a transfer to which this article applies shall be allowable as a deduction against any income or capital gains.", "(10)(a) Tax payable on a transfer to which this article applies shall be final and shall be separate and distinct from that paid or payable under any other provisions of this Act or of the Income Tax Management Act.", "It shall not be available as a credit against the tax liability of any person or taken into account for the purpose of determining the amount of any refund payable under the said Acts.", "No provisional tax shall be payable under article 43 of the Income Tax Management Act in respect of any transfer to which this article applies.", "(b) Saving the other provisions of this article, no tax shall be chargeable in terms of any provision of the Income Tax Acts on gains or profits derived from any transfer to which this article applies to the extent that those gains or profits are correctly declared in the deed of the transfer or determined by means of an order in writing that is made under sub-rticle (12)(c) and that has become final and conclusive.", "(c) Any person who owns immovable property situated in Malta shall keep an account in such manner as may be prescribed of all proceeds and expenditure relating to transfers to which this article applies in addition to any other accounts and records that he is required to keep in accordance with the other provisions of the Income Tax Acts.", "(d) Every company resident in Malta shall allocate the distributable profits derived from transfers to which this article applies to the Maltese taxed account.", "The said distributable profits shall be determined in such manner as may be prescribed and shall be shown separately from the other profits allocated to the said account in a reserve to be called the property transfers reserve.", "Profits distributed out of the property transfers reserve to another company resident in Malta shall likewise be allocated to the recipient's property transfers reserve.", "No tax shall be chargeable in terms of the Income Tax Acts on distributions out of the property transfers reserve.", "(e) Any party to a transfer to which this article applies or to a promise of sale relating to such a transfer shall furnish the Commissioner with such particulars relating to that transfer as the Commissioner may require or as may be prescribed.", "(11) Tax chargeable under this article shall be due by the transferor and shall be remitted to the Commissioner within fifteen working days of the relative transfer.", "Except where the Commissioner orders otherwise, either in a general manner or in respect of particular cases, this payment is to be made by the notary who publishes the transfer deed by means of a bank draft or a cheque drawn on that notary`s personal bank account, payable to the Commissioner:", "(12)(a) The parties to any transfer of property shall be obliged to declare to the notary publishing the deed of transfer all the facts that determine if the transfer is one to which this article applies and that are relevant for ascertaining the proper amount of tax chargeable or any exemption, including the value which, in their opinion, reasonably reflects the market value of the said property, if this value is higher than the consideration for the transfer;", "(b) The notary publishing a deed of transfer shall warn the parties about the importance of the truthfulness of declarations made therein and shall record in the deed the fact that he has given the said warning.", "(c) Where it appears to the Commissioner that –", "i) tax is chargeable on a transfer which is declared in the deed to be a transfer on which no tax is payable; or", "(ii) the tax chargeable on a transfer is, for any reason, more than that declared to be payable in the deed he may issue an order in writing to the transferor stating therein the tax which in his opinion is properly chargeable in the circumstances and the additional tax as specified in paragraph (e).", "(d) An order under this sub-article may be made not later than six years from the end of the year in which the transfer is notified to the Commissioner:", "Provided that an order that is made solely on account of the fact that the market value of the property in question is higher than the transfer value declared in the deed -", "(i) may only be made if the declared transfer value is less than eighty-five per cent of the market value; and", "(ii) may not be made later than twelve months after the date on which the transfer is notified to the Commissioner.", "(e) The additional tax referred to in paragraph (c) shall be equivalent to the difference between the amount of tax payable as declared in the deed and the amount of tax payable in accordance with the order referred to in paragraph (c).", "(f) The additional tax referred to in paragraphs (c) and (e) shall be payable by the transferor in addition to the tax which is payable on the transfer value of the property in accordance with the other provisions of this article.", "(g) If any amount of tax due in accordance with this article is not remitted to the Commissioner within the time set out in subarticle (11), interest shall be charged thereon at the rate of one per cent per month or part thereof for the period ending on the day on which that amount is remitted.", "(h) Saving the other provisions of this article, the provisions of the Income Tax Acts relating to the collection and remission of the tax, interest and additional tax shall apply to any tax, interest and additional tax due under this article as if the tax, interest and additional tax referred to in the said provisions included also the tax, interest and additional tax chargeable and payable under this article.", "(i) A transferor who disagrees with an order served upon him under paragraph (c) shall have the same rights to object to that order and to appeal from a decision of the Commissioner refusing that objection as if that order were an assessment issued under the Income Tax Management Act and the relevant provisions of that Act relating to objections and appeals shall apply mutatis mutandis.", "(13) The Minister may make rules for the better implementation of the provisions of this article and, without prejudice to the generality of the foregoing, such rules may provide for:", "(a) the manner in which the value of any property or of any part of property to which this article applies is to be determined;", "(b) the manner in which the tax due under this article is to be paid and collected and the obligations of any person in respect of the payment of such tax;", "(c) the manner in which any apportionment of tax due is to be made for the purposes of this article; and", "(d) any matter that may be prescribed under this article.\".", "THE CHAIRMAN: Se nagħmel il-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hija l-emenda \"B\" kif imressqa u moqrija mis-Segretarju Parlamentari.", "Dawk favur?", "(Onor.Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "L-emenda \"B\" għaddiet.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 7 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 7, kif emendata, għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill- Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 8 – Emenda ta' l-Att dwar is- Sigurta` Soċjali, Kap.318.", "Clause 8 - Amendment to the Social Security Act.", "Cap.", "318.", "THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Sur President, bażikament klawsola 8 tintroduċi l- emenda għall-Att dwar is-Sigurta` Soċjali.", "Fil-fatt din it-taqsima se tiġi fis-seħħ mis-7 ta' Jannar ta' din is-sena.", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 8.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 8 għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 9 – Emenda ta' l-artiklu 2 ta' l-Att prinċipali.", "Clause 9 - Amendment to article 2 of the principal Act.", "THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Sur President, klawsola 9 qed tipproponi li nbiddlu t-tifsira ta' \"persuna gravament disabilitata\" fl-artiklu 2 ta' l-Att dwar is-sigurta` soċjali.", "Permezz ta' din l-emenda se jkun hemm inkluż kondizzjoni medika serja oħra, jiġifieri \"chronic-granulomatous disease\" u b'riżultat ta' dan dawk l- individwi li jbatu minn din il-kondizzjoni se jibdew ikunu wkoll eliġibbli sabiex japplikaw għall-pensjoni relattiva taħt l-Att dwar is-sigurta` soċjali.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Sur President, jien assolutament ma nifhem xejn f'dik li hija mediċina.", "Xi kultant it-termini mediċi huma agħar mit- termini legali, imma li nixtieq nistaqsi huwa jekk b'din l-emenda aħniex qed indaħħlu xi restrizzjonijiet jew aħniex qed innaqqsu l-bażi li bniedem ikun jista' jikkwalifika għal xi assistenza bħala persuna gravament disabilitata.", "Din l-emenda tirrestrinġi, tħalli kif kienu qabel l- affarijiet jew inkella hemm xi kondizzjoni medika li qabel ma kenitx tikkwalifika u llum, permezz ta' l- istess emenda se tikkwalifika?", "THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Nikkonferma li din l-emenda qed iżżid din il- kondizzjoni mal-lista ta' dak il-mard li jikkwalifika individwu għall- pensjoni.", "Qabel kien hemm individwi li kellhom din il-marda u ma kenux eliġibbli għall-pensjoni.", "Issa dawn se jkunu eliġibbli.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 9.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 9 għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 10 – Emenda ta' l-Att dwar id- Dazju tas-Sisa, Kap. 382.", "Clause 10 - Amendment to the Excise Duty Act.", "Cap.", "382.", "THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Sur President, din il-klawsola tintroduċi l-emenda għall-Att dwar id-dazju tas-sisa.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 10.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 10 għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 11 - Emenda tar-Raba' Skeda ta' l-Att prinċipali.", "Clause 11 - Amendment to the Fourth Schedule of the principal Act.", "THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Sur President, fil-25 ta' Ottubru li għadda, il- ministru għall-investiment, industrija u teknoloġija ta' l-informazzjoni ħabbar il-mod kif se jiġu aġġustati d-dazji tas-sisa fuq il-fuel bħala parti mill-pakkett ta' tibdil u inċentiv li l-gvern għamel kaġun tal- prezzijiet taż-żejt fis-swieq internazzjonali.", "Dan l-abbozz ta' liġi issa qiegħed biss jifformalizza ċ-ċaqliq, jiġifieri ż-żieda ta' tliet ċenteżmi u tliet milleżmi mħabbra dakinhar.", "Fi klawsola 11 qed isir ukoll l-aġġustament relattiv f'HS codes oħra fl- istess skeda taż-żjut.", "Dawn ma jaffettwawx lill-konsumatur għax, per eżempju, fost oħrajn hemm il-petrol biċ-ċomb li f'Malta ma jintużax.", "Fl-aħħarnett qed jitkompla l-proċess li nbeda s-sena li għaddiet bl- aġġustament tad-dazju tas-sisa fuq l-elettriku biex fuq medda ta' sitt snin id-dazju jkun daqs il-minimu mitlub mill-Unjoni Ewropea.", "Iż-żieda ekwivalenti hija biss ta' madwar Lm100,000 fis-sena u l-Enemalta qed tassorbi hi din iż-żieda.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Charles Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Sur President, effettivament fil-liġi oriġinali jidher li l-codes 2710.11.31 huma l-istess.", "Qed naraw żieda fil-leaded petrol bħala rata, jiġifieri fir-rata tas-sisa.", "Jiġifieri hemm żieda ta' madwar Lm33 per 1000 litres.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Sur President, qed naġġustaw id-dazju fuq il- leaded fuel just għal skopijiet legali.", "Dan għaliex dak il-fuel illum ma jidħolx Malta.", "Dan qed indaħħluh biss biex inkunu in line ma' l-EU tax structures jiġifieri bil-liġi rridu ngħadduh biex ikun qiegħed hemm, allavolja ma nimpurtawhx.", "Dan biex meta jistaqsuna jekk aħniex aligned magħhom, aħna nkunu nistgħu nirrispondu fl-affermattiv.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Hawn jidher li fil-każ ta' l-unleaded petrol ir- rata tas-sisa ġiet imnaqqsa bi Lm33.", "Din ġiet riflessa fil-prezz għall- konsumatur jew dan ma bbenefika xejn?", "Jien ma jidhirlix li kien hemm xi nuqqas anke minimu fuq l-unleaded, anzi pjuttost kien hemm żieda.", "THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Fuq l-unleaded il-konsumatur kien ħa benefiċċju, pero` fir-realta` minn dakinhar reġgħu għolew il-prezzijiet u allura mbagħad jiġi l-aġġustament tal-prezz tas-suq.", "Ma naħsibx li dan inħass daqshekk b'mod sinifikanti.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Il-gas oil fil-maritime commercial activities se jibqa' bl-istess rata.", "Issa qed jiġi nnotat li rigward \"island inland navigation between Malta and Gozo\" dan qed jogħla bi kważi 200% għaliex minn Lm10.40 per 1000 litres tela' għal Lm29.10 per 1000 litres.", "Ovvjament dan kellu l-effett fuq it-traġitt bejn Malta u Għawdex mill-Gozo channel.", "Jekk għandu l-informazzjoni jista' s-segretarju parlamentari jgħidilna kemm ġiet tiswielu l-Gozo channel iż-żieda fis-sisa li fl-aħħar mill-aħħar imbagħad irriflettiet ruħha fiż-żieda fit-tariffi tat-trasport ta' bejn Malta u Għawdex?", "THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Effettivament din iż-żieda saret bi qbil mal-Gozo channel.", "Ma stajniex inħallu din ir-rata baxxa minħabba li konna neħlu f'komplikazzjoni ta' l-istate aid li ma jippermettulniex li nżommuha baxxa.", "Issa dik iż-żieda fl-ispiża reġgħet ġiet mgħoddija lura lill-Gozo channel tramite l-public service obligation, jiġifieri ħallejnihom cost neutral.", "Dan ifisser li minn banda osservajna l-EU regulations f'dawk li għandhom ikunu l-livelli ta' sisa fuq dak it-tip ta' fuel, pero` mbagħad, billi l- Gozo channel qed tagħti servizz pubbliku, allura kien permissibbli għalina li nergġħu ngħaddu dik l-ispiża lura lill-Gozo channel tramite l-public service obligations.", "Illum l-EU ma tippermettilekx li jekk trid tissussidja settur tagħmlu billi, per eżempju, tnaqqas taxxa minn hawn u minn hemm.", "Imbagħad dik it-taxxa trid tiġborha ħalli terġa' tgħaddiha lura b'mod trasparenti.", "B'dan il-pass, in-net effect fuq il-Gozo channel kien zero.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Mela l-element ta' sussidju taħt id-direttivi ta' l-Unjoni Ewropea rigward l-inland navigation between islands qiegħed jiġi rikonoxxut u jiġi konstatat bl-emenda li għandna quddiemna.", "Punt ieħor huwa dwar in-natural gas.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "TONIO FENECH: In-natural gas huwa wieħed minn dawk ukoll li m'għandniex Malta għaliex aħna ma nimpurtawx dan it-tip ta' gass, jiġifieri again, din kellna nirranġawha biex ikollna s-sisi tagħna in line ma' dawk ta' l-EU.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: L-electricity falling within CN code 2716 għola bi kważi 50% minn 10ċ per MWh għal 15ċ.", "Din x'teffettwa eżattament?", "Apparti s-surcharge, il-unit cost issa se jiġi iktar għoli għall- konsumatur?", "THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Teknikament qed jiżdied għal 15ċ per MWh bħala parti mill-alignment li jrid isir over a period of five years biex is-sisa tagħna tiġi in line ma' dik ta' l-EU pero` din mhux qed tiġi mgħoddija fuq il- konsumatur imma qed tiġi assorbita mill-Enemalta.", "L-impatt huwa ta' Lm100,000 fis-sena għall-erba' snin li fadal.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Pero` effettivament din hija xi ħaġa li se jibqa' jassorbiha l-gvern?", "Għaliex fl-aħħar mill-aħħar, at a certain point in time, trid tgħaddi fuq il-konsumatur.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Din hija taxxa li qed idaħħalha l-gvern Malti f'butu, imbagħad irid jerġa' jgħaddiha lill-Enemalta.", "Ikun tajjeb li ngħidu li hija Lm100,000 fuq Lm28 miljun, jiġifieri mhux qed nitkellmu fuq xi ammont enormi.", "Effettivament din qed indaħħluha biex niġu in line ma' l- acquis.", "Il-gvern qed jiġborha mingħand l-Enemalta u qed jerġa' jgħaddihielhom.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 11.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 11 għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 12 - Emenda ta' l-Att dwar l-Eko-Kontribuzzjoni, Kap. 473 Clause 12 – Amendment of the Eco- Contribution Act.", "Cap.", "473", "THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Sur President, din il-klawsola tintroduċi l-emenda għall-Att dwar l-Eko-Kontribuzzjoni, Kap. 473.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 12.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 12 għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 13 – Emenda ta' l-artikolu 2 ta' l-Att prinċipali.", "Clause 13 - Amendment of article 2 of the principal Act.", "THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Sur President, din l-emenda qed nintroduċuha għax inħasset il-ħtieġa li negozjanti li jimportaw imma li ma jbigħux il- prodotti li jimportaw xorta għandhom ikunu soġġetti għall-ħlas ta' l-eko- kontribuzzjoni.", "B'hekk inkunu qed nassiguraw li jkun hemm tassew level playing field.", "Dan biex ma jkunx hemm kompetizzjoni inġusta fin-negozju ta' prodotti soġġetti għall-eko-kontribuzzjoni.", "Sur President, ejja ngħidu li hemm bniedem li qed jimporta s-saqqijiet.", "Meta dan jiġi biex ibigħ, irid jiċċarġja l-eko-kontribuzzjoni.", "Issa jekk jien nixtri s-saqqijiet direttament minn barra biex nagħmel refurbishing ta' dar ta' l-anzjani jew hotel, jien ma kontx qed niġi soġġett għall-eko- kontribuzzjoni għaliex ma kontx qed inbiegħ is-saqqijiet.", "Madankollu xorta waħda kont qed niddisponi minnhom.", "Minħabba f'hekk kien qed jiġri li min jimporta u jbigħ kien qed jiġi żvantaġġat u allura jiġi inkoraġġit li l-middle man jinqata' u kulħadd jibda jimporta direttament għall-ħteġijiet tiegħu.", "Dan kien qed jiġri speċjalment fil-każ ta' television sets, saqqijiet, computers u air- conditioners meta jinxtraw b'ċertu volum.", "Fl-aħħar mill-aħħar dawn l- oġġetti xorta waħda jispiċċaw fil-waste stream.", "Issa qed niddefinixxu aħjar xi jfisser \"imqiegħed fis-suq\", u b'hekk meta dawn l-oġġetti jiġu importati minn dan it-tip ta' negozju, dawn xorta jridu jħallsu l-eko- kontribuzzjoni.", "F'dan il-każ qed issir formola apposta għalihom.", "Sur President, minbarra din l-ispjegazzjoni li tajt, għall-klawsola 13 se nipproponi din l-emenda:", "\"C\" Fil-klawsola 13, fid-definizzjoni ta' \"mqiegħed fis-suq\", minflok il-kliem \"għall-fini tal-kummerċ jew negozju tal-persuna\" għandhom jidħlu l-kliem \"għall-fini tal-kummerċ, negozju, professjoni jew vokazzjoni tal-persuna\".", "\"C\" In clause 13, in the definition of \"placed on the market\", instead of the words \"in the trade or business of the person\", there shall be substituted the words \"in the trade, business, profession or vocation of the person\".", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "L-Onor.", "Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Sur President, fi klawsola 13 qed nassistu għal deal ieħor dwar l-eko-kontribuzzjoni u dan kważi jikkonferma kemm sena ilu dan l-Att kien tressaq b'għaġġla u ovvjament kien fih ħafna loopholes.", "Jien naħseb li għamilna xi erba' jew ħames emendi minn dak iż-żmien sal-lum.", "Pero` l-aktar li xtaqt nistaqsi b'mod ġeneriku huwa dwar id-dħul li qed ikollu l-gvern mill-eko-kontribuzzjoni.", "Illum hawnhekk qegħdin ngħidu li trid tħallas din it-taxxa anke jekk ma tkunx qed timporta biex tqiegħed fis- suq, jiġifieri tuża l-oġġett for your own consumption.", "Hawn nixtieq nistaqsi jekk il-gvern hux qed juża d-dħul minn din l-eko- kontribuzzjoni għat-tisħiħ ambjentali ta' pajjiżna.", "THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Naħseb li effettivament din ir-rimarka tkopri wkoll l-argument li ġieli nagħmlu dwar jekk għandniex nagħmlu an environmental fund u allura l-eko-kontribuzzjoni tmur hemmhekk u mbagħad l-ispiża ambjentali tintnefaq minn hemmhekk.", "Effettivament mill-eko-kontribuzzjoni qed nistmaw li qed niġbru Lm4.5 miljun, li lanqas huwa n-nofs ta' dak li qed nonfqu fuq l-ambjent.", "Dan ifisser li bla dubju ta' xejn l-eko- kontribuzzjoni hemm qed tmur.", "Għadu ma twaqqafx fond speċifiku li jgħid li hija hekk, imma fil-prattika hekk qed jiġri.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Fil-budget kien tħabbar li donnu l-gvern kellu l- ħsieb li joħloq dan it-tip ta' fond kemm għas-saħħa u anke għat-turiżmu.", "Dan it-tibdil qed jiġi implimentat jew inkella għadu fuq l-ixkaffa?", "THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Fil-fatt il-gvern beda jimplimenta f'dan is-sens.", "Hawnhekk ikun tajjeb li ngħid li f'dan il-budget aħna ħabbarna li se jitwaqqfu żewġ fondi, wieħed dwar is-saħħa u l-ieħor dawn l-anzjani.", "Kif nafu, dwar l-anzjani kien hemm dak li kien ikollna qabel below the line, li kienu flus li kien jiġbor il-welfare committee imbagħad tonfoq minnhom.", "Kien hemm anke n-nefqa tal-gvern għall-anzjani.", "Illum dawn ġbarnihom flimkien, tfajnihom fil-konsolidat u għamilna fond apposta li qed insejħulu l-fond għall-anzjani.", "Bl-istess mod għamilna fil-fond tas-saħħa, fejn ġbarna numru ta' taxxi fost l-oħrajn it-taxxa fuq is-sigaretti, fuq ix-xorb u numru ta' taxxi oħrajn relatati li jagħmlu ħsara lis-saħħa tal-bniedem.", "Dawn ġbarnihom flimkien u poġġejnihom ġo fond għalihom.", "Ir-realta` hi li d-dħul li qed imur f'dan il- fond huwa inqas mill-ħruġ u allura l-konsolidat qed ikollu jissupplimenta.", "Ix-xewqa tagħna hi li nibqgħu nidentifikaw areas oħra fejn din is-sistema nkunu nistgħu nimplimentawha fil-prattika.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Dan ifisser li ż-żieda minn 15% għal 18% tal-VAT qed tidħol f'dan il-fond ukoll?", "Din hija differenza ta' 3%, jew aħjar, qed jitħallsu one-sixth aktar milli kienu jitħallsu qabel.", "THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Iva, dan nikkonfermah.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija l- emenda kif imressqa u moqrija mis-segretarju parlamentari.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "L-emenda \"C\" għaddiet.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 13 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 13, kif emendata, għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill- Abbozz ta' Liġi.", "THE CHAIRMAN: Naf li hemm xi klawsoli ġodda li jridu jitressqu.", "Is- Segretarju Parlamentari.", "KLAWSOLA ĠDIDA 14 NEW CLAUSE 14", "ONOR.", "TONIO FENECH: Sur President, nitlob il-permess ħalli nressaq Klawsola Ġdida 14 għall-Ewwel Qari.", "L-Iskrivan tal-Kamra qara n-nota marġinali, u din il-klawsola tqieset li nqrat l-Ewwel Darba, skond l-Ordni Permanenti Nru. 101.", "THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Sur President, nipproponi t-Tieni Qari ta' Klawsola Ġdida 14:", "\"D\" Minnufih wara klawsola 13 għandha tidħol din il-Klawsola Ġdida 14 fit-Taqsima VI ġdida li ġejja:", "\"TAQSIMA VI", "|Emenda |14.", "(1) Din it-Taqsima | |ta' l-Att|temenda l-Att dwar | |dwar |il-Ħarsien ta' l-Ambjent | |il-Ħarsie|u għandha tinqara u | |n ta' |tiftiehem ħaġa waħda ma' | |l-Ambjent|l-Att dwar il-Ħarsien ta'| |, Kap. |l-Ambjent hawnhekk iżjed | |435. |'il quddiem f'din | | |it-Taqsima msejjaħ \"l-Att| | |prinċipali\". | | | | | |(2) Din it-Taqsima | | |għandha titqies li bdiet | | |isseħħ fl-1 ta' Jannar, | | |2002.\". |", "\"D\" Immediately after clause 13 there shall be added the following New Clause 14 in new Part VI:", "\"PART VI", "|Amendment |14.", "(1) This Part | |to the |amends the Environment | |Environment|Protection Act and | |Protection |shall be read and | |Act, Cap |construed as one with | |435. |the Environment | | |Protection Act, | | |hereinafter in this | | |Part referred to as | | |\"the principal Act\". | | | | | |(2) This Part shall be| | |deemed to have come | | |into force on the 1st | | |January, 2002.\". |", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi li Klawsola Ġdida 14 tiġi moqrija t-Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Il-mozzjoni għaddiet u Klawsola Ġdida 14 ġiet moqrija t-Tieni Darba.", "THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Sur President, nipproponi li Klawsola Ġdida 14 tkun tifforma parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "L-Onor.", "Charles Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Sur President, din qed nagħmluha with retroactive effect mill-1 ta' Jannar 2002, jiġifieri qed immorru lura erba' snin.", "Dan ifisser li matul dawn l-erba' snin dawn ir-regolamenti konna qegħdin noħorġuhom bl-Ingliż biss u ħadd ma nduna li konna qed nagħmlu hekk kontra l-liġi?", "Din se tikkrealna problema kbira x'ħin niġu għall-applikazzjoni tal-liġi fil-kawżi li hemm il-qorti.", "F'dan il-każ se jkun hemm xalata kbira għall-avukati, għax dawn se jgħidu li xejn ma kien validu taħt dawk ir- regolamenti.", "L-ewwelnett jien nixtieq spjegazzjoni għaliex din se tkun mill-1 ta' Jannar ta' l-2002.", "Nixtieq nistaqsi wkoll dwar x'se tkun il-konsegwenza ta' dik ir- retroattivita` fil-qrati u fid-deċiżjonijiet, jekk hemm xi kwestjonijiet simili bħal dawn.", "Naħseb li dawn huma kollha affarijiet li jeħtieġ li l- Avukat Ġenerali jagħti spjegazzjoni dwarhom.", "THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Safejn naf jien m'hemmx kawżi.", "Dawn huma regolamenti tekniċi ħafna pero` nista' niċċara għaliex il-ministru qed jitlob li din tkun retroattiva mill-1 ta' Jannar ta' l-2002.", "(Interruzzjonijiet)", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Nitolbok tiċċara wkoll jekk hawnx involut ukoll xi effett pekunjarju, jiġifieri kienx hemm xi multi nvoluti fihom.", "Ma nafx jekk kienx hemm sanctioning pekunjarju b'effett retroattiv għax dan ma jistax isir.", "Hawnhekk qed nitkellmu dwar retroattivita` ta' erba' snin u mhux dwar xi ħaġa li għaddejna fil-budget u nafu biha.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Sur President, forsi nistgħu nieqfu ftit ħalli niċċaraw din il-kwestjoni direttament ma' min huwa involut.", "THE CHAIRMAN: Il-Kumitat jista' jkompli.", "Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Sur President, se nagħmel korrezzjoni żgħira fid- data fejn minflok l-1 ta' Jannar, 2006 se nagħmilha l-1 ta' Jannar, 2006.", "Jien tkellimt mal-ministru u jidher li dan kien misprint, jiġifieri m'hemmx ħtieġa ta' retroattivita`.", "Nitlob il-permess tal-Kumitat biex nirtira emenda \"D\" u minflokha nipproponi emenda \"E\".", "THE CHAIRMAN: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata ONOR.", "TONIO FENECH: Sur President, se nipproponi din l-emenda:", "\"E\" Minnufih wara klawsola 13 għandha tidħol din il-Klawsola Ġdida 14 fit-Taqsima VI ġdida li ġejja:", "\"TAQSIMA VI", "|Emenda ta'|14.", "(1) Din it-Taqsima | |l-Att dwar|temenda l-Att dwar | |il-Ħarsien|il-Ħarsien ta' l-Ambjent | |ta' |u għandha tinqara u | |l-Ambjent,|tiftiehem ħaġa waħda ma' | |Kap. 435. |l-Att dwar il-Ħarsien ta'| | |l-Ambjent hawnhekk iżjed | | |'il quddiem f'din | | |it-Taqsima msejjaħ \"l-Att| | |prinċipali\". | | | | | |(2) Din it-Taqsima | | |għandha titqies li bdiet | | |isseħħ fl-1 ta' Jannar, | | |2006.\". |", "\"E\" Immediately after clause 13 there shall be added the following New Clause 14 in new Part VI:", "\"PART VI", "|Amendment |14.", "(1) This Part | |to the |amends the Environment | |Environment|Protection Act and | |Protection |shall be read and | |Act, Cap |construed as one with | |435. |the Environment | | |Protection Act, | | |hereinafter in this | | |Part to as \"the | | |principal Act\". | | | | | |(2) This Part shall be| | |deemed to have come | | |into force on the 1st | | |January, 2006.\". |", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija li Klawsola Ġdida 14 tifforma parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola Ġdida 14 għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "KLAWSOLA ĠDIDA 15 NEW CLAUSE 15", "THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Sur President, nitlob il-permess ħalli nitlob il- permess sabiex inressaq Klawsola Ġdida 15 għall-Ewwel Qari.", "L-Iskrivan tal-Kamra qara n-nota marġinali, u din il-klawsola tqieset li nqrat l-Ewwel darba, skond l-Ordni Permanenti Nru. 101.", "THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Sur President, nipproponi t-Tieni Qari ta' Klawsola Ġdida 15:", "\"F\" Minnufih wara l-Klawsola Ġdida 14 fit-Taqsima VI ġdida għandha tidħol din il-Klawsola Ġdida 15.", "|\"Emenda |15.", "Minnufih wara | |ta' |s-subartikolu (2) ta' | |l-artikolu|l-artikolu 9 ta' l-Att | |9 ta' |prinċipali, għandu | |l-Att |jiżdied dan | |prinċipali|is-subartikolu ġdid li | |. |ġej : | | | | | |\"(3) Minkejja | | |d-disposizzjonijiet | | |l-oħra ta' dan l-Att u | | |ta' kull liġi oħra, Skedi| | |li jkunu jinsabu ma' | | |regolamenti magħmula taħt| | |dan l-Att jistgħu jsiru | | |jew jiġu pubblikati | | |bl-ilsien Ingliż biss.\". | | |\" |", "\"F\" Immediately after New Clause 14 there shall be added the following New Clause 15 in new Part VI.", "|\"Amendment |Immediately after | |to article |sub-article (2) of | |9 of the |article 9 of the | |principal |principal Act, there | |Act. |shall be added the | | |following new | | |sub-article: | | | | | |\"(3) Notwithstanding | | |the other provisions of | | |this Act or of any other| | |law, Schedules annexed | | |to regulations made | | |under this Act may be | | |made or published in the| | |English language | | |only.\".\". |", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi li Klawsola Ġdida 15 tkun moqrija t-Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Il-mozzjoni għaddiet u Klawsola Ġdida 15 ġiet moqrija t-Tieni Darba.", "THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Sur President, nipproponi li Klawsola Ġdida 15 tkun tifforma parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Din l-emenda hija neċessarja minħabba li taħt dan l- Att hemm numru ta' skedi li jridu jiġu ppubblikati li huma tekniċi u li fihom jinvolvu l-HS codes.", "F'dawn it-tip ta' affarijiet ma jagħmilx sens li wieħed joqgħod jittraduċihom bil-Malti, għax ħafna drabi lanqas jinsab il-kliem tekniku bil-Malti.", "Għandna skedi simili għal dawn kemm fil-liġi tal-VAT kif ukoll fil-liġi tas-sisa.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Sur President, safejn naf jien konna ħadniha bħala prinċipju li meta jkollna konflitt rigward lingwa fil-liġijiet li jirrigwardaw is-settur finanzjarju, allura tapplika l-verżjoni Ingliża.", "F'dan is-settur il-liġi hija miktuba kemm bl-Ingliż kif ukoll bil-Malti.", "Fil-fatt dalwaqt se nkunu qed nidduiskutu liġi dwar is-securitization li hija teknika ħafna fejn fiha għandek ħafna kliem li huwa tekniku li qiegħed kemm bl-Ingliż kif ukoll bil-Malti.", "F'dan il-każ ukoll tapplika an overall clause li konna għamilna fejn għedna li f'każ ta' dispute jew konflitt ta' interpretazzjoni, wieħed għandu japplika l-lingwa Ingliża.", "Dan jagħmel sens, għax ovvjament, wieħed barrani li jkun irid iħares biex jinvesti hawnhekk irid ikun qed jifhem it-test bl-Ingliż u jkun irid ikollu moħħu mistrieħ li dak li hemm fit-test Ingliż huwa l-final interpretation.", "Irrid ngħid ukoll li hawnhekk fil-parlament domna żmien nitkellmu fuq liġi li twaqqaf kunsill biex jipproteġi l-lingwa Maltija.", "Issa donnu l-messaġġ li qed jintbagħat hawnhekk huwa konfliġġenti ma' din il-liġi.", "Jien nifhem li l-lingwa Ingliża hija the dominating language u dan għal diversi raġunijiet speċjalment fil-qasam kummerċjali u fil-qasam tan-negozju, imma mill-banda l-oħra għaliex għandu jkun li f'liġi li tapplika għal-lokal irridu nagħmlu r-regolamenti bl-Ingliż biss?", "L-impressjoni li qed nieħu hija li l-għan wara din l-emenda hija l- konvenjenza tad-drafters, għax il-prassi fl-istruttura taċ-ċivil hi li l- affarijiet niddraftjawhom bl-Ingliż minflok bil-lingwa Maltija.", "Dan qed ngħidu għax ma naħsibx li hemm xi ġustifikazzjoni partikolari għaliex dawn ir-regolamenti jkunu bl-Ingliż biss.", "Ma naħsibx li għandna nitilqu mill- konswetudni li kull liġi tkun fil-lingwa Maltija mbagħad ikollok traduzzjoni għal-lingwa Ingliża bħala t-tieni lingwa rikonoxxuta taħt il- liġijiet tagħna.", "Il-lingwa Maltija hija importanti għaliex tagħtina l-identita`.", "Li niktbu u nitkellmu tajjeb il-lingwa Ingliża huwa element essenzjali wkoll pero` ma nħossx li hemm xi ġustifikazzjoni partikolari għal din l-emenda ħlief, nerġa' ntenni, għall-konvenjenza ta' min irid jiddraftja.", "Nirringrazzjak.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Jien napprezza l-kumment li qed jagħmel l-Onor.", "Charles Mangion.", "Bla dubju ta' xejn dan il-gvern jistma l-liġi Maltija u tant hu hekk li mbotta biex il-lingwa Maltija tkun lingwa rikonoxxuta anke fuq livell Ewropew.", "Bla dubju ta' xejn ma naħsibx li nistgħu niġu akkużati li aħna ma nqisux importanti l-lingwa Maltija.", "Issa hawnhekk il-ministru konċernat għarrafni li l-ewwelnett hawn mhux qed ngħidu li esklużivament hekk se jiġri.", "Il-klawsola tgħid li jistgħu jsiru jew jiġu ppubblikati bl-ilsien Ingliż.", "L-intenzjoni m'hijiex li jsir hekk, imma li jsiru bil-Malti wkoll, imma hemm numru ta' schedules li huma tekniċi ħafna u li huma simili għal dawk li għandna taħt il-liġi tas-sisa u taħt il-liġi tal-VAT li ma jagħmilx sens li noqogħdu nittraduċuhom.", "Jien nafda li l-ministeru se juża dan li qed indaħħlu b'mod restrittiv.", "Ma naħsibx li hija l-intenzjoni tal-ministeru li jibdew joħorġu schedules li faċilment jistgħu jiġu tradotti bil-Malti u dan ma jsirx sempliċement għall-konvenjenza.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija li Klawsola Ġdida 15 tkun tifforma parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola Ġdida 15 għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "KLAWSOLA ĠDIDA 6A NEW CLAUSE 6A", "THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Sur President, nitlob il-permess sabiex inressaq Klawsola Ġdida 6A għall-Ewwel Qari li hija emenda ta' l-artiklu 5 ta' l-Att prinċipali.", "L-Iskrivan tal-Kamra qara n-nota marġinali, u din il-klawsola tqieset li nqrat l-Ewwel darba, skond l-Ordni Permanenti Nru. 101.", "THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Sur President, nipproponi t-Tieni Qari ta' Klawsola Ġdida 6A:", "\"G\" Minnufih wara l-klawsola 6 fit-Taqsima II ta' dan l-abbozz għandha tiżdied din il-klawsola ġdida 6A:", "\"Emenda ta' l-artikolu 5 ta' l-Att prinċipali.", "6A.", "L-artikolu 5 ta' l-Att prinċipali għandu jigi emendat kif gej:", "(a)fis-subartikolu (8), minflok il-kliem \"imnaqqas kif imsemmi qabel.\" għandu jidħol dan li ġej:", "\"imnaqqas kif imsemmi qabel:", "Iżda, minkejja l-artikolu 43(2)(a) u (3) ta' l-Att dwar l- Amministrazzjoni tat-Taxxa, għandha titħallas taxxa proviżorja kif provdut fl-artikolu 43(1)(b) ta' dak l-Att fuq kull trasferiment li japplika għalih dan is-subartikolu.\"; u", "(b) is-subartikolu (9) għandu jiġi emendat kif ġej:", "(i) fil-paragrafu (i), minflok il-kliem \"li tkun kumpannija fi ħdan il-grupp.\" għandu jidħol dan li ġej:", "\"li tkun kumpannija fi ħdan il-grupp:", "Iżda l-Ministru jista' b'regoli jippreskrivi kondizzjonijiet għall-ħelsien mit-taxxa maħsub f'dan is-subartikolu li jkunu differenti minn dawk provduti f'dan il-paragrafu, u dawk ir- regoli jkunu japplikaw għal trasferimenti li jsiru wara dik id-data li tista' tkun preskritta.", "(ii) fil-paragrafu (ii), minnufih wara l-kliem \"tas- subparagrafi (a) u (b) ta' l-imsemmi paragrafu,\" għandhom jidħlu l-kliem \"jew ta' regoli preskritti skond l-imsemmi paragrafu,\".\".", "\"G\" Immediately after Clause 6 in Part II of this bill, there shall be added the following New Clause 6A:", "\"Amendment of article 5 of the principal Act.", "6A.Article 5 of the principal Act shall be amended as follows:", "(a) in sub-article (8), for \"reduced as aforesaid.\" there shall be substituted the following:", "\"reduced as aforesaid:", "Provided that, notwithstanding article 43(2)(a) and (3) of the Income Tax Management Act, provisional tax as provided in article 43(1)(b) of that Act shall be payable on any transfer to which this sub-article applies.\"; and", "(b) sub-article (9) shall be amended as follows:", "i) in paragraph (i), for the words \"being the company within the group, took place.\" there shall be substituted the following:", "\"being the company within the group, took place:", "Provided that the Minister may by rules prescribe conditions for the relief envisaged in this sub-article that are different from those provided for in this paragraph, and those rules shall apply to transfers that are made after such date as may be prescribed.", "ii) in paragraph (ii), immediately after the words \"of sub-paragraphs (a) and (b) of the said paragraph,\", there shall be inserted the words \"or of rule prescribed in accordance with the said paragraph,\".\".", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija li Klawsola Ġdida 6A tiġi moqrija t- Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Il-mozzjoni għaddiet u Klawsola Ġdida 6A ġiet moqrija t-Tieni Darba.", "THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Sur President, nipproponi li Klawsola Ġdida 6A tifforma parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR TONIO FENECH: Din l-emenda hija konsegwenzjali għal emenda li diġa` saret f'paragrafu (g) li jirrigwarda r-roll-over relief.", "Dan il-proviso il- ġdid jipprovdi li f'każ li jkun hemm roll-over, it-taxxa proviżorja bis-7% xorta trid tinżamm, imbagħad din it-taxxa trid tintalab lura minn dak li jkun.", "Imbagħad ovvjament isir ir-refund ta' dik is-7%.", "Għaċ-ċarezza jkun tajjeb li ngħidu li l-artiklu 43(2)(a) ta' l-income tax management Act jeżenta mit-taxxa provviżorja f'każ li t-trasferiment ma jkunx soġġett għall-capital gains tax.", "L-artiklu 43(3) jawtorizza lill- kummissarju li jnaqqas ir-rata ta' 7% f'każ li l-qligħ ikun inqas minn 20% tal-prezz tal-bejgħ u għalhekk dan il-proviso il-ġdid jissupera dawn iż- żewġ dispożizzjonijiet biex it-taxxa proviżorja xorta tinżamm imma kif intqal, imbagħad din it-taxxa tkun tista' tintalab lura.", "Imbagħad f'paragrafu (b) qed nagħtu s-setgħa lill-ministru biex joħroġ regoli ħalli jipprovdi għal dawk il-kondizzjonijiet biex kumpannija tkun ikkonsidrata bħala li tifforma parti minn grupp.", "F'din l-emenda l- kondizzjonijiet taħt l-income tax Act se jkunu l-istess bħal dawk li hemm fid-duty on documents and transfers Act.", "Hemm imbagħad emendi konsegwenzjali fl-artiklu 42 tad-duty on documents and transfers Act li se jiġu aktar tard.", "THE DEPUTY CHAIRMAN (Onor. Mario de Marco): Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Sur President, din l-emenda tirriferi għal artiklu 5 tal-liġi prinċipali.", "Aħna qegħdin nitkellmu dejjem fuq l-income tax Act.", "Issa artiklu 5(8) tal-liġi prinċipali jgħid hekk:", "\"Where an asset referred to in sub-article (1)(a) used in a business for a period of at least three years is transferred and replaced within one year by an asset used solely for a similar purpose in the business, any capital gains realised on the transfer shall not be taxed....\"", "Mela hawnhekk kellna każ li jekk business mhux tal-proprjeta` kien jittrasferixxi asset tiegħu u kien jagħmel capital gain, dak kien ikun eżenti mill-ħlas tat-taxxa.", "Illum fl-emenda - jekk fhimt l-emenda sew u I stand to be corrected – qegħdin ngħidu li xorta waħda trid titħallas is-7% imbagħad irid jagħmel il-claim.", "Sur President, effettivament din il-klawsola kienet tagħti ċertu vantaġġ lil min ikun qiegħed fin-negozju mhux tal-proprjeta` - jista' jkun ħanut fil-qasam tal-manifattura - għax bis-saħħa tagħha kienu jiffrankaw li jħallsu s-7%.", "Din kienet teffettwahom pożittivament fuq il-cash flow tagħhom.", "Illum huwa veru li jistgħu jikklejmjawha lura, imma ċertament b'dan li se jsir se jkun hemm effett negattiv fuq il-cash flow.", "X'kienet ir-raġuni li l-gvern ried jintroduċi din il-miżura?", "Qed jintroduċiha għax kien qed jara ċertu evażjoni tat-taxxa?", "Illum għandna sitwazzjoni fejn ħafna retailers li huma s-self-employed iż-żgħar qed igergru u jgħidu li għandhom problemi ta' cash flow.", "Per eżempju, jekk mechanic għandu garaxx żgħir u jrid ikabbar u jixtri garaxx ieħor, fejn qabel kien jidher li kien eżenti issa donnu se jkollu jħallas imbagħad joqgħod jikklejmja lura.", "B'dan li qed nagħmlu qed inżidu l-administrative cost, qed innaqqsulu l-cash flow u qed inżidulu l-burokrazija.", "Dawn huma tliet affarijiet li f'dan il-parlament dejjem intambru li rridu nnaqqsuhom biex insaħħu l-kompetittivita`.", "Jien il-benefiċċju tad-dubju dejjem nagħtih, u forsi l-ġustifikazzjoni għal din l-emenda hi li l-gvern għamel assessment u sab li kellu ċertu evażjoni ta' taxxa f'dan ir-rigward pero` nixtieq li s-segretarju parlamentari jispjegalna ftit dwar dan.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Fil-fatt qed nagħmluha proprju minħabba dak li semma l-Onor.", "Charles Mangion.", "Kien qed jinstab Ii ħafna drabi kienu qed isiru claims, jiġifieri jmorru quddiem in-nutar u jgħidulu li, per eżempju, jista' jiġi eżentat taħt dak l-Att, imbagħad meta ssir il-verifika jirriżulta li l-artiklu ta' dak l-Att li jkun semma ma jkunx daqshekk applikabbli.", "Imbagħad x'jiġri?", "Jeħel it-taxxa imbagħad jeħel bil-penali, bil-multi u bl-interessi u dan kollu.", "Bil-mod kif qed nagħmluha, issa wieħed irid iħallasha u jekk għandu raġun jagħmel il-claim u jingħata r- refund ta' dak l-ammont.", "Dan qed nagħmluh għax kien qed jinħass li kienu qed isiru ħafna minn dawn it-tip ta' claims in advance imbagħad id-dipartiment meta jagħmel il- verifika jirriżultalu li ma jkunx il-każ.", "Per eżempju, kien jirriżulta li mhux veru li dik il-proprjeta` kienet biex ikabbar in-negozju tiegħu.", "Kif nafu hemm it-time lag ukoll ta' tliet snin minn mindu inti tkun begħt għal meta tkun xtrajt, jiġifieri hemm dak il-perijodu u allura meta tixtri mbagħad għandek id-dritt li dik terġa' tikklejmjaha lura.", "Dan ikun aħjar milli joqgħod jivverifika l-assessur tliet snin wara jekk huwiex veru li inti tkun xtrajt biex tespandi.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Il-kummenti tal-ministru jikkonfermaw kemm mhux qed inkunu iktar business friendly u nnaqqsu l-burokrazija speċjalment minn fuq is-self-employed iż-żgħar.", "Issa din hija xi ħaġa li n-naħa tal-gvern tgħidx kemm tisħaq fuqha speċjalment permezz ta' l-Onor.", "Edwin Vassallo.", "Illum l-Onor.", "Vassallo ma deherx, għax forsi kien ikun jista' jilluminani iktar dwar din il-ħaġa.", "Jien ma naqbilx mal-metodu kif spjega s-segretarju parlamentari għax fil- liġi hemm speċifikatament fejn tapplika din l-emenda li qed tiddaħħal.", "Mela dan ikun ilu jużah għal tliet snin u jrid jirrimpjazzah \"solely for the same purpose\" u \"within one year.\"", "Ħafna drabi dak li jkun qed ibigħ, malli jbigħ wieħed ikun diġa` għamel konvenju fuq l-ieħor għax irid imur min-naħa għall-oħra.", "Ejja nieħdu każ ta' mechanic li jaħdem f'garage u dan biegħ dak il-garage li għandu għax irid ikabbar.", "Issa malli jbigħ, lill-ieħor irid jivvakalu l-proprjeta`.", "Fl-opinjoni tiegħi, din donnha qed issir għax il-gvern qed jagħmel minn kollox biex ikollu cash flow immedjata f'idejh u xejn iktar.", "Dan qed ngħidu għaliex ir-raġunijiet fejn tista' tkun eżenti tant huma ċari li ftit nara li jista' jkun hemm abbuż.", "Fl-aħħar mill-aħħar imbagħad, jekk xi ħadd jabbuża, dan se jeħel il-penali.", "Mela lil dan se noqogħdu ngħidulu: Agħmel hekk l-ewwel, ħalli inti ma teħilhiex.", "Tajba din!", "Mela min ikun in good faith allura se jintlaqat minħabba min qed jaħseb in malafede.", "Min ikun fil- malafede u jipprova jabbuża, dak imbagħad sta għalih u jeħel il-multi kollha, imma min huwa in good faith u qed jagħmel sforz biex ikabbar, m'għandniex noħolqulu din il-burokrazija kollha.", "Waħda mill-problemi li għandhom is-self-employed – u din issemmiet kemm f'konferenza tas-self-employed kif ukoll fis-surveys li jsiru minnhom - hija l-cost tal-burokrazija.", "Bureaucracy costs money u allura tolqot il- kompetittivita`.", "Hawnhekk il-gvern kulma qed ifittex f'din it-taxxa huwa li jdaħħal iktar flus imbagħad iħallashom lura meta jiddeċiedi d- dipartiment.", "U bħalma nafu, ir-rifużjonijiet tal-flus mingħand il-gvern ma tantx jiġu malajr.", "Fl-aħħar mill-aħħar, minflok ngħinu u minflok noħolqu business environment li jinċentiva l-investiment qegħdin noħonqu dan l- istess investiment bir-regoli.", "Hawnhekk lil dak li jkun qed inkabbrulu r- red tape u l-paper work li ħafna drabi jiswielu ħafna flus.", "Hawnhekk għandna focus żbaljat kompletament.", "Minflok ma rridu l-imprenditur jikkonċentra fuq l-intrapriża u joħloq l-opportunitajiet ta' xogħol, irridu l-imprenditur jaħseb u jikkonsulta biex jara kif se jindirizza l- burokrazija.", "Mr Chairman dan kollu ma naħsibx li jinkwadra fl-istqarrijiet tal-gvern u ċertament ħaġa bħal din ma tagħmilx sens għal pajjiżna fiċ- ċirkostanzi preżenti.", "Nirringrazzjak.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Sur President, naħseb li l-kumment li għamel l-Onor.", "Charles Mangion huwa wieħed validu.", "Irrid ngħid li ma kenitx l-intenzjoni li noqogħdu ndaħħlu nies f'burokrazija żejda għalxejn, u allura nissuġġerixxi li nemendaw il-klawsola kif se ngħid.", "Minflok il-kliem \"Iżda, minkejja l-artikolu 43(2)(a) u (3) ta' l-Att dwar l- Amministrazzjoni tat-Taxxa, għandha titħallas taxxa proviżorja'' se ndaħħlu l-kliem ''Iżda sakemm ma jiġix awtorizzat mod ieħor mill-kummissarju, għandha titħallas it-taxxa proviżorja.\"", "Bl-Ingliż se nneħħu l-kliem \"Notwithstanding article 43(2)(a) and (3) of the income tax management Act\" u minfloku se ndaħħlu l-kliem \"Provided that unless otherwise authorised by the commissioner, provisional tax as provided...\"", "L-għan hu li f'dak il-każ għandha tintalab għall-eżenzjoni mill-kummissarju qabel ma jsir il-kuntratt.", "Jekk il-kummissarju jara li l-każ huwa fl- ambitu ta' dak li tipprovdi l-liġi, joħroġ iċ-ċertifikat li m'għandhiex tinżamm il-provisional tax ta' 7% imbagħad in-nutar ikun iggwidat accordingly biex meta jagħmel il-kuntratt ma jżommx mill-ewwel is-7%.", "Għalhekk nitlob il-permess tal-Kumitat biex nirtira l-emenda \"G\" u minflokha nressaq l-emenda \"H\".", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata u l-emenda \"G\" ġiet irtirata", "ONOR.", "TONIO FENECH: Sur President, se nressaq l-emenda \"H\":", "\"H\" Minnufih wara l-klawsola 6 fit-Taqsima II ta' dan l-abbozz għandha tiżdied din il-Klawsola Ġdida 6A li ġejja:", "\"Emenda ta' l-artikolu 5 ta' l-Att prinċipali.", "6A.", "L-artikolu 5 ta' l-Att prinċipali għandu jigi emendat kif gej:", "(a) fis-subartikolu (8), minflok il-kliem \"imnaqqas kif imsemmi qabel.\" għandu jidħol dan li ġej:", "\"imnaqqas kif imsemmi qabel:", "Iżda, sakemm ma jiġix awtorizzat mod ieħor mill-Kummissarju, għandha titħallas taxxa proviżorja kif provdut fl-artikolu 43(1)(b) ta' dak l-Att fuq kull trasferiment li japplika għalih dan is-subartikolu.\"; u", "(b) is-subartikolu (9) għandu jiġi emendat kif ġej:", "(i) fil-paragrafu (i), minflok il-kliem \"li tkun kumpannija fi ħdan il-grupp.\" għandu jidħol dan li ġej:", "\"li tkun kumpannija fi ħdan il-grupp:", "Iżda l-Ministru jista' b'regoli jippreskrivi kondizzjonijiet għall- ħelsien mit-taxxa maħsub f'dan is-subartikolu li jkunu differenti minn dawk provduti f'dan il-paragrafu, u dawk ir-regoli jkunu japplikaw għal trasferimenti li jsiru wara dik id-data li tista' tkun preskritta.", "(ii) fil-paragrafu (ii), minnufih wara l-kliem \"tas- subparagrafi (a) u (b) ta' l-imsemmi paragrafu,\" għandhom jidħlu l-kliem \"jew ta' regoli preskritti skond l-imsemmi paragrafu,\".\".", "\"H\" Immediately after clause 6 in Part II of this bill there shall be added the following New Clause 6A:", "\"Amendment of article 5 of the principal Act.", "6A.", "Article 5 of the principal Act shall be amended as follows:", "(a) in sub-article (8), for \"reduced as aforesaid.\" there shall be substituted the following:", "\"reduced as aforesaid:", "Provided that, unless otherwise authorised by the Commissioner, provisional tax as provided in article 43(1)(b) of that Act shall be payable on any transfer to which this sub-article applies.\"; and", "(b) sub-article (9) shall be amended as follows:", "(i) in paragraph (i), for the words \"being the company within the group, took place.\" there shall be substituted the following:", "\"being the company within the group, took place:", "Provided that the Minister may by rules prescribe conditions for the relief envisaged in this sub-article that are different from those provided for in this paragraph, and those rules shall apply to transfers that are made after such date as may be prescribed.", "(ii) in paragraph (ii), immediately after the words \"of sub- paragraphs (a) and (b) of the said paragraph,\", there shall be inserted the words \"or of rule prescribed in accordance with the said paragraph,\".\".", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Rimarki?", "Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR TONIO FENECH: It-tieni parti bażikament qed tagħti s-setgħa lill- ministru biex joħroġ regoli ħalli jipprovdi għal dawk il-kondizzjonijiet biex kumpannija tkun ikkonsidrata li tifforma parti minn grupp.", "F'din l- emenda l-kondizzjonijiet taħt l-income tax Act se jkunu l-istess bħal dawk li hemm diġa` fid-duty on documents and transfers Act biex ikollna l- konsistenza.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Sur President, dan isegwi mid-dibattitu li kien beda xi erba' seduti ilu fejn inbidlet l-emenda li kienet oriġinarjament suġġerita dwar trasferimenti bejn kumpanniji fi grupp.", "Issa bażikament l-affarijiet baqgħu l-istess.", "Qed nirrepeti dan biex inkun on record ħalli for interpretation inkunu qegħdin niftiehmu sew.", "Il- kondizzjonijiet ta' intracompany transfer within a group baqgħu l-istess kif inhuma sal-lum, jiġifieri jekk għandek grupp li għandu aktar minn 51% jew 51% minimum ta' l-azzjonisti, ikunu membri fl-istess grupp ta' kumpanniji, hemmhekk għandek l-eżenzjoni mill-capital gains u l-eżenzjoni mill-boll li trid tapplika għalih.", "Pero` ovvjament hawnhekk qegħdin nipprevedu li jista' jkun hemm regolament mill-ministru fejn jistabbilixxi u jibdel dawn il-kriterji.", "Naħseb li hekk qegħdin l-affarijiet.", "Barra minn hekk xtaqt nistaqsi jekk taħt l-Att eżistenti l-ministru setax jippreskrivi regolamenti.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Rimarki?", "Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Le, fl-Att ma kienx ċar li jista' jippreskrivi regolamenti dwar l-interpretazzjoni ta' x'inhu grupp.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija li Klawsola Ġdida 6A tkun tifforma parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola Ġdida 6A għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "KLAWSOLA ĠDIDA 7A NEW CLAUSE 7A", "ONOR.", "TONIO FENECH: Sur President, nitlob il-permess ħalli nressaq Klawsola Ġdida 7A għall-Ewwel Qari.", "L-Iskrivan tal-Kamra qara n-nota marġinali, u din il-klawsola tqieset li nqrat l-Ewwel darba, skond l-Ordni Permanenti Nru. 101.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Sur President, nipproponi t-Tieni Qari ta' Klawsola Ġdida 7A li", "hija emenda ta' l-artiklu 56 ta' l-Att prinċipali:", "\"I\" Minnufih wara l-klawsola 7 fit-Taqsima II ta' dan l-Abbozz, għandha tidħol din il-klawsola ġdida 7A li ġejja:", "\"Emenda ta' l-artikolu 56 ta' l-Att prinċipali.", "7A.", "Fis-subartikolu (17) ta' l-artikolu 56 ta' l-Att prinċipali, minnufih wara l-kliem \"minkejja kull ħaġa kuntrarja li tinsab f'dan l-Att,\" għandhom jidħlu l-kliem \"u sakemm dak l-individwu ma jagħżilx li dak l-income jiġi ntaxxat skond ir-rati stabbiliti fis- subartikolu (1) (a) jew (1) (b),\".\".", "\"I\" Immediately after clause 7 in Part II of the Bill, there shall be added the following new clause 7A:", "\"Amendment of article 56 of the principal Act.", "7A.", "In sub-article (17) of article 56 of the principal Act, immediately after the words \"notwithstanding anything to the contrary contained in this Act,\" there shall be added the words \"and unless such individual opts to have the said income charged to tax at the rates laid down in sub-article (1)(a) or (1)(b),\".\".", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi li Klawsola Ġdida 7A tkun moqrija t- Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Il-mozzjoni għaddiet u Klawsola Ġdida 7A ġiet moqrija t-Tieni Darba.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Sur President, nipproponi li Klawsola Ġdida 7A tkun tifforma parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Din l-emenda hija neċessarja minħabba dawk li jagħżlu li jkunu ntaxxati taħt l-overseas employment provisions li kif nafu huma intaxxati bir-rata ta' 15% fuq id-dħul gross tagħhom.", "Issa għal dawk li għandhom dħul li huwa għoli, ħafna drabi jiġri l-każ li din tiġi rata vantaġġjuża, imma sibna li kien hemm min seta' ġie f'sitwazzjoni li s-sistema preżenti hija aktar vantaġġjuża għalih.", "Minħabba f'hekk qed nagħtu lil dawk l-individwi l-għażla ta' liema sistema jużaw għaliex ovvjament ma kenitx l-intenzjoni li nispiċċaw nintaxxawhom iktar milli fil-fatt kienu jiġu ntaxxati taħt is-sistema normali.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Sur President, naħseb li jagħmel sens li tippermetti li bniedem jagħżel taħt liema reġim ikun intaxxat.", "Wieħed irid jifhem li ħafna mill-impjiegi li jkunu barra mhux neċessarjament ikollhom dħul li jkun daqstant qawwi, u allura jkun ġustifikat li jagħmlu l-għażla huma.", "Issa jien qed nifhem li dawn in-nies iridu japplikaw biex iġibu interpretazzjoni mingħand il-kummissarju.", "Sakemm ma jagħmlux hekk jibqgħu jiġu intaxxati bir-rata ta' 15%.", "Ma nafx jekk din għandniex ninterpretawha hekk.", "(Interruzzjonijiet) Dawn iridu japplikaw biex jiddikjaraw b'liema rata jixtiequ li jiġu intaxxati.", "Jekk ma jagħmlux hekk għal skopijiet ta' taxxa min-naħa ta' min qed iħallashom u qed iżommilhom it-taxxa, dak l- employer tagħhom irid iżommilhom bil-15%.", "Ma nafx jekk tapplikax għal dawn.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Le, dak jidħol fl-assessment normali.", "Jiġifieri dik jiċċarawha huma mad-dipartment mill-ewwel imbagħad jibda jaqtagħlhom.", "L- income ta' dawn in-nies huwa minn barra minn Malta pero` l-employer ikun Malta u hu jaqtagħlhom skond kif huma jindikawlu li jixtiequ jiġu ntaxxati.", "Din effettivament taħdem jekk tagħżilx li tiġi ntaxxat bħala married jew single.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Sempliċement li qed ngħidu huwa li dan l-employer li jkun Malta li jkun wisq probabbli responsabbli biex jgħaddilhom il-flus, sakemm ma jkollux alternattiva, jżommilhom bil-15%.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Hekk hu.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija li Klawsola Ġdida 7A tkun tifforma parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola Ġdida 7A għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Sur President, nipproponi li terġa' tinfetaħ id- diskussjoni fuq klawsola 6.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn qbil?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-Kumitat qabel li terġa' tinfetaħ id-diskussjoni fuq klawsola 6", "Klawsola 6 – Emenda ta' l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income.", "Clause 6 – Amendment to the Income Tax Act.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Sur President, se nipproponi din l-emenda:", "\"J\" Is-subklawsola (2) tal-klawsola 6 għandħa titħassar u għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej:", "\"(2)(a) Id-disposizzjonijiet ta' l-artikoli 6A u 7 għandhom jitqiesu li bdew fis-seħħ fl-1 ta' Novembru, 2005.", "(b) Id-disposizzjonijiet ta' l-artikolu 7A għandhom jitqiesu li bdew fis-seħħ mis-sena ta' stima 2007.\".", "\"J\" Sub-clause (2) of clause 6 shall be deleted and shall be substituted by the following:", "\"(2)(a) The provisions of articles 6A and 7 shall be deemed to have come into force on 1st November, 2005.", "(b) The provisions of article 7A shall be deemed to have come into force as from the year of assessment 2007.\".", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l-emenda kif imressqa u moqrija mis-Segretarju Parlamentari.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: Aye) Carried.", "L-emenda \"J\" għaddiet", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 6 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 6, kif emendata, għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill- Abbozz ta' Liġi.", "KLAWSOLA ĠDIDA 16 NEW CLAUSE 16", "THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Sur President, nitlob il-permess ħalli nressaq Klawsola Ġdida 16 għall-Ewwel Qari.", "L-Iskrivan tal-Kamra qara n-nota marġinali, u din il-klawsola tqieset li nqrat l-Ewwel darba, skond l-Ordni Permanenti Nru. 101.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Sur President, nipproponi t-Tieni Qari ta' Klawsola Ġdida 16:", "\"K\" Minnufih wara l-Klawsola Ġdida 15 għandha tidħol din il- Klawsola Ġdida 16 fit-Taqsima VII ġdida li ġejja:", "\"TAQSIMA VII", "Emendi għall-Att dwar it-Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti, Kap 364.", "15.", "(1) Din it-Taqsima temenda l-Att dwar it-Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti u għandha tinqara u tiftiehem ħaġa waħda ma' l-Att dwar it-Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti, hawnhekk iżjed 'il quddiem f'din it-Taqsima msejjaħ \"l-Att prinċipali\".", "2) Din il-Parti għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Marzu, 2006.\".", "\"K\" Immediately after New Clause 15 there shall be added the following New Clause 16 in new Part VII:", "\"PART VII", "Amendment of the Duty on Documents and Transfers Act, Cap.", "364.", "16.", "(1) This Part amends the Duty on Documents and Transfers Act and it shall be read and construed as one with the Duty on Documents and Transfers Act, hereinafter in this Part referred to as \"the principal Act\".", "(2) This Part shall come into force on the 1st March, 2006.\".", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija li Klawsola Ġdida 16 tiġi moqrija t- Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Il-mozzjoni għaddiet u Klawsola Ġdida 16 ġiet moqrija t-Tieni Darba.", "THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Sur President, nipproponi li Klawsola Ġdida 16 tkun tifforma parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija li Klawsola Ġdida 16 tkun tifforma parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola Ġdida 16 għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "KLAWSOLA ĠDIDA 17 NEW CLAUSE 17", "THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Sur President, nitlob il-permess ħalli nressaq Klawsola Ġdida 17 għall-Ewwel Qari li hija emenda ta' l-artiklu 42 ta' l- Att prinċipali.", "L-Iskrivan tal-Kamra qara n-nota marġinali, u din il-klawsola tqieset li nqrat l-Ewwel darba, skond l-Ordni Permanenti Nru. 101.", "THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Sur President, nipproponi t-Tieni Qari ta' Klawsola Ġdida 17:", "\"L\" Minnufih wara l-Klawsola Ġdida 16 fit-Taqsima VII ġdida għandu jidħol dan li ġej:", "\"Emenda ta' l-artikolu 42 ta' l-Att principali.", "17.", "It-tifsira ta' \"grupp ta' kumpanniji\" li tinsab fis-subartikolu (1) ta' l-artikolu 42 ta' l-Att prinċipali għandha tiġi emendata kif ġej:", "a) fil-paragrafu (ii) tagħha, minflok il-kliem \"mill-istess attivisti.\" għandu jidħol il-kliem \"mill-istess attivisti:\"; u", "b) minnufih wara l-paragrafu (ii) tagħha għandu jidħol dan il-proviso ġdid li ġej:", "\"Iżda l-Ministru jista' b'regoli jippreskrivi tifsira oħra ta' \"grupp ta' kumpanniji\" u dik it-tifsira tkun tapplika għal trasferimenti li jsiru wara dik id-data li tista' tiġi preskrittra b'dawk ir-regoli.\".\".", "\"L\" Immediately after New Clause 16 in new Part VII there shall be added the following:", "\"Amendment of article 42 of the principal Act.", "17.", "The definition of \"a group of companies\" in sub-article (1) of article 42 of the principal Act shall be amended as follows:", "(a) in paragraph (i) thereof, for the words \"the same shareholders.\" there shall be substituted the words \"the same shareholders:\"; and", "(b) immediately after paragraph (ii) thereof, there shall be added the following new proviso:", "\"Provided that the Minister may by rules prescribe another definition of \"group of companies\" and that definition shall apply to transfers made after such date as may be prescribed by those rules.\".\".", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi li Klawsola Ġdida 17 tkun moqrija t- Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Il-mozzjoni għaddiet u Klawsola Ġdida 17 ġiet moqrija t-Tieni Darba.", "THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Sur President, nipproponi li Klawsola Ġdida 17 tkun tifforma parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "L-Onor.", "Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Sur President, kif inhu qiegħed il-wording qed nifhimha li donnu qegħdin nibdlu xi tfisser \"grupp ta' kumpanniji\".", "Hawn qegħdin inbiddlu t-tifsira ta' \"grupp ta' kumpanniji\" li tinsab f'subartiklu (1) ta' l-artiklu 42 ta' l-Att prinċipali, u qed ngħidu li din għandha tiġi emendata billi fil- paragrafu (ii) tagħha, minflok il-kliem \"mill-istess attivisti.\" għandu jidħol il-kliem \"mill-istess attivisti:\".", "Hawnhekk flok fullstop qed indaħħlu colon.", "Fl-Ingliż qiegħda l-istess ħaġa.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Qed tidħol il-colon biex imbagħad ikun hemm il- proviso wara.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Mela for the record, effettivament id- definizzjoni ta' grupp ta' kumpanniji se tibqa' tfisser l-istess ħaġa kif inhi llum, pero' ovvjament imbagħad jekk isiru r-regolamenti, dawn jibdew japplikaw mill-1 ta' Marzu li ġej.", "Dan ifisser li l-ministru ma jistax jagħmel regolamenti with retroactive effect.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija li Klawsola Ġdida 17 tkun tifforma parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola Ġdida 17 għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "KLAWSOLA ĠDIDA 18 NEW CLAUSE 18", "THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Sur President, nitlob il-permess ħalli nressaq Taqsima u Klawsola Ġdida 18 għall-Ewwel Qari.", "L-Iskrivan tal-Kamra qara n-nota marġinali, u din il-klawsola tqieset li nqrat l-Ewwel darba, skond l-Ordni Permanenti Nru. 101.", "THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Sur President, nipproponi t-Tieni Qari ta' Klawsola Ġdida 18:", "\"M\" Minnufih wara Klawsola Ġdida 17 għandha tidħol din il-Klawsola Ġdida 18 fit-Taqsima VIII ġdida li ġejja:", "\"TAQSIMA VIII", "|Emenda ta' |18.", "(1) Din it-Taqsima | |l-Att dwar |temenda l-Att dwar | |Taxxa tar- |Taxxa | |Reġistrazzjo|tar-Reġistrazzjoni ta' | |ni |Vetturi bil-Mutur u | |ta' Vetturi |għandha tinqara u | |bil-Mutur, |tiftiehem ħaġa waħda | |Kap. 368. |ma' l-Att dwar Taxxa | | |tar-Reġistrazzjoni ta' | | |Vetturi bil-Mutur, | | |hawnhekk iżjed 'il | | |quddiem f'din | | |it-Taqsima msejjaħ | | |\"l-Att prinċipali\". | | | | | |(2) Din it-Taqsima | | |għandha titqies li | | |bdiet isseħħ fl-1 ta' | | |Novembru, 2005.\". |", "\"M\" Immediately after New Clause 17 there shall be added the following New Clause 18 in new Part VIII as follows:", "\"PART VIII", "|Amendment |18.", "(1) This Part amends| |to |the Motor Vehicles | |the Motor |Registration Tax Act and| |Vehicles |shall be read and | |Registratio|construed as one with | |n |the Motor Vehicles | |Tax Act, |Registration Tax Act, | |Cap.", "368. |hereinafter in this Part| | |referred to as \"the | | |principal Act\". | | | | | |(2) This Part shall be | | |deemed to have come into| | |force on the 1st | | |November, 2005.\".\" |", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi li Klawsola Ġdida 18 tkun moqrija t-Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Il-mozzjoni għaddiet u Klawsola Ġdida 18 ġiet moqrija t-Tieni Darba.", "THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Sur President, nipproponi li Klawsola Ġdida 18 tkun tifforma parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Bażikament din it-taqsima ġdida se temenda l-Att dwar it-taxxa tar-reġistrazzjoni ta' vetturi bil-mutur bil-mod kif konna ħabbarna fil-budget.", "Għal dawk li huma l-vetturi l-kbar li jaqbżu l-ħames tunnellati, naqqasna r-rata tat-taxxa minn 36% rata tar-registration tax għal 24%.", "Issa hawnhekk qed ngħaddi l-emenda formali biex dawn ir-rati jiġu fis-seħħ.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija li Klawsola Ġdida 18 tkun tifforma parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola Ġdida 18 għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "KLAWSOLA ĠDIDA 19 NEW CLAUSE 19", "THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Sur President, nitlob il-permess ħalli nressaq Klawsola Ġdida 19 għall-Ewwel Qari.", "L-Iskrivan tal-Kamra qara n-nota marġinali, u din il-klawsola tqieset li nqrat l-Ewwel darba, skond l-Ordni Permanenti Nru. 101.", "THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Sur President, nipproponi t-Tieni Qari ta' Klawsola Ġdida 19:", "\"M\" Minnufih wara Klawsola Ġdida 18 fit-Taqsima VIII ġdida għandha tidħol din il-Klawsola Ġdida li ġejja:", "\"Emenda ta' l-Ewwel Skeda li tinsab ma' l-Att prinċipali.", "19.", "Fin-Numru tal-Kodiċi H.S. 87.04 fl-Ewwel Skeda li tinsab ma' l- Att prinċipali, għandhom isiru l-emendi li ġejjin:", "(a) in-Numru tal-Kodiċi VERA u rata ta' taxxa applikabbli għall- oġġetti li ġejjin, għandhom jiġu emendati kif ġej:-", "(i) minflok il-kliem \"1.044.010 2.2.1.1 ġodda .........36%\" għandhom jidħlu l-kliem \"1.044.011 2.2.1.1 ġodda ..........24%\";", "(ii) minflok il-kliem \"1.044.040 2.2.2.1 ġodda .........57.5%\" għandhom jidħlu l-kliem \"1.044.041 2.2.2.1 ġodda ..........24%\";", "(iii) minflok il-kliem \"1.045.010 2.3.1.1 ġodda .........36%\" għandhom jidħlu l-kliem \"1.045.011 2.3.1.1 ġodda ..........24%\";", "(iv) minflok il-kliem \"1.045.040 2.3.2.1 ġodda .........57.5%\" għandhom jidħlu l-kliem \"1.045.041 2.3.2.1 ġodda ..........24%\";", "(v) minflok il-kliem \"1.047.020 3.2.1.1 ġodda .........36%\" għandhom jidħlu l-kliem \"1.047.021 3.2.1.1 ġodda ..........24%\"; u", "(vi) minflok il-kliem \"1.047.050 3.2.2.1 ġodda .........57.5%\" għandhom jidħlu l-kliem \"1.047.051 3.2.2.1 ġodda ..........24%\", u", "(b) minnufih wara l-kliem \"1.048.050 4.3.2 Oħrajn ..............", "57.5% iżda mhux inqas minn Lm3,190 kull vettura\" għandu jidħol dan li ġej:", "\"1.048.060 4.3.3 Tipper trucks ġodda, b'piż gross ta' aktar minn 5 tunnellati, li l-kaxxa ta' quddiem tagħhom tittella' b'mod pnewmatiku jew idrawliku ............... %", "\"1.048.070 4.3.4.", "Refuse disposal trucks ġodda b'piż gross ta' aktar minn 5 tunnellati ................0%\".\".", "\"M\" Immediately after New Clause 18 there shall be added the following New Clause 19 in new Part VIII:-", "\"Amendment of the First Schedule to the principal Act.", "19.", "H.S. Code No. 87.04 in the First Schedule to the principal Act, shall be amended as follows:", "(a) the VERA Code Number and rate of tax applicable to the following items shall be amended as follows:-", "(i) for the words \"1.044.010 2.2.1.1 New .........36%\" there shall be substituted the words \"1.044.011 2.2.1.1 New ..........24%\";", "(ii) for the words \"1.044.040 2.2.2.1 New .........57.5%\" there shall be substituted the words \"1.044.041 2.2.2.1 New ..........24%\";", "(iii) for the words \"1.045.010 2.3.1.1 New .........36%\" there shall be substituted the words \"1.045.011 2.3.1.1 New ..........24%\";", "(iv) for the words \"1.045.040 2.3.2.1 New .........57.5%\" there shall be substituted the words \"1.045.041 2.3.2.1 New ..........24%\";", "(v) for the words \"1.047.020 3.2.1.1 New .........36%\" there shall be substituted the words \"1.047.021 3.2.1.1 New ..........24%\"; and", "(vi) for the words \"1.047.050 3.2.2.1 New .........57.5%\" there shall be substituted the words \"1.047.051 3.2.2.1 New ..........24%\"; and", "(b) immediately after the words \"1.048.050 4.3.2 Other .............57.5% but not less than Lm3,190 per vehicle\" there shall be inserted the following:", "\"1.048.060 4.3.3 New tipper trucks, with a g.v.w. exceeding 5 tonnes, whose front end of the platform can be pneumatically or hydraulically raised ...................", "0%", "1.048.070 4.3.4.", "New refuse disposal trucks with a g.v.w. exceeding 5 tonnes .............", "0%\".\".", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi li Klawsola Ġdida 19 tkun moqrija t-Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Il-mozzjoni għaddiet u Klawsola Ġdida 19 ġiet moqrija t-Tieni Darba.", "THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Sur President, nipproponi li Klawsola Ġdida 19 tkun tifforma parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "L-Onor.", "Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Kif jikkomparaw dawn ir-rati l-ġodda?", "Hawn qed nirriferu għall-vetturi ġodda biss li huma minn ħames tunnellati 'l fuq.", "Kemm hi d-differenza bejn ir-rata fuq vetturi ġodda u dik fuq vetturi second-hand?", "THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "TONIO FENECH: L-ewwelnett nixtieq infakkar li l-intenzjoni tal-gvern kienet li aħna nħajru kemm jista' jkun lill-operaturi kummerċjali biex imorru għal vetturi ġodda iktar milli jmorru għall-vetturi second-hand.", "Dan għal raġunijiet ovvji ambjentali.", "Huwa fl-interess tal-pajjiz li anke l- industrija tuża kemm jista' jkun makkinarju ġdid kemm għall-effiċjenza tagħha, għaliex fil-fatt makkinarju ġdid ikun jikkonsma inqas fuel, pero` anke għall-ambjent ta' pajjiżna.", "Allura ridna li nnaqqsu r-rati tat-taxxi tar-reġistrazzjoni biex ninkoraġġixxu kemm jista' jkun ix-xiri ta' makkinarju ġdid.", "Ikun tajjeb li ngħidu li fil-każ tas-second-hand għandek dawk li huma l- minimum rates, pero` r-rata ta' taxxa fuq is-second-hand fil-fatt hija ogħla minn dawk li aħna għandna hawnhekk.", "Dan proprju għaliex nixtiequ nħajru n-nies imorru għal vetturi ġodda u mhux għal vetturi second-hand.", "Mela filwaqt li ma missejniex ir-rati tas-second-hand, ir-rati tal-vetturi l-kbar il-ġodda niżżilnihom sostanzjalment biex proprju ninċentivaw l- investiment f'makkinarju li jkun ġdid.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Għar-raison d'être li għadu kif spjega s- segretarju parlamentari naħseb li kien ikun aħjar kieku din ir-rata niżżilha għal zero per cent.", "Ir-raġuni hija għax il-cost ta' vettura ġdida huwa aktar għoli, jiġifieri għandek capital outlay ħafna aktar u 24% ta' dak il-capital outlay jitla' għal ammonti sostanzjali.", "Il-prezz ta' vettura second-hand li tkun reconditioned ikun ħafna inqas minn vettura ġdida, u għalkemm ir-rata hija ogħla, finalment din se tiġi irħas.", "Jekk wieħed qed jixtri trakk kbir ġdid li jiswa' Lm50,000 dan se jkollu jħallas 24% tal-Lm50,000, jiġifieri kważi l-kwart li jammontaw għal Lm12,500.", "Jekk qed jixtri l-istess trakk imma qed jixtrih second-hand b'Lm10,000 u jkollu 60% ta' sisa fuqu - jiġifieri kważi tliet darbiet aktar – dan se jkun qed iħallas Lm6,000.", "Jien naħseb li huwa veru li forsi min-naħa waħda l-gvern ikun qed jitlef xi ftit jekk jagħmilha zero", "per cent imma fl-aħħar mill-aħħar ikun qed jintbagħat messaġġ ċar li l- gvern, għal raġunijiet ambjentali, qed jinċentiva x-xiri ta' vetturi li huma ambjentalment friendly, aktar safe u aktar effiċjenti.", "Issa fl-aħħar mill-aħħar ma naħsibx li se jkollu telf kbir il- gvern jekk jimxi fuq il-kriterju ta' l-istess emenda f'dak li għandu x'jaqsam ma' tipper trucks u refuse disposal trucks fejn qed jimponi ż-0%.", "THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Fil-fatt ikun tajjeb li ngħid li fl-industrija diġa` hemm numru estensiv minnhom jiġifieri dawn żidnihom magħhom.", "Aħna diġa` kellna l-crane lorries, l-inġenji għall-mobile drilling, il-fire fighting vehicles, il-concrete mixer lorries, il-breakdown lorries, il-concrete pumping lorries u anke oħrajn li huma marbuta ma' l-industrija ta' kostruzzjoni li diġa` kienu 0% u issa żidna żewġ tipi oħrajn magħhom.", "Għall-oħrajn naqqasna r-rata minn 36% għal 24%.", "Ovvjament morna iktar fuq dawk li huma l-industrijali u żidna magħhom, kif qed ngħid, dawn iż-żewġ elementi.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Fil-fatt kif qal is-Segretarju Parlamentari diġa` hemm ħafna li huma zero rated.", "Jien qed ngħid li jagħmel aktar sens li kollha jiġu zero rated ħalli l-messaġġ dwar l-ambjent jasal verament.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija li Klawsola Ġdida 19 tkun tifforma parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola Ġdida 19 għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 1 u t-Titolu għaddew u ġew ordnati biex isiru parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Sur President, nipproponi li l-Iskrivan tal-Kamra jkun awtorizzat li jikkoreġi xi żbalji ta' l-ortografija u jagħmel ir- renumbering tal-klawsoli fejn ikun hemm bżonn.", "THE CHAIRMAN: Il-Kumitat jaqbel?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-Kumitat qabel li l-Iskrivan tal-Kamra jkun awtorizzat li jikkoreġi xi żbalji ta' l-ortografija u jagħmel ir-renumbering neċessarju.", "Fid-9.00 p.m. il-Kamra rriżumiet u l-Viċi President tal-Kumitati rrapporta l-Abbozz ta' Liġi mgħoddi b'emendi.", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Sar il-ħin.", "Is-Segretarju Parlamentari, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "TONIO FENECH: Sur President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal għada t-Tlieta, 21 ta' Frar 2006, b'din l-agenda:", "Mozzjonijiet", "L-Ewwel Qari ta' Abbozz ta' Liġi dwar l-Intermedjarji fl-Assigurazzjoni.", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Securitisation – Tieni Qari; u", "Abbozz ta' Liġi biex jimplimenta Miżuri ta' l-Estimi - Tielet Qari.", "-----------------------------------", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Reġistru Ċentrali - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Sigurta` Soċjali - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO (Segretarju Parlamentari): Sur President, ftit tal- ġimgħat oħra se jkollna l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali.", "Dawn l- elezzjonijiet b'xi mod jew ieħor iqajmu ċertu interess kemm fuq skala nazzjonali kif ukoll fuq skala lokali.", "Għalhekk illum nixtieq nitkellem dwar il-kunsilli lokali ta' Tas-Sliema, tar-Rabat, ta' l-Imtarfa u ta' Birkirkara.", "L-ewwelnett nixtieq ngħid li Tas-Sliema m'hijiex lokalita` li taqa' fil- kostitwenza tiegħi imma rrid nitkellem dwarha għax dan l-aħħar dħalt fil- kredtu minħabba laqgħa li organizzajt hemmhekk għas-settur kummerċjali.", "Din il-laqgħa, li saret flimkien mal-Ministru Jesmond Mugliett u mal-Ministru George Pullicino, kienet intiża sabiex ikollna proċess ta' konsultazzjoni pubblika mas-sidien tan-negozji f'Tas-Sliema dwar dak li kienu qegħdin jipproponu l-aktar l-ADT rigward l-embellishment u s-sistema ġdida ta' toroq f'dik il-lokalita` magħrufa bħala l-Ferry, dwar il-proġett tal-Midi u dwar kif se tintlaqat in-naħa ta' Qui-Si-Sana.", "Hawn irrid ngħid li fuq l-aħbarijiet ta' l-istazzjon Super One deher il- Perit Martin Debono li qal li l-gvern, ftit tal-ġranet qabel l-elezzjoni, qed jemenda l-local plan ta' Tas-Sliema u xi dokumenti oħra li ħarġu mill- MEPA li dwarhom kien hemm il-qbil tal-Kabinett.", "Hawnhekk nixtieq nikkonferma li m'huwiex minnu li qed isir dak li qed jgħid il-Perit Martin Debono, u lanqas huwa ġust li jkollok kunsillier u kandidat f'isem il- partit Laburista li tiegħu jitfgħu fuq ħaddieħor.", "M'huwiex sew lanqas li jkun hawn gimmicks ta' dan it-tip minħabba li wasal iż-żmien ta' l- elezzjonijiet.", "Sur President, lill-Perit Debono rrid ngħidlu li s-sidien tan-negozji, kuntrarjament għal li kien qed jaħseb hu u għal dak li jaħsbu dawk li jridu jagħmlu l-ħsara, indunaw li l-pjanijiet li qed iressaq il-gvern huma business-friendly, huma environment-friendly u huma wkoll pożittivi għar- residenti.", "Hawn irrid ngħid li qabel ma' tpoġġew għall-konsultazzjoni pubblika, il-ministri nvoluti għamlu ħafna konsultazzjoni u dan sabiex kemm jista' jkun, il-pjanijiet li jpoġġu quddiem din il-konsultazzjoni li saret il-ġimgħa li għaddiet mas-settur kummerċjali jkunu aċċettabbli għal dawk li se jiġu milquta bihom.", "Minkejja dan, spiċċajna f'sitwazzjoni fejn il-Perit Martin Debono, bħala kunsillier tal-partit Laburista, beda kważi joġġezzjona għal dan il-pjan.", "Minflok ma qal li għandna pjan tajjeb, kellna kunsillier u kandidat Laburista li iżjed beda jiddefendi d-dokumenti kif miktuba oriġinarjament u jistaqsi 100 darba dwar ir-raġuni għaliex dawn id- dokumenti, li kien hemm qbil dwarhom mill-Kabinett, kienu qegħdin jiġu emendati.", "Nixtieq infakkru – u din qaluhielu wkoll l-uffiċjali għolja tal-MEPA li kienu hemm - li l-local plan li kien qed jitkellem dwaru għadu ma ġiex ratifikat u konkluż.", "Għalkemm il-konsultazzjoni pubblika fuqu għalqet, il- gvern għad għandu l-opportunita` biex jibqa' jtejjeb fuqu sakemm tasal il- konklużjoni u jkun approvat.", "Dan ifisser li s'issa - u l-Ministru Pullicino rrifera għal dan ukoll – għad m'hemm xejn li huwa sagrosant u li ma jistax jitbiddel u l-gvern qed ibiddel biex iwieġeb għall-ħtiġijiet tan- nies u biex iressaq proposti li jagħmlu sens għas-settur kummerċjali.", "Dan jien niftaħar bih u l-ġemgħa li kien hemm waqt din il-laqgħa ta' konsultazzjoni tas-settur kummerċjali dan għarfitu.", "Minkejja dan, kellna kandidat Laburista li minflok iddefenda l-ħtiġijiet tan-nies aktar spiċċa jiddefendi dokumenti kif miktuba oriġinarjament.", "Sur President, mingħajr ma nidħol fl-għalqa tal-Ministru Pullicino jew tal- Ministru Mugliett nixtieq issa nagħti rendikont ħafif fuq dak li seħħ f'dik li hija konsultazzjoni rigward dan il-proġett ta' tisbiħ taż-żona li tinkludi x-xatt ta' Tas-Sliema magħruf bħala l-Ferry, li tibqa' sejra kważi sal-proġett tal-Midi u tibqa' ddur in-naħa l-oħra ta' Tas-Sliema jiġifieri Qui-Si Sana kważi sax-Chalet.", "Il-gvern, permezz ta' dawn iż-żewġ ministri qed juri li huwa gvern li jisma', li jifhem u li jippjana b'mod prattiku.", "Hawnhekk irrid infaħħar lil dawn iż-żewġ ministri għall-konsultazzjonijiet kollha li għamlu.", "Hekk għandhom ikunu l-affarijiet, u meta l-affarijiet isiru b'dan il-mod ikollna riżultati tajba.", "Il-ħasra hi li ħafna drabi, meta ssir il-konsultazzjoni, jkun hemm min għal raġunijiet politiċi jipprova jirbaħ ix-xena.", "Dan huwa aġir li jtellef dan l-eżerċizzju ta' konsultazzjoni pubblika li minnu jista' joħroġ il-ġid.", "Ma jistax ikun li jibqa' jkollna min jiddefendi d- dokumenti.", "Kif qalu uffiċjali tal-MEPA, għadna qegħdin fil-fażi fejn intejbu u allura f'dawk id-dokumenti m'hemm xejn cast in stone, m'hemm xejn li ma jistax jitbiddel.", "Wara kollox huma d-dokumenti li għandhom ikunu ta' servizz għalina u mhux bil-maqlub.", "Id-dokumentazzjoni għandha sservi biex tkun ta' servizz lil min ikun qed jirregola.", "Dan ma jfissirx li għandna noqogħdu ndawru d-dokumentazzjoni kif irridu bħalma nagħmlu bil-plasticine imma mill-banda l-oħra trid tippjana skond il-ħteġijiet li jkun hemm bżonn.", "Nistqarr li jien kont sorpriż meta f'dik il-laqgħa, min iddefenda d- dokumentazzjonijiet kien kandidat Laburista għall-kunsill lokali ta' Tas- Sliema.", "Dan iwassalni biex ngħid li l-partit Laburista għandu kandidati li anke meta jkunu f'minoranza, meta jilagħbu jipprovaw jilagħbu għall- gallarija u jipprovaw jirbħu ċertu sentiment.", "Issa dan minkejja li meta jkunu mistiedna, dawn lanqas jaċċettaw li jieħdu sehem f'ċertu ppjanar.", "Meta tfittex tibda tinduna li l-konsultazzjoni li jemmnu fiha huma m'hi konsultazzjoni xejn, u jaġixxu b'dak il-mod għax ikunu jridu jaraw kif iwaqqfu proġett milli jsir.", "Issa nixtieq nagħti rendikont ħafif fuq kif seħħet il-laqgħa ta' konsultazzjoni biex ma jkunx hawn min joqgħod jaħseb u jiddelibera li hemm xi malintiż jew xi ingann.", "Fl-aħħar ta' Novembru jew fil-bidu ta' Diċembru konna ltqajna mas-settur kummerċjali fil-laqgħat li jkolli fl-ibliet u fl- irħula fejn xi sidien ta' negozji wrewni l-preokkupazzjoni tagħhom dwar dak li qed jiġi allegat li kien qed ikun ippjanat.", "Dawn kienu qed jinkwetaw li t-traffiku mhux se jitħalla jasal sa ħdejn in-negozji tagħhom u li t- traffiku se jittieħed iktar lejn il-Midi milli lejn iċ-ċentru kummerċjali ta' Tas-Sliema kif nafuh aħna.", "Kien hemm preokkupazzjonijiet oħra bħal, per eżempju, li l-parking tal-Ferry kien se jispiċċa.", "X'ħin smajt b'din il- preokkupazzjoni minnufih irrapportajt kemm lill-Ministru Mugliett kif ukoll lill-Ministru Pullicino.", "Dawn qaluli li se jagħmlu l-konsultazzjonijiet tagħhom u wegħduni li meta jkollhom il-pjanijiet lesti - u l-pjani kien qed jagħmilhom il-Ministru Mugliett flimkien ma' l-ADT – nkunu nistgħu nagħmlu laqgħa ta' konsultazzjoni pubblika ħalli naraw xi tkun ir-reazzjoni tas-sidien tan-negozji.", "Ftit tal-ġranet ilu, il-Ministru Mugliett qalli li kellu l-pjanti kważi lesti u qalli biex ngħidlu meta nistgħu nagħmlu laqgħa ta' konsultazzjoni.", "Jien għedtlu li jien ippreparat biex nagħmilha minnufih.", "Dan iwassalni biex ngħid li jien ma naqbilx ma' dak li rajt f'gazzetta bl-Ingliż fejn ingħad li kważi it was a hasty planning.", "Ma kien hemm xejn minn dan, imma donnu meta l-affarijiet tagħmilhom b'ċerta ħeffa, allura jiġu ttimbrati li saru ta' malajr u jekk iddum biex tagħmilhom jingħad li qed inġebbdu.", "Tagħmel x'tagħmel tlaqqatha dejjem.", "Għamilna l-laqgħa ta' konsultazzjoni, kien hemm preżenti l-ministri involuti, u ovvjament l-iżjed li kellu x'jirrapporta kien il-Ministru Mugliett.", "Ovvjament il-Ministru Pullicino, bħala l-ministru responsabbli mill-MEPA, kien responsabbli li jara dak li qed jiġi propost mill-ADT huwa fl-aħjar interess kemm tas-settur kummerċjali kif ukoll tar-residenti u allura kien preżenti ma' l-uffiċjali tal-MEPA.", "F'din il-laqgħa kellna l- preżentazzjoni minn uffiċjali tal-MEPA kif ukoll mill-Ministru Mugliett u bdejna l-preżentazzjoni ta' dak li kien qed jiġi propost biex jiġi msebbaħ dan iċ-ċentru kummerċjali.", "Sur President, kif intqal wara dik il-laqgħa, wara l-Belt Valletta dan huwa l-iżjed ċentru li jattira lejh attivita` u ma nistgħux inħalluh jaqa' lura.", "Jekk irridu ntejbu l-attivita' kummerċjali f'Malta jeħtieġ li jkollna komunitajiet kummerċjali li huma ta' kwalita` għolja, kif jgħidu l- lukandiera tal-5-star hotels ukoll.", "Huwa tajjeb li jkollna embellishment li jgħolli l-livell tal-post u ma jħallihx jaqa' lura fil-livell ta' kwalita` speċjalment meta ftit 'il bogħod qed jiġi mibni ċentru kummerċjali ieħor modern.", "L-attivita` kummerċjali rriduha li tkun b'saħħitha kemm jista' jkun fiż-żewġ żoni u l-ebda żona ma trid taqa' lura.", "Dik kienet l- intenzjoni, u tant kienet dik l-intenzjoni li l-Ministru Mugliett stqarr kemm-il darba f'dik il-laqgħa li hu kkonsulta ma' sidien tan-negozji biex kontinwament jara li dak li kienu qed jippjanaw ikun jagħmel sens.", "Sur President, hawn irrid nifraħ lill-Ministru Jesmond Mugliett u lill- Ministru George Pullicino għax għarfu jirrispondu b'responsabbilita` ż-żewġ ħteġijiet, il-ħtieġa li jkollna ippjanar bil-għaqal li jwassal biex ikollna upgrading tal-lokalita` u l-ħteġijiet l-oħrajn ta' min qiegħed fin-negozju.", "Sar dan il-pass, bdiet il-konsultazzjoni u saħansitra kien hemm min qal lill-Ministru Mugliett biex ma jeħux fastidju għax għalkemm huma spiċċaw qishom ilpup, wara l-laqgħa ta' konsultazzjoni kienu se joħorġu qishom ħrief.", "Dan għaliex qabel il-laqgħa ta' konsultazzjoni ħasbu li mhux se jkollhom biżżejjed parking mill-Ferry u li se jkollhom it-traffiku devjat 'il bogħod miċ-ċentru pero` wara l-laqgħa ndunaw li minn dan ma kien hemm xejn.", "Fil-fatt dawn indunaw li dak li kien qed jingħad lilhom kien qed jingħadilhom biex jinstigahom.", "Sur President, il-ministru qal li aħna għamilna din il-laqgħa biex inkunu nistgħu nieħdu feel mingħandhom dwar jekk dan l-ippjanar kienx ta' sodisfazzjon għalihom.", "Qal ukoll li jekk ikun hemm bżonn dan l-ippjanar lesti li nkomplu ntejbuh u nirranġawh pero` għandna bażi soda fuq xiex nistgħu nkomplu naħdmu 'l quddiem.", "Għalija eżerċizzju ta' konsultazzjoni ta' dik il-kwalita` fih innifsu huwa eżerċizzju ta' simplifikazzjoni ta' burokrazija.", "Ħafna drabi hawn min jieħu pjaċir jikkwotani, ma ġara xejn, imma din hija l-verita`.", "Sur President, irrid ngħid ukoll li għal din il-laqgħa kien hemm membri ta' l-istampa - u qed nirriferi għal dawk tas-Super One – li jien kelli ngħidilhom li aħna m'għamilniex press call.", "L-intenzjoni tagħna kienet li nitkellmu mas-settur kummerċjali u kien għalhekk li wara l-introduzzjoni li għamilna jien u l-Ministru Mugliett irringrazzjajnihom u għidnielhom li dan ma kienx press call.", "Din kienet ir-raġuni għaliex ma kienx hemm rapportaġġ dirett ta' dan il-meeting.", "Issa ħalliha li kulmin kien hemm seta' jirrapporta dwar il-meeting kif seħħ, pero` huwa żgur li s-settur kummerċjali ma ħariġx diżappuntat minn dan il-meeting.", "Dan is-settur ħareġ sodisfatt li l-gvern kien qed jaħseb li filwaqt li jsir l-embellishment mill-banda l-oħra tibqa' l-kumdita` essenzjali ta' numru kbir ta' parking spaces.", "Kif ġie rrapportat, hemmhekk bilkemm se jintilfu 13-il spazju ta' karozza u dan f'post fejn kważi kulħadd jipparkja bl-addoċċ.", "Issa f'dan ir- rigward irrid ngħid ukoll li lanqas huwa uffiċjali li dawn se jintilfu.", "Wieħed irid ifakkar ukoll li meta l-karozzi jkunu pparkjati b'mod organizzat u 'l quddiem tidħol l-iskema biex ikunu definiti l-ħinijiet bejn il-GRTU, is-sidien tan-negozji u l-ADT, allura mill-car park tal-Ferry sat- triq kollha tax-xatt se jkollok changeover ta' car park spaces u b'hekk ikun hemm ċaqliq ta' karozzi kontinwament fil-ħinijiet li jkunu regolati bix-short stay parking.", "Fil-fatt illum m'għandekx short stay parking, u fejn ma jkollokx ix-short stay parking allura jkollok karozza li tista' tipparkja u tibqa' hemmhekk 24 siegħa.", "Huwa għalxejn li jkollok 500 spazju ta' karozza jekk dak l-ispazju f'ċerti ħinijiet ma jbiddilx l-idejn ħalli joħloq aktar kumdita`.", "Dan il-ħsieb għad irid ikompli jiġi diskuss, il- pjanijiet jistgħu jkomplu jiġu emendati imma l-bidu pożittiv qiegħed hemm u allura tajjeb li wieħed jirrapporta dan il-bidu pożittiv li hemm.", "Jien ngħid ukoll li hemm ħafna tajjeb fuqiex iż-żewġ ministeri jkomplu jaħdmu.", "Sur President, dan kien eżerċizzju fejn il-konsultazzjoni saret b'mod tajjeb.", "Hawn nixtieq nikkwota lil wieħed mis-sidien tan-negozji li qal li meta jikkonsulta, il-gvern jagħmel pjanijiet tajbin u allura jkun tajjeb jekk inkomplu ntejbu din it-tip ta' mentalita`.", "Huwa tajjeb li nkomplu nersqu ferm iktar qrib dawk in-nies li se jkunu milquta u rrid ngħid li kemm-il darba għamilna laqgħat ta' dan it-tip.", "Jiena niftakar laqgħa flimkien mal-kunsill lokali tal-Mosta u l-Enemalta meta kienet se tinqala' Triq il-Kostituzzjoni.", "Dakinhar imxejna tajjeb ħafna għax filwaqt li kien għaddej ix-xogħol fuq it-trinek, in-negozju baqa' għaddej.", "Kieku dik il- laqgħa ta' konsultazzjoni ma saritx ma kienx jiġri hekk u kien jintilef ħafna negozju.", "Irrid infaħħar, per eżempju, lill-kunsill lokali ta' Birkirkara fejn għamilna laqgħa ta konsultazzjoni biex ikompli għaddej xogħol li beda fi Triq il-Mitħna u Triq il-Wied.", "Grazzi għal dawn il-laqgħat Triq il-Wied kienet se tiġi magħluqa u ma ngħalqitx u f'toroq importanti fosthom Triq in- Naxxar, Birkirkara, minkejja li llum hemm ix-xogħol għaddej, m'hemm l-ebda negozju li qed ibati min-nuqqas ta' aċċess ta' traffiku.", "Il-kuntrattur jaqla' t-trab li għandu jaqla', ineħħi t-terrapien li għandu jneħħi, jagħmel ix-xogħol li għandu jagħmel u kulħadd qed jgħix flimkien, wieħed jirresponsabilizza lill-ieħor.", "Dawn l-affarijiet qed insemmihom għax ġeneralment koordinazzjoni ta' dan it-tip ħadd ma jirrapportaha u allura huwa tajjeb li nitkellmu fuqha.", "Issa jkun tajjeb li ngħid li l-istess bħal fil-każ ta' Tas-Sliema, dawk involuti fis-settur kummerċjali ta' Birkirkara wkoll ħasbu li konna se nagħlqu dik it-triq għat-traffiku.", "Din hija prova ċara ta' kemm joħroġ ġid meta l-kunsilliera – u fil-maġġoranza tagħhom dawn ikunu b'maġġoranza Nazzjonalista bħall-każ tal-kunsill lokali ta' Birkirkara - flimkien mal-GRTU, mal-gvern, ma' l-ADT u entitajiet oħra jpoġġu bilqiegħda u jikkoordinaw pjan.", "Dan huwa l-metodu ta' kif il-gvern qed jaħdem.", "Issa nixtieq nitkellem ukoll fuq ir-Rabat.", "Kien hemm ġurnali li qalu li s- segretarji parlamentari u l-ministri ma ddefendewx lis-Segretarju Parlamentari Tony Abela.", "Hawnhekk irrid ngħaddi lil sħabna ta' l- oppożizzjoni u lill-mezzi tax-xandir tagħhom messaġġ sempliċi u ħafif.", "Il- membri ta' l-oppożizzjoni qatgħu qalbhom daqshekk li jerġgħu jirbħu l- maġġoranza ta' kunsilliera fil-kunsill lokali tar-Rabat?", "Qed ngħid hekk għax kulħadd induna bl-iskop ta' dawn l-attakki.", "Kien għalhekk li dawn qabdu ma' l-Onor.", "Tony Abela!", "Aħna kkritikajna l-fatt li l-Onor.", "Charles Mangion hawnhekk qal mod u fil-prattika mar jagħmel mod ieħor, imma mbagħad ma bqajniex intambru.", "Il-kritika saret u min kellu jieħu punt ħadu.", "Possibbli li min-naħa ta' l-oppożizzjoni aħna daqshekk cheap li qegħdin inwaqqgħu l-politika fuq livell nazzjonali b'dan il-mod?", "Huwa b'dak it-tip ta' aġir li jridu jentużjażmaw lill-poplu biex joħroġ jivvota?", "Dan bħal meta kellna uffiċjali żgħażagħ tal-partit Laburista li pprovaw jitgħajru jew jiddieħku fil-konfront tiegħi sempliċement biex jiġbru l-flus għall- partit tagħhom.", "Imma possibbli dan huwa l-mod ta' kif il-partit Laburista jrid jipprova jistiga, jixpruna u jentużjażma lill-poplu tiegħu?", "Nixtieq ngħid ukoll li fil-każ tar-Rabat għandna telqa sħiħa u abbandun totali.", "It-telgħa tas-Saqqajja u t-toroq tar-Rabat huma xhieda ta' din it- telqa u dan kollu għax għandek sindku, jien ngħidlu intelliġenti, li jgħid li ma jagħmilx ċerti affarijiet għax il-gvern mhux qed jagħtih fondi.", "B'dawn irridu nimxu?", "Dawn huma x-xempji ta' gvern alternattiv Laburista?", "Lill-kap ta' l-oppożizzjoni ġieli smajtu jgħid li l-mod kif imexxu fil- kunsilli lokali huwa eżempju ta' kif se jmexxu meta jkunu fil-gvern.", "Dan eżempju sabiħ!", "Kieku nkunu hekk ngħaxxquha!", "L-ewwel ma' għamel dan is- sindku kien li keċċa lil kulmin ma jaqbilx miegħu.", "Hekk se jagħmel il- partit Laburista meta jkun fil-gvern?", "Dan jagħżel lil min jaqdi anke fost il-Laburisti stess.", "Biex jaqdihom iridu jkunu Laburisti tiegħu.", "Fil-fatt il-Laburisti tar-Rabat jgħidulek li dan jagħżel lil min jaqdi anke fost il- Laburisti.", "Jien lill-kap ta' l-oppożizzjoni ngħidlu li b'dan żgur m'għandux biex jiftaħar.", "Hemmhekk m'għandux żwiemel tajbin u aħjar joqgħod attent.", "Ir- Rabat jinsab f'telqa u jekk il-maġġoranza Laburista trid tinġabar, din m'għandhiex tħalli l-gvern ċentrali jagħmel patching tat-toroq li m'għamlitx hi.", "Jekk trid tinġabar baqagħlha erbat ijiem u jkun aħjar jekk tara kif tipprova tinġabar man-nies tar-Rabat u tieqaf mill-attakki mbażwra li qed tiprova tagħmel fuq is-Segretarju Parlamentari Tony Abela.", "Jekk iridu jkomplu jħammġu kollox sew, imma mbagħad in-nies jagħrfu lill-kap ta' l-oppożizjzoni minn għemilu.", "Fir-rigward ta' l-Imtarfa l-kap ta' l-oppożizzjoni qal li dan ikun aħjar meta jkollu maġġoranza Laburista.", "Meta bdejna l-ħidma tal-kunsilli lokali, dak ta' l-Imtarfa mhux maġġoranza Laburista kellu?", "Għaliex ma żammhiex?", "Kif ma kienx kapaċi jżommha?", "Dan xempju ieħor ta' tmexxija kieku l-partit Laburista jkun gvern ta' dan il-pajjiż?", "Hekk se nerġgħu nagħmlu?", "U inti kellek maġġoranza Laburista u ma żammejthiex f'kunsill lokali żgħir bħalma hu ta' l-Imtarfa!", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada t-Tlieta, 21 ta' Frar 2006, fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mis-Segretarju Parlamentari.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "ENEMALTA", "15729.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm dejn għandha l-Enemalta?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Id-dejn ta' l-Enemalta fil-31 ta' Diċembru, 2005 kien kif jidher hawn taħt:", "Bank loans – Lm 118,057,000 Bank overdrafts - 628,000 Government loans - 5,590,000", "FUEL AND GAS OIL", "15950.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 15502 u 15610 u jispjega kif l-ispiża għas-sena d-dieħla se titla' b'54.4%, meta l-prezz tal-fuel u l-gas oil mistenni jikber bi ftit anqas minn 10%?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi għall- istqarrija li għamilt fil-Parlament fis-26 ta' Ottubru, 2005 fejn ġie spjegat fid-dettal kif inħadmet l-istima.", "Kif jaf sew l-Onor.", "Interpellant, imkien f'dik l-istqarrija ma ntqal li qed nipprevedu żieda biss ta' 10% iżda ħafna aktar.", "Tajjeb li nirripeti li l-formola ġdida li fuqha tinħadem is-surcharge ma tużax aktar stimi iżda hi bbażata fuq kemm fil-fatt l-Enemalta tkun ħallset għaż-żejt fix-xahrejn ta' qabel.", "ĊIMITERJU TA' L-ADDOLORATA", "15979.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jara li ssir lampa ġdida fit-triq li tagħti għad-daħla taċ-ċimiterju ta' l- Addolorata, min-naħa ta' Triq Ħal-Luqa, Santa Luċija?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nitlob l-Onor.", "Interpellant jirriferi l-mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "PRIVATE STAFF TAL-MINISTERU", "16049.", "L-ONOR.", "JOSEPH DEBONO GRECH staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm għandu private staff miegħu?", "Kemm minnhom huma uffiċjali pubbliċi u kemm huma b'xi forma ta' kuntratt?", "X'inhu s-salarju u x'inhuma l-allowances u benefiċċji oħra li qegħdin jieħdu?", "Kemm minnhom li huma mid-distrett elettorali tiegħu?", "Jista' jagħti lista bl-isem, l-indirizz u l-identity card tagħhom?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: In-numru ta' private staff u l-kondizzjonijiet tagħhom huma skond l-engagement of staff for ministers' secretariats, liema dokument kien tpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "Ma naħsibx li jkun xieraq li nxandar l-ismijiet u l-informazzjoni l-oħra mitluba mill-Onor.", "Interpellant.", "ĦAL FARRUG", "16109.", "L-ONOR.", "CLYDE PULI staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm plots tqassmu mill-gvern jew minn xi ente oħra, fiz-zona industrijali ta' Ħal Farruġ mill-1995 'il hawn?", "Kemm minnhom għadhom ma nbnewx u allura mhux qed jintużaw għall-iskop li oriġinarjament ġew mgħoddija lis-sidien?", "Hemm xi limitu ta' żmien sakemm wieħed jista' jibda juża l-plot?", "Hemm xi limitu ta' żmien kemm plot tista' ddum wieqfa u ma tintużax?", "Kemm ilha mgħoddija lis-sidien attwali kull plot li għadha mhux qed tintuża?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jien informat li skond ir-records li għandha l-MIPL, mill-1995 'il hawn tqassmu 126 plot li 99 minnhom inbnew.", "Normalment l-enfitewta jingħata żmien ta' sena u nofs minn meta joħorgu l- permessi kollha meħtieġa biex itella' bini solidu.", "Pero' hemm każi fejn l-enfitewta damu aktar miż-żmien stipulat fuq il- kuntratt, imma r-raġunijiet ivarjaw minn każ għal ieħor.", "Dan jista' ikun minħabba li l-permessi jkunu damu ma ħarġu, jew għax jinqalgħu xi problemi waqt li jkun beda x-xogħol fuq il-bini.", "Hemm plots li għadhom mhux qed jintużaw għax ma sarx żvilupp fuqhom filwaqt li oħrajn, minkejja li għadhom ma ġewx żviluppati, qed jintużaw bl- istrutturi li hemm fuqhom (ex-nissan huts jew bini ieħor antik ta' żmien l- Ingliżi).", "Hemm oħrajn li mhux qed jintużaw għax qed jiddependu fuq ċaqliq ta' inkwilini oħra biex jokkupaw il-plot li tkun ingħatat lilhom.", "L-informazzjoni dwar plots li mhux qed jintużaw għall-iskop li kienu mgħoddija lis-sidien preżenti, qed tinġabar mingħand il-Malta Enterprise li għandha l-inkarigu li tiċċekkja dwar l-użu u l-attivita' li suppost issir skond it-termini tal-kuntratt.", "KORDIN GRAIN TERMINAL", "16133.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid x'sar minnha l-karozza Rover li kienet tintuża miċ-chairman tal-Kordin grain terminal?", "Meta nxtrat il-karozza l-ġdida li qed juża ċ-chairman?", "Xi proċedura ntużat biex inxtrat u kemm qamet?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Il-karozza Rover ġiet mibjugħa filwaqt li ma nxtrat l- ebda karozza ġdida għaċ-chairman.", "SERVIZZ TA' KONSULENZA", "16164.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid liema dipartimenti governattivi jew enti pubbliċi taw kuntratti ta' konsulenza lill-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, matul l-2004 u l-2005?", "Kemm kienet l-ispiża ta' dawn il-kuntratti?", "Liema dipartimenti governattivi u enti pubbliċi taw kuntratti ta' konsulenza lill-kumpannija Island Consultancy Services matul l-istess medda ta' żmien?", "Kemm kienet l-ispiża ta' dawn il-kuntratti?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab informat li għar-rigward ta' l-uffiċċju tal- prim ministru, il-kunsill għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali ngaġġa lis-Sur Gordon Cordina bħala konsulent matul is-snin 2004 u 2005.", "Matul l-2004 dan tħallas is-somma ta' Lm4,600 filwaqt li mill-2005 sal-lum tħallas is-somma ta' Lm6,625.", "Min-naħa tal-ministeru tal-finanzi, ninsab informat li kien il-bank ċentrali biss li ta xogħol ta' konsulenza lis-Sur Cordina - l-Onor.", "Interpellant jista' jirriferi għall-mistoqsija parlamentari 13450 – bil- persuna indikata titħallas permezz ta' kuntratt annwali mal-bank ċentrali li jkopri l-konsulenza tiegħu għal sena sħiħa.", "Fil-każ tal-kumpannija Island Consultancy Services, ma saru l-ebda kuntratti jew pagamenti minn dipartimenti jew enti pubbliċi taħt id- dekasteru tiegħi matul l-2004 u l-2005.", "IMPJEGATA TA' L-MIA", "16208.", "L-ONOR.", "JOSEPH DEBONO GRECH staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Il-Ministru jiċħad jew jikkonferma li persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, tpoġġiet f'kariga ta' acting officer fl-MIA?", "Kemm ilha f'din il-kariga?", "Ma jħossx li din tista' tkun aġevolata meta tkun se tingħażel il-persuna li se tingħata l-kariga uffiċjali ta' officer minflok l-uffiċjal preżenti?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 12068.", "GĦAWDEX U KEMMUNA", "16222.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: B'riferenza għat-trasport li kien isir bil-lanċa bejn Għawdex u Kemmuna għall-bżonnijiet tal-qassis u l- pulizija, jista' il-Ministru jgħid jekk dan is-servizz hux se jkompli jingħata?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jien informat li s-servizz bil-lanċa bejn Kemmuna u Għawdex għall-pulizija u l-qassis tkompla mill-24 ta' Diċembru, 2005.", "SERVIZZ PUBBLIKU", "16524.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm ħaddiema hemm mas-settur pubbliku u kemm minnhom huma fuq kuntratt definit?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Fis-servizz pubbliku hemm 658-il impjegat b'kuntratt definit iżda dawn m'għandhomx grad sostantiv.", "Hemm ukoll 108 b'kuntratt definit fl-enti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi.", "Rigward l-enti fis-settur pubbliku li ma jaqgħux taħt id-dekasteru tiegħi, niltob l-Onor Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-ministri konċernati.", "TRIQ ZAREN DALLI F'BIRŻEBBUGA", "16529.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jindaga u joħroġ l-ordnijiet u d-direttivi neċessarji u opportuni sabiex jiġi żgurat li d-drenaġġ ma jibqax jispara fil-btieħi tar-residenti ta' Triq Zaren Dalli, Birżebbuga kull meta tagħmel ix-xita?", "Jista' jara wkoll li l-pompi stallati jkunu fi stat tajjeb u mhux inoperabbli bħalma huma fil-preżent?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Informat li l-pompi msemmija huma fi stat tajjeb ta' użu, iżda se jiġi stallat rising main ġdid biex jinqata' l-izbroff.", "OUTSOURCING TA' XOGĦOL LEGALI", "16649.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid liema huma l-enti pubbliċi, l-awtoritajiet u l-korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?", "Kemm minnhom jagħmlu outsourcing ta' legal advice and litigation?", "Min huma l-avukati mqabbda?", "X\"jitħallsu?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal- Kamra.", "GOZO CHANNEL", "16750.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jagħti informazzjoni preċiża dwar passiġġieri u passiġġieri bil-vettura li qasmu bejn Malta u Għawdex mill-1992 sa l-aħħar ta' Settembru, 2005 maqsumin f'residenti Għawdex, residenti Malta u residenti barra minn Malta?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ta' min jgħid li l-istatistika li għandha l- kumpannija tmur lura sa l-1995 u għalhekk qed titpoġġa fuq il-mejda tal- Kamra l-informazzjoni bejn 1995 u l-2005, għalkemm lanqas m'hu possibbli li naqsmu l-passiġġieri f'Maltin, Għawdxin jew turisti għax bis-sistema ta' one-way ticketing, m'għandna l-ebda informazzjoni fuq passiġġieri li jużaw il-Gozo Channel.", "BUSINESS PROMOTION ACT", "16752.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 15936, jista' il-Ministru jgħid jekk il- leġislazzjoni li qed titfassal teħux ħsieb li tinkludi inċentivi li jkopru l-ispejjeż tat-trasport ta' merkanzija bejn Għawdex u Malta?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Informat li fil-leġislazzjoni li qed tiġi mfassla, l- inċentivi li jkopru l-ispejjeż tat-trasport ta' merkanzija bejn Għawdex u Malta se jkunu nklużi fil-pakketti futuri ta' inċentivi taħt forma li tibqa' kompatibbli mar-regoli ta' l-state aid ta' l-Unjoni Ewropea.", "TURISTI F'GĦAWDEX", "16768.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid x'kienet in-nefqa f'Għawdex ta' turisti Maltin u barranin separatament, mill-1999 sal-lum fi prezzijiet tas-suq u fi prezzijiet kostanti ta' l-1999 u ta' l-2000?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: It-tagħrif kif mitlub mill-Onor.", "Interpellant ma jeżistix.", "DEPOŻITI U SELF MILL-BANEK", "16769.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm kienu d-depożiti fil-banek u s- self mill-banek f'Għawdex fl-aħħar ta' kull sena mill-1998 sa l-2004 u fl- aħħar ta' Ġunju tas-sena l-oħra?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "DETENTION SERVICES UNIT", "16774.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk is-suldati li jipprestaw servizz mad-detention services unit – ngħidu aħna mechanics, plumbers, electricians, eċċ. - jeħdux l-istess allowance li jieħdu dawk is-suldati li jkunu għassa ma' immigranti irregolari?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Informat li l-allowance imsemmija tingħata biss lil dawk il-membri ta' l-armata seconded full-time mad-detention service unit.", "ĊERTIFIKAT TAS-SEWQAN", "16776.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jikkonferma l-Prim Ministru li ċertifikati tas-sewqan ta' trakkijiet u coaches mogħtija mill-armata, mhumiex rikonoxxuti mill- awtorita' dwar it-trasport?", "Jista' jgħid għaliex?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Informat li bħalissa għaddejjin diskussjonijiet bejn l-armata u l-awtorita' dwar it-trasport dwar dawk is-suldati li huma diġa' kwalifikati biex isuqu vetturi kbar (7000kg plus) peress li xufiera militari jistgħu jiġu eżentati milli jagħmlu t-testijiet stipulati fir-", "regolamenti dwar liċenzji għas-sewqan ta' vetturi bil-mutur u dan skond direttiva ta' l-Unjoni Ewropea rigward it-trasport.", "MALTA ENTERPRISE", "16818.", "L-ONOR.", "JOSEPH CASSAR staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jagħti idea ta' l-investiment ġdid u l-espansjonijiet approvati mill-Malta Enterprise matul is-sena li għaddiet?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Informat li fl-2005 il-Malta Enterprise approvat 33 proġett ġdid li sat-tielet sena ta' l-operat tagħhom mistennija jinvestu Lm10,987,270.", "Il-Malta Enterprise approvat ukoll 36 proġett ta' espansjoni li sat-tielet sena li l-proġett jiġi fis-seħħ, mistennija jinvestu Lm17,796,167.", "RIZZO SERVICE STATION", "16947.", "L-ONOR.", "MICHAEL ASCIAK staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 16579 u 16734 u jara jistax jiġi re- routed il-passaġġ ta' l-ilma tax-xita minn fuq il-bejt għal ġo Rizzo service station, f'Birkirkara?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi l-mistoqsija tiegħu lill-ministru għall-iżvilupp urban u t-toroq.", "IMPJIEGI F'GĦAWDEX", "16970.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra statistika li turi l-livell ta' impjiegi f'Għawdex mal-gvern, fil-manifattura u fit- turiżmu għas-snin 2002, 2003, 2004 u 2005?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Peress li ma jistax jingħata t-tagħrif fil-forma eżatt kif ġie mitlub għajr għall-manifattura, qed jingħata f'forma ta' attivita' ekonomika fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "VAT REFUND", "16973.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jispjega fid-dettall f'liema qasam tingħata VAT refund lil organizzaturi ta' konferenzi?", "Kemm hemm li bbenefikaw minn din il-miżura mħabbra fil-budget 2005 u x'inhu l-ammont ta' VAT refund li ngħata matul is-sena li għaddiet?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Il-VAT refund fuq konferenzi, konvenzjonijiet, seminars, fora, laqgħat u sales events jingħata f'dawn l-oqsma.", "*Akkomodazzjoni; *Trasport provdut minn/lejn lukanda/airport; *Ikel/xorb meħud fil-lukanda meta jifforma pakkett ma' l-akkomodazzjoni; *Ikel/xorb meħud waqt il-konferenza, eċċ. bħal coffee break/ilma/lunches; *Apparat mikri għal waqt il-konferenza; *Servizzi ta' sikurezza fil-lukanda u technicians; *Servizzi ta' hostesses fl-ajruport jew fil-lukanda għal konferenza; *Servizzi ta' telefonija jew internet; *Kiri ta' kmamar għal-laqgħat; u *Servizz ta' elettriku.", "Matul l-2005 kien hemm 16–il kumpannija barranija li bbenefikaw minn din il- miżura.", "L-ammont ta' refund li ngħata kien ta' Lm55,767.", "CODE OF ETHICS", "17137.", "L-ONOR.", "JOSEPH DEBONO GRECH staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 15813, jista' il- Prim Ministru jgħid x'jidditermina, jew min jiddeċiedi, meta jkun meħtieġ li l-ministri/segretarji parlamentari jissottomettu rapport għas-safar tagħhom?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Huwa l-prim ministru li jiddeċiedi meta jkun meħtieġ rapport.", "SKOLASAJF", "14226.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid kemm ipparteċipaw fi skolasajf din is-sena?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: In-numru ta' parteċipanti li ħadu sehem fi skolasajf fl-2005 hu hekk:", "| |1st |2nd |B'kol| | |Session|Session|lox | |Tfal | | |3,928| |Studenti |307 |300 | | |Universitar| | |607 | |ji | | | | |Facilitator|142 |138 | 280| |s | | | | |Kordinaturi| 84 | 83 | 167|", "REĠISTRU TAX-XOGĦOL", "14227.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid kemm persuni ma komplewx jirreġistraw għax-xogħol minn jeddhom u kemm inqatgħu mir-reġistru b'deċiżjoni ta' l-ETC matul l-2005?", "Għaliex inqatgħu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Minn Jannar sa Diċembru 2005 inqatgħu 2,267 persuna minn fuq l-ewwel u t-tieni parti tar-reġistru b'deċiżjoni ta' l-ETC.", "Minnhom 323 persuna nqabdu jaħdmu waqt li kienu qed jirreġistraw, 1,440 irrifjutaw opportunita' ta' xogħol u 504 irrifjutaw opportunita' ta' taħriġ.", "Matul dan l-istess perijodu kien hemm 20,188 persuna li ma komplewx jirreġistraw għax-xogħol fuq l-ewwel u t-tieni parti tar-reġistru minn jeddhom.", "Din iċ-ċifra tinkludi persuni li daħlu u ħarġu mir-reġistru aktar minn darba.", "ĠENERAZZJONI TA' L-ELETTRIKU", "14228.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid x'inhuma l-possibbiltajiet li fil-futur qarib, is-sistema ta' ġenerazzjoni ta' l-elettriku tkun connected mal-European grid?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-Enemalta u l-gvern bħalissa qegħdin jesploraw il- mezzi kollha possibbli li permezz tagħhom il-pajjiż jista' jipprovdi l- elettriku u l-użu tal-grid m'huwiex eskluż.", "REĠISTRU TAX-XOGĦOL", "14229.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid kemm appelli tressqu quddiem l-awtorita' nazzjonali tax-xogħol minħabba qtugħ mir-reġistru matul l- 2005?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: In-numru ta' appelli mibgħuta lill-awtorita' nazzjonali tax-xogħol bejn Ottubru 2005 u Jannar 2006 kien ta' 221 (Malta biss).", "Dawn l-appelli jinkludu dawk li ma setgħux jirreġistraw għax-xogħol fuq l-ewwel parti minħabba raġuni tat-tmiem l-impjieg.", "TELEFONATI FUQ SUPPORT LINE", "14230.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid kemm daħlu telefonati fuq il- 179 f'dawn l-aħħar tliet snin?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: It-tagħrif mitlub qed jitpoġġa fuq il-mejda tal- Kamra.", "INDUSTRIJA TAL-FILMS", "14231.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm flus iġġeneratilna l-industrija tal-films f'dawn l-aħħar snin?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Il-gvern m'għandu l-ebda statistika li fuqha jista' jibbaża r-risposta iżda minn din is-sena, permezz ta' l-inċentivi finanzjarji li qed tagħti l-kummissjoni ċinematografika ta' Malta, se jkun possibbli li l-gvern ikollu ċifra eżatta ta' dak li jkun intnefaq f'pajjiżna.", "KONSULENTI TAL-GVERN", "16678.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 16377 u jagħti lista ta' konsulenti jew kumpanniji ta' konsulenti, lokali u barranin, li l- ministeru, inkluż l-enti kollha li jaqgħu taħtu, għamel użu minnhom matul is-sena 2005?", "Fiex jikkonsistu s-servizzi li ngħataw u x'kienu l- ħlasijiet?", "ONOR.", "TONIO BORG: It-tagħrif mitlub qed jitpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "KONSULENTI TAL-GVERN", "16679.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għalll-Affarijiet Barranin: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 16378 u jagħti lista ta' konsulenti jew kumpanniji ta' konsulenti, lokali u barranin, li l-ministeru, inkluż l-enti kollha li jaqgħu taħtu, għamel użu minnhom matul is-sena 2005?", "Fiex jikkonsistu s-servizzi li ngħataw u x'kienu l-ħlasijiet?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: L-informazzjoni mitluba hi kif jidher hawn taħt:", "|Konsulent |Servizz |Ħlas | |Fenech & |Legali |Lm | |Fenech Adv. | |855 | |Mr Saviour |Survey | | |Camilleri | |1,807 | |Dr Roderick |Riċerka | | |Pace | |885 | |MS-Three |Riċerka | | |Services | |123 | |Dr Louisa |Konsulenza| | |Baluci | |3,525 | |Perit Martin |Konsulenza| | |Xuereb | |15,570 | |Smit en de |Amm. | | |Wolf |Finanzjarj| | |Belastingadcis|a |92 | |eurs BV | | | |Salah |Legali | | |Al-Hejailan | |53 |", "KONSULENTI TAL-GVERN", "16680.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 16379 u jagħti lista ta' konsulenti jew kumpanniji ta' konsulenti, lokali u barranin, li l-ministeru, inkluż l-enti kollha li jaqgħu taħtu, għamel użu minnhom matul is-sena 2005?", "Fiex jikkonsistu s-servizzi li ngħataw u x'kienu l-ħlasijiet?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "KONSULENTI TAL-GVERN", "16681.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 16380 u jagħti lista ta' konsulenti jew kumpanniji ta' konsulenti, lokali u barranin, li l-ministeru, inkluż l-enti kollha li jaqgħu taħtu, għamel użu minnhom matul is-sena 2005?", "Fiex jikkonsistu s-servizzi li ngħataw u x'kienu l-ħlasijiet?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif mitlub qed jitpoġġa fuq il-mejda tal- Kamra.", "SKOLA A. L. BARTOLO", "16682.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jaf il-Ministru li fl-iskola Ant.", "Lawrence Bartolo m'hemmx teacher tal-P.E. full-time u li l-istudenti qed jiġu ċċarġjati Lm12 fis-sena għat-tagħlim tal-computer, minkejja li dan jagħmel parti mill- curriculum?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li fl-iskejjel primarji, l-għalliem ta' klassi hu mistenni jagħti l-lezzjonijiet tal-P.E. bħala parti mid-doveri tiegħu.", "Madankollu m'hemm xejn xi jżomm l-amministrazzjoni li jekk trid tipprovdi għalliem tal-P.E.", "Skond avviż legali 150 ta' l-1990 u avviż legali 196 ta' l-1994, ir-rati ta' ħlas ta' miżati jiġu kkomunikati mill-ministeru ta' l-edukazzjoni u r- rati stabiliti fil-bidu ta' sena skolastika ma jistgħux jiżdiedu matul is- sena skolastika.", "Skejjel indipendenti m'humiex marbuta jikkomunikaw il- ħlas għal xi servizzi anċillari.", "L-iskola Anthony Lawrence Bartolo ikkomunikat il-ħlas tal-miżati għal din is-sena skolastika 2005-2006 fiż-żmien stabilit.", "ARBLU TAD-DAWL FIS-SWIEQI", "16683.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Tista' il-korporazzjoni Enemalta tieħu passi biex arblu tad-dawl fi Triq id-Dris, is-Swieqi jitwaħħal f'post aktar xieraq?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninsab informat li l-każ ġie investigat u saret proposta kif tista' tissolva l-problema mingħajr ma jitneħħa l-arblu msemmi.", "TJUR TAS-SIMNA", "16907.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' il- Ministru tgħid kemm kienet il-produzzjoni tat-tjur tas-simna f'Għawdex matul dawn l-aħħar snin?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Il-produzzjoni tat-tjur tas-simna reġistrata f'Għawdex minn meta bdiet tinżamm l-istatistika, jiġifieri Lulju 2002, hi kif ġej :", "|Lulju/Diċembru | 492,445| |2002 |ras | |Jannar/Diċembru |1,251,699 | |2003 |\" | |Jannar/Diċembru | 828,036| |2004 |\" | |Jannar/Diċembru | 499,304| |2005 |\" |", "ĦALIB FRISK", "16908.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' il- Ministru tgħid kemm kienet il-produzzjoni tal-ħalib frisk f'Għawdex matul dawn l-aħħar snin?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Il-produzzjoni ta' ħalib frisk f'Għawdex matul l- 2000/2005 hi kif ġej :", "|2000|2,460,024 | | |gallun | |2001|2,506,938 | | |\" | |2002|2,404,712 | | |\" | |2003|2,370,928 | | |\" | |2004|2,496,599 | | |\" | |2005|2,511,801 | | |\" |", "BAJD FRISK", "16909.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' il- Ministru tgħid kemm kienet il-produzzjoni ta' bajd frisk f'Għawdex matul dawn l-aħħar snin?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: L-istatistika dwar il-produzzjoni ta' bajd frisk f'Għawdex bdiet tinżamm minn Lulju 2002 kif ġej:", "|Lulju/Diċembru | 3,292,620 | |2002 |bajda | |Jannar/Diċembru |11,525,040 \"| |2003 | | |Jannar/Diċembru |10,503,270 \"| |2004 | | |Jannar/Diċembru | 9,646,170 | |2005 |\" |", "LAĦAM TAĊ-ĊANGA", "16911.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' il- Ministru tgħid kemm kienet il-produzzjoni tal-laħam taċ-ċanga f'Għawdex matul dawn l-aħħar snin?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Jien informata li l-produzzjoni ta' laħam taċ- ċanga f'Għawdex matul is-snin 2000 – 2005 hi kif ġej:", "|2000 |260 | | |tunnellata | |2001 |283 \" | |2002 |245 \" | |2003 |240 \" | |2004 |256 \" | |2005 |233 \" |", "LAĦAM TAL-MAJJAL", "16913.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' il- Ministru tgħid kemm kienet il-produzzjoni tal-laħam tal-majjal f'Għawdex matul dawn l-aħħar snin?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Il-produzzjoni tal-laħam tal-majjal f'Għawdex matul dawn l-aħħar hi kif ġej:", "|2000 |450 | | |tunnellata | |2001 |515 \" | |2002 |554 \" | |2003 |520 \" | |2004 |436 \" | |2005 |515 \" |", "LAĦAM TAL-FENEK", "16914.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' il- Ministru tgħid kemm kienet il-produzzjoni tal-laħam tal-fenek f'Għawdex matul dawn l-aħħar snin?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Informata li ma tinżammx statistika dwar il- produzzjoni tal-laħam tal-fenek.", "ATTIVITA' FIŻIKA", "16990.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid kif jiġġudika l-attivita` fiżika fl-iskejjel tal-gvern?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: M'hemmx dubju li l-kwalita' ta' attivita' fiżika fl- iskejjel tal-gvern hi tajba.", "Il-problema hi li fil-limiti tal-ħin normali ta' l-iskola m'hemmx ħin biżżejjed għal din l-attivita'.", "Il-fehma tiegħi hi li wieħed irid jaħseb għal programm ta' attivita' fiżika, anke wara l-ħin ta' l-iskola.", "ATTIVITA' FIŻIKA", "16991.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid x'sar mill-programm ta' inkoraġġiment li kien ħabbar fil-15 ta' Jannar, 2005 għal aktar parteċipazzjoni popolari fil-qasam ta' l-attivita` fiżika?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Diġa' qed issir ħafna ħidma minn aġenziji pubbliċi u privati f'dan ir-rigward.", "Il-politika indikata fid-diskors tal-15 ta' Jannar, 2005 hija nkluża fl-abbozz tal-politika nazzjonali għall-isport, liema dokument ġie ppreparat mill-kunsill għall-isport u se jiġi ppubblikat fil-ġimgħat li ġejjin.", "ATTIVITA' FIŻIKA", "16992.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid x'sar s'issa wara li kienu ssemmew numru ta' targets li kellhom jintlaħqu fi snin differenti fejn tidħol l-attivita` fiżika?", "Jista' jgħid xi sforz akbar qed isir sabiex dawn il-miri jintlaħqu?", "X'riżorsi ġew ivvotati u ddedikati għal dan il- għan?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nirriferi l-Onor.", "Membru għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 16991.", "STRATEĠIJA NAZZJONALI GĦALL-ISPORT", "16993.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid fiex waslet it-tħejjija ta' politika nazzjonali għall-isport?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-istrateġija nazzjonali dwar l-isports se tiġi ppubblikata fil-ġimgħat li ġejjin.", "SKOLA SPEĊJALIZZATA GĦALL-ISPORT", "16994.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid meta se titwettaq il-wegħda elettorali tal-partit Nazzjonalista li jkun hawn skola speċjalizzata għall- isport?", "Jista' jgħid kif se jwettaq il-wegħda l-oħra ta' għajnuna lil għaqdiet sportivi?", "Teżisti xi skema jew possibbilta` biex għaqdiet sportivi jibbenefikaw minn rata ta' imgħax aktar favorevoli u ċerti rebates oħra, kif fuq kollox imwiegħed mill-partit Nazzjonalista fil-programm elettorali?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Is-suġġett jinkwadra ruħu fit-twettiq tar-riforma proposta fis-sistema edukattiva u ta' l-istrateġija nazzjonali dwar l- isports.", "EDUKAZZJONI FIŻIKA", "16995.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid x'inhi l-politika tal-gvern dwar l-edukazzjoni fiżika fl-iskejjel primarji?", "X'sar u x'qed isir sabiex jinħatar EO għall-edukazzjoni fiżika?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-politika dwar l-edukazzjoni fiżika fl- iskejjel primarji hi li l-għalliema peripatetiċi jmorru fl-iskejjel u jagħtu lezzjonijiet lill-istudenti, bl-għalliema tal-klassi jassistu għal- lezzjonijiet ħalli meta l-għalliema peripatetiċi ma jmorrux l-iskola għax ikunu involuti f'xi attivitajiet oħra, l-għalliema tal-klassi xorta jkunu f'pożizzjoni li jagħtu lezzjoni ta' l-edukazzjoni fiżika, bl-istudenti tal- primarja jkollhom tliet lezzjonijiet ta' nofs siegħa kull darba fil-ġimgħa.", "L-uffiċjali edukattivi jinħatru minn fost assistenti kapijiet ta' skola jew minn subject co-ordinators, b'dawn ta' l-aħħar l-iktar li ġew imħajra japplikaw għal din il-pożizzjoni.", "SECOND-HAND CARS", "17045.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Jista' il-Ministru jgħid kemm karozzi second-hand ġew importati matul l-2005?", "X'tip u ta' liema ċilindrata?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "KAROZZI TAL-GVERN", "17068.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm karozzi nxtraw matul is-sena 2005 mill-ministeru u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu?", "Ta' liema tip u kemm ġiet tiswa kull waħda?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "KAROZZI TAL-GVERN", "17071.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm karozzi nxtraw matul is-sena 2005 mill-ministeru u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu?", "Ta' liema tip u kemm ġiet tiswa kull waħda?", "ONOR.", "TONIO BORG: It-tagħrif mitlub qed jitpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "KAROZZI TAL-GVERN", "17072.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid kemm karozzi nxtraw matul is- sena 2005 mill-ministeru u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu?", "Ta' liema tip u kemm ġiet tiswa kull waħda?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif mitlub qed jitpoġġa fuq il-mejda tal- Kamra.", "KAROZZI TAL-GVERN", "17073.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' il-Ministru jgħid kemm karozzi nxtraw matul is-sena 2005 mill- ministeru u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu?", "Ta' liema tip u kemm ġiet tiswa kull waħda?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Matul l-2005 il-ministeru u uffiċini oħra li jaqgħu taħti xtraw erba' karozzi kif jidher hawn taħt:", "*Volvo 80 mill-High Commission , f'Canberra li ġiet tiswa Lm6,800; *Ford Crown mill-Malta Embassy, f'Riyadh li ġiet tiswa Lm6,861; *Hyundai Accent 2005 mill-Malta Embassy, fi Tripli bi ħlas mill- assikurazzjoni; u *BMW 523i mill-Malta Embassy, f'Tunis li ġiet tiswa Lm 11,842.", "KAROZZI TAL-GVERN", "17075.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid kemm karozzi nxtraw matul is-sena 2005 mill- ministeru u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu?", "Ta' liema tip u kemm ġiet tiswa kull waħda?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Informat li matul is-sena 2005 inxtrat karozza waħda tat-tip Honda Accord li ġiet tiswa Lm10,500.", "Din inxtrat għall-użu tas-segretarju permanenti fil-ministeru, skond it-termini tal- kuntratt tiegħu kif maħruġ mill-uffiċċju tal-prim ministru.", "AVJAZZJONI ĊIVILI", "17146.", "L-ONOR.", "JOSEPH DEBONO GRECH staqsa lill-Ministru għall- Kompetittivita' u Komunikazzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 16665, jista' il-Ministru almenu jgħid f'liema fażi wasal dan il-proċess u x'sar s'issa?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: M'għandi xejn x'inżid f'dan l-istadju.", "PRIVATIZZAZZJONI TAS-SEA MALTA", "17147.", "L-ONOR.", "JOSEPH DEBONO GRECH staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 16466, jista' il-Ministru jgħid kemm flus intnefqu mill- privatisation unit fuq pariri/konsulenzi dwar il-privatizzazzjoni tas-Sea Malta?", "Meta tħallsu l-flus lill-kumpanniji/ditti konċernati?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Kif diġa' semmejt fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari 17145, għal din il-privatizzazzjoni ġiet imqabbda kumpannija waħda ta' konsulenza.", "Il-ħlas kien isir perjodikament waqt li l-proċess kien għaddej, pero' minħabba obbligi ta' konfidenzjalita' kummerċjali ma nistax niżvela l-ammont imħallas.", "WSC", "17148.", "L-ONOR.", "JOSEPH DEBONO GRECH staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm għandha laptops id-WSC?", "Minn min qed jintużaw u min approva tali użu?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal- Kamra.", "WEBSITE UFFIĊJALI", "17149.", "L-ONOR.", "JOSEPH DEBONO GRECH staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 16509, jikkonferma l-Ministru li persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, hi uffiċjal fil-ministeru responsabbli għal dak kollu li jidher fuq il-website tal-ministeru?", "Dan l-uffiċjal jifforma parti mill-private staff tal-ministru jew hu fir-responsabbilta' tas- segretarju permanenti?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Il-persuna indikata mhijiex responsabbli għal dak kollu li jidher fuq il-website tal-ministeru.", "Ta' min jgħid ukoll li din il-persuna mhijiex parti mill-istaff privat tiegħi imma taqa' taħt ir- responsabbilta' tas-segretarju permanenti.", "TRIQ LICARI F'BIRKIRKARA", "17150.", "L-ONOR.", "JOSEPH DEBONO GRECH staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jerġa' jikkonsidra r-risposta li ta għall-mistoqsija parlamentari 16478, fid-dawl li l-applikazzjoni konċernata tista' taffettwa l-interess pubbliku?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Informat li filwaqt li l-MEPA hi konxja mis- sitwazzjoni tar-residenti, ladarba saret applikazzjoni għall-iżvilupp din trid tiġi pproċessata fit-termini tal-liġi.", "L-applikazzjoni għadha mhijiex deċiża u r-residenti għandhom kull dritt jissottomettu l-veduti tagħhom – kif fil-fatt hemm min diġa` għamel - u jiġu kkonsidrati.", "Jistgħu jattendu wkoll għal-laqgħa pubblika tal- kummissjoni ta' l-iżvilupp meta jkun se jiġi deċiż il-każ.", "Jekk l-applikazzjoni tiġi approvata jinħareġ kwalunkwe permess lill- applikant, saving third party rights.", "ĊENSIMENT NAZZJONALI", "17183.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk waqt il-ġbir ta' tagħrif għaċ- ċensiment nazzjonali li sar f'Novembru li għadda, kienx hemm persuni li ma nstabux u li allura ma nġabarx tagħrif dwarhom?", "Kemm irġiel u nisa ma nstabux, lokalita' b'lokalita'?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "TNEĦĦIJA TA' WIRE", "17184.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jara li jiġi rranġat wire tal-Maltacom li qiegħed quddiem dar li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 1130.", "RIĊEVIMENTI", "17185.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 16896 u jgħid kemm riċevimenti saru fil-ministeri kollha matul l-2005 u l-ewwel xahar ta' l-2006?", "Min kienu d-dulċiera, x'kienet l-okkażjoni u x'kienet l- ispiża?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "CROWNE PLAZA HOTEL", "17186.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Peress li l-Crowne Plaza Hotel mhijiex taċċetta bookings għal wara l-31 ta' Marzu, jista' il- Ministru jgħid x'se jiġri mill-ħaddiema wara dik id-data?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nitlob l-Onor.", "Interpellant jirriferi għall-aħħar parti tat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 15285.", "TINDA F' TA' QALI", "17187.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid x'passi se tieħu l-MEPA biex it- tinda ppjanata li ssir f'Ta' Qali ma taffettwax ħażin id-dwieli fl-inħawi u l-ispazju liberu?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Informat li bħalissa l-MEPA tinsab fil-proċess li jiġi rivedut il-pjan ta' azzjoni għal Ta' Qali f'dan ir-rigward.", "Għal dan il-għan, l-awtorita' ħarġet avviż pubbliku għas-sottomissjonijiet u s- sit ta' tinda temporanja se jkun indirizzat f'dak l-abbozz ta' pjan rivedut li għad irid joħroġ għall-proċess ta' konsultazzjoni pubblika.", "Nifhem li l-MEPA se tipproponi sit a bażi tal-konsiderazzjonijiet imsemmija mill-Onor.", "Interpellant u konsiderazzjonijiet oħra fil-qafas ta' pjan sħiħ.", "AIR MALTA", "17188.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja ta' l-aħħar rapport finanzjarju annwali ta' l-Air Malta?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ir-rapport li qed jirriferi għalih l-Onor.", "Interpellant hu pubbliku u jinsab fuq il-website ta' l-Air Malta.", "IMMANIĠĠAR TA' L-ISKART", "17189.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jagħti lista tal-kuntratturi li matul l-2005 għamlu xi xogħol fuq l-immaniġġar ta' l-iskart fil-Magħtab?", "X'kien ix-xogħol li għamlu u kemm tħallsu għalih?", "B'liema rati kuljum tħallsu ta' l-inġenji wżati għax-xogħol?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Nitlob l-Onor.", "Interpellant ikun iktar speċifiku fil-mistoqsija tiegħu.", "AIR MALTA", "17192.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid x'interessi kummerċjali għandha l-Air Malta - jew li kienu ta' l-Air Malta - u li għalihom issa ħarġet sejħa għal offerti?", "Fiex wasal dan il-proċess?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-interessi kummerċjali li għandha l-Air Malta li għalihom saret sejħa għal offerti u li qegħdin fil-proċess ta' għażla huma kif ġej:", "Tigne' Development Co. Ltd - Avviż 25 deher fil-Gazzetta tal-Gvern tat-3 ta' Frar;", "Tindif tal-kabina ta' l-ajruplani - L-offerti qed jiġu evalwati u l-offerta mistennija tingħata sa l-aħħar ta' Frar;", "Servizzi ta' ICT - Qed isiru negozjati fuq l-aħjar offerta u l-iffirmar mistenni sa l-aħħar ta' Frar; u Flight communications marketing system - Negozjati saru fuq l-aħjar żewġ offerti u l-għażla mistennija issir sa l-aħħar ta' Frar.", "ST MICHAEL SCOUT GROUP", "17193.", "L-ONOR.", "MICHAEL ASCIAK staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jara għalfejn it-titlu ta' proprjeta' f'Pembroke li ngħatat lil St Michael scout group ma jistax jiġi esegwit?", "ONOR.", "TONIO BORG: Informat li l-ordni ta' żgumbrament kontra l- isquatters ħarġet fid-9 ta' Jannar, 2006 u d-dipartiment ta' l-artijiet se jesegwiha fil-futur qarib.", "TRIQ IL-BRUNŻAR, SANTA VENERA", "17194.", "L-ONOR.", "MICHAEL ASCIAK staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jindaga għala r-residenti ta' Triq il-Brunżar, Santa Venera qed jidħlilhom id- drenaġġ fid-djar kull meta tagħmel ix-xita?", "Jista' jara x'inhi s- soluzzjoni?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Il-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma diġa' għamlet intervent fil-main tad-drenaġġ fi Triq il-Brunżar.", "Madankollu wara x-xita qawwija ta' dan l-aħħar, feġġet problema oħra u l-korporazzjoni qed tagħmel investigazzjonijiet fis-sistema tad-drenaġġ fl-inħawi msemmija biex tkun tista' tittieħed l-aħjar deċiżjoni ħalli jinstab tarf ta' din il- problema.", "BICYCLE LANE", "17195.", "L-ONOR.", "MICHAEL ASCIAK staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jikkonsidra l-Ministru li jsir bicycle lane fil-bypass ta' Birkirkara?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "MANNARINO ROAD, BIRKIRKARA", "17196.", "L-ONOR.", "MICHAEL ASCIAK staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid meta se jkun lest il-bini tal-housing authority li hemm f'Mannarino Road, Birkirkara għaliex hemm min għandu ħanut li kien ingħalaqlu xi ħames snin ilu u għadu ma jistax jiftħu?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Informata li l-bini tal-proġett li għamel riferenza għalih l-Onor.", "Interpellant iffinanzjat mill-awtorita' tad-djar u amministrat mill-kunsill lokali, issa tlesta u fadal biss li jingħataw is- servizzi tad-dawl u l-ilma.", "Informata wkoll li l-persuna li għamel riferenza għaliha l-Onor.", "Interpellant, ingħatat ħanut ieħor minn fejn setgħet tkompli topera n- negozju tagħha sakemm tkun tista' tmur fil-ħanut il-ġdid.", "\"Y\" PLATE", "17197.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jgħid jekk kumpanniji li jiġbdu l-films f'Malta jingħatawx il-faċilita' li jużaw chauffeur-driven vehicles li mhumiex liċenzjati bil-\"Y\" plate?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "CARE WORKERS", "17198.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid jekk persuni li jixtiequ jaħdmu bħala care workers ma' persuni b'diżabilita', għandhomx bżonn jagħmlu xi kors partikolari?", "Bħalissa jeżistu vacancies għall-postijiet ta' care workers fiċ-ċentru taħriġ ta' Santa Venera?", "L-ingaġġ ta' care workers isir permezz ta' sejħa għal applikazzjonijiet?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Biex persuna taħdem bħala care/support worker ma' persuna b'diżabilita' ikun meħtieġ li jkollha għallinqas livell ordinarju ta' edukazzjoni fil-Malti u l-Ingliż.", "Fil-proċess ta' l-għażla tingħata konsiderazzjoni jekk persuna tkun għamlet il-kors ta' careworker ma' persuni b'diżabilita' immexxi mill-ETC.", "Informata wkoll li bħalissa m'hemmx vakanzi għall-postijiet ta' care/support workers fiċ-ċentru indikat mill-Onor.", "Interpellant.", "Il- fondazzjoni għas-servizzi ta' ħarsien soċjali timla' vakanzi f'dawn iċ- ċentri permezz ta' l-ETC.", "TAS-SWATAR", "17200.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 16891, jista' il-Ministru jivverifika l-kondizzjoni ta' Triq Guttenberg, is- Swatar?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "AFM PEMBROKE", "17201.", "L-ONOR.", "FRANCO GALEA staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid x'faċilitajiet għandhom il-forzi armati f'Pembroke?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: F'Pembroke l-AFM għandhom żewġ faċilitajiet importanti u essenzjali għall-operat tagħhom.", "Waħda hi r-range ta' l- isparar, fejn is-suldati jitħarrgu fl-użu ta' armi żgħar kif ukoll kanuni u mortars.", "Din l-art hi adatta għal taħriġ ieħor li jingħata lis-suldati f'dik li hija infanterija (kumbattiment u taħriġ relatat) kif ukoll għas- sezzjoni ta' l-explosive ordinance disposal.", "Barra minn hekk, ir-range tintuża għall-eżerċizzji ta' l-armata fuq skala akbar, bħall-eżerċiżżju Italo-Malti terraferma.", "F'Pembroke l-forzi armati għandhom ukoll biċċa art li tintuża bħala bażi tal-plant troop tat-tielet reġiment, li l-funzjoni tagħha hi li tipprovdi sapport loġistiku lill-armata kwazi fuq bażi ta' kuljum f'dak li huwa xogħol b'makkinarju tqil jew heavy plant.", "Din is-sezzjoni tgħin lid- dipartiment tal-protezzjoni ċivili f'każi ta' emerġenza, bħalma huma għarar u inċidenti oħra fejn jisplodu kmamar tan-nar jew meta jaqa' xi bini.", "Il-faċilitajiet f'Pembroke jinkludu bini għall-amministrazzjoni, sheds għall-kanuni, trakkijiet u heavy plant, warehouse u garaxxijiet għal-xogħol ta' welding, injam u elettriku, kif ukoll workshops tal-missjoni militari Taljana, fejn isir il-manteniment ta' l-apparat Taljan li jintuża fil-plant troop.", "DETENTION SERVICES UNIT", "17202.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 16774 u jgħid jekk is-suldati li jipprestaw servizzi lid-detention services unit - bħal mechanics, plumbers, electricians, eċċ. - jeħdux l-istess allowance li jieħdu s-suldati li jkunu għassa ma' l-immigranti irregolari?", "Jekk le, jista' jgħid jekk jistax jirretifika din id-diskriminazzjoni?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 16774.", "SKOLA PRIMARJA F'PEMBROKE", "17203.", "L-ONOR.", "FRANCO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid meta hu ppjanat li tiftaħ l- iskola primarja l-ġdida ta' Pembroke?", "Kemm se tkun qed takkomoda studenti?", "L-għadd ta' studenti ġie rivedut?", "Kemm kienet l-istima oriġinali?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Huwa ppjanat li l-iskola l-ġdida ġewwa Pembroke tkun lesta biex tirċievi l-ewwel studenti tagħha fi żmien sentejn minn meta jingħataw il-permessi kollha mingħand il-MEPA.", "Hu maħsub li din l-iskola tibda takkomoda 250 student u tikber skond il- bżonn u skond l-iżvilupp ta' housing li ġej f'din il-lokalita'.", "JOURNEYMAN CERTIFICATE", "17204.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 16775 u jgħid għaliex mhux is-suldati kollha li għandhom il-journeyman certificate huma meqjusa bħala li għandhom trade?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jien informat li kuntrarju għal dak li japplika fis-servizz pubbliku, fejn il-journeyman certificate jiġi msarraf awtomatikament fil-grad ta' tradesman, ir-regolamenti ta' l-armata jistipulaw li biex suldat jiġi rikonoxxut bħala soldier tradesman u biex jiġi stabilt f'liema kategorija jiġi kklassifikat għall-fini ta' remunerazzjoni, iridu jiġu eżaminati l-kwalifiki tiegħu minn trade assimilation board.", "Informat ukoll li dawk is-suldati li jippreżentaw il-journeyman certificate lill-awtoritajiet ta' l-armata, dejjem jingħataw rikonoxximent adekwat għas- sengħa li jkollhom.", "Jekk l-Onor.", "Membru jaf b'xi każ partikolari fejn dan ma sarx, nitolbu jgħaddihuli biex jiġi investigat.", "SANTWARJU TAL-KLIEB", "17205.", "L-ONOR.", "FRANCO GALEA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hemmx xi arranġament dwar art okkupata minn santwarju tal-klieb jew kennel ħdejn ir- ranges ta' Pembroke?", "Jista' ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-korrispondenza jew il-kuntratt relattiv?", "ONOR.", "TONIO BORG: Informat li m'hemm l-ebda arranġament mat-taqsima proprjeta' tal-gvern sabiex l-art li qed jirriferi għaliha l-Onor.", "Interpellant tintuża bħala santwarju tal-klieb.", "L-okkupant għamel talba f'dan is-sens iżda din ġiet rifjutata.", "It-taqsima qed tieħu l-passi neċessarji dwar il-każ u anke nħarġet enforcement notice mill-MEPA.", "ĊERTIFIKAT TAS-SEWQAN", "17206.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 16776 u jikkonferma li ċ-ċertifikati tas-sewqan tat-trakkijiet u l-coaches mogħtija mill-armata mhumiex rikonoxxuti mill-awtorita' dwar it-trasport?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nitlob l-Onor.", "Interpellant jirriferi għar- risposta ta' mistoqsija parlamentari 16776.", "SANTWARJU TAL-KLIEB", "17207.", "L-ONOR.", "FRANCO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid jekk il-MEPA qattx irċeviet xi talba jew ħarġet xi permess għal xi forma ta' santwarju tal-klieb jew kennel fl- inħawi ta' Pembroke?", "Jista' jagħti d-dettalji relattivi?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Mill-informazzjoni li għandha l-MEPA ma jidhirx li hemm permess jew applikazzjoni għall-użu msemmi.", "Fil-fatt wara li saru l-investigazzjonijiet meħtieġa, inħareġ avviż ta' twettiq ECF115/06 kontra l-okkupant.", "IL-LANDRIJIET", "17210.", "L-ONOR.", "JOSEPH CASSAR staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li tiġi rranġata t-triq li tieħu għal-Landrijiet u anke tingħata t-tarmac, peress li tant hi fi stat ħażin li kważi ma tistax tidħol bil-vettura?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "IL-LANDRIJIET", "17211.", "L-ONOR.", "JOSEPH CASSAR staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jara li jitneħħew it-tankijiet u l-iskart mormi mat-triq fl-inħawi rurali li jagħtu għal-Landrijiet għax qegħdin joħolqu inkonvenjent għar-residenti ta' l-inħawi u għat-turisti li jżuru dan il-post?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Informat li t-tankijiet u skart ieħor tal-ħadid li qed jinġabru mill-inħawi tal-Landrijiet qed jitpoġġew ġo post temporanju fl-istess inħawi għal perijodu ta' mhux aktar minn jumejn u wara jittieħdu ġo scrapyard apposta.", "RIABILITAZZJONI TA' PROPRJETA'", "17212.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 12620, tista' il-Ministru permezz ta' l-awtorita' tad-djar, tinformana meta bdew it- tħejjijiet u l-pjanti għar-riabilitazzjoni tal-proprjeta' indikata u l-art ta' biswitha?", "Tista' tgħid ukoll meta bdew jiġu ppreparati l-pjanti tal- maisonettes, appartamenti u garaxxijiet?", "Meta hu mistenni li jkunu finalizzati?", "Min huma l-periti inkarigati?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Id-disinn emendat tal-proġett li qed jagħmel riferenza għalih l-Onor.", "Interpellant tlesta s-sena l-oħra.", "Ninsab informata wkoll li Paul Camilleri and associates, il-periti inkarigati mid-disinn, issottomettew lill-MEPA l-pjanti emendati f'Ottubru 2005.", "SPTAR MATER DEI", "17213.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid jekk il-bed complement tal- paediatrics hux se jiżdied, jonqos jew jibqa' l-istess fl-isptar Mater Dei?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Il-bed complement tal-paediatrics ġo l-isptar Mater Dei se jiżdied.", "SKEJJEL", "17214.", "L-ONOR.", "DAVID AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn skejjel f'Malta u Għawdex, inkluż dawk tal-privat u tal-knisja?", "Fejn tinsab kull skola u x'inhu l-indirizz u t-telephone number rispettiv ta' fejn jista' isir kuntatt ma' kull skola?", "Jista' jipprovdi wkoll lista tal-persuni responsabbli f'kull skola li l-pubbliku jkun jista' jikkommunika magħhom f'każ ta' bżonn?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li n-numru ta' skejjel huwa kif ġej:", "|Skejje|Kinderg|Prima|Sekond|P/Sekon| |l |arten |rji |arji |darji | |Ta' |62 |74 |33 |2 | |l-Ista| | | | | |t | | | | | |Tal-Kn|42 |33 |28 |2 | |isja | | | | | |Indipe|28 |16 | 9 |3 | |ndenti| | | | |", "Informazzjoni dwar il-lokalita' ta' l-iskejjel qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "Mhux oppotun li jingħata t-tagħrif l-ieħor mitlub.", "ENEMALTA", "17215.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid għala l-Enemalta qed tibqa' tippersisti li tirrifjuta li tirrispondi jew tiċċara ittra interpellatorja magħmula għan-nom u fl-interess ta' persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?", "Japprezza li l-kontijiet li qed jintbagħtulha huma erronji u ma jippreżentawx il-vera konsum?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Informat li mill-investigazzjoni li saret ma jirriżultax li hemm xi forma ta' żball fil-kont.", "Fil-fond imsemmi ilu ma jinqara l-meter minn qabel Ottubru 1989.", "Il-meter reader kien imur regolari, pero' il-konsumatur qatt ma pprovda aċċess biex jinqrawlu l- arloġġi.", "F'Settembru ta' l-2005 ittieħed il-qari mill-meter reader u rriżulta li kien hemm konsum akkumulat u konsegwentement ħareġ kont li jammonta għal Lm819.15.", "Ta' min jiġbed l-attenzjoni li l-kontijiet kollha tad-dawl u l-ilma mit-28 ta' Ottubru, 1989 sas-27 ta' April, 2005 kienu bbażati fuq stima peress li l-konsumatur qatt ma pprovda aċċess lill-meter reader u lanqas qatt ma pprovda qari bit-telefon lill-korporazzjoni.", "MEPA", "17217.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 16983, ninforma lill-Ministru li l-bord li qed nirriferi għalih hu bord ġdid ta' appell li jrid jisma' każi li jkunu ġew riġudikati mill-qorti - minnhom jidher li hemm numru żgħir - u jisma' il-każi li ma jistgħux jinstemgħu mill-bord ta' appell, minħabba li l-membri eżistenti jkunu diġa' esprimew l-opinjoni tagħhom dwar il-każ.", "Jista' il-Ministru jgħid kemm se jdumu jistennew dawn il-każi biex jinstemgħu quddiem dan il-bord li jrid jinħatar apposta?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Qed isiru l-arranġamenti meħtieġa biex jitwaqqaf bord ta' appell ad hoc biex ikun jista' jisma' ħames każi.", "IMPJANT TA' SANT'ANTNIN", "17219.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid hiex ħaġa normali li każi bħall- proġett ta' l-impjant ta' Sant'Antnin, se jkollhom jinstemgħu quddiem bord ta' appell kompost?", "Kemm-il bord bħal dawn semgħu każi fil-MEPA f'dawn l-aħħar snin?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Skond artiklu 14(1) ta' l-Att dwar l-Ippjanar ta' l-Iżvilupp, il-bord ta' appell dwar l-ippjanar hu kompost minn avukat li jippresedi l-bord, persuna esperta fl-ippjanar u persuna oħra.", "Il-bord jista' ikollu fergħat u bħalissa jeżistu żewġ fergħat tal-bord.", "L-istess artiklu tal-liġi jipprovdi li meta ċ-chairman jew xi membru tal- bord ma jkunux jistgħu jisimgħu appell partikolari, minħabba jew għax jastjenu jew jiġu rikużati skond sub-titlu II ta' titolu II tat-tielet ktieb tal-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili, dak l-appell jista' jiġi riferut b'ordni tal-bord għal fergħa oħra.", "U meta membri fiż- żewġ fergħat ma jkunux jistgħu jisimgħu l-appell, ikun hemm il-bżonn li jsir bord kompost.", "F'dan il-każ, membru wieħed mil-lista taċ-chairman u membri maħtura mill- President ta' Malta, jissostitwixxi lil dak iċ-chairman jew membru, skond il-każ, li jkun astjena jew ġie rikużat, ħalli jkun hemm fergħa tal-bord ta' appell li tkun tista' tisma' dak l-appell, kif jipprovdi artiklu 14(3) ta' l-Att dwar l-Ippjanar ta' l-Iżvilupp.", "Għalhekk, kif jirriżulta minn dak li ntqal hawn fuq, din hija l-prassi li tiġi adottata meta jinqala' il- każ li tinħatar fergħa ad hoc biex tisma' appell.", "Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija, irrid ngħid li ma tinżammx statistika dwar in-numru ta' appelli li nstemgħu minn bord kompost.", "APPARTAMENT TAL-GVERN", "17222.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Jista' id-dipartiment għall-manutenzjoni u tiswija tad-djar jagħmel manutenzjoni fis-soqfa ta' appartament li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, minħabba l-qagħda soċjali li tinsab fiha l- familja konċernata?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Għaddejt it-talba ta' l-Onor.", "Interpellant lid- dipartiment tal-bini u tiswija ta' djar biex jispezzjona u jivverifika t- talba.", "SENIOR PHARMACY TECHNICANS", "17224.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid jekk membri fil-bord ta' l- interviews għal senior pharmacy technician fil-health division tal- ministeru tas-saħħa, anzjani u kura fil-komunita – l-interviews saru fit- 30/31 ta' Diċembru, 2005 u fl-1 ta' Frar, 2006 - iddikjarawx li għandhom konflitt ta' parentela ma' xi wħud mill-applikanti?", "Min kienu?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Billi l-proċedura għall-milli ta' postijiet ta' senior pharmacy technician fil-ministeru tas-saħħa, anzjani u kura fil- komunita' taqa' taħt il-kummissjoni dwar is-servizz pubbliku, m'iniex f'qagħda li nagħti tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari.", "BANK ĊENTRALI", "17260.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 17060, jista' il-Prim Ministru jara fiex wasal il-każ ta' ħaddiem li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li għal dan l-aħħar xahar ma ħax paga għax qed jistenna li jgħaddi board?", "Jista' dan il-każ jitmexxa 'l quddiem?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "INCOME TAX REFUND", "17261.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid meta persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, se tieħu l-income tax refund dovut lilha għas-sena 1998?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "TFAL B'DIŻABILITA'", "17262.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 17038 u jgħid kif taħdem il-konċessjoni li ta l-gvern lil dawk il-ġenituri li għandhom uliedhom b'diżabilita' u jibagħtuhom fi skola privata b'facilitator imħallas minnhom?", "Peress li l-maġġoranza ta' dawn il- facilitators huma in parti mħallsa minn NGOs li jagħmlu tant sagrifiċċju biex jiġbru l-flus biex iħallsu l-facilitators u jtaffu parti mill-piż tal- ġenituri, kif titħallas lura l-konċessjoni?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Kull individwu li jipprova li jkun għamel ħlasijiet għal servizz ta' facilitator lill-iskola fejn jattendi l-wild tiegħu li jkollu bżonnijiet speċjali, jingħata tnaqqis mill-income tiegħu kemm-il darba l-iskola tkun imsemmija mill-ministru tal-finanzi f'avviz legali u jkun ġie stabilit minn bord imwaqqaf apposta li dak il-wild ikollu l-ħtieġa ta' facilitator.", "Id-dipartiment tat-taxxi interni se jikseb lista mingħand il-board imwaqqaf apposta ta' l-ismijiet involuti.", "Imbagħad id-dipartiment se jibgħat formola lil kull wieħed minnhom biex jimlewha u jehmżuha mal- formola tat-taxxa li se jirċievu minn hawn u ftit ieħor.", "It-tnaqqis, sa massimu ta' Lm4,000, se jiġi rifless fuq it-tax statement li aktar tard dawn il-ġenituri se jirċievu mid-dipartiment.", "KAŻ TA' RELIEF", "17264.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tara li jinħareġ ir-relief għal tfajla li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Il-persuna indikata ġiet informata mid-dipartiment tas-sigurta' soċjali dwar il-każ tagħha.", "ELEZZJONIJIET TAL-KUNSILLI LOKALI", "17265.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża sabiex jintbagħtu bil-posta l-voting documents għall-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali ta' Marzu 2006?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-ispiża għal dawn il-voting documents kienet ta' Lm71,209.", "DIPARTIMENT TAS-SIGURTA' SOĊJALI", "17266.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tara x'sar minn każ UMP767/04 li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Il-persuna indikata ġiet informata mid- dipartiment tas-sigurta' soċjali dwar il-każ tagħha.", "MTARFA", "17278.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jara li dik il-parti tat-triq arterjali, bejn ir-roundabout fit-triq tar-Rabat u r-roundabout ta' fejn iċ-ċimiterju ta' l-Imtarfa, li llum m'għadhiex tintuża għax it-triq ingħatat alignment ġdid, tinqala' u terġa' issir ħamrija għax kif inhi hija eyesore?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: B'riferenza għar-rimarka ta' l-Onor.", "Interpellant, irrid ngħid li hi l-intenzjoni ta' l-awtorita' li l-area ta' asfalt imsemmija tinqala' u tingħata għall-użu tar-raba'.", "Fil-ġranet li ġejjin se jkun hemm diskussjonijiet mad-dipartiment ta' l-artijiet dwar min se jokkupa din ir-raba'.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB", "OMIĊIDJU INVOLONTARJU", "W213 L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk jaqbilx mas- suġġeriment tiegħi li l-piena f'każ ta' omiċidju involontarju tiżdied b'mod u manjiera li tkun tirrifletti d-differenza jekk ikun hemm vittma waħda jew ħafna iktar peress li, kif inhi l-liġi llum, imutx wieħed jew imutux għaxra minn nies, il-massimu tal-piena jibqa' l-istess, cioe' sentejn ħabs?", "ONOR.", "TONIO BORG: Fl-ewwel lok għandu jiġi osservat li l-piena massima għal reat ta' omiċidju involontarju llum hi ta' priġunerija għal żmien ta' mhux aktar minn erba' snin.", "Għalkemm jidher li fil-passat kien hemm xi sentenza li applikat massimu wieħed għalkemm il-vittmi kienu iżjed minn wieħed, ma jidhirx li din hi l-pożizzjoni legalment korretta għaliex jekk il-vittmi kienu diversi, allura jidher li skond il-liġi r-reati huma wkoll diversi, għalkemm ikun japplika artiklu 17(b) tal-Kodiċi Kriminali."]} {"filename": "20060605_393d_par.doc", "date": "2006-06-05", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Uffiċjali u Rivedut) L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 393 It-Tnejn, 5 ta' Ġunju 2006 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 393", "It-Tnejn, 5 ta' Ġunju 2006", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.02 p.m.", "Talba", "Seduta Nru. 393", "It-Tnejn, 5 ta' Ġunju 2006", "WERREJ", "MINUTI 484", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 484", "TQEGĦID TA' KARTI 490", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA 491", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR L-ADOZZJONI TA' L-EURO (IT-TIENI QARI) 491", "EURO ADOPTION BILL (SECOND READING) 491", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-KODIĊI KRIMINALI (IT-TIENI QARI) 504", "CRIMINAL CODE (AMENDMENT) ACT (SECOND READING) 504", "AĠĠORNAMENT 508", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 513", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB 525", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 392 li saret fil-31 ta' Mejju, 2006 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "PELICAN LIGHTS", "19152.", "L-ONOR.", "JOSEPH CASSAR staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Jista' il-Ministru jgħid meta se jiġu stallati l-pelican lights fir- ringroad tal-Mosta?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT (Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq): Ix- xogħol ta' manutenzjoni fuq id-ducts tlesta u l-pelican lights fit-triq imsemmija se jiġu stallati fil-ġimgħat li ġejjin.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Joe Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jikkonferma l-Ministru li rċieva korrispondenza mingħand il-kunsill lokali tal-Kalkara dwar problema fl-alignment tal-bypass bejn Triq il-Ħbit mill-Ajru u l-kunvent ta' Santa Marija?", "Peress li l-ġimgħa l- oħra ġejt imwiegħed li kellu jsir stħarriġ dwar din il-kwestjoni, jirriżultalu llum il-Ministru li hemm dan it-taħwid?", "Peress li għandi għax nifhem li l-MEPA lesta taċċetta li verament sar it-taħwid, jista' il- Ministru jgħid x'inhi s-sitwazzjoni u meta se jitkompla x-xogħol?", "U jekk ma jimpurtax nagħmillu domanda oħra, Sur President.", "Peress li tpoġġew xi ġebel fil-post fejn għandu jsir il-bus shelter fi Triq il-Marżebb f'Ħaż-Żabbar, ifissirx dan li x-xogħol se jinbeda dalwaqt?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Nikkonferma li kien hemm xi problema bil-livelli, mhux bl-alignment imma safejn naf jien din intgħelbet.", "Hemm bżonn ta' varjazzjoni fit-tender għal aktar xogħol fuq Triq il-Ħbit mill-Ajru u ladarba din il-varjazzjoni tiġi approvata, ix-xogħol ikun jista' jitkompla.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Meta hu maħsub li x-xogħol jitkompla?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ladarba tingħata l-approvazzjoni għall-varjazzjoni fit-tender – safejn naf jien tkun tista' tingħata internament jekk ma teċċedix il-5% tal-valur tal-kuntratt, inkella l-approvazzjoni tkun trid tingħata mid-dipartiment tal-kuntratti - ix-xogħol jitkompla minnufih.", "Sur President, nikkonferma li x-xogħol fuq il-bus shelter ta' Triq il- Marżebb se jibda llum stess.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Xi żmien ilu kont tlabt għal studju dwar Triq San Leonardu, f'Ħaż-Żabbar fejn jinġema' volum ta' ilma kull meta tagħmel ix- xita.", "Jista' il-Ministru jara li jsir gandott żgħir ħalli l-ilma jaqleb lejn il-wied u jibqa' sejjer lejn il-baħar?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Sur President, jidhirli li t-triq li qed jirriferi għaliha l-Onor.", "Interpellant hija twila mhux ħażin u meta l-periti ta' l- ADT għamlu l-ewwel intervent tagħhom, kienu marru fil-parti residenzjali u ma setgħux jindunaw bil-problema.", "Meta mbagħad l-Onor.", "Interpellant reġa' qajjem il-każ u indika l-area eżatta, il-periti reġgħu marru fuq il-post.", "Biss m'iniex f'pożizzjoni ngħid x'ġara minn dakinhar 'il hawn u beħsiebni niċċekkja l-affarijiet sew.", "TRIQ SAN PATRIZJU F'ĦAŻ ŻABBAR", "19317.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Stefan Buontempo) staqsa lill- Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jgħid meta se tiġi asfaltata Triq San Patrizju, f'Ħaż-Żabbar?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: It-triq imsemmija hija fil-lista ta' toroq li jridu jsiru mill-ADT.", "Ix-xogħol fuq din it-triq isir skond il-prioritajiet li jirriżultaw minn programm ta' xogħlijiet f'toroq residenzjali mħejji mill- awtorita' dwar it-trasport.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jista' il-Ministru jgħid jekk sarx l-istudju dwar ix- xogħol meħtieġ fit-triq ta' ħdejn l-iskola ta' Ħaż-Żabbar, peress li anke hemm qed iżomm l-ilma?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ċertament l-Onor.", "Interpellant jista' jixhed li għamilna numru ta' culverts f'ċerti toroq ta' Ħaż-Żabbar, fosthom Triq is- Santwarju u Triq il-Magħsar, pero' dwar il-problema fit-triq ta' ħdejn l- iskola ma nafx ngħid.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sur President, infakkar lill-Ministru li kien hu li qalli li t-triq ta' ħdejn l-iskola tirrikjedi spiża kbira, peress li biex tiġi rranġata trid tinqala' kollha.", "Possibbli ma jistax isir xi xogħol temporanju biex almenu tiġi rranġata parti żgħira minnha biex ikunu jistgħu jgħaddu r-residenti meta tagħmel ix-xita?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jindikali l-area preċiża li qed jirriferi għaliha u jekk jinstab li t-triq partikolari hija responsabbilta' ta' l-ADT, naraw jekk nistgħux nagħmlu dan ix-xogħol aħna.", "SMEs", "19363.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Roderick Galdes) staqsa lill- Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jgħid meta se jiġi offrut post ġdid għal dawk l-SMEs li hemm fil-Floriana, fl-inħawi fejn ġejja l-park and ride?", "Hemm xi ħsieb li dawn l-SMEs jiġu ttrasferiti għall- Blata l-Bajda?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: F'Marzu li għadda l-MEPA rrifjutat l-applikazzjoni sottomessa mill-ADT għar-riallokazzjoni ta' garaxxijiet industrijali mis- sit propost li fih se jsir il-proġett tal-park and ride għall-garaxxijiet ippjanati li jinbnew fil-viċinanza ta' Spencer Hill.", "Fid-dawl ta' dan, l-ADT talbet l-għajnuna tad-dipartiment ta' l-artijiet biex jiġu identifikati mħażen fil-qrib li huma proprjetà tal-gvern u li jistgħu jkunu battala, bl-iskop li jiġu wżati bħala garaxxijiet industrijali.", "Peress li s'issa għadu ma ġiex identifikat l-ebda sit alternattiv għal dawn il-garaxxijiet industrijali, ma jistax jingħad meta se ssir din ir- riallokazzjoni.", "PETROL ALLOWANCE", "18582.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joe Debono Grech) staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hi l-allowance tal-petrol li huma intitolati għaliha s- segretarju permanenti, id-diretturi ġenerali, id-diretturi, l-assistenti personali tal-ministru u s-segretarju tal-ministru?", "Kemm nefaq kull wieħed minnhom f'petrol, xahar b'xahar, bejn Jannar 2004 u Novembru 2005?", "ONOR.", "TONIO BORG (Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern): It-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant hu kif jidher mit-tabelli li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.", "MOBILE PHONES", "18583.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joe Debono Grech) staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk kienx hemm jew hemmx membri mill-istaff privat tiegħu li għandhom għall-użu uffiċjali tagħhom iktar minn mobile phone wieħed u iktar minn linja waħda fixed line fir-residenza tagħhom?", "Jista' jgħid jekk l-ammont minfuq qabiżx l-Lm400 matul is-sena 2004 u 2005?", "ONOR.", "TONIO BORG: M'hemm l-ebda membru ta' l-istaff personali tiegħi li għandu aktar minn mobile phone wieħed għall-użu uffiċjali tiegħu.", "Rigward linja tat-telephone fir-residenza, nista' ngħid li hemm uffiċjal wieħed li għandu żewġ linji - waħda minnhom tintuża bħala fax – iżda l- ispiża qatt ma qabżet l-Lm400.", "SERVIZZ TA' L-INTERNET", "18584.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joe Debono Grech) staqsa lill- Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx uffiċjali fid-dekasteru tiegħu li għandhom is-servizz ta' l-internet fir-residenza tagħhom, minbarra dak provdut mill-MITTS, imħallas minn fondi pubbliċi?", "Min approva s-servizz u min hu l-ISP?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-ebda uffiċjal fil-ministeru jew dipartiment tiegħi m'għandu s-servizz ta' l- internet fir-residenza tiegħu mħallas minn fondi pubbliċi.", "Fil-każ ta' l-awtorita' dwar it-trasport, id-direttur licensing & testing, iċ-chief executive officer u d-deputy chairman jagħmlu użu minn dan is- servizz li ġie approvat mill-bord ta' l-awtorita' stess.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Peress li l-Ministru semma' l-ADT, jista' jgħidilna x'informazzjoni għandu dwar l-abbuż fil-liċenzji tas-sewqan?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Il-pulizija qed tagħmel investigazzjoni dwar ċerti proċeduri ta' kif isiru l-eżamijiet u ma jidhirlix li nista' nikkummenta dwar dan għalissa.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Lill-Ministru fi żminijiet oħra qatt waslulu lmenti li kien hemm min qed jabbuża?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ġieli smajt diskors 'il hemm u 'l hawn, pero' qatt ma kelli lmenti konkreti jew ġie indikat lili xi każ b'mod dirett minn min kien affettwat.", "MOBILE PHONES", "18585.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joe Debono Grech) staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Ministru jgħid kemm settijiet tal-mobile phones ġew irrapportati mitlufa, misruqa jew bil- ħsara minn membri ta' l-istaff privat tiegħu?", "Jista' jgħid kemm kien jiswa kull mobile in kwestjoni?", "Jista' jagħti l-istess informazzjoni għall- uffiċċju tas-segretarju parlamentari?", "ONOR.", "TONIO BORG: Fil-ministeru tiegħi kien hemm żewġ każi fejn membri ta' l-istaff fis-segretarjat privat tiegħi kellhom jibdlu l-mobile phone minħabba ħsara - ma kien hemm l-ebda każ fejn xi mobile phones insterqu jew intilfu – f'każ wieħed inxtara sett bħala replacement li kien jiswa Lm150, filwaqt li fil-każ l-ieħor inġab sett b'xejn meta ġie mibdul ma' punti mogħtija mill-kumpannija li tagħti servizz ta' telefonija ċellulari.", "Ma kien hemm l-ebda każ fejn membri ta' l-istaff fl-uffiċċju tas-segretarju parlamentari insterqilhom, tilfu jew kellhom ibiddlu l-mobile phone minħabba ħsara.", "SERVIZZ TA' L-INTERNET", "18586.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joe Debono Grech) staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hemmx uffiċjali fid-dekasteru tiegħu li għandhom is- servizz ta' l-internet fir-residenza tagħhom, minbarra dak provdut mill- MITTS, imħallas minn fondi pubbliċi?", "Min approva s-servizz u min hu l- ISP?", "ONOR.", "TONIO BORG: It-tweġiba hi fin-negattiv.", "MOBILE PHONES", "18587.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joe Debono Grech) staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm mobile phones inxtraw għall-użu personali tal-membri ta' l-istaff fl-uffiċċju tiegħu matul is-snin 2003, 2004 u 2005?", "Kemm minn dawn is-settijiet inxtraw bi prezz 'il fuq minn Lm50, Lm100, Lm150 u Lm200?", "Jista' jgħid jekk kienx hemm xi membri mis-segretarjat privat tiegħu li f'dan il-perijodu xtraw iktar minn mobile sett wieħed?", "Kemm-il wieħed inxtara u b'liema prezz?", "Jista' jagħti l-istess informazzjoni għall-uffiċċju tas-segretarju parlamentari?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nista' nikkonferma li nxtara mobile sett wieħed li sewa Lm150 għall-użu personali u uffiċjali tal-membri ta' l-istaff kif jidher hawn taħt.", "| |2003|2004|2005| |Ministry | -| - | 1| |Parliamentary | -| - | -| |Sec | | | |", "Ma kienx hemm membri ta' l-istaff li xtraw iktar minn mobile sett wieħed.", "FAĊILITA' KORRETTIVA TA' KORDIN", "18821.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm nies hemm fil-ħabs u għaliex qegħdin hemm?", "X'eta' għandhom u ta' liema nazzjonalita' huma?", "ONOR.", "TONIO BORG: It-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.", "RESIDENTI BARRANIN", "18822.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm barranin hawn residenti u minn liema pajjiż huma?", "ONOR.", "TONIO BORG: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jirriferi għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 18739.", "WORK PERMIT HOLDERS", "18823.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm barranin hawn jaħdmu u minn liema pajjiż huma?", "ONOR.", "TONIO BORG: L-Onor. interpellant huwa mitlub jirriferi għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 18731.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħidli jekk huwiex preokkupat bl-istatistika li dehret f'ġurnal lokali dwar support għal ċerta fazzjoni li hija kaġun tal-klandestini li hawn f'pajjiżna?", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Hija responsabbilta' tal-partiti stabiliti fil- mainstream tal-politika li jaraw li fil-politika tagħhom dwar l- immigrazzjoni, ma jagħtux lok li xi ħadd ikun jista' jagħmel xi ħaġa li permezz tagħha jikkrea biża' fost in-nies jew li b'xi mod iqanqal ċerti affarijiet li jagħtu lok għall-biża', b'mod li jissaħħu ċerti movimenti.", "Jiena konvint li ż-żewġ partiti politiċi rappreżentanti fil-parlament ma jagħmlux dawn l-affarijiet, anzi ngħid li bejniethom hemm ċertu qbil dwar il-politika ta' l-immigrazzjoni, ħlief b'xi eċċezjoni 'l hawn u 'l hemm ta' kritika li hija normali.", "Tant hu hekk li hemm task force li niltaqgħu fiha kemm jiena kif ukoll is-shadow minister flimkien ma' l-NGOs u rridu naħdmu anke mal-media,- mhux biss tal-partiti,- biex inpoġġu l-problema fil- perspettiva reali tagħha.", "Il-politika tal-gvern hi li nkunu ġenerużi ma' min ħaqqu u nagħtuh il- protezzjoni skond il-liġi internazzjonali u lokali, pero' inkunu ebsin ma' dawk li m'għandhomx dritt.", "U jekk nimxu b'din il-politika, kif jidhirli li qegħdin nimxu - fil-fatt anke l-oppożizzjoni qiegħda ssostnina fuq dan - nemarġinaw lil min jipprova jagħmel kapital politiku mis-sentimenti u mill- biżgħat tan-nies, Sur President.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: X'inhu jagħmel il-gvern biex jipprova jikkonvinċi lil dik is-sezzjoni ta' nies li qed tara l-problema tal-klandestini bħala problema ewlenija?", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Sur President, din hija responsabbilta' tal-gvern imma hija wkoll responsabbilta' ta' kull wieħed u waħda minna.", "Ngħid għalija kull fejn inkun nispjega x'inhi l-pożizzjoni tal-gvern, anzi l-kritika li naqla' ħafna drabi jiena minn gazzetti lokali u minn organizzjonijiet internazzjonali hi li aħna qed inkunu ebsin wisq fuq din il-problema.", "Per eżempju, xbajt nisma' NGOs u delegazzjonijiet li jiġu minn barra, fosthom mill-Parlament Ewropew, l-Amnesty International u l-UNHCR jikkritikawna għax għandna din il-politika ta' detenzjoni.", "Lil kulmin jaħseb li l-Istat Malti mhux qed jiffaċċa din il-problema, infakkru li l-gvern, akkost li jaqla' il-kritika minn kulħadd - u rrid ngħid li l-oppożizzjoni dejjem sostnietu lill-gvern - segwa politika ta' detenzjoni - għax meta bniedem jidħol Malta illegalment ma tkunx taf jekk huwiex refuġjat jew le u għaldaqstant l-ewwel jiddaħħal f'ċentru ta' akkoljenza in detention - ħlief fil-każ ta' dawk il-persuni vulnerabbli.", "Lit-tfal ma naħsibx li għandna npoġġuhom ġo ħabsijiet jew ġo ċentri ta' detenzjoni u allura dawk għandhom jinħelsu, jgħid x'jgħid kulħadd, bħalma jinħelsu wkoll wara xi żmien in-nisa tqal, xjuħ jew min ikollu l-problemi, pero' l-oħrajn jibqgħu ġewwa sakemm il-każ tagħhom jiġi deċiż.", "Jekk jiġi deċiż li dawn il-persuni huma refuġjati jew għandhom id-dritt tal- protezzjoni umanitarja, jinħelsu.", "Imbagħad issib minnhom li jibqgħu hawn, oħrajn jitilqu u oħrajn jintbagħtu lura wara li jiġi deċiż li ma ħaqqhomx il-protezzjoni.", "Jiġifieri fejn nistgħu nibagħtuhom lura, pero' ma nistax ngħid li dejjem jirnexxielna nibagħtuhom lura.", "Lanqas il-Gvern Ingliż, bil-mezzi militari kollha għad-dispożizzjoni tiegħu u l-ambaxxati kollha f'Londra, ma jirnexxielu jibgħat lura lil kulħadd għax minn ma nafx kemm-il elf asylum seeker li jkollhom, anke dawk rejected, parti żgħira biss irnexxilhom jibagħtu lura.", "Anzi ħafna jibqgħu u xorta waħda ma jistgħux jibagħtuhom lura.", "Aħna nżommuhom sa massimu ta' sena u nofs detenzjoni jekk m'għandhomx dritt li jibqgħu f'Malta.", "Wara jinħelsu - għax imbagħad il-liberta' tirbaħ fuq kwestjoniijiet oħrajn - u meta nkunu nistgħu jiġu ripatriati, l-aktar lejn il-Marokk u l-Eġittu.", "Fil- fatt is-sena l-oħra ġew ripatriati xi elf ruħ u jien nemmen li jekk nispjegaw dawn l-affarijiet lin-nies, naħseb li bil-mod il-mod jibdew jifhmuna aktar, Sur President.", "Issa veru li l-problema tista' toħloq inkonvenjent għax li f'pajjiżna jkollna 1,300 ruħ li m'humiex turisti, m'humiex ċittadini Maltin u m'humiex qegħdin jaħdmu hawnhekk, imma huma refuġjati jew immigranti li ħaqqhom protezzjoni, se joħloqlok problema.", "Pero' il-gvern għamel tajjeb ukoll li lil dawn in-nies tahom iċ-ċans li jekk iridu jaħdmu, jistgħu jaħdmu.", "Għax jekk neħilsuhom u ma nħalluhomx jaħdmu, ma jkunux jistgħu jintegraw ruħhom u joħolqulna aktar problemi.", "Barra minn hekk, b'xi mod iridu jgħixu dawn in-nies.", "Allura jkun aħjar jekk jaħdmu bil-permess, il- gvern jieħu t-taxxi li għandu jieħu, huma jkollhom il-protezzjoni li għandhom jieħdu u fl-istess ħin ikunu qed jagħtu kontribut lill-pajjiż, milli jaħdmu xorta waħda illegalment.", "Anke llum li għandhom dritt jaħdmu ssib minnhom li jaħdmu illegalment għax jiġu sfruttati, aħseb u ara jekk ngħidulhom li ma jistgħux jaħdmu!", "Jiġifieri kulħadd irid jifhem li din hija problema li mhux għax se nagħmlu dimostrazzjoni, ittir u tispiċċa.", "Kieku naf li bid-dimostrazzjonijiet, din il-problema se tispiċċa, kieku nagħmel dimostrazzjoni kuljum, anke waħdi!", "Imma din hija problema li m'hemmx soluzzjoni waħda għaliha.", "Hemm diversi tentattivi ta' soluzzjonijiet fuq fronti differenti biex intaffu din il-problema, fosthom dik ta' l-Unjoni Ewropea, fis-sens li nipperswadu lil xi pajjiżi bħalma pperswadejna l-Ġermanja, l-Olanda u l- Amerika, li jieħdu xi wħud minn dawn ir-refuġjati u li nippruvaw kemm jista' ikun nibagħtuhom lura minn fejn ġew u li noffrulhom postijiet fl- open centres fejn jistgħu joqogħdu.", "Il-gvern jagħmel kull tentattiv biex itaffi din il-problema imma jagħmel x'jagħmel, din il-problema xorta waħda se tibqa' magħna, Sur President.", "Jiena nemmen li aktar ma nkunu moħħ wieħed bħala żewġ partiti tal-parlament fuq din il-kwestjoni, inqas hemm ċans li jiġu mħajra jew megħjuna l-gruppi li qed jirriferi għalihom l-Onor.", "Interpellant.", "OVER-61", "18824.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid kemm persuni hawn 'il fuq minn 61 sena jaħdmu u x'xogħol jagħmlu?", "ONOR.", "TONIO BORG (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi): Skond ir-records tal-korporazzjoni tax-xogħol u taħriġ, f'Novembru 2005 kien hawn 4,198 persuna 'l fuq minn 61 sena jaħdmu kif jidher f'din it-tabella: |Occupation |Full-Ti|Part-Ti| | |me |me | |Armed Forces | 4 | 0 | |Clerks |89 |180 | |Crafts and | |202 | |related |127 | | |tradeworkers | | | |Elementary | |578 | |Occupations |253 | | |Legislators, snr | |411 | |officials & |471 | | |managers | | | |Plant and |87 |195 | |machinery | | | |operators and | | | |assemblers | | | |Professionals | |430 | | |214 | | |Service workers | |339 | |and shop and |120 | | |market sales | | | |workers | | | |Skilled | |164 | |agriculture and |30 | | |fishery workers | | | |Technicians and | |198 | |associate |106 | | |professionals | | |", "OVER-61", "18825.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm persuni hawn 'il fuq minn 61 sena jaħdmu mal-gvern u fejn?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (Segretarju Parlamentari)(f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l- informazzjoni mitluba.", "PAGI", "18826.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Billi tħabbar li xi ħaddiema tal-gvern se tiżdidilhom il-paga - u anke fil-każ tal-President ta' Malta - jista' il- Prim Ministru jgħid min huma dawn u kemm se jiżdiedu?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Fil- ftehim kollettiv għas-servizz pubbliku għas-snin 2005 – 2010 ġew imħabbra żidiet fl-iskali ta' l-impjegati tal-gvern, bid-dettalji dwar is-salarji jinsabu f'tabella \"A\" li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.", "Dettalji dwar is-salarju tal-President għas-snin 2005 – 2010 jinsabu f'tabella \"B\" li qed inpoġġi ukoll fuq il-mejda tal-Kamra.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jiġifieri dawn is-salarji se jibqgħu jiżdiedu kull sena sa l-2010?", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Skond il-ftehim kollettiv għas-servizz pubbliku.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Ittieħed into consideration is-surcharge tad-dawl u l- ilma?", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Safejn naf jien, il-kumpens għas-surcharge tad-dawl u l-ilma ngħata bil-quddiem fil-budget li għadda.", "Ingħata pagament f'Marzu għax minflok Lm1.75 ingħataw Lm2.25 ħalli jagħmel tajjeb għas-surcharge minħabba l-prezz tal-fuel.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Nistaqsi lill-Onor.", "Interpellant jekk jiftakarx li l- ewwel ġie mħabbar li s-surcharge kellu jkun fuq id-dawl biss u mhux fuq l- ilma wkoll u li dak iż-żmien is-surcharge mħabbar kien ta' 15% u mhux ta' 64% kif qiegħed illum.", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Naħseb li l-Onor.", "Interpellant jiftakar li s-surcharge ma sarx bħala parti mill-budget imma tħabbar ġimagħtejn qabel u dan wara li kien sar studju, iltaqa' il-kabinett, tkellimna u ppruvajna nindirizzaw il- problema bl-aħjar mod possibbli.", "Evidentement jiena ma naqbilx mal- persentaġġ li semma l-Onor.", "Mizzi, Sur President.", "Aħna għedna li kieku s-surcharge kellu jgħaddi kollu kemm hu fuq in-nies, kien ikun 'il fuq minn 100% fuq il-kont normali tal-konsum.", "Madankollu l- gvern wasal b'mod li l-effett ta' dan is-surcharge ma jinħassx f'daqqa waħda, imma jogħla bil-mod il-mod u jkun rifless skond il-prezz tax-xiri taż-żejt minn barra.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-Mistoqsijiet għadda.", "Tqegħid ta' Karti.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Il-Viċi Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "TONIO BORG: Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali 128 ta' l-2006 – Regoli tal-qorti ta' l-2006 biex jinżamm il-bonordni fil-qrati tal-ġustizzja;", "Lista ta' medjazzjonijiet pendenti sal-31 ta' Mejju, 2006 fil-qorti tal-familja, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 19463;", "Tagħrif dwar in-nefqa f'elettriku, ilma u energy-savers matul l-2004 u l-2005, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 18577;", "Tagħrif dwar l-għadd ta' probation officers, flimkien ma' l-għadd ta' każi quddiem kull uffiċjal, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 18820;", "Tagħrif dwar in-nefqa fuq fuel minn karozzi fil-ministeru, dipartimenti u enti oħra għall-perijodu bejn Jannar u April 2004, 2005 u 2006, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 19246;", "F'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi nqiegħed fuq il-mejda tal- Kamra:", "Avviż Legali 127 ta' l-2006 – Direttiva għall-ħruġ ta' Lm1,455,600 stock tal-gvern bis-7%, 2016 (III);", "Exemption Order lil Karkanja Ltd, Where's Everybody u l-Community Chest Fund, skond artiklu 12(2) ta' l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income (Kap 123).", "Tagħrif dwar infiq fuq kiri ta' karozzi fil-ministeru u dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta` tal-prim ministru u ministru tal- finanzi, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 19257; u", "Kopja tal-linji gwida dwar il-proċess ta' l-għażla ta' kapijiet tad- dipartiment, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 18576", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Zammit Dimech.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (Ministru għat-Turiżmu u Kultura): F'isem il- Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi nqiegħed fuq il-mejda tal- Kamra:-", "Avviż Legali 120 ta' l-2006 – Ordinamenti ta' l-2006 skond ir- regolamenti ġenerali għal rikonoxximent universitarju għall- certificate in proof-reading: (Maltese) taħt il-patroċinju tal-fakultà ta' l-arti; u", "Avviż Legali 121 ta' l-2006 – Regolamenti ta' l-2006 tal-kors għall- grad ta' M.Ed.;", "Avviż Legali 122 ta' l-2006 – Ordinamenti ta' l-2006 biex jemendaw l- ordinamenti ta' l-2005 skond ir-regolamenti ġenerali għal rikonoxximent universitarju għall-grad ta' B.Sc.", "(Hons), taħt il- patroċinju ta' l-institute of healthcare;", "Avviż Legali 123 ta' l-2006 – Ordinamenti ta' l-2006 biex jemendaw l- ordinamenti ta' l-2005 skond ir-regolamenti ġenerali għal rikonoxximent universitarju għall-grad ta' B.Sc.", "(Hons), taħt il- patroċinju tal-fakultà tax-xjenxa;", "Avviż Legali 124 ta' l-2006 – Ordinamenti ta' l-2006 biex jemendaw l- ordinamenti ta' l-2005 skond ir-regolamenti ġenerali għal rikonoxximent universitarji għad-Dip.", "Agric, taħt il-patroċinju ta' l- istitut ta' l-agrikoltura;", "Avviż Legali 125 ta' l-2006 – Ordinamenti ta' l-2006 biex jemendaw l- ordinamenti ta' l-2005 skond ir-regolamenti ġenerali għal rikonoxximent universitarji għall-gradi ta' B.Sc.", "I.T. (Hons) u B.Sc.", "I.T., taħt il-patroċinju tal-bord ta' l-istudji għall-information technology;", "Avviż Legali 126 ta' l-2006 – Regolamenti ta' l-2006 tal-kors għall- P.G. Dip.", "Appl.", "Chem; u", "Tagħrif dwar infiq fuq fuel minn karozzi fil-ministeru ta' l- edukazzjoni, żgħażagħ u mpjiegi u fid-dipartimenti u l-enti l-oħra taħt l-istess ministeru, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 19248.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Giovanna Debono.", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO (Ministru għal Għawdex): Inqiegħed fuq il-mejda tal- Kamra:-", "Tagħrif dwar infiq fuq fuel minn karozzi fil-ministeru għal Għawdex u dipartimenti li jaqgħu taħt l-istess ministeru, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari 19253.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Austin Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni): Inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:-", "Tagħrif dwar proprjeta` mikrija mill-Gozo Channel, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari 19420;", "Tabella li turi s-salarji ta' impjegati ma' l-MOBC, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari 19446;", "Tagħrif dwar ħaddiema barranin fil-Malta Shipyards, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari 19448.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Dolores Cristina.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: (Ministru tal-Familja u Solidarjeta` Soċjali): Inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:-", "Tagħrif dwar infiq fuq fuel tal-karozzi fil-ministeru tal-familja u solidarejta` soċjali u f'dipartimenti u enti oħra taħt l-istess ministeru, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 19252.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal- Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR L-ADOZZJONI TA' L-EURO", "EURO ADOPTION BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri Ikompli mit-30 ta' Mejju, 2006 Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet", "MR SPEAKER: Aktar rimarki?", "Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI (Segretarju Parlamentari): Sur President, nirringrazzjak talli tajni l-opportunita` li nitkellem fuq din il-liġi importanti għal pajjiżna li għalkemm qegħda titqiegħed fuq binarju sempliċi ta' tibdil fil-valuta monetarja tagħna, naħseb li m'aħniex qed nenfasizzaw biżżejjed l-importanza ta' dan it-tibdil.", "L-ewro mhix tibdil kif konna għamilna qabel fuq linji metriċi.", "Qabel kellna l-kumplikazzjonijiet tas- soldi, tax-xelini u d-diversi biċċiet tagħhom, u meta ġejna biex naqilbu kellna fażi ta' komplikazzjoni enormi.", "Illum il-ġurnata m'aħniex qegħdin f'dak l-istadju.", "Bl-introduzzjoni tal-ewro qegħdin nieħdu pass kbir 'il quddiem sabiex nissudaw l-ekonomija sħiħa tagħna.", "Persuna li emmnet dejjem fil-munita ewro u sostnietha minkejja li batiet minħabba fiha hu l- President tal-Kunsill preżenti fl-Italja, Romano Prodi.", "Dan dejjem saħaq li l-ewro hija importanti għal diversi raġunijiet, kemm fuq livell ekonomiku u kemm fuq livell soċjali, u huwa importanti li l-ewro inħolqot.", "Sur President, jiena se nikkwota proprju lil Romano Prodi f'diskors li kien għamel f'Pariġi fid-29 ta' Mejju tas-sena 2001, jiġifieri meta l-ewro kienet għadha fil-bidu tagħha.", "Dan elenka varji raġunijiet bħala tifħir għall-Unjoni Ewropea u qal hekk:", "\"The first is our economic and commercial size, from the common market to the single market, from the single market to the euro.", "Our achievements are tangible.\".", "Fl-istess diskors filwaqt li kien qed jitkellem fuq l-avvanzi fil- prosperita` li għamlet l-Unjoni Ewropea, qal hekk:", "\"We would not be enjoying our present level of prosperity were it not for the single market and the euro.", "They have made us a leading trading power, capable of competing with the United States economy.", "They have provided our companies with a secure environment in which to develop, free from trade barriers and exchange risks.", "Companies are more competitive, inflation is under control.", "With further enlargement, the large integration of the market of the future will serve 500 million people.", "This growth will come at a time of rapid technological advances and I do not doubt that the result will be beneficial for all concerned.\".", "F'dawn il-ftit sentenzi, Romano Prodi spjega b'mod ċar il-vantaġġi kbar li għandha l-Unjoni Ewropea, l-ewwelnett bis-single market kbir tagħha li huwa miftuħ għal dawk kollha li jifformaw parti minn din l-Unjoni.", "Meta sentejn ilu aħna sseħibna fl-Unjoni, dħalna f'dan il-mekkaniżmu fejn għandna għad- disposizzjoni tagħna suq ta' 500 miljun persuna.", "Pero` Prodi ma jitkellimx biss fuq dak il-binarju imma jgħaqqad magħha l-ewro, li m'hijiex xi ħaġa fl- arja, imma hija l-għodda importanti biex tissoda s-suq u biex tipprovdi ambjent tajjeb fejn il-kumpanniji kummerċjali jagħmlu l-ħidma tagħhom.", "Kif jgħid Prodi dawn il-kumpanniji jkunu ħielsa kemm mill-miżuri protettivi li kull pajjiż kien introduċa fi żmenijiet oħra u kemm mir-riskji kbar ta' l- exchange control, jiġifieri li munita daqqa tkun tiswa mod u daqqa tkun tiswa mod ieħor.", "Allura jekk munita titla' 'l fuq jew tinżel 'l isfel jiddependi fuq kemm tbigħ jew inkella x'inhi s-saħħa ekonomika tiegħek.", "Bil-ewro, ħafna kumpanniji saru ferm aktar kompetittivi milli kienu qabel għaliex issa mhux biss hemm il-level playing field ta' suq sħiħ imma wkoll il-level playing field fil-munita.", "Dan hu l-vantaġġ ekonomiku li jagħti l- ewro.", "Ovvjament pajjiżna ħa jiggwadanja ħafna minnha għaliex se jissoda s-suq tiegħu u se jagħti lill-kumpanniji tiegħu opportunitajiet kbar.", "Sur President, dan huwa pass importanti kemm mill-aspett ekonomiku u kemm mill- aspett politiku għaliex qiegħed jissoda l-ambjent tagħna ta' pajjiż demokratiku, modern u Ewropew li aħna.", "Jiena kont qiegħed naqra ktieb ta' Amerikan ta' intelliġenza kbira, Michael Novak u dan jgħid hekk fuq il- flus: \"What gives money value?", "What gives money value is political faith, faith in the integrity of the system and in the resoluteness of the promise to pay the bearer something reasonably close to the expenditures of labour and effort it cost them to acquire it.\".", "Allura pajjiżna bl-ewro qiegħed isaħħaħ ukoll l-aspett politiku tal-pajjiż u jissoda l-istat fih innifsu għaliex bil-ewro, l-istat qiegħed jiggarantixxi valur lill-ħidma tax-xogħol.", "Huwa żball li naraw il-ewro fid- dimensjoni biss ta' benefiċċju għal min hu fil-kummerċ.", "Dak hu vantaġġ tajjeb ovvjament, pero` l-ewro toffri vantaġġ akbar għal min qiegħed jaħdem għaliex jekk min qiegħed jaħdem tħallsu b'valuta li fis-suq lokali għandha ċerta forza, pero` internazzjonalment għandha ċertu żvantaġġi, ċertament li hu aħjar li tħallsu b'valuta li mhux biss għandha saħħa interna imma għandha saħħa f'suq ta' 500 miljun persuna f'25 pajjiż ta' l-Unjoni Ewropea.", "Allura f'din id-dimensjoni dan l-Att għandu funzjonijiet importanti ħafna għal pajjiżna.", "Dan l-awtur Amerikan li semmejt kiteb ukoll:", "\"When this political faith collapses social disaster results.", "A democracy's fiduciary responsibility to protect the value of money is of high moral importance.\".", "Dan ifisser li kull stat li jħaddan id-demokrazija bħalma huwa pajjiżna għandu dmir morali lejn iċ-ċittadini tiegħu li jħares il-valur tal-munita li bih qiegħed jopera.", "Allura f'din id-dimensjoni, wieħed jifhem aktar u aktar kemm dan l-att huwa pass importanti ħafna għal pajjiżna għaliex permezz tiegħu aħna qegħdin nakkwistaw stabbilita` ekonomika, qegħdin nagħtu valur ekonomiku kbir għax-xogħol li qed jiġi prodott f'pajjiżna u qed nagħtu wkoll saħħa ekonomika, għaliex il-kumpanniji Maltin se jkunu jistgħu jagħtu sfida lill-prodotti oħrajn fis-suq Ewropew, u bil-kwalita` Maltija wieħed jegħleb kompetituri oħrajn.", "Aspett ieħor sabiħ tal-ewro huwa li din il-munita qegħda tittrassmetti - u din kienet waħda miż-żwiemel tal-battalja ta' Romano Prodi li l- oppożizzjoni nittama li jaqblu miegħu peress li dan ġej miċ-centro sinistra - il-kunċett li jagħmel mill-Ewropej ċittadini aqwa, għaliex kif nistgħu ngħidu li aħna ċittadini ta' l-Ewropa jekk meta niġu biex inħallsu kulħadd iħallas bil-munita differenti tiegħu?", "Dan huwa biċċa mill-kunċett tat-torri ta' Babel tal-problemi finanzjarji li kellna qabel fl-Ewropa.", "Kif dan it- torri ta' Babel spiċċa, kiber aktar il-kunċett u l-valur ta' xi tfisser li tkun ċittadin fl-Unjoni Ewropea.", "Erasmus ta' Rotterdam f'mument f'ħajtu qal:", "\"Jiena m'iniex ċittadin ta' dan il-pajjiż, jiena ċittadin Ewropew!\".", "Illum il-ġurnata għalina mhux biżżejjed li ngħidu li aħna ċittadini Ewropej, u l-affari tieqaf hemm.", "Jiena ċittadin Ewropew ukoll għaliex għandi l-opportunitajiet li għandhom pajjiżi oħrajn, u barra minn dan għandi wkoll f'idejja il-karta ta' l-ewro li hija għad-dispożizzjoni ta' kulħadd.", "Allura l-ewro hija pass determinanti għal pajjiżna għaliex issa qegħdin nidħlu f'dan il-mekkaniżmu li diġa` ta saħħa kbira lil diversi pajjiżi Ewropej oħrajn.", "Jiena kkwotajt lil Romano Prodi bejn għax dak li qal huwa tajjeb - u kelli anke l-opportunita` li niċċitah diversi drabi oħrajn – u bejn ukoll għaliex huwa importanti li jiġi reġistrat li din il- liġi m'hijiex sempliċement mekkaniżmu mingħajr ruħ, anzi hi liġi li biha wieħed qiegħed jagħmel pass determinanti għal pajjiżna.", "Pero` Romano Prodi m'huwiex waħdu, għax l-argumenti tiegħu kkonvinċew ukoll lil diversi pajjiżi u lil diversi persuni.", "Wieħed mill-persuni f'pajjiżna li huwa ċertament konvint bil-vantaġġ kbir tal-Ewro huwa l-gvernatur ġenerali tal-bank ċentrali.", "Jiena kelli l-opportunita` li nisimgħu jitkellem fuq dan is-suġġett, pero` qrajt ukoll id-diversi kitbiet tiegħu biex jiċċara darba għal dejjem xi tfisser l-ewro għal pajjiżna.", "Dan irnexxielu jagħmlu meta pajjiżna daħal fil-mekkaniżmu ta' l-ERMII.", "Dan kien pass ieħor importanti għal pajjiżna, u tajjeb li sar fil-mument li sar għax beda jagħti mill-ewwel lil pajjiżna l-benefiċċji kollha li pajjiżi oħrajn barranin diġa` qegħdin jieħdu, bejn għax daħlu fil-mekkaniżmu ta' l-ERMII u bejn għax wara li ssoddisfaw il-kriterji, irnexxielhom jidħlu fil-Eurozone.", "Il-gvernatur tal-bank ċentrali fid-diversi intervisti li huwa ta mingħajr dubju ta' xejn jikkonvinċik li l-pass dwar l-ewro kien neċessarju u determinanti għal pajjiżna.", "Huwa rnexxielu jagħmilha ċara li ddur fejn iddur, il-proċess ta' l-ERMII għandna nimxu fih biex fl-aħħar mill-aħħar nidħlu fil-Eurozone.", "Għalhekk dan l-att m'huwiex wieħed prematur imma wieħed li qed jgħaddi fil-mument propiżju għax aħna bħala pajjiż għandna nieħdu ħsieb li jkollna kollox f'postu sabiex meta jiġi dak il-mument, la jkollna problemi legali u lanqas finanzjarji u soċjali.", "Importanti li kulħadd jifhem li l-eurozone hija għajn ta' ġid għall-Maltin u l-Għawdxin u ma nistgħux nittraskurawha u nħalluha għaddejha mingħajr ma jkun hemm l- isforz ta' kulħadd sabiex nidħlu.", "Sur President, il-fatt li aħna bl-Ewro ħa nneħħu d-diffikultajiet fil-kambju u l-fatt li aħna bħala pajjiż żgħir ser jirnexxielna nċaqilqu lilna nnfusna f'dik id-direzzjoni se jgħinna ħafna, u nkunu ħmir jekk naġixxu b'mod irresponsabbli u żbaljat u nattakkaw din is- sistema.", "Matul dawn l-aħħar xhur jiena ddejjaqt nara attakki fuq il- kredibilita` tal-gvernatur ġenerali, u kważi kien hemm dubju dwar jekk għamilniex pass 'il quddiem b'dan il-mekkaniżmu ta' l-ERMII.", "Dawn huma żbalji politiċi Sur President, għax pajjiżna m'għandux telf minnha din it- triq, anzi għandu fejn imexxi l-ekonomija 'l quddiem u jagħmilha aktar soda u kompetittiva minn dik li hija llum.", "Dawn l-argumenti kollha li għamilt s'issa jgħoddu għall-pajjiżi l-kbar bħalma jgħoddu għall-pajjiżi ż-żgħar.", "Dalgħodu kont qed naqra artiklu fil- ġurnal Il Sole 24 Ore u dan kien qiegħed jgħid li Sqallija b'ħames miljun persuna mhux qed toħroġ b'saħħitha fil-kapaċita` ekonomika tagħha meta tqis li għandek pajjiżi li huma membri ta' l-Unjoni bħalna, bħal-Latvja u bħall- Estonja, li fihom hemm anqas minn 5 miljun persuna.", "Għalhekk bħala pajjiż żgħir b'suq intern ċkejken, għandna interess li nieħdu kemm jista' jkun malajr il-benefiċċji kollha ta' suq akbar permezz ta' munita komuni.", "L- argument jekk aħniex ngħaġġlu jew le f'din id-direzzjoni huwa wieħed relattiv, għax kemm-il darba il-pajjiżi li aħna qed nikkompetu magħhom qed joħduha bil-lajma, wieħed jifhem li aħna nagħmlu l-istess, imma mhux qed jiġri hekk.", "Aħna rajna xi ġralu Romano Prodi għax daħħal l-ewro.", "Niżlitu tosku fil- politika Taljana għax ħlief attakki kontra tiegħu talli għamel hekk ma kienx hemm, pero` llum irridu wkoll naċċettaw li pajjiżi oħrajn daħlu fil- mekkaniżmu tal-Ewro.", "Allura jekk kompetituri tagħna diġa` qegħdin hemmhekk, jaqbel li għal pajjiżna li noqogħdu nitnikkru biex nagħmlu l-istess ħaġa?", "Aħna bħala pajjiż għandna xi ħaġa li għandha tixħetna lura sabiex il-passi li għamel ħaddieħor, nagħmluhom aħna wkoll?", "Jiena ngħid li le, u għalhekk dan l-att jagħmel ħafna sens.", "Dan l-att la huwa att ta' qattusa għaġġelija u lanqas huwa att ta' xi ħadd li raqad fuq l-affarijiet.", "Dan hu att li qed isir fil-mument tajjeb.", "Bħal dan iż-żmien sena konna qed niddibattu l- kwestjoni ta' l-ERMII.", "Issa wara sena li dħalna f'dan il-mekkaniżmu u diġa` bdejna nieħdu l-benefiċċju tiegħu, għamilna dan il-pass sabiex aħna niġu f'level playing field ta' kompetizzjoni ma' pajjiżi oħrajn.", "Sur President, indur issa fuq il-valur, għax dan li jinteressahom in-nies.", "Ħafna mid- domandi tan-nies huwa dwar jekk il-valur tal-lira hux se jonqos jew se jitla.", "Il-valur tal-lira Maltija - li llum diġa` hija marbuta b'mod determinanti mal-Ewro - mhux se jonqos, anżi meta naqilbu għall-Ewro se jissoda ferm aktar minn dak li aħna għandna llum.", "Ma ninsewx li aħna għandna l-vantaġġ, bil-kontra ta' pajjiżi oħrajn, li m'għandniex munita dgħajfa imma munita b'saħħitha.", "Ovvjament irridu naċċettaw li l-lira Maltija m'hijiex la l-Isterlina u lanqas id-dollaru Amerikan.", "Il-munita Maltija għandha l-limitazzjonijiet tagħha u taħdem biss f'din il- gżira ta' anqas minn nofs miljun ruħ.", "Irridu ngħidu wkoll li aħna m'għandniex xi rbit sentimenali mal-lira Maltija bħalma forsi għandhom l- Ingliżi ma' l-isterlina jew l-Amerikani mad-dollaru.", "Jidher li l-Ingliżi għandhom ċertu sentimentaliżmu lejn l-isterlina billi din ilha ħafna f'pajjiżhom.", "Min-naħa tagħna m'għandniex dan is-sentimentaliżmu u l-lira Maltija hija xi ħaġa relattivament żgħira.", "Għaldaqstant kulma qegħdin nagħmlu hawnhekk huwa li nkomplu nissudaw il-valur tal-pajjiż.", "U allura meta naqilbu l-lira Maltija għall-ewro skond il-mekkaniżmu stabbilit f'din il-liġi, inkunu qegħdin nissodaw aktar u aktar il-pajjiż.", "Għalhekk tħares mil-liema aspett tħares, bl-ewro se jkollna vantaġġ enormi.", "Sur President, f'ċerti mumenti ngħid li d-dinja qisha qiegħda tmur lura għal dak li kienet fil-bidu.", "Fil-fatt meta l-bniedem kien għadu fl-għabex taċ-ċivilta' ma kien ikollu l- ebda problemi sabiex jaqsam minn pajjiż għall-ieħor.", "Il-liberta' tal- moviment kienet kbira u kien hemm ukoll il-liberta' fil-kummerċ.", "Dak iż- żmien ma kienx hemm problemi ta' barrieri ekonomiċi u kulma kien isir kien it-tpartit ta' l-oġġetti.", "Issa llum erġajna sejrin lejn dik is-sitwazzjoni għaliex sejrin lura lejn din il-liberta'.", "Fil-fatt, minħabba l-avvanz kbir li għamilna fiċ-ċivilta' tagħna, aħna se jirnexxielna nieħdu dawk il- vantaġġi li kellhom dawk il-komunitajiet ta' bnedmin li ġew qabilna.", "Ovvjament kontra dan jista' ikun hemm min jgħid li pajjiżna se jkun qiegħed jitlef xi forma ta' awtonomija fil-qasam tal-politika monetarja u tar-rata tal-kambju.", "Issa jista' ikun li pajjiżna fuq il-karta jidher li se tilef xi ħaġa, pero' fir-realta' se jkun qiegħed jakkwista affarijiet li fl- istorja ta' pajjiżna qatt ma kellna.", "F'paġna 60 tar-rapport annwali tieghu l-bank ċentrali jagħti informazzjoni interessanti ħafna.", "Fil-parti dwar l-external reserves management insibu l- aħħar paragrafu li jgħid hekk:", "\"The bank collects daily data related to foreign exchange transactions against the Maltese Lira.", "The analysis and evaluation of developments in the local foreign exchange market has acquired greater importance following the entry of the Maltese Lira into ERM II.", "Since joining ERM II the bank also participates in a daily teleconference with the ECB regarding developments in foreign exchange markets in the countries that are members of the mechanism.\".", "Bl-ERM 2 pajjiżna għandu n-nies tal-bank ċentrali tiegħu li kuljum se jieħdu sehem f'teleconference, jiġifieri r-rappreżentanti tal-banek ċentrali Ewropej li jifformaw parti mill-ewro jew mill-ERM 2 jitkellmu u jiddiskutu bejniethom l-iżviluppi fil-foreign exchange market tal-pajjiżi kollha nvoluti.", "L-importanza tal-politika monetarja u l-interess li wieħed iżomm sħiħ il-valuta tagħna issa se tkun telgħet fuq livell ferm aktar għoli, fejn in-nies tekniċi tal-bank ċentrali jkunu jistgħu jaqsmu l- esperjenzi ta' pajjiżhom ma' dawk ta' pajjiżi oħrajn.", "Pajjiżna issa m'għadux maqtugħ mill-aspett finanzjarju u ekonomiku Ewropew, u bħala membru fl-ERM 2 u fl-Unjoni Ewropea qed ikollu sehem aktar attiv u importanti ħafna f'dawn iż-żewġ oqsma.", "Kif jgħidu, il-vuċi fil-kapitlu hija l-aktar ħaġa importanti.", "Issa hawnhekk għandna mhux biss vuċi fil-kapitlu f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-Unjoni Ewropea - fil-politika, fil-liġi u f'dawn l-affarijiet kollha – imma issa għall-ewwel darba pajjiżna qiegħed jieħu sehem direttament billi minn naħa jiġi nfluwenzat minn pajjiżi oħra u minn oħra jinfluwenza hu stess lil pajjiżi oħrajn.", "L-analiżi tal-ġurnata u x'wieħed jipprevedi li se jkun il- futur ta' din il-munita se jaffettwa lil dawn il-miljuni kollha ta' nies.", "Il-futur ta' din il-munita jiddependi wkoll mill-parir li n-nies tekniċi f'dan il-pajjiż ikunu qed jagħtu f'din id-daily teleconference.", "Sur President, dan l-att qed nagħmluh bi skop u b'mira preċiża u determinanti.", "Nerġa' nfakkar fil-kliem ta' Michael Novak meta qal \"what gives money value is political faith\" u huwa proprju dan li aħna qegħdin nagħmlu.", "Politikament aħna qegħdin nagħtu din l-importanza f'din il-valuta għaliex nafu li se tiggarantixxi u se tagħti saħħa aktar lil pajjiżna.", "Se tagħti importanza lill-flus li diġa' hemm, u aktar importanti, se tagħti saħħa lill-ħidma ta' kuljum tan-nies tagħna.", "Bl-ewro, il-ħidma ta' kuljum tal-ħaddiema tagħna se tingħata valur ferm akbar milli għandha preżentement u b'dan l-att pajjiżna se jkompli miexi biex ikun fl-istess livell tal- pajjiżi l-oħra Ewropej li huma stabbli ekonomikament, finanzjarjament u soċjalment.", "B'dan l-att pajjiżna jkun tela' tarġa oħra 'l fuq u jkun jista' jagħti opportunitajiet ferm aktar minn dawk li kien hemm fi żminijiet oħra.", "Meta aħna nidħlu fiż-żona ewro, it-tfal li jilħqu l-eta` tax-xogħol u t-tfal li għadhom jitwieldu ser jirtu pajjiż ferm aqwa milli għandna llum.", "Għaldaqstant weħed ma jistax ma jgħidx li din hi liġi tajba li saret fil-ħin propizju u li ser tkompli tissoda l-pajjiż tagħna.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Carmelo Abela): Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Is- Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO (Segretarju Parlamentari): Sur President, se nagħmel ftit kummenti rigward din il-leġislazzjoni li qiegħda titressaq mis- segretarju parlamentari Tonio Fenech fil-ministeru tal-finanzi.", "Kif kien qed jgħid is-Segretarju Parlamentari Carmelo Mifsud Bonnici huwa l-waqt ġust mhux biss li dan il-pajjiż jiddeċiedi li jdaħħal l-ewro, iżda huwa wkoll l-iżjed waqt ġust li titressaq din il-leġislazzjoni sabiex kulħadd jilħaq iħejji ruħu, mhux biss in-nies tan-negozju, imma l-poplu kollu b'mod in ġenerali.", "Din hija ħaġa li se teffettwa lil kulħadd, lill-ħaddiema li se jibdew jitħallsu l-paga bl-ewro, lill-anzjani li se jibdew jieħdu l- pensjoni bl-ewro, lill-konsumaturi li għad iridu jibdew jixtru bl-ewro, u lin-negozjanti żgħar u kbar li jridu jibdew jikkummerċjaw bl-ewro f'pajjiżna, għax barra minn pajjiżna diġa` jixtru bl-ewro.", "Allura f'dan iż-żmien ta' preparazzjoni, meta kulħadd qed jitkellem dwar meta u kif se nbiddlu l-munita tagħna għall-ewro, dan huwa l-waqt li nintroduċu din il-leġislazzjoni.", "Dan huwa l-mekkaniżmu biex ninvestu fis- serħan tal-moħħ f'mument ta' inċertezza, għax kull bidla tfisser inċertezza.", "Meta wieħed ikun qed jagħmel bidla sinifikanti u importanti bħal din, fejn qed ibiddel il-munita ta' pajjiż, irid ikollu l-għodda neċessarja biex il-poplu jkollu s-serħan tal-moħħ li f'dan il-mument daqshekk delikat u importanti ma jkollniex min jabbuża, u fl-istess ħin il- gvern ikun jista' jagħti d-direzzjoni tiegħu.", "Sur President, jien naqbel ma' dak li qal is-Segretarju Parlamentari Mifsud Bonnici rigward Prodi.", "Żgur li l-Maltin kollha jiftakru l-aħbarijiet li konna nisimgħu mill- Italja, l-eqreb pajjiż Ewropej ġar tagħna, meta qalbu l-munita tagħhom, il- lira Taljana, għall-ewro.", "Hemmhekk ċerti prezzijiet ġew irrapportati li telgħu 'l fuq b'mod awtomatiku u għolew anke ċerti neċessitajiet bażiċi.", "Għaldaqstant tiltaqa' ma' min fost il-poplu Malti tiġih f'moħħu din iċ- ċirkostanza f'pajjiż ġar tagħna u awtomatikament meta ssemmi l-kelma \"ewro\" tiġih f'moħħu l-kelma \"abbuż\".", "Għalhekk f'Malta hawn min jaħseb li tista' togħla l-ħajja bil-bidla għall-ewro.", "Pero` jien għandi fiduċja fin-nies tan-negozju li f'din iċ-ċirkostanza mhux se jagħmlu hekk, għall-kuntrarju ta' dak li ġara fl-Italja.", "Aħna tant għandna kompetizzjoni li mhux se jkun daqshekk possibbli li jgħollu l- prezzjijiet, anke minħabba l-fatt li ċ-ċirkostanza tal-lira Maltija hija totalment differenti minn tal-lira Taljana.", "Allura jien ngħid li m'għandux ikun hemm abbuż.", "Jien għandi fiduċja fil-maġġor parti tan-nies li qegħdin fin-negozju hawn Malta għax dawn jifhmu li n-negozju jfisser li inti trid tkun ta' servizz għal min jiġi biex jixtri mingħandek.", "U l-konsumatur aktar ma jmur aktar qed jirrikonoxxi li min qiegħed fin-negozju qiegħed hemm biex jagħtih servizz.", "Allura jien ngħid li jekk se jkun hemm min jagħmel l-abbuż għandna nilqgħu għalih u nikkundannawh bl-akbar qawwa.", "Jeħtieġ li jkollna leġislazzjoni li tiggwidana biex ikollna bidla għall- ewro bl-inqas skossi u bl-iżjed mod organizzat possibbli.", "Fuq kollox din hija liġi li m'għandhiex tibqa' effettiva wara li ssir il-bidla mill-munita Maltija għall-ewro.", "Allura nafu meta din il-leġislazzjoni se tibda tiġi fis-seħħ u nafu wkoll meta se nkunu nistgħu ngħaddu mingħajrha.", "Effettivament meta tidħol l-ewro bħala l-munita tagħna din il-leġislazzjoni ma tibqax aktar effettiva.", "Sur President, din il-leġislazzjoni għandha twassal ukoll sabiex nibdew innisslu ċerta stabbilita' fil-munita lokali li għandna bħalissa u anke għall-munita lokali l-ġdida li se tkun l-ewro.", "Qiegħed ngħid stabbilita' għall-munita lokali minn issa għaliex permezz ta' din il-leġislazzjoni l- gvern qiegħed jitfa' sinjali lill-poplu Malti li huwa jinsab miexi b'ċertu ritmu.", "Dan għaliex wara s-sħubija ta' pajjiżna fl-Unjoni Ewropea issa jmiss li nagħmlu l-bidla tal-munita tagħna.", "Għaldaqstant irridu noqogħdu attenti li nibagħtu l-aħjar messaġġi possibbli għaliex l-inqas messaġġ negattiv f'dan il-konfront jista' joħloq instabbilita' ekonomika u inċertezza fil-valur tal-lira lokali.", "U dik hija l-iżjed ħaġa li aħna ma rridux nagħmlu.", "Għalhekk kienet deċiżjoni f'waqtha, u rridu napprezzaw li kienet deċiżjoni f'waqtha.", "Il-gvern preżenti ħa d-deċiżjoni li ladarba aħna qegħdin stabbli fil-kontijiet pubbliċi tagħna, li r-ritmu ekonomiku tagħna miexi b'tali mod u l-inflazzjoni qegħdin nikkontrollawha, allura l- ewwel appuntament tagħna huwa li nbiddlu l-munita Maltija għall-ewro.", "F'dan il-mument din kienet l-aħjar deċiżjoni għaliex b'dik id-deċiżjoni bdejna u komplejna nistabbilixxu wkoll il-valur tal-lira Maltija.", "Li kieku l-gvern ma ħax din id-deċiżjoni u żamm lill-poplu fil-vacuum dwar il-bidla tal-munita kien ikollna inċertezza kbira rigward il-valur tal-lira Maltija fil-konfront ta' l-ewro, tad-dollaru u ta' l-isterlina.", "Din l-inċertezza tant kienet tikber li konna nibdew nitilfu mill-valur tal-lira Maltija.", "Kellna okkażjonijiet f'dak il-ftit żmien fejn il-gvern kien għadu ma ppronunzjax il-politika tiegħu rigward il-bidla tal-munita Maltija għall- ewro fejn diġa' kien hawn min beda jitkellem fuq il-probabbilita' ta' l- iżvalutar tal-lira Maltija.", "Kellna l-poplu li x'ħin beda jisma' l-qasba ċċaqċaq, beda jibża' li l-lira Maltija se tibda titlef mill-valur tagħha u l-lira Maltija minflok tibda ġġib mitt ċenteżmu se tibda ssarraf disgħin ċenteżmu.", "Sur President, il-leġislazzjoni li għandna quddiemna għandha s-sinifikat tagħha għaliex qiegħda tkompli l-proċess tal-gvern sabiex isaħħaħ il- perspettiva tal-politika tiegħu u sabiex ikompli jissoda s-serħan tal-moħħ f'mument ta' ċerta vulnerabilita' u ta' ċertu biża'.", "Kull bidla tfisser biża' u għalhekk irridu riffied - irridu għodda - sabiex ma jħallix lil dik il-biża' tieħu over.", "Fil-fatt din il-leġislazzjoni qiegħed naraha bħala l- għodda meħtieġa li għandna bżonn f'dan il-mument ta' bidla u li se tgħin sabiex tnaqqas mill-biża' u żżid is-serħan tal-moħħ.", "Dan għaliex qiegħda turi lill-poplu Malti li l-gvern qiegħed jippjana bis-serjeta' u li se jkollu l-aħjar għodda leġislattiva li qiegħda taħseb f'kollox sabiex x'ħin jasal il-waqt tkun tista' tkompli tispjega u tagħti d-direzzjoni tagħha f'dan ir-rigward.", "Għaldaqstant naqbel li din il-leġislazzjoni hija inizjattiva, fil-proċess kollu, li se tkompli ssaħħaħ u tistabbilixxi l- valur tal-lira Maltija sakemm din nibqgħu nużawha.", "U b'hekk żgur li ħadd ma jkun qiegħed jitlef xejn minn dak il-valur li għandu s'issa.", "Sur President, permezz ta' din il-leġislazzjoni se jitnaqqsu l- ispekulazzjoni u l-inċertezza fir-rigward tal-ġejjini tal-munita lokali, li għada pitgħada se tkun il-munita ta' l-ewro.", "Din l-ispekulazzjoni se titnaqqas iżjed ma jkollna direzzjoni ċara lejn kif se tiġi ntrodotta l- munita, kif se jkunu l-prezzijiet, kif se tintuża din il-munita u anke meta jibdew ħerġin il-payslips bl-ewro.", "Din hija xi ħaġa li rridu nibdew nidrawha llum qabel għada għaliex għandna bżonn li għall-ġid ta' dan il- pajjiż, ikollna kemm jista' jkun is-serħan tal-moħħ li bidliet bħal dawn nagħmluhom b'mod unit.", "Irridu nagħmluhom b'mod fejn iż-żewġ naħat tal- Kamra jkunu qegħdin jaqblu u għalhekk ejjew nuru li aħna poplu matur u poplu li għandna fiduċja fis-settur kummerċjali tagħna.", "Irridu nuru wkoll li aħna b'saħħitna kontra min jipprova jabbuża f'dan il-mument.", "Irridu nkunu uniti kontra min jista' jabbuża minn din il-bidla tal-munita.", "Fl-istess ħin irridu nkunu daqshekk ieħor b'saħħitna lejn min jipprova jispekola, inissel ċertu inċertezza jew jipprova jara kif inaqqas minn dak is-serħan tal-moħħ tal-poplu tagħna, għaliex dawn ukoll nistgħu nqisuhom bħala ksur tal-liġi.", "Ideoloġikament il-mottiv ta' min jipprova jiżra' l- inċertezza jew ta' min jipprova jiżra' n-nuqqas tas-serħan tal-moħħ f'mument bħal dan, fejn il-Bambin biss jaf kemm tkun ilek taħdem sabiex tfaddal dawk il-flus li għandek, daqshekk ieħor dak għandu għalxiex jinkwetah.", "Permezz ta' din il-leġislazzjoni l-gvern qed juri li jekk se jkun hemm negozjant li jkun qiegħed jikser din il-leġislazzjoni u jipprova jabbuża, dak il-ksur tal-liġi mhux se jitqies bħala att kriminali.", "Dan il- ksur se jitqiegħed quddiem il-qorti ta' l-appell jew quddiem il-kompetenza inferjuri.", "Hawnhekk il-gvern qiegħed juri ċerta fiduċja fil-mod ta' kif jitratta dawn l-affarijiet.", "Issa l-gvern jemmen li jista' ikun hemm min jagħmel l-iżbalji b'mod ġenwin u dawk jintgħarfu min huma.", "Pero' min jagħmel żbalji premeditati ma jistax jinħeba wara subgħajh u jgħid li dak l- iżball kien wieħed ġenwin.", "Sur President, qabel ma ngħaddi għal-leġislazzjoni fiha nfisha, nixtieq li wieħed jara wkoll din iċ-ċirkostanza ta' żvilupp ekonomiku ta' pajjiżna u x'inhu jiġri proprju bħalissa li qegħdin inħejju għall-bidla tal-munita tagħna.", "Il-bieraħ saritli kritika minn sid ta' ħanut fil-gżira.", "Dan qalli li aħna qegħdin inkissruhom minħabba li l-liċenzji ħerġin bl-addoċċ u li allura l-kompetizzjoni qiegħda tikber bin-numru ta' ħwienet li qed jiftħu.", "Din il-kritika saritli min sid ta' ħanut waqt li kont qiegħed indur xi negozji fil-Gżira flimkien mas-sindku tal-post.", "U fiha nfisha din il- kritika hija waħda ta' suċċess għaliex qiegħda turi li naqqasna ċerta burokrazija li kellna f'dak is-settur.", "B'hekk illum bi proċess normali l- liċenzji tan-negozji qed joħorġu f'inqas ħin milli kienu joħorġu qabel, tant li llum kważi qegħdin niġu kkritikati għaliex l-ammont ta' liċenzji huwa ferm ogħla milli kien qabel.", "Illum min irid jibdel in-negozju tiegħu jew inkella jgħaddih lil ħaddieħor tant sar faċli li aktar bdew jirrapportaw il-bidliet li kienu qegħdin jagħmlu.", "Min-naħa l-oħra, meta l-affarijiet kienu diffiċli, l-ekonomija s- sewda kienet akbar għaliex kien ikun hemm min jaqta' qalbu sabiex jirrapporta jew japplika għal-liċenzja li kellu bżonn.", "Ovvjament illum in- numru ta' persuni li qegħdin jipparteċipaw fl-attivita' ekonomika qegħdin jikbru għaliex iffaċilitajnielhom il-proċess.", "Allura għandek rittmu ta' nies deħlin u ħerġin fl-attivita' kummerċjali tagħna.", "Kritika oħra li ssir minn min qiegħed fl-attivita' ekonomika hija dik tas-surcharge fuq il- prezzijiet tad-dawl u l-ilma li qed inaqqsulhom mill-profitti tiegħi.", "Dawn il-kontijiet qegħdin jieħdu wkoll ħafna mis-saħħa ta' l-infiq tagħhom.", "B'mod ġenerali jiena tajt żewġ elementi ta' kif il-poplu jħares lejn l- istat ekonomiku tagħna.", "Pero' bħala pajjiż irridu nitilgħu skaluna jew tnejn ħalli nħarsu ftit 'il fuq mill-element personali ta' din l-attivita' kummerċjali.", "Sur President, qiegħed nagħmel din ir-riflessjoni fil-mument li fih qegħdin niddiskutu leġislazzjoni li qiegħda titkellem fuq l-għodda leġislattiva li permezz tagħha l-gvern se jkun jista' jirregola u jiddixxiplina l-bidla tal- munita Maltija għall-dik ta' l-ewro.", "Jekk tħares lejn iċ-ċaqliq fuq livell nazzjonali wieħed isib li l-attivita' kummerċjali qiegħda tikber.", "Barra minn hekk id-deficit qiegħed taħt kontroll ukoll u din hija xi ħaġa li l- opinjonisti li jiktbu fil-gazzetti tagħna ma tantx isemmu.", "Ara li kieku l- gvern tilef il-kontroll fuq id-deficit hemmhekk kien jiġi kkritikat, imma ladarba mexjin tajjeb rari jkun hemm min jitkellem dwaru.", "Issa aħna qegħdin napprezzaw x'jiġifieri li l-kontroll tad-deficit qed ikun suċċess?", "F'dan il-pajjiż xi kultant inħobbu nkunu xi ftit kattivi magħna nfusna.", "Meta ma jkollokx suċċess jew inkella jkollok xi ħaġa li ma tantx tkun sejra tajjeb kulħadd jitkellem fuqha, imma meta ssib is-soluzzjoni ta' problema lanqas biss nagħtu kasha.", "Ejjew issa nagħtu daqqa t'għajn lejn dak li ġara fl-Italja.", "Ftit ilu kien hemm bidla fil-gvern Taljan u l-Confindustria ltaqgħet mal- prim ministru l-ġdid Romano Prodi.", "Din qaltlu li d-deficit tal-pajjiż mhux daqstant tajjeb u għaldaqstant irid jiġi ndirizzat.", "Il-Confindustria ndunat li l-kontijiet pubbliċi tal-pajjiż iridu jiġu aktar in order u jeħtieġ li jkunu aktar b'saħħithom għaliex l-Italja kollha kienet se titlef.", "Naturalment min jisma' l-aħbarijiet Taljani jaf aktar xi tfisser li kieku dan il-pajjiż m'għandux id-deficit tiegħu taħt kontroll u jaf aktar xi tfisser li kieku l-gvern tagħna ma ħax ċerti miżuri sabiex jikkontrolla d-deficit tal-pajjiż.", "Aħna bdejna nitkellmu dwar il-ħtieġa li d-deficit ikun ikkontrollat għaliex inkella l-aġenziji tal-kreditu ma jibqax ikollhom fiduċja fina u jnaqqsulna mill-credit rating tal-pajjiż.", "Din ir-rata hija importanti għall-investitur u għall-industrijalist li jkunu jridu jinvestu fil-pajjiż.", "Issa li kieku ma kellhomx fiduċja fina l- credit rating ta' pajjiżna kien jaqa'.", "Illum il-ġurnata t-Taljani għandhom din il-problema mentri aħna m'għandniex.", "Qiegħed insemmi din il-kwestjoni għaliex ħafna drabi nħoss li m'hijiex tiġi apprezzata biżżejjed.", "Madankollu l-attivita' kummerċjali qiegħda tikber u l-ħolqien tax-xogħol ukoll qiegħed hemm.", "Sur President, quddiemi għandi l-annual report ta' l-2005 tal-bank ċentrali u l-quarterly review ta' l-2006 ta' l-istess bank.", "F'dan ir-rapport insibu li l-labour supply u anke l-gainfully occupied kważi dejjem kibru minn żmien għall-ieħor.", "Jekk naraw minn Jannar sa Diċembru ta' l-2003 insibu li l-gainfully occupied kienu 137,833 mentri fis-sena 2004 kien hemm 137,290.", "Pero' minn Jannar sa Settembru ta' l-2005 kien hemm żieda meta mqabbla mas- sentejn ta' qabel, jiġifieri mas-sena 2003 u s-sena 2004.", "Fil-fatt il- gainfully occupied kienu telgħu għal 137,914-il persuna.", "Min-naħa l-oħra jekk fl-2003 ir-rata tan-nies qiegħda kienet 5.4% u fl-2004 kienet 5.7%, bejn Jannar u Settembru ta' l-2005 niżlet għal 5.2%.", "Fl-istess ħin in- numru ta' impjiegi fis-settur pubbliku kien qed jonqos, u allura ħadd ma jista' jgħid li l-gainfully occupied kienu qed jiżdiedu għax in-numru ta' ħaddiema mal-gvern jew entitajiet tal-gvern kien qed jiżdied bħalma kien ikollna xi darba, meta l-ekonomija tal-pajjiż kienet tikber għax il-gvern bħala l-ikbar negozjant kien jimpjega iżjed nies miegħu.", "Fl-2003 kien hemm 47,446 ħaddiem mal-public service, fl-2004 kien hemm 46,748 u bejn Jannar u Settembru ta' l-2005 in-numru ta' ħaddiema fis-servizz pubbliku reġa' naqas għal 45,682, jiġifieri l-gvern dejjem qed iċekken in-numru ta' l-impjegati tiegħu.", "Sur President, jekk imbagħad wieħed iħares lejn in-numru ta' impjegati fis- settur pubbliku jsib li fl-2003 kien hemm 90,387 persuna, minn Jannar sa Diċembru ta' l-2004 żdiedu għal 90,542, u minn Jannar sa Settembru ta' l- 2005 reġgħu żdiedu għal 92,232, kważi 2,000 ruħ.", "Meta wieħed iħares lejn l- attivita` ta' dan il-pajjiż isib li filwaqt li fil-private direct production fil-manifattura kellna tnaqqis fin-numru ta' ħaddiema, fil- private market services kellna żieda fin-numru ta' ħaddiema.", "Infatti fl- 2003 kien hemm 55,583 ruħ jaħdmu fil-private market services, fl-2004 żdiedu għal 56,687 ruħ u minn Jannar sa Settembru tas-sena 2005 reġgħu żdiedu għal 58,452 ruħ.", "Wieħed isib ukoll li ż-żidiet sostanzjali fl- ekonomija tal-pajjiż huma ġejjin mis-settur tal-private market services.", "Għaldaqstant wieħed jirrejalizza li din hija attivita` kummerċjali li rridu nkomplu nsostnu u jeħtieġ inħarsu lejha b'mod pożittiv.", "Minkejja li hemm iż-żieda fl-ispejjeż tad-dawl u l-ilma minħabba ż-żieda fis-surcharge, din l-attivita` kummerċjali miexja b'saħħitha.", "Anke jekk wieħed iħares lejn l-istatistika ta' l-importazzjoni jsib li fl- 2005 aħna kkonsmajna iżjed mill-2004 u iżjed mil-2003.", "Skond l-annual report ta' l-2005 tal-bank ċentrali ta' Malta fl-2005 aħna importajna - u dawn li jidhru, mhux dawk li ma jidhrux – bi Lm353 miljun, filwaqt li fl- 2004 importajna bi Lm344 miljun u fl-2003 konna importajna bi Lm311-il miljun.", "Tajt dan ir-rendikont biex nuri l-iżvilupp ekonomiku li kellna f'dawn l-aħħar sentjen minn wara s-sħubija ta' pajjiżna fl-Unjoni Ewropea.", "Wara bidla bħal dik, apparti li ridna nidraw din ir-realta` ġdida ridna nitgħallmu kif nibdew nisfruttawha.", "Issa ninsabu f'sitwazzjoni fejn id- deficit qiegħed taħt il-kontroll tal-gvern, il-qgħad qiegħed taħt kontroll ukoll għalkemm nixtiquh li jkun inqas, u qed ikollna l-ħolqien ta' l- impjiegi.", "Fl-istess ħin f'dawn is-sentjen kellna investiment fl- edukazzjoni, fit-toroq u fl-infrastruttura ta' dan il-pajjiż, u ġej ukoll l- investiment minn barra.", "Infatti jekk wieħed iħares lejn l-ewwel quarterly review ta' l-2006 kif maħruġ mill-bank ċentrali u jara l-business perception survey isib li: - u nikkwota mill-parti dwar id-domestically oriented firms - \"Firms that largely cater for the domestic market by and large reported both higher sales and higher selling prices during the fourth quarter of 2005 compared with the previous three months, Moreover their profitability improved despite an increase in their wage bill.\"", "Jekk wieħed iħares lejn il- manifattura jsib li: \"In general manufacturing firms recorded stable sales, higher selling prices and stronger profitability despite increased labour costs.\"", "Ovvjament f'dan il-quarterly review hemm stampa li kulħadd jixtieqha ferm aħjar milli hi, għax illum sirna ma nixbgħu b'xejn, imma fl- istess ħin għandna ekonomija li minkejja l-baħar imqalleb li ninsabu fih, għaddejja b'ritmu tajjeb.", "F'din is-sitwazzjoni rridu nkomplu niddiskutu r- realta` tal-bidla tal-munita Maltija għall-ewro.", "Allura hanwhekk irridu nifhmu li dan il-gvern qed jaħdem u jieħu d-deċiżjonijiet li huma mixtieqa.", "F'artiklu li deher fil-ġurnal \"Il-Ġens\" nhar is-Sibt li għadda fejn kien qed jiġi intervistat is-Sur Vince Farrugia għall-GRTU, huwa ġie kwotat li qal hekk: \"Ma rridux inkunu negattivi.", "Il-GRTU qed tkun iebsa llum biex 'il quddiem il-gvern ma jkollux froġa jekk l-affarijiet jibqgħu sejrin kif inhuma.", "Aħna rridu smooth changeover u kmieni kemm jista' jkun.\"", "Dan hu l- element demokratiku ta' dan il-pajjiż.", "Jiġifieri l-ewwel qal li kellu jgħid, imbagħad qal li huma jridu smooth changeover u kmieni kemm jista' jkun.", "Dan hu l-momentum li dan il-gvern qed jgħin biex jinħoloq u dan huwa l-waqt fejn irrid nagħmel sejħa lill-GRTU.", "Jien nemmen li hemm opportunita` li jerġgħu jibdew id-diskussjonijiet bejn il-GRTU u s- Segretarju Parlamentari Tonio Fenech.", "Il-GRTU hemm bżonnha, hija meħtieġa bħalma huma meħtieġa l-korpi kostitwiti l-oħrajn kollha.", "M'hemmx dubju li kulħadd huwa meħtieġ biex id f'id nagħmlu suċċess minn dan il-proċess ta' bidla.", "Dan il-pajjiż jeħtieġ dan is-suċċess.", "Għalhekk ejjew nagħmlu dan il-proċess flimkien billi jkollna komunikazzjoni tajba bejnietna.", "Irridu nitilqu għal dan il-proċess ta' bidla bil-fiduċja tan- nies tagħna.", "Ma nistgħux inkunu aħna il-punt tat-tluq, la bħala poplu in ġenerali u lanqas bħala gvern u lanqas l-entitajiet responsabbli, kemm jekk huwa n-National Euro Changeover Committee (NECC) u kemm jekk huwa l-bank ċentrali.", "Il-fiduċja tagħna trid tkun il-punt tat-tluq, għax dan il-pajjiż qegħdin inkomplu nibnuh!", "Dan hu l-partit Nazzjonalista fil-gvern.", "Minkejja l-esperjenza ta' governabilita` li għandu llum, huwa partit li l-ħin kollu qed jirriskja, qed jiffaċċja r-realtajiet u jaf x'għandu jagħmel u qed jieħu l-aħjar deċiżjonijiet meħtieġa.", "Għaldaqstant irridu naħdmu b'tali mod li l-konsumatur ikollu moħħu mistrieħ dwar din il-bidla, tasal meta tasal, grazzi għal leġislazzjoni bħal din.", "Jeħtieġ li jkun hemm patt soċjali bejn il-bejjiegħa u l-konsumaturi.", "Jekk jien sid ta' negozju nixtieq nara li issa l-patt soċjali jissarraf fir- realta`, jien mal-konsumaturi tiegħi, jien mal-poplu Malti.", "Lil hemm irridu nimxu flimkien mal-GRTU u l-korpi kostitwiti.", "Is-Segretarju Parlamentari Tonio Fenech irid jagħmel patt soċjali b'differenza mill-patt soċjali li kien għamel il-Prim Ministru Fenech Adami mal-korpi kostitwiti.", "Issa l-bejjiegħa jridu jaqilbu l-lira Maltija għall-ewro b'sinċerita` u b'ġenwinita`, u jien nemmen li minħabba l-kompetizzjoni li hawn f'dan il- pajjiż m'għandux ikollna eżerċizzju li, kif ġara fl-Italja, jista' jgħolli l-ħajja, imma għandna nkomplu naħdmu biex il-poplu tagħna jibqa' poplu kompetittiv u għall-ġejjieni jsir kompetittiv ħafna iktar milli hu llum.", "Grazzi.", "Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Nistieden lis-Segretarju Parlamentari biex, jekk jogħġbu, jgħaddi għall-winding up.", "ONOR.", "TONIO FENECH (Segretarju Parlamentari): Mr Speaker, nixtieq nirringrazzja lil dawk kollha li pparteċipaw f'dan id-dibattitu.", "Żgur li l- messaġġ finali ta' l-Onor.", "Vassallo, li tassew naslu biex din il-bidla importanti għal pajjiżna nagħmluha id f'id, huwa x-xewqa ta' kulħadd fuq din in-naħa tal-Kamra.", "Kif għedt fl-introduzzjoni tiegħi għal din il-liġi, jeħtieġ li tkun bidla li effettivament twassal biex il-vantaġġi - u jien tkellimt estensivament dwarhom il-ġimgħa li għadidet – li l-ewro jista' jġib għal pajjiżna ma ntappnuhomx fil-mument tal-bidla billi ma nagħtux l- aħjar lil kulħadd.", "U dan nistgħu nagħmluh billi nuru lill-konsumatur li qed nittrattawh mhux biss b'mod fair, imma li qed nagħtuh il-vantaġġi kollha li nistgħu, u billi nassiguraw lill-kummerċjant li l-bidla ssir bla ħafna skossi għalih u iktar u iktar bla ħtieġa ta' ħafna spejjeż.", "Fl-aħħar mill- aħħar l-għan tagħna huwa li mill-ewro jgawdi kulħadd u mhux biss xi ħadd.", "Sur President, jien smajt b'attenzjoni b'mod partikolari l-kummenti ta' l- Onor. Charles Mangion fir-reazzjoni tiegħu għad-diskors li għamilt.", "Jien kont sorpriż li kien biss l-Onor.", "Charles Mangion li tkellem fuq din il- liġi.", "Nieħu gost ninnota li l-kummenti tiegħu kienu kawti ħafna, għalkemm kultant kont sorpriż b'dak li kont qed nisma' għax naħseb li kien hemm xi ftit distakk bejn id-dikjarazzjonijiet li għamel f'dan il-parlament l-Onor.", "Charles Mangion u d-dikjarazzjonijiet li kienu qegħdin isiru f'dawn l-aħħar jiem anke mill-kap ta' l-oppożizzjoni.", "L-Onor.", "Charles Mangion qajjem numru ta' punti li nixtieq nikkjarifika f'din il-Kamra biex nifhmu dak li qed jiġri.", "L-Onor.", "Charles Mangion ipprova jiġġustifika l-pożizzjoni li ħa l- kap tiegħu l-Onor.", "Alfred Sant dwar il-munita ewro, li qalilna li aħna qegħdin ngħaġġlu f'dan il-proċess, li fl-opinjoni tiegħu rridu nagħtu ċ- ċans lill-ekonomija tikber qabel ma nidħlu għal dan.", "Biex jiġġustifika dan l-argument, l-Onor.", "Mangion iktar milli qalilna għaliex jaħseb li l-ewwel għandna nagħtu ċans lill-ekonomija tikber qabel ma naddottaw l-ewro, u allura jgħidilna kif dan jista' jgħin iktar lill-ekonomija, minflok qalilna li messna nagħmlu dan għax kien hemm pajjiżi oħra bħall-Ingilterra u d- Danimarka li għamlu kriterji oħrajn tagħhom qabel iddeċidew li jidħlu fil- munita ewro.", "Fil-fatt, kif qalilna l-Onor.", "Charles Mangion, iċ-chancellor of the exchequer ta' l-Ingilterra Gordon Brown kien ħareġ b'ħames testijiet għad-dħul ta' l-Ingilterra fl-ewro li tajjeb ngħid li jekk wieħed jiflihom jirrealizza li m'għandhom x'jaqsmu assolutament xejn ma' l-argumenti li qed tpoġġi l-oppożizzjoni għaliex għandna nistennew lill-ekonomija tikber għal madwar 3% sa 4% qabel niddeċiedu li nidħlu fit-triq tal-munita ewro.", "Sur President, x'kienu dawn il-ħames kriterji?", "Fil-fatt jien kont semmejthom qabel u għalhekk stagħġibt meta l-Onor.", "Charles Mangion reġa' ħareġ b'dan l-argument.", "Ma nixtieqx nirrepeti ruħi imma jkolli nirrepetihom malajr biex nirrispondi ftit lill-Onor.", "Charles Mangion.", "L- ewwel kriterju kien li jridu jilħqu l-miri ta' konverġenza li hemm fit- trattat ta' Maastricht.", "Mela l-ewwel kriterju mill-ħamsa m'hu kriterju xejn ġdid għal ħadd għax huwa l-istess kriterju li jrid jirrispetta kulħadd qabel naddottaw il-munita ewro.", "It-tieni kriterju huwa li l-ekonomija tkun biżżejjed flessibbli kemm fis-suq tax-xogħol, fis-suq tal-produzzjoni u fis- swieq kapitali biex tkun tista' tassew tirispondi tajjeb għall-munita ewro.", "Dan huwa dak li anke aħna ngħidu, fis-sens li aħna bħala pajjiż qed naddottaw strateġija ta' riformi strutturali fejn nagħmlu s-swieq tax-xogħol tagħna iktar flessibbli.", "U għalhekk, per eżempju, l-Onor.", "Louis Galea għamel ġlieda importanti għal pajjiżna fuq livell Ewropew biex aħna nibqgħu barra mill-opt-out li kien hemm fid- direttiva tax-xogħol ħalli nibqgħu bil-flessibbilta` li għandna fuq l- overtime.", "Kif nafu kien hawn min beżża' li jekk nidħlu fl-Unjoni Ewropea l- overtime jintilef.", "Dan huwa prinċipju importanti għalina għax aħna nemmnu fi produttivita` u flessibilita` ikbar fid-dinja tax-xogħol.", "Jiġifieri din m'hijiex xi ħaġa stramba għalina u għall-ekonomija tagħna kemm fil- produzzjoni kif ukoll fis-swieq kapitali.", "Nafu kemm aħna partit li nsostnu l-ħtieġa ta' iktar flessibilita` f'dan is-sens.", "It-tielet kriterju li semma Gordon Brown kien jekk l-ewro jinkoraġġixxix iktar id-dħul ta' investiment fl-Ingilterra.", "Tajjeb ngħidu li fil- konklużjoni tar-rapport li ħareġ il-UK Treasury fl-2003 għamel dikjarazzjoni ċara li jekk l-Ingilterra tkompli tipposponi d-dħul fl-ewro - u din l-Ingilterra qed jgħiduha, mhux xi pajjiż ieħor! – se jitilfu mill- investiment barrani li jidħol f'pajjiżhom.", "Hawnhekk nixtieq niġbed l- attenzjoni għal dak li qalet dan l-aħħar l-aġenzija Moody's meta ħarġet il- pożizzjoni dwar kif tħares lejn pajjiżna fuq dan il-punt.", "Fil-fatt, fil-31 ta' Mejju ta' l-2006 Moody's ħarġet l-opinjoni tagħha dwar il-qagħda ekonomika tal-pajjiż.", "U jekk dan m'huwiex ċertifikat għal fejn hija miexja l-ekonomija tagħna ma nafx għall-oppożizzjoni x'ċertifikat irid jingħata!", "Dawn fl-aħħar rating li taw ftit xhur ilu kienu għollew lil Malta minn stabbli għal pożittiv.", "U dan ifisser ħafna meta lil min qed jinvesti qed tgħidlu li Malta mhux biss hi pajjiż stabbli fejn tinvesti - grazzi għall- politika li dejjem ħaddem dan il-gvern – imma huwa anke pożittiv biex tinvesti.", "Dan qisu xi ħadd qed jgħid: Mur investi f'Malta għax numru ta' fatturi juru li l-pajjiż huwa b'saħħtu.", "F'dan ir-rapport jingħad li l-credit strength ta' Malta hija li għandna relattivament tkabbir ta' l-ekonomija għoli komparat ras imb'ras man-nies li hemm f'pajjiżna; high GDP per capita.", "Apparti dan, għandna inflazzjoni relattivament baxxa għall-kuntrarju ta' l-impressjoni li pprova jagħti l- kap ta' l-oppożizzjoni meta x'imkien qal pubblikament li għandna l-ogħla rata ta' inflazzjoni fost il-pajjiżi fl-Unjoni Ewropea.", "Jien ma nafx minn fejn ħareġ biha din il-figura għax ir-realta` hija li bħala gvern qed nuru pubblikament il-preokkupazzjonijiet tagħna għal ċerti tendenzi inflazzjonarji li qed jidhru f'pajjiżna, pero` min-naħa l-oħra rridu ngħidu wkoll li meta mqabbla mal-pajjiżi kollha ta' l-Unjoni Ewropea, għadna fil- limiti li huma aċċettabbli.", "Apparti dan, għandna wkoll rata baxxa ta' qgħad.", "Barra minn hekk, fattur li fil-ġudizzju tagħhom huwa importanti ħafna hija d-deċiżjoni ta' pajjiżna li nissieħbu fl-ewro kemm jista' jkun malajr.", "Fir-rapport innifsu jgħidulna - kuntrarju għat-teorija ta' l-Onor.", "Alfred Sant li qalilna li għandna nistennew il-GDP jikber sa 4% - li jekk pajjiżna jiddeċiedi li jbiddel il-pożizzjoni tiegħu dwar l-adozzjoni ta' l- ewro, huma jerġgħu jniżżlu 'l isfel ir-rating li taw lil pajjiżna, u dan ikun ifisser li jkunu qed jibagħtu messaġġ internazzjonali lil min jinvesti li huma ma għadhomx iħarsu b'mod pożittiv lejn l-investiment f'Malta imma jaraw lil Malta biss bħala post stabbli.", "Naħseb li din hi risposta għal dak li qed jgħid l-Onor.", "Charles Mangion f'dan il-Parlament meta qalilna li għandna ndaħħlu xi kriterji oħrajn f'dan is-sens.", "Filwaqt li l-kriterji li daħħlu l-Ingilterra aħna jew diġa` qed nilħquhom jew inkella m'humiex kriterji relevanti, ir-realta` hi li jekk nieħdu l-parir ta' dak li qal l- Onor. Charles Mangion u nipprovaw nivvintaw xi kriterji ġodda bħalma qed jgħidulna, aħna nkunu qed immorru kontra l-interess ta' pajjiżna.", "Sur President, f'dan l-isfond jiena b'sodisfazzjon ngħid li l-ekonomija tagħna qed turi sinjali li dak li qed jgħidilna Alfred Sant li rridu nilħqu m'aħniex 'il bogħod milli nilħquh.", "Is-sena li għaddiet kellna tkabbir ta' 2.5%, li huwa tkabbir tajjeb ħafna, anke meta mqabbel ma' dak fl-Unjoni Ewropea u mal-pajjiżi li aħna nikkompetu magħhom.", "Pero` aktar minn hekk, Sur President, l-indikaturi li għandna dwar it-tkabbir ekonomiku fl-ewwel tliet xhur ta' din is-sena jikkompara tajjeb mhux biss mas-sena 2005 imma - mingħajr ma nagħti ċ-ċifra għax għadna m'għalaqniex kompletament il- figuri kollha - l-indikazzjonijiet juru li t-tkabbir ta' l-ekonomija għal din is-sena se jkun aktar minn dak li konna qegħdin nistennew u aktar minn dak tas-sena li għaddiet.", "L-esportazzjoni se tkun il-main driver ta' dan it- tkabbir għax fl-ewwel kwart ta' din is-sena kellna tkabbir ta' 9% fuq l- istess perijodu tas-sena li għaddiet.", "Allura hawnhekk forsi nserraħ ftit ras il-kap ta' l-oppożizzjoni, għax il- kriterji li għal xi raġuni qed ipoġġi jistgħu jintlaħqu wkoll u m'għandniex bżonn il-partit Laburista fil-gvern biex dawn nilħquhom.", "Inħarsu issa lejn iż-żewġ elementi l-oħra li semma' l-Onor.", "Charles Mangion u li l-Ingilterra poġġewhom bħala kriterji.", "Wieħed minnhom hu l-impatt tal-ewro fuq is- servizzi finanzjarji.", "Aħna nafu li dan il-kriterju ma japplikax għal Malta, mhux għax f'Malta is-servizzi finanzjarji m'humiex importanti imma għaliex ir-realta` hi li fl-Ingilterra – Londra speċjalment – is-servizzi finanzjarji huma l-industrija predominanti.", "Pero` anke hawn, ir-rapport tat- teżor Ingliż jikkonkludi li għall-kompetittivita` ta' Londra, jiġifieri tas- servizzi finanzjarji fl-Ingilterra, huwa importanti li dawn jidħlu fiż-żona ta' l-ewro.", "Dan ifisser li l-istess kompetittivita` li għandhom dawn jistgħu jkomplu jsostnuha, kemm jekk ikunu fl-ewro u kemm jekk ma jkunux.", "Dawn ma jarawx li se jkun hemm impatt negattiv bil-ewro, u lanqas aħna ma naraw li dan se jiġri fir-rigward tas-servizzi finanzjarji f'pajjiżna.", "Sur President, ir-raġunament l-ieħor hu kemm fil-fatt l-ewro se jwassal għal stabbilita` u għal aktar impjiegi.", "Anke hemmhekk, ir-rapport jikkonkludi li l-fatt li l-Ingilterra ma daħlitx fiż-żona ta' l-ewro jista' jkun li qed iwassal biex titlef postijiet tax-xogħol għax ovvjament mhux qed tattira biżżejjed investiment barrani.", "Mela x'joħroġ minn dan ir- rapport dwar il-kriterji li l-gvern Ingliż poġġa biex jidħol jew ma jidħolx fl-ewro?", "Mhux se nidħol fil-punt li l-Ingilterra jħarsu lejn ir-Reġina bħala istituzzjoni u li jekk jitilfu l-munita tagħhom ikunu qed jitilfu mill-patrijottiżmu u mit-tqanqil romantiku lejn l-ex Imperu Ingliż.", "Dawn huma fatturi sentimentali aktar minn kollox, pero` fuq livell ekonomiku joħroġ biċ-ċar li anke l-Ingilterra tara l-ewro bħala għodda importanti.", "L- ewro m'hijiex is-soluzzjoni u mhux veru dak li qed jgħid il-partit Laburista li aħna qed ngħidu li l-ewro hi s-soluzzjoni.", "Ma nafx kemm-il darba kelli nirrepeti dan il-punt, imma donnu ma jidħolx fl-imħuħ ta' min jagħmel il-kritika fl-oppożizzjoni.", "Il-gvern iħares lejn l-ewro b'mod pożittiv mhux għax naraw fl-ewro s- soluzzjoni tal-problemi kollha ta' dan il-pajjiż kif jipprovaw ipinġuha l- oppożizzjoni.", "Aħna naraw l-ewro bħala għodda li tista' tgħin biex aħna nilħqu l-oġġettivi tagħna sabiex l-ekonomija tkompli tikber.", "Allura l- argument ta' l-oppożizzjoni li nistennew li l-ekonomija tikber qabel ma nidħlu fl-ewro huwa argument kompletament falz, għax qisek qed tgħid li għandek għodda f'idejk, pero` ma tużahiex qabel ma' l-iscrew ikun daħal f'postu!", "Imma jekk għandek screwdriver, ma tużahx?", "Kif tgħidli li trid iddaħħal l-iscrew b'subgħajk u l-iscrewdriver tużah biss meta tkun diġa` daħħaltu f'postu biex tagħti l-aħħar sikkatura!", "Użah mill-ewwel ħalli ma tbatix!", "Sur President, dan mhux aħna biss qed ngħiduh imma qed jgħiduh istituzzjonijiet internazzjonali.", "Huwa fl-interess ta' pajjiżna li ndaħħlu l-ewro kemm jista' jkun malajr biex tassew nintegraw aħjar l-ekonomija tagħna fl-Eurozone li magħha diġa` nikkummerċjaw ħafna u b'hekk jiżdied il- kummerċ u jiżdiedu wkoll il-postijiet tax-xogħol.", "Sur President, kien hemm xi punti aktar speċifiċi li xtaqt nitkellem fuqhom.", "L-Onor.", "Charles Mangion qalilna li dan l-att hu prematur, u staqsa għaliex qed indaħħluh daqshekk kmieni.", "Ma nafx kif jista' jgħid hekk meta sena u nofs oħra se tidħol il-munita ewro.", "Allura meta se ndaħħluh?", "L-ewwelnett għandek programm leġislattiv u fil-parlament mhux la kemm tagħmel id- dibattitu, imma trid tmur fl-istadju ta' kumitat biex tara li jkunu f'posthom għax inkella meta tiġi bżonnhom, ma tkunx tista tħaddimhom.", "Aħna ma nistgħux ninqabdu f'sitwazzjoni li nkunu rridu noħorġu ċerti guidelines, regolamenti jew direttivi u ma nistgħux nagħmlu dan għax il-liġi m'hijiex qiegħda hemm.", "It-tieni nett, il-liġi nnifisha ma timponi xejn u kull ma tagħmel hu li tipprovdi l-qafas leġislattiv biex meta niġu biex nimplimentaw id-dħul ta' pajjiżna fl-ewro - kemm jekk nimplimentaw dan fl- 2008 u anke wara - il-qafas leġislattiv ikun diġa` f'postu.", "Nassigura lil kulħadd li dan l-istess att leġislattiv konna ngħadduh erba' xhur oħra u anke aktar, u xorta ma kien jinbidel xejn għax fis-sustanza l- implimentazzjoni ta' dak li għandu bżonn isir biex nimplimentaw l-ewro jrid isir bil-legal notices.", "Hawnhekk nirrispondi ftit għall-kritika li għamel l-Onor.", "Charles Mangion u li għamlet il-GRTU, għalkemm din ta' l-aħħar donnha fehmet meta kelli okkażjoni nitkellem magħha ras imb'ras magħha.", "Pero` jkun tajjeb li niċċaraw l-affarijiet anke għal din il-Kamra.", "Il-kumment kien li din il- liġi mhix twila, u l-iktar li hemm f'din il-liġi huma l-parametri ta' dawk li jistgħu jkunu l-penalitajiet.", "Per eżempju l-aktar penali għolja jew baxxa għax il-bqija kollox irid jiġi implimentat bil-legal notices.", "Allura dawn qed jgħidu li l-gvern tant hu iffissat fuq il-penali li poġġihom fil- liġi.", "Issa jiena nifhem li forsi l-GRTU jaħsbu hekk għax mhux daqshekk imdaħħlin fil-proċess leġislattiv, imma l-oppożizzjoni suppost taf li r- realta` hi li l-Kostituzzjoni ta' Malta - hekk sew u hekk għandu jibqa' - filwaqt li tippermetti lill-ministru li prattikament jagħti direzzjoni f'kollox tramite legal notices, meta jiġi għal tariffi, taxxi u penalitajiet, irid bilfors l-approvazzjoni tal-Parlament.", "Sur President, dan juri kemm fil-kunċett leġislattiv, l-implimentazzjoni ta' tariffi, taxxi u penalitajiet hi restrittiva u mhux liberali.", "Jekk int se tagħmel tariffa jew penali ta' xi tip, din trid tgħaddi bilfors mill- parlament.", "Ma nistgħux inħallu li ministru jaqbad u jiddeċiedi li joħroġ legal notice li biha jdaħħal numru ta' penalitajiet.", "Jiena naħseb li meta wieħed iħares lejn il-penalitajiet li poġġejna f'din il-liġi, waqt li ridna li jkollna penalitajiet li huma raġjonevoli, pero` żgur ħadd ma jista' jgħid li dawn huma penalitajiet għoljin meta mqabbla mal-penalitajiet fil- liġijiet l-oħrajn.", "Anzi dawn huma fost l-iktar baxxi għax l-għan tagħna hu li d-dħul ta' l-ewro ma jsirx bil-forza imma jsir bir-raġuni, u dan ilna ngħiduh mill-bidu.", "Allura jekk kien hemm min beża' f'dan is-sens, kif anke għidt lill-GRTU, m'għandux għalfejn.", "Meta imbagħad joħorġu l-legal notices dwar kif dawn se jiġu applikati, aħna jkollna d-diskussjonijiet ma' l- imsieħba soċjali.", "L-Onor.", "Charles Mangion qal ukoll li f'dan il-Parlament, aktar milli ġie ppreżentat dan l-Att, kellu jiġi ppreżentat dokument li jitkellem dwar l- isfidi u l-aspetti kollha ta' l-addozzjoni ta' l-ewro u dwar x'inhuma l- issues li rridu niffaċċjaw.", "Sur President, jien hawnhekk xi ftit jew wisq ikolli nistagħġeb kif nistagħġbu meta nisimgħu l-oppożizzjoni, per eżempju, titkellem fuq il-kwestjoni tal-pensjonijiet, u jgħidulna li għad m'għandhomx l-istudji tagħhom.", "Qisu d-dibattitu fuq il-pensjonijiet li ilu għaddej f'dan il-pajjiż għal dawn l-aħħar snin qatt ma laqat moħħ l- oppożizzjoni, u issa li l-gvern wasal biex jikkonkludi dawn iridu jibdew jaħsbu u anke jgħidulna biex ma ngħaġġluhomx.", "Sur President, xhur ilu in- National Euro Changeover Committee ppubblikat il-masterplan, u dan id- dokument żgur mhux moħbi.", "Dan hu d-dokument li rrefera għalih l-Onor.", "Charles Mangion li jitkellem fuq l-aspetti l-oħrajn kollha ta' xi rridu nagħmlu u xi rridu nbiddlu, u dan hu dokument estensiv ħafna.", "Rajna fuq it- televiżjoni li dan id-dokument ġie preżentat lill-kap ta' l-oppożizzjoni u maġenbu kien hemm ukoll l-Onor.", "Charles Mangion.", "Jekk kien hemm okkażjoni fejn setgħu taw ir-reazzjoni tagħhom għal dan id-dokument kien proprju f'dan id-dibattitu u mhux smajna kelliem wieħed biss min-naħa l-oħra qisu l-oppożizzjoni jridu jagħlqu l-kwestjoni għax ma jridux jgħidu ħafna.", "Allura meta jingħad dak li qal l-Onor.", "Mangion, jew wieħed għadu ma qabadx tarf ta' x'qed jiġri jew inkella dan il-kumment sar biex sempliċement ikun sar.", "Sur President, jien min-naħa l-oħra nserraħ moħħ l-Onor.", "Charles Mangion dwar dan.", "Fil-ġranet li ġejjin irid joħroġ update ta' dan id-dokument għax irid ikun dokument aġġornat u fil-bidu konna għidna li dan id-dokument mhux wieħed li jsir fil-bidu u ma naġġornawhx, imma jrid jiġi aġġornat kull ftit xhur biex jibqa' jħares lejn l-iżviluppi ġodda li jseħħu u l-isfidi li nistgħu niltaqgħu magħhom.", "L-Onor.", "Charles Mangion qal ukoll li rridu noqogħdu attenti għax din il-bidla li se ssir hija ħafna aktar radikali mill-bidla tad-deċimali.", "Jiena se nkun onest u ngħid li diffiċli ngħaddi ġudizzju dwar dan għax meta seħħet il-bidla tad-deċimali, kont għadni tifel żgħir ħafna.", "Niftakarhom jissemmew il-flus li kellna qabel, imma ma nafx sold kemm kien ifisser eżatt, pero` mis-surveys tagħna ma' l-anzjani f'dan is-sens joħroġ biċ-ċar li din il-bidla m'għandhiex għalfejn tkun iktar ikkomplikata.", "Anzi nħoss li għandha tkun inqas ikkumplikata għax meta qlibna għad-deċimali għaddejna minn frazzjonijiet ta' tnax il-biċċa għal frazzjonijiet ta' għaxar biċċiet, u allura bilfors li kien hemm ħafna iktar konfużjoni dak iż-żmien milli issa li se naqilbu l-Lira Maltija fl-ewro.", "Fl- aħħar mill-aħħar mitt cents jagħmlu Lm1 u 100 cents ta' ewro jagħmlu ewro; il-prinċipji huma l-istess.", "Jiena naħseb li jekk nimmaniġġjaw il-proċess tajjeb, il-bidla għandha tkun aktar faċli u allura m'għandniex inbeżżgħu n- nies.", "Sur President, fl-aħħar parti tad-diskors tiegħu, l-Onor.", "Charles Mangion daħal f'aspetti li m'humiex daqshekk marbuta ma' l-ewro.", "Beda jgħidilna li għandu dubji dwar kemm fil-fatt se nilħqu l-konverġenza, b'mod partikolari d-deficit.", "Kull darba jsemmulna din il-kwestjoni tal-one offs, pero` naħseb urejna kif b'mod kostanti d-deficit qegħdin inniżżluh fl-interess ta' dan il-pajjiż għal-livelli aċċettabbli u li huma sostenibbli.", "Illum qegħdin 'il bogħod ħafna mill-Lm150 miljun li konna nesperjenzaw fi żmien meta l-partit ta' l-oppożizzjoni kien fil-gvern.", "Din is-sena se nkunu niżżilna d-deficit taħt it-3% tal-GDP għal madwar Lm55 miljun, prattikament terz ta' dak li kien dak iż-żmien.", "Aħna fiduċjużi li kapaċi nilħqu dawn il-miri mhux bil- one-offs tal-privatizzazzjoni, għax dawn kull darba jinsew li l-flus tal- privatizzazzjoni ma jintużawx biex inaqqsu d-deficit imma biex inaqqsu d- dejn nazzjonali.", "Apparti dan, l-Onor.", "Mangion ikkritika l-ekonomija tagħna u qalilna li l-manifattura sejra lura.", "Sur President, jiena nagħti biss ftit ċifri dwar il-qagħda ta' l-ekonomija tagħna.", "L-ekonomija tagħna qiegħda tikber jew mhux qiegħda tikber?", "Ir- realta` hi li jekk inħarsu lejn il-manifattura li tant ikkritika l-Onor.", "Charles Mangion, joħroġ biċ-ċar li l-bejgħ mill-manifattura żdied bi kważi Lm20 miljun fl-ewwel tliet xhur ta' din is-sena meta mqabbel ma' l-istess tliet xhur tas-sena li għaddiet.", "Din hi żieda ta' madwar 9% għal Lm237 miljun.", "Pero` ma kenitx biss l-esportazzjoni li żdiedet imma żdied ukoll l- investiment b'madwar Lm4.4 miljuni u żdied ukoll il-bejgħ ta' prodotti kapitali tal-konsum in ġenerali, u dan juri li l-ekonomija tagħna qed tikber għax qed tkompli toħloq il-postijiet tax-xogħol.", "Tajjeb ngħid li s- settur privat fis-sena li għaddiet ħoloq madwar 1,300 job ġdid u dawn huma jobs li żgur qed jinħolqu għax l-ekonomija tagħna qiegħda tikber.", "Fl-istess sena, is-settur pubbliku naqas b'937 u tajjeb ngħid li l-unika żieda fis- settur pubbliku kienet ta' 150 fil-qasam ta' l-edukazzjoni.", "Sur President, fit-turiżmu nammettu li hemm sfidi quddiemna li rridu nindirizzaw, imma lanqas hemm id-doom and gloom li qed jipprova jpinġi l- Onor. Charles Mangion.", "Jiena nfakkar li t-turisti fl-ewwel erba' xhur ta' din is-sena fil-fatt żdiedu b'1.1% meta mqabbla ma' l-istess erba' xhur tas- sena li għaddiet.", "Biżżejjed?", "Le!", "Għandna naħdmu għal aktar, pero` fl- ambitu ta' dan kollu jiena nemmen li l-proċess li bdejna huwa wieħed importanti sabiex ikompli jwassal biex pajjiżna jiżviluppa.", "Iżda l-qofol ta' kemm dan jista' jiġri b'suċċess hu li nagħrfu li mill-ewro minflok noħolqu polemiċi għandna naħdmu iktar flimkien biex ikollna l-aħjar bidla possibbli.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-mistoqsija hi li l-abbozz ta' liġi msejjaħ \"Att biex jipprovdi għal miżuri konnessi ma' u anċillari għall-adozzjoni ta' l- ewro bħala l-valuta legali ta' Malta\" ikun moqri t-Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tieni Darba.", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Sur President, nipproponi li dan l-Abbozz ta' Liġi jiġi ttrattat mill-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi, maħtur skond il-Mozzjoni Nru. 54 tas-17 ta' Ġunju 2003.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR EDWIN VASSALLO: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li dan l-abbozz ta' liġi jiġi riferut lill- Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-KODIĊI KRIMINALI", "CRIMINAL CODE (AMENDMENT) ACT", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "Ikompli mid-29 ta' Mejju 2006", "MR SPEAKER: Aktar rimarki?", "Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO: Sur President, jiena niftakar il-ministru u s- segretarju parlamentari jippubblikaw il-white paper dwar din il-liġi.", "Jiena rari jkolli interess inħares lejn xi ħaġa li iżjed tirrigwarda lill-avukati milli lil-laymen, u fil-fatt se nħares lejn din il-liġi bħala layman, anke għaliex jiena m'iniex avukat.", "Il-liġi mhix qiegħda biss għall-avukati.", "Il- liġi tinkiteb f'dan il-Parlament, jiddefenduha l-avukati, imma l-ħtieġa tagħha titfassal mill-poplu.", "Il-ħtieġa li jkollna kodiċi kriminali emendat ma tiġix mill-avukati imma tiġi mill-poplu proprju għall-istess bżonn tal- poplu.", "Qed ngħid hekk Sur President għaliex jiena nħares b'differenza lejn dawn it-tip ta' liġijiet milli nħares lejn liġijiet oħra dwar il-kummerċ.", "Dan l-aħħar kellna ċerti avvenimenti f'dan il-pajjiż li b'xi mod jew ieħor iġiegħluk taħseb, u fuq il-ħsieb ħadd m'għandu monopolju għax kulħadd għandu dritt li jaħseb u jirrifletti.", "Jiena kelli żewġ okkażjonijiet li ġiegħluni nirrifletti.", "Ftit ilu smajna, anke fil-lokalita` fejn ngħix, kif ċerti anzjani qed jiġu misruqa f'darhom fid-dawl tax-xemx.", "Jien niddejjaq u jiddispjaċini ħafna meta nisma' dawn l-affarijiet għax nemmen li bħala politiku għandi r-responsabbilta` li naċċerta ruħi li kemm fil-komunita` fejn qed ngħix u anke fil-pajjiż kollu jkun hemm is-serħan tal-moħħ mhux fil-kwestjonijiet tal-flus biss, imma anke b'mod ġenerali.", "Dan it-tip ta' reati jħalli effett psikoloġiku fuq il-vittma u dan jista anke jwassal għal ċertu ansjeta` u mard.", "Sur President, il-partit Nazzjonalista dejjem iġġieled kontra l- kriminalita`.", "Forsi kien hawn min tbissem meta sema' li jiena se nitkellem fuq l-emendi tal-kodiċi kriminali, imma jiena rrid nitkellem għaliex nemmen li qiegħed f'partit li bis-serjeta` iġġieled u qed jiġġieled il- kriminalita`, u dan għamlu billi għamel riformi kemm fil-liġi u anke fil- proċeduri tal-qrati.", "Meta nħares lejn dawn l-emendi tal-kodiċi kriminali, jiena nara li s-sigurta` fit-toroq tagħna dejjem kienet prijorita`.", "Pero` llum, minħabba ċerta lifestyle, minħabba li ċerti valuri m'għadhomx stmati u nbidlu ċerti prijoritajiet minn kif konna mdorrijin qabel, minħabba l- vizzji tad-droga ż-żgħażagħ sar għandhom bżonn flus iktar minn qatt qabel u allura spiċċaw li minflok imorru jaħdmu jagħżlu l-eħfef ħaġa, li jmorru jisirqu!", "Jien nemmen li l-pulizija qed tagħmel xogħolha għax il-kriminalita` ma tistax tiġġildilha biss billi tagħmel emendi għall-kodiċi kriminali, iżda trid tara li jkollok pulizija li jimpurtahom mill-ħarsien taċ-ċittadin.", "U għalhekk f'dan l-intervent irrid niġbed l-attenzjoni li ħafna miċ-ċittadini Mostin m'humiex kuntenti bl-aġir tal-pulizija fl-għassa tal-pulizija l- Mosta.", "Xi kultant meta ċ-ċittadin normali jmur għall-protezzjoni tal- pulizija, wħud minnhom donnhom jiddeċiedu li jagħmlu vendikazzjoni billi jkunu indifferenti għall-ħtieġa ta' dik il-persuna li tkun marret quddiemhom.", "Jien m'iniex lest li nagħlaq għajnejja quddiem min ma jagħmilx dmiru għax qiegħed in-naħa tal-gvern.", "Ma nistax naċċetta li fl-għassa tal- Mosta jkun hemm tmexxija li donnha mhix responsabbli għall-anzjan u għal min ikun fil-bżonn.", "Kemm-il darba ġbidt l-attenzjoni għal dan bil-kwiet, u issa qed niġbed l-attenzjoni hawnhekk.", "Qed nagħmel dan bl-ikbar responsabbilta`, jieħu għalih min irid, għax f'dan il-pajjiż spiċċajna li trid toqgħod attent kif titkellem li ma jmurx jieħu għalih xi ħadd!", "Nafu li l-korp tal-pulizija qed ikollu jlaħħaq mad-dmirijiet fl-għases, mal- ħarsien tar-refuġjati u xogħlijiet oħra, pero` rridu naraw li nsaħħu s- sorveljanza fit-toroq biex il-familji, speċjalment l-anzjani li jiddeċiedi li jibqgħu jgħixu fi djarhom, ikunu mħarsa.", "Sur President, jien kuntent li dawn l-emendi għall-kodiċi kriminali qegħdin iżidu l-pieni u jiddixxiplinaw iktar lil min ikun reċidiv.", "Min għamel reat fuq reat fl-aħħar għaxar snin mhux se jibqa' jingħata l-pleġġ immedjatament qabel ma jkun serva tliet xhur.", "Jien naħseb li meta l-poplu jara emendi bħal dawn jibda jara s-serjeta`.", "Jien m'iniex qed nittratta dawn l-emendi għall-kodiċi kriminali mil-lat ta' avukat, jiġifieri bħala proċeduri li irrid naħdem bihom, imma qed nittrattahom mil-lat taċ-ċittadin, emendi li jridu jħarsu lill-familji tal-komunita`.", "Irridu naraw li ssir ġustizzja tassew billi maż-żmien ikollna emendi ħalli l-pieni jkunu msaħħa.", "Sur President, irrid nittratta dawn l-emendi għall-kodiċi anke mill- perspettiva ta' fejn hu sejjer il-valur tas-solidarjeta` f'dan il-pajjiż.", "Illum il-ġurnata saret qisha xi ħaġa tal-mistħija li titkellem fuq il-valur tas-solidarjeta`.", "Donnu l-valur tas-solidarjeta` konna nitkellmu fuqu biss meta f'dan il-pajjiż kien għad għandna l-issues ideoloġiċi politiċi.", "Fejn hu l-valur tas-solidarjeta` fostna, kollha kemm aħna bħala ċittadini ta' komunita`, ta' pajjiż, ta' dinja globalizzata?", "Għaliex m'għandniex nisħqu fuq l-importanza ta' dan il-valur?", "Jien nemmen li dan il-valur illum għandu tifsira iktar milli kellu meta kien hemm il-konflitt ideoloġiku.", "Illum għandna bżonn solidarjeta` b'mod differenti minn kif konna nitkellmu fuqha fis-snin tmenin u fis-snin sebgħin.", "Meta se nibdew nittrattaw bis- serjeta` l-konċett tal-valur tal-ħajja u tal-valur tal-persuna umana fuq livell soċjali?", "L-emendi fil-kodiċi kriminali kważi lanqas huma biżżejjed għax il-liġi li mhix miktuba, il-liġi tal-kuxjenza, il-liġi tal-moralita` llum qed tiġi mtappna kontinwament bil-valur ta' go as you please, bil- valur ta' live and let live.", "Illum qed ngħixu f'soċjeta` fejn id-deficit soċjali qabeż il-limitu u r-relattiviżmu - dak li l-Papa preżenti jikkundanna bil-qawwa - fejn kulħadd jista' jagħmel li jrid donnu sar ordni soċjali u morali ġdid fost iċ-ċittadini kollha.", "Għaldaqastant jien nemmen li dawn l-emendi għall-kodiċi kriminali huma avvanz biex niġġieldu dan id-deficit soċjali.", "Klawsola 2 ta' dan l-abbozz ta' liġi li qed temenda artikolu 222A qed tgħid li għandhom jiżdieu l-pieni meta r-reat ikun aggravat għal raġunijiet li għandhom x'jaqsmu ma' razza jew reliġjon.", "Dan qed isir peress li jista' jkollna min jibda jippjana biex jagħmel reati kontra persuni, jew kontra l-proprjeta` ta' persuni sempliċement għax dawn ikunu ta' razza differenti jew għax għandhom twemmin reliġjuż ieħor.", "Hawnhekk jidħol il-fanatiżmu reliġjuż u jista' jibda jinbet il-fundamentaliżmu.", "Bħalma rajna ftit taż-żmien ilu, kien hemm min għamel reati kontra l-proprjeta` ta' edituri u opinjonisti f'dan il-pajjiż.", "Ejja ngħidu li għall-grazzja t'Alla wasalna biss fil-proprjeta` u mhux il- persuni, imma jalla ma jsir l-ebda reat, la kontra l-persuni u lanqas kontra l-proprjeta` ta' dawn il-persuni.", "Dawn l-attakki kontra l- proprjeta` u l-persuni minħabba razziżmu jew fundamentaliżmu reliġjuż huma reati moderni f'soċjeta` li suppost ma jonoqsha xejn.", "Forsi ma jonqosha xejn materjalment, imma moralment qed tiddgħajjef.", "Il-gvern ma jistax jibqa' passiv quddiem din is-sitwazzjoni, u fil-fatt ma baqax passiv għax fi klawsola 2 qed jiżdied subartikolu 222A(2) li jgħid:", "\"Il-pieni stabbiliti fid-disposizzjonijiet ta' qabel ta' dan is-sub- titolu għandhom ukoll jiżdiedu minn grad sa żewġ gradi meta r-reat ikun aggravat għal raġunijiet li għandhom x'jaqsmu ma' razza jew reliġjon fi ħdan it-tifsira mogħtija f'dawn is-subartikli li ġejjin.\"", "Dawn l-emendi qed jgħidu li jekk wieħed jattakka l-proprjeta` ta' xi persuna, dak ir-reat ikun aggravat għal raġunijiet li għandhom x'jaqsmu ma' razza jew reliġjon meta qabel isir ir-reat il-ħati jkun wera lejn il-vittma ostilita` li tkun ibbażata fuq il-fatt li l-vittma huwa parti minn grupp razzjali jew reliġjuż.", "F'dawk iċ-ċirkostanzi l-gvern qed jagħmel tajjeb li jiġġudika l-attakk kontra l-proprjeta` bħala reat iktar gravi milli kien s'issa.", "Irridu nkunu uniti fil-ġlieda tagħna kontra dan it-tip ta' kriminalita` organizzata.", "Nabbuża ngħid \"kriminalita` organizzata\" għax meta jkollok gruppi ta' fundamentalisti reliġjużi jew gruppi razzjali tibda tkun kriminalita` organizzata.", "U hawnhekk nixtieq ngħid grazzi lill- ministru u lis-segretarju parlamentari fi ħdan l-istess ministeru li qed jieħdu bis-serjeta` l-ġlieda kontra dan it-tip ta' kriminalita` għax b'hekk qed nuru li dan il-pajjiż huwa all for dan l-aspett ta' responsabbilta`.", "Permezz ta' klawsola 3 qed jiżdied l-artikolu 251D ġdid mal-kodiċi dwar żieda fil-piena f'ċerti każijiet.", "Ladarba qegħdin inżidu l-gravita` ta' dawn ir-reati, allura qed tiżdied ukoll il-piena f'dawn il-każi.", "Huwa pass fid-direzzjoni t-tajba li l-kodiċi kriminali tagħna jkun emendat, bħalma qed isir issa, biex ikopri ċerti reati li forsi ftit taż-żmien ilu kienu jitqiesu rari, imma llum qed isir b'mod sistematiku.", "Il-poplu jrid japprezza li dawn l-emendi m'humiex biss emendi tekniċi imma huma meħtieġa sabiex naraw soċjeta` li verament hija iktar b'saħħitha moralment.", "Emenda oħra li laqtitni hija dik fi klawsola 5, fejn qed jiżdied subartikolu 391(5) li jgħid li meta x-xhud ikun minuri taħt is-16-il sena għandu jiġi eżaminat u kontro-eżaminat f'seduta waħda u x-xiehda tiegħu għandha tiġi reġistrata b'mezzi awdjo-viżivi.", "Allura ma jibqax il-bżonn li dan ix-xhud minuri jittella' quddiem il-qorti u jiġi eżaminat għal darba, darbtejn, tlieta quddiem l-istess qorti għax dik l-esperjenza tista' tkun ta' trawma għalih.", "Grazzi għall-progress fit-teknoloġija, ix-xiehda tista' tiġi reġistrata permezz ta' mezzi awdjo-viżivi u allura nevitaw li x-xhud minuri jgħaddi minn dik it-trawma li jitla' jixhed għal iktar minn darba.", "Bl-emendi li qed isiru għall-kodiċi kriminali qegħdin naraw ukoll progress fejn jidħlu d-drittijiet tal-vittmi ta' reati.", "Sal-lum, ladarba jispiċċa l- proċess u jinstab ħati min ikun ikkawża ħsara fil-proprjeta`, il-vittma kien ikollu jagħmel kawża oħra biex ikun jista' jitlob il-ħlas għad-danni tal-ħsara li tkun saritlu.", "B'dawn l-emendi għall-kodiċi kriminali se jkun possibbli li l-vittma ssir ġustizzja magħha immedjatament u l-ħati jkun mitlub iħallas id-danni immedjatament mas-sentenza li tkun qed tingħatalu.", "Provvedimenti bħal dawn ikomplu jserrħu moħħ iċ-ċittadini għax qed jaraw li dan il-gvern qed jipprova jagħmel ġustizzja iktar umana u li tirrispondi għall-ħtieġa tal-persuni li jkunu sfaw vittmi.", "Kif għedt aktar kmieni emenda oħra tajba tirrigwarda persuni reċidivi.", "Sal- lum kull persuna li tkun akkużata b'reat tista' toħroġ bi pledge eżatt wara li tkun tressqet il-qorti.", "Iżda minn issa 'l quddiem jekk persuna tkun instabet ħatja ta' reat u mbagħad terġa' titressaq il-qorti fuq reat ieħor fi żmien għaxar snin ma tistax toħroġ bi pledge qabel jgħaddu mill-inqas tliet xhur.", "Hawnhekk qegħdin naraw li d-dixxiplina qiegħda tissaħħaħ.", "Persuna reċidiva mhux se toħroġ bi pledge awtomatikament -u n-nies hemm barra jispiċċaw jistaqsu fejn hi l-ġustizzja f'dan il-pajjiż - imma jridu jgħaddu mill-inqas tliet xhur.", "Sur President, nirrepeti li dan l-abbozz ta' liġi huwa pass 'il quddiem għax il-messaġġ li jrid joħroġ minn dawn l- emendi għall-kodiċi kriminali għandu jkun li dan il-gvern irid jiġġieled lil dawk li minħabba r-razziżmu qegħdin jattakkaw il-proprjeta` ta' persuni.", "M'għandhomx dritt jagħmlu dan.", "B'din il-liġi wkoll qed jiġu protetti x-xhieda minuri għax mhux se jiġu mġiegħla jmorru jixhdu għal iktar minn darba.", "Il-gvern qed jibgħat ukoll messaġġ li we mean business, li min jidħol il-ħabs u jerġa' jkun akkużat b'reat wara l-ieħor ma jistax jabbuża mill-ħniena tal-qorti u joħroġ bil-liberta` proviżorja sakemm jinstema' l-każ tiegħu, imma jkollu jagħmel rikors għall-ħelsien proviżorju wara mill-inqas tliet xhur.", "Sur President, dawn l-emendi għandna bżonnhom, pero` iktar minn dawn l- emendi għandna bżonn nies li jedukaw, ġenituri li jieħdu ħsieb iktar lil uliedhom, għandna bżonn soċjeta` li ma tibqax tagħti iktar valur lill- mentalita` ta' live and let live u lill-mentalita` fejn kollox huwa permess.", "Ejjew naraw li ninvestu fil-valuri morali tagħna, speċjalment fil- valur tas-solidarjeta`.", "Il-pulizija trid tagħti protezzjoni mis-serq li qed iwettqu ż-żgħażagħ li għandhom il-problema tad-droga.", "Nispiċċa kif bdejt billi ngħid li mhux biss trid tkun emendata l-liġi, imma trid tinbidel ukoll il-mentalita` tal-pulizija u verament jibda jimpurtahom mill-ħarsien tal-ġustizzja u mill-ħarsien tad-drittijiet taċ-ċittadini fil-komunitajiet tagħna.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Mr Speaker, bi pjaċir nitkellem fuq dan l- abbozz ta' liġi ppreparat u mressaq quddiem il-Kamra mill-ministeru li jien nagħmel parti minnu.", "Dan huwa abbozz ta' liġi li ġibed ħafna attenzjoni ġol-parlament u qajjem dibattitu san ħafna fil-pajjiż, dibattitu li qajjem ukoll diversi punti ta' diskussjoni.", "Wieħed irid jgħid li dan wera kemm hawn spirtu ta' djalogu fil-pajjiż in ġenerali.", "L-unika diffikulta` kbira u biża' li għandi hi li l-polemika qiegħda tgħatti ħafna mit-tajjeb kbir li fih dan l- abbozz ta' liġi.", "Kull kelliem jgħid li hemm partijiet minnha li huma tajbin u ħadd ma jsemmi x'inhuma.", "Għalhekk xtaqt li l-ewwelnett nagħmel introduzzjoni żgħira.", "Dan l-abbozz qiegħed prinċipalment jiffoka fuq dritt fundamentali taċ-ċittadini tagħna, li huma jkollhom proċess ġudizzjarju kriminali li jkun due process imma jkun fl-iktar żmien qasir possibbli, li wieħed jgħaddi mill-proċeduri kollha, jgħaddi mid-domandi kollha, mill-eżami, mill-kontro-eżami tax- xhieda u mit-trattazzjoni kemm jista' jkun fi żmien qasir.", "Sfortunatament irridu nirreġistraw li għandna żieda kbira fil-kawżi li huma marbuta mal- kumpilazzjonijiet u mal-proċessi verbali.", "U għalhekk xtaqt nibda d-diskors tiegħi billi ngħid kif is-sitwazzjoni qiegħda tippreokkupa lill-ministeru minħabba ż-żieda kbira ta' kumpilazzjonijiet li għandna pendenti preżentement fil-qorti.", "Fil-fatt fl-2003 kellna 1,292 kumpilazzjoni pendenti.", "Mill-2003 sa April 2006, f'sentejn u nofs, għandna 1,950 kawża pendenti.", "Dan ifisser li f'sentejn u nofs kellna żieda ta' 51% fil-kumpilazzjonijiet li huma pendenti.", "Il-kawżi li ġew introdotti bħala kumpilazzjonijiet żdiedu wkoll għax mis-sena 2003 sa l-aħħar tas-sena 2005 kellna żieda ta' 17%.", "Kellna wkoll żieda ta' 12.5% fil-kumpilazzjonijiet deċiżi bejn is-sena 2003 u s- sena 2005.", "L-istess jgħodd għall-proċessi verbali.", "Għalkemm irridu nirreġistraw tnaqqis ta' 21% fin-numru ta' proċessi verbali introdotti bejn is-sena 2003 u s-sena 2005 - u dan it-tnaqqis kien riżultat ta' diversi emendi li għamilna fil-parlament - bqajna bejn wieħed u ieħor bl-istess ammont ta' proċessi verbali pendenti.", "Jiġifieri fl-aħħar tas-sena 2003 kellna 1,688 u fl-aħħar ta' April ta' din is-sena kellna 1,660, jiġifieri tnaqqis ta' 2% biss.", "Din hija indikazzjoni ċara li l-proċess fil-kumpilazzjoni u fil-proċess verbal huma mexjin bil-mod u għandna bżonn naċċellerawhom.", "Wieħed mit- thrusts prinċipali f'dan l-abbozz huwa biex jinbidel il-mod kif isiru il- kumpilazzjonijiet, u qegħdin nagħmlu dan f'forma ta' trepied.", "L-ewwelnett hemm enfasi fuq il-proċeduri, jiġifieri l-proċeduri se jimxu b'iktar ħeffa, qed nipproteġu lit-tfal li jitilgħu bħala xhieda, u se jkun hemm protezzjoni iktar qawwija għall-vittma tar-reat, u dan huwa t-tieni pilastru.", "Imbagħad it-tielet pilastru huwa marbut mad-dħul ta' numru ta' reati ġodda, fosthom reati motivati minn raġunijiet li għandhom x'jaqsmu ma' razza jew reliġjon u ċirkostanzi oħra.", "Għaldaqstant xtaqt nespandi iktar fuq dawn it-tliet punti prinċipali.", "Aħna mhux biss missejna l- kumpilazzjonijiet u l-proċessi verbali, imma għażilna li nagħmlu numru ta' emendi biex nagħtu iktar valur lill-proċess tal-ġuri u mmexxuh iktar 'il quddiem.", "Fil-fatt, waħda mill-affarijiet interessanti li ftit issemmew hawn ġew hija li għall-ewwel darba fil-qorti kriminali se jkollna sitwazzjoni fejn l- avukat tad-difiża u l-avukat tal-prosekuzzjoni jistghu jistaqsu domandi lill-ġurati qabel jieħdu l-ġurament bħala ġurati.", "Għaliex qed nagħmluha din?", "Ħafna drabi jkollok ġurati li wara li jservu wieħed jiskopri li dawn sofrew delitt.", "Darba kelli każ ta' bniedem li qed niddefendih fuq serq u wara tliet snin niskopri li wieħed mill-ġurati kellu serq fil-familja.", "Fil- fatt kienu serqu lill-kunjata tiegħu.", "Issa jista' jkun l-iktar bniedem bilanċjat fid-dinja, imma hija fin-natura umana li jkun hemm ftit preġudizzju.", "Allura tajjeb li ndaħħlu, kif daħlu diversi sistemi oħrajn barra minn pajjiżna, il-possibbilta` li l-avukat tad-difiża jistaqsi lill- ġurat: Qabel tieħu l-post tiegħek, inti qatt serquk, qatt serqu nies tal- familja?", "Jekk jgħid iva allura tirrikużah awtomatikament, u jekk jgħid le tkun taf li dan bniedem li verament indipendenti u imparzjali u allura jista' jġib is-sens komun.", "Hemm diversi affarijiet oħra li xtaqt nidħol fihom, pero` l-ħin ma jippermettix u nkompli għada, Sur President.", "MR SPEAKER: Għalissa nieqfu hawn.", "Grazzi.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "MR SPEAKER: Nitlob lis-Segretarju Parlamentari biex, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Sur President, nipproponi l-Aġġornament tal- Kamra għal għada t-Tlieta, 6 ta' Ġunju 2006, fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Kriminali - Tieni Qari (Kont);", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Ġarr Stradali Internazzjonali ta' Merkanzija - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att dwar Dazju tas-Sisa - Tielet Qari; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Sigurta` Soċjali - Tielet Qari.", "-----------------------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Servizzi ta' Impieg u Taħriġ - Kumitat Permanenti.", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Liġijiet dwar il-Protezzjoni tal-Konsumatur - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Intermedjarji fl-Assigurazzjoni - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Reġistru Ċentrali - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Adozzjoni ta' l-Ewro - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Adrian Vassallo.", "ONOR.", "ADRIAN VASSALLO: Sur President, skond il-liġi ta' Malta u anke skond diversi direttivi ta' l-Unjoni Ewropea, issa li aħna membri ta' l-Unjoni Ewropea, ħadd ma jista' jfixkel għasfur li jkun protett waqt li dan ikun qed ibejjet.", "Hu illegali skond il-liġijiet Maltin u d-direttivi Ewropej li għasfur li jkun protett jiġi mfixkel waqt li jkun qed ibejjet.", "Imma xi jfisser tfixkil?", "Tfixkil ifisser - fl-opinjoni tiegħi u ta' kull min jifhem fl-għasafar – li jkollok storbju enormi f'ċerti areas bħal għajjat, dwal eċċessivi jixgħelu u jteptpu u mużika qawwija u eċċessiva f'attivitajiet tal-massa bħal per eżempju rave party.", "Jiġifieri jekk hawn xi ħaġa li żgur tfixkel l-għasafar u anke flora u fawna li huma protetti huma dawn l-attivitajiet li għadni kif semmejt, u dawn l-ingredjenti kollha ssibhom f'dawn il-parties li bħalissa qegħdin isiru kuljum.", "Ħafna minnhom f'postijiet li m'humiex liċenzjati u la jkollhom soundproofing u lanqas airconditioning.", "Per eżempju ftit taż-żmien ilu sar party qrib Ħaġar Qim.", "Issa nafu li din hi area ekoloġikament sensittiva għax hemmhekk ibejtu ħafna għasafar protetti, pero` minkejja dan sar party hemmhekk fejn jattendu eluf ta' nies.", "Sar party ieħor ġewwa ċ-Ċirkewwa, fejn in-nies ikunu qegħdin jistennew biex jitilqu lejn Għawdex, u lbieraħ sar party ieħor ġewwa Paradise Bay, area protetta mill-MEPA għax hija area ta' ċerta importanza ekoloġika fejn ibejtu ħafna għasafar li huma protetti fosthom l-għasfur nazzjonali ta' Malta, il-merill.", "Sur President, se jsir party ieħor ġewwa l-Buskett f'santwarju ta' l-għasafar fis-16 ta' Ġunju u ieħor fis-17 ta' Ġunju.", "Apparti dan, hemm club li jinstab f'nofs Ta' Qali ġewwa santwarju ieħor ta' l-għasafar u ma nafx jekk għandux liċenzja jew le.", "Sa fejn naf jien, għad hemm problemi fil-Qorti.", "Dan il-club għadu jopera bi storbju, dwal, għajjat u karozzi deħlin u ħerġin f'nofs santwarju ta' l-għasafar.", "Meta nara dawn l-affarijiet nibda ngħid: Possibbli li l-MEPA – li nafu x'għamlilha l-gvern fejn filli kien jgħid li l-MEPA tiddeċiedi kollox, u issa biddel ir-rotta – u anke l-Pulizija qegħdin jagħtu l-permessi biex f'santwarji ta' għasafar u f'postijiet li huma ekoloġikament importanti għal pajjżina jsiru attivitajiet bħal dawn?", "Barra minn Malta anke fuq lawn pubbliku jwaqqfu attivitajiet tal-massa, imbagħad aħna hawnhekk nagħtu bajjiet sħaħ għal dawn l-attivitajiet!", "Iva, Sur President, ngħid bajja sħiħa, u ngiddeb lill-ministru li jiġi jgħid li l-bajja ma ngħatatx kollha.", "Biex wieħed ikun jaf il-verita` kull ma jrid jagħmel hu li jmur jara \"The Times\" tas-sena l-oħra u jara kif din kienet qed tippubblika avvizi li jippromwovu dawn il-parties għal xi għan jew ieħor.", "Meta jkun hemm dawn it- tip ta' attivitajiet il-bajja kollha tkun meħuda b'dawn in-nies u kulħadd jaqbeż u jogħla, u dan fid-dawl tax-xewx u mhux bil-lejl.", "Wieħed jara l- bajja kollha ta' Paradise Bay mimlija nies u kulħadd jgħum, jaqbeż u jogħla waqt dan il-party, imbagħad jiġi l-ministru u jgħid fit-tweġiba tiegħu għal mistoqsija parlamentari bil-miktub numru W261:", "\"L-ebda parti mill-bajja m'hi se tiġi magħluqa għal persuni li jridu jmorru jgħumu.\"", "Veru li tmur toqgħod fil-baħar imma fuq ir-ramel ma titlax, għax bin-nies li jkun hemm ma tkunx tista' titla'.", "Allura dan hu kollu gideb!", "Sur President, dan mhux sewwa meta tqis li llum ħadd ma jista' jgħum imkien għax ħafna bajjiet huma mniġġsin.", "Għandna n-naħa ta' Baħar iċ-Ċagħaq kollu ma tistax tgħum għax imniġġes minħabba l-Magħtab u għandna bajjiet oħrajn li qegħdin nagħtuhom lill-privat biex taparsi jimmaniġjawhom huma, u kulħadd irid iħallas!", "Għandna bajjiet bir-ramel oħra li biex tmur tgħum fihom trid tħallas ukoll għax għandek il-biċċa ta' quddiem kollha meħuda bħala beach concessions, imbagħad nispiċċaw bl-unika bajja li għandna f'Malta magħluqa, u dan għaliex wieħed se jaqla' l-eluf!", "Imbagħad kemm hi l- kirja?", "Lm150!", "Mela dan il-pajjiż għandu dan id-dejn kollu u niġu nagħtu bajja sħiħa lil wieħed għal Lm150 u nċaħħduha lin-nies kollha ta' Malta u dan meta l-istess bajja qegħda f'nofs area li hija ekoloġikament importanti!", "Basta jiġi l-ministru u jgħum quddiem il-cameras fil-World Environment Day, imbagħad l-istess ministru u l-MEPA joħorġu l-permessi għal attivitajiet bħal dawn f'areas li suppost huma protetti mid-direttivi ta' l-Unjoni Ewropea.", "Sur President, din hija korruzzjoni kbira.", "Nafu kif mietu n-nies f'rave parties u kemm kien hemm near miss overdoses li ġiethom tajba, tant li kellna niġu hawn f'dan il-Parlament u noħorġu l-guidelines ta' kif għandhom joħorġu l-permessi.", "Il-permessi jistabbillixxu li party ma jistax idum aktar minn tmien sigħat pero` imbagħad fil-party li sar il-bieraħ per eżempju, għax għandu ħbieb tal-ħbieb, il-bar tal-party dam 24 siegħa miftuħ - mid-9.00 a.m. sad-9.00 a.m. ta' l-għada – minkejja li l-permess għal party kien ta' tmien sigħat.", "Dan isir biex jekk il-Pulizija jmorru u jgħidulhom li jridu jieqfu, jgħidulhom li huma qed jiżfnu mal-mużika tal- bar u mhux mal-mużika tal-party għax il-party spiċċa.", "Apparti hekk, dan kif jirreklamaw parties li se jsiru xahar jew tliet xhur oħra meta l-permessi jkunu għadhom ma ħarġux u minkejja li pprotestaw in- nies?!", "Dawn jagħmlu hekk għax jafu li l-permess se joħroġ żgur minħabba li għandhom il-ħbieb tal-ħbieb.", "Sur President, naraw flyers ħerġin il-ħin kollu dwar dawn il-parties, u l-iżjed ħaġa li tiskantani hi li minn dawk in- nies kollha li normalment jitkellmu favur l-ambjent - issa anke se jagħmlu march - ħadd ma jiftaħ ħalqu dwar dan, qisu kulħadd għandu xi aġenda u mill- bqija ma jinteressahx!", "Fejn huma n-Nature Trust meta jaraw rave parties isiru f'nofs santwarji ta' l-għasafar?", "Fejn huma Din l-Art Ħelwa, l- Alternativa Demokratika, il-Bird Life u gruppi oħrajn li jitkellmu fuq l- ambjent meta jaqblilhom?", "Veru ma trid tiskanta b'xejn, Sur President.", "Pero' issa li qegħdin fl- Unjoni Ewropea ma naħsibx li f'santwarju ta' l-għasafar għandhom isiru dawn l-affarijiet.", "Nixtieq inkun naf x'se jagħmel issa l-kummissarju ta' l- ambjent - li kull erbat ijiem joqgħod jibgħat lin-nies hawn biex jaraw aħna l-kaċċaturi x'qed nagħmlu – dwar dawn l-oxxenitajiet li qegħdin isiru!", "Jekk wieħed irid jagħmel party, m'għandux għalfejn jagħmlu ġo santwarju ta' l-għasafar, Sur President, imma jista' jagħmlu x'imkien fejn ma jtellifx l- ambjent jew inkella jsir fi żmien ieħor tas-sena jekk għandu jsir hemm.", "Pero' m'għandhomx isiru parties fiż-żmien meta l-għasfur nazzjonali ta' Malta jkun fil-breeding period tiegħu u fi żmien tas-sena meta ħafna familji Maltin jkunu jridu imorru jgawdu l-bajja, u minħabba dawn in-nies, ma jkunux jistgħu.", "Sur President, nerġa' ngħid li din hija korruzzjoni u l-poplu Malti għalhekk qiegħed jiddejjaq għax qed jara korruzzjoni kullimkien, fil-MEPA, fil-Qrati, fejn jidħlu l-Pulizija u anke fejn tidħol il-media, li mhux se ngħidilha korrotta, imma din għandha aġenda tagħha u jekk xi ħaġa ma tkunx in line ma kif jifhuma huma tarahom jużaw ħafna titli kbar, filwaqt li jekk tkun xi ħaġa li tnigges xi ħadd viċin tagħhom, ma jġibuhiex!", "Illum, ħafna nies mhux qed juru ħafna fiduċja fl-istituzzjonijiet tad-demokrazija.", "Jekk tistaqsi tinduna li n-nies ma tantx għandhom fiduċja fil-klassi politika in ġenerali, u fil-qrati żgur li m'għandhom fiduċja ta' xejn għaliex ħlief sentenzi redikoli ma tarax.", "Apparti hekk, kif jaġixxu certi NGO's ma tantx jgħin l-affarijiet u n-nies qed iħossuhom konfużi.", "Il-liġi qiegħda hemm biex tiġi osservata minn kulħadd u m'għandniex nagħmlu distinzjoni bejn wieħed u l-ieħor.", "Sur President, nispera li issa mhux tiġi sena oħra u nerġgħu naraw dawn l-oxxenitajiet kbar li saru.", "Nittama li xi ħadd li verament iħoss għall-ambjent jitkellem fuqhom għax imbagħad anke jien nibda nitlef l-fiduċja fihom.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT (Kap ta' l-Oppożizzjoni): Sur President, dalgħodu kelli laqgħa mar-residenti ta' Pjazza Sant'Anna f'Tas-Sliema, u l-punti li qajmu wassluni biex inressaq l-ilment tagħhom quddiem dan il-Parlament, aktar u aktar għax din torbot ma' affarijiet li qed jiżviluppaw fil-qasam ta' l- ambjent u fil-qasam ta' l-iżvilupp li bilfors iqajmu mistoqsijiet kbar.", "Għandna l-ixkora ta' korruzzjoni li tirriżulta mil-proposta tal-gvern ta' Dr. Gonzi biex ibiddel iż-żoni ta' żvilupp f'pajjiżna u jżidhom b'area kbira daqs is-Siġġiewi, u dan qisu qed isir bl-aktar mod ċar u trasparenti meta dan mhux minnu.", "Apparti dan, għandna wkoll il-proposta tal-gvern li jagħmel golf course fin-naħa ta' Għajn Tuffieħa u għandna proġetti oħra fil- qasam ta' l-ambjent li huma tassew inkwetanti.", "Allura, dan il-każ li qaluli bih dalgħodu r-residenti ta' Pjazza Sant'Anna f'Tas-Sliema jkompli jikkonferma kif it-tmexxija ta' ċerti affarijiet li għandhom x'jaqsmu ma' l- iżvilupp u ma' l-ambjent mhux qed isiru b'mod aċċettabbli, kemm fiż-żona rurali u kemm fiż-żona urbana.", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq Pjazza Sant'Anna f'Tas-Sliema li hija ċentrali ħafna u kulħadd suppost jaf eżattament kif inhuma mqassma l-areas, ir- responsabbiltajiet u l-proprjetajiet.", "Ir-residenti li ġew ikellmuni dalgħodu marru wkoll għand l-Onor. prim ministru u mhux qed jaħbu l-ilment tagħhom, anzi qed jagħmluh pubbliku kemm jistgħu.", "Imma dawn iffaċċjaw ħajt tal-konkos.", "Dawn qed jilmentaw dwar kif ħareġ il-permess bin-numru PA 0116/00, u dawn għandhom raġun isostnu li f'dan il-permess kien hemm nuqqasijiet amministrattivi serji - kif qed jgħidulhom huma - għalkemm jiena insejħilhom abbużi amministrattivi.", "Dan il-permess qed jagħti lill- iżviluppaturi d-dritt li jibnu ħajt għal tmien sulari, eżattament tliet metri 'l bogħod minn bini ta' importanza storika.", "Issa din il-proposta tressqet quddiem il-MEPA li anke ammetiet pubblikament li kien hemm fallimenti amministrattivi serji meta ħareġ dak il-permess, u jidher ċar x'inhuma dawn il-fallimenti amminstrattivi li seħħew.", "L-ewwelnett il-fatti ma intwerewx tajjeb meta tpoġġew quddiem il-MEPA, jiġifieri dak li ntqal li se jsir ma kienx verament dak li sar.", "Effettivament, fl-ittra li għaddewli r-residenti ta' Pjazza Sant'Anna – bħal m'għaddewha lill-Onor. prim ministru – u li aktar 'il quddiem se npoġġiha fuq il-Mejda tal-Kamra, hemm elenkati l-iżbalji u s-safeguards kollha li saru meta tressqet l-applikazzjoni.", "Per eżempju, il-MEPA tat permess għall-applikazzjoni ta' żvilupp b'kontravenzjoni mal-footprint outline li saret fuq is-survey map li għandha x'taqsam mas-sit.", "Jiġifieri hemmhekk kien hemm misrappreżentazzjoni totali ta' kif se jkun l-iżvilupp fir-rigward ta' dak li kien qiegħed jiġi rappreżentat lill-MEPA bħala s-sit fejn qed isiru.", "Minkejja li dawn qalu li dan huwa s-sit ta' fejn se jsir l- iżvilupp, dan ma kienx minnu u lill-MEPA ppreżentawlha xi ħaġa falza.", "Imbagħad - u din ma nistax nifhimha jien - il-MEPA ma ħaditx l-inkarigu li tiċċekkja l-fatti li ġew preżentati u li kienu foloz.", "Apparti hekk hemm din ukoll:", "\"The building permit completely overlooks the fact that the project as approved has created an alley in a prominent location which will obstruct a building to an extent that will no longer be habitable under sanitation law.\".", "Jiġifieri taw permess biex isir żvilupp li se joħloq problema ta' sanita` lin-nies li diġa` qegħdin jgħixu fiċ-ċentru ta' Tas-Sliema, u dan qisu ma ġara xejn!", "Dawn jelenkaw aktar ilmenti bħal, per eżempju, li l-bini li qed jiġi mgħotti bil-bini l-ġdid huwa ta' importanza storika.", "Imbagħad, u dan huwa l-aktar punt interessanti, il-MEPA ikkonfermat pubblikament li ma ndunatx bl-impatt li dan il-bini fiċ-ċentru ta' Tas-Sliema se jkollu fuq il- bini li jmiss miegħu.", "Sur President, ir-residenti li ġew ikellmuni kienu diskreti ħafna u ma ridux jitkellmu aktar milli se nitkellem jien, imma jien ngħid li dan hu abbuż għax ma jistax ikun li l-MEPA ma tindunax b'xi ħaġa bħal din fiċ-ċentru ta' Tas-Sliema.", "Issa kieku dan l-iżvilupp kien wara l-kantuniera fejn noqgħod jien, forsi ma jindunawx għaliex ma jafux kemm hija mbiegħda!", "Imma fiċ-ċentru ta' Tas-Sliema!!", "Sur President, hemm ħafna affarijiet jintnu fil-mod ta' kif qed jitmexxew dawn is-suppost bidliet li għandhom isiru fiż-żoni u mhux fiż-żoni.", "Hemm xi ħaġa tinten, imma l-agħar huwa li l-MEPA aċċettat li l-proċess kien ivvizzjat mill-bidu sa l-aħħar.", "Din qalet li ħadet żball u ma sarux l- arranġamenti, il-proċeduri u l-prekawzjonijiet meħtieġa.", "Qabżulhom kollha, Alla jbierek!", "Imma issa d-deċiżjoni ttieħdet u allura jduru fuq ir- residenti u jgħidulhom: Sorry, id-deċiżjoni ttieħdet, m'hemm xejn x'tagħmlu, itilgħu l-qorti!", "Imma skużi!", "Dan x'pajjiż hu?", "Ma ngħidulux tat- tielet jew ir-raba' dinja, ma ngħidulux tal-mickey mouse!", "Se nibqgħu sejrin hekk?!", "U dan f'kuntest sħiħ issa għax ħiereġ każ wara l-ieħor!", "Għalfejn qed jiġri dan, għax in-naħa l-oħra imwerwrin li se jitilfu l-elezzjoni u allura qed jagħlqu għajnejhom b'dan il-mod?", "Lanqas nistaqsi hux Nazzjonalist jew Laburist l-iżviluppatur, x'għandu x'jaqsam!", "Kif jistgħu ma jarawx kif se jikkorreġu żball enormi li qed jirrikonoxxu li sar?", "Fejn hi l-ġustizzja f'dan il-pajjiż?", "Fejn hi t-trasparenza?", "Sur President, jiena nagħmilha ċara li din mhux xi ħaġa li żbroffat issa għaliex kellmu l-Onor. prim ministru, lili jew lil The Times.", "Ir-residenti konċernati, kinux ħamsa, għoxrin jew mija, hija immaterjali.", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq post mill-aktar ċentrali f'Tas-Sliema u r-residenti għamlu dak li setgħu.", "Kitbu liċ-chairman tal-MEPA, u spjegawlu kif fl- applikazzjoni li saret ta' l-iżvilupp il-MEPA kienet misled għax kien hemm misrepresentation of facts fl-applikazzjoni.", "Imma skużi, il-MEPA ma tiċċekkjax dawn l-affarijiet u tibqa' għaddejja qisu ma ġara xejn?!", "Din ma tinvestigax il-misrepresentation of facts?!", "Meta jkun xi ħadd żgħir tinvestiga, imma meta jkun xi ħadd kbir, le!", "Sur President, din mhux aħna qed ngħiduha u anqas dawn ir-residenti li qed jintlaqtu.", "Din qalha l-istess awditur intern tal-MEPA li qal li din hi qawwija mad-dgħajfa u dgħajfa mal- qawwija!", "Naħseb li dan huwa każ tipiku ta' kif jaħdmu l-affarijiet f'dan il-pajjiż taħt dan il-gvern.", "Nerġa' ngħid, mhux qed nitkellmu fuq xi żvilupp f'rokna mbiegħda tal-gżira ta' Malta jew ta' Għawdex imma qed nitkellmu fuq Pjazza Sant'Anna fiċ-ċentru ta' Tas-Sliema!", "Hemmhekk m'hemmx għalfejn ngħidu li kull roqgħa art tiswa' l-għexieren ta' eluf ta' liri.", "Allura bir-rispett kollu, jien nistenna li l-MEPA tagħti ħafna aktar attenzjoni għal dak li jkun qed isir u mhux isseħħ misrepresentation of facts u tibqa' għaddejja qisu ma ġara xejn!", "Hu proprju għalhekk li jiena norbot dan ma' dak li għaddej bħalissa.", "Xkora ta' korruzzjoni ppreżentata mill-kabinett ta' Dr. Gonzi biex żona daqs is-Siġġiewi f'daqqa waħda tidħol fid-development zone.", "Sur President, kif", "wieħed jista' jemmen li l-affarijiet qed isiru b'trasparenza meta quddiem każ lampanti bħal dan, il-MEPA minflok tgħid li għamlet żball u tipprova tirranġah, ma tagħmel xejn!", "Dawn qed jgħidu lir-residenti li jekk huma jridu jikkorreġu l-iżball tal-MEPA, dawn iridu jmorru l-qorti u jagħmlu kawża.", "Dawn x'affarijiet huma?!", "Dan x'pajjiż hu?!", "Kif nistgħu nibqgħu ċassi quddiem affarijiet bħal dawn?!", "Prima facie, Sur President, hemm lok għal investigazzjoni serja dwar dak li ġara.", "Ir-residenti anke appellaw lill-Eċċellenza Tiegħu l-President ta' Malta - u ma nafx x'irrispondihom - lill-prim ministru u anke lill- Kummissjoni Ewropea - li ma nafx x'għandha x'taqsam, imma appellaw lilha wkoll - biex jingħataw spjegazzjoni għaliex ma tteħditx azzjoni biex tissolva l-problema.", "Sal-lum kull ma qalulhom hu biex jgħamlu kawża.", "Mela sewwa, tort tal-MEPA u jridu jagħmlu kawża r-residenti!", "Tagħmel sens din?", "Għalija ma tagħmilx sens, u għalhekk qed ngħid li hemm lok għal investigazzjoni serja dwar kif ħareġ dan il-permess.", "Ir-residenti qed jgħidu li ġrat u li kieku kienu jafu x'qed jiġi propost, kienu joġġezzjonaw.", "Pero` li ġara hu li l-ewwel ipproponew xi ħaġa li setgħet issir, u issa se ssir xi ħaġa - u ngħata permess - għal xi ħaġa li ma tistax issir.", "Allura dawn ir-residenti ma setgħux joġġezzjonaw għal xi ħaġa li setgħet issir meta imbagħad il-permess ingħata fuq xi ħaġa li ma tistax issir.", "Sur President, dawn l-affarijiet mhux ġusti.", "Allura hemm bżonn ta' investigazzjoni serja biex tistabbilixxi xi proċedura kellha tiġi applikata u kif inkisru l-liġijiet.", "Effettivament naħseb li l- investigazzjoni għandha tistabbilixxi xi spezzjonijiet saru ta' Pjazza Sant'Anna qabel ħareġ il-permess.", "L-istess investigazzjoni għandha tiddetermina wkoll jekk l-għoti tal-permess sarx fuq informazzjoni li ma kenitx tirrifletti sewwa l-fatti, u x'liġijiet inkisru fejn tidħol sanita` u bini storiku.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mario Galea, bil-permess tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Xtaqt niġbed l-attenzjoni li dan il-każ se jiġi diskuss nhar il-Ħamis fil-bord tal-MEPA.", "Diġa` deher l-avviż fuq il-gazzetta u d- deċiżjoni tista' tinbidel proprju nhar il-Ħamis.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Jista' jkompli l-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, il-whip tan-naħa Nazzjonalista informat aktar minni imma xorta m'hijiex sodisfaċenti l-ħaġa.", "Jekk wasalna sa fejn wasalna, ma jistax ikun li jiltaqa' l-bord biex taparsi jirranġa l-istorja.", "Jien ngħid li dan huwa każ ieħor ta' korruzzjoni istituzzjonalizzata.", "Ħaġa bħal din mhux qed tiġri f'rokna ta' xi raħal minsi imma qed tiġri fiċ- ċentru ta' Tas-Sliema.", "Dalgħodu r-residenti konċernati ġew jagħtuni din l- informazzjoni kollha.", "Jien staqsejt u qaluli li ma jistax ikun li ġraw dawn l-affarijiet.", "Il-bord tal-MEPA diġa` kien informat biha din il-ħaġa, u qabel ħadu l-azzjoni r-residenti konċernati ma sar xejn ħlief qalulhom biex imorru quddiem il-qorti!", "Issa għaliex kienu jafu li se nqajjimha jien quddiem il-Parlament f'daqqa waħda sbroffat, u kont qed nosserva lill-whip tal-partit Nazzjonalista jċempel jew iċemplulu.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mario Galea, on a point of order.", "ONOR.", "ALFRED SANT: M'hawnx point of order aktar, Sur President, bir- rispett kollu.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: X'inhu l-point of order, Onorevoli?", "ONOR.", "MARIO GALEA: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni ma jistax jiddeċiedi jekk nagħmilx point of order għax dak huwa dritt tiegħi bħala deputat.", "MR SPEAKER: Imma x'inhu l-point of order?", "ONOR.", "MARIO GALEA: Il-point of order hu li l-avviż tal-laqgħa tal-MEPA diġa` deher fuq il-gazzetta, jiġifieri m'għandux x'jaqsam li tkellem hu llejla.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Ikompli l-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Il-laqgħa tal-MEPA setgħet kienet ilha ħafna mħabbra imma għax tkellimt jiena f'daqqa waħda ħabbru li se jippruvaw isolvuha.", "Ir- residenti konċernati tkellmu kemm-il darba mal-MEPA u qalulhom ċar", "u tond biex jagħmlu kawża.", "Issa għax qed nitkellem jien, f'daqqa waħda jċemplu lill-whip biex jgħidu li se ssir laqgħa nhar il-Ħamis u se nirranġawha!", "U ejja!", "Dan huwa pajjiż tal-mickey mouse, u dan il-gvern qed ikompli jirrendieh tal-mickey mouse, inkluż int!", "(Interruzzjonijiet) Ma nistgħux nibqgħu sejrin hekk f'dan il-pajjiż.", "Ir-rappreżentazzjonijiet li saru lill-MEPA jirriżultaw foloz, imma tal-MEPA ma ċċekjawhomx u mxew fuqhom.", "Dawn iddeċidew u bid-deċiżjoni tagħhom qed jiksru dak kollu li għandu x'jaqsam mal-liġijiet sanitarji.", "Lanqas biss indunaw u lanqas biss jimpurtahom, Sur President!", "Meta dawn ir-residenti ppruvaw iressqu l-każ tagħhom, qalulhom biex jagħmlu kawża, imma issa f'daqqa waħda spunta l-whip Nazzjonalista biex jgħidulna li se jsolvuha nhar il-Ħamis.", "Prosit!", "Hekk issolvuhom l-affarijiet?!", "Mela aktar u aktar se nibdew inqajmuhom dawn l-affarijiet fil-ħin ta' l-Aġġornament, wieħed wara l-ieħor, bħall-ixkora korruzzjoni li ħierġa bil-bidla taż-żoni!", "Sur President, dan hu l-punt.", "Jien nixtieq li ninnota quddiem din il-Kamra li l-affarijiet sejrin mill-ħażin għall-agħar mhux biss fil-planning imma anke fil-mod kif jiġu ttrattati ċ-ċittadini.", "Għadu kemm tkellem tajjeb l- Onor. Adrian Vassallo fuq każ ieħor.", "Mhux każ wieħed hemm, Sur President, imma hemm ħafna każi u l-każ ta' l-Onor.", "Vassallo ma rrispondiex għalih il- whip.", "Ċempel ftit lil tal-MEPA forsi jgħidulek li se jiltaqgħu nhar il- Ħamis ukoll ħalli jsolvu l-każ li qajjem l-Onor.", "Vassallo llejla!", "Mhux hekk?!", "Ċemplilhom ħalli jċemplulek!", "Għaliex tkellimt jien irrisponda, imma għax tkellem l-Onor.", "Vassallo, xejn!", "Jien nappoġġja mija fil-mija l-każ li qajjem l-Onor.", "Adrian Vassallo għaliex huwa każ ieħor in point.", "Sur President, ma jistax ikun nibqgħu sejrin hekk u ċ-ċittadini nwarrbuhom għax ikun hemm xi ħadd ftit tal-qalba li rridu naqduh!", "Sur President, nagħlaq billi npoġġi fuq il-mejda tal-Kamra ittra tar- residenti ta' Pjazza Sant'Anna fejn qed jitolbu inkjesta pubblika, liema inkjesta jien qed nappoġġja u qed nitlobha ħalli forsi issa jċemplu l-whip tal-partit Nazzjonalista u jkollu l-go-ahead biex nagħmlu l-inkjesta.", "Qed inpoġġi wkoll dokumentazzjoni marbuta ma' l-iżvilupp ta' Pjazza Sant'Anna li hija relevanti għall-punt li qajjimt u se nqiegħed ukoll, mela le, l- ittra tar-residenti li taw lill-Prim Ministru.", "Grazzi.", "Il-permess ingħata.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra issa hija aġġornata għal għada, it-Tlieta 6 ta' Ġunju, 2006 fis-6:00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mis- Segretarju Parlamentari.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "KONSUM TA' FUEL", "19252.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid x'kienet l-ispiża fi fuel tal-ministeru, dipartimenti u l-enti l-oħra taħt id-dekasteru tagħha fl- ewwel erba' xhur ta' din is-sena?", "Tista' tipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perijodu għas-snin 2004 u 2005 separatament?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: It-tagħrif qed jitpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "KONSUM TA' FUEL", "19253.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' il- Ministru tgħid x'kienet l-ispiża fi fuel tal-ministeru, dipartimenti u l- enti l-oħra taħt id-dekasteru tagħha fl-ewwel erba' xhur ta' din is-sena?", "Tista' tipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perijodu għas-snin 2004 u 2005 separatament?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "KONSUM TA' FUEL", "19254.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid x'kienet l-ispiża fi fuel tal- ministeru, dipartimenti u l-enti l-oħra taħt id-dekasteru tiegħu fl-ewwel erba' xhur ta' din is-sena u għall-istess perijodu għas-snin 2004 u 2005?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Risposta tingħata f'seduta oħra.", "KONSUM TA' FUEL", "19255.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid x'kienet l-ispiża fi fuel tal- ministeru, dipartimenti u l-enti l-oħra taħt id-dekasteru tiegħu fl-ewwel erba' xhur ta' din is-sena u għall-istess perijodu għas-snin 2004 u 2005?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Il-ministeru matul l-ewwel erba' xhur ta' l-2006 nefaq Lm75,023 f'xiri ta' fuel li minnhom Lm19,531 intużaw għall-mezzi ta' trasport, filwaqt li Lm55,492 intużaw għal użu ieħor mhux konness ma' trasport.", "Fis-sentejn preċedenti u matul l-istess perijodu, in-nefqa fi fuel kienet kif jidher hawn taħt:", "2004 - Lm13,181 fi trasport u Lm6,566 f'użu ieħor 2005 - Lm16,685 fi trasport u Lm33,272 f'użu ieħor", "L-ispiża tal-MEPA fl-ewwel erba' xhur ta' din is-sena kienet Lm9,061.", "Fis- sentejn preċedenti u matul l-istess perijodu, in-nefqa kienet kif jidher hawn taħt:", "|2004|Lm7,933| |2005| | | |8,370 |", "L-ispiża għall-fuel tal-Wasteserv fl-ewwel erba' xhur ta' din is-sena kienet Lm8,970.", "Fis-sentejn preċedenti u matul l-istess perijodu, in- nefqa kienet kif jidher hawn taħt:", "|2004|Lm1,339| |2005| | | |10,904 |", "KONSUM TA' FUEL", "19256.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' il-Ministru jgħid x'kienet l-ispiża fi fuel tal-ministeru, dipartimenti u l-enti l-oħra taħt id-dekasteru tiegħu fl-ewwel erba' xhur ta' din is-sena u għall-istess perijodu għas-snin 2004 u 2005?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: L-ispiża fuq fuel għall-ewwel erba` xhur ta` kull sena hi kif jidher hawn taħt:", "|Sena|Fuel |Fuel | | |għall-vettu|għall-heating| | |ri* |, eċċ | |2004| Lm |Lm 6,020.55 | | |9,976.13 | | |2005| | | | |11,008.78 |6,438.18 | |2006| | | | |10,471.11 |7,866.71 |", "*Tinkludi l-vetturi kollha fil-ministeru, ambaxxati u forum Malta fl- Ewropa.", "KIRI TA' KAROZZI", "19257.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid x'kienet l-ispiża f'kiri ta' karozzi mill-ministeru, dipartimenti u enti oħra taħt id-dekasteru tiegħu matul l- ewwel erba' xhur ta' din is-sena u għall-istess perijodu għas-snin 2004 u 2005?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Qed jitpoġġew fuq il-mejda tal-Kamra tabella 'A' u tabella 'B' bl-informazzjoni mitluba fir-rigward ta' l-uffiċċju tal-prim ministru u l-ministeru tal-finanzi rispettivament.", "SKOLA PRIMARJA TA' ĦAD-DINGLI", "19395.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid meta se jitkompla x-xogħol fuq is-sala ta' l-iskola primarja ta' Ħad-Dingli?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Is-sala qed tintuża u x-xogħol li kien fadal se jitlesta fi żmien qasir.", "LIBRERIJA PUBBLIKA", "19396.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jiġi ffirmat management agreement bejn id-dipartiment tal-libreriji u l-kunsill lokali ta' Marsaxlokk dwar librerija pubblika?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li qed isiru diskussjonijiet dwar dan il- ftehim.", "LIBRERIJI ONLINE", "19397.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid meta se jsiru online il- libreriji tal-Fgura u Wied il-Għajn?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-komputerizzazzjoni tal-libreriji friegħi kienet maqsuma fi tliet fażi.", "L-ewwel żewġ fażi tlestew u se jibda x-xogħol ta' komputerizzazzjoni ta' l-aħħar fażi ta' 17-il", "librerija u fost dawn il-libreriji hemm dik tal-Fgura u dik ta' Wied il- Għajn.", "Uħud minn dawn il-kotba f'dawn iż-17-il librerija huma diġa' barcoded u l-katalogar tagħhom jinsab online fuq il-katalgu integrat tad- dipartiment tal-libreriji.", "EUROVISION SONG FESTIVAL", "19398.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid f'liema pajjiżi marru l-membri tal-Maltasong board biex jagħmlu promozzjoni tal-kanzunetta li rrappreżentat lil pajjiżna fil- eurovision song festival ġewwa Ateni?", "Min huma l-persuni li akkumpanjaw lil Fabrizio f'dawn il-pajjiżi?", "Kemm kienet in-nefqa f'kull każ separatament?", "Waqt liema programmi saret il-promozzjoni tal-kanzunetta Maltija u f'liema ħin ixxandret?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "SKOLA LORENZO MANCHE'", "19399.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jara x'jista' isir dwar rapporti li wasluli li fl-iskola Lorenzo Manche', fil-Floriana hemm infestazzjoni ta' ġrieden?", "Jikkonferma li minħabba din l-istess problema, hemm xi għalliem/a li qed jirrifjutaw li jidħlu f'ċerti klassijiet?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ma jirriżultax li hemm xi problema ta' ġrieden fl- iskola msemmija.", "Informat li nqabad ġurdien f'nassa u kien hemm facilitator li rrifjutat li tidħol fil-workshop sakemm jittneħħa l-ġurdien, peress li tibża' mill-ġrieden.", "M'hemm l-ebda għalliem li rrifjuta li jidħol fil-klassi.", "TRIQ BELLA VISTA F'SAN ĠWANN", "19401.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Tista' l-ADT tara jistax isir xi ħaġa dwar il-problema ta' parkeġġ għar-residenti ta' Triq Bella Vista, f'San Ġwann?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: It-taqsima għall-immaniġġar tat-traffiku bagħtet rakkmandazzjonijiet lill-kunisll lokali ta' San Gwann rigward il-parkeġġ fi Triq Bella Vista, u cioe' li:", "*Triq Bella Vista mhijiex wiesgħa biżżejjed sabiex fiha jsiru parking bays;", "*Bil-wisgħa tas-service road fi Triq Bella Vista, jitħalla parkeġġ fuq żewġ naħat iżda tali parking bays ikollhom wisgħa minima ta' 1.8m;", "*Isiru parking bays fi Triq iċ-Ċirasa fuq naħa waħda tat-triq minħabba li l- wisgħa tat-triq ma tippermettix parkeġġ fuq żewġ naħat.", "It-taqsima għall-immaniġġar tat-traffiku se tiddiskuti dawn il-proposti mal- kunsill lokali ta' San Gwann biex il-parkeġġ f'din iż-żona jiġi organizzat aħjar.", "FTEHIM MA' L-UKRAJNA", "19402.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid meta mistenni jiġi ffirmat il-ftehim dwar turiżmu ma' l-Ukrajna?", "Minn meta ilu li beda jiġi nnegozjat?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Il-ministeru rċieva l-ewwel abbozz ta' ftehim bilaterali dwar it-turiżmu ma' l-Ukrajna f'Mejju 1998.", "Il-ministeru għall- affarjiet barranin qiegħed jikkonkludi ma' l-awtoritajiet Ukrajini sabiex il-ftehim jiġi ffirmat fl-iqsar żmien possibbli.", "STABILIMENTI TA' DIVERTIMENT", "19403.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 19104, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid liema hu l-istabiliment li ngħalaq f'Wied il- Għajn fl-2005 u liema huma dawk f'Wied il-Għajn u San Ġiljan li kellhom il- liċenzja tagħhom sospiża talli daħħlu tfal taħt l-eta' fl-istabilimenti tagħhom din is-sena?", "Għal kemm żmien kienet sospiża l-liċenzja f'kull każ?", "ONOR.", "TONIO BORG: Is-sena l-oħra, l-istabiliment Oblivion f'Wied il-Għajn kellu l-liċenzja tiegħu sospiża għal sitt xhur, filwaqt li matul din is- sena kien hemm l-istabiliment Tequila f'San Ġiljan li kellu l-liċenzja sospiża għal xahar u l-istabiliment Vertigo f'San Ġiljan li kellu l- liċenzja sospiża għal tliet xhur, pero' dawn iż-żewġ sentenzi qegħdin fi stadju ta' appell.", "Dwar l-istabiliment l-ieħor ġewwa Wied il-Għajn imsemmi fit-tweġiba għall- mistoqsija parlamentari 19104, ninsab informat li bi żvista kien ġie indikat li kellu l-liċenzja sospiża meta fil-fatt dan kien ġie ordnat mill- pulizija biex jagħlaq għal 12-il siegħa, skond kif previst fir-regolamenti ta' l-2006 dwar il-liċenzji tal-kummerċ (L.N. 1/2006).", "ESPROPRJAZZJONI TA' ART", "19417.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid fiex waslet talba li ilha pendenti snin sħaħ għal kumpens għall-esproprjazzjoni ta' parti minn Casal Gregorio, Triq il-31 ta' Marzu, Għargħur?", "ONOR.", "TONIO BORG: L-art li ġiet esproprjata għal Triq il-31 ta' Marzu, Għargħur tikkonsisti f'ħafna plots u għalhekk l-Onor.", "Membru hu mitlub jagħti aktar dettalji bħal, per eżempju, in-numru tal-plot jew inkella pjanta li tindika l-plot li saret riferenza għaliha.", "RESERVED PARKING", "19418.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Tista' l-awtorita' dwar it-trasport tikkonsidra talba ta' familja mill-Għargħur li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament għal reserved parking, minħabba li għandhom membru tal-familja bi bżonnijiet speċjali?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Minn riċerka li saret fid-database tat-taqsima għall-immaniġġar tat-traffiku rigward applikazzjonijiet għas-servizz ta' reserved parking għal persuni b'diżabilita', jirriżulta li m'hemm l-ebda applikazzjoni minn familja mill-Għargħur li għaliha qed jirriferi l-Onor.", "Interpellant.", "GOZO CHANNEL", "19420.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid xi proprjeta' kriet il-Gozo Channel fl-aħħar għaxar snin?", "Mingħand min inkriet u kemm?", "Saru xi spejjeż fil-fondi mikrija?", "Xi spejjeż saru?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal- Kamra.", "EUROVISION SONG FESTIVAL", "19421.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 19368 u jgħid kemm ġie jiswa l-festival fejn intgħażlet il-kanzunetta Maltija għall- eurovision 2006?", "Kemm nefaq il- kumitat li jmexxi dan il-festival fl-aħħar sena u fuq xiex?", "Kemm swiet b'kollox il-parteċipazzjoni Maltija fil- eurovision 2006?", "F'kemm pajjiżi saret promozzjoni favur il-kanzunetta Maltija li ħadet sehem fil-eurovision 2006?", "Kemm swiet din il-promozzjoni?", "Min siefer għal din il-promozzjoni u kemm intnefaq fuq safar?", "Kemm swew il-barranin li akkumpanjaw lill-kantant Malti waqt il-kanzunetta tiegħu fil-eurovision 2006?", "Kemm persuni telgħu jakkumpanjaw lill-kantant Malti għall-eurovision 2006 f'Ateni?", "Kemm swiet l-akkomodazzjoni u l- ispiża tas-safra u nefqiet oħra f'Ateni?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "EUROVISION SONG FESTIVAL", "19422.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid f'liema pajjiżi saret promozzjoni favur il-kanzunetta Maltija li ħadet sehem fil-eurovision 2006?", "Kif saret il- promozzjoni f'kull", "pajjiż?", "Liema stazzjonijiet tar-radju u ġurnali ġew ikkuntattjati u xi preżenza fil-media ġiet miksuba f'kull każ?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "SERVIZZ DOGANALI", "19423.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jara li jittieħdu passi biex uffiċjali tad- dwana jkunu għax-xogħol fit-terminal tal-passiġġieri tal-vapuri f'ħin konvenjenti biex dawk li jaslu minn barra ma joqogħdux jistennew sa wara s- 2.00 p.m., kif ġara nhar il-Ġimgħa 26 ta' Mejju, 2006?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Il-vapur li fil-ġurnata u l-ħin li semma' l-Onor.", "Interpellant jidħol Malta hu l-MSC Opera, li ta' kull nhar ta' Ġimgħa jidħol biex iniżżel il-passiġġieri u ilu jagħmel dan mis-7 ta' April, 2006.", "Fis-seba' darbiet li daħal qabel dan il-vapur, l-uffiċjali tad-dwana dejjem kienu fil-ħin biex jeżaminaw il-bagalji tal-passiġġieri.", "Fil-ġurnata li dwarha qed jistaqsi l-Onor.", "Interpellant, l-uffiċjali tad-dwana li kienu assenjati jeżaminaw il-bagalji tal-passiġġieri ta' dan il-vapur inqabdu fuq xogħol ieħor u waslu 20 minuta tard.", "Diġa' ittieħdu l-passi neċessarji sabiex dan id-dewmien ma jerġax iseħħ.", "MAGĦTAB", "19424.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid x'wassal biex l-għolja skart tal- Magħtab kienet qed taqbad fil-jiem li għaddew?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Kif tħabbar ftit taż-żmien ilu, l-għolja skart tal- Magħtab trid tiġi armata b'sistema ta' pipework biex il-gassijiet ikunu jistgħu jinġabru u jiġu ttrattati, bil-gassijiet it-tajbin jiġu wżati biex jiġġeneraw l-enerġija elettrika.", "Biex l-istallazzjoni ta' dawn il- pajpijiet tkun tista` issir, hemm bżonn li jiġi mibdul l-angolu tal-wiċċ ta' l-għolja u jinħolqu numru ta' passaġġi minn fejn ikun jista' isir l- aċċess.", "Is-sena l-oħra ngħata kuntratt biex dan ix-xogħol jibda u bħalissa jinsab fl-aqwa tiegħu.", "Maċ-ċaqliq tal-materjal jinqala` ammont ta' trab u jekk dan iċ-ċaqliq isir fejn hemm skart organiku, xi drabi jfeġġu n-nirien.", "Il-kuntrattur għandu l- obbligu li kuljum qabel iħalli l-lant tax-xogħol iġib is-sit fi stat stabbli.", "Waqt dan ix-xogħol kollu ikun hemm monitoraġġ kontinwu ta' l-arja biex wieħed ikun attent għal xi kontaminazzjoni li tista' tinħoloq.", "Dawn ix-xogħlijiet mexjin b'ritmu tajjeb u dalwaqt inkunu nistgħu nikkonfermaw li dan l-inkonvenjent intemm.", "Ta' min ifakkar li n-nar intern fil-volum ta' l-iskart għadu għaddej u skond it-tekniċi, huwa biss bl-estrazzjoni tal-gassijiet li wieħed se jkun jista' inaqqas il-qawwa tan-nirien.", "XOGĦLIJIET FIS-SALINI", "19425.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' il-Ministru jgħid x'sar mix-xogħol fuq il-kanali li hemm madwar is-Salini, peress li f'postijiet jidher li għadhom mirdumin u qed jikkaġunaw l-intejjen?", "Għaliex waqaf ix-xogħol ta' tħammil?", "Meta se jitkompla?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Għalkemm dan il-kanal tnaddaf tajjeb ħafna s-sena l- oħra, ma setax isir dredging f'parti żgħira bil-għan li ma ssirx ħsara strutturali lit-triq eżistenti.", "L-Onor.", "Interpellant jaf li l-ilmijiet li jiġu mit-triq ta' taħt it-Telgħa t'Alla u Ommu jġorru ħama għal ġo l- istess kanal u kawża ta' hekk, ix-xitwa li għaddiet ġabet magħha dan l- effett.", "Dan jispjega għala parti mill-kanal reġa' imtela' bil-ħama.", "Id-diviżjoni tax-xogħlijiet diġa' fasslet u bdiet tattwa soluzzjoni għal dan il-bottleneck.", "B'riżultat ta' dan ix-xogħol, is-sukkursu se jerġa' jiffunzjona kif oriġinarjament ippjanat.", "MANIKATA", "19426.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol biex jiġi studjat l- impatt tal-mina fil-Manikata fuq l-għejjun ta' l-ilma ġieri fl-inħawi?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "BTEC NATIONAL DIPLOMA", "19430.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Peress li studenti li ggradwaw mill-kors tal-BTEC national diploma in early years organizzat mill-MCAST sabu diffikultajiet tant kbar li meta applikaw sabiex jidħlu bħala kindergarten assistants mad- diviżjoni ta' l-edukazzjoni, il-kwalifika tagħhom lanqas biss ġiet rikonoxxuta minħabba xi teknikalita' li nqalgħet dwar il-kontenut tal-kors - tajjeb li wieħed jgħid li dan il-kors issa ġie modifikat sabiex il- gradwati l-ġodda ma jkollhomx dawn id-diffikultajiet, imma huwa fatt li dawk li laħqu ggradwaw spiċċaw ibatu l-konsegwenzi mingħajr m'għandhom tort - jista' il-Ministru jgħid meta l-MCAST se jorganizza part-time conversion courses għal dawk li laħqu ggradwaw, sabiex id-diploma tagħhom tiġi aġġornata skond il-kriterji mitluba mid-diviżjoni u b'hekk huma jkunu jistgħu jikkwalifikaw għax-xogħol li suppost ikkwalifikaw għalih?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Minn xhur ilu, l-MCAST beda jaħdem ma' uffiċjali ta' l- education division biex jinstabu mezzi kif il-kwalifiki addizzjonali meħtieġa għal dawk li ggradwaw mill-kors tal-BTEC national diploma in early years fl-Lulju 2005 jingħataw opportunita' oħra biex jaġġornaw il-kwalifika tagħhom.", "Dawn l-istudenti kollha dalwaqt jiġu msejħa biex ikunu informati fuq dan il- provvediment.", "PALAZZ TAL-GIRGENTI", "19431.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hux minnu li aktar kmieni din is-sena, kien hemm break-in fil-palazz tal-Girgenti?", "X'insteraq u x'inhu l-valur ta' l-oġġetti misruqa?", "ONOR.", "TONIO BORG: Fl-24 ta' Marzu ta' din is-sena nsterqu żewġ oġġetti żgħar tal-fidda mill-imsemmi post, bl-inkjesta maġisterjali għadha għaddejja.", "COTTONERA WATERFRONT GARDENS", "19432.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jivverifika għaliex il-ġnien li nbena fuq is- saqaf tal-blokki ta' l-appartamenti tal-Cottonera waterfront, mhuwiex aċċessibbli għall-pubbliku?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Dan il-ġnien għadu ma ġiex mgħoddi lill-gvern bil- formalitajiet neċessarji u għalhekk li s'issa għadu ma sarx pubbliku.", "PORT TA' L-IMĠARR", "19433.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid jekk ir-rampa li hemm fil-port ta' l-Imġarr, hijiex konformi ma' l-istandards ta' NCPD għal persuni b'diżabilita'?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Ir-rampa li hemm fil-port ta' l-Imġarr u li tagħti aċċess għall-vapuri tal-Gozo Channel, bħalissa tintuża kemm mill-vetturi kif ukoll mill-passiġġieri sabiex jitilgħu u jinżlu l-vapur.", "Din ir-rampa nbniet skond pjanti approvati mill-MEPA.", "Meta l-proġett ta' l-Imġarr jitlesta, l-aċċess tal-passiġġieri għall-vapuri se jkun permezz ta' gangways li jagħtu direttament għat-terminal tal- passiġġieri.", "EŻAMIJIET TAL-JUNIOR LYCEUM", "19434.", "L-ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jikkonsidra u jirrikkmanda li dak li qed isir ta' kull sena waqt l-eżamijiet tal-junior lyceum, cioe' li għal ġimgħa sħiħa numru ta' klassijiet jibdew tard, jieqaf?", "Jistgħu dawn l-eżamijiet isiru filgħaxija, kif isir fil-każ ta' l- eżamijiet tal-common entrance?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-materja li qed iqanqal l-Onor.", "Interpellant qed tiġi kkonsidrata biex jinstab l-aħjar mod kif tiġi riveduta.", "TRATTAMENT XIERAQ TA' ANNIMALI", "19435.", "L-ONOR.", "MICHAEL ASCIAK staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid min huma l-esperti li qed jagħtuh il- pariri rigward regolamentazzjoni ta' santwarji ta' annimali?", "Meta kienu appuntati u x'inhi l-brief tagħhom?", "Kif beħsiebu jinforza r-regolamenti u x'beħsiebu jagħmel b'dawk il-klieb li qegħdin f'santwarji li ma jistgħux jaffordjaw li jidħlu taħt regolamentazzjoni?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Fl-2002 inħatar kunsill għat-trattament xieraq ta' l-annimali skond ir-regoli msemmija fl-Att għat-Trattament Xieraq ta' l- Annimali ta' l-2001.", "F'Settembru ta' l-2004 dan il-kunsill kien waqqaf sotto-kumitat għas-santwarji ta' l-annimali li fih kien hemm uffiċjali mid- diviżjoni ta' l-ikel u l-attività veterinarja, nies minn organizzazzjonijiet mhux governattivi u esperti mir-Renju Unit.", "L-għan ta' dan is-sotto-kumitat kien biex iħejji liġi/liġijiet biex iħarsu u jipproteġu s-saħħa tal-klieb u l-qtates li jinsabu ġos-santwarji.", "L-att legali li qed jitħejja dwar iż-żamma tal-klieb u l-qtates f'santwarji u li jaqa' taħt l-Att għat-Trattament Xieraq ta' l-Annimali għandu jkun il- liġi li tinforza dawn ir-regoli.", "Kif din il-liġi tiġi fis-seħħ, tkun ir- responsabbiltà ta' min ikun qed imexxi dawn is-santwarji li jiżgura li l- klieb u l-qtates miżmuma fihom ikunu qegħdin jiġu mħarsa b'mod xieraq.", "Sadanitant qed jitħejja pjan ta' azzjoni biex jindirizza l-problema taż- żamma tal-klieb u l-qtates.", "FONDAZZJONI GĦAS-SERVIZZI MEDIĊI", "19436.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm jammonta l-investiment kollu li l-fondazzjoni għas-servizzi mediċi għamlet minn meta bdiet tiffunzjona sal- lum u fiex kien jikkonsisti dan l-investiment?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "PROĠETTI TA' TISBIĦ F'GĦAWDEX", "19437.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' il- Ministru tgħid kemm proġetti ta' tisbiħ saru f'Għawdex mill-ministeru tagħha mill-1999 'il hawn?", "Fejn saru?", "X'kienet l-ispiża?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "MALTACOM", "19438.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Billi l-Maltacom kienet qiegħda fl-istadju li toħroġ tender biex jiġu spustjati xi cables li kienu għaddejjin minn taħt l-art – f'każ ta' sit li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament - u billi l-Maltacom issa għaddiet f'idejn azjenda privata, qiegħed il-Ministru f'pożizzjoni jgħid f'liema stadju wasal it-tender billi x-xogħlijiet li kellhom isiru bis-saħħa ta' dan it-tender kienu ġew assunti mill-Maltacom qabel ma din il-kumpannija għaddiet taħt il-kontroll ta' azjenda privata?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Peress li l-Maltacom hi kumpannija privata, l- informazzjoni mitluba ma tistax tingħata.", "PROĠETTI F'GĦAWDEX", "19439.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' il- Ministru tgħid meta ltaqa' l-aħħar il-kumitat dwar proġetti f'Għawdex ko- finanzjati mill-Unjoni Ewropea?", "Kemm laqgħat saru matul l-2005 u din is- sena?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Il-kumitat dwar proġetti f'Għawdex ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea ltaqa' tmien darbiet fis-sena 2005.", "Il-laqgħat saru fis-27 ta' Jannar, fit-28 ta' Jannar - b'kontinwazzjoni tal-laqgħa tal- ġurnata ta' qabel - fil-11 ta' Frar, fit-18 ta' Frar, fid-19 ta' Frar, fil-25 ta' Frar, fis-16 ta' Marzu, fis-7 ta' April u fit-30 ta' Novembru 2005.", "Pero' minkejja li skond it-terms of reference tal-Gozo regional projects committee dan il-kumitat għandu jiddiskuti proġetti ko-finanzjati mill- Unjoni Ewropea għall-2004-2006, il-core members ta' dan il-kumitat kienu ġew mistiedna f'dati oħra biex jiddiskutu l-pjan ta' żvilupp ekonomiku u soċjali għal Għawdex, biex b'hekk l-istakeholders Għawdxin taw ukoll il- kontribut tagħhom għal dan il-pjan.", "SKEJJEL F'GĦAWDEX", "19440.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid għal kemm jammonta l- investiment kollu li l-fondazzjoni għall-iskejjel t'għada għamlet f'Għawdex minn kemm ilha li bdiet tiffunzjona fl-2001 u fiex kien jikkonsisti?", "Kemm hu l-investiment kapitali li għamel il-ministeru tiegħu f'Għawdex fl-istess perijodu u fiex jikkonsisti?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "MANIFATTURA F'GĦAWDEX", "19441.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' il- Ministru tgħid liema inċentivi mogħtija lis-settur tal-manifattura huma koperti bid-deminimis rule?", "X'inhu l-għan tagħhom?", "X'attivitajiet ekonomiċi jkopru u xi spejjeż ikopru?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: L-inċentivi lis-settur tal-manifattura f'Għawdex qegħdin jingħataw skond l-Att dwar il-Promozzjoni ta' Negozji.", "PARKEĠĠ FIĊ-ĊIRKEWWA", "19442.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid fuq liema kriterji se tkun ibbażata l-kera fis-sena tal-parkeġġi taċ-Ċirkewwa u l-Imġarr?", "Kemm hija stmata li tiswa l-kera ta' dawn iż-żewġ parkeġġi?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Bħalissa għaddejjin diskussjonijiet bejn l-awtorita' marittima u l-Gozo Channel sabiex jiġi ffinalizzat kuntratt ta' kera - harbour agreement - għat-terminals tal-passiġġieri, tal-marshalling areas u tal-parkeġġi fil-portijiet taċ-Ċirkewwa u l-Imġarr.", "Hi l-intenzjoni li jkun hemm kera waħda għal dawn il-faċilitajiet kollha, kera li se tiġi stabilita fuq il-bażi tal-valur ta' l-investiment kapitali li l-awtorita' se tkun nefqet għall-proġett kollu.", "Hemm qbil bejn iż-żewġ partijiet li ċ-ċifra tal-kera għal dawn il- faċilitajiet għandha tkun ta' Lm400,000 fis-sena.", "ĦADDIEMA TA' L-MOBC", "19446.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm ħaddiema hemm ma' l-MOBC?", "Jista' jagħti l-grad u s-salarju marbut ma' kull wieħed minnhom?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: In-numru ta' ħaddiema ma' l-MOBC hu ta' 25, bl- informazzjoni dwar il-grad u s-salarju ta' kull wieħed minnhom titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "ĦADDIEMA BARRANIN MAT-TARZNARI", "19448.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm ħaddiema barranin kien hemm fil-Malta Shipyards bejn Jannar u Mejju 2006?", "Minn liema pajjiż?", "Kemm damu hawn x'tip ta' xogħol għamlu?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal- Kamra.", "KATARETTI", "19449.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid kemm persuni qed jistennew biex issirilhom l-operazzjoni tal-kataretti?", "Kemm operazzjonijiet saru fl-ewwel xhur tas-sena?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Skond is-surgical operations register ta' St. Luke's, it-tagħrif mitlub għall-perijodu bejn Jannar 2006 u l-25 ta' Mejju, 2006 dwar operazzjonijiet tal-kataretti hu kif ġej:", "|Xahar |Operazzjoniji| | |et | |Jannar | | | |103 | |Frar |92 | |Marzu |87 | |April |86 | |1 sa 25 ta' |85 | |Mejju | |", "In-numru ta' persuni li qed jistennew biex issirilhom l-operazzjoni huwa ta' 3,812.", "PJAZZA STA.", "MARGHERITA F'BORMLA", "19451.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid meta se jibda u jitlesta x-xogħol fi Pjazza Santa Margherita, Bormla?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ix-xogħol fil-ġnien ta' Santa Margherita, Bormla hu maħsub li jibda għal Settembru li ġej u hu pprogrammat li jintemm għal April 2007.", "BEJJIEGĦA TAL-MONTI", "19453.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid għaliex l-iskart li tħalla mill-bejjiegħa tal-monti ta' Bormla/Birgu nhar it-Tlieta 22 ta' Mejju, 2006 dam sa wara l-4.00 p.m. biex jinġabar?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ir-responsabbilta' għall-ġbir ta' skart fit-toroq fejn jarmaw il-bejjiegħa tal-monti fil-post imsemmi hi tal-gvern ċentrali u mhux tal-kunsill lokali, servizz li jingħata mill-ministeru għar-riżorsi u infrastruttura.", "Filwaqt li nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill- ministeru responsabbli, inżid ngħid ukoll li hu obbligu tal-bejjiegħa tal- monti li ma jħallu l-ebda skart warajhom u dan skond il-kondizzjonijiet tal-liċenzja maħruġa mill-awtorita' regolatorja u l-kondizzjonijiet li permezz tagħhom tinħareġ l-awtorizzazzjoni mill-kunsill lokali.", "IMPJEGATI TAL-MALTACOM", "19455.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm impjegati hemm on loan jew seconded mal- Maltacom fid-dipartimenti u l-ministeri tal-gvern?", "Issa li l-Maltacom hi totalment privatizzata, dawn l-impjegati se jintbagħtu lura jew se jsiru mpjegati permanenti tal-gvern?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: M'hemmx impjegati mal-Maltacom li huma on loan jew seconded f'dipartimenti u/jew ministeri tal-gvern.", "Madankollu hemm seba' impjegati tal-Maltacom li qed iservu f'segretarjati privati ta' ministri u segretarji parlamentari b'kuntratt.", "Il-kuntratt jipprovdi li jekk il-kuntratt jintemm, dawn l-impjegati jirritornaw mal-Maltacom.", "MOBC", "19457.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni tal-gvern dwar l-MOBC u jekk għadx hemm ħsieb li tiġi pprivatizzata?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-MOBC se tkun parti mill-kummerċjalizzazzjoni tad- diviżjoni tal-petroleum ta' l-Enemalta.", "IMPJEGATI TAL-MALTACOM", "19462.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm impjegati tal-Maltacom huma on loan jew seconded fid-dipartimenti u ministeri tal-gvern?", "Issa li l-Maltacom hi totalment privatizzata, dawn l- impjegati se jintbagħtu lura jew se jsiru mpjegati permanenti tal-gvern?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jirriferi għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 19438.", "QORTI TAL-FAMILJA", "19463.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm każi hemm pendenti quddiem kull medjatur fil-qorti tal-familja?", "ONOR.", "TONIO BORG: It-tagħrif mitlub sal-31 ta' Mejju, 2006 qed jitpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "SERVIZZ.GOV", "19465.", "L-ONOR.", "DAVID AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm- il talba/mistoqsija kien hemm fuq is-servizz elektroniku \"servizz.gov\" matul l-2005 u l-2006?", "Kemm minnhom ġew imwieġba u kemm fadal pendenti?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-informazzjoni dwar is-\"servizz.gov\", liema servizz jaqa' taħt ir-responsabbilta' ta' l-OPM imma mantnut mill-MITTS, għadha qed tinġabar.", "GALLARIJI TA' L-INJAM", "19469.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid jekk l-iskema l-ġdida ta' irranġar ta' gallariji, tinkludix mill-ġdid il-Belt Valletta jew jekk din id-darba hux se tkun limitata għal dawk il-lokalitajiet imsemmija biss?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: L-iskema għar-restawr ta' gallariji ta' l-injam ta' l-2006 inħarġet fuq il-lokalitajiet taż-Żejtun, is-Siġġiewi u r-Rabat, Għawdex.", "Minbarra dawn il-lokalitajiet, l-iskema tapplika wkoll għal proprjeta' skedata b'gallarija ta' l-injam fil-lokalitajiet kollha ta' Malta u Għawdex.", "Fis-snin ta' qabel, l-istess skema nħarġet darbtejn fuq il-Belt Valletta u l-Floriana, tliet darbiet fuq il-Kottonera, kif ukoll darba fuq NGOs u clubs f'Malta u f'Għawdex kollha.", "HIGH TENSION CABLE", "19470.", "L-ONOR.", "JOSEPH CASSAR staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi proġett, anke forsi wieħed bl-għajnuna ta' fondi mill-Unjoni Ewropea, biex high tension wires li jaqsmu l-Imġarr lejn Binġemma jitpoġġew taħt l-art ħalli ma jibqgħux ikerrħu l-ambjent?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-Enemalta għandha pjani biex jinbidlu l-linji tat-33kV b'cables li jitpoġġew taħt l-art u bħalissa qegħdin jiġu investigati l- possibbiltajiet ta' xi rotot.", "ĦADDIEMA TAL-GVERN", "19471.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Fid-dawl tat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 19315 rigward l- impjegati tal-gvern, jista' il-Prim Ministru jgħid:", "*X'irid ifisser bit-terminu li uża hu stess \"grad sostantiv\" fil-kuntest ta' uffiċjali pubbliċi li jkunu b'kuntratt defnittiv?", "*Kif qiegħed jgħid li kuntratt definittiv mal-gvern ma jkunx għall-perijodu fit-tul meta jaf li hemm diversi mpjegati bħal dawn li ilhom jaħdmu fuq din il-bażi għal bosta snin?", "*Jgħid jekk għandux il-ħsieb li jirranġa l-kuntratti ta' l-impjegati li mhumiex intitolati għal parental leave, responsibility leave u reduced hours, in vista tal-fatt li ħafna minn dawn l-impjegati ilhom bosta snin bl- istess impjieg u jaħdmu tmien sigħat kuljum bħall-impjegati permanenti?", "*Espressament x'jiġri jekk mara li tkun fuq kuntratt indefinit, li mhix intitolata għall-parental leave, li toħroġ pregnant u li tixtieq trabbi lil uliedha, titlifx il-job tagħha jekk mat-terminu tal-maternity leave ma tirritornax għax-xogħol u x'alternattivi qed joffrilha l-gvern bħala mpjegata tiegħu?", "*Jekk hux se jirranġa dawn il-kuntratti definittivi in vista tad-direttiva fixed term work directive 199/70 EC li tgħid li m'għandux ikun hemm diskriminazzjoni bejn permanent workers u contract workers?", "*Għaliex L.N. 429 ta' l-2002 li suppost tirrifletti din id-direttiva, qed teskludi mill-applikabbilta' tagħha l-impjegati kollha tal-gvern meta d- direttiva ma tagħmel l-ebda distinzjoni bejn impjegati mal-gvern u mpjegati mas-settur privat?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: It-terminu \"grad sostantiv\" ifisser dawk l-impjegati li jkollhom appointment skond il-gradi stabiliti fil-collective agreement tas-servizz pubbliku u waqt li jżommu dan il-grad, jidħlu għal kuntratt definit għal pożizzjoni oħra.", "L-impjegati fuq kuntratt definit jista' ikollhom il-kuntratt imġedded u għalhekk jistgħu jkunu ilhom bosta snin jaħdmu, iżda kull kuntratt normalment ma jkunx għal iktar minn sena.", "Dwar jekk hemmx ħsieb li jinbidlu l-kondizzjonijiet u l-benefiċċji ta' l- impjegati bil-kuntratt, ta' min jgħid li bħalissa qed isir studju biex naraw jekk jistax isir xi tibdil.", "Dwar ir-raba' mistoqsija, l-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jirriferi għall- aħħar paragrafu tat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 19315.", "DAWL U ILMA", "19472.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid jekk fir-rapport li għamlu Deloitte and Touche fuq s-surcharge fuq id-dawl u l- ilma:", "*Ħadux in konsiderazzjoni il-fatt li l-gvern kien għolla l-prezz tal- petrol, eċċ. fil-pompi biex jagħmel cross-subsidisation tal-konsum tad- dawl?", "*It-telf ta' Lm2.5 miljun assorbit mill-Enemalta f'Ottubru 2005 ġiex ikkonsidrat fl-audit li sar?", "*Jekk l-ineffiċjenzi ta' l-Enemalta ammontanti għal Lm5.2 miljun u li suppost li se jinġarru mill-Enemalta, ġewx ikkonsidrati fil-kalkoli peress li l-mekkaniżmu msemmi fir-rapport bħala kumpens għal dan l-ammont globali huwa ħafna anqas mill-ammont ta' Lm5.2 miljun?", "Dan kollu jimpatta fuq ir-rata ta' surcharge li jrid iġorr il-konsumatur?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "STAMPERIJA TAL-GVERN", "19473.", "L-ONOR.", "FRANCO GALEA staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm ħaddiema hemm f'kull grad fl- istamperija tal-gvern?", "Kemm tħallas overtime matul l-2005?", "Kemm kien hemm ġranet ta' sick leave fl-istess perijodu?", "X'sistema ta' timekeeping tintuża fl-istamperija?", "Jirriżultalu l-Prim Ministru li hemm xi mpjegati fl-istamperija jew xi taqsima tagħha fil-grad ta' acting manager jew simili?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Il-ħaddiema ta' l-istamperija tal-gvern huma maqsumin hekk:", "|Direttur |1 | |Uffiċjal |3 | |prinċipali | | |Skrivan anzjan |1 | |Skrivan |2 | |Messaġġier II |3 | |Messaġġier I |1 | |Grupp II |1 | |Uffiċjal tekniku|1 | |Assitant chief |3 | |printer | | |Press inspector | 10 | |Senior printer | 29 | |Printer |2 | |Security |1 |", "L-overtime imħallas matul is-sena 2005 jammonta għal Lm52,014.", "Il-ġranet ta' sick leave matul l-istess sena kienu ta' 625 ġurnata.", "Fil-preżent, is- sistema ta' timekeeping hi dik ta' l-attendance sheet.", "M'hemm l-ebda mpjegat fl-istamperija tal-gvern bi grad ta' acting manager.", "STAMPERIJA TAL-GVERN", "19474.", "L-ONOR.", "FRANCO GALEA staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk il-ħaddiema ta' l-istamperija tal-gvern għandhomx xi inċentivi jew benefiċċji, apparti minn dawk tal- bqija tas-servizz pubbliku?", "Fil-każ ta' parkeġġ ta' karozzi tal-management u tal-ħaddiema ta' l-istamperija, jista' il-Prim Ministru jgħid jekk hemmx xi arranġamenti fejn dawn il-vetturi jistgħu jitħallew?", "L-istamperija għandha vetturi għall-użu tagħha?", "Jirriżultalu l-Prim Ministru li hemm stores jew bini ieħor li fih qed jiġu pparkeġġati xi vetturi?", "X'inhu dan il-bini u liema vetturi jistgħu jitħallew hemm?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Il-ħaddiema ta' l-istamperija tal-gvern m'għandhomx inċentivi jew benefiċċji barra minn dawk tal-bqija tas-servizz pubbliku.", "Il-ħaddiema jużaw il-parkeġġ li hemm mal-madwar ta' l-istamperija.", "L-istamperija għandha żewġ vetturi, it-tnejn proprjeta' tal-gvern - karozza tad-direttur u vann għall-użu ġenerali tad-dipartiment - li jiġu pparkeġġati fil-garaxx ta' l-istamperija.", "Anke l-", "karozza ta' l-assistant chief printer li fil-preżent qed jassumi r- responsabbiltajiet ta' chief printer, tiġi pparkeġġata fil-garaxx ta' l- istamperija, prattika li ilha fis-seħħ minn mindu l-istamperija ġiet trasferita għall-Marsa fl-1995.", "ĦAL FAR FIRE STATION", "19475.", "L-ONOR.", "FRANCO GALEA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 18065, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hemmx xi forma ta' arranġament ma' enti kummerċjali dwar użu ta' art fiż-żona tal-fire station ta' Ħal Far u b'mod speċjali fiż-żona fil-post fejn tinsab fire-fighting school privata?", "Jista' jagħti dettalji?", "Jista' jgħid liema huma ż-żoni f'Ħal Far li huma għall-użu tad-dipartiment tal-protezzjoni ċivili u tali enti privati?", "Hemm xi art f'Ħal Far li qiegħda għall-użu ta' enti privati li jixtiequ jagħmlu xi forma ta' taħriġ kontra n-nirien jew simili?", "L- ismokehouse f'Ħal Far minn min qed tintuża u għal xiex qed tintuża?", "ONOR.", "TONIO BORG: Parti mill-grounds fiż-żona tal-fire station ta' Ħal Far hi konċessa lil Alberta Company Ltd., liema żona tinkludi l-grounds, l- ismokehouse u bini ieħor fl-istess żona.", "Il-fire station ta' Ħal Far u l-art li tinsab fid-direzzjoni tal-lvant hi proprjeta' tad-dipartiment tal-protezzjoni ċivili.", "Apparti minn dan, m'hemmx art oħra.", "L-ismokehouse tintuża kemm mill-kumpannija Alberta kif ukoll mid-dipartiment tal-protezzjoni ċivili.", "PROTEZZJONI ĊIVILI", "19476.", "L-ONOR.", "FRANCO GALEA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'ħidma fil- komunita' qed issir mid-dipartiment tal-protezzjoni ċivili?", "Jista' in oltre jgħid jekk id-dipartiment huwiex qed jorganizza xi korsijiet bi ħlas għall-privat?", "ONOR.", "TONIO BORG: Minn żmien għal żmien isiru taħditiet u eżerċizzji minn membri tal-protezzjoni ċivili kemm f'istituzzjonijiet edukattivi kif ukoll għand enti oħra bħal kunsilli lokali bil-għan li titkabbar l-edukazzjoni tal-pubbliku f'suġġetti relatati ma' protezzjoni ċivili.", "Id-dipartiment jorganizza korsijiet bi ħlas għall-privat skond kif jiġi mitlub.", "Fost l-enti li jitolbu dawn il-korsijiet hemm id-Drydocks u SGS Malta.", "BAĦĦAR U SEWWI", "19477.", "L-ONOR.", "FRANCO GALEA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'użu qed isir mill- bini jew art li kienet qed tintuża mill-kumpannija Baħħar u Sewwi?", "Hemm xi pjani għal din l-art?", "ONOR.", "TONIO BORG: Flimkien ma' art oħra, l-art in kwestjoni għaddiet għand il-Malta Industrial Parks b'L.N. 73/92 tas-7 ta' Awissu, 1992 u għaldaqstant l-Onor.", "Interpellant hu mitlub jirriferi l-mistoqsija tiegħu lill-ministeru għall-investiment, industrija u teknoloġija ta' l- informazzjoni.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB", "RAVE PARTY F'PARADISE BAY", "W260 L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari W257, ma jidhirlux il-Viċi Prim Ministru li l-istorbju, dwal u attivita' ta' nies li jkunu qed jattendu rave party proprju waqt l-istaġun tal-bejta ta' l- għasfur nazzjonali ta' Malta ġo area bħal Paradise Bay, ifixklu u jħarbtu l- għasfur waqt l-istaġun tal-bejta?", "Għaliex qed iħalli l-pulizija joħorġu permessi għal parties waqt dan iż-żmien delikat tas-sena meta l-party jista' isir x'imkien ieħor jew fi żmien ieħor?", "ONOR.", "TONIO BORG: Kif diġa' kelli l-okkażjoni nispjega, fl-ipproċessar ta' dawn l-applikazzjonijiet il-pulizija tirrikjedi wkoll il-permess mill-MEPA fost oħrajn, jiġifieri l-awtorita' kompetenti fil-qasam tal-ħarsien ta' l- ambjent.", "L-Onor.", "Interpellant jista' jirriferi wkoll għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari W255.", "RAVE PARTY F'PARADISE BAY", "W261.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ħallas għall-permess l-organizzatur tal-party li se jsir fl-4 ta' Ġunju biex juża Paradise Bay?", "Jista' ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra mappa li tispjega fejn jistgħu jużaw dawk iċ-ċittadini li jkunu jixtiequ jmorru jgħumu hemmhekk?", "ONOR.", "TONIO BORG: L-organizzaturi li ġew mogħtija l-permess biex jagħmlu l- beach festivals fl-4 ta' Ġunju, 2006 ħallsu s-somma ta' Lm150 għall- permess mogħti mid-dipartiment ta' l-artijiet, is-somma ta' Lm5 għall- permess mogħti mill-kunsill lokali u Lm3 għall-permess tal-pulizija.", "Informat ukoll li ebda parti tal-bajja m'hi se tiġi magħluqa għal dawk li jkunu jridu jmorru jgħumu.", "RAVE PARTY F'PARADISE BAY", "W262.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk persuni li jixtiequ jmorru jgħumu Paradise Bay waqt li jkun qed jinżamm rave party, humiex se jiġu miżmuma milli jagħmlu dan?", "ONOR.", "TONIO BORG: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jirriferi għall-aħħar parti tat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari W261.", "RAVE PARTY F'PARADISE BAY", "W263.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-pulizija ħarġitx permess biex il-bar jinżamm miftuħ għal 24 siegħa waqt il-party li se jsir f'Paradise Bay fl-4 ta' Ġunju - skond il-flyer li qed jiġi reklamat, il-party se jibda fid-9.00 a.m. – u fi x'ħin se jispiċċa l-party?", "ONOR.", "TONIO BORG: L-attivita' imsemmija, kemm skond l-applikazzjoni li saret mal-pulizija kif ukoll skond il-permess maħruġ mill-pulizija, kienet bejn il-5.00 p.m. ta' l-4 ta' Ġunju sas-1.00 a.m. tal-5 ta' Ġunju."]} {"filename": "20040127_092d_par.doc", "date": "2004-01-27", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 92 It-Tlieta, 27 ta' Jannar, 2004 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 92 It-Tlieta, 27 ta' Jannar, 2004", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-6.03 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "92", "It-Tlieta, 27 ta' Jannar, 2004", "WERREJ", "MINUTI 484", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI 484", "TQEGĦID TA' KARTI 490", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JIMPLIMENTA MIŻURI TA' L-ESTIMI (IT-TIENI QARI)", "BUDGET MEASURES IMPLEMENTATION BILL (SECOND READING) 490", "AĠĠORNAMENT 514", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 519", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 92 li saret fis-26 ta' Jannar, 2004 ġew konfermati.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): Hon.", "Members, please allow me to welcome to the House Madam Speaker Judy Maddigan of Victoria, Speaker of the Legislative Assembly in Melbourne who is accompanied by her daughter.", "Our distinguished guest is most welcome.", "Thank you.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "IMPORTAZZJONI TA' PRODOTTI TA' L-IKEL", "3557.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jwieġeb dik il-parti tad-domanda parlamentari 3271 li titkellem dwar kwoti?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO (Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent): Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajtu għall-mistoqsija parlamentari 3480.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jista' il-Ministru jgħidli x'tgħid it-tweġiba li qed jirriferini għaliha?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Din tgħid li l-Kummissjoni Ewropea għad trid toħroġ regolamenti ġodda fuq kwoti, tariffi u dazji fuq importazzjoni minn pajjiżi terzi.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Hemm xi żmien stipulat meta dawn ir-regolamenti ġodda se joħorġu?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Jien assolutament ma niffurmax parti mill- Kummissjoni Ewropea, pero' nimmaġina li sa l-aħħar ta' April ikunu ħarġu.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Ġaladarba għandna indikazzjoni ċara li ż-żieda li ta l-gvern mhix tikkumpensa adegwatament għall-għoli tal-ħajja li kellna fl- ewwel ġimgħat ta' Jannar, jista' il-Ministru jgħid jekk hiex issir evalwazzjoni mill-ġdid ta' l-impatt fuq l-għoli tal-ħajja li se jkollu jesperjenza pajjiżna proprju minħabba kwoti, dazji u tariffi ġodda?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Mr Speaker, l-Onor.", "Interpellant jaf li l-price index jinħadem bil-qbil ta' kulħadd, inkluż il-unions u kwalunkwe ċaqliq 'il fuq u 'l isfel jittieħed in konsiderazzjoni.", "PREZZIJIET TA' L-IKEL", "3558.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomiċi: B'riferenza għas-sussidju ta' Lm7 miljun li l-gvern ivvota sabiex jissussidja l-prezzijiet ta' dawk il-prodotti ta' l-ikel li se jogħlew wara s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, jista' il-Ministru jgħid kemm minn dawn il-fondi se jmorru biex jissussidjaw it-62,000 tunnellata ta' maize (excluding seeds) skond l-ispecial temporary state aid to support processors & recognised retailers of imported products?", "Jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hu l-valur globali li se jkun qed joħroġ il-Gvern Malti u kemm hu l-valur globali li se tkun qed toħroġ l- Unjoni Ewropea sabiex ikun issussidjat il-prezz għoli ta' dan il-prodott?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (Segretarju Parlamentari) (f'isem il-Ministru tal- Finanzi u Affarijiet Ekonomici): Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi għat-tweġiba li tajtu għall-mistoqsija parlamentari 3477.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jista' is-Segretarju Parlamentari jgħid jekk it- tunnellaġġ li hemm ikkwotat fid-domanda huwiex korrett?", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: M'għandix għalfejn nifhem li m'huwiex korrett.", "IMPORTAZZJONI TA' PRODOTTI TA' L-IKEL", "3559.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jwieġeb dik il-parti tad-domanda parlamentari 3261 li l-ministru tal-finanzi talabni biex nagħmilha lilu?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajtu għal-mistoqsija parlamentari 3480 fis-seduta ta' nhar it-Tnejn, 19 ta' Jannar, 2004.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jista' il-Ministru jgħid x'inhuma l-aħħar żviluppi dwar il-bejgħ ta' ċanga friska?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Nista' ninforma lill-Kamra li nhar il-Ġimgħa, is- segretarju permanenti żamm laqgħa ma' rappreżentanti tal-GRTU bejjiegħa tal- laħam u għalkemm ġie stabilit li ssir laqgħa oħra din il-ġimgħa stess, il- GRTU xorta waħda ddeċediet li tieħu azzjoni.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: X'inhi r-raġuni li hemm talba biex jogħla l-prezz taċ-ċanga ladarba qiegħed jingħata sussidju proprju bil-għan li l-prezz jinżamm fil-livell tiegħu?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Jekk tisma qanpiena waħda ssib li l-kwantita' ta' produzzjoni mhijiex suffiċjenti u allura numru ta' produtturi qegħdin jitolbu prezz ogħla, filwaqt li jekk tisma' il-qanpiena l-oħra ssib li l- argument huwa differenti.", "Nittama biss li l-laqgħa li se ssir nhar il-Ħamis ikollha eżitu pożittiv sabiex il-kwestjoni bejn iż-żewġ partijiet tiġi riżolta, Sur President.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jiġifieri l-konsumatur huwa assigurat li xorta waħda se jibqa' isib dan il-prodott fis-suq?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Mr Speaker, fil-laqgħa ta' nhar il-Ħamis se nanalizzaw is-sitwazzjoni u d-deċiżjonijiet neħduhom fil-mument propiżju.", "PREZZIJIET TA' L-IKEL", "3560.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomiċi: B'riferenza għas-sussidju ta' Lm7 miljun li l-gvern ivvota sabiex jissussidja l-prezzijiet ta' dawk il-prodotti ta' l-ikel li se jogħlew wara s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, jista' il-Ministru jgħid kemm minn dawn il-fondi se jmorru biex jissussidjaw il-52,000 tunnellata ta' common wheat and muesli seed skond l-ispecial temporary state aid to support processors & recognised retailers of imported products?", "Jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hu l-valur globali li se jkun qed joħroġ il-Gvern Malti u kemm hu l-valur globali li se tkun qed toħroġ l- Unjoni Ewropea sabiex ikun issussidjat il-prezz għoli ta' dan il-prodott ?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomici): Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi għat-tweġiba li tajtu għall-mistoqsija parlamentari 3477.", "IMPORTAZZJONI TA' PRODOTTI TA' L-IKEL", "3561.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jwieġeb dik il-parti tal-mistoqsija 3259 li titkellem dwar kwoti u li l-ministru tal-finanzi talabni biex nagħmilha lilu?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 3480.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, peress li l-imprendituri għadhom m'humiex informati dwar is-87 kwota li hemm fis-seħħ u dwar il-proċeduri li jridu jikkonformaw magħhom, jista' il-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li ssir laqgħa b'dan l-iskop?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Mr Speaker, ma nsib l-ebda diffikulta' li ngħaddi dan it-tagħrif mhux biss lill-Onor.", "Interpellant imma anke lill- imprendituri u lil kulmin hu interessat, għalkemm dan wieħed faċilment isibu fuq il-website uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Filwaqt li napprezza dak li qed jgħid il-Ministru, jien ma kontx qed nirriferi għall-kwantita' li tista' tiġi importata imma għall-mod kif japplikaw is-sistemi u r-regoli, kemm wieħed irid iħallas, ma' fejn irid jikkomunika eċċ. eċċ. Ħafna mill-imprendituri dawn l- affarijiet ma jafuhomx, Sur President.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Jien niltaqa' ma' diversi imprendituri u din tan- nuqqas ta' informazzjoni lili ma tirriżultalix.", "Jidhirli wkoll li l- proċeduri li jrid jadotta pajjiżna m'humiex differenti minn dawk ta' pajjiżi oħra li diġa' huma msieħba fl-Unjoni Ewropea.", "Pero' nerġa' ngħid li ma nsib l-ebda diffikulta' li nagħti l-informazzjoni li l-Kummissjoni Ewropea tiddeċiedi dwarha.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, il-Ministru qed jgħid li l-proċedura hija l-istess u jirriżulta wkoll li l-kwoti u t-tariffi se jkunu approvati għal Ġunju li ġej.", "Issa meta hu qed jgħid li qed jistenna lill-Kummissjoni Ewroprea li taġġornana bil-pożizzjoni tagħha, dan ifisser li l-kwoti attwali se jinbidlu?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Nerġa' nirrepeti li ġaladarba jkolli l- informazzjoni nkun nista' ngħaddihielu.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, li nixtieq inkun naf hu jekk il-kwoti humiex se jinbidlu wara Ġunju.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Mr Speaker, kif diġa' għedt, jiena ma niffurmax parti mill-Kummissjoni Ewropea u allura m'iniex f'pożizzjoni li ngħid jekk dawn humiex se jinbidlu jew le.", "IMPORTAZZJONI TA' PRODOTTI TA' L-IKEL", "3562.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jwieġeb dik il-parti tal-mistoqsija parlamentari 3263 li l-ministru tal-finanzi fir-risposta tiegħu talabni biex nagħmilha lilu?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajtu għall-mistoqsija parlamentari 3480.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, peress li ma ġiex imġedded il-kuntratt ta' 12-il biċċier li jaħdmu fil-biċċerija ċentrali u anke twaqfilhom xi overtime, jista' il-Ministru jassigura lill-Kamra li mhux se jkun hemm problemi fir-rigward tal-qatla ta' majjal u ċanga?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Mr Speaker, għal darb'oħra nixtieq niċċara li ma ġie tterminat l-ebda kuntratt ta' l-ebda biċċier li kien jaħdem fil- biċċerija ċentrali.", "Kien qed jingħata kors għal min ried jieħu l-mestier ta' biċċer u dan issa spiċċa.", "Effettivament il-kors kien diġa' ġie estiż għax id-dipartiment deherlu li kien hemm bżonn ta' aktar preparazzjoni.", "Dan il-perjodu issa spiċċa u l- informazzjoni li għandi hi li l-istruzzjoni li kellhom bżonn dawn in-nies ħaduha kollha u aktar 'il quddiem isiru l-eżamijiet.", "Kif spjegajt diġa', id-dipartiment eventwalment irid jara jekk għandux bżonn ta' aktar personnel ġewwa l-biċċerija.", "Jekk tinħass din il-ħtieġa, issir sejħa pubblika u mbagħad wieħed jagħżel minn dawk li japplikaw, li nifhem li jkunu minn fost dawk in-nies li għamlu dan il-kors.", "Lili ma jirriżultalix li hemm xi diffikultajiet f'dak li għandu x'jaqsam mal-qatla, Sur President.", "Naf li fil-biċċerija hemm xogħol li ilu għaddej u se jibqa' għaddej biex isir titjib fl-equipment u fit-tagħmir ġenerali u abbażi ta' dawk ix-xogħlijiet, wieħed jiddetermina jekk hemmx bżonn ta' aktar personnel.", "FTS - XOGĦLIJIET", "3669.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid x'xogħlijiet qed isiru fil- preżent mill-fondazzjoni għall-iskejjel t'għada, fejn qed isiru u x'inhi n- natura tax-xogħol?", "Min qed jagħmel dan ix-xogħol u kemm hu stmat li se jiġi jqum dan ix-xogħol?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni): Rapport dwar il-ħidma ta' l-FTS joħroġ fil-mument opportun.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jista' il-Ministru jgħid x'irid ifisser bil-kliem \"fil- mument opportun\"?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Kif jaf l-Onor.", "Interpellant, hija politika tal- gvern li jkollu r-rapporti annwali tiegħu – fil-fatt bħalissa qegħdin jitħejjew ir-rapporti ta' kull dipartiment biex ikun jista' joħroġ ir- rapport annwali – u mbagħad ikun hemm rapport ta' ħidma ta' kull ministeru u l-aġenziji li jaqgħu taħtu.", "Irrid ngħid li din it-talba għal tant informazzjoni dettaljata tinvolvi kwantita' kbira ta' xogħol.", "Għax inti jkollok xogħol li jkun għaddej f'numru ta' skejjel u mill-punto di vista ta' informazzjoni sħiħa, jagħmel aktar sens jekk wieħed jeħodha fil-kuntest tar-rapport annwali.", "FTS - ASSESSMENT FL-ISKEJJEL", "3670.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid jekk l-assessment li kien qed isir fuq kull skola biex il-fondazzjoni għall-iskejjel t'għada tkun taf bil-bżonnijiet ta' kull skola, hux lest?", "Jista' iqiegħed kopja tiegħu fuq il-mejda tal-Kamra?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li t-technical assessments riferiti bħala data acquisition reports ikkummissjonati għall-iskejjel tal-gvern primarji u sekondarji tlestew.", "Dawn ir-rapporti li ġew imħejjija minn diversi periti, jindikaw l-istat fiżiku ta' kull skola.", "M'huwiex possibbli li dawn jitqiegħdu fuq il-mejda tal-Kamra.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jista' il-Ministru jispjega għaliex m'huwiex possibbli li dawn ir-rapporti jitqiegħdu fuq il-mejda tal-Kamra?", "Barra minn hekk xi xhur ilu kont ġbidt l-attenzjoni li fl-iskola primarja tal-Kalkara, fil-parti fejn hemm il-kindergarten, hemm xi ħsarat li huma ta' periklu u l-Ministru kien qalli li kien se jindaga.", "Peress li sal-lum għadu ma sar xejn, jista' il-Ministru jara li jindaga?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Speaker, dwar l-ewwel parti tad-domanda nixtieq ngħid li ħafna minn dawn ir-rapporti jkun fihom dettalji voluminużi u assessment dwar l-istat fiżiku ta' kull skola.", "Naturalment jekk xi ħadd jixtieq informazzjoni dwar xi skola partikolari din inkun nista' nagħtihielu.", "Dawn huma ħwejjeġ ta' natura teknika u jkunu jridu jiġu evalwati.", "Għax avolja jkunu stimi ta' periti, ma jiġux aċċettati għas- sempliċi fatt li qed jagħmilhom perit u fl-idea tiegħi jekk jitpoġġew fuq il-mejda tal-Kamra ma nkunu qed inservu l-ebda skop.", "Ta' min jgħid pero' li l-fondazzjoni għall-iskejjel t'għada qiegħda fil- fażi finali biex tippreżenta lill-gvern il-pjan strateġiku tal-bini ta' l- iskejjel kollha li naħsbu li għandna bżonn għas-snin li ġejjin, tar- refurbishment radikali li għandhom bżonn numru ta' skejjel, tar- refurbishment inqas radikali li għandhom bżonn skejjel oħrajn, liema huma dawk l-iskejjel li jidhrilna li għandna nżommu u dawk li m'għandniex inżommu u liema huma dawk li għandna nispustjaw mill-pożizzjoni fejn qegħdin.", "Meta dan il-pjan strateġiku jiġi ppreżentant lill-gvern, inkunu nistgħu npoġġuh fuq il-mejda tal-Kamra, niddiskutuh quddiem il-kumitat għall- affarijiet soċjali u niffurmaw stampa ħafna iktar informata ta' l-istat ta' stock ta' skejjel li għandu l-gvern u anke tal-pjan u t-timeframe li fi ħdanu rridu noperaw.", "Nassigura lill-Onor.", "Interpellant li għada stess se nerġa' nitlob l- informazzjoni meħtieġa dwar l-iskola primarja tal-Kalkara u anke personalment inkun nista' ngħaddilu r-reazzjoni ta' l-uffiċjali tad- diviżjoni ta' l-edukazzjoni.", "FTS - XOGĦOL FL-ISKEJJEL", "3671.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm isselfet flus mill-banek il-fondazzjoni għall-iskejjel t'għada mit-twaqqif tagħha sal-lum sabiex twettaq xogħlijiet fl-iskejjel?", "Jista' jagħti din l-informazzjoni sena b'sena u minn liema banek sar dan is-self?", "Jista' jgħid ukoll kemm ħareġ flus il-gvern għal kull sena lill-istess fondazzjoni?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-ammonti ta' flus mislufa mill-APS bank minn mindu twaqqfet il-fondazzjoni huwa kif ġej:", "|Overdraft bilanċ|Lm 0 | |31.12.01 | | |Overdraft bilanċ|Lm 450,408.33 | |31.12.02 | | |Overdraft bilanċ|Lm 2,573,363.70 | |31.12.03 | |", "Il-gvern ħareġ flus sena b'sena:", "Kapital: 2001 - Lm 100,000 2002 - Lm 3,100,000 2003 - Lm 3,100,000", "Recurrent: 2002 - Lm 75,000 2003 - Lm 75,000", "DIPARTIMENT WOMEN IN SOCIETY - ĦADDIEMA", "3672.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'se jiġri mid-dipartiment Women in Society u mill-ħaddiema li jaħdmu f'dan l-istess dipartiment?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): L-Att ta' l-2003 dwar l-Ugwaljanza għall-Irġiel u Nisa li ġie fis-seħħ fid-9 ta' Diċembru, 2003 jipprovdi li jkun hemm kummissarju u kummissjoni nazzjonali għall-promozzjoni ta' l-ugwaljanza għall-irġiel u n- nisa.", "Skond l-istess Att, il-kummissjoni tkun amministrata minn direttur esekuttiv u uffiċjali oħra, li jistgħu jkunu uffiċjali pubbliċi assenjati mill-prim ministru biex jaqdu dmirijiethom mal-kummissjoni.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Helena Dalli, domanda supplimentari.", "ONOR.", "HELENA DALLI: Peress li nitkellmu ħafna fuq riżorsi umani, fuq expertise u fuq kemm hemm bżonn li jkollna nies speċjalizzati f'ċerti oqsma, speċjalment fil-qasam tad-drittijiet tan-nisa, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid huwiex jagħmel użu mill-abbiltajiet u l-esperjenza tas- Sinjura Laiviera li kienet direttur tad-dipartiment għan-nisa, sabiex din tkompli tagħmel xogħol f'dan is-settur?", "Jista' jgħidilna fejn qiegħda tagħti sehemha s-Sinjura Laiviera?", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, saru diskussjonijiet bejn is- segretarju permanenti fl-uffiċċju tal-prim ministru u l-persuna li rriferiet għaliha l-Onor.", "Dalli biex jiġi identifikat fejn għandha tiġi placed biex tkompli taqdi l-funzjoni tagħha bħala uffiċjal pubbliku fl- iskala partikolari li hi tokkupa.", "Il-ministeru ma jinterveniex f'dawn id- diskussjonijiet, fis-sens li l-allokazzjoni ta' responsabbiltajiet lis- sinjura konċernata hija xi ħaġa li tiġi stabilita mhux min-naħa tal- ministeru imma skond l-esiġenzi tas-servizz pubbliku, kif fil-fatt sar.", "Naturalment il-mistoqsija ta' l-Onor.", "Interpellant hija dwar jekk il- ministeru jagħmilx użu mill-expertise u mill-esperjenza tan-nies.", "Biex din il-kummissjoni taħt il-liġi l-ġdida tkun tista' tiżviluppa, jien nistenna li l-kummissarju jkun impenjat li jagħmel użu massimu ta' l-expertise u l- esperjenza ta' kulmin jista' jagħti kontribut f'kull settur, b'mod partikolari fis-settur pubbliku, biex inkunu nistgħu niżviluppaw iżjed milli żviluppajna s'issa dan il-qasam.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Dalli.", "ONOR.", "HELENA DALLI: Mr Speaker, id-domanda tiegħi mhux dik kienet.", "Jien xtaqt inkun naf jekk huwiex qed isir użu mill-esperjenza u mill-kapaċita' ta' din il-persuna fis-settur tad-drittijiet tan-nisa.", "Għax kif jaf il- Ministru, din id-direttur ħadet sehem fid-diskussjonijiet kollha li saru mal-kumitat meta kien qed isir ix-xogħol għad-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea.", "Fil-fatt il-barranin kollha faħħru n-knowledge ta' din il-persuna f'dan il-qasam u tant sabu li hija effiċjenti u għandha expertise, li saħansitra bagħtu għaliha biex anke tagħmel xi xogħol hemmhekk.", "Nixtieq inkun naf jekk il-gvern huwiex qed jagħmel użu mill-esperjenza u min- knowledge ta' din il-persuna fil-qasam tad-drittijiet tan-nisa.", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru, fil-qosor ħafna jekk jogħġbu.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, bla dubju ta' xejn il-persuna konċernata akkwistat din l-exposure u ċertament għandha dan l-expertise, pero' nirrepeti li l-placing ta' uffiċjali pubbliċi jsir skond l-esiġenzi tas-servizz.", "Jien m'għandix dubju li min-naħa ta' l-uffiċċju tas- segretarju permanenti, responsabbli minn dan l-eżerċizzju, hekk sar biex nieħdu l-massimu tal-kontribut li din il-persuna tista' tagħti fis-servizz pubbliku.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru Ċensu Galea.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Lista tal-car parking sites approvati mill-awtorita` dwar it-trasport ta' Malta, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 3868;", "Tagħrif (organigram) dwar il-kompożizzjoni tal-management ta' l- awtorita` dwar it-trasport ta' Malta, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 3893; u", "f'isem il-ministru għall-affarijiet barranin inqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra:", "Lista ta' l-ambaxxaturi kollha Maltin akkreditati għal pajjiżi oħra, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 3992.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JIMPLIMENTA MIŻURI TA' L-ESTIMI", "BUDGET MEASURES IMPLEMENTATION BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mis-26 ta' Jannar, 2004.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "MR SPEAKER: Iktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Dalli.", "ONOR.", "HELENA DALLI: Mr Speaker, qabel xejn nixtieq inrodd ħajr lill-GWU tal-manifestazzjoni li organizzat, li bħalissa għadha għaddejja, imma jien kelli niġi fil-parlament biex nagħti s-sehem tiegħi.", "Din id- dimostrazzjoni, li ġiet organizzata tajjeb ħafna, hija inizjattiva f'waqtha, u f'dan il-pajjiż kulħadd għandu jkun grat li għandna union b'saħħitha li tagħti kas tassew id-drittijiet tal-ħaddiema tagħna, tal- pensjonanti tagħna, ta' dawk li ġew issensjati u ta' dawk li għad iridu jiġu ssensjati, għaliex nafu li s-sitwazzjoni ta' l-impjiegi fil-pajjiż hija ħażina ħafna.", "Hemm min joqgħod fuq dak li jgħidulu, pero` jien kont hemmhekk u għalhekk nista' ngħid li l-għan li għalih ġiet organizzata din id-dimostrazzjoni ntlaħaq għax in-nies li qed jipparteċipaw fiha u li bdew jitkellmu magħna bdew jesprimu dak li huma għaddejjin minnu u dak li qed iħossu, fosthom il-biżgħat u n-niket tagħhom minħabba li huma jew uliedhom tilfu l-impjieg.", "Fil-fatt din id-dimostrazzjoni kienet tassew kommoventi għax naturalment jiddispjaċik tara s-sitwazzjoni li ġie fiha dan il-pajjiż, u dan meta bħal dan iż-żmien sena l-Maltin u l-Għawdxin kienu qed jiġu mwiegħda, saħansitra mill-viċi prim ministru Gonzi u mill-prim ministru, li jekk jivvotaw lill-Partit Nazzjonalista, jistgħu jserrħu moħħhom rigward l- impjieg tagħhom, anke għal dak li hu shift u għal dik li hi sahra.", "Madanakollu llum kulħadd irrealizza li dan id-diskors li sar qabel l- elezzjoni kien kollu ingann, u għalkemm dan wassal lill-Partit Nazzjonalista biex jirbaħ l-elezzjoni, ir-rebħa elettorali ma kenitx a means to an end imma kienet l-end.", "Normalment partit politiku jkun irid jirbaħ l-elezzjoni ħalli r-riżultat ta' dik l-elezzjoni jkun mezz sabiex jilħaq l-iskop tiegħu, u l-iskop ta' kull politiku għandu jkun dejjem li jtejjeb il-livell ta' l-għajxien tan-nies.", "Dak hu l-bottom line tal- politika.", "Aħna rridu noħolqu ambjent tajjeb sabiex ikollna l-ekonomija fuq saqajha, sabiex niġġeneraw ix-xogħol u sabiex jitjieb il-livell ta' kull ċittadin.", "Pero` l-gvern m'hux qed jilħaq dawk l-għanijiet għaliex l-uniku għan tiegħu qabel l-elezzjoni kien li jieħu l-poter, u kif ħa l-poter f'idejh spiċċa kollox.", "Illum qed naraw is-sitwazzjoni li jinsab fiha dan il-pajjiż.", "Irrid ngħid ukoll li wħud min-nies li emmnu dan l-ingann, illejla kienu qed jipparteċipaw fid-dimostrazzjoni tal-GWU.", "Fil-fatt bosta minn dawn in-nies ġew fuqi u nassumi li marru anke fuq sħabi l-membri parlamentari l-oħra, u qalulna li lid-delegati tal-GWU qalulhom ċar u tond li qabel l-elezzjoni kienu emmnu dak li kien qed jgħidilhom il-Partit Nazzjonalista, imma llejla qed jipparteċipaw f'din id-dimostrazzjoni għax jemmnu li huma biss jistgħu jsalvaw lil dan il-pajjiż.", "Dan kien it-tip ta' diskors li smajna llejla.", "F'din id-dimostrazzjoni pparteċipaw nies magħrufin, imma jien m'iniex se noqgħod insemmihom b'isimhom hawnhekk.", "Per eżempju, jiena rajt lukandier magħruf li jsostni lill-Partit Nazzjonalista, imma llum kien qiegħed jipparteċipa fil-manifestazzjoni tal-GWU għax jaf li l-klima li rawwem il-gvern preżenti m'hijiex conducive sabiex ikollna qawmien ekonomiku.", "Il-ministru tal-finanzi li ressaq il-budget għal din is-sena ilu mill-1992 jiġi f'dan il-parlament, iressaq il-budget u għalkemm kull sena jgħidilna li se jnaqqas id-deficit, id-deficit jerġa` jogħla u allura jkompli dejjem iżid it-taxxi.", "Ara mbagħad meta niġu għall-affarijiet il-kbar, bħal per eżempju, għall-proġett ta' l-isptar il-ġdid, nibdew naħsbu li l-kaxxa ta' Malta hija xi bir tas-skieken li minnu tista' timpala miljuni kbar ta' liri.", "Huwa maż-żgħir li noqogħdu nfettqu u nfittxu biċ-ċenteżmi!", "Kulħadd jaf li huwa maż-żgħir, ma' dak li m'għandux leħen li qed issir l-ekonomija.", "Il-prim ministru qalilna li ħa qatgħa meta ra kemm qed jiġi jiswa lill- pajjiż l-isptar il-ġdid, imma waqaf hemm għax baqgħu jiġu mpalati l-liri.", "Dan biex ma nsemmux ukoll li minkejja li dejjem jgħidulna li sena, sentejn jew tliet snin oħra l-isptar il-ġdid se jkun lest, sal-lum għadu fi stadju ta' kostruzzjoni u l-flus tat-taxxi li jħallsu l-Maltin u l-Għawdxin issa ilhom is-snin imorru għal dan il-proġett.", "Issa jien hawnhekk qed insemmi proġett wieħed għax hemm ħafna iktar x'wieħed isemmi f'dan ir-rigward biex juri kemm huwa veru li l-ekonomija qed issir biss maż-żgħir.", "Dawk li llum qed jipparteċipaw fid-dimostrazzjoni organizzata mill-GWU irrealizzaw li l-ekonomija, is-sorveljanza u t-trasparenza tintalab biss mingħand iż-żgħar għax m'għandhomx vuċi, imma mbagħad fejn jidħlu l-kbar m'hemm trasparenza u accountability ta' xejn u hemm biss flus ħerġin.", "Nerġa` ngħid li issa l-ministru tal-finanzi preżenti ilu snin twal jippreżenta l-budgets u jwegħedna sena wara l-oħra li se jnaqqas id-deficit u li mhux se jgħolli t-taxxi, u mbagħad jispiċċa jgħolli t-taxxi xorta waħda.", "Pero` issa n-nies qed jgħidu li xebgħu f'din is-sitwazzjoni, fejn tħares 'il fejn tħares u titkellem ma' min titkellem - sidien tal-ħwienet, sidien tal-fabbriki, sidien tar-ristoranti u lukandiera - kulħadd kelma waħda, ninsabu f'sitwazzjoni mwegħra.", "Li kieku l-prim ministru u l- ministri riedu jħossuhom tassew viċin il-poplu, kienu jipparteċipaw f'din id-dimostrazzjoni paċifika li qed issir illejla fil-Belt.", "Kieku għamlu hekk, kienu jisimgħu mingħand in-nies stess x'inhi r-realta` tas- sitwazzjoni li jinsab fiha dan il-pajjiż.", "Mhux għax il-prim ministru u l- ministri ma jafux ir-realta` għax jien persważa li bħalma n-nies jiġu għandna biex ngħinuhom isibu x-xogħol, imorru għandhom ukoll.", "Jiena persważa li l-membri tan-naħa l-oħra jafu x'inhi r-realta`, pero` ma jammettuhiex, jew almenu, hawnhekk ma jammettuhiex żgur.", "Meta l-bieraħ smajt lill-ministru Dalli jitkellem bdejt nistaqsi lili nnifsi: Imma aħna fuq l-istess pajjiż u fuq l-istess ċittadini qegħdin nitkellmu?!", "Issa hawn irrid ngħid li l-ministru Dalli tkellem il-bieraħ biex illum, fil-ġurnata tad-dimostrazzjoni tal-GWU, il-gazzetti jirrapportaw dak li qal.", "Pero` n-nies jafu li dak li qegħdin jgħixu huwa r- realta` u mhux dak li qed jgħidilhom il-ministru Dalli.", "Issa jista' jkun li għall-ministru Dalli, li ilu tant snin ministru tal-finanzi u ġab lill- pajjiż f'diżastru finanzjarju, ir-realta` hija dik li qed jgħid lin-nies.", "Pero` n-nies jafu x'inhi r-realta` għax qed jesperjenzawha huma stess.", "Wieħed mill-iktar inganni li sar fil-wiċċ qabel l-elezzjoni kien li twaħħal billboard li kien jgħid illi l-finanzi tal-pajjiż jinsabu fis-sod.", "Jien nistaqsi: Jekk sa inqas minn sena ilu l-finanzi tal-pajjiż kienu daqshekk fis-sod, illum għaliex għandna dawn il-problemi kollha u għaliex il- ħaddiema tal-gvern lanqas party tal-Milied ma sarilhom?", "Jekk għandna l- finanzi tal-pajjiż fis-sod, il-gvern mhux party jmissu għamlilhom lill- ħaddiema tal-gvern!", "Madanakollu llum il-membri tal-gvern irrealizzaw li ma jistgħux jibqgħu sejrin hekk għax l-ingann kollu li għamlu qabel l- elezzjoni qed ikollhom jikluh lura.", "Issa għandna l-Malta enterprise, li ma nafx kemm ilna ġejjin biha!", "Biżżejjed ngħid li biex jiġu reklutati l-impjegati f'din l-intrapriża l- ewwel ħadu ħsieb kollox in-nies ta' l-Onor.", "Josef Bonnici, billi dak iż- żmien kien il-ministru responsabbli mill-Malta enterprise, u mbagħad, wara li saru l-interviews reġgħu bagħtu għan-nies u reġgħu saru l-interviews, x'ġara?", "Kien hemm l-elezzjoni ġenerali, il-Malta enterprise għaddiet minn taħt idejn l-Onor.", "Josef Bonnici għal taħt idejn l-Onor.", "John Dalli u lil dawk li kienu diġa` għamlu l-interview qalulhom biex jerġgħu japplikaw ħalli jsirilhom interview ieħor!", "Imma skużi, jekk wieħed qagħad għall- interview u ngħata r-riżultat li ġab għal dak l-interview ma tkunx qed tumiljah meta tgħidlu li jrid jerġa` jagħmel interview ieħor minħabba li nbidel il-ministru?!", "Minn hawnhekk joħroġ ċar u tond li dak li qed isir, qed isir skond min ikun ministru u mhux skond l-intrapriża li tkun applikajt biex taħdem fiha.", "Għaliex?", "Għax jekk xahar ilu jien inkun għamilt interview, dawn ikollhom il-file tiegħi bil-points li ġibt fl-interview u allura m'għandhomx għalfejn jibgħatu għalija xahar wara biex nerġa` nagħmel l-interview daqslikieku m'għamilt l-ebda interview.", "Dan ikun qed isir għas- sempliċi raġuni li nbidel il-ministru.", "Kieku ma napplikax għall-istess impjieg, forsi tasal biex tifhimha, imma meta qed napplika għall-istess impjieg kif jerġgħu jibgħatu għalija biex nerġa` nagħmel l-interview?!", "(Interruzzjonijiet) Le, ma jien qed niżgwida xejn!", "Inżel hemm isfel, tkellem man-nies u jġibulek il-provi ta' dan li qed ngħid jien.", "Jien anke parliamentary question għamilt fuqha din.", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom żommu l-ordni.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: On point of order, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Abela, on a point of order.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Mr Speaker, l-interviews reġgħu saru peress li kien hemm terms of reference differenti minħabba li ntużat strateġija differenti, u għalhekk b'dak li qed tgħid, l-Onor.", "Dalli qed tiżgwida lill- Kamra.", "MR SPEAKER: Dan kien point of information u mhux point of order.", "Onor. Dalli, tista' tkompli bid-diskors tiegħek.", "ONOR.", "HELENA DALLI: Mr Speaker, dak li qal l-Onor.", "Abela m'hu veru xejn għaliex jien ingħatajt tweġiba għall-parliamentary question li għamilt f'dan ir-rigward, u t-tweġiba kienet tgħid li huwa veru li reġgħu ġew intervistati l-istess nies meta nbidel il-ministru.", "Dik hija r-realta`, u lill-Onor.", "Abela jien nissuġġerilu biex jinżel ftit hemm isfel, jiltaqa' ma' l-ex-impjegati ta' l-MDC, li issa qed jibgħatulhom il-psikologu minħabba li baqgħu ma qalulhom xejn x'se jiġri minnhom, u jgħidulu huma kif saru l-interviews għall-Malta enterprise.", "Nerġa` ngħid li l-ewwel saru l- interviews u kulħadd kellu l-file tiegħu u mbagħad lil dawn in-nies umiljawhom billi qalulhom li se jerġgħu jintervistawhom minħabba li nbidel il-ministru.", "Anke nies mill-Kanada u esperti ġibtu meta nbidel il- ministru, u għalhekk jien nistaqsi: Possibbli kienu daqshekk ħżiena n-nies ta' żmien l-Onor.", "Josef Bonnici?!", "Jien niftakar li kontu ġibtu lill- barranin meta nbidel il-ministru, pero` li nbidlu t-terms of reference fi żmien xahar m'hu veru xejn.", "L-affarijiet ġraw kif qed ngħid jien, u nitlob lill-Onor.", "Abela biex iħares lejn it-tweġiba li tani l-ministru stess għax hawnhekk dan qed jgħid eżattament dak li qed ngħid jien.", "Issa jekk l-Onor.", "Abela m'huwiex informat, jiddispjaċini għalih.", "Tkellmu ma' l-ex-impjegati - uħud minnhom illejla qed jipparteċipaw fil-manifestazzjoni - ta' l-MDC, tal-METCO u ta' l-IPSE u jgħidulek minn liema martirju għaddewhom.", "Mhux hekk, imbagħad ikollok xi storja bħal dik tal-kumpannija ITS fejn jgħidulek li din telqet minħabba li ma setgħetx tasal bil-burokrazija u bit-tkaxkir tas-saqajn li kien hemm fil-Malta enterprise.", "Dawn huma t-terms of reference li qed isemmi l-Onor.", "Abela.", "Minflok ma ġabuha 'l hawn lil din il- kumpannija, gerrxuha.", "U kieku din l-istorja ma ngħatatx pubbliċita` min jaf x'kien jiġri!", "Imbagħad biex ikomplu jdaħħkuna qalulna li issa lil din il- kumpannija se joffrulha a new incentive package.", "Aħna ma jinteressanix jekk dan il-package huwiex new jew old.", "Wara kollox aħna ma nafux x'kien fih il-package ta' qabel, u allura kif nistgħu ngħidu jekk issa dan il- package huwiex new jew old.", "Issa dawn qed jgħidu li se jagħtu lil din il- kumpannija a new incentive package minħabba li nqabdu bil-qalziet imniżżel u qed jipprovaw jaraw kif se jillapazzaw din l-istorja.", "Sur President, se nitkellem fuq żewġ intervisti li saru l-bieraħ fil-ġurnal \"The Times\".", "Waħda minnhom saret maċ-chairman tal-Malta enterprise u l-oħra saret mal-viċi prim ministru l-Onor.", "Gonzi.", "Matul l-intervista li saret maċ- chairman tal-Malta enterprise, dan suppost ipprova jurina kemm din l- intrapriża qed tiġġenera xogħol u tiġbed investiment lejn pajjiżna.", "Pero` jiena għadni ma qrajtx u ma smajtx x'inhuma t-targets tal-Malta enterprise għat-tliet snin li ġejjin, u dan huwa importanti li nkunu nafuh.", "Irridu nkunu nafu kemm proġetti qiegħda tapprova din il-kumpannija u f'liema oqsma qed tapprovahom biex inkunu nistgħu nħarrġu lill-ħaddiema skond il-job vacancies li jinħolqu permezz ta' dawn il-proġetti.", "Madanakollu minn dan kollu ma smajna xejn għax minkejja li saru ħafna statements vagi, hard figures ma kien hemm xejn.", "Għalhekk jiena nistaqsi: X'inhuma t-targets tal-Malta enterprise għat-tliet snin li ġejjin?", "Kemm proġetti se tapprova, f'liema oqsma se jsiru dawn il-proġetti u kemm se joħolqu mpjiegi?", "Jiena naħseb li wasal iż-żmien illi nieqfu nitkellmu fuq proġetti li huma sempliċement approvati u nibdew nitkellmu fuq proġetti li nbdew għax kieku jiġu approvati diversi proġetti, imma ftit li xejn jinbdew.", "Naħseb kulħadd jiftakar li l-proġetti li kienu ġew approvati mill-MDC matul dawn l-aħħar snin ma ħolqux impjiegi, u għalhekk nixtieq inkun naf kemm hu l-actual number ta' mpjiegi li se jinħolqu u x'se tagħmel il-Malta enterprise biex tiżgura li l-proġetti li diġa` ġew approvati jiġu implimentati.", "Nispera li ma jerġax ikollna xi storja oħra bħal dik ta' l-ITS, li aħna sirna nafu biha b'ċikka permezz ta' ġurnalist li ħa l-briga li jġib din l-istorja fuq il-mezzi tal-media.", "Huwa veru li f'din il-Kamra aħna niġu informati dwar kemm ġew approvati proġetti, imma qatt ma jgħidulna kemm inbdew minn dawn il-proġetti jew kemm nies ġew involuti f'dawn il-proġetti.", "F'din l-intervista li saritlu mill-ġurnal \"The Times\", iċ-chairman tal- Malta enterprise qal ukoll li din l-intrapriża qed taħdem fuq proġetti li għandhom x'jaqsmu ma' l-information technology, mal-pharmaceuticals u ma' diversi proġetti simili oħra.", "Imma nafu kemm nies li qegħdin ifittxu x- xogħol jistgħu jsibu mpjieg f'dawn l-oqsma?", "Il-Malta enterprise għandha indikazzjoni dwar il-kwalita` ta' ħiliet li jirrikjedu dawn il-proġetti?", "Qegħdin inħarrġu lill-unemployed f'dawn l-oqsma jew lil dawn qed inħalluhom imorru jirreġistraw u mbagħad one fine day se ngħidu li għandna bżonn ħaddiema mħarrġa fl-IT u fil-pharmaceuticals, kif qal iċ-chairman tal-Malta enterprise?", "Qed ngħid dan għax ma jagħmilx sens li tgħid li se jinħolqu ċertu tip ta' mpjiegi u mbagħad, min-naħa l-oħra, ma tkunx qed taħdem fuq it-taħriġ ħalli meta jasal iż-żmien li jiġu implimentati dawn il-proġetti jkollok nies imħarrġa apposta biex ikunu jistgħu jimlew dawn il-vakanzi.", "Ta' min jinnota wkoll li, per eżempju, iċ-chairman tal-Malta enterprise ma semmiex x'għandha ppjanat din l-intrapriża biex tgħin lill-ismall and medium sized enterprises.", "Allura dan ifisser li l-Malta enterprise twaqqfet minflok l-MDC biss u lill-IPSE u l-METCO rmejnihom 'il barra mit- tieqa?", "Mela l-ewwel kellna tliet azjendi, li waħda minnhom kienet iffokata fuq l-export, waħda minnhom fuq l-SMEs u l-oħra fuq l-investiment li ġej minn barra, lil dawn it-tliet azjendi għaqqadniehom f'azjenda waħda u issa ħadd m'hu qed jitkellem fuq żewġ azjendi minnhom.", "Allura lin-nies li jaqgħu taħt dawn iż-żewġ azjendi min se jgħinhom?", "Fil-fatt jiena ltqajt ma' diversi self-employed li jħaddmu ammont żgħir ta' ħaddiema, u dawn qaluli li ma jafux fejn sejrin għax jinsabu fil-limbu, u dan minkejja li minn studji li għamilna jirriżulta li huma proprju dawn in-nies li jmexxu l- ekonomija ta' pajjiżna.", "Iċ-chairman tkellem b'mod vag u filwaqt li għamel ħafna statements kbar, fejn jidħlu ċifri u proġetti konkreti ma semma xejn.", "Tkellem biss fuq l- approved projects.", "Imma ngħid jien, mhux kulħadd jaf jitkellem fuq l- approved projects?!", "Għalkemm proġett jiġi approvat, dan finalment jista' ma jsir xejn, u għalhekk ejjew ma noqogħdux nitkellmu biss fuq l-approved projects.", "Għidulna fuq il-proġetti li se jinbdew u fuq il-ħaddiema li se jiġu involuti f'dawn il-proġetti għax lilna dak hu li jinteressana.", "Għidulna jekk intomx qed tikkoordinaw ma' min iħarreġ lill-unemployed ħalli mbagħad meta jibdew joperaw dawn il-foreign investments li qed iġġibu, dawn l-unemployed ikunu jistgħu jingħataw impjieg f'dawn l-industriji.", "Dan l- aħħar f'dan il-pajjiż everyone is just skimming the surface!", "Minflok ma ċ- chairman tal-Malta enterprise illuminani biex inkun naf x'qed jiġri f'din l- intrapriża, l-intervista li saritlu iktar qajmitli mistoqsijiet.", "Lilna li jinteressana huma fatti konkreti, imma f'dan il-pajjiż kollox qed jibqa' għaddej.", "L-aqwa li kellna l-intervista maċ-chairman tal-Malta enterprise, allavolja meta tibda tagħrbel dak kollu li qal iċ-chairman matul din l- intervista ma ssib assolutament xejn.", "L-intervista l-oħra li dehret fil-ġurnal \"The Times\" tal-bieraħ li saret mal-viċi prim ministru kienet tirrigwarda t-tarzna u l-ħaddiema li jaħdmu hemmhekk.", "Min-naħa tiegħu, il-viċi prim ministru ddikjara li l-impjiegi fit-tarzna issa ma baqgħux jiddependu minn fuq x'jagħmel il-gvern jew x'tagħmel il-GWU imma minn fuq x'jagħmlu l-ħaddiema.", "Qal ukoll li jekk il- pjani jfallu, il-ħaddiema jitilfu l-impjieg u li dan is-sogru mhux qed jieħdu l-gvern jew il-poplu Malti imma qed jeħduh l-1,600 ħaddiem li hemm ġewwa t-tarzna.", "Aħna, bħala Partit Laburista, dejjem sostnejna li t-tarzna hija vitali għall-interess ta' l-ekonomija ġenerali ta' pajjiżna, u naħsbu wkoll li mhux la kemm il-gvern jipprova jesonera ruħu mir-responsabbilta` tiegħu li jżomm it-tarzna miftuħa u jgħinha tipproduċi l-massimu possibbli.", "Pero` l-gvern preżenti hekk qed jagħmel; qed jesonera ruħu għaliex konvenjentement qed ifarfar ir-responsabbilta` minn fuqu u qed jitfagħha fuq il-ħaddiema.", "Mid-dehra l-gvern qed ifarfar ir-responsabbilta` anke minn fuq it-top management, u kif se ngħid iktar tard, lanqas rappreżentant tal-ħaddiema m'hemm fuq il-bord tat-tarzna biex dan ikun jista' jagħmel ċertu monitoring u jiġbed l-attenzjoni fejn hemm bżonn.", "Nafu wkoll li r-rapporti finanzjarji u amministrattivi tat-tarzna m'humiex se jersqu f'dan il-parlament għall- iskrutinju tagħna għax meta konna qed niddiskutu l-abbozz ta' liġi dwar it- tarzna u fl-istadju ta' kumitat bqajna ninsistu biex ir-rapporti finanzjarji u amministrattivi tat-tarzna jitressqu quddiem dan il-parlament il-gvern m'aċċettax.", "Il-fatt li l-ħaddiema m'humiex qed jiġu rrappreżentati fuq il-bord tat-tarzna jfisser li ħafna mill-affarijiet li jkunu qegħdin jiġru fit-tarzna, il-ħaddiema m'humiex qed ikunu jafu bihom, u kif għadni kemm għedt, aħna f'dan il-parlament lanqas se jkollna l- fakulta` li bħala rappreżentanti tal-poplu niskrutinjaw ir-rapporti finanzjarji u r-rapporti amministrattivi tat-tarzna.", "Sur President, il-viċi prim ministru qal lill-ħaddiema ċar u tond li jekk m'humiex se jimxu bil-għaqal mhux se jinħarġulhom skemi jew jiġu pprovduti b'xogħol alternattiv, imma se jispiċċaw barra t-triq Qed jingħad dan id- diskors meta aħna, bħala Partit Laburista, għadna m'aħniex konvinti li l- outline restructuring plan se jwassal għall-viabbilta` ekonomika u finanzjarja tat-tarzna, u nissuspettaw ukoll li jeżistu xi problemi sabiex jintlaħqu l-obbligazzjonijiet li daħal għalihom il-gvern ma' l-Unjoni Ewropea.", "Ta' min jgħid ukoll li l-ħaddiema tat-tarzna ma kenux imdaħħlin f'dawn in-negozjati, jiġifieri huma ma jafux x'ġie miftiehem jew x'obbligazzjonijiet hemm.", "Pero` sadanittant il-ħaddiema se jkunu responsabbli jekk l-affarijiet ma jirnexxux.", "Mela tajjeb, ir- responsabbilta` minflok ma qed tittieħed minn fuq, qed tittieħed minn isfel!", "Għalhekk aħna, bħala oppożizzjoni serja, inkomplu ninsistu li għandna ningħataw rendikont ta' kif ingħalqu l-kontijiet tat-tarzna fis- sena 2002.", "Aħna l-membri ta' din in-naħa xbajna ngħidu f'dan il-parlament li jeħtieġ li jkollna dawn ir-rendikonti finanzjarji biex naraw x'inhi s- sitwazzjoni f'dan il-qasam, pero` sal-lum għadna ma ngħatajniex dak li qed nitolbu.", "Mr Speaker, fl-intervista mal-ġurnal \"The Times\" il-viċi prim ministru semma li kien hemm xi xogħol li ma ġiex fit-tarzna minħabba li nqala' xi diżgwid.", "Imma aħna ngħidu li huwa s-senior management li huwa responsabbli mill-konsegwenzi serji li jista' jkun hemm meta ssir xi azzjoni industrijali u huwa s-senior management li għandu d-dmir jassigura li mhux biss il-ħaddiema ma jkunux ipprovokati imma li lanqas isir xi għemil li jagħti lok li tinħoloq sitwazzjoni bħalma fil-fatt inħolqot.", "Aħna nesiġu wkoll li l-gvern ikollu r-responsabbilta` li jassigura li s-senior management jagħti r-riżultati skond il-pjan li fassal hu stess u li, wara kollox, kellu l-approvazzjoni tal-gvern.", "Il-ħaddiema tat-tarzna għandhom raġun jirrabbjaw meta jisimgħu lill-viċi prim ministru jgħidilhom li jekk l- affarijiet fit-tarzna jmorru ħażin, huma jispiċċaw barra t-triq għax meta jsiru affarijiet oxxeni ġewwa t-tarzna - u se nagħti eżempju konkret ta' dan - it-tort ma jkunx tagħhom u lanqas tal-middle management imma jkun ta' wħud li jkunu iktar 'il fuq.", "Dan l-aħħar kien hemm każ partikolari fejn bħala parti mir-restructuring tat-tarznari kien se jingħaqad ħanut - jidhirli li dan kien il-boiler shop - ma' ħanut ieħor li huwa magħruf bħala l-prefab shop.", "Min-naħa tiegħu, il- middle management kien qed iħejji pjan dettaljat sabiex din l- amalgamazzjoni ssir bl-inqas problemi possibbli u bl-ikbar benefiċċju għall- azjenda u għall-ħaddiema.", "Kien qed isir ukoll pjan dwar ir-ri-allokazzjoni tal-makkinarju u tal-materjal użat f'dan il-ħanut li jikkonsisti f'azzar, f'aluminium u fi stainless steel.", "Issa hawn irrid nerġa` nagħmel parentesi u ngħid li qed nagħti dan l-eżempju konkret sabiex in-nies li qegħdin jisimgħuna u li jsegwu x'għedna minn fuq il-gazzetti jkunu jafu x'inhi r- realta` fit-tarzna, u mhux imbilli jiġi l-viċi prim ministru u jgħid li jekk l-affarijiet imorru ħażin, dan huwa tort tal-ħaddiem.", "Kif kont qed ngħid, kien qed isir pjan dwar ir-ri-allokazzjoni tal-makkinarju u tal- materjal użat fil-boiler shop, pero` t-top management ma daħalx f'dan il- pjan għax dan huwa xogħol li jidħol fih il-middle management, u kulma kellu t-top management kien timeframe li sa l-aħħar ta' Jannar dawn iż-żewġt iħwienet tax-xogħol li qed insemmi riedu jingħaqdu.", "Madanakollu fl-ewwel ġimgħa ta' Jannar mar wieħed mit-top management iżur il-boiler shop li qed insemmi u dan iddeċieda li parti minn dan il-ħanut kellu jiġi cleared mill-makkinarju u mill-materjal li kien fih biex minflok hemmhekk jitpoġġew xi inġenji tal-blasting.", "Issa hawn ta' min ifakkar li din id-deċiżjoni ttieħdet waqt li l-ħaddiema kienu qegħdin jaħdmu fuq pjan sabiex jamalgamaw il-boiler shop u l-prefab shop flimkien.", "Li jafu l- ħaddiema li kienu qed jaħdmu fuq dan il-proġett kien li one fine morning ġew impjegati ta' kumpannija privata f'dan il-boiler shop, u qalulhom li għandhom ordni sabiex jiġbru l-materjal li hemm f'dan il-ħanut ħalli jeħduh għall-iscrap.", "Naturalment il-ħaddiema baqgħu ċċassati u baqgħu b'ħalqhom miftuħ kif kienu marru fuq il-post trakkijiet biex jiġbru l-iscrap għax f'dak il-perijodu ftit li xejn kien hemm xogħol u allura ma tantx kien hemm scrap x'jittieħed.", "Pero` b'għaġeb kbir għalihom, l-impjegati ta' din il- kumpannija privata bdew jieħdu l-materjal kollu li kien hemm f'dan il- ħanut.", "Skond l-informazzjoni li tawna dawn il-ħaddiema tat-tarzna, fost il- materjal li ttieħed għall-iscrap minn din il-kumpannija kien hemm azzar, aluminium u stainless steel li jiswew eluf ta' liri.", "Ta' min jgħid ukoll li ma kien hemm l-ebda supervision biex dak li jkun jara x'materjal kienu qed jieħdu l-impjegati ta' din il-kumpannija, u trakk wara trakk ġew mgħobbija b'dan il-materjal sakemm kinsu kollox.", "Issa jkun tajjeb li wieħed jirrimarka li l-middle management kellu pjan kif jaħżen u jqassam dak il-materjal li ttieħed mill-kumpannija privata ġaladarba l-boiler shop u l-prefab shop jiġu amalgamati flimkien.Pero` f'daqqa waħda mar dan l- individwu mit-top management u ddeċieda li dak il-materjal għandu jmur kollu għall-iscrap.", "Jien għandi dettalji dwar kemm jiswa dan il-materjal, u hija xi ħaġa skandaluża li filwaqt li l-viċi prim ministru qed jiġi jgħid lill-ħaddiema li jekk l-affarijiet imorru ħażin ikun se jkun tort tagħhom u imbagħad fit-tarzna qegħdin isiru dawn il-ħniżrijiet.", "Imbagħad lin-nies noqogħdu ngħidulhom li t-taxxi tagħhom imorru biex jiġu ssussidjati l- ħaddiema tat-tarzna!", "Ara lit-top management il-viċi prim ministru m'hu qed jgħidlu xejn minkejja li qed jagħmel dawn l-oxxenitajiet u qed jarmi dawn l- eluf ta' liri!", "Insomma, jiena qed ngħid \"jarmi\", imma fil-verita` ma nafx x'qed jiġri għax m'hijiex xi ħaġa normali li ġġib kuntrattur privat biex jgħabbi azzar u aluminium tajjeb - u lili qaluli nies tas-sengħa ta' liema kwalita` hu dan il-materjal - u tibagħtu għall-iscrap.", "Fil-fatt il-ħaddiema baqgħu mbellħin meta raw li qed jiġi permess li jsir dan ix-xogħol.", "Dan huwa kollu serq.", "Il-flus tal-poplu qed jiġu mormija, u jkun aħjar jekk lill-poplu ngħidulu l-verita` u ngħidulu fejn qed imorru t-taxxi li qed iħallas u mhux ngħidulu li qed imorru biex jissussidjaw lill-ħaddiema tat- tarzna.", "Ikun aħjar jekk naraw kif qed isiru l-affarijiet fit-tarzna.", "Issa hawn ta' min jgħid ukoll li dan il-materjal li ntbagħat għall-iscrap kien inġabar fil-boiler shop bil-għaqal tal-ħaddiema li kienu jżommuh hemm biex meta jiġu bżonnu jsibuh.", "Imma kif qed ngħid one fine day ġie kuntrattur privat u ħadu għall-iscrap għax wieħed minn dawk li qiegħed fit- top management għoġbu jagħti dik l-ordni.", "Ma nafx x'wiċċ kellu l-viċi prim ministru li jgħid lill-ħaddiema li jekk it-tarzna tmur ħażin u tagħlaq jitfagħhom barra t-triq.", "Għaliex ma jinvestigax dawn l-affarijiet minflok ma jgħabbi bil-ħtija lill-ħaddiema jekk it-tarzna tmur ħażin?!", "Mr Speaker, irridu nassiguraw li dak li jsir fit-tarzna ma jsirx bi pretext biex nagħtu l-impressjoni li qed nagħmlu xi ħaġa u 'l quddiem niddikjaraw li t-tarzna hija falluta.", "It-tarzna bilfors tfalli jekk nippermettu li jsiru dawn l-affarijiet.", "Mela tajjeb, lill-ħaddiema nagħfsuhom, inqisulhom kull pass li jagħmlu, inxandruhom u numiljawhom man-nies billi ngħidulhom li huma burden fuq il-poplu Malti u Għawdxi għax dawn qed iħallsu t-taxxi biex jissussidjawhom, u mbagħad għal min jieħu deċiżjoni biex jarmi eluf u eluf ta' liri, dak qisu ma ġara xejn!", "Għalhekk bilfors ikolli nikkonkludi li mhux veru qed isir sforz ġenwin biex l-affarijiet isiru sew fit-tarzna u ma nafx kif tan-naħa l-oħra jiġu jeqirdu hawn ġew u jgħidu kemm it-tarzna qiegħda tiswiena flus.", "Agħmlu l-affarijiet bis-serjeta` u ħudu l-messaġġ li qed iwasslu n-nies illejla fid-dimostrazzjoni li organizzat l-GWU.", "In- nies xebgħu fis-sitwazzjoni li filwaqt li min qiegħed 'il fuq u min għandu l-ħbieb jirranġa, imbagħad il-ħaddiema jibqgħu jsaffru u bil-wiċċ tost kollu jiġi l-viċi prim ministru u jgħid lill-ħaddiema tat-tarzna li jekk it- tarzna tmur ħażin, huma se jispiċċaw barra t-triq!", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Iktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Buhagiar.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Mr Speaker, qegħdin nitkellmu fuq abbozz ta' liġi li se jġib fis-seħħ id-diversi miżuri li tħabbru fil-budget, pero` l- ewwelnett ħalli naraw xi jfisser budget.", "Il-budget huwa eżerċizzju li permezz tiegħu, il-gvern janalizza l-andament ekonomiku tal-pajjiż u l- istat tal-finanzi pubbliċi matul is-sena li tkun għaddiet.", "Imbagħad minn dik l-analisi li ssir jipproponi miżuri sabiex jikkoreġi dak li jkun sejjer ħażin filwaqt li jara kif jista' jistimola biex l-affarijiet isiru aħjar.", "Għalhekk nistgħu ngħidu li l-crux ta' kwalunkwe budget li jitħabbar hija proprju l-analisi li ssir.", "Jekk l-analisi ma ssirx sew, il-miżuri li jitħabbru ma jkunux dawk li jkun hemm bżonn li jittieħdu.", "Dan bħal meta jkollok tabib li jkun qed jeżamina lill-pazjent; jekk l-eżami fuq il- pazjent ma jsirx sew it-tabib jispiċċa jagħtih mediċina li ma tkunx tapplika għalih.", "Għal ħafna nies dan il-budget li għadu kif tħabbar, li huwa l-ewwel budget tal-Gvern Nazzjonalista f'din il-leġislatura, kien xi ftit ta' sorpriża.", "Għaliex?", "Għax wara dik il-propaganda kollha li saret qabel l-elezzjoni li għaddiet, fejn twaħħlu billboards kbar li kienu jgħidulna biex nivvotaw lill-Partit Nazzjonalista jekk irridu li l-finanzi tagħna jkunu fis-sod u kemm l-ekonomija tagħna se tmur aħjar issa li Malta se ssir membru fl- Unjoni Ewropea, ħadd ma għaddielu minn rasu li mhux kollox ward u żahar u li għandna l-problemi.", "Fil-budget stess il-ministru qal li t-target li kien għamel il-gvern stess, li jikkontrolla d-deficit pubbliku għal din is- sena, ma laħqux għax id-deficit qabeż b'xi Lm38 miljun.", "Qalilna wkoll li l- ekonomija ma mxietx tajjeb daqskemm il-gvern kien qed jipprevedi.", "Aħna, bħala oppożizzjoni, konna ilna ngħidu li l-affarijiet m'humiex sejrin sew, u dan għednieh kemm qabel l-elezzjoni kif ukoll qabel ir-referendum.", "Irrid infakkar li fil-leġislatura Laburista ta' bejn l-1996 u l-1998 diġa` kellna l-warning lights iteptpu biex jindikawlna li għandna l-problemi, fosthom problemi ta' finanzi pubbliċi, u li rridu noqogħdu attenti fil-qasam ta' l- ekonomija minħabba li l-affarijiet ma kenux sejrin sewwa.", "Għalhekk aħna konna bdejna nieħdu l-miżuri biex nindirizzaw dawn il-problemi.", "Pero` għax għamilna dan, l-oppożizzjoni Nazzjonalista qaltilna li qed nesaġeraw u li l- ħofra hija ħrafa u ħafna minn dan il-paroli fil-vojt.", "Meta waslet l-elezzjoni ta' l-1998, il-Partit Nazzjonalista qal lill-poplu li Gvern Laburista kien se jgħaddih minn ħafna diffikultajiet biex jirranġa l-affarijiet, mentri hu kellu l-bakketta maġika għax kien se jdaħħal lill- pajjiż fl-Unjoni Ewropea u allura kollox kien se jmur sew għax kienu se jibdew ġejjin il-flus mill-unjoni.", "Fl-1998 il-maġġoranza tal-poplu waqgħet għal dan l-ingann u għalhekk ivvotat lill-Partit Nazzjonalista għaliex emmnet li dan kien wieħed mill-iktar metodi faċli ta' kif nistgħu noħorġu lil dan il-pajjiż mill-problemi finanzjarji u ekonomiċi li għandu.", "Bejn l- 1998 u l-1999 il-ministru baqa' jgħid lill-poplu li sejrin tajjeb u li qed innaqqsu d-deficit sena wara l-oħra sakemm imbagħad ġejna għall-budget ta' din is-sena u sibna li minn dak kollu li kien qed jgħidilna l-ministru John Dalli ma kien hemm xejn għax kollox kien fittizju u kollox kien tajjar.", "Għalhekk, Mr Speaker, jien ngħid li llum qegħdin xi seba' jew tmien snin tard biex nibdew nindirizzaw il-problemi reali li għandna.", "U dan il-budget kif qed jipprova jsolvi dawn il-problemi?", "X'miżuri qed jittieħdu biex dawn il-problemi jiġu solvuti?", "Jekk wieħed iħares lejn il-miżuri li qed jiġu proposti f'dan il-budget isib li dawn huma kollha miżuri ta' tassazzjoni; qed inżidu l-VAT minn 15% għal 18% u qed indaħħlu tassazzjoni ġdida kull fejn sal-lum ma kienx hemm, fosthom fuq it-tabakk u fuq l-ispirti.", "Pero` jien nistaqsi: Fir-realta` din it-triq li qbadna li ndaħħlu tassazzjonijiet ġodda se ssolvielna xi ħaġa?", "Jien ngħid li le.", "Il-problema fil-finanzi pubbliċi u fl-ekonomija hija li aħna, bħala pajjiż, m'aħniex kompetittivi.", "Din hija l-problema kollha!", "Aħna, bħala pajjiż, m'aħniex kompetittivi f'dak li nagħmlu u f'dak li nipproduċu, tant li llum qegħdin f'sitwazzjoni fejn pajjiżi li bdew ħafna warajna għaddewna bil-bosta f'kull qasam.", "Jekk wieħed iħares lejn il-fabbriki tagħna jsib li peress li aħna m'aħniex kompetittivi, il-unit cost of production qiegħed dejjem jogħla wkoll.", "Madanakollu f'dan il-budget lanqas hawn miżura waħda biss li qed tindirizza l-problema tal-kompetittivita` bis-serjeta`.", "Hemm ħafna raġunijiet għaliex għandna dawn il-problemi tal-kompetittivita`, bħalma hemm ħafna raġunijiet għaliex il-finanzi pubbliċi dejjem sejrin lura.", "Il-ministru John Dalli u ministri oħrajn, fosthom il-viċi prim ministru, qalulna diversi drabi li l- finanzi pubbliċi sejrin lura u li bħala pajjiż ma nistgħux naffordjaw li nibqgħu nagħtu mediċini b'xejn lil kulħadd, li nibqgħu nipprovdu s-servizzi li joffri l-isptar b'xejn lil kulħadd u li nibqgħu nagħtu l-pensjonijiet lil kulħadd u li rridu naraw x'se nagħmlu.", "Imma skużi, il-pajjiż tagħna hu li hu.", "Meta Gvern Laburista ta' ħafna snin ilu kien ħoloq il-benefiċċji soċjali, dawn kienu sostenibbli, u allura għaliex illum m'għadhomx sostenibbli?", "Ir-raġuni hija sempliċi ħafna.", "Jekk inti tanalizza kif topera l-ekonomija f'pajjiżna ssib li n-nefqa tal-gvern tkopri parti sostanzjali mill-ekonomija tal-pajjiż.", "Per eżempju, madwar 40% tal-ħaddiema jew jaħdmu mal-gvern jew inkella mal-parastatali.", "Dan huwa persentaġġ għoli ħafna, iktar u iktar meta tqis li minn dawk il-ħaddiema għandek persentaġġ sinifikanti li jew ma jagħmlux il-ġurnata tax-xogħol tagħhom jew inkella ma jagħmlu xejn u jibagħtuhom id-dar, bħalma ġara fir-rigward tal-ħaddiema tad- dockyard ftit ilu.", "Lil dawn bgħatniehom id-dar u bdejna nibgħatulhom iċ- ċekk id-dar.", "Issa f'pajjiż bla riżorsi bħal tagħna, jista' jkun hawn gvern li jimpjega miegħu 40% tal-workforce tal-pajjiż u mbagħad terġa` jkollu madwar 40% jew 50% minn dawk li jaħdmu miegħu underemployed, jiġifieri ma jagħtux it-tmien sigħat xogħol tagħhom, jew addirittura ma jaħdmu xejn?!", "Inti jista' jkollok azjenda li nofs in-nies tagħha ma jaħdmux jew ma jagħtux sehemhom?!", "Imma dan hu li qed jiġri f'pajjiżna!", "Sur President, jekk il-gvern irid jara minn fejn ġejjin il-problemi finanzjarji li jrid jagħmel hu jara jekk lin-nies tiegħu huwiex qed jagħtihom x'jagħmlu biżżejjed, jara jekk dawn il-ħaddiema humiex qed jipproduċu u jekk huwiex qed iħallashom għal xogħol li huma m'humiex qed jagħmlu.", "Il-Gvern Nazzjonalista mhux talli m'huwiex qed jagħmel dan talli meta jkollu ċertu xogħol li jista' jagħtih lin-nies tal-gvern, huwa qed jagħtih lill-privat u sadanittant qed jibqa' jżomm lin-nies miegħu.", "Issa hawnhekk jien m'iniex qed ngħid li għandna nkeċċu lill-ħaddiema tal-gvern, altru li le.", "Imma b'dan l-aġir il-gvern qed ikollu jħallas id-doppju għal biċċa xogħol għax qed iħallas lin-nies tiegħu u fl-istess ħin qed iħallas lil tal-privat biex jagħmlu xogħlijiet li l-ħaddiema tal-gvern jistgħu jagħmluhom faċilment.", "Din hija xi ħaġa li rajnieha tiġri b'mod konsistenti f'kull qasam; daqqa jgħidulna li se jagħmlu a public private partnership, daqqa jgħidulna li se jipprivatizzaw lit-tali dipartiment u mbagħad ineħħu nofs in-nies u jitfgħuhom lura mal-gvern, u qed nibqgħu sejrin hekk.", "Nistgħu nsemmu, per eżempju, lid-dockyard fejn neħħew xi 900 ħaddiem minn hemmhekk u tefgħuhom mal-gvern.", "Fid-dockyard dawn il-ħaddiema forsi kienu jagħmlu xogħol produttiv, imma issa ħafna minnhom m'huma qed jagħmlu xejn.", "Lil ħafna mill-ex-ħaddiema tat-tarzna tefgħuhom mal-kunsilli lokali u ma ngħidilkomx it-tgerfix li hemm fost dawn in-nies.", "Imma jista' jkun li jkollok din is-sitwazzjoni, eluf ta' nies li m'humiex qed jipproduċu?!", "Naturalment meta jkollok lil dawn in-nies kollha ma jipproduċux bilfors li tinħoloq problema finanzjarja.", "Mr Speaker, min qed jaħdem biex isostni l-benefiċċji soċjali tagħna?", "Mhux il-workforce ta' pajjiżna.", "Imma sal-lum mill-Ewropa kollha, aħna l-Maltin u l-Għawdxin għandna l-iżgħar workforce meta mqabbla mal-popolazzjoni ta' pajjiżna.", "Għaliex?", "Għax għad m'għandniex biżżejjed openings ta' jobs għan- nisa.", "Fil-fatt 50% tal-Maltin u l-Għawdxin qed isostnu l-50% l-oħra li m'humiex qegħdin jaħdmu, min għax għadu ma laħaqx l-eta` biex jaħdem, min għax huwa pensjonant, min għax b'xi mod qed igawdi minn xi pensjoni ta' l- invalidita` u min għax qiegħed jgħix bir-relief.", "Għalhekk għandna sitwazzjoni fejn nofs il-popolazzjoni qed twennes lin-nofs l-ieħor li ma taħdimx u terġa` mill-workforce ta' dan il-pajjiż, li kif għadni kemm għedt, jammonta għal 50% tal-popolazzjoni, għandek parti kbira minnu li jaħdem mal-gvern, jekk m'huwiex ukoll underemployed u ma jipproduċix.", "Allura mbagħad mhux bilfors ikollna l-problemi.", "Imma jien nistaqsi: X'miżura ttieħdet fil-budget biex tiġi indirizzata din il-problema u lin- nies li huma mpjegati mas-servizz pubbliku jew mal-kumpanniji parastatali nagħtuhom xogħol produttiv x'jagħmlu?", "Il-verita` hi li ma ttieħdet l-ebda miżura ta' dan it-tip.", "Sur President, fil-budget qalulna li mhux se jitħallew isiru l-parties tal- Milied lill-ħaddiema tal-gvern.", "Dik għalija m'hi xejn ħlief daħka fil- wiċċ.", "Jekk inħarsu lejn l-estimi ta' kull ministeru nsibu item intitolat hospitality li permezz tiegħu jitħallsu ikliet, riċevimenti u affarijiet bħal dawn, li ma jsirux biss matul il-festi tal-Milied imma matul is-sena kollha.", "Għalhekk li kieku riedna nkunu serji ma konniex nipprojbixxu li jsiru l-parties tal-Milied għall-ħaddiema u għal uliedhom imma konna naqbdu l-hospitality vote ta' kull ministeru u naqtgħulu nofsu u mhux żidnieh f'kull każ.", "Jien nistieden lil kulmin qed jismagħni biex iħares lejn il- budget ta' kull ministeru u jara jekk il-hospitality vote żdiedx f'kull ministeru.", "Allura din x'serjeta` hi?!", "B'dan il-mod irridu nindirizzaw il- problemi li għandna?", "Mela sewwa; lill-ħaddiema ngħakksuhom bit-taxxi u l- ministri jitħallew imorru għar-riċevimenti u jagħmlu l-ikliet!", "F'din is- sitwazzjoni jinsab pajjiżna.", "Issa ħalli nerġa` niġi fuq il-kwestjoni tal-kompetittivita`.", "Fil-budget x'miżuri qed jittieħdu biex tiġi indirizzata l-issue tant importanti tal- kompetittivita` bis-serjeta`?", "Issa ilna snin sħaħ ngħidu li hemm bżonn li nkunu kompetittivi, imma sal-lum kulma għamilna huwa li tkellimna biss fuq din l-issue.", "X'qed nagħmlu on the ground biex inkunu kompetittivi?", "Hemm xi miżura li qed napprovaw illum li tagħmilna kompetittivi?", "Il-miżuri li qed jittieħdu llum fil-budget huma kollha tassattivi, jiġifieri żgur li mhux se jagħmluna kompetittivi għax se mai se jnaffru l-investiment.", "B'dawn il-miżuri jitnaffar l-investiment u għax issir dimostrazzjoni organizzata minn trade union.", "B'daqshekk se nnaffru l-investiment milli jiġi f'Malta!", "U ddaħkuniex!", "Id-dimostrazzjonijet fid-dinja kollha jsiru!", "Kullimkien isiru d-dimostrazzjonijiet u ħadd qatt ma ġab l-iskuża li minaħbba fihom se jitnaffar xi investiment.", "Hawn Malta biss aħna daqshekk baħnana li nużaw dawn it-tip ta' skużi; li d-dimostrazzjonijiet itellfu l-investiment fil- pajjiż.", "Trid tkun baħnan biex tibla' dawn l-affarijiet.", "Kien hemm gazzetta bl-Ingliż li staqsiet x'se jagħmlu tal-Labour biex iġibu l- investiment u biex joħolqu x-xogħol.", "Jiena ngħidilhom: Issa la nkunu fil- gvern nurukom x'se nagħmlu, imma bħalissa sta għall-gvern li joħloq ix- xogħol u l-ġid f'dan il-pajjiż.", "Meta nkunu fil-gvern aħna, imbagħad ngħidulkom x'se nagħmlu.", "Ir-responsabbilta` tal-ħolqien tal-ġid hija tal- gvern, u ejjew ma noqogħdux induru mal-lewża, pero` fir-realta` m'hu qed isir xejn f'dan ir-rigward.", "Jekk nieħdu, per eżempju, lis-settur turistiku nistgħu ngħidu li hemm ħafna u ħafna x'jista' jsir biex intejbu l-prodott turistiku tagħna.", "Imma x'qed isir effettivament?", "M'hu qed isir xejn.", "It-Tuneżija bdiet ħafna warajna f'dak li hu turiżmu, pero` preżentement kull sena jżur lil dan il-pajjiż seba' miljun turist.", "Lil Malta jżuruha miljun turist kull sena, u dan in- numru qiegħed jonqos.", "Fi żmien il-gvern Laburista sar il-proġett ta' Buġibba, imbagħad fi żmien il-gvern Nazzjonalista tkomplew il-proġetti ta' Birżebbuġa, ta' Marsaxlokk u ta' Marsascala, li kienu nbdew ukoll fi żmienna, sar xogħol fuq il- promenade ta' Tas-Sliema u issa taparsi għaddejjin b'dik ta' San Ġiljan, li fuqha ilna għaddejjin is-snin, u sadanittant il-kompetituri tagħna qed jgħadduna bil-bosta u qegħdin dejjem itejbu l-prodott turistiku tagħhom biex ikunu jistgħu jikkompetu.", "Tafu x'qed nagħmlu biex intejbu l-prodott turistiku tagħna?", "Qed immorru nagħmlu miżbla fejn il-Magħtab u Ħaġar Qim!", "Tafu kemm inkunu kompetittivi jekk nagħmlu hekk!", "Tgħidx kemm jibdew imorru jżuruha turisti l-miżbla, ċioe` l-Imnajdra u Ħaġar Qim!", "Din hija r-realta` f'dan il-pajjiż; m'aħniex qed nindirizzaw il-problemi reali li għandna, u din hi d-diffikulta` li qed niffaċċjaw illum.", "Sur President, illum, jidhirli f'xi gazzetta bl-Ingliż, kien hemm miktub li se jsir pilot project biex jinqalgħu l-air-conditioners li hemm imwaħħlin mal-faċċati fi triq ir-Repubblika ġewwa l-belt Valletta.", "Jiġifieri dawn biex jaqilgħu erba' air-conditioners se jagħmlu pilot project.", "Biex isir dan il-pilot project se jitwaqqaf kumitat li jkollu r-rappreżentanza tal- MEPA, tal-kunsill lokali tal-Belt, tal-GRTU u ma nafx ta' min iktar biex dawn jistudjaw kif għandhom jinqalgħu dawn l-air-conditioners.", "Imma jien nistaqsi: Dan huwa mod serju ta' kif isiru l-affarijiet?!", "Intom qed tagħmlu xi ħaġa għal għajn in-nies u fil-verita` m'intom qed tagħmlu xejn!", "Naturalment ġaladarba jitwaqqaf dan il-kumitat, biex l-eżistenza tiegħu tkun ġustifikata, dan se jibqa' għaddej bil-ħidma tiegħu għal dejjem għax jekk tispiċċa l-ħidma tiegħu, ovvjament jispiċċa.", "Pero` dan huwa l-mod ta' kif irridu naħdmu f'dan il-pajjiż?", "B'dan il-mod se nsolvu l-problemi reali li għandna?", "Aħna m'aħniex ngħidu li m'hemmx problemi.", "Dażgur li hemm problemi, u hemm ħafna wkoll, anzi aħna konna n-nies li għarafna l- problemi, li għedna li dan il-pajjiż għandu l-problemi u li rridu naraw x'se nagħmlu dwarhom.", "Sur President, iktar kmieni għedt li qabel l-elezzjoni l-Partit Nazzjonalista wiegħed lill-poplu li issa li se nissieħbu fl-Unjoni Ewropea se nsolvu l-problemi li għandna, jew inkella li l-Unjoni Ewropea se tgħinna nsolvuhom.", "Pero` fir-realta` minn dan kollu m'hu se jiġri xejn, anzi jien ngħid li b'Malta fl-Unjoni Ewropea s-sitwazzjoni se tmur għall-agħar.", "Għaliex?", "Għax filwaqt li llum għandna l-liberta` f'dak li nagħmlu biex insolvu l-problemi, issa li se nidħlu fl-Unjoni Ewropea se jkollna jdejna marbuta.", "Għaliex?", "Għax meta tkun fl-Unjoni Ewropea ma tistax tieħu ċerti inizjattivi.", "Per eżempju, pajjiż fl-Unjoni Ewropea ma jistax jagħti tax holidays biex jinċentiva l-kompetittivita`.", "Fil-fatt qabel l-elezzjoni aħna konna ngħidu li l-Unjoni Ewropea hija tajba, imma qabel ma nidħlu fiha ridna naraw kif se nsolvu l-problemi li għandna u mhux nidħlu fl-Unjoni Ewropea bil-problemi b'kollox u mbagħad ma nkunux nistgħu nagħmlu li rridu biex insolvuhom.", "Huwa veru li matul dawn l-aħħar snin kważi l-pajjiżi kollha li qegħdin fl-Unjoni Ewropea kellhom tkabbir sostanzjali ta' 4%, ta' 5% u 6% fil-GDP, pero` l-GDP tagħna ma kibirx daqskemm kiber fil-pajjiżi applikanti l-oħrajn.", "Jgħidulna li la nkunu fl-Unjoni Ewropea kulħadd se jiġi jinvesti f'Malta, imma jien nistaqsi: Tistgħu tgħiduli fiex iridu jinvestu f'Malta?", "Se jinvestu fil-manifattura meta ħafna mill-pajjiżi li deħlin magħna f'din l-unjoni għandhom il-pagi u l-production cost tagħhom iktar baxx minn tagħna?", "Min se jiġi jinvesti f'Malta meta jista' jmur jinvesti fl-Ungerija, fil-Latvja, fil-Polonja u f'postijiet oħrajn li għandhom suq kbir u li l-production cost tagħhom huwa fraction ta' dak li huwa tagħna?!", "Hawnhekk bil-kontra qed jiġri; l-entrepreneurs Maltin qed jispiċċaw jagħlqu l-fabbriki li għandhom hawn Malta u jeħduhom barra l- pajjiż minħabba din il-kwestjoni tal-production costs għax aħna m'għadniex kompetittivi.", "Dak li qed jiġri f'dan il-pajjiż, u mela tiġi tgħidulna li għax se nidħlu fl-Unjoni Ewropea, l-investituri se jibdew ġejjin bil-gzuz.", "Fejn huma dawn l-investituri?", "Mr Speaker, il-problema hija li aħna m'aħniex nindirizzaw dawk l-affarijiet li għandna bżonn nieħdu ħsieb.", "Dan l-aħħar smajna li l-burokrazija tal- gvern hija waħda mir-raġunijiet li qed jintilef l-investiment.", "Fil-fatt m'ilux wisq kienet ġejja kumpannija tinvesti hawn Malta, imma l-uffiċjali tant damu jkaxkru saqajhom li din il-kumpannija qatgħet qalbha u reġa` bdielha.", "Fix-xogħol tiegħi jkolli l-opportunita` li nitkellem ma' diversi investituri barranin ukoll, u dawn jgħiduli li l-ikbar problema li jsibu biex jinvestu f'Malta hija l-burokrazija għax l-affarijiet jinqabdulek f'morsa u ma joħorġu qatt minnha.", "Din hija r-realta`.", "Jien nistaqsi: X'miżuri qed jittieħdu f'dan il-budget biex il-problema tal-burokrazija tal- gvern tiġi indirizzata?", "Mhux talli f'dan il-budget m'huma qed jittieħdu l- ebda miżuri ta' dan it-tip, talli permezz ta' dan il-budget qed inkomplu nżidu l-burokrazija għax qed noħolqu iktar quangos, iktar aġenziji u iktar korporazzjonijiet.", "Li kieku b'dan il-mod qed jitjiebu l-affarijiet fiha u ma fihiex, imma l-affarijiet m'humiex qed jitjiebu.", "L-iktar każ riċenti kien proprju dak tal-Maltapost.", "Sa ftit ilu f'Malta kellna servizz li kien jaħdem verament tajjeb, u hawn qed nirriferi għas-servizz tal-posta.", "Min jaf kemm-il darba kont nimposta ittra kmieni filgħodu u lil min nibgħatha jirċeviha dakinhar stess, pero` llum ġejna f'sitwazzjoni fejn l-ittri tirċevihom ħmistax wara.", "Imma possibbli hemm bżonn iddum ħmistax biex tirċievi ittra f'dan il-pajjiż ċkejken tagħna?", "Il-fatt hu li kellna servizz tajjeb, imbagħad ipprivatizzajnieh u ma baqax tajjeb.", "Dak li għamilna.", "Jiddispjaċini, imma l-problemi ma nsolvuhomx b'dan il-mod.", "Kif għedt diġa`, il-miżuri li ttieħdu f'dan il-budget la qed jindirizzaw il- burokrazija, la qed jindirizzaw l-over-manning fis-settur pubbliku, la qed jindirizzaw il-problema tal-kompetittivita` u lanqas qed intejbu l-prodotti tagħna.", "Il-budget m'hu qed jindirizza xejn minn dawn il-problemi li għandna fil-pajjiż.", "Kulma hemm huma miżuri tassattivi.", "It-tassazzjoni ddaħħlet bl-iktar mod faċli u bl-iktar mod diskriminat.", "Per eżempju, dan il-budget qed iżid ir-rata tal-VAT minn 15% għal 18%, jiġifieri b'20%, sempliċement b'daqqa ta' pinna.", "Kieku b'hekk malajr tista' tkun taf kemm se tagħtik return il-VAT din is-sena għax tista' taħdimha fuq is-sena li għaddiet u żżid 3% VAT magħhom, għalkemm ma nafx kemm il-gvern se jdaħħal VAT daqs is-sena li għaddiet għax iktar ma tgħolli r-rata tal-VAT, iktar tkun qed tistenna li n-nies jipprova jiskansawha.", "Aħna nafu x'jiġri f'dawn l-affarijiet, u hemm bilanċ fine ħafna bejn tax evasion u tax collection.", "Li għamel il-gvern f'dan il-budget, għamlu biex jipprova jiġbor kemm jista' jkun flus ħalli jindirizza l-problema tad-dejn pubbliku.", "Per eżempju, biżżejjed insemmi t-tassazzjoni li ddaħħlet fuq il-profitti ta' proprjeta` li tinbiegħ u li tkun ġejja minn wirt.", "Din hija taxxa li żgur li se tolqot lil kulħadd għax f'dan il-pajjiż aħna fortunati biżżejjed li l-maġġoranza tagħna l-Maltin u l-Għawdxin kollha għandna xi proprjeta`; min għandu dar, min għandu garage, min għandu xi boathouse u min għandu xi tip ta' proprjeta` oħra.", "Issa b'din il-liġi li se nagħmlu meta tiret, apparti li tkun trid tħallas it-taxxa tas-suċċessjoni, ġaladarba tbigħ il-proprjeta` li tkun uritt se tkun trid terġa` tħallas it-taxxa.", "Qalulna: X'differenza hemm fil-mod kif tottjeni l-proprjeta`?", "Skużi, hemm differenza kbira meta tiritha, għax meta tiritha ma tantx ikollok għażla; trid tgħid thank you imma min imut ma jistax jieħu l-proprjeta` miegħu u bilfors irid iħalliha lil xi ħadd, jiġifieri ma naħsibx li dan l-argument li nġab huwa tajjeb.", "L- effett ta' din il-miżura se jkun li issa min qed jiġi biex ibigħ proprjeta` li ġejja min wirt qiegħed jgħolli l-prezzijiet.", "Jien fix-xogħol tiegħi jkolli x'naqsam xi ftit ma' dan is-settur, u naf li minn kemm ilha li tħabbret din il-miżura, min ikun se jbigħ xi proprjeta` li wiret qiegħed jgħolli l-prezz ħalli dan jagħmel tajjeb għall-ammont ta' taxxa li jkun irid iħallas fuq dik il-proprjeta`.", "B'hekk issa għandna impetu ieħor ġdid għaliex iktar ma jgħaddi ż-żmien, il-proprjeta` f'pajjiżna iktar qed togħla, u din hi l-istorja kollha.", "Mr Speaker, se nikkonkludi billi nerġa` nenfasizza li f'dan il-budget qed inħabbru miżuri biex taparsi nindirizzaw il-problemi li għandna.", "Qed ngħid \"taparsi\" għaliex il-problemi reali li għandna lanqas biss għadna nħarsu lejhom bis-serjeta`.", "Għalhekk nappella lill-gvern biex jara bis-serjeta` x'inhuma l-problemi li għandu l-pajjiż u jipprova jibda jindirizzahom bi pjan maħsub.", "Nappella wkoll lill-membri tal-gvern biex ma joqogħdux il-ħin kollu moħħhom li jridu jnaqqsu d-deficit.", "Il-problema tad-deficit hija problema wkoll, pero` hemm problemi oħrajn, u jekk irridu nnaqqsu d-deficit irridu naraw kif nistgħu nkabbru l-ekonomija u nistimolawha ħalli b'hekk ikollna tax stake.", "Hemm bżonn li l-gvern jifhem li billi jżid it- tassazzjoni, mhux neċessarjament se jnaqqas id-deficit.", "Nixtieq ukoll li ma nibqgħux ngħidu ċertu diskors, bħal per eżempju, li d-dimostrazzjonijiet itellfu l-investiment.", "L-investiment ma jitgerrixx bid-dimostrazzjonijiet imma jitgerrex bin-nuqqasijiet li juru l-awtoritajiet meta jiġu biex jittrattaw ma' l-investituri.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Iktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Galea.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Mr Speaker, bla dubju ta' xejn dan huwa dibattitu li twal, u forsi twal xi ftit iżżejjed ukoll.", "Biżżejjed ngħid li sal-lum se nkunu ħadna tmien seduti, jiġifieri se nkunu għamilna 20 siegħa ta' dibattitu, għalkemm issa wasalna lejn it-tmiem.", "Matul dan id-dibattitu l-oppożizzjoni ħadet l-opportunita` - kif kellha dritt li tagħmel - li tpinġi sitwazzjoni ta' gloom and doom billi fejn kien hemm ftit maltemp pinġew li din kienet tempesta u fejn kien hemm ftit griż qalu li dan kien dlam ċappa, pero` fil-ġranet li għaddew ħarġet il-verita`.", "Jien nistaqsi: Dak li qed tagħmel l-oppożizzjoni, qed tagħmlu għax qed tħoss għal dawk il-ħaddiema li sfortunatament dan l-aħħar tilfu l-impjieg?", "M'għandix dubju li hemm deputati min-naħa ta' l-oppożizzjoni li jħossu għal dawn il-ħaddiema li messithom l-isfortuna li jitilfu l-impjieg, u hekk għandu jkun, pero` r-raġuni proprja donnha hi dik li qal il-kap ta' l- oppożizzjoni ftit tal-ġranet ilu; li jrid joħroġ lin-nies fit-toroq għax dan il-gvern jeħtieġ li jaqa', jiġifieri fi kliem ieħor irid iwaqqa' lill- gvern.", "Jgħid x'jgħid il-ħabib tiegħi l-Onor.", "Buhagiar m'hu se nġibu l-ebda investiment u m'hu se noħolqu l-ebda mpjieg billi noħorġu lin-nies fit- toroq.", "Jien irrid nesprimi s-solidarjeta` sinċiera tiegħi ma' min tilef l- impjieg.", "Jien iltqajt ma' wħud minn dawn in-nies u nista' ngħid li kull każ għandu storja għalih u t-telf ta' mpjieg iħalli riperkussjonijiet mhux biss fuq il-persuna involuta u fuq il-pjani li jkollha imma anke fuq il- familja tagħha.", "M'hemmx dubju li din hija xi ħaġa ta' dwejjaq, u jien ningħaqad mal-membri taż-żewġ naħat li esprimew is-solidarjeta` tagħhom ma' dawk kollha li messithom l-isfortuna li jitilfu l-impjieg, pero` naħseb li rridu nkunu iktar realistiċi u naraw il-fatti kif inhuma.", "Naħseb li ma jiswa lil ħadd - lanqas lill-ħaddiema u lil dawk li messithom din l-isfortuna - jekk noqogħdu niddrammatizzaw din is-sitwazzjoni u ngħidu li hija traġika iktar milli fil-fatt hi.", "Naturalment għal dik il-persuna li għadha kif tilfet l-impjieg tagħha s-sitwazzjoni hija traġika, imma naħseb li s-sitwazzjoni fil-pajjiż m'hijiex kerha u mudlama daqskemm qed tipprova tgħid li hi l-oppożizzjoni.", "Per eżempju, skond statistika li għandi f'idejja u li nħarġet mill-ETC, fl-1995 u fl-1996 il-job vacancies kienu jammontaw għal 6,330, fl-1996 u fl-1997, jiġifieri meta kien hemm fil- gvern il-Partit Laburista, dawn niżlu għal 5,277 u bejn l-2002 u l-2003 il- job vacancies kienu jlaħħqu l-ammont ta' 7,548.", "Meta mbagħad niġu għal dawk li huma placements insibu li bejn l-1995 u l-1996 l-ETC tat placements lil 3,317-il ruħ, bejn l-1996 u l-1997, meta kien hemm fil-gvern iI-Partit Laburista, l-ETC niżżlet il-placements tagħha għal 2,538 filwaqt li s-sena li għaddiet l-istess korporazzjoni tat 3,416-il placement.", "Ta' min jgħid ukoll li bejn l-1995 u l-1996 in-numru ta' nies li spiċċaw bla xogħol kien ta' 1,443, bejn l-1996 u l-1997 dan l-ammont tela' għal 2,061 u jekk imbagħad tħares lejn l-aħħar tliet snin li għaddew issib li n-numru ta' nies li spiċċaw bla xogħol nieżel għax filwaqt li bejn l-2001 u l-2002 kien ta' 3,168, bejn l-2002 u l-2003 dan l-ammont niżel għal 2,473.", "Ma nistax ma nsemmix ukoll il-fatt li filwaqt li fl-1997, jiġifieri fis-sena li kien hemm fil-gvern il-Partit Laburista, in-nies li jaħdmu bi qligħ kien ta' 133,141, f'Settembru ta' l-2003 din il-figura telgħet għal 136,602.", "Dan ifisser li mill-1997 sas-sena li għaddiet in-numru ta' nies li jaħdmu bi qligħ żdied bi 3,461.", "Sur President, smajna ħafna li qed neqirdu u noqtlu lil dawk in-nies li jaħdmu fil-qasam tal-biedja u sajd.", "Ta' min jgħid li filwaqt li fl-1997 kien hemm 2,181 ruħ jaħdmu f'dan il-qasam, sa Settembru tas-sena l-oħra dan in-numru tela' għal 2,286, jiġifieri żdied b'105.", "Wieħed irid jgħid ukoll li mill-1997 sa Settembru tas-sena l-oħra n-nies li jaħdmu fis-settur tas- servizzi żdiedu b'6,968, u minkejja l-ħafna paroli li jsir li qed nimpjegaw lin-nies mal-gvern, l-impjegati tal-gvern naqsu bi 3,271.", "Hawnhekk għandi wkoll informazzjoni ta' fejn daħħalna mpjegati ġodda mal-gvern matul dawn l- aħħar ħames snin.", "Fil-fatt insibu li daħħalna 103 pulizija, 56 professjonist, 529 nurse u 687 persuna fil-qasam ta' l-edukazzjoni.", "Dawn huma l-fatti, u għalhekk is-sitwazzjoni m'hijiex traġika daqskemm qed ipinġiha l-Partit Laburista, pero` dan qed jirreaġixxi b'dan il-mod għal raġunijiet ovvji; għax issa ddeċieda li jrid iwaqqa' lill-gvern.", "Issa nixtieq nagħti r-reazzjoni tiegħi għal kumment li għamel il-ħabib tiegħi l-Onor.", "Silvio Parnis meta qal li din is-sena diġa` mietu tliet persuni bil-konsegwenza tad-droga u għall-gvern qisu m'hu qed jiġri xejn.", "Jien naħseb li huwa żbaljat u inġust li tipprova tagħti l-impressjoni - u ma nafx jekk kenitx din l-intenzjoni ta' l-Onor.", "Parnis - li dan il-gvern m'huwiex sensittiv għall-problema tad-droga, u nappella minn hawnhekk biex din il-problema ma nippolitiċizzawhiex għax fejn tidħol il-problema tad- droga m'hemmx kuluri imma hemm biss żewġ naħat; fuq naħa waħda għandek lill- vittma bit-tbatija, bil-mewt, bit-tkissir tal-familja u bir-rovina taż- żgħażagħ li d-droga ġġib magħha u fuq in-naħa l-oħra għandek lit- traffikanti kriminali, u ma' dawn m'hemmx ħniena.", "Ma' dawn in-nies it- tolleranza hija zero u m'hemmx rispett.", "Bħala istituzzjoni politika aħna għandna nkunu magħqudin kontra min jittraffika d-droga, u qed ngħaddi dawn ir-rimarki għax ħassejt li l-kumment tal-ħabib tiegħi l-Onor.", "Silvio Parnis kien jitlob reazzjoni.", "Kemm ilna fil-gvern naħseb li aħna għandna track record ta' kemm emendajna liġijiet biex is-sentenzi vis-a-vis min jittraffika d-droga jkunu iktar ħorox, biex ikun hemm konfiska ta' proprjeta` mobbli u immobbli, u biex saħħaħna d-dwana u l-korp tal-pulizija biex dawn ikunu iktar effettivi fil-ġlieda kontra d-droga, u fil-fatt din il-mira qed nilħquha.", "Nixtieq nagħmel kumment wieħed mingħajr ma nidħol f'ħafna dettalji.", "Segwu x'inhu jiġri bħalissa, aqraw il-gazzetti u tkunu tafu l-prezz li din in-naħa kellha tħallas biex għamlet ġlieda bla rażan kontra d-droga.", "Fid-diskors tiegħu l-kap ta' l-oppożizzjoni, l-Onor.", "Alfred Sant, talab lill-Onor.", "Eddie Fenech Adami biex iwarrab u donnu ta l-impressjoni li aħna għandna xi interess li nneħħuh u li neħilsu minnu.", "Jien lill-kap ta' l- oppożizzjoni ngħidlu: Kemm sejjer żball!", "Aħna kburin bil-mexxej tagħna għax għandu record impekkabbli ta' onesta` u serjeta`.", "Irridu neħilsu minnu meta bħala kap tal-Partit Nazzjonalista minn sitt elezzjonijiet rebaħ ħamsa, u magħhom rebaħ ukoll referendum?!", "U hawn ta' min ifakkar li meta ma rebaħx elezzjoni minnhom, din ma rebaħhiex għax intom bqajtu fil-gvern mingħajr ma kellkom il-maġġoranza.", "Aħna kburin bl- Onor. Fenech Adami għaliex fir-referendum u fl-elezzjoni li għaddiet dan mhux biss irnexxielu jirbaħ lill-Onor.", "Alfred Sant imma rnexxielu jirbaħ ukoll lill-perit Mintoff, lil Dr Karmenu Mifsud Bonnici u lill-GWU f'daqqa.", "Ara l-Onor.", "Alfred Sant, minn tliet elezzjonijiet rebaħ waħda u tilef tnejn, u minkejja li tilef ukoll ir-referendum baqgħalhom hemm, allavolja jridu jeħilsu minnu!", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom żommu l-ordni.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Jien nista' niggarantixxi lill-Onor.", "Alfred Sant li jekk l-Onor.", "Eddie Fenech Adami jiddeċiedi li jitlaq, dan ikun jum ta' swied il-qalb għalina u għall-Partit Nazzjonalista għax mhux biss inkunu se nitilfu kap ta' partit u prim ministru imma nkunu se nitilfu raġel u ġentlom.", "Għalhekk ejjew ma nibqgħux nisimgħu dan il-paroli li aħna rridu neħilsu mill-Onor.", "Fenech Adami, anzi jien ngħid li allaħares jitlaq.", "Issa se ngħaddi biex ngħid xi ħaġa fuq il-protesti li qed isiru.", "Kumbinazzjoni l-Partit Laburista u l-GWU ddeċidew li joħorġu lin-nies fit- toroq fl-istess ġimgħa.", "Kumbinazzjoni wkoll il-bieraħt lura s-Sur Tony Zarb, is-segretarju tal-GWU, mar jitkellem waqt konferenza li saret fil- każin Laburista tar-Rabat.", "Dan lili fakkarni meta darba kont mort għal dibattitu tal-Partit Nazzjonalista fuq it-television - fil-fatt naħseb li dan kien l-ewwel dibattitu ta' dan it-tip li kont mort - u biex jitkellmu f'isem il-Partit Laburista kien hemm il-kollega u l-ħabib tiegħi l-Onor Joe Brincat flimkien mas-segretarju tal-GWU ta' dak iż-żmien.", "Jiġifieri s- segretarju tal-GWU ta' dak iż-żmien kien mar jitkellem fuq dibattitu politiku f'isem il-Partit Laburista.", "Għalhekk nistgħu ngħidu bla tlaqliq ta' xejn li minflok ma l-GWU miexja 'l quddiem donnha sejra għal dawk iż- żminijiet meta ma kienx hemm distinzjoni bejn il-Partit Laburista u l-GWU.", "Ħalli niftehmu, jekk il-GWU trid tagħti palata lill-Partit Laburista ma jimportax għax hekk jew hekk din mhux ħsara lill-gvern tkun qed tagħmel, imma ħsara lill-image tagħha.", "Mr Speaker, fil-konfernza li saret fil-każin Laburista tar-Rabat il-ħabib tiegħi s-Sur Tony Zarb, is-segretarju ġenerali tal-GWU, qal li l-mediċina tal-qgħad huwa x-xogħol, u jien naqbel miegħu.", "Fil-fatt diġa` kkwotajt mill- istatistika uffiċjali tal-gvern biex nuri li s-sitwazzjoni m'hijiex sewda daqskemm qed jipprova jpinġiha l-Partit Laburista.", "Pero` hemm bżonn inkomplu naħdmu biex inkattru l-investiment, biex nagħmlu r-restructuring fl-industrija, biex narmaw għaż-żminijiet il-ġodda u biex inħarrġu lill- ħaddiema tagħna, fosthom lil dawk li tilfu l-impjieg ħalli jkun iktar faċli għalihom li jsibu mpjieg alternattiv.", "Pero` jien nistaqsi, kif qed jistaqsu ħafna: Billi nniżżlu lin-nies fit-toroq se nsibu x-xogħol lil xi ħadd?", "Se nġibu l-investiment?", "Billi nagħmlu l-protesti u d-dimostrazzjonijiet se nħarrġu mqar ħaddiem wieħed biex ikun jista' jsib xogħol alternattiv?", "Il- GWU għandha dritt toħroġ tipprotesta fit-toroq.", "Kien hawn żmien meta ma kienx jeżisti dak id-dritt; meta biex toħroġ fit-toroq kont tirriskja li taqla' daqqtejn jew tiġi arrestat mill-pulizija, imma dak iż-żmien għadda, spiċċa u mar.", "Madanakollu jien ngħid li meta noħorġu lin-nies fit-toroq inkunu qed inżidu l-instabbilta`.", "Smajna lill-Onor.", "Charles Buhagiar jgħid li billi toħroġ lin-nies fit-toroq ma jkun ġara xejn u m'intix se toħloq instabbilta`.", "Pero` jien u ħafna oħrajn naħsbuha mod ieħor għax fil-fehma tagħna b'hekk tkun qed toħloq l- inċertezza u tkun qed toħloq ċerta tensjoni li tista' tgerrex l- investiment.", "Bħalma l-mediċina għall-qgħad huwa x-xogħol, ir-riċetta biex tgerrex l-investiment, biex toħloq l-inċertezza u biex iġġib il-qgħad huwa li toħroġ lin-nies fit-toroq.", "Lill-membri ta' l-oppożizzjoni ngħidilhom: Semmuli kumpannija waħda li tinsab għaddejja minn diffikultajiet u li intom se ssibulha soluzzjoni billi toħorġu lin-nies fit-toroq?", "Jew inkella sibuli ħaddiem wieħed li sfortunatament tilef ix-xogħol - u kif dejjem ngħid jien, kull sena jkun hemm ir-redundancies - u li se ssibulu x-xogħol billi toħorġu lin-nies fit-toroq?", "Semmuli lil xi ħadd li se jiġi jinvesti f'Malta għax jitħajjar wara li jaqra li f'Malta qed isiru d- dimostrazzjonijiet u n-nies qed joħorġu jipprotestaw fit-toroq?", "Imma possibbli dawn għadhom ma tgħallmux?!", "Ftit taż-żmien ilu fit-tarzna saret protesta li fiha ħadu sehem mijiet ta' ħaddiema, li wħud minnhom kienu membri tal-GWU.", "To be fair, irrid ngħid li din ma kenitx protesta uffiċjali tal-GWU, għalkemm kulħadd jaf ta' liema union kienu membri dawk li ddeċidew li jagħmlu din il-protesta.", "Imma għax għamlu din il-protesta dawn il-ħaddiema rnexxielhom iġibu investiment ġdid għat-tarzna?", "Le, anzi tlifna kuntratt ta' Lm1 miljun minħabba dik il-protesta.", "Mela ejjew nitgħallmu minn dawn l-esperjenzi li għaddejna minnhom.", "Ir-realta` hi li t- tarzna kienet se tieħu kuntratt li jiswa Lm1 miljun, pero` għax saret dik il-protesta tlifnieh.", "Pero` dawn ma tgħallmux minn dawn l-esperjenzi u kumbinazzjoni - din hija kumbinazzjoni oħra! - kemm is-Sur Tony Zarb kif ukoll il-kap ta' l-oppożizzjoni qalu li huma se jkomplu għaddejjin b'din il- kampanja.", "Fil-fatt is-Sur Tony Zarb qal ċar u tond li din il-protesta m'hijiex se tieqaf hawn u li għandhom pjan li jkomplu sejrin bih matul l- ewwel ħames xhur tas-sena.", "Kollox sew; jekk dawn jaħsbu li b'daqshekk se nsibu soluzzjoni, ħalluhom imexxu, l-aqwa li kulħadd jassumi r- responsabbilta` ta' dak li jgħid u ta' dak li jagħmel.", "Imma jien naħseb li bil-protesti fit-toroq li qed jagħmlu l-GWU u l-Partit Laburista m'aħniex se nġibu x-xogħol jew inkattru l-investiment.", "Sur President, il-kap ta' l-oppożizzjoni qed jgħid li jrid joħroġ lin-nies fit-toroq biex iwaqqa' lill-gvern.", "Nhar il-Ħadd li għadda l-kap ta' l- oppożizzjoni qal li jrid iwaqqa' lill-gvern u li għalhekk se joħroġ lin- nies fit-toroq, u mbagħad kompla jappella lill-partitarji Laburisti biex jagħtu appoġġ kbir lill-GWU fil-kampanja li qed tagħmel.", "JIġifieri l- intenzjoni ta' l-Onor.", "Alfred Sant li joħroġ lin-nies fit-toroq m'għandha x'taqsam xejn max-xogħol jew mal-ħaddiema.", "L-intenzjoni tiegħu hija li jwaqqa' lill-gvern.", "Dan huwa attentat iddisprat ta' xi ħadd li jrid jieħu l-poter f'idejh akkost ta' kollox, li ma jafx jieħu telfa u li għadu ma jridx jaċċetta l-verdett tal-poplu, għaliex wara kollox kien il-poplu li ddeċieda li għandu jkun il-Partit Nazzjonalista li jerġa` jiggvernah.", "Madanakollu l-gvern jaqa' biss meta jkun immexxi minn prim ministru li ma jkunx kapaċi jiggverna u jżomm lill-grupp tiegħu magħqud.", "Jien nistenna lill-GWU tiddiżassoċja ruħha minn dan l-istatement li sar jumejn biss qabel il-protesta li għamlet u tgħid li hi qed toħroġ lin-nies fit-toroq għal raġuni kompletament differenti li m'għandha x'taqsam xejn ma' l-attentat tal-kap ta' l-oppożizzjoni li jwaqqa' lill-gvern.", "Mr Speaker, qed ngħixu f'realta` ġdida, irrispettivament minn jekk nidħlux jew nibqgħux barra mill-Unjoni Ewropea.", "Għadna kif smajna lill-membri ta' l- oppożizzjoni - li suppost issa qed jaqblu ma' l-Unjoni Ewropea - jgħidu li se mmorru agħar issa li l-poplu ddeċieda li għandna nidħlu f'din l-unjoni.", "Iddeċiedu; aċċettajtuha r-rieda tal-poplu jew se tibqgħu tiġġieldulu lill- poplu għax ivvota kif ivvota fl-aħħar referendum u fl-aħħar elezzjoni?", "Ir- realta` hi li llum għandna pajjiżi, fosthom iċ-Ċina u pajjiżi oħra tal- Lvant, li jħaddmu sistema ta' cheap labour u minħabba l-ġuħ li hemm, il- ħaddiema ta' dawn il-pajjiżi jaħdmu sigħat twal ħafna bla ebda kondizzjonijiet jew b'kondizzjonijiet mill-agħar għal paga miżera, kemm ikollhom biex jitrejqu.", "Ftit ilu jien kont Bangladesh flimkien ma' kollegi tiegħi miż-żewġ naħat tal-Kamra, u hemmhekk rajna li ħafna ħwejjeġ ta` ditti rinomati, fosthom tal-Lacoste, jaħdmuhom bi production cost veru miżeru għaliex kif għadni kemm għedt, dawn il-ħaddiema jaħdmu sigħat twal bla ebda kondizzjonijiet, basta jaqilgħu xi ħaġa biex jgħixu minħabba l- faqar u l-ġuħ li għad hemm f'dawn il-pajjiżi.", "Fil-fatt dawn il-pajjiżi qed isiru l-fabbriki tad-dinja minħabba l-production cost baxx tagħhom.", "Lanqas dawk il-pajjiżi ta' l-Ewropa li għadhom ħerġin mill-ħakma komunista u li m'humiex rinomati għal xi kondizzjonijiet jew pagi mill-aħjar għall- ħaddiema tagħhom ma jistgħu jikkompetu ma' dawn il-pajjiżi.", "Din hija r- realta`, u rridu jew ma rridux bilfors irridu niffaċċjawha, kif qed jagħmlu diversi pajjiżi oħra fl-Ewropa, fosthom l-Ingilterra, il-Ġermanja u Franza.", "Nenfasizza li din il-problema m'hijiex tagħna biss għax qed tolqot lil diversi pajjiżi oħra.", "Mr Speaker, ma rridx inkun personali imma wieħed irid isemmi l-fatt li f'ċerti żminijiet il-kap ta' l-oppożizzjoni jirraġuna mod u mbagħad f'ċerti żminijiet oħra jirraġuna mod ieħor.", "Per eżempju, meta l-kap ta' l- oppożizzjoni kien chairman tal-Bortex Clothing Industries Co. Ltd., wara li kien mar jiltaqa' max-shareholders u mal-mother company barra minn Malta, huwa bagħat avviż lil 204 ħaddiema ta' din il-kumpannija li kienu se jiġu ssensjati.", "Imbagħad għamel pjan ta' salvazzjoni billi għarraf lill-ħaddiema li kien se jkollhom 15% tal-paga tagħhom imnaqqsa u li x-xahar ta' wara kien se jiġi deċiż jekk il-ħaddiema jaħdmux ġimgħa mnaqqsa ta' tlett ijiem jew inkella ta' erbat ijiem.", "Dik kienet is-soluzzjoni li kien dar għaliha l-Onor.", "Alfred Sant meta kien chairman tal-Bortex, għax forsi deherlu li dik kienet l-aħjar soluzzjoni.", "Forsi dawk kienu żminijiet differenti, u dak iż-żmien il-kap ta' l-oppożizzjoni deherlu li dik kienet l-aħjar soluzzjoni.", "Imma bir-rispett kollu, dak li qed jgħid illum il-kap ta' l- oppożizzjoni huwa totalment differenti minn dak li għamel dak iż-żmien.", "Ħalli nikkwota artiklu intitolat \"Kontra l-Qgħad\" li kien kiteb l-istess Onor. Alfred Sant nhar il-Ħadd, 30 ta' Jannar, 1983 fuq il-ġurnal \"It- Torċa\".", "Dak iż-żmien meta kien hawn ħafna iktar qgħad milli hawn illum l- Onor. Sant, li ma kienx il-mexxej tal-Partit Laburista, kien qal hekk:", "\"Ftit jista' jkun hemm dubju li r-reċessjoni ekonomika internazzjonali taħti bil-kbir għad-daqqiet li qalgħet l-ekonomija Maltija f'dawn l- aħħar xhur.", "Fis-swieq fejn s'issa aħna rnexxielna nbigħu l-prodotti tagħna, il-qgħad matul is-snin li għaddew kiber b'rata ta' l-għaġeb.", "Ħaddiema qiegħda jew mhedda bil-qgħad jixtru inqas u jagħmlu mill- aħjar biex jixtru bl-aħjar prezz dak li jkun neċessarju għalihom biex jgħixu.\".", "Mela hawnhekk l-Onor.", "Sant qed jgħid li l-qgħad li kien hawn f'pajjiżna dak iż-żmien kien tort tar-reċessjoni li laqtet anke pajjiżi oħra.", "Jiġifieri dak iż-żmien il-qgħad li kien hawn kien tort tar-reċessjoni, imma llum qed jgħidilna li dan m'għandux x'jaqsam!", "Imbagħad f'dak l-artiklu l-Onor.", "Sant kompla jgħid li l-prodott Malti sar ogħla mill-prezzijiet li kienu qed joffru l-kompetituri tagħna.", "Fil-fatt anke llum, hekk qed jiġri.", "Allura għaliex is-sitwazzjoni tal-lum hija differenti minn dik ta' l-1983?!", "Ħaġ'oħra li qal l-Onor.", "Sant f'dak l-artiklu kienet li:", "\"Meta l-fabbriki u l-lukandi jonqsilhom il-bejgħ jaslu fi stat li ma jkunux jistgħu jibqgħu jħallsu l-pagi.", "Minn dan nifhmu kif l- ekonomija tagħna ma tistax tifridha iktar minn dak li jkun qed jiġri barra mix-xtut tagħna.", "Irridu jew ma rridux, fl-aħħar il-miżuri li nieħdu fis-settur ta' l-ekonomija tagħna jridu jitrikkbu fuq ir- realta` ekonomika barranija.\".", "Anke llum hekk qed jiġri, u allura għalfejn illum il-kap ta' l-oppożizzjoni qed jiċħad din ir-realta`?", "Aħna m'aħniex maqtugħin mill-pajjiżi l-oħra, u allura jekk f'pajjiżi oħra hemm ir-reċessjoni, din żgur li se tolqotna filwaqt li jekk hemm lukandi li naqsilhom ix-xogħol minħabba r-reċessjoni barranija, dawn bilfors iridu jnaqqsu lill-ħaddiema għaliex m'għandhomx biex iħallsu l-pagi, eżattament kif qal l-Onor.", "Sant fl-1983.", "Fl-istess artiklu, l-Onor.", "Sant kompla jgħid li:", "\"Barra minn hekk, lanqas m'hi ħaġa realistika bħalissa li nistennew xi investiment kbir u ta' malajr fostna magħmul minn ditti barranin.", "Għalkemm għandna nibqgħu nagħmlu ħilitna kollha fil-punent u fil-lvant biex niġbdu lejna l-investimenti ġodda, ma nistgħux nistrieħu biss fuq it-tama għal ħolqien ta' fabbriki u mpjiegi.\".", "Għax dak iż-żmien fil-gvern kien hemm il-Partit Laburista l-Onor.", "Sant qal li ħadd m'għandu jistenna x'investiment mil-lum għal għada.", "Allura llum għaliex id-diskorsi kollha ta' sħabna l-membri ta' l-oppożizzjoni huma fis- sens li l-gvern m'hu qed jagħmel xejn biex ikattar l-investiment?", "Imbagħad kompla hekk:", "\"Ikun ġenn jekk nistennew li l-gvern għandu jaqbad u jimpjega lill- eluf kollha li huma qiegħda.", "Anke iblah jifhem li jekk ma jkollokx xogħol produttiv x'tagħti, malajr tiltaqa' mal-problemi meta tiġi biex tħallas lill-ħaddiema.", "Jekk il-gvern jaqbad u jimpjega lil eluf ta' nies u jħallashom, malajr jifqa' l-Kaxxa ta' Malta u jkollu jżid it- taxxi fuq il-ħaddiema u fuq il-kumpannija, l-ispiża fl-industrija u fit-turiżmu togħla minħabba dawn it-taxxi, jintilfu iktar swieq u iktar kumpanniji Maltin ifallu u jiżdied il-qgħad.\".", "Hawnhekk l-Onor.", "Sant qed jgħid li jkun ġenn jekk naħsbu li l-gvern għandu jimpjega lil kulħadd miegħu.", "Issa hawn ta' min ifakkar li Dr Karmenu Mifsud Bonnici hekk għamel qabel l-elezzjoni ta' l-1987; impjega lil kulħadd mal-gvern.", "Imbagħad f'dak l-artiklu l-Onor.", "Sant għamel numru ta' proposti, u to be fair with him, huwa qal li l-proposti li kellu kienu kontroversjali.", "Per eżempju, huwa ssuġġerixxa li għandhom jitwaqqfu kumpanniji speċjali b'kapital tal-gvern li jkollhom biss sentejn ħajja u li jaħdmu fuq ċerti proġetti tal-gvern, bħall-bdil tal-kanen, tal-katusi ta' l- ilma u tad-drenaġġ tal-pajjiż kollu.", "Jiġifieri dik hi l-viżjoni; inbiddlu l-kanen u l-katusi tad-drenaġġ!", "Huwa żied jgħid li forsi permezz ta' dawn il-kumpanniji, anke l-kanen u l-katusi tad-drenaġġ ikunu jistgħu jinħadmu hawn Malta.", "L-Onor.", "Sant kien ippropona wkoll li jiġu rranġati u llivellat il-blat fil-bajjiet u fix- xtut.", "B'hekk ried joħloq ix-xogħol l-Onor.", "Sant!", "Imma nsomma, dan kien is-suġġeriment tiegħu!", "Imbagħad għax fil- gvern kien hemm il-Partit Laburista, l-Onor.", "Sant issuġġerixxa wkoll li:", "\"Il-kumpanniji jingħataw awtorita` speċjali biex iħallsu pagi lin-nies tagħhom persentaġġ anqas mill-paga minima, imma l-ħaddiema mbagħad ikollhom jedd awtomatiku fil-qsim tal-profitt li l-ewwel iwassalhom sal-paga minima.\".", "X'kien qed jissuġġerixxi l-Onor.", "Sant hawnhekk?", "Kien qed jissuġġerixxi ċ- cheap labour.", "Dik hi s-soluzzjoni li kien ħareġ biha l-kap ta' l- oppożizzjoni meta kien hemm fil-gvern il-Partit Laburista.", "Ried li lill- ħaddiema nagħtuhom iċ-cheap labour.", "Imbagħad f'dan l-istess artiklu l- Onor. Sant staqsa jekk wasalx iż-żmien li niżvalutaw il-lira Maltija għax argumenta li mingħajr it-tnaqqis fil-valur tal-lira l-istandard ta' l- għajxien ta' ħafna ħaddiema xorta waħda naqas.", "Imma l-iktar suġġeriment klassiku ta' l-Onor.", "Sant kien li bħala soluzzjoni ssuġġerixxa li noħolqu ċ- cheap labour billi nwaqqfu kumpanniji għal sentejn biss, il-main shareholder ta' dawn il-kumpanniji jkun il-gvern u nimpjegaw lill-ħaddiema b'paga inqas mill-paga minima.", "Imbagħad illum nisimgħu lill-istess Onor. Sant jgħidilna ara ma mmissux il-kondizzjonijiet tal-ħaddiema!", "Mr Speaker, aħna m'għamilniex dak li ssuġġerixxa l-Onor.", "Sant f'dak l- artiklu li kiteb.", "Aħna żiedna l-vot ta' l-employment and training corporation biex min-naħa tagħha, din tkun tista iżżid il-korsijiet u tkompli tħarreġ lill-ħaddiema.", "Naturalment jekk tistaqsuni jekk huwiex qed isir biżżejjed, jien ngħidilkom li hemm bżonn isir iktar.", "Investejna wkoll fl-infrastruttura ta' l-information technology biex inżidu l-impjiegi f'dan il-qasam.", "Biżżejjed ngħid li llum fl-MCAST hemm madwar 2,500 student jitħarrġu f'iktar minn 100 kors differenti u fl-universita` hemm madwar 8,000 student.", "Is-soluzzjoni tagħna żgur li m'hijiex cheap labour jew li nnaqqsu l-paga tal-ħaddiema bi 15%, kif kien issuġġerixxa l-kap ta' l- oppożizzjoni fl-1983 meta kien hawn ħafna iktar qgħad u meta fil-gvern kien hemm il-Partit Laburista.", "Pero` dawn huma d-double standards tal-kap ta' l- oppożizzjoni; li daqqa jgħid ħaġa u daqqa jgħid oħra.", "Mr Speaker, nixtieq nikkonkludi billi ngħid li s-soluzzjoni la hi l- esaġerazzjoni u wisq inqas hi li nkunu fatalisti.", "Irridu nkunu realistiċi u naraw is-sitwazzjoni kif verament hi għaliex mill-istatistika li tajt jidher li s-sitwazzjoni m'hijiex traġika daqskemm qed ipinġuha l-kollegi tagħna ta' l-oppożizzjoni, u fl-opinjoni tiegħi, is-soluzzjoni żgur li m'hijiex li nniżżlu lin-nies fit-toroq u wisq inqas li nwaqqgħu lill-gvern, kif issuġġerixxa l-Onor.", "Alfred Sant.", "Dan it-tip ta' diskors, bħal dak li għandna nwaqqgħu lill-gvern, ma jġibx xogħol u ma jkattarx investiment imma jżid l-inċertezza.", "Ir-riċetta biex inkomplu nżidu l-qgħad u biex ingerrxu l- investiment huwa li noħolqu dan is-social arrest u noqogħdu ngħidu li issa rridu nwaqqgħu lill-gvern.", "Twaqqa' l-gvern meta l-poplu għadu kif ivvota?!", "Inti aċċettajtha r-rieda tal-poplu, Onor. Sant, jew ma tafx tieħu telfa?!", "Pajjiżna la hu tal-Partit Nazzjonalista biss u lanqas huwa tal-Partit Laburista biss imma huwa tagħna lkoll u għalhekk irridu nindokrawh u nieħdu ħsiebu lkoll kemm aħna.", "Il-kuraġġ tagħna hu li dan il-poplu jħobb u jrid il-kwiet u mhux l-inkwiet għax il-poplu Malti u Għawdxi ma jiħux gost bl- inkwiet.", "Hemm diversi msieħba soċjali li għax għandhom intenzjonijiet tajba u ġenwini lesti li jissieħbu f'patt soċjali biex flimkien infittxu s- soluzzjonijiet li hemm bżonn għal pajjiżna.", "Naturalment dawn l-imsieħba soċjali ma jaqblux mal-gvern f'kollox.", "Allaħares, anzi fejn iħossu l-bżonn jikkritikaw lill-gvern, kif għandu jkun.", "Ta' min jgħid li dawn l-imsieħba soċjali lesti li jingħaqdu mal-gvern madwar mejda u jfittxu s- soluzzjonijiet li hemm bżonn għax jafu li għall-ġid tal-ħaddiem hekk irid isir.", "L-għodda tad-djalogu ġiet ipprovata u ħadmet fil-passat, u llum se terġa` taħdem ukoll.", "Minkejja l-mandat ċar li ksibna fir-referendum u fl- aħħar elezzjoni ġenerali, aħna ta' din in-naħa m'aħniex suppervi u żgur ma nippretendux li nafu kollox.", "Irridu nitkellmu u niddiskutu ma' kulħadd jew ma' min huwa lest li jiddiskuti għax min qiegħed fil-politika u min qiegħed f'xi union - hu min hu u qiegħed f'liema naħa qiegħed - qiegħed hemm biex iservi lill-ħaddiema u mhux biex jisserva bil-ħaddiema.", "M'għandna l-ebda dritt nisservew bil-ħaddiema, speċjalment bl-intenzjoni li nwaqqgħu lill- gvern.", "Ma jilqgħux l-istedina tagħna biex jissieħbu f'patt soċjali dawk biss li f'moħħhom għandhom it-tir li jwaqqgħu lill-gvern għax bi djalogu flimkien naslu, u naslu żgur.", "Bil-marċijiet fit-toroq il-Partit Laburista se jibqa' partit kbir, imma se jibqa' wkoll partit fl-oppożizzjoni.", "Grazzi, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Iktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L- Onor. Abela.", "ONOR JOSEPH ABELA: Sur President, qed niddiskutu bill finanzjarju ieħor li japprova l-estimi li għadna kif iddiskutejna wara l-aħħar budget f'ambitu li xejn m'hu pjaċevoli għax bħalissa l-pajjiż jinsab għaddej minn fażi ta' reċessjoni, fażi daqsxejn diffiċli li ħafna nies kienu ilhom jitkellmu fuqha imma li sfortunatament ftit li xejn sar biex tiġi evitata.", "Fid-diskors tagħhom, sħabi tan-naħa l-oħra għamlu riferenza għall-mod kif il-Gvern Nazzjonalista qed jiffaċċja l-problema li għandu quddiemu bħalissa dwar il-qgħad, dwar in-nixfa ta' investiment li għandu l-pajjiż u dwar problemi soċjali oħra li dawn iġibu magħhom.", "Imma tajjeb ngħidu minn fejn beda l-Partit Nazzjonalista għax aħna li ma twilidniex il-bieraħ u la nafu x'wiret il-Partit Nazzjonalista ta' l-1987 nistgħu nagħmlu ftit analisi ta' l-affarijiet.", "Meta fl-1987 tela' fil-gvern il-Partit Nazzjonalista ma sabx il-problema li l-pajjiż qed jiffaċċja llum, dik ta' dejn enormi u ta' l-imgħaxijiet li qed jinġemgħu fuq dak id-dejn.", "Fil-fatt dak iż-żmien il-pajjiż kien kważi meħlus kompletament mid-dejn u kien hemm ċifra ta' madwar Lm83 miljun f'bonds u stocks tal-gvern li kienu proprju qed jagħmlu tajjeb għal dak id- dejn li kien hemm.", "Jiġifieri kważi Malta kienet ħielsa kompletament mid- dejn.", "Lil tan-naħa l-oħra dejjem nismagħhom igergru li l-pajjiż kien fqir f'dik li hija infrastruttura, pero` kienu sabu set-up li setgħu komplew itejbuh.", "Kienu sabu l-Air Malta, t-Telemalta, l-Enemalta, il-port ta' Marsaxlokk - dan ma kienx għadu żviluppat kif inhu llum - u lil Malta ħielsa, li ma kenitx għadha tiddependi minn fuq l-attivita` militari li jkun hawn fil-port u li kienet ippreparata biex tiffaċċja lid-dinja.", "Fl- industrija tal-manifattura, speċjalment fil-qasam tat-tessuti, il-Gvern Nazzjonalista ta' l-1987 sab lill-STMicroelectronics Ltd., lill-Playmobil Ltd., lill-VF (Malta) Ltd., lill-Medwear Clothing Ltd. u lil diversi kumpanniji li kienu jimpjegaw magħhom eluf kbar ta' ħaddiema f'dan il- qasam.", "Ovvjament kien hemm problemi, u saru żbalji wkoll.", "Per eżempju, kien hemm il-ħtieġa li jittieħdu ideat ġodda sabiex jiġu indirizzati problemi f'diversi oqsma.", "Pero` x'inhi s-sitwazzjoni li ninsabu fiha llum?", "Illum għandna sitwazzjoni fejn il-Partit Nazzjonalista qed jgħidilna: Għaliex qed tagħmlu dan l-għaġeb kollu għax intilfu ftit impjiegi?", "Issa hawn ta' min jgħid li dawn l-impjiegi ntilfu mill-qasam tal-manifattura, f'liema qasam illum hemm kompetizzjoni ħarxa minn ħaddiema li kif qal tajjeb sieħbi tan-naħa l-oħra, l-Onor.", "Mario Galea, qed jaħdmu bix-xejn, u l-paga tal-ħaddiem Malti, meta kkomparata mal-paga ta' dawn il-ħaddiema, hija għolja wisq.", "Għalhekk il-prodott li qed jiġi esportat minn pajjiżna qed ikun jiswa ħafna iktar mill-prodott magħmul f'pajjiżi oħra, bħaċ-Ċina, l-Indja, il-Pakistan u l-Bangladesh.", "Ikun tajjeb jekk inħarsu wkoll x'inhu jiġri fil-pajjiżi l-oħra.", "Per eżempju, din il-ġimgħa kont qiegħed naqra \"The Economist\" ta' Settembru ta' l-2003, u fiha jintqal li:", "\"Politicians love manufacturing because it provides lots of visible reasonable well-paid jobs.", "That is why American states fight each other with subsidies to lend each new Japanese car assembly plant, and central European countries do the same knowing that no new car factories will be built in Western Europe.\".", "Hawnhekk \"The Economist\" qed jgħidilna li għax is-settur tal-manifattura jipprovdi mpjiegi li jidhru u li joffru paga tajba l-Amerikani u l-pajjiżi ta' l-Ewropa ċentrali qed jaraw kif jistgħu jattiraw lejhom, permezz ta' sussidji, industriji li jibnu l-karozzi sabiex proprju jinħoloq ix-xogħol.", "Jien qed nagħti dan l-eżempju biex nuri li min kien jagħti l-idea li qabel l-1987 il-pajjiż kien qisu xi pajjiż tat-tielet dinja, kien qed jagħti idea żbaljata politikament u ma kienx onest mal-Maltin u l-Għawdxin.", "Jekk irridu nkunu bbilanċjati rridu ngħidu li kulmin ikun fil-poter jagħmel il-ġid, u dan irridu nirrikonoxxuh.", "Li inti tgħid li fl-1987 sibt pajjiż tat-tielet dinja tkun qed tgħid gidba għax kien proprju qabel l-1987 - u hawn qed nirriferi b'mod partikolari għas-sebgħinijiet - li nġabet dik l-industrija li llum qed nitilfuha, u hemm ħafna mistoqsijiet x'wieħed jagħmel għaliex qed nitilfu lil din l-industrija.", "Per eżempju, għalfejn f'daqqa waħda qed iżarmaw dawn il-fabbriki kollha?", "Għaliex it-turiżmu mar daqstant lura?", "Jekk ma jkunx hemm lok li wieħed jagħmel dawn il-mistoqsijiet x'oppożizzjoni tkun?", "X'oppożizzjoni tkun jekk ma tiġbidx l-attenzjoni li hemmhekk hemm żball u li xi ħaġa sejjer ħażin?", "Dak iż-żmien konna nisimgħu ħafna bil-money no problem, u kellu raġun il- Gvern Nazzjonalista jgħid money no problem għax dak iż-żmien li tela' hu ma sabx il-problema tad-dejn li sab ma' wiċċu l-gvern ta' l-Onor.", "Alfred Sant fl-1996.", "Forsi wħud minn dawk li qed jisimgħuni qed jgħidu: Imma dan kif qed jeħoidna lura lejn l-1987 meta qegħdin fl-2004, għandna familji li qed jitilfu x-xogħol tagħhom, ninsabu fuq l-għatba ta' l-Unjoni Ewropea, irridu naraw kif se nirristrutturaw il-pajjiż u nagħtu futur lil uliedna, irridu nsibu t-tifsira tas-sovranita` ta' pajjiżna?", "Dawn x'affarijiet huma?!", "Pero' jiena ngħidilhom: Jekk illum qed ngħidu li jeħtieġ li nsiru kompetittivi rridu naraw x'għamilna tul dan iż-żmien kollu biex insiru kompetittivi.", "Saru affarijiet, mela ma sarux.", "Sar investiment fl- informatika, tjiebet is-sistema tat-telekomunikazzjoni, tjiebu ċertu servizzi essenzjali, bħalma huma l-ilma u d-dawl, u sar investiment fihom.", "Dan aħna nirrikonoxxuh.", "Imma l-prezz għalihom x'kien, meta naraw id-dejn kbir li l-Partit Nazzjonalista għabba lil uliedna bih?", "Aħna niftakru x'kienu jgħidulna fi żmien is-sebgħinijiet u t-tmeninijiet.", "Niftakarni daqsxejn ta' żagħżugħ insegwi t-television u nisma' lill-ministru tal- finanzi ta' dak iż-żmien, lin-nutar Dr George Bonello du Puis jgħidilna li missier li jkun irid jeduka lill-uliedu jiddejjen, u wliedu jbierku d-dejn li jkun għamel għax ikun investa fihom.", "Imma llum nistgħu ngħidu l-istess ħaġa?", "Nistgħu ngħidu li d-dejn kien proprju l-investiment li għedna li jrid ikollna llum?", "Il-poplu qiegħed jieħu s-servizz li jippretendi li għandu jieħu bit-taxxi li qed iħallas?", "Il-ġimgħa l-oħra fil-public accounts committee kellna magħna lill-awditur ġenerali, li ġie jippreżenta r-rapport annwali tal-ħidma tiegħu, u jien staqsejtu kif isiru l-investigazzjonijiet li jagħmel.", "Fil-fatt minn hawn nixtieq nieħu l-okkażjoni li nifraħlu għax bir-riżorsi limitati li għandu tassew jagħmel ħafna xogħol, u għalkemm in-nies li hemm jaħdmu miegħu, li għandhom il-professjoni ta' l-accountancy, huma mħallsin tajjeb, meta kkomparati ma' ħaddiema oħra tal-gvern u meta wieħed janalizza kemm jaqilgħu normalment in-nies li għandhom il-professjoni ta' l-accountancy jsib li dawk li qed jaħdmu ma' l-awditur ġenerali huma verament imħallsin bil-ftit.", "Madanakollu meta waqt dik il-laqgħa staqsejt lill-awditur ġenerali kif ikun jaf x'inhu jiġri fl-isptarijiet bqajt imbellah meta l- awditur irrispondieni li l-uffiċċju tiegħu ma kienx konxju li f'kull ward ta' l-isptar hemm kamra msejħa treatment room li qisha takeaway għax, nurses u m'humiex, kulħadd jieħu l-pilloli, m'hemm kontroll ta' xejn u kollox huwa taħt ir-responsabbilta` ta' bniedem wieħed li huwa n-nursing officer.", "Allura aħna kif nistgħu ngħidu li verament qed isir kontroll fuq l-infiq li jsir?", "Terġa` hawnhekk aħna qed nitkellmu fuq gvern li ilu s- snin jippriedka fuq kif se jżid l-awtonomija fid-dipartimenti tal-gvern u ilu għal amministrazzjoni wara l-oħra jgħid li se jirriforma liċ-ċivil.", "Imma llum x'għandna?", "Illum għandna sitwazzjoni fejn għandna sptar wieħed biss li għandu cost centre, u hawn qed nirriferi għall-isptar Monte Carmeli, għax mill-bqija l-isptarijiet l-oħra għadhom ma jafux xi tfisser awtonomija.", "Issa hawnhekk wieħed irid ifakkar li dan il-gvern, jekk jagħmel din il-leġislatura kollha, ikun ilu fil-gvern għal 20 sena sħaħ.", "M'ilux l-uffiċċju nazzjonali ta' l-istatistika wera t-tħassib tiegħu għall- fatt li skond l-istatistika, iktar ma jgħaddi ż-żmien il-poplu Malti u Għawdxi iktar qed isir poplu li jiddejjen.", "Fil-fatt dan l-uffiċċju sab li bejn l-1994 u l-2002 iktar ma kien kbir id-dejn inqas kien hemm twelid tat- tfal.", "Aħna nafu li dan se jħalli effett dirett fuq il-pensjonijiet.", "Nafu wkoll, anke mill-aħħar retail price index, li l-proprjeta` kienet waħda minn dawk l-affarijiet li komplew jogħlew, u allura, b'konsegwenza ta' dan kompla jogħla wkoll l-ammont ta' flus li ż-żgħażagħ iridu jissellfu mill-banek sabiex ikunu jistgħu jakkwistaw id-dar tagħhom.", "Naturalment iż- żgħażagħ tagħna mhux dejjem qed ikunu jifilħu għal dawn il-piżijiet, pero` qed ikollhom jidħlu għalihom minħabba l-kultura li ħallejna titrabba matul iż-żminijiet u li l-gvern qatt ma ta eżempju tajjeb dwarha; dik li inti tissellef illum u tħallas għada.", "Hawnhekk saret bidla kulturali kbira għax il-poplu Malti tagħna ma kienx hekk.", "Il-poplu Malti kien magħruf bħala poplu li jaf ifaddal, pero` llum qed insibu li iktar ma jgħaddi ż-żmien iktar qed isir poplu midjun.", "Ta' min jgħid ukoll li llum il-Maltin u l- Għawdxin m'humiex qed jiddejnu biss fuq il-proprjeta` - għax li kieku d- dejn qed isir biss fuq il-proprjeta`, wieħed ikun jista' jġib l-argument li sa ċertu punt il-poplu qed jagħmel ċertu investiment - imma anke fuq affarijiet personali, bħal ngħidu aħna, fuq il-karozzi, fuq l-għamara, fuq is-safar u fuq ħafna affarijiet oħra tant li llum nistgħu ngħidu li l-banek saru litteralment jieklu l-paga tan-nies.", "X'jista' jagħmel il-gvern, Sur President, quddiem sitwazzjoni bħal din?", "Jien naħseb li waħda mill-ikbar problemi li kellu l-Gvern Nazzjonalista tul l-amministrazzjoni tiegħu kienet li ta importanza lill-iżvilupp ekonomiku filwaqt li injora kompletament l-iżvilupp soċjali.", "Issa ħalli niftiehem tajjeb; jien m'iniex qed ngħid li injora l-iżvilupp soċjali kompletament fis-sens li ma kompliex iżid xi ħaġa mas-servizzi soċjali li kien hawn.", "Pero` fl-1987, meta Malta rat ix-xemx għax tela' fil-gvern il-Partit Nazzjonalista, dan sab palazz ta' servizzi soċjali, fosthom il- pensjonijiet, iċ-children's allowance, l-iskejjel b'xejn, is-servizzi tas- saħħa b'xejn u akkomodazzjoni għan-nies b'xejn, jiġifieri l-pedamenti kienu kollha hemmhekk.", "Imma x'ġara matul dawn l-aħħar snin?", "Matul dawn l-aħħar snin rajna enfasi kbira fuq dak li nikkonsmaw u fuq il-liberalizzazzjoni tal-kummerċ.", "Dan huwa pożittiv għax huwa tajjeb li wieħed ikollu l-għażla, pero` mbagħad ma ħadniex ħsieb biżżejjed l-impatt soċjali u ma qgħadniex attenti biżżejjed biex ma noħolqux effetti negattivi bil-konsegwenza li llum spiċċajna f'sitwazzjoni fejn dak li konna niftaħru bih qiegħed jitmermer bil-mod il- mod.", "Iktar ma jgħaddi ż-żmien, in-numru ta' single mothers iktar qiegħed jiżdied, u l-familja, li qabel konna nqisuha bħala l-pedament tas-soċjeta`, iddgħajfet mhux bi ftit.", "Biżżejjed insemmi n-numru ta' separazzjonijiet li kulma jmur iktar qed jiżdied.", "Forsi hawn wieħed jistaqsi: Għaliex qed ngħid dan?", "Qed ngħid dan għax pajjiż ma jitkejjilx biss minn kemm jagħmel flus.", "Il-fibra ta' pajjiż titkejjel ukoll minn kemm il-familji jkunu b'saħħithom, minn kemm pajjiż huwa kapaċi jieħu ħsieb lil dawk li huma l-iktar vulnerabbli u minn kemm huwa kapaċi jieħu ħsieb li l-pajjiż ma jilħaqx livelli ta' faqar, anzi kemm jista' jkun il-faqar jeliminah għal kollox.", "Kien proprju għalhekk li llejla aħna morna nagħtu s-solidarjeta` tagħna lill-GWU waqt id-dimostrazzjoni li għamlet kontra l-qgħad.", "Ridna nfakkru lill-gvern li huwa qiegħed fil-poter biex quddiem is-sitwazzjoni li ninsabu fiha llum jagħmel xi ħaġa u jieħu xi forma ta' inizjattiva.", "Issa qed jistednuna biex ninġabru madwar mejda?!", "Meta fl-1996 il-Partit Laburista tela` fil-gvern kulħadd jafu kemm qagħad attent li ma jsirux transfers vendikattivi.", "Kulħadd jaf kemm qagħad attent biex jiġi utilizzat kulmin b'xi mod jew ieħor jista' jagħti kontribut lill- pajjiż u biex joħloq djalogu ma' kulħadd biex kulħadd iħossu li qed jipparteċipa.", "Ta' min jgħid ukoll li dak iż-żmien il-Partit Laburista kien tela' fil-gvern bil-premessa li ma jdaħħalx lill-Malta fl-Unjoni Ewropea, u huwa kien ħareġ l-id tal-ħbiberija u kien stieden lill-Partit Nazzjonalista sabiex jipparteċipa fin-negozjati għal żona ta' kummerċ ħieles li kien qiegħed jagħmel.", "Pero` din l-istedina qatt ma kienet ġiet milqugħa.", "U x'kien ir-riżultat?", "Ir-riżultat kien li fl-1998 kellna oppożizzjoni li mhux talli ma rrikonoxxietx li ħalliet il-piż tad-dejn lill-Gvern Laburista imma talli qatt ma riedet tammetti li l-problema tad-dejn kienet ikkaġunata minnha stess meta kienet hi fil-gvern.", "Dak iż-żmien li konna nisimgħu kien li d-dejn fil-pajjiż sploda għax l-Onor.", "Alfred Sant ma jridx idaħħal lil Malta fl-Unjoni Ewropea u li l-qgħad qiegħed jiżdied għax hawn l-inċertezza u għax l-Onor.", "Alfred Sant neħħa l-VAT.", "Dak iż-żmien ma setgħetx issir diskussjoni bilanċjata, u konna naraw li meta l-Gvern Laburista kien jieħu xi inizjattivi pożittivi, l-oppożizzjoni kienet tara kif se timminahom u tirredikolahom.", "Illum il-Gvern Nazzjonalista qed jgħid lill-poplu li s- sitwazzjoni li qegħdin fiha hija normali għax il-fenomenu tal- globalizzazzjoni qed iħalli l-effetti tiegħu, hemm ċerti pajjiżi li l- ħaddiema tagħhom jitħallsu biċ-ċiċri u allura aħna ma nistgħux nikkompetulhom minħabba li l-ħaddiema tagħna għandhom livell ta' għajxien ogħla minnhom u allura l-pagi tagħhom huma ikbar bil-bosta.", "Sur President, huwa normali li fl-ewwel sena tal-leġislatura u meta fl-1 ta' Mejju ta' din is-sena Malta se tidħol fl-Unjoni Ewropea ikollok gvern li diġa` huwa mċappas bi tliet każi li spiċċaw fil-media b'mistoqsijiet kbar ta' korruzzjoni?!", "L-ewwel każ kien dak tal-fondazzjoni għall-iskejjel ta' għada fejn suppost sar investiment sabiex nippreparaw lill-istudenti tagħna għad-dinja tax-xogħol imma minflok marru tajjeb l-istudenti, marru tajjeb dawk il-kuntratturi, ħbieb tal-ħbieb, li ngħataw kuntratti minn din l-istess fondazzjoni.", "Imbagħad kellna wkoll il-każ tar-radju tal- Mediterran fejn intnefqu eluf ta' liri f'websites u f'ħafna affarijiet minn dawn u kollox baqa' għaddej.", "Kellna wkoll l-iktar każ klassiku, dak ta' l- apparat mediku ta' l-isptar il-ġdid fejn dik il-kumpannija li oriġinarjament il-bord ta' l-appell kien qal li m'għandhiex tieħu l- kuntratt spiċċat ħadet il-kuntratt hi.", "Hemm min qalilna li m'għandniex għalfejn nagħmlu mistoqsijiet fuq dan il-każ, pero` jekk ma nagħmlux mistoqsijiet fuq dan il-każ fuqhiex se nagħmlu mistoqsijiet?", "Fuq xejn, u nħallu lill-gvern imexxi kollox hu u aħna noqogħdu kwieti kwieti d-dar nagħmlu bħalma qalulna xi wħud; nibdew nivvotaw bl-e-mail mid-dar u b'hekk niffrankaw milli noqogħdu niġu f'dan il-parlament!", "Sur President, tan-naħa l-oħra pinġewlna l-privatizzazzjoni bħala xi ħaġa sabiħa li għandu jagħmilha kulħadd u li għandha ssir fl-interess tal- konsumatur u tal-gvern, pero` għandna eżempju ċar tal-konsegwenzi li tħalli warajha l-privatizzazzjoni.", "Huwa biżżejjed li nħarsu lejn il-każ tal-Mid- Med Bank li nbiegħ bix-xejn lill-kumpannija kbira ta' l-HSBC u llum il- konsumatur qed ikollu jħallas charges fenominali biex iżomm kont miftuħ f'dan il-bank.", "Daqshekk mar tajjeb il-konsumatur!", "Dak titjib li sar fil- qasam bankarju permezz tal-privatizzazzjoni!", "Tant sar titjib fil-qasam bankarju permezz tal-privatizzazzjoni li llum għandna bank li għandu l- monopolju u allura minflok għandna sitwazzjoni ta' kompetizzjoni, għandna sitwazzjoni ta' bank wieħed li jiddetta xi jsir kważi fis-setturi kollha tal-qasam bankarju.", "Meta jkun qed jitkellem dwar il-privatizzazzjoni wieħed ma jistax ma jsemmix il-każ klassiku tal-Maltapost.", "X'ġara mis-servizz li kienet tagħti qabel il-Maltapost.", "Per eżempju, sa ftit tal-ġranet ilu jien kont għadni qiegħed nirċievi l-kartolini tal-Milied.", "Illum tibgħat ittra reġistrata u sakemm tasal għand min tkun tridha tasal tilħaq tinsa li tkun bgħattha!", "Imma x'kienet l-ewwel miżura li ttieħdet hekk kif il-posta ġiet ipprivatizzata?", "L-ewwel miżura li ttieħdet kienet li tnaqqsu l-ħaddiema, bħalma jiġri s-soltu.", "Imbagħad bdejna nisimgħu b'kelma sabiħa mmens; il- kelma \"ristrutturar\"!", "Bir-ristrutturar suppost wieħed jipprepara n-negozju tiegħu għall-isfidi tal-ġejjieni billi jimmodernizzah u għalhekk bdejna nieħdu l-ewwel miżura biex nirristrutturaw u b'hekk insolvu problema kbira.", "U x'taħsbu li kienet din il-problema kbira?", "Il-ħaddiema!", "Fil-fatt din rajnieha f'diversi oqsma għax il-problema dejjem tkun il-ħaddiema u mhux il- management, li jkun qed jaqla' eluf kbar ta' liri.", "Issa għandna white paper dwar iċ-ċivil, pero` din il-white paper setgħet ma saret xejn għax il- problema dejjem tkun il-ħaddiema.", "U biex insolvu l-problema tal-ħaddiema x'qed nagħmlu?", "Qed nagħmlu a public private partnership u nonfqu Lm3.5 miljun biex nagħmlu pjaċir lill-kumpannija tal-landscaping ta' Calamatta u lil kumpanniji oħra u nagħtuhom kuntratt kbir.", "Imma dan mhux kollox għax imbagħad, minn fuq li għamilniehom miljunarji, tajniehom ukoll il-premju ta' ġieħ ir-Repubblika.", "Jiġifieri dawn minflok ma taw lill-patria huma, il- patria tathom Lm3.5 miljun u mbagħad reġgħet tathom premju tal-kontribut li taw.", "Dawn huma affarijiet u konċetti li ma jitwemmnux.", "Issa ejjew naraw x'ġara bil-politika ta' public private partnership.", "L-ewwel ħaġa li għamilna hija li tfajna lill-ħaddiema tal-gvern mal- kumpannija ta' Calamatta u filwaqt li qabel dawn il-ħaddiema ma kellhomx riżorsi, illum ovvjament għandhom riżorsi għax il-kumpannija ta' Calamatta għandha budget kbir minn fejn tonfoq u taħli biex tagħmlilna l- embellishment - din hija kelma sabiħa li drajna nużawha llum - u tibdlilna lil Malta fi ġnien sabiħ!", "Fil-fatt qabel l-elezzjoni din il-kumpannija rnexxielha tibdlilna lil Malta fi ġnien sabiħ verament, imbagħad ir-ritmu beda jnaqqas u wara ftit żmien reġa` beda jżid tant li fil-Kappara biss tħawlu 14-il palma.", "Madanakollu, għalkemm issa suppost li qed nirristrutturaw b'public private partnership, xorta waħda għadna naraw għaxar ħaddiema f'roundabout waħda.", "Qalulna wkoll li jridu jirristrutturaw it-tarzna.", "Pero` minflok ma pprovajna nirristrutturaw lit-tarzna billi ħarriġna lill-ħaddiema u rajna kif se nġibulhom iktar xogħol, l-ewwel m'għamilna kien li rajna kif se neħilsu mill-ħaddiema.", "Għalhekk il-gvern qabad 900 ħaddiem tat-tarzna, waqqaf kumpannija bl-isem ta' Industrial Projects Limited, biex jagħti l- impressjoni li l-ħaddiema li se jkunu jaħdmu f'din il-kumpannija se jkunu produttivi, u tefa' lill-ħaddiema f'din il-kumpannija.", "U llum dawn il- ħaddiema fejn spiċċaw?", "Ħarsu madwarkom u taraw għexieren ta' ħaddiema mingħajr l-ebda sens ta' leadership, mingħajr l-ebda sens ta' direzzjoni u mingħajr l-ebda sens ta' gwida jagħmlulek ġurnata sħiħa fl-istess post jibnu xi ħajt.", "Pero` l-istrateġija tal-gvern hi li jgħid li għandna ħafna ħaddiema żejda u mhux kif se nġibu iżjed xogħol għal dawn il-ħaddiema biex nagħmluhom iktar produttivi.", "Fil-każ tat-tarzna saru oxxenitajiet kbar.", "Biżżejjed ngħid li kien hemm ħaddiema li huma kapaċissimi, li huma skilled u li huma tas-sengħa li ntbagħtu jaqtgħu l-ħaxix ħażin mal-kunsilli lokali.", "Jien naf ħaddiem tat- tarzna li kien fitter, u dan dejjem għamel xogħlu sew u qeda dmiru, pero` dan m'għaddix mill-assessment li sar lill-ħaddiema tat-tarzna meta ġew biex inaqqsu l-ħaddiema.", "Fost il-ħaddiema li m'għaddewx minn dan l-assessment li għamlu l-esperti - kulħadd huwa espert u minkejja dan, dawn jagħmlu r- rapporti u ma jwassluna mkien - kien hemm Jesmond Tanti.", "Jiena dħakt meta qrajt l-isem ta' Jesmond Tanti għax dan kien ġie nnominat mill-kunsill tal- Malta shipbuilding bħala l-ħaddiem tas-sena.", "Allura l-ħaddiema tat-tarzna mhux bilfors iħossuhom frustrati?", "L-Onor.", "Galea qalilna li l-irvell li għamlu l-ħaddiema tat-tarzna tellef lit-tarzna kuntratt ta' Lm1 miljun.", "Lill-Onor.", "Galea jien ngħidlu: Jekk dawn l-istess ħaddiema jibdew jisimgħu li fi ftit taż-żmien ieħor 300 oħra minnhom se jispiċċaw 'il barra, kif jista' jkun li dawn jibqgħu kwieti?", "Kif jista' jkun li dawn il-ħaddiema ma jiġuhomx mistoqsijiet f'moħħhom u ma jistaqsux x'se jiġri minnhom?", "Kif jista' jkun li dawn il-ħaddiema ma jistaqsux lil sħabhom jekk b'dak il- ftehim li ffirmaw issalvagwardawx il-pożizzjoni tagħhom?", "Kif jista' jkun li ma jinkwetawx?", "Dan m'huwiex kollox, Mr Speaker, wieħed irid iħares ukoll lejn l-imgħax li l-gvern qed ikollu jħallas fuq id-djun li għandu.", "Ta' min jgħid ukoll li dawn id-djun mhux qegħdin jonqsu għax jekk inħarsu lejn l-ispiża tal-gvern u lejn is-servicing tad-dejn insibu li dawn qegħdin jiżdiedu.", "Għalhekk meta nisimgħu dikjarazzjonijiet bħal dik li għamel il-prim ministru meta qal li x'ħin jisma' kemm ġej jiswa l-isptar il-ġdid jitwaħħax, xi tkun l- implikazzjoni?", "Mhux li nibdew ngħidu li s-servizzi tas-saħħa mhux se jibqgħu jingħataw b'xejn, kif kien isir sal-lum!", "Smajna wkoll lill- ministru tas-saħħa jgħid waqt intervista wara l-budget li billi nieħdu pilloli ftit differenti u ma jkunux the latest jew billi min ikun jista' jħallas, jibda jħallas, mhux se taqa' d-dinja.", "Dan ifisser li s-servizzi tas-saħħa m'humiex se jibqgħu jingħataw lil kulħadd b'xejn u se jibda jkollna sptar għal tal-first class u sptar għal tas-secondclass; tal-fast track u ta' l-oħrajn, li jimxu iktar bil-mod.", "Fil-fatt din diġa` qed tiġri għax is-sitwazzjoni fl-isptar tagħna diġa` bdiet sejra lura.", "Huwa għalhekk li aħna llum ipprotestajna, għax jidhrilna li dak kollu li qed jgħidilna l-gvern biex nagħmlu llum suppost diġa` għamilnieh.", "Dan m'huwiex xi gvern li twieled il-bieraħ imma ilu hemmhekk mill-1987 b'intervall żgħir ta' sentejn, u aħna nħossu li dan kien gvern li illuda lin-nies b'ħafna ħmerijiet.", "Dan kien gvern li daħħal f'moħħ il-poplu konċetti żbaljati, fosthom li l-Unjoni Ewropea se ssolvielna l-problemi tagħna.", "Issa hawnhekk jien m'iniex qed nirriferi għad-diskussjoni akkademika li kienet issir fl-universita` imma għal kif kien jasal il- messaġġ għand il-ħaddiema u għand il-poplu Malti u Għawdxi kollu, u għalhekk illum in-nies qed iħossuhom ingannati minn gvern li jinsab għajjien u li għandu bżonn sostitut.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Iktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, wasalna fl-aħħar tad-diskussjoni fuq dan l- abbozz ta' liġi, u jekk wieħed jinnota kemm kien hemm kelliema min-naħa tal- gvern li ħadu sehem f'dan id-dibattitu kif ukoll b'liema mod tkellmu wieħed mill-ewwel jinduna li l-affarijiet m'humiex sbieħ.", "Għaliex?", "Għaliex kieku l-affarijiet huma sbieħ ibqgħu ċerti li kienu jqumu jitkellmu l-membri kollha tan-naħa tal-gvern.", "Kulħadd jaf kemm iħobbu jdoqqu t-trombi, kemm iħobbu jiftaħru u kemm iħobbu jkabbru l-affarijiet biex jidhru sbieħ.", "Għalhekk il-poplu Malti u Għawdxi li kien qed jisma' dan id-dibattitu żgur li nduna li mhux qed jiġu attwati dawk il-ħafna wegħdiet, li lill-poplu kienu jinżlulu għasel, li kienu jsiru qabel l-elezzjoni.", "Dak iż-żmien kien jingħad li hekk kif jerġa' jitla' fil-gvern il-Partit Nazzjonalista, il- pajjiż kien se jwarrad u kien se jkollna rebbiegħa ġdida.", "Madanakollu dawk il-kelliema tan-naħa l-oħra li għamlu l-intervent tagħhom matul dan id- dibattitu għażlu li jitkellmu b'ingann, bħalma għamlu qabel l-elezzjoni, billi għamlu ċertu diskors li jħawwad l-imħuħ b'mod li wieħed ma jkunx jaf x'inhi l-verita`.", "Fil-fatt lill-membri tan-naħa l-oħra naqlagħlhom il- kappell għal dan il-metodu li jużaw għax huma esperti fil-mod kif iħawdu lill-poplu u jġiegħluh jibla' l-karrotta.", "Jekk min-naħa l-oħra, il-poplu sema' d-diskors tal-kelliema ta' l-oppożizzjoni, żgur li rrealizza kemm dak li ġie mwiegħed qabel l-elezzjoni mill-membri tan-naħa l-oħra kien ingann u kemm id-diskorsi u l-ispjegazzjonijiet li kienu jagħmlu l-membri ta' l- oppożizzjoni kienu reali.", "Bla dubju ta' xejn is-sitwazzjoni mwiegħra li jinsab fiha pajjiżna llum qed tolqot ħażin liċ-ċittadini Maltin u Għawdxin kollha.", "Pero` ovvjament l- iktar li qed jintlaqat huwa ż-żgħir.", "F'dan il-każ m'hemmx kuluri għax kulħadd qed jintlaqat minn din is-sitwazzjoni mwiegħra li jinsab fiha pajjiżna.", "Forsi jista` ikun hemm xi ħadd tal-qalba sew li jkollu lil min jipproteġih biex ma jintlaqatx, imma fil-pajjiż tant għandna kriżijiet li qed jintlaqat minnhom kulħadd kemm naħa kif ukoll oħra.", "Għalhekk aħna, bħala oppożizzjoni u bħala partit li dejjem iġġelidna għall-ħaddiem qed niddefendu lill-ħaddiem, hu x'inhu l-kulur tiegħu u hu x'inhu t-twemmin tiegħu, għaliex ma rridux li l-ħaddiem jiġi mkasbar.", "Ma rridux lanqas li niġu f'estremita` li jkun hawn nies jittallbu jew imutu bil-ġuħ, għalkemm din is-sitwazzjoni ma tidhirx daqstant fil-bogħod.", "Kif kulħadd jaf, illum bil-paga minima mhux talli ma tistax tgħix ta' sinjur imma talli lanqas ikollok biex tgħaddi u tgħix suret in-nies, aħseb u ara kemm jistgħu jgħixu b'mod diċenti dawk il-ħaddiema li, kuntrarjament għal dak li ġew imwiegħda qabel l-elezzjoni, spiċċaw bla xogħol!", "Ħafna minn dawn il-ħaddiema huma kapijiet ta' familji jew żgħażagħ.", "Hawn ta' min isemmi wkoll lil dawk il- koppji li għadhom jiżżewġu u li minbarra li jeħtieġu l-flus biex jgħajxu lilhom infushom, għadhom iħallsu l-loan tad-dar li xtraw biex ikunu jistgħu jiżżewġu.", "Minn dawn il-kriżijiet kbar jinsab għaddej pajjiżna llum.", "Mr Speaker, bir-raġun kollu l-oppożizzjoni qed tipprova tiftaħ għajnejn il- gvern fuq is-sitwazzjoni li jinsabu fiha l-ħaddiema u fuq is-sitwazzjoni li jinsab fiha pajjiżna llum, u qed titkellem b'mod ċar u qed tgħid il- verita`.", "L-oppożizzjoni m'hijiex qed tagħti tort lill-ħaddiema jew lil dawk li vvotaw lill-Partit Nazzjonalista fl-aħħar elezzjoni għas- sitwazzjoni li jinsab fiha pajjiżna llum, imma qed tagħti tort lill-gvern, li qabel l-elezzjoni rnexxielu jinganna lill-poplu u issa, minħabba li huwa gvern inkompetenti, telaq lil pajjiżna għal riħu.", "Minkejja din is- sitwazzjoni, il-membri tan-naħa l-oħra moħħhom f'affarijiet li m'għandhom x'jaqsmu xejn ma' l-interess ta' pajjiżna, moħħhom biss f'min se jieħu t- tali kariga u f'min se jkun responsabbli fit-tali ħaġa bil-konsegwenza li lill-pajjiż telquh u l-poplu Malti u Għawdxi qiegħed jitkisser.", "L-oppożizzjoni ma spjegatx is-sitwazzjoni mwiegħra li jinsab fiha l-ħaddiem u kkritikat lill-gvern Nazzjonalista għall-ingann u għall-falliment tiegħu u waqfet hemm.", "Imma għamlet bħalma għamlet qabel l-elezzjoni fejn permezz tal-manifest elettorali tagħha kienet uriet triq ċara għal pajjiżna biex biex l-aspett soċjali jimxi 'l quddiem u biex il-ħaddiem ikollu d-dinjita` tiegħu.", "Illum aħna qed nerġgħu ngħidu lill-gvern Nazzjonalista biex jekk m'huwiex kapaċi jwarrab.", "Aħna diġa` wrejna lill-poplu f'liema kriżi se jiġi l-pajjiż jekk jibqa' jkun hemm il-Partit Nazzjonalista fil-gvern.", "F'pajjiżna hawn familji li minħabba li tilfu l-impjieg u m'għandhomx opportunita` li jsibu xogħol li qegħdin f'sitwazzjoni li ma jistgħux iħallas il-kontijiet tad-dawl u tat-telephone u allura jaqtgħulhom is- servizz.", "Hemm min għandu bżonn mediċina u ma jistax jixtriha għax m'għandux minn fejn.", "Hemm min saħansitra qiegħed f'sitwazzjoni li ma jistax jagħti lill-uliedu ikel biżżejjed biex dawn jitilgħu b'saħħithom.", "Din hija sitwazzjoni li l-poplu Malti u Għawdxi jaf li teżisti, pero` għal dan il- gvern din il-problema qisha ma teżistix.", "MR SPEAKER: Onor. Mizzi se jkolli nwaqqfek għax sar il-ħin.", "Se tibqa' in possession.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Iva, se nibqa' in possession, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Nitlob lis-segretarju parlamentari l-Onor.", "Anthony Abela biex, jekk jogħġbu, iressaq l-aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Sur President, nipproponi l-aġġornament tal-Kamra għal għada l-Erbgħa, 28 ta' Jannar, 2004 fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Abbozz ta' Liġi li Jimplimenta Miżuri ta' l-Estimi – Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili (Emenda Nru 2) - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att dwar l-Amministrazzjoni Finanzjarja u l- Verifika – Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Reġistru Ċentrali - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Ilsien Malti - Tieni Qari; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar ir-Rifuġjati – Tieni Qari.", "------------------------------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Herrera.", "ONOR.", "JOSE` HERRERA: Mr Speaker, illum għall-ewwel darba kelli kawża quddiem il-qorti tal-familja li għadha kemm twaqqfet, u għandi ilment li naħseb li ma jaffettwax biss lill-klassi legali u lill-membri tal- ġudikatura imma liċ-ċittadini Maltin kollha li xi darba jew oħra jkollhom jirrikorru għall-qorti.", "Għalhekk ħassejt li kelli nesprimi l-aggravju tiegħi hawnhekk għax inħoss li dan huwa iktar minn ilment.", "Sa ftit tax-xhur ilu bejn l-annexe li fih isiru s-seduti li għandhom x'jaqsmu mal-familja u l-qorti proprja li fiha jsiru seduti oħra kien hemm bridge, u b'hekk dak l-avukat li kien ikollu kawża ordinarja għaddejja fil- qorti u fl-istess ħin kien ikollu għaddejja wkoll kawża oħra ta' separazzjoni faċilment seta' jaqsam mill-qorti għall-annexe jew vice versa.", "Ta' min jgħid li dan il-bridge kienu jużawh ukoll l-uffiċjali ta' l- imħallfin, is-segretarji, il-messaġġiera u l-purtinara.", "Imma f'daqqa waħda, u ma nafx għal liema raġuni, il-gvern elimina dan il-bridge, u dan l-att jien ħassejtu bħala wieħed ta' nkejja, partikolarment lejn il-klassi legali.", "Naħseb li l-ministru Tonio Borg u s-segretarju parlamentari l- Onor. Carmelo Mifsud Bonnici riedu jagħmlu att ta' inkejja u att kbir ta' disprezz lejn il-klassi legali, lejn il-ġudikatura Maltija kif ukoll lejn iċ-ċittadini Maltin għax b'hekk neħħew il-komunikazzjoni li kien hemm bejn il-qorti u l-annexe bil-konsegwenza li aħna l-avukati, biex inlaħħqu kemm mas-seduti li jkunu għaddejjin il-qorti kif ukoll mas-seduti li jkunu għaddejjin fl-annexe, qed ikollna noħorġu barra t-triq lebsin it-toga.", "Jgħidu x'jgħidu l-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici u l-Onor.", "Tonio Borg, huwa impossibbli li avukat jaħdem biss fuq kawżi familjari għax wara kollox Malta għandha biss popolazzjoni ta' 400,000 ruħ u mhux ta' 20 miljun ruħ fejn allura avukat ikun jista' jaħdem fuq settur wieħed tal-ġudikatura.", "Għalhekk din hija azzjoni vendikattiva daparti ta' l-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici u ta' l-Onor.", "Tonio Borg li neħħew dan il-bridge bħala att ta' nkejja u umiljazzjoni lejn il-klassi legali u l-ġudikatura Maltija.", "Nistħajjilna qisna ħmir mexjin fit-triq lebsin it-toga biex immorru mill- qorti għall-annexe jew vice versa, u dan biex ma nsemmix ukoll li b'dan il- mod lanqas qed inlaħħqu max-xogħol tagħna.", "Wara kollox huma ċ-ċittadini Maltin u Għawdxin li qed ibatu minn dan l-att għax dawn qed ikollhom jidhru quddiem l-imħallef f'dawk li jissejħu mediation sittings, li ħolqu l-Onor.", "Tonio Borg u l-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici stess, mingħajr ma jkollhom assistenza legali.", "Din m'hijiex sitwazzjoni aċċettabbli u għalhekk nispera li l-ministru Borg u s-segretarju parlamentari l-Onor.", "Mifsud Bonnici jagħtu spjegazzjoni u ġustifikazzjoni għal dan l-atteġġjament daqstant negattiv fil-konfront tal- qrati Maltin.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Iktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Caruana.", "ONOR.", "JUSTYNE CARUANA: Mr Speaker, matul dawn l-aħħar ġranet kelli ngħaddi ftit sigħat mhux ħażin l-isptar, speċjalment fis-CCU u fl-ITU, minħabba mard fil-familja.", "L-ewwelnett nixtieq nibda billi f'ismi u f'isem il-familja tiegħi nirringrazzja minn qalbi u bl-iktar mod sinċier lill-istaff kollu tas-CCU tax-xogħol kollu li jagħmel.", "Wieħed jista' jsejjaħ lil dan is-servizz li jagħti l-istaff tas-CCU bħala professjonalment impekkabbli, u meta tkun hemm bilfors tammira d- dedikazzjoni li għandhom dawn l-impjegati, kemm waqt li jkunu qed jikkuraw u jassistu lill-pazjent kif ukoll fl-imġiba tagħhom mal-familjari ta' l- istess pazjent.", "Milli stajt nara, li kieku jista' dan l-istaff jagħmel l- ilma jiżfen lill-pazjenti ta' din is-sezzjoni.", "Bilfors ikollok tammira lil dawn l-impjegati meta tara l-mod kif iġibu ruħhom mal-pazjenti li jkunu għaddejjin minn mument kritiku, għax kif nafu s-CCU tilqa' pazjenti li jkollhom każijiet xi ftit kritiċi.", "Fil-fatt jien nemmen li kull qasam li jaqa' taħt id-dipartiment tas-saħħa għandu jieħu l-eżempju tas-CCU għax wara kollox kull pazjent li jidħol l-isptar għandu dritt jieħu l-aħjar trattament possibbli.", "Sfortunatament fl-isptar ġenerali ta' Għawdex għandna ħafna nuqqasijiet u bżonnijiet, u dawn qed ixekklu lill-istaff milli jesegwixxi l-operat tiegħu.", "Jiġifieri minkejja d-dedikazzjoni u l-buona volonta li għandhom l- impjegati ta' dan l-isptar, wieħed ma jistax jinnega li n-nuqqasijiet li hemm qed ixekklilhom id-daily performance tagħhom.", "Per eżempju, m'iniex se noqgħod niddejjaq ngħid li minħabba li dan l-isptar m'għandux l-apparat neċessarju biex isir l-angiogram, darba minnhom pazjent kellu jittieħed malajr malajr bil-helicopter l-isptar San Luqa biex ikun jista' jsirlu l- angiogram hemmhekk.", "Dan għaliex, Alla jbierek, sal-ġurnata tal-lum l- isptar ġenerali ta' Għawdex għadu mingħajr dan it-tip ta' equipment, u fil- fatt jiena nibża' nistaqsi jekk xi darba, waqt li kienu qed jieħdu lil xi pazjent għall-angiogram lejn Malta, tilfuhx fit-triq.", "Huwa veru li kulma jieħu dan it-traġitt huwa kwarta jew 20 minuta, imma ċerti każijiet tant ikunu kritiċi li anke s-sekondi jkunu jgħoddu.", "Jiena ma nistax nifhem kif filwaqt li f'Malta jgħidu li l-isptar għandu the latest equipment u għandu makkinarji mill-iktar sofistikati, f'Għawdex m'għandna xejn.", "Normalment meta ġġib dan l-argument jgħidulek li m'huwiex finanzjarjament viabbli li jinġab dan it-tip ta' makkinarju fl-isptar ġenerali t'Għawdex, pero` jien nistaqsi: M'huwiex finanzjarjament viabbli meta nafu kemm hemm pazjenti Għawdxin li jkollhom jitilgħu Malta proprju biex jagħmlu użu minn dan il- makkinarju?!", "Dan l-aħħar f'Għawdex fetaħ sptar privat li huwa mgħammar b'dan it-tip ta' equipment u tgħidx kemm qed imorru nies biex jagħmlu t-testijiet permezz ta' dan il-makkinarju.", "Jiġifieri hemm domanda kbira għal dan it-tip ta' equipment f'Għawdex.", "Jiena nistaqsi wkoll: Allura aħna biex inġibu l- equipment f'Għawdex se noqogħdu nqisu jekk huwiex finanzjarjament viabbli?", "Jien nemmen li l-ewwel konsiderazzjoni li għandek tieħu f'kull qasam tas- saħħa hija l-benessere tal-pazjent, jiġifieri jekk ċertu tip ta' makkinarju jistax isalva ħajja jew itaffi xi ftit mill-uġigħ li jkollu l-pazjent, pero` apparentement f'Għawdex ma jiġrix hekk.", "Jien sinċerament nimmeravilja ruħi meta nara li l-Għawdxin, speċjalment aħna d-deputati, ma ninstinkawx biżżejjed fuq affarijiet daqstant importanti.", "Imbilli s'issa aħna d-deputati Għawdxin qatt ma kellna bżonn dan l-equipment, dan ma jfissirx li fil-futur ma nistgħux niġu bżonnu, u jekk stess ma niġux bżonnu aħna, xi ħadd mill-familjari tagħna żgur li se jiġi bżonnu xi darba jew oħra.", "Għalhekk hemm bżonn li ninstinkaw u mhux inħallu kollox għaddej b'kuxjenza safja, qisu qatt ma ġara xejn, bil- konsegwenza li dawn in-nuqqasijiet ikomplu jikbru.", "Dawn huma affarijiet serji, u għalhekk m'għandniex nippermettu li, per eżempju, meta jiġrilha l- ħsara xi makna li hemm fl-isptar ġenerali t'Għawdex, din iddum ix-xhur biex tissewwa, jew inkella jgħidulek li m'hemmx flus biżżejjed biex din il-makna tissewwa jew tinbidel.", "Problema oħra li qed isibu l-Għawdxin tikkonċerna l-pilloli li jitqassmu b'xejn mill-gvern għax dawn jew qed ikunu skarsi jew inkella qed jagħtuhom pilloli ta' kwalita` inferjuri, għalkemm jgħidulhom li l-effett huwa l- istess.", "GĦal min ma jafx, ta' min isemmi wkoll li l-kidney machine f'Għawdex hija sponsored mill-Gozo Channel, pero` jekk issa fil-proċess tagħha ta' ekonomizzar, taqbad u tneħħi dan l-isponsorship, x'se jiġri?", "Se nispiċċaw mingħajr kidney machine?", "Per eżempju, sirt naf ukoll li anestetista permanenti f'Għawdex m'għandniex, li hemm huma żewġ anestetisti Maltin li qegħdin on call, jiġifieri daqqa jiġi wieħed u daqqa jiġi l- ieħor.", "Fil-fatt ġieli kien hemm każijiet fejn inqalgħu xi komplikazzjonijiet u sakemm wasal l-anestetista minn Malta laħqu nħolqu ċerti konsegwenzi.", "Sur President, waqt li kont qed inkun l-isptar sirt naf ukoll - għax waqt li tkun hemmhekk, xorta waħda jiġu nies ikellmuk u jiftħu qalbhom miegħek, u inti, minkejja ċ-ċirkostanzi li tkun fihom, xorta waħda tismagħhom - li hemm problema fil-mod kif qed jiġu allokati x-shifts għax dawn mhux dejjem qed isiru għall-benefiċċju tal-ward.", "Fil-fatt hemm każijiet fejn ix-shifts qed jiġu magħmula skond l-esiġenzi ta' xi ħadd partikolari, biex ikun komdu hu.", "Minn hawn nixtieq nieħu l-opportunita` biex nissuġġerixxi li jsir - jekk ma sarx diġa` - xi tip ta' studju dwar l-istaff complement ta' l- isptar ħalli naraw jekk dawn humiex qed jiġi utilizzati bl-aħjar mod possibbli.", "Naturalment dan m'għandux isir biex jiġi akkomodat xi ħadd partikolari imma biex il-ward tkun tista' tiffunzjona aħjar u l-istaff ikun jista' jaħdem mingħajr ma jkollu ċerti pressjonijiet żejda fuqu a skapitu tal-pazjenti ta' dik il-ward.", "Irridu nżommu f'moħħna li x-xogħol fl-isptar m'huwiex xi wieħed faċli.", "Biżżejjed insemmi li l-impjegati ta' sptar ikollhom iħabbtu wiċċhom kontinwament mal-mard u ma' l-imwiet kif ukoll iridu jiffaċċjaw lill- familjari tal-pazjenti.", "M'huwiex biżżejjed li lil pazjent tagħtih il-kura u l-assistenza imma trid tgħollilu wkoll il-moral tiegħu, u hija xi ħaġa diffiċli li tkun taf li pazjent għandu xi marda serja u fl-istess ħin trid tgħolli l-moral tiegħu u tal-qraba tiegħu.", "Għalhekk ma jistax ikun li tgħabbi lill-istaff ta' l-isptar b'ċerti pressjonijiet sempliċement għax ikun hemm xi egoist li jkun irid li x-shift jinħadem skond kif jaqbel lilu, ħafna drabi biex ikun jista' jagħmel xi xogħol ieħor minbarra x-xogħol tiegħu.", "Irridu nifhmu li l-isptar m'huwiex xi dipartiment komuni tal-gvern fejn wieħed jista' jġebbed naqra minn hawn u naqra minn hemm.", "It-tobba, in- nurses u l-istaff ta' l-isptar ikollhom kontinwament kriżijiet li jkunu jridu jlaħħqu magħhom għax wara kollox at the end of the day ir- responsabbilta` hija tagħhom.", "Sur President, fil-kritika tiegħi għall-budget kont għamilt riferenza għall- overcrowding tal-female ward ta' l-isptar ġenerali ta' Għawdex u għalhekk stennejt xi reazzjoni daparti tal-gvern, pero` sfortunatament sal-lum għadni ma smajt xejn.", "GĦal min ma segwiex dak li għedt dakinhar, nixtieq nispjega li l-overcrowding fil-ward tan-nisa ta' l-isptar ġenerali ta' Għawdex huwa kkawżat minħabba s-sala Sant'Anna.", "Jiena nistaqsi: Għalfejn għamilna sala ġdida - u dan huwa pass tajjeb li ta' min jinkoraġġih - u mbagħad m'hemmx biżżejjed staff għal din is-sala?", "Fil-fatt fis-sala Sant'Anna għad baqa' vacancies biex jidħlu iktar anzjani, pero` din is-sala m'hijiex qed taċċetta iktar admissions għaliex l-istaff li hemm bilkemm qed ilaħħaq ma' l-anzjani li hemm, aħseb u ara kemm se jlaħħaq ma' iktar anzjani!", "Għalhekk li qed jiġri huwa li dawk l-anzjani li qed jistennew sabiex jiddaħħlu f'sala Sant'Anna qed jitpoġġew fil-female ward ta' l- isptar ġenerali ta' Għawdex bil-konsegwenza li qed ikun hemm anke pazjenti fil-kurituri.", "Qalu li r-raġuni għaliex m'hemmx staff biżżejjed fis-sala Sant'Anna hija li m'hemmx biżżejjed fondi.", "Pero` għalija huwa dnub kbir li filwaqt li għandna sala ġdida li hija attrezzata tajjeb u spazjuża, m'hijiex qed tiġi utilizzata bl-aħjar mod possibbli.", "Qed ngħixu fi żmien fejn anke l-gvern qiegħed jammetti li għandna ċerta ħela, imma jiena ma jidhirlix li għandna nixxaħħu fil-qasam tas-saħħa.", "Bir- rispett kollu, imma se jintnefqu daqshekk flus fl-1 ta' Mejju meta Malta se ssir membru ta' l-Unjoni Ewropea, u nonfqu daqstant flus fuq is-safar, fuq ir-riċevimenti u fuq il-karozzi, se nixxaħħu fejn tidħol is-saħħa ta' l- Għawdxin?!", "Wara kollox aħna l-Għawdxin inħallsu taxxa daqs il-Maltin, pero` filwaqt li meta l-Maltin imorru l-isptar qed isibu għad-dispożizzjoni tagħhom il-makkinarju kollu li għandhom bżonn, mhux l-istess qed jiġri fil- każ ta' l-Għawdxin bil-konsegwenza li biex ikunu jistgħu jagħmlu t- testijiet li jkollhom bżonn ikollhom imorru Malta.", "Jiena jiddispjaċini, pero` sinċerament ma nistax inniżżilha li pazjent Għawdxi ma jistax jinqeda f'Għawdex stess.", "Forsi inti bħali, Mr Speaker, mal-vapur tas-7.30 a.m. ġieli nnotajt il-coach ta' l-isptar li tkun mimlija bil-pazjenti biex dawn jinżlu Malta għal xi trattamenti li jkollhom bżonn.", "Imma dawn għalfejn m'għandhomx jinqdew f'Għawdex stess?", "Wieħed irid iqis li dawn ikollhom ċerti komplikazzjonijiet f'saħħithom, u minbarra li jkunu jridu jqumu kmieni, it-traġitt ikompli jżidilhom l-inkonvenjent.", "Per eżempju, jien nara li lill-pazjent li jmur Malta għall-chemotherapy nkunu qed noħolqu tbatija żejda, iktar u iktar meta nqisu li wara li dan ikun ħa dan it-trattament, ikollu jagħmel dak it-traġitt twil biex imur lura d-dar.", "Biżżejjed ibatu meta jkunu qed jieħdu dan it-trattament, traġitt twil ikun jonqoshom biex ikompli jkissirhom!", "Issa hawn ta' min isemmi li ħafna minn dawn il- pazjenti ma jkunux iridu jinżlu Malta għat-trattament darba fil-ġimgħa biss imma hemm min minnhom ikollu bżonn imur kuljum.", "Forsi jien qed nifhem din is-sitwazzjoni għax ġarrabtha.", "Pero` sinċerament nappella lill-gvern biex ma jibqax insensittiv għal dawn l-affarijiet, speċjalment fejn tidħol is-saħħa tal-bniedem.", "Jiddispjaċini ngħid dan.", "Pero` meta l-gvern preżenti ftaħar tant li għandu lil Għawdex għal qalbu tant li għamel ministeru għalih, kif imbagħad il-ministru għal Għawdex meta staqsejta kif isir it-trasferiment ta' l-infermiera minn Malta għal Għawdex – mistoqsija numru 3932 – qalti li jiġu jew ma jiġux infermiera lejn l- isptar ġenerali ta' Għawdex jiddependi jekk dan iħallix effett negattiv fuq is-servizz f'Malta?", "Ħallietni mistagħġba b'din ir-risposta, għax dan ifisser li wasalna f'estremita` fejn qed niġu naqgħu u nqumu min-nuqqas ta' staff fl-isptar ta' Għawdex għax il-paramount importance huwa l-isptar ta' Malta.", "Il-ministru qaltli li jekk l-isptar ta' Malta ma jkollux bżonn iktar staff u jekk l-istaff li se jmur Għawdex mhux se jaffettwah, allura dawn ikunu jistgħu jmorru jaħdmu fl-isptar ġenerali t'Għawdex.", "Allura jiena nistaqsi: Fejn huma l-interessi ta' l-Għawdxin?", "Mela aħna xi ċittadini tat-tieni jew tat-tielet klassi?!", "Jekk hemm bżonn li iktar infermiera jitilgħu Għawdex, għalfejn ma naqbdux u ntellgħuhom minflok ma noqogħdu ngħidu li m'għandniex fondi?!", "Irriżulta li dawn l-infermiera għadhom ma telgħux Għawdex minħabba li jekk isir hekk, jista' jinħoloq xi impatt negattiv fuq l-isptar ta' Malta.", "Allura x'inhu jsir bl-infermiera li qed jiggradwaw kull sena?!", "Sinċerament ma nixtieqx noqgħod intawwal, pero` nappella lill-gvern, partikolarment lill-ministru għal Għawdex, sabiex din is-sitwazzjoni tiġi eżaminata bir-reqqa.", "Ma jistax ikun li l-ħajja u s-saħħa tal-bniedem tiġi mormija b'dan il-mod, sempliċement minħabba nuqqas ta' fondi finanzjarji, u dawn huma problemi li qed niffaċċjawhom ta' kuljum.", "Il-bieraħ stess kien hemm każ ta' pazjent li qabditu haemorrhage għal darbtejn wara xulxin, u peress li l-istrument kien bil-ħsara ma setgħux jidentifikaw minn fejn ġejja din il-haemorrhage sakemm fl-aħħar skoprew li kellu barxa fl-istonku.", "Imma hemm bżonn naslu f'din l-estremita` biex insibu x'għandu l-pazjent u nibdew nikkurawh għall-kondizzjoni tiegħu?!", "Jiena ninsisti li m'għandniex noqogħdu nħarsu lejn in-nuqqas ta' fondi fil- qasam tas-saħħa għax wara kollox il-ħajja u s-saħħa tal-bniedem hija imprezzabbli.", "Jekk għandna l-flus għall-ħela, għaliex imbagħad noqogħdu naħsbuha biex nixtru angiogram u mammogram għall-isptar ġenerali ta' Għawdex?", "Anke l-istress machine, għalkemm ħarġet it-tender u l-call for application għaliha, xorta waħda bqajna mingħajrha.", "Għalhekk, Mr Speaker, biex nagħlaq dan id-diskors nixtieq nerġa` nappella lill-gvern biex ma jibqax insensittiv quddiem affarijiet bħal dawn għax il- ħajja tal-bniedem hija imprezzabbli, mhux b'inqas il-ħajja ta' l-Għawdxin.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Iktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Cardona.", "ONOR.", "CHRIS CARDONA: Mr Speaker, nixtieq naqsam id-diskors tiegħi fi tliet punti prinċipali, u l-ewwel punt li nixtieq nitkellem dwaru huwa dak li tkellem dwaru l-Onor.", "Jose` Herrera.", "Il-kollega tiegħi semma l-problema li qed tiġi kkaġunata mhux biss lill-avukati iżda lil kulmin jagħmel użu mill- qorti tal-familja għax l-avukati u l-persuni kollha involuti, biex imorru fil-qorti tal-familja, li qiegħda fi Strada Stretta, qed ikollhom joħorġu barra u jidħlu mill-annexe, u dan mhux biss huwa umiljanti għall-avukati u għall-ġudikaturi imma anke għall-klijenti.", "Illum spiċċajna f'sitwazzjoni fejn kulħadd qed jiġri wara kulħadd biex jara fejn hi appuntata l-kawża tiegħu u l-avukati qed ikollhom joħorġu barra t-triq bit-toga b'kollox biex ilaħħqu mal-kawżi li jkollhom fil-qorti tal-familja.", "Din hija sitwazzjoni inaċċettabbli.", "Jekk il-gvern għamel pass biex mingħalih jipprova jirranġa s-sitwazzjoni, għandu jkun jaf li qiegħed jikkontribwixxi għall- umiljazzjoni ta' dawk kollha involuti fil-proċess ta' separazzjoni familjari, ta' firda personali u ta' każijiet oħra li huma relatati ma' dan is-settur, u għalhekk għandu jsib soluzzjoni għall-problema li kkaġuna hu stess mill-iktar fis possibbli filwaqt li jagħmel mezz biex jiġi evitat dan il-hardship u dan in-nuqqas ta' sensittivita` lejn kulmin huwa involut f'dan is-settur.", "Infakkar lilek ukoll, Mr Speaker, li kulmin huwa involut fi kwestjonijiet familjari m'għandux biss problema legali imma għandu wkoll problema personali, u aħna bħala avukati, għandna naraw li kemm jista' jkun innaqqsu l-problemi personali tal-klijenti tagħna u mhux noħolqulhom problemi ġodda bl-ineffiċjenza u bin-nuqqas ta' ippjanar min-naħa tal- gvern.", "It-tieni punt li nixtieq nagħmel jirrelata ma' dak li ġara llum f'dan il- pajjiż fejn saret manifestazzjoni ċivili minn ammont enormi ta' nies.", "F'dan il-pajjiż jekk inti jkollok iktar minn għaxar persuni li jingħaqdu flimkien, dawn jiġu msejħa attruppament.", "Illum kellna manifestazzjoni li fiha ħadu sehem eluf kbar ta' nies, u dan jindika li f'dan il-pajjiż hawn numru sew ta' persuni li m'humiex qed jaqblu ma' dak li qiegħed jagħmel il- gvern, li bl-iktar mod insensittiv u arroganti qiegħed jonqos li juri solidarjeta` mal-ħaddiema u ma' dawk li għandhom xogħolhom f'xifer il- preċipizju.", "M'iniex qed nitkellem b'dan il-mod biex inkun drammatiku għax kulħadd jaf li bħalissa l-pajjiż għaddej minn żmien iebes u kiefer, li wara kollox ġabu b'idejh il-gvern stess.", "Il-Partit Nazzjonalista ilu fil-gvern 16-il sena, ħlief għal dawk il-ftit xhur li għamel fil-gvern il-Partit Laburista, u 16-il sena ta' gvern Nazzjonalista jimmeritaw li jkun hemm responsabbilta` politika u li dan il-gvern jibda jara l-affarijiet kif fil- fatt huma.", "Il-GWU għandha tingħata kull ġieħ u tifħir għal din l-inizjattiva li qed tieħu, u huwa ipokrita u giddieb kulmin qed jgħid li dawn il- manifestazzjonijiet għandhom jieqfu għax dan huwa attakk kontra d- demokrazija tal-pajjiż, huwa attakk kontra kulmin jemmen fil-ħsieb liberu u f'dak li għandna nipparteċipaw b'mod liberu fil-pajjiż, huwa attakk kontra t-trejdunjoniżmu u huwa anke attakk kontra l-mod ta' kif qed jimxu pajjiżi oħrajn fl-Unjoni Ewropea.", "Jien infakkar li f'Diċembru li għadda ġewwa Ruma saret manifestazzjoni qawwija, u ħadd ma ħareġ jattakka lit-trade unions għaliex kienu qegħdin jiġġieldu u jissieltu għad-drittijiet ta' dawk li huma membri tagħhom.", "Pero` hawn Malta għandna gvern speċjali li tant huwa arroganti li m'huwa jippermetti lil ħadd li jsemma leħnu kontra l- ħniżrijiet li qed jagħmel hu stess.", "Dan il-gvern m'huwa jippermetti lil ħadd li jgħolli subgħajh u jgħidlu: Isma', inti lilna qażżiżtna, dejjaqtna, weġġajtna u qed ittellfilna x-xogħol tagħna.", "Illum għandna gvern li qiegħed jikkritika lill-Partit Laburista għax qiegħed jappoġġja lill-ikbar trade union li għandna fil-pajjiż, u jien nistaqsi: X'jippretendi dan il-gvern?", "Qiegħed jippretendi li l-partit tal-ħaddiema, li huwa magħmul mill-moviment tan-nies tax-xogħol, ma jkunx wara l-ikbar union tal-ħaddiema fil-pajjiż?!", "Qiegħed jippretendi li l-partit tal- ħaddiema jagħlaq għajnejh għas-sensji li hawn fil-pajjiż?", "Din hija biss arroganza min-naħa tal-gvern u hija attakk kontra kull tip ta' element ta' xogħol u ta' dinjita`, għax ix-xogħol huwa dinjita` u huwa l-unika ħaġa li tagħti lok lill-ħaddiem u lil kulmin huwa ċittadin li jagħti servizz lil pajjiżu.", "Jekk ma jkunx hemm xogħol ma jkunx hemm din it-tip ta' parteċipazzjoni.", "Huwa umiljanti għall-gvern, u l-gvern imessu jistħi jagħmel dan iż-żmien kollu jwiegħed bil-paroli li se jwettaq il-proġetti, li se joħloq l-investiment u saħansitra tela' fuq it-ticket elettorali li se jkun hawn ix-xogħol fil-pajjiż biex imbagħad spiċċa li ma wettaqx dak li wiegħed.", "Kif spjegaw sħabi fid-dibattiti li kellna fil-parlament tul dawn l-aħħar ġimgħat, din in-naħa tal-Kamra se tagħmel dak kollu possibbli biex tara li s-sitwazzjoni tal-ħaddiema titjieb għaliex qalbna qiegħda mal- ħaddiema, u dan bil-fatti u mhux bid-diskors biss, għaliex wara kollox aħna l-partit tal-ħaddiema.", "Mr Speaker, nixtieq ukoll nagħmel riferenza għas-settur li jikkonċerna lili min-naħa ta' l-oppożizzjoni; dak tal-kunsilli lokali.", "Illum il-ġurnata l- kunsilli lokali jridu jesploraw metodi ġodda kif jaħdmu, u wieħed minn dawn il-metodi li jista' jkollna available huwa dak li ngħaqqdu lill-kunsilli lokali f'reġjuni biex dawn jaħdmu aħjar.", "Il-konċett ta' reġjonalita` huwa importanti ħafna għal pajjiżna, iktar u iktar fid-dawl li minħabba ċ-ċokon tagħna għandna kunsilli lokali relattivament żgħar, u allura bil-konċett ta' reġjonalita` dawn ikollhom il-possibbilta` li jagħmlu iktar b'inqas.", "Dan m'għandux x'jaqsam biss ma' pjani lokali.", "Dan l-aħħar il-Partit Laburista nieda inizjattiva interessanti ħafna fil-Kottonera li rridu naraw kif nistgħu nesplorawha.", "Din l-inizjattiva tagħmel sens għaliex minbarra ċ- ċokon tagħna, aħna għandna wkoll limitazzjonijiet finanzjarji.", "Jekk wieħed jara x'budget għandhom il-kunsilli lokali u x'inhuma s-setturi li joperaw fihom isib li iktar jagħmel sens li jkun hemm iktar kunsilli lokali li jingħaqdu flimkien minħabba li jkollhom interessi komuni biex bil- limitazzjoni tal-budget tagħhom iwettqu iktar.", "Żgur li dan se jkun wieħed mill-punti li aħna, bħala oppożizzjoni, se nagħfsu u se naħdmu iktar fuqu, u nassigura lill-Kamra li fil-ġranet li ġejjin mhux biss se jkollna iktar proġetti interessanti għall-Kottonera imma se jkollna wkoll pjani reġjonali għall-kunsilli lokali l-oħra.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada l-Erbgħa, 28 ta' Jannar 2004, fis-6.00 p.m bl-aġenda kif komunikata mis-segretarju parlamentari.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "ŻEJTUN : TRIQ IL-FIERES - ASFALTAR", "3673.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jara x'inhi l-problema sabiex issir il- kumplament ta' Triq il-Fieres, fiż-Żejtun minħabba li hemm partijiet minnha li diġa` saru bit-tarmac waqt li parti żgħira għadha ma saritx?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat illi x-xogħol fl-aħħar parti ta' din it- triq beda f'Diċembru u bħalissa jinsab għaddej sabiex it-triq tkun tista' tinfetaħ.", "ŻABBAR: TRIQ L-1 TA' FRAR 1994 – VULTAĠĠ BAXX", "3674.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għat-Teknoloġija ta' l- Informazzjoni u Investiment: Jista' il-Ministru jara x'inhi l-problema li qed ibatu minnha numru sostanzjali ta' residenti li joqogħdu f'Buleben iż- Żgħir ġewwa Ħaż-Żabbar, b'mod speċjali dawk li joqogħdu fi Triq l-1 ta' Frar 1994 u fl-inħawi ta' madwar minhabba nuqqas ta' vultaġġ elettriku?", "Jista' jara li din il-problema tiġi solvuta kemm jista' ikun fl-iqsar żmien possibbli?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ix-xogħol ta' tisħiħ fuq is-sistema ta' vultaġġ baxx diġa' inbeda u għandu jitkompla flimkien ma' xogħlijiet oħra simili.", "HERITAGE PARK", "3863.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura: Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra lista ta' dawk il- persuni/kumpanniji, inkluż l-isem u n-nazzjonalita' tagħhom, li wrew interess fl-iżvilupp ta' heritage park?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li skond ir- regolamenti tal-UIA għall-kompetizzjoni ta' din in-natura, l-applikanti għandhom jibqgħu anonimi u għalhekk l-ismijiet ta' persuni/kumpanniji li rreġistraw interess fl-iżvilupp ta' heritage park ma jistgħux jiġu magħrufa qabel il-fażi ta' aġġudikazzjoni.", "Biss nista' inżid li rreġistraw 100 persuna/kumpannija - 84 mill-Ewropa (10 minnhom Maltin), 13 mill-Asja u tlieta mill-Amerika.", "TRAFFIC MANAGEMENT", "3864.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal- guidelines for the implementation of traffic management and safety measures and temporary diversion of traffic?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Kopja tad-dokument mitlub jitpoġġa fuq il-mejda tal- Kamra meta jkun finalizzat u approvat formalment mill-gvern.", "TOROQ - XOGĦLIJIET", "3865.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jagħti lista tat-toroq li saru matul dawn l-aħħar 12-il xahar, inkluż l-isem, il-lokalita' u t-tul tat-triq?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: L-informazzjoni qegħda tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "WASTESERV MALTA LTD. - ĦADDIEMA", "3866.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal- kuntratti tal-ħaddiema ta' WasteServ Malta ltd. li qabel kienu mpjegati tal-gvern?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li ma narax x'inhu li skop li l-kuntratti tal-ħaddiema ta' WasteServ Malta ltd. li qabel kienu impjegati tal-gvern, jitpoġġew fuq il-mejda tal-Kamra.", "VALLETTA – PJAZZA TA' KASTILJA", "3867.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' il-Ministru jikkonferma jekk hux se jsiru xi xogħlijiet ta' upgrading fil-Pjazza ta' Kastilja, fil-Belt?", "Jista' jagħti l-istima ta' dawn ix-xogħlijiet?", "Jista' ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra pjanta tax-xogħlijiet proposti?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li għall-Pjazza ta' Kastilja qed issir proposta ta' proġett, proposta li qed tiġi studjata u evalwata fid-dettalji kollha.", "Wara dan l-eżerċizzju jiġi determinat x'se jsir.", "CAR PARKS", "3868.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra lista ta' parking sites approvati u liċenzjati mill-awtorita' dwar it-trasport?", "Hemm xi ħsieb li ssir xi tip ta' regolamentazzjoni għal car parks privati?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Lista ta' car parking sites approvati sal-lum tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni fis-seduta.", "Id-direttorat għall-immaniġjar tat-traffiku m'għandu l-ebda ħsieb għal regolamentazzjoni ta' car parks privati għax dawn ma jaqgħux taħt id- dikasteru ta' l-awtorita` dwar it-trasport ta' Malta.", "MARDA INFETTIVA FUQ IN-NAGĦAĠ", "3876.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' il- Ministru jgħid x'miżuri qed jittieħdu biex il-marda infettiva scrapie li qed tolqot lin-nagħaġ ta' pajjiżi oħra ma tidħolx ukoll f'pajjiżna?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jindirizza l- mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "SAĦĦA PUBBLIKA - TOBBA", "3877.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Fid-dawl tas- sentenzi riċenti tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja li l-ħin on call tat-tobba mal-gvern, anke x'ħin ma jkunux jaħdmu, se jibda jitqies bħala parti mill- working time ta' mhux iżjed minn 48 siegħa skond il-working time directive ta' l-Unjoni Ewropea, jista' il-Ministru jgħid kemm hu maħsub li l-gvern għandu bżonn tobba iżjed milli għandu bħalissa mas-servizz tas-saħħa pubblika meta jidħlu fis-seħħ fis-snin li ġejjin dawn ir-regoli f'pajjiżna?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Bħalissa qed tiġi studjata sewwa s-sitwazzjoni fid- dixxiplini kliniċi differenti fis-settur tas-saħħa pubblika u bdew isiru diskussjonijiet mal-kapijiet tad-dipartimenti kliniċi f'dan ir-rigward.", "Qiegħed ukoll jiġi evalwat x'kienet l-esperjenza ta' pajjiżi differenti fl- Unjoni Ewropea biex dak li jgħodd għal Malta, ikun jista' jiġi adattat għas- sitwazzjoni lokali.", "Dan ix-xogħol qed jiġi kkordinat min task force imwaqqfa għal dan il-għan.", "Ta' min wieħed isemmi li minkejja li mhux eskluż li jkun hemm bżonn li jiżdiedu xi tobba f'ċerti gradi u f'xi dixxiplini partikolari, jista' ikun hemm lok ta' tibdil fil-mod kif isir u jitqassam ix-xogħol minn kif isir fil-preżent.", "Tibdil ta' din ix-xorta jiġi diskuss mal-partijiet konċernati jekk jiġi biex jidħol fis-seħħ.", "MARDA INFETTIVA FUQ IN-NAGĦAĠ", "3878.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid x'passi qed jittieħdu biex il-merħliet tan-nagħaġ ma jiġux infettati bil-marda scrapie li qed tolqot nagħaġ ta' pajjiżi oħra, fosthom pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropea?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Jien informat li hemm kontroll fuq l-importazzjoni ta' nagħaġ għar-rigward tal-marda ta' l-iscrapie.", "Ninforma wkoll lill- Kamra li qegħdin isiru testijiet regolari fuq in-nagħaġ u sal-lum il- ġurnata ma nstabitx il-marda f'Malta.", "REVIŻJONI TAL-PENSJONI", "3879.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhuma l- problemi amministrattivi li qed iżommu milli jinħadmu ż-żidiet fil-pensjoni kif kien ġie miftiehem qabel il-budget tas-sena 2002, skond liema ftehim il- pensjoni kellha tiġi aġġustata għas-snin 2003 u 2004 biex tirrifletti ż- żieda li ħadu fis-salarji tagħhom il-ħaddiema tal-gvern?", "Meta hu maħsub li jiġu solvuti dawn il-problemi?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ir-reviżjoni tal-pensjonijiet meħtieġa wara ftehim kollettivi li jkunu saru ma tapplikax biss għall-ex-impjegati tal-gvern iżda għall-pensjonanti kollha li xi darba kienu jaħdmu ma' dipartiment, ażjenda, eċċ. involuta f'tali ftehim kollettiv.", "Il-proċess biex isir dan l- eżerċizzju hu għalhekk wieħed kontinwu u ninsab informat li qed isir minn kollox biex dan jitħaffef.", "L-Onor.", "Interpellant jifhem li bin-numru tant kbir ta' pensjonanti, inklużi ex-impjegati tal-gvern, id-dipartiment mhux f'pożizzjoni jagħti data preċiża meta l-ezerċizzju dwar l-ex impjegati tal-gvern ikun finalizzat.", "AIR MALTA - AJRUPLANI RJS", "3880.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Teknoloġija ta' l- Informazzjoni u Investiment: Jista' il-Ministru jgħid fejn huma l-ajruplani RJs li għandha l-kumpannija Air Malta?", "X'użu qed isir minnhom?", "Kemm intużaw matul is-sena 2003?", "X'nefqa għamlet l-Air Malta fuqhom biex toperahom jew biex iżżommhom fejn huma?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-ajruplani msemmija m'humiex proprjeta' tal-Air Malta iżda huma mikrija lill-Air Malta li kienet tikrihom lill-Azzurrair s.p.a.", "Din il-linja waqfet ricentement u l-ajruplani jinsabu Exeter fl-Ingilterra.", "Dwar il-bqija ta' l-informazzjoni mitluba, peress li l-Air Malta hija kumpannija kummercjali ma nħossx li jkun prudenti li nagħti l-informazzjoni mitluba, specjalment meta wieħed jikkonsidra l-kompetizzjoni li l-Air Malta qed tiffaċċja minn kumpanniji oħra.", "SKEJJEL TA' L-ISTAT - PRINCIPALS", "3881.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid jekk hijiex il-policy tad-diviżjoni ta' l- edukazzjoni li jintbagħtu principals fi skala 9 sabiex jagħmlu xogħol klerikali fi skejjel ta' l-istat, meta uffiċjali esekuttivi li kienu jagħmlu l-istess natura ta' xogħol qed jiġu trasferiti għal head office ta' l-istess diviżjoni fil-Floriana?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ġejt informat li normalment m'ijiex il-policy tad- diviżjoni ta' l-edukazzjoni li jintbagħtu principals biex jagħmlu xogħol klerikali fi skejjel ta' l-Istat.", "MIA - PUPIL WORKERS", "3891.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Teknoloġija ta' l- Informazzjoni u Investiment: Jista' il-Ministru jgħid kif jintgħażlu l- pupil workers li jaħdmu matul is-sajf ma' l-MIA?", "X'awtorita' hemm li tagħżel ċittadin minn ieħor, l-aktar fuq bażi politika?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 1130.", "AIR MALTA - BDIL TA' VETTURI", "3892.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Teknoloġija ta' l- Informazzjoni u Investiment: Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li mal-mawra taċ-chairman il-ġdid fl-Air Malta se jinbidlu l-karozzi bi spiża ta' madwar Lm160,000?", "Kif jispjega dan meta fil-każ ta' għexieren ta' ħaddiema se jiġi tterminat l-impjieg tagħhom?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jien informat li l-ispejjeż kurrenti għal dawn il-ħames snin li gejjin, jekk il-flotta tal-karozzi tal-management tibqa' li hi llum, jammontaw għal madwar Lm502,000.", "Biex titnaqqas din l-ispiża, il- bord tad-diretturi preżenti ddecieda li b'xiri jew b'kiri ta' karozzi iżgħar, il-kumpannija tkun qed tiffranka bejn Lm180,000 u Lm220,000 fuq perjodu ta' ħames snin.", "Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, nixtieq ngħid li s'issa l-Air Malta għadha ma tterminat l-ebda impjieg jekk mhux għar-raġunijiet dixxiplinarji.", "AWTORITA' DWAR IT-TRASPORT - MANAGEMENT TEAM", "3893.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid minn min hi komposta l-management ta' l-awtorita' dwar it-trasport?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Pjanta ta' minn min hi komposta l-management ta' l- awtorita` dwar it-trasport tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni fis- seduta.", "AWTORITA' DWAR IT-TRASPORT - POSTINGS", "3894.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jispjega kif ħaddiema fl-awtorita' tat- trasport kienu applikaw għall-posting, isirilhom l-interview u fl-istess ġurnata, saħansitra 45 minuta wara, jirċievu d-dar bil-posta normali li mill-interview m'għaddewx?", "Jista' jispjega x'passi ħa u kif ġew rikompensati dawn il-ħaddiema li jinsabu jaħdmu fi ħdan l-awtorita' tat- trasport?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Tlabt lill-awtorita` dwar it-trasport tinvestiga l-każ.", "AWTORITA' DWAR IT-TRASPORT – PROĊEDURI", "3895.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jispjega kif jaġixxi l-management ta' l- awtorita' dwar it-trasport mal-ħaddiema meta jsiru rapporti ta' dixxiplina fuq ħaddiema oħra li jkunu naqsu minn dmirijiethom?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li l-management ta' l-awtorita` dwar it- trasport jimxi mal-proċeduri kif stipulati fil-ftehim kollettiv.", "MALTA INTERNATIONAL AIRPORT - BUDGET", "3897.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Teknoloġija ta' l- Informazzjoni u Investiment: Peress li l-budget ta' l-MIA fis-sena 2003 nqabeż bi Lm11-il miljun, jista' il-Ministru jgħid kif intlaħqet din is- somma u jgħid ukoll l-investiment konċernat x'kien?", "Jekk din is-somma ntnefqet abbażi ta' nuqqas ta' aċċertazzjoni fil- professjoni arkitettwali, jista' jgħid kif se jagħmel min hu responsabbli biex jagħti lura l-fondi abbużati?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Waqt li nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 1130, nigbidlu l-attenzjoni li żgur hemm żball fid-domanda tiegħu għax lanqas il-budget totali ta' l-MIA ma jlaħħaq Lm11- il miljun.", "AMBAXXATURI MALTIN U BARRANIN", "3922.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' il-Ministru jagħti lista dettaljata ta' ambaxxaturi akkreditati għal Malta u jindika liema huma dawk residenti f'Malta u ambaxxaturi Maltin għal pajjiżi esteri u min minnhom jirrisjedi barra minn Malta?", "ONOR.", "JOE BORG: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni fis-seduta.", "QORTI TAL-ĠUSTIZZJA EWROPEA", "3923.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Ministru jgħid jekk il-Gvern Malti ġiex mitlub jippreżenta nomini għall-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea?", "ONOR.", "TONIO BORG: Il-gvern jagħmel in-nomina meta jkun il-waqt.", "REĠISTRU TAL-BASTIMENTI", "3924.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn vapuri reġistrati Malta u jagħti t-tunnellaġġ tagħhom?", "Jista' jgħid ukoll f'liema post tinsab Malta bħala numru ta' vapuri u tunnellaġġ?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat illi sa l-aħħar tas-sena 2003 kien hemm 3,361 bastiment reġistrati Malta, b'tunellaġġ gross totali ta' 25,994,108.", "Skond l-aħħar statistika ppubblikata minn Lloyd's Register Fairplay fl- aħħar ta' l-2002, Malta kienet tidher bħala l-ħames l-ikbar reġistru tal- bastimenti għal dak li huwa tunnellaġġ gross totali.", "REĠISTRU TAL-BASTIMENTI", "3925.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid matul l-2003 kemm ġew kanċellati reġistrazzjonijiet ma' l-awtorita' marittima?", "Jista' jagħti n-numru ta' postijiet ta' irmiġġ f'Malta u f'Għawdex u d-dettalji tagħhom?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Matul is-sena 2003 ġew affettwati 371 kanċellazzjoni tar-reġistrazzjoni ta' bastimenti taħt l-Att dwar il-Bastimenti Merkantili.", "In-numru ta' irmiġġi f'Malta u Għawdex, skond ir-rapport annwali 2002-2003 ta' l-awtorita' marittima - dan dalwaqt jitpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra - huwa ta' 1,635.", "Dawn l-irmiġġi huma maqsumin hekk:", "|Msida/Ta' |815 | |Xbiex | | |Mġarr, Għawdex|210 | |Portomaso |110 | |Manoel Island |250 | |Marina | | |Grand Harbour |250 | |Marina | |", "IRMIĠĠ TA' BASTIMENTI", "3926.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti għall-irmiġġ?", "Jista' jgħid kemm għandna vapuri single hull?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: In-numru ta' applikazzjonijiet pendenti għall-irmiġġ huwa ta' 389.", "Sa l-aħħar tas-sena 2003 kien hemm 165 tanker li jistgħu jitqiesu bħala single hull reġistrati Malta.", "GĦARQA TA' L-ERIKA", "3927.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid x'miżuri qed jieħu l-gvern rigward l-investigazzjonijiet ta' l-inċident tal-bastiment Erika?", "Hemm rappreżentanti Maltin fi Franza li qed isegwu l-investigazzjonijiet?", "Jista' jgħid kemm hemm impjegati ma' l-awtorita' marittima?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat illi peress li l-bastiment Erika kien reġistrat Malta, l-awtorita` marittima għamlet l-investigazzjonijiet tagħha dwar l-inċident li fih kien involut dan il-vapur fl-1999.", "Ir-rapport relatat ħareġ f'Settembru 2000 u kien ukoll magħmul pubbliku.", "Rappreżentanti legali ta' l-awtorita` marittima qegħdin isegwu l-azzjoni tal-Maġistratura Franċiża fir-rigward ta' l-awtorita` marittima u l- uffiċjali Maltin.", "In-numru ta' impjegati ma' l-awtorita` marittima huwa ta' 219.", "ĦAMRUN : ISTITUT FRA DIEGU - RESIDENTA MINURI", "3934.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid għaliex persuna minuri li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, ma tistax tkompli tibqa' man-nanna materna li d-dettalji tagħha wkoll qed jintbagħtu separatament?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "PRICE CLUB - PASSI KRIMINALI", "3935.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li ma tteħdux passi kriminali kontra d-diriġenti tal-Price Club wara li skond xiehda mogħtija fil-qorti minn direttur ta' PricewaterhouseCoopers, ilu li deher ċar kif ikkonfermat riċentement fil-Malta Today li kien hemm imġiba skandaluża min-naħa tad- diretturi tal-Price Club fix-xhur li wasslu għall-kollass taċ-chain ta' supermarkets?", "ONOR.", "TONIO BORG: S`issa l-pulizija ma kellha l-ebda rapport dwar xi ksur tal-liġi kriminali fil-każ imsemmi mill-Onor.", "Interpellant.", "GRUPP PARMALAT", "3936.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomiċi: Tista' l-MFSA tagħmel investigazzjoni serja dwar stockbrokers li allegatament inkoraġġew investituri Maltin biex xi żmien ilu jinvestu flushom fil-Parmalat, kif irrapportat fil-Malta Financial & Business Times?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Is-suġġeriment ta' l-Onor.", "Interpellant se ngħaddih lill-awtorita' kompetenti sabiex teżamina jekk hux ġustifikat li ssir tali investigazzjoni.", "Iżda ta' min wieħed jiftakar li sa ftit gimgħat ilu, l- ishma u bonds tal-grupp Parmalat kienu meqjusa internazzjonalment bħala investiment tajjeb ħafna.", "Apparti dan, jiena konvint illi l-Onor.", "Interpellant jinsab aġġornat bl-aħħar żviluppi barra minn Malta dwar rating agency partikolari in konnessjoni ma' dan l-istess każ.", "TAXXI INTERNI – REFUNDS", "3937.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm cheques tar-refunds ta' l-income tax datati 26 u 27 ta' Diċembru, 2003 li ġew mibgħuta bil-posta fis-sena l-ġdida biex itaffu xi ftit il-problemi ta' cash flow tal-gvern?", "X'kien l-ammont totali involut?", "Jikkonferma li meta nies li għadhom qed jistennew refund ċemplu lid-dipartiment, qalulhom li ċ-ċekkijiet bid-data ta' Diċembru mhumiex se jaslulhom qabel id-29 ta' Jannar, 2004?", "Kemm jikkalkula li se jkollu jħallas interessi l-gvern lil dawn it-taxpayers minħabba dan id-dewmien deliberat?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Fl-1999 il-gvern intrabat iħallas ir-refunds taħt is- sistema l-ġdida tas-self-assessment fi żmien sitt xhur mid-data li trid tintbagħat il-formola tat-taxxa.", "Taħt din is-sistema, mill-1999 sa l-aħħar tas-sena 2003, id-dipartiment tat-taxxi interni ħallas aktar minn Lm34 miljun f'refunds lil 105,991 individwu u kumpannija fiż-żmien stipulat bil- liġi.", "Il-proċess għall-ħlas ta' refunds għall-2003 kien inbeda biex jitħallsu skond kif titlob il-liġi, pero' dan ma kienx finalizzat minħabba l-ħtieġa urġenti ta' xi stħarriġ u verifiki oħra li kellhom isiru.", "L-ammont totali ta' refunds li kienu diġa' ġew ipproċessati iżda li tħallsu f'Jannar, kien ilaħħaq Lm911,118 lil 4,020 individwu.", "L-impatt finali dwar x'interessi finalment jistgħu jitħallsu jkun magħruf meta l-istħarriġ u l-verifiki l- oħra jintemmu.", "Dwar x'ingħad lin-nies meta ċemplu lid-dipartiment, jidher li l-Onor.", "Membru huwa iżjed informat minni dwar x'intqal minn xi impjegati tad- dipartiment.", "LINGWA TALJANA", "3938.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' il-Ministru jgħid x'kienet ir-reazzjoni ta' l-awtoritajiet Maltin għas-suġġeriment tal-President Taljan li għandna nikkonsidraw biex nadottaw il-lingwa Taljana bħala t-tielet lingwa nazzjonali u uffiċjali ta' pajjiżna?", "ONOR.", "JOE BORG: Nifhem li l-President Taljan għamel ir-rimarki tiegħu biex jenfasizza hu wkoll il-viċinanza kulturali taż-żewġ popli u għalhekk ħadd m'għandu ħsieb li Malta jkollha xi lingwa uffiċjali oħra.", "REGOLAMENTI DWAR NO-SMOKING", "3939.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' il- Ministru jgħid xi tħejjijiet saru bħala parti minn programm edukattiv ta' tħejjija sabiex l-istabilimenti kollha jadottaw mingħajr xkiel ir- regolamenti ta' no-smoking li se jiġu fis-seħħ f'anqas minn tliet xhur oħra?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Id-dipartiment għall-promozzjoni tas-saħħa nieda bosta kampanji biex jeduka lill-pubbliku dwar il-periklu li jikkawża t- tipjip passiv.", "Sa mill-1993 tħejjew kampanji edukattivi dwar kif it-tipjip passiv jikkawża l-kanċer.", "Id-dipartiment dejjem offra għajnuna għal kull min ried iġib fis-seħħ l- ismoke-free policy fl-istabilimenti, anke qabel ma ħarġet il-liġi dwar it- tipjip f'postijiet pubbliċi.", "Id-dipartiment iltaqa' ma' l-MHRA biex jiddiskuti din il-liġi.", "Id-dipartiment għall-promozzjoni tas-saħħa nieda ktejjeb ta' informazzjoni li jipprovdi dak li hemm miktub fl-avviż legali 244 ta' l-2003, fi kliem adattat għall-pubbliku.", "Dan se jitqassam ma' Malta u GĦawdex u huwa mingħajr ħlas u qed jiġi reklamat fil-media bħal gazzetti u rivisti.", "ETC – COURSES", "3940.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Il-gvern għandu pjan komprensiv mifrux fuq medda ta' żmien għal re skilling u re training ta' dawk il-ħaddiema li tilfu u/jew li mistennija jitilfu l- impjieg fil-ġejjieni qarib?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li minbarra l-ħidma li qed iwettqu l-MCAST, l- universita' u d-diviżjoni ta' l-edukazzjoni, il-korporazzjoni tax-xogħol u taħriġ, permezz ta' l-intervention unit tagħha, malli jkollha tagħrif li xi impjegati se jispiċċaw bla impjieg mill-ewwel tinforma lill-impjegati konċernati bil-lista tal-korsijiet li toffri.", "Sadanittant, dawk li japplikaw għal xi kors waqt li jkunu għadhom fuq in- notice jingħataw priorita' u jiġu eżentati mill-ħlas fejn applikabbli.", "Minn naħa l-oħra, il-korporazzjoni dejjem tara li l-korsijiet li toffri huma skond id-domanda tas-suq tax-xogħol.", "Il-korporazzjoni qiegħda wkoll f'kuntatti mal-Malta Enterprise biex tkun mgħarrfa x'inhi d-domanda u b'hekk tieħu ħsieb li tħarreġ in-nies f'dik il- linja."]} {"filename": "20041110_184d_par.doc", "date": "2004-11-10", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 184 L-Erbgħa, 10 ta' Novembru, 2004 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 184 L-Erbgħa, 10 ta' Novembru, 2004", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.03 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "184", "L-Erbgħa, 10 ta' Novembru, 2004", "WERREJ", "MINUTI 157", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 157", "TQEGĦID TA' KARTI 163", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ESTIMI TA' NFIQ TAL-KORPORAZZJONI GĦAX–XOGĦOL U T-TAĦRIĠ", "GĦAS-SENA 2004-2005 164", "AĠĠORNAMENT 192", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 198", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 183 li saret fid-9 ta' Novembru, 2004 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "SERVIZZ PUBBLIKU - STUDENTI UNIVERSITARJI", "7701.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm persuni gradwati mill-universita` qed jaħdmu mal-gvern illum?", "X'inhu l-grad tagħhom?", "Fejn qed jaħdmu?", "X'degree universitarju għandhom?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjieg) (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Ninsab informat illi hemm 312-il persuna fil-general service li għandhom degree universitarja.", "Fl-uffiċċju tal-prim ministru u fil-ministeru tal-finanzi hemm ukoll 175 persuna fi gradi dipartimentali, professjonali jew b'kuntratt li għandhom degree universitarja.", "Qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra tabelli li juru l-informazzjoni mitluba dwar l-impjegati.", "Jekk l-Onor.", "Interpellant jixtieq xi informazzjoni oħra dwar persuni li m'humiex fil-general service u li jaqgħu taħt ministeri oħrajn, nitolbu jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "GĦAJNUNA SOĊJALI - PENSJONI TAL-WENS", "8167.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA (f'isem l-Onor.", "Antoine Mifsud Bonnici) staqsa lill-Ministru tal-Familja u tas-Solidarjeta` Soċjali: Tista' l-Ministru tgħid kemm kienu dawk il-persuni li rċevew il-pensjoni tal-wens?", "X'ammont ta' flus tħallas mid-dipartiment tas-sigurta` soċjali kull sena minn mindu ġiet introdotta din il-miżura soċjali f'dan il-pajjiż minn gvern Nazzjonalista?", "Kemm hemm benefiċjarji u x'ammont tħallas s'issa din is- sena?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (f'isem il-Ministru tal-Familja u tas-Solidarjeta` Soċjali): Ninsab informat li l-pensjoni tal-wens ġiet introdotta fis-sena 1992.", "F'dik is-sena kien hemm 17-il applikant li ġew imħallsa fl-1993 bl- arretrati.", "Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra tabella li turi n-numru ta' benefiċjarji u l-ammont imħallas kull sena sa Ottubru 2004.", "PUSTIERA", "8365.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Justyne Caruana) staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi r- raġuni li l-pustiera li daħlu mal-gvern sa l-1992, daħlu kollha fi scale 14 u għadhom hekk sal-lum u biex jaqbżu għal scale ieħor iridu jagħmlu l- eżamijiet filwaqt li l-pustiera li daħlu wara din id-data, ma ġewx imċaħħda minn din il-progression?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Nifhem li l- Onor. Interpellant qed tirriferi għal arranġamenti li saru għal dawk li kienu mpjegati fid-dipartiment tal-posta u li minn żmien għal żmien irritornaw lura għas-servizz pubbliku minn Posta Limited, mill-uffiċċju tal- Postmaster General u wara minn Maltapost p.l.c.", "Jien informat li f'dawn il- każijiet, li saru taħt ċirkostanzi differenti, l-arranġamenti saru dejjem bi qbil ma' l-unions li jirrappreżentaw lill-ħaddiema.", "STATISTIKA TAL-POPOLAZZJONI", "8372.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA (f'isem l-Onor.", "Antoine Mifsud Bonnici) staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jagħti statistika tal-popolazzjoni attwali; ta' persuni li għandhom 18-il sena u fuqhom; ta' persuni li għandhom 60 sena u fuqhom u ta' persuni li għandhom 75 sena u fuqhom għal dawn il-lokalitajiet separatament: Ħamrun, Sta.", "Venera, Marsa, Valletta, Floriana, Pieta`, Gwardamangia, Qormi, Luqa u Kirkop?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tagħrif dwar il-popolazzjoni skond bliet u rħula u skond l-etajiet jinġabar darba kull għaxar snin fiċ-ċensiment tal- popolazzjoni u djar.", "L-aħħar tagħrif li għandna huwa ta' Novembru 1995.", "ENERĠIJA ALTERNATTIVA - SUSSIDJU", "8544.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Roderick Galdes) staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien ilaħħaq is-sussidju li ħareġ il-gvern Malti lill-konsumatur li għamel użu minn enerġija alternattiva, bħal solar water heaters, battery operated cars, eċċ., matul din l-aħħar sena?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li t-tweġiba tinsab fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jista' l-prim ministru jagħtini l-informazzjoni eżatta dwar is-sussidju li ħareġ il-gvern peress li m'iniex qed naraha fit-tabella li tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra?", "MR SPEAKER: Il-prim ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: M'iniex qed nifhem id-domanda ta' l-Onor.", "Mizzi.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: L-informazzjoni li ngħatat f'dawn it-tabelli hija dwar il-valur tal-VAT u l-importazzjoni ta' alternative energy imma s-sussidju li ngħata mill-gvern lill-konsumatur li għamel użu minn enerġija alternattiva, as such, ma wasaltx għalih.", "MR SPEAKER: Il-prim ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nassumi li l-informazzjoni li qed jitlob l-Onor.", "Mizzi tinsab fil-kolonna tal-customs amount, pero' nivverifika u mbagħad nikkonfermalu.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Imma dan jindika kemm kien l-ammont li ma tħallasx?", "MR SPEAKER: Il-prim ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Hekk qed nassumi pero' issa nivverifika u nkun nista' nagħtih risposta aktar tard.", "AIR MALTA/ENEMALTA - XIRI TAŻ-ŻEJT", "7141.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA (f'isem l-Onor.", "Jason Azzopardi) staqsa lill- Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika: Jista' l-Ministru jgħid, sakemm dan ma jikkaġunax xi preġudizzju għall- operat kummerċjali tal-korporazzjoni Enemalta u l-Air Malta, kemm żdiedet l- ispiża għal xiri taż-żejt mill-Air Malta u mill-korporazzjoni Enemalta minħabba l-prezzijiet record li laħaq iż-żejt f'dawn l-aħħar ġimgħat?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika): Iż-żieda fiż-żejt ikkonsmat kemm mill-Air Malta kif ukoll mill-Enemalta tiddependi fuq il-prezz internazzjonali taż-żejt partikolari wżat, jiġifieri Jet A1 għall-Air Malta u gas oil jew light sulphur fuel oil għall-Enemalta, il-valur tad-dollaru kontra l-lira Maltija u l-arranġament li jkun sar konness max-xiri.", "Għalhekk huwa mpossibbli li nagħti ċifra preċiża jekk din ma tkunx relatata ma' perijodu partikolari.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "David Agius, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "DAVID AGIUS: Mr Speaker, inkun korrett jekk ngħid li llum fl-MCESD saru taħdidiet dwar il-kwestjoni taż-żejt?", "Jekk iva, jista' l-ministru jinforma lill-Kamra dwar xi żviluppi li kien hemm?", "MR SPEAKER: Il-ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Le, dan m'huwiex korrett.", "Fil-fatt l-artiklu li deher il-bieraħ f'\"The Times\" u ġie miċħud illum minn stqarrija tal- ministeru, kien totalment skorrett.", "Nista' ngħid li l-Onor.", "Tonio Fenech qed jagħmel l-arranġamenti biex il-laqgħa ssir il-ġimgħa d-dieħla.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Kemm hu s'issa l-persentaġġ ta' enerġija minn riżorsi alternattivi li ġie ġġenerat mill-Enemalta jew minn xi individwi?", "MR SPEAKER: Il-ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Fil-grid ma tidħol l-ebda enerġija alternattiva, la mill-Enemalta u lanqas minn individwi.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Jista' l-ministru jgħid jekk l-Air Malta hijiex qed toħroġ xi surcharge minħabba ż-żieda fil-prezz taż-żejt?", "MR SPEAKER: Il-ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Iva, l-Air Malta diġa` ħabbret żewġ surcharges differenti - ma nafx kemm huma l-ammonti f'kull każ bl-amment - u hemm il- possibilita` li toħroġ it-tielet waħda wkoll.", "Irrid ngħid li din m'hijiex ristretta għall-Air Malta għax prattikament ix-scheduled airlines kollha fid-dinja għamlu l-istess ħaġa.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: X'inhu l-persentaġġ ta' enerġija minn sorsi alternattivi li aħna marbutin bih ma' l-Unjoni Ewropea?", "Sa liema sena rridu nilħquh?", "X'inhi tagħmel l-Enemalta biex dan ikun jista' jsir?", "MR SPEAKER: Il-ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Speaker, m'għandix iċ-ċifri preċiżi quddiemi pero' safejn naf jien il-persentaġġ ta' enerġija minn sorsi alternattivi huwa ta' 5% u rridu nilħquh sa l-2010.", "Issa ħalli nkunu ċari.", "Dan l-obbligu m'huwiex ta' l-Enemalta imma tal-pajjiż kollu.", "Li trid tagħmel l-Enemalta hu li tiftaħ il-grid għal kull proġett fejn tintuża l-alternative energy.", "Din il-possibilita` diġa` teżisti.", "Fil-fatt l-Enemalta qed tilqa' kull proġett li jista' jiġi approvat mill-Malta resources authority biex hi tixtri alternative energy pero' rrid nagħmilha ċara minn issa li l-alternative energy hija ġenerata bi prezz ogħla milli meta tħallas biż-żejt.", "Jiġifieri biex naċċettaw il-5% ta' enerġija alternattiva, irridu nkunu lesti nħallsu aktar għall-elettriku li nikkonsmaw.", "L-Enemalta għamlet il-parti tagħha f'dik li setgħet tagħmel fis-sena 2003 meta qlibna minn heavy sulphur fuel oil - li jniġġeż l-ambjent - għal light sulphur fuel oil.", "Illum aħna qegħdin fil-parametri ta' l-Unjoni Ewoprea u ż-żejt li naħarqu huwa fi standards ta' l-Unjoni Ewropea.", "Pero' dan fisser illi l-light sulphur fuel oil iqum bejn 15% u 20% aktar mill-heavy sulphur fuel oil.", "Jiġifieri s-sena l-oħra żidna l-ispiża tal-ġenerazzjoni miż-żejt bejn 15% u 20% minħabba raġunijiet tajbin ambjentali u din iż-żieda ġiet assorbita totalment mill-Enemalta.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Marie Louise Coleiro, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Jista' l-Ministru jispjega r-rapport li deher illum f'waħda mill-ġurnali ewlenin \"The Times\" dwar il-kontijiet li hemm pendenti tad-dawl u l-ilma, dwar il-mod kif dawn se jitħallsu u dwar l- interessi li se jiġu mitluba f'każ li xi ħadd jaqa' lura milli jħallashom?", "MR SPEAKER: Il-ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Speaker, kif ġie wkoll irrapportat fil-gazzetta llum, l-Enemalta ġġorr ammont insostenibbli ta' djun.", "It-total tal- kontijiet individwali li jaqbżu l-Lm100 u jaqbżu wkoll is-60 ġurnata minn mindu jkunu ħarġu, huwa ta' bejn wieħed u ieħor Lm18 miljun.", "Dan huwa insostenibbli għax jekk inti ma ddaħħalx dan l-ammont, trid tissellef il- flus mill-banek biex tagħmel tajjeb għalih.", "Huwa kkalkolat li kieku l-pagamenti jsiru skond ma jitolbu r-regolamenti - nispjega aktar 'il quddiem kemm hu l-perijodu - l-Enemalta tiffranka Lm1.5 miljun fis-sena mill-operating costs tagħha.", "Fi kliem ieħor, illum l- Enemalta qed tħallas Lm1.5 miljun f'interessi għax parti żgħira tal- popolazzjoni Maltija ma tħallasx fil-perijodu indikat fil-liġi.", "Dan il- perijodu huwa ta' 45 ġurnata, jiġifieri m'huwiex qasir.", "Dan ifisser li kont tista' ddum xahar u nofs ma tħallsu pero' wara dak iż-żmien imbagħad trid tħallsu.", "Is-somma ta' Lm18 miljun tirriferi għal nies illi qabżu mhux il-45 ġurnata imma s-60 ġurnata u l-kontijiet tagħhom kienu ta' aktar minn Lm100.", "Li kieku kelli nżid il-kontijiet ta' inqas minn Lm100, probabbilment is-somma kienet titla' għal madwar Lm23 miljun.", "Il-fatt li l-Enemalta tħallas Lm1.5 miljun f'interessi għax tissellifhom mill-banek ifisser li dawn fl-aħħar mill-aħħar jidħlu fl-operating costs tagħha.", "Dan ifisser li l-Enemalta tagħmel it-telf u allura jkollok pressjoni fuq ir-rati tad-dawl illi tiċċarġja.", "Għalhekk jekk ma ssolvix il-problema, bilfors ikollok tgħolli r- rati tad-dawl.", "Apparti minn dan, jien għalija m'huwiex ġust li minħabba li hemm 10% tan- nies li l-kontijiet ma jħallsuhomx fiż-żmien - fil-fatt madwar 90% tal- poplu jħallsu l-kontijiet tagħhom fiż-żmien - ħaddieħor se jipperikola s- sostenibilita` tar-rati illi għandna llum.", "Is-sistema li se nużaw biex nissensibilizzaw lil kulħadd hija prevista diġa` fil-liġi pero' kienet tiġi applikata darba kultant u rrid ngħid ukoll li ma kenitx ikkontrollata b'mod ugwali għal kulħadd imma kienet diskrezzjonali ħafna fuq il-bażi ta' min jamministraha.", "Li qed ngħid huwa dan.", "L-ewwelnett bdejna kampanja ta' adverts fil- gazzetti - kif naħseb rat l-Onor.", "Coleiro llum - biex navżaw lin-nies dwar din is-sistema.", "Qed ngħidu li min ma jħallasx u l-kont tiegħu jaqbeż il-45 ġurnata għandu perijodu ta' xahrejn biex iħallsu.", "Wara dak iż-żmien jibda jeħel interessi ta' 8% kif previst mir-regolamenti ta' l-Enemalta, jew interessi ta' 9% kif previst mir-regolamenti tal-water services corporation.", "Barra minn hekk huwa previst ukoll fir-regolamenti li immedjatament dak li jkun jinqatagħlu s-supply tad-dawl u l-ilma u ma jiġix rikonness qabel ma jħallas il-kont.", "U biex tiġi rikonnessa s-supply, l- individwu jrid iħallas ukoll multa ta' Lm60.", "Dawn m'humiex affarijiet ivvintati imma qegħdin kollha fir-regolamenti.", "Billi nafu illi jista' jkun hemm nies li ħallew il-kontijiet tagħhom jitilgħu u allura ma jistgħux iħallsuhom f'daqqa, għamilna arranġamenti mal- banek biex f'isem l-individwu jagħmlu standing order u l-kont jitħallas b'mod regolari lill-korporazzjonijiet.", "B'dan il-mod niżguraw li jkun hemm in-nifs u jkun hemm ukoll regolarita` fil-pagamenti.", "Ovvjament il-bottom line jibqa' li l-kontijiet iridu jitħallsu.", "Naħseb li huwa nġust u totalment inaċċettabbli li filwaqt li jkun hemm min iħallas regolarment, ikun hemm oħrajn li jinjoraw il-kontijiet li jintbagħtu lilhom tas-servizz li huma stess ikunu ġġeneraw.", "Il-maġġoranza ta' kontijiet pendenti f'din il-kategorija m'humiex domestiċi.", "Fil-fatt jidhirli li madwar 5% biss huma domestiċi filwaqt li l-oħrajn huma ta' nies fil-kummerċ bħal sidien ta' ħwienet, ta' industriji u ta' hotels.", "Meta nieħdu dan kollu in konsiderazzjoni naħseb illi rnexxielna noħolqu bilanċ bejn dak li huwa dovut lill-Water Services Corporation u lill- Enemalta u l-bżonn li ma nibqgħux nisselfu l-flus mill-banek għall-kapriċċ ta' ftit individwi.", "Irridu nsibu sistema biex min jittraskura li jħallas il-kontijiet, ikun jista' jħallashom bin-nifs imma naturalment ikun soġġett li jħallas ukoll l-interessi.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Agius.", "ONOR.", "DAVID AGIUS: Jista' l-ministru jgħidilna minn meta se tibda tiġi applikata din is-sistema, jekk jogħġbu?", "MR SPEAKER: Il-ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: F'ċerti każijiet is-sistema diġa` bdiet titħaddem pero' hemm perijodu, mingħalija sa nofs il-ġimgħa d-dieħla, ta' publicity campaign u lejn l-aħħar tal-ġimgħa d-dieħla tibda titħaddem is-sistema.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jista' l-ministru jgħid kif se jiġu stmati dawk il- familji li għandhom problemi soċjali, forsi għax ħadd minnhom ma jkun jaħdem jew ikollhom problemi ta' mard u affarijiet simili?", "Dawn xorta waħda se jinqatgħalhom is-servizz tad-dawl u l-ilma?", "Jista' jgħid ukoll x'jiġri f'każ li l-Enemalta jew il-Water Services Corporation ikollhom jagħtu lil xi azjendi jew kumpanniji u dawn min-naħa tagħhom ikollhom kontijiet pendenti ma' l-istess korporazzjoniiet?", "F'dak il-każ se jsir off-set jew xorta waħda se jinqata' s-servizz tad-dawl u l- ilma?", "MR SPEAKER: Il-ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jiena assolutament m'għandi l-ebda problema li jsir off-set f'każijiet simili, basta qed nitkellmu fuq kontijiet ta' l-Enemalta jew tal-Water Services Corporation.", "Għax l-Onor.", "Mizzi u jien neħduhom bħala affarijiet ordinarji u normali dawn imma ssib nies li għax għandhom jieħdu mill-income tax department, per eżempju, jippretendu li m'għandhomx iħallsu l-kontijiet tad-dawl u l-ilma.", "Jekk qed nitkellmu dwar korporazzjonijiet li għandhom jagħtu u fl-istess ħin għandhom jieħdu, ma nsib l-ebda problema ta' xejn jekk naqbdu nagħmlu off-set u neħilsu kollox, anzi b'dan il-mod inkunu qed neħilsu mill-karti u anke mill-avukati.", "Dwar l-ewwel mistoqsija ta' l-Onor.", "Mizzi tajjeb li ngħid li l-ewwelnett min huwa ddikjarat bħala social case mid-dipartiment tas-servizzi soċjali, diġa` m'huwiex qed iħallas il-kera ta' l-arloġġi u jiġi charged reduced rates.", "Jien nippretendi li dawn in-nies, li huma ċertifikati li huma social cases, għandhom jagħmlu l-parti żgħira tagħhom.", "U rrid ngħid li huma ftit dawk li qegħdin lura, biex inkunu ċari, pero' l-ftit li għandhom jagħtu, iridu jagħtuh.", "Ma jistax ikun li noħorġu kontijiet bis- salvagwardji kollha, bit-tnaqqis kollu li r-regolamenti jippermettulna li nagħmlu u anke dak il-ftit jiġi injorat.", "Qed ngħidu li min għandu bżonn in-nifs biex iħallas, żgħir kemm hu żgħir l- ammont, se nagħtuh in-nifs, pero' qed ngħidu wkoll li dak kien jiġri fil- passat.", "Mil-lum 'il quddiem jekk trid id-dawl, jekk trid l-ilma, il-ftit li jiġik il-kont, trid tħallsu f'45 ġurnata.", "Jew inkella nistgħu niddeċiedu f'dan il-parlament li ċerti każijiet m'għandhom iħallsu xejn imma mbagħad min bħalna hawn ġew m'huwiex social case, irid iħallas aktar biex jagħmel tajjeb għalihom.", "Nistgħu niddeċiedu hekk jekk irridu.", "Pero' xi ħadd irid iħallas għax il-ġenerazzjoni tad-dawl ma taqax mis-sema.", "Trid taħraq il-fuel fil-power stations u timpjega lin-nies u dawn l-affarijiet iqumu l-flus.", "Jiġifieri jekk irridu nistgħu neżentaw nofs il-popolazzjoni ta' Malta, nistgħu neżentaw il-hotels kollha u l-industrija kollha, pero' xi ħadd irid iħallas għal kull min jiġi eżentat.", "Sur President, is-sistema hekk qiegħda.", "Lil min għandu bżonn l-għajnuna, kull gvern għenu billi applika tariffi minimi ħafna.", "Pero' jien nippretendi li huma għandhom jagħmlu l-parti tagħhom ukoll u mhux jesaġeraw fil-konsum.", "Għax tista' tbaxxi kemm trid it-tariffi imma jekk tiġi taqa' u tqum mill-konsum, fl-aħħar mill-aħħar il-kont ittellgħu wkoll!", "Wieħed jista' jara li l-averages tal-kontijiet tal-11,000 social case li hemm, huma baxxi ħafna.", "Pero' naħseb li lkoll għandna nippretendu li dak il-ftit għandu jitħallas fi żmien 45 ġurnata.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Galea.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Mr Speaker, jien nifhem illi l-Enemalta trid tieħu ċerti miżuri minħabba ż-żieda fil-prezz taż-żejt pero' nixtieq li l- ministru jserraħ ras il-poplu Malti u Għawdxi li l-Enemalta, jew il-gvern, m'huwiex se jirrikorri għall-miżuri li kien ħa gvern Laburista fil-passat li meta kien għola ż-żejt iddeċieda li jħalli t-toroq ta' Malta u Għawdex fid-dlam.", "MR SPEAKER: Il-ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nista' nassigura lill-Onor.", "Membru li eżaminajna fuq li eżaminajna alternattivi u mudelli differenti ta' finanzjament imma s'issa għadu qatt m'għaddielna minn rasna li nitfu t-toroq biex niffrankaw id-dawl.", "Mr Speaker, l-istreet lighting f'dan il-pajjiż - qed nirriferi direttament għall-ġenerazzjoni ta' dawl u mhux għal-labour costs biex iżżomm il-poles, eċċ. - iqum madwar Lm1,200,000.", "Hawn industriji li jikkonsmaw id-doppju ta' dan.", "Jiġifieri nista' nassigura lil dan il-parlament li relattivament għall-konsum sħiħ li jiġi billed, l-istreet lighting m'huwiex xi ħaġa partikolari.", "Għalkemm fit-toroq ta' pajjiżna għandna ammont mhux ħażin ta' dawl - jien kultant ngħid li għandna żżejjed u jkun aħjar kieku flok inħallu dak l-ammont kollu ta' dawl jixgħel, speċjalment f'kull pjazza antika li għandna, inbaxxuh u nagħmluh naqra aktar bis-sens - relattivament il-billing kollu li jsir mill-Enemalta għall-istreet lighting m'huwiex daqstant għoli.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Coleiro.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Mr Speaker, għalkemm fuq il-gazzetta ntqal li hemm 11,000 każ ta' social cases, jista' l-ministru jgħid jekk sarx xi social impact assessment fuq kategoriji oħra ta' nies, fosthom dawk li jgħixu bil-minimum wage, biex naraw jekk dawn jifilħux iħallsu kontijiet f'daqqa f'dan iż-żmien partikolari?", "MR SPEAKER: Il-ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-ewwelnett ma naħsibx li l-Onor.", "Coleiro fehmitni.", "Ħadd m'hu qed jgħid li dawn il-flus għandhom iħallsuhom f'daqqa.", "Anzi biex ma jħallsuhomx f'daqqa għamilna arranġamenti mal-banek biex ikunu jistgħu jħallsuhom bin-nifs.", "Aħna ridna nagħmluhom mal-banek għar-raġuni li rridu li jkun hemm standing orders u aħna assigurati li l-kontijiet se jitħallsu over a period of time.", "Jien nifhem li parti mit-tort hu ta' l-Enemalta li sfortunatament fuq medda ta' snin - mingħajr ma nwaħħal f'ħadd - ma daħħlitx ir-regola stretta li taqta' s-servizz tad-dawl meta l-individwu ma jħallasx fi żmien 45 ġurnata.", "Din bħal fil-każ ta' l-income tax.", "Sakemm sa ftit snin ilu konna mdorrijin inħallsu dejjem b'lura, kollox kien jibqa' għaddej.", "Imma meta mbagħad inbidlet il-metodoloġija u kulħadd sar jaf li jekk ma jħallasx fi żmien stipulat se jeħel il-multi, kulħadd dara u beda jħallas it-taxxa fil-ħin.", "Allura parti mit-tort li daħlet din il-mentalita` hija wkoll ta' l- Enemalta.", "Minkejja li skond ir-regolamenti l-Enemalta setgħet iddur fuq dawk kollha li ma ħallsux il-kontijiet tagħhom u tgħidilhom li minn għada stess se taqtgħalhom is-servizz tad-dawl, deherli li dan m'huwiex ġust u li fuq l- arretrati għandu jingħata perijodu ta' żmien biex wieħed ikun jista' jħallas.", "Dan huwa raġonevoli għax wieħed ikollu ċ-ċans iħallas u fl-istess ħin m'intix tagħmillu strain.", "Pero' dan kien il-passat.", "Issa qtajna linja u naħseb li diġa` qed inkunu ġenerużi biżżejjed meta l-liġi qed tippermetti 45 ġurnata biex jitħallas il-kont u 60 ġurnata biex jiġu applikati l- interessi.", "Waħda mir-riformi li qed nikkonsidraw hija li nbiddlu s-sistema tal-billing biex il-familji jkunu jistgħu jippjanaw aħjar.", "Waħda mill-problemi li hemm illum hija l-meter reading.", "Aħna għandna sistema tal-ġenn li ma teżisti fl- ebda pajjiż ieħor fid-dinja, fejn nipprovaw naqraw l-arloġġi tal-pajjiż kollu kull tliet xhur.", "Dan dejjem jirriżulta li ma jirnexxix assolutament, ħadd ma jista' jippjana u l-kontijiet ivarjaw.", "Allura se nipprovaw immorru għal sistema fejn il-qari ta' l-arloġġ isir darba fis-sena, il-kont jintbagħat kull xahrejn u l-ammont tiegħu jkun one-sixth tas-sena kollha.", "B'hekk almenu dak li jkun ikun jaf fuq medda ta' sena kif għandu jħallas u jkun jista' jippjana aħjar.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Tqegħid ta' karti.", "TQEGĦID TA' KARTI", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG (Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern): Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar l-għadd ta' persuni li qegħdin taħt sentenza ta' ħabs sospiża, flimkien ma' l-akkuża relattiva, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7816.", "MR SPEAKER: Il-Ministru Galea.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar l-għadd ta' studenti li daħlu l-Universita` għall-ewwel darba f'Ottubru 2004 maqsuma skond id-diversi korsijiet, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 8226;", "Tabelli li juru l-għadd ta' studenti li qed jattendu l-Universita` ta' Malta mqassma skond id-diversi korsijiet, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 8228; u", "Tagħrif dwar l-għaqdiet sportivi li matul l-2004 talbu għal xi għajnuna finanzjarja, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 8237.", "MR SPEAKER: Il-Ministru Deguara.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar l-għadd, il-grad u l-pajjiż li ġejjin minnu l-infermiera u qwiebel barranin li jaħdmu fi sptarijiet jew kliniċi pubbliċi f'Malta, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7812;", "Tagħrif dwar l-għadd, il-grad u l-pajjiż li ġejjin minnu tobba barranin li jaħdmu fil-Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil- Komunita`, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7813;", "Lista ta' staff paramediku li jaħdmu fl-Isptar San Luqa, fid- Dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunita` u fid-Diviżjoni tas- Saħħa, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7814; u", "f'isem il-Ministru għall-Familja u Solidarjeta` Soċjali, inqiegħed fuq il- mejda tal-Kamra:", "Rapport Annwali ta' l-Awtorita` tad-Djar għas-sena 2003-2004 u Estimi finanzjarji għas-sena 2004-2005; u", "Tabella li turi l-għadd ta' benefiċjarji u n-nefqa fuq pensjoni tal- wens bejn l-1993 u Ottubru 2004, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 8167.", "MR SPEAKER: Il-Ministru Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Dettalji dwar kumpanniji li applikaw għall-bini ta' l-impjant tat- trattament tad-drenaġġ f'Għawdex, flimkien mal-valur ta' l-offera li tefgħu, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 8156.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ESTIMI TA' NFIQ TAL-KORPORAZZJONI GĦAX–XOGĦOL U T-TAĦRIĠ GĦAS-SENA 2004- 2005", "(Tkompli mid-9 ta' Novembru 2004)", "MR SPEAKER: Ninforma lill-Kamra li l-gvern ħa 61 minuta u l-oppożizzjoni ħadet 82 minuta.", "Għaldaqstant il-gvern baqagħlu 85 minuta waqt li l- oppożizzjoni baqgħalha 64, bil-winding up għall-gvern.", "Aktar rimarki?", "Il-Ministru għal Għawdex.", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO (Ministru għal Għawdex): Sur President, illum l- attenzjoni f'din il-Kamra qiegħda fuq l-ETC, li hija korporazzjoni tal- gvern li qed tagħmel ħafna ġid għall-gżejjer Maltin u Għawdxin.", "Irrid nieħu l-okkażjoni biex nifirħilha u anke nirringrazzja lill-Ministru Louis Galea li huwa responsabbli għaliha għax nafu li għandu għodda f'idejh li mhux faċli li tużaha pero` hu qed jużaha bl-aħjar mod possibbli għall-ġid tal-Maltin u l-Għawdxin.", "Fl-intervent tiegħi llejla, nixtieq niffoka biss fuq il-ħidma ta' l-ETC fil- gzira Għawdxija.", "Qabel ma nibda rrid ngħid li r-rata ta' qgħad fil-gżira Għawdxija m'hijiex allarmanti kif qed tpinġiha l-oppożizzjoni biex forsi takkwista xi ftit tas-simpatija fost l-Għawdxin.", "Ovvjament mhux qed ngħid li m'hemmx familji Għawdxin li għandhom xi membru tal-familja li qed ifittex xogħol u li l-opportunitajiet għalih ma jidhrux daqshekk tajba.", "Irrid ngħid li minkejja li matul din l-aħħar sena, kellna żewġ fabbriki li għalqu, ir-rata ta' qgħad f'Għawdex hi ferm anqas minn dik li kellna fl- 1997 li kienet l-unika sena sħiħa fil-gvern tal-partit Laburista.", "Irrid ngħid ukoll li l-fabbriki li għalqu, għalqu għaliex sabu pajjiż inqas żviluppat minn Għawdex u Malta u hemmhekk sabu ċ-cheap labour u għalhekk setgħu jħallsu l-ħaddiema ta' hemmhekk ferm inqas minn dawk Għawdxin u Maltin.", "Jekk inħarsu lejn il-medja ta' persuni qiegħda minn Jannar sa Ottubru ta' din is-sena, insibu li l-medja kull xahar hija dik ta' 583 persuna filwaqt li fl-1997, il-medja ta' persuni qiegħda kull xahar kienet ta' 626 persuna, jiġifieri 43 persuna aktar kull xahar.", "Minkejja dan, aħna m'aħniex moħħna mistrieħ li kollox miexi sew għaliex kellna snin li fihom ir-realta` kienet aktar diffiċli.", "Il-gvern permezz ta' l-ETC qed jaħdem bis- sħiħ biex ikompli jtejjeb is-sitwazzjoni ekonomika fejn jidħol ix-xogħol, anke f'Għawdex.", "Huwa fatt li hemm problemi li jinħassu iżjed f'Għawdex milli f'Malta.", "Il- problema ta' nuqqas ta' għażla fl-opportunitajiet ta' xogħol hija reali fi gżiritna minħabba ċ-ċokon ta' Għawdex u minħabba l-limitazzjonijiet fir- riżorsi tal-gzira.", "Il-gvern jemmen li Għawdex jeħtieġ li jkollu aktar għodda f'idejh biex jilqa' għall-problemi li jaffettwaw il-possibilita` ta' opportunitajiet ta' xogħol f'Għawdex stess.", "Iva, Sur President, irridu ntejbu l-klima li fiha jopera s-settur privat u ntejbu l-għajnuna li jagħti l-gvern lil dan il-qasam.", "Aktar kmieni din is-sena, il-gvern ippubblika l- ewwel pjan ta' azzjoni nazzjonali għall-impjiegi fejn ta ħarsa speċifika wkoll lejn il-ħtiġijiet ta' Għawdex.", "Nafu li f'Għawdex il-qasam tal- manifattura m'għadux iħaddem in-numru sostanzjali ta' nies li kien iħaddem sa ftit snin ilu pero` minkejja dan, nafu wkoll li l-oqsma tal-produzzjoni ta' l-ikel, il-kostruzzjoni u l-qasam tas-servizzi żiedu n-numru ta' ħaddiema li jħaddmu u għalhekk żiedu l-opportunitajiet ta' xogħol f'Għawdex.", "Il-politika tal-gvern dwar il-qasam tax-xogħol f'Għawdex hija strettament marbuta mal-provista ta' taħriġ adegwat mhux biss għal dawk li deħlin fil- qasam tax-xogħol imma wkoll lil dawk li diġa` qegħdin jaħdmu.", "Irridu nżidu l-ħolqien tax-xogħol, irridu nżidu l-livelli ta' edukazzjoni u ħiliet fil- ħaddiema tagħna u rridu wkoll innaqqsu l-piżijiet żejda li l-industrija u l- qasam tax-xogħol għandhom speċifikament f'Għawdex.", "Fil-ħidma kontinwa tiegħu f'dan il-qasam, il-Ministeru għal Għawdex jaħdem kontinwament ma' korpi mwaqqfa mill-gvern biex dan il-qasam f'Għawdex ikompli jissaħħaħ.", "Jien qed nirriferi partikolarment għall-Gozo business chamber, għall-Gozo tourism association, għall-kunsill għall-edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali kif ukoll għal għaqdiet oħra.", "L-ETC hija wkoll involuta kontinwament fit- tfassil ta' politika u strateġija għall-promozzjoni ta' taħriġ u xogħol f'Għawdex.", "Dan l-aħħar l-ETC ikkummisjonat rapport dwar servizzi tal-gvern li jistgħu jingħataw minn Għawdex.", "Matul is-sena d-dieħla huwa mistenni li r-rakkmandazzjonijiet li ħarġu minn dan ir-rapport jiġu riveduti sabiex titfassal strateġija għal Għawdex f'dan ir-rigward.", "Fil-fatt is-sena d- dieħla huwa mistenni li l-ETC u l-gvern ifasslu servizzi aktar speċifiċi għal Għawdex biex inkomplu nsaħħu l-ħiliet tal-ħaddiema Għawdxin.", "Hawnhekk nixtieq insemmi proġett li l-ministeru għal Għawdex flimkien ma' l- ETC għandhom għas-snin li ġejjin għaliex permezz ta' fondi ta' l-Unjoni Ewropea, speċifikament permezz tal-fond soċjali Ewropew – l-ESF – il- ministeru għal Għawdex u l-ETC se jkunu qed joffru korsijiet ta' taħriġ vokazzjonali kif ukoll skemi differenti għall-ġid tal-ħaddiem Għawdxi biex dawk li jridu jintegraw irwieħhom fil-qasam tax-xogħol ta' Għawdex, ikunu megħjuna jagħmlu dan.", "Irrid ngħid li dan il-proġett ġie approvat riċentement u għalih se jiġu nvestiti euro 260,000.", "Sur President, dawn il-korsijiet ta' taħriġ huma mmirati biex itejbu l- kapaċita` ta' dawk li qed jaħdmu kif ukoll ta' dawk li jixtiequ jiżviluppaw il-kapaċitajiet tagħhom biex isibu xogħol, fost l-oħrajn, fl-industrija tat- turiżmu.", "Kulħadd jaqbel li din l-industrija hija waħda mill-aktar pilastri importanti għall-ekonomija Għawdxija u għalhekk l-ETC identifikat din in- niċċa bħala żona li fiha hemm potenzjal kbir għal aktar xogħol ta' kwalita` għall-Għawdxin f'Għawdex stess.", "Fil-fatt hemm ippjanat li jsiru tliet skemi.", "L-ewwel waħda hija skema maħsuba biex tgħin gradwati Għawdxin isibu xogħol ma' intrapriżi Għawdxin f'Għawdex stess.", "It-tieni skema hi maħsuba biex tgħin intrapriżi żgħar itejbu jew jiżviluppaw in-negozji tagħhom billi jiġu pprovduti b'servizz ta' konsulenza filwaqt li t-tielet skema hi maħsuba biex tiżviluppa l-kapaċitajiet ta' dawk li jixtiequ jibdew in- negozju tagħhom.", "Fil-fatt din l-iskema taħseb biex tipprovdi taħriġ kif ukoll għajnuna biex dawk l-individwi jagħmlu business plan u jwettquh.", "Il- korsijiet ta' taħriġ huma mmirati biex dawk li m'għandhomx xogħol, ngħinuhom jiżviluppaw il-kapaċitajiet tagħhom u b'hekk ikunu f'qagħda aħjar biex isibu xogħol fil-qasam turistiku filwaqt li dawk li diġa` qed jaħdmu jtejbu l-kapaċitajiet tagħhom f'dan il-qasam.", "Mill-banda l-oħra se noffru skemi li huma mmirati għal dawk li għandhom in- negozju sabiex dawn itejbu u jsaħħu l-kapaċitajiet u n-negozju tagħhom filwaqt li dawk li jixtiequ jibdew in-negozju tagħhom, ikunu megħjuna jagħmlu dan.", "Din il-ħidma kollha li l-ministru għal Għawdex flimkien ma' l- ETC ippreparajna għall-ġid tal-ħaddiema Għawdxin hija biss pass ieħor kbir 'il quddiem li se jgħinna nindirizzaw aħjar it-tibdiliet neċessarji fid- dinja tax-xogħol illum.", "Hawnhekk irrid nirringrazzja kemm lill-uffiċjali tal-ministeru għal Għawdex kif ukoll lill-uffiċjali ta' l-ETC ta' Għawdex għall-mod kif ħadmu biex stajna nakkwistaw dawn l-iskemi kollha li żgur se jħallu ġid kbir għall-Għawdxin.", "Hawnhekk ma nistax ma nirriferix – għalkemm b'mod mhux dettaljat - għall-ħidma simultanja li aġenziji oħra tal-gvern – fosthom il-Malta enterprise u l-awtorita` tat-turiżmu – li permezz ta' skemi oħra, qed joffru opportunitajiet għall-ġid tal-ħaddiem u l-imprenditur Għawdxi.", "Sur President, jien nemmen li l-futur li għandna quddiemna hu wieħed mimli b'opportunitajiet.", "Il-gvern għaddej bil-ħidma biex ikompli jsaħħaħ l- infrastruttura u r-riżorsi tagħna.", "Aħna tajna każ tal-problemi speċifiċi fejn jidħol il-qasam tax-xogħol u t-taħriġ u għalhekk qed nindirizzawhom bl- aktar mod tajjeb.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Marie Louise Coleiro.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Sur President, sena wara l-oħra nitkellmu u niddiskutu l-qagħda tax-xogħol f'Malta għax għalkemm inkunu qed niddiskutu r-rapport annwali ta' l-ETC, bażikament din il-Kamra tkun qed tiddiskuti l- politika tal-gvern dwar ix-xogħol u l-qagħda tax-xogħol fil-pajjiż.", "Sfortunatament il-kelliema tal-gvern minflok ma tkellmu fuq dak li qed jiġri fil-familji tagħna u fil-postijiet tax-xogħol tagħna, tkellmu bħallikieku kienu f'xi konferenza politika f'xi każin tal-partit Nazzjonalista.", "Smajna biss ftaħir dwar kemm l-affarijiet sejrin tajjeb.", "Imn'alla li l-istazzjon li fuqu jixxandar il-parlament ma tantx jisimgħuh nies u imn'alla li l-istrangers' gallery f'dawn l-aħħar snin qed tkun vojta għax dak li qed jintqal min-naħa tal-gvern żgur li mhux qed jirrifletti l- verita` tal-fatti li qed jgħixu l-Maltin u Għawdxin.", "Anke issa smajna l- ministru għal Għawdex titkellem dwar Għawdex – jiena forsi l-anqas waħda li għandi hands- on fuq Għawdex – u xtaqt nirreferiha għall-paġna 27 tan- national action plan for employment fejn hemmhekk bl-aktar mod ċar qed jintqal:", "\"...in view of the fact that Gozo suffers from a more serious unemployment problem than Malta.\".", "Dan ifisser li l-istess rapport qiegħed jgħid li Għawdex isofri minn problema ta' qgħad ħafna aktar serja minn dik ta' Malta.", "Kont nippreferi nisma' lill-ministru għal Għawdex titkellem kif fil-fatt qed tiġi tackled il-problema.", "Huwa veru wkoll li f'dan il-pjan l-ETC se tkun qed tieħu xi inizjattivi partikolari għal Għawdex pero` minkejja li fil-bidu ta' dan ir- rapport innifsu jintqal li dan mhux rapport ta' kif se jiġu ġġenerati l- impjiegi, jien naħseb li mhux biżżejjed li nitkellmu fuq l-operat ta' l-ETC bħala taħriġ biss imma rridu nitkellmu fuq il-qagħda ekonomika ta' pajjiżna u fuq dak li suppost qed isir min-naħa tal-gvern biex attwalment jiġi ġġenerat ix-xogħol.", "Sur President, għandna fatti llum, anke mill-pjan nazzjonali dwar il- poverta` u l-esklużjoni soċjali, fejn jintqal bl-aktar mod ċar li nofs dawk li huma unemployed, huma l-fqar ta' Malta u għaldaqstant inħoss li din it- tip ta' diskussjoni hi aktar serja mis-soltu.", "Din li nofs dawk li huma unemployed huma l-fqar ta' Malta hija xi ħaġa li dehret riċentament fl- istatistika tagħna u allura din kellha tieħu dimensjoni ħafna aktar reali mis-soltu.", "Qabel inkompli fuq dan, nixtieq indur ftit lejn ir-rapport ta' l-ETC u nsemmi xi ftit affarijiet.", "Il-bieraħ smajna lill-ministru jaqra ħafna figuri u jagħtina stampa ta' kemm l-affarijiet sejrin tajbin u li l-gvern mhux jinkwieta minkejja dak li tgħid l-oppożizzjoni dwar il-qgħad.", "Minkejja dan, l-istess rapport ta' l-ETC, fil-foreword tiegħu, jgħid hekk:", "\"Despite the fact that the number of vacancies notified to ETC dropped by 10% on the previous financial year, the total number of ETC placements was only 2.5% less than last year.\".", "Ma nistax nifhem jien kif l-ETC tħossha komda li għamlet 2.5% anqas placings meta l-postijiet tax-xogħol naqsu b'10%.", "Sur President, anke kieku naqsulha b'1%, l-ETC kellha għaliex tinkwieta aħseb u ara meta għandna din ir-rata ta' 2.5%.", "Fil-fehma tiegħi, anke jekk ikollok persuna waħda bla xogħol, il-politika tal-gvern tal-ġurnata tkun qed tfalli, aħseb u ara meta llum nafu li s-sitwazzjoni fis-settur tax-xogħol qed taggrava minn xahar għal xahar.", "Dan mhux qed ngħiduh min-naħa ta' l-oppożizzjoni biex noqogħdu niftaħru jew nitkessħu għaliex jien l-ewwel waħda - u m'għandix dubju li sħabi kollha hekk – ma neħux gost b'dan l-inkwiet.", "Billi qegħdin fl- oppożizzjoni ma neħdux gost naraw nies li f'daqqa waħda jsibu ruħhom bla xogħol u jkollhom ibiddlu radikalment il-mod ta' kif jgħixu u jaraw kif se jirnexxilhom jgħixu b'mod diċenti.", "Ċertament aħna m'aħniex kuntenti b'dan u nifirħu meta pajjiżna jkun miexi fuq mewġa ta' ġid fejn ix-xogħol ikun abbundanti u kulħadd ikun qiegħed igawdi mill-frott ta' ħidmietu.", "Fil-foreword ta' dan l-istess rapport ta' l-ETC hemm miktub:", "\"Success can be reported this year on containing abuse as the number of persons struck off the unemployment register was 45% higher than last year.", "This resulted from better desk investigation and collaboration with other concerned government entities.\".", "Kieku jien konvinta li dawn il-45% kienu kollha qed jabbużaw, kont ngħid prosit kbira lil ETC li rnexxielha taqbad l-abbuż u twaqqaf dan is-serq tal- fondi tal-poplu Malti.", "Pero` jien m'inix konvinta minn dan u naħseb li wħud minn dawk il-45% ma kenux nies li kienu qed jabbużaw.", "Jien kont nippreferi li kieku l-ETC ppreżentat mhux biss il-persentaġġi ta' kemm inqatgħu nies imma anke l-figuri ta' kemm nies marru quddiem il-national employment authority u hemmhekk rebħu lura d-dritt li jirreġistraw għax kienu nqatgħu inġustament.", "Qed ngħid dan għax jien personalment ikolli diversi nies li jiġu maqtugħa inġustament minn fuq ir-reġistru ta' l-ETC u jkollhom jagħmlu xhur – xi sitt xhur jew aktar – biex l-appell tagħhom jinstema' quddiem in-national employment authority u matul dawn ix-xhur jispiċċaw mingħajr sold biex imantnu l-familja u li kieku ma jkunx hemm xi relative jew il-ġenituri tagħhom li jgħinuhom f'dawn il-mumenti, nixbgħu naraw nies jittallbu.", "Jien se nsemmi każijiet ta' kif jinqatgħu n-nies minn fuq il-lista tar- reġistrar b'mod inġust.", "Diġa` l-fatt li qed igħid li \"this resulted from better desk investigation\" m'huwiex sinjal tajjeb.", "Ma nistax nifhem kif minn fuq l-iskrivanija tista' tinvestiga u tieħu deċiżjonijiet korretti meta ħafna affarijiet jitolbu xogħol ta' fieldwork biex inti tkun tista' verament tinvestiga u tkun ċert li dak li tkun qed tagħmel, ikun korrett.", "Per eżempju, jien kelli każ ta' raġel tal-familja li ġie mitlub jagħmel telefonata lil employer biex jitolbu x-xogħol, u meta dan għamel hekk l- employer kważi ma tax kasu tant li lanqas biss ħadlu d-dettalji tiegħu u ħallih billi qallu li hu ma kellux esperjenza għal dak ix-xogħol li kien qed jitlob.", "Imbagħad meta dan mar jirreġistra qalulu li kien inqata' minn fuq il-lista tar-reġistrar minħabba li ma marx biex jagħmel l-interview ma' dak l-employer.", "Għalhekk bir-raġun dan ir-raġel appella u meta morna quddiem in-national employment authority huwa wera l-breakdown tal-kont tal- Vodafone tiegħu biex jipprova - u fil-fatt imn'Alla kien dan il-kont - li fil-fatt huwa kien ċempel lil dan l-employer.", "Fil-fatt irriżulta li għal xi raġuni jew oħra l-employer iddeċieda li ma jeħux id-dettalji personali ta' dan l-individwu minn fuq it-telephone u lanqas biss indenja ruħu jinforma lill-ETC li fil-fatt dak l-individwu kien ċempel imma ma ntgħażilx minħabba li ma kellux l-esperjenza fix-xogħol li kien qed jitlob hu.", "Issa hawnhekk ikun tajjeb jekk ngħidu li minħabba din in-negliġenza dan l- individwu dam sitt xhur jew seba' ma jiħux lanqas sold wieħed min-naħa tad- dipartiment tas-sigurta` soċjali, u m'hemmx għalfejn ngħidu li minħabba f'hekk ġew ikkaġunati problemi kbar kemm għalih kif ukoll għall-familja tiegħu.", "Nixtieq insemmi każ ieħor fejn l-ETC ċemplet individwu, talbitu jċempel lil xi ħadd għax-xogħol u meta dan l-individwu għamel kif qalulu, l-employer wieġbu li ma kienx qed ifittex nies għax-xogħol imma minkejja dan, huwa qallu biex iċempel fi ftit jiem oħra.", "Għalhekk wara ftit jiem dan l- individwu reġa' ċempel, imma sfortunatament baqa' ma ngħata risposta ta' xejn.", "Imbagħad meta wara 15-il ġurnata reġa' mar biex jirreġistra, lil dan l-individwu qalulu li ġie maqtugħ minn fuq il-lista tar-reġistrar.", "Issa anke f'dan il-każ, dan huwa raġel tal-familja b'erbat itfal.", "Biss biss l- appell tiegħu dam biex instema' xi sitt xhur jew sebgħa, imma almenu mbagħad ġustament spiċċa biex rebħu wkoll għax kif jgħid il-Malti, għar- raġuni m'hemmx forza.", "Mr Speaker, ġew quddiemi żewġ każijiet oħra fejn għalkemm huwa veru li t- tort ma kienx ta' l-ETC, jien persważa li kieku din il-korporazzjoni minflok ma tagħmel better desk investigations, tagħmel ftit fieldwork tkun taf kemm sfortunatament għandna employers li qed jistmaw lill-ħaddiema tagħhom bħall-annimali.", "L-employers qed jittrattaw lill-ħaddiema bl-aktar mod vili tant li qed jaddottaw sistemi ta' hire and fire.", "Per eżempju, naf b'każ ta' tfajla li kienet bil-vacation leave u peress li f'ġurnata minnhom qamet ma tiflaħx, marret għand it-tabib.", "Sakemm kienet għand it-tabib ċemplulha biex tidħol għax-xogħol u għalkemm hi qaltilhom li kienet ma tiflaħx, qalulha li jekk ma tidħolx għax-xogħol tista' ma tersaqx iktar 'l hemm.", "Fil-fatt din baqgħet ma daħlitx minħabba li kienet ma tiflaħx, spiċċaw biex keċċewha u fuq il-formola ta' l-ETC minflok ma niżżlu li kienet ġiet redundant, niżżlu li din qabdet u telqet mix-xogħol minn jeddha bil-konsegwenza li din it-tfajla spiċċat ma tistax tirreġistra għax-xogħol fuq l-ewwel parti tar-reġistru u kellha tirreġistra fuq it-tieni parti tar- reġistru.", "Għalhekk anke f'dan il-każ, din it-tfajla kellha tmur quddiem in- national employment authority, għamlet kważi seba' xhur tistenna biex imbagħad spiċċat li rebħet il-każ.", "Naf b'każ ieħor ta' tfajla b'kondizzjoni medika li spiċċat biex tkeċċiet mix-xogħol minħabba li kienet bil-kuntratt.", "Għax meta ħaddiem ikun bil- kuntratt dan ikun ifisser li l-employer ikun jista' jagħmel li jrid bih!", "Issa wieħed mill-managers tal-kumpannija li kienet timpjegaha qal lili personalment li din it-tfajla kellha bżonn il-kura, jiġifieri dawn kienu jafu li din it-tfajla kellha bżonn il-kura, pero' dawn minflok ma taw ir- raġunijiet veri lill-ETC għaliex kienu keċċewha ġabuha li hi qabdet u telqet minn jeddha.", "Għalhekk din it-tfajla ma tistax tirreġistra fuq l- ewwel parti tar-reġistru u sal-lum għadha qed tistenna biex tidher quddiem in-national employment authority.", "Minħabba dawn ir-raġunijiet ikolli b'dispjaċir ngħid li l-ETC ma tistax tiftaħar li qatgħet 45% iktar ħaddiema mis-sena li għaddiet minn fuq il- lista tar-reġistrar minħabba li għamlet better desk investigations.", "Id- desk investigations ma jwasslukx biex tasal għar-realtajiet ta' l- affarijiet.", "Ħafna drabi meta ma tagħmilx il-fieldwork u ma tinvestigax kif suppost mhux talli ma tkunx qed twaqqaf l-abbuż talli tkun qiegħed tissagrifika nies innoċenti u tgħaddihom minn ċertu martirju u gwaj bla bżonn.", "Imbagħad meta niġu għal paragrafu 3.2 tar-rapport li ppreżentatilna l-ETC, liema paragrafu huwa intitolat \"Research and Development\", insibu li taħt it-taqsima \"The school to work transition of young people in Malta\" fost affarijiet oħra dan igħidilna hekk:", "\"Most area secondary/trade school students are the ones who tend to opt for employment immediately after completing compulsory schooling and end up in elementary occupations or as machine operators while most junior lyceum and church and independent school students opt to continue their studies and end up in occupations of relatively higher status.", "Moreover the researchers stated that a significant number of students are ending up without any qualifications at all making it difficult for them to find employment.\".", "Ovvjament lili dan it-tip ta' diskors jinkwetani ħafna, bħalma jinkwetani l- paragrafu li jmiss, li jgħid hekk:", "\"Meanwhile the researchers argue that there is a growing need for more and better links between the different stakeholders that have an impact on the school to work transition of young people in Malta.", "More links should be introduced between school and industry at secondary level and in the general education track especially when it comes to career guidance and counselling.", "Meanwhile collaboration between vocational education and industry should be strengthened and more overlapping should be present between the different education paths for students to be able to combine different educational packages.\".", "Mr Speaker, fl-opinjoni tiegħi dawn iż-żewġ paragrafi jirriflettu l-failure fil-politika ta' dan il-gvern.", "L-ewwel smajna lill-Onor.", "Giovanna Debono tagħmel paragun bejn il-qgħad li hawn din is-sena u l-qgħad li kien hawn fl- 1997, jiġifieri għamlet paragun ta' sena waħda ta' gvern li ilu fil-poter għal iktar minn 16-il sena ma' sena waħda ta' gvern Laburista.", "Ovvjament ma jistgħux isiru dawn it-tip ta' paraguni, u l-paraguni rridu nagħmluhom fuq bażi ta' dawk is-16-il sena li kienu mmexxija minn gvern li llum qed jiġi hawnhekk u jammetti falliment fil-politika edukattiva tiegħu.", "Wara 16- il sena kif għadna niġu hawn u ngħidu li għandna numru sostanzjali ta' secondary and trade school students li jispiċċaw jaħdmu mingħajr ma jkomplu l-edukazzjoni tagħhom u li huma l-junior lyceum, iċ-church u l-independent school students li huma l-aktar studenti li jkunu jridu jkomplu l-istudji tagħhom?", "L-ewwelnett, Mr Speaker, suppost illum mhux biss għandna l-post-secondary schools imma wkoll il-vocational education permezz ta' l-MCAST, u ġaladarba qed insemmi lill-MCAST nixtieq ngħid xi ħaġa fuq dan il-kulleġġ.", "Jien naf biżibilju ta' studenti li applikaw biex jidħlu l-MCAST u sfortunatament huma ma daħlux f'dan il-kulleġġ mhux għax ma kellhomx kwalifiki biżżejjed biex jidħlu imma għax l-MCAST m'għandhiex il-capacity li tieħu lil kulmin għandu l-kwalifiki neċessarji biex jidħol f'dan il-kulleġġ bil-konsegwenza li ħafna minn dawn iż-żgħażagħ spiċċaw barra minkejja li xtaqu jkomplu l- istudji tagħhom.", "Niftaħru ħafna bl-MCAST - din hija xi ħaġa tajba għax fl- aħħar, wara 16-il sena, il-gvern Nazzjonalista daħħal f'rasu li għandu jagħti importanza lill-vocational education - pero' sadanittant, minkejja t- twaqqif ta' dan il-kulleġġ, xorta waħda għandna studenti li spiċċaw jiġru barra minħabba li l-MCAST ma jistax jieħu iktar studenti biex dawn ikomplu jkabbru l-ħiliet u s-snajja' li għandhom bżonn ħalli finalment ikunu jistgħu jiġu assorbiti fid-dinja tax-xogħol.", "Jiddispjaċini ngħid li dan ir- rapport imkien ma jsemmi dan il-fattur, u jien kont nippretendi li hawnhekk nara xi ħaġa f'dan ir-rigward għax fil-fehma tiegħi, din hija xi ħaġa mill- iktar serja.", "Dawk iż-żgħażagħ li mhux qed ikollhom l-opportunita` li jidħlu fl-MCAST u allura mhux qed ikollhom l-opportunita' li jiġu mħarrġa f'xi sengħa jew f'xi ħila li għandu bżonn is-suq tax-xogħol illum se jispiċċaw ma' wiċċ l-ETC għax issa dawn se jkollhom jibdew ifittxu x-xogħol mingħajr il-ħiliet u s-snajja' li hemm bżonn.", "Meta għandna kulleġġ li suppost qed iħarreġ liż-żgħażagħ tagħna, dan għandu jkun kemm jista' jkun solidu ħalli dawk iż-żgħażagħ li m'għandniex bżonn nimbottawhom biex jipprovaw ikabbru l-ħiliet tagħhom jingħataw l-ispazju u jitħallew jieħdu l- inizjattiva li għandhom biex jimxu 'l quddiem.", "Mr Speaker, sfortunatament m'għandniex biss din it-tip ta' sitwazzjoni imma għandna wkoll sitwazzjoni oħra għax għandna żgħażagħ li qed ikunu mħarrġa ...", "Il-bieraħ il-ministru semmieh dan il-fatt.", "Jien iddispjaċieni meta rajt li l-ministru ġie hawnhekk b'moħħu mistrieħ għax kulma għandu jirreġistraw għax-xogħol huma 151 gradwat.", "Dawn huma gradwati li waqt li kienu l-universita`, sena wara l-oħra, għerqu għaraq tad-demm, biex imbagħad illum dawn qed idumu x-xhur u s-snin biex isibu jaħdmu.", "Jew inkella xi ngħidu għal dawk il-gradwati li m'humiex qed isibu jaħdmu għal dak li jkunu tħarrġu għalih bil-konsegwenza li qed jieħdu post żgħażagħ oħra?", "Ġieli niltaqa' ma' employers li jgħiduli li ppubblikaw xi advert biex jimpjegaw skrivana u mhux talli applikaw 200 għal din il-vakanza talli nofshom huma gradwati.", "Meta tisma' dawn l-affarijiet tibda trodd is- slaleb!", "Hemm employers li jgħidulek li jekk iħaddmu gradwat jew gradwata bħala skrivana, iċ-chances huma li wara ftit jitilqulhom u allura jkunu ħarrġu l-persuna għal dik il-pożizzjoni għalxejn imma mbagħad hemm employers li jippreferu jagħżlu gradwat jew gradwata, u f'dak il-każ dawn il-gradwati jkunu qed jieħdu post dawk iż-żgħażagħ li jkunu tħarrġu għal dak ix-xogħol partikolari.", "Għalhekk irridu nħarsu lejn ir-realta` u naraw x'qed jiġri verament f'pajjiżna, għax għandna żgħażagħ li qed joħorġu mill-iskejjel tagħna mhux ippreparati biżżejjed jew m'huma ppreparati xejn għall-ħiliet u għas- snajja' li għandu bżonn is-suq tax-xogħol illum, jew għax m'humiex motivati biżżejjed jew inkella għax is-sistema edukattiva tagħna m'hijiex tħejjihom biżżejjed, u aħna lkoll konxji ta' l-illitteriżmu li hawn fil-pajjiż.", "U kieku mhux veru teżisti din is-sitwazzjoni fil-pajjiż il-gvern ma kienx ikollu għalfejn jidħol f'inizjattivi ħalli jipprova jeqred din il-pjaga, għax illum lil min hu illitterat wieħed jista' jsejjaħlu \"il-fqir ta' dejjem\" – għandna żgħażagħ li għandhom il-ħajra u l-inizjattiva li jkomplu jimxu 'l quddiem, imma kif għedt diġa`, l-MCAST m'għandux il-kapaċita` u logistics biżżejjed biex ikun jista' jilqa' lil kulħadd.", "Imbagħad għandna sitwazzjoni ta' gradwati li qed imorru the whole hog fil- ħajja edukattiva u akkademika tagħhom u dawn qed ikollhom jistennew ix-xhur u s-snin biex isibu jaħdmu f'dak il-qasam li jkunu tħarrġu fih.", "Din hi r- realta` u għalhekk jien jiddispjaċini meta fl-introduzzjoni li għamel għal dan id-dibattitu smajt lill-Ministru Galea jikkonsla li 151 gradwat u gradwata biss għadhom jirreġistraw għax-xogħol.", "Issa jekk Alla jrid dan ix- xahar jiggradwaw 2,500 student u studenta oħra u naraw kemm dawn se jsibu mpjieg!", "Imbagħad naraw jekk is-sena d-dieħla nerġgħux niġu niftaħru hawnhekk li kulma għad fadal biss huma 151 gradwat u gradwata li għadhom jirreġistraw għax-xogħol!", "Mr Speaker, ftit taż-żmien ilu l-ETC kienet għamlet tracer study – fil-fatt ma nafx jekk minn dak iż-żmien 'l hawn din il-korporazzjoni reġgħetx aġġornat dan l-istudju, u jekk għadu ma ġiex aġġornat naħseb li ta' min jaġġornah – fuq fejn qed jispiċċaw jaħdmu l-gradwati, u niftakar li fost affarijiet oħrajn iċ-chairman li kien qed jiġi intervistat minn din il- gazzetta, Dr Robert Tufigno, kien qal li minn dan it-tracer study rriżulta li ħafna mill-gradwati ġew assorbiti mill-gvern u ftit kienu dawk li kellhom l-istimolu ta' entrepreneurship.", "Ovvjament din ma tantx hija xi ħaġa pożittiva għax jekk lanqas l-universita` m'hi qed tħajjar lill- gradwati jkollhom dak is-sens ta' entrepreneurship, allura rridu naraw kif nindirizzaw din il-problema.", "Jekk se nibqgħu bil-mentalita` li min jiggradwa jrid bilfors jiġi assorbit mill-gvern, se jkollna problemi fundamentali għax allura dan ifisser li lanqas fil-livell terzjarju m'hu qed jirnexxielna nagħtu dak l-ispirtu li kull żagħżugħ u żagħżugħa għandu jkollha wara li tkun iggradwat.", "Mr Speaker, meta qrajt dak il-paragrafu li għadni kemm ikkwotajt, jiġifieri li:", "\"Meanwhile the researchers argue that there is a growing need for more and better links between the different stakeholders that have an impact on the school to work transition of young people in Malta.\",", "ftakart fil-kurrikulu nazzjonali, u miegħi ġibt il-proceedings ta' konferenza li kienet saret fuq l-implementation of the national curriculum li kien sar bejn id-9 u l-11 ta' Ġunju tas-sena 2000.", "Fil-fatt dan id- dokument li għandi f'idejja għandu diversi partijiet li qed jitkellmu proprju fuq il-links between school and the world of work.", "Għalhekk illum jien nistaqsi: Imma erba' snin wara li ġie ntrodott in-national curriculum u li saret konferenza għall-implimentazzjoni tan-national curriculum kif qed terġa' tiġi l-ETC tgħidilna li l-links bejn l-iskejjel u l-postijiet tax-xogħol hemm bżonn li jiġu żviluppati aktar u aħjar?", "Fil-fatt issa se nikkwota xi siltiet mill-proceedings ta' din il- konferenza.", "Kien hemm ukoll rapport partikolari fuq workshop, liema rapport kien intitolat \"Links between school and the place of work\" li kien chaired mis-Sinjura Antoinette Caruana.", "Ta' min igħid li kien hemm diversi membri involuti f'dan il-workshop, fosthom Josephine Attard Sultana, Dr Godfrey Baldacchino, is-Sur Emanuel Chetcuti, is-Sur Gaetan Cristina, is- Sur Albert Ellul, is-Sur Victor Scicluna u s-Sinjura Monica Vella, u dawn irrapportaw ...", "Issa ma ninsewx li dawn għamlu dan ir-rapport erba' snin ilu, u għalhekk meta llum, erba' snin wara, qed naraw x'qed tgħid l-ETC, qed nistaqsi lili nnifsi: Imma allura x'sar f'erba' snin fl-iskejjel tagħna?", "Allura n-national curriculum x'effett qed iħalli?", "Qed jiġi implimentat jew le?", "Għax la l-ETC għadha qed titkellem b'dan il-mod ma nafx kemm qed jiġi implimentat, u dan apparti li l-effetti m'aħniex qed inħossuhom.", "Fil-fatt dawn in-nies li ħadu sehem f'dan il-workshop u li semmejt b'isimhom qalu hekk:", "\"Although a number of well meant initiatives and sporadic activities are organised with the aim of linking schools and the world of work, it is apparent that the gap is wide and needs to be urgently addressed\".", "Erba' snin ilu għedna li the gap is wide and needs to be urgently addressed, u llum, erba' snin wara, għadna qed ngħidu that we need more and better links! –", "\"In the schools work is regarded as a distant place, something to hear about from secondary sources.", "Knowledge imparted at schools is rarely about work.", "It is for work in vocational education and not about work at all in non-vocational schools.\".", "Mr Speaker, jiena ma nistax nifhem, u dan ukoll narah falliment.", "Jiġifieri ilna erba' snin laying back u mbagħad niġu hawnhekk u nerġgħu nsibu l- istess affarijiet?!", "Dan ir-rapport ikompli jgħid hekk: \"The assumption remains in vocational education that the toolbox of today will remain valid tomorrow.", "The changing reality presents a stark difference.", "In non-vocational education the perspective on work and the workplace is conspicuous by its low priority or complete absence.\".", "Dan id-diskors intqal erba' snin ilu, Mr Speaker, jiġifieri dak iż-żmien konna diġa' qed nidentifikaw x'inhuma l-problemi biex inqarrbu l-iskejjel tagħna lejn id-dinja tax-xogħol!", "Madankollu erba' snin wara qed ngħidu li għandna bżonn iktar links u links aħjar bejn l-iskejjel u d-dinja tax- xogħol.", "Dan ir-rapport igħid ukoll li:", "\"Most contact between education and industry is motivated by consideration of career growth and recruitment.", "Many employers still refrain from devoting resources to educating those who are not potential recruits and schools may feel it a waste of valuable classroom time to organise activities and inititiatives related to the world of work which have no potential career motive.", "It is a far cry from the scenario described in the national minimum curriculum.\".", "B'hekk dan ir-rapport tal-workshop li ħareġ erba' snin ilu qiegħed jammetti li dak li kien qed jiġri fl-iskejjel tagħna is a far cry minn dak li kien qed jiddomanda u jaspira n-national minimum curriculum, u llum, erba' snin wara, ninsabu f'sitwazzjoni fejn l-ETC qed tgħidilna li din il-linkage bejn l-iskola u l-post tax-xogħol għadha 'l bogħod.", "Allura jien nistaqsi: X'hemm ħażin?", "Għax bilfors li hemm xi ħaġa għaddejja ħażin, u naħseb li f'dibattitu bħal dan huma dawn ir-realtajiet li rridu nindirizzaw.", "Għalhekk bir-rispett kollu, mhux jiġu l-membri tal-gvern hawnhekk qishom qed jindirizzaw lill-partitarji Nazzjonalisti fil-każin nhar ta' Ħadd biex itellgħulhom il-moral bil-għan li dawn jibqgħu jagħtuhom is-support.", "Imbagħad hawnhekk jissemma li:", "\"The three key stakeholders involved in developing these linkages are currently the education division, the employment and training corporation and the world of work.\".", "Ta' min isemmi li fuq l-education division dan ir-rapport jgħid hekk:", "\"Two factors which are currently felt to have direct influence on the education system are:", "i) the highly exam certification oriented system of education;", "- safejn naf jien erba' snin wara għadna bl-istess problema għax is-sistema edukattiva tagħna għadha l-istess; with a highly exam certification oriented system of education, u ma naf bl-ebda skola li biddlet is-sistema edukattiva tagħha minn dak iż-żmien -", "ii) the fragmentation of current practices.", "The former has led to coaching the linked type of education rather than the achievement of a holistic personal development of clients.", "With the latter it is felt that there is a lack of wholeness across the curriculum where everyone is driven by a rather individualistic attitude.\".", "Għaliex qed niċċita minn dawn ir-rapporti, Mr Speaker?", "Għaliex huwa inutli li niġu sena wara l-oħra u nisimgħu l-istess affarijiet jekk m'aħniex se naqbdu l-barri minn qrunu u nagħmlu l-affarijiet kif suppost!", "Kemm se ndumu nisimgħu l-istess affarijiet?!", "Issa l-kurrikulu nazzjonali suppost ilu s-snin jiġi implimentat biex iqarreb lit-tfal u ż-żgħażagħ tagħna lejn id-dinja tax-xogħol u biex joħorġu mis-sistema edukattiva tagħna bil-ħiliet u bis-snajja' li hemm bżonn għad-dinja tax-xogħol, terġa' sadanittant saret konferenza bħal din li qed terġa' tidentifika l-problemi fis-sistema, u mbagħad erba' snin wara qed terġa' tiġi l-ETC u qed terġa' tirrimarka li proprju s-sistema edukattiva tagħna m'hijiex tqarreb lill-istudent lejn id- dinja tax-xogħol bil-konsegwenza li dawn ikollhom jispiċċaw f'ħoġor l-ETC.", "Imbagħad dan il-working group kien qal hekk fuq l-ETC bħala a key stakeholder:", "\"The ETC aims to provide and ensure an equitable access to training programmes and employment services and to contribute towards the social and economic development of the community.\".", "Jiena wkoll ngħid li dan huwa r-rwol ta' l-ETC, imma hemm bżonn li jsir appraisal.", "Qed ngħid dan għaliex hemm nies li jiġu mibgħuta mill-ETC biex jattendu l-korsijiet bilfors għax inkella jaqtgħuhom minn fuq ir-reġistrar.", "Issa hawn m'iniex qed nirriferi għal dawk li jaraw il-kors ikrah minħabba li jkunu qed jabbużaw imma qed ngħid għal dawk li jiġu mibgħuta għal dawn il-korsijiet bilfors u li ma jħossux li dawk il-korsijiet huma addattati.", "Huwa għalhekk li jien għedt illi hemm bżonn isir appraisal.", "Jien nistaqsi u nittama li jkolli risposti għal dan li se nistaqsi.", "Per eżempju, kemm isiru aptitude tests biex naraw ix-xejra u l-għażliet tal-persuna?", "Naf nies li minħabba li ma jaffordjawx jinqatgħu minn fuq ir-reġistru għax naturalment dawn ikunu jixtiequ jaħdmu jmorru għal dawn il-korsijiet b'nofs qalb u litteralment ma jkunu qed jieħdu xejn.", "Għalhekk hawn jiena nistaqsi: X'tip ta' tħejjija qed issir lill-klijenti li qed jirreġistraw għax-xogħol min-naħa ta' l-ETC biex ikunu stradati f'korsijiet skond l- għażliet tagħhom?", "L-istess rapport tal-workshop, li jikkonċerna l-links between schools and the world of work, isemmi the other key stakeholder; the local industrial sector, u jgħid:", "\"At present several initiatives are being taken by local industries to enhance the school employment link, although many of these are aimed at careers and the recruitment rather than preparation for the world of work.\".", "Sur President, erba' snin ilu kien qed jingħad li kienu qed jittieħdu ċerti inizjattivi li huma mmirati għal dik li hija karriera u ma jiffokawx fuq il- preparazzjoni għad-dinja tax-xogħol.", "Mela allura nistgħu ngħidu li erba' snin ilu s-settur ta' l-industrija diġa' kien qed jidentifika x'inhuma d- diffikultajiet li qed insibu biex is-sistema edukattiva tagħna tkun tqarreb lit-tfal u liż-żgħażagħ tagħna lejn id-dinja tax-xogħol.", "Imma sadanittant x'sar f'erba' snin, u x'riżultati għandna llum?", "Nerġa' ngħid li hemm bżonn ta' appraisal ħalli naraw fejn qed immorru żmerċ u mbagħad minn hemm nagħmlu l-affarijiet li jkun hemm bżonn nagħmlu.", "L-aħħar biċċa li xtaqt nikkwota minn dan ir-rapport hija dik li tittratta dwar challenges faced by schools and those involved in the world of work, in developing appropriate linkages.", "Fil-fatt hawn jingħad hekk:", "\"There are a number of factors that dissuade the stakeholders from initiating and participating in the necessary changes.", "Such factors go beyond discussions on the extra commitment required from the persons involved.", "For those involved in the education sector a main inhibitor is bound to be the threat of the unknown, the perception of risk.\".", "Jiġifieri hawnhekk għandna kwestjoni ta' mentalita` fejn erba' snin ilu kienet ġiet identifikata l-biżgħa tar-riskju u l-perception li inti se tipprova xi ħaġa ġdida.", "Issa jien nixtieq nistaqsi jekk din il-bidla fil- mentalita` seħħitx jew le wara erba' snin!", "Fl-opinjoni tiegħi ma naħsibx li seħħet din il-bidla għaliex kieku l-kummenti fir-rapport ta' l-ETC kienu jkunu differenti!", "Mr Speaker, xtaqt ngħaddi għar-rifirenza li hemm fuq paġna 6 tar-rapport ta' l-ETC fil-paragrafu \"Job search and persons with disability\".", "Hawnhekk sar studju iżda the results of this study will be published later on this year.", "Anke fil-paragrafu ta' taħt li jittratta dwar \"Women's work aspirations\" insibu miktub li a publication containing the results of all three surveys will be produced later on this year.", "Jien nixtieq li meta jsiru surveys ta' din ix-xorta jkollhom ir-riżultati lesti għal dan id- dibattitu.", "Dan għaliex kienu jagħtuna insight fl-affarijiet u nkunu nistgħu niddibattu ftit aħjar.", "Għalhekk nitlob li forsi għall-quddiem wieħed iħares sabiex l-affarijiet jibdew jintlaħqu għad-debates ta' dan il- parlament.", "F'paġna 7 hemm paragrafu li titkellem fuq \"Early school leavers\".", "Dan il- paragrafu jgħid li:", "\"Results of the survey reveal that 18.6% of respondents did not complete compulsory schooling.", "The main reasons quoted by young people for leaving school were either to search for work or because they got bored at school.\".", "Hawnhekk nixtieq nistaqsi jekk sibniex irkaptu tar-root problem.", "Din għandha ħafna x'taqsam ma' dak li kont qed insemmi qabel, jiġifieri jekk aħniex qed nanalizzaw il-bżonnijiet li hemm fis-sistema edukattiva tagħna.", "Dan għaliex għandna sitwazzjoni fejn għanda tfal li b'xi mod jew ieħor mhux qed iħossuhom stimulati bis-suġġetti akkademiċi li għandhom.", "L-isfortuna hija li meta dawn jispiċċaw il-compulsory education tagħhom mhux qed ikollhom kwalifiki biżżejjed sabiex jidħlu fl-MCAST.", "Riżultat ta' hekk dawn iż-żgħażagħ qed jispiċċaw strayed.", "Mr Speaker, sfortunatament illum il-ġurnata lanqas għandna ċertu tip - mhux qed ngħid trade schools kif kienu fl-antik għaliex irridu naġġornaw ruħna – ta' trade schools fejn iservu ta' a go-between sabiex dawn iż-żgħażagħ jiġu mħarrġa b'xi mod jew ieħor.", "Għalhekk wara ċertu perijodu dawn iż-żgħażagħ qed jaqgħu f'ħoġor l-ETC, bir-riżultat li din il-korporazzjoni qed tispiċċa kull darba reattiva minflok ma tkun aktar korporazzjoni proattiva u min- naħa tiegħi nixtieq nappella lill-gvern sabiex jara kif jista' jimla dak il- vojt li hemm.", "Issa dan apparti minn dawk iż-żgħażagħ li huma motivati u għandhom il-kwalifiki neċessarji sabiex jiġu assorbiti mill-MCAST, iżda sfortunatament din m'għandhiex il-kapaċita` li tista' teħodhom.", "Għalkemm il-ħin tiegħi wasal biex jiskadi nixtieq nagħti daqqa ta' għajn ukoll lejn in-national action plan on employment.", "Jien kont qed nistenna li l-ministru, fl-introduzzjoni tiegħu, jidħol fi ftit aktar dettall dwar dan is-suġġett.", "Dan għaliex għandi ċerti dubji dwar xi affarijiet u allura b'aktar spjega konna nkunu nistgħu niftehmu u nagħmlu kritika kostruttiva aħjar.", "Per eżempju, f'paġna 3 tan-national action plan on employment insibu li:", "\"It is not a job creation strategy but aims to bring about levels of efficiency, skill and inclusions that should allow jobs to be created and taken up with greater ease by all.\".", "Huwa veru li dan m'huwiex a job creation exercise, pero' paripassu man- national action plan on employment ma jistax ma jkollokx a job creation plan - issa kollox sew, qed taħdem sabiex ikollok training ħalli jkollok workforce li tkun addattata għas-suq tax-xogħol – għax inkella se terġa' tħalli lin-nies frustrati u bla xogħol.", "F'paġna 9 ta' l-istess rapport insibu biċċa fejn qed titkellem dwar l- intenzjoni tal-gvern fuq il-business promotion Act.", "Dan qed jgħid li:", "\"The business promotion Act provides for grants to firms that train their workers and these provisions will be reviewed and improved upon.\".", "Nifhem li l-business promotion Act se tiġi reviewed u ma nimmaġinax li tirrigwarda biss fuq il-parti tat-training.", "Pero' j'Alla li tiġi reviewed ukoll ħalli jkollna aktar inċentivi lill-investituri sabiex ikunu jistgħu jinvestu f'Malta u jikkreaw impjiegi li jkunu produttivi.", "Imbagħad f'paġna 10 hemm objective 1 li jirrigwarda l-full employment u hemmhekk insibu li:", "\"The following employment targets were set for EU at the European councils of Lisbon and Stockholm.\".", "Hawnhekk insibu li the overall employment rate trid titla' għal 67% by January 2005 u sa 70% sa l-2010, l-employment rate for women trid titla' għal 57% sa January 2005 u sa 60% sa l-2010 u l-employment rate for those aged between 55 and 64 trid titla' għal 50% by 2010.", "Fil-gazzetta \"The Times\" tas-26 ta' Mejju 2004, sibt li proprju fil-konferenza ġenerali ta' l- employers' association - hawnhekk għandna r-rapport ta' dik il-konferenza - insibu tabella proprju b'dawn it-targets tas-sitwazzjoni li ninsabu fiha.", "Pero' jien ngħid: Kemm qed inkunu realistiċi meta ngħidu kif se jirnexxielna nilqgħu għal dawn it-targets?", "Per eżempju, is-Sinjura Sue Vella ġiet ikkwotata li qalet hekk:", "\"Malta would need to create 30,000 jobs by 2010 in order to reach the EU targets for member states and that translates into 10,000 more than are normally generated.", "Sue Vella, general manager for strategy at the employment and training corporation said yesterday.\".", "Insibu tabella wkoll fejn hemm l-għaxar targets li rridu nilħqu sa l-2010.", "Dawn it-targets juru r-rata kif kienet sa l-2003 u kif għandha tiġi sa l- 2010.", "Per eżempju, l-overall employment rate ta' Malta sa Diċembru 2003 hija 53.7% u trid issir 70% sa l-2010.", "The female employment rate hija ta' 33.7% u trid issir 60%, l-older workers employment rate hija ta' 32.6% u trid issir 50%. l-effective exit age hija ta' 57.7% u din trid tiżdied b'ħames snin.", "Għandek l-active measures on LTUs li hija ta' 5% u trid issir 25%.", "Ir-rata ta' dawk it-22 year olds with post-secondary education hija ta' 47.5% u trid issir 85%, ir-rata ta' l-early school leavers hija ta' 48.5% u trid issa anqas minn 10% u dik ta' l-adults in lifelong learning hija ta' 3.2% u trid issir 12.5%.", "Dwar iċ-childcare for 3 to 6 year olds ir-rata kienet ta' 98% u l-EU target huwa ta' 90%.", "Din hija l-unika ħaġa li ninsabu tajjeb fiha.", "Childcare for those under 3 years lanqas biss hija applikabbli sa Diċembru 2003 mentri l-EU targets iridu jitilgħu għal 33% sa l-2010.", "Mr Speaker, nixtieq nistaqsi jekk aħniex qed naħdmu għal dawn it-targets.", "Qed nistaqsi dan għaliex jekk tikkompara dan ir-rapport ta' l-ETC ma' rapporti li saru erba' snin ilu – jien ikkwotajt biċċiet minnhom – issib li verament mhux se inlaħħqu ma' dawn it-targets.", "Fil-fatt is-Sur Arthur Muscat li huwa l-employers president qal li employers can create jobs but not if the government keeps burdening them with uneccessary complicated legislation.", "Aħna kemm-il darba smajna lill-industrijalisti jitkellmu u jgħidu li mhux biss ma tistax tgħabbihom b'complicated legislation iżda wkoll b'burdens oħra bħal government induced costs u affarijiet oħra li kemm-il darba tkellimna fuqhom f'din il-Kamra.", "Is-Sur Arthur Muscat kompla jgħid li:", "\"Laws, rules and regulations are approved with hardly any consideration of implementation costs or how such costs will affect a business.", "These meant the viability or non-viability of a business.\".", "Mr Speaker, dan kollu juri li mhux imbilli nipprovaw inressqu rapporti mimlijin bi kliem sabiħ u dwar kemm qed inlaħħqu u nagħmlu affarijiet.", "Min- naħa l-oħra lanqas mhu qed ngħid li ma sar xejn għax jekk hemm taqsima li tidher li qed jirnexxilha fl-ETC hija dik tar-riċerka.", "Madankollu l- importanti huwa li mhux biss issir ir-riċerka u r-rapporti, iżda rridu naraw dawn ir-rapporti x'ikunu qed jindikaw, kemm inkunu verament qed nindirizzaw dak li jkunu qed jgħidu u kemm attwalment inkunu qed niksbu riżultati.", "Fil-fehma tiegħi minn dak li kkwotajt fil-proceedings ta' din il-konferenza dwar in-national curriculum, fil-parti li għandha x'taqsam mas-sistema edukattiva u ta' kemm qed inqarrbu lit-tfal u ż-żgħażagħ tagħna lejn il- qasam tax-xogħol, hemm ċerti affarijiet li ntqalu erba' snin ilu u li llum l-ETC qed terġa' tirrepetihom.", "Għaldaqstant inħoss li l-gvern qiegħed jaqa' lura u naħseb li jkun qed jagħmel a pie in the sky meta jiġi jgħid li se jlaħħaq ma' dawn it-targets.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Carmelo Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Mr Speaker, illum qed nitkellmu fuq korporazzjoni li għandha rwol doppju.", "L-ewwel rwol huwa marbut direttament ma' l- impjiegi, fejn wieħed qiegħed jgħin lil dawk li jkunu qegħdin fuq ir- reġistru ta' l-unemployment mentri t-tieni rwol huwa dak tat-taħriġ.", "Nixtieq nibda d-diskors tiegħi billi ngħaddi ftit kummenti b'mod ġenerali dwar dak li għandu x'jaqsam ma' l-impjiegi.", "Jien naħseb li bħala pajjiż hemm qbil ġenerali li fil-preżent għandna problema bin-nuqqas ta' xogħol.", "Allura hemm bżonn li jsir sforz ħalli l-qagħda ekonomika ta' pajjiżna tieħu r-ruħ għaliex ċertament li l-problemi ekonomiċi tal-pajjiż jirriflettu b'mod dirett fuq jekk pajjiżna jkollux opportunitajiet ġodda ta' xogħol jew le.", "Minkejja ċerti figuri li ta' spiss jiġu kkwotati jidher biċ-ċar li hemm nuqqas ta' investiment.", "Dan għaliex fl-aħħar mill-aħħar dak li qed jiġri fil-verita` mhux qed iwassal sabiex ikollna investiment li jirrendi, anke f'opportunitajiet ta' xogħol għaż-żgħażagħ u għall-familji kollha tagħna.", "Għalhekk forsi min-naħa tal-gvern joqogħdu jipprovaw jiġġustifikaw ruħhom billi jqabblu ċerti figuri ma' dawk tal-passat ħalli juruna li minkejja kollox il-problema m'hijiex daqshekk gravi.", "Min-naħa tagħna, bħala oppożizzjoni, imbagħad nipprovaw nagħtu l-istampa kif fil-fatt tkun, jiġifieri li mhux kollox miexi ward u żahar u mhux kollox miexi fid- direzzjoni t-tajba.", "Meta nisma' ċerti kummenti fuq il-qasam tax-xogħol inħobb ngħid li għandna noqogħdu attenti għal dawk li huma kondizzjonijiet tax-xogħol.", "Dan għaliex m'huwiex biżżejjed li wieħed isib xogħol iżda huwa mportanti wkoll li l-kondizzjonijiet tax-xogħol li jsib ikunu tajbin.", "Bħala eżempju nħobb insemmi ħafna l-qasam tal-kostruzzjoni.", "Kemm-il darba nisimgħu kummenti li fil-qasam tal-kostruzzjoni għandna nuqqas ta' ħaddiema, imbagħad meta tqum il-mistoqsija dwar x'inhuma l-kondizzjonijiet tax-xogħol f'dan il-qasam, issib li xi kultant il-kondizzjonijiet offruti jkunu ftit aktar vantaġġjużi – u dan meta wieħed iqabbel il-periklu li fih dan il-qasam - minn dawk li jkunu qed jieħdu l-benefiċċji ta' bla xogħol.", "Allura r-riskju huwa b'mod ġenerali li meta jkollok qgħad li jkun relattivament għoli l-kondizzjonijiet tax-xogħol jieħdu daqqa 'l isfel.", "Għalhekk naħseb li huwa importanti li bħala pajjiż noqogħdu attenti li l- kondizzjonijiet tax-xogħol ma jitnaqqrux u bħala pajjiż għandna nieħdu ħsieb li jsir sforz sabiex il-kondizzjonijiet tax-xogħol għall-ħaddiema tagħna jibqgħu kondizzjonijet aċċetabbli u tajbin.", "Mr Speaker, aħna għandna żewġ tipi ta' statistika; dik li toħroġ mill- korporazzjoni tax-xogħol u taħriġ, fejn ta' spiss nisimgħu li din hija l- aktar li toqrob lejn il-verita` minħabba li għandek headcount ta' kull persuna li tinsab bla xogħol.", "L-istatistika l-oħra hija dik tal-labour force survey, fejn din tinġabar b'mod differenti.", "Pero' fl-opinjoni umli tiegħi, jien inħoss li l-labour force survey aktar toqrob lejn il-verita` meta qed nitkellmu fuq in-numri ta' persuni li qed ifittxu xogħol.", "Dan qed ngħidu għaliex fil-ħidma politika tagħna kemm-il darba niltaqgħu ma' persuni - l-aktar dawk ta' eta` żgħira – li mhux dejjem iħossu l-ħtieġa li jmorru jirreġistraw għax-xogħol.", "Fl-opinjoni tiegħi dan huwa mod żbaljat.", "Mhux l-ewwel darba li meta nistaqsi lil xi ħadd jekk jirreġistax għax-xogħol, x'tip ta' xogħol qed ifittex jew inkella x'tip ta' xogħol jixtieq, jirrispondini li mhux qed jirreġistra.", "U dan għaliex il-biċċa l-kbira tagħhom ikunu qatt ma ħadmu u allura ma jkunux jikkwalifikaw għall-benefiċċju ta' bla xogħol.", "Għalhekk jien qed ngħid li fl-opinjoni tiegħi l-verita` tinsab x'imkien fin-nofs, bejn l-istatistika ta' l-NSO permezz tal-labour force survey u l- istatistika li toħroġ mill-korporazzjoni ta' xogħol u taħriġ.", "Dawn id- dibattiti nistgħu nibqgħu sejrin bihom u ma nispiċċaw qatt, pero' fl-aħħar mill-aħħar juruna li għandna problema fil-qasam ta' l-impjiegi u għalhekk hemm il-bżonn li naħdmu lkoll flimkien sabiex intaffu din il-problema llum qabel għada.", "Mr Speaker, qasam ieħor li l-korporazzjoni ta' xogħol u taħriġ tiffoka fuqu huwa dak tat-taħriġ.", "Jien dan il-qasam naqsmu f'żewġ kategoriji.", "L-ewwel wieħed fejn isir retraining għal dik il-persuna li spiċċat mix-xogħol u jkollha bżonn taħriġ mill-ġdid sabiex tkun tista' terġa tidħol fid-dinja tax-xogħol.", "It-tieni huwa dak fejn għandek taħriġ ieħor għall-persuni li huma bla xogħol, fejn uħud minnhom qatt ma jkunu ħadmu u allura forsi jkollok bżonn li xi wħud jingħataw second u third chance.", "Naturalment din m'hijiex xi ħaġa faċli u allura hemm bżonn li jsir sforz akbar sabiex fl- iskejjel tagħna jkollna anqas problemi fil-qasam ta' l-edukazzjoni.", "Bħalma tkellmet b'mod tajjeb l-Onor.", "Marie Louise Coleiro fid-diskors ta' qabli, jiena wkoll se niffoka l-attenzjoni tiegħi dwar il-qasam ta' l- edukazzjoni.", "Inutli noqogħdu nitkellmu fuq il-korporazzjoni ta' xogħol u taħriġ u dwar jekk it-taħriġ li din il-korporazzjoni tagħti huwiex qed iwassal għar-riżultati mixtieqa jekk ma nipprovawx nindirizzaw il-problema minn qabel.", "Il-korporazzjoni ta' xogħol u taħriġ tidher li hija konxja dwar dan għaliex fil-kummenti li ġew ippreżentati fir-rapport tagħha u li ġie mqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra mill-Onor.", "Louis Galea, issemmi kemm-il darba dwar il-fatt li qed ikun hemm numru ta' persuni li qed ifittxu x- xogħol u li dawn għandhom diffikultajiet serji, anke ta' ħiliet bażiċi.", "Allura bilfors hemm bżonn li ssir analisi tas-sitwazzjoni fil-qasam edukattiv sabiex nilqgħu minn qabel għal dawn it-tip ta' problemi.", "Dan għaliex fl-aħħar mill-aħħar dawn se jispiċċaw ma' wiċċna.", "Biex forsi wieħed jifhem ftit aħjar din is-sitwazzjoni se nsemmi ftit figuri li juru dwar in-nuqqas ta' ħiliet.", "Dawn kont beħsiebni nsemmihom aktar 'il quddiem, pero' naħseb li kif qegħdin f'dan l-argument aħjar naqbad u nsemmihom issa.", "Jekk nieħdu l-istatistika li ħarġet dwar il-qgħad f'pajjiżna u jara kemm kien hemm persuni li qed ifittxu xogħol fl-inqas tliet livelli f'Settembru tas-sena 2004 u jara f'Settembru tas-sena 2004 kemm kien hemm persuni qed ifittxu x-xogħol fl-inqas tliet livelli - fejn għandek bżonn l-inqas ħiliet edukattivi u wħud minnhom huma jobs elementari li wieħed jissuspetta li dawk il-persuni m'għandhomx ħiliet neċessarji - wieħed isib li minn 7,382 li qed ifittxu x-xogħol taħt l-ewwel parti tar- reġistru, 5,146, jiġifieri 70%, huma persuni li qed ifittxu x-xogħol fl- inqas tliet livelli, jiġifieri dawk il-livelli li l-inqas jirrikjedu ħiliet edukattivi.", "Din hija xi ħaġa li għandha tħassibna għax ħafna drabi jirriżulta wkoll li wħud minn dawn il-persuni – naħseb il-maġġoranza tagħhom – huwa diffiċli li f'dan l-istadju, f'eta` mhux daqshekk żgħira, tagħtihom xi tip ta' taħriġ.", "Aħna niltaqgħu magħhom bħala parti mill-ħidma politika tagħna u jgħidulna: Li ma tgħallimtx meta kont l-iskola se nitgħallmu issa?!", "Forsi dan m'huwiex kumment ġustifikat, pero` fl-aħħar mill-aħħar dik hi r-realta` u allura rridu nipprovaw li kemm jista' jkun ma naslux s'hawn.", "Għalhekk l-enfasi partikolari għandha tkun fuq edukazzjoni aħjar u edukazzjoni li tpoġġi fuq quddiem nett l-interessi ta' l-istudenti.", "Kulħadd għandu l-ħila li jitgħallem, pero` jkun hemm min għandu bżonn metodi differenti.", "U għalhekk huwa mportanti li t-tibdil li jsir ikun iffokat fuq kif l-istudent se jiggwadanja edukazzjoni aħjar.", "F'pajjiżna għad għandna wisq studenti li ma jkomplux l-istudji tagħhom u allura ma jiksbux ċertifikati.", "Per eżempju, 52% ma jkomplux jistudjaw wara li jagħlqu s-16-il sena u madwar 2,000 student kull sena joħorġu mill-iskola mingħajr ċertifikati ta' bażi.", "L-MCAST hija istituzzjoni vokazzjonali li qed tappella għal numru ta' żgħażagħ mhux ħażin, pero` anke hemmhekk mijiet qed jibqgħu barra kull sena.", "Il-fatt li għandek daqshekk konkorrenza għal dan l-istitut vokazzjonali minnu nnifsu huwa pożittiv, pero` mill-banda l-oħra rridu naraw x'nagħmlu malajr kemm jista' jkun biex dawn iż-żgħażagħ ma jibqgħux barra.", "Figura oħra turi li madwar 56% ta' l-istudenti fl-aħħar sena tal-primarja jew ma jersqux għall-eżami tal-junior lyceum jew inkella ma jgħaddux minn dan l-eżami.", "Hemm ukoll il-problemi ta' l-illitteriżmu, minkejja l- opportunitajiet li jeżistu u dan qed jiġi rifless f'dawk li qed jirreġistraw għax-xogħol.", "Dawn huma ftit punti li wieħed irid iżomm quddiem għajnejh meta qed nitkellmu fuq il-korporazzjoni ta' xogħol u taħriġ għax fl-aħħar mill-aħħar il-problemi qed jispiċċaw fi ħdan l-istess korporazzjoni.", "Pajjiżna huwa membru ta' l-Unjoni Ewropea u allura bilfors irridu nqabblu lil pajjiżna mal-pajjiżi sħab tagħna li fl-istess ħin li huma sħab huma kompetituri diretti tagħna.", "U jekk aħna verament irridu nkunu pajjiż li jaspira biex ikollu aktar investiment ċertament irridu nkunu għallinqas daqs il-kompetituri tagħna.", "Pero` meta nqabblu lil pajjiżna ma' dawn il- pajjiżi membri jirriżulta li pajjiżna jiġi l-ewwel fejn m'għandux jiġi l- ewwel u jiġi lura f'postijiet fejn għandna nkunu minn ta' quddiem.", "Per eżempju, jekk wieħed iqabbel kemm kellna early school leavers fis-sena 2003 isib li pajjiżna għandu madwar 48.5%.", "Dan naturalment qed jitfagħna lura.", "Il-bieraħ l-Onor.", "Joe Cassar staqsa jekk dan huwiex tort tal-gvern.", "In parti, kif qal hu, hemm ċirkostanzi soċjali li wieħed irid jagħtihom weight ukoll, imma ma jistax ma jitfax parti mir-responsabbilta`, anke jekk persentaġġ żgħir, fuq il-gvern Malti.", "Qed ngħid hekk għax il-gvern tal- pajjiż, ikun min ikun – illum huwa gvern Nazzjonalista u għada jista' jkun gvern ieħor – għandu r-rwol li permezz tal-budget ta' kull sena jivvota riżorsi finanzjarji fil-qasam ta' l-edukazzjoni u minn kemm jiddedika fondi juri l-impenn tiegħu f'dan il-qasam.", "Jekk wieħed jara x'ġara fil-budget li tressaq fis-sena 2003 għas-sena 2004 jirriżulta li tnaqqsu ċerti voti importanti bħal dawk li jirriflettu fejn għandha ssir enfasi ma' studenti li għandhom diffikultajiet.", "Tnaqqsu wkoll voti marbuta ma' taħriġ bħal \"literacy\", \"let me learn\" u oħrajn, u anke l- vot marbut ma' l-implimentazzjoni tal-kurrikulu, l-iktar waħda li tidher lampanti, fejn minn Lm400,000 inżilna għal Lm150,000.", "Bil-mod kif qed jintnefqu l-flus mhux qed jibqa' biżżejjed fondi għar-riżorsi fil- klassijiet u riżorsi għall-istudenti li jkollhom diffikultajiet.", "Ċertament li dawn il-figuri juru li fejn għandna npoġġu aktar sforz, flok poġġejna aktar riżorsi, neħħejnihom.", "Il-fondazzjoni għas-servizzi edukattivi qed tagħmel il-parti tagħha wkoll u jien dejjem ħeġġiġt li ġaladarba hemm il-fondazzjoni li tagħmel dan ix- xogħol għandha tkompli tagħmlu, pero` waqt il-ħin ta' l-iskola għandu jkollna wkoll possibbilta` ta' ħidma ma' ċerti studenti li jaqgħu lura.", "Għaldaqstant ejja naraw għalfejn daqshekk studenti qed iħallu l-iskola minn qabel u ejja nilqgħu għal dan permezz ta' azzjoni konkreta.", "Allura l- gvern, ikun min ikun, għandu l-persentaġġ tar-responsabbilta` tiegħu wkoll.", "Irridu naħdmu aktar biex ma nkomplux naqgħu lura f'dawn l-affarijiet.", "Mr Speaker, jien ukoll nixtieq nikkwota dak li qalet is-Sinjura Sue Vella fejn apparti l-ħtieġa li wieħed joħloq iktar impjiegi f'pajjiżna - din qalet li l-korporazzjoni tqis bħala target tajjeb jekk noħolqu 10,000 impjieg sas-sena 2010 - semmiet punti oħrajn importanti li wieħed irid iħares lejhom.", "M'iniex se noqgħod nikkwotahom għax diġa` semmiethom l- Onor. Coleiro qabli.", "Naħseb li dak li qalet jirrifletti aktar il-ħtieġa li naħdmu b'mod kollettiv.", "Fil-fatt din qalet li l-qasam ta' l-edukazzjoni għandu jaħdem mal-korporazzjoni ta' xogħol u taħriġ u li dawk li huma responsabbli biex iġibu l-investiment f'pajjiżna, bħall-Malta enterprise, ikollhom link aħjar mal-qasam tax-xogħol u mal-qasam ta' l-edukazzjoni.", "B'hekk biss nistgħu nevitaw ċerti problemi li jinqalgħu.", "Il-kwestjoni tal-mismatch tissemma wkoll fir-rapport tal-korporazzjoni ta' xogħol u taħriġ.", "Insibu li mhux dejjem ikun possibbli għall-korporazzjoni li timla ċerti vacancies appuntu minħabba li jkollok jobs in demand u mbagħad ma ssibx ħaddiema li qed ifittxu xogħol li jistgħu jimlew dawk il- postijiet.", "Hawnhekk jidħol il-bżonn ta' taħriġ mill-ġdid ta' dawn il- persuni.", "Ċertament mhux dejjem ikun faċli minħabba n-nuqqas ta' ħiliet tagħhom.", "Nixtieq nagħmel l-aħħar punt qasir dwar iż-żgħażagħ li huma l-aktar persuni li qed jintlaqtu min-nuqqas ta' xogħol.", "Dan joħroġ ukoll mill-istatistika tax-xogħol ippubblikata fejn naraw li 2,911 persuna taħt id-29 sena qed ifittxu x-xogħol taħt l-ewwel parti tar-reġistru.", "Dan ifisser 40%, l-akbar grupp ta' persuni li qed ifittxu x-xogħol.", "Ċertament huwa importanti li nħarsu lejn il-qasam taż-żgħażagħ għax dan iġib diffikultajiet meta ż- żgħażagħ iridu jibnu l-karriera tagħhom, iridu jibnu l-familja tagħhom u jridu jidħlu għall-impenji l-oħra li kull wieħed u waħda minna daħal għalihom meta konna iżgħar.", "Allura jrid isir sforz akbar biex naħdmu aktar fuq il-qasam taż-żgħażagħ li l-aktar qed jintlaqat min-nuqqas ta' xogħol.", "Jekk wieħed jieħu figuri oħrajn, per eżempju, ta' taħt il-25 sena, isib li fil-fatt huma ż-żgħażagħ li l-aktar qed jintlaqtu.", "Mr Speaker, jien nappella biex tkompli l-ħidma fil-qasam tat-taħriġ, b'mod partikolari tal-korporazzjoni ta' xogħol u taħriġ.", "Pero` nappella lill- gvern biex jaħdem b'aktar ħeġġa ħalli jkollna iktar investiment f'pajjiżna għax fl-aħħar mill-aħħar jissarraf f'xogħol għaż-żgħażagħ u għall-familji kollha tagħna.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Robert Arrigo.", "ONOR.", "ROBERT ARRIGO: Mr Speaker, in-naħa ta' l-oppożizzjoni qalet li skond ir-rapport ta' l-ETC din is-sena kien hemm 10% inqas bħala job vacancies meta mqabbla mas-sena ta' qabel.", "Minn dak li qrajt jien sibt li kien hemm 10% inqas requests għal jobs.", "Jekk ma jkunx hemm requests għal jobs ma jfissirx li kien hemm 10% inqas bħala job vacancies f'Malta.", "Jiġifieri ż-żewġ naħat tal-Kamra din qed jagħtuha interpretazzjoni differenti.", "Lanqas ma naqbel li ħaddiem li jkun ħerqan għax-xogħol kulma għandu jagħmel huwa li jaqbad il-mobile u jċempel lill-korporazzjoni biex javżaha li huwa jrid job, mingħajr ma jmur għal interview!", "Imbagħad jippretendi li ma jitteħdux il-passi neċessarji fil-konfront tiegħu!", "Mr Speaker, minn fost il-kelliema li tkellmu llum u l-bieraħ ma smajt l- ebda proposta konkreta biex wieħed jixgħel bozza f'dan id-dlam kollu li ninsabu fih, skond in-naħa l-oħra.", "Rigward ir-raġuni li għandna iżjed gradwati qed ifittxu x-xogħol, dan ġara għaliex fil-fatt kien il-gvern Nazzjonalista li fetaħ l-universita` għal ħafna iżjed studenti.", "Għalhekk ma tridx tkun xi matematiku fantastiku biex tasal għall-equation li għandna llum.", "Il-kollega tiegħi qalet li kien hemm żieda ta' 45% f'dawk li huma strike- offs mir-reġistrazzjoni għax-xogħol, li bħala ċifra tiġi 1,300, imma jien ninsab informat li kien hemm 881 minnhom li appellaw u 500 li aċċettaw.", "Minn dawn it-881 kien hemm 335 każ li kien upheld u kien hemm fuq il-500 li tilfu l-appell.", "Jiġifieri minn dawk l-1,300 kien hemm kważi l,000 ruħ li nstabu jaħdmu waqt li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol.", "Jien informat ukoll li saru ma' l-2,800 inspection u wieħed irid japprezza li xi kultant dawn isiru f'ċirkostanzi mhux faċli.", "Ċifra oħra li tinkwetani xi ftit hija n-numru ta' barranin li nstabu jaħdmu illegalment għax in-numru li għandna rrapportat huwa żgħir, imma jien naħseb li għandna ferm iżjed minn hekk.", "Għalhekk nappella lill-employers kollha biex jagħtu prijorita` lill-Maltin li qed ifittxu x-xogħol u mbagħad lill-barranin jew lir-rifuġjati.", "Jekk wieħed imur fid-distrett tiegħi bil- lejl jew tard wara nofsinhar fiż-żona li nsejħulha tal-bandli jew fi ġnien jara ħafna ħaddiema barranin li jkunu qishom qegħdin jistrieħu wara ġurnata xogħol.", "Jien għandi d-dubji tiegħi kemm dawn għandhom work permit.", "Fortunatament għalihom il-kulur tal-ġilda tagħhom mhix skura u allura dawn jistgħu jintegraw iżjed mas-social fabric li għandna f'Malta u hemm inqas ċans li nindunaw bihom.", "Jien inħoss li jekk hawn ix-xogħol għal dawn in- nies iżjed u iżjed għandu jkun hemm għall-Maltin.", "Sur President, bħalissa għaddejja r-restructuring ta' l-MTA li hija l- awtorita` li tħajjar lit-turisti jiġu jżuruna.", "Nappella biex f'dan ir- restructuring jintgħażlu nies li jistgħu jagħtu dak l-extra effort, dak l- impetus li huwa meħtieġ f'din l-industrija.", "Dawn għandhom jintgħażlu fuq il-mertu tagħhom u mhux qisna qegħdin biss nirriċiklaw lin-nies.", "Mr Speaker, forsi tistaqsini: X'konnessjoni hemm bejn l-MTA u l-ETC.", "Naħseb li kulħadd jinkwieta fuq il-qgħad, kemm jekk ikun hemm 1,000 ruħ jirreġistraw għax-xogħol u kemm jekk ikun hemm 100 ruħ.", "Jekk nistgħu nsibu xogħol għal kull min verament irid jaħdem aħna l-ewwel nies li nkunu kuntenti.", "Qed insemmi l-ETC in konnessjoni ma' l-MTA għax jekk fir- restructuring li qed issir inqassmu n-nies b'mod tajjeb, skond il-mertu tagħhom, inkunu nistgħu nżidu n-numru ta' viżitaturi f'pajjiżna.", "Nixtieq insejħilhom \"viżitaturi\" minflok \"klijenti\" għax meta xi ħadd jiġi jżurna aħna nilqgħuh, imma bil-kelma \"klijenti\" nistgħu nagħtu l-impressjoni li qed neħdulhom flushom u daqshekk.", "Jekk inżidu n-numru ta' viżitaturi li jiġu Malta – u dan jista' jseħħ faċilment jekk ikun hemm min hu intiż f'dan ix-xogħol – għallinqas għal miljun u nofs, aħna nistgħu nikkreaw ħafna iżjed impjiegi.", "B'dan il-mod nistgħu ntaffu l-problemi, jekk huma problemi għax, jekk m'iniex sejjer żball, iċ-ċifra tas-self-employed żdiedet, imma forsi l-ministru jkun jista' jirrispondini fuq dan.", "Meta tqis li l- popolazzjoni ta' Malta żdiedet u tara r-ratios tinduna li all in all morna tajjeb.", "Fl-opinjoni tiegħi huwa mportanti li wieħed jikkollega dawn iż-żewġ entitajiet għax hemmhekk għandek mezz immedjat fejn tista' tassorbi ħafna impjiegi.", "Jien inħoss li l-ETC qed taħdem sew u nawguralha li jkollha iżjed suċċess 'il quddiem u tikkrea l-iżbokk li ħafna nies jixtiequ.", "Nirringrazzjak.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Mario Galea.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Nibda l-ewwelnett billi nifraħ lill-ETC għas-sehem li tat fin-national action plan on employment.", "Ta' min ifakkar li f'Jannar ta' din is-sena l-Kabinett kien waqqaf core committee li kien chaired mill- Ministru Louis Galea.", "F'dan il-kumitat kien hemm rappreżentanti mill- ministeri tal-politika soċjali, tal-finanzi, ta' l-ekonomija u oħrajn, kif ukoll rappreżentanti mis-settur privat u oħrajn.", "Jiġifieri sar proċess wiesa' ta' konsultazzjoni.", "Ta' min jinnota li l-ETC kellha sehem importanti għax minbarra l-kontribut kbir li tat bl-ideat u l-expertise li llum għandha f'dan il-qasam, ħadet l-inkarigu wkoll li kontinwament tagħmel id-drafting ta' dan il-pjan waqt li kien qed jiġi diskuss, b'konsultazzjoni kontinwa ma' l-istakeholders kollha.", "F'Ottubru ġiet launched in-national action plan on employment, l-ewwel wieħed li qatt sar f'Malta.", "Sar fuq gwida tal-European employment strategy u dan huwa konferma oħra li l-gvern qed jieħu l-qasam ta' l-impjiegi bis- serjeta` għax għandna pjan li jħares fit-tul.", "M'aħniex niddeċiedu filgħodu x'se nagħmlu matul il-ġurnata, imma għall-ewwel darba għandna pjan li jħares fit-tul, għandu targets, u nafu fejn irridu naslu.", "Bla dubju dan għandu jgħin biex nilħqu l-miri tagħna ħalli naraw x'tip ta' impjiegi nistgħu niġġeneraw f'pajjiżna u x'tip ta' restructuring għandna bżonn u fuq kollox – u forsi dan huwa wieħed mill-kontributi ewlenin ta' l- ETC – nippreparaw x'tip ta' nies imħarrġa għandna bżonn u nħarrġuhom.", "Nafu li l-ETC żiedet in-numru ta' courses ta' taħriġ li tagħti.", "Inizjattiva oħra li laqtitni personalment meta kont qed naqra r-rapport ta' l-ETC kienet l-istudju li kkummissjonat li qed issejjaħlu l-ischool to work transition of young people in Malta.", "Dawn ipprovaw jaraw x'inhuma l- aspirazzjonijiet u l-esperjenzi taż-żgħażagħ li jiddeċiedu li jieqfu mill- istudji tagħhom meta jaslu fl-eta` ta' 16-il sena, l-eta` ta' compulsory education, u jiddeċiedu li jieqfu mill-istudji tagħhom u jmorru jfittxu x- xogħol.", "L-ETC ipprovat tara x'jinfluwenza din id-deċiżjoni.", "Dan l-istudju pprova jara wkoll fejn jispiċċaw jaħdmu dawn iż-żgħażagħ li jieqfu mill-istudji tagħhom meta jaslu fl-eta` tal-compulsory education u jipprovaw imorru jsibu x-xogħol.", "Ħareġ ċar li t-tip ta' skola sekondarja li jattendu dawn iż-żgħażagħ tinfluwenza ħafna jekk dawn l-istudenti jkomplux bl-istudju tagħhom inkella jieqfu u jfittxu x-xogħol.", "Per eżempju, irriżulta li l-istudenti li jkunu f'xi area secondary jew trade school huma l-aktar li jmorru jfittxu impjieg malli jaslu fl-eta` ta' 16-il sena, u allura ma jkomplux bit-taħriġ tagħhom, ma jkomplux jiżviluppaw il-potenzjal tagħhom u jispiċċaw f'jobs bħal machine operators.", "Min-naħa l-oħra ħareġ li studenti li jkunu fil-junior lyceum, fi skejjel tal-knisja, jew skejjel oħra indipendenti, aktar ikomplu bl-istudji tagħhom u ovvjament jispiċċaw f'tip ta' impjieg ta' status iktar għoli.", "Dan l-istudju huwa importanti l-ewwelnett għax ixejjen il-kritika ta' l- oppożizzjoni li dan huwa gvern li m'hu qed jagħmel xejn.", "Dan m'huwiex gvern li jaħrab mill-problemi, imma huwa gvern li jipprova jmur eżatt fuq il-ferita, jara x'inhi l-problema u jipprova jsib soluzzjoni.", "Dan l- istudju jikkonferma li għad għandna numru ta' studenti li jitilqu mill- iskola wara li jilħqu l-eta` ta' 16-il sena bla ebda taħriġ u kwalifiki.", "Għad għandna din il-problema f'pajjiżna u dan jagħmilha ħafna u ħafna aktar diffiċli għalihom biex isibu xi forma ta' impjieg.", "Dan huwa inkwetanti u this is where our system fails għax minkejja dan it-taħriġ, minkejja l- MCAST, minkejja s-set-up ta' edukazzjoni li għandna, għad hawn numru ta' studenti li jispiċċaw bla ebda taħriġ.", "Din hija problema li rridu nkomplu nindirizzaw.", "Dan l-istudju jikkonferma wkoll kemm hemm bżonn ta' aktar guidance, ta' counselling lill-istudenti sekondarji biex ngħinuhom jippjanaw il-karriera tagħhom.", "Hemm bżonn ta' aktar kollaborazzjoni bejn l-iskejjel differenti u l-industrija biex dawn l-istudenti jkunu nformati aħjar x'opportunitajiet ta' xogħol jeżistu u x'taħriġ irid ikollhom għal dawk l-opportunitajiet.", "Din ir-riċerka fuq kollox hija importanti għax għandha tgħin kemm lill-ETC kif ukoll lid-diviżjoni ta' l-edukazzjoni biex jaraw x'inizjattivi oħrajn jistgħu jieħdu flimkien ma' dak li qed jagħmlu biex ikunu ċerti li min jispiċċa l-istudju tiegħu jkun ippreparat – min għal ħaġa u min għal oħra – biex isib impjieg.", "Ridt insemmi inizjattiva li ħadet l-ETC li tissejjaħ \"SMS a job\" fejn qed tibgħat tagħrif dwar vacancies permezz ta' SMS lil dawk li jkunu qed ifittxu impjieg.", "Illum il-mobile phone sar parti mill-ilbies tagħna.", "Xi ftit ġranet ilu kont qed nisma' omelija u kien hemm qassis li għandu ċerta eta` li qal li fi żmienu, meta wieħed kien joħroġ mill-bieb ta' barra biex imur għax-xogħol kien irodd is-salib, imma llum jixgħel il-mobile phone kif joħroġ mill-bieb ta' barra.", "Fortunatament jew sfortunatament din hija r- realta`.", "Inħeġġeġ lill-ETC li tkompli tespandi dan is-servizz.", "Kif fhimt jien, dan is-servizz huwa provdut lil dawk li jissottomettu s-CV tagħhom fuq il- website ta' l-ETC.", "Ovvjament mhux kulħadd jista' jissottometti s-CV fuq il- website u ma nafx jekk hemmx mod kif l-ETC tista' tkompli tiżviluppa din l- inizjattiva.", "Xtaqt nagħmel xi kummenti oħrajn fuq l-impjiegi.", "Per eżempju, in-numru ta' nies li kienu impjegati full-time bejn Mejju 2003 u Mejju 2004 naqas b'940.", "Dan kien dovut għat-telf ta' madwar 100 impjieg, biex inkun preċiż 954, li tlifna fl-industrija tal-manifattura, fosthom tat-tessuti u l-footwear.", "Biss imbagħad fl-istess perijodu n-numru ta' self-employed żdied b'277.", "Barra minn hekk l-impjiegi fil-privat żdiedu b'449.", "Dan jikkonferma dak li ilna ngħidu, u cioe` li huwa l-privat li se jiġġenera u jrid jiġġenera l- impjiegi fil-futur.", "Tajjeb li wieħed igħid li tul is-sena finanzjarja li għadha kif għaddiet mill-placements kollha li għamlet l-ETC, fejn jidħlu full-time jobs, 87% minnhom kienu fis-settur privat.", "Fil-fatt tul is-sena li għaddiet 2,494 persuna ġew placed f'full-time jobs.", "Dan juri li l-ETC qed taħdem u tiffunzjona sew.", "Interessanti li wieħed igħid li minn dawn l- 2,494 persuna, 1,571 kienu rġiel u 923 kienu nisa.", "Ta' min jgħid ukoll li 331persuna minn dawn l-2,494 kienu impjegati ma' xi kumpannija parastatali filwaqt li l-kumplament, jiġifieri 2,163 instabilhom impjieg full-time mas- settur privat.", "Dan jikkonferma li l-ekonomija fil-fatt qed tiġġenera xogħol fis-settur privat.", "Indikazzjoni oħra hi li bejn Mejju 2003 u Mejju 2004 l- impjiegi fis-settur pubbliku naqsu b'1,096.", "Dan ukoll jikkonferma l- politika tal-gvern li jnaqqas id-daqs tas-servizz pubbliku billi n-nies żejda li hemm jiġu redeployed.", "Irrid ngħid ukoll li bejn Mejju 2003 u Mejju 2004 l-impjiegi part-time żdiedu b'2,585.", "L-iktar żieda kienet fil-persuni li għandhom il-part-time job bħala l-job prinċipali tagħhom.", "Fil-fatt hemm 19,534 li għandhom il- part-time job bħala l-primary job tagħhom.", "Interessanti li minn dan l- ammont 12,040 huma nisa.", "Min-naħa l-oħra minn total ta' 15,796 li għandhom l-impjieg part-time bħala s-secondary job 11,875 huma rġiel.", "Dan jista' jiġi interpretat li ħafna nisa qed jipprovaw isibu bilanċ bejn il-familja u x-xogħol billi jmorru għal part-time job.", "Il-kollega tiegħi l-Onor.", "Carmelo Abela fid-diskors tiegħu beda jagħmel paraguni mal-pajjiżi fl-Unjoni Ewropea.", "Ikun tajjeb kieku nqabblu ruħna mal- pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea f'kollox.", "Per eżempju, ir-rata ta' unemployment f'Malta hija taħt l-average ta' dik li hemm fl-Unjoni Ewropea, u ilha hekk mill-1994.", "J'Alla ma jkun hawn ħadd ifittex ix-xogħol għax aħna ninkwetaw anke jekk ikun hawn persuna waħda ma taħdimx.", "Imma tajjeb li nqabblu like with like.", "Nies jirreġistraw bħala unemployed ma' l-ETC f'Settembru ta' l-2003 kien hemm 5.48% u f'Settembru ta' l-2004 kien hemm 5.60%.", "Jiġifieri ż-żieda ta' l-unemployment bejn Settembru tas-sena l-oħra u Settembru ta' din is-sena kienet marġinali.", "L-akbar żieda kienet fost dawk li għandhom 50 sena jew iktar li huma bracket li għad għandna problemi biex insibulhom impjieg, u din naċċettawha.", "Ta' min jgħid ukoll li bejn Ottubru 2003 u Settembru 2004 kien hemm 1,323 strike-offs.", "Dawn kienu qegħdin jirreġistraw għax-xogħol u nqabdu jaħdmu jew inkella rrifjutaw ix-xogħol.", "Dan jikkonferma d-determinazzjoni ta' l- ETC u tal-gvern li nrażżnu l-abbuż minn dawk li għandhom impjieg, ma jħallsux taxxa u minn fuq jirreġistraw għax-xogħol.", "Dan kien possibbli għax qed issir koordinazzjoni mad-dipartiment tas-sigurta` soċjali, mal-VAT department, mat-tax compliance unit u mal-pulizija.", "Din il-koordinazzjoni hija pożittiva għax irridu nagħmlu ġlieda kontra l-abbuż, u minn hawnhekk irrid nifraħ u nirringrazzja lill-inspectors ta' l-ETC li qed jagħmlu dan ix-xogħol importanti li m'huwiex xogħol faċli.", "Sur President, f'dan l-intervent qasir tiegħi ipprovajt nagħti daqqa ta' għajn lejn uħud mill-ħidma li wettqet l-ETC.", "Naħseb li llum kulħadd jaqbel li kien pass tajjeb li gvern immexxi mill-partit Nazzjonalsita waqqaf l- ETC.", "Dak iż-żmien kien hawn min ma qabilx magħna.", "Irrid ngħid ukoll li tul l-aħħar sena l-ETC ħadmet f'ċirkostanzi diffiċli għax is-suq tax-xogħol kien qed ikompli jinbidel.", "Dan minħabba li ħafna kumpanniji bilfors kellhom jagħmlu restructuring imma minkejja dan, l-ETC irnexxielha tikseb ċerti suċċessi.", "Nagħlaq billi nifraħ u nirringrazzja liċ-chairman ta' l-ETC u lill-bord ta' diretturi tal-ħidma tagħhom.", "Nirringrazzja wkoll lill-impjegati kollha, hu x'inhu l-grad tagħhom, għall-impenn u dedikazzjoni tagħhom.", "Irrid nagħlaq bi ħsieb wieħed.", "Ċertu Robert Anthony darba qal hekk:", "\"You are wholly complete if your success in life will be in direct proportion to your ability to accept this truth about you.\".", "Jekk tipprova taqlibha għall-Malti tfisser li inti tkun bniedem sħiħ u s- suċċess tiegħek fil-ħajja jiddependi ħafna minn kemm int bħala bniedem jirnexxielek tibda temmen li inti bniedem sħiħ, bniedem komplet u bniedem kapaċi.", "Inħoss li din hija l-isfida li għandna quddiemna.", "Aħna ma rridux nagħmlu kif tagħmel l-oppożizzjoni, li npinġu kollox iswed u naqtgħu qalb in-nies, imma aħna, l-ETC, l-edukaturi tagħna u l-ġenituri rridu nwasslu kontinwament dan il-messaġġ liż-żgħażagħ u lill-istudenti li huma għandhom potenzjal u li huma kapaċi min għal ħaġa u min għall-oħra.", "L-isfida hi li lil dawn iż-żgħażagħ u studenti nġegħluhom jibdew jemmnu fihom infushom.", "Naħseb li din għandha tkun waħda mill-oġġettivi prinċipali ta' l-ETC, li jekk temmen fik innifsek, int min int, int bin min int u int fejn int, anke għalik jeżisti futur.", "Nirringrazzjak, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki? l-Onor.", "Mario De Marco.", "ONOR.", "MARIO DE MARCO: Sur President, quddiemna għandna l-estimi ta' l-ETC għas-sena 2004/2005.", "Jekk naraw dak li qed jiġi propost għall-budget insibu somma ta' Lm1.65 miljun u jekk nipparagunawha ma' dak li kien approvat fil-budget għas-sena li għaddiet naraw li veru hemm tnaqqis relattiv ta' Lm67,000 pero' wieħed għandu jara din il-figura flimkien ma' dak li fil-fatt intnefqet fis-sena li qegħdin fiha liema figura kienet ta' Lm2.6 miljun.", "Jekk nagħmlu hekk insibu li fil-fatt mhux tnaqqis hemm imma żieda ta' Lm50,000 fuq in-nefqa rikorrenti.", "L-ETC hija korporazzjoni li għandha sfidi kbar quddiemha, partikolarment meta naraw x'inhuma l-kriterji ta' Lisbona u ta' Stokkolma li qegħdin nipprovaw nimmiraw għalihom.", "Jekk wieħed jara l-kriterji ta' Lisbona naraw li t-target għas-sena 2005 huwa li jkollok overall employment rate ta' 67% u li sas-sena 2010 din tiżdied għal 70%.", "Naraw li d-differenza fil-gender employment irridu nnaqqsuha wkoll, u l-employment rate tan-nisa għandu jiżdied għal 57% sas-sena 2005 u għal 60% għas-sena 2010.", "Apparti dan, l- employment rate għan-nies li għandhom bejn 55 sena u 64 sena għandu jitla' għal 50% sas-sena 2010.", "Dawn m'humiex sfidi li huma faċli pero' sfidi li aħna qegħdin naħdmu għalihom u f'dan ir-rigward, kif qal qabli l-Onor.", "Mario Galea, in-national action plan ta' l-impjiegi li ġie żviluppat mill- gvern bil-ħidma partikolari u speċifika ta' l-ETC, huwa pjan li jgħinna naraw kif nistgħu naslu għal dawn it-targets.", "Sur President, irrid ngħid ukoll li ħadt gost naqra r-rapport ta' l-ETC partikolarment il-questionnaire li għamlet f'dan ir-rapport li nsibuh f'paġna 39.", "Sar questionnaire fost numru ta' nies li kienu qegħdin ifittxu x-xogħol li ġew mitluba jgħidu r-raġunijiet għaliex tilfu x-xogħol.", "Fost ir-raġunijiet insibu li 51% qalu li dan ġara minħabba shortage of work, 11% qalu li kien hemm firm closure, 10% qalu li ġie mitmum il-kuntratt tagħhom, 6% taw raġunijiet ta' diżabilita` jew raġunijiet ta' saħħa u 5% semmew raġunijiet dixxiplinari.", "Dawn ġew mitluba jgħidu jekk qattx ikkonsidraw is- self-employment u 36% qalu li iva.", "Rigward x'kienu l-problemi li qegħdin isibu biex isibu xogħol alternattiv ingħataw ħames raġunijiet prominenti.", "L-aktar raġuni prominenti kienet il- kwestjoni ta' l-eta` u hawnhekk ir-rata hija ta' 27%.", "Imbagħad kien hemm il-lack of employment opportunities b'19% u kwestjonijiet ta' saħħa u diżabilita` bi 13%.", "Persentaġġ għoli kien dak ta' nuqqas ta' kwalifiki b'rata ta' 13%.", "Dawn huma ċifri li wieħed għandu jaħseb fuqhom u jgħarbilhom sew.", "Sur President, ħaġa li tinkwetani hija l-kwestjoni ta' l-eta`, ta' dawk in- nies li għandhom 40 sena u għal raġuni li mhux relatata ma' raġuni dovuta lilhom isibu ruħhom bla xogħol.", "Dawn huma nies li għandhom iktar responsabbilita` fil-ħajja għax ħafna drabi jkunu nies miżżewġin bit-tfal.", "Hija problema li jkollok persuna żagħżugħa li ssib ruħha bħal xogħol, pero' l-problema tkun ħafna aktar gravi jekk titlef ix-xogħol persuna ta' 40 sena li jkollha loan mal-bank u t-tfal u mara xi jmantni.", "Hawnhekk hija interessanti l-attenzjoni li qed tagħti l-ETC għal dawn in-nies, u jekk wieħed jara l-pjan ta' azzjoni ta' l-ETC jsib li din il-korporazzjoni qed tagħmel numru ta' motivation seminars għal dawn in-nies biex jiddiskutu l- problemi tagħhom u biex jgħinuhom jerġgħu jintegraw ruħhom fid-dinja tax- xogħol.", "Sur President, insibu wkoll li qed isiru weekly meetings ma' dawn in-nies li għandhom iktar minn 40 sena kif ukoll saret kampanja pubblika mill-ETC permezz ta' billboards biex jinkoraġġixxu lill-employers jimpjegaw nies li għandhom aktar minn 40 sena.", "F'dan ir-rigward rajna wkoll li saru diversi training and employment exposure schemes mill-ETC.", "Ta' min igħid ukoll li l-ETC applikat għall-fondi taħt il-European social fund u ġie approvat proġett li jikkonsisti fi training programme għal aktar minn 400 persuna li għandhom aktar minn 40 sena li qed jirreġistraw għax- xogħol.", "Dan huwa proġett li huwa stmat li se jiswa - u għandna fondi approvati - euro 4.8 miljun jiġifieri hawnhekk għandna nirringrazzjaw lill- ETC li rnexxielhom iġibu l-approvazzjoni għal dawn il-fondi.", "Dan huwa importanti għax min għandu aktar minn 40 sena u qed ifittex xogħol alternattiv qed isib żewġ problemi.", "L-ewwelnett sfortunatament għadna qegħdin inbatu minn ċerti preġudizzji fis- sens li l-employers aktar ifittxu żgħażagħ milli persuni li għandhom 40 sena jew aktar, li għal xi raġuni jew oħra jiġu konsidrati bħala avvanzati żżejjed fl-eta` għal dak l-impjieg partikolari.", "Fil-fehma tiegħi dan huwa konċett żbaljat għax persuna ta' dik il-eta` hija iktar matura u allura din hija problema ta' perception aktar milli xi ħaġa oħra.", "Forsi l-problema reali hija li nies ta' 40 sena jkunu ġew trained b'ċerti skills meta jkunu ħarġu mill-iskola u meta jsibu ruħhom bla xogħol isibu li d-dinja tax- xogħol fir-realta` tbiddlet u allura jsibuha diffiċli biex jintegraw ruħhom.", "Per eżempju, min daħal jaħdem ta' 18-il sena u llum għandu 40 sena ma kellux id-dinja tal-computers quddiem għajnejh.", "Kulħadd jaf li llum il-ġurnata ħadd ma jaħdem mingħajr computer u allura dawn ir-retraining skills li qed toffri l-ETC huma essenzjali biex dawn in- nies ta' 40 sena jerġgħu jintegraw ruħhom.", "Hawnhekk wieħed jammira l-fatt li l-ETC qed toffri courses varji biex tgħin lin-nies qiegħda jsibu x- xogħol.", "Qegħdin jipprovaw ukoll jagħmlu retraining ta' nies li għandhom 40 sena u qegħdin jipprovaw jgħallmu skills ġodda għal dawk in-nies li forsi m'għandhomx skills addattati jew l-iskills li kellhom huma m'humiex iktar addattati biex jintegraw ruħhom fid-dinja tax-xogħol moderna tal-lum.", "Kif jaf kulħadd id-dinja tax-xogħol tinbidel kuljum.", "Jekk nieħdu l- ekonomija tal-manifattura tagħna nsibu li 20 sena ilu kellna l-manifattura tat-tessuti, illum il-ġurnata qegħdin fil-manifattura ta' l-elettronika, tal-farmaċewtiċi u tas-software ta' l-IT, jiġifieri d-dinja nbidlet kompletament.", "Il-ħaddiema ma nistgħux inħejjuhom għal xogħol alternattiv jekk inħalluhom biss addattati biex jaħdmu ġo fabbriki tat-tessuti.", "Il- ħaddiem għandu jkun addattat għat-tip ta' makkinarju modern li se jsib ruħu quddiemu fid-dinja tax-xogħol illum.", "Hawnhekk qed nara x'tip ta' courses qed toffri l-ETC u fosthom hemm wieħed ta' l-IT li għalih din is-sena attendew 1,100 persuna.", "Għandek ukoll il- courses li huma office related li joffru office skills, typing eċċ, li attendew għalihom 280 persuna, għandek il-basic skill courses, job motivation u literacy li attendew għalihom 1,500 persuna.", "Għandek courses għal careworkers li attendew għalihom 1,200 persuna, għandek il-courses trade related li attendew għalihom 600 persuna u għandek il-business management courses li attendew għalihom 200 persuna.", "Hemm ukoll diversi courses li ġew offruti ġewwa Għawdex.", "It-total ta' persuni li attendew dawn il-korsijiet kien ta' 5,700 persuna li m'hijiex ċifra żgħira, jiġifieri hawnhekk verament għandna nawguraw lill-ETC għax-xogħol siewi li qed tagħmel f'dan ir-rigward.", "Ċifra li nkwetatni daqsxejn hija ċ-ċifra relatata man-nies li ggradwaw mill- universita` u ma sabux xogħol.", "Sa l-aħħar ta' Ottubru 2004 kellek madwar 127 gradwat mill-universita` li kien qed jirreġistra bħala unemployed.", "Ir- realta` hi li meta wieħed jikkonsidra li għandek madwar 2,400 gradwat kull sena, ċifra ta' 127 hija ċifra minuri pero' xorta nsostni li bħala pajjiż, bħala gvern u bħala ETC għandna nagħtu sens ta' direzzjoni liż-żgħażagħ.", "Jien mhux qed ngħid li għandna ngħidu liż-żgħażagħ x'għandhom jitgħallmu, għax iż-żgħażagħ għandhom ikunu fil-liberta` li jitgħallmu dak li jixtiequ, pero' għandna niftħu għajnejn dak li jkun li hemm ċerti courses li għandhom ikunu konsidrati iktar utli minn oħrajn biex iż-żgħażagħ isibu impjieg.", "Sfortunatament għandna tradizzjoni fejn il-maġġoranza taż-żgħażagħ Maltin imorru għal korsijiet tradizzjonali u dan jirriżulta f'numru ta' gradwati li jsibu problema biex isibu xogħol f'dik il-linja.", "Qed ngħid dan kollu għax irridu noqogħdu attenti li ma nikkreawx sezzjoni ta' nies li jiggradwaw u ma jsibux ix-xogħol li jixtiequ.", "L-aħħar ħaġa li nixtieq nitkellem dwarha hija dwar il-gender equality.", "Irrid ngħid li l-figura ta' nisa li qegħdin jaħdmu għadha relattivament baxxa.", "L-Onor.", "Mario Galea qal tajjeb li fil-qasam tal-part-time qed jiżdiedu pero' fir-realta` għandna potenzjal enormi ta' nisa li jistgħu joħorġu jaħdmu.", "Dan l-aħħar kont qed naqra artiklu fuq l-Irlanda.", "Il- miraklu ekonomiku li seħħ fl-Irlanda kien dovut għal diversi fatturi pero' waħda mir-raġunijiet għaliex l-Irlanda rnexxiet kien il-fattur li dawn irnexxielhom jittappjaw fuq is-suq tan-nisa li joħorġu jaħdmu.", "Din il-ħaġa tikkrealek workforce akbar.", "Qed ngħid dan kollu għax aħna għandna nagħmlu aktar biex ninkoraġġixxu n- nisa jaħdmu mingħajr ma nfixklu l-konċett ta' familja Maltija.", "Għal dan il- għan hemm ċerti fatturi li forsi nistgħu nħarsu lejhom.", "Per eżempju, fis- settur pubbliku mara li tkun iżżewġet u jkollha t-tfal tista' tieħu parental leave ta' ħames snin pero' din il-ħaġa ma nsibuhiex fis-settur privat.", "Żgur li nistgħu nagħmlu iktar affarijiet li jgħinu lin-nisa li jkollhom it-tfal jieħdu ħsieb it-tfal pero' meta jkunu jridu jerġgħu jidħlu fid-dinja tax-xogħol dawn jerġgħu jintegraw ruħhom fid-dinja tax-xogħol mingħajr problema.", "Sur President, illum ninsabu għaddejjin minn żmenijiet bi sfidi ġodda, bi sfidi importanti, sfidi li huma riżultat tal-fatt li llum il-ġurnata aħna membri sħaħ ta' l-Unjoni Ewropea.", "Irrid ngħid li l-ETC għandha aċċess għal diversi fondi tal-European social fund, u jien nappellalhom biex jutilizzaw dawn il-fondi disponibbli għalihom.", "Fl-aħħarnett nixtieq nirringrazzja minn hawnhekk lill-membri kollha ta' l-ETC li tant jagħmlu xogħol siewi biex jgħinu n-nies isibu xogħol addattat u diċenti għalihom.", "Nirringrazzjak.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO (Segretarju Parlamentari): Sur President, nixtieq nagħmel ftit riflessjonijiet u l-ewwel riflessjoni hija rigward l- investiment għax-xogħol.", "Il-budget ta' l-ETC huwa veru investiment ta' Lm5 miljun pero' naħseb li jkun tajjeb li nikkalkolaw li l-investiment għall- ħolqien tax-xogħol wieħed irid jikkonsidrah ma' l-investiment kollu li qed isir fil-qasam edukattiv f'dan il-pajjiż.", "Naħseb li l-ETC qatt ma kienet ippustjata f'ministeru hekk addattat milli qiegħda llum.", "Illum il-ġurnata mill-kindergarten sa l-MCAST, l-universita` u l-ETC jaqgħu kollha taħt il- ministeru ta' l-edukazzjoni, ministeru li l-bażi tal-ħidma tiegħu għandha tkun il-ħolqien tax-xogħol.", "Riflessjoni oħra li nixtieq nagħmel hija dwar l-aġenda ta' Lisbona.", "Ftit ilu l-kapijiet tal-gvernijiet Ewropej iltaqgħu biex jitkellmu dwar \"Making the European Union the most dynamic and competitive knowledge-based economy in the world.\"", "Sur President, jien nixtieq li din l-aġenda ta' Lisbona tkun l-aġenda tad-dipartimenti tagħna, ta' l-awtoritajiet u ta' l-ETC.", "Nixtieq li dawn kollha jaħdmu bil-għan li jagħmlu minn pajjiżna l-iktar ekonomija dinamika u kompetittiva fid-dinja bbażata fuq l-informazzjoni.", "Pero' issa se niġi biex nitkellem dwar l-ETC nnifisha li l-aġenda tagħha hi li taħdem biex issib l-impjiegi għal dawk li jkunu qegħdin ifittxu x- xogħol.", "Illum nixtieq nissuġġerixxi lill-ministru responsabbli li l-ETC jitbiddlilha l-objettiv tagħha.", "Qed ngħid dan għax nixtieq li nħarsu lejn possibbilta` oħra ta' kif f'dan il-pajjiż insibu l-aħjar impjieg lil min ikun qed ifittxu.", "ETC tfisser employment and training corporation, u hija korporazzjoni li qiegħda tagħmel xogħol tajjeb ħafna, pero' nixtieq ngħid lill-Ministru Louis Galea, li naħdem miegħu ħafna biex naraw kemm il-qasam edukattiv ikun qed iwieġeb għall-ħteġijiet ta' min qiegħed fin-negozju, li nixtieq li l-kliem ETC jiġi jfisser mhux employment and training corporation imma entrepreneuship training corporation.", "Min qed jismagħni jista' jgħid: X'differenza tagħmel?", "What's in a name?", "Jien ngħid li jekk wieħed iħares lejn l-istatisitka jsib li hemm iżjed minn what's in a name.", "Meta 40 sena ilu Malta kienet għadha kemm saret indipendenti xi ħadd kien qal li l-viżjoni tagħna għandha tkun l-Unjoni Ewropea.", "Forsi dak iż-żmien kien hawn min staqsa dwar xi tfisser din.", "Xi ħadd kważi 'l fuq minn 30 sena ilu qal: Imma l-viżjoni tagħna għandha tkun l-Unjoni Ewropea.", "Forsi dak iż-żmien kien hawn minn qal: Imma din xi tfisser?!", "Pero` 25 sena wara dik il-viżjoni saret realta`.", "Li qed ngħid jien huwa li jekk wieħed iħares lejn l-istatistika ta' fejn qed jinħoloq ix- xogħol, irridu neħduh bħala fatt li l-ħolqien tax-xogħol fil-ġejjieni mhux se jibqa` bilfors kif kien fil-passat.", "M'għandniex nibqgħu marbutin ma' l- impjiegi tal-manifattura tal-massa kif konna nafuhom, fabbrika ta' 200 ruħ tagħmel il-jeans jew fabbrika ta' 150 ruħ tagħmel l-assembling tat- televisions u konna nagħmlu l-liċenzji ta' l-importazzjoni biex imbagħad inżommu 150 ruħ jgħaqdu dawk it-televisions u nbigħuhom hawn Malta stess għax imkien ma kienu setgħu jinbiegħu.", "Dawn kienu sempliċement jiġu hawnhekk żarmati u l-ħaddiema kemm jinvitawhom.", "Dik m'hijiex l-industrija li għandna bżonn.", "Għalhekk l-idea li jrid ikun hawn f'dan il-pajjiż hija li l-impjiegi narawhom jinħolqu fis-self-employment.", "Fil-ġejjieni l-probabbilta` li l- impjiegi jinħolqu fis-self-employment se tkun probabbilta` iżjed minn tal- lum.", "U għaldaqstant qegħdin naraw shift, imma dan mhux għax l-ekonomija mhux taħdem.", "Lil tan-naħa l-oħra ngħidilhom: Ejjew ma nidħkux bir-realta`, ma nipprovawx nilagħbu għall-gallarija u nitkellmu bis-sentiment.", "Għandna r-ristrutturar ta' l-ekonomija Ewropea, il-fabbriki li jimpjegaw il-mijiet tan-nies ħerġin mill-Ewropa u sejrin fiċ-Ċina fejn huwa ħafna irħas biex timpjega l-ħaddiema.", "It-8,140 ruħ li qed ifittxu xogħol fil-fehma tiegħi m'humiex kollha bla xogħol.", "Jixtiequ xogħol aħjar iva, imma minn dawn it- 8,140 ruħ żgur li għandna 3,000 minnhom li qegħdin jaħdmu waqt li qed jirreġistraw.", "Forsi jixtiequ jagħmlu xogħol ieħor u għalhekk qed jirreġistraw imma żgur li qed jagħmlu xi xogħol.", "Għalhekk is-suġġeriment tiegħi huwa li l-ETC tkun l-ente li tgħallem is-sengħa imprenditorjali lil dawn in-nies.", "Lil dawn in-nies ngħidilhom: Taħsbux li se ssibu xi mpjieg kif tixtiequ intom f'xi fabbrika tal-massa fejn jiġi xi ħadd u jimpjega 300 ruħ f'daqqa.", "Dik ir-realta` m'għadhiex teżisti u l-alternattiva probabbli għall-għajxien tiegħek hija li bis-sengħa u l-ħila partikolari tiegħek tidħol fid-dinja tan-negozju.", "Mr Speaker, ir-raġuni li għaliha qed nagħmel din il-proposta hija li meta nħares lejn l-istatistika ta' April u Ġunju tal-2004 – dak iż-żmien kien hemm 7,870 ruħ jirreġistraw għax-xogħol – insib li 24% minnhom kellhom edukazzjoni ta' skola primarja, kważi 60% kellhom edukazzjoni ta' skola sekondarja u 15% kellhom post-secondary and tertiary education.", "Allura kif tista' l-ETC issib xogħol lil dawn it-8,000 ruħ li, bejn wieħed u ieħor, 25% minnhom għandhom edukazzjoni primarja?", "Lanqas jekk tiġi l-ikbar fabbrika ta' l-iżjed teknoloġija avvanzata ma jkollna fejn inpoġġuhom lil dawn il-ħaddiema.", "Allura x'għandhom bżonn dawn in-nies?", "Jekk verament irridu nnaqqsu n-numru ta' dawk li qed jirreġistraw għax-xogħol irridu naraw li dawn isibu mpjieg bil-ħiliet ta' ċerti snajja` li huma tajbin fihom u npoġġuhom immedjatment fis-suq.", "Mr Speaker, ma nistgħux nibqgħu nissussidjaw il-qgħad bil-liġijiet tal- politika soċjali tagħna.", "Jiena, bħala segretarju parlametari għas-self- employed u n-negozji ż-żgħar, qed nitkellem hekk għax waħda mill-ikbar problemi li għandhom dawk li qegħdin fin-negozju b'mod organizzat hija li qegħdin jikkompetu ma' min inġustament qed jieħu l-għajnuna tas-servizzi soċjali u fl-istess ħin qiegħed jaħdem u mbagħad ikun qed jherri t-tessut kummerċjali għax ikun jista` jinżel fis-suq b'irħas minn dawk li għandhom l- ispiża normali fid-dinja tax-xogħol.", "Illum kelma oħra sinonima ma' \"edukazzjoni\" hija \"kreattivita`\" u tajjeb li xi darba f'dan il-pajjiż jibda jkollna l-ministeru għalll-kreattivita` u mhux iżjed ministeru ta' l-edukazzjoni.", "L-Onor.", "Abela fl-intervent tiegħu kien qed jgħid kif l-edukazzjoni għandha twassal lin-nies għax-xogħol.", "L- edukazzjoni twassal lin-nies għax-xogħol kemm-il darba nkunu kapaċi ngħallmu mill-bidunett lill-istudenti tagħna jkunu kreattivi.", "Pero` mbagħad irridu wkoll ngħallmu lil min qed ifittex ix-xogħol ikun imprenditorjali.", "Irid ikollna riċerka u innovazzjoni mhux biss fl-element ta' industrija ta' teknoloġija, imma f'kull qasam tax-xogħol biex kulħadd jipprova jara kif fl-istat kummerċjali tiegħu jkun innovattiv b'mod differenti minn ieħor u allura jkun qed jikkompeti.", "Mr Speaker, l-awgurju tiegħi huwa li l-ETC tkun l-entrepreneurship training corporation u tbiddel ir-rwol tagħha.", "Nixtieq li l-ministru, mil-lejla stess, jagħlaq din l-ETC kif nafuha sal-lum u jiftaħha filgħodu bħala ETC li se nkunu neħtieġu għada iżjed mil-lum biex verament naslu għal sitwazzjoni biex dawk li huma qiegħda noffrulhom xogħol – nofshom xogħol li diġa` qed jagħmlu bil-moħbi – pero` ejja naraw li nagħtuhom il-kuraġġ u l- ħila li jeħtieġ li jkollhom ħalli permezz tas-sengħa tagħhom jidħlu fid- dinja tax-xogħol.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Nistieden lill-Ministru Galea biex jagħlaq id- dibattitu.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Irrid nirringrazzja lil sħabi d-deputati li ħadu sehem f'din id-diskussjoni f'dawn iż-żewġ seduti għax irrid ngħid li minkejja d-differenzi li jista` jkollna u apprezzament differenti tal-fatti ħadt gost nisma` lill-kelliema kollha, kemm tan-naħa ta' l-oppożizzjoni kif ukoll tan-naħa tal-gvern.", "Irrid ukoll pubblikament inrodd ħajr liċ-chairman u lill-membri tal-bord tal-korporazzjoni kif ukoll lill-kap eżekuttiv ewlieni, is-Sur John Camilleri, li nagħmel xi kummenti fuqu iktar tard, lid-deputat kap eżekuttiv ewlieni, lill-general manager tar-riċerka u żvilupp, Ms Sue Vella, lill-uffiċjali u lill-ħaddiema kollha kemm huma.", "Jiena nħoss li l- korporazzjoni tax-xogħol u taħriġ hija istituzzjoni fis-settur pubbliku li qed tagħti valur miżjud għall-flus li qegħdin nivvotawlha u jiena m'għandix dubju li se tkompli ttejjeb l-operat tagħha.", "Sur President, jien naħseb li min ikun qed jismagħna - jisma' lin-naħa tal- gvern u mbagħad jisma` lin-naħa ta' l-oppożizzjoni - jipprova jara jislitx bilanċ bejn iż-żewġ pożizzjonijiet li jkunu qed jittieħdu.", "Ir-riflessjoni tiegħi hija li assolutament m'għandna naraw xejn ħażin li naħa tara l- flixkun nofsu mimli u naħa oħra tarah nofsu vojt.", "M'hemm xejn ħażin f'dan, Sur President.", "Ma jimporta xejn li l-gvern jara l-flixkun nofsu mimli, u jgħid dak in-nofs mimli x'inhu u l-oppożizjzoni tarah nofsu vojt u tgħid dak in-nofs vojt x'inhu.", "Hu ħażin jekk xi naħa tgħid li l-flixkun kollu mimli u n-naħa l-oħra tgħid li l-flixkun kollu vojt.", "Dawn huma żewġ pożizzjonijiet estremi u żbaljati li ma jirriflettux il-verita`.", "Kultant ikollna t-tentazzjoni li n-naħa tal-gvern tipprova timla kemm tista' l-flixkun u n-naħa ta' l-oppożizzjoni tipprova tiżvojtah kemm tista' dan il-flixkun.", "Naħseb li jeħtieġ li nimmaturaw politikament u nkunu kapaċi naraw il-fatti kif inhuma għax l-opinjonijiet huma dritt ta' kulħadd u għandhom jinstemgħu bl-akbar rispett anke jekk ma taqbilx magħhom imma l- fatti għandhom ikunu sagri u miktubin iswed fuq l-abjad.", "Per eżempju, ma kienx f'loku l-kumment ta' l-Onor.", "Marie Louise Coleiro li qalet li n-naħa tal-gvern tkellmet qisha qed tindirizza l-partitarji Nazzjonalisti għax issa se jkolli ngħid li l-ispiżjara milli jkollha tagħtik.", "Fil-fatt kemm min-naħa ta' l-oppożizzjoni u kemm min-naħa tal- gvern, għalkemm kulħadd ipprova jsuq iż-żiemel tiegħu, kien hawn sforz biex wieħed iżomm ċertu bilanċ.", "Għalhekk naħseb li ċerti kummenti, bħal, per eżempju dak li qalet l-Onor.", "Coleiro, li l-gvern ma jinkwetax bis- sitwazzjoni tan-numru ta' nies bla xogħol, m'hu veru xejn.", "Aħna nibqgħu ninsistu li l-mira politika u l-istrateġija tal-gvern kollha hija direzzjonata biex iġġib xogħol għal kull min irid jaħdem u għal kull min jiflaħ jaħdem.", "M'aħniex kuntenti li għandna 8,000 jirreġistraw għax-xogħol.", "Lanqas konna kuntenti meta kellna 5,000 jirreġistraw għax-xogħol aħseb u ara issa kemm aħna kuntenti llum.", "Ma rridux naslu għall-esaġerazzjonijiet.", "L-Onor.", "Coleiro qalet li jekk ikun hawn persuna waħda m'hijiex taħdem, ikun ifisser li l-politika ekonomika tal-gvern falliet u dawn huma dikjarazzjonijiet fejn m'hemmx bilanċ u huma estremi.", "Pero` qalet affarijiet oħra, anke meta tkellmet fuq l-edukazzjoni, li huma importanti u li rridu nagħtu kashom.", "Sur President, hemm diversi kummenti x'nista' nagħmel u nibda billi ngħid li rridu nħarsu lejn l-ispiża li qed jinvesti l-gvern, mhux biss b'dak li qegħdin nivvotaw illejla imma b'dawk il-proġetti li se jkunu finanzjati mill-fond soċjali Ewropew u b'dawk il-fondi li se jiġu allokati fil-budget tal-gvern għat-twettieq tal-pjan ta' azzjoni nazzjonali għall-impjiegi.", "Jien ngħid l-ETC se jkollha l-isfida, jekk mhux il-problema, ta' kif se tonfoq dawn il-fondi kollha ta' iktar minn Lm5 miljun u twettaq il-proġetti kollha li daħlet għalihom, b'mod effettiv.", "Nixtieq nikkummenta fuq il- kwestjoni tal-figura tan-nies qiegħda.", "Qalulna li l-irġiel huma l-iżjed li qed jirreġistraw għax-xogħol u dan bilfors għax bil-mod kif inhu magħmul is-suq Malti, fil-perijodu li għaddejjin minnu, jekk l-akbar parteċipazzjoni ġejja mill-irġiel, tistenna li l-ikbar parti li qed ikunu jirreġistraw għax-xogħol ikunu rġiel.", "Huwa veru li n-numru ta' nisa jirreġistraw żdied pero` dan ifisser żewġ affarijiet.", "Ifisser li n-nisa qegħdin jidħlu fis-suq tax-xogħol u li n- numru ta' nisa li jridu jkunu attivi u li jridu jipparteċipaw fis-suq tax- xogħol qed jiżdied.", "Ma rridux naraw biss kemm żdiedu nisa jirreġistraw għax-xogħol imma rridu ngħidu li għandna 600 mara iktar jaħdmu full-time u 5,742 mara aktar jaħdmu part-time fuq ċertu numru ta' snin ilu.", "Issa ħalli nitkellem ftit fuq iż-żgħażagħ ta' bejn l-20 u l-24 sena.", "Meta wieħed jara l-figuri, ma jridx jara kemm telgħu jew naqsu mil-lum għal għada jew minn xahar għall-ieħor imma trid teħodhom fuq firxa ta' snin u jekk tħares lejhom fuq firxa ta' snin, għandek issib li hawn ċerta stabilita` relattiva.", "Anke għal dawk li huma bejn il-25 u d-29 sena naraw żieda ta' 175.", "Jien ninkwieta meta nara dan imma rridu ngħidu li f'din il- faxxa, ż-żieda fuq il-perijodu ġiet ċitata mill-1997, jiġifieri f'seba' snin u wieħed irid iqis ukoll minn xiex għaddej ir-ristrutturar u d- diffikutaljiet li qed tiffaċċja l-ekonomija tal-pajjiż.", "Dan igħodd ukoll għal dawk li għandhom 45 sena jew iktar.", "Jekk ngħidu li dawn telgħu b'400 f'seba' snin, insibu li anke hawnhekk hawn riflessjoni li wieħed irid jagħmel.", "Ir-realta` hi li min iħaddem għandu tendenza li jħaddem nies ta' eta` iżgħar u din qed timpatta b'mod inġust u negattiv fuq din l-eta`.", "Hawnhekk irridu naħdmu iktar u se jkollna problema oħra, Sur President, għax it-targets li qegħdin nitkellmu fuqhom huma targets li jeħtieġu li nies mhux ta' 45 sena biss, imma anke ta' 55 sena jew ta' 60 sena jaħdmu sabiex nilħqu ċertu livell ta' produzzjoni ekonomika.", "Tajjeb ngħid, u dan jidhirli li ġie rikonoxxut, li l-korporazzjoni qiegħda taħdem b'mod organizzat u effiċjenti u rridu nifhmu kemm investiet il- korporazzjoni fil-ħaddiema tagħha.", "Irrid ngħid li għandna terz ta' l- impjegati llum għandhom kwalifika terzjarja ta' l-universita`.", "Għandna 36 minnhom li għadhom qegħdin jistudjaw f'dan il-livell u l-ETC m'hemmx dubju li se jkollha bżonn nies iktar kwalifikati biex tkun tista' tlaħħaq ma' l- impenji tagħha.", "Tajjeb li nerġa' nagħmel enfasi li l-programmi ta' taħriġ li tagħti l-korporazzjoni tax-xogħol huma programmi li jvarjaw minn livelli ta' edukazzjoni bażika għall-oqsma mifruxa b'mod estensiv fuq snajja', ħiliet, kwalifiki u livelli differenti li jolqtu lil kulħadd.", "Naħseb ikun żball jekk ngħidu li l-ETC għandha tiffoka fuq il-livell tal-litteriżmu bażiku.", "Naħseb li jkun tajjeb li tkompli taħdem kif qed taħdem u ttejjeb f'kull livell u li toħloq niżġa aħjar ma' l-iskemi ta' l-apprentistat tal- kulleġġ vokazzjonali, jiġifieri l-MCAST.", "Tajjeb li ngħidu li f'sena, minn Ottubru 2003 sa Settembru 2004, l-ETC ħarġet 3,423 persuna li kienu qegħdin jirreġistraw għax-xogħol u mill-għotjiet ta' taħriġ taħt il-business promotion Act, 2,200 ħaddiem ieħor u dawn mhux jirreġistraw imma nies li qegħdin jaħdmu għax l-ETC ma tiffokax biss fuq dawk li qed jirreġistraw imma tiffoka wkoll fuq dawk li qegħdin jaħdmu sabiex toffrilhom ċerti opportunitajiet ta' taħriġ.", "Dan minbarra x-xogħol li qed isir fl-MCAST u li qed isir mit-taqsima ta' l-edukazzjoni għall-adulti u mill-universita`.", "Hawnhekk irrid ngħid kelma fuq dak li qal l-Onor.", "Edwin Vassallo.", "L-ETC għandha taħdem biex ixxettel aktar fil-korsijiet tagħha, huma x'inhuma, dawk l-elementi li jwasslu għal sens ta' entrepreneurship, ta' inizjattiva, ta' kreattivita` u ta' goal-getters, li għandna bżonn fid- dinja ta' l-ekonomija tal-lum.", "Is-suġġett li qed jisħaq fuqu l-Onor.", "Edwin Vassallo rridu ndaħħluh ħafna iktar fis-sistema edukattiva.", "Għandna t-tendenza li ma nirrealizzawx - sew jekk nittratta korsijiet ta' litteriżmu bażiku, sew jekk nagħmel korsijiet ta' sengħa partikolari, jew ta' ċertu livell ta' kwalifiki - li fi kwalunkwe każ, is-suġġett ta' l-entrepreneurship u l-flessibilita` meħtieġa jridu jkunu suġġetti li jridu jirrikorru fis-seminars kollha, huma għal min huma u għal-liema livelli huma.", "Jien naqbel ma' l-Onor.", "Edwin Vassallo li huma dawn it-tipi ta' orjentamenti li se jiddeterminaw l-iżvilupp ekonomiku ta' pajjiżna.", "Sur President, nispera li ntejbu aktar is-supported employment scheme għal nies b'diżabilita` u għal nies li huma żvantaġġati.", "Irrid infakkar, għax donnu li kien hawn xi dubju, fl-appoġġ li qed nieħdu mill-fondi soċjali Ewropej u mill-fondi reġjonali Ewropej.", "Jien semmejt iċ-ċifra ta' Lm1.5 miljun għal diversi programmi li jridu jitwettqu bejn issa u s-sena 2006.", "Jekk nieħdu l-proġetti kollha - għaliex dawn li semmejt huma biss il- proġetti li qed taħdem fuqhom l-ETC – insibu li hemm kważi euro 7 miljun involuti fuq diversi proġetti.", "L-isfida li għandna – u hawnhekk jien qed nitkellem b'saqajja fl-art u b'sens ta' realiżmu - hija sfida kbira għal kulħadd; għall-ETC, għall- MCAST, għall-universita`, għad-diviżjoni ta' l-edukazzjoni, għall- foundation for educational services, għad-dipartiment tas-sajd u għall-MTA għaliex dawn kollha ħadu l-proġetti.", "L-isfida hi kif se jirnexxielna nwettqu dawn il-proġetti b'riżultat tajjeb biex nuru li aħna kapaċi għax l- Unjoni Ewropea mhux se taċċetta li tgħinna jekk aħna ma nurux li aħna kapaċi nonfqu dawn il-fondi b'mod effettiv, skond kif ġie mfassal il- proġett, għall-miri li ġie mfassal u bis-sistema ta' kontabilita` li huma stabbiliti fl-Unjoni Ewropea.", "Sur President, issa se ngħid xi ħaġa rigward il-fatt li l-job centre tar- Rabat, Għawdex mhux qed ikun miftuħ kuljum.", "Hawnhekk ikun tajjeb li wieħed jistaqsi: X'inhu l-livell ta' użu li qed isir minn dan il-job centre u kif jistgħu l-impjegati li għandna jkunu utilizzati b'manjiera ħafna aktar effettiva?", "Is-servizzi kollha ta' l-ETC jingħataw mill-uffiċċju tax-Xewkija fuq bażi full-time u allura ma nistgħux nibqgħu ngħidu li wieħed m'għandux jaqgħmel daqsxejn sforz biex mir-Rabat imur ix-Xewkija.", "Wara kollox aħna għandna ħafna Maltin li minn diversi bliet, ġieli anke mill-Mellieħa, imorru Ħal Far biex ikunu jistgħu jieħdu s-servizz li jkollhom bżonn.", "Saret kritika wkoll fuq iż-żieda kbira fl-infiq fuq is-safar.", "Issa hawn irridu niddeċiedu, Sur President.", "Jien nista' nassigura lill-oppożizzjoni li dawn il-laqgħat ta' working parties ta' l-Unjoni Ewropea m'humiex joyrides.", "Illum nassigura lil kulħadd – kulħadd ikollu din l-esperjenza, jekk il-Bambin irid – li minkejja li dawn forsi jkunu eċitanti fil-bidu, maż-żmien isiru piż u jibdew jitolbu li ma jasalx dak il-mument li jridu jsiefru.", "M'huwiex faċli li inti tħarbat il-ġimgħa tax-xogħol tiegħek biex tmur fuq żjara jew tal-kunsill tal-ministri, jew ta' laqgħat ta' natura speċjalizzata, jew inkella ta' working parties li minħabba d-distanza jeħdulek ġurnata, jekk mhux tnejn.", "Pero` rridu niddeċiedu: Se nieħdu sehem jew m'aħniex se nieħdu sehem?", "U kif se nieħdu sehem?", "Illum qed naċċettaw bil-fatti li aħna membri sħaħ ta' l-Unjoni Ewropea u qed naċċettaw li dak li jiġri fil-kummissjoni ta' l- Unjoni Ewropea u fil-kunsilli tal-ministri, huma affarijiet li jekk ma nkunux preżenti, xorta se jorbtuna.", "Aktar ma jgħaddi żmien, aktar nibdew nindunaw li rridu nkunu preżenti fil-bidu nett ta' dawn il-working parties.", "Għalihom dawn irridu nkunu preżenti bl-uffiċjali tagħna, irridu nkunu preżenti billi anke l-livell politiku jkun konxju - mhux fl-aħħar għaliex imbagħad ikun troppo tardi – sa mill-bidu nett ta' l-implikazzjonijiet tal- proposti li jkunu qegħdin isiru u jkun żball jekk tibda tinbena kampanja kontra l-fatt li qed nonfqu flus fis-safar.", "Tajjeb li wieħed igħid ukoll, Sur President, li biċċa sew minn din l-ispiża ta' dan is-safar, lanqas biss inħallsuh aħna imma jitħallas mill-budget ta' l-Unjoni Ewropea.", "Nixtieq nerġa' nfakkar li l-ETC hija l-koordinatur nazzjonali taċ-CEDEFOP U hija wkoll involuta fil-working parties tad-direttorati u tal-kunsilli tal- kummissarjati li jaqa' fihom ix-xogħol, li huwa wieħed mill-iktar attiv u fejn jidħlu ħafna kwestjonijiet.", "Per eżempju, bħalissa l-working time directive hija waħda mill-kwestjonijiet kontroversjali fi ħdan l-Unjoni Ewropea.", "Issemmiet ukoll il-kwestjoni tal-biljetti ta' l-ajru.", "L-ETC m'għandhiex il- vantaġġ li għandhom id-dipartimenti tal-gvern li jistgħu jixtru l-biljetti ta' l-ajru mill-Air Malta b'nofs prezz u allura trid tixtri l-biljetti bil- prezz kummerċjali.", "Għaldaqstant l-ETC tfittex li tixtri l-biljetti tagħha minn aġenziji li jagħtuha l-vantaġġi u wieħed mill-vantaġġi huwa li mhux bilfors tħallas fil-pront, imma tista' tħallas f'perijodu stabbilit.", "Per eżempju, jiġu offruti wkoll offerti speċjali li kultant il-linja ta' l-ajru nazzjonali ma toffrihomx.", "Hemm ukoll il-kwestjoni ta' skedi ta' titjiriet li mhux dejjem jakkomodaw il-bżonnijiet.", "Per eżempju, biex immur x'imkien bl-Air Malta ġieli jfisser li jkolli ngħaddi lejl f'lukanda.", "Għaliex għandi ngħaddi lejl f'lukanda meta nista' naqbad linja ta' l-ajru oħra u allura niffranka li noqgħod inħallas lejl f'lukanda?", "Imma hawn nagħmlu pandemonju sħiħ għaliex irridu naraw li nsegwu eżattament ċerti affarijiet.", "Għandna sistemi, policies u regoli li jeħtieġ li nidħlu fihom biex nagħmlu dak li jkun verament jaqblilna.", "Apparti dan kollu, nerġa' ngħid li ħafna minn dawn l-ispejjeż tas-safar fil-fatt jitħallsu mill-Unjoni Ewropea.", "Issa ħalli ngħaddi biex nitkellem ftit fuq xi ħaġa oħra.", "Fuq is-Sur John Camilleri m'għandniex nużaw il-frażi \"tneħħa mill-kariga\".", "Is-Sur John Camilleri ma tneħħiex mill-kariga u lanqas irriżenja.", "Is-Sur John Camilleri - li fl-opinjoni oġġettiva tiegħi nqis li ta kontribut lill-ETC għaliex ħejjielha linji ġodda li qed iħallu l-ġid - talab leave bla ħlas għal perijodu ta' żmien biex jieħu l-pożizzjoni mal-kummissarju ta' l-Unjoni Ewropea Joe Borg.", "Fil-fatt ħassejna li għandu jingħata perijodu limitat ta' unpaid leave biex f'dan il-perijodu jkun jista' jiddeċiedi jekk hux se jirritorna lura bħala l-kap eżekuttiv ewlieni jew inkella hux se jibqa' mal- Kummissarju Joe Borg.", "Pero' jien nixtieq nawguralu suċċess fil-ħidma tiegħu kollha.", "Jien nawgura lil John Camilleri suċċess fil-ħidma tiegħu jekk dan jogħġbu li jibqa' fi ħdan il-korporazzjoni pero' wieħed ikun jista' jerġa' jirritorna.", "L-Onor.", "Coleiro qed tgħidilna li m'hijiex konvinta li l-istrike-offs huma kollha ġustifikati.", "Semmiet ukoll il-kwestjoni tal-gradwati, il-links ma' l- iskejjel u l-kwestjoni tat-targets.", "It-target tan-national action plan for employment m'humiex it-targets ta' Lisbona.", "Inutli tgħidilna l-Onor.Coleiro li aħna rridu naslu fl-overall employment rate ta' 70%.", "In-national action plan ta' Malta qed jimmira għal 56.7% jiġifieri ma rridux inkejlu mat- targets ta' Lisbona imma mat-targets li stabbilixxejna għaċ-ċirkostanzi partikolari ta' pajjiżna.", "Jien nawgura li nkomplu naħdmu b'mod kemm jista' jkun tajjeb.", "Hemm ħafna xogħol kbir xi jsir u hemm sfidi kbar li jridu jsiru, u jien ċert li hekk kif ġara fil-passat, il-korporazzjoni għal sena oħra se tilqa' dawn l- isfidi u tisfruttahom f'opportuntajiet.", "Nittama li bħal-lum sena nkunu nistgħu anke nirrapportaw riżultati għall-ġid tal-poplu tagħna.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Issa se npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi li l-Kamra tapprova l-Estimi ta' Nfiq tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ għas-sena 2004/2005.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "THE DEPUTY SPEAKER: Din id-division tittieħed minn hawn u 20 minuta oħra.", "Billi fid-9.00 p.m. intalbet division, il-Kamra ġiet sospiża u rriżumiet 20 minuta wara.", "MR SPEAKER: Issa se nerġa' npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi li l- Kamra tapprova l-Estimi ta' Nfiq tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ għas-sena 2004/2005.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mario Galea.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Ninforma lill-Kamra li l-Onor.", "Anthony Abela, l- Onor. Francis Agius, l-Onor.", "Dolores Cristina, l-Onor.", "Giovanna Debono, l- Onor. Louis Deguara, l-Onor.", "Michael Frendo, l-Onor.", "Ċensu Galea, l-Onor.", "Franco Galea, l-Onor.", "Austin Gatt u l-Onor.", "Jeffrey Pullicino Orlando se jkunu paired.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Għan-naħa ta' l-oppożizzjoni l-Onor.", "Joseph Abela, l- Onor. Evarist Bartolo, l-Onor.", "Charles Buhagiar, l-Onor.", "Chris Cardona, l- Onor. Justyne Caruana, l-Onor.", "Joseph Cuschieri, l-Onor.", "Joe Debono Grech, l-Onor.", "Anton Refalo, l-Onor.", "Alfred Sant u l-Onor Karmenu Vella se jkunu paired.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "VOTAZZJONI NRU.", "57", "FAVUR : 24", "L-Onor.", "|Agius David |Galea Louis | |Arrigo Robert |Galea Mario | |Asciak Michael |Gonzi Lawrence| |Azzopardi |Gonzi Michael | |Frederick | | |Azzopardi Jason |Mifsud Bonnici| | |Antoine | |Borg Tonio |Mifsud Bonnici| | |Carmelo | |Cassar Joseph |Mugliett | | |Jesmond | |D'Amato Helen |Puli Clyde | |Dalli John |Pullicino | | |George | |de Marco Mario |Vassallo Edwin| |Falzon Joseph |Zammit Ninu | |Fenech Antonio |Zammit Dimech | | |Francis |", "KONTRA : 20", "L-Onor.", "|Abela Carmelo |Farrugia Noel | |Agius Chris |Galdes | | |Roderick | |Brincat Joseph |Gulia Gavin | |Brincat Leo |Herrera Jose' | |Buontempo Stefan |Mangion | | |Charles | |Chircop Karl |Mizzi Joe | |Coleiro Marie |Parnis Silvio | |Louise | | |Dalli Helena |Sammut Joseph | |Farrugia Angelo |Vassallo | | |Adrian | |Farrugia Michael |Vella George |", "Il-mozzjoni għaddiet u l-estimi ġew approvati.", "MR SPEAKER: Nitlob issa lill-Viċi Prim Ministru biex, jekk jogħġbu, iressaq l-aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "TONIO BORG: Sur President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar il-Ħamis, 11 ta' Novembru 2004, fid-9.00 a.m. b'din l-aġenda:", "Mozzjonijiet", "Mozzjoni ta' l-Oppożizzjoni dwar il-qagħda ekonomika fil-pajjiż.", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar it-Trasferiment ta' Artijiet tal- Gvern – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Arkivji Nazzjonali – Kumitat (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar it-Trusts – Tielet Qari; u", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Medjazzjoni – Tielet Qari.", "------------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili (Emenda Nru 2) - Kumitat Permanenti.", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Reġistru Ċentrali – Kumitat Permanenti.", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali – Kumitat Permanenti.", "Mr Speaker, ninforma lill-Kamra li skond ftehim milħuq, id-diskussjoni fuq il-mozzjoni ta' l-oppożizzjoni għandha tieħu tliet seduti, għada filgħodu, għada filgħaxija, u t-Tnejn filgħaxija.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet ta' dawn it-tliet seduti ma jitteħidtx u d-diskussjoni tibda fid-9.00 a.m. meta s- seduta tkun filgħodu, u fis-6.00 p.m. meta s-seduta tkun filgħaxija.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Carmelo Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Mr Speaker, nixtieq li għal darb'oħra nagħmel xi mistoqsijiet fuq l-inkjesta maġisterjali li kienet saret dwar il- fondazzjoni għall-iskejjel ta' għada.", "Infakkar li aktar minn sena ilu kont ktibt lill-maġistrat inkwerenti sabiex issir inkjesta maġisterjali dwar ċerti affarijiet li ħarġu minn mistoqsijiet parlamentari u f'dak li kien qed jingħad dwar il-fondazzjoni għall-iskejjel ta' għada, il-fondazzjoni li tieħu ħsieb xogħol fl-iskejjel li huwa importanti li jsir u li għandu jkompli jsir.", "Għalhekk kien ikun xieraq li ssir inkjesta maġisterjali.", "Naf ukoll li l- avukat ġenerali għadu għaddej bil-findings tiegħu.", "Pero' l-punt li nixtieq insemmi llejla huwa dwar l-inkjesta maġisterjali li tlestiet fit-2 ta' Settembru li r-rapport tagħha ġie ppreżentat lill-avukat ġenerali li għamel l-investigazzjonijiet tiegħu skond ma ħareġ minn din l-istess inkjesta maġisterjali.", "Mill-mistoqsijiet li saru f'dan il-parlament nifhem li l- pulizija ġew mitluba biex jagħmlu l-parti tagħhom ukoll f'din l-inkjesta.", "Nixtieq nerġa' niġbed l-attenzjoni dwar kif il-gvern mexa b'mod differenti f'inkjesta maġisterjali oħra li kien talab hu stess dwar il-klandestini mill-Eritreja li hekk kif tlestiet ġiet ippubblikata mill-Viċi Prim Ministru waqt konferenza ta' l-aħbarijiet.", "Dan għax il-konklużjonijiet ta' din l-inkjesta maġisterjali tal-klandestini mill-Eritreja kienu jogħġbu lill-gvern Nazzjonalista.", "Għalhekk issa, iktar minn xahrejn wara, nappella biex l-inkjesta dwar il- fondazzjoni għall-iskejjel ta' għada, f'ġieħ it-trasparenza, tiġi ppubblikata malajr kemm jista' jkun ħalli ma nibqgħux nimxu two weights and two measures skond jekk l-inkjesta maġisterjali togħġobniex jew le.", "Għalhekk nerġa' nappella biex din l-inkjesta maġisterjali dwar il- fondazzjoni għall-iskejjel ta' għada tiġi ppubblikata malajr kemm jista' jkun.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Noel Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Sur President, nixtieq nirriferi għal dak li ntqal lill-poplu min-naħa tal-gvern meta ħabbar li l-bdiewa fil-gżejjer tagħna daħħlu aktar minn 17% ta' dak li normalment kienu jdaħħlu fis-snin preċedenti.", "L-ewwelnett niddikjara li meta aħna l-membri parlamentari ta' l- oppożizzjoni Laburista jkollna kuntatt mal-bdiewa, mhux dan qed jirriżultalna anzi qed jirriżultalna li ħafna familji tal-bdiewa jinsabu f'tensjoni kbira għax il-profitt mill-mestjier tar-raba' u ta' produzzjoni oħra dejjem qed jinxef.", "Għaldaqstant niddikjara li għandu jiġi verifikat kemm l-informazzjoni li qed tiġi komunikata min-naħa ta' l-istatisitka tirrifletti dak li qed igħaddu minnu l-bdiewa u l-familji tagħhom.", "Per eżempju, meta jien tkellimt mal-pitkala u mal-bdiewa rriżulta li ċerti bdiewa m'għadhomx ibigħu mir-razzett tagħhom minħabba l-fatt li ma jkunux rikonoxxuti għas-sussidju u allura f'ċertu sens sar shifting ta' produzzjoni.", "Għalhekk jekk indaħħlu l-mentalita` li l-bdiewa qegħdin jaqilgħu iktar flus ma nkunu qed nagħmlu xejn ħlief li nweġġgħu aktar is- sentimenti umani ta' dawn il-bdiewa li jaħdmu minn ġurnata għall-oħra, minn ġimgħa għall-oħra u minn staġun għall-ieħor taħt ċirkotanzi li ħafna drabi lanqas huma ma jkollhom kontroll fuqhom minħabba l-klima tagħna.", "Jien se nsemmi każ li għaddew minnu l-bdiewa u nitlob li jiġi rifless ma' l- extension services tad-dipartiment ta' l-affarijiet rurali ħalli naraw jekk dan jirriżultax lilhom bħalma jirriżulta lilna.", "Se nitkellem fuq prodott partikolari li bidwi jieħu medja ta' tliet xhur u nofs biex ikabbru u hawn qed nirreferi għad-dulliegħ.", "Sur President, fuq kull tomna raba' trid medda ta' 1,500 xitla li kull waħda minnhom tiswa 33ċ, jiġifieri għandek spiża ta' Lm495.", "Għal kull tomna raba' trid ukoll roll plastik li jiswa Lm32, roll pajpijiet li jiswew Lm45, tinda tal-plastik li tiswa' Lm40 u trid ukoll iddemmel ir-raba' ħalli tkun fertili biżżejjed biex tkun tista' ssostni dik il-produzzjoni u dan jiswa Lm55.", "Barra minn hekk, għandek id- dawl, l-ilma u d-diesel li jiswew Lm200, il-bexx li jiswa Lm150 u sustanzi oħra li jammontaw għal Lm375.", "Mela jekk tagħmel it-total issib li biex bidwi jipproduċi 11,250 kilo - din prattikament hija l-produzzjoni ta' tomna raba' - l-ispiża tiegħu tlaħħaq għal Lm1,392 matul it-tliet xhur sħaħ tal-produzzjoni.", "Irrid ngħid ukoll li l-pitkal kien qed jagħti Lm1.50 lill-bidwi għal kull kaxxa dulliegħ ta' 40 kilo jew 45 kilo.", "Meta tqis dan għal matul il- perijodu ta' tliet xhur u tikkalkula li l-produzzjoni hija ta' 11,250 kilo, issib li l-bidwi daħħal Lm421 u allura baqa' minn taħt Lm970.", "Dan mingħajr ma ninkludi t-tliet xhur u nofs xogħol li jkun għamel u ħafna spejjeż oħra, fosthom li llum il-gvern m'għadux jgħin lill-bidwi u lill-familja tiegħu billi jissusidja nofs il-ħlas tas-sigurta` soċjali, tal-bolla, tan-national insurance u spejjeż oħra.", "Mela s-sitwazzjoni hija waħda li trid tingħata attenzjoni.", "Jien, għan-nom ta' l-oppożizzjoni, nuri solidarjeta` sħiħa ma' dawn il-bdiewa u l-familji tagħhom u nsostnu li min-naħa tagħna se naraw kif noħolqu pressjoni fuq il- gvern biex minflok joqgħod jagħmel dikjarazzjonijiet ta' kemm il-bdiewa u l- familji tagħhom qed idaħħlu aktar flus, janalizza l-affarijiet bis- serjeta`.", "Min m'għandux l-esperjenza għandu jkollu r-responsabbilta` li fejn ma jifhimx, jindaga eżatt kif inhuma l-affarijiet.", "Sur President, f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-agrikoltura ta' pajjiżna l- gvern irid jifhem li ċ-ċokon tagħna huwa dejjem kontrina.", "U għalkemm għal prodott staġjonali, bħal fil-każ tad-dulliegħ, qed iħallsu 5ċ fil-kilo lill- bidwi Malti, lill-bidwi ta' barra minn xtutna li jkabbar iz-zokkor, prodott li ma nkabbrux aħna, qed jipproteġih billi jagħtih 25ċ fil-kilo mill-bwiet tal-Maltin u l-Għawdxin.", "Allura ma jistax ikun ma niftħux għajnejn il- gvern li b'din il-politika ta' Ġaħan u l-flieles dieħel jiġri b'rasu ġol- ħajt.", "Irid ikun hawn diskussjoni kredibbli biex nevalwaw eżattament kif nistgħu nsostnu l-biedja tagħna qabel ma tkompli tieħu d-daqqa tal-mewt.", "Ma jistax ikun li nħallu lil dawn il-familji ma jafux kif se jsostnu l- għajxien tagħhom għax hemm theddida serja.", "Meta titkellem magħhom dawn igħidulek li qabel kienu jniżżlu ħames prodotti l-pitkalija u daqqa kienu jmorru ħażin fuq wieħed u daqqa jmorru tajjeb fuq l-ieħor, imma tajjeb jew ħażin kienu jirranġaw.", "Pero' llum jekk tniżżel ħames jew sitt prodotti, il- prezz tagħhom dejjem jaqa' u għall-gvern qisu m'hu qed jiġri xejn, anzi mar jiftaħar li l-bdiewa qalgħu Lm1,700 iktar.", "Min-naħa tagħna qed ngħidu li dawn l-affarijiet iridu jiġu evalwati.", "Forsi huwa veru li f'pajjiżna sfortunatament hawn is-skiet fuq dawn l-affarijiet għax ċerti nies donnhom jibżgħu jesprimu lilhom infushom pubblikament.", "Ma nafx għaliex jibżgħu u 'l quddiem nixtieq nistaqsihom, imma bħalissa suppost qegħdin nanalizzaw kif ma nħallux lill-ħaddiema f'sitwazzjoni fejn il-paga u l-pensjoni tagħhom qegħdin dejjem jinxfu, b'mod speċjali tal- bdiewa u l-familji tagħhom.", "Jekk f'pajjiżna rridu niġġeneraw ekonomija li tabilħaqq tkun vijabbli kemm għall-pajjiż kif ukoll biex tiggarantixxi kwalita` ta' ħajja aħjar għall-Maltin u l-Għawdxin, ma jistax ikun li nkomplu nwasslu l-politika fid-djar tagħna li tnixxef id-dħul sew ta' dawk li jaħdmu għal rashom, kif ukoll ta' dawk li jiddependu mill-paga, mill- benefiċċji soċjali u mill-pensjoni.", "Sur President, hemm bżonn li n-naħa l-oħra tifhem, tanalizza u tixtarr dawn is-sitwazzjonijiet ħalli ma nkomplux inweġġgħu lil dawn in-nies innoċenti, li finalment bħal kulħadd jixirqilhom li jkollhom xogħol li jrendi ħalli flimkien, mal-bqija taċ-ċittadini l-oħra, jgawdu ċerta kwalita` ta' ħajja.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Gavin Gulia.", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Mr Speaker, waħda mill-problemi li tinsab fuq quddiem nett ta' l-aġenda tal-pajjiż hija dik ta' l-immigrazzjoni klandestina.", "Kulħadd jaf li l-problema aggravat ruħha b'mod partikolari matul dawn l- aħħar tlieta jew erba' snin.", "Mhux għaliex dan huwa fenomenu ġdid għal pajjiżna u għad-dinja kollha, imma minħabba ċirkostanzi ġodda donnu dan il- fenomenu issa qed jippersisti aktar u peress li aħna ninsabu proprju fin- nofs tal-moviment demografiku minn nofsinhar lejn it-tramunata, irridu jew ma rridux sirna parti minn din il-problema.", "Din il-problema ma ħloqnihiex aħna, imma nħolqot barra minn xtutna u sfortunatament waslet f'pajjiżna.", "Mr Speaker, jien nitkellem bl-aktar mod ċar u ngħid li l-oppożizzjoni din il-kwestjoni qatt ma ttrattatha b'mod politikament partiġġjan, anzi fejn kellna niddikjaraw li nissimpatizzaw ruħna mal-gvern, iddikjarajnih.", "Dan iddikjarah l-Onor.", "George Vella fil-leġislatura l-oħra meta kont miegħu fuq programm u jien espremejtha kemm-il darba għaliex din m'hijiex problema li nħolqot mill-gvern jew mill-oppożizzjoni, imma sfortunatament qiegħda tinħoloq fl-Afrika.", "Jien nemmen għal raġunijiet ta' globalizzazzjoni u minħabba li hemm żbilanċi kbar bejn pajjiżi sinjuri u pajjiżi fqar li din id-distinzjoni qiegħda dejjem tikber.", "Il-pajjiżi fqar qed isiru aktar fqar u allura qed jinħoloq il-fenomenu ġdid ta' l-immigrazzjoni ekonomika li sfortunatament m'hijiex regolata mill-ebda konvenzjoni jew trattat internazzjonali, lanqas mill-konvenzjoni tal-Ġnus Maqgħuda dwar l-istatus ta' rifuġjati, għaliex dik hija konvenzjoni internazzjonali li tirrikonoxxi lir-rifuġjat politiku, dak li hu persegwitat politikament jew fuq bażi ta' razza, jew fuq bażi ta' social groupings, imma r-rifuġjat ekonomiku m'huwiex rikonoxxut mit-trattat internazzjonali u mil-liġijiet domestiċi li huma mnebbħa proprju mill-konvenzjonijiet internazzjonali.", "Aħna esprimejna simpatija mal-gvern u qbilna wkoll mal-politika ta' detenzjoni.", "Il-gvern qed japplika l-politika ta' detenzjoni mhux għax aħna naqblu miegħu, imma għax naqblu mal-liġi li tgħid li min jidħol f'pajjiżna irregolarment għandu jinżamm f'detenzjoni.", "Dan il-gvern qed jimplimentah u l-oppożizzjoni qed issostnih u llum hemm ukoll il-barka tal-qrati tagħna dwar dan għax il-ġimgħa l-oħra, f'każ partikolari l-qorti ta' l-appell, iddeċidiet li d-detenzjoni hija legali.", "Jiġifieri din m'hijiex kwestjoni li wieħed jappoġġja lill-ieħor, imma din hija l-liġi u l-liġi trid tiġi applikata.", "Aħna sejjaħna laqgħa tal-kumitat soċjali li jien attendejt għaliha għan- nom ta' l-oppożizzjoni.", "Jien m'iniex aġent liberu fil-partit Laburista u m'iniex separat mill-partit Laburista, imma dak li nitlob jien - għaliex l- aqwa espressjoni tal-partit Laburista fuq il-qasam ta' l-intern - nitolbu għan-nom tal-partit Laburista.", "Mhux għax Gavin Gulia talab li jlaqqa' l- kumitat soċjali sabiex niddiskutu l-problema ta' l-immigrazzjoni klandestina, imma għaliex sejjaħha l-partit Laburista - sejjaħha bl-aktar mod a politiku, bl-ebda partiġjaniżmu ta' xejn - u l-gvern laqagħha.", "Jien nemmen li stajna wżajna l-kumitat soċjali b'mod aktar produttiv għax kulma għamilna kienu xi żewġ laqgħat kemm identifikajna fuq fuq x'inhuma l- problemi, imma ma kellniex żmien biex nitħaddtu dwar soluzzjonijiet.", "Sur President, aħna żorna l-klandestini - mhux għax mort jien bħala Gavin Gulia imma jien mort bħala l-kelliem ewlieni Laburista għall-intern - sabiex nissensibilizzaw ruħna dwar il-kondizzjonijiet li qegħdin igħixu fihom.", "Ikkritikajna lill-gvern ukoll, mela le, għaliex nistgħu naqblu fuq ħafna affarijiet imma huwa ġustifikat u leġittimu li nikkritikaw fejn naraw li l-gvern jista' jagħmel aħjar, għax il-kondizzjonijiet kienu ħżiena u għadhom ħżiena.", "Il-ġimgħa l-oħra mort fid-detention camp ta' Ħal Safi u rajt li l-kondizzjonijiet prattikament huma l-istess bħal dawk li hemm taħt l-amministrazzjoni tal-korp tal-pulizija, u huma ħżiena.", "Mhux illum qed ngħidu li l-kondizzjonijiet huma ħżiena imma dan għednih is-sena l-oħra, għednih aktar kmieni din is-sena u nibqgħu nsostnuh.", "Fejn konna partiġjani?", "Qatt ma konna partiġjani, anzi l-gvern kemm-il darba ħa l- opportunita` u qal li anke l-oppożizzjoni taqbel mad-detenzjoni.", "Allura fejn konna partiġjani?", "Għax ikkritikajna lill-gvern minħabba l- kondizzjonijiet li qed jinżammu fihom?", "Allura lanqas dak m'hu permess?", "Jekk il-kondizzjonijiet huma ħżiena, huma ħżiena.", "Din konna konsistenti fuqha.", "Konna partiġjani għax ikkritikajna lill-gvern fuq il-każ ta' l- Eritrej?", "Aħna tlabna li ssir inkjesta bil-qorti, dik l-inkjesta saret u ġie stabbilit li ma kien hemm xejn ħażin u waqafna hemm.", "Konna partiġjani għaliex ikkritikajna lill-gvern għad-dewmien lampanti fid-deċiżjonijiet tal- bord ta' l-appelli dwar ir-rifuġjati?", "Ir-raġuni prinċipali għaliex qed ikollna dan l-iffullar kollu ta' klandestini ġejjin b'regolarita` speċjalment fix-xhur tas-sajf hija waħda, li m'humiex qegħdin iseħħu ripatrijazzjonijiet minħabba li qabel ma jintemmu l-proċeduri kollha quddiem il-bord ta' l-appelli ma tistax isseħħ ripatrijazzjoni.", "Mela fejn naqblu mal-gvern kollox sew, imbagħad fejn nikkritikaw lill-gvern jiġu jgħajruna partiġjani?", "Le, aħna m'aħniex qed nagħmlu dan b'animu partiġjan, imma għaliex fl-interess nazzjonali nixtiequ li l-affarijiet ikunu aħjar milli qegħdin.", "Sur President, kieku ridna stajna nippolitiċizzaw, daqskemm ħadna kritika mill-amnesty international u mill-kummissarju responsabbli tal-kunsill ta' l-Ewropa li ċanfruna u kkundannawna.", "Kultant nibda naħseb, Mr Speaker: Li kieku konna aħna fil-gvern x'kienu jagħmlu tan-naħa l-oħra?", "Qed ngħid dan għax m'għamilniex pass.", "Irrid ngħid ukoll li tlabna konferenza nazzjonali - għalhekk qed nagħmel dan l-intervent illum - u l-gvern, apparti li fil-bidu rredikola din l- idea, ħareġ qatta ma ħabel u qisu ħa għalih għaliex il-kap ta' l- oppożizzjoni, l-Onor.", "Alfred Sant ikkritika lill-Onor.", "Tonio Borg - meta nikkritikaw lill-Onor.", "Tonio Borg inkunu qed nikkritikaw lill-gvern – minħabba li baqa' passiv quddiem ċerti affarijiet fl-immigrazzjoni klandestina.", "Issa meta wieħed jikkonsidra li l-bord ta' l-appelli tar-rifuġjati ma kienx kostitwit għal xhur sħaħ - anke fix-xhur tas-sajf meta konna qed nimtlew bil-klandestini - allura għandna ritmu qawwi ta' klandestini deħlin f'pajjiżna u r-ripatrijazzjonijiet ma jistgħux isiru mhux għax il-bord qiegħed jaħdem bil-mod, imma għaliex lanqas biss huwa kostitwit.", "Issa min għandu r-responsabilta` tal-kostituzzjoni tal-bord ta' l-appelli?", "Mhux il- gvern?", "Allura aħna ma nistgħux nikkritikaw lill-gvern?", "L-Onor.", "Alfred Sant ma jistax jikkritika lill-gvern għan-nom ta' l-oppożizzjoni minħabba din il- ħaġa?", "Imbagħad jiġu jgħidu li qed nipprovaw nippolitiċizzaw din il-ħaġa.", "Issa meta l-gvern jaf kemm fil-fatt sostnejna fuq ħaġa bħal din, kif jiġi jgħajjarna li kkritikajnih bil-partiġjaniżmu politiku?", "Jien din ma nistax nifhimha u ma nistax naċċettaha.", "Mr Speaker, aħna għamilna talba għall-konferenza nazzjonali.", "Din il-talba tibqa' tajba, tibqa' sħiħa u nemmnu fiha ġenwinament mingħajr ebda skop politiku partiġjan.", "Il-fatt li in the broad general lines naqblu fuq ċerti aspetti ma jfissirx li b'daqshekk qed nagħmlu sew lanqas, għaliex il- problema hawn għadha.", "Għad hemm problemi u għad irridu naraw kif se nsolvuhom jew kif se nittrattawhom aħjar.", "Huwa f'dan l-animu li l- oppożizzjoni Laburista qiegħda ssejjaħ din il-konferenza nazzjonali.", "U meta ngħidu \"konferenza nazzjonali\" infissru li tkun proattiva minna nnifisha, li l-ideat joħorġu mill-konferenza nazzjonali.", "Jien għadni sal- lum ma nistax nifhem għaliex il-gvern ġab dawn il-kondizzjonijiet għaliex l- ewwel noħorġu policy paper aħna, imbagħad joħorġu policy paper tan-naħa l- oħra u mbagħad nagħmluha din il-konferenza nazzjonali.", "Dan apparti l-fatt li l-gvern donnu mill-bidu m'għoġbitux l-idea ta' konferenza nazzjonali u issa donnu qiegħed jissensibilizza ruħu għaliha u qed jagħti speċi ta' u- turn.", "Kważi kważi jien nibda naħseb li din tal-kondizzjonijiet irid jagħmilha sabiex jiġġustifika u-turn parzjali.", "Qed ngħid dan għaliex fil- bidu ma ridhiex din il-konferenza nazzjonali u issa f'daqqa waħda qed igħid: Ejja nagħmluha din il-konferenza nazzjonali, imma bil-kondizzjoni li aħna bħala gvern noħorġu policy paper u l-oppożizzjoni toħroġ policy paper.", "Imma skużi, għalfejn nagħmlu dawn l-affarijiet?", "Biex noqogħdu nikkondizzjonaw konferenza nazzjonali?", "Li hemm bżonn li l-gvern u l- oppożizzjoni jitkellmu u jaqblu dwaru huwa fuq esperti li jistgħu jiggwidawna, esperti fuq il-homeland security, esperti fuq l-aspett soċjali tal-klandestini u esperti jekk hemm bżonn fuq detention centres.", "Dawn huma nies li joħorġu bl-ideat minn ġol-konferenza stess.", "X'hemm ħażin b'dan?", "Għalfejn se noqogħdu nżejnu din l-offerta ta' l-oppożizzjoni l-ewwel b'rifjut totali, u issa qisna ersaqna biċċa 'l hawn u qegħdin ngħidu: Isma', din nagħmluha imma b'dawn il-kondizzjonijiet.", "L-appell tiegħi lill-gvern huwa li jilqa' t-talba ta' l-oppożizzjoni.", "Aħna m'aħniex qed nagħmlu din it-talba bl-iskop ta' partiġjaniżmu politiku.", "Ejjew nitkellmu, mela le, sabiex niftiehmu dwar il-mod kif tiġi strutturata l-konferenza nazzjonali u li ngħinu lil xulxin.", "U l-oppożizzjoni lesta li tgħin fil-konferenza nazzjonali sabiex joħorġu s-soluzzjonijiet u jekk mhux is-soluzzjonijiet joħorġu ideat dwar kif nistgħu nilqgħu għall-problema b'mod aktar effettiv, b'mod a politiku - kif dejjem kienet; qatt ma kienet partiġjana - u b'mod li filwaqt li naraw kif nistgħu nsaħħu s-sigurta` ta' pajjiżna, fl-istess ħin inqisu wkoll b'dinjita` l-kwestjoni ta' l- immigranti u l-problemi tagħhom ukoll.", "Pero' rridu naraw ukoll l-interessi ta' l-istat li huwa primarju f'dan il-każ b'mod a politiku, b'mod partiġġjan.", "Iva, jien nistieden lill-gvern sabiex jagħmilha din il- konferenza nazzjonali, ħallina mill-kondizzjonijiet.", "L-importanti huwa li l-konferenza nazzjonali tkun proattiva minna nnifisha fejn kulħadd jgħid dak li għandu xi jgħid sabiex verament nimxu aktar 'il quddiem f'din il- problema ta' l-immigrazzjoni klandestina.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada l- Ħamis, 11 ta' Novembru 2004 fid-9.00 a.m. bl-aġenda kif komunikata mill- ministru.", "Fl-9.50 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "BAĦAR IĊ-ĊAGĦAQ - WHITE ROCKS PROJECT", "7142.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid - sakemm dan ma jikkaġunax xi preġudizzju ta' natura kummerċjali f'dan l-istadju - fiex wasal il-proġett tal-White Rocks f'Baħar iċ-Ċagħaq?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: F'dan l-istadju l-gvern qed jara d-diversi possibbiltajiet li għandu quddiemu rigward kif l-aħjar jipproċedi fuq dan il-proġett.", "IMMIGRANTI ILLEGALI - OPEN CENTRES", "7143.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru tal-Familja u tas- Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid - sakemm dan ma jikkaġunax xi preġudizzju għall-operat tal-ministeru f'dan is-suġġett - kemm ġew indikati siti biex iservu bħala open centres fejn jiġu miżmuma l-immigranti illegali li jiġu pajjiżna u meta se jkunu qed jintużaw?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Minbarra blokki viċin il-kumplessi eżistenti f'Ħal Far u sit f'Ħal Balzan, li diġa' qed iservu bħala open centres għall- immigranti rregolari, ġew identifikati diversi siti oħra li possibbilment jistgħu jservu għal dan l-iskop.", "Fost dawn hemm l-ex-skola teknika fil- Marsa li x-xogħol fuqha mistenni jibda f'qasir żmien.", "ARTIJIET – INFORMAZZJONI FUQ PROPRJETA'", "7144.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hux possibbli, permezz ta' xi dipartiment li jaqa' taħt id-dekasteru tiegħu jew tal-land registry, li permezz tat-tagħrif ta' l-indirizz sħiħ tal- proprjeta' wieħed jasal biex ikun jaf min hu s-sid?", "ONOR.", "TONIO BORG: L-informazzjoni kollha pertinenti għar-reġistru ta' l- artijiet hi miżmuma u pproċessata fuq programm ta' computer magħmul speċifikament għal dan l-iskop.", "Dan huwa l-land registry certification system.", "Dan il-programm jippermetti li klijent jagħmel talba għal informazzjoni fuq proprjeta', inkluż informazzjoni dwar min hu s-sid.", "L- uffiċjal tar-reġistru mbagħad ifittex il-lokalita' u t-triq tal-proprjeta' in kwestjoni, din tiġi identifikata fuq pjanta elettronika u minn hemm tinkiseb l-informazzjoni mitluba.", "Il-programm huwa map based u m'għandux il-fakulta' li jagħti informazzjoni fuq proprjeta' billi wieħed sempliċement iforni indirizz, imma wieħed irid jasal sar-reġistru ta' l- artijiet sabiex flimkien ma' l-uffiċjal tad-dipartiment tiġi studjata pjanta ta' l-inħawi tal-proprjeta' sakemm din tiġi lokalizzata bl-eżatt.", "Barra minn hekk irid jiġi innotat ukoll illi r-reġistru ta' l-artijiet hu responsabbli għar-reġistrazzjoni tat-titoli ta' proprjeta' li tinsab f'arei dikjarati bħala arei ta' reġistrazzjoni.", "Għalhekk talbiet għal informazzjoni jistgħu jiġu limitati biss għal proprjeta' li taqa' f'dawn l- arei, s'intendi il-proprjeta' li dwarha qed tintalab informazzjoni trid tkun reġistrati.", "OCCUPATIONAL HEALTH & SAFETY UNIT - RAPPORTI", "7145.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid kemm daħlu rapporti l- occupational health and safety unit dwar xogħol perikoluż jew ħaddiema jaħdmu mingħajr ilbies protettiv fis-snin 2003 u 2004 sal-lum u x'passi ttieħdu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Matul is-sena 2003 daħlu 403 ilment rigward xogħol perikoluż li wħud minnhom kienu jinkludu nuqqas ta' ilbies protettiv.", "Bejn Jannar u Awissu ta' l-2004 ġew reġistrati 394 ilment simili.", "L-ilmenti kollha li ġew reġistrati fis-sena 2003 ġew investigati.", "F'diversi każi nħarġu ordnijiet sabiex jitwaqqaf ix-xogħol sakemm isir titjib, f'uħud saru rakkmandazzjonijiet, waqt li f'oħrajn hemm proċeduri kriminali pendenti.", "Fir-rigward ta' ilmenti li daħlu matul is-sena 2004, parti sostanzjali minnhom ġew investigati filwaqt li hemm oħrajn li għadhom qed jiġu investigati.", "Minn dawk li ġew investigati, hemm uħud li nħarġulhom diversi ordnijiet, oħrajn rakkmandazzjonijiet, fiwaqt li hemm oħrajn li se jitressqu l-qorti.", "Informat ukoll li barra l-ilmenti li ġew investigati mill-awtorita', saru 161 viżita f'postijiet tax-xogħol oħra matul is-sena 2003 u 185 viżiti matul is-sena 2004 - sa l-aħħar ta' Awissu.", "ETC - IMPJIEGI ILLEGALI", "7146.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid sal-lum kemm daħlu rapporti fuq il-freephone, imniedi mill-ETC, sabiex jiġu rapportati mpjiegi illegali?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-freephone ġie mniedi fl-14 ta' Lulju 2003 u n- numru ta' rapporti li daħlu fuq din il-linja huwa hekk:", "|Sena 2003 | |Lulju | 84 | |Awissu |108 | |Settembr|102 | |u | | |Ottubru |129 | |Novembru|101 | |Diċembru| 72 | |Total |596 |", "|Sena 2004 | |Jannar |165 | |Frar |101 | |Marzu | 97 | |April | 90 | |Mejju |117 | |Ġunju | 85 | |Lulju |188 | |Total |843 |", "ETC - IMPJIEGI BLA PERMESS", "7811.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid kemm inqabdu persuni jaħdmu bla permess din is-sena?", "X'tip ta' xogħol kienu qed jagħmlu?", "Kemm minnhom kienu Maltin u kemm kienu barranin?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Minn Jannar sa Settembru 2004 kien hemm 1,006 persuna li nqabdu jaħdmu bla ma kienu reġistrati ma' l-ETC.", "Minn dawn 48 kienu barranin.", "Informat ukoll li l-korporazzjoni tax-xogħol u taħriġ ma tiġborx statistika dwar it-tip ta' xogħol li kienu qed jagħmlu.", "SAĦĦA - INFERMIERA", "7812.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn nurses barranin jaħdmu Malta llum u minn liema pajjiż huma?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Id-diviżjoni tas-saħħa ma żżommx statistika dwar l- infermiera barranin kollha li jaħdmu f'Malta.", "Dettalji ta' infermiera u qwiebel barranin li jaħdmu mal-ministeru fi sptarijiet jew kliniċi pubbliċi tpoġġew fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni fis-seduta.", "SAĦĦA - TOBBA BARRANIN", "7813.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn tobba barranin jaħdmu Malta llum?", "Minn fejn huma u x'inhu l-grad tagħhom?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Id-diviżjoni tas-saħħa ma żżommx statistika tat- tobba barranin kollha li jaħdmu f'Malta.", "Id-dettalji tat-tobba barranin li jaħdmu mal-ministeru tpoġġew fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni fis-seduta.", "SAĦĦA – STAFF PARAMEDIKU", "7814.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn paramediċi jaħdmu mal-gvern illum?", "X'tip ta' xogħol jagħmlu f'kull kategorija?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-mejda tal- Kamra aktar kmieni fis-seduta.", "Din l-informazzjoni tirrigwardja biss dawk il-paramediċi li jaħdmu fid-diviżjoni tas-saħħa li b'kollox jammontaw għal 773.", "Il-ministeru ma jżommx statistika dwar paramediċi oħra li jistgħu jkunu qegħdin jaħdmu mal-gvern fi ħdan ministeri oħra.", "PULIZIJA – RAPPORTI DWAR REATI FUQ ANZJANI", "7815.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in- numru ta' anzjani li kienu vittma ta' xi reat din is-sena?", "X'kien ir-reat?", "ONOR.", "TONIO BORG: Filwaqt li nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat- tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 5752, ninsab informat illi bejn Ġunju u Ottubru ta' l-2004 ġew rapportati lill-pulizija 32 każ ta' feriti fuq persuni ta' anzjani, uħud minnhom riżultat ta' vjolenza domestika.", "QRATI - PERSUNI TAĦT SENTENZA TA' ĦABS SOSPIŻA", "7816.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hawn persuni li llum qegħdin taħt sentenza ta' ħabs sospiża?", "X'kien ir-reat?", "ONOR.", "TONIO BORG: In-numru ta' persuni taħt sentenza ta' ħabs sospiża huwa ta' 717.", "L-akkużi rispettivi u t-total ta' kull akkuża huma kif jidher fil-listi li tpoġġew fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni fis- seduta.", "GĦAWDEX - IMPJANT GĦAT-TRATTAMENT TAD-DRENAĠĠ", "8156.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika: Jista' il-Ministru jgħid min kienu l-kumpanniji li applikaw għall-bini ta' l-impjant tat-trattament tad- drenaġġ f'Għawdex?", "X'kien il-valur ta' kull offerta?", "Fiex wasal il- proċess ta' l-aġġudikazzjoni u meta hu previst li se jinbeda x-xogħol?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Billi din kienet talba għall-offerti maħruġa mid- dipartiment tal-kuntratti, id-dettalji mitluba ġew pubblikati minn dak id- dipartiment u murija fuq in-notice board ta' l-istess dipartiment.", "L- informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni fis- seduta.", "Dwar il-proċess ta' aġġudikazzjoni, ninsab informat li dan huwa fi stadju avanzat ħafna u x-xogħol mistenni jinbeda għall-ħabta ta' April 2005.", "MCST", "8220.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid x'inhi l-politika tiegħu għall-MCST?", "Jista' jgħid ukoll għal xiex huwa dovut id-dewmien fil-ħatra taċ-chairman ta' l-istess kunsill?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Qed nitlob lill-kabinett permezz ta' memorandum, gwida dwar ristrutturazzjoni ta' l-MCST bl-iskop li xjenza, teknoloġija, żvilupp u innovazzjoni jintisġu aħjar fil-politika u l-istrateġija tal- gvern fid-diversi oqsma.", "Is-suġġett mistenni jiġi diskuss fi żmien qasir skond id-deċiżjoni li jieħu l-gvern isegwu l-azzjonijiet meħtieġa.", "VILLA RUMANA", "8221.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-armar li qed jgħatti l- faċċata ta' Villa Rumana għadu ma tneħħiex, minkejja li x-xogħol ilu lest?", "Jista' jgħid mingħand min hu mikri dan l-armar u b'kemm kuljum?", "Japprezza l-Ministru li dan l-armar qed iżomm lit-turisti li jkunu fl- inħawi milli jgawdu l-faċċata sabiħa ta' l-istess villa?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-armar li qed jgħatti l-faċċata tar-Roman Domus qiegħed jinżamm fil-post għal diversi raġunijiet, fosthom għax ix- xogħol li jinvolvi l-faċċata għadu ma tlestix; dalwaqt trid tiġi mmuntata rampa speċjali għal persuni bi bżonnijiet speċjali; irid isir xogħol ta' elettriku fil-ġnien li jinsab quddiem il-faċċata; hemm ukoll xogħol fuq il- bieb prinċipali li jrid jitlesta meta jiġi stallat il-bieb tal-ħġieġ awtomatiku x-xahar id-dieħel u peress li għad fadal ukoll xogħol ta' landscaping li jrid jibda wara x-xogħol imsemmi qabel.", "Għaldaqstant, għal fini ta' sigurta` u saħħa, l-armar qed jinżamm fil-post.", "Għalkemm ix-xogħol ta' restawr u tindif - delikat ħafna - fuq il-faċċata u l-pilastri storiċi, flimkien-mal ħadid tal-perimetru, tlesta fis-sajf l- armar ta' l-injam inżamm bħala protezzjoni mid-dħaħen tal-vetturi (coaches) li qegħdin abbużivament jieqfu għal ħinijiet twal waqt li t-turisti jmorru l-Imdina.", "Peress li ħafna mill-ħsara li kien hemm fuq il-pilastri ta' barra kienet ikkawżata mid-dħaħen ta' vetturi - speċjalment dawk minn distanza viċina - u għad hemm il-periklu li dawn il-pilastri jiġu milquta meta dawn il- vetturi jrossu magħhom, għax joqogħdu wiċċhom 'il barra, inħass li sakemm tkun riżolta l-kwestjoni ta' fejn dawn il-vetturi jibdew jieqfu, l-armar jibqa' fil-post.", "L-armar qiegħed mikri mingħand Scaffolding Services bir-rata ta' Lm2.14 - excl.", "VAT - kuljum.", "L-armar jiġi mneħħi meta x-xogħlijiet jispiċċaw u ma jkunx hemm aktar periklu għal min jersaq lejn il-perimetru.", "Fil-preżent anke jekk l-armar jitneħħa l-faċċata xorta qiegħda tkun mgħottija mill-vetturi.", "RAĦAL ĠDID - SKOLA PRIMARJA ĠUŻEPPI AGIUS", "8223.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: Jikkonferma l-Ministru li nhar it-Tlieta 19 ta' Ottubru 2004 fl-iskola primarja 'A' Ġużeppi Agius kien hemm xi bomb scare?", "Jekk iva, x'passi ttieħdu?", "Jista' jgħid jekk din kenitx l-ewwel darba jew le?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Fit-18 ta' Ottubru 2004 il-pulizija rċeviet rapport li kien hemm bomba fl-iskola primarja 'A' ta' Raħal Ġdid.", "Meta jkun hemm rapporti bħal dawn hemm proċedura stabilita li kull skola għandha ssegwi, u fil-fatt hekk sar.", "Il-pulizija u l-bomb disposal unit ta' l-armata marru l- iskola u fittxew kullimkien iżda ma nstab xejn.", "Informat ukoll li din kienet l-ewwel darba li kien hemm rapport ta' bomba f'din l-iskola.", "SKOLA SAN FRANĠISK D'ASSISI", "8224.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: Minħabba li kelli xi lmenti dwar nuqqas ta' indafa fl-iskola San Franġisk t'Assisi, jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx persuni biżżejjed sabiex jagħmlu x-xogħol ta' tindif meħtieġ f'din l- iskola?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Fl-iskola San Franġisk D'Assisi żdied in-numru ta' purtinara u issa hemm full complement.", "UNIVERSITA' - STUDENTI", "8226.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid kemm hu t-total ta' studenti li daħlu l-universita' għall-ewwel darba din is-sena?", "Jista' jgħid kif inhuma mqassma fil-korsijiet diversi?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif mitlub tpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni fis-seduta.", "FROTT FRISK - SUSSIDJU", "8331.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid kemm tħallas sussidju fuq l-importazzjoni ta' frott frisk u f'export refund fuq frott frisk minn wara l-1 ta' Mejju?", "Lil min tħallsu?", "Kemm minn dawn l-ispejjeż ġodda għall-finanzi pubbliċi tħallsu mill-Unjoni Ewropea u kemm mill-Gvern Malti?", "Kemm kienet id- differenza li kellu jħallas fi prezz għoli l-konsumatur, irrispettivament minn dawn is-sussidji maħsuba biex suppost ma jogħlewx il-prezzijiet tal- prodotti ta' l-ikel?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Kif suppost jaf l-Onor.", "Interpellant, fuq il- frott frisk importat ma jingħata l-ebda sussidju u ma ħarġet l-ebda liċenzja ta' export refund, u dan skond ir-regoli ta' l-Unjoni Ewropea.", "WSC - ARRETRATI FUQ KONTIJIET", "8475.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 7668 u cioe' jgħid kemm hi ċ-ċifra ta' flus f'arretarti tal-kontijiet ta' l-ilma li l-korporazzjoni għas-servizzi ta' l- ilma għandha tiġbor?", "Jista' jgħid kemm hu n-numru ta' households u stabilimenti kummerċjali, ta' l-ikel, fabbriki, eċċ. li għandhom arranġament sabiex iħallsu l-arretrati tal-kontijiet ta' l-ilma?", "Skond dawn l-arranġamenti, jista' jgħid kemm tammonta ċ-ċifra ta' flus globali li għandha titħallas il-korporazzjoni?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Sa l-aħħar ta' Awissu l-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma kellha tiġbor Lm5,996,759 għall-kontijiet ta' l-ilma minn 161,146 individwi, organizzazzjonijiet jew kumpanniji.", "Minn Jannar sas-7 ta' Ottubru 2004 saru 1,330 arranġament ta' arretrati li jammontaw għal Lm865,212.", "Dawn l-arranġamenti m'humiex maqsuma f'kategoriji u jkopru ammonti dovuti kemm għall-elettriku kif ukoll għall-ilma.", "ENEMALTA – ARRETRATI FUQ KONTIJIET", "8476.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 7665 u cioe' jgħid kemm hi ċ-ċifra ta' flus f'arretrati tal-kontijiet tad-dawl li l-korporazzjoni Enemalta għandha tiġbor?", "Jista' jgħid kemm hu n-numru ta' households u stabilimenti kummerċjali, ta' l-ikel, fabbriki, eċċ. li għandhom arranġament sabiex iħallsu l-arretrati tal-kontijiet tad-dawl?", "Skond dawn l-arranġamenti ta' arretrati, kemm tammonta ċ-ċifra ta' flus globali li għandha titħallas il-korporazzjoni?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "AFFARIJIET RURALI U AMBJENT - SAFAR", "8477.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 7649 u cioe' jagħtina breakdown tas-safar tal-ministeru u ta' l-uffiċjali tad- dipartiment li sar matul l-ewwel disa' xhur tas-sena, biedja, sajd, żvilupp rurali u ambjent separatament?", "Jista' jinformana wkoll bl-ispiża involuta għal safar li sar matul l-istess perjodu u kemm tħallas minnha?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Il-breakdown tas-safar matul l-ewwel disa' xhur tas-sena hu kif ġej: Biedja 181 Sajd 30 Żvilupp Rurali 6 Ambjent 11", "Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, ninsab informat li l-ispiża totali matul l-ewwel disa' xhur tas-sena 2004 kienet ta' Lm106,033.59, li minnhom tħallas l-ammont ta' Lm81,547.87.", "PRODUZZJONI AGRIKOLA ORGANIKA", "8479.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' bdiewa reġistrati mad- dipartiment li bdew il-proċess ta' produzzjoni agrikola organika?", "X'varjeta' ta' ħxejjex u frott qed jipproduċu?", "Kemm minnhom huma Għawdxin u kemm huma Maltin?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Is-sezzjoni ta' l-agrikoltura organika għandha reġistrati magħha 20 bidwi, 16 f'Malta u 4 f'Għawdex.", "F'sena l-art reġistrata għall-agrikoltura organika żdiedet minn tliet ettari għal 16-il ettaru.", "Fost il-prodotti mkabbrin hemm ħaxix frisk, qamħ u xgħir, għeneb, larinġ u frott taċ-ċitru ieħor, żebbuġ, frott irqiq, għasel, kappar kif ukoll prodotti pproċessati, bħal ġammijiet u ġulepp.", "LUKANDI", "8481.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 7664, jista' il-Ministru jinformana kemm hu n-numru ta' ħaddiema li kienu jaħdmu fil-lukandi li għalqu u fil-lukandi li skond l-istess tweġiba se jagħlqu din is-sena?", "X'impjieg alternattiv qed toffri l-politika tal-Gvern Nazzjonalista għal dawn il-ħaddiema u fejn?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-awtorita` Maltija għat-turiżmu ma żżommx informazzjoni fuq in-numru ta' impjegati fil-lukandi.", "L-iżvilupp ta' lukandi oħra ġodda li huma ppjanati li jiftħu matul ix-xhur li ġejjien, flimkien ma' żvilupp ieħor fi ħdan lukandi eżistenti, joffri opportunitajiet ġodda għall-impjieg alternattiv lil dawn il-ħaddiema, fost oħrajn.", "DWANA – ITTESTJAR TA' ŻJUT MINERALI", "8643.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk id-dwana xtratx xi makkinarju biex ikun ittestjat id-diesel?", "Meta nxtara dan l-apparat u kemm-il darba ntuża?", "X'kien ir-riżultat wara kull darba li kien użat?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sabiex tkun tista' timplimenta b'mod effettiv u legali r-Regolamenti dwar Żjut Minerali (Att dwar it-Taxxa tas-Sisa – Sked ħamsa – Parti D) id-dipartiment tad-dwana xtara apparat sabiex ikunu jistgħu jiġu ttestjati żjut minerali, bħad-diesel u pitrolju, ħalli jiġi determinat jekk dawn iż-żjut minerali għandhomx dak li jissejjaħ fiscal marker kif provdut u spjegat fir-regolamenti hawn fuq imsemmija u dan fi kwantitajiet stabiliti bil-liġi.", "Ta' min jgħid illi skond dawn ir-regolamenti l-fiscal marker għandu jkun miżjud biss jekk id-dipartiment tad-dwana jawtorizza dan għal skopijiet ta' kontroll fuq żejt minerali li jiġi rilaxxat b'eżenzjoni mit-taxxa tas-sisa.", "Il-makkinarju wasal Malta fid-9 ta' Awissu 2004 u ġie stallat fil- laboratorju tad-dipartiment tad-dwana fit-13 ta' Awissu 2004.", "Bejn it-13 ta' Awissu u t-3 ta' Novembru 2004 ġew ittestjati dawn il- kampjuni: 82 kampjun ta' diesel, pitrolju u biodiesel elevati minn diversi postijiet f'Malta u Għawdex mis-sezzjoni customs enforcement unit fi ħdan id- dipartiment tad-dwana.", "Minn dawn 37 kampjun instab li kellhom il-fiscal marker bi ksur tar-regolamenti fuq imsemmija.", "30 kampjun ta' diesel elevati mis-sezzjoni tal-fuel tad-dipartiment tad- dwana, minn diversi depots ta' kumpaniji li huma awtorizzati biex iħalltu l- fiscal marker u dan sabiex jiġi kkontrollat b'mod xjentifiku u legali dan is-settur.", "11-il kampjun ta' diesel elevati mill-qorti u li fuqhom il-każ għadu sub judice.", "MOBC", "8644.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika: Jista' il-Ministru jgħid illum x'inhi l-funzjoni ta' l-MOBC?", "Kemm ilha ma toffri servizz ta' bunkering?", "Jista' jgħid x'inhi l-kapaċita' ta' ħażna ta' l-MOBC?", "Kemm minnu hu tal- korporazzjoni Enemalta?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Il-Mediterranean Offshore Bunkering Co. Ltd hija kumpannija ta' ħażna li tikri faċilitajiet biex jinħażen iż-żejt li jintuża bħala fuel.", "Din il-kumpannija waqfet milli tagħmel xogħol ta' bunkering mit- 13 ta' Lulju 2004.", "Fl-MOBC hemm kapaċita' għal ħażna ta' madwar 44,000 tunnellati metriċi.", "L-entita' li tissupplixxi lill-korporazzjoni Enemalta kriet tank ta' 10,500 tunnellata fl-MOBC u dan hu garantit bħala stokk għall-korporazzjoni Enemalta.", "DWANA - FUEL SECTION", "8645.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hemm uffiċjali tad-dwana responsabbli mill-fuel section?", "Kemm-il darba nbidlu tul dawn l-aħħar tliet snin?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Fil-preżent il-complement tal-fuel section hu ta' għaxar uffiċjali.", "Mill-1 ta' Ottubru 2001 għaxar uffiċjali ġew trasferiti għall-fuel section u ħames uffiċjali ġew trasferiti mill-fuel section.", "BIRŻEBBUĠA – 31ST MARCH INSTALLATION DEPOT", "8646.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika: Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li jinbidel l-użu tad-depot tal-korporazzjoni Enemalta, magħruf bħala 31st March installation, f'Birżebbuġa?", "Jekk fl-affermattiv, x'inhu l- pjan?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 8646, fit-12 ta' Lulju 2004 il-gvern ħabbar li d-depot magħruf bħala 31st March Installation f'Birżebbuġa se jingħalaq sas-sena 2007.", "Għalkemm diġa' qed ikun ikkunsidrat x'jista' isir minn dan is-sit, deċiżjoni finali għadha ma tteħditx.", "Għaldaqstant il-korporazzjoni qed tikkunsidra siti alternattivi li qed isiru studji fuqhom.", "SVPR", "8676.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l- Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jara li persuna - dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - tkun tista' tiddaħħal fir-residenza San Vincenz de Paule peress li martu mhux possibbli li ddur bih minħabba problemi fiżiċi?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-isem tal-pazjent ġie nnotat u l-każ se jitressaq quddiem l-admission board sabiex l-applikazzjoni titmexxa skond il- proċeduri.", "TAXXI INTERNI – EMIGRANTI PENSJONANTI MALTIN", "8677.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid x'inhi l-proċedura rigward taxxa tad- dħul għall-pensjonanti Maltin li jkunu emigraw u dejjem ħadmu barra pajjiżna u llum rritornaw biex jirtiraw f'art twelidhom?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "SKEJJEL - TISWIJA TA' LIFTS", "8695.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 7825 u cioe' jara li mill-aktar fis jissewwew il-lifts fl- iskejjel Lily of the Valley fil-Mosta u Sir Temi Zammit fl-Imtarfa minħabba li ċerti studenti qed ikollhom ifallu riżultat ta' diżabilita' temporanja li jbatu minnha?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-lift ta' l-iskola Lily of the Valley fil-Mosta ssewwa kemm-il darba u kull darba terġa' tinqalagħlu l-ħsara.", "Għalhekk tlabt li jitħejja survey minn inġinier fuq il-makna ta' dan il-lift.", "Jekk jinstab li jkun aħjar li tinbidillu l-makna, allura tinħareġ tender biex din tiġi mibdula.", "Informat ukoll li tħejja survey minn inġiniera fuq il-lift ta' l-iskola Sir Temi Zammit fl-Imtarfa li jikkonkludi li l-lift antik li hemm f'din l- iskola ma jistax jissewwa għaliex il-parts m'għadhomx fis-suq.", "Huwa fatt illi l-lift li hemm ma jissodisfax il-livelli ta' lifts moderni.", "Informat li l-fondazzjoni għall-iskejjel t'għada qed tikkunsidra li toħroġ tender fil-futur qarib biex jiżżarma l-lift antik u jiġi stallat wieħed ġdid.", "NAXXAR - SKOLA VINCENZO BRARET", "8696.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 8507 u cioe' jara li jittieħdu passi biex studenti li jattendu l-annex ta' l-iskola Vincenzo Borg Braret Naxxar u li joqogħdu fl- area Tas-Sagħjtar in-Naxxar jiġu provduti bi trasport li ta' spiss qed jiġi rifjutat lilhom minħabba li l-private tkun imballata bl-istudenti, inkluż studenti bil-wieqfa?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Issa r-rotta Knisja tas-Sagħjtar/Greenwich Supermarket/Labour Avenue qed taħdem regolari.", "GĦARGĦUR - TWESSIGĦ TA' TREJQA", "8697.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 8505 u cioe' jgħid meta se titwessa' it-trejqa li tagħti għall-kamra tan-nar tal- Għargħur?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Fil-passat id-direttorat tat-toroq għamel xogħlijiet ta' tiswija fit-triq imsemmija bl-iskop li jiġi ffaċilitat l- aċċess fl-inħawi.", "It-twessiegħ tat-trejqa msemmija jiġi kkunsidrat skond il-prioritajiet li jirriżultaw fil-programm ta' asfaltar u bini ta' toroq li qed jitħejja mill- istess direttorat."]} {"filename": "20051110_317d_par.doc", "date": "2005-11-10", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Uffiċjali u Rivedut) L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 317 Il-Ħamis, 10 ta' Novembru, 2005 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 317 Il-Ħamis, 10 ta' Novembru, 2005", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.01 p.m.", "Talba", "Seduta Nru. 317", "Il-Ħamis, 10 ta' Novembru, 2005", "WERREJ", "MINUTI 713", "TQEGĦID TA' KARTI 713", "ORDNJIET TAL-ĠURNATA", "KUMITAT TA' PROVVISTA", "ESTIMI ĠENERALI 2006 - IT-TIENI JUM STABILIT", "MINISTERU TA' L-EDUKAZZJONI, ŻGĦAŻAGĦ U IMPJIEGI 714", "AĠĠORNAMENT 751", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 752", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 316 li saret fl-10 ta' Novembru, 2005 kienu konfermati.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): Skond il-mozzjoni ta' proċedura tal-31 ta' Ottubru, 2005 il-ħin tal-mistoqsijiet ta' din is-seduta mhux se jittieħed u għalhekk il-mistoqsijiet kollha li jidhru fuq l-aġenda se jingħataw tweġiba bil-miktub.", "Ngħaddu għat-Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru Louis Galea.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi): Mr Speaker inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Financial statements ta' l-awtorita` dwar is-saħħa u s-sigurta` fuq il- post tax-xogħol għas-sena li għalqet fit-30 ta' Settembru, 2005; u", "Kopja taċ-ċirkolari OPM 28/2005 datata 21 ta' Ġunju, 2005 bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 15434;", "f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi inqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra:-", "Avviż Legali 369 ta' l-2005 – Regoli ta' l-2005 dwar finance leasing; u", "Kopja ta' ittra datata 9 ta' Novembru, 2005 mibgħuta mill-ministru għall-investiment, industrija u teknoloġija ta' l-informazzjoni lill- prim ministru dwar is-surcharge fuq il-kontijiet tad-dawl u l-ilma, flimkien ma' rapport maħruġ mill-KPMG datat 9 ta' Novembru, 2005;", "f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Tagħrif dwar riżenji mill-korp tal-pulizija bejn l-1998 u Ottubru 2005, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 15447; u", "Kopja ta' żewġ Dikjarazzjonijiet tal-President ta' Malta, ippubblikati fil-ħarġiet tal-Gazzetta tal-Gvern ta' l-20 ta' Marzu, 1987 u tal-5 ta' Mejju, 1989 dwar akkwist ta' art f'Ħal Qormi, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari 15469;", "f'isem il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Tagħrif dwar applikazzjonijiet sottomessi minn dipartimenti u enti oħra fid-dekasteru tal-ministru għat-turiżmu u kultura għal fondi mill- Unjoni Ewropea, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 13944;", "f'isem il-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l- Informazzjoni nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Avviż Legali 370 ta' l-2005 - Regolamenti ta' l-2005 li jemendaw ir- regolamenti dwar il-promozzjoni tan-negozju (emenda nru 3);", "f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar l-ammont ta' ħut maqbud bejn Jannar 2004 u Awissu 2005, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 13918; u", "f'isem il-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Tagħrif dwar applikazzjonijiet sottomessi minn dipartimenti u enti oħra fid-dekasteru tal-ministru għall-iżvilupp urban u t-toroq għal fondi mill-Unjoni Ewropea, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 13945.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal- Ġurnata.", "ORDNJIET TAL-ĠURNATA", "KUMITAT TA' PROVVISTA", "ESTIMI ĠENERALI 2006", "IT-TIENI JUM STABILIT", "MINISTERU TA' L-EDUKAZZJONI, ŻGĦAŻAGĦ U IMPJIEGI", "L-Ordni għall-Kumitat ġie moqri", "FIL-KUMITAT", "L-Onor.", "Mario de Marco, Viċi President tal-Kumitat, jippresjedi.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Illum il-Kumitat għandu quddiemu l-voti tal-ministeru ta' l-edukazzjoni, żgħażagħ u impjiegi.", "Nixtieq ninforma lill-Kumitat li skond il-mozzjoni tal-31 ta' Ottubru, 2004 il-ħin tad-diskussjoni tal-lum huwa ta' tliet sigħat u nofs u dan għandu jinqasam indaqs bejn kelliema tal-gvern u kelliema ta' l-oppożizzjoni, bl- aħħar nofs għall-gvern.", "Jekk jogħġbu, il-Ministru jressaq ir-riżoluzzjonijiet tiegħu.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Chairman, nipproponi:", "VOT 28 - MINISTERU TA' L-EDUKAZZJONI, ŻGĦAŻAGĦ U IMPJIEGI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 44,419,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 28 - Ministeru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2006.", "VOT 29 - EDUKAZZJONI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 51,442,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 29 - Edukazzjoni, kif dettaljata fl- Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2006.", "VOT 30 - RELAZZJONIJIET INDUSTRIJALI U TA' L-IMPJIEG", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 592,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 30 – Relazzjonijiet Industrijali u ta' l-Impjieg, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2006.", "VOT 31 - LIBRERIJI U ARKIVJI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 690,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 31 – Libreriji u Arkivji, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2006.", "VOT IV - MINISTERU TA' L-EDUKAZZJONI, ŻGĦAŻAGĦ U IMPJIEGI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 7,139,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot IV - Ministeru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjieg, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2006.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Carmelo Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Sur President, nipproponi din l-emenda:", "VOT 28 - MINISTERU TA' L-EDUKAZZJONI, ŻGĦAŻAGĦ U IMPJIEGI", "Personal Emoluments Item 11 - Holders of Political Office", "Ħassar iċ-ċifra \"Lm15,067\" u ssostitwixxi minflok iċ-ċifra \"Lm15,066\".", "Delete the figure \"Lm15,067\" and substitute therefor the figure \"Lm15,066\".", "Sur President, jiena kieku xtaqt li minflok tnaqqis ta' Lm1 nipproponi tnaqqis ta' 27% mis-salarju tal-ministru, li jfisser tnaqqis ta' Lm4,000 fis-sena.", "Għaliex?", "Għax il-figura ta' 27% tirrappreżenta t-tnaqqis li sar fis-sistema ta' l-istipendji taħt l-għotja normali.", "Naturalment dan kont nagħmlu biex il-ministru jgħix aħjar għax, skond il-gvern, il-poplu Malti jgħix aħjar meta qed ikollu anqas flus fil-but, l-iżjed minħabba l-piż tat- taxxi li l-gvern għabba lill-poplu bih.", "Pero` jiena kelli nimxi mal- proċedura tas-soltu u pproponejt li l-ministru titnaqqaslu Lm1 biss mis- salarju.", "Sur President, dan huwa t-tielet budget fejn jiena qed nitkellem fuq l- edukazzjoni.", "Dan il-ministeru jinkludi wkoll il-qasam taż-żgħażagħ u l- isport li s-soltu nitkellem fuqhom ukoll, pero` llum se niffoka biss fuq il- qasam ta' l-edukazzjoni, imbagħad fuq il-qasam taż-żgħażagħ u l-isport titkellem l-Onor.", "Justyne Caruana.", "F'Ġunju li għadda l-konferenza ġenerali tal-partit Laburista approvat id-dokument \"Pjan ta' Qawmien Ekonomiku u Soċjali għall-Malta u Għawdex\".", "F'dan il-pjan, għal darb'oħra, il-Partit Laburista qiegħed jirriafferma li hemm rabta bejn il-progress ekonomiku u dak ta' l-edukazzjoni.", "Jiena naħseb li b'dan il-mod irridu nħarsu minn issa 'l quddiem.", "Għaliex?", "Għax ma nistgħux nippretendu li jkollna progress ekonomiku jekk l-edukazzjoni ma turix ukoll dan il- progress.", "Barra minn dan, il-partit Laburista qiegħed jisħaq ukoll għal darb'oħra li waħda mill-prioritajiet ta' gvern Laburista se tkun l- edukazzjoni, kif fil-fatt kienet f'dik f'sena u nofs ta' gvern Laburista bejn l-1996 u l-1998.", "F'dan il-pjan insibu numru ta' proposti u inizjattivi ta' kif aħna bħala gvern Laburista nemmnu li jista' jkollna sistema edukattiva li tiżviluppa r-riżorsi umani aħjar u ma tħalli lil ħadd jaqa` lura.", "Ċertament dan il-pjan għad irridu nlaħħmuh iktar billi nagħmlu aktar proposti konkreti, kif fil-fatt qed nagħmlu bħalissa, biex nagħtu aktar dettalji dwar il-politika tagħna f'dan il-qasam tant kruċjali għal pajjiżna.", "Dan barra li naturalment fl-aħħar programm elettorali tagħna wkoll kien hemm proposti konkreti min-naħa tagħna bħala partit.", "Kif diġa` għedt, l-edukazzjoni hi l-aktar qasam essenzjali għal pajjiż ċkejken bħal tagħna li jiddependi ħafna mir-riżorsi umani.", "Aħna nieħdu gost li gvern u oppożizzjoni qed naqblu li l-edukazzjoni hija l-aqwa politika soċjali u l- aqwa politika ekonomika li pajjiżna jista' jħaddem.", "Dan qalu l-prim ministru fid-diskors tiegħu.", "Dan huwa dak li bħala partit ilna nisħqu fuqu u dak li l-konferenza ġenerali Laburista wkoll ikkonfermat.", "Il-qasam ta' l- edukazzjoni huwa settur fejn hemm bosta nies involuti u huwa xieraq li nsellem lil dawk kollha li jaħdmu f'dan il-qasam tant importanti u vitali għall-futur ta' pajjiżna u li allura taw il-kontribut tagħhom matul din is- sena.", "Jekk wieħed jara l-estimi jsib li madwar Lm48 miljun allokati għall- edukazzjoni jmorru proprju għall-ħlas tas-salarji.", "Nixtieq minn hawn insellem lis-segretarju permanenti fil-ministeru, is-Sur Frans Borg u nixtieq insellem ukoll lill-predeċessur tiegħu, is-Sur Charles Mizzi, li proprju matul din is-sena temm il-ħidma tiegħu f'dan il- ministeru.", "Insellem ukoll lid-direttur ġenerali u lid-diretturi, lill- assistenti diretturi, lill-education officers, lill-kapijiet u lill- assistenti kapijiet, lill-għalliema u lill-istaff kollu li b'mod jew b'ieħor għandhom rwol fid-diviżjoni ta' l-edukazzjoni kif ukoll fl-iskejjel f'Malta u Għawdex.", "Nixtieq ukoll nieħu l-okkażjoni biex insellem u nirringrazzja għall-ħidma tagħhom lil dawk kollha li jaħdmu fl-universita`, fil-junior college, fil-higher secondary, fl-MCAST, fl-ITS, fl-MCST u lil dawk li jaħdmu fil-fondazzjoni għall-iskejjel ta' għada u f'dik tas- servizzi edukattivi.", "Ma nistax ma nsellimx liż-żewġ unions li jirrappreżentaw lill-ħaddiema f'dan id-dekasteru, b'mod partikolari lis-Sur John Bencini u lis-Sur Joe de Giovanni.", "Irrid nsellem ukoll ukoll lill-GWU li tirrapreżenta numru ta' ħaddiema li jaħdmu fil-qasam ta' l-edukazzjoni.", "Ta' min isemmi wkoll ħaddiema oħrajn li jaħdmu fil-qasam ta' l-iskejjel tal- knisja u fis-settur privat għax anke dawn qegħdin jagħtu sehem fl- edukazzjoni ta' eluf ta' studenti.", "Fl-aħħarnett irrid nsellem lill-istudenti nfushom li ta' kull sena jgħaddu mis-sistema edukattiva tagħna għax fl-aħħar mill-aħħar dawn huma l- klijenti, jekk tista' ssejħilhom hekk, tas-sistema edukattiva, u l-ħidma kollha tagħna, gvern u oppożizzjoni, għandha tkun għall-ġid tagħhom l-ewwel u qabel kollox.", "Dan il-budget li ġie ppreżentat fil-31 ta' Ottubru kien fuq kollox accounting exercise fejn iċ-ċifri kollha kienu jagħtu stampa li kollox qiegħed on track, qisu pajjiżna m'għandux problemi u fejn hemm xi diffikultajiet, dawn ġejjin jew minħabba xi urugan, jew minħabba l-prezz tal-fuel jew inkella minħabba l-famuża globalizzazzjoni.", "Id-diskors li smajna fil-budget jagħtik x'tifhem li l-gvern Nazzjonalista m'għandu tort ta' xejn għall-problemi kbar li hawn fil-pajjiż, donnu qed jagħmel kollox perfett.", "Naturalment il-budget fih ħafna ċifri u naħseb li huwa d-dover tiegħi li nħares ukoll lejn dawn iċ-ċifri.", "Fid-diskors tiegħu, il-prim ministru ħabbar nefqa ta' Lm108 miljun fil- qasam ta' l-edukazzjoni għas-sena 2006.", "Din tfisser nefqa ta' Lm2 miljun anqas meta mqabbla mas-sena 2005 meta l-ispiża kienet ta' Lm110 miljun.", "In- nefqa għas-sena d-dieħla hija ta' 10.6% tan-nefqa kollha tal-gvern meta għas-sena li qegħdin fiha din kienet ta' 11.13% tan-nefqa kollha tal-gvern.", "Dan ifisser li anke f'punti perċentwali, meta mqabbel man-nefqa globali tiegħu, il-gvern qed jonfoq anqas fil-qasam ta' l-edukazzjoni.", "Pero' naħseb li l-aktar punt importanti m'huwiex kemm nonfqu, għalkemm dak huwa importanti wkoll, imma kif u fejn qed imorru dawn il-flus.", "Huwa minnu li f'dak li għandu x'jaqsam ma' spiża pubblika fuq l-edukazzjoni meta mqabbel ma' pajjiżi oħra membri ta' l-Unjoni Ewropea, pajjiżna jipparaguna mhux ħażin u qiegħed qrib il-medja Ewropea u dan joħroġ anke mill-commission staff working paper report.", "Imma nistgħu ngħidu li dan huwa l-istess fejn jidħlu r-riżultati?", "Meta nħarsu lejn ir-riżultati li qed niksbu fil-qasam ta' l-edukazzjoni, speċjalment meta nħarsu lejn l-aġenda ta' Lisbona, insibu li pajjiżna jinsab fl-aħħar postijiet - ngħidha b'għafsa ta' qalb – u dan għandu jinkwetana ħafna.", "Sur President, ma nistax ngħid li ma sarx titjib għax huwa minnu li għandna aktar studenti li qed ikomplu fis-sistema edukattiva.", "Fil-fatt ta' kull sena qed naraw in-numru ta' studenti li jiggradwaw dejjem jikber.", "Imma tajjeb li wieħed jgħid ukoll li dan kien ukoll dovut għall-fatt li matul dawn is-snin il-poplu, għall-grazzja t'Alla, sar aktar konxju mill- importanza ta' l-edukazzjoni u l-ekonomija żviluppat b'mod u manjiera li trid bilfors titgħallem aktar biex timxi 'l quddiem.", "Pero' ma nistgħux ngħidu li dan kollu huwa dovut għall-partit wieħed f'pajjiżna.", "Kienu gvernijiet diversi, wieħed wara l-ieħor, li bnew il-pedamenti sabiex illum ninsabu fejn ninsabu.", "Per eżempju, ma kenitx qabża kbira meta l-iskola ġiet obbligatorja għal kulħadd?", "Ma kenitx qabża kbira meta l-iskola obbligatorja ġiet sa 16-il sena għal kulħadd?", "Ta' min jgħid ukoll li dan l- iżvilupp ġie fi żmien meta l-edukazzjoni ma kenitx tingħata daqshekk importanza.", "Anzi kellek min jgħidlek li jekk inti tmur tistudja tkun qed tagħmel dnub.", "Din kienet qabża kbira fil-kultura ta' l-edukazzjoni f'pajjiżna li wasslet biex aktar studenti jkomplu jistudjaw u aħna, iż-żewġ naħat tal-Kamra, għandna nkomplu nisħqu li mingħajr l-edukazzjoni ma nistgħux nimxu 'l quddiem.", "Sur President, il-fatt li fil-qasam ta' l-edukazzjoni qed nonfqu kważi daqs kemm jonfqu l-pajjiżi l-oħra membri ta' l-Unjoni Ewropea u r-riżultati mhux qed jiġu bl-istess mod ifisser li għandna prioritajiet ħżiena jew li m'humiex f'posthom u li l-flus mhux qed jintefqu fejn hemm bżonn.", "Jekk inħarsu f'liema livell edukattiv qegħdin jintefqu dawn il-flus insibu li fil-livell primarju, fejn il-medja Ewropea hija ta' 4.4 units - fil-fatt il- kejl jeħduh bħala units - aħna qed nonfqu 2.2 units.", "Fil-livell sekondarju, il-medja Ewropea hija ta' 6 units u aħna qed nonfqu 3.8 units u fil-livell terzjarju qed nonfqu 6.1 units meta l-medja Ewropea hija ta' 8.6 units.", "Jiġifieri hawnhekk qed ngħidu li qed nonfqu kważi n-nofs li jonfqu l- pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropea fil-livell primarju u sekondarju u żewġ terżi ta' dak li jonfqu l-istess pajjiżi membri fejn jidħol il-livell terzjarju.", "Sur President, nixtieq ngħaddi xi kummenti fil-qosor fuq dak li nsibu fl- estimi ppreżentanti għas-sena d-dieħla.", "Jiena nixtieq spjegazzjoni min-naħa tal-ministru dwar x'inhi r-raġuni li l-vot għall-personal emoluments taħt il-ministeru żdied bi kważi Lm300,000, żieda ta' 26% fuq dak li kien hemm għal din is-sena.", "Lanqas ma nista' nifhem kif wara li l-gvern ħabbar surcharge ta' 55% fuq il-kontijiet tad-dawl u l-ilma, għal item 21 taħt operational and maintenance expenses ġew ivvotati Lm425,000 meta fl-2004 - ma kienx hemm surcharge dak iż-żmien żgur - l-ispiża kienet ta' Lm610,000.", "Nispera li dan ma jfissirx li l-iskejjel se jkollhom iħallsu d-differenza ta' dawn il-kontijiet mill-allokazzjoni tagħhom li dejjem qed tonqos.", "Żewġ voti oħra li minn sena għall-oħra wkoll dejjem qed jonqsu huma dawk tat- technician apprenticeship scheme u l-extended skills training scheme.", "Fil- fatt il-vot tat-TAS minn Lm340,000 niżel għal Lm250,000 u dak ta' l-ESTS minn Lm290,000 niżel għal Lm260,000.", "Ta' min jgħid li dawn huma żewġ voti marbuta mat-taħriġ vokazzjonali.", "Hawn irrid ukoll isemmi d-diffikulta` kbira li qed iħabbtu wiċċhom magħha numbru ta' studenti ta' l-MCAST biex minn sena għall-oħra jsibu sponsor ħalli jkomplu l-course tagħhom.", "Inħoss li l-ETC kif ukoll l-MCAST għandhom jagħmlu sforz akbar ħalli l-istudenti kollha kemm jista' jkun isibu sponsor.", "Irrid ngħid ukoll li kien hemm studenti li ġibdulna l-attenzjoni li għal ċerti courses, speċjalment fit-tielet jew ir-raba sena, ikunu jridu jitilqu l-isponsor li jkollhom biex itemmu l-istudji tagħhom fl-MCAST.", "Forsi hawnhekk tajjeb li wieħed ikun aktar flessibli ħalli wara l-battikata li jkunu ħadu biex sabu sponsor ma jkollhomx iħalluh biex ikomplu l-istudji tagħhom.", "Fid-dokument li għamilt referenza għalih fil-bidu, aħna bħala partit qed ngħidu li fil-qasam vokazzjonali għandhom jitwaqqfu wkoll skejjel sekondarji vokazzjonali b'enfasi fuq tagħlim prattiku, dak li bl- ingliż jissejjaħ learning by doing, f'oqsma bħall-informatika, inġinerija bażika, catering, studji turistiċi, kostruzzjoni u biedja.", "Dawn is-suġġetti huma nieqsa fil-livell sekondarju tagħna u hemm bżonn nagħmlu sforz iktar fuqhom.", "Nixtieq nikkumenta wkoll dwar voti ġodda li ġew introdotti.", "Wieħed minnhom huwa l-Lm200,000 għall-kotba ta' l-universita` li nittama li se jtaffi xi ftit mill-problema tal-kotba.", "Hawnhekk irrid infaħħar din l-inizjattiva tal- gvern li jivvota Lm200,000 għal kotba ta' l-universita`.", "Nispera li dan ikun biżżejjed għax meta wieħed iħares kemm nefqet l-universita` fl-2004 isib li din nefqet is-somma ta' Lm542,000 f'kotba.", "Allura nittama li l- universita` ma tnaqqasx l-allokazzjoni tagħha għax isserraħ rasha fuq il- Lm200,000 li huma dedikati għal dan il-għan.", "Nifhem ukoll li parti mill-allokazzjoni ta' Lm10.6 miljun, li baqgħet l- istess bħal din is-sena, se tmur ukoll għal-libreriji.", "Nixtieq infakkar ftit x'qal il-ministru s-sena li għaddiet fid-diskors tiegħu meta konna qed niddiskutu l-voti ta' l-istess ministeru.", "Dakinhar il-ministru kien qal hekk:-", "\"Meta aħna qegħdin inżidu l-vot ta' l-universita` minn Lm 9.4 miljun għal Lm 10.6 miljun, aħna rridu nkunu nafu wkoll iż-żieda fejn se tmur.", "Aħna se ninsistu li rridu nkunu nafu kemm se jmorru flus għal- librerija u xi flus se jmorru għal ċerti bżonnijiet li hemm fil- laboratorji.\".", "Jiena din is-sena nistenna u nixtieq li l-ministru jpoġġi fuq il-mejda tal- kamra xi dokument biex naraw iż-żieda fejn marret u jekk ġietx utilizzata bl-aħjar mod possibbli.", "It-tieni vot ġdid li ġie introdott fil-qasam ta' l-edukazzjoni hu dak għall- higher education fund li wkoll hu ta' Lm200,000.", "Jiena nifhem li dawn il- flus se jmorru għall-iskema ta' scholarships kif ħabbar il-Prim Ministru fid-diskors tiegħu.", "Nistqarr li ħadt gost bihom dawn il-voti ġodda għax dawn ukoll insibuhom fil-programm elettorali ta' l-2003 tal-Partit Laburista.", "Naturalment fil-programm elettorali tagħna kien hemm proposti oħrajn fosthom li għandu jiżdied il-materjal edukattiv u stampat fil- libreriji.", "Ngħaddi issa biex insemmi xi ftit mill-ilmenti li qed jkollna mingħand in- nies għax huwa tajjeb li nwasslu anke l-vuċi tan-nies.", "Wieħed mil-ilmenti huwa li minħabba n-nuqqas ta' fondi l-iskejjel qed ikollhom jaraw kif jagħmlu biex ilaħħqu ma l-ispejjeż.", "Fil-fatt kien hemm min qal li hemm bżonn li jinqata` l-ħalib mill-iskejjel ħalli jinxtraw aktar kotba.", "Irrid ngħid ukoll li ta' spiss nisimgħu problemi marbuta ma' spejjeż li l- ġenituri qed jarawhom żejda u qed jilmentaw li bosta drabi jintalbu ħlasijiet li mhux dejjem jarawhom ġustifikati, u dan fi żmien meta l- familji għaddejjin minn bosta diffikultajiet.", "Għalhekk wieħed jappella biex kemm jista' jkun spejjeż żejda u bla bżonn jiġu evitati.", "Sur President, irrid infakkar li anke matul din is-sena, il-gvern reġa` naqqas u kiel mill-allokazzjoni għall-iskejjel għax naqqas il-vot tal- materials and supplies u tar-repair and upkeep.", "Dan biex ma nsemmix li meta l-VAT telgħet minn 15% għal 18% ma kien hemm l-ebda żieda li tagħmel tajjeb għal dan.", "Hekk wkoll ġara meta ddaħħlet l-eco tax li qed tiekol ukoll minn din l-allokazzjoni ta' l-iskejjel.", "Tajjeb li wieħed jgħid li fl-1998 meta fil-gvern kien hemm il-partit Laburista l-allokazzjoni għall-materials and supplies u għar-repair and upkeep flimkien kienet ta' Lm 1.4 miljun u għas- sena d-dieħla l-gvern qed jalloka s-somma ta' Lm 1.25 miljun, jiġifieri Lm150,000 inqas minn dak li allokajna aħna fl-1998 u dan meta llum l- affarijiet jiswew aktar u hemm aktar spejjeż ta' taxxi anke fuq il-qasam ta' l-edukazzjoni.", "Mhux biżżejjed li ngħidu li qed nonfqu Lm1,200 ras għal ras - dan skond id-diskors tal-prim ministru - imma rridu naraw ukoll kemm minn dawn il-flus qed imorru direttament għand l-istudenti f'riżorsi u għajnuna edukattiva.", "Irridu nistaqsu għaliex minkejja din in-nefqa, xorta għad għandna madwar 33% ta' l-istudenti li mhux qed ikomplu bl-istudju tagħhom.", "Irridu nistaqsu għalfejn għadna niltaqgħu ma' numru mhux żgħir ta' żgħażagħ li spiċċaw l- iskola, qed jirreġistraw għax-xogħol u m'għandhomx ħiliet għad-dinja tax- xogħol tal-lum jew addirittura illiterati, għalkemm l-illiteriżmu għall- grazzja t'Alla qed jonqos.", "Dan hu l-feedback li aħna jkollna anke mingħand il-korpi kostitwiti.", "Jgħidulek li għandhom jiltaqgħu ma' żgħażagħ li wara li jkunu għaddew numru ta' snin fl-iskola jitolbuhom biex jimlewlhom l- formola ta' l-applikazzjoni.", "Allura rridu naraw li l-veru bidliet iseħħu fil-klassi, Sur President.", "Dan huwa l-qofol tat-tibdil li għandna bżonn u naħseb li mhux qed isir sforz biżżejjed u ffokat biex dan iseħħ.", "Sur President, irrid ngħid xi ħaġa dwar il-vot kapitali.", "Il-vot kapitali għall-edukazzjoni għas-sena 2006 naqas b'Lm 1.3 miljun meta mqabbel ma' dak għal din is-sena.", "Inħoss li huwa tajjeb li jkollna spjegazzjoni għal dan it- tnaqqis.", "Kien hemm tnaqqis sostanzjali fil-vot ta' l-IT li minn Lm600,000 niżel għal Lm430,000 u jidher li mhux se jkun possibbli li jsir l- investiment tant meħtieġ sabiex jinbidlu l-computers fl-iskejjel primarji li issa ilhom jintużaw għal kważi disa' snin.", "Għalhekk nistaqsi jekk dawn il-computers hux se jindiblu, u jekk se jinbidlu minn liema vot se jitħallsu u kemm hi s-somma li se tintefaq.", "Sur President, huwa wkoll neċessarju li l-għalliema jiġu mħarrġa kif jużaw il-computers għat-tagħlim fil-klassi fuq suġġetti differenti.", "Aħna ninnotaw li l-vot għat-taħriġ dejjem nieżel jew jibqa' l-istess.", "Niftakar żmien fejn dan il-vot kien anke jammonta għal Lm300,000 u llum qiegħed Lm95,000.", "Filwaqt li fl-Ewropa u madwar id-dinja, l-ICT fl-edukazzjoni qed issir dejjem aktar importanti, f'Malta qegħdin naraw tnaqqis sistematiku fil- finanzi dedikati għal dan is-settur.", "Kif nistgħu ngħidu li rridu nkunu fuq quddiem fl-informatika meta l-computers fl-iskejjel, speċjalment dawk fil- primarja qed isiru obsolete!", "Jidher li l-gvern qed jiddeċiedi li ma jagħmel xejn dwarhom għajr li jnaqqas il-vot għalihom.", "Il-prim ministru fid-diskors tal-budget qal li n-nefqa kapitali għall-istituzzjonijiet ta' l-edukazzjoni ogħla se tkun ta' Lm2,450,000 għall-MCAST u l-universita` f'daqqa.", "Jekk tara l-estimi ssib li l-vot huwa ta' ftit aktar minn Lm1,250,000.", "Naħseb li jkun tajjeb li xi ħadd jispjegalna għalfejn hemm din id-differenza ta' Lm1,200,000.", "Il-prim ministru tkellem ukoll fuq ix-xogħlijiet li qed isiru fl-iskejjel u sejjaħ din il-ħidma bħala proġett ambizzjuż.", "Tajjeb li nfakkar li l-partit Laburista kien ilu sa minn qabel l-1996 jgħid biex fil-postijiet tat- tagħlim ikun hemm ambjent attraenti u li dawn għandhom ikunu rranġati u msebbħa.", "Xhieda ta' dan hemm il-programm elettorali ta' l-1996, \"Iċ- ċittadin l-ewwel\", fejn f'paġna 76 jingħad kemm hu meħtieġ li nagħmlu ħidma biex fil-postijiet tat-tagħlim ikun hemm ambjent attrajenti u kondizzjonijiet xierqa biex l-edukaturi jkunu tassew jistgħu jedukaw lit- tfal f'postijiet nodfa u sbieħ.", "Niftakar li l-prim ministru ta' dak iż- żmien kien jgħid li l-iskejjel kulma kellhom kienet xi tieqa mkissra 'l hawn u 'l hinn.", "L-elezzjoni ta' l-1996 intrebħet mill-partit Laburista u nbdiet ħidma biex l-iskejjel jiġu rranġati u sa l-1998, wara biss sena u nofs fil-gvern, il- vot kapitali għal xogħlijiet fl-iskejjel kien ta' aktar minn Lm7,800,000.", "Fl-aħħar sena ta' gvern Nazzjonalista ta' qabel l-elezzjoni ta' l-1996 il- vot kapitali għal xogħlijiet fl-iskejjel kien ta' Lm1,500,000 u fis-sena ta' qabel kien ta' Lm700,000.", "Wara l-elezzjoni ta' l-1996, il-partit Laburista kompla żied il-vot kapitali għal xogħlijiet fl-iskejjel biex fl- aħħar sena tiegħu fil-gvern dan kien erba' darbiet aktar minn dak tal- partit Nazzjonalista.", "Bejn l-1996 u l-1998 saret manutenzjoni estensiva fuq 160 istituzzjoni edukattiva.", "Tajjeb li ngħid li b'istituzzjoni edukattiva qed nalludi wkoll għall-iskejjel tas-snajja`, l-iskejjel speċjali kif ukoll skejjel speċjalizzati bħal dawk tal-mużika.", "Sur President, l-iskejjel f'Malta u Għawdex raw input qawwi bejn l-1996 u l- 1998.", "Huwa stmat li f'dawn is-sena u nofs għal kull lira li kien nefaq gvern Nazzjonalista ta' qabel l-1996, il-gvern Laburista kien nefaq Lm8.", "Ġew stallati computers għat-tieni klassi ta' l-iskejjel primarji, xi ħaġa li suppost kellha ssir qabel l-1996 u nbeda proġett, bi ftehim mal- Maltacom, biex jiġi introdott is-servizz ta' l-internet fl-iskejjel tal- gvern kollha.", "Illum fl-estimi għas-sena 2006 il-vot kapitali għal xogħlijiet fl-iskejjel huwa ta' aktar minn Lm3,700,000.", "Meta tara l-istess line items issib li l-gvern Laburista ta' l-1998 kien alloka Lm4,100,000 aktar minn dak li qed jalloka l-gvern Nazzjonalista għas-sena 2006, u dan meta kienu jgħidu li ma kellniex kuxjenza soċjali.", "Il-prim ministru qal li bejn is-sena 2002 u din is-sena il-gvern nefaq Lm22.5 miljun fuq l-immodernizzar ta' l-iskejjel.", "Jiena għamilt eżerċizzju ħafif u sibt li taħt il-vot kapitali 7162 għas-sena 2002 il-gvern nefaq Lm3,100,000, għas-sena 2003 nefaq Lm3,085,000, għas-sena 2004 nefaq Lm2,015,000, għas-sena 2005 nefaq Lm2,000,000 u bil-ftehim li hemm bejn il- fondazzjoni għall-iskejjel ta' għada u l-APS Bank għall-immodernizzar ta' l- iskejjel, il-gvern nefaq Lm6,240,000.", "Meta tgħodd dawn iċ-ċifri kollha l- ammont jitla` għal Lm16,440,000, jiġifieri Lm6,060,000 inqas minn l-ammont li semma l-prim ministru.", "Għalhekk nittama li jkollna spjegazzjoni ta' kif il-prim ministru wasal għaċ-ċifra ta' Lm22.5 miljun.", "Sur President, f'kull programm elettorali mill-1996 'il hawn, il-partit Laburista saħaq fuq il-ħtieġa ta' ambjent aħjar fl-iskejjel tagħna.", "F'dawn l-aħħar snin anke l-partit Nazzjonalista rrikonoxxa l-ħtieġa li jkollna ambjent aħjar fl-iskejjel.", "Fil-fatt wara li rebħu l-elezzjoni ta' l-1998 komplew bix-xogħol fl-iskejjel.", "Allura altru milli xi ħġieġa mkissra 'l hemm u 'l hawn kien hemm fl-iskejjel tagħna!", "Tant irrikonoxxa li hemm bżonn ta' ħidma kbira f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-ambjent fl-iskejjel - u allura ġie jaqbel ma' dak li kien jgħid il-partit Laburista - li l-gvern Nazzjonalista ħass li ma setax jibqa' jaħdem bid-dipartiment ta' l- edukazzjoni biss u waqqaf fondazzjoni sabiex tagħmel dan ix-xogħol.", "Fil-bidunett tal-ħidma tagħha, din il-fondazzjoni spiċċat f'kontroversja minħabba l-mod ta' kif kienet qed topera u tajjeb li nfakkar li f'isem l- oppożizzjoni, jiena kont tlabt li ssir inkjesta maġisterjali u l-membri tagħna fil-kumitat tal-kontijiet pubbliċi talbu li ssir investigazzjoni mill-awditur ġenerali.", "Il-konklużjonijiet taż-żewġ rapporti juru biċ-ċar li l-affarijiet ma sarux sew u allura fl-aħħar mill-aħħar min kien responsabbli politikament kellu jerfa` din ir-responsabbilita` u jirriżenja wara li kien ħalla kollox għaddej.", "Il-ministru stess kien qal li dejjem jaċċetta responsabbilita' politika anke jekk ma jkunx hu stess li jkun għamel l-affarijiet.", "Imma issa x'jirriżulta?", "Jirriżulta li l-ministru kellu x'jaqsam u kien hemm involviment dirett minn kif joħroġ minn xhieda ġurimentata quddiem il-qorti.", "Dan joħroġ mir-rapporti ta' l-esperti tal- qorti fl-inkjesta maġisterjali u tajjeb li wieħed isemmi ftit punti fil- qosor.", "ls-CEO ta' dak iż-żmien, taħt xhieda ġurimentata, kien qal li l-ministru kien jordna x-xogħlijiet u l-financial controller kien qal li l-ministru ta' l-edukazzjoni u mhux tal-finanzi kien japprova l-ħlasijiet.", "Anke l- kirja tal-post tkun approvata mill-ministru ta' l-edukazzjoni.", "Is-CEO għal darb'oħra, f'rapport ieħor, qal li mhux l-ewwel darba li l-ministru kien jagħti struzzjonijiet lill-kuntratturi direttament hu.", "Tista' tibqa` għaddej issemmi każ wara l-ieħor fejn il-ministru ndaħal hu direttament, anke fejn jiġu mpjegati project managers.", "Dan kollu jinstab taħt xhieda ġuramentata.", "Allura fid-dawl ta' dan kollu l-ministru kellu jirriżenja u l- prim ministru kellu jara li jsir hekk.", "Minkejja li l-prim ministru kien qal li se jdaħħal tmexxija ġdida, dan ma sarx u l-kultura tar-riżenji f'pajjiżna baqgħet ma teżistix.", "L-oppożizzjoni għadha tistenna biex forsi l- prim ministru jibda jkun kredibbli.", "Fl-aħħar mill-aħħar huwa stess kien qal sabiex niġġudikawh fuq dak li jagħmel.", "Sur President, fl-aħħar diskors li għamel il-prim ministru semma l-iskola sekondarja f'tal-Ħandaq, dik ta' Verdala ġewwa Bormla, dik tan-Naxxar u l- iskola primarja f'Pembroke.", "Ilna snin sħaħ nisimgħu fuq dawn l-iskejjel.", "Issa l-pjan tal-gvern huwa li sa sena oħra jikkonkludi l-proċess tal- permessi u t-tenders.", "Mhux qed jgħid li sa sena oħra jitlestew ix- xogħlijiet imma li se jikkonkludi l-proċess tal-permessi u t-tenders u dan, nerġa' ngħid, wara snin sħaħ nisimgħu fuq dawn l-iskejjel.", "Fil-fatt nista' nikkwota minn mistoqsijiet parlamentari li saru fuq dan is-suġġett.", "Per eżempju, f'mistoqsija parlamentari dwar l-iskola Mikiel Anton Vassalli li kienet saret fl-1999, il-ministru kien qal hekk:-", "\"Jien informat li fil-preżent konsulenti tad-diviżjoni ta' l- edukazzjoni qegħdin jevalwaw il-pjanti imħejjija mill-perit inkarigat mill-proġett u għaldaqstant għadu prematur biex wieħed jgħid meta se jsir it-twaqqigħ u l-bini mill-ġdid tal-liceo tas-subien Mikiel Anton Vassalli f'Ħal Qormi.", "Il-pjanti imħejjija jaħsbu biex filwaqt li jkunu għaddejjin ix- xogħlijiet, l-operat ta' l-iskola jkun disturbat mill-anqas.\".", "F'mistoqsija parlamentari oħra li saret fis-sena 2000 il-ministru rrisponda hekk:-", "\"Jien informat li d-diviżjoni ta' l-edukazzjoni qed tfassal pjan ta' xogħol ta' manutenzjoni estensiv fil-liceo Vassalli tal-Ħandaq li se jibda jitwettaq fil-futur qarib.", "Ix-xogħol li għalih irreferiet l- Onor. Membru hu inkluż fl-insemmi pjan.\".", "Imbagħad f'mistoqsija oħra fl-2003 dwar l-istess skola l-ministru qal hekk:-", "\"Ninsab informat li fl-iskola tal-Ħandaq se jsiru xogħlijiet ta' maintenance, partikolarment fis-soqfa, biex dawn ma jibqgħux iqattru.", "Qed isiru diskussjonijiet mal-MEPA dwar din l-iskola sabiex tkun tista' tinbena skola ġdida f'dawn l-inħawi jew fil-viċin.", "Dan is- suġġett kien ukoll diskuss f'konsultazzjonijiet pubbliċi li għamlet il- MEPA riċentement.\".", "Imbagħad f'mistoqsija oħra f'Diċembru 2003 insibu li l-ministru qal hekk:-", "\"Ninsab informat li l-materja qed tiġi trattata fil-pjan ta' ħidma ta' l-FTS li qed jitfassal u għad irid jiġi approvat.\".", "Ikkwotajt dawn ir-risposti li ta l-ministru biex nuri kemm ilna nisimgħu u nitkellmu fuq il-Liceo Vassalli f'tal-Ħandaq.", "Ngħaddu issa għal junior lyceum tal-Verdala., Sur President.", "Anke fuq din l-iskola konna ilna snin sħaħ nisimgħu li qed isiru xi xogħlijiet fuqha.", "Fil-fatt xi għalliema, fosthom kien hemm min ilu jgħallem hemm għal snin twal, qaluli li tgħidx kemm ilhom jisimgħu li f'din l-iskola se jsiru xi xogħlijiet ta' manutenzjoni.", "Bħalma għamilt fil-każ ta' l- iskola tal-Ħandaq se nikkwota x'qal il-ministru meta wieġeb għall- mistoqsijiet parlamentari li sarulu dwar din l-iskola.", "F'Lulju, 2003 il- ministru qal hekk:-", "\"Ninsab informat li sar l-audit u tħejja master plan għall-iskola Ġużeppi Despott li jieħu in konsiderazzjoni diversi fatturi, fosthom iċ-ċaqliq demografiku ta' l-istudenti, il-ħsibijiet edukattivi futuri u l-istat tal-bini eżistenti.", "Wara li saret konsultazzjoni mas-surmast ta' l-iskola saret l-applikazzjoni għall-outline development permit mill-MEPA, liema applikazzjoni qed tiġi proċessata.\".", "F'risposta oħra, din id-darba f'Diċembru, 2003 il-ministru wieġeb hekk:-", "\"Ninsab informat li sal-lum saret outline application għand il-MEPA.", "Dan jirriżulta wkoll minn mistoqsija parlamentari li saret lill- ministru responsabbli mill-MEPA fejn l-outline application saret fl-10 ta' April 2003.\".", "Imbagħad f'risposta oħra fit-23 ta' Frar, 2005 qal hekk:", "\"Ninsab informat li wara d-development brief li kien sar għal-liceo tas-subien fil-Verdala, Bormla, inbena sular addizzjonali fuq wieħed li kien eżistenti filwaqt li nbdiet kamra oħra kbira fuq blokka oħra biex isservi ta' option room.", "Ninsab informat ukoll li l-FTS għandha f'idejha programm ta' xogħlijiet li hu miftiehem mad-direttur ġenerali tad-diviżjoni u li minnu hu pproġettat li l-iżvilupp ta' l-iskola msemmija jsir bejn is- sena 2006/2008, dejjem jiddependi jekk jinħargux il-permessi neċessarji u t-tenders relatati mal-proġett fiż-żmien.\".", "Naturalment wieħed jistenna u jara.", "Nittama li din tkun la volta buona.", "Niġi issa għall-iskola primarja ġdida f'Pembroke, Sur President.", "Fl-20 ta' Mejju, 2002 il-ministru kien ħabbar li kienet se tinbena skola f'Pembroke u qal li jittama li din l-iskola tkun lesta fi żmien tlieta jew erba' snin.", "Jiġifieri sas-sena d-dieħla dik kellha tkun lesta, imma s-sena d-dieħla se jkollna biss il-pjanti lesti.", "Fl-10 ta' Jannar, 2001 flimkien ma' l-Onor.", "George Pullicino, il-ministru ta' l-edukazzjoni mar Pembroke u b'ħafna pompa ħabbar li kien ġie identifikat il-post fejn se tinbena din l- iskola.", "Skond press release tad-DOI ta' l-10 ta' Jannar, 2003 il-Ministru Louis Galea qal li jinsab ħerqan li jara din l-iskola tinbena, l-ewwelnett għaliex jaf kemm hi meħtieġa għal-lokalita` ta' Pembroke u għal- lokalitajiet oħra fil-viċin, u t-tieni għax din se tkun l-ewwel skola primarja li se tinbena kompletament mill-FTS.", "Qal ukoll li għalhekk hu konvint li malli joħorġu l-permessi mill-MEPA u jitlestew il-pjanti finali l-FTS se tibni skola primarja ġdida ta' l-ogħla livell fi żmien qasir.", "Ħalli issa nsemmi xi mistoqsijiet parlamentari li saru dwar l-iskola ta' Pembroke.", "F'April, 2004 għall-mistoqsija li saritlu dwar din l-iskola, il-ministru qal li:", "\"L-FTS għandha applikazzjoni għall-iżvilupp quddiem il-MEPA għal skola primarja ġdida ġewwa Pembroke li għadha pendenti.", "Bħalissa qed isiru preparamenti biex isir EIA.\".", "Imbagħad għall-mistoqsija li saritlu fis-7 ta' Frar, 2005 qal hekk:", "\"Ninsab informat li bħalissa qed isir xogħol biex isiru rapporti dwar l-istima ta' l-impatt tal-proġett.\".", "Kellna mbagħad mistoqsija oħra li saret mill-Onor.", "Robert Arrigo li staqsa:-", "\"Jikkonferma l-ministru li l-iskola ġdida ta' Pembroke se ssir?", "Kemm se jkun l-investiment u meta se jibda l-proġett?\".", "Għal din il-mistoqsija l-ministru kien wieġeb hekk: \"Iva, qed isiru t-tħejjiet biex tinbena skola ġdida f'Pembroke.\".", "Jidher li anke l-Onor.", "Arrigo qata' qalbu li xi darba jibda l-bini ta' din l-iskola.", "Ilna nikkonfermaw li se tinbena din l-iskola.", "Issa li l-prim ministru kkonfermarlna li din se tinbena, nispera li ma tkunx xi ċajta oħra.", "Ngħaddi issa biex ngħid xi ħaġa dwar l-estensjoni ta' l-iskola sekondarja ogħla Giovanni Curmi, Sur President.", "Ilna snin sħaħ nisimgħu li din l-iskola se tiġi estiża.", "Fil-fatt ftit tax- xhur ilu, qabel is-sajf, kien intqal li x-xogħol kellu jibda proprju f'dak is-sajf stess.", "Issa jirriżulta li għadu kif inbeda ftit tal-ġimgħat ilu.", "Barra minnhekk, fid-diskors tal-budget tas-sena li għaddiet, il-Ministru Louis Galea kien qal li kellu l-programm lest biex itejjeb il-higher secondary school tan-Naxxar u kien qal li l-iskola Adelaide Cini kienet se tintuża bħala relief school.", "Kien qal ukoll li rridu ninvestu fl-iskejjel ta' Għawdex billi jitlestew id-diversi skejjel li għaddej ix-xogħol fuqhom u jinbeda l-bini ta' skejjel ġodda.", "Hawnhekk ta' min jgħid li fuq l- iskejjel ta' Għawdex għandna l-istess diskors fil-budget għas-sena d- dieħla.", "Fil-fatt il-prim ministru fid-diskors tiegħu qal li l-FTS għandha twettaq pjan għall-immodernizzar ta' l-iskejjel f'Għawdex.", "U biex nerġa` immur għall-higher secondary school tan-Naxxar, irrid ngħid li anke dwar din l-iskola saru diversi mistoqsijiet fejn fir-risposti għalihom dejjem nisimgħu li qed isir xogħol preparatorju, imma x-xogħol ma jinbeda qatt.", "Issa fid-diskors tal-budget għas-sena d-dieħla jingħad li fl-aħħar se jibda xi ħaġa u fil-fatt inbeda ftit tal-ġimgħat ilu.", "Hawnhekk tajjeb li wieħed jgħid li dan ix-xogħol huwa meħtieġ minħabba li l- popolazzjoni ta' din l-istituzzjoni qiegħda dejjem tikber.", "Pero' bilfors ikolli ngħid li qed inraqqgħu il-pannu bil-qargħa aħmar, għax madwar xi sentejn ilu kien ukoll sar xi ħaġa bħala xogħol preparatorju biex ikunu nklużi pjanti għal iżjed lecture rooms u allura b'dan ix-xogħol qed insolvu l-problema tal-bieraħ, dik ta' nuqqas ta' spazju.", "Dan minbarra l-fatt li biex isir dan ix-xogħol qed nissagrifikaw il-faċilitajiet sportivi ta' din l-iskola.", "Is-soluzzjoni hija li jkollna higher secondary ieħor biex nibqgħu nassiguraw li kull min irid ikompli bl-istudji tiegħu jkun jista' jagħmel dan.", "Din l-iskola qed tagħti t-tieni ċans lil bosta studenti, u aħna għandna d-dover li t-tieni ċans nagħtuh lil dawk l-istudenti kollha li jeħtiġuh u għal ġid tagħhom u tal-pajjiż hemm bżonn li dan nibqgħu nagħmluh.", "Tajjeb ukoll li niġbed l-attenzjoni li l-librerija tal-higher secondary m'hijiex waħda adegwata għal din l-iskola post-sekondarja.", "Sur President, fid-diskors tiegħu l-prim ministru semma xogħlijiet oħra f'diversi skejjel primarji u sekondarji.", "Għal darb'oħra nistaqsi: Fejn hu l- pjan għal dawn ix-xogħlijiet?", "Dwar dan għamilt xi mistoqsijiet żmien ilu imma ma ħadtx tweġibiet sodisfaċenti.", "Il-ministru kien qal li dan il-pjan kien se jpoġġih fuq il-mejda tal-Kamra u li kien se jkun diskuss fil- parlament.", "Minn dan ma ġara xejn u l-ebda rapport ma ġie ppubblikat.", "Biex nikkonferma dan li qed ngħid, fit-28 ta' Ġunju 2004 il-ministru kien wieġeb mistoqsija parlamentari fejn kien qal li huwa informat li d-draft tal- master plan ġie ffinalizzat u qed jiġi evalwat mid-diviżjoni ta' l- edukazzjoni għall-kummenti u approvazzjoni.", "Jiena naħseb li minn Ġunju 2004 sal-lum dan sar u ġie approvat.", "Kienet ukoll ħarġet press release mid- DOI datata 22 ta' Marzu, 2004 fejn il-ministru kien qal li meta l-pjan jiġi approvat mill-gvern, dan jiġi diskuss fil-parlament.", "Nittama li ma jgħidlix li minn Marzu 2004 sal-lum dan il-pjan għadu ma ġiex approvat mill-gvern għax inkella d-diskors tal-prim ministru, li għandna x-xogħol ippjanat għal skejjel oħrajn, ma jkunx qed jagħmel sens għax ma jkunx qed jaqbel mal- press release.", "Sur President, fis-sena 2003 l-FTS kienet bdiet taħdem fuq dan il-master plan ta' seba' snin u meta staqsejt fiex wasal dan ix-xogħol il-ministru kien qalli li dan il-master plan kien tlesta u kien qal ukoll li huwa informat li l-FTS għandha rapport dwar il-bżonnijiet ta' l-immodernizzar fuq kull skola tal-gvern li jiġbor fih ċertu ammont ta' dettall u ma jidhirlux li f'dan l-istadju r-rapport għandu jitpoġġa fuq il-mejda tal- Kamra.", "Min jaf għaliex!", "Dan jikkuntrastja bil-kbir ma' kif kien ġie kkwotat l-istess ministru fil-ġurnal \"The Times\" tas-27 ta' Settembru, 2003 fejn kien intqal hekk: \"Next month he would present the government with a strategic plan for the modernisation of schools and the building of new ones, so that all state schools could be considered modern and up to the required standards.", "The plan would involve an outlay of Lm60 million over eight years.", "The document would be published and discussed in parliament.\".", "Jiġifieri dan id-dokument kellu jiġi ppubblikat u diskuss fil-parlament, imbagħad meta staqsejtu għalih qalli li ma jħossx li kellu jitpoġġa fuq il- mejda tal-Kamra.", "Jgħid ħaġa u jagħmel oħra!", "Sur President ngħaddi issa għall-junior college.", "X'qed isir minħabba l- problema ta' l-iffullar ta' studenti?", "Jiena nieħu gost li jkun hemm dan l- iffullar għax huwa importanti li jkollna aktar studenti li jkomplu l- istudji tagħhom.", "Għalhekk nistaqsi jekk hemmx il-ħsieb li jinbena junior college ieħor jew hux se jiġi estiż dak eżistenti għax fid-diskors tal-prim ministru dan ma ssemmix.", "Ma ntqal xejn lanqas fuq il-junior lyceum San Ġużepp ta' Kordin li qiegħed bejn il-bini ta' l-MCAST.", "Huwa importanti għall-MCAST li l-junior lyceum San Ġużepp ta' Kordin jiċċaqlaq minn hemm ħalli jkun hemm iktar spazju biex iktar studenti jidħlu l-MCAST għax il- problema li studenti japplikaw għall-MCAST u jibqgħu barra għax m'hemmx spazju għadha magħna.", "Pero` mill-banda l-oħra huwa importanti wkoll li dan il-junior lyceum li qed jieħu ħsieb studenti ta' taħt is-16-il sena ma jibqax f'dan il-bini minħabba li għandek studenti li għandhom 'il fuq minn 16-il sena.", "Niġi issa biex ngħid xi ħaġa dwar il-kwestjoni ta' l-istipendji u nibda billi ngħid li l-gvern ma qagħadx jistenna l-budget biex inaqqas l- istipendji.", "Il-prim ministru l-bieraħ qal li tan-naħa l-oħra anke l- istipendji daħħlu bħala taxxa.", "Meta l-kap ta' l-oppożizzjoni kien qed jagħmel il-kritika tiegħu għall-budget semma lista sħiħa ta' taxi, imma meta semma t-tnaqqis fl-istipendji semmieh biex juri li t-tnaqqis ma sarx fil-budget.", "F'dak is-sens qalha, mhux f'sens li l-istipendji huma meqjusa bħala taxxa.", "Imma forsi daqsxejn aspett umoristiku jagħmel tajjeb għad- dibattitu, u forsi l-prim ministru kellu dak f'moħħu, ried idaħħak xi ftit.", "Il-poplu jaf li bil-partit Nazzjonalista fil-gvern budget is-sena kollha u m'hemmx għalfejn jiġi l-budget biex jitħabbru taxxi ġodda jew xi tnaqqis f'xi servizz soċjali.", "Fil-fatt il-gvern ma jagħtix garanziji li bejn budget u ieħor ma jiddaħħlux taxxi jew piżijiet oħra.", "Huwa ċar daqs il-kristall li l-partit Nazzjonalista mar kontra l-wegħda elettorali tiegħu rigward l- istipendji.", "Għaliex?", "Għax fil-programm elettorali \"Iva PN: Xogħol, Ġid u Serjeta`\", kien wiegħed li l-edukazzjoni tibqa` fis-safef kollha tagħha bla ħlas, anzi b'għotjiet mill-gvern b'sistemi dejjem jitjiebu.", "Mhux hekk biss, imma il-gvern Nazzjonalista mar lura wkoll minn dak li qal li se jagħmel ftit tax-xhur ilu meta fid-diskors tal-budget għas-sena 2005 kien qal hekk:", "\"Iżda l-gvern issa jrid iġedded l-istituzzjonijiet u joħloq bażi ġdida għall-ġejjieni tal-finanzjament sew ta' l-universita` kif ukoll ta' l- MCAST, l-ITS u s-settur post-sekondarju kollu, inkluż l-appoġġ finanzjarju li jirċievu l-istudenti.\".", "Imbagħad aktar 'il quddiem kompla jgħid li -", "\"Bl-iskop li l-gvern iwettaq aħjar dawn ir-riformi, se jwaqqaf kummissjoni nazzjonali għall-edukazzjoni ogħla u diġa` qed jieħu passi biex dan is-settur jitpoġġa fuq is-sistema ta' budget zero-based rikorrenti u kapitali ta' tliet snin.\".", "Dan kien ukoll konfermat fi press hand-out datata 3 ta' Frar, 2005 fejn kien hemm miktub b'mod ċar li l-gvern kellu jappunta l-kummissjoni nazzjonali għall-edukazzjoni ogħla biex fost l-oħrajn tanalizza, tirrapporta u tirrakkomanda riforma fl-iskema ta' support lill-istudenti.", "Apparti dan kollu, il-fatti juru li l-istipendji taħt l-għotja normali naqsu b'27%.", "Fuq medda ta' erba` snin, kull student se jieħu Lm920 inqas minn dak li kienu qed jieħdu skond l-avviż legali ta' l-1999.", "Anke l-għotja taħt l-iskema speċjali tnaqqset b'iktar minn 9% u fuq medda ta' erba` snin kull student se jieħu Lm420 inqas.", "Fl-avviż legali ta' l-1999 il-kunċett ta' korsijiet speċjali, korsijiet ippreferuti kien jeżisti u minflok Lm70 fix-xahar kienu jingħataw Lm90 fix-xahar.", "Sur President, il-ministru qal li dan l-eżerċizzju fl-istipendji sar b'konsultazzjoni, pero` tajjeb li wieħed jgħid li b'dan it-tnaqqis l-uniċi studenti li ġew milquta kienu dawk li daħlu għall-ewwel sena fl- universita`.", "Allura nistaqsi: X'konsultazzjoni saret ma' dawn l-istudenti ta` l-ewwel sena?", "It-tweġiba hija: Xejn!", "Naturalment dawn issa se jibqgħu bl-istipendju mnaqqas fis-snin ta` wara, jiġifieri fit-tieni, fit-tielet u fir-raba` sena.", "Minn dak li ħabbar lejn l-aħħar ta' Settembru li għadda, jumejn biss qabel tibda s-sena akkademika, din is-sena il-gvern se jiffranka ftit iktar minn Lm780,000 minn fuq l-istudenti ta' l-ewwel sena.", "Forsi wieħed jgħid: Imma minn fejn ġibtha din iċ-ċifra?", "Peress li t-tnaqqis sar biss għall-istudenti ta' l-ewwel sena, jiena ħadt l- istudenti l-ġodda ta' l-ewwel sena, rajt kemm hemm studenti taħt il- korsijiet speċjali, kemm hemm studenti taħt il-korsijiet normali, l-iskemi ta` l-Għawdxin li se jibbenefikaw minn Lm35 iktar għax minn Lm15 se jingħataw Lm50 - dik naqqastha għax il-gvern se joħroġ iktar hemmhekk - u meta ħdimtha sibt li l-gvern se jiffranka iktar minn Lm780,000.", "Jiena kont tlabt li ladarba l-gvern iddeċieda jnaqqas l-istipendji, il-flus li l-gvern se jiffranka minn dan it-tnaqqis jinvestihom fl-edukazjzoni stess.", "Issa ħareġ il-budget għas-sena 2006 u jirriżulta li dan ma sarx.", "F'Settembru, 2003 il-ministru kien ħabbar tliet skemi oħra, li tnejn minnhom jidher li tħabbru wkoll f'dan il-budget - qed nirriferi għal ta' l-ischolarships u għall-youth specialisation scheme - u l-oħra kienet li jitwaqqaf fond għall- għaqdiet ta' l-istudenti li jmur favur proġetti u attivitajiet minn għaqdiet ta' studenti.", "Kien intqal li d-dettalji dwar dan il-fond jitħabbru aktar tard, għalhekk jiena nixtieq inkun naf x'ġara minn dan il-fond għall- għaqdiet ta' l-istudenti.", "Sur President, dwar l-issue ta' l-istipendji rrid ngħid ukoll li meta fl- 1997 il-gvern Laburista rriforma l-istipendji u kellna ħafna protesti bi studenti jintrabtu bil-ktajjen 'l hinn u 'l hawn, l-Onor.", "Louis Galea, li dak iż-żmien kien ix-shadow minister ta' l-edukazzjoni, kien qal lill-Onor.", "Evarist Bartolo, dak iż-żmien ministru ta' l-edukazzjoni, biex iwaqqaf ir- riforma li kien qed jagħmel fl-istipendji u jmur quddiem il-kummissjoni dwar l-edukazzjoni.", "Illum l-ministru Galea qed jgħid li se jwaqqaf il- kummissjoni għal edukazzjoni ogħla u allura bl-istess argument tiegħu, qabel ma jmiss l-istipendji jmissu jmur għand din il-kummissjoni li se jwaqqaf.", "Issa se ngħaddi biex ngħid xi ħaġa fuq il-kummissjoni nazzjonali għal edukazzjoni ogħla - fl-opinjoni tiegħi aktar tista' tissejjaħ kummissjoni ministerjali milli kummissjoni nazzjonali - u se nikkwota mir-rapport li tpoġġa fuq il-mejda tal-kamra mad-diskors tal-prim ministru.", "F'dan id- dokument li permezz tiegħu se tiwaqqaf il-kummissjoni nazzjonali għal edukazzjoni ogħla jingħad hekk:-", "\"The ministry of education, youth and employment recommends the setting up of a new structure consisting of a national commission for higher education, supported by a secretariat for further and higher education, both under the direction of and answerable to the minister responsible for education.\".", "Qabel ħareġ ir-rapport ta' Chalmers kien hemm konsultazzjoni anke ma' l- oppożizzjoni.", "Fil-fatt jien kont flimkien mal-kap ta' l-oppożizzjoni meta s- Sur Chalmers u d-delegazzjoni tiegħu ġew ikellmuna.", "Fuq dan ir-rapport tal- kummissjoni nazzjonali għal edukazzjoni ogħla ma' min saret konsultazzjoni?", "Tajjeb li ngħid li ċ-Chalmers report ma jsemmi l-ebda twaqqif ta' kummissjoni għal edukazzjoni ogħla.", "Iċ-Chalmers report jgħid li għandu jkun hemm korp inkarigat mill-istrateġija tal-qasam post-sekondarju u terzjarju.", "Ir-rapport li għandna quddiemna fuq in-national commission for higher education imur ħafna 'l hemm minn sempliċement strateġija għall- qasam post-sekondarju u terzjarju.", "Jekk verament irridu li jkollna kummissjoni nazzjonali kif inhu meħtieġ fl-aħħar mill-aħħar, din għandha tirrispondi lill-parlament.", "Fil-programm elettorali tagħna konna qed nipproponu li jkun hemm forum għal edukazzjoni ogħla li jġib flimkien lil dawk li jipprovdu taħriġ u edukazzjoni għal dawk li jagħlqu sittax-il sena.", "Barra minn dan inħoss li huwa żball li fl-istess dokument u taħt l-istess umbrella jkun hemm il- kummissjoni nazzjonali kif ukoll segretarjat għall-edukazzjoni ogħla fil- ministeru.", "Dawn għandhom ikunu separati għaliex waħda għandha implikazzjonijiet nazzjonali u l-oħra implikazzjonijiet politiċi.", "U hawnhekk nixtieq nisma` x'inhi l-opinjoni u r-reazzjoni tad-dekani ta' l- universita` u tal-kapijiet tad-dipartiment ta' l-universita`.", "Nixtieq nisma' wkoll x'inhi r-reazzjoni ta' istituzzjonijiet edukattivi oħra bħalma hi l-MCAST.", "Ma nistgħux inwaqqfu kummissjoni nazzjonali għal edukazzjoni ogħla li aktar tkun ħsiebha biex tattakka l-awtonomija akkademika ta' l- universita` u l-mod tat-tagħlim milli biex tinvolvi sħab oħra importanti bħall-ETC u min iħaddem u kif allura se tinħoloq dik il-link tant meħtieġa bejn l-industrija u l-edukazzjoni.", "F'dan ir-rapport li tpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra, tissemma ftit il-Lisbon agenda u l-proċess ta' Bologna huwa injorat kompletament.", "Bil-mod kif il- gvern irid iwaqqaf din il-kummissjoni għal edukazzjoni ogħla qed imur kontra dak li hemm fl-aġenda ta' Lisbona għax din tgħid li rridu nimxu 'l bogħod mill-kontroll ta' l-istat u b'dak li qed jiġi propost qed nimxu għal aktar kontroll f'idejn il-ministru.", "Kultant lill-ministru nistħajlu qed jagħmel bħat-tfal meta jilagħbu bit-toys.", "Jaqbdu toy u meta imbagħad jaraw toy ieħor, jarmu dak li jkollhom f'idejhom u jaqbdu l-ieħor.", "Qed ngħid hekk għax jidher li wara li din is-sena t-toy favorit kien in-networks, issa la wellidnieh dak se nħalluh u għas-sena d-dieħla t-toy il-ġdid se jkun l- edukazzjoni ogħla.", "Sur President, nuqqas kbir li fih dan il-budget huwa li ma jsemmi xejn, lanqas b'mod kosmetiku, dwar il-kurrikulu nazzjonali u dan meta l-kurrikulu nazzjonali għandu jkun fil-qalba ta' kull bidla u fil-qalba ta' kull sistema edukattiva.", "Dan huwa wieħed mit-toys li issa twarrab mill-Ministru Galea.", "Dan id-dokument issa ilu sitt snin magħna u miegħu kien hemm ukoll pjan strateġiku bid-dati ta' meta kellhom jiġu implimentati l-proposti tal- kurrikulu nazzjonali.", "X'sar minnu dan kollu?", "Fid-daħla ta' dan il-pjan strateġiku insibu li l-ministru kien kiteb hekk:-", "\"The implementation of the strategic plan, barring obstacles of an extraneous nature, is being phased over a five-year period between 2001 until 2005.\"", "Kemm-il darba smajna li hemm bosta affarijiet li għadhom ma twettqux.", "Hemm min jgħid li mat-80% tal-kurrikulu nazzjonali għadu ma twettaqx u xtaqt kieku nagħmel lista ta' affarijiet li kienu mwiegħda mill-kurrikulu nazzjonali u għadhom biss fuq il-karta bħal, per eżempju, l-assessjar summattiv mżewweġ ma' dak formattiv, l-istrutturar tad-dipartiment tal- kurrikulu, is-subject coordinators u l-curriculum coordinators u l- kummissjoni konġunta bejn l-assoċjazzjoni tal-kunsilli skolastiċi u l- kunsill tal-kurrikulu nazzjonali.", "Insomma hemm ħafna oħrajn li m'għandix ħin biżżejjed biex insemmihom.", "Kelli xi punti oħrajn li se jkolli naqbiżhom minħabba li l-ħin qed jagħfas, pero' ma nistax ma nsemmix il- qasam tax-xjenza u t-teknoloġija.", "Dan il-budget fih ħafna diskors li ilna nisimgħu xhur u snin sħaħ.", "Kulma qed jagħmel il-gvern huwa li jdur mal-lewża.", "Dan l-aħħar kulħadd qed jitkellem fuq il-qasam tax-xjenza u t-tekonoloġija.", "Saret cliché li wieħed jitkellem fuq dan il-qasam.", "Anke l-prim ministru kien qal li sa l-aħħar ta' Jannar 2005 il-gvern kien se jieħu deċiżjoni dwar liema entita` kienet se tmexxi l-MCST.", "Din ir-riforma naturalment damet ma seħħet, waqgħet lura, u dan l-aħħar tħabbar li ġie deċiż li l-MCST se jaqa' taħt ir-responsabbilta` tal-prim ministru.", "Din id-deċiżjoni jiena neħodha bħala sfiduċja f'min kien qed imexxi qabel l-MSCT.", "Sentejn ilu kien hemm Lm300,000 li kellhom jiġu allokati għall-MSCT li baqgħu ma ġewx allokati u wara pressjoni, ikolli ngħid anke mill-oppożizzjoni, ġie deċiż li dawn it-Lm300,000 jintefqu matul din is-sena 2005.", "Forsi issa l-ministru jkun jista' jgħidilna fiex intefqu din is-sena dawn it-Lm300,000.", "Il-prim ministru ħabbar li se jkollna tibdil fil-pjan - ma nafx jekk kienx hemm pjan - u fid-diskors tiegħu, fost l-oħrajn, qal li l-MCST din is-sena se jkun iffokat fuq anqas proġetti ħalli dawk il-proġetti li jkunu magħżula jirċievu aktar fondi.", "Mur obsor ħej!", "Jekk inti għandek inqas proġetti mhux bilfors li dawn se jkollhom biċċa akbar mill-kejk!", "Mhux ovvja, m'hu qed jgħid xejn ta' barra minn hawn!", "Minflok jistimola li jkun hemm aktar proġetti qed jagħmel bil-maqlub u qed jgħid li se niffokaw fuq anqas proġetti.", "Għalhekk imbagħad ikun hemm min jaqta' qalbu u jibqa' lura, Sur President.", "Il-Prim Ministru ħabbar li se titwaqqaf borża ta' studju li hija maħsuba biex tħajjar aktar żgħażagħ jistudjaw x-xjenza u t-teknoloġija.", "Imma dawn l- affarijiet bis-serjeta` qed jgħidhom il-gvern?!", "X'inhi r-realta` llum, Sur President?", "Fl-Unjoni Ewropea Malta qiegħda fl-aħħar post fejn jidħlu gradwati fil-qasam tax-xjenza u t-teknoloġija.", "F'Malta minn kull 1,000 persuna bejn l-20 u d-29 sena 2.7 biss huma gradwati fil-qasam tax-xjenza u t-tekonolġija, u dan meta l-average fl-Unjoni Ewropea huwa ta' 10.9.", "Kif nistgħu nimxu 'l quddiem bis-serjeta` jekk sal-lum ix-xjenza u t- teknoloġija, inkluż l-IT, m'humiex wieħed mill-core subjects fil-primarja.", "Sur President, fil-programm elettorali tagħna, fost ħwejjeġ oħra, konna għidna li hemm il-ħtieġa li nibnu programmi sodi ta' ħidma edukattiva biex niżviluppaw il-ħiliet tat-tfal fil-matematika, fix-xjenza u t-teknoloġija.", "Barra minnhekk, id-dokument \"Pjan ta' Qawmien Ekonomiku u Soċjali\", li ġie approvat mill-konferenza ġenerali tal-partit, jagħmilha ċara li huwa meħtieġ li aktar studenti jagħżlu korsijiet f'suġġetti bħax-xjenza, l-informatika, it- teknoloġija, l-inġinerija u l-farmaċewtika.", "Dan id-dokument ikompli jisħaq li dan il-proċess irid ikun ippjanat b'mod li jinkludi s-saffi kollha tas- sistema edukattiva mil-livell primarju 'l fuq.", "U min qed jgħidu dan?", "Aħna, li skond tan-naħa l-oħra m'għandniex politika għall-qasam ta' l- edukazzjoni.", "Wasal iż-żmien li nagħmlu l-pass li jmiss bis-serjeta`, Sur President.", "B'hekk biss ikun hemm aktar studenti li jaqbdu t-triq li jistudjaw ix- xjenza u t-teknoloġija.", "Kif nistgħu nieħdu lill-gvern bis-serjeta` meta fid- diviżjoni ta' l-edukazzjoni lanqas biss insibu education officers tax- xjenza?!", "Ta' min jgħid ukoll li f'dawn l-aħħar sena u nofs jew sentejn kellek ħafna tibdil ta' persuni minħabba promozzjonijiet u affarijiet oħrajn.", "Teżisti wkoll problema fost l-EOs u anke biex jinstabu kapijiet ta' l-iskejjel, pero` m'għandix ħin biex nidħol fiha.", "Sur President, il-prim ministru qal li jemmen bis-sħiħ li b'direzzjoni strateġika nistgħu nwaqqfu pedament sod għax-xjenza u t-teknoloġija bi prospetti tajbin għall-futur.", "Biex jagħmel dan l-ewwel irid ikollu din id- direzzjoni u jimxi fuqha, imma s'issa jidher li din id-direzzjoni ma teżistix.", "Fi żmien meta qed nisimgħu ħafna diskors fuq il-bżonn tar-riċerka kont nistenna li jkun hemm vot allokat għaliha, kif sar fil-każ tal- librerija.", "Naħseb li tajjeb li naħdmu fuq din il-proposta biex jekk għadna fil-ħin nallokaw vot għar-riċerka għax kif diġa` għedt huwa importanti li x- xjenza u t-teknoloġija jkunu core subjects fil-qasam ta' l-edukazzjoni.", "Fl-aħħarnett nixtieq nagħmel xi kummenti fuq is-sistema tan-networks.", "Il- Ministru Galea qed jipprova jikkopja din is-sistema tan-networks, imma jiddispjaċini ngħid li lanqas jikkopja tajjeb m'hu kapaċi.", "Dan għaliex in- networks fl-Ingilterra jaħdmu b'mod differenti u jiffokaw il-ħidma tagħhom fuq proġetti speċifiċi u mhux fuq strutturi.", "Hawn Malta bħas-soltu niffokaw fuq l-istrutturi aktar milli fuq is-sustanza.", "Pero' barra minnhekk il- Ministru Galea qed jirriskja li jiġi akkużat b'dak bl-Ingliż jissejjaħ plagiarism, jiġifieri serq ta' ideat u prodotti.", "Biex nipprova dak li qed ngħid se npoġġi fuq il-mejda tal-Kamra estratt mill-pubblikazzjoni \"For all Children to Succeed\", maħruġ mill-ministeru ta' l-edukazzjoni u kopja ta' dokument miktub minn Tom Bentley, konsulent dwar l-edukazzjoni fl- Ingilterra, li minnu ġie kkuppjat kważi kelma b'kelma ħafna minn dak li hemm fl-estratt mill-pubblikazzjoni \"For all Children to Succeed\".", "Sur President, nikkonkludi billi ngħid li f'paġna 2 tad-diskors tal-budget il-prim mMinistru għamel stedina lill-poplu Malti biex ma jibżax mill- bidla.", "Jiena naqbel miegħu għax il-pajjiż dak li għandu bżonn, bidla.", "Ilu jinħass il-bżonn li f'dan il-pajjiż ikollna bidla, u l-bidla meħtieġa hija dik fit-tmexxija tal-pajjiż u allura bidla fil-gvern.", "B'hekk imbagħad uliedna jkunu jistgħu jirnexxu 'lkoll, u mhux xi wħud, Sur President.", "Nirringrazzjak.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Qabel insejjaħ il-kelliem li jmiss, niġbed l- attenzjoni ta' l-Onor.", "Abela li għandu xi dokumenti li jrid ipoġġi fuq il- mejda tal-Kamra?", "Hawn permess (Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-kamra:-", "Kopja ta' artiklu miktub minn Tom Bentley - \"Networks and System Ttransformation\" - li deher fil-pubblikazzjoni \"Developing a Network Perspective\", maħruġ minn Networked Learning Communities; u", "Estratt mill-pubblikazzjoni \"For all Children to Succeed – A new Network Organization for Quality Education in Malta\", maħruġ mill- ministeru ta' l-edukazzjoni, żgħażagħ u impjiegi, datat 28 ta' Ġunju, 2005.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Justyne Caruana.", "ONOR.", "JUSTYNE CARUANA: Sur President, illum qed niddiskutu ministeru li huwa wieħed mill-iktar importanti għaliex fih iħaddan il-qasam ta' l- edukazzjoni, taż-żgħażagħ u sport u dak ta' l-impjiegi, liema setturi, aħna, bħala oppożizzjoni Laburista, nemmnu li huma importanti ħafna u dejjem ħdimna bis-sħiħ sabiex nagħtuhom l-importanza li tixraqilhom kemm issa li qegħdin fl-oppożizzjoni u iktar u iktar meta konna fil-gvern.", "Naħseb li f'kull dibattitu kull wieħed u waħda minna hawn ġew, kemm ta' naħa u kif ukoll ta' oħra, dejjem jipprova jagħti l-kontribut tiegħu dwar is-suġġett li jkun qed jitkellem dwaru.", "Ovvjament il-parti l-kbira ta' dak li aħna ta' l-oppożizzjoni ngħidu ma tantx jinżel tajjeb ma' tan-naħa l- oħra u allura b'xi mod jew ieħor jipprovaw ipinġuna koroh billi jgħidu li aħna naraw kollox iswed u kollox ikrah.", "Pero` huwa tajjeb li tan-naħa l- oħra jirrealizzaw li aħna m'aħniex qegħdin hawn biex ngħidu dak li jdoqq għal widnejhom biss, imma qegħdin hawnhekk biex nagħmlu dmirna, u dmirna hu li nikkritikaw bl-iktar mod kostruttiv biex nuru lill-poplu li aħna sensittivi għall-problemi li għaddejjin minnhom u li aħna dejjem konna u nibqgħu l-vuċi taż-żgħir.", "Sur President, meta smajt lill-prim ministru jaqra d-diskors tal-budget u jgħid kemm sejrin tajjeb, kemm hawn investiment u kemm naqas il-qgħad sinċerament ħassejtni daqsxejn skonċertata għax ħassejt li qisni qed ngħix ġo dinja oħra.", "Meta l-prim ministru u l-bqija tan-naħa tal-gvern jitkellmu b'dan il-mod jien nammirahom, sa ċertu punt.", "Għaliex?", "Għax dawn irridu jippridkaw vanġelu li deep down jafu li mhux daqshekk reali.", "Jien dejjem sostnejt li l-barometru ta' kif sejrin l-affarijiet huwa x'qed iħossu n- nies u se jkolli naqbel ma' dak li qal dalgħodu l-Onor.", "John Dalli meta qal li l-politika hija tan-nies u mhux tan-numri.", "Hawnhekk jiena qed nalludi għal dawk in-nies kollha li nhar it-Tnejn li għadda mxew magħna minħabba l- inċertezza tal-futur tagħhom u dawk in-nies kollha li javviċinaw lili u lill-kollegi tiegħi minħabba l-problemi tal-qgħad.", "Ovvjament dan jgħodd iktar u iktar għas-settur taż-żgħażagħ u mhux qed nitkellem biss għaż- żgħażagħ Għawdxin, imma qed nitkellem għaż-żgħażagħ kollha in ġenerali kemm ta' Malta kif ukoll ta' Għawdex.", "Jiena Għawdxija u forsi iktar jiena in touch mar-realta' Għawdxija u nista` ngħid li, minkejja l-ftaħir kollu u t- tgħawwiġ ta' fatti minn min jaqbillu jagħmel hekk, għandna kriżi fis-settur tax-xogħol speċjalment fost iż-żgħażagħ.", "Lili jiġu jkellmuni ħafna nies dwar il-problemi tagħhom, u għalkemm inkun nixtieq ngħinhom ħafna drabi ma nkunx nista' għax insib ħafna bibien magħluqin.", "Sur President, jekk qed jingħad li ġie l-investiment barrani f'pajjiżna, allura aħna kif m'aħniex qegħdin inħossuh?", "Kif allura m'humiex jiżdiedu l- impjiegi biex iż-żgħażagħ tagħna jkollhom fejn jaħdmu?", "Naħseb li kulħadd ra lil dawk il-ħaddiema tad-Denim fuq il-mezzi tax-xandir.", "Dawk huma proprju xhieda ħajja tas-sitwazzjoni reali tal-pajjiż li ma jista' jiċħadha ħadd.", "Il-ministru forsi lanqas jaf li għandek ħafna żgħażagħ Għawdxin li ta' kull filgħodu jkollhom jaqsmu l-fligu biex jiġu jaħdmu Malta.", "Mhux qed nirriferi għall-ħaddiema tal-gvern għax ovvjament dawn bilfors iridu jiġu Malta, imma qed nirriferi b'mod partikolari għal dawk il-ħaddiema żgħażagħ kollha li f'Għawdex ma sabux xogħol u allura jkollhom jiġu Malta.", "Hawn irrid ngħid ukoll li mill-4 ta' Diċembru dawn se jkomplu jiżdiedu għax se tagħlaq l-Imġarr Hotel u se jkollok 40 ruħ oħra li qegħdin ifittxu x- xogħol.", "Il-ministru għandu bżonn jara wkoll ftit l-abbużi li qed isiru fil-konfront ta' dawk iż-żgħażagħ li biex iżommu l-impjieg tagħhom qed ikunu kostretti li jaħdmu taħt kondizzjonijiet żvantaġjużi ħafna.", "Għandek, per eżempju, ħaddiema li qed jiġu impjegati part-time u jaħdmu sigħat iktar milli kieku qegħdin jaħdmu full-time.", "Naħseb li għalhekk li mill-istatistika li qara l- prim ministru jirriżulta li l-impjegati part-time żdiedu, għax għandek dan il-fattur ukoll.", "Minħabba l-biża` li jispiċċaw mingħajr impjieg qed ikollhom jissubixxu trattament bħal dan u jaċċettaw dawn it-tip ta' kondizzjonijiet.", "Sur President, qed jiżdiedu wkoll iż-żgħażagħ li jridu jemigraw lejn l- Amerika u lejn l-Awstralja.", "Meta għall-ewwel bdejt nisma' b'dawn it-tip ta' każijiet kważi ma ridtx naċċetta li wasalna f'din l-estrimita`, żgħażagħ li jridu jitilqu barra minn xtutna biex ifittxu x-xogħol bħalma kien ġara erbgħin sena ilu.", "Pero` jien nistaqsi: Illum, erbgħin sena wara, meta suppost mexjin 'il quddiem u mhux sejrin lura, possibbli li hawn dawn is- sitwazzjonijiet?", "Ir-realta` hija li iva, hawn dawn is-sitwazzjonijiet u ż- żgħażagħ tagħna qed ifittxu li jitilqu barra minn xtutna biex isibu l- impjieg.", "Ħsieb ieħor imur għal dawk li qed jirreġistraw għax-xogħol.", "Dan iż-żmien sfortunatament saret ħaġa komuni li għal kull ħaġa minima l-ETC taqta` lil dak jkun mir-reġistrar.", "Jien ovvjament m'iniex qed nirriferi għal dawk li huma traskurati jew għal dawk li jabbużaw, għax jekk tittraskura u tabbuża meta tkun qed tirreġistra eventwalment tispiċċa tittraskura u tabbuża anke fuq il-post tax-xogħol, imma qed nirriferi għal dawk il-każijiet verament ġenwini.", "Per eżempju, lili veru qed idejjaqni u jittikani l-fatt li meta żgħażagħ li jkunu qed jirreġistraw għax-xogħol jirċievu xi korrispondenza dwar xi interview u jmorru jistaqsu lill-impjegati ta' l-ETC dwar dak li jkunu rċevew, qed jingħataw informazzjoni skorretta u dan iwassal biex imbagħad dawn iż-żgħażagħ jinqatgħu mir-reġistrar.", "Jiena mhux darba jew tnejn intavoljat appelli minħabba din ir-raġuni għax bir-rispett kollu huwa inġust li żgħażagħ li jkunu qed jirreġistraw għax-xogħol jinqatgħu minn fuq ir-reġistru wara li tkun ingħatatilhom informazzjoni ħażina mill-istess impjegati ta' l-ETC.", "Mela dak li jkun ħa żball, ħa nsejħulu żball, jgħaddiha lixxa u qisu ma ġara xejn, imbagħad dak iż-żagħżugħ li ġenwinament imur jitlob l-informazzjoni u tingħatalu skorretta jispiċċa jinqata` mir-reġistru.", "Dan la huwa ġust u lanqas għandu jsir u allura hemm bżonn li jsir iktar monitoring biex nevitaw ċirkostanzi u sitwazzjonijiet bħal dawn milli jiġru.", "Għalhekk imbagħad joħorġu tan-naħa tal-gvern jgħidu li n-nies li jirreġistraw għax-xogħol qed jonqsu għax qed jinqatgħu mir- reġistrar minħabba raġunijiet banali bħal dawn.", "Sur President, jiena naħseb li l-ministru meta jirrispondina dwar is- sitwazzjoni ta' l-impjiegi se jgħidilna: Daqskemm nedejna inizjattivi u programmi biex inħarrġu lin-nies li huma qegħda ħalli nsibulhom impjieg!", "Jiena lill-ministru ngħidlu: Dawn huma programmi u inizjattivi tajbin ħafna pero` għandek il-problema l-oħra, li jekk impjiegi mhux qed jiġu ġenerati, dawn iż-żgħażagħ xorta waħda mhux qed ikollhom fejn jaħdmu.", "X'jiswa li tagħmel il-programmi u inizjattivi ta' taħriġ meta mbagħad mhux qed jinħolqu postijiet tax-xogħol!", "Inutli noqogħdu taparsi lil dawn iż-żgħażagħ nipprovaw nirranġawlhom biex jieħdu r-relief jew xi benefiċċju soċjali ieħor.", "Dan huwa abbuż sfaċċat li la qed jagħmel ġid liż-żgħażagħ in kwestjoni u lanqas lill-gvern.", "Jiena bħala żagħżugħa u bħala kelliema ta' l-oppożizzjoni għaż-żgħażagħ inħossni fid-dover li nsemma' leħni fuq dawn l-affarijiet u ma jidhirlix li għax qed nagħmel dmiri, għandu jqum xi ħadd tan-naħa l-oħra u jgħid xi diskors dispreġġjattiv fil-konfront tiegħi bħalma smajna l-bieraħ u dalgħodu stess.", "Meta jagħmlu hekk mhux lilna li nkunu qed nitkellmu jkun qed isir id-disprezz imma lil dawk kollha li jkunu għaddejjin minn diffikultajiet kbar, f'dan il-każ iż-żgħażagħ kollha li ma jafux x'se jagħmlu bihom innifshom u li jixtiequ jaħdmu u ma jistgħux jsibu fejn.", "Din hija r-realta`.", "Hija kiefra imma dik ir-realta`.", "Tajjeb li tkun ottimist fil-ħajja imma bl-ottimiżmu biss ma tasal imkien.", "Dan mhux qed ngħiduh aħna biss imma qed jgħidu kulħadd.", "In-nies juruk u l-gvern għandu jkun konxju ta' dak li qed tgħid in-nies u jirreaġixxi għal dan.", "Sur President, nixtieq issa nitkellem dwar każijiet partikolari li ltqajt magħhom jiena personalment.", "Jiena ġieli rċevejt xi e-mails jew SMSs li l- kontenut tagħhom jinkwetani ħafna.", "Per eżempju, riċentement irċevejt e-mail mingħand żagħżugħ ta' 20 sena li l-heading tiegħu b'tipa kbira kien \"xbajt ngħix\".", "Jien ħadt qatgħa x'ħin rajt din l-e-mail.", "Meta komplejt naqra biex nara x'inhi l-problema ta' dan iż-żagħżugħ sibt li dan ma jistax isib xogħol.", "Dan litteralment spiċċa qata` qalbu mill-ħajja u ħajtu qisha sfaxxat fix-xejn.", "Meta nisma` affarijiet bħal dawn naqbad u nitlaq kollox minn idejja u nipprova niddedika l-ħin kollu possibbli biex nipprova ngħin lil dawn in-nies.", "Huwa tajjeb li l-gvern ikun konxju ta' dawn l-affarijiet u jara x'jista' jagħmel.", "Qed insemmi dawn l-affarijiet mhux biex inpinġi kollox iswed, kif iħobb jgħid il-prim ministru, imma għax dawn huma l- weġgħat tal-poplu u aħna bħala rappreżentanti tal-poplu rridu nitkellmu dwarhom.", "Sur President, meta niġu għas-settur taż-żgħażagħ mil-lat amminsitrattiv insibu li d-dipartiment taż-żgħażagħ mhux qed jaħdem bl-aħjar mod possibbli.", "Qed ngħid dan għax għandek nuqqas ta' staff u dan ifisser li għandek ċertu xogħol li mhux qed isir fil-ħin u x-xogħol fid-dipartiment qed jaqa` lura.", "Meta permezz tal-mistoqsija parlamentari numru 12,229 jiena kont staqsejt lill-ministru dwar dan, il-ministru kien irrispondieni li kienu se jittieħdu passi biex l-istaff complement jiżdied.", "Pero` jidher li minn dakinhar 'il hawn - u jidhirli li dik id-domanda kienet saret f'Mejju ta' din is-sena - ma kien hemm l-ebda kambjament għax it-taqsima għadha qed taħdem b'żewġ impjegati full-time u wieħed part-time.", "F'mistoqsija oħra li kien għamel l-Onor.", "Abela dwar il-ħatra ta' direttur fit-taqsima taż-żgħażagħ, il-ministru kien wieġeb li kien qed jikkonsidra jekk minflok jiġi maħtur direttur għandux wieħed iwaqqaf agenzija taż- żgħażagħ.", "Fil-frattemp minkejja din it-tweġiba t-taqsima taż-żgħażagħ m'hijiex qed taħdem bl-aħjar mod possibbli u allura l-gvern għandu jara kif din it-taqsima, li għandha rwol tant importanti fil-qasam taż-żgħażagħ, taħdem b'mod iktar effiċjenti u iktar trasparenti.", "Jiena nemmen li permezz ta' din it-taqsima jista' jsir ħafna xogħol siewi.", "Per eżempju, jistgħu jiġu offruti iktar servizzi liż-żgħażagħ biex jinħoloq iktar networking u anke tkompli toffri iktar assistenza liż-żgħażagħ u lill-għaqdiet tagħhom biex tiżdied il-parteċipazjzoni taż-żgħażagħ fid-diversi strutturi li għandna fil-pajjiż.", "Illum, iktar minn qatt qabel, jeħtieġ li fid-dawl tal-European youth pact il-policies tal-gvern għandhom ikunu iktar youth-friendly.", "Xi ħaġa proattiva, forsi aktar 'il quddiem, għandha tkun li jkun hemm policy unit li tkun tista' tgħarbel id-dokumenti li minn żmien għal żmien jgħaddu fl- Unjoni Ewropea u tipprepara l-pożizzjoni Maltija biex eventwalment dan is- settur ma jaqax lura u ż-żgħażagħ tagħna jkollhom kull opportunita` possibbli biex javvanzaw bħaż-żgħażagħ l-oħra minn pajjiżi oħra.", "Dan jista` isir biss jekk it-taqsima taż-żgħażagħ ikollha dawk ir-riżorsi umani u anke l-fondi neċessarji.", "Allura f'dan il-kuntest naħseb li iktar ma l- gvern se jdum biex isostni din it-taqsima iktar ikun qed iċaħħad liż- żgħażagħ minn dawn l-opportunitajiet li jinħolqu kultant żmien.", "Qed nirreferi b'mod partikoalri għall-youth action programme li għadu kemm ġie ppreżentat lill-Parlament Ewropew biex iktar żgħażagħ jiġu involuti fil- proġetti ta' l-Unjoni Ewropea u jgħollu l-livell u l-kwalita` ta' dawn l- attivitajiet.", "Jiena sinċerament nemmen li ż-żgħażagħ tagħna għandhom ħafna x'joffru u x'jikkontribwixxu u għalhekk iż-żgħażagħ u l-għaqdiet tagħhom għandu jkollhom kull opportunita` u kull għajnuna possibbli biex il- parteċipazzjoni f'dawn l-attivitajiet tkompli tiżdied.", "Sur President, hawnhekk nixtieq nikkwota statisitka li ħarġet reċentement.", "F'din l-istatistika jingħad li bejn l-2003 u l-2004 kien hemm żieda sostanzjali fil-pateċipazzjoni taż-żgħażagħ fid-diversi għaqdiet volontarji.", "Fl-2003 kien hemm 54,215 żagħżugħ u żagħżugħa, mentri fl-2004 dawn żdiedu għal 71,509.", "Naħseb li dawn il-figuri għandhom jagħmlulna unur u jinkoraġġixxu lill-gvern biex iżid iktar l-għajnuna għall-kontribut siewi li jagħtu dawn iż-żgħażagħ.", "Naħseb li wasal iż-żmien li titnieda xi tip ta' skema jew xi tip ta' sistema li permezz tagħha dan ix-xogħol volontarju jiġi rikonoxxut formalment b'tali mod u manjiera li jkunu jistgħu jużawh bħala riferenza għax-xogħol prospettiv li jkollhom.", "Nixtieq ngħid ukoll li għandu jkun hemm iktar rikonoxximent għal dan ix- xogħol volontarju li dawn iż-żgħażagħ jagħmlu fil-komunitajiet tagħna.", "Jiena nħobb insemmi l-premju Żagħżugħ u Żagħżugħa tas-Sena li ta' kull sena tniedi l-fondazzjoni OASI ta' Għawdex u għalih jiġu nominati żgħażagħ minn kull parti ta' Malta u Għawdex.", "Dawn iż-żgħażagħ li jiġu nominati għal dan il-premju huma ta' eżempju tajjeb għal dawk iż-żgħażagħ l-oħra kollha li jistgħu jkunu f'diffikutlajiet, u naħseb li huwa mod pożittiv u inkoraġġanti għal dawk li jkunu qegħdin jaħdmu fis-settur tal-volontarjat.", "Hemm premji oħrajn li jingħataw.", "Per eżempju, din is-sena skoprejt – sinċerament ma kontx naf bih - li jingħata premju msejjaħ outstanding person of the year organizzat mill- junior chamber international.", "Sirt naf għax kont nominata għalih.", "Nominati miegħi għal dan il-premju kien hemm ukoll Nathan Farrugia tar-Razzett tal- Ħbiberija, il-ħabib tiegħi Għawdxi Kevin - minn hawnhekk insellimlu - u żgħażagħ oħra li ddistingwew ruħhom f'diversi kampijiet, speċjalment fil- kamp xjentifiku.", "Dawn huma żgħażagħ li jagħmlulna unur bħala pajjiż u naħseb li huwa importanti li nirrikonoxxuhom iktar ħalli nkomplu nħajru iktar żgħażagħ jipparteċipaw fil-ħajja ċivili ta' pajjiżna.", "Sur President, ma rridx ninsa nsellem u nrodd ħajr lill-kunsill nazzjonali taż-żgħażagħ għax-xogħol siewi fil-qasam taż-żgħażagħ li għamel matul is- sena.", "Nixtieq nifirħilhom b'mod partikolari għas-suċċess ta' l-inizjattiva tal-parlament taż-żgħażagħ li saret reċentement u li pparteċipajt fiha jiena wkoll.", "Kif għedt dawn iż-żgħażagħ u l-għaqdiet kollha li jkunu involuti fid-diversi attivitajiet għandhom ikunu ta' eżempju għal dawk iż- żgħażagħ l-oħra li sfortunatament minħabba ċirkostanzi oħra, tort tagħhom jew ta' oħrajn, jinsabu f'salib it-toroq.", "Qed nirreferi għal dawk iż- żgħażagħ kollha li huma vittmi tal-vizzju ta' l-alkoħol u dak tad-droga li sfortunatment ħafna minnhom jispiċċaw jiċċappsu mal-kriminalita`.", "Minkejja li dawn l-issues jaqgħu taħt ministeri oħra bħal tal-ġustizzja u tal- familja u tas-solidarjeta` soċjali xorta nixtieq nagħmel appell biex lil dawn iż-żgħażagħ nagħtuhom iktar għajnuna.", "Hemm bżonn intejbu l-istrutturi tagħna biex dawn iż-żgħażagħ ngħinuhom joħorġu mill-vizzju tagħhom biex bir- rieda tajba ta' kull parti konċernata jkunu jistgħu jerġgħu jintegraw ruħhom fis-soċjeta`.", "Sfortunatament dawn iż-żgħażagħ qed jiżdiedu u allura hemm bżonn li jiżdiedu wkoll il-faċilitajiet u n-nies speċjalizzati biex ikunu jistgħu jgħinuhom.", "Sur President, qasam ieħor importanti li jaqa` taħt dan il-minsteru huwa l- qasam sportiv.", "Huwa tajjeb li l-isport inħarsu lejh bħala mezz ta' kif ngħixu ħajja iktar f'saħħitna.", "Pero` f'dan id-dibattitu rridu nitkellmu dwar l-isport minn perspettiva differenti u fuq livelli ftit iktar għolja.", "Sena wara l-oħra - u dan huwa t-tielet budget tiegħi - dejjem sħaqt fuq il- fatt li wasal iż-żmien li nibdew inħarsu lejn l-isport b'mod differenti u nipproġettawh fuq livell iktar professjonali.", "L-ewwel pass kien li tiddaħħal il-kultura sportiva fost iż-żgħażagħ, u l-introduzzjoni ta' l- iskola sport kien pass importanti u konkret lejn din id-direzzjoni.", "Pero` naħseb li nistgħu nimxu iktar 'il quddiem jekk naħsbu bis-serjeta` biex ikollna skola speċjalizzata għall-isport.", "Din il-proposta nsemmiha minn sena għall-oħra, pero` ma tissema qatt min-naħa tal-gvern u allura qed nerġa' nsemmiha biex forsi jkolli xi risposta.", "Qed insemmiha wkoll għax din kienet proposta elettorali numri 81 fuq il- manifest elettorali tal-Partit Nazzjonalista.", "Fil-fatt fil-manifest elettorali tagħhom kien hemm imniżżel hekk:", "\"We will set up a specialised school for youngsters with exceptional promise in sports.", "We will also give bursaries for training overseas.", "Special assistance will be given to nurseries in various disciplines of sports.\".", "X'sar minnha din il-proposta?", "Fiex wasal l-ippjanar għaliha?", "L-idea wara t-twaqqif ta' din l-iskola hija li nibdew inrawmu liż-żgħar promettenti tagħna f'ambjent professjonali u fl-istess ħin jiġu ppreparati akkademikament f'diversi suġġetti.", "L-importanza ta' din l-iskola toħroġ mill-fatt li għalkemm l-atleti tagħna għandhom ħafna talent, meta jmorru jikkompetu fuq livell internazzjonali jispikka l-fatt li dawn m'humiex daqstant mitfugħin fuq l-isport bħall-kollegi tagħhom barra minn Malta li jikkonċentraw biss fuq it-training.", "Proposta oħra li nixtieq nagħmel f'dan ir-rigward hija li l-atleti tagħna għandhom jingħataw għajnuna finanzjarja biex imorru jagħmlu training barra minn Malta.", "Issa li qegħdin membri ta' l- unjoni Ewropea naħseb li l-gvern għandu jagħmel l-almu tiegħu biex jara kif iġib fondi jew jidħol fi programmi ta' skambju biex l-atleti tagħna jmorru jagħmlu training barra biex jakkwistaw dik l-esperjenza.", "Problema oħra fil-qasam sportiv hija li aħna nikkonċentraw fuq sport li huwa popolari, imma fuq livell internazzjonali ma tantx jagħtina suċċess.", "Imbagħad għandna sport ieħor li m'huwiex daqshekk poplari li pero' qed jagħtina ħafna suċċess.", "Qed nirreferi b'mod partikolari għall-atletika, għas-snooker, għall-isparar - hawn irrid insellem lil William Chetcuti għall-unur li għamlilna fuq livell internazzjonali - u r-rugby.", "It-team tar- rugby qed jirregalalna suċċess wara l-ieħor u naħseb li huwa tajjeb li ngħidu xi ħaġa dwar ir-rugby.", "Għal min ma jafx it-team tar-rugby ikkontribwixxa bi Lm300,000 lill-ekonomija ta' pajjiżna, u qed jinformawni li s-sena d-dieħla dan l-ammont huwa mistenni li jiżdied.", "Għaliex?", "Għax dawn jospitaw teams barranin u meta jiġu dejjem iħallu xi ħaġa warajhom.", "Pero` għandna problema li m'għandniex pitches biżżejjed.", "Għandna pitch wieħed u meta jkollna lil dawn it-teams barranin nispiċċaw li jkollna xi 200 player f'daqqa biex jipprovaw jagħmlu t-training.", "Diffikulta` oħra li għandhom hija li l-international rugby board għandu Lm30,000 x'jagħti fi grants lit-team tar-rugby pero' bil-kondizzjoni li jkollhom titlu fuq il- pitch tagħhom.", "Allura peress li t-team tar-rugby qed jikkontribwixxi tant għall-ekonomija ta' pajjiżna nħeġġeġ lill-gvern li jgħin lit-team tar-rugby u jikkonċedihielu t-titlu fuq l-art.", "Sur President, irrid ngħid xi ħaġa wkoll fuq il-kunsill għall-isport li jidher li ma tantx qed jiffunzjona tajjeb.", "Dan il-kunsill ġie allokat Lm420,000 u nista` ngħid li m'huwiex qed jilħaq l-għanijiet tiegħu, speċjalment dak ta' watchdog biex jara jekk dawk il-clubhouses li sena u nofs ilu ngħatatilhom proprjeta` hux qed jużawha għal skopijiet sportivi u mhux spekulattivi.", "Irrid nirreferi wkoll għas-saga li kellna din is-sena - nispera li ma tirrepeti ruħha qatt - bejn il-kunsill għall-isport u l-KOM.", "Dawn kellhom diverġenzi kbar bejniethom u hija xi ħaġa tal-mistħija li fil- qasam ta' l-isport flok nispiċċaw li jkollna għaqda nispiċċaw li ninfirdu bil-kbir.", "Sur President, baqagħli ħafna xi ngħid pero` qed jgħiduli li l-ħin għad- dispożizzjoni tiegħi għadda.", "Nagħlaq billi nappella lill-gvern biex jagħti kas bis-serjeta` ta' dak li qed tgħid l-oppożizzjoni ħalli l-poplu verament jgħix aħjar bil-fatti u mhux bil-paroli.", "Grazzi.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Karl Chircop.", "ONOR.", "KARL CHIRCOP: Sur President, jiena se nittratta l-qasam tax-xogħol.", "Proprju ġimgħa ilu kellna dibattitu fuq il-korporazzjoni għax-xogħol u taħriġ li kien dibattitu li minnu ħarġu ħafna affarijiet pożittivi.", "Pero` għad baqa` ħafna affarijiet li fl-opinjoni tiegħi wieħed irid jiċċarahom.", "Mis-sitwazzjoni preżenti jidher ċar li dan il-gvern huwa gvern ta` ħafna paroli.", "Huwa gvern ta' diskussjonijiet madwar l-imwejjed, gvern tal- pjanijiet fuq il-kotba, gvern tal-laptops u gvern ta' l-istudji u tar- rapporti.", "Minn dan kollu x'qed jieħu l-poplu Malti?", "Il-ħaddiema Maltin u Għawdxin x'qed jiggwadanjaw?", "Nista' ngħid li jidher ċar li l-ħaddiema Maltin u Għawdxin bħalissa għaddejjin minn mewġ imqalleb ħafna.", "Mhux talli hekk, talli jridu jagħmlu tajjeb huma stess għat-tberbiq tal-flus min-naħa tal-gvern u għall-piż tat- taxxi li dejjem qed jiżdiedu.", "Jiġifieri l-familji tal-ħaddiema Maltin u Għawdxin apparti li qed ikollhom jiffaċċjaw dawn il-problemi kollha, il- gvern qed jgħabbihom b'aktar piżijiet, u dawn dejjem jiżdiedu.", "Fil-fatt l- gvern stess qal li s-sena d-dieħla d-dħul mit-taxxi se jiżdied b'bejn Lm46 miljun u Lm51 miljun.", "Kieku qegħdin naraw l-opportunitajiet ta' xogħol għall-ħaddiema Malti dejjem jiżdiedu wieħed jgħid paċenzja, u nieħdu gost li qed isir hekk.", "Kieku n-nisa Maltin qed igawdu minn xi żieda straordinarja fl-impjiegi tagħhom ngħid paċenzja wkoll.", "Imma ħlief b'sensji bil-mijiet, qtigħ ta' qalb u futur inċert ta' koppji żgħażagħ m'aħniex nisimgħu.", "F'dan l-aħħar jiem, minn mindu ġiet imħabbra ż-żieda fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma, iltqajt ma' diversi koppji żgħażagħ li tant se jkunu magħsura b'dawn il-kontijiet li qegħdin jaħsbuha bis-serjeta` li jitilqu minn pajjiżna.", "Din hija r-realta`, imma sfortunatament għandna gvern li filwaqt li jkompli għaddej f'din id-direzzjoni jipprova jiddieħak bil-poplu, bl- oppożizzjoni u b'kulmin jipprova jikkuntrarjah.", "Imma jiena ngħidilhom li r- realta` qiegħda hemm barra u mhux hawn ġew.", "Jekk dawn in-nies inqatgħu mir- realta` minħabba li qegħdin jipprovaw jipproġettaw kollox minn madwar l- imwejjed tagħhom, din hija l-ikbar sfortuna li għandna f'pajjiżna.", "Nistaqsi jien: Fejn hu x-xogħol garantit?", "Fejn huwa x-xogħol li kellu hu stess jiġri u jsus wara l-ħaddiema?", "Fejn hu s-serħan il-moħħ?", "Insejtu kemm ħambaqtu u werwirtu nies bil-kuxjenza soċjali?", "Għadni niftakar lill-Onor.", "Lawrence Gonzi, illum prim minsitru, iħabbat kemm jiflaħ fuq sidru u jħambaq fuq il-kuxjenza soċjali.", "Qed naraw gvern li huwa fallut mill-ideat u mill-ħeġġa biex jagħmel il-ġid għall-ħaddiema Maltin u Għawdxin.", "Qed naraw gvern li huwa inkonsistenti għall-aħħar fuq dak li jagħmel fuq binarju u fuq kif jittratta l-ħaddiema fuq binarju ieħor.", "Eżempju ċar daqs il-kristall għandna l-kwestjoni tat-tarzna.", "Wara li kienu jgħidu li t-tarzna ma kentix għadha vijabbli u raw kif għamlu biex ħeġġew lill-ħaddiema joħorġu fuq l-early retirement scheme, illum nafu li t-tarzna hija miżgħuda b'ħaddiema Bulgari, Jugoslavi u Polakki li huma mħallsin iktar minn ħutna Maltin li għadhom jaħdmu fit-tarzna.", "Sfurzajtu mijiet ta' ħaddiema tat-tarznari biex joħorġu fuq l-early retirement schemes biex imbagħad toqogħdu twerwru lill-poplu Malti bil-problema tal- pensjonijiet u tgħidulhom li l-ammont ta' ħadidema paragunat ma' l-ammont ta' pensjonanti dejjem qed jonqos.", "Imma tafu x'intom tagħmlu?", "Dawn huma affarijiet li ma jreġux.", "Ngħidu ħaġa u nagħmlu oħra.", "Filli ngħidu li rridu nkabbru l-workforce u filli naraw kif nagħmlu biex intajru l-ħaddiema tagħna 'l barra!", "Sur President, kwestjoni li dejjem tqum hawn ġew u anke barra hija dik ta' kif inqabblu l-figuri tal-qgħad, l-imbierek labour force survey u l- headcount ta' l-ETC.", "Nerġa' niġi għal dan l-argument li qbadna f'din il- kamra ġimgħa ilu u ntenni li l-gvern qed ibażwar il-figuri tal-qgħad li ħerġin mill-ETC.", "Dan qed ngħidu bl-ikbar responsabbilta` u jekk il-gvern m'għandux faħam miblul messu jistieden lilna, bħala partit Laburista u speċjalisti oħra f'dan il-qasam biex iħalluna neżaminaw il-figuri interni ta' din il-korporazzjoni, ħalli verament inkunu nafu kif qed jiġu mbażwra l- figuri tal-qgħad bħalissa.", "Il-ġimgħa l-oħra, il-ministru fil-winding-up tiegħu rigward l-estimi ta' l-ETC qal li aħna ta' l-oppożizzjoni dejjem insemmu l-figuri tal-qgħad li joħorġu mil-labour force survey imma ma nsemmux il-fatt li l-istess labour force survey jgħid ukoll li l-figura tal- gainfully occupied żdiedet ukoll.", "Qal ukoll li ma jistax ikun li wieħed jikkwota dawn il-figuri mingħajr ma jgħid li skond il-head count ta' l-ETC il-figura tal-gainfully occupied żdiedet ukoll.", "Jiġifieri hu qal li ż- żewġ surveys qed jindikaw li l-gainfully occupied f'pajjiżna żdiedu.", "Jiena ngħidlu li hawnhekk kompla tefa` l-ġebla fuq saqajh għax għalkemm huwa veru li miż-żewġ surveys jidher li l-gainfully occupied żdiedu, jidher ċar li minn dak li qed jurina l-labour force survey, li huwa xjentifikament iktar korrett, perċentwalment il-qgħad żdied ħafna iktar milli qed juri l- head count ta' l-ETC, li qed jindika li l-qgħad naqas.", "Imbagħad jiġi l- prim ministru jiddieħak bil-kap ta' l-oppożizzjoni u jerġa` jgħid li l- labour force survey juri li għandna iktar qgħad għax l-age bracket li jinkorpora fih hija ferm ikbar minn dik ta' l-ETC għax jibda minn 15-il sena sa 64 sena.", "Imma l-prim minisru ma jafx li jekk iqabbel labour force survey ma' ieħor isib li hemm indikazzjoni ċara li l-qgħad xorta żdied?", "Jiġifieri anke jekk l-argument li l-labour force survey jaqbad age bracket ikbar huwa favorih xorta waħda l-istess sistema qed tindika li l-qgħad żdied meta tara l-labour force survey tas-sena l-oħra.", "Irrid ngħid ukoll li bilfors li l-gainfully occupied population tiżdied.", "Għaliex?", "Għax l- ewwelnett matul din l-aħħar sena kellna splużjoni ta' xogħol part-time.", "Jiġifieri fejn qabel kellek xogħol wieħed full-time, illum dan qegħdin niddividuh bejn tnejn jew tlieta.", "Allura bilfors il-gainfully ocupied population tiżdied fil-pajjiż.", "Imma ma nistgħux nidħku bil-poplu b'dan il- mod.", "Jiena naf b'każi - mhux se nsemmi ismijiet – fejn ħaddiema part-timers li l-uniku introjtu tagħhom huwa mill-part-time qegħdin jiġu abbużati bl-iktar mod xokkanti.", "Per eżempju, ikollok ħaddiem li jiġi impjegat ma` \"XY\" limited għal 19-il siegħa u l-istess ħaddiem jerġa` jiġi impjegat minn \"XY\" holdings limited li jkun l-istess proprjetarju, imma jkollu denominazzjoni differenti fil-kumpannija, għal 19-il siegħa oħra.", "U x'jieħdu dawn il- ħaddiema bħala benefiċċji?", "Ma jieħdu xejn!", "Nonostante dan, fil-figuri tax- xogħol tal-pajjiż dan il-ħaddiem qed jimmarka li jokkupa żewġ jobs.", "Effettivament dan m'huwiex minnu u din hija r-realta` ta' pajjiżna.", "Raġuni oħra għalfejn qed tiżdied il-gainfully occupied population, sa ċertu punt b'mod artifiċjali, hija l-kwestjoni tal-ħaddiema stranġieri li qegħdin jiġu impjegati b'mod mgħaġġel ħafna mill-ETC.", "Effettivament dawn ukoll qegħdin jaffettwaw il-figuri tagħna.", "Nafu li wħud minn dawn il-ħaddiema lanqas ikollhom kondizzjonijiet tajbin.", "Sur President, l-indikazzjonijiet li għandna huma ċari daqs il-kristall u dawn juru li fil-qasam tax-xogħol għandna kriżi.", "Ħadd ma jista' jmeri s- sewwa magħruf.", "Nafu li aħna għandna l-anqas rata ta' attivita` fis-suq tax- xogħol.", "Biex nagħtih krettu lill-ministru rrid ngħid li l-ġimgħa l-oħra għamel aċċenn għaliha, u din tinkwieta lilu u tinkwieta lili u lil kulħadd.", "F'pajjiżna għandna l-inqas rata ta' attivita` fis-suq tax-xogħol mill- pajjiżi kollha ta' l-Unjoni Eworpea, ħlief dik tal-Polonja.", "Għandna t- tieni l-inqas rata ta' parteċipazzjoni femminili fis-suq tax-xogħol fl- Unjoni Ewropea, u għalkemm smajna ħafna rettorika fuq dan is-suġġett għadna sejrin lura bħall-granċ f'dan il-qasam.", "Minkejja li s-sena l-oħra l-gvern ħabbar in-national action plan xorta waħda m'aħna qed nottjenu xejn f'dan ir-rigward.", "Il-qasam tal-manifattura rreġistra tnaqqis ta' Lm7 miljun f'investiment.", "Proprju Illum stess kien hemm artiklu fil-ġurnal \"The Malta Independent\" intitolat \"Manufacturing still suffering from low order books: Production expectations more upbeat in October\", fejn l-FOI qed tgħid lill-gvern li \"industrial confidence was negative both in September and, to a lesser extent, in October\".", "Imbagħad iktar 'il quddiem, fl-istess artiklu, jingħad li \"employment expectations balance in October remained negative and registered substantial deterioration compared to that registered in September.\"", "Fl-istess artiklu wkoll jingħad li \"industrial confidence for the investment goods sector shows a significant downturn in confidence from September to October.\"", "Meta ngħidu dan kollu ma ngħiduhx biex nieħdu xi vantaġġ politiku minnu.", "Dawn l-affarijiet lilna jweġġgħuna, u jweġġgħuna bil-kbir għax aħna nafu li wara dawn l-affarijiet kollha hemm il-familji Maltin u Għawdxin li l-introjtu tagħhom jiddependi fuq ix-xogħol u li sfortunatment sejrin lura bħall-granċ.", "Nafu wkoll li l-istess savings ratio ta' dawn il-familji ta' dawn il- ħaddiema qiegħed dejjem qed jitnaqqar, b'mod speċjali issa anke b'dawn l- imberkin surcharges tad-dawl u ta' l-ilma u tal-fuel.", "Sfortunatament il- familji tal-ħaddiema dejjem sejrin lura u l-gvern m'huwiex qiegħed jagħmel biżżejjed.", "Qiegħed isir ħafna xogħol siewi mill-ETC imma sfortunatament l- istess gvern qiegħed ipoġġi lill-ETC f'sitwazzjoni tant u tant diffiċli li l-efforts tagħha m'humiex qed ikunu biżżejjed.", "Inutli imbagħad nagħtu daqsxejn window dressing u nipprovaw nippreżentaw figuri lill-poplu Malti u Għawdxi li juru li l-qgħad qiegħed jonqos għaliex nafu, kif diġa` għedt, li mill-istess labour force survey joħroġ li dan m'huwiex minnu.", "Importanti li lill-gvern ngħidulu li this is too little and too late.", "Sur President, bħalissa għandna l-problema tad-Denim u l-Lloyds.", "Nafu li hemm kważi madwar 1,000 impjieg involut u se jkollna problemi oħra li qed joħloq il-gvern stess bil-politika żbaljata tiegħu.", "Per eżempju, xi jumejn ilu ġie pazjent tiegħi minn minn Santa Luċija li jaħdem mal-VF u qalli li peress li huma jaħdmu bil-unit hour, jiġifieri jitħallsu bis-siegħa siegħa u nofs, issa biż-żieda li ta l-gvern minħabba s-surcharges li ħoloq huwa stess iż-żieda tagħhom fil-paga trid titla` iktar minn Lm4 fil-ġimgħa biex tagħmel tajjeb minħabba din il-problema tal-unit hour.", "Konsegwentement meta aħna nafu li hawn problema fil-qasam tat-tessuti, u nafu li l-VF diġa' għandha problemi, erbat ijiem oħra se jkollna problema ta' fabbrika kbira oħra f'pajjiżna jekk ma noqogħdux attenti kif naqbdu u nfasslu t-taxxi bl- addoċċ fuq il-poplu Malti u Għawdxi kollu.", "Sur President, jiena onestament nixtieq nara lill-ministri tal-gvern preżenti, jekk hemm bżonn, iterrqu ma l-irjiħat kollha tad-dinja biex jattiraw ix-xogħol lejn pajjiżna għaliex din is-sitwazzjoni saret intollerabbli.", "Is-sitwazzjoni fil-qasam tax-xogħol, speċjalment fil- manifattura u l-industrija saret intollerabbli.", "Hawn sfreġju sħiħ fiha u hemm bżonn li mill-aktar fis possibbli - jekk hemm bżonn anke bl-għajnuna tagħna, għaliex le? - naħdmu flimkien spalla ma' spalla biex inġibu x- xogħol f'pajjiżna għall-ġid tal-familji Maltin u Għawdxin.", "Nirringrazzjak.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Skada l-ħin disponibbli għall-oppożizzjoni u issa l-ħin kollu li fadal huwa tal-gvern.", "Aktar rimarki?", "Insejjaħ lill-Onor.", "David Agius.", "ONOR.", "DAVID AGIUS: Sur President, l-Onor.", "Justyne Caruana fid-diskors tagħha qalet li kien hemm żagħżugħ li kitbilha li kien xeba' jgħix.", "Jiena naħseb li wisq probabbli dan kien għadu kemm sema` xi diskors tal-kap ta' l- oppożizzjoni jew ta' Manuel Cuschieri, jew inkella ta' xi wħud mill- kelliema li jitkellmu f'dan il-parlament għax bil-mod li jitkellmu jpenġu kollox iswed, kollox ħażin, dlam, diżastru kullimkien u ħadd ma jaf x'inhu jagħmel.", "Naħseb li dawn huma affarijiet li wieħed m'għandux jagħmilhom.", "Meta wieħed jikkritika jrid jikkritika b'tali mod li lill-poplu Malti nagħtuh fiduċja f'diversi oqsma, fosthom f'dak taż-żgħażagħ, l-isport, u l- edukazzjoni.", "Rigward il-qasam tax-xogħol, jiena ħsibt li l-oppożizzjoni se tilqa' l- isfida li għamiltilha kemm il-darba biex naraw min minn dawk li qed jirreġistraw għax-xogħol qiegħed ġenwinament u verament jirreġistra għax- xogħol.", "Jien ħsibt li l-Onor.", "Chircop se jipproponi, per eżempju, li naqblu li l-ETC għandu jkollha sistema aħjar ta' kif tara u tinvestiga sew min verament qiegħed jaħdem u fl-istess ħin jieħu l-benefiċċju soċjali.", "Mhux kemm-il darba smajna b'nies li jibagħtu għalihom għax ikunu sabulhom impjieg u jġibulhom xi skuża biex ma jimpjegawhomx, min jgħidilhom li jbati b'dahru u ma jistax jerfa` u min jgħidlhom li ma jridx jagħmel overtime u ħafna skużi bħal dawn.", "Taqbel l-oppożizzjoni li, per eżempju, nqabbdu kumpannija privata li tagħmel l-investigazzjoni dwar min qed jirreġistra u qed jaħdem?", "(Interruzzjonijiet) Mela la taqblu għax ma tissuġġeruhiex?", "Naħseb li jkun tajjeb li jkollna kumpannija li tinvestiga ħalli jkollna provi ċari u konkreti ta' min qed jaħdem illegalment jew inkella qed jirreġistra għax- xogħol u jirrifjuta li jieħu x-xogħol billi jġib ħafna skużi banali.", "Jekk dawn huma affarijiet li naqblu fuqhom iż-żewġ naħat, allura għandna naraw kif nagħmlu ħalli nibdew nattwawhom għax b'hekk inkunu nistgħu nassiguraw li l-benefiċċji soċjali qed jeħodhom min verament ħaqqu u mhux min qed jaħdem u fl-istess ħin jirreġistra għax-xogħol.", "Meta nagħmlu dawn l- affarijiet inkunu qed nagħmlu ġid lil pajjiżna.", "Jiena ħsibt li l-oppożizzjoni se toħroġ b'xi ideat validi u innovattivi biex noħolqu sistema għall-public private partnerships li l-prim ministru semma fid-diskors tiegħu.", "Imma mill-oppożizzjoni fuq affarijiet bħal dawn ma tisma` xejn meta nafu kemm huwa tajjeb li noħorġu b'ideat validi u innovattivi ħalli nkunu nistgħu nibqgħu noħolqu x-xogħol.", "Jien nista' nikkwota minn rapport tal-GWU dwar il-free movement of persons and services.", "F'dan ir-rapport li kien għamel Alfred Grixti - lil dan nisimgħuh ħafna fuq is-super one - kien intqal li kif nidħlu fl-Unjoni Ewropea jkollna 7,500 Sqalli li jiġu biex jaħdmu hawn Malta.", "Jiena nistaqsi lill- oppożizzjoni: Rajtuhom lil dawn l-Isqallin jaħdmu f'pajjiżna?", "Issa li ilna fl-Unjoni Ewropea fuq sena kif ma seħħx dak li pprveda Alfred Grixti?", "Naħseb li l-oppożizjzoni kienet qalet dawn l-affarijiet biex tbeżża' u llum ma tridx tisma` iktar dwarhom.", "Jiena lil dak iż-żagħżugħ li qata` qalbu ngħidlu biex jagħmel bħal żgħażagħ oħrajn li lesti jużaw l-informatika, lesti li jsiefru, lesti li jibdlu l-mod ta' kif jgħixu u jitgħallmu l-IT.", "Biex nuri kif qed jgħixu ż-żgħażagħ tagħna nikkwota minn dak li qal Prof. Anthony Abela.", "Dan qal li meta mqabbla ma' żgħażagħ oħra fl-Ewropa - issa sirna nħobbu ħafna nqabblu ma' l-Ewropej - iż-żgħażagħ Maltin huma fost l- iktar li għandhom flus, erbgħa minn kull għaxra għandhom xogħol regolari u tnejn minn kull għaxra jieħdu l-istipendju.", "Dawn huma affarijiet li ma qalhomx xi politiku, imma qalilhom Prof. Anthony Abela.", "Meta nħarsu madwarna u naraw kemm hawn subscribers tal-mobile telephones, tal-cable television u ta' l-internet wieħed mill-ewwel jirrealizza li pajjiżna qed jinbidel, iż-żgħażagħ qed ibiddlu l-mod ta' kif jgħixu.", "Anke l-mod ta' kif għadna nagħmlu l-edukazzjoni qed jinbidel.", "Fi żmien gvernijiet oħra laburisti biex ikollok computer kont trid tiffirma karta li mhux se tkeċċi lin-nies mill-impjieg tagħhom.", "Imma llum noħorġu rapport li jgħidilna kemm żgħażagħ jużaw l-internet, kif jużawh u affaarijiet oħra.", "Irridu nifhmu li huwa importanti li f'dawn l-affarijiet nimxu 'l quddiem.", "Sur President, l-Onor.", "Carmelo Abela meta kien qed jitkellem fuq il-qasam ta' l-edukazzjoni qalilna li bejn l-1996 u l-1998, fi żmien gvern Laburista, kienet saret manutenzjoni estensiva fuq 160 istituzzjoni edukattiva.", "Ma qalilniex 160 skola imma 160 istituzzjoni edukattiva.", "Tbażwar ftit 'l hemm u tbażwar ftit 'l hawn, tibdel kelma 'l hemm u tibdel kelma 'l hawn, minn skola morna għal istituzzjoni.", "Insomma issa sirna mdorrijin nisimgħu bit-tbażwir!", "L-Onor.", "Abela semma wkoll il-Liceo Vassalli.", "Niftakar li biex fi żmieni jkollna computer kellna nagħmlu lotterija l-Liceo Vassalli.", "Illum jekk tistaqsu lit-tfal tagħna mill-ewwel jgħidulek jekk għandhomx il-mezzi biex wieħed ikompli miexi 'l quddiem.", "Qalilna l-prim ministru li fi ftit xhur oħra se ndaħħlu l-euro.", "Issa nafu li kif tidħol il-euro, il-kotba tal-matematika fl-iskejjel tagħna rridu nbiddluhom u nispera li nisimgħu xi ħaġa dwar dan għax naħseb li ż-żgħażagħ tagħna għandhom ikunu jafu x'se jsir f'dan ir-rigward.", "Jiena ħsibt li tan- naħa l-oħra se jgħidulna kemm hija tajba l-idea li jkollna l-eko-skola biex liż-żgħażagħ inkunu nistgħu nderruhom l-ambjent tajjeb mhux biss fl- iskejjel, imma anke fid-djar tagħna.", "Sur President, nixtieq nirreferi wkoll għar-rapport dwar l-inclusive and special education review li kien rapport tajjeb ħafna.", "Fil-fatt ma jidhirlix li smajt kritika fuqu min-naħa ta' l-oppożizzjoni.", "Hawnhekk nixtieq nagħmel aċċenn għall-parti fejn dan ir-rapport jitkellem dwar id- dyslexia għax qiegħed jiġbdilna l-attenzjoni u jgħidilna biex noqogħdu attenti għax din hija kondizzjoni li qed tikber fost il-popolazzjoni studenteska ġewwa pajjiżna.", "Nispera u nawgura li anke f'dan is-settur inkunu qed nagħtu l-attenzjoni neċessarja bħalma nagħtu l-attenzjoni neċessarja f'dak li għandu x'jaqsam mal-persuni b'diżabilita`.", "Ċertament li fl-edukazzjoni rridu nkomplu ninvestu.", "Jekk wieħed imur għad-diskors tal- budget 2005 isib li l-investiment fil-qasam ta' l-edukazzjoni żdied bi Lm13 miljun u tela` għal Lm103 miljuni.", "Din is-sena baqa` jiżdied u qegħdin naraw li n-nefqa tal-gvern għall-qasam edukattiv telgħet għal Lm108 miljun.", "Aħna ma nbażwrux fl-edukazzjoni.", "Aħna nixtiequ l-aħjar kemm għal uliedna kif ukoll għall-ġenerazzjonijiet futuri.", "Jiena nemmen li fl-iskejjel tagħna għandu jkollna iktar faċilitajiet sportivi, u jekk dawn ikunu se jintużaw mill-għaqdiet sportivi tagħna wara l-ħin ta' l-iskola, dawn għandhom jiġi ċċarġjati prezzijiet raġonevoli.", "Jiena nemmen li l-isport għandu jingħata kull opportunita`.", "M'għandux ikollna skola waħda partikolari dedikata għat-taħriġ fl-isport, imma kull skola għandha tkun attrezzata b'faċilitajiet sportivi u b'teachers tal-PE għax kulħadd għandu jieħu sehem fl-attivitajiet sportivi.", "Nixtieq li fl-aħħar nitkellem għal ftit mumenti dwar it-turiżmu sportiv f'pajjiżna.", "Jiena nemmen li t-turiżmu sportiv għad irridu nkabbruh f'dan il-pajjiiż.", "Irridu nifhmu aktar l-importanza li bil-faċilitajiet sportivi tajbin li għandna llum nistgħu niġbdu aktar turiżmu sportiv lejn pajjiżna.", "Għalhekk huwa importanti li jkollna aktar professjonalita` f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-isport.", "Jiena nieħu pjaċir li s-sena d-dieħla, kif tħabbar ukoll mill-ministru, se jkollna konferenza nazzjonali relatata ma' l-isport f'pajjiżna għax dan jorbot max-xogħol li qed jagħmel il-KMI flimkien mal- KOM.", "Importanti li nibqgħu ngħinu lill-assoċjazzjonijiet sportivi ħalli jkollna aktar nies li jmorru 'l quddiem u jagħmlulna unur barra minn Malta fil- qasam sportiv.", "Rajna sportivi bħat-tiratur William Chetcuti, nies li jilagħbu l-billiards u t-team tar-rugby, li għamlulna unur barra minn Malta.", "Qegħdin nifhmu li l-football m'huwiex l-uniku sport li għandna f'pajjiżna.", "Irridu nibdew naħdmu minn issa biex għas-sena 2007 f'Monaco jkollna l-aħjar u l-aqwa suċċessi li jista' jkollna.", "Kellna wkoll lil Joseph Mifsud u Massimo Cremona li ħadu sehem f'kompetizzjoni tat-table football f'Wales u għamlu unur ukoll għal pajjiżna.", "Naħseb ukoll li rridu naraw kif lil dawk li jagħtu sponsorship għall-isport, b'xi mod jew ieħor naġevolawhom xi ftit.", "Naf li l-finanzi tal-pajjiż irridu nżommuhom fis-sod, pero` rridu nifhmu wkoll li min ikun qed jgħin lill-isport ikun qed jgħin ukoll liż-żgħażagħ tagħna.", "Grazzi.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Clyde Puli.", "ONOR.", "CLYDE PULI: Sur President, huwa evidenti li l-budget li għadu kif ġie ppreżentat lilna mill-prim ministru huwa eżerċizzju serju fit-tfassil ta' strateġija għaqlija li tkompli tassigura t-titjib fil-kwalita` tal- ħajja li issa kull wieħed u waħda minna tant drajna ngħixu f'dawn l-aħħar snin.", "Bħal kull pjan serju dan il-budget jidher li qed jifhem b'mod ċar iċ- ċirkostanzi li fihom qiegħed jopera pajjiżna.", "Jidher li għal darb'oħra dan huwa budget li studja sew l-isfidi li ġġib magħha din id-dinja globalizzata li mponiet bidliet kbar fuq kull qasam soċjali.", "U jekk ir-realtajiet ta' madwarna huma differenti minn dawk li kienu l-bieraħ, m'huwiex ovvju għalina lkoll li sfidi ġodda jirrikjedu wkoll soluzzjonijiet daqstant ieħor ġodda?", "Dan il-budget, bħal ta' qablu, jinkludi numru ta' inizjattivi indirizzati lejn it-tkabbir ekonomiku u lejn il-ġenerazzjoni ta' impjiegi.", "Dawn l- inizjattivi huma konxji li l-metodi, l-investimenti, is-snajja` u anke l- ħiliet antiki tagħna m'għadhomx daqstant rilevanti għalina li qed nippretendu li nikkompetu f'suq globali li b'forza qiegħed jeżiġi minna li nkunu dejjem aktar innovattivi u kompetittivi.", "Madanakollu, kif għedna kemm-il darba l-kondizzjonijiet attraenti għall-investiment f'pajjiżna ma jiddependux biss minn inċentivi fiskali min-naħa tal-gvern, iżda jiddependu wkoll milli investitur ikollu workforce ta' kwalita` bil-ħiliet u s-snajja` kollha neċessarji.", "Ħafna minn dawn huma snajja` relattivament ġodda u allura jeħtieġ li aħna bħala gvern ukoll inkomplu ninvestu bil-qawwi fihom.", "Kulħadd japprezza li gvernijiet nazzjonalisti, wieħed wara l-ieħor, mill- indipendenza 'l hawn dejjem għarfu li pajjiżna, nieqes kif inhu mir-riżorsi naturali, ma setax ma jinvestix bil-qawwa kollha proprjament fir-riżorsa umana, jiġifieri fil-ħiliet ta' kull wieħed u kull waħda minna.", "Sur President, gvernijiet nazzjonalisti qatt ma ħarsu lejn l-edukazzjoni sempliċement bħala t-timbru ta' l-elite tas-soċjeta` biss, iżda aktar minn hekk ħarsu lejha bħala għodda li l-poplu tagħna għandu bżonn biex jagħmel suċċess mill-indipendenza tiegħu kemm demokratikament kif ukoll ekonomikament.", "Kien għalhekk li l-gvern Nazzjonalista sa minn kmieni fl- 1970 kien introduċa t-tagħlim bla ħlas fl-universita` ta' Malta, għax dejjem emmen li l-poplu tagħna mhux biss huwa poplu ħawtiel iżda poplu kapaċi li meta mogħni bil-ħiliet neċessarji jista' jimxi 'l quddiem u jirnexxi daqs popli oħra bil-bosta akbar minnu.", "Kien dan it-twemmin li dejjem wassal lill-gvern Nazzjonalista li jfittex jattira lejn pajjiżna xogħol li għandu valur miżjud għoli, u dan kuntrarju għall-politika dominanti ta' cheap labour offrut lil nies mingħajr taħriġ u pagi baxxi offruti lill-ħaddiema tagħna fis-snin sebgħin u tmenin.", "Matul is-snin meta kkumbattejna kontra kull kurrent sabiex wettaqna l- viżjoni tagħna ta' demokrazija kristjana bil-libertajiet kollha li ġġorr magħha konna l-ħin kollu konxji li ċ-ċavetta tas-suċċess kienet tinstab primarjament fl-edukazzjoni.", "U din iċ-ċavetta ta' suċċess qiegħda ssir dejjem iktar rilevanti fid-dinja moderna fejn il-ħiliet ta' kull wieħed u kull waħda minna saru jiswew aktar mill-makni u mill-proprjeta`.", "Din is- sena l-gvern qiegħed ikompli jikkonferma t-twemmin tiegħu fl-edukazzjoni u qed jerġa' jinvesti s-somma record ta' Lm110 miljun fl-edukazzjoni, liema somma wieħed jista' jargumenta li tammonta għal parti sostanzjali min-nefqa tal-gvern.", "Iżda filwaqt li dan huwa veru huwa diffċli ferm li xi ħadd jargumenta li l-flus minfuqa m'humiex imberkin sa l-aħħar ċenteżmu.", "Wieħed ma jistax ma jinnotax, biex nikkonkretizzaw ftit id-diskussjoni, li llum wara li erġajna waqqafna l-MCAST, dan qed jilqa` fi ħdanu 4000 student.", "L- universita` li fl-1987 ipproċudiet 270 gradwat, illum tipproduċilek 2,700 gradwat.", "Din l-istess universita` llum fost il-popolazzjoni tagħha għandha 56% mis-sess femminili, jiġifieri għandna universita` u politika li qed tkattar ukoll l-ugwaljanza.", "L-istess suċċessi huma reġistrati jekk inwessgħu wkoll l-osservazzjoni tagħna għall-edukazzjoni ogħla b'mod ġenerali.", "Biżżejjed ngħidu li minn 10,600 student fl-edukazzjoni ogħla fl-1994 issa tlajna għal 20,000, kważi d-doppju f'għaxar snin.", "M'hemmx dubju li l-istipendji kollha kellhom is- sehem tagħhom ukoll f'din il-qabża kulturali.", "Iżda anke hawnhekk il-gvern kien għaqli li għaraf li r-riżorsi disponibbli jużahom bl-aħjar mod possibbli.", "Is-sistema tal-lum mhux biss qiegħda tassigura stipendju bażiku lil kulħadd u mhux biss qed tassigura għajnuna supplimentari lil min jeħtieġ l-għajnuna, iżda qed tassigura wkoll li tinċentiva l-istudju tax- xjenza u t-teknoloġija ta' l-informazzjoni, ħiliet li tant huma neċessarji biex pajjiżna jirnexxi fit-taqtiegħa tas-suq globali.", "Issa jiena ma nistax nifhem kif l-oppożizzjoni ma tistħix issemmi l-kelma \"stipendji\", aħseb u ara kemm tikkritika t-tibdil li fassal b'tant għaqal il-ministru.", "Ippermettili nfakkar, Sur President, li qabel ma rebħu l-gvern ta' għomor qasir fl-1996 tal-labour kienu wegħdu, l-ewwel permezz tal-programm elettorali, it-tieni permezz ta' stqarrija għall-istampa mill-kelliem ta' l- edukazzjoni u t-tielet permezz ta' ittra lill-istudenti nfushom mill-Onor.", "Alfred Sant innifsu, li huma kienu jemmnu fis-sistema ta' stipendji kif kienet dak iż-żmien.", "Imbagħad sena wara, meta d-deficit spara d-doppju ta' dak li jgħidu li sabuħ, ma ddejqu xejn jipproponu li s-sistema ta' l- istipendju kellha tinbidel.", "F'daqqa waħda ma bqajniex nitkellmu fuq id-dejn li kienu qed iġorru dawn iż-żgħażagħ tagħna u kienu mġiegħla jiddejnu biex jieħdu nofs l-istipendju li mbagħad wara kellhom iħallsuh meta jiggradwaw.", "Issa jekk meta fl-1997 l-ispiża fuq l-istipendji kienet biss ta' Lm5.3 miljun, gvern Laburista li kien ippropona li jnaqqas l-istipendju u l- kumplament idejnu lill-istudenti, tgħid x'kien jagħmel illum kieku ipotetikamet qiegħed iħallas kif qed inħallsu aħna, Lm8.2 miljun ta' stipendji?", "Ma ppretendejtx u lanqas se nippretendi li ningħata xi tweġiba dwar dan, għax issa drajna li l-partit Laburista tista' tgħid m'għandu politika dwar xejn u allura hawnhekk m'aħniex żgur se ningħataw xi tweġiba.", "Imma nista' nirriferi għad-dokument - taparsi tal-partit Laburista u taparsi mhux - \"Lejn riġenerazzjoni ekonomika u soċjali\".", "F'dan id- dokument hemm propost, mhux biex jitnaqqsu l-istipendji, mhux biex l- istudenti jiddejnu nofsu, imma biex issa l-istudenti jħallsu għall-istess studji tagħhom.", "Jiġifieri hemm propost li trid titkisser is-sistema ta' l- edukazzjoni terzjarja b'xejn kif ilha fis-seħħ sa mill-1970 meta waqqafha u ntroduċiha gvern Nazzjonalista.", "Nerġa` ngħid li mhux se noqgħod ninsisti fuq xi risposta straightforward hawnhekk, iżda ħadd ma jlumni jekk jiena nibbaża l-ħsebijiet tiegħi fuq l- esperjenza ta' 22 xahar ta' gvern Laburista ġdid fejn l-istudenti kienu mitluba li jiddejnu.", "Ma nixtieqx nagħti l-impressjoni li l-edukazzjoni għalina tfisser biss l-universita`.", "Kien hemm numru kbir ieħor ta' inizjattivi li jixhdu proprju l-kuntrarju.", "Nista` nsemmi l-computers fl- iskejjel, il-bini ta' skola ġdida fil-kulleġġ San Benedittu f'Ħal Kirkop, l- 1,500 student li jingħataw appoġġ, barra għajnuniet oħra mill-Unjoni Ewropea, korsijiet mill-ETC u ħafna inizjattivi oħrajn.", "Kulħadd jaf li dan il-ministeru jinkorpora fih ukoll ir-responsabbilta` taż-żgħażagħ tagħna.", "U ngħid jien: Kif nistgħu naħsbu aħjar għaż-żgħażagħ tagħna milli nassigurawlhom ekonomija b'saħħitha, ambjent nadif, xibka ta' solidarjeta` b'saħħitha u fuq kollox dinja ta' opportunitajiet biex huma jilħqu l-milja tagħhom?", "Investiment qawwi fl-edukazzjoni u fil-kisba tal-ħiliet tassigura futur aħjar għal kulħadd iżda b'mod partikolari għaż-żgħażagħ tagħna u nsemmi xi ftit inizjattivi.", "Fis-sena 2005, 38 għaqda taż-żgħażagħ gawdew minn somma ta' kważi Lm11,000 taħt il-youth support programme.", "Mill-youth programme wkoll 20 għaqda rċevew euro 265,000 biex setgħu jorganizzaw skambji barra minn Malta.", "Kellna b'kollox aktar minn 7,500 benefiċjarju, numru kbir minnhom żgħażagħ, li f'dawn l-aħħar ħames snin ta' politika għaqlija ta' gvernijiet nazzjonalisti, fil-konfront anke ta' l-Unjoni Ewropea, gawdew ftit inqas minn euro 18 miljun.", "Kompliet il-ħidma tagħna fil-youth empowerment centres.", "Ġie organizzat seminar biex naraw iż-żgħażagħ tagħna kif jistgħu jgawdu mill-opportunitajiet ta' l-Ewropa.", "U bħalissa proprju f'dan il- mument is-sezzjoni żgħażagħ żgur li hija ddominata mill-organizzazzjoni tal- commonwealth youth forum fejn hija mistennija l-parteċipazzjoni ta' 43 pajjiż, x'aktarx l-ogħla parteċipazzjoni li qatt kellu dan il-forum.", "Sur President, m'għadnix nibqa' immeraviljat meta nisma' lill-oppożizzjoni tallega falliment fis-sistema edukattiva tagħna.", "Drajnihom ipinġu kollox iswed.", "Jiena ma naħsibx li llum biss smajnihom ipinġu kollox iswed, smajnihom all along the way.", "Tismagħhom jitkellmu tieħu l-impressjoni, per eżempju, li l-illetterati f'dan il-pajiż twieldu f'dawn l-aħħar 17-il sena.", "Tismagħhom jitkellmu taħseb li dan il-gvern ma nefaqx lira fuq il- manutenzjoni u bini ta' skejjel ġodda għaż-żgħażagħ tagħna.", "U mbagħad meta tisma' lill-kap ta' l-oppożizzjoni jitkellem tinduna li dawn sfortunatament qed jgħixu f'ċerta fantasija joħolmu li fi 22 xahar ta' gvern Laburista wasluna sa l-art imwiegħda fejn anke rrijabilitaw u mmodernizzaw ammont ta' skejjel li fil-fatt ma kinux jeżistu.", "Sur President, 'il hinn mill-ideoloġiji u l-partiġjaniżmu, tajjeb li l- oppożizzjoni u aħna wkoll inkomplu nifhmu li huma biss pjanijiet serji u aġġornati għaċ-ċirkostanzi tal-lum li jistgħu joħolqu mpjiegi ġodda, u mhux ir-rettorika antikwata jew mases ta' nies fit-toroq.", "Is-suċċess tagħna jiddependi biss minn kemm nikkultivaw il-ħiliet tagħna mhux minn kemm nikkultivaw illużjonijiet foloz.", "Għandhom raġun ta' l-oppożizzjoni jitkellmu fuq l-uragan \"Lawrence\" għax min sema` lill-prim ministru jitkellem il-bieraħ seta` jara kif fil-verita`, il-verita` tal-fatti xejnet u ġabet fix-xejn il-kritika kollha ta' l-oppożizzjoni.", "Ix-xogħol għalina jibqa' l-aħjar mezz ta' solidarjeta` għax nemmnu li permezz tax-xogħol, li għalina jfisser xogħol produttiv, inkunu qegħdin ngħinu lil kull persuna tilħaq il-milja tagħha bħala suġġett awtonomu aktar milli bħala suġġett dipendenti għal ħajtu fuq il-benefiċjenza ta' l-Istat.", "Grazzi.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Jason Azzopardi.", "ONOR.", "JASON AZZOPARDI: Sur President, m'hemmx dubju li kull diskors dwar titjib fil-kwalita` tal-ħajja u kull diskors dwar it-tkabbir tal-ġid nazzjonali jrid jibda mill-edukazzjoni u jinbena fuq l-edukazzjoni li hija l-pern ta' kollox.", "Pero` m'hemmx dubju li l-landscape edukattiv inbidel radikalment f'dawn l-aħħar sentejn.", "Naħseb li dak għandu jkun il-punto di partenza.", "F'dawn l-aħħar sentejn kellna paradigm shift assolut fil-mod kif tiġi mfassla, imwettqa u eżegwita l-politika edukattiva ta' pajjiżna.", "Dan mhux biss għax inħolqu korsijiet ġodda, mhux biss għax issaħħet ix-xeħta vokazzjonali tal-korsijiet, mhux biss għaliex żdied in-numru ta' studenti fi kwalsijasi livell, mhux biss għax illum sirna flessibbli biżżejjed, grazzi għall-ħidma ta' dan il-ministeru, li nantiċipaw id-domanda fl- industrija tagħna bħal, per eżempju, f'dik tal-farmaċewtika u allura għandna numru ta' studenti akbar f'dawk il-korsijiet li l-industrija ta' l- IT u dik tal-farmaċewtika jkollha bżonn, imma wkoll għax għolew il-livelli ta' kwalifiki fl-MCAST li aħna waqqafna mill-ġdid wara li l-ħbieb tagħna tan-naħa l-oħra ftit tas-snin ilu kienu qatgħulu saqajh u rasu.", "M'hemmx dubju għalhekk li l-landscape edukattiv inbidel f'dawn l-aħħar sentejn.", "Pero` dak huwa l-passat reċenti ħafna.", "Issa għall-futur, il-gvern jaf x'inhuma l-bżonnijiet?", "Dażgur li jaf.", "Fil-fatt qed jieħu miżuri u jelenka l-viżjoni tiegħu permezz, per eżempju, tal-pre-budget consultation document fejn fih jelenka lejn xiex qed jimmira l-gvern.", "Hemmhekk hemm elenkata il-viżjoni ta' dan il-gvern fejn irid jasal biex nipprovdu lifelong education ta' kwalita`, biex ikollna edukazzjoni li twassal lejn it-twettiq massimu possibbli tal-potenzjal ta' kull persuna, biex ikollna edukazzjoni li tnissel u li sseddaq kultura li hija knowledge based, biex ikollna edukazzjoni li żżid il-competitive edge ta' Malta u biex ikollna edukazzjoni li tgħinna naslu għall-iżvilupp sostenibbli.", "Dan u aktar huwa parti essenzjali mill-viżjoni spjanata fil-pre-budget consultation document.", "Dawn l-aħħar sentejn jiena nistqarr li bla dubju ta' xejn kienu fost l- iktar sentejn intensivi f'dawn l-aħħar 20 sena f'dak li għandu x'jaqsam mal- ħidma tas-settur edukattiv.", "Għamilna rivoluzzjoni siekta.", "Meta niftakru li sa ftit ta' snin ilu kellna t-trade schools, li llum m'għadhomx jissemmew, li saru riformati u kien hemm paradigm shift komplet f'dak li għandu x'jaqsam mal-ħiliet u llum għandna allura t-taħriġ vokazzjonali wieħed għandu jinduna bir-rivoluzzjoni siekta li aħna wettaqna.", "F'sentejn għamilna policy review assolut.", "F'sentejn implimentajna riformi fis-setturi kollha tal-qasam edukattiv kollu kemm hu, speċjalment fil-higher education bħal, per eżempju, l-MCAST.", "F'dawn l-aħħar sentejn, anzi b'mod partikolari f'dawn l-aħħar ftit ġimgħat, il-ministru nieda proċess ta' tisħiħ, ta' tiġdid u ta' riforma fl-istipendji biex ikun hemm aċċess aħjar għall- istudenti u biex l-istudenti Għawdxin ikollhom aċċess aħjar, biex ikun hemm żieda fil-grants fl-iskema tal-cards għal dawk li qed isegwu korsijiet li fihom hemm dak li jissejjaħ il-high equipment cost u biex tiżdied il- kwalita` u jkun hemm għażla aħjar għall-istudenti.", "Kien għalhekk li investejna iktar u iktar fl-ispazju, fil-kapaċita` ta' l- istituzzjonijiet biex jospitaw l-istudenti.", "F'dawn l-aħħar sentejn immotivajna lil dan il-pajjiż u l-industrija biex sar matching aħjar biex niggwidaw lill-istudenti f'areas ġodda ta' riċerka.", "F'dawn l-aħħar ġranet tnidiet l-iskema li permezz tagħha twaqqaf l-ischolarship fund biex ikun hemm livell ġdid ta' eċċellenza f'dawk l-areas fejn il-pajjiż l-aktar għandu bżonn.", "F'dawn l-aħħar ftit ġranet tnidiet riforma, fost il-ħafna affarijiet li tħabbru bir-riforma ta' l-istipendji, biex ninvestu f'links bejn l-innovazzjoni, ir-riċerka u s-setturi ekonomiċi sabiex niżviluppaw knowledge transfer programmes ħalli l-gradwati jiġu mgħejjuna jiżviluppaw knowdedge based entrepreneurial acitivity.", "Dan u aktar huwa spjanat fil-pre-budget consultation document.", "Din hija l- viżjoni sabiex ikun hemm edukazzjoni bi standards ogħla u aħjar u quality assurance aħjar.", "X'inhu allura t-thrust tal-gvern?", "Lejn xiex qed jimmira l- gvern?", "Fost oħrajn qed jimmira lejn in-networking.", "Diġa` ġiet imnedija l- iskema tan-networking biex ikollna numru ta' kulleġġi awtonomi li jħaddnu l- livelli kollha ta' l-edukazzjoni.", "Il-gvern irid jimmira biex ikun hemm unified regulation fis-sistema edukattiva kollha kemm hi u biex ikun hemm deċentralizzazzjoni fl-iskejjel ta' l-Istat kollha kemm huma.", "Il-gvern qed jimmira - dan joħroġ ċar anke mill-pre-budget consultation document - għall-investiment qawwi, sħiħ, ġdid u massiċċ fl-infrastruttura fiżika ta' l-iskejjel tagħna.", "Ma ninsewx li ħafna mill-iskejjel tagħna huma skejjel li nbnew fil-ħamsinijiet u s-sittinijiet.", "Għalhekk il-gvern imbarka fuq multi-million project ta' kważi għaxar snin biex jinbnew skejjel ġodda u jiġu modernizzati dawk li hemm, grazzi għall-fondazzjoni ta' l-iskejjel ta' għada.", "Dwar il-fondazzjoni għall-iskejjel ta' għada, rrid ngħid li m'ilux għamilt mistoqsija parlamentari lill-ministru u sar paragun bejn il-bini tal-lyceum ta' Santa Luċija, li hu sabiħ ferm, u l-kulleġġ San Benedittu.", "M'hemmx paragun, la fit-timeframes u lanqas fl-ispiża.", "Dwar il-kulleġġ San Benedittu, l-ministru ddikjara li sar fi żmien sentejn kif kien proġettat u skond l-istima oriġinali ta' Lm3 miljun.", "Jiġifieri l-gvern qed jilħaq il- miri tiegħu.", "Qabel ma kienx isir hekk u jiddispjaċini nisma` lill-kelliem ta' l-oppożizzjoni jgħid li l-ministru jqis il-higher education bħala ġugarell, illum jilgħab bih u mbagħad għada pitgħada jilgħab b'ġugarell differenti.", "Fejn hija l-viżjoni ta' l-opożizzjoni?", "Mela l-iżvilupp mhux evoluzzjoni iktar milli proċess, pass wara l-ieħor?", "Ġaladarba l-ministeru jkun lesta saff partikolari - u allura f'dawn l-aħħar sentejn jew tlieta għamilna policy review assolut fil-qasam primarju u sekondarju - il-pass li jmiss huwa li issa nimxu għal riforma radikali fil-qasam post-sekondarju u terzjarju.", "Ejja naraw ftit il-viżjoni tal-gvern sa l-2010.", "Mill-pre-budget consultation document joħroġ li filwaqt li 23% ta' l-istudenti tagħna llum huma fil-livell terzjarju, il-gvern qed jimmira li sa l-2010 jasal għal 30%, żieda allura ta' 2,000 student.", "Fejn r-rata ta' parteċipazzjoni fil- livell post-sekondarju fil-qasam vokazzjonali llum hija ta' 36%, sa l-2010 il-gvern irid iżid din il-parteċipazzjoni b'10% oħra u jasal għal 46%.", "L- istudent population forecast huwa li s-7,200 student li hemm fil-livell terzjarju llum, sa fl-2010 jitla' għal 9,400.", "Dan kollu, apparti li huwa viżjoni, jinneċessita investiment qawwi anke fl-istruttura għax għal iktar numru ta' studenti irid ikollok aktar spazju.", "Allura anke l-expenditure bilfors ikollha tiżdied.", "Fil-fatt, filwaqt li fl-1994 it-total recurrent cost fuq il-higher education biss kien ta' Lm9 miljun, fl-2000 tela` għal Lm12 miljun u s-sena l-oħra tela` għal Lm17 miljun.", "Jiġifieri kellek splużjoni fl-investiment iktar milli fl-ispiża.", "Allura issa għandna problemi frott il-ġid, mhux problemi frott in-nuqqas ta' ġid, kif jgħid ir- rapport Chalmers.", "Ħalli ngħaddi għan-national commission for higher education.", "Fejn se twassalna din?", "Għalfejn il-gvern irid dan it-toy li għoġbu jsemmi l- kelliem ta' l-oppożizzjoni meta irrifera għal din il-kummissjoni li qed titwaqqaf?", "Il-gvern nieda proċess ta' konsultazzjoni.", "M'huwiex minnu li l- gvern mhux qed jikkonsulta.", "Fl-istess dokument li ġie mniedi biex titwaqqaf in-national commission for higher education, il-gvern qed jgħid ċar u tond li dan huwa proċess ta' konsultazzjoni, u dan il-proċess jagħlaq fl-aħħar ta' dan ix-xahar.", "Jekk l-oppożizzjoni għadha ma tafx, dan huwa stat ta' fatt li huwa miktub f'paġna 25 ta' dan id-dokument u jekk hija verament bonafide u ġenwinament interessata tagħti l-veduti tagħha, hija mistiedna biex tagħmel dan sa l-aħħar ta` Novembru.", "Imma allura għalfejn se nwaqqfu din il-kummissjoni nazzjonali?", "Għax irridu niżguraw l-eċċellenza ta` edukazzjoni ta' kwalita` għal kulħadd biex ikun hemm kordinazzjoni tas- sinerġiji bejn l-istudenti, l-istituzzjonijiet, il-gvern u d-dinja tax- xogħol.", "Dan hu l-gvern li dejjem jimraħ, iwessa`, jespandi l-orizzonti tiegħu għax huwa kommess li jżid ir-rata ta' parteċipazzjoni mhux biss fin- numri imma anke fil-kwalita`.", "Għalhekk l-investiment huwa wieħed kontinwu biex l-edukazzjoni terzjarja u post-sekondarja tkompli timraħ u titjieb.", "Ma ninsewx li dan ir-rapport tal-kummissjoni nazzjonali qed narawh quddiemna wara r-rapport Chalmers.", "Wara li din is-sena l-gvern lesta l- iżviluppi li ried iwettaq fl-edukazzjoni obbligatorja, fl-iskejjel primarji u sekondarji, u s-sena d-dieħla se jimbarka fuq fażi importanti ta' l- iżviluppi meħtieġa fl-edukazzjoni ogħla, dik post-sekondarja, vokazzjonali u terzjarja.", "Għalhekk l-ħtieġa tal-kummissjoni nazzjonali.", "X'se tagħmel din il-kummissjoni, dan il-mostru, dan il-baħħ li qed tipprova tpinġi l- oppożizzjoni għax ma tistax tikkritika u allura ovvjament tipprova tiddenigra?", "In-national commission trid tiżgura li jkun hemm proċess ta' appraisal u assessment kontinwu u gradwali tas-sistemi edukattivi tagħna.", "Il-gvern irid jingħata l-pariri li hemm bżonn għal riformi fil-policies u l- istrateġiji u jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu riċerka idonea li twassal għal espansjoni ta' kwalita` fis-settur.", "Il-metodoliġiji u s-sistemi ta' funding tal-bieraħ m'għadhomx tajbin għal għada u allura għandna bżonn reviżjoni radikali.", "Għaliex?", "Għax kif għedt fil-bidu numri ikbar ifissru aktar fondi u bżonn ta' kapaċita` akbar għax hemm bżonn ta' kontabilita` assoluta f'istituzzjonijiet li huma ffinanzjati mill-gvern, filwaqt - u din hija importanti - li tibqa` l-awtonomija.", "Għal dan il-gvern plank importanti tal-politika tiegħu hi li l-kontabilita` timxi id f'id ma' l-awtonomija.", "Din in-national commission se jkollha wkoll l-oneru li tiżgura kordinazzjoni u koperazzjoni strateġika bejn l- istituzzjonijiet post-sekondarji.", "Dan id-dokument - u din hija xi ħaġa li lili taffaxinani - huwa dokument li juri kemm il-gvern huwa awto-kritiku.", "Fil-fatt il-gvern ma jiddejjaqx li f'paġna 19 jelenka sett ta' mistoqsijiet biex jixprunaw u jistimulaw riflessjoni.", "U qed jistaqsi: Il-programmi edukattivi li għandna bħalissa huma lkoll rilevanti?", "Hemm gaps bejn id-dixxiplini available u dawk li l- pajjiż għandu bżonn?", "Hemm overlaps li nistgħu nirranġaw?", "Il-content prattiku u akkademiku tal-programmi tagħna huwa wieħed adegwat?", "Insejna, tlifna l-focus tagħna fuq l-edukazzjoni fir-riċerka tagħna għall-over examination biex ikun hemm enfasi kważi żejjed fuq iċ-ċertifikazzjoni?", "Fi ftit kliem il-pajjiż qiegħed jieħu best value for money għall-investiment sostanzjali li qed isir fil-higher education?", "Dan huwa li fih dan id- dokument.", "Dokument li qed jixxpruna, jistieden, jistimula u jipprovoka diskussjoni.", "Għalhekk qed insaħħu l-istrutturi kollha tal-gvern.", "Irridu li l-kummissjoni għall-edukazzjoni ogħla tkun responsabbli għall- kreazzjoni, għall-iżvilupp, għat-tħaddim ta' ambjent operazzjonali, biex dawk l-operaturi kollha liċenzjati, sew Maltin, barranin, tal-gvern kif ukoll tal-privat jaderixxu għal standards akkademiċi speċifiċi u jkunu soġġetti għall-iskrutinju tal-programmi tagħhom u sabiex il-mixja u l- mobilita` ta' l-istudenti bejn istituzzjoni u oħra tkun faċilitata biex tiżdied l-employability tagħhom ħalli dawn jimmassimizzaw il-potenzjal tagħhom.", "Din hija l-viżjoni tal-gvern.", "Din il-kummissjoni se tagħti wkoll pariri dwar l-istrategic oversight, l-espansjoni tas-sistema edukattiva, il- funding u accountability, il-quality assurance, l-accreditation u l-aċċess ekwu u ġust għall-istudenti kollha.", "Dan il-gvern, nerġa` ngħid, għadu jimraħ, għadu kreattiv u għadu joħroġ b'ideat ġodda għax huwa gvern li jemmen fit-tiġdid.", "Sur President, ħalli ngħaddu issa għan-national reform programme li tnieda ftit tal-ġranet ilu.", "Dan huwa dokument importanti li fih qed nirrikonoxxu l- isfidi u d-diffikultajiet li għandna għall-ġejjieni.", "Pero` huwa wkoll dokument li qed juri l-impenn tal-gvern b'investiment massiċċ sabiex ikun hemm din ir-riforma fil-higher education.", "Tajjeb ngħidu li dakinhar tal- budget, ġimgħa ilu, fuq il-mejda tal-Kamra tpoġġiet legal notice li permezz tagħha se jitwaqqaf il-qualifications council sabiex ikun hemm uniformita` fl-istandards, fl-accreditation fis-settur vokazzjonali.", "Minn dan in- national reform programme joħroġ ċar li l-gvern huwa determinat li jżid il- pass tar-riforma.", "Għalhekk il-gvern huwa determinat li jnnaqqas in-numru ta' l-early school leavers.", "Il-gvern se jwaqqaf direttorat ta' l-edukazzjoni ogħla biex jiggarantixxi l- kwalita` u l-inklussivita` fil-higher education, biex iżid it-taħriġ fil- computer skills, biex jistabbilixxi community technology learning centres ħalli dawk li huma bla xogħol jipprattikaw dak li jkunu tgħallmu u biex jintensifika is-servizzi ta' gwida ħalli l-istudent jagħmel l-aħjar għażla possibbli għall-karriera.", "Taqta` nifsek telenka l-inizjattivi.", "Dan hu s- sabiħ, li dejjem noħorġu b'ideat ġodda bi kreattivita`.", "Dan id-dokument qed jipproponi wkoll it-twaqqif ta' forum bejn l-ETC, l-Universita`, l- MCAST, l-FOI u l-NSO sabiex ikun hemm kordinazzjoni u ntejbu l-matching bejn id-demand u s-supply.", "Dan huwa dan gvern ta' fatti u ċifri għax il-fatti ma jmerihom ħadd, u se nsemmi ftit fatti u ċifri.", "L-ispiża fuq l-edukazzjoni ta' Malta bħala persentaġġ tat-total general government expenditure hija ta' 13.3%.", "Dan l- ammont huwa ogħla minn tal-Belġju, ta' Franza, l-Irlanda, l-Italja, il- Lussemburgu, l-Olanda, l-Awstrija, il-Fillandja, l-Isvezja, l-Ingilterra, l- Islanda u n-Norveġja.", "L-Ispiża fuq l-edukazzjoni bħala persentaġġ tal-GDP illum waslet għal kważi 6.4% li tipparaguna tajjeb ferm mal-kumplament ta' l-Ewropa u hija ogħla minn dawk il-pajjiżi li għadni kemm semmejt.", "Allura jipparaguna tajjeb ħafna anke mal-medja.", "Sur President, l-evening courses f'dak li għandu x'jaqsam mal-popolazzjoni ta' l-istudenti fil-higher education fil-livell terzjarju fl-1994 kienu jammontaw għal 450, fl-2000 telgħu għal 800 u is-sena l-oħra kien hemm 2,000.", "Il-popolazzjoni ta' l-istudenti tad-day courses fil-post- sekondarju u l-higher education fl-1994 kienet ta' 10,000, fl-2000 telgħet għal 13,000 u s-sena l-oħra kien hemm 17,000.", "Lanqas paragun!", "Jekk nieħdu l-persentaġġ ta' dawk l-istudenti li għandhom 17-il sena li qed jipparteċipaw f'xi livell ta' edukazzjoni nsibu li fl-1999 kien ta' 43% u s- sena l-oħra tela` għal 66%.", "Il-persentaġġ ta' dawk li għandhom 19-il sena li qed jipparteċipaw f'xi livell ta' edukazzjoni fl-1999 kien ta' 31% u s- sena l-oħra tela' għal 44%.", "Fl-1998 kien hemm 2,200 student fil-junior college filwaqt li s-sena l-oħra l-ammont tela` għal 3,100.", "L-MCAST huwa suċċess assolut.", "Fl-2001 kien hemm 1,600 student u s-sena l- oħra kien hemm 3,600.", "Kien hemm żieda ta' studenti f'kull kors, fl- enġinerija ta' l-elettronika, fil-building and construction, fil-business and commerce, eċċ., eċċ. Fil-courses tal-lifelong learning fl-1994 it-total ta' studenti kien ta' 3,300, fl-2000 tela` għal 7,500 u din is-sena hemm 7,700.", "Kif nipparagunaw ma` l-Ewropa fil-proporzjon ta' studenti li jipparteċipaw f'xi livell primarju sa terzjarju?", "Il-medja fl-Ewropa hija ta' 23% u f'Malta ta' 22%, ogħla mid-Danimarka, mill-Italja, mill- Portugall, mill-Estonja, mill-Ingilterra, mill-Awstrija u pajjiżi oħra.", "Allura x'inhi l-konklużjoni ta' dan kollu?", "Li għalina l-edukazzjoni hija ċ- ċavetta, Sur President. .", "L-investiment sostnut fil-kapital uman tagħna jiddetermina l-għerf u l- ħiliet, il-produttivita`, il-kapaċitajiet ta' l-imprenditorija u ta' l- innovazzjoni, il-kompetittivita` tagħna u għalhekk il-kwalita` ta' ħajjitna.", "Għalina dan huwa vanġelu.", "Dan hu l-mission statement tagħna.", "L- għerf u l-ħiliet huma l-fattur primarju għas-suċċess kompetittiv u għall- prosperita` tagħna.", "Malta tikber skond kemm ikollna edukazzjoni ta' kwalita` għal kulħadd.", "Dan il-gvern jirrikonoxxi dan.", "Il-livell u l- istandard ta' edukazzjoni tal-poplu tagħna għandu impatt dirett fuq ir-rata tat-tkabbir ta' kull settur ta' l-attivita` ekonomika tagħna.", "Aħna rridu, u hekk qegħdin niksbu, workforce li hija highly skilled, pero` workforce li hija highly skilled tasal għaliha billi jkollok lifelong education.", "Ejja nkunu ċari, Sur President.", "Dan huwa gvern, dan huwa ministru - u din irrid nirrikonoxxiha - li ma jemminx fit-trijonfaliżmu.", "L-umilta` hija importanti ħafna.", "Irridu nżommu saqajna ma' l-art.", "Qatt ma nistgħu ngħidu li wasalna għax fl-edukazzjoni ma tista' tgħid qatt li wasalt fejn suppost tasal jew tixtieq tasal.", "Imma l- importanti mhux il-kant ta' vittorja, iżda s-serenita` u s-sodisfazzjon li qed niksbu riżultati pożittivi ferm frott il-viżjoni, frott il-ħeġġa, frott l-impenn, frott id-determinazzjoni, il-kreattivita`, id-dedikazzjoni u l- passjoni.", "We enjoy what we are doing.", "Dik hija d-differenza bejn min huwa pożittiv u bejn min huwa negattiv.", "Nerġa` ngħid, m'aħniex ngħidu li wasalna, l-istandards tagħna, il-benchmarks tagħna huma għoljin.", "We set ourselves very high standards għax nemmnu fil-kapaċitajiet tagħna u tal- poplu tagħna.", "Ċertament li dan huwa gvern li ħadem ħafna, qed jaħdem ħafna u qed jikseb ħafna.", "Huwa gvern li għandu pjan, għandu viżjoni, għandu proġett li għall- edukazzjoni u fl-edukazzjoni jkollna l-eċċellenza.", "Fil-bidu ta' dan id- dibattitu l-kollega ppropona tnaqqis ta' Lm1 mill-vot tal-ministru bħala sfiduċja, imma jien nixtieq nipproponi żieda ta' Lm1 bħala vot ta' fiduċja.", "Grazzi ħafna.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Grazzi ħafna.", "Issa f'idejn il-Ministru biex jagħlaq id-dibattitu, jekk jogħġbu.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, l-ewwelnett irrid nibda, mhux b'ritwal iżda b'sinċerita`, billi nwassal il-ħajr tiegħi lill-kelliema ta' din il- Kamra, speċjalment il-kelliema ta' l-oppożizzjoni għall-kontribut tagħhom f'din id-diskussjoni u matul id-dibattiti li jsiru matul is-sena f'din il- kamra u barra minn din il-kamra għax kif dejjem sostnejt il-kontribut ta' l- oppożizzjoni, anke jekk wieħed ma jaqbilx miegħu u anke jekk issib xi kritika f'dak il-kontribut, dejjem sibtu utli, xprun u jgħinna biex bl- aħjar mod li nistgħu nipprovaw nagħmlu x-xogħol tagħna aħjar.", "Dan huwa tajjeb u jekk jagħmlu hekk ikunu qed jaqdu d-dmirhom.", "Qegħdin nagħmlu dan id-dibattitu wara sena oħra ta' ħidma fil-ministeru ta' l-edukazzjoni, żgħażagħ u impjiegi.", "Matul din is-sena kellna eluf ta' Maltin u Għawdxin jieħdu sehem f'din il-ħidma, fosthom l-għalliema mpenjati fl-iskejjel ta' l-istat, f'dawk privati u tal-knisja, dawk li jgħallmu l- universita`, l-MCAST, l-ITS, il-Giovanni Curmi higher secondary, il-junior college u s-sixth form.", "Imbagħad insibu lil dawk li jaħdmu fl-istrutturi ċentrali fid-diviżjoni ta' l-edukazzjoni bħalma huma d-diretturi, id- direttur ġenerali u s-segretarju permanenti fil-ministeru u oħrajn li jaħdmu fid-diversi dipartimenti u fil-libreriji.", "Hemm uffiċjali oħra li qed jaħdmu fil-fondazzjoni għas-servizzi edukattivi, fil-fondazzjoni għall- iskejjel t'għada u diversi nies oħra li qegħdin f'bordijiet jew qed jagħtu sehem fil-kunsill Malti tal-ktieb u fil-kunsill nazzjonali ta' l-ilsien Malti.", "Hemm ukoll dawk li qegħdin fil-korporazzjoni għax-xogħol u taħriġ, fl-awtorita` tas-saħħa u s-sigurta` fuq il-post tax-xogħol u oħrajn fit- taqsima li tieħu ħsieb il-programmi ta' l-Unjoni Ewropea.", "Hemm tant u tant oħrajn, fosthom u mhux l-inqas, il-korp kollu ta' l-istudenti li għandna u anke l-ġenituri.", "Jien irrid nirringrazzjahom.", "Irrid nirringrazzja lill-uffiċjali u l-impjegati kollha li għandi fil- ministeru li mingħajrhom ma kienx ikun possibbli li mmexxi dan il- ministeru.", "Irrid nirringrazzja b'mod speċjali lil dawk li qegħdin jaħdmu f'diversi gruppi ta' riċerka u ta' analisi kritika, kif se nispjega aktar tard, li qed jgħinuna biex nagħrfu aħjar is-sitwazzjoni fid-diversi oqsma ta' l-edukazzjoni u nidentifikaw dawk ir-rakkomandazzjonijiet li jkunu ta' ġid biex aħna nġibu 'l quddiem dan is-settur.", "Ringrazzjament ieħor irrid ngħaddih lill-unions kollha kemm huma, imma naturalment b'mod partikolari lil MUT li magħha aħna jkollna l-iktar relazzjoni mill-qrib u l-iktar relazzjoni li tolqot il-biċċa l-kbira ta' dan il-ministeru.", "Irrid nizzi ħajr ukoll lill-korpi kostitwiti u anke lill-Alternattiva Demokratika, li għalkemm m'hijiex rappreżentata f'dan il-parlament naf li tagħti wkoll attenzjoni speċjali lil dan is-settur ta' l-edukazzjoni u tagħmel il- kontribut tagħha wkoll.", "Sur President, qabel nittratta l-biċċa l-kbira tal-kummenti tiegħi fuq is- settur ta' l-edukazzjoni xtaqt nagħmel xi riflessjonijiet ta' malajr fuq xi aspetti oħra.", "Se nagħmel dan mhux għax dawn l-aspetti l-oħrajn huma inqas importanti mill-edukazzjoni, imma għax jew diġa` għaddejna ftit żmien mhux ħażin nitkellmu fuqhom jew inkella anke rreferew għalihom qabli sħabi tan- naħa tal-gvern.", "Ħalli nibda bil-kwestjoni tax-xogħol.", "Kellna kelliema mill-oppożizzjoni li tkellmu fuq il-qasam tax-xogħol, il-qasam ta' l- ekonomija u l-qasam ta' l-impjiegi.", "Ftit ġranet ilu għadna kif għaddejna tliet seduti, tnejn minnhom nitħaddtu proprju fuq is-suq tax-xogħol u l- ħidma li tagħmel il-korporazzjoni għax-xogħol u taħriġ u seduta oħra nitkellmu fuq is-saħħa u s-sigurta` fuq il-postijiet tax-xogħol.", "F'dawn it- tliet seduti, kif sar fis-seduta tad-diskors tal-budget, fis-seduta meta tkellem il-kap ta' l-oppożizzjoni u fl-oħra meta tkellem il-prim ministru biex jirrispondi għal dak li qal il-kap ta' l-oppożizzjoni, kellna l- opportunita` li niffokaw ħafna fuq il-qasam tax-xogħol.", "Nerġa` ntenni dak li fisser il-prim ministru l-bieraħ.", "Għalina l-mira hija xogħol għal kulħadd, u xogħol għal kulħadd għalina ma tfissirx dak li jifhmu l-ekonomisti, jiġifieri li jista' jkollok full employment anke b'rata ta' qgħad ta' 4%.", "Għalina xogħol għal kulħadd tfisser xogħol għal kull Malti u Maltija u għal kull Għawdxi u Għawdxija.", "U sakemm jibqa` xi ħadd li jiflaħ jaħdem, li jrid jaħdem u ma jsibx xogħol mhux tort tiegħu, aħna nibqgħu mpenjati li nagħmlu ħilitna kollha.", "Pero` ndawru kif indawru d-diskors r-realta` tibqa` dik li hi.", "Il-manjiera kif jiżviluppaw l-ekonomiji u kif iseħħ l-iżvilupp soċjali u ekonomiku ta' kull soċjeta` hija manjiera li fiha r-realta` kiefra li xi ftit, jew sfortunatament kultant wisq, ikollok anke nies li qegħdin ifittxu x-xogħol.", "Pero` jien nemmen li dan il-gvern ta prova wara oħra li kapaċi joħloq ix- xogħol, kapaċi jkattar il-parteċipazzjoni ta' dawk li jaħdmu u kapaċi jiffaċċja d-diffikultajiet u l-isfidi li ġġib id-dinja tal-lum bis- sitwazzjonijiet reġjonali u internazzjonali li ninsabu fihom.", "Minkejja dan kollu nistgħu ngħidu li l-gvern huwa impenjat li f'Malta u f'Għawdex nagħmlu ħilitna kollha biex nassiguraw li l-iżvilupp ekonomiku jaħdem b'mod li jtaffi kemm jista' mid-diffikultajiet li l-mewġ tat-taqlib ekonomiku fid- dinja jġib miegħu u joħloq ukoll l-ambjent biex intejbu l-ħolqien ta' l- impjiegi.", "Aħna qed nagħmlu budget b'Lm14-il miljun inċentiv għall-industrija għaż- żmien li ġej.", "Irridu ngħidu li fit-tliet snin li għaddew ġew 149 kumpannija li nvestew f'Malta Lm79 miljun.", "Joħroġ biċ-ċar li jekk nimxu fuq il-kriterju tal-prodott gross domestiku, Malta hija s-sitt pajjiż fl-Unjoni Ewropea li l-iktar attirat investiment.", "Għalkemm dawn l-indikaturi ma jnaqqsu xejn mir-realta` li qed jiffaċċjaw dawk li qed ifittxu x-xogħol u mir-realta` tal-familji li l-kap jew membri tagħhom m'humiex qed jaħdmu, xorta waħda wieħed jista` jgħid li dawn l-indikaturi huma faċċata oħra ta' realta` li turi li dan il-pajjiż qed jirnexxilu jirkeb il-mewġ tat-tibdil, tar-ristrutturazzjoni, tal-globalizzazzjoni u ta' dan iċ-ċiklu fejn speċjalment fil-kamp tal-manifattura llum għandek fabbriki li jitwieldu u l- għada għandek oħrajn li jmutu.", "Dan huwa ċiklu li la spiċċa l-bieraħ, la se jispiċċa llum u lanqas se jispiċċa għada.", "Aħna fiduċjużi, kif qed nuru fid- diskors ta' dan il-budget, li fil-qasam ta' l-ekonomija jirnexxielna li niksbu r-riżultati li pajjiżna jixraqlu.", "Sur President, l-Onor.", "Clyde Puli tkellem fuq iż-żgħażagħ.", "Irrid ngħid li jiena ma nħarisx lejn it-taqsima taż-żgħżagħ bħala xi taqsima għaliha.", "Kulma nagħmel fil-ministeru huwa ddominat mill-interessi taż-żgħażagħ.", "Jekk aħna qed nonfqu dawn il-miljuni kollha fil-ministeru, l-ikbar benefiċjarji tagħhom huma ż-żgħażagħ għax iż-żgħażagħ l-iktar ħaġa li nistgħu nagħtuhom żgur li hija l-opportunita` ta' l-aqwa edukazzjoni possibbli.", "Kif qal il- kollega tiegħi l-Onor.", "Clyde Puli, u rriferiet għalih ukoll l-Onor.", "Justyne Caruana, fil-limitazzjonijiet ta' riżorsi li għandna - u nifhem li hemm limitazzjonijiet ta' riżorsi - qed jirnexxilna wkoll inwettqu politika nazzjonali taż-żgħażagħ li hija proattiva.", "L-Onor.", "Puli ta diversi fatti u figuri u mhux se noqgħod nirripetihom.", "Pero' din il-ġimgħa rrid nistieden liż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin biex isegwu l-forum tal-Commonwealth għaż- żgħażagħ.", "Hija okkażjoni unika għal pajjiżna li se tiġbed numru kbir ta' żgħażagħ minn ħafna pajjiżi minn madwar id-dinja u jien ċert li dawk iż- żgħażagħ Maltin u Għawdxin li se jipparteċipaw f'dan il-forum ma' dawn iż- żgħażagħ mill-Commonwealth għal darb'oħra se juru s-sbuħija ta' pajjiżna, il-kapaċitajiet tagħna u x'kontribut siewi nistgħu nagħtu fl- organizzazzjonijiet internazzjonali li aħna nkunu qed nagħmlu parti minnhom.", "Sur President, irrid ngħid xi ħaġa wkoll fuq l-isport.", "Mhux tant biex ngħid x'qed isir f'dan il-kamp - u qed isir ħafna - imma biex b'mod partikolari nrodd ħajr lill-isportivi kollha nisa u rġiel Maltin u Għawdxin u lill- assoċjazzjonijiet u l-federazzjonijiet ta' l-isport għall-ħidma kbira tagħhom.", "Jiena naqbel mal-kollega tiegħi l-Onor.", "Abela u ma' oħrajn li tkellmu llejla, li kieku mhux għall-impenn volontarju ta' dawn il-mijiet kbar ta' nies li jimmilitaw f'dan il-qasam sportiv kieku mhux possibbli li niksbu riżultati tajbin.", "Wara kollox fid-dinja kullimkien hekk.", "Is- sinsla ta' l-isport mhux tant kemm jagħti l-gvern, anke jekk ikun hemm gvernijiet li jaffordjaw jagħtu iktar milli nistgħu naffordjaw aħna.", "Is- sinsla ta' l-organizzazzjoni, tar-riżultati tal-ħidma sportiva dejjem hija l-volontarjat.", "Jien irrid infakkar li jekk nieħdu l-aħħar disa` snin ta' l- amministrazzjoni nazzjonalista nsibu li fl-isport għamilna investiment kapitali ta' aktar minn Lm4 miljun u f'investiment rikorrenti tfajna kważi Lm7.5 miljun, total ta' Lm11.7 miljun.", "Veru li dan sar fuq firxa ta' kważi disa` snin, imma xorta huma investimenti importanti.", "Irrid ngħid ukoll li l-Kunsill Malti għall-Isport qiegħed jaħdem sew fuq politika kif ukoll fuq strateġija għall-isport biex jibda r-reġistrazzjoni ta' l-għaqdiet sportivi u biex ikun jista' jassigura l-aqwa u l-aħjar tmexxija tal-kumplessi sportivi, li l-manutenzjoni tagħhom m'hemmx dubju li iġġib magħha spejjeż kbar.", "Qiegħed jaħseb ukoll biex nassiguraw li l-qasam ta' l-isport jilħaq il-miri li aħna qed nistabbilixxu.", "Aħna rridu ħafna u ħafna iktar nisa u rġiel Maltin jieħdu sehem regolarment fl-attivita` fiżika, fl-attivita` sportiva.", "Irridu li jkollna iktar tfal li qegħdin jagħmlu l-isport fl-iskejjel tagħna u li jagħmlu l-isport mal-fergħat tat- tfal tad-diversi assoċjazzjonijiet ta' diversi dixxiplini sportivi.", "Aħna nibqgħu impjenjati li nsaħħu l-iskola sport u naraw li l-programmi li għandna jkunu programmi li jiġbdu aktar u aktar nies.", "Jien irrid nirringrazzja lill-KOM għall-impenn u l-ħidma tagħhom f'dan il- kamp.", "Irrid ukoll infaħħar l-inizjattiva li qiegħda tieħu l-RFU.", "Dan l- isport tar-rugby li f'Malta nbeda ftit ta' żmien ilu ma tantx kien daqshekk popolari, imma issa qed jakkwista popolarita` tassew eċċezzjonali, u jiena nawguralhom.", "Irrid ukoll infaħħar lill-MFA li din il-ġimgħa ospitat f'Malta l-esekuttiv tal-UEFA.", "Fil-fatt il-prim ministru kellu l-pjaċir li jiltaqa' mal-president tal-UEFA Johansson u mal-membri ta' dak l-esekuttiv u m'għandix dubju li din ir-relazzjoni pożittiva bejn l-MFA u l-UEFA hija xi ħaġa li anke tagħmel ħafna ġid lil pajjiżna.", "Sur President, irrid insemmi wkoll, għalkemm forsi jkollna ċ-ċans li nitkellmu fuqu f'xi okkażjoni oħra, il-ħidma kbira li qed jagħmel kemm il- kunsill nazzjonali ta' l-ilsien Malti, li għadu kif twaqqaf ftit tax-xhur ilu, kif ukoll il-kunsill nazzjonali tal-ktieb.", "Dawn iż-żewġ kunsilli qegħdin jaħdmu b'mod impenjattiv immens biex inġibu titjib tal-Malti fl-użu tiegħu, titjib fit-terminoloġija, fil-qasam ta' l-informatika u f'dik li hija letteratura Maltija.", "Issa dalwaqt ikollna l-premju letterarju għall- kotba li ġew ippubblikati fl-2004 u l-fiera tal-ktieb, barra l-ħafna inizjattivi oħrajn li dawn iż-żewġ kunsilli qed jaħdmu fuqhom.", "Għaldaqstant irrid nirringrazzja ħafna lill-presidenti u lill membri ta' dawn il- kunsilli.", "Dwar il-kwestjoni tax-xjenza u t-teknoloġija rrid infakkar li matul din is- sena d-deċiżjonijiet li kellhom jittieħdu, issa ttieħdu.", "Il-kunsill Malti għax-xjenza u t-teknoloġija issa mar taħt ir-responsabbilta` tal-prim ministru u l-voti dwaru qed jidhru fil-fatt taħt l-uffiċċju tal-prim ministru.", "Jien nemmen li din hija deċiżjoni tajba għaliex b'din il-manjiera x-xjenza u t-teknoloġija li għandhom firxa mal-ministeri kollha u ma' l- oqsma kollha ta' l-ekonomija u tar-riċerka f'pajjiżna jistgħu jitmexxew aħjar jekk ikunu diretti proprju fil-quċċata tal-gvern.", "Irrid ngħid li meta mbagħad smajt il-kelliema ta' l-oppożizzjoni jitkellmu fuq il-qasam ta' l- edukazzjoni u oġġettivament ipprovajt nagħsar u nifhem dak li qalu - u m'hemm l-ebda telf li tisma` u tixtarr id-dettalji li tkun semmiet l- oppożizzjoni - jiddispjaċini li jkolli nikkonferma li minn dak id-diskors joħroġ biċ-ċar li l-oppożizzjoni għadha ma tafx x'hemm bżonn fil-qasam ta' l-edukazzjoni.", "Għad m'għandix idea f'liema direzzjoni trid tmur l- edukazzjoni.", "Bl-Ingliż ngħidu a lot of waffle, ħafna tbażwir u żeglig imma ffukar, viżjoni u ċarezza assolutament ma joħroġ xejn.", "Issa meta l-kritika tkun ġusta u kostruttiva joħroġ il-ġid, u jkun hemm punti li jkunu kritiċi u jkunu kostruttivi.", "Jien nieħu gost, per eżempju, nisma` lill-oppożizzjoni tgħid li hija ħaġa tajba li twaqqaf il-government scholarships fund u li qed tiġi allokata somma flus għal-librerija ta' l- universita'.", "Tajjeb ukoll li wieħed jgħid li rridu naraw li l-progress ta' l-iżviluppi fl-edukazzjoni nibdew narawhom fil-klassijiet ta' l-iskejjel tagħna.", "Dażgur ħaġa tajba din, mela le.", "Nieħu wkoll gost li nisma` lil min jgħid li hemm bżonn li l-passi nagħmluhom bis-serjeta`.", "Imma mbagħad ma nistgħux nikklejmjaw is-serjeta` u ssir kritika li bir-rispett kollu f'diversi aspetti minnha hija żbaljata, hija infondata, hija superfiċjali u turi biċ-ċar li l-oppożizzjoni la qiegħda tifhem l-edukazzjoni x'għandha bżonn, la x'qed jiġri fl-edukazzjoni, la l-gvern x'qed jagħmel fl- edukazzjoni u wisq inqas qiegħda tagħti xi sens ta' direzzjoni tajba fil- qasam ta' l-ippjanar.", "Il-ħabib tiegħi l-Onor.", "Carmelo Abela qalilna li l-partit laburista għandu pjan b'numru ta' proposti u inizjattivi.", "X'inhu dan il-pjan?", "Dan il-pjan hu l-ewwel dokument li ħareġ f'Awissu ta' l-2004 \"Lejn pjan ta' riġenerazzjoni ekonomika u soċjali\".", "Jiġifieri f'Awissu ta' l-2004 il- Partit Laburista kien għadu qiegħed iħares lejn pjan.", "Ta' min jgħid li meta ħareġ dan id-dokument l-ewwel ħaġa li qalilna l-partit laburista kienet li dak id-dokument m'huwiex tiegħu, m'għandux x'jaqsam miegħu.", "Dak li kien qalilna fuq dak il-pjan.", "Imbagħad kważi sena wara, f'Ġunju ta' din is-sena, ħareġ bi pjan ta' qawmien ekonomiku u soċjali għal Malta u Għawdex.", "Jiena fittixt ħalli nara fejn qegħdin in-numru ta' proposti u inizjattivi għall-qasam ta' l-edukazzjoni li semma l-Onor.", "Abela.", "Minn dan id-dokument kollu, li huwa assolutament superfiċjali, fuq l-edukazzjoni kulma hemm huma żewġ paġni.", "Dan id-dokument huwa mimli b'pii desideri u ġeneralizzazzjonijiet li ma nistennihomx minn oppożizzjoni li ilha tistudja dawn l-affarijiet għal ħdax-il sena.", "Meta tibda taqra dawn il-proposti u inizjattivi li hemm f'dan id-dokument issib li l-ewwel ħaġa li qed jgħidu hija li għandu jsir investiment akbar fit-taħriġ vokazzjonali biex intejbu l-ħiliet tal-ħaddiema.", "Imma meta tkompli taqra u tagħsar id-diskors ma ssib xejn ħlief bla, bla, bla.", "Fejn qiegħda l-viżjoni?", "Fejnha l-istrateġija?", "Fejnhom il-proposti u l- inizjattivi?", "Kif se tagħmel dawn l-affarijiet?", "B'kemm flus?", "Meta se tagħmilhom?", "Imbagħad tkompli taqra u ssib li qed jgħidu li hemm bżonn taħriġ kontinwu biex il-ħaddiema jadattaw għall-ħteġijiet ġodda fis-suq tax- xogħol.", "Eureka,skoprejna l-Amerika!", "L-istess terġa` tipprova tagħsar dak id-diskors u terġa` ma ssib xejn ħlief bla bla bla.", "Imbagħad tkompli taqra u ssib il-proposta għal tisħiħ fl-iskejjel tal- kindergarten, primarji, sekondarji u skejjel vokazzjonali.", "Hawn, meta ddura kollha tislet li qed jgħidu li għandhom jitwaqqfu wkoll skejjel sekondarji vokazzjonali b'enfasi fuq tagħlim prattiku, learning by doing, bħall- informatika, inġinerija....", "Ma nafx eżattament xi tfisser din u fuq liema kriterju u b'liema studju qed jibbażawha.", "Din hija biss rehash tat-trade schools.", "U jiena ċert li kieku kellhom jerġgħu joħolqu stream speċjali ta' dawn it-tip ta' studenti jerġa` jiġri li la jkollna studenti u żgħażagħ ippreparati għad-diversi vokazzjonjiet u lanqas ikollna studenti li għandhom il-bażi ta' litteriżmu li hemm bżonn.", "It-traġedji li saru fi żmienhom huma traġedji li ħafna għadhom ibatuhom sal-lum.", "Dak iż-żmien batewhom bħala studenti u llum qed ibatuhom bħala missirijiet u kapijiet ta' familji.", "Meta taqra dan id-dokument tibda taħseb li hawn vacuum sħiħ.", "Qisu l-gvern ma jeżistix!", "Il-gvern, li ilu jagħmel proposti konkretissimmi u qiegħed iwettaqhom, qisu m'hu qed jagħmel xejn!", "Lanqas riflessjoni fuqhom!", "Għalfejn?!", "Imsomma tkompli taqra u ssib proposta oħra li tgħid li l- gvern għandu jieħu dawk il-miżuri li jagħtu inċentivi akbar u li jħeġġu lill-istudenti jagħżlu korsijiet f'oqsma ta' studju li pajjiżna se jkollu l- aktar....", "(Interruzzjonijiet) Dan m'hu xejn ħlief bla bla bla.", "Dawn huma l- proposti u l-inizjattivi?!", "(Interruzzjonijiet) Il-programm elettorali li ġie sfiduċjat mill-poplu, hux hekk?", "Jiena ngħid li din m'hijiex serjeta` u se nuri aktar kemm m'hijiex serjeta`.", "Kiif iħares lejn l-edukazzjoni dan il-gvern?", "Jien x'nixtieq għall-poplu Malti u Għawdxi?", "X'nixtieq għat-tfal, għall-ulied kollha, għall-ġenituri, għall-ħaddiema u għal kulmin jaħdem f'dan il-qasam?", "X'inhi l-viżjoni u l-istrateġija tal-gvern li beda jmexxi l-prim ministru Gonzi daqs sena u nofs ilu, liema viżjoni u strateġija hija wkoll il-wirt ta' ħidma kbira fl-edukazzjoni fis-snin ta' qabel minn amministrazzjonijiet nazzjonalisti?", "Il-budget li ppreżenta l-prim inistru din is-sena għandu bħala tema \"nibnu fuq ħilitna biex inti tgħix aħjar'' u li ppreżenta s-sena l-oħra kellu bħala tema \"inġeddu lil pajjiżna flimkien\" u poġġa l-arkata tal-priorita` kif jaraha hu bħala prim ministru u kif qed jaraha dan il-gvern, u cioe` l-ekonomija, l-edukazzjoni u l-ambjent.", "F'din l-arkata ta' priorita` l- Prim Ministru poġġa l-edukazzjoni bħala l-ġebla tax-xewka, bħala s-sinsla ta' kull żvilupp, li mingħajrha dik l-arkata ma żżommx.", "Allura jekk aħna għandna din il-viżjoni, x'irridu?", "Kif se naslu?", "X'qed nagħmlu biex naslu?", "Fejn wasalna?", "Ħalli nibda mill-ewwel waħda.", "Il-viżjoni tagħna hija li uliedna lkoll jirnexxu f'dinja ġdida.", "Xi tfisser meta ngħidu biex uliedna jirnexxu wkoll f'din id-dinja ġdida?", "M'aħniex qed ngħidu li jirnexxu b'mod utilitarju, imma rridu li uliedna jiġu żviluppati b'mod sħiħ biex ikollhom żvilupp tad-dinjita` li tassew tagħmilhom xbieha ta' Alla, li bħalu jkunu kreatturi.", "Veru li jkun żvilupp tal-kapital uman, imma l-Maltin u l- Għawdxin huma infinittessmament bil-bosta aktar minn sempliċi kapital.", "U allura \"jirnexxu\" għalina tfisser li jkunu wlied u jsiru ċittadini li jgħożżu l-ħajja sabiħa, ikunu b'saħħithom, ferħanin, bravi, konvinti u mħarrġa bil-valuri sbieħ, ħawtiela u bieżla, jaqilgħuha tajjeb, u f'saħħithom jikber u jistagħna l-poplu u pajjiżna.", "Xi tfisser aktar għalina \"jirnexxu\"?", "Jekk qed nitkellmu fuq dinja ġdida jfisser li issa l- iskop ta' l-edukazzjoni jrid ikun li jitgħallmu kif jitgħallmu.", "Jiġifieri learning how to learn, issa li s-sistema ta' l-informazzjoni ġiet rivoluzzjonata.", "Qabel konna niddependu mit-teacher, konna niddependu mill-kotba li jisquna u jitimgħuna l-informazzjoni.", "Is-sistema ta' l-informazzjoni ġiet rivoluzzjonata b'mod li fejn qabel konna niġbru l-fatti biex minnhom noħorġu s-soluzzjonijiet, il-patterns u l-iskemi, issa dawn insibuhom lesti fil-computer.", "Kulma rridu nkunu nafu huwa fejn irridu nfittxu.", "Għalina l- edukazzjoni tfisser li issa se jirbaħ mhux min jaf l-aktar l-affarijiet bl- amment, imma min ikun kapaċi jkun kreattiv u innovattiv to break away from the patterns u min ikun kapaċi li jista' jiċċaqlaq, dak li jissejjaħ il- paradigm shift.", "Għalhekk il-viżjoni tas-sistema edukattiva li qed naħdmu għaliha hija dik is-sistema li tgħallimna nfittxu l-informazzjoni bl-għodda l-ġdida u li mbagħad - u hawn hu s-sigriet - it-tfal, iż-żgħażagħ u ċ- ċittadini tagħna jkunu kapaċi jużaw dik l-informazzjoni b'mod kritiku biex ikunu kapaċi jgħarblu x'inhu veru, x'mhux, x'inhu virtwali, x'inhu reali, x'inhu sewwa u ħażin, x'inhu reliable u x'mhuwiex.", "Għal dan trid twassal l- edukazzjoni issa.", "Għalhekk skond il-viżjoni tagħna meta ngħidu \"biex uliedna jirnexxu 'lkoll\" l-ewwel ħaġa li nifhmu hija li uliedna jirnexxu f'din id-dinja l-ġdida b'dan il-mod li qiegħed nispjega.", "It-tieni ħaġa rridu li t-tfal tal-ħaddiema, tal-familji batuti, żvantaġjati, bi bżonnijiet speċjali nagħtuhom ukoll skola tajba biex ikunu kapaċi jegħlbu kull faqar u kull żvantaġġ u jkollhom iċ-ċans igawdu l-ħajja daqs min ġej minn familja sta bene.", "It-tielet ħaġa li rridu hija li l- iskejjel Maltin u Għawdxin, l-MCAST u l-universita`,ikunu mill-aqwa fir- reġjun.", "Irridu li l-ġenituri jkollhom fiduċja sħiħa fl-iskejjel kollha, inkluż tal-gvern biex tassew l-għażla tkun ħielsa minn kull preġudizzju reali jew apparenti kontra l-iskejjel ta' l-istat.", "Fl-aħħar irridu li Malta tkun fost il-pajjiżi l-aktar stmati, l-iktar ammirati, fejn kulħadd ikun jaf li f'Malta u Għawdex issib l-aqwa ħaddiema u l-aqwa servizz.", "Din hija l-viżjoni ta' l-edukazzjoni tagħna.", "Sur President, għedt x'irridu u għedt x'inhi l-viżjoni.", "Ħalli issa ngħaddi għat-tieni mistoqsija.", "Kif se naslu?", "Ħalli nagħmilha ċara, m'aħniex se nibdew issa.", "Ix-xemx ma telgħetx mal-gvern Nazzjonalista, la ta' Fenech Adami u lanqas ta' Gonzi.", "Ix-xemx ma telgħetx issa.", "Aħna nistgħu nitkellmu kif nitkellmu u ngħidu biex uliedna jirnexxu 'lkoll għax għandna pedamenti li ħasbu għalihom ġenerazzjonijiet sħaħ ta' għalliema, mexxejja politiċi u mexxeja tas-sistema edukattiva.", "Għalhekk nistgħu nitkellmu kif nitkellmu għax għandna sistema edukattiva li ġabet kisbiet kbar u kellha achievements kbar għal pajjiżna b'mertu ta' ħafna nies u ta' ħafna politiċi.", "Pero` huwa ċar, kif diġa` indikajt, li d-dinja tant qiegħda tinbidel li bilfors is-sistema edukattiva trid tinbidel magħha.", "U aħna f'dak li qed nagħmlu m'għandniex it-tip ta' waffle, it-tip ta' diskors li hemm f'dan id- dokument li ħareġ il-Partit Laburista.", "Aħna nemmnu li l-iżvilupp li qed inwettqu qed inwettquh b'disinn u mhux bl-addoċċ.", "Hemm proċess.", "Jiena dejjem ngħid li qed ngħinu lis-sistema edukattiva ta' pajjiżna tevolvi.", "Kif qed nagħmluha din l-evoluzzjoni, Sur President?", "L-ewwelnett billi b'saqajna ma' l-art insostnu l-ħidma ta' kuljum f'kull livell fis-sistema edukattiva u t-tieni billi qed nagħmlu analiżi kritika ta' kull saff u qasam.", "Jiena mhux talli l-kritika ta' l-oppożizzjoni ma ddejjaqnix - u l-kritika ta' l-oppożizzjoni hija superfiċjali, lanqas biss tħaffer 'l isfel mill-wiċċ - talli nistieden il-kritika jien billi nqabbad esperti li jifhmu fil-qasam.", "U dawn mhux jaqbdu u jitkellmu, imma l- ewwel jagħmlu r-riċerka tagħhom, jinformaw ruħhom u jsieħbu lill- istakeholders biex jitħaddtu u jikkonsultaw magħhom.", "Dik hi l-analiżi kritika.", "Meta jiena kont għadni fiż-żgħażagħ nazzjonalisti l-ewwel ħaġa li għamilt kien rapport awtokritiku aħrax fuq iż-żgħażagħ nazzjonalisti.", "Imbagħad sirt segretarju ġenerali u għamilna rapport ieħor aħrax u awtokritiku.", "Jiena dejjem hekk kont għax bl-awtokritika dak li huwa tajjeb ksibtu, imma dak li għadu dgħajjef ridt nipprova nirranġah.", "Jiena rridha l- analiżi kritika imma trid tkun serja u trid issir għal skopijiet ġenwini u mhux għal skopijiet partiġġjani kif tagħmel l-oppożizzjoni.", "It-tielet ħaġa f'din l-evoluzzjoni hija li qed nagħmlu proċess ta' twettiq u ta' investiment.", "Fil-fatt matul is-sena li għaddiet irnexxielna naslu biex l-ewwelnett nippubblikaw diversi analiżi kritiċi u rakkomandazzjonijiet.", "Aħna dalwaqt ikollna rapport f'idejna dwar l- edukazzjoni bikrija, li hija importanti għax irridu nibdew minn kmieni.", "Qed isir xogħol fil-ministeru u mal-ministeru ta' l-Onor.", "Dolores Cristina sabiex naħdmu f'dan il-kamp.", "Lestejna u ppublikajna u diġa' bdejna l- implimentazzjoni dwar l-analisi kritika li għamel il-grupp li mexxa Lino Spiteri fuq l-edukazzjoni inklussiva u l-edukazzjoni speċjali, u aktar 'il quddiem inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra r-rapport Spiteri.", "Hemmhekk qegħdin naħdmu.", "Innominajna l-kordinatur fil-persuna tas-Sur George Borg, inħoloq in-network ta' l-ispecial schools u bdejna mexjin bil-mod il-mod ħalli l-ewwel jitwettaq il-pjan ta' erba' snin li jirrakkomanda r-rapport li trid tagħmel id-division of education u mbagħad isir il-pjan ta' seba' snin li hemm imsemmi fir-rapport.", "Għandna wkoll ix-xogħol l-ieħor lest li sar fuq l-assentejiżmu u l- attendenza fl-iskejjel.", "Huwa l-pjaċir tiegħi li ngħid li huwa lest u llum qed insemmih għall-ewwel darba u se npoġġih ukoll fuq il-mejda tal-Kamra.", "Dan ir-rapport fuq l-ischool attendence improvement li sar mill-grupp li mexxiet Dr. Marlyne Clark ma' l-esperti l-oħra li kellha magħha se jiġi mqassam lill-membri kollha, kif għamilt bir-rapporti l-oħrajn, u mogħti lill-istakeholders l-oħrajn.", "Din hija s-serjeta`!", "Aħna ma nibżgħux naraw f'liema livelli qiegħed l-assentejiżmu, x'nifhmu b'assentejiżmu, għaliex dan l-assentejiżmu, x'tort għandhom il-ġenituri, x'tort għandhom it-tfal, x'tort għandha l-iskola, x'tort għandha s-sistema u x'tort għandhom it- tobba.", "Il-problema ta' l-assentejiżmu f'Malta sal-lum għadha m'hijiex problema gravi daqs kemm hi f'ċerti pajjiżi oħra.", "Għalhekk jiena għamilt dan l-eżerċizzju għaliex ma rridx nasal fejn waslu dawk il-pajjiżi l-oħrajn li għandhom problema kbira.", "Sur President, niġi għar-rapport li fuqu qegħdin naħdmu ħalli nbiddlu l- istrutturi.", "Dan huwa r-rapport li ppublikajt jiena li huwa intitolat \"Biex uliedna jirnexxu lkoll\".", "Il-ħabib tiegħi l-Onor.", "Abela qal li qed nikkuppjaw mis-sistema Ingliża.", "Imma l-ewwel jgħid li qed nikkuppjaw mis- sistema Ingliża u mbagħad jgħidilna li m'aħniex nagħmlu eżattament kif jagħmlu l-Ingilterra!", "Irrid ngħid li aħna nitħaddtu ma' kulħadd, naraw l- ideat ta' kulħadd, tad-diversi pajjiżi.", "Is-sistema li qed nagħmlu għal Malta hija proprju dovetailed għal pajjiżna.", "Li qed nipproponu hawn diffiċli li jagħmluh fil-Ġermanja, fl-Ingilterra jew fi Franza għaliex li qed nagħmlu hawn huwa li qed nisfruttaw iċ-ċokon tagħna.", "U lill-Onor.", "Abela ngħidlu li aħjar imur jitgħallem ftit xi tfisser il-kelma \"plagiarism\" għax plagiarism huwa meta inti tikteb xi ħaġa li jkun kitibha ħaddieħor u ma tirrikonoxxihiex.", "U proprju fl-ewwel paġna, fl- acknowledgement dan id-dokument jirrikonoxxi proprju l-kontribut ta' l- awtur li semma l-Onor Abela.", "Fil-fatt jingħad hekk:", "\"The contents of Establishing a Network of Schools and Developing a Network Perspective of the Networked Learning Communities and published by the National College of School Leadership (www.ncsl.org.uk) are also acknowledged.\".", "Mhux hekk biss, talli fejn nikkwota mill-artikoli ta' Tom Benkley, li għamilhom flimkien ma' Profs.", "Hopkins u David Jackson, jiena niċċitah u qiegħed fil-footnotes.", "Pero' ma nixtieqx noqgħod naħli ħafna ħin fuq xi ħaġa li jidher ċar li l-ħabib tiegħi lanqas biss qraha.", "Sur President, irrid ngħid li bil-wiċċ tost kollu, issa li ppublikajna d- dokument dwar il-kummissjoni nazzjonali għall-edukazzjoni ogħla, l-Onor.", "Abela qed igerger għaliex qed jgħid li l-oppożizzjoni ma ġietx ikkonsultata.", "Issa jiena tgħidx kemm ili niktiblu ittri biex nikkonsulta lill-oppożizzjoni u biex jibagħtuli l-kummenti tagħhom u jgħiduli x'jaħsbu, imma ma wieġbu qatt.", "Sal-lum fuq dan id-dokument l-oppożizzjoni lanqas hi kapaċi tieħu pożizzjoni.", "Kulħadd ħa pożizzjoni fuq dan id-dokument, il- unions, l-alternattiva demokratika, diversi individwi u istituzzjonijiet, iżda l-oppożizzjoni ma ħaditx pożizzjoni.", "L-oppożizzjoni qed tgħid li r- riformi tal-gvern huma velenu.", "Dak li qed tgħid l-oppożizzjoni.", "Il-kap tagħha f'artikolu li kiteb hu, jew li kitibulu xi ħadd, qal li din l- ispinta li l-gvern qed jagħti.....", "(Interuzzjonijiet).", "M'għandix il-ħin ngħidlek fuq ir-riżultati, imma xi darba ngħidlek fuq ir-riżultati wkoll.", "Sur President, għalkemm dan id-dokument diġa` tqassam lill-membri tal-kamra xorta waħda se npoġġih fuq il-mejda tal-Kamra.", "Sur President, irrid ngħid ukoll li aħna ħdimna fuq is-sistema tal-matsec u għandi pjaċir ukoll li llum inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra xogħol ta' analisi kritika, ta' riċerka u ta' rakkomandazzjonijiet fuq kif is-sistema ta' l-eżamijiet fil-livell ordinarju, fil-livell intermedju u fil-livell avvanzat trid tissaħħaħ.", "Dan huwa xogħol li mexxiet Dr. Grace Grima flimkien mal-Prof.", "Ventura, mad-direttur tal-kurrikulu, is-Sur Raymond Camilleri u mal-Prof.", "Salvu Chirchop.", "Nassigura lill-kamra li dan huwa xogħol serju li juri kemm kienet għaqlija d-deċiżjoni li ttieħdet minn Dr. Ugo Mifsud Bonnici li noħolqu s-sistema ta' l-eżamijiet lokali.", "Hija sistema li rnexxiet, li kisbet ir-rikkonoxximent ta' l-għalliema, ta' l-istudenti Maltin u Għawdxin u tal-barranin.", "Hija sistema li mxiet 'il hinn minn kull immaġinazzjoni li qatt konna naħsbu.", "Ngħid biss li s- sistema ta' l-O-level, qabel daħlet din is-sistema, kienet timmira li joqogħdu għall-eżami 20% ta' l-istudenti.", "Meta Dr. Mifsud Bonnici għamel is-sistema tal-Matsec, bis-sec u l-matsec, il-mira ambizzjuża dak iż-żmien kienet li naslu li jibdew joqgħodu għall-eżami 80%.", "Dan it-target, li 80% ta' l-istudenti joqogħdu għall-eżami ta' l-O-level, intlaħaq din is-sena.", "Se npoġġi wkoll kopja ta' dan ir-rapport dettaljat fuq il-mejda tal-Kamra.", "Meta jkollna ċ-ċans nippublikawh u nkunu nistgħu nikkonsultaw sabiex imbagħad ngħaddu għall-implimentazzjoni tiegħu.", "Hemm ukoll żewġ rapporti dwar dak li sar fil-qasam ta' l-edukazzjoni ogħla li wkoll se npoġġihom fuq il-mejda tal-Kamra.", "U din kbira issa li tiġi l- oppożizzjoni u tgħidilna li mhux qed tiġi kkonsultata meta dawn fuq l-ebda issue, fuq l-ebda rapport u fuq l-ebda policy li ppropona l-gvern, minkejja li ġiet mistiedna, ma ħadet ebda pożizzjoni.", "Daqshekk jistmawha l- edukazzjoni!", "Tassew li l-ispiżjar milli jkollu jagħtik!", "Bħal ġugarell stmawha!", "Bħal ġugarell politiku partiġġjan!", "Jiena għada se niltaqa' ma' l- ogħla awtoritajiet ta' l-universita', imbagħad se niltaqa' ma' l-ogħla awtoritajiet ta' l-MCAST, ma' l-MUT, ma' tal-post-sekondarju u mbagħad se nagħmlu seminar pubbliku.", "Jekk tridu tikkummentaw għandkom sa l-aħħar ta' Novembru biex tgħidulna x'taħsbu.", "U ma noqgħodux nilgħabuha tal-qaddisin għax jekk kien hawn partit fil-gvern li tefa` taħt saqajh l-awtonomija u l- liberta` akkademika ta' l-universita` kien il-Partit Laburista fil-gvern.", "Sur President, irrid infakkarhom li meta fl-1977 l-universita` ta' Malta kellha bejn wieħed u ieħor 1,000 student li minnhom dakinhar iggradwaw 156, il-kap tagħhom, il-Prim Ministru Laburista, kien qal hekk:", "\"Fl-Italja u postijiet oħra tad-dinja kapitalista tal-punent ħafna studenti minflok jaqbdu jaħdmu fil-linja ta' l-istudju tagħhom illum saru terroristi, jintefgħu għad-drogi u seħtu dik is-soċjeta' li l- ewwel ġibdithom u għenithom ħalli jagħmlu snin sħaħ ta' l-istudji, imbagħad ma kenitx kapaċi ssibilhom xogħol.\".", "Illum għandna 10,000 student li minnhom jiggradwaw 2,700 u għall-grazzja t'Alla dawn l-istudenti mexjin 'il quddiem.", "U rridu aktar, u l-ewwel feedback li għandi huwa li din l-għodda li qegħdin inpoġġu għad- dispożizzjoni taż-żgħażagħ tagħna hija l-għodda meħtieġa u l-għodda fit- tifsila proprja.", "Jiena nibqa' open to discussion, nothing is cast in stone.", "Jekk jiġu l-idejat tajba, validi u kostruttivi nikkonsidrawhom kollha.", "Irrid infakkar li fil-frattemp aħna ħdimna wkoll biex għamilna policies, li qed jaħdmu, biex nittekkiljaw is-substance abuse u l-bullying ħalli nipproteġu lit-tfal fl-iskejjel tagħna u biex ikollna dixxiplina aħjar.", "Sur President, nerġa' ngħid f'dan il-parlament li l-policy ta' dixxiplina li għamilt jien tipprovdi li l-ewwel isir minn kollox ħalli t-tfal u l- istudenti nipperswaduhom iġibu ruħhom tajjeb.", "Hemm ukoll il-provvedimenti għall-imġiba tajba tat-teachers u għall-imġiba tajba tal-ġenituri.", "Imma dak il-kodiċi jipprovdi wkoll li fejn ma naslux allura jispiċċa ż-żmien li nibqgħu nżommu studenti jisfrattaw u jitterrorizzaw il-klassi u l- għalliema.", "Dak mhux se jkompli jsir.", "Dawn it-tfal jitkeċċew mill-iskola u ndaħħluhom ġo faċilita` li qed naħsbu għaliha sabiex kemm jista' ikun kmieni s-sena d-dieħla nkunu nistgħu nieħdu ħsieb din il-problema.", "Fl- iskejjel tal-gvern id-dixxiplina trid tiġi.", "Iridu jkunu skejjel li huma magħrufa għad-dixxiplina.", "Kulħadd irid jifhem li l-edukazzjoni hija, l- ewwel ir-responsabilita` tal-ġenituri, it-tieni r-responsabilita` ta' l- istudenti u mbagħad tidħol ir-responsabilita` ta' l-istat u tal-gvern li jrid jgħin.", "Imma d-dixxiplina fl-iskejjel tal-gvern trid issir karatteristika magħrufa, ġusta, trasparenti, kostruttiva u li tgħin lil dak li jkun li tassew isib it-triq.", "Hemm ħafna affarijiet oħra li xtaqt kieku nidħol fihom imma naturalment il-ħin għaddej b'ritmu mgħaġġel.", "Sur President, saru mistoqsijiet fuq il-kwestjoni tal-budget.", "L-ewwelnett irrid ngħid li meta wieħed janalizza l-voti kollha li fid-diversi ministeri f'Malta u Għawdex imorru għall-edukazzjoni jsib li għas-sena 2006 in-nefqa mhux se tkun ta' Lm108 miljuni imma se tkun ta' aktar minn Lm110 miljuni.", "L- Onor. Abela staqsiena għaliex il-pagi fil-ministeru żdiedu bi Lm300,000.", "Ir-raġuni hija sempliċi, għax il-pagi tal-ħaddiema ta' l-istitut ta' l- istudji turistiċi li qabel kienu qegħdin intestati taħt il-ministeru tat- turiżmu u l-kultura issa ġew mgħoddija mal-personal emoluments li jaqgħu taħt il-ministeru.", "Staqsiena wkoll għaliex il-kapital huwa inqas.", "Mhux veru li l-kapital huwa inqas.", "Il-kapital jipparaguna ruħu tajjeb ma' tas- sena li għaddiet.", "L-Onor.", "Abela qalilna li n-nefqa fuq l-ITC naqset.", "Mhux minnu li naqset, u għandu nota u ma nistax nifhem għaliex qal hekk.", "Jekk wieħed jara l-vot kapitali tat-teknoloġija u l-informatika jsib li għalkemm jidhru Lm850,000, li jaqgħu taħt items 7027, 7028, 7031, fil-fatt in-nefqa allokata se tkun ta' Lm1,400,000.", "Għaliex?", "Għax hemm flus li marru taħt il- ministeru tat-teknoloġija ta' l-informatika, li huma għall-core service agreement, taħt item 7202 tal-vot kapitali tal-ministeru mmexxi mill-Onor.", "Austin Gatt u minn dak il-vot hemm Lm532,000 dedikati għall-edukazzjoni li jridu jiżdiedu mal-voti kapitali fil-kamp tat-teknoloġija.", "Sur President, irrid ngħid ukoll li meta wieħed jara l-vot kapitali tal- bini ta' l-iskejjel - illum il-ġurnata bl-arranġament tal-fondazzjoni għall- iskejjel t'għada li bl-awtorizzazzjoni tal-gvern għandha finanzjament mingħand l-APS Bank - wieħed ma jridx jimxi biss ma' dak li jidher fl- estimi imma jrid jimxi wkoll ma' dak l-investiment li tagħmel il- fondazzjoni.", "Per eżempju, għas-sena d-dieħla n-nefqa mill-FTS fuq l- iskejjel hija ppjanata li tkun Lm5 miljun.", "Il-prim ministru ġabhom Lm22 miljun għaliex inkluda n-nefqa kollha mill-2000 sas-sena 2006 u mhux sas- sena 2005, Sur President.", "Il-partit Laburista mill-1971 'il hawn għamel 18-il sena fil-gvern u aħna s'issa għamilna kważi 17-il sena.", "Fi 18-il sena tagħhom it-total tal-vot kapitali għall-ministeru ta' l-edukazzjoni - u hawnhekk qiegħed ninkludi s- sentejn ta' l-Onor.", "Alfred Sant - kien jammonta għal Lm21,200,000.", "Tafu kemm investejna aħna f'16-il sena?", "Investejna Lm80,000,000.", "Ħalli naraw kemm minn dawk il-Lm21 miljuni marru fil-construction and refurbishment ta' l-iskejjel fi 18-il sena ta' gvern Laburista.", "Tafu kemm marru għal dan il- għan?", "Ftit aktar minn Lm8 miljun.", "Issa, taħt is-sistema tagħna ġo l- iskejjel biss marru Lm29 miljun.", "Sur President, għall-edukazzjoni ogħla għas-sena 2006 huwa stmat li ninvestu kważi Lm21 miljun.", "X'investejna sal- lum fl-MCAST?", "Jekk nieħdu l-proġetti tal-European regional development fund u ta' l-istructure fund ta' l-Unjoni Ewropea insibu li f'kapital infaqna Lm6 miljuni u f'rikorrenti nfaqna Lm12,500,000.", "Kieku ma waqqafnix l-MCAST dan l-investiment ma kien isir qatt.", "Sur President, ngħaddi issa biex ngħid xi ħaġa fuq l-istipendji.", "Ma rridx naħli l-ħin tal-Kamra, kif bir-rispett kollu naħseb li għamel l-Onor.", "Abela.", "Għall-istipendji, inkluż l-ITS se nkunu qegħdin nonfqu kważi Lm8,700,000.", "Fejn qed jara li ffrankajna?!", "Qalilna li hu ħa biss l- istudenti ta' l-ewwel sena.", "Ma jafx li l-iskema ta' l-istipendji mhux hekk taħdem?!", "Ma jafx li meta kellna l-Galdes report u għamilna l-iskema wara t- tħarbit li ġabu huma konna għedna li fi żmien ħames snin se ssir ir- reviżjoni?!", "Ma jafx li aħna għamilna hekk wara li kellna r-rapport Chalmers li qalilna li rridu naħsbu għal sistema sostenibbli?!", "Ma jafx li jekk l-istudenti ta' l-ewwel sena kellhom tnaqqis fl-istipendju tagħhom, fil-fatt ħafna studenti oħra kellhom ħafna żidiet u bdejna nieħdu l-passi biex inkunu nistgħu nassiguraw li naslu ħalli nkunu nisgħtu naraw li għandna aktar studenti f'oqsma tax-xjenza u f'oqsma oħrajn?!", "X'qed nagħmlu biex naslu, Sur President?", "Kieku kellna nanalizzaw dak li ppubblika l-uffiċċju nazzjonali ta' l-istatistika l-bieraħ jew il-bieraħt lura wara li sar survey on information communication technology in schools insibu li dan in-naqra ta' pajjiż fqir jiġi fost l-aħjar pajjiżi.", "Għandna skejjel li għandhom dan l-avvanz.", "Ħalli naraw dan is-survey x'jgħid.", "Jgħidilna li 44.5% mill-għalliema jużaw computers for teaching purposes, u li this percentage stood at 70.6% among the primary school teachers and 27.8% among the secondary school teachers.", "Qed niċċita din għaliex huwa ċar li l-istrateġija li qabad il-gvern snin ilu biex ndaħħlu l-computers sa mill-primarja qiegħda taħdem, tant li għandna r-ratio li huwa aħjar minn dak li hemm fl-Ingilterra.", "Anke is-suġġett ta' l-internet qiegħed fl- iskejjel kollha.", "Irrid ngħid li issa anke għas-suġġett tax-xjenza sar is- sillabu l- ġdid tax-xjenza fl-iskejjel primarji, minn year 1 sa year 6.", "Dan beda jitħaddem din is-sena u huwa riżultat tax-xogħol li jagħmlu l- għalliema tax-xjenza u l-kordinaturi tas-suġġett.", "Jiena ċert li bħalma kien hemm impatt pożittiv fuq l-istandards ta' l-education tagħna meta introduċejna l-computers fil-klassijiet primarji, se jkun hemm impatt pożittiv anke meta issa qed ikollna x-xjenza f'dawn il-livelli.", "Sur President, qegħdin nidħlu wkoll għal sfida oħra interessanti.", "Malta se tieħu sehem f'eżerċizzju internazzjonali biex aħna nitkejlu internazzjonalment fit-tagħlim tal-matematika, dak li jgħidulu TIMSS, trends in international mathematics and science study.", "Is-sena d-dieħla se jsir il-pilot study tiegħu u l-eżerċizzju se jitwettaq fis-sena 2007.", "Dan huwa qasam ieħor li se jurina xi jsarrfu it-tfal tagħna.", "Hekk għamilna anke fil-literacy bid-diognostic test li għamilna mat-tfal ta' 7 snin u mbagħad ta' 10 snin.", "Din is-sena diġa` għamilna n-numeracy diagnostic test fil- matematika lit-tfal tagħna u ħarġu ċerti riżultati interessanti.", "Irrid ngħid li hemm dettalji oħrajn fuq, per eżempju, il-kwestjoni ta' x'għamlet il-fondazzjoni għall-iskejjel t'għada.", "L-Onor.", "Abela qalilna li bejn l-1996 u l-1998 il-gvern Laburista għamel xogħol fuq 160 skola jew istituzzjoni.", "Mhux veru li hawn 160 skejjel.", "Skejjel hawn 136!", "Daqshekk hawn, anke meta tgħodd l-iskejjel speċjali ta' Helen Keller, ta' San Miguel, tal-Wardija, tal-Guardian Angel, tal-mużika u tad-drama.", "Issa dawn m'humiex fantażmi u tista' tmur tarahom.", "Dawn nefqu ftit eluf ta' liri fis-sentejn tagħhom fuq xogħijiet fl-iskejjel.", "Min-naħa tagħna, f'dawn l- aħħar sentejn f'San Miguel infaqna Lm125,000, fil-Helen Keller Lm137,000 u fil-Guardian Angel fuq Lm100,000.", "Jiġifieri fi tliet skejjel speċjali biss infaqna madwar Lm350,000!", "Jonqos aktar xi jsir għax irridu naħdmu iktar.", "Sur President, waqt li l-Onor.", "Abela kien qed jitkellem ma felaħx ma jsemmix ir-rapporti tal-FTS.", "Imissha tistħi l-oppożizzjoni li titlob li tagħmel inkjesti, ngħidulha iva....", "(Interruzzjonijiet) Hu stess qalilna fil-kummenti tiegħu li fil-bidunett tagħha l-FTS għamlet numru ta' żbalji.", "Iva, ġejna f'din il-Kamra u għednieh dan.", "Iżda intom mortu għand il- maġistrat u stennejtu ħalli taraw min se jkun il-maġistrat.", "Mortu għand l- audit office li għamel rapport mimli żbalji, mimli żbalji dan!", "(Interruzzjonijiet) Nikkorreġihomlok?!", "Inti x'għamilt?", "Ilu li ħareġ xhur dan ir-rapport.", "Mela inti tmur għand in-national audit office, taħli l-ħin tiegħu u ħlejt ħafna ħin ta' l-FTS....", "(Interruzzjonijiet)", "Il-Maġistrat la kellmet lili u lanqas lin-nies tal-ministeru.", "Ma kellmet lil ħadd u tiġi tgħid xhieda fil-magħluq, xhieda fis-sigriet, xhieda mhux korroborata?", "Inti dan tiċċita?", "Din is-serjeta' tiegħek?", "Ikollok rapport tan-national audit office u lanqas issemmih?", "(Interruzzjonijiet) U ħallina!", "Il-fondazzjoni għall-iskejjel t'għada hija strument importanti.", "Mill-1 ta' Ottubru 2003 sal-lum ħadd ma ġie, la minn ġewwa u lanqas minn barra, jgħid li nkisret xi regola finanzjarja.", "Imma xogħol sar u wettaqna ħafna u se nkomplu nwettqu.", "Sur President, dwar ir-riżultati jekk wieħed jitkellem fuq l-aġenda ta' Lisbona jsib li dan hu l-pajjiż li kellu jitlaq minn sitwazzjoni kif kont qed niddiskrivi meta iċċitajt il-Perit Mintoff meta kien il-kap u prim ministru tagħhom.", "Wieħed issa jista' jara l-achievments li qed jinkisbu fil- qasam tal-primarja u tas-sekondarja u kif qed jiżdiedu l-istudenti li jdumu sa 17 u sa 19-il sena u mbagħad ikomplu l-istudju tagħhom anke l- universita'.", "L-investiment li qegħdin nagħmlu se jwassal biex f'Malta jibqa' jkollna poplu jgħożż l-edukazzjoni.", "Sur President, nagħlaq billi nerġa` ngħid li jekk nibqgħu fuq il-viżjoni li dan il-gvern qed jindika għall-poplu Malti u Għawdxi, iva, Malta jkollha waħda mill-aqwa sistemi edukattivi li hawn fir-reġjun, u dan il-pajjiż, minħabba f'hekk, ikun jista' jimxi 'l quddiem, ikattar il-ġid tiegħu u tassew inkunu nistgħu ngħixu ħafna aħjar.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Għandi nifhem li l-Ministru għandu xi dokumenti li jrid jqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra.", "Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Dokument ta' politika nazzjonali maħruġa mill-ministeru ta' l- edukazzjoni f'Novembru 1999 intitolata \"Child Protection\";", "Dokument ta' politika nazzjonali maħruġa mill-ministeru ta' l- edukazzjoni f'Novembru 1999 intitolata \"L-Imġiba Tajba fl-Iskejjel\";", "Dokument ta' politika nazzjonali maħruġa mill-ministeru ta' l- edukazzjoni f'Settembru 2001 intitolata \"Tackling Substance Abuse\";", "Pubblikazzjoni maħruġa mill-ministeru ta' l-edukazzjoni fi Frar 2002 intitolata \"Politika dwar l-Imġiba Tajba u d-Dixxiplina għall- Iskejjel\";", "Pubblikazzjoni intitolata \"State Higher Education Funding\" maħruġa mill-Ministeru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impieg f'Novembru 2004;", "Pubblikazzjoni intitolata \"For all Children to Succeed\" maħruġa mill- ministeru ta' l-edukazzjoni, żgħażagħ u impiegi f'Ġunju 2005;", "Rapport intitolat \"Inclusive and Special Education Review\", maħruġ f'Ġunju 2005\";", "Rapport intitolat \"MATSEC – Strengthening a National Examination System\", maħruġ f'Ottubru 2005;", "Pubblikazzjoni intitolata \"National Commission for Higher Education\" maħruġa mill-ministeru ta' l-edukazzjoni, żgħażagħ u impiegi f'Ottubru 2005; u", "Rapport intitolat \"School Attendance Improvement\", datat Ottubru 2005.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Skada l-ħin tad-diskussjoni fil-Kumitat tal- Provvista.", "Il-mistoqsija hi l-emenda għall-Vot 28 kif imressqa mill-Onor.", "Carmelo Abela.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Negatived.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "THE CHAIRMAN: Skond il-mozzjoni ta' proċedura tal-31 ta' Ottubru, 2005 din id-division tittieħed minn hawn u ħames minuti oħra.", "Billi ntalbet votazzjoni l-Kumitat ġie sospiż fid-9.40 p.m u rriżuma ħames minuti wara.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Se nerġa' npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi l- emenda għall-vot 28 kif imressqa mill-Onor.", "Carmelo Abela.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Negatived.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Frederick Azzopardi.", "ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI: Sur President, għan-naħa tal-gvern se jiġu paired l-Onor.", "Anthony Abela, l-Onor.", "Michael Frendo, l-Onor.", "Mario Galea u l-Onor.", "Antoine Mifsud Bonnici", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR JOE MIZZI: Mr Chairman, għan-naħa ta' l-oppożizzjoni se jiġu paired l-Onor.", "Stefan Buontempo, l-Onor.", "Noel Farrugia, l-Onor Roderick Galdes u l- Onor. Alfred Sant.", "VOTAZZJONI NRU.", "104", "FAVUR : 21 L-Onor.", "|Abela Carmelo |Dalli Helena | |Abela Joseph |Farrugia Angelo | |Agius Chris |Farrugia Michael| |Bartolo Evarist |Gulia Gavin | |Brincat Joseph |Mangion Charles | |Brincat Leo |Mizzi Joe | |Buhagiar Charles |Parnis Silvio | |Cardona Chris |Refalo Anton | |Caruana Justyne |Vassallo Adrian | |Chircop Karl |Vella George | |Cuschieri Joseph | |", "KONTRA: 30 L-Onor.", "|Agius David |Fenech Antonio | |Agius Francis |Galea Censu | |Arrigo Robert |Galea Franco | |Asciak Michael |Galea Louis | |Azzopardi |Gatt Austin | |Frederick | | |Azzopardi Jason |Gonzi Lawrence | |Borg Tonio |Gonzi Michael | |Cassar Joseph |Mifsud Bonnici | | |Carmelo | |Cristina Dolores |Mugliett Jesmond| |D'Amato Helen |Puli Clyde | |Dalli John |Pullicino George| |de Marco Mario |Pullicino | | |Orlando Jeffrey | |Debono Giovanna |Vassallo Edwin | |Deguara Louis |Zammit Ninu | |Falzon Joseph |Zammit Dimech | | |Francis |", "L-Emenda m'għaddietx.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi:", "VOT 28 - MINISTERU TA' L-EDUKAZZJONI, ŻGĦAŻAGĦ U IMPJIEGI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 44,419,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 28 - Ministeru ta' l- Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjieg, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2006.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Din id-division tittieħed minnufih, skond l-istess mozzjoni ta' proċedura.", "VOTAZZJONI NRU 105", "FAVUR : 30", "L-Onor.", "|Agius David |Fenech Antonio | |Agius Francis |Galea Censu | |Arrigo Robert |Galea Franco | |Asciak Michael |Galea Louis | |Azzopardi |Gatt Austin | |Frederick | | |Azzopardi Jason |Gonzi Lawrence | |Borg Tonio |Gonzi Michael | |Cassar Joseph |Mifsud Bonnici | | |Carmelo | |Cristina Dolores |Mugliett Jesmond| |D'Amato Helen |Puli Clyde | |Dalli John |Pullicino George| |de Marco Mario |Pullicino | | |Orlando Jeffrey | |Debono Giovanna |Vassallo Edwin | |Deguara Louis |Zammit Ninu | |Falzon Joseph |Zammit Dimech | | |Francis |", "KONTRA : 21 L-Onor.", "|Abela Carmelo |Dalli Helena | |Abela Joseph |Farrugia Angelo | |Agius Chris |Farrugia Michael| |Bartolo Evarist |Gulia Gavin | |Brincat Joseph |Mangion Charles | |Brincat Leo |Mizzi Joe | |Buhagiar Charles |Parnis Silvio | |Cardona Chris |Refalo Anton | |Caruana Justyne |Vassallo Adrian | |Chircop Karl |Vella George | |Cuschieri Joseph | |", "Ir-Riżoluzzjoni taħt Vot 28 għaddiet.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi:", "VOT 29 - EDUKAZZJONI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 51,442,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 29 - Edukazzjoni, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2006.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Carried.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt il-vot 29 għaddiet.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi:", "VOT 30 - RELAZZJONIJIET INDUSTRIJALI U TA' L-IMPJIEG", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 592,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 30 – Relazzjonijiet Industrijali u ta' l-Impjieg, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2006.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Carried.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt il-vot 30 għaddiet.", "VOT 31 - LIBRERIJI U ARKIVJI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 690,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 31 – Libreriji u Arkivji, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2006.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Carried.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt il-vot 31 għaddiet.", "VOT IV - MINISTERU TA' L-EDUKAZZJONI, ŻGĦAŻAGĦ U IMPJIEG", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 7,139,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot IV - Ministeru ta' l- Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjieg, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2006.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Carried.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt il-vot IV għaddiet.", "Fid-9.52 p.m. il-Kamra rriżumiet u l-Viċi President tal-Kumitat irrapporta li r-riżoluzzjonijiet taħt Voti 28, 29, 30, 31 u Vot IV tal-Ministeru ta' l- Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjieg kienu ġew approvati mill-Kumitat ta' Provvista.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Viċi Prim Ministru, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "TONIO BORG (Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern): Sur President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar il-Ġimgħa, 11 ta' Novembru 2005, fid-9.00 a.m. b'din l-aġenda:-", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "1.", "Kumitat ta' Provvista - Estimi Ġenerali 2006", "It-Tielet Jum", "Voti tal-Ministeru tal-Ġustizzja u Intern.", "Infakkar lill-Kamra li skond il-mozzjoni ta' proċedura tal-31 ta' Ottubru, 2005 il-ħin tad-diskussjoni ta' dan il-ministeru m'għandux jieħu aktar minn erba' sigħat, bil-ħin tal-mistoqsijiet ma jitteħidx u l-mistoqsijiet jidhru xorta fuq l-aġenda u kollha jingħataw tweġiba bil-miktub.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada l-Ġimgħa 11 ta' Novembru 2005 fid-9.00 a.m., bl-aġenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fid-9.52 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "PONT TA' REGIONAL ROAD", "15308.", "L-ONOR.", "ROBERT ARRIGO staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Jista' il-Ministru jinformana meta se jibda x-xogħol fuq il-pont ta' Regional Road?", "It-triq ta' taħt il-pont se tkun parti minn dan ix-xogħol, jew se ssir apparti?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ix-xogħol fuq il-pont ta' Manuel Dimech hu mistenni li jibda f'Jannar/Frar ta' l-2006 u għandu jitlesta fi żmien sena.", "Ix-xogħol fi Triq il-Mensija mhuwiex parti minn dawn ix-xogħlijiet li huma ffinanzjati mill-Unjoni Ewropea.", "Il-bini ta' parti minn din it-triq ser issir mill-gvern ċentrali.", "It-tender ħareġ f'Lulju ta' din is-sena u ġie awarded f'dawn l-aħħar ġimgħat.", "TRIQ TAĊ-ĊAWSLI F'ĦAŻ-ŻABBAR", "15413.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Jista' il-Ministru jgħid meta se tiġi rranġata Triq l-10 ta' Settembru 1797, magħrufa aħjar bħala taċ-Ċawsli, li tinsab bejn Ħaż-Żabbar u l-Fgura u bejn il-mina ta' Hompesch u r-roundabout, biċċa triq qasira imma li kull meta tagħmel ix-xita tispiċċa mgħarrqa?", "Jistgħu jittieħdu l- passi neċessarji peress li minħabba dan l-inkonvenjent tista' issir ħsara strutturali fid-djar li jagħtu għat-triq?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Riċentement sar xogħol ta' tijib fis-sistema ta' l-istormwater f'din it-triq u l-ADT qiegħda fil-proċess li tara kif din is- sistema se taħdem qabel ma tkompli t-tieni fażi tax-xogħlijiet.", "QBID TA' ĦUT", "13918.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid kemm ħut inqabad mis-sajjieda din is-sena u s-sena l-oħra?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il- mejda tal-Kamra.", "CONSTRUCTION WASTE", "13919.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid kemm ġie iġġenerat skart mill- industrija tal-bini din is-sena u s-sena l-oħra?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Mir-records li jinżammu, wieħed jista' ikun jaf kemm qed jintużaw il-faċilitajiet ta' disponiment ta' skart immaniġjati mill-WasteServ, għalkemm dawn il-faċilitajiet jirċievu fihom anke skart li ma jkunx reġistrat fuq il-kumpannija għax ikunu saru arranġamenti diretti ma' l-operatur tal-barriera.", "L-ammont ta' skart reġistrat fuq WasteServ matul l-2004 hu ta' 2,177,861.23 tunnellata u għal din is-sena madwar miljun tunenllata skart hu mistenni li jiġi reġistrat.", "SUSSIDJU FUQ IZ-ZOKKOR", "13920.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm sussidju tħallas fuq iz- zokkor?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li fl-2004 il-gvern ħallas Lm1,659,341 bħala sussidju fuq iz-zokkor filwaqt li din is-sena s'issa ħallas Lm1,135,985.", "XJENZA POLITIKA", "13929.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid jekk fl-Universita' ta' Malta hemmx dipartiment tax-xjenza politika u jekk le, qattx inħass il-bżonn li jkun hemm?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-Universita' ta' Malta m'għandhiex dipartiment tax-xjenza politika iżda korsijiet li jiffurmaw parti integrali minn din id-dixxiplina huma pprovduti", "mid-dipartiment tal-public policy tal-fakulta' ta' l-ekonomija, management u accountancy.", "Dan id-dipartiment jipprovdi korsijiet kemm f'livell under- graduate kif ukoll post-graduate.", "Minn żmien għal żmien u dejjem jekk ikun hemm konkorrenza biżżejjed, dan id-dipartiment jorganizza diploma fl-istudji politiċi matul il-ħinijiet ta' filgħaxija.", "FONDI MILL-UNJONI EWROPEA", "13944.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid liema huma d-dipartimenti u enti oħra fid- dekasteru tiegħu li applikaw għal xi forma ta' fondi mill-Unjoni Ewropea?", "Jista' jgħidilna għal liema fondi applikaw u anke jagħtina l-eżitu?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "FONDI MILL-UNJONI EWROPEA", "13945.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jgħid liema huma d-dipartimenti u enti oħra fid- dekasteru tiegħu li applikaw għal xi forma ta' fondi mill-Unjoni Ewropea?", "Jista' jgħidilna għal liema fondi applikaw u anke jagħtina l-eżitu?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Matul din is-sena, il-ministeru flimkien ma' l- awtorita' dwar it-trasport applikaw direttament għal diversi fondi mill- Unjoni Ewropea, b'tabella ta' dawn l-applikazzjonijiet qed titpoġġa fuq il- mejda tal-Kamra.", "Dawn l-applikazzjonijiet qed jiġu kkonsidrati u mhux possibbli li f'dan l- istadju nagħtu ċifri.", "RIABILITAZZJONI TA' WIED QLEJGĦA", "15371.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jinformana għaliex ma ġewx ivvotati fondi fl- estimi sabiex jitkompla l-proġett ta' riabilitazzjoni ta' Wied Qlejgħa bħala pjan għall-iżvilupp rurali ta' dan il-wied żdingat, mitluq u f'qagħda li jiġġarfu l-iskontri tiegħu f'każ ta' xi maltempata qalila?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Qegħdin isiru diskussjonijiet mal-MEPA u mad- dipartment tal-gvern relattiv għat-tindif tal-widien sabiex Wied Qlejgħa jiġi nkluż fil-lista ta' proġetti għat-tindif tal-widien, kif ukoll sabiex il-pjani għall-immaniġjar tal-widien ikunu aktar sensittivi lejn il-ħarsien ta' l-ambjent.", "Fost oħrajn, hemm qbil dwar il-ħtieġa li ssir distinzjoni aħjar bejn xogħlijiet ta' manutenzjoni u xogħlijiet oħrajn aktar drastiċi li jista' ikollhom impatt ħażin fuq l-ambjent, kif ukoll dwar il-ħtieġa li l-inġenji u l-metodi li jintużaw ikunu adatti għall-post u ma jwasslux biex jintilef il-karattru naturali tal-wied.", "GĦAR BARKA, RABAT", "15373.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 15206, tista' il-Ministru tgħidilna għaliex it-titlu jieħu aktar minn 20 sena sakemm jgħaddi fuq min għandu jgħaddi?", "Tista' il-Ministru tara li tiġi kkonsidrata l-ħidma li hemm bżonn issir f'dan ir-rigward?", "Għaliex il-każ partikolari li qed nistaqsi dwaru ilu pendenti daqshekk?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: L-akkwist ta' l-artijiet li tqassmu bħala plots taħt il-home ownership schemes isir mil-lands u biex l-awtorita' tad-djar tkun tista' tiffinalizza l-kuntratti mal-benefiċjarji, irid ikollha titlu legali ta' l-art wara li dan it-titlu jiġi ttrasferit lilha mil-lands.", "Ninsab informata li fil-każ ta' l-art li għamel riferenza għaliha l-Onor.", "Interpellant, dan it-trasferiment għadu ma sarx u għalhekk nitlob lill- Onor. Interpellant jirriferi l-aħħar parti tal-mistoqsija tiegħu lill- ministru konċernat.", "IMPORTAZZJONI TA' LAĦAM", "15374.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 15154 u jagħti l-informazzjoni dwar l-importazzjoni ta' laħam aħmar tal-baqra mill- Unjoni Ewropea?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Informazzjoni dwar l-importazzjoni ta' laħam aħmar tal-baqra mill-Unjoni Ewropea hi kif jidher mit-tabella t'hawn taħt:", "|Sena |Kg | |2000 |5,593,848| |2001 |2,252,527| |2002 |4,608,059| |2003 |4,634,144| |2004 |3,401,134| |2005 |3,144,620| |* | |", "* Jannar - Settembru", "IMPORTAZZJONI TA' LAĦAM", "15375.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 15155 u jagħti l-informazzjoni dwar l-importazzjoni ta' laħam ta' l-għoġol mill- Unjoni Ewropea?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Ninsab informat li ma ssirx distinzjoni bejn laħam ta' l-għoġol u laħam aħmar tal-baqra u għaldaqstant nitlob lill-Onor.", "Interpellant sabiex jirriferi għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 15374.", "IMPORTAZZJONI TA' LAĦAM", "15376.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 15156 u jagħti l-informazzjoni dwar l-importazzjoni ta' laħam tal-ħaruf mill-Unjoni Ewropea?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Ninsab informat li l-importazzjoni tal-laħam tal- ħaruf mill-Unjoni Ewropea fl-aħħar ħames snin hi kif jidher mit-tabella t'hawn taħt:", "|Sena | Kg | |2000 | 140 | |2001 |3,540 | |2002 | 734 | |2003 | 127 | |2004 |2,270 | |2005 *| --- |", "* Jannar - Settembru", "SKOLA LORENZO MANCHE' FIL-FLORIANA", "15418.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi xogħlijiet ippjanati li jsiru mill-FTS fl-iskola Lorenzo Manche` fil-Floriana?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li m'hemm l-ebda xogħlijiet ippjanati għal din l-iskola ħlief li, bħal kull skola oħra, minn żmien għal żmien ikun hemm bżonn ta' xogħol ta' manutenzjoni.", "NUQQAS TA' GĦALLIEMA", "15419.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid jekk fl-iskola indikata hemmx xi għalliem tal-Malti nieqes jew li ilu ma jattendi l-iskola għal żmien twil?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li fl-iskola msemmija kien hemm għalliema tal-Malti li minħabba raġunijiet ta' saħħa, kellha tibda l-proċeduri biex tidher quddiem bord mediku.", "Għalliema oħra tal-Malti ntbagħtet biex tieħu l-lezzjonijiet hi.", "Għalhekk m'hemm l-ebda għalliem tal-Malti nieqes fl- iskola indikata.", "KINDERGARTEN ASSISTANTS", "15420.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid kemm kindergarten assistants jinsabu mingħajr klassi u f'liema skejjel qegħdin?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li t-tfal fil-livell tal-kindergarten jiġu ammessi fi tliet gruppi skond l-eta' - Settembru, Jannar u Marzu - kull sena skolastika.", "Dawk il-kindergarten assistants li jkunu qed jistennew biex jiġu assenjati t-tfal fil-klassi huma kollha inkarigati mill- kap ta' l-iskola biex jieħdu klassijiet tal-kinder jew biex jagħtu appoġġ fi klassijiet oħra skond l-esiġenza ta' l-iskola.", "SKOLA GUARDIAN ANGEL", "15421.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid min hija l-konsulenta Ingliża li hemm fl-iskola speċjali Guardian Angel?", "Kif intgħażlet u x'inhi r- raġuni li nħass il-bżonn li tinġieb persuna minn barra?", "Jista' jgħid x'inhuma l-kondizzjonijiet tax-xogħol tagħha u kemm qed titħallas?", "Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt tagħha?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li Mrs Cecilia Sheratt għandha rwol ta' adviser ma' l-iskola Guardian Angel.", "Ir-rwol tagħha huwa li tgħin fl- implimentazzjoni u l-iżvilupp tal-kurrikulu ta' l-iskola u li tagħti appoġġ lill-għalliema fl-ippjanar tax-xogħol tagħhom.", "Mrs Sheratt kienet magħżula mill-kap ta' l-iskola għall-esperjenza tagħha f'dan il-qasam.", "Mrs Sheratt mhijiex impjegata mid-diviżjoni ta' l-edukazzjoni u x-xogħol tagħha huwa mħallas bħala proġett li l-iskola applikat għalih u akkwistat mill-fondi tal-kunsill tal-kurrikulu nazzjonali.", "Effettivament titħallas Lm5 is-siegħa bil-patt li l-ammont ma jaqbiżx l-Lm2,800.", "Informat ukoll li fil-fatt din il-persuna qed tagħti ħafna aktar sigħat milli qed tiġi mħallsa għalihom.", "SKOLA GUARDIAN ANGEL", "15422.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li fl-iskola speċjali Guardian Angel il-kurrikulu minimu nazzjonali ġie mwarrab u qed jitħaddem dokument li jismu EQUALS?", "Jista' jgħid ukoll jekk hux minnu li l-kondizzjonijiet ta' l-għalliema f'din l-istess skola se jinbidlu?", "Jista' jgħid x'inhi r-raġuni li minkejja li f'din l-iskola żdiedu t-tfal, ma żdedux l-assistenti?", "Jista' jgħid jekk it-tfal li jattendu din l-iskola speċjali hux se jibqgħu jieħdu ċerti benefiċċji li qed jieħdu fil-preżent, bħal ngħidu aħna l- ikel?", "Jikkonferma li hemm numru ta' klassijiet li m'għandhomx dawl jew inkella dawl biżżejjed u adegwat?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li fl-iskola speċjali Guardian Angel, il- kurrikulu minimu nazzjonali qiegħed jitħaddem mill-għalliema ta' l-iskola.", "Id-dokument imsejjaħ EQUALS huwa biss għodda sabiex l-għalliema jkunu jistgħu jħaddmu aħjar il-kurrikulu minimu nazzjonali.", "Dwar it-tibdil fil-kondizzjonijiet ta' l-għalliema, m'hemm l-ebda ħsieb li dawn jinbidlu.", "Informat li l-klassijiet huma moqdija tajjeb ħafna u m'hemm l-ebda bżonn li fil-mument jiżdiedu l-assistenti.", "It-tfal li qed jaħdmu f'din l-iskola se jibqgħu jieħdu l-istess benefiċċji li qegħdin jieħdu fil- preżent.", "Is-substation li nbniet mill-Enemalta se tiġi energised fil-jiem li ġejjin.", "Għaldaqstant il-klassi li għadha mingħajr servizz ta' dawl se jkollha dan is-servizz fi żmien qasir.", "Din il-klassi għandha aperturi biżżejjed biex ikollha dawl adegwat b'mod naturali.", "PROĠETT PARK AND RIDE", "15423.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid x'impatt se jkollu l-proġett tal-park and ride fuq min jaħdem u jinsab fil- viċinanzi ta' dan il-proġett?", "Jista' jgħid kif se jiġu milquta l-postijiet li jinsabu fiż-żona u li qed jintużaw mill-parteċipanti tal-karnival?", "Jista' jgħid jekk hemmx xi flus ivvotati biex jgħinu lil dawn l-istess parteċipanti ħalli jkunu jistgħu jsibu post alternattiv u adegwat fejn ikunu jistgħu jaħdmu l-karrijiet tagħhom?", "Ġew identifikati xi postijiet għal dan l-iskop?", "F'każ li jkun meħtieġ li jsiru xi alterazzjonijiet, min se jagħmel dan ix- xogħol?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "FIRE EXIT STAIRS", "15426.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 15223, tista' il-Ministru tinformana għaliex m'hemm l-ebda ħsieb li jsiru fire exit stairs f'dan il-bini tal-gvern?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Ir-raġuni prinċipali għala m'hemmx ħsieb li jsiru fire exit stairs f'oqsma ta' bini tal-gvern hi li meta tfassal dan il- bini, ma kien hemm ebda pjan għall-istallar ta' dawn l-istrutturi.", "Ninsab informata li hu fiżikament diffiċli jekk mhux impossibbli li dawn isiru issa u barra minn hekk, diversi appartamenti nxtraw mill-inkwilini u dan iqajjem ukoll kumplikazzjonijiet mill-aspett legali.", "ĊUMNIJA TA' L-ISPTAR SAN LUQA", "15433.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi żviluppi dwar it- tinġis ikkawżat lir-residenti ta' Tal-Pieta', l-Imsida u Ta' Xbiex minħabba ċ-ċumnija ta' l-isptar San Luqa?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li kif intqal ħafna drabi, it-tneħħija ta' l-inċineratur ta' l-isptar San Luqa u ċ- ċumnija tiegħu hija priorita' assoluta tad-diviżjoni tas-saħħa.", "Madankollu dan il-pass ma jistax isir qabel ma jiġi stallat impjant ekwivalenti sabiex jiddisponi minn skart kliniku.", "Impjant ta' dan it-tip kien diġa' ġie aċċettat fl-2003 iżda ma ġiex istallat minħabba nuqqasijiet tat-tenderer.", "Kien għalhekk li kellu joħroġ tender li diġa' għadda l-ewwel fażi tiegħu ta' pre-qualification, liema fażi ġiet mtawla minħabba oġġezzjonijiet minn xi tenderers.", "Il-proċeduri għat-tieni fażi bdew u huwa ttamat li dawn jieħdu lanqas żmien possibbli.", "Malli jiġi stallat l-impjant il-ġdid, l-inċineratur ta' l-isptar San Luqa jingħalaq darba għal dejjem.", "PE TEACHERS", "15434.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u lmpjiegi: Jista' il-Ministru jgħid jekk il-policy li jiġu aċċettati secondments ta' PE teachers ma' sports associations għadhiex tgħodd?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li dan l-aħħar kienet saret reviżjoni tal- policy dwar ir-rilaxx ta' uffiċjali pubbliċi li jingħataw leave bi ħlas biex jagħtu servizz lil organizzazzjonijiet mhux governattivi, fosthom organizzazzjonijiet sportivi.", "Fuq il-mejda tal-Kamra qed titpoġġa kopja ta' ċirkolari OPM 28/2005, datata 21 ta' Ġunju, 2005 fejn hemm spjegazzjoni sħiħa dwar il-kriterji li jistabilixxu l-eliġibbilta' u l-metodu ta' selezzjoni flimkien mat-termini tar-rilaxx.", "HOLIDAY INN", "15435.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid meta l-Holiday Inn tinbiegħ bħala going concern, hux se jkun hemm xi arranġamenti dwar l-impjieg tal-ħaddiema konċernati?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nitlob lill-Onor.", "Membru jirriferi għat-tweġibiet ta' mistoqsijiet parlamentari 15115 u 15285.", "AKKOMODAZZJONI SOĊJALI", "15436.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid xi prospetti hemm li familja li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, tiġi offruta fond alternattiv minħabba fil-problemi serji li għandha fis-soqfa ta' l-appartament tagħha?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Ninsab informata li l-applikazzjoni mill-familja indikata qed tiġi kkonsidrata flimkien ma' oħrajn simili.", "MONUMENT TA' DUN KARM", "15437.", "L-ONOR.", "MICHAEL ASCIAK staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 15377 u jara jekk jistax jinxtegħel il-monument ta' Dun Karm fil-Floriana?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Diġa' inkarigajt lid-dipartiment konċernat biex iwettaq ix-xogħol imsemmi.", "POWER DISTRIBUTION", "15438.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 15123 u 15383 u jgħid x'kien il- persentaġġ ta' distribution losses ta' l-elettriku matul dawn l-aħħar ħames snin?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "EFFIĊJENZA FL-ENEMALTA", "15439.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 14962, 15126 u 15382 u jgħid apparti ż-żieda fil-prezz tal-fuel u fis-surcharge, x'miżuri qed tieħu l- Enemalta biex taħdem b'mod aktar effiċjenti ħalli b'hekk tikkontrolla aħjar l-ispiża u r-rendikont finanzjarju tagħha?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "IMPORTAZZJONI TA' FUEL", "15444.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 15084 u 15315 u jgħid jekk sarx xi studju biex jiġi stabilit x'impatt se jkollu fuq il-bottom line tal- korporazzjoni Enemalta jekk u meta tiġi implimentata d-deċiżjoni li l- petrol u d-diesel jibdew jiġu importati minn sorsi oħra barra l-Enemalta?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Risposta tingħata f'xi seduta oħra .", "ĦOFRA TA' L-ENEMALTA", "15445.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 15082 u 15317 u jgħid meta u minn min ġie stabilit li l-Enemalta għandha \"ħofra\" ta' Lm50 miljun?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "PJAZZA SANTA LIENA F'BIRKIRKARA", "15446.", "L-ONOR.", "MICHAEL ASCIAK staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 14894?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 14894.", "KORP TAL-PULIZIJA", "15447.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 15292, jista' il-Viċi Prim Ministru jikklassifika t-tagħrif sena b'sena?", "Jista' jagħti wkoll it-tagħrif rigward ir-rank?", "ONOR.", "TONIO BORG: It-tagħrif mitlub qed jitpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "FAWRAN TA' DRENAĠĠ FL-ISPTAR MATER DEI", "15448.", "L-ONOR.", "MICHAEL ASCIAK staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jqabbad min jindaga għala qed ifur id-drenaġġ mit-toilets ta' l-isptar il-ġdid Mater Dei għal ġo dar privata?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "SERVIZZ TA' LASER F'ST LUKE'S", "15449.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid xi kwotazzjonijiet saru biex jingħata s-servizz tal-laser ta' l-għajnejn?", "Kemm kienet kull kwotazzjoni?", "Kemm se jsiru interventi tal-laser fuq l-għajnejn mill-klinika li ntgħażlet kull ġimgħa?", "Meta mistenni li laser ta' l-għajnejn ġdid jibda jiffunzjona fl-isptar San Luqa?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Id-diviżjoni talbet kwotazzjonijiet mill- isptarijiet privati għas-servizz tal-laser u fosthom intgħażlet l-irħas waħda.", "Is-servizz tal-laser ta' l-għajnejn li qiegħed jinxtara mill-isptarijiet privati qed jiġi utilizzat biss għall-emerġenzi.", "Bejn wieħed u ieħor, qed jintbagħat każ fil-ġimgħa għat-trattament.", "Huwa maħsub li l-laser il-ġdid jasal għall-aħħar tax-xahar.", "CHOGM - EDITING TAL-KONFERENZA", "15450.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin: B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 15352, jista' il-Ministru jgħid b'mod speċifiku min se jagħmel ix-xogħol ta' editing taċ-CHOGM?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Jien informat li l-Public Broadcasting Services Ltd se tipprovdi video editor lill-Globe Cast biex jaħdem fil-media centre waqt iċ-CHOGM.", "KONTIJIET PENDENTI", "15451.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid kemm hu l-valur ta' kontijiet u ħlasijiet oħra li għadhom ma tħallsux f'kull vot tad-dipartiment tas- saħħa u tal-ministeru tas-saħħa?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-informazzjoni għadha qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "TRASPORT DIRETT GĦALL-UNIVERSITA'", "15453.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari 15355 u 15101 u in vista tal-fatt li hemm 216-il student universitarju minn Wied il-Għajn, jista' il-Ministru jgħid għal liema raġuni ma jinbediex servizz ta' karozza tal-linja diretta għall-universita'?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "RABA' ĦDEJN IL-ĠGANTIJA", "15454.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 15324 dwar porzjon raba' li tinsab ħdejn il-Ġgantija u peress li din l-istess art tħammlet mill-kunsill lokali tax-Xagħra u anke ġiet ċirkondata b'ħajt tas- sejjieħ, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid meta se tibda tintuża din l-art u għalxiex?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant tirriferi l-mistoqsija tagħha lill-ministru konċernat.", "TRIQ IL-WIED F'ĦAL QORMI", "15455.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' il-Ministru jgħid minfejn ikun ġej l-ilma li joskula fi Triq il-Wied, Ħal Qormi f'temp bla xita, anke kif jidher mir-ritratti li qed jintbagħtu separatament?", "Jista' jgħid x'ilma hu dan?", "X'qed isir biex dan l-ilma ma jibqax joskula it-triq?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Jien informat li meta uffiċjal tad-dipartiment tax- xogħlijiet mar fuq il-post indikat biex jagħmel spezzjoni, ma kienx hemm ilma joskula fit-triq.", "QTUGĦ TAS-SERVIZZ TAD-DAWL U L-ILMA", "15456.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn li għandhom is-servizz tad-dawl u l-ilma maqtugħ?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "BICYCLE LANES", "15457.", "L-ONOR.", "MICHAEL ASCIAK staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 14691 u jgħid fiex wasal il-proġett tal-bicycle lanes?", "Jista' jgħid ukoll x'inhu l- ispeed limit fit-toroq?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "IMWIET KAWŻA TA' OVERDOSE", "15458.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm persuni mietu kawża ta' overdose matul l-2005?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi matul din is-sena kien hemm ħames persuni li mietu kawża ta' overdose minn abbuż ta' droga, . persuna waħda kull xahar f'Jannar, Marzu, April, Mejju u Settembru.", "F'Ottubru kien hemm persuna oħra li mietet riżultat ta' overdose ta' mediċinali.", "DJAR TA' L-ANZJANI", "15459.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li jinfetħu aktar djar ta' l-anzjani u fejn?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li se tinfetah dar ta' l-anzjani fil-Mellieħa.", "ĊIRKOLAZZJONI TAT-TRAFFIKU", "15460.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-Belt Valletta hijiex se tingħalaq għat-traffiku matul il-ġranet taċ-CHOGM?", "ONOR.", "TONIO BORG: Mhux maħsub li ċ-ċirkolazzjoni tat-traffiku fil-Belt Valletta tkun magħluqa fil-ġranet tac-CHOGM.", "Pero' ser ikun hemm ħinijiet fejn iċ-ċirkolazzjoni tat-traffiku u l-parkeġġ ta' vetturi se jkunu ristretti f'xi toroq bejn il-Ħamis u s-Sibt, jiġifieri bejn l-24 u s-26 ta' Novembru.", "MINIBUSES", "15461.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li minibuses ħomor jistgħu jinxtraw second-hand u minibuses bojod jistgħu jinxtraw ġodda biss?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "SINJALI TAT-TRAFFIKU", "15462.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jgħid kemm fadal x'jitwaħħlu tabelli tat- traffiku overhead u mal-ġenb tat-triq?", "Kemm mit-tabelli li twaħħlu diġa' ġratilhom ħsara u jeħtieġ li jinbidlu?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "TRIQ DE HOSA F'SANTA LUĊIJA", "15463.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jara li ssir il-bankina ta' Triq De Hosa, Santa Luċija peress li tinsab fi stat ħażin u għadha qatt ma saret?", "ONOR.", "TONIO BORG: Bħalma jaf l-Onor.", "Interpellant, il-kunsilli lokali huma korpi statutorji ta' gvern lokali b'personalita' legali distinta u għalhekk nissuġġerilu jirriferi l-mistoqsija tiegħu lill-kunsill lokali konċernat.", "NUMBER PLATES PERSONALIZZATI", "15464.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jgħid kemm ħarġu number plates personalizzati?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "MAKKINARJU MEDIKU FL-SVPR", "15465.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid iema makkinarju mediku jinsab bil-ħsara f'San Vincenz?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Informat li fil-preżent f'San Vincenz hemm żewġ ECG machines bil-ħsara.", "ESPROPRJU TA' PROPRJETA'", "15467.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jara li persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, titħallas għall-proprjeta' li l-gvern kien ħadilha?", "ONOR.", "TONIO BORG: Id-dettalji provduti ma jagħtu l-ebda indikazzjoni dwar il-proprjeta' in kwestjoni u għalhekk l-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jindika grafikament din il-proprjeta' jew in-numru tal-file.", "AKKWIST TA' ART F'ĦAL QORMI", "15469.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-President's Declarations datati 20 ta' Marzu 1987, u 9 ta' Mejju, 1989 dwar l-akkwist ta' art fi Triq Valletta, Ħal Qormi?", "Jista' jgħid għalxiex qed tintuża din l-art fil-mument u jekk il-gvern għandux xi pjan partikolari għaliha fil-futur?", "ONOR.", "TONIO BORG: Kopja tad-Dikjarazzjonijiet tal-President ta' Malta ppubblikati fil-Gazzetti tal-Gvern ta' l-20 ta' Marzu, 1987 (Avviż 225) u tal-5 ta' Mejju, 1989 (Avviż 258) qed jitpoġġew fuq il-mejda tal-Kamra.", "Ta' l-20 ta' Marzu, 1987 saret fuq talba tad-dipartiment tax-xogħlijiet pubbliċi fit-23 ta' Diċembru, 1982 għat-twessigħ tat-triq, filwaqt li dik tal-5 ta' Mejju, 1989 saret fuq talba ta' l-istess dipartiment fis-7 ta' Novembru, 1973.", "Sal-lum id-dipartiment ta' l-artijiet għadu ma ġiex informat mit-taqsima tax-xogħlijiet - jew minn xi dipartiment ieħor - jekk hemmx xi pjan partikolari għal dawn l-artijiet fil-futur jew jekk għandux jirrilaxxa lis- sidien dawk il-partijiet li ma ntużawx għall-iskop ta' l-esproprju mitlub.", "Id-dipartiment m'għandux informazzjoni dwar l-użu preżenti tal-proprjeta' kollha li ġiet dikjarata meħtieġa għal skop pubbliku.", "CHOGM DIRECT ORDERS", "15478.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin: Peress li t-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 15357 ma tweġibx mistoqsija parlamentari 15350, jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 15350 u jgħid għal liema raġunijiet ingħataw direct orders lil kumpanniji privati fil-każ taċ-CHOGM?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Ir-risposta ngħatat fit-tweġiba dettaljata għall- mistoqsija parlamentari 15357.", "BIRDFLU SIMULATION EXERCISE", "15479.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 15234 u 15348 u jgħid għala nies min- newsroom tal-PBS u ta' stazzjonijiet oħra ma tħallewx iġibu l-eżerċizzju li sar f'Burmarrad fil-kuntest tal-marda tat-tjur, speċjalment meta fl- interess nazzjonali l-eżerċizzju kellu jintwera fuq l-aħbarijiet ta' l- istat?", "Jista' il-Ministru jgħid min ingħata l-esklussivita' biex jiffilmja dan l-eżerċizzju?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Il-ministeru tiegħi ma kienx responsabbli mill- eżerċizzju li sar f'Burmarrad dwar il-marda tat-tjur.", "Nitlob għalhekk lill- Onor. Interpellant tindirizza l-mistoqsija tagħha lill-ministru konċernat.", "CHOGM RETREAT", "15480.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 15353, jista' il-Ministru jgħid għal liema raġuni l-filming ta' waqt l-irtir tal- kapijiet ta' l-istati tal-Commonwealth kien intqal li kien se jagħmlu super one imbagħad ġie rtirat?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Jien informat li l-filming waqt l-irtir tal- kapijiet tal-Commonwealth ġie allokat lil super one skond il-pjan imfassal mill-Public Broadcasting Services Ltd. tal-coverage ta' l-attivitajiet relatati maċ-CHOGM 2005 u ż-zjara statali tar-Reġina.", "Informat ukoll li wara li saret din l-allokazzjoni, iċ-CHOGM task force informat lill-PBS li l-filming tar-retreat kellu jsir mill-host broadcaster, jiġifieri mill-PBS.", "Minħabba f`hekk kellu jsir tibdil fil- pjan originali stess u li tat lis-Super One, li issa ġie allokat il- filming ta' l-airport.", "TRIQ CALLEJA, KERĊEM", "15481.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 15322, peress li Triq Calleja f'Kerċem hija perikolża ħafna u anke seħħew inċidenti fatali fiha u peress li saru talbiet mir-residenti Kerċemin biex din it-triq titwessa, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'passi ħa l- ministeru biex din il-problema tiġi rimedjata u jitneħħa l-periklu?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellanti li t-twessigħ tat- toroq f'Għawdex ma jaqax taħt ir-responsabbilta' tal-ministeru tiegħi.", "BANKINA MADWAR IĊ-ĊIMITERJU TA' ĦAL-LIJA", "15483.", "L-ONOR.", "MICHAEL ASCIAK staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 12583 u jindaga jekk tistax tiġi rranġata l-bankina li hemm madwar iċ-ċimiterju ta' Ħal-Lija?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "TRIQ IS-SALIB IMQADDES, BIRKIRKARA", "15484.", "L-ONOR.", "MICHAEL ASCIAK staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 14892 u jikkonsidra li tiġi kkurata biċċa art imħarbta f'nofs Triq is-Salib Imqaddes, kantuniera ma' Triq Bwieraq f'Birkirkara?", "Jistgħu jsiru water culverts għal ġol-ġibjun taħt din l-art, peress li t-toroq qed jegħrqu?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 14892.", "INKJESTI MIS-SANITA'", "15486.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid kemm saru inkjesti dipartimentali rigward pazjenti u/jew kura li ngħataw pazjenti mill-1 ta' Jannar 2005 sal-lum?", "X'kienet ir-raġuni ta' l-inkjesta?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "VETTURI TAS-SANITA'", "15488.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm karozzi tad- dipartiment u/jew ministeru tas-saħħa li huma jew bil-ħsara jew m'għadhomx jintużaw?", "X'marka hi l-karozza u kemm ilha wieqfa?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "TENDER TAS-SANITA'", "15493.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid fiex wasal it-tender li l- partikolaritajiet dwaru qed jintbagħtu separatament?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fid-dawl tas- sistema tal-catering li hi proposta li se tiġi introdotta fl-isptarijiet governattivi, l-imsemmi tender ġie miżmum."]} {"filename": "20071126_593d_par.doc", "date": "2007-11-26", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Uffiċjali u Rivedut) L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 593 It-Tnejn, 26 ta' Novembru, 2007 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 593", "It-Tnejn, 26 ta' Novembru, 2007", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.02 p.m.", "Talba", "Seduta Nru. 593", "It-Tnejn, 26 ta' Novembru, 2007", "WERREJ", "MINUTI 469", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 469", "TQEGĦID TA' KARTI 475", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JIMPLIMENTA L-MIŻURI TA' L-ESTIMI (It-Tieni Qari)", "BUDGET MEASURES IMPLEMENTATION BILL (Second Reading) 479", "AĠĠORNAMENT 498", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MITKUB 503", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIIET BIL-MIKTUB 517", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 592 li saret fil-21 ta' Novembru, 2007 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "MV GAUDOS", "24045.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Justyne Caruana) staqsa lill- Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Peress li r-rampa tal-vapur MV Gaudos ta' spiss tkun bil-ħsara u dan ikun kaġun ta' dewmien u nkonvenjent għall-pubbliku, jista' l-Ministru jara li din il-problema tiġi riżolta?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni): Ninsab infurmat li saru xi modifikazzjonijiet wara konsulti mad-disinjaturi.", "Issa jidher li ġew aħjar u wara sajf bil-vapuri għaddejin bla waqfien, jidher li kollox mar sew.", "MARSA - PUMPING STATION", "26989.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cassar) staqsa lill- Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proġett ta' tisħiħ tal-pumping station tal-Marsa u x'rabta se jkollu mal-bini ta' l-impjant tat-tisfija tad-drenaġġ fin-nofsinhar tal-pajjiż?", "Fiex se jkun jikkonsisti dan it- tisħiħ?", "Għaliex kien hemm il-ħtieġa li jsir u kemm se jiswa l-investiment li mistenni jsir?", "Jikkonferma li dan it-tisħiħ se jkun iffinanzjat ukoll mill-fondi ta' l-Unjoni Ewropea?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Il-proġett ta' tisħiħ tal-pumping station tal-Marsa jifforma parti minn pjan estensiv li jikkonsisti fi tqegħid ta' mains ġodda u mina tad-drenaġġ li testendi minn Paola sa l-impjant il-gdid ta' tisfija ta' drenaġġ fin-nofsinhar ta' Malta.", "Dan huwa meħtieġ biex tissaħħaħ is- sistema preżenti tad-drenaġġ fin-nofsinhar ta' Malta.", "Il-kuntrattur għadu ma ssottomettiex id-disinji tat-tagħmir mekkaniku u elettriku.", "Ladarba dawn id-disinji jkunu approvati, ix-xogħol fuq dan it-tagħmir ikun jista jinbeda.", "L-investiment mistenni jammonta għal madwar Lm3.2 miljuni, ċirka €7.4 miljuni, li 73% minnu hu ffinanzjat minn fondi strutturali ta' l- Unjoni Ewropea 2004/2006.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sur President, il-Ministru qal li l-investiment hu mistenni li jammonta għal madwar Lm3.2 miljuni.", "Dan jinkludi x-xogħol li sar bid-devjazzjoni li kellha ssir minħabba SmartCity?", "Huwa ppjanat li meta jsiru l-mains ġodda, id-drenaġġ ma jibqax joħroġ fil-bajja tal-Kalkara kif isir fil-preżent, speċjalment meta tagħmel ix-xita?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Il-mina li se ssir se tiġi tiswa madwar Lm1.7 miljuni addizzjonali fuq din is-somma.", "Ovvjament wara li jkollna l-mina u l- impjant il-ġdid, mhux se jkollna żbroff ta' drenaġġ imkien.", "Dan huwa l-għan ta' kollox ultimament.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jiġifieri għandi nifhem li ladarba jkun lest dan il- proġett, il-problema tad-drenaġġ li joħroġ fil-bajja tal-Kalkara se tiġi solvuta darba għal dejjem, hux hekk?", "Meta hu maħsub li jkun lest dan il- proġett?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Fil-kuntratt li sar ma' SmartCity u li approvat din il- Kamra, inkluża l-Oppożizzjoni, għandna l-commitment li niddiliberaw il- proġett sa l-aħħar ta' l-2008.", "GĦAWDEX - QTUGĦ TA' DAWL", "28373.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Anton Refalo) staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Kemm kien il-perijodu ta' żmien li nqata' d-dawl f'Għawdex f'din l-aħħar ġimgħa?", "X'inhuma d-dati ta' meta nqata' d-dawl?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.", "PROVVISTA BAXXA TA' L-ELETTRIKU", "28854.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Minsitru jara li l- Enemalta tinvestiga għaliex anzjana, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separtament, qed ikollha provvista baxxa ħafna ta' l-elettriku fir- residenza tagħha tant li l-electrical equipment qed jintefa'?", "Billi din il- mara qiegħda taħt kura medika u jkollha bżonn tuża apparat ta' l-elettriku b'konnessjoni mal-kundizzjoni medika tagħha, huwa possibbli li ssir spezzjoni fl-iqsar żmien possibbli u jittieħdu l-passi li hemm bżonn biex is-sitwazzjoni tiġi rimedjata?", "Huwa possibbli jiġi nnutat li din l-anzjana ġabet l-electrician li ċċertifika li l-ħsarat m'humiex min-naħa tagħha iżda min-naħa ta' l-Enemalta?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-ilment ġie investigat u sar ix-xogħol meħtieġ biex titwassal provvista ta' elettriku adegwata.", "SURCHARGE", "28954.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 28902, jista' l-Ministru jikkwantifika f'miljuni ta' liri Maltin kemm tiswa sija s-surcharge kif ukoll nofs tas-surcharge bil-prezz taż-żejt kif inhu llum?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jekk wieħed jieħu l-prezzijiet taż-żejt tat-8 ta' Novembru, 2007 li kienu: Fuel Oil USD 522.00/MTon, Gas Oil USD 874.25/MTon u r-rata tad-dollaru hija ta' 3.4074, is-surcharge hija kalkulata li tammonta għal 132%.", "Din tiswa Lm62 miljun u n-nofs jiġi Lm31 miljun.", "Ta' min jinnota li s-surcharge hija maħduma abbażi tal-mudell ta' operat tal-Korporazzjoni Enemalta għas-sena li għaddiet u li għalqet fit-30 ta' Settembru, 2007.", "Il-mudell tas-surcharge jrid jiġi aġġustat biex jirrifletti l-operat għas-sena li tagħlaq fit-30 ta' Settembru, 2008, jiġifieri trid tieħu in konsiderazzjoni l-prezzijiet li eventwalment ikun hemm fis-suq.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Azzopardi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JASON AZZOPARDI: In vista tat-tweġiba tiegħu, jista' l-Minstru jikkonferma l-impressjoni li għandi li f'Ġunju ta' din is-sena l-kap ta' l- opppożizzjoni kien wiegħed illi jekk il-partit Laburista jirbaħ l- elezzjoni, ineħħi kompletament is-surcharge?", "It-tieni, jekk in vista tat-tweġiba tiegħu s-surcharge hija ta' Lm62 miljun u n-nofs huwa ta' Lm31 miljun, jista' l-Ministru jgħid jekk il-wegħda tal- partit Laburista illi jneħħi s-surcharge kompletament jew nofsha, kif issa qiegħed jgħid, hijiex waħda sostenibbli tenendo conto l-prezzijiet taż-żejt kif inhuma?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nikkonferma li skond stqarrija maħruġa mill-partit Laburista - m'għandix id-data preċiża hawnhekk, pero` din qiegħda black on white, jiġifieri m'iniex qed nikkwota xi ħaġa li ma teżistix, din tista' tiġi ċċekkjata - il-kap ta' l-oppożizzjoni kien qal illi se jneħħi s- surcharge.", "Jien kont irriferejt għal din l-istqarrija f'diversi interventi li għamilt drabi oħra.", "Sussegwentement, din il-wegħda tbiddlet u kemm il- kap ta' l-oppożizzjoni kif ukoll id-diversi kelliema tal-partit Laburista qalu li mhux se jneħħu s-surcharge kollha imma nofsha.", "Nerġa' nikkonferma wkoll li bil-prezzijiet tat-8 ta' Novembru, din il- miżura kienet tiġi tiswa Lm31 miljun.", "Ovvjament xi tkun tfisser ix-xahar id-dieħel, ma nistax ngħid għax inti tista' taħdem biss fuq prezzijiet li jkollok fis-suq, u naturalment dawn mhux biss ivarjaw minn ġurnata għal oħra, imma jvarjaw ukoll skond x'forward buying tkun qed tagħmel, skond x'collars għandek, skond diversi kuntratti li inti jkollok fis-suq, skond id-dollaru Amerikan vis-a-vis il-lira Maltija u anke l-hedges li jsiru vis- a-vis id-dollaru Amerikan u l-lira Maltija.", "Jiġifieri waqt li wieħed ċertament jista' jgħid li kieku din saret fit-8 ta' Novembru tas-sena l- oħra l-erarju tal-gvern kien ikun ta' Lm31 miljun, ma jistax jgħid li fit-8 ta' Diċembru tas-sena d-dieħla, jekk tittieħed id-deċiżjoni dakinhar, neċessarjament dak jiġi jqum Lm31 miljun iktar jew inqas skond il-prezz li inti għandek għaddej.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Min ħadem din is-surcharge, il-Malta Resources Authority jew il-gvern?", "Ladarba l-gvern qal li m'huwiex possibbli li jnaqqas is- surcharge, x'inhi r-raġuni li issa ma żiedx is-surcharge ladarba f'dawn l- aħħar xahrejn iż-żejt għola?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Id-determinazzjoni tas-surcharge ssir skond il-proċeduri li jeżistu fil-liġijiet ta' pajjiżna.", "Jekk l-Enemalta, bħala l- korporazzjoni li tissupplixxi d-dawl tkun trid tbiddel it-tariffi tagħha, inkluż is-surcharge f'dan il-każ, trid tapplika lil Malta Resources Authority, u l-Malta Resources Authority, taqbel jew ma taqbilx mal- proposta ta' l-Enemalta, ultimament hi tiddeċiedi x'għandha tkun s- surcharge.", "Dik hija l-proċedura li sseħħ kull darba li jiċċaqlaq is- surcharge.", "L-Onor.", "Interpellant staqsieni x'inhi r-raġuni li ma żdiditx is-surcharge ladarba l-prezz taż-żejt għola.", "Is-surcharge tal-lum, jekk niftakar bl- amment, hija ffissata fuq il-prezz taż-żejt li kien eżistenti f'Lulju u f'Awissu.", "Il-prezz taż-żejt tela' f'Settembru u Ottubru, pero` is-surcharge ma ċaqlaqnihiex għar-raġuni illi l-forward buying li għamilna fiż-żejt qed jippermettilna - u dan kien ġie spjegat bil-miktub fl-aħħar stqarrija li għamilna - li sa l-aħħar tas-sena bażikament iż-żejt qiegħed jinxtara mill- Enemalta bil-prezz ta' bejn $80 u $84, li huma ekwivalenti għal $80 u $84- il barmil crude.", "Jiġifieri m'aħniex qegħdin nixtru bil-prezzijiet għoljin għax għamilna hedging forward.", "Jekk m'iniex sejjer żball l-ewwel għamilna hedging ta' 25%, imbagħad għamilna hedging ta' 50% oħra, u mbagħad għamilna hedging ta' l-aħħar 25%.", "Għandna wkoll 50% forward fuq is-sena d-dieħla.", "Jiġifieri r-riżultat tal-hedging forward u tal-collars li għamilna qegħdin jippermettulna li ma neħdux id-daqqa b'saħħitha kollha flimkien imma ippermettitilna - billi qed nixtru hedging agreements li bħalissa huma favorevoli - li nikkontrollaw id-daqqa li qed nieħdu internazzjonalment.", "Ovvajment ma nista' nagħti l-ebda garanzija għall-futur - kif jgħidu ta' l- investmenti, tal-bonds, eċċetra, li l-passat m'huwiex garanzija tal-futur - u għalkemm inti jkollok hedges u collars in place, jekk il-base price taż- żejt qiegħed jitla', u ovvjament il-future prices li qed jiġu kkwotati llum huma ħafna iktar ogħla minn $80 u $84, biex issib dik il-bażi trid tħallas insurances qawwijin ħafna.", "In vista wkoll ta' kif aħna kkuntrattjati mas- suppliers tagħna lanqas jagħmel sens, u ovvjament allura iktar ma inti tmur 'il quddiem u iktar ma jogħla l-base price, iktar se jogħla, fl-aħħar mill- aħħar, il-prezz li inti tħallas fis-suq.", "Ir-risposta għad-domanda ta' l-Onor.", "Mizzi għaliex m'għolietx is-surcharge meta kien qed jogħla l-crude oil hi li peress li konna għamilna kuntratti 'il quddiem li qegħdin jippermettulna nixtru ż-żejt illum, u hekk se jibqa' żgur, b'garanzija, sa l-aħħar tas-sena jekk mhux iktar 'il quddiem ukoll, jiġifieri li nixtru ż-żejt bejn $80 u $84-il barmil.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mario Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi s-somma totali li l- gvern jew l-Enemalta qiegħda tissussidja bħalissa fejn tidħol is-surcharge, nklużi dawk il-familji illi minħabba d-dħul tagħhom ma jħallsux surcharge?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Again, kif spjegajt preċedentement, ma tistax tgħid bħalissa.", "Li nista' ngħid hu li l-ewwel indikazzjonijiet huma li għall- perijodu li jkopri l-1 ta' Ottubru sa Settembru 2007, probabbilment - għax il-kontijiet għadhom ma ngħalqux u ma ġewx audited - il-gvern se jkun ħareġ bejn Lm28 miljun u Lm30 miljun bħala sussidju għas-surcharge.", "Pero` irrid inkun ċar.", "Dawn in-numri m'humiex konfermati u ma nixtieqx li jiġu kkwotati qabel ma jkollna l-audited accounts.", "Dak huwa l-ammont li l-gvern se jkun ħareġ biex jissussidja mhux biss is-social cases, li huma ta' Lm27,000, pero` anke biex iżomm id-differenza tas-surcharge bejn 50% għal 132% li spjegajna qabel.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Il-Ministru jikkonferma li l-hedging ħadem b'mod pożittiv u li kien sar żball meta ħabta u sabta dan kien tneħħa bla ma sar studju?", "Issa li għandna l-garanzija li sa l-aħħar tas-sena l-prezz se jibqa' l-istess minħabba li sar dan il-hedging, x'garanzija hemm illi jekk il-prezz taż-żejt jibqa' kif inhu jew jogħla iktar milli hu, bejn Jannar u x-xahrejn jew it-tliet xhur ta' wara, is-surcharge ma jogħliex?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-ewwelnett aħna m'għamilniex hedging u lanqas forward buying.", "(Interruzzjonijiet) Le, għax hemm diversi metodoloġiji li tista' tuża.", "Il-hedging u l-forward buying huma l-iktar riskjużi probabbilment.", "Aħna dehrilna - l-esperti mhux jien, għax jien ma nifhem xejn - li jkun aħjar jekk f'dan l-istadju tuża collars f'ċertu floors u kultant tieħu anke insurance cover għal disaster cover.", "Jiġifieri hemm differenza.", "Jiena dejjem irrepetejt li dawn it-tip ta' strumenti finanzjarji - m'huma xejn iktar minn strumenti finanzjarji - la huma tajbin u lanqas huma ħżiena, imma essenzjalment huma metodoloġiji kif inti tipprova tagħlaq ir- risk tiegħek.", "Fil-fatt, nista' ngħid lill-Onor.", "Mizzi li f'din l-aħħar sena u nofs li ilna nużaw dawn l-istrumenti finanzjarji kultant morna ħażin ukoll u ħallasna anke iktar ogħla mis-suq.", "Din hija ħaġa normali jekk inti tieħu dawn it-tip ta' riskji.", "Fejn issa sejrin tajjeb ġieli kellna nħallsu aħna fuq quddiem.", "Dwar garanziji għall-futur, jiddispjaċini, imma jiena m'iniex il-partit Laburista!", "Jiena m'għandix crystal ball, m'iniex saħħar u x'se jkunu l- prezzijiet 'il quddiem ma nistax ngħid!", "Aħna għandna collar li qed jaħdem favur tagħna kemm fl-ewwel tliet xhur kif ukoll fit-tieni tliet xhur, u s'issa jidher li għadu se jaħdem favur tagħna.", "Pero` jiena ma nistax ngħid il-prezz taż-żejt kif se jkun.", "Jekk il-prezz taż-żejt ikompli jitla', allura qegħdin f'pożizzjoni tajba, imma jekk il-prezz taż-żejt f'daqqa waħda jaqa', allura nispiċċaw ikollna nħallsu mill-but.", "Dawn huma r- realtajiet tas-suq, u jiena ma nistax ngħid kif se jkun f'Jannar.", "Skond ir-reviżjonijiet li saru hemm consultants li jgħidulek li se jkun $120-il barmil u hemm min jgħid li dan huwa prezz insostenibbli u jista' jkun li jerġa' jinżel għal $80-il barmil.", "Jista' jkun li għandhom raġun, imma biex inkunu nafu rridu nistennew ftit ieħor.", "Għalhekk aħna m'aħniex qed ngħidu li se naqtgħu s-surcharge bin-nofs għax m'huwiex doable fiċ- ċirkostanzi kif inhu llum s-suq.", "Illum is-suq m'għadux sempliċement suq taż-żejt imma huwa suq heavily influenced mill-hedge funds u heavily influenced mill-ispekulaturi.", "Tittendi illi billi jżidu l-produzzjoni x'imkien jew taqa' pjattaforma li mhux qed tipproduċi, xorta s-suq mhux qed jiġi effettwat 'il fuq jew 'l isfel, u allura f'sitwazzjoni bħal din fejn l- ispekulazzjoni qed tiddomina s-suq, huwa diffiċli ħafna li wieħed jipprevedi lejn fejn sejjer il-prezz.", "Kulma tista' tagħmel l-Enemalta hu li tieħu l-insurances jew parti mill- insurances neċessarji biex kemm jista' jkun l-effett ta' prezz dejjem iktar ogħla - kif kien f'dawn l-aħħar 18-il xahar, fejn għadna ma rajniex dip waħda sostanzjali - u kemm jista' jkun tiżgura ilil tnaqqas l-effett.", "Pero` tajjeb jew ħażin, minn prezz li sena ilu kien ta' $53 tela' għall- prezz li ħin minnhom miss il-100$, u llum qiegħed jilgħab bejn l-94$ u t- $98, bi prezz li dejjem qiegħed jitla' 'l fuq, fl-aħħar mill-aħħar il- futures li inti għandek fis-suq li tista' tmur tikkuntrattja, se jkunu futures li dejjem huma għoljin.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Azzopardi.", "ONOR.", "JASON AZZOPARDI: Sur President, id-domanda tiegħi hija maqsuma f'żewġ partijiet, dwar il-power station tal-Marsa u l-Enemalta in ġenerali.", "Il-Ministru jikkonferma li l-gvern għadu ntenzjonat li jagħlaq il-power station tal-Marsa?", "X'inhuma l-iżviluppi f'dan ir-rigward u x'qed isir biex tintlaħaq il-mira li l-power station tal-Marsa tingħalaq?", "X'qed isir dwar il-konnessjoni ta' Malta ma' l-electricity grid Ewropew u x'inhuma l- pjanijiet għax-xhur li ġejjin biex Malta tingħaqad mal-grid Ewropew?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nikkonferma l-għan tal-gvern li tingħalaq il-power station tal-Marsa bl-alternattiva ovvjament li l-generating power li inti għandek il-Marsa trid tiġġenerah minn x'imkien ieħor.", "Għal dan il-għan inħoloq pjan - dan poġġejnieh fuq il-mejda tal-Kamra diversi xhur ilu - fejn diġa` ħarġet tender, sar ix-shortlisting u t-tender dettaljat se jintbagħat lill-kumpanniji li wrew interess biex jinbena mill-inqas a 100 megawatt generator ieħor f'Delimara.", "It-tieni proġett huwa l-inter-connector bejn Malta u Sqallija.", "Aħna jidhrilna li dan l-inter-connector mhux biss għandna bżonnu biex inkunu f'pożizzjoni li nixtru green energy u allura nagħmlu qabża mill-ewwel fil- kwalita` ta' elettriku li niġġeneraw, pero` għandna bżonnu wkoll mil-lat ta' security.", "S'issa għall-grazzja t'Alla qatt ma ġara xejn f'dan il-pajjiż li hedded b'xi mod li ma jkollniex elettriku, pero` diżastri dejjem jistgħu jiġru u l-inter-connector ma' Sqallija huwa xi ħaġa li għandna nħarsu lejh mhux biss mil-lat ta' effiċenza, imma għandna nħarsu lejh ukoll bħala mezz li jiżgura li dan il-pajjiż jista' jġib l-elettriku minn mainland Ewropew jekk qatt tinqala' xi ħaġa.", "Konna ħriġna request for information, iltqajna ma' diversi kumpanniji li wrew interess u skambjajna informazzjoni li għandna bżonn.", "Bħalissa tajt struzzjonijiet biex ningaġġaw consultancy ħalli mbagħad ikun jista' joħroġ it-tender relattiv għal inter-connector.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Galea.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Il-Ministru kien qiegħed jitkellem fuq il-mekkaniżmu li bih jinxtara ż-żejt.", "Huwa minnu li l-gvern kien għamel stedina lill- Oppożizzjoni biex taħtar persuna tal-fiduċja tagħha li tkun imdaħħla jew informata dwar il-mekkaniżmu ta' kif jinxtara ż-żejt?", "L-Oppożizzjoni laqgħet din il-proposta?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nikkonferma li dan huwa minnu.", "L-Oppożizzjoni ma laqgħetx din il-proposta u, to be fair, kienet ipproponiet li jsir kumitat parlamentari f'dan is-sens.", "Pero` aħna ma qbilniex għax jidhrilna li din hija xi ħaġa totalment kummerċjali u li ċertament l-istraġiji ta' kif tixtri ż-żejt iridu esperti u ma jridux ċertament membri parlamentari jiddiskutuhom.", "NEFQA FUQ SAFAR", "28310.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joe Debono Grech) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: Kemm kienet in-nefqa fuq safar inkluż spejjeż ta' lukandi, flights u subsistence allowance fil- ministeru, dekasteru u enti tiegħu (inkluż safar ministerjali) minn Jannar 2007 sal-lum separatament, xahar b'xahar?", "Min kienu l-uffiċjali separatament?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi): It- tagħrif mitlub se jitpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "NEFQA FUQ HOSPITALITY", "28311.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joe Debono Grech) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Kemm kienet in-nefqa fuq kull tip ta' hospitality fil-ministeru, dekasteru u enti tiegħu separatament u xahar b'xahar minn Jannar 2007 sal-lum?", "Min ta l- approvazzjoni għal dan l-infiq f'kull każ separatament?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "UFFIĊJALI LI RRIŻENJAW", "28312.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joe Debono Grech) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Minn Jannar 2007 sal-lum kien hemm uffiċjali fi skala 1 sa 4 jew chairpersons li rriżenjaw jew għalqilhom il-kuntratt u ma reġgħux applikaw għall-istess pożizzjoni fil- ministeru, dekasteru u enti tiegħu?", "F'każ li fl-affermattiv, jista' l- Ministru jgħid liema pożizzjonijiet kienu fihom dawn l-uffiċjali u x'kienet r-raġuni li rreżenjaw jew ma applikawx għall-istess pożizzjoni?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Jien informat li kien hemm riżenja waħda fil- fondazzjoni għal servizzi edukattivi tas-CEO fi skala 4.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT (Kap ta' l-Oppożizzjoni): Jista' l-Ministru jikkjarifikalna ftit x'inhi r-responsabbilta` tiegħu u tal-ministeru tiegħu fir-rigward ta' impjiegi u ħatriet li għandhom x'jaqsmu ma' l-iskejjel f'Għawdex?", "Jekk jara xi ħaġa li saret bi frodi jew b'mod ħażin fl-iskejjel ta' Għawdex, anke jekk tkun għaddiet mill-ministeru għal Għawdex, għandu r- responsabbilta` li jinvestigaha u jieħu passi fuqha?", "Ċertifikati li joħorġu mill-iskejjel f'Għawdex, bħal diplomi eċċetra, huma kompletament taħt ir- responsabbilta` tal-ministeru għal Għawdex jew jaqgħu taħt il-ministeru ta' l-edukazzjoni minn Malta wkoll?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Jekk qed jirriferi għal xi każ speċifiku, safejn naf jien dan hu każ li qiegħed sub judice.", "Dwar in-natura ġenerali tal- mistoqsija, ir-responsabbilta` ta' l-amministrazzjoni tad-dipartimenti f'Għawdex taqa' taħt il-ministeru għal Għawdex u ma taqax taħt ministeri diversi.", "L-amministrazzjoni ta' kuljum f'dak li huwa dipartiment tal- public works jew ta' l-edukazzjoni f'Għawdex, taqa' taħt il-ministeru għal Għawdex.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Evidentement dak li huwa sub judice jibqa' dejjem hekk, imma min-naħa l-oħra mbagħad hemm responsabbiltajiet amministrattivi li jimplikaw fuq l-integrita` ta' l-amministrazzjoni pubblika tal-pajjiż u li meta jsir xi ħaġa ta' min jistaqsi dwarha, apparti mis-sub judice, ikun hemm ukoll responsabbiltajiet amministrattivi li jridu jiġu aċċettati u assunti.", "Il-mistoqsija tiegħi hija differenti.", "Fir-rigward ta' malamministrazzjoni jew inkella ta' każi fejn ikun hemm bl- aktar mod ċar abbuż ta' l-amministrazzjoni fl-iskejjel f'Għawdex, il- ministeru ta' l-edukazzjoni f'Malta għandu xi responsabbilta` jew m'għandux?", "Mhux qed nitkellem issa fuq każ partikolari, għalkemm għandi f'moħħi każ partikolari, imma l-mistoqsija tiegħi hija - m'għandhiex x'taqsam ma' sub judice u mhux sub judice - jekk il-ministeru ta' l- edukazzjoni f'Malta għandux xi forma ta' responsabbilta` amministrattiva, jekk iqum każ ta' malamministrazzjoni, ta' abbuż u anke ta' frodi fl- amministrazzjoni ta' l-iskejjel f'Għawdex.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-amministrazzjoni ta' kuljum f'dan id-dipartiment ta' l-edukazzjoni ġewwa Għawdex huwa r-responsabbilta` tal-ministeru għal Għawdex.", "Aħna nidħlu biex nassenjaw l-għalliema, biex nassenjaw l- impjegati l-oħrajn u biex nagħmlu anke sorveljanza tal-metodi pedagoġiċi li qed ikun hemm fl-iskejjel t'Għawdex.", "Naturalment jekk qed nitkellmu fuq eżamijiet tas-Sec jew tal-Matsec, dawk isiru taħt is-superviżjoni tal- Matsec Board ta' l-universita` u mhux tal-ministeru, u eżamijiet oħra jsiru taħt is-superviżjoni tad-dipartiment ta' l-eżamijiet, mhux taħt il- ministeru.", "Jiġifieri jiddependi.", "F'dik li hija malamministrazzjoni, fejn xi ħadd ikun ħa s-sick leave meta mhux suppost jieħu s-sick leave, per eżempju, il-ministeru għal Għawdex għandu l-uffiċjali apposta biex jikkontrollaw is-sitwazzjoni.", "F'każ li xi ħadd daħal tard għax-xogħol, jew qabad u ma ġiex għax-xogħol, jew telaq kmieni, jew ma qediex id-dmirijiet tiegħu, jew iffalsifika xi dokument jew xi ħaġa, hemm l-uffiċjali apposta.", "Tant hu hekk, illi l-każ li minnu qiegħda tisponta din il-mistoqsjia supplimentari, kien proprju għax hemm amministrazzjoni tajba, mhux malamministrazzjoni, illi skopriet l-abbuż, u mill-ewwel ħadet passi kontra l-abbuż, tant li l-każ qiegħed quddiem il- qorti.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jiġifieri jekk qed nifhem tajjeb, f'dak li għandu x'jaqsam ma' appuntament u assenjament ta' għalliema fis-sistema edukattiva f'Għawdex, ir-responsabbilta` għall-assenjament hija tal-ministeru ta' l- edukazzjoni f'Malta.", "Dak li għandu x'jaqsam imbagħad ma' responsabbilta` ma' malamministrazzjoni, allegata jew le, min-naħa ta' dawn l-uffiċjali, taqa' taħt il-ministeru għal Għawdex u l-iddixxiplinar ta' dawn l-uffiċjali u r-revoka ta' dawn l-uffiċjali ma taqax taħt il-ministeru ta' l- edukazzjoni f'Malta imma taqa' taħt il-ministeru ta' Għawdex.", "Qed nifhem tajjeb jien?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Jiena nkun irrid nitlob gwida ta' l-uffiċjali konċernati, Sur President, biex inkun korrett fit-tweġiba tiegħi.", "Jiena ma nkunx informat personalment jekk xi ħadd illi jaqa' fid-dipartiment ta' l- edukazzjoni u li qiegħed ġo Għawdex il-proċeduri tad-dixxiplina tiegħu mil- liema rotta jgħaddu.", "Safejn naf jien jgħaddu mir-rotta tad-direttur tal- corporate services tal-ministeru għal Għawdex.", "Ma nafx li ssir riferenza għal dik il-fini ta' dixxiplina hawn, pero` fuq ħaġa teknika ta' dan it- tip, nitlob il-verifika u l-gwida ta' l-uffiċjali tal-ministeru tiegħi, tal- permanent secretary u tad-direttur tal-corporate services f'Malta.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-Mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru Louis Galea.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar impjegati fid-dekasteru li għalih hu responsabbli l- Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjieg li kellhom 'il fuq minn 61 sena bejn Jannar u Novembru 2007, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 28313;", "Tagħrif dwar direct order li ngħataw mid-dekasteru li għalih hu responsabbli l-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjieg bejn Jannar u Novembru 2007, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 28314;", "Tagħrif dwar in-nefqa fuq petrol minn uffiċjali fid-dekasteru li għalih hu responsabbli l-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjieg bejn Jannar u Novembru 2007, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 28315;", "f'isem il-Viċi Prim Ministru npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 374 ta' l-2007 – Ordni ta' l-2007 dwar l- Estradizzjoni (Repubblika tat-Tuneżija);", "Avviż Legali Nru 375 ta' l-2007 – Ordni ta' l-2007 dwar l- Estradizzjoni (Stati Uniti ta' l-Amerika);", "Rapport annwali ta' l-Uffiċju ta' l-Ombudsman għas-sena 2006; u", "f'isem il-Ministru tas-Saħħa nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 373 ta' l-2007 – Ordni ta' l-2007 li jemenda l-Ewwel Skeda li tinsab ma' l-Ordinanza dwar il-Mediċini Perikolużi;", "Avviż Legali Nru 377 ta' l-2007 – Ordni ta' l-2007 għall-Prezzijiet Pagabbli għall-Akkwist ta' Oqbra;", "Tagħrif dwar imwiet kawża tal-kanċer tas-sider għall-perjodu bejn l- 2000 u l-2006, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 29062; u", "Tagħrif dwar trabi li twieldu minn single mothers fil-perjodu bejn l- 2000 u l-2006, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 29063.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Jesmond Mugliett.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT (Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 376 ta' l-2007 – Regolamenti ta' l-2007 li jemendaw ir-Regolamenti dwar it-Tqegħid ta' Billboards fit-Toroq;", "Tagħrif dwar transfers ta' reġistrazzjoni ta' vetturi li saru fil- perjodu bejn l-2000 u l-2007, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 28999; u", "Pjanta tas-sit fi Triq il-Knisja Ħal Tarxien fejn hu propost li jsiru bus stop u zebra crossing, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 29041.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Anthony Abela.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (Segretarju Parlamentari): Sur President, f'isem il- Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar għajnuniet fiskali u finanzjarji li tqassmu mill-Malta Enterprise Corporation matul l-2007, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 29011; u", "Tagħrif dwar l-għadd u l-grad ta' l-impjegati full time mal-Malta Drydocks, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 29014.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Jason Azzopardi.", "ONOR.", "JASON AZZOPARDI (President tal-Kumitat Permanenti għall-Affarijiet Barranin u Ewropej): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "43 dokument maħruġa mill-Kummissjoni Ewropea (pipeline acquis) li kienu ġew scrutinised u cleared mill-working group fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej:", "868.", "Proposal for a Directive of the European Parliament and of the Council amending Directive 97/67/EC concerning the full accomplishment of the internal market of Community postal services/ Report from the Commission to the Council and the European Parliament on the application of the Postal Directive (Directive 97/67/EC as amended by Directive 2002/39/EC)/ Report from the Commission to the Council and the European Parliament Prospective study on the impact on universal service of the full accomplishment of the postal internal market in 2009 (COM (2006) 594/5/6);", "961.", "Communication from the Commission to the Council and the European Parliament: Building the Single European Sky through functional airspace blocks – A mid-term status report (COM (2007) 101);", "963.", "Proposal for a Council Decision on the signature and provisional application of the Agreement between the European Community and the United Arab Emirates on certain aspects of air services and on the conclusion of the Agreement between the European Community and the United Arab Emirates on certain aspects of air services (COM (2007) 134);", "998.", "Proposal for a Regulation of the European Parliament and of the Council setting out the requirements for accreditation and market surveillance relating to the marketing of products (COM (2007) 37);", "1076.", "Proposal for a Council Decision on the approval, on behalf of the European Community, of the first and the second amendments to the UN/ECE Espoo Convention on Environmental Impact Assessment in a Transboundary Context (COM (2007) 470 Final);", "1077.", "Communication from the Commission to the Council and the European Parliament Establishing an Environment Strategy for the Mediterranean (COM (2006) 475);", "1078.", "Annual Report from the Commission to the Council and the European Parliament on Member States' effort during 2005 to achieve a sustainable balance between fishing capacity and fishing opportunities (COM (2006) 872);", "1079.", "Proposal for a Council Decision Council Decision on a Community position in the Association Council on the implementation of Article 84 of the Euro-Mediterranean Agreement establishing an association between the European Communities and their Member States, of the one part, and the Tunisian Republic, of the other part (COM (2006) 776);", "1080.", "Proposal for a Regulation of the European Parliament and of the Council amending the annexes to Regulation (EC) No 883/2004 on the coordination of social security systems (COM (2007) 376 Final);", "1081.", "Communication from the Commission to the European Parliament, the Council, the European Economic and Social Committee and the Committee of the Regions on Tackling the Pay Gap between Women and Men (COM (2007) 424 Final);", "1082.", "Communication from the Commission to the Council and the European Parliament on the preparation of the Tampere Euro- Mediterranean Foreign Affairs Ministers Conference (27-28 November 2006) The Euro Mediterranean Partnership: Time to deliver (COM (2006) 620);", "1083.", "Report from the Commission to the European Parliament and the Council on Bulgaria's progress on accompanying measures following accession (COM (2007) 377 Final);", "1084.", "Report from the Commission to the European Parliament and the Council on Romania's progress on accompanying measures following accession (COM (2007) 378 Final);", "1085.", "Communication from the Commission to the Council and the European Parliament: Sustainable power generation from fossil fuels: aiming for near-zero emissions from coal after 2020 (COM (2006) 843);", "1087.", "Report from the Commission to the Council, the European Parliament and the European Economic and Social Committee on the operation of Directive 98/34/EC from 2002 to 2005 (COM (2007) 125);", "1088.", "Communication from the Commission to the European Parliament and the Council on the evaluation of the European Network and Information Security Agency (ENISA) (COM (2007) 285);", "1089.", "Proposal for a Directive of the European Parliament and of the Council relating to the roll-over protection structures of wheeled agricultural or forestry tractors (Codified version) (COM (2007) 310 Final);", "1090.", "Proposal for a Directive of the European Parliament and of the Council on the coupling device and the reverse of wheeled agricultural or forestry tractors (Codified version) (COM (2007) 319);", "1091.", "Proposal for a Directive of the European Parliament and of the Council on non-automatic weighing instruments (Codified version) (COM (2007) 446);", "1092.", "Proposal for a Council Regulation adapting Regulation (EC) 1907/2006 of the European Parliament and of the Council on the Registration, Evaluation, Authorisation and Restriction of Chemicals (REACH), by reason of the accession of Bulgaria and Romania (COM (2007) 449);", "1093.", "Proposal for a Directive of the European Parliament and of the council on the suppression of radio interference produced by agricultural or forestry tractors (electromagnetic compatibility) (COM (2007) 462 Final);", "1094.", "Communication from the Commission to the European Parliament, the Council, the European Economic and Social Committee and the Committee of the Regions – Towards Common Principles of Flexicurity: More and Better Jobs through Flexibility and Security (COM (2007) 359);", "1095.", "Communication from the Commission to the Council, the European Parliament, the European Economic and Social Committee and the Committee of the Regions –Posting of Workers in the Framework of the Provision of Services: Maximising its Benefits and Potential while Guaranteeing the Protection of Workers (COM (2007) 304 Final);", "1096.", "Proposal for a Decision of the European Parliament and of the Council establishing an action programme for the enhancement of quality in higher education and the promotion of intercultural understanding through co-operation with third countries (Erasmus Mundus) (2009-2013) (COM (2007) 395 Final);", "1097.", "Communication from the Commission to the Council and the European Parliament \"Improving the Quality of Teacher Education\" (COM (2007) 392 Final);", "1098.", "Communication from the Commission to the Council, the European Parliament, the European Economic and Social Committee and the Committee of the Regions: \"Annual Report on the Operation of the Third Phase of the Tempus Programme in 2006\" (COM (2007) 420 Final);", "1099.", "Proposal for a Regulation of the European Parliament and of the Council establishing a European Training Foundation (Recast) (COM (2007) 443 Final);", "1100.", "Communication from the commission to the European Parliament and the Council - Report on the implementation, functioning and effectiveness of the \"EU\" TLD (COM (2007) 385 Final);", "1101.", "Proposal for a Council Decision concerning the signing and conclusion of the Interim Agreement on trade and trade-related matters between the European Community, of the one part, and the Republic of Montenegro, of the other part (COM (2007) 351);", "1102.", "Communication from the Commission to the European Parliament and to the Council in accordance with Article 19(1) of Council Directive 2003/96/EC (differentiated rates of taxation for petrol distributed from specially equipped petrol stations) (COM (2007) 307 Final);", "1104.", "Proposal for a Council Decision authorising France to apply a reduced rate of taxation to unleaded petrol used as motor fuel and consumed in the Corsican departments (COM (2007) 442 Final);", "1105.", "Green Paper on Retail Financial Services in the Single Market (COM (2007) 226);", "1106.", "Proposal for a Council Directive amending Directive 2003/96/EC with regard to the adjustment of Special Tax arrangements for Gas Oil used as Motor Fuel for Commercial Purposes and the Coordination of Taxation of Unleaded Petrol and Gas Oil used as Motor Fuel (COM (2007) 52);", "1107.", "Communication from the Commission to the European Parliament, the Council, the European Economic and Social Committee, the Committee of the regions and the European Central Bank – Public Finances in EMU 2007 – Ensuring the effectiveness of the preventive arm of the SGP (COM (2007) 316);", "1108.", "Report from the Commission to the European Parliament and the Council on the Protection of the Financial Interests of the Communities – Fight against Fraud – Annual Report 2006 (COM (2007) 390); 7809 - 1109.", "Communication from the Commission on the EU Economy: 2006 Review - Strengthening the Euro Area: Key Policy Priorities (COM (2006) 714);", "1110.", "Communication from the Commission to the Council, the European Parliament, the European Economic and Social Committee, the Committee of the Regions and the European Central Bank: \"Fifth report on the practical preparations for the future enlargement of the euro area\" (COM (2007) 434);", "1111.", "Preliminary Draft Amending Budget no 5 to the Budget for 2007, General Statement of Revenue (COM (2007) 340);", "1112.", "Communication from the Commission on a simplified business environment for companies in the areas of company law, accounting and auditing (COM (2007) 394);", "1113.", "Proposal for a Regulation of the European Parliament and of the Council on the Law Applicable to Contractual Obligations ('ROME 1') (COM (2005) 650);", "1114.", "Communication from the Commission Trans-European Networks: Towards an integrated approach (COM (2007) 135);", "1115.", "Communication from the Commission to the European Parliament, the Council, the European Economic and Social Committee and the Committee of the Regions: GALILEO at a cross-roads: the implementation of the European GNSS Programmes (COM (2007) 261); u", "1116.", "Communication from the Commission to the European Parliament and the Council concerning the review of Directive 94/19/EC on Deposit Guarantee Schemes (COM (2006) 729).", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali.", "Mozzjonijiet.", "Il-Ministru Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni): Sur President, nitlob lis-Sedja biex tinvestiga artiklu li deher f'paġna 7 fil-ġurnal \"l- Orizzont\" tal-lum li nkiteb mis-Sur Joe Sammut, b'mod partikolari ż-żewġ paragrafi li jidhru fl-ewwel kolonna ta' l-istess artiklu li jgħidu hekk:", "\"Il-Ministru Ċensu Galea jidher li qabad vizzjijiet ġodda.", "Din is-sena se jkun qed jonfoq erba' darbiet aktar minn sena ilu f'parties, ikel u xorb.", "U għas-sena d-dieħla hemm ivvutati l-istess ammont daqs din is- sena, jiġifieri erba' darbiet aktar minn qabel.", "Għal persuna qrib il- 50 sena..\"", "- 51 sena fil-fatt -", "\"..dan kollu ma tantx jawgura tajjeb, speċjalment wara l-battikati kbar li ħa l-Ministru Ċensu Galea fuq l-affari tat-tapes ta' l-ADT u l- affari tal-liċenzji tal-baħar.", "With the compliments ta' Sharlon Gouder li ma kienx jonqsu wisq biex ineżżgħu kompletament.\".", "Sur President, din il-parti ta' l-artiklu m'hi xejn ħlief gidba, u nitolbok tinvestiga dan ir-rapport u tieħu l-passi skond ir-regolamenti tal-Kamra fil-konfront ta' l-editur tal-ġurnal u b'mod partikolari ta' min kiteb l- artiklu.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Is-Sedja tirriserva li tara d-dokumenti ppreżentati u tagħti l-veduti tagħha iżjed tard.", "Ngħaddu għall-Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JIMPLIMENTA", "L-MIŻURI TA' L-ESTIMI", "BUDGET MEASURES IMPLEMENTATION BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mill-21 ta' Novembru, 2007", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "MR SPEAKER: Rimarki?", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni huwa in possession.", "ONOR.", "ALFRED SANT (Kap ta' l-Oppożizzjoni): Sur President, ħalli nagħmel riassunt ta' dak li għidt il-ġimgħa li għaddiet dwar dak li għandu x'jaqsam mat-tmexxija ekonomika fir-rigward ta' l-għoli tal-ħajja.", "Dan il-budget għas-sena d-dieħla u l-miżuri li għandna quddiemna jikkonfermaw dak li qal il-partit Laburista, jiġifieri li ftit ħafna, tard wisq.", "Dan jinħass sew speċjalment f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-għoli tal-ħajja, problema li qed tifni l-familji bl-aktar mod ġenerali.", "L-istatistika stess tal-gvern qed turi għaliex qed iqumu dawn il-problemi f'dak li għandu x'jaqsam ma' l- ikel.", "M'hu veru xejn li ż-żieda fil-prezzijiet ġejja biss miż-żieda fil- prezzijiet ta' barra, għax f'dak li għandu x'jaqsam maż-żieda fil- prezzijiet ta' l-ikel f'Malta, din iż-żieda qed tkun ta' l-inqas id-doppju ta' dak li qed tkun fl-Unjoni Ewropea.", "Fil-każ tal-ħwejjeġ u taż-żraben, iż-żieda fl-għoli tal-ħajja f'Ottubru u f'Settembru kienet mill-inqas sitt darbiet aktar minn dik li kienet fil- pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea.", "Fuq il-bażi ta' Settembru u Ottubru ta' din is-sena, iż-żieda fil-prezzijiet f'Malta kienet kważi d-doppju taż-żieda fil-mediċini fl-Ewropa.", "Dan kollu juri, Sur President, li hawn xi ħaġa li mhux qed taħdem tajjeb, u mhux ta' b'xejn li ħafna familji qed ikunu nkwetati bil-kbir f'dak li jinsab għaddej fil-qasam tal-prezzijiet f'pajjiżna.", "Terġa', dejjem mill-istatistika stess tal-gvern, fix-xahrejn ta' Settembru u Ottubru jirriżulta li kien hemm rankatura qawwija fil- prezzijiet ta' dawn il-prodotti essenzjali għall-familji f'pajjiżna.", "Allura meta l-gvern jiġi jgħid li għamel ftehim - li sal-lum għadu sigriet - ma' numru kbir ta' negozjanti u mportaturi dwar iż-żamma ta' prezzijiet fissi sa Marzu li ġej, wieħed jinnota li dak li konna ngħidu aħna kien minnu, għax dan l-hekk imsejjaħ ftehim seħħ wara li ż-żiemel kien ħarab mill-istalla.", "Dawn għalqu l-bieb ta' l-istalla meta ż-żiemel laħaq ħarab!", "Kemm f'Settembru kif ukoll f'Ottubru dawn l-affarijiet, li huma ta' interess kbir għall-familji - l-ikel, il-ħwejjeġ u l-mediċini – raw rankatura sħiħa fil-prezzijiet tagħhom.", "Ovvjament mhux f'Malta biss hawn inkwiet qawwi fuq il-purchasing power tal-familji li qed jiġi mnaqqar bil- kbir imma anke f'pajjiżi Ewropej oħra li huma membri bħalna fl-Unjoni Ewropea.", "Mill-istatistika stess tal-gvern jirriżulta li f'Malta l-għoli tal- ħajja qed jirranka ħafna aktar milli qed jirranka f'pajjiżi oħra f'dawn l- oqsma essenzjali għall-familji.", "Issa, Sur President, minflok il-gvern jipprova jiffaċċja din il-problema u jgħid li rridu nagħmlu xi ħaġa fuqha, qed ninnutaw li qed jipprova jitfagħha taħt it-tapit.", "Jiena nerġa' nirrepeti dak li għidt il-bieraħ fil- lukanda Halland ta' Pembroke u, ċioe`, li hemm bżonn li l-gvern jieħu din il-kwestjoni kollha bis-serjeta` li jixirqilha, u kif ġara f'pajjiżi oħra, hemm bżonn li jpoġġiha fuq quddiem nett ta' l-aġenda.", "Nerġa' ngħid li veru ġejjin pressjonijiet minn barra fuq żejt, fuq ċereali u fuq prodotti tal- ħalib, imma l-mod kif qed jirranka l-għoli tal-ħajja hawn Malta huwa d- doppju sas-sitt darbiet ta' dak li qed jiġri fl-Ewropa.", "Hemm xi ħaġa ħażina, Sur President!", "Aktar u aktar imbagħad li ninsabu resqin lejn id-dħul ta' l-Ewro f'pajjiżna, u wieħed kien jistenna allura li l-gvern jiffoka aktar fuq il- ħtieġa li l-għoli tal-ħajja jinżamm taħt skrutinju l-ħin kollu, ħaġa li mhux qed tiġri.", "Hawnhekk nerġa' nsostni l-kritika tiegħi li f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-istrutturi tad-dħul ta' l-Ewro, ma kienx hemm parteċipazzjoni sħiħa ta' l-interessi tal-konsumatur.", "Jiena ma rridx ngħid li hawn kriżi jew mhux kriżi f'dan is-settur, imma nista' ngħid li kull fejn immur u kull fejn imorru sħabi, il-kwestjoni ta' l-għoli tal-ħajja hija l-aktar waħda li qed tissemma li qed tifni lill-familji.", "Il-kwestjoni ta' kif il-purchasing power qed jonqos hija xi ħaġa li tiltaqa' magħha kull fejn tmur, u jekk il-gvern mhux interessat li jindirizzaha, dan ikompli jikkonferma li huwa gvern disconnected mill-interessi tal-poplu.", "Nerġa' nħeġġeġ lill-gvern biex fl-interess tas-serħan il-moħħ li jitkellem dwaru - jew kien jitkellem dwaru, għax m'għadux - u fl-interess ta' andament ekonomiku tajjeb, isejjaħ laqgħa b'urġenza ta' l-MCESD biex din il- kwestjoni tiġi diskussa u sabiex il-partners soċjali jiffaċċjaw dak li jinsab għaddej, u sabiex aktar milli jkun hemm ftehim sigrieti ma' numru ta' negozjanti - li mid-dehra lanqas għaddew, per eżempju, mill-Kamra tal- Kummerċ jew mill-GRTU - ikun hemm forma ta' qbil komunali mill-partners soċjali kollha dwar x'inhi l-problema li qed jiffaċċja pajjiżna.", "Għax l- għoli tal-ħajja qed jirranka aktar milli qed jirranka f'pajjiżi oħra u l- familji tagħna qed ikollhom iġorru iktar piżijiet, d-doppju u aktar, minn dak li qed iġorru familji Ewropej.", "Nemmen li jekk il-gvern irid ikun sinċier f'dak li jgħid dwar il-ħtieġa li l-Ewro tidħol bla problemi u li pajjiżna jimxi 'l quddiem f'dak li għandu x'jaqsam ma' żvilupp ekonomiku, dan għandu jidħol fil-fatturi kollha li qegħdin iservu biex jagħtu spinta 'l quddiem lill-għoli tla-ħajja u jkun hemm azzjoni dwarhom.", "Sur President, ngħaddi issa għat-tieni punt li semmejt il-ġimgħa li għaddiet marbut ma' għaliex dan huwa budget ta' ftit ħafna u tard wisq.", "Il- gvern jivvota ċerta spiża kapitali u ma jonfoqhiex kollha.", "Eżempju! fl- aħħar tas-sena jgħidilna, kif qalilna din is-sena, li se jkun hemm Lm20 miljun anqas minfuqa milli vvotat u dan - l-akbar skandlu - fl-edukazzjoni.", "Lil hinn minn hemm imma, meta tifli u tanalizza n-nefqa tal-gvern, issib li proġett wara l-ieħor qed idum ħafna iktar milli suppost u fl-istess ħin qed jintefqu ħafna aktar flus fuqu milli jkun indikat fil-bidu.", "Għandna l- istatistika li turi li fl-aħħar snin, in-nefqa tal-gvern fuq proġetti kapitali kienet ta' Lm191 miljun aktar milli kien ippjantat.", "Għamilhom Lm200 miljun!", "Lil hinn minn hemm għandek proġetti idumu aktar milli suppost, tliet snin, erba' snin, ħames snin, u anke aktar!", "Mela hawnhekk għandek każ fejn jiġu jiswew ħafna aktar milli jingħad fil- bidu, idumu biex jitlestew, u meta jitlestew, issa l-kwalita` tagħhom mhux tajba, u qed jinqalgħu l-problemi kbar fit-tħaddim tagħhom.", "Dan qed jimmina bil-kbir il-ħila ta' dan il-pajjiż biex ikabbar ir-rata ekonomika ta' żvilupp tiegħu.", "Għandna bżonn li nirrankaw l-ekonomija tagħna mhux bil-1% jew 2% li jiftaħar biha l-gvern – il-gvern mid-dehra kuntent li r-rankatura ekonomika se tonqos u tkompli tonqos fis-snin li ġejjin – għax bħala Oppożizzjoni għalina dan mhux aċċettabbli.", "Aħna rridu noħolqu aktar xogħol u rridu nibdew nirrankaw l-ekonomija tagħna biex tikber b'rati ta' 4%, 5% jew 6% fis-sena, ħaġa li pajjiżi oħra li għadhom kemm daħlu fl-Unjoni Ewropea qegħdin jiksbu u li aħna konna qed niksbuha sa ftit tas-snin ilu.", "Din tiksibha billi jkollok investiment kapitali qawwi min-naħa tal-gvern, billi jkollok investiment dirett mis-settur privat li jkun qawwi u sostnut u billi jkollok rankatura f'dak li għandu x'jaqsam ma' konsum privat lokali u ma' esportazzjoni li qed tirranka.", "F'kull wieħed minn dawn il-pedamenti qed naqgħu u waqajna lura.", "Għandna problema strateġika u se tibqa' hemm is- sena d-dieħla taħt il-budget propost, u għalhekk qegħdin nivvotaw kontra l- miżuri ta' dan il-budget.", "Ħa nkun ċar.", "Hemm il-problema tal-ħela u tan- nuqqas ta' effiċjenza, imma jien ngħid ukoll u nerġa' ngħidha u għedtha kemm-il darba li hemm xamma sħiħa ta' korruzzjoni li issa kważi saret xi ħaġa naturali u normali, mhux biss istituzzjonalizzata, imma hija xi ħaġa li qed tittieħed for granted.", "Jekk proġett qed idum aktar milli suppost, kulħadd jaf għaliex.", "Ħbieb tal- ħbieb, arranġamenti, ħokkli dahri u nħokklok tiegħek!", "Imbagħad jekk proġett jiġi jswa iktar milli suppost mhix problema, għax hemm il-ħbieb tal-ħbieb u jmorru tajjeb huma!", "Jekk proġett, wara li jitwettaq bid-dewmien u bl- overruns kollha jkollu difetti kbar mhux problema, għax se jkun hemm min jgħatti u se jkun hemm min imexxi 'l quddiem!", "Naħseb li tajjeb li minnufih insemmi r-responsabbilta` tal-Prim Ministru tal-ġurnata, Dr Gonzi.", "Dan għandu responsabbilta` li jidħol fil-ħniżrijiet li għaddejjin fin-nefqa kapitali tal-gvern – waħda wara l-oħra – għax kif jgħid il-Prim Ministru stess, l-affarijiet ma jsirux b'kumbinazzjoni!", "U hawnhekk mhux qed nitkellmu fuq proġett wieħed jew tnejn, imma fuq kull proġett.", "Jew idum, jew jiswa' iżjed, jew jiġi ħażin fl-aħħar, jew it-tlieta li huma f'daqqa!!", "Dażgur ma jsirux b'kumbinazzjoni!", "Darba darbtejn tifhimha, imma li kull proġett għandu dawn il-problemi, ma tifhimhiex!", "Infakkar lill-prim ministru dak li qal u li kiteb ta' qablu meta kien jikkritka lill-ħaddieħor: Min ma jiġġelidx kontra l-korruzzjoni huwa korrott u jkun qed jisraq lilek u lil pajjiżek.", "Jiena ngħid li dak li qed jiġri bħalissa, Sur President, u se nkompli ngħid x'kien jikteb il-kap tal- partit Nazzjonalista ta' qabel dan:", "\"Illum il-korruzzjoni tinten seba' pesti minn kullimkien.", "Telephones, televisions tal-kulur, kuntratti, liċenzji, permessi, djar, artijiet, promozzjonijiet, impjiegi, ġlied bejn ta' ġewwa, riżenji, tnassis minn taħt u x-xaħam dejjem għaddej.\".", "Kulma se nagħmel illum huwa li nagħtik renikont ta' x'ġara dwar il-pont ta' Manwel Dimech fejn hemm xamma ta' korruzzjoni qawwija fuq dak li għandu x'jaqsam mal-kuntratti, mal-liċenzji, mal-permessi u ma' artijiet.", "Hemmhekk il-logħba li tinsab għaddejja hija xi ħaġa tal-mistħija.", "Xi ħadd li għandu par idejn sodi kif jiftaħru li għandhom in-Nazzjonalisti biex imexxu, ma jħallux din il-ħniżrija tibqa' għaddejja kif inhi għaddejja bl-aktar mod sfaċċat!", "F'April 2004, il-gazzetta \"In-Nazzjon\" qalet li sar magħruf li f'parti mill-pont Manwel Dimech qed ikun hemm ċaqliq perikoluż u li l-ADT ħabbret li sa Lulju 2004 kien se jibda x-xogħol fuq dan il-pont, kemm jekk kien se jissewwa u kemm jekk se jinbidel.", "Fil-Parlament, f'Ottubru 2005, il-Ministru Jesmond Mugliett qal li x-xogħol fuq il-pont Manwel Dimech kien mistenni jibda f'Jannar 2006 u jitlesta fi żmien sena, jiġifieri f'Jannar 2007.", "Fid-diskors tal-budget għas-sena 2006, il-Prim Ministru Gonzi qal li matul l-2006 il-gvern kien se jkompli bl- impenn tiegħu biex jinvesti fit-toroq, u l-proġetti kienu jinkludu nefqa ta' Lm1.6 miljuni biex isir ix-xogħol fuq il-pont Manwel Dimech.", "F'Ottubru 2006, il-Ministru Jesmond Mugliett qal li t-tender tal-proġett tal-pont Manwel Dimech ġie aġġudikat lill-kumpannija BCP Joint Venture, waqt li ħabbar data ġdida ta' meta kellhom jibdew ix-xogħlijiet, jiġifieri f'nofs Novembru 2006.", "L-ispiża tax-xogħol issa kellha tkun ta' Lm2 miljun.", "Fl-istess ħin imbagħad il-Ministru Mugliett ħabbar li x-xogħol ta' spezzjoni, disinn, preparazzjoni tat-tender dossiers u superviżjoni tat-tiswija f'dan il-pont se ssir mill-kumpannija Design & Technical Resources Ltd u mingħand KHP tal- Ġermanja li ngħataw dan il-kuntratt wara sejħa għal offerti li nħarġet mid- dipartiment tal-kuntratti.", "Il-kuntratt ma' dan il-konsorzju ġie ffirmat f'Mejju 2005 u l-valur tiegħu ammonta għal Lm200,000.", "Il-konsorzju min-naħa ta' Design & Technical Resources Ltd (DTR) huwa mmexxi mill-perit Robert Sant li huwa sieħeb tal-Ministru Mugliett.", "Fl-1998 il-Ministru Mugliett waqqaf ma' Sant kumpannija li għandha x'taqsam ma' dawn l-affarijiet li jinvlovu s-sorveljanza tal-periti.", "F'Ottubru 2006, il-Ministru Jesmond Mugliett qal li d-deċiżjoni tal-MEPA li testendi l-ħin tax-xogħol fuq il-pont minn 12-il siegħa għal 18-il siegħa kuljum kellha tgħin biex ix-xogħol mhux biss jitlesta fiż-żmien stipulat, iżda saħansitra anke qabel.", "Imbagħad bdejna għaddejjin bit-taħwid fuq dan il-kuntratt.", "F'Mejju 2007, sar magħruf li kien għadu tlesta 35% biss tax- xogħol kollu fuq il-pont, u tħabbret data ġdida meta kellu jitlesta l- proġett.", "Il-Ministru Mugliett ħabbar fil-Parlament li sa dak iż-żmien, jiġifieri f'Mejju ta' din is-sena, l-Awtorita` tat-Trasport kienet aċċettat estensjoni ta' xahar wara li ġiet evalwata t-talba mill-kuntrattur.", "Id- data l-ġdida allura saret fl-10 ta' Novembru 2007.", "Skond il-Ministru Mugliett, minn evalwazzjonijiet li kienu saru mill-ADT u mis-supervisors tal-proġett, ix-xogħol fuq il-pont kien waqa' daqsxejn lura.", "Anzi kien żied ukoll li l-ADT kienet ordnat lill-kuntrattur biex ifassal programm ta' xogħol ħalli ż-żmien mitluf vis-a-vis l-programm oriġinali jkun irkuprat kemm jista' ikun malajr.", "Pero` bqajna għaddejjin bil-bawxati, Sur President, u fil-Parlament ġie kkonfermat li l-istess nies li jaħdmu għall-kumpannija DTR, din il- kumpannija ta' sorveljanza, kienu l-istess nies li jaħdmu għall-kumpannija ta' perizja bejn Robert Sant u l-Ministru Mugliett.", "F'Lulju ta' din is- sena, il-Ministru Mugliett qal li l-ADT kien qed ikollha diversi laqgħat biex iżżomm il-pressjoni meħtieġa ħalli l-andament tax-xogħol jibqa' għaddej b'mod effiċjenti.", "Imbagħad effettivament, fuq mistoqsijiet parlamentari li sarulu, il-Ministru Mugliett kellu jaċċetta f'dan il- parlament li x-xogħol fuq il-pont jista' jibqa' sejjer sa mill-anqas Marzu 2008.", "F'Ottubru ta' din is-sena, il-Ministru Mugliett qal li tlesta madwar 50% tax-xogħol fuq il-pont Manwel Dimech, meta suppost dan il-proġett kien ilu xhur sħaħ lest.", "F'Ottubru wkoll, fuq programm tas-Super One, l-istess Prim Ministru Gonzi qal li ma setax jagħti data ta' tlestija fuq il-pont ta' Manwel Dimech.", "Minn dak iż-żmien 'il hawn fil-ġurnal \"The Times\" u barra mit-\"Times\" il- kummiedja baqgħet għaddejja!", "Kellna l-Ministru Mugliett jew lill-gvern jgħid li se jitlesta sa Marzu, u kellna l-kuntratturi – skond ir-rapporti – jgħidulna li se jitlesta jew jista' titlesta f'Mejju.", "U t-tug of war jew hi politika, jew hi ta' flus, jew hi ta' korruzzjoni, jew hi ta' par idejn \"sodi\" li m'għandhomx qabda!", "Kif jista' jkun li fi proġett bħal dan wasalna fi stadju fejn il-gvern m'għandux il-ħila jkun straight mal-poplu u jgħidilna x'ġara.", "Għandna l-kuntrattur jgħidilna mod, u l-gvern daqqa jgħid ħaġa u daqqa jgħid oħra, u dan kollu f'kuntest ta' kampanja elettorali li dejjem qed toqrob!", "Qalulna li dan huwa proġett li kellu jsir malajr u b'urġenza għax se jaqa' biċċa biċċa.", "Imbagħad qalulna li twal ix-xogħol, għax tant sabu concrete iebes li ma setgħux ikissruh fil-ħin.", "Tajba din, Sur President!", "Ma nistgħux nibqgħu sejrin hekk f'dan il-pajjiż!", "Jiena qed insemmi l-pont ta' Manwel Dimech għax huwa ndikatur ta' dak li qed jiġri, kemm f'dak li għandu x'jaqsam mal-qasam ekonomiku u t-tħaddim ta' proġetti kapitali u kemm f'dak li għandu x'jaqsam ma' kif il-gvern qed jonfoq il-flus tiegħu fuq proġetti kapitali meħtieġa biex nirrankaw l- ekonomija.", "Imbagħad, Sur President, hemm ix-xamma ta' korruzzjoni sħiħa marbuta mal-proġetti kapitali.", "Il-gvern għandu d-dmir li jgħidilna x'inhuma l-fatti veri fuq din il-ħaġa, u jekk ma jagħmilx hekk – u mhux qed jagħmel hekk – se tkompli tiżdied il-konvinzjoni fost il-poplu li mhux biss hemm bżonn ta' bidla fil-pajjiż, imma hemm bżonn ukoll ta' bidla sħiħa fil- mentalita` fejn l-affarijiet jitħaddmu tabilħaqq fuq il-linja ta' trasparenza, fuq il-linja ta' kontabilita` u fuq il-linja ta' l-effiċjenza, u kulmin hu korrott – qiegħed fejn qiegħed fis-sistema pubblika, fuq, fin- nofs jew isfel – jitneħħa bla riżerva ta' xejn!", "Bħalissa mhux qed jiġri hekk, Sur President!", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joe Debono Grech.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Sur President, ftit żmien ilu l-Prim Ministru, Dr. Gonzi, qal li l-kbir għadu ġej.", "Fl-armata, veru li l-kbir kien għadu ġej.", "Jekk naraw x'ġara u x'inhu jiġri fl-armata, naraw li l-promozzjonijiet li riċentement ingħataw fil-gradi ta' kurunell u ta' logutenent kurunell kif ukoll iż-żieda fis-salarji li ngħatat lill-istess gradi fir-ristrutturar tas-salarji għall-membri tal-forzi armati, mhux neċessarjament se jħalli mpatt pożittiv.", "L-ewwelnett jidher ċar daqs il-kristall li n-numru ta' kurunelli li issa għandha l-armata mhux frott ta' xi studju li sar indipendentement sabiex ikunu analizzati l-ħtieġijiet proprji tal-forzi armati ta' Malta.", "M'hemmx dubju li dan in-numru eżaġerat ta' kurunelli hu sempliċement riżultat ta' indħil dirett ta' uħud mill-istess individwi - jekk mhux minn kollha kemm huma - biex jinbnew appointments ivvintati sabiex jaċċertaw ruħhom minn salarju tajjeb u 'il quddiem minn pensjoni tajba hekk kif jagħlqu l-25 sena servizz.", "Il-gvern min-naħa tiegħu kien kuntentissimu li jaġevola lil dawn l- individwi u dan għax, kif jaf tista' tgħid kull membru ta' l-armata, ħafna minn dak li ġew promossi għal grad ta' kurunell huma magħrufa għal kulur politiku tagħhom.", "Biżżejjed infakkru li wieħed partikolari sa anke deher ritratt tiegħu liebes ta' suldat sejjer għall-gwerra fuq il-faċċata tal- fuljett tal-partit Nazzjonalista li kien ippubblika apposta waqt il- kampanja elettorali ta' disa' snin ilu.", "Kurunell ġdid ieħor li milli smajt ma kienx tħalla jkompli t-training course fl-Ingilterra fuq xi paprata li kien għamel, tawh il-promozzjoni bħala ringrazzjament ta' kemm qiegħed jieħu ħsieb is-suldati li jmorru jkellmu lin-nutar Anthony Abela.", "Dan huwa l-aktar kurunell junior, Sur President.", "Insomma, mis-sitt kurunelli li ngħataw il-promozzjoni dan l-aħħar, tnejn kienu saru logutenenti kurunelli erba' snin ilu, u l-erbgħa l-oħra bilkemm kienu ilhom sena li saru.", "Alla jbierek, għal promozzjonijiet ta' other ranks jisħqu li suldat m'għandux jingħata promozzjoni jekk ma jkollux rakkomandazzjoni għal sentejn jew tliet snin konsekuttivi, iżda fil-każ ta' l-ogħla gradi fl-armata, wieħed jista' jingħata promozzjoni wara sena li jkun ħa promozzjoni l-oħra!", "Dawn l-individwi x'taħseb li huma Sur President?", "Superman?!", "Hekk jidher!", "Dawn kollha marru għand xi ras kbira Kastilja jew fl-uffiċċju fejn iservi l- ministru tat-tislim!", "Għaliex għamlu sitt kurunelli?", "Mingħand min ħadu dan il-parir?", "Jafu li qegħdin iwaqqgħu l-armata għaż-żufjett?!", "Bħalissa l- armata għandha tmien kurunelli u 13-il logutenent kurunell, u dan meta aħna konna diġa` għedna lill-gvern biex ma jagħtix promozzjonijiet fl-ogħla gradi bl-għaġġla meta hemm elezzjoni ġenerali wara l-kantuniera.", "Dawn anke l-qorti sfidaw, u dan skond ma xehdet l-hekk imsejħa direttriċi tad-difiża fil-qorti meta qalet li l-prim ministru iffirma l-promozzjonijiet fit-2 ta' Novembru, 2007, jiġifieri ġranet wara li nfetħet il-kawża fil-qorti biex dan ma jsirx.", "Jien informat li miż-żewġ kurunelli anzjani li għadhom iservu, wieħed wasal biex jagħlaq il-61 sena u l-ieħor se jagħlaq 59 sena.", "Lil dan ta' l-aħħar għaliex se jkeċċuh meta kulħadd jaf kemm hu persuna ħabrieka u ta' l-affari tagħha?", "Mhux minnu li r-regolament ta' l-irtirar mis-servizz malli wieħed jagħlaq 55 sena japplika wkoll għal grad ta' kurunell, Sur President.", "Meta kien daħal fis-seħħ dan ir-regolament f'Jannar ta' l-1998 kienu saru żewġ eċċezzjonijiet, wieħed għal grad ta' kurunell u 'il fuq, u għal dawk li ma jkunux għadhom servew għal 25 sena, u din ta' l-aħħar minħabba problemi marbuta mal-pensjoni.", "Anke ma' dawn ma żammewx il-wegħda li kienet saritilhom għax se jibgħatuhom bilfors jaħdmu ma' l-immigranti llegali jekk iridu li s-servizz ikompli jgħoddilhom għall-pensjoni tas-servizz.", "Sur President, il-gvern għamel sitt kurunelli ġodda meta jaf fiċ-ċert li ma kienx hemm bżonnhom, u għamlu hekk biss biex ikollhom iċ-ċertezza li l- armata titmexxa min-nies tal-qalba, anke jekk il-poplu ma jerġax iħallihom imexxu dan il-pajjiż.", "Dan il-gvern daħħal il-politika f'organizzazzjoni li mhux suppost tirrenja politika fiha u qed ikisser xi ħaġa tajba li suppost hi tal-poplu kollu biex iserraħ rasu li min se jmexxi l-armata 'il quddiem ikun wieħed tagħhom, u bis-sewwa jew bid-dnewwa jaqdihom.", "Għal wieħed jew tnejn għamlu sitta mingħajr ma taw l-iċken każ li dawn issa għalqu l-bibien għal ħafna snin għal dawk kollha fil-ġerarkija ta' l-armata li qegħdin warajhom.", "Ngħaddi issa biex nitkellem fuq dak li qed jissejjaħ ir-ristrutturar tal- pagi.", "Is-segretarju parlamentari Anthony Abela ftaħar kemm felaħ b'dan ir- ristrutturar, li skond il-wegħda tiegħu stess suppost seħħ b'effett minn Jannar li għadda u mhux minn Jannar li ġej.", "Tant ftaħar li ftit ġranet ilu bagħat ittra lis-suldati kollha fejn qalilhom kemm se jiżdiedu bis-saħħa ta' dan ir-ristrutturar, imma forsi bi żball dan niżżel biss il-lista tal- gradi minn maġġur 'l isfel.", "Ovvjament, dan mhux żball kien!", "Il-logutenenti kurunelli u l-kurunelli ħallihom barra apposta biex is-suldati ma jarawx it- tip ta' żieda li ħadu s-superjuri kbar tagħhom.", "Ħallihom barra apposta biex ma tinkixifx l-ipokresija u l-inġustizzja li għamlu mhux biss mas-suldati u l-fizzjali ż-żgħar fil-grad, iżda anke ma' gradi ta' deputat kmandant u kmandant.", "Il-Prim Ministru Gonzi u s-segretarju parlamentari Anthony Abela stħaw juru li biex jikkuntentaw lill-kurunelli sħabhom ġabuhom b'salarju daqs ta' deputat kmandant, cioe` daqs direttur ġenerali f'xi ministeru bħal, ngħidu aħna, direttur ġenerali fid-dipartiment ta' l-avjazzjoni ċivili.", "Lill-loguteneti kurunelli se jagħtuhom paga daqs kap ta' dipartiment jew direttur fil-ministeru.", "Fost il-kurunelli li għoġobhom jagħtuhom promozzjoni hemm min se jiżdied bi Lm3,000.", "Issa ġejna f'sitwazzjoni fejn mil-lat tas-salarju hemm sitt individwi li għandhom paga ta' deputat kmandant, skala 3, u biex taparsi jbenġluha, lid-deputat kmandant se jagħtuh allowance ta' Lm1,000 u lill-kmandant se jagħtuh allowance ta' Lm750.", "Meta niġu għall-pensjoni, il-kurunelli se tiżdiedilhom b'Lm2,000, żewġ terzi ta' Lm3,000, u lill-kmandant u lil ta' warajh se jagħtuhom allowance li ma tiswix ċenteżmu għal fini tal-pensjoni.", "Hawn xi ħadd jaħseb li dan hu sewwa?", "X'għamlulhom u x'qegħdin jistennew minnhom dawn il- kurunelli ġodda li għadhom kemm għamlu?", "Tistgħu tgħiduli liema pariri ħadtu biex għamiltu armata li għandha daqstant kurunelli meta kulma fiha 1,800 ruħ bil-brigadier b'kollox?!", "Il-gvern jaf li mhux veru li kien hemm bżonnhom dawn l-affarijiet, imma għamel hekk biex jaqdi lin-nies mill- koxxa!", "Kif għidna qabel, Sur President, meta l-partit Laburista se jkun fil-gvern wara l-elezzjoni li ġejja dawn l-affarijiet se jidħol fihom u jara x' inġustizzji saru kemm ma' t'isfel u kemm ma' ta' fuq, anke għaliex l- inġustizzji li saru f'dawn il-gradi huma xi ħaġa tal-mistħija.", "Ma nafx kif il-gvern ma jistħix jiġi quddiem il-poplu u jgħid li din l-armata ta' 1,600 ruħ għandha deputat brigadier, sitt kurunelli u xi 12-il logutenent kurunell meta nafu li biex ikollok dawn l-affarijiet, irid ikollok imqar armata ta' mill-inqas 50,000 ruħ.", "Jien iltqajt ma' nies li qegħdin f'ambaxxata u jaqbadhom id-daħk meta ngħidilhom b'dawn l-affarijiet!", "Qalulna lanqas Saddam Hussein ma' kellu daqshekk kurunelli u daqshekk brigadieri!!", "Jekk tara l-proportions li għandna aħna ma' l-armata Amerikana jaqbdek id-daħk, u din hi waħda mill-armati kbar li hawn fid-dinja.", "Imma f'Malta basta naqdu lil ta' ġewwa, basta nagħmlu l-preferenzi, u basta nagħmlu l-inġustizzji!", "Qabel ma nagħlaq, nixtieq nara ta' min kienet l-idea li mal-monument tal- gwerra – li hu xi ħaġa li għalina hija għażiża – jitwaħħlu l-bozoz tal- christmas tree.", "Mela aħna tlaqna, jew?!", "Qatt rajtu xi monument nazzjonali tal-gwerra bil-bozoz madwaru?", "Kif tista' tiġi tagħmel il-bozoz tal- christmas tree ma' mument bħal dan?", "Jiena nappella biex din il-ħaġa titranġa, u jien qed nagħmel appell minn hawnhekk.", "F'din il-ħaġa la għandu x'jaqsam il-partit Nazzjonalista u lanqas il-partit Laburista.", "Min qabad u ħa din l-inizjattiva naħseb ħadha waħdu, u jien nitlob lill-gvern li huwa responsabbli biex dik il-pastażata li saret titneħħa għax saħansitra qed indaħħku t-turisti bina!", "Verament ma jixraqx li jkollok monument tal-gwerra bil-bozoz tal-christmas tree jixegħlu u jitfu madwaru qisna ġejna l-għar ta' Betlehem, u għalhekk nappella biex dawn l-affarijiet ma jsirux.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Insejjaħ lill-Ministru Louis Galea.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, nixtieq li dan l-intervent tiegħi nibdih billi nfaħħar l-inizjattiva li ħa l-ministeru tal-familja u solidarjeta` soċjali, il-kummissjoni dwar il-vjolenza domestika u l-aġenzija Appoġġ li llejla barra l-Parlament għamluna aktar konxji dwar il-ħtieġa li nqanqlu kuxjenza kontra l-vjolenza domestika, li nsaħħu l-miżuri soċjali li s- soċjeta` għandha bżonn u, b'mod partikolari din is-sena, li jkunu l-irġiel li l-aktar li jqanqlu kuxjenza dwar l-eliminazzjoni tal-vjolenza domestika.", "Bħala simbolu tal-kampanja li qiegħda ssir llejla qed iwaħħlu fuq il-pavru tagħna white ribbon, u l-messaġġ kien biex meta nitkellmu fuq vjolenza domestika ma naħsbux li din hija kwestjoni li tolqot biss lin-nisa.", "Nafu li l-vjolenza domestika tolqot lit-tfal, lill-irġiel u tista' tolqot lill- anzjani, imma r-realta` hi li huma n-nisa l-aktar li jbatu mill-vjolenza domestika.", "It-tieni punt huwa li sal-lum iktar tisma' nisa jitkellmu fuq il- vjolenza domestika milli tisma' irġiel, u l-appell illejla kien biex aħna l- irġiel nitkellmu kontra l-vjolenza domestika, nistmerruha u ninsistu li għandna neliminaw il-fatturi li jikkawżawha.", "Nieħu gost nara din il-kummissjoni taħdem wara l-liġi li għaddiet il- Ministru Cristina minn dan il-Paralment fuq dan is-suġġett, u qegħdin naraw li anke f'Malta qegħdin inħarsu lejn dan it-trouble li jista' jolqot lill- familji tagħna taħt l-aspetti differenti tiegħu.", "L-irġiel affetwati jistgħu jkunu rġiel ta' kull fehma politika u twemmin reliġjuż, indipendentement mill-eta`, mill-orjentazzjoni sesswali u mir-razza.", "Jiġifieri hawnhekk għandna pjaga li l-ħin kollu rridu nkunu konxji tagħha u rridu naħdmu ħafna biex kemm jista' jkun nagħtu l-protezzjoni u r-rimedji lil dawk li jkunu vittmi tal-vjolenza domestika, għax sal-mument li dawn il-vittmi jsibu l- kuraġġ biex jitkellmu, Alla biss jaf minn liema passjoni jkunu għaddew!", "Nixtieq nagħmel appell partikolari lill-ġudikatura - lill-imħallfin u lill- maġistrati – sabiex meta jkollhom għall-ġudizzju tagħhom każi ta' suspett ta' vjolenza domestika jew addirittura l-akkuża tkun ta' vjolenza domestika, dawn ikunu sensittivi ħafna, pero` dejjem f'ambitu ta' osservanza sħiħa tal-liġijiet tagħna.", "Nappella li hemm bżonn sensittivita` kbira, sew jekk il-ġudikatura tkun magħmula minn imħallfin jew maġistrati nisa kif ukoll jekk tkun magħmula minn imħallfin jew maġistrati rġiel.", "Qabel ma ngħaddi għal punti oħrajn, xtaqt nirrispondi kemm għal dak li qal l-Onor.", "Joe Debono Grech li ffoka fuq l-armata kif ukoll għal dak li qal il- kap ta' l-oppożizzjoni.", "Bir-rispett kollu, meta l-Oppożizzjoni titkellem fuq l-armata ma naħsibx li tista' tippretendi li tagħti xi lezzjonijiet lill-gvern immexxi mill-partit Nazzjonalista dwar is-serjeta`, il- kompetenza u l-ġustizzja li bih jimxu l-affarijiet fl-armata.", "L-agħar eżempji ta' diskriminazzjoni, inkompetenza, nuqqas ta' serjeta` u abbużi fl-armata rajniehom taħt it-tmexxija tal-partit Laburista fil-gvern.", "Jiddispjaċini li wieħed qed jippolitiċizza b'dan il-mod.", "Illum l-armata qiegħda taqdi funzjonijiet li sa ftit tas-snin ilu ma konniex noħolmuhom.", "Altro che meta kellna hawn is-servizzi Ingliżi, u altro che meta ma kellniex il-bażi militari u konna qasba tixxejjer mar-riħ, imma mingħajr il- fenomeni li qed niffaċċjaw illum ta' ċerta kriminalita`, traffikar tal- bnedmin u terroriżmu internazzjonali.", "Illum mhux biss hawn dawn il-fenomeni ġodda li feġġew fuq ix-xena internazzjoanli u li, ċkejknin kemm aħna ċkejknin, ma nistgħux nevitawhom, imma l-armata tagħna hi wkoll l-armata ta' pajjiż li huwa membru fl-Unjoni Ewropea fejn assummejna dmirijiet u responsabilitajiet ġodda li, likieku kellna noqogħdu fuq il-politika oriġinali tal-partit Laburista, ma konniex nidħlu għalihom.", "Meta l-Oppożizzjoni Laburista tikkritika r-riorganizzazzjoni tal-Forzi Armati ta' Malta u tikkritika t-titjib fil-kondizzjonijiet tax-xogħol tal- membri kollha tagħha, din tkun qed tagħti xhieda ta' nuqqas ta' serjeta` u tkun qed tilgħab biss għall- gallarija biex tipprova tissodisfa ċerti elementi partiġġjani u tiffomenta ħalli takkwista xi voti.", "Meta llum għandek il-Forzi Armati ta' Malta b'dawn il-funzjonijiet differenti fil- qasam tas-sigurta`, ta' l-intelligence, ta' kif irridu noffru l-aħjar protezzjoni fil-qasam ta' l-immigrazzjoni illegali u ta' kif irridu nkunu preparati għal dak li jista' jinqala' minn wara l-kwinti fil-qasam tat- terroriżmu internazzjonali, tal-kriminalita` organizzata u tat-traffikar tal-bnedmin bl-aktar manjiera diżumana, ma nistax nifhem kif tiġi l- Oppożizzjoni u tagħmel din il-kritika kollha għax ġew appuntati sitt kurunelli.", "Fil-qasam ta' l-edukazzjoni għandna madwar sitt diretturi u nagħmlu ħafna xogħol u hemm ħafna affarijiet importanti, imma ħadd mid-diretturi tiegħi ma jrid jiffaċċja l-perikoli li jridu jiffaċċjaw il-Forzi Armati tagħna f'nofs ta' baħar u f'kuntatti ma' forzi armati oħra, u allura jidhirli li l- kummenti li saru m'humiex ġustifikati, u fil-fehma tiegħi m'għandhomx bażi ta' fatti kif suppost ikollhom.", "Meta jkollok eżerċizzju ta' promozzjonijiet dejjem se jkollok min jiġi magħżul u min ma jiġix magħżul.", "Ħafna drabi, min ma jiġix magħżul iħossu li ma ġiex trattat b'mod tajjeb f'dawn l- għażliet li jsiru l-ħin kollu għax ikun hemm min jirtira u jkun hemm bżonn li jiġu riorganizzati l-affarijiet.", "F'dawn l-affarijiet ikun hemm proċessi, u tajjeb ngħid li taħt il-gvern immexxi mill-partit Nazzjonalista, l-uffiċjali pubbliċi, il-membri tal-korp tal-pulizija u l-membri tal-forzi dixxiplinati l-oħrajn tas-servizzi korrettivi, tal-protezzjoni ċivili u ta' l-armata qatt daqs illum ma kellhom aċċess għar-rimedji fil-każ li xi ħadd jista' jħossu li b'xi mod ġie ttrattat b'mod diskriminatorju.", "U minn hawnhekk irrid insellem u nirringrazzja l-membri kollha tal-forzi armati ta' Malta li mingħajr ma jkollhom l-ebda coverage tal-media, lejl u nhar, 24 siegħa għal sebat ijiem fil-ġimgħa, jkunu qegħdin jiddefendu liċ-ċittadini Maltin u Għawdxin u jiddefendu l-integrita` territorjali ta' pajjiżna.", "U dan ikunu qegħdin jagħmluh b'impenn, b'vokazzjoni, b'dedikazzjoni u b'sagrifiċċju waqt li aħna nkunu qegħdin fuq il-post tax-xogħol jew inkunu qegħdin ingawdu l- familji tagħna.", "Ta' dan inħossni tassew grat, mhux biss personalment, imma bħala ċittadin Malti u bħala parti minn dan il-gvern.", "Il-kap ta' l-oppożizzjoni kompla d-diskors tiegħu fuq l-istess diska ta' l- għoli tal-ħajja ta' l-aħħar darba.", "Issa tajjeb ngħid li jien wieħed minn dawk li llum f'dan il-Parlament diġa` segwejt tmien kampanji elettorali u tmien elezzjonijiet, u ma niftakar l-ebda kampanja elettorali fejn il- partit Laburista m'għamilx l-għoli tal-ħajja bħala issue tal-propaganda tiegħu.", "Sur President, inti, li anzjan aktar minni, forsi tista' tikkonferma.", "Pero` x'jiġri, Sur President?", "F'dawn it-tmien elezzjonijiet, erba' minnhom rebaħhom il-partit Laburista u erba' minnhom rebaħhom il- partit Nazzjonalista, u meta l-partit Laburista rebaħ dawn l-elezzjonijiet, rebaħhom - nerġa' ngħid - wara kampanja elettorali bl-għoli tal-ħajja bħala waħda mill-issues ewlenin.", "Dan il-partit dejjem ippreżenta ruħu bħallikieku jekk ikun fil-gvern jew se jikkontrolla l-għoli tal-ħajja jew addirittura jisparixxih!", "Irrid ngħid li jkun hawn ħafna nies, Sur President, li f'kull elezzjoni din il-propaganda jemmnuha, u nista' nifhem kemm hu faċli li timmanipula l-impressjonijiet tan-nies.", "Pero` l-partit Laburista m'għamilx biss kampanji elettorali dwar l-għoli tal-ħajja.", "Wara erba' elezzjonijiet, dan kien fil-gvern, u allura aħna għandna wkoll il-vantaġġ li nqabblu l-paroli mal-fatti.", "Ara fuq din, il-partit Laburista ma jagħmilx kif jagħmel il-Prim Ministru Lawrence Gonzi li l-ħin kollu jgħidilna biex niġġudikawh fuq il-fatti.", "X'inhuma l-fatti tal-partit Laburista fil-gvern dwar l-għoli tal-ħajja?!", "Tajjeb li narawh dan, Sur President.", "Jekk aħna mmorru lura u neżaminaw l-għoli tal-ħajja tul is-snin, insibu li l-partit Laburista għandu r-rekord f'idejh ta' l-akbar għoli tal-ħajja, double digit inflation rate, u dan wara kampanji propogandistiċi dwar l- għoli tal-ħajja!", "Jekk naraw is-sebgħinijiet, fl-1975 l-inflazzjoni kienet 8.8%, fl-1980 kienet 15.76%, fl-1981 kienet 11.5% u fl-1982 kienet 5.8%!", "Double digit inflation rate!", "Dan ir-rekord li għandu l-partit Laburista!", "Veru li wara d-diżastru nazzjonali ta' l-1981 imbagħad kellna friża totali, u veru li dakinhar ma kellniex għoli tal-ħajja, imma konna wkoll zero f'kollox!", "Zero fid-demokrazija, zero fil-liberta`, zero fl-għażla, zero fl- edukazzjoni, u zero f'dak kollu li għandu x'jaqsam mal-kwalita` ta' ħajja taċ-ċittadini!", "Sur President, il-metodu biex trażżan l-għoli tal-ħajja dakinhar mhux il- metodu li aħna, l-poplu Malti, lesti li nerġgħu nidħlu għalih illum.", "Aħna m'aħniex lesti li biex naċċettaw din id-diska ta' l-għoli tal-ħajja mmorru f'sitwazzjoni fejn kollox jiġi iffriżat, inkluż il-pagi u l-overtime.", "Il- partit Laburista qed jgħid li se jneħħi t-taxxa mill-overtime, imma meta dawn kienu fil-gvern mhux it-taxxa neħħew imma ġiegħlu lill-ħaddiema jaħdmu l-overtime u lanqas ħallsuhom!", "Kienu daħħlu s-sistema tat-time-off in lieu!", "Waħda mill-ewwel deċiżjonijiet li l-gvern Nazzjonalista ta' l-1987 ħa kien li jikkonverti fi flus l-eluf kbar ta' sigħat li l-ħaddiema ħadmu overtime mal-gvern, u dak kien wieħed mill-ewwel ftehim li kien sar mal-unions dawk iż-żminijiet.", "Wara dan kollu, Sur President, illum jiġi l-partit Laburista jgħidilna li se jneħħi t-taxxa minn fuq l-overtime!", "Staqsu lill-eluf kbar ta' ħaddiema li ħadu f'idejhom mijiet u eluf ta' liri għax il-gvern Nazzjonalista ħass li ma kienx ġust li ħaddiema ħadmu l- overtime u lanqas jitħallsu tiegħu.", "Dan kollu ġara fit-tmenijiet, Sur President.", "Imma tgħid meta tela' Dr. Alfred Sant bħala prim ministru, is- sitwazzjoni nbidlet?", "Dr. Alfred Sant bħala l-kap tal-partit Laburista u fit-tradizzjoni ta' l-istess partit, għamel kampanja elettorali mibnija wkoll fuq it-tema ta' l-għoli tal-ħajja – apparti minn temi oħra - u ta l- impressjoni li se jneħħi l-VAT u se jikkontrolla l-affarijiet.", "Imma x'ġara fir-realta`?", "Il-fatti kienu li kemm fl-1997 u kemm fl-1998 pajjżna kellu aktar għoli tal-ħajja mill-1996, u għalhekk għal darba oħra, il-partit Laburista fil-gvern - issa taħt Dr. Alfred Sant - ma kienx kapaċi jrażżan l- għoli tal-ħajja.", "Sieħbi l-Onor.", "Tonio Fenech qalilna li din stqarrha l-kap ta' l- oppożizzjoni f'waħda mill-intervisti li kellu ma' ġurnalista ta' \"The Malta Independent\" fejn, jekk m'iniex sejjer żball, ammetta li dak l-objettiv ma ġiex milħuq.", "Allura jien irrid infakkar lill-Maltin u l-Għawdxin li taħt dan li qiegħed ipoġġi quddiemna l-karrotta ta' l-għoli tal-ħajja, l-għoli tal-ħajja mhux biss ma naqasx, imma anke żdied!", "Bil-paroli kollha, bil- wegħdi u b'ħafna lanqas naf xi bdew jivvintaw, ma rnexxilhomx!", "Nerġa' ngħid li fl-aħħar erbgħin sena, il-partit Laburista għandu r-rekord tad-double digit inflation rate!", "Wara Dr Alfred Sant, għall-biċċa l-kbira tas-snin mill-1999 'il hawn, aħna kellna rata ta' l-għoli tal-ħajja inqas milli kienet fi żmienu.", "Dawk il-fatti, Sur President!", "Mhux sew li jingħad – u b'hekk jidħku bin- nies – li dan l-għoli tal-ħajja mhux kollu kemm huwa impurtat minħabba l- prezzijiet internazzjonali.", "L-ewwelnett żbaljat Dr. Alfred Sant meta jgħid li l-gvern mhux qiegħed jagħti l-ogħla importanza lill-kwestjoni ta' l- għoli tal-ħajja.", "Il-gvern immexxi mill-partit Nazzjonalista forsi m'għamilx propoganda u ma strumentalizzax il-kwestjoni ta' l-għoli tal-ħajja għal skopijiet partiġġjani kif jagħmel il-partit Laburista, pero` jekk kien hemm gvern li attakka l-għoli tal-ħajja b'serjeta` u b'kompetenza skond ir- regoli li bihom suppost tattakka l-inflazzjoni, dak kien il-gvern Nazzjonalista.", "L-istatisitka kollha turi li pajjiżna ħafna drabi kellu rati ta' inflazzjoni paragunabbli tajjeb ma' ħafna pajjiżi oħra, u dan minkejja li l- ekonomija tagħna hija esposta għall-influwenzi internazzjonali ħafna aktar minn ekonomiji akbar minna.", "Mhux dan biss, Sur President, imma dan kien il- gvern li tejjeb il-pagi u l-kondizzjonijiet tal-ħaddiema u li dejjem ħallas l-overtime lill-ħaddiema għax qatt ma daħħal kunċetti ta' nies jaħdmu u ma jitħallsux.", "Il-gvern Nazzjonalista qatt ma ħaddem ħaddiema taħt dixxiplina militari bil-paga minima jew taħt il-paga minima, anzi tejjeb is-servizzi soċjali u l-pensjonijiet, u f'dan l-aħħar budget li qegħdin niddiskutu rajna kwantita` ta' miżuri favur il-poplu kollu.", "Iċ-children's allowance ġiet mogħtija lil kulħadd, il-pensjonanti se jingħataw iż-żieda sħiħa ta' l- għoli tal-ħajja, se jkun hemm titjib għal dawk li qegħdin ifittxu x-xogħol, se jkun hemm inċentivi għan-nisa biex jaħdmu jekk ikunu jridu, u biex il- pensjonanti jkomplu jaħdmu.", "Hekk attakkajna l-problemi aħna, Sur President.", "Aħna m'għamilniex kif għamlu huma u daħħalna sistemi li kienu jsejħulhom tal-kontroll u li nafu b'liema mod diskriminatorju politiku ħadmet mal- ħwienet fl-ibliet u fl-irħula tagħna.", "Jekk xi ħadd kienu jaħsbuh ta' sentimenti Nazzjonalisti, kienu jipprovaw ikissruh u jekk xi ħadd ikun b'sentimenti Laburisti, dak kienu jħalluh għaddej.", "Nafu kif kienet is- sistema tal-kontroll tagħhom Sur President, u xorta ma ħadmitx!", "Nafu li biex jipprovaw jaslu, ġabuna fl-istat li ma tistax tixtri toothpaste, ċikkulata jew television għax qalulna li ma nistgħu nimportaw xejn ħalli l- prezzijiet ma jiġux influwenzati minn barra, u minflok għamlu l-import substitution bid-diżastri ekonomiċi li dan ġab.", "Mhux hekk qed jagħmel il- partit Nazzjonalista fil-gvern.", "Il-partit Nazzjonalista fil-gvern qed jieħu l-miżuri li għandu jieħu f'ekonomija moderna li trid titħaddem sew.", "Hemm bżonn li jinħoloq bilanċ fejn il-protezzjoni tal-konsumatur tinċentivaha b'manjieri moderni u fejn il-konsumatur irid jagħmel il-parti tiegħu biex ikun jista' jiddefendi l-interessi tiegħu.", "Hemm diversi miżuri li saru, fosthom il-price stability agreement li wasslu biex il-parti l- kbira tan-negozji f'Malta u f'Għawdex jikkommettu ruħhom li ma jgħollux il- prezzijiet anke in vista tad-dħul ta' l-Ewro.", "Qegħdin naraw li qed jittieħdu miżuri oħrajn biex il-konsumatur ikollu aktar informazzjoni ħalli jkun jista' jintebaħ jekk xi ħadd ikunx se jabbuża minnu jew le.", "Hemm ukoll is-sistema tal-fair pricing agreement in retailing, dak li l-kap ta' l- oppożizzjoni qed isejjaħlu ftehim bis-sigriet.", "Ma nistax nifhem kif dan hu ftehim bis-sigriet għax hawnhekk għandna ġurnal li fih hemm ippubblikati 6,005 isem ta' negozju li aċċettaw li jidħlu f'din l-inizjattiva!", "Ma nistax nifhem x'irid ikun jaf aktar il-kap ta' l-oppożizzjoni.", "Hemm 6,005 prodott li hemm ftehim dwarhom biex ma jogħlewx minħabba d-dħul ta' l- Ewro, Sur President.", "Meta nisimgħu lill-Oppożizzjoni titkellem fuq il- kwestjonijiet tal-għoli tal-ħajja rridu napprezzaw li din mill-bankijiet tagħha ssibha komda u faċli li tagħmel il-kritika, imma meta ġiet għas-si o no, bil-fatti nafu li ma rnexxilhiex tasal.", "Lanqas ma rnexxielha tagħmel ġustizzja mal-konsumaturi billi tara li jekk ikun hemm konsegwenzi mhux ġustifikati, il-familji Maltin jingħataw l-appoġġ.", "Punt ieħor li mhux l- ewwel darba li l-partit Laburista qabdu hu l-kwestjoni tal-korruzzjoni.", "Il- kap ta' l-pppożizzjoni fakkarna x'kien intqal minn Eddie Fenech Adami meta kien kap ta' l-oppożizzjoni, u ċioe`:", "\"Min ma jiġġilidx kontra l-korruzzjoni huwa korrott u jkun qed jisraq lilek u lil pajjiżek.\"", "Issa, Sur President, jekk hawn xi ħadd li ħadem bil-fatti kontra l- korruzzjoni huwa l-gvern immexxi mill-partit Nazzjonalista għax dan ħoloq rimedji u liġijiet apposta, u issa se niffirmaw il-konvenzjoni tal-Ġnus Magħquda kontra l-korruzzjoni biex f'pajjiżna bil-fatti nkunu nistgħu niġġieldu kontra l-korruzzjoni.", "Bil-paroli tista' tgħid ħafna affarijiet, u suspetti, allegazzjonijiet u tfigħ ta' tajn tista' tagħmel kemm trid!", "Xhieda ta' kampanja sistematika tal-partit Laburista fi żminijiet differenti taħt tmexxijiet differenti hi din ta' allegazzjonijiet, waħda f'oħra, u kull darba li sfidajthom u mort il-Qorti fejn setgħu jġibu l- provi kollha bil-miftuħ, il-kawżi rbaħthom kollha, u ma ġabux l-iċken prova ta' l-allegazzjonjiet li għamlu.", "Il-partit Laburista espert biex jitfa' t- tajn u biex jagħmel character assassination!", "Kif il-kap ta' l-oppożizzjoni jiġi jgħidilna li Dr. Lawrence Gonzi ma jiġġilidx il-korruzzjoni meta fil-każi kollha li ħarġu - ta' l-ADT, tal- Maritime - malli ġew għall-attenzjoni ta' l-uffiċjali pubbliċi tal-gvern u tal-Prim Ministru, ittieħdu l-passi bil-Pulizija, bil-qrati u bil- kummissjoni tal-korruzzjoni.", "Dejjem ittieħdu l-passi, Sur President, imma naturalment il-partit Laburista jibqa' jilgħab il-logħba partiġġjana, għax faċli toħloq is-suspetti.", "Il-kwestjoni tal-korruzzjoni hija kwestjoni li niġġildulha bil-manjieri kollha possibbli u b'dak kollu li nistgħu nagħmlu.", "Il-fatti juru li kull fejn kien hemm bżonn, il-Prim Ministru Lawrence Gonzi u d-diversi ministri ħadu l-passi, kienu min kienu n-nies.", "Il-kap ta' l-oppożizzjoni qalilna wkoll li t-tmexxiija trid tkun trasparenti, kontabbli u effiċjenti.", "Fejn qatt kien hawn trasparenza daqskemm hawn illum bit-tmexxija moderna u innovattiva ta' din l- amministrazzjoni li qed imexxi l-Prim Ministru Lawrence Gonzi?", "Kollox isir pubbliku u suġġett biss għal dawk li huma d-drittijiet taċ-ċittadini privati taħt il-liġi li tagħti l-protezzjoni fuq l-informazzjoni.", "Fejn m'hawnx trasparenza?!", "Xi trasparenza trid aktar?!", "Iċ-ċittadini għandhom il- mezzi kollha ta' kif jistgħu jappellaw, jikkontestaw u jagħmlu l- petizzjonijiet, u dawn jiġu evalwati.", "Aħna għandna l-Ombudsman, għandna t- tribunal kontra l-korruzzjoni u hawn il-qrati.", "F'dawn l-aħħar snin, il- gvern Nazzjonalista daħħal liġijiet fil-kodiċi kriminali li ta poteri kbar lill-qrati tagħna.", "M'hawn xejn f'dan il-pajjiż fejn jekk xi ħadd jidhirlu li qed issir xi ħaġa li mhux suppost, ma tistax tiġi eżaminata bl-għeruq u x-xniexel fil-qrati u t-tribunali tagħna.", "M'hawn xejn li jżomm lil ħadd!", "Allura għalfejn qed ngħidu li m'għandniex trasparenza u kontabilita`?", "Dażgur li għandna kontabilita`!", "Il-ħin kollu għandna l-kontabilita`!", "Mela aħna niġu f'dan il-Parlament għalxejn?", "Semmielna l-effiċjenza.", "M'għandniex effiċjenza?", "Veru li dejjem hemm fejn intejbu l-affarijiet, u jien inkun l-ewwel wieħed li ngħid dan.", "Dażgur li rridu ntejbu aktar!", "Dażgur li rridu naħdmu aħjar biex iċ-ċittadini tagħna jkollhom aktar informazzjoni f'idejhom u aktar għodda biex ikunu jafu eżatt x'qed jiġri u kif il-flus tagħhom qed jintnefqu!", "Dażgur li rridu ntejbu l- kontabilita`!", "Pero` l-Oppożizzjoni ġieli fixkluna milli nagħmlu dan meta kien hemm bżonn li naslu ħalli aħna naraw li kulħadd, mill-kbir saż-żgħar, ikun kontabbli.", "Nafu kif timxi l-Oppożizzjoni, Sur President.", "Dawn ġabu kampanja sħiħa fuq it-television ta' xi ħadd għax qed jipprotesta għax xi ħaddieħor li jiġi minnu għandu akkuża ta' xi ħaġa!", "Dik il-kontabilita`?!", "Dik iż-zero tolerance li għandhom kontra l-korruzzjoni?!", "Il-kap ta' l-oppożizzjoni tkellem fuq il-kwestjoni tan-nefqa kapitali u l- edukazzjoni, u staqsa għaliex in-nefqa kapitali ma ntnefqitx kollha.", "L- ewwelnett naħseb li qatt ma kien hemm investiment kapitali fl-edukazzjoni daqskemm kien hawn f'dawn is-snin.", "Nisfida lil min irid biex iqum u jgħidilna jekk qattx kien hemm investiment kapitali fl-edukazzjoni daqs dawn is-snin!", "Meta nqabblu l-investiment kapitali fl-edukazzjoni li għamlu gvernijiet Nazzjonalisti ma' l-investiment kapitali li għamlu gvernijiet Laburisti, insibu li l-gvernijiet Laburisti kienu l-iktar gvernijiet xħaħ.", "Kien hemm sena minnhom ivvotaw somma miżera ta' Lm8,000, Sur President!", "Qabbel dan mal-fatt li aħna ttriplikajna l-Universita`, ftaħna u kabbarna l- MCAST u qegħdin nibnu u nimmodernizzaw l-iskejjel tagħna.", "Lill-istudenti tagħna qed nagħtuhom il-computers u, jekk Alla jrid, se nibdluhom kollha!", "Apparti dan, aħna se ntejbu l-laboratorji tax-xjenza, tal-bioloġija, tal- fiżika, tal-kimika, tal-computers u dawn l-affarijiet kollha.", "Issa, għaliex ma ntefaqx kollu l-kapital diġa` spjegajna f'dan il- Parlament, imma naturalment, tispjega kemm tispjega, għal xejn għall-kap ta' l-oppożizzjoni għax dan jemmen li bir-repetizzjoni sejjer jipperswadi lil ċerti nies.", "Aħna spjegajna li għall-budget ta' din is-sena aħna poġġejna fl-infiq kapitali fondi ta' l-Unjoni Ewropea, u kulħadd jaf li dawn trid tonfoqhom skond ċerti regoli u proċeduri, u dawn aħna nosservawhom.", "Issa l-proċedura titlob li qabel toħroġ it-tenders u allura qabel twettaq il-proġetti u tonfoq in-nefqa kapitali, irid ikollok l- approvazzjoni ta' l-awtoritajiet kompetenti sew nazzjonali kif ukoll tal- kummissjoni fi Brussels.", "Għal raġunijiet 'l hinn mill-kontroll tal-gvern din l-approvazzjoni ħadet żmien aktar milli kien suppost.", "Il-punt hu li kieku aħna ma poġġejniex il-flus fil-voti kapitali mill-fondi ta' l-Unjoni Ewropea, lanqas biss konna nistgħu nibdew nippjanaw u nfasslu t-tenders u lanqas biss konna nistgħu nibagħtuhom fid-dipartiment tal-kuntratti biex jiġu eżaminati ħalli jkunu lesti biex joħorġu.", "Issa li kieku l-proċess tħaffef aktar, dawn it-tenders kienu joħorġu u jibdew jitwettqu.", "Il-fatt li dak il-proċess twal, xi jfisser?", "Ifisser li veru n-nefqa ma saritx din is-sena imma l-flus ma ntilfux.", "Għandna l- proċessi lesti biex malli jkun hemm il-clearance, il-proġetti jkunu jistgħu jibdew joħorġu.", "Allura naħseb li rridu napprezzaw li minkejja li aħna kellna dawn il-kwestjonijiet ta' proċedura li dewmuna fl-implimentazzjoni tal-proġetti tagħna, u allura n-nefqa kapitali li kellha ssir għadha ma saritx, dawn se jsiru u l-flus mhux se jintilfu.", "Għandna proġett ta' Lm1.5 miljuni ħalli nimmodernizzaw il-laboratorji fejn it-tender lesta u kemm tiġi ppubblikata.", "Rigward il-proġetti li kien hemm ta' l-Universita`, ħafna mix-xogħol ta' l-ispecifications tat-tenders huwa lest, u ta' l-MCAST huwa lest ukoll.", "Sur President, irrid ngħid ukoll li sew l-Universita`, sew l- MCAST kif ukoll id-diviżjoni ta' l-edukazzjoni diġa` wettaqu proġetti b'fondi ta' l-Unjoni Ewropea li kienu fil-budgets ta' qabel dan, ta' bejn l- 2004 u l-2006.", "Rigward l-ekonomija, il-kap ta' l-oppożizzjoni filli kien qed jgħidilna li hu ma jarax li aħna nistgħu nidħlu fiz-zona ta' l-Ewro qabel nilħqu rata ta' tkabbir ta' 4%, u m'għandix dubju li dan qal hekk għax kien jaħseb li l- gvern tagħna ma kienx se jirnexxielu jilħaq dawn it-targets bħalma ma kienx jemmen li l-Prim Ministru Lawrence Gonzi kien se jirnexxielu jniżżel id- deficit.", "Il-Prim Ministru Lawrence Gonzi hu serju, kompetenti, jaf x'qed jagħmel, jaf imexxi lit-team tiegħu, jaf jikkonsulta mal-poplu u jaf jafda lill-poplu għax għandu fiduċja fih, u għalhekk irnexxielu jniżżlu d- deficit.", "Sena wara sena rnexxielu jniżżlu d-deficit, Sur President, u fl- istess ħin irnexxielu jkabbar l-ekonomija.", "Imma issa għax ilħaqna dak l- objective tat-tkabbir ekonomiku ta' qrib l-4%, issa l-kap ta' l- oppożizzjoni jrid tkabbir ekonomiku ta' 6%.", "Pero` jekk naraw it-tkabbir ekonomiku li rreġistraw gvernijiet Laburisti, malajr inkunu nafu fejn hi l-kapaċita` tagħhom tat-tkabbir ekonomiku.", "Il- mexxej Laburista hu bniedem espert tal-kliem, pero` espert ukoll tal-logħob bil-kliem u tal-manipulazzjoni tal-kliem!", "Bil-kliem kollox nagħmlu, u niktbu plays għat-teatru u novelli, pero` l-fatti jgħoddu, u kemm wieħed ikun kapaċi jżomm gvern għall-ħames snin sħaħ, għandek x'għandek diffikultajiet fil-partit tiegħek!", "U Fenech Adami, minkejja d- diffikultajiet tiegħu fil-partit, xorta żammu għaddej il-partit.", "Meta Fenech Adami kien fil-gvern b'maġġoranza ta' wieħed, għamilniehom il-ħames sħiħ – bħalma għamilniehom meta kellna iżjed – u meta kien hemm mexxejja sodi Laburisti, il-maġġoranza ta' wieħed fil-gvern żammewha wkoll għal ħames snin!", "Mela x'ħin niġu għat-tkabbir ekonomiku, il-kap ta' l-oppożizzjoni ma jistax ibiddel il-goal posts biex mingħalih se jipproponi xi nirvana.", "Aħna nemmmnu li biex tmexxi l-pajjiż, irid ikollok sens ta' x'inhuma l-kondizzjonijiet li qed taħdem fihom, u l-Oppożizzjoni f'dan ir-rigward qed tgħix in a bubble.", "L-Oppożizzjoni mhix tħammeġ idejha bil-problemi tal-pajjiż imma kulma hi armchair critic li tħares lejn il-films ta' l-affarijiet.", "Trid tara x'jiġifieri meta jogħlielek il-prezz taż-żejt!", "Fi żmienhom m'għolielhomx il-prezz taż-żejt imma xorta għollew ir-rati tad-dawl u l- ilma!", "Dawn jafu x'jiġifieri jogħlielek il-prezz taċ-ċereali u x'jiġifieri li jkollok ekonomija daqs sufra fl-oċean u trid tiffaċċja x'qed jibilgħu ċ- Ċina u l-Indja f'metalli, fi żjut, f'ikel u f'affarijiet oħra?!", "Dawn qed jibilgħu kullimkien, u aħna rridu nassiguraw li dawn l-400,000 bniedem li hawn fuq din in-naqra ta' blata ikollhom x'jieklu, x'jilbsu, fejn jaħdmu u familji xi jkabbru.", "Hekk tħammeġ idejk meta tkun fil-gvern u mhux mill- Oppożizjzoni, għax meta tkun fil-gvern tkun verament taf x'inhuma l- problemi!", "Kemm hu faċli tikkritika meta tkun fl-Oppożizzjoni!", "Sur President, l-ekonomija tagħna qed tikber, tatna numru ta' impjiegi tajbin, ir-rata ta' nies jirreġistraw għax-xogħol qed tonqos u qegħdin naraw li l-investimenti li għamilna fil-qasam ta' l-edukazzjoni qed jagħtuna l-frott.", "Aħna investejna bil-kbir ukoll fil-qasam tas-saħħa u mhux se nieqfu hawn.", "Għandna quddiemna viżjoni mill-isbaħ li trid tkattar aktar ġid għall-familji, għaż-żgħażagħ u għan-nisa tagħna biex fl-edukazzjoni jkollna aktar kwalita` u biex fis-settur tas-saħħa jkollna servizzi ta' kwalita`.", "Dawn irridu nifirxuhom fil-livelli tal-familja u f'dawk primarji.", "Qegħdin naħdmu biex is-setturi finanzjarji u s-setturi ta' l-IT jissaħħu u jkunu fost l-aħjar li hawn f'dan ir-reġjun u biex it-turiżmu wkoll ikompli jikber.", "Din hija l-viżjoni li qed jagħtina l-Prim Ministru Lawrence Gonzi, mhux għal din l-elezzjoni li ġejja u anqas ta' wara, imma għas-sena 2015 għax l-affarijiet hekk trid tippjanahom.", "Aħna qed ngħidu li sa l-2015 irridu nassiguraw li l-ħidma li għamilna f'dawn it-tliet snin nikkonsolidawha sabiex fuqha nkunu nistgħu nkomplu nibnu t-titjib ta' kwalita` ta' ħajja li dan il-poplu jixraqlu u nkunu kapaċi niffaċċjaw l- isfidi u l-opportunitajiet kbar li ż-żminijiet tal-lum qed joffrulna.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Gavin Gulia.", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Sur President, il-gvern Nazzjonalista rikeb fuq dan il- budget sabiex jippropaga s-slogan tiegħu \"Familji fis-Sod.\"", "Jiena smajt b'attenzjoni dak li kellu xi jgħid l-Onor.", "Louis Galea fejn naturalment enfasizza b'mod mill-aktar pożittiv u fuq gear iperboliku dak li hu u l- gvern tiegħu isostnu li kienu s-suċċessi ta' dan il-gvern.", "Jiena għoġobni ħafna s-slogan tal-partit Nazzjonalista \"Familji fis-Sod.\"", "Tismagħhom jitkellmu dwar il-bżonn ta' par idejn sodi biex dan il-pajjiż jitmexxa 'l quddiem, pero` dan il-klixe` ġabli memorji ta' ftit snin ilu fejn il-gvern Nazzjonalista kien juża din il-kelma \"fis-sod\" vis-a-vis il-finanzi tal- pajjiż.", "Tajjeb li ma ninsewx dak li kien wiegħed il-partit Nazzjonalista qabel l-aħħar elezzjoni ġenerali u dak li għamlu wara li din għaddiet.", "Tajjeb nagħtu interpretazzjoni għal kelma \"fis-sod\" u \"finanzi fis-sod\" sabiex nifhmu aħjar dak li huma qegħdin jipproponu.", "Meta wieħed jitkellem dwar finanzi fis-sod, wieħed x'jifhem?", "L-unika ħaġa li l-poplu fehem qabel l-aħħar elezzjoni ġenerali bil-frażi \"finanzi fis- sod\" hija li dawn ġabu kontroll fil-finanzi tal-pajjiż, anke jekk wara l- elezzjoni pprovaw jagħtu l-impressjoni li s-sitwazzjoni finanzjarja tal- pajjiż hija ħażina u hemm bżonn li jkun hemm team li jġib il-finanzi fis- sod.", "Pero` dak m'huwiex dak li fehem il-poplu Malti u Għawdxi qabel l- elezzjoni ġenerali tas-sena 2003.", "Tan-naħa l-oħra jafu li mhux dak li xtaqu juru lill-poplu Malti u Għawdxi, għax meta kienu qalu li se jkollna l- finanzi fis-sod, kulħadd fehem li kellna problema finanzjarja u dik il- problema finanzjarja rranġawha, u allura dak li rreġistra l-poplu Malti u Għawdxi qabel l-elezzjoni tas-sena 2003 hija li we have turned the corner u issa huwa l-mument tal-ħsad.", "Dak huwa li fehem il-poplu Malti u Għawdxi u dak huwa dak li l-gvern Nazzjonalista pprova jfiehem lill-poplu qabel l- aħħar elezzjoni ġenerali.", "Sur President, kulħadd jaf x'ġara wara l-aħħar elezzjoni ġenerali.", "Veru li l-finanzi kienu fis-sod?", "Lanqas kienu fis-sod fl-1996, għax l-ex-ministru John Dalli, ftit xhur qabel l-elezzjoni li rebaħ l-partit Laburista, kien bagħat memo privat lill-Prim Ministru u qallu li we are living beyond our means and we're running a deficit.", "Il-partit Nazzjonalista jħobb li fuq barra jipproġetta image li kollox huwa tajjeb u li kollox miexi sew imma fuq ġewwa jkun jaf li l-affarijiet ikunu qegħdin jitnawru, u li dan ikun qed jinganna fil-messaġġ li jkun qed jipprova jittrasmetti lill-poplu Malti u Għawdxi, biex nissellef ftit il-kumment li għamel l-Onor.", "Louis Galea.", "Dan xela lill-partit Laburista li qed jipprova jinganna lill-poplu, imma bil-fatti kulħadd jaf li l-partit Nazzjonalista inganna lill-poplu Malti u Għawdxi mhux biss fl-elezzjoni ta' l-1998 imma anke fl-elezzjoni tas-sena 2003.", "Kulħadd jaf x'ġara wara l-elezzjoni ta' l-2003 fejn l-ex-ministru tal- finanzi John Dalli qal li fallejna fil-miri.", "Dan huwa recorded kemm fil- Paralment u kemm barra minnu.", "Ftit ġimgħat biss wara l-aħħar elezzjoni ġenerali, kienu ppubblikaw l-istatisitka u qalu li fallejna fil-miri u rridu naraw x'se nagħmlu, u dan seħħ ftit ġimgħat wara li qalu li l-finanzi kienu fis-sod.", "Hawnhekk hawn sentiment kbir ta' deja vu, għax fl-elezzjoni ta' l-1998, li kienu rebħu l-partit Nazzjonalista wara li l-gvern Laburista kien iggverna għal 22 xahar, kienu wiegħdu li anke xamma ta' gvern Nazzjonalista tixpruna lill-ekonomija.", "Il-bidla waħedha favur gvern Nazzjonalista tixpruna lill-ekonomija qalulna, Sur President!", "Wara l-elezzjoni niftakar il-kliem eżatt ta' l-ex-ministru John Dalli meta bħala ministru tal-finanzi kien mar f'xi attivita` politika tal-massa tal- partit Nazzjonalista u qalilna li rridu ngħinuhom jerfgħu s-salib.", "Mela qabel l-elezzjoni ta' l-1998, l-ex-ministru John Dalli kien qal li xamma ta' gvern Nazzjonalista terġa' tixpruna lill-ekonomija, u eżattament wara l- istess elezzjoni dan qal li l-poplu Malti u Għawdxi jrid jgħinhom jerfgħu s- salib!", "Dan il-kliem mhux qiegħed nivvintah Sur President, imma huwa kliem testwali u rrekordjat li qal l-ex-ministru John Dalli.", "X'ġara mbagħad fl- 2003?", "Qabel l-elezzjoni qalulna li l-finanzi huma fis-sod u reġgħu wiegħdu l-istess imbarazz li kienu wiegħdu qabel l-1998.", "U x'ġara?", "Ftit ġimgħat biss wara – ma nafx kif ma jistħix dan! – qalilna li żbaljajna fil-miri tagħna u rridu naraw x'se nagħmlu.", "Għadu kemm wiegħed il-finanzi fis-sod imbagħad jgħid li fallejna l-miri!", "Qalilna hekk biex nippreparaw ruħna għal tliet budgets tal-biża' fejn il-poplu ġie intaxxat b'mod qawwi b'piżijiet li dan il-pajjiż qatt ma ra.", "Kif ma jistħux tan-naħa l-oħra?!", "Issa se jerġgħu jippruvaw l-istess trick u qegħdin jgħidu \"Familji fis-Sod\" flok \"Finanzi fis-Sod\".", "Jien nistgħaġeb għax meta wiegħdu l-finanzi fis-sod fl-1998 ġara dak li ġara wara l-elezzjoni ta' l-2003.", "Mela x'familji fis- sod se jkollna jekk il-partit Nazzjonalista jerġa' jiġi elett fil-gvern?!", "Dan mhux qed nistaqsih jien biss imma il-poplu kollu, Sur President.", "Dawn diġa` daħku bina darbtejn fl-1998 u fl-2003!", "Imma possibbli aħna se nerġgħu nafdawhom biex jerġgħu jgħadduna biż-żmien?", "Dawn qed iwegħduna l- familji fis-sod biex imbagħad dawn il-familji fis-sod ikunu bħalma kienu l- finanzi fis-sod?!", "Għalhekk ma rrankawx wara l-budget, għalhekk il-budget huwa ta' ftit ħafna u tard wisq, Sur President, u nagħmel enfasi fuq it- tard wisq għax il-poplu Malti u Għawdxi llum fehem u dara x'inhuma l- istrateġiji tal-partit Nazzjonalista.", "Dawn iwiegħdu kemm jifilħu qabel l- elezzjoni, jgħidu li l-affarijiet huma tajbin, li qegħdin naraw id-dawl u li l-ekonomija qegħda tirpilja, imma mbagħad jekk jirbħu jerġa' jkollna l- istess sitwazzjoni li kellna wara l-2003.", "Jiena smajt lill-Ministru Louis Galea jgħid li l-gvern Nazzjonalista kellu suċċess għax irnexxielu jniżżel id-deficit.", "Issa d-deficit tista' tniżżlu jew b'ħaġa jew b'oħra, waħda hija negattiva u l-oħra hija pożittiva.", "In-negattiva – u dik hija l-aktar ħaġa sempliċi u faċli li tista' tagħmel - hija li tipprova tniżżel id-deficit billi tispara kemm tiflaħ taxxi fuq il-poplu, u l-pożittiva hi dik li ssaħħaħ in-negozju fil-pajjiż u żżid l-esportazzjoni u l-investiment dirett barrani ġewwa pajjiżna.", "Dak huwa l-aqwa mod kif tniżżel id-deficit u ma titfax piżijiet fuq il-poplu.", "Pero` ovvjament trid issib bilanċ bejn it-tnejn għax aħna ngħixu bit-taxxi, pero` enfasi żejda fuq it-taxxi hi negattiva.", "Allura, Sur President, irid ikollok a mix of both, u naturalment irid ikollok enfasi akbar fuq l-aspett pożittiv u b'hekk tkabbar l-investiment lejn pajjiżna, tkabbar l-ekonomija, tixpruna n-negozju u ssaħħaħ il-konsum.", "X'għamel dan il-gvern?", "Liema tattika adotta sabiex jipprova jnaqqas id-deficit?", "Sur President, id-deficit, bir-rispett kollu, naqqsu minn fuq dahar il- poplu bis-surcharge selvaġġa li għamel fuq id-dawl u l-ilma u bit-tariffi eżaġerati fi qualsiasi qasam tal-ħajja, anke għall-aċċessibilita` għall- ġustizzja fejn kulħadd jaf li t-tariffi huma m'għola s-smewwiet.", "Meta nduna li beda jgħolli żżejjed, il-Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern beda jipprova jraqqa' il-pannu bil-qara' aħmar għax induna li żbalja, u beda jnaqqas minn hawnhekk u minn hemmhekk.", "Meta tara kif mar il-pajjiż fl-oqsma produttivi u fl-oqsma ta' l-esportazzjoni, insibu li fil-fatt ma morniex tajjeb.", "Biżżejjed ngħid li t-tkabbir ekonomiku li sar, sar f'setturi li ma jinċidux fuq il-kwalita` ta' l-għajxien tal-poplu Malti u Għawdxi, bħas-servizzi finanzjarji u l-logħob ta' l-azzard bl-internet.", "Hemm l-aktar li ġie rreġistrat it-tkabbir ekonomiku.", "Pero` dak m'għandux l-effett vertikali li wieħed jixtieq, jiġifieri dan ma jinħassx fost il-poplu Malti u Għawdxi.", "Allura, Sur President, id-distribuzzjoni tal-ġid ma saritx għas- sodisfazzjon tal-maġġoranza tal-poplu Malti u Għawdxi, u fil-fatt minn ċerti surveys li saru minn ġurnal eminenti ħareġ li 71% tal-poplu Malti jemmnu li l-pajjiż jew huwa staġnat jew sejjer ħażin.", "Dan li ma jistax jara l-gvern Nazzjonalista u dan li ma jsemmix!", "Dan huwa l-iktar importanti għax, wara kollox, aħna għalfejn qegħdin fil-Parlament?", "Għalfejn għandna gvern biex jiggverna?", "Sabiex il-poplu Malti u Għawdxi jħossu li verament qiegħed jgħix tajjeb u li verament qed igawdi titjib fil-kwalita` tal-ħajja tiegħu.", "Imma jekk il-poplu Malti u Għawdxi, fil-maġġoranza kbira tiegħu, qiegħed jgħidlek li l-pajjiż jew huwa staġnat jew sejjer ħażin, kif jistgħu hawnhekk jiġu l-esponenti ewlenin tal-gvern Nazzjonalista u jgħidu li kollox sejjer tajjeb?", "Mhux hekk biss, imma qalulna li żdied ix-xogħol u qatt ma kien hawn nies jaħdmu daqs illum minn żmien l-indipendenza 'l hawn.", "Issa Sur President, fl-indipendenza kien hawn reġistrati 80,000 ħaddiem bħala full-time.", "Allaħares il-popolazzjoni baqgħet kif kienet fl-1964!", "It's quite obvious li l-popolazzjoni tikber, u allaħares ma jiżdidux in-nies li qegħdin jaħdmu bi qligħ.", "Jiġifieri din hija red herring li ħareġ biha l- prim ministru!", "Irridu naraw wkoll dak li għandu x'jaqsam mal-qasam tal-part- time.", "Fejn qabel il-gvern Nazzjonalista kien jiftaħar li x-xogħol jiġri wara l-poplu Malti u Għawdxi, llum dan m'għadux jgħid li l-full-time jobs qed immorru aħjar f'dan il-pajjiż, imma qed jgħid li żdied ix-xogħol part- time.", "Hu tajjeb li jiżdied ix-xogħol part-time, pero` trid tara n-natura tiegħu u eżattament min qed jaħdem fih.", "Is-26,000 ruħ b'impjieg part-time huma jew taż-żgħażagħ jew tan-nisa b'familja – u jiena naħdem il-qorti fis- separazzjonijiet u naf b'nisa b'familja li jaħdmu hekk - u għandek ukoll ħaddiema li tilfu l-impjieg fl-eta` ta' 40 u 50 sena, u diffiċli li dawn isibu impjieg full-time.", "Din hi l-istorja sabiħa li l-prim ministru jrid jirrakkonta?!", "Dawn ma tgħidx li għandhom job full-time u ieħor part-time, għax hemmhekk wieħed ikun jista' jkejjel u jgħid li sejrin tajjeb.", "Imma le, Sur President.", "Qegħdin nitkellmu dwar 26,000 ruħ b'impjieg part-time bħala l-uniku job tagħhom.", "Allura verament nistgħu ngħidu li għandna storja sabiħa x'nirrakkontaw?!", "Tistgħu timmaġinaw x'kundizzjonijiet ta' xogħol dawn il- ħaddiema part-time igawdu!", "Dan huwa xogħol prekarju u li ma jgawdix mis- saħħa tal-liġi tar-relazzjonijiet industrijali u tal-liġi tal- kondizzjonijiet tax-xogħol li jassiguraw ċertu security of tenure.", "Għada filgħodu jista' jiġi l-prinċipal tagħhom u jgħidilhom li m'għandux bżonnhom aktar lil dawn iż-żgħażagħ, lil dawn in-nisa separati b'familja u lil dawn il-ħaddiema li għandhom eta` ta' late 40's u early 50's u li diġa` jkunu f'ċirkostanzi ekonomiċi fejn ikun diffiċli biex isibu job full-time.", "Dawn il-ħaddiema ma jgawdux mill-istess kondizzjonijiet tax-xogħol favorevoli bħalma jgawdu nies li għandhom xogħol definit full-time.", "Hawnhekk tajjeb li ninforza dan il-punt bi statistika.", "Skond l-istatistika Ewropea, Malta hija l-uniku pajjiż li matul dawn l-aħħar snin - jiġifieri tul din il-leġislatura - l-ħaddiema naqqsu d-dħul tagħhom.", "Allura għandna storja sabiħa x'nirrakkontaw, Sur President?!", "Għandna storja x'nirrakkontaw, mela le, imma mhux dak is-sabiħ li jitkellem dwaru l-Prim Ministru Lawrence Gonzi meta Malta hija l-pajjiż fejn hemm l-anqas persentaġġ ta' ċittadini mill-popolazzjoni li qed jaħdmu!", "Sur President, din hija prova li qed nġib lil dan il-Parlament biex nuri xi dħul qed isir u kif dan il-gvern naqqas id-deficit.", "Ngħaddi issa biex nitkellem fuq it-turiżmu li huwa suppost pilastru ta' l- ekonomija ta' pajjiżna.", "Imma hawn xi ħadd f'dan il-Parlament li jista' jiġi b'kunfidenza u jgħid li t-turiżmu matul din il-leġislatura kien stupend?", "Għall-kuntrarju, mis-sena 2003 it-turiżmu beda sejjer mill-ħażin għall- agħar, sena waħda wara l-oħra, u simboliku huwa l-fatt li bħalissa l- awtorita` tat-turiżmu lanqas biss għandha kap!", "Vapur li jimxi bla kaptan tista' timmaġina xi vjaġġ se jagħmel, Sur President!", "Illum l-awtorita` tat- turiżmu qiegħda mingħajr kap u ilha mingħajru għal xhur sħaħ.", "Għad m'hemmx pjan ċar kif se titmexxa il-politika fit-tul tal-low cost airlines, u hemm konfużjoni sħiħa fl-Air Malta fejn l-impjegati wegħduhom li se jkollhom l- aqwa kondizzjonijiet tax-xogħol possibbli.", "U reċentement il-pilots ta' l- Air Malta ddikjaraw li l-gvern kien qed jerġa' joffrilhom l-istess ftehim li offrielhom s-sena l-oħra b'konsegwenza li s-sitwazzjoni fl-Air Malta reġgħet staġnat, mhux biss għall-pilots, imma anke għall-cabin crew.", "Fejn qatt kienu jaħsbu dawn l-impjegati ta' l-Air Malta li se jkunu daqshekk ħażin taħt gvern li wegħedhom \"il-finanzi fis-sod\" u \"r-rebbiegħa ġdida\"?!", "Għax din kont insejtha \"tar-rebbiegħa l-ġdida\" li wiegħdu qabel l- elezzjoni ta' l-2003!", "Issa, Sur President, to be honest, sar xi titjib fit- turiżmu matul din is-sena, imma nothing to write home about, għax it-titjib li sar ma ġabx it-turiżmu fil-qagħda ideali li wieħed kien qed jipprospetta jew kif kienet is-sitwazzjoni tat-turiżmu sa ftit snin ilu.", "F'dan is-settur ġejna lura għaċ-ċirkostanzi li kienu prevalenti xi tliet snin ilu meta t- turiżmu kien ħażin diġa`.", "Kif nistgħu noqogħdu niftaħru li t-turiżmu sejjer tajjeb jekk iċ-ċifri li qegħdin jirriżultaw huma riproduzzjoni taċ-ċifri li kienu rriżultaw tliet snin ilu meta t-turiżmu kien diġa` qiegħed ħażin u meta kienu diġa` qegħdin jintbagħtu sinjali ta' allarm!", "Issa dawn is- sinjali ma kenux ġejjin mill-Oppożizzjoni, għax hawn min jakkuża lill- Oppożizzjoni li qiegħda xxewwex jew li qed tpinġi stampa kerha.", "Dawn kienu tkellmu l-assoċjazzjonijiet u l-organizzazzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mat-turiżmu, bħall-qasam tar-ristoranti, tal-lukandi u n-negozju in ġenerali li għadhom inkwetati sal-ġurnata tal-lum.", "Allura għandna storja sabiħa x'nirrakontaw lil-poplu Malti u Għawdxi?!", "Le, għandna storja ta' preokkupazzjoni x'nirrakontaw.", "Per eżempju, fis-settur tal-lukandi u ristoranti, matul dawn l-aħħar erba' snin, intilfu 600 impjieg.", "Fejn marru dawn?", "Nafu fejn qegħdin?", "Fl-aħħar sena biss, is-sena kurrenti, intilfu 300 minn dawn is-600, jiġifieri għandna aċċelerazzjoni ta' telf ta' impjiegi fil-qasam tal-lukandi.", "Din is-sena biss għalqu żewġ lukandi kbar – u qed insemmi din is-sena biss, għax kulħadd jaf li għalqu lukandi magħrufa f'din il-leġislatura – u jista' jkun li sa tmiem din is-sena jagħlqu żewġ jew tliet lukandi oħra.", "Nistgħu ngħidu li l-gvern naqqas id- deficit bit-turiżmu?", "Le, Sur President!", "Fil-qasam tal-manifattura, fejn nistgħu nesportaw u ndaħħlu l-munita barranija f'pajjiżna, kulħadd jaf li lil tad-Denim kienu wegħduhom xogħol garantit qabel l-aħħar elezzjoni ġenerali biex imbagħad grupp ta' ħaddiema spiċċaw barra sena wara l-elezzjoni, sakemm eventwalment spiċċat biex għalqet kompletament din il-fabbrika.", "Apparti dan, kien hemm il-VF fejn kien hemm waħda li kienet taħdem fiha u din marret f'mass meeting Nazzjonalista u serrħet ras sħabha li x-xogħol tagħhom huwa garantit.", "X'ġara wara?", "Din il-fabbrika li tant kienet ikkonsidrata prestiġjuża, qawwija u produttiva għalqet ukoll u tefgħu lil kulħadd 'il barra, u ħafna minnhom għadhom sal-ġurnata tal-lum bla xogħol.", "Imma dik li telgħet fuq il- palk Nazzjonalista – biex ma noqgħodx insemmi ismijiet hawnhekk, imma kulħadd jaf għal min qiegħed nirreferi – illum sabet job fil-kwartieri ġenerali tal-partit Nazzjonalista!", "Tawha t-thank you tas-servizz partiġġjan li għamlet lill-gvern u lill- partit Nazzjonalista, Sur President!", "Imma sħabha, dawk li tilfu x-xogħol wara li qaltilhom li x-xogħol tagħhom garantit, sabu xogħol fil-kwartieri ġenerali tal-partit Nazzjonalista?", "Dawn huma l-inganni kbar li saru!", "Fejn qiegħda \"r-rebbiegħa ġdida\"?", "Il-manifattura marret il-baħar, u qatt ma kellna sensji daqs illum.", "Il-qasam tat-turiżmu mar il-baħar, il-qasam tax- xogħol mar il-baħar, u l-qasam tan-negozju mar il-baħar, u ma ninsewx li d- deficit tnaqqas biss għax il-gvern intaxxa lill-poplu Malti u Għawdxi bil- goff.", "Meta gvern jipprova jnaqqas id-deficit b'dak il-mod, dak huwa ċertifikat ta' falliment.", "L-aktar ħaġa faċli hija li tipprova tagħsar kemm jista' jkun flus mill-poplu biex jagħmel tajjeb għad-deficit.", "Dan huwa ċertifikat ta' falliment fil-politika ekonomika tal-gvern u l-gvern ipprova jkabbar id-dħul tiegħu b'miżuri awsteri.", "Il-Ministru Louis Galea tkellem fuq il-kwestjoni tal-kontabilita` u qal li huma taw l-istrumenti kollha sabiex tiġi miġġielda l-korruzzjoni u li dejjem irrispettaw l-istituzzjonijiet.", "Jien ma tantx kelli skambji parlamentari miegħu, imma peress li kien qiegħed jitkellem qabel, tani ideat fuq xiex nista' nitkellem.", "Jiena m'inix it-tip li nattakka personalment għax dak m'huwiex l-istil tiegħi, pero` tajjeb infakkru li gvern Nazzjonalista kellu jkun biex jattakka lill-Ombudsman, u dan għax ma deherlux li l-gvern kien qiegħed imexxi tajjeb.", "Il-gvern Laburista ta' bejn l-1996 u l-1998 m'attakkax lil xi Ombudsman, u bejn l-1981 u l-1987, perijodu li jħobbu jsemmu n-Nazzjonalisti, l-Ombudsman ma kienx jeżisti.", "Għalhekk kien gvern Nazzjonalista li attakka lill-Ombudsman u kien l-istess gvern Nazzjonalista li attakka lill-awditur ġenerali din is-sena stess!", "Hu hawn nistaqsi: Huwa sew li persuna li hi maħtura minn dan il-Parlament u li għandha kariga kostituzzjonali tiġi attakkata f'dan il-Parlament?", "Mhux talli hekk, talli fuq ir-rapport li għamel, ministru tal-gvern Nazzjonalista kellu l-awdaċita` li jinvestigah u jagħtih tinge partiġġjana qisu dan qiegħed hemmhekk biex jaqdi lill-Oppożizzjoni!", "Issa din hi persuna li bi qbil ta' din il-Kamra ġie nominat u qed jagħmel xogħlu.", "Mela l- awditur ġenerali jagħmel xogħlu meta jagħti ċapċipa u pat on the back lill- gvern Nazzjonalista?!", "Dan qiegħed hemmhekk biex jara li jekk hemm l- affarijiet sejrin ħażin jitkellem u mhux jiġi ntimidat billi jispiċċa nvestigat.", "Din hija l-kontabilita` li qed jitkellmu dwarha l-esponenti ministerjali Nazzjonalisti?!", "Il-Ministru Louis Galea qal li huma taw il-mezzi kollha sabiex il-poplu Malti jkun moqdi bl-istituzzjonijiet kollha possibbli.", "Qisu qatt ma ġrat inġustizzja taħt gvern Nazzjonalista!", "Biżżejjed insemmu kemm kien kontabbli u trasparenti gvern Laburista li bejn l-1996 u l-1998 ma qabadx u qal li se jirranġa l-inġustizzji kollha, u minflok għamel tribunal għall-inġustizzji biex jiddeċiedi hu jekk saritx inġustizzja jew le.", "Kien gvern Laburista li għamel it-tribunal ta' l-inġustizzji.", "U x'irriżulta?", "Irriżulta li kien hemm mijiet ta' każijiet fejn taħt gvern Nazzjonalista twettqet l-inġustizzja.", "Imbagħad jiġi l-Ministru Louis Galea u jgħid li huma taw l-istrumenti kollha sabiex tiġi evitata l-korruzzjoni u l-inġustizzji.", "Issa dawn it-tribunali kellhom poteri kważi ġudizzjarji u għal mijiet ta' drabi qalu li saru u twettqu nġustizzji anke fuq bażi politika, sempliċement għax wieħed kien Laburist.", "Il-Ministru Louis Galea qal li dak iż-żmien tal-price control kienu jmorru għand in-Nazzjonalisti u ma kenux imorru għand il-Laburisti.", "Mela dan nesa l-mijiet ta' kawżi fejn il-gvern Nazzjonalista kien misjub ħati ta' inġustizzji fuq bażi politika?!", "Nesa dan il-każ tas-suprentendent Joe Rizzo – għax jiena shadow minister tal-qasam tal-Pulizija – fejn il-gvern ipprova jattakka deċiżjoni tat-tribunal ta' l- inġustizzji b'kawża fil-qorti?", "Dawn lanqas rispett lejn it-tribunal ta' l- inġustizzji m'għandhom!", "Instab li saret inġustizzja, u xorta waħda ppruvaw iwaqqgħu d-deċiżjoni tat-tribunal.", "Ngħaddi issa biex nitkellem fuq l-għoli tal-ħajja.", "Jekk hawn xi ħaġa li verament tinħass b'mod palpabbli f'dan il-pajjiż hija l-għoli tal-ħajja.", "Hawn xi ħadd f'dan il-Parlament li se jqum u jgħid li m'hawnx għoli tal- ħajja?", "Kulħadd jaf li l-ħajja għoliet, u ma jistgħux jaħarbu minnha din.", "Dawn jipprovaw ibellgħuha lill-poplu li l-għoli tal-ħajja ġej minn barra minn Malta biss, imma din m'hijiex kredibbli, Sur President.", "Aħna qegħdin ngħidu u nammettu li hemm element li ġej minn barra minn Malta, imma hemm elementi oħrajn fejn l-għoli tal-ħajja żgur mhux ġej minn barra.", "Ara aħna tal-partit Laburista kredibbli f'dak li ngħidu, għax aħna qed ngħidu lill- poplu li hemm ċerti ċirkostanzi fejn m'hemmx kontroll fuq l-għoli tal-ħajja għax ikun ġej minn barra.", "Imma hemm ċirkostanzi oħrajn – bħal per eżempju l- mediċini – fejn dan mhux minnu, u l-prezzijiet qed jogħlew b'mod sparat, u dan qed iħalli effett ħażin fuq il-poplu Malti u Għawdxi, b'mod partikolari fuq l-anzjani.", "Is-sabiħa li jiġi l-prim ministru – wara li naturalment ħarab iż-żiemel mill-istalla – u jgħidilna li se jagħlaq l-istalla.", "Mar jagħmel arranġament, fil-veru sens tal-kelma redikolu, ma' l-importaturi tal- mediċini mhux fuq il-mediċini kollha, imma fuq grupp minnhom.", "Qisu qed jgħidilhom li l-oħrajn jistgħu jgħolluhom!", "Apparti hekk, dan l-arranġament mhux dejjiemi, imma jiskadi f'Marzu.", "Għalfejn mhux sa Frar jew April?!", "Għalfejn mhux is-sena kollha?!", "Dan huwa agreement tad-daħk jew tal-biki, u Alla biss jaf x'se jiġri wara Marzu!", "Dan mhux aħna biss qed ngħiduh, għax is-Sur Reginald Fava, li huwa President Emeritus tal-Kamra tal-Kummerċ u li, minkejja li ċertament għandu l-fehma politika tiegħu imma mhux marbut ma xi karru partiġġjan, mar fuq it-television u bla tlaqliq ta' xejn qal li dawn il-prezzijiet wara Marzu se jogħlew, u din hija loġika.", "M'għandux għalfejn jiġi s-Sur Reginald Fava jgħidilna hekk!", "It's very clear!", "Jekk sa Marzu dawn mhux se jgħollu, anke jekk diġa` għollew qabel, imbagħad wara Marzu kulħadd jaf x'se jiġri.", "Sur President, la jien il-kelliem ewlieni ta' l-Oppożizzjoni fuq l-Intern, nixtieq insemmi l-korp tal-pulizija.", "Jekk kien hawn budget bla viżjoni fuq il-korp tal-pulizija kien proprju dan.", "Mhux qed ngħid li l-gvern Nazzjonalista ma tax żidiet lill-korp tal-pulizija minn żmien għal żmien, għalkemm saret anomalija kbira fl-1993 mata l-gvern Nazzjonalista kien għamel corrective measures li kienu affettwaw biss is-servizz pubbliku b'mod li l-korp baqa' fejn kien, u minħabba dan, per eżempju, surġent tal- Pulizija li għandu l-istess livell ta' grad bħal prinċipal fis-servizz pubbliku, il-paga tiegħu baqgħet l-istess filwaqt li ta' prinċipal għoliet.", "Din l-anomalija ili nsemmiha u trid tiġi korretta.", "Pero` jekk kien hemm budget li ma kellux assolutament viżjoni għall-korp tal-pulizija kien proprju dan.", "Il-prim ministru qalilna li għall-korp tal-pulizija għandu storja sabiħa x'jirrakkonta sabiex isaħħaħ il-forzi ta' l-ordni, imma mbagħad qalilna biss li se jagħmel akkademja.", "Din l-akkademja ilha tiġi mwiegħda snin sħaħ, u ma kienx sigriet li l-akkademja tal-Pulizija kienet se tiċċaqlaq minn Sant'Iermu, fejn qiegħda bħalissa, għal Ta' Kandja.", "Ilhom erba' snin iwegħduha din, u issa qaluha testwalment fil-budget!", "B'daqshekk se niġġieldu l-kriminalita` ġewwa pajjiżna?", "L-akkademja diġa` qiegħda hemmhekk u diġa` qed isir training ġo fiha, pero` li rrid nisma' jiena u kif se nsaħħu l-akkademja mhux fil-binja - il-ġebel u saqaf – imma fl-ispirtu u fil-viżjoni tagħha.", "Kulħadd jaf x'garr hemm fil-korp tal-pulizija!", "Sur President, nagħlaq l-intervent tiegħi billi ngħid li l-gvern Nazzjonalista, wara li tħabbar il-budget u wara li ttieħed il-vot fuq l- estimi qalilna, tramite l-Ministru Tonio Borg, li se jagħti Lm45 fix-xahar lill-pulizija li jaħdmu ġo l-uffiċini.", "Lanqas biss ivvutaw il-flus għalihom dawn!", "Meta għamilt il-kalkoli tiegħi sibt li hemm 220 pulizija li jaħdmu ġo l-uffiċini, u allura għandu spiża ta' aktar minn Lm115,000 fis-sena.", "Issa, kif għedt, dawn lanqas biss huma vvutati fl-estimi, u allura jien ma nafx minn fejn se jġibhom dawn!", "Imbagħad jiġi jgħidilna li dan huwa budget bil- galbu!", "Apparti dan, b'din il-miżura ħalla barra 1,500 pulizija, u l-garr u d-demoralizzazzjoni fil-korp tal-pulizija qed ikomplu jikbru.", "Kulħadd jaf dawn x'dispjaċir kbir għandhom għall-gvern Nazzjonalista u qegħdin jittamaw li fiż-żmien li ġej jerġa' ikollna gvern Laburista mill-ġdid!", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Il-Ministru Dolores Cristina.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA (Ministru għall-Familja u Solidarjeta' Soċjali): Sur President, ma setax jonqos li l-Oppożizzjoni tibqa' għal kollox negattiva fuq il-budget li kellna.", "Jiena qgħadt nisma' l-kelliema kollha llum u ngħid il-verita` qatt ma smajt lill-Onor.", "Gavin Gulia jagħmel intervent daqshekk negattiv kemm ili membru f'dan il-Parlament mill-1998.", "Jiena naħseb li l- għajta li ħarġet fis-silenzju qabel ma tħabbar il-budget, l-għajta ta' \"ftit ħafna u tard wisq\", daħlet fil-mindset tal-membri ta' l-Oppożizzjoni li assolutament għalqitilhom widnejhom u għajnejhom għal kull ma hemm pożittiv f'dan il-budget.", "Jiena nixtieq ngħid li kien inkorrett l-Onor.", "Gulia meta qal li l-maġġoranza f'dan il-pajjiż qed jgħidu li sejjer kollox ħażin.", "Aħna suppost naqraw l-istess gazzetti u nsegwu l-istess media, u allura nixtieq infakkru li għandna korpi kostitwiti, NGOs u ekonomisti ta' statura nazzjonali li lkoll jitkellmu b'mod pożittiv, u ovvjament dan kollu ma jdoqqx tajjeb għal widnejn l-Oppożizzjoni hekk kif aħna resqin lejn elezzjoni fix-xhur li ġejjin.", "L-Onor.", "Gulia qalilna li dan hu poplu ntaxxat ħafna, imma hu membru parlamentari bħali, u naħseb jaf li fil-budgets ta' dawn l-aħħar sentejn jew tlieta ma daħlet l-ebda taxxa ġdida, anzi twessgħu t-tax bands biex b'hekk għandna ħafna familji li issa lanqas qegħdin iħallsu ċenteżmu f'taxxa.", "Illum jekk għandek koppja li ddaħħal Lm4,800 fis- sena, dawn ma jħallsux taxxa meta ftit tas-snin ilu kienu jħallsu somma bħala taxxa.", "Allura kif jiġi hawnhekk l-Onor.", "Gulia u jgħidilna li l-poplu hu ntaxxat ħafna?", "Aħna għandna ħafna iktar familji u individwi li qegħdin iżommu flus fil-but.", "L-Onor.", "Gulia tkellem ukoll fuq ix-xogħol part-time, u jiena naqbel miegħu li hawn nisa separati li jaħdmu part-time, imma meta ssemmi n-nisa u x- xogħol part-time, wieħed irid jirrealizza li anke mis-surveys li saru, li minkejja l-family friendly measures li daħħalna f'dan il-pajjiż, ix-xogħol part-time jibqa' favorit fost numru kbir ta' nisa li jridu jlaħħqu ma' l- obbligi tagħhom tal-familja.", "Ovvjament hemm min għandu xogħol part-time bħala x-xogħol ewlieni tiegħu, pero` rridu nagħtu l-istampa sħiħa, Sur President, għax jiddispjaċini ngħid li l-Oppożizzjoni, partikolarment dan l- aħħar, mhix qiegħda tagħti l-istampa sħiħa fuq ħafna affarijiet u waqt dan l-intervent ikolli l-opportunita` nurih dan.", "Sur President, jien xtaqt ngħid li dan kien budget dedikat għat-tfal.", "Aħna f'dan il-budget ħarisna lejn it-tfal ta' Malta u Għawdex, lejn tfal bi problemi u lejn tfal u l-ġenituri tagħhom, u wieħed jista' jara wkoll li l- miżuri li ttieħdu kemm f'sens ta' benefiċċji kif ukoll f'sens ta' servizzi oħra, verament jiffokaw fuq it-tfal.", "Din il-ġimgħa kienet ġimgħa ddedikata għat-tfal, u ċċelebrajna Jum it-Tfal b'bosta attivitajiet.", "Aħna kellna laqgħat mat-tfal, u ma morniex hemmhekk biex noqogħdu niggustawhom biss imma biex naraw verament x'jaħsbu – u mhux jiena biss naħseb hekk, imma nemmen li qed nitkellem għall-kollegi tiegħi wkoll – għax it-tfal saru jafu jesprimu ruħhom, saru jafu jsemmgħu leħenhom u saru jafu jgħidu x'jixtiequ u x'inhuma l-biżgħat tagħhom.", "Dan kollu jagħtina ideat biex noħolqu policies sabiex nindirizzaw l- aspettattivi u l-biżgħat tagħhom ukoll.", "Din il-ġimgħa f'Malta kellna żewġ konferenzi internazzjonali u prestiġuzi ddedikati għat-tfal, u hawnhekk nixtieq nirringrazzja lill-aġenzija Appoġġ li ħadmet bis-sħiħ għal dan.", "Waħda minnhom kienet il-Eurochild fejn kellna esperti li kienu qegħdin jitkellmu fuq oqsma differenti li għandhom x'jaqsmu mat-tfal u kellna aktar minn 250 parteċipant minn madwar 28 pajjiż.", "L-oħra kienet il-konferenza internazzjonali dwar il-fostering fejn kellna aktar minn 41 pajjiż rappreżentat u 450 parteċipant.", "Dawn huma affarijiet li juru kemm aħna f'dan il-pajjiż qed dejjem npoġġu t- tfal fuq l-aġenda nazzjonali u ngħatuhom priorita`.", "Meta niġu biex nieħdu sehem f'dawn il-konferenzi niltaqgħu ma' barranin li għandhom il-liġijiet li għandhom x'jaqsmu mat-tfal li huma ħafna eqdem minn tagħna u li għandhom servizzi li ilhom ħafna aktar fis-seħħ.", "Meta titkellem magħhom dawn in- nies, dawn jibdew jippuntaw subgħajhom lejn best practices li diġa` għandna hawn Malta u lejn servizzi li huma jitħajru jdaħħlu fil-pajjiż tagħhom, u dan għaliex f'dan il-pajjiż verament qegħdin naħdmu fl-interessi tat-tfal.", "Jien hawnhekk irrid ngħid li kont skantata ħafna bl-istqarrija li ħarġet mill-Oppożizzjoni proprju fl-okkażjoni tal-jum internazzjonali għat-tfal.", "Din l-istqarrija tgħid li fost l-inizjattivi favur it-tfal Maltin u Għawdxin li gvern Laburista ġdid se jagħmel huma dawn: Li l-kummissarju tat- tfal isir ombudsman, li jkollna dipartiment tat-tfal biex is-servizzi li għandhom x'jaqsmu mat-tfal ikunu taħt review perpetwu u b'hekk inkunu nafu x'inhuma dawn is-servizzi u x'għandna bżonn, li l-kummissjoni nazzjonali familja tiġi aħjar billi jkun hemm enhancement u upgrading sabiex ikollna istitut effettiv għall-istudju u r-riċerka dwar il-familja, u li l-uffiċċju ta' l-avukat tat-tfal ikun enhanced u upgraded ukoll biex it-tfal ikollhom vuċi sħiħa u effettiva li tiddefendi l-interessi tagħhom.", "Jien nistaqsi: X'viżjoni hi din tal-partit Laburista li jgħid li se jkun gvern Laburista ġdid?!", "L-ewwelnett il-kummissarju għat-tfal għamlu l-gvern Nazzjonalista.", "Issa dwar jekk dan għandux ikun ombudsman jew kummissarju, tajjeb infakkar li meta kellna d-dibattitu hawn ġew dwar din il-liġi - li għaddiet unanimament bil-vot ta' l-Oppożizzjoni wkoll - kien hemm kelliema mill-Oppożizzjoni li qalulna biex noqogħdu attenti biex ma nagħmlux ombudsman għax inkella dan se jħares biss lejn ilmenti speċifiċi, mentri f'Malta għandna bżonn kummissarju li jista' jagħmel riċerka u verament iwassal il-vuċi tat-tfal Maltin u Għawdxin kollha.", "Hekk għamilna, Sur President!", "Allura kif issa tiġi l-Oppożizzjoni u tgħid li se tagħmel ombudsman?", "Din hi l-viżjoni fejn se nagħtu vuċi lit-tfal li flok kummissarju jkollna ombudsman li jħares biss lejn l-ilmenti u ma jkunx verament il-vuċi tat-tfal Maltin u Għawdxin kollha?!", "Idea oħra tagħhom hi dik li jagħmlu dipartiment tat-tfal.", "Aħna diġa` għandna dipartiment li qiegħed hemmhekk to monitor is-servizzi kollha li nagħtu għat-tfal.", "Issa, min hawn u ftit ieħor, l-adozzjonijiet se jgħaddu bħala servizz għand l-aġenziji tagħna u allura d-dipartiment ta' l- istandards tal-ħarsien soċjali jkun verament ir-regolatur li jara x'servizzi għandna, x'servizzi għandna bżonn u x'hemm nuqqasijiet.", "Allura din tal-partit Laburista x'viżjoni ġdida hi meta diġa` għandna dipartiment li hu ukoll awtorita` ċentrali fejn tidħol l-adozzjoni bejn pajjiż u ieħor, awtorita` ċentrali fejn jidħol il-ħtief internazzjonali tal-minuri, u awtorita` ċentrali fejn jidħol il-foster care?", "Iva, Sur President, aħna għandna dipartiment li jħares l-istandards anke fejn jidħlu ċ-childcare facilities, u allura diġa` qiegħed hemm id-dipartiment li jżomm under constant review is-servizzi relatati mat-tfal.", "Sur President, imbagħad għandna l-kummissjoni nazzjonali familja li saret minn gvern Nazzjonalista wkoll.", "Meta kont qed nitkellem dwarha fil-budget, jien għedt li din il-kummissjoni se tingħata r-riżorsi biex flimkien ma' l- Universita` nħarsu lejn ċentru li jagħmel riċerka u studju dwar il-familja.", "Jiena diġa` tkellimt ma' din il-kummissjoni ġimagħtejn ilu u għedtilhom li se nagħtuhom Lm42,000 biex jistgħu jibdew ix-xogħol tagħhom.", "Allura, anke f'dan is-sens, fejn hi l-viżjoni tagħhom meta dak li qed jgħidu diġa` seħħ?", "Imbagħad hemm iċ-children's advocate li twaqqfet minna wkoll.", "Huwa veru li ċ-children's advocate għandu bżonn aktar riżorsi, imma li hawnhekk il-partit Laburista jiġi jgħidilna li l-viżjoni għat-tfal tikkonsisti f'dawn l-erba' affarijiet li diġa` qegħdin hemm, jiddispjaċini ngħid li din hi biss nuqqas ta' viżjoni.", "B'dan li qed jgħidu hawnhekk qed jaċċettaw li l-gvern Nazzjonalista għamel affarijiet tajbin fejn jidħlu t- tfal, u mhux dejjem jgħajruna li m'għamilna xejn, Sur President.", "Milli smajt illum, kollha qalu li aħna m'għamilna xejn.", "Dażgur li għamilna!", "Tant għamilna affarijiet li lanqas kienu kapaċi joħorġu b'xi ħaġa ġdida ħlief li jsemmu l-upgrading u enhancement ta' affarijiet li għamel gvern Nazzjonalista.", "Sur President, għax imbagħad il-ministeru wieġeb għal din l-istqarrija ta' l-Oppożizzjoni, kellna stqarrija isterika oħra tgħajjarna li qegħdin nikkuppjaw mill-pjan ġdid tal-partit Laburista.", "Jien nistaqsi x'inhu dan il- pjan ġdid tal-partit Laburista jekk inhuma dawn l-erba' affarijiet li għandhom f'moħħhom!", "Issa jien qatt ma ġejt hawnhekk u għedt li l-policies li ħareġ il-partit Laburista mhux ta' min jagħti kashom, imma llum irrid ngħid li jridu jkunu altru milli wiċċhom tost biex jiġu jgħidulna li qed nikkuppjaw il-pjan tal-partit Laburista meta qed jitkellmu fuq affarijiet li diġa` saru u fejn l-unika ħaġa ġdida hi din ta' l-enhancement u upgrading.", "Għalhekk jien niskanta meta nara attakki ħerġin b'mod kostanti fil-press releases ta' l-Oppożizzjoni bħallikieku għamluhom huma u aħna qisna qed nikkuppjawhom għax huma tkellmu dwarhom.", "Dawn x'affarijiet huma, Sur President?!", "Jien irrid nirriferi wkoll għall-attakki li saru mill-Oppożizzjoni fuq nies li qegħdin jagħtu servizz lil dan il-pajjiż, bħall-kummissarju tat-tfal u ċ- chairman tal-kummissjoni nazzjonali familja.", "Nixtieq ngħid li dawn huma nies li weġġgħu ħafna minħabba l-kummenti li saru min-naħa ta' l- Oppożizzjoni, u ma kienx hemm possibbilta` li l-Oppożizzjoni tbenġel dak li qalet għax li qalet kien ovvju għal kulmin kien qed jismagħha.", "Iva, Sur President, dawn kienu nies li ġew attakkati, u dan għaliex meta tkellmu magħna u għaddewlna r-rakkmandazzjonijiet tagħhom dwar x'għandna nagħmlu fil-budget, aħna tajna kashom, u allura hu ovvju li kienu kuntenti li r- rakkmandazzjonijiet tagħhom dehru fil-budget.", "Pero`, għax dawn qalu li kienu kuntenti li aħna smajna mir-rakkmandazzjonijiet tagħhom u daħħalniehom fil-budget, qalgħu ħasla!", "Qalgħu aktar minn ħasla, għax kien attakk personali fuq il-kredibilita` partikolarment tas-Sur Sandro Spiteri.", "Hawnhekk jien ngħid li meta jkollna nies li aċċettaw postijiet fejn qegħdin jaħdmu u verament qegħdin jaħdmu bil-qalb, għandu jkollna d-diċenza li nirrispettaw lil dik il-persuna u l-kariga li jkollha.", "Sur President, illum kelli l-opportunita` li nitkellem fuq iċ-children's allowance għax kelli press conference dwar leaflet li se tintbagħat fid- djar tal-familji kollha tagħna biex tispjega r-riforma fiċ-children's allowance u tgħid x'inhu dovut lejn il-benefiċjarji.", "Din taċ-children's allowance ovvjament laqtet lill-familji kollha tagħna, u hawnhekk irrid insemmi d-diżonesta` ta' l-Oppożizzjoni meta tiġi tgħidilna biex nitkellmu fuq kemm ħadna flus mingħand dawk li ma baqgħux jieħdu ċ-children's allowance meta saret riforma fid-disgħinijiet.", "L-Oppożizzjoni imissha tagħmel is-somom ukoll ta' kemm iffrankaw flus dawn in-nies bir-riforma li saret fis-sistema tat-taxxa ta' dak iż-żmien, Sur President.", "Imma din ma tagħmilhiex!", "L-Oppożizzjoni tistaqsina għaliex tnaqqsu l-benefiċjarji, u veru tnaqqsu l-benefiċjarji, imma naqas ukoll l-ammont ta' taxxa li dawn il- familji kienu qegħdin iħallsu, u dawn huma l-istess familji li qegħdin naraw li din is-sena qegħdin igawdu wkoll mis-sistema ġdida taċ-children's allowance.", "Din kienet waħda mill-miżuri l-aktar importanti li affetwat lill-familji bit-tfal.", "Aħna għandna 76,000 tifel u tifla taħt is-16-il sena u 25,000 minnhom se jieħdu ċ-children's allowance għall-ewwel darba, u numru ieħor se tiżdidilhom għal minimu ta' Lm107 fis-sena għall-ewwel wild.", "Imma l- aktar importanti, dawk li għandhom aktar minn wild wieħed, se jaraw id-dħul taċ-children's allowance tagħhom jirdoppja.", "Hawnhekk m'għandix ħin noqgħod nidħol fiċ-ċifri, imma min jara l-iskeda ta' kemm qed jieħdu l-familji fis- sena 2007 u kemm se jieħdu s-sena d-dieħla, jinduna li d-differenza hija sostanzjali.", "Min jgħidilna li din il-miżura għamilnieha għax waslet l-elezzjoni ngħidlu li minkejja li qiegħed f'dan il-Parlament, ma jafx x'kien qed jiġri f'dawn l-aħħar snin għax ir-riforma li rajna din is-sena hija t-tielet pass li għamilna f'din il-leġislatura fejn tidħol iċ-children's allowance.", "Fis-sena 2003 żidna r-rata tat-tielet, tar-raba' u tal-ħames wild ukoll, u fl-2005 erġajna biddilna u r-rata żdiedet minn terz li kien hemm għall-ewwel wild għal nofs ir-rata ta' l-ewwel wild.", "Issa din is-sena l-idea tagħna kienet li t-tfal kollha jkollhom l-istess rata ta' children's allowance u allura, kif għedt, dan kien it-tielet pass biex it-tfal kollha Maltin u Għawdxin igawdu minn din iċ-children's allowance.", "Sur President, l-aħħar darba semmejt kif bejn l-1996 u l-1998, meta kien hemm gvern Laburista, l-ispiża taċ-children's allowance żdiedet b'Lm2 miljuni mingħajr ma kien hemm żieda fin-numru ta' tfal u mingħajr ma kien hemm riforma jew żieda fiċ-children's allowance, pero` meta reġa' tela' gvern Nazzjonalista, sar l-eżerċizzju biex jitnaqqas l-abbuż mill- benefiċċji soċjali u ffrankajna Lm2 miljuni.", "Illum ħadt gost nisma' lill- Onor. Louis Galea jitkellem fuq il-vjolenza domestika u se jkolli ħin biex minn hawn u ftit ieħor jiena u l-Onor.", "Helena Dalli nitkellmu dwar il- vjolenza domestika.", "Pero` nixtieq ngħid li s-servizzi li qed nagħtu lit- tfal, u fosthom hawn servizzi li qegħdin iħarsu lejn dawk it-tfal li huma partikolarment fil-bżonn - nafu li hemm tfal li huma vittmi ta' vjolenza domestika – m'humiex neqsin mill-fondi imma mir-riżorsi umani.", "Niftakar li s-sena li għaddiet meta hawnhekk għedt li m'aħniex insibu social workers biżżejjed għas-servizzi li għandna ppjanati, kienet dehret ittra fil-gazzetta li qalet li dan mhux minnu.", "Hawnhekk nista' ngħid li tlieta jew erba' ġimgħat ilu mill-ministeru tagħna ħarġu l-avviżi għar- recruitment ta' social workers, u f'ċerti setturi ma kellniex applikant wieħed, allavolja dawn huma postijiet li għandhom kondizzjonijiet attraenti ħafna.", "F'dan il-pajjiż qed naslu fi stat fejn is-servizzi qegħdin inwessgħuhom u qed ikollna l-fondi għalihom, pero` mhux qed ikollna riżorsi umani biżżejjed.", "U dan mhux qed jiġri biss fejn jidħlu s-social workers, imma qed narawh f'ħafna setturi fejn tidħol il-politika soċjali fejn nixtiequ noħolqu servizzi ġodda, imma sfortunatament mhux insibu n-nies.", "Din hija xi ħaġa serja għax jaf ikollha impatt negattiv fuq is-servizzi li rridu nagħtu.", "Nixtieq insemmi wkoll xi ħaġa dwar il-housing, Sur President.", "Meta kien qed jitkellem l-Onor.", "Buontempo l-ġimgħa li għaddiet, dan għamel riferenza għat- traġedja li kien hemm f'Tas-Sliema fejn raġel anzjan tilef ħajtu, u għamel dan b'mod u manjiera li jiena jidhirli li kienet nieqsa ħafna mill-prudenza li għandu jkollu membru parlamentari.", "Hu ta' dispjaċir kbir meta jiġru dawn it-traġedji, pero` huwa ta' dispjaċir akbar li nisma' kollega li nirrispettah li hawn ġew jagħmel kapital politiku minn traġedja bħal din.", "L-Onor.", "Buontempo qal li jirriżulta li dan l-anzjan kellu applikazzjoni għall-akkomodazzjoni alternattiva, u staqsa x'sar mill-applikazzjoni ta' dan l-anzjan li ġie maqbuż għall-akkomodazzjoni alternattiva.", "Ma jirriżultax li dan l-anzjan qatt kellu applikazzjoni għall- akkomodazzjoni alternattiva, u l-Onor.", "Buontempo jmissu kellu d-diċenza li l-ewwel jiċċekkja l-fatti, speċjalment fid-dawl tal-fatt li aċċess għad- dipartiment ta' l-akkommodazzjoni soċjali u għall-acting director li hemm għandu, għax naf li huma ħbieb u jitkellmu ta' spiss, u sewwa jagħmlu.", "Dan għamilli mistoqsijiet parlamentari li weġibthom illum, għax lanqas tani ċans biex inwieġbu.", "Iż-żewġ mistoqsijiet parlamentari li għamel kif ukoll oħra li għamel l-Onor.", "Evarist Bartolo fuq l-istess linja li dan l-anzjan kellu applikazzjoni u ġiet injorata, weġibthom illum, u għedtlu li dan l- anzjan qatt ma kellu applikazzjoni.", "Dan mhux se jbiddel l-affarijiet f'din it-traġedja, imma tweġġa' din li nara kollega hawn ġew jagħmel kapital politiku minn traġedja umana bħal din meta kellu l-possibbilta` li jiċċekkja l-fatti tiegħu sew.", "Sur President, nixtieq ngħid li minn mindu tkellimna dwar il-budget hawnhekk telgħet il-liġi dwar l-amalgamazzjoni tal-housing, u allura minn hawn u ftit ieħor se naraw l-entitajiet kollha li għandhom x'jaqsmu mal- housing, kif ukoll parti li għandha x'taqsam mal-lands - għax hemmhekk għandna residenzi tal-gvern - jingħaqdu flimkien biex jingħata servizz dejjem aħjar lill-klijenti tagħna.", "Ma kenitx ħaġa faċli biex issir, u naf li ilha numru ta' snin biex issir, pero` fl-aħħar wasalna għaliha wkoll, u minn hawnhekk ngħid li diġa` kellna riżultati pożittivi.", "Nieħu din l- opportunita` biex ngħid li minn dakinhar sal-lum ħarġet l-issue tax-shared ownership fejn għandna 331 post li għalihom diġa` daħlu numru sostanzjali ta' applikazzjonijiet.", "Fl-istess ħin, l-applikazzjonijiet biex ikollna first-time buyers li jgawdu mill-equity sharing dejjem qegħdin jiżdiedu, u l-awtorita` tad-djar fil-jiem li ġejjin se tniedi miżura oħra tal-budget, dik tas-sussidju fuq is-self mill-banek.", "Nammetti li fil-housing hemm ħafna xogħol x'isir u hemm xogħol li nistgħu nagħmluh ilkoll flimkien.", "Sur President, il-kwestjoni tal-proprjeta` hawn Malta hija waħda diffiċli u kultant kontroversjali, imma nemmen li l-awtorita` tad-djar dejjem tat servizz mill-aqwa speċjalment f'dik li hija innovazzjoni.", "Jekk irridu naraw xempju ta' konsultazzjoni, kemm inħarsu lejn l-awtorita` tad-djar li minn xahar għall-ieħor u minn board meeting għall-ieħor dejjem tħares lejn każi partikolari, u allura tbiddel il-policies tagħha skond dawn il-każi li jirriflettu kif qed titbiddel il-ħajja Maltija u Għawdxija, kif qed jitbiddlu l-lifestyles tan-nies, u x'inhuma l-ħtiġijiet ġodda tas-soċjeta` li qed ngħixu fiha llum.", "Din dejjem taġġorna l-policies tagħha u dejjem tara li qiegħda twieġeb għall-bżonnijiet tal-lum.", "L-aħħar ħaġa li xtaqt ngħid hawnhekk hija li minn mindu tkellimna dwar il-budget, fetaħ ukoll iċ- ċentru tat-tfal ġewwa Birkirkara b'kollaborazzjoni mal-kunsill lokali, u li fil-ġimgħat li ġejjin se niftħu ċentri oħra tat-tfal bi standards għoljin li m'għamilna xejn kompromess fuqhom u standards li huma fl-interess tat- tfal Maltin u Għawdxin.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Ministru Cristina, jekk jogħġobha, tressaq l-Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal għada, it-Tlieta, 27 ta' Novembru, 2007 fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li Jimplimenta Miżuri ta' l-Estimi - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li Jemenda Diversi Liġijiet li jirrigwardaw Materji Kriminali - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Amministrazzjoni ta' l-Adozzjoni - Tieni Qari; u", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur - Tieni Qari.", "-----------------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Istituzzjonijiet Finanzjarji - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Ligi dwar ir-Reġistru Ċentrali – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Amministrazzjoni Pubblika - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Awtorita` Maltija dwar l- iStandards u Diversi Liġijiet - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet dwar il-Komunikazzjoni - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Awtorita` tad-Djar - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "Il-Ministru Dolores Cristina.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Mr Speaker, l-Onor.", "Helena Dalli u jiena għamilna arranġament biex fl-okkażjoni tal-jum dinji kontra l-vjolenza domestika, naqsmu dan l-Aġġornament bejnietna.", "L-Onor.", "Dalli kellha titkellem hi għall-ewwel ħmistax-il minuta, imma ladarba għadha m'hijiex hawn, ikun aħjar jekk nibda bid-diskors tiegħi.", "MR SPEAKER: Jiena bħala Sedja ma kontx informat dwar dan l-arranġament.", "Pero' la qed tgħidli li hemm dan l-arranġament jiena ma nsib l-ebda oġġezzjoni.", "L-Onor.", "Cristina tista' tibda u mbagħad tkompli l-Onor.", "Dalli aktar tard.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Grazzi, Mr Speaker.", "Kif diġa` għedt, meta kont qiegħda nitkellem ftit tal-ħin ilu fuq il-budgetary measures, ħadt gost ħafna nisma' lill-Ministru Louis Galea jitkellem dwar il-vjolenza domestika, għax hu kien l-ewwel ministru - dak iż-żmien kien ministru tal- politika soċjali - illi kien ħa interess kbir dwar din l-issue.", "Fil-fatt kien waqqaf kumitati u Round Table fejn kienu jiltaqgħu nies minn oqsma differenti tal-ħajja biex flimkien inħarsu lejn il-problema tal-vjolenza domestika.", "Jiena qiegħda nirriferi għall-aħħar tas-snin tmenin u għall-bidu tas-snin disgħin, żmenijiet meta ma tantx konna nammettu li f'Malta għandna din il-problema.", "Illum nafu li f'pajjiżna teżisti din il-problema daqskemm teżisti f'pajjiżi oħra.", "Il-vjolenza domestika ma ssirx biss fuq in-nisa imma wkoll fuq l-irġiel, fuq it-tfal, fuq l-anzjani u fuq persuni b'diżabilita`, kemm bi problemi ta' saħħa mentali kif ukoll bi problemi fiżiċi.", "F'dan il-pajjiż imxejna 'il quddiem f'dan ir-rigward, kemm f'dawk li huma liġijiet, kif ukoll f'dawk li huma servizzi, pero` l-verita` hi li meta tiltaqa' ma' każijiet ta' vjolenza domestika, dejjem tħoss u tara li hemm bżonn ħafna iktar xogħol x'isir.", "Illum kien hemm attivita` sabiħa ħafna mill-kummissjoni li toħroġ mil-liġi tal-vjolenza domestika u li twaqqfet is-sena li għaddiet.", "Din il- kummissjoni hija mmexxija minn Marcelline Naudi, li minn hawnhekk nixtieq nirringrazzja lilha u lill-membri kollha għax-xogħol li għamlu matul is- sena li għaddiet.", "Kien hemm ukoll preżentazzjoni ta' premjijiet lit-tfal ta' l-iskola ta' etajiet differenti minn skejjel primarji u skejjel sekondarji.", "Dawn it-tfal esprimew rwieħhom u wrew l-ideat tagħhom permezz ta' l-arti dwar x'jidhrilhom mill-vjolenza domestika u xi jfisser li jkollok familja ħielsa mill-vjolenza domestika.", "Fil-fatt urew b'mod ċar li huma diġa` konxji tal-problemi li jeżistu madwarna, u dan ifisser li l-awareness f'pajjiżna qiegħda tasal fl- iskejjel.", "U tajjeb li t-tfal tagħna minn eta` żgħira jkunu jafu li l- konfront, il-konflitt u l-vjolenza mhux talli ma jġibux hena fil-familji tagħna, imma talli jkissru l-ħajja tal-membri kollha tal-familja.", "Jiena wkoll kont preżenti għal din l-attivita` li qiegħda tissejjaħ il-White Ribbon Campaign.", "Is-sabiħ ta' din il-kampanja hu li hija inizjattiva fejn irġiel qed jgħaddu messaġġ lil irġiel oħra u qed jgħidulhom li qatt m'għandhom jaċċettaw u jittolleraw vjolenza domestika fuq ħadd.", "Jiena ngħid li m'għandna naċċettaw l-ebda vjolenza, pero` l-vjolenza domestika hija kerha għall-aħħar, partikolarment għax isseħħ minn membru tal-familja fuq membru ieħor, jiġifieri proprju mingħand in-nies li aħna nħobbu, li nistennew li jħobbuna u li jgħinuna niżviluppaw.", "Aħna daħħalna l-liġi tal-vjolenza domestika f'pajjiżna madwar sena u nofs ilu.", "Jiena nemmen illi din il-liġi diġa` bdiet tagħti riżultati pożittivi.", "Naturalment din il-liġi rridu nirfinawha, bħal kull liġi oħra li tgħaddi minn dan il-parlament.", "Irridu naraw kif taħdem, fejn nistgħu ndaħħlu emendi, anke fejn nistgħu ndaħħlu ideat ġodda, pero` trid tagħtiha ftit żmien biex tiġi mplimentata ħalli nkunu ċari f'każ li hemm bżonn ta' tibdiliet li jridu jsiru.", "Il-liġi tagħti protezzjoni qawwija mhux biss lit- tfal li jaraw u jisimgħu l-vjolenza domestika, imma tagħti wkoll protezzjoni speċjali lit-tarbija li għadha ma twelditx.", "Din kienet xi ħaġa li meta konna fi stadju ta' kumitat tkellimna dwarha u ddeċidejna li t- tarbija li tkun għadha ma twelditx ukoll għandha tiġi protetta, u b'din il- liġi hi protetta.", "Jiena nemmen li anke l-qrati tagħna għandhom ikunu ħafna aktar sensittivi għal din il-liġi u l-mod ta' kif għandha tinħadem.", "Nemmen li l-qorti trid tkun partikolarment sensittiva fejn jidħlu t-tfal u b'mod speċjali l- akkomodazzjoni tagħhom.", "Irridu naraw illi l-vittmi jibqgħu jgħixu fid-djar tagħhom u mhux jispiċċaw barra mingħajr saqaf fuq rashom, aktar u aktar meta jkun hemm it-tfal.", "Għax dawn diġa` jkunu għaddejjin minn trawma kbira ħafna meta jaraw lil xi wieħed mill-ġenituri tagħhom - fil-maġġoranza tal- każi tkun l-omm - jiġi msawwat u li jkun mpossibbli li ż-żewġ ġenituri jibqgħu jgħixu flimkien.", "Dawn ikunu se jitilfu ġenitur, ikunu se jitilfu d- dar, u jkunu se jitilfu l-ambjent li jkunu qegħdin jgħixu fih.", "Għalhekk nemmen li għandna bżonn inkunu aktar sensittivi lejn il-ħteġijiet ta' dawn it-tfal u naraw li fuq kollox ikunu huma li jibqgħu jgħixu fl-ambjent li jkunu diġa` mrobbijin fih.", "Qed nitkellem dwar l-ambjent fiżiku għax huwa diffiċli ħafna meta taqla' l- mara u t-tfal mid-dar tagħhom, speċjalment meta dawn jispiċċaw mingħajr l- għajnuna tal-membri tal-familja, għax niżbaljaw jekk naħsbu li hawn Malta kulħadd għandu l-appoġġ u l-għajnuna tal-familja.", "Dan assolutament m'huwiex minnu.", "Aħna nipprovdu shelters li qegħdin taħt management tajjeb ħafna.", "L- ewwel wieħed kien Dar Merħba Bik, li ilha tagħti servizz għal aktar minn 25 sena, imma minn dakinhar 'il hawn infetħu ċentri oħra li jgħinu lin-nies li jmorru fihom bħala residenti, min għal ftit ġimgħat, min għal ftit xhur, u min sfortunatament għal żmien aktar twil, sakemm tinstabilhom akkomodazzjoni soċjali.", "Pero` anke hawnhekk inħares lejn id-dipartiment li qed jiffoka b'mod partikolari fuq il-vittmi tal-vjolenza domestika u l-awtorita` tad-djar li ħarġet l-iskema ta' shared ownership li kienet proprju żviluppata għall- vittmi tal-vjolenza domestika biex ikunu jistgħu jibdew ħajja mill-ġdid.", "Huma proprju servizzi bħal dawn li jgħinu biex ikollok mara u tfal li jistgħu jħarsu lejn futur nieqes mill-vjolenza.", "Nemmen ukoll illi għandna nħarsu lejn aktar protezzjoni u lejn aktar sensittivita` mill-korp tal- pulizija.", "Irrid ngħid hawnhekk illi saru l-linji gwida, u d-differenzi jinħassu.", "Titkellem ma' nisa li jgħidulek li l-affarijiet marru daqsxejn għall-aħjar filwaqt li oħrajn jgħidulek li jixtiequ li jkun hemm iktar sensitivita` min-naħa tal-korp tal-pulizija.", "Jiena nemmen li anke f'dan ir- rigward għandna bżonn naħdmu flimkien biex din is-sensittivita` dejjem tiżdied.", "Aħna niċċelebraw dan il-jum, għalkemm il-kelma \"ċelebrazzjoni\" m'hijiex il- kelma ġusta hawnhekk, għax inħarsu lejh anke mill-mod internazzjonali.", "Aħna nafu li f'pajjiżi oħra għandek nisa u tfal, b'mod partikolari, li qegħdin jgħixu ħajja diffiċli u mwiegħra ħafna.", "Jekk inħarsu lejn ċerti pajjiżi b'kultura partikolari naraw li d-drittijiet tal-mara u tat-tfal xejn m'huma feliċi, xejn m'huma kif nixtiquhom aħna.", "Sfortunatament issib ċerti ambjenti fejn il-vjolenza hija meqjusa bħala parti mill-ħajja tagħhom ta' kuljum, fejn il-mara taċċettaha għax dik hija l-kultura li qed tgħix fiha, u min b'xi mod jew ieħor jipprova jaħrab minn dik il-kultura, ikompli jiġi vittimizzat.", "Allura aħna wkoll, b'sens ta' solidarjeta` ma' dawn in- nisa f'pajjiżi oħra differenti, niċċelebraw il-jum internazzjonali kontra l- vjolenza domestika.", "Infakkar ukoll li hawn Malta l-media qed tkun sensittiva ħafna għal din l- issue.", "Il-media, kemm dik viżwali, kemm bil-miktub, kif ukoll dik li twassal il-messaġġi permezz tar-radju lill-oqsma differenti tal-ħajja, hija qawwija ħafna.", "Nemmen illi l-media Maltija qed tagħmel l-almu tagħha biex twassal il-messaġġ li l-ebda tip ta' vjolenza m'għandha qatt tiġi aċċettata u ġustifikata.", "Aħna rridu nkomplu b'kampanji edukattivi fl-iskejjel tagħna, pero` b'kampanji edukattivi wkoll b'mod informali – hawnhekk tidħol il- media wkoll - ta' servizzi li għandna fil-pajjiż.", "Insemmi b'mod partikolari d-domestic violence unit taħt l-aġenzija Appoġġ, kif ukoll il- perpetrators service, li m'huwiex għall-vittmi imma għal min joħloq il- vjolenza domestika.", "Għandna l-family therapy services u s-support line 179, li jekk tistaqsi lit-tfal ta' l-iskola ssib li kollha jafu dwaru.", "Mr Speaker, se nagħlaq hawn billi nirringrazzja lil dawk kollha li fi żmenijiet oħra ħadmu kontra l-vjolenza domestika, li llum għadhom jaħdmu, u nerġa' nirrepeti li lkoll flimkien bħala soċjeta` għandna b'vuċi waħda ngħidu \"le\" għall-vjolenza domestika.", "Flimkien għandna nkomplu nagħtu servizzi aħjar u nkomplu nqajmu awareness kontra din il-pjaga soċjali li, kif għedt fil-bidu, hija fostna wkoll.", "Sfortunatament teżisti, sfortunatament għad hemm ħafna minnha li hi moħbija, u għalkemm dan l-aħħar ngħidu li żdiedet il-vjolenza domestika, ma nkunux korretti għax fil-fatt mhux żdiedet il-vjolenza domestika imma żdiedu aktar ir-rapporti.", "Għandna vittmi li aktar qegħdin jitkellmu, u dan huwa sinjal tajjeb, pero` għad għandna ħafna vittmi li qegħdin ibatu fis-silenzju.", "Grazzi, Sur President.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Infakkar li minħabba l-arranġament li sar, l- Aġġornament tal-lejla se jinqasam bejn in-naħa tal-gvern u n-naħa ta' l- oppożizzjoni.", "Għaldaqstant insejjaħ issa lill-Onor.", "Helena Dalli.", "ONOR.", "HELENA DALLI: Sur President, jiena kont qiegħda nattendi għal laqgħa fil-bini tal-parlament u kont naf li għandi nofs dan l-Aġġornament, pero` ma fhimtx illi kelli nitkellem jiena l-ewwel waħda.", "Illum qegħdin nitkellmu fuq il-ġurnata internazzjonali, li kienet il-bieraħ, li tfakkarna fix- xogħol li għad irid isir fejn tidħol vjolenza kontra n-nisa, u rrid nibda dan l-Aġġornament billi nagħti ħajr lil dawk kollha li jaħdmu f'dan il- qasam; il-kummissjoni, l-aġenzija, in-nies illi jmexxu x-shelters, il- pulizija li ħafna drabi jkunu l-ewwel nies li jmissu ma' din il-problema, is-social workers, it-tobba u anke l-avukati.", "Din hija problema komplessa ħafna għax ħafna drabi tinvolvi nies li huma dgħajfa, fis-sens li huma dipendenti fuq xi persuna li tabbuża minnhom u ħafna drabi l-vittmi ta' dawn l-abbużi jkunu nisa u tfal.", "Dawn in-nies għandhom bżonn min jgħinhom u min jipproteġihom għax huma ma jistgħux jipproteġu lilhom infushom.", "F'din il-ġurnata internazzjonali qegħdin infakkru kull tip ta' vjolenza kontra n-nisa, kemm dik domestika kif ukoll vjolenza oħa.", "Għandek it- traffikar tan-nisa li ħafna drabi jispiċċaw vittmi tal-vjolenza, il- prostituzzjoni, fejn nisa jispiċċaw ikunu abbużati u vjolentati.", "Għandek ukoll il-postijiet tax-xogħol, fejn in-nisa jkunu ffastidjati f'dak li huwa sexual harassment, u minkejja li għandna liġi li tipproteġi mis-sexual harassment, nafu wkoll li mhux kullimkien hemm l-istrutturi sabiex il- vittmi jistgħu jieħdu r-redress.", "Nafu wkoll li l-problema m'hijiex biss soċjali imma hija wkoll ekonomika, għax meta għandek persuna li tiġi ffastidjata u abbużata fuq il-post tax-xogħol jew fid-dar tagħha jista' jfisser ukoll li din il-mara ma tmurx għax-xogħol, tieħu aktar sick leave, li l-work environment tagħha mhux se jkun san, u hemm ħafna affarijiet li huma konsegwenzi ta' din il-problema.", "Ħafna drabi ma' ċerti azjendi ikun iktar jaqbillek tagħmel l-argument ekonomiku milli l-argument soċjali u meta tfiehem illi m'hemmx struttura li tagħti protezzjoni lil dawn il-vittmi u li jista' jkun li bħala riżultat se jkollok it-telfien ta' ġranet tax-xogħol, li dik il-persuna se tieħu iktar sick leave għax qiegħda mdejqa u tista' anke tasal biex titlaq mix-xogħol wara li l-azjenda tkun investiet fiha.", "Il-ġimgħa l-oħra kelli każ fejn azjenda investiet f'persuna li tant kienet qed tkun iffastidjata minn persuna oħra li ma setgħetx issib tarf tal-problema u ddeċidiet li titlaq.", "Jiġifieri huwa importanti li l-kumpanniji jaraw li jkollhom din l- istruttura fejn persuna tkun tista' tinstema' u tingħata redress f'każijiet bħal dawn.", "Kif jaf kulħadd, il-liġi dwar il-vjolenza fid-dar ilha li ġiet abbozzata aktar minn għaxar snin, resqet fil-parlament is-sena l-oħra, pero` xorta għad għandna problema għax m'għaddietx kif naħsbu li għandha tgħaddi biex żgur il-vittmi jkunu protetti sa l-aħħar.", "F'din il-liġi għad għandna toqba fejn f'ċertu punt tal-proċess meta tkun il-qorti, il-vittma tista' titlob biex jikkonsidraw li l-każ tagħha jieqaf.", "Naturalment l-avukati ta' min ikun qed jagħmel il-vjolenza jafu biha din u jinkoraġġixxu lill-individwu biex jipprova jikkonvinċi lil dik il-persuna li jkun qed jagħmel il- vjolenza fuqha biex titlob lill-ġudikant iwaqqa' l-każ.", "Kellna każijiet fejn dan sar mhux għax il-mara ġenwinament u verament riedet tagħmel hekk, imma għax kienet qed tiġi rikattata.", "Naturalment din tant beżgħet u ma setgħetx tgħid x'qed jiġri u għalfejn se titlob li twaqqaf il-proċeduri li qalet li ddeċidiet li se taħfer lil dik il-persuna u talbet li jikkonsidraw li l-każ jieqaf.", "Pero` meta tara mbagħad x'kien hemm warajha, issib li kien hemm rikatt sħiħ minn naħa li kienet qiegħda tabbuża minn din il- vittma, u għalhekk aħna konna qegħdin ninsistu, anke fi stadju ta' kumitat meta kienet qiegħda tersaq din il-liġi, illi ma nħallux din il-loophole.", "Jiena kelli l-okkażjoni ngħid diversi drabi li meta jkun fil-gvern il- partit Laburista, se naraw illi din il-liġi terġa' tersaq fil-parlament ħalli naraw li l-protezzjoni lill-vittma tingħata sa l-aħħar u ma jkunx hemm mod kif tkun tista' tiġi mġiegħla, imbeżżgħa jew rikattata biex twaqqaf dak li jkun qed jiġri.", "Ħalliha li mbagħad min ikun qiegħed jiġġudika, jista' jiddeċiedi li verament kien hemm il-goodwill miż-żewġ naħat, imma mbagħad dak jista' jiġri wara li dawn it-tnejn ikunu jridu ġenwinament jirrikonċiljaw, pero` il-każ irid jinstema' sat-tarf tiegħu u jiddeċiedi l-ġudikant.", "Għax issa tneħħiet il-kwerela, pero` li ġara hu li tressaq iż-żmien meta l-vittma tista' titlob li jieqfu l-proċeduri.", "Jiġifieri dik il-problema li jitwaqqfu l-proċeduri ma ġietx eliminata għal kollox.", "Dan m'iniex qed ngħidu jiena biss, tkellimna ma' bosta esperti f'dan il-qasam u jgħidulek li jsibu diffikulta` b'din il-biċċa fejn il- vittma tista' titlob li jieqfu l-proċeduri.", "Sur President, kif semmiet il-ministru, din hija problema komplessa ħafna u m'hijiex xi ħaġa biss li jistgħu jsolvuha s-social worker, l-avukat, it- tabib, id-djar ta' kenn jew l-aġenzija Appoġġ, imma jrid ikun hemm kordinazzjoni bejn l-entitajiet kollha fejn tikkonċerna l-vjolenza fuq in- nisa.", "U kif għedt fil-bidu, minbarra l-vjolenza domestika, hemm vjolenza oħra li ssir mhux biss fid-dar imma anke fuq il-post tax-xogħol.", "Barra minn hekk, qed tiżdied il-problema ta' traffikar ta' nisa kif ukoll tal- prostituzzjoni.", "Pero` waħda mill-iktar problemi li jiena niffaċċja regolarment hija dik tal-housing.", "In-nies li jieħdu ħsieb ix-shelters jagħmlu xogħol kbir u tajjeb ħafna, pero` l-ispazju huwa dak li hu.", "Din hija problema kbira, għax għalkemm jeżistu numru ta' postijiet vojta f'pajjiżna, niltaqa' ma' ħafna nisa li jkollhom jibqgħu jgħixu fid-dar fejn qed jiġu abbużati u vjolentati għax m'għandhomx fejn imorru.", "Barra minn hekk, għalkemm l-iskop hu li l-vittmi ġewwa dawn ix-shelters jiġu megħjuna, xorta jiltaqgħu ma' problemi oħrajn, anke dawk li qegħdin fid-dar ġewwa l- Belt.", "Dawn ikunu joqogħdu fl-istess dar ma' nies oħra ma jafuhomx u li wkoll għandhom il-problemi tagħhom, jużaw l-istess faċilitajiet sanitarji, u ħafna drabi t-tfal ma jkollhomx dik l-istabilita` tad-dar tagħhom.", "Huma ma jkunux iridu jmorru joqogħdu f'dawn id-djar għax iħossuhom se jmorru minn ġot-taġen għal ġon-nar, u allura jippreferu jibqgħu fejn ikunu avolja jkunu qegħdin jiġu msawta.", "Dawn huma r-realtajiet li niltaqgħu magħhom minkejja l-ħafna sforzi li nagħmlu biex il-ħajja ta' dawn in-nies tkun aħjar.", "Għaldaqstant nemmen li nistgħu nagħmlu aktar dwar il-kwestjoni ta' housing.", "Hawn ħafna djar vojta f'pajjiżna, u naħseb li nistgħu nagħmlu aktar biex ma jibqax ikollna familji f'dawn is-sitwazzjonijiet u li ma jistgħu jagħmlu xejn biex joħorġu minnhom.", "Naturalment, il-vjolenza fuq in-nisa qiegħda fil-livelli kollha tas-soċjeta`, pero` min għandu income, min jaħdem, min jista' jmantni lilu nnifsu sakemm il-każ ikun quddiem il-qorti, mhux se jkollu problema biex jitlaq minn daru, għalkemm aħna qed ngħidu li għandu jitlaq minn daru min iwettaq il-vjolenza u mhux min qiegħed jirċeviha.", "Pero`, sakemm il-każ ikun għaddej il-qorti, min ikun qed idaħħal il-flus, jista' jsolvi l-problema hu mingħajr ma jfittex xi wieħed minn dawn ix- shelters għal ċertu żmien.", "Aħna qegħdin nitkellmu dwar nies f'livelli oħra tas-soċjeta` li għandhom dipendenza totali fuq il-persuna li tkun qiegħda tittrattahom ħażin għax tmantnihom hi, u allura ma jkunux jistgħu jaqbdu u jitilqu.", "Huma dawn il- każijiet fejn għandu jidħol il-gvern biex jgħinhom ħalli ma jibqgħux jgħixu f'ċirkostanzi bħal dawn.", "Kif qalet il-Ministru Cristina, din hija problema li qegħdin nitkellmu iktar fuqha.", "Qed nieħu pjaċir li ħafna rġiel qegħdin jagħtu s-sehem tagħhom f'din il-kampanja u qed juru li huma wkoll kontra l- vjolenza fuq in-nisa.", "Jiena nappella biex iktar irġiel ikunu magħna għax b'hekk jinkoraġġixxu rġiel oħra biex jitkellmu fuq din il-problema.", "Din m'hijiex kwestjoni biss ta' nisa.", "Hawn ħafna nisa, tfal u familji li qegħdin ibatu, u għaldaqstant ikun tajjeb jekk ilkoll flimkien inkomplu nitkellmu fuq dawn il-problemi, noħorġuhom fil-beraħ u nikxfuhom.", "Illum l-istatistika qed turina kemm verament għandna problema.", "Ħalliha li dik hija biss statistika ta' każijiet li jkunu ġew irrapportati.", "Pero` llum qed niltaqgħu ma' ħafna każijiet ta' vjolenza għax issa qegħdin nitkellmu aktar dwar din il-problema.", "Illum, kif qalet il-Ministru, il- media qed titkellem aktar dwar sitwazzjonijiet bħal dawn.", "Jiġifieri din is- sitwazzjoni diġa` hemm ċerta exposure għaliha, għax il-vjolenza minn dejjem kienet teżisti, imma issa li qegħdin nagħmlu xi ħaġa fuqha huwa importanti wkoll li nitkellmu fuqha.", "U nagħlaq hawn billi ninkoraġġixxi aktar irġiel ikunu magħna f'din il-ġlieda li qegħdin nagħmlu biex nagħtu aktar protezzjoni lill-familji tagħna.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada, it-Tlieta 27 ta' Novembru, 2007 fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MITKUB", "IMPJEGATI 'L FUQ MINN 61 SENA", "28313.", "L-ONOR.", "JOE DEBONO GRECH staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru jgħid kemm kellu mpjegati fil- Ministeru, dekasteru u enti tiegħu minn Jannar 2007 sal-lum li għandhom 'l fuq minn 61 sena?", "Min huma, x'pożizzjoni għandhom u fejn qegħdin jaħdmu, humiex full jew part time, x'salarju jew x'rata jitħallsu biha u minn liema distrett elettorali jiġu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-tabella li tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni fis-seduta waqt il-ħin tat-tqegħid ta' karti.", "DIRECT ORDERS", "28314.", "L-ONOR.", "JOE DEBONO GRECH staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru jgħid jekk ingħatawx direct orders minn Jannar 2007 sal-lum mill-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu u f'każ li fl-affermattiv kemm ingħataw, għal liema raġuni, kemm kien l-ammont u min ingħata d-direct order separatament?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-tabella li tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni fis-seduta waqt il-ħin tat-tqegħid ta' karti.", "NEFQA FUQ PETROL", "28315.", "L-ONOR.", "JOE DEBONO GRECH staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq petrol mill-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu, tal-uffiċjali biss (eskluż l-użu ġenerali) separatament minn Jannar 2007 sal-lum?", "Jista' jgħid liema uffiċjali huma intitolati għal petrol imħallas mill-Gvern fl-istess perjodu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-tabella li tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni fis-seduta waqt il-ħin tat-tqegħid ta' karti.", "STUDENTI LI MA JATTENDUX SKOLA", "28899.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 28604 u jgħid jekk hemmx kazijiet ta' studenti li mill-bidu ta' din is-sena skolastika sal-lum ma bdewx jattendu l-iskola u l-iskola ma ġietx infurmata dwar dan, jew inkella li l-istudenti ġew trasferiti f'xi skola oħra?", "X'passi jittieħdu f'dawn iċ-ċirkostanzi?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Peress li t-tagħrif mitlub għadu qed jiġi verifikat tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "SPTAR MATER DEI - APPUNTAMENTI", "28900.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li biex isiru appuntamenti għall-Isptar Mater Dei l-persuni qed ikollhom imorru personalment l-isptar u ma jistgħux jinqdew minn fuq it-telephone jew b'xi mezz ieħor?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Hemm tliet modi kif wieħed jista jagħmel appuntament ma' professur fi Sptar Mater Dei.", "It-tabib taċ-Ċentri tas-Saħħa jew dak privat (li jkun qed jirreferi pazjent għall-isptar) jista jagħmel użu mill-online service.", "It-tabib jimla formola ta' riferiment u jibgħatha dak il-ħin stess b'mod eletroniku.", "It-tabib jista' jagħti l-formola mimlija lill-pazjent, u jitlob lill-istess pazjent biex jew (a) jibgħatha bil-posta jew (b) iwassalha personalment l- isptar.", "Meta l-formola ta' riferiment tasal fil-klinika fejn il-pazjent ikollu bżonn jattendi, din tiġi murija lill-konsulent responsabbli biex dan ta' l- aħħar jiddeciedi b'mod professjonali jekk dak il-każ huwiex urġenti jew le.", "Wara jintbagħat l-appuntament bil-posta lill-pazjent.", "Dawn il-proċeduri ġew stabbiliti biex b'hekk jiġi assigurat li:", "a) il-pazjent jingħata kura skond il-bżonnijiet mediċi tiegħu u mhux fuq first come first served basis.", "b) ma jsirux żbalji bħal, per eżempju, li jingħata appuntament ma' konsulent minflok ieħor.", "JUNIOR COLLEGE", "28901.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li sal-lum student tal-Junior College li jinsabu fl-ewwel sena u qed jagħmlu kors ta' l-IT f'livell intermedju għadhom mingħajr għalliem?", "Jista' jsir xi ħaġa ħalli din is-sitwazzjoni ma tibqax jew għallinqas tittaffa?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "JUNIOR LYCEUM SAN GUŻEPP", "28908.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru jgħid x'deċiżjoni ttieħdet dwar il- Junior Lyceum San Ġużepp li jinsab ġewwa Raħal Ġdid?", "Fejn se jmorru l- istudenti u l-għalliema ta' l-istess skola u minn liema sena skolastika?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif mitlub ikun jista' jingħata meta jkunu deċizi d-dettalji rilevanti wara l-konsultazzjoni meħtieġa ma' min hu involut.", "DIRETTURI ĠENERALI", "28910.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru jgħid xi ħlas u kundizzjonijiet ser ikollhom id-Diretturi Ġenerali l-ġodda ta' l-edukazzjoni?", "Minn meta jibda jseħħ il-kuntratt u meta jiskadi?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Id-diretturi ġenerali l-ġodda ta' l-edukazzjoni għandhom il-ħlas u l-kondizzjonijiet stabbiliti għal diretturi ġenerali fis- servizz pubbliku flimkien ma' allowance annwali ta' Lm2000 f'kaz tad- Direttur Ġenerali tad-Direttorat għal Servizzi Edukattivi u ta' Lm4000 fil- kaz tad-Direttur Ġenerali tad-Direttorat għall-Kwalita' u l-iStandards fl- Edukazzjoni in vista tal-kwalifiki u esperjenzi ta' l-uffiċjali rispettivi kif avzat fis-sejħa għal applikazzjonijiet.", "GZIRA – TRIQ EDGAR BERNARD", "28953.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' l-Ministru jara li jittieħdu passi konkreti dwar il- problema ta' flooding li jkollhom fil-jiem tal-maltemp ir-residenti ta' Edgar Bernard Str, Gżira speċjalment minħabba ilmijiet li jkaxkru ħafna affarijiet minn taħt il-pont?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninsab infurmat illi t-triq imsemmija mill-Onor Interpellant hija parti minn zona li dwarha l-Ministeru għar-Riżorsi u l- Infrastruttura ħejja proġett li qiegħed quddiem il-MEPA għal ħruġ tal- permessi meħtieġa.", "KORDIN - FOOTBALL GROUND", "28962.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk xi pjanijiet hemm għall-ground tal-football magħruf bħala s-C ground ġewwa Kordin li jidher li huwa mmarkat għal żvilupp industrijali?", "Jista' jiġi kkunsidrat li dan il-ground jibqa' jintuża għal skop ta' sport u jigi wkoll mogħti, bil-proċedura parlamentari tas-soltu, lit-tim tal-football li qed jagħmel użu minnu fil-preżent?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-ground imsemmi ma jaqax taħt ir-responsabbilta tal-Ministeru tiegħi.", "Għalhekk, nitlob lill- Onor. Interpellant jirreferi il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.", "MEPA - PETIZZJONI", "28963.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 28798 u jgħid x'kien l-eżitu tal-MEPA fid-dawl tal-petizzjoni li saret lilu bħala Ministru u lilha minn għadd kbir ta'residenti ta' Triq Pedidalwett, St Andrews sa mis-16 ta' Marzu, 2006 dwar :", "a) l-oġġezzjoni tagħhom li jkun hemm garages mal-livell ta' Wied Menxu, aktar u aktar meta dan qed iżomm il-wied imsemmi milli jżomm l-istat naturali tiegħu?", "b) L-oġġezzjoni tagħhom li meta zviluppatur bena madwar 25 maisonette fl- inħawi tħalla jagħmel ix-xogħol ta' kostruzzjoni minn ġewwa dan il-wied mingħajr ma naddaf il-qiegħ tal-Wied innifsu?", "c) L-oġġezzjoni tagħhom li dan qed isir minn terzi bi skopijiet kummerċjali f'mod li jista' jwassal biex fihom jinżammu vehicles kbar u affarijiet ta'natura kummerċjali etc.?", "d) Li t-triq jew passaġġi ġodda proposti minħabba dan l-iżvilupp jistgħu jwasslu għal aktar flooding f'area li spiss tigi milquta mill-għargħar u dan kollu meta a/b/c/d ser isiru f'area barra miż-żona ta' żvilupp?", "(Ref 04021/03,04022/03, 04023/03 – appell 170/06)", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: It-tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "KONJUĠI SEPARATI – TNAQQIS MIT-TAXXA TAD-DĦUL", "28964.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 28797 u jikkunsidra li jnaqqas it-taxxa tad-dħul minn fuq dik il-parti tal-paga li konjugi separati jkunu obbligati li jħallsu f'manteniment għat-tfal tagħhom lill-parti l-oħra anke meta ma jkollhomx kustodja fuq dawn it-tfal sakemm dan kollu jkun qed isir skond digriet tal-Qorti?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "OPM - REKLAMAR", "28965.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 28844 u jgħid liema kumpanniji ħadmu reklamar u kampanji ta' informazzjoni għall- mezzi tax-xandir awdjo-viżivi u stampati għan-nom tal-Ministeru/Segretarjat Parlamentari tiegħu u għan-nom ta' dipartimenti, awtoritajiet, istituzzjonijiet u aġenziji li jaqgħu taħtu matul is-snin 2003, 2004, 2005, 2006 u bejn Jannar u Settembru 2007?", "Kemm kien il-ħlas involut għal kull biċċa xogħol?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "MFSA - CONSUMER COMPLAINTS UNIT", "28966.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 28843 u cioe': Minkejja li t-taqsima tal-consumer complaints unit tal-MFSA hija mifhuma li tagħmel xogħol tajjeb, jista' l-Prim Ministru jara li jkun hemm aktar viġilanza fuq kif ċerti banek kummerċjali li jużaw hard cell tactics meta ibiegħu Wealth Management Products speċjalment fejn jidħlu Overseas Funds għaliex spiss niltaqa' ma' nies li ma jkunux konxji ta' riskji u opportunitajiet ta' dak li jkunu deħlin għalih bi flushom stess?", "Dan minħabba l-kummissjonijiet għolja li huma mifhuma li jaqilgħu uħud minn dawn l-uffiċjali fuq bejgħ ta' prodotti simili.", "Dan għandu japplika għas- settur tas-servizi finanzjarji kollu kemm hu, mhux biss għal dak bankarju, possibilment billi jkun hemm customer awareness akbar dwar l- implikazzjonijiet tat-teħid ta' dawn id-deċiżjonijiet ta' investiment.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "ENEMALTA – DĦUL MIS-SURCHARGE", "28967.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 28740 u 28841 u jgħid kemm daħħlet flus l-Enemalta, xahar b'xahar, mis-surcharge fuq il-konsum tad-dawl u l-ilma bejn Marzu 2007 u Settembru 2007?", "Jista' jaqsam id-dħul mis-surcharge bejn dak mill- konsum domestiku u dak mill-konsum kummerċjali/industrijali?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninsab infurmat illi l-WSC ma żżomx rekord ta' kemm tkun daħlet flus maqsuma skond dħul normali u dħul dovut għas-surcharge.", "SAN GWANN - PELICAN LIGHTS", "28996.", "L-ONOR.", "FRANCO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari numru 1525, 1683, 7497, 11344, 12540 u 26889 rigward it-twaħħil ta' pelican lights u zebra crossing fi Vjal ir-Rihan, San Gwann, jista' l-Ministru f'liema stadju waslu x- xogħlijiet u x'inhi d-data ta' meta dawn ser ikunu tlestew?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ir-risposta tingħata f'seduta oħra.", "IMPORTAZZJONI TA' KAROZZI WŻATI", "28997.", "L-ONOR.", "FRANCO GALEA staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew importati karozzi wżati sena b'sena matul l-aħħar ħames snin u kemm minnhom ġew mogħtija permess mid- dwana sabiex ma jħallsux dazju almenu għal xi żmien wara l-importazzjoni?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "VETTURI B'NUMBER PLATE TA' BARRA", "28998.", "L-ONOR.", "FRANCO GALEA staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il każ - sena b'sena tul l-aħħar ħames snin - ġew maqbuda jew inħarġitilhom kontravvenzjoni billi kienu fit- triq b'vettura bi pjanċi tar-reġistrazzjoni barranin mhux legali jew mhux permessi f'Malta?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "TRANSFERS TA' VETTURI", "28999.", "L-ONOR.", "FRANCO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jgħid fuq kemm-il vettura sar transfer tar- reġistrazzjoni minn ġurisdizzjoni barranija għal dik Maltija sena b'sena tul l-aħħar ħames snin?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Lista tal-vetturi li sar transfer tar- reġistrazzjoni minn ġurisdizzjoni barranija għal dik Maltija tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni fis-seduta waqt il-ħin tat-tqegħid ta' karti", "GĦARGĦUR - KAMRA TAN-NAR", "29000.", "L-ONOR.", "FRANCO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 27272, jista' l-Ministru jgħid meta' din it-triq ser titlesta għax kull dewmien qed iżid in-numru ta' inċidenti u riskji?", "Jista' jgħid x'qed iżomm milli ssir it-triq ġaladarba issa l-espropjazzjoni tat-triq saret?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ninsab infurmat illi l-Awtorita' dwar it-Trasport qed tagħmel mill-aħjar biex din it-triq titwessa' mill-aktar fis possibli.", "Fil-ġranet li ġejjien ser issir is-setting out fuq il-post ta' kif għandha titwessa' it-triq.", "RABAT - VJAL IL-ĦADDIEM", "29001.", "L-ONOR.", "JOSEPH CASSAR staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jara jekk jistax isir xi pelican lights minflok iż- zebra crossing fi Vjal il-Ħaddiem ir-Rabat, Malta għar-raġuni li diversi sewwieqa ma jonorawx iż-zebra crossing f'din it-triq wiesgħa b'kawża li qed ikunu ta' periklu għal dawk li jaqsmu t-triq?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ninsab infurmat li minn riċerka li saret fir- records tat-Taqsima għall-Immaniġjar tat-Traffiku rriżulta li ma kien hemm l-ebda talba li jsiru pelican lights minflok iż-zebra crossing li hemm fi Vjal il-Ħaddiem ir-Rabat.", "RABAT - TRIQ EMM.", "VITALE", "29002.", "L-ONOR.", "JOSEPH CASSAR staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: B'riferenza għar-risposta li ngħatat għal mistoqsija parlamentari 28772, jista' l-Ministru jidderieġi lill-MEPA biex dawn jaraw jekk it-triq saritx skond kif ġie stipulat minnha?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Ninsab infurmat li mid-data msemmija sal-lum ma jirriżultax li l-Land Survey Unit ta' l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) qatt ġie avviċinat biex jingħataw livelli għal re- surfacing f'din it-triq.", "Din kienet il-prattika ta' dawk iż-żminijiet, jiġifieri li meta jsir re-surfacing ma jitqaxxarx il-wiċċ tat-triq eżistenti.", "Għaldaqstant, il-parir tal-MEPA f'każ ta' re-surfacing dejjem ikun li għandhom jinżammu l-livelli oriġinali.", "SKOLA C. ANTHONY VALLETTA", "29003.", "L-ONOR.", "MICHAEL ASCIAK staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru jgħid għalfejn fl-iskola C. Anthony Valletta f'Birkirkara għad m'hemmx counsellor għal 700 tifel u tifla?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-Kulleġġ li fih hemm l-iskola msemmija ta' B'Kara ġie assenjat Counsellor fil-bidu tas-sena skolastika biex jagħti servizz kemm fl-iskejjel primarji u anke fl-iskejjel sekondarji.", "Bħalissa l-iSchool Counsellors għandhom direttiva mill-Union li tirraprezentahom biex jagħtu servizz skond il-job description li kellhom qabel l-iffirmar ta' l-aħħar ftehim.", "Id-Direttorat għal Servizzi Edukattivi qiegħed f'diskussjonijiet mal-Union dwar il-ftehim tas-17 ta' Lulju 2007.", "SPTAR MATER DEI – NEFQA FUQ REKLAMI", "29004.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm intnefaq fuq diversi mezzi ta' kommunikazzjoni, tv, radio, ġurnali, billboards, programmi, flyers, kotba, leaflets eċċ bejn Mejju 2007 u Awissu 2007 ħalli jiġi riklamati l-ftuħ ta' l-Isptar Mater Dei fit-28 ta' Ġunju, 2007?", "Kif kienet maqsuma l-ispiża?", "Kemm kienet l-ispiża tal-programm tal-ftuħ innifsu u fhiex intnefqu?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "SAN PAWL IL-BAĦAR – UFFIĊĊJU TAS-SERVIZZI SOĊJALI", "29005.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru tgħid jekk l-uffiċċju lokali tas- servizzi soċjali ta' San Pawl il-Baħar hux se jiċċaqlaq?", "Jekk fl- affermattiv, f'liema indirizz se jimxi dan l-uffiċċju?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Nikkonferma li l-uffiċċju distrettwali tad- diviżjoni tas-sigurta' soċjali, li preżentement qiegħed San Pawl il-Baħar, se jiġi trasferit għal Blokk A4, Numru 6, Triq il-Porzjunkola, l-Qawra.", "PILLOLI LESCOL", "29006.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-Lescol 40 mg aktar iva milli le qed ikun nieqes mill-ispiżeriji tal-gvern?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Il-Lescol 40 mg l-aħħar li tqassam mis-Servizzi Farmacewtici tal-Gvern kien fid-9 ta' Novembru.", "Permezz tac-cirkulari DH 234/2006 il-pazjenti li kienu jiehdu il- Lescol (Fluvastatin) 80mg bdew jinghataw medicina gdida Zocor (Simvastatin).", "Ġara li filwaqt li il-Gvern m'ghadux jixtri il-Lescol 80mg, xi pazjenti bdew jieħdu żewġ pilloli tal-Lescol 40 mg biex jkomplu bil-kura, u b'hekk qiegħed jiżdied il-konsum b'mod irregolari.", "Filwaqt li l-ordni ta' Lescol 40mg li tmiss mistennija tidħol sa' nhar il- Erbgħa 28 ta' Novembru, sadanittant tista' tintuża d-doża ta' Lescol 20mg bħala alternattiva.", "MOSTA – TISWIJA TA' TOROQ", "29007.", "L-ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO staqsa lill-Ministru għall- Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jikkunsidra li jirrakmanda li Triq it-Tin u Triq il-Bajtar fil-Mosta jingħataw wiċċ xieraq?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ninsab infurmat li ser jsir spezzjoni fuq it-toroq imsemmija mill-Onor.", "Interpellant.", "SPTAR MATER DEI – ĦLAS LIL SKANSKA", "29008.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 28829 u 28950 u jgħid jekk Skanska tħallsitx l-ammont kollu dovut lilha fuq il- Mater Dei mill-kuntratt iffirmat?", "Jikkonferma li r-retention money tħallset ukoll?", "Meta sar il-handing over ta' l-isptar?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "FTEHIM FUQ IL-PREZZIJIET", "29009.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 28767 u 28951 u jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-ftehim dwar il-prezzijiet li l- Gvern iffirma ma' importaturi sa Marzu 2008?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "GĦAWDEX – HSBC CALL CENTRE", "29010.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 28828 u 28948 u ċioe': Fir-rigward tal-call centre tal-HSBC f'Għawdex, jista' l-Ministru jgħid, u fejn hemm bżonn jintavola, il-ftehim iffirmati dwar is-segwenti:", "Ri-arranġamenti li l-Gvern għandu mal-HSBC?", "X'benefiċċji, assistenza ngħata l-HSBC dwar il-call centre u jekk dawn il- benefiċċji japplikawx għal ħaddieħor?", "Il-ħaddiema li ser ikunu ngaġġati se jkunu kollha Għawdxin u ħaddiema ġodda jew HSBC jista' jkollha ħaddiema miċ-ċentri li għandha f'Malta?", "Kemm jammontaw il-grants jew għajnuna li rċevew l-HSBC għal dan iċ-ċentru?", "Kemm-il darba l-HSBC ma jonorawx l-obbligu tagħhom li jħaddmu 50 ruħ, x'se jkunu l-konsegwenzi għal HSBC?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Il-benefiċċji promessi lill-HSBC in konnessjoni mas- Service Centre f'Għawdex huma skond il-kriterji stabbiliti u konformi mar- regolamenti ta' l-Unjoni Ewropeja.", "Dawn m'humiex esklussivi għall-HSBC.", "L- Onor Interpellant jifhem illi skond il-liġi tal-Malta Enterprise, l- informazzjoni mitluba ma tistax tingħata.", "MALTA ENTERPRISE - INĊENTIVI", "29011.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 28744, 28833 u 28949 u jgħid kif tqassmu l- inċentivi mill-Malta Enterprise Corporation matul din is-sena?", "Kemm kien l- ammont ta' dawn l-inċentivi?", "Liema kienu l-kumpaniji li rċevewhom?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni fis-seduta waqt il-ħin tat-tqegħid ta' karti.", "ENEMALTA – DĦUL GĦAS-SENA 2006", "29012.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 28578, 28766 u 28939 u jgħid x'inhu d-dħul ta' l-Enemalta għas-sena 2006?", "Jista' jgħid x'kienet l-ispiża totali għall- Enemalta għall-produzzjoni u d-distribuzzjoni ta' l-elettriku għas-sena 2006?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "XOGĦLIJIET F'TOROQ RESIDENZJALI", "29013.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 28940 u cioe' : B'referenza għal xogħlijiet f'toroq residenzjali li qegħdin isiru bil-kuntratt mad-diversi kuntratturi, jista' l-Ministru jgħid jekk ix- xogħol hux qed jiġi ċċekkjat għax hawn ħsarat kbar f'diversi toroq għax saru bl-għaġġla uħud minnhom qabel l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali li għaddew?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ninsab infurmat li l-Periti ta' l-ADT jiċċekkjaw b'mod regolari x-xogħlijiet tat-toroq li jkunu qed isiru u jaraw li jsiru t- testijiet meħtiega.", "Riċentament kien hemm anke każi fejn ittieħdu samples tal-materjal u ntbagħtu f'laboratorji indipendenti privati għall-ittestjar dwar il-kwalita' ta' l-istess materjal.", "Sadanittant l-ADT qed tara wkoll li jittieħdu miżuri kontra min, mingħajr il-permessi meħtiega, qabad u għamel ħsara f'toroq li saru riċentament, bħal per eżempju fil-każ ta' Triq Lorenzo Manche' fejn inqalgħet ħsara ftit wara li ngħata l-wiċċ ta' l-asfalt.", "Madankollu, dawn huma biss eċċezzjonijiet.", "L-Onor.", "Interpellat huwa għalhekk mitlub jiċċara b'mod iktar speċifiku liema huma l-imsemmija 'ħsarat kbar f'diversi toroq għax saru bl-għaġġla'.", "MALTA DOCKYARDS – IMGJEGATI FULL-TIME", "29014.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 28941 u jgħid kemm hu n-numru ta' nies impjegati full-time illum mal-Malta Dockyards maqsumin skond il-grad li jokkupaw?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni fis-seduta waqt il-ħin tat-tqegħid ta' karti.", "RIFUŻJONI TA' TAXXA MĦALLSA ŻEJDA", "29015.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 28876 u jgħid meta se tingħata lura t-taxxa żejda li tħallset mill-kumpanija, li isimha qed jintbagħat separatament, u li għandha tieħu lura s-somma li teċċedi 'l fuq minn Lm5,000?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "SERVIZZ PUBBLIKU - PROMOZZJONIJIET", "29016.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 28875 u jgħid kemm ingħataw promozzjonijiet xahar b'xahar matul dawn l-aħħar tlett snin inkluż il-grad li ngħata kemm jekk hu post kif ukoll position fis- servizz pubbliku?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "ŻEBBUĠ - BUS SHELTER", "29017.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jgħid li minkejja li f'mistoqsija parlamentari 27579 intqal li l-bus shelter f'Siġġiewi Road, Zebbuġ kellu jiġi nstallat sa f'Ottubru 2007 sal-lum dan għadu ma sarx?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ir-risposta tingħata f'seduta oħra.", "WSC - KAŻ TA' ANZJAN", "29018.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru jara li jitmexxa l-każ ta' anzjan, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament u li għandu l-każ tiegħu quddiem il-bord ta' l-appell tal-Water Services Corporation, mill-aktar fis u jiġi nfurmat bl-aħħar żviluppi?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninsab infurmat li l-każ imsemmi mill-Onor Interpellant kien riferut lill-Advisory Board tal-Water Services Corporation.", "Il- Konsumatur se jkun infurmat bil-kreditu li se jingħatalu minn dan il-bord fi żmien qasir.", "GĦAWDEX - TAĊ-ĊAWLA HOUSING ESTATE", "29021.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jara x'inhi r-raġuni li l- uffiċjali fid-Dipartiment ta' l-Artijiet qegħdin iħallu abitanti jgħixu fi Flat 6, HE, taċ-Ċawla, Victoria, Għawdex li qegħed f'perikolu imminenti li jiġġarraf u l-istess dipartiment ta' l-art lanqas jindenja ruħu jagħmel t- tiswijiet strutturali li hemm bżonn ġo fih?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi fil-Housing Estate taċ-Ċawla fir- Rabat Għawdex hemm iżjed minn blokk wieħed u għalhekk hemm iżjed minn flat wieħed bin-numru sitta, u peress ukoll li t-Taqsima Proprjeta' tal-Gvern m'għandha l-ebda rapport dwar perikolu imminent f'xi wieħed minn dawn il- flats, l-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jagħti iżjed informazzjoni dwar il- flat li qed jirreferi għalih.", "ADT - TALBA GĦAL RESERVED PARKING", "29025.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jara li ssir xi ħaġa fuq it-talba ta' persuna li d- dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament li jitratta dwar anzjana ta' 90 sena u din it-talba hija ta' neċessita'?", "Jista' jiġi nfurmat bl-aħħar żviluppi?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ninsab infurmat li minn riċerka li saret fir- records tat-Taqsima għall-Immaniġjar tat-Traffiku rriżulta kif ġej:", "It-talba għal parkeġġ riservat ma ġietx milqugħa minħabba li hemm garaxx fil-viċinanżi tar-residenża ta' l-applikant u għalhekk ma jikkwalifikax għal tali serviżż.", "Fl-applikażżjoni li ġiet sottomessa w ffirmata minn bint l-applikant ġie ddikjarat li ma kienx hemm garaxx mar-residenża w lanqas fil-viċinanzi.", "Il-kunsill lokali ta' Raħal Ġdid informa lil Bord għal Parkeġġ Riservat Persuni B'Disabbilita' li l-applikant għandu garaxx viċin id-dar.", "It-tabib mediku ta' L-Awtorita Dwar it-Trasport ikkonferma li hemm garaxx viċin ir-residenża ta' l-applikant.", "Kull applikazzjoni fejn hemm garaxx mar-residenza ta' l-applikant jew fil- viċinanżi ma tiġix milqugħa skond il-kriterji għal dan is-serviżż.", "DAR MALTA FI BRUSSELL", "29029.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 28836 u ċioe': B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 24645 jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 28123, 28412, 28586 u 28717 u jgħid kemm hemm organizzazzjonijiet kummerċjali li jinsabu lesti jikru partijiet minn Dar Malta u jgħid liema huma dawn l- organizzazzjonijiet kummerċjali?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "DISPOSABLE NAPPIES", "29032.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 28786 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali u issa ġiet riferuta lilu u jivverifika ilmenti li qed jasluli ta' spiss minn għadd ta' ġenituri ta' persuni diżabbli li d-disposable nappies li qed jingħatawlhom mill-gvern għax huma ntitolati għalihom huma ta' kwalita' ħażina u mhux qed iservu l-iskop tagħhom?", "Jistgħu jittieħdu l-passi meħtieġa biex id-disposable nappies ikunu ta' kwalita' tajba?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: In-nappies huma provduti minn żewġ kuntratturi, skond id-daqs ta' nappies li jkunu meħtieġa.", "Il-kuntratturi kienu mitluba jissottomettu samples ta' dawn in-nappies lid-Dipartiment.", "Dawn in-nappies għaddew mit-testijiet tal-laboratorju.", "JUNIOR COLLEGE – STUDENTI GROUP 4", "29033.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 28820 u jara x'inhi r-raġuni li l-istudenti Group 4 l-ewwel sena tal-Junior College għadhom mill-bidu tas-sena akkademika mingħajr għalliem tal-IT fil- livell intermediate?", "Meta se jintbagħat dan l-għalliem biex l-istudenti ma jibqgħux imċaħħda min għalliem ta' l-IT?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li fl-1 ta' Ottubru, 2007, wieħed mill- għalliema tal-Computing/I.T. impjega ruħu post ieħor.", "Ħarġet aplikazzjoni għal post fil-Computing/I.T. fil-5 ta' Ottubru, 2007 u saru l-intervisti fit-30 ta' Ottubru, 2007.", "Informat ukoll li sadanittant irrizenja għalliem ieħor ta' l-I.T./Computing.", "Il-persuna li ġiet l-ewwel fl-interviews irrifjutat l-ħatra, u z-zewġ persuni li ġew wara fil-lista ta' dawk li ġew magħzula kienu offruti l-post.", "Hemm perjodu ta' notice li wieħed ikollu jagħti qabel jieħu l-ħatra l-ġdida fil-Junior College.", "LITTLE ARMIER", "29034.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 28628 u 28823 u jgħid jekk hemm xi proġett maħsub għall-Little Armier peress li l-inħawi huma mitluqa u żdingati u hemm bżonn li jiġu rranġati u msebbħa l-faċilitajiet li hemm u li qed jagħtu impressjoni ħażina lit- turisti u lill-Maltin li jżuru l-inħawi?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: It-tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "ATTARD – XOGĦOL FI TRIQ IŻ-ŻAHAR", "29035.", "L-ONOR.", "DAVID AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u l-Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid fejn wasal il- proċess ta' esproprijazjoni biex jitlesta x-xogħol fi Triq iż-Żahar, H'Attard?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi bħalissa t-Taqsima tal-Proprjeta' tal-Gvern qiegħda fl-istadju li tipprepara l-pjanti neċessarji biex wara jkun jista' jitkompla l-proċess ta' l-espropriju.", "FUND FOR GOOD CAUSES", "29036.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' issa l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 27278, 27799, 27930, 28058, 28255, 28584, 28716 u 28839 u jgħid matul din is-sena liema għaqdiet u proġetti ġew iffinanzjati mill-Fund for Good Causes li ġej mill-lotteriji?", "Liema għaqdiet oħra ġew mgħarrfa li se jingħataw fondi u x'inhuma l-proġetti ffinanzjati?", "Fuq liema kriterji ġew magħżula l-għaqdiet u l-proġetti?", "Jista' jgħid x'inhuma r-raġunijiet li din il-mistoqsija ilha li saret ġimgħat sħaħ u għadha ma ġietx imwieġba?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "AKKOMODAZZJONI SOĊJALI -KUNTRATT TAL-KERA", "29037.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru għall-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni li l-persuna li d-dettalji tagħha qegħdin jintbagħtu separatament qed jiġi mċaħħad milli jingħata kopja ta' kuntratt ta' kera li huwa għandu mad-dipartiment tal- housing?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Għaddejt it-talba ta' l-Onor.", "Interpellant lid- dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali biex jieħu l-azzjoni mitluba.", "AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA", "29038.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru tgħid fiex waslet l-applikazzjoni ta' persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li sa l-aħħar ta' din is-sena se tisfa bla dar għax jgħalqilha l-kuntratt tal-kera tad- dar fejn qed toqgħod?", "Tista tiġi kkunsidrata t-talba tagħha għal akkomodazzjoni fl-inħawi ta' Tas-Sliema, San Ġiljan, Gżira, Pembroke u Msida?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Ninsab infurmata li l-applikazzjoni li rrefera għaliha l-Onor.", "Interpellant qed tingħata l-attenzjoni meħtieġa.", "L- applikanta ddikjarat li tixtieq akkomodazzjoni alternattiva tas-Sliema, fejn id-Dipartiment m'għandux postijiet għall-kiri.", "XIRI TA' ĊENS", "29039.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għall-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru tara li biċċa art li kienet tal- knisja u issa ġiet tal-gvern u s-sid irid jixtri din il-biċċa art, li llum huma garaxxijiet, mingħand il-gvern?", "Tista' tara li dan l-individwu, li d- dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, jekk għandu dritt li jixtri ċ- ċens?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Ninsab infurmata li ċ-ċens li rrefera għalih l- Onor. Interpellant hu dovut lill-Uffiċċju Konġunt u għalhekk nitolbu jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.", "TARXIEN - BUS SHELTER", "29041.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 28943 u jgħid għaliex il-bus shelter fi Triq il-Knisja ma' Triq Żejtun, Tarxien twaqqaf fuq in-naħa opposta tal-bus-stop sign (destinazzjoni lejn il-Belt) bil- konsegwenza li min irid jirkeb il-karozza tal-linja għall-Belt ikollu jaqsam f'paniku din it-triq li saret traffikuża ħafna?", "Għaliex il-bus-stop sign bit-tabella tal-ħinijiet qodma ma tneħħewx minn Triq Żejtun, Tarxien?", "Għaliex il-kuntrattur li għamel l-aħħar xogħol fuq it-twaqqif tal-bus- shelter fi Triq il-Knisja, ma wittiex il-bażi tal-bus shelter li tneħħa?", "Wara sena jistennew, il-passiġġieri li jridu jirkbu karozza għall-Belt, fit Triq il-Knisja, Tarxien, se jkollhom post ta' kenn?", "Dawk li jużaw il-karozzi tal-linja meta se jkollhom dritt isemmu l-opinjoni tagħhom fuq l-ippjanar tar-rotot u fejn jitwaqqfu l-bus shelters għax milli jidher min jippjana ma jużax is-servizz tal-karozzi tal-linja?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ninsab infurmat li l-bus stopsign bit-tabella tal- ħinijiet qodma tneħħew.", "Fir-rigward tal-bus shelter li twaħħal fi Triq il-knisja, saret speżżjoni fuq il-post mill-uffiċjali ta' l-ADT u ser jieħdu ħsieb li l-bankina tiġi irranġata.", "Infurmat ukoll li ser jitwaħħal bus shelter fi Triq il-Knisja direzzjoni lejn il-Belt u fir-rigward ta' l-ippjanar tar-rotot, l-ADT tagħmel dan mal- Kunsill Lokali, liema kunsill jirrapreżenta lir-residenti tal-lokal.", "Pjanta li turi fejn se jitwaħħal dan il-bus stop tpoġġiet fuq il-mejda tal- Kamra aktar kmieni fis-seduta waqt il-ħin tat-tqegħid ta' karti.", "SPTAR SAN LUQA - OPERAZZJONIJIET", "29042.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 28937 u jikkonferma jekk ma sarux operazzjonijiet ġo OOP3 fl-iSptar San Luqa minħabba li ma kienx hemm bolts ta' l-istainless steel?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Jista l-Onor.", "Interpellant ikun aktar speċifiku u jindika għal liema perjodu qed jirreferi?", "QORMI: TRIQ IL-KANUN – SINJALI TAT-TRAFFIKU", "29044.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jordna lill-ADT biex tieħu l-miżuri meħtieġa biex fi Triq il-Kanun, Qormi isiru sinjali ta' traffiku kif wkoll tissewwa l- bankina (pedestrian) biex ikunu mħarsa r-residenti li jgħixu fi triq hekk traffikuża?", "Nirreferi prinċipalment għal dak il-parti ta' fuq li testendi mill-Mrieħel bypass lejn ċ-ċentru ta' Hal Qormi.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ninsab infurmat li l-ADT ser tkun qed tagħmel spezzjoni fl-imsemmija triq.", "QORMI – FTUĦ TA' BIEB MILL-FABBRIKA TESSONS", "29045.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' l-Ministru jikkonferma u jgħid x'passi ttieħdu mill-MEPA biex ma jinfetaħx bla permess bieb mill-Fabbrika Tessons li jagħti fuq triq dejqa residenzjali ġo Ħal Qormi?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba mogħtija għal mistoqsija parlamentari 28745.", "FULJETT DWAR IL-BUDGET", "29047.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġie jiswa l-fuljett dwar il- budget li tqassam fid-djar t'Għawdex f'dawn l-aħħar ġranet?", "Jista' jgħid fejn sar l-istampar u jekk ix-xogħol ngħatax b'offerta?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "PROMOZZJONIJIET", "29048.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 27158, peress li skond l- informazzjoni mogħtija ngħataw diversi promozzjonijiet lill-istess persuni f'qasir żmien, jista' l-Prim Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni għal dan u l- kriterji li fuqhom ingħataw dawn il-promozzjonijiet?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "KUNTRATT TAX-XOGĦOL TA' LIU CHANG", "29049.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO PRECA staqsiet lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: Jista' l-Ministru jgħid:", "Liema kumpanija Maltija tas-sajd talbet il-permess lill-Korporazzjoni għax- Xogħol u t-Taħriġ (ETC) biex timpjega lil Liu Chang f'Mejju li għadda?", "Meta d-Dipartiment għar-Relazzjonijiet Industrijali skrutinizza l-kuntratt tax-xogħol mogħti lil Liu Chang u lil ħaddiema Ċiniżi oħra bħalu li ġew impjegati ma' din l-istess kumpannija tas-sajd?", "Id-Dipartiment għar-Relazzjonijiet Industrijali vverifika li dan l-employer żamm mal-kuntratt tax-xogħol li Liu Chang u oħrajn kellhom mal-kumpanija tas-sajd imsemmija?", "X'kienu l-kondizzjonijiet tax-xogħol u salarju li Liu Chang u ħaddiema Ċiniżi oħra ngħataw minn din il-kumpanija?", "Liu Chang u l-ħaddiema Ċiniżi bħalu kienu inxurjati mill-kumpanija?", "Il-kumpannija li mpjegat lil Liu Chang u l-ħaddiema Ċiniżi ħallset il- kontribuzzjonijiet soċjali ta' dawn il-ħaddiema?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "KUNTRATT TAX-XOGĦOL TA' LIU CHANG", "29050.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO PRECA staqsiet lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru jgħid ma' liema kumpanija kien rreġistrat fl-ETC li kien qed jaħdem iċ-Ċiniż Liu Chang Hua meta ddaħħal l-isptar fit-3 ta' Awissu 2007 minn emoroġija celebrali waqt li kien qiegħed jaħdem fuq il-vapur tas-sajd Degre?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "LIĠI TA' L-ADOZZJONI TAT-TFAL", "29051.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO PRECA staqsiet lill-Ministru tal- Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru tispeċifika dak li qalet f'artiklu li ġie pubblikat fil-ħarġa tal-ġurnal \"The Times\" ta' l-20 ta' Novembru, fl-okkażjoni ta' Jum Internazzjonali għat-Tfal dwar il-liġi ta' l- adozzjoni?", "Meta se titressaq il-liġi l-ġdida quddiem il-Parlament?", "Meta se tiġi ntrodotta l-estenzjoni għall-adoption leave u b'kemm?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: L-Abbozz tal-liġi dwar l-adozzjoni ġie ppubblikat fis-16 ta' Novembru 2007 u qiegħed fuq l-Aġenda ta' dan il-Parlament għat- Tieni Qari.", "Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija nitlob lill-Onor.", "Interpellanti tirreferiha lill-Ministru konċernat.", "SERVIZZ PUBBLIKU – POSTIJIET VAKANTI", "29060.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm huwa l-ammont ta' postijiet vakanti fil-gradi ta' i) prinċipal anzjan; ii) prinċipal; u iii) assistent prinċipal f'kull dipartiment/ministeru rispettivament fl-aħħar ta' Novembru 2007?", "Kemm minn dawn il-gradi rispettivament se jimtlew i) minn uffiċjali pubbliċi li jgħaddu l-eżami intern, u ii) minn kandidati li jidħlu minn barra s-servizz pubbliku?", "Kemm minn dawn il-gradi rispettivi ilhom vakanti i) inqas minn 3 xhur; ii) bejn 3 u 6 xhur; u iii) aktar minn 6 xhur?", "Kemm hu stmat li dan ir-reklutaġġ ser jaffettwa n-nefqa pubblika tal-gvern matul is-sena 2008?", "Kemm minn din in-nefqa addizzjonali ġiet provduta fl-estimi finanzjarji ta' l-2008 taħt id-diversi ministeri/dipartimenti konċernati?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "MWIET B'KANĊER TAS-SIDER", "29062.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista l-ministru jgħid kemm kellna mwiet kawża tal- kanċer tas-sider fis-snin 2000, 2001, 2002, 2003, 2004, 2005 u 2006, sena b'sena?", "Jista' jagħti l-informazzjoni skond l-etajiet u l-lokalitajiet li ġejjin minnhom il-vittmi?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-mejda tal- Kamra aktar kmieni fis-seduta waqt il-ħin tat-tqegħid ta' karti.", "TRABI MINN SINGLE MOTHERS", "29063.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' l-Ministru jgħid kemm kellna twelid ta' trabi minn single mothers fis-snin 2000, 2001, 2002, 2003, 2004, 2005 u 2006, sena b'sena?", "Jista jagħti l-informazzjoni skond l-etajiet u skond il- lokalitajiet li ġejjin minnhom l-ommijiet?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-mejda tal- Kamra aktar kmieni fis-seduta waqt il-ħin tat-tqegħid ta' karti.", "AWTORITA' TAD-DJAR – APPLIKAZZJONI TA' ANZJAN", "29064.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru għall-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru tgħid fejn waslet it-talba li kien għamel anzjan, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separtament, quddiem l- Awtorita' tad-Djar?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Ninsab infurmata li l-Awtorita' tad-Djar la għandha u lanqas qatt kellha applikazzjoni għal xi għajnuna mill-persuna ndikata mill-Onor.", "Interpellant.", "DELIMARA - LIGHTHOUSE", "29065.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid għal liema raġuni l-fanal tal- lighthouse l-antika ta' Delimara qed jitħalla jitmermer?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li permezz ta' ftehim milħuq bejn l- Awtorita' Marittima u l-għaqda Din l-Art Ħelwa fis-sena 2006, il-fanal ta' Delimara ġie mgħoddi lil din l-istess għaqda sabiex jiġi restawrat.", "Fil- fatt, fit-2 ta' Marzu 2006, l-Awtorita' Marittima kienet ħabbret dan permezz ta' konferenza stampa li kienet saret fil-post.", "L-iskop aħħari ta' dan il-ftehim huwa li wara li dan il-monument storiku jiġi restawrat ikun ukoll aċċessibli għal pubbliku inġenerali.", "Fl-istess okkażjoni l-Awtorita' kienet ukoll preżentat is-somma ta' Lm13,000 sabiex tgħin lill-għaqda fix- xogħolijiet ta' restawr li kienu meħtieġa.", "Arranġament simili kien sar ma' l-istess għaqda rigward it-torri ta' Santa Marija ġewwa Kemmuna.", "L-Awtorita' hija nfurmata li x-xogħolijiet relatati mar-restawr fuq dan il- fanal huma fi stadju avvanzat u fil-jiem li ġejjin Din l-Art Ħelwa sejra tħabbar iktar dettalji dwar ix-xogħlijiet li saru f'dan ir-rigward.", "AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA", "29066.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru għall-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru tgħid għaliex id-Dipartiment ta' l- Akkomodazzjoni Soċjali ma pprovdiex post alternattiv lill-persuna li d- dettalji tagħha qed jintbagħtu separatment, meta saret l-ewwel applikazzjoni quddiem id-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor.", "Interpellant ma kellhiex applikazzjoni għall-akkomodazzjoni alternattiva mad-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali.", "NIES JIRREĠISTRAW GĦAX-XOGĦOL", "29067.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' nies jirreġistraw għax-xogħol minn dawn il-lokalitajiet: L-Isla, Bormla, il- Birgu, il-Kalkara, Wied il-Għajn, Iż-Żejtun, Ħaż-Żabbar, il-Fgura, Ix- Xgħajra u Marsaxlokk, lokalita b'lokalita?", "Jista' jaqsam l-informazzjoni skond l-etajiet u skond is-sess?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "SPTAR SAN LUQA - KAŻ TA' ĊINIŻ", "29069.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO PRECA staqsiet lill-Ministru tas- Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' l-Ministru jgħid hux qed issir inkjesta dwar il-persuna, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li l-ġimgħa l-oħra ddaħħal fl-emerġenza fl-10p.m. u li wara xi siegħa telaq minn hemmhekk u nstab f'xi s-siegħa ta' filgħodu ħdejn il-kamra mortwarja?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ma kienx hemm ħtieġa ta' inkjesta.", "Dan il-kaz jirrigwarda persuna ta` nazzjonalita` barranija impjegata ma kuntrattur Malti li giet licenzjata mill-isptar taħt ir-responsabilita` ta` min kien iħaddimha.", "Wara ftit siegħat barra mill-isptar, din il-persuna giet abbandunata fl-isptar minn nies mhux magħrufa.", "Instabet fl-inħawi tal- Kamra Mortwarja u reġgħet ġiet ammessa fil-ward minn fejn kienet ġiet licenzjata.", "Nhar il-Ħadd 25 ta` Novembru 2007, din il-persuna irritornat lura pajjizha.", "BATTERY OPERATED CARS", "29071.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx ħlas ta' reġistrazzjoni fuq vetturi tat-tip battery operated cars?", "Jista' jgħid kemm huwa l-ħlas ta' din ir-reġistrazzjoni fuq dawn il-vetturi u t-taxxi relatati magħhom?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "ĦRIEQI U MEDIĊINI", "29072.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Ministru għall-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru tgħid għaliex twaqqfet l-għajnuna lill-ommijiet li jkollhom numru ta' trabi f'daqqa aktar min-normal (bħal fil-każ ta' quadruplets) f'assistenza li kienet tingħata fi ħrieqi u mediċini lil dawn l-ommijiet?", "Ma taħsibx li każijiet bħal dawn ikunu jeħtieġu din l-għajnuna minħabba l-piż finanzjaru li jsofru dawn il- familji?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi l- mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "TFAL BID-DIJABETE", "29073.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' l-Ministru jgħid għaliex familji li għandhom tfal żgħar li qed isofru mill-marda tad-dijabete mhux qed jingħataw labar tas-siringi size 4mm iżda qed jingħataw sizes akbar li mhux addattati għalihom?", "Jista' jgħid għaliex dawn il-familji mhux qed jingħataw glucose sticks li huma meħtieġa għalihom?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant għadha qed tinġabar.", "Risposta titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra ladarba tkun lesta.", "KOMPETIZZJONI MHUX ĠUSTA", "29074.", "L-ONOR.", "ALFRED SANT staqsa lill-Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni: Jista l-Ministru jwiegeb mistoqsija parlamentari 28974 u jgħid kemm kienu l-każijiet ta' allegata kompetizzjoni mhux ġusta li tressqu quddiem id-diviżjoni tal-konsumatur u l-kompetizzjoni matul l-2003, l-2004, l-2005 u l-2006 u bejn Jannar u Ottubru 2007, sena b'sena?", "Kemm kienu dawk li nstabu ħatja mid-diviżjoni tal-konsumatur u l-kompetizzjoni li kisru l-att tal-kompetizzjoni ġusta kull sena, rispettivament?", "Kemm, minn dawn ttieħdu passi kontra tagħhom fil-Qorti?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Inkun nista' ngħaddi l-informazzjoni meta tinġabar kollha.", "KOMPETIZZJONI MHUX ĠUSTA", "29075.", "L-ONOR.", "ALFRED SANT staqsa lill-Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni: Jista l-Ministru jwiegeb mistoqsija parlamentari 28975 u jgħid jekk jistax jikkonferma li hemm każijiet ta' allegata kompetizzjoni mhux ġusta li ilhom sentejn li gew sottomessi quddiem id-diviżjoni tal- konsumatur u l-kompetizzjoni u li izda deċizjoni dwarhom għadha ma tteħditx?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Inkun nista ngħaddi l-informazzjoni meta tinġabar kollha.", "CONSUMER AFFAIRS ACT", "29076.", "L-ONOR.", "ALFRED SANT staqsa lill-Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni: Jista l-Ministru jwiegeb mistoqsija parlamentari 28976 u jgħid kemm kienu l-każijiet ta' allegat ksur tal-Consumer Affairs Act li daħlu fit-taqsima tal-Policy and Regulatory Services Directorate matul l- 2003, l-2004, l-2005 u l-2006 u bejn Jannar u Ottubru 2007, sena b'sena?", "Kemm kienu dawk li nstabu ħatja mit-taqsima tal-Policy and Regulatory Services Directorate li kisru l-Consumer Affairs Act?", "Kemm, minn dawn ttieħdu passi kontra tagħhom fil-Qorti?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nkun nista ngħaddi l-informazzjoni meta tinġabar kollha.", "MONITERAĠĠ TAL-PREZZIJIET", "29077.", "L-ONOR.", "ALFRED SANT staqsa lill-Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni: Jista l-Ministru jwiegeb mistoqsija parlamentari 28977 u jgħid kemm kienu, minn fejn u f'liema data ttieħdu l-kampjuni fir-rigward tal-moniteraġġ tal-prezzijiet li tnieda mid-direttorat ta' l-enforcement tad-divizjoni tal-konsumatur u l-kompetizzjoni?", "X'tip ta' użu sar minn dan il-moniteraġġ minn naħa tal-kumitat għall-bidla ghall-ewro (NECC)?", "Jista' jagħti elenku tal-kampjuni għad-diversi kommoditajiet li ġew immoniterjati?", "Jista jghid jekk sarux surprise inspections u kemm saru?", "Saret xi evalwazzjoni statistika fuq id-data li nġabret u jekk saret x'kienu r- rizultati?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nkun nista ngħaddi l-informazzjoni meta tinġabar kollha.", "ATC - SISTEMA TA' L-ELETTRIKU", "29086.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO PRECA staqsiet lill-Ministru għall- Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru tgħid kemm kienet ġiet in- nefqa fuq il-bdil tas-sistema ta' l-elettriku fl-Adult Training Centre ta' Hal Far madwar tlett snin ilu?", "Tista' tgħid jekk hux minnu li ġiet ppublikata talba għal offerti għal xogħol fuq is-sistema tad-dawl għall- istess Adult Training Centre?", "Jekk din l-offerta hija għal xogħol fuq is- sistema tad-dawl f'dan il-post, tista' tgħid għaliex fi tlett snin reġa' hemm il-ħtieġa għal dan ix-xogħol?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Ninsab infurmata li x-xogħol li rreferit għalih l- Onor. Interpellanti fl-ewwel parti tal-mistoqsija sar fiż-żmien meta ċ- Ċentri għall-Persuni b'Diżabilita' ma kienux jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tad-dekasteru tiegħi.", "Għalhekk nitlobha tirreferi din il-parti tal- Mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "Ninsab infurmata wkoll li s-sejħa għal Expression of Interest, ippubblikata dan l-aħħar, tikkonċerna xogħlijiet fis-sistema ta' l-elettriku fiċ-Ċentru ta' Ħal Far, a bażi ta' rapport tekniku minn inġinier, liema rapport ġie kummissjonat wara li kien qed ikun hemm problemi fl-istess sistema, inkluż qtugħ ta' spiss ta' dawl.", "STUDENTI BID-DYSLEXIA", "29087.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO PRECA staqsiet lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jaf il-Ministru li ż-żgħażagħ li jbatu mill-kundizzjoni tad-dyslexia u li se joqogħdu għall-eżamjiet tal-Matsec O level mhumiex se jingħataw l-faċilita' ta' reader kif kienu jingħataw sa madwar sentjen ilu?", "Jista' jgħid għaliex?", "Jaf li dawn iż-żgħażagħ se jkunu preġudikati wara snin sħaħ ta' studju u għaldaqstant se jaqgħu lura?", "Jista' għaldaqstant jidħol fil-każ biex din il-problema serja għal dawn iż- żgħażagħ tkun solvuta bl-azzjoni meħtieġa?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIIET BIL-MIKTUB", "FREEPORT ZONE - BIĊĊA ART", "W435.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: B'riferenza għal mistoqsija parlamentari W433, nixtieq ninforma lill-Ministru li l-art li għamilt referenza għaliha hija biċċa art Free Port Zone, Bengħajsa, Kalafrana limiti ta' B'Bugia, li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament.", "Jista' issa l-Ministru jagħtini l-informazzjoni mitluba f'mistoqsija parlamentari W433?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninsab infurmat li l-kwistjoni għadha pendenti u d- deċiżjoni għad trid tittieħed."]} {"filename": "19950619_433d_par.doc", "date": "1995-06-19", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Uffiċjali u Rivedut) IS-SEBA' PARLAMENT Seduta Nru. 433 It-Tnejn, 19 ta' Ġunju, 1995 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati Malta Prezz Lm1 IS-SEBA' PARLAMENT Seduta Nru. 433", "It-Tnejn, 19 ta' Ġunju, 1995", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.12 p.m.", "Talba", "Seduta Nru. 433", "It-Tnejn, 19 ta' Ġunju, 1995", "WERREJ", "MINUTI 708", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 708", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA 714", "MOZZJONIJIET", "ĦATRA TA' DEPUTY SPEAKER 714", "RAPPREŻENTANZA TA' MALTA FUQ IL-KUNSILL TA' L-EWROPA 726", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR L-OMBUDSMAN", "OMBUDSMAN BILL", "It-Tieni Qari 726", "AĠĠORNAMENT 739", "MISTOQSIJIET IMWIEBA BIL-MIKTUB 744", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 432 li saret fl-14 ta' Ġunju, 1995 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "MELLIEĦA - SINJALI TAT-TRAFFIKU", "26547.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru għat-Trasport, Komunikazzjoni u Teknologija: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 25720 li oriġinarjament għamiltha lill-Ministru ta' l-Intern dwar \"No Parking/Keep Clear Sign\" quddiem 59, Triq N. Caruana Dingli fil-Mellieħa?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO (Ministru għat-Trasport, Komunikazzjoni u Teknoloġija): Jiena nformat li l-applikazzjoni tal-persuna kkonċernata ġiet pproċessata mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' li hija responsabbli biex teżamina dawn l-applikazzjonijiet.", "L-approvazzjoni ta' din il-Kummissjoni intbagħtet lit-Traffic Control Board nhar il-Ġimgħa 16 ta' Ġunju 1995.", "Id-Dipartiment tat-Toroq se jieħu l-passi neċessarji sabiex isiru l-markings quddiem id-dar tal-persuna kkonċernata.", "MR SPEAKER (Onor. Lawrence Gonzi): L-Onor.", "Joe Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jista' l-Ministru jgħidli jekk it-Traffic Control Board huwiex jieħu ħsieb anke dawk l-ilmenti li saru qabel ma reġa' twaqqaf dan il-Bord?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Iva, it-Traffic Control Board qiegħed ukoll jieħu ħsieb il-backlog ta' l-ilmenti li kien hemm qabel.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jista' l-Ministru jgħidli jekk il-Bord ħarisx lejn it- talbiet li kienu ġew approvati xi tliet snin ilu għal bus shelter ħdejn Bighi ġewwa l-Kalkara u għal bus shelter ieħor fi Triq l-Immakulata ġewwa Bormla?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Jiena personalment ma ħaristx lejn dawn it- talbiet, pero' nieħu nota ta' dan li qed jgħid l-Onor.", "Membru biex nirreferihom lit-Traffic Control.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Peress li xi żmien ilu f'mistoqsija parlamentari dwar l- istess suġġett, l-Ministru stess kien qalli li qed jikkonsidraw l-ambjent ta' dawk l-inħawi biex il-bus shelter isir skond l-ambjent ta' hemmhekk, jista' l-Ministru jgħidli jekk dan ifissirx li l-bus shelter ikun bla saqaf, u meta tkun ix-xita tixxarrab u meta tkun ix-xemx tinħaraq bix-xemx?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Ma naħsibx li għandha tfisser hekk.", "Nieħu ħsieb li din il-ħaġa tingħata l-attenzjoni neċessarja.", "PULIZIJA - BARRANIN MIŻMUMA FIL-KWARTIERI TA' L-SAG", "26548.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm barranin miżmuma fil-kwartieri ta' l-SAG f'Ta' Kandja bħalissa?", "Ta' liema nazzjonalita' huma?", "Għaliex intbagħtu joqogħdu hemm?", "Kemm hu stmat li - medja fil-ġimgħa - jqum lill-Gvern għall-ikel u manteniment ieħor?", "Kemm ilu hemm l-aktar wieħed?", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern): Ninsab informat li bħalissa hemm 26 barrani li qegħdin miżmuma fil-Kwartieri ta' l-SAG f'Ta' Kandja.", "Dawn huma maqsuma hekk:", "6 allegatament Somali, 1 allegatament Libjan, 17 allegatament Alġerini; u 2 mill-Gambia", "Dawn intbagħtu joqogħdu f'Ta' Kandja peress li għadhom qegħdin isiru arranġamenti biex jintbagħtu lura pajjiżhom.", "Fil-fatt kważi kollha għadhom mingħajr dokument biex ikunu jistgħu jivvjaġġaw u qegħdin jistennew dan id- dokument mill-Ambaxxata tagħhom f'Ruma.", "24 minn dawn il-barranin ilhom f'Ta' Kandja mis-17 ta' Frar, 1995, filwaqt li tnejn minnhom ilhom hemm mit-8 ta' Marzu, 1995.", "Ras għal ras kull barranin qed jiswa lid-Dipartiment Lm8.75 fil-ġimgħa għal dak li hu ikel.", "Spejjeż oħra ta' manteniment ma jistgħux jiġu kwantifikati għax dawn jiġu assorbiti fin-nefqa tas-sezzjoni.", "FNIEK SLAVAĠ", "26580.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: L-Awtoritajiet tas-Saħħa qatt għamlu xi studju biex isir magħruf għala fniek slavaġ qed jinstabu mejta fl- irdumijiet u fil-kampanja ta' Malta u Għawdex?", "Jekk ma sarx studju simili, jista' jsir dan l-istudju biex jiġi stabbilit x'inhi r-raġuni ta' dawn l- imwiet għax mill-imwiet jindika li jista' hemm xi ħaġa ħażina fil-katina ekoloġika lokali?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Segretarju Parlamentari) (f'isem il-Ministru għall- Iżvilupp Soċjali): Ninsab informat li d-Diviżjoni tas-Saħħa qatt ma rċeviet rapporti bħal dawk li għalihom qed jirreferi l-Onor.", "Interpellant.", "Filwaqt li nitolbu jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru responsabbli għall- agrikoltura tlabt lill-uffiċjal inkarigat biex jagħmel il-kuntatti meħtieġa mad-Dipartimenti ta' l-Agrikultura u ta' l-Ambjent.", "FELLENBERG - PREMJAZZJONI TA' KOTBA", "26581.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jgħid għaliex dawk l-istudenti li ngħataw premjijiet ta' kotba għax ġew fl-ewwel postijiet fil-klassijiet ta' l-Istitut Fellenberg qed idumu daqshekk ma jingħataw dawn il-kotba?", "Ma jaħsibx li dan id-dewmien iħalli effett negattiv fuq l-istudenti meta suppost dawn il-premjijiet iservu ta' inċentiv u nkorraġġiment għall- istudenti?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON (Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani): Jien informat li fl-Istitut Fellenberg hemm id-drawwa li l-istudenti jagħżlu huma stess il-kotba li jixtiequ li jingħatawlhom bħala premju.", "Ħmistax-il ġurnata ilu, l-istudenti ġew avżati biex jagħżlu l-kotba.", "SKEJJEL PRIVATI - STUDENTI", "26582.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Studenti li jattendu skejjel privati jew tal-Knisja jistgħu jattendu summer schools tal-Gvern?", "Id-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni għandu dritt jiċħad it-talba ta' dawk il- ġenituri li jixtiequ jibgħatu lill-uliedhom f'summer school tal-Gvern meta l-istess ulied huma fi skola privata jew tal-Knisja?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: L-iskema li biha jitħaddmu l-iskejjel tas-sajf hi maħsuba biex tagħti tagħlim lil dawk it-tfal li matul is-sena skolastika jkunu sabu diffikulta'.", "L-istudenti li jattendu l-iskejjel tas-sajf jingħażlu skond assessment mir-remedial teachers jew skond ir-riżultat miksub fl-aħħar eżami.", "Liema miż-żewġ kriterji jintuża jiddependi mill-eta' tat-tfal konċernati.", "Il-kriterji japplikaw ukoll fil-każi ta' tfal li jattendu l-iskejjel tal- Knisja jew l-iskejjel privati.", "GĦalhekk m'hemm ebda oġġezzjoni li l-istudenti ta' dawn l-iskejjel jattendu summer schools tal-Gvern.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT (Kap ta' l-Oppożizzjoni): Jista' jekk jogħġbu l- Ministru jagħtina l-aħħar informazzjoni dwar il-proposti tal-Junior College speċifikatament għal dak li għandu x'jaqsam ma' l-istipendji li se jingħataw jew li mhux se jingħataw lill-istudenti li jibdew imorru l-Junior College?", "Dawn se jkunu relatati ma' l-istipendji li jingħataw lill- istudenti tas-Sixth Forms l-oħra ta' Malta u GĦawdex?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: L-istipendji baqgħu kif kienu qabel għall- istudenti tas-Sixth Form u dawn se jibqgħu jingħataw kemm lill-istudenti tas-Sixth Form kif ukoll lill-istudenti tal-Junior College.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Dawn l-istipendji se jkunu rranġati u organizzati mill-Universita', jiġifieri se tkun l-Universita' jew id-Dipartiment ta' l- Edukazzjoni li jgħaddi dawn l-istipendji?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: L-Universita' ma tagħti stipendji lil ħadd għax fil-fatt l-istipendji joħroġhom dejjem il-Ministeru, anke fil-każ ta' dawk l-istudenti li l-vot tagħhom m'hux dak ta' l-Universita'.", "Il-kontroll ta' l-istipendji huwa totalment f'idejn il-Ministeru.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jiġifieri qed nifhem tajjeb li l-istipendji li se jingħataw lill-istudenti tal-Junior College fl-ewwel u fit-tieni sena se jkunu kompletament l-istess bħall-istipendji li jingħataw lill-istudenti tas-Sixth Form?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Qed tifhem tajjeb.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jista' l-Ministru jgħidilna x'se tkun id-differenza bejn l-organizzazzjoni tas-Sixth Form u dik tal-Junior College għal dak li għandu x'jaqsam ma' l-istruttura u ma' l-organizzazzjoni tal-korsijiet?", "Hawnhekk qed nitkellem f'termini ta' struttura skolastika.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Kif intqal kemm-il darba pubblikament, l-idea hi li fil-Junior College ikun hemm metodu ta' tagħlim differenti minn dak li wieħed isib fi skola sekondarja.", "Minkejja dak li jingħad, fl-iskejjel tas- Sixth Form, inkluż is-Sixth Form Gian Franġisk Abela, il-metodu tat-tagħlim li jsir hemmhekk huwa replika ta' dak li jsir fl-iskejjel sekondarji, bid- differenza li hemmhekk kien ikun hemm it-tutorials ukoll.", "Imma prattikament l-idea kienet dik ta' lezzjoni li tingħata fi klassi.", "Issa din is-sistema ta' tagħlim m'hix se tibqa' kif inhi, għax fil-Junior College se jkun hemm speċi ta' apprentistat - biex ngħidulu hekk - ta' sistema ta' tagħlim li huwa bħal dak universitarju.", "Is-sistema ta' tagħlim fil-Junior College se tkun differenti minn dik ta' l-iskejjel sekondarji biex b'hekk l-istudenti li jmorru fil-Junior College jiġu aktar akklimitizzati għas-sistema ta' tagħlim li teżisti fl-Universita'.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jista' jekk jogħġbu l-Ministru jispjegalna eżattament fiex se tikkonsisti d-differenza fit-tagħlim?", "Jiġifieri b'din is-sistema in terms ta' l-għalliema u l-istudenti, fil-Junior College ir-ratio se jkun 1:10 filwaqt li fis-Sixth Form ikun ta' 30:1?", "GĦal dak li għandu x'jaqsam mal-Junior College, id-differenza se tikkonsisti biss f'tutorial system u t- tagħlim fis-Sixth Form se jingħataw f'forma ta' lecture?", "Prattikament x'inhi d-differenza bejn dak li se jingħata bħala struzzjoni fil-Junior College u dak li jingħata fis-Sixth Form?", "Jista' l-Ministru jikkonfermalna jekk il-curriculum u l-mod kif se jiġi stabbilit skolastikament il-Junior College ġiex finalizzat, jew għadux fl-ajru?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jekk bil-kelma \"curriculum\" il-Kap ta' l- Oppożizzjoni qed jirreferi għal dak li jridu jiġu ppreparati għalih l- istudenti, ngħidlu li dak huwa s-syllabus tal-MATSEC li diġa' huwa ppubblikat.", "Fil-fatt dan is-syllabus ilu ppubblikat għal numru ta' xhur mhux ħażin u infatti ilu għand il-kapijiet tas-Sixth Forms, anke ta' dawk privati, minn Lulju tas-sena li għaddiet minkejja li, jekk m'iniex sejjer żball, il-ktieb ġie ppubblikat f'Jannar ta' din is-sena.", "GĦalhekk il- kontenut tat-tagħlim, fis-sens ta' x'se jkun is-syllabus li fuqu l- istudenti se jiġu eżaminati fl-aħħar tal-kors ta' sentejn ilu magħruf minn kulħadd.", "Naturalment id-differenza hi fil-metodu fuq kif se jiġi mogħti t-tagħlim u mhux fuq x'inhu t-tagħlim.", "Il-prinċipju tal-Junior College hu li filwaqt li jkun hemm lectures, ikun hemm aktar attenzjoni individwali permezz ta' metodi ta' tagħlim li ma jinkludux biss tutorials, imma jinkludu wkoll attivitajiet bħalma huma seminars u small group teaching li permezz tagħhom l-istudenti jiġu mgħallma aktar kif jistudjaw, milli x'għandhom jistudjaw.", "GĦalhekk is-sistema kollha pedagoġika trid tiġi ndirizzata lejn din id- direzzjoni.", "Il-Bord tal-Junior College ġie fformat u għaldaqstant qed jidħol f'dawn id-dettalji.", "Naturalment ladarba jinħatru l-lecturers, ħafna mid-dettalji tal-metodi ta' tagħlim li jridu jsiru jiġu diskussi magħhom u għalhekk m'hemmx xi direzzjoni speċifika ta' tant nies f'kull tutorial, f'kull lecture u f'kull seminar.", "Ovvjament ħafna drabi dan jiddependi minn kemm se jkun hemm studenti li jagħżlu xi suġġetti partikolari.", "Pero' wieħed irid jifhem ukoll li din il-materja u trid tiġi diskussa wkoll b'mod miftuħ ta' parteċipazzjoni fost saħansitra l-lecturers li se jgħallmu.", "Imma l-prinċipju huwa dak li semmejt qabel.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jista' jekk jogħġbu l-Ministru jikkonferma li m'hu se jkun hemm l-ebda relattivita' bejn dawn il-metodi ġodda li qed isemmi l- Ministru u korsijiet oħra li jsiru fl-Universita', per eżempju l-HMC, mediterranean studies u studji oħrajn fejn ħafna drabi qed ikun hemm madwar 70 jew 100 student u f'dawn il-korsijiet l-ismall group teaching li qed isemmi hu assolutament ma jeżistix?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Assolutament le.", "Jekk fil-Junior College ma jkunx hemm seminars u a small group teaching system, dan ikun beda on the wrong foot.", "GĦalhekk dan ma għandux relattivita' ma' dak li qed jgħid l-Onor.", "Interpellant.", "Żgur li se jkun hemm tutorials, small group teaching u seminars għax inkella nitilfu l-iskop kollu li għalih se jinħoloq il-Junior College.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Il-Ministru qed jgħid li l-ismall group teaching fost affarijiet oħra se jkun il-hallmark tal-metodi l-ġodda li se jkun hemm fil- Junior College.", "Issa qed jintqal ukoll li n-numru ta' għalliema li se jkun hemm fil-Junior College se jkun inqas min-numru ta' għalliema li hemm fis- Sixth Form Ġian Franġisk Abela.", "Allura kif jista' jkun li b'numru inqas ta' għalliema fuq kważi l-istess ammont ta' studenti, wieħed se jirċievi a small group teaching meta dan mhux qed jiġi achieved fis-Sixth Form Gian Franġisk Abela?", "X'se tkun is-sistema li biha numru inqas ta' għalliema se jirnexxielhom jagħmlu bidla fil-metodu permezz ta' small group teaching system fuq bażi ta' l-istess numru ta' studenti?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: L-ewwel ħaġa, fl-opinjoni tiegħi fis-Sixth Form Ġian Franġisk Abela hemm ammont ta' ħela ta' riżorsi, jiġifieri l-għalliema mhux qed jiġu utilizzati bl-aħjar mod.", "It-tieni, peress li fil-Liceo Ġian Franġisk Abela l-għalliema huma stradati fuq sistema ta' tagħlim fi skejjel sekondarji u meta jkun hemm grupp kbir hemm il-famuż numru sagrosant ta' 25 li ma jkunx japplika għal meta jingħataw il-lectures.", "Apparti minn hekk hemm limitazzjonijiet - peress li huma teachers - ta' l-ammont ta' contact hours li għandu jkollhom ma' kull student.", "Ħalli nispjega daqsxejn.", "Jiġifieri meta għalliem fil-Liceo Ġian Franġisk Abela jagħmel tutorial ma' sitta jew ma' għaxra min-nies, as far as they are concerned, peress li japplikaw in-normi ta' skola sekondarja, dan jinkluduh fl-ammont ta' sigħat li għandhom magħmul, kif għidt, b'ċertu numri sagri, li wieħed jgħallem meta jkun teacher.", "Meta tista' tagħmel riforma fis-sistema u ma tkunx marbut b'dawn il-parametri li m'humiex imfassla għal dan it-tip ta' tagħlim, imma għal skola sekondarja fejn qatt ma ssib sitt studenti biss flimkien bħalma ssib f'tutorial, allura mbagħad tkun tista' tippjana b'mod li r-riżorsi umani tużahom aħjar mingħajr ma titlef il-vantaġġ tas-small group teaching.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ma nafx hux qiegħed nifhem tajjeb, Sur President.", "Qed nitkellmu fuq sitwazzjoni fejn l-ewwelnett il-conditions of service ta' l-għalliema fil-Junior College se jkunu differenti minn kif kienu ta' l- għalliema fil-Liceo Ġian Franġisk Abela biex b'dan il-mod l-għalliema fil- Junior College - għalkemm f'numru iżgħar minn dak li kien hemm fil-Liceo Ġian Franġisk Abela - ma' l-istess numru ta' studenti li hemm fil-Liceo Ġian Franġisk Abela jkunu jistgħu ilaħħqu mal-volum akbar li se jkun hemm ta' small group teaching u allura skond il-Ministru se jkunu jaħdmu skond in-normi viġenti fl-Universita' f'dak li għandu x'jaqsam ma' small group teaching.", "Qed nifhem tajjeb jien?", "Naħseb li l-Ministru l-kalkoli f'din il-ħaġa qed jagħilhom ħażin.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: L-ewwelnett m'hemm l-ebda dikjarazzjoni ta' kemm se jkun in-numru ta' lecturers fil-Junior College.", "Jiġifieri dan il-ħafna għajdut li se jkun hemm 90 żejda, huma kollha spekulazzjonijiet għax qatt ma ġie deċiż kemm se jkun in-numru ta' l-istaff tal-Junior College għaliex wieħed irid jara kemm se jkun hemm studenti u kemm se jkollhom options.", "Ma rridux ninsew li din is-sena l-options se jkunu differenti, fejn qabel wieħed li jidħol fis-Sixth Form ried japplika għal tliet suġġetti, illum irid japplika għal ħames suġġetti, tnejn at advanced level u tlieta at intermediate level u minħabba f'hekk ma tantx nistgħu nimxu fuq il-mudell ta' l-options li ġraw fis-snin ta' qabel.", "It-tieni nett, m'hemm l-ebda kondizzjonijiet speċjali ta' xogħol għall- għalliema fil-Liceo Ġian Franġisk Abela.", "Dawn l-għalliema huma għalliema li ġew posted hemm.", "Uħud minnhom, fosthom uħud minn dawk li qegħdin jipprotestaw, sa bħal dan iż-żmien sena kienu għadhom jgħallmu fi skola sekondarja.", "Jiġifieri m'hemm l-ebda kondizzjonijiet partikolari għall- għalliema tas-Sixth Form, pero' konna qegħdin nużaw il-parametri li hemm fi ftehim bejn l-union tat-teachers u l-Gvern, partikolarment intiżi u mfassla għal skejjel sekondarji u konna qed nużawhom għas-Sixth Forms.", "Dan li konna qegħdin nagħmlu.", "Issa qegħdin ngħidu li dan se jinqata' kollu, min se japplika biex isir assistant lecturer fl-Universita' u se napplikaw parametri differenti.", "MR SPEAKER: L-aħħar mistoqsija.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jiena ma rridx inkun fitt imma qed nifhem li hemm ċertu nuqqas ta' ċarezza fil-concepts li qed nisma'.", "Il-Ministru għadu kemm qalilna li l-kondizzjonijiet ta' kif se jiġu mmexxija t-teaching systems fil-Junior College m'hux se jkunu bħal dawk fi skola sekondarja u bħal dawk fil-Liceo Ġian Franġisk Abela, mela jiena nimmaġina li se jsiru skond normi universitarji.", "Qed nifhem tajjeb?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Bejn wieħed u ieħor.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Mela se jkun hemm bidla tan-normi ta' kif jaħdmu dawn l-għalliema!", "Il-Ministru għadu kemm qalilna wkoll li m'hux bilfors ikun hemm anqas għalliema milli hemm fil-Liceo Ġian Franġisk Abela.", "Jiġifieri jista' jkun li fil-Junior College se jkun hemm l-istess numru ta' għalliema bħalma hemm fil-Liceo Ġian Franġisk Abela.", "Imma jekk diġa' tafu x'inhuma n- normi tat-tmexxija, diġa' tafu kemm se jkun hemm studenti fil-Junior College.", "Lanqas dik ma tafu?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: L-Onor.", "Sant għandu raġun jagħmel din id-domanda għax kont se nispjegaha l-ewwel, imma nsejt.", "Fil-fatt l-Universita' ħarġet avviz biex ikollha idea ta' kemm hemm studenti li jridu jidħlu fil-Junior College s-sena d-dieħla.", "GĦalkemm din tkun applikazzjoni proviżorja għax ikunu għadhom ma ħarġux ir-riżultati ta' l-eżamijiet, ikollha idea ta' kif se jitqassmu l-options ta' l-istudenti għax, kif diġa' għidt, ma nistgħux nimxu fuq il-mudell tas-snin ta' qabel għaliex din is-sena l-istudenti m'hux se jagħżlu tliet suġġetti bħalma kienu jagħmlu qabel, imma se jagħżlu ħames suġġetti.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Il-volum ta' studenti li se jgħaddi mill-Junior College b'xi mod jew ieħor demografikament nafuh.", "Mela given that u given in-normi ta' tmexxija li trid timxi bihom - li huma differenti minn dawk tal-Liceo Ġian Franġisk Abela - suppost li diġa' għandek concept ta' kemm se jkun hemm bżonn ta' għalliema fil-Junior College.", "Issa qed niskanta kif il-Ministru qed jgħidli li lanqas dan ma jaf!", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Il-matematika m'hix daqshekk faċli u r-raġuni hija li l-istudenti jridu jagħżlu ħames suġġetti, tnejn at advanced level u tlieta at intermediate level u din tant tikkomplika u tant tagħti permutations u combinations possibbli li l-aħjar ħaġa hi li jkollok f'idejk espressjoni ta' intenzjoni mingħand l-istudenti li jridu jidħlu fil-Junior College, liema informazzjoni se tinġabar mill-Universita' fi ftit ġranet oħra.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, l-aħħar intervent.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Bir-rispett kollu, dan l-argument kif qed tagħmlu int japplika minn sena għal sena.", "Jiġifieri għas-sena d-dieħla se jerġa' jkollok l-istess problema u tliet xhur qabel Settembru ma tkunx taf kemm se jkollok bżonn għalliema.", "Jiena nerġa' ngħidlek biex toqgħod attent u tiċċara eżattament x'qiegħed tgħid meta titkellem dwar dawn in-normi.", "Jien nistaqsi jekk dawn in-normi jfissrux ratio differenti ta' għalliema ma' studenti għax jekk se tuża n-normi universitarji f'ċerti korsijiet m'hux bi small group teaching se tispiċċa, imma effettivament se tispiċċa b'large group teaching.", "MR SPEAKER: Il-Minsitru, fil-qosor ħafna, jekk jogħġbok.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Dan ma japplikax għal kull sena għax din hija l- ewwel sena li se jkun hemm preparazzjoni għal ħames suġġetti flok għal tliet suġġetti.", "Minħabba f'hekk li nqalgħet il-komplikazzjoni u m'hux minħabba l-kwestjoni tal-Junior College.", "Anke kieku ħallejna kollox fil- Liċeo Ġian Franġisk Abela is-Sixth Form, xorta konna nkunu fil-għama dwar kemm għandna bżonn għalliema minħabba li ma tistax tfassal l-options.", "Dwar il-kwestjoni l-oħra, nista' nassigura lill-Onor.", "Interpellant li din qiegħda f'moħħi l-ħin kollu u nista' nassigurah ukoll li l-iskop kollu hu li ma jkunx hemm numru kbir ta' studenti li jiltaqgħu ma' lecturer, jagħmlilhom lecture u barra bid-daqq!", "M'hux dan hu l-iskop.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet issa għadda.", "Tqegħid ta' Karti.", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO (Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin): Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' ittra li l-Kummissarju Għoli ta' Malta f'Canberra bagħat lill-Editur ta' \"The Sunday Telegraph\" u ppubblikata fl-14 ta' Mejju 1995, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 26878.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd): Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Lista ta' uffiċjali impjegati fid-Dipartiment ta' l-Agrikoltura li ntbagħtu jistudjaw jew jitħarrġu barra minn Malta bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 26756.", "MR SPEAKER: Mozzjonijiet.", "Il-Prim Ministru.", "MOZZJONIJIET", "ĦATRA TA' DEPUTY SPEAKER", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Prim Ministru): Mr Speaker, nipproponi li l- Onor. Michael Bonnici jiġi maħtur Deputy Speaker tal-Kamra.", "MR SPEAKER: Min jissekonda, jekk jogħġobkom?", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Rimarki?", "Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Mr Speaker, kif taf il-Kamra fil-bidu ta' din il-Leġislatura kien intlaħaq ftehim bejni u bejn il-Kap ta' l-Oppożizzjoni dwar in-nomina ta' Deputy Speaker.", "Kien sar suġġeriment, li intlaqa', li d- Deputy Speaker tkun persuna proposta min-naħa ta' l-Oppożizzjoni.", "Fil- fatt il-ftehim kellu żewġ aspetti, wieħed li d-Deputy Speaker tkun persuna nominata min-naħa ta' l-Oppożizzjoni u l-ieħor li fil-Kamra jkun hawn ftehim dwar il-pairing.", "L-Oppożizzjoni rtirat minn dan il-ftehim u l-Kamra issa ilha mingħajr Deputy Speaker għal numru ta' xhur.", "Mr Speaker, fil- White Paper li ġiet ippubblikata lejn l-aħħar ta' l-1993, il-Gvern kien ippropona li ssir emenda fil-Kostituzzjoni biex in-nomina ta' Deputy Speaker issir skond il-Kostituzzjoni stess, billi l-Oppożizzjoni tipproponi persuna li tiġi aċċettata mill-Kamra għall-kariga ta' Deputy Speaker.", "Il- Gvern għadu jemmen li dak kien arranġament tajjeb u aktar 'il quddiem beħsiebu jressaq emenda kostituzzjonali biex tagħti validita' għal dak li s'issa, jew sa ftit żmien ilu, kien il-ftehim tal-Kamra.", "Mr Speaker, jien irrid ngħid li staqsejt lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni jekk l-Oppożizzjoni tixtieqx li nkomplu b'dak il-ftehim li jiġi nominat Deputy Speaker fuq suġġeriment ta' l-Oppożizzjoni, naturalment bil-qbil tal-Kamra, u ġejt informat mill-Kap ta' l-Oppożizzjoni li hu m'huwiex beħsiebu jipproponi lil xi ħadd min-naħa ta' l-Oppożizzjoni għal din il-kariga.", "Aħna min-naħa tal-Gvern jidhrilna li huwa xieraq li jiġi nominat Deputy Speaker u ċertament il-persuna li qed tiġi nominata hi persuna li kif taf il-Kamra diġa' għandha esperjenza għaliex fil-kariga tagħha ta' Viċi President tal-Kumitati tal-Kamra ilha tiffunzjona u naħseb li l-Kamra taqbel dwar in-nomina tiegħu għall-kariga ta' Deputy Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, huwa tajjeb li nagħtu ftit aktar dettalji fuq l-isfond tal-kwestjoni milli għoġbu jagħti l-Prim Ministru.", "L- isfond ta' dan is-suġġett jibda wara l-aħħar Elezzjoni Ġenerali meta kien hemm il-ħtieġa li l-Parlament jerġa' jiltaqa'.", "Dak iż-żmien il-Prim Ministru kien kellimni bis-suġġeriment li jkun hemm qbil fuq l-appuntament tal-President tal-Kamra u wara diskussjonijiet kont urejt id-dispożizzjoni li aħna min-naħa ta' l-Oppożizzjoni naqblu fuq l-appuntament ta' President tal-Kamra fil-persuna tiegħek, Sur President, pero' fl-istess nifs issuġġerejt li mbagħad id-Deputy Speaker għandu jkun appuntat min-naħa ta' l-Oppożizzjoni.", "Meta jien issuġġerejtlu li naħdmu b'dan il-mod, il-Prim Ministru immedjatament kien staqsieni min naħsbu li tista' tkun din il- persuna u jien kont issuġġerejtlu l-isem ta' l-Onor.", "Charles Mangion bħala Deputy Speaker.", "Wara li sema' dan is-suġġeriment u għamel il- konsultazzjonijiet tiegħu il-Prim Ministru ġie lura bis-suġġeriment li min- naħa tagħhom huma disposti li jimxu fuq din il-bażi u jkun hemm bħala Deputy Speaker l-Onor.", "Charles Mangion taħt il-Presidenza tiegħek, pero' bis-suġġeriment addizzjonali li min-naħa ta' l-Oppożizzjoni jkun hemm qbil fuq il-pairing.", "Wara li jien għamilt il-konsultazzjonijiet tiegħi fuq din il-ħaġa wasalt lura bis-suġġeriment li l-Oppożizzjoni hija lesta li tagħmel il-pairing bil-kondizzjoni, bil-qbil u bis-suġġeriment li ma jkunx hemm il- forma ta' proċeduri li kien daħħal il-Gvern fl-aħħar leġislatura, jiġifieri li l-votazzjoni ssir fl-aħħar tas-seduta ikun x'ikun il-mument meta tintalab votazzjoni.", "GĦalkemm min-naħa tal-Gvern ma kienx hemm qbil espress fuq din il-ħaġa, intwera li kienu lesti jaħdmu fuq dik il-bażi.", "Allura biex ngħidu hekk inħoloq - se nuża kelma ftit sterjotipata - \"pakkett\" ta' kif għandna nimxu li min-naħa kien jinkludi proposta li fuqha kien se jkun hemm qbil - il-proposta ta' l-Onor.", "Sinjorija Tiegħek bħala President tal-Kamra - u min-naħa ta' l-Oppożizzjoni, bil-qbil ukoll, il- proposta ta' l-Onor.", "Charles Mangion bħala Deputy Speaker.", "Imbagħad to underpin dawn iż-żewġ arranġamenti il-ftehim tal-pairing u l-ftehim li l- votazzjoni tittieħed meta tintalab", "Sur President, jien naħseb li meta wieħed jifli r-record ta' kif ġraw l- affarijiet, ċertament ħadd ma jista' jgħid li l-Oppożizzjoni Laburista ma onoratx, kif kellha tonora, dan l-arranġament.", "Naħseb li f'ħafna każi kull meta kien hemm ċerti affarijiet li kellhom jiġru fil-Kamra l-ftehim ħadem tajjeb u ħadem kif kellu jaħdem.", "Dan dejjem seta' jsir għax minn din in- naħa tal-Kamra kien hemm l-atteġġjament li ma ngħidux \"le\" għal kull ħaġa li ssir f'din il-Kamra kif kienu jagħmlu l-Oppożizzjoni Nazzjonalista qabel l-1987.", "M'hemmx dubju li dan il-ftehim ħadem kif ħadem bħala pakkett għax min-naħa tagħna onorajna kif kellna nonoraw l-arranġamenti li kienu miftiehma.", "Kien hemm każ wieħed, u tajjeb li naċċennaw għalih, fejn dan il- ftehim ma ħadimx u dan kien il-każ, li meta l-Onor.", "Ninu Zammit kien qed jitkellem fuq mozzjoni li kellha x'taqsam ma' l-Estimi ta' l-Enemalta, aħna ressaqna mozzjoni biex minnufih id-dibattitu jiġi aġġornat, biex ngħid hekk sine die.", "Inti min-naħa tiegħek irregolajt li din tista' ssir, imma mbagħad ma tajtniex iċ-ċans li nispjegaw ir-raġuni għaliha.", "Ir-raġuni kienet li din kellha x'taqsam mal-punt li aħna għandna mozzjoni ta' sfiduċja fl-Onor.", "Ninu Zammit li ilha pendenti żmien.", "Tressqet kawża fil- qorti u ntuża dak l-argument tal-kawża fil-qorti biex il-mozzjoni ta' sfiduċja fl-Onor.", "Ninu Zammit ma titressaqx quddiem din il-Kamra u allura n- naħa tal-Gvern ċaħħdu lilhom infushom, biex ngħid hekk, iċ-ċans spettakolari biex juru l-fiduċja tagħhom fl-Onor.", "Ninu Zammit.", "Mela waqt li konna qed niddiskutu l-Estimi ta' l-Enemalta u aħna għamilna din il- mozzjoni li ġiet aċċettata minnek, imma ma ngħatajniex iċ-ċans nispjegaw ir- raġuni warajha, aħna ddeċidejna li fuq dik il-mozzjoni nieħdu division u ma nimplimentawx il-ftehim pairing fuqha.", "Minnufih ġejna akkużati li qegħdin nuru nuqqas ta' good faith u li konna mxejna b'mod żleali.", "Dak kien l- argument dak inhar.", "Imbagħad is-sena li għaddiet kellna l-Liġi dwar il-VAT li konna ilna ngħidu żmien twil li din hija liġi kruċjali u li ridna nissiskutuha sa l- aħħar.", "Min-naħa tal-Gvern kellna l-indikazzjoni - biex ma ngħidx il-wegħda - li l-Gvern kien lest li jiddiskuti din il-Liġi sa l-aħħar.", "Il-Gvern kien lest li jagħti l-ħin kollu li kien hemm bżonn għad-diskussjoni tagħha.", "Ħalliha li mbagħad li min-naħa tal-Gvern din il-Liġi baqgħet tittawwal u tittawwal qabel ma tressqet quddiem din il-Kamra.", "Stennew sakemm tibda' l- World Cup biex iressquha, jiġifieri konna deħlin sew fix xhur ta' Ġunju jew Lulju, u aħna nistennew biex tibda d-diskussjoni fuq il-Liġi dwar il-VAT.", "Ma rridux ninsew li mbagħad bdew resqin ukoll il-vaganzi tas-sajf.", "Waqt li kienet għaddejja d-diskussjoni fuq il-Liġi dwar il-VAT, minnufih ingħatajna l-indikazzjoni li l-Gvern ma kienx se jibqa' jiddiskutiha sa l-aħħar, imma kien se jibda japplika l-giljottina fuq din il-Liġi.", "Minn dak inhar 'il hawn l-argument tal-Gvern kien li m'hemmx għalfejn neħduha bi kbira il- kwestjoni tal-giljottina fuq il-Liġi dwar il-VAT għax qal li ta biżżejjed żmien biex din il-Liġi tiġi diskussa.", "Il-Prim Ministru mhux darba jew tnejn ħareġ bi statistika twila dwar kemm ta sigħat għad-diskussjoni fuq din il-Liġi meta mqabbla ma' liġijiet oħra.", "Dawn l-argurmenti assolutament ma kenux konvinċinti.", "Ma kenux konvinċenti għax min-naħa tal-Gvern aħna kellna l-wegħda li se jagħti ż-żmien kollu għad-diskussjoni dwar din il- Liġi iżda minflok ma l-Gvern għamel hekk, minnufih ressaq mozzjoni ta' giljottina kemm fuq is-Second Reading ta' l-Abbozz kif ukoll fuq l-Istadju ta' Kumitat.", "Għan-naħa ta' din il-Kamra mill-ewwel deher biċ-ċar li l- arranġamenti dwar il-pairing ma jistgħux jibqgħu jiġu sostnuti aktar.", "F'ċirkostanzi bħal dawn, fejn il-Gvern kien qed idaħħal liġi bħal din li għandna implikazzjonijiet kbar u jimplimentaha bil-giljottina, aħna ma stajniex nibqgħu għaddejjin kuntenti u qisu ma ġara xejn.", "Allura kellu jaqa' l-pakkett tal-ftehim kollu.", "U hekk ġara.", "L-Onor.", "Charles Mangion - fl-opinjoni tiegħi bl-aktar mod onorabbli - minn rajh iddeċieda li f'dawn iċ-ċirkostanzi kellu jirriżenja minn Deputy Speaker għax kien ġie f'pożizzoni, fejn il-ħatra tiegħu li saret fl-ambitu tal-ftehim li għadna kemm tkellimna dwaru, kienet qed tiġi mpoġġija fi kwadru ieħor.", "In-naħa tal-Gvern kemm-il darba ssuġġerew li nerġgħu mmorru għall- arranġament ta' qabel, pero' għan-naħa ta' l-Oppożizzjoni din it-talba ma kenitx u m'hijiex aċċettabbli.", "M'hux minnu li b'xi mod jew ieħor l- arranġamenti li kienu saru ġew osservati f'dan is-sens.", "L-ispirtu tagħhom żgur li ma ġiex osservat u l-kondizzjonijiet li pprevalew f'dak li għandu x'jaqsam ma' proċedura tal-Kamra, jiġifieri l-effett tal-pass arbitrarju li ħa l-Gvern is-sena li għaddiet f'dak li għandu x'jaqsam mal-Liġi dwar il- VAT għadu jinħass sal-lum.", "Aħna lesti li naħdmu bl-aktar mod ċivili possibbli, lesti li naħdmu bl-aktar mod kalm possibbli, imma ċertament li m'aħniex lesti li nittolleraw jew nagħlqu għajnejna għall-impożizzjonijiet li l-ħin kollu jiġu bl-aktar mod arroganti min-naħa l-oħra.", "Jistgħu jsiru ħafna referenza għall-imgħoddi, pero' jien fil-preżent qed ngħix u nista' ngħid li f'din l-aħħar sena, il-mod arbitrarju u arroganti li bih mexa l- Gvern f'ċerti affarijiet ta' proċedura u f'ċerti deċiżjonijiet li jaffettwaw ix-xogħol tal-Parlament kienu qegħdin hemm bl-aktar mod konkret.", "Wieħed lanqas ma jista' jgħid li min-naħa ta' l-Oppożizzjoni Laburista, f'dan iż-żmien li qed insemmi, ma baqgħetx ir-rieda ta' koperazzjoni.", "Sur President, nixtieq infakkar li matul din is-sena li għaddiet l-Oppożizzjoni Laburista baqgħet għaddejja bil-kuntatti, anzi kienet hi li ħafna drabi mbuttat lill-Gvern, biex bl-aktar mod kostruttiv inkunu nistgħu nwaqqfu l- Kumitati tal-Kamra.", "U twaqqfu l-Kumitati tal-Parlament.", "GĦal dak ir- rigward l-Oppożizzjoni Laburista tat u baqgħet tagħti kontribut mhux żgħir.", "Bl-istess mod, matul din l-aħħar sena n-naħa ta' l-Oppożizzjoni baqgħet tagħti kontribut kbir fuq ċerti liġijiet ta' ċerta portata bi proposti li l-Gvern kellu jaċċetta għax kienu proposti tajbin.", "Jiġifieri matul dawn l-aħħar snin - l-aħħar sena żgur - min-naħa tagħna bqajna għaddejjin bl-atteġġjament meħtieġ ħalli x-xogħol tal-Parlament jimxi kif għandu jimxi iżda rrid ngħid, Sur President li min-naħa tal-Gvern ma sarx hekk.", "Semmejt attitudni arroganti u semmejt impożizzjonijiet li baqgħu jiġru.", "Ħalli issa insemmi tliet każi fejn il-klima ta' nuqqas ta' rieda tajba min- naħa tal-Gvern dehret ċara.", "Nibda l-ewwelnett b'xi ħaġa li semmejna bħal lum ġimgħa fil-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra, jiġifieri d- deċiżjoni arbitrarja tal-Gvern li jaqbad u jalloka Lm100,000 lil dan il- Parlament biex taparsi jinqasmu bejn il-Partiti ħalli f'isem il-ħtieġa li jkun hemm kuntatti aħjar bejn iż-żewġ Partiti u rappreżentanti għolja Ewropej fi Brussels u postijiet oħra, jkunu jistgħu, jappuntaw rappreżentat tagħhom fi Brussels.", "Sur President, ninformak li l-ewwel darba li sirt naf b'din il-ħaġa kien b'ittra li bgħatli int fl-ewwel ġimgħa ta' Settembru li għadda - xotta xotta fejn kulma kont qed tagħmel kien li tgħaddi messaġġ - fejn informajtni li l-Prim Ministru qabad u ddeċieda li se jalloka somma ta' flus biex iż-żewġ Partiti jibagħtu rappreżentant tagħhom fi Brussels.", "Din kienet xi ħaġa li waqgħet mis-sħab għax assolutament ma kontx naf xi tfisser u kellna nitolbu konsultazzjoni miegħek biex inkunu nafu min-naħa tiegħek x'informazzjoni kellek.", "Biss sirna nafu li f'din il-ħaġa inti sempliċiment kont qed tagħmilha - bir- rispett kollu lejk - ta' pustier.", "Aħna minnufih għamilna l-pożizzjoni tagħna ċara li ma naqblux li ħaġa bħal din kellha ssir u ċertament ma naqblux li ħaġa bħal din kellha ssir b'dan il-mod għax fl-istess żmien - parti oħra mill-mod ta' kif konna lesti li nuru li qed nikkoperaw u lesti li naħdmu fl-interess nazzjonali mal-Gvern f'ċerti affarijiet - suppost bi qbil bejn il-Prim Ministru u Dr. Austin Gatt minn naħa waħda u Dr George Abela u jien minn oħra, kien se jkun hemm żewġ kummissjonijiet għaddejjin.", "Kummissjoni waħda taħt il-presidenza tiegħek li kellha titkellem dwar il- bidliet fil-liġi fis-sistema tal-proċess elettorali u kummissjoni oħra taħt il-presidenza tas-Sur Galdes, li kellha titkellem dwar il-finanzjament tal- partiti.", "Dan kien ftehim li suppost ilħaqna f'April jew Mejju tas-sena li għaddiet.", "Dawn iż-żewġ kummissjonijiet kellhom jibdew jimxu in parallel, ma' xulxin u jirrapportaw f'Settembru.", "Mela f'Settembru minflok kellna dawn ir-rapporti ta' dawn il-kummissjonijiet - u fuq dawn il- kummissjonijiet kien hemm rappreżentanza tat-tliet Partiti - kellna din il- missiva arbitrarja min-naħa tal-Gvern fejn iddeċieda li l-Partit Nazzjonalista jingħata Lm50,000 biex jibgħat lil xi ħadd jixxaħxaq ġewwa Brussels u l-Partit Laburista jingħata Lm50,000 oħra, jekk iridhom, biex jibgħat li xi ħadd ieħor jixxaħxaħ fi Brussels.", "Aħna għidna li dan mhux mod kif isiru l-affarijiet u ċertament mhux mod kif jintefqu flus il-poplu.", "Meta imbagħad dawn l-Lm100,000 għaddew mill-Parlament - permezz tal- maġġoranza tal-Gvern - kontra l-vot tal-Partit Laburista u meta ġew l- ispjegi li dawk il-flus huma intiżi biex il-partiti jew il-gruppi parlamentari rispettivi, jkunu jistgħu jippromwovu r-relazzjonijiet tagħhom mal-partiti, mal-pajjiżi u mal-Parlament Ewropew, aħna għidna li saħħa li għaddiet kif għaddiet din il-ħaġa, imma ċertament m'għandux ikun il-Partit Nazzjonalista jew il-Prim Ministru Nazzjonalista li jimponi bl-arroganza tas-soltu tiegħu fuq l-Oppożizzjoni kif għandhom jintefqu dawk il-flus biex il-Partit Laburista jkun jista' jippromwovi r-relazzjonijiet tiegħu mal- partiti u mal-Parlament Ewropew.", "Taf kif svolġiet id-diskussjoni li kellna nhar it-Tnejn li għadda, Sur President?", "Ir-risposta tal-Gvern kienet: \"Aħna niddeċiedu kif il-partiti għandhom jonqfu l-flus li aħna rridu li jintużaw biex il-partiti jkollhom relazzjonijiet tajba ma' l-Ewropej, u jekk il-Partit Laburista jaħseb li dan jagħmlu mhux billi jibgħat rappreżentant tiegħu jixxaħxaħ fi Brussels, affari tiegħu.", "Aħna hekk iddeċiedejna għall-Partit tagħna u l-Partit Laburista jrid jimplimenta għal Partit tiegħu bl-istess mod.\"", "Din suppost hija demokrazija?", "Suppost li m'hawnx arroganza.", "L-arroganza tista' tintuża bit-tisbit, jew inkella tista' tintuża wkoll billi wieħed taparsi jmellsek.", "Għaldaqstant Sur President, dan hu eżempju ta' kif isiru l-affarijiet, jiġifieri li f'Settembru li għadda irċevejna ittra mingħandek fejn informajtna b'din id-deċiżjoni tal-Prim Ministru meta suppost għandna l- Kummissjoni dwar il-Finazjament tal-Partiti.", "Aħna m'aħniex nitkellmu fuq ċejċa, Sur President, iżda qed nitkellmu fuq Lm100,000.", "Irrid nagħmilha ċara li bħalissa l-Partit Nazzjonalista qiegħed jirċievi Lm50,000 għax la ddeċieda li jonfoq dawn il-flus b'dan il-mod, qed jonfoqhom hekk, skond l- interess tiegħu u skond kif jaħseb li għandu jonfoqhom.", "Mentri aħna li ma naqblux kif qed jintefqu dawn il-flus, anke jekk għall-istess għan, m'għandna l-ebda dritt niddeċiedu aħna kif għandna nonfqu dawk il-flus għall-affarijiet tagħna.", "Sur President jekk taħseb li dan hu xi sinjal ta' rieda tajba min-naħa tal-Gvern u mhux sinjal ta' arroganza ċara, allura naħseb li ma nkunux qed niftiehmu kif il-Parlament għandu jitmexxa.", "Iżda fil-fatt ma naħsibx li inti taħseb hekk, Sur President, għax fl-aħħar snin li rajnik topera, rajnik topera b'mod li minkejja l-pakkett kollu li semmejt fil-bidu, f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-ewwel deċiżjoni, jiġifieri qbil għar-rigward il-Presidenza ta' din il-Kamra, qed nikkonferma li għad hawn qbil fuq il-Presidenza ta' din il-Kamra.", "Dak li qed ngħid illum bl- ebda mod ma jaffettwa l-pożizzjoni tiegħek, imma qed nagħmilha ċara li f'din l-aħħar sena, pass wara l-ieħor u eżempju wara l-ieħor, l-arroganza li għaddejja fit-tmexxija u fil-proċeduri ta' ċerti affarijiet m'humiex aċċettabbli.", "Kif lanqas m'huwa aċċettabbli s-sinjal l-ieħor li tana l-Gvern ta' kif lest jimxi.", "Matul dawn l-aħħar tliet snin konna għaddejjin b'diskussjonijiet serji ħafna dwar dak li għandu x'jaqsam mat-twaqqif ta' Kumitati Permanenti tal-Kamra.", "Kien hemm mumenti ta' nuqqas ta' qbil mal- Gvern, imma b'rieda tajba, ġurnata wara l-oħra, ġimgħa wara l-oħra u xahar wara l-ieħor, għamilna s-suġġerimenti tagħna dwar kif għandhom isiru l- Kumitati Permanenti Parlamentari.", "Suppost konna se naslu għal ftehim dwar kif għandhom jitwaqqfu dawn il-Kumitati Permanenti, għalkemm aħna kellna ċertu mod ta' kif għandhom jitwaqqfu dawn il-Kumitati u l-Gvern kellu mod ieħor.", "Iżda l-kompromess li nstab kien kompromess tajjeb; kien kompromess li bih kien hemm ċerti Kumitati li kellhom jitwaqqfu u li kienu se jkunu stradati biex jagħmlu ċertu xogħol għal dan il-Parlament.", "Fost dawn il- Kumitati - ħaġa li kienet qed tinħema għal-lest mill-aħħar tas-sena li għaddiet - kien hemm il-Kumitat dwar l-Affarijiet Barranin.", "Waqt li kienet għaddejja din id-diskussjoni bdejna nisimgħu stqarrijijiet unilaterali li l- Gvern beħsiebu jdaħħal lil Malta fil-programm tal-Partnership for Peace.", "Kien hemm stqarrijiet unilaterali ma' diplomatiċi 'l hemm u stqarrijiet unilaterali 'l hawn, kultant anke saru f'din il-Kamra, u meta wieħed jipprova jara eżattament x'kienu l-modalitajiet ta' din, isib li ma kien hemm assolutament xejn.", "Meta konna nitkellmu ma' diplomatiċi u rappreżentanti ta' pajjiżi barranin fuq dawn l-affarijiet, kienu jgħidulna: \"Imma intom tafu x'se jsir!", "Bilfors li l-Gvern tkellem magħkom!", "Bilfors li kkonsultakhom!", "Bilfors li għallinqas informakhom!\"", "Naħseb li waħda mill-affarijiet li l-Onor.", "George Vella kellu jgħid kemm-il darba hi: \"Jiddispjaċina, imma kulma nafu hija b'xi stqarrija li saret hemm u stqarrija li saret hemm ... \".", "Nofs kliem!", "Issa dan kollu ġara f'Jannar, fi Frar u f'Marzu, jiġifieri fl-istess żmien meta suppost konna wasalna biex nikkonkludu ħalli jkollna l-Kumitat dwar l-Affarijiet Barranin.", "Ċertament li waħda mill-affarijiet li dan il-Kumitat imissu jkun qiegħed f'pożizzjoni biex jiddiskuti, hija ħaġa bħal din, fejn għallinqas tingħata informazzjoni dwar kif il-Gvern kien beħsiebu jersaq lejn dan il-programm tal-Partnership for Peace u x'kellhom ikunu l-modalitajiet ta' din il-ħaġa.", "Imma ma kien hemm xejn minn dan, Sur President.", "L-affarijiet baqgħu għaddejjin, forsi konna resqin biex naslu dwar il-Kumitati Permanenti Parlamentari, imma min-naħa tal-Gvern ma smajna assolutament xejn fuq il- Partnership for Peace.", "L-ewwel informazzjoni serja li ta l-Gvern fuq il-Partnership for Peace kienet waqt il-bidu tal-mozzjoni li ressaq hu stess - li jekk niftakar tajjeb ħadet żewġ seduti - fejn għall-ewwel darba mis-sapjenza tiegħu u mill-arroganza tiegħu għoġbu jerġa' jippreżentalna x'inhuma l-punti u l- kondizzjonijiet li taħthom kien beħsiebu jidħol fil-Partnership for Peace.", "U jien nistaqsi: Dan huwa l-mod kif il-Gvern għandu jimxi mal-Kamra?", "Jekk konna qed nitkellmu dwar it-twaqqif ta' Kumitat Permanenti dwar l- Affarijiet Barranin, l-aktar ħaġa li kienet relevanti fil-mod kif isiru l- affarijiet, ċertament kienet li dan huwa l-ewwel xogħol li seta' jagħmel dan il-Kumitat Permanenti.", "Din ma kenitx xi ħaġa li konna qed niskattawha mill-ewwel.", "L-Onor.", "George Vella fid-dibattitu dwar il-Budget ta' Diċembru li għadda għamel serje ta' mistoqsijiet li kienu jidhru ċar li huma marbuta mal-Kumitat Permanenti li suppost kellu jitwaqqaf - kif konna nafu li se jitwaqqaf - dwar l-Affarijiet Barranin.", "Imma ma kien hemm xejn minn dan, Sur President.", "L-ewwel ħaġa li ħarġet bid-dettal dwar kif il-Gvern kien beħsiebu jidħol fil-Partnership for Peace u allura suppost li kellhom isiru diskussjonijiet tekniċi u professjonali, twaddbu waqt il-bidu ta' dik is- seduta u mbagħad id-dibattitu kien wieħed plenarju.", "Dan m'huwiex mod kif isiru l-affarijiet.", "Sur President, jien qed ngħid fatti li naħseb inti tafhom aħjar minni.", "Dawn huma fatti li jistgħu jintrabtu b'dak li ntqal f'din il-Kamra u b'dak li sar barra din il-Kamra u juru ċar li min-naħa tal-Gvern ma kienx hemm rieda tajba għal dak li għandu x'jaqsam mat-tmexxija tal-proċeduri tax- xogħol parlamentari .", "Anzi kien hemm l-arroganza, qisu la ddeċieda r-re, inti tniżżel rasek - divine right.", "Irrid nagħmilha ċara li dan li qed ngħid huma fatti; m'aħniex qegħdin nidħlu għal-logħba stupida ta' miżinformazzjoni li issa qed jogħġbu jidħol fiha kull ġimgħa l-Prim Ministru.", "Aħna m'aħniex qegħdin nigdbu fuq l-operat tal-Gvern kif il-Prim Ministru jigdeb fuq l-operat ta' l-Oppożizzjoni.", "Ħalli nagħti eżempju.", "Skond il-Prim Ministru - issa kkwotat aktar minn darba fil-gazzetti - din in-naħa tal-Kamra, l-Oppożizzjoni Laburista, f'xi żmien mill-Elezzjoni ta' l-1992 'l hawn kienet favur xi sptar ġdid.", "Din hija gidba!", "F'policy statement wara policy statement, kemm qabel l-1992 kif ukoll wara l-1992, dejjem għidna li ma naqblux ma' sptar ġdid għax aħna qed nipproponi l-estensjoni u l-modernizzazzjoni ta' l-isptarijiet eżistenti.", "Meta l-Prim Ministru joħroġ b'dan il-gideb, jien nirrealizza kemm miskin jinstab dahru mal-ħajt.", "Aħna m'għandniex għalfejn noqogħdu nigbdu.", "Kull ħaġa li semmejt li turi n-nuqqas ta' interess, nuqqas ta' commitment u nuqqas ta' impenn fit-tmexxija ta' din il-Kamra huma fatti.", "Kif huwa t-tielet fatt, jiġifieri dak li ġara ġimgħatejn ilu f'din il- Kamra fejn f'daqqa waħda sibna li nofs il-Membri min-naħa tal-Gvern jinsabu msiefra.", "Il-Prim Ministru, il-Viċi Prim Ministru, il-Ministru Falzon, il- Ministru Refalo, il-Ministru Zammit Dimech, il-Ministru Bonnici, is- Segretarju Parlamentari Muscat u l-Onor.", "Asciak kienu kollha msiefra.", "Għaldaqstant bilfors li x-xogħol tal-Parlament jotgħob.", "Issa llum il-Gvern għandu maġġoranza ta' tliet Membri, iżda xorta waħda niġu f'sitwazzjoni fejn ix-xogħol tal-Parlament irid jieqaf għax il-Gvern għandu dawn il- Membri kollha barra minn Malta.", "Kulħadd jaf kif ix-xogħol tal-Parlament huwa skedat u x-xogħol tal-Gvern, bi tlieta barra, xorta jista' jimxi, allura għalfejn jiġi skedat bil-mod li kulħadd jogħsfor f'daqqa waħda?", "Dawn m'humiex modi serji kif jitmexxa dan il-Parlament.", "U b'referenza għall-programm tal-Partnership for Peace, huwa għalhekk li meta twaqqaf il- Kumitat Permanenti ta' din il-Kamra dwar l-Affarijiet Barranin aħna ddeċiedejna li ma nieħdux sehem fih.", "Aħna bir-raġun qegħdin nagħmlu boycott ta' dan il-Kumitat.", "Sur President, irridu nagħmluha ċara li aħna m'għandna xejn personali kontra l-Onor.", "Michael Bonnici.", "Veru li sa ftit taż-żmien ilu kien jitkellem b'ċerta ħdura kontra din il-naħa tal-Kamra, u nikkundannah li kien jagħmel hekk, iżda llum m'iniex nikkundannah, għax b'sens ta' ġentlomerija, matul is-snin immodera l-mod kif iħares lejna.", "Mhux qed ngħid li ma jattakkaniex - sewwa jagħmel li jattakkana la qiegħed fuq in- naħa l-oħra tal-Kamra - imma ċertament m'għadux jagħmel dan kif kien jagħmel qabel, b'mod li jew huwa bbażat fuq il-falzitajiet - kif jagħmel il- Prim Ministru - jew inkella b'mod li tħoss fiha ċerta ħdura.", "M'għadux jagħmel hekk u ċertament m'għandna xejn kontra tiegħu.", "Jiġifieri hawnhekk m'aħna nitkellmu bl-ebda mod kontra l-Onor.", "Michael Bonnici.", "Aħna se nivvutaw kontra din il-mozzjoni mhux b'xi sens ta' dispett lejh, anzi bħala persuna għandu r-rispett tiegħi, imma quddiem il-propoganda falza tan-naħa tal-Gvern li tipprova twaħħal li aħna ngħidu \"le\" meta fil-fatt huwa huma li l-ħin kollu, għalkemm bi tbissima fuq wiċċhom, jagħmlu affarijiet negattivi, u quddiem din l-attitudni negattiva fit-tmexxija ta' dan il- Parlament u fil-każi li diġa' semmejt u oħrajn li m'hemmx għalfejn noqgħod insemmihom, m'aħniex se naċċettaw dawn l-affarijiet.", "Aħna qed nagħmluha ċara li se nivvutaw \"le\" fuq din il-mozzjoni, mingħajr ma nitolbu division, biex nuru li aħna ma naqblux mal-mod kif imexxi dan il-Gvern.", "It-tbissim waħdu mhux biżżejjed.", "Il-ġentlomerija titlob li meta tiġi biex tagħmel l- affarijiet, tagħmilhom b'rettezza, b'sinċerita', bi trasparenza u b'onesta'.", "Ikolli ngħid li dawn l-affarijiet ma jeżistux fl-aktar affarijiet importanti; jeżistu fix-xinxilli, jeżistu f'ċertu affarijiet fejn il-Gvern ikollu bżonna u allura jiftaħ ċertu bibien, pero' meta l- Gvern isib ruħu li jista' jkun arroganti, ikun arroganti u qed imexxi din il-Kamra b'arroganza li m'hijiex aċċettabbli f'demokrazija moderna.", "Sur President huwa għal din ir-raġuni li qed ninformak li se nivvutaw kontra din il-mozzjoni, imma mhux se nitolbu votazzjoni u dan qed nagħmluh bl-ebda sens ta' dispett lejn l-Onor.", "Bonnici.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Nistieden lill- Prim Ministru biex jgħaddi għal winding up.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Mr Speaker naħseb li l-liberta' testendi sal- punt, li min irid, ikun inkonsistenti miegħu nnifsu u d-diskors li għadu kif għamel il-Kap ta' l-Oppożizzjoni juri l-inkonsistenza tiegħu fl- atteġġjamenti għax l-argumenti li ġab ma jagħmlux ħaġa oħra ħlief li jikkonfermaw li huwa reġa' lura mill-ftehim u minn dikjarazzjonijiet li għamel fl-imgħoddi.", "Naturalment, dan għamlu għal raġunijiet ta' espedjenza politika konformi mal-prinċipju ddikjarat u miktub minnu, li huwa jagħmel biss dak li jaqbillu l-Partit tiegħu - lest li jmur max-xitan biex jirbaħ il-voti u lest li ma jmurx ma' l-anġli jekk jitlef il-voti.", "Il-Kap ta' l- Oppożizzjoni japplika dan il-prinċipju b'mod konsistenti.", "Ir-riżultat hu li huwa inkonsistenti fl-atteġġjamenti tiegħu.", "Mr Speaker, jiena ħadt pjaċir nisma' dak li qal l-Kap ta' l-Oppożizzjoni dwar il-ftehim li ntlaħaq fil-bidu ta' din il-Leġislatura.", "L-inkonsistenza ta' dak li qed jagħmel f'dan il-mument il-Kap ta' l-Oppożizzjoni tidher mill-fatt li hu qed jgħid li rtiraw il-ftehim dwar il-pairing għax kien hemm mozzjoni ta' sfiduċja f'Segretarju Parlamentari u dak inhar mingħajr pre-avviż, il-Kap ta' l-Oppożizzjoni kien annunzja f'dan il-Parlament li għal dak il-vot mhux se jkun hemm pairing.", "Din kienet assolutament U-turn mhux aċċettabbli; kienet turi l-inkonsistenza tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni fit-tmexxija tal-Partit tiegħu u fl-atteġġjament lejn dan il-Parlament.", "Raġuni oħra li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni semma u li skond hu tintitolah li jmur lura minn dak il-ftehim hija d-dibattitu li sar fuq il-Liġi dwar il- VAT.", "Mr Speaker, huwa magħruf li l-itwal dibattitu li qat sar fuq liġi waħda - veru li din il-Liġi kienet importanti - kien proprju d-dibattitu fuq il-VAT.", "Mhux veru li dan il-Gvern għamel mozzjoni ta' giljottina.", "Assolutament mhux veru.", "Li hu veru - u naturlament huwa dokumentat - huwa li min-naħa tal-Gvern għidna li nagħmlu l-kalkolu ta' kemm jidhirlina li hemm bżonn ta' żmien biex jitkellem kull min irid jitkellem fuq din il- Liġi, pero' kien hemm bżonn li jsir ftehim dwar il-limitu ta' żmien.", "Dak iż-żmien ma kienx għad għandna l-House Business Committee u nittama li f'dan il-Kumitat jibda jkun hemm ftehim ukoll fuq kemm għandna nallokaw ħin għal-liġijiet f'din il-Kamra.", "Wara diskussjoni twila, il-Gvern deherlu - naħseb kien record ta' tul ta' ħin li ttieħed fuq is-Second Reading ta' abbozz ta' liġi - li kien tajjeb li jkun hemm ftehim dwar il-frame-work ta' ħin li l-Kamra kellha talloka għal dik il-Liġi.", "Issa jien ma nafx kif il-Kap ta' l-Oppożizzjoni minn dawn iż-żewġ fatti pprova jiġġustifika ruħu għala d-Deputy Speaker ta r-riżenja tiegħu u hu ma aċċetax iktar il-prinċipju li talbu hu stess, u li l-Kamra qablet miegħu - qbilt l-ewwel wieħed jien - li jkun hawn Deputy Speaker nominat min-naħa ta' l-Oppożizzjoni u rtira l-ftehim tal-pairing.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni qalilna: \"Kif il-Ministri jaqbdu u jsiefru sitta f'daqqa?", "Dan mhux kollox skedat?\"", "Jiena ngħidlu li hekk hu, kollox skedat.", "Per eżempju, il-ġimgħa d- dieħla skedat li se jkun hemm il-meeting tal-Kunsill Ewropew f'Cannes u jiena u l-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin irridu nkunu preżenti.", "Barra minn hekk il-ġimgħa d-dieħla hemm skedat ukoll laqgħat internazzjonali li għalihom jridu jkunu preżenti diversi ministri.", "Iva, dawn huma skedati.", "Allura ngħidu le, għax fil-Parlament Malti għandna Kap ta' l-Oppożizzjoni kapriċċuż u ma jridx jonora l-ftehim li daħal għalih huwa stess, ċioe' li jkun hawn il-pairing?", "Din m'hijiex xi eċċezzjoni, xi innovazzjoni jew xi brainwave ta' dan il-Parlament, imma hi xi ħaġa li teżisti f'kull parlament ċivili.", "Allura ngħidu li la l-Kap ta' l-Oppożizzjoni m'hux dispost li jagħmel il-pairing, aħna se nirtiraw il-vuċi tagħna mil-laqgħat internazzjonali?!", "Dan aħna mhux se nagħmluh u jekk il-Kap ta' l- Oppożizzjoni jibqa' jinsisti li ma jkunx hawn pairing, il-Ministri, is- Segretarji Parlamentari u d-Deputati xorta waħda se jibqgħu jaqdu d-doveri tagħhom, anke fil-kamp internazzjonali, u jekk il-Gvern ikun f'pożizzjoni fejn ma jkunx jista' jafda lill-Oppożizzjoni għax tista' ssejjaħ xi vot dakinhar, jiddispjaċini ngħid imma l-Parlament ma jkunx jista' jiltaqa' dak inhar.", "It-tort ta' dan kollu huwa n-nuqqas tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni li m'hux kapaċi jintrabat bil-kelma tiegħu stess.", "Mr Speaker, huwa veru li barra minn dan il-Parlament il-Kap ta' l- Oppożizzjoni għamel diversi inkonsistenzi u fil-fatt dawn reġa' rrepetihom f'din il-Kamra.", "Jien ma għidtx li kien hawn xi update biex jgħidulna li hawn bżonn ta' sptar ieħor imma f'din il-Kamra - u jekk niftakar sew anke barra minn din il-Kamra - saru dikjarazzjonijiet minn spokesman ta' l- oppożizzjoni stess fejn qalu li jaqblu li wasal il-bżonn għal sptar ieħor f'pajjiżna.", "(Interruzzjonijiet) Mela le, issa nurihomlok.", "Issa f'daqqa waħda, peress li hawn xi ftit taċ-ċaqliq u jridu jiġu rranġati xi affarijiet fuq il-bini ta' l-Isptar San Raffaele, il-Kap ta' l-Oppożizzjoni ħataf l-okkażjoni u mingħalih li se jġib il-voti billi jgħid li mhux veru għandna bżonn ta' sptar ieħor f'pajjiżna u li dan hu ħela ta' flus.", "Mr Speaker, l-inkonsistenza tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni tidher ukoll meta ġabilna raġunijiet fejn qal li hemm nuqqas ta' rieda tajba min-naħa tal- Gvern u bħala l-ewwel punt ta' prova ta' nuqqas ta' rieda tajba, semma li dan il-Gvern ġie f'dan il-Parlament u talbu jivvota ammont ta' flus biex il- gruppi parlamentari jkollhom il-possibbilta' li jsegwu mill-qrib u kif jixraq fiċ-ċirkostanzi attwali ta' pajjiżna, x'jiġri fil-Parlament Ewropew.", "Fil-fatt aħna spjegajna bil-miktub li kien ikun faċli għall-Gvern li ninnominaw first secretary ieħor fl-Ambaxxata tagħna fi Brussels u nagħtuh l-inkarigu li jżomm kuntatt il-ħin kollu fuq il-Parlament Ewopew, pero' aħna ma riednix nieħdu vantaġġ minn dan.", "Minħabba dak li nemmnu fih, u minħabba li ridna li l-Oppożizzjoni jkollha l-istess faċilitajiet li jista' jkollu l-Gvern, aħna ġejna b'wiċċna minn quddiem u għidna li huwa tajjeb li l-gruppi parlamentari - issa li Malta qiegħda fuq l-għatba ta' l-Unjoni Ewropea - meta huwa fl-interess tal-Gvern u anke f'ta' l-Oppożizzjoni li qiegħda topponi d-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea. ikunu jafu x'qed jiġri kuljum hemmhekk.", "GĦalhekk aħna għidna li f'dan il-Parlament huwa tajjeb li nagħmlu vot biex dan jiġi wżat b'mod speċifiku.", "Fil-fatt il-mod speċifiku hu li min-naħa tal-Gvern aħna konvinti ...", "Anke din m'hijiex xi trovata ta' dan il-Gvern jew ta' dan il-Partit li qiegħed fil-Gvern, imma hija l- esperjenza ta' pajjiżi li kienu kandidati biex jidħlu fl-Unjoni Ewropea u li fl-istadju antecedenti għad-dħul, ħassew il-bżonn li jkollhom rappreżentant tagħhom residenti fi Brussels biex isegwi dak kollu li jkun qed jiġri.", "GĦalhekk bl-iktar mod miftuħ ġejna ngħidu ...", "(Interruzzjonijiet) Kellhom in-Norveġiżi, l-Isvediżi, l-Awstrijaċi.", "(Interruzzjonijiet) Mela jiddispjaċini, imma m'intix informat.", "Mr Speaker, tant kellhom li anke fil-Grupp Parlamentari Soċjalista bħalissa hemm id- diskussjonijiet dwar kif jistgħu jgħinu lill-Partit Laburista sabiex ikollu r-rappreżentant tiegħu fi Brussels.", "Aħna għidna: Ejjew inkunu trasparenti għal kollox.", "Isemmew l-Lm50,000, veru Lm50,000 ...", "MR SPEAKER: On a point of order, l-Onor.", "Sant.", "ONOR.", "ALFRED SANT: M'huwiex minnu li l-Grupp Parlamentari Soċjalista qed jitkellem dwar kif il-Partit Laburista jista' jkollu rappreżentant permanenti fi Brussels.", "Mhux veru; li għamlu hu li spontanjament il-Grupp Parlamentari Soċjalista kitibli u qalli li min-naħa tagħhom joffrulna li jkollna observers status jiġifieri li bħala partit ikollna status ta' osservaturi.", "Jien ktibt lura u għidtilhom prosit, grazzi, nirringrazzjakom u din l-offerta hija welcome la intom qed tifhmu u qed nifhmu aħna x'inhi l- pożizzjoni tagħna bħala Partit Laburista.", "Jiġifieri dak li qed jintqal huwa kollu gideb.", "MR SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Mr Speaker, naturalment waħda mill-kliem li saret l-iktar komuni f'ħalq il-Kap ta' l-Oppożizzjoni hija l-kelma \"gideb\".", "Dak li għadu kif qal ma jipprovax li jien qed nigdeb, imma li hu qed jipprova jdawwar il-kliem għaliex ikkonferma proprju li min-naħa tal-Partit Soċjalista Ewropew hemm l-offerta mhux li l-Partit Laburista jkun observer fil-Partit Soċjalista Ewropew għax dak ilhom li huma, imma l-proposta hija li jkollhom osservatur fi ħdan il-grupp ...", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: On a point of order, il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jien naħseb li nista' nitkellem ħafna aħjar mill-Prim Ministru dwar il-komunikazzjoni li rċevejt mill-Grupp Parlamentari Soċjalista fil-Parlament Ewropew.", "Jien rċevejt ittra ffirmata minn Mrs Pauline Green u l-Prim Ministru ma jistax jitkellem għalija.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Tista' tpoġġiha fuq il-Mejda tal-Kamra?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Stenna ħalli nispiċċa dan il-punt.", "(Interruzzjonijiet) (Agħjat)", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom, bħalissa huwa in possession il-Kap ta' l- Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Il-Prim Ministru allega li għandna offerta ta' għajnuna min-naħa tal-Grupp Parlamentari Soċjalista fil-Parlament Ewropew biex nibagħtu rappreżentant tagħna residenti fi Brussels.", "Dan m'huwiex minnu; l-offerta li għandna u li aċċettajna hi li fejn qabel aħna konna sempliċement qegħdin barra u xi kultant konna assoċjati magħhom, issa offrewlna spontanjament li waqt li jirrikonoxxu x'inhi l-pożizzjoni tagħna vis-a-vis l-Unjoni Ewropea, jagħtuna l-istatus ta' osservaturi.", "Jien ktibt lura lill-Onor.", "Pauline Green u lqajt bil-qalb l-offerta' tagħhom, speċjalment la huma min-naħa tagħhom qegħdin jirrikonoxxu x'inhi l- pożizzjoni tagħna, imma bl-ebda mod u fl-ebda stadju, ma offrew xi għajnuna finanzjarja jew ta' kwalunkwe mod ieħor biex ikun hemm xi residenza min- naħa tal-Partit Laburista fi Brussels.", "Din hija l-verita' u l-Prim Ministru, jippretendi kemm jippretendi li sar l-Alla ta' Malta, m'għandu l- ebda dritt idawwar il-verita' b'dan il-mod.", "MR SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Mr Speaker, il-kliem li għadu kif uża l-Kap ta' l-Oppożizzjoni juri f'liema stat ta' konfużjoni jinsab.", "Jien nistiednu li biex ikun trasparenti għal kollox ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l- korrispondenza li huwa kellu mal-Partit Soċjalista Ewropew fil-Parlament Ewopew biex kulħadd ikun jista' jasal għall-konklużjonijiet tiegħu.", "Mr Speaker, qed ngħid li l-Gvern deherlu li hija ħaġa tajba li dan il- Parlament jivvota flus biex ikun hemm persuna residenti fi Brussels.", "U meta noqogħdu nsemmu s-somma ta' Lm50,000 wieħed irid jifhem xi tfisser din is-somma.", "Is-somma ta' Lm50,000 tinkludi l-ispejjeż involuti biex wieħed ikun jista' jkollu r-residenza fi Brussels.", "Fil-fatt kulħadd jaf li din m'hijiex xi ħaġa rħisa.", "Wieħed ma jridx jinsa wkoll li min se jmur joqgħod fi Brussels irid jieħu l-familja miegħu u allura din is-somma tinkludi dawn l-ispejjeż ukoll.", "Mr Speaker, imbagħad naturalment hemm salarju li min- naħa tal-Gvern, fl-ittri li nkitbu lis-Sinjorija Tiegħek u li inti għaddejt lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni, hemm eżattament f'liema skala ta' salarju dan qiegħed jitħallas, u mbagħad il-kumplament huma sempliċement spejjeż .", "GĦal din ir-raġuni aħna ma nistgħux naċċettaw li ngħaddu Lm50,000 lill- Partit Laburista biex jonfoqhom kif irid hu.", "Jekk nagħmlu hekk inkunu qed inpoġġu lill-Partit Laburista Malti f'pożizzjoni ta' vantaġġ vis-a-vis l- grupp parlamentari ta' din in-naħa.", "Jekk huma ma jridux jivvantaġġjaw ruħhom minn din il-proposta li approva dan il-Parlament, affari tagħhom, imma din hija s-sitwazzjoni u dan huwa nuqqas ta' rieda tajba.", "Nerġa' ngħid li dan huwa att ta' trasparenza u ta' realiżmu min-naħa tal-Gvern.", "It-tieni punt li semma l-Kap ta' l-Oppożizzjoni biex jiġġustifika t- tneħħija tal-pairing u li ma jridx li jkollu Deputy Speaker nominat min- naħa ta' l-Oppożizzjoni hija l-kwestjoni tal-kummissjonijiet fejn qal li kien sar ftehim bejnu, bejn Dr George Abela, bejni u bejn Dr Austin Gatt, li jkun hemm żewġ kummissjonijiet; waħda biex tiddiskuti l-liġi elettorali u l-oħra dwar il-finanzjament tal-partiti.", "Jekk m'inix sejjer żball jidhirli li n-naħa ta' l-Oppożizzjoni riedet kummissjoni waħda u aħna għidna li dawn huma żewġ kummissjonijiet differenti għax waħda m'hijiex eżattament l-oħra.", "Il-liġi u s-sistema elettorali ma għandhiex x'taqsam mal-finanzjament tal-partiti.", "Dawn ġew mogħtija l-istess terminu, waħda spiċċat ix-xogħol tagħha fit-terminu ...", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Point of order, il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: M'hux minnu li l-Oppożizzjoni Laburista pproponiet kummissjoni waħda biex on one hand titkellem dwar sistema u proċedura elettorali u on the other hand titkellem dwar il-finanzjament tal-partiti.", "Dan m'hux veru.", "Li pproponiet l-Oppożizzjoni Laburista huwa li fejn il- Gvern kien qiegħed jipproponi kummissjoni dwar is-sistema elettorali, aħna għidna li din il-kummissjoni ma għandhiex tiddiskuti biss is-sistema elettorali, imma tiddiskuti wkoll il-proċess elettorali.", "Dwar il- kummissjoni fuq il-finanzjament tal-partiti mill-bidu nett kien hemm qbil li għandha tkun separata.", "MR SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Mr Speaker, dak li qed jgħid il-Kap ta' l- Oppożizzjoni huwa korrett.", "Hu qed jgħid li ma' dan żied li l-Kummissjoni dwar il-finanzjament tal-partiti tiġi nominata u jirrapportaw simultaneously.", "Li ġara hu li kull kummissjoni li ġiet nominata - u hawnhekk irrid infakkar li dawn ġew nominati skond il-White Paper li ppropona l-Gvern - fil-fatt ħadmet u malli kull waħda kkonkludiet ix-xogħol tagħha għamlet ir-rapport.", "Il-kummissjoni li daħlet fil-kwestjoni tal- finanzjament tal-partiti ħadet iktar fit-tul u l-Kamra għandha quddiemha r- rapport tagħha li fl-opinjoni tiegħi huwa serju ħafna.", "Allura għaliex issa qed jgħid li l-Gvern hu arroganti u għandu nuqqas ta' rieda tajba?", "Il- fatt li waqt li kien hemm il-Kummissjoni dwar il-Finanzjament tal-Partiti l- Gvern ivvota l-flus għall-Parlament Ewropew ma fih l-ebda loġika għax aħna għidna mill-bidu li filwaqt li l-flus ivvotati biex ikollna rappreżentant residenti fi Brussels hija xi ħaġa transitorja għax meta Malta ssir parti mill-Unjoni Ewropea ma jkollnix bżonnha iktar, apposta mill-bidunett għidna li din m'għandhiex tidħol fil-kwestjoni tal-finanzjament tal-partiti.", "Din hija deċiżjoni politika tajba li ħa l-Gvern u l-kwestjoni tal-finanzjament tal-partiti hija xi ħaġa kompletament differenti.", "Din m'hijiex xi ħaġa transitorja jew temporanja, imma jekk naqblu fuqha f'din il-Kamra, nittama li tkun xi ħaġa permanenti.", "Allura din m'għandha x'taqsam xejn.", "Li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni jiġi hawn u jiġġustifika ruħu talli biddel id- deċiżjonijiet tiegħu stess dwar il-pairing u dwar id-Deputy Speaker għal din ir-raġuni, għaliha ma jagħmel ebda sens.", "Anzi jiena ngħid li huwa inkonsistenti u jagħmel il-U-turns.", "Jekk per eżempju, niftakru fl-ewwel stqarrija li għamel il-Kap ta' l-Oppożizzjoni meta ġie elett bħala Kap tal- Partit tiegħu, u ġie intervistat fi \"The Times of Malta\" u staqsewh x'jidhirlu dwar l-atteġġjament tal-Gvern biex Malta tidħol fl-Unjoni Ewropea, huwa qal li l-Gvern għandu mandat biex jagħmel dan u għandu jkompli u naturalment meta niġu għan-negozjati l-Oppożizzjoni - kif inhu mistenni - tagħmel il-parti tagħha.", "Għaddew is-snin - xi sentejn - u biddel il-pożizzjoni bl-iskuża li mhux biss hija trasparenti, imma hija redikola billi qal li hu kien qal hekk għax kien emmen li Malta veru waslet biex tidħol fl-Unjoni Ewropea, imma issa wara sentejn qed jinduna li Malta għadha ma daħlitx u allura jirtira dik il-pożizzjoni.", "Jiġifieri nerġa' ngħid illum il-Kap ta' l-Oppożizzjoni huwa konsistenti f'ħaġa waħda - fil- prinċipju li annunzja hu stess li jagħmel biss dak li jidhirlu li se jġiblu l-voti.", "Naħseb li se jispiċċa biex jinduna li dan kollu se jtellfu l-voti, imma dik affari tiegħu u m'iniex se natgħih pariri fuq hekk.", "Arroganza oħra li qalilna li għandna, hija li waqt li konna qed nitkellemu fuq it-twaqqif tal-Kumitati tal-Kamra, il-Gvern ġab f'din il- Kamra riżoluzzjoni biex Malta tidħol fil-Partnership for Peace.", "Mr Speaker, jiena ma nistax nifhem.", "Ma rridx noqgħod nidħol fid- diskussjonijiet li kellna jekk għandux ikollna Kumitat Permanenti dwar l- Affarijiet Barranin jew le u x'kienet qed tgħid li trid jew ma tridx l- Oppożizzjoni.", "Fl-aħħar kien hemm ftehim u llum il-Kumitat nafu li twaqqaf.", "Pero' kif tista' takkuża lill-Gvern b'arroganza għax ġie f'dan il- Parlament b'riżoluzzjoni - fil-Kamra sħiħa mhux f'Kumitat tagħha - u ta ż- żmien kollu li kellha bżonn il-Kamra biex tiddiskuti li Malta taċċetta li tidħol fil-Partnership for Peace?", "Għax għamilna hekk, il-Kap ta' l- Oppożizzjoni qal li din hija arroganza, semma xi ħaġa dwar id-divine rights of kings u ma nafx x'qalli iżjed.", "Qalilna dawn x'affarijiet huma, li l-Gvern jaqbad u jiddeċiedi li jidħol fil-Partnership for Peace?", "Iva, din hija deċiżjoni li tispetta lill-Gvern, ġibna riżoluzzjoni għad- diskussjoni f'din il-Kamra, kull min ried tkellem u mbagħad ivvotajna fuqha.", "Skond hu mhux hekk messna għamilna, imma messna qgħadna nistennew li jitwaqqaf il-Kumitat dwar l-Affarijiet Barranin u mbagħad....", "Kieku kien hemm il-Kumitat dwar l-Affarijiet Barranin naħseb li veru li kien ikun hemm xi forma ta' diskussjoni f'dak il-Kumitat ukoll.", "Pero' ma tistax takkuża lill-Gvern b'arroganza u nuqqas ta' rieda tajba meta ġie jiddiskuti din ir- riżoluzzjoni f'din il-Kamra u kulħadd kellu l-opportunita' li jitkellem fuqha.", "Mr Speaker, bil-Latin kienu jgħidu causa non bona patrocinio peior erit, jiġifieri meta jkollok kawża ħażina l-avukat li jipprova jiddefendiha jkun qiegħed f'pożizzjoni li jagħmel is-sitwazzjoni agħar għalih innifsu, u naħseb li hekk għamel il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "Jiena għadni sinċerament ma nistax nifhem, wara dak li smajt illum, għaliex l-Oppożizzjoni ma tridx illi din il-Kamra jkollha Deputy Speaker li tkun persuna nominata min-naħa ta' l-Oppożizzjoni.", "Din kienet talba tagħhom stess u ġustifikata fis-sens illi tajjeb li jkun hekk.", "Dan il- Parlament stess qed jiffunzjona b'ċertu mod li lill-Oppożizzjoni jipprova jagħtiha iktar sehem f'dak kollu li jiġri saħansitra aċċettajna li n-naħa ta' l-Oppożizzjoni jkollha ċ-chairmanship tal-Public Accounts Committee.", "Li l-Oppożizzjoni tkun involuta direttament fl-Uffiċċju tad-Deputy Speaker li jifforma parti mill-Presidenza ta' din il-Kamra, huwa tajjeb, pero' l- Oppożizzjoni mingħajr ebda raġuni valida bidlet dik id-deċiżjoni.", "Min-naħa tal-Gvern qed ngħidu li aħna ma rridux naraw l-interess ta' l-Onor.", "Sant li huwa Kap tal-Partit u Kap ta' l-Oppożizzjoni llum, imma rridu naraw l- interess ta' l-Oppożizzjoni, hi min hi, jew xi partit ieħor li jkun fl- oppożizzjoni u jidhrilna li huwa tajjeb li dan isir istituzzjonalment.", "Kif għidt aktar 'il quddiem se inressqu quddiem dan il-Parlament il- proposta b'mod formali f'abbozz ta' liġi.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi l-mozzjoni Nru. 225 kif imressqa u moqrija mill-Prim Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Il-mozzjoni għaddiet", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Michael Bonnici.", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI (Deputy Speaker): Mr Speaker, l-ewwelnett nixtieq nirringrazzja lill-Prim Ministru talli għoġbu juri l-fiduċja tiegħu fija billi jinnominani bħala Deputy Speaker, lis-sekondant, il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin, kif ukoll lil din in-naħa tal-Kamra.", "Jien napprezza dak li qal il-Kap ta' l-Oppożizzjoni li huma mhux qed jivvotaw kontra tiegħi personalment, imma sempliċement minħabba affarijiet oħra.", "Mr Speaker, bħalma taf inti, ilni kważi sena nippresjedi l-Kumitat tal- Kamra kollha u jien dejjem qgħadt attenti illi nagħmel distinzjoni bejn dak is-siġġu u dan is-siġġu li għandi warajja bħalissa..", "Jien dejjem żammejt l-imparzjalita' li b'tant għaqal inti għallimtni.", "Jien napprezza ħafna dak ix-xogħol li inti qed tagħmel biex f'kull okkażjoni tipprova ssib consensus fil-Kamra.", "Jien beħsiebni nibqa' nimxi fuq dan l-eżempju u nittama li bl-għajnuna t'Alla nkompli għaddej b'din il-manjiera ta' imparzjalita' u ordni fil-Kamra.", "L-aħħar ħaġa li rrid ngħid hija li jiena dejjem żammejt distinzjoni netta bejn is-siġġu bħala Membru tan-naħa tal-Gvern u dak is-siġġu bħala Deputy Chairman of Committees u beħsiebni nibqa' nżomm dik l- imparzjalita', jekk Alla jrid, fil-kariga l-ġdida li għandi.", "Għandna eżempju tajjeb tiegħek kif mexxejt il-Kamra Mr Speakeru nittama li nkompli miexi fuq dan l-eżempju.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "PERMESS TAL-KAMRA", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO: Mr Speaker, il-kollegi tiegħi min-naħa ta' l- Oppożizzjoni għadhom kemm għaddewli mozzjoni li tirrigwarda l-Kunsill ta' l- Ewropa.", "GĦandi nassumi li l-Onor.", "Moran huwa informat biha.", "GĦalhekk nitlob il-permess biex inressaq din il-mozzjoni mingħajr avviż", "MR SPEAKER: Hawn permess tal-Kamra?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata", "RAPPREŻENTANZA TA' MALTA FUQ IL-KUNSILL TA' L-EWROPA", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO: Mr Speaker, nipproponi:", "Billi l-Kamra tar-Rappreżenanti bir-Riżoluzzjoni tagħha tat-8 ta' April 1992 innominat lill-Onor Vincent Moran, M.P. bħala wieħed mir- Rappreżentanti ta' Malta fuq il-Kunsill ta' l-Ewropa u billi dan m'għadux iżomm din il-kariga;", "Il-Kamra għalhekk tirriżolvi għall-iskopijiet tar-Riżoluzzjoni tat-8 ta' April 1992, li:", "L-Onor John Attard Montalto, M.P. ikun nominat Rappreżentant fuq il- Kunsill ta' l-Ewropa u l-Onor.", "Michael Farrugia, M.P. ikun nominat sostitut fuq l-istess Kunsill ta' l-Ewropa; u dan b'effett mil-lum stess.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi l-mozzjoni kif imressqa u moqrija mill-Viċi Prim Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR L-OMBUDSMAN", "OMBUDSMAN BILL", "L-ordni għat-tieni qari ġie moqri", "Ikompli mit-13 ta' Ġunju, 1995", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici huwa in possession.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: L-ewwel punt li nixtieq nagħmel huwa dwar x'inhuma l-funzjonijiet ta' l-Ombudsman kif suġġerit f'dan l-Abbozz.", "L- Ombudsman jinvestiga deċiżjonijiet, rakkommandazzjonijiet, atti jew ommissjonijiet tal-Gvern jew ta' organizzazzjonijiet kif imfissra f'din il- liġi li huma fit-twettiq ta' l-amministrazzjoni u li dawn jistgħu jkunu dak li huwa kontemplat fi klawsola 22 ta' l-Abbozz, fosthom li huwa jqis li jkunu inġusti, ħżiena jew ma jingħatawx raġunijiet għalihom barra kontinġenzi oħra li huma msemmija fi klawsola 22 li fihom l-Ombudsman huwa awtorizzat li jinvestiga.", "Imbagħad hemm każijiet li l-Prim Ministru jirreferihom lilu, kif ukoll investigazzjonijiet illi huwa għandu b'inizjattiva proprja jaqbad u jagħmel.", "Għall-finijiet ta' din id- diskussjoni li jinteressani huwa li wieħed jifli sewwa x'inhuma l- funzjonijiet proposti ta' l-Ombudsman rigward it-tliet kontinġenzi jiġifieri f'każ li d-deċiżjoni, ir-rakkomandazzjoni, l-att jew l-ommissjoni ta' natura amministrattiva tiġi meqjusa mill-Ombudsman bħala ħażina, inġusta jew li ma jingħatawx raġunijiet għaliha.", "Jien inħoss li din il- Kamra għandha tara jekk hux sewwa li fil-liġi jkun hemm provdut dawn it- tliet kontinġenzi.", "Qiegħed ngħid hekk għaliex ħafna deċiżjonijiet, rakkomandazzjonijiet, atti jew ommissjonijiet fit-twettiq ta' l- amministrazzjoni fihom infushom jistgħu ma jkunux kondiviżi minn ħaddieħor jiġifieri ma jkunux jaqblu magħhom oħrajn.", "Dan l-Abbozz ta' Liġi qed jipproponi li fejn l-Ombudsman - fil-fehma tiegħu - iqis li deċiżjoni hija ħażina, inġusta jew li ma jkunux ingħataw raġunijiet għaliha huwa għandu d- dritt li dik id-deċiżjoni, dik ir-rakkomandazzjoni, dak l-att jew dik l- ommissjoni ma jaċċettahiex u jirrapporta kontra tagħha.", "Dan ifisser li kull min qiegħed f'kariga li se jieħu deċiżjoni se jiġi sottomess mhux biss għall-iskrutinju ta' l-Ombudsman imma wkoll għall-konsegwenza li persuna oħra li tista' ma taħsibhiex bħalu tasal għall-konklużjoni li tgħid li dik id-deċiżjoni, ir-rakkomandazzjoni, l-att jew l-ommissjoni hija ħażina, inġusta u bla ebda kriterju ta' kif wieħed ikejjel oġġettivament jekk id- deċiżjoni hijiex tassew ħażina, jekk ir-rakkommandazzjoni hijiex tassew inġusta, jekk l-att li sar amministrattiv hux tassew inġust jew ħażin u jekk kienx indikat jew le li jingħataw ir-raġunijiet għad-deċiżjoni, għar- rakkommandazzjoni, għall-att jew għall-ommissjoni.", "Mela kif inhi miktuba l-liġi, apparti l-każi fejn skond l-Ewwel Skeda ma jaqgħux taħt l-iskrutinju ta' l-Ombudsman, kull min qiegħed f'post ta' responsabbilta' li għandu l-obbligu li jieħu deċiżjoni, dik id-deċiżjoni tista' tiġi maqluba mill-Ombudsman jekk huwa fil-fehma tiegħu, bla ebda kriterju oġġettiv iqis li dik id-deċiżjoni hija ħażina, jiġifieri hija żbaljata - hawnhekk deċiżjoni ħażina tista' tfisser deċiżjoni żbaljata.", "Jien ma naħsibx li fil-Kamra hawn xi ħadd jippretendi li l-amministrazzjoni ta' pajjiż tista' timxi b'din is-sitwazzjoni fejn kull deċiżjoni mhux tkun marret kontra l-liġi, mhux tkun pależament inġusta imma kull deċiżjoni tista' taqa' taħt l-iskrutinju ta' l-Ombudsman - hekk tgħid il-liġi.", "Issa biex naraw jekk hux veru li l-Liġi qiegħda toħloq din is-sitwazzjoni nagħmlu referenza għal subklawsola 22 (1) li ssemmi \"d-deċiżjoni, rakkommandazzjoni, att jew ommissjoni\".", "Imbagħad hemm subklawsola 13 (1) li ssemmi \"fit-twettiq tal-funzjonijiet amministrattivi\" u f'paragrafu (b) ta' subklawsola 22 (1) hemm imsemmi li dik \"d-deċiżjoni, rakkommandazzjoni, att jew ommissjoni\" tista' titqis fil-fehma ta' l-Ombudsman bħala \"inġusta\"; u f'paragrafu (d) ta' subklawsola 22 (1) hemm li dik \"d- deċiżjoni, rakkommandazzjoni, att jew ommissjoni\" tista' fil-fehma ta' l- Ombudsman titqies li hija \"ħażina\".", "Subklawsola 22 (2) tgħid \"bla ebda raġunijiet mogħtija għall-użu tad-diskrezzjoni\", allura wieħed għandu jifhem għar-rakkommandazzjoni, għad-deċiżjoni, għall-att jew inkella għall- ommissjoni li bilfors jinvolvu l-użu tad-diskrezzjoni ta' dik il-persuna li r-rakkomandazzjoni, id-deċiżjoni, l-att jew l-ommissjoni tiegħu se jiġu nvestigati mill-Ombudsman.", "Jien jidhirli li ma għandux ikun hekk.", "Veru li wieħed għandu jagħti rimedju meta tiġi kommessa xi nġustizzja jew irregolarita' fit-twettiq amministrattiv, imma li biex toffri u biex tagħti dan ir-rimedju ġġib sitwazzjoni fejn kull deċiżjoni amministrattiva tista' tiġi mhux biss sindakata u mhux biss investigata imma maqluba mill-Ombudsman - meta ngħid maqluba mhux għax fil-fatt għandu s-setgħa li jaqlibha, imma jekk jirrapporta kontra tagħha dan ir-rapport isir bi skop li d-deċiżjoni tinqaleb - li l-att li jkun sar ma jkomplix isir, li l-ommissjoni li tkun ġrat tiġi reversed u jsir dak li ma sarx u li kull pass li semmejt jista' jiġi ċensurat minn persuna waħda li bir- rieda tajba tagħha kollha u bl-imparzjalita' tagħha kollha hi bla ebda kriterji ta' xejn fil-liġi, sempliċement għax tifhem hekk u ma tifhimx bħalma fehem min ħa d-deċiżjoni, bħalma fehem min għamel ir- rakkommandazzjoni jew l-att jew l-ommissjoni, tiddeċiedi li hija ħażina jew li hija inġusta, se noħolqu sitwazzjoni fejn se nirrendu lil kull min irid jieħu deċiżjoni jaf li dik id-deċiżjoni, bla ebda kriterju ta' xejn oġġettiv, tista' tinbidel minn persuna oħra li hija l-Ombudsman.", "Din is- sitwazzjoni m'hijiex feliċi u hi sitwazzjoni fejn se toħloq daparti fuq min irid jieħu d-deċiżjonijiet titubanzi kbar mhux biex jagħmel is-sewwa imma biex ma jagħmel xejn.", "GĦaliex?", "GĦax kull deċiżjoni jew aktarx ħafna mid-deċiżjonijiet ikollhom konsegwenzi tajbin favur min ittieħdu dawk id- deċiżjonijiet u konsegwenzi ħżiena jew kontra min ittieħdu dawk id- deċiżjonijiet jew fuq min spera li d-deċiżjonijiet jkunu mod imma li fil- fatt ingħataw mod ieħor.", "Per eżempju, ejjew nieħdu l-każ fejn persuna f'kariga tagħmel rakkomandazzjoni.", "Issa min dik ir-rakkomandazzjoni kienet favur tiegħu gawda minnha u approvaha, imma jista' jkun hemm kwantita' ta' persuni oħra li ħassew ġenwinament li dik ir-rakkomandazzjoni kienet ħażina; li dik ir-rakkommandazzjoni in quanto che ma kenitx favorevoli għalihom kienet inġusta u għalhekk dawn il-persuni kollha ma jitilfu xejn jekk jitolbu lill-Ombudsman biex jinvestiga dik ir- rakkommandazzjoni u jekk l-Ombudsman, imparzjali kemm hu imparzjali u bir- rieda tajba kollha ma jaħsibhiex bħal min kellu l-obbligu jagħmel ir- rakkommandazzjoni u għamilha bir-rieda tajba kollha kif jifhem hu, allura l- Ombudsman jirrapporta negattivament dwar dik ir-rakkommandazzjoni.", "Din is- sitwazzjoni żgur m'hijiex feliċi u żgur li mhux se tgħin biex min għandu l-obbligu li jieħu d-deċiżjonijiet jeħodhom għax jaf li dawn id- deċiżjonijiet, anke jekk meħuda mija fil-mija korrettement, jistgħu jinkontraw il-fehma ta' l-Ombudsman li jaħsibha mod ieħor għaliex il-liġi kulma tgħidlu lill-Ombudsman hu li japplika dawk il-kriterji u jassessja dik id-deċiżjoni jew rakkommandazzjoni u \"fil-fehma tiegħu\" jsib li hija ħażina jew inġusta jew ma tkunx ingħatat ir-raġuni għaliha.", "Issa mill-esperjenza wieħed jaf li f'ħafna każijiet ma tistax tippretendi minn min jieħu deċiżjoni, jagħmel rakkommandazzjoni, jagħmel att jew jagħmel ommissjoni li kull darba jagħti r-raġunijiet għal dak li jagħmel jew ma jagħmilx u li jagħtihom bil-miktub.", "Jekk ma jagħtihomx dak hu wieħed mill-każijiet fejn l-Ombudsman jinvestiga u jikkonstata l- fatt li ma ngħatawx ir-raġunijiet u jirrakkommanda li għandhom jingħataw ir-raġunijiet.", "Aħna ma nistgħux nippretendu li f'kull każ nies li ngħabbuhom b'ċerta responsabbilta', anke meta jaġixxu bl-iktar mod korrett għandhom jispeċifikaw ir-raġunijet għad-deċiżjoni ta' l-att, rakkommandazzjoni u ommissjoni li huma jieħdu għax b'hekk inkunu qed nirrendu x-xogħol tagħhom imprattikabbli u ma nkunux qegħdin nagħmlu servizz għall-amministrazzjoni u għat-tmexxija tal-pajjiż Jien jidhirli li minkejja li lkoll nixtiequ li nagħtu rimedju għal kull min ġenwinament tkun kontra tiegħu magħmula xi inġustizzja, ma nistgħux biex naqtgħu dritt nissottomettu kull deċiżjoni għal possibbilta' ta' tibdil sempliċement għax fil-fehma ta' persuna oħra maħtura bħala Ombudsman dik id-deċiżjoni m'hijiex korretta u għalhekk ħażina.", "Jien jidhirli li dak huwa l-ewwel difett - fl-opinjoni tiegħi huwa kbir ħafna - ta' dak li qed jiġi propost permezz ta' dan l-Abbozz ta' Liġi.", "Mr Speaker, wara li għidt dan kollu nixtieq li l-Kamra tirrealizza - preferibbilment proprju għal dak li diġa' għidt - li hawnhekk qed nitkellmu fuq ħwejjeġ li jsiru \"fit-twettiq ta' funzjoni amministrattiva\" mill-Gvern, mill-uffiċjali pubbliċi jew mill-organizzazzjonijiet kif imfissra f'dan l-Abbozz.", "GĦalhekk jien nistaqsi: X'inhuma dawk il- ħwejjeġ li m'humiex \"fit-twettiq ta' funzjoni amministrattiva\"?", "Biex aħna nkunu ċari u nkunu nafu eżatt x'aħna ninkludu bħala li jista' jiġi nvestigat mill-Ombudsman irid ikollna ċar f'moħħna x'inhuma dawk il- ħwejjeġ li huma meqjusa bħala \"fit-twettiq ta' funzjoni amministrattiva\".", "Per eżempju, jekk dipartiment jimxi skond policy u ssir deċiżjoni skond policy allura jista' xi ħadd jilmenta li dik id-deċiżjoni hija ħażina?", "Jista' d-dipartiment jgħid: Isma' l-Ombudsman ma għandux is-setgħa li jinvestiga dik id-deċiżjoni għax dik id-deċiżjoni ma tteħditx fit-twettiq tal-funzjoni amministrattiva tad-dipartiment għax id-dipartiment fit- twettiq ta' dik id-deċiżjoni mexa skond il-policy imfassla mill-Gvern.", "GĦalhekk ladarba dawk il-ħwejjeġ li l-Ombudsman jista' jinvestiga skond il- liġi huma biss ħwejjeġ li huma fit-twettiq ta' funzjoni amministrattiva, jekk kemm-il darba fl-Abbozz ta' Liġi ma jkunx hemm ċar u speċifikat x'inhuma l-ħwejjeġ meqjusa bħala \"fit-twettiq ta' funzjoni amministrattiva\" u x'inhuma l-ħwejjeġ l-oħra li m'humiex ikkonsidrati bħala li jaqgħu taħt it-twettiq ta' funzjoni amministrattiva allura nibqgħu ma nafux eżatt x'inhi l-estenzjoni tal-funzjonijiet tas-setgħat ta' dan l-Ombudsman kif inhu propost.", "Jiġifieri jekk ma jaqgħux taħt l-iskrutinju ta' l- Ombudsman allura l-liġi tikkontempla klawsola oħra u din hija l- possibbilta' li jkun hemm kontestazzjoni fil-qrati ordinarji jekk l- Ombudsman ikunx qiegħed jipprova jagħmel xi ħaġa li tmur oltre l- ġurisdizzjoni mgħotija lilu minn dan l-Abbozz stess.", "Għalhekk huwa importanti li dawk il-ħwejjeġ li huma konsidrati li jaqgħu fit-twettiq ta' funzjoni amministrattiva għandhom jiġu speċifikati għax b'hekk biss wieħed ikun jista' jkollu idea ċara tal-parametri tal-ġurisdizzjoni ta' l- Ombudsman.", "Issa ladarba qed nitkellmu fuq deċiżjonijiet li l-Ombudsman jista' fil- fehma tiegħu jqis li huma ħżiena u li huma inġusti u deċiżjonijiet li l- Ombudsman isib li ma jingħatawx ir-raġuniijiet għalihom, allura wieħed bilfors ikollu jistaqsi jekk dawn id-deċiżjonijiet li kultant iridu jittieħdu f'dak li sal-lum kien meqjus bħala l-interess pubbliku jew deċiżjonijiet li sal-lum kienu jiġu kkwalifikati bħala l-interess nazzjonali, humiex deċiżjonijiet ukoll li l-Ombudsman għandu dritt jinvestiga u jekk hu ma jaqbilx magħhom - allura għalih huma ħżiena - għandux dritt jirrapporta kontra tagħhom.", "Jien jidhirli li din hija mancanza, lakuna oħra li hawn f'din il-liġi fejn ma tikkontemplax il- kontinġenza li ċerti deċiżjonijiet li jisgħtu ma jidhrux li huma aċċettabbli għal numru ta' nies, dawn id-deċiżjonijiet jistgħu jkunu meħuda fl-interess pubbliku jew fl-interess nazzjonali.", "Jiġifieri kemm jekk ikunu fl-interess pubbliku u kemm jekk ikunu fl-interess nazzjonali m'hawn xejn fil-liġi li ssalva dawk id-deċiżjonijiet jew rakkommandazzjonijiet milli jiġu mibdula mill-Ombudsman.", "L-esperjenza tgħallimna li jista' jkun hemm każi fejn ċerti deċiżjonijiet fl-interess pubbliku jew fl-interess nazzjonali jridu jittieħdu u jekk ikunu ttieħdu bir-responsabbilta' u in buona fede ma jistgħux jiġu maqluba minn persuna imparzjali li qiegħda fil- kariga għolja ta' Ombudsman għax hi, fil-fehma tagħha, ma taqbilx magħhom, u għaliex ma taqbilx magħhom tista' tikkwalifikahom bħala ħżiena jew li jkunu ħolqu inġustizzja ma' xi ħadd.", "Nimmaġinaw li l-Planning Authority jew dipartiment governattiv - naħseb iktar indikat dipartiment governattiv milli l-Planning Authority - jieħu deċiżjoni illi t-triq li tista' tgħaddi minn għalqa ta' persuna jew għalqa ta' persuna oħra tgħaddi mill-għalqa ta' l-ewwel persuna.", "Naturalment dik il-persuna hija milquta ħażin minn din id-deċiżjoni u hi tista' tgħid li hija deċiżjoni ħażina għax kien ikun aħjar teknikament, jekk mhux għal raġunijiet oħra, illi t-triq ippjanata tgħaddi mill-għalqa tal-persuna l- oħra li allura kien ikun hu l-vittma tad-deċiżjoni minn fejn tgħaddi t- triq.", "L-Ombudsman, anke jekk juża l-fakulta' li jqabbad esperti fil- materja, jasal għall-konklużjoni li fil-fehma tiegħu d-deċiżjoni li t-triq tgħaddi mill-ewwel għalqa kienet ħażina u allura l-persuna milquta minn dik id-deċiżjoni trid tingħata rimedju.", "Jekk it-triq tkun għadha ma saritx ir- rimedju għandu jkun li t-triq tgħaddi mill-għalqa tat-tieni persuna u mhux minn dik ta' l-ewwel wieħed.", "Dan ifisser li kull deċiżjoni li jieħu d- Dipartiment tax-Xogħlijiet minn fejn jgħaddu t-toroq, liema deċiżjoni bilfors se tolqot ħażin lill-proprjetarji ta' l-artijiet li minnhom se jgħaddu dawn it-toroq, dawn il-proprjetarji m'għandhom xejn x'jitilfu li jappellaw lill-Ombudsman ħalli hu jinvestiga kif d-dipartiment iddeċieda li t-triq tgħaddi minn dik l-art u mhux minn art oħra li kienet tolqot persuni oħra u mhux il-persuni milquta.", "U allura l-Ombudsman ikun irid jiddeċiedi jekk fil-fehma tiegħu jaqbilx mad-dipartiment jew jaqbilx ma' l-ilment tal- persuna jew persuni milquta.", "F'dan l-Abbozz ta' Liġi m'hemm xejn xi jsalva deċiżjonijiet bħal dawn li jolqtu fil-laħam il-ħaj lil xi ħadd u allura dan ix-xi ħadd żgur se jilmenta li fil-konfront tiegħu dawn huma deċiżjonijiet ħżiena u nġusti; u m'hawn xejn fil-liġi li jistabbilixxi x'inhuma l- kriterji li bihom l-Ombudsman jista' jiddeċiedi li deċiżjonijiet ta' din in- natura ttieħdu ħażin u huma inġusti, ħlief il-fehma tiegħu soġġettivament.", "Issa aħna nafu li diffiċli biex issib tnejn min-nies biex jaħsbuha l- istess fuq l-istess suġġett.", "Fid-deċiżjonijiet li jieħdu professjonisti - kemm jekk huma fil-qasam legali, kif ukoll jekk huma fil-qasam tekniku - mhux diffiċli li ssib li tnejn min-nies jaħsbuha b'mod differenti.", "Jidhirli li aħna ma nistgħux nagħmlu li ċerti deċiżjonijiet - li bilfors se jkollhom effett ħażin fuq xi ħadd jew fuq numru ta' nies - jistgħu jinqalbu unikament għaliex persuna rispettata, rispettabbli, bir-rieda tajba kollha tifhimha mod ieħor.", "Hawnhekk naraw x'inhuma dawk id-deċiżjonijiet, l-atti, l-omissjonijiet u r-rakkommandazzjonijiet li ma jistgħux jiġu investigati mill-Ombudsman, jiġifieri rridu naraw xi tgħid l-Ewwel Skeda.", "Jien m'iniex se nidħol biex insemmi l-eżenzjonijiet kollha li hawn fl-Ewwel Skeda, la Taqsima A u lanqas Taqsima B imma se nsemmi biss dawk il-każi fejn fl-opinjoni tiegħi jrid ikun hemm ħsieb aktar maturat dwar jekk għandniex ninkludu dawk l- eżenzjonijiet fil-liġi u aktar minn hekk, jekk għandux ikun hemm aktar eżenzjonijiet inklużi fil-liġi milli hemm fl-Ewwel Skeda u nibda mit-tieni ipotesi li prospettajt.", "Nieħdu, per eżempju, d-deċiżjonijiet tan-National Employment Authority li m'humiex imsemmija hawnhekk bħala deċiżjonijiet li l-Ombudsman ma jistax jinvestiga.", "Waħda mill-funzjonijiet li għandha n-National Employment Authority hija li tisma' appelli minn persuni li jappellaw kontra d- deċiżjoni ta' l-ETC li ma tħallihomx jirreġistraw, per eżempju, fl-ewwel parti tar-reġistrazzjoni ta' min ma jkunx qiegħed jaħdem.", "Jekk l-Awtorita' tieħu deċiżjoni li ma tilqax l-appell, billi d-deċiżjonijiet tan-National Employment Authority m'humiex eżenti mill-iskrutinju ta' l-Ombudsman, allura min ikollu risposta negattiva għall-appell tiegħu kulma jrid jagħmel huwa li jappella lill-Ombudsman u l-Ombudsman jrid jinvestiga l-każ u jista' jasal għal konklużjoni differenti milli tkun waslet in-National Employment Authority.", "Irrid nagħmilha ċara li m'iniex qed nitkellem dwar il-Kummissjoni għall-Impiegi għaliex din hija xi ħaġa differenti min- National Employment Authority.", "Mela allura fil-fatt, jekk l-affarijiet jibqgħu kif proposti fil-liġi, se jkollna possibbilta' ta' appell wara d- deċiżjoni tan-National Employment Authority.", "U jien nistaqsi: Awtorita' stabbilita, biex tkun indipendenti, imparzjali u d-deċiżjonijiet tagħha ma jkunux soġġetti għall-iskrutinji tal-qrati ordinarja, għandna nissottomettu d-deċiżjonijiet tagħha għall-iskrutinju, l-investigazzjoni, id-deċiżjoni u l-fehma ta' l-Ombudsman?", "Jien ma nafx jekk il-Gvern intendiex li jiġru dawn l-affarijiet, pero' naħseb li hemm ħafna xi tgħid kontra li una volta għamilt awtorita' li proprju għandha tkun hija finali fid-deċiżjonijiet li tagħti, imbagħad id-deċiżjonijiet tagħha m'għandhomx jiġu sottomessi għall- fehma ta' persuna oħra.", "Aktar u aktar meta se niġu f'pożizzjoni fejn in- National Employment Authority - qed neħduha bħala eżempju, hemm kwantita' ta' eżempji oħra li issa nsemmihom - hija magħmula minn mill-inqas seba' jew tmien persuni li jistgħu jkunu unanimi fid-deċiżjoni tagħhom u allura issa għandna deċiżjoni ta' tmien persuni li jikkomponu l-Awtorita' li imbagħad din id-deċiżjoni tiġi investigata mill-Ombudsman, dan ma jaqbilx magħha - fil-liġi hemm \"fil-fehma tiegħu\" - u allura jekk ma jaqbilx magħha jqisha li hija deċiżjoni żbaljata - bil-Malti hija ħażina - jekk hija ħażina qiegħda tikkaġuna inġustizzja kontra min ingħatat dik id- deċiżjoni allura taqa' taħt subklawsola 22 (1) u allura l-Ombudsman għandu dritt jirrapporta kontra dik id-deċiżjoni bit-tama li dik id-deċiżjoni tiġi mibdula, riformata u korretta.", "Mr Speaker, ma jidhirlix li għandna nwasslu l-affarijiet sa dan il-punt.", "Fil-bidu tad-diskors tiegħi meta rreferejt għat-toroq u għat-tfassil tagħhom, għidt li dawn huma responsabbiltajiet tal-Planning Authority, pero' imbagħad ikkoreġejt ruħi u għidt li x'aktarx dawk huma ħwejjeġ li jiġu deċiżi minn dipartiment tal-Gvern u mhux mill-Planning Authority.", "Imma issa ħalli niġu għad-deċiżjonijiet tal-Planning Authority.", "Id- deċiżjonijiet tal-Planning Authority - Awtorita' imwaqqfa biex tkun proprju imparzjali, indipendenti u ma tkun soġġetta għall-ebda pressjoni ta' ħadd - jistgħu jiġu investigati mill-Ombudsman.", "M'iniex qed nirreferi għal deċiżjoni ta' xi uffiċjal tal-Planning Authority imma għad-deċiżjonijiet tal-Planning Authority u ta' l-organi l-oħra kollha li jaqgħu taħtha.", "Mela deċiżjoni finali tal-Planning Authority, li bilfors taġevola lil xi ħadd u tkun kontra l-interessi ta' xi ħadd ieħor, min kontra tiegħu tingħata d- deċiżjoni jew min l-interessi tiegħu se jkunu milquta mid-deċiżjoni tal- Planning Authority żgur m'għandux x'jitlef milli jitlob lill-Ombudsman biex jinvestiga d-deċiżjoni tal-Planning Authority bit-tama li l-Ombudsman jifhimha b'mod differenti minn dak li tkun iddeċidiet il-Planning Authority u jekk jifhimha b'mod differenti jrid jasal għall-konklużjoni li d- deċiżjoni tal-Planning Authority hija ħażina - jaqa' taħt paragrafu (b) ta' subklawsola 22 (1) - u huwa allura jirrapporta kontra tagħha u se naslu fl- istat li d-deċiżjonijiet tal-Planning Authority lanqas huma finali għaliex huma soġġetti għall-iskrutinju u l-investigazzjoni ta' l-Ombudsman.", "Nerġa' ngħid mhux l-aġir, il-kondotta jew id-deportament ta' individwu m'humiex esklużi mill-iskrutinju u l-investigazzjoni ta' l-Ombudsman imma d- deċiżjoni ta' l-Awtorita'; bħalma m'hijiex eskluża wkoll in-National Employment Authority.", "Hemm ukoll, per eżempju, il-Housing Authority li hija awtorita' oħra mwaqqfa bi statut fejn kull deċiżjoni li tieħu l-Housing Authority taġevola lil xi ħadd u tikkaġuna dulur jew dwejjaq lil ħaddieħor id-deċiżjoni ma kenitx favur tiegħu Allura kull deċiżjoni tal-Housing Authority tista' tiġi nvestigata mill-Ombudsman bħala awtorita' u mhux bħala deportament jew aġir ta' individwu jew ta' uffiċjal tagħha, sempliċement għaliex l-individwu jħoss li hija deċiżjoni ħażina, jiġifieri hija deċiżjoni inġusta, u allura l-Ombudsman għandu dritt li jekk fil- fehma tiegħu ma jaqbilx mad-deċiżjoni tal-Housing Authority jirraporta kontra tagħha.", "Imma aħna hekk irridu?", "Jiġifieri aħna rridu li dawk li sal- lum f'din il-Kamra dejjem għidna li għandhom ikunu awtoritajiet li ma jaqgħux direttament taħt l-influwenza tal-Gvern, ta' l-Eżekuttiv u għalhekk ikunu awtoritajiet indipendenti u imparzjali skond il-liġijiet li għamilna biex inwaqqfuhom, wara li jieħdu deċiżjoni bil-bona fede tagħhom kollha korrettement fl-opinjoni tagħhom, dik id-deċiżjoni issa fil-mertu se tiġi skrutinajata minn persuna oħra u jekk dik il-persuna ma taħsibx bħall- awtorita' - huma kemm huma n-nies li jikkomponu dik l-awtorita' u jaqblu kemm jaqblu anonimament bejniethom - allura l-fehma ta' l-Ombudsman se tiġi tipprevali fuq il-fhemiet ta' dawn in-nies kollha li aħna nkunu għażilna biex jikkomponu l-Awtorita'?", "Ma naħsibx li wieħed irid li l- affarijiet jaslu għal dan l-istat.", "Nista' ngħid li l-istess ħaġa tista' tiġri fil-każ tal-korporazzjoni ta' l-ETC u dan qed ngħidu mhux għax inħoss li dak li għamlet l-ETC għamlitu tajjeb, anzi ngħid li fil-maġġoranza tal-każi dak li għamlet l-ETC, fl- opinjoni tiegħi, huwa suġġett għaċ-ċensura u għall-kritika.", "Imma l-fatt jibqa' li jekk inti għamilt korporazzjoni u għamiltha b'liġi li proprja għandha timxi mingħajr influwenza ta' ħadd, ma tistax tippretendi jekk ma jkunx hemm b'xi mod xi suspett ta' irregolarita' fid-deċiżjonijiet li trid tieħu, li kull deċiżjoni fil-mertu sempliċement għax tkun negattiva għal xi ħadd, dak ix-xi ħadd għandu dritt li jitlob li dik id-deċiżjoni tiġi nvestigata u mhux biss investigata biex jinstab jekk kienx hemm xi irregolarita' fit-teħid ta' dik id-deċiżjoni imma jekk fil-meritu hu jaqbilx magħha.", "Hawn huwa l-qofol tal-kritika li qed issir.", "Id- diskrezzjoni li aħna tajna lin-nies li jeżerċitawha bir-rieda tajba kollha u korrettament skond il-parametri tal-liġi li tagħtihom is-setgħa li jeżerċitaw dik id-diskrezzjoni, dik id-diskrezzjoni nissostitwuha bid- diskrezzjoni u bil-fehma ta' l-Ombudsman għax il-liġi tgħid li jekk l- Ombudsman ma jaqbilx ma' dawk id-deċiżjonijiet, allura dawk id- deċiżjonijiet huma ħżiena u la huma negattivi għall-interessi ta' xi ħadd u qed jikkaġunaw inġustizzja lejn dak ix-xi ħadd, allura l-fehma ta' l- Ombudsman tipprevali fuq id-diskrezzjoni eżerċitata korrettament - fl- opinjoni tagħhom - u legalment skond il-liġi mingħajr ebda irregolarita' ta' xejn għar-raġuni sempliċi li l-Ombudsman ma jaqbilx mal-fehma espressa li fuqha ġiet meħuda dik id-deċiżjoni!", "Jien kont qed ngħid ukoll li kull deċiżjoni ta' l-ETC tista' tiġi kontestata fil-meritu tagħha u mhux jekk hijiex irregolari, jekk hijiex kontra l-liġi jew jekk tammontax għal abbuż, imma għax hija deċiżjoni ħażina; u għax hija deċiżjoni ħażina tista' tkun qed tikkaġuna inġustizzja u allura hija deċiżjoni inġusta għal min huwa milqut biha.", "Jien ma naħsibx li din il-Kamra tixtieq li l-affarijiet jitwasslu sa dan il-punt.", "Nerġa' ngħid li kulħadd jixtieq li nsibu rimedju ta' natura amministrattiva għal każijiet fejn ikun sar xi abbuż li jkun kontra xi ħadd u l-interessi tal-persuna abbużata li ma jistgħux jiġu diviżi fil-qrati ordinarji, imma li ninċampaw id-deċiżjonijiet li jittieħdu bil-mijiet jew bl-eluf kuljum fl-amministrazzjoni tal-pajjiż b'din il- manjiera ma naħsibx li hija x-xewqa tal-Kamra li naslu jew li nwasslu l- affarijiet għal dan l-istat.", "MR SPEAKER: Ippermettili Onor. Mifsud Bonnici, skadielek il-ħin u għandek bżonn extension.", "Xi ħadd jipproponi li tkompli tinstema'.", "ONOR.", "WISTIN ABELA: Nipproponi li jkompli jinstema'.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "MICHAEL ASCIAK: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Hawn talba biex l-Onor.", "Mifsud Bonnici jkompli jinstema'.", "Il-Kamra taqbel?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Nirringrazzja lill-proponent, lis- sekondant u lill-Kamra.", "Mr Speaker, la qed nitkellmu fuq l-eżenzjonijiet fl-Ewwel Skeda, issa nixtieq niġi għal dak li hemm imsemmi dwar it-taqsima B ta' l-Ewwel Skeda li tgħid li din il-Liġi ma tapplikax għall-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku:", "\"kemm-il darba ma tinġiebx prova b'sodisfazzjon ta' l-Ombudsman li tkun turi li kull mezz possibbli għall-ksib ta' rimedju jkun ġie eżawrit.\"", "Mela issa meta wieħed japplika x'jingħad f'paragrafu (b) tas-subklawsola 12 (3) ta' dan l-Abbozz jsib li f'każ li l-PSC tieħu deċiżjoni u tagħmel rakkommandazzjoni u l-persuna milquta minn dik id-deċiżjoni jew minn dik ir- rakkommandazzjoni tkun appellat kontra d-deċiżjoni tal-PSC - hawnhekk wieħed irid jifhem li teżisti din il-possibbilta' - u allura eżawriet ir- rimedji kollha, wara li kellha eżitu negattiv din tmur ukoll quddiem l- Ombudsman.", "Mela issa nħass il-bżonn li kellu jkun hemm il-possibbilta' ta' l-appell fil-każijiet deċiżi mill-PSC, il-possibbilta' ta' l-appell trid tiġi eżawrita u meta tiġi eżawrita - u rridu nikkontemplaw li min jappella mhux dejjem se jkollu eżitu favorevoli għall-appell, jista' jkollu eżitu negattiv - dak li jkollu l-eżitu negattiv issa għandu d-dritt imur quddiem l-Ombudsman.", "Imbagħad jekk l-Ombudsman ma jaqbilx mad-deċiżjoni ta' l- appell tal-PSC dan għandu dritt jirrapporta kontra tagħha.", "Imma aħna rridu verament li jiġri dan?", "Jekk irridu li jiġri dan irridu niġġustifikaw għaliex irridu nwasslu l-affarijiet sa hawn.", "Aħna qed ngħidu li se jkollna deċiżjoni fil-meritu minn persuna li m'hix fil-PSC meta fil- Kostituzzjoni, b'mod li ma jistax jinbidel il-provvediment tal-PSC jekk mhux bil-maġġoranza kwalifikata ta' din il-Kamra, għandna li dak li tiddeċiedi l-PSC fil-meritu m'hu soġġett għal ħadd.", "Issa jekk kemm-il darba fid-deċiżjoni tal-PSC ma tinġiebx prova b'sodisfazzjon ta' l- Ombudsman li tkun turi li kull mezz possibbli għall-ksib ta' rimedju jkun ġie eżawrit, kemm-il darba tinġieb din il-prova dik id-deċiżjoni fil-meritu se nissottomettuha għall-\"fehma\" ta' l-Ombudsman, għax kif għidt diġa' għar- rigward ta' aspetti oħra tal-funzjonijiet tiegħu l-Ombudsman m'hux marbut b'dak li hu jiddeċiedi li jkun sar ħażin jew żbaljat għax kulma għandu f'din il-liġi huwa \"fil-fehma tiegħu\".", "GĦalhekk issa se tingħata l- possibbilta' li d-deċiżjonijiet kollha tal-PSC li jkunu negattivi għal xi ħadd jsir appell minnhom lill-Ombudsman u jekk l-Ombudsman ma jaħsibhiex bħalma ħasbitha l-PSC fl-ewwel stadju ta' l-appell, il-fehma ta' l- Ombudsman xorta waħda se tipprevali.", "Aħna ma nistgħux nużaw l-argument li dak li jgħid l-Ombudsman ma jistax jagħmlu fatta.", "Dak niġu għalih iktar tard, imma aħna jew se nagħtuh valur siewi u allura jkun hemm effett u konsegwenzi għad-deċiżjonijiet ta' l-Ombudsman jew inkella, jekk m'aħniex nikkontemplaw li dak li jgħid l-Ombudsman se jkollu piż u konsegwenza, ma għandna għalfejn noqogħdu nagħmlu xejn .", "GĦalhekk skond dak li qed jingħad f'dan l-Att, aħna qed ngħidu li għalkemm dan l-Att ma japplikax għall-PSC, dan ma japplikax:", "\"kemm-il darba ma tinġiebx prova b'sodisfazzjon ta' l-Ombudsman li tkun turi li kull mezz possibbli għall-ksib ta' rimedju jkun ġie eżawrit.\".", "Mela meta tkun issodisfajt dak il-vot li tkun eżawrejt kull mezz ta' rimedju mal-PSC, allura inti għandek dritt iġġib l-ilment tiegħek a konjizzjoni ta' l-Ombudsman.", "Lill-Ombudsman aħna se nagħtuh is-setgħa li jara x'kienet id-deċiżjoni u fil-meritu jista' jifhimha mod ieħor milli tkun fehmitha l-PSC.", "Jien jidhirli li biex din il-Kamra taċċetta dawn il- ħwejjeġ iridu jingħataw raġunijiet għaliex ma rridux li fl-istadju ta' l- appell l-aħħar kelma tkun tal-PSC meta l-Kostituzzjoni tgħid li dak li tagħmel il-PSC ma jista' jaqa' taħt il-kontroll ta' ħadd.", "Il-funzjoni tal- PSC tista' tinbidel.", "L-istess nista' ngħid għall-Forzi Armati.", "Il-Forzi Armati jaqgħu taħt it-Taqsima B ta' l-Ewwel Skeda u dak li ntqal għar-rigward tal-PSC japplika wkoll taħt it-Taqsima B. Fil-fatt it-Taqsima B ta' l-Ewwel Skeda tgħid hekk:", "\"Il-Forzi Armati ta' Malta għar-rigward biss ta' ħatriet, promozzjonijiet, salarji u drittijiet ta' pensjoni ta' l-uffiċjali u suldati f'dik il-Forza Armata.\".", "GĦalhekk għalkemm dan l-Att ma japplikax għal dawn il-każijiet, dan ma japplikax għalihom bil-kwalifika li hemm f'paragrafu (b) tas-subklawsola 12 (3), ċioe':", "\"... kemm-il darba ma tinġiebx prova b'sodisfazzjon ta' l-Ombudsman li tkun turi li kull mezz possibbli għall-ksib ta' rimedju jkun ġie eżawrit.\".", "GĦalhekk jekk wieħed għamel użu mill-mezzi kollha li tagħtih il-liġi li tittratta fuq il-Forzi Armati għar-rigward ta' ħatra, promozzjoni, salarju u drittijiet ta' pensjoni, l-eżenzjoni ma tibqax tapplika iktar bil- konsegwenza li allura mbagħad il-kwestjoni ta' ħatra, ta' promozzjoni, ta' salarju u tad-drittijiet tal-pensjoni jaqgħu taħt il-funzjoni u s-setgħa ta' investigazzjoni ta' l-Ombudsman, li jista' jkun ta' fehma differenti.", "Jien ma nafx jekk hijiex l-intenzjoni tal-Gvern li jkun hekk.", "Mill-mod kif inhi miktuba l-liġi b'referenza għall-PSC u l-Forzi Armati bħala eżenti mill-applikazzjoni ta' din il-liġi, jidher li l-Gvern ried jiddistingwi bejn dawn iż-żewġ organizzazzjonijiet, mill-eżenzjonijiet l-oħra kollha li hemm taħt it-Taqsima A - l-ġudizzjarju, l-Kabinett, l-Amministrazzjoni tal- Ġustizzja, il-Kummissjoni dwar l-Impiegi u oħrajn - u ried jiddistingwi billi għamel li fejn ir-rimedji kollha ġew eżawriti m'hemmx eżenzjoni, u jekk ir-rimedji ma ġewx eżawriti allura l-Ombudsman ma jistax jindaga fuq deċiżjonijiet tal-PSC u tal-Forzi Armati dwar ħatra, promozzjoni, salarji jew drittijiet ta' pensjoni.", "Jidher li t-Taqsima B kif distinta mit- Taqsima A ta' l-Ewwel Skeda qiegħda maħsuba biss biex tikkontempla l- kontinġenza ta' l-eżawriment tal-mezzi l-oħra ta' rimedju.", "Jekk jiġi pprovat għas-sodisfazzjon ta' l-Ombudsman li l-mezzi l-oħra ta' rimedju ġew eżawriti, allura lanqas il-PSC u l-Forzi Armati m'huma eżenti mis-setgħa ta' l-Ombudsman.", "Ma naħsibx li din għandha tkun is-sitwazzjoni li rridu, għandna nkunu ħafna iktar ċari dwar x'setgħat irridu nagħtu lill-Ombudsman fil-każ ta' deċiżjonijiet tal-PSC u tal-Forzi Armati.", "Il-kontinġenza msemmija li dawn jaqgħu taħt l-Ombudsman jekk jiġi pprovat li l-mezzi l- oħra ta' rimedji ġew eżawriti m'hijiex il-kwalifika adattata biex inti tiddeċiedi jekk deċiżjoni tal-PSC jew deċiżjoni tal-Forzi Armati għar- rigward tal-promozzjoni, ħatra ta' salarji u ta' pensjoni għandhiex tiġi skrutinata u nvestigata mill-Ombudsman jew le.", "U issa wara li tkellimna dwar is-setgħat ta' l-Ombudsman nixtieq li ngħaddi xi punti li joħorġu mil-liġi u se nagħmilhom bl-ordni tal-klawsoli ta' dan l-Abbozz.", "L-ewwel punt li nixtieq inqajjem huwa dwar il-perjodu tal-ħatra ta' l-Ombudsman u x'inhu inkompatibbli mal-ħatra ta' Ombudsman.", "U se nibda minn subklawsola 4 (2) li tgħid hekk:", "\"Il-kariga ta' Ombudsman ma tkunx kompatibbli ma' l-eżerċizzju ta' xi attivita' professjonali, bankarja, kummerċjali jew ta' trade union, jew ma' kull attivita' oħra li ssir għall-profitt jew rikompens.\".", "GĦandi nifhem li hawn qed nippretendu li l-Ombudsman ikun full-time, tant li dan se jkollu wkoll salarju daqs dak ta' mħallef u nista' nimmaġina li l- kwantita' ta' xogħol li jkollu jirrikjedi li l-Ombudsman ikun full-time.", "Issa jekk l-Ombudsman ikun full-time u l-ħatra tiegħu hija għal term ta' ħames snin, imbagħad jista' jingħata perjodu ieħor ta' ħames snin, irridu nikkontemplaw persuna li hija lesta li titlaq il-professjoni, l-impieg, ix- xogħol tagħha normali biex tieħu kariga b'kuntratt ta' ħames snin li jista' jiġi prolongat għal ħames snin oħra.", "Jien naħseb li b'din il-manjiera nkunu qegħdin inċekknu l-possibbilta' ta' l-aċċettazzjoni tal-ħatra ta' din il-persuna.", "GĦaliex?", "Jekk wieħed jaċċetta l-ħatra ta' mħallef jew ta' maġistrat, jaf li dan qed jagħmilha sar-retiring age, imma jekk wieħed jaċċetta l-kariga ta' Ombudsman jaf li wara ħames snin il-ħatra tista' ma tiġix imġedda.", "U għalkemm is-salarju huwa ta' mħallef, minkejja l-fatt li l-ħatra hija għal ħames snin xorta waħda tista' tkun ta' inibizzjoni li xi persuni ma jitilqux ix-xogħol normali tagħhom ta' professjoni jew ta' impieg biex jaċċettaw kariga bħal din a meno che m'aħniex nikkontemplaw nies li għamlu karriera fis-Servizz Pubbliku li allura minħabba l-eta' li jkollhom ikun ikkalkolat li jekk il-ħatra tagħhom tispiċċa wara ħames snin, għax ma tiġix imġedda, dawn il-persuni mbagħad ma jkollhomx għalfejn jinkwetaw għax altrimenti kieku baqgħu fis-Servizz Pubbliku kien ikun wasal għalihom iż-żmien ta' l-irtirar minħabba l-eta'.", "Una volta t-tneħħija ta' l-Ombudsman trid issir biss f'ċerti każi limitati kif ipprovdut fil-liġi, allura ma narax għaliex meta bniedem jintagħżel bħala Ombudsman dan għandu jkun biss għal perjodu qasir ta' ħames snin.", "Qed ngħid perjodu qasir ta' ħames snin għax min ikun irid jikkalkola wkoll x'se jkunu l-prospetti tal- qliegħ tiegħu wara l-ewwel ħames snin dan irid jieħu in konsiderazzjoni jekk jagħżilx li jitlaq il-professjoni biex jaċċetta l-kariga ta' Ombudsman.", "Nimmaġinaw li persuna li llum qed tokkupa l-kariga ta' mħallef taf li normalment sa l-eta ta' 65 sena għandha l-possibbilta' li tkompli sservi ta' mħallef.", "GĦal xi raġuni jew inkompatibbilta' max-xogħol ta' mħallef jew minħabba ċ-ċirkostanzi li ġraw li jirrendu l-pożizzjonijiet tiegħu mhux iktar feliċi, dan jista' jaċċetta li minflok jibqa' mħallef isir Ombudsman u jkun indikat u kwalifikat biex jokkupa dik il-kariga, imma dan jaf li ħames snin biss għandu hemm għax il-ħames snin ta' wara jistgħu ma jiġux mogħtija lilu.", "Allura jien jidhirli li l-perjodu tal-ħatra wieħed irid jagħtih ħsieb iktar milli huwa mogħti f'dan l-Abbozz ta' Liġi li l- ħatra hija għal ħames snin prorogabbli għal ħames snin oħra.", "Imbagħad jekk wieħed jibqa' jinsisti li l-formola li għandha tintuża hija li jkun perjodu ta' ħames snin li jista' jiġi mġedded għal ħames snin oħra, wieħed jistaqsi: Allura persuna li kienet meqjusa adattata biex tokkupa l-kariga għall-ewwel ħames snin u mbagħad ġiet imġedda biex tibqa' tokkupa l-kariga għal ħames snin oħra, għaliex fit-tielet terminu ta' ħames snin jekk din tkun għadha b'saħħita u kapaċi taqdi dik il-manzjoni, għandu jkun hemm dik il-projbizzjoni li l-kariga tagħha tiġi mġedda jew li tingħata l-inkarigu għal ħames snin oħra?", "Jidhirli li huwa ideali li wieħed jirrikonsidra li l- perjodu ma jkunx ta' ħames snin, imma mbagħad jekk wieħed jibqa' jinsisti li l-perjodu għandu jkun ta' ħames snin m'għandux ikun hemm l-esklużjoni li jista' jiġi mġedded għal iktar minn perjodu wieħed.", "Imbagħad dwar it-ten year nixtieq ukoll li din il-Kamra tiġi lluminata xi tfisser is-subklawsola 5 (2) li tgħid:", "\"Sakemm ma jiġix li dik il-kariga ssir vakanti qabel, persuna li tinħatar Ombudsman għandha tibqa' f'dik il-kariga sa meta jinħatar is- suċċessur tagħha.\".", "Jien nifhem li normalment bejn perjodu u ieħor jista' jkun hemm lakuna ta' żmien u allura dak iż-żmien qasir m'għandux ikun priv mis-servizz ta' Ombudsman.", "Imma din tista' tfisser ukoll li jekk għal xi raġuni jew oħra l- Kamra ma tgħaddix għall-ħatra ta' Ombudsman - u fil-fatt meta qed ngħidu \"ħames snin ... sakemm il-Kamra ma taħtarx ieħor\" jista' jkun ifisser għal tletin sena, jekk il-Kamra ddum ma taħtar ieħor - għal din il-kontinġenza li għandu f'moħħu l-leġislatur, wieħed irid isib formula differenti minn dan li hawn provdut.", "Imma meta qed ngħidu minn min tista' tiġi okkupata l- kariga, irridu bilfors naraw xi tgħid klawsola 8 dwar il-ħatra temporanja ta' Ombudsman.", "F'ċerti każi l-Ombudsman normalment maħtur ma jkunx jista' jiffunzjona jekk ikollu dħul minn \"xi attivita' professjonali, bankarja, kummerċjali, jew ta' trade union jew ma' kull attivita' oħra li ssir għal profitt jew rikumpens\", imma meta niġu għall-Ombudsman temporanju insibu li din il-klawsola xorta tapplika għax subklawsola 8 (4) tgħid:", "\"ħadd ma jista' jinħatar bis-saħħa ta' dan l-artiklu ...\",", "- jiġifieri bħala temporanju -", "\"... kemm-il darba min jinħatar ma jkollux il-kwalifiki biex jinħatar Ombudsman skond ma hemm fl-artikolu 4 ta' dan l-Att.\".", "Issa f'din il-klawsola hemm li wieħed ma jistax jinħatar Ombudsman jekk ikollu xi dħul minn xi profitt jew rikompens.", "Mela allura jekk inti tesiġi li l-Ombudsman temporanju jkollu din il-kwalifika wkoll - u skond subklawsola 8 (4) hemm estiża din il-projbizzjoni ta' subklawsola 4 (2) li tapplika wkoll għall-ħatra ta' Ombudsman temporanju - naħseb li jrid ikun biss jew pensjonant jew bniedem li jgħix bir-renti - jekk din ma tikkwalifikax bħala \"kull attivita' oħra li ssir għall-profitt jew rikompens li ma tikkwalifikax\" - biex jikkwalifika għal Ombudsman temporanju.", "Jiena jidhirli li m'għandniex nikkontemplaw il-ħtieġa ta' Ombudsman temporanju għax allura dawk il-kawteli u l-prekawzjonijiet kollha li ttieħdu fl-għażla ta' Ombudsman qegħdin narmuhom għall-konvenjenza biex nissodisfaw każi fejn l-Ombudsman normali ma jkunx jista' jiffunzjona.", "Jiena jidhirli li l-ħtieġa ta' Ombudsman temporanju titlob aktar konsiderazzjoni profonda dwar kif dik il-ħtieġa tista' tiġi sodisfatta imma mhux b'dan il-mod tal-ħatra ta' Ombudsman temporanju għax nkunu qed nesponuh wisq għal pressjonijiet u għall-konsiderazzjonijiet li aħna rridu li l-Ombudsman la jkun soġġett għalihom u lanqas jagħti kashom.", "Għalhekk hemm provdut fl-Abbozz ta' Liġi li dan għandu jkun indipendenti u tutelat f'dak li jagħmel.", "Meta niġu għall-Ombudsman temporanju, it-tuteli il- kawteli u s-safeguards kollha meħuda għall-Ombudsman normali, regolari, qegħdin narmuhom mar-riħ u allura in mancanza ta' soluzzjoni aħjar, aħjar ma jkunx hemm Ombudsman temporanju milli jkun hemm Ombudsman li jista' jagħti deċiżjonijiet li ma jkunux almenu kkonsidrati - m'iniex qed ngħid ma jkunux, huma fil-fatt - u apprezzati minn kulħadd bħala indipendenti u mparzjali - u mhux influwenzati jew kondizzjonati - bħalma wieħed jippretendi li għandhom jkunu d-deċiżjonijiet li jieħu l-Ombudsman regolari.", "Issa meta niġu għall-kariga ta' l-Ombudsman taħt il-klawsola 9 għandna sitwazzjoni ftit u xejn kurjuża.", "L-Ombudsman għandu dritt li huwa jaħtar l-uffiċjali u l-impjegati li hu jista' jeħtieġ għat-twettiq tal- funzjonijiet, setgħat u dmirjiet - hawn wieħed jifhem x'għandu f'moħħu l- leġislatur; ovvjament għandu f'moħħu li l-uffiċjali u l-impjegati ta' l- Ombudsman ikunu nies li hu ikollu fiduċja fihom għaliex jaħtarhom hu u jagħżilhom hu.", "Imma hawn se niġu f'sitwazzjoni fejn persuna li għandha kariga ta' ħames snin, naħseb li hi se timpjega nies għal dawk il-ħames snin biss għax l-Ombudsman li se jiġi wara - jekk ma jiġix imġedded - għandu jkollu wkoll is-setgħa ta' l-għażla ta' l-uffiċjali u l-impjegati tiegħu.", "Allura aħna se nippretendu li l-kuntratt ta' impieg ta' l- uffiċjali u ta' l-impjegati ta' l-Ombudsman ikun jispeċifika li dawn se jiġu mpjegati għaż-żmien li dak l-Ombudsman li jimpjegahom, li jagħżilhom u li jaħtarhom ikun fil-kariga ta' Ombudsman?", "Issa kif jispiċċa hu dawn se jibqgħu fl-impieg?", "Jekk se jibqgħu fl-impieg bilfors il-kuntratt ta' impieg tagħhom se jkun soġġett għal dik il-kontinġenza, iż-żamma fl-impieg ta' l-Ombudsman.", "Jien naħseb li anke hawn għar-rigward ta' l-impjegati li jista' jimpjega l-Ombudsman, jekk dan se jkun hu l-employer tagħhom, jekk dan se jkun hu li jagħmlilhom il-kuntratt ta' l-impieg, irridu naraw xi rridu ngħidu wara li dak l-Ombudsman jispiċċa, jekk jispiċċawx ukoll mill- impieg.", "Jekk jispiċċaw mill-impieg - kif naħseb wieħed irid jippretendi - allura dan ifisser li ż-żmien ta' l-impieg tagħhom huwa inċert, huwa indefinit - mhux indefinit fis-sens normali tal-liġi ta' l-impieg li tfisser li għandhom it-tama li jibqgħu fl-impieg sakemm jagħlqu l-eta' ta' l-irtirar - fis-sens li jista' jiġi determinat; mhux speċifikat meta jkun determinat l-impieg tagħhom, imma at any moment meta l-Ombudsman jispiċċa mill-kariga, allura l-impieg tagħhom jiġi wkoll determinat jew terminat.", "Jidhirli li anke għal dan ir-rigward ta' l-uffiċjali u ta' l-impjegati wieħed irid jagħti aktar ħsieb jekk għandux ikun hekk ipprovdut fil-liġi jew inkella jkunx mod ieħor li dawn ikunu fuq secondment fis-sens li wara li jispiċċaw l-impieg tagħhom jew is-secondment tagħhom ma' l-Ombudsman ikollhom id-dritt li jibqgħu fl-impieg li qabel kellhom qabel ma kellhom is- secondment, jew jekk huma jiġu direttament impjegati għall-ewwel darba mill-Ombudsman, wara li jispiċċaw minn ma' l-Ombudsman ikollhom post ieħor assigurat li jistgħu jkomplu fl-impieg.", "Punt ieħor dwar dan l-Abbozz huwa li fost dawk li se jkunu soġġetti għall- iskrutinju ta' l-Ombudsman fil-paragrafu (c) ta' subklawsola 12 (1) insibu mhux biss il-kunsilli u s-sindki imma anke l-kunsilliera.", "Jiena jidhirli li m'għandux ikun li l-kunsilliera bħala kunsilliera - mhux deċiżjonijiet, rakkommandazzjonijiet, atti jew ommissjonijiet li jagħmlu l-kunsilli jew li jagħmel is-sindku f'isem il-kunsilli - personalment għandhom ikunu soġġetti wkoll f'dak li jagħmlu għall-iskrutinju ta' l-Ombudsman.", "Niġi issa għall-funzjonijiet, xi ħaġa li ma tkellimtx dwarha meta kont qed nittratta s-setgħat ta' l-Ombudsman li joħorġu minn klawsola 13 ta' dan l-Abbozz.", "L-ewwelnett l-Ombudsman jista' jmexxi kull investigazzjoni bħal dik b'inizjattiva tiegħu.", "Jien jidhirli - u mhux biss bħala kwestjoni ta' prinċipju imma anke bħala kwestjoni ta' prattiċita' - li f'dan l-istadju meta qed nagħmlu għall-ewwel darba l-istituzzjoni ta' l-Ombudsman, żgur li dan m'għandniex ngħabbuh ukoll bil-possibbilta' li hu jieħu inizjattiva li jagħmel investigazzjoni.", "Biżżejjed jista' jkollu numru ta' lmenti li jkunu nfondati u jrid jiskartahom imma qabel irid jidħol fihom biex ikun jista' jara li għandu jiskartahom!", "Imma li hu wkoll b'inizjattiva proprja jista' jkollu l-funzjoni li jinvestiga sitwazzjonijiet, jidhirli li m'għandux ikun.", "Biżżejjed, barra l-ilmenti li jirċievi, għandu l-possibbilta' li jiġu riferuti lilu każijiet fejn il-Prim Ministru jitolbu jinvestiga!", "Hemmhekk forsi wieħed jittollera li din ir-referenza titħalla, imma li hu, b'inizjattiva proprja jwaqqaf jew jagħmel investigazzjonijiet jidhirli li m'għandux ikun, a meno che l-investigazzjoni ma tkunx marbuta ma' xi lment li jkun sarlu minn min ikun milqut minn dak l-ilment.", "Fil-klawsola 13 barra l-inizjattiva tiegħu li jista' jagħmel investigazzjoni taħt is-subklawsola (2), taħt subklawsola (3) se niġu f'sitwazzjoni xejn feliċi li diġa' ninsabu fiha meta niġu biex nieħdu rimedji li jaqgħu taħt il-Qrati Ordinarji u jaqgħu wkoll taħt il- kummissjoni, tribunal jew awtorita'.", "Subklawsola 13 (3) tgħid:", "\"Minkejja d-dispożizzjoni tas-subartikolu 13 (1) ta' dan l-artikolu, l- Ombudsman jista', jekk iqis li jkun sew li jagħmel hekk, jirrifjuta milli jwettaq is-setgħa tiegħu taħt dan l-artikolu f'kull każ fejn ikun hemm jew kien hemm disponibbli għal min jagħmel l-ilment mezzi biżżejjed ta' rimedju taħt xi liġi oħra:\".", "Allura aħna qegħdin ngħidu li jekk hemm mezz ta' rimedju taħt xi liġi oħra, inkluż il-Qrati Ordinajri, allura l-Ombudsman jista' jirrifjuta li jieħu konjizzjoni ta' xi ilment li jsirlu.", "Issa din is-sitwazzjoni nsibuha prattikament f'kull liġi fejn tagħti mezz ta' rimedju; f'kull liġi nsibu li min se joffri jew jista' joffri rimedju, jista' jirrifjuta li jagħmel dan jekk hemm possibbilta' ta' rimedju taħt xi liġi oħra.", "Din insibuha fil- Kostituzzjoni anke għar-rigward tad-drittijiet fundamentali.", "Illum għandna kwantita' ta' każijiet lil l-ewwel immorru quddiem il-Qrati Ordinarji, u għal numru ta' snin dawn il-Qrati ma użawx il-fakulta' tagħhom li jirrifjutaw li jieħdu konjizzjoni tal-kawżi dwar allegata leżjoni ta' dritt fundamentali.", "Issa dawn il-Qrati Ordinarji qegħdin jaħslu jdejhom minn dawn il-kawżi ta' allegata leżjoni tad-drittijiet fundamentali billi, per eżempju fil-każ ta' impiegi, jgħidulek li ladarba inti kellek id-dritt tmur quddiem l-Employment Commission u ma eżawrejtx dan il-mezz, l-Qorti jidhrilha li m'għandhiex tieħu konjizzjoni ta' dak l-ilment.", "Jgħidulek hekk ukoll jekk ikun ilment, per eżempju, ta' diskriminazzjoni politika, jiġifieri ksur tad-dritt fundamentali mniżżel fil-provvedimenti kostituzzjonali dwar id-drittijiet fundamentali.", "Mela l-Qorti tgħidlek li ladarba ma mortx quddiem il-Kummissjoni meta stajt tagħmel hekk, allura hija tirrifjuta li tieħu konjizzjoni sakemm inti tagħmel dan.", "U wara numru ta' snin quddiem il-Qorti Kostituzzjonali jew il-Prim'Awla fis-Sede Kostituzzjonali, il-Qorti tibagħtek quddiem l-Employment Commission!", "Issa hawnhekk qegħdin ngħidu li l-Ombudsman, jekk iħoss li inti stajt taġixxi permezz ta' qorti ordinarja, u jekk iqis li jkun sewwa li jagħmel hekk, mingħajr ma jindaħallu ħadd, jgħidlek li għalkemm dak l-ilment huwa fondat u jaqa' taħt il-ġurisdizzjoni tiegħu, la għandek rimedju ieħor, messek ħadt dak ir-rimedju, u allura jirrifjuta li jieħu konjizzjoni ta' l-ilment.", "Jien jidhirli li m'għandniex nipperpetwaw din is-sitwazzjoni tant infeliċi li qed ibatu minnha ħafna nies fejn qorti, tribunal jew kummissjoni tirrifjuta li tieħu konjizzjoni tal-każ sempliċement għax kien hemm rimedju ieħor u allura hi tqis li wieħed messu ħa dak ir-rimedju.", "Jidhirli li dan m'għandux isir.", "Hawnhekk għandna ngħidu li kull każ li jaqa' taħt il- ġurisdizzjoni ta' l-Ombudsman, hemm jew m'hemmx rimedju ieħor taħt xi liġi oħra, l-Ombudsman m'għandux jirrifjuta li jieħu konjizzjoni tiegħu.", "Se mai - m'hux kif hemm fil-każ tal-PSC u tal-Forzi Armati meta l-mezzi l-oħra jkunu ġew eżawriti u l-eżitu jkun fin-negattiv - għandna ngħidu li meta fuq ilment li jagħtik lok li tmur quddiem il-Qrati Ordinarji ma ħadtx raġun mill-istess Qrati Ordinarji fil-meritu - m'hux fuq xi proċedura jew teknikalita' - m'għandux ikollok id-dritt li terġa' tqajjem l-istess każ quddiem l-Ombudsman li jista' jiġġudika b'mod differenti għax il-kriterji tal-ġudizzju tiegħu huma differenti mill-kriterji li tuża l-Qorti u li juża l-imħallef.", "Allura se mai meta bniedem fuq l-istess ilment ipprova jieħu rimedju u ngħata tort, m'għandux ikollu dritt li jmur quddiem l-Ombudsman u jipprova jieħu raġun mingħandu meta diġa' ħa tort fil-meritu quddiem tribunal jew qorti oħra.", "Imma li l-Ombudsman ma tax kas ta' l-ilment tiegħu għax dak li jkun seta' mar quddiem ħaddieħor, jidhirli li m'hux sewwa li nipperpetwaw din is-sitwazzjoni fejn wieħed jista' jirrifjuta l- ġurisdizzjoni.", "Dan iktar u iktar meta t-tieni paragrafu ta' l-istess subklawsola 13 (3) ikompli jgħid:", "\"Iżda l-Ombudsman jista' jmexxi investigazzjoni jekk ikun sodisfatt li fiċ-ċirkostanzi partikolari ma jkunx raġonevoli li tippretendi lil min jagħmel l-ilment li jipproċedi jew li jkun ipproċeda b'dawk il-mezzi ta' rimedju.\".", "Hawnhekk qegħdin nagħtu diskrezzjoni assoluta lill-Ombudsman - li m'għandniex nagħtuha - li jagħżel meta jintervjeni, meta jieħu konjizzjoni ta' ilment u meta ma jagħtix kas jew ma jeħux konjizzjoni ta' ilment simili, sempliċement għax kien hemm il-possibbilta' jew għad hemm il- possibbilta' ta' rimedju mod ieħor.", "Jidhirli li din is-subklawsola għandha kompletament titħassar minn dan l-Abbozz u jkun hemm ċar u tond li l- Ombudsman għandu jagħti kas ta' l-ilmenti kollha li jaqgħu taħt il- ġurisdizzjoni tiegħu, indipendentement mill-possibbilta' jew le ta' rimedju taħt xi liġi oħra.", "Imbagħad tajjeb li wieħed josserva li subklawsola 13 (5) tgħid hekk:", "\"L-Ombudsman ma għandux igħaddi biex jinvestiga xi ilment fuq xi kwestjoni li fuqha jkun hemm pendenti proċedimenti fil-qorti jew quddiem xi tribunal ieħor, ...\"", "- tinteressani din il-parti li ġejja -", "\"... u għandu jissospendi l-investigazzjoni jekk xi persuna li jkollha interess tagħmel talba quddiem qorti jew tribunal ieħor dwar il- kwistjoni li tkun qed tiġi investigata ....\".", "Jekk wieħed irid jostakola lill-Ombudsman milli jkompli jieħu konjizzjoni ta' ilment li jkun sarlu, kulma jrid jagħmel hi - qed nirreferi għall- persuna li se tiġi milquta mill-investigazzjoni ta' l-Ombudsman u mhux għall-persuna li se tiġi favorita jew aġevolata mill-investigazzjoni - talba quddiem qorti għar-rigward ta' dak l-ilment, u una volta hemm dik it- talba quddiem il-qorti, l-Ombudsman se jkun legalment prekluż li jista' jkompli jieħu konjizzjoni ta' dak l-ilment.", "Nerġa' ngħid li b'din il-liġi huwa provdut li jista' jkun hemm kontestazzjoni dwar is-setgħat ta' Ombudsman li jmur oltre l-ġurisdizzjoni li tagħtih din il-Liġi.", "Hawnhekk hawn projbizzjoni espressa meta l-Ombudsman ikun jista' jkompli jieħu konjizzjoni ta' ilment li jkun sarlu.", "Jien jidhirli li m'għandniex inħallu din il-projbizzjoni għax hija l-iktar mezz faċli li jista' jiġi abbużat biex wieħed jostakola milli l-Ombudsman ikompli jagħmel l-investigazzjoni li jkun mitlub jagħmel minn xi ħadd.", "Issa ħalli niġu għall-klawsola 14 li titkellem fuq preskrizzjoni għall- ilmenti.", "Din il-klawsola tgħid li l-Ombudsman ma jistax jinvestiga xi att li jkun ġara aktar kmieni minn sitt xhur qabel id-data minn meta dan l-Att jibda jseħħ.", "Fis-subklawsola (2) ta' l-istess klawsola hemm li:", "\"Ma għandhiex tittieħed konjizzjoni ta' ilment taħt dan l-Att kemm-il darba dan l-ilment ma jsirx mhux iktar tard minn sitt xhur wara li min jagħmel l-ilment sar għall-ewwel jaf bil-kwistjonijiet li jkun qed jilmenta dwarhom;\".", "Mela parti minn din il-klawsola tgħid illi l-Ombudsman ma jistax jieħu konjizzjoni ta' xi ħaġa li tkun ġrat iktar minn sitt xhur qabel ma jibda jseħħ dan l-Att u parti oħra ta' l-istess klawsola tgħid li l-ilment irid jinġieb għalll-konjizzjoni ta' l-Ombudsman mhux iktar tard minn sitt xhur, jiġifieri mhux meta jkun ġara l-fatt, l-ommissjoni jew meta tkun saret id- deċiżjoni jew ir-rakkomandazzjoni, imma meta min ikun għamel l-ilment ikun sar jaf bil-kwestjoni.", "Mela jista' jagħti l-każ li sena ilu ġara xi ħaġa li min kien milqut minn din id-deċiżjoni, rakkomandazzjoni jew ommissjoni ma kienx jaf biha, jekk l-Att jibda jseħħ sitt xhur oħra, se jkunu għaddew sena u nofs.", "Jekk persuna milquta tkun saret taf b'din id-deċiżjoni, rakkomandazzjoni, att jew ommissjoni l-għada li jibda jseħħ dan l-Att, skond is-subklawsola 14(1) dak il-fatt ma jistax jinġieb a konjizzjoni ta' l-Ombudsman - huwa eskluż bis-sitt xhur - allavolja l-ilment ikun sar within is-sitt xhur li subklawsola 14(2) tipprovdi għaliha.", "Mela allura se jkollna kwantita' ta' każi fejn ikunu ttieħdu deċiżjonijiet, saru rakkomandazzjoni, atti u ommissjonijiet li jkunu saru iktar minn sitt xhur qabel ma jibda jseħħ dan l-Att, imma jkunu saru magħrufa wara li jibda jseħħ dan l-Att.", "Issa min ikun jaf b'dawn l-affarijiet li jkunu saru iktar minn sitt xhur qabel ma jibda jseħħ dan l-Att, ma jistax iġibhom a konjizzjoni ta' l-Ombudsman.", "Jien jidhirli li din is-sitwazzjoni għandha tiġi evitata u wieħed għandu jirrikonsidra dak li tipprovdi klawsola 14 ta' dan l-Att.", "Issa se ngħid xi ħaġa fuq klawsola 20, pero' klawsoli 18 u 19 se nittrattahom wara.", "Fi klawsola 20 naraw li:", "\"Meta l-Prim Ministru jiċċertifika li l-għoti ta' xi tagħrfi jew it- tweġib ta' xi mistoqsija jew il-produzzjoni ta' xi oġġett, inkartament jew dokument ieħor - ikun jinvolvi l-kxif tad-diskussjonijiet jew proċedimenti tal-Kabinett jew ta' xi kumitat tal-Parlament jew tal- Kabinett;\".", "Jien mhux qed nikkontesta il-proċedimenti tal-Kabinett jew tal-kumitat tal- Kabinett, imma safejn naf jien, il-proċeduri ta' kull kumitat tal- Parlament huma pubbliċi.", "GĦaldaqstant jien jidhirli li m'għandux ikun hemm din il-projbizzjoni għas-setgħa ta' l-Ombudsman li jkun mogħti t-tagħrif dwar dak li jkun sar fil-kumitat tal-Parlament.", "MR SPEAKER: Ippermettieli, Onor. Mifsud Bonnici, skadielek il-ħin u għandek bżonn il-leave of House.", "Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata", "MR SPEAKER: Sar il-ħin.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Nibqa' in possession.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici jibqa' in possession of the House.", "Il-Viċi Prim Ministru jekk jogħġbu jressaq l-aġġornament tal-Kamra.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO: Sur President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal għada t-Tlieta, 20 ta' Ġunju, 1995, fis-6.00 p.m. b'din l-agenda:", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Ombudsman - it-Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Amministrazzjoni tat-Taxxa - it- Tieni Qari (Kont);", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att dwar l-Impieg ta' Persuni Inkapaċitati - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jħassar l-Att dwar it-Taxxa tad-Divertimenti - it- Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili (Emenda Nru 2) - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar l-GĦajnuna lill-Industriji - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Uffiċċju tal-Posta - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Arbitraġġ - Kumitat.", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kumpanniji - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Hawn rimarki?", "L-Onor.", "Giovanna Debono.", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO (Segretarju Parlamentari): Bħalma jaf kulħadd il- bieraħ iċċelebrajna Jum il-Missier u għalija din il-ġurnata għandha l- importanza tagħha daqs kull ġurnata oħra.", "Bħala kontinwazzjoni ta' din l- attivita' li ċċelebrajna l-bieraħ jiena nixtieq li llejla nieħu din l- opportunita' sabiex nagħmel referenza għal xi konklużjonijiet kemm negattivi kif ukoll pożittivi li ħarġu minn studju u surveys ta' pajjiżi oħra dwar il-familja u dwar l-irwol ta' l-omm u tal-missier; pero' llejla se nagħmel referenza b'mod partikolari għall-irwol tal-missier.", "Forsi f'pajjiżna għandna ma wasalniex litteralment għal dawn il-problemi li ssemmew, iżda diġa' għandna sinjali li 'l hemm mexjin u allura kif jgħid il- proverbju \"prevention is better than cure\".", "Barra minn hekk għandna nitgħallmu spejjeż ta' ħaddieħor.", "Nibda biex insemmi xi punti negattivi li ħarġu minn dan l-istudju li sar fuq pajjiżi barranin.", "F'dan l-istudju dwar il-familji, instab li f'dawk il- familji fejn hemm tifel jew tifla ta' erba' snin, jekk il-missier ikun waħdu mat-tifel jew mat-tifla għal siegħa waħda biss kuljum, dan m'huwiex biżżejjed biex l-ulied jieħdu image tajjeb tal-missier.", "Dan l-iżvantaġġ jikber f'dawk il-familji fejn il-missier lanqas biss jara lill-uliedu darba kuljum.", "F'dan l-istudju nsibu wkoll li 70% tal-minorenni li spiċċaw il- ħabs qattgħu għallinqas parti sostanzjali minn ħajjithom bla missier.", "Forsi l-akbar fatt li jġiegħlna naħsbu dwar il-ħtieġa tal-preżenza reali u effettiva tal-missier fil-familja huwa l-fatt li ġie nnotat li f'din ir- riċerka, minn mijiet ta' tfal delinkwenti, l-ebda wieħed ma qal li kellu relazzjonijiet tajba ma' missieru.", "Instab ukoll li familja mingħajr missier, ta' spiss tinħakem minn faqar għaliex il-qliegħ tagħha ma jkunx kbir.", "Tant hu hekk li f'dan l-istudju rriżulta li madwar id-dinja l-ulied li jgħixu f'dar b'ġenitur wieħed jgħixu ħajja ta' faqar akbar milli jgħixu familja b'żewġ ġenituri.", "Per eżempju, fl-Awstralja instab li 63.5% ta' familji b'ġenitur wieħed jgħixu fuq paga baxxa filwaqt li fil-każ ta' familji b'żewġ ġenituri, il-perċentwali ta' dawk li jgħixu fuq paga baxxa hu biss ta' 11.4%.", "Dan huwa eżempju ta' pajjiż wieħed biss, Mr Speaker.", "S'intendi wieħed malajr jifhem li dawn il- familji, fl-aħħar mill-aħħar, jispiċċaw ta' piż fuq l-ekonomija ta' l- Istat.", "Eżempju ieħor huwa dak ta' l-Iżvezja, pajjiż li huwa mfaħħar bħala wieħed minn fost il-pajjiżi tad-dinja li għandu l-akbar politika avvanzata ta' għajnuna soċjali u finanzjarja għat-tfal u għall-ġenituri.", "Madankollu din il-politika fl-Iżvezja ma rnexxilhiex tiskansa lill-familja Żvediża milli titgħabba bl-istess problemi li nsibu f'pajjiżi oħra.", "Dan s'intendi jħalli l-effett tiegħu fuq it-telf fiskali ekonomiku li qiegħed jeqred il-welfare state Żvediż.", "Punt ieħor li ħareġ minn dan l-istudju juri li t-tfal mingħajr missier jmorru agħar minn tfal oħra għar-rigward ta' tagħlim ta' l-iskola u jfallu aktar ta' spiss.", "Hemm ukoll il-probabbilta' - kważi d-doppja - fejn tfal li jgħixu f'familja fejn hemm omm biss, iħallu l-iskola qabel iż- żmien.", "Punt ieħor li ħareġ minn dawn is-surveys huwa li t-tfal tal-familji b'omm biss jirnexxu inqas fir-relazzjonijiet soċjali tagħhom ma' l-oħrajn u jbatu aktar minn depressions, ikunu aktar ostili u jinkwetaw aktar.", "Infatti 80% tat-tfal li ddaħħlu fl-isptar għal raġunijiet psikiċi kienu dawk li ġejjin minn familji b'ġenitur wieħed u l-biċċa l-kbira tagħhom, il-ġenitur tkun l- omm.", "Ħaġa oħra li rriżulta minn dan is-survey hija li fil-familji separati legalment jew sempliċement separati de facto, meta l-ulied isiru adulti aktar għandhom probabbilta' minn ħaddieħor li jkunu mdejqa, li saħħithom ma tkunx mill-aħjar u li meta huma jiżżewġu jgħaddu mill-istess esperjenza tal- ġenituri tagħhom.", "Dan għaliex l-ulied ta' dawn il-familji mifrudin meta jikbru ġieli jsibuha diffiċli li jidħlu f'rabta ta' imħabba ma' l-oħrajn.", "Il-bniet per eżempju, jibżgħu li l-irġiel futuri tagħhom jitilquhom jew inkella jittraduhom u min-naħa l-oħra s-subien ma tantx ikunu jixtiequ jidħlu f'relazzjonijiet ta' imħabba mal-bniet.", "Dawn l-affarijiet li semmejt huma - biex ngħid hekk - elementi negattivi f'dawk il-familji mifrudin jew f'familja b'ġenitur wieħed u għamilt referenza b'mod partikolari għal meta l-ġenitur nieqes ikun il-missier.", "Issa quddiem dan kollu aħna x'nistgħu nagħmlu biex dawn l-elementi negattivi ta' pajjiżi oħra li dwarhom speċifikajt ma jseħħux fis-soċjeta' tagħna - għalkemm forsi diġa' għandna ftit każijiet li huma identiċi għal dawk li semmejt?", "L-istess awturi ta' dan is-survey, joffru bħala rimedji jew suġġerimenti għall-familja b'ġenitur wieħed, il-fatt li għandu jkun hemm liġijiet aktar iebsin għall-ħarsien tat-tfal; proprju bħalissa qed naħdmu f'dan is-sens sabiex inressqu liġijiet li jkunu ħafna iebsin għall- ħarsien tat-tfal.", "Suġġeriment ieħor kien li jsir żvilupp ta' programmi speċjali, speċjalment servizzi ta' kura ta' tfal matul il-ġurnata; dawk li nsejħulhom day-care service.", "Dan is-servizz ġie suġġerit ukoll bħala għajnuna lil dawk il-familji b'żewġ ġenituri.", "Huwa veru li l- leġislazzjoni u l-għajnuna finanzjarja huma bżonnjużi u għandhom jiġu provduti, iżda l-bżonn l-aktar neċessarju u fundamentali, b'mod partikolari f'pajjiżna, huwa l-edukazzjoni.", "Proprju l-bieraħ fl-okkażjoni ta' Jum il- Missier fil-messaġġ li jien wassalt permezz tal-mezzi tax-xandir u anke tal- press, l-enfasi tiegħi kienet proprju dwar tips edukattivi lill- missierijiet kollha Maltin u GĦawdxin.", "M'iniex se nirrepeti dak li għidt f'dan il-messaġġ, pero' fih enfasizzajt dawn it-tips hekk effiċjenti biex possibbilment noffru lill-ġenituri life-long education jew inkella ongoing formation.", "Anke fl-uffiċċju tiegħi bħala Segretarju Parlamentari għall- Affarijiet tal-Familja hu l-ħsieb tiegħi li bl-għajnuna t'Alla m'hux biss naġġornaw il-Liġi dwar il-Familja, u nżidu xi għajnuniet finanzjarji, iżda wkoll nagħtu priorita' lill-edukazzjoni.", "Huwa faċli tgħid li s-soluzzjoni għall-problemi tal-familja hija l-edukazzjoni kontinwa lill-istess familja, iżda huwa challenge kbir għalija u anke għal sħabi tad-Dipartiment li nsibu mezzi u metodi prattiċi u workable għal din l-edukazzjoni li semmejt.", "Huwa veru wkoll li fil-preżent fl-iskejjel qed jingħata t-tagħlim tal-PSE - Personal and Social Education - iżda t-tagħlim teoretiku tal-life parental skills huwa ta' siwi żgħir.", "Kif naraha jien, jeħtieġ li jiġu organizzati extra curriculum activities; extra campus activities prattiċi, liema attivitajiet jistgħu jinkludu camping anke fil-ġranet ta' l-iskola.", "Dan huwa biss eżempju wieħed.", "Dawn l-attivitajiet volontarji jkunu l-aktar effikaċi jekk isiru bħala joint venture ta' volontarjat imwettaq mit-tliet kategoriji l-aktar konnessi ma' l-istudenti, jiġifieri t-teachers, il- ġenituri u membri tal-kunsill ta' l-iskola u volontarji oħra mill-għaqdiet jew persuni individwali.", "Jiena nħoss li llum iż-żgħażagħ huma mxebba' bi speeches, huma mxebba' bi speakers, speċjalment dawk artifiċjali.", "Iż- żgħażagħ tal-lum jeħtieġu credible models, minna l-ġenituri, mit-teachers u mis-soċjeta' in ġenerali.", "Dan il-volontarjat li hu maħdum mit-tliet kategoriji li semmejt jirrendi lilna l-ġenituri u t-teachers bħala l- credible models li jistgħu jammiraw u jistimulaw lilhom infushom biex jilqgħu għad-dannu ta' l-atmosfera materjalistika, konsumista u ta' egoiżmu individwali u anke kollettiv.", "Mr Speaker, nikkonkludi billi ngħid li bħala Membru ta' din il-Kamra responsabbli mis-Segretarjat għall-Familja, f'ismi u f'isem is-soċjeta' Maltija nixtieq nirringrazzja lil dawk il-missierijiet kollha li qed iwettqu - ġeneralment fis-satra - dawn l-obbligi tal-familji tagħhom skond it-tips orjentattivi li semmejt qabel.", "Nispiċċa billi nappella lil dawk il- missierijiet li forsi m'humiex qed jagħtu kontribut biżżejjed fil-familja sabiex jirrevedu l-imġieba tagħhom anke billi jfittxu l-għajnuna meħtieġa f'persuni u għaqdiet kemm dawk fuq bażi volontarja, kif ukoll ifittxu s- servizz li qed joffri s-Segretarjat għall-Familja.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Hemm aktar rimarki?", "L-Onor.", "Manuel Borda.", "ONOR.", "MANUEL BORDA: Mr Speaker, jekk wieħed josserva l-iżvilupp politiku ta' dawn l-aħħar żmenijiet, jikkonkludi li almenu ż-żewġ Partiti l- kbar huma mexjin lejn konverġenza.", "X'irrid ngħid Mr Speaker?", "Irrid ngħid li l-firxa ideoloġika bejn il-partiti qiegħda dejjem tiċkien u tidjieq għax fejn qabel il-Partiti kienu mifrudin u wieħed kien jakkuża lill-ieħor fuq sezzjoni ta' nies, dan iż-żmien wieħed jara li kulħadd qed jitkellem fuq il- ħaddiem, kull partit qed jara l-benefiċċju tal-liberalizzazzjoni tas-suq u qed naraw aktar demokratizzazzjoni permezz tal-pluraliżmu fix-xandir.", "Mhux hekk biss Mr Speaker, iżda minbarra din il-konverġenza fl-ideat idjoloġiċi, nara wkoll li l-partiti qed jitkellmu bl-istess lingwa.", "Per eżempju, iż-żewġ Partiti l-kbar b'mod speċjali, qed jagħmlu enfażi kbira fuq it-trasparenza fl-amministrazzoni kemm min-naħa tal-Gvern kif ukoll min- naħa ta' l-Oppożizzjoni.", "It-tnejn qed jitkellmu bl-istess lingwa fuq l- accountability u fuq is-sens ta' responsabbilta'.", "Dan l-avvanz u żvilupp politiku huwa xi ħaġa li wieħed għandu jagħti kasu, jiflih u jinkoraġġih, pero' l-aktar li jinteressani huwa li din il-ħaġa ta' konverġenza politika nistgħu nħarsu lejha minn aspett ieħor; is-solidarjeta' li għandu jkun hemm man-nies l-aktar batuti.", "Din m'hijiex kwestjoni ta' amministrazzjoni jew li nitkellmu bl-istess lingwa, jew li l-firxa ta' l-ideoloġiji ċkienet u djieqet, imma huwa importanti wkoll - u din tinħass ħafna - li anke f'din il-linja ż-żewġ Partiti ikunu solidali l-aktar ma' min hu batut.", "Tajjeb li wieħed jifhem u jgħid min huma dawn il-batuti, għax faċli li tilleġisla, faċli li toqgħod tippriedka u tippontifika li kulħadd jixtieq jgħin lil- batut.", "Iżda min huma dawn il-batuti?", "Skond kif naraha jiena l-batuti mhux neċessarjament huma dawk in-nies li jistqarru li huma batuti, jew jgħidu li huma fil-bżonn jew jokorbu għal favuri u pjaċiri u forsi anke għal għajnuna mingħand il-Gvern, imma huma dawk in-nies li verament m'għandhomx mezzi finanzjarji - għax hawn min jgħid li m'għandux mezzi finanzjarji imbagħad issib mod ieħor - u huma dawk li għandhom livell baxx ta' l- edukazzjoni.", "Per eżempju, skond stħarriġ li għamilt sibt li hawn Malta għandna livell ta' inalfabetiżmu ħafna għoli meta pparagunat ma' Ċipru u pajjiżi oħra.", "Minn dan l-istudju li għamilt fl-1992, sibt li f'Malta din kienet ta' kważi 15% waqt li f'Ċipru kienet 5%, jiġifieri f'Malta qiegħda kważi tliet darbiet aktar.", "Fil-parti l-kbira tal-każi dawn il-batuti għandhom ukoll nuqqas kbir ta' aċċess għall-informazzjoni u din hija dovuta għal fatt li l-livell ta' edukazzjoni jkun baxx.", "Dan iwassalhom biex ma jgħarfux isolvu l-problemi tagħhom u lanqas il-mezz kif il-problemi tagħhom jippreżentawhom b'tali mod li t-talbiet tagħhom jiġu milqugħa.", "Ta' min josserva wkoll li dawn in-nies li huma l-aktar batuti, fil-parti l-kbira tal-każi, issib li jkollhom l-inqas ħbieb.", "GĦalija dawn huma l-batuti, u allura jekk aħna verament irridu nkunu solidali ma' dawn in-nies, irridu mhux biss nagħtuhom il-flus - u dan lanqas m'hu l-uniku mezz għax qbadna sistema li permezz tas-servizzi soċjali qed ngħinu lill-batut, il-fqir u l-inqas ixxurtjati tas-soċjeta' - biex jgħixu mill-lum għal għada, jew biex ikollhom x'jonfqu ħalli jixtru l- ħobża ta' kuljum, imma huwa ħafna iktar importanti li lil dawn in-nies nwassluhom biex jiefqu fuq saqajhom.", "GĦalhekk jiena nagħti importanza kbira lill-edukazzjoni, għax l-edukazzjoni hija u nista' ngħid l-unika mezz sabiex dawn in-nies jimxu 'il quddiem, jagħrfu l-problemi tagħhom, jiddentifikawhom u anke jagħrfu jsolvuhom.", "L-edukazzjoni hija mezz mhux biss għall-informazzjoni, imma hija mezz ukoll biex tgħolli l-livell ta' l- għixien tagħhom.", "GĦalhekk jekk aħna rridu nagħtu servizz verament soċjali lis-soċjeta' u lil dawk in-nies l-inqas ixxurtjati, allura rridu nagħmlu enfażi kbira fuq l-edukazzjoni, għax din l-edukazzjoni hija dik il-ħaġa li tbiddel il-bniedem.", "Kif se naslu biex nagħmlu dawn l-affarijiet?", "Biex naslu li nagħmlu dawn l-affarijiet, huwa importanti li jkollna distakk politiku.", "Ma rridux ninvolvu ruħna emozzjonalment u b'interess politiku li biex nidhru sbieħ ma' dawn in-nies, forsi nisirqulhom il-vot.", "Imma għandna jkollna distakk mill-politika, mill-vot u mir-relazzjonijiet u nagħmlu hekk, għax verament inħobbu ngħinu lil min hu fil-bżonn u għax verament nifhmu li dawn in-nies għandhom bżonn l-għajnuna tagħna biex nagħtuhom il- mezzi kollha possibbli.", "Barra d-distakk politiku jrid ikollna distakk ieħor, jiġifieri dawk minn interessi personali.", "Jiena ma ngħinx lil min hu batut għax naf li se nakkwista xi ħaġa minn għandu, għax dan se jdur miegħi, jew għax se jagħmel canvassing għalija.", "Irridu nkunu disinteressati kompletament għax nifhmu li dawn in-nies ħaqqhom min jgħinhom.", "Dawn in-nies huma parti mis- soċjeta' u kultant sabu ruħhom f'din is-sitwazzjoni mhux b'tort tagħhom, iżda għax kienu sfortunati.", "Is-soċjeta' mhux biss tgħinhom billi tagħtihom is-servizzi soċjali.", "Veru li s-servizzi soċjali huma importanti, veru importanti li tgħinhom finanzjarjament, imma huwa ħafna iktar importanti li lil dawn in-nies tpoġġihom fuq saqajhom permezz ta' l-edukazzjoni.", "Hemm soluzzjoni oħra kif tista' tgħin lil dawn in-nies.", "Dan huwa t- trażżin u l-kontroll assolut fuq l-abbużi.", "Aħna l-politiċi għandna t- tendenza li kull min jiġi għandna nipprovaw ngħinuh u rari nidħlu fid- dettal, għaliex irridu naraw jekk dawk il-pjaċiri u favuri li l-persuna tkun qed titlobna humiex reali.", "GĦalhekk meta nipprovaw ngħinu ċerti nies mingħajr ma niċċekkjaw il-bżonnijiet reali, indirettament inkunu qed nagħtu lok għal abbużi u fil-fatt qed isiru abbużi.", "Jiena nista' nsemmi bħala eżempju l-housing.", "Ħafna nies għax jafu s- sistema jduru mal-liġijiet u mas-sistema biex ikollhom mezz kif jakkwistaw id-dar li jixtiequ.", "Dawn ħafna drabi jew ibigħu l-post tagħhom biex imbagħad imorru jgħixu f'garage jew ma' familja oħra, jew f'post fejn jafu biċ-ċert li se jakkwistaw il-punti biex jakkwistaw dik id-dar li jixtiequ.", "Meta dawn in-nies jagħmlu hekk, ikunu qed itellfu dik id-dar lil dawk in- nies li verament għandhom bżonnha għax qed jgħixu per eżempju taħt l-art, jew f'kantina jew f'garage jew fis-sur, u għax dawk in-nies m'għandhomx dak il-livell, dak il-ħażen, jew m'għandhomx il-ħbieb, jew aċċess għall- informazzjoni jew għax m'għandhomx il-mezz kif jippreżentaw il-problema tagħhom, jibqgħu b'xejn.", "Imbagħad dak li għandu ftit makakkerija u jaf is- sistema u forsi għandu min jgħinu, idur mas-sistema u jieħu dar li ma ħaqqux jew almenu ma ħaqqux daqs dak li verament ħaqqu jieħu dik id-dar.", "Mhux hekk biss, imma hawn min per eżempju idur mas-sistema u jabbuża - u kultant isib min jgħinhom - billi jitlaq mid-dar jekk ikun ġuvni.", "Dan hu abbuż doppju, għax mhux biss jipprova jieħu dar għax jiġi homeless.", "Ħafna drabi d-dipartiment tal-housing meta jispiċċa b'dawn il-homeless persons b'ħafna ċertifikati ta' l-inspector ...", "Jew inkella ħafna minnhom taparsi jinfirdu, u jmorru fid-Dar Merħba Bik, fejn anke s-sorijiet jipprovaw jimbuttawhom u fil-fatt ma jkunu nfirdu xejn, iżda jkunu għamlu hekk biex sempliċement jieħdu dar oħra tal-Gvern.", "Jew bħalma kelli każ fejn familja li għandha dar tagħha, r-raġel taparsi keċċiha għax qed jgħix ma' oħra, u tmur fid-Dar Merħba Bik, iġġib ħafna ċertifikati li hija homeless, u s- sorijiet jgħinuha għax m'għandhiex fejn toqgħod u għandha t-tfal, u tispiċċa tieħu dar tal-housing, meta fil-fatt ma tkun infirdet xejn.", "Dawn huma tipi ta' abbużi li wieħed irid joqgħod attent ħafna minnhom għax qed itellfu lil dawk in-nies li huma verament batuti li għax ma jafux jippreżentaw il-każi tagħhom, qed isofru ħafna. .", "Mr Speaker, min qed jabbuża u qed jitlaq mid-dar u jieħu dar oħra qed jagħmel hekk a skapitu ta' anzjani li ħafna drabi ma jistgħux jieħdu dawk id-djar għax forsi għandhom dar kbira u ma jkollhomx il-punti biżżejjed, jew għax forsi ma jistgħux jitħabtu u ma joqogħdux jitkarrbu minħabba l- eta' jew mard tagħhom, u jispiċċaw biex ma jkunux moqdija fil-bżonnijiet tagħhom.", "Abbuż ieħor relatat mal-housing huwa li dawn in-nies qed jagħmlu hekk biex jieħdu s-servizzi soċjali, għax jiġu l-head of the household, jitilqu mid-dar ...", "Wasal iż-żmien li m'għandniex nibqgħu nqisu s- servizzi soċjali f'rokna waħda, f'rokna oħra l-housing u f'rokna oħra benefiċċji oħra għall-anzjani.", "Jidhirli biex jiġu kkontrollati dawn l- abbużi li qed jaħdmu kontra l-interessi ta' dawk li verament huma batuti u qegħdin fil-bżonn, hemm bżonn li nibdew nikkordinaw u noħolqu ċertu functional relationships.", "Jiġifieri wieħed għandu jara l-fatturi kollha li huma relatati u tingħata aċċess anke permezz tal-liġi li diversi dipartimenti għandhom jagħtu informazzjoni meħtieġa, per eżempju, min-naħa tal-Pulizija, l-ETC, l-income tax u dipartimenti tas-servizzi soċjali.", "GĦandha tinbena history ta' kull bniedem biex b'hekk tevita l-ingann u l- abbuż.", "Funzjoni li jistgħu jagħmlu l-kunsilli lokali hija li kull ċaqliq li jkun hemm fid-distrett - għax ikun hemm ħafna ċaqliq u ma tkunx taf x'ikun għaddej - jirreġistrawh sabiex b'hekk Ikun qed jinħoloq strument ta' kontroll.", "Ma nistgħux nittolleraw sitwazzjoni fejn min hu kapriċċuż u kapaċi jagħti atmosfera ta' bżonn u għax jaf is-sistema jabbuża a skapitu ta' min hu veru batut, u veru fil-bżonn imma għax ikun nieqes mill- edukazzjoni jew minn dawk il-fatturi li semmejt, ma jkunx f'pożizzjoni li jakkwista l-bżonn reali tiegħu.", "Jiena nemmen li jekk nagħmlu kontroll assolut fuq dawn l-abbużi, nkunu solidali ma' dawn in-nies li huma batuti.", "Abbuż ieħor li nixteq insemmi ma jirrigwardax is-servizzi soċjali, imma jirrigwarda aspett ieħor li hu ta' interess għan-nies b'mod ġenerali.", "Għandi informazzjoni li l-Planning Authority tat permess biex jinbena l- foreshore ħdejn il-Jerma Hotel f'Wied il-GĦajn u hemmhekk diġa' hemm żewġ vilel li nbnew bla permess.", "Il-Planning Authority minflok ipprovat twaqqa' dawk iż-żewġ vilel, tat permess biex jinbena l-ispazju ta' bejniethom.", "Dan qed jaffettwa lil ħaddieħor għaliex ma jistax igawdi l-veduti u l-arja tal- foreshore.", "Jiena ma nistax nifhem kif l-Awtorita' ta' l-Ippjanar li nħolqot apposta biex tikkontrolla l-abbużi, tat permess biex jinbnew djar, vilel jew ħaġa oħra ħdejn il-Jerma Hotel, f'Wied il-GĦajn.", "Jiena nemmen li s-solidarjeta' għandha tingħata kullimkien u huwa importanti li jekk irridu nkunu solidali rridu nkunu solidali f'kull ħaġa.", "Jiena semmejt s-servizzi soċjali u għamilt enfasi kbira fuq dak il-punt għax nemmen li dawk huma n-nies li huma batuti, imma hemm nies oħra li jkunu wkoll batuti u forsi l-unika żvog li jkollhom huwa li jmorru f'xatt il-baħar biex jistrieħu għax ma jistgħux jsiefru jew għax m'għandhomx il- mezzi finanzjarji biex isiefru, jew m'għandhomx karozza privata biex immorru minn bajja għall-oħra, u allura għandhom area limitata fejn jistgħu jmorru.", "GĦalhekk inħeġġeġ li anke f'dan il-każ, l-Awtorita' ta' l-Ippjanar għandha tkun solidali ma' dawn in-nies u ma taħroġx permess għall-bini fuq il-foreshore.", "Jiena nippretendi li dawn l-affarijiet għandhom jiġu kkontrollati daqskemm għandna nikkontrollaw is-servizzi soċjali.", "Grazzi.", "Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada t- Tlieta, 20 ta' Ġunju fis-6.00 p.m. bl-agenda kif kkommunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET IMWIEBA BIL-MIKTUB", "UNIVERSITA' - INSTITUTE FOR CHILD DEVELOPMENT", "26593.", "L-ONOR.", "EDWIN S. GRECH staqsalill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jagħti breakdown ta' kemm nefqet flus l- Universita' fuq l-Institute for Child Development minn meta twaqqaf sal-lum fuq bażi ta'", "a) Salarji; b) spejjeż ta' l-uffiċċju; c) proġetti; d) spejjeż oħra?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: L-Institute for Child Development kellu l-ewwel estimi tiegħu approvati għall-1995.", "Fl-ewwel erba' xhur ta' din is-sena, l- ispejjeż kienu hekk:", "|Salarji |Lm185 | |Spejjeż ta' |Lm 26 | |l-uffiċċju | | |Proġetti |--- | |Spejjeż oħra |Lm148 |", "UNIVERSITA - INSTITUTE FOR CHILD DEVELOPMENT", "26594.", "L-ONOR.", "EDWIN S. GRECH staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jagħti breakdown tal-lista ta' proġetti li għamel jew qed jagħmel l-Institute for Child Development ta' l- Universita' fuq tfal bi ħteġijiet speċjali fl-iskejjel tal-Gvern?", "Fuq kull proġett jista' l-Ministru jagħti:", "a) id-data meta beda l-proġett; b) id-data meta se jispiċċa; c) kemm se jqum/qam kull proġett u min qed iħallas għal dawn il-proġetti; d) Kemm intnefqu flus fuq kull proġett s'issa; e) Kemm-il tifel/tifla ġew assessed s'issa u f'liema skola jattendu; f) X'inhi l-proċedura wżata f'kull proġett; g) X'riżultati nkisbu s'issa?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Proġetti fuq tfal bi ħteġijiet speċjali fl- iskejjel tal-Gvern kif qed jifhem l-Onor.", "Interpellant mhumiex isiru fl- Institute for Child Development.", "L-enfasi ta' l-Istitut huwa iżjed fuq it-taħriġ ta' l-għalliema u l- edukaturi peress li jidher li l-assessment ta' dawn it-tfal huwa kollu għal xejn jekk l-għalliema ma jkollhomx it-taħriġ adegwat biex jimplimentaw programmi transdixxiplinari għat-tfal bi bżonnijiet speċjali.", "Għalhekk dan l-Istitut se jorganizza:", "i) Kors għall-edukaturi ta' l-iskejjel speċjali fuq transdisciplinary rehabilitation skills;", "ii) Certificate Course in Inclusive Education għall-għalliema fl-iskejjel primarji;", "iii) Diploma in Facilitating Inclusive Education.", "Bħalissa għaddejjin ukoll diskussjonijiet biex l-iskejjel tal-Gvern jieħdu sehem fil-proġett ta' l-Inclusive Education li l-Istitut qed iħaddem flimkien ma' l-Eden Foundation fl-iskejjel tal-Knisja u f'dawk privati.", "L-Istitut mill-bidunett organizza korsijiet, workshops u seminars li għalihom kienu mistednin edukaturi li jaħdmu fl-iskejjel tal-Gvern.", "UNIVERSITA' - INSTITUTE FOR CHILD DEVELOPMENT", "26595.", "L-ONOR.", "EDWIN S. GRECH staqsalill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jgħid:", "a) meta saret il-laqgħa ġo l-Universita' bejn l-Institute for Child Development u l-għalliema ta' l-ESN School, Msida?", "b) X'kienu l-għanijiet ta' dik il-laqgħa? c) Xi proġetti ġew miftehma li jsiru waqt din il-laqgħa? d) Fejn wasal kull proġett li ġie miftiehem matul din il-laqgħa?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li l-Kap ta' l-ESN School talab informazzjoni dwar l-Institute for Child Development u xtaq ikun jaf jekk teżistix sistema ta' sħubija għall-Istitut.", "Għalhekk il-Bord ta' l- Institute for Child Development staqsa lil Dr E. Tanti Burlo', Direttriċi ta' l-Istitut, u lil Dr Josie Muscat, rappreżentant ta' l-Eden Foundation fuq il-Bord, biex jiltaqgħu ma' l-ESN School.", "L-ewwel laqgħa saret fit-8 ta' Frar, 1995 fl-Eden Foundation, il-Belt Valletta.", "Saru diskussjonijiet dwar kif l-Institute for Child Development jista' jagħti kontribut billi joffri taħriġ lill-għalliema u lill-istaff ta' l- iskejjel speċjali skond il-bżonnijiet tagħhom.", "Fil-fatt, permezz ta' dawn id-diskussjonijiet ġie ppjanat kors ta' taħriġ fit-Transdisciplinary Rehabilitation Skill for Children with Mental Disabilities.", "L-implimentazzjoni tal-kors qed jiġi diskuss bejn id-Diviżjoni ta' l- Edukazzjoni, il-Malta Union of Teachers u l-Istitut.", "Hemm il-ħsieb li dan il-kors jinfetaħ għal xi 25 għalliema minn skejjel speċjali u li jibda fi żmien qasir.", "Saru wkoll diskussjonijiet kif it-tfal li hemm l-ESN School jistgħu jitħarrġu biex ikunu inklużi fid-dinja tax-xogħol.", "UNIVERSITA' - INSTITUTE FOR CHILD DEVELOPMENT", "26596.", "L-ONOR.", "EDWIN S. GRECH staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Universita' tatx permess lill-istaff permanenti ta' l-Institute for Child Development biex jagħtu s- servizz tagħhom lil xi istituzzjoni oħra bħall-Eden Foundation?", "Jista' l- Ministru jgħid jekk dan il-permess ingħatax bil-kondizzjoni li dan is- servizz jingħata mingħajr ma l-istaff konċernat jitħallas separatament ta' dan is-servizz?", "Jekk fin-negattiv, jiġifieri dan is-servizz qed jingħata bi ħlas?", "Jista' l-Ministru jgħid fiex jikkonsisti dan il-ħlas, u hu jaqbilx ma dan?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Wieħed mill-iskopijiet għaliex sar l-Institute for Child Development hu, skond l-Istatut stess ta' l-Istitut, biex jikkollabora ma' l-Eden Foundation.", "Fil-ftehim ma' l-Union li tirrappreżenta l-impjegati akkademiċi ta' l-Universita' hemm il-kondizzjoni li dawn l-impjegati jistgħu jagħmlu xogħol bi ħlas minbarra dak strettament universitarju.", "Mhux kompitu ta' l-Universita' li tiddikjara kemm hu dan il-ħlas dment li hu għal xogħol li jkun sar skond il-kondizzjoni fuq imsemmija.", "UNIVERSITA' - INSTITUTE FOR CHILD DEVELOPMENT", "26597.", "L-ONOR.", "EDWIN S. GRECH staqsalill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jgħid meta l-uffiċini ta' l-Institute for Child Development ikunu miftuħin u kemm tfal u familji s'issa bbenefikaw mis-servizzi ta' dan l-Istitut?", "Kemm minn dawn it-tfal kienu minn skejjel tal-Gvern u kemm minn skejjel privati jew tal-knisja?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Minn kemm ilu mwaqqaf, l-Institute for Child Development għen lill-Eden Foundation fl-iżvilupp tal-programmi transdixxiplinarji għall-abilitazzjoni tat-tfal b'diżabilita', kif ukoll fit-taħriġ ta' l-istaff.", "Għalhekk indirettament it-tfal li jattendu l-Eden Foundation ibbenefikaw mis-servizzi ta' l-Istitut.", "Rigward l-iskejjel tal-Gvern, l-Istitut dejjem ipprova jinkludi għalliema jew professjonisti oħrajn li jaħdmu fl-iskejjel tal-Gvern f'attivitajiet li jiġu organizzati.", "Eżempji ta' dawn huma 5 day workshop dwar Early Intervention - Programmes for Children with Disabilities (Prof Sue Buckley); u Seminars: (i) Behaviour Notification in Children with Autism - The Me Book - Svein Eikeseth; (ii) Conductive Education - Maureen Lillie; (iii) Early Identification of Children with Pervasive Disorders - Richard Mills.", "Qegħdin isiru diskussjonijiet bejn id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni, il- Union u l-Istitut għat-taħriġ speċjalment ta': (i) l-istaff ta' l-iskejjel speċjali ta' kors dwar transdisciplinary rehabilitation skills; (ii) Facilitators - li se jkun kors speċjalizzat fil-metodi ta' tagħlim inklusiv.", "Hu ttamat li f'Ottubru li ġej l-iskejjel tal-Gvern ikunu f'pożizzjoni li jibdew jieħdu sehem fil-proġett ta' taħriġ u riċerka dwar l-edukazzjoni inklusiva fi ħdan l-istitut.", "UNIVERSITA' - INSTITUTE FOR CHILD DEVELOPMENT", "26598.", "L-ONOR.", "EDWIN S. GRECH staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jgħid x'relazzjonijiet jeżistu bejn l- Institute for Child Development ta' l-Universita' u ċ-Child Development Unit li kienet ġiet imwaqqfa fl-Isptar San Luqa?", "Teżisti xi forma ta' koperazzjoni bejn dawn it-tnejn billi l-għanijiet tagħhom huma l-istess?", "Jekk fl-affermattiv fiex tikkonsisti din il-koperazzjoni?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: L-ismijiet taż-żewġ istituzzjonijiet jixtiebħu, iżda l-għanijiet mhumiex sewwa sew l-istess.", "Skond in-natura tagħhom, l- interess ewlieni ta' l-Istitut Universitarju huwa fit-tagħlim u r-riċerka; dak ta' l-Unit fl-isptar hu d-djanjosi u l-kura.", "Il-ko-operazzjoni u l-ko-ordinament bejn iż-żewġ istituzzjonijiet jiġi assigurat bil-ħatra tad-diriġenti tad-Dipartiment tal-Pedjatrija fil-Bord li jmexxi l-Istitut ta' l-Universita'.", "RABAT - SERVIZZ TA' DRENAĠĠ", "26751.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid x'ġara mill-pjan sabiex isir releave valve tad- drenaġġ fir-Rabat, Malta?", "Jista' l-Ministru jara li jibdew ix-xogħlijiet?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Jien informat li bħala parti mill-istudju tal-Pjan tad-Drenaġġ, id-dipartiment deherlu li dan il-proġett għandu jikber biex ikopri ż-żona tal-Baħrija kif ukoll jaqbad mas-sistema tar- Relief Main ġewwa Ħ'Attard.", "Dan il-proġett hekk kbir qiegħed jiġi disinjat u mistennija toħroġ l- offerta għal dawn ix-xogħlijiet għal ħabta ta' Ottubru.", "DIPARTIMENT TAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI - UFFIĊJALI LI SPIĊĊAW", "26752.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm sena b'sena matul dawn l-aħħar għaxar snin kien in-numru ta' uffiċjali li spiċċaw mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi?", "Kemm minnhom ġew sostitwiti u liema huma dawk il-gradi li baqgħu vaganti?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-informazzjoni mitluba qed tinġabar.", "DISTRETT NRU.", "12 - DAWL", "26753.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk il-bozoz u street lighting approvati li jsiru fit-12-il distrett elettorali?", "Meta huma pprogrammat li jitlestew dawn ix-xogħlijiet?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Il-proġetti ta' dawl fit-toroq li hemm approvati fit-12-il Distrett huma dawn:", "|Dingli |Triq F Zammit | |Buskett |F'House Ġnien il-Far | |Rabat |St Paul's F'House Bieb| | |ir-Rua | |Rabat |F'House Għemieri | |Mellieħa |Triq il-Merill | |St Paul's |Triq Pioneer | |Bay | | |Paradise Bay|Camp Area |", "Ix-xogħol fuq dawn il-proġetti qed isir flimkien ma' xogħlijiet oħra.", "MTARFA - DAWL FIL-BYPASS", "26754.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu r-rakkommandazzjonijiet li saru sabiex tiġi mdawwla l-Bypass ta' l-Imtarfa?", "Meta fil-fatt se tiġi mdawwla din it- triq?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: It-talba biex isir dawl fil-Bypass ta' l- Imtarfa għadha qed tiġi kkonsidrata flimkien ma' talbiet oħra.", "AGRIKOLTURA - UFFIĊJALI LI SPIĊĊAW", "26755.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd: Sena b'sena matul dawn l-aħħar għaxar snin, kemm kien in-numru ta' uffiċjali li spiċċaw mid-Dipartiment ta' l-Agrikoltura?", "Liema dipartimenti kienu jifformaw dawn l-uffiċjali?", "Kemm minnhom imtlew b'uffiċjali ġodda u f'liema dipartimenti saru dawn il- ħatriet ġodda għall-istess perjodu?", "ONOR.", "CENSU GALEA: Jien informat li fejn jidħol il-kompliment tal- gradi ta' l-Uffiċjali Agrikoli, id-Dipartiment ta' l-Agrikoltura mexa mal- ftehim dwar ir-Riorganizzazzjoni li kien ġie ffirmat fl-1974.", "Id-dipartiment konċernat dejjem għamel minn kollox biex jimla' l-vakanzi li jinħolqu minn żmien għal żmien.", "Bħalissa d-dipartiment qed jistenna li jiġi finalizzat il-Ftehim dwar ir-Riorganizzazzjoni tal-Uffiċjali Agrikoli biex ikun f'pozizzjoni li jimla' l-vakanzi kif meħtieġ fl-aħjar interess tad-dipartiment.", "Jiena nformat li d-dipartiment konċernat m'għandux records dwar l- informazzjoni kif qed jitlobha l-Onor.", "Interpellant.", "AGRIKOLTURA - UFFIĊJALI BARRA FUQ STUDJU", "26756.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm mill-uffiċjali tad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura intbagħtu għal studju jew taħriġ barra l-pajjiż matul dawn l- aħħar għaxar snin sena b'sena?", "F'liema oqsma?", "Kemm minn dawn l-uffiċjali għadhom impjegati fid-Dipartiment ta' l- Agrikoltura?", "ONOR.", "CENSU GALEA: Lista ta' uffiċjali li marru jistudjaw barra minn Malta, kif mitluba mill-Onor.", "Interpellant tqegħdet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "Minn dawn l-uffiċjali 34 għadhom jaħdmu mad- dipartiment.", "UNIVERSITA' - SISTEMA TA' AIR-CONDITIONING", "26809.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsalill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-air-conditioning li hemm fis-section ġdida ta' l-Universita' fejn isiru l-Evening Courses huma bil-ħsara/ma jitħaddmux b'inkonvenjent għall-istudenti/għalliema?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Nifhem li l-Onor.", "Interpellant qed jirreferi għas-Sala Erin Serracino Inglott, għas-Sala Francis Ebejer u għal-lecture rooms ta' quddiem.", "Skond ma jien informat, hu f'dawn il-postijiet li jsiru korsijiet ta' fil-għaxija u hu wkoll f'dawn il-postijiet li hemm sistema ta' air-conditioning ġdida.", "L-Onor.", "Interpellant għandu japprezza li kull sistema mekkanika, wara li tiġi installata, jkollha bżonn li titħaddem għal xi żmien bi prova.", "Billi l- air-conditioners jaħdmu b'arja sħuna fix-xitwa u b'arja friska fis-sajf, trid tgħaddi mill-anqas sena minn fuq l-impjant biex ikun żgurat li dan ikun qed jaħdem tajjeb kemm fuq il-parti tas-sħana kemm fuq f'dik tal- kesħa.", "Dan it-tul ta' żmien hu meħtieġ minħabba l-ambjenti differenti fuq il-condensers, fuq il-compressors, fuq l-air handlers u fuq ir- refrigeration and heating pipes.", "Dan hu l-proċess li jintuża dejjem fuq kull impjant qabel ma jiġi kummissjonat, f'dan il-każ lill-Universita'.", "Jien informat li s-sistema ta' l-air-conditioning waslet fil-final qabel ma tiġi kummissjonata lill-Universita' fil-ġimgħat li ġejjin u għalhekk jista' jkun hemm bżonn ta' xi setting fis-sistema li jirrekjedi li l- impjant jintefa' jew jitnaqqas.", "SUPER 1 TV - INTERFERENZA FIL-FREKWENZI", "26810.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsalill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhu jsir/x'sar b'mod konkret mill-awtoritajiet kompetenti tal-Gvern biex titjieb ir-reception tas-Super One Television minħabba interferenza fil-frekwenzi?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Wara diversi rappreżentazzjonijiet mill-Gvern ma' l-Awtoritajiet Taljani u b'riżultat ta' azzjonijiet meħuda mill- Ministeru tal-Posta u Telekommunikazzjonijiet Taljani, il-livell tat- tfixkil tal-kanal 29 li fuqu jxandar Super One Television jidher li naqas sostanzjalment.", "Ninsab informat li fuq talba tad-Dipartiment tal-Wireless Telegraphy lill- Amministrazzjoni tal-Posta u Telekommunikazzjonijiet Taljana din qegħda tkompli bl-isforzi tagħha biex it-tfixkil lill-kanal 29 jieqaf għal kollox.", "Inżid ngħid li fil-fehma tad-Dipartiment tal-Wireless Telegraphy is- sitwazzjoni tista' titjieb jekk it-telespettaturi nteressati li jirċievu s- Super One Television jistallaw antenna fid-direzzjoni tat-trasmettitur li llum qiegħed fil-Għargħur.", "PENSJONIJIET - PENSJONI TAR-ROMOL", "26860.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsalill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jara x'inhi r-raġuni li l-armla li ġġib l-ID Card No. 53220(M) li miet ir-raġel tagħha kważi ħames xhur ilu u li għandha l- acknowledgment li applikat għall-pensjoni tar-romol datata 16/2/95 għadha sal-lum ma rċeviet l-ebda ħlas bi tbatija kbira għaliha?", "Jista' l-Ministru jintervjeni biex dan it-tul żejjed biex titħallas l- armla, jispiċċa minnufih?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li l-pensjoni tar-Romol tal-persuna bin-numru ta' l-ID.", "53220 (M) tħallset lilha fl-10 ta' Ġunju.", "Jidher li d-dewmien fil-ħlas ta' dan il-pagament kien dovut prinċipalment għall-fatt li d-dipartiment kien qed jistenna tweġiba dwar ċekk bid-data tal-11 ta' Frar li laħaq ħareġ f'isem ir-raġel.", "Billi dan iċ-ċekk ikopri l- perijodu 11 ta' Frar sal-10 ta' Marżu, u r-raġel ta' l-armla laħaq miet qabel dan il-perijodu dan iċ-ċekk kien meħtieġ li jiġi ritornat.", "It-talba biex dan iċ-ċekk jiġi ritornat saret lill-armla fis-17 ta' Frar.", "Kien biss fl-aħħar ta' April li d-dipartiment sar jaf li dan iċ-ċekk issarraf fil-11 ta' Frar stess mill-armla.", "Li kieku l-armla wieġbet lid- dipartiment minnufih wara t-talba magħmula fis-17 ta' Frar, kieku l- pensjoni kienet toħroġ qabel.", "SKOLA \"ALB\"", "26861.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsalill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jikkonferma li l-miżata ta' l-iskola privata ALB f'Tas-Sliema riċentement għoliet minn Lm74 kull term għal Lm94 kull term?", "Il-kap ta' l-iskola kellha l-permess biex tagħmel żieda fil-miżata mingħand id-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni?", "Jaf il-Ministru li l-istudenti li qed jintalbu l-miżata bil-quddiem li din ir-rata għal Ottubru li ġej meta lanqas biss jafu l-ġenituri jekk uliedhom għaddewx mill-eżamijiet tagħhom biex jibdew sena skolastika ġdida f'Ottubru li ġej?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Nirreferi l-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 26542 (Seduta Nru. 432).", "Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija, naħseb li l-Onor.", "Interpellant jifhem li t-tħejjija għal sena skolastika ġdida ma tibdiex f'Ottubru imma ħafna qabel.", "ĊITTADINANZA DOPPJA", "26862.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk persuna femminili mhux miżżewġa ta' l-eta' ta' 29 sena li missierha huwa Malti u ommha mis-South Africa għandhiex b'daqshekk kwalifika/bażi biex tapplika għaċ-ċittadinanza Maltija?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Għalkemm l-Onor Interpellant ma semmiex fejn twieldet din il-persuna femminili, wieħed jassumi li din twieldet barra minn Malta.", "F'dak il-każ, din il-persuna setgħet akkwistat iċ-ċittadinanza Maltija meta twieldet jekk missierha kien ċittadin Malti skond id- dispożizzjonijiet tal-Kostituzzjoni.", "Sabiex iżżomm din iċ-ċittadinanza riedet tneħħi kull ċittadinanza oħra li seta' kellha bejn it-18 u d-19-il sena.", "Jekk m'għamlitx hekk hija tilfet iċ-ċittadinanza Maltija meta għalqet 19-il sena.", "Sabiex tkun tista' takkwista ċ-ċittadinanza Maltija permezz ta' naturalizzazzjoni, din il-persuna trid tkun ilha tgħix Malta għal mhux inqas minn ħames snin.", "Nirreferi lill-Onor Membru wkoll għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 25449.", "AWSTRALJA - TIFKIRA TAL-VE DAY", "26878.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsalill-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin: Jaf il-Ministru li fis-7 ta' Mejju li għadda s- Sunday Telegraph ta' New South Wales ippubblikat żewġ faċċati bil-kulur dwar it-tifkira tal-50 sena mill-gwerra li għaddiet u s-sehem ta' Malta f'din ir-rebħa ġie njorat għal kollox?", "Jista' jqabbad lill-Kummissjoni Għolja Maltija fl-Awstralja jew lil Konsulat ta' Malta f'Sydney biex jikteb lill-Editur tal-gazzetta imsemmija u jipprotesta għal dan in-nuqqas gravi?", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO: Nixtieq ninforma lill-Onor Interpellant li l- Kummissarju Għoli ta' Malta f'Canberra għarrafni dwar dan l-artiklu u hu kien ħa passi mmedjati hu tant hu hekk li l-ittra tal-Kummissarju b'risposta lill-Editur tas-Sunday Telegraph, li tagħha poġġejt kopja fuq il- Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta li giet ippubblikata mill- istess gazzetta fl-14 ta' Mejju, 1995.", "KUMITAT OLIMPIKU MALTI - TOBBA", "26879.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kultura: Jista' l-Ministru jgħid min kienu l-grupp ta' tobba Maltin li taw pariri mediċi lill-atleti Maltin is-sena li għaddiet fil-Logħob tal-Pajjiżi ż- Żgħar?", "X'sar minnhom dawn it-tobba din is-sena?", "Veru li dawn ġew injorati għal kollox mill-Kumitat Malti li organizza il-parteċipazzjoni ta' Malta fil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar fil-Lussumburgu?", "Min huma dawk it-tobba jew konsulenti mediċi li din is-sena ħadu ħsieb l-atleti Maltin?", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Tajjeb li l-Onor.", "Interpellant ikun informat li l-Kumitat Olimpiku Malti hu responsabbli għall-għażla ta' tobba fi ħdanu.", "Mhux il-policy ta' dan il-Gvern li jindaħal fl-amministrazzjoni ta' l-organizzazzjonijiet Sportivi li huma totalment awtonomi.", "BASTIMENTI MERKANTILI - INĊIDENT MA' L-HMS ILLUSTRIOUS", "26880.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: Jista' l-Ministru jgħid kif baqa' il-każ ta' l-Illustrious li għamel Lm100,000 fuq tug boat Malti?", "Il-Gvern Malti qed jgħin lit-Tuq Malta mal-Gvern Ingliż biex in-Navy Ingliża tħallas dejnha?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Kif diġa' għidt pubblikament, twaqqfet inkjesta preliminari, skond kif jitlob l-Att dwar il-Bastimenti Merkantili, biex tinvestiga l-inċident li wassal għall-ħabta bejn l-HMS Illustrious u t-tug boat Grez waqt li dawn kienu deħlin fil-Port il-Kbir.", "S'issa l-inkjesta għada ma tlestietx.", "WIED IL-GĦAJN - TĦAFFIR TA' TOROQ", "26881.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Veru li s-sajf li ġej it-toroq ta' Wied il-Għajn se jerġgħu jitħaffru b'konnessjoni ma' xogħol ta' l-ilma?", "Jaf il-Ministru li f'dawn l-aħħar tliet snin għal sajf wara l-ieħor ir-residenti ta' Wied il-Għajn kellhom ibatu min tkissir tat-toroq?", "Għaliex ma jkunx hemm ippjannar aktar serju f'dawn l-affarijiet?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Jien informat li l-Korporazzjoni għas- Servizzi ta' l-Ilma m'għandhiex proġetti li jinvolvu xogħlijiet estensivi ta' tħaffir ta' trinek f'Wied il-Għajn għas-sajf li ġej.", "Ix-xogħlijiet li jistgħu isiru jkunu żżolati konnessi mal-manutenzjoni tas-sistema tad- distribuzzjoni ta' l-ilma.", "FESTIVAL TAL-KANZUNETTA GĦALL-EWROPA", "26882.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kultura: Billi l-Gvern joħroġ eluf ta' liri biex Malta tieħu sehem fil-Festival tal-Kanzunetta għall-Ewropa, jista' l-Ministru jara li l-kanzunetta Maltija titkanta bil-Malti?", "Jaf il-Ministru li Malta kienet l-uniku pajjiż li l- kanzunetta tiegħu tkantat bl-Ingliż barra dik ta' l-Ingilterra u l-Irlanda?", "Meta l-pajjiżi kollha l-oħra jippreżentaw kanzunetta bl-ilsien tagħhom u huma kburin b'dan, x'iżomm lilna li nagħmlu l-istess?", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Skond ir-regolamenti ta' l-EBU il- kanzunetta trid titkanta bil-lingwa jew b'waħda mill-lingwi uffiċjali tal- pajjiż parteċipant.", "Bħalma jaf l-Onor.", "Membru kemm il-Malti kif ukoll l-Ingliż huma t-tnejn lingwi uffiċjali tagħna.", "Mill-informazzjoni li għandi ħafna mill-pajjiżi parteċipanti jixtiequ li jinbidel ir-regolament sabiex huma wkoll ikunu jistgħu jkantaw il- kanzunetta tagħhom bl-Ingliż.", "BIRZEBBUGIA - FAĊILITAJIET SPORTIVI", "26894.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsalill-Ministru tal-Ġustizzja u Kultura: Jaf il-Ministru li minkejja x-xewqa kbira tan-nies ta' Birzebbugia biex l- open spaces li hemm f'Tal-Papa Housing Estate, Birzebbugia jsiru fihom faċilitajiet sportivi u rikreattivi il-Gvern xorta ddeċieda li fl-akbar area li hemm se jinbnew flats bl-iskuża li jsir social housing?", "Meta f'Birzebbugia m'hemm assolutament ebda faċilitajiet sportivi, meta r- residenti tant batew minn żvilupp industrijali u n-nies jinsabu fgati, jikkonsidra l-Ministru li jagħmel rappreżentazzjonijiet mal-Gvern biex din id-deċiżjoni ħażina tinbidel?", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Informat li l-Kunsill Lokali ta' Birżebbuġia ma ressaq l-ebda talba fis-sens espress mill-Onor.", "Interpellant fl-istess ħin informat ukoll li fost faċilitajiet eżistenti għar- rikreazzzjoni tal-komunita' ta' Birżebbuġia hemm pitches tal-boċċi, tennis courts, pitch tal-waterpolo u ground tal-football.", "Ma jidhirlix li hi deċiżjoni ħażina li l-Gvern jiddeċiedi li jibni appartamenti għal komunita' ta' Birżebbuġia", "VALLETTA: TRIQ MERKANTI - FOND NRU.", "91", "26951.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd: Billi jirriżulta li l-Gvern x'aktarx jieħu f'idejh il-flats 91 fi Strada Merkanti, l-Belt Valletta u li dawn għandhom ħsarat u anke partijiet imwaqqa', jista' l-Ministru jara li l-inkwilini jirranġawlhom il-ħsarat kollha biex jibqgħu joqogħdu hemm f'post irranġat u fejn trabbew?", "Nitlob li l-Gvern jikkonsidra li dan isir taħt xi skema ta' benefiċċju.", "ONOR.", "CENSU GALEA: Jien informat li l-fond Nru. 91, Triq il-Merkanti, Valletta hu nkluż fil-programm ta' slum clearance.", "ENEMALTA - PROMOZZJONIJIET", "26952.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 26679 u r-risposta mogħtija, jista' l-Ministru jikkonsidra li fil-każ ta' Senior Operators jiġu nklużi sitta oħra li sempliċement tilfu s-Seniority tagħhom għaliex dawn kienu qed iservu l-apprenticeship tagħhom meta daħlu dirett nies minn barra fil-grad tagħhom?", "Dawn is-sitta fil-fatt diġa' kienu mpjegati qabel ma' l-Enemalta fil-grad ta' apprentices'.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Tlabt lis-Segretarju Permanenti fil- Ministeru biex jinvestiga diversi lmenti li saru għar-rigward ta' l- eżerċizzju ta' promozzjonijiet in kwestjoni fil-Korporazzjoni Enemalta.", "Qed nitlob lill-istess Segretarju Permanenti biex jikkonsidra flimkien ma' l-uffiċjali tal-Korporazzjoni Enemalta, is-suġġeriment ta' l-Onor.", "Interpellant.", "ĊITTADINANZA TAS-SINJURA ZARB", "26953.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI staqsalill-Prim Ministru: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 25879, dwar l-għoti ta' ċittadinanza lis-Sinjura Zarb, jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li d-dipartiment konċernat qed jgħidilha li hija mhijiex intitolata għaċ- ċittadinanza doppja meta hi għandha passaport Malti u ieħor Awstraljan?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 25879, ninsab informat li d-Dipartiment taċ-Ċittadinanza ddentifika l- każ tas-Sinjura Maria Zarb wara li żewġha mar fl-istess dipartiment.", "Ninsab informat ukoll li s-Sinjura Zarb saret ċittadina ta' Malta fil-21 ta' Settembru, 1964 meta Malta saret Stat Indipendenti.", "Dak iż-żmien, iżda, hija kellha wkoll iċ-ċittadinanza Ingliża li kienet wirtet mingħand nannuha li twieled l-Ingilterra.", "Sabiex iżżomm iċ-ċittadinanza Maltija, riedet tneħħi dik Ingliża sa mhux aktar tard mill-20 ta' Settembru, 1967.", "Billi hija ma neħħitx din iċ-ċittadinanza, tilfet dik Maltija fil-21 ta' Settembru, 1967.", "Fl-20 ta' Ġunju, 1973 is-Sinjura Zarb akkwistat iċ-ċittadinanza Maltija b'Reġistrazzjoni.", "Għalkemm meta akkwistat iċ-ċittadinanza Awstraljana fil-11 ta' Ottubru, 1989 hija kienet ukoll ċittadin ta' Malta, din l-aħħar ċittadinanza ma kenitx akkwistata għax twieldet f'Malta iżda permezz ta' Reġistrazzjoni.", "Għalhekk ma tikkwalifikax għal ċittadinanza doppja.", "Jekk is-Sinjura Zarb għandha fil-pussess tagħha passaport Malti validu, għandha tirritornah minnufih lill-Uffiċċju tal-Passaporti għaliex m'għandhiex dritt għalih.", "AKKOMODAZZJONI ALTERNAT-TIVA GĦALL-FAMILJA AGIUS", "26954.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI staqsa lill-Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet it-talba tal- familja Agius, għal post alternattiv b'kiri peress li bħalissa qed tabita ma' ħaddieħor fi Blk C, Flat 13, Triq iċ-Ċikwejra, Santa Luċija Ref No. HO 9982?", "ONOR.", "CENSU GALEA: L-applikazzjoni tal-familja Agius qed tiġi kkonsidrata flimkien ma' applikazzjonijiet oħra simili.", "REĠISTRAZZJONI GĦAX-XOGĦOL", "26955.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-għadd ta' nies jirreġistraw għax-xogħol fuq Part I u Part II rispettivament f'Mejju 1995?", "Kemm minnhom huma nisa?", "Kemm hemm nisa li qegħdin jirreġistraw għal full-time u/jew part-time job?", "Jeżisti reġistru fid-dipartiment konċernat dwar l-applikanti rġiel u/jew nisa li qed japplikaw għal part-time job kemm għal min ma jaħdimx kif ukoll għal min jaħdem full-time u għandu bżonn li jaħdem ukoll part-time?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: L-informazzjoni mitluba qed tinġabar.", "Tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "AWTORITA' TA' L-IPPJANAR - KAŻ B'REF.", "NO.", "PA 3048/94", "26956.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Kif tispjega l-fatt li fir-rigward ta' PA 3048/94 li skond l-applikazjoni li twaħħlet on site kellu jiskadi nhar id-19.7.94 irriżulta li l-permess relevanti nħareġ nhar il-11.7.94 qabel ma biss twaħħal dan l-avviż?", "Taf li l-avviż relevanti twaħħal on site nhar l-14/7/95, ħaġa li tat biss tliet working days żmien sakemm kellha tagħlaq id-data avżata?", "Taf li l-pjanta u l-applikazzjoni li pproduċa l-applikant huma totali nkorretti u li l-pjanta ma turix waħda mill-aperturi li l-applikant għoġbu jagħlaq?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-Awtorita' ta' l-Ippjanar għandha kuntrattur li jwaħħal dawn is-site notices u minn dejjem insistiet li dawn jitwaħħlu fil-ħin.", "Jista' jkun li l-permess ħareġ qabel ma skadiet id-data murija fuq is-site notice.", "Iżda kieku saret oġġezzjoni din kienet tkun kkonsidrata xorta waħda.", "Dan seta' ġara minħabba li l-applikazzjoni kienet waħda minuri li hija kompletament koperta mill-liġi sanitarja.", "Dwar it-tul ta' żmien bejn li twaħħal is-site notice u l-iskadenza tiegħu, l-Awtorita' ta' l-Ippjanar ma jistax ikollha kontroll assolut minħabba raġunijiet ovvji li ma tistax iżżomm persuna għassa ma' kull site notice il-ħin kollu.", "Tajjeb li l-Onor.", "Interpellant ikun informat li l-kuntrattur kien inbidel u dan it-tip ta' problemi naqas ħafna.", "Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija il-każ kien riferut lill-Enforcement Unit biex tittieħed kull azzjoni meħtieġa.", "MARSA: OKELLA AGIUS - IRWEJJAĦ", "26957.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru konċernat jara kif jirrimedja dwar Okella Agius, Marsa fir-rigward ta' Nru. 16 li qed isofri minn irwejjaħ insapportabbli ta' annimali?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li minn spezzjoni li saret mill- Uffiċjali tad-Diviżjoni tas-Saħħa Pubblika fl-14 ta' Ġunju 1995 dak in-nhar ma rriżultax li kien hemm xi rwejjaħ ta' animali jew akkumulu ta' ħmieġ.", "BENEFIĊĊJI TAL-MARD LIL ANTONIA MICALLEF", "26958.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex Antonia Micallef ta' 51, St. Mary Street, Ħamrun (ID Card 607737(M)) mhux qed tingħata l-flus tal-mard?", "Din applikat kemm-il darba.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ma nistax niżvela tagħrif konfidenzjali dwar ċ- ċittadini u lanqas mhi etika li l-Onor.", "Membru jagħmel mistoqsija fejn il- persuna tiġi hekk identifikata.", "ENEMALTA - TWAĦĦIL TA' ARBLI ĠODDA", "26976.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Tista' Enemalta tispjega kif qed jingħata x-xogħol lill-kuntratturi għat-twaħħil ta' arbli ġodda?", "Jaf il-Ministru li dawn tant qed jitwaħħlu mingħajr sistema u bl-addoċċ li qed jikkawżaw ħsarat ta' pajpijiet ta' l-ilma u drenaġġ fuq il-bankina fejn qed jitwaħħlu?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Jien infurmat li x-xogħol ta' twaħħil ta' l-arbli ngħata lil tlett kuntratturi permezz ta' \"period contract\".", "Il- Korporazzjoni Enemalta ma għandhiex rapporti li dawn il-kuntratturi qed jagħmlu ħsarat fil-pajpijiet ta' l-ilma u d-drenaġġ u fil-bankini.", "Jekk l- Onor. Interpellant qed jalludi għal xi katusi partikulari, jista' jagħti aktar dettalji biex il-Korporazzjoni Enemalta tkun tista' tieħu l-passi meħtieġa.", "DJAR - XIRI TA' DJAR", "26977.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI staqsa lill-Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd: B'referenza għal każ RO 38/93 rigward il-post 113, Matty Grima Street, Cospicua li jridu sidu - Sammy Vella ta' 112 fl-istess triq - jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li ċ-ċwievet għadhom ma ngħatawx lis-sid biex dan ikun jista' jkabbar biex jniffdu mal-post tiegħu?", "ONOR.", "CENSU GALEA: Jien infurmat li ċ-ċwievet tal-fond imsemmi mhuwiex fil-pussess tad-Dipartiment.", "KAPPARA - TISWIJA TAT-TELGĦA", "26984.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: Jista' l-Ministru jgħid meta mistennija titranġa t-telgħa tal-Kappara?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Tajt struzzjonijiet lid-Dipartiment tat-Toroq biex tittieħed l-azzjoni neċessarja.", "AWTORITA' TA' L-IPPJANAR - APPLIKAZZJONI PA 4543/94", "26985.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: B'referenza għall-applikazzjoni PA 4543/94 - Xgħajra - konverżjoni ta' sitt garaxxijiet li jinsabu fi blokk ta' flats għall-użu tar-residenti) fi snack bar, take away u kamra ta' logħob rikreattiv.", "Il-kunsill lokali kif ukoll ir-residenti ta' l-inħawi qegħdin joġġezzjonaw għal din l-applikazzjoni.", "Il-Bord tad-DCC iltaqa' tlett darbiet wara li oriġinarjament din l- applikazzjoni ġiet miċħuda.", "Fl-aħħar laqgħa li saret fil-5 ta' Ġunju, 1995 il-voti kienu ta' 3 favur u 2 kontra u ċ-chairman tad-DCC iddeċieda li jirreferi dan il-każ għal-laqgħa oħra fi żmien 15-il ġurnata.", "Il-kunsill lokali jgħid li ġeneralment din hija kontra l-konverżjoni ta' area residenzjali f'area kummerċjali u fid-dawl tal-Pjan ta' l-ippjanar propost, li l-Awtorita' dalwaqt se tiddraftja, il-kunsill jinsisti li kull deċiżjoni għal xi applikazzjoni għandha tiġi posposta sabiex jinħareġ pjan għax-Xgħajra kollha u li għandu jiġi diskuss u mfassal sewwa.", "Jista' l-Ministru jgħidli għaliex il-Bord tad-DCC ma jistax iwaqqaf milli jieħu deċiżjoni dwar l-applikazzjoni PA 4543/94 sakemm isiru diskussjonijiet mal-gruppi konċernati u l-Awtorita' ta' l-Ippjanar?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Kull persuna għandha dritt li tapplika għal permess u jekk ikollha rifjut ikollha dritt ta' rikonsiderazzjoni.", "Mar- rikonsiderazzjoni tagħha jiġu konsidrati ukoll l-oġġezzjonijiet li jsiru, u dawn l-oġġezzjonijiet jistgħu iwasslu għal rifjut ta' permess.", "Iżda ebda oġġezzjoni ma tista' żżomm li persuna titlob li ssir rikonsiderazzjoni, u li din ma tiġix deċiża mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "L-Awtorita' tista' per eżempju tirrifjuta l-applikazzjoni minħabba li din tista' tikkomprometti l-Pjani Lokali jekk l-istess Awtorita' taqbel ma' dan.", "Pero' l-Onor.", "Interpellant żgur japprezza illi bħala Ministru ma nistax nindaħal fid-deċiżjonijiet ta' l-istess Awtorita' ta' l-Ippjanar, skond il-liġi.", "WIED IL-GĦAJN - STABBILIMENT \"COOL CLUB\"", "26986.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jinvestiga u jgħid x'passi ħadet u se tkompli tieħu l- Pulizija dwar l-ilmenti li saru fil-passat u li qed isiru preżentement dwar l-inkonvenjenti kaġunati mill-istabbiliment magħruf bħala \"COOL CLUB\" fi Triq Sant'Antnin, Wied il-Għajn, anke bl-operat bħala DISCO mingħajr permess?", "Jista' l-Ministru jgħid għaliex minkejja li saru diversi petizzjonijiet mill-abitanti tat-triq in kwestjoni, l-pulizija tad-distrett qatt ma ħadet il-passi meħtieġa biex il-ħanut konċernat ma jibqax jopera kontra l-liġi?", "ONOR.", "TONIO BORG: Iva, dawn l-ilmenti qed jiġu kollha nvestigati kemm mill-pulizija u l-Bord.", "Sadanittant il-pulizija qed tkompli tagħmel sorveljanza sabiex jiġi żgurat li ma jsirux xi abbużi.", "KUNSILLI LOKALI - XIRI TA' PROPRJETA' IMMOBBLI", "26987.", "L-ONOR.CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-kunsilli lokali għandhomx id-dritt li jixtru proprjeta' immobbli għall-użu tagħhom?", "Jekk fl-affermattiv, liema kunsilli xtraw proprjeta' u x'kien il-valur tal-proprjeta' mixtrija?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: It-tweġiba hi fl-affermattiv iżda sal-lum ma jirriżultax li xi Kunsill eżerċita dan id-dritt.", "BIRKIRKARA - WIRES TA' L-ELETTRIKU", "26988.", "L-ONOR.CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jara li Enemalta tibdel il-wires ta' l-elettriku mikxufin li hemm f'Cane Street, Birkirkara bejn Sacred Heart Street u St. Mary Street?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Għaddejt l-ilment ta' l-Onor.", "Interpellant lill-Korporazzjoni Enemalta.", "SPTAR SAN RAFFAELE - XOGĦOL TA' SKAVAR", "26989.", "L-ONOR.CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju wasal ix-xogħol ta' l-approach roads għall-Isptar San Raffaele?", "Meta kellu jispiċċa dan ix-xogħol?", "Kemm kien il-valur ta' dan ix-xogħol?", "Kemm intnefqu flus s'issa fuq dan ix-xogħol?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li x-xogħol ta' l-iskavar, Geophysical u Geotechnical survey u l-Bridge huma bażikament lesti.", "Il-kuntrattur għadu lura fil-bini tat-toroq.", "Oriġinarjament l-kuntratt kellu jkun lest sat-22 ta' Frar, 1995.", "Dan kollu kellu jiswa Lm1,100,000.", "Fil-fatt s'issa l-kuntrattur tħallas Lm494,105.", "GĦAWDEX/KEMMUNA - PJAN LOKALI", "26990.", "L-ONOR.CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju wasal l-evalwazzjoni ta' l-offerti għall-Environmental Resources Survey maħruġa mill-Planning Authority?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Numru ta' kumpanniji ssottomettew offerti sabiex iħejju r-rapporti għas-surveys tar-riżorsi ambjentali li se jsiru għall-Pjan Lokali għall-Għawdex u Kemmuna.", "Bħalissa qed jiġu ċċarati xi punti mis-sottomissjonijiet u fi żmien qasir id-Direttorat ta' l-Ippjanar se jagħmel ir-rakkommandazzjoni tieħu għall- approvazzjoni ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "TELEPHONES - KAŻ B'REF.", "NRU.", "AT 5237/94", "26991.", "L-ONOR.CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju waslet l-applikazzjoni għat-telephone 5237/94, is-Siġġiewi?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Jiena nformat li fil-preżent il-Korporazzjoni Telemalta qiegħda fil-proċess li tespandi n-network eżistenti f'Binja Ħesri sabiex tkun tista' tipproċessa l-applikazzjonijiet li jinsabu f'dawn l- inħawi inkluża dik bir-referenza numru AT 5237/94 u li saret fit-18 t'Awissu, 1994.", "Il-proġett huwa ppjanat li jitlesta fil-ġimgħat li ġejjin.", "FORZI ARMATI - MEMBRI", "26992.", "L-ONOR.CHARLES BUHAGIAR staqsalill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex f'dawn l-aħħar xhur il-kuntratt li jingħata lill-membri tal-Forzi Armati issa nbidel u minflok li jgħid li dawn il-membri għandhom id-dmir li jiddefendu pajjiżhom issa qiegħed jingħad li għandhom jiddefendu wkoll pajjiżi oħra?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jien informat li ma kien hemm l-ebda tibdil fil-kuntratt li jingħata lill-membri tal-Forzi Armati kif allegat fil- mistoqsija.", "Kemm il-Ġurament ta' Fedelta' li jittieħed minn uffiċjal ma' l- għoti tal-Kummissjoni kif ukoll il-Ġurament li jieħu rekluta mal-konferma, huma dawk li ġew regolati bl-Avviż Legali Nru 42 ta' l-1980.", "SKOLA ST.", "JOSEPH - PULIZIJA GĦASSA", "26999.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jiżgura li jkun hemm pulizija on duty meta tibda u tispiċċa l- iskola qrib il-Kunvent St. Joseph il-Blata l-Bajda minħabba l-perikli li jkun hemm għat-tfal?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li qed jkun hemm pulizija, fil- lokalita' imsemmija, kemm waqt il-ħin tad-dħul u tal-ħruġ tat-tfal minn din l-iskola.", "GŻIRA - TROBBIJA TA' ANNIMALI", "27000.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Il-liġi tas-Sanita' tippermetti li jitrabbew l-annimali fuq il-bjut komuni ta' appartamenti bħal Marshall Court \"E\", fil-Gżira?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li m'hemm xejn fil-liġi li speċifikament jipprojbixxi li jinżammu annimali fuq bjut sakemm dan ikun konformi mal-provvediment tas-subartiklu 2 ta' l-Artiklu 125 tal-liġijiet tal-Pulizija (Kap. 10) li jipprojbixxi dan kemm-il darba ikun hemm ħsara għas-saħħa ta' xi persuna jew oġġezzjoni minn xi persuna minħabba mard fid- dar jew għal xi raġuni oħra tajba jew inkella wara li jkun hemm twissija mill-pulizija.", "VETTURI TAL-GVERN", "27001.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsalill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hawn karozzi tal-Gvern bi pjanċa safra mikrija u lil min?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: L-informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "GĦAWDEX - TISWIJA TA' TOROQ", "27002.", "L-ONOR.", "LOUIS REFALO staqsalill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jara li tissewwa mmedjatament it-triq li tagħti mix-Xagħra għall- Marsalforn ġewwa Għawdex peress li tinsab f'periklu tant li dik il-parti ta' ħdejn il-ġibjun l-antik dejjem niżla u dan is-sajf tiġi ffrekwentata ħafna bil-vetturi?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nirreferi l-Onor.", "Interpellant għat- tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 25712 Seduta Nru 409.", "GĦAWDEX: - PILLOLI MILL-BEREĠ", "27003.", "L-ONOR.", "LOUIS REFALO staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jara li min jordna l-pilloli jew xi ħaġa oħra minflok ma joqgħod jistenna fil-Poliklinika ċentrali tar-Rabat, Għawdex jista' jagħmel dan liberalment mill-Berġa li hemm fir-raħal tiegħu bħalma jagħmlu ħutna l-Maltin?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li f'Malta teżisti l-proċedura li individwu jista' jmur il-berġa tal-lokal tiegħu biex jitlob il-mediċinali li jkollu bżonn.", "Dan huwa proprju mezz ta' kif jistgħu jiġu utilizzati aħjar il-bereġ u fl-istess ħin jitnaqqas il-volum ta' xogħol li jaqa' fiċ- Ċentri tas-Saħħa.", "Ladarba ir-riċetta tkun inkitbet, din imbagħad tiġi dispensata mill- ispiżerija ta' l-isptar.", "F'Għawdex is-sitwazzjoni hija differenti.", "Din il-proċedura ma tistax tiġi adottata peress li fil-bereġ f'Għawdex ma jkunx hemm nurse imma health assistant.", "DIPARTIMENT TAS-SAĦĦA - BENEFIKAR TA' MEDIĊINALI B'XEJN", "27004.", "L-ONOR.", "LOUIS REFALO staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm min jibbenefika mil-karta s-safra u anke r-roża f'Malta u kemm f'Għawdex?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li n-numru ta' persuni li qed jibbenefikaw mill-karta r-rosa hu ta' 4927 f'Malta u 704 f'Għawdex filwaqt li fil-31 ta' Diċembru, 1994, f'Malta u Għawdex kien hawn 26,653 persuni li kellhom il-kartuna s-safra.", "Ma tinżammx statistika separata dwar in-numru ta' Għawdxin li għandhom kartuna safra għall-mediċini b'xejn.", "SAN ĠWANN: QASAM TAD-DJAR - BINI TA' KAMRA LLEGALMENT", "27005.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jinvestiga rapporti li inkwilina fi Block 18 B, Housing Estate, San Ġwann bniet kamra tal-bejt illegalment, għalqet l- aċċess tal-bejt għar-residenti l-oħra u anke qiegħda żżomm il-partijiet komuni f'mod li rriduċa l-Block kollu f'kerrejja?", "ONOR.", "CENSU GALEA: Jien informat li d-Dipartiment tad-Djar għamel l- investigazzjoni neċessarja u se jagħmel r-rapport li d-Dipartiment ta' l- Artijiet biex jittieħdu l-passi meħtieġa.", "AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA - KAŻ TAL-FAMILJA ZAHRA", "27006.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jikkonsidra t-talba tal-familja Zahra, ta' 16 A, Flat 5, School Str, San Ġwann għall-flat alternattiv ground floor minħabba li b'kollox hemm seba' membri fil-familja?", "ONOR.", "CENSU GALEA: Jien informat li d-Dipartiment tad-Djar m'għandu l- ebda talba tal-familja Zahra.", "GUDJA: TRIQ SAN MARK - TWESSIGĦ", "27020.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Komunikazzjoni u Teknologija: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 25466, jista' l-Ministru ġentilment jgħid għaliex Triq San Mark, fil- Gudja għadha ma twessgħetx?", "Hemm il-ħsieb li l-proġett tat-twessigħ ta' din it-triq li kien inbeda fl- 1987 jitkompla?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: M'għandi xejn x'inżid mar-risposta li tajt f'mistoqsija parlamentari numru 25705 f'Seduta Nru. 409.", "ŻEJTUN: TRIQ IL-KANTUR - DAWL", "27023.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI staqsalill-Ministru għall-Ambjent: Tista' l-Korporazzjoni Enemalta tagħmel bozza fi Triq il-Kantur (in-naħa ta' Triq Santa Monica) fiż-Żejtun li fuqha wkoll saret petizzjoni mir- residenti lill-Kunsilli Lokali taż-Żejtun (u dan naħseb li għaddiha lill- Korporazzjoni) minħabba li hemm biża' minn anzjani minħabba d-dlam li hemm u l-kriminalita' li hawn fuq l-anzjani?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Din it-talba qiegħda tiġi kkonsidrata flimkien ma' talbiet oħra.", "DIPARTIMENT GĦALL-ANZJANI U BŻONNIJIET SPEĊJALI - DIRETTURI", "27024.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm nefaq il-Gvern s'issa fuq kull Direttur maħtur skond Performance Agreement fit-Taqsima tas-Saħħa u fid-Dipartiment għall- Anzjani u Bżonnijiet Speċjali biex seta' jipprovdi għal kull wieħed mill- benefiċċji li hemm pprovdut għalihom fl-istess ftehim u dan billi jgħid fost oħrajn, kemm:", "a. inxtrat il-karozza mogħtija għall-użu personali; b. tħallas salarju; ċ. tħallset expense allowance; d. tħallas fuq petrol provdut; e.tħallsu spejjeż għal manutenzjoni u ħsarat tal-karozza mogħtija għall- użu personali; f. tħallas performance bonus (jekk kien il-każ); g. tħallas fuq kontijiet ta' servizz ta' telephone privat?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm irċieva kull Direttur maħtur skond Performance Agreement fit-taqsima tas-Saħħa u fid-Dipartiment għall-Anzjani u Bżonnijiet Speċjali, bħala performance bonus għall-ewwel sena tal-ħatra?", "Min iddeċieda fuq il-performance bonus li rċieva kull Direttur?", "Fuq liema kriterju/kriterji kienet ibbażata d-deċiżjoni ta' kemm kellu jingħata performance bonus kull Direttur?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "DIRETTURI - BENEFIĊĊJI", "27025.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsalill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jelenka l-benefiċċji kollha mniżżla fil-Performance Agreement ta' kull Direttur maħtur skond il-ftehim bħal dan fid-Dipartiment tas-Saħħa u fid-Dipartiment għall-Anzjani u Bżonnijiet Speċjali flimkiem ma' l-ispejjeż f'termini monetarji biex il-Gvern jista' jipprovdi kull benefiċċju kontemplat?", "Għandhom restrizzjonijiet oħra d-diretturi maħtura skond il-performance agreement apparti minn dik li ma jistgħux jagħmlu xogħol privat waqt li jkunu fil-ħatra?", "Jekk iva, fiex jikkonsistu dawn ir-restrizzjonijiet u x'inhi r-raġuni għal kull waħda?", "X'inhi r-raġuni li l-performance agreement li jirregola l-ħatra ta' Direttur fis-Settur Pubbliku jipprojbixxi lid-Direttur konċernat milli jagħmel xogħol privat waqt li jkun fil-ħatra msemmija?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Uffiċjal maħtur Direttur skond Performance Agreement huwa ntitolat għal dawn il-benefiċċji minbarra s-salarju skond il- post:", "(1)Bonus fuq is-salarju skond il-performance tad-Direttur konċernat li huwa ta':", "15% tas-salarju f'każ ta' performance eċċezzjonali", "10% tas-salarju f'każ ta' performance superjuri", "5% tas-salarju f'każ ta' performance kommendabbli", "(2)Benefiċċji oħra:", "(a) expense allowance skond is-salarju:", "|Skala ta' |Ammont | |Salarju | | |1 |Lm1000 | |2 |800 | |3 |600 | |4 |450 | |5 |300 |", "(b) użu ta' karozza; il-konsum ta' fuel sal-limitu approvat;", "(c)servizz tat-telephone b'xejn", "Il-Performance Agreement ma jsemmi xejn dwar xogħol barrani li diretturi li huma tobba m'humiex intitolati li jagħmlu xogħol privat huwa skond il- ftehim bejn il-Gvern u l-Assoċjazzjoni Medika ta' Malta dwar il- klassifikazzjoni, regrading u l-assimilazzjoni tal-klassi medika u jissemma wkoll fl-ittra tal-ħatra.", "AJRUPORT - PENSJONI TAS-SERVIZZ TA' L-IMPJEGATI", "27026.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jikkonferma li ma teżisti ebda ambigwita' fil-ftehim milħuq bejn il-partijiet konċernati li tirrigwarda l-gratuity u service pension ta' l- impjegati tal-Malta International Airport Ltd eżempju Air Terminal Department u li l-ħlas għal dawk li jirtiraw se jibqa' jseħħ skond il- ftehim bħalma ġie stabbilit fil-każi ta' dawk l-impjegati li rtiraw minn mal-kumpannija bejn l-1992/1994?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba li tajt b'risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 26776.", "DIPARTIMENT TAT-TOROQ - TĦAFFIR TAT-TRINEK", "27033.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsalill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li d-Dipartiment tat-Toroq mhux qed joħroġ jew jagħti l-permess għal tħaffir ta' trinek eċċ., lil dawk il- kuntratturi li jkunu ħadu t-tenders?", "Huwa veru li l-bond li qiegħed jsir mill-kuntratturi mal-Banek mhux qiegħed jiġi aċċettat jew mogħti lura?", "Għaliex?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "PERSUNI B'DIŻABILITA' - REĠISTRAZZJONI GĦAX-XOGĦOL", "27036.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jweġibni għall-mistoqsija parlamentari numru 26942, ċioe' jista' jgħid:-", "a. kemm kien l-għadd ta' nies b'diżabilita' li qed japplikaw għax-xogħol mill-1986 sa Mejju 1995 sena b'sena rispettivament;", "b. kemm nies b'diżabilita' ġew impjegati fl-istess snin; u", "ċ. kemm minnhom ġew impjegati ma' Dipartimenti tal-Gvern, korpi parastatali u mal-privat fl-istess snin?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.", "Tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "PENSJONIJIET", "27037.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid jekk armla li ilha Malta mill-1988 u li żewġha kien miet l-Awstralja fl-1987 hijiex intitolata għall-pensjoni tar-romol hawn Malta peress li l-pensjoni li kienet tieħu mill-Awstralja issa twaqqfitilha (meta t-tifel tagħha għalaq is-16-il sena)?", "Xi ftehim hemm bejn Malta u l-Awstralja li jkopri dawn il-każijiet ibbażati fuq ħlas ta' kontribuzzjonijiet ta' sigurta' soċjali?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li bis-saħħa tal-Ftehim Reċiproku dwar is-Sigurta' Soċjali, mijiet ta' Maltin kemm f'Malta kif ukoll dawk li jgħixu barra minn Malta qegħdin jibbenifikaw minn pensjonijiet ta' l- Irtirar, Romol u Invalidita' minn Malta kif ukoll mill-Awstralja.", "Huwa mportanti li l-Onor.", "Membru jifhem li Ftehim Reċiproku bħal dan, filwaqt li jgħin biex persuna takkwista xi benefiċċju, bl-ebda mod ma jbiddel xi liġi domestika ta' pajjiż, anzi il-Ftehim jaħdem biex jiżgura li dawk id-drittijiet, fejn għandu x'jaqsam is-Sigurta' Soċjali, jitgawdew miċ- ċittadini kollha taż-żewġ pajjiżi firmatarji mingħajr ebda distinzjoni.", "Fil-każ ta' l-armla li semma' l-Onor.", "Interpellant għandu jingħad li fost il-kondizzjonijiet għal ħlas ta' pensjoni tar-Romol taħt il-liġi tas- Sigurta' Soċjali Awstraljana, wieħed isib, li biex armla tikkwalifika għall- Pensjoni tar-Romol Awstraljana, trid tkun jew:", "(i) għalqet il-50 sena jew aktar wara l-ewwel ta' Lulju, 1987", "(ii) jew kellha l-kura u l-kustodja ta' tfal taħt is-16-il sena.", "Jidher ċar għalhekk li l-armla msemmija kellha biss id-dritt għall- Pensjoni tar-Romol sakemm it-tifel għalaq is-16-il sena u dan id-dritt spiċċa minn din id-data (sakemm din l-armla ma kellhiex 50 sena jew aktar fl-1 ta' Lulju 1987).", "Din hi l-liġi domestika ta' l-Awstralja li tgħodd kemm għaċ-ċittadini Awstraljani kif ukoll għaċ-ċittadini ta' dawk il- pajjiżi li magħhom l-Awstralja għandha Ftehim Reċiproku.", "ANZJANI - REĠISTRU TA' L-ANZJANI", "27060.", "L-ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal- kwestjonarju li se jitressaq quddiem l-anzjani biex tinġabar l- informazzjoni għar-reġistru ta' l-anzjani?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Se npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-Ħin ta' Tqiegħed ta' Karti f'xi seduta kopja tal-kwestjonarju mitlub.", "DIPARTIMENT TAS-SAĦĦA - ASSISTENTI SOĊJALI KAŻWALI", "27061.", "L-ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Ta' spiss nisimgħu li n-nisa li jaħdmu ta' casual social assistants (home helpers) li huma mħallsin baxx ħafna, li m'għandhomx leave u li issa l-ispejjeż ta' vjaġġar (in-nollijiet tal-karozzi tal-linja għolew), hemm xi ħsieb li l-ħlasijiet ta' dawn in-nies jogħlew?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Id-Dipartiment għall-Anzjani qiegħed jaħdem attivament sabiex jiġu riveduti l-kondizzjonijiet li bihom jaħdmu l- Assistenti Soċjali Każwali.", "DIPARTIMENT TAS-SIGURTA' SOĊJALI - KOMPUTERIZZAZZJONI", "27062.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Billi fid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali issa hemm aktar minn sistema waħda ta' computer liema hi s-sistema li beħsiebu jaħdem fuqha d- dipartiment kollu?", "Kemm swiet lid-dipartiment is-sistema tal-computer li biha titħaddem il- pensjoni kontributorja?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li s-sistema komputerizzata magħżula biex tkopri s-sistemi kollha tad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali hi dik magħrufa bħala SABS (Sistema għall-Amministrazzjoni tal-Benefiċċji Soċjali).", "Il-computer li bih titħaddem il-pensjoni kontributorja sewa Lm30,000.", "DIPARTIMENT TAS-SIGURTA' SOĊJALI - KUMPUTERIZZAZZJONI", "27063.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsalill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Kemm kienet is-somma li tħallset il-kumpannija Price Waterhouse għall- pariri dwar il-komputerizzazzjoni tad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li s-somma li tħallset lill- kumpannija Price Waterhouse għall-pariri dwar il-komputeriżżazzjoni tad- Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali kienet 109,603 Sterlini.", "DIPARTIMENT TAS-SIGURTA' SOĊJALI - TĦARRIĠ TA' UFFIĊJALI", "27064.", "L-ONOR.MICHAEL FARRUGIA staqsalill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Kemm kienet jew se tkun in-nefqa biex ġew imħarrġa l-uffiċjali li se jaħdmu fuq is-sistema tal-computer SABS?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li l-uffiċjali konċernati ġew imħarrġa internament bil-ko-operazzjoni ta' l-MSU u bir-riżorsi tad- dipartiment, għaldaqstant ma kien hemm ebda nfieq nvolut.", "DIPARTIMENT TAS-SIGURTA' SOĊJALI - KOMPUTERIZZAZZJONI", "27065.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm swiet lid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali is-sistema tal-computer magħrufa bħala SABS?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li s-sistema tal-computer magħrufa bħala SABS li qed tiġi mplimentata fid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali, qed tiġi ffinanzjata mill-MSU.", "L-Onor.", "Interpellant mitlub jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru li taħtu taqa' l-MSU.", "DIPARTIMENT TAS-SIGURTA' SOĊJALI - KOMPUTERIZZAZZJONI", "27066.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm swiet in-nefqa ta' pubbliċita' dwar is-sistema ta' computer ġdida msejħa SABS li bdiet tiddaħħal minn xi xahar 'l hawn fid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Peress li l-mistoqsija waslet tard fid-dipartiment, tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "ENEMALTA - PROMOZZJONIJIET", "27080.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: B'referenza għal diversi mistoqsijiet li jiena għamilt lill-Ministru dwar promotions li saru fl-Enemalta dan l-aħħar u in vista tar-rapport li deher f'gazzetta lokali ta' l-14 ta' Ġunju, jista' l-Ministru jiċċara dan ir- rapport?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat- tweġiba li qed nagħti fis-Seduta tal-lum stess għall-mistoqsija parlamentari numru 26952.", "ETC - KAŻ B'ID NO.", "622346(M)", "27081.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Imbilli C. Galea ID No. 622346(M) ġie mibgħut darbtejn mill- ETC għall-interview fil-Freeport bl-iskop li jiġi mpjegat, jista' l- Ministru jgħid hemmx xi żviluppi dwar dan il-każ?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Tweġiba tingħata f'seduta oħra."]} {"filename": "20041216_214d_par.doc", "date": "2004-12-16", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Uffiċjali u Rivedut) L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 214 Il-Ħamis, 16 ta' Diċembru, 2004 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 214 Il-Ħamis, 16 ta' Diċembru, 2004", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-602pm.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "214", "Il-Ħamis, 16 ta' Diċembru, 2004", "WERREJ", "MINUTI 649", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 649", "TQEGĦID TA' KARTI 658", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "RIŻOLUZZJONI DWAR L-GĦOTI B'ĊENS TAL-FORTIZZA TA' CHAMBRAY, GĦAWDEX 658", "AĠĠORNAMENT 685", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 690", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 213 li saret fis-16 ta' Diċembru, 2004 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "ENEMALTA - HEDGING TAŻ-ŻEJT", "8334.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika: Jista' il-Ministru jgħid jekk il-korporazzjoni Enemalta għamlitx hedging taż-żejt kemm ilu responsabbli minnha hu?", "Jekk iva, meta sar dan il-hedging u jekk le, għaliex ma sarx?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni): Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi għat- tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 9294.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Brincat, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-reazzjoni tal-gvern għas-suġġeriment li għamel l-Onor.", "Mizzi biex ikun hemm rappreżentant ta' nominee ta' l-oppożizzjoni fuq il-kumitat tekniku dwar xiri ta' żejt mill- Enemalta u biex dan jibda jirrapporta lill-Kamra tar-rappreżentanti mill- inqas darba kull sitt xhur?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Speaker, in linja ma' dak li kont għedt madwar ġimgħa ilu f'dan il-parlament, l-Enemalta se twaqqaf fuel purchasing advisory committee fi ħdanha.", "Dan il-kumitat se jiġi chaired mill-Prof.", "Joe Falzon, li huwa ekonomista, se jkun fih persuna nominata mill-Bank Ċentrali, li r-rwol partikolari tagħha jkun li tagħti pariri fuq il- currencies aktar milli fuq ħaġa oħra, kif ukoll dwar ix-xiri taż-żejt.", "Se ningaġġaw ukoll b'mod permanenti - tlabt lill-Enemalta li tagħmel ir- riċerka dwar dan - professional firm barranija li mdorrija tagħti advice konness ma' l-industrija taż-żejt u kont bgħatt ittra lill-Onor.", "Mizzi fejn tlabtu li jekk l-oppożizzjoni tixtieq, tista' tinnomina persuna teknika biex titpoġġa fuq dan il-kumitat.", "Pero' l-oppożizzjoni rrispondiet li hi tippreferi ma tinnomina lil ħadd għax jidhrilha li dan huwa kumitat tekniku - aħna naqblu perfettament ma' dan - u allura għandha tiġi nominata persuna teknika.", "L-ewwelnett jien ma kontx sorpriż b'din ir-risposta għax l-oppożizzjoni ma tantx turi wisq ħerqa meta jsiru dawn it-tip ta' suġġerimenti min-naħa tagħna.", "L-oppożizzjoni lanqas f'affarijiet li m'humiex politiċi ma taċċetta l-inviti u l-istediniet li jagħmlilha l-gvern.", "It-tieni, l- oppożizzjoni qalet ukoll li hi jidhrilha li dan il-kumitat għandu jirrapporta lill-parlament darba kull sitt xhur.", "Jiddispjaċini, imma ma naqbel xejn ma' din il-pożizzjoni għall-istess raġuni li tat l-oppożizzjoni meta rrifjutat li tinnomina persuna teknika u cioe', illi dan huwa kumitat tekniku, huwa advisory committee għall-management u għall-bord tad- diretturi u bl-ebda mod ma jiddeċiedi hu.", "Dan qiegħed hemmhekk biex jagħti l-pariri tekniċi neċessarji meta wieħed jiġi biex jieħu ċerti deċiżjonijiet dwar forward buying, ta' currencies, ta' żejt u affarijiet simili.", "Il-kumitat hu strutturat fi ħdan l-Enemalta, kif għandu jkun, u hu strutturat - kif hemm indikat fl-ittra li jien bgħatt lill-Onor.", "Mizzi - b'mod li jgħin lil min irid jieħu d-deċiżjonijiet dwar il-purchasing.", "Għalhekk ridna li jkollna t-tekniċi biex dan il-kumitat jingħata l-pariri professjonali dwar x'jistgħu jkunu l-konsegwenzi ta' ċerti azzjonijiet u ta' ċerti deċiżjonijiet.", "Jien ma nistax nara l-konsegwenza loġika li tgħid li għandek an advisory committee li qiegħed hemmhekk biex jgħin fid- deċiżjonijiet ta' purchasing li tagħmel l-Enemalta u mbagħad tagħmlu b'xi mod jirrapporta lill-parlament.", "Għax dan il-kumitat żgur li l-inqas ħaġa li għandu hija l-funzjoni jekk jiġġudikax jew le jekk il-pariri tekniċi humiex tajbin jew le jew li joqgħod jiddiskuti l-pariri tekniċi.", "Nerġa' ngħid li jien assolutament ma nara l-ebda loġika f'dan is-suġġeriment.", "Jien xtaqt li l-oppożizzjoni tindika persuna jew tnejn li għandhom il- kwalifiċi u forsi anke l-expertise neċessarju, biex jitpoġġew fuq dan it- tip ta' kumitat imma sfortunatament l-oppożizzjoni dehrilha mod ieħor u dehrilha wkoll li tagħmel suġġeriment li dan il-kumitat tekniku jirrapporta hawnhekk - dak li jien ridt proprju nevita, u dan anke għedtu fl-ittra li bgħatt lill-Onor.", "Mizzi u cioe' li materja bħal din, li hija teknika u professjonali, tiġi politiċizzata bla bżonn - biex żgur nippolitiċizzaw materja li m'għandhiex tiġi politiċizzata.", "IPSL - ĦADDIEMA", "8625.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joseph M. Sammut) staqsa lill- Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika: Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li filwaqt li l-ħaddiema ta' l- IPSL ġew informati sabiex jieħdu l-leave tagħhom b'mod li sa l-aħħar ta' Ottubru 2004 ikun fadlilhom biss ħamest ijiem, il-Kalaxlokk qegħda tirrifjuta li l-ħaddiema japplikaw għal-leave u qegħdin anke jiġu mhedda li jekk jibbenefikaw minn sick leave dawn se jiġu mkeċċija?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jiena nformat li l-management tal-kumpannija Kalaxlokk irrifjuta applikazzjonijiet tal-leave ta' żewġ ħaddiema ta' l- IPSL li kienu qed jaħdmu taħt is-superviżjoni tal-management ta' Kalaxlokk.", "Dawn iż-żewġ ħaddiema riedu leave fit-tul għall-kaċċa u l-insib u dan il- leave ġie rrifjutat minħabba esiġenzi tax-xogħol.", "Il-management tal- kumpanija Kalaxlokk qatt ma hedded li min jieħu s-sick leave jiġi mkeċċi, pero' il-ħaddiema ġew informati li min jabbuza mis-sick leave, hu suġġett għal passi dixxiplinarji.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Leo Brincat, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Mingħajr bl-ebda mod ma ninstema' qisni xi difensur ta' leave estiż għall-kaċċa u l-insib, huwa minnu li kien hemm ċirkostanzi li fihom il-ħaddiema ta' Kalaxlokk ġew ordnati jieħdu l-leave huma stess fuq direttiva tal-management?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Peress li m'għandix din l-informazzjoni quddiemi, nitlob lill-Onor.", "Brincat jagħmilli domanda bil-miktub ħalli nkun nista' niċċekkjalu.", "GOZO CHANNEL", "8761.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika: Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li fuq il-vapuri tal-Gozo Channel qed ikun hemm ħafna ħmieġ u qed isir ħafna tgergir min-naħa tal-passiġġieri?", "Jista' jara li jittieħdu l-passi meħtieġa biex fuq il-vapuri jkun hemm aktar indafa?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Il-kumpannija Gozo Channel għandha servizz ta' tindif għal għaxar sigħat kontinwi bejn it-8.00 a.m. u s-6:00 p.m. kuljum.", "Għalkemm jien informat li dan huwa diġa' suffiċjenti, il-kumpannija qed tagħmel arranġamenti nterni biex is-servizz ta' tindif jkopri s-sigħat kollha tas-servizz.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Caruana, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JUSTYNE CARUANA: Il-bieraħ ġejt avviċinata minn persuna li tagħmel użu frekwenti tal-Gozo Channel peress li membru tal-familja tagħha ta' sikwit ikollu jitla' u jinżel lejn l-isptar minħabba li jkollu bżonn jagħmel it-terapija.", "Peress li l-iskema li jibbenefikaw minnha dawn il- persuni se tiġi terminata, anke in vista ta' domandi parlamentari li saru preċedentement, jista' il-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi kambjament fl- iskemi li normalment jibbenefikaw minnhom persuni li jivvjaġġaw frenkwentement lejn Malta minħabba mard?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Le, ma kien hemm l-ebda tibdil fl-arranġament.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Leo Brincat, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: B'riferenza għall-mistoqsija li għamlet il-kollega tiegħi l-Onor.", "Justyne Caruana, it-tindif li jsir huwa responsabilita' ta' l-istaff tal-Gozo Channel stess jew isir farming-out lil xi kumpannija tal- cleaning?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Su due piedi nista' ngħid li l-kuntratt li kien hemm qabel ma' min kien jieħu ħsieb il-bar, kien farmed-out u llum dan ittieħed mill-ħaddiema tal-Gozo Channel.", "Jiġifieri qabel kien isir sub-contracting u llum m'għadux isir.", "Dan qed ngħidu bl-amment u biex inkun aktar preċiż irrid inżid ngħid li f'xi perijodu kien hemm xi ħaddiema ta' Kalaxlokk jew ta' l-IPSL assenjati hemmhekk.", "DAWL FI TRIQ MARIO CORTIS - Ħ'ATTARD", "9246.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Chris Cardona) staqsa lill- Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika: Jista' il-Ministru jara li tiġi rranġata l-fergħa tad-dawl difettuża li hemm fi Triq Mario Cortis, f'Ħ'Attard quddiem ir-residenza li n-numru tagħha qed jintbagħat separatament?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jien informat li l-manutenzjoni meħtieġa għandha ssir flimkien ma' xogħlijiet oħra simili.", "DIZZJUNARJU TAL-LINGWA MALTIJA", "9268.", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI (f'isem l-Onor.", "Franco Galea) staqsa lill- Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika: Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi inizjattivi sabiex isir dizzjunarju teżawru għal-lingwa Maltija li jaħdem fis-sistema tal-Windows (Microsoft) fid-dawl tal-problemi li hemm fuq it-traduzzjoni tal-lingwa Maltija?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi l-mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "IPSL - ĦADDIEMA", "9359.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Marie Louise Coleiro) staqsa lill- Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika: Meta l-ħaddiema ta' l-IPSL jiġu mibgħuta jaħdmu ma' xi dipartiment ieħor tal-gvern, il-kondizzjonijiet tagħhom, bħall-paga, rata ta' overtime u leave, jibqgħu l-istess bħal dawk li għandhom fil-preżent?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jiena nformat li meta l-ħaddiema tal-IPSL jiġu mibgħuta jaħdmu ma xi dipartiment ieħor tal-gvern, dawn jibqgħu igawdu l- istess paga, l-istess rata ta' overtime u l-leave li kellhom qabel ma ġew ingaġġati mal-kumpannija IPSL.", "Il-paga u l-leave tal-ħaddiema jitħallsu mill-IPSL.", "Il-flus għall-overtime joħroġhom id-dipartiment fejn ikun sar l- overtime imma jitħallsu mill-IPSL wara li d-dipartiment konċernat jgħaddi l- flus dovuti lill-IPSL.", "Meta ħaddiem tal-IPSL jiġi trasferit ma' dipartiment tal-gvern jibqa' fil- grad li għandu iżda għandu jwettaq ix-xogħol skond l-esiġenzi ta' dak id- dipartiment li jkun ġie trasferit fih.", "Fl-eventwalita' li l-ħaddiem ikun qed jagħmel xogħol ta' anqas mill-grad tiegħu, jibqa' jgawdi l-istess paga jew salarju.", "SENIOR MANAGER PHILATELY", "9482.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Justyne Caruana) staqsa lill- Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika: Jista' il-Ministru jgħid jekk il-post ta' senior manager philately għadux vakanti?", "Jista' jgħid kemm kienu l-applikanti u xi kwalifiki ntalbu?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jiena nformat li l-pożizzjoni ta' senior manager philately m'hijiex se timtela għalissa sakemm l-istruttura preżenti tal- management fil-Maltapost tkun riveduta.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Caruana, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JUSTYNE CARUANA: B'riferenza għat-transfers tal-pustiera Għawdxin lejn Malta, hemm xi ħsieb fil-viċin li dawn jerġgħu jiġu re-transferred lejn Għawdex biex jagħmlu x-xogħol li kienu jagħmlu qabel?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jiddispjaċini, ma nafx nirrispondi din id-domanda imma jekk l-Onor.", "Caruana tagħmilli domanda bil-miktub, inkun nista' nweġibha.", "GOZO CHANNEL - ĦADDIEMA", "9510.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika: Jista' il-Ministru jgħid għal liema raġuni ġie terminat l-impjieg ta' erba' ħaddiema tal-Gozo Channel li kienu assenjati magħha minn mal-Kalaxlokk?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jiena nformat li dawn il-ħaddiema kienu sekondati mal- Gozo Channel temporanjament.", "Minħabba li ma kellhomx bżonnhom aktar dawn reġgħu intbagħtu lura ma' Kalaxlokk.", "Naħseb li dawn huma l-istess ħaddiema li rriferejt għalihom qabel fir-riposta tiegħi lill-Onor.", "Brincat.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Leo Brincat, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Jista' il-Ministru jagħtina indikazzjoni kemm fil- preżent hemm ħaddiema ta' Kalaxlokk li huma seconded ma' dipartimenti governattivi jew entitajiet parastatali?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jiddispjaċini ma nistax nagħti risposta bl-amment u għalhekk nitlob lill-Onor.", "Brincat jagħmilli domanda bil-miktub ħalli nkun nista' nġiblu l-informazzjoni.", "ENEMALTA - TNEĦĦIJA TA' CABLES", "9522.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika: Huwa possibbli li l-Enemalta tressaq xi cables ta' l-elettriku li għaddejjin minn ma' gallerija li s- sid tagħha jrid jagħmel xi xogħol fiha?", "Huwa possibbli li jittieħdu l- passi fl-iqsar żmien possibbli?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jiena nformat li l-persuna li għamlet dan l-ilment ġiet informata bil-proċeduri meħtieġa biex ikun jista' jsir ix-xogħol meħtieġ.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Mr Speaker, nixtieq ninforma lill-Ministru li l- persuna li rriferejt għaliha reġgħet avviċinatni u ġibditli l-attenzjoni li hi kulma talbet kien li jittressqu l-cables ta' l-Enemalta biex tkun tista' tirranġa l-gallarija tad-dar tagħha, kif wara kollox għandha d-dritt tagħmel.", "Peress li l-ħaddiema ta' l-Enemalta talbu lill-individwu jurihom il-permess tal-MEPA qabel ma jressqu l-cables, jista' il-Ministru jgħid jekk din hijiex proċedura normali ta' l-Enemalta jew hija xi inizjattiva tal-foreman?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jien sinċerament ma nafx x'inhi eżattament il- proċedura, pero' naraha stramba li dawn il-ħaddiema talbu lill-individwu l- permess tal-MEPA, għalkemm jista' jkun li din hija xi proċedura min-naħa tal-MEPA.", "Jekk l-Onor.", "Membru jerġa' jagħmilli domanda bil-miktub, inkun nista' nagħtih risposta.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Carmelo Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Il-Ministru huwa f'pożizzjoni li jgħid jekk isirx xi eżerċizzju min-naħa ta' l-Enemalta biex fejn ikun hemm wires żejda fid- diversi bliet u rħula - li naturalment ikunu tagħha - jitneħħew?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Normalment meta tkun qed issir installazzjoni ġdida, l-Enemalta tieħu ħsieb li l-wires li jkunu redundant f'dik iż-żona partikolari jitneħħew, pero' ma nistax ngħid li teżisti xi policy biex dan ix-xogħol isir b'mod regolari.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jista' il-Ministru jara li l-Enemalta tneħħi dak li fadal mill-cable antik li kien ġej minn ħdejn il-Verdala u jibqa' sejjer sar-Rinella W/T station li kellu kurrent qawwi ħafna u li ilu s-snin jiżżarma biċċa biċċa?", "Għax barra li hemm arbli antiki tal-ħadid li m'humiex qed jintużaw, dawn qed ikerrħu wkoll l-ambjent peress li għaddejjin ukoll minn ġol-kampanja u għandhom imdendel magħhom wire oħxon ta' madwar ħames pulzieri djametru.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nitlob lill-Onor.", "Mizzi jerġa' jfakkarni, imqar jibagħtli e-mail, ħalli nieħu ħsieb li jsir dan ix-xogħol.", "PRIVATIZZAZZJONI TA' L-INTERPRINT", "9529.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Chris Agius) staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika: Peress li l- Ministru jikkonferma li hemm intenzjoni li l-Interprint tiġi privatizzata, jista' l-Ministru jgħid meta hu ppjanat li l-gvern joħroġ is-sejħa?", "Jista' jgħid jekk hemmx min wera interess, kemm lokali kif ukoll barrrani, fix- xiri ta' din il-kumpannija?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Kif diġa' kkonfermajt f'okkażjonijiet oħra u anke kif ħabbar l-Prim Ministru fid-diskors tal-budget għall-2005, il-proċess ta' privatizzazzjoni ta' l-Interprint hu maħsub li jsir is-sena d-dieħla.", "Għadu kmieni wisq biex wieħed jgħid x'interess hemm fix-xiri ta' din il- kumpannija meta s-sejħa għadha lanqas biss ħarġet.", "PRIVATIZZAZZJONI TA' L-INTERPRINT", "9536.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Chris Agius) staqsa lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika: B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 9299, jista' l-Ministru jgħid meta hemm il- ħsieb li jibda l-proċess ta' privatizzar ta' l-Interprint?", "Jista' l- Ministru jgħid jekk hemmx min wera interess fix-xiri ta' din il-kumpannija?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 9529.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Carmelo Abela, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Il-Ministru jikkonferma li dak il-bini, jew parti minnu, fejn hemm l-Interprint illum fil-Marsa, inbiegħ?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jien ma smajt xejn dwar dan, pero' niddubita kemm dan il-bini jista' jinbiegħ peress li huwa ta' l-MDC u normalment l-MDC ma tbiegħx bini.", "MEPA - ENFORCEMENT NOTICES", "8418.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA (f'isem l-Onor.", "Jason Azzopardi) staqsa lill- Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm enforcement notices tal-MEPA pendenti?", "Liema huwa dak li ilu l-iktar snin li ħareġ u meta ħareġ?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l- Ambjent): Ninsab informat li n-numru ta' każi ta' enforcement pendenti għand il-MEPA huwa ta' 6,154.", "ECF 12/93 huwa l-ewwel avviż ta' twettiq li għadu pendenti minn meta twaqqfet l-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "Dan l-avviż ta' twettiq inħareġ fit-2 ta' Jannar, 1993.", "DAY CARE CENTRES", "8419.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA (f'isem l-Onor.", "Jason Azzopardi) staqsa lill- Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' day care centres f'Malta u f'Għawdex?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (f'isem il-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil- Komunita'): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li f'Malta għandna 14-il day centre għall-anzjani.", "Minħabba li Għawdex jaqa' taħt dekasteru ieħor, nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-ministru konċernat.", "MEPA - ENFORCEMENT NOTICES", "8420.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA (f'isem l-Onor.", "Jason Azzopardi) staqsa lill- Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid kemm inħarġu enforcement notices tal-MEPA din is-sena?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l- Ambjent): Ninsab informat li mill-1 ta' Ottubru, 2003 sa l-aħħar ta' Settembru 2004 inħarġu 1,061 avviż ta' twettiq mill-MEPA.", "SERVIZZ U PROVIŻJON TA' L-IKEL FI SPTARIJIET TA' L-ISTAT", "8421.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA (f'isem l-Onor.", "Jason Azzopardi) staqsa lill- Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb jew il-pjan li s-servizz u l-proviżjon ta' l-ikel ipprovdut fl-isptarijiet ta' l-Istat jiġi pprivatizzat?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (f'isem il-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil- Komunita'): Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba tad-domanda 7430.", "CONTROLLED DELIVERIES TA' DROGA MILL-PULIZIJA", "8422.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA (f'isem l-Onor.", "Jason Azzopardi) staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm saru controlled deliveries ta' droga bis-superviżjoni tal-pulizija skond kif jipprovdi Kap. 101 tal-Liġijiet ta' Malta, f'dawn l- aħħar ħames snin?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern): Ma nħossx illi dan it-tagħrif għandu jkun ippubblikat.", "FAĊILITA' KORRETTIVA TA' KORDIN - GWARDJANI", "8423.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA (f'isem l-Onor.", "Jason Azzopardi) staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' gwardjani li ġew ingaġġati fil- faċilita' korrettiva ta' Kordin dan l-aħħar?", "Kemm hu t-total issa?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern): Ninsab informat li bħalissa hemm 40 kadett gwardjan li qegħdin isegwu l-kors ta' gwardjani.", "Minn dawn huwa maħsub li jiġu mpjegati mhux anqas minn 30 ruħ, dejjem jekk itemmu l-kors tagħhom b'suċċess.", "Informat ukoll illi fil-preżent hemm 181 gwardjan.", "ĦAXIX", "9644.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jinformana x'kienu r-raġunijiet li fl-ewwel disa' xhur tas-sena l-prezz tal-bdiewa tat-tadam lokali naqas fil-livell ta' 26.4%, il-faqqiegħ b'15.73% u l-qarabagħli li naqas b'49.12%?", "Jista' jinforma lill-Kamra xi jfisser f'termini ta' flus għall-bdiewa dan il- persentaġġ u dawn il-punti mħabbra mid-dipartiment ta' l-istatistika?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l- Ambjent): Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill- ministru konċernat.", "FROTT FRISK LOKALI", "9645.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent: Jista' il-Ministru jinformana x'kienu r-raġunijiet li fl-ewwel disa' xhur tas-sena l-prezz tal-bdiewa għall-frott frisk lokali naqas fil- livell ta' 40.91% jew 53.72 punt?", "Jista' jinforma lill-Kamra xi jfisser f'termini ta' flus għall-bdiewa dan il-persentaġġ u dawn il-punti mħabbra mid-dipartiment ta' l-istatistika?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l- Ambjent): Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill- ministru konċernat.", "FUEL GĦALL-BDIEWA", "9646.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent: Jista' il-Ministru jinformana x'kienu r-raġunijiet li fl-ewwel disa' xhur tas-sena l-fuel għall-bdiewa għola bi 18% kif dikjarat mid- dipartiment ta' l-istatistika?", "Jista' jinforma lill-Kamra f'ċifra ta' flus kemm hija din it-18% żieda fuq il-prezz tal-fuel li qed iħallsu aktar il- bdiewa u raħħala?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l- Ambjent): Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill- ministru konċernat.", "INSURANCES TAL-BDIEWA", "9647.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent: Jista' il-Ministru jinformana x'kienu r-raġunijiet li fl-ewwel disa' xhur tas-sena l-insurances tal-bdiewa għolew bi 13.25% kif dikjarat mid-dipartiment ta' l-istatistika?", "Jista' jinforma lill-Kamra f'ċifra ta' flus kemm hija din it-13.25% żieda fuq l-insurances li qed iħallsu aktar il-bdiewa u raħħala?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l- Ambjent): Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill- ministru konċernat.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, il-policy li ġiet imwegħda lill-bdiewa u lis-sajjieda f'dik li hija assigurazzjoni ma twettqitx la fil-budget ta' qabel u lanqas fl-aħħar wieħed.", "Peress li l-gvern ħabbar li se jwettaq ir- riċerka tiegħu fl-ewwel laqgħat tal-Kabinett għas-sena d-dieħla, jista' il- Ministru jgħidilna x'inhi s-sitwazzjoni f'dan ir-rigward?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Qed nifhem sew li l-Ministru Gatt, li qed iwieġeb għan-nom tal-ministru konċernat, ma jaf xejn dwar il-wegħda li għamel gvern Nazzjonalista qabel l-elezzjoni lill-bdiewa u lis-sajjieda u cioe' li jagħmlilhom assigurazzjoni biex suppost ittaffi t-telf li qegħdin isofru minħabba li qaċċat is-sussidju ta' nofs il-bolla?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, l-Onor.", "Interpellant jippretendi ħafna minni.", "Jekk hu qed jippretendi li jiena nkun naf id-dettalji tal-policies tal-ministeri l-oħra kollha, żgur ikun qed jitlob l-impossibbli minni.", "Id- dekasteru tiegħi huwa wiesa' biżżejjed, biex tlaħħaq miegħu trid biċċa xogħol u żgur li mhux se noqgħod nara kif l-Onor.", "Pullicino miexi fuq il- policies ta' l-agrikoltura!", "Dak jonqosni!", "SAJJIEDA - BOLLA TA' L-NI", "9659.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet fil-ġimgħa ż-żieda fil- bolla ta' l-NI li minn wara l-1 ta' Mejju bdew iħallsu s-sajjieda minħabba li l-gvern Nazzjonalista neħħa s-sussidju ta' nofs il-ħlas ta' din il-bolla ta' l-NI?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l- Ambjent): Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill- ministru konċernat.", "BDIEWA – NI CONTRIBUTIONS", "9660.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet fil-ġimgħa ż-żieda fil- bolla tan-NI li minn wara l-1 ta' Mejju bdew iħallsu l-bdiewa minħabba li l- gvern Nazzjonalista neħħa s-sussidju ta' nofs il-ħlas ta' din il-bolla tan- NI?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l- Ambjent): Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill- ministru konċernat.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Il-Ministru huwa konxju almenu li l-gvern tiegħu qaċċat is-sussidji ta' nofs il-bolla lill-bdiewa, lir-raħħala u lis- sajjieda?", "Jista' jispjega għaliex il-gvern qaċċat dawn is-sussidji U ma żviluppa l-ebda skema għaż-żgħażagħ bdiewa, raħħala u sajjieda?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Speaker, ovvjament jiena m'iniex espert f'dan il- qasam imma meta nisma' lill-Ministru Pullicino jitkellem dwaru, hu dejjem jgħid li miexi 'l quddiem u sejjer tajjeb.", "(Interruzzjonijiet) Mingħajr m'għandi xi don ta' l-infallibilita', meta niġi biex nagħżel bejn iż-żewġ opinjonijiet u cioe' dik ta' l-Onor.", "Pullicino u ta' l-Onor.", "Farrugia, nagħżel l-opinjoni ta' l-Onor.", "Pullicino.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Fid-dawl li d-dipartiment ta' l-istatistika kkonferma illi l-industrija tal-life-stock f'pajjiżna, jiġifieri l- produtturi tat-tjur u l-bhejjem, tilfu Lm1, 300,000 f'dak li huwa dħul fl- ewwel disa' xhur ta' din is-sena, il-ministru qed jgħid li dan ma seħħx u li dawn in-nies sejrin tajjeb fix-xogħol tagħhom?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Le, m'għandi l-ebda mod kif nista' nikkonferma din l- informazzjoni.", "KAŻIJIET TA' FRODI QUDDIEM IL-QORTI", "9716.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u l-Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien hemm każi ta' frodi li tressqu quddiem il-qorti din is-sena?", "X'kienet is-somma totali involuta?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-akbar somma li l-pulizija qed tallega li ġiet iffrodata?", "Il-każi ta' frodi qed jiżdiedu?", "Jista' jgħid kemm tressqu persuni l-qorti fuq frodi mill-2000 sena b'sena?", "ONOR.", "TONIO BORG (Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l- Intern): Ninsab informat illi bejn Jannar u Novembru ta' din is-sena tressqu 101 persuni quddiem il-qorti fuq akkużi ta' frodi, li kif rapportat globalment jammontaw għal Lm708,588.", "Mir-rapporti magħmula lill-pulizija jidher illi l-akbar każ kien jinvolvi s-somma ta' Lm400,000.", "Informat ukoll illi l-persuni mressqa l-qorti fuq akkużi ta' frodi mis-sena 2000 kienu kif ġej:", "|200|200|200|200|2004| |0 |1 |2 |3 |* | |60 |77 |150|130|101 |", "*sa 30.11.04", "SKOLA ADELAIDE CINI", "9719.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjieg: Jista' l-Ministru jgħid x'se jsir mill-iskola Adelaide Cini?", "Jista' jagħti aktar informazzjoni dwar il-futur ta' din l-iskola?", "ONOR.", "TONIO BORG (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjieg): Informat li l-iskola Adelaide Cini bħalissa se tiġi refurbished u huwa maħsub illi x-xogħol kollu jkun lest sabiex tkun tista' tilqa fiha studenti f'Ottubru ta' 2005.", "Il-pjan hu li din isservi ta' relief school.", "Dan ifisser li waqt li l-istudenti jkunu f'Adelaide Cini, l-iskola l-oħra li tiġi żvujtata, ikun jista' jsirilha xogħol ta' upgrading għal-livell ta' skola t'għada.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal tqegħid ta' karti.", "Il-Ministru Dolores Cristina.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA (Ministru tal-Familja u tas-Solidarjeta` Soċjali): F'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjieg, inqiegħed fuq il- mejda tal-Kamra:-", "Avviż Legali Nru. 506 ta' l-2004 - Ordni ta' Standard Nazzjonali ta' l-2004 dwar l-Inqas Paga Nazzjonali; u", "Avviż Legali Nru. 507 ta' l-2004 - Ordni ta' Standard Nazzjonali ta' l-2004 dwar Żieda fil-Paga għall-Impjegati.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "RIŻOLUZZJONI DWAR L-GĦOTI B'ĊENS TAL-FORTIZZA TA' CHAMBRAY, GĦAWDEX", "(Tkompli mis-16 ta' Diċembru 2004)", "MR SPEAKER: Infakkar lill-Kamra li skond il-ftehim milħuq, il-ħin tad- diskussjoni għandu jinqasam indaqs bejn il-kelliema tal-gvern u l-kelliema ta' l-oppożizzjoni.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Mario Galea.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Mr Speaker, nibda biex intenni dak li qal il-Ministru Gatt fl-introduzzjoni tiegħu dalgħodu.", "This was a deal which went wrong u naħseb li m'hemmx mod ieħor kif tispjegah.", "Naturalment meta tkun qed tagħmel deal, għandek ċans li tiġik żewġ jew li tfallilek.", "M'hemm l-ebda dubju li oriġinarjament id-deal li kien sar fl-1993, ma kienx irnexxa.", "Il- gvern kien qiegħed jagħmel dan id-deal with all the good intentions imma kif qed ngħid, ma rnexxiex.", "Irrid infakkar li gvern Nazzjonalista ta' qabel l-1971 diġa' kellu l-pjan li l-forti Chambray jiżviluppah f'sit turistiku u tajjeb li wieħed jagħti daqqa ta' għajn lejn l-istorja u d-destin - jien insejjaħlu \"infeliċi\" - ta' dan il-forti.", "Forti Chambray kien inbena madwar 300 sena ilu, kienu bnewh l-kavallieri bl-idea li jagħmluha belt bħall-Belt Valletta u allura bdew bil-bini tas-swar.", "L-ewwel destin infeliċi ta' dan il-forti kien proprju li meta l-kavallieri bnew is-swar, telqu minn Malta, il-forti waqa' f'idejn l-Ingliżi u kienu huma li bnew il-parti l-kbira ta' dan il-forti, jiġifieri l-parti ta' ġewwa.", "Bla dubju ta' xejn - naħseb dwar dan hawn qbil f'din il-Kamra - Forti Chambray huwa post uniku fil-gżejjer Maltin.", "Dan għandu potenzjal kbir, għandu potenzjal turistiku u kif għedna, ilu għal għexieren ta' snin jistenna sabiex jiġi żviluppat.", "Għalhekk jiena għedt li għandu ftit destin infeliċi.", "Jiena qrajt id-diskors li kienet għamlet is-Sinjorija tiegħek, Mr Speaker - naturalment dak iż-żmien kont liebes kappell differenti għax kont ministru għal Għawdex - fis-seduta tat-12 ta' Jannar, 1993 fejn kont tajt ċerti dettalji dwar l-istorja ta' dak li kellu jgħaddi minnu forti Chambray.", "Kif għedna, fis-snin '60 kien hemm diġa' l-idea li forti Chambray isir proġett turistiku.", "L-idea kienet li ssir lukanda ta' 320 sodda.", "Fil-fatt fil- gazzetta tal-gvern tat-12 ta' Mejju, 1970 kien hemm lista tal-lukandi li l- Malta government tourism board ta' dak iż-żmien kien approva fil-31 ta' Marzu, 1967 u forti Chambray kienet waħda minnhom.", "Ovvjament għal diversi raġunijiet dan ix-xogħol ma nbediex.", "Imbagħad kien hemm żmien meta forti Chambray beda jservi bħala sptar mentali.", "Għalhekk gvern Nazzjonalista ta' dak iż-żmien ried jibni wing ġdid li tkun tagħmel parti mill-istpar ċentrali ta' Għawdex ħalli l-ispar mentali jiġi trasferit għal hemmhekk u forti Chambray ikun jista' jiġi żviluppat għal skopijiet turistiċi.", "Ġara li fl-1971 kien hemm bidla fil- gvern, tela' gvern Laburista mmexxi mill-perit Mintoff, dan abbanduna għal kollox il-proġett turistiku u minflok ddeċieda li l-forti Chambray kellu jibqa' jservi bħala sptar mentali.", "Jiġifieri gvern Nazzjonalista kellu l-idea li jibni wing ġdid kif fil-fatt ġara llum ħalli l-isptar mentali jiġi trasferit ġo fih u fl-istess ħin forti Chambray jiġi żviluppat f'sit turistiku.", "U l-gvern ta' Mintoff ta' l- 1971 kien abbanduna dan il-pjan u ddeċieda li l-forti Chambray kellu jbqa' jservi bħala sptar mentali.", "Tant hu hekk li kien sar investiment qawwi fil- forti, allura fl-isptar mentali.", "Kulħadd jaf li l-isptar mentali ta' hemmhekk ma' kien xejn speċjali għax il-forti qatt ma kien intenzjonat li jservi bħala sptar mentali u kien sar investiment qawwi mill-ministru tas- saħħa Laburista ta' dak iż-żmien biex isir refurbishing ta' dan l-isptar mentali.", "Mela l-messaġġ li kien twassal kien ċar, li gvern Laburista ta' dak iż- żmien ma kellu l-ebda intenzjoni li forti Chambray jużah bħala post turistiku - forsi kien għadu ma fehemx jew ma apprezzax il-potenzjal turistiku tiegħu - u kompla jinvesti fi sptar mentali.", "Il-fatt interessanti hu li nhar il-Ġimgħa 25 ta' Ġunju, 1976 fil-11.00 a.m. eżatt, il-ministru tas-saħħa ta' dak iż-żmien kien għamel ċerimonja u kixef lapida sabiex ifakkar dan l-avveniment, jiġifieri l-immodernizzar ta' l-isptar mentali fil-forti Chambray.", "U din kienet l-ewwel tbażwira ta' gvern Laburista fejn tidħol forti Chambray.", "Għax huwa faċli għall-oppożizzjoni li tiġi tikkritikana li għamilna deed li ma marx tajjeb imma, ta' min ifakkar, imqar f'ġieħ l-istorja, li l-forti Chambray għadda minn diversi fażijiet u li ħafna tbażwir sar taħt gvernijiet Laburisti preċedenti.", "Sur President, hawnhekk qed ngħidu li nfaqna l-eluf tal-liri biex prime site turistiku dawwarnih fi sptar mentali!", "U dan kien l-ewwel parti mid- destin infeliċi li jien għedt li kellu jgħaddi minnu forti Chambray.", "Fl- 1997 imbagħad - hawnhekk forsi ġejja t-tieni tbażwira - l-istess gvern Laburista kellu wake-up call.", "Dan nesa' jew ġie jaqa' u jqum minn kemm nefaq flus biex jirranġa forti Chambray biex jużah bħala sptar mentali, u f'daqqa waħda stenbaħ u nduna li dan għandu potenzjal turistiku.", "Allura ddeċieda li jittrasferixxi l-pazjenti ta' l-isptar mentali minn forti Chambray għall-post magħruf bħala Lazzarett, li kien qisu gaġġa, biex jiżviluppa dan il-forti bħala sit turistiku.", "F'parentesi żgħira nixtieq ngħid li taħt gvern Nazzjonalista, fi żmien meta s-Sinjorija tiegħek kienet ministru għal Għawdex, kien inbena wing ġdid ma' l-isptar ġenerali u dan kien jagħmel ħafna sens.", "Għax fl-antik, kemm meta nbena l-isptar Monte Carmeli kif ukoll meta forti Chambray, beda jintuża bħala sptar mentali, kien hemm l-idea li l-pazjenti mentali huma perikolużi u allura kienu jiġu marginalised.", "Fil-fatt kien għalhekk li Mount Carmel inbena fejn jinsab illum ġewwa f'Attard għax hemmhekk qiegħed maqtugħ min- nies. l-kunċett modern tal-lum huwa li l-mard mentali huwa bħall-mard tal- qalb, bħall-mard tal-pressjoni u bħal kull mard ieħor u li dawk in-nies li jkunu qegħdin ibatu minn din il-marda għandhom jiġu ntegrati, kif fil-fatt ġara meta inti, Sur President, kont ministru għal Għawdex u l-wing tal-mard mentali kien inbena ma' l-isptar ċentrali.", "Imma dak iż-żmien gvern Laburista kien għadu ma fehmiex din u kien reġa' kompla bil-marginalisation billi tefa' lill-pazjenti li kienu fl-isptar mentali ta' Chambray, f'Lazzarett.", "L-ironija hi li kif diġa' għedt, kien sar investiment qawwi sabiex jiġi rranġat dan l-isptar u mbagħad f'daqqa waħda gvern Laburista kellu wake-up call u ddeċieda li jittrasferixxi l- pazjenti għax fehem li dan il-post għandu potenzjal turistiku.", "Naħseb li hawnhekk imbagħad saret tbażwira oħra minn gvern Laburista għax f'daqqa waħda forti Chambray ingħata lil ċertu Campbell biex suppost imexxih għal skopijiet turistiċi.", "Minn riċerka li għamilt u mid-debates li qrajt jidher li dan Campbell ma kienx xi operatur turistiku u ma kellu l- ebda kuntatti internazzjonali, imma xorta waħda għaddewlu dan il-forti.", "Illum kollox huwa suspettuż u ħażin, imma dak iż-żmien kollox kien jista' jsir!", "Jiddispjaċini ngħidha, imma hawnhekk tara l-ipokrezija li qed timxi biha l-oppożizzjoni Laburista.", "Dawn illum qed jitkażaw għax għamilna deal li ma rnexxiex, imma li huma għaddew forti Chambray lil dan Campbell u li dan il-forti dam sentejn moħli, ma jimpurtax.", "Barra minn hekk qabel l- elezzjoni ta' l-1987, dan il-post kien jintuża wkoll għal attivitajiet partiġġjani ta' xi kandidat tal-partit Laburista.", "Jiġifieri tant ma kienx qed isir żvilupp turistiku f'dan il-forti, li qabel l-1987 spiċċa jintuża - dan ifisser li f'dan il-pajjiż ma kienx hawn liġijiet u min kien b'saħħtu kien iħawwel - għal attivitajiet politiċi partiġġjani.", "U ħlejna sentejn!", "Imbagħad waslet l-elezzjoni tad-9 ta' Mejju, 1987, il-prim ministru ta' dak iż-żmien kien Dr. Karmenu Mifsud Bonnici u reġgħet saret tbażwira oħra.", "Għax ftit sigħat qabel il-votazzjoni ġie ffirmat ftehim mill-prim ministru ta' dak iż-żmien biex jagħti forti Chambray lil ċertu Zammit Tabona li kellu kumpannija jisimha \"Fort Holidays\" u din kellha biss kapital ta' Lm5,000 – ara x'serjeta'! – u lanqas impjegat wieħed ma kellha magħha!", "U hawnhekk tara x'viżjoni kellu gvern Laburista ta' dak iż-żmien.", "Forsi wieħed jassumi - ma nafux - li Fort Holidays Ltd. ingħatatilhom forti Chambray għax kellhom xi lukandi u kienu joperaw il-Captain Morgan, għalkemm ma nafx x'konnessjoni hemm!", "Imma hija parti mill-istorja!", "Lil din il-kumpannija għaddewlha forti Chambray għal ċertu żmien u mbagħad kellhom joħorġu l-applikazzjonijiet u lil din il-kumpannija ta' Zammit Tabona wegħduha the right of first refusal.", "Fil-fatt huwa interessanti li lejlet l-elezzjoni, il-prim ministru u kap tal-partit Laburista ta' dak iż-żmien, Dr. Karmenu Mifsud Bonnici, iddeċieda li jieħu rikba minn din il-bravura li għamel u lejlet l-elezzjoni ta' l-1987 kien mar Għawdex biex jinawgura l-vapur \"Ċittadella\" u kif kien hemm għamel ċerimonja apposta għax kien se jgħaddi Chambray f'idejn il- kumpannija Fort Holidays, li nerġa' ngħid li kellha kapital ta' Lm5,000 u ma kellha lanqas impjegat wieħed magħha.", "Sur President, naħseb li hemm daqxejn element ta' ipokrezija li llum hemm min qed jagħmel plejtu għax għamilna deal li ma rnexxiex!", "Jiena ngħid: X'viżjoni kellu gvern Laburista għall-forti Chambray?", "X'serjeta' mxew biha?", "U ara ma jiġix xi ħadd mill-oppożizzjoni u jgħidilna li dak kien gvern ta' Karmenu Mifsud Bonnici!", "Għax diversi drabi fil-ġranet li għaddew l-istess oppożizzjoni smajtha tgħid lill-Prim Ministru Gonzi li jekk saru żbalji mill-gvern ta' Fenech Adami, hu kien ministru taħt dan l-istess gvern.", "Allura bl-istess argument, meta Dr. Karmenu Mifsud Bonnici bħala prim ministru jew il-gvern tiegħu kien qed jagħmel dan it-tbażwir, kien hemm ministri li llum huma deputati għan-naħa ta' l-oppożizzjoni, jew uffiċjali għolja tal-partit Laburista ta' dak iż-żmien, li llum huma deputati u shadow ministers fil-grupp parlamentari ta' l-oppożizzjoni.", "U what's good for the goose is good for the gander.", "Allura, jekk hemm uħud mid-deputati Laburisti li kienu ministri jew li kienu f'kariga għolja fi żmien meta sar it-tbażwir taħt gvern Laburista u meta Dr. Karmenu Mifsud Bonnici kien prim ministru, dawn illum għandhom iġorru ċerta' responsabilita' ta' dan it- tbażwir.", "Argument ieħor li smajna hawn u smajnih mill-oppożizzjoni kien illi l- kuntratt il-ġdid ineħħi l-obbligu li l-iżviluppattur jibni lukandi fuq is- sit.", "L-ewwelnett il-kuntratt il-ġdid ma jneħħix dan l-obbligu u jekk l- iżviluppatur irid jibni lukanda, jista' japplika għal-lukanda u jista' jibniha.", "Imma jiena ngħid: Għandu jkun ir-rwol tal-gvern, għandhom ikunu l-politiċi li jiddeċiedu jew jobbligaw lil xi ħadd li jibni lukanda?", "Jiġifieri issa se jkunu l-politiċi jew se jkun il-gvern li jiddeċiedu jekk għandhiex tinbena lukanda jew le?", "M'hemm xejn, kif għedt, li jżomm lill- iżvilupattur milli jibni lukanda imma jekk jagħmel sens kummerċjali li jibnu lukanda u jekk minnha jaraw li se jkun hemm il-qliegħ, ngħid li jibnuha żgur u jagħmlu qligħ minnha u jagħmlu sew.", "Imma x'vantaġġ jieħu l- pajjiż jekk il-gvern jagħmlilhom klawsola fil-kuntratt li jridu jibnu lukanda bilfors biex imbagħad tibqa' vojta?", "U naħseb li hawn irridu noqogħdu attenti mill-excess capacity fis-settur turistiku u rridu nkunu realistiċi fuq il-volumi u n-natura tat-turisti fil- futur.", "Meta tqabbel l-occupancy rates medji ta' Għawdex ma' dawk ta' Malta ssib li dawn huma ta' bejn is-66% u s-69% u allura jidher ċar li f'Għawdex għandhom iktar sodod milli fil-fatt għandhom bżonn.", "Dan ifisser li l-gvern jiżbalja jekk hu stess jinsisti u jkompli jiggrava din il-problema billi lil min se jiżviluppa l-forti Chambray, norbtuh li jibni lukanda.", "Jekk jara li hemm qligħ u li hemm post biex tinbena, ħalli tinbena lukanda.", "Imma daqqa tiġi l-oppożizzjoni u tgħidilna li f'Għawdex hemm lukanda jew tnejn li se jagħlqu u se jsiru apartment flats u f'daqqa waħda tgħidilna: X'għarukaża, ma rbattuhx il-kuntrattur li jibni lukanda!", "Jiġifieri anke hawnhekk hawn ċerta inkonsistenza min-naħa ta' l- oppożizzjoni, hawn two weights and two measures.", "Apparti li nerġa' nsostni li l-idea - idea mmuffata u li ġejja minn żmien l-antik - li jridu jkunu l- politiċi li jiddeċiedu kollox, anke jekk operatur għandux jibni lukanda jew le, hija idea żbaljata!", "Naħseb li għandna nħallu l-privat jagħmel il- kalkoli tiegħu u jiddeċiedi hu.", "Imbagħad hemm l-istituzzjonijiet fejn wieħed japplika biex jagħmel lukanda u jimxi skond in-normal channels, imma m'għandniex inkunu aħna li nobbligaw lill-operatur li jibni lukanda.", "Apparti dan xtaqt nagħmel kumment ieħor dwar il-holiday flats.", "Kulħadd jaf li t-turisti tajbin għal Għawdex huma l-Maltin.", "Naħseb li huwa investiment tajjeb u jagħti boost lill-ekonomija ta' Għawdex meta jkun hemm Maltin li jinvestu f'dar tal-vaganza ġewwa Għawdex.", "Għax dawn se jonfqu kapital biex jixtru post f'Għawdex u barra minn hekk se jispiċċaw jagħmlu żjarat aktar spissi lejn Għawdex.", "Allura se jonfqu aktar, se jieklu barra u se jmorru f'postijiet ta' divertiment.", "U dan għandu a ripple effect fuq l-ekonomija ta' Għawdex.", "Għalhekk naħseb li hija żbaljata l-idea - li donnha qegħda f,moħħ l- oppożizzjoni - li biex nagħtu boost lill-ekonomija ta' Għawdex, irridu bilfors nibnu lukanda f'forti Chambray.", "Naħseb li jekk il-gvern isib mod ta' kif jinkoraġġixxi lill-Maltin jixtru holiday house f'Għawdex – min ikun jista' jaffordja li jagħmel dan – dan ikollu impatt aktar pożittiv fuq l-ekonomija ta' Għawdex milli nibnu lukanda kbira u sabiħa imma mbagħad tibqa' vojta.", "Għax kif għedna diġa', l-occupancy rate turi li f'Għawdex hemm sodod żejda u mhux nieqsa.", "Apparti minn hekk qalulna li dan id-deal li qed nagħmlu bħalissa m'huwiex deal tajjeb, meta minnu l-gvern se jdaħħal Lm3.7 miljuni!", "Barra minn hekk l-operatur li se jieħu forti Chambray se jassumi r-responsabilita' tad-dejn kollu li kien hemm.", "Issa m'hijiex xi ħaġa faċli li ssib lil xi ħadd li joħroġ kapital ta' Lm3.7 miljuni u fl-istess ħin jidħol għall- obbligazzjonijiet ta' dejn li kien hemm mal-banek!", "Jien ngħid li dan il- gvern qed jipprova jagħmel xi ħaġa bis-serjeta' imma ovvjament għal kull ħaġa li nippruvaw nagħmlu bis-serjeta', insibu lil sħabna ta' l- oppożizzjoni jikkrtikawna.", "Imma din hija l-istess oppożizzjoni li meta kienet fil-gvern hi, imxiet bl- aktar mod dilettantesk fejn jidħol forti Chambray!", "Jiena tajt eżempji.", "Semmejt kif bla ppjanar ta' xejn dawn investew fi sptar mentali, imbagħad f'daqqa waħda ddeċidew li jagħmluh sit turistiku, jiġifieri ġew jaqgħu u jqumu mill-investiment li għamlu, għaddewh lil Ċikku u mbagħad għaddewh lill-kumpannija oħra li kellha kapital ta' Lm5,000!", "Jiġifieri dawn imxew bl-aktar mod dilettantesk meta kienu fil-gvern!", "Dan m'huwiex gvern Laburista ta' xi 100 sena ilu imma tas-snin 70.", "Naħseb li hemm punt ieħor importanti u nixtieq nagħmel mistoqsija biex forsi jqum xi ħadd mill-oppożizzjoni u jweġibha.", "Dan Memmo kien hemm meta l-oppożizzjoni kienet fil-gvern bejn l-1996 u l-1998.", "U Memmo kien ħażin u kien qed jonqos mill-obbligazzjonijiet tiegħu wkoll dak iż-żmien.", "Meta huma kienu fil-gvern, għamlu xi ħaġa biex jirranġaw dan id-deal li kien mar ħażin?", "Għax dawn jgħidulna li aħna ilna ħafna fil-gvern.", "Skużi, meta huma kienu fil-gvern bejn l-1996 u l-1998, għamlu xi ħaġa?", "U ma jiġux jgħidulna li ma kellhomx ċans u jwaħħlu f'Mintoff!", "Għax miskin dejjem fih iwaħħlu!", "F'dak kollu li m'għamlux it-tort ta' Mintoff għax kienu inkwetati bih u ma laħqu għamlu xejn.", "X'għamlet l-oppożizzjoni biex toħroġ lil Memmo minn hemm?", "Fi żmienna ħadna azzjoni u ma qagħdniex nimxu bl-ingwanti ma' dan Memmo.", "Fejn kien hemm bżonn, il-MEPA ħarġet numru ta' enforcement notices biex ma tħallix li jinkisru l-kondizzjonijiet u biex nagħmlu dak kollu possibbli biex inħarsu l-wirt li hemm f'din il-forti, fosthom il-barracks, l-ifran ta' żmien il- kavallieri u ta' żmien l-Ingliżi, dar it-tabib u r-restawr tal-knejjes.", "Fejn kien hemm bżonn, il-MEPA ħarġet numru ta' enforcement notices.", "Imma huma x'għamlu biex joħorġu lil Memmo minn hemm fis-sentejn li għamlu fil- gvern?", "Ara issa aħna qed nagħmlu xi ħaġa u esiġejna bis-saħħa kollha li Memmo jitlaq 'il barra u dan irnexxielna nagħmluh.", "(Interruzzjonijiet) Il-bieraħ aħna ma keċċejnikomx, intom iddeċidejtu li titilqu 'l barra!", "Dalgħodu l-kollega tiegħi l-Onor.", "Charles Mangion, id-deputy leader tal- partit Laburista, qal li l-poplu għandu jiġġudika fuq dan id-deal.", "Jiena ngħid: Mela le, jiġġudika l-poplu.", "Il-poplu se jiġġudika bejn oppożizzjoni tal-paroli, oppożizzjoni li tabdika mir-responsabilitajiet tagħha, oppożizzjoni li sena wara l-oħra tpinġi u tara kollox iswed u kollox ħażin, kollox suspettuż, oppożizzjoni li titfa' it-tajn fuq kollox u mbagħad jagħmlu bħal Dar Malta, jiġu għall-fatti u ma jġibux lanqas biċċa prova waħda.", "Mela le, il-poplu jiġġudika bejn oppożizzjoni tal-paroli, li titkellem biss, u gvern li huwa doer!", "Aħna l-problemi niffaċċjawhom ...", "(Interruzzjonijiet) Nagħmlu żbalji, mela le!", "Aħna tant għamilna affarijiet f'dan il-pajjiż u tant għamilna bidla wara l-oħra li allaħares inkunu prużuntużi u ngħidu li aħna ma niżbaljawx!", "Mela le, żbalji nagħmlu wkoll!", "Imma meta nagħmlu żball niffaċċjawh u nippruvaw nikkoreġuh!", "U dan kien deal li mar ħażin, veru, u issa qed nieħdu l-passi biex nirranġawh.", "Jiena nagħlaq billi ngħid: Ħalluna weħidna f'din ukoll, ma jkun ġara xejn!", "Issa drajna nieħdu d-deċiżjonijiet weħidna.", "Kieku smajna minnkom m'għamilna xejn kemm ilna fil-gvern!", "Kieku la bnejna power station, la bnejna lukandi ġodda, la għamilna airport ġdid, la konna nibnu sptar ġdid, la għamilna kunsilli lokali, la lliberalizzajna, la pprivatizzajna u lanqas dħalna fl-Unjoni Ewropea!", "Kieku smajna minnkom lil Malta ħallejniha fid- dlam, bla ebda investiment, qisha presepju u l-Malti minflok ċittadin Ewropew, kien isir qisu pastur.", "Grazzi Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Justyne Caruana.", "ONOR.", "JUSTYNE CARUANA: Insellimlek Sur President.", "Se nagħmel intervent qasir pero' ħassejtni fid-dover li nagħmlu.", "Qed niddiskutu riżoluzzjoni dwar forti Chambray, is-saga ta' din il-forti li tant u tant ilna nisimgħu biha.", "Bħalma taf inti, Mr Speaker, hemm ħafna ta' l-eta' tiegħi u iżgħar minni li qatt ma kellhom l-opportunita' li jidħlu u jżuru dan il-forti u jaraw x'joffri.", "Dan il-forti jmur lura sa minn żmien il-kavallieri u matul iż- żmenijiet kien jintuża għal għanijiet differenti ħafna aktar milli qal l- Onor. Galea u ħafna aktar qabel ma' l-partit Laburista kien fil-gvern.", "F'dawn l-aħħar snin, minkejja li x-xogħol kien wieqaf, l-aċċess xorta waħda ma kienx hemm, jiġifieri dan kien magħluq u ħadd ma seta' jidħol fih.", "Ħdax- il sena ilu, gvern Nazzjonalista ddeċieda li b'titolu ta' ċens temporanju għal 99 sena, jikkonċedi dan il-forti u l-art tal-madwar lit-Taljani - jiġifieri ħwejjeġ il-poplu ngħataw lill-barranin - u l-kondizzjonijiet li ġew imposti, kienu minimi ħafna meta tikkonsidra l-importanza u anke l- kobor ta' dan is-sit.", "Fil-fatt saru ammissjonijiet li dan id-deal ma tantx irnexxa.", "Dak iż-żmien kont ħafna iżgħar, pero' niftakar li kienet qamet ċerta għagħa f'Għawdex għax kien hemm ħafna nies li ddiżapprovaw il-mod kif ingħata dan iċ-ċens.", "U l-partit Laburista dak iż-żmien lanqas qagħad lura.", "Kien anke semma' leħnu f'dik l-okkażjoni u organizza protesta biex jimmanifesta d- diżapprovazzjoni kemm tal-partit stess u anke tal-poplu li kien jirrappreżenta.", "Pero' ċ-ċens xorta waħda ngħata u l-gvern la ta widen lil ħadd u lanqas ta' każ ta' xejn, iżda baqa' għaddej fuq kulħadd u fuq kollox qisu romblu.", "Pero' kif nafu, dan huwa atteġjament tipiku tan-naħa l-oħra, li aħna kontinwament nesperjenzawh meta nippruvaw nikkritikaw b'mod kostruttiv u nressqu l-proposti tagħna u nagħmlu l-mozzjonijiet tagħna.", "Sur President, kif kont qed ngħid, ingħata ċ-ċens, bdew ix-xogħlijiet u bdew iseħħu s-sagrileġġi fil-veru sens tal-kelma wieħed wara l-ieħor.", "Għax anke ġie pprofanat ċimiterju, neħħew l-oqbra b'li kien fihom b'kollox u min jaf kemm affarijiet oħra saru bil-barka ta' dan il-gvern, sempliċement biex jiġi akkomodat dan l-avukat Taljan Memmo, li tant smajna bih.", "U wara 11-il sena li tant ilna naraw u nisimgħu, il-ħniżrijiet li saru huma kbar!", "Jiena nesiġi u ninsisti li l-gvern jagħti rendikont ta' dan kollu lill-poplu in ġenerali, kemm dak Għawdxi kif ukoll Malti.", "Illum is-saga ta' Chambray reġgħet ġiet quddiemna u bejn wieħed u ieħor għandna l-istess pakkett li kellhom il-kollegi tiegħi quddiemhom u li ddiskutew 11-il sena ilu.", "Id-differenza hi li issa minflok imprenditur Taljan, għandna imprenditur Għawdxi, li kemm jiena u kemm inti, Sur President, tafu.", "Dan hu Għawdxi li jemmen fil-potenzjal ta' Għawdex, li dejjem ħadem għal Għawdex u persważa li se jkompli jaħdem għal Għawdex.", "Dan daħal għal dan il-proġett kbir u daħal għall-piżijiet u d-djun kbar li ġew ikkreati mit-Taljani stess, pero' in konsegwenza tal-leeway u tal- liberta' li kkonċedielu dan il-gvern meta tah il-kuntratt fl-1993.", "Bl- akbar responsabilita' ngħid li Għawdex ma bbenefika xejn minn dan il- proġett.", "Se ma, ibbenefika xi ħadd u mela l-bwiet tiegħu!", "U jiena ndur fuq il-gvern u ngħidlu: Jekk inti diġa' kellek diżastru, jekk kellek esperjenza qarsa u negattiva fuq dak li diġa' ġara - u qed ikollna l- konferma min-naħa l-oħra - għaliex ma tgħallimtx minn li ġara?", "Ta' min jirriferi wkoll għal dak li qal l-Onor.", "Galea stess, li llum l-imprenditur li se jidħol għal din il-biċċa xogħol, se jassumi responsabilitajiet kbar.", "Allura għax ma kkawtelax ruħu l-gvern din id-darba?", "Jien kont nippretendi li jsir b'mod differenti għaliex il-players huma differenti, kemm min-naħa tal-gvern għax issa taparsi nbidlu l-uċuh u anke min-naħa ta' l-enfitewta.", "Bħala membru ta' l-oppożizzjoni nagħmilha ċara li jien m'għandi xejn kontra l-avukat Caruana u l-kumpannija tiegħu għaliex, kif għedt, nafu u naf kemm jemmen li l-investitur Għawdxi għandu jinvesti f'Għawdex.", "Pero', nemmen li f'dan il-kuntratt id-deċiżjoni jekk tinbeniex lukanda jew le ma kellhiex titħalla daqshekk miftuħa.", "Kieku jien kont nagħmilha li għandha tinbena lukanda, forsi minflok f'post tinbena f'ieħor, forsi jekk mhux illum jingħata terminu biex tinbena, pero' għandha tinbena.", "U qed ngħid dan għaliex f'Għawdex irridu xogħol u investiment u ma nistgħux naffordjaw li nitilfu opportunitajiet oħra u wkoll ma nisfruttawx il-potenzjal li għandna.", "Il-forti Chambray għandu potenzjal kbir u jista' jservi ta' landmark tal-gżira Għawdxija biex appuntu Għawdex jiġi reklamat bħala destinazzjoni separata minn Malta biex nattiraw l- upmarket tourism.", "Fid-diskors dwar il-budget smajna li Għawdex irid jiġi pproġettat sabiex jattira atkar turisti u għalhekk jien niskanta kif tkellem l-Onor.", "Galea.", "Meta d-deċiżjoni jekk tinbeniex lukanda jew le qed tibqa' daqshekk miftuħa, il-gvern ikun qisu qed ipoġġi l-mannara fuq ras dawk l-Għawdxin kollha li huma għatxana għax-xogħol, speċjalment dawk iż-żgħażagħ ta' taħt it-30 sena.", "Nerġa' ntenni li n-nuqqas m'huwiex min-naħa ta' l-imprenditur imma min-naħa tal-gvern.", "L-imprenditur huwa ħerqan sabiex jidħol għal din il- biċċa xogħol, pero' hawnhekk il-gvern qed jonqos fid-drittijiet, fid- dmirijiet u fl-obbligi tiegħu fil-konfront tal-poplu Malti u Għawdxi kollu.", "Nemmen li l-gvern huwa obbligat li jħares dak kollu li hu tal-poplu Malti u Għawdxi.", "Nirringrazzjak, Sur President u nirringrazzja lill-Onor.", "Leo Brincat talli kkonċedieli ħames minuti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Leo Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, il-gvern Nazzjonalista dejjem juża' l- jiem ta' qabel il-Milied biex jilgħabha ta' Father Christmas u sfortunatament jagħmel dan mhux bil-proprjeta' tiegħu stess, imma bil- proprjeta' tal-poplu Malti u Għawdxi.", "Dan għamlu, jekk m'iniex sejjer żball, 12-il sena ilu lill-finanzier tal-P2 Roberto Memmo u qed jerġa' jagħmlu din id-darba.", "Hawn bl-ebda mod ma rrid nitfa' xi dell fuq il- promotur li dieħel għal din il-biċċa xogħol.", "Kif għamlet l-Onor.", "Justyne Caruana, qiegħed nikkritika l-kondizzjonijiet li għamel il-gvern u mhux il-promotur innifsu, għaliex jien jidhirli li hawnhekk għandna sell- out mill-ġdid jekk inħarsu lejn it-termini u l- kondizzjonijiet li taħtu qed isir dan it-trasferiment ta' proprjeta'.", "Kif qal ġurnalista lokali, Julian Manduca;", "\"The people whose names have figured at one stage or another in the ongoing Chambray controversy reads like a virtual ABC of Malta's rich and powerful.''.", "Għaliex jekk naraw l-istorja tal-biki ta' dan il-proġett, naraw lil uħud mill-aktar nies b'saħħithom u involuti fil-poter ta' wara l-kwinti, ibillu subgħajhom tajjeb jew ħażin f'dan il-proġett.", "Iżda l-akbar att ta' mistħija kien meta ġie nvolut Roberto Memmo li kien midħla sew kemm ta' Roberto Calvi li kien inqatel mgħallaq fi Black Friars Bridge f'Londra, kemm ta' Michele Sindona, il-finanzier frodista li qatta' snin sħaħ f'ħabs Amerikan u kif ukoll ta' Licio Gelli, il-kap tal-P2.", "Biex inneħħi kull dubju ta' assoċċazzjoni ta' Roberto Memmo mal-P2, għandi lista tal-membri della Loggia P2 li nixtieq inpoġġiha fuq il-mejda tal-Kamra.", "Din mhux biss hemm fiha feature tas-sur jew dottor Roberto Memmo, imma apparti minn hekk, hemm mehmuż dokument ieħor minn rapport li jismu \"I rapporti tra il senatore Andreotti e Michele Sindona\" li jgħid ċar u tond li Roberto Memmo flimkien ma' l-inġinier Federici u ċertu dottor Barone kienu nvoluti f'dak li qed jissejjaħ \"Un progetto di salvataggio elaborato dal colleggio difensivo del Sindona\".", "Jiġifieri dan, apparti milli kien fil-vertice tal- P2, kien ukoll involut f'operazzjoni ta' salvataġġ għall-operazzjoni bankarja li darba minnhom kien involut fiha l-famuż frodista Michele Sindona.", "Sur President, hawnhekk nitlob il-permess sabiex inqiegħed dokument fuq il- mejda tal-Kamra.", "MR SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Lista ta' membri fil-Loggia P2 u tagħrif ieħor relatat.", "Minn riċerka li konna għamilna 12-il sena ilu, konna wrejna ċar li l- kumpanniji reġistrati f'Monaco li bihom Memmo kien ried iħaddem dan il- proġett ta' Chambray kienu shell companies b'bażi kapitali żgħira ħafna u mingħajr il-mezzi sabiex jidħlu għal proġett ta' dan il-kobor.", "Huwa inutli li dan il-gvern jipprova jilgħabha tal-vittma u jgħid li għamilna esperiment which has backfired.", "Kien jagħmel hekk li kieku l-oppożizzjoni dakinhar naqset milli tiftaħlu għajnejh.", "Jekk wieħed ifittex id-debates kif għamilt jien stess biex niffriska ftit il-memorja ta' dak li konna ddiskutejna 12-il sena ilu, wieħed isib li dakinhar aħna konna ftaħna għajnejn il-gvern kemm dwar min kien se jidħol sħab fil-proġett u anke għaliex bżajna bil-konsegwenzi li setgħu rriżultaw u li fil-fatt irriżultaw.", "Minkejja dan kollu, il-gvern baqa' jirrombla fuq l-interess nazzjonali mingħajr ma Memmo qatt indenja ruħu jagħti attenzjoni lill-proġett, l-aqwa li ġej u sejjer Malta dejjem jiltaqa' ma' l-ogħla kbarat tal-pajjiż, fosthom bniedem li dak iż-żmien kien qiegħed iservi ta' ministru u kull meta kien ikun fi gżiritna kien jiġi ttrattat qisu xi super VIP.", "Dan il- proġett matul is-snin qanqal aktar mistoqsijiet milli tweġibiet iżda l- aktar difett li kellu l-proġett sa mit-twelid tiegħu kien li meta tfassal il-kuntratt, il-gvern qatt ma żgura li jdaħħal klawsoli biex jieħu lura l- proġett mingħajr ma jissuġġetta l-promoturi għal ċerti penali ebsin jew inkella li bih kien jorbothom li jlestu l-proġett f'medda ta' żmien stabbilit.", "Għalkemm kif se nuri aktar tard il-gvern kien ftaħar oriġinarjament li dan il-proġett kien se jsaħħaħ l-infrastruttura turistika Għawdxija permezz tal- bini ta' lukanda deluxe, minn lukanda deluxe konna nżilna għal waħda 4- star, biex issa l-promoturi l-ġodda, filwaqt li m'hu se jkollhom ebda obbligu li jibnu lukanda fuq dan is-sit importanti, se jkollhom kull mezz biex jekk iridu jisfruttaw b'mod spekulattiv ġojjel tal-patrimonju Malti u Għawdxi.", "F'dawn iċ-ċirkostanzi tal-biki, ma nafx kif imbagħad jiġi l- ministru tat-turiżmu u kultura u jgħid li jilqa' l-bejgħ ta' Chambray bil- ferħ għalkemm ma jqisux daqstant neċċessarju li tinbena lukanda fuq dan is- sit.", "Anzi qal li irrispettivament minn jekk tinbeniex lukanda jew le, dan il-proġett se jippromwovi t-turiżmu f'Għawdex, tant li huwa jqisu bħala vot ta' fiduċja f'Għawdex u fl-industrija tat-turiżmu Għawdxija.", "Dalgħodu l-ministru semma' l-konsulenza jew il-valuations li għamlu żewġ estate agents prominenti li għandi kull stima lejhom għax nafhom kemm personalment u anke professjonalment.", "Huwa tajjeb li wieħed jgħid li filwaqt li l-Ministru Zammit Dimech, li suppost huwa responsabbli biex jagħti boost lit-turiżmu, ipprova jiġġustifika li mhux se jkun hemm lukanda, min-naħa l-oħra fir-rapport li tħejja minn Frank Salt, jingħad li:", "\"The hotel must be constructed in order to give the owners of the units in Fort Chambray the facilities that hotels normally provide.\".", "Mela, minn naħa l-ministru tat-turiżmu li suppost qiegħed hemm sabiex jippromwovi l-bini ta' lukandi ġodda, qed jiġġustifika li mhux se tinbena lukanda fejn jgħid li ma jimportax jekk ma tinbeniex; u min-naħa l-oħra estate agent ewlieni li tqabbad sabiex jagħmel valuation qed jgħid li hemm il-ħtieġa li tinbena l-lukanda ħalli, min se jidħol għall-proprjeta', ikollu dawk is-servizzi anċillari li normalment wieħed jassoċja mal-bini tal-lukanda .", "Jekk nerġa' nara l-artikolu ta' l-Onor.", "Zammit Dimech insib li dan minn fuq qagħad jgħid li dan il-proġett se jwassal għall-ħolqien ta' forom differenti ta' akkomodazzjoni għall-Maltin u possibilment għall- barranin ukoll.", "Nuqqas ieħor li forsi ta' min jitkellem dwaru huwa li m'hemm xejn fil- kuntratt li juri li se jkun hemm xi ħarsien tal-wirt arkitettoniku ta' dan is-sit, nuqqas li kien rifless ukoll fis-snin l-imgħoddija meta l-proġett kien f'idejn Roberto Memmo.", "Li kieku Chambray ġie trasferit b'mod trasparenti u b'kondizzjonijiet xierqa u ma kienx jagħti lok għall- ispekulazzjoni rampanti, dejjem jekk il-promoturi jridu jagħmlu dan, kieku allura dan il-proġett kien jagħmel sens, għaliex minħabba ż-żmenijiet diffiċli li tinsab għaddejja minnhom l-ekonomija Għawdxija, żgur li Għawdex għandu bżonn ta' nifs ġdid.", "Peress li l-promoturi ngħataw id-dawl aħdar sabiex ma jkollhomx l-obbligu li jibnu lukanda fuq is-sit tal-proġett, il- gżira Għawdxija se titlef diversi opportunitajiet ta' impjieg għall- Għawdxin li l-bini u l-operat ta' lukanda ġdida żgur kien se jġib miegħu.", "Nafu li l-iżvilupp ta' l-appartamenti previst ftit li xejn se joħloq impjiegi permanenti għaż-żgħażagħ Għawdxin, kif kien il-ħsieb oriġinali.", "Li ma nistax nifhem huwa kif il-gvern kien daqstant liberali fir-rigward ta' dan il-proġett u mbagħad mexa' b'id daqstant tal-ħadid fir-rigward tal- White Rocks project fejn jidher li ma ppermettiex li jsir żvilupp residenzjali.", "Meta wieħed iqis il-prezzijiet kurrenti tal-proprjeta' fil-gżira Għawdxija, kif ukoll dak li qed jitlob il-gvern bħala prezz għall-ishma tiegħu, wieħed ma jridx ikun xi espert tal-proprjeta' biex jintebaħ li dawn l-ishma qed jinbiegħu bis-soldi.", "Kien għalhekk li jien sejjaħtlu rigal ieħor tal- Milied lill-promoturi kif kienu għamlu fi żmien Memmo fis-snin 90.", "Illum tqiegħed fuq il-Mejda ir-rapport tal-KPMG, imma mbagħad hemm rapport ieħor li xtaqt nitkellem dwaru.", "Wieħed ma jistax ma jitkellimx dwar dan il- proġett mingħajr ma jitkellem ukoll dwar il-ħsarat li saru lill-forti matul l-aħħar snin.", "Għalkemm il-MIMCOL qalu li l-promoturi preċedenti kienu laħqu nvestew ħafna flus f'dan il-proġett, il-fatti juru mod ieħor għax il- gvern Nazzjonalista kien għadda l-forti lit-Taljan Robert Memmo għas-somma miżera ta' Lm10,000 fis-sena.", "U anke dakinhar, dan kien sar mingħajr ma kienet saret xi sejħa pubblika għall-offerti.", "Kien f'Jannar ta' din is-sena li ġurnalista lokali kien kiteb fid-dettall kif permezz ta' dawra mal-forti wieħed seta' faċilment jara l- kondizzjonijiet li fihom jinsabu ċerti partijiet tas-swar ta' din il-forti.", "Wieħed jista' jara t-tiċrita kbira li saret fis-swar biex b'hekk sar bieb u pont, kif ukoll l-ammont kbir ta' materjal ta' bini fuq l-istess swar, waqt li jidher biċ-ċar li fil-forti sar ammont kbir ta' bini fi spazju ristrett.", "Dan il-ġurnalista kien innota wkoll li minkejja l-iżvilupp li kien sar ġewwa, għalkemm dakinhar ix-xogħol kien jinsab wieqaf, is-swar ma ngħataw l-ebda attenzjoni u jidher li ma sar l-ebda tip ta' irranġar jew restawr fuq dan il-patrimonju Malti.", "Il-bini li sar ġewwa huwa nofsu lest, għax ħafna minnu baqa' bla aperturi u għad fadal ħafna xogħol xi jsir fuqu.", "Il-fatt li f'dawn l-aħħar snin l-proġett ma kienx irnexxielu jattira investituri barranin serji, iġġammja l-proġett kollu.", "Ir-raġuni prinċipali għal dan kienet li, kif għidt qabel, fil-forti tela' għadd kbir ta' bini fi spazju ristrett, u għalhekk l-investituri turistiċi prospettivi barranin kienu qegħdin jaraw li dan il-bini kien qed iwassal biex jirrendi lil dan il-proġett bħala wieħed li m'huwiex ideali għat-tip ta' turisti li kien intenzjonat li jiġbed lejh.", "Jidher li kien hemm diversi investituri barranin li kienu wrew interess f'dan il-proġett.", "Niftakar li, at one stage, kienu nteressati l-Ispanjoli tas-SorMelia iżda finalment ħadd ma wasal biex jikkonkludi ftehim.", "Fi stadju partikolari kien qed jissemma' li l-kumpannija SorMelia kienu se jibnu lukanda ta' 250 kamra u għaxar vilel bil-ġonna, iżda meta ntebħu bl- ammont ta' bini li kien diġa' sar fil-forti, tilfu kull interess u ppreferew li jsir anqas bini biex jattiraw ċertu tip ta' turisti.", "L-uniku perijodu li fih ix-xogħol fuq il-proġett ta' Chambray kien ingħata spinta 'l quddiem, kien fis-sena 2000 meta sar bini ta' vilel fil-forti, sar pont u nfetaħ bieb.", "Infakkar ukoll li wara li beda jsir dan ix-xogħol kollu fil-forti u wara li saru rapporti li x-xogħol ma kienx skond il-permessi meħtieġa, il-MEPA kienet ħarġet diversi ordnijiet ta' infurzar.", "Ordnijiet ta' infurzar kienu nħarġu wkoll f'Settembru ta' l-1998 meta kien tneħħa xi ġebel minn dik li kienet tissejjaħ il-polverista; fis-sena 2001 fuq xogħlijiet li saru meta għamlu tiċrita fis-swar; kif ukoll wara t-tneħħija ta' l-aperturi tal- barracks mibnija fi żmien l-Ingliżi.", "Apparti mir-rapport tal-KPMG, jkun tajjeb li jkollna kopja tar-rapport tal-MIMCOL.", "Jien fhimt li hemm żewġ rapporti - forsi l-ministru jista' jikkoreġini - għax kont qed nara xi cuttings li kienu dehru iktar kmieni din is-sena u kien hemm riferenza għar-rapport tal-MIMCOL - dejjem qed nibbaża ruħi fuq dak li qrajt fil-media - fejn ingħad li l-MIMCOL kienu anke ħejjew rapport lill-gvern b'għadd ta' rakkomandazzjonijiet li għaddew lill-Ministru Gatt.", "Ma nafx jekk huwiex opportun li dan ir-rapport tal-MIMCOL jitqiegħed fuq il- mejda tal-Kamra, iżjed u iżjed biex wieħed ikun jista' jara x'inhuma r- rakkomandazzjonijiet speċifiċi li saru min-naħa tal-MIMCOL lill-Ministru, għax naħseb li huwa fl-interess pubbliku li nkunu nafu x'kienu, iżjed u iżjed fid-dawl li għandna ċerti riżervi dwar it-termini u l-kondizzjonijiet li fuqhom tħejja dan l-abbozz ta' ftehim.", "Il-gvern sab ruħu jiffaċċja checkmate l-aktar wara li rriżulta li kien sar ammont kbir ta' xogħol f'dik li hija kostruzzjoni fil-forti.", "Id-difett prinċipali kien li fil-ftehim oriġinali biex isir il-proġett ma kienx jagħmilha faċli għall-gvern biex jerġa' jieħu l-art lura wara għaxar snin jekk il-proġett ikun għadu ma tlestiex.", "U r-raġuni għaliex waqgħet l- option tal-lukanda hija li diversi investituri ma jarawx li f'dak il-forti, kif inhu llum, jistgħu jinbnew 236 unit residenzjali, lukanda ta' madwar 300 sodda u ċentru kummerċjali flimkien ma' parkeġġ.", "Fil-fatt, l- investituri jaraw li dan il-proġett u l-ispazju provdut għalih lanqas ma jikkwalifikaw għal investiment 5-star.", "Apparti dan, ma sar l-ebda titjib fil-fortifikazzjonijiet li jdawru dan il-forti Għawdxi u issa, minħabba li l-kondizzjoni tagħhom kompliet ħżienet, anke minħabba x-xogħlijiet li saru, se jkun hemm bżonn spiża akbar sabiex jitranġaw.", "Jien informat li l-kunsill lokali ta' Għajnsielem kien ilmenta li tħalla fid-dlam għal żmien twil, tant li s-sindku kien ġie rrapportat li qal li kienu ddispjaċuti ħafna għax lilhom ħadd ma kien qed jinformahom x'kien qed isir f'dan il-proġett.", "Fil-fatt bħala kunsill kienu talbu anke lill- investituri biex jesebixxu l-mudell ta' dak li kienu qegħdin jipproponu li jibnu u li llum inbena.", "Il-kunsill irċieva bosta ilmenti mir-residenti Għawdxin li ta' spiss kienu jistaqsu x'inhu jiġri, l-aktar meta jaraw it- telqa u l-ħsarat kbar li kien hemm fis-swar.", "Tajjeb li wieħed jikkwota lis-Sur Mario Farrugia, id-direttur tal- Fondazzjoni Wirt Artna, li ftit ilu mar jgħid on record li xejn ma ġie investit biex jitranġaw is-swar ta' dan il-forti.", "Ix-xogħol li sar fuq il- forti, skond hu, ma għenx biex ma ssirx ħsara lis-swar tal-forti u s-Sur Farrugia kien iebes meta qal li minn dan l-eżempju l-gvern għandu jitgħallem li l-ewwel għandhom isiru x-xogħlijiet tar-restawr fis-swar u mbagħad isir l-iżvilupp.", "Naħseb li sal-lum qatt ma kien hemm proġett li f'pajjiżna qanqal tant dibattiti, skandli, claims u counter-claims, minkejja li bħala proġett għadu ma jistax jitqies li twieled.", "Naħseb li fl-1993 il-gvern Nazzjonalista qajla kien jaħseb li sa 11 jew 12-il sena wara l-proġett kien se jkun għadu fil-limbu.", "Ma rridux ninsew ukoll ir-rwol li kellha l- kumpannija Forti Development li suppost kellha tibni tourism complex fuq dan is-sit.", "Nerġa' ngħid, kif għedt aktar kmieni, li naħseb li jekk hemm xi ħadd li wera kemm kienet ġustifikata l-kritika tiegħu dwar dan il-proġett kien proprju l-partit Laburista li mill-ewwel intebaħ li kien hemm riħa tinten madwar il-proġett u li kellu riżervi serji dwar il-promoturi, l-aktar dwar Memmo, li minkejja li pproġetta ruħu bħala promotur kbir ta' l-arti, kien hemm żmien fejn apparti mir-rabtiet u s-sħubija tiegħu fil-P2, kien anke qed jiġi nvestigat mill-awtoritajiet internazzjonali għall-allegat ħasil ta' flus maħmuġin.", "Biex inkun fair, irrid ngħid li anke min-naħa ta' l-MDC kien hemm riservi dwar dan il-proġett.", "Teżisti korrispondenza ta' wieħed miċ-chairmen li kellha l-MDC taħt gvern Nazzjonalista - qed nirriferi għaċ-chairman ta' żmien ilu, is-Sur Michael Soler - fejn dan kien wissa, qabel ma biss intbagħtet applikazzjoni lill-Planning Authority, li dak li kien se jinbena seta' ma jiġbidx l-elite tat-turisti kif maħsub oriġinarjament.", "Se nikkwota verbatim mill-ittra li bagħat is-Sur Michael Soler lill- Ministru Dalli, u se nikkwota bl-Ingliż ħalli nkun leali kemm jista' jkun lejn dak li kiteb is-Sur Soler.", "Dan kien kiteb hekk:", "\"The development proposed by Dr. Memmo lays too much emphasis on the real estate aspect of the project and could result in a densly populated complex in a confined space, which is clearly not a deluxe 5- star scenario.\".", "U fil-fatt hekk jidher li rriżulta, iżda jidher li l-Ministru Dalli - li qaluli li hu ħabib ħafna tas-Sur Memmo - kien impressjonat b'ħidmet Memmo f'Monaco u jingħad li kien strumentali biex ipperswada lill-ex Prim Ministru Fenech Adami li l-gvern kellu jwaqqaf kumpannija ma' Memmo, ħaġa li fil-fatt intlaħaq ftehim preliminari dwarha fl-10 ta' Lulju, 1990.", "Mhux ta' b'xejn li l-gvern issa jidher li tgħallem il-lezzjoni, u għallinqas qed jinsisti li x-xerrej għandu jaġixxi biss tramite kumpanniji rreġistrati f'Malta, filwaqt li l-beneficiary shareholders kellhom ikunu magħrufa lill- gvern.", "Huwa tajjeb li jkollna spjegazzjoni wkoll min-naħa tal-gvern għaliex dan il- proġett dam ma tressaq quddiem il-parlament.", "Qed ngħid hekk l-aktar għax fis-sajf li għadda kien qed jingħad - dan intqal anke waqt media briefing li kien għamel il-Ministru Gatt, jekk m'iniex sejjer żball - li r- riżoluzzjoni kellha titla' saħansitra qabel il-vaganzi tas-sajf.", "F'din l- okkażjoni ma nistax ma nagħmilx riferenza għal dak li ġie diskuss f'din il- Kamra 11-il sena ilu, proprju fl-istess jiem ta' ftit qabel il-Milied.", "Dakinhar, l-ex Ministru Michael Falzon kien tkellem dwar l-obbligi li s- swar jissewwew, tant li kienet issemmiet is-somma ta' Lm0.2 miljun għal din it-tiswija ta' swar.", "Dakinhar kien sar ħafna ftaħir li d-development brief kien jagħti kas tal-fatt li dan huwa sit b'fortifikazzjoni storika f'post strateġiku, tant illi apparti ċ-Ċittadella, dan huwa wieħed mill-aktar postijiet storikament importanti fil-gżira Għawdxija.", "Naqbel perfettament.", "Għalkemm il-kuntratt kien one-way favur Memmo, l-ex Ministru Falzon kien ftaħar li l-kuntratt ma kienx wieħed faċli u li damu xhur jekk mhux snin jinnegozjawh.", "Fl-1993 il-gvern kien mingħalih se jagħti ċans li jiġi varat proġett serju u importanti għal Għawdex.", "Il-Ministru Falzon kien ftaħar li se jkun proġett li bih inkomplu nattiraw it-turisti, l-investiment u x-xogħol lejn il-gżira ta' Għawdex.", "Ftaħar ukoll li dan kien se jkun sors ta' ħolqien ta' xogħol ieħor f'Għawdex u aktar minn hekk mezz kif nagħmlu upgrading tat- turiżmu.", "Jien niftakar lill-Onor.", "Charles Buhagiar jgħid fil-Parlament li meta pparaguna l-kondizzjonijiet li bih ingħatat art għall-bini ta' lukanda five- star f'San Ġiljan, biċċa art li kienet inqas minn nofs l-art li hemm fil- Forti Chambray, tajniha bi prezz li huwa ħames darbiet aktar milli tajna Chambray.", "Għalkemm illum jidher li mhux se tinbena lukanda, dakinhar li ngħata l-permess lil Memmo ir-riżoluzzjoni ġiet fi żmien fejn il-ministru kien qal li ma kienx se jagħti aktar permessi għall-bini ta' lukandi, biex imbagħad fil-kuntratt lil Memmo tajnih id-dritt li jibni lukanda li ma konniex nafu kemm kien se jkun id-daqs tagħha.", "Bħala oppożizzjoni mill- ewwel konna xammejna li konna se nagħtu biċċa art mill-Forti Chambray lil kumpannija biex tinnegozjaha u mhux biss biex tibni lukanda, imma wkoll biex tkun tista' tbiegħ il-plots.", "Meta fl-1987 l-MDC kienet ħarġet applikazzjonijiet għal dawk kollha interessati li jiżviluppaw il-Forti Chambray, kienu qalu li wieħed kien irid jgħid kemm se jkun hemm ħolqien ta' impjiegi ġodda.", "U jien nistaqsi: X'inhi s-sitwazzjoni llum?", "Hawn m'iniex qed nitkellem dwar xi kuntratturi li jagħmlu xogħlhom imbagħad jitilqu 'il hemm.", "Dakinhar aħna konna wrejna t-tħassib tagħna li ma stajniex inkunu nafu l-marketing plan tal-lukanda kif kien se jkun jekk lanqas biss konna nafu min kienu se jkunu l- operaturi tal-lukanda nnifisha, lukanda li baqgħet fantażma sal-lum u li, mill-kuntratt il-ġdid, jidher li se tibqa' fantażma anke fis-snin tal- ġejjieni.", "Sur President, fil-kuntratt ta' dakinhar kien hemm klawsola li tgħid li l- kumpannija Forti Chambray tista' toħroġ minn dak il-kuntratt u l-gvern ikollu jħallasha ta' l-ispejjeż kollha li tkun għamlet sa dakinhar.", "Ta' min jgħid li għalkemm kemm fi żmien Memmo u kif ukoll illum se jkun hemm lok għal spekulazzjoni lampanti, meta qabel ma tfaċċa Memmo kien hemm nies jinnegozjaw ma' l-MDC fuq l-istess Forti Chambray, u dawn staqsew jekk setgħux ibigħu l-appartamenti li kienu qed jipproponu li jibnu dakinhar, jingħad li kien qabeż l-ex Ministru Dalli u kien irrispondihom li ma kinux se jħalluhom ibigħu l-appartamenti daqskemm ma kinux se jħalluhom ibigħu xi kamra minn xi palazz f'Malta.", "Imma milli jidher, il-gvern at some stage biddel fehemtu - kif u għaliex ma nafx!", "Meta kont tkellimt fuq ir-riżoluzzjoni ta' l-1993 kont użajt kliem iebes f'din il-Kamra għal ta' l-apposta għaliex kont għidt illi għandna l-akbar sell-out ta' art li qatt kellna f'pajjiżna minn mindu l-partit Nazzjonalista kien fil-gvern fis-snin '60, meta ittratta lil Kemmuna fil- mod li ttrattaha.", "Meta kienu qed jinnegozjaw ma' Memmo, n-Nazzjonalisti ippruvaw ipoġġu l-kliem f'ħalqna u qalu li aħna ma konniex favur proġett turistiku, imma qalu li ridna housing estates għall-Għawdxin.", "Dan m'hu veru xejn, għax aħna kemm dakinhar u anke llum ninsabu committed li Chambray jiġi żviluppat turistikament, imma żgur mhux bil-kondizzjonijiet la ta' dakinhar u lanqas tal-lum.", "F'dik l-okkażjoni, Sur President, konna qed nagħtu blank cheque lill-promoturi biex jintgħażel operatur li lanqas biss kien qed jiġi identifikat, filwaqt li llum qed naraw quddiemna kondizzjonijiet tal-mistħija li juru li għandna mill-ġdid sell-out oħra tal- patrimonju Għawdxi.", "Huwa interessanti li xi ftit tal-ġimgħat jew xhur ilu kemm l-ex Ministru Joe Grima kif ukoll is-sinjura jew sinjorina Marisa Micallef Leyson f'artikli tagħhom kienu ndikaw li l-partit Laburista, b'xi mod jew ieħor, kien se jkun favur dan il-proġett għal raġunijiet ulterjuri u li aħna konna saħansitra se nivvotaw favur dan il-proġett ta' Chambray.", "Naħseb li l- istand li ħa l-grupp parlamentari, il-pożizzjoni li diġa' ħadna aħna l- kelliema u li se jieħdu kelliema oħrajn juri li dawn it-tnejn kienu żbaljati fil-konklużjonijiet tagħhom, għaliex fejn jidħol l-interess nazzjonali, aħna tal-partit Laburista ma nagħmlux kompromessi, huma min huma l-persuni nvoluti.", "Sur President, meta l-gvern aċċetta li jagħmel kondizzjonijiet ġodda inqas onerużi, bħat-tneħħija ta' l-obbligu tal-bini ta' lukanda, kien qed jaċċetta li jagħmel kondizzjonijiet anqas onerużi fuq l-iżviluppatur u b'hekk ġab lil Memmo f'pożizzjoni li jġib prezz aħjar tax-share tiegħu.", "Il- qalja qiegħda hawnhekk, li l-economic profit jew l-economic rent, minflok ma ħadu l-gvern, ħadu Memmo.", "U dan il-gvern għamlu b'mod konxju billi ta ċ- ċans illi l-profitt kollu kemm jibbenefikaw minnu persuni privati barranin.", "Il-gvern seta' llikwida l-kumpanniji nvoluti u nnegozja a fresh with the world at large u mhux ma min deherlu li jdaħħal fil-proġett Memmo skond il- buona volonta' tiegħu.", "Imma anke li kieku l-gvern qaċċat lill-Maltin, xorta kien jibqa' mwaħħal b'Memmo li huwa magħruf li ma riedx jurtah.", "Il- ministru qalilna li f'sitt snin kien hemm għaxar tibdiliet f'shareholding.", "Li ma qalx huwa dak li qed jgħidu wħud minn dawn ix-shareholders li ħadd minnhom ma ried ikompli joħroġ iktar flus, għax ma ridux ipaxxu lit-Taljan li qatt ma ħareġ sold għal dan il-proġett.", "Kif għidt iktar kmieni għandi informazzjoni li meta Memmo kien jiġi Malta kien jiltaqa' ma' nies importanti ħafna li wieħed minnhom, dak iż-żmien, kien membru tal-Kabinett.", "Jingħad ukoll, anke mill-istess shareholders infushom, illi Memmo qatt ma ried ibigħ dment li din il-persuna kienet għadha ministru.", "Ma nafx jekk hijiex koinċidenza jew le li kollox irranka meta sar tibdil fil-Kabinett, kif ma nafx jekk kenitx konċidenza jew le li dan l-ex ministru ftit jiem ilu smajnih hawnhekk jattakka lill-MEPA fuq diversi counts u fuq diversi affarijiet.", "Memmo ovvjament f'dan il-proġett kien komdu għax ġie u qatt ma ħareġ sold.", "Il-qofol ta' kollox huwa li l- Parlament għadda xi ħaġa prestiġjuża lil xi ħadd, dan ma qagħadx mal- kondizzjonijiet u minflok ma ġie penalizzat, ġie ppremjat mhux minn but xi ħadd, imma għad-dannu tal-poplu Malti nnifsu.", "Issemmiet il-kwestjoni ta' jekk Għawdex għandux ikollu l-potenzjal li jkollu iktar bed stock u saturation.", "Jista' ikun li għandu saturation.", "Jiena jkolli feedback fuq dak li għaddej f'Għawdex, imma jekk verament f'Għawdex hemm l-excessive bed stock li jingħad li hemm, anke minħabba dak li indika l-ministru aktar kmieni dalgħodu dwar il-pjani prospettivi ta' l- Imġarr Hotel u tal-lukanda San Lawrenz, għalija din hija ammissjoni ċara li l-gvern jaf li t-turiżmu f'Għawdex mhux biss mar lura, iżda lanqas jidher li għandu ċans jirpilja in the foreseeable future.", "Billi l-Gvern Nazzjonalista ilu fil-poter minn mindu sar il-kuntratt oriġinali li għamel l-istess Gvern Nazzjonalista, nistaqsi: Għaliex dam dan iż-żmien kollu biex iċċaqlaq?", "Il-ministru ta l-impressjoni li l-promoturi l-ġodda se jieħdu riskju kbir.", "Jiena ngħid il-kuntrarju u mingħajr ma nitfa' dell fuq il-promoturi, ngħid li dawn se jieħdu kollox fi platt tad-deheb.", "Ladarba qegħdin nitkellmu fuq il-kondizzjonijiet, nixtieq li fil-winding-up l-Ministru jassigurana li l-pożizzjoni dwar il-barracks m'hijiex se tinbidel.", "Qed ngħid hekk għaliex kemm f'Għawdex u kemm f'Malta hemm diċeriji – qed ngħid diċeriji għax la ma jkollix il-provi ma nħobbx nagħmel allegazzjonijiet infondati – li hemm understanding li ċerti kondizzjonijiet fuq il-barracks jistgħu jitneħħew.", "Għaliex qed ngħid hekk?", "ONOR AUSTIN GATT: Mija fil-mija li le.", "ONOR LEO BRINCAT: Nieħu l-kelma tal-ministru li mija fil-mija li le.", "Huwa konfort għallinqas, għaliex jekk il-barracks jitneħħew kif kien hemm min forsi qed jagħmel lobbying biex jiġri, il-konsegwenza kienet tkun lli jkun hemm area ġdida ta' Alla biss jaf kemm-il tomna art li tista' tiġi liberalizzata għall-iżvilupp.", "U ovvjament minn hawn kienet tinbet il- mistoqsija naturali: Li kieku kellu jiġri hekk x'kien se jagħmel il-gvern?", "Kien se jiċċarġja xi premium ogħla jew inkella kien se jagħmel an added bonus gratwit?", "Imma l-Ministru għamel statement kategoriku u nittama li ż- żmien juri li kellu a binding commitment li se jiġi onorat.", "Lejn it-tmien tal-winding-up tiegħu dalgħodu l-ministru qalilna li din hija storja ta' niket dwar proġett li ma rnexxiex.", "Jien ngħid il-kuntrarju, din hija ġrajja skandaluża frott tal-makakkerija ta' gvern li forsi huwa politikament għajjien u fallut, imma li f'dan il-proġett wera ċerta malizzja li ma tantx tista' taħfirhielu malajr.", "Hija lezzjoni għal kull gvern, kemm tal-lum, ta' għada u anke ta' pitgħada, li sa mill-bidu nett għandek tistaqsi lilek innifsek dwar il-loġika li ġie barrani b'ħafna ftaħir meta ma jkunx sejjer joħroġ sold minn butu stess.", "Għalkemm f'Lulju l-gvern għamel press briefing fejn qal li d-developers kienu avviċinaw lill-familja Caruana u nnegozjaw magħhom u li l-gvern ma kellu ebda diskussjonijiet mad-developers il-ġodda, huwa l-gvern effettivament li se jgħaddi dan ir-rigal lill-iżviluppaturi l-ġodda.", "L- iżvilupp kien ilu wieqaf minn Lulju 2002 meta d-development permits kurrenti kienu waqgħu mingħajr ma ġew imġedda mill-iżviluppaturi.", "Iżda apparti li kien hemm sitt stop notices dwar l-iżvilupp, kien hemm problemi kbar ta' finanzjament, bl-iżviluppaturi mingħajr il-ħila jew ir-rieda li jinvestu iktar flus f'dan il-proġett.", "Jien ngħid li kienet nieqsa mhux il- ħila imma r-rieda li jinvestu iktar flus f'dan il-proġett.", "Għalkemm dalgħodu l-ministru qal li sar ċertu restawr fuq dan is-sit, iżda hemm bżonn li jsir iktar, fis-sajf huwa kien tkellem mod ieħor.", "Jien qed nibbaża fuq dak li qrajt fil-\"Malta Independent\" u fil-fatt qed nara xi cuttings ta' dak li qal fil-media brief.", "Dakinhar kien qal li l-MEPA kellha diversi issues pendenti ma' l-iżviluppaturi, għaliex użaw metodi li għamlu ħsara lis-siti storiċi b'mod li ma kienx in line mal-permessi maħruġa.", "Jiġifieri din m'hijiex kwestjoni li sar restawr u kien hemm bżonn li jsir xi ftit iktar, imma kien hemm statement kategoriku li l- iżviluppaturi użaw metodi li permezz tagħhom għamlu ħsara lis-siti storiċi b'mod li ma kienx in line mal-permessi maħruġa.", "Il-Ministru Gatt qalilna, speċi bħala konsolazzjoni, li fil-kummerċ mhux kollox jirnexxi u li x'aktarx li meta sar il-kuntratt oriġinali saru għażliet żbaljati.", "Jien immur oltre minn hekk, u ngħid li l-kuntratt innifsu li kien għamel il-gvern Nazzjonalista 12-il sena ilu kien difettuż bil-konsegwenza li se jiġi aġevolat min kiser l-obbligi kuntrattwali tiegħu, bħalma ġara fil-każ ta' Skanska.", "Nerġa' ngħid li aħna bħala partit Laburista għallinqas għandna l-kuxjenza at rest, għaliex ġbidna l- attenzjoni tal-gvern from day one li seta' jiġri hekk, u effettivament hekk ġara.", "Tant hu hekk li fis-sajf il-ministru ammetta li billi l-avukat Memmo kellu l-enfitewsi oriġinali ta' l-iżvilupp, kull ftehim ġdid kellu bżonn il- kunsens tiegħu.", "Il-gvern Nazzjonalista, oltre li ma ssalvagwardjax l-interessi tiegħu kuntrattwalment, wera ruħu wkoll bħala gvern politikament impotenti, mingħajr ma sirna nafu min huwa accountable għall-mod ħażin kif inħadem il- kuntratt oriġinali, u mingħajr ma għadna nafu sal-lum stess min se jġorr il- piż ta' l-iżball ta' 12-il sena ilu meta l-gvern naqas mhux biss li jissalvagwarda l-interessi tiegħu, imma l-interessi tal-poplu Malti u Għawdxi.", "Billi niġu hawnhekk b'evalwazzjonijiet ta' żewġ estate agents ma nkunu solvejna xejn.", "Kif għedt iktar kmieni, m'iniex qed nikkritika lill- estate agents magħżula - nafhom kemm personalment kif ukoll professjonalment bħala nies li jgawdu stima fil-professjoni tagħhom - iżda kif kellna esperjenza anke aħna stess fil-proġett ta' Manoel Island meta qabbadna valwazzjonijiet indipendenti, anke aħna kellna evalwazzjonijiet li ultimately ikunu soġġettivi u li jkunu jvarjaw minn xulxin.", "Meta naraw dan kollu nifhem jien għaliex il-Prim Ministru Gonzi, meta tkellem f'xi waħda minn dawn il-laqgħat ta' nhar ta' Ħadd, qal li hemm bżonn li niktbu paġna ġdida fuq il-proġett ta' Chambray u ma noqogħdux nitkellmu fuq il-passat.", "Nifhem għaliex qal hekk; għaliex irid jaħrab u jiżganċja ruħu mill-passat u mid-dnubiet li għamlu dawk li ġew qablu.", "Dan għaliex il-passat tal-gvern Nazzjonalista f'dan il-proġett - u jien illum qed nillimita ruħi strettament għal dan il-proġett - huwa wieħed ta' faħam miblul u minflok se tiġi mrażżna l-ispekulazzjoni fil-proġett se tikber it- tentazzjoni biex tiġi estiża aktar fil-ġejjieni.", "Jien m'iniex qed ngħid li min dieħel għall-proġett huwa spekulatur ħalli ħadd ma jifhimni ħażin.", "Kif qalet l-Onor.", "Caruana, jien naf li huwa businessman ta' l-affari tiegħu imma bit-terms and conditions li bihom saret din it-transazzjoni, jekk kien hemm spekulazzjoni fil-proġett fl- imgħoddi, l-opportunita` biex l-ispekulazzjoni tiġi estiża qiegħda hemmhekk.", "Imbagħad minn fuq jiġi l-Ministru, kif tkellem fil-parlament, qisu qiegħed jindirizza xi konfessjonarju!", "L-argument li l-gvern ma jridx jidħol il-qorti minħabba l-ineffiċjenza tal- qorti huwa vot ta' sfiduċja tal-gvern fil-mod kif qed jitmexxew il-qrati Maltin.", "Naf li l-Ministru Gatt kien ipprova jċaqlaq l-affarijiet meta kien ministru responsabbli mill-ġustizzja – ta' dak għandi nagħtih kredtu - imma jekk anke l-gvern stess qed jibża' li jbati l-konsegwenzi tas-sistema ġudizzjarja li għandna, aħseb u ara l-povru ċittadin innifsu kemm jispiċċa għarwien u mingħajr difiża quddiem l-ineffiċjenzi tal-qrati Maltin!", "Sur President, nikkonkludi billi ngħid li din ir-riżoluzzjoni, minflok vot ta' fiduċja f'Għawdex u fl-Għawdxin, kif qed jipprova jpinġiha l-gvern, m'hi xejn ħlief vot ta' sfiduċja tal-gvern fih innifsu.", "Nirringrazzjak.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "David Agius.", "KUMITATI PERMANENTI", "ONOR.", "DAVID AGIUS: Sur President, bil-permess tal-Kamra nirrapporta li l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar it-Trasferiment ta' Artijiet tal- Gvern għadda mill-istadju ta' kumitat b'xi emendi.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Falzon.", "ONOR.", "JOSEPH FALZON: Mr Chairman, id-diskussjoni tal-lum tirrigwardja l- kuntratt tat-trasferiment tal-forti Chambray.", "Imma hawnhekk nixtieq nagħmel riferenza għad-diskorsi li segwejna fil-jiem li għaddew marbuta mal- budget.", "Forsi tistaqsuni, x'għandu x'jaqsam dan?", "Iva, hemm rilevanza kbira għax meta konna qegħdin niddibattu l-iżvilupp urban, kelliema ta' l- oppożizzjoni qalu li meta tiġi biex tinnegozja fuq kwalunkwe proġett - per eżempju, il-proġett ta' dock number one tal-Kottonera jew il-proġett ta' Bieb il-Belt - li huwa ta' entita` daqshekk kbira, l-ewwel m'għandek tagħmel biex dak il-proġett jirnexxi huwa li tikkonsidra x'inhuwa l- andament tan-negozju.", "Għaliex x'inhu l-iskop li inti tagħmel development brief jekk din ma tkunx ekonomikament vijabbli?", "Qed ngħid dan għaliex l-oppożizzjoni qed tinsisti ħafna li fil-proġett ta' Chambray għandha tiġi imposta l-kondizzjoni li f'dak is-sit partikolari ssir lukanda.", "Hawnhekk tajjeb li niċċaraw jekk aħniex nitkellmu fuq xi wish list, ħalli nsejħilha hekk, jew inkella jekk aħniex niddiskutu proposta li tagħmel sens, li ekonomikament hija vijabbli u tinkoraġġixxi biex isir il-proġett u mhux biex ma jsirx.", "Jien nixtieq nagħmel riferenza anke għal-line of thought ta' ċerti żviluppaturi fir-rigward ta' ċerti żviluppi f'Għawdex.", "L-Onor.", "Joe Brincat qiegħed fuq il-bord tal-MEPA u jaf ukoll li l-MEPA llum għandha domanda kbira ħafna biex dawk il-proġetti ta' lukandi jinqalbu fi proġetti ta' appartamenti.", "Jien m'iniex ekonomista u m'iniex se noqgħod nidħol fil-mertu ta' l- iżvilupp ekonomiku u l-iżviluppi l-oħra kollha.", "Pero' jekk hemm diversi applikazzjonijiet biex numru ta' appartamenti jinqalbu f'lukandi, sinjal li n-negozju hekk qed jitlob fiż-żmien tal-lum.", "Nista' saħansitra nġib eżempju ta' proġett li għadu kif ġie approvat mill-bord tal-MEPA.", "Qed nirriferi għall-proġett ta' Duke of Edinburgh, fir-Rabat, Għawdex, li eventwalment ġie ipproċessat, għadda mill-istadji kollha tal-MEPA u t-talba kienet biex hemmhekk isir a commercial centre u fuqu lukanda.", "U dan il- proġett ġie approvat.", "Pero' ta' min jgħid li mhux iżjed minn tmien ġimgħat wara, reġgħet ġiet applikazzjoni biex dak l-istess sit li kien se jiġi żviluppat f'lukanda, jiġi żviluppat f'appartamenti.", "Din hija ħaġa li jafha kulħadd.", "Biex wieħed jikkonfermaha, biżżejjed jara n-numru ta' applikazzjonijiet li hemm quddiem il-major project team biex dawn il- lukandi kollha jiġu kkonvertiti f'appartamenti.", "Nista' insemmi l-każ ta' l-Imġarr Hotel, per eżempju, li kulħadd jaf li se tiġi kkonvertita f'appartamenti.", "Hemm applikazzjoni wkoll biex Andar Hotel taqa' u minflokha jitilgħu appartamenti.", "(Interruzzjonijiet) Imma l- argument m'huwiex dak.", "Jekk ix-xewqa kbira ta' l-iżviluppaturi hi din u anke s-sens komun jitlob hekk, huwa inutli li timponi li jsiru lukandi jekk ekonomikament din ma tagħmilx sens.", "U bir-rispett kollu jien ma nistax nifhmu dan l-argument.", "(Interruzzjonijiet) Illum it-trend hi li l-hotels jiġu żviluppati f'appartamenti!", "Jista' jkun li għad jiġi żmien li minħabba li mil-lat ta' turiżmu l-ekonomija tiffjorixxi, ikollna bżonn sites biex fihom isiru lukandi ġodda, pero' llum l-iżvilupatturi kollha jgħidulek li l- proġetti li tagħmel lukandi m'għadhomx daqshekk vijabbli.", "Jien qed ngħid dan kollu skond l-applikazzjonijiet li jiġu quddiem il-major projects team tal-MEPA.", "Anke f'Malta hemm interess kbir biex ċerti siti ta' lukandi jinqalbu f'appartamenti.", "Waħda minn dawn tinstab fis-south u oħra fiċ- ċentru ta' Malta.", "Wara kollox ma nafx x'inhu l-iskop ta' l-oppożizzjoni li tesiġi li jkun hemm żvilupp ta' lukandi.", "Ħalli niġi għall-proġett innifsu.", "Issemmew hawnhekk diversi enforcement notices u diversi stop notices.", "Għamlet sewwa l-MEPA li ħarġet dawn in- notices fejn ix-xogħol ma sarx skond il-kondizzjonijiet oriġinali tal- permess jew fejn saret xi ħsara fil-fortifikazzjonijiet.", "Ġew imposti wkoll garanziji bankarji ta' Lm50,000 u ta' Lm100,000 fuq ċerti proġetti.", "Fil- fatt l-istadju tal-proġett beda imma m'huwiex komplut għax għad fadal l- infrastruttura, il-landscaping, il-finishes u r-restawr tal-forti.", "Dan huwa intiż primarjament biex l-iżvilupp ma jibqax imwaħħal kif ilu mwaħħal għal 12-il sena.", "Għax l-option hi li nħallu kollox kif inhu, jiġifieri nħallu kollox jitmermer, u mbagħad noqogħdu niskantaw fejn qiegħda r- riġenerazzjoni ta' dawn is-setturi tan-negozju f'Għawdex u kif ħallejna kollox mitluq għal riħu.", "Aħna rridu li dawn l-affarijiet inżommuhom f'moħħna u li proġetti bħal dawn invarawhom kemm jista' jkun malajr.", "Dawn il-proġetti għandhom mhux biss jiġu mibdija imma jiġu wkoll konklużi.", "Dawn hemm marbut magħhom il-proġett ta' restawr tal-fortifikazzjonijiet u se jiġu mposti garanziji bankarji biex il-proġett isir komplut fit-totalita' tiegħu.", "Dan il-proġett fih innifsu jirrikjedi li jkollok riabilitazzjoni ta' dik l-area, u din hemm bżonnha kemm jista' jkun malajr.", "Meta niġu għall-parametri tal-kuntratt fih innifsu, qed ngħidu li għandna diversi options,. jew li nħallu kollox kif inhu jew inkella nistaqsu lilna nfusna jekk irridux li l-proġett jimxi 'l quddiem, u li proġetti bħal dawn ninkoraġġuhom.", "Iva, dak huwa l-impenn tagħna.", "L-iskop priniċipali ta' dan il-kuntratt hu li proġetti bħal dawn invarawhom kemm jista' ikun malajr.", "Grazzi.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Evarist Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Sur President, hemm min jgħid li l-istorja tirripeti ruħha darbtejn; l-ewwel darba bħala traġedja u t-tieni darba bħala farsa.", "Ma nafx f'dan il-każ x'jiġi l-ewwel, jekk hux it-traġedja jew il-farsa, jew it-tnejn taħlita f'xulxin, għax naħseb li t-tnejn għandhom aspetti traġiċi u farseski.", "Ladarba wasalna s'hawn, ta' min jistaqsi wkoll kif wasalna hawn.", "Meta proprju 12-il sena ilu konna ġejna biex niddiskutu l-proġett oriġinali, konna smajna ħafna diskors sabih, li Għawdex se jsir Monaco, li l- affarijiet se jinbidlu, li se jinħolqu opportunitajiet ġodda u ħafna kliem ieħor bħal dan.", "Qed infakkar ftit minn dan id-diskors għax qegħdin tajjeb f'dan il-pajjiż!", "L-affarijiet li qabel kienu sostenibbli, illum m'għadhomx sostenibbli u filwaqt li ngħidu li issa m'hemmx flus, ħadd min-naħa tal- gvern m'hu qed jistaqsi - għalkemm in-nies jistaqsu - kif wasalna s'hawn u min ġabna f'din il-qagħda.", "Naturalment l-affarijiet ma ġewx weħidhom u Memmo ma ħadux waħdu dan il- post. Memmo ingħata l-post minn gvern Nazzjonalista!", "It-tħarbit u l- vandaliżmu li sar f'Chambray, li huwa wirt storiku u li suppost nieħdu ħsiebu, sar anke bil-kompliċita' tal-gvern.", "Lanqas għandna noqogħdu nistaqsu jekk għandniex inħalluh joqgħod jitmermer.", "Il-mistoqsija hija pjuttost: Għaliex wasalna s'hawn?", "U l-mistoqsija l-oħra hi: Allura issa m'hemmx futur turistiku f'Għawdex?", "Qed ngħidu li hemm ħafna sodod f'Għawdex jew hemm ftit turisti u allura m'hemmx biżżejjed xogħol għal- lukandi miftuħin?", "U dik hi l-mistoqsija li rridu nwieġbu!", "Issa qegħdin tajjeb mela, ma nġibux biżżejjed turisti u nibdew ngħidu li għandna żieda ta' sodod!", "Alla jbierek kellna żieda ta' sodod fl-istess jiem li tgħidx kemm ftaħarna li fl- aħħar għandna prim ministru kuraġġuż li qal li f'pajjiżna rridu nżidu t- turiżmu b'50,000 fis-sena!", "Imma dan it-taħwid x'inhu?", "Biex aħna jkollna turiżmu vijabbli f'pajjiżna, huwa kkalkolat, minn min hu imprenditur f'dan il-qasam, li għandna bżonn ta' 1.5 miljun turist fis- sena.", "Se niddeċiedu x'se nagħmlu?", "Irridu iżjed turisti?", "Għandna wisq sodod?", "U dan kollu riżultat li m'hemmx pjan kif immexxu u l-affarijiet jiġru waħidhom.", "U din hija sitwazzjoni tal-biki, qisna pajjiż li jsib iż- żejt kuljum u nistgħu naffordjaw li l-ftit art li għandna, nagħtuha lill- barranin.", "U minbarra li lill-barrani tajnih l-art, tajnih il-miljuni tal- liri u qegħdin ngħidu li issa t-trend hi, li l-lukandi jsiru djar tax-xjuħ jew jinqalbu f'appartamenti.", "X'jiġifieri tgħid li t-trend hi hekk!", "Jekk ma nkunux qed nirnexxu fit- turiżmu jew ma nkunux qed noħolqu biżżejjed xogħol, ngħidu li t-trend hi hekk!", "Jekk r-rate of return għall-imprendituri hija ta' bejn 3% u 6% biss fil-qasam tal-lukandi għax m'għadniex kompetittivi, ma tistax tgħid li dik hija t-trend, qisu hemm xi hidden hand ta' xi ħadd.", "Irridu naraw għaliex għandna din is-sitwazzjoni u jekk nistgħux nirranġawha.", "Il-bqija ma jagħmilx sens li noqogħdu nitkellmu b'dan il-mod!", "Aħna f'Għawdex għandna bżonn serjissimu li noħolqu żvilupp ekonomiku ġdid, hemm bżonn li noħolqu opportunijiet ġodda fit-turiżmu, Għawdex huwa gżira żgħira.", "Il-kelliem ta' qabli qal li jekk it-trend tinbidel u jerġa' jkollna bżonn li nibnu lukandi ġodda, irid jibqgħalna ftit siti.", "Mela b'din ir-rata se jibqgħalna siti!", "Naħseb li fl-Addolarata u ma nafx fejn iżjed se nkunu nistgħu niżviluppaw aktar mill-areas li jibqagħlna jekk se noqogħdu nibnu 'l hawn u 'l hemm!", "Meta wieħed jasal Għawdex u jħares lejn l-għolja ta' Chambray jara ghetto u dak il-kruha ta' bini!", "Kif tista' tinteressa lil xi żviluppatur biex hemmhekk jagħmel dak li kien ippjanat li jsir?", "Ta' min ifakkar x'kien ġie mwiegħed lilna u kemm kasbruna 12-il sena ilu meta qajjimna d-dubji li qajjimna!", "L-ewwel fażi, li kellha titlesta fi żmien sitt xhur, kienet tikkonsisti fi twaqqigħ ta' bini li kien hemm permess li jitwaqqa', kellu jissewwa l-bini sabiex isir top class club ta' 112-il sodda, kellha ssir analiżi strutturali tas-swar u kellu jsir heliport.", "Dan hu dak li ntrabat bih Memmo biex suppost għamel dak li kellu jagħmel!", "Sal-1992, meta kienu ftehmu ma' Memmo, kellu jissewwa l-bini biex isir top class club ieħor ta' 40 sodda, il-palazz kellu jiġi ristrutturat bħala casino, kellha tinbena lukanda ta' 400 sodda, kellha tinkiseb l-art biex issir korsa tal-golf u kellu jsir ċentru ta' xiri u tiswija tas-swar.", "Sal-1994, kellhom jibnew appartamenti turistiċi li jkunu jesgħu 600 sodda, l-ewwel fażi tal-bini ta' yacht marina, tkissir ta' toroq u pont, tħejjija għall-korsa tal-golf u tiswija tas-swar.", "Imbagħad sal-1996, il-proġett kollu kellu jkun lest, jiġifieri bini ta' appartamenti turistiċi li jesgħu 300 sodda, tlestija ta' yacht marina, tlestija tar-restawr tas-swar u tiswija tal-bini tal-fond.", "Dawn huma l-affarijiet għala kien ġustifikat li dak iż-żmien gvern Nazzjonalista qal li se jagħti dik l-art daqshekk b'irħis lil Roberto Memmo.", "U nafu li minn dan kollu ma sar assolutament xejn.", "Anzi sar agħar minn hekk għax sar tkissir u żvilupp esaġerat u ħażin.", "U d-dnub li sar l-ewwel darba kif ingħata, qed jiġi ripetut din id- darba.", "Għalhekk għedt li ma nafx kif l-istorja qed tirrepeti ruħha din id- darba u jekk l-ewwel ġratx it-traġedja u mbagħad il-farsa jew bil-maqlub jew iż-żewġ aspetti f'daqqa.", "U huwa interessanti li wieħed ifakkar id-diskors li aħna konna għedna dak iż-żmien.", "Meta f'Diċembru ta' l-1992 konna ġejna nikkritikaw dak li ressaq il-partit Nazzjonalista, dak iż-żmien lanqas konna nafu li fi ħdan il- Kabinett Nazzjonalista stess kien hemm min għamel kritika spjetata tal- kondizzjonijiet li bihom l-affarijiet kienu qed jingħataw lil Memmo!", "Meta l-Perit Michael Falzon - li dak iż-żmien kien ministru għall-ambjent - fil- 25 ta' Mejju, 1992 kien kiteb memorandum lill-prim ministru ta' dak iż- żmien, lil Dr Eddie Fenech Adami - nerġa' ngħid li aħna ma konniex nafu li kien inkiteb dan il-memo - kien qal hekk:", "\"It is felt that the draft deed is too much weighted in favour of the developer and that therefore the deed should be reviewed.\"", "B'dan il-mod l-ex Ministru Falzon kien fetaħ għajnejn il-prim ministru ta' dak iż-żmien, f'Mejju 1992, qabel ma ġie d-dibattitu hawnhekk f'Diċembru ta' l-istess sena.", "Imma l-kritika li għamel l-ex Ministru Falzon dakinhar biex jiftaħ għajnejn il-Gvern ħadd ma ta kasha!", "L-ex Ministru Falzon dak iż-żmien kien qal ukoll illi l-premium ta' Lm100,000 kull acre, kien irħis wisq u kien ippropona li dan il-premium kellu jiżdied.", "Imma mbagħad meta dan ġie ffirmat fit-13 ta' April, 1993, il-premium mhux talli ma żdiedx, imma tnaqqas.", "L-ex-Ministru Falzon kien ikkritika wkoll il-proposti ta' Memmo li ngħata d-dritt li jbigħ u jikri partijiet mill-proprjeta'.", "Dan kollu kien ittimbrah li se joħloq għanijiet spekulattivi aktar milli involviment fit-tul min-naħa ta' Memmo.", "Anzi kien qal li fil-kuntratt għandha tidħol klawsola biex Memmo ma jkunx jista' jbigħ postijiet qabel ma jgħaddi ċertu żmien.", "Anke f'dan il-każ, il- proposta tal-perit Falzon ma ngħatatx importanza.", "Dak iż-żmien il-Perit Falzon kien ikkritika l-ammont ta' Lm200,000 li l-gvern Nazzjonalista kien qed jorbot lil Memmo li jonfoq fuq xogħol ta' restawr u kien qal li din hija ftit wisq.", "Anke hawnhekk, il-Ministru Falzon ma kienx ingħata kas.", "Ma konniex nafu li l-Perit Falzon, li dak iż-żmien kien ministru, kien qal dan id-diskors.", "Ma konniex nafu għax konna nġibu ruħna daqsxejn differenti meta mbagħad smajna lill-istess Perit Falzon jiddefendi dak li kien ikkritika hu stess - għax kien ministru ta' l-ambjent - f'memorandum lill-prim ministru tiegħu.", "Imma ġie għax kien ministru ta' l-ambjent, ressaq hu l-każ tal-gvern u kellu jiddefendi xi ħaġa li hu kien ikkritika diġa' f'memorandum li bagħat lill-prim ministru tiegħu.", "U kien ikkritika u qajjem l-istess punti li l-oppożizzjoni Laburista kienet qajmet fl-1992.", "Ta' min isemmi kemm konna ġejna mgħajra qisna aħna mhux biss ma ridniex il- ġid ta' Għawdex imma li aħna m'aħniex nies serji!", "Infakkar ukoll li l-Prim Ministru Eddie Fenech Adami kien qal li l-gvern deherlu li ma kellux imur lura mid-deċiżjoni li ħa għax fil-verita' l- oppożizzjoni ma kienet qalet xejn għajr kliem li hu vojt!", "Jiġifieri l- kritika kollha li għamilna aħna f'Diċembru, 1992, li mbagħad is-snin kollha ta' wara tawna raġun waħda wara l-oħra, l-għaref Prim Ministru Eddie Fenech Adami, kien qal li dik il-kritika kollha ta' l-oppożizzjoni ma kienet xejn għajr kliem vojt.", "Din hija essenza ta' arroganza li nafu fejn wasslet lil dan il-pajjiż!", "U llum ngħidu li t-trend hekk hi!", "Meta l-affarijiet imorru ħażin, Gvern Nazzjonalista jwaħħal fit-trend, f'Bin Laden ufis-SARS, imma t-tajjeb dejjem hu jagħmlu.", "Hu qatt m'għandu tort, lanqas biss għandu d-diċenza li jgħid: Veru li kont għamilt ħniżrija 12-il sena ilu u veru sraqt biċċa art daqshekk importanti f'Għawdex minn żvilupp li l-gżira għandha bżonn.", "Le, xejn minn dan!", "L-arroganza baqgħet tikkarga matul is-snin u għadha tikkarga llum minkejja dak li kultant bil- pulit u bl-etikett insejħulu \"żball kummerċjali\".", "Dan żball kummerċjali ieħor?", "Dan skandlu kummerċjali u biċċa korruzzjoni kummerċjali!", "Għax żball kummerċjali fil-business jieħdu kulħadd, imma mhux meta hemm min qed jiftaħlek għajnejk x'se jiġri min-naħa tiegħek u hemm min qed jiftaħlek għajnejk minn tan-naħa l-oħra u xorta tibqa' għaddej!", "Dak m'huwiex żball kummerċjali.", "Dik hija biċċa korruzzjoni kbira.", "U nerġa' nfakkar x'kien qal il-prim ministru Fenech Adami f'Jannar, ftit wara li kien sar id-dibattitu hawn ġew, li t-turiżmu kien sar jaf bl- interess ta' l-avukat Roberto Memmo u tas-soċjeta' Antimen permezz tal- korporazzjoni Maltija għall-iżvilupp.", "Qal li mir-riċerki li huma għamlu, stabbilew li Antimen u Memmo kienu kapaċi.", "U dan meta aħna konna għednilu li dik hija kumpannija shell, kumpannija li għandha wiċċ biss, mhux veru hija kumpannija li qiegħda f'qagħda li tiżviluppa dawk l-affarijiet kollha li ntrabat li jiżviluppa, fosthom casino, lukandi, stabbilimenti residenzjali għat-turisti, korsa tal-golf u yacht marina.", "Kif għedna, Għawdex kien se jsir Monaco ieħor!", "Aħna minn hawn ġew smajnih dak id- diskors.", "Qalulna: Kif intom tridu ċċaħdu lill-Għawdex mill-opportunita' li jsir Monaco ieħor?", "F'Monaco hemm affarijiet koroh ukoll, u naħseb li dik il-parti ta' Monaco ħadna; il-parti tat-taħwid, ta' money laundering u ta' korruzzjoni, mhux l-affarijiet ta' żvilupp.", "Il-Prim Ministru Fenech Adami kien qal li stabbilixxejna li dawn il-persuni għandhom track record tajjeb fi żviluppi simili u fuq kollox network ta' marketing immirrat lejn grupp soċjal-ekonomiku għoli.", "Hekk kien qalilna l-Prim Ministru Fenech Adami fl-1993, li dawn kellhom track record tajjeb.", "U nafu xi track record tajjeb kellu Memmo!", "U żammha l-konsistenza tiegħu, kif mix-xejn irnexxielu jagħmel il-flus!", "Għax minn dan l-iżvilupp kollu nħall, minn din ir-rabta kollha nħall, u telaq b'Lm2 miljuni fil-but.", "Imma issa hekk hi t-trend hux!", "Qisu dan il-pajjiż jiflaħ mhux biss ma jiżviluppax l-affarijiet li għandu bżonn imma jiflaħ jagħti anke lill- barranin affarijiet li lanqas jagħtihom liċ-ċittadini tiegħu stess.", "Għax aħna kif nistgħu nittieħdu bis-serjeta' meta l-gvern kien ta art bħal dik b'dawk il-kondizzjonijiet u llum qed jerġa' jagħtiha b'dawn il- kondizzjonijiet meta nafu fl-isfond!?...", "Għax kulħadd iqabbel l-esperjenza tiegħu ma' dak li jkun għaddej fil-pajjiż.", "Aħna nafu llum x'ifisser għal min irid jikseb biċċa saqaf fuq rasu u min irid jgħajjex familja.", "Jekk wieħed jara l-prezzijiet tal-proprjeta' u ta' l-appartamenti kif splodew u l-problemi kbar li qed jinħolqulhom il-koppji, anke dawk li daħlu f'impenji biex jixtru dar fejn joqogħdu u m'humiex qed ilaħħqu biex iħallsu r-rati ta' l-imgħax biex jixtru d-dar tagħhom u, sadanittant, iridu jlaħħqu mal-bżonnijiet l-oħra tal-ħajja, nafu f'liema sitwazzjoni diffiċli jinsabu!", "Allura mbagħad aktar 'jinħarqu' u jweġġgħu meta jaraw art - li suppost hija tal-poplu - tingħata b'kundizzjonijiet iebsa u oħrajn jingħataw art b'daqshekk irħis.", "Naf li f'dawn l-aħħar żmenijiet f'pajjiżna saret riċerka dwar kif għola l- prezz tal-proprjeta' fl-aħħar snin.", "U ta' min isemmi ftit konklużjonijiet minn din ir-riċerka.", "Għax nerġa' ngħid li n-nies ikejlu x'ikun qed jiġri fil-pajjiż anke mit-tiġrib personali tagħhom.", "Wieħed isib li fl-1984, jiġifieri 20 sena ilu, flat komplut kien jiswa Lm10,500.", "Illum l-istess tip ta' flat iqum Lm45,500.", "Jiġifieri l-prezz sar kważi aktar minn erba' darbiet aktar.", "Dan ifisser li għal kull Lm1 li koppja kienet toħroġ biex tixtri flat 20 sena ilu, illum trid toħroġ Lm4.50.", "Maisonette komplut 20 sena ilu kien jiswa Lm11,250.", "Illum huwa kkalkulat li jiswa mill-inqas Lm55,000, jiġifieri kull Lm1 li kien jiswa 20 sena ilu, illum jiswa Lm5.", "Biex ma nsemmux dar, li llum ftit huma dawk il-koppji li għadhom jaffordjaw li jixtruha.", "Fil-fatt dar li kienet tiswa Lm15,000, illum tiswa madwar Lm95,000, jiġifieri sitt darbiet aktar.", "U meta l-Maltin u l-Għawdxin jipparagunaw kif l-art tingħata mill-gvern mal- prezzijiet li huma jħallsu u kemm qegħdin ibatu biex ilaħħqu mal-ħajja, ma tagħtihomx tort jekk jiskantaw li f'pajjiżna l-affarijiet jimxu b'dan il- mod.", "Imbagħad ngħidu li dak żball kummerċjali u li t-trend hija hekk!", "Skużi, mela x'ħin tiġi biex timponi l-uġigħ u t-tbatija, hemmhekk m'hemmx trend u m'hemmx żbalji kummerċjali, u dawk taqbad u tagħmilhom, imma x'ħin tiġi biex tagħmel affarijiet li lil dan il-pajjiż wassluh fejn wassluh u anke faqqruh....!!", "Għax kellna żbalji kummerċjali oħra, bħax-xiri ta' l- RJ's u bħall-involviment fl-Azzurair li lill-Air Malta spiċċaw ħadulha cashflow ta' Lm50 miljun.", "Illum nafu f'liema sitwazzjoni qegħdin!", "Għax tiġi l-elezzjoni, nagħmlu collective agreement ġeneruż lill-ħaddiema u malli tgħaddi l-elezzjoni, ngħidulhom li ħadu żżejjed u li l-kumpannija ma tiflaħx aktar, mingħajr ma nistaqsu għala l-kumpannija ġiet f'dik is- sitwazzjoni.", "U mbagħad tispiċċa tnaqqsilhom l-income tagħhom mill-inqas b'10%.", "Mela dawn l-affarijiet huma żbalji kummerċjali!?", "U lanqas min jagħmel dawn l-iżbalji kummerċjali ma jkollu d-deċenza jitlob maħfra għax ikun għamilhom.", "Anzi f'pajjiżna min jagħmel l-iżbalji kummerċjali jiġi ppremjat.", "Għax ħafna drabi n-nies li kienu mdaħħlin fi ħneżrijiet u fi skandli bħal ta' Chambray, f'xiri ta' RJ's u involviment fl- Azzurair, dawk jispiċċaw ippremjati u mhux jispiċċaw minn taħt.", "Ibatu dawk in-nies li diġa' għandhom problemi kbar biex irabbu l-familji tagħhom fis- sitwazzjonijiet diffiċli li ninsabu.", "Għax is-sitwazzjoni tal-lum hija t- trend ukoll, li wasalna għal deficit!", "Għax dak ukoll huwa żball kummerċjali ieħor, li dan il-pajjiż llum jinsab fis-sitwazzjoni li qiegħed, u spiċċa jonfoq aktar flus biex iħallas id-dejn ta' l-imgħoddi milli jinvesti fil-futur tiegħu.", "Għedt diġa' li 12-il sena ilu konna semmejna l-prezzijiet u l- kondizzjonijiet redikoli li bihom il-gvern kien qed jgħaddi 90 tomna art lill-kumpanniji fantażma ta' Roberto Memmo.", "Aħna konna għamilna r-riċerki tagħna u konna sibna li dawn il-kumpanniji m'għandhomx is-saħħa biex jagħmlu dak l-iżvilupp kollu ta' yacht marina, ta' korsa tal-golf, ta' residenzi għat-turisti u ta' lukanda.", "Imma b'arroganza kbira min-naħa l- oħra, flok qalulna li dak ix-xogħol kien messhom għamluh huma u kien messhom iċċekjaw dwar l-affidibilita' u s-saħħa ta' kumpanniji bħall- Antimen, flok irringrazzjawna talli għamilna x-xogħol li suppost għamel il- gvern, kasbruna u qalulna li aħna ma rridux il-ġid ta' Għawdex u ma rridux l-iżvilupp f'Għawdex.", "Imbagħad ftit tal-ġimgħat wara li konna qed nagħmlu din il-kritika joħroġ il-prim ministru ta' dak iż-żmien, Dr. Eddie Fenech Adami, u jgħid li mir- riċerki tagħhom irriżultalhom li dawn huma kumpanniji serji.", "Allura mbagħad tibda tissuspetta dwar qerq u ingann sħiħ u tibda tgħid: Allura dawn m'għamlux ir-riċerki sewwa fuq dawn il-kumpanniji?", "Jekk inhu hekk, allura l-gvern huwa inkompetenti - għax żgur li l-istess għodda li kellna aħna biex niċċekkjaw dawn il-kumpanniji seta' jużahom il-gvern - u jekk użahom u kien jaf x'isarraf dan Roberto Memmo, allura aktar u aktar ma tibqax kwestjoni ta' inkompetenza imma ssir ukoll kwestjoni ta' kompliċita'.", "Għax lil Memmo mhux biss tawh ċertifikat mill-aqwa u qalu li se jkun f'pożizzjoni li jagħmel dan l-iżvilupp, li għandu track record tajjeb u li għandu network ta' marketing immirat lejn grupp soċjali ekonomiku għoli, imma aktar minn hekk, kien hemm min qalilna li dan huwa bniedem providenzjali.", "Darba kienu qaluha dwar Mussolini wkoll li dan hu l-uomo mandato da Dio.", "Fil-fatt kienu qalulna: Huwa providenzjali li ltqajna ma' l- avukat Roberto Memmo, li għandu gosti għall-affarijiet antiki u li japprezza l-affarijiet sbieħ.", "Ara kemm messna aħna ħriġna nilqgħuh bil-palm dan meta ġie fostna għax kien se jagħmlilna tant ġid f'Chambray u kien se jiżviluppaha.", "Dan issejjaħ bħala bniedem uniku, għax qalu li s-soltu n-nies tal-flus ma jkollhomx....!", "(Interruzzjonijiet) Rumanz miktub minnkom, rumanz tal-mistħija!", "Jekk trid, ngħid min qal dan il-kliem.", "(Interruzzjonijiet) Mela se ngħid.", "Kien l-Avukat Ugo Mifsud Bonnici li fit-12 ta' Jannar fil- Parlament qal li l-Avukat Roberto Memmo hu mibgħut mill-providenza għax hu mhux biss bniedem ta' kummerċ, imma għandu wkoll gosti sbieħ.", "U żgur li għandu gosti sbieħ, ġie hawn u tajnieh dawk il-kondizzjonijiet!", "Imisshom jisħtu, Sur President, jidħku b'dawn l-affarijiet tan-naħa l-oħra.", "Jiġi bniedem hawn, nagħtuh dawk l-affarijiet kollha, ma jagħti xejn lura u jitlaq minn hawn b'Lm2 miljuni fil-but!", "THE CHAIRMAN: Ippermettili Onor. Bartolo.", "Il-Ministru Austin Gatt on a point of order.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Sur President, kelli nagħmel point of order għax dalgħodu tkellem l-Onor.", "Mangion u qagħad ftit attent kif qalha għax qal \"li qed jissemma li ħa Lm2 miljuni\" pero` l-Onor.", "Bartolo għamilha bħala fatt u għalhekk jekk għandu l-informazzjoni, nitolbu biex jissostanzjaha din.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Evarist Bartolo jista' jkompli.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Kif seta' jinħall mill-kuntratt dan?", "Kemm ingħata l-avukat Roberto Memmo?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru Austin Gatt bil-permess ta' l-Onor.", "Bartolo.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Il-gvern żgur li ma tahx sold u dan diġa` għidtu filgħodu.", "L-Onor.", "Bartolo qed jgħid li dan ħa Lm2 miljuni u jekk għandu xi fatti li jista' jipprova din l-allegazzjoni, jiena nitolbu biex jgħidhom u jpoġġi d-dokumenti fuq il-Mejda tal-Kamra.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Evarist Bartolo jista' jkompli.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Sur President, il-gvern għamlulu kuntratt tant favorevoli li biex jgħaddi dik l-art.", "(Interruzzjonijiet) U x'ma għandix il-fatti!", "Tant għamlulu kuntratt favorevoli lill-avukat Roberto Memmo li biex jitlaq minnu..!", "(Interruzzjonijiet) Dan mhux aħna biss qed ngħiduh imma kien qalu l-ex-Ministru Michael Falzon f'memorandum lill-Prim Ministru tiegħu li ovvjament kienet kunfidenzjal,i pero` imbagħad, meta ġie fil- Parlament, kien iddefenda dik il-mistħija ta' kuntratt.", "Bil-kundizzjonijiet favorevoli li għamlu lill-Roberto Memmo, dan żgur li ma spiċċax minn taħt.", "Tajjeb li nkunu nafu għala issa qed jaċċetta li jinħall minn xi ħaġa bħal din, fejn ma żammx kelmtu u ħafna mix-xogħol li sar fuq is-sit, sar mill- flus tal-Maltin li daħlu miegħu.", "Sur President, jiena għidt kif 12-il sena ilu konna ppruvajna niftħu għajnejn il-gvern Nazzjonalista ta' dak iż-żmien fuq x'kien hemm lest bit- tip ta' kuntratt u bit-tip ta' kondizzjonijiet li kien qiegħed jorbot bihom lill-Memmo biex suppost jiżviluppa dak li kellu jiżviluppa.", "Aħna, anke dak iż-żmien, konna għidna li l-affarijiet kif qed isiru, jagħtu lok mhux għall- inkompetenza imma għall kompliċita` u korruzzjoni.", "Għaliex il-gvern m'għamilx il-verifiki tiegħu biex jara lil min se jgħaddi din il-biċċa art għall-iżvilupp turistiku f'Għawdex b'dawk it-tip ta' kondizzjonijiet.", "Dan il-proġett suppost tlesta f'erba' snin, mill-1992 sa l-1996, u issa mhux biss bqajna fejn konna 13-il sena ilu, imma talli hemm ħafna ħsara fuq il- post bl-iżvilupp goff li sar.", "Kif jista' xi ħadd iħalli dak l-iżvilupp – anqas jixraqlu l-kelma żvilupp – iseħħ f'destinazzjoni ta' kwalita` bħal Għawdex meta f'dan l-iżvilupp inkisru ħafna kondizzjonijiet.", "Jiena niftakar li l-MEPA kienet ħadet passi wara li kont qajjimt sensiela ta' mistoqsijiet parlamentari xi erba' snin ilu għaliex l-affarijiet kienu qed isiru assolutament bla ebda prudenza \"mill-persuna ta' ġosti sbieħ li l- providenza bagħtitilna\" li kellu jsolvilna l-problema tar-restawr ta' Forti Chambray.", "Flok sar ix-xogħol kif kellu jsir, sar xogħol ħażin ħafna.", "Aħna konna pruvajna niftħu għajnejn il-gvern fil-bidu u anke waqt li l- affarijiet kienu għaddejjin.", "Ma tagħtix tort li n-nies 'jinħarqu' meta jsir ħafna sorveljar fuq min irid jagħmel xi biċċa xogħol żgħira u jekk ma jimxix skond ir-regolamenti jieħdu l-passi kontrih u imbagħad iħallu għaddejjin dawk li għandhom il-flus u l-kuntratti l-kbar u jistgħu jħawdu kemm jifilħu.", "F'dan il-każ, anke jekk kultant tard wisq, imn'Alla kienu l- mistoqsijiet parlamentari tagħna li kienu jiġbdu l-attenzjoni ta' x'kien qed ikun għaddej.", "Aħna konna għidna li dawk iż-żewġ kumpanniji fantażma ta' Memmo mhux biss m'għandhomx il-kredenzjali u s-saħħa biex jagħmlu x-xogħol li suppost kellhom jagħmlu imma konna għidna wkoll dak iż-żmien li l-kuntatti u n- networks ta' Memmo ma jistgħux jiġbdu lejn Għawdex nies fil-grupp soċjali ekonomiku għoli.", "Meta ssemmiet il-masonic lodge tal-P2, ma ġara xejn.", "Erħila li għat-teatrin min jaf kemm il-partit Nazzjonalista kien għamel dikjarazzjonijiet li nies fil-mażunerija m'humiex fdati u m'għandhomx ikunu fdati u wieħed irid iżomm 'il bogħod minnhom.", "Fil-każ ta' Memmo, bniedem li l-providenza bagħtilna biex issolvilna l-problemi tar-restawr ta' Chambray, dik ir-regola ma kinitx teżisti u ma kinitx issemmiet għax sintendi dawn l- affarijiet isiru skond il-konvenjenza.", "Sur President, issa qed ninnota li qed isir ħafna enfasi fuq il-fatt li m'hemm xejn ħażin li l-aspetti u l-karatteristiċi turistiċi ta' dan il- proġett tneħħew.", "Nerġa' ngħid li fl-1992, meta l-partit Nazzjonalista kien ġie bid-development brief, iġġustifika l-kondizzjonijiet daqshekk favorevoli lil Roberto Memmo għax dan kellu jkun proġett turistiku.", "Issemmiet il-lukanda, issemmew ir-residenzi għat-turisti, issemmiet il-golf course, issemmiet il-yacht marina u ssemma l-casino.", "Issa f'daqqa waħda waqaf kollox, u t-trend issa hi li Għawdex għandu biżżejjed sodod u allura ma jimpurtax li post b'potenzjal bħal Chambray ma jkollux aspett turistiku.", "Din turi s-sitwazzjoni vera gravi li qegħdin fiha għaliex fil-qasam turistiku kemm għall-Malta u kemm għal Għawdex, mexjin mingħajr pjan.", "Allura meta jgħidu li għandna bedstock żejjed f'Għawdex, b'liema mod u fuq liema kriterju jkunu qed jgħiduha?", "Kif waslu għal din il-konklużjoni?", "Dan ifisser li mhux qed jirnexxielna niġbdu biżżejjed turisti lejn Malta u lejn Għawdex u iktar ma jdum il-gvern biex isolvi l-problema tas-servizz bl-ajru bejn Malta u Għawdex, aktar se jkun hemm sodod żejda f'Għawdex.", "Imma, nerġa' ngħid, din mhux kwestjoni ta' sodod żejda, din hija kwestjoni ta' nuqqas ta' turisti.", "Mindu waqaf is-servizz tal-helicopter, turisti li kellhom bookings biex imorru Għawdex għall-vakanzi, ħassru dawn il-vakanzi; jiġifieri din mhux kwestjoni ta' bedstock żejda imma ta' nuqqas ta' turisti.", "Illum hawn it-trend tal-weekend breaks u Għawdex jista' jkun eċċezzjonali bħala destinazzjoni għall-weekend breaks,għax dawn in-nies li jieħdu l-weekend breaks ġeneralment ikunu jieħdu gost imorru f'destinazzjoni kwieta u fejn ikun hemm ambjent ta' kwalita` għolja.", "Issa ħadd m'hu se jmur Għawdex għall-weekend break jekk dan se jispiċċa jdum aktar jivvjaġġa milli jistrieħ.", "Altru milli bi break, jispiċċa bi breakdown, għax lanqas ikollu ċans igawdi l-vakanza tiegħu!", "Din l-istorja ta' bedstock żejjed hi bla sens u hija perikoluża ħafna għaliex aħna m'aħniex mexjin bi pjan ta' żvilupp turistiku la għal Malta u lanqas għal Għawdex.", "Dan kollu jfisser li m'aħniex qed niġbdu biżżejjed turisti lejn Malta u lejn Għawdex u dan minkejja li aħna nafu li mhux biss għandna bżonn niġbdu iżjed turisti lejn Malta, u iżjed u iżjed lejn Għawdex, għaliex bħalissa Għawdex kull ma qed jieħu mit-turiżmu huwa l-frak li jaqa' minn fuq il-mejda ta' Malta.", "Dan minkejja li jingħad ħafna paroli fuq kif Għawdex għandna niżviluppawh bħala destinazzjoni għaliha u unika.", "Issa għallinqas fl-aħħar world travel market, l-istand ta' Għawdex kellu Gozo fuqu u kien għallinqas fir-rokna ta' Malta u għalhekk wieħed seta' jara li jeżisti Għawdex.", "Hemm gżejjer żgħar Griegi li għandhom l-istand tagħhom u ma jbiegħuhomx bħala biċċa mill-Greċja imma jbiegħuhom bħala gżejjer għalihom.", "Għalhekk jien naħseb li Għawdex, li għandu l-potenzjal jiġbed lejh turisti ta' kwalita` ogħa minn dawk li niġbdu f'Malta, għandu bżonn li jkollu l-identita` tiegħu.", "U mela niġu ngħidu li għandna sodod żejda f'Għawdex!", "F'Għawdex mhux sodod żejda għandna imma nuqqas ta' turisti li jimlew is-sodod.", "L-istaġun diġa` huwa batut, diġa` huwa diffiċli ħafna li jkollok karriera fit-turiżmu f'Għawdex, diġa` huwa diffiċli biex issib staff tajjeb u jekk mhux se jkollna pjan serju ta' żvilupp turistiku għal Għawdex, se nispiċċaw bil- lukandi magħluqa għax hemm sodod żejda.", "Jiena naħseb li din il-gvern qed joħodha kompletament ħażin u jekk issa l-MEPA taċċetta l-argument li hemm sodod żejda u tħalli lil dawk li ingħataw l-art bil-kundizzjoni li jagħmlu żvilupp turistiku, ma jagħmlux dan l-iżvilupp imma jagħmlu żvilupp residenzjali u jagħmlu l-appartamenti, din tkun ammissjoni ta' falliment totali fil-politika turistika tal-gvern.", "Nerġa' ngħid li din tas-sodod żejda m'hijiex raġuni biex ġawhra bħal dik ma jsirx żvilupp turistiku fiha.", "Hekk suppost kien hemm ippjanat li kellu jsir f'Chambray u dan kien se jarrikkixxi ħafna l-prodott turistiku Għawdxi għax kien se jkollu varjeta` sħiħa ta' affarijiet bħal-lukanda, clubs esklussivi, golf course, yacht marina u casino.", "Issa dan il-gvern qed inħassar kollox u se mmorru għal iżjed u iżjed bini.", "Frankament jien kultant naħseb li anke min qed imexxi l-banek f'pajjiżna ma jafx x'inhu jagħmel.", "Dawn qed jgħidu: Mhux tajjeb li nagħtu flus għal aktar investiment f'Għawdex fuq it-turiżmu għaliex hemm bedstock żejda.", "FMalta l-istess.", "Aħna jrid jirnexxielna niġbdu biżżejjed turisti tul is- sena kollha fiż-żewġ gżejjer li jonfqu iżjed sabiex it-turiżmu jibqa' vijabbli f'pajjiżna għax b'dak li qed nagħmlu mhux qed inħalluh vijabbli u m'aħniex se nirnexxu fil-politika turistika tagħna.", "Ma nafx kif il-banek bl-istess raġunament imbagħad qed ikomplu jħeġġu lin-nies jitfgħu iżjed flushom fil-proprjeta` u jispekulaw iżjed fil-proprjeta` mingħajr ma jistaqsu l-mistoqsija li llum jew għada din il-bużżieqa se tinfaqa' u trid tinfaqa'.", "Imbagħad x'ngħidu?", "Għandna wisq appartamenti vojta?", "Meta tinfaqa' din il-bużżieqa x'se jiġri?", "Qed nassumu li l-barranin se jixtru l-ħafna proprjeta` li hawn fis-suq tagħna.", "Pero` ma jidhirx li aħna informati x'qed joffru pajjiżi oħra, għax biżżejjed wieħed jara x'hemm għall-bejgħ f'postijiet bħal Franza, Sqallija, il-Bulgarija, ir-Rumanija u l-Marokk.", "F'Malta ma tantx qed tinbiegħ il- proprjeta`.", "Il-Maltin aktar qed jixtru għax jaħsbu li jistgħu jispekulaw.", "Din hija xi ħaġa perikoluża ħafna li se ddaħħal lil pajjiżna f'aktar u aktar problemi, għax kieku tgħid li qed naqbdu dik it-triq li se twassalna biex ikun hawn aktar flus fl-idejn u aktar flus ġejjin minn barra, tgħid li veru qed tħallas prezz, imma 'l quddiem iġġibu lura.", "Imma sfortunatament m'hemm l-ebda indikazzjoni li dan se jiġri, u tajjeb li wieħed jara anke l- istudji li saru.", "Mela bedstock żejda għandna u nitkellmu fuqha, u imbagħad li għandna ħafna vacant residences, dik ftit li xejn nitkellmu fuqha qisha xi ħaġa sostenibbli li nistgħu nibqgħu għaddejjin biha.", "Qisu f'pajjiżna għandna xi liġi ekonomika unika li waqt li swieq oħra tal-proprjeta` jikkollassaw u jkun hemm riperkussjonijiet serji fil-pajjiżi, is-swieq tagħna ma jistgħux jikkollassaw.", "Qegħdin naħsbu li nistgħu nibqgħu nonfħuha din il-bużżieqa ta' l-ispekulazzjoni tal-proprjeta` u mhux se tinfaqa'.", "Imma meta tinfaqa' din, u se tinfaqa', se jkun hawn ħafna li jweġġgħu.", "Pajjiżna mhux bżieżaq għandu bżonn imma pjan ta' żvilupp serju f'kull qasam, inkluż dak turistiku u għalhekk aħna se nivvotaw kontra din ir-riżoluzzjoni tal-gvern għax Għawdex mhux hekk għandu bżonn, Għawdex għandu bżonn żvilupp turistiku serju.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Edwin Vassallo.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO: Sur President, kieku kelli niġbor fi tliet kelmiet, forsi anke fi tnejn, l-argumenti ta' l-aħħar kelliem min-naħa ta' l-Oppożizzjoni, l-Onor.", "Evarist Bartolo, ngħid Memmo u bedstock għax ma nafx kemm-il darba dan – u anke l-kelliema l-oħrajn ta' l-Oppoiżizzjoni - semma lil Memmo u l-bedstock li kien konċett marbut ma' l-iżvilupp tal- lukanda u jekk din għandhiex issir jew le.", "Dan għalaq b'kumment interessanti meta semma' li aħna għandna bżonn pjan ta' żvilupp serju.", "Meta nibda nisma' dan il-kliem u kliem ieħor fuq spekulazzjoni mill-Onor.", "Evarist Bartolo, dak li għada pitgħada se jkun il-ministru tat-turiżmu, nibda nistaqsi: Imma pjan ta' żvilupp għall-partit Laburista jfisser li min qiegħed fis-settur kummerċjali jrid jagħmel dak li jgħidlu l-gvern Laburista?", "Kull gvern u pajjiż serju jaġixxu skond iċ-ċirkostanzi ta' fejn tkun sejra l-ekonomija u l-iżvilupp ekonomiku u allura jippermettu li dak il-kummerċ ikun jista' isir.", "Issa aħna gvern li iżjed m'hu qed jgħaddi ż- żmien iżjed jemmen f'ċerta flessibbilta' u opportunita' biex il-kummerċ jieħu l-iżvolta' tiegħu.", "L-Onor.", "Evarist Bartolo ħa qatgħa għax sieħbi l-Onor.", "Joseph Falzon tkellem rigward trend, u ma nistax nifhem kif u għaliex il-ministru tat-turiżmu tal- futur jista' jgħid le għat-trend!", "Allura pjan ta' żvilupp għall-partit Laburista jfisser li jkollna xi ħaġa statika?", "Ifisser li jkollna xi pjan ta' ħames snin li jew timxi miegħu jew m'hemm l-ebda opportunita'?", "F'dan id- dibattitu għandna għażla bejn żewġ partiti, dak li għadu jemmen li l- ekonomija tista' ssir kif imfassla minn dan il-parlament bħalissa u hawn min jemmen li d-dinja tal-kummerċ tmexxiha minn imneħirha għal fejn tridha inti.", "Taf xi tmexxi minn imnieħru fejn trid inti?", "Tmexxi ħmar jew annimal imsawwat u mejjet bil-ġuħ.", "Dak tmexxih fejn trid int. Jekk ikun ħmar jew annimal mitmugħ tajjeb, ma tmexxihx fejn trid int. U nispera li n-naħa tal- partit Laburista m'għadhiex taħseb - sa ċertu punt - li għadna fi żmien fejn inti tiddetta lill-iżviluppaturi f'dan il-pajjiż dwar l-attivita' kummerċjali.", "Il-gvern għandu bżonn li jkollna ferm iktar minn dawn l-iżviluppaturi li jieħdu riskji u jiżviluppaw l-attivitajiet kummerċjali tagħhom.", "Lil dawn ma tistax tipprova teħodhom biex jixorbu l-ilma li tkun tridhom inti u fejn tridhom inti u meta tridhom inti.", "Jiena ma nemminx li qegħdin f'dak iż- żmien.", "Ma tistax tiggverna b'dan it-tip ta' mentalita' li inti lis-settur kummerċjali se tgħidlu: Ngħidlek jien fejn nieħdok, għax jien il-gvern.", "Jekk ikollna mentalita' simili, mbagħad naraw fejn se jispiċċa dan il- pajjiż!", "Imbagħad naraw fejn se jmorru bl-iżvilupp li jkunu jixtiequ jagħmlu!", "L-Onor.", "Evarist Bartolo tkaża wkoll li għandna bedstock żejjed!", "Għaliex ma jistaqsix lil sieħbu l-Onor.", "Karmenu Vella, li huwa midħla ħafna tas-settur turistiku, biex ikun jaf kif fis-settur turistiku f'Malta għandna bedstock żejjed.", "Qed ngħid hekk għax by elimination, l-Onor.", "Evarist Bartolo ħareġ bit-teorija li għandna bedstock żejda għaliex m'humiex jiġu turisti.", "Taf għaliex għandna siġġijiet vojta, Sur President, f'dan il-parlament?", "Għaliex m'hawnx membri parlamentari għal dan id-dibattitu bħalissa.", "Kull m'hawn tliet membri parlamentari u bik erbgħa.", "Mela by elimination, għax hawn erba' membri parlamentari, is-siġġijiet l-oħrajn huma żejda.", "Bl- istess mod ta' ħsieb, l-Onor.", "Evarist Bartolo wasal għall-konklużjoni li wasal għaliha.", "Pero' illum nistgħu niddeċiedu mod ieħor.", "Ejjew niddeċiedu dan il-bedstock meta oriġina!", "X'ċirkostanzi kien hawn u kif kien it-trend meta oriġina?", "Irid jew ma jridx l-Onor.", "Evarist Bartolo, it-trends għandhom rwol importanti.", "L-irwiefen li jkunu qegħdin jonfħu lis-settur kummerċjali huma ferm iktar qawwija minn dawk li nipprovaw nonfħu minn hawnhekk bħala politiċi.", "Aħna kellna epoka ta' ċertu żvilupp u llum għandna epoka ta' żvilupp differenti.", "F'pajjiżna kien hemm żmien meta kellna craze fejn kulħadd jipprova jagħmel sold billi jibni blokk flats ġewwa Buġibba u jikrihom bħala furnished flats.", "Illum għadu dak iż-żmien?", "Illum m'għadux dak iż- żmien għax m'aħniex tajbin fit-turiżmu bħalma konna dak iż-żmien.", "Kien hemm żmien fejn min kien jiġri miegħi ma kienx ilaħħaq miegħi.", "Illum jekk nipprova nerġa' mmur niġri, l-ieħor irid jagħtini vantaġġ ta' siegħa u t- tellieqa ddum nofs siegħa biex ma jilħaqnix.", "Ma nistgħux nipparagunaw iż- żmien meta dawn il-lukandi ġew mibnija f'ċertu mod b'bedstock maħluq f'ċertu sitwazzjoni maż-żmien tal-lum.", "Dak kien żmien ieħor.", "Dak kien żmien meta kull min ried jagħmel sold, investiment f'lukanda kienet l- opportunita' li kien hawn f'dan il-pajjiż.", "Illum huwa żmien differenti.", "Mela mhux trend!", "Illum, Mr Speaker, wieħed qed jiddeċiedi b'mod differenti dwar l-użu ta' l-art.", "Ħafna drabi r-riżors ta' art f'ċertu postijiet strateġiċi huwa limitat ħafna , u d-deċiżjoni dwar possibbiltajiet x'tagħmel bih tasal biex teħodha skond il-valur ta' l-art.", "U l-valur ta' l- art iwasslek biex inti tiddeċiedi fuq il-profit motive tiegħek ta kif se tagħmel l-iktar flus, kif se tasal għall-ikbar sostenibbilta' u għall-ikbar vijabbilta' kummerċjali minn dik l-art.", "Kellna sitwazzjonijiet f'pajjiżna fejn l-aħjar return ta' investiment minn postijiet strateġiċi wieħed kien jieħdu jekk jibni lukanda.", "Bħala eżempju nista' nsemmi x-Xemxija fejn kien hemm tal-Mistra, u lukandi oħrajn fosthom l-Imġarr hotel f'Għawdex.", "Illum l-iżviluppaturi jagħmlu return ta' iktar flus jekk jibnu appartamenti.", "Dak li kien qed jgħid l-Onor.", "Falzon.", "Ma kellux għalfejn jieħu għalih dak li qed jaspira li għada jkun il-ministru tat-turiżmu.", "Irrid ngħid ukoll li llum qegħdin naraw ukoll diversifikazzjoni fl- industrija tat-turiżmu, fejn għandna wkoll dik li nsejħu l-leisure industry.", "Illum il-ġurnata l-bini u l-bejgħ ta' appartamenti huma investiment li qed jirrendi hafna u li permezz tiegħu jsir ċertu kummerċ li huwa upgraded ħafna.", "Il-bini ta' appartament ta' eluf kbar ta' liri llum ikollu jdur miegħu value added workmanship, value added crafts u value added industry oħra biex tissupplixxih.", "Per eżempju fil-proġett ta' Tigne', safejn naf jien, m'hemmx lukanda, pero' l-iżvilupp kollu kemm hu huwa marbut ma' l-upgrading tal-leisure industry f'dan il-pajjiż.", "U l- leisure industry hija riżultat tad-diversifikazzjoni fl-industrija tat- turiżmu.", "Dan kollu qed ngħidu biex nirribatti l-ewwel argument min-naħa ta' l-oppożizzjoni.", "Sur President, dan il-kuntratt li qegħdin nitkellmu dwaru llum m'għadux jimponi fuq l-iżviluppatur li bilfors irid ikun hemm lukanda.", "Din hija għażla li saret bejn il-gvern u min qed jiddilja mal-gvern.", "Fl-opinjoni tiegħi dan il-kuntratt wasal biex jiġi finalizzat għaliex qiegħed jippermetti ċerta flessibbilta'.", "Ma kienx ikun kuntratt tajjeb kieku dan il-kuntratt tressaq kif inhu llum 13, 15 jew 20 sena ilu.", "Ta' 13-il sena ilu, l-intenzjonijiet kollha tiegħu kienu kuntratt tajjeb, maħsub bl-aħjar mod, għaliex l-aħjar investiment li seta' jinħoloq dak iż-żmien u li seta' jiġi maħsub dak iż-żmien kien il-bini tal-lukanda.", "Illum il-bini tal- lukanda m'hijiex bilfors l-aħjar priorita', m'hijiex bilfors l-aħjar triq.", "Minkejja dan, il-kuntratt qed jaħseb li jekk issir, allura dawk li se jidħlu għal dan l-iżvilupp iridu jibnu l-lukanda li tkun 4-Star jew 5- star.", "Dan ifisser li aħna mhux qed ngħidu li l-lukanda ma ssirx, qegħdin ngħidu li l-għażla hija ta' l-iżviluppatur skond il-mottiv tal-profitt tiegħu.", "Wara kollox, jekk ma jkunx hemm profit motive l-ebda żviluppatur ma jersaq għall-ebda tip ta' kuntratt, u la jsir xiri u lanqas bejgħ.", "Il-gvern qed iħalli f'idejn l-iżviluppatur, u jien naħseb parti mis-suċċess ta' dan il-kuntratt huwa dovut għal hekk.", "U jiena ngħid \"parti mis-suċċess\", għax diġa' huwa suċċess li l-Ministru Austin Gatt wasal hawn, għaliex dawn żgur li għamlu xhur sħaħ jitkellmu fuq kif se jaslu kemm mal-land department, mal-ministeru konċernat kif ukoll ma' l-iżviluppaturi msemmijin hawnhekk.", "Għalhekk, rridu nkunu flessibbili u nippermettu li fil-policies tagħna nkunu flessibbli – u dan huwa argument li nħobb nuża anke meta l-MEPA tkun se toħroġ xi policy - għaliex fil-kummerċ ma tafx x'jista' jinqalgħalek għada.", "Ir-riga trid tkun flessibbli.", "Mingħajr flessibbilta' l-gvern tal-lum u ta' għada ma jkunx jista' jippermetti li n-negozju jikber.", "M'għandux ikun li ma nkunux flessibbli għaliex naħsbu li nikkmandaw aħna u li niddeċiedu aħna lil min se jinvesti l-flus f'dan il-pajjiż.", "Jekk niddeċiedu kif irridu aħna l-ebda żvilupp ma jersaq 'il quddiem.", "Jien nimmaġina li kieku l- Ministru Austin Gatt ried bilfors lukanda, kieku llum mhux qed niddiskutu dan il-kuntratt.", "Il-prezz li kellu jħallas dan il-gvern biex dan il- kuntratt jersaq hawn kien li jagħti l-flessibbilta' lil min irid jiġi biex japplika ħalli jkun jista' jiżviluppa.", "Issa nerġa' ngħid li aħna mhux qed ngħidu li mhux se jkun hemm lukanda.", "L-option li tinbena lukanda tħalliet, pero' jekk tinbena din trid tkun 4-star jew 5-star.", "Sur President, dan li qed ngħid jien jista' ma jintogħġobx minn min huwa konservattiv, minn min m'huwiex business-minded jew minn min forsi jħaddan politika Laburista.", "Fid-dokumenti tagħhom, anke l-aħħar dokument li qegħdin jiddiskutu, jgħidu li jridu jindaħlu biex jidderieġu u ma jħallux liberta' lil min qiegħed fil-kummerċ jaħdem għal rasu.", "Jien naħseb li dik it-tattika lil dan il-pajjiż mhux titfgħu 'l quddiem, imma titfgħu lura.", "Sur President, kritika oħra inġusta min-naħa ta' l-Onor.", "Evarist Bartolo kienet li f'dan il-pajjiż qegħdin jinħattu lukandi.", "Issa ta' min igħid li qed jinħattu mhux lukandi li kienu mibnija l-bieraħ imma li kienu mibnija 15-il sena ilu.", "Binja ta' 15-il sena ilu hija kkonsidrata antika għas-suq turistiku tal-lum.", "Fis-suq turistiku, ftit ilu rajna l-Hilton li kienet għadha sabiħa fid-dehra, waqgħet u wara ftit xhur reġgħet inbniet iktar sabiħa milli kienet.", "Dak hu li għandna bżonn.", "Illum għandna l-Golden Sands ġewwa Għajn Tuffieħa fejn twaqqa' dak li kien hemm mibni 20 sena ilu biex jerġa' jinbena mill-ġdid.", "Ħafna nies jgħidu li din hija ħasra, pero' dak li tfisser il-kompetittivita', Mr Speaker.", "Jekk tmur il-Balluta ssib li minn roqgħa art li ma kienet xejn tara lukanda oħra kbira li qed tinbena ġdida.", "Allura din ma nsemmuhiex, Onor. Bartolo?", "Il-Cavallieri Hotel, lukanda mibnija 15-il sena ilu, qed titwaqqa biex tinbena waħda iżjed sabiħa minnha.", "Allura ma nsemmuhiex dik, Onor. Bartolo?", "Il-Fortina, taqa' lukanda biex jitla' torri, lukanda isbaħ.", "Din se tkun waħda min-novitajiet fil-qasam tal-lukandi ġewwa Malta.", "Dik hija l- kompetittivita', mela nsemmu l-kwantita' ta' bedstock biex ngħidu kemm għandna bedstock!", "Biex inżidu l-bedstock nistgħu mmorru Buġibba li hija mimlija holiday flats u tgħidx kemm inżidu bedstock!", "Fost eżempji oħra nista' nsemmi wkoll il-Grand Hotel ġewwa Għawdex, l-Inter-Continental, li ġiet miftuħa kważi sena ilu u l-Marsalforn Hotel f'Għawdex, miftuħa dan l- aħħar u rranġata ftit tax-xhur ilu.", "Dan hu s-settur turistiku.", "Biex nikkompetu, biż-żwiemel is-sbieħ irridu nikkompetu, bl-isbaħ lukandi rridu nikkompetu.", "Illum, lukanda ta' 15-il sena, hija lukanda antika.", "Jekk il-valur ta' l-art jagħti aktar qligħ lill-iżviluppaturi, allura dan l-iżvilupp għandu jitħallas għax Malta tkun aktar kompetittiva jekk l-iżviluppaturi jaqilgħu aktar flus.", "Lil min se jinbnew dawn l-appartamenti?", "Numru ta' appartamenti diġa` nbnew u nbiegħu lill-barranin u oħrajn inbiegħu lill-Maltin.", "Hija għażla ta' dan il-poplu bħalma hija għażla l-craze li hawn fuq il- maisonettes.", "Qed jitwaqqgħu djar mibnijin 12-il sena ilu bit-trends ta' 12- il sena għax it-trends ta' 12-il sena ilu m'humiex it-trends tal-lum.", "Min għandu villa qed imur joqgħod f'appartament - qabel konna ngħidulu flat u llum ngħidulu appartament - u min għandu flat irid imur joqgħod ġo maisonette.", "L-oppożizzjoni qalulna fuq l-iżvalutar tal-lira.", "Issa l-Onor.", "Evarist Bartolo beda jsemmi l-prezzijiet tal-flats.", "Mur ara l-prezzijiet ta' dawn il-flats kieku jseħħ l-iżvalutar, Sur President!", "Qegħdin jipprovaw jiżvalutaw is-settur kummerċjali, u jien dan li jbeżżgħani.", "L-Oppożizzjoni għadha bil-mentalita` li tista' tidderieġi kollox kif trid hi.", "Sur President, jien ngħid li dan il-kuntratt se jwassal biex f'Għawdex ikun hemm żvilupp.", "Hemm flessibbilta` garantita lill-iżviluppaturi u skond x'jirrendi fis-suq dawn se jkunu qegħdin jibnu.", "Hemm kundizzjonijiet li huma imposti fuq l-iżviluppaturi, bħal per eżempju, l-istandard tal-hotel u li kull xogħol li jsir irid ikollu l-permessi meħtieġa.", "Hemm ukoll klawsoli biex ikun hemm ir-repair and maintenance fuq il-fortifikazzjonijiet u dak kollu li huwa ta' valur storiku.", "L-iżviluppaturi bilfors iridu jagħtu l- aċċess lill-pubbliku in ġenerali sabiex dan ikun jista' jgawdi dawk l- attrazzjonijiet storiċi li hemm.", "Dawn ma jistgħux jagħmlu excavations barra minn swimming pools u l-underground parking minħabba sejbiet arkeoloġiċi, u kull sejba arkeoloġika li tinstab - din hi l-liġi ta' dan il-pajjiż - tkun proprjeta` tal-gvern.", "Smajna wkoll mingħand l-Oppożizzjoni li dan qed jingħata bl-irħis.", "Issa jien niftakar li meta l-Onor.", "Alfred Sant kien Prim Ministru, dan ried jagħti lil forti Sant'Anġlu - fortikazzjoni prime site – b'pagament ta' seqer!", "Allura x'nista' ngħidlu jien?", "Li kien qed jiżvaluta l-preġju u l- prezz tal-forti Sant'Anġlu li kien se jgħaddih lill-Ordni ta' San Ġwann?", "Allura x'nista' ngħidlu jien, li kien qed jgħaddi dan il-forti b'xejn lill- Ordni ta' San Ġwann għaliex kien qed jitlob seqer għalih?", "Din hi parentesi umoristika, Sur President, u ma tfisser xejn, imma ejjew ma noqogħdux ngħidu bħalma qal l-Onor.", "Mangion li jekk tikkunsidra l-prezz ta' appartament ġewwa Tas-Sliema li jiswa eluf kbar ta' liri, allura din l-art ingħatat b'xejn.", "Pero` l-art li fuqha hemm mibnija dawk il-50 appartament ġewwa Tas-Sliema, ma kinitx tiswa daqs kemm jiswew l-appartamenti kollha flimkien.", "Parti mill-prezz mhux se jitħallas lill-gvern direttament fi flus imma dan xorta se jwassal biex il-gvern u l-poplu Għawdxi jgawdi għax se jiġu ġenerati l-impjiegi.", "U l-investiment li se jsir fuq l-appartamenti se jiġġenera wkoll mpjiegi indiretti għax joħloq additional commercial activity u jsaħħaħ l-industrija tal-kostruzzjoni.", "Dawn ma nistgħux ma nsemmuhomx Sur President, għaliex jekk se jkun hemm il- bini ta' appartamenti, u fl-appartamenti se jmorru joqogħdu n-nies, mela dan ikun ifisser li numru ta' nies ser imorru Għawdex, illum bil-vapur u għada wkoll bil-helicopter jew fixed wing.", "Se jkun hemm iżjed nies li se jmorru jixtru l-ħtiġijiet ta' kuljum minn negozji ta' Għawdex u se joħorġu jieklu fir-restaurants ta' Għawdex.", "Dan hu s-settur turistiku modern li jien minflok insejjaħlu settur turistiku, insejjaħlu l-leisure industry li, kif għidt fil-bidu, hija d-diversifikazzjoni tas-settur turistiku kif konna nafuh oriġinarjament.", "Iva, f'dan il-kuntratt m'aħniex naraw gvern spekulatur, pero' qed naraw gvern li qed jaħseb kif jiġġenera l-impjiegi, gvern li qed jaħseb kif f'dan il-pajjiż titkattar – speċjalment f'Għawdex – l-attivita` kummerċjali.", "U din l-attivita` kummerċjali titkattar bil-bini ta' din iz-zona.", "Fiha nnifisha din se toħloq u se tiġġenera l-attivita` kummerċjali.", "Għalhekk irridu nkunu attenti meta niġu hawnhekk u nikkritikaw għaliex mhux se tinbena lukanda.", "L-Onor.", "Leo Brincat qalilna li hawnhekk għandna sell- out u imbagħad l-Onor.", "Bartolo qalilna li ma jafx kif il-banek qegħdin jiffinanzjaw il-bini tal-proprjeta`.", "Sur President, hawnhekk qegħdin naraw the Opposition at work, tirredikola lill-banek.", "Għandna l-Onor.", "Evarist Bartolo, il-ministru tat-turiżmu alternattiv ta' gvern alternattiv li lill- banek qed jgħidilhom: Inthom tafu x'inthom tagħmlu?", "Kif qegħdin issellfu u tiffinanzjaw il-bini tal-proprjeta`?", "Faċli, Onor. Bartolo, għaliex il-bini tal-proprjeta` fil-preżent hu l-aħjar investiment.", "Irridu noqogħdu attenti sabiex il-banek jiffinanzjaw lukandi wkoll, imma lukandi li jagħmlu sens.", "Sur President, dan il-kuntratt fih innifsu huwa riżultat ta' riskju li l- gvern qiegħed jieħu, riskju biex ngħid hekk fil-prinċipju tal- flessibbilta`.", "Qabel kellna kuntratt li jorbot u issa għandna kuntratt li huwa aktar inklinat li jwassal għas-suċċess ta' dan l-iżvilupp, suċċess li jien ngħid għandu jirrendi tajjeb għall-Għawdxin mill-Għawdxin.", "Permezz ta' dan l-investiment ikollna proġett ieħor bħalma hu ta' Tigne`, tal-Birgu u ta' Portomaso li fl-aħħar mill-aħħar se jgħin biex dan il-pajjiż jiġġenera iktar impjiegi speċjalment f'Għawdex.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Fid-9:00 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "KUMITATI PERMANENTI", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Robert Arrigo.", "ONOR.", "ROBERT ARRIGO: Sur President, jien li kont chairman tal-Kumitat dwar l-Abbozzi ta' Liġi minflok l-Onor.", "David Agius, nixtieq nirrapporta li l-Abbozz ta' Liġi li jkompli jemenda l-Kodiċi Ċivili għadda mill-istadju ta' kumitat b'emendi.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Insejjaħ issa lill-Viċi Prim Ministru biex, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "TONIO BORG (Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern): Sur President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar il-Ġimgħa 17 ta' Diċembru 2004 fid-9.00 a.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Medjazzjoni - Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar it-Trasferiment ta' Artijiet tal- Gvern - Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jkompli jemenda l-Kodiċi Ċivili - Tielet Qari;", "Riżoluzzjoni dwar l-għoti b'ċens tal-Fortizza ta' Chambray, Għawdex – Kontinwazzjoni;", "Abbozz ta' Liġi dwar Arkivji Nazzjonali - Kumitat (Kont); u", "Abbozz ta' Liġi li Jimplimenta Miżuri ta' l-Estimi - Tieni Qari. ------------------------", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Reġistru Ċentrali - Kumitat Permanenti.", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Sigurta` Soċjali - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Hawn rimarki?", "L-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI (Segretarju Parlamentari): Sur President, xtaqt li nieħu dan l-Aġġornament biex nagħti rendikont tax-xogħol li sar tul din is-sena fil-Ministeru tal-Ġustizzja u Intern speċjalment fis-settur tal-Qrati.", "Irrid infakkar li bħal-lum sena, fil-15 ta' Diċembru 2003, daħħalna in vigore għall-ewwel darba l-avviż legali li bih biddilna l-qafas ta' kif taħdem u topera l-Qorti tal-Familja, fejn għall-ewwel darba daħħalna l- medjazzjoni bħala parti mill-proċess legali li l-koppji li jkunu se jisseparaw iridu jmorru għalih.", "Minn dik il-ġurnata rrid ngħid li ħadna numru kbir ta' miżuri sabiex immexxu aktar 'il quddiem dan is-settur tal- ġustizzja.", "Irrid infakkar ukoll li bl-Att IX ta' din is-sena, daħħalna wkoll numru ta' miżuri li permezz tagħhom irnexxielna nħaffu numru ta' proċeduri li jsiru fil-qrati tagħna.", "Ta' min isemmi b'enfasi li daħħalna emenda li permezz tagħha kull min ikollu jieħu fuq kambjala, jekk jibgħat ittra uffiċjali lill-parti l-oħra li jkollha tagħtih, fi żmien jumejn li wieħed ikun irċieva dik il-kambjala dik tkun tfisser li tkun saret sentenza tal-qorti.", "Irridu nirreġistraw li minn meta daħħalna partijiet mill-Att IX fis-seħħ fl- 10 ta' Awissu sal-lum, diġa` daħlu mal-200 -ittra uffiċjali u dan ifisser li 200 ruħ kellhom sentenza tal-qorti fi żmien jumejn u li naqsu 200 kawża mill-qorti.", "Apparti hekk dawn il-persuni ħallsu ferm inqas flus milli kienu jħallsu li kieku għamlu azzjoni kambjarja.", "Miżura oħra li għamilna kienet dik li ngħaddu numru ta' kawżi liċ-Ċentru Malti għall-Arbitraġġ.", "Minn Settembru ta' din is-sena, l-inċidenti tat- traffiku kollha li huma minn Lm1,500 sa Lm5,000 għaddejnihom lil dan iċ- Ċentru u s'issa kellna disa' każi, jiġifieri medja ta' erba' każi fix-xahar li kienu ttrattati hemmhekk.", "L-istatistika turi li kull min jippreżenta l- proċeduri tiegħu fiċ-ċentru ta' l-arbitraġġ qiegħed jiffranka medja ta' 50% u jista' jasal anke sa 60% ta' l-ispejjeż li wieħed kieku jonfoq fil-qorti.", "Dan ifisser li l-ispejjeż fiċ-ċentru ta' l-arbitraġġ huma 50% inqas minn dawk fil-qorti.", "Wieħed irid jgħid li l-proċedura fiċ-ċentru ta' l-arbitraġġ timxi b'aktar ħeffa.", "Fl-ewwel laqgħa li ssir bejn il-partijiet, l-arbitru jistabbilixxi l- ġranet u l-ħin meta l-partijiet għandhom jixhdu, u dan ifisser tnaqqis fit- telf tax-xogħol u ta' żmien ta' dawn il-persuni li huma involuti f'dawn it- tipi ta' inċidenti.", "Għalhekk, għall-ewwel darba qed tingħata fiduċja fil- mod ta' kif wieħed jopera l-ġustizzja f'dan is-settur partikolari.", "Irridu ngħidu wkoll li b'avviż legali li se joħroġ fis-17 ta' Jannar tas- sena li ġejja, se nżidu l-kompetenza taċ-ċentru ta' l-arbitraġġ u minflok jidħlu kawżi minn Lm1,500 sa Lm5,000, jibdew jidħlu kawżi minn Lm500 sa Lm5,000.", "Dan hu proċess gradwali li wieħed jitgħallem minnu kontinwament għax huwa proċess innovattiv u forsi radikali.", "Sur President, irridu nenfasizzaw li din is-sena, b'dan il-pass erġajna għamilna qabża oħra 'l quddiem.", "Irrid ngħid ukoll li l-kabinett riċentement ukoll approva white paper li fiha qed nagħmlu 13-il proposta ġdida fil-kamp ċivili u 13-il proposta ġdida fil-kamp kriminali u li, jekk Alla jrid, fil-bidu ta' din is-sena ser tkun ippubblikata u mqiegħda- għad-diskussjoni.", "L-intenzjoni tal-gvern hija li għat-tliet jew erba' xhur ta' wara, niddiskutu d-diversi punti li aħna nixtiequ nemendaw, wara li nikkonsultaw lil dawk kollha involuti fis- settur, bħalma huma l-avukati, il-prokuraturi legali, in-nies fil-kummerċ u n-nies li jaħdmu f'ċerti setturi, bl-intenzjoni li wara li nirċievu dawn l- opinjonijiet kollha, ngħaddu biex nagħmlu l-liġijiet neċessarji.", "Sur President, irrid ngħid li f'dan il-ministeru qegħdin naħdmu wkoll sabiex aktar 'il quddiem inressqu abbozz ta' liġi dwar il-mandati eżekuttivi u l-mandati kawtolatorji.", "Sur President, kif qegħdin fil-kodiċi illum dawn il-mandati huwa antikwat, u allura beħsiebna nipproponu numru ta' emendi li permezz tagħhom dawn il-mandati jimxu b'mod iktar raġonevoli u mgħaġġel mingħajr ma nnaqqsu d-drittijiet tad-debituri, imma fl-istess ħin niżguraw li wieħed li jkun ħa sentenza fil-Qorti, jista' attwalment jesegwiha.", "Irrid ngħid ukoll li dan huwa kollu frott tad-determinazzjoni tagħna li naraw li l-Qorti taħdem aħjar u tagħti r-rimedji neċessarji liċ-ċittadini tagħna.", "Kulħadd jammetti li sfortunatament għad għandna pockets fis- sistema legali tagħna fejn in-nies qegħdin ibatu, pero' huwa minnu wkoll li ġeneralment kien hemm improvement kbir.", "Kif għedt fid-diskors tiegħi tal- budget, għamilna qabża 'l quddiem fis-sens li għandna 'l fuq minn 50% tal- kawżi li jiġu ppreżentati l-qorti - jiġifieri fil-Prim'Awla, fil-Qorti tal- Maġistrati u fit-tribunal għat-talbiet iż-żgħar - jieħdu anqas minn tliet snin biex jiġu deċiżi.", "Mhux biss imma din is-sena għall-ewwel darba rreġistrajna tnaqqis ta' 10% fil-kawżi fil-Prim'Awla tal-Qorti Ċivili fuq dak li kellna s-sena l-oħra.", "Sur President, dawn huma kollha passi 'l quddiem li se jagħtuna aktar riżultati fix-xhur li ġejjin sabiex f'dan il-pajjiż ikun jidher iktar ċar li l-ġustizzja mhux biss issir, imma tidher li qed issir u ssir b'aktar ħeffa.", "Wieħed irid jgħid li l-preokkupazzjoni tagħna mhix tant l- istatistika ta każi fil-qorti, imma iktar u iktar għax nemmnu li wara n- numri ta' l-istatistika, hemm in-nies.", "U allura ladarba hemm in-nies wara dawk in-numri ta' l-istatistika, aħna ninkwetaw u nixtiequ li nnaqqsu mid- dwejjaq u mid-diffikultajiet kbar li jgħaddu minnhom dawn in-nies.", "Iva, dan kien l-iskop tal-passi li ħadna, jiġifieri l-Att tal-Qorti tal-Familja, l-abbozz tal-liġi numru IX, il-white paper li ħierġa dalwaqt u l-Abbozz ta' Liġi fuq iċ-Ċentru tal-Medjazzjoni li qiegħed fit-tielet stadju, u li, jekk Alla jrid, għada l-Parlament se japprovah.", "Irrid ngħid ukoll li kif ġie rrapportat fil-Parlament illejla, ġie konkluż ukoll l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili li ilna sena sħiħa naħdmu fuqu.", "Fil-fatt, irrid nirringrazzja lin-nies kollha li ħadu sehem f'dan il-kumitat, b'mod partikolari lill-Avukat tar-Repubblika Dr Peter Grech li kien involut f'dawn l-emendi tal-kodiċi ċivili.", "Jekk wieħed jiġbor dan ix-xogħol u l-emendi kollha li għamilna, wieħed jinduna li din kienet sena tajba ħafna favur is-sistema tal-ġustizzja f'dan il-pajjiż.", "Għar-rigward il-Qorti tal-Familja, wieħed issa jrid jibda jeżamina x'ġara wara esperjenza ta' sena.", "Jien għandi f'idejja ftit statistika li qiegħda toħroġ mill-Qorti tal-Familja.", "Din hi statistika li għad irridu ngħarbluha aktar fil-fond, pero` s'issa wieħed diġa` jista' jara ċertu trends.", "Ninnotaw li tul din is-sena, jiġifieri mis-16 ta' Diċembru tas-sena li għaddiet sal-lum, ġew ippreżentati 1,015 ittra fejn saret talba għal separazzjoni.", "Irridu ngħidu li minn dawn l-1,015 ittra, madwar 546 ġew konklużi u 430 minnhom għadhom għaddejjin bil-proċedura tal-medjazzjoni.", "Mill-istatistika jidher b'mod ċar li l-maġġoranza kbira tan-nies, 90% ta' dawn il-persuni, aċċettaw u ħadmu fil-medjazzjoni.", "Fil-fatt, mill-1,015 każ, kellna 96 każ biss fejn il-partijiet ma wrew l-ebda interess fil- medjazzjoni, pero` fil-bqija tal-każi l-oħra, kien hemm interess.", "Sur President, irridu ngħidu li mill-546 każ konklużi fil-medjazzjoni, 54 minnhom ingħalqu b'mod favorevoli fis-sens li kellna 14-il ittra li ġew irtirati u 40 każ fejn il-partijiet irrikonċiljaw.", "Jiġifieri, 10% ta' dawn il-564 każ irrikonċiljaw wara li bdew il-proċess tas-separazzjoni.", "Minn dawn il-546, għandna 333 każ li ngħataw l-awtorizzazzjoni biex jipproċedu l- qorti u minn dawn it-333, għandna dawn il-100 każ li semmejt ta' persuni li m'humiex interessati, Kellna 50 każ fejn waħda mill-partijiet hija msiefra - u allura l-parti l-oħra ma setgħetx tipparteċipa fil-medjazzjoni u allura l-proċess tal-medjazzjoni ngħalaq mill-ewwel – u kellna 190 każ ta' persuni li daħlu fil-proċedura tal-medjazzjoni pero` ma waslux għal ftehim.", "Mill- 546 irridu ngħidu li 160 minnhom waslu għal ftehim biex jagħmlu s- separazzjoni bonarja, u dan ifisser li b'mertu tal-medjazzjoni, il- partijiet ikkonkludew il-proċeduri u ftehmu kif se jagħmlu s-separazzjoni mingħajr ma marru l-Qorti.", "Dawn il-160 każ fejn sar kuntratt ta' separazzjoni huma nklużi fil-figura ta' kważi 450 każ ta' koppji b'kuntratt ta' separazzjoni.", "Jekk wieħed jara l-istatistika li kellna s-sena l-oħra, wieħed isib li bejn wieħed u ieħor, għar-rigward il-kuntratti tas- separazzjoni, bqajna fl-istess livell li konna s-sena l-oħra.", "Fil-fatt, is- sena l-oħra kienu ġew approvati kważi 520 kuntratt ta' separazzjoni u din is-sena ġew approvati 450 kuntratt ta' separazzjoni.", "Li nistgħu nanalizzaw minn dawn ir-riżultati huwa li l-medjazzjoni qiegħda taħdem u qed taħdem tajjeb.", "Hemm parteċipazzjoni qawwija fil-medjazzjoni u fil-fatt irrid ngħid li oriġinarjament, meta għamilna dan l-avviż legali, ħsibna li 40 siegħa fil-ġimgħa minn dawn il-medjaturi għandu jkun biżżejjed biex ilaħħaq mal-każi.", "Illum tlajna għal kważi 180 siegħa ta' medjazzjoni, mogħtija minn numru kbir ta' medjaturi, u dan juri li l-Istat qiegħed jipprovdi s-servizz tal-medjazzjoni u hemm għatx ukoll għaliha.", "Jiġifieri, s'issa l-feedback li għandna huwa ta' persuni li qegħdin jipparteċipaw.", "Irrid ngħid ukoll li kellna wkoll ittri għar-rigward tat-tfal, jiġifieri ittri li ġew ippreżentati jew minn koppji li m'humiex miżżewġin jew inkella ittri minn koppji li huma miżżewġin pero` għandhom diffikulta` fuq l-aċċess għat-tfal.", "Din is-sena kellna 193 ittra f'dan is-sens u nfakkar li dawn il- persuni jmorru wkoll quddiem il-medjatur.", "Inżid ngħid ukoll li din is-sena kellna 64 ittra għall-medjazzjoni fejn kien hemm diġa` kuntratt ta' separazzjoni bejn il-partijiet u l-partijiet inbidlulhom iċ-ċirkostanzi u allura reġgħu marru quddiem medjatur sabiex dan ikun jista' jara l- affarijiet.", "Għaldaqstant, minn dak li wieħed jista' jara s'issa, jirrizulta li l-medjazzjoni ħadmet tajjeb u tat ħafna frott.", "Aħna għadna m'aħniex mija fil-mija sodisfatti kif qed taħdem is-sistema u rridu naraw li, iktar 'il quddiem, nagħmlu numru ta' emendi f'din id-direzzjoni sabiex intejbu s-sistema.", "Iva Sur President, irridu nirreġistraw li qegħdin naraw li l-medjazzjoni hija aċċettata, li there is no going back over mediation u li 90% - li huwa livell għoli ħafna meta tikkunsidra li din hija xi ħaġa innovattiva fil-pajjiż -qegħdin jużawha.", "Sur President, irrid ngħid ukoll li rajna progress kbir fis-sezzjoni tal- parti kriminali tal-Qorti tal-Familja - fejn ikun hemm każi kriminali relatati mal-familja bħal, per eżempju, fil-każi fejn ir-raġel jew il-mara ma jkunux ħallsu l-manteniment, il-mara ma tkunx għaddiet it-tfal lir-raġel jew inkella jkun hemm każi ta' swat lill-komponenti tal-familja.", "Dawn il- każi m'għadhomx isiru fid-distrett imma qegħdin imorru direttament quddiem maġistrat, li huwa maġistrat inkarigat fil-Qorti tal-Familja biex jispeċjalizza fuq dawn it-tip ta' każi.", "Irridu ngħidu li dan hu pass pożittiv ħafna anke għaliex rajna għall-ewwel darba b'mod ċar x'inhi s-sitwazzjoni hemmhekk.", "Wieħed irid jgħid li s- sitwazzjoni fil-kamp tal-vjolenza domestika hija sitwazzjoni li titlob attenzjoni mil-leġislatur.", "Jien smajt lill-Onor.", "Dolores Cristina waqt id- dibattitu tal-budget tgħid li l-abbozz ta' liġi dwar il-vjolenza domestika dalwaqt ikun ippreżentat u nisperaw li jkun.", "Sur President, xtaqt nikkonkludi billi ngħid li ġeneralment din kienet sena ta' ħidma kbira u rrid ngħid ukoll li s-sena li ġejja, jekk Alla jrid, tkun ukoll sena oħra ta' ħidma, li fiha wieħed jagħti attenzjoni iktar lill- problemi kbar li hemm fil-qorti.", "Aħna ma ninħbewx wara paraventi u ngħidu li fil-qorti m'hemmx problemi.", "Fil-qorti hemm problemi, u hemm problemi kbar, pero` li hu żgur hu li aħna determinati li naffrontaw dawn il- problemi u nipprovaw insibu s-soluzzjonijiet bil-koperazzjoni tan-nies li huma involuti.", "Irrid insemmi wkoll li ħadt pjaċir li llum irċevejt direttiva maħruġa mill- Kamra ta' l-Avukati dwar kif għandha topera aħjar ir-relazzjoni bejn l- avukati u l-ġudikatura f'dak li għandu x'jaqsam man-notifiki.", "Din il- kwestjoni ġibdet l-attenzjoni tal-pubbliku riċentement minħabba każi li qam il-qorti, iżda tajjeb li ngħid li l-koperazzjoni bejn il-ġudikatura u l- avukatura tjiebet ħafna għax hemm punti ta' qbil li fuqhom wieħed għandu jipproċedi.", "Din hija d-direzzjoni t-tajba.", "Aktar ma jkun hemm koperazzjoni u uniformita` fil-qorti – uniformita` fil-mod kif jaħdmu l- ġudikanti u anke koperazzjoni mill-avukati - aktar il-piż tax-xogħol fil- qorti jeħfief.", "Sur President, nispera li s-sena li ġejja ikollna aktar minn dawn is- suċċessi.", "Irrid ngħid ukoll li grazzi għall-Prim Imħallef, din is-sena beda jopera wkoll dak li jissejjaħ rule making body li huwa kumitat imwaqqaf mill-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili li permezz tiegħu l-Prim Imħallef u numru ta' ġudikanti jagħmlu regoli li bihom ikun hemm uniformita` akbar fuq kif taħdem is-sistema tal-qorti.", "Naħseb li bil-koperazzjoni u bil- ħidma - għaliex jekk ma jkunx hemm il-ħidma ta' kulħadd wieħed ma jimxix 'il quddiem - wieħed ikun jista' jagħmel progress kbir.", "Nagħmlu x'nagħmlu hawnhekk, jekk ma jkunx hemm il-koperazzjoni ta' min jiġġudika u ta' min jipprattika bħala avukat u bħala prokuratur legali, l-affarijiet ma jimxux 'il quddiem.", "Nagħlaq billi ngħid li tul din is-sena bdejna nbiddlu ċerti mentalitajiet u kulturi legali li għada pitgħada ngawdu l-frott tagħhom.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Insejjaħ lill-Onor.", "Joseph Falzon.", "ONOR.", "JOSEPH FALZON: Sur President, nieħu din l-okkażjoni biex nagħti l- awguri tal-Milied u s-sena tajba lill-familja tiegħi, lilek b'mod speċjali Sur President, lill-iSkrivan tal-Kamra u l-ħaddiema kollha tiegħu kif ukoll lill-membri kollha taż-żewġ naħat tal-Kamra.", "Sur President, ikun tajjeb li dan il-Parlament inkomplu nkabbrulu l-ġieħ u d-dinjita` li jixirqulu.", "Dan il-Parlament hu magħmul minn żewġ partiti u l- partit tan-naħa tal-gvern b'mod partikolari huwa impenjat biex waqt li jkabbar l-iżvilupp ekonomiku ta' pajjiżna u jagħmlu iżjed kompetittiv, dan ma jinsiex il-kuxjenza soċjali speċjalment fejn jidħlu ż-żgħażagħ tagħna.", "Sur President, nixtieq nieħu dan il-ħin biex nistieden liż-żgħażagħ – li huma parti importanti mis-soċjeta` tagħna - biex jieħdu sehem attivament f'dan il-proġett interessanti li għandna għal Malta tagħna.", "Ovvjament, jiena mhux liż-żgħażagħ biss nistieden imma lis-soċjeta` kollha fid- diversi strati tagħha.", "Irridu lkoll nifhmu li rridu niġbdu ħabel wieħed biex f'dan il-pajjiż nirnexxu.", "Ejja ma nadottawx politika ta' konfrontazzjoni u ma nitbiegħdux minn xulxin minħabba piki li ħafna drabi ma jwasslu mkien, għax il-pajjiżi ġirien tagħna mexjin 'il quddiem u aħna biex nikkompetu rridu naħdmu b'solidarjeta` kbira ma' xulxin sabiex insaħħu lil pajjiżna.", "Sur President, nieħu din l-okkażjoni wkoll biex ngħid x'fissret il-walk out mill-Parlament min-naħa ta' l-Oppożizzjoni lbieraħ.", "Ma rridx nindaħal u l- Oppożizzjoni tara hi l-politika tagħha.", "Pero` aħna rridu nersqu lejn xulxin għaliex il-politika teħtieġ li nkunu serji f'dak li nagħmlu u jkollna għemil u ħsieb tajjeb ħalli pajjiżna mmexxuh 'il quddiem.", "Sur President, nagħmel appell dwar il-proġett ta' l-Istrina li issa qed isir minn sena għal oħra.", "Jien nirringrazzja b'mod partikolari lil Peppi Azzopardi għall-ħidma kbira li jagħmel, u lit-team tiegħu u nixtiqilhom suċċess.", "Nawgura lit-team kbir li għandu u lil dawk il-persuni li se jivvolontarjaw u se jikkontribwixxu.", "Il-qalb tagħna l-Maltin hi kbira u hi verament solidali u ġeneruża.", "Tajjeb li l-Maltin jingħaqdu biex jikkontribwixxu għal dan il-proġett ta' l-Istrina li daħal fil-kalendarju tagħna u j'Alla jinqabeż mhux biss il-Lm1 miljun imma ferm u ferm iżjed.", "Nagħlaq billi nawgura l-festi t-tajba lill-poplu Malti u Għawdxi kollu b'mod speċjali lill-kostitwenti kollha tad-disa' distrett.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada l- Ġimgħa, 17 ta' Diċembru 2004 fid-9.00 a.m. bl-aġenda kif komunikata mill- Viċi Prim Ministru.", "Fid-9:30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "PROGRAMM ISTRINA – ĠBIR TA' FLUS MILL-ISKEJJEL", "9720.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: Jista' il-Ministru jivverifika lmenti li rċevejt li tfal fl-iskejjel ta' l-Istat qed jiġu mġiegħla jiġbru l-flus għal programm l-Istrina?", "Jista' jikkonferma rapporti li għandi li dan il-ġbir qed isir b'impożizzjoni minflok b'mod volontarju?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ma jirriżultaw l-ebda lmenti dwar ġbir fl-iskejjel konessi ma' l-inizjattiva tal-community chest fund Istrina.", "Kull ġbir ta' flus fl-iskejjel hu regolat skond ċirkolari OPS 65/98.", "Kull ġbir hu volontarju.", "GĦALLIEMA - DIPLOMA COURSE", "9728.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: Jista' il-Minstru jgħid jekk għalliema li jitħajjru jagħmlu xi diploma course fl-Universita' ta' Malta jiġux inkoraġġiti u mħajra jagħmlu hekk?", "Kemm kien hemm għalliema li matul din is-sena applikaw sabiex jagħmlu xi kors?", "Kemm ġew aċċettati?", "X'kienu r-raġunijiet li ngħataw dawk li ma ġewx mogħtija l-permess li jagħmlu xi kors?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Għalliema li jitħajjru jsegwu courses l-universita' mhux soltu jitolbu permess biex jagħmlu dan għaliex kulħadd għandu dritt juża l-ħin liberu tiegħu kif jixtieq.", "Għalhekk mhux possibbli li wieħed jgħid kemm applikaw matul din is-sena għaliex m'hemmx bżonn ta' permess għal dan.", "Dwar il-korsijiet ta' filgħodu l-għalliema jkunu fuq xogħolhom fl-iskola f'dan il-ħin u mhux possibbli li wieħed, bħala regola, jaċċetta talbiet biex ikunu assenti mill-iskola sabiex jattendi l-korsijiet.", "SKEJJEL TA' L-ISTAT – ĠBIR TA' FLUS", "9735.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid x'inhi l-policy dwar ġbir ta' flus fl-iskejjel ta' l-Istat?", "Xi kriterji jintużaw sabiex jingħataw il- permessi meħtieġa, jekk hu l-każ, lil dawk li japplikaw?", "Fil-każ li huwa hekk, jista' jgħid jekk il-persuna - li isimha qed jintbagħat separatament - applikax u ngħatax il-permess?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-iskejjel jimxu fuq ċirkolari OPS 65/98 fejn jidħol ġbir fl-iskejjel.", "Din iċ-ċirkolari tgħid li ma jistgħux isiru aktar minn ħames ġabriet fis-sena u tispeċifika li waħda minnhom għandha tkun lejn il- community chest fund.", "Informat ukoll li meta jaslu talbiet minn organizzazzjonijiet differenti għal permess ta' ġbir fl-iskejjel, id-diviżjoni tikkonsidra l-ġenwinita' ta' l-organizzazzjonijiet, pero' tħalliha f'idejn il-kap ta' l-iskola jekk jagħżilx organizzazzjoni minn oħra, fil-limitu ta' mhux aktar minn dak li jidher fiċ-ċirkolari.", "Din it-talba għaddiet bil-proċess normali u ngħata l- permess.", "REGOLAMENTI DWAR VETTURI BIL-MUTUR", "9736.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 9483 u cioe' jikkjarifika jekk persuna li ħadet il-liċenzja fis-sewqan f'April 2003 u tkun ħallset kontravenzjoni ta' Lm10 dwar ipparkjar fuq double yellow line jitnaqqsulhiex il-punti skond hekk, peress li skond Regolament 34 tar- Regolamenti ta' l-2002 dwar il-Vetturi bil-Mutur il-kontravenzjoni mhijiex waħda mill-offiżi elenkati fis-6th schedule, Regulation 341 tad-Driving Offences Codes S.L.65.18?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Peress li l-liċenzja tas-sewqan in kwestjoni ħarget qabel Jannar 2004, jiġifieri qabel ma bdiet topera s-sistema ta' liċenzji \"bi prova\" ibbażata fuq tnaqqis ta' punti penali, ma jitnaqqsux punti minn fuq din il-liċenzja.", "Rigward il-kontravenzjoni dwar ipparkjar fuq double yellow line, din tinsab fis-6th schedule, TS4.", "ĦRUĠ TA' FLUS BARRA MINN MALTA", "9737.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 9577 u coe' jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet minn individwi u kumpanniji għall-ħruġ ta' flus minn Malta minn Jannar 2003 sa Ottubru 2004?", "Kemm jammontaw id-depożiti tal-banek lokali f'munita barranija?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-ammont ta' flus maħruġ minn individwi u kumpanniji Maltin bejn Jannar 2003 u Ottubru 2004 kien ta' Lm 65,151,000.", "Kien hemm 10,431 applikazzjoni.", "Fl-aħħar ta' Ottubru 2004 id-depositi f'munita barranija tal-banek kollha li joperaw f'Malta kienu jammontaw għal Lm1,370 biljun.", "Dan l-ammont jinkludi d-depositi ta' Maltin kif ukoll ta' barranin.", "MUNITA BARRANIJA", "9738.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 9578 u cioe' jgħid kemm-il applikazzjoni rċieva r-regolatur għal ħruġ lill- pubbliku ta' fondi denominati f'munita barranija matul is-snin 2003 u 2004?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "TRASPORT PUBBLIKU - ŻIEDA FIN-NOLLIJIET", "9739.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: Wara li fil-budget għas-sena 2005 il-gvern ħabbar żieda fil-prezz għat-trasport pubbliku, jista' il-Ministru jgħid x'inhi r- raġuni li l-istudenti fil-junior college u l-universita' ma jikkwalifikawx għall-eżenjoni minn din iż-żieda?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Filwaqt li nitlob lill-Onor.", "Interpellant jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat, tajjeb jiġi nnotat li n-noll speċjali għall-istudenti dejjem kien japplika sa 16-il sena."]} {"filename": "20070718_553d_par.doc", "date": "2007-07-18", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Uffiċjali u Rivedut) L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 553 L-Erbgħa, 18 ta' Lulju, 2007 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 553", "l-Erbgħa, 18 ta' Lulju, 2007", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.02 p.m.", "Talba", "Seduta Nru. 553", "L-Erbgħa, 18 ta' Lulju, 2007", "WERREJ", "MINUTI 521", "RULING TA' MR SPEAKER 521", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 522", "TQEGĦID TA' KARTI 528", "MOZZJONIJIET", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR L-AFFARIJIET TAL-KONSUMATUR (L-Ewwel Qari) 531", "MOZZJONI TA' SFIDUĊJA FIL-MINISTRU GĦALL-IŻVILUPP URBAN U TOROQ 533", "ABBOZZ TA' LIĠI BIEX JEMENDA L-ORDINANZA LI TNEĦĦI L-KONTROLL TAD-DJAR (It-Tielet Qari)", "HOUSING (DECONTROL) (AMENDMENT) BILL (Third Reading) 561", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-KOSTITUZZJONI TA' MALTA (It-Tielet Qari)", "CONSTITUTION OF MALTA (AMENDMENT) BILL (Third Reading) 562", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ORDINANZA DWAR IL-ĦADDIEMA TAL-PORT (It-Tielet Qari)", "PORT WORKERS ORDINANCE (AMENDMENT) BILL (Third Reading) 563", "ABBOZZ TA' LIĠI BIEX JEMENDA L-ATT DWAR IL-KUMPANNIJI (It-Tielet Qari)", "COMPANIES ACT (AMENDMENT) BILL (Third Reading) 563", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA DIVERSI LIĠIJIET DWAR SERVIZZI FINANZJARJI (It-Tielet Qari)", "VARIOUS FINANCIAL SERVICES LAWS (AMENDMENT) BILL (Third Reading) 564", "AĠĠORNAMENT 564", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 568", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 552 li saret fit-18 ta' Lulju, 2007 ġew konfermati.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): Nippreżenta l-minuti konfermati ta' laqgħat numri 32, 33, 34 u 35 tal-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal- Kamra li saru bejn is-17 ta' Jannar u s-6 ta' Ġunju, 2007.", "RULING TA' MR SPEAKER", "MR SPEAKER: B'riferenza għall-każ ta' ksur ta' privileġġ imqajjem mill- Onor. Joe Mizzi fil-konfront ta' l-Avukat Ian Spiteri Bailey u Ms Peplow fis-seduta 549 ta' l-10 ta' Lulju, 2007, se nagħti dan ir-ruling:-", "B'riferenza għat-talba ta' ksur ta' privileġġ imressaq mill-Onor.", "Joe Mizzi fis-seduta 549 ta' nhar it-Tlieta, 10 ta' Lulju, 2007 fil-konfront ta' l-Avukat Ian Spiteri Bailey u Ms Alice Peplow u speċifikament ai termini tas-subinċisi (b)(d)(c)(h) u (j) tas-subartiklu 4 ta' artiklu 11 ta' l-Ordinanza dwar il-Privileġġi u s-Setgħat tal-Kamra tad-Deputati, Kap. 113 tal-liġijiet ta' Malta.", "U dan wara li l-Avukat Spiteri Bailey bagħat ittra għan-nom ta' Ms. Peplow, datata 26 ta' Ġunju, 2007 lill-Onor.", "Mizzi li tpoġġiet fuq il- mejda tal-Kamra matul l-istess seduta li qed issir riferenza għaliha aktar 'il fuq.", "L-Onor.", "Mizzi testwalment qal, waqt ix-xogħol tal-Kamra:", "\"Jiena ġejt mogħti l-posta u materjal ieħor u hekk kif ftaħt il-posta, insib ittra mibgħuta mill-Avukat Spiteri Bailey.", "Din l-ittra hija datata 26 ta' Ġunju, 2007.", "Madanakollu din l-ittra rċevejtha l-bieraħ fil-ħin tax-xogħol tal-Kamra u allura ma stajtx inressaqha l-bieraħ.", "Din tal-lum hija l-ewwel opportunita' tiegħi sabiex inressaqha.\".", "Ordni Permanenti Nru 36 jgħid hekk:", "Mozzjoni dwar kwestjoni ta' privileġġ li tinqala' waqt is-seduti tal- Kamra, għandha dritt għal preċedenza fuq kull xogħol ieħor.", "Mozzjoni dwar kwestjoni ta' privileġġ li ma tkunx inqalgħet waqt is- seduta tal-Kamra, għandha ssir ma' l-ewwel opportunita' u tista' ssir qabel il-bidu ta' xogħol pubbliku.", "Għalhekk fil-fehma tas-Sedja, l-ewwel opportunita' kienet meta l- korrispondenza saret disponibbli u aċċessibbli u mhux meta nqrat fil- Kamra.", "Għaldaqstant is-Sedja ma tistax tikkonsidra t-talba ta' l-Onor.", "Mizzi bħala prima facie ksur ta' privileġġ.", "Madanakollu s-Sedja tiddikjara mingħajr tlaqliq li dik l-ittra ma jmissha qatt intbagħtet, aktar u aktar meta l-awtur tagħha huwa bniedem tal-liġi.", "L-Ordinanza dwar il-Privileġġi u s-Setgħat tal-Kamra tad-Deputati ma tħallix lok għal ekwivoku u tagħti d-dritt kollu lill-Onor.", "Membri biex fil-Kamra jesprimu ruħhom bl-aktar u bl-akbar liberta' mingħajr ħadd minn barra l-Kamra ma jazzarda b'xi mod ifixkilhom, jheddidhom jew jiċċensurahom.", "Min-naħa l-oħra niġbed l-attenzjoni tal-membri tal-Kamra biex ismijiet ta' individwi minn barra l-Kamra ma jissemmewx jekk mhux mija fil-mija neċessarju, xi ħaġa li l-Kamra diġa' qed tattwa fejn għandu x'jaqsam ma' interpellanzi tagħha meta l-ismijiet ta' individwi jintbagħtu taħt separate cover.", "Għalhekk nappella lill-Onor.", "Membri biex josservaw din ir-regola u nappellalhom ukoll biex dejjem jużaw l-awto-dixxiplina u kull prudenza fil-mod kif jikkomportaw u jesprimu ruħhom.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "NEFQA FUQ HOSPITALITY", "26076.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joe Debono Grech) staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Ġustizzja u Intern: Jista' jagħti breakdown ta' kif intnefqu l-flus fuq kull tip ta' hospitality fil-ministeru, dekasteru u entitajiet tiegħu matul Jannar, Frar u Marzu, 2007?", "X'kienet ir-raġuni ta' din l-ispiża separatament u min kienu l-uffiċjali li nefqu dawn il-flus?", "ONOR.", "TONIO BORG (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Ġustizzja u Intern): Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li jien tajt għal mistoqsija parlamentari 25580.", "NEFQA FUQ APPARAT ENERGY SAVING", "26077.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joe Debono Grech) staqsa lill- Ministru għall-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Kemm kienet in-nefqa fuq apparat energy saving matul Jannar, Frar u Marzu 2007 fil-ministeru, dekasteru u entitajiet tagħha separatament xahar b'xahar?", "ONOR.", "TONIO BORG (f'isem il-Ministru għall-Familja u Solidarjeta' Soċjali): In-nefqa fuq apparat energy saving matul il-perjodu indikat mill-Onor.", "Interpellant kien kif ġej: F'Jannar - Xejn; fi Frar - Lm110.14; f'Marzu - Lm596.55.", "UFFIĊJALI LI RRIŻENJAW", "26078.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joe Debono Grech) staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Ġustizzja u Intern: Kien hemm uffiċjali fi skala 1 sa skala 5 li rriżenjaw jew għalqilhom il-kuntratt u ma reġgħux applikaw għall-istess pożizzjoni fil-ministeru, dekasteru u entitajiet tiegħu matul Jannar, Frar jew Marzu 2007?", "ONOR.", "TONIO BORG: It-tweġiba hi fin-negattiv.", "MINISTERU GĦAL GĦAWDEX - IMPJEGATI", "26079.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joe Debono Grech) staqsa lill- Ministru għal Għawdex: Kemm kellha impjegati fil-ministeru, dekasteru u entitajiet tagħha matul Jannar, Frar u Marzu 2007 li għandhom 'il fuq minn 61 sena?", "Min huma?", "X'pożizzjonijiet għandhom u fejn qegħdin jaħdmu?", "Dawn huma full-time jew part-time?", "X'salarju jew rata jitħallsu biha u mil- liema distrett elettorali ġejjin?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO (Ministru għal Għawdex): Fl-isptar ġenerali ta' Għawdex hemm konsulent tal-ġinekoloġija li għandu 'l fuq minn 61 sena.", "Dan qed jaħdem full-time b'salarju ta' Lm10,578 fis-sena u huwa ta' nazzjonalita' barranija.", "KONTIJIET TAD-DAWL U ILMA", "26080.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joe Debono Grech) staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Ġustizzja u Intern: Kemm kienet in-nefqa fuq kontijiet tad-dawl u l-ilma matul Jannar, Frar u Marzu 2007 separatament fil-ministeru u entitajiet li jaqgħtu taħt id-dekasteru tiegħu?", "Kemm minn din in-nefqa kienet dovuta minħabba s-surcharge fuq il-kontijiet?", "Ittieħdu miżuri biex l-ispiża titnaqqas fl-istess perjodu billi jinxtara apparat li ma jaħlix dawl u lanqas ilma?", "ONOR.", "TONIO BORG: L-Onor.", "Interpellant jifhem li hu diffiċli tispjega għaliex jkun hemm avarji fil-kontijiet.", "Li hu żgur hu li fejn ittieħdu miżuri ta' energy saving, dan ovvjament kellu impatt pożittiv.", "NEFQA FUQ HOSPITALITY", "26081.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joe Debono Grech) staqsa lill- Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tagħti breakdown ta' kif intnefqu l-flus fuq kull tip ta' hospitality fil-ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu bejn Jannar, Frar u Marzu, 2007?", "X'kienet ir- raġuni ta' din l-ispiża separatament u min kienu l-uffiċjali li nefqu dawn il-flus?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant hi kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.", "L- approvazzjoni għal din in-nefqa ngħatat fit-tweġiba għal mistoqsija parlamentari 25587.", "MALTA ENTERPRISE – SOFT LOANS", "26451.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Chris Agius) staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Peress li fir-rapport annwali tal-Malta Enterprise jingħad li fl-2006 il-Malta Enterprise approvat total ta' Lm2.4 miljun f'soft loans, jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-kumpanniji li bbenefikaw minn dan is-self?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni): Kien hemm 25 kumpannija li bbenefikat minn dan is-self.", "MALTA ENTERPRISE - PROĠETTI", "26454.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Chris Agius) staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Peress li fl-2006 il-Malta Enterprise approvat 89 proġetti ġodda jew expansions, jista' l-Ministru jaqsamhom fi proġetti ġodda jew expansions skond f'liema qasam industrijali kienu?", "X'inhu l-forecast capital investment għal kull qasam industrijali maqsum fi new u expansion projects?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.", "MDC/ IPSE/ METCO - ĦADDIEMA", "26458.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Chris Agius) staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Kemm kien in-numru ta' ħaddiema ta' l-ex-MDC, IPSE u METCO li fis-sena 2006 ġew assorbiti bħala impjegati tal-gvern?", "Xi grad kellhom u fejn hu l-impjieg ġdid tagħhom?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Fl-2006 l-erba' impjegati li kienu għadhom m'humiex assorbiti bħala impjegati tal-gvern għaddew għand l-IPSL u ma nafu xejn iżjed dwarhom fis-sens li dawn jaqgħu taħt ministeru differenti.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Alfred Sant, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ALFRED SANT (Kap ta' l-Oppożizzjoni): Il-Ministru għadu kif qal li ma jaf xejn dwar dawn l-impjegati.", "Mela għax dawn jaqgħu taħt ministeri differenti m'humiex parti mill-mod kif inkunu nafu x'inhu għaddej fl-ambitu ta' ħaddiema li kienu u għadhom impjegati fit-tarznari?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni jaf ben tajjeb li kull ministru jirrispondi għad-dekasteru tiegħu.", "Ladarba dawn il-ħaddiema ġew trasferiti taħt dekasteru ieħor, id-domanda dwar il-pożizzjoni preżenti tagħhom issir lill-ministru responsabbli minn dak id-dekasteru.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Għandi nifhem li l-Ministru qed jiċħad li għandu xi responsabbilta' fuq ħaddiema li għadhom b'mod ċar pjenament parti mit- tarznari imma ġew sekondati post ieħor?", "Ma jaħsibx li huwa d-dmir tiegħu li jkun jaf x'inhu għaddej minnhom, anke sabiex ikun jista' jagħti lil dan il-Parlament evalwazzjoni u kif dan is-secondment qed jaħdem b'mod effikaċi minn naħa u b'mod ta' responsabbilta' soċjali min-naħa l-oħra?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jekk il-Kap ta' l-Oppożizzjoni jaqra d-domanda ta' sieħbu l-Onor.", "Chris Agius, isib li din m'hijiex qed titkellem fuq l-eks- tarznari iżda fuq eks-ħaddiema oħra.", "It-tieni, l-IPSL m'hijiex responsabbilta' tad-dekasteru tiegħi imma tal-Prim Ministru u allura ma nistax nagħtih tweġiba.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jiġifieri l-Ministru qed jgħidilna li irrispettivament jekk dawn humiex ħaddiema tat-tarznari jew ta' entitajiet oħra, liema entitajiet jistgħu jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, hu m'għandux responsabbilta' iktar għalihom, ma jinteressahx aktar minnhom u ma jistax jagħti rendikont lil din il-Kamra dwar dak li hu għaddej.", "Bir-rispett kollu, f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-effikaċja fit-tmexxija ta' dak li jaqa' taħt l-operat tiegħu u fl-effikaċja u r-responsabbilta' soċjali lejn il-ħaddiema li jaqgħu taħt l-entitajiet li hu responsabbli minnhom, ma jistax jiġi quddiem din il-Kamra u jgħid li ma jaf xejn dwarhom!", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Is-soltu tiegħu, il-Kap ta' l-Oppożizzjoni lanqas qed jaqra d-domanda li saret.", "Id-domanda tgħid hekk: Jista' jgħid xi grad kellhom u fejn hu l-impjieg ġdid tagħhom?", "Jiena għidt li dawn qegħdin fl- IPSL u li minn hemm 'il quddiem, ma nistax ngħid x'inhu l-grad tagħhom għax jien m'iniex responabbli għall-IPSL.", "U hija l-prassi normali ta' din il- Kamra li ministru jirrispondi għad-dekasteru tiegħu u dak li jaqa' taħtu.", "Jekk l-IPSL ma taqax taħti, jien ma nirrispondix f'isem ministru ieħor.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Bir-rispett kollu, Sur President, smajt lill-Ministru jgħid: Ma nafu xejn dwarhom.", "Jien smajt il-mistoqsija u smajt ir-risposta tiegħu.", "Ma jaf xejn dwarhom.", "Jiġifieri dawn il-ħaddiema m'għadhomx responsabbilta' tiegħu - naturalment mhux tiegħu personali imma taħt id- dekasteru tiegħu - bl-ebda mod?", "Jekk inhu hekk, jgħidilna li m'għadhomx responsabbilta' tiegħu mija fil-mija.", "Jekk għadhom parti mir- responsabbilta' tad-dekasteru tiegħu, anke bi 20%, bir-rispett kollu ma jistax jiġi quddiem din il-Kamra u jgħidilna li ma jaf xejn dwarhom.", "Din mhux kwestjoni li jgħid \"bħas-soltu\" u \"mhux bħas-soltu\".", "Jekk bħas-soltu dan huwa l-mod kif wieħed ifarfar ir-responsabbiltajiet, jgħidilna wkoll \"bħas-soltu\".", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Dan huwa bħas-soltu kif il-Kap ta' l-Oppożizzjoni jaqbad l-affarijiet minn saqajhom.", "Jiena għidt - u nistgħu nisimgħu t-tape - li ma nafu xejn dwarhom fis-sens li ma jaqgħux taħt il-ministeru tiegħi.", "U nikkonferma li m'għandi l-ebda responsabbilta' vis-á-vis dawn il-ħaddiema għax għaddew għand l-IPSL - kif irrispondejt fid-domanda - u lanqas parti jew farka mill-IPSL ma' taqa' taħt il-ministeru tiegħi.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jiġifieri meta jinqalgħu okkażjonijiet fejn ikun hemm agreements kollettivi u affarijiet li għandhom x'jaqsmu ma' relazzjonijiet industrijali għal entijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-ministru konċernat, hu m'għandux x'jaqsam aktar?", "Qal li ma jafu xejn dwarhom.", "U issa għadu kemm qal li m'għadhomx aktar responsabbilta' tiegħu.", "Jekk m'għadhomx aktar responsabblita' tiegħu allura jmissu jgħidilna li dawn il- ħaddiema spiċċaw minn fejn kienu u marru post ieħor.", "Imma bir-rispett kollu, ma nistgħux f'daqqa waħda niddeċiedu quddiem dan il-Parlament li ma nafu xejn dwarhom għax ma jaqgħux taħt id-dekasteru tagħna u allura ma jimpurtaniex aktar minnhom!", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Sur President, ħalli nerġa' nirrepeti r-risposta li l- Kap ta' l-Oppożizzjoni għoġbu jinjora.", "L-erba' impjegati li kienu għadhom mhux assorbiti bħala impjegati tal-gvern, għaddew għand l-IPSL, ma nafu xejn dwarhom u żidt ngħid \"fis-sens li ma jaqgħux taħt ir-responsabbilta' ministerjali tiegħi\".", "Dik kienet ir-risposta.", "Jekk ikun hemm negozjati fuq collective agreements u fuq relazzjonijiet industrijali dwar entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħi, allura nirrispondi pjenament, pero' jekk ikun hemm collective agreement fuq l-IPSL, jew diskussjonijiet dwar relazzjonijiet fuq l-IPSL, ma nirrispondix id-domandi jiena għax l-IPSL ma taqax taħt id-dekasteru tiegħi.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jiġifieri jekk ikun hemm diskussjonijiet fuq l-IPSL dwar ħaddiema li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' ta' entitajiet tal-ministru konċernat, ma jinteressax ruħu.", "Issa aħjar, għax qed jgħidilna li ma jimpurtahx!", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni llum huwa magħruf kif jaf ibiddel l-affarijiet.", "Jiena m'għidt xejn li ma jinteressanix.", "Jiena għidtlu li r-responsabbilta' ministerjali tiegħi ma tinkludix l-IPSL u allura jien ma nirrispondix għall-ministru ta' l-IPSL.", "Jekk il-Kap ta' l- Oppożizzjoni, li llum huwa magħruf li kliemu jgħawweġ dak li jgħid ħaddieħor, huwa liberu li jagħmel hekk kemm irid pero' jiena f'isem l-IPSL ma nirrispondix, għax m'iniex il-ministru ta' l-IPSL.", "ONOR.", "ALFRED SANT: M'iniex qed nagħmel allegazzjonijiet jew allużjonijiet personali, dawk ma jinteressawnix, Sur President.", "Il-mistoqsija tibqa' din: Il-Ministru qed jgħidilna li jekk ħaddiema li jaqgħu taħt entitajiet li hu responsabbli għalihom jiġu affettwati minn kwalunkwe forma ta' ftehim industrijali ta' l-IPSL, ma jinteressahx minnhom u m'huwiex lest jagħti rendikont lil din il-Kamra anke għaliex ma jaf xejn dwarhom?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Sur President, l-IPSL hija kumpannija tal-gvern illi assorbiet fiha ħafna ħaddiema li kienu żejda f'entitajiet oħra u m'għandha ebda relazzjonijiet ma' kumpanniji li jaqgħu taħti.", "Collective agreement ta' l-IPSL isir bejn l-IPSL u l-gvern.", "Jiena m'għandi ebda enti li b'xi mod jew ieħor jista' jkollha relazzjoni ma' l-IPSL.", "Pero' jien hawn irrispondejt id-domanda ta' l-Onor.", "Agius vis-a-vis l-IPSL għax staqsieni x'sar minnhom dawn il-ħaddiema.", "Jiena għidtlu li dawn marru fl-IPSL u ġew assorbiti fl-IPSL u ma nafx il-grad tagħhom għax m'iniex responsabbli mill- IPSL u lanqas jien responsabbli mill-collective agreement li seta' sar bejn l-IPSL u l-gvern.", "MALTA ENTERPRISE - IMPJEGATI ĠODDA", "26460.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Chris Agius) staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-Malta Enterprise matul l-2006?", "F'liema grad kienu?", "Kif saret is-sejħa għal kull impjieg?", "Kemm applikaw f'kull każ?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nitlob lill-Onor Interpellant jirriferi għat-tweġiba li tajt għal mistoqsija parlamentari 24114.", "MALTA INDUSTRIAL PARKS - IMPJEGATI ĠODDA", "26463.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Chris Agius) staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-Malta Industrial Parks matul l-2006?", "F'liema grad kienu?", "Kif saret is-sejħa għal kull impjieg?", "Kemm applikaw f'kull każ?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ir-risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "MALTA TRAFFIC SERVICES", "26465.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Chris Agius) staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Meta twaqqfet il-Malta Traffic Services?", "Kemm hemm impjegati maqsuma skond il- grad?", "Kemm kien in-numru ta' ħaddiema mat-twaqqif ta' l-istess kumpannija?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-organizzazzjoni msemmija ma teżistix f'dan il- ministeru.", "AIR SUPPLIES", "26951.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Fejn qed jaħdmu fil-preżent il-ħaddiema li qabel kienu jaħdmu ma' l-Air Supplies?", "Kemm kienu dawn il- ħaddiema meta l-Air Supplies ġiet magħluqa mill-gvern?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-ishma kollha tal-kumpannija Air Supplies & Catering Co. Ltd inbiegħu mill-Air Malta lil xerrej privat f'Novembru 2005.", "Dak iż- żmien, il-kumpannija kellha 62 impjegat fuq il-kotba tagħha.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Abela, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Kien hemm xi arranġamenti mal-kumpannija privata li ħadet dawn il-ħaddiema sabiex jiġu offruti li jew jibqgħu kollha magħha jew li wħud minnhom jibqgħu magħha u oħrajn jibqgħu ma' l-Air Malta?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Sinċerament bl-amment ma niftakarx, pero' l-karti kollha rigward il-privatizzazzjoni tal-kumpannija konna poġġejnihom fuq il-mejda tal-Kamra, jiġifieri l-agreements huma aċċessibbli u pubbliċi.", "SPTAR MATER DEI - REKLAMAR", "26952.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Kemm intnefqu flus fuq reklamar marbut ma' l-Isptar Mater Dei?", "Fiex kien jikkonsisti dan ir-reklamar u min ġie mogħti dan ix-xogħol?", "Dan ingħata b'direct order jew le?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tingħata tweġiba f'xi seduta oħra.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Abela, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Il-Prim Ministru għandu indikazzjoni dwar meta jista' jingħata dan it-tagħrif?", "MR SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: F'terminu qasir ħafna.", "Jekk l-Onor.", "Membru jixtieq li jkollu tweġiba anke qabel ma l-Parlament jerġa' jiltaqa', jista' jagħmel mistoqsija bil-miktub u tingħatalu a written answer fil-ġimgħat li ġejjin.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Il-Prim Ministru huwa aware li kien hemm xi diskrepanza dwar l-użu ta' fuel fl-ambulanzi ta' l-isptar, li kien jammonta għal eluf kbar ta' litri?", "MR SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Le, m'iniex aware dwar dak li qed jgħid l-Onor.", "Interpellant, pero' jekk jagħtini ftit dettalji nkun nista' nivverifika.", "SKOLA SAJF", "26977.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari W365, x'passi ttieħdu ħalli dan l-istudent ikun jista' jipparteċipa fi skola sajf?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi): Kif wegħedt fit-tweġiba preċedenti, ħadt il-passi u t-tifel qed jattendi skola sajf.", "GĦAWDEX - GĦALLIEMA TEMPORANJI", "26984.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Kemm hemm għalliema temporanji f'Għawdex u x'suġġetti qed jgħallmu?", "Dawn jistgħu jsiru għalliema permanenti?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Hemm għalliem temporanju wieħed li qiegħed jgħallem il-mużika fl-Iskola tal-Mużika t'Għawdex.", "Għalliema permanenti jiġu impjegati wara sejħa għall-applikazzjonijiet maħruġa mid-diviżjoni ta' l- edukazzjoni.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Il-Ministru tikkonferma li m'għandha lil ħadd jaħdem fis- segretarjat privat tagħha li huwa akkużat mill-pulizija bi frodi fuq ċertifikati ta' l-eżamijiet u fuq ċertifikati li għandhom x'jaqsmu ma' kif ġew attained kwalifiki edukazzjonali?", "MR SPEAKER: Id-domanda m'hijiex relatata imma jekk hawn il-permess tal- Kamra, il-Ministru tista' tirrispondi.", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Le, m'għandi lil ħadd li jaħdem fis-segretarjat privat tiegħi u li ġie akkużat mill-pulizija kif qed jgħid l-Onor.", "Interpellant.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Abela, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Tista' l-Ministru tgħid jekk hemmx vakanza biex dan l- uniku għalliem li ilu jgħallem il-mużika għal ħafna żmien, ma jibqax temporanju?", "Tikkonferma li fis-snin li għaddew kien hemm vakanzi ta' dan it-tip u l-għalliema ddaħħlu minn barra?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Meta jkun hemm vakanza għal għalliem f'xi skola, dejjem nirriferu lid-diviżjoni ta' l-edukazzjoni.", "Jekk ikun hemm għalliem permanenti li jista' jimla dik il-vakanza, jimliha.", "Jekk ma jinstabx għalliem li qed jgħallem dak is-suġġett partikolari, dik il-vakanza trid timtela minn għalliem fuq bażi temporanja.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Jiena nifhem il-proċedura kif spjegata l-Ministru, pero' l-mistoqsija tiegħi hi jekk xi żmien ilu kenitx ħarġet applikazzjoni biex timtela vakanza ta' għalliem tal-mużika fuq bażi permanenti u minflok imtliet minn dan l-għalliem li huwa fuq bażi temporanja, iddaħħlu persuni minn barra.", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Ma niftakarx.", "Madanakollu id-diviżjoni ta' l- edukazzjoni hija responsabbli minn dawn il-proċeduri u mhux il-ministeru tiegħi.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Sur President, hawnhekk nitfixkel xi ftit għax meta kont għamilt din il-mistoqsija lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, kont ġejt mitlub nagħmel il-mistoqsija lill-Ministru għal Għawdex.", "Jista' l-Ministru ta' l-Edukazzjoni jispjega ftit aħjar kif jaħdmu dawn il-proċeduri?", "MR SPEAKER: Il-Ministru Louis Galea.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, l-impjegati li qegħdin f'dipartimenti li jinsabu fil-gżira ta' Għawdex jaqgħu taħt l-amministrazzjoni ta' kuljum tal- ministeru għal Għawdex.", "Jeżisti numru definit u limitat ta' għalliema temporanji li ilhom hemm is-snin u minnhom qatt ma daħlu iktar.", "Dawn m'għandhomx il-kriterji bażiċi ta' permanent warrant biex ikunu jistgħu jsiru għalliema regolari.", "Għandi nifhem li l-għalliema li daħlu minn barra, li rrifera għalihom l-Onor.", "Interpellant, għandhom il-permanent warrant u allura kellhom preċedenza fuq supply teachers u fuq temporary teachers.", "Għalkemm ma nafx eżattament id-dettalji tal-persuna konċernata, nemmen li s- sitwazzjoni hi li jkunu ħarġu applikazzjonijiet għal għalliema f'dan is- suġġetti, ikun hemm għalliema li għandhom il-grad ta' baċellerat fl- edukazzjoni u allura abbażi ta' dak il-baċellerat, taħt il-liġi jkunu intitolati għal warrant permanenti.", "Dan l-għalliem temporanju jibqa' temporanju sakemm ikun jista' jikkwalifika biex iġib il-warrant permanenti.", "MEDIA CONSULTA INTERNATIONAL HOLDING AG", "27134.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' l-Ministru jagħti lista dettaljata ta' l-uffiċini, numru ta' ħaddiema li għandha l-kumpannija Media Consulta International Holding AG li ppreżentat lill-awtorita' Maltija tat-turiżmu biex turi l-firxa ta' kuntatti li għandha fil-pajjiżi mnejn irridu nġibu t- turisti fis-snin li ġejjin?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (Ministru għat-Turiżmu u Kultura): Il-Media Consulta tħaddem 230 ħaddiem fil-Ġermanja u 804 impjegat ieħor madwar l- Ewropa.", "L-istaff totali ta' Media Consulta madwar id-dinja huwa ta' 1,469.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Peress li bejn 45% u 50% tat-turisti f'Malta jiġu mill- Ingilterra, jista' l-Ministru jikkummenta dwar punt li tqajjem f'gazzetta tal-Ħadd fejn intqal li Media Consulta kulma għandha tlieta jew erba' impjegati fl-Ingilterra u li m'għandha l-ebda know-how dettaljat ta' dak is- suq?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: It-tweġiba għall-kummenti li saru fuq il- gazzetta li rrifera għaliha l-Onor.", "Interpellant, dehret fil-ħarġa ta' l- istess gazzetta l-Ħadd ta' wara.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jiġifieri l-Ministru huwa sodisfatt li Media Consulta hija mqabbda tajjeb fir-Renju Unit u li tista' taqdi tajjeb il-bżonnijiet ta' pubbliċita' effettiva f'dak il-qasam?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-għażla ta' Media Consulta saret skond il- proċeduri kollha rilevanti ta' procurement li jsegwi l-gvern u l- awtoritajiet pubbliċi.", "In-nies kompetenti biex jagħmlu dik l-għażla kienu sodisfatti bil-kredenzjali ta' Media Consulta u biex din tagħti l-aħjar servizz għar-rigward tat-turiżmu fis-swieq kollha tagħna.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jista' l-Ministru jgħid jekk qabel Media Consulta ngħatat it-tender, rappreżentanti tagħha tkellmux miegħu personalment?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel domanda speċifika f'dan ir-rigward biex inkun nista' nagħmel il-verifika tad-dati kollha in kwestjoni.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Bir-rispett kollu, Sur President, il-mistoqsija hija sempliċi u nistenna risposta sempliċi.", "Hemm għalfejn jikkonsulta ma' xi ħadd?", "Jiena staqsejt lill-Ministru jekk rappreżentati tal-Media Consulta - li kulħadd jafha fil-qasam tat-turiżmu - ltaqgħux miegħu qabel id-data li ngħatat it-tender.", "Ma nafx x'konsultazzjonijiet irid jagħmel!", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Sur President, naħseb li l-Kap ta' l- Oppożizzjoni jaf li jkun hemm b'mod kontinwu gruppi - li jiġu minn Malta u anke minn barra minn Malta - li jitolbu li jagħmlu preżentazzjonijiet lili bħala ministru fuq diversi oqsma.", "Hu qed jagħmel domanda speċifika ħafna fuq dati.", "Għaldaqstant jiena nkun irrid nagħmel verifika ta' dawn id-dati biex it-tweġiba li nagħti lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni - li f'kull każ qed jagħmel domanda li hija 'l bogħod minn dik li saret oriġinarjament - tkun waħda preċiża.", "Biex lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni nagħtih l-iskeda ta' l-appuntamenti kollha u ta' kulmin ġie jarani, f'liema ġurnata u f'liema ħin, inkun irrid nagħmel verifika.", "Li kieku kelli niftakar ngħid li ma saritx it-tip ta' laqgħa li qed isemmi l-Kap ta' l-Oppożizzjoni, imma jien irrid li ssir domanda speċifika, issir il-verifika preċiża u jingħata tweġiba preċiża.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti u nsejjaħ lill-Ministru Ċensu Galea.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni): Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Estimi ta' dħul u nfiq ta' l-Awtorita' ta' Malta dwar il- Komunikazzjoni għas-sena 2007; u", "Rapport annwali ta' l-Awtorita' ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni għas- sena 2006 li jinkludi rapport dwar id-dħul u nfiq għas-sena finanzjarja li għalqet fil-31 ta' Diċembru 2006.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Mugliett.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT (Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq): Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' żewġ emails b'riferenza għal un/loading bay fi Triq Qasam kantuniera ma' Triq Sant'Andrija, St Andrews, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari 27168 li tweġiba għaliha ngħatat fis-seduta nru 552 tas-17 ta' Lulju 2007.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Issa ngħaddu għall-preżentazzjoni ta' rapporti tal- Kumitati tal-Kamra.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Sur President, nippreżenta l-minuti konfermati ta' laqgħat 1 sa 12 tal-Kumitat Permanenti dwar l-Uffiċċju Nazzjonali tal- Verifika li saru bejn id-9 ta' Lulju 2003 u s-6 ta' Marzu 2007.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Pullicino.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO (Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent): Sur President, nippreżenta l-minuti konfermati ta' laqgħat 1 sa 8 tal-Kumitat Permanenti għall-Iżvilupp ta' l-Ippjanar li saru bejn il-25 ta' Frar 2004 u t-18 ta' Lulju 2006.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Charles Mangion", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Sur President, nippreżenta l-minuti konfermati ta' laqgħat 43 sa 51 tal-Kumitat Permanenti dwar il-Kontijiet Pubbliċi li saru bejn it-22 ta' Novembru 2006 u s-27 ta' Ġunju ta' din is-sena.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Jason Azzopardi.", "ONOR.", "JASON AZZOPARDI: Sur President, nippreżenta l-minuti konfermati ta' laqgħat 95 sa 113 li saru bejn il-15 ta' Novembru 2006 u l-5 ta' Lulju 2007.", "Barra minn hekk, nixtieq inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra 30 dokument maħruġa mill-Kummissjoni Ewropea (pipeline acquis) li ġew scrutinised u cleared mill-working groups fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej.", "Id-dokumenti msemmija huma s-segwenti:", "924.", "Communication from the Commission to the Council and the European Parliament: Nuclear Illustrative Programme – Presented under Article 40 of the Euratom Treaty for the opinion of the European Economic and Social Committee (COM (2006) 844 Final);", "941.", "Green Paper on the Review of the Consumer Acquis (COM (2006) 744);", "948.", "Proposal for a Regulation of the European Parliament and of the Council amending Regulation EC 1059/2003 on the establishment of a common classification of territorial units for statistics (NUTS) by reason of the accession of Bulgaria and Romania to the European Union (COM (2007) 95);", "949.", "Proposal for a Regulation of the European Parliament and of the Council on the submission by Member States of statistics on aquaculture (COM (2006) 864);", "950.", "Proposal for a Directive of the European Parliament and of the Council amending Council Directive 78/855/EEC concerning mergers of public limited liability companies and Council Directive 82/8914/EEC concerning the division of public limited companies as regards the requirement for an independent expert's report on the occasion of a merger or a division) (COM (2007) 91);", "952.", "Proposal for a Regulation of the European Parliament and of the Council concerning meat and live stock statistics (COM (2007) 129);", "953.", "Proposal for a Council Regulation amending annexes A, B and C to Regulation (EC) 1346/2000 on insolvency proceedings (COM (2007) 70);", "955.", "Report from the Commission on the application of Council Directive 96/67/EC of 15 October 1996 (COM (2006) 821);", "956.", "Communication from the Commission to the Council, the European Parliament, the European Economic and Social Committee and the Committee of the Regions: Action plan for airport capacity, efficiency and safety in Europe (COM (2006) 819);", "957.", "Communication from the Commission on the Review of the EC Regime of Control of Exports of Dual-Use Items and Technology (COM (2006) 828) and a Proposal for a Council Regulation setting up a Community Regime for the Control of Exports of Dual-Use Items and Technology (COM (2006) 829 Final);", "958.", "Proposal for a European parliament and Council Regulation repealing Council Regulation (EEC) No 954/79 concerning the ratification by Member States of, or their accession to, the United Nations Convention on a Code of Conduct for Liner Conferences (COM (2006) 869 Final);", "959.", "Communication from the Commission to the Council and the European Parliament: Extension of the major trans-European transport axes to the neighbouring countries - Guidelines for transport in Europe and neighbouring regions (COM (2007) 32 Final);", "960.", "Report from the Commission to the Council, the European Parliament, the European Economic and Social committee and the Committee of Regions: Trans-European transport network Report on the implementation of the guidelines 2002-2003 pursuant to article 18 of Decision 1692/96/EC (COM (2007) 94); 962.", "Communication from the Commission: State of progress with the project to implement the new generation European air traffic management system (COM (2007) 103);", "964.", "Report from the Commission to the Council and the European Parliament on the Implementation of Regulation (EC) 1829/2003 of the European Parliament and of the Council on genetically modified food and feed (COM (2006) 626);", "965.", "Report from the Commission to the Council and the European Parliament on the Operation of the Early Warning and Response System (EWRS) of the Community Network for the epidemiological surveillance and control of communicable diseases during years 2004 and 2005 (Decision 2000/57/EC) (COM (2007) 121);", "966.", "Proposal for a Regulation of the European Parliament and of the Council amending Council Regulation 1408/71/EEC on the application of social security schemes to employed persons, to self-employed persons and to members of their families moving within the Community (COM (2007) 159);", "968.", "Proposal for a Council Decision concerning placing on the market, in accordance with Directive 2001/18/EC of the European Parliament and of the Council, of a carnation (Dianthus caryophyllus L., line 123.2.38) genetically modified for flower colour (COM (2006) 758);", "969.", "Communication from the Commission to the Council, the European Parliament, the European Economic and Social Committee and the Committee of the Regions- Limiting Global Climate Change to 2 Degrees Celsius - the Way Ahead for 2020 and Beyond (COM (2007) 2);", "970.", "Proposal for a Directive of the European Parliament and of the Council amending Directive 2006/66/EC on batteries and accumulators and waste batteries and accumulators, as regards the implementing powers conferred on the Commission (COM (2007) 93 Final);", "971.", "Directive of the European Parliament and of the Council amending Directive 2000/53/CE on end-of life vehicles, as regards the implementing powers conferred to the Commission (COM (2006) 922 Final);", "972.", "Proposal for a Council Decision concerning the Provisional prohibition of the use and sale in Hungary of genetically modified maize (Zea mays L. line MON810) expressing the Bt cryIA(b) gene, pursuant to Directive 2001/18/EC of the European Parliament and of the Council (COM (2006) 713);", "973.", "Proposal for a Council Directive amending Directive 93/109/EC of 6 December 1993 as regards certain detailed arrangements for the exercise of the right to vote and stand as a candidate in elections to the European Parliament for citizens of the Union residing in a Member State of which they are not nationals (COM (2006) 791 Final);", "974.", "Communication from the Commission: Report on the International Fund for Ireland pursuant to Article 5 of Council Regulation (EC) 177/2005 (COM (2006) 563 Final);", "975.", "Proposal for a Council on a Community Position within the EU- Chile Association Committee on Establishment of list of Arbitrators (COM (2007) 47 Final);", "976.", "Proposal for a Council Decision on the Conclusion of the Relevant Agreements under Article XXI GATS with a number of Third Countries on the necessary compensatory Adjustments resulting from the Accession of the Czech Republic, Estonia, Cyprus, Latvia, Lithuania, Hungary, Malta, Austria, Poland, Slovenia, Slovakia, Finland, Sweden to the European Union (COM (2007) 154 Final);", "977.", "Proposal for a Council Regulation on the implementation of the 10th European Development Fund (COM (2006) 650 Final); 978.", "Communication from the Commission to the European Parliament and the Council: Gender Equality and Women Empowerment in Development Cooperation (COM (2007) 100 Final);", "979.", "Report from the Commission to the Council and the European Parliament on the EURES Activity Report 2004-2005 presented by the Commission in accordance with Article 19(3) of Regulation (EEC) 1612/68: \"Towards a Single European Labour Market: the contribution of EURES\" (COM (2007) 116); u", "980.", "Green Paper: Modernising Labour Law to meet the challenges of the 21st Century (COM (2006) 708).", "MR SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Robert Arrigo.", "ONOR.", "ROBERT ARRIGO: Sur President, nixtieq navża lill-Kamra li l-bieraħ kien hemm laqgħa tal-membri tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali u tal-membri tad-delegazzjoni parlamentari Maltija għall-Kunsill ta' l-Ewropa, fejn iltaqgħu ma' professur mir-Rumanija u professur mis- Slovakkja.", "Dawn huma żewġ rapporteurs mill-European Commission against racism, fejn matul din il-laqgħa ġie diskuss l-influss qawwi ta' immigrazzjoni illegali f'Malta u x'azzjoni qiegħda tieħu Malta f'dan il- konfront meta wieħed iqis id-daqs ta' pajjiżna.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet.", "Il-Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni.", "MOZZJONIJIET", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA", "L-ATT DWAR L-AFFARIJIET", "TAL-KONSUMATUR", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Sur President, nipproponi l-Ewwel Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att ta' l-2007 li jemenda l-Att dwar l-Affarijiet tal- Konsumatur\".", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "JASON AZZOPARDI: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att ta' l-2007 li jemenda l-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur\" ikun moqri l-Ewwel Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri l-Ewwel Darba.", "MR SPEAKER: Ngħaddu għall-Mozzjoni li jmiss u nsejjaħ lill-Kap ta' l- Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, qabel ma ngħaddu għall-mozzjoni xtaqt nistaqsik mistoqsija.", "Jiena kont ktibtlek ittra fis-17 ta' Lulju, fejn jiena kont qiegħed nitlob li inti tiġi rikużat jew inkella li tirrikuża ruħek milli tkun il-president tal-Kamra waqt id-dibattitu fuq din il- mozzjoni.", "Ktibtlek ittra fis-17 ta' Lulju u nixtieq inkun naf x'kienet id- deċiżjoni tiegħek fuq dik l-ittra.", "Jekk trid jien nista' naqra l-ittra.", "MR SPEAKER: Jiena naf li għandi ittra u li rrispondejt għal dik il- korrispondenza.", "Issa wieħed irid jiddeċiedi jekk jaqrahiex jew le dik l- ittra.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Il-mistoqsija hi fuq x'inhi d-deċiżjoni tiegħek.", "Id- deċiżjoni tiegħek hija li tirrikuża ruħek jew le?", "MR SPEAKER: Fl-ittra li jiena rrispondejt lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni poġġejt il-pożizzjoni tiegħi ċara ħafna għaliex fiha kien hemm dik ir- risposta wkoll.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ir-risposta tiegħek kienet open ended, fis-sens li inti għidtli li trid tikkonsulta mal-Kap tal-Kamra u minn dak iż-żmien lil hawn ma smajtx aktar minn għandek.", "MR SPEAKER: Jiena għidt x'inhi l-pożizzjoni tas-Sedja f'ċirkostanzi bħal dawn.", "Għamilt ukoll l-osservazzjoni li jekk kemm-il darba l-Kamra tiddeċiedi hekk, allura jiena noqgħod għad-deċiżjoni tal-Kamra.", "Għidt ukoll li peress li inti xtaqt li din id-diskussjoni ma tkunx waqt seduta tal-Kamra, jiena kont se nieħu l-liberta' sabiex inkellem lill-Leader of the House, kif fil-fatt għamilt.", "Dalgħodu kellimni l-whip ta' l-Oppożizzjoni, l-Onor.", "Joe Mizzi u naħseb li tkellimna ċar biżżejjed sabiex wieħed ikun jista' jifhem kif inhi s- sitwazzjoni attwali.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, id-deċiżjoni hija tiegħek.", "Qiegħed tirrikuża ruħek jew m'intix qiegħed tirrikuża ruħek?", "Dik hija l- mistoqsija.", "MR SPEAKER: Onor. Sant, jiena ma nistax nirrikuża ruħi.", "Anzi l-obbligu tiegħi huwa li nippresjedi l-laqgħat li jsiru hawnhekk.", "Issa jekk hemm xi deċiżjoni, xi mozzjoni mressqa jew inkella xi qbil bejn iż-żewġ naħat tal- Kamra, allura jiena noqgħod għal dak li tiddeċiedi l-Kamra.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, jien kont ċar miegħek meta tajt ir- ruling fuq il-ksur prima facie.", "Jiena għidtlek li se nkun qiegħed nitolbok sabiex tirrikuża ruħek.", "Inti għandek kull dritt li tiddeċiedi li ma tirrikużax ruħek, u allura nkunu nistgħu mmexxu.", "Pero' trid tgħidli fejn qiegħed.", "Qiegħed nifhem tajjeb li ma tridx tirrikuża ruħek?", "(Interruzzjonijiet) Le, għadu ma qalhiex u qiegħed nistennih jgħidha.", "MR SPEAKER: Onor. Sant, naħseb li l-ittra li bgħattlek titkellem ċar biżżejjed.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Le, ma kenitx ċara u huwa proprju għalhekk li qiegħed inqajjem dan il-punt.", "MR SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jien qiegħed nifhem li l-iSpeaker m'huwiex qiegħed jirrikuża ruħu.", "Issa qiegħed jgħidilna li jekk il-Kamra taqbel huwa lest li jirrikuża ruħu.", "Jiena ngħidlu li m'għandux jirrikuża ruħu imma għandu jippresjedi għaliex dak huwa d-dover tiegħu.", "Sewwa qal fl-ittra.", "MR SPEAKER: Jekk wieħed irid li naqra l-ittra nista' naqraha wkoll, pero' ma naħsibx li huwa neċessarju.", "Insejjaħ lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, jien qiegħed nifhem li l-Prim Ministru qiegħed jesprimi dak li inti taħseb li għandek tgħid jew le, jiġifieri li ma tridx tirrikuża ruħek.", "Qiegħed nifhem tajjeb?", "Jekk inhu hekk, jien qiegħed ngħidlek li m'għandix fiduċja fik matul din is-seduta li se jkollna llum u se nitolbok tippermettili npoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-ittra li bgħattlek fis-17 ta' Lulju fuq dan is-suġġett.", "Għalhekk se npoġġi fuq il- mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' ittra mibgħuta mill-Kap ta' l-Oppożizzjoni lil Mr Speaker fis-17 ta' Lulju, 2007 b'riferenza għall-mozzjoni ta' sfiduċja fil- Ministru Jesmond Mugliett.", "MR SPEAKER: Jien ukoll naħseb li għandi npoġġi l-ittra li bgħatt lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "Għalhekk inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' ittra mibgħuta minn Mr Speaker lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni fis-17 ta' Lulju, 2007 b'riferenza għall-mozzjoni ta' sfiduċja fil- Ministru Jesmond Mugliett.", "Issa nitlob lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni sabiex, jekk jogħġbu, jaqra l- mozzjoni tiegħu.", "MOZZJONI TA' SFIDUĊJA", "FIL-MINISTRU GĦALL-IŻVILUPP URBAN U TOROQ", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nipproponi li:", "Din il-Kamra tad-Deputati:", "Wara li qieset l-istqarrija li l-Ministru Jesmond Mugliett għamel quddiem din il-Kamra, nhar it-Tnejn, 2 ta' Lulju, fejn iddikjara li d- deċiżjoni biex tiġi sospiża t-tkeċċija mill-Awtorita' tat-Trasport ta' impjegati misjuba ħatja ta' korruzzjoni mill-Qrati kienet deċiżjoni \"kollettiva\";", "Wara li qieset kif mill-istqarrijiet li ħargu l-ex-kap eżekuttiv ta' l- ADT, kif ukoll iċ-chairman u l-membri attwali tal-Bord ta' l-ADT, jirriżulta li dawn kollha ma kienu xejn parteċipi fid-deċiżjoni li l- impjegati jinżammu ma' l-ADT, u li allura l-Ministru Mugliett gideb lil din il-Kamra meta qal li din id-deċiżjoni kienet kollettiva;", "Wara li fliet id-dikjarazzjonijiet tal-Prim Ministru Gonzi kif stqarrhom hu, u kif ġie rrapportat li qalhom f'okkażjonijiet oħra, u dan fis-sens li caħad li l-Ministru Mugliett kien ġab ruħu b'mod li mhux den ta' Ministru u ta' Membru ta' din il-Kamra, u li għalhekk ma kellux għalfejn jaċċetta r-riżenja tal-Ministru Mugliett mill-Kabinett tal-Ministri; Wara li kkunsidrat dak li kien qal il-Prim Ministru Gonzi meta laħaq fil- kariga ta' Prim Ministru, u dan fis-sens li kien se jniedi politika ta' stil ġdid, kif ukoll ikkunsidrat l-azzjonijiet meħuda minnu li wasslu għar-riżenja ta' l-ex-ministru ta' l-affarijiet barranin John Dalli fit- 3 ta' Lulju 2004;", "Din il-Kamra tad-Deputati tistqarr:", "li l-ġlieda kontra l-korruzzjoni għandha tkun fuq quddiem nett fil-ħidma kollha tal-gvern skond il-prinċipji tat-trasparenza, kontabilita' u effiċjenza, u TIDDEPLORA l-fatt li dan mhux qed jiġri;", "li biex il-ġlieda kontra l-korruzzjoni tintrebaħ, il-Prim Ministru u l- Ministri kollha jridu juru ruħhom determinati li ma juru l-ebda tolleranza lejha, u TIDDEPLORA l-fatt li dan mhux qed jiġri; li l-Prim Ministru Gonzi falla fid-dmir tiegħu meta ma aċċettax ir- riżenja tal-Ministru Mugliett u ma tax rendikont sħiħ u dirett lil din il-Kamra dwar l-aġir tal-Ministru Mugliett fil-każ tal-korruzzjoni fl- ADT;", "U għalhekk din il-Kamra tad-Deputati:", "Tiddikjara li ma għandhiex fiduċja fil-Ministru Jesmond Mugliett bħala Ministru u bħala Deputat ta' din il-Kamra.", "Iffirmata minni u minn Joe Mizzi fis-16 ta' Lulju, 2007 għan-nom ta' l- Oppożizzjoni.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Nifhem li hawn xi ftehim dwar kif se nipproċedu.", "L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jien u l-Onor.", "Mario Galea ftehimna li l-għaxar minuti li tlifna nżiduhom mal-ħin ta' wara sabiex ikollna seduta sħiħa.", "MR SPEAKER: Mela rridu nżidu għaxar minuti mal-ħin tas-seduta li tirrigwarda din il-mozzjoni.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, tajjeb li qabel ma nidħol fid-dettall tal-mozzjoni li għandna quddiemna, nagħti l-isfond li hemm warajha.", "Il- poplu jinsab iddisgustat – mhux Laburisti jew Nazzjonalisti imma l-poplu Malti u Għawdxi – bl-isfond ta' telqa, bl-isfond ta' inkuranza, ta' ineffiċjenza u ta' tolleranza għal affarijiet li m'għandhomx ikunu hekk f'isem is-serjeta'.", "Hemm sfond sħiħ ta' xewqa għall-bidla fil-mod ta' kif jitmexxa dan il-pajjiż.", "L-affarijiet imorru lura għal sensiela ta' ġrajjiet li ma jagħmlux unur lis-soċjeta' tagħna.", "Uħud minnhom imorru 'l bogħod mentri uħud minnhom ma jmorrux daqshekk 'il bogħod.", "Uħud minnhom b'xorti ħażina jirriflettu wkoll fuq il-presidenza ta' pajjiżna.", "Kien hemm – u se nibda biha – il-maħfra presidenzjali li ngħatat żmien ilu lil Żeppi l-Ħafi.", "Din kienet xi ħaġa mnawra minn ġewwa u korrotta minn barra.", "Kien hemm imbagħad il-każ li xxokkja lil kulħadd – lili l-ewwel wieħed – tal-korruzzjoni u t-tixħim mill-imħallfin xi snin ilu u li l-eku tagħha għadu għaddej.", "Kien hemm imbagħad sensiela sħiħa, waħda wara l-oħra, ta' skandli fuq kuntratti ta' xogħlijiet li ngħataw fl-isptar Tal-Qroqq.", "U għalkemm jipprovaw jgħidu li kienet l-Oppożizzjoni Laburista li bniet stejjer u fantasiji fuq din il-biċċa tax-xogħol, m'hu veru xejn.", "In-nies taf li l-qasba ma kenitx qiegħda ċċaqċaq għal xejn u l-fatti kienu juru li veru kien hemm l-iskandli fil-mod ta' kif ingħataw il-kuntratti.", "Imma mbagħad li kompla xxokkja lin-nies kien il-fatt li taħt retorika jibqgħu jgħidu kemm huma retti, kemm huma serji u kemm iridu kultura ta' riżenji, biex imbagħad fir-realta' kien hemm kultura ta' me ne frego; l'arte di arrangiarsi saret the law of the land, il-liġi ta' kif jitmexxa l- pajjiż.", "Sur President, wasalna f'punt fejn issa anke l-hekk imsejħa intellettwali tar-reġim Nazzjonalista qegħdin joħorġu jitkellmu fuq riżenja mill-gvern bħala pulikarja.", "Lanqas fi żmien Mussolini ma kienu waslu f'dan il-livell ta' degredazzjoni intellettwali!", "Jekk iridu xi ħaġa, in-nies iridu kontabilita' u trasparenza fit-tmexxija tal-pajjiż.", "U dan il-każ tal- Ministru Mugliett m'huwiex kwestjoni fejn qed nipprovaw nagħmlu xi vittma minnu.", "Din ukoll saret parti minn din l-attitudni ta' pulikarja li titlob kontabilita'.", "Ara kemm huwa nice dan ir-raġel u intom qegħdin tipprovaw issallbuh miskin!", "Qed tipprovaw tpoġġuh fil-crossfire!", "Bir-rispett kollu, kull wieħed u waħda minna hawn ġew għandu jassumi r-responsabilita' ta' għemilu.", "Jista' jkun Ġużeppi mibjugħ minn ħutu, jista' jkun San Pawl u jista' jkun Ġuda l-Iskarjota.", "Hu min hu, irid jassumi r-responsabilita' ta' għemilu.", "Minn hemm joħroġ il-prinċipju tat-trasparenza, tal- kontabilita' u ta' l-effiċjenza.", "Għalhekk in-nies iddisgustati għaliex qegħdin iħossu li filwaqt li hawn ċerti nies li qishom jistgħu jagħmlu li jridu – u aktar 'il quddiem insemmihom lil dawn in-nies –ħaddieħor qiegħed jibqa' barra u min għandu jkun responsabbli ta' għemilu m'huwiex qiegħed ikun responsabbli ta' għemilu.", "Kellna patafjun ta' każi, uħud minnhom minuri – għalkemm id-dell tagħhom m'huwiex minuri – u oħrajn ħafna aktar serji.", "Per eżempju, kellna l-każ ta' ministru li qassam – mhux hu personali imma n-nies tiegħu - CDs pirati u qisu ma ġara xejn.", "Imbagħad irridu nagħmlu kampanja kontra l- piraterija!", "Kien hemm il-miljuni li ntnefqu bla ebda kontabilita' ta' xejn fuq ix-xiri ta' dar kbira fi Brussell u li sal-lum għadna ma rajna l-ebda kontabilita' fuqha.", "Kellna bejn is-Lm6 miljun u Lm7 miljun investiti – hekk imsejħa – f'port fallut fi Brindisi u ma rajna l-ebda rendikont serju ta' kif saru l- affarijiet.", "Per eżempju, l-Air Malta li għamluha għasfur taċ-ċomb għaliex kellha kapital enormi b'investimenti f'ajruplani RJs li assolutament kienu taċ-ċomb.", "Imbagħad b'investiment f'kumpannija l-Italja li kompliet xorbot il-fondi u kollox spiċċa sparpaljat u mingħajr ħadd ma jkun accountable.", "Għandna Prim Ministru wkoll li jħobb jgħid li xejn ma jiġri b'kumbinazzjoni.", "U we're keeping him to his word.", "Dawn l-affarijiet ma jiġrux b'kumbinazzjoni.", "Dawn l-affarijiet jorbtu anke permezz tad-diskorsi li jgħidu l-ministri nfushom meta jkunu qegħdin jitkellmu ma' sħabhom.", "Għandna l-każ tal-Ministru Ċensu Galea, fejn ma' sħabu li tkellem ċar u tond dwar il-brimba li għandu fil-post li qiegħed imexxi u li dwarha ma jista' jagħmel xejn.", "Hemm sparpaljar ta' flus.", "Dan il-kliem qegħdin jgħiduh il-ministri stess li huma m'humiex ikunu accountable u lanqas qegħdin iżommu accountable lil dawk ta' madwarhom.", "Kellna l-każ ta' segretarju parlamentari f'Kastilja stess li joħroġ atti notarili bil-letterhead ta' Kastilja.", "Kellna mbagħad il-kuntratt tat- tindif fil-qrati li ġie mogħti lil kumpannija ta' xi ħadd li kien maqbud bis-sew fuq drogi.", "Għandna patafjun ta' proġetti għaddejjin f'dan il- pajjiż li jqumu l-miljuni aktar milli kienu ġew stmati fil-bidu.", "Ikollok il-gvern stess li jistmahom kemm se jiġu jiswew u mbagħad tgħaddi sena, sentejn u jiġu jiswew id-doppju fil-miljuni jew it-triplu fil-miljuni.", "Imma qisu ma ġara xejn!", "Jiena semmejt każ li ħadd ma semmih aktar.", "Kellna l-każ ta' xi ħadd maqbud bid-droga l-ħabs u dan iħallas pledge ta' Lm25,000 bi flus kontanti u qisu ma ġara xejn.", "Każ wara l-ieħor li jġiegħluk tiddisgusta ruħek.", "Għalhekk hemm bżonn li xi ħadd jagħmel stand kif naħseb se jagħmel stand il-poplu Malti u Għawdxi.", "To be fair kien hemm eċċezzjoni waħda għal dan kollu, fejn kien hemm it-tkeċċija fis-sena 2003 ta' l-ex ministru tal-finanzi u ta' l-affarijiet barranin John Dalli.", "Ikolli nirriferi għaliha għaliex din toħroġ kompletament distakkata mill-isfond l-ieħor li l-poplu qiegħed iħoss fil-ħajja tiegħu ta' kuljum.", "Din il-mozzjoni ta' sfiduċja fil-Ministru Mugliett tintrabat preċiżament ma' dan il-feeling tan-nies.", "Ikun hemm chairmen appuntati mill-gvern fl-MTA u fil-PBS, imbagħad naraw ġlied intern fil-PBS, fejn jitilqu wieħed wara l-ieħor u jkunu qishom qegħdin jilagħbu l-musical chairs għaliex min imur post u mbagħad jerġa' lura.", "Imma t-turnover qatt ma tiġi spjegata kif suppost.", "Il-gvern Nazzjonalista u Dr. Gonzi, bir-rispett kollu lejh, qegħdin jitilfu kull kredibilita' għax donnu anything goes.", "Per eżempju, kellna l-każ tal- Ministru Deguara.", "Għallinqas dan – għalkemm wieħed irid jirrifletti fuq li qal – kellu lil xi ħadd fis-segretarjat privat tiegħu li wkoll inqabad kompliċi f'taħwid, fi frodi u ngħid jien f'korruzzjoni, eventwalment neħħieh.", "Imma kemm se nibqgħu nagħmlu cherry picking b'dan il-mod?!", "Sur President, kemm se nibqgħu nisimgħu b'każ wara l-ieħor?", "Bir-rispett kollu, il-pajjiż jixraqlu aħjar.", "Jien ma noqgħodx ngħid li dawn ilhom fil- gvern għal 20 sena; ngħid hekk imma mhux f'dan il-kontest, lanqas noqgħod ngħid għax Dr. Gonzi baqa' bl-istess ministri; ngħid hekk imma mhux f'dan il-kontest, imma fil-kontest ta' serjeta' u trasparenza wieħed jistenna li l-gvern ta' l-anqas jisma', ikun konxju u jkun sensittiv għad-disgust tal- poplu quddiem dawn l-affarijiet.", "U allura f'dan l-isfond irridu naraw dak li ġara f'dawn l-aħħar ġimgħat fil-każ tal-Ministru Mugliett.", "Il-Ministru Mugliett kellu żewġ impjegati miegħu fl-ADT li nqabdu u nstabu ħatja mill-qorti fuq korruzzjoni u tixħim.", "Issa rridu nikkonsidraw mingħajr ebda sinifiteti u mingħajr ebda tidwir mal-lewża x'għamel il- Ministru Mugliett fir-rigward ta' dawn l-impjegati.", "Din ma kenitx xi ħaġa li faqqgħet f'daqqa waħda u li ħaditu b'sorpriża lill-ministru.", "Jiena meta erġajt qrajt id-dokumenti kollha f'dawn l-aħħar ġimgħat bqajt sorpriż kif din hija xi ħaġa li għaddiet madwar sena u nofs ilu.", "U allura bilfors li kien hemm aġir ministerjali li kien rifless, li kien maħsub u li kien deliberat.", "U għalhekk ma naqbilx li għax titlob ir-riżenja tal-Ministru Mugliett, qiegħed tidħol f'xi att ta' pulikarja.", "Nerġa' ngħid li lanqas l- intellettwali ta' Mussolini ma kienu waslu għal dan il-livell ta' bassifondi analitiċi fil-mod ta' kif iħarsu lejn il-funzjoni pubblika f'pajjiżna.", "Issa x'inhuma l-fatti?", "Il-fatti huma dawn: Kien hemm żewġ impjegati ta' l-ADT, Buttigieg u Galea, li nstabu ħatja pubblikament ta' tixħim.", "Tħallsu għat-tixħim li daħlu għalih is-sid tas-Swallow Garage, Saviour Abela.", "Magħhom quddiem il-qorti tela' wkoll l-instructor ta' Swallow Garage, Stephen Mallia.", "Hemm rabta estensiva bejn in-nies imsemmija u Swallow Garage.", "Hemm ukoll rabta estensiva bejn Galea li nstab ħati li xxaħħam u l-Ministru Mugliett.", "Fil- fatt Galea kien canvasser tal-Ministru Mugliett u fil-gazzetta \"Malta Today\" tat-18 ta' Ġunju, 2006 qalilna li kien hemm żmenijiet meta hu kien miegħu, partikolarment fil-każini tal-partit u waqt il-home visits.", "Imbagħad ikompli jgħid li Galea ma kienx l-aktar canvasser qrib tiegħu, pero' li kien canvasser tiegħu toħroġ biċ-ċar.", "Allura li kien qrib tal- Ministru Mugliett hija ċara.", "Jiena naħseb li r-rabta tinħass sew, li ma kenitx rabta pumm paqq, li ma kienx hemm nuqqas ta' relazzjoni bejn ministru u mpjegat, u li l-ministru, jekk intervjena, għamel dan fil-funzjonijiet ministerjali tiegħu b'mod kompletament newtrali.", "Kif jista' jkun!", "Jekk dan mar miegħu jħabbat il- bibien!", "Jekk kien wieħed mill-attivisti tiegħu!", "Jekk kien wieħed minn dawk li rranġalu ħalli meta l-ministru jkollu l-coffee mornings, iġiblu l- karozzi tas-Swallow Gararge b'xejn sabiex iġorr il-kostitwenti!", "Neġa' ngħid li din m'hijiex xi ħaġa li ġrat pumm paqq.", "Kien hemm bord ta' investigazzjoni li twaqqaf mill-ADT wara li nstab il-każ tat-tixħim.", "Issa aktar 'il quddiem irrid inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra siltiet mir-rapport li għamel dan il-bord.", "Sur President, minn dan ir-rapport joħroġ biċ-ċar li anke fuq bażi amministrattiva, il-persuni konċernati, Buttigieg u Galea – li jien ma nafx min huma – nstabu ħatja ta' korruzzjoni u skond dan ir-rapport, ibbażat fuq dak li qalu l-pulizija, joħroġ biċ-ċar li dawn instabu ħatja - mhux se nsemmi l-ismijiet ta' l-oħrajn għaliex safejn naf jien għadha m'hijiex immexxija 'il quddiem – ta' unlawful exaction and bribery.", "Fil-każ tas-sid ta' Swallow Garage, Saviour Abela u l-instructor Stephen Mallia, instabu ħatja ta' bribery and trading in influence.", "Fis-27 ta' Ottubru, 2006 – u se npoġġiha fuq il-mejda tal-Kamra din - il-maġistrat Dr. Myriam Hayman tat il-ġudizzju tagħha fuq dan il-każ.", "U bl-aktar mod lampanti u ċar sabet il- ħtija ta' Salvu Cassar, ta' Galea u ta' Buttigieg bħala li kienu qegħdin jirċievu somom ta' flus b'korruzzjoni mingħand Salvu Cassar tas-Swallow Garage.", "U għalkemm qieset il-konsiderazzjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma' kif forsi dawn il-persuni daħlu u ma daħlux f'basla, kif ippretendew għal xi ħin, irriżulta bl-aktar mod ċar li kienu parteċipi in piena volonta, bil- ħsieb kollu li jixxaħħmu ħalli jagħmlu falsifikazzjoni ta' liċenzji tas- sewqan fl-ADT.", "U bl-aktar mod skjett u bl-aktar mod ċar il-maġistrat tathom bħala l-piena tagħhom, li jkunu interdetti pjanament b'mod ċivili f'dak li għandu x'jaqsam ma' kif tkun interdett fil-qorti.", "Naturalment il-qorti setgħet tat aktar minn hekk.", "Tant hu hekk li min-naħa ta' l-avukat ġenerali kien hemm mossa sabiex il-piena terġa' tiġi riveduta 'il fuq.", "U dak iż-żmien, f'Ġunju tas-sena l-oħra, kienet qamet kontroversja li baqgħet sejra sa Ottubru.", "Din il-kontroversja ħassha wkoll politikament il-Ministru Mugliett għaliex tqanqlet il-kwestjoni dwar jekk l-ADT kenitx stabbli bħala organizzazzjoni – li ma kenitx u nafu li m'hijiex – u dwar jekk kenitx miexja tajjeb – li ma kenitx u nafu li m'hijiex - u daħlu fin-nofs imbagħad ir-responsabbiltajiet politiċi tal-Ministru Mugliett.", "Imbagħad fil-gazzetta \"Malta Today\" tat-18 ta' Ġunju, 2006 il-Ministru Mugliett qal li l-Prim Ministru jiddeċiedi l-futur politiku tiegħu.", "Mela din m'hijiex kwestjoni tal-bieraħ imma hija kwestjoni li tmur għal sena u xahrejn ilu u hija kwestjoni li r-reġim tal-lum ħaseb li jħalliha torqod u tgħaddi.", "Imma l-problema m'hijiex dik.", "Il-problema hi li l-Ministru Mugliett ma kienx kuntent b'din il-ħaġa.", "Irrid inpoġġi wkoll fuq il-mejda tal-Kamra silta mill-gazzetta \"Malta Today\".", "Nerġa' ngħid li l-Ministru Mugliett ma kienx kuntent.", "Ried li b'xi mod jew ieħor lil Galea u lil Buttigieg jiffrankalhom il-ħtija tal-piena tagħhom.", "Fil-fatt qal jew ġiegħel lil min jgħid li kien hemm ħaddieħor li ngħata tips qabel u dan ġie interdett ċivilment imma mbagħad irranġawlu maħfra presidenzjali u għaliex irranġawlu maħfra presidenzjali, l-ADT reġgħet daħħlitu lura u għalih dan kien preċedent.", "Bir-rispett kollu imma fil-klima morali u politika tal-lum, dan huwa t-tip ta' argument li ma jagħmilx sens u huwa argument li jiddisgusta lin-nies.", "Dan xi preċedent hu jekk xi ħaġa bħal din saret sena ilu?!", "Allura min hu ħati bil-provi ta' korruzzjoni nużawh bħala preċedent sabiex ħaddieħor, li huwa ħati bil-provi, neħilsuhielu permezz tal-maħfra tal-President u nirrendu lill-presidenza istituzzjoni tar-redikolu għaliex qiegħda hemm sabiex taħfer lill-ħbieb tal-ħbieb tagħna ħalli dawn ikunu jistgħu jerġgħu jagħmlu short circuit mid-deċiżjonijiet tal-qorti.", "Tkun ministru responsabbli billi tgħid li jekk dak diġa' ġara d-darba li għaddiet u se nużaha issa bħala preċedent sabiex nagħmilha darb'oħra u darb'oħra u darb'oħra?", "B'dan il-mod f'daqqa waħda qegħdin niftħu coach and horses sabiex min huwa korrott, issa jaf li għandu s-salvawomu.", "Min qed jagħmel affarijiet ħżiena jaf li għandu s-salvawomu ġej.", "Per eżempju, kellna l- maħfra ta' Żeppi l-Ħafi li kienet fuq skala enormi.", "Hawn min jgħid li din hija maħfra fuq skala aktar żgħira.", "Iż-żgħir u l-kbir fl-affarijiet tal- korruzzjoni jimxu id f'id u hekk qiegħed jiġri f'dan il-pajjiż.", "Allura x'għamel il-Ministru Mugliett?", "Skond il-fatti li ħarġu, il-Ministru Mugliett qabad mas-CEO ta' l-ADT - li minn dak iż-żmien irriżenja - u qallu li Galea u Buttigieg m'għandhomx jitkeċċew għalissa sakemm issir it-talba tal-maħfra presidenzjali u sakemm jiġi deċiż jekk għandhomx maħfra presidenzjali jew le.", "U minn hemm, direttament mill-Ministru għas-CEO ...", "(Interruzzjonijiet) Il-Ministru qed jgħidli li kienet saret it-talba.", "Ma niċħadx li t-talba kienet saret.", "Imma dawn l-affarijiet malajr tagħmilhom.", "Il-mistoqsija hija kemm iddum biex timxi 'l quddiem it-talba.", "Imma l- Ministru ħa passi minnufih biex iqajjem l-argument!", "U x'qal l-ex-CEO Selvagi quddiem din it-talba?", "Ma qabilx magħha u kien lest iwettaqha.", "L- agħar f'dan kollu huwa li meta qam il-furur għall-bidu l-Ministru pprova joħroġ minnha u l-gazzetta \"The Times\" - li ma tistax tgħid li hija gazzetta tal-partit Laburista u kieku tajjeb kieku kienet magħna imma mhijiex, jiġifieri ma tistax tgħid li din il-ħaġa kienet ippuntata mill- media Laburista – baqgħet timbotta fuq dan l-argument u bdew joħorġu l- fatti.", "Sur President, fil-fatt Selvagi, l-ex-CEO, ma kienx jaqbel magħha u kien il-Ministru nnifsu li qal lil Selvagi biex jagħmel din il-ħaġa u jittieħdu passi biex fuq il-bażi tal-preċedent, diġa` falz, ta' xi ħadd korrott li minħabba l-maħfra presidenzjali reġa' ġie ripristinat, Galea u Buttigieg - Galea huwa l-canvasser tal-Ministru Mugliett - jerġgħu jitpoġġew fuq il- back burner ħalli jirripristinaw ruħhom.", "Jien nemmen li l-akbar żball li għamel il-Ministru Mugliett huwa li gideb lill-poplu Malti u lill-Kamra tar- Rappreżentanti.", "Fi kwalunkwe leġislatura oħra u fi kwalunkwe parlament ieħor pass bħal dan ifisser li l-iSpeaker jagħmillu impeachment u jipproċedi kontrih.", "Imma hawn Malta rrid inkun jien li nagħmillu każ ta' ksur ta' privileġġ - li nkun naf li mhux se jgħaddi – u dan juri l-falsita' fis-sistema istituzzjonali tagħna.", "Hawnhekk quddiem din il-Kamra fit-2 ta' Lulju ta' din is-sena, inqas minn ġimagħtejn ilu, il-Ministru Mugliett gideb u qal li d-deċiżjoni li t- tkeċċija ta' Buttigieg u Galea ma timxix 'il quddiem kienet deċiżjoni li ttieħdet wara diskussjoni kollettiva.", "Kulħadd jifhem li kollettiva hija in common, diskussjoni bejn in-nies konċernati minn deċiżjoni bħal din.", "Jekk titkellem mal-purtinar mhijiex deċiżjoni kollettiva u jekk titkellem mas- segretarju privat tiegħek mhijiex deċiżjoni kollettiva.", "Allura ladarba s- CEO qal li kienet ordni imposta fuqu, allura d-deċiżjoni kollettiva bilfors tfisser deċiżjoni ma' min hu rilevanti biex imexxi 'l quddiem id- deċiżjoni.", "La s-CEO huwa out of the loop – jien hekk fhimt dak il-ħin – huwa l-bord ta' l-ADT.", "Naħseb li l-Ministru ħaseb li l-bord ta' l-ADT se jibqa' ħalqu magħluq u m'hu se jgħid xejn.", "Imma ġara bil-maqlub.", "Iċ-chairman ta' l-ADT f'intervista ma' \"The Times\" u f'ittra li bagħat lil \"The Times\" qal li m'hu veru xejn; qal li huma ma kellhom x'jaqsmu xejn mad-deċiżjoni, ma jaqblux magħha u ma ġewx ikkonsultati fiha.", "Imbagħad l- isbaħ waħda kienet meta nhar il-Ġimgħa li għaddiet, ħarġet ittra minn Kastilja li bagħatha ċ-chairman u l-membri ta' l-ADT fejn qalu li huma ma kenux involuti fid-deċiżjoni li t-tkeċċija tiġi sospiża.", "Allura jien ngħid: Kif jista' jkun li wara gidba bl-aktar mod lampanti, nemmnu li pajjiżna miexi b'mod serju u b'mod responsabbli kif jixtieq il-poplu?", "Imbagħad il-Ministru, biex jipprova joħroġ minnha, qalilna li kien tkellem mal-legal advisor ta' l-ADT, avukat li jaħbat canvasser tiegħu ...", "(Interruzzjonijiet) Qed jgħidulna kandidat, imma huwa canvasser tiegħu wkoll.", "Dawn huma d-deċiżjonijiet kollettivi li qed jieħu dan il-gvern, li jitkellem mal-konsulent legali u jgħid li huma deċiżjonijiet kollettivi?", "M'hemmx dubju li l-Ministru Mugliett intervjena biex jgħin lil Galea għax Galea huwa l-canvasser tiegħu.", "Din hija ċarissima.", "Mhuwiex aċċettabbli li quddiem dawn il-problemi ta' korruzzjoni li għandna fil-pajjiż, ta' tixħim fil-pajjiż, ta' nuqqas ta' serjeta` fil-pajjiż, ministru jintervjeni b'dan il-mod lampanti f'sitwazzjoni fejn xi ħadd qrib tiegħu kiser il-liġi u nstab li kiser il-liġi.", "Għalhekk qed ngħidu li la huwa dehen li l-Ministru Mugliett ikun membru ta' din il-Kamra u lanqas li jkun ministru u għalhekk qed inressqu l-mozzjoni ta' sfiduċja fih bl-akbar responsabbilta`.", "Iżda jien ngħid li hemm agħar minn hekk.", "Il-kwestjoni wkoll tqum fuq it- tmexxija ta' dan il-gvern u t-tmexxija tal-Prim Ministru Gonzi.", "Diġa` tkellimna fuq kif f'Ġunju tas-sena li għaddiet il-Ministru Mugliett kien qed jistenna li jista' jiċċaqlaq mill-ministeru minħabba n-nuqqas ta' tmexxija tajba li kien hemm fl-ADT.", "Huwa stenna li se jitneħħa.", "Imma tgħid hemm xi ħaġa iktar minn hekk?", "Hemm ukoll il-possibbilta` li l- Ministru Mugliett intervjena mhux biss biex jipproteġi lil min ixxaħħam, imma biex jipproteġi wkoll lil min xaħħam, jiġifieri lil Swallow Garage?", "Għalhekk nistaqsi lill-Prim Ministru jekk jistax jagħtina xi garanzija min- naħa tiegħu li ħadd mill-ministri tiegħu m'għandu xi rabta ma' Swallow Garage, il-garage li xaħħam lil Galea - il-canvasser tal-Ministru Mugliett - u lil Buttigieg u li saret din il-manuvra kollha biex jiġi liberat minnha?", "Jien nistaqsi wkoll kif jista' l-Prim Ministru jiġġustifika dan li qed jiġri fir-rigward tal-Ministru Mugliett meta tqabblu ma' dak li ġara fir- rigward ta' l-ex-ministru John Dalli?", "Jien m'għandi l-ebda karta xi nżomm ma' l-ebda ministru jew ex-ministru Nazzjonalista, imma bilfors ikollok tistaqsi għaliex two weights and two measures.", "L-uniku ministru li tneħħa mill-Kabinett ta' Dr. Gonzi kien il-Ministru John Dalli mentri diversi ministri nżammu, fosthom il-Ministru Mugliett.", "Fl-opinjoni tiegħi, jekk kien hemm każ ċar fejn xi ħadd għandu jitneħħa huwa l-każ li għandna quddiemna llum tal-Ministru Mugliett.", "Fil-każ ta' l-ex-Ministru John Dalli jiena kont wieħed min-nies li kkritikajtu bil-qawwi u naħseb li kelli raġun.", "Imma min-naħa l-oħra rridu t-trasparenza.", "Għandna Prim Ministru li apparti milli qal li dan huwa stil ġdid ta' tmexxija, qalilna wkoll: Iġġudikawni fuq dak li nagħmel.", "Lill-ex- Ministru John Dalli kien keċċieh imma lill-Ministru Mugliett żammu.", "Issa wieħed irid jifli ż-żewġ attivitajiet.", "Jien erġajt mort lura għall-ittra tar-riżenja ta' l-ex-Ministru John Dalli u l-ittra ta' risposta li bagħatlu l-Prim Ministru Lawrence Gonzi fit-3 ta' Lulju, 2004.", "Li laqatni ħafna with hindsight f'dan kollu kienet silta mill-ittra tar-riżenja ta' l-ex- Ministru John Dalli.", "Apparti milli qal li dejjem jattakkawh tal-partit Laburista u dik jaċċettaha għax il-partit Laburista qiegħed biex jattakkah, min-naħa l-oħra qal hekk: Minn banda ma nistax nittollera ċirkostanzi fejn nissoġġetta l-familja tiegħi għas-sistema ta' rikatti politiċi li issa qed tiġi istituzzjonalizzata f'pajjiżna.", "Mill-banda l-oħra jiena ma niffunzjonax f'ċirkostanzi fejn jeżisti ambjent fejn irrid noqgħod nipproteġi dahri.", "Dan kien fit-3 ta' Lulju 2004 u ninnota li fir-risposta tiegħu l-Prim Ministru bl-ebda mod ma rribatta l-argument li ċerti nies, fosthom l-ex- Ministru Dalli, qed jiġu soġġettati għal sistema ta' rikatti politiċi li qed tiġi istituzzjonalizzata f'pajjiżna.", "U jekk din ma ġietx respinta allura b'ċertu mod hemm aċċettazzjoni tagħha, u jekk hemm l-aċċettazzjoni tagħha, allura parti minnha hija vera u jekk hija vera għadha teżisti sal- lum.", "Jekk għadha teżisti sal-lum x'kienu l-mekkaniżmi li wasslu biex f'dan il-każ fejn ministru li r-riżenja tiegħu kellha tiġi aċċettata - mhux bħala pulikarja imma bħala stat ta' fatt ta' min tabilħaqq irid ikun accountable u jrid ikun responsabbli – ma ġietx aċċettata u ta' l-ieħor ġiet aċċettata?", "Dawn huma affarijiet li għandhom x'jaqsmu mal-governance tal-pajjiż, mas-sitwazzjoni f'pajjiżna fejn hemm diżgust bit-tmexxija tal- gvern, rieda għall-bidla, imma sakemm issir il-bidla n-nies li huma responsabbli mit-tmexxija tal-gvern iridu juru li huma serji, trasparenti u mhux soġġetti għal allegazzjonijiet ta' sistema ta' rikatti politiċi.", "Hawnhekk jien kelli nħares lura lejn x'kienu r-raġunijiet li wasslu għar- riżenja ta' l-ex-Ministru Dalli għax il-misteru japprofondixxi ruħu.", "Minn naħa l-Prim Ministru qed jgħid li l-allegazzjonijiet dwar il-kuntratt ta' l- għoti tat-tagħmir ta' l-isptar kienu infondati fis-sens ta' dak li tpoġġa quddiem il-pulizija - u dan huwa veru u infatti jien personali qatt ma semmejt dik il-ħaġa, dik kienet xi ħaġa mibnija minn xi ħadd li kien qed jigdeb, ma kien hemm l-ebda sustanza fuqha - imma mbagħad kien hemm l- argument l-ieħor li għandu x'jaqsam mal-biljetti ta' l-ivvjaġġar mill- ministeru ta' l-ex-Ministru John Dalli.", "F'dak il-każ konna mwegħdin li se jkun hemm investigazzjoni li mbagħad twessgħet għax mhux biss saret fuq il- ministeru ta' l-affarijiet barranin ta' l-ex-Ministru John Dalli, imma kienet investigazzjoni sħiħa u wiesgħa mal-ministeri kollha b'mod ġenerali min-naħa ta' l-awditur li sal-lum għadha fil-limbu.", "Allura jekk ma kenitx il-kwestjoni li tpoġġiet quddiem il-kummissarju tal-pulizija mill-Prim Ministru u jekk ma kenitx il-kwestjoni tat-ticketing li sal-lum għadha miftuħa, x'kien li wassal biex bħala stat ta' fatt b'azzjoni tiegħu l-Prim Ministru min-naħa jiddeċiedi li jaċċetta jew iwassal lill-ex-Ministru John Dalli biex jirriżenja, imma lill-Ministru Mugliett żammu f'postu?", "Ma ninsewx ukoll kif il-Ministru Ċensu Galea privatament jgħid li kollox żgarrat, li m'għandux kontroll, li hemm brimba fit-tmexxija u pubblikament f'dan il-Parlament jgħidilna li kollox sejjer tajjeb.", "Imma issa drajna li dak li ngħidu backstage ma ngħiduhx front stage u din hija wkoll xi ħaġa li qed timmina l-fibra morali f'dan il-pajjiż għax wara l-kwinti tara ħafna nies jitkellmu ma' ħafna nies u l-affarijiet jaslu, mhux ma jaslux.", "Għalhekk jien ngħid li quddiemna għandna sitwazzjoni tal-mistħija, sitwazzjoni li twassal fi sfiduċja fl-istituzzjonijiet politiċi ta' dan il- pajjiż, mhux biss fil-Kabinett, mhux biss fil-gvern, mhux biss fil- Parlament, mhux biss fil-Prim Ministru b'mistoqsijiet kbar dwar dak li qalilna niġġudikawh dwaru, il-fatti u l-azzjonijiet tiegħu, imma dwar kif nieħdu d-deċiżjonijiet, dwar kif immexxu b'kontabilita`, bi trasparenza u b'effiċjenza.", "Quddiemna għandna każ ta' ministru li ma qediex il- funzjonijiet tiegħu, li gideb lil dan il-Parlament, li quddiem din l-isfida ta' korruzzjoni minflok ħa deċiżjonijiet iebsa - li jekk int ħabib tiegħi tibqa' ħabib tiegħi, imma se naċċetta li titkeċċa - ra kif jimmanipula l- ħbula biex iwassal ħalli t-tkeċċija ma ssirx u mbagħad ra kif jigdeb dwarha wara.", "Dan mhuwiex aċċettabbli fl-ebda demokrazija.", "Għandna Prim Ministru li ma' wieħed mill-ministri tiegħu jġib ruħu b'ċertu mod u għaliex forsi kien rival tiegħu keċċieh - imma f'kull partit politiku għandna r- rivalitajiet bejnietna - u lil dan, kompliċi mal-korruzzjoni ta' Galea u ta' Swallow Garage, jipproteġih.", "Sur President, dawn l-affarijiet m'humiex aċċettabbli, huma affarijiet li jqanqlu mistħija fina lkoll u għalhekk qed inressqu l-mozzjoni ta' sfiduċja tagħna fil-Ministru Mugliett kemm bħala deputat, kemm bħala Ministru u kif ukoll il-kundanna tagħna lejn dak li għamel u qed jagħmel il-Prim Ministru Gonzi f'dan ir-rigward.", "MR SPEAKER: Għandi nifhem li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni għandu xi dokumenti li jrid iqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Estratt mir-rapport ta' investigazzjoni mwaqqf skond Inquiries Act (Kap 273) datat Lulju 2006, biex jinvestiga l-allegazzjonijiet ta' allegat abbuż minn impjegati fl-Awtorita' dwar it-Trasport b'riferenza għal testijiet tas-sewqan;", "Kopja ta' sentenza tal-Qorti tal-Maġistrati, Il-Pulizija vs Jason Buttigieg u Roderick Galea, tas-seduta tas-27 ta' Ottubru 2006; u", "Kopja ta' artiklu intitolat \"Jesmond Mugliett: The Prime Minister will decide my political future\" li deher fil-gazzetta Maltatoday tat-18 ta' Ġunju 2006.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Il-Ministru Jesmond Mugliett.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT (Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq): Sur President, m'iniex se nagħmel id-difiża tiegħi imma se nillimita ruħi li nagħti d-dettalji dwar il-każ tat-terminazzjoni ta' impjieg ta' dawn iż- żewġ impjegati misjuba ħatja ta' tixħim relatat ma' l-eżamijiet tas-sewqan.", "Qabel ma nidħol fil-każ proprju nixtieq nagħmel elenku tal-fatti li ġraw fl-ADT matul dawn l-aħħar 40 xahar li juru biċ-ċar kemm l-ADT dejjem kienet viġilanti fuq abbuż fl-operat tagħha, kemm dejjem ħadet il-passi meħtieġa meta rriżultawlha fatti u qatt ma pproteġiet lil ħadd.", "L-ADT hija organizzazzjoni kbira, tiġbor revenues kbar għall-gvern u t- trasport huwa settur li jmissu miegħu ħafna nies u anke jikkrea impjiegi.", "Hija xi ħaġa naturali li jkun hemm tentazzjonijiet ta' abbuż fejn hemm il- persuna umana u għalhekk l-ADT il-ħin kollu tħares biex issaħħaħ il- proċeduri interni tagħha.", "F'Marzu tas-sena 2004 kont ħadt l-inkarigu wara l-kollega tiegħi l-Ministru Ċensu Galea u komplejna bl-eżerċizzji mibdija minnu biex insaħħu l-operat ta' l-ADT.", "Niftakar li fost l-ewwel miżuri li kienu saru kienu proċeduri li jħaffu s-sistema ta' tiġdid tal-liċenzji.", "Għalfejn qed insemmiha din?", "Kont tisma' ħafna diċeriji li impjegati jieħdu tips għax ikun hemm il-queues u xi ħadd imur għand xi impjegat u jgħidlu biex jgħaddilu l-liċenzja tiegħu malajr u jħallilu Lm1 jew Lm2.", "Kien obbligu tagħna li lanqas dan ma nħallu u allura daħħalna ċerta effiċjenza.", "IIlum tidher l-effiċjenza, m'għadux ikun hemm l-istejjer ta' l-aħħar tax- xahar ta' queues fil-licensing halls.", "Aktar minn hekk, daħħalna s-sistema ta' tiġdid tal-liċenzji online.", "Naħseb din hija waħda mill-ikbar miżuri ta' trasparenza, dik li qed iħambaq tant fuqha l-istess Kap ta' l- Oppożizzjoni.", "Issa nidħol fid-dettall dwar il-każ tad-driving examiners.", "Wara li l- persuni konċernati tressqu l-qorti u kienu sospiżi kien sar clean sweep tal- unit, iddaħħlu driving examiners ġodda, ingħataw training speċifiku, issaħħew il-proċeduri interni kollha anke dwar l-eżamiijiet tas-sewqan u sar anke internal audit f'affarijiet relatati li nitkellem fuqhom iktar 'il quddiem.", "Hawnhekk kultant naħsbu li dan huwa l-uniku każ li nqala', pero` ħafna drabi ma jinstemax kemm il-ħin kollu konna viġilanti u forsi dan huwa n-nuqqas tagħna għax ma tkellimniex along the line kemm konna viġilanti matul is-snin kollha.", "Qasam ieħor fejn jingħad li jkun hemm abbużi huwa fil-VRT u waħda mill- affarijiet li għamilna kienet li daħħalna sistema fejn il-garages infushom ikunu online biex ikollna t-trasparenza.", "Ftit ilu għaddejt mill-Kabinett proċedura ta' kif indaħħlu sistema ta' penalizzazzjoni lill-istess garages biex mhux biss inkunu viġilanti f'abbużi serji imma anke f'abbużi inqas serji.", "Daħħalna affarijiet oħra li lanqas kienu jissemmew qabel, fosthom proċeduri dwar rapportar ta' emmissjonijiet, proċeduri dwar kif niċċekkjaw t-tagħbija żejda ta' vetturi u ftit tal-ġranet ilu għaddejt mill-Kabinett ukoll il-proċedura dwar kif se nagħtu l-poter lill-enforcement officers biex ikunu jistgħu jesegwixxu anke dawn il-proċeduri.", "Jien m'iniex se nitkellem biss fuq il-proċeduri imma se nitkellem ukoll fuq kemm ressaqna każijiet quddiem il-pulizija.", "Għal dak li għandu x'jaqsam mal-VRT garages, irrid ngħid li mis-sena 2000 sal-lum, kien hemm mill-inqas 16-il każ ta' proċeduri dixxiplinari fejn iddaħħlu l-pulizija kontra l-VRT garages.", "Ipproteġejna lil xi ħadd hemmhekk?", "Ħafna minnhom inkunu nafuhom imma ma pproteġejna lil ħadd u b'eċċezzjonijiet ta' tnejn minn dawn il- każijiet kollha, kollha tressqu mill-2004 sal-lum.", "Xi ħaġa oħra li l-Oppożizzjoni qatt ma tkellmet fuqhom - forsi għaliex qegħdin nagħmlu viġilanza tajba - huma l-abbużi mill-foreign number plates, jiġifieri ta' vetturi li jkunu importati f'Malta minn individwi Maltin li ma jirreġistrawx il-vettura tagħhom biex jevadu t-taxxa tar- reġistrazzjoni, ma jħallsux il-liċenzja tat-triq, ma jagħmlux it-test tal- VRT, ma jagħmlux l-insurance u ma jinqabdux fis-sistema taċ-ċitazzjonijiet.", "Issa aħna bdejna ndaħħlu sistema viġilanti fuq dawn il-karozzi miżmuma Malta abbużivament u minn Ottubru tas-sena 2006 sal-lum kellna madwar 927 każ ta' vettura li twaqqfet u ngħatat avviż sabiex tirregola ruħha.", "Sur President, fuq dan l-istess perjodu, jiġifieri minn Ottubru s'issa, kellna madwar 198 każ ta' vettura li ġew clamped jew towed għall-istess affarijiet.", "Anke f'każijiet fejn ma kellekx proċeduri diretti ta' l-ADT jew fuq impjegati ta' l-ADT, konna wkoll viġilanti.", "Kif ħadt dan l- inkarigu f'idejja, waħda mill-ewwel affarijiet li għamilt kienet li nagħmlu ftehim ma' l-assoċjazzjoni tat-trasport pubbliku u fost l-oħrajn konna daħħalna kodiċi ta' kondotta fejn waħda mill-miżuri li l-aktar ridna ndaħħlu kienet dik li naqtgħu l-abbuż li kien dejjem jinstema' fuq l-użu tal-fuel mix-xarabanks.", "Naħseb li dan l-abbuż kien jeżisti wkoll fiż-żmien meta l-Kap ta' l-Oppożizzjoni kien hu Prim Ministru ta' Malta.", "Kienu jgħidu li jużaw il-pitrolju fix-xarabanks filwaqt li l-gvern kien qiegħed jagħti s-sussidju fuq il-prezz tad-diesel li jużaw dawn il-karrozzi.", "Għalhekk daħħalna sistemi ta' kif iżommu l-log books tagħhom.", "Allura din m'hijiex viġilanza wkoll?", "Minn żmien għal żmien fl-istess trasport pubbliku bdew jirriżultawlna każijiet ta' abbuż minn xufiera ta' taxis, ta' minibuses u minn xufiera ta' coaches.", "Meta jkun reat serju l-awtorita' dwar it-trasport kienet qiegħda tieħu lura t-tag li biha dawn ix-xufiera jkunu jistgħu jsuqu l-vettura tagħhom u meta tittieħed it-tag ifisser li dak l-individwu jkun qiegħed jitlef l-impjieg tiegħu.", "Min-naħa tagħna qatt ma ċedejna għall-ebda pressjoni sabiex ma neħdux azzjonijiet.", "Fil-fatt ġieli kelli nies li ġew l- uffiċċju jiġġieldu miegħi fuq dawn il-każijiet.", "Imma mill-2004 'l hawn l- awtorita' irtirat minn ta' l-inqas it-tag lill-14-il xufier.", "Kellna każ ieħor ta' xi ħadd fix-xogħol tat-taxis li kellu vettura bajda mingħajr liċenzja tat-taxi.", "Dan kien ikun viċin il-VISET jgħabbi t-turisti abbużivament.", "Dan kien mid-distrett tiegħi u kien ukoll Nazzjonalist u nqabad.", "Għalhekk kien jiġi għandna u jgħidilna sabiex ma mmexxux il-każ tiegħu imma aħna xorta waħda mexxejna l-każ.", "Fil-fatt ingħata ċitazzjoni u sa dalgħodu stess iltaqa' max-xufier tiegħi u qallu li jien tlift ħafna voti.", "Naħseb li jekk għandna xi tort huwa dak li ħafna drabi ma tkellimniex biżżejjed fuq dawn il-proċeduri kollha.", "Hawn min jimmaġina li aħna għandna xi inklinazzjoni li ngħinu lil min jabbuża meta jkollna l- fatti ċari.", "Pero' meta nelenkaw dawn il-fatti kollha nuru kif qegħdin inkunu viġilanti fl-affarijiet across the board.", "Sur President, jien se nsemmi x'għamilna fuq żewġ każijiet ta' impjegati li nqabdu jagħmlu xi ħaġa li ma kellhomx jagħmlu u se nsemmi każ partikolari fejn intqal li kien hemm preċedent.", "Illum kont qiegħed inħares lejn il-każ partikolari u sibt li dan ma kienx biss każ ta' tips.", "Dan il-każ jirrigwarda impjegat fid-direttorat tal-liċenzji li kien innota diskrepanza f'ċertifikat tal-VRT ta' vettura u dan irranġah għaliex ingħata tips ta' Lm4.", "Dan ir-reat kien serju ħafna għaliex l-impjegat imsemmi għamel frodi f'ċertifikat tal-VRT.", "Għalhekk l-impjegat tressaq - u ma kenitx l- Oppożizzjoni li ġiet tgħidilna bih – u ġie misjub ħati.", "L-awtorita' kellha l-intenzjoni li tkeċċih, pero' minħabba t-tnaqqis ta' l- interdizzjoni, il-kummissjoni għas-servizz pubbliku ordnat li dan mhux jitkeċċa imma jingħata doveri oħra f'sezzjoni differenti.", "Il-Kap ta' l- Oppożizzjoni qiegħed jgħid li rranġawlu l-maħfra presidenzjali.", "Issa jmissu jkun raġel billi jiġi hawnhekk u jgħidilna kif irranġajnilu għaliex inkella jkun hu li qiegħed jigdeb.", "Aħna altru milli nipprovaw ngħattu l- abbużi.", "Meta kont qiegħed infittex dawn il-fatti kollha sibt każ interessanti.", "Dan il-każ juri kif aħna ma ngħattux l-abbużi.", "Kien hemm impjegata li fis-sena 2006 xi ħadd mar jagħmel transfer u rriżultalna li kien hemm diskrepanza li kienet tmur lura għall-1999.", "Minkejja li kienu għaddew seba' snin, l- awtorita' mexxiet il-każ u din l-impjegata ġiet misjuba ħatja u ngħatat conditional discharge.", "Issa hija prassi li kull individwu jitlob il-maħfra minn interdett, pero' din l-impjegata ġiet imkeċċija mill-post tax-xogħol tagħha.", "Issa se ndur ftit fuq kif konna viġilanti fil-każ ta' l-eżamijiet tas-sewqan peress li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni jrid jallega li aħna ilna nipprovaw nirranġaw lil dawn l-impjegati minn meta faqqas il-każ.", "Altro che!", "F'ċerti gazzetti kien hawn min implika li dawn l-impjegati kienu ddaħħlu l- ADT u saru driving examiners għaliex kienu canvassers tiegħi.", "Imma dan m'huwiex minnu.", "Dawn l-impjegati daħlu l-ADT qabel ma sirt ministru u anke d-doveri tagħhom ta' driving examiners kienu għandhom qabel ma jien ilħaqt ministru.", "Dan qiegħed ngħidu bħala stat ta' fatt u sabiex nikkoreġi lil min għamel din l-allegazzjoni.", "L-awtorita' beda jkollha rumours ta' abbuż fi Frar tas-sena 2006.", "F'April ta' l-istess sena kien hemm driving examiner partikolari li għamel allegazzjoni dwar xi kollegi u l-manager tagħhom.", "Dan il-manager ingħata last warning mill-kap eżekuttiv u ngħataw struzzjonijiet sabiex id-driving examiners ma jkunux jafu bil-quddiem liema kandidati kienu se jiġu quddiemhom għall-eżami tas-sewqan.", "Fis-16 ta' Mejju kien hemm kandidat li resaq għall-eżami tas-sewqan u għamel rapport li kien għadda xi flus lill-instructor tiegħu sabiex ikollu l-garanzija li se jgħaddi mill-eżami.", "Mill-ewwel l-ADT bdiet tirreaġġixxi u bdew l-investigazzjonijiet fuq dan l-instructor.", "Il-każ ġie rapportat lill-pulizija mill-ewwel u l-pulizija, f'daqqa waħda bdew jinvestigaw b'mod aktar wiesa'.", "Dan wassal sabiex ħames eżaminaturi u seba' persuni li kienu għamlu l-eżami tas-sewqan tressqu l-qorti.", "S'issa l-qorti ddeċidiet il-każ ta' żewġ eżaminaturi u seba' persuni li għamlu l-eżami tas-sewqan.", "L-awtorita' kompliet tinvestiga u dan juri kemm aħna m'aħniex ngħattu l- affarijiet.", "L-awtorita' bdiet tinvestiga sabiex tara jekk l-affari hijiex mifruxa.", "Bdiet tinvestiga wkoll il-każijiet ta' l-eżamijiet tat-teorija u hawnhekk irrapportat xi ħames każijiet.", "Għaxar każijiet oħra li ġew investigati mill-pulizja ma nstab xejn fuqhom.", "Barra minn hekk, l- awtorita' mill-ewwel dehrilha li għandha tagħmel proċedura ta' internal auditing sabiex tiżgura li dawn it-tentazzjonjiet jinqatgħu kemm jista' jkun.", "Dan id-diskors beda f'Awissu tas-sena li għaddiet u f'Settembru l- bord iddeċieda li jagħmel a historical operational review for the past three years to look at the methodology of the present procedures u kien deċiż mill-bord li jitqabbdu l-Price Waterhouse Coopers sabiex janalizzaw l- operat tad-direttorat tal-liċenzji.", "F'Settembru 2006 kellna ittra anonima oħra dwar allegazzjonijiet fuq l- eżamijiet tat-teorija.", "Id-direttorat reġa' informa lill-pulizija u anke l- awtorita' bdiet tinvestiga hi stess.", "Hawnhekk issospendiet il-persuna konċernata b'mod definittiv meta bdew il-passi kriminali kontra tagħha.", "Għalhekk l-awtorita' kienet il-ħin kollu viġilanti.", "Wara li sar ir-rapport tal-Price Waterhouse Coopers, fl-analiżi tagħhom għamilna eżami ta' 72 file u minn dawn, instab li kien hemm 28 li kienu regolari u korretti, b'mod partikolari fuq it-tieni test.", "U dan juri li aħna bdejna nħarsu lejn kollox.", "Irriżulta li kien hemm 14-il każ li qajmu suspett u għalhekk għaddew għand il-pulizija, li min-naħa tagħha bdiet l-investigazzjonijiet.", "Jekk naraw x'għamilna matul dan iż-żmien kollu, insibu li l-viġilanza dejjem kienet hemm.", "Issa se ndur b'mod speċifiku lejn dan il-każ li tant ġie diskuss fil- ġranet li għaddew.", "Dawn l-impjegati kienu sospiżi fuq half pay kif inhi l- proċedura sakemm tinqata' s-sentenza tagħhom.", "Fi Frar tas-sena 2007 l- awtorita' dwar it-trasport iddeċidiet li tittermina l-impjieg taż-żewġ impjegati misjuba ħatja u l-kap eżekuttiv kiteb liż-żewġ impjegati sabiex jinformahom bid-deċiżjoni.", "Ftit ġranet wara l-avukat ta' wieħed mill- impjegati - ma naħsibx li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni għandu xi provi li kont jien li ssuġġerejt il-każ ta' maħfra mill-interdett u jekk għandu dawn il- provi għandu jkun raġel u jressaqhom - ressaq il-każ tal-maħfra u kiteb lill-kap eżekuttiv sabiex jinformah li għamel din it-talba.", "Jiena ġbidt l-attenzjoni tal-kap eżekuttiv għal preċedent simili.", "L-unika ħaġa li ma kenitx simili bejn iż-żewġ każijiet kienet dik li wieħed daħal l- ADT miċ-ċivil u l-oħrajn daħlu l-ADT b'mod dirett.", "Jiena kelli ġudizzju ta' kawtela mhux għaliex kelli xi predispożizzjoni li l-uffiċjali misjuba ħatja jerġgħu jidħlu l-ADT.", "Din hija xi ħaġa li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni jħobb jgħidha, qisu aħna pprovajna nagħmlu minn kollox sabiex dawn l- impjegati jerġgħu jidħlu lura fil-pożizzjoni tagħhom.", "Din ħadd ma qalha u lanqas ma hija pprovata.", "Ma saret l-ebda pressjoni fuq il-kap eżekuttiv fuq dan il-każ.", "Issa hawn min qiegħed jgħid - mhux bilfors qalha l-Kap ta' l-Oppożizzjoni pero' saret fil-gazzetti – li r-riżenja tal-kap eżekuttiv mill-ADT torbot ma' dawn il-każijiet.", "Dan m'huwiex minnu u fil-fatt il-kap eżekuttiv innega dan kollu u min qed jgħid hekk, qiegħed jagħmel hekk sabiex jgħawweġ il-fatti.", "Il-kap eżekuttiv ma rriferiex il-każ lill-bord ta' l-ADT għaliex id-deċiżjoni tal-bord qatt ma treġġgħet lura.", "L-istess chairman kiteb ittra fil-gazzetta \"The Times\" fejn qal hekk:", "\"It is important to point out that the chairman and board of ADT were never told or influenced in what to do about a case by anyone and I have enough confidence in the board members to be sure that they will not be influenced by anyone in such matters.\".", "Allura ċ-chairman qiegħed jgħid li jien ma nindaħalx fl-affarijiet tal- bord.", "Il-kap eżekuttiv iddiskuta l-ittra ta' l-avukat difensur taż-żewġ impjegati ma' l-avukat ta' l-ADT.", "Imbagħad il-kap eżekuttiv kiteb liż-żewġ eżaminaturi misjuba ħatja li kienu se jibqgħu jinżammu sospiżi b'nofs paga sakemm ikun hemm deċiżjoni mit-talba għall-maħfra presidenzjali.", "Id- deċiżjoni tal-bord ta' l-ADT qatt ma treġġgħet lura.", "Fil-21 ta' Ġunju, 2007 il-Ministru għall-Ġustizzja u Intern, fuq parir ta' l-Avukat Ġenerali, iddeċieda li ma jirreferix il-każ tal-petizzjoni lill-President imma ddeċieda li jarkivja l-każ.", "Mela hemmhekk ma kellekx deċiżjoni fuq il- maħfra presidenzjali.", "Madanakollu aħna dehrilna li ma kellniex nistennew aktar fuq din it-talba għall-maħfra presidenzjali u li kellna naġixxu dak il-ħin.", "Fil-fatt wara li rċevejna din l-ittra, il-bord kostitwit ġdid, ikkonferma d-deċiżjoni tat-tkeċċija ta' dawn iż-żewġ impjegati.", "Sur President, minn dawn il-fatti kollha nixtieq nelenka dawn il-punti: Iż- żewġ impjegati in kwestjoni daħlu l-ADT qabel jiena sirt ministru responsabbli mill-ADT; li jien qatt ma pprovajt nipproteġi xi impjegat meta rriżultalna xi każ ta' abbuż u li jien la għamilt talba għall-maħfra presidenzjali, la ssuġġerejtha u lanqas kelli xi predipożizzjoni li din se tintlaqa'.", "Kien il-gvern li appella mis-sentenza għaliex il-piena mogħtija mill-maġistrat ma kenitx meqjusa ħarxa biżżejjed.", "Jien m'għamilt l-ebda pressjoni fuq il-kap eżekuttiv jew fuq iċ-chairman kif naħseb kien kultant qiegħed jiġi allegat.", "L-avukat ta' l-ADT m'huwiex canvasser tiegħi imma dan kien kandidat tal-partit Nazzjonalista fl-istess distrett tiegħi fl- aħħar elezzjoni.", "U kif jaf kulħadd, bil-mod ta' kif jitmexxew l- elezzjonijiet, aħna nkunu kompetituri ma' kandidati oħra u mhux canvasers ta' xulxin fl-istess elezzjoni!", "Naħseb li dan huwa warp thinking.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni u l-whip tal-grupp parlamentari Laburista għamlu din il-mozzjoni fuq allegat gidba u b'mod partikolari fuq il-kliem \"deċiżjoni li qabel ma ttieħdet ġiet mitkellma kollettivament u ttieħdet ċerta deċiżjoni\" li jiena kont għidt hawnhekk.", "Fil-fehma tal-Kap ta' l- Oppożizzjoni dan il-kliem jimplika li din kienet deċiżjoni meħuda mal-bord ta' l-awtorita'.", "Ġimgħa wara li wżajt din il-frażi, fil-ħin tal- mistoqsijiet parlamentari, il-Kap ta' l-Oppożizzjoni għamilli mistoqsija supplimentari u jiena spjegajt min kien in the loop u semmejt il-kap eżekuttiv u l-avukat ta' l-ADT.", "Għalfejn dawn iż-żewġ persuni?", "Dawn huma ż-żewġ persuni b'inkarigi eżekuttivi rilevanti.", "Dan kollu ġie kkonfermat miċ-chairman u mill-bord ta' l-ADT fl-ittra li bagħtu lill-Prim Ministru fil-11 ta' Ġunju.", "Fl-ittra dawn kitbu hekk: \"Billi n-natura tal-kwestjoni kienet amministrattiva u l-Ministru Mugliett ġibed l-attenzjoni tal-kap eżekuttiv għall-fatt li l-każ preċedenti kien jixbah dan il-każ; għalhekk issuġġerixxa li d- deċiżjoni ta' l-awtorita' li tkeċċi liż-żewġ impjegati għandha tibqa' valida imma t-terminazzjoni effettiva tkun implimentata wara l-eżitu tat-talba tal-maħfra presidenzjali.", "Dan is-suġġeriment ġie diskuss mal-kap eżekuttiv assistit mill-avukat ta' l-awtorita' u ġie deċiż li tiġi rikonfermata d-deċiżjoni tat-tkeċċija u tiġi proposta l- eżekuzzjoni tat-tkeċċija sakemm ikun konkluż l-proċess dwar it-talba ta' l-impjegati konċernati.\".", "Is-CEO ma ċaħad xejn minn din l-ittra.", "Illum stess il-Kap ta' l- Oppożizzjoni qiegħed jinjora żewġ affarijiet; qiegħed jinjora l- ispjegazzjoni li ngħatat mill-bord u qiegħed jinjora r-ruling li tat is- Sedja.", "Imbagħad għandek il-media Laburista li nfexxew f'gideb fuq l-istess Avukat Borg Myatt.", "Anke l-Kap ta' l-Oppożizzjoni reġa' tenna din il-gidba billi qal li l-Avukat Borg Myatt huwa viċin tiegħi.", "Fil-fatt l-Onor.", "Sant kiteb li \"it turns out that the legal advisor is a close political ally, let's say a canvasser ...\"", "L-aqwa li nitfgħu d-diċerija: Let's say a canvasser!", "Jekk il-Kap ta' l-Oppożizzjoni għandu l-provi dwar dan għandu jressaqhom għaliex hawnhekk għandna mozzjoni li l-premessa tagħha hija fuq gidba.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni injora r-ruling li tat is-Sedja u qal li jiena żgwidajt lill-Kamra u li qiegħed nigdeb.", "Imma l-fatti juru bil- kontra.", "Sur President, jiena elenkajt il-fatti b'mod ċar u wrejt kif il-ġlieda kontra kull xorta ta' abbuż qiegħda fuq quddiem nett ta' l-aġenda tal- ministeru tiegħi kif ukoll ta' l-ADT.", "Barra minn hekk, il-ministeru tiegħi u l-ADT qegħdin jaħdmu b'kollaborazzjoni sħiħa ma' xulxin sabiex niġġieldu l-abbużi, jagħmilhom min jagħmilhom.", "Fil-mozzjoni qegħdin jgħidu li ma nagħtux rendikont sħiħ tal-fatti, pero' l-fatti elenkati huma rendikont sħiħ u dirett tal-ġlieda tagħna kontra l-abbużi.", "Dawn il-fatti qatt ma nħbew u qatt ma nżammu mistura minn ħadd, la mill-pulizija, li dejjem ikkolaborajna magħhom, la mill-istampa, u wisq inqas minn din il-Kamra.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Charles Buhagiar.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Sur President, fil-ftit minuti li għandi għad- dispożizzjoni tiegħi se nitkellem ftit fuq l-operat ta' l-ADT.", "L-operat ta' l-ADT ilu vvizzjat minn taħt il-ministru preċedenti, il-Ministru Ċensu Galea.", "Nafu minn diskorsi li kien jgħid il-Ministru Ċensu Galea ma' sħabu li huwa kien jaf li l-ADT m'hijiex qiegħda taħdem b'mod effiċjenti, li hemm brimba u li hemm ħafna irregolaritajiet li qegħdin jiġru imma li ma jista' jagħmel xejn sabiex jirranġahom.", "Issa meta ministru jieħu l-kariga tiegħu f'dan il-Parlament, irid jieħu l-ġurament quddiem il-President u jgħid li hu se jagħmel dak li huwa tajjeb għall-pajjiż u fl-interess tal-pajjiż.", "Allura jekk taf li hemm l-irregolaritajiet f'xi azjenda tal-gvern, kif tista' qatt tgħid li ma tista' tagħmel xejn dwarhomu?", "Imma l-Ministru Ċensu Galea qal li hu ma jista' jagħmel xejn.", "Kien jaf li l-affarijiet ma kenux sejrin kif suppost imma kien jgħid li ma seta' jagħmel xejn.", "Dan il- ministru kien il-predeċessur tal-Ministru Mugliett.", "Issa biex inkunu ġusti rridu ngħidu li l-Ministru Mugliett wiret l-ADT mingħand il-Ministru Ċensu Galea.", "Jien qiegħed ngħaqqad dawn l-affarijiet għaliex irrid nargumenta li meta taf li hemm affarijiet li m'humiex mexjin tajjeb, li hemm l-irregolaritajiet u ma teħux azzjoni sabiex l-affarijiet tirranġahom, dawk l-affarijiet se jkomplu jmorru għall-agħar u mhux għall- aħjar.", "Fiż-żmien li fih il-Ministru Ċensu Galea kien responsabbli mill- ADT, kien hemm l-istess uffiċjali li hemm illum.", "Id-differenza hi li meta ħa over il-Ministru Mugliett, ċerti affarijiet li kien ilhom sejrin ħażin u li fuqhom il-Ministru Galea naqas milli jieħu azzjonijiet, tant kibru li bdew joħorġu l-istejjer fuqhom.", "L-istorja li qegħdin nitkellmu fuqha llum hija proprju l-istorja tal-korruzzjoni li kien hemm fl-għoti tal-liċenzji tas-sewqan.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni spjega tajjeb meta qal kif driving instructor ta' garaxx partikolari rranġa ma' l-eżaminatur sabiex jinħarġu l- liċenzji tas-sewqan.", "Irrid ngħid li dan il-garaxx partikolari, is-Swallow Garage, għal xi raġuni, iġibuh ħafna ta' l-ADT.", "Is-Swallow Garage huwa dak l-istess garaxx li kellu coach skreppjata u l- ADT reġgħet ħarġitlu n-number plate tagħha.", "Jiġifieri dan il-garaxx skreppja coach kbira u l-ADT reġgħet tagħtu l-permess li jużaha.", "Dan huwa garaxx li jafhom sew lil tal-gvern sabiex jagħmel dawn l-affarijiet.", "Imma waħda mill-affarijiet li ma tantx tissemma fuq din l-istorja hija li meta l-ADT għamlet l-auditing, sabu li meta bdew joħorġu dawn il-liċenzji, il-persentaġġi baqgħu fl-istess livelli ta' qabel.", "Issa dan x'kien ifisser?", "Dan kien ifisser li min ma kienx ħaqqu jgħaddi imma kien qiegħed ixaħħam biex jiġi mogħti l-liċenzja, kien jgħaddi mill-eżami filwaqt li min kien ħaqqu jgħaddi, kien qiegħed jeħel mill-eżami.", "Bilfors hekk kien qiegħed jiġri għaliex ma tistax tirraġunaha mod ieħor.", "Jiena ninsab ċert li kien hemm min weħel mill-eżami tal-liċenzja sabiex ikun jista' jgħaddi ħaddieħor li ma kienx ħaqqu li jgħaddi.", "Dik hija l-istorja.", "Imbagħad tressqu l-qorti xi nies involuti f'dan il-każ u hawnhekk il- Ministru, meta spjega kif ġara l-każ, qalilna li huma dejjem kienu viġilanti u dejjem tellgħu n-nies il-qorti.", "Imma ħadd m'hu qiegħed jgħid s'issa li ma kenux viġilanti.", "Il-mozzjoni ma saritx għaliex ma kienx hemm viġilanza imma saret fuq il-mod ta' kif irreaġixxa l-Ministru fuq persuni li nstabu ħatja mill-qorti u li ġew interdettjati.", "Dawn in-nies tressqu l- qorti għaliex instabu li ġew imxaħħma sabiex joħorġu l-liċenzji tas-sewqan u allura kien hemm każ ta' korruzzjoni.", "Meta tressqu l-qorti nstabu ħatja u meta ġew quddiem l-ADT, dawn riedu jkeċċuhom.", "Imbagħad qalulna li dawn l- impjegati talbu għall-maħfra presidenzjali.", "Imma din ukoll ma tagħmilx sens!", "Qalilna li kien hemm każ ieħor ta' xi ħadd minn Ħal Tarxien li għamel l- istess ħaġa u daħħluh lura fil-post tax-xogħol tiegħu.", "Il-bieraħ il- Ministru rrispondieni fuq dan il-każ partikolari u jien m'iniex se nagħti l- isem ta' l-individwu għax l-isem ingħatali b'mod konfidenzjali.", "(Interruzzjonijiet) Qalulna li dan talab maħfra presidenzjali u din il- maħfra ngħatat.", "B'hekk reġa' ddaħħal għax-xogħol bid-differenza li ma tħallix fl-ADT imma ntbagħat jaħdem f'post ieħor.", "Safejn naf jien din il- persuna ntbagħtet il-Joint Office imma xorta waħda għadha titħallas mill- ADT u mhux qiegħda titħallas mill-Joint Office.", "Jekk il-ministru qiegħed jaħseb mod ieħor, nitolbu sabiex imur jiċċekkja ħalli jara l-affarijiet kif inhuma.", "Jiġifieri din il-persuna nstabet ħatja ta' frodi fuq il-post tax- xogħol tagħha, ingħatati maħfra presidenzjali u ġiet imdaħħla mal-gvern.", "Possibbli m'intomx tindunaw li meta qegħdin tagħmlu hekk, qegħdin twasslu messaġġ ħażin fost il-poplu?!", "Intom qed twasslu l-messaġġ li min jagħmel il-korruzzjoni, min jagħmel il- ħażin u min jagħmel l-irregolaritajiet f'dan il-pajjiż u jinstab ħati mill- qorti u anke bl-appell, jista' jerġa' jiddaħħal lura fix-xogħol tiegħu.", "Kulma jrid jagħmel huwa li jitlob maħfra presidenzjali u jekk din tingħata, allura jerġa' jidħol lura f'postu.", "Possibbli li l-gvern m'huwiex jinduna li din qiegħda tinstema' ħażin?", "Ma tistax tippermetti li meta jkollok każijiet serji ta' korruzzjoni u ta' frodi u l-persuna titlob għall-maħfra presidenzjali u tingħatalha, terġa' tiddaħħal lura għax-xogħol!", "Xi ħaġa bħal din ma tistax tippermettiha għaliex il-messaġġ li twassal ma jkunx li għandek zero tolerance fuq il-korruzzjoni.", "Din hija r-raġuni għalfejn f'dan il-pajjiż qamet din il-kwestjoni kollha fuq dan il-każ.", "Ir-raġuni m'hijiex biss fuq dawn it-tnejn min-nies partikolari biss imma l- fatt li meta qiegħed tagħmel hekk, tkun qiegħed twassal messaġġ ħażin lill- bqija tal-pajjiż.", "U din hija xi ħaġa li n-naħa l-oħra hemm bżonn li tifhimha.", "Issa jien m'iniex se noqgħod ngħid li f'dan il-każ il-persuna involuta kienet canvasser ta' ministru, setgħet kienet min kienet, il-fatt jibqa' li dawn l-impjegati tkeċċew mill-ADT u mbagħad il-ministru qalilhom li għandhom idaħħluhom lura b'half pay għaliex talbu għall-maħfra presidenzjali u ladarba tinqatagħlhom jaraw x'se jagħmlu bihom.", "Meta jkun hemm każijiet ta' korruzzjoni u meta qegħdin twasslu l-messaġġ li m'intomx tittolleraw dawn l-affarijiet, ma tistax tagħmel xi ħaġa bħal din, tkun min tkun il-persuna.", "Din hi l-kwestjoni kollha.", "Issa f'dan il-każ hija aktar gravi għaliex il-persuna involuta kienet qrib tal-ministru.", "Prattikament qed twasslu l-messaġġ li min huwa viċin tal-ministru jista' jagħmel li jrid għaliex se jingħata maħfra presidenzjali u jiddaħħal lura fuq xogħlu.", "Kieku stess kelli nemmen dak li qal il-Ministru Mugliett, hemm barra l-istorja qiegħda tinqara mod ieħor.", "U din hija xi ħaġa li jridu jifhmuha tan-naħa l-oħra.", "Sur President, hawnhekk irrid ngħid li fl-ADT mhux dawn l-affarijiet biss hemm li m'humiex spjegabbli, imma hemm ħafna affarijiet oħra.", "Per eżempju, fil-bidu tad-diskors tiegħi semmejt il-każ tas-Swallow Garage, fejn dan il- garaxx kellu coach li ġiet skreppjata u l-ADT reġgħu tawh in-number plates ta' l-istess coach.", "Kellna każ ieħor ta' żewġ garaxxijiet li t-tnejn applikaw għad-double deckers.", "Lil garaxx minnhom jagħtuh il-liċenzja mentri lill-ieħor ma jagħtuhilux mingħajr l-ebda raġuni ta' xejn.", "Fuq liema kriterju l-ewwel garaxx ingħatatlu l-liċenzja?", "Forsi għaliex wieħed Nazzjonalist mentri l-ieħor m'huwiex?", "Għalhekk tajnieh il-liċenzja għad- double deckers?", "Hemm ħafna affarijiet oħra li nistgħu nitkellmu fuqhom.", "(Interruzzjonijiet)", "Qasam ieħor li rridu nħarsu lejh huwa s-settur tat-toroq fejn dejjem ikun hemm il-cost overruns, li forsi teknikament huma spjegabbli b'xi mod jew ieħor, imma jien ma nistax nifhem kif dawn jibqgħu jiġru darba wara l-oħra.", "Kull meta nagħmlu triq f'dan il-pajjiż, irid ikollna l-cost overruns.", "Issa li kieku l-cost overruns li jkollok fuq it-toroq ikunu żgħar jew li tista' tmur 5% żball 'l hawn jew 'l hemm nifhimha imma li triq tqumlek id- doppju ta' l-istima oriġinali jew 50% aktar, ma nifhimhiex u xi ħaġa ħażina jkun hemm żgur.", "Jien kont nippretendi li meta jara dawn il-fatti l- Ministru Mugliett jagħmel il-mistoqsijiet tiegħu.", "Il-fatti juru li darba wara l-oħra, it-toroq li jsiru qegħdin iqumu ħafna aktar milli jkunu stmati fil-bidu!", "Jiena bħala perit nifhem li ma tistax tikkalkula kollox eżatt meta taħdem fit-toroq, pero' xorta waħda tista' tikkalkula within a certain limit.", "Tiġix tgħidli li t-toroq, li suppost kellhom iqumu Lm12-il miljun mill-protokoll Taljan, jiġu jqumu Lm19-il miljun jew aktar minn 50% milli fil-fatt kellhom iqumu!", "Fil-public accounts committee għamilna sessions sħaħ ħalli naraw il-breakdown ta' l-infiq fil-bini ta' dawn it-toroq u sibna li, per eżempju, kien hemm cost overrun ta' kważi Lm1.5 miljun fuq culvert tal-konkos, li minnu jgħaddu s-servizzi, li minn ħames piedi għoli u tliet piedi wiesa', dawn iddeċidew li jagħmluh sitt piedi għoli.", "F'kelma waħda nefqu Lm1.5 miljun talli żiedulu pied.", "Tafu dan xi jfisser?", "Culvert li kellu jqum Lm101 kull pied jimxi, ta' ħames piedi, għaliex żidnielu pied u għamilnieh sitt piedi, ġie jiswa Lm230!", "Ġie jiswa aktar mid-doppju għaliex żidnielu pied!", "Għalkemm tawna l- ispjegazzjonijiet, xorta ma kkonvinċewniex.", "Jiena ma nistax nifhem kif struttura li żdiedet bi ftit, tispiċċa tqum aktar mid-doppju, aktar u aktar meta din l-istess tip ta' struttura qiegħda tintuża llum fit-toroq tagħna mill-istess kuntratturi u qed jeħduha bil-prezz ta' Lm120 li, fl- opinjoni tiegħi, hija rata raġjonevoli.", "Fil-protokoll Taljan il-prezz kien Lm101, meta għamluh 1.8 metru tellgħuh għal Lm234 u llum l-istess struttura qed jeħduha bil-prezz ta' Lm120.", "Issa ma rridux ninsew li hemmhekk kellek 16-il kilometru ta' triq li fihom saru culverts kważi kullimkien u allura l-iżball ta' iktar minn Lm100 fuq kull metre run ta' culvert tella' l-ispiża għal Lm1.5 miljun.", "Issa xi ħadd iċċertifikahom dawn il-pagamenti u qabel li titħallas din ir- rata.", "Imma allura ma ssirx investigazzjoni biex naraw min issuġġerixxa li jiġu aċċettati ċerti rati esaġerati?", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq Lm1.5 miljun!", "Jiena naf li l-Ministru Mugliett jaf x'hemm fil-kuntratti tat- toroq f'pajjiżna għax avviċinawh anke kuntratturi u qalulu biex jiftaħ għajnejh fuq ċerti periti u jara x'qed jiġri fid-dipartiment tat-toroq.", "Jien naf li qalulek għax kif qalu lilek qalu lili.", "Imma xorta ma jsir xejn.", "Għaliex ma jgħidilniex kif investigahom?", "Ftit ilu għamilt mistoqsija parlamentari dwar jekk kienx hemm investigazzjoni interna ta' l-ADT fuq il-kuntratti tat-toroq u fuq il- periti u l-ministru rrispondieni li ma kienx hemm.", "Issa hu għandu l- informazzjoni li għandi jien u allura nappellalu biex jinvestiga bis- serjeta`.", "MR SPEAKER: Ippermettili, Onor. Buhagiar.", "Point of order, il-Ministru Mugliett.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Sur President, qatt ma ġie xi ħadd jallega xi fatt partikolari fuq l-operat jew fuq kif ingħataw it-tenders u ma nvestigajtux.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Ikompli l-Onor.", "Buhagiar bl-intervent tiegħu.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Sur President, jien naf li avviċinawh kuntratturi u qalulu x'qed jiġri fid-dipartiment tat-toroq u x'qegħdin jagħmlu ċerti periti fid-dipartiment.", "M'iniex qed ninkludi lill-periti kollha, biex inkun fair, għax hemm ħafna periti fid-dipartiment li huma ta' l-affari tagħhom, imma mbagħad ikollok dak il-wieħed jew tnejn li ma jkunux daqshekk ta' l-affari tagħhom.", "Jiena nappella lill-Ministru biex jinvestiga bis-serjeta` għax naf sewwa li hemm brimba kbira f'dan id- dipartiment.", "Sur President, dan qed jiġri kullimkien, anke fil-mod kif jingħataw ċerti tenders u kif jindaħlu ċerti periti - li l-Ministru għandu konnessjoni stretta professjonali magħhom - f'ċerti tenders.", "Bħala l- ministru responsabbli minn ministeru partikolari li jagħti tenders ta' toroq, meta għandek relazzjoni professjonali ma' perit ieħor u dan jingħata tender mill-ministeru tiegħek u inti fl-income tax return tiegħek - li titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra - qed tiddikjara li dan il-perit jagħtik somma flus fis-sena, ma tarax li hemm conflict of interest?", "Ma jidhirlekx li hemm conflict of interest meta t-tali perit – u mhux se nsemmih b'ismu għax mhux persuna pubblika, imma kulħadd jafu – qed jagħtik \"x\" eluf ta' liri fis-sena u lil dan l-istess perit inti, bħala l-ministru responsabbli mit-toroq, tagħtih il-kuntratti?", "Fl-opinjoni tiegħi, dan huwa konflitt ċar ta' interess u nixtieq niġbed l-attenzjoni tiegħek, Sur President, fuq dawn l-affarijiet għax inti suppost tirregolahom.", "Fil-bidu għidt li hemm ħafna lejn xiex inħarsu fejn jidħol l-operat ta' l- ADT u hemm ħafna x'isir biex jitranġaw l-affarijiet li mhux qegħdin isiru sewwa.", "Pero' dan mhux qed jiġri biss fl-ADT.", "Per eżempju, jiena kont ressaqt każ dwar korruzzjoni fil-MEPA f'dan il-Parlament u kont poġġejt fuq il-mejda tal-Kamra kopja ta' cheques li tħallsu lil individwu partikolari biex ħarġu l-permessi.", "Dan il-każ tressaq il-qorti u ilu iktar minn erba' snin, imma ma sar xejn għaliex dan l-individwu għadu suspended with full pay mill-MEPA!", "Kif jista' xi ħadd li qiegħed akkużat b'korruzzjoni biċ- cheques ...", "(Interruzzjonijiet) Dan huwa każ ta' persuna akkużata b'korruzzjoni u ilha erba' snin sospiża b'full pay.", "Meta jsiru dawn l- affarijiet qisna qed ngħidu lin-nies tal-MEPA biex jagħmlu li jridu għax anke jekk jissospenduhom jibqgħu jieħdu full pay.", "Naħseb li dan l- impjegat partikolari jirringrazzjakom talli ma jidħolx għax-xogħol u tagħtuh il-paga.", "MR SPEAKER: Ippermettili, Onor. Buhagiar.", "Point of order, il-Ministru George Pullicino.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Sur President, il-MEPA għandha collective agreement u fuq parir legali li ngħatat qed timxi skond il-collective agreement li hemm.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Buhagiar ikompli bl-intervent tiegħu.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Jiġifieri qed ngħidu li jekk dan idum għaxar snin sakemm tinqatagħlu l-kawża se jagħmel għaxar snin jieħu l-paga sħiħa?", "Huwa importanti li dawn l-affarijiet ikunu ċari ħalli l-press jifhmu tajjeb x'qed ngħidu.", "Jiġifieri fil-MEPA, minn fejn jinħarġu l-permessi u fejn jistgħu jsiru ħafna abbużi - u huwa pprovat li jsiru l-abbużi hemmhekk - meta jinqabad xi ħadd li qed jabbuża jiġi sospiż with full pay u daqshekk!", "Din hi s-serjeta` li rridu f'dan il-pajjiż?", "Aħna qed inressqu din il-mozzjoni għax m'għandniex fiduċja fl-operat ta' l-ADT u b'mod partikolari m'għandniex fiduċja fl-operat tal-Ministru Mugliett.", "Din il- mozzjoni ressaqniha biex nuru l-isfiduċja tagħna fil-mod kif il-Ministru Mugliett qed jopera d-dekasteru tiegħu.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Ġustizzja u Intern.", "ONOR.", "TONIO BORG: Sur President, dan m'huwiex dibattitu dwar l-operat ta' l-ADT in ġenerali, imma dibattitu dwar mozzjoni speċifika u allura rridu neżaminaw ir-raġunijiet tagħha.", "Din il-mozzjoni saret wara t-2 ta' Lulju għax min qed jipproponiha qed ipoġġi l-inċident tat-2 ta' Lulju bħala l-fus tal-mozzjoni nnifisha, jekk mhux kollha kważi kollha.", "Fil-fatt fl-ewwel paragrafi naqraw li l-bażi għaliex din il-Kamra, fl-opinjoni ta' min ippropona din il-mozzjoni, għandha tesprimi sfiduċja fil-Ministru Mugliett huwa - u nikkwota - \"li l-Ministru Mugliett gideb lil din il-Kamra meta qal li d-deċiżjoni kienet kollettiva.\"", "Allura rridu nibdew billi naraw x'kien l-inċident tat-2 ta' Lulju.", "Jien kont preżenti hawnhekk meta saret id-domanda fit-2 ta' Lulju u din qamet minn domanda supplimentari li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni għamel lill- Ministru Mugliett.", "Din id-domanda kient tgħid hekk: – u huwa importanti kif ġiet imfassla din id-domanda għax ir-risposta tal-Ministru Mugliett li fuqha l-Kap ta' l-Oppożizzjoni issa qed jibbaża l-mozzjoni tiegħu kienet b'risposta għal din id-domanda u mhux għal domandi oħrajn - \"Ma jidhirlux il-Ministru Mugliett li assolutament mhux xieraq għall-imġieba ministerjali li Ministru jdur fuq iċ-chairman ta' l-awtorita` li taqa' taħtu u jgħidlu biex ma jkeċċix in-nies?\"", "Jiġifieri d-domanda supplimentari kellha l- allegazzjoni li l-Ministru Mugliett kellem liċ-chairman tal-bord u qallu biex ma jkeċċix lin-nies.", "X'kienet ir-risposta tal-Ministru dakinhar fit-2 ta' Lulju?", "Ir-risposta tal-Ministru Mugliett kienet tgħid hekk: \"Ninnega li jiena tajt xi ordni lill-bord biex ma jkeċċux in-nies.\"", "Mela hemm allegazzjoni speċifika, hemm risposta speċifika li dan mhux veru u kompla jgħid hekk: \"Kieku – jiġifieri każ ipotetiku - jiena tajt xi ordni liċ- chairman li kienet inaċċettabbli se jaċċetta li jerġa' jkun chairman?\"", "Mela għandna d-domanda supplimentari, għandna r-risposta tal-Ministru u mbagħad kien hemm l-ittra fis-6 ta' Lulju - li hemm riferenza għaliha fil- mozzjoni wkoll - taċ-chairman ta' l-Awtorita` Dwar it-Trasport li tgħid hekk:", "\"The chairman and board of ADT were never told or influenced ...'',", "- mhux biss influenced, not even told -", "\"in what to do about such a case by anyone.\"", "- \"by anyone\", jiġifieri inkluż il-Ministru.", "Jiġifieri din l-ittra mhux talli ma tikkontradixxix dak li qal il-Ministru Mugliett fil-Parlament, anzi talli tikkorroborah għax filwaqt li l- allegazzjoni kienet tgħid li l-Ministru ordna lill-bord, il-Ministru fir- risposta tiegħu qal li hu ma ordnax lill-bord.", "Iċ-chairman tal-bord qal li lilu ma kellmu ħadd u ma nfluwenzah ħadd fid-deċiżjoni tiegħu dwar tkeċċija o meno ta' xi persuni.", "Issa għaliex din hija importanti?", "Għaliex il-frażi \"mitkellma kollettivament\", li kulħadd qiegħed jinterpreta, intqalet wara li kien hemm dan il-battibekk.", "Meta l-Ministru fl-istess seduta tal- Parlament tat-2 ta' Lulju, mingħajr ma semma lil ħadd qal li din il- kwestjoni ġiet mitkellma kollettivament - mhux ġiet deċiża kollettivament - u ttieħdet ċerta direzzjoni, ma setax kien qiegħed jirriferi għaċ-chairman ta' l-ADT, għax hu stess qal li liċ-chairman ta' l-ADT ma kellmux fuq din il-kwestjoni biex ma jkeċċix lin-nies.", "Allura l-każ kollu li qam, li ċ-chairman ta' l-ADT ikkontradixxa lill- Ministru għax qal li hu mhux veru kien involut f'din il-kwestjoni, joħroġ minn dan id-dibattitu.", "Meta l-Ministru qal li hu tkellimha kollettivament, qal li hu ma ta ebda ordni liċ-chairman, allura kif wieħed jista' jinterpreta li l-frażi \"mitkellma kollettivament\" tinkludi liċ-chairman u lill-bord?", "Anzi rriżulta li l-Ministru kkomunika ma' persuni li m'humiex membri tal-bord u semma lill-avukat ta' l-awtorita' - din reġa' qalha anke llum - kif ukoll liċ-chief executive officer.", "U din ġiet konfermata wkoll fl-ittra li l-bord kiteb lill-Prim Ministru fil-11 ta' Lulju.", "F'din l- ittra l-bord qal hekk:", "\"Is-suġġeriment fuq jekk tiġix posposta t-tkeċċija, ġie diskuss mal- kap eżekuttiv assistit mill-avukat ta' l-awtorita' u ġie deċiż li tiġi rikonfermata d-deċiżjoni tat-tkeċċija u tiġi posposta l-eżekuzzjoni tat-tkeċċija sakemm ikun konkluż il-proċess dwar it-talba ta' l- impjegati konċernati\".", "Jien qed nikkwota testwalment mill-ittra li ntbagħtet lill-Prim Ministru.", "Huwa veru li ġiet mitkellma kollettivament fis-sens li l-Ministru tkellem ma' persuni oħrajn dwar il-kwestjoni.", "Naturalment ma tkellimx mal-bidillu ta' l-awtorita' imma tkellem ma' l-avukat ta' l-awtorita' u maċ-chief executive officer.", "Safejn naf jien dawn it-tnejn m'humiex canvassers tal- ministru.", "Naħseb li ċ-chief executive officer qatt ma kien involut jew mess ma' politika attiva u għalkemm l-avukat ta' l-ADT kien kandidat ta' l- istess partit tal-ministru u fl-istess distrett tiegħu, nemmen li rari kandidati li jikkompetu miegħek fid-distrett, jikkwalifikaw bħala canvassers tiegħek.", "Huwa ċar li saret komunikazzjoni bejn il-ministru, iċ- chief executive u l-avukat ta' l-ADT.", "Issa jiena ngħid ħaġa oħra, Sur President, ħalli niġi għat-tieni punt li hemm allegat fil-mozzjoni, li ċ-chief executive officer ikkontradixxa lill- Ministru.", "Imkien ma rriżulta, lanqas ma nġiebdet l-ebda prova li fil- mument li ttieħdet id-deċiżjoni li tiġi posposta l-eżekuzzjoni, iċ-chief executive officer jew l-avukat, esprimew xi opinjoni kuntrarja.", "Din ma smajtha minn imkien dakinhar.", "Li wara wieħed seta' qal li ma jaqbilx, jista' jkun.", "Jien ma nidħolx fiha, ma kontx hemmhekk u ma nafx x'intqal.", "Pero' m'hawn l-ebda prova li fil-mument li ġie deċiż li tiġi posposta l- eżekuzzjoni, wara l-komunikazzjonijiet li saru, xi ħadd tkellem kontra.", "Anzi nassumi li l-eżekuzzjoni ġiet posposta bil-kunsens taċ-chief executive officer u bil-kunsens ta' l-avukat għax m'hemm xejn li jindika l-kuntrarju.", "Għaldaqstant ma jidhirx li f'din il-komunikazzjoni kien hemm xi diżgwid.", "Issa anke li kieku kien hemm xi diżgwid, ma tikkontradixxix li ġiet mitkellma kollettivament lanqas għax fuq il-frażi \"mitkellma kollettivament\" qed idur kollox.", "Pero' m'hemm l-ebda prova li xi ħadd dakinhar qal li hu ma jaqbilx ma' din id-deċiżjoni.", "Niġu issa għat-tieni parti tal-mozzjoni fejn saret kritika lill-Prim Ministru dwar jekk kellux jaċċetta r-riżenja tiegħu jew le.", "Hawnhekk irridu naraw jekk l-intervent tal-Ministru f'dan il-każ, kif anke spjegat illum mill-Ministru Mugliett, kellux iwassal għal xi aċċettazzjoni tar- riżenja, irrispettivament minn jekk taqbilx ma' dak l-intervent jew le.", "Jiġifieri altru wieħed jgħid li ma jaqbilx ma' dak l-intervent jew li dak l- intervent kien dibattibbli u altru jgħid li dak l-intervent huwa ta' tali gravita' li għandu jwassal għar-riżenja tal-Ministru!", "Daqskemm nieħdu azzjonijiet u deċiżjonijiet!", "L-ebda waħda minnhom m'hija perfetta.", "B'daqshekk ma jfissirx li jekk xi ħadd, minn naħa jew minn oħra, ma jaqbilx ma' xi intervent li jsir, xi ħadd għandu jirriżenja!", "U rrid ngħid illi mkien m'hemm xi allegazzjoni - issa llum tefagħha hekk il- kap ta' l-oppożizzjoni u se naqraha eżatt kif qalha - \"li l-Ministru Mugliett huwa kompliċi mal-korruzzjoni\".", "Minn fejn irriżulta li l-Ministru Mugliett huwa kompliċi mal-korruzzjoni?", "Kien ikun kompliċi mal-korruzzjoni li kieku sar jaf bil-każ u pprova jwaqqfu!", "Kien ikun kompliċi mal- korruzzjoni li kieku pprova jindaħal mal-pulizija biex ma jeħdux passi kontra nies li wieħed minnhom kien jafu!", "Anzi hawn il-kapaċita' u l- integrita' tiegħu, li hu m'għamel xejn minn dan kollu!", "Ma kienx ikun integru, ma kienx ikun onest, li kieku hu pprova jindaħal mal-pulizija biex dawn in-nies ma jittellgħux il-qorti.", "Imma mhux talli ma sarx hekk, talli nbdiet investigazzjoni u kulmin kellu x'jaqsam ma' dan il-każ tad-driving tests, ittella' l-qorti.", "Ta' wħud inqatgħet u ta' oħrajn ma nqatgħetx.", "Ħafna drabi f'każijiet ta' korruzzjoni ma tkunx tista' ttella' lil kulħadd f'salt għaliex jekk l-unika xhieda tkun il-parti li ħallset il-flus jew li rċeviet il-flus, meta inti ttellagħhom it-tnejn f'salt, tkun qed tipperikola li joħorġu t-tnejn liberati.", "Allura l-pulizija l-ewwel ittella' lil dik il-persuna li tkun ammettiet li ħallset il-flus u meta jinqata' l-każ tagħha mbagħad tkun tista' titla' tixhed kontra l-persuna li aċċettat il-flus.", "Il-pulizija mxiet bl-istess mod meta kien hemm każ ta' invalidity pension.", "L-ewwel tellgħet lill-persuna li ammettiet li tat il-flus u malli nqata' l- każ tagħha mbagħad ttellgħet il-persuna li aċċettat il-flus.", "Dan isir għax jekk l-unika prova li għandek hija l-persuna li ħallset, meta ttellagħhom flimkien ma jistgħux jixhdu kontra xulxin.", "Allura ħafna drabi ma jittellax kulħadd f'salt imma jittellgħu in stages.", "Din ma tistax issejħilha mossa jew tattika, imma hija neċessita' daparti tal-pulizija.", "U rrid ngħid li fil-każijiet kollha li ssemmew f'dan l-aħħar żmien, il-passi ma tteħdux għax inkiteb xi artiklu fil-gazzetti jew għax l-Oppożizzjoni kixfet xi każ.", "Fil-mozzjoni hemm allegazzjoni li dan il-gvern m'huwiex determinat li jiġġieled il-korruzzjoni u jiena se ngħid x'għamilna aħna kemm ilna fil- gvern biex saħħaħna l-qafas legali għall-ġlieda kontra l-korruzzjoni.", "Imma t-tliet każijiet li ssemmew kollha nkixfu jew mill-gvern jew mill- aġenziji tal-gvern, inkluż dan il-każ ta' tixħim fid-driving tests.", "MR SPEAKER: Bil-permess tal-Viċi Prim Ministru, il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Mhux biex infixkel lill-Onor.", "Tonio Borg imma l-punt legali ma fhimtux.", "Hu qed jgħid li l-ewwel għandek ittella' lil min ixaħħam u mbagħad lil min jixxaħħam?", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Jiddependi miċ-ċirkostanzi.", "Għax ħafna drabi l-uniku xhud li jkollok tkun il-persuna li effettivament ħallset il-flus u ma jkollokx provi oħra għax dawn l-affarijiet ġeneralment ma jsirux fi pjazez imma fil-magħluq.", "Għaldaqstant hemm il-periklu li jekk lil dawn it-tnejn ittellagħhom flimkien, ma jkunx hemm provi kontra l-persuna li rċeviet il- ħlas.", "Allura l-ewwel għandek ittella' lil dik li ħallset biex tammetti u mbagħad meta jinqata' l-każ tagħha – allura ma tistax tinkrimina ruħha għax il-każ tagħha jkun inqata' - tittella' bħala xhud fil-każ l-ieħor.", "Għalhekk jiddependi miċ-ċirkostanzi għax f'każ li jammetti kulħadd, ittella' lil kulħadd.", "Imma jekk il-persuna li rċeviet il-ħlas ma tammettix, l-unika prova li għandek tkun il-persuna li tkun ħallset.", "Per eżempju, min kixef il-każ tal-pensjoni ta' l-invalidita', per?", "Deputat Nazzjonalista li mar ikellem lill-Ministru Nazzjonalista, imbagħad sar rapport lill-kummissarju tal-pulizija, saret l-investigazzjoni u ttellgħu n- nies il-qorti.", "Jiġifieri din m'hijiex xi ħaġa li xi ħadd kixifha u f'daqqa waħda l-gvern mar jiġri ħalli jagħmel xi ħaġa!", "Din inkixfet addirittura minn deputat tagħna stess!", "Allura issa se niġu ġġudikati għax qed nikxfu l- korruzzjoni u nieħdu l-passi kontra tagħha!", "L-istess fil-każ ta' l-awtorita' marittima.", "Din ma nkixfitx minn xi ħaġa li ntqalet fil-gazzetti jew mill-membri ta' l-Oppożizzjoni.", "Kien hemm audit, raw id-diskrepanza fid-dħul tal-liċenzji ma' dawk li kienu nħarġu, irrapportaw u ċ-chairman ta' l-awtorita' mar mill-ewwel għand il-pulizija, dawn bdew jinvestigaw lin-nies u waqt l-investigazzjoni bdiet ħierġa l- informazzjoni.", "Imma mhux l-Oppożizzjoni kixfitha, allavolja m'iniex qed ngħid li kieku konna fl-Oppożizzjoni ma konniex nieħdu passi, imma din ġiet mill-awtorita' marittima stess.", "Kif spjega llum il-Ministru Mugliett, xi ħadd għamel allegazzjoni lill-ADT u l-ADT ma qagħditx b'idejha fuq żaqqha imma ħadet passi estensivi billi ttellgħu l-qorti kemm min xaħħam kif ukoll min ixxaħħam.", "Dan qiegħed ngħidu biex nuri kemm m'hijiex minnha l-allegazzjoni ta' l-Oppożizzjoni li l-gvern m'huwiex determinat fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni.", "Issa jiena ma nħobbx nagħmel paraguni imma wieħed bilfors irid jara d-differenza bejn dak li għamilna aħna u dak li għamel ħaddieħor f'dan il-qasam.", "Meta fl-1987 tlajna fil-gvern, mhux xibka sibna imma labirinti ta' korruzzjoni, u mhux fuq il-permessi tal-bini biss imma fuq kollox!", "Biex tixtri television tal-kulur u tieħu l-linja tat-telephone kien ikollok tmur għand deputat jew ministru tal-gvern ħalli jirranġalek.", "Illum kważi jiġu għandek biex jistaqsuk tridx iddaħħal it-telephone.", "Dak iż-żmien tant kien istituzzjonalizzat in-neputiżmu, il-favoritiżmu u l-klijenteliżmu flimkien mal-korruzzjoni, li kont tkun trid permess għal kollox u l-ħolqien ta' soċjeta' fejn kollox jiddependi mill-permessi, iġib miegħu l-possibbilta' aktar ta' korruzzjoni.", "L-ewwel ħaġa li għamilna malli tlajna fil-gvern kienet li waqqafna l- kummissjoni permanenti kontra l-korruzzjoni u għalkemm ma nixtieqx nidħol f'każijiet, m'huwiex minnu li din ma kellhiex effett.", "Altru li kellha effett!", "Saħansitra kien hawn persuni li kienu fil-politika u ma baqgħux aktar fil-politika minħabba rapporti li saru minn din il-kummissjoni.", "Fil- fatt lill-kummissjoni permanenti kontra l-korruzzjoni konna tajniha l-poter ukoll li mhux biss tirriferi każijiet lill-pulizija imma li l-Avukat Ġenerali – li għandu kariga kostituzzjonali indipendenti fil-Kostituzzjoni stess - jista' jagħti l-immunita' lil kwalunkwe persuna li tgħid il-verita' u tikxef il-korruzzjoni b'suċċess.", "Hawn mhux qed ngħidu li din il-persuna se tieħu l-maħfra presidenzjali.", "Din għamilniha aħna u anke neħħejna l- ħtieġa ta' korroborazzjoni tal-kompliċi sabiex wieħed jikxef il-każijiet ta' korruzzjoni.", "Din hija ferm differenti minn żmien ieħor meta min jieħu l-flus ma kien jiġrilu xejn u min iħallashom kien jispiċċa l-ħabs!", "Dawn huma affarijiet li ġraw, Sur President.", "Naturalment comparisons are odious, imma rrid ngħid li fuq l-interdizzjoni kien hemm skandlu fi żmien - issa mhux qed nirriferi għall-gvern Laburista ta' l-1987 - it-22 xahar li l-partit Laburista għamel fil-gvern.", "Kien hemm pulizija li tkeċċa mill-korp fuq akkużi serji ta' sperġuri - jiġifieri qal gidba bil-ġurament - dwar swat ta' persuni li kienu qegħdin jiġu interrogati u saret kawża kostituzzjonali b'suċċess kontra tagħha.", "Din il- persuna kienet involuta fi trattament inuman ta' persuni interrogati u s- sentenza fil-konfront tagħha inqatgħet b'interdizzjoni ġenerali li ma tistax tieħu impjieg pubbliku.", "Imbagħad tela' l-partit Laburista fil-gvern u din il-persuna ġiet impjegata mal-Water Services Corporation, allavolja kienu jafu li hemm sentenza tal-qorti kostituzzjonali.", "Huwa veru li kien sar appell, imma waqt l-appell daħluha xorta waħda bħala skrivan mal-WSC u meta kienu għadu fil-gvern l-partit Laburista, inqatgħet ukoll is-sentenza kriminali li kkonfermat l-interdizzjoni u din il-persuna baqgħet hemm!", "U mbagħad jiġu hawnhekk u jagħmlu dan l-għaġeb kollu għax it-tkeċċija f'dan il-każ ġiet posposta sakemm naraw tinqatax il-maħfra presidenzjali jew le.", "Meta tara din l-ipokrezija daparti ta' l-Oppożizzjoni u d-determinazzjoni tal-gvern li jkompli jiġġieled il-korruzzjoni, jagħmilha min jagħmilha, faċli tkun taf kif għandek tivvota fuq din il-mozzjoni.", "Imbagħad il-colmo kien li akkużawna bit-tixħim ta' l-imħallfin, qisna aħna xaħħamnihom, Sur President!", "Anzi aħna kxifna t-tixħim ta' l-imħallfin - kif spjegajt fil- Parlament u anke f'artiklu li kont ktibt dakinhar - permezz ta' servizz ta' sigurta' li waqqafna, li intom kontu diġa' ppreżentajtu liġi biex tneħħuh, fejn ġiet interċettata komunikazzjoni mill-ħabs.", "Fil-fatt kienu jafu li hemm mobile phone fil-ħabs u ħallewh apposta biex naraw il-komunikazzjoni xi tgħid u minn hemmhekk inkixef il-każ tat-tixħim ta' l-imħallfin.", "Din ġiet konkluża b'suċċess, b'interrogatorju li sar mill-kummissarju tal- pulizija fi press conference tal-Prim Ministru li ġie kkritikat talli qal li ħadna dawn il-passi, is-sitwazzjoni kienet qiegħda f'idejn il-pulizija u nafu l-konsegwenzi x'inhuma.", "Allura se tattakkawna dwar din ukoll?", "Se tattakkawna għaliex konna aħna illi ħloqna l-istrutturi biex dawn l- affarijiet inkixfu, għaddejnihom lill-pulizija u ġew misjubin ħatja?", "Sur President, ħalli ngħid x'inhu l-periklu u din ngħidha bl-ikbar serjeta'.", "Jekk se nibdew nattakkaw lill-gvernijiet, huma min huma, għax jikxfu l- korruzzjoni u għax itellgħu lin-nies il-qorti, sew jekk ikunu imħallfin jew impjegati ta' l-ADT, allura mbagħad it-tentazzjoni tkun li xi ħadd jgħid: Għalfejn se noqgħodu naqilgħu dawn l-affarijiet!", "Allaħares naslu s'hawn!", "Bħallikieku għax ma tkunx inqabdet il-korruzzjoni, m'hawnx korruzzjoni fil- pajjiż!", "Għaliex fi żmienhom ħadd ma tressaq il-qorti, ma jfissirx li fil- pajjiż ma kienx hawn korruzzjoni!", "Il-korruzzjoni teżisti fil-pajjiżi kollha tad-dinja!", "L-importanti hu li l-korruzzjoni ma tkunx fit-tmexxija tal-pajjiż u li meta jkun hemm każ ta' korruzzjoni, jinkixef u jiġi miġġieled u mhux noqogħdu b'idejna fuq żaqqna!", "Inkella jekk se toqogħdu tikkritikaw lill-gvernijiet għax jikxfu l-korruzzjoni, se jkun hemm it-tentazzjoni li wieħed iħalli kollox kif inhu.", "Nerġa' ngħid li Allaħares naslu s'hawn.", "Għalhekk nemmen li m'hemmx raġuni biżżejjed biex tgħaddi din il-mozzjoni ta' sfiduċja.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sur President, il-punt ta' l-għeluq li għadu kif għamel il-Viċi Prim Ministru huwa l-pern kollu tas-sitwazzjoni li aħna għandna quddiemna għax din il-mozzjoni m'hi xejn ħlief attakk kontra min ħa passi biex jinqabad l-abbuż.", "Id-dispjaċir tiegħi u l-inkwiet kbir ta' din in-naħa tal-Kamra hu li l- Oppożizzjoni b'din il-mozzjoni qiegħda ddawwar kollox rasu 'l isfel u saqajh 'il fuq.", "Fl-aħħar mill-aħħar din hija mozzjoni li qiegħda tattakka l- kredibilita' u l-fiduċja tal-Ministru Mugliett għax kien hu li stimula l- proċess li wassal biex nies fl-ADT li kienu qegħdin jikkommettu korruzzjoni, jinqabdu, jittellgħu l-qorti u jeħlu piena.", "Allura rridu nistaqsu lilna nfusna, apparti t-teknikalitajiet kollha li diġa' ssemmew u l-funzjonijiet kollha, eżattament x'messaġġ qegħdin noħorġu f'dan il- Parlament bid-dibattitu tal-lejla.", "Jien personalment nemmen li dak li qegħdin niddibattu llejla, iktar milli l- fiduċja fil-Ministru Mugliett, huwa issue li aħna bħala deputati f'din il- Kamra għandna d-dmir li qabel xejn ilkoll kemm aħna meta niġu biex nitkellmu b'mod speċjali fuq issue bħal dan, għandu jkollna rispett sħiħ lejn il-verita' tal-fatti u mhux xi ħadd minna jipprova jgħawweġ il-fatti biex ipinġi stampa għax jaqbillu hekk.", "F'dan id-dibattitu għandu jkollna d- dmir li lkoll kemm aħna nintrabtu u nagħmlu ħilitna biex mhux biss nikkumbattu l-korruzzjoni, imma nappoġġjaw u ninkoraġixxu lil min jattakka l-korruzzjoni fil-livelli kollha li din tista' tasal.", "F'dan id-dibattitu għandu jkollna wkoll il-kuraġġ li ngħidu li lkoll kemm aħna għandna r- responsabbilta' li nkomplu nsaħħu l-istrutturi li għandna f'pajjiżna biex kull fejn hu possibbli, l-attakk kontra l-korruzzjoni jkollu r-riżultati li nixtiequ.", "Aħna rridu li ma jkollniex korruzzjoni, imma biex ma jkollniex korruzzjoni rridu naqbdu n-nies, intellgħuhom il-qorti u nħallu f'idejn il- ġustizzja biex tagħmel il-proċess tagħha u tistabbilixxi jekk hux veru jew le hemm dik il-korruzzjoni.", "Dan hu d-dmir tagħna.", "Imma l-mod stramb b'raġunament fejn intużat il-kelma Ingliża \"warp\" - u veru għax dan huwa raġunament mgħawweġ - għal xi raġuni jew oħra f'dan il- Parlament illejla hawn proposta ta' mozzjoni ta' sfiduċja f'ministru tal- gvern li ħa passi hu, bl-aġenzija li hija taħtu, biex tinqabad il- korruzzjoni.", "U nqabdet din il-korruzzjoni bil-provi!", "Allura hawnhekk għandna tgħawwiġa sħiħa, mozzjoni li jien ma nistax ħlief niddeskriviha bħala tentattiv serju ta' ċaflisa sħiħa ta' l-affarijiet kif ġraw, tal- verita', tal-fatti kif inhuma, mozzjoni li tmeri s-sewwa magħruf u li tħawwad l-imħuħ tan-nies.", "In-nies stess qegħdin jistaqsu: Kif jiġi l-Kap ta' l-Oppożizzjoni u jgħid li l-Ministru huwa kompliċi fil-korruzzjoni, meta huwa l-Ministru li taħtu bdiet il-proċedura kontra dawn it-tnejn min-nies?", "Ma rridux ninsew il- miżuri l-oħra li semma l-Onor.", "Mugliett fl-intervent tiegħu u l- inizjattivi l-oħrajn kollha biex fejn kien hemm il-periklu ta' abbuż jingħalaq.", "F'dan il-każ partikolari l-fatti jitkellmu waħedhom!", "Iżjed minn hekk ma jistax ikollok!", "Li kieku l-proċess għadu għaddej, ma nkunux għadna nafu jekk dawn in-nies humiex ħatjin le.", "Imma dawn instabu ħatjin, fi proċess li ħa perjodu ta' żmien!", "U dan il-proċess beda b'inizjattiva li ttieħdet mill-awtorita' li taqa' taħt ir-responsabbilta' tal-Ministru Mugliett!", "Issa anke din se tipprova ddawwarha qisu l-korruzzjoni għamilha hu!", "U jiġi llejla hawn il-Kap ta' l-Oppożizzjoni - nixtieq li l-mezzi ta' l-istampa u min qed isegwina jisma' sew - u kważi qed jgħajjarna li konna aħna li xaħħamna lill-imħallfin!", "Veru qed naqilbu kollox ta' taħt fuq!", "Anzi kien taħt dan il-gvern kompost minn personaġġi oħrajn li b'kuraġġ ittieħdet l-iktar azzjoni iebsa li setgħet tittieħed taħt iċ-ċirkostanzi, bil-parteċipazzjoni u l-koperazzjoni tal-kummissarju tal-pulizija li nerġa' nsellimlu, għax kull darba li qabbadnih biex jinvestiga, għamel l- investigazzjoni sew u ttieħdet azzjoni.", "U issa hemm proċessi għaddejjin.", "Imma x'jiġifieri jiġi l-Kap ta' l-Oppożizzjoni hawn u jaqleb kollox ta' taħt fuq billi jgħawweġ il-fatti u r-raġunament kollu!", "Minflok jgħid li dan il-gvern għamel sewwa li qed jieħu l-passi u saret l-investigazzjoni minn min kien kompetenti biex jagħmilha, jiġi hawn u jressaq mozzjoni ta' sfiduċja u jsemmi dawn l-affarijiet li lili verament jissorprenduni.", "Sur President, jien għandi suspett li dan kollu m'hu xejn ħlief gimmick oħra tipika tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni kellu bżonn issue li tiżvijja l-attenzjoni tan-nies minn ċerti avvenimenti li ġraw f'dawn l-aħħar ġimgħat u vvinta din l-issue b'mod li qalibha rasha 'l isfel u saqajha 'l fuq.", "F'dan il-pajjiż għaddejna minn mumenti Ii juru li dan il-gvern fil-politika tiegħu qed ikollu suċċess, għaddejna f'mumenti meta ġibna l-akkwist li Malta ssieħbet fl-ewro, għaddejna f'mumenti meta ftaħna l-Istpar Mater Dei, għaddejna f'mumenti meta poġġejna l-ewwel ġebla tal-Lufthansa Technik u llum għaddejna minn proċess fejn ħabbarna dawk li jgħidulhom l-operational programmes ta' kif se nonfqu Lm855 miljun.", "Għaddejna minn dawn l-affarijiet importanti li juru konsistentement suċċess ta' politika tal-gvern li lil dan il-pajjiż qed tmexxih 'il quddiem u l-Kap ta' l-Oppożizzjoni dan kollu ma setax jifilħu.", "Allura x'għamel?", "Jekk għamlet ftit xita u nfaqgħet katusa f'Mater Dei, dawwarha li f'daqqa waħda dan l-isptar se jaqa' u ma jaqax u għax ittieħdet azzjoni fil-konfront ta' xi ħadd fl-awtorita' dwar it-trasport, jiġi l-Kap ta' l-Oppożizzjoni u jivvinta din l-issue.", "Minflok illum qegħdin niddiskutu s-suċċessi, l-isfidi u l-opportunitajiet tal-pajjiż, qegħdin niddiskutu din il-mozzjoni.", "Madanakollu huwa importanti li niddiskutuha dan għax jekk hemm korruzzjoni tal-verita', irrid nikxifha.", "Għax il-Kap ta' l-Oppożizzjoni dak li qed jagħmel, qed jikkorrompi l-verita' tal-fatti!", "Mingħajr ma nirrepeti nsemmi xi punti li effettivament tqajmu għall-benefiċċju ta' min jixxokkja ruħu bl- atteġġjament ta' dak li għandna llejla!", "Il-Ministru Mugliett u l-Viċi Prim Ministru semmew il-fatti kif ġraw u jiena se nagħmel bħalhom, pero' b'daqsxejn ta' pinzellata differenti, u nispjega x'ġara preċiż f'dan il- każ.", "Sur President, kien hemm rapport dwar żewġ individwi, li kienu qed jagħmlu xi ħaġa li ma kenitx korretta.", "Għaldaqstant saret l-investigazzjoni u dawn ittellgħu l-qorti.", "Ħalli nibdew minn hawn.", "Hawn xi ħadd li s'issa allega jew qiegħed jallega li l-Ministru Mugliett ipprova jwaqqaf din l- investigazzjoni, jew pprova jgħattiha, jew ipprova jwarrabha, jew ipprova jħawwadha, jew ipprova jgħattiha?", "Hawn xi ħadd li għamel allegazzjoni li minn mindu bdiet din is-saga - li bdiet xhur twal ilu - il-Ministru Mugliett ipprova jħawwad il-borma u jwaqqafha?", "Le, għadu ħadd m'għamilha din l-allegazzjoni u ma jistgħux jagħmluha!", "Huwa impossibbli li jagħmluha!", "L-investigazzjoni seħħet għax kien l-Onor.", "Mugliett li bħala ministru ta' l- awtorita' kien jaf li din l-investigazzjoni kellha bżonn issir biex twassal ħalli l-brimba tinqabad.", "Imma ara f'liema sitwazzjoni ta' stupidaġni l- Kap ta' l-Oppożizzjoni u l-Oppożizzjoni kollha kemm hi ġabitna fiha!", "L- ewwel bdew jikkritikaw lill-Ministru Ċensu Galea għax kien qal li kien qed jipprova jaqbad il-brimba imma ma setax isib irkaptu tagħha - issa l- Oppożizzjoni ma qalitx li l-Ministru Ċensu Galea kien qiegħed jieħu pożizzjoni b'saħħitha kontra min kien inqabad jiskarta u din hija miżura oħra ta' ministru li ħaqqu min jgħidlu prosit u mhux min jikkritikah - u mbagħad meta tinqabad il-brimba jiġu hawn u jagħmlu attakk kontra min jaqbad il-brimba.", "Jiġifieri ma' dawn ma tista' tirbaħ qatt u ma tista' tagħmel it-tajjeb qatt!", "Ħalli nkompli, Sur President.", "Dawn it-tnejn min-nies li nqabdu ttellgħu l- qorti u nstabu ħatja.", "Il-qorti tat sentenza li jiena mhux se noqgħod nikkummenta fuqha.", "Imbagħad ġara xi ħaġa li ma tantx issir ta' spiss.", "L- Avukat Ġenerali deherlu li l-piena li weħlu dawn it-tnejn min-nies ma kenitx iebsa biżżejjed u appella.", "Mhux dawn it-tnejn min-nies appellaw għax li kieku appellaw huma tifhimha, imma dawn marru bl-avukat tagħhom u ammettew.", "Hawn xi ħadd li qed jakkuża lill-Ministru Mugliett li kellem lill-Avukat Ġenerali biex ma jappellax?", "Din ma jistgħux jgħiduha għaliex l- appell sar.", "L-Avukat Ġenerali mar quddiem il-qorti u qalilha li l-piena li waħħlet lil dawn it-tnejn li nstabu ħatja ma kenitx biżżejjed.", "Huwa ried jibgħathom il-ħabs.", "L-appell kien: \"Jien irrid nibgħathom il-ħabs\".", "Il-qorti ta' l-appell ma laqgħetx it-talba ta' l-Avukat Ġenerali u kkonfermat il-piena li kienet ingħatat mill-ewwel qorti.", "Imma hawn xi ħadd li qed jakkuża lill-Ministru Mugliett jew lil xi ħadd minna li pprovajna ngħadduhielhom lixxa lil dawn it-tnejn?", "Din l-akkuża ma tistgħux tagħmluha għaliex bil-kontra ġara.", "Anzi sar appell biex il- piena ssir iktar milli kienet.", "Allura kif ikollkom il-wiċċ tiġu hawn u tagħmlu dan l-attakk sfrenat fuq il-verita`?", "Din hija korruzzjoni tal- verita` tal-fatti!", "X'ġara wara li ngħatat is-sentenza ta' l-appell u ġiet konfermata s-sentenza ta' qabel?", "Iltaqa' l-bord ta' l-awtorita` dwar it- trasport u ħa deċiżjoni li jkeċċi lil dawn it-tnejn min-nies.", "Il-Ministru Mugliett waqqafha din id-deċiżjoni?", "Le, ma waqqafhiex.", "Tant hu hekk li ħarġet ittra - għandi kopja tagħha li issa npoġġiha fuq il-mejda tal-Kamra - taċ-chief executive officer, dak iż-żmien Gianfranco Selvagi, fit-8 ta' Frar 2007 fejn lil dawn it-tnejn min-nies qalilhom li d-deċiżjoni tal-bord hija li jitkeċċew.", "Din l-ittra tgħid hekk:", "\"The nature of your conviction and the behaviour that led to same have a direct relation with your employment by the ADT.", "The board of ADT has considered your case and the court's judgement and has concluded that your continued employment with the ADT is no longer tenable.", "You are hereby dismissed with immediate effect.\".", "Hawn xi ħadd li jista' jgħid li l-Ministru Mugliett ipprova jwaqqaf din id- deċiżjoni tal-bord jew din l-ittra?", "Le, ma jistgħux jgħiduha għax il-fatti jitkellmu waħedhom.", "L-ittra ħarġet fejn ingħatat it-terminazzjoni ta' l- impjieg ingħatat.", "Wara dan inkitbet ittra mill-uffiċċju ta' l-avukati - li nzertaw kompetituri tal-Ministru Mugliett fl-istess distrett - ta' dawn it-tnejn min-nies - li għandi kopja tagħha u se npoġġiha wkoll fuq il-mejda tal- Kamra, lil Gianfranco Selvagi, iċ-chief executive officer ta' l-ADT, datata 12 ta' Frar fejn qalulu:", "\"Qabel xejn ninformak li l-proċess ġudizzjarju għadu mhux konkluż ...\".", "Dawn l-affarijiet qed jgħidhom l-avukat ta' dawn it-tnejn min-nies.", "Fl- intervent tiegħu l-Onor.", "Buhagiar qabad fuq il-maħfra presidenzjali u jiena donni fhimtu li jrid jgħid li għandna ngħaddu liġi fejn naqtgħu darba għal dejjem il-maħfra presidenzjali bħallikieku konna aħna li għidnielu biex jitlob il-maħfra presidenzjali!", "L-avukat ta' dawn it-tnejn min-nies kiteb lis-CEO ta' l-ADT biex jinformah li qed jitlob maħfra presidenzjali, dritt li hu għandu s'issa.", "Issa jekk tridu niddiskutu biex inneħħu dan id-dritt, niddiskutuh, imma noqogħdu attenti għax jien għandi anke każijiet ta' deputati faċċata tiegħi li kitbuli biex nintervjeni għal min instab ħati ta' każijiet serjissimi u għal raġunijiet umanitarji qed jagħmluli appell għall-kuxjenza tiegħi biex nagħlqu għajnejna u nipprovaw ngħinu.", "Jiena naħseb li hekk għandi nagħmel għax l-aspett umanitarju dan li jirrikjedi.", "Imma kunu konsistenti, kunu konsistenti.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Titolbunix li f'ċerti ċirkostanzi ta' xi ħadd li żbalja, xi ħadd li ħallas, nibqa' neħodlu sa l-aħħar qatra demm u tiktbuli u titolbuni biex nipprovaw insibu soluzzjoni għax hemm familja fin-nofs, imma fl-istess ħin tiġu hawn u tippretendu li f'każijiet oħrajn ta' xi ħaddieħor ma nagħmlux hekk għax dik hija ipokresija!", "Issa hawn se nagħlaq ħalqi għax l-irġulija tgħodd għal kulħadd u qed nitkellem fuq affarijiet riċenti, mhux 'il bogħod.", "Pero' rridu niddeċiedu.", "Intom qed tgħidu li min jiġi kkundannat f'dan il-pajjiż, min fuq drogi u min fuq ħaġa u min fuq oħra huwa mormi?", "Jekk qed tgħidu hekk, nitlobkom titkellmu ċar u tond.", "Imma toqogħdux tiktbuli l-ittri u l-e-mails biex nintervjeni għal aspetti umanitarji għax l-ipokresija għandha l-limiti tagħha.", "Kont qed ngħid li l-avukat ta' dawn it-tnejn kiteb ittra fejn qal li se jitlob maħfra presidenzjali għax kien hemm każ ieħor bħal dan.", "Huwa veru li kien każ ħarira differenti, imma sena qabel kien hemm xi ħadd li nstab ħati wkoll u kienu talbu maħfra presidenzjali fejn il-maħfra proprjament li għamlet kien li biddlet l-interdizzjoni minn waħda ġenerali għal waħda speċjali.", "Dak li ġara.", "U ġara li l-Public Service Commission, li għandha fuqha tnejn min-nies ta' l-Oppożizzjoni u tnejn min-nies min-naħa tal- gvern, unanimament kienet iddeċidiet li f'dak il-każ partikolari dan l- individwu li kien tkeċċa minn ċerta korporazzjoni jerġa' jiġi impjegat x'imkien ieħor.", "Allura dik tajba u din le.", "Dan hu l-argument ta' l-avukat ta' dawn it-tnejn min-nies.", "M'iniex se nidħol fil-mertu tiegħu.", "U x'ġara?", "Ġara li l-ADT irċeviet ittra mingħand l-avukat ta' dawn it-tnejn min-nies li qed tgħid li l-proċess għadu ma għalaqx u f'isem dawn it-tnejn min-nies se jitlob il-maħfra.", "L-unika ħaġa Ii għamel il-Ministru Mugliett kienet li tkellem ma' l-avukat ta' l-awtorita`, li huwa Duncan Borg Myatt, u mas- CEO ta' l-awtorita` u qalilhom li ladarba hemm preċedent - kieku m'hemmx il- preċedent m'hemmx il-preċedent - id-deċiżjoni tat-tkeċċija ma tinbidilx imma ma tiġix għalissa u talabhom jistennew sakemm ikun hemm risposta dwar il-maħfra presidenzjali.", "X'hemm ħażin fiha din?", "Jimporta xi ħadd jgħidli?", "X'jiġifieri tiġi hawn u tagħmel mozzjoni ta' sfiduċja f'ministru għaliex dan il-ministru għamel xi ħaġa li hemm numru minnkom qed jitolbu lili biex nagħmilha fuq diversi każijiet?", "Mela allura irriżenjaw intom qablu!", "Jirriżenja min talabni li nagħmel hekk qablu.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Għax jekk dan huwa l-kriterju, ngħidu li dan huwa l-kriterju.", "Issa tista' tagħmel l-argumenti, għamilhom.", "Imma żgur ma tistax takkużah li ċċappas bil-korruzzjoni jew li kien kompliċi fil-korruzzjoni.", "Se mai agħmel konsiderazzjoni oġġettiva ħalli naraw daqsxejn iċ-ċirkostanzi.", "Imbagħad x'ġara?", "Dan kollu ġara fi Frar.", "Għadda Marzu, April, Mejju, Ġunju sakemm fl-aħħar kien hemm id-deċiżjoni min-naħa ta' l-Avukat Ġenerali li t- talba għal din il-maħfra tiġi arkivjata.", "U kien f'dak il-mument li effettivament ittieħdet id-deċiżjoni uffiċjali li l-ADT tittermina immedjatament l-impjieg ta' dawn it-tnejn min-nies.", "U hekk ġara.", "Għamel xi ħaġa l-Ministru Mugliett sabiex iwaqqaf din id-deċiżjoni?", "Le.", "Kien il-Ministru Mugliett stess li taħtu saret it-tkeċċija ta' dawn it- tnejn min-nies.", "Allura b'liema tgħawwiġ ta' immaġinazzjoni jista' jiġi xi ħadd hawnhekk u jakkuża lill-Ministru Mugliett li b'xi mod jew ieħor irrenda ruħu kompliċi f'dan il-każ partikolari kollu?!", "Ngħid għalija f'dan kollu ma nistax insib raġuni waħda fejn nista' ngħid li kien hemm xi ksur tal-kodiċi ta' l-etika.", "Dan kollu ġie kkonfermat b'ittra li għamel riferenza għaliha l-Viċi Prim Ministru li se npoġġi kopja tagħha fuq il-mejda tal-Kamra.", "Din l-ittra nkitbet mill-awtorita' dwar it-trasport fil-11 ta' Lulju u tikkonferma dawn il-fatti li semmejt.", "Fil-fatt f'din l-ittra nsibu statement li jgħid li l- Ministru min-naħa tiegħu fl-ebda ħin ma ndaħal f'din id-deċiżjoni.", "Din hija ittra tal-bord kollu ffirmata minn Joe Gerada li huwa ċ-chairman, minn Philip Incorvaia li huwa d-deputy chairman u mill-membri tal-bord, Paul Cardona, Franco Azzopardi, Caroline Galea, Dr. Ian Micallef u s-Segretarju Dr. Duncan Borg Myatt.", "Nerġa' ngħid li din l-ittra kategorikament li l- Ministru min-naħa tiegħu fl-ebda ħin ma ndaħal f'din id-deċiżjoni.", "Barra minn hekk, din l-ittra tispjega x'ġara u x'ma ġarax u tkompli tgħid li fl-ebda ħin il-bord ta' l-awtorita' ma biddel jew ikkonsidra li jbiddel id-deċiżjoni li jittermina l-impjieg ta' l-individwi konċernati.", "U wara d- deċiżjoni tat-tkeċċija ta' Frar, il-bord iddiskuta dan il-każ b'mod formali biss wara li kienet waslet it-tweġiba għal petizzjoni fuq il-maħfra mill- interdett.", "Dan kollu jinsab iswed fuq l-abjad.", "Issa fil-mozzjoni li ressaq il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, li saret b'mod tipiku min-naħa tiegħu, beda jitfa' l-velenu u jħawwad aktar il-borma billi għaqqad din il- kwestjoni mal-każ ta' l-Onor.", "John Dalli.", "Għalhekk se nerġa' nirrepeti li fil-każ ta' John Dalli, fl-ebda mument – u din qiegħda bil-miktub - ma kien hemm xi prova jew xi allegazzjoni ta' xi forma ta' korruzzjoni.", "Dak iż-żmien il-kwestjoni kienet il-kumpannija ta' l-Iranjani, l-IRISL u l- kumpannija ta' l-ivvjaġġar fuq it-ticketing.", "Imma mill-bqija ma kien hemm xejn.", "U jiena kkonfermajt bil-miktub li ma rriżultali xejn mill- akkużi li kienet qiegħda tagħmel l-Oppożizzjoni dak iż-żmien fuq il- kwestjoni li kellha x'taqsam mal-kumpannija ta' l-Iranjani.", "Dak l- istatement li kont għamilt dakinhar, nerġa' nagħmlu llum u nibqa' nagħmlu għaliex din hija l-verita' tal-fatti.", "Mhux talli hekk, imma talli wara li ġie għall-attenzjoni tiegħi dak il-famuż rapport dwar il-kuntratt ta' l- INSO, b'allegazzjonijiet mhux fil-konfront ta' l-Onor.", "John Dalli imma b'allegazzjonijiet fil-konfront ta' diversi personaġġi oħrajn, fosthom id- direttur tal-kuntratti, fejn kien jidher biċ-ċar li kien hemm invenzjoni f'dan ir-rapport, jiena mill-ewwel għaddejtu f'idejn il-kummissarju u mhux f'idejn ħaddieħor ħalli ħadd ma jgħid li pprovajna ngħattu x-xemx bl- għarbiel u tlabt lill-kummissarju sabiex jinvestiga.", "Sur President, lanqas laħqu għaddew 48 siegħa li ma rriżultax mill-ewwel li kienet invenzjoni minn rasha sa saqajha li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni u l- Oppożizzjoni kollha kienu qegħdin jipprovaw jisfruttaw għal xhur twal fl- attakki li kienu jagħmlu kontra l-Onor.", "Dalli.", "Toqgħodx ixxengel rasek, Onor. Michael Farrugia, għaliex dakinhar għamiltu attakki sfrenati, mibnija fuq rapport falz mill-bidu sa l-aħħar.", "Imma minn din l-esperjenza għandna lezzjoni importanti x'nitgħallmu.", "Filwaqt li huwa tajjeb li nagħmlu kull akkuża, kull allegazzjoni, kull indikazzjoni, kull indizju ta' korruzzjoni, u li neħduha bis-serjeta' u ninvestigawha, fl-istess ħin, ħbieb tiegħi, tgħallimna wkoll li hemm min jivvinta l-gideb f'dan il-pajjiż u dan rajnieh bil-provi.", "Barra minn hekk, min ivvinta l-gideb ittella' l-qorti, instab ħati u issa jinsab fil-proċess ta' l-appell.", "Imma min-naħa tagħna ma bżajniex nieħdu l-pożizzjoni tagħna u ma bżajniex nieħdu l-miżuri li kien hemm bżonn.", "Irrid ngħid li ġieli jirriżulta li akkuża tkun valida imma ġieli jirriżulta li ma tkunx u minflok tkun invenzjoni totali għal skopijiet ulterjuri.", "F'dak il-każ kienu għal skopijiet ta' flus.", "Għaldaqstant ma nistax naċċetta t-tliet paragrafi tal-mozzjoni li ressaq il- Kap ta' l-Oppożizzjoni fejn fl-ewwel paragrafu ta' din il-mozzjoni nsibu l- kliem:", "\"Il-ġlieda kontra l-korruzzjoni għandha tkun fuq quddiem nett fil- ħidma kollha tal-gvern skond il-prinċipji tat-trasparenza, kontabilita' u effiċjenza, u tiddeplora l-fatt li dan mhux qed jiġri.\".", "X'jiġifieri mhux qiegħed jiġri?!", "Dan huwa każ fejn ittieħdet azzjoni għall- ġlieda kontra l-korruzzjoni.", "Għaldaqstant l-ewwel stqarrija fil-mozzjoni niċħadha kategorikament u ngħid li din hija waħda mill-aktar affarijiet li jekk xejn ħarġet biċ-ċar f'dawn l-aħħar ġimgħat.", "Aħna ħadna azzjoni kontra min waslilna l-informazzjoni li kellu xi involviment fuq it-tenders ta' l- IT ta' l-isptar, anke jekk kien hemm komplikazzjonijiet kbar.", "Ħadna azzjoni fuq il-kwestjoni tal-Malta Maritime Authority u ħadna azzjoni fuq l- ADT.", "Aħna ħadna azzjoni fuq kull każ li kellna.", "Għaddejna l-każ lill- kummissarju tal-pulizija li investiga u għamel dmiru.", "Dak huwa xogħlu u l- kummissarju tal-pulizija hekk għamel.", "Għalhekk nerġa' ngħid li m'iniex qiegħed naċċetta din l-ewwel stqarrija.", "It-tieni stqarrija fil-mozzjoni tgħid hekk:", "\"li biex il-ġlieda kontra l-korruzzjoni tintrebaħ, il-Prim Ministru u l-Ministri kollha jridu juru ruħhom determinati li ma juru l-ebda tolleranza lejha, u tiddeplora l-fatt li dan mhux qed jiġri;", "X'jiġifieri mhux qiegħed jiġri?", "Aħna għandna zero tollerance.", "Ma jidhrilkomx li meta tkun tellajt tnejn min-nies il-qorti, li jiġu misjubin ħatja, jeħlu piena u mbagħad jiġi l-Avukat Ġenerali u jgħid li l-piena mogħtija hija baxxa u hemm bżonn li tingħata piena aktar serja, anke ta' ħabs, mhux qed turi zero tollerance kontra l-korruzzjoni!", "Mela allura x'inhu zero tollerance kontra l-korruzzjoni?", "It-tielet stqarrija li hemm f'din il-mozzjoni tgħid hekk:", "\"li l-Prim Ministru Gonzi falla fid-dmir tiegħu meta ma aċċettax ir- riżenja tal-Ministru Mugliett u ma tax rendikont sħiħ u dirett lil din il-Kamra dwar l-aġir tal-Ministru Mugliett fil-każ tal-korruzzjoni fl- ADT;\".", "Sur President, jiena nfalli meta nħalli l-kurrent iġorrni u meta d- deċiżjonijiet tiegħi neħodhom skond min ikun qiegħed jimbotta u mhux skond dak li huwa ġust.", "Imma jiena qatt m'hu se nkun pinnur.", "Se mai aħna nimxu bid-direzzjoni u bil-valuri u mhux noqogħdu nduru mal-kurrent għas-sempliċi raġuni li għax il-kurrent jimxi naħa, allura aħna nimxu miegħu.", "Sfortunatament dik hija xi ħaġa li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni u l- Oppożizzjoni kollha ma jafux xi tfisser u ma jistgħu qatt japprezzaw xi tfisser għaliex fil-bagalja tagħhom għandhom ħafna stejjer li huma stess iridu jaħbuhom u jnessuhom lill-kumplament tal-poplu.", "Jiena nagħlaq b'dawn il-ftit ħsebijiet fil-qosor għaliex naħseb li l-ħin tal-lejla jkun moħli jekk ma niġbdux ftit tal-konklużjonijiet.", "L-ewwelnett rridu nirrispettaw il-verita' tal-fatti u ninkoraġġixxu lil min qiegħed jaqbad il-korruzzjoni u mhux niskoraġġuh għaliex il-messaġġ li qed joħroġ huwa li min joħroġ għonqu sabiex jattakka l-korruzzjoni, qiegħed jispiċċa akkużat hu wkoll bħala kompliċi ma' dik il-korruzzjoni.", "Imbagħad tiġu hawn u titkellmu fuq il-whistle blower act!", "Għadna lanqas biss bdejna fuq din il-kwestjoni!", "Irrid ngħid ukoll li meta kien hemm xi ħadd mill-partit Laburista li għamel il-whistle blowing għajjartuh serp, ftaħtu kwestjonijiet sħaħ u kellkom id-deputy leader tagħkom li mar għand il- kummissarju sabiex jagħmel l-investigazzjoni!", "Dawk l-argumenti kollha favur il-whistle blowing li nisma' min-naħa ta' l-Oppożizzjoni!", "Sur President, irridu inwarrbu dan kollu u naraw kif f'dan il-qasam nistgħu nagħmlu affarijiet aktar bis-serjeta' flimkien.", "Din m'hijiex xi ħaġa li tgħodd għal din in-naħa tal-gvern biss imma tgħodd għalina lkoll id- deputati.", "Dak huwa l-interess tagħna.", "Aktar kmieni llum il-gvern ippubblika l-white paper għal aktar trasparenza u kontabilita'.", "Ippubblikajna wkoll l-abbozz ta' liġi li fih qegħdin nipproponu għall- freedom of information u fih hemm ukoll l-appell sabiex nagħmlu whistle blowing act dettaljata.", "Meta għamilt il-press conference għamilt l-appell u se nerġa' nagħmlu llum: Ma naħlux dan id-dibattitu imma għandna naslu sabiex insaħħu l-liġijiet ta' pajjiżna billi naħdmu flimkien sabiex din il- white paper tagħtina riżultat tajjeb u riżultat li jkun ta' benefiċċju għal pajjiżna.", "Ftit tal-ġranet ilu l-Parlament spiċċa jiddiskuti t-Tieni Qari dwar il-liġi għall-amministrazzjoni pubblika, liġi li wkoll se ssaħħaħ it-trasparenza u l-kontabilita' f'pajjiżna.", "Jiena m'iniex qed ngħid li ma tistax titjieb u ma tistax tkun aħjar imma aħna rridu li tagħmlulna s-suġġerimenti.", "Diġa' għidt li dik il-liġi hemm bżonn li jkollha l-consensus ta' kulħadd u jekk verament irridu nattakkaw l-abbużi u l-korruzzjoni, għandna bżonn liġi b'saħħitha li fost affarijiet oħra, qiegħda tagħti qafas legali lill-kodiċi ta' l-etika u li qiegħda tagħti l-artikoli sabiex inkunu nistgħu nipproteġu lill-ħaddiema tal-gvern li jikxfu huma stess, u li allura possibbilment ikunu miftuħin għall-kawżi kriminali huma stess u allura qegħdin neżentawhom sabiex jikxfu.", "Min-naħa tiegħi ninsab miftuħ u jekk tridu li nagħmlu kumitat tal-Kamra nagħmluh.", "B'hekk il-kummissjoni permanenti kontra l-korruzzjoni, li dalwaqt tagħlaq 20 sena, insaħħuha u nagħtuha dak li għandha bżonn.", "Jiena lest sabiex nagħmlu kumitat bejnietna, ifformat minn erbgħa min-nies, tnejn min- naħa tal-gvern u tnejn min-naħa ta' l-Oppożizzjoni u niddiskutu kif il- kummissjoni permanenti kontra l-korruzzjoni tkun indipendenti, ma jkollha indħil minn ħadd u jkollha r-riżorsi kollha li hemm bżonn.", "Jiena ma niddejjaq xejn minn dan kollu għaliex huwa fl-interess tagħna li nagħmlu dan l-attakk.", "Pero' dan l-attakk ma jseħħx bil-votazzjoni fuq din il- mozzjoni.", "Anzi l-votazzjoni favur din il-mozzjoni therri dan l-attakk!", "Il- votazzjoni favur din il-mozzjoni tkun hi stess korruzzjoni tal-verita' u għal din ir-raġuni din in-naħa se tivvota b'saħħitha kontra din il- mozzjoni.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Nifhem li l-Prim Prim Ministru għandu xi dokumenti li jrid iqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:-", "Kopja ta' żewġ ittri mibgħuta miċ-Chief Executive Officer ta' l- Awtorita' dwar it-Trasport ta' Malta fit-8 ta' Frar 2007, lil żewġ impjegati tagħha;", "Kopja ta' ittra mibgħuta fit-12 ta' Frar 2007 mill-uffiċċju ta' l- avukati Jason Azzopardi & Associates lill-Awtorita' dwar it-Trasport ta' Malta dwar iż-żewġ impjegati li tkeċċew mill-istess awtorita'; u", "Kopja ta' ittra li l-Bord ta' l-Awtorita' dwar it-Trasport ta' Malta bagħat lill-Prim Ministru fil-11 ta' Lulju 2007 dwar it-tkeċċija ta' żewġ impjegati mill-istess awtorita'.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Insejjaħ lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni sabiex jagħmel l- għeluq tad-dibatittu.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, il-Prim Ministru kien isteriku llejla.", "Jien stennejt li se jagħmel analiżi kalma u ċara tal-problema kbira li qegħdin niffaċċjaw f'dan il-pajjiż; il-problema tal-korruzzjoni.", "Hemm ukoll il-problema ta' l-istand li qiegħed jieħu hu personali u l-ministri tiegħu personali quddiem din il-problema tal-korruzzjoni u quddiem din il- problema ta' nuqqas ta' trasparenza u ta' kontabilita` li għandna quddiemna.", "Imma minflok rajna dan l-isteriżmu min-naħa tal-Prim Ministru u min-naħa ta' dawk li tkellmu qablu minflok ma smajna bis-sinċerita` dak li kien qiegħed jistenna l-poplu, kellna diskors ta' avukaterija!", "Konna qisna qegħdin il-qorti nagħmlu talba fuq ċerti affarijiet ta' dettall meta d- dettall huwa importanti, imma aktar importanti mid-dettall huwa eżattament x'inhi din il-miasma, din il-brimba – biex nikkwota lill-Ministru Ċensu Galea – li qiegħda tinfirex fl-amministrazzjoni pubblika u fl- amministrazzjoni tal-Prim Ministru Gonzi.", "In-nies qiegħda tħossha din il-ħaġa.", "Illum bl-isteriżmu kollu tiegħu, il- Prim Ministru Gonzi kien qiegħed jargumenta kontra l-maġġoranza sħiħa tal- Maltin u l-Għawdxin li m'humiex qegħdin jaqblu ma' l-argumenti tiegħu.", "U dan bir-raġun għaliex m'humiex jaqblu mal-preżentazzjoni tiegħu tal-fatti.", "L-ex-prim ministru Nazzjonalista kien jgħid li min ma jiġġelidx kontra l- korruzzjoni bl-għeruq u x-xniexel, ikun hu wkoll kompliċi ma' dik il- korruzzjoni.", "Issa quddiemna għandna każ palpabbli, ċar u lampanti ta' ministru li ra kif idur mal-lewża – m'hemmx kelma oħra – u mal-proċeduri sabiex ħabib politiku tiegħu li – qed nirriferi għal Galea - huwa wieħed mill-imputati misjuba ħatja ta' korruzzjoni, jiffrankalu l-piena li kellu.", "Xejn aktar u xejn anqas!", "Ħadd ma poġġa bħala punt ta' partenza jekk il- Ministru Mugliett waqqafx l-akkużi ta' korruzzjoni kontra Galea.", "Ħadd ma poġġa bħala punt ta' l-akkuża jekk il-Ministru Mugliett ipprovax jgħid li ma kienx ħati.", "Ma kienx dak il-punt.", "Sur President, jekk veru għandna zero tollerance li semma l-Prim Ministru Gonzi kontra l-korruzzjoni, allura dik iż-zero tollerance għandha tittraduċi ruħha b'tali mod li min jinstab ħati ta' korruzzjoni u jinstab b'ċerti pieni tal-qorti, allura dawk il-pieni jrid iġorrhom.", "Xejn aktar u xejn anqas.", "U mbagħad kellna l-aġir ta' ministru - kulħadd jafha din, in facem curiae u hija aċċettata - li aġixxa sabiex dan l-istat ta' fatt li l- ħati għandu jġorr il-piena, peress li l-ħati huwa ħabib tiegħu, peress li huwa canvasser tiegħu għaliex jorganizzalu l-coffee mornings u għaliex ma nafx x'jagħmel aktar miegħu, jara kif idawwar 'l hemm u 'l hawn ħalli jirranġalu.", "U fuq kollox dan l-istess ministru ġie quddiem din il-Kamra u uża l-kelma u d-deskrizzjoni ta' deċiżjoni u direzzjoni kollettiva.", "Sur President, jiena smajt l-argumenti ta' l-avukaterija li ġabu l-membri tan-naħa l-oħra imma bir-rispett kollu, dawn ma jikkonvinċu lil ħadd!", "Dak li ried jgħid il-Ministru Mugliett quddiem din il-Kamra kienet li d- deċiżjoni kienet waħda b'direzzjoni kollettiva.", "Ried jgħidilna li mhux hu qal lil xi ħaddieħor x'jagħmel imma li kien hemm direzzjoni kollettiva.", "Madanakollu anke f'dan l-approach ta' avukaterija li kellna llejla, hemm ċerti affarijiet li huma lampanti anke għall-poplu.", "Qalulna li l-Avukat Ġenerali ddeċieda li jappella d-deċiżjoni tal-qorti.", "Allura din il-biċċa tax-xogħol qiegħda tiġi tradotta bħallikieku l-gvern huwa b'saħħtu kontra l-korruzzjoni?", "L-Avukat Ġenerali m'huwiex uffiċjal tal-gvern.", "L-Avukat Ġenerali għandu funzjoni kostituzzjonali u bħala uffiċjal ta' dak it-tip, id-deċiżjonijiet li jieħu m'humiex soġġetti għad-direzzjoni tal-gvern.", "Allura l-gvern ta' Dr. Gonzi m'għandu l-ebda kredtu x'jieħu talli l-Avukat Ġenerali mexxa l-appell ħalli l-piena ta' Galea tiġi aktar issoddata.", "Nerġa' ngħid li l-gvern m'għandu l-ebda kredtu.", "Imma mbagħad fl- avukaterija u fl-argumenti l-oħra ta' l-avukaterija li ħarġu, ħareġ punt ieħor lampanti, li għalija aktar ikompli jinkrimina lill-Ministru Mugliett.", "Il-Ministru dejjem isemmi l-preċedent li kien hemm fl-ADT ta' xi ħadd li nstab ħati ta' tips - bribery jekk trid - u għaliex imbagħad mar quddiem il- President għall-maħfra, ġie mwaqqaf mill-public service commission milli jitkeċċa sakemm jiġi maħfur.", "Imma llejla stess rajna li Galea u Buttigieg, it-tnejn inkriminati, ma kenux membri taċ-ċivil.", "Il-persuna l-oħra li ġiet ikkwotata bħala preċedent kienet membru taċ-ċivil u allura dik taqa' taħt l-ambitu tal-public service.", "Nistgħu ma naqblux u jien ma naqbilx mad-deċiżjoni tal-public service commission fl-ewwel każ.", "Imma li mbagħad tiġi tgħid li dak il-każ joffri preċedent għall-każ ta' Galea, il-ħabib tal-Ministru Mugliett, u għall-każ ta' Buttigieg, assolutament ma treġix għaliex il-public service commission lanqas tidħol fiha għaliex dan huwa impjegat ta' l-ADT u inkwantu ta' impjegat ta' l-ADT m'huwiex soġġett għall-argumenti tal-public service commission.", "Allura minn fejn sabu l-preċedent il-Ministru?!", "U l-advisor legali tiegħu minn fejn sabu l-preċedent fir-rigward ta' kif l-ADT timplimenta l-proċeduri tagħha ta' dixxiplina meta l-bord kien diġa` ddeċieda li jitkeċċew?!", "Sur President, ma kienx hemm preċedent għaliex Buttigieg u Galea, il-ħbieb tal-ministru ma kenux membri taċ-ċivil u allura ma jaqgħux taħt l-aegis u taħt id-direzzjoni tal-kummissjoni tas-servizz pubbliku.", "Bir-rispett kollu, il-Ministru Mugliett illum kompla jwaqqa' l-ġebla fuq saqajh u sab lil Dr. Gonzi b'dan l-isteriżmu kollu jiddefendih.", "Issa jiena nistaqsi kif Dr. Gonzi jiddefendi ministru b'ċertu mod u mbagħad jiddefendi ministru ieħor b'mod ieħor.", "Imbagħad jien smajt x'qal id-Deputat Prim Ministru Tonio Borg, li għalija kien qisu eżerċizzju fil-filoloġija, iħares lejn x'intqal u jiddissektja sentenza b'sentenza.", "Dik hija l-politika li qegħdin nagħmlu f'dan il-pajjiż?", "B'dan il-mod qegħdin inkunu sinċieri mal- poplu?", "Nipprovaw infettqu fuq id-diskors u nipprovaw nagħmlu eżerċizzju ta' letteratura filoloġika f'dan il-mod sabiex naraw xi tfisser?!", "Mela dik tfisser hekk, l-oħra tfisser hekk u mbagħad tgħaqqad waħda ma' l- oħra.", "Ftit wara l-Ministru Tonio Borg qal li l-Ministru Mugliett wera ruħu integru.", "Pero' l-poplu ma jemminx li l-Ministru Mugliett ma weriex ruħu integru meta mexa kif mexa sabiex jimmanipula l-proċeduri ħalli l-ħabib tiegħu Galea jevitalu l-affarijiet.", "Lanqas kien integru meta immislijdja – jien ngħid gideb - lil din il-Kamra fit-2 ta' Lulju.", "U l-poplu hekk qiegħed jifhem u għandu raġun.", "Mela għaliex nagħżlu ċertu kliem u nżellġuhom b'ċertu mod, inkunu nistgħu neħilsu minnhom l-affarijiet?", "In-nies tifhem dak li tagħtiha x'tifhem u dak li l-ministri u l-Prim Ministru jagħtuhom x'jifhmu.", "Allura mbagħad aċċettaw il-ġudizzji mhux tal- poplu imma l-ġudizzji morali ta' min jifhem li dak li qed tagħmlu intom mhux veru li qiegħed jittraduċi ruħu f'zero tollerance kontra l- korruzzjoni.", "Kif tistgħu tgħidu u tagħmlu hekk jekk imbagħad jiġru affarijiet fejn min ikun ħati u min ikun kompliċi fil-korruzzjoni jaf li jista' jiżloq minnha.", "Illejla smajna b'każ ieħor li jiena x'ħin smajtu bqajt imbellah.", "Qed nirriferi għall-każ ta' sospensjoni ta' impjegat b'full pay mill-MEPA li ilha għaddejja erba' snin u l-gvern ma jgħidx li hemm xi ħaġa ħażina fiha!", "Jekk hu hekk, f'kontest bħal dan jaqbillek tkun korrott!", "Għandek persuna suspended b'full pay u naħseb li on the side tista' tagħmel ukoll ix-xogħol professjonali tagħha!", "U qisu ma ġara xejn!", "Mhux ta' b'xejn li n-nies m'humiex jemmnu li l-gvern Nazzjonalista għandu tabilħaqq zero tollerance kontra l-korruzzjoni!", "Sur President, illejla staqsejt mistoqsija imma s'issa ħadd ma rrispondiha.", "Din il-mistoqsija għamiltha fuq is-Swallow Garage għaliex in-nies li joperaw dan il-garaxx huma n-nies li xaħħmu lil Galea u lil Buttigieg.", "Jiena skantajt meta smajt lill-Viċi Prim Ministru jgħid li ġeneralment il- pulizija l-ewwel tressaq lil min ikun ħallas għall-korruzzjoni.", "Issa fil- każ ta' Buttigieg u Galea kien hemm Buttigieg u Galea li xxaħħmu u kien hemm tas-Swallow Garage li huma l-ħbieb tal-Ministru Mugliett.", "Fil-fatt ġieli tawh ukoll trasport b'xejn għan-nies tiegħu.", "Jiġifieri dawn tas- Swallow Garage kienu n-nies li xaħħmu.", "Issa dawn ma telgħux huma l-ewwel il-qorti imma ttellgħu Buttigieg u Galea.", "Ma jimportax imma Buttigieg u Galea instabu ħatja ta' korruzzjoni għaliex ixxaħħmu.", "Mela jekk instabu ħatja li xxaħħmu, min xaħħamhom – fil-qorti ħarġet ċara li xaħħamhom tas- Swallow Garage – huwa wkoll ħati ta' korruzzjoni.", "U naħseb li din hija ċara.", "Ħalli naqra biċċa mid-deċiżjoni tal-qorti fejn issemma Galea u ssemma tas-Swallow Garage.", "Hawnhekk jingħad hekk:-", "\"Pero` l-qorti lanqas ma tista' tinjora l-preokkupazzjoni li wera l- uffiċjal prosekutur dwar dak minnhom mistqarr dwar l-ammont ta' flus li verament irċevew.", "Per eżempju, ex admissis Galea jammetti li f'kolp wieħed irċieva mingħand Salvu Cassar, tas-Swallow Garage, is- somma ta' Lm130 ta' 15-il ġurnata.", "Jgħid ukoll li ġieli rċevew is- somma ta' Lm100 jew ta' Lm200, pero` imbagħad irid jitwemmen li globalment huwa rċieva biss mingħand is-Swallow Garage s-somma ta' Lm240.\".", "Dan kollu xi jfisser?", "Ifisser li daqskemm Galea u Buttigieg huma korrotti, daqshekk ieħor huma korrotti tas-Swallow Garage.", "Jiena ċċekkjajt u jidher li l-każ tagħhom għadu quddiem il-qorti.", "Dan l-istess bħas-sospensjoni ta' l-impjegat tal-MEPA, li wkoll għadu suspensed.", "Huwa għalhekk li jiena staqsejt jekk hawnx xi ministri li huma responsabbli għal xi ħidma qua gvern mas-Swallow Garage għaliex imbagħad, kif jista' jitwemmen il-Prim Ministru - isteriku kemm hu isteriku - meta jgħidilna li huwa għandu zero tollerance fuq dawn l-affarijiet?!", "Jien se nqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra t-tender document ta' l-ETC/T10/07 li jittratta s-supply of training services in bus driving - special licence \"D\".", "Sur President, dan ħareġ matul dawn l-aħħar xhur.", "U fost oħrajn, waħda mill- affarijiet li jrid jikkonferma min qiegħed japplika għat-tender huwa li -", "The tenderer has been convicted of an offence concerning professional misconduct by a judgement which had the force of res judicata in accordance with the laws of Malta.", "The tenderer has been declared guilty of great professional misconduct proven by any means which the contracting authorities can demonstrate.", "Issa l-avukaterija hawnhekk se tgħidilna li dan għadu ma ġiex misjub ħati għax il-qorti għadha ma ddeċidietx.", "Imma bir-rispett kollu, kif jista' jkun li mbagħad dan it-tender jingħata bil-mod li bih ingħata lis-Swallow Garage?!", "Kif jista' jkun?!", "Kif jista' jiġi l-Prim Ministru u joqgħod jgħidilna li għandu zero tollerance fuq dawn l-affarijiet!", "U għalhekk in- nies m'humiex qegħdin jemmnu lill-Prim Ministru għaliex jgħid ħaġa u mbagħad jagħmel oħra.", "Fejn hi z-zero tollerance jekk dawn l-affarijiet qegħdin jiġru quddiem għajnejn kulħadd?!", "Dawn l-affarijiet ikomplu aktar u aktar meta l-Prim Ministru qalilna li ma jħalli lil ebda kurrent iġorru miegħu.", "Qalilna li staqsewh u għamlu pressjoni fuqu sabiex jaċċetta r-riżenja tal-Ministru Mugliett.", "Issa jien ma nafx kemm għamlu pressjoni fuqu għaliex l-aħbar li l-Ministru Mugliett offra r-riżenzja tiegħu baqgħet mistura.", "U meta mbagħad il-Ministru Mugliett ġie jigdeb quddiem din il-Kamra, lanqas biss kellu d-diċenza jgħidilna li offra r-riżenja tiegħu lill-Prim Ministru dak iż-żmien.", "Għalhekk il-mistoqsija tiegħi dejjem kienet u għadha jekk il-Prim Ministru kellux xi komunikazzjoni mal-Ministru Mugliett, fis-sens li l-Ministru Mugliett iddeċieda kif iddeċieda b'mod kollettiv.", "Nixtieq inkun naf jekk il- Ministru Mugliett gidibx lill-PrimMministru hekk kif gideb magħna.", "Din ir- risposta għadna ma smajnihiex lanqas mill-Prim Ministru.", "Il-Prim Ministru qal li imbilli l-Ministru Mugliett qal il-kelma \"kollettiv\" ma jfissirx li kien qiegħed jigdeb għax imbagħad qal hekk u qal hekk u qal hekk.", "Din hija xi ħaġa li nħalluha għall-kuxjenza tal-Prim Ministru sabiex jiġġustifika l- affarijiet tiegħu b'dak il-mod.", "Sur President, il-Prim Ministru qal li jien ridt inwaddab il-velenu meta bdejt insemmi l-każ tal-Ministru John Dalli.", "Lill-Prim Ministru ngħidlu li ma tistax titkellem b'żewġ ilħna fl-istess ħin.", "Dak li tgħid f'każ trid iżżommu f'każ ieħor għaliex jekk il-Prim Ministru ma nġarrx mal-kurrent meta rrifjuta r-riżenja tal-Ministru Mugliett, inġarr mal-kurrent meta aċċetta r-riżenja tal-Ministru John Dalli.", "Jew ħaġa jew oħra!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Barra minn hekk, irrid nikkoreġi xi ħaġa oħra wkoll.", "Kemm jien u kemm l-Oppożizzjoni Laburista, kemm-il darba kkritikajna bil- qawwa lill-Onor.", "John Dalli imma fuq il-każ imsemmi mill-Prim Ministru, jiġifieri dak tal-kuntratt imsemmi ta' l-isptar, qatt ma semmejnieh.", "Semmejna każi oħra ta' kuntratti għaliex kien hemm ħafna kuntratti li marru żmerċ.", "Pero' dak il-kuntratt speċifiku qatt ma semmejnieh.", "Dik kienet xi ħaġa li nħmiet mill-bidu sa l-aħħar fi ħdan il-partit Nazzjonalista bħala konfoffa.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Insejjaħ lill-Onor.", "John Dalli, on a point of order.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President, jien nixtieq infakkar lill-Kap ta' l- Oppożizzjoni bil-press conferences li kienu jagħtu quddiem l-isptar Mater Dei fuq dan il-kuntratt partikolari.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni jista' jkompli bl-intervent tiegħu.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jien nixtieq infakkar lill-Onor.", "John Dalli li din il- kwestjoni lanqas biss kont naf biha u bħala Oppożizzjoni, sirna nafu li hemm xi investigazzjoni għaddejja minn fuq il-media nazzjonalista.", "Allura jekk qiegħed jaħseb li aħna kellna x'naqsmu, b'xi mod jew ieħor, ma' xi investigazzjoni li saret minn taħt, ngħidlu li għandu żball.", "Aħna meta nikkritikawh, u se nibqgħu nagħmlu l-kritika kif dejjem għamilna, nikkritikawh fil-beraħ u mhux noqogħdu nagħmlu l-investigazzjonijiet minn taħt, imma l-affarijiet ninvestigawhom fil-beraħ.", "Allura f'dak il-każ imbagħad x'jiġri?", "Imbagħad isir l-argument li tipprova tara eżattament għalfejn Dr. Gonzi nġarr mill-kurrent sabiex jaċċetta r-riżenja ta' l-Onor.", "John Dalli.", "Qiegħed ngħid hekk għaliex hawnhekk għandna punt ieħor.", "Jekk se naċċettaw il-punt ta' l-Onor.", "Tonio Borg meta qal li min-naħa tal-gvern ħadu din il- pożizzjoni għaliex il-Ministru Mugliett huwa integru, allura meta l-Prim Ministru aċċetta r-riżenja ta' l-Onor.", "John Dalli kien qiegħed jgħid li l- Onor. John Dalli m'huwiex integru?", "Lill-Prim Ministru ngħidlu li ma tistax titkellem with both sides of your mouth, imma trid tgħid l-affarijiet kif inhuma.", "Issa ħalli naraw x'qal l-Onor.", "John Dalli għaliex ħadd għadu ma rrispondieni fuqha.", "L-Onor.", "Dalli qal hekk:", "\"Minn banda ma nistax nittollera ċ-ċirkostanzi fejn is-soġġett tal- familja tiegħi hija s-sistema ta' rikatti politiċi li issa qed tiġi istituzzjonalizzata f'pajjiżna.\".", "Imma jekk qiegħda tiġi istituzzjonalizzata, min-naħa tal-gvern qiegħda tiġi istituzzjonalizzata.", "U jien nistaqsi jekk il-pożizzjoni li adotta l-gvern illum hijiex parti minn dan ir-rikatt istituzzjonalizzat.", "Issa se naqra wkoll ir-risposta li bagħat Dr. Gonzi meta rċieva l-ittra tar-riżenja ta' l- Onor. John Dalli fit-3 ta' Lulju, 2004.", "Hemmhekk ma kienx hemm min jista' jinġarr mal-kurrent u jżomm sod.", "Il-Prim Ministru fir-risposta tiegħu qallu hekk:", "\"Għażiż John, nirringrazzjak għall-ittra tiegħek u l-annessi tagħha.\".", "- Din hija a dear John letter bħalma għandna d-diska \"Dear John\". -", "\"Nifhem li inti tħoss li ma tistax tkompli fil-kariga ta' ministru u għalhekk qiegħed naċċetta r-riżenja tiegħek.\".", "Sur President, din hija a dear John letter u hija differenti minn tas-soltu għaliex lil ħaddieħor il-Prim Ministru għamillu din is-song and dance kbira, din l-avukaterija kollha, minkejja l-fatt li ħarġet ċara llum - in facem curiae - li m'hu veru xejn li kien hemm preċedent, filwaqt li fuq ħaddieħor mexa b'mod differenti.", "Issa mbagħad hemm punt ieħor li jkompli jikkozza.", "Il-bieraħ fuq il-PBS kien hemm il-programm televiżiv \"Reporter\" li għalih kienu mistiedna Joe Saliba, is-segretarju ġenerali tal-partit Nazzjonalista, Jason Micallef u s-segretarju ġenerali tal-partit Laburista.", "F'dak il-programm ħareġ punt ġdid – wara kollox Joe Saliba kien qiegħed jitkellem u mhux jien jew l-Onor.", "John Dalli - fuq ir-riżenja ta' l-Onor.", "John Dalli.", "L-ex-ministru John Dalli ilu żmien jistaqsi eżattament għaliex il-Prim Ministru aċċetta r-riżenja tiegħu b'dak il-mod u fl-aħħar Joe Saliba ħareġ b'informazzjoni ġdida!", "Fil-fatt Joe Saliba qal hekk:", "\"Le, taf għalxiex irriżenja John Dalli?", "Għax hemm ittra.", "John Dalli, kien hemm numru ta' każijiet jew kien hemm każ fejn dan ried jitressaq quddiem il-kummissarju, tressaq quddiem il-kummissarju u allura l- proċess qed jimxi b'mod legali.", "John Dalli ħass li kellu jirriżenja biex ma jinfluwenza lil ħadd u fl-opinjoni tiegħi għamel sew.\".", "Din id-darba ma qalx li għamel ħażin.", "X'ħin imbagħad lil Joe Saliba qalulu li dan il-każ ma kenux semgħu bih qabel, l-istess Joe Saliba rrisponda hekk:", "\"M'għandux idum daqshekk il-każ u għar-risposta tiegħek nikkoreġi lili nnifsi.", "Għandu raġun Salvu.", "Il-każ huwa tal-biljetti.", "Isma', jiena bniedem umli biżżejjed, il-każ huwa tal-biljetti.\".", "Il-każ tal-biljetti konna aħna li qajjimnieh, imma issa rridu nifhmu li l- każ tal-biljetti qiegħed quddiem il-pulizija?", "Jekk inhu hekk, din hija xi ħaġa li qatt ma ħarġet qabel!", "Safejn nafu aħna l-każ qiegħed quddiem l- awditur.", "U dan huwa l-punt kollu: B'two weights and two measures ma naslux!", "MR SPEAKER: Insejjaħ lill-Onor.", "John Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President, meta Joe Saliba kien qiegħed isemmi l-każ ta' quddiem il-kummissarju u l-ittra, kien qiegħed isemmi l-każ ta' Joe Zahra.", "U fi kliem Joe Saliba - u għal dik jiena nuri eċċezzjoni kbira – wera biċ-ċar li kien il-każ ta' Joe Zahra li kien instiga r-riżenja tiegħi.", "Meta kien qiegħed jgħidlu li r-rapport m'għandux idum daqshekk, kien qiegħed jirriferi għar-rapport ta' l-awditur, li issa ilu kkakkmat hemmhekk tliet snin u għadu ma sar xejn fuqu.", "Ikolli ngħid li din hija għarukaża.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ħalli nirrispondi fuq din.", "Jien qiegħed nara li qed jikkonferma dak li qed ngħid f'dan is-sens: Meta qrajt it-transcipts, jiena fhimt li qiegħed jeskludi ta' Zahra u qiegħed jitkellem fuq il-każ tal-biljetti li qiegħed quddiem il-pulizija.", "Hekk fhimtha jien.", "(Interruzzjonijiet) Imma hekk qiegħed jgħid.", "Dan huwa s-segretarju ġenerali tal-partit Nazzjonalista li qiegħed jitkellem u mhux jien!", "MR SPEAKER: Il-Prim Ministru, bil-permess tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sur President, hawnhekk ikun hawn ċerti implikazzjonijiet umani u għalhekk irridu nkunu korretti għall-fatti.", "Dan il-programm li sar il-bieraħ ma rajtux pero` ġibduli l-attenzjoni fuqu.", "Jien informat li fil-programm stess Joe Saliba irrealizza li dak li kien għadu kif qal kien żbaljat u apparentement ikkoreġih ukoll Saviour Balzan li huwa l-preżentatur ta' dan il-programm.", "Imbagħad hu stess ikkoreġa lilu nnifsu u jekk fhimt sew il-Kap ta' l-Oppożizzjoni qara l-korrezzjoni li għamel Joe Saliba.", "Issa hawnhekk irrid niddikjara bl-aktar mod kategoriku li fil-każ tal-biljetti tal-kumpannija Tourism Services, ma kienx hemm la raġuni u lanqas skop li dak il-każ jiġi riferut lill-pulizija.", "U ma ġiex riferut lill-pulizija għaliex ma kien hemm l-ebda allegazzjoni li b'xi mod jew ieħor kien hemm xi ksur ta' xi liġi kriminali hemmhekk.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni għoġbu jaqra biss biċċa mill-ittra li fiha kien hemm it-tweġiba li jiena tajt lill-Onor.", "John Dalli.", "F'dik l-ittra jiena kkonfermajt li ma kien hemm l-ebda bażi ta' akkużi jew allegazzjoni għal dak li għandu x'jaqsam ma' xi akkuża jew ħjiel ta' akkuża ta' korruzzjoni.", "Kien hemm biss il-kwestjoni tal-biljetti ta' l-ajru li ġiet riferuta lill- awditur ġenerali – kif kelli d-dmir li nagħmel - ħalli hu jkun jista' jinvestigaha.", "Dak huwa l-fatt.", "Pero` m'hemm l-ebda riferenza ta' dak il- każ lill-pulizija.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, ikompli bl-intervent tiegħu.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, se npoġġi fuq il-mejda tal-Kamra t- transcript sħiħ ta' dak li ntqal il-bieraħ fuq dan il-programm televiżiv fuq il-PBS.", "Imma lil hinn minn dan, l-intervent li għamel il-Prim Ministru jkompli jsewwed il-misteru għaliex jekk kulħadd qiegħed jaqbel li r-rapport ta' Zahra kien wieħed falz u l-investigazzjoni fuq il-biljetti ta' l-ajru - li nerġa' ngħid konna aħna li bdejniha bħala storja - m'għaddietx quddiem il-pulizija - kif qal Joe Saliba l-bieraħ - u għadha quddiem l-awditur fuq bażi wiesgħa, allura kif il-Prim Ministru nġarr mill-kurrent fil-każ ta' John Dalli?", "Fuq liema bażi saret din il-biċċa xogħol?", "Fuq liema bażi tinġarr mal-kurrent fil-każ ta' John Dalli u żżomm sod fil-każ tal-Ministru Mugliett?!", "Huwa għalhekk li mbagħad iqumu l-mistoqsijiet f'dan il-pajjiż!", "Dan il- pajjiż m'huwiex immexxi tajjeb.", "Dan il-pajjiż m'huwiex immexxi b'direzzjoni.", "Il-Prim Ministru jgħid li għandna niġġudikawh fuq l- azzjonijiet tiegħu u aħna dak li qegħdin nagħmlu!", "Aħna qegħdin niġġudikawh fuq l-azzjonijiet tiegħu.", "U l-azzjonijiet tiegħu m'humiex trasparenti.", "M'hemmx kontabilita` fost il-ministri tal-Kabinett tiegħu u fuq kollox m'hemmx effiċjenza.", "Din hija xi ħaġa li qiegħda tinħass.", "Illum il-Prim Ministru kien qiegħed jargumenta kontra l-maġġoranza kbira tal-poplu Malti u Għawdxi, kemm Nazzjonalisti kif ukoll Laburisti.", "Hawnhekk lill-Prim Ministru nixtieq nagħtih parir: Il-bżonn tal-bidla, jekk m'intix se twettqu int, se nkunu qegħdin inwettquh aħna malajr kemm jista' jkun għaliex hemm bżonnha l-bidla f'dan il-pajjiż.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni għandu xi dokumenti li jrid iqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Iva, Sur President.", "Inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:-", "Kopja tat-tender document tal-Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ ETC/T/10/07 li jittratta s-supply of training services in bus driving – special licence D; u", "Estratt mit-traskrizzjoni tal-programm televiżiv \"Reporter\" li deher fuq Television Malta nhar it-Tlieta, 17 ta' Lulju 2007 b'riferenza għal dak li qal is-Sur Joe Saliba, segretarju ġenerali tal-Partit Nazzjonalista.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Se npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi l-mozzjoni mressqa mill-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MR SPEAKER: Din il-votazzjoni tittieħed minn hawn u 20 minuta oħra skond il-ftehim milħuq.", "Fid-9.10 p.m. il-Kamra kienet sospiża u rriżumiet 20 minuta wara.", "MR SPEAKER: Se nerġa' nqiegħed il-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi l-mozzjoni kif imressqa mill-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "ONOR.", "MEMRBU: Division.", "VOTAZZJONI NRU.", "192 FAVUR : 28 L-Onor. |Abela Carmelo |Debono Grech| | |Joe | |Abela Joseph |Farrugia | | |Angelo | |Agius Chris |Farrugia | | |Michael | |Bartolo Evarist |Galdes | | |Roderick | |Brincat Joseph |Gulia Gavin | |Brincat Leo |Herrera | | |Jose' | |Buhagiar Charles|Mangion | | |Charles | |Buontempo Stefan|Mizzi Joe | |Cardona Chris |Parnis | | |Silvio | |Caruana Justyne |Refalo Anton| |Chircop Karl |Sammut | | |Joseph | |Coleiro Preca |Sant Alfred | |Marie Louise | | |Cuschieri Joseph|Vassallo | | |Adrian | |Dalli Helena |Vella George|", "KONTRA : 34 L-Onor. |Abela Anthony|Frendo Michael| |Agius David |Galea Censu | |Agius Francis|Galea Franco | |Arrigo Robert|Galea Louis | |Asciak |Galea Mario | |Michael | | |Azzopardi |Gatt Austin | |Frederick | | |Azzopardi |Gonzi Lawrence| |Jason | | |Borg Tonio |Gonzi Michael | |Cassar Joseph|Mifsud Bonnici| | |Antoine | |Cristina |Mifsud Bonnici| |Dolores |Carmelo | |D'Amato Helen|Mugliett | | |Jesmond | |Dalli John |Puli Clyde | |de Marco |Pullicino | |Mario |George | |Debono |Pullicino | |Giovanna |Orlando | | |Jeffrey | |Deguara Louis|Vassallo Edwin| |Falzon Joseph|Zammit Ninu | |Fenech |Zammit Dimech | |Antonio |Francis |", "Il-mozzjoni m'għaddietx.", "MR SPEAKER: Nitlob il-permess tal-Kamra sabiex iċ-chairmen tal-kumitati jkunu jistgħu jirrapportaw progress fil-kumitat rispettiv tagħhom.", "Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "David Agius.", "ONOR.", "DAVID AGIUS (President tal-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi): Sur President, bil-permess tal-Kamra nirrapporta li l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Kumpanniji – Abbozz Nru 88 – għadda mill-kumitat mingħajr emendi filwaqt li l-Abbozz ta' Liġi li jemenda diversi liġijiet dwar servizzi finanzjarji - Abbozz Nru 99 - għadda mill- istess kumitat b'emendi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Mario de Marco.", "ONOR.", "MARIO DE MARCO (President tal-Kumitat (ad hoc) għall-Konsiderazzjoni ta' l-Abbozz ta' Liġi): Sur President, bil-permess tal-Kamra nirrapporta li l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Ħaddiema tal-Port – Abbozz Nru 100 – għadda mill-istess kumitat b'emendi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Clyde Puli.", "ONOR.", "CLYDE PULI (President tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali): Sur President, bil-permess tal-Kamra nippreżenta l-Minuti konfermati tal-laqgħat 43 sa 90 li nżammu bejn Ġunju 2005 u t-3 ta' Lulju, 2007.", "Nirrapporta wkoll progress dwar diskussjoni fuq l-Abbozz Nru 80 li jirregola l-Organizzazzjonijiet Volontarji u l-amministrazzjonijiet tagħhom.", "Wara li l-Kumitat sema' x-xhieda tar-rappreżentanza ta' l- għaqdiet non-governattivi, il-Kumitat qiegħed jissuġġerixxi bi qbil taż- żewġ naħat tal-Kamra li matul is-sajf li ġej, il-liġi tiġi evalwata mill- Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' l-Abbozzi ħalli jkun possibbli li t-Tielet Qari jiġi mgħoddi wara l-vaganzi tas-sajf u l-liġi tidħol fis- seħħ mingħajr wisq aktar dewmien.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Nitlob il-permess tal-Kamra biex jitressaq it-Tielet Qari ta' ħames abbozzi ta' liġi.", "MR SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ABBOZZ TA' LIĠI BIEX JEMENDA", "L-ORDINANZA LI TNEĦĦI", "L-KONTROLL TAD-DJAR", "HOUSING (DECONTROL) (AMENDMENT) BILL", "ONOR.", "TONIO BORG: Sur President, nipproponi li l-Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Ordinanza li tneħħi l-Kontroll tad-Djar ikun moqri t-Tielet Darba.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "TONIO FENECH (Segretarju Parlamentari): Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Ordinanza li tneħħi l-Kontroll tad-Djar\" ikun moqri t-Tielet Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem.con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tielet Darba u għadda.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA", "L-KOSTITUZZJONI TA' MALTA", "CONSTITUTION OF MALTA (AMENDMENT) BILL", "MR SPEAKER: Qabel ma nsejjaħ lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern sabiex iressaq it-Tielet Qari ta' dan l-Abbozz ta' Liġi nixtieq niċċara l-proċedura li se nuża.", "Skond il-provvedimenti tal-Kostituzzjoni, biex niddikjara l-vot fuq dan l- abbozz ta' liġi, jien irrid naċċerta ruħi li hawn ta' lanqas żewġ terzi tal- membri tal-Kamra li qegħdin jivvotaw favur dan l-Abbozz ta' Liġi.", "Żewġ terzi jfisser 44 membru.", "Jien se nitlob lill-Iskrivan tal-Kamra sabiex immedjatament malli npoġġi l-mistoqsija, isejjaħ l-ismijiet tal-membri kollha daqslikieku qegħdin insegwu l-proċedura tad-division.", "Nitlob lill- Onor. Membri sabiex jiddikjaraw b'mod ċar dwar jekk humiex favur jew kontra u possibbilment iqumu bil-wieqfa skond ir-regolamenti.", "Sabiex inkun ċar ukoll, il-vot jiġi dikjarat minni fl-aħħar meta jitlesta dan l-eżerċizzju, u peress li dan m'huwiex eżerċizzju ta' division, jekk xi membru jinzerta assenti fil-ħin li jissejjaħ ismu u jidħol waqt li jien inkun għaddej bid-dikjarazzjoni, il-vot ikun għadu in time sabiex ninkludih fil-vot finali.", "Naturalment fl-aħħar kull membru tal-Kamra huwa liberu li xorta waħda jitlob division wara li jien inkun iddikjarajt il-vot.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Sur President, nipproponi t-Tielet Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "DAVID AGIUS: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Nitlob lill-Iskrivan tal-Kamra sabiex jibda jsejjaħ l-ismijiet ta' l-Onor.", "Membri f'ordni alfabetiku.", "L-Onor.", "|Abela Anthony |Farrugia Angelo | |Abela Carmelo |Farrugia Michael| |Abela Joseph |Fenech Antonio | |Agius Chris |Frendo Michael | |Agius David |Galdes Roderick | |Agius Francis |Galea Ċensu | |Arrigo Robert |Galea Franco | |Asciak Michael |Galea Louis | |Azzopardi |Galea Mario | |Frederick | | |Azzopardi Jason|Gatt Austin | |Bartolo Evarist|Gonzi Lawrence | |Borg Tonio |Gonzi Michael | |Brincat Joseph |Gulia Gavin | |Brincat Leo |Herrera Jose' | |Buhagiar |Mangion Charles | |Charles | | |Buontempo |Mifsud Bonnici | |Stefan |Antoine | |Cardona Chris |Mifsud Bonnici | | |Carmelo | |Caruana Justyne|Mizzi Joe | |Cassar Joseph |Mugliett Jesmond| |Chircop Karl |Parnis Silvio | |Coleiro Preca |Puli Clyde | |Marie Louise | | |Cristina |Puillicino | |Dolores |George | |Cuschieri |Pullicino | |Joseph |Orlando Jeffrey | |D'Amato Helen |Refalo Anton | |Dalli Helena |Sammut Joseph | |Dalli John |Sant Alfred | |De Marco Mario |Vassallo Adrian | |Debono Giovanna|Vassallo Edwin | |Debono Grech |Vella George | |Joe | | |Deguara Louis |Zammit Ninu | |Falzon Joseph |Zammit Dimech | | |Francis |", "MR SPEAKER: Il-mozzjoni għaddiet bi 62 vot favur.", "L-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tielet Darba u Mr Speaker iddikjarah mgħoddi skond artiklu 66 tal-Kostituzzjoni.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA", "L-ORDINANZA DWAR IL-ĦADDIEMA TAL-PORT", "PORT WORKERS ORDINANCE (AMENDMENT) BILL", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Sur President, nipproponi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att li jemenda l-Ordinanza dwar il-Ħaddiema tal-Port, Kap. 171\" ikun moqri t-Tielet Darba.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att li jemenda l- Ordinanza dwar il-Ħaddiema tal-Port, Kap. 171\" ikun moqri t-Tielet Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tielet Darba u għadda.", "ABBOZZ TA' LIĠI BIEX JEMENDA", "L-ATT DWAR IL-KUMPANNIJI", "COMPANIES ACT (AMENDMENT) BILL", "ONOR.", "TONIO FENECH: Sur President, nipproponi t-Tielet Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att dwar il-Kumpanniji, Kap. 386.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "JOSEPH FALZON: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att ta' l-2007 li jemenda l-Att dwar il-Kumpanniji, Kap. 386\" ikun moqri t-Tielet Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tielet Darba u għadda.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA DIVERSI LIĠIJIET DWAR SERVIZZI FINANZJARJI", "VARIOUS FINANCIAL SERVICES LAWS (AMENDMENT) BILL", "ONOR.", "TONIO FENECH: Sur President, nipproponi t-Tielet Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet dwar Servizzi Finanzjarji.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "DAVID AGIUS: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda Diversi Liġijiet dwar Servizzi Finanzjarji\" ikun moqri t-Tielet Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tielet Darba u għadda.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Issa nsejjaħ lill-Viċi Prim Ministru sabiex, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "TONIO BORG: Sur President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tnejn, 24 ta' Settembru fis-6.00 p.m. b'aġenda li tiġi komunikata iktar tard.", "Qabel ma naġġornaw nixtieq li kif nagħmel is-soltu qabel ir-recess tas- sajf, nirringrazzja lil kulħadd, nirringrazzja lis-Sedja għall-paċenzja li dejjem tieħu f'dibattiti, li ġieli jkunu mqanqla u oħrajn ikunu mqanqla iktar, u lill-membri parlamentari kollha.", "Naħseb li lkoll kemm aħna ħaqqna nqattgħu ftit ġranet u ġimgħat mal-familji tagħna.", "Nittama li dan il- perjodu tas-sajf jgħin sabiex wieħed jirrilassa xi ftit, għalkemm naf li x- xogħol politiku jibqa' għaddej kemm fil-partiti kif ukoll fil-gvern.", "Nirringrazzja lill-istaff ta' dan il-Parlament, anke dawk li ma jidhrux, li għalkemm huwa limitat, jagħti servizz li jeċċedi dak li hu mistenni bħala dover u nirringrazzja wkoll lil dawk il-persuni kollha li b'xi mod jagħtu l- kontribut tagħhom.", "Mhux se noqgħod insemmihom kollha, li ma mmurx ninsa lil xi ħadd barra, imma fost dawn hemm il-forza tas-sigurta' u l-ġurnalisti li jirrapportaw dak li jkun qed jiġri hawn ġew.", "Meta nħares lura nħossni sodisfatt bil-mod kif imxejna f'dan il-Parlament u minkejja li hemm xi differenzi bejn il-membri taż-żewġ naħat tal-Kamra, dejjem sibt koperazzjoni min-naħa ta' l-Oppożizzjoni.", "Tajjeb il nibqgħu nimxu bil- proċedura ta' give and take, fejn aħna ġieli nikkonċedu ċerti affarijiet lilhom u huma ġieli jikkonċedu ċerti affarijiet lilna, sabiex jgħaddi l- programm leġislattiv tal-maġġoranza filwaqt li jiġu rispettati d-drittijiet tal-minoranza.", "Grazzi ħafna.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Charles Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Sur President, ningħaqad mal-kollega tiegħi l- Viċi Prim Ministru biex nawgura lill-membri parlamentari kollha ta' din il- Kamra ħin ta' mistrieħ fil-ġimgħat li ġejjin.", "Fl-istess ħin jien konvint li minħabba l-atmosfera politika ta' l-elezzjoni li qed toqrob, dawn se jkunu ġimgħat ta' ħidmiet politiċi, kemm għall-membri parlamentari kif ukoll għall-partiti.", "Nirringrazzja b'mod partikolari lill-ħaddiema kollha ta' din l-istituzzjoni, dawk li naraw fil-kumitati u oħrajn li naraw fil- plenarja u nirringrazzja wkoll lis-suldati li jaħdmu għal sigħat twal u li jagħmlu ħilithom biex jikkoperaw mal-membri parlamentari kollha.", "Nista' ngħid li qatt ma kelli xi complaint minn xi membru parlamentari ta' din in- naħa dwar il-ħaddiema tal-Parlament.", "Jiena nemmen, bħalma jemmnu sħabi kollha, li l-Parlament huwa l-aqwa istituzzjoni u nħeġġeġ biex fil-futur il-parteċipazzjoni u l-ħidma tagħna f'din l-istituzzjoni tkun aktar intensa, mhux biss fl-element plenarju imma aktar u aktar fil-kumitati, fejn il-ħidma qiegħda tiżdied u tassumi importanza akbar.", "Nagħlaq billi ngħid li huwa importanti li mhux biss jikbru r-riżorsi umani u riżorsi oħra f'dan il-Parlament, imma huwa importanti wkoll li l-membri parlamentari kollha jagħmlu użu minnhom.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Jiena ningħaqad kemm mal-Viċi Prim Ministru kif ukoll ma' l-Onor.", "Charles Mangion għas-sentimenti li għadhom kif esprimew.", "Filwaqt li naqbel perfettament magħhom, għandi l-obbligu li nara li dan il- Parlament jimxi 'l quddiem u li jkollu r-riżorsi neċessarji biex verament ikun jista' jiffunzjona l-ħin kollu, kif fir-realta' qiegħed jagħmel b'ħafna sagrifiċċji.", "Għaldaqstant huwa importanti li r-riżorsi ta' dan il- Parlament ikunu jistgħu jikbru, aktar u aktar issa li għandu rwol relattivament ġdid u impenjattiv minn mindu pajjiżna ssieħeb fl-Unjoni Ewropea.", "Illum il-ġurnata hawn awareness ta' dan il-bżonn u lkoll kemm aħna rridu nifhmu li għad jasal il-mument li l-Parlament ta' pajjiżna jkun qiegħed verament jiffunzjona bħal parlamenti ta' pajjiżi oħra, għalkemm jibqa' relattivament żgħir.", "Nawgura li d-dibattiti li jsiru fih, kemm fil- plenarja kif ukoll fil-kumitati, ikollhom attendenza kif jixraq u jkollhom l-objettiv ċar li dejjem iressqu 'l quddiem l-interess tal-pajjiż fl-oqsma kollha tiegħu.", "Irrid ngħid li immedjament qabel ma bdiet is-seduta parlamentari tal-lejla, kien hemm mument ta' solidarjeta' fejn numru mhux żgħir ta' membri parlamentari miż-żewġ naħat tal-Kamra ħassew il-bżonn li jagħtu donazzjoni tad-demm u dan il-ġest jien apprezzajtu ħafna.", "Nixtieq nirringrazzja fil- veru sens tal-kema lil kull membru parlamentari miż-żewġ naħat tal-Kamra tal-kontribut li ta, jien konxju ħafna ta' dan u kif għidt, aktar ma jkun hemm riżorsi, aktar wieħed ikun jista' jagħti kontribut akbar.", "Ma rridx ninsa li l-infrastruttura ta' dan il-Parlament għandha wkoll bżonn tikber u titwessa' pero' qiegħda hemm, allura ma nistax nonqos milli nsellem lill-impjegati kollha li jaħdmu hawnhekk, nibda mill-uffiċċju tal- Clerk, bl-assistenti tiegħu u dawk kollha li għandhom xi rwol x'jaqdu, kemm speċjali kif ukoll ordinarju, biex dan il-Parlament ikun jista' jiffunzjona sew.", "Ma' dawn ninkludi ħafna oħrajn li għandhom xi relazzjoni jew kuntatt mal-Parlament tagħna, fosthom il-pulizija, is-suldati, il-press, li għandha rwol importanti ħafna, kif ukoll dawk kollha li jsegwuna permezz tar-radju.", "Nirringrazzjakom mill-fond ta' qalbi, nawgura lilkom u lill-familjari tagħkom sajf ta' mistrieħ u li fih mhux biss tistrieħu imma tkunu wkoll qegħdin tieħdu xi ħaġa lura.", "Jekk tippermettuli se npoġġi fuq il-mejda tal- Kamra - naf li kien hemm ħafna diskors fuqu matul iż-żmien - ir-rapport tar- reviżjoni ta' l-Ordnijiet Permanenti tal-Kamra biex f'dan iż-żmien wieħed ikollu ċans iktar minn qabel biex jerġa' jduru u naturalment wara l-vaganzi wieħed ikun jista' jiġi b'ideat iktar friski u iktar ċari.", "Għalhekk inpoġġi fuq il-medja tal-Kamra:", "Kopja ta' komunikazzjoni mibgħuta mill-President Emeritus Dr Ugo Mifsud Bonnici fil-31 ta' Jannar 2001 lis-Sedja dwar ir-reviżjoni ta' l-Ordnijiet Permanenti tal-Kamra.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Sur President, dan huwa l-aħħar Aġġornament qabel ma nirtiraw għall-perjodu ta' waqfien mix-xogħol ta' dan il-Parlament u għalkemm ħafna nies jaħsbu li meta l-Parlament jieqaf għall-vaganzi tas- sajf, jieqaf ukoll ix-xogħol fil-ministeri, dan m'huwiex il-każ għax fil- fatt il-ministeri jibqgħu għaddejjin bix-xogħol tagħhom.", "Qegħdin fl-istaġun tas-sajf li fih xi ftit jew wisq kulħadd inaqqas ir- ritmu tax-xogħol tiegħu u jekk naqbad mal-kelma li għidt int fl-aħħar parti ta' l-intervent tiegħek, fejn għidt li għandna nużaw is-sajf biex nirriflettu fuq ir-regolamenti ta' din il-Kamra, nemmen li kull wieħed minna għandu jagħmel riflessjonijiet fi-ġimgħat li ġejjin dwar il-mod kif għandna naġixxu kemm fil-Parlament kif ukoll barra minnu.", "Jekk irridu li jkun hemm rispett lejn din l-istituzzjoni u jkun hemm rispett lejna bħala membri parlamentari, irridu nkunu proprju aħna l-ewwel nies li nirrispettaw lilna nfusna.", "Sur President, ġejt informat li llum f'\"One News\" tas-7.30 p.m.. - li jixxandar fuq l-iktar stazzjon ibbilanċjat fil-mod kif jirrapporta l- affarijiet! - ingħatat l-aħbar sensazzjonali li jien u l-kollega tiegħi l- Ministru Francis Zammit Dimech, ħriġna minn din il-Kamra meta beda d- dibattitu dwar il-mozzjoni li konna qegħdin niddiskutu llelja.", "Għall- informazzjoni ta' min imexxi dan l-istazzjon, għall-informazzjoni ta' l- iżleata' assoluta li bih dan l-istazzjon jirrapporta l-affarijiet li jkunu qegħdin jiġru f'dan il-pajjiż, jien ħriġt minn din il-Kamra biex inkun nista' mmur f'kamra oħra f'dan il-Parlament biex ngħaddi mill-istadju ta' kumitat abbozz ta' liġi li huwa wieħed mill-iktar importanti fl-istorja ta' l-amministrazzjoni ta' dan il-pajjiż għax jorbot u jolqot il-mod ta' kif jaħdem il-port tagħna.", "Għalhekk kien importanti li dan l-abbozz ta' liġi jgħaddi minn dan il-Parlament.", "Biex dan isir, kien hemm ukoll il- kollaborazzjoni min-naħa ta' l-Oppożizzjoni, pero' l-importanti hu li min ikun qed imexxi l-aħbarijiet ta' dan l-istazzjon, jipprova b'xi mod iċappas jew jinsinwa xi ħaġa jew oħra.", "M'huwiex il-każ li noqgħod inqajjem ksur ta' privileġġ, imma nemmen li anke inti bħala Sedja, għandek tara li dawn it-tip ta' rapportaġġi ta' l-events li jsiru f'dan il-Parlament kemm jista' jkun ma jibqgħux jiġu ripetuti.", "Fil-fatt matul il-ġimgħat li għaddew kellna wisq okkażjonijiet fejn dan l-istazzjon partikolari, bl-iktar mod mhux leali lejn dak li kien qed jiġri f'dan il-Parlament, irrapporta kollox bil-maqlub.", "Se nsemmi wkoll tliet punti li huma marbutin mad-distrett elettorali li minnu niġi elett jien, tnejn mal-Mellieħa u l-ieħor ma' San Pawl il-Baħar.", "Se nsemmihom għax minn żmien għal ieħor isiru diversi kummenti dwar membri parlamentari li ma jagħmlux mistoqsijiet parlamentari.", "Ikun hemm membri ta' din il-Kamra li meta xi ħadd jistaqsihom għaliex xi membru ma jagħmilx domandi parlamentari dwar xi suġġett partikolari, minflok jgħidulhom li min qiegħed fil-front bench ma jistax jagħmel domandi fuq l-ebda suġġett f'din il-Kamra, jagħtuhom l-impressjoni li dan huwa xi nuqqas min-naħa ta' dak il- membru partikolari.", "Nixtieq nitkellem l-ewwelnett dwar il-pelican lights ta' Mosta Road f'San Pawl il-Baħar, li jiġu wżati minn numru kbir ta' persuni minħabba business partikolari li hemm f'dawk l-inħawi.", "Għal ċertu żmien kien ingħad Ii dawn il-pelican lights kienu ntfew għax kien qed isir ix-xogħol fil-bajja ta' San Pawl il-Baħar, illum ix-xogħol fil-parti l-kbira ta' dan il-by-pass huwa lest u allura se nagħmel għal darb'oħra l-appell tiegħi biex immedjatament dawn il-pelican lights jinxtegħlu bis-sistema ta' aħmar, amber u aħdar, proprju biex nevitaw il-possibbilta' li jkun hemm xi periklu f'dawn l-inħawi.", "Nixtieq ngħid xi ħaġa wkoll dwar it-toroq f'Santa Maria Estate, li semmejthom diversi drabi hawnhekk.", "Is-sidien tal-passat ta' Santa Maria Estate, il-kumpannija Cenmed, kienet ikkundannata biex tagħmel reinstatement ta' dawn it-toroq.", "Kienu saru appelli kontra appelli, dawn inqatgħu u naf li għaddejjin diskussjonijiet ma' l-awtorita' dwar it- trasport u l-affarijiet jinstabu fi stadju avvanzat.", "Pero' m'huwiex sew li n-nies jiġu jgħidulek li ċerti membri ta' din il-Kamra jgħidulhom li t-tali m'hu qed jagħmel xejn fuq affarijiet bħal dawn.", "Sur President, din hija miżinformazzjoni u daħk fil-wiċċ bin-nies li jiġu għandna biex ikellmuna.", "Nispera li fi żmien qasir il-kumpannija Cenmed, li kienet ġiet ikkundannata biex tagħmel mill-ġdid ix-xogħol ta' toroq li kien sar ħażin minnha stess, tagħmel dan fi żmien qasir għall-benefiċċju tar-residenti li ilhom ibatu l- konsegwenzi għal numru ta' snin.", "L-istess jgħodd għat-triq li mill-Mellieħa tagħti għall-Manikata.", "Sar ammont sostanzjali ta' xogħol li kien neċessarju biex jgħaddu servizzi ġodda tad-drenaġġ u biex jgħaddi cable ta' l-elettriku li jwassal mill- Mellieħa għall-Manikata.", "Biex dawn is-servizzi setgħu jsiru kellhom bilfors jinqalgħu ċerti toroq.", "Issa dan ix-xogħol sar u l-battibekki bejn korporazzjoni u oħra m'hemmx lokhom.", "Naf li qrobna ħafna għall-ftehim biex dan ix-xogħol isir u nispera li qabel ma nirritornaw lura f'dan il- Parlament, dan ix-xogħol ikun sar peress li din it-triq ma tintużax biss min-nies ta' l-inħawi, imma tintuża wkoll minn persuni li jkunu sejrin lejn destinazzjonijiet oħrajn.", "Sur President, irrid nagħmel riferenza għal numru ta' allegazzjonijiet marbutin ma' l-awtorita' marittima li saru ripetutament b'mod mhux veritier f'din il-Kamra.", "Jien kelli l-opportunita' li nikteb madwar seba' darbiet lill-kummissjoni permanenti kontra l-korruzzjoni biex tinvestiga l- allegazzjonijiet li saru fil-konfront ta' ċerti individwi u anke fil- konfront tiegħi.", "Nerġa' nagħmel l-istess dwar id-diskors li sar min-naħa ta' l-Oppożizzjoni xi jumejn ilu dwar il-liġi tal-portijiet, fejn iktar frixna fuq allegazzjonijiet milli fuq affarijiet oħra.", "Fl-24 ta' Mejju li għadda, permezz ta' dokument li kopja tiegħu tqiegħdet fuq il-mejda ta' din il-Kamra, l-awtorita' marittima talbet biex issir investigazzjoni min-naħa tal-pulizija.", "Din l-investigazzjoni saret u xi persuni ġew akkużati.", "Huwa importanti li dan nibqgħu nenfasizzawh għax tgħid x'tgħid f'dan il- Parlament, tgħid x'tgħid barra minn dan il-Parlament, hemm min jibqa' jirrepeti bil-maqlub u jipprova jwassal messaġġ kuntrarju.", "Dan ġara meta nqata' l-heading ta' parti minn ittra biex ma jkunx faċli li wieħed ikun jaf minn fejn ġejjin ċerti affarijiet.", "Allegazzjonijiet minn nies fit-triq, allegazzjonijiet f'uffiċċji ta' l- awtorita' u allegazzjonijiet f'dan il-Parlament għandhom ikunu l-ħin kollu sostanzjati u f'qagħda li jwasslu għall-investigazzjoni li twassal għall- passi fil-konfront ta' min ikun naqas mir-responsabbiltajiet tiegħu.", "Għandi l-obbligu jien, għandu l-obbligu l-65 membru ta' din il-Kamra u għandu l- obbligu wkoll il-pubbliku Malti li fejn ikun hemm indikazzjonijiet ta' affarijiet li m'humiex korretti, jirrapportaw u l-informazzjoni tgħaddi għand min għandu jinvestiga.", "Il-poplu Malti għandu wkoll l-obbligu li jara li hu ma jkunx parteċipi f'sitwazzjonijiet fejn persuni jiġu b'xi mod jew ieħor imwassla biex anke jiksru l-liġijiet għax ikun hemm offerti li m'humiex leċiti fil-konfront ta' nies oħrajn.", "Illejla erġajt issemmejt jien fil-każ ta' recordings li saru fl-uffiċċju tiegħi f'San Pawl il-Baħar fejn inkun qed nara eluf ta' nies kull sena.", "Illum għamilt kalkolu żgħir u sibt li ilni 25 sena - għax iktar minn ħames snin qabel ma ġejt elett għall-ewwel darba membru ta' dan il-Parlament - għal 50 darba li jfissru 1,250 ġimgħa, bl-eċċezzjoni ta' meta nkun imsiefer, li jiġu kważi 4,000 ġurnata li fihom ilqajt in-nies li jkunu jixtiequ jiġu jarawni, u dan minbarra dawk li jiġu d-dar jew iċempluli d- dar.", "Dan ifisser li matul dawn is-snin ltqajt almenu ma' 40,000 persuna fl- uffiċċju tiegħi.", "Naturalment inzerta kien hemm wieħed li kien qiegħed jipprova jieħu xi ħaġa li ma kenitx leċita min-naħa tiegħi bħala ministru, li ħaseb li għax se jirrekordja u mbagħad jinnegozja ma' xi ħadd il-casettes li jkun rrekordja, fil-fatt se jbeżżagħni milli naqdi d-doveri tiegħi.", "Id-doveri tiegħi jien qdejthom u f'Ottubru ta' l-2003 dik il-persuna kienet tkeċċiet mix-xogħol u hemm proċeduri ta' appelli kontra appelli.", "U hawnhekk nagħmel appell lill- avukat tal-persuna li minflok joqgħod iġebbed u jtawwal biex iressaq ix- xhieda tiegħu jfittex iressaqha ħalli l-proċeduri quddiem il-qrati jkunu jistgħu jinqatgħu fl-iqsar żmien possibbli.", "Pero` jibqa l-fatt li ma jista' jinnegah ħadd li l-istess persuna li għamlet ir-recordings - u dan mhux naħsbu jien imma hemm ammissjonijiet li r-recordings saru mit-tali persuna - għaddiet ir-recordings lill-partit Laburista.", "Huma ammissjonijiet minn persuna li kulmin jafha jaf li qatt ma kienet canvasser jew konsulent tiegħi u qatt ma kienet qrib tiegħi.", "Hija persuna li kienet ġiet ma' oħrajn biex tkellimni fuq il-każ tagħha fejn b'ittra datata l-25 ta' Novembru, 1996 kellha uffiċjalment komunikat lilha dikjarazzjoni minn min kien responsabbli fl-awtorita` dwar it-trasport ta' dak iż-żmien li kienet tgħid: Inti kellek il-każ tiegħek ta' dixxiplina mħassra wara li kien hemm amnestija.", "Veru li jissemma l-ministru li kien responabbli mit-trasport, pero` m'għandix dubju li l-amnestija ma ngħatatx mill-ministru personali imma kienet qed tingħata mill-gvern tal-ġurnata, amnestija li ma kenitx titkellem biss fuq xi ħadd li wasal ħames minuti tard, pero' kienet amnestija li kienet tirrigwarda wkoll almenu każ wieħed ta' tfigħ ta' tazzi lejn ħaddiema oħrajn li kienu sottomessi għall-persuna li kienet qed tiġi akkużata.", "Hemm differenza kbira fil-mod ta' kif isiru l-affarijiet f'dan il-pajjiż miż-żewġ partiti u hemm differenza kbira bejn iż-żewġ naħat ta' din il- Kamra fejn jidħol ir-rispett tal-verita`.", "Jien nispera li l-ġimgħat li ġejjin, sakemm nirritornaw f'dan il-Parlament fl-24 ta' Settembru, iservu biex dan kollu jkompli jidher b'mod iktar ċar kemm fil-każ ta' l-ADT fejn jirrigwarda dan il-każ kif ukoll dak li jirrigwarda l-kwestjonijiet marbuta mal-Malta maritime authority.", "Nispera wkoll li meta niġu b'akkużi ta' din il-kwalita` f'dan il-Parlament ikollna d-diċenza biex dak li ngħidu nirrepetuh barra, nipprovawh barra u ma nġibux skużi illoġiċi u barra minn lokhom li qegħdin nagħmlu hekk proprju biex niddefendu lil min ikun tana l- informazzjoni.", "Naħseb li aħna persuni b'intelliġenza average, allura għandu jkollna wkoll id-diċenza li meta niġu hawnhekk nipprovaw insejsu dak li ngħidu mhux fuq kliem fieragħ, mhux fuq kliem propagandistiku, imma fuq ir-realtajiet kif jispjegawhomlna, pero` kif nifhmuhom aħna wara li nkunu għamilna l-analiżi neċessarja ta' dik l-informazzjoni li tkun waslet għandna.", "Illum taslilna ħafna informazzjoni b'mezzi elettroniċi, jiġu għandna ħafna allegazzjonijiet, pero` jrid ikollok l-intelliġenza u d-diċenza li dak li tirċievi tarah, tifhmu u qabel ma tparla fuqu tara jekk hijiex informazzjoni korretta jew żbaljata għall-aħħar.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it-Tnejn, 24 ta' Settembru, 2007 kif komunikat mill-Viċi Prim Ministru.", "Fl-10.17 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "MEDIA CONSULTA INTERNATIONAL HOLDING AG", "27135.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' l-Ministru jgħid kif se jiġi finanzjat il-kuntratt bejn l- Awtorita' Maltija tat-Turiżmu u l-Media Consulta International Holding AG?", "Kif se jsir il-ħlas lill-kumpanija u kif se jsir marbut dan il-ħlas mar- riżultati li tikseb din il-kumpanija?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "MEDIA CONSULTA INTERNATIONAL HOLDING AG", "27136.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' l-Ministru jgħid meta se jiġi ffirmat il-kuntratt bejn l- Awtorita' Maltija tat-Turiżmu u l-kumpannija Media Consulta International Holding AG?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat illi l-kuntratt bejn l- Awtorita' tat-Turiżmu u l-kumpanija Media Consulta se jiġi ffirmat fil- ġimgħat li ġejjin.", "AWTORITA' TAD-DJAR - OFFERTI TA' PROPRJETA' LIĊ-CHAIRPERSON", "27152.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru tgħid jekk matul dawn l-aħħar erba' snin kienx hemm okkażjonijiet fejn iċ-chairperson ta' l-Awtorita' tad-Djar qajmitx każi fejn kien hemm min ipprova jikkorrompiha b'offerti ta' proprjeta?", "X'kienu dawn il-każi jekk tqajmu?", "X'passi ttieħdu dwar dawn il- każi?", "Peress li ċ-chairperson kitbet dwar każ ta' korruzzjoni li ppruvaw jagħmlu fuqha, il-Ministru ħadet xi passi dwar dan il-każ?", "X'passi ħadet?", "X'kien il-każ li semmiet iċ-chairperson?", "Min kien involut?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Naħseb li l-Onor.", "Interpellant immisinterpreta l- kitba li għamel referenza għaliha.", "Hu ċar minn din il-kitba li l-offerta liċ-Chairperson ta' l-Awtorita tad-Djar ma kenitx li hi personali tingħata proprjeta' iżda offerta ta' art, li ma kellhiex permess għal żvilupp, biex l-Awtorita' tad-Djar tibni appartamenti fuqha.", "L-Awtorita' ma tidħolx fi proġetti bħal dawn tant hu hekk li, kif jikkonferma l-artikolu, min għamel l-offerta ġie muri l-bieb.", "SKEJJEL QRIB KMAMAR TAN-NAR", "27174.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm skejjel li huma qrib xi kamra tan-nar jew post fejn huwa liċenzjat li jinħadem in-nar?", "Liema huma dawn l-iskejjel u kemm hemm bogħod bejn il-konfini ta' l-iskola u l- konfini tal-premises tal-post fejn jinħadem in-nar?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-Kap 33 dwar l-Isplussivi jipprovdi għal distanza ta' 183 metru bejn xi kamra tan-nar liċenzjata u xi post abitat jew triq.", "Informat ukoll li m'hemm l-ebda skola ta' l-Istat f'inqas minn din id-distanza bogħod minn xi kamra tan-nar.", "BIRŻEBBUĠA WATERPOLO CLUB", "27175.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru jara jekk dak li għaddej fil- premises li ġew mgħoddija mill-parlament b'riżoluzzjoni parlamentari lill- Birżebbuġa Waterpolo Club, fejn huwa maħsub li jsir żvilupp u fejn jidher li hemm affarijiet li mhux ċari kif jidher minn ċerti artikli li dehru fil- ġurnali, huwiex skond il-kuntratt li kien ġie ffirmat wara li għaddiet l- istess riżoluzzjoni?", "Jista' jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra nota dwar dak li hemm propost li jsir u kif dan se jsir fid-dawl ta' l-istess kuntratt?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Kif jaf l-Onor.", "Membru l-water polo pitch Club House hu spazju pubbliku kif delineat fil-pjanta relattiva fi Triq il-Bajja s- Sabiħa, B'Buġia, kien ġie mgħoddi b'ċens temporanju għal 49 sena lil B'Buġia Sports Club b'kuntratt pubbliku tal-11 ta' Settembru, 2000, wara diskussjonijiet u approvazzjoni ta' Riżoluzzjoni fil-Parlament.", "Il-B'Buġia Acquatic & Sports Club hija affiljata regolarment fl-Acquatic Sports Association - Malta.", "Il-Kunsill Malti għall-iSport ġie konsultat kif titlob il-liġi dwar applikazzjoni lill-MEPA (PA1590/03) biex l-għaqda sportiva konċernata twettaq żvilupp skond pjan intenzjonat biex jirriabilita' u jimmodernizza l-faċilita'.", "Il-KMS irrisponda li ma jkollux oġġezzjoni sakemm jiġu osservati l-kondizzjonijiet tal-kuntratt u tal-MEPA.", "Qed inkompli nsegwi l-iżviluppi tal-każ.", "WSC - KONT B'INDIRIZZ ŻBALJAT", "27192.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 27010 u jara li l-Korporazzjoni għas- Servizzi ta' l-Ilma tieħu passi biex ma tibqax tibgħat il-kontijiet tad-dar fi Triq Sant'Elena, Sliema lil min jgħix fir-residenza ta' ħdejha li d- dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninsab infurmat l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l- Ilma qed tagħmel l-investigazzjonijiet neċessarji sabiex tistabilixxi lil min jappartjeni l-post inkwistjoni.", "Sadanittant l-indirizz postali tal-fond imsemmi mill-Onor.", "Interpellant ġie aġġustat u mhux ser jintbagħat aktar fir-residenza ta' ħdejn il-fond imsemmi.", "MSIDA – RAZZETT F'MISRAĦ IL-BARRIERI", "27204.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: B'referenza għar-razzett f'Misraħ il-Barrieri l-Imsida, li qed iwassal għal ħafna ġrieden fl-akwati, jista' l-Viċi Prim Ministru flimkien ma' l-awtoritajiet l-oħra kompetenti jirrikkmanda li titwaqqa' parti minn dan ir-razzett li tokkupa u tiżgombra aktar minn nofs it-triq, li wara kollox hi proprjeta' tal-gvern?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li r-razzett in kwistjoni mhux tal-Gvern u l-anqas m'hemm xi talba għal esproprju għand it-Taqsima Proprjeta' tal- Gvern sabiex tkun tista' ssir it-triq.", "Peress li t-toroq jaqaw taħt ir- responsabbilita' tal-Awtorita' dwar it-Trasport, l-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru ikkonċernat.", "IMMIGRANTI IRREGOLARI", "27206.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru tgħid kemm hawn immigranti irregolari f'Malta f'open detention centres bħalissa?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Ninsab infurmata li n-numru ta' immigranti rregolari akkomodati f'Ċentri Miftuħa hu 1,855.", "GZIRA - PROBLEMA TAD-DRENAĠĠ", "27208.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru jinvestiga l-problema regolari u ta' spiss tad-drenaġġ fix-xatt li jagħti mill-Ferries sal-Gżira?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jiena nfurmat li l-Korporazzjoni Għas-Servizzi ta' l- Ilma diġa' investigat din il-problema u qed tieħu passi biex tibdel rising main mill-Gżira Pumping Station tant li xogħol fuqu nbeda u bħalissa qed isir f'Rue D'Argens, Msida u fit-telgħa ta' G'Mangia.", "TRASPORT BEJN IL-GUDJA U Ċ-ĊIRKEWWA", "27209.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jgħid x'konkorrenza kien hemm sakemm ġiet sottomessa din il-mistoqsija għall-buses bejn l-ajruport tal-Gudja u ċ- Ċirkewwa?", "Kemm saru vjaġġi sakemm ġiet sottomessa din il-mistoqsija?", "Huwa minnu li ħafna mill-buses lanqas kellhom spazju biex iġorru l-valiġġji?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant illi ix-shuttle tat-trasport pubbliku bejn l-ajruport tal-Gudja u ċ-Ċirkewwa qed jiġi operat taħt arranġament speċifiku bejn il-Gozo Channel Ltd. u min qed jipprovdi dan is-servizz tat-trasport.", "Qed tiġi mitlub biex jekk jogħogbok issaqsi din il-mistoqsija lill-Ministru ikkonċernat.", "MTA - ENFORCEMENT SECTION", "27210.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' l-Ministru jikkonferma jekk il-premises ġodda tal-Malta Tourism Authority f'Valley Road, Msida għall-enforcement section li kien hemm fi Spinola Palace, San Ġiljan humiex attrezzati biex jilqgħu nies bi bżonnijiet speċjali?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat illi l-Awtorita' tat-Turiżmu qiegħda f'diskussjoni u konsultazzjoni mal-MEPA u mal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' sabiex il-premises il-ġodda għall- enforcement section ikunu attrezzati biex jilqgħu nies bi bżonnijiet speċjali.", "KONSULAT BENGHAZI", "27211.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jikkonferma meta se jkun hemm konsulat li qed jopera fuq bażi regolari f'Benghazi kif oriġinarjament ġie mwiegħed lill-awtoritajiet Libjani?", "Jista' jikkonferma jekk hux minnu li għalissa qed isiru biss arranġamenti temporanji minn staff ta' l-ambaxxata Maltija fi Tripli li jitilgħu Benghazi għal ta' l-apposta, fosthom personnel mhux Malti?", "Ma jaħsibx li dan qed joħloq dewmien u burokrazija żejda fil-ħruġ ta' visas għal ħafna nies f'Benghazi li jkunu jridu jużaw is-servizzi ta' l-Air Malta lejn Malta u 'lil hinn minnha?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Bi ftehim ma' l-Air Malta, l-aġenti tagħhom u l- Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin tal-Libja jinfetaħ uffiċċju f'Benghażi biex jilqa applikazzjonijiet għal visas.", "Bhallissa mill-Ambaxxata fi Tripli qed jigi provdut servizz f'Benghazi stess li jaqdi sew il-bżonnijiet tal-vjaġġaturi għal Malta li jixtiequ japplikaw għall-visa.", "Issa għall- ewwel darba applikanti minn Benghazi jistgħu jinqdew direttament mingħajr il-ħtieġa li jmorru fi Tripli.", "Dan hu żvilupp ġdid u importanti.", "HOST FAMILIES", "27232.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm familji liċenzjati bħala host families li diġa' ngħataw il-kontribuzzjoni lura?", "Kemm tħallsu lura?", "Kemm fadal familji li jridu jitħallsu l-kontribuzzjoni lura?", "X'somma fadal titħallas?", "Id-deċiżjoni li tinħafer il-kontribuzzjoni hija din is-sena biss?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra."]} {"filename": "20050712_290d_par.doc", "date": "2005-07-12", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Uffiċjali u Rivedut) L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 290 It-Tlieta, 12 ta' Lulju, 2005 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 290 It-Tlieta, 12 ta' Lulju, 2005", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.02 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "290", "It-Tlieta, 12 ta' Lulju, 2005", "WERREJ", "MINUTI 449", "RULING 449", "PETIZZJONIJIET 450", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI 451", "TQEGĦID TA' KARTI 457", "MOZZJONIJIET 458", "TIBDIL FIL-PJAN TA' STRUTTURA 458", "AĠĠORNAMENT 484", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 489", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 289 li saret fil-11 ta' Lulju, 2005 ġew konfermati.", "RULING", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): Ninforma lill-Kamra li s-Sedja rċeviet kopja ta' sentenza mogħtija mill-Prim'Awla tal-Qorti Ċivili, datata 23 ta' Ġunju, 2005 - Emanuel Camilleri u martu Mary Camilleri vs Kummissarju ta' l- Artijiet u l-Avukat Ġenerali - liema dokument se nqiegħed fuq il-mejda tal- Kamra.", "Issa ndur għall-punt imqajjem mill-Onor.", "Joe Mizzi matul il-laqgħa tal- Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra tas-27 ta' Ġunju, 2005, fejn l- Onor. Membru talab ruling dwar jekk membru għandux jingħata transcript tad- diskussjoni li tkun saret f'laqgħa ta' xi kumitat li tkun inżammet fil- magħluq.", "L-Onor.", "Mizzi talab speċifikament it-transcript tal-Laqgħa Nru. 45 tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali li nżammet fit-22 ta' Ġunju, 2005.", "Ordni Permanenti Nru. 137 jgħid li kull kumitat permanenti u kull kumitat magħżul jista' jirrisolvi fid-diskrezzjoni tiegħu li ma jħallix barranin ikunu preżenti waqt xi proċedimenti tiegħu, iżda ta' min jgħid ukoll li l- Ordnijiet Permanenti tal-Kamra ma jipprovdux dwar il-proċedura li għandha tiġi segwita f'laqgħat li jinżammu fil-magħluq u għaldaqstant kull kumitat s'issa kien liberu li jirregola ruħu kif jidhirlu xieraq.", "Wara li s-Sedja kkonsidrat il-kummenti kollha li saru waqt il-laqgħa tal- Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra li saret fis-27 ta' Ġunju, 2005 u kkonsidrat ukoll il-prattika segwita fil-House of Commons, tirrikmanda li dan li ġej għandu japplika għal-laqgħat li jsiru fil-magħluq f'dan il- Parlament.", "Laqgħat in camera għandhom ikunu dejjem l-eċċezzjoni u mhux ir-regola.", "Il- proposta li laqgħa - jew xi parti minn laqgħa - ta' kumitat tal-Kamra jew sotto-kumitat issir fil-magħluq, għandha ssir formalment fil-kumitat stess wara li jingħataw ir-raġunijiet għal dan u għandu jintlaħaq qbil f'dak il- forum stess.", "Laqgħat li jsiru fil-magħluq għandhom jiġu recorded u ssir traskrizzjoni verbatim tagħhom, iżda dawk ir-records ma jiġux pubblikati u għandhom ikunu aċċessibbli biss għall-membri u s-sostituti nominati fuq dak il-kumitat jew sotto-kumitat, kif ukoll għal kull deputat ieħor tal-Kamra li ma jkunx membru ta' dak l-istess kumitat u dan wara li jagħmel talba speċifika bil- miktub lill-president tal-kumitat.", "Dawk ir-records ma jistgħux jiġu mgħoddija lill-pubbliku jew lill-mezzi tal-media.", "Kull deputat jista' jattendi laqgħat ta' kumitati li jkunu qegħdin isiru fil-magħluq iżda jista' jipparteċipa biss wara li jikseb il-permess tal- kumitat.", "Minkejja dan, kull kumitat li jkun se jżomm laqgħa fil-magħluq jista' jiddeċiedi bi qbil bejn il-membri ta' l-istess kumitat, li hemm raġunijiet biżżejjed biex ma japplikax xi wieħed jew aktar miż-żewġ provvedimenti ta' qabel dan.", "Fid-dawl li sal-lum ma kien hemm ebda proċedura stabilita li fuqha setgħu jitmexxew laqgħat li jsiru in camera, kif ukoll għall-fatt li mill-aħħar laqgħa tal-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra jirriżulta li hemm il-qbil taż-żewġ naħat li kull deputat għandu jkollu dritt għal informazzjoni sħiħa dwar dak li jkun seħħ, anke f'laqgħat li jsiru fil- magħluq, is-Sedja tilqa' it-talba ta' l-Onor.", "Membru.", "Issa nsejjaħ lill-Onor.", "George Vella biex jippreżenta żewġ petizzjonijiet.", "PETIZZJONIJIET", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Sur President, se nqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Petizzjoni ffirmata minn diversi residenti f'Wied il-Għajn li huma kontra l-impjant tar-riċiklaġġ f'Sant' Antnin; u", "Petizzjoni oħra ffirmata mir-residenti ta' Buleben iż-Żgħir u tal- housing estate ta' Ħaż-Żabbar dwar il-proposta tal-MEPA li tgħaddi triq minn Buleben iż-Żgħir għall-impjant ta' Sant' Antnin.", "Sur President, dan qiegħed nagħmlu f'isem sħabi, membri Laburisti tat- tielet distrett, peress li membri Nazzjonalisti ta' dan l-istess distrett ma mpurtahomx biex jissieħbu f'din l-inizjattiva.", "L-ewwel petizzjoni hija kkordinata mill-kumitat kontra l-impjant ta' riċiklaġġ kif propost, petizzjoni ffirmata minn madwar 8,000 persuna adulta li għandhom interess dirett f'dak li qed jiġi ppjanat li jsir f'Wied il- Għajn.", "It-talba hi fis-sens li l-impjant ta' Sant'Antnin jiġi żarmat u mwaqqa' kważi kollu u floku jinbena ieħor b'sistema kompletament differenti u ffinanzjat mill-Unjoni Ewropea.", "Dan għandu jsir f'sit adatt, 'il bogħod mill-abitat, Sur President.", "Ir-residenti qegħdin jikkontendu li l-operative site assessment li kien ġie kkummissjonat minn SLR Consulting u minn WasteServ Malta Ltd. u li għalih intefqet is-somma ta' Lm102,000, kien sar fuq siti ssuġġeriti mill-MEPA meta l-awtorita' kien imissha taf mill-bidu li dawn kienu kollha ħafna iżgħar mill-impjant ta' Sant'Antnin u mhux adatti biex jiġu kkonsidrati bħala siti alternattivi.", "Il-proċess kollu li segwa kien ivvizzjat u għalhekk null u jrid isir mill-ġdid.", "Petizzjoni bħal din inċidentalment ġiet anke mgħoddija lill-MEPA, Sur President.", "It-tieni petizzjoni ta' madwar 300 firma hija magħmula mir-residenti ta' Buleben iż-Żgħir, f'Ħaż-Żabbar, li qegħdin jgħidu li huma wkoll kontra l- impjant ta' Sant'Antnin u anke qegħdin joġġezzjonaw għall-ftuħ ta' triq kif proposta fis-south Malta local plan, triq li se tgħaddi minn Beleben iż- Żgħir u tibqa' sejra għall-impjant ta' Sant'Antnin u li se sservi biex it- trakkijiet taż-żibel jitilgħu u jinżlu minnha għall-impjant.", "L-oġġezzjoni fondata hija li bypass bħal din se tniġġes din iż-żona, l-uniku pulmun mingħajr exhaust li fadal f'din l-area ta' Ħaż-Żabbar.", "Barra minn hekk se teqred ammont kbar ta' raba' għammiel li ħafna minnu huwa saqwi.", "Mr Speaker, b'dawn l-oġġezzjonijiet se tkun informata wkoll il-Kummissjoni ta' l-Unjoni Ewropea, partikolarment il-Kummissarju Dimas.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Ngħaddu issa għall-Mistoqsijiet.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "UNCLAIMED PRIZES MINN LOTTERIJI", "13367.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Gavin Gulia) staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid x'isir minnhom il-flejjes ta' l-unclaimed prizes tal-lottu, super 5 u lotteriji oħra?", "Jista' jgħid kemm kien hemm unclaimed prizes fis-snin 2000, 2001, 2002, 2003, 2004 u sa Mejju 2005?", "ONOR.", "TONIO BORG (Aġent Prim Ministru) (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): L-unclaimed prizes tal-lottu, super 5, presto instant lottery u tiritombla kienu jiġu ttrasferiti direttament fil-Fond Konsolidat bħala parti mill-profitt wara li mid-dħul kienu jitnaqqsu l- premjijiet mħallsa u l-ispejjeż amministrattivi.", "L-operazzjoni ta' dawn il- logħbiet għaddiet f'idejn il-kumpannija privata Maltco Lotteries f'Lulju 2004.", "Statistika dwar dawn l-unclaimed prizes qatt ma nżammet mid- dipartiment.", "Waqt li l-unclaimed prizes tal-lotterija nazzjonali kienu wkoll jiġu ttrasferiti direttament fil-Fond Konsolidat bħala parti mill-profitt, statistika ta' dawn l-unclaimed prizes qiegħda tingħata hawn taħt.", "L-aħħar lotterija nazzjonali li saret kienet dik ta' Ġunju 2003.", "| |2000 |2001 |2002 |2003 | |Frar |Lm |Lm |Lm2500|Lm1900| | |4400 |1400 | | | |April | | | | | | |2800 |800 |1100 |3200 | |Ġunju | | | | | | |2900 |1200 |1300 |3400 | |Awissu| | | | | | |1200 |2900 |---- |---- | |Ottubr| | | | | |u |11400 |100 |3400 |---- | |Diċemb| | | | | |ru |5300 |700 |---- |---- |", "L-unclaimed prizes ta' logħob ieħor li jikkonsisti f'lotterijiet organizzati minn ditti kummerċjali u għaqdiet oħra, jitpoġġew bil-permess tad-dipartiment f'fond separat - donazzjonijiet għal kawżi ġusti - u wara jitqassmu lil għaqdiet filantropiċi.", "L-ammonti li għaddew ta' kull sena f'dan il-fond qegħdin jidhru hawn taħt:", "|2000 |Lm3,183 | |2001 | | | |82 | |2002 | | | |232 | |2003 | | | |3,553 | |2004 | | | |6,487 | |2005 | | | |3,065 |", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Carmelo Abela, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Jiġifieri minbarra dan il-fond hemm fond ieħor, bil-flus imorru għal għaqdiet sportivi u għaqdiet oħrajn mhux governattivi?", "MR SPEAKER: L-Aġent Prim Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Għalkemm qed nitkellem mill-memorja, jidhirli li dak li qed jgħid l-Onor.", "Interpellant huwa korrett.", "XOGĦOL TA' KONSULENZA GĦALL-BANK ĊENTRALI", "13376.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, għamlitx xi xogħol ta' konsulenza għall-bank ċentrali minn mindu rriżenjat mill-bank?", "Xi tħallset u x'kien ikopri dan ix-xogħol?", "ONOR.", "TONIO BORG (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 13450.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Brincat, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: X'inhi r-raġuni li l-isem ta' Gordon Cordina ma ssemmiex fit-tweġiba ladarba kien hu li għamel xogħol ta' konsulenza għall- gvern?", "Qed nagħmel din il-mistoqsija għax bla ma nnaqqas mill-merti akkademiċi tiegħu, is-Sur Cordina diversi drabi ppreżenta ruħu bħala ekonomista indipendenti meta fil-fatt huwa konsulent fil-ministeru tal- finanzi u anke tal-bank ċentrali.", "MR SPEAKER: L-Aġent Prim Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, din id-domanda lili tiskantani għax kien l- Onor. Interpellant stess li fl-interpellanza oriġinali tiegħu rrifera għas- Sur Cordina bħala l-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament.", "Fil-fatt din il-mistoqsija ġiet imwieġba u ngħataw id-dettalji kollha ta' kemm tħallas, f'liema dati u għal xiex tħallas.", "Jiena qed nassumi li l-isem tas-Sur Cordina ma riedx jissemma' u ma nistax nifhem kif l-Onor.", "Brincat issa qed jikkritika lill-gvern li ma semmihx, Sur President.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Mr Speaker, fid-domanda tiegħi jien semmejt speċifikatament lill-persuna konċernata b'isimha.", "Id-deċiżjoni li l-isem jintbagħat separatament ittieħdet mill-Uffiċċju ta' l-Iskrivan u ma nifhimx għaliex meta s-Sur Cordina huwa persuna in the public domain.", "MR SPEAKER: L-Aġent Prim Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Ma naħsibx li għandu jaħti l-Prim Ministru jekk l- Uffiċċju ta' l-Iskrivan deherlu li kellu jieħu din il-linja.", "Il-Prim Ministru ma ried jaħbi l-isem ta' ħadd, anzi ta l-informazzjoni kollha u taha fl-istess spirtu u bl-istess diċitura li rċieva d-domanda.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Mela fiċ-ċirkostanzi forsi trid tiġbed l-attenzjoni ta' min hu responsabbli biex 'il quddiem, wieħed jagħmel distinzjoni bejn ismijiet ta' persuni pubbliċi li jkunu qed jagħmlu xogħol ta' konsulenza u jitħallsu minn fondi pubbliċi u ismijiet ta' persuni li jkunu ta' natura purament personali?", "KAŻ TA' ARRETRATI", "13387.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Silvio Parnis) staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk l-armla ta' persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, hijiex intitolata li tieħu xi arretrati f'isem żewġha?", "ONOR.", "TONIO BORG (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 13454.", "ASSIKURAZZJONI TA' VETTURI", "13407.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joseph M. Sammut) staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Jista' il-Ministru jara jinstabx rimedju għas-sitwazzjoni xejn feliċi fejn ditti ta' l-assikurazzjoni, bi rwol dominanti fuq l-assikurati tagħhom, qegħdin arbitrarjament jikkanċellaw poloz ta' assikurazzjoni – kif jirriżulta mid-dokumenti annessi – b'tali mod li l-assikurati qegħdin jispiċċaw imċaħħda minn polza fuq il-vettura tagħhom?", "ONOR.", "TONIO BORG (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-kwestjoni mqajma hija ta' natura privata, bejn kumpannija ta' l-assikurazzjoni u l-klijenti tagħha, u għaldaqstant il-każ kellu inizjalment jiġi indirizzat lill-kumpannija ta' l- assikurazzjoni konċernata.", "Jekk il-persuni indikati jħossu li kumpannija ta' l-assikurazzjoni mhix tissodisfa n-neċessitajiet tagħhom, għandhom primarjament iqajmu l-każ mal- kumpannija nnifisha.", "Jekk dan ma jkunx biżżejjed, il-klijenti jistgħu jiddeċiedu li jiktbu lill-consumer complaints manager ta' l-MFSA u jinfurmawh bis-sitwazzjoni min-naħa tiegħu u hu jkun jista' jgħinhom u jeżamina l-każ fid-dettall.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Leo Brincat, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Iktar milli nagħmel mistoqsija, xtaqt nuri l- apprezzament tiegħi għat-tieni parti tat-tweġiba għax meta riċentement l- Onor. Joseph Sammut għamel domanda simili, sempliċement ġie mgħarraf li l- gvern u l-MFSA ma jindaħlux f'affarijiet li għandhom x'jaqsmu ma' kumpanniji individwali ta' l-assikurazzjoni.", "Mentri din id-darba, għalkemm ovvjament il-Prim Ministru korrettament stieden biex l-ewwel jiġu eżawriti l-mezzi kollha mal-kumpannija ta' assikurazzjoni, intlaqa' is-suġġeriment ta' l-oppożizzjoni li jekk individwu ma jingħatax sodisfazzjon mill-kumpannija ta' l-assikurazzjoni, għandu kull dritt jikteb lill-consumer complaints manager ta' l-MFSA.", "Ovvjament jiddependi fuq il-mertu tal-każ jekk imbagħad jeħux raġuni jew le, Sur President.", "ONOR.", "TONIO BORG: Nieħu gost li l-Onor.", "Interpellant qed japprezza t- tweġiba tal-Prim Ministru.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Noel Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Xi drittijiet għandu ċ-ċittadin f'ċirkostanzi bħal dawn?", "MR SPEAKER: L-Aġent Prim Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: L-Ordnijiet Permanenti jgħidu li hawnhekk ma nistgħux nagħtu pariri, Sur President.", "Din hija kwestjoni legali għax jirriżulta li kien hemm kuntratt ta' assikurazzjoni u l-kumpannija assikuratriċi dehrilha li għandha dritt tikkanċella l-polza ta' assikurazzjoni.", "Veru li r-rimedji huma diversi, imma m'għandix nagħtihom jiena u l-kwestjoni m'għandhiex titqajjem fil-Parlament.", "L-ewwel għandha titqajjem mal- kumpannija u jekk hemm bżonn issir kawża jew, kif qal il-Prim Ministru, jitressaq ilment lill-consumer complaints manager ta' l-MFSA.", "Ma naħsibx li f'dan il-Parlament għandna noqogħdu niddiskutu kwestjonijiet li jinqalgħu bejn ċittadini privati u kumpanniji ta' l-assikurazzjoni.", "Mela aħna hawnhekk se noqogħdu niġġudikaw min għandu raġun?", "Allaħares il- ministru tal-finanzi joqgħod jiġi hawnhekk u jiddiskuti kull kwestjoni li tinqala'!", "IMPJEGATI INTITOLATI GĦAL KAROZZA", "13131.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid liema huma dawk il-gradi taċ-ċivil li huma intitolati għal karozza bi driver, karozza tal-gvern u perks oħra?", "X'inhuma dawn il-perks?", "ONOR.", "TONIO BORG (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Ninsab informat li l-uffiċjali intitolati għal karozza bi driver huma s- segretarju permanenti ewlieni, is-segretarju tal-kabinett, is-segretarju permanenti u wħud mill-kapijiet tad-dipartiment li jkunu ġabu approvazzjoni speċifika mill-ministeru tal-finanzi wara li jkunu taw ir-raġunijiet għalfejn għandu jkollhom driver.", "L-uffiċjali intitolati għall-użu ta' karozza tal-gvern u perks oħra huma:", "(i) Uffiċjali fuq performance agreement li jokkupaw kariga minn direttur 'il fuq.", "Dawn l-uffiċjali huma intitolati għal fuel, expense allowance u l- ħlas ta' l-ispejjeż tat-telephone tad-dar.", "Dawn il-perkaċċi huma approvati skond il-grad ta' kull uffiċjal u fil-limiti stabiliti.", "Uħud minnhom jista' ikollhom ukoll ħlas tal-mobile phone, b'approvazzjoni tas-segretarju permanenti tagħhom, fejn dan ikun ġustifikat.", "(ii) Uffiċjali fis-segretarjati privati fil-ministeri, liema benefiċċji huma marbuta mal-pożizzjoni ta' l-uffiċjal.", "Dawn il-benefiċċji huma bbażati skond il-guidelines ta' l-ingaġġ ta' uffiċjali fis-segretarjati privati fil-ministeru u maħruġa mill-uffiċċju tal-kabinett.", "(iii) Uffiċjali f'xi gradi dipartimentali li jistgħu jingħataw servizz tat- trasport jew xi perkaċċi oħra skond il-ħtieġa tax-xogħol u l- kondizzjonijiet marbuta mal-ftehim settorali bejn il-gvern u l-union.", "SPIŻA FUQ TRASPORT TAL-GVERN", "13132.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm nefaq il-gvern fuq fuel għal karozzi u fuq kiri ta' karozzi matul l-2004 u fl- ewwel ħames xhur ta' din is-sena?", "ONOR.", "TONIO BORG (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-gvern għandu item ta' infiq apposta li jiġbor fih l-attività tat-trasport fil-ministeri u d-dipartiment governattivi kollha.", "Kif hemm f'paġna 3 ta' l-estimi finanzjarji għas-sena 2005, dan l-item jinkludi l-fuel kollu, l-kiri tal-vetturi li jintużaw, tiswijiet ta' vetturi fil-ministeri u dipartimenti u spejjeż oħra relatati mat-trasport.", "L-ispiża totali għas-sena 2004 inkluż VAT kienet ta' Lm4.3 miljun, waqt li sa l-aħħar ta' Mejju tas-sena 2005 intefqu Lm1.9 miljun għall-istess skopijiet.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Carmelo Abela, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Jista' l-Aġent Prim Ministru jgħidilna kemm kienet is-somma vvotata għas-sena 2004?", "MR SPEAKER: L-Aġent Prim Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Jiddispjaċini imma m'għandix din l-informazzjoni.", "KAŻ TA' PENSJONI", "13133.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tara jekk ċerta persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, hijiex tieħu l-pensjoni li hi intitolata li tieħu?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA (Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali): Il- persuna indikata ġiet informata bil-miktub bil-każ tagħha mid-dipartiment tas-sigurta' soċjali.", "RAVE PARTY F'PARADISE BAY", "13134.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk ir-rave party li sar fiċ-Ċirkewwa fil-5 ta' Ġunju kellux bżonn il-permess tal-kunsill lokali tal-Mellieħa?", "Meta ngħata dan il-permess?", "ONOR.", "TONIO BORG (Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern): Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 12960.", "RAVE PARTY F'PARADISE BAY", "13135.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Billi l-party li nżamm f'Paradise Bay fil-5 ta' Ġunju sar f'post 'il bogħod mill-isptar u fejn l- aċċess għall-ambulanza hu impossibbli, u anke billi bejn Marzu u Awissu jbejjet il-merill, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħaddi l-oġġezzjoni tiegħi għall-ħruġ ta' permessi simili fil-futur fl-istess inħawi lill-control permits board tal-pulizija?", "ONOR.", "TONIO BORG: Is-suġġeriment ta' l-Onor.", "Interpellant se jiġi kkonsidrat.", "RAVE PARTY F'PARADISE BAY", "13136.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Billi l-mużika li ndaqqet matul il-party li sar fiċ-Ċirkewwa nhar il-5 ta' Ġunju setgħet tinstema' mil- lukanda Paradise Bay - u m'għandniex xi ngħidu li dan kien ta' inkonvenjent għar-residenti - jista' il-Ministru jgħid jekk l-organizzaturi kisrux il-guidelines tal-MEPA dwar noise pollution u jekk sarx monitoring ta' dan?", "X'passi se tieħu l-MEPA kontra dan l-abbuż?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO (Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent): Ninsab informat li l-MEPA ħarġet permess sabiex setgħet issir din l- attività, minħabba li s-sit huwa skedat u huwa żona ta' konservazzjoni speċjali.", "Fil-fatt uffiċjali tal-MEPA immoniterjaw iż-żona qabel, waqt u wara l-attività, ħalli jassiguraw li ma ssirx ħsara ambjentali fl-istess żona.", "Minn dan jirriżulta li l-kondizzjonijiet li għamlet il-MEPA ġew osservati.", "Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-pulizija hi l-awtorità kompetenti fir- rigward ta' ħsejjes li jistgħu jkunu ta' inkonvenjent għal min joqgħod fil- viċin.", "FLU PANDEMIC", "13393.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Peress li l-uffiċjali tas-saħħa qed ibassru li jista' ikun hemm epidemija ta' l-influwenza, jista' il-Ministru jgħid kemm vaccine qed jiġi ordnat aktar mis-soltu?", "Min hu intitolat biex jieħu l-vaccine b'xejn?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita'): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li sa issa ma jeżisti l-ebda vaccine kontra l-istrain ta' l-influwenza li x'aktarx se tikkaġuna pandemija.", "Ix- xjenzati jemmnu li hemm possibbilta' li t-tilqima li tingħata ta' kull sena kontra l-istrains normali ta' l-influwenza, tista' toffri ftit tal- protezzjoni billi tnaqqas iċ-ċans ta' infezzjoni jew ittaffi s-sintomi wara li wieħed jiġi nfettat bil-virus.", "Minħabba din l-evidenza, il-gvern iddeċieda li din is-sena jixtri 66% vaccine iżjed mis-sena li għaddiet, jiġifieri żieda minn 27,000 għal 45,000 doża.", "Il-gvern iddeċieda wkoll li jiftaħ iżjed il-kriterji ta' min hu intitolat għal tilqim b'xejn.", "Dawn jinkludu lil kull min għandu iżjed minn 55 sena; dawk kollha li jipprovdu servizzi mediċi diretti lil pazjenti; lil kulmin ibati minn mard kroniku, bħalma huma d-dijabete, mard fis-sistema respiratorja, mard fil-kliewi, fil-fwied jew fil-qalb u kwalunkwe mard li jaffetwa l-immunita' tal-bniedem, bħall-kanċer jew l-AIDS.", "Irrid ngħid ukoll li din it-tilqima hija offruta wkoll mill-privat.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "George Vella, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: In vista tal-ħafna diskors li sar u anke kitba fil- gazzetti dwar il-pandemic ta' l-Asian flu, jaħsibx il-Ministru – u dan b'rispett lejn min qed ixerred dan il-kliem - li dan it-tip ta' diskors qed iwassal għal ċertu paniku fost in-nies u m'hu qed jagħmel l-ebda ġid?", "Ma jaħsibx il-Ministru li min hu nkarigat mill-proġett kollu għandu jara li jagħmel laqgħat mat-tobba u jaqsam magħhom il-ħsebijiet u jinformahom dwar x'inhu għaddej u mhux joqgħod jikteb fil-gazzetti u joħloq sens ta' allarm bla bżonn?", "Ma jaħsibx il-Ministru li għandna nkunu aktar kawti u prudenti f'dan ir-rigward?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Naqbel perfettament ma' dak li qed jgħid il-kollega tiegħi, Sur President.", "Fil-fatt hija l-prattika li min jaħdem mad- diviżjoni tas-saħħa u jkun se jikteb artiklu fil-gazzetti, ġeneralment jitlob li l-artiklu jiġi vetted.", "Pero' għandek numru ta' diretturi, fosthom il-persuna li qed isemmi l-Onor.", "Interpellant ....", "Din ta' l-aħħar, fl-artiklu li kitbet semmiet il-kelma \"paniku\" xi tliet darbiet jew erbgħa.", "Lil din il-persuna nġibditilha l-attenzjoni li dawn l-affarijiet m'għandhomx isiru għax, wara kollox, minkejja l-istqarrijiet li saru s'issa, m'hemmx x'wieħed joffri u lanqas hemm ċertezza li din l-influwenza se tiġi.", "Infatti din is-sena m'hijiex ġejja żgur, Sur President.", "Barra minn hekk, kemm-il darba kelli l-okkażjoni li nitkellem pubblikament dwar il-miżuri li qiegħed jieħu l-gvern.", "Sa nhar il-Ħadd stess għedt li biex jilqa' għall-eventwalita' ta' din il-pandemija, il-gvern qed jonfoq madwar Lm3 miljun.", "Fil-fatt għedt: J'Alla nonfquhom u nħalluhom fuq l- ixkaffa!", "(Interruzzjonijiet) Aħna lesti li nerfgħu dan il-piż u jekk ikun hemm bżonn narmuhom wara erba' xhur, m'hemmx x'tagħmel.", "Pero' dawn huma l-linji ta' gwida li qed tgħaddi l-għaqda dinjija tas-saħħa u iva, nikkonferma li l-artiklu li kitbet il-persuna li hemm in charge kien allarmanti ħafna u napprezza wkoll li n-naħa ta' l-oppożizzjoni, b'sens ta' responsabbilta', qed tipparteċipa f'din il-kampanja.", "KAŻI TA' INFLUWENZA", "13394.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid jekk it-tobba humiex obbligati jinfurmaw lid-dipartiment tas-saħħa dwar kull każ ta' influwenza li jiltaqgħu miegħu?", "Liema huwa l-mard l-ieħor li jrid jiġi notifikat?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-lista ta' mard notifikabbli bil-liġi qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "Il-lista tinkludi wkoll l-influwenza.", "Inżid ngħid li n-nies ħafna drabi jaħsbu li għandhom l-influwenza jew, biex inpoġġiha mod ieħor, jieħdu t-tilqima kontra l-influwenza biex ma jaqbadhomx riħ.", "Tajjeb ngħid li l-influwenza proprja m'għandha x'taqsam xejn ma' riħ komuni, Sur President.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-Mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għat- Tqegħid ta' Karti u nsejjaħ lill-Ministru Mugliett.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT (Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq): Sur President, f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impiegi, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru. 244 ta' l-2005 - Regolamenti ta' l-2005 li jemendaw ir-Regolamenti ta' l-1997 dwar il-Kors għall-Grad ta' Doctor of Laws – LL.D.;", "Avviż Legali Nru. 245 ta' l-2005 - Ordinamenti ta' l-2005 skond ir- Regolamenti Ġenerali għar-Rikonoxximenti Universitarji sa l-Ewwel Grad, 2004 għad-Diploma in Water Operations Management taħt il- patroċinju ta' l-Istitut ta' l-Agrikoltura;", "Avviż Legali Nru. 246 ta' l-2005 - Ordinamenti ta' l-2005 skond ir- Regolamenti Ġenerali għar-Rikonoxximenti Universitarji sa l-Ewwel Grad, 2004 għad-Diploma in Lace Studies taħt il-patroċinju ta' l- Institute for Island and Small States;", "Avviż Legali Nru. 247 ta' l-2005 - Ordinamenti ta' l-2005 skond ir- Regolamenti Ġenerali għar-Rikonoxximenti Universitarji sa l-Ewwel Grad, 2004 għad-Diploma in Social Studies taħt il-patroċinju taċ- Ċentru ta' Studju dwar ix-Xogħol;", "Avviż Legali Nru. 248 ta' l-2005 - Regolamenti ta' l-2005 biex jemendaw ir-Regolamenti ta' l-1996 għall-Kors tad-Diploma in Youths Studies – Dip.", "Youth St. – u tal-Grad ta' Bachelor of Arts in Youth and Community Studies – B.A.;", "Avviż Legali Nru. 249 ta' l-2005 - Regolamenti ta' l-2005 biex jemendaw ir-Regolamenti tal-Kors għall-Grad ta' Master of Arts – M.A. – in Islands and Small States Studies;", "Avviż Legali Nru. 250 ta' l-2005 - Regolamenti ta' l-2005 tal-Kors għall-Grad ta' Master of Arts in Creativity and Innovation – M.A. (Creativity and Innovation); u", "Avviż Legali Nru. 251 ta' l-2005 - Regolamenti ta' l-2005 tal-Kors għall-Grad ta' Master in Information Technology – M.IT", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru George Pullicino.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru. 252 ta' l-2005 - Regoli ta' l-2005 dwar il-metodi tal-Komunità għall-analisi u l-kontroll uffiċjali ta' l-għalf.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet.", "Il- Ministru George Pullicino.", "MOZZJONIJIET", "TIBDIL FIL-PJAN TA' STRUTTURA", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Sur President, nipproponi:", "Illi l-Kamra tapprova reviżjoni parzjali tal-Pjan ta' Struttura għall- Gżejjer Maltin, skond il-provvedimenti ta' artiklu 18(3A) u (3B) ta' l-Att ta' l-1992 dwar l-Ippjanar u l-Iżvilupp għall-finijiet sabiex isiru tibdiliet fil-policies tal-Pjan ta' Struttura kif imsemmi hawn taħt, kif ukoll sabiex l-artijiet elenkati hawn isfel u murija fil-pjanti annessi jkunu nklużi fiż-żona ta' l-Iżvilupp għal użu ta' industriji żgħar u soġġetti għal kondizzjonijiet kif approvati mill-Awtorita' ta' Malta għall- Ambjent u l-Ippjanar fid-dokument SME's (micro enterprises) Site Selection Exercise - Final Draft May 2004.", "Tibdil fil-Policies", "a) Fil-policy IND 6 tal-Pjan ta' Struttura:", "Ħassar il-kliem:", "\"The Planning Authority will give favourable consideration to the development of the service industry sites already identified under the Temporary Provisions Schemes, and will designate further such sites in the relevant Local Plans at locations where no such designations have been made.\"", "U ssostitwixxi bil-kliem:", "\"The Planning Authority will only give favourable consideration to the development of the industrial sites already identified under the Temporary Provisions Schemes, and will designate sites for Micro-enterprise Parks following the approval of a comprehensive topic study or of the relevant Local Plans.", "Applications for industrial development on land outside the development zone not designated as such in the Temporary Provisions Scheme, through a comprehensive topic study or in the relevant Local plan will not be permitted.\"", "(a1) Ħassar il-kliem tal-paragrafu 10.15 tal-Pjan ta' Struttura:", "\"There is already a strong demand for proper premises for small service industry uses, which are currently characterized as 'garage businesses' because they tend to locate in such premises, often in or near residential areas.", "Not only are the premises substandard and inefficient from the point of view of the user, but also the use frequently has a deleterious environmental effect on adjacent users.", "They do however provide valuable local services and have low overhead costs.\"", "U ssostitwixxi paragrafu 10.15 tal-Pjan ta' Struttura b'dan li ġej:", "\"There is already a strong demand for proper premises for Micro- enterprises, which are currently characterized as 'garage industries' because they tend to locate in such premises, often in or near residential areas.", "Not only are the premises substandard and inefficient from the point of view of the user, but also the use frequently has a deleterious environmental effect on adjacent users.", "They do however provide valuable local services and have low overhead costs.", "The development of Micro- enterprise parks will facilitate the formation of new industrial activity, guide it towards the appropriate locations and encourage growth of the sector in a quality environment.", "It will also facilitate the relocation of existing firms, which are having a deleterious environmental impact on adjoining residential uses.", "Provision of these enterprises at locations within the development zone away from these parks will be discouraged, unless the proposed micro-enterprise activity is compatible with adjoining uses in terms of scale of activity and environmental impacts generated.", "Provision of these enterprises at locations outside the development zone away from these parks will be prohibited.\".", "b) Fil-Policy SET 8 tal-Pjan ta' Struttura:", "Ħassar il-kliem:", "\"Development will be permitted in the areas designated for Temporary Provisions Schemes, in conformity with Policy SET 7.", "The present layouts and other provisions of all such schemes will, however, be reviewed as part of the Local Plans to be prepared for areas in which these schemes are located.", "The boundaries of Temporary Provisions Schemes will only be changed, if necessary, as the result of a comprehensive Structure Plan review, which takes place after approval of the related Local Plan.", "Temporary planning scheme boundaries will not be reviewed piecemeal during preparation of a Local Plan.", "The Local Plan will, however, identify any matters, including boundary review matters, to be taken into account in the Structure Plan review.\"", "U ssostitwixxi bil-kliem:", "\"Development will be permitted in the areas designated in Temporary Provisions Schemes, in conformity with Policy SET 7.", "The present layouts and other provisions of all such schemes will, however, be reviewed as part of the Local Plans to be prepared for areas in which these schemes are located.", "The change of the boundaries of Temporary Provisions Schemes, or the designation of new land outside these boundaries will only be made, if necessary, as the result of a comprehensive or partial Structure Plan review, which takes place after the preparation, and approval of a comprehensive topic study or following the approval of the related Local Plan.", "The Local Plan will, however, identify any matters, including boundary review matters, to be taken into account in the Structure Plan review.\".", "(b1) Ħassar il-kliem tal-paragrafu 6.6 tal-Pjan ta' Struttura:", "\"In terms of effective land use distribution, Structure Plan analysis concluded that with one exception (para.", "8.4 and Policy HOU 5), land for the development of new housing and ancillary facilities outside existing built-up areas should be dispersed in the locations given in the Temporary Provisions Schemes rather than concentrated on one or more major sites.", "Accordingly, the Structure Plan confirms the location of the Temporary Provisions Schemes.\"", "U ssostitwixxi paragrafu 6.6 tal-Pjan ta' Struttura b'dan li ġej:", "\"In terms of effective land use distribution, Structure Plan analysis concluded that with one exception (para.", "8.4 and Policy HOU 5), land for the development of new housing and ancillary facilities outside existing built-up areas should be dispersed in the locations given in the Temporary Provisions Schemes rather than concentrated on one or more major sites.", "There may, on occasion, be the need, identified through a comprehensive topic study or through a Local Plan, to adjust the boundaries of the Temporary Provisions Schemes and to designate new land for a specific use outside the established development boundaries, to accommodate uses, which cannot be reasonably located on land already allocated for development.", "Such boundary changes and land designations should only take place within the context of a review of the Structure Plan, which may be comprehensive or partial (considering a single or a limited range of topics), since this enables regard to be had to the range of considerations which must be taken into account in such a change.\"", "U inkludi din it-tifsira ta' Micro-Enterprise Park mal-Glossary tal-Pjan ta' Struttura:", "\"Micro-enterprise Park: A serviced site to provide adequate facilities primarily for the accommodation of micro-enterprises, defined as firms that employ less than ten persons and for other small enterprises.\".", "ARTIJIET", "MALTA", "1.", "Mellieħa: Sit tal-Gvern li tkopri medda ta' madwar 4,268 sq. m, li ddur ma' ġibjun (MAPPA 3)", "2.", "Mġarr: Sit privat li hija ex-barriera magħrufa bħala tal-Ballut u li tkopri medda ta' madwar 9,124 sq. m (MAPPA 4)", "3.", "Naxxar: Sit privat f'żona magħrufa bħala t'Alla w Ommu.", "Dan is-sit huwa l-akbar wieħed billi jkopri madwar 39,781 sq. m (MAPPA 5)", "4.", "Għaxaq: Sit privat f'żona magħrufa bħala Ta' Santu Kristu.", "Dan is-sit huwa ex-Batching Plant u jkopri madwar 19,410 sq. m (MAPPA 9)", "5.", "Żabbar: Sit privat f'żona magħrufa bħala Ta' Maggi u tkopri madwar 7,068 sq. m (MAPPA 16)", "GĦAWDEX", "6.", "Xewkija: Żona tal-Gvern magħrufa bħala tal-Barmil fil-limiti tax- Xewkija li tkopri madwar 12,500 sq. m (MAPPA 13A)", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO (Segretarju Parlamentari): Nissekonda.", "MR SPEAKER: Rimarki?", "Il-Ministru.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Sur President, kif għedt fl-introduzzjoni tar- riżoluzzjoni, il-Kumitat Permanenti għall-Ippjanar ta' l-Iżvilupp iddiskuta matul il-ġimgħa l-oħra kif ukoll il-bieraħ stess, riżoluzzjoni min-naħa tal- gvern li tagħmilha possibbli, kemm-il darba tapprova din il-Kamra, li jkun hemm reviżjoni parzjali tal-pjan ta' struttura ħalli tiġi deżinjata għall- użu ta' industriji żgħar art li f'pajjiżna sal-lum għadha m'hijiex fiż-żona ta' l-iżvilupp.", "Irrid infakkar li dan il-kumitat kien twaqqaf wara l-aħħar emendi li kienu saru għall-att dwar l-Ippjanar ta' I-iżvilupp fl-2001.", "Aħna dehrilna li kellna ndaħħlu dan il-kumitat ħalli meta din il-kamra tkun qiegħda teżamina tibdil fil-pjan ta' struttura jew inkella xi tibdil ieħor ta' rilevanza, il- parlament ikollu ċ-ċans li jeżamina aktar fil-fond dawk il-proposti li jitilgħu quddiemha.", "Irrid ngħid ukoll li l-ideja prinċipali ta' din ir- riżoluzzjoni hija dik li nagħtu l-possibbilta' li jsir żvilupp ġdid ta' żoni organizzati għall-industriji żgħar f'pajjinża li jmorru lil hemm mill- art industrijali li għandna sal-lum.", "Dan qegħdin nagħmluh għaliex waħda mis-16-il paper li l-Awtorita` Maltija għall-Ambjent u l-Ippjanar ħarġet għad-diskussjoni pubblika għar-rigward tar-reviżjoni tal-pjan ta' struttura sħiħ, titkellem ukoll fuq l-industrija u titkellem b'mod ċar fuq il-ħtieġa li f'pajjiżna jkollna art - u ħa nkun qed nirriferi għaliha ħafna drabi probabbilment – għall-micro enterprises u SMEs.", "Micro enterprises huma dawk il-units industrijali li jimpjegaw bejn wieħed u ieħor għaxar persuni jew inqas, għalkemm f'din ir-riżoluzzjoni ma nintrabtux biss ma' definizzjoni ta' micro enterprises fis-sens dejjaq tagħha ta' għaxra, għax jista' jkun li llum jew għada jkollok azjenda li timpjega tmienja, imbagħad iddaħħal tlieta min-nies oħra, u tiġi 11.", "Allura biex nagħtu sens ta' flessibbilita`, għidna li jkun tajjeb li dawn iż-żoni jkunu żoni għal micro enterprises u industriji żgħar.", "Jekk nerġa' mmur lura għat-topic paper, insibu li f'pajjiżna għandna bejn wieħed u ieħor 4 miljun metru kwadru ta' art li hija diġa` diżinjata għall-użu industrijali f'pajjiżna.", "Interessanti ninnotaw li 97% ta' l-art, jiġifieri 3,780,000 metri kwadru, qegħda f'Malta u li t-3% l-oħra qegħdin fil-gżira ta' Għawdex.", "Jekk naraw x'għandna overall bħala allokazzjoni ta' art, insibu li 60% ta' dik l-art industrijali qiegħda fin-naħa t'isfel u fin-naħa ċentrali ta' Malta.", "Anke mill-aspett ta' kif it-territorju Malti huwa maqsum bħala pjani lokali, nsibu li 60% qegħdin fiż-żona msejħa south zone, filwaqt li l-kumplament qegħdin fis-central zone ta' Malta.", "Jekk wieħed ikompli jagħti ħarsa lejn it-topic paper, jara li din titkellem fuq il-ħtieġa li jkun hemm riallokazzjoni ta' attivita` li qiegħda fiż-żona urbana li qed ikollha impatt negattiv fuq ir-residenti u fuq il-kumplament ta' l-ambjent urban.", "Importanti li jkun hemm riallokazzjoni u espansjoni ta' żoni oħrajn li jipprovdu spazju għal din it-tip ta' attivita`.", "Għalfejn huwa importanti dan il-punt?", "Wieħed irid jifhem li matul iż-żmien peress li ma kienx hemm art allokata għal din it-tip ta' attivita`, kien ikun hemm garages fiż-żoni urbani li jew b'mod legali jew b'mod illegali jbiddlulu l- użu tiegħu, u jibda' jintuża f'attivitajiet ta' ġeneru li mhux neċessarjament ikunu ta' l-aqwa impatt fuq l-urban.", "Fil-fatt, jekk naraw mill-istess topic paper liema huma l-aktar attivitajiet popolari fost il- micro enterprises ta' pajjiżna, insibu li dawn huma t-tiswija tal-karozzi, ix-xogħol fl-injam u xogħol li għandu x'jaqsam ma' metal products, bħall- azzar jew makkinarju ieħor.", "Hemm ukoll fost l-aktar attivitajiet popolari, il-manifattura ta' prodotti ta' l-ikel jew xorb.", "Dawn huma l-iktar erba' attivitajiet li huma preżenti fil-micro enterprises.", "Uħud minn dawn kellhom il-permessi tal-Pulizija għax kienu ilhom joperaw minn qabel ma għamilniha li biex ikollok attivita`, irrid ikollok il-permess ta' l-awtorita`.", "Saħansitra kellna min kellu garage u biddillu l-użu.", "Importanti nifhmu li f'termini ta' ekonomija dan huwa settur importanti ħafna.", "Dan huwa settur li ma jimpjegax ammonti kbar ta' nies, imma kieku kellna naraw kemm jimpjega nies overall is-settur tal-micro enterprises, insibu li għandu impatt kbir fuq l- ekonomija tagħna.", "Insibu li 90% ta' l-attivita` tagħna hi komposta minn micro enterprises u kumpanniji żgħar.", "Meta nitkellmu fuq kumpanniji żgħar, qegħdin nitkellmu fuq kumpanniji li jħaddmu bejn 25 u 50.", "Li ġralna fil-passat kien li ħsibna għall-art industrijali għall-attivita` kbira imma ma ħsibniex biżżejjed għall-allokazzjoni ta' art għal din it-tip ta' attivita` u agħar minn hekk, kellek art li ġiet diżinjata għall-użu industrijali anke għal dan l-iskop u li matul iż-żmien għalkemm ġiet diżinjata, ma kinitx effettivament tpoġġiet fuq is-suq.", "Allura meta ddiskutejna fuq fejn irridu mmorru abbażi ta' dak li nstab fit-topic paper, għidna li huwa veru li hemm realta` li m'hemmx biżżejjed art fis-suq biex tista' tintuża minn dawn it-tip ta' industriji.", "Pero`, min-naħa l-oħra, jkun ħażin li jkollna sitwazzjoni fejn nerġgħu nirrilaxxaw art għal dan it- tip ta' użu, nagħmluha biss fuq il-karta, u jerġa' jkollna kontinwazzjoni ta' dak li bl-Ingliż jissejjaħ land hoarding, jiġifieri li xi ħadd ikollu art imma ma jagħmel xejn biha ħlief jistenna li togħlielha l-valur.", "Għidna li veru hemm din ir-realta`, imma rridu nassiguraw li dak li nirrilaxxaw tkun art li realment titpoġġa fuq is-suq, u għalhekk qed nagħmel dan il- punt mill-bidu għax tajjeb nispjega għalfejn qegħdin nagħmlu din ir- riżoluzzjoni biex nagħmlu reviżjoni parzjali tal-pjan ta' struttura.", "M'aħniex qegħdin sempliċiment niġu f'din il-Kamra biex ngħidu li qed nagħmlu reviżjoni ta' x'artijiet se ndaħħlu u mbagħad naraw x'jiġri.", "Ma ridniex niġu nagħmlu dan, imma ridna ndaħħlu art għall-iżvilupp u b'mod parallel nassiguraw li dik l-art li tidħol tkun art li veru titpoġġa fuq is- suq fi żmien qasir.", "Irrid ngħid li huwa importanti li niftakru li dan huwa settur li bejn wieħed u ieħor f'pajjiżna jimpjega madwar 22,000 ruħ.", "Huwa settur li m'għandniex l-iċken dubju li għad għandu spazju li jikber.", "Dan għad għandu l-kapaċita` u l-potenzjal ta' espansjoni ekonomika fi ħdanu, u għalhekk irridu naslu biex nagħtu dan l-ispazju biex din l-espansjoni ta' l- attivita` ekonomika sseħħ.", "Tajjeb ngħid ukoll li l-żewġ għanijiet prinċipali ta' din ir-riżoluzzjoni huma li ġaladarba dan il-Parlament japprova li jkollna art li tidħol għall-iżvilupp permezz tar-reviżjoni tal- pjan ta' struttura, ikollna żewġ benefiċċji prinċipali.", "L-ewwelnett ikollna benefiċċju ekonomiku, jiġifieri li min jixtieq jibda dan it-tip ta' attivita` jsib minn fejn jopera mingħajr diffikultajiet u mingħajr ma jimponi impatt negattiv fuq ir-residenti tal-madwar.", "Dan għandu definitivament jgħin fil-ħolqien ta' impjiegi ġodda f'pajjiżna.", "It-tieni benefiċċju huwa l-benefiċċju ambjentali, għax irridu li dawk l-attivitajiet li diġa` għandna fiż-żoni urbani - ħafna drabi żoni residenzjali - nimbuttawhom f'dawn iż-żoni l-ġodda li se noħolqu f'pajjiżna.", "Tajjeb ngħid li l-MEPA matul iż-żmien ħarġet numru ta' avviżi ta' twaqqif u ta' infurzar fuq dawn il-postijiet.", "Ħafna drabi ħafna residenti jċemplu u jgergru li dawn qed jaħdmu fit-tali ħin, qed jiddisturbaw u qed iħallu l- ħmieġ.", "Minkejja li ħarġu dawn l-avviżi, il-MEPA qagħdet lura milli tinforza ħlief fil-każi l-aktar estremi għax din kienet taf li hawn dan in-nuqqas ta' allokazzjoni ta' art.", "Għalhekk hu importanti li l-art tiġi allokata.", "Irrid ngħid li jiena informat li hemm bejn 80 u 90 każ ta' użu li huwa illegali, jew għax dak li jkun espanda mingħajr permess, jew għax beda attivita` mingħajr permess.", "Nittama li ladarba nallokaw din l-art, allura tiġi żviluppata dik l-art u dawn il-persuni jkunu jistgħu jmorru f'dawn iż- żoni l-ġodda.", "Tajjeb ngħid kif sar dan il-proċess, Sur President sabiex nuri kif wasalna biex illum niġu fil-Kamra tal-Parlament biex inressqu din ir-riżoluzzjoni.", "Dan kollu m'għamilniehx b'għaġġla minkejja li hemm talbiet ta' nies li ilhom jgħidulna li hemm bżonnha din.", "M'għamilniehx b'għaġġla biex ħadd ma jakkużana li qbiżna l-proċeduri, inklużi tal-MEPA, biex naslu biex nagħmlu dan.", "Għamilna l-proċess kollu anke b'konsultazzjoni pubblika.", "Irrid ngħid li l-MEPA fl-2002 ippubblikat l-abbozz għall-konsultazzjoni, u fil-fatt issuġġeriet 29 sit għall-użu ta' micro enterprises, jiġifieri kif se nkunu qegħdin insejħu dawn iż-żoni micro enterprises parks.", "Minn 29, kien hemm seba' siti li għalihom is-sidien aċċettaw li jkunu rilaxxati għal żvilupp ta' micro parks, bil-kondizzjonijiet li xtaq il-gvern.", "X'inhuma dawn il- kondizzjonjiet?", "Forsi s-segretarju Parlamentari Edwin Vassallo jkun jista' jidħol ħafna aktar fil-kuntratti li l-gvern impona fuq min għandu l- artijiet, anke qabel ma nirrilaxxaw dawn iż-żoni permezz tar-reviżjoni parzjali tal-pjan ta' struttura.", "Ridna nagħmlu kundizzjonijiet biex inkunu ċerti li mhux niġu f'dan il- Parlament, nirrilaxxaw l-art permezz tar-riżoluzzjoni, u imbagħad min jieħu l-art jagħmel li jrid, kif ġara fil-passat.", "Le, Sur President, mhux se nħallu li jiġri hekk.", "Ġejna fil-Parlament b'kondizzjoni ċara; min irid li l- art tiegħu tiġi inkluża, irid jiffirma minn qabel - u jiena informat li dalgħodu bdew jiġu ffirmati dawn il-kuntratti ma' sitt sidien ta' dawn is- sitt biċċiet ta' art – fuq il-kondizzjonjiet li ħareġ il-gvern.", "Dawn is- sidien volontarjament għamlu dan u aċċettaw il-kondizzjonijiet.", "Jiena mhux se nidħol fid-dettal fuq dawn il-kondizzjonijiet imma se nsemmi tliet affarijiet.", "L-ewwelnett, min jiżviluppa jrid jiżviluppa b'mod sħiħ.", "Għaddejjin minn żminijiet f'dan il-pajjiż fejn nies li kellhom artijiet daħlu għall- iżvilupp anke ta' użu industrijali, qasmuha fi plots u biegħu dawk il- plots, u nispiċċaw f'sitwazzjoni fejn ikollna nies jaħdmu f'biċċa garage, nies oħra jaħdmu f'garage ieħor, u l-infrastruttura ma tkunx lesta.", "Dan kien jiġi żviluppat biċċa biċċa, u dan kien ifisser mhux biss trawma għal ħafna nies li jmorru jixtru s-servizzi minn dawn il-postijiet, imma trawma wkoll għal min jaħdem hemmhekk.", "Nieħu gost nisma' lis-segretarju Parlamentari Edwin Vassallo jitkellem fid-dettal fuq ix-xogħlijiet li għamilna fis-snin li għaddew, per eżempju fl-industrial estate ta' Santa Venera, ta' l-iMrieħel u tal-Ħandaq.", "Dawn kienu areas li fix-xitwa kienu jkunu mimlija tajn u fis-sajf mimlija trabijiet, u għalhekk anke dak li jkun meta setax iżomm il-bibien u t-twieqi tal-post tiegħu miftuħa.", "Allura waħda mill-kondizzjonijiet hija li jrid ikun hemm żvilupp sħiħ, u li l-infrastruttura tkun saret kollha f'daqqa biex nassiguraw li t-toroq u l- bankini jkunu saru u s-servizzi jkunu għaddew.", "Dan huwa l-mod kif irridu li l-affarijiet isiru.", "Ma rridux nagħtu soluzzjoni biex jinqdew dawk li huma l- aktar mgħaġġlin, imbagħad inħallu ż-żmien għaddej u n-nies jispiċċaw jibilgħu l-problemi għax l-infrastruttura ma tkunx saret, jew ma tkunx ġiet ippjanata b'mod sħiħ.", "Apparti dan, hemm ukoll il-kondizzjoni li min jiżviluppa jrid iżomm il-manutenzjoni tal-post kollu, u dawk huma fost iż- żewġ kondizzjonijiet l-aktar importanti.", "It-tielet kondizzjoni hija li l- gvern irid li dawn ikunu żviluppati malajr.", "Biżżejjed ngħid li l-gvern rabat lis-sidien ta' dawn l-artijiet li jridu jiżviluppaw dawn is-siti fi żmien sena minn meta jkun ħareġ il-permess, u ovvjament, ġaladarba dan il- Parlament abbażi ta' l-istudju li għamlet il-MEPA, jalloka dawn iż-żoni għal micro enterprise parks, ma jkunx hemm l-ebda diffikulta` li joħorġu l- permessi għal dawn is-siti.", "Irrid ngħid li 75 sit ieħor ġew sottomessi għall-konsiderazzjoni għal micro enterprise parks mis-sidien differenti.", "Dawn ġew evalwati abbażi ta' l- impatt tagħhom bħal, per eżempju, l-impatt fuq art agrikola, u minnhom intgħażlu seba' siti.", "B'hekk il-micro enterprise site selection exercise final draft jagħti 14-il sit li ġew indikati għall-iżvilupp ta' micro enterprise parks.", "Dan id-dokument ġie approvat mill-MEPA f'Mejju ta' l- 2004.", "Ovvjament tista' tqum il-mistoqsija: X'kien qed isir minn Mejju ta' l-2004 sal-lum meta ressaqna din ir-riżoluzzjoni?", "Ix-xogħol li kien qed isir ma kienx fuq il-parti ta' l-ippjanar imma dwar il-kondizzjonijiet tal- kuntratt, u din torbot l-aktar fuq it-tielet punt tat-tliet kondizzjonijiet li semmejt.", "Fil-fatt, il-gvern żamm il-poter biex jekk jara li dawn ma jiġux żviluppati, ikun jista' jintervjeni, għax irridu nassiguraw li l- artijiet mhux biss niddiżenjawhom għall-użu ta' micro enterprise, imma li attwalment ikunu żviluppati u użati.", "Tajjeb ngħid li ma' dawn l-14-il sit żdied sit ieħor, tal-Barmil ħdejn ix-Xewkija, li ġie approvat mill-MEPA f'Lulju ta' l-2004.", "Sakemm intemm il-proċess ta' konsultazzjoni, il-MEPA irċeviet 95 sottomissjoni u kien hemm ħames artikli fil-gazzetti.", "Meta qed nitkellem fuq 95 sottomissjoni, dawn huma sottomissjonijiet li għamel il- pubbliku in ġenerali fil-perijodu tal-konsultazzjoni pubblika.", "Inżid ngħid li kien hemm biżżejjed interess min-naħa tal-pubbliku li wara l- closing date daħlu 11-il sottomissjoni oħra, u anke dawn ittieħdu in konsiderazzjoni.", "Irrid ngħid li kemm jista' jkun f'dan l-eżerċizzju, il- MEPA żammet f'moħħha li importanti ħafna li kemm jista' jkun dawn iż-żoni jkunu mifruxa f'pajjiżna.", "Għalfejn qed ngħidu dan?", "Kif għidt anke fil- bidu, meta tqis li 60% tal-postijiet industrijali f'pajjiżna huma lejn in- naħa ta' isfel u lejn in-naħa ċentrali, hemm bżonn li jkun hemm spazju ta' dan it-tip fin-naħa ta' fuq ta' pajjiżna.", "Jekk wieħed għandu attivita` lejn in-naħa tal-Mosta, tan-Naxxar u tal-Mellieħa, ikun importanti li dan tagħtih żona viċin tagħhom.", "Veru li dan mhux xi pajjiż kbir li ddum xi tliet sigħat biex tasal minn post għall-ieħor, imma l-klijentela ta' dawn in-nies tkun drathom viċin dawk iż-żoni, u allura pprovajna kemm jista' jkun li naraw li jkunu akkommodati viċin dawk iż-żoni.", "Jekk, per eżempju, għandek mastrudaxxa lejn in-Naxxar, nafu li jekk dan il-Parlament jaċċetta reviżjoni tal-pjan ta' struttura b'mod parzjali, ikollu l-possibbilita` jmur fiż-żona ta' taħt it-Telgħa t'Alla u Ommu.", "Ir-riżoluzzjoni ssemmi sitt siti li flimkien għandhom area ta' madwar 92,000 metru kwadru ta' art - 90 tomna ta' art - u huwa kkalkolat li għandhom joħorġu madwar 679 unit ta' micro enterprises.", "Sur President, nifhem li fl-aħħar mill-aħħar dawn il-units jistgħu jkunu anqas minn hekk, għaliex jista' ikun hemm xi ħadd li jieħu xi tnejn jew tliet units.", "Issa fejn huma dawn iż-żoni li għażilna?", "Mis-sitt żoni li għamilna nsibu ħamsa f'Malta u waħda fil-gżira Għawdxija.", "L-ewwel żona tinstab fil-Mellieħa u hija art tal-gvern.", "Din tkopri medda ta' madwar 4,300 metru kwadru, u qiegħda viċin il-ġibjun li hemm in-naħa tal-Mellieħa.", "It-tieni żona tinstab fl-Imġarr Malta, u hija art privata.", "Fil-fatt din l-art kienet tintuża bħala barriera, magħrufa aħjar bħala tal-Ballut u tkopri medda ta' madwar 9,000 metru kwadru ta' art.", "It-tielet żona tinstab fin-Naxxar, u hija wkoll art privata.", "Din l-art qiegħda n-naħa tat-Telgħa t'Alla u Ommu, u hija l-akbar sit minn fost dawn is-sitt żoni.", "Fil-fatt tkopri medda ta' madwar 40,000 metru kwadru, jew inkella madwar 40 tomna ta' art f'żona li ħafna minnha hija diġa' ddisturbata ħafna.", "Nafu li f'din l-art diġa' kien hemm ħafna attivita' u din kienet diġa' ġiet aċċettata fl-abbozz tal-pjan lokali bħala żona industrijali.", "Apparti minn hekk, ftit 'il bogħod minn din l-art hemm numru ta' barrieri u attivitajiet oħra li għandhom x'jaqsmu ma' l-industrija tal- bini u tal-kostruzzjoni f'pajjiżna.", "Ir-raba' żona tinstab f'Ħal Għaxaq, u hija wkoll art privata.", "Din iż-żona hija magħrufa bħala ta' Santu Kristu u hija ex-batching plant li tkopri madwar 19-il tomna ta' art.", "Il-ħames żona tinstab f'Ħaż-Żabbar u hija wkoll art privata.", "Din iż-żona hija magħrufa bħala ta' Maġġi u tkopri madwar sebat itmiem ta' art.", "Dawn huma l-ħames siti li ġew magħżula f'pajjiżna.", "Kif wieħed jista' jara, minkejja li ġew iddiżenjati bħala art potenzjali 15-il sit differenti, kienu biss dawn is-sitta li aċċettaw il- kuntratt tal-gvern u ffirmaw il-kuntratt.", "B'hekk illum qegħdin inressqu dawn is-sitt siti quddiem din il-Kamra.", "Sur President, is-sitt u l-aħħar sit jinstab fix-Xewkija Għawdex, u hija art tal-gvern.", "Din l-art hija magħrufa bħala tal-Barmil fil-limiti tax- Xewkija u tkopri madwar 13-il tomna ta' art.", "Irrid ngħid li minn dawn is- sitt siti hemm biss tnejn li huma tal-gvern, dik tal-Mellieħa u l-oħra li qiegħda fix-Xewkija, filwaqt li l-erba' l-oħra huma proprjeta' tal-privat.", "Aħna ħadna ħsieb li ladarba dawn is-siti jiġu rilaxxati permezz ta' din ir- reviżjoni ta' pjan ta' struttura, ma jibqgħux biss fuq il-karta imma jinbnew fi żmien definittiv.", "Għaldaqstant ġie ffirmat kuntratt fuq dawk l- erba' siti tal-privat, li permezz ta' dan il-kuntratt, is-sidien qed jintrabtu fost l-oħrajn li l-iżvilupp irid jinbena fi żmien sena li joħroġ il-permess għalih.", "Dan jinkludi kif diġa' għedt, is-servizzi tat-toroq, drenaġġ u ilma.", "B'dan il-mod nevitaw dak li għaddejna minnu fil-passat, jiġifieri li jkollna areas b'ħafna plots vojta u mimlija kollha mbarrazz, b'toroq imħarbtin u b'ħafna trabijiet.", "B'hekk anke min se jaħdem f'dawn il-postijiet ikollu ambjent xieraq.", "M'għandix dubju li fuq dan il-punt, kif diġa' għidt, jitkellem aktar fit-tul is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo.", "Issa hawnhekk nixtieq nagħmilha ċara x'se tkun il-proċedura għal dawk iż- żewġ medded ta' art li huma tal-gvern.", "Il-gvern żgur li m'għandux l- intenzjoni li jqassam dawn l-artijiet fi plots sabiex xi persuni jkunu jistgħu jispekulaw fuqhom.", "Pero' il-proċess se jsir billi l-gvern joħroġ is-sit sħiħ b'tender lill-privat.", "U ovvjament bħal kull tender, min jagħmel l-aħjar offerta jingħata s-sit kollu.", "Aktar importanti minn hekk huwa li min jieħu t-tender irid ikun marbut bl-istess kuntratt li għamel il- privat fuq l-erba' siti l-oħra, inkluż dak li s-sit irid jiġi żviluppat kollu bis-servizzi kollha fi żmien sena minn meta joħroġ il-permess.", "Mela hawnhekk m'aħniex se nagħmlu eċċezzjonijiet għal min jidħol għat- tender taż-żewġ siti tal-gvern.", "Nirrepeti li l-gvern irid jaċċerta li mhux biss indaħħlu dawn is-siti fiż-żona ta' l-iżvilupp, imma li jitqiegħdu fuq is-suq kemm jista' ikun malajr.", "B'hekk dan l-iżvilupp ikun disponibbli għal min verament jixtieq jinvesti fil-ħolqien ta' l-impjiegi f'pajjiżna.", "U rrid nerġa' nirrepeti li s-sitt kuntratti li ġew iffirmati dalgħodu, ġew iffirmati b'mod volontarju.", "Il-gvern qal lis-sidien mill-bidu x'kienu l- kundizzjonijiet tal-kuntratt, u qalilhom li min ma jaċċettax dawk il- kondizzjonijiet, l-art tiegħu ma kenitx se tiġi nkluża fl-iskemi ta' l- iżvilupp.", "Sur President, kif wieħed jista' jara, aħna ridna nagħtu l-possibbilta' li jkollna l-art disponibbli imma fl-istess ħin, qgħadna attenti ħafna ħalli ma jkollniex min juża' dik id-disponibilita' ta' l-art għall-finijiet ta' spekulazzjoni ta' l-art f'pajjiżna.", "Issa għalfejn qiegħda ssir ir- reviżjoni parzjali tal-pjan ta' struttura, u ma stennejniex ir-reviżjoni tal-pjan ta' struttura b'mod sħiħ?", "Irrid ngħid li l-liġi tipprovdi mekkaniżmu ċar li jippermetti li dan isir sakemm il-proċess isir skond il- liġi u f'qafas ta' pjan, u f'dan il-każ, irrid ngħid li sar abbażi ta' pjan.", "Fil-fatt ħarġu l-opinjonijiet tal-MEPA abbażi ta' kriterji, kien hemm konsultazzjoni pubblika, u kien hemm iċ-ċans fejn min kien interessat seta' jissottometti l-artijiet tiegħu, kif ukoll jagħti l-kummenti tiegħu.", "Allura r-reviżjoni tal-pjan ta' struttura qiegħda issir abbażi ta' pjan u ma sarx billi xi ħadd iddeċieda li ndaħħlu lil dik u lill-oħra.", "L-aħħar punt li xtaqt ngħid huwa li ġaladarba hemm l-opportunita' li nipprovdu art li permezz tagħha nistgħu noħolqu mpjiegi ġodda fl-aktar żmien qasir, naħseb li jkun aktar għaqli li dan nagħmluh mill-aktar fis possibli mingħajr ma norbtuha ma' issues oħra tal-pjan ta' struttura, li eventwalment xorta jridu jiġu wkoll f'dan il-parlament.", "Għalhekk, Sur President, inħossni kburi li flimkien mal-kollega tiegħi, is- Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo, qegħdin nippilotaw din ir- riżoluzzjoni.", "Nittama li jkun hemm qbil fuq din ir-riżoluzzjoni anke min- naħa ta' l-Oppożizzjoni, u jekk irridu nittraduċu f'realta' x-xewqa li jkollna żvilupp ekonomiku, għandna nagħmluh issa bil-fatti.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Roderick Galdes.", "ONOR RODERICK GALDES: Sur President, quddiemna għandna riżoluzzjoni li hija kemm xejn differenti mis-soltu, pero' ninsab ċert li għandha wkoll l- importanza tagħha.", "Trid u ma tridx, ir-riżoluzzjoni qiegħda tbiddel il- pjan ta' struttura.", "Fl-istess waqt, nafu wkoll li se taffettwa areas magħrufa bħala l-ODZ, jiġifieri l-outside development zones.", "Bħala prinċipju, il-gvern għandu dritt li jagħmel xi ħaġa bħal din u jekk jagħti ġustifikazzjoni, kif qiegħed jagħmel illum, wieħed ikun jista' jimxi b'din il-proposta.", "Huwa minnu li f'pajjiżna tinħass il-ħtieġa ta' spazju akbar għall-użu ta' l- intrapriżi ż-żgħar li preżentament qegħdin joperaw fl-irħula tagħna.", "Bħala Oppożizzjoni naqblu wkoll ma' dan il-punt, u għaldaqstant bħala partit se nivvotaw favur din ir-riżoluzzjoni għaliex nemmnu li tista' issolvi parti mill-problema eżistenti.", "Pero', tajjeb ukoll li nressqu xi ftit punti ta' kritika fir-rigward tar-realtajiet li għandna quddiemna.", "Naħseb li meta inti qiegħed tiġi hawnhekk sabiex tressaq reviżjoni tal-pjan ta' struttura, sinjal li għandek diversi problemi fil-proċess ta' l-ippjanar.", "Qed ikun hemm ċerti loopholes u nuqqasijiet li trid u ma tridx, ikollok tindirizzahom.", "Sur President, fil-fehma tiegħi waħda mill-problemi li għandu dan il-pjan ta' struttura huwa li l-policies tant għadda żmien minn fuqhom, li wħud minnhom qegħdin ixekklu l-investiment u l-kummerċ!", "Qed iħallu wkoll impatti negattiv u qegħdin idejqu lil ċerti nies li huma nvoluti fis-settur tal-proprjeta'.", "Forsi jkun hemm min jgħidli; \"Mill-aspett ambjentali mhux aħjar li jkollna restrizzjonijiet?\".", "Pero' x'jiswa li tressaq pjani lokali, li tressaq policy and design guidelines u mbagħad tispiċċa f'sitwazzjoni fejn anke l-bord tad-DCC - li minnu joħorġu l-permessi tal- MEPA – ikollu jieħu deċiżjonijiet kontradittorji anke kontra l-istess policies!", "F'dawn l-aħħar għaxar snin rajna li dawn l-affarijiet kienu qed iseħħu ta' sikwit.", "Anke llum il-ġurnata għandna sitwazzjoni fejn sa ċertu punt, hemm numru ta' policies li m'għadhomx jagħmlu sens għal-lum, u li qed jiġu applikati mill-case officers meta joħorġu r-rapporti tagħhom.", "Jiena niftakar li anke gvern Laburista ta' bejn l-1996 u l-1998 kien qiegħed jiffaċċja din il-problema.", "Tant hu hekk li dak iż-żmien il-gvern kien inkariga lill-MDC sabiex tara x'domanda hawn - fost anke l-SMEs - għall-użu ta' dawn il-garaxxijiet u siti partikolari.", "Niftakar ukoll li d-direttur - illum id-direttur ta' l-ippjanar – ta' l-MDC kellu biċċa xogħol iebsa quddiemu u li din baqgħet sejra anke meta kien hemm il-bidla fil-gvern.", "B'dan il-għan, l-MDC setgħet tistabbilixxi d- domanda ta' l-użu ta' l-art.", "Dan il-proċess ilu għaddej għal diversi snin iżda ma nafx għalfejn dam daqshekk, meta nafu bil-problemi ekonomiċi li għandna fil-pajjiż!", "Nafu li sfortunatament dawn qegħdin ixekklu l- investiment u qed joħolqu wkoll problemi oħra relatati ma' l-ambjent f'ċerti żoni partikolari.", "Qegħdin nippruvaw inressqu quddiem in-nies pjani lokali li m'humiex qed ikollhom l-effett mixtieq, minħabba li mhux qed jiġu mplimentati l-policies li qegħdin iressqu quddiem in-nies.", "Sur President, mill-banda l-oħra, ħallejna pjan ta' struttura riġidu għal dan iż-żmien kollu u sal-lum għadna ma nafux x'inhi d-direzzjoni aħħarija li se jieħu dan il-gvern.", "Ħalli ngħid xi ħaġa fuq il-pjan ta' struttura.", "Ir-reviżjoni tiegħu ilha li bdiet, biss biss fil-MEPA kellek tliet managers li kienu qegħdin jaħdmu fuqha, iżda maż-żmien dawn inbidlu.", "Kien hemm anke konsulenti li ħadmu fuqhom u li llum telqu minn pajjjiżna.", "Inbidlu żewġ gvernijiet, saru t-topic papers, iżda llum qiegħed jirriżulta li hemm il- problemi għaliex dawn it-topic papers m'humiex jirriflettu s-sitwazzjoni reali li għandna quddiemna!", "Nafu li hawnhekk qiegħed ikollna ċertu dewmien eżaġerat.", "Min-naħa l-oħra, jien m'iniex qiegħed ngħid li x-xogħol mhux qiegħed isir, pero' għandu jkun il-gvern li jagħti d-direzzjoni t-tajba.", "Bħala partit Laburista, ilna ninsistu li ma jagħmilx sens li l-pjan ta' struttura jiġi mfassal mill-MEPA, u mbagħad irid imur għall-approvazzjoni tal-gvern.", "Il-gvern irid jistimola mill-ewwel id-direzzjoni li jrid jagħti lil pajjiżna, u dan għandu jirrifletti l-policies partikolari tal-gvern tal- ġurnata.", "Issa forsi xi ħadd jgħidli li dan fih ix-xogħol biex tagħmlu, pero' meta sar il-pjan ta' struttura ma damux erba' snin fuqu, imma jidhirli xi sentejn.", "Allura reviżjoni għandha ddum sitt snin jew seba' snin?!", "Biss biss, bejn l-1998 u l-2005 għaddew seba' snin u f'dak iż-żmien saru t-topic papers, imma l-policies għadna ma nafux x'direzzjoni se nieħdu fuqhom!", "Mill-banda l-oħra nsibu li għandna qasam ekonomiku li sejjer lura, għandna nuqqas ta' investiment u problemi soċjali li issa qegħdin jinħassu wkoll mill-istess gvern, għaliex anke hu qiegħed jilmenta fuqhom.", "Qegħdin naraw ukoll loopholes partikolari, bħall-issue tal-golf courses, u mbagħad minħabba li l-gvern ma jkollux pjan nazzjonali li jirrifletti r-realtajiet tal-lum, ikollu joħloq eżerċizzji differenti bħalma għandna quddiemna llum!", "Hawn min forsi jgħid li din hija xi ħaġa tajba, imma jien ngħid li qegħdin naħlu ħafna riżorsi!", "Hemm bżonn li naqbdu direzzjoni u hemm bżonn li nieħdu deċiżjoni.", "Bħala Oppożizzjoni se nagħtukom l-appoġġ tagħna meta nafu li dawn jistgħu jtejbu l-qagħda ta' l-investiment f'pajjiżna.", "Għalhekk tajjeb li niddiskutu ħalli naraw x'emendi hemm bżonn li jsiru fil- proċess ta' l-ippjanar sabiex inkunu nistgħu nindirizzaw il-problemi li għandna f'pajjiżna.", "Sur President, nemmen li din il-policy tal-lum se tħalli l-effett mixtieq.", "Pero' il-ministru tkellem ħafna wkoll fuq il-construction phase u għalhekk irridu nassiguraw li ladarba tispiċċa l-construction phase, ikollna site management suret in-nies.", "Jekk immorru nagħtu titwila fl-industrial estates li għandna madwar pajjiżna nsibu mismanagement enormi fihom!", "Għalhekk nittama li bil-mod ta' kif qed jiddefenixxi l-kuntratti l-gvern u bil-ftehim li se jkun hemm ma' l-iżviluppaturi, hekk kif jispiċċa l-proċess tal-kostruzzjoni, ikollna managemenent suret in-nies.", "Matul l-aħħar snin smajna wkoll lill-gvern jitkellem ħafna favur l-ambjent, u hawnhekk nixtieq nagħti l-prosit tiegħi lill-Ministru George Pullicino għall-inizjattivi li ħa favur il-bring-in sites.", "Pero' mill-aspett industrijali żgur li mhux se nagħtih il-prosit tiegħi!", "Fil-fatt jekk imur daqsxejn sa tal-Ħandaq - l-Onor.", "Edwin Vassallo għadu kemm semma li għamel xogħol ta' tarmac - jara x'disastru hemm bil-ħmieġ li kulħadd qiegħed jarmi bl-addoċċ!", "Mela f'dan il-każ irridu naqblu li jekk inti se tiffirma xi kuntratti, huwa importanti li jkollok il-management ta' dawn l-industial zones li jkun suret in-nies.", "Qegħdin nallokaw dawn l-outside development zones partikolari, iżda ma nistax nifhem kif mill-75 post li semma l-ministru, intagħżlu dawn is-seba' siti biss.", "Mill-informazzjoni li għandi sirt naf li l-kuntratti kienu daqsxejn ebsin u ma kinux vijabbli għall-iżviluppaturi interessati.", "Għaldaqsant nittamaw li 'l quddiem ma jkollniex xi problema fil-management tagħhom, għaliex jekk l-iżviluppatur mhux se tagħtih introjtu suret in-nies sabiex ikun jista' jmexxi huwa stess dawn is-sites se jkollna l-problemi!", "Qegħdin tgħiduli li dawn kienu jiswew ħafna flus.", "Imma allura minħabba li jiswew ħafna flus, ma nagħmluhomx?", "Sur President, hawnhekk għandna problema, għaliex irridu nkunu up to standard mal-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea.", "Il-gvern għandu jintervjeni f'dan il-għan għaliex dak huwa d-dmir tiegħu.", "U jrid jintervjeni anke bl- għajnuna u bis-sussidji li jagħti lill-privat stess li qiegħed imexxi dawn is-siti partikolari ħalli b'hekk dawn ikunu up to standards ta' l-Unjoni Ewropea.", "Importanti li dawn l-affarijiet nagħmluhom ħalli nassiguraw li nkunu konformi mal-policies ambjentali b'mod internazzjonali.", "Jekk aħna sempliċement nivvotaw favur din ir-riżoluzzjoni, u mbagħad wara li jiġu ffirmati l-kuntratti nħallu lil kulħadd jaħdem kif irid, ma naħsibx li se nilħqu l-iskop ewlieni li għalih qegħdin niltaqgħu llum.", "Il-gvern irid jibqa' jikkumplimenta u jgħin lill-iżviluppaturi nnifishom ħalli dawn isibu l-aħjar mezz li bih ikunu jistgħu jimmaniġġjaw is-siti partikolari.", "Li xtaqt nistaqsi, u forsi jkun jista' jweġibni l-Onor.", "Edwin Vassallo, huwa dwar jekk sarx eżerċizzju ta' l-ispejjeż relatati għall-SMEs li se jikru dawn il-postijiet?", "Mill-informazzjoni li hemm, u anke mir- realtajiet eżistenti li għandna, qegħdin naraw li hemm numru ta' industrial enterprises li m'għandhomx is-saħħa li jidħlu għal ċertu spejjeż, iżda xorta waħda għandhom bżonn dawn il-postijiet partikolari.", "Allura huwa importanti li nħarju lil dawn l-intrapriżi u nħeġġuhom ħalli jidħlu f'din l- iskema u jibbenefikaw huma wkoll minn dan il-pjan ta' żvilupp li se jsir.", "Sur President, ma nafx jekk sarx dan l-eżerċizzju ta' liema enterprises jifilħu li jikru dawn is-siti partikolari, pero' nafu li hemm uħud minnhom, bħal per eżempju, panel beaters li jaħdmu part-time, li ma naħsibx se jkunu jistgħu jaffordjaw li jikru garaxx għax-xogħol tagħhom.", "Dawn bħalissa jinstabu jaħdmu fl-irħula tagħna.", "Ir-realta' hi li ħafna mill-problemi ambjentali li hemm fiż-żoni tagħna hija minħabba li għandek ċertu individwi li m'għandhomx minn fejn joperaw - panel beaters, sprayers u mastrudaxxi – iżda xorta waħda jkunu jixtiequ jagħmlu dik is-siegħa xogħol żejda wara l- ħin ħalli jaqilgħu l-għejxien tagħhom u jkunu jistgħu jmantnu lill-familja tagħhom.", "Għaldaqstant anke f'dawn il-każijiet, il-gvern jekk jista' jgħin f'sussidji, jew inkella b'ċertu għajnuna ħalli lil dawn l-SMEs partikolari jgħinhom ħalli u b'hekk jindirizza s-suq tagħhom ukoll.", "L-iżball li sar fil-fehma tiegħi huwa li llum wasalna għar-reviżjoni ta' dawn il-policies minħabba l-fatt li l-gvern għal numru ta' snin ħalla lis-suq jaħdem waħdu, u issa qed jinnota li ma jistax ikun li s-suq jitħalla jaħdem waħdu, għaliex finalment se jirriżulta f'ħafna nuqqasijiet!", "Sur President, qiegħed nieħu pjaċir li llum għall-ewwel darba l-gvern qed jintervjeni fis-suq tal-proprjeta' permezz ta' din ir-riżoluzzjoni, u qiegħed jipprova jħajjar ċertu investiment ta' l-industrija f'ċertu żoni partikolari u fl-istess waqt qiegħed isolvi wkoll problema ambjentali.", "Pero' nispera wkoll li din tagħtina tagħlima għaliex jekk aħna se nħallu l- proċess ta' l-ippjanar jaħdem waħdu se jintlaqtu ħafna nies.", "Il-gvern dejjem irid jintervjeni u jara hu stess x'inhuma l-bżonnijiet fil-proċess ta' l-ippjanar ħalli b'hekk ikun jista' jieħu ħsieb il-problemi tal-pajjiż.", "Issa apparti l-SMEs, fil-fehma tiegħi hemm ħafna problemi oħra li għadhom ma ġewx indirizzati minn dan il-gvern.", "Jiena kont qed nistenna li l- ministru responsabbli minn dan il-qasam ikun jaf ukoll bil-problemi ambjentali u fir-rigward ta' l-industrija li għandna.", "Xtaqt li nara inizjattivi relatati ma' dan l-eżerċizzju iżda jidher li fuq dawn il- problemi m'hemmx direzzjoni għalihom!", "Per eżempju, f'Malta għad m'għandniex scrapyard liċenzjata skond l-istandards ta' l-Unjoni Ewropea.", "X'se jiġri?", "F'liema sites se nitfgħuhom?", "Identifikajna xi siti partikolari?", "Jidher li sal-lum is-suq mhux qiegħed ireġi!", "Ma naf bl-ebda żvilupattur li resaq quddiem il-gvern sabiex jistaqsih jekk huwiex se jħallih jinvesti għaliex għandu r-riżorsi u l-art meħtieġa.", "Ma jidhirlix li hemm min huwa mħajjar, pero' il-kollega qiegħed jgħidli li hemm tnejn li huma mħajrin.", "Sur President, nittama li naslu għal xi ftehim għaliex ma nistgħux nibqgħu sejrin hekk.", "Għandna problemi kbar f'ċertu żoni bħal dawn, u nafu li hemm numru ta' scrapyards li qed joperaw mir-riżorsi li għandhom, u li qed joħolqu problemi ambjentali f'dik iż-żona li joperaw fiha.", "Issa hemm iċ- ċans fejn aħna nistgħu nidentifikawhom u l-gvern jintervjeni ħalli jkun hemm ir-reallocation ta' dawn il-postijiet, jew inkella jiġu up to standard.", "Xi ħaġa li qiegħda tinkwetani mir-riżoluzzjoni huwa mill-fatt li s-siti jistgħu joħolqu problema lill-areas tal-viċin.", "U dan mhux biss mill- aspett ambjentali, iżda anke mill-aspett ta' ippjanar.", "Per eżempju, naf b'sites.minn dawn li għandna hawnhekk, li kien hemm talbiet ukoll fuqhom ta' żviluppaturi li għandhom ħidma industrijali oħra li mhux qed jaħseb għaliha l-gvern, għaliex mhux qed jagħtihom il-permessi meħtieġa biex ikunu jistgħu joperaw.", "Dawn qed joperaw b'mod li ċertament mhux favur l-ambjent fiż-żoni urbani li għandna bħalissa, fosthom anke f'Raħal Ġdid.", "Nirriferi għal każ partikolari, Sur President.", "M'ilux kelli diskursata ma' persuna li qiegħed f'dan il-qasam.", "Dan jopera bħala burdnar fin-naħiet tax-xatt u l-area li qed jopera bħalissa qiegħda f'Raħal Ġdid u ilu jitlob li s-site ta' ma ġenb tal-Barrani - li qed tiġi identifikata u li hija site tiegħu - jagħmilha open storage ħalli jkun jista' jipparkja l- vetturi kbar.", "Issa x'qed jiġri?", "Hawnhekk ma nkludejnihomx dawn it-tip ta' industriji.", "Inkludejna l-SMEs, pero' għandek problemi oħrajn li jekk titkellem man- nies, jgħidulek bil-problemi li hemm f'ċertu industriji bħal dawn u li ħallejnihom barra.", "Dawn m'humiex SMEs imma huma industriji li għandhom ċertu portata, u għandhom bżonn ċerti esiġenzi.", "Dawn għandhom ir-riżorsi biex jaħdmu waħedhom mingħajr l-intervent tal-gvern, u kulma qed jitolbu huwa li jingħataw commitment.", "Issa jagħmel sens li inti jkollok site li qed tiġi annessa għall-użu ta' l-SMEs u mbagħad għal ma ġenbha, għandek talba urġenti biex industrijalist partikolari jsolvi problema ambjentali?!", "Allura din se nħalluha barra?", "Se nħallu d-DCC u l-MEPA jiddeċiedu kif iridu huma għax m'hemmx policies ċari f'dan ir-rigward?", "Aħna nafu li kien hemm min ħa permessi min-naħa tal-MEPA matul dawn l-aħħar snin għaliex forsi ressaq l-każ tiegħu b'mod tajjeb quddiem l-awtoritajiet u rnexxielu jġib il-permess.", "Imma din m'hijiex xi ħaġa ġdida li qed nagħtu permessi lill-SMEs, u għaldaqstant huwa importanti ħafna li naraw x'esiġenzi oħrajn hemm fis-settur industrijali ħalli nkunu nistgħu naħsbu għal dawn il-bżonnijiet li għandna f'pajjiżna.", "Sur President, jiena xtaqt insemmi l-famuża casa bottega.", "Żmien ilu kienet il-prassi li fl-ippjanar anke l-gvern jalloka permessi għall-użu ta' garaxxijiet li fuqhom is-sidien jibnu r-residenza tagħhom.", "Jiġifieri jkunu qed jgħixu fil-post partikolari iżda fil-garaxx imbagħad ikunu jistgħu joperaw bħala panel beaters jew mastrudaxxi jew xi ħaġa oħra.", "Nafu li maż- żmien, f'ċertu lokalitajiet inkluż, per eżempju, lokalitajiet bħal Ħal Qormi, B'Kara, iż-Żejtun u l-Marsa, spiċċaw iddegradati għax telqu l- industrijalisti, u għalhekk minħabba l-problemi ambjentali li hemm relatati ma' l-industrija, dan il-kunċett m'għadux ireġi.", "Issa l-gvern minflok ma ra kif ser isib soluzzjoni ġusta fil-pjani lokali li twassal għall-implimentazzjoni tajba, baqa' jinkoraġixxi s-semi- industrial use jew inkella l-mix development use.", "Partikolarment tiġini f'moħħi l-area ta' Triq il-Bajjada u Triq il-Kaċċatur f'Ħal Qormi.", "Morru araw il-problemi li hemm bejn ir-residenti u l-industrijalisti li qed joperaw.", "Issa jekk il-gvern mhux se jagħti l-inċentivi lil dan il-qasam biex l-industrijalisti jiċċaqilqu għal postijiet aktar tajbin, dawn il- problemi mhux se jissolvew.", "Irrid ngħid ukoll li m'hijiex faċli li tagħmel re-allokazzjoni, u l- Ministru jafha din.", "Waħda mill-problemi li nsibu kemm fil-pjani lokali u kemm fil-pjan in ġenerali huwa li tinkoraġixxi r-re-allokazzjoni ta' ċertu postijiet.", "Pero' għandek ħafna industrijalisti li ilhom iressqu talbiet, imma dawn jmorru l-MEPA, jiltaqgħu mal-case officers, jagħmlu l-pre- submission application u mbagħad jew joħorġu minn hemm għax jaqtgħulhom qalbhom għaliex jgħidulhom li m'għandhomx ċans, jew inkella ma jagħtux każ l-esiġenzi tagħhom.", "Nerġa' nsostni dan il-punt, għaliex nafu li l-famuża casa bottega llum qed tħallilna problemi kbar, u fl-istess waqt bqajna ninkoraġixxu dan l-użu minkejja l-problemi ambjentali li ġġib magħha.", "Sur President, mhux qed nagħtu alternattiva ċara għal dan, għalkemm kien hemm inizjattivi.", "Per eżempju, il-pjan lokali taż-żona ċentrali kien qed jaħseb li jgħolli l-height limitation f'ċertu żoni jekk l-iżviluppatur ikun lest li jirriloka f'ċerti industrial zones adattati għall-esiġenzi tiegħu.", "Pero' safejn naf jien, dawn l-ideat ma tantx tmexxew 'il quddiem u ma tantx kellhom l-effett mixtieq, għaliex ma jirrispekkjawx ir-realta' vera li għandna f'pajjiżna.", "Waħda mill-problemi li qed tolqot l-aktar iċ-ċittadini ta' pajjiżna hija l- inkonsistenza fid-deċiżjonijiet tal-bord tad-DCC u tal-MEPA, u anke bejn id- direttorati innifishom.", "Ma jistax ikun li nibqgħu sejrin hekk fejn persuna jitla' b'ċertu applikazzjoni quddiem l-awtorita' u mill-lenti ta' case officer tidher mod u mill-lenti ta' case officer tidher mod ieħor!", "Sur President, din m'hijiex relatata ma' l-industrija, pero' bħalissa għaddej minn każ partikolari ta' kostitwent tiegħi li kumbinazzjoni applika biex jagħmel gallerija ta' l-aluminium.", "Din hi mara anzjana li tgħix ġo housing estate, u għandha problema għax l-ilma li qed titfa' ta' fuqha, qed jispiċċa għandha u minħabba problemi ta' mard, dan qed ikollu konsegwenzi koroh, u allura tixtieq tagħlaq din il-gallarija bl-aluminium.", "Għamilna il- pre-submission meeting ma' l-awtorita' u qalulha li trid iġġib il-clearance min-naħa tal-Housing, u dan inġieb.", "L-applikazzjoni tagħha marret quddiem il-case officer u dan ħarġilha rapport li kien qisu Bibbja biex jirrifjuta t-talba tagħha, u kkwotalha l-policies kollha tal-pjan ta' struttura!", "Dan huwa każ ta' inkonsistenza kbira, Sur President, u issa ngħid fejn qiegħed dan il-post.", "Issa ħaġa ta' l-iskantament sentejn ilu, f'każ simili, pero' fil-housing estate ta' Ħal Tarxien, l-istess applikazzjoni għal għeluq ta' gallerija bl- aluminium, ġie approvat min-naħa tal-case officer!", "Ma nistax nifhem jien!", "Meta nġibdet l-attenzjoni tal-manager inkarigat fuq id-deċiżjonijiet li qed jittieħdu fir-rigward ta' dan il-permess, ir-risposta kienet li aħjar imexxu b'refusal ħalli jkunu on the safe side!", "Pero' min-naħa waħda dawn l- inkonsistenzi qegħdin iservu sabiex ixekklu l-proċess ta' l-ippjanar u anke jurtaw ħafna nies.", "L-istess jgħodd għall-qasam industrijali u jiena se nsemmi inkonsistenza oħra, dik li tirrigwarda l-garaxxijiet fuq 14-il filata, u naħseb li l-Onor.", "Edwin Vassallo ltaqa' ma' ħafna żviluppaturi fuq din il-kwestjoni.", "Sur President, nafu li għandna każijiet bħal dawn, fosthom f'Ħal Qormi, f'B'Kara u fiż-Żejtun.", "Fis-snin sebgħin u tmenin kienet il-prattika - anke għaliex l-awtoritajiet dak iż-żmien kienu jagħlqu għajnejhom - li ħafna mill-garaxxijiet jinbnew fuq 14-il filata.", "Imbagħad illum jiġik żviluppatur, jagħmillek xi upgrade fil-garaxx tiegħu sabiex ikun jista' jopera aħjar bħala SME, u minflok qegħdin ngħinuh, qegħdin mill-ewwel nagħmlulu ċertu xkiel u noħorġulu l-enforcements.", "Issa dan x'jista' jagħmel?", "Iwaqqa' d-dar jew il-garaxx?", "Jekk inbnew eluf ta' postijiet b'dan il-mod - jiġifieri fuq 14-il filata – xi tridhom jagħmlu?", "Naħseb li l-Onor.", "Pullicino jaf dwar dan għaliex huwa perit, u jaf bil-problemi li hemm.", "Ejjew ħalli naraw kif se nkunu flessibli f'dan il-proċess ta' l- ippjanar.", "Jekk il-policies tad-design guidelines li għadhom kemm ġew ippublikati dawn l-aħħar huma ħżiena, ejjew nbiddluhom b'tali mod li jkunu jirriflettu r-realtajiet li hemm f'ċertu żoni.", "Meta persuna tmur tagħmel amendment jew inkella xi alteration ta' ċertu postijiet, għalfejn irridu naqilgħulha fwiedha?!", "Sur President, dawn huma problemi li qed iħossu l-industrijalisti, b'mod partikolari l-SMEs.", "Nittama li issa ma nitilqux bl-ideja li peress li se nagħmlu dawn l-artijiet disponibbli għall-micro enterprises, ma nipprovawx nagħmlu xi kruċjata magħhom ħalli noħorġuhom mill-irħula u nħajruhom imorru f'dawn il-postijiet!", "Jekk dawn qegħdin joperaw b'mod tajjeb u mingħajr ma jdejqu lir-residenti għandna nħalluhom hemmhekk.", "Nemmen li l-inkonsistenza fl-awtorita' ta' l-ippjanar għandha tiġi riżolta u għandna naraw x'inhuma dawk id-deċiżjonijiet li l-aktar qegħdin jaffettwaw il-problema fil-proċess ta' l-ippjanar.", "Sur President, irrid insemmi punt ieħor li qiegħed idejjaq lil ħafna nies, b'mod partikolari dawk li għandhom x'jaqsmu ma' l-investiment industrijali u fil-kummerċ.", "Dan l-aħħar tfasslet ukoll ir-retail policy li fl-opinjoni tiegħi, ġiet imfassla fuq viżjoni barranija u li fil-fehma tiegħi ma tapplikax għal Malta.", "Diġa' bdejna naraw li l-bord tad-DCC qiegħed jipprova jmur oltre minn hekk u qiegħed jikkontradixxi lill-istess policies!", "Per eżempju, nafu b'każijiet partikolari fejn ċerti nies li xtaqu japplikaw għal xi siti partikolari ħalli jbiddluhom f'negozji, ingħataw refusal min-naħa tad-direttorat minħabba din il-policy u mbagħad, illum 'il ġurnata dawn il-każijiet reġgħu telgħu quddiem il-bord tad-DCC u nqalbitilhom id-deċiżjoni li kienu ngħataw min-naħa tad-direttorat!", "Nafu wkoll li llum il-ġurnata ma tistax tiftaħ banka tal-lottu f'ċertu żoni li ma jkunux fit-town centre!", "Dan jagħmel sens?", "Issa f'Malta għandna xi town centre partikolari?", "Kulma għandna f'pajjiżna hija xi biċċa main street li żviluppat maż-żmien b'ċertu ħwienet!", "Dik hija t-town centre tagħna, u żgur li m'għandniex xi town centre bħalma hemm f'Londra jew f'pajjiżi barranin oħra.", "F'ġieħ is-sewwa, ejjew naraw li l-policies ikunu jirriflettu r-realtajiet li qed ngħixu fihom!", "Ftit taż-żmien ilu ġiet kostitwenta għandi u qaltli li riedet tiftaħ ħanut ta' hairdresser fl-area ta' Misraħ Kola, f'Attard.", "Mela din it-tfajla għamlet il-courses meħtieġa sabiex tilħaq hairdresser, xtaqet tinvesti f'dan il-qasam, għandha garaxx disponibbli u xtaqet iddawru f'hair salon, u dawn qalulha li jekk il-garaxx m'huwiex qed fiż-żona tat-town centre m'għandhiex ċans tiftħu!", "Sur President, ejjew naraw li dak li qegħdin nagħmlu, ikun b'risq l- investiment u l-kummerċ ta' pajjiżna.", "Qegħdin infasslu l-policies għaliex sal-lum il-ġurnata għadu m'għandnix direzzjoni!", "Il-gvern ma jafx x'irid u mbagħad fl-istess ħin jibda jgerger li l-proċess ta' l-ippjanar qiegħed ixekkel l-investiment u l-mixja ta' l-iżvilupp ta' pajjiżna!", "Barra minn hekk għandna problema oħra, dik li ħafna minn dawn id-deċiżjonijiet qed jikkuntrastaw mal-policies, u ħafna drabi qegħdin imorru għar- reconsideration.", "U llum nafu li r-reconsiderations saru jissejjħu l-bir tas-skieken, għaliex għandek disa' xhur sabiex l-applikazzjoni tiegħek tibda tinħadem!", "Allura dan jagħmel sens?", "Fil-fehma tiegħi qegħdin noqtlu l-proċess ta' l-ippjanar.", "Qegħdin nilagħbu b'mod sfaċċat ma' din is-sistema' u qegħdin indejqu ħafna nies f'dak li għandu x'jaqsam mal-kummerċ.", "Naħseb li anke lill-Onor.", "Edwin Vassallo jmorru jkellmuh ħafna nies fuq dawn il-permessi.", "Per eżempju, jafu li jekk applikazzjoni ma tgħaddix mill-bord tad-DCC u jitfgħuha għar- reconsideration, għandek minn ta' l-anqas disa' xhur sabiex tibda tinstema'!", "Issa aħna nistgħu naffordjaw li jkollna awtorita' li qed inħallsuha miljun u nofs lira fis-sena, li qed tħaddem madwar 400 impjegat magħha u mbagħad ikollna sistema' bħal din li fil-fehma tiegħi qiegħda xxekkel dan il-proċess kollu?!", "MR SPEAKER: Bil-permess tal-Kamra, l-Onor.", "Edwin Vassallo.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO: Sur President, nixtieq nagħmel rimarka żgħira.", "Irrid ngħid lill-Onor.", "Galdes li dak li se nagħmlu bil-partial review ta' l- istructure plan ħadd mhu se jkollu bżonn imur quddiem id-DCC.", "Allura dan huwa pass 'il quddiem, għaliex se nsolvulhom problema.", "ONOR.", "RODERICK GALDES: Huwa veru li se ssolvi l-problema ta' ċertu SMEs partikolari, imma l-problemi tan-negozji ż-żgħar li joperaw f'żoni urbani m'intix se ssolvihom, għaliex dawn għandhom problemi oħra!", "Ħalli niġi wkoll għat-trasparenza u l-akkontabilita'.", "Sar site selection exercise fuq dawn is-siti, pero' kien hemm xi lmenti li nħoss għandi nindirizzahom.", "Per eżempju, każ partikolari kienet l-area tat-telgħa t'Alla u Ommu fin-Naxxar, fejn hawnhekk l- assoċjazzjoni tar-residenti ħadu l-interess li jsegwu dak li kien qiegħed jiġri fiż-żona tagħhom.", "Dawn ressqu l-oġġezzjonijiet tagħhom, u saħansitra ġabu evidenza li l-art annessa hija wkoll tajba għall- agrikoltura.", "Fil-fatt għamlu t- testijiet neċessarji, iżda d-dipartiment ta' l-agrikoltura ta l-clearance tiegħu.", "Sur President, irrid nistaqsi jekk ġewx indirizzati l-problemi ta' dawn ir- residenti.", "Ingħataw f'dak li għandu x'jaqsam mal-proċess il-kummenti li verament kellhom jittieħdu in consideration u r-riżultat li ħareġ mill- proċess tas-site selection exercise?", "Dan għaliex qiegħed nara li f'ċerti punti - anke fost il-kitbiet li għamlu fil-gazzetti l-assoċjazzjoni tar- residenti ta' dik l-akkwata - kien hemm saga għaddejja, u naħseb li kieku setgħet tinstab pożizzjoni aħjar, jew inkella naraw nistgħux insibu t-triq tan-nofs, u b'hekk ma jintlaqtux ir-residenzi ta' din l-akkwata, kien ikun ħafna aħjar.", "Nafu li r-residenti ħadu t-testijiet neċessarji u t-testijiet li għamlu qegħdin jikkonfliġġu ma' dak li qed jgħid id-dipartiment ta' l- agrikoltura!", "Il-MEPA tħobb toqgħod ħafna fuq dak li jgħidulha d-dipartimenti, iżda mbagħad ma teħux il-fatti u l-evidenzi kollha f'idejha li jistgħu wkoll iwassluha għal deċiżjoni aktar profonda, b'risq ukoll il-bżonnijiet ta' l- area partikolari.", "Irrid ukoll insostni l-ħtieġa tal-proċess ta' konsultazzjoni pubblika li tmexxa f'dan ir-rigward.", "Ir-rapport stess jindika biċ-ċar li l-aktar nies li wrew interess kienu dawk il-persuni, żviluppaturi jew xort'oħra, li għandhom konnessjoni ma' dan il-qasam.", "Mill- banda l-oħra ma rajniex ħafna mill-kummenti li kienu jikkonċernaw lill- pubbliku in ġenerali, u dawn bqajna ma nafux bihom.", "Naħseb jiena li kieku riedna nagħmlu parteċipazzjoni pubblika bħala l-punt ta' kritika, naħseb li din setgħet ingħatat aktar prominenza u informazzjoni fuq l-akkwati ta' l-areas li ser jintlaqtu minn dan il- proċess.", "Ma naħsibx li huwa sewwa li nitfgħu kollox fuq il-website tal- MEPA u daqshekk, għaliex nafu li mhux kulħadd għandu aċċess għal din it-tip ta' informazzjoni.", "Nafu li persuni bħall-anzjani u ċerti residenti f'ċertu akkwati ma jafux x'qed jiġri fil-proċess ta' l-ippjanar, u bix-xieraq li kellhom jiġu kkonsultati.", "Per eżempju, nafu li r-residenti fl-akkwati taż- żewġ sites li hemm fis-south Malta local plan, kellhom iċ-ċans li jmorru jressqu l-ilmenti jew il-veduti tagħhom waqt il-laqgħat, pero' il-pjani lokali l-oħra saru xhur u anke snin ilu.", "Għalhekk ir-residenti ma kellhomx l-istess ċans li ngħataw in-naħiet tas-south u jien kont nistenna li dan l- eżerċizzju seta' sar b'mod aħjar ħalli nassiguraw li ċ-ċittadin komuni jkun aktar parteċipi f'dan l-eżerċizzju.", "Sur President, nerġa' nsemmi wkoll xi ħaġa fir-rigward tas-site management.", "Naħseb li hawnhekk għadna lura sabiex naslu għall-punt fejn ikollna dak il- kunċett ta' cleaner industrial technology.", "Allura issa nittamaw li dawn l- SMEs ikunu l-viżjoni tal-futur, u l-mod ta' kif jiġu ppjanati dawn il- postijiet ikollhom xi forma ta' waste generation u recycling tal-waste nnifsu.", "Il-waste li qed jiġi ġġenerat minn dawn l-SMEs m'għandux jitħalla bħala piż fuq pajjiżna billi nwaddbu kollox fil-magħtab u fil-miżbliet tagħna, iżda għandna nipprovaw nintroduċu ċerti skemi li jħarsu aktar l- ambjent.", "Naħseb li tkun xi ħaġa tajba li l-ministru jipprova jieħu din il- proposta għaliex tista' tgħinu wkoll.", "Pero' għandu jipprova joħloq skemi fost l-industrijalisti nfushom li se joperaw dawn is-siti ħalli għallinqas issir xi ħaġa favur l-ambjent, u b'hekk inkunu qed nassiguraw li jkollna zoni li jirriflettu l-esiġenzi ambjentali.", "Jiena xtaqt nistaqsi x'inizjattiva se jkun hemm, per eżempju, fuq reallokazzjoni ta' ċertu postijiet.", "X'inċentivi se jingħataw lill- iżviluppatur jew l-industrijalist biex dawk l-industrijalisti li qegħdin joperaw f'ċertu zoni ta' problemi ambjentali joħorġu minn hemm?", "Naħseb li wara li jsiru dawn il-kuntratti u jiġi ffirmat il-ftehim, l-awtorita` għandha jkollha quddiemha direzzjoni ċara ta x'miżuri se tieħu biex tara u ssolvi dawn it-tip ta' problemi.", "Ikun għalxejn li titfa' din l-art fuq is- suq u imbagħad inħallu lill-industrijalisti joperaw waħedhom.", "Nerġa' nsostni dak il-punt li r-reallokazzjoni għandha ssir, għax inkella dan l- eżerċizzju jkun sar għalxejn.", "Huwa importanti ħafna li jkun hemm inċentivi li bihom tħajjar ir-reallokazzjoni ta' ċerti industriji.", "Sur President, xtaqt insemmi l-problema tal-pjani lokali - u jekk tinnotaw, din ir-riżoluzzjoni tagħmel dan l-aċċenn għax qed iddaħħal siti għal ċertu industrial areas - għax huwa evidenti li dawn mhux qed jiffunzjonaw f'ċertu oqsma.", "Ma jistax ikun tfassal pjani lokali li ma jkunux jirriflettu l- esiġenzi soċjo-ekonomiċi ta' pajjiżna.", "Il-Gvern Laburista ta' bejn l-1996 u l-1998 ipprova jidħol f'dan l-aspett.", "Jekk inti għandek ċertu lokalitajiet bi problemi ta' ekonomija, il-pjan lokali jrid ikun il-prime mover biex iħajjar l-investiment u jiggarantixxi x-xogħol, apparti li jirranġa l-aspett ambjentali.", "Riċentement is-South Malta local plan ħadem ħafna fuq dak li għandu x'jaqsam mal-problema tan-nuqqas ta' zoni rikreattivi u ta' problemi ambjentali, iżda ma kienx fih, fil-fehma tiegħi, dawk il-miżuri tant effettivi li bihom tista' issolvi ħafna mill-problemi li hemm fin-nofsinhar ta' Malta u li huma relatati mal-problemi soċjali u anke mal-problemi ekonomiċi li għandu pajjiżna.", "Allura l-art trid tintuża għal skopijiet bħal dawn biex tħajjar l-investiment u l-ġenerazzjoni tax-xogħol.", "Jiena xtaqt ukoll li f'dan l-eżerċizzju saru miżuri fir-rigward ta' Ħal Far li hu industrial zone li għadu mhux allokat kollu kemm hu.", "Hemm hekk hemm ħafna fabbriki li għadhom magħluqin sal-ġurnata tal-lum.", "Għalkemm l-MDC għandha l-pjani tagħha, pero` hemm ċerti zoni partikolari li setgħu kienu nklużi wkoll f'dan l-eżerċizzju ta' l-SMEs.", "Ħal Far seta' kien site alternattiva biex partijiet jintużaw għal dan l-iskop la darba l-MDC f'dawn is-snin kollha ma rnexxilhiex tuża dawn is-siti partikolari.", "Finalment bħala Oppożizzjoni aħna naqblu ma' din ir-riżoluzzjoni, għax din se tgħin l-SMEs biex ikollhom aktar spazju u ssolvi parti mill-problema li għandna bħalissa.", "Pero` jeħtieġ li finalment il-gvern jara x'se jagħmel fir-rigward tal-pjani ta' struttura, għax kif diġa` semmejt, anke mir- reviżjoni li qed issir u mit-topic papers, dawn qed jiskadu.", "Ħa nsemmi, per eżempju, il-utilities topic paper.", "Il-każ li nqala' wkoll dan l-aħħar fuq il-kwestjoni ta' Ħas-Saptan.", "Meta ċċekkjajna rajna wkoll li l-pjan lokali kien qed jipproponi li s-site - li llum qed jiġi earmarked għall- iżvilupp tat-tankijiet taż-żejt min-naħa tal-Ministru Austin Gatt – jintuża għar-rikreazzjoni, iżda imbagħad meta ċċekkjajna wkoll fil-utilities topic paper, rajna li l-Korporazzjoni Enemalta kellha ħsieb sa sentejn ilu li, bil-faċilitajiet eżistenti, kienet se tlaħħaq mall-ħtiġijiet tal-lum.", "Illum nafu li l-korporazzjoni Enemalta biddlet id-direzzjoni tagħha, u sirna nafu wkoll li hemm xi ħtiġijiet oħrajn li ma nafux bihom.", "Allaħares il-pjan ta' struttura – li ġej dalwaqt – jiġi mfassal fuq it- topic papers li mhux qed jirriflettu r-realtajiet li għandna f'pajjiżna għax se nispiċċaw f'sitwazzjoni fejn ma jkollniex direzzjoni x'nieħdu.", "Kif ġara, per eżempju, ftit tal-ġimgħat ilu fejn il-Ministru ħabbar li se jagħmel relocation ta' depot minn Birżebbuġa għal Ħas-Saptan, iżda imbagħad mill-banda l-oħra kellek il-Ministru Austin Gatt li ħabbar b'ċertu pompa li se jkun hemm investiment akbar fir-rigward ta' tankijiet fuq is-sit li l- pjan lokali kien qed jiddisinja għall-użu tar-rikreazzjoni.", "Allura l-pjani lokali qed jirriflettu r-realtajiet li għandna?", "Jekk il-Korporazzjoni Enemalta kellha bżonn l-użu ta' faċilitajiet f'dik l-area, għaliex dan ma tteħidx in consideration fil-pjan lokali u fit-topic papers?", "Jien naħseb huwa importanti li ma jkollniex nuqqasijiet bħal dawn, għaliex finalment jekk ikollna pjan lokali li ma jkunx qed jirrifletti r-realtajiet li għandu pajjiżna, se jkollna problemi akbar fil-futur.", "Sur President, nerġa' insostni li aħna ma nsibux problema li nivvotaw favur din ir-riżoluzzjoni għax finalment se tgħin lil SMEs pero` kelli ħtieġa li bħala kelliemi, inressaq ukoll diversi punti li, fil-fehma tiegħi, qegħdin ixekklu, fihom innifishom, lill-investiment u anke lill-industrija eżistenti permezz tal-proċess ta' l-ippjanar.", "Sur President, nistgħu naslu għal soluzzjonijiet tajbin jekk ikun hemm diskussjonijiet bejnietna sabiex finalment naslu għal direzzjoni aħħarija u ġusta f'pajjiżna.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joe Falzon.", "ONOR.", "JOSEPH FALZON: Sur President, jiena segwejt b'attenzjoni il-bidu ta' dan id-dibattitu u nixtieq ngħid li dan hu pass pożittiv ta' kif wieħed għandu jippjana lill-pajjiż.", "Irrid ngħid li dan huwa pass pożittiv għaliex is-siti ma ġewx identifikati b'xi ħolma, iżda ġew identifikati bi ħsieb.", "Pero` tajjeb nibda biex ngħid xi jfisser meta nitkellmu fuq il-pjan ta' struttura.", "L-ewwelnett il-pjan ta' struttura għandu viżjoni li jkun hemm kwalita` ta' ħajja aħjar fil-gżejjer Maltin, fejn l-ambjent, l-iżvilupp ekonomiku u l-iżvilupp soċjali jiġu integrati fil-qafas li jkollok żvilupp sostenibbli.", "Hemm l-objettiv li ssaħħaħ prinċipalment dak l-iżvilupp ekonomiku u soċjali billi tara li jkun hemm l-art u l-infrastruttura disponibbli biex eventwalment dak li inti jkollok ippjanat, iseħħ fir- realta`.", "Fuq dawn il-punti, ġew imfassla dawk il-kuntratti li hemm marbutin ma' dawn il-micro enterprise sites, u dawn il-kuntratti għandhom fihom obbligi ċari u penalitajiet marbutin magħhom jekk ma jiġux rispettati.", "Irrid ngħid ukoll li hemm diversi siti mifruxin madwar il-pajjiż kollu.", "Per eżempju, jekk tibda taqra mir-riżoluzzjoni li għandna quddiemna, issib li fil-Mellieħa hemm 'il fuq minn 4,000 metru kwadru, fl-Imġarr 'il fuq minn 9,000 metru kwadru u fin-Naxxar kważi 40,000 metru kwadru.", "L-istess fin-naħa ta' isfel ta' Malta, insibu li f'Ħal Għaxaq hemm kważi 20,000 metru kwadru u f'Ħaż-żabbar hemm 7,000 metru kwadru.", "Imbagħad fix-Xewkija ġewwa Għawdex insibu 12,500 metru kwadru, u b'kollox għandna total globali ta' 'l fuq minn 90,000 metru kwadru ta' art għall-micro enterprise parks.", "Tajjeb ngħidu wkoll li l-pjan ta' struttura huwa in line ma' dak li qed jiġi pproġettat.", "Niftakru li l-pjan ta' struttura li ġie fis-seħħ fil-bidu tas-snin '90 wara konsultazzjoni wiesgħa ħafna, tat lok għall-espansjoni sabiex jinħolqu l-impjiegi fil-pajjiż.", "U llum il-ġurnata qegħdin f'dan id- dibattitu għal dan il-mottiv għaliex fil-pjan ta' struttura l-ġdid hemm l- intenzjoni li jinħolqu 30,000 impjieg addizzjonali!", "Naturalment, ma' dawn l-impjiegi addizzjonali hemm marbuta wkoll l-użu ta' l-art minħabba l-fatt li ovvjament dawn it-30,000 impjieg addizzjonali mhux qegħdin f'settur wieħed ta' l-ekonomija, iżda jinsabu mifruxa f'diversi setturi.", "Irrid ngħid li anke l-local plans ħadu in konsiderazzjoni l-iżvilupp ta' l- impjiegi fid-diversi areas partikolari, għaliex inħolqu wkoll dawk li jissejħu l-employment notes.", "Dawn l-employment notes se jġibu diversi piżijiet ukoll fuq l- infrastruttura tal-pajjiż, u naturalment dawn huma ddiżinjati sabiex nilqgħu minn qabel għall-infrastruttura li trid isseħħ f'dawn iż-żoni partikolari.", "Naturalment dan irid isir sabiex għada pitgħada l-impjiegi jkunu garantiti f'postijiet li jkunu ta' klassi tajba, f'postijiet fejn inti tista' topera u f'postijiet fejn inti tista' tkabbar u tiżviluppa l- business tiegħek.", "Hawnhekk irridu ninkludu wkoll lill-burdnara u rridu ninkludu l-IT.", "Irridu ninkludu wkoll l-open storage għaliex f'dan il-qafas li ġie żviluppat fir-riżoluzzjoni li qed nagħmlu hawnhekk, jekk inti tħares fid-dettal lejn il-kuntratti tagħhom issib li dawn is-siti jikkwalifikaw ukoll għal open storage areas.", "Dan apparti li hemm ukoll il-pjanijiet tal- policy designed guidelines fuq open storage areas li huma barra minn dawn id-90,000 metru kwadru li ġie ddisinjat għal dan l-iskop li qed niddiskutu fuqu llum.", "Sur President, ta' min isostni wkoll il-punt li dawn is-siti huma readily available.", "Fil-fatt għamel aċċenn fuqha l-ministru wkoll, u tajjeb li nagħmlu aċċenn fuq din il-biċċa xogħol għaliex dawn is-siti huma kollha disponibbli u se jiġu żviluppati wkoll fil-kuntest li semma l-Onor.", "Galdes.", "Jiġifieri se jiżviluppaw f'kuntest fejn inkunu nistgħu ngħidu li huma state of the art parks.", "Kemm jista' ikun min se jopera f'dawn is-siti jrid jaħdem b'mod li jħossu komdu u fl-istess ħin mingħajr ma jtellef mill- operat tas-siti ta' maġenbu.", "Dan is-site management qiegħed imfassal ukoll fid-dokumentazzjoni tal-kuntratti li għandna.", "Naħseb li dawn il-parks se jkunu mudell ta' kif għandhom jiġu żviluppati siti oħra.", "L-Onor.", "Galdes qalilna li b'dawn il-kundizzjonijiet kollha se tkun iebsa għall-operaturi interessati, u jien naqbel miegħu.", "Pero' ċertu affarijiet ikunu ebsin għaliex is-serjeta' hekk titlob, li inti tkun iebes ħalli jkollok safeguards u penalitajiet ħalli ma nibqgħux f'pajjiż fejn kulħadd jaħseb li jista' jagħmel li jrid!", "Irridu naslu f'pożizzjoni fejn f'pajjiżna jkollna s-serjeta' u fejn ħadd ma jiddejjaq jaħdem għaliex ta' maġenbu qiegħed idejqu, jew inkella minħabba li qiegħed imur kontra r- regolamenti jew għax m'għandux l-infrastruttura neċessarja.", "Nerġa' ntenni li jien naqbel perfettament ma' dak li qal l-Onor Galdes, u anke jien nixtieq li dawn is-siti jiżviluppaw eżattament kif nixtiquhom aħna.", "Naċċertah li x-xewqa tiegħu hija wkoll ix-xewqa tiegħi.", "Naħseb li l- kundizzjonijiet li hemm fil-kuntratt iwieġbu appuntu dawn il-mistoqsijiet u jneħħu d-dubji li t-tnejn li aħna kellna fuq dan is-suġġett.", "Nixtieq inkompli wkoll fuq punt importanti ħafna, jiġifieri fuq kif ġew imqassmin l- areas madwar Malta u Għawdex.", "Aħna ridna li dawn iż-żoni ma jkunux qrib ir- residenti, pero' li ma jkunux daqstant 'il bogħod mill-kommunitajiet minn fejn dawn il-ħaddiema jkunu ġejjin.", "Dawn is-siti m'għandhomx ikunu 'l bogħod bħala distanza ġeografika, imma għandhom ikunu bogħod biżżejjed ħalli ma jkunux viċin ta' l-abitat.", "Kif wieħed jista' jara tajjeb kemm fuq is-siti li hawn earmarked f'din ir- riżoluzzjoni kif ukoll fil-policies li qegħdin jiġu eżawriti mill-MEPA fuq dawn is-siti partikolari, hemm il-pjan li dawn is-siti ma jibqgħux f'żoni residenzjali iżda jkunu viċin tal-klijentela ta' dik il-kommunita' partikolari.", "Huwa appuntu għal dan il-għan li dawn iż-żoni partikolari ġew earmarked fiż-żoni mferrxin kollha ta' Malta u Għawdex.", "Sur President, irrid ngħid li l-policy and design guidelines li ħarġu fis- sena 2005 naħseb li ħarġu fuq pjanijiet li ġew studjati mhux ħażin u l- policies ġew imfassla fuq ix-xewqa ta' ħafna mill-applikazzjonijiet u pjanijiet li kellna fil-policy and design guidelines tas-sena 2000.", "U aħna bdejna naraw l-affarijiet, fejn mar tajjeb u fejn mar ħażin, biex it-tajjeb inżommuh u ovvjament, dak li huwa ħażin neliminawh.", "Hawnhekk naqbel ma' dak li qal l-Onor.", "Galdes fuq dawk il-garaxxijiet li ġew permessi fuq 12-il filata u nbnew fuq l-14-il filata, m'għandhomx jeħlu l-applikanti.", "Jiena naqbel miegħu, għaliex m'għandniex inwaħħlu lil dawn it-tip ta' nies li forsi sfaw vittmi minħabba li xtraw kontra kundizzjonijiet ta' permessi u affarijiet bħal dawn.", "Alla ħares fid-design guidelines tat-2005 nipproponu li dawk il-binjiet fl-abitat li jkunu 'l fuq minn 14-il filata - ħafna minnhom ikunu għal garaging of private vehicles – ma jiġux aċċettati.", "Naturalment dawk li huma mibnija diġa' naqbel miegħek perfettament, u żgur li m'għandniix inwaqqgħuhom.", "Illum għandna żoni li huma mibnijin, u tajjeb li wieħed jara x'jista' jagħmel sabiex eventwalment dawn il-binjiet jiġu konformi mal-liġijiet.", "Pero'ftit ilu għamilna eżerċizzju li ġie diskuss ħafna fil-bord tal-MEPA.", "U fejn kien hemm ħafna minn dawn iż-żoni industrjali li kellhom irregolaritajiet qawwija, għedna li m'għandniex noqogħdu għaddejjin bl- enforcements.", "Dawn iż-żoni kienu mibnija fil-parametri ta' dak iż-żmien, u għalhekk irregolarizzajna dak li kien hemm f'dawn iż-żoni industrijali.", "Kien hemm ukoll ħafna affarijiet li qabel kienu enforzabbli u li issa naturalment ġew in regola, ħalli dak li jkun ma jibqax b'dak id-deterrent li għada pitgħada forsi jistgħu jiġu jwaqqgħulu l-post tiegħu.", "Għalhekk naqbel ma' dak li qal l-Onor.", "Galdes fuq dawk iż-żoni li kienu nbnew b'ċertu mod.", "Naturalment jekk wieħed jista' b'xi mod jew ieħor ma jxekkilx l-industrija, għandu jagħmel dan mill-aktar fis possibli.", "Fil- fehma tiegħi anke fil-ħsebijiet tad-direttorat tal-MEPA - li jaħdem ħafna fuq dawn is-siti - għada pitgħada se naslu sabiex insibu soluzzjoni wkoll.", "Barra minn hekk xtaqt nagħmel kumment ukoll fuq l-applikazzjonijiet.", "Sur President, irrid infakkar li kważi 80% ta' dawk l-applikazzjonijiet li jiġu sottomessi lill-MEPA, fl-aħħar mill-aħħar jiġu approvati minnha.", "Irrid ngħid ukoll li meta inti għandek deċiżjoni li ġiet irrifjutata mid- direttorat, naħseb li jkun tajjeb jekk inwessgħu l-proċess tad-development control commission ħalli dak li jkun nagħtuh iċ-ċans kollu sabiex jispjega ruħu.", "Eventwalment huwa minnu li jkollok numru ta' overturning ta' deċiżjonijiet il-għaliex jekk dak il-bord jara li f'dak li qed jipproponi l- applikant huwa ġustifikabbli, id-DCC se jagħtih raġun.", "Irrid insostni l- punt li d-DCC jagħti wkoll l-ispjegazzjoni il-għala dik id-deċiżjoni ġiet overturned jew il-għala kien hemm xi rakkomandazzjoni li kienet tmur kontra dak li kien qed jiġi rrakkmandat mid-direttorat.", "U dan isir ukoll anke fil- livell tal-bord tal-MEPA, jiġifieri meta jkun hemm xi overturning ta' xi deċiżjoni partikolari, din trid tingħata l-ġustifikazzjoni għaliha.", "Naturalment huwa tajjeb li l-proċess ikun miftuħ kemm għall-applikant u kemm għal dak li jkun qed jagħmel l-oġġezzjoni tiegħu għaliex aħna rridu nagħtu ċans lil kulħadd.", "Huwa veru li għal din ir-raġuni l-proċess se jitwal, pero' id-demokrazija ġġib magħha dan l-inkonvenjent.", "Meta inti twessa' l-konsultazzjoni, se jkollok ukoll ċerti delays għaliex inti trid tagħti ċans lil min qiegħed joġġezzjona.", "Issa nafu li l-objector mhux se jgħinek fl-applikazzjoni, iżda aktar se jtellfek, pero' trid tagħtih il-ħin tiegħu u mbagħad twieżen l-affarijiet, sabiex fl-aħħar mill-aħħar il-bord jiddeċiedi fl-aħjar interess ta' kulħadd.", "Issa rrid niġi lura għall-pjan ta' struttura.", "Naħseb li dan il-pjan bħalissa qiegħed jiġi rivedut ukoll sabiex nagħmlu pjan ta' struttura kif imiss.", "Naturalment, fuq din ir-riżoluzzjoni għadna on time, pero' ta' min ifakkar ukoll li meta inti tkun qed tagħmel pjan ta' struttura, inti tkun qiegħed tħares għall-viżjoni ta' bejn 15 u 20 sena 'l quddiem.", "Irrid ngħid ukoll li 15-il sena mill-ġurnata tal-lum naħseb li forsi tkun ftit prużuntuż jew avventuruż iż-żejjed, il-għaliex nafu kif jinbidlu l- ekonomiji.", "Illum nafu kif b'xi mod jew ieħor ċertu tip ta' negozju ma jkunx għadu daqshekk vijabbli, u n-nies imorru għal ċertu tipi ta' negozji oħra.", "Jekk inti għandek ċerti setturi fl-ekonomija li qed imorru tajjeb, għada pitgħada dawn jaf imorru anqas tajjeb, u fl-istess ħin jinħolqu oħrajn ġodda li jrid ikollhom l-art u l-infrastruttura available għalihom.", "Trid iżżomm f'moħħok ukoll li inti ma tistax taqbad u tagħti l-art kif ġie ġie lil dawn l-industriji ġodda li jistgħu jinħolqu, għax hemm ħafna affarijiet x'tikkonsidra, fosthom l-iżvilupp fl-agrikoltura, li nippreżervaw il-pajsaġġ Malti u li nieħdu ħsieb il-wirt kulturali tagħna, li kellna dibattitu sħiħ fuqu qabel din ir-riżoluzzjoni.", "Dawn il-parametri tant huma wesgħin li naturalment se jpoġġulek iżjed u iżjed pressjoni, u għalhekk riżoluzzjoni bħal din hija tajba ħafna għaliex qed tagħti lok fejn l-industrija tista' timrah b'dawk is-salvagwardji neċessarji.", "Jien nikkonkludi l-intervent tiegħi billi ngħid li waħda mix-xewqat kbar wara dan il-ħsieb tal-micro enterprise parks hu li dawn jiġu żviluppati b'dawk is-salvagwardji kollha li hemm fil-kundizzjonijiet tal-kuntratt.", "Pero' naħseb li għada pitgħada rridu naħsbu wkoll fuq użu ta' enerġija alternattiva u ta' affarijiet li jaffettwaw anqas l-ambjent, speċjalment fejn jidħol il-global warming u l-climate change li anke kienu fuq nett fl- aġenda tal-G8 summit li sar reċentament.", "Wieħed mill-benefiċċji li joffru dawn il-micro enterprise parks lis-sidien huwa li dawn se jiġu eżentati kompletament mid-drainage and road contribution, u l-applikant se jeħel biss fees li huma marbutin mal-proċess tal-MEPA, iżda mhux se jiġi mitlub li jħallas l-infrastructural contribution fees.", "Naħseb li dan jawgura tajjeb biex proġett bħal dan iseħħ, u naħseb li l-MEPA għandha tħares b'ottimiżmu 'l quddiem għal proġetti bħal dawn ħalli niżviluppaw lil pajjiżna b'mod li jkun hawn kwalita' ta' ħajja aħjar għall-Maltin kollha, speċjalment għas-self employed li jiġġeneraw il-ġid fil-pajjiż.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Chris Agius.", "ONOR.", "CHRIS AGIUS: Sur President, kif qalu l-kelliema ta' qabli, llum qed niddiskutu riżoluzzjoni sabiex biċċiet ta' artijiet jingħataw għall- iżvilupp industrijali, speċifikament għal micro enterprises, li huma dawk il-kumpanniji li jħaddmu sa 10 min-nies.", "Pero' l-Ministru fl-introduzzjoni tiegħu qal li hemm bżonn li nkunu flessibli, għaliex jista' jkollok kumpannija li timpjega 8 min-nies jekk l-affarijiet ikunu sejrin tajjeb tista' ddaħħal xi tlieta oħra, u għalhekk tajjeb li nkunu flessibli u ma nibqgħux riġidi fuq din ta' l-għaxar ħaddiema.", "Kif qal tajjeb sieħbi tan-naħa ta' l-Oppożizzjoni, aħna bħala Oppożizzjoni naqblu li għandu jkun hemm aktar artijiet immirati għall-industrija ż- żgħira.", "Naqblu għaliex nemmnu li l-industriji ż-żgħar għandhom ikunu miġbura f'areas maħluqa appożitament għalihom, 'il bogħod mir-residenti.", "Il-ministru Pullicino semma l-ilmenti minn ġirien ta' fejn ikun hemm garaxxijiet li ġo fihom ikun qed isir xogħol fuq l-injam jew fuq il-karozzi, forsi wħud minnhom bla permess.", "B'din il-mossa se jkollna areas fejn dawn il-garaxxijiet inkunu nistgħu nagħmlulhom reallokazzjoni u b'hekk innaqqsu l-ilmenti tal-ġirien.", "Konna aħna minn ta' quddiem sabiex bdejna nipprovdu artijiet għal żvilupp simili.", "Għamilna dan f'Ħal Luqa, u konna anke f'nofs proċess biex inkomplu nifirxu f'Ħal Far.", "Dakinhar permezz ta' l-IPSE, li llum m'għadhiex teżisti, konna indikajna artijiet li tqassmu lis-self employed żgħar sabiex fuqhom jibnu l-ħwienet tax-xogħol tagħhom.", "Dakinhar kienu bbenefikaw numru ta' mastrudaxxi, tellara, sprayers, mechanics u xogħlijiet simili, u għalhekk aħna llum qed naqblu għaliex nemmnu li dawn is-self employed iż-żgħar u dawn il-micro enterprises huma importanti, kemm għall-ekonomija tagħna kif ukoll għall- ħolqien ta' l-impjiegi.", "Dawn huma inizjattivi li jistgħu jħajru lin-negozji ż-żgħar biex ikomplu jikbru u jkattru x-xogħol tagħhom.", "Pero` jiena nistaqsi: Dawn l-inċentivi li noffru huma biżżejjed?", "Jiena ngħid li min hu fin-negozju tant qed iħabbat wiċċu ma' problemi, li dawn jistgħu jwaqqfuh milli dan ikompli fin-negozju tiegħu.", "Iż-żieda fil-piżijiet, speċjalment għan-negozjanti, saret l-ordni tal- ġurnata.", "L-unika soluzzjoni ta' dan il-gvern biex isodd id-deficit li ħoloq hu stess hu li jdur fuq il-poplu u fuq in-negozji żgħar u jgħabbihom b'aktar taxxi diretti u indiretti.", "Kif għidt Sur President, is-self employed iż-żgħir, li wara kollox iħaddem miegħu numru ta' nies, qed iħoss l-għafsa tat-taxxi.", "Il-bieraħ smajt l-Onor.", "Vassallo jgħid li kull filgħodu jagħmel test tas-sitwazzjoni ekonomika fil-pajjiż, u dan billi jara ħwienet ġodda jiftħu fit-toroq li hu jgħaddi minnhom biex imur fl-uffiċju tiegħu.", "Pero`, kif qal hu stess, għax ġej mis-settur tan-negozju, jaf kemm min hu fin-negozju jrid jgħaddi minn taqtigħ il-qalb, u dan għaliex il-pizijiet żdiedu filwaqt li d-domanda qegħdha tonqos.", "Din qed tonqos ukoll għax qed jiftħu aktar negozji, u għalhekk qed ikun hawn iżjed kompetizzjoni.", "Jiena nismagħhom jgħidu li jekk per eżempju jiftaħ ħanut tal-laħam fil-Mellieħa, dawk ta' Bormla jħossuh.", "Illum in- negozji żgħar qed jgħixu minn jum għal ieħor, u ħafna minnhom qed jaqgħu lura.", "Bilfors li jiġri dan meta d-disposable income tal-konsumatur qed dejjem jonqos minħabba t-taxxi kollha li qed jiżdiedu minn jum għal ieħor.", "Sur President, jiena nemmen – u naħseb li jaqblu miegħi ħafna mill-korpi kostitwiti, inklużi l-FOI kif ukoll il-GRTU – li l-gvern żied wisq il- government-induced costs.", "Fost dawn insemmi tariffi, fuel charges, żidiet fil-ħlasijiet tal-permessi tan-negozji, income tax u VAT.", "Għalhekk jiena nemmen li jekk verament irridu ngħinu lil min qed jinvesti u jkattar ix- xogħol f'pajjiżna m'għandniex biss nagħtuh l-art – li hija xi ħaġa tajba – imma għandna nnaqqsu l-government-induced costs.", "Ilbieraħ kont qed naqra artiklu f'gazzetta li titqassam f'din il-Kamra, il- Malta Financial & Business Times, fejn kien hemm artiklu dwar iż-żidiet eżagerati li kellna fil-prezz tal-petrol u tad-diesel.", "Ilkoll niftakru l- mossa li kien għamel il-Professur Josef Bonnici, meta kien ministru responsabbli mill-Enemalta.", "Dan kien iddeċieda li l-hedging agreement dwar ix-xiri tal-fuel għandna nwarrbuh.", "Issa saret drawwa li ta' kull xahar nisimgħu li għola l-prezz tal-fuels għax il-prezz taż-żejt għola.", "Ċertament li l-mossa tal-Professur Bonnici tefgħet lil kulħadd f'baħar ta' inkwiet.", "Dan l-artiklu li qed nitkellem dwaru kien fih informazzjoni li anqas jiena ma kont nafha, u naħseb ikun tajjeb li din l-informazzjoni jkunu jafuha n- nies u nikkwota mill-istess artiklu:", "\"It is clear on what the government should do to keep fuel prices under control.", "One of Vince Farrugia's proposals is a decrease on taxes and duties on fuel.", "A considerable part of the price paid by the consumer for petrol and diesel goes into the government coffers, even if pump prices in Malta are amongst the lowest in Europe.", "VAT and duty make up 50.7% of the pump price of unleaded petrol and as regards diesel, 45% of the price paid by consumers goes to the government coffers.\".", "Żgur li għal ħafna nies, din kienet informazzjoni li ma kinitx magħrufa.", "Li laqatni l-aktar huwa li jidher li ħafna ma jaqblux li nibqgħu nixtru l-fuel minn ġimgħa għall-oħra bil-prezz tas-suq, u allura naħseb jaqblu li għandu jkun hemm xi tip ta' ftehim fit-tul li jiggarantixxi prezz fiss.", "L-artiklu jkompli jgħid:", "\"Maltese traders want a degree of stability which can be achieved by buying fuel at a steady price\"", "Issa ħalli nkompli nitkellem fuq l-industrija ż-żgħira.", "Sal-lum, l- allokazzjoni ta' art tal-bini ta' ħwienet tax-xogħol saret lill- mastrudaxxi, tellara, mechanics, sprayers u snajja' bħal dawn, pero` jiena nemmen li llum jista' jkollna suċċess jekk nimmiraw lejn is-support industry, u ċjoe` fabbriki żgħar li jaqdu – permezz ta' sub-contracting jew produzzjoni ta' xi parti minn prodott tal-kumpanniji kbar – l-kumpanniji l- kbar.", "Sur President, dawn diġa` jeżistu f'pajjiżna, u żgur li ħafna minnhom huma storja ta' suċċess.", "Eżempju ta' dan huma l-Brandstätter Group li tagħti ħafna xogħol lis-sub-contractors żgħar.", "Għandna wkoll id-Dowty li minħabba li għandha l-outworkers fid-djar, għandha wkoll is-sub- contracting.", "Mil-laqgħat li jkolli fis-settur ta' l-industrija ż-żgħira, kollha jixtiequ premises aħjar u aktar komdi, u għalhekk aħna bħala oppożizzjoni naqblu mat-tqassim ta' art f'zoni riservati, basta jkunu f'zoni industrijali.", "Aħna nemmnu li l-micro enterprises huma importanti ħafna għal ħolqien tax- xogħol, kif ukoll sabiex terġa' tibda ddur ir-rota ekonomika ta' pajjiżna.", "Sur President, tajjeb li ngħidu li għandna madwar 8,000 kumpannija li jħaddmu għaxar ħaddiema jew anqas.", "La qed nitkellem dwar in-negozji ż- żgħar, ma jistax ikun li wieħed ma jsemmix setturi differenti li jifformaw parti minn dawn l-SMEs.", "Xtaqt nibda billi nagħmel referenza għal Għawdex, għax f'din ir-riżoluzzjoni għandna biċċa proprjeta` li qegħda f'Għawdex.", "Il- ħsieb hu li numru ta' self employed żgħar ikollhom lok deċenti minn fejn jaħdmu, u aħna ilna snin nisimgħu li Għawdex għandu bżonn biċċa area sabiex jinġabru f'post wieħed dawn l-SMEs.", "Fl-aħħar jidher li s-sit li ilu identifikat għal ħafna snin bħala l-aħjar għażla, issa intgħażel.", "Pero` l- industrija ta' Għawdex, kemm dik żgħira kif ukoll dak li baqa' minn dawk ta' daqs medju, għandhom ħafna aktar bżonnijiet, u fost quddiem nett jiena nsemmi l-ispejjeż li dejjem qed jiżdiedu.", "Tajjeb li ngħidu li f'Għawdex hemm iż-żieda tat-trasport bejn Malta u Għawdex.", "Sal-lum l-industrija f'Għawdex għadha tgawdi minn sussidju.", "Ftit tax-xhur ilu jiena għamilt domanda parlamentari lill-Ministru Austin Gatt, u staqsejtu hekk:", "'Jista' l-Ministru jindika jekk hemm xi taħditiet bejn il-Gvern u l- Kummissjoni Ewropea dwar l-iskema tat-trasport bejn Malta u Għawdex għall-intrapriżi Għawdxin fil-manifattura.", "Jekk fl-affermattiv, jista' jagħti tagħrif fiex jikkonsistu dawn it-taħditiet?''", "U l-Ministru Gatt irrisponda hekk:", "'Nikkonferma li għaddejja korrispondenza bejn il-Gvern Malti u l- Kummissjoni Ewropea sabiex jinformaw lil xulxin rigward il-pożizzjoni ta' din l-għajnuna sabiex jiġi zgurat li din l-għajnuna tibqa' tingħata fuq linji ta' regolamenti ta' l-għajnuna mill-istat, l-iState Aid Regulations.'.", "Sur President, jiena naħseb li wasal iż-żmien li l-industrija f'Għawdex ninformawha x'qed jiġri.", "Mhux sewwa li jkollna xi bidliet minħabba dak li jgħidulna l-Unjoni Ewropea u min hu nvolut ikun jaf fl-aħħar ħin.", "Ejja ngħidu x'inhuma ċ-chances li s-sussidju għat-traġitt tal-merkanzija jibqa' jingħata.", "Xtaqt insemmi issa xi ħaġa oħra dwar Għawdex Sur President, u ċjoe` l- crafts village ta' Dbiegi li qed jistenna xogħol ta' riġenerazzjoni.", "Ftit tax-xhur ilu f'din il-Kamra intqal li x-xogħol kellu jibda f'Awissu li ġej u jitlesta sa April 2006.", "Nittama li l-wegħda mas-sidien tal-crafts village f'Għawdex f'Ta' Dbiegi tinżamm u x-xogħlijiet jibdew kif ġie mwiegħed.", "Minkejja dan, ngħid ukoll li Awwissu m'huwiex l-aħjar żmien li jkollok xogħlijiet għaddejjin fil-crafts village għax dan hu xahar li fih ikollna l- akbar influss ta' turisti lejn Għawdex.", "La qed nitkellem fuq crafts village, insemmi dak ta' Ta' Qali.", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq proġett li ilu jiġi mwiegħed għal ħafna u ħafna snin.", "Fl- 1992, lil dawn l-imprendituri ż-żgħar wegħduhom upgrading ta' l-area li wara kollox hija wkoll attrazzjoni turistika.", "Jiena żort il-post l-ewwel darba waqt il-kampanja elettorali tal-Parlament Ewropew.", "Hemmhekk rajt telqa, ħmieġ, żdingar u żgur m'huwiex post li jħajjar lit-turist.", "Dan l- aħħar erġajt żort dan il-post u jidher li l-affarijiet hemmhekk ma tantx marru għall-aħjar.", "Fis-sentejn ta' gvern Laburista kien tħejja pjan serju dwar kif kellu jsir ix-xogħol sabiex Ta' Qali jinbidel f'ċentru ta' artiġjanat attrajenti.", "Il- permessi mill-Planning Authority ħarġu f'Ġunju ta' l-1998, pero` kulħadd jaf x'ġara u l-pjanti baqgħu fuq l-ixkaffa.", "Dak iż-żmien kien hemm il- ħsieb li l-villaġġ ikun magħluq għat-traffiiku, il-mastrudaxxi li kien hemm jitpoġġew f'area għalihom u li l-units jitilgħu għal 128.", "Tajjeb ngħidu li dakinhar kienet se tingħata l-art għal 65 sena bir-rata ta' 50 centeżmu-il metru kwadru.", "L-MDC kienet se tagħti wkoll cash grants u self issussidjat għall-ispejjeż ta' kostruzzjoni.", "Sal-bidla fil-gvern kienu diġa` ħarġu 24 letters of intent, pero` mal-bidla fil-gvern jidher li dawn ma nżammux.", "Issa nittama li fil-winding up, is-Segretarju Parlamentari jirrispondi għal dak li qiegħed ngħid jiena.", "Il-fatti huma li tqassmu 24 letter of intent, issa jekk kinux lejlet l- elezzjoni jew le, mhux relevanti u huma affarijiet li saru taħt kull gvern.", "Mal-bidla fil-gvern fl-1998, bdejna nisimgħu li anke l-gvern Nazzjonalista kien jaqbel li l-crafts village f'Ta' Qali kellu bżonn jiġi upgraded.", "Għalhekk saru l-laqgħat mas-sidien tal-ħwienet, u naf li kien diffiċli għas- Segretarju Parlamentari biex jasal għal ftehim magħhom għaliex kien hemm min kien komdu fis-sitwazzjoni li kien u ma xtaqx li jidħol għal spejjeż li ħafna minnhom ħasbuhom li kienu se jkunu tqal wisq, pero` fortunatament il- ftehim intlaħaq.", "Nemmen li s-Segretarju Parlamentari għamel l-aħjar li seta' sabiex jilqa' għat-talbiet ta' kulħadd, pero` ma jistax ikun tissodisfa lil kulħadd.", "Iżda rridu nħarsu lejn każijiet speċifiċi, għax jista' jkun li jkollok persuna li tkun waslet biex tirtira u ma jkunx worth it għaliha li tidħol għal din l-ispiża.", "Il-Ministru qed jaċċenna li kollox lest, u jiena nittama li kollox hu lest.", "Dan huwa proġett li jiena nemmen fih, kif wara kollox emmen fih is-Segretarju Parlamentari, għax fil-fatt dan kien wieħed mill- għanijiet tiegħu.", "Jiena nawgura li dan iseħħ, pero` nittama li l-gvern għandu pjanijiet għal dawk in-negozji li se jiġu riallokati f'post ieħor.", "Nixtieq inkun naf kif se jaqilgħu l-għajxien tagħhom waqt li jkun qed isir il-bini.", "Sur President, bħala rabta ma' l-industrija, xtaqt nsemmi statistika li ħarġet f'dawn il-ġranet.", "Forsi xi ħadd se jgħid li m'għandhiex x'taqsam mar-riżoluzzjoni, pero` hemm rabta ma' l-industrija, għaliex hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq industrija żgħira u tajjeb inkunu nafu x'inhu jiġri f'dan is-settur.", "F'dawn l-aħħar ġranet, l-NSO ħareġ informazzjoni interessanti li tikkontrasta ma dak li nisimgħu min-naħa tal-gvern li jgħidu li l-affarijiet sejrin tajjeb.", "L-ewwel informazzjoni li għandi hija dwar l-ordnijiet li għandna għax-xhur li ġejjin fis-settur ta' l- industrija.", "Jekk wieħed iħares lejn April li għadda, isib li meta mqabblin ma' April tas-sena 2004, l-ordnijiet għall-industrija naqsu bi 2.2%.", "Dan bħalma sar bejn Marzu u April ta' din is-sena fejn kien hemm tnaqqis ukoll.", "Jekk imbagħad nagħtu ħarsa lejn l-ordnijiet għall-konsum lokali, insibu li fuq perijodu ta' 12-il xahar bejn April 2004 u April 2005, kien hemm tnaqqis ta' 27.78%.", "Jekk nieħdu l-ordnijiet għall-esportazzjoni, anke hawnhekk insibu tnaqqis ta' 12.4%.", "Ċertament li dawn m'humiex sinjali nkoraġġanti għall-qasam ta' l-industrija.", "Informazzjoni oħra li ħarġet illum mill-NSO hija dwar l-importazzjoni u l-esportazzjoni fl-industriji f'pajjiżna u anke r-riżultati f'dan il-qasam juru kif f'pajjiżna hawn il-problemi.", "Bejn Jannar u Mejju ta' l-2004, ġew importati Lm542 miljun, filwaqt li fl-istess perijodu din is-sena, dan l-ammont naqas b'Lm31 miljun għal Lm513 miljun.", "Jekk imbagħad naraw l-industrial supplies, insibu li fl-istess perijodu sena ilu ġew importati Lm251 miljun, u din is-sena dawn niżlu għal Lm236 miljun, jiġifieri tnaqqis ta' Lm15 miljun.", "Anke fl-esportazzjoni kellna riżultati negattivi.", "Bejn Jannar u Mejju ta' sena ilu, ġew esportati b'kemm jiswew Lm386 miljun, u din is-sena dan niżel għal Lm321 miljun, jiġifieri tnaqqis ta' Lm65 miljun.", "Meta tara dawn il-figuri bilfors trid taċċetta l- fatt li pajjiżna għaddej minn żminijiet diffiċli.", "Huwa importanti li l- gvern jifhem u jaċċetta dan il-fatt.", "Ma jistax ikun noqogħdu naħbu rasna fir-ramel, għaliex il-fatti jitkellmu waħedhom.", "Għandna familji li qed ibatu, għandna impjiegi imdendlin, għandna negozji żgħar li qed jgħixu minn jum għall-ieħor, u prospetti għal ħolqien ta' xogħol alternattiv jidher li m'hemmx.", "In-nies qiegħda qed jiżdiedu, u dan minkejja aktar sorveljanza mill-ispetturi ta' l-ETC u l-iskema ta' taħriġ għal dawk li huma over 40, li aħna naqblu magħha.", "Għalhekk ikun tajjeb li nħajru n-negozjant iż-żgħir sabiex jinvesti billi noffrulu l-art, iżda jkun aktar importanti kieku kellna noffrulu inċentivi u vantaġġi oħra bħal tnaqqis fit-taxxa.", "Ma jistax ikun li min-naħa nħajru l-investiment billi noffru l-art u min-naħa l-oħra ngerrxuh biż-żidiet fil-fuel, fit-taxxi u f'affarijiet oħrajn.", "Għalhekk aħna tan-naħa ta' l-oppożizzjoni naqblu ma' din ir-riżoluzzjoni għaliex nemmnu fin-negozji żgħar, pero` nemmnu wkoll li l-gvern għandu jkun aktar sensittiv lejn it-talbiet ta' l-industrija u jnaqqas il-government -induced costs għal livelli aċċettabbli.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joseph Sammut.", "ONOR.", "JOSEPH SAMMUT: Sur President, din hija riżoluzzjoni li fil- prinċipju ma tistax ma taqbilx magħha.", "Hija riżoluzzjoni li għandha bħala mira prinċipali li tmexxi 'l quddiem l-industriji u n-negozji ż-żgħar.", "Meta nirriferi għal industriji żgħar qed nirriferi għal dawk it-tip ta' fabbriki li ħafna minnhom ikunu family run businesses li jipproduċu l-għaġin u affarijiet simili, u jinkludu wkoll negozju bħal printing presses żgħar, li ssibhom fil-bini.", "Meta nitkellmu fuq businesses żgħar, qed nitkellmu fuq panel beaters, mastrudaxxi, induraturi tad-deheb eċċ. Dawn in-negozji tal- familja huma fl-opinjoni tiegħi s-sinsla ta' kull ekonomija, u minnhom jikbru negozji kbar.", "Xi 40 sena ilu, kien jgħaddi kollox, għax il-komunita` kienet iktar intensa u magħquda flimkien, u kulħadd kien jissaporti lil kulħadd.", "Kien hemm ħafna understanding, speċjalment fl-irħula.", "Illum m'għadx hemm dik l-għaqda fl- irħula bħalma kien hemm fl-antik.", "Għalfejn?", "Għax kellek l-influss ta' nies minn barra li f'ħafna każi m'humiex ittollerati, bil-konsegwenza li llum il-ġurnata, il-proprjeta` m'għadhiex li kienet fil-passat meta kienet ħafna iktar irħisa.", "Barra minn hekk, il-kuxjenza għall-ambjent li ngħixu fih, sew bħala ħsejjes, sew bħala ndafa u sew bħala sbuħija, kibret ħafna wkoll.", "Allura, kif għidt, dawn it-tip ta' negozji fiċ-ċentri tagħna qegħdin jistunaw, u ħafna huma dawk l-ilmenti li tiltaqa' magħhom fil-qrati tagħna, sew minħabba storbju u sew minħabba parkeġġ.", "Barra minn hekk ukoll, il- proprjeta` fejn issib dawn in-negozji titlef il-valur tagħha.", "Għalhekk jiena naqbel mal-prinċipju tar-riżoluzzjoni u naqbel li wasal iż-żmien li jiġu identifikati areas fejn dawn il-family run businesses ikunu jistgħu joperaw u jimxu 'l quddiem u anke jikkontribwixxu għall-ekonomija tagħna.", "Minkejja dan, ma tistax tħares lejn is-sabiħ biss, imma trid tħares anke lejn dak li jista' jkun ikrah, u hemm ċerti punti f'din ir-riżoluzzjoni jew li joħorġu minnha li lili jinkwetawni.", "Wieħed mill-punti prinċipali li lili jinkwetani hija l-idea li għandna l- pjan ta' struttura, pjan li hu rigoruż, pjan li jipproġetta u jippjana bil- quddiem dak li se jsir fiż-żoni tagħna.", "Dan huwa pjan li kull ċittadin jista' jħares 'il quddiem lejh, u jkun jaf x'se jiġri fl-20 sena li ġejjin.", "Għalhekk, il-fatt li hawnhekk qiegħda ssir riżoluzzjoni sabiex jiġi mitlub il-kunsens tal-Parlament biex dan il-pjan ta' struttura jiġi mibdul, iħassibni ħażin.", "Ma rridx naħseb li din tista' tkun il-bidu ta' sensiela ta' modi kif il-pjan ta' struttura jibda jitbiddel minn żmien għal żmien b'mod li jista' jgħin lill-ispekulaturi jakkwistaw u jmexxu 'l quddiem l- intenzjonijiet tagħhom biex art li hija indikata bħala green area tiġi żviluppata b'mod pulit u baxx baxx.", "Nittama li dan m'huwiex pass għal xi nies partikolari biex dak li f'termini tal-lum ma jiswa xejn, jiġi jiswa l- belli liri.", "Naħseb li m'għandux ikun il-każ li dan il-Parlament jaċċetta kif ġie ġie kull darba li jkun hemm proposta ta' bdil fil-pjan ta' struttura.", "Għax jekk nagħtu ċ-ċans li l-pjan ta' struttura jibda jinbidel għal xejn b'xejn, jista' ma jkollna pjan ta' struttura xejn, u ħadd ma jkun jista' jippjana għall-futur tiegħu, għax nispiċċaw f'sitwazzjoni fejn ikollok il-liġi applikabbli għal ħafna, imma imbagħad ikun hemm il-ftit li jistgħu jsibu l-mezz kif ibiddlu u jħawdu dak li jridu.", "Apparti dan, hemm punt ieħor li nixtieq nitkellem fuqu, u dan hu dwar xi artijiet li ġew indikati.", "L-artijiet f'ta' Alla u Ommu u tax-Xewkija f'Għawdex jidhru li huma art agrikola.", "Naħseb li għandu jsir studju qabel ma tiġi allokata din l-art, biex jekk hi art agrikola, ma tiġix sagrifikata għal dan l-iżvilupp li qed jintalab permess għalih.", "L-art agrikola ġo Malta hija xi ħaġa li aktar ma jgħaddi ż-żmien, aktar qed tonqos u għalhekk naħseb li għandna nippreservawha.", "Kif jidher mill-pjanti annessi u mill- ftit li stajt nistaqsi, l-art indikata fil-konfini t'Alla u Ommu u tax- Xewkija f'Għawdex, u anke dik f'Ħaż-Żabbar hija art agrikola u fertili.", "Naħseb li għandna art oħra li tista' tissodisfa l-għan ta' din ir- riżoluzzjoni.", "Naħseb li għandna ħafna art li m'hijiex tajba għall-iskop agrikolu u li qiegħda fiż-żoni fejn tista' taqdi dawn il-ħtiġijiet, u naħseb li l-preferenza għandha tmur għal art li m'hijiex agrikola u li m'għandha l-ebda użu għalina bħala pajjiż.", "Għalhekk nitlob li ssir analiżi sew, u jekk din hija art agrikola għandha tiġi skartata u titħalla kif inhi.", "M'għandhiex tittieħed biex tagħti wisa' għall-iżvilupp li qed jintalab.", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO: Sur President, ta' Ħaż-Żabbar hija scrapyard, u tal-Mosta, għalkemm hija għalqa, ġie kkonfermat li ma tistax tintuża għal skopijiet agrikoli minħabba l-ambjent li hemm fil-madwar.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Sammut jista' ikompli bl-intervent tiegħu.", "ONOR.", "JOSEPH SAMMUT: Ta' Ħaż-Żabbar jidhirli li parti minnha biss hija scrapyard, u mhux kollha kemm hi.", "Jekk tintuża l-iscrapyard biss alright, imma fuq il-pjanta indikata ma jidhirx li hemm l-iscrapyard biss, għax tibda minn fejn għandek is-supermarket u tibqa' sejra sa fuq in-naħa ta' wara.", "Għallinqas fuq il-pjanta hekk qiegħda indikata.", "Hu ċar fuq din il- pjanta.", "(Interruzzjonijiet) Dażgur li hemm supermarket hemmhekk, ħdejn dik il-pompa tal-petrol.", "Jekk tara l-pjanta, tara li kollha earmarked qiegħda.", "Sur President, se nispiċċaw bl-iskuża li jkollna l-MEPA li tippreżenta pjanta mmarkata, imbagħad meta tgħaddi ngħidu għax il-pjanta hija mmarkata.", "Il-pjanta għandha tiġi indikata b'mod aħjar, għax din turi area ħafna iktar mill-iscrapyard.", "L-iscrapyard tidher hawnhekk, imma mhux hi biss se tintuża, għax il-biċċa earmarked tibqa' sejra sal-biċċa ta' fuq ta' wara s- supermarket li tara inti u dieħel għal Ħaż-Żabbar.", "(Interruzzjonijiet) Mhux l-effective site!", "Jien għandi din il-pjanta li hi mpoġġiha fuq il- Mejda tal-Kamra, u hija parti mir-riżoluzzjoni, u la tgħaddi, il-parti kollha indikata bl-iswed tgħaddi.", "(Interruzzjonijiet) Allura ibdlu l- pjanta!", "Il-pjanta li għandi hawnhekk hija kollha earmarked u naħseb li għandha tiġi mibdula allura.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO: Sur President, il-pjanta li għandu l-Onor.", "Sammut hija korretta imma jrid jagħraf jaqraha.", "L-effective site trid tara.", "ONOR.", "JOSEPH SAMMUT: Il-pjanta hija kollha earmarked bl-iswed, u jekk għandna bżonn inġibu xi ħadd li jinterpretalna pjanta, inġibuh.", "Il-pjanta hi earmarked kollha minn parti sa oħra, u la tkun għaddiet minn hawnhekk dik il-parti kollha tittieħed.", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO: Sur President, le, m'huwiex minnu li bir- riżoluzzjoni qed tgħaddi l-pjanta kollha b'dak l-ammont kollu.", "Qed tgħaddi biss fir-riżoluzzjoni dik li hija miktuba bħala effective site u mhux il- 200 tomna, imma qed tgħaddi biss is-sebat itmien, jiġifieri fejn illum hemm l-iscrapyard.", "ONOR.", "JOSEPH SAMMUT: Sur President, bir-rispett kollu ma nistax naqbel, għax quddiem il-qorti iltqajt ma' każi fejn biex tinbena terraced house ħadet żewġt itmien raba, u l-permess li ħareġ fuq dawn iż-żewġ tomniet raba' bħala terraced house kollu hu kopert, u hemm kawża pendenti preżentament quddiem il-qorti fuq dan il-punt.", "U hawnhekk l-istess farsa għandna Sur President, għax l-area li għandna hi mmarkata sebat itmien, imma l-area mmarkata hija ħafna iktar minn hekk.", "MR SPEAKER: Il-Ministru, bil-permess ta' l-Onor.", "Sammut.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Sur President, se nipprova nagħmel punt ta' informazzjoni fl-ispirtu ta' kif kienet miexja d-diskussjoni.", "L- informazzjoni ma tpoġġietx biss fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Kellna żewġ seduti tal-kumitat permanenti għall-ippjanar ta' l-iżvilupp, u min kellu mistoqsijiet seta' għamilhom hemmhekk.", "(Interruzzjonijiet) Nitlob lill- Onor. Sammut biex mhux jirrispetta lil din in-naħa tal-Kamra, imma jirrispetta lin-nies li qed jisimgħu, u jindenja ruħu jaqra r-riżoluzzjoni, għax jekk jaqraha jinduna li qed jgħid ċuċata.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Ikompli l-Onor.", "Sammut u ma rridx iktar interruzzjonijiet.", "ONOR.", "JOSEPH SAMMUT: Sur President, jien hawnhekk għandi pjanta li ma taqbilx.", "F'parti tgħid li hemm 7,068 square meters biss, il-biċċa mpinġija hija ħafna ikbar minn 7,000 square meters, u kollha hija earmarked.", "Dawn il-fares ilna narawhom min-naħa tal-MEPA, u nitlob li tiġi kjarifikata din il-pjanta Sur President, għax dawn l-abbużi qegħdin isiru min-naħa tal-MEPA fejn jimmarkaw biċċa u imbagħad immexxu fuq oħra.", "Apparti dan Sur President, tajjeb ngħid li mill-intervent li sar min-naħa l- oħra, ingħad li l-art t'Alla w'Ommu hi art agrikola.", "Jekk hi art agrikola, nitlob li hemmhekk m'għandhomx jingħataw permessi għal żvilupp barra l- linja diġa` indikata.", "Barra minn hekk, nagħmel ukoll riferenza għall-parti li qed tiġi indikata fir-rigward ta' l-Imġarr.", "F'din l-area għandna siti ta' ċerta importanza storika, bħalma huma r-roman baths, u ma nixtieqx li dawn ikomplu jiġu rovinati iżjed milli huma minħabba dan l-iżvilupp.", "MR SPEAKER: Il-Ministru, bil-permess ta' l-Onor.", "Sammut.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Sur President, l-art indikata fl-Imġarr m'hija bl-ebda mod viċin tal-banjijiet Rumani.", "Nitlob lill-Onor.", "Sammut għallinqas ikollu d-diċenza għalih innifsu.", "MR SPEAKER: Ikompli l-Onor.", "Sammut bl-intervent tiegħu.", "ONOR.", "JOSEPH SAMMUT: Id-diċenza nitlobha mill-Ministru li jmissu jaf, għax hu perit ukoll, li minn dik l-area se jiżdied it-traffiku, u r-roman baths qegħdin ftit 'l isfel minnhom fuq l-istess main road li tagħti għaliha, u għalhekk l-emission ta' gassijiet tal-karozzi se jiżdied, bil- konsegwenza li ssir iżjed ħsara lil dawk il-banjijiet li huma xi ħaġa storika u suppost nirriklamawha għat-turisti.", "Il-bieraħ stess konna qegħdin ngħidu kif għandna nibżgħu għall-patrimonju storiku tagħna, u naħseb li din għandna nikkonsidrawha wkoll.", "Nixtieq inkun naf x'miżuri se jittieħdu sabiex dawn is-siti storiċi ta' importanza massima għalina, nieħdu ħsiebhom.", "Nitlob li meta jsiru dawn it-talbiet, min-naħa ta' l-awtorita` jsir studju aktar profond f'dan ir-rigward.", "Mhux hekk biss, imma l-art f'Ħal Far għandu jsir studju fuqha qabel ma tingħata l-konċessjoni f'dawk il-lokalitajiet li semmejt.", "Qed ngħid dan għax dawn huma siti li diġa` huma committed u li m'hemm l-ebda impatt negattiv jekk jingħataw għal dan l- iskop.", "Punt ieħor li xtaqt inqajjem hawnhekk huwa l-fatt li iva, hija għajnuna tajba għal min għandu dawn it-tip ta' negozji, pero' ma nistax ma nistaqsix x'se jiġri lil dawk li se jieħdu dawn is-siti wara li jgħaddilhom iż-żmien.", "Se jkollok il-każ fejn dawn in-nies se jibnu n-negozju tagħhom u jinvestu fih, imma imbagħad tagħhom jidher li m'hu se jkun hemm xejn, u malli jgħaddi t-terminu, min se jpoġġi l-enerġija tiegħu f'dan in-negozju li qed jibni, jaf li l-goodwill tiegħu ma ssarraf xejn.", "Naħseb li tajjeb li wieħed jaħseb f'dan, għax m'għandux jinħoloq lok ta' abbuż minn dawk is- sidien li qegħdin jinvestu fin-negozju tagħhom, imbagħad jgħaddu għaxar snin u dawn jispiċċaw jiddependu minn dak li jiddisponi s-sid ta' l-art.", "Naħseb li wieħed irid joqgħod attent.", "Huwa tajjeb li fil-mument jingħataw u joħorġu tali konċessjonijiet, għax kif jaf kulħadd bħalissa hawn spekulazzjoni sħiħa fejn qed isiru applikazzjonijiet biex jinħarġu permessi, u imbagħad jitħallew sakemm is-sidien jottjenu dawk il-prezzijiet li jridu huma, li f'ħafna każi huma eżorbitanti, u ftit huma dawk in-nies li jifilħu għalihom.", "Biss min-naħa l-oħra din l-għajnuna għandha tkun b'tali mod li għada pitgħada, dawn l-istess imprendituri ma jispiċċawx vittmi huma nfishom.", "Kif għidt Sur President, naqbel fil-prinċipju ma' dawn il-konċessjonijiet.", "Huwa pass li jista' jgħin l-ekonomija u li bih iż-żgħir jista' jimxi 'l quddiem.", "Biss jekk aħna vera qegħdin naħsbu biex immexxu ż-żgħir 'il quddiem, bħalma qegħdin ngħidu, naħseb li ma nistax ma nagħmilx riferenza għal miżura drakonjana li qiegħda tintalab fir-rigward tat-taxxa tal-VAT li permezz tagħha d-dipartiment tal-VAT qiegħed jitlob li kull fejn ikollu flus dovuti lilu, huwa jieħu privileġġ fuq il-proprjeta', dan imur fuq dawk tal-banek u jkun jirrankja pari passu mad-dipartiment tat-taxxa.", "Jiena ninsab informat li l-Ministru responsabbli wiegħed l-assoċjazzjoni tal- bankiera din il-miżura.", "Sur President, din hija deċiżjoni drakonjana, u jekk vera l-gvern irid jgħin is-small businesses u s-self employed, din il-miżura m'għandhiex titmexxa 'l quddiem.", "M'għandhiex titmexxa 'l quddiem, għax jekk se timxi b'lura bil-mod kif qed jiġi suġġerit, u anke jekk ma timxix b'lura, dan se jkun ifisser li għall-għaxar snin bil-quddiem, kull fejn il-bank ikun diġa` għamel riċerki u ma rriżulta li hemm l-ebda privileġġ fuqu, id-dipartiment tal-VAT se jidħol fuq il-banek, u l-banek m'hu se jkollhom l-ebda triq oħra ħlief li jagħmlu call in fuq dawn in-negozji.", "Dan ifisser li s-settur tan- negozju tagħna se jispiċċa.", "Liema huma dawk in-negozji li m'għandhomx claim mal-VAT department?", "Jiġifieri, jekk hemm negozju żgħir li għandu claim għall-VAT u ma jħallasx il-VAT, awtomatikament id-dipartiment se jieħu privilegg fuq il-proprjeta` tiegħu.", "Il-bank imbagħad m'għandu l-ebda triq oħra ħlief li jsallab lil dak in-negozjant!", "Għax se jkollu jagħmillu call in biex hu jilħaq qabel il- gvern.", "Naħseb li kulħadd jaqbel li meta jkollok missier tal-familja u jekk xi ħadd mit-tfal jiżbalja, ma jmurx mill-ewwel biċ-ċintorin għalih.", "Trid tipprova tiddiskuti u tifhem.", "Kull każ fih il-partikolaritajiet tiegħu.", "Id-dipartiment tal-VAT għandu kemm irid miżuri legali x'jieħu, u ma naħsibx li huwa l-każ li għandha tidħol din il-miżura drakonjana.", "Jien ġejt informat li l-Ministru ta lil wieħed x'jifhem li din se tiġi rtirata u nawgura, għall-ġid ta' l-ekonomija tagħna, li verament tiġi rtirata.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Ministru, jekk jogħġbu, jipproponi l-Aġġornament tal-Kamra.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Sur President, nipproponi l-Aġġornament tal- Kamra għal għada l-Erbgħa, 13 ta' Lulju, fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Tibdil parzjali fil-Pjan ta' Struttura - Kontinwazzjoni;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Liċenzi tal-Kummerċ - Tieni Qari (Kont.); u", "Abbozz ta' Liġi dwar Azzjonijiet Ġudizzjarji (Miżuri Varji) - Tieni Qari.", "-----------------------------------", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Kodiċi Ċivili - Kumitat Permanenti.", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att dwar il-Patrimonju Kulturali - Kumitat Permanenti.", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Armi – Kumitat Permanenti.", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Vjolenza Domestika - Kumitat Permanenti.", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Reġistru Ċentrali - Kumitat Permanenti.", "Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet – Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Leo Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Mr Speaker, billi kont imsiefer, nieħu l-ewwel opportunita' biex nikkundanna bla riżervi l-attakk terroristiku li sar fir- Renju Unit nhar il-Ħamis li għadda.", "Fl-aħbarijiet smajna li dan aktarx kien każ ta' suicide bombers imma peress li għadhom għaddejjin l- investigazzjonijiet, jidhirli li tkun prużunzjoni min-naħa tiegħi jekk nikkummenta kemm fuq in-nies li setgħu kienu nvoluti, kif ukoll fuq il- motivazzjoni jew anke fuq id-dettall.", "Jiena nħoss li ma hemm u m'għandu jkun l-ebda forma ta' ġustifikazzjoni għal dan l-att barbaru, kienet x'kienet il-kawża li mbottat lit-terroristi 'l quddiem.", "L-istess ngħid għall-attakk li sar b'mod parallel ġewwa Madrid fi Spanja, fejn il-qtil ta' nies innoċenti kien fuq skala akbar.", "Għalija min jipprova jiġġustifika, ikun qiegħed juri ċerta dgħjufija u nuqqas ta' serjeta` u integrita`.", "Ħalli nagħmluha ċara.", "Aħna bħala Partit Laburista konna u għadna kontra l- gwerra li kien hemm fl-Iraq u anke l-okkupazzjoni, iżda minkejja dan kollu aħna xorta waħda nikkundannaw dak kollu li sar fir-Renju Unit, mingħajr ebda riżerva, anke jekk jirriżulta – għax għalissa għad m'hemmx provi – li dan l-att terroristiku seta' b'xi mod kien marbut, direttament jew indirettament, mar-rwol attiv li ħadet l-Ingilterra fil-konflitt mal-pajjiż Għarbi li għadni kif semmejt.", "Għalkemm ħafna nies kienu ilhom jispekulaw, fosthom l-Ingliżi stess, li l- Ingilterra kienet target b'potenzjal għal atti simili f'xi data jew oħra, xorta waħda l-aħbar kienet xokkanti għax laqtet ħafna nies innoċenti, ta' kull kulur, ta' kull orjentament u ta' kull nazzjonalita`.", "Dawn m'għandhom ħtija ta' xejn u allura l-problema żżid aktar fil-gravita` tagħha, għalkemm kieku l-attakk sar fuq nies politiċi, xorta waħda l-aħbar ma kenitx tkun tajba.", "Nixtieq nieħu spunt biex nitkellem dwar il-kundanna tal-Musulmani in ġenerali, speċjalment minħabba ċertu isteriżmu li kien hemm fil-media mhux biss Ingliża imma anke l-media internazzjonali li segwejt permezz ta' l- internet.", "Jiena ma naqbilx mal-prinċipji fundamentalisti eċċessivi ta' ċerti Musulmani imma fis-soċjeta` moderna u liberali tal-lum lanqas nistgħu nittolleraw li jkollna dik li tissejjaħ \"Islamophobia\", fejn jeħlu l- Musulmani kollha li għandna mxerrdin mad-dinja.", "Lili dan ifakkarni fil-mewġa daqstant ieħor preokkupanti ta' anti-semitiżmu li hawn bħalissa fid-dinja.", "Jiena diversi drabi ikkritikajt pubblikament - permezz ta' kitba u anke permezz ta' diskorsi li għamilt - ħafna mill- policies tal-gvern ta' Iżrael.", "Imma xorta waħda, bil-qawwa kollha, kemm hawnhekk u anke fil-Kunsill ta' l-Ewropa, ikkundannajt l-anti-semitiżmu.", "Għax jien ma nħossx li jekk aħna qed nikkundannaw policy ta' gvern, għandna nikkundannaw ġens in ġenerali.", "Anzi jekk nagħmlu hekk, inkunu qed naqgħu f'xi forma ta' razziżmu.", "Hija interessanti l-leġislazzjoni li għaddejja bħalissa ġewwa l-Ingilterra proprju biex tiġi definita r-racial hatred, li sfortunatament kemm f'kuntest ta' Islamophobia kif ukoll f'kuntest ta' anti-semitiżmu, qed tikber saħansitra fl-aktar pajjiżi liberali Ewropej li sa ftit taż-żmien ilu kienu magħrufa għat-tolleranza kbira tagħhom, għall-kulturi, għar- reliġjonijiet, għat-twemmin u għall-orjentament differenti tagħhom.", "Daqstant ieħor nawgura li hija infondata l-ispekulazzjoni li hemm fl- Ingilterra - għallinqas meta kont qiegħed hemm din l-ispekulazzjoni kienet qawwija ħafna anke fost delegati tal-konferenza li għaliha attendejt - illi l-Italja u d-Danimarka qed jiġu identifikati bħala potential targets għal atti simili fil-ġejjieni qarib.", "J'Alla dawn iż-żewġ popli ħbieb tagħna ma jkunux milqutin mill-esperjenza trawmatika li għadda minnha kemm il-poplu Ingliż kif ukoll il-poplu Spanjol, fuq skala ikbar, ftit aktar kmieni.", "Jien ma nistax nitkellem b'awtorita` fuq l-inċidenti li ġraw fl-Ingilterra għax għalkemm jiena kont qiegħed hemmhekk fil-ġranet li ġara' l-inċident, ma kontx ġewwa Londra u mort il-Ħadd u t-Tnejn għax kelli xi laqgħat.", "Nista' ngħid li laqatni - kemm minn dak li segwejt kif ukoll minn dak li rajt b'għajnejja u anke minn dak li rnexxieli nisma' permezz tal-mezzi tax- xandir - il-kuraġġ u d-determinazzjoni li wera l-poplu Ingliż, għax minkejja l-biża' li bla dubju ta' xejn nissel fih dan l-att terroristiku, ma kienx hemm sens qawwi ta' paniku fost l-Ingliżi.", "X'irrid ngħid b'dan?", "Li għalkemm kien hemm ċerta biża', il-poplu rnexxielu jikkontrolla s- sitwazzjoni b'tali mod li ma waqax fil-paniku li wieħed normalment jirrikorri għalih kważi b'mod istintiv.", "Kienet daqqa ta' ħarta għall-Ingliżi mhux biss għax inxtered id-demm ta' nies innoċenti imma anke għax dan l-att issuċċieda kemm mal-ftuħ tal-G8, is- summit ta' Gleneagles, li l-gvern ta' Tony Blair kien ilu jipprepara għaliha b'intensita`, kif ukoll mas-suċċess li kienu għadhom kif kisbu l- Ingliżi dwar il-location ta' l-Olympic Games għas-sena 2012.", "Qed ngħid dan kollu mhux biex noqgħod ninċensa lil wieħed jew lill-ieħor imma għax il- fatt li jkollok poplu li f'inqas minn 24 siegħa jgħaddi minn esperjenza daqshekk trawmatika, hija xi ħaġa kiefra.", "Għax filli jkollok poplu Ingliż li kien qed igawdi minn spirtu qawwi ta' ferħ nazzjonali u kważi kien hemm karnival ta' briju, filli bħal leħħa ta' berqa dan kollu nbidel fi ġrajja ta' sogħba u niket.", "Kif għedt aktar kmieni, jiena kelli l-okkażjoni li mmur Londra l-Ħadd u t- Tnejn ta' wara li ġara l-inċident u stajt nara l-isforzi kbar li għamlu ċ- ċittadini Ingliżi biex ireġġgħu l-ħajja għan-normal, b'dak is-sense of pride tagħhom ta' business as usual, soċjeta` li dejjem ammirajtha għax forsi hija iktar multi-kulturali u multi-etnika minn ċerti soċjetajiet oħrajn fl-Ewropa, għalkemm illum din it-taħlita kompliet tikber f'ħafna pajjiżi oħra.", "Ħadt gost ukoll bir-reazzjoni ta' diversi gruppi Musulmani madwar id-dinja, fosthom il-Musulmani Maltin, li minflok ippruvaw isibu xi skuża jew jiġġustifikaw b'xi mod dak li ġara, għall-kuntrarju għamlu kundanna kategorika, kienet x'kienet il-kawża li wasslet għal dan l-att terroristiku.", "Naħseb li din għenet biex tkompli tissaħħaħ l-integrita' tal- Musulmani u jiġi rrispettat it-twemmin tagħhom.", "Għax għalkemm jiena personalment ma naqsamx magħhom dan it-twemmin, min huwa midħla tagħhom jgħidlek li dan it-twemmin bl-ebda mod ma jipprattika jew jippriedka l-atti barbari li rajna kemm f'Madrid, kemm fl-Ingilterra u fuq skala ħafna akbar fl-Istati Uniti, il-famuż inċident tal-11 ta' Settembru.", "Mr Speaker, jiena nikkundanna t-terroriżmu – hawn qed nitkellem b'mod ġenerali – għax l-ewwelnett jipperikola d-drittijiet tal-bniedem, speċjalment id-dritt tal-ħajja.", "Jekk aħna kontra l-abort, għax dan imur kontra d-dritt tal-ħajja, daqshekk ieħor it-terroriżmu meta jwassal għat- tixrid ta' demm ta' nies innoċenti, qed iċaħħdek mid-dritt tal-ħajja.", "It- terroriżmu huwa theddida għad-demokrazija, ħafna drabi jipprova intenzjonalment jiddistabilizza gvernijiet leġittimi, jimmina anke soċjeta` ċivili pluralistika u forsi iktar gravi minn hekk, ikun ta' challenge għad- dritt taċ-ċittadini komuni biex huma u qrabathom jgħixu b'mod ħieles mill- biża' u t-terrur.", "Nafu li f'Novembru li ġej f'Malta se jkollna ċ-CHOGM, il-Heads of Government Meeting.", "Jiena l-ewwelnett niddikjara li għandi kull fiduċja fil-forzi tas-sigurta` u l-bon ordni fil-pajjiż, ħalli ħadd ma jaħseb li qed nipprova nkun allarmista, imma nħeġġeġ ġenwinament lill-gvern – dan mhux qed ngħidu biex nieħu xi rikba politika – biex ikun viġilanti kemm jista' jkun, kif jien deep down persważ li se jkun, biex meta personalitajiet bħar-Reġina, Tony Blair u l-Prim Ministru Awstraljan, li kienu fuq quddiem fil-kwestjoni tal-gwerra ta' l-Iraq, ikunu qegħdin miġburin f'post konċentrat ġewwa pajjiżna, ma jistrieħx biss fuq in-know- how u l-expertise tal-forzi tas-sigurta` tagħna, kapaċi kemm huma kapaċi.", "Jiena nġeġġeġ lill-gvern biex ladarba dħalna għal dan il-commitment, għal din l-ispiża u għal dan l-impenn, li huwa wkoll impenn prestiġjuż - biex inkunu għedna kollox u dan qed ngħidu bl-aktar spirtu kostruttiv - ifittex u jekk hemm bżonn jistrieħ fuq il-kollaborazzjoni mill-qrib tal-forzi tas- sigurta` ta' dawk il-pajjiżi kollha ħbieb tagħna, li forsi għandhom professjonaliżmu, know-how u expertise aktar minn tagħna.", "Jiena se nagħlaq id-diskors tiegħi kif bdejt, billi nikkundanna l-att ta' terroriżmu li sar fl-Ingilterra.", "Bix-xenarju ta' taqlib li hawn fid-dinja llum huwa diffiċli li tagħmel riżoluzzjoni u tawgura li dawn l-affarijiet ma jerġgħux jirrepetu ruħhom, għax sfortunatament se jerġgħu jirrepetu ruħhom.", "Li ma nafux huwa fejn, meta u kif.", "Imma xorta waħda l-appell tiegħi huwa li jkollna s-sens komun u t-tolleranza biex għallinqas iċ- ċivilta` in ġenerali tgħix b'mod aktar ħieni, b'mod li tiġi apprezzata aktar il-ħajja u li dan l-aġir insensat jirrikorru għalih kemm jista' jkun mill-inqas, biex ma ngħidx \"xejn affattu\".", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Silvio Parnis.", "ONOR.", "SILVIO PARNIS: Sur President, jien nemmen li l-għan tagħna f'dan il-parlament hu li niddiskutu materji li jistgħu jtejbu l-kondizzjoni tal- poplu Malti u Għawdxi.", "Illum ħassejt li għandi nitkellem dwar dak li qiegħed jiġri fid-dar ta' l-aġenzija Sapport li tinsab fil-limiti ta' Ħal Tarxien u l-Fgura fejn igħixu persuni b'diżabilita`.", "Qiegħed nitkellem fuq dan is-suġġett mhux biex nieħu xi vantaġġ politiku imma għax nemmen, bħalma jemmnu oħrajn bħali, li rridu nkunu aħna li nagħtu leħen lil dawk il- persuni li fis-soċjeta` m'għandhomx leħen.", "L-ewwelnett irrid ngħid li jien ġejt avviċinat mill-familjari ta' waħda minn dawn il-persuni li ma nħossx li għandi nsemmi isimha.", "Naturalment jekk il-ministru jinteressah, jien lest li ngħaddilu l-informazzjoni kollha mhux biex nieħu xi kapital politiku, kif għedt diġa`, imma biex intejbu l- kondizzjonijiet tal-persuni b'diżabilita` li jinsabu fid-djar ta' l- aġenzija Sapport.", "Fil-fatt f'idejja għandi rapport li juri li din il- persuna waqgħet ħafna drabi, tilfet il-bilanċ u anke żelqet.", "Jien lest li ngħaddi dan ir-rapport lill-ministru responsabbli biex ngħinu jsolvi din il- problema.", "Onestament ma rridx inwaħħal fil-ħaddiema, imma nixtieq li nagħmlu xi ħaġa biex lil dawn l-aġenziji, li huma tajbin u li permezz tagħhom qed tingħata għajnuna biex il-persuni b'diżabilita` jgħixu weħidhom bl-għajnuna ta' xi care workers, nipperfezzjonawhom.", "Żgur li l-partit Laburista m'huwiex se jfixkel dan il-qasam imma naħseb li jrid ikollok kuxjenza biex tagħżel bejn dak li huwa tajjeb u dak li huwa ħażin.", "Hawnhekk għandi ċertifikat ta' tabib li juri li nhar is-Sibt li għadda din il-pazjenta għamlet xi disa' punti f'rasha.", "Għandi wkoll ċertifikati oħra ta' tobba li juru dak kollu li ġara f'din id-dar.", "Sur President, meta tisma' dan kollu bilfors tasal għall-konklużjoni li hemm bżonn isir xi ħaġa mill-aktar fis.", "Ma nistax nifhem kif pazjenta li fiha daqs dinja, tispiċċa fl-art u ma jkun hemm ħadd li m'huwiex b'saħħtu daqstant li jkun jista' jerfagħha.", "L-ilmenti li qed jidħlu f'din id-dar huma kbar.", "Per eżempju, għalfejn għandek issib xi resident għarwien meta din id-dar iżżomm fiha kemm nisa kif ukoll irġiel?", "Jien qed inressaq dan l- ilment għax ħafna mill-familjari ta' dawn ir-residenti marru fejn kellhom imorru, imma ma ġewx stmati.", "Jien onestament ma jinteressanix inkun naf x'kulur politiku jħaddnu dawn il- familjari.", "Li jinteressani hu li dawn in-nies ġew ikellmuni biex intejbu l- kondizzjoni tal-persuni li jgħixu f'din id-dar li tinsab ġewwa l-Fgura.", "Fix-xhur li ġejjin se jkollna ċ-ċans li nitkellmu dwar dak li qed jiġri fl- aġenzija Sapport u żgur li m'hu pjaċir ta' ħadd li nitkellmu dwar affarijiet bħal dawn.", "Ta' min jgħid li din l-istess persuna li kont qed nitkellem dwarha, mis-27 ta' April sal-lum, kellha madwar 35 injury.", "Għaldaqstant nixtieq niġbed l-attenzjoni tal-ministeru biex intejbu dak li qed jiġri f'din id-dar tal-Fgura.", "Dawn il-familjari li ġew ikellmuni għandhom għal qalbhom ħafna, u hekk għandu jkun, lil din il-persuna u jinteressahom ħafna li tkun miżmuma tajjeb.", "Tajjeb li nsemmi wkoll li fi Frar li għadda dawn il-persuni kellhom inċident bil-karozza ta' l-aġenzija Sapport u minn dakinhar sal-lum din il- karozza għadha ma taħdimx u dan b'dannu għall-istess residenti li lanqas għandhom biex joħorġu.", "Sur President, flus biex igawdu l-ħafna nies imlaħħqin li għandna fil-pajjiż, għandna.", "U jien nistaqsi: X'differenza tgħaddi bejn chairman ta' azjenda u din id-dar għal persuni b'diżabilita`?", "Liċ-chairman mill-ewwel nirranġawhielu l-karozza tiegħu bħallikieku mingħajru l-pajjiż ma jimxix, imma lil dawn il-persuni b'diżabilita`, għax m'għandhomx leħen, ma nirranġawhielhomx mill-ewwel il-karozza.", "Konsegwenza ta' dan, dawn ir-residenti ilhom ma joħorġu minn Frar u hemm uħud minnhom li lanqas għandhom sapport mill-familjari tagħhom.", "Barra minn hekk f'din id-dar hemm nuqqas ta' sigurta`.", "Dan qed ngħidu għax kif diġa` għedt, hemm pazjenta li waqgħet ħafna drabi, kellha ksur f'sieqha, dan l- aħħar għamlulha wkoll xi disa' punti f'rasha u saħansita kellha bidu ta' trombosi mingħajr lanqas biss ħadd ma nduna.", "Ta' min igħid ukoll li f'din id-dar lanqas tabib fiss m'hemm biex jara lill-pazjenti kull tant żmien.", "Sur President, filwaqt li nixtieq insellem lill-ħaddiema ta' din l-aġenzija u nifirħilhom, bħalma kelli l-okkażjoni nifraħ lill-ħaddiema ta' St Vincent de Paule għax-xogħol siewi u dedikat li jagħmlu meta din il-ġimgħa mort inżur anzjana miż-Żurrieq li għalqet 100 sena, irrid ngħid ukoll li huwa tajjeb li niltaqgħu ma' l-istaff u ma' min hu fuqu, għax nemmen li m'għandux jispiċċa jaqlagħha ż-żgħir biex il-kbir ikompli jistagħna.", "Naturalment ħaddiem wieħed waħdu ma' tlieta min-nies li jagħmlu li jfettlilhom għax huma persuni b'diżabilita' ma tantx jista' jagħmel wisq.", "Qabel ma fetħet din id-dar, il-familjari ġew imwiegħda li kultant żmien lil dawn ir-residenti se jsiefruhom mentri f'sentejn li ilha titmexxa din id- dar, lanqas attivita` mill-aġenzija stess ma kellhom u lanqas biss ħaduhom jaraw il-festa ta' Ħal Tarxien.", "Imbagħad meta tmur titkellem ma' min għandek titkellem igħidlek li rridu naħdmu bir-riżorsi li għandna.", "Jien qed nagħmel appell biex mill-aktar fis il-ministru tagħti prijorita` lil dawn in-nies billi l-karozza li ilha mkissra minn Frar, tiġi rranġata ħalli għallinqas ikunu jistgħu joħorġu ftit.", "F'din is-sħana kollha lanqas ġurnata l-baħar ma ħaduhom, Sur President.", "Jekk dawn il-persuni se joqogħdu hemm ġew magħluqin ġewwa, bilfors se jirvillaw u se jkollhom misbehaviour!", "Jien nerġa' ntenni li ħadd m'għandu jikkwotani li jien qed nagħmel dan l- aġġornament biex minnu nieħu xi kapital politiku.", "Jekk xi ħadd jaħseb hekk, sejjer żbaljat.", "Aħna tlajna f'dan il-parlament biex nagħtu leħen lil min m'għandux.", "Taf x'qed jiġri f'dan il-pajjiż?", "Peress li l-maġġoranza kbira tal-poplu għaddej tajjeb, naħsbu li l-poplu kollu qiegħed tajjeb.", "Irridu niftakru li f'dan il-pajjiż għandna persentaġġ żgħir ta' nies li m'għandhomx leħen u jekk ma nkunux aħna jew nies oħra li għandhom kuxjenza soċjali biex jagħtuhom leħen, se nfallu.", "X'inhu l-aħjar f'dan il-pajjiż?", "Li tgħin lil dawk li m'għandhomx leħen jew li tisma' aktar lil dawk li għandhom leħen?", "Min għandu saqajh kapaċi jimxi waħdu imma min m'għandux saqajn, irid ikun hemm min jimbottah biex jimxi.", "Jien nittama li dan li ġibna għall-attenzjoni tal-parlament neħduh bis- serjeta` għax f'dawn l-aħħar ġimgħat it-traskuraġni qiegħda tinfirex ma' kullimkien.", "Ħafna nies 'il bogħod minn kull kulur politiku qegħdin jersqu lejna biex l-oppożizzjoni Laburista sservi ta' pressure group għal dawk li ma jridux jisimgħu.", "Sur President, jien nittama li fil-ġranet li ġejjin min hu responsabbli mill-aġenzija Sapport jitkellem magħna ħalli flimkien inkunu nistgħu ntejbu l-kondizzjonijiet ta' dawn il-persuni u jkollna l-kuraġġ nerġgħu niġu f'dan il-parlament u lill-poplu tagħna niggwidawh dwar l-aħħar żviluppi li saru f'din l-aġenzija.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada l- Erbgħa, 13 ta' Lulju, 2005, fis-6.00 pm. bl-aġenda kif komunikata mill- Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "IMWIET KAWŻA TAT-TITJIP", "13395.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid kemm imwiet kellna din is-sena attribwiti għat-tipjip, irġiel u nisa?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: In-numru ta' imwiet recorded fir-reġistru nazzjonali minn Jannar sa Mejju ta' din is-sena, meqjusa li ġew ikkaġunati minħabba t-tipjip, huwa ta' 186, cioe' 131 raġel u 55 mara.", "Ċifri għax-xahar ta' Ġunju 2005 għadhom qed jinġabru.", "TFAL TAĦT L-ETA' F'POSTIJIET TA' DIVERTIMENT", "13396.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien hemm każi ta' tfal taħt l-eta' f'postijiet ta' divertiment din is-sena?", "F'liema lokalita'?", "Ittieħdu passi kontra s-sidien?", "ONOR.", "TONIO BORG: Il-pulizija matul din is-sena bdiet proċeduri bil- qorti kontra 14-il persuna responsabbli minn postijiet ta' divertiment u dan wara li nstabu 31 persuna taħt is-16-il sena f'San Ġiljan, Birżebbuġa, iż-Żurrieq u l-Fgura.", "TIPJIP FEJN MHUX PERMESS", "13397.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm-il persuna nqabdet tpejjep fejn m'għandhiex din is-sena?", "ONOR.", "TONIO BORG: Il-pulizija matul l-ewwel sitt xhur tas-sena bdiet proċeduri kriminali quddiem il-qorti kontra 116-il persuna talli pejpu f'postijiet fejn mhux permess.", "TIPJIP FI STABILIMENTI", "13398.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm-il darba ttieħdu passi bil-qorti kontra sidien talli ħallew isir tipjip fl- istabiliment tagħhom?", "Kemm-il każ ġie deċiż?", "ONOR.", "TONIO BORG: Il-pulizija matul l-ewwel sitt xhur tas-sena bdiet proċeduri kriminali bil-qorti kontra 16-il persuna talli ppermettew tipjip fl-istabiliment tagħhom.", "Kien hemm tnejn li nstabu ħatja u ħamsa li ġew liberati, filwaqt li l-proċeduri kontra d-disgħa l-oħra għadhom pendenti.", "TELF TA' L-INTERPRINT", "13442.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm kien it-telf ta' l-Interprint is-sena l-oħra u kemm tilfet wara li tkeċċew 15-il ħaddiem?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "REDUNDANCIES MILL-INTERPRINT", "13443.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm flus inħarġu sabiex 15-il ħaddiem li sfaw redundant mill-Interprint jingħataw it-terminal benefits?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "SALVAGWARD TA' ART AGRIKOLA", "13459.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid x'inhi l-policy tal-gvern ħalli jassigura li tiġi ssalvagwardata art għammiela?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Il-MEPA għandha numru ta' policies indirizzati sabiex jissalvagwardaw art agrikola, imsejsa fuq il-qafas strateġiku tal- pjan ta' struttura, permezz ta' numru ta' policies f'taqsima 11 - agriculture, horticulture and fisheries.", "Hemm policies oħra f'taqsima 15 – conservation - li jisħqu fuq il-ħtieġa ta' ħarsien ta' art agrikola ta' kwalità tajba.", "Numru ta' pjani lokali - jew l-abbozz tagħhom - jenfasizzaw il-ħtieġa li tiġi mħarsa art għammiela u, fejn hu rilevanti, din hija wkoll indikata fuq mapep li magħhom ikun hemm policies partikolari.", "F'każ ta' proġetti ta' ċertu daqs, dawn huma wkoll suġġetti għal studji ta' impatt ambjentali u ħafna drabi l-art agrikola tikkostitwixxi wieħed mill- fatturi li jiġi mgħarbel bir-reqqa.", "KAŻI QUDDIEM IL-PSC", "13460.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid kemm każi tressqu fil-preżent quddiem il-PSC?", "Kemm ilha l-aktar talba pendenti?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Kien hemm tliet każi li tressqu quddiem il- PSC, wieħed minnhom ilu pendenti minn Frar 2005 waqt li l-ieħor ġie konkluż.", "Hemm ukoll każ kriminali li ġie sottomess lill-kummissjoni ai termini ta' regolament 14 tar-regolamenti ta' l-1999 tal-kummissjoni dwar is-servizz pubbliku.", "Il-każ ilu pendenti quddiem il-qorti minn Lulju ta' l-2004.", "KAŻI QUDDIEM IL-PSC", "13462.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid kemm każi tressqu fil-preżent quddiem il-PSC?", "Kemm ilha l-aktar talba pendenti?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Hemm tmien każi pendenti quddiem il-PSC, bl-aktar każ li ilu pendenti jmur lura għall-1993.", "KAŻI QUDDIEM IL-PSC", "13463.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm każi tressqu fil-preżent quddiem il-PSC?", "Kemm ilha l-aktar talba pendenti?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ma tressaq l-ebda każ quddiem il-PSC.", "KAŻI QUDDIEM IL-PSC", "13464.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' il- Ministru tgħid kemm każi tressqu fil-preżent quddiem il-PSC?", "Kemm ilha l- aktar talba pendenti?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Fil-preżent m'hemm l-ebda talba pendenti quddiem il-PSC.", "KAŻI QUDDIEM IL-PSC", "13465.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' il-Ministru jgħid kemm każi tressqu fil-preżent quddiem il-PSC?", "Kemm ilha l-aktar talba pendenti?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Fil-preżent hemm ħames każi quddiem il-PSC, bl-aktar talba li ilha pendenti tmur lura għall-1 ta' April, 2005.", "ĦADDIEMA TA' L-INTERPRINT", "13477.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid jekk hux minnu li sa nhar is-Sibt 11 ta' Ġunju, 2005 għadd ta' ħaddiema ta' l- Interprint kellhom jaħdmu overtime u dan wara l-ħafna ordnijiet ta' xogħol li daħlu?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "KLIJENTI TA' L-INTERPRINT", "13478.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jikkonferma li fost il-klijenti ta' l-Interprint hemm pubblikaturi/enti Ewropej bħad-WHO, l-ILO, il-UNEP, l-ITC u l-Oxford Press?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "COMMONWEALTH ACTION PROGRAMME FOR THE DIGITAL DIVIDE", "13496.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 13419 u jgħid x'inhu l-kontribut li l- MITI beħsiebu jagħti għall-Commonwealth action programme for the digital divide?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "SLIEMA WANDERERS FOOTBALL CLUB", "13506.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jgħid meta hu maħsub li t-team tas-Sliema Wanderers jerġa' ikun jista' juża l-ground li kellu qabel u li kien tneħħa temporanjament minħabba l-iżvilupp ta' Tigne'?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: L-aħħar permess assoċjat ma' l-iżvilupp sportiv ta' Tigne', li jkopri Tigne' sports, Tigne' south u t-tunnel, inħareġ fid- 19 ta' Frar, 2004 u l-aħħar data għat-tlestija ta' din il-fażi hija Frar 2008.", "Il-ministeru għandu indikazzjoni li x-xogħlijiet konnessi mal- faċilitajiet tas-Sliema Wonderers jistgħu jitlestew sa Novembru, 2007.", "Hekk kif jitlesta x-xogħol, issir il-verifika li x-xogħlijiet ikunu saru skond l-ispeċifikazzjonijiet annessi mal-kuntratt u wara jkun jista' jinbeda l-proċess sabiex is-Sliema Wanderers jingħataw titlu fuq il- faċilitajiet miftiehma."]} {"filename": "20061027_444d_par.doc", "date": "2006-10-27", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Uffiċjali u Rivedut) L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 444 Il-Ġimgħa, 27 ta' Ottubru 2006 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 444", "Il-Ġimgħa, 27 ta' Ottubru 2006", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.01 p.m.", "Talba", "Seduta Nru. 444", "Il-Ġimgħa, 27 ta' Ottubru 2006", "WERREJ", "MINUTI 108", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI 108", "TQEGĦID TA' KARTI 114", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA 115", "MOZZJONI BIEX IL-KAMRA TMUR F'KUMITAT TA' PROVVISTA GĦALL-KONSIDERAZZJONI TA' L-ESTIMI ĠENERALI TA' SPIŻA GĦAS-SENA 2007 (IT-TIENI JUM IMĦOLLI KOLLU GĦALL-GVERN) 115", "AĠĠORNAMENT 135", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 136", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 443 li saret fil-25 ta' Ottubru, 2006 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "OPM - KONSULENZA", "20017.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Chris Agius) staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jagħti lista ta' konsulenti jew kumpanniji ta' konsulenza, lokali jew barranin, li l- ministeru tiegħu, inklużi il-korporazzjonijiet pubbliċi li jaqgħu taħtu, għamel użu minnhom mill-1 ta' Jannar, 2006 sal-lum?", "Fiex kien jikkonsisti s-servizz li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet għal kull każ?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (Segretarju Parlamentari) (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra tabella li turi l-informazzjoni mitluba.", "VAT", "20805.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Jista' il-Prim Ministru ġentilment iwieġeb mistoqsija parlamentari 20364 fejn il-kelma \"kontribuzzjoni\" qed tirriferi għall-ħlas dovut?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Fl- 2005 kien hemm 165 persuna li ma ħallsietx it-taxxa kollha tal-VAT.", "Minn Jannar sa Ġunju ta' din is-sena kien hemm 1087 persuna li ma ħallsietx it- taxxa kollha tal-VAT.", "Din kienet tammonta għal Lm1,902,912.", "INFIQ KAPITALI", "21030.", "L-ONOR.", "DAVID AGIUS staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jagħti, sena b'sena, mill-1976 sal-lum, in- nefqa kapitali taħt l-oqsma kollha ta' spiża differenti bħal ilma, biedja, edukazzjoni, ambjent eċċ.?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): L- Informazzjoni tinsab fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra.", "ĠBIR TA' VAT MILL-INDUSTRIJA TAL-KOSTRUZZJONI", "21111.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Charles Buhagiar) staqsa lill- Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jagħti l- persentaġġ ta' valur ta' VAT miġbur mill-industrija tal-kostruzzjoni matul l-2005 meta mqabbel mal-valur totali miġbur għall-istess sena?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Matul is-sena 2005 il-net VAT miġbura mill-industrija tal-kostruzzjoni (Nace 4521 General Construction and Civil Engineering works) kienet tammonta għal Lm7,451,838.", "Din is-somma tkopri biss in-NACE msemmi hawn fuq u tirrappreżenta 4.43% tas-somma netta globali miġbura mill-VAT li kienet ta' Lm68,247,183.", "VAT", "21114.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Charles Mangion) staqsa lill- Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Kemm ġabar taxxa tal-VAT il-gvern fuq il-fuel kollu ta' kull tip importat f'Malta matul l-2004, l-2005 u l-2006 sat-30 ta' Settembru?", "Kemm ġabar VAT fuq servizzi soġġetti għat-taxxa tal- VAT matul l-2004, l-2005 u l-2006 sa Settembru?", "Kemm ġabar VAT fuq il- kumplament ta' prodotti soġġetti għat-taxxa tal-VAT matul l-2004, l-2005 u l-2006 sat-30 ta' Settembru?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Il- bejgħ ta' fuel ma jsirx biss mill-Korporazzjoni Enemalta imma jsir ukoll minn distributuri oħrajn li fl-attivita' ekonomika tagħhom għandhom ukoll il-bejgħ ta' fuel.", "Il-VAT titħallas mill-Enemalta meta l-fuel jinbiegħ u mhux meta jiġi mportat.", "In-net VAT dikjarata mill-Korporazzjoni Enemalta mill-2004 sat-30 ta' Settembru 2006 huwa kif ġej :", "2004 - Lm10,462,933 2005 - Lm11,737,737 2006 - Lm10,197,845 (Jannar – Settembru)", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: X'inhi r-raġuni li l-gvern ma jżommx record ta' dak li jdaħħal bħala VAT mill-kumpanniji privati kif iżomm fil-każ ta' l- Enemalta?", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Probabbilment dak li jidħol minn distributuri oħrajn ikun parti mix-xogħol tagħhom globali u allura jinżel fil-balance sheet tagħhom.", "Il-VAT office ma joqgħodx jidħol f'kull item u din l- informazzjoni tista' tidħol għandu bħala parti minn struttura ikbar.", "TRUSTS", "21415.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Kemm-il trust twaqqfet f'Malta fl- 2004, fl-2005 u fl-2006 (sal-lum)?", "Liema kienu l-aktar tliet nazzjonalitajiet li fetħu trusts f'Malta?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): L- Informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.", "FAĊILITA' KORRETTIVA TA' KORDIN", "20683.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onror.", "Chris Cardona) staqsa lill- Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Kemm ħabsin inqabdu taħt l-influwenza tad-droga waqt li kienu miżmumin il-ħabs is-sena l-oħra?", "ONOR.", "TONIO BORG (Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern): Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għal mistoqsija parlamentari 18736.", "QRATI - PERSUNI BARRANIN", "20684.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Chris Cardona) staqsa lill- Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Kemm barranin tressqu l-qorti din is-sena u fuqiex?", "Mil-liema pajjiż ġejjin?", "ONOR.", "TONIO BORG: Bejn Jannar u Settembru ta' l-2006, il-pulizija ressqet 331 persuna ta' nazzjonalita' barranija quddiem il-qorti.", "Fost in- nazzjonalitajiet kien hemm dawn il-pajjiżi:", "Alġerija, Awstralja, Bosnia Herzegovina, Brażil, Bulgarija, Kanada, Chad, Ċina, Kolombja, Kroazja, Eġittu, Eritreja, Etjopja, Franza, Ġermanja, Ghana, Ingilterra, Irlanda, Iraq, Italja, Kosta ta' l-Avorju, Ġordan, Kuwajt, Latvja, Libanu, Liberja, Libja, Litwanja, Mali, Marokk, Messiku, Moldavja, Niġerja, Pakistan, Palestina, Filippini, Polonja, Rumanija, Russja, Serbja, Slovakkja, Slovenja, Somalja, Stati Uniti, Sudan, Svezja, Svizzera, Sirja, Turkija, Tuneżija, Ukranja, Jugoslavja u Żimbabwe.", "L-akkużi kienu jinkludu, fost oħrajn, serq, offiża fuq il-persuna, frodi u falsifikazzjoni, pussess/traffikar ta' droga, theddid u inġurji, reżistenza fuq uffiċjali pubbliċi, ħsara volontarja, offiżi sesswali, ħrib minn post ta' kustodja, ksur tal-liġi tad-Dwana u tal-VAT u ksur tal-liġi ta' l- Immigrazzjoni.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħidli jekk analizzax l- ilment li kont ressaqtlu dwar il-mod kif qed tiġi komunikata l-identity card il-ġdida?", "Jaqbel li din għandha tkun tgħodd għal Malta biss?", "Jista' jgħid x'inhi r-raġuni?", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Sur President, hawnhekk qegħdin nitkellmu dwar karta ta' identita' Maltija maħruġa lil ċittadin barrani u mhux dwar karta ta' identita' Maltija maħruġa lill-Maltin.", "Għal raġunijiet ovvji din tista' tużaha bħala travelling document, basta tkun Malti.", "Il-fatt li ċittadini barranin residenti f'pajjiżna għandhom ukoll karta ta' identita' tal-pajjiż minn fejn ġejjin, jista' joħloq problema u l-Kummissjoni Ewropea ġibditilna l-attenzjoni għal dan il-fatt.", "Ġaladarba l-Onor.", "Interpellant qajjem din il-kwestjoni tajjeb li nitkellem dwarha.", "Tajjeb li nsibu xi soluzzjoni li biha tiġi salvagwardjata l-kwestjoni li ssemmiet mill-Kummissjoni Ewropea kif ukoll il-konvenjenza ta' dawn in-nies barranin li għandhom identity card Taljana, per eżempju, pero' għandhom identity card Maltija wkoll.", "Naturalment bil-passapart dejjem tista' tivvjaġġa imma l-kwestjoni qamet dwar jekk barrani li jkun residenti f'Malta, nagħtu kas Taljan, jistax juża l-identity card Maltija biex jivvjaġġa lejn l-Italja.", "Naturalment qed insemmi l-Italja bħala eżempju għax safejn naf jien ma' l-Italja ma jeżistux dawn it-tip ta' problemi.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Persuni barranin li jkunu reġistrati Malta, għandhom working permit u jħallsu t-taxxa lill-inland revenue, ma jkollhomx identification proprju ta' fejn ikunu jgħixu minħabba li jkunu nformaw lil pajjiżhom li qegħdin jgħixu f'art oħra?", "ONOR.", "TONIO BORG: Il-liġi tagħna ta' l-1975 tgħidlek li jekk inti ilek sitt xhur tgħix f'Malta, mhux biss għandek id-dritt imma għandek l-obbligu li jkollok l-identity card fuqek.", "Dik hi r-regola.", "Aħna nistgħu nivvjaġġaw f'pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea permezz ta' l-identity card biss imma mbagħad il-kwestjoni kollha qamet dwar jekk ċittadin barrani residenti f'Malta għandux bżonn l-identity card ta' Malta jew ta' pajjiżu proprju biex jivvjaġġa.", "Naturalment dan kollu jispiċċa meta nidħlu fix-Schengen.", "Meta nidħlu fix-Schengen mhux talli ma jkollniex bżonn ta' passaport biex nivvjaġġaw fil-pajjiżi li jaċċettaw ix-Schengen imma lanqas ta' l-identity card.", "Li jkollok bżonn huwa biss l-ewwel darba li tidħol fil-pajjiż.", "Per eżempju jekk Libjan jiġi Malta u nagħtuh ix-Schengen viża, ġaladarba jidħol f'Malta, hu mingħajr bżonn ta' passaport u mingħajr bżonn ta' identity card ikun jista' jiċċirkola fi kwalunkwe pajjiż ta' l-Unjoni Ewropea.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Peress li l-Viċi Prim Ministru qed isemmi persuna Libjana, jirriżultalu li l-identity card Maltija toħroġ għal EU members u għal non EU members bl-istess mod?", "ONOR.", "TONIO BORG: M'hemm l-ebda differenza.", "L-unika differenza hi li jekk inti qiegħed fl-Unjoni Ewropea, tista' tiċċirkola bl-identity card pero' imbagħad qamet il-kwestjoni dwar jekk għandekx tiċċirkola bl-identity card ta' pajjiżek proprju jew tal-pajjiż li fih inti residenti llum.", "Jekk persuna tkun ġejja minn pajjiż li m'huwiex membru ta' l-Unjoni Ewropea, bħall-każ li rrifera għalih l-Onor.", "Interpellant, jiġifieri ta' ċittadin Libjan, xorta waħda tinħariġlu l-identity card jekk ikun ilu sitt xhur f'Malta, pero' dik ma tintitolahx li jużaha biex isiefer biha.", "Biex isiefer bilfors irid juża l-passaport, anke minħabba r-regola li teżisti li dawk in-nies li jkunu ġejjin minn pajjiżi li m'humiex membri ta' l-Unjoni Ewropea trid tittimbralhom il-passaport.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Ħa nagħmel din id-domanda għal punt ta' kjarifika biss.", "Ma jaħsibx il-Viċi Prim Ministru li meta pajjiżna qed jagħti din l- identification lil madwar 1,500 ruħ, u qed jgħidilhom li hija għal Malta biss, qisu qed jagħmlilhom xi restrizzjoni?", "ONOR.", "TONIO BORG: Sur President, il-fatt li dan id-dokument huwa validu għal Malta biss jagħmel differenza għaċ-ċittadini membri ta' l-Unjoni Ewropea biss.", "Ħalli nispjega.", "Jekk inti ġej mil-Libja jew mill-Filippini, per eżempju, u għandek identity card ta' Malta, dik qatt ma tista' issiefer biha.", "Lanqas toħroġ minn Malta ma tista', aħseb u ara kemm tista' tidħol f'pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea!", "Jekk inti Ingliż, Taljan jew Finlandiż u għandek identity card ta' Malta kif ukoll identity card u passaport ta' pajjiżek, mhux suppost tuża l- identity card ta' Malta la biex tidħol f'Malta u lanqas fil-pajjiżi l-oħra.", "Minn dan il-lat biss qamet il-kwestjoni ta' \"This is valid for Malta only\".", "Il-bqija, jekk inti mbagħad tmur tgħix il-Filippini, tapplika għall- identity card ta' pajjiżek.", "L-iskop ta' l-identity card lanqas huwa li tivvjaġġa biha.", "Minħabba l-membership tagħna fl-Unjoni Ewropea aħna għandna dan il-vantaġġ extra.", "L-iskop ta' l-identity card hu li jkollok mezz ta' identita' f'każ li jiġrilek xi ħaġa jew jekk xi ħadd jistaqsik min int, tkun tista' turih ismek, kuljomok u fejn toqgħod.", "Imma ċ-ċittadini Ewropej biss jistgħu jużawha bħala travelling document u f'pajjiżi ta' l- Unjoni Ewropea u nerġa' ngħid li bis-Schengen lanqas dik ma jkollna bżonn.", "IMWIET TRAĠIĊI", "20685.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Chris Cardona) staqsa lill- Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Kemm mietu persuni traġikament is-sena l-oħra?", "X'kienet ir-raġuni tal-mewt tagħhom?", "ONOR.", "TONIO BORG: It-tagħrif kif mitlub mill-Onor.", "Interpellant huwa kif ġej:", "Overdose 6 Omiċidju 4 Inċident tat-traffiku 18 Suwiċidju 17 Inċidenti fatali oħra 22", "Inġibditli l-attenzjoni illi fi tweġibiet preċedenti għall-mistoqsijiet dwar dan l-istess suġġett (Mistoqsijiet Parlamentari Nru. 17020 u Nru. 17023) bi żvista, in-numru ta' omiċidji kien mogħti bħala 3 u dak ta' inċidenti fatali kien mogħti bħala 21.", "IMWIET", "20686.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Chris Cardona) staqsa lill- Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Kemm mietu persuni s- sena l-oħa?", "Kemm minnhom mietu ġo l-isptarijiet tal-gvern u kemm fi sptarijiet private u bnadi oħra?", "ONOR.", "TONIO BORG: Dwar l-ewwel parti tal-mistoqsija, ninsab infurmat illi n-numru ta' mwiet li ġew reġistrati fir-reġistru pubbliku ta' Malta u f'dak ta' Għawdex fis-sena 2005 kien ta' 2,968 u 290 rispettivament.", "Dwar il-kumplament tal-mistoqsija nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi l-mistoqsija lill-ministru konċernat.", "APPUNTAMENT GĦALL-OUT-PATIENTS", "20687.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Chris Cardona) staqsa lill- Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Meta huma l-ewwel appuntamenti available għall-vista minn professur ġo l-out-patients illum għal kull professur individwalment?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita`): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-out-patient clinics minn natura tagħhom huma għall-appuntament mhux urġenti.", "Qed inpoġġi fuq il-mejda tal- Kamra tabella li turi l-ewwel appuntament disponibbli għall-vista minn professur ġo l-out-patients illum għal kull professur individwalment.", "Dati għal new cases biss ġew ikkunsidrati minħabba li appuntamenti għal follow- up jingħataw skond id-diskrezzjoni tal-professur.", "Clinics li għandhom appuntamenti ta' tip \"any\" ġew inklużi minħabba li jistgħu jinkludu new cases.", "Il-ftit single timeslots ma ġewx ikkunsidrati lanqas minħabba li dawn jirrapreżentaw appuntamenti li jkunu għadhom kif ġew imħasra riċenti mill-pazjenti nfushom.", "Uħud mill-professuri jevalwaw l-urġenza ta' kull appuntament rikjest u ovvjament l-aktar każi urġenti jingħataw prijorita'.", "WAITING LIST -OPERAZZJONIJIET", "20688.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Chris Cardona) staqsa lill- Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn persuni fuq il-waiting list għal xi operazzjoni?", "X'inhi l- operazzjoni u kemm ilhom jistennew?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant se titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "MR SPEAKER : L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Il-Ministru huwa f'pożizzjoni li jagħti konferma lil dawn iċ-ċittadini dwar meta jmisshom jagħmlu l-operazzjoni li tant ilhom jistennew li jagħmlu?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Sur President, irrid ngħid għal darb'oħra li l- appuntamenti għall-operazzjonijiet ma jingħatawx skond min japplika l- ewwel.", "Hija r-responsabbilta' tal-konsulent li jiddeċiedi kemm il-każ ikun urġenti u meta l-pazjent għandha ssirlu l-operazzjoni.", "Wieħed jifhem ovvjament li dan huwa l-mod ġust kif isiru l-affarijiet għax ir- responsabbilta' aħħarija ta' bżonn ta' operazzjoni jrid jeħodha l- ispeċjalist innifsu, jiġifieri bħalma nagħmlu fil-casualty, huwa inutli li tasal siegħa qabel pazjent ieħor għax jekk il-pazjent l-ieħor ikun iktar urġenti minnek, ovvjament jingħata attenzjoni qablek.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Xi proċedura tiġi applikata, tingħata preċedenza skond l-eta` tal-pazjent?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: F'ċerti każijiet il-preċedenza tingħata skond l-eta' tal-pazjent pero' jekk żewġ persuni għandhom bżonn jagħmlu operazzjoni tal- katarretti, per eżempju, u wieħed minnhom għad għandu 40 sena u l- kondizzjoni li għandu qed ixxekklu milli jkompli jista' jaqla' l-ħobża ta' kuljum, jingħata prijorita' fuq persuna li għandha 'l fuq minn 70 sena u li l-operazzjoni tista' żżidilha biss il-kwalita' tal-ħajja.", "Naturalment ma rridx niftiehem ħażin qisni qed ngħid li m'hijiex l- intenzjoni tagħna li ntejbu l-kwalita' tal-ħajja, pero' wieħed irid jagħmel distinzjoni anke bejn żewġ persuni ta' eta' avvanza li għandhom bżonn l- istess intervent.", "Jekk wieħed minnhom jgħix waħdu u jrid ifendi għal rasu jingħata preferenza fuq ieħor li jgħix ma' familja u għandu min idur bih.", "Jiġifieri f'ċertu każi mhux akuti, il-professur jieħu in konsiderazzjoni dawn il-fatturi li ħafna drabi ma jkunux imniżżla fl-istorja pero' ikunu mniżżla fit-ticket of admission tat-tabib.", "Kultant jekk t-tobba li jirriferu lill-pazjenti jidhrilhom li jkun hemm xi ħaġa li minkejja li m'hijiex urġenti għandha tingħata prijorita', m'għandix dubju li l-konsulenti tagħna se jisimgħu dak l-ilment u jieħduh in konsiderazzjoni meta jiġu biex jipprijoritizzaw il-każi.", "Pero' huwa diffiċli li tiġġeneralizza u qed nitkellem b'mod pjuttost vag għax ma tistax tħallat operazzjoni ma' operazzjoni oħra, jiġifieri mhux l- operazzjonijiet kollha huma l-istess.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Il-gvern qatt analizza kemm tiswielu li kieku kellu jġib esperti jew tobba barranin fuq perijodu ta' żmien biex jindirizzaw operazzjonijiet bħal tal-katarretti?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Naħseb illi rridu mmorru lil hinn milli nikkalkulaw kemm jiswew biss mil-lenti finanzjarja.", "Bħalissa qegħdin nidħlu wkoll f'diskussjonijiet mal-konsulenti li jagħmlu dawn it-tip ta' operazzjonijiet biex naraw jistgħux isiru sezzjonijiet wara l-ħin kif ukoll nistgħux nżidu s-sezzjoni illi ssir nhar ta Ħadd.", "Il-problema li għandna preżentement hi li m'għandniex spazju biżżejjed ta' teatri fejn wieħed jista' jżid in-numru ta' operazzjonijiet.", "Qegħdin naraw ukoll x'possibbilta' hemm li dawn it-tip ta' operazzjonijet isiru b'koperazzjoni mal-privat.", "Id-diskussjonijiet għaddejjin pero' s'issa għadna ma wasalniex.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Meta l-Ministru qed jgħid li għadna ma wasalniex ifisser li diġa' hemm budget maħsub għal dan it-tip ta' xogħol?", "Hemm data maħsuba għal meta jiġi analizzat u miftiehem dan il-punt?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Iva, budget hemm u l-ħsieb hu li dan ix-xogħol isir illum qabel għada, pero' il-kollega tiegħi jrid jifhem li f'dan l-istadju m'huwiex għaqli li nagħti iżjed informazzjoni għax nista' nippreġudika d- diskussjonijiet li għaddejjin.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Qed jiġi kkunsidrat il-fatt li hemm ċerti istituzzjonijiet Ewropew li għandhom mobile theatres biex jagħmlu operazzjonijiet tal-katarretti ?", "Jekk iva, ġew ikkonsultati dawn l-organizzazzjonijiet, fosthom il-Lions Club?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Il-problema li għandna preżenti m'hijiex in-nuqqas ta' tobba biex jagħmlu dawn it-tip ta' operazzjonijiet imma dik tat-teatri li għandna fl-isptar San Luqa.", "Għalhekk għedt li għaddejjin id- diskussjonijiet mal-privat għax it-teatri fil-privat ma jkunux utilizzati l- ħin kollu.", "Jiġifieri naħseb li l-aħjar li nsibu s-soluzzjoni ġewwa pajjiżna, iktar u iktar għax m'għandix dubju illi l-pazjenti Maltin għandhom iżjed fiduċja fl-ispeċjalisti lokali milli f'dawk barranin.", "ABBUŻI SESSWALI", "20944.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Kemm persuni ttellgħu l-qorti fuq abbużi sesswali fuq it-tfal din is-sena?", "X'eta' kellhom u x'eta' kellhom l-akkużati?", "ONOR.", "TONIO BORG: Bejn Jannar u Settembru ta' l-2006, il-pulizija ressqet quddiem il-qorti 32 persuna fuq abbuż sesswali fuq persuni taħt it-18-il sena.", "L-eta' ta' l-akkużati kienet tvarja bejn it-18 u t-62 sena, filwaqt li dik tal-minuri kienet bejn is-sentejn u 17-il-sena.", "PAEDOFILE REGISTER", "20945.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hux qed jikkonsidra li jiġi ppubblikat paedofile register?", "ONOR.", "TONIO BORG: Din il-proposta li saret minn diversi nies, qed tiġi kkunsidrata flimkien mal-ministeru tal-familja u solidarjeta' soċjali.", "Qed isir eżami ta' x'jiġri f'pajjiżi oħra, imbagħad tittieħed deċiżjoni tenut kont taċ-ċirkostanzi ta' pajjiżna.", "ĊITTADINANZA MALTIJA", "20946.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Kemm kien in-numru ta' persuni li ngħataw iċ-ċittadinanza Maltija kull sena għal dawn l-aħħar ħames snin?", "Minn liema pajjiż kienu?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nirriferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba li tajt għal mistoqsija parlamentari 20074.", "LIĊENZJI TAL-KAĊĊA", "20947.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Kemm inħarġu liċenzji għal kaċċa kull sena f'dawn l-aħħar ħames snin?", "ONOR.", "TONIO BORG: In-numru ta' persuni li ħadu l-liċenzja tal-kaċċa fis- snin indikati mill-Onor.", "Interpellant huwa kif ġej:", "2002 - 612 2003 - 375 2004 - 333 2005 - 340 2006 - 58", "RESIDENT PERMIT", "20948.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Kemm hawn persuni minn repubbliki ta' l-ex Unjoni Sovjetika li għandhom resident permit illum?", "X'eta' għandhom?", "ONOR.", "TONIO BORG: Fil-preżent hawn 1,050 persuna minn diversi pajjiżi li qabel kienu jiffurmaw parti mill-Unjoni Sovjetika li għandhom karta ta' l- identita' bħala residenti f'Malta, skond l-Att dwar il-Karta ta' l- Identita' (Kap 258).", "L-etajiet ta' dawn il-persuni tvarja bejn 14 u 78 sena.", "Dawn jinkludu l-konjugi/tfal ta' ċittadini Maltin, residenti permanenti, barranin li jaħdmu Malta bil-permess, oħrajn li jingħataw estensjoni tal- visa, studenti barranin eċċ. Mhux bilfors li dawn il-persuni li għandhom karta ta' l-identita' fil-fatt, qed jgħixu f'Malta.", "CCF - PRIĠUNIERI", "20949.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Fil-preżent kemm hu n- numru ta' persuni li jinsabu l-ħabs?", "Kemm minn dawn huma repeated offenders u kemm-il darba?", "Kemm qegħdin hemm fuq arrest preventiv?", "ONOR.", "TONIO BORG: Fit-13 ta' Ottubru 2006, in-numru ta' priġunieri kien ta' 360.", "249 minnhom huma sentenzjati filwaqt li 136 huma taħt arrest.", "Fir-rigward ta' repeated offenders, nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat- tweġiba li jien tajt għal mistoqsija parlamentari 20496.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-Mistoqsijiet għadda.", "Tqegħid ta' Karti.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "TONIO BORG (Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern): Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Tagħrif dwar devoluzzjonijiet ta' art tal-gvern lill-kunsilli lokali f'Għawdex bejn Marzu 2000 u Mejju 2006, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 21520.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Galea.", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi): Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Tagħrif dwar faċilitajiet sportivi fl-iskejjel ta' l-istat li qed jintużaw minn għaqdiet sportivi wara l-ħin ta' l-iskola, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 21205; u", "Lista tal-membri fis-Segretarjat Privat tal-Ministru ta' l- Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjieg flimkien mal-kariga tagħhom, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 21206.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Censu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni): Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Avviż Legali Nru 251 ta' l-2006 – Regolamenti ta' l-2006 dwar il- Komunikazzjonijiet u Transazzjonijiet Elettroniċi (Ġenerali);", "Avviż Legali Nru 252 ta' l-2006 – National Accreditation Board (Malta) (Establishment) Rgulations, 2006;", "Avviż Legali Nru 253 ta' l-2006 – Malta Standards Authority (Establishment of the Accreditation Directorate) (Amendment) Order, 2006; u", "Tagħrif dwar karozzi mikrija matul l-2006 mill-Ministeru għall- Kompetittivita' u Komunikazzjoni u dipartimenti li jaqgħu taħt ir- responsabbilta' ta' l-istess Ministeru, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 21379.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Deguara.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Tagħrif dwar tobba li rriżenjaw mill-Isptar San Luqa bejn Jannar u Ottubru 2006, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 21508.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni): Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Tagħrif dwar karozzi mikrija matul l-2006 mill-Ministeru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u dipartimenti/enti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' ta' l-istess Ministeru, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 21377.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Pullicino.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO (Ministru ta' l-Affarijiet Rurali u l-Ambjent): Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Kopja ta' site plan taż-żona industrijali ta' l-Imrieħel li ġiet approvata bħala ċentru ta' ġbir ta' skart goff maħruġa mill-Awtorita' Maltija dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 21459; u", "Kopja ta' site plan taż-żona f'Ħal Luqa li għadha qed tiġi kkunsidrata mill-Awtorita' Maltija dwar l-Ambjent u l-Ippjanar bħala ċentru ta' ġbir ta' skart goff, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 21460.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Mugliett.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT (Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq): Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "White paper maħruġa mill-Awtorita' ta' Malta dwar it-Trasport fl-2004 dwar \"Sustainable Land Transport\", bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 21334.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru għall-Familja u Solidarjeta' Soċjali.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA (Ministru għall-Familja u Solidarjeta' Soċjali): Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Tabella li turi l-għadd ta' derequisitions li nħarġu mid-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali bejn l-2000 u l-2006, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 21282.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "MOZZJONI BIEX IL-KAMRA TMUR F'KUMITAT TA' PROVVISTA GĦALL-KONSIDERAZZJONI TA' L-ESTIMI ĠENERALI TA' SPIŻA GĦAS-SENA 2007 (IT-TIENI JUM IMĦOLLI KOLLU GĦALL-GVERN)", "MR SPEAKER: Skond il-ftehim milħuq nistieden lill-impjegati tal-PBS jidħlu fil-Kamra sabiex jittrasmettu dirett fuq it-televiżjoni d-diskors tal-Prim Ministru.", "Nistieden ukoll lill-photographers u lill-cameramen li jirrappreżentaw lill- istampa sabiex jidħlu fil-Kamra għal ftit minuti ħalli jieħdu r-ritratti u l-filmati.", "L-impjegati tal-PBS daħlu fil-Kamra u bdew jaqdu d-dmirijiet tagħhom", "MR SPEAKER: Illum il-Kamra għandha quddiemha l-kontinwazzjoni tad- diskussjoni fuq il-mozzjoni tal-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi biex il-Kamra tmur f'Kumitat ta' Provvista għall-Konsiderazzjoni ta' l-Estimi Ġenerali ta' Spiża għas-sena 2007.", "Skond il-mozzjoni numru 258 tad-9 ta' Ottubru, 2006 is-seduta tal-lum għandha tintemm fit-8.30 p.m. bid-diskors tal-Prim Ministru jkun eżenti mil- limitu ta' ħin għad-diskorsi.", "Għalhekk nistieden lill-Prim Ministru sabiex jibda l-intervent tiegħu.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Sur President, il-ġimgħa li għaddiet reġa' kelli l-privileġġ li għat-tielet darba niġi quddiem din il-Kamra u f'diskors tal-budget nagħti rendikont dwar kif pajjiżna żviluppa matul is-sena li għaddiet, dwar kif dak li pproponejna s-sena li għaddiet effettivament x'riżultati ġab għal pajjiżna u fl-istess ħin ressaqt quddiem dan il-Parlament diversi proposti dwar kif nistgħu naraw lil pajjiżna jkompli miexi 'l quddiem.", "Il-ġimgħa li għaddiet kelli l-opportunita' li nressaq budget li fih 109 inizjattivi differenti f'oqsma differenti biex naraw lil pajjiżna miexi 'l quddiem.", "Użajt il- frażi \"biex naraw lil pajjiżna miexi 'l quddiem\" għaliex tajjeb li naraw x'qegħdin nifhmu meta ngħidu \"li pajjiżna miexi 'l quddiem\".", "Il-pajjiż huwa aħna lkoll, jinkludi lill-ħaddiema tagħna, lill-familji tagħna, lill-ġenituri tagħna, lit-tfal, liż-żgħażagħ, lill-istudenti, lil dawk li huma morda f'sodda, lill-anzjani u lill-pensjonanti.", "Huwa familja sħiħa ta' komunita' li flimkien naħdmu biex il-ħin kollu ntejbu l-kwalita' ta' ħajjitna, intejbu d-destin tagħna, intejbu l-futur tagħna u ntejbu dak li għalina jagħmel differenza.", "Pero' jekk nitkellmu b'responsabilita' lkoll kemm aħna nafu li li sabiex aħna nkunu nistgħu ntejbu l-kwalita' tal- ħajja tagħna jrid ikun il-pajjiż li qed jitjieb u ma tistax taqta' barra l- pajjiż mill-poplu tiegħu daqskemm ma tistax taqta' barra lill-poplu mill- pajjiż.", "Sur President, il-pajjiż huwa bħall-familja fejn il-missier li jieħu ħsieb il-familja tiegħu, irid jara li l-ewwel jiġġenera l-ġid biex dak il-ġid ikun jista' jaqsmu fuq it-tfal tiegħu, fuq il-familja, fuq il- kwalita' ta' ħajja, fuq id-dar tiegħu u fuq l-istandard of living tal- familja tiegħu.", "Il-pajjiż huwa lkoll kemm aħna flimkien u din hija r- raġuni li aħna qed niġu quddiem din il-Kamra u b'sodisfazzjon, bħalma għamilna s-sena li għaddiet, nirrapportaw lill-poplu tagħna li l-pajjiż mexa 'l quddiem u għax il-pajjiż mexa 'l quddiem, allura nistgħu nkomplu nsarrfu dak il-progress f'titjib għall-kwalita' tal-ħajja tagħna lkoll.", "Jiena ngħid li hemm bżonn li lkoll nifirħu li pajjiżna qed jimxi 'l quddiem għaliex dak jippermettilna li l-ġid li aħna noħolqu, dak li aħna nsejħulu l-ġid komuni, inkunu nistgħu nqassmuh għal ħafna raġunijiet, bħal, per eżempju, biex nistimolaw aktar l-attivita' ekonomika, biex noħolqu aktar ġid u biex ninvestu aktar fl-affarijiet li jidhrilna li huma importanti għaliex fil-fatt dawn huma l-affarijiet li aħna li naħdmu fil- politika l-ħin kollu nimmiraw għalihom.", "Effettivament jiena b'sodisfazzjon ngħid li l-ġimgħa li għaddiet fil-budget irrapportajna progress sostanzjali għal pajjiżna matul it-12-il xahar li għaddew.", "Żgur li l-pajjiż mexa 'l quddiem f'diversi aspetti u akkwistajna l-miri finanzjarji kollha li poġġejna għal pajjiżna.", "L-akbar akkwist finanzjarju li tista' tgħid qiegħed hemm fin-numri imma li hemm bżonn noħorġuh għaliex dan għandu jinkoraġġina u jimlina b'ottimiżmu għall-ġejjieni huwa l-fatt li din is- sena li se tagħlaq f'Diċembru li ġej irnexxilna nilħqu waħda mill-miri, forsi l-aktar importanti għal kwalunkwe gvern u pajjiż, għaliex meta gvern jieħu l-ispiża rikorrenti tiegħu, jiġifieri mhux dak li jonfoq ta' darba, mhux dak li jonfoq f'li qed jibni darba u mhux se jerġa' jibnih, imma dak li jonfoq ta' kuljum f'pagi, fil-pensjonijiet, fl-affarijiet li huma rikorrenti biex pajjiżna jkun jista' jimxi 'l quddiem, din is-sena se nkunu qegħdin niksru rekord għaliex meta tkejjel kemm se nkunu nfaqna rikorrenti u kemm se nkunu daħħalna rikorrenti, sa nagħlqu s-sena b'bilanċ pożittiv, favur tagħna, ta' kważi Lm100 miljun.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Dan huwa akkwist kbir, speċjalment meta tikkonsidra li jekk immorru lura għaxar snin, meta l-ħabib tiegħi, il-Kap ta' l-Oppożizzjoni kien hu prim ministru u allura kien hu fuq din in-naħa tal-Kamra, u naraw daqsxejn il-politika tiegħu x'riżultati ġabet għal pajjiżna, insibu li dak iż-żmien id- differenza bejn id-dħul u l-ħruġ ma kenitx ta' Lm100 miljun pożittiv imma kienet ta' Lm68 miljun negattiv.", "Jiġifieri kien jonfoq Lm68 miljun iżjed minn dak li kien qiegħed idaħħal.", "Huwa veru li f'dawn il-Lm100 miljun għandek il-flus li jiġu mill-Unjoni Ewropea, imma anke jekk taqta' barra l- flus mill-Unjoni Ewropea jibqa' bilanċ favur pajjiżna, f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-ispiża rikorrenti ta' kważi Lm50 miljun.", "Irridu nirrapportaw ukoll li pajjiżna sar aktar kompetittiv matul it-12-il xahar li għaddew u ġibed lejn xtutna investimenti barranin rekord, ħafna akbar minn dak li ġbidna s-sena li għaddiet, kif se jkolli l-opportunita' li nispjega aktar 'il quddiem f'dan id-diskors.", "Niftaħru li l-qagħda ta' pajjiżna issa tippermettilna biex nieħdu miżuri li żgur se jħallu aktar flus fil-bwiet tan-nies tagħna biex huma jkunu jistgħu jħaddmu iżjed l- ekonomija tagħna u jtejbu wkoll il-kwalita' tal-ħajja tagħhom.", "U allura se nieħdu miżuri biex nistimolaw il-kummerċ, biex inżommu l-qagħda finanzjarja pożittiva li rnexxilna nakkwistaw, biex noħolqu aktar xogħol u biex ninvestu fl-oqsma li huma fundamentali għalina, jiġifieri l-qasam ta' l- edukazzjoni ta' wliedna, il-qasam ta' l-ambjent li tant huwa importanti għall-kwalita' tal-ħajja tagħna, għall-industrija tagħna, għat-turiżmu tagħna, biex ninvestu f'Għawdex ħalli naraw dik il-gżira tkompli timxi 'l quddiem u toħroġ is-sabiħ tagħha u biex ninvestu fil-qasam soċjali ħalli nkunu nistgħu nlaħħqu mal-bżonnijiet anke ta' saħħa u ta' pensjonijiet li pajjiżna qed ikollu jiffaċċja u l-oqsma kollha li huma importanti.", "Prattikament l-għada li ħabbarna l-budget il-pajjiż mill-ewwel irreaġixxa u jiena nieħu pjaċir u verament nagħmel kuraġġ meta nara sentiment pożittiv fil-pajjiż, niltaqa' man-nies u mal-familji, nisma' r-reazzjonijiet pożittivi tal-korpi kostitwiti, ta' l-unions, ta' l-NGOs, li rrikonoxxew li dan huwa budget pożittiv u li jinkoraġġixxi li l-ekonomija miexja 'l quddiem.", "Naturalment hemm l-isfidi wkoll u aħna bħala gvern l-ewwel u qabel kollox minn ta' quddiem naċċettaw li għad hemm sfidi x'nirbħu, pero' mexjin fid-direzzjoni t-tajba u qegħdin nakkwistaw ir-riżultati u dan ġie rikonoxxut mis-soċjeta' ċivili tagħna.", "Kważi kulħadd esprima apprezzament għall-progress li dan il-pajjiż qiegħed jirreġistra, anke jekk ikun hemm rikonoxximent ta' oqsma fejn għandna l-isfidi.", "Sur President, kulħadd apprezza l-miżuri li aħna ħabbarna u r-raġunijiet warajhom, ħlief il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, li għażel it-triq tal-vulgarita' biex mingħalih iddaħħak in-nies bih.", "Jekk irid jibqa' imkaħħal ma' dan l- istil ta' politika li tuża l-vulgarita' biex tikkritika mhux se nindaħallu jien u dik hija affari tiegħu.", "Jekk hu jrid jibqa' imwaħħal mal-politika antikwata b'riħa ta' kamla, ta' żmien l-għajn għal għajn u sinna għal sinna, hija affari tiegħu wkoll imma jekk irid jilgħab bil-ġejjieni ta' pajjiżna dak huwa affari tagħna u hemmhekk aħna nerfgħu r-responsabilita' tagħna.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "Jiena ngħid li hemm differenza waħda importanti bejni u bejn il-Kap ta' l- Oppożizzjoni.", "Hemm affarijiet komuni wkoll bejnietna, bħal, per eżempju, jiena kap ta' partit u huwa kap ta' partit, huwa kap ta' partit fl- Oppożizzjoni u jiena s'issa qatt ma kont kap ta' partit fl-Oppożizzjoni u mhux beħsiebni nkun.", "Mhux se jieħu għalih il-Kap ta' l-Oppożizzjoni jekk ninku u nniggżu daqsxejn lil xulxin, pero' anke mhux b'inkejja u ngħidha b'sinċerita' hemm differenza li toħroġ bl-aktar mod ċar bejn l-affarijiet kif ipinġihom, kif iressaqhom u kif jippreżentahom il-Kap ta' l- Oppożizzjoni u l-affarijiet kif narahom jien.", "Huwa ċar li l-Kap ta' l- Oppożizzjoni jemmen li biex tirbaħ il-poter trid taqta' qalb in-nies u trid tipperswadi lin-nies li m'hawnx aqwa minnek biex issalvah lil dan il- pajjiż.", "Allura l-ewwel jaqta' qalb in-nies, jgħidilhom li hawn diżastru u mbagħad jipprova jpinġilhom li huwa l-aqwa wieħed li jista' jsalva lil dan il-pajjiż.", "Dan huwa t-timbru ta' Dr. Sant kemm ilu li sar kap tal-partit Laburista!", "Dejjem iċekken lil dan il-pajjiż, iċekken lil dan il-poplu, qisu xi makku li se jittiekel mill-baleni u mbagħad jitlob lill-poplu jivvotalu ħalli jkun hu li jsalva lil dan il-pajjiż!", "Dan huwa l-metodu ta' kif Dr. Sant donnu jħaddem il-politika f'moħħu u fil-prattika f'pajjiżna.", "Sur President, l-approach tiegħi huwa kompletament differenti li jitwieled mill-politika fundamentali tal-partit li nimmilita fih.", "Il-partit li nimmilita fih lili rabbieni bil-kapaċita', bil-fiduċja li aħna għandna f'dan il-poplu u bi twemmin mill-aktar qawwi li aħna għandna f'pajjiżna li allavolja għandu żvantaġġi kbar, huwa żgħir, huwa mdawwar bil-baħar, maqtugħ mill-bqija tal-kontinent imma dejjem tgħallimna li aħna kapaċi nikkompetu u li aħna kapaċi nirbħu l-kompetizzjoni.", "U allura aħna mhux nibnu s-swar imma nwaqqgħuhom; mhux nipproteġu imma niftħu għall- kompetizzjoni u ntellqu ma' ħaddieħor għaliex aħna nemmnu li aħna kapaċi.", "U hawn qiegħda d-differenza.", "Lin-nies li qegħdin jisimgħuna u jarawna llejla ngħidilhom biex jimirħu, aħna nżulu min-nofs u fejn huwa possibbli bħala gvern, il-mira tagħna hija li nżulu min-nofs u nneħħu kemm jista' jkun mill-burokrazija u mir-regolamenti.", "L-ewwel ħaġa li nagħmlu hija li l- miljuni ta' liri ta' taxxi li l-poplu tagħna jħallas, ninvestuhom fil- kapaċitajiet tagħkom ħalli tkunu indipendenti mill-gvern tal-ġurnata u tagħmlu dak li tixtieq qalbkom u tfasslu d-destin tagħkom infuskom.", "U allura tinnota din id-differenza li toħroġ bejn il-politika u l-approach taż-żewġ partiti.", "Is-semmiegħa li qegħdin jisimgħuna minn djarhom, it-telespettaturi li qegħdin jarawna u dawk li qegħdin preżenti f'din il-Kamra kulma jridu jagħmlu huwa li jiftakru daqxejn fid-diskors tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni ta' jumejn ilu.", "M'iniex se nfakkarhom fl-istess tip ta' diskors li għamel sena wara oħra fejn id-diskors tiegħu dejjem ikun negattiv, kollox diżastru, kollox se jaqa' fuq rasna, kulħadd mejjet bil-ġuħ, kważi qegħdin noħorġu nitolbu l-karita' u fil-pajjiż kollox sejjer ħażin.", "Din hija d-diska li dejjem smajna.", "Mentri din in-naħa tal-gvern, b'saqajha ma' l-art tirrikonoxxi li għad għandna diffikultajiet, tirrikonoxxi li għandna bidliet li rridu ngħaddu minnhom, pero' s-suċċessi u l-passi pożittivi li qegħdin nirbħu, hemm bżonn li nirrikonoxxuhom u nispjegawhom lill-poplu tagħna għaliex dawn huma sinjali pożittivi u ta' inkoraġġiment.", "Sur President, illum il-ġurnata jekk titbissem ma nafx xi tqabbadhom lil ta' l-Oppożizzjoni!", "Possibbli li sirtu partit tad-dwejjaq u partit li tippromwovu d-dwejjaq!", "Anke t-tbissima tridu tneħħulna!", "Ġabu l-poster tiegħi nitbissem u kien hemm min qalli li verament ritratt sabiħ, kien jonqosni biss li nirranġa ftit l-ingravata!", "Issa dawn l-affarijiet neħduhom biċ-ċajt ħalli nitbissmu daqsxejn f'dan il-pajjiż.", "Hemm bżonn li nirredikolaw lil pajjiżna b'dan il-mod?", "Dan m'huwiex il-mod ta' kif għandna mmexxu lill-poplu tagħna.", "Jiena nemmen li mal-poplu tagħna rridu nkunu fattwali, b'saqajna ma' l-art u ma npinġux kollox bl-ilma jiżfen jew ward u żahar għaliex nafu li jkollok problemi u dejjem jitfaċċaw problemi li ma tkunx ikkalkulajthom.", "Kultant ikun il-prezz taż-żejt, kultant xi inkwiet 'l hemm u 'l hawn, pero' jkollok affarijiet li huma pożittivi wkoll.", "Huwa importanti li la nesaġeraw it-tajjeb pero' li lanqas nesaġeraw il-ħażin u lanqas irid ikollna l-ħin kollu lil xi ħadd li ħlief il-ħażin ma jarax bi skop ta' aġenda politika.", "Irridu nifhmu l-ħin kollu li għandna sfidi x'nirbħu u għandna suċċessi x'niftaħru bihom ukoll u s- suċċessi qegħdin hemm.", "Il-bieraħt lura l-Kap ta' l-Oppożizzjoni għamel diskors ta' siegħa u nofs kantaliena waħda wara l-oħra u mbagħad għamel nofs siegħa jipprova jispjega li għamel żball għaliex ħaseb li dan huwa budget ta' qabel l-elezzjoni u beda jgħid li ma kienx tort tiegħu imma tort ta' dak li qal hekk u tort ta' dak li qal hekk u ħela nofs siegħa mid-diskors tiegħu jipprova jiddefendi lilu nnifsu għaliex ħaseb li dan kien se jkun budget ta' qabel l-elezzjoni u mar żmerċ!", "Mhux bilfors li jmur żmerċ, mela aħna boloh?", "Mela aħna se nitilfu ċ-ċans ta' sena sħiħa ta' attivitajiet is-sena d-dieħla li se jagħtu aktar suċċessi lil dan il-pajjiż?", "Mela aħna se nitilfu ċ-ċans li s- sena d-dieħla nibdew il-proċess biex ninvestu Euro 800 miljun f'dan il- pajjiż?", "Mela aħna se nitilfu ċ-ċans li naqtgħu l-frott tas-siġra li aħna żrajna f'dan il-pajjiż?", "U allura ma nafx x'inhi r-raġuni li minn diskors ta' sagħtejn tilef nofs siegħa biex jipprova jiddefendi din il-pożizzjoni li donnu beda jieħu.", "Il-bqija tas-siegħa u nofs smajna kantaliena ta' qrid mill-bidu sa l-aħħar.", "Naturalment jiena se nirrispondi għall-punti li ressaq il-Kap ta' l- Oppożizzjoni, pero' rrid infiehem lis-semmiegħa li għandna verament għalxiex inkunu kburin.", "Mhux jiena bħala Prim Ministru, mhux sħabi d- deputati u l-ministri imma lkoll kemm aħna bħala poplu Malti, anke l- Oppożizzjoni u s-semmiegħa, hu x'inhu l-kulur politiku tagħhom, iżommux mal- partit Nazzjonalista, iżommux mal-partit Laburista, dawk li m'għandhomx partit politiku, huma min huma, ilkoll kemm aħna, jekk inwarrbu dawn l- esaġerazzjonijiet politiċi u nifhmu kif inhu miexi pajjiżna, għandna ħafna biex niftaħru.", "Illejla se nipprova nfiehem li minkejja ċ-ċokon tagħna u minkejja l-ostakli kollha li sibna ma' saqajna fix-xhur li għaddew, pajjiżna qiegħed jirnexxilu jirbaħ parti sewwa mill-kompetizzjoni qalila li għandna fid-dinja ta' madwarna u fir-reġjun ta' madwarna.", "Irrid nipprova nfiehem li minkejja kollox pajjiżna għandu ġejjieni sabiħ, huwa ġejjini li jiddependi minn ċerti deċiżjonijiet li ħadna u oħrajn li qegħdin nieħdu bħalissa.", "Irrid nipprova nfiehem li dan kollu ma jiġrix b'kumbinazzjoni.", "Din m'hijiex kwestjoni ta' xi ħadd li huwa fortunat jew ta' xi ħadd li huwa sfortunat imma din hija kwestjoni ta' politika li trendi, politika li tkun mibnija fuq il-fiduċja f'dan il-poplu għaliex dan il-poplu bl-affarijiet kollha li huwa għandu u bil-limitazzjonijiet kollha li għandu, kapaċi jimxi 'l quddiem.", "Naturalment inkun irrid infiehem ukoll lill-poplu tagħna li s-sagrifiċċji li għamilna lkoll flimkien fix-xhur li għaddew ma kenux sagrifiċċji ta' xejn u ma ħlejnihomx.", "Dawk is-sagrifiċċji sarrafnihom għal pajjiżna u ladarba sarrafnihom għal pajjiżna issa nistgħu nsarrfuhom fil-familji tagħna, fil-bwiet tal-ħaddiema tagħna u fil-bwiet ta' l-individwi u tan- negozjanti tagħna, tas-self-employed tagħna u tad-diversi setturi ta' pajjiżna.", "Il-messaġġ tiegħu m'huwiex ta' qtigħ il-qalb, anzi għall- kuntrarju, huwa messaġġ ta' inkoraġġiment, hi x'inhi l-opinjoni politika tan-nies.", "Irridu nagħmlu kuraġġ u jkollna fiduċja f'dan il-pajjiż.", "Irrid ngħid li dan huwa messaġġ li mhux mibni fuq id-diskors vojt jew inkella fuq il-paroli vojta imma huwa messaġġ li norbtu ma' dak li sostnejt mill-ewwel ġurnata li sirt Prim Ministru: Iġġudikawna fuq dak li nagħmlu u bir- riżultati li nakkwistaw u mhux bid-diskors.", "Id-diskors huwa xi ħaġa faċli, kemm għall-Kap ta' l-Oppożizzjoni u kif ukoll għalija.", "Huwa faċli li tgħid ħafna affarijiet sbieħ, imma huma r-riżultati li jgħoddu u jiena nibni fuq dawk ir-riżultati u aktar 'il quddiem nidħol iktar fid-dettall fuq dawn l-affarijiet.", "Għall-mument se naqbad id-diskors tal-Kap ta' l- Oppożizzjoni li smajna l-bieraħt lura, li tista' taqsmu fi tliet biċċiet.", "L-ewwel beda bit-taqtigħ il-qalb u tmaqdir ta' kollox u ta' kulħadd u allaħares kien hemm xi ħadd li faħħar il-gvern għaliex inkella jkun mixtri!", "Jekk xi ħadd azzarda jfaħħar b'nofs kelma lill-gvern, allura dak mixtri.", "It-tieni beda jagħmel numru ta' u-turns u jiena nirringrazzja lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni għaliex reġa' tana raġun fuq tliet affarijiet oħrajn' cioe' l-kwestjoni ta' l-ewro, il-kwestjoni tal-low cost u l-kwestjoni tal-prezz taż-żejt.", "Pero' indunajt ukoll li f'dan id-diskors il-Kap ta' l- Oppożizzjoni ma semma xejn fuq id-deprezzament ta' l-10% li kien semmilna sena ilu.", "Fejn marret il-kwestjoni ta' l-10% li kont ħriġt biha sena ilu meta għidtilna li sabiex pajjiżna jikkompeti jrid inaqqas l-10%?", "Jiġifieri lill-pensjonanti u lill-ħaddiema kien qed jgħidilhom li se jnaqqsilhom 10%!", "Din hija s-soluzzjoni tiegħu biex pajjiżna jimxi 'l quddiem?!", "Is-sabiħa li anke dik li ħareġ biha xi ġimgħa ilu sparrixiet meta fuq programm flimkien ma' l-Onor.", "Charles Mangion qalu li s-soluzzjoni għall-problema tad-deficit u biex intaffu mill-ispiża tas-surcharge hija billi nnaqqsu 5% mill-ispiża tal-gvern.", "U mill-ewwel kien hemm min qalilhom: Tafu x'intom tgħidu 5% mill-ispiża tal-gvern?", "Din tfisser li trid taqtgħu mill- pensjonijiet u mill-pagi.", "Imma mbagħad mill-ewwel irranġawha u qalu li mhux se jnaqqsu minn dawk l-affarijiet imma mill-ispiża ta' dak li jonfoq il-gvern fl-operazzjoni tiegħu.", "U mbagħad qalulhom li dik tiġi biss Lm2 miljun!", "Mela b'Lm2 miljun biss se ssolvu l-problemi?", "U allura sparrixiet.", "Fid-diskors li għamel il-Kap ta' l-Oppożizzjoni l- bieraħt lura f'dan il-Parlament, fejn suppost wieġeb għall-budget u qal li dan kien diżastru u suppost kien se jressaq is-soluzzjonijiet tiegħu, mhux biss tana raġun fuq tliet affarijiet fundamentali li semmejt aktar qabel, imma issa anke sparixxew mix-xena żewġ soluzzjonijiet li kien qalilna bihom sentejn ilu.", "X'inhu jiġri min-naħa tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni u l-famuża politika tiegħu?", "Kif titfassal?", "Meta kien qed jitkellem dwar il-kwestjoni ta' l-ewro, irrid ngħid li rajt xi ftit uċuh sorpriżi min-naħa l-oħra tal- Kamra u f'daqqa waħda ħarsu lejh biex bħallikieku jistaqsu: Din minn fejn ġabha?!", "Waqt programm li kellna flimkien fuq l-RTK, il-Kap ta' l-Oppożizzjoni qal li ħabbar li nhar l-Erbgħa kien se jħabbar is-soluzzjoni għas-surcharge u jiena kont fuq ix-xwiek ħalli nara din is-soluzzjoni x'kienet u ma kenitx u issa skoprejna li wara kollox din hija bużżieqa li nfaqgħet f'wiċċu.", "Pero' din niġi għaliha minn hawn u ftit ieħor.", "Ħalli naqbad ftit punti milli għamel il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "L-ewwelnett beda jgħid li hawn diżastru sħiħ, li l-industrija tal-manifattura sejra lura u għaddejja minn kriżi kbira, li l-investiment mhux veru ġej lejn pajjiżna, anzi kulħadd qiegħed iżarma u jitlaq minn Malta.", "Skond il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, id- dħul tal-gvern żdied għaliex hemm kumpannija jisimha U-bet ta' l-imħatri u l-gvern qiegħed isolvi l-problemi tad-deficit tiegħu minħabba din il- kumpannija!", "Jiena nappella lill-Onor.", "Sant biex ma jkomplux jidħku bin- nies.", "Din mhijiex serjeta' u m'huwiex il-mod li bih irridu mmexxu lil pajjiżna.", "Imbagħad il-Kap ta' l-Oppożizzjoni għamel waħda verament gustuża; qabad rapport li għamel il-Profs.", "Falzon lill-GRTU u tkellem fuqu f'dan il-Parlament.", "L-ewwelnett jiena rrid ngħid li nirrispetta lill-ekonomisti kollha f'pajjiżna għaliex qegħdin jaqdu funzjoni tajba, huwa tajjeb li jkollna dawn it-tip ta' rapporti u dawn it-tip ta' analiżi u huwa tajjeb li nħabbtu l-ideat - naturalment mhux dejjem naqblu u mhux se naqblu fuq ċerti affarijiet.", "Jiena għandi x'nikkritika fir-rapport tal-Profs.", "Falzon għaliex ma naqbilx fuq ċerti affarijiet, bħal, per eżempju, il-fatt li ħa bħala r-riga sena li fiha pajjiżna kien verament għamel suċċessi kbar ma' dak li għandu x'jaqsam ma' l-esportazzjoni li kienet is-sena 2000.", "M'iniex se noqgħod nidħol fil-mertu tar-rapport, napprezza l-fatt li sar dak ir- rapport, anzi nanalizzawh u naraw fejn nistgħu verament nindirizzaw ċerti affarijiet u fejn m'aħniex qed naqblu nkellmuh u nipprovaw nanalizzaw għaliex m'aħniex qegħdin naqblu miegħu.", "Pero, Sur President, dan huwa rapport li sar għall-GRTU.", "Issa wara li ppubblikajna l-budget il-GRTU qalet li dan huwa budget tajjeb u dorna l- kantuniera.", "Issa l-Kap ta' l-Oppożizzjoni ġie hawn u faħħar ir-rapport tal-Profs.", "Falzon li sar għall-GRTU u qal li dak ir-rapport huwa tajjeb.", "Imma għaliex il-GRTU ħarġet tgħid li dan huwa budget tajjeb, dik le!", "Dawn x'affarijiet huma?", "Dan huwa rapport li sar mill-Profs.", "Falzon għall-GRTU qabel il-budget u wara li ppubblikajna l-budget, il-GRTU rrikonoxxiet li kien budget tajjeb.", "Naturalment anke l-GRTU qed tgħid li mhux kollox perfett u tifhem li hemm affarijiet li għandna bżonn nindirizzaw bħala pajjiż, pero' għallinqas irrikonoxxiet il-ġenwinita' u s-sinċerita' li hemm miżuri li jindirizzaw lill-qasam kummerċjali ta' pajjiżna, lis-self- employed iż-żgħar u lill-ekonomija in ġenerali.", "Madanakollu għall-Kap ta' l-Oppożizzjoni dan kollu ma jgħoddx!", "Dan huwa l-kejl tiegħu.", "Jekk taħsel tazzarda tgħid nofs ta' kelma biex tfaħħar lill-gvern, allura f'dak il-każ għalih mixtri, pero' jekk taħsel tikkritika lill-gvern, allura f'daqqa waħda sirt l-aqwa professur li wieħed jista' jimmaġina!", "Sur President, jiena ngħid li fil-verita' għandna nagħmlu l-kuraġġ kollha kemm aħna għaliex ir-riżultati jitkellmu waħedhom u huma dawn ir-riżultati li għandhom jipperswadu lill-poplu tagħna biex jagħmel kuraġġ.", "Ħalli nagħtikom ftit informazzjoni li għandha verament tagħmlilna kuraġġ.", "Ftit tax-xhur ilu l-uffiċċju nazzjonali ta' l-istatistika ħareġ statistika li turi li s-sena li għaddiet Malta ġiet fis-sitt post tal-pajjiżi membri u kandidati ta' l-Unjoni Ewropea li ġibdu l-akbar investiment ras għal ras għal pajjiżhom.", "Ftit tal-ġranet ilu organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti, il-UNCTAD, il-United Nations Conference on Trade and Development ippubblikat rapport fejn analizzaw 140 pajjiż biex jaraw min minn dawn il- pajjiżi l-aktar li qed jitkejjel għal dak li għandu x'jaqsam ma' l- investiment barrani bħala perċentwali tal-GDP.", "Malta ġiet fit-tmien post. (Onor. Membri: Hear, hear) Dan x'diżastru hu li qed jgħidilna l-Kap ta' l- Oppożizzjoni?", "Skond il-EuroStat, fl-2005 Malta ġiet fl-ewwel post fost il- pajjiżi membri u kandidati ta' l-Unjoni Ewropea meta jitkejjel il-valur ta' dak li jipproduċu l-intrapriżi fit-teknoloġija avvanzata - mira kruċjali ta' pajjiżna - meta jitkejjel il-valur tal-produzzjoni.", "L-istess skond il- EuroStat fl-2005 Malta ġiet fl-ewwel post fost il-pajjiżi membri u kandidati ta' l-Unjoni Ewropea meta jitkejjel il-valur ta' l-investimenti flimkien mal-valur tal-produzzjoni ta' l-intrapriżi fit-teknoloġija avvanzata, dak li jgħidu high-tech manufacturing.", "Imbagħad il-Kap ta' l- Oppożizzjoni jumejn ilu qal li għandna diżastru fil-manifattura ta' pajjiżna.", "Dawn huma r-riżultati tas-sena 2005 u ngħidlu sabiex jistenna r- riżultati tas-sena 2006 ħalli jara kemm dan il-pajjiż mexa aktar 'il quddiem.", "Il-Freeport ta' pajjiżna ġie kklassifikat fit-12-il post fl-Ewropa kollha u fit-tielet post fil-Mediterran f'dak li għandu x'jaqsam ma' handling ta' containers.", "Fl-2005 l-airport ta' Malta ġie kklassifikat t-tielet fid-dinja fil-kategorija ta' airports li jkollhom handling ta' mhux aktar minn 5 miljun passiġier.", "Fl-2005 Malta ġiet ikklassifikata l-ewwel minn fost l- għaxar membri ġodda ta' l-Unjoni Ewropea meta titkejjel il-produttivita' ta' kull persuna impjegata.", "Fl-2005 ukoll Malta ġiet ikklassifikata fir- raba' post fl-Ewropa fil-klassifika tal-pajjiżi bl-inqas spejjeż fuq in- negozju.", "Allura dawn huma aħbarijiet ħżiena jew tajbin?", "Riċentement kien hawn ukoll rapport ieħor li wera li l-kompetittivita' ta' pajjiżna f'temp ta' 12-il xahar għamlet qabża ta' erba' postijiet.", "Issa skond il-Kap ta' l- Oppożizzjoni għandna diżastru fil-manifattura.", "Bir-rispett kollu, jiena mmerih bil-fatti b'dak li ħareġ mill-EuroStat, mill-United Nations u organizzazzjonijiet indipendenti.", "Dawn huma ċertifikati li pajjiżna rebaħ matul dawn l-aħħar 12-il xahar.", "Jiena ngħid li għandna għalxiex inkunu kburin bħala pajjiż u bħala poplu li kapaċi nikkompetu.", "Skond Dr. Sant għandna wkoll diżastru fl-edukazzjoni u falliment totali li jpoġġi lil pajjiżna – qed nuża l-kliem tiegħu – fil-qiegħ tal-klassifika fl- Ewropa.", "Issa mhux ta' b'xejn li l-union ta' l-għalliema tieħu għaliha bid- diskors tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni għaliex wara kollox dan ifisser li għandna għalliema li m'humiex qed jagħtu l-livell ta' tagħlim li pajjiżna jistenna mingħandhom.", "Imma dan huwa huwa l-mod ta' kif jaħdem il-Kap ta' l- Oppożizzjoni billi jipprova jaqta' qalb kulħadd.", "Fil-fatt ninnota li l-union ta' l-għalliema llum stess ħarġet stqarrija fuq xi ħaġa li qal il-Kap ta' l-Oppożizzjoni dwar it-teknoloġija ta' l- informatika u l-korsijiet u qegħdin jgħidu li l-ħaddiema tagħna, l- għalliema tagħna u l-istudenti tagħna inkoraġġiment iridu u mhux diskors ta' qtigħ il-qalb.", "Fil-fatt din l-istqarrija qiegħda quddiemi u iktar tard inpoġġiha fuq il-mejda tal-Kamra għall-attenzjoni ta' kulħadd.", "X'inhu l- iskop ta' dan it-tmaqdir kollu fil-qasam ta' l-edukazzjoni?", "Issa kull darba l-Kap ta'l-Oppożizzjoni jgħid li Malta qiegħda fl-aħħar post u issa nispjega wkoll għaliex f'ċerti aspetti qegħdin fl-aħħar post. Pero' jekk inkejlu sewwa u naraw fejn konna ħames snin ilu u naraw fejn qegħdin illum nindunaw li Malta minn fost il-pajjiżi kollha fl-Unjoni Ewropea l-aktar li qed tagħmel progress b'ritmu mgħaġġel biex tirkupra ma' ħaddieħor.", "Ħalli nagħti ftit eżempji.", "L-ewwelnett skond il-Eurostat, Malta għandha l-aktar ġenerazzjoni żagħżugħa ta' xjentisti u inġiniera u għandha l-ogħla rata ta' tkabbir f'dan is- settur fl-Ewropa kollha kemm hi.", "Jiġifieri issa qed nitkellmu fuq xjentisti u inġiniera u għad fadlilna ħafna iżjed x'nagħmlu f'dan il-qasam.", "Għad hemm potenzjal ħafna iżjed li rridu nilħqu f'dan il-qasam.", "Malta ġiet ikklassifikata fit-tielet post fil-klassifika tal-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea b'sistemi ta' l-IT online, jiġifieri dak Ii ngħidulu e-government u fit-tieni post f'dak li għandu x'jaqsam mal-livell ta' servizz mogħti meta sa ftit taż-żmien ilu konna fis-16-il post. Issa ma tilħaqx dawn il- livelli ta' informatika u teknoloġija jekk għandek sistema ta' l- edukazzjoni falluta imma tasal għal dawn il-livelli jekk ikollok ir- riżultati fis-sistema edukattiva.", "Meta mqabbla ma' 125 pajjiż ieħor, il-World Economic Forum ikklassifika lil pajjiżna fit-12-il post meta tkejjel ir-rata ta' l-użu tat-teknoloġija fil- gvern; ġejna fil-21 post meta tkejjel l-infrastruttura teknoloġika u ġejna fit-23 post meta tkejjel l-użu tat-teknoloġija fil-pajjiż kollu.", "Issa pajjiż li jkun falla fl-edukazzjoni kapaċi jilħaq dawn it-tip ta' riżultati?", "Ħalli nagħti ftit statistika oħra u naraw għalfejn qed isir dan it-tmaqdir kollu fuq l-edukazzjoni ta' pajjiżna.", "Nixtieq nispjega lil Dr. Sant x'irnexxilhom jagħmlu l-għalliema tagħna fl-iskejjel, mill- kindergarten sal-primarji, sekondarji u sa l-ogħla livelli.", "L-ewwelnett jirriżulta li l-edukazzjoni ta' l-adulti f'pajjiżna hija ogħla mill-medja Ewropea.", "Fil-fatt il-medja Ewropea hija ta' 42% tal-popolazzjoni, mentri f'Malta diġa' lħaqna ċ-ċifra ta' 53%.", "Veru li fadlilna aktar x'nagħmlu biex inżidu n-numru ta' żgħażagħ li jtemmu l-upper secondary – xi ħaġa li semma l-Kap ta' l-Oppożizzjoni - pero' rrid ngħid li għandna biex niftaħru meta naraw li fis-sena 2000 kellna 40% biss li kienu jkomplu l-istudji tagħhom meta jtemmu l-upper secondary mentri fl-2005 dan in-numru tela' għal 56%.", "Ta' min jinnota li meta nqabblu lil pajjiżna ma' pajjiżi oħra fl- Unjoni Ewropea ż-żieda li kellhom f'dawn l-aħħar ħames snin kienet ta' 2% mentri fil-każ tagħna ż-żieda tagħna kienet ta' 15% fl-istess perjodu.", "Dan huwa l-progress li pajjiżna qiegħed ikollu.", "Sur President, meta l-poplu tagħna jħoss l-weġgħa tat-taxxi u jistaqsi fejn qegħdin imorru t-taxxi tagħna, jiena nifhimha kif nifhmuha lkoll kemm aħna u allura rridu nispjegaw lill-poplu tagħna fejn qed imorru t-taxxi li qed iħallsu.", "Issa ħalli nsemmi post wieħed fejn qed imorru dawn it-taxxi.", "Sejrin fuq l-irjus ta' kull wieħed u waħda mit-tfal tagħna li nibagħtuhom fil-qasam edukattiv tagħna.", "Għas-sena 2007 se nivvotaw Lm121 miljun għall- qasam ta' l-edukazzjoni.", "Dan ifisser li jekk naqta' barra l-miljuni li se nonfqu għall-bini ta' skejjel ġodda u dawn l-affarijiet kollha u nieħu biss l-ispiża rikorrenti, jiġifieri mingħajr ma nieħu l-kapital, qegħdin nonfqu Lm1,332 fuq kull tifel u tifla li qiegħda tidħol fis-sistema edukattiva ta' pajjiżna.", "Jiena nispjega lill-poplu tagħna għaliex jiena parti minn din il-familja, jiena għandi t-tfal ukoll, naturalment tiegħi kibru allavolja għadhom qed jistudjaw u hawn oħrajn li għandhom it-tfal ukoll.", "Kull wieħed mit-tfal tagħna qiegħed jieħu mill-istat b'Lm1,332 valur ta' edukazzjoni.", "M'aħniex qed nibagħtu xi cheque fid-djar imma qed nagħtuhom iċ-ċavetta biex 'il quddiem ifasslu huma stess id-destin tagħhom u jagħmlu suċċess b'ħajjithom u b'ħilithom.", "Dawn huma r-rekords li qed nakkwistaw għal pajjiżna.", "Fl-istorja reċenti ta' pajjiżna qatt ma kien hemm gvern li vvota daqshekk flus għall-edukazzjoni u li qabad felli daqshekk kbir mill-ispiża tiegħu biex jitfagħha fl-imħuħ tat-tfal tagħna.", "U qegħdin nagħmlu l-aktar ħaġa tajba u bis-sens li nistgħu nagħmlu għal pajjiżna.", "Allura mhux ta' b'xejn li pajjiżna jkompli miexi 'l quddiem u għalhekk ma nagħtux kas tal- kritika negattiva u distruttiva Ii ġejja mill-Oppożizzjoni.", "Nifhmu li għandna oqsma wkoll fl-edukazzjoni fejn irridu nkomplu ntejbu u ninvestu.", "Hemm proġetti ta' bini ta' skejjel u proġetti ta' xogħlijiet fl-iskejjel tagħna u għad fadlilna x'naqdfu, pero' mexjin u qed inġibu riżultati tajbin.", "F'parti mid-diskors tiegħu l-Kap ta' l-Oppożizzjoni kkritika wkoll il- qasam tas-saħħa u qal li qiegħed fl-aktar sitwazzjoni ta' diżastru.", "Jiena ngħid li f'dan il-qasam ksibna riżultati li għandna għalxiex inkunu kburin bihom anke jekk nammettu wkoll li għandna l-isfidi f'dan il-qasam ukoll.", "Fil-qasam tas-saħħa għandna t-tieni l-inqas rata ta' mwiet ta' trabi fid-dinja.", "Għall-grazzja t'Alla f'pajjiżna m'għandniex l-abort u l- Bambin iżomm lill-pajjiż f'din it-triq biex nibqgħu nissalvagwardaw il- ħajja tal-persuna mill-mument tal-ġuf sa l-aħħar.", "J'Alla nibqgħu b'dan il- valur f'moħħna u j'Alla nagħmlu dak li għandna bżonn nagħmlu f'pajjiżna sabiex dan il-prinċipju nikkonsolidawh.", "Skond il-EuroHealth consumer index Malta tiġi l-ewwel fil-lista tal-pajjiżi membri u kandidati ta' l-Unjoni Ewropea, inkluż l-Isvizzera, bħala l-pajjiż li għandu l-aktar sistema ta' saħħa ġeneruża.", "Skond il-World Health Organisation, Malta ġiet ikklassifikata fil-ħames post għall-kwalita' ta' servizzi ta' saħħa li toffri.", "Dan ma jfissirx li m'għandniex sfidi u jibqa' jkollna sfidi kbar għaliex l-isfida tas-saħħa hija l-frott tas- suċċess.", "Aktar kemm navvanzaw, in-nies se jgħixu aktar u aktar ma jkollna servizzi, aktar irridu ninvestu f'dawk is-servizzi.", "Is-sena d-dieħla għandna l-isfida kbira li nimxu mill-isptar San Luqa għall-isptar Mater Dei.", "Dan kollu nagħmluh b'diskussjoni ma' l-assoċjazzjonijiet u mal-unions.", "Illum ġejt informat li wasalna għall-ftehim mal-MUMN biex tinfetaħ il- ward il-ġdida li hija n-new medical admissions ward nhar l-Erbgħa li ġejjin.", "Jiena nemmen li biex naslu rridu npoġġu bil-qiegħda madwar mejda u nilħqu ftehim ta' kif nimxu 'l quddiem.", "Jiena naf li għandna sfidi kbar quddiemna u l-ewwel wieħed li nirrikonoxxi li tabib Malti kapaċi jsieferlek l-Ingilterra u jaqla' paga ta' bejn Lm100,000 u Lm150,000 meta hawn Malta nagħtuh paga ta' Lm10,000.", "Ma' dawn qegħdin nikkompetu aħna!", "Din hija l-kwalita' ta' tobba li għandna.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni semma l-brain drau u nixtieq li bħala pajjiż inpoġġu bilqiegħda u nipprovaw insibu s-soluzzjoni għaliha għaliex din mhijiex xi ħaġa faċli.", "Illum it- tobba tagħna tant huma bravi li malli jiggradwaw imorru l-Ingilterra u jibdew jaqbdu Lm80,000.", "Għiduli xi triduni nagħmel biex insolvuha din il- problema?", "Dawn huma d-diskussjonijiet bil-għaqal li rridu nagħmlu ma' l- unions ħalli nħarsu l-futur ta' pajjiżna biex dak li nvestejna f'pajjiżna jibqa' jirrendilna f'pajjiżna.", "Ikun żball kbir jekk nużaw il-qasam tas- saħħa bħala ballun politiku.", "Għall-partit Nazzjonalista l-qasam tas-saħħa dejjem kien importanti għaliex aħna dejjem poġġejna s-saħħa tal-bniedem fiċ-ċentru ta' l- attenzjoni tagħna u għalhekk dejjem ipprovdejna l-aqwa kwalita' ta' servizz u issa se nipprovdu sptar ġdid b'servizzi ġodda.", "Jiena nħeġġeġ lil Dr. Sant u lill-Oppożizzjoni biex imorru jarawh dan l-isptar.", "Kemm smajna stejjer min-naħa ta' l-Oppożizzjoni fuq dan l-isptar, jaqbduk dwejjaq kbar tismagħhom jitkellmu.", "Għalhekk nappellalhom sabiex imorru jaraw dan l- isptar u malajr jgħaddulhom dan id-dwejjaq li għandhom ħalli jaraw x'konna kapaċi nagħmlu.", "Issa rridu nsostnuh u nkompluh u rridu nagħmlu l-migration mill-Isptar San Luqa għall-Isptar Mater Dei.", "Bħalissa għaddejjin b'xogħlijiet u inizjattivi biex l-istaff kollu ta' l-isptar jidra l-isptar il-ġdid u jidra l-makkinarju l-ġdid u jekk il-Bambin irid din l-isfida kbira għal pajjiżna nkunu nistgħu nirbħuha.", "U allura jiena ndur fuq is-semmiegħa u fuq it-telespettaturi u ngħidilhom li għandhom iħossuhom kburin li dan il-pajjiz irnexxielu jakkwista dawn it- tip ta' riżultati.", "Din mhijiex kwestjoni għax hemm il-partit Nazzjonalista fil-gvern imma lkoll kemm aħna għandna nħossuna kburin li aħna Maltin, kburin li dan il-pajjiż miexi 'l quddiem, kburin li qed jirnexxilna nirbħu allavolja għandna d-diffikultajiet ma' saqajna, inkluż il-prezz taż-żejt.", "Pero' sadanittant il-pajjiż jibqa' miexi 'l quddiem, qed inġibu l- investiment lejn pajjiżna, qed jiġu l-barranin u jfaħħru lill-ħaddiema tagħna, ifaħħru lil dan il-pajjiż u jġibu flushom f'pajjiżna.", "X'hemm isbaħ minn dan?!", "Għalija li jiġi bniedem u joqgħod ifaħħarna u mbagħad jitlaq 'l hemm ma jfisser xejn imma min jiġi u jpoġġi flusu hawn tfisser ħafna.", "Pero' fuq dan il-punt nitkellem iktar 'il quddiem.", "Aħna qed nagħmlu dan kollu għaliex nemmnu li dan il-poplu għandu potenzjal.", "Aħna fis-sinsla tagħna bħala poplu m'hemmx kuluri politiċi għaliex bħala poplu dejjem konna poplu ħawtiel, poplu li għamel suċċess.", "Dan l-aħħar kont qiegħed nagħmel diskors x'imkien u ġibt l-eżempju ta' dawk il-Maltin li emigraw u għamlu suċċess u min sar professur, min sar miljunarju, min investa hawn u min investa hemm.", "Imma dawn huma Maltin u bħalhom għandna f'din il-gżira li qegħdin jagħmlu suċċessi kbar ukoll u lil din il-gżira qed ikomplu jmexxuha 'l quddiem u lil dan il-pajjiż ġibnieh flimkien fejn qiegħed illum.", "Allura minflok immaqdru lil dan il-pajjiż għandna nfaħħruh.", "M'hemmx xi prezz xi tħallas għalih, lil dan il-pajjiż m'għandekx iċċekknu għall-gwadann politiku.", "Il-pajjiż mhux dan li għandu bżonn imma għandu bżonn lil min jistimolah u lil min jagħmillu targets ambizzjużi - u din niġi għaliha minn hawn u ftit ieħor.", "Nerġa' nirrepeti li aħna għandna l- kapaċita' li nimxu.", "Mingħajr ma ntawwal wisq se nagħti ftit informazzjoni li turi għaliex għandu jkollna l-kuraġġ li nimxu 'l quddiem u biex inwieġeb lil dawk kollha li matul ix-xhur Ii għaddew tlabnihom jerfgħu biċċa mill-piż.", "Taħsbu li aħna ma nirrikonoxxux li min siefer u ħallas it-taxxa tas-safar, din ħassha?", "Taħsbu li li aħna ma nirrikonoxxux li kien hemm min kellu jħallas is-surcharge u ħassha?", "Għalhekk lill-poplu rridu nuruhom x'riżultati ksibna.", "Hawnhekk għandi tabella u iktar tard nitlob il- permess tal-Kamra biex inpoġġiha fuq il-mejda tal-Kamra li turi fejn wasalna għal dak li għandu x'jaqsam mad-deficit fis-sena 2006.", "Din it- tabella hija interessanti u jekk inħarsu lejha sewwa insibu li l-ogħla deficit f'pajjiżna kien fi żmien meta Dr. Sant kien prim ministru ta' pajjiżna.", "Dak iż-żmien id-deficit kien ta' 10% ta' dak li jipproduċi l- pajjiż.", "Illum niżżilnieh għal 2.8%.", "Din is-sena wkoll għall-ewwel darba f'ħafna snin se naraw li d-dejn nazzjonali f'pajjiżna qed ikompli t-triq tan-niżla għaliex naturalment it- target tagħna hu li nniżżluh għal-livelli sa taħt is-60% fuq medda ta' żmien.", "Fid-diskors tiegħu l-Kap ta' l-Oppożizzjoni qalilna li qabel l- elezzjoni wegħidna finanzi fis-sod u staqsa fejnhom il-finanzi s-sod.", "Huwa veru li qabel l-elezzjoni għamilna poster b'wiċċna minn quddiem u tlabna lill-poplu biex jivvota lill-partit Nazzjonalista għaliex b'hekk biss ikollok garanzija ta' finanzi fis-sod.", "U fil-fatt din it-tabella li għandi quddiemi tikkonferma dan.", "Imma issa jien ġibt ukoll il-poster li kienu għamluha tal-partit Laburista fejn fuq naħa ġabu: \"Wegħduk Lm100 miljun fis- sena\" u fin-naħa l-oħra \"Ġabu biss miljun u nofs fis-sena\" u mbagħad fil- brackets żgħar hemm miktub fi flus kontanti.", "Allura min daħak bin-nies?", "Dan huwa l-mod kif issir il-politika?", "Taf kemm għamilna xorti b'Lm1.5 miljun?!", "Aħseb u ara x'se nagħmlu b'Euro 800 miljun!", "Sur President, din is-sena se naraw tkabbir ekonomiku sostanzjali u għalkemm irridu nistennew sakemm tagħlaq is-sena diġa' rriżulta li huwa tkabbir ekonomiku tajjeb ħafna għaliex qegħdin fil-livell ta' 2.6%.", "Jiena nittama li din is-sena nkunu nistgħu nagħlquha b'aħbarijiet tajbin u l- indikazzjonijiet li għandna huma pożittivi ħafna anke għas-sena d-dieħla.", "Din is-sena se nerġgħu niksru rekord kbir ta' investiment li ġej lejn pajjiżna.", "Fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena, minn Jannar sa Ġunju biss se nkunu diġa' qbiżna l-valur totali ta' l-investiment sħiħ li ġibna s-sena ta' qabel; jiġifieri sa Ġunju se nkunu lħaqna Lm311 miljun.", "Issa f'sena sħiħa ta' l-1997 meta kien hemm gvern Laburista, meta l-Prim Ministru kien Dr. Sant ġab biss Lm31 miljun f'sena.", "Aħna f'sitt xhur ġibna Lm311 miljun investiment lejn pajjiżna u dan huwa l-akbar ċertifikat ta' fiduċja li l- investitur barrani qed jagħmel f'dan il-pajjiż u f'dan il-gvern.", "Naħseb li ħadd ma jinvesti Lm300 miljun f'pajjiż fejn m'għandux fiduċja li l- affarijiet mexjin sew.", "Ħadd ma jinvesti jekk ma jkunx jaf li qed jinvesti fis-sod.", "Din is-sena se jkollna wkoll l-ogħla numru ta' nies jaħdmu bi qligħ u fil- fatt se nkunu qegħdin immissu l-139,000 ruħ jaħdmu bi qligħ.", "Din it- tabella se npoġġiha fuq il-mejda tal-Kamra li tagħti b'mod grafiku n-numri kollha.", "Din is-sena se jkollna l-ogħla numru li qatt kellna ta' żgħażagħ li jkomplu bl-istudji tagħhom wara li jispiċċaw mill-iskola.", "Barra minn hekk, se jkollna wkoll l-ogħla numru ta' impjiegi li qatt kellna fis- settur privat.", "Din is-sena se jkollna l-inqas numru ta' ħaddiema fis- settur pubbliku.", "Aħna rnexxilna nżommu l-qgħad fil-livell baxx, inżidu dawk li qed jaħdmu bi qligħ, inżidu dawk li qed jaħdmu fis-settur privat u fl-istess ħin innaqqsu n-numru ta' ħaddiema minn mal-gvern.", "Hawnhekk għandi tabella oħra li tagħti wkoll b'mod grafiku kif l-impjiegi mal- gvern qegħdin jonqsu filwaqt li l-impjiegi mas-settur privat qed jiżdiedu b'mod qawwi.", "Dan huwa ċ-ċertifikat tas-suċċess tal-politika tal-gvern immexxi minni.", "Se npoġġi wkoll fuq il-mejda tal-Kamra tabella oħra li turi ż-żieda ta' impjiegi part-time.", "Għal xi raġuni jew oħra l-Oppożizzjoni ma teħux pjaċir tisma' li f'pajjiżna bħall-kumplament ta' l-ekonomiji kollha moderni qed jiżdied ix-xogħol part-time.", "Donnha li l-Oppożizzjoni ma tirrealizzax li l-ebda employer m'hu se jimpjega lil xi ħadd fuq bażi part- time biex jagħmel xi pjaċir lill-gvern.", "Jekk employer qiegħed jimpjega part-timer jfisser li għandu attivita' ta' kummerċ li għandu bżonn part- timer.", "Barra minn hekk, hemm numru kbir ta' ħaddiema li għandhom job full- time u job part-time.", "Issa dan huwa sinjal tajjeb, ma tistax teqred li l- pajjiż sejjer lura, li għandna diżastru, kulħadd mejjet bil-ġuħ u mbagħad hawn dan ix-xogħol kollu u l-part-time jobs qed jiżdiedu wkoll.", "Apparti minn dan, għandna wkoll numru kbir ta' nisa u anke rġiel li għandhom responsabilitajiet fil-familja u għalihom l-għażla ta' xogħol part-time hija waħda ideali.", "Allura aħna b'sodisfazzjon ninnotaw dan il-fatt u naturalment kif ħabbarna fil-budget irridu nipproteġu x-xogħol tal-part- timers billi nagħtuhom id-drittijiet li jkollhom il-protezzjoni u nistimolaw dak is-settur ħalli jkun jista' jimxi 'l quddiem.", "Naturalment fil-ġranet li għaddew jiena kelli l-okkażjoni nispjega li fil- kalkoli li aħna konna qegħdin nagħmlu jirriżulta li fit-12-il xahar li kienu għaddew l-ekonomija tagħna kienet miexja tajjeb u rnexxilha toħloq madwar 4,300 impjieg.", "Issa ma nafx kemm-il mistoqsija staqsieni Charlon Gouder meta konna waqt diskussjoni u ta' xejn bdejt ngħidlu sabiex imur ifittex u jiċċekkja l-affarijiet.", "Il-bieraħt lura l-Kap ta' l-Oppożizzjoni qalilna li ilhom jistennew biex jaqtgħu l-kurżita' u hawnhekk jiena għandi spjegazzjoni ftit aħjar minn dik li kont ikkalkolajt għaliex issa n-numru tela' għal 6,156!", "Jiġifieri bejn Lulju 2005 u Ġunju 2006 in-numru ta' postijiet ta' xogħol tela' b'6,156 u din l-informazzjoni se npoġġiha wkoll fuq il-mejda tal-Kamra.", "Sur President, jiena m'iniex qed ngħid li kollox ward u żahar u naf li għandna sfidi li rridu nirbħuhom, pero' għandna wkoll dawn ir-riżultati li jagħmlulna kuraġġ.", "M'aħniex qegħdin f'xi wied tad-dmugħ jew hawn it- theżżiż tas-snien imma għandna sfidi partikolari quddiemna.", "Jiena ma niddejjaq xejn insemmi dawn l-isfidi u nibda mit-turiżmu li bla dubju ta' xejn huwa wieħed mill-oqsma ewlenin ta' pajjiżna.", "Dan il-qasam minn dejjem kien ta' sfida u se jibqa' għaliex it-turiżmu qatt m'hu garantit.", "Aħna qatt ma kellna xi garanzija li t-turisti se jiġu Malta bilfors.", "Turist jiġi Malta jekk nagħtuh servizz tajjeb u prodott tajjeb u jmur lura u jgħid li huwa mar f'pajjiż li fih ħa pjaċir għaliex huwa pajjiż li għandu storja, li għandu kwalita' ta' servizz u ħassu komdu.", "Pero' t-turiżmu lejn pajjiżna m'huwiex garantit u għalhekk jibqa' dejjem sfida.", "Il-gvern dan jirrikonoxxih u għalhekk, kif jgħidu l-Ingliżi, we put our money where our mouth is.", "Fil-fatt din is-sena qegħdin ninvestu s-somma rekord ta' Lm15.6 miljun direttament fit-turiżmu mingħajr ma ngħodd – għaliex din jiena dejjem insostniha – il-miljuni l-oħrajn kollha li huma marbutin ukoll mat-turiżmu bħalma huwa l-investiment fit-toroq u l- investiment li jsir biex fis-sħana ta' Awissu jkollna l-fjuri fir- roundabouts tagħna.", "Dawn l-affarijiet isiru l-ewwel u qabel kollox għalina imma jsiru għat-turist wkoll.", "L-investiment biex ikollna sistema ta' drenaġġ li tippurifika d-drenaġġ qabel ma jħammeġ il-baħar mhux isir għalina l-ewwel u qabel kollox u għat-turist ukoll?", "L-investiment li nagħmlu fil-bajjiet tagħna mhux għalina u għat-turist ukoll isir?", "Li kieku kellna ngħoddu dawn il-miljuni nindunaw li l-qasam tat-turiżmu huwa l-aktar settur li għandu appoġġ finanzjarju f'pajjiżna.", "Ma rridux ninsew ukoll li aħna nagħtu preferenza lit-turiżmu billi ma nintaxxawhx bħalma nintaxxaw affarijiet oħrajn.", "Fil-fatt fil-qasam tat-turiżmu nsibu affarijiet li huma ntaxxati biss bil-5% VAT u ma nistgħux nagħmlu mod ieħor għaliex inkella ma nkunux nistgħu nikkompetu fil-qasam tat-turiżmu u ma nkunux nistgħu nkomplu mmexxuh 'il quddiem.", "Madanakollu rrid infiehem lil kulħadd li kull fejn huwa possibbli nwasslu dan il-messaġġ.", "Għalkemm il-miljuni tal-liri li nippompjaw fit-turiżmu huma neċessarji u importanti u j'Alla l-pajjiż jimxi 'l quddiem biex ikollna iżjed x'nippompjaw, imma bil-miljuni biss m'aħna se nagħmlu xejn.", "Sur President, il-miljuni tal-liri li qed inħallsu mit-taxxi tagħna malajr jogħsfru jekk tat-taxi jinsulenta lit-turist; jekk il-waiter jittratta lit-turist qisu qed jagħmillu xi pjaċir; jekk tal-karozzin ifettillu jitlob iż-żejjed lit-turist; jekk sid ta' bar ibigħ flixkun ilma aktar għoli minn dak li jbigħu lill-Malti; jekk is-sid tal-hotel ma jżommx l- istandard tal-hotel kif inhu marbut li jżommu; jekk ilkoll kemm aħna ma nagħrfux inżommu lil pajjiżna nadif u borża jew sigarett naqbdu u narmuhom ma' l-art u jekk jibqa' jkollna l-bravi u wara li rranġajna Bieb il-Bombi jmorru u jitfgħulu ż-żebgħa.", "L-isfida tat-turiżmu rridu nirbħuha flimkien bi sforz nazzjonali.", "Naturalment il-gvern irid ikun minn ta' quddiem u jrid jerfa' r- responsabilita' tad-deċiżjonijiet u jrid ipoġġi l-investiment imma jrid ikun eżerċizzju nazzjonali tagħna lkoll.", "F'dan il-kontest jiena rrid nirringrazzja lil dawk kollha li qegħdin jagħmlu ħilithom, anke biex jagħtu pariri lill-gvern.", "Dan l-aħħar kellna l-grupp konsultattiv, grupp ta' operaturi fin-negozji li tawna l-ideat tagħhom ta' kif nistgħu ntejbu l- prodott f'pajjiżna u mhux niżżufjettaw bil-branding kif għamel il-Kap ta' l- Oppożizzjoni jumejn ilu.", "Jiena napprezza lil min ġenwinament jiġi 'l quddiem bi proposti.", "Ma jfissirx li se naqblu ma' kollox imma tista' taqbel ma' ħafna affarijiet u fil-fatt qed naraw kull proposta li ppreżentawlna, nagħmlu l-costing tagħha, naraw effettivament minn fejn se nġibu l-finanzi, inpoġġuhom fl-istrateġija tagħna u fi ftit żmien ieħor se nkunu qegħdin inħabbru d-dettalji kollha ta' dak li aħna nkunu qegħdin nippjanaw li jsir matul is-sena 2007 u anke lil hinn mis-sena 2007 biex il- prodott Malti nkomplu ntejbuh.", "Sur President, infakkar li fl-aħħar mill-aħħar l-ewwel u qabel kollox se jkunu l-Maltin u l-Għawdxin, il-familji tagħna, it-tfal tagħna, li meta mmorru naraw is-swar, il-fortifikazzjonijiet, il-postijiet storiċi, il-wirt storiku u kulturali tagħna se nkunu qed ingawdu minn dawn l-investimenti kollha pero' naturalment dawn jgħinu biex lil Malta jagħmluha dak il- ġojjell li jistħoqqilha li tkun.", "Sur President, nixtieq ngħid kelma ta' malajr fuq il-low cost airlines.", "Aħna ħadna d-deċiżjoni fil-mument li kellna neħduha wara li għamilna l-analiżi neċessarji.", "Il-low cost ma tfissirx ir-RyanAir biss imma tfisser li ġejjin ukoll il-Meridiana, il- German Wings, li kollha huma kumpanniji low cost li se jibdew joperaw – fil-fatt il-Meridiana diġa' bdiet taħdem u diġa' ġabet żieda fit-turiżmu mill-Italja – minn pajjiżna.", "U hawnhekk irrid nagħmel żewġ punti.", "L- ewwelnett irridu nifhmu li malli dħalna fl-Unjoni Ewropea seta' ġie min ried u x'ħin ried u mhux aħna nistednuhom.", "Imma dawn ma jaħdmux b'dan il- mod għaliex ikunu jriduk tħallashom biex jiġu u għalhekk ma ġewx mill- ewwel.", "Setgħu ġew kieku riedu imma riduna nħallsuhom.", "Fil-fatt mhux Malta biss imma kullimkien jaħdmu b'dan il-mod għaliex dan huwa l-mudell tagħhom.", "Allura ħsibniha u fl-aħħar kellna ndaħħlu idejna fil-but, noħorġu Lm1 miljun fi skema għal min ried jopera low cost.", "Fil-fatt dan il-Lm1 miljun lanqas kienu fil-budget pero' minħabba li l-pajjiż miexi 'l quddiem allura stajna noħorġuhom.", "Għalhekk filwaqt li nifirħu li ġejjin il-low cost irridu niftakru li parti mill-prezz tal-biljett qed inħallsuh aħna minn dawn il-Lm1 miljun.", "Huwa veru li l-prezz huwa irħis imma rħis għaliex parti minnu mħallas minn butna.", "Ma noqogħdux induru mal-lewża għaliex hija realta' li kull pajjiż iffaċċja u allura anke aħna rridu niffaċċjawha.", "Sur President, jiena bqajt ftit sorpriż b'dak li qal il-Kap ta' l- Oppożizzjoni għaliex fuq din il-kwestjoni tal-kumpanniji low cost għamel tidwira nobis.", "Fis-17 ta' Marzu, 2004 konna qegħdin nagħmlu dibattitu fuq l-AirMalta f'dan il-Parlament u se nikkwota dak li qal Dr. Sant kelma b'kelma:", "\"Min qed iġib ċerti argumenti li għandna ndaħħlu kumpanniji low budget ħalli jikkompetu u jġibu t-turisti, qiegħed jara biss sa mnieħru kif għamlu diversi nies f'dawn l-aħħar snin.\".", "Jiġifieri sentejn ilu l-Kap ta' l-Oppożizzjoni qalilna li huwa kien kompletament kontra l-kumpanniji low cost u kien qed jagħti parir f'dan il-Parlament biex ma nġibux il-low cost u qalilna wkoll li min kien qed jargumenta li dawn iġibu aktar turisti kien qed jara sal-ponta ta' mnieħru.", "Illum din id-diska nbidlet u jien nixtieq nistaqsih x'ġiegħlu jbiddel l-opinjoni tiegħu?", "X'ġara f'dawn l-aħħar sentejn?", "Kif inbidlet din il-pożizzjoni?", "Għamilt xi pjan jew studju?", "X'inhi din il-bidla sħiħa f'din il-pożizzjoni li qiegħed jieħu Dr. Sant fuq dan il-qasam?", "Fl- opinjoni tiegħi, il-Kap ta' l-Oppożizzjoni jfassal il-politika tiegħu skond l-opinion polls u jekk l-opinion poll jkun qed jindikalu li l-qasba qed iddur lejn il-punent, allura jdur mal-punent u jekk ir-riħ jinzerta jibda jonfoħ mil-Lvant, allura jdur lejn il-Lvant.", "U din hija l-agħar ħaġa li tista' tagħmel meta tkun Prim Ministru.", "Din hija r-raġuni li llum qegħdin niċċelebraw anniversarju ta' falliment għaliex il-politika ma tistax tagħmilha bħall-pinnur!", "Jiena ngħid li jekk nagħmlu erba' surveys u nuruh ir-riżultati tagħhom malajr narawh idawwar il-politika tiegħu!", "Imma l- politika ma tagħmilhiex skond kif ikun jaqbillek jew biex tkun popolari jew inkella għaliex il-polls ikunu qed jindikaw ċerti trends, allura tbiddel il-pożizzjoni tiegħek.", "Għaddew għaxar snin u l-Kap ta' l- Oppożizzjoni għadu ma jistax jitgħallimha din!", "Sfida oħra li għandna quddiemna hija l-għoli tal-ħajja.", "Nibda biex ngħid li qabel kollox we have to put the records straight.", "Jiena hawnhekk għandi tabella oħra li turi li l-ogħla rata ta' l-inflazzjoni, hekk imsejħa l-HICP, li qatt kellna f'dawn l-għaxar snin ta' dan l-anniversarju kien proprju fil-bidu ta' dan l-anniversarju, jiġifieri fl-1997, fi żmien Dr. Sant, meta r-rata ta' l-inflazzjoni kienet ta' 3.9%.", "Issa jien m'iniex qed immur 'il bogħod għaliex li kieku kelli mmur lura lejn is-sebgħinijiet u t-tmenijiet insibu li li dak iż-żmien r-rata ta' l-inflazzjoni kienet tal-waħx għaliex kienet tlaħħaq l-10% u l-14%.", "Aħna rridu nkunu konsistenti.", "Dr. Sant qiegħed jagħmel l-argument li meta jsir prim ministru, il- politika tiegħu se tkun is-soluzzjoni għal pajjiżna.", "Issa jiena ngħidlu li meta kien prim ministru kellu 22 xahar sabiex iwettaq din il-politika.", "U kultant nibda nistaqsi: Għaliex kull darba joqgħod jgħid x'se jagħmel fl- ewwel sitt xhur li jkun fil-gvern?", "Forsi għaliex jibża' li jerġa' ma jagħmilx 22 xahar fil-gvern u allura jrid jagħmel kollox f'sitt xhur?!", "Din hija tingiża sabiex niċċajta ftit ma' Dr. Sant.", "Sur President, f'sitt xhur ma tagħmilx dawk l-affarijiet kollha.", "L-ogħla rata ta' l-inflazzjoni li qatt kellna f'dawn l-aħħar għaxar snin ta' 3.9% kienet fi żmien meta l- prezz taż-żejt kien ta' $14-il barmil.", "Imma d-daqqa fil-prezz taż-żejt weġġgħet lil pajjiżna li huwa vulnerabbli ħafna għal dan il-prezz taż-żejt.", "Issa fl-aħħar il-bieraħt lura Dr Sant ħariġha, li wara kollox is-surcharge li nħallsu trid tirrispondi għal dak li qed jiġri fis-suq u għall-miljuni kbar li qegħdin nonfqu biex nixtru ż-żejt.", "Id-differenza hi li fi żmienu kien hawn għoli ta' ħajja ta' 3.9% bi prezz taż-żejt bl-inqas prezzijiet possibbli u llum għandna għoli tal-ħajja li qiegħed imiss it-3.6% imma bil- prezz taż-żejt li huwa rekord u jlaħħaq madwar $70-il barmil.", "L-argument politiku m'huwiex biżżejjed, jien m'iniex sejjer nidħak bin-nies bħalma pprova jagħmel Dr. Sant.", "Il-verita' hi li hemm limitu għal dak li nistgħu nagħmlu aħna fil-kontroll tal-prezzijiet.", "U jiena ġibt miegħi artiklu ta' ekonomista ieħor li jiena nirrispetta ħafna f'pajjiżna.", "Naturalment ma naqbilx dejjem miegħu, pero' jagħmel punti tajbin li jiena noqgħod attent għalihom.", "Qed nirriferi għal Lino Spiteri li kien ukoll ex- ministru tal-finanzi.", "Proprju fil-gazzetta \"The Times\" tas-26 ta' Ottubru kiteb artiklu li fih qabad il-punt ta' l-inflazzjoni u jgħid li l-verita' hi li ladarba pajjiżna jimporta l-parti l-kbira ta' l-affarijiet tiegħu minn barra, irid joqgħod għal dawk il-prezzijiet li jsib minn barra.", "Din hija l-pura verita'.", "Issa ma jfissirx li m'hemm xejn x'nistgħu nagħmlu.", "Jien f'isem il-gvern tiegħi ngħid li għandna nieħdu l-inizjattiva f'kull ħaġa li hemm bżonn nagħmlu sabiex nindirizzaw il-qasam tal-prezzijiet.", "Fil- fatt dan għamilnieh fil-qasam tal-mediċini għaliex dan huwa qasam li jolqot lil dawk li huma l-aktar dgħajfa f'pajjiżna.", "Fil-fatt tkellimna mas-settur biex nipprovaw naslu għal soluzzjoni ta' kif nistgħu nikkontrollaw il-prezzijiet tal-mediċini f'pajjiżna.", "Iktar tard se npoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-lista ta' mediċini bir-roħs li kellna fil- prezzijiet li jvarjaw minn 18% għal 2%.", "Dan ir-roħs huwa importanti, pero' aktar importanti minn hekk hija li saru diskussjonijiet ma' l- operaturi u ma' min huwa involut f'dan il-qasam biex għall-ewwel darba f'pajjiżna, indaħħlu mekkaniżmu maqbul bejnietna kollha, li dan il- mekkaniżmu jintuża ħalli nkunu ċerti li l-prezzijiet ikunu ġusti.", "Jien nifhem li jekk fabbrika barranija għolliet il-prezz tal-mediċina, l- importatur irid iħallas għal dik iż-żieda fil-prezz, imma jiena rrid mekkaniżmu biex naċċertaw ruħna li dik iż-żieda hija waħda ġusta.", "Għalhekk f'Novembru dan il-ftehim se jkun intlaħaq ħalli jkollna mekkaniżmu li jiggarantilna li l-prezzijiet tal-mediċini f'pajjiżna se jgħaddu minn dan il-mekkaniżmu u jippermettulna li nkunu moħħna mistrieħ li l-prezz tal-mediċini qed ikun prezz ġust għall-poplu tagħna fiċ-ċirkostanzi partikolari li aħna nkunu qegħdin ngħixu fihom.", "Sur President, nixtieq ngħid xi ħaġa fuq is-surcharge.", "Ta' min isemmi l- ż-żieda fil-prezz taż-żejt swietilna Lm50 miljun.", "Immaġinaw x'konna nagħmlu f'pajjiżna li kieku ffrankajna dawn il-Lm50 miljun!", "Imma għalkemm qlajna din id-daqqa bqajna sodi quddiemha u bil-mod il-mod nirkbuha wkoll.", "Naturalment dan irridu nagħmluh b'sagrifiċċji li qgħadna attenti għalihom.", "Ma tfajniex il-piż fuq in-nies kollha imma fejn stajna taffejna.", "L- ewwelnett ħadna ħsieb l-impjiegi u għamilna l-capping għaliex l-industrija tat-turiżmu u l-fabbriki l-kbar ma jħallsux is-surcharge kollha għaliex inkella jispiċċaw jogħtru u l-impjiegi jkunu perikolati.", "Għalhekk l-piż intrefa' permezz tat-taxxi.", "Hemm familji li ġenwinament ma jifilħux iħallsu u għalhekk tajnihom l-għajnuna.", "Issa se nerġgħu nżidu dik l- għajnuna f'dan il-budget b'Lm2 miljun oħra għal settur ta' familji li aħna jidhrilna li jistħoqqilhom l-għajnuna għaliex is-surcharge ma jifilħux iħallsuha.", "Fil-fatt madwar 17,000 familja se jibbenefikaw minn dan kollu.", "Issa rrid ngħid li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni għall-ewwel darba rrikonoxxa li wara kollox it-tariffi li nħallsu għad-dawl u l-ilma jridu jirriflettu l- prezzijiet li nħallsu għalihom.", "Jiena nifhem li s-surcharge ddejjaq lil kulħadd pero' kulħadd irid jifhem li meta l-gvern Malti jmur jixtri ż- żejt, irid iħallas għalih u jekk jitolbuna bħalma talbuna s-sena li għaddiet Lm50 miljun, daqshekk irridu nħallsu.", "Tibilgħuhiex meta xi ħadd jgħid li se jraħħas is-surcharge bin-nofs.", "Kif tista' traħħasha?", "Se tmur għand min ibigħlek iż-żejt u tgħidlu li se tħallas nofs il-prezz?!", "Biex traħħas is-surcharge bin-nofs, trid toħroġ dak in-nofs minn x'imkien ieħor.", "Jekk qed tgħid li se traħħas is-surcharge bin-nofs, allura qed tgħid li trid issib Lm25 miljun minn x'imkien ieħor.", "Minn fejn se ġġibhom dawn il- Lm25 miljun?", "Tistgħu taqtgħuli din il-kurżita'?", "Jiena naf x'se tagħmlu għaliex se tagħmlu froġa oħra billi d-deficit jisplodi 'l fuq u terġgħu tfallu lil dan il-pajjiż.", "Dawn huma affarijiet li jġibulek għajnejk wara widnejk.", "Pero' l-aktar ħaġa skandaluża kienet meta l-Kap ta' l-Oppożizzjoni ġie hawnhekk bis-soluzzjoni u qalilna li se jagħmel capping fuq il-VAT.", "Possibbli li għadu ma rrealizzax li fuq il-konsum domestiku m'hemmx VAT?!", "L-Onor.", "Galdes qiegħed ixengel rasu u reġa' qiegħed imerini.", "Quddiemi għandi dan il-kont u forsi jista' jiġi jgħidli fejn qiegħda l-VAT?", "Jiena bdejt ngħid jekk forsi dawn l-affarijiet nafhomx jien biss bħala Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi u għalhekk għamilt dak li jagħmlu ħafna nies u dħalt fuq il-website ta' l-Enemalta u tal-Water Services Corporation u sibt l-ispjegazzjoni kollha tar-rati kif inhuma, bil- mistoqsijiet u t-tweġibiet kemm tal-WSC kif ukoll ta' l-Enemalta.", "Jekk tidħlu fiha tindunaw li m'hemmx VAT fuq il-konsum domestiku u meta ħabbarniha konna għidna li l-VAT fuq il-konsum domestiku se jerfagħha l- gvern.", "Issa naħseb li għamiltu żball u ridtu tirriferu għall-VAT fuq il- konsum kummerċjali għaliex huwa veru li fuq il-kummerċjali hemm 5% VAT pero' l-Oppożizzjoni taf daqsi li fis-sistema tal-VAT tintalab ir-refund meta min għandu l-kummerċ jissottometti r-returns tal-VAT.", "Allura tistgħu tgħiduli minn fejn ivvintajtuha din?", "Tistgħu tgħiduli x'soluzzjoni hi?", "Sur President, dawn qegħdin jidħku bin- nies!", "Apparti dan kollu, jiena għandi tabella - u se npoġġiha fuq il- mejda tal-Kamra – li effettivament turi li meta tqabbel dak li qed inħallsu llum ma' dak li konna nħallsu bit-tariffi li kien ħabbar Dr. Sant fl-anniversarju, għaxar snin ilu, issib li bis-surcharge b'kollox aħna qegħdin inħallsu inqas minn dak li kieku konna qegħdin inħallsu bit- tariffi li kien ħabbar Dr. Sant meta kien Prim Ministru.", "Il-Kap ta' l- Oppożizzjoni ħareġ bit-teorija u qal li s-surcharge qed tiżdied minħabba li hemm ċertu ħela min-naħa ta' l-Enemalta.", "Dan m'huwiex minnu.", "F'Novembru tas-sena 2004 konna qabbadna l-kumpannija PriceWater House Coopers li għamlet studju li kien tqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra fid-9 ta' Novembru tas-sena 2005.", "Fid-19 ta' Mejju ta' din is-sena lestejna rapport ieħor li jiċċertifika li l-mod ta' kif tinħadem is-surcharge huwa biss id-differenza fil-prezz taż-żejt li jinxtara u ma fih l-ebda element ta' ħela li jista' jkun li tkun qed tiffaċċja l-Enemalta.", "Dan ir-rapport tqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra fl-10 ta' Lulju li għadda.", "U allura l- Oppożizzjoni ma tistax tibqa' tidħak bin-nies b'dan il-mod.", "Aħna morna anke quddiem il-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali u għandna żewġ rapporti tekniċi li jikkonfermaw li s-surcharge hija purament id- differenza fil-prezz li rridu nħallsu għaż-żejt, ikun min ikun hemm fil- gvern.", "Id-differenza fil-prezz taż-żejt trid titħallas u ma nistgħux nipprovaw nidħku bin-nies u nivvintaw soluzzjonijiet patetiċi u li ma jagħmlu l-ebda sens.", "Jiena ngħid li s-surcharge trid tibqa' tirrispondi għall-prezz taż-żejt fis-suq.", "Fil-fatt jiena ġejt informat li proprju minħabba ċ-ċaqliq 'l isfel li kellna fil-prezz taż-żejt u nittama li jkompli sejjer hekk, se nħabbru tnaqqis fis-surcharge minn 63.5% li huwa sal-lum għal 59.5%, kif ukoll traħħis fuq il-fuels, id-diesel u l- affarijiet l-oħra.", "Sur President, issa nixtieq ngħid xi ħaġa fuq id-deficit għaliex il-Kap ta' l-oppożizzjoni ħareġ b'waħda tajba u beda jipprova jiddefendi ruħu.", "Fil-fatt beda jgħid li għaxar snin ilu, meta kien Prim Ministru wiret deficit ta' Lm188 miljun.", "Issa jien ma nafx minn fejn ġabha din u għalhekk se npoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-pubblikazzjonijiet kollha ta' l-uffiċju nazzjonali ta' l-istatistika li fihom ċifri verifikati mill-awditur, li konsistentement kollha juru li d-deficit li sab il-Kap ta' l-Oppożizzjoni meta laħaq Prim Ministru kien ta' Lm103 miljun.", "Pero' waqt id-diskors tiegħu beda jsemmi ċ-ċifra ta' Lm188 miljun.", "Issa llum skoprejna li ġabha minn pubblikazzjoni waħda li kien fiha dan l-iżball u li ġiet ikkoreġuta u bena argument sħiħ fuq dan il-konċett.", "Issa hawnhekk nixtieq ngħid xi ħaġa lill-Onor.", "Brincat u jieħu ftit paċenzja bija għaliex kważi kull sena ngħidhielu.", "L-Onor.", "Leo Brincat kien l-uniku ministru tal-finanzi li b'xi mod kellu jikteb li fallew.", "Fil-fatt se naqra kelma b'kelma dak li ktibt fil-budget tiegħek li tħabbar fil-5 ta' Novembru, 1997:", "\"Fl-1997 konna qegħdin inbassru żbilanċ fil-Fond Konsolidat ta' Lm82.6 miljun.", "Il-gvern kien ta tagħrif dwar dan l-iżbilanċ meta f'Jannar li għadda ressaq l-estimi għal din is-sena.", "Sfortunatament dan l- iżbilanċ mhux talli ma kienx sostenibbli iżda mistenni jitla' għal Lm121 miljun.\".", "U hawn irrid ngħid lill-Onor.", "Leo Brincat li żball ta' Lm82 miljun li jitla' għal Lm121 miljun m'hijiex ċajta!", "U kif ipprova jsolviha?", "Għaliex kultant għandna tendenza li ninsew.", "Jien qiegħed naqbad l-istess diskors ta' l-Onor.", "Brincat meta kien ministru tal-finanzi fl-1998.", "Fil-press conference il-Kap ta' l-Oppożizzjoni li dakinhar kien Prim Ministru kien qal li kien budget tajeb imma naħseb li nsew it-taxxi kollha li ġew imħabbra dakinhar.", "U għalhekk se nsemmihom mill-indiċi ħalli naqta' fil- qasir: Reviżjoni tat-tariffi ta' l-ilma u ta' l-elettriku li kienu ġennew lil kulħadd; tariffa proposta għas-servizzi tad-drenaġġ; ħlas ta' miżata fuq ħruġ ta' mediċini b'xejn; reviżjoni ta' miżati fuq liċenzji u ħlasijiet oħra dovuti lill-gvern; taxxa fir-reġistrazzjoni fuq vetturi tal- mutur; żieda fil-passenger service charge fuq vjaġġi mibdija f'Malta; żieda fil-boll fuq ħruġ u tiġdid ta' poloz ta' assigurazzjoni; denunzja ta' l-assi kapitali, taxxa ta' 15% ta' darba fuq il-qligħ gross tal-bank kummerċjali; levy fuq it-tiġdid tal-credit cards bankarji, żieda fid-dazju tas-sisa fuq il-pitrolju; żieda fuq id-dazju tas-sisa fuq l-ispirti u s- sigaretti, żieda fuq id-dazju tas-sisa fuq l-inbid u reviżjonitas-sistema ta' l-istipendji ta' l-istudenti universitarji.", "Jiena nsejjaħlu anniversarju ta' falliment!", "Sur President, naħseb li huwa importanti li ngħid kelmtejn fuq il-kwestjoni ta' l-ewro.", "Ħadt pjaċir nisma' lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni jħabbar il- pożizzjoni uffiċjali tagħhom dwar l-ewro meta qal li qed jaqbel mal-miri tal-gvern.", "Il-miri tal-gvern ifissru li qed nagħmlu ħilitna kollha biex nilħqu l-kriterji ta' Maastricht ħalli nkunu nistgħu ndaħħlu l-munita Ewropea f'Jannar ta-sena 2008 u ħadt pjaċir nisimgħu jgħid li anke l- Oppożizjzoni qed taqbel ma' dan u tibqa' ma' din il-mira, jiġri x'jiġri.", "Dan huwa l-isbaħ ċertifikat li seta' jagħtina l-Kap ta' l-Oppożizzjoni għax biex jagħmel dik id-dikjarazzjoni ovvjament jaf li d-deficit issa lħaqnieh, jaf li d-dejn nazzjonali nieżel, jaf li l-munita Maltija żammet stabbli matul dan il-perjodu ta' żmien, għandna l-isfida ta' l-inflazzjoni u aħna ninsabu ottimisti li nindirizzawha wkoll u nafu li rridu noqogħdu attenti għaliex garanziji m'hemmx.", "Pero' naħseb naf xi ġralu l-Kap ta' l- Oppożizzjoni.", "Niftakar li meta tkellem fuq l-ewro, qal li ma jaqbilx għax kien għadu kmieni wisq u kien qal li rridu nistennew biex indaħħlu l-ewro sal-ġurnata meta l-ekonomija Maltija tikber bi 3% u 4%.", "Pero' issa wasalna u l-ekonomija miexja għal tkabbir ta' dak il-livell, għad fadlilna iżjed u għad m'aħniex kuntenti għaliex nemmnu li għandha potenzjal tikber iżjed u nemmnu li tista' tikber iżjed.", "Issa nixtieq nagħmel ftit punti oħrajn mhux dwar x'qal Dr. Sant imma x'ma qalx.", "Per eżempju, f'diskors ta' sagħtejn ma qalx kelma waħda dwar l- ambjent u kellna skiet perfett.", "Issa jaf li l-ambjent li qed nivvotaw madwar Lm46 miljun għalih huwa kruċjali għall-kwalita' tal-ħajja tagħna, għat-turiżmu, għall-industrija u jolqot fil-laħam il-ħaj lill-familji li joħorġu bit-tfal fil-kampanja, li jmorru l-baħar, li jmorru fil-bajjiet, lill-familji fid-djar tagħhom li jkollhom l-iskart, il-mod kif nittrattaw l- iskart, id-drenaġġ u l-Magħtab.", "Dawn l-affarijiet huma fundamentali għalina.", "L-istess ħaġa kellna skiet perfett u ma saret l-ebda riferenza għar- riforma tal-pensjonijiet.", "X'inhi r-raġuni?", "Din hija waħda mill-iktar bidliet importanti għall-ġejjieni ta' pajjiżna biex ikollna ġejjieni fis- sod.", "Jien ngħidlu lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni li anke jekk ikun prim ministru hu – allavolja m'huwiex se jkun - se tkun fundamentali għalih u għal pajjiżna.", "Fejn hu l-kontribut ta' l-Oppożizzjoni fuq dan is-suġġett tant importanti?", "Xejn, lanqas biss saret riferenza.", "Sur President, ma saret ukoll l-ebda riferenza għall-bżonn li nkomplu bil- proċess ta' ristrutturar fil-portijiet ta' pajjiżna għaliex jibża' li b'xi mod jew ieħor jista' jirfes xi kallu ta' xi ħadd.", "F'diskors ta' sagħtejn ma saret l-ebda riferenza għar-rwol tal-mara fis-soċjeta' tagħna u l-miżuri li ħabbarna f'dan il-budget biex ninkoraġixxu lill-mara tipparteċipa fil- ħajja tax-xogħol u tkompli tiżviluppa lilha nnfisiha.", "Kulma qal li għandna diżastru sħiħ, kollox se jaqa' fuq rasna u se mmutu bil-ġuħ!", "Ma lissen l- ebda kelma fuq il-proġetti li ddiskutejna mal-poplu kollu Malti li jistgħu jiġu finanzjati mit-Euro 800 miljun li ġibna għal pajjiżna mill-Unjoni Ewropea.", "Sur President, lanqas ma rrifera għall-investimenti kbar li qed inġibu lejn pajjiżna fil-qasam tat-teknoloġija.", "Naturalment skarta s-suġġett Smartcity fil-Parlament, imma rridu nistaqsu x'qed jagħmel u ma jagħmilx fuq dak l- investiment barra mill-Parlament.", "Għandna dritt nistaqsu u nkunu nafu.", "Kemm smajt diskors f'dan il-Parlament fuq il-ħbieb tal-ħbieb u naħseb li wasal iż-żmien li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni jwieġeb fuq il-ħbieb tal-ħbieb u d-deputati li jmorru flimkien ma' kuntratturi barra minn Malta.", "Issa weġibna.", "(Onor. Membri: Hear, hear) L-ebda ħjiel, l-ebda kelma.", "Fejn huma l-ħbieb tal-ħbieb?", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom, inżommu l-ordni.", "Il-Prim Ministru jkompli bid- diskors tiegħu.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, ma smajna l-ebda kelma dwar il-109 miżura li ħabbarna f'dan il-budget, l-ebda kelma dwar il-programm ta' bini ta' skejjel ġodda, l-ebda kelma dwar l-għajnuna li rdoppjajna għall- ġenituri li jibagħtu lit-tfal tagħhom fl-iskejjel privati, l-ebda kelma dwar l-investiment li qed inħabbru fil-qasam sportiv, l-ebda kelma dwar l- investiment li qegħdin nagħmlu fil-Malta Enterprise għal skemi li 25% minnhom se jmorru speċifikament għal Għawdex, l-ebda kelma dwar 20 miżura speċifika għal gżira Għawdxija biex naraw lil din il-gżira tkompli timxi 'l quddiem u toħroġ is-sabiħ kolu tagħha u l-ebda kelma dwar il-vantaġġ li qed nagħtu lill-azjendi, lill-istabbilimenti tal-catering u ta' l- akkommodazzjoni Għawdxin fejn għas-sena d-dieħla qegħdin nnaqqsulhom ir- rata tal-kontribuzzjoni tagħhom għal-liċenzji b'25%.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni ma lissen l-ebda kelma dwar l-inizjattivi li tajna biex ngħinu lis-self-employed iż-żgħar.", "Sal-lum għandna liġi f'pajjiżna - importanti li nifhmuha għax kultant diffiċli biex temminha – li tgħid li jekk sid ta' ħanut ikollu l-mara tiegħu jew il-mara jkollha r-raġel magħha, biex inkunu korretti, u dawn ikunu fil-ħanut u jgħinu lil xulxin jew imorru filgħodu biex jiftħu, inaddfu u jieħdu ħsieb il-klijenti, u jkunu qed jieħdu paga ta' dak ix-xogħol li jkunu qed jagħmlu, dik il- paga ma tistax titnaqqas bħala parti mill-ispejjeż tan-negozju.", "Jiġifieri jekk ikollok il-mara qed tagħtik daqqa t'id fil-ħanut u tagħtiha paga, dik il-paga ma tistax tnaqqasha mill-qligħ tiegħek.", "Aħna dehrilna li din tista' tkun okkażjoni sabiħa biex ngħinu lis-self- employed u waħda mil-miżuri li ħabbarna tgħid li jekk raġel għandu ħanut, hu x'inhu l-ħanut, u għandu l-mara tiegħu qiegħda tgħinu jista' jekk irid lil din il-mara jniżżilha bħala impjegata tiegħu u jagħtiha l-paga, dik il- paga jista' jnaqqasha mill-qligħ tiegħu u jiffranka t-taxxa li altrimenti kien iħallas fuqha.", "Barra minn hekk, se tagħti l-vantaġġ lill-mara jew lir-raġel li jħallas il-bolla biex għada pitgħada l-mara jew ir-raġel ikollha l-pensjoni tagħha as of right.", "Pero' fuq dan ma semma xejn il- Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "Din hija miżura li għandha tgħin lis-self-employed tagħna biex jagħmlu pass 'il quddiem u għandha tgħin ukoll biex ikun hemm rikonoxximent tal-valur tal-mara u tar-raġel fit-tmexxija tan-negozju Il- Kap ta' l-Oppożizjzoni fis-sagħtejn li tkellem ma lissen xejn dwar il- faċilitajiet u l-investimenti li qegħdin nagħmlu fil-qasam ta' l-anzjani għal dak li għandu x'jaqsam ma' l-anzjani u mal-qasam tas-saħħa.", "Il-fatt li se ninvestu f'dar ta' l-anzjnai ġdida f'tal-Mellieħa li se jibda x- xogħol fuqha s-sena d-dieħla, għalih ma jfisser xejn.", "L-investimenti li għamilna f'San Vinċenz m'huma xejn għalih, l-investiment li se nagħmlu biex ikollna ċentru ta' riabilitazzjoni ġdid f'San Vinċenz ma jiswa xejn għalih, l-investiment enormi ta' miljuni ta' liri biex ikollna ċentru ġdid għal min ibati bil-marda tal-kanċer li llum imorru l-isptar Boffa fejn se nonfqu miljuni ta' liri biex minflok makna waħda jkollna tnejn ta' kwalita' u biex nagħtu l-aqwa servizz possibbli ma jeżistix għalih.", "M'għamel l-ebda riferenza għal ħemel ta' inizjattivi li jiswew il-miljuni ta' liri biex ngħinu speċifikatament lill-bdiewa u lis-sajjieda ħalli jkunu jistgħu jagħmlu l-prodott tagħhom iktar kompetittiv, jgħollu l-kwalita' tagħhom u l-prodott ikun jista' jinxtara għall-valur tal-kwalita' tiegħu.", "Sur President, din d-darba ma semma xejn dwar l-inizjattiva li ħabbarna li se nonfqu l-flus fil-qasam ta' l-annimali f'pajjiżna għax aħna nirrikonoxxu li pajjiżna għad fadallu x'jimxi f'dan il-qasam.", "Ma semma xejn dwar l- investimenti fit-toroq u fl-infrastruttura ta' pajjiżna.", "Ma semma xejn ukoll dwar il-bands tat-taxxa.", "Jiena naħseb li ta' min iqatta' żewġ minuti fil-qosor għax fid-dibattiti ta' dan il-Parlament ikollna ċans nizviluppawhom izjed dawn l-argumenti.", "Se npoggi fuq il-mejda tal-Kamra żewġ tabelli li juru x'qed jirbħu l-familji tagħna bil-miżuri li ħabbarna fit-tibdil fl-income tax.", "Għal min jimla dikjarazzjoni konġunta u jgħodd il-miżura ta' l-income tax u jgħodd magħha ż-żieda għall-għoli tal-ħajja jsib li min illum jaqla' madwar Lm10,000 fis-sena se jkun qed jiżdied madwar Lm7 fil-ġimgħa, min qed jaqla' Lm4,500 se jkun qed jiżdied Lm2.88 fil-ġimgħa u għandi l-firxa sħiħa minn fuq s'isfel ta' x'differenza qed tagħmel għal min jimla l-formola konġunta.", "Qed inpoġġi wkoll it-tabella għal min jimla dikjarazzjoni separata li turi li se jkun hemm min igawdi minn Lm2.25c żieda fil-ġimgħa għal Lm5.23c żieda fil-ġimgħa.", "Dawn kollha jfissru Lm12 miljun.", "Issa hawnhekk m'iniex qed ninkludi ż-żidiet fil- pagi tal-ħaddiema tal-gvern li jiskattaw is-sena d-dieħla permezz tal- collective agreements li nnegozjajna sena ilu.", "X'qed nagħmlu?", "Qed inħallu l-flus fil-bwiet tan-nies biex il-familji tagħna jkunu jistgħu jużawhom u jgħinu lill-ekonomija tagħna tkompli ddur billi jinħoloq aktar kummerċ.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni uża s-soltu aġġettivi u ddeskriva dan il-budget bħala wieħed dgħajjef, fjakk u vojt, nieqes minn viżjoni u bla ebda pjan.", "Jien naħseb li nista' nwieġbu billi ngħid li l-kontribut tiegħu f'dan il- budget kien dgħajjef, fjakk, vojt, nieqes mill-viżjoni u assolutament bla ebda pjan.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "Sur President, se nispjega fil-qosor x'inhi l-viżjoni għall-ġejjieni ta' pajjiżna u fejn irridu li nwasslu lil dan il-pajjiż.", "Dan il-budget jistedinna lkoll biex nagħtu ħarsa lejn il-ġejjieni tagħna.", "Fi kliem ieħor f'dan il-budget qegħdin nistiednu lil kulħadd, hu x'inhu l-kulur politiku tiegħu, biex nagħtu titwila lejn dak li qed inħejju għalina nfusna llum pero' għall-ġejjieni ta' uliedna u għall-ġejjieni ta' pajjiżna.", "Għandna opportunitajiet kbar u sbieħ, jiddependi minna jekk naħtfuhomx.", "Aħna nemmnu li pajjiżna jista' jaħtaf dawn l-opportunitajiet u jista' jisfruttahom.", "Pajiżna dejjem kellu l-kapaċita' li mix-xejn joħloq il-ġid, aħseb u ara meta jkollu l-opportunitajiet li huma uniċi.", "Aħna nemmnu li qed ngħixu fi żmenijiet ixxurtjati.", "Kulħadd isemmi l-globalizzazzjoni, it- teknoloġija, iċ-Ċina u dawn l-affarijiet kollha.", "Aħna ngħidu li din hija opportunita' tal-ġenn għal pajjiżna għaliex it-teknoloġija tatna xi ħaġa li qabel qatt ma kellna.", "Qabel kellna baħar li jaqtagħna mill-bqija tal- kontinent, illum it-teknoloġija tgħaqqadna mal-bqija tal-kontinent u allura permezz tat-teknoloġija aħna nistgħu nikkompetu kuljum, kullimkien u f'kull ħin.", "Għalhekk dejjem għidna li t-teknoloġija hija s-sigriet ta' pajjiżna, iċ-ċokon tagħna sparixxa bit-teknoloġija, neħħejna ċ-ċokon tagħna u neħħejna d-diffikultajiet u l-ostakli kollha li kellna.", "Huwa veru li aħna żgħar, li niddependu kompletament mill-importazzjoni ta' prodotti minn barra minn Malta u li m'għandniex riżorsi naturali, pero' dawn ma kenux biżżejjed u mhux se jkunu biżżejjed biex iżommu lill-poplu tagħna milli jimraħ.", "Is-suċċess għal pajjiżna nirbħuh jekk iseħħu ċertu kondizzjonijiet.", "Ħalli nispjegahom fil-qosor.", "L-ewwelnett irid ikollna fiduċja fina nfusna u ma nistgħux nikkonsidraw lilna nfusna inqas minn ħaddieħor.", "Illum aħna npoġġu bil-qiegħda madwar mejda flimkien ma' 26 kap ta' gvern ieħor biex niddiskutu u niddeċiedu affarijiet li jolqtu lill-Ewropa u lil pajjiżna.", "M'għandna nħossuna inferjuri għal ħadd, aħna kapaċi nikkontribwixxu daqs kulħadd.", "It-tieni nett hemm bżonn li nifhmu li aħna għandna ħaddiema kapaċissimi.", "Jiena l- iktar li nieħu pjaċir meta niltaqa' ma' investituri barranin - u din jgħiduha pubblikament u mhux jgħiduha lili f'widnejja - huwa meta nistaqsihom x'jiġbidhom lejn Malta u jirrisponduni li għandna ħaddiema li huma flessibbli, ħawtiela u li jafu l-lingwa Ingliża.", "L-għarfien tal- lingwa Ingliża huwa vantaġġ kbir u allura hemm bżonn li nżommuh u nkomplu nkattruh.", "It-tielet nett irridu nkomplu ninvestu fl-unika riżorsa li aħna għandna li hija l-edukazzjoni f'uliedna minn eta' żgħira sa l-ikbar eta' għaliex l- edukazzjoni m'għandha tieqaf qatt.", "Irridu nibqgħu ninvestu fil-Maltin u fl-Għawdxin biex l-edukazzjoni tkun l-istrument li tkun tista' tmexxihom 'l quddiem.", "Ir-raba' kondizzjoni hi li m'għandna qatt nibżgħu mill-bidliet għaliex meta l-bidliet isiru bil-għaqal u b'intenzjonijiet tajba, ġid iġibu.", "M'għandna qatt nibżgħu mir-riformi li jkun hemm bżonn isiru.", "M'għandniex nibżgħu mir-riforma fil-pensjonijiet u mir-riforma fil- portijiet minna.", "Kulħadd jaf kemm kienet diffiċli r-riforma li għamilna fit-tarzna pero' llum għalkemm it-tarzna fadlilha x'taqdef, miexja fit- triq fejn dalwaqt tilħaq xi ħaġa li ilha 40 sena ma tilħaqha, cioe' li tfendi għal rasha mingħajr sussidju ta' ħadd.", "Nitlobkom tħarsu lejn ir- riformi li għamilna u taraw ir-riżultati kbar li rnexxielna nakkwistaw.", "Sur President, il-flus ma ġewx bix-xejn u u d-deficit ma naqasx bix-xejn imma naqas għax irnexxielna nirriformaw u nirristrutturaw kull fejn kien hemm bżonn mingħajr ma bżajna minn ħadd u minn xejn.", "Il-ħames kondizzjoni biex pajjiżna jkollu suċċess huwa li nkomplu ninvestu fl-ambjent ta' madwarna.", "Irridu nifhmu li t-turiżmu jiddependi mill- ambjent ta' madwarna u anke l-industrija tal-manifattura u tat- teknolokija saret tiddependi mill-ambjent ta' madwarna.", "Meta l-industrija tat-teknoloġija avvanzata u tal-manifattura jistaqsuna x'se jagħmlu bl- iskart tat-teknoloġija, aħna rridu noffru t-tweġibiet ambjentali għal dawn l-affarijiet.", "Apparti mill-fatt li għalina l-ambjent għalina jfisser ukoll it-toroq, il-wirt storiku, il-fjuri, il-ġonna, l-ispazji pubbliċi, il- baħar u l-bajjiet.", "Is-sitt kondizzjoni hija li rridu nieħdu ħsieb l-enerġija għal pajjiżna.", "Aħna vulnerabbli u sakemm nibqgħu maqtugħin mill-bqija tal-grids li jiċċirkondawna, pajjiżna jibqa' vulnerabbli u jista' jogħtor u jiġi għarkubbtejh jekk jiġi f'mument fejn minħabba l-prezzijiet taż-żejt, ma jkollux s-soluzzjonijiet għalihom.", "U allura fis-snin li ġejjin rridu nipprovdu s-soluzzjonijiet li pajjiżna għandu bżonn biex ikun jista' jiggarantixxi l-ġejjieni tiegħu.", "Kif?", "Ħabbarna li għandna nillinkjaw mas- sistema elettrika ta' l-Ewropa bil-cable minn hawn sa Sqallija.", "Nafu li trid il-flus u trid studji tekniċi, imma għandna bżonnha.", "Għandna bżonn ukoll ninvestu fl-enerġija alternattiva allavolja nafu li għandna diffikultajiet kbar u ostakli li pajjiżi oħrajn m'għandhomx.", "L-aħħar kondizzjoni importanti biex pajjiżna jibqa' jkollu suċċess u jaħtaf l-opportunitajiet tal-ġejjieni hija li jrid jibqa' joffri l-aqwa kwalita' ta' xibka soċjali għal dawk f'pajjiżna li għandhom bżonn l- għajnuna.", "Il-qasam soċjali jibqa' l-pilastru ewlieni ta' kwalunkwe żvilupp li pajjiżna jista' jagħmel u allura l-pensjonijiet, il-qasam tas-saħħa, l- għajnuna lil dawk il-familji li jkollhom il-problemi u d-diffikultajiet, lil min hu b'diżabilita' u lil dawk li huma morda tibqa' ċentrali għal pajjiżna.", "U allura ladarba qed inpoġġi dawn il-kondizzjonijiet biex nispjega kif tista' tinbena l-viżjoni ta' pajjiżna u ladarba ikollok dawn il-kondizzjonijiet f'posthom, allura nkunu nistgħu nwettqu din il-viżjoni.", "U hawn nipprova nfiehem lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni l-ambizzjoni kbira tagħna għal pajjiżna.", "Jien nittama li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni jibda jifhem illi l-miri tagħna huma ambizzjużi ħafna għaliex aħna rridu li pajjiżna jagħmel din il-qabża kbira.", "U dan il-budget ġie mfassal għax verament nemmnu fl-ambizzjoni ta' viżjoni għal pajjiżna li tista' tagħmel differenza kbira għal uliedna.", "Ħalli nispjega ftit x'irrid ngħid biha.", "Dan huwa budget li għandu jimliena b'kuraġġ li jgħinna biex ninvestu ħalli nimxu lejn miri preċiżi u miri kbar.", "L-ewwelnett dan huwa budget li jaħseb għal miżuri speċifiċi fil-qasam tal-familji tagħna u ħsibna fil- ġenituri, fit-tfal u fiż-żgħażagħ tagħna.", "Aħna rridu li ż-żgħażagħ tagħna jinvestu fil-kapaċitajiet tagħhom u jilħqu l-aqwa u l-aħjar possibbli għalihom, irriduhom jaħtfu l-opportunitajiet kollha illi d-dinja tal-lum qiegħda toffrilhom.", "It-tieni nett, dan hu budget illi jindirizza l-kummerċ f'pajjiżna ħalli jkun hawn iktar kummerċ għall-ħwienet tagħna, iktar kummerċ għall-industrija tagħna u iktar kummerċ għall-ekonomija tagħna.", "It- tielet nett, dan hu budget għall-ħaddiema tagħna wkoll għax il-ħaddiem irid ix-xogħol.", "Biex jinħolqu l-postijiet tax-xogħol irid jiġi l-investiment Malti u l-investiment barrani.", "Dan hu budget li jiġbed iktar investiment lejn pajjiżna, huwa budget ukoll illi jistieden lis-soċjeta' sħiħa biex tiftaħ lilha nnifisha iżjed għar-rwol tal-mara fis-soċjeta' tagħna, għar- rwol tal-part-timers fis-soċjeta' tagħna, huwa budget illi jrid jinvesti ħafna iżjed milli qatt investa fil-qasam tat-turiżmu, huwa budget illi jrid li Għawdex jagħmel qabża kbira 'l quddiem, huwa budget illi jindirizza l- bżonnijiet ta' l-anzjani, tal-morda tagħna u tal-persuni b'diżabilita' bil- miżuri li jiena semmejt.", "Imma allura fejn hi l-ambizzjoni tagħna u fejn irridu nieħdu lil dan il- pajjiż?", "Aħna rridu nkomplu nimmodernizzaw lill-ekonomija tagħna.", "Id-dħul ta' l-ewro fil-bidu tas-sena 2008 għandu jkun pass importanti f'din id- direzzjoni li rridu mmexxu lil pajjiżna.", "Id-dħul ta' l-ewro m'hijiex kwestjoni ta' mira politika imma hija importanti ħafna għall-għajxien tal- familji tagħna.", "Għaliex?", "Għaliex pajjiżna jsir ħafna iżjed kompetittiv!", "Għaliex id-dħul ta' l-ewro tpoġġi lil dan il-pajjiż f'livell li jista' jikkompeti ħafna iżjed fuq livell internazzjonali.", "Inkunu neħħejna min- nofs ċerti spejjeż, inkunu sirna pajjiż illi laħaq l-aqwa livelli possibbli biex inkunu nistgħu ndaħħlu l-ewro u allura din tagħmel differenza lil kulħadd.", "U allura x'inhi l-mira li jmiss?", "Jiena ndur fuq sħabi, indur fuq l-Onor.", "Tonio Borg li għenni ħafna f'dan il-budget u rrid nirringrazzja lilu u lill-uffiċjali kollha tal-ministeru tal-finanzi, pero' ndur fuq il- ministri kollha u fuq id-deputati kollha u nistaqsihom: Fejn irridu mmorru issa?", "Tafu x'imiss?", "Irridu nibdew nitkellmu fuq bilanċ pożittiv.", "Id- deficit mhux zero rridu nġibuh imma rridu li jkollna surplus, jiġifieri li jispiċċa l-konċett ta' deficit u nimmiraw illi pajjiżna jibda jilħaq bilanċ pożittiv.", "Din hi l-mira tagħna.", "Irridu ż-żmien għaliha, pero' ma rridux wisq, Sur President, u jekk nibqgħu mexjin b'ekonomija li tiżviluppa kif qiegħda tiżviluppa, jekk jibqa' jkollna fiduċja fina nfusna u jekk nibqgħu bil-politika f'dan il-pajjiż li tirrendi, allura naslu.", "Issa hawnhekk nixtieq nagħmel parentesi żgħira.", "L-affarijiet ma seħħewx b'kumbinazzjoni.", "Is-suċċessi ta' pajjiżna ma seħħewx b'kumbinazzjoni imma seħħew għax kien hemm politika li tagħmel sens.", "Kien hemm politika li rat il-potenzjal f'dan il-pajjiż u ħriġna dan il-potenzjal.", "Kien hemm politika li għandha fiduċja f'dawn in-nies.", "Kien hemm politika li mhux teqred u tara l-ħażin u tara d-diffikultajiet imma taħtaf l-opportunitajiet, Sur President.", "U għalhekk is-suċċessi ta' pajjiżna huma suċċessi illi għandhom jagħmlulna kuraġġ.", "Allura l-mira ambizzjuża li jmiss hija li ma nibqgħux nitkellmu fuq deficit negattiv imma nibdew nitkellmu fuq surplus u din għandha tkun mira li nagħmluha għal pajjiżna fis-snin li ġejjin.", "Irridu mira oħra, Sur President.", "Aħna rridu li Malta tkompli ssir iċ- ċentru finanzjarju ewlieni fil-Mediterran u fil-fatt din il-viżjoni diġa' bdejna ngħixuha bil-mod il-mod.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Fadlilna x'nimirħu.", "Sar ħafna xogħol ...", "L-Onor.", "Mangion min-naħa l-oħra qed jgħid li dan sar bis-saħħa tagħhom.", "Dan huwa r-riżultat ta' x'kapaċi nagħmlu meta naħdmu flimkien u mhux infixklu u nagħtu l-gambetti lil xulxin!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Mela tipprovaw tagħtu gambetta lill- iSmartCity!", "Il-viżjoni tagħna hija li lil Malta nkomplu narawha ssir l- aqwa ċentru finanzjarju ewlieni fil-Mediterran.", "Sur President, m'iniex qed niċċajta u mhux qed nesaġera.", "Bil-professjonisti li għandna u bir- reputazzjoni li rnexxielna nibnu matul is-snin li għaddew, dan il-pajiż għandu l-potenzjali li jsir ċentru finanzjarju ewlieni fil-Mediterran.", "Għandna mira oħra, Sur President.", "Nafu li biex naslu rridu nkomplu nibnu u nkunu fuq quddiem nett fil-qasam tat-teknoloġija ta' l-informazzjoni.", "Għalhekk beħsiebna nkomplu ninvestu dak kollu li hemm bżonn biex fil- qasam tat-teknoloġija nibqgħu fuq quddiem nett minn fost il-pajjiżi kollha fid-dinja.", "Il-mira ambizzjuża tagħna hi li nsiru l-aktar pajjiż li juża t- teknoloġija ta' l-informazzjoni fil-livelli kollha tas-soċjeta' tagħna.", "Diġa' qegħdin viċin li nilħqu din il-mira u fi ftit żmien ieħor inkunu verament l-aqwa pajjiż f'dan il-qasam.", "Aħna rridu wkoll li nkunu l-aktar gvern li jagħmel użu mis-servizzi elettroniċi.", "Imma rridu wkoll li Malta ssir ċentru ta' eċċellenza fl-Ewropa u fil-Mediterran.", "U għalhekk il- proġett ta' SmartCity huwa importanti għax iwassal messaġġ b'saħħtu ħafna u mhux biss joħloq 5,600 impjieg, mhux biss jagħmel bidla radikali fin-naħa t'isfel ta' Malta, mhux biss ibiddel mill-għeruq lill-Kottonera u lil dik l- area, mhux biss ibiddel il-psikoloġija imma jwassal messaġġ b'saħħtu ħafna lill-bqija tad-dinja li Malta hija ċ-ċentru ta' eċċellenza f'dak li għandu x'jaqsam mal-qasam ta' l-informatika u tat-teknoloġija tal-komunikazzjoni, Sur President.", "Nafu wkoll li pajjiżna għandu l-potenzjal biex isir ċentru edukattiv ta' l- ogħla kwalita' fir-reġjun tal-Mediterran.", "Aħna fassalna budget li għal sena wara oħra investa rekord ta' miljuni ta' liri fil-qasam ta' l- edukazzjoni għaliex aħna nemmnu li t-tfal tagħna għandhom bżonn l- edukazzjoni biex ikunu jistgħu huma stess ifasslu d-destin tagħhom.", "U allura, Sur President, nafu li l-investiment tagħna f'dan il-qasam edukattiv qed jgħolli l-istandards edukattivi tagħna biex nilħqu standards Ewropej u internazzjonali.", "Għamilna passi kbar fix-xhur u fis-snin li għaddew.", "Illum l-universita' tagħna qed tilqa' numru rekord ta' studenti.", "Kulħadd jaf bis-suċċessi kbar li qed jagħmel l-MCAST u nafu wkoll kif l- MCAST qiegħed jirrispondi għall-bżonnijiet ta' l-industrija u ta' l- ekonomija tagħna.", "U allura l-mira tagħna fil-qasam ta' l-edukazzjoni hija waħda ambizzjuża ħafna.", "Aħna rridu li din il-gżira f'nofs il-Mediterran, membru fl-Unjoni Ewropea, issir iċ-ċentru ewlieni ta' riċerka u innovazzjoni.", "Din it-triq m'hijiex faċli.", "F'dan il-budget qed ninvestu somma illi naħseb hija l-ikbar somma li qatt investejna fil-qasam tar- riċerka u innovazzjoni.", "F'dan il-budget ippubblikajna dokument ta' strateġija ta' kif naraw lil pajjiżna jimxi f'dak li għandu x'jaqsam ma' riċerka u innovazzjoni.", "Madwar 15-il sena ilu kien dan il-partit fil-gvern li tefa' ż-żerriegħa tat-teknoloġija ta' l-informatika u kien hemm min daħak bina dak iż-żmien u kien hemm ukoll min qata' qalbu.", "Illum ir- riżultati qegħdin hemm.", "Pajjiżna qiegħed fuq quddiem nett f'dak il-qasam.", "Issa jmiss li nagħmlu dan it-tieni pass ambizzjuż għal pajjiżna.", "Nerġa' nirrepeti li mhijiex ħaġa faċli imma pajjiżna jista' jsir ċentru ta' riċerka u innovazzjoni.", "Naturalment, bħal f'kollox, trid tibda miż-żgħir, trid tibda mill-għeruq, cioe' mit-tfal.", "U anke hawnhekk qegħdin nuru fejn qed jilgħab il-ħsieb tagħna għaliex din is-sena l-investiment fil- laboratorji fl-iskejjel tagħna qed jilħaq investiment rekord għaliex irridu li fl-iskejjel tagħna jkollna laboratorji ta' l-aqwa standards Ewropej fil-livelli ta' l-iskejjel sekondarji biex lit-tfal tagħna inkunu nistgħu minn eta' żgħira nderruhom f'ambjent ta' xjenza, f'ambjent ta' laboratorju li effettivament jibda minn dik l-eta' jderrina li l-qasam tar-riċerka u allura eventwalment il-qasam ta' l-innovazzjoni huma oqsma li fuqhom nistgħu verament nibnu l-futur tagħna.", "Nilħquha din l-isfida ambizzjuża?", "Jiena konvintissimu li nistgħu nilħquha u li nistgħu verament naslu għaliha bħala poplu jekk nibqgħu determinati li ninvestu dak kollu li għandna bżonn ninvestu.", "M'hemm assolutament xejn li għandu jżommna lura.", "Aħna f'dan il-budget użajna r-riżorsi kollha li għandna għad-dispożizzjoni tagħna f'pajjiżna biex lil dan il-pajjiż inkomplu mmexxuh 'il quddiem.", "Għandna qasam partikolari li jagħmilna uniċi.", "Aħna poplu b'identita' illi hija unika fil-Mediterran, għandna identita' b'valuri li jagħmluna dak li aħna bħala poplu, pero' għandna wkoll il-mertu ta' l-investiment kbir li sar f'pajjiżna fis-snin li għaddew f'dawn l-oqsma kollha.", "U allura hawn hi l-viżjoni li aħna naraw għal din il-gżira tagħna u għal dan il-poplu tagħna, hija viżjoni ta' kuraġġ.", "Aħna nemmnu f'dan il-poplu u m'għandna xejn li jipperswadina li dan il-poplu jista' b'xi mod jew b'ieħor joqgħod lura.", "Sakemm jibqa' jkollna l-fiduċja f'dan il-poplu tagħna, Sur President, allura nassigurak il-pajjiż jista' jkollu suċċess.", "L- indipendenza fasslet fina lkoll il-konvinzjoni li jekk aħna ninvestu fina nfusna, fl-edukazzjoni tagħna u jkollna l-fiduċja fina nfusna, allura pajjiżna jista' verament jagħmel suċċess.", "Ħafna drabi min jiġi minn barra jistaqsina: Imma intom kif jirnexxielkom gżira żgħira, bla riżorsi ta' xejn, m'għandkomx żejt u m'għandkom xejn u jirnexxielkom tilħqu dan il- livell ta' kwalita' ta' ħajja?", "Ir-risposta hija li aħna għandna poplu ħawtiel u kapaċi.", "Aħna għandna poplu li jista' jasal u poplu li verament jagħti s-sehem tiegħu.", "U allura Sur President, biex nasal għall-konklużjoni ta' dan id-diskors, nibda billi nindirizza lis-setturi kollha tas-soċjeta' tagħna, nindirizza lill-familji tagħna u ngħidilhom: Agħmlu kuraġġ għaliex dan huwa pajjiż li joffri opportunitajiet għalikom u għat-tfal tagħkom.", "Taqtgħux qalbkom mill-isfidi li jista' jkollna għaliex flimkien nistgħu noħolqu l-ġid kollu li hemm bżonn biex nagħmlu differenza fil-kwalita' tal-ħajja tal-familji tagħna.", "Għandna l-ingredjenti kollha f'posthom biex nagħmlu suċċess pero' rridu nibqgħu determinati li naslu.", "M'għandna nħallu lil ħadd jaqtagħlna qalbna u rridu nifhmu li l-affarijiet ma jiġrux b'kumbinazzjoni imma jiġru jekk ikun hemm politika li tagħmel sens.", "Nindirizza wkoll lill-ħaddiema ta' pajjiżna, Sur President u nappellalhom biex ikomplu jagħtu l-kontribut għall-iżvilupp ekonomiku ta' pajjiżna.", "Huma dejjem kienu ċ-ċavetta tas-suċċess ta' pajjiżna.", "Kif diġa' għidt, l- investituri barranin jiġu lejn pajjiżna għal ħafna raġunijiet, fosthom għaliex jirrikonoxxu l-kapaċita' tal-ħaddiema tagħna.", "U allura lill- ħaddiema tagħna nibqa' nappellalhom biex ikomplu jinvestu fil-kapaċitajiet tagħhom.", "Il-flus mill-Unjoni Ewropea ġibnihom, pero' rridu nużawhom bil- għaqal, sal-lum ħafna mill-finanzi li ġibna mill-Unjoni Ewropea wżajnihom biex ninvestu fil-kapaċita' tal-ħaddiema tagħna.", "Se nkomplu nagħmlu hekk, Sur President.", "Is-sena d-dieħla se nibdew inwettqu l-proġetti li se jkunu ffinanzjati mill-Unjoni Ewropea.", "Ħafna minnhom se jkunu proġetti ta' investiment fil-kapaċita' tal-ħaddiema tagħna u allura lill-ħaddiema, lill-istudenti u liż-żgħażagħ tagħna li qed jaħsbu biex jidħlu fid-dinja tax-xogħol ngħidilhom: Komplu investu fil-futur tagħkom.", "Lil dawk iż- żgħażagħ li qegħdin fis-sistema edukattiva tagħna nagħmlilhom l-appell biex jibqgħu għaddejjin bl-istudji sakemm jilħqu l-ogħla livelli possibbli.", "L- ambizzjoni li għandna għal pajjiżna tista' tirnexxi biss jekk uliedna jibqgħu jinvestu fl-edukazzjoni tagħhom u jibqgħu jaħtfu l-opportunitajiet ta' edukazzjoni fil-kapaċitajiet tagħhom.", "Għalhekk qed ninvestu fl- edukazzjoni biex it-tfal tagħna jagħmlu l-għażliet.", "Liż-żgħażagħ tagħna ngħidilhom biex jimirħu iżjed, jiskopru l-opportunitajiet il-ġodda fil- qasam tax-xjenza, fil-qasam tat-teknoloġija, fl-inġinerija, isegwu x'qed jiġri anke f'pajjiżna u jindunaw li qed jinħolqu opportunitajiet ġodda f'oqsma ġodda.", "M'għadux iż-żmien li nibqgħu dejjem bl-istess karrieri, qed jinfetħu karrieri ġodda u l-appell tiegħi liż-żgħażagħ tagħna huwa biex ma jibżgħux minn dan kollu u ma jibżgħux ikomplu l-istudji tagħhom barra minn Malta għaliex dak se jkun ta' ġid għalihom u għal pajjiżna.", "Lill-anzjani u lill-pensjonanti tagħna ngħidilhom li dan il-gvern jibqa' jagħmel ħiltu kollha biex ikompli jtejjeb il-kwalita' tal-ħajja ta' l- anzjani u ta' min għandu bżonn il-kura u s-servizzi tas-saħħa tagħna.", "Dan għamilnieh fl-imgħoddi u se nibqgħu nagħmluh, Sur President.", "Kull fejn hu possibbli u kull progress li nagħmlu bħala pajjiż fil-qasam ekonomiku, aħna nagħmlu ħilitna biex insarrfuh f'titjib għall-anzjani tagħna.", "L-aktar ħaġa li aħna nimmiraw għaliha hija li ntejbu l-kwalita' tal-ħajja ta' dawk l- anzjani li huma l-iktar dgħajfa, li huma l-iktar batuti u li għandhom bżonn spalla fuq min iserrħu.", "Aħna nixtiequ nżidu l-pensjonijiet u nixtiequ nżidu l-għajnuniet finanzjarji f'kollox, pero' tridu tifhmu li l-ewwel piż li għandna huwa li dawk l-anzjani li waslu fl-aħħar żmenijiet ta' ħajjithom isibu l-aħjar kondizzjonijiet fiex jgħixu u dawk li huma l-iktar dgħajfa jsibu l-aħjar kwalita' ta' ħajja li jista' jkollhom.", "Sur President għalhekk irridu naraw lil San Vinċenz ikompli jitjieb, irridu iktar djar ta' l-anzjani fil-komunita' tagħna u għalhekk irridu nkomplu ntejbu s- servizzi fil-komunita' tagħna.", "Naturalment dawk li jgħaddu minn mumenti diffiċli f'saħħithom se jsibu mhux biss is-solidarjeta' min-naħa tagħna bħala gvern imma l-impenn sħiħ li nagħtu lil pajjiżna billi nkomplu nagħtu l-aqwa kwalita' tas-servizz tas-saħħa.", "Din mhijiex ħaġa faċli imma hemm sfidi kbar u l-gvern huwa impenjat li jkompli jagħti l-aqwa u l-aħjar possibbli għal dawk li huma l- iktar dgħajfa fis-soċjeta' tagħna.", "Lill-persuni b'diżabilita' ngħidilhom biex ma jaqtgħux qalbhom, aħna llum għandna soċjeta' li nbidlet, infetħet biex ikollna l-integrazzjoni ta' kulħadd f'pajjiżna għaliex kulħadd għandu jkollu l-opportunita' biex ikun jista' jiżviluppa.", "Allura, Sur President, m'hemm assolutament xejn li għandu jżomm lil xi ħadd lura f'pajjiżna.", "Kif diġa' għidt, il-pedamenti kollha qegħdin hemmhekk.", "Il-finanzi qegħdin fis-sod, l-investiment ġej, is-sistema edukattiva ta' pajjiżna qed titjieb u tkompli ssir waħda mill-aħjar u l-qasam tas-saħħa u l-qasam soċjali huma l-oqsma l-iktar importanti li qed jagħtu lil pajjiżna l-wens li hemm bżonn.", "Kollox huwa f'postu, jiddependi biss minna, Sur President.", "Poġġejna l- affarijiet f'posthom biex issa naħtfu l-opportunitajiet li ġejjin.", "Il-budget li ħabbarna l-ġimgħa l-oħra diġa' jagħmel l-ewwel passi biex isarraf is-suċċess ta' pajjiżna f'affarijiet li jinħassu, fil-bwiet tan- nies tagħna.", "Fadlilna ħafna iżjed x'nagħmlu, fadlilna ħafna iżjed suċċessi.", "Il-ġejjieni tagħna jinsab fis-sod, ġejjieni li jiddependi minna lkoll, Sur President.", "Nirringrazzjak.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' News Release maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali ta' l- Istatistika fit-30 ta' Mejju 2001 li turi l-istructural indicators bejn l-1995 u l-2000;", "Kopja ta' News Release maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali ta' l- Istatistika fid-9 ta' Awissu 2001 li turi l-istructural indicators bejn l-1996 u l-2001;", "Kopja ta' News Release maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali ta' l- Istatistika fit-30 ta' Ottubru 2001 li turi l-istructural indicators bejn l-1996 u l-2001;", "Kopja ta' stqarrija għall-istampa maħruġa mill-Malta Union of Teachers fis-27 ta' Ottubru 2006 dwar it-taħriġ tat-teknoloġija ta' l- informatika;", "Graph li turi d-defiċit għall-perjodu bejn l-1995 u l-2006;", "Kopja ta' poster maħruġ mill-Partit Laburista intitolat \"Wegħduk Lm100 miljun fis-sena – Ġabu biss Lm1.5 miljun fis-sena (flus kontanti)\";", "Graph li turi l-investiment dirett barrani bejn l-1995 u Ġunju 2006;", "Graph li turi n-nies jaħdmu bi qligħ bejn l-2000 u Ġunju 2006;", "Graph li turi l-impjiegi fis-settur pubbliku/privat bejn l-2003 u l- 2006;", "Graph li turi l-impjiegi part-time bejn Ġunju 2002 u Ġunju 2006;", "Tagħrif dwar ħolqien ta' l-impjiegi f'Ġunju 2006 imqabbel ma' Ġunju 2005;", "Graph li turi r-rata ta' l-inflazzjoni (HICP) bejn l-1997 u Settembru 2006;", "Lista li turi ċ-ċaqliq fil-prezz ta' prodotti mediċinali;", "Tabella li turi l-water and electricity billed values fl-2005; Tabella li turi ż-żieda fid-dħul ta' persuni li jissottomettu dikjarazzjoni konġunta; u", "Tabella li turi ż-żieda fid-dħul ta' persuni li jissottomettu dikjarazzjoni separata.", "MR SPEAKER: Nirringrazzja lill-Prim Ministru tad-diskors tiegħu u nirringrazzja wkoll lill-crew tal-PBS u nitlobhom biex jirtiraw.", "Il-crew tal-PBS irtira mill-Kamra", "MR SPEAKER: Issa se npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hija l-mozzjoni kif imressqa mill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi fit-18 ta' Ottubru, 2006 biex il-Kamra tmur f'Kumitat ta' Provvista għall-Konsiderazzjoni ta' l- Estimi Ġenerali ta' Spiża għas-sena 2007.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MR SPEAKER: Skond il-mozzjoni ta' proċedura numru 258 tad-9 ta' Ottubru, 2006, din id-division tittieħed minn hawn u ħames minuti oħra.", "Billi ntalbet votazzjoni l-Kamra ġiet sospiża fit-8.31 p.m. u rriżumiet ħames minuti wara", "MR SPEAKER: Se nerġa' npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hija l-mozzjoni kif imressqa mill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi fit-18 ta' Ottubru, 2006 biex il-Kamra tmur f'Kumitat ta' Provvista għall-Konsiderazzjoni ta' l- Estimi Ġenerali ta' Spiża għas-sena 2007.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mario Galea.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Sur President, ninforma lill-Kamra li għan-naħa tal- gvern se jiġi paired l-Onor.", "Michael Frendo. .", "MR SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sur President, għan-naħa ta' l-oppożizjoni se tiġi paired l-Onor.", "Helena Dalli.", "VOTAZZJONI NRU.", "138", "FAVUR 33 |Abela Anthony |Galea Censu | |Agius David |Galea Franco | |Agius Francis |Galea Louis | |Arrigo Robert |Galea Mario | |Asciak Michael |Gatt Austin | |Azzopardi |Gonzi Lawrence | |Frederick | | |Azzopardi Jason|Gonzi Michael | |Borg Tonio |Mifsud Bonnici | | |Antoine | |Cassar Joseph |Mifsud Bonnici | | |Carmelo | |Cristina |Mugliett Jesmond | |Dolores | | |D'Amato Helen |Puli Clyde | |Dalli John |Pullicino George | |de Marco Mario |Pullicino Orlando| | |Jeffrey | |Debono Giovanna|Vassallo Edwin | |Deguara Louis |Zammit Ninu | |Falzon Joseph |Zammit Dimech | | |Francis | |Fenech Antonio | | | | |", "KONTRA : 26", "L-Onor.", "|Abela Joseph |Farrugia Michael | |Agius Chris |Farrugia Noel | |Bartolo Evarist|Galdes Roderick | |Brincat Joseph |Gulia Gavin | |Brincat Leo |Herrera Jose' | |Buhagiar |Mangion Charles | |Charles | | |Buontempo |Mizzi Joe | |Stefan | | |Cardona Chris |Refalo Anton | |Caruana Justyne|Sammut Joseph | |Chircop Karl |Sant Alfred | |Cuschieri |Vassallo Adrian | |Joseph | | |Debono Grech |Vella George | |Joe | | |Farrugia Angelo|Vella Karmenu |", "Il-mozzjoni għaddiet.", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "TONIO BORG (Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern): Sur President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tnejn, 30 ta' Ottubru, 2006 fid-9.00 a.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "1.", "Kumitat ta' Provvista - Estimi Ġenerali 2007", "L-Ewwel Jum Stabbilit", "Voti tal-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern", "Infakkar lill-Kamra li skond il-Mozzjoni ta' Proċedura tad-9 ta' Ottubru, 2006, il-ħin tad-diskussjoni fuq il-voti tal-ministeru m'għandux jieħu iktar minn erba' sigħat, mid-9.00 a.m. sas-1.00p.m. bil-ħin tal- mistoqsijiet ma jitteħidx, il-mistoqsijiet jidhru xorta fuq l-aġenda u kollha jingħataw tweġiba bil-miktub.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it-Tnejn, 30 ta' Ottubru, 2006 fid-9.00a.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fid-8.40 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "FAĊILITAJIET SPORTIVI", "21204.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid kif beħsiebu jinkoraġġixxi l- użu ta' faċilitajiet sportivi minn għaqdiet oħra wara l-ħin ta' l-iskola?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-faċilitajiet sportivi li jaqgħu taħt l- amministrazzjoni tal-kunsill Malti għall-isport huma kollha wżati wara l- ħin ta' l-iskola mill-għaqdiet sportivi.", "Issa li qed jiżdiedu faċilitajiet sportivi ta' kwalita', qed isiru arranġamenti bejn skejjel u għaqdiet għall- użu ta' dawn il-faċilitajiet.", "FAĊILITAJIET SPORTIVI", "21205.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx faċilitajiet sportivi fl-iskejjel ta' l-Istat li qed jintużaw minn għaqdiet sportivi wara l-ħin ta' l-iskola?", "Jista' jgħid liema huma l-iskejjel, min qed jużahom u jekk hux qed isir ħlas għal dan?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif mitlub qed jitpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "MEMBRI TAS-SEGRETARJAT PRIVAT", "21206.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid min huma l-membri tas- segretarjat privat tiegħu u x'inhu x-xogħol tagħhom?", "Min huma l-persuni li spiċċaw mis-segretarjat privat?", "X'inhu x-xogħol tagħhom u fejn qed jaħdmu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif mitlub qed jitpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "L-uffiċjali li spiċċaw mis-segretarjat u marru jaħdmu f'post ieħor barra mill-ministeru huma dawn:", "*Pierre Cauchi: ex-segretarjat privat, issa fl-uffiċċju tal-President *Micheline Sciberras: ex-policy cordinator, issa direttur *Stefan Cordina: ex-segretarjat privat, issa fil-Marsa Racing Club *Brian Camilleri: ex-driver, issa settur privat.", "XOGĦLIJIET FL-ISKEJJEL", "21222.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Il-fatt li l-gvern kien qal li fuq perijodu ta' tmien snin se jonfoq Lm60 miljun f'xogħol tant meħtieġ fl-iskejjel, jista' il- Ministru jgħid minfejn toħroġ din iċ-ċifra mill-arranġament bejn il-gvern u l-APS?", "Kemm intnefqet sal-lum minn din is-somma?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-impenn tal-gvern hu li jibni l-iskejjel li hemm bżonn u li jimmodernizza l-iskejjel ta' l-Istat.", "L-analisi li kienet saret fis- sena 2000 indikat li jkunu meħtieġa circa Lm60 miljun, esklużi l-prezz ta' l-art u l-VAT.", "Huwa ovvju li l-proġett jieħu numru ta' snin u qed jitwettaq f'fażi differenti.", "L-arranġamenti bejn l-APS u l-gvern ikopru l-bżonnijiet tal-proġetti li twettqu fl-aħħar snin u li qed jitwettqu bħalissa.", "Bejn l-2001 u Ġunju 2006 il-gvern, permezz ta' l-FTS, investa s-somma ta' Lm18,711,052.", "HIGHER SECONDARY, NAXXAR", "21223.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid jekk hux se jintbagħat għalliem ieħor fis-suġġett tal-marketing fil-higher secondary tan-Naxxar peress li jidher li madwar 40 student/a ġew imċaħħda minn dan is-suġġett minħabba nuqqas ta' għalliema?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li fi żmien qasir se jsiru l-interviews għal supply teacher tal-marketing.", "KAŻ DWAR IMPJEGATA", "21224.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid persuna li isimha qed jintbagħat separatament, minn fejn u minn liema fondi qed titħallas?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-ETC ma jkollha l-ebda informazzjoni fuq minfejn u minn liema fondi jitħallsu l-persuni.", "DEREQUISITION ORDERS", "21282.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid kemm derequisition orders ħarġu mis-sena 2000?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: It-tagħrif mitlub qed jitpoġġa fuq il-mejda tal- Kamra.", "REQUISITION ORDERS", "21283.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhi l- politika tal-gvern rigward requisition orders?", "ONOR.", "TONIO BORG: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jirriferi l-mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "REQUISITION ORDERS", "21284.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u tas- Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid x'inhi l-politika tal-gvern rigward requisition orders?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Kif żgur li jaf l-Onor.", "Interpellant, il-gvern ma jaqbilx mal-ħruġ ta' ordnijiet ta' rekwiżizzjoni tant li fl-1995 emenda l- liġi biex dawn ma jkomplux joħorġu.", "Aktar minn hekk, il-politika ta' dan il-gvern dwar dawn l-ordnijiet hi li fejn hu possibbli fejn hemm postijiet koperti b'rekwiżizzjoni titneħħa.", "Id-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali ilu għaddej għal diversi snin b'eżerċizzju biex jidderekwiżizzjona postijiet li kienu koperti b'ordni ta' rekwiżizzjoni, liema proċess se jkompli fil-futur.", "Permezz ta' dan il- proċess, meta post rekwiżizzjonat jiġi vakat tinħareġ derekwiżizzjoni u ċ- ċwievet jingħataw lura lis-sid mingħajr il-ħtieġa ta' talba formali lid- dipartiment.", "Fil-każ ta' postijiet rekwiżizzjonati u li għadhom okkupati, id- derekwiżizzjoni tinħareġ jekk is-sid jirrikonoxxi lill-inkwilin, u dan bl- iskop li ebda inkwilin ma jitlef il-protezzjoni minn żgumbrament.", "POSTIJIET REKWIŻIZZJONATI", "21285.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid f'kemm medda ta' snin il-gvern għandu ħsieb li postijiet rekwiżizzjonati u li għandhom l- ordni tar-rekwiżizzjoni tinħarġilhom id-derequisition?", "ONOR.", "TONIO BORG: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jirriferi l-mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "POSTIJIET REKWIŻIZZJONATI", "21286.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid il-gvern f'kemm medda ta' snin għandu ħsieb li l-postijiet rekwiżizzjonati u li għandhom l-ordni tar- rekwiżizzjoni tinħarġilhom id-derequisition?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Hu mistenni li minbarra postijiet li ma jkunx possibbli jiġu derekwiżizzjonati għar-raġuni li s-sid ma jirrikonoxxix l- inkwilin, il-postijiet rekwiżizzjonati kollha li għad fadal jiġu derekwiżizzjonati f'anqas minn għaxar snin.", "KIRJIET U ĊNUS", "21287.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm inġabret kera mis-sena 2000, minn inkwilini ta' postijiet tal-gvern?", "ONOR.", "TONIO BORG: Id-dħul minn kirjiet u ċnus mit-taqsima proprjeta` tal- gvern mis-sena 2000 sat-30 ta'Settembru, 2006 hu kif ġej:", "|Sena |Ammont | | |miġbur | |2000 |Lm | | |3,273,029 | |2001 | | | |3,344,517 | |2002 | | | |3,476,369 | |2003 | | | |4,654,604 | |2004 | | | |8,039,402 | |2005 | | | |5,917,995 | |2006 | | | |4,997,742 |", "LAND TRANSPORT", "21334.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-white paper mill-ADT dwar land transport?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Kopja tal-white paper maħruġa mill-ADT qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "TOROQ", "21335.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jagħti lista tat-toroq arterjali li ġew upgraded mis-sena 2003?", "X'kien it-tul ta' kull triq u x'kienet l-ispiża tax-xogħlijiet?", "Liema huma t-toroq li qed isir xogħol fuqhom bħalissa u x'inhu t-tul tagħhom?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "PROĠETT CONNECTIONS", "21336.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jgħid f'liema stadju wasal il-proġett Connections?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Il-proġett connections, li kien imniedi fl-1998 b'forma ta' call for submissions, kien imsejjes fuq l-idea li tinħoloq sistema ta' trasport fil-Port il-Kbir biex jiffaċilita l-aċċess għall- proġett kapitali.", "Il-konklużjonijiet tal-bord imsejjaħ sabiex jistudja l- proposti, kien ħareġ bir-rakkmandazzjoni li l-ebda proposta ma kienet tissodisfa l-kriterji u l-parametri tad-development brief.", "Il-kabinett ħa d-deċiżjoni li dan il-proġett jiġi miżmum u l-lift tal- barrakka jiġi żviluppat separatament.", "Fil-fatt it-tender tal-lift kien ippubblikat.", "Il-gvern preżenti qiegħed jindirizza l-isfida ta' l-aċċessibbilta' tal-Belt Valletta b'numru ta' proġetti distinti li jifformaw parti minn strateġija waħda.", "Dawn il-proposti jinkludu:", "*Il-proġett tal-park and ride li mistenni jibda jopera f'Novembru;", "*Il-proġett tal-control vehicular access li mistenni jibda jiffunzjona f'Marzu li ġej;", "*Il-Valletta vertical connections li sejħa għalih mistennija toħroġ fil- ġimgħat li ġejjin;", "*Tkattar servizzi bil-ferries - tender se tinħareġ;", "*Servizz ġdid b'electric taxis - tender qiegħda arbitraġġ; u", "*Xogħlijiet ta' pavimentar u implimentazzjoni ta' żona pedonali - qed tiġi kordinata mill-Ministeru għar-Riżorsi u Infrastruttura", "TRIQ L-IFRAN, IL-BELT VALLETTA", "21337.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jara li Triq l-Ifran, il-Belt Valletta tiġi rranġata?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Din it-triq hi inkluża fil-lista ta' toroq għal major patching li se jsir mid-direttorat fix-xhur li ġejjin.", "KORRISPONDENZA TAL-MEPA", "21342.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 21134, jista' il-Ministru jgħid jekk ir-reġistrar tal-korrispondenza tal- MEPA f'Għawdex mal-Maltapost tapplikax ukoll għall-korrispendenza li tittieħed by hand fl-uffiċċju tal-MEPA f'Malta?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Iva, kull korrispondenza relatata ma' l- applikazzjoni ta' żvilupp tiġi trattata bl-istess mod.", "SKEMI TA' ŻVILUPP TAL-MEPA", "21348.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 21154, jista' il-Ministru jgħid jekk il-MEPA adottatx b'mod uffiċjali l- iskemi ta' żvilupp kif approvati mill-Parlament?", "Jekk fl-affermattiv, tista' tgħid jekk bdietx titħaddem is-sistema ta' building levy ibbażata fuq infrastructural service charge sħiħa u mhux sussidjata, kif qal li se ssir il-Ministru fil-każ ta' l-estensjonijiet ta' l-iskemi?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Bħalissa qed isir eżerċizzju flimkien ma' enti oħra sabiex jiġu sorvelati xi diffikultajiet proċedurali u legali sabiex jibda jitħaddem il-proċess taż-żonar u tfassil ta' toroq għal xi wħud mill- inħawi li riċentement daħlu fiż-żona ta' l-iżvilupp.", "Dan il-proċess huwa marbut ukoll ma' l-avviż legali li jikkonferma d-dħul ta' dawn l-artijiet ġewwa ż-żona ta' l-iżvilupp.", "Huwa mifhum li dawn iż-żewġ eżercizzji jintrabtu flimkien u l-eżitu tagħhom se jkun magħruf fi żmien qasir.", "HOSPITALITY", "21376.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid kemm flus intnefqu bħala hospitality mill- ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħtu matul is-sena 2006?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Iċ-ċifra li ntnefqet bħala hospitality mill- ministeru u l-enti li jaqgħu taħtu matul l-2006 hi kif ġej:", "|Sovrintendenza |Lm4,172| |tal-patrimonju kulturali|.37 | |Heritage Malta |2,667.0| | |0 | |Ministeru |6,728.0| | |0 | |Awtorita' Maltija |6,094.0| |tat-turiżmu |0 | |Kunsill Malti |9, | |għall-kultura u l-arti |047.24 | |Dar il-Mediterran |77.00 | |għall-Konferenzi | | |Orkestra nazzjonali |2, | | |320.83 | |Fondazzjoni ċentru |1,690.0| |għall-Kreativita' ta' |7 | |San Ġakbu | | |Manoel Theatre |375.00 |", "KIRI TA' KAROZZI", "21377.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm kellu karozzi mikrija matul din is-sena l-ministeru, id-dipartimenti u l- enti kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, maqsuma skond kull dipartiment jew enti u r-rati relattivi għal kull kirja?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal- Kamra.", "HOSPITALITY", "21378.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm flus intnefqu f'hospitality mill-ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħtu matul is-sena 2006?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Il-flus li ntnefqu bħala hospitality mill-ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħti huma kif ġej:", "| |Lm | |Segretarjat Privat | | | |3,416 | |Segretarjat Privat | | |tas-Segretarju |2,178 | |Parlamentari: | | |Uffiċċu tas-Segretarju | | |Permanenti |5,177 | |Diviżjoni tal-Kummerċ | | | |675 | |Diviżjoni | | |għall-Kompetizzjoni u |19 | |l-Konsumatur | | |Dipartiment ta' | | |L-Avjazzjoni Ċivili |174 | |Awtorita' dwar | | |il-Kommunikazzjoni |1,036 | |Awtorita' Marittima ta' | | |Malta |5,556 | |Awtorita' Maltija dwar | | |l-Istandards |150 |", "Dawn l-ispejjeż jinkludu l-ispejjeż kollha konnessi ma' l-ospitalita' ta' delegazzjonijiet barranin, organizzazzjoni ta' laqgħat internazzjonali f'Malta, akkomodazzjoni, ikel, trasport u rigali.", "KIRI TA' KAROZZI", "21379.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm kellu karozzi mikrija matul din is-sena l-ministeru, id-dipartimenti u l-enti kollha li jaqgħu taħt id- dekasteru tiegħu, maqsuma skond kull dipartiment jew enti u r-rati relattivi għal kull kirja?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: L-informazjzoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal- Kamra.", "HOSPITALITY", "21380.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' il-Ministru jgħid kemm flus intnefqu bħala hospitality mill-ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħtu matul is- sena 2006?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: L-informazzjoni mitluba hi kif ġej:", "| |Nefqa | |Ministeru |5,032.| |għar-Riżorsi u |09 | |l-Infrastruttura | | |Dipartimenti li |1,146.| |jaqgħu taħt |35 | |il-Ministeru | | |Kunsill | | |Konsultattiv dwar |138.37| |l-Industrija | | |tal-Bini | | |Awtorita' ta' Malta| | |dwar ir-Riżorsi |70.00 |", "KIRI TA' KAROZZI", "21381.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' il-Ministru jgħid kemm kellu karozzi mikrija matul din is-sena l-ministeru, id-dipartimenti u l-enti kollha li jaqgħu taħt id- dekasteru tiegħu, maqsuma skond kull dipartiment jew enti u r-rati relattivi għal kull kirja?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Matul din is-sena fil-Ministeru kif ukoll fid- dipartimenti u l-enti li jaqgħu taħtu, hemm 26 karozza mikrija bir-rati kif jidhru hawn taħt:", "| |Ammon|Rata | | |t |nkluż | | | |VAT | |Ministeru nkluż |4 |Lm 3.82 | |is-Segretarjat | |(x 3) | |Permanenti | | | | | |Lm 6.69 | | | |(x 1) | | | |(elettri| | | |ku) | |Direttorat |1 |Lm 4.92 | |għall-Affarijiet | | | |ta' l-Unjoni | | | |Ewropea | | | |Diviżoni |1 |Lm 3.82 | |tax-Xogħlijiet | | | |Pubbliċi | | | |Dipartiment |8 |Lm 3.82 | |tal-Kostruzzjoni u| |(x 6) | |l-Manutenzjoni | | | | | |Lm 4.92 | | | |(x 2) | |Dipartiment |1 |Lm 3.82 | |tal-Bini u | | | |l-Inġinerija | | | |Proġett |1 |Lm 4.92 | |għar-Rijabilitazzj| | | |oni tal-Belt | | | |Valletta | | | |Dipartiment |2 |Lm 3.82 | |tal-Financial | | | |Management | | | |Kunsill |1 |Lm 3.82 | |Konsultattiv dwar | | | |l-Industrija | | | |tal-Bini | | | |Dipartiment |1 |Lm 3.82 | |tal-Manifattura u | | | |s-Servizzi | | | |Dipartiment |6 |Lm 3.82 | |għas-Servizzi | |(x 5) | |tat-Tindif | | | | | |Lm 4.92 | | | |(x 1) | |Awtorita' ta' |0 | | |Malta dwar | | | |ir-Riżorsi | | |", "REĠISTRAZZJONI GĦAX-XOGĦOL", "21429.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: B'riferenza għal 250 persuna ta' ċittadinanza barranija li qed jirreġistraw għax-xogħol f'pajjiżna, jista' il-Ministru jgħid x'tip ta' impjieg qed jirreġistraw għalih?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Rigward il-205 persuni ta' ċittadinanza barranija li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol sa l-aħħar ta' Lulju, 2006 fuq l-Ewwel u t-Tieni Parti tar-Reġistru, hawn taħt issib x'tip ta' impjieg kienu qed jirregistraw għalih:", "|ISCO-88 MAJOR GROUPS |Tot| | |al | |Legislators, senior | 9| |officials and managers| | |Professionals | 9| |Technicians and |32 | |associate | | |professionals | | |Clerks |30 | |Service workers and |31 | |shop and market sales | | |workers | | |Skilled agriculture |3 | |and fishery workers | | |Crafts and related |38 | |trade workers | | |Plant and machinery |28 | |operators and | | |assemblers | | |Elementary occupations|25 |", "ĊENTRI GĦAR-RIĊIKLAĠĠ TA' SKART GOFF", "21459.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO PRECA staqsiet lill-Ministru għall- Affarijiet Rurali u Ambjent: Fid-diskors tal-budget tat-18 ta' Ottubru, 2006 il-Prim Ministru tkellem dwar ħames ċentri għar-riċiklaġġ ta' skart goff, sussegwentement wara dan id-diskors waqt konferenza għall-media, issemma l-Imrieħel bħala wieħed mis-siti magħżula bħala wieħed minn dawn iċ- ċentri, jista' għalhekk il-Ministru jagħti dettalji preċiżi, anke permezz ta' site plan, dwar fejn eżattament se jkun dan is-sit?", "Jista' jgħid ukoll xi studji saru dwar l-impatt fuq l-ambjent, tinġis ta' l- arja, żieda fit-traffiku u vetturi ta' natura industrijali, ħsejjes, irwejjaħ, eċċ. jistgħu jolqtu l-areas ta' l-abitat, bħal per eżempju l-area residenzjali ta' Tal-Blat II f'Ħal Qormi?", "Jista' għalhekk iqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra kopja tas-site plan u l- istudji li saru?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Is-sit għal ċentru ta' ġbir ta' skart goff se jsir fiż-żona industrijali ta' l-Imrieħel.", "Il-permess ta' dan iċ-ċentru diġa' ġie approvat mill-MEPA - PA 5170/04 - maħrug fl-20 ta' Marzu, 2006.", "Fil-proċess ta' l-applikazzjoni, l-awtorita' ikkonsultat ma' l-enti kollha konċernati, fosthom id-dipartiment tas-saħħa pubblika, l-ADT u l-awtorita għar-rizorsi.", "Il-MEPA għamlet numru ta' kondizzjonijiet biex taċċerta ruħha li l-iżvilupp ikollu l-inqas impatt possibbli f'din iż-żona industrijali.", "Tajjeb jingħad ukoll li f'dawn iċ-ċentri jitpoġġa materjal goff u mhux fdalijiet ta' l-ikel (bio-waste) u għalhekk m'għandux ikun hemm impatt ta' irwejjaħ.", "ĊENTRI GĦAR-RIĊIKLAĠĠ TA' SKART GOFF", "21460.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO PRECA staqsiet lill-Ministru għall- Affarijiet Rurali u Ambjent: Fid-diskors tal-budget tat-18 ta' Ottubru, 2006 il-Prim Ministru tkellem dwar ħames ċentri għar-riċiklaġġ ta' skart goff, sussegwentement wara dan id-diskors, waqt konferenza għall-media, issemma Ħal-Luqa bħala wieħed mis-siti magħżula għal dan iċ-ċentru, jista' għalhekk il-Ministru jagħti dettalji preċiżi, anke permezz ta' site plan, dwar fejn se jkun dan is-sit?", "Jista' jgħid ukoll xi studji saru dwar l-impatt fuq l-ambjent, tinġis ta' l- arja, żieda fit-traffiku u vetturi ta' natura industrijali, ħsejjes, irwejjaħ, eċċ li jistgħu jolqtu l-areas abitati f'Ħal-Luqa?", "Jista' għalhekk il-Ministru jqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra kopja tas-site plan kif ukoll ta' l-istudji li saru?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Is-sit għal ċentru ta' skart goff, civic amenity site, li hu propost li jsir f'Ħal-Luqa, kif indikat fil-pjanta annessa, għadu qed jiġi kkonsidrat mill-MEPA.", "L-applikazzjoni ġġib in-numru PA 3300/06.", "L-awtorita' bdiet il-proċess ta' konsultazzjoni fuq l-imsemmija applikazzjoni.", "Tajjeb jingħad li f'dawn iċ-ċentri jitpoġġa materjal goff u mhux fdalijiet ta' ikel (bio-waste) u għalhekk m'għandux ikun hemm impatt ta' irwejjaħ.", "VAT FUQ ATTIVITAJIET KULTURALI", "21461.", "L-ONOR.", "ROBERT ARRIGO staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk il-miżura li tneħħiet il-VAT fuq attivitajiet kulturali għal każini tal-baned tgħoddx ukoll għal kunsilli lokali li jorganizzaw l-istess attivitajiet?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "ATT DWAR IS-SIGURTA' SOĊJALI", "21462.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO PRECA staqsiet lill-Ministru tal- Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tagħti l- interpretazzjoni li d-direttur tas-sigurta' soċjali għandu dritt li jagħti, skond l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali, Artiklu 2 tal-kap tal-familja (head of household) u ta' household?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Artikolu 2 ta' l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali (Kap 318) jiddefinixxi l-kliem \"familja\" u \"kap tal-familja\" hekk:", "\"familja\" tfisser persuna waħda li fl-opinjoni tad-direttur tkun tabita waħidha jew żewġ persuni jew iżjed li fl-opinjoni tad-direttur ikunu jabitaw flimkien bħala familja.", "Iżda –", "(a) għall-finijiet ta' għajnuna għall-mard mitluba dwar persuna li għandha 'l fuq minn 60 sena, flimkien ma' martu jew żewġha, jekk ikun hemm, skond il-każ, it-tfal u li ħadd minnhom ma jkun f'impjieg assigurabbli jew persuna li taħdem għaliha nnifisha; u", "(b) għall-finijiet ta' għajnuna għall-mard dwar skizofrenja kronika fir-rigward ta' xi membru tal-familja li mhuwiex il-kap tal-familja jew martu, jekk ikun hemm, dawk il-persuni jew dawk il-koppji għandhom, jekk ikun ta' vantaġġ għalihom, jitqiesu bħala li jifformaw familja għal rashom:", "Iżda wkoll għall-finijiet ta' għajnuna medika bla ħlas mogħtija taħt dan l-Att, id-direttur jista', jekk iħoss li ċ-ċirkostanzi tal-familja hekk jeħtieġu, jeskludi mill-kompożizzjoni tal-familja kull persuna jew persuni li kieku kienu jifformaw parti minnha;\"", "\"kap ta' familja\" dwar familja li tkun ta' żewġ persuni jew iżjed tfisser dik il-persuna li fl-opinjoni tad-direttur tkun kap tal-familja.", "Ninsab informata li minn mindu ilhom fis-seħħ mill-1996 dawn id- definizzjonijiet, diretturi tas-sigurta' soċjali suċċessivi, inkluż dak preżenti, interpretaw id-definizzjoni ta' \"familja\" bħala mhux neċessarjament rabta b'konsegwenza ta' żwieġ jew konsangwinita'.", "Fir-rigward tad-definizzjoni ta' \"kap ta' familja\", meta aktar minn persuna waħda tirresjedi fl-istess fond, id-direttur għandu d-diskrezzjoni li jiddeċiedi min minnhom huwa l-kap tal-familja għal skopijiet ta' l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali.", "LIĠIJIET U REGOLAMENTI TAL-UE", "21465.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' il-Ministru jgħid kemm-il liġi b'konnessjoni mal-liġijiet u r-regolamenti ta' l-Unjoni Ewropea, ġew mgħoddija u approvati mill- Parlament matul l-2004, l-2005 u l-2006?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Fil-perijodu 2004-2006, il-Parlament adotta 13-il att maqsumin hekk:", "Erbgħa fis-sena 2004; Erbgħa fis-sena 2005; u Ħamsa fis-sena 2006", "KAŻ DWAR QABAR", "21466.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid x'inhu jżomm lid-dipartiment tas-saħħa li jiġi żgumbrat qabar nru.", "16, skond l-istess kuntratt korrettiv tat-2 ta' Ġunju 2005, minn min qed jabbuża minnu fejn hemm inkluż persuna mill-kunsill lokali ta' l-Imġarr li isimha qed jintbagħat separatament?", "Ma jaħsibx li ħadd, hu min hu, m'għandu jabbuża minn xi poter meta dan is- sit huwa esklussivament tal-familja Calleja?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Il-qabar nru.", "16 fiċ-ċimiterju ta' l-Imgarr, li dwaru kienet diġa' ingħatat risposta għall-mistoqsija parlamentari 10113, ġie trasferit għal fuq isem il-familja Calleja li kienu akkwistaw qabar nru.", "31 fl-istess ċimiterju permezz tal-kuntratt tad-9 ta' Ottubru, 1962, liema qabar qatt ma kien intuża mill-familja msemmija.", "Sadanittant dan il- qabar beda jintuża bħala ossarju għall-għadam tal-komun.", "Il-kuntratt ta' korrezzjoni li sar fit-8 ta' Ġunju, 2005 kellu l-għan li kif inhu xieraq jirregolarizza din is-sitwazzjoni.", "Huwa għalhekk li l- familja msemmija ngħatat il-qabar nru.", "16, filwaqt li l-gvern ħa lura l- qabar nru.", "31 biex din il-familja tieħu qabar, kif diġa' kien sar, filwaqt li l-għadam fl-ossarju ma jitqanqalx.", "Għaldaqstant ma jenħtieġ l-ebda sgumbrament, aktar u aktar meta huwa l-każ li l-aħħar fdalijiet li kien hemm fil-qabar nru.", "16 ġew trasferiti għall- ossarju kif hija l-prattika komuni li jsir kull meta jkun hemm tindif ta' oqbra mhux privati.", "Ghalhekk il-qabar nru.", "16, kif spjegat, huwa privat u ħadd għajr il-familja Calleja m'għandu jippretendi xi dritt fuq dan il- qabar.", "Jekk l-Onor.", "Interpellant jaħseb li qed isir xi abbuż mill-persuna msemmija fil-kunsill lokali ta' l-Imġarr, nitolbu jagħmel mistoqsija lill-ministru konċernat.", "APPLIKAZZJONI TAĦT SKEMA W", "21467.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tara li jitmexxa każ li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Il-każ tal-persuna indikata ġie riferut lid- dipartiment tal-kostruzzjoni u tiswija ta' djar bħala d-dipartiment responsabbli għall-irranġar ta' soqfa fi blokki residenzjali tal-gvern.", "Din il-persuna ġiet mgħarrfa b'dan l-iżvilupp fis-6 ta' Ottubru, 2006.", "DIPARTIMENT TAS-SANITA'", "21468.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid jekk itteħditx azzjoni dwar il- complaint li sar lis-sanita' u li kopja tiegħu qed tintbagħat separatament?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Wara li dan id-dipartiment irċieva lment permezz ta' ittra, saru spezzjonijiet fis-17 ta' Awissu u fit-13 ta' Settembru, 2006 fil-postijiet indikati fl-istess ittra.", "Minn dawn l-ispezzjonijiet ma rriżultax li kien ħiereġ xi duħħan iswed eċċessiv miċ-ċmieni tal-fran konċernati, u rriżulta li jsir tindif regolari taċ-ċmieni meta l-ispettur tas-saħħa ġie pprovdut bid-dokumentazzjoni neċessarja li tixhed dan.", "Nixtieq ngħid ukoll li ġie mwaqqaf kumitat bejn l-istakeholders konċernati sabiex isiru regolamenti ġodda rigward il-kontaminazzjoni ta' l-arja, sabiex b'hekk tiġi salvagwardata s-saħħa pubblika.", "Dan il-kumitat għandu jippreżenta l-ewwel abbozz fil-futur qarib.", "Madankollu, ħadd ma jista' joħloq inkonvenjent lil ebda persuna.", "Għaldaqstant ilmenti li jirċievi dan id-dipartiment rigward ċmieni li jiġu rrapportati li qed jikkawżaw inkonvenjent, qegħdin jiġu riferuti lill- pulizija.", "PENSJONI", "21469.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tara jekk persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, hijiex tieħu pensjoni kemm suppost?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Il-persuna indikata ġiet informata bil-miktub mid- dipartiment tas-sigurta' soċjali dwar il-każ tagħha.", "PROVVISTA TA' L-ELETTRIKU", "21470.", "L-ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO staqsa lill-Ministru għall- Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il- Ministru jindaga għalfejn it-triq prinċipali li mill-Mosta tagħti għall- Imġarr ilha bla dawl għal ħafna jiem?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Id-dawl tat-triq imsemmija ma jaqax taħt ir- responsabbilta' ta' l-Enemalta.", "PENSJONI", "21471.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tara jekk persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, huwiex jieħu pensjoni kemm suppost?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Il-persuna indikata ġiet informata bil-miktub mid- dipartiment tas-sigurta' soċjali dwar il-każ tagħha.", "XATT TA' SAN ĠILJAN", "21472.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid jekk bil-mod kif qed jiġi wżat l- ispazju tax-xatt ta' San Ġiljan, Spinola hux qed jittieħdu l-passi meħtieġa biex jiġi żgurat li jibqa' post biżżejjed fejn is-sajjieda liċenzjati jkollhom fejn itellgħu u jżommu d-dgħajjes tagħhom?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "MEPA - BINI TA' ĦAJT", "21473.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid jekk familja li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, għandhiex bżonn permessi mill-MEPA biex iddawwar b'ħajt art li tappartjeni lilha jew tistax ittella' dan il-ħajt biex ma tħallix terzi persuni jidħlu abbużivament f'din l-art?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jindika, permezz ta' site plan, il-post eżatt li qed jirriferi għalih.", "STABILIMENT KUMMERĊJALI F'SAN ĠILJAN", "21474.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid b'liema kondizzjonijiet se joħorġu l-permessi relattivi biex stabiliment kummerċjali li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, jibda jopera f'San Ġiljan peress li hu mdawwar b'residenti anzjani li fl-imgħoddi ġew disturbati meta l-istess post tħalla jopera bħala ħanut tax-xorb b'mużika tgħajjat il-lejl kollu?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Sal-lum dan l-indirizz ma jidhirx fuq il-licence management system.", "Jekk kien stabiliment tal-catering dan huwa liċenzjat mill-awtorita' tat-turiżmu.", "Jekk dan l-istabiliment se tinbidillu l- attivita' kummerċjali tiegħu minn dik ta' catering għal dik ta' retail, ikollu bżonn jew il-permess tal-MEPA jew dikjarazzjoni tal-perit li dan l- istabiliment jaqa' taħt l-istess class use.", "F'dak il-każ ikun irid japplika lit-trade licensing unit fid-diviżjoni tal-kummerċ.", "S'issa din l- applikazzjoni għadha ma ġietx reġistrata.", "Jien informat ukoll li jekk l-użu preċedenti se jinżamm, l-awtorita' kompetenti hija l-MTA.", "Rigward disturbi minn dan l-istabiliment, mhijiex kompetenza tat-trade licensing unit li tieħu passi, iżda tal-pulizija.", "BASTIMENT TAS-SAJD", "21475.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid meta se jinħareġ is-sussidju dovut fuq id-diesel lis-sajjied li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Fid-database tal-fergħa tas-sajd u l-akwakultura m'hemm l-ebda traċċa la tan-numru, la ta' l-isem tal-bastiment u lanqas tas- sid tal-bastiment li dwaru ntalbet l-informazzjoni.", "Dan ifisser li dan il- bastiment mhux reġistrat ma' din il-fergħa, għalhekk m'għandu l-ebda dritt ta' karburant mingħajr dazju.", "DAIRY PREMIUM", "21476.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 21260 u jgħid kemm kienu l-pagamenti tad-dairy premium fl-2004 u l-2005?", "Meta saru dawn il-pagamenti?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "RAMPA FIL-MELLIEĦA", "21477.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid meta beħsiebha l-MEPA tieħu passi u tesegwixxi enforcement notice li nħarġet madwar għaxar snin ilu biex titneħħa rampa li nbniet illegalment f'Awissu 1994 li tagħti minn Triq l-Etna, Mellieħa għal fuq art li tappartjeni lill-familja li isimha qed jintbagħat separatament, u li tabita fl-istess triq?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jirriferi għat- tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 21473.", "KAŻI TA' SUWIĊIDJI", "21480.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid kemm imwiet seħħew kawża ta' suwiċidju f'adoloxxenti ta' 16-il sena u anqas matul dawn l-aħħar ħames snin?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ma kien hemm l-ebda każ ta' suwiċidju f'adoloxxenti ta' 16-il sena u anqas bejn l-2001 u l-2005.", "HOWARD GARDENS FIR-RABAT", "21481.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 21347 u jgħid kemm kienet in-nefqa globali għax-xogħlijiet li saru f'Howard Gardens, Rabat?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: In-nefqa totali għal xogħol ta' tisbieħ f'Howard Gardens hi stmata li kienet madwar Lm350,000.", "Ta' min jgħid li dan il-proġett twettaq bl-għajnuna tal-fondi ta' l-Unjoni Ewropea.", "VJAL IL-ĦADDIEM, RABAT", "21483.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 21344 u immedjatament jawtorizza xogħlijiet sabiex l-ispazju ta' taħt il-bus shelter fi Vjal il-Ħaddiem, Rabat - qrib residenza nru.", "12 - jirċievi iktar ilma tax-xita ħalli dan l-ilma tax-xita ma jkomplix jeqred l-uċuħ tar- raba' li hemm biswiet?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: L-ADT se tagħmel l-ispezzjonijiet meħtieġa fil- post indikat sabiex tkun tista' tinstab soluzzjoni għall-problema ta' l- ilma tax-xita.", "MSIDA ROAD, GŻIRA", "21484.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Tista' tingħata konsiderazzjoni lit-talba ta' diversi residenti ta' Imsida Road, Gżira biex tiġi revokata d-deċiżjoni ta' l-ADT li jċaqilqu b'xi 20 metru l-bus stop li kien hemm quddiem il-KFC, b'konsegwenza li qed jinġabru ħafna żgħażagħ fuq it-turġien tar-residenti?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: L-ADT se tikkonsidra din it-talba.", "GOLF COURSE F'GĦAJN TUFFIEĦA", "21486.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 21060 u 21293 u jgħid jekk il-gvern għadx għandu l-ħsieb li tkun żviluppata golf course fl- inħawi ta' Għajn Tuffieħa?", "Meta se tittieħed deċiżjoni finali dwar dan l- iżvilupp?", "Hemm pjani min-naħa tal-gvern biex isir żvilupp ieħor ta' dan it- tip fil-gżejjer Maltin u Għawdxin?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: F'dan l-istadju m'għandi xejn x'inżid mat- tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 21293.", "SERVIZZ TA' LANĊA LEJN KEMMUNA", "21487.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid meta se tibda topera lejn Kemmuna l-lanċa li ġġorr il-qassis u l-pulizija?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "ASFALTAR TA' TOROQ F'GĦAWDEX", "21490.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għal Għawdex: Peress li Triq Qala u Triq Tiġrija fin-Nadur, Għawdex għandhom bżonn ta' manutenzjoni, tista' il-Ministru tgħid meta se jsiru dawn ix-xogħlijiet?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: It-toroq imsemmija saritilhom manutenzjoni matul l- ewwel ġimgħatejn ta' dan ix-xahar u minħabba l-istat ħażin tagħhom qegħdin isiru preparamenti biex ikunu jistgħu jinħarġu offerti għall-asfaltar mill- ġdid ta' dawn it-toroq.", "ASFALTAR TA' TOROQ F'GĦAWDEX", "21492.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għal Għawdex: Tista' il-Minsitru tgħid liema toroq se jiġu asfaltati fix-xhur li ġejjin?", "Meta hu maħsub li jibda dan ix-xogħol?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: It-toroq li huma ppjanati li jiġu asfaltati fix- xhur li ġejjin u li għalihom inħarġu u għalqu l-offerti huma dawn li jidhru hawn taħt:", "*Tkomplija ta' xogħol fi Triq Ġdida fi Triq Għajn Qatet, Victoria *Tkomplija ta' xogħol fi Triq Bertija u Triq Liberat Grech, Xagħra *Triq l-Imħallef Cremona, Victoria *Triq Santa Marta, Victoria *Triq is-Sajjied, Marsalforn *Triq iż-Żernieq, Nadur *Triq il-Karmelitani, Kerċem *Parti minn Triq tal-Ħniena, Xewkija *Triq Wistin Camilleri, Victoria *Parti minn Triq l-10 ta' Ottubru, Sannat *Parti minn Triq ta' Barda, Marsalforn *Triq Gdida fi Triq Skappuċċina, Żebbuġ *Triq l-Imgħallem, Victoria *Triq ir-Ramla, Nadur *Parti minn Triq Pawlu Portelli, Victoria *Parti minn Triq Mons. Pietru Pace, Victoria", "Dawn li ġejjien huma t-toroq li ħarġet sejħa għal offerti għalihom u jibdew jinħadmu wara li jintemm il-proċess ta' l-offerti:", "*Triq Sannat , Sannat *Triq Qasam San Ġorġ, Victoria *Triq il-Qigħan, Għajnsielem *Triq l-Imrejzbiet, Għajnsielem *Parti minn Triq il-Merkanti, Għajnsielem", "It-toroq li ntbagħtu d-dokumenti dwarhom lid-dipartiment tal-kuntratti biex jiġu ppubblikati l-offert humai:", "*Triq Gregorio Caraffa, Nadur *Triq Xemmiex, Nadur *Parti minn Triq Santa Duminka, Munxar *Parti minn Triq il-Prof.", "Guże' Aquilina, Munxar *Triq il-Knisja, Nadur", "It-toroq li se jiġu ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea huma:", "*Triq ix-Xlendi, Munxar *Triq ta' Pinu, Għarb", "Barra mit-toroq imsemmija hawn fuq, bħalissa għaddej xogħol preparatorju biex jinħarġu sejħiet għal offerti ta' toroq oħra mifruxa ma' diversi lokalitajiet f'Għawdex.", "SPTAR ĠENERALI", "21494.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għal Għawdex: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 21339, tista' il-Ministru tgħid kemm trid staff biex jintuża dan il-makkinarju u kemm hi l-frekwenza ta' l- użu ta' din il-makna?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Dan il-makkinarju jista' jitħaddem minn persuna waħda li tista' tkun kemm infermiera kif ukoll tabib.", "Dan jintuża f'każ ta' emerġenza meta jkun hemm pazjent b'attakk ta' qalb.", "Ma tinżammx statistika ta' kemm-il darba jintuża dan il-makkinarju.", "INFERMIERA", "21503.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid jekk in-nurses li laħqu f'Lulju 2006 (Diploma Nursing Intake 2002) hux se jiġu mpjegati, u dan fid-dawl tan-nuqqas ta' nurses li hemm?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: In-nurses li rrifera għalihom l-Onor.", "Interpellant diġa' ġew impjegati.", "TRIQ TA' TA' QALI", "21505.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jieħu passi ħalli t-triq li tagħti għall- crafts village f'Ta' Qali min-naħa tat-triq li tgħaqqad lil Ħ'Attard mar- Rabat, ma tkomplix iżżomm ħafna ilma meta tkun ix-xita, bil-konsegwenza li l-karozzi ż-żgħar ikollhom problema biex jgħaddu u b'hekk iwassal għal telf ta' qligħ għall-ħwienet fil-crafts village?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: L-ADT qiegħda tipprepara l-pjanti tat-toroq li se jkunu inklużi fil-proġett tal-crafts village f'Ta' Qali.", "Minbarra dan ix- xogħol qiegħda tipprova tinstab soluzzjoni għall-problema msemmija.", "FLUS MGĦODDIJA LILL-UE", "21506.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm flus għaddiet mill-VAT u forsi sorsi oħra Malta lill-Unjoni Ewropea, minn mindu dħalna fl-Unjoni?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "KUNTRATTURI TAT-TINDIF", "21507.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid kemm kuntratturi tat-tindif hemm imqabbda f'kull dipartiment, fondazzjoni, awtorita', eċċ fid-dekasteru tiegħu?", "Jista' iqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra kull kuntratt bejn kull dipartiment jew awtorita' u kull kuntrattur tat-tindif imqabbad?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "TOBBA", "21508.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid kemm tobba rriżenjaw mid- dipartiment tas-saħħa matul din l-aħħar sena?", "Xi grad kellhom?", "Għal liema speċjalita' kienu jappartjenu?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal- Kamra.", "INFIQ MID-DIPARTIMENTI TAL-GVERN", "21509.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' flus li d-dipartimenti tal-gvern, awtoritajiet, enti u kumpanniji tal-gvern ħallsu mill-estimi approvati u ivvotati għall-2006 għal xogħlijiet, apparat, servizzi, pagi, eċċ (għal spejjeż rikorrenti u kapitali ) li effettivament saru fl-2005?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "INTERNATIONAL TRADING COMPANIES", "21510.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 21424 u jgħid kemm international trading companies u international holding companies ġew reġistrati matul l-2004, l-2005 u l-2006 sal-lum", "X'kien id-dħul ta' l-Istat Malti minn dawn ir-reġistrazzjonijiet f'dak li għandu x'jaqsam ma' ħlasijiet magħmulin lill-MFSA?", "Liema kienu l-aktar tliet nazzjonalitajiet ta' shareholders li rreġistraw international trading companies u international holding companies?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jirriferi għat- tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 21424.", "TAXXA TAD-DĦUL", "21511.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm persuni jiddikjaraw li jaqilgħu flus f'kull waħda mill-brackets tat-taxxa kif kienu qabel l-estimi għas-sena 2007 u kif ġew issa?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "MINI BUSES ĦOMOR", "21513.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Jista' il-Ministru jgħid x'inhi l-policy dwar ħruġ ta' liċenzji futuri ta' mini buses ħomor?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Fil-preżent m'hemm l-ebda ħsieb li jiżdiedu permessi ġodda.", "HELICOPTER SERVICE", "21517.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għall- Kompetittivita' u Komunikazzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 21340, jikkonferma l-Ministru li s-servizz se jibqa' jingħata mill- Helicopteros Del Sureste (HSE) matul ix-xitwa, ovvjament weather permitting?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li għaddejjin diskussjonijiet mal- Helicopteros Del Sureste (HSE) dwar il-possibbilta' li s-servizz jitkompla.", "DEVOLUZZJONI TA' ART", "21520.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm devoluzzjonijiet ta' art tal-gvern saru lill-kunsilli lokali f'dawn l-aħħar għaxar snin f'Għawdex?", "Meta saru?", "Liema kienu l-kunsilli lokali konċernati?", "Jista' jagħti dettalji ta' l-art u jgħid għal liema skop/proġett saret din id-devoluzzjoni?", "ONOR.", "TONIO BORG: L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal- Kamra, liema informazzjoni tinkludi biss dik il-proprjeta' f'Għawdex li għaddiet għand il-kunsilli lokali permezz ta' devoluzzjoni mill-1999 sa Ottubru 2006.", "Ngħarraf l-Onor.", "Interpellant li l-policy dwar devoluzzjoni lokali ġiet introdotta f'Marzu ta' l-1999.", "FLEUR-DE-LYS JUNCTION", "21528.", "L-ONOR.", "MICHAEL ASCIAK staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Billi r-residenti ta' Triq il-Ħajjata u Triq il-Mastrudaxxa Sta Venera ma jistgħux jidħlu d-dar waqt il-ħin ta' l-iskola peress li Fleur-de- Lys junction tkun magħluqa u billi ma tteħditx azzjoni mill-kunsill lokali ta' Sta Venera, jista' il-Ministru jara li ssir xi ħaġa biex dawn ir- residenti jkunu jistgħu jidħlu d-dar, anke billi Triq il-Bir issir one way bil-kontra li qiegħda issa?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Minn riċerka li saret fir-records tat-taqsima għall-immaniġġjar tat-traffiku, irriżulta li ma kien hemm l-ebda talba mill- kunsill lokali ta' Sta Venera rigward il-proposta ta' one ways kif deskritta fil-mistoqsija parlamentari.", "Minn spezzjoni li saret fuq il-post minn uffiċjali tat-taqsima għall- immaniġġjar tat-traffiku, jidher li l-proposta ta' l-Onor.", "Interpellant tista' tkun alternattiva sabiex tiġi indirizzata din il-problema.", "It-taqsima għall-immaniġġjar tat-traffiku se tikkuntattja lill-kunsill lokali ta' Sta Venera għall-kummenti rigward tali proposta.", "SELMUN MARITIM HOTEL", "21529.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid meta l-gvern jasal biex ibigħ il-lukanda Selmun Maritim, hux se jagħmel xi kondizzjoni fuq ix-xerrejja l-ġodda dwar l-istatus tal-ħaddiema preżenti?", "Jikkonferma li l-ftehim mal-kumpannija Accor se jintemm fl-aħħar ta' dan ix- xahar?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: It-tender għall-bejgħ ta' Selmun Maritim għadu ma tlestiex, għalhekk ir-risposta ma tistax tingħata għalissa.", "Nikkonferma illi b'effett mill-1 ta' Novembru ta' din is-sena, il- kumpannija Accor m'hijiex se tibqa' tmexxi din il-lukanda.", "Mill-istess data, din il-funzjoni se tibda ssir mill-impjegati tal-kumpannija.", "MEDICAL STORES", "21531.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra l- kuntratt għal-lok il-ġdid għall-medical stores?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jagħmel il- mistoqsija tiegħu lill-ministeru tal-finanzi.", "DFIN TA' FETI", "21534.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li teżisti differenza kif ġew stmati ġenituri li kellhom telf tal-faetus kmieni fit- tqala, fejn lil uħud qalulhom li bilfors kellhom iqabbdu kummissjonant, filwaqt li ġenituri oħra tħallew jieħdu ħsieb it-teħid tal-faetus biex jindifen?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Is-sistema li tintuża għall-ġenituri li jitilfu l- fetu kmieni fit-tqala hija kif ġej:", "*Il-ġenituri jiġu offruti l-possibbilta` li l-fetu jindifen bi dfin komuni, jiġifieri l-feti kollha ta' sena sħiħa jindifnu flimkien f'Novembru.", "Din is-sistema ma tinvolvi l-ebda spejjeż għall-koppja u d-difna jieħu ħsiebha d-dipartiment ta' l-obstetrija u l-ġinekoloġija flimkien ma' SANDS li hija support group volontarju.", "*Il-ġenituri jiġu mistoqsija jekk ikunux iridu jidfnu l-fetu huma stess.", "F'dan il-każ, jieħdu ħsieb id-difna huma.", "Jekk il-ġenituri jagħżlu li jidfnu l-fetu huma stess iridu jqabbdu kummissjonant biex jieħu ħsieb id- difna, bħal kwalunkwe difna oħra.", "Fl-ebda okkażjoni ma jingħata permess li l-feti jittieħdu mingħajr kummissjonat għaliex il-ġarr tal-mejtin jista' isir biss minn karozzi awtorizzati li huma l-hearses.", "Ikun jenħtieġ ukoll permess għad-difna li jinħareġ mill-pulizija.", "Id-deċiżjoni hija tal-ġenituri u l-ebda ġenituri ma jiġu mġiegħla bilfors.", "TRUSTS", "21536.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 21415 u jgħid kemm-il trust twaqqfet f'Malta fl-2004, l-2005 u l-2006 sal-lum?", "Liema huma l-aktar tliet nazzjonalitajiet li fetħu trusts f'Malta?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-Onor Interpellant huwa mitlub jirriferi għat- tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 21415.", "UNIVERSITA' - STUDENTI BARRANIN", "21538.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 21425 u jgħid kemm studenti barranin kien hawn jistudjaw fl-Univerista' ta' Malta fl-2004, l-2005 u l-2006 sal-lum?", "X'kien id-dħul ta' l-universita' minn dawn l-istudenti?", "Liema kienu l-aktar tliet nazzjonalitajiet li ġew jistudjaw fl-universita'?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: In-numru ta' studenti barranin f'dawn l-aħħar tliet snin huwa:", "|Sena |Studenti | |2004/5 |567 | |2005/6 |582 | |2006/7 |618 |", "It-tliet nazzjonalitajiet minfejn ġew l-iktar studenti huma r-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, il-Bulgarija u r-Russja.", "SCHOLARSHIPS", "21551.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' il-Ministru jgħid mill-ischolarships li ħareġ dan l-aħħar il-gvern, kemm applikaw studenti fl-ekonomija?", "Huwa minnu li kien wieħed biss u dan ma ġiex magħżul minkejja li għandu l-kwalifiċi kollha?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Il-ministeru joħroġ madwar 17-il call for applications fis-sena għal scholarships barra minn Malta.", "Billi d-domanda mhijiex ċara biżżejjed biex inkun nista nirrispondiha, nitlob l-Onor.", "Interpellant jispeċifika l-ischolarship li għalih qiegħed jirriferi.", "Tajjeb li l-Onor.", "Interpellant jinnota wkoll li huwa numru limitat biss mill-ischolarships kollha li joħroġ il-gvern li jinħarġu mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin.", "XOGĦOL TA' EMBELLISHMENT F'GĦAR ID-DUD", "21564.", "L-ONOR.", "ROBERT ARRIGO staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' il-Ministru jinformana kemm se jiġi jiswa l- upgrading ta' Għar id-Dud f'Tas-Sliema?", "Meta huwa ppjanat li jitlesta?", "Hemm possibbilta' li ma jitnaqqsux parking bays fil-pjani l-ġodda?", "Hemm pjani biex isir xi embellishment ieħor f'Tas-Sliema?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ix-xogħol ta' embellishment f'Għar id-Dud hu stmat li se jiġi jiswa madwar Lm200,000.", "Dan mistenni li jkun lest f'Marzu 2007.", "Il-wisa' tat-triq ġiet mibdula wara konsultazzjoni ma' l-ADT.", "Nikkonferma li fil-proġett ta' embellishment mhux se jkun hemm tnaqqis ta' parking, ħlief li fil-parking area ta' ħdejn il-fortizza dan se jiġi organizzat u regolarizzat.", "Għal din is-sena m'hemmx pjani oħra għal xi xogħol ta' embellishment f'Tas- Sliema.", "FOOTWAY BRIDGE F'IMRIEĦEL BYPASS", "21565.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 21137 u 21329 u jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-pjanti tal-proġett ta' footway bridge f'Imrieħel bypass f'Ħal Qormi, kif propost f'applikazzjoni quddiem il-MEPA PA5852/06?", "Jista' jgħid wara li jkunu nħarġu l-permessi neċessarji, meta hu maħsub li jibda u jitlesta dan ix-xogħol?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "RESERVED PARKING", "21566.", "L-ONOR.", "ROBERT ARRIGO staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Jista' il-Ministru jgħid wasalx iż-żmien li t-termini fuq xiex jingħataw reserved parking spaces ikunu riveduti, fid-dawl li kultant hemm każi fejn wieħed ma jsuqx u qiegħed jingħata reserved space u oħrajn fejn il-mobbilta' hija soġġetta għal interpretazzjoni wiesgħa?", "Jidhirlu li għandu jintalab xi rapport biex dawn ir-reserved bays jingħataw bil-ġust u mhux sempliċement għax hemm problema ta' ipparkjar ġenerali?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ikun ferm apprezzat jekk l-Onor.", "Interpellant jissottometti lista ta' każi fejn hu allegat li r-reserved parking mhux qed ikun użat għall-iskop li għalih ġie approvat sabiex it-taqsima għall- immaniġġjar tat-traffiku tkun f'pożizzjoni li tirrivedi tali każi.", "L-iskop tas-servizz ta' reserved parking huwa li jgħin lill-persuni bi problemi ta' mobbiltà u lill-familjari tagħhom li jieħdu ħsiebhom fir- residenzi privati ta' tali persuni b'diżabilità.", "RESERVED PARKING", "21567.", "L-ONOR.", "ROBERT ARRIGO staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jinformana kif l-uffiċċju ta' l-ombudsman jiddeċiedi kif resident/a tkunx intitolata għal reserved parking jew le, mingħajr ma jisma' lill-kunsill lokali, lill-ADT jew oħrajn fuq il- validita' ta' tali talba?", "Reserved parking għandu jingħata lil xi ħadd li ma jsuqx biex sempliċement ikun żgurat parking space lill-familjari meta jmorru jżuruh?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "NEFQA KAPITALI FIL-QASAM TA' L-AMBJENT", "21568.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa kapitali minfuqa mill-gvern fil-qasam ta' l-ambjent minn dik li kien hemm allokata fil-budget għas-sena 2006?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "PROĠETTI", "21569.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid liema huma l-proġetti mħabbra fil-budget 2006 li ġew finalizzati u tlestew?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub ikun aktar speċifiku billi jindika għal liema settur qiegħed jirriferi.", "PENSJONI TAT-TEŻOR", "21570.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li hi armla ta' ex-impjegat tal-gvern, għandhiex dritt tieħu pensjoni tat-teżor?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jirriferi l-persuna in kwestjoni lid-dipartiment konċernat.", "SKART GOFF", "21571.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid kif saret l-għażla tas-siti fejn se jitpoġġa l-iskart goff f'Malta u Għawdex?", "Jista' jgħid ma' min saret konsultazzjoni u liema huma s-siti magħżula?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: L-għażla tas-siti li fihom il-pubbliku se jkun jista' jiddisponi minn skart goff saret wara li ġiet evalwata d-densita` tal-popolazzjoni ta' l-irħula tagħna ħalli dawn is-siti jkunu mferxin b'mod li kull lokalita` ikollha aċċess konvenjenti għalihom.", "Konsiderazzjoni oħra kienet li s-siti jitpoġġew kemm jista' ikun f'żoni industrijali u, fejn jeżistu, f'siti li fihom diġa' jilqgħu, jew inkella se jibdew jilqgħu, l- iskart, bħall-faċilita` fil-Magħtab (Malta) u dik Tal-Kus (Għawdex).", "Dan il-process kien f'konsultazzjoni kontinwa mal-MEPA u l-Joint Office u kull meta gie identifikat xi sit, saru l-analiżi kollha fuqu skond kif mitluba mill-awtoritajiet konċernati.", "Is-siti magħżula huma: Magħtab, Imrieħel, Ħal Far, Ħal-Luqa u Tal-Kus, Xewkija (Għawdex)", "TINDIF MINN SKART GOFF", "21574.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' il-Ministru jara li titnaddaf mill-iskart goff il- parti tat-triq rurali fl-inħawi ta' l-area li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: It-triq rurali indikata ma taqax taħt ir- responsabbilta' tal-gvern ċentrali iżda taħt il-kunsill lokali.", "Għalhekk l- Onor. Interpellant huwa mitlub jagħmel din il-mistoqsijja lill-ministru konċernat.", "BELT VALLETTA - KARROZZINI", "21575.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jara jekk jistgħux isiru arranġamenti għad-drenaġġ fil-venda tal-karozzini, quddiem il-Palazz, il-Belt Valletta, għal raġunijiet ovvji ta' iġene?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Id-WSC se tinvestiga x'jista' isir dwar is-suġġeriment ta' l-Onor.", "Interpellant.", "AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA", "21576.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Jista' jiġi investigat każ urġenti ta' familja li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, minħabba problemi u konsegwenzi diffiċli li qed jgħixu fihom?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Il-każ qed jingħata l-attenzjoni meħtieġa.", "Ninsab informata wkoll li f'Ġunju ta' din is-sena din il-persuna ġiet offruta post alternattiv li rrifjutat.", "SLIPWAY F'PEMBROKE", "21578.", "L-ONOR.", "ROBERT ARRIGO staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' il-Ministru jinformani f'liema stadju wasal il- proġett ta' slipway f'Pembroke?", "Jekk dan se jsir, hemm xi timeframe?", "Kemm hi l-istima ta' spejjeż li se jinħarġu mill-gvern ċentrali?", "Hemm xi parteċipazzjoni mill-Kunsill Lokali ta' Pembroke?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Il-permess għall-ewwel pożizzjoni ta' dan is-slipway li nħareġ mill-MEPA kellu jinbidel peress li d-WSC esprimiet tħassib dwar dan is-slipway minħabba li kien wisq viċin ta' l-inlet main pipe ta' R.O plant f'Pembroke.", "Għaldaqstant instabet pożizzjoni oħra meqjusa li mhix ta' periklu għall- istess R.O. Din l-applikazzjoni qed tiġi kkonsidrata mill-MEPA u ġie mitlub li ssir E.I.A. minħabba xi speċi rari u endemiċi li hemm f'dawn l-akwati.", "It-timeframe ta' dan il-proġett tkun tista' tiġi mfassla hekk kif jinħareġ il-permess mill-MEPA.", "Barra minn hekk, wieħed irid jieħu inkonsiderazzjoni s-sit imsemmi minħabba li hu suġġett għal maltemp u għaldaqstant programm b'dati stipulati ma jkunx jista' jiġi ffissat.", "L-istima għax-xogħol fuq dan is-slipway tammonta għal madwar Lm29,184 u l- finanzjament se jsir mill-Ministeru għar-Riżorsi u Infrastruttura, l-MTAC u l-MRAE.", "ĊIMITERJU TAL-MOSTA", "21579.", "L-ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li jinħarġu oqbra fil-lokalita' tal-Mosta?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Fil-preżent m'hemmx pjani għal tkabbir f'dan iċ- ċimiterju.", "MCAST", "21580.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid għala fl-MCAST għad m'hemmx kappella u chaplain office?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Fil-pjani li qed jitfasslu għat-tkabbir ta' l-MCAST hemm maħsub li jkun hemm kappella.", "SLIPWAY F'PEMBROKE", "21581.", "L-ONOR.", "ROBERT ARRIGO staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jinformana dwar l-istatus ta' l-applikazzjoni quddiem il-MEPA għas-slipway ta' Pembroke, fiex waslet u meta se jinħareġ il-permess?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Il-MEPA qiegħda tistenna xi nformazzjoni mingħand l-applikant u tista' tgħid meta se jinħareg il-permess, ladarba l- informazzjoni kollha mitluba tkun ġiet sottomessa."]} {"filename": "20080130_614d_par.doc", "date": "2008-01-30", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Uffiċjali u Rivedut) L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 614 L-Erbgħa, 30 ta' Jannar, 2008 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 614", "L-Erbgħa, 30 ta' Jannar, 2008", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.02 p.m.", "Talba", "Seduta Nru. 614", "L-Erbgħa, 30 ta' Jannar, 2008", "WERREJ", "MINUTI 518", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 518", "TQEGĦID TA' KARTI 523", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IL-PROFESSJONI TA' L-ACCOUNTANCY U LIĠIJIET OĦRA (It-Tieni Qari)", "ACCOUNTANCY PROFESSION ACT AND OTHER LAWS (AMENDMENT) BILL (Second Reading) 524", "AĠĠORNAMENT 544", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 547", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 613 li saret fid-29 ta' Jannar, 2008 ġew konfermati.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): Ninforma lill-Kamra li ma' l-annual review tal-Kamra tad-Deputati għas-sena 2007 li poġġejt fuq il-mejda tal- Kamra nhar it-Tnejn li għadda, għandi dokument ieħor li hu mibni fuq studju li sar mill-management efficiency unit fuq talba ta' l-uffiċċju tiegħi.", "Għaldaqstant se npoġġi fuq il-mejda tal-Kamra:", "Rapport intitolat Strengthening of the House of Representatives – A Case for Autonomy.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "SPTAR MATER DEI - REKLAMAR", "28721.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Michael Farrugia) staqsa lill- Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Kemm kienet in-nefqa bejn l-1 ta' Mejju, 2007 u llum fuq billboards, reklami, booklets, programmi fuq it- televiżjoni eċċ., b'riferenza diretta u ndiretta għall-isptar Mater Dei?", "Kemm kienet in-nefqa s'issa u kemm għad irid jitħallas?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni) (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba mogħtija għal mistoqsija parlamentari 26952.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jista' jgħidli x'kienet tgħid ir-risposta għal mistoqsija parlamentari 26952?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Fir-risposta ta' mistoqsija parlamentari 26952 ingħata breakdown dettaljat ta' l-ispejjeż li saru f'reklamar għall-iSptar Mater Dei.", "Dawn kienu jammontaw għal Lm54,114.72.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Għandi nassumi li minn dakinhar 'l hawn l-ispejjeż ma żdidux?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien m'għandix quddiemi din l-informazzjoni pero' bħall- Onor. Mizzi nassumi li ladarba saret riferenza għal din il-mistoqsija partikolari, ma kienx hemm żieda fl-ispejjeż minn meta ngħatat din ir- risposta.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Peress li l-mistoqsija parlamentari li għamilt jien saret fl-1 ta' Novembru u l-mistoqsija li rriferieni għaliha l-Ministru saret ħafna iktar qabel, x'inhi r-raġuni li l-ispiża baqgħet l-istess jekk minn dakinhar 'l hawn saru diversi reklami oħra relatati ma' l-isptar Mater Dei?", "Jista' jkun li dawn kienu koperti fis-somma ta' flus li semma l-Ministru?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Sur President, kif għedt, m'għandix dawn id-dettalji quddiemi u għaldaqstant nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel mistoqsija bil-miktub.", "Pero' nixtieq inżid li għalkemm mistoqsija parlamentari 28721 ġiet imwieġba llum, jista' jkun li l-informazzjoni li ngħatat kienet tkopri sa 1 ta' Novembru, 2007, meta attwalment saret din il-mistoqsija.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Allura mistoqsija parlamentari 26952 meta saret?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mistoqsija parlamentari 26952 saret fis-26 ta' Ġunju, 2007 u ngħatat risposta fl-24 ta' Settembru, jiġifieri xi xahar qabel ma tqiegħdet it-tieni domanda li qed tiġi mwieġba llum.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Il-Ministru qal li għalkemm it-tweġiba għal mistoqsija parlamentari 28721 ingħatat illum, 30 ta' Jannar, 2008, jista' jkun li l- informazzjoni nġabret sa Novembru 2007.", "Allura bl-istess argument jista' jkun li l-informazzjoni li ngħatat għal mistoqsija parlamentari 26952 ma kenitx tkopri l-perijodu sa meta ġiet imwieġba, imma sas-26 ta' Ġunju.", "Jiena ma nħossx li għandi nagħmel mistoqsija supplimentari jew mistoqsija bil-miktub għax forsi ma jkunx hemm żmien biżżejjed biex wieħed jirrispondi.", "Għaldaqstant jista' l-Ministru jieħu l-inkarigu biex nhar it- Tnejn, fis-seduta li jmiss, tingħata l-informazzjoni jekk l-ispiża ġietx aktar minn Lm54,114.72, u jingħad ukoll sa liema perijodu tkopri din is- somma?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: M'għandi l-ebda diffikulta' li ngħaddi t-talba ta' l- Onor. Interpellant lill-Uffiċċju tal-Prim Ministru sabiex din l- informazzjoni tinġabar.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sur President, jien naf li din l-informazzjoni trid tinġabar imma qed nitlob lill-Ministru biex fis-seduta ta' nhar it-Tnejn tingħata l-informazzjoni li hemm available.", "Jekk hu ma jistax iwassal dan il-messaġġ, allura għalxejn qegħdin hawnhekk.", "Jiena bl-ebda mod ma rrid inkun awkward, imma nixtieq li ningħata tweġiba.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Sur President, jiena bl-ebda mod ma qed nimplika li l- Onor. Mizzi qed ikun awkward bid-domandi li qed jagħmel imma fl-istess ħin kulma nista' nagħmel hu li nwassal it-talba tiegħu lill-ministeru tal- finanzi.", "Pero' mbagħad żgur li jiena bl-ebda mod m'iniex se nimponi fuq il- prim ministru biex jagħtih l-informazzjoni li qed jitlob.", "SPTAR MATER DEI - REKLAMAR", "29004.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Michael Farrugia) staqsa lill- Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Kemm intnefqu flus fuq diversi mezzi ta' komunikazzjoni, televiżjoni, radju, ġurnali, billboards, programmi, flyers, kotba, leaflets eċċ., bejn Mejju 2007 u Awissu 2007 ħalli jiġi reklamat il-ftuħ ta' l-Isptar Mater Dei fit-28 ta' Ġunju, 2007?", "Kif kienet maqsuma l-ispiża?", "Kemm kienet l-ispiża tal-programm tal-ftuħ innifsu u fiex intnefqu?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 26952, li hija l-istess waħda li għadni kif irriferejt għaliha.", "Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi għal mistoqsija parlamentari 27065.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jista' l-Ministru jgħidli x'inhi r-risposta li ngħatat għal mistoqsija parlamentari 27065?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "CENSU GALEA: Il-mistoqsija parlamentari 27065 kienet tgħid hekk:", "Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġiet tiswa ċ-ċerimonja li saret fid- 29 ta' Ġunju 2007 fl-iSptar Mater Dei u jagħti breakdown ta' dawn l- ispejjeż?", "Fir-risposta ingħataw id-dettalji ta' x'inhuma l-ispejjeż li kienu involuti għall-ftuħ ta' l-isptar Mater Dei.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Ladarba d-data ta' mistoqsija parlamentari 27065 issa ġiet aktar lura, x'inhi r-raġuni li meta saret il-mistoqsija ta' qabel din, dawn id-dettalji ma kinux inklużi wkoll?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Għalkemm dawn iż-żewġ domandi – li bejniethom hemm biss differenza ta' 18-il ġurnata - huma t-tnejn relatati ma' spejjeż li saru fl- isptar Mater Dei, waħda tagħmel riferenza għal materjal li tqassam f'dan l- isptar, filwaqt li d-domanda l-oħra tirriferi għal materjal li ntuża b'xi mod għall-okkażjoni tal-ftuħ ta' l-istess sptar.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Peress li l-ewwel mistoqsija kienet tirriferi wkoll għal kull tip ta' spejjeż li saru f'dan l-isptar, x'inhi r-raġuni li din l- informazzjoni ma ngħatatx u mbagħad ingħatat risposta għat-tieni mistoqsija?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Sur President, din hija l-informazzjoni li għandi quddiemi u m'għandix aktar x'inżid.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jista' għallinqas jgħidilna jekk il-Prim Ministru jew is- segretarju parlamentari humiex imsiefrin fuq xogħol parlamentari jew tal- gvern peress li din hija xi ħaġa importantissima li l-poplu għandu jkun jaf?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Safejn naf jien il-Prim Ministru m'huwiex imsiefer pero' kien fuq xogħol tal-gvern għax ftit tal-ħin ilu tlaqt minn miegħu fejn kien qiegħed f'meeting marbut mal-ħidma tal-gvern.", "Is-segretarju parlamentari wkoll qiegħed hawn Malta pero' f'dan il-mument ma nafx fejn qiegħed.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sur President, niġbidlek l-attenzjoni li skond il-Kodiċi ta' Etika l-ewwel prijorita' għandu jkun ix-xogħol tal-Kamra.", "Dawn huma mistoqsijiet importantissimi u jidher biċ-ċar li hemm xi ħaġa li m'hijiex korretta fir-risposti li qed jingħataw.", "Ir-risposti huma konflinġenti.", "Din in-nefqa saret mill-fondi pubbliċi u allura l-poplu għandu dritt ikun jaf dwarha.", "Nemmen li l-ħin tal-mistoqsijiet qiegħed apposta biex wieħed mhux biss jagħmel id-domandi, imma anke biex dawn jiġu mwieġba.", "Il-poplu għandu dritt ikun jaf kif intnefqu l-flus li wara kollox ħarġu minn butu.", "Għalhekk, Mr Speaker, tajjeb li tiġbed l-attenzjoni li skond il-Kodiċi ta' Etika, min hu responsabbli kellu jkun hawn.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Sur President, tajjeb li nirrileva li ż-żewġ mistoqsijiet huma differenti minn xulxin.", "It-tnejn li huma ġew risposti u fihom ingħata breakdown dettaljat ta' l-ispejjeż li saru.", "Fil-fatt b'risposta għall-ewwel domanda ingħataw id-dettalji kollha dwar programmi speċjalizzati li saru fuq it-televiżjoni dwar il-qasam tas-saħħa fejn l- ispiża kienet tammonta għal Lm5,980.", "Kien hemm ukoll spiża ta' Lm20,609.72 – qed nagħti dawn iċ-ċifri b'liri Maltin għax ingħataw is-sena li għaddiet – li ntefqet biex saru slots fuq it-televiżjoni u fuq ir-radju.", "Saret ukoll kampanja ta' informazzjoni fuq billboards, pubblikazzjoni li ġiet mqassma bieb bieb, spazju dwar il-kura tas-saħħa, spazju fuq pubblikazzjonijiet oħra u kif għedt aktar kmieni, it-totali kien ta' Lm45,114.72.", "Imbagħad b'risposta għat-tieni domanda, li tikkonċerna l-ftuħ ta' l-isptar Mater Dei, ingħata breakdown ta' x'intefaq f'administration, direction, stage management, first aid, eċċ. u ħafna informazzjoni dettaljata oħra li tlaħħaq it-total ta' kważi Lm57,000.", "Jiġifieri m'huwiex minnu li l- informazzjoni ma ngħatatx, Sur President.", "ONOR.", "JOE MIZZI: F'mistoqsija supplimentari minnhom ma ngħatajtx l- informazzjoni li tlabt u fil-fatt il-ministru qal li se jirriferi l- mistoqsija lill-prim ministru.", "U l-Ministru ma jistax jagħtihieli din l- informazzjoni għax bir-raġun kollu – bl-ebda mod ma jiena qed inwaħħal fih – hu ma jistax ikun jafha.", "Imbilli joqgħod jiġi jgħidli li ngħata breakdown!", "Naħseb breakdown se jaqbdu min se jipprova jsib irkaptu ta' dawn il-mistoqsijiet jekk ma tingħatalux l-informazzjoni.", "Jien kont speċifiku fil-mistoqsijiet supplimentari tiegħi, nammetti li l-ministru personalment ma jistax jagħtini risposta, imma jien persważ li kieku kien hawn il-prim ministru jew is-segretarju parlamentari kienu jagħtuni risposta.", "Issa huwa inutli li nibqa' nistaqsi lill-ministru li qed iwieġeb f'isem il-prim ministru.", "Imma meta rajt li anke fir-risposta tat-tieni mistoqsija jidher biċ-ċar li l-affarijiet m'humiex mexjin sew, allura mbagħad bilfors kelli niġbed l- attenzjoni.", "Wara kollox dawn huma fondi tal-pubbliku Malti u Għawdxi u l- poplu għandu dritt ikun jaf dwarhom.", "Jien ħadt ġurament li nagħmel id-dover tiegħi f'din l-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż u hekk qed nagħmel, imma ħaddieħor irid jagħmel id-dover tiegħu wkoll.", "U qed nibqa' ninsisti mhux bi qżież, imma għax nesiġi li mistoqsijiet supplimentari ta' ċerta importanza għandhom jiġu mwieġba.", "Għax jekk jiġi biex ixolji l-parlament u nibqgħu bla tweġiba, ikun nuqqas serju ta' dan il-parlament u din hija ħaġa li tmur kontra l-etika ta' dan il-parlament.", "Għalhekk nerġa' nesiġi li xi ħadd għandu jagħti risposta mill-aktar fis possibbli għad-domandi supplimentari li għamilt jien.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Sur President, qed nassumi li ladarba l-prim ministru fir-risposta tiegħu qed jagħmel riferenza għall-mistoqsijiet 26952 għar- rigward ta' spejjeż fuq billboards u mbagħad għal mistoqsija parlamentari 29004 jagħmel riferenza għall-istess mistoqsija li għamilt riferenza għaliha jien u għal mistoqsija parlamentari 27065, li saret wara d-domanda 26952, fit-tnejn li huma ngħata breakdown dettaljat ta' x'kienet in-nefqa partikolari u m'għandix għalfejn niddubita mir-risposta li ngħatat.", "L-Onor.", "Mizzi għadda għal domanda oħra, kif għandu kull dritt li jagħmel, u staqsa jekk kienx hemm spejjeż oħrajn li saru wara li ngħataw dawk ir- risposti.", "Jien tajt il-kelma tiegħi li se ngħaddi t-talba tiegħu lill- ministru konċernat, jiġifieri fl-ebda ħin ma tajt xi mpressjoni li mhux se tingħata risposta għal xi waħda mid-domandi.", "Issa rigward xoljiment tal- parlament u affarijiet bħal dawn, din la tiddependi mill-folla tal-membri parlamentari ta' l-oppożizzjoni kif rappreżentati mill-Onor.", "Mizzi u lanqas mill-folla tal-membri parlamentari tan-naħa tal-gvern li huma rappreżentati minni f'dan il-mument.", "Jiġifieri jekk nitkellmu fuq Kodiċi ta' Etika, naħseb li jkun aħjar li nieqaf hawnhekk.", "ONOR.", "JOE MIZZI: L-ewwelnett jiena mhux mistoqsija supplimentari waħda għamilt.", "Jiena staqsejt ukoll informazzjoni sad-data li saret il- mistoqsija.", "Mistoqsija parlamentari 26952 saret f'Ġunju u allura kif jista' jkun li l-ispiża sal-lum baqgħet l-istess?", "Jekk il-Ministru lest li jerfa' r-responsabbilta' u jgħid li l-ispiża baqgħet l-istess, jerfagħha, pero' min-naħa l-oħra, meta jsemmi l-etika rrid infakkru li l- amministrazzjoni qed imexxiha l-partit Nazzjonalista fil-gvern.", "U l-partit Nazzjonalista fil-gvern irid jgħaddi lill-parlament il-programm tiegħu u mhux ta' l-oppożizzjoni.", "Hawnhekk membru wieħed biss hawn min-naħa tal- gvern, bħalma hawn wieħed min-naħa ta' l-oppożizzjoni pero' huwa d-dover tal-gvern li jgħaddi l-programm tiegħu.", "U biex jgħaddi l-programm tiegħu irid jara li jżomm biżżejjed nies hawnhekk ħalli jimxi l-programm tiegħu.", "Il-Ministru jaf għax hu stess meta kien whip kien iddikjara li r- responsabbilta' biex imexxi l-programm hi ta' min ikun fil-gvern.", "Jekk irid nikkwotalu mid-diskors li kien għamel hu stess.", "Anke kieku ma kienx hemmhekk, ħaġa ħażina m'għandekx tirriferiha b'xi ħaġa ħażina oħra.", "Jekk inhi ħaġa ħażina li hawn membri neqsin minn din in-naħa, inbaxxi rasi, imma ma jfissirx li b'daqshekk in-naħa l-oħra għandha tagħmel affarijiet ħżiena.", "Anzi għandek tara li jekk qed issir xi ħaġa ħażina min- naħa l-oħra, ma ssirx xi ħaġa ħażina min-naħa tiegħek ukoll.", "M'hemmx kantunieri, Sur President, min għandu raġun jieħdu.", "Jien se nibqa' nsostni iktar u se nitolbok tagħti ruling Mr Speaker, għax issa wasalna f'sitwazzjoni li nitlob il-protezzjoni tiegħek.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet huwa l-iktar ħin li fih nista' nagħmel skrutinju lill-gvern.", "L-obbligi tal-ministri kollha, bħala Kodiċi ta' Etika - li smajna ħafna dan l-aħħar li għandna nimxu fuqhom - hi li l-ministri għandhom ikunu hawn jekk ma jkunux imsiefrin fuq xogħol - għax għalhekk hemm il-ħin ta' pairing biex ikun jista' jsir ix-xogħol tal-gvern - pero' mistoqsijiet serji bħal dawn m'hawn ħadd biex jirrispondihom.", "Allura jien qed nitolbok tagħti ruling dwar is-sitwazzjoni li ninsabu fiha, Mr Speaker.", "Qed nagħmel mistoqsijiet supplimentari li huma skond l-iStanding Orders u huma ta' importanza kbira.", "Hemm il-Kodiċi ta' Etika min-naħa tal-ministri li jkunu hawn u għalhekk qed nitolbok tispjegali xi protezzjoni għandi biex inkun nista' nieħu risposta għall-mistoqsijiet supplimentari li huma fl- interess nazzjonali ta' importanza kbira.", "MR SPEAKER: Onor. Mizzi, din il-kwestjoni qamet iktar minn darba f'din il- Kamra u meta jissemmew l-etika u l-obbligi, naturalment dawn japplikaw għall-membri kollha ta' din il-Kamra.", "Issa f'dan il-każ partikolari ...", "(Interruzzjonijiet) Ippermettili, għadni ma spiċċajtx.", "Issa inti għamilt id-domanda, il-ministru rrisponda u inti qed tgħid li ma rrispondiex għad- domanda supplimentari fis-sens li inti tlabt iktar informazzjoni fuq id- domanda oriġinali.", "Il-ministru rrisponda kif seta' bl-informazzjoni li kellu quddiemu.", "ONOR.", "JOE MIZZI: L-ewwelnett jiena qed nitkellem b'responsabbilta' tiegħi bħala deputat, mela jien kont nistenna li inti tindirizza lili u tgħidli jekk bħala deputat iniex qed nerfa' r-responsabblita' tiegħi u jekk iniex qed nagħmel xogħli sew kif suppost.", "Jekk jien qed nonqos mill-Kodiċi ta' Etika għidli.", "Jien nixtieqek li fil-konfront tiegħi, bħala deputat bil- ġurament, tgħidli jekk iniex qed immur kontra l-Kodiċi ta' Etika.", "Għax jien fil-kontront tiegħi qed nitkellem issa, bħala deputat.", "(Interruzzjonijiet) Min-naħa l-oħra, il-mistoqsija supplimentari m'għamilthiex biex nitlob aktar informazzjoni imma għax jidhirli li r-risposta li ngħatajt ma tagħmilx sens u li l-affarijiet m'humiex mexjin sew.", "MR SPEAKER: Dik mill-punto di vista ta' kif tara inti s-sitwazzjoni.", "Il- Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Ħalli nispjega biex ma nikkonfondux lil xi erba' min- nies li forsi jissaportu jisimgħuna.", "M'hemm l-ebda diskrepanza fin-numri li kkwotajt.", "L-ewwel domanda li weġibt, fejn il-prim ministru rrifera għal mistoqsija parlamentari 26952, kienet titkellem dwar spejjeż.", "Din id- domanda kienet tgħid hekk:", "Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa bejn l-1 ta' Mejju 2007 u llum ...", "- issa \"llum\" kienet qed tirriferi għal dik il-ġurnata li fiha saret id- domanda u cioe' l-1 ta' Novembru, 2007 -", "... fuq billboards, reklami, booklets, programmi fuq it-televiżjoni, eċċ., b'riferenza diretta u indiretta għall-isptar Mater Dei, kemm kienet in-nefqa s'issa u kemm għad irid jitħallas.", "Dik kienet id-domanda li fil-fatt qiegħda ssir illum.", "Id-domanda parlamentari 26952 kienet tgħid hekk:", "Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm intefqu flus fuq reklamar marbut ma' l-isptar Mater Dei?", "Fiex kien jikkonsisti dan ir-reklamar u min ġie mogħti dan ix-xogħol?", "Jista' jgħid jekk dan ingħatax b'direct order jew le?", "U kif għedt iktar kmieni, hawn il-breakdown dettaljat u r-risposta li ngħatat prattikament fiha iktar minn nofs faċċata.", "F'mistoqsija parlamentari 29004, il-Prim Ministru in parti għamel riferenza għad-domanda li għadni kif ikkowtajt minnha, jiġifieri mistoqsija parlamentari 26952 u in parti għamel riferenza wkoll għal mistoqsija parlamentari 27065.", "Fir-risposta ta' mistoqsija parlamentari 26952 hemm ikkwotat dak li għadni kif għamilt riferenza għalih jien, li kienet ingħatat ir-risposta għal dik id-domanda u qed ikompli jżid dan il-kliem:", "Minbarra mistoqsija parlamentari 26952 u r-risposta għaliha, hemm ukoll mistoqsija parlamentari 27065 li kienet tirrigwarda spejjeż partikolari marbutin ma' l-okkażjoni tal-ftuħ ta' l-isptar u hemmhemm hemm breakdown ta' dettalji finanzjarji tan-nefqa li kienet saret.", "U Lm54,000 u Lm56,000 m'humiex diskrepanzi f'numri li nbiddlu minn ġurnata għal oħra imma huma totali ta' żewġ eventwalitajiet differenti minn xulxin, li fl-ebda mod ma juru xi konfużjoni fiċ-ċifri li qegħdin jingħataw bħala risposta.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, il-Ministru qed jikkontradixxi lilu nnifsu.", "Għax ir-risposta għall-ewwel mistoqsija li għamilt ingħatat f'Novembru.", "Mistoqsija parlamentari 26952, li rrifera għaliha fir-risposta, kienet saret f'Ġunju.", "U jien staqsejt speċifikament hekk: L-ammont ta' spejjeż li kien hemm f'Ġunju huma daqskemm kienu f'Novembru jew daqskemm huma llum meta ġiet imwieġba l-mistoqsija?", "Il-ministru ma setax jirrispondini għax ma jafx.", "Mela allura fejn hu l-breakdown li qed isemmi!", "Jien naf li ma jistax ikun jaf!", "Issa jekk irid jerfa' r-responsabbilta' u jgħid li l- ispejjeż baqgħu l-istess, jerfagħha, imma dan ma jistax ikun, għax kulħadd jaf li r-reklami baqgħu isiru.", "Għalhekk jiena għandi dubji kbar għax kulħadd jaf li r-reklami baqgħu għaddejjin!", "Issa li qed nara lis-segretarju parlamentari forsi jista' jgħidilna xi ħaġa hu.", "Li qed ngħid jien hu li dak li qed jintqal ma jreġix.", "Għax mistoqsija minnhom ġiet imwieġba f'Ġunju ta' l-2007 u l-ammont kien tant u l-mistoqsija l-oħra ġiet imwieġba fit-30 ta' Jannar, 2008 u qed tirriferi għall-mistoqsija li kienet saret f'Ġunju.", "Allura possibbli ma ntnefaq xejn aktar sa Novembru, sakemm reġgħet saret il-mistoqsija!", "Għax hekk qed jindika.", "U jien ma nemminx.", "U lanqas il-poplu Malti ma jemmen għax nerġa' ngħid li r-reklami baqgħu għaddejjin.", "Jien mhux qed ngħid li qed jaħbu imma rridhom jagħtu l-informazzjoni.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "CENSU GALEA: Mr Speaker, l-ewwelnett jien għedt li d-domanda saret fis-26 ta' Ġunju, 2007.", "Ir-risposta kif inhi drafted mill-persuna responsabbli mill-ministeru tal-finanzi hija ffirmata fl-24 ta' Settembru li għadda.", "Mela r-risposta għad-domanda parlamentari 26,952 ma tistax tirrigwarda spejjeż li kienu saru sas-26 ta' Ġunju għax hija ffirmata fl-24 ta' Settembru.", "Jiġifieri se mai, l-informazzjoni hija korretta żgur sa l-24 ta' Settembru.", "Dawn huma spejjeż maqsuma biċċa biċċa għar-rigward ta' reklamar marbut ma' l-isptar Mater Dei innifsu.", "Id-domanda l-oħra kienet tirrigwarda spejjeż marbutin ma' l-okkażjoni tal-ftuħ uffiċjali ta' l- isptar fit-28 ta' Ġunju, 2007.", "Iċ-ċifri huma differenti minn xulxin.", "Dawn qegħdin jitkellmu fuq ċirkostanzi u affarijiet differenti minn xulxin.", "Għar-rigward il-kumment ta' l-Onor.", "Mizzi jekk jien nerfax ir- responsabbilta' li ngħid li ma kienx hemm aktar spejjeż, ngħidlu li jiena qatt ma kont inħobb indaħħal saqajja fejn ma jesgħanix u żgur ma nistax inkun jien li ngħid li minn dakinhar sal-lum ma saru l-ebda spejjeż oħrajn.", "U kien għalhekk li aktar kmieni għedt lill-Onor.", "Mizzi li mir-risposta li għandi quddiemi għandi nassumi li min irrisponda d-domanda kien qed jgħid li ma kienx hemm żieda fl-ispejjeż.", "Pero' jien żgur m'iniex se ngħid li ma kienx hemm żieda fl-ispejjeż u għedtlu wkoll li se ngħaddi t-talba tiegħu lill-persuna konċernata, f'dan il-każ il-prim ministru, biex jekk hemm xi informazzjoni li għandha tiżdied bħala nefqa bejn dakinhar u llum, it-30 ta' Jannar, 2008, ikun jista' jgħaddihielu.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-Mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti u nsejjaħ lill-Ministru Ċensu Galea.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar permessi ġodda tal-ħwienet li nħarġu matul l-2007, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 29423;", "f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi qiegħed fuq il-mejda tal- Kamra:", "Avviż Legali Nru 27 ta' l-2008 – Ordni ta' l-2008 li jemenda l-Att dwar il-Professjonijiet tas-Saħħa; u", "Avviż Legali Nru. 30 ta' l-2007 – Regolamenti ta' l-2008 li jemendaw ir-Regolamenti dwar in-Nomini u l-Kondizzjonijiet tas-Servizz tal- Forza Regolari tal-Forzi Armati ta' Malta;", "f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 26 ta' l-2007 – Regolamenti ta' l-2008 dwar L-Emenda ta' l-Ewwel Skeda ta' l-Att dwar Kunsilli Lokali;", "Avviż Legali Nru 28 ta' l-2007 – Regolamenti ta' l-2008 li jemendaw ir- Regolamenti dwar ir-Rikonoxximent Reċiproku tal-Kwalifiki ta' Professjonisti Legali;", "Avviż Legali Nru 29 ta' l-2007 – Regolamenti ta' l-2008 dwar il- Kondizzjonijiet għad-Dħul ta' Ċittadini ta' Pajjiżi Terzi għall- finijiet ta' studju;", "Tagħrif dwar l-għadd ta' kompilazzjonijiet reġistrati bejn l-2006 u 2007, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 29718;", "f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjieg, inqiegħed fuq il- mejda tal-Kamra:", "Tabella li turi l-għadd ta' persuni li kienu qed jirreġistraw għax- xogħol fuq l-ewwel u t-tieni parti tar-reġistru fl-aħħar ta' Diċembru 2007, maqsuma skond il-lokalita' u l-perjodu li ilhom jirreġistraw, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 29424;", "f'isem il-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali, inqiegħed fuq il- mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar l-għadd ta' persuni fuq għajnuna soċjali taħt l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 29425; u", "Lista li turi l-għadd ta' ommijiet xebbiet li jirċievu l-għajnuna soċjali, maqsuma skond il-lokalità, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 29426.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Ngħaddu issa għal stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IL-PROFESSJONI TA'", "L-ACCOUNTANCY U LIĠIJIET OĦRA", "ACCOUNTANCY PROFESSION ACT AND OTHER LAWS (AMENDMENT) BILL", "ONOR.", "TONIO FENECH (Segretarju Parlamentari): F'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi, nipproponi t-Tieni Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Professjoni ta' l-Accountancy u liġijiet oħra.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Rimarki?", "L-Onor.", "Tonio Fenech.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Mr Speaker, nirringrazzjak ta' l-opportunita` li qed tagħtini li nippreżenta dan l-abbozz li fih innifsu jrid jimplimenta direttiva ta' l-Unjoni Ewropea ta' l-2006 li proprju tirregola l-qasam tal- professjonijiet ta' l-awdituri u l-accountants.", "Hawn tajjeb napprezzaw li fl-ambitu internazzjonali dawn il professjonijiet dejjem qed isiru aktar kumplessi u kumplikati għax qed jiġu mgħoddija fuqhom ħafna iktar responsabilitajiet minn forsi dak li tradizzjonalment wieħed kien ikun imdorri bihom proprju minħabba l-qasam finanzjarju.", "Ir-rwol ta' l-awditur huwa importanti b'mod partikolari biex iħares ċerti interessi ta' shareholders, ta' investituri, ta' individwi, korporazzjonijiet jew entitajiet oħra li b'xi mod għandhom relazzjoni ma' dawn il-kumpanniji.", "Tajjeb ngħidu li anke f'pajjiżna qed naraw ċerti żviluppi ta' kumpanniji li jippreżentaw ruħhom quddiem il-pubbliku biex il-pubbliku in ġenerali jipparteċipa b'mod attiv f'dawn il-kumpanniji billi jixtru ishma.", "Fil-każ tagħna għandna l-Borża ta' Malta, pero` f'kull pajjiż għandek l- istock exchanges li wieħed jista' jipparteċipa fihom.", "Dan joħroġ iktar b'mod evidenti dik li nafuh bħala s-separazzjoni bejn ta' min hija l- kumpannija u min qed imexxi l-kumpannija.", "F'pajjiżna għad għandna ħafna kumpanniji fejn min imexxi, is-sid, ix-shareholder ta' dik il-kumpannija, id-direttur, il-manager u probabbilment anke l-clerk ta' dik il-kumpannija jkunu l-istess persuna.", "M'hemmx daqshekk distinzjoni bejn ir- responsabilita` tat-tmexxija u r-responsabilita` li inti s-sid ta' dik il- kumpannija.", "Pero` iktar ma jgħaddi ż-żmien ċerti family business qed jikbru għax qed jiċċaqalqu minn ġenerazzjoni għall-oħra.", "Probabbilment ikun beda n-negozju n-nannu li għaddieh lit-tfal, it-tfal jgħadduh lit-tfal tat-tfal allura jkollok ċerti business fejn il-familja fil-komponenti differenti tagħha, kuġini u sekonda kuġini, kulħadd huwa shareholder.", "Ikun hemm xi membri minn dik il-familja jaħdmu fiha u allura dawn ikunu jridu ċertu livell ta' kontabilita`.", "Sur President, din isseħħ billi dawn iħarsu lejn l-audited accounts, jiġifieri r-rendikont finanzjarju li jiġi ċċertifikat mill-awditur biex jiġi assigurat li dak li qed jiġi preżentat jagħti stampa kemm jista' jkun ċara u tajba ta' dak li hu l-operat tal-kumpannija.", "Dak huwa fl-ambitu Malti, pero` fl-ambitu ta' pajjiżna għandna ħafna iktar kumpanniji li qed jipparteċipaw fuq il-borża ta' Malta.", "Forsi għad m'għandniex daqshekk it- tendenza li joħorġu shares imma żgur hemm tendenza ta' bonds u allura ta' parteċipazzjoni mill-pubbliku f'dawn il-kumpanniji.", "Dawn ikollhom bżonn livell ta' assigurazzjoni li min hu responsabbli u min qed imexxi dik il- kumpannija fl-ambitu finanzjarju qed jagħmel dan b'mod ġudizzjuż u li fl- aħħar mill-aħħar dak li qed jippreżenta bħala r-riżultati ta' dik il- kumpannija fl-aħħar tas-sena jkunu riżultati li huma reali għal dak li ġara fil-kumpannija.", "Tajjeb ngħid li dan l-abbozz ta' liġi qed jemenda żewġ liġijiet, l-Att dwar il-Kumpanniji u l-Att dwar il-professjoni ta' l-Accountancy, u qed jimplimenta direttiva ta' l-Unjoni Ewropea.", "Irrid ngħid ukoll li hemm xi emendi konsegwenzjali fis-sens li maż-żmien inbidlu ċerti affarijiet u nħolqu xi anomaliji li kien hemm bżonn jiġu rranġati.", "Dawn l-emendi mhux daqstant għandhom rabta mad-direttivi imma meta wieħed ikun qed jagħmel eżerċizzju ta' reviżjoni ta' dawn il-liġijiet fl-ambitu ta' dak li tkun qed tgħid id-direttiva jkun hemm elementi li jinħass li tajjeb nieħdu l- okkażjoni u nbiddluhom.", "Ladarba qed nitkellem dwar il-professjoni ta' l- accountants irrid nibda biex nirrikonoxxi r-rwol importanti li l- professjoni ta' l-accountants u ta' l-awdituri taqdi f'pajjiżna.", "Dan mhux qed nagħmlu għax jien membru ta' l-istess professjoni imma għax naħseb illum fis-soċjeta` huwa rikonoxxut u magħruf li biex ikollok settur kummerċjali li jaħdem b'mod tajjeb u effiċjenti jrid ikollok l-istrutturi biex jiġi assigurat li n-negozju qed isir b'mod tajjeb u li fl-aħħar mill- aħħar id-deċiżjonijiet li jkunu qed jittieħdu qed jirriflettu ruħhom b'mod tajjeb anke fir-rendikont li jingħata tal-finanzi li jiġu ppubblikati għall- kumpanniji.", "Tajjeb ngħid li r-realta` ħafna drabi hija li l-accountant jagħmel ħafna iktar xogħol milli sempliċement jippreżenta l-kotba, għax dan għandu wkoll rwol li jagħti pariri u konsulenzi.", "Fil-liġi li għandna quddiemna - u m'hijiex biss din il-liġi u d-direttiva li qegħdin niddiskutu, imma hija diġa` fil-qafas tal-liġi tal-professjoni ta' l- accountants ta' pajjiżna - hemm distinzjoni ċara bejn x'inhu r-rwol ta' accountant u x'inhu r-rwol ta' awditur.", "Hawn irrid ngħid li mhux kulmin hu accountant f'dan il-pajjiż għandu l- warrant li joħroġ il-gvern tramite l-accountancy board li jipprattika ta' awditur.", "Fil-fatt biex jipprattika ta' awditur, accountant irid ikollu l- practicing certificate li jġibu wara li jkun irnexxielu jagħti dimostrazzjoni li dan għandu biżżejjed esperjenza biex ikun jista' jagħmel dan it-tip ta' xogħol.", "Fil-fatt huwa mitlub li jrid ikun qed jagħmel ix- xogħol ta' verifika mill-inqas għal tliet snin taħt superviżjoni qabel ma jiġi mogħti l-practicing certificate bħala awditur.", "Għall-pubbliku li qed jipprova jsegwi dan id-dibattitu minn fuq ir-radju, x'inhi d-distinzjoni bejn accountant u awditur?", "Il-bażi teknika ta' preparazzjoni hija l-istess għat-tnejn.", "F'pajjiżna għandna l-universita` li tipprovdi d-degree, il- B.A.Hons.", "Accountancy, li tippreparak biex tkun tista' tagħmel l-ewwel pass u wara li ġġib id-degree tagħmel dawk it-tliet snin ta' esperjenza meħtieġa biex issir awditur.", "Hija l-istess degree li tagħmlek kemm accountant kif ukoll awditur.", "Hemm min ma jeħux it-triq ta' l-universita` ta' Malta imma jieħu triq oħra, jew ta' universita` barranija jew inkella, iktar komuni f'pajjiżna, li jagħmel il-course ta' l-ACCA li huwa stabbilit barra minn Malta - imma llum b'arranġament bejn l-Ingilterra u l-Malta Institute of Accountants jiġi offrut flimkien ma' l-ACCA f'pajjiżna – li jieħu madwar ħames snin, u fl- aħħar mill-aħħar it-tnejn iwasslu għal bażi teknika twassal biex tkun kemm accountant kif ukoll awditur.", "Fi kliem sempliċi l-accountant huwa dak li għandu r-responsabilita` li jipprepara l-kotba ta' kontabilita`, jiġifieri l-accounts, filwaqt li l-awditur mhux mistenni minnu li jippreparahom hu - anzi ma jistax jippreparahom hu - imma r-rwol tiegħu huwa li joħroġ ċertifikat ta' verifika li hu ċċekkja dawk il-kotba u ra li jirriflettu b'mod ġust dak li hu l-andament ta' dik l-impriża.", "Allura l-liġi fiha nnifisha u d-direttiva li qegħdin niddiskutu f'din il- Kamra tieħu b'serjeta` kbira id-distinzjoni bejn dawn iż-żewġ professjonijiet li, għalkemm għandhom l-istess bażi teknika, għandhom rwol li huwa kompletament differenti u għandhom responsabilitajiet lejn is- soċjeta` li huma kemmxejn differenti.", "Waqt li l-ewwel responsabilita` ta' l-accountant hija lejn il-management - ovvjament għandu r-responsabilita` lejn il-kumpannija in ġenerali - li jara li barra li jagħmel l-accounts statutorji, ta' kull sena, jagħmel ukoll l-accounts li jkunu meħtieġa for management purposes, jiġifieri biex tkun tista' titmexxa l-kumpannija, l- awditur għandu responsabilitajiet ħafna iktar wesgħin lejn il-pubbliku in ġenerali.", "L-ewwelnett, nerġa' ngħid, għandu responsabilitajiet lejn ix- shareholder imma ħafna drabi ma jkunx hu li qed jimmaniġġja l-kumpannija imma qed jafda l-management lil ħaddieħor u allura jrid ikollu element ta' serħan il-moħħ li l-kumpannija mhux biss qed tagħtih il-profitti kollha li huma dovuti imma wkoll li l-kotba qed jiġu ppreżentati b'mod tajjeb.", "Dan għax tista' tagħtini l-profitti imma jista' jkun li mhux qed tagħtihomli kollha, allura l-awditur irid jara li dak li qed isir qed jiġi ppreżentat b'mod tajjeb.", "Hemm interess lejn ix-xogħol ta' l-awditur mhux biss mis-sidien innifishom imma kif nafu f'pajjiżna hemm l-obbligu li l- kontijiet jiġu ppubblikati u reġistrati mar-registrar tal-kumpanniji li tieħu ħsiebu l-awtoirta` għas-servizzi finanzjarji, l-MFSA, biex il- pubbliku in ġenerali, kemm jekk huwa l-bank, kemm jekk huwa kreditur, xi ħadd li għandu jieħu minn dik il-kumpannija, kemm jekk huwa xi ħadd li għandu intenzjoni li jagħmel negozju ma' dik il-kumpannija u jrid jara x'kumpannija hi u kif topera, l-awditur għandu r-responsabilita`, għalkemm mhux diretta imma għandu wkoll responsabilita` lejn dawn kollha meta hu qed jagħti ċertifikazzjoni tal-kontijiet li qed jiġu ppubblikati.", "Allura hemm enfasi kbira fil-liġi nnifisha, anke fil-qasam internazzjonali u anke fid-direttivi ta' l-Unjoni Ewropea, li jrid ikun hemm segregazzjoni ċara bejn ir-relazzjoni ta' l-accountant ma' kumpannijia u r-relazzjoni ta' awditur ma' kumpannija.", "Għalhekk m'huwiex aċċettat li l-istess accountant li jipprepara l-kontijiet għal dik il-kumpannija -għalkemm jista' jkun li għandu l-warrant ta' awditur u allura għandu ċ-ċertifikat li jista' jipprattika ta' awditur - jiffirma hu stess dawk l-accounts.", "Dan m'huwiex aċċettabbli għax wieħed jifhem li ma jistax ikun li r-rwol ta' watchdog li suppost qed jilgħab jilagħabu l-istess kelb.", "Jiġifieri bilfors irid ikun hemm separazzjoni bejn dak li qed jipprepara l-kontijiet u dak li qed jivverifikahom u jagħti l-opinjoni dwar l-istat ta' dawn l-accounts.", "Lil hemm minn din il-liġi bħalissa għaddej ukoll proċess ta' konsultazzjoni dwar x'tip ta' accounts huma meħtieġa f'pajjiżna.", "Kelli okkażjoni ngħid li f'ħafna kumpanniji li huma listed, jiġifieri li qegħdin fuq il-borża ta' Malta, is-separazzjoni bejn min hu s-sid u min hu l-manager hija iktar distinta u tagħrafha, imma f'kumpanniji żgħar dan mhux il-każ.", "Jiġifieri ħafna drabi s-sid hija l-istess persuna li topera, tmexxi u tiddeċiedi.", "Allura f'pajjiżna qed jinħass li waqt li huwa importanti li jkollna l-verifika - u ma jfissirx li se nnaqqsu mill-ħtieġa li jkun hemm verifika – hemm għalfejn li kumpanniji żgħar jintalbu jippreparaw accounts, financial statements li fl-aħħar mill-aħħar iż-żarbun tagħhom huwa ħafna ikbar minn sieqhom?", "Tajjeb napprezzaw li waqt li f'pajjiżna kellna tradizzjoni li l-international accounting standards jidħlu mal-ewwel fil-body of law, u l-liġi kienet tgħid li malli tiġi ppubblikata standard ġdida fuq livell internazzjonali, dik mal-ewwel tiġi parti mil-liġijiet tagħna, issa dik il-liġi ġiet emendata u qed tgħid li dk tidħol wara li tiġi approvata mill-Unjoni Ewropea.", "Dan għaliex jista' jkun li hemm ċerti affarijiet li fuq livell Ewropew jiġu modifikati u trasposti bħala direttiva Ewropa, imbagħad jidħlu fil-liġijiet ta' pajjiżna.", "Skond dan il-qafas ta' standards il-kumpanniji f'pajjiżna huma obbligati jippubblikaw il-financial statements tagħhom u jirreġistrawhom mar-reġistru tal-kumpanniji, pero` meta tara x'obbligazzjonijiet hemm, bħal jekk dawn daħlux f'derivatives, jekk għandhomx xi tip ta' kuntratti li huma forward buying, tinduna li jidħlu f'ċerti konċetti li fir-realta` għal kumpanniji li qed joperaw biss, per eżempju, f'settur tal-proprjeta`, li qed joperaw negozju żgħir, li qed joperaw ħwienet li huma fir-retail, dawn l-affarijiet huma tant 'il fuq.", "Pero` biex l-accountant ikun żgur li qed jaderixxu għalihom, irid ovvjament joqgħod attent ħafna meta jiġi biex jippreparahom u żżid ukoll ix-xogħol lill-awdituri li jibdew jimlew dawk li ngħidulhom check-lists.", "Jien niftakarhom minn meta kont awditur, tittikkja waħda waħda biex tara li kull requirement hija sodisfatta u tliet kwarti minn dan id-dokument - li ma jkunx dokument żgħir, probabbli jkun ikbar mill-istess liġi li qed niddiskutu - tagħmillu \"not applicable\", m'għandu x'jaqsam xejn mal-kumpannija, u ftit minnhom tgħidilhom iva jew le, jew jekk le għaliex ma japplikawx.", "Dawn huma spejjeż għall-istess kumpannija ta' verifika, pero` spejjeż ukoll għal dawn il-kumpanniji ż-żgħar li qed jippubblikaw dawn l-accounts.", "Allura l-gvern wara diskussjoni ma' l-istess professjoni ta' l-accountants tramite l-accountancy board - li minn hawnhekk nixtieq nirringrazzjahom għall-ħidma tagħhom u rrid nirringrazzja wkoll lill-Malta Institute of Accountants ta' l-impenn tagħhom – ħareġ bil-proposta li għall-kumpanniji żgħar m'hemmx għalfejn jiġu ppreżentati set of accounts daqshekk ikkomplikati, imma jkollna verżjoni ħafna iktar ħafifa u abridged, mhux abridged accounts li nifhmu bihom is-soltu, imma li nitolbu biss dak li hu vera meħtieġ għas-soċjeta` tagħna.", "M'għandniex għalfejn nitolbuhom ħafna iktar milli għandhom bżonn għax il-gvern jemmen li huwa importanti li kemm jista' jkun il-kumpanniji ż-żgħar innaqqsulhom mill-burokrazija, innaqsulhom mill-isforzi li huma għandhom bżonn biex iżommu ċerti kotba.", "Fl-aħħar mill-aħħar dak li jżommu u dak li jippreżentaw ikun dak li huwa biżżejjed u li għandhom bżonn il-banek, il-kummissarju tat-taxxi biex jagħmel ix-xogħol tiegħu, kredituri u l-istess shareholders.", "Pero` m'hemmx għalfejn immorru fuq livell ta' esaġerazzjoni li jkun mistenni mill- accounts li tippreżenta l-Air Malta jew il-banek jew entitajiet ta' ċertu kobor f'pajjiżna.", "Naħseb li dan huwa proċess importanti.", "Jien naf li għaddejja fażi ta' konsultazzjoni u allura nħares 'il-quddiem għall-mument, iktar tard din is-sena, li nkunu nistgħu nagħmlu l-emendi meħtieġa biex inġibu fis-seħħ din il-bidla.", "Jien inħoss li din hija bidla importanti għal żewġ raġunijiet, l-ewwelnett biex innaqqsu l-piż ta' ċerta burokrazija, ta' ċerti responsabbiltajiet li m'hemmx bżonnhom, ta' ċertu inkwiet fuq min qed jagħmel in-negozju biex jirrapporta affarijiet li effettivament m'għandux għalfejn jirrapporta, u t-tieni nett biex nilliberaw numru ta' riżorsi f'pajjiżna li huma meħtieġa minħabba l- espansjoni li qed ikollna fis-settur tas-servizzi finanzjarji f'pajjiżna.", "Tajjeb ngħid li f'dawn l-aħħar tliet snin il-kontribut għat-tkabbir ta' l- ekonomija ta' pajjiżna minn dan is-settur prattikament qed jiżdied bi 30% fis-sena.", "Dan juri kemm is-settur tas-servizzi finanzjarji qiegħed jikber u jżid l-opportunitajiet tax-xogħol f'pajjiżna, pero` qed iġibna wkoll f'realta` li għandna shortage f'dawk li huma accountants u awdituri.", "Sur President, l-ikbar warranted profession f'pajjiżna hija ta' l-accountants, li llum jaqbżu l-1,400.", "Prattikament kull sitt xhur, għal dawn l-aħħar erba' snin li ilni segretarju parlamentari, kelli okkażjoni nippreżenta l- warrants lil gruppi li jkunu mill-inqas 60 u kważi ġieli jwasslu l-100, biex ikunu jistgħu jipprattikaw l-accountancy.", "Għalkemm hija professjoni li qiegħda tipproduċi ħafna accountants fir-realta` m'humiex biżżejjed.", "Hija professjoni li għandha prospetti kbar quddiemha anke minħabba - jien ngħid u jgħiduha n-nies fis-settur tas-servizzi finanzjarji - l-isplużjoni ta' xogħol u ta' interess li qed jiġi lejn pajjiżna li qed naraw ir- riżultati tiegħu f'dawn l-aħħar xhur.", "Proprju ftit ġimgħat ilu nfetaħ bank ieħor f'pajjiżna, il-Banif, li beda bi branch imma għandu intenzjoni li jiftaħ 'il fuq minn 20 branch madwar pajjiżna u jimpjega 'l fuq minn 350 ruħ.", "Jidher li jrid jipparteċipa mhux biss fis-suq internazzjonali ta' negozju li jista' joffri bħala servizzi bankarji, pero` jrid jidħol ukoll għar-retail banking, jiġifieri li joffri wkoll servizzi bankarji direttament lill-konsumaturi u lin-negozji Maltin.", "Dan huwa pożittiv fih innifsu ma' l-iżviluppi li diġa` qed isiru biex naraw lil pajjiżna jsir ħafna iktar kompetittiv u li fl-aħħar mill-aħħar il- konsumatur u l-businessman li jmur biex ifittex biex jieħu loans jew servizzi mill-banek, jiġi mogħti servizz tajjeb, kompetittiv, prezzijiet raġjonevoli u anke charges li huma inqas.", "F'dan l-isfond irrid insemmi wkoll ir-realta` b'konsegwenza li pajjiżna adotta l-munita ewro u anke għax il-gvern iħoss li huwa importanti li nkomplu nintegraw ruħna fis-suq Ewropew mhux biss bħala munita imma anke f'dawk li huma s-sistemi bankarji, jumejn ilu fit-28 ta' Jannar pajjiżna wkoll daħal f'dik li hija magħrufa bħala s-single European payment area.", "Kif nafu f'dan il-parlament ftit xhur ilu għaddejna numru ta' emendi għal- liġijiet bankarji biex dan ikun jista' jseħħ.", "Fil-prattika dan ifisser li l-banek Maltin u l-banek Ewropej li qed jidħlu fis-single European payment area li bdiet jumejn ilu, pero` l-implimentazzjoni sħiħa tagħha trid issir sas-sena 2010, se jibdew joffru pagamenti u servizzi bankarji li jkunu cross border.", "Jiġifieri jien jista' jkolli kont bankarju Taljan u nuża s- servizzi kollha eventwalment, cheque book, debit card jew mezzi oħra ta' pagamenti li jistgħu jiżviluppaw.", "Allura kull darba li nsiefer mhux neċessarjament nieħu l-credit card miegħi inkella m'għandix mezz ieħor barra l-cash kif jien nista' jkolli likwidita` f'idi.", "Fir-realta` dan se jiftaħ il-fruntieri.", "Jien naf li l-banek Maltin qed jaħdmu u ħadmu ħafna biex ikunu minn tal-bidunett li jipparteċipaw f'dan is- suq li jien m'għandix dubju se jfisser roħs ta' ċerti servizzi li jingħataw mill-banek.", "Fl-aħħar mill-aħħar dan se jfisser ukoll iktar għażla lill- konsumatur mhux biss fis-servizzi li jieħu, imma anke possibilitajiet ta' loans, interessi u dawn it-tip ta' affarijiet.", "Kulħadd jaqbel li l- kompetizzjoni f'dan is-settur tista' tagħmel ħafna iktar ġid.", "Hemmhekk dħalt fuq issue ftit differenti milli qed niddiskutu imma fl-ambitu tas- settur tas-servizzi finanzjarji.", "Tajjeb ngħid ukoll li f'pajjiżna għandna settur li qed jespandi grazzi għall-istess operaturi li hemm fih.", "Hawn irrid insellem b'mod partikolari l-professjoni ta' l-accountants u l- awdituri li kienet promutur ewlieni li għenet biex saru ħafna tibdiliet meħtieġa fil-leġislazzjoni ta' pajjiżna biex inkunu pajjiż ħafna iktar kompetittiv kemm bħala prodotti li nistgħu noffru b'liġijiet ġodda li daħħalna, u anke fil-qafas ta' tassazzjoni tagħna biex nibqgħu pajjiż attraenti.", "Mhux hekk biss imma biex ippromwovew lil pajjiżna 'l bogħod minn xtutna u rajna dan in-negozju jiżdied.", "Jien dejjem ngħid li dan is-settur, kuntrarju għas-settur bħalma huwa tat-turiżmu u setturi oħrajn, jiżviluppa u jġib ix-xogħol mhux b'kemm titfa' riklami fuq il-\"Financial Times\" u sfortunatament tbigħ lilek innifsek ħażin.", "Jekk tibgħat messaġġi li għalkemm huma vera, li s-sistema ta' tassazzjoni tagħna hija waħda attraenti ħafna, tista' turta ħafna kompetituri oħrajn.", "Dan jista' jkollu riperkussjonijiet li jew jibdew jiddikjarawk bħala pajjiż li għandek xi tax haven, jew illum fl-ambitu ta' l-Unjoni Ewropea li għandna ċerti responsabilitajiet ta' skrutinju, u allura pajjiżna jrid joqgħod attent għalihom.", "Dan qed ngħidu biex nuri kemm irridu nippromwovu lil pajjiżna b'mod intelliġenti.", "Kien għalhekk li f'din il-leġislatura b'diskussjoni mas-settur waqqafna dik li hija l-Finance Malta li hija joint venture partnership bejn il-gvern u s- settur innifsu biex nagħmlu attivitajiet, avvenimenti barra pajjiżna, opportunitajiet fejn inwasslu l-messaġġ tagħna.", "Jista' jkun anke f'ċertu riklamar intelliġenti jew kitbiet, artikli u modi ġodda oħra kif nistgħu nkomplu nwessgħu l-għarfien ta' dak li jista' joffri pajjiżna fis-settur tas-servizzi finanzjarji għax evidentement dan huwa importanti biex inkunu nistgħu naraw ħafna iktar ġid jiġi lejn pajjiżna.", "Il-kumment ġenerali li nieħu mill-operaturi fis-suq huwa wieħed biss, li we've never had it better.", "Din hija xi ħaġa li jgħiduhieli ħafna.", "Ir-realta` hi li bl- isplużjoni li qed naraw fl-interess lejn pajjiżna – u nerġa' mmur għall- punt oriġinali - qed jinħass dan in-nuqqas ta' professjonisti mhux biss bħala accountants imma anke dawk li jaħdmu fis-settur tas-servizzi finanzjarji.", "Hawnhekk tajjeb ngħid li numru ta' avukati li jispeċjalizzaw fis-settur tas- servizzi finanzjarji jagħtu wkoll kontribut importanti fis-settur tas- servizzi finanzjarji.", "Allura minflok qed jaqilgħu l-għixien tagħhom billi jmorru l-qorti jagħmlu litiġju ħafna avukati qed isibu opportunitajiet kbar f'dan is-settur.", "Qed jitwieldu professjonijiet oħra bħalma huma fund managers, hedge fund managers, nies li jafu jkunu managers ta' capital insurance f'dan is-settur tas-servizzi finanzjarji li pajjiżna qed joffri fuq livell internazzjoanli.", "Ħafna drabi n-nies li jidħlu f'dawn il- professjonijiet ikollhom il-bażi ta' accountants jew bażi legali, pero` mbagħad ikollhom bżonn taħriġ speċjalizzat li jipproġetta lil pajjiżna li jista' joffri ħafna iktar opportunitajiet.", "Fil-fatt tajjeb ngħid ukoll li l-awtorita` għas-servizzi finanzjarji qed tagħmel l-isforzi tagħha kemm biex tippromwovi iktar fuq livell ta' skejjel x'karrieri jista' joffri s-settur tas-servizzi finanzjarji permezz ta' laqgħat li qed tagħmel mal-guidance teachers.", "Għax meta titkellem ma' guidance teacher diffiċli tgħidlu jħajjar lit-tfal isiru fund managers għax jgħidlek: Dan il-fund manager x'ikun?", "Għalhekk qed ikollna dawn il- laqgħat informattivi biex nispjegaw eżattament x'opportunitajiet qed joffri s-settur tas-servizzi finanzjarji għax meta lit-tifel issemmilu tabib jaf x'inhu tabib, meta ssemmilu teacher jaf x'inhu teacher, ICT kulħadd jifhem x'inhu, pero` s-settur tas-servizzi finanzjarji kultant jinstema' ħafna iktar fl-arja.", "Jien irrid nibgħat il-messaġġ minn din il-Kamra li għandna bżonn ħafna iktar accountants, ħafna iktar avukati li jaħdmu fis-settur tas-servizzi finanzjarji, ħafna iktar nies li jagħżlu l-professjoni ta' insurance, ta' bankiera u ta' ekonomisti għax dan is-settur qed jikber b'ritmu mgħaġġel.", "Il-gvern poġġa dan is-settur bħala wieħed mis-sitt oqsma prijoritarji tiegħu f'dak li hu l-iżvilupp ekonomiku ta' pajjiżna sas-sena 2015 għax tassew nifhmu l-impatt kbir li dan is-settur ġab f'pajjiżna.", "Illum huwa stmat li direttament u indirettament il-kontribut ta' dan is-settur lejn l- ekonomija tagħna huwa ta' madwar 12%, u għandu ripple effect importanti.", "Tajjeb ngħid ukoll li dan is-settur iġib miegħu ħafna by-products oħrajn, jiġifieri servizzi li qegħdin iħallu kontribut kbir lejn l-ekonomija tagħna u m'għandix dubju li sas-sena 2015 is-settur tas-servizzi finanzjarji jkun pilastru ewlieni fuq l-istess livell kif inhu llum il-qasam tat-turiżmu u l- qasam tal-manifattura għax il-potenzjal li jista' joffri lil pajjiżna s- settur tas-servizzi finanzjarji huwa wieħed li bla dubju ta' xejn ma nistgħux ninjoraw.", "Kultant nisma' lill-oppożizzjoni tikkritika li t-tkabbir ta' l-ekonomija tagħna ġej mill-online gaming li xi ftit jew wisq huwa wkoll relatat mas- settur tas-servizzi finanzjarji għalkemm huwa servizz differenti għax huwa logħob fuq l-internet.", "Pero` tajjeb napprezzaw li f'dawn l-aħħar ħames snin is-settur ta' l-online gaming qed jimpjega iktar minn 1,500 ruħ u min jaħdem f'dan is-settur kollha jgħidulek li huma jobs b'pagi tajbin li jkollhom bżonn ħiliet ta' IT, ta' accounts, ħiliet differenti speċjalizzati.", "Għalhekk jeħtieġ li f'pajjiżna nkomplu nħarrġu n-nies.", "Gvern Nazzjonalista dejjem emmen li s-sigriet tas-suċċess ta' pajjiżna huwa f'kemm jirnexxielna minn kmieni kemm jista' jkun inrawmu fiż-żgħażagħ u fit- tfal tagħna kapaċitajiet biex jistgħu jieħdu dawn l-opportunitajiet fl- ekonomija li qed temerġi fid-dinja tal-lum.", "L-ekonomija tagħna qed issir waħda iktar b'valur miżjud għoli, kemm fil- manifattura imma wkoll fis-servizzi li qed jikbru ħafna iktar.", "U s-settur tas-servizzi finanzjarji żgur qed jagħtina dawn l-opportunitajjiet.", "Allura nħeġġeġ lil min qed jismagħna biex iħajjar lit-tfal tiegħu jidħlu ħafna iktar f'dan is-settur.", "Il-gvern qed jinvesti u qed ikompli jinvesti biex ikabbar it-taħriġ f'dan is-settur għax nemmnu li tassew joffri potenzjal għal pajjiżna.", "Sur President, x'jagħmel minn pajjiżna settur ta' servizzi finanzjarji li huwa stmat?", "Barra milli jkollna qafas leġislattiv u fiskali kompetittiv, barra milli jkollna n-nies li huma kapaċi u l-gvern li flimkien magħhom huwa kapaċi jirrispondi u jippromwovi lil pajjiżna lil hemm minn xtutna, naħseb l-iktar ħaġa li toħroġ mis-settur tas-servizzi finanzjarji ta' pajjiżna huwa l-fatt li int iżżomm reputazzjoni għolja, jiġifieri li tkun meqjus bħala reliable, ta' etika għolja u li x-xogħol qed tamministrah b'mod tajjeb, b'mod korrett.", "U hawnhekk, nerġa' ngħid, ir-rwol ta' l-accountant u r-rwol ta' l-awditur f'pajjiżna huwa fundamentali.", "Din il-liġi qed tagħmel ftit tibdiliet.", "Naħseb l-iktar bidla importanti qed tirrikonoxxi r-realta` f'pajjiżna li l-audit u l-accounting firms llum m'humiex limitati esklussivament għal nies li jiġu mill-professjoni ta' l- accountants, anzi llum fl-audit firms il-kbar ssib li jkollok il-partners, imbagħad ikollok diretturi li kważi huma fuq livell ta' partners li huma avukati, li huma mill-professjoni ta' l-IT jew professjonijiet oħrajn komplimentari għas-servizz sħiħ.", "Illum ħafna mill-ivverifikar isir b'mod elettroniku, jiġifieri jekk ma jkollokx nies li huma mħarrġa fl- elettronika, li mhux neċessarjament huma accountants, ħafna mix-xogħol li tixtieq tagħmel ma tagħmlux.", "Ħafna mix-xogħol li jsir huwa relatat ukoll ma' l-ambitu legali.", "Illum hemm tant responsabbiltajiet legali li jagħmel ħafna sens li fil- kumpannija tal-verifika jkun hemm preżenza ta' avukati.", "Għaldaqstant l- emendi li qegħdin nagħmlu fil-liġi jipperċepixxu l-possibilita` li fl- arranġamenti ta' partnerships - li anke l-liġi qed tippermetti li jkunu anke huma kumpanniji ta' soċjeta`, limited liability companies - għal dawk il-kumpanniji li se jagħmlu l-verifika, jiġifieri li se jkollhom iċ- ċertifikat bħal practicing warrant, irid ikollhom 60% tal-membri ta' dik is- soċjeta`, ta' dak il-partnership f'dik il-kumpannija li jkunu warranted auditors, jiġifieri li jkollhom iċ-ċertifikat li jistgħu jipprattikaw il- verifika.", "Fil-każ ta' kumpannija ta' accountants tista' tiddikjara ruħha bħala kumpannija ta' accountants diment li 50% tal-membri jkunu accountants.", "Sur President, ħalli ngħid x'għamilna iktar matul dawn l-aħħar sentejn.", "Mhux biżżejjed ngħidu li aħna ngħożżu r-reputazzjoni tagħna, mhux biżżejjed li, kif qed nagħmlu fil-liġi li għandna hawnhekk, qegħdin insaħħu l-kodiċi ta' etika, ir-responsabilitajiet lejn dak il-kodiċi ta' etika, x'iridu jżommu u x'separazzjoni għandu jkun hemm, x'responsabilitajiet għandu jkun hemm.", "Ir-realta` hija li jekk irridu nibqgħu meqjusa ta' reputazzjoni – naħseb din hija l-ewwel professjoni f'pajjiżna li għandha din l-istruttura u fuq livelli internazzjonali jekk ma jidħlux dawn it-tip ta' strutturi allura lanqas jaċċettaw rapport iffirmat minn awditur Malti għax jgħidu: Dan l-awditur Malti nafu x'inhu? – kien hemm il-ħtieġa li taħt l- accountancy board, indipendentement mill-istess kumpanniji ta' awdituri li jagħmlu l-verifika f'pajjiżna, jitwaqqaf il-quality assurance team li r- rwol tiegħu huwa li jagħmel verifika fuq l-istess awdituri.", "Hawn mhux qed infisser li dan it-team jivverifika jekk ivverifikawx tajjeb set ta' accounts ta' kumpannija partikolari imma jekk dik il-kumpannija partikolari għandhiex proċeduri ċari, per eżempju, ta' segregazzjoni bejn klijenti li qed tagħtihom servizz bħala konsulenza u klijenti li qed tagħtihom servizz ta' verifika, għax illum m'huwiex aċċettabbli iktar li l- istess klijent tkun kemm konsulent tiegħu kif ukoll awditur tiegħu.", "Dan ġara minħabba kriżijiet internazzjonali li kien hawn.", "L-iktar każ riċenti msemmi fuq livell internazzjonali li kellu riperkussjonijiet kbar wassal biex tispiċċa l-ikbar kumpannija ta' awdituri u accountants fid-dinja, Arthur Anderson.", "Għalkemm f'każi riċenti kien ġie konkluż li weħlu ħafna mit-tort, imma ma kenitx daqstant ir-responsabilita` tagħhom daqskemm intefgħet fuqhom dak iż-żmien, imma fissret li dik il-kumpannija spiċċat.", "Li ġara kien li kien hemm kumpannija kbira ta' l-enerġija Enron li wara ġie skopert li kienet qed tilgħab ħafna, tagħmel spekulazzjoni fis-suq u tpinġija ta' kotba.", "Fuq livell tekniku ngħidulu window dressing, jiġifieri tibda tippreżenta l- kotba b'riżultati tajbin meta ma jkunux tajbin u l-awdituri ma kenux qed jaqbduh dan, kienu qed jidħku bihom ukoll.", "Dan il-każ biddel ir- responsabilitajiet ta' x'inhu mistenni mill-awdituri.", "L-istituzzjonijiet li għandhom kumpanniji listed magħhom, b'mod partikolari fl-Amerika, bdew joħorġu regolamenti ġodda dwar x'jistennew mill-awdituri, x'tip ta' separazzjoni għandu jkun hemm tant li kien hemm riperkussjonijiet.", "Kumpanniji kbar - u dak iż-żmien jien kont f'waħda minn dawn il-kumpanniji – bħal PricewaterhouseCoopers kellha tinqasam biex ikun hemm kumpannija apparti li hija l-kumpannija tal-konsulenza u kumpannija apparti li hija l- kumpannija li tagħmel l-ivverifikar għax ġie rikonoxxut li ma jistax ikollok indipendenza biżżejjed mill-management - ovvjament titħallas bilfors minn dik il-kumpannija għax jekk qed tagħmel xogħlok fl-interess tax-shareholder, ix-shareholder qed iħallsek - jekk qed tiekol minn idejn ix-shareholders għax il-ħlas tiegħek jitla' fil-general meeting biex jiġi approvat, imbagħad il-manager qed jagħtik ħafna iktar fees għax qed jgħidlek biex tagħmillu l-konsulenza fuq hekk u fuq hekk.", "Allura jekk tajtu l-parir kif tista' tgħidlu jekk dak il-parir huwiex tajjeb jew ħażin?", "Huwa loġiku li kien hemm ħtieġa ħafna ikbar tas- separazzjoni tar-responsabilita` biex ix-shareholder ikollu rasu mistrieħa li dak li qed tgħidlu qed tgħidulu fl-interess tiegħu u mhux jista' jkun li qed tipprova b'xi mod tbenġilha fl-interess tal-management.", "Ma tkunx qed tagħmilha neċessarjament b'intenzjoni ħażina imma jista' jkun li tant tkun involut fil-kumpannija li tibda tifhem il-problemi li għandha, tibda tifhem l-intenzjoni tajba li għandu l-management li jipprova jmexxiha 'l quddiem, imma taf li jekk tesponih daqshekk max-shareholders, dawn ma jifhmux biżżejjed, allura tibda tipprova tbenġilhielu b'xi mod.", "Imma huwa importanti li dan ma jseħħx u r-rwol tal-quality assurance team li waqqafna u issa qed jaħdem - u l-feedback tiegħi huwa pożittiv - huwa li jara li f'dawn il-kumpanniji ta' awditjar u ta' verifika hemm proċeduri ċari ta' separazzjoni, li x-xogħol ta' verifika qed isir skond l-obbligi legali, anke skond l-istandards mistennija u li huma stipulati bid-direttivi ta' l- Unjoni Ewropea u trasposti fil-liġijiet ta' pajjiżna.", "Barra li hemm l-istandards ta' x'tipprepara bħala accounts għandek ukoll standards ta' kif tiċċekkja dawk l-accounts.", "Jiġifieri meta ngħidu tivverifika l-kontijiet tal-kumpannija ma jfissirx li tħares lejhom u tagħmel diskussjoni.", "Hemm proċeduri, hemm standards li jridu jiġu segwiti, allura jekk għandek kredituri kif tikkonferma jekk dawk il-kredituri humiex vera jew le, għax jien nista' ngħidlek li għandi nirċievi ħafna flus, nurik li għandi lista ta' Lm1 miljun x'nieħu imma f'dik il-Lm1 miljun ikun hemm ħafna li naf li mhux se jħallsuni u allura l-prudenza titolbok li tagħmel provvediment kontrihom.", "Issa jista' jkun fl-interess tal-management li dak il-provvediment ma jagħmlux u allura hemm standards ta' x'suppost jagħmel awditur biex jivverifika jekk dawk id-debituri humiex ġenwini jew le, allura hemm testijiet li jridu jsiru.", "Ix-xogħol tal-quality assurance team hu li jara li qed jiġu recorded dawn l- affarijiet għax jista' jkun li jiġi mument li l-awditur irid jiftaħ il- kotba tiegħu wkoll, mhux biss il-kotba tal-kumpannija, u jgħid quddiem qorti: Dan għamilt jien, l-istandards jitolbu minni hekk u jien għamilt hekk, hekk u hekk.", "Nafu li jkun hemm ċirkostanzi fejn wieħed jikkuntenta mhux neċessarjament b'dak li hu mitlub u allura nħasset il-ħtieġa li nwaqqfu dan it-team kemm jista' jkun malajr.", "Naħseb li l-approach tat- team, barra li jiċċekkja x'qed isir u jeduka f'dan is-sens lill-istess professjonisti dwar ir-responsabilitajiet tagħhom, qed jgħin ukoll biex ir- reputazzjoni ta' l-accountancy u ta' l-awdituri f'pajjiżna tkompli titla' 'l fuq.", "F'pajjiżna ma kellniex sitwazzjonijiet fejn il-professjoni Maltija ġiet questioned, kif sfortunatament kien hemm f'pajjiżi oħrajn.", "Semmejt l- Enron, fl-Italja kien hemm il-Parmalat, storja oħra kbira, u issa faqqgħet oħra ta' frodi kbira f'bank Franċiż.", "Hemmhekk mill-ewwel jibdew iqumu d-domandi: Imma l-awdituri ma raw xejn?", "Qatt ma nzertaw xi ħaġa?.", "Mhux bilfors jirnexxilhom jaqbdu kollox għax ovvjament min jiffroda ħafna drabi ikun qed jagħmilha b'mod intelliġenti ħafna u bl-eżerċizzju li inti tagħmel mhux neċessarjament taqbad dak li jkun qed jiġri.", "F'dan l-istadju m'iniex se noqgħod nidħol fil-klawsoli nfushom pero` l-emendi li qed jiġu proposti lil din il-kamra, kemm għall- Att dwar il-kumpaniji kif ukoll għall-Att dwar il-professjoni ta' l- accountancy iwasslu biex iġibu fis-seħħ numru ta' direttivi li għaddew kemm mill-parlament Ewropew kif ukoll mill-Kunsill tal-Ministri proprju dwar il- verifiki statutorji tal-kontijiet annwali u l-accounts li jagħmlu l- kumpanniji flimkien biex proprju nallinjaw aktar ruħna kemm ma' l-iżviluppi internazzjonali li qed isiru kif ukoll ma' l-obbligi li għandna ma' l- Unjoni Ewropea.", "Minn dawn l-emendi joħroġ ċar li punt fundamentali li qed nisħqu fuqu huwa l-indipendenza ta' l-awditur.", "Fir-realtajiet li spjegajt dan żgur huwa fundamentali għax inkella l-istrutturi ta' pajjiżna isofru jekk dan ma jseħħx.", "Fil-liġi li qed nemendaw qed nagħtu wkoll ċerta protezzjoni lill- awditur għax jekk ma nipproteġuhx faċilment l-indipendenza tiegħu tixxekkel, fis-sens li l-awditur jista' jkun, u mhux l-ewwel darba, ma jaqbilx mal-management fuq ċerti deċiżjonijiet li jkunu ħadu fuq kif jippreżentaw ċerti affarijiet.", "Jekk l-awditur ma jiġix protett r-riskju hu li nissaportik din is-sena u mbagħad is-sena id-dieħla immur quddiem il- bord tax-shareholders u ngħidilhom li ġieni accoutant li jeħodli audit fee irħas, se tiffrankaw, tridu nbiddluh?", "U dawn jgħidulu biex ibiddlu ladarba se jiffrankaw.", "Ma jkunux jafu għaliex dan irid ibiddlu, u jbiddluh.", "Għalhekk qed jidħlu ċerti regoli li jassiguraw li l-awditur ma jistax jaqbad u jitkeċċa kif ġieb u laħaq, li l-awditur jista' biss jitneħħa mill- kariga tiegħu jekk ikun hemm raġunijiet idonei għat-tkeċċija tiegħu.", "U tajjeb ngħid li diverġenza ta' fehmiet bejnu u l-management ma tistax titqies bħala deċiżjoni idonea għaliex l-awditur jitneħħa.", "Hawnhekk importanti nenfasizzaw il-ħtieġa li jkun hemm protezzjoni għax-xogħol ta' l- awditur.", "Fil-fatt fil-kodiċi ta' etika hemm ukoll obbligu li jekk awditur jitkeċċa jew jitneħħa, jew għal xi raġuni jitbiddel l-awditur li qed jiġi propost li jiġi appuntat, qabel ma jaċċetta dak ix-xogħol irid imur għand l- awditur preċedenti u jistaqsih jekk hemmx raġuni għaliex hu m'għandux jaċċetta.", "Jiġifieri jara jekk dan tneħħiex għal raġuni li hija lil hemm minn dak li qed tikkontempla l-liġi.", "U dan jista' jgħidlu li hu qed jitneħħa għar-raġuni li mhux qed jogħġobhom il-fatt li hu qed jesponi ċerti affarijiet max-shareholders u allura dawn iridu jneħħuh.", "Hemmhekk qed jitpoġġa l-obbligu fuq l-awditur l-ieħor ukoll li ma jaċċettax dak ix- xogħol partikolari.", "U kif nafu wkoll kumpannija ma jistax ma jkollhiex awditur fl-aħħar mill-aħħar.", "Tajjeb ngħid ukoll li biex nassiguraw li hemm din l-indipendenza qed jidħol obbligu fil-liġi li għal dak li huwa invoicing, jiġifieri x'jiċċarġja l- awditur, jekk qed jiċċargja xi ħaġa iktar minn dak li huwa miftiehem max- shareholder, li hija l-audit fee tiegħu, allura hemmhekk l-invoice trid tgħid ċar x'inhuma dawk is-servizzi l-oħra li ngħataw u li qed jitlob ħlas għalihom.", "Dan qed isir biex ikun trasparenti ukoll għax-shareholder u jekk ix-shareholder ma jkunx kuntent li l-awditur qed jitlob ħlas għal affarijiet oħra jistaqsi lill-management għaliex qabbad lilu u mhux lil ħaddieħor.", "Ikun hemm dak l-element ta' trasparenza biex jiġu assigurati l- indipendenza kif ukoll l-integrita` ta' l-istess awditur.", "Kif għedt qed issir bidla importanti li waqt li fil-passat it-Tmien Skeda ta' l-Att dwar il-kumpanniji kienet tobbliga li malli jidħlu fis-seħħ international financial reporting standards, dawn jidħlu bħala parti mil-leġislazjoni ta' pajjiżna b'mod awtomatiku, issa qed ngħidu li dawn l-istandards jidħlu fil- liġiijiet ta' pajjiżna wara li jkunu għaddew mill-proċess ta' l-Unjoni Ewropea u applikati bħala direttiva.", "Kif għedt, l-emendi li qed isiru għall-Att dwar il-kumpanniji mhux kollha huma relatati mad-direttivi, imma huma bidliet konsegwenzjali jew bidliet ta' natura mhux daqstant sinifikanti għalkemm nidħlu wkoll fuq banek kummerċjali u istituzjonijiet finanżjarji dwar regoli li huma jridu jsegwu.", "Imbagħad qed nemendaw ukoll l-Att dwar il-professjoni ta' l-accountancy u qed nidħlu fir-rekwiżiti meħtieġa biex wieħed jingħata warrant.", "Fil- liġijiet tagħna diġa` hemm imma dawn qed jiġu rfinuti biex jiġu aktar applikabbli għad-direttiva dwar il-warrant għall-awditjar, jiġifieri għal practising certificate, kif ukoll għall-warrant biex wieħed ikun accountant.", "Hemm xi bidliet oħrajn, pero` ħafna minnhom huma biex jirriflettu d-direttiva.", "Meta niġu fl-istadju ta' kumitat nidħlu fil- klawsoli waħda waħda biex inkunu nistgħu niddiskutuhom aktar fid-dettall.", "Grazzi ħafna.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Charles Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: L-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna se jġib in vigore ċerti direttivi li, kif spjega s-segretarju parlamentari, ġew approvati mill-parlament Ewropew u mill-kunsill tal-Ministri dwar il- professjoni ta' l-accountancy u l-audit.", "Hija liġi li nista' ngħid mill- ewwel li hemm qbil fuqha min-naħa tagħna għax ċertament toħloq iktar uniformita` mhux biss fuq livell lokali imma anke internazzjonali, issaħħaħ l-etika professjonali u tkabbar il-kwalita` tal-professjonalita`.", "Bħalma stqarr is-segretarju parlamentari, ċertament dawn l-elementi li jgħinu lil din il-professjoni li hija internazzjonali huma importanti u fil-fatt hawn qbil miż-żewġ naħat tal-Kamra fuqhom.", "Meta s-segretarju parlamentari semma li s-settur finanzjarju qed jikber ħafna u rrifera kemm għall-qafas regolatorju li żviluppa speċjalment mill- 1995 lil hawn meta abbandunajna l-konċett ta' l-offshore u ridna nwaqqfu f'pajjiżna l-idea ta' ċentru finanzjarju u l-kontribut li tat il- professjoni ta' l-accountancy, għall-korrezzjoni ta' l-istorja naqas li jsemmi element importanti ħafna.", "Naqas li jsemmi li fuq dan is-settur tas- servizzi finanzjarji, li huwa importanti għal dan il-pajjiż, dejjem kien hemm qbil bejn iż-żewġ naħat.", "Dejjem ġiet segwita l-konswetudni li l- liġijiet li jaffettwaw dan is-settur kemm biex jespandi, kemm biex intejbuh, kemm biex insaħħu il-qafas regolatorju tiegħu, anke biex nintegraw ruħna mar-regolamenti internazzjonali, kemm jekk ikunu ta' l-OECD kif ukoll mar-regoli ta' l-Unjoni Ewropea, dejjem kienu diskussi bl-aktar mod amikevoli u bi qbil biex insaħħu l-istabbilita` f'dan is-settur.", "Sur President, ċertament l-element importanti ta' l-istabilita` li dan is- settur jitlob għandu jiġi kkonservat bl-aktar rigorożita` għax huwa settur li jiftaħ opportunitajiet ta' xogħol għall-oqsma varji professjonali kemm jekk ikunu ta' l-accountancy, ta' managers ta' l-assigurazzjoni u l-oqsma kollha relatati mas-settur finanzjarju.", "Huwa importanti li nħarsu lil pajjiżna bħala ċentru finanzjarju ta' ċerta serjeta` u jien nemmen li dan il-livell ilħaqnieh.", "Hawnhekk ma nistax ma nirrimarkax li l-akbar żball li jista' jsir huwa jekk operatur jagħti l-impressjoni li pajjiżna huwa tax haven jew offshore haven.", "Fl-opinjoni tiegħi dan ikun l-ikbar disservice li jista' jagħmel lil dan is-settur.", "Għandna statut ta' regolamenti u liġijiet li huma internazzjonalment rikonoxxuti, li jirrispekkjaw ir-regoli ta' l- OECD u r-regoli internazzjonali biex sa fejn hu possibbli nevitaw appuntu li jkun hemm abbuż mis-sistema.", "U qed ngħid sa fejn hu possibbli għax tagħmel kemm tagħmel dejjem jista' jkollok lil xi ħadd li jipprova jabbuża jew inkella jabbuża.", "Imma l-fatt li jkollok statut u qafas regolatorju li jħares biex l-abbuż ikun minimu jew ma jsirx, jew inkella wieħed ma jħarisx lejn pajjiiżna biex jikkommetti xi forma ta' abbuż f'dan is-settur hija xi ħaġa li rridu nikkonservaw.", "Jien konvint li l-entitajiet serji fil-qasam finanzjarju jfittxu li jibbenefikaw mill-element kompetittiv li pajjiżna jipprovdi li hu bbażat fuq il-kapaċita` tal-professjonisti li għandna, u fuq il-qafas regolatorju li jiżbriga l-proċess ta' kif isiru l-applikazzjonijiet tal- kumpanniji jew l-istituzzjonijiet li jkunu jridu joperaw minn hawn.", "Il- proċess jinħadem b'ċerta faċilita` u b'ċertu pragmatiżmu imma wkoll f'qafas legali.", "Naħseb li aktar ma' nirfinaw dawn l-elementi u nagħmluhom effettivi u effiċjenti iktar ikompli jikber dan is-settur.", "Kif qal is-Segretarju Parlamentari d-demand għall-professjoni ta' l- accountancy qed tikber.", "Dan huwa veru u huwa sinjal tajjeb, pero` dan id- demand li għandna għal dawn is-servizzi u għan-nies li jkunu warranted u li spiċċaw il-kors ta' l-accountancy m'għandu qatt iwassal biex akkademikament jonqos il-livell tal-kwalita` ta' din il-professjoni.", "M'iniex qed ngħid li qed isir hekk, ħalli ma ninftiehemx ħażin, imma qed ngħid li l-akbar żball li nistgħu nagħmlu hu li l-livell akkademiku f'dan is-settur nipprovaw innaqqsuh jew inkunu aktar lenient ħalli jilħqu iktar nies kull darba fil- korsijiet li jkun hemm, jew jitħajru aktar nies li jidħlu għalih.", "Naħseb li fi kwalunkwe professjoni dak it-tip ta' raġunar ikun żbaljat għax il- kwalita` tal-professjonalita`, it-taħriġ u l-preparazzjoni akkademika tibqa' dejjem importanti għax min ikun irid jopera f'dan is-settur u jfittex is-servizzi professjonali ċertament jitlob li jkollu l-aħjar kwalita` li sa issa ġiet assigurata.", "Filwaqt li, kif diġa` għedt, irridu nikkonsidraw l-emendi li qed jiġu proposti fil-livell ta' kumitat għax m'hemmx kwestjonijiet dwarhom u naqblu li għandhom jiġu introdotti, wieħed ma jistax ma jgħidx fil-qosor x'ikkontribwixxa biex dan is-settur tas-servizzi finanzjarji żviluppa tajjeb matul dawn l-aħħar għaxar snin u l-prospetti huma li jkompli jiżviluppa.", "Naħseb li wieħed jista' jitgħallem ukoll mill-iżvilupp li kien hemm f'dan is-settur biex japplikah u jaddottah f'setturi oħra ta' l- ekonomija u nindirizzaw ċerti setturi li forsi qed jiżviluppaw aktar bil- mod jew inkella fejn aħna qegħdin nitilfu l-competitive edge.", "Huwa fatt li l-hemm l-element kompetittiv fis-settur finanzjarju għax huwa settur li qed jespandi minkejja li hemm ċentri finanzjarji li ilhom stabbiliti fl-Ewropa u huma magħrufin mad-dinja aktar minna.", "Minkejja dan kollu xorta qed jirnexxilna li minn sena għall-oħra nagħmlu iktar penetrazzjoni f'dan is- settur u dan is-settur jikber.", "Mill-bidunett kien ġie stabbilit li ladarba dan is-settur huwa tajjeb għandna nixprunawh 'il quddiem u kienet ġiet addottata sistema tajba kif jiġu introdotti l-liġijiet li għandha tibqa' hekk, li tkun diskussa minn qabel, iż-żewġ naħat ikollna spjegazzjoni ta' l-emendi li jkunu iridu jsiru ħalli wieħed jifhem l-iskop ta' kull tibdil li jkun hemm fil-liġijiet proposti.", "Apparti dak l-element politiku, ħa ngħidu hekk, naħseb li waħda mill-aktar affarijiet importanti li ikkontribwixxew biex dan is-settur jiffjorixxi kien il-fatt li mill-bidu nett sab numru ta' nies imħarrġin u kapaċi f'dan is-settur, speċjalment fil-professjoni ta' l-accountancy.", "M'iniex qed ngħid dan għax hawn ħafna accountants u konsulenti tas- segretarju parlamentari imma għax huwa stat ta' fatt li hu rikonoxxut.", "Anke barranin li jiġu joperaw hawn Malta jgħidulek li jsibu servizz tajjeb u l-fatt li għandna kumpanniji internazzjonali stabbiliti hawnhekk f'dan is- settur huwa xhieda ta' dan ukoll.", "Imma l-fatt li għandek din il-critical mass ta' nies li huma professjonisti fl-opinjoni tiegħi ikkontribwixxa ħafna.", "Aħna għandna r-realta` li tirrispekkja ruħha fil-qafas ekonomiku tagħna li minn naħa waħda dan is-settur qed jiżviluppa u miexi 'l quddiem imma mbagħad setturi oħra li nistgħu niżviluppaw baqgħu lura.", "Waħda mill-aktar affarijiet li tagħmel ġid lill-ekonomija biex nilħqu livell ta' tkabbir ekonomiku ikbar hija li l-ekonomija tagħna tkun diversified u mhux ikollok qasam wieħed biss li qed jiżviluppa.", "M'iniex qed ngħid li dan hu ħażin, ħalli ma ninftihemx ħażin, imma aktar ma jkollok oqsma li jkunu qegħdin jiżviluppaw ċertament se jgħinu lill-pajjiż in ġenerali għax ikollu l- istrutturi kollha ta' l-ekonomija li qegħdin jiżviluppaw, ikollna opportunitajiet ta' xogħol għal skills differenti u jkollna iktar ħolqien ta' ġid.", "Sur President, peress li n-nies li joperaw f'dan is-settur huma mħarrġin jistgħu jagħtu valur miżjud ikbar u jistgħu jkunu iktar kompetittivi meta mqabblin mal-kompetituri tagħna.", "Naħseb dawn iż-żewġ elementi rnexxielna nżommuhom f'dan is-settur.", "Għandek nies li kapaċi jagħtu servizz tajjeb, reliable u serju u ngħid prosit li dan żammewh għax hekk tfisser l-essenza tal-kelma professjonalita`.", "Wieħed ma jsirx professjonist għax ikun iggradwa u ħa l-warrant imma jsir professjonist għax jipprattika l- professjoni tiegħu b'mod professjonali.", "Għallinqas jien hekk nifhem bi professjonalita`.", "Naħseb li f'dan is-settur rajna din il-professjonalita` u nħeġġeġ li din il-kwalita` nkomplu nżommuha.", "Imma bis-saħħa ta' din il- kapaċita` akkademika u t-taħriġ ongoing f'din il-professjoni jista' jkollna dak il-cutting edge u nkunu nistgħu nagħtu servizzi aħjar.", "Filwaqt li qed nagħmel enfasi fuq l-element tal-kwalita` u fuq it-taħriġ li fl-opinjoni tiegħi kkontribwixxa ħafna biex dan is-settur jikber, ma rridx innaqqas mill-fatt li l-qafas legali, anke dak li huwa regolatorju, ikkontribwixxa biex itejjeb ukoll l-effiċjenza u biex dan is-settur jiżviluppa b'mod regolat u b'mod tajjeb.", "Imma kienu l-operaturi li xprunaw it-tibdil neċessarju u kienu huma li bis-suġġerimenti tagħhom, bid-djalogu li kien hemm ongoing bejnhom u r-regolatur biex itejbu l-affarijiet.", "Dan seta' jsir u jista' jibqa' jsir primarjament minħabba n-nies li huma mħarrġa f'dan is-settur.", "Allura huwa importanti ħafna għal pajjiżna li meta nitkellmu fuq il-kompetittivita` ta' pajjiżna neħduha as a whole.", "Aktar qabel ġbidt l-attenzjoni li minkejja li l-kompetittivita` tagħna fis- settur tas-servizzi finanzjarji telgħet ħafna 'l fuq f'setturi oħra niżlet 'l isfel ħafna u x'ħin taraha ħolistikament tinduna li anke bil-miżura tal- kriterji ta' Lisbona jew tal-World Economic Forum marret lura meta mqabbla ma' pajjiżi li daħlu magħna fl-Unjoni Ewropea u li nistgħu nqabblu l- ekonomija tagħna ma' tagħhom.", "U wieħed mill-fatturi l-iktar importanti għaliex il-kompetittivita` tagħna niżlet 'l isfel filwaqt li tagħhom telgħet 'il fuq kien il-fattur tat-tagħlim u ta' l-edukazzjoni.", "Għalhekk jibqa' inkwetanti u jibqa' ta' prijorita` assoluta l-fatt li, filwaqt li għandna setturi akkademiċi jew oqsma tax-xjenza jew tat-tagħlim fejn għandna nies li jibbrillaw u jagħtu riżultati mill-aqwa meta tikkomparahom fuq livell anke internazzjonali, għandna 42% ta' l-ischool leavers tagħna li huma unskilled.", "Din hija xi ħaġa li rridu niffokaw fuqha.", "L-ewwelnett irridu nammettu li dik hija r-realta` li trid tiġi indirizzata u rridu nħarsu lejn il-pajjiżi li mxew iktar minna, li l-kompetittivita` tagħhom issaħħet, li fl-oqsma kollha ta' l-ekonomija tagħhom il-valur miżjud qed jikber.", "F'dawn il- pajjiżi naraw li hemm rabta sħiħa bejn dawn it-tip ta' żviluppi fil-qasam ekonomiku u l-iżvilupp edukattiv tagħhom.", "Il-fatt li jkollok studenti li joħorġu mis-sistema edukattiva ta' 16-il sena mingħajr skills bażiċi, li huma unemployable ifisser li se jkollok problema biex ittejjeb l-oqsma ta' l-ekonomija eżistenti għax l-opportunitajiet tax-xogħol li jinħolqu ma ssibx ħaddiema li huma skilled biżżejjed għalihom.", "Dan qed jiġri llum, qegħdin naraw li industriji lokali li huma żgħar - aħna għandna ħafna industriji żgħar – u anke dawk internazzjonali li qegħdin f'pajjiżna jkollhom bżonn nies li huma tekniċi, mhux neċessarjament inġiniera, mhux qed ngħid ta' livell terzjarju, imma anke f'livell iktar 'l isfel għax għandek l-istrutturi kollha, u ma jsibuhomx.", "Din hija r-realta`, li m'għandniex nies tekniċi, u rridu naraw kif qegħdin nindirizzawha.", "L-MCAST kien pass fid-direzzjoni t-tajba, imma x'se jsir minn dawn it-42% li jispiċċaw l-iskola sekondarja b'livell akkademiku miżeru?", "Jien qed ngħid dan mhux biex nikkritikahom imma għax ninkwieta u nħossni anke politikament responsabbli.", "Dan il-ġuvni ta' 16-il sena jew tfajla ta' 16-il sena kif jistgħu jħarsu lejn il-futur tagħhom meta m'għandhom skills ta' xejn?", "Qisek qed tibgħathom jaqbdu l-ħut mingħajr ma tagħtihom il-qasba, ix-xlief u l-għalf biex jaqbdu l-ħut.", "Kif jista' jkun!", "Dawn se jgħoddsu għall-ħut?", "Ma jistax ikun għax huwa umanament impossibbli.", "Dawn huma r-realtajiet li fl-opinjoni tagħna qed jikkontribwixxu biex naqgħu lura fil-kompetittivita` u jridu jiġu indirizzati.", "Għalhekk, minkejja li għandna dan is-settur tas-servizzi finanzjarji li wieħed irid jipprovdilu l-opportunitajiet kollha biex jimraħ u jkompli jiżviluppa, xorta se jibqgħalna dawn ir-realtajiet ma' saqajna li jkollok nies li llum qed jiffaċċjaw din il-problema.", "Nerġa' ntenni li l-MCAST kien pass 'il quddiem pero` anke fl-MCAST l-iskop qed jiġi imminat sa ċertu punt.", "Il-bieraħ kont qed nitkellem ma' familja li għandha lil bintha jew binha qiegħed l-MCAST u qiegħed f'settur partikolari li m'hemmx għalfejn insemmih.", "X'ġara?", "Il-gvern iddeċieda li f'Settembru, ftit qabel ma nfetħet s-sena akkademika, jirdoppja n-numru ta' nies li jidħlu fl-MCAST.", "Din hija ħaġa tajba, imma l-ħażin kien li d-deċiżjoni ġiet late in the day u sal-lum dawn il-klassijiet għad m'għandhomx għalliema jew biex ikollhom il-lezzjonijiet qegħdin kompressati fi klassi b'numru kbir ta' studenti.", "L-iskop kien tajjeb, ħalli ma ninftihemx ħażin, se nerġa' nirrepeti li għandna nsaħħu l-aċċessibilita`, imma trid tipprepara biex dik l- aċċessibilita` tissaraf f'xi ħaġa tajba.", "Din bħall-kwestjoni ta' l-isptar.", "Huwa sabiħ li jkollok sptar bħall-Mater Dei, għax ħadd ma jista' jgħid li mhux sabiħ - insa għall-mument l-kwestjonijiet kollha tan-nefqa kapitali tiegħu u t-taħwid u l-implikazzjonijiet li kien hemm u li għaddejja investigazzjoni mqanqla minn Dr. Portelli - imma l-fatt li llum fl- istruttura ta' l-isptar għandek staff nieqes qed ifisser li min imur hemmhekk mhux qed jieħu dak is-servizz li l-pajjiż għandu jimmira għalih.", "Hawnhekk qed naraw l-istess ħaġa u allura meta nitkellmu fuq it-tagħlim ma rridux inħarsu biss lejn in-nefqa li qed nagħmlu għar-riparazzjoni fl- iskejjel - ċertament huwa neċessarja l-maintenance u li nattrezzaw il- laboratorji - imma l-kwalita` riżultanti mill-edukazzjoni huwa l-iktar element li jeħtieġ li niffokaw fuqu.", "Allura d-deċiżjonijiet li jittieħdu fuq livell post-sekondarju jridu jkunu maħsuba minn qabel ħalli nippreparaw għalihom.", "Għalhekk semmejt dan il-każ ta' l-MCAST, ħalli l-istudenti li joħorġu minn hemmhekk joħorġu mħarrġin tajjeb u jħossu li ż-żmien li qed iqattgħu hemmhekk ikun żmien well worth it, u mhux iħossu li qed jaħlu l-ħin hemmhekk u allura jkollok uħud minnhom li minħabba constraints fil-familja, minħabba d-dħul li jkollhom fil- familja – dawn huma realtajiet li qed niltaqgħu magħhom, jekk ma tiltaqax mal-familji ma tindunax b'dawn l-affarijiet - jgħidulek li qed jaħlu l-ħin u jaqbdu u jitilqu f'nofs il-kors.", "Din hija xi ħaġa li ma rriduhiex.", "Għaldaqstant irid ikun hemm ippjanar serju.", "Jista' jkollok ix-xewqa li ddaħħal 5,000 student għal ċertu kors, imma jekk m'għandekx il-kapaċita` biex takkomodahom u tgħallimhom inutli tipprova għax ikollok riżultat fjakk overall.", "It-tieni nett, irridu naraw x'se nagħmlu b'dawk it-42 student minn kull mija li kull sena joħorġu mill-iskola u ma jistgħu jidħlu fl-ebda settur għax m'għandhomx il-basic requirements, lanqas tliet \"O\" levels li huma l- minimu assolut.", "F'ħafna setturi ta' l-industrija, speċjalment l-industrija ta' natura internazzjonali li tkun għamlet upgrading tal-kwalita` tax- xogħol tagħha ma tkunx tista' tħaddimhom minħabba l-fatt li dawn ikunu kważi fit-tarf ta' l-illitteriżmu, ma jkunux jafu jiktbu, m'għandhom basics ta' xejn u m'għandhom l-ebda sengħa.", "Allura lanqas jistgħu jidħlu f'ċerti setturi ta' xogħol ta' natura manwali.", "Każ tipiku li ltqajt miegħu - għalhekk you become aware of it – huwa ta' industrija lokali li talbet żewġ żgħażagħ li għandhom basic skills ta' mastrudaxxa li kienet waħda mill- iktar snajja' popolari sa ftit tas-snin ilu.", "Lanqas dawn il-ħiliet ma jirnexxielek issib li għandhom.", "Dawn huma r-realtajiet li rridu nindirizzaw b'mod tempestiv.", "Irridu nagħmlu pjan short-term li jindirizza lil dan il-grupp ta' żgħażagħ biex noffrulhom alternattiva f'ħajjithom, biex noffrulhom futur f'ħajjithom.", "Għandna obbligu li noffruhulhom kemm lilhom kif ukoll lill- ġenituri tagħhom li jinkwetaw dwarhom.", "Imma iktar u iktar irridu naħdmu biex ma jibqax ikollna dan in-numru konsiderevoli ta' żgħażagħ, qed nitkellem dwar dawn it-42%, li jispiċċaw l-iskola mingħajr il-basic skills.", "Din hija problema soċjali li trid tiġi indirizzata.", "Jekk ma nindirizzawhiex il-high value added li jirrikjedi pajjiżna ħalli nilħqu economic growth li huwa ħafna iktar għoli minn dak li lħaqna s'issa, ma nistgħux intejbu l-istandard of living ras'imb ras, il-GDP per capita, li f'pajjiżna meta kkomparat mal-kumplament tal-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea bejn is-sena 2002 u s-sena 2007 niżel bi kważi 4%, xi ħaġa li tinkwetak.", "Dawn huma r-realtajiet li rridu niffokaw fuqhom.", "Inutli noqogħdu ngħidu li din ir-realta` fis-settur edukattiv ma teżistix, inutli noqogħdu ninħbew minn dan il-fatt, inutli noqogħdu ngħidu li qed niftħu skola hemm u qed inkabbru skola hawn.", "Dawn huma affarijiet tajbin u jridu jsiru imma rridu naraw fejn qegħdin il-problemi.", "Naħseb li jekk nanalizzaw ftit insibu li numru kbir ta' żgħażagħ li sfortunatament jispiċċaw mingħajr skills ikollhom problema komuni, li fit-transition tagħhom mill-iskola primarja għall-iskola sekondarja, fejn jibdew isiru ċerti għażliet ta' natura akkademika jew vokazzjonali, ikollhom element importanti li jkun nieqes.", "Meta tipprova tindaga x'ġara ssib li meta jkunu għaddew mit-transition ta' l-iskola primarja għall-iskola sekondarja ma kellhomx grasp personali tal-basic skills bħalma huwa l-qari speċjalment fil-lingwa Ingliża u fil-lingwa Maltija u t-taħriġ bażiku fil-matematika.", "Allura filwaqt li ma nnaqqsu xejn mill-importanza tal-livell terzjarju, tal- post-sekondarju u tas-sekondarju għandna nħarsu lejn is-settur primarju u naraw kif nirrinforzaw it-tagħlim li jkun hemm bżonn f'din l-eta` tenera.", "Irridu nassiguraw li l-istudenti fil-lviell primarju jkollhom pussess tal- ħiliet bażiċi qabel it-tranżizzjoni tagħhom għal-livell sekondarju.", "Meta qegħdin nitkellmu fuq dawn l-affarijiet l-agħar ħaġa li nistgħu nagħmlu hija li ma nħarsux lejn x'għamlu pajjiżi barranin biex indirizzaw din il- problema u llum jinsabu avvanzati ħafna.", "Insemmi pajjiżi nordiċi li fl- aħħar tas-snin 80 u l-bidu tas-snin 90 tgħallmu kemm għandek tikkonċentra fuq l-importanza tal-livell primarju għax ir-riżultati tajbin f'dak il- livell - fejn it-tfal tkun tista' timmaniġġjahom iktar għax iktar ma jikbru iktar jiżviluppaw problemi taż-żogħżija - jaffettwaw is-suċċess jew le akkademiku tagħhom.", "Hemmhekk raw li l-importanza li ġiet attribwita għall-kwalita` fil-livell primarju fissret li fuq il-livell sekondarju, u iktar il-post-sekondarju u terzjarju, irnexxielhom jistradaw liż-żgħażagħ f'dawk l-oqsma, f'dawk id- dixxiplini li l-pajjiż ikollu bżonn.", "Hawnhekk tajjeb ngħid li s-segretarju parlamentari - to give him credit - għamel riferenza li fi stadju jew ieħor qegħdin imorru fl-iskejjel biex iħeġġu żgħażagħ li jagħżlu li jidħlu fis- settur tas-servizzi finanzjarju.", "Dik hija ħaġa tajba għax meta nispjegawlhom u jkunu jafu l-opportunitajiet li hemm f'dan il-qasam kemm il- ġenituri jibdew iħeġġu lil uliedhom kif ukoll l-istess student tal-livell sekondarju li jibda jgħid: Mela hemmhekk hemm il-futur tiegħi, hemmhekk hemm iċ-ċans li naqla' aktar flus, hemmhekk hemm iċ-ċans li ntejjeb il- kwalita' tal-ħajja tiegħi, kemm issa li għadni ngħix waħdi, kif ukoll għada pitgħada jekk inkun irrid nibni familja.", "Dawn huma elementi tajbin jekk huwa dan li verament qed isir.", "Imma r- riżultat tajjeb ta' din il-gwida vokazzjonali fuq livell sekondarju tista' tfisser xi ħaġa u tagħti riżultati aktar qawwija jekk l-element li jipprogredixxi għal-livell sekondarju mill-primarju jkun diġa' mogħni b'dawn il-kapaċitajiet bażiċi.", "Imbagħad fil-livell sekondarju tkun tista' tiftaħlu iktar orizzonti fejn ikun jista' jimraħ.", "Imma meta għandek l- kapaċita' tal-qari, tan-numri, tax-xjenza bażika li hija tant interessanti u neċessarja fiż-żmenijiet tal-lum, jekk għandek il-kapaċita ta' l- informatika li hija realta' f'dinja globalizzata u xi ħaġa li se tiżviluppa, jiġifieri għandek il-basic command ta' dawn l-elementi bażiċi fuq livell sekondarju, tkun tista' tagħmel l-aħjar għażliet akkademiċi, xjentifiċi jew tas-snajja', li llum ukoll jeħtieġu t-tagħlim akkademiku.", "Fejn forsi 20 jew 30 sena ilu wieħed kien jista' jiżviluppa u jitgħallem sengħa mingħand missieru jew xi ħadd ieħor li rawmu, illum-il ġurnata biex it-teknika niżviluppawha b'mod aktar sofistikat huwa neċessarju li jkollok il-kapaċita' akkademika wkoll.", "Meta wieħed jara l-affarijiet minn dan l- angolu jsib li huwa mportanti li tattribwixxi fit-livell primarju.", "U kien għal dan l-iskop li ġiet proposta l-idea ta' reception classes minn din in- naħa tal-Kamra avolja n-naħa tal-gvern ippruvaw jirredikolawna.", "Fil-fatt dan il-metodu ġie adottat f'pajjiżi bħal Finland u Denmark, fejn il-livell ta' nies li joħorġu mis-sistema edukattiva mingħajr taħriġ m'huwiex ta' 42% imma ta' 5%.", "Għalfejn noqogħdu niddemonizzaw proposta u ngħidu li se tiġi tiswilna madwar €4 miljun biex issir!", "So what!", "Fl-edukazzjoni dak huwa investiment u mhux ħela.", "Dan m'huwiex każ fejn għandek tender li kienet tiswa €1 miljun u issa ġiet tiswa €3 jew €4 miljun mingħajr spjegazzjoni ta' xejn.", "Veru li dan huwa investiment li tagħmlu llum u l-benefiċċju tiegħu tieħdu għaxar snin oħra, imma jrid isir.", "U minflok qed naraw dan mill-angolu pożittiv, qed nippruvaw inġennu lill-ġenituri li dan m'għandux isir u li se jġib dalma fuq uliedhom.", "Ejja niffokaw fuq kif irridu ntejbu u niżviluppaw il- proposti fl-aħjar interess ta' l-istudent billi nistaqsu: Lill-istudent dan se jagħmillu ġid jew deni?", "Dan se jagħtih il-prospett li meta jispiċċa mil- livell primarju se jkollu iktar kapaċita'?", "Jekk dak huwa r-riżultat, naħseb li vale la pena li dawn it-tibdiliet jiġu introdotti.", "Imbagħad għandek ukoll numru ta' żgħażagħ li joħorġu mis-sistema mingħajr taħriġ u mingħajr skills u wieħed irid jikkumpatihom.", "Kultant għandna t-tendenza li lil dawn nikkundannawhom u ngħidu li huma sfrattati.", "Għax dik l-impressjoni li sfortunatament jagħtuk, li huma sfrattati u li ma jridu jagħmlu xejn.", "U ħafna drabi dawn l-iżbalji jsiru għax sfortunament il-ġenituri jkunu qatgħu qalbhom mit-tfal tagħhom.", "Dik hija attitudni negattiva.", "Jekk dawn iż-żagħżagħ ma jridux jafu bi studju, ma jfissirx li m'hemmx tama għalihom.", "Għaldaqstant irridu naraw x'inhuma r- realtajiet soċjali li jwasslu biex dawn l-istudenti ma jkunux jistgħu jsibu skop waqt li jkunu qegħdin imorru l-iskola biex suppost jitgħallmu.", "Dan l- aspett soċjali jeħtieġ li jiġi kkunsidrat.", "Għalhekk huwa importanti li n- numru ta' psikjatri u social workers li jaħdmu fl-iskejjel tagħna jiżdied ħalli nkunu nistgħu nanalizzaw il-problema fuq livell individwali.", "Din hija xi ħaġa li wieħed irid jikkonsidraha biex jikkonsolida dan l-effort li jkun qed isir fuq livell primarju.", "B'hekk nilħqu l-għan li n-numru ta' studenti li joħorġu mis-sistema edukattiva mingħajr taħriġ u mingħajr kapaċitajiet, innaqqsuh drastikament u apparti li dan inkunu qed nagħmluh għall-ġid individwali ta' dawn l- istudenti, nagħmluh ukoll għall-ġid tal-pajjiż kollu.", "Ladarba qegħdin naqblu li biex inkabbru l-ekonomija rridu niffukaw fuq il-valur miżjud fil- prodotti u fil-kwalita' tas-servizzi tagħna, irridu nifhmu immedjatament li t-taħriġ hu neċessarju kemm fil-qasam turistiku kif ukoll f'kull qasam ieħor.", "Fil-pajjiż hawn qbil unanimu li dan huwa servizz li rridu niżviluppawh u biex niżviluppawh mhux biss irridu ntejbu l-prodott imma jrid ikollna nies imħarrġa f'dik li jgħidulha l-professjoni ta' l- ospitalita'.", "Hawnhekk ukoll bħala parti mill-vocational guidance m'hemm xejn ħażin li fl-iskejjel infehmu lill-istudenti tagħna li fil-qasam turistiku wieħed jista' jagħmel karriera.", "Naturalment din il-karriera tista' tkun fis-settur tat-tisjir, tal-bar, tar- receptionists, ta' manager, hi x'inhi.", "Din toffri opportunita' ta' xogħol u toffri wkoll karriera fejn tagħmilha aktar man-nies.", "Din għandha ċerti partikolaritajiet għax filwaqt li tkun qed ittejjeb il-prodott lokali, tkun qed tagħmel lil pajjiżek iktar interessanti u tħajjar aktar turisti jiġu hawnhekk biex igawdu l-klima u l-kwalita' ta' ħajja li hija iktar paċifika u iktar friendly.", "Dawn huma kollha elementi li jikkontribwixxu l-istorja tagħna jekk nikkonservawha sew.", "Għandu jkollna numru ta' nies li mhux biss iħajru lit-turisti jiġu f'pajjiżna, li wkoll huwa element importantissimu, imma li jkunu mħarrġa biżżejjed biex ikunu kapaċi jagħtu servizz fir- restoranti, fil-lukandi, fil-ħwienet u fi kwalunkwe post ieħor.", "Allura hawnhekk nerġgħu naqgħu fir-rabta sħiħa li hemm bejn it-taħriġ u t-tagħlim ma' l-iżvilupp ekonomiku.", "L-istess japplika għas-settur tal-manifattura fejn l-ewwel u qabel kollox qegħdin nindirizzaw il-problema li tipprevali fil-pajjiż, li hija problema fis-settur tal-manifattura.", "Aħna għandna l-inqas livell ta' networking bejn l-oqsma varji tas-servizzi u l-manifattura u fil-fatt, fit-tabella ta' Lisbona Malta tinsab fit-22 jew it-23 post, jiġifieri fil-livell l-aktar baxx.", "Għaldaqstant nemmen li s-settur ta' networking għandu jiġi żviluppat bejn kumpanniji li huma diġa' stabbiliti fil-pajjiż.", "Jiddispjaċini ngħid li sal-lum dan il-gvern injorah dan is-settur.", "Meta tiltaqa' ma' kumpanniji żgħar, li primarjament ikunu ta' Maltin li jkunu qegħdin jagħtu servizz lill-kumpanniji ikbar u internazzjonali li joperaw f'pajjiżna, jgħidulek li jkollhom ħafna problemi burokratiċi min-naħa tal-Malta Enterprise jew minn dipartimenti tal-gvern għal xi raġuni jew oħra.", "Irridu nikkonsidraw l- effort li jkun għamel l-imprenditur biex jimxi 'l quddiem, speċjalment meta jiltaqa' ma żmien negattiv.", "Għalhekk dan il-qasam ta' networking jeħtieġ li nagħtuh imbottatura.", "Għalkemm il-kontribut tal-manifattura lejn il-GDP qiegħed jonqos u hemm fatturi internazzjonali fejn min-naħa waħda għandek is-settur finanzjarju li qiegħed jikkontribwixxi aktar, imma mbagħad għandek l-effett tal- globalizzazzjoni li ċertu settur tal-manifattura ċċaqlaq barra mill-pajjiż f'areas iktar kompetittivi, pero' xorta hemm oqsma oħrajn li bqajna nżommu l-element ta' kompetittivita' fihom.", "Din pero' tissaħħaħ jekk il-valur miżjud u l-prodott tagħna jkun ta' kwalita' mill-aqwa u allura jkollu valur aktar għoli fis-suq.", "B'dan il-mod nistgħu nibqgħu kompetittivi anke fuq livell ta' mano d'opera, fuq kwalita' u fuq kif il-unit cost of production ikun iktar irħis, avolja fuq dan ta' l-aħħar hemm ukoll l-element ta' burokrazija u tal-government induced costs li wieħed isemmi aktar 'il quddiem.", "Ma nistax ma nsemmix ukoll oqsma ġodda li biex jiġu żviluppati aktar jeħtieġ li jkollok it-taħriġ u is-snajja' neċessarji.", "Fil-proposti tiegħu l- partit Laburista enfasizza ħafna dwar dan u fil-pjan li għamel għall-Port il-Kbir u ż-żoni ta' madwar, issemmiet ħafna l-marine industry and services.", "F'Malta għandna wieħed mill-ikbar reġistri tal-vapuri merkantili.", "Dan huwa qasam tajjeb ħafna li kien beda jiżviluppa fl-1973, meta kellna l-ewwel Merchant Shipping Act, li kien ġie ntrodott minn gvern Laburista ta' dak iż-żmien u man' mano baqa' jiżviluppa.", "Hawnhekk għandna s-settur professjonali u legali ta' l-accountancy li kkontribwixxa biex ikollna din it-tip ta' reġistrazzjoni.", "Realta' oħra hi li bit-tkabbir ta' l-ekonomiji emerġenti taċ-Ċina, ta' l-Indja, tal-Vietnam u tal-Lvant - biex ma nsemmux ukoll it-tradizzjoni Amerikana imma nsemmu dawn l-ekonomiji emerġenti – peress li Malta hija strateġikament pożizzjonata fiċ-ċentru tal- Mediterran, is-suq merkantili fil-Mediterran kibret u se jkomli jikber.", "Jekk wieħed jieħu l-konsiderazzjonijiet kollha, fi żmien ħames snin jew sebgħa snin dan is-suq merkantili se jirdoppja.", "Mela ċertament hemm potenzjal fejn nistgħu nidħlu b'servizzi ġodda marittimi li jista' jkun il- qasam tas-salvage, jista' jkun il-qasam ta' l-ambjent, jista' jkun is- servizz speċjalizzat li jnaddaf l-ibħra u affarijiet bħal dawn.", "Imma Malta hija ċentralment idonea biex dan is-servizz ikun jista' jiġi prestat barra minn xtutna.", "Kif diġa' semmejt, minħabba regolamenti varji, anke ta' l- Unjoni Ewropea, li qed ikunu aktar ristretti fuq il-vapuri, is-ship owners qed iħallu mhux sempliċiment il-kirja tal-vapuri u x-xogħol relatat magħhom, imma anke l-management tagħhom f'kumpanniji speċjalizzati biex jottemporaw irwieħhom mar-regoli diversi ta' meta jiċċaqalqu minn port għal ieħor - li huwa element importanti – u mar-restrizzjonjiet ambjentali li kulma jmur aktar qegħdin jikbru.", "Dawn ir-regolamenti naturalment isiru biex ikollna l-ibħra tagħna iktar nodfa u biex nikkonservaw l-ambjent li s'issa għadu ma tgħarraqx kompletament.", "Għallinqas b'dan il-mod nippruvaw nirriprestinaw dak l- ambjent li tgħarraq.", "Hemm ukoll ix-xogħol ta' servizzi offshore li jistgħu jkunu fuq oil rigs u fuq bċejjeċ oħra tal-baħar qrib tagħna fil-Mediterran.", "Ċertament dan l-iżvilupp fil-kummerċ kif ukoll l-iżvilupp politiku lejn in- naħa tal-Libya u t-Tuneżija wkoll jistgħu jwasslu għal aktar kummerċ.", "Wieħed jista' jaspira wkoll li l-konflitti reġjonali tal-Palestina u l- Iżrael xi darba jinstab soluzzjoni għalihom għax b'riżultat tal-paċi u stabilita' hemmhekk ikollna wkoll tkabbir ekonomiku.", "Dan kollu jista' jwassal għal opportunitajiet ġodda li pajjiżna jista' jesplojtja kemm bħala pajjiż fl-Unjoni Ewropea kif ukoll bħala pajjiż li qiegħed f'żona fejn għandek potenzjal ta' kummerċ marittimu kbir.", "Dawn l-opportunitajiet għandna nippjanaw għalihom u għandna ninkoraġġixxu lil min ikun irid jistabilixxi kemm internazzjonalment kif ukoll b'mod lokali dan it-tip ta' servizz minn Malta għal barra minn xtutna.", "Ma nistgħux nibqgħu nħarsu internament biss.", "Is-servizzi jridu jmorru beyond our shores.", "Il-prodotti u l-esportazzjoni ta' prodotti u servizzi tagħna, li jinkludu din it-tip ta' direzzjoni ġdida, irridu nimbuttawha 'l quddiem.", "Huwa mportanti li nagħmlu regolamenti ġodda, liġijiet ġodda u nintroduċu strutturi ġodda imma jkun inutli jekk dawn nagħmluhom mingħajr ma jkollna nies imħarrġa biex wieħed jipprova jimbotta dawn l-opportunijiet ġodda.", "Ħalli nagħti eżempju.", "Riċentement kont qiegħed il-Waterfront in-naħa tal-Kottonera u ltqajt ma' persuna li qiegħed jopera l-yacht marina.", "Dan kien każ interessanti li tajjeb li wieħed jiftaħ għajnejh u jipprova jifhem.", "Bħalissa l-yachting industry hija waħda mill-iktar industriji li qed tiżviluppa għax bħalma diġa' għedt, it-tkabbir, il-ġid u l-ekonomiji l-ġodda qegħdin jiżviluppaw u allura qed tikber id-domanda għal dawn it-tip ta' pleasure boats, kemm għall-manutenzjoni tagħhom, kemm f'dak li hu storage għax-xitwa kif ukoll affarijiet oħra relatati ma' din it-tip ta' industrija li l-prospetti marbutin magħha huma sbieħ.", "Fost affarijiet li semmieli dan l-indvidwu, xtaq li jsib lil xi ħadd li jkun speċjalizzat fuq l-ispraying ta' ċerti yachts, speċjalment ta' mega yachts.", "Jien skantajt għax deherli li biex issib sprayer m'hijiex xi ħaġa daqshekk diffiċli, imma mbagħad dan l- individwu spjegali li dan it-tip ta' spraying irid teknika partikolari u jeħtieġ ċertu skill.", "Sur President, semmejt dan il-każ tipiku biex nuri l-ħtieġa li jekk verament irridu nħeġġu l-iżvilupp tal-marinas - apparti r-reġistrazzjoni tal-yachts u apparti l-provisions li jiġu provduti lilhom, bħal fuel u ikel, apparti mil-fatt li fuqhom se jiġu nies jidħlu fl-attivita' ekonomika u kummerċjali ta' pajjiżna – irridu nkunu lesti li nagħtu ċerti servizzi.", "Ma nistgħux nagħmlu lil pajjiżna ċentru ta' yachts u nħeġġu lil dawn in- nies biex jiġu f'pajjiżna jekk imbagħad ma nkunux lesti li nagħtu dawn it- tip ta' servizzi.", "U biex tagħti dan is-servizz irid ikollok nies li jkun mħarrġa sew f'dan is-settur.", "Għalhekk huwa tajjeb li naraw kif se nħarrġu lin-nies biex jidħlu għal din it-tip ta' sengħa.", "Nerġa' ntenni li hawnhekk għandek l-element tad-diversita' fl-ekonomija tiegħek.", "Għax veru kull settur li miexi 'l quddiem inħalluh jimxi 'l quddiem.", "Fil-qasam tal- manifattura din kemm-il darba għednieha.", "Għandna kumpannija ewlenija illi hija responsabbli għal 53% jew 55% tat- total manufacturing exports li filwaqt li rridu nħeġġuha tkabbar l-exports tagħha, fl-istess waqt ma nistgħux ma nissottolineawx il-fatt li aħna dipendibbli wisq fuq entita' waħda għall-exports tagħna.", "Meta nkunu qed ngħidu hekk, ma nkunux qegħdin ngħidu li din m'għandhiex tesporta, anzi għandha żżid l-esportazzjoni tagħha, imma s-setturi l-oħra li jikkomponu s- settur tal-manifattura għandhom ikabbru l-esportrazzjoni tagħhom ukoll ħalli meta jkollok nuqqas f'dik l-entita', ma jkollokx dak l-impatt fuq is- settur kollu ekonomiku.", "Id-diversita' ta' oqsma ġodda ekonomiċi huma marbutin mat-tip ta' taħriġ li wieħed ikollu bżonn.", "Huwa mportanti li niffukaw fuq dan l-element, nieħduh bis-serjeta' u naqilgħuh mill-argumenti politiċi.", "Ħalli wieħed jagħti s-suġġerimenti tiegħu dwar x'jista' jsir imma mbagħad fejn tidħol il-kwalita', meta jiġu r-riżultati rridu nitkellmu u mhux nagħtu l-preġudizzji politiċi tagħna.", "Allura hemm rabta sħiħa li toħroġ mis-settur finanzjarju li saret riferenza għalih, illi l-kwalita' ta' taħriġ u n-nies imħarġin jikkontribwixxu l- iktar biex ikollok l-iżvilupp mixtieq f'dak is-settur u għalhekk l- attenzjoni għall-kwalita' ta' l-edukazzjoni jibqa' predominanti.", "Għandek ukoll element importanti li jikkontribwixxi għal dik li hija kompetittivita' u fl-aħħar mill-aħħar x'ħin taqta' r-retorika kollha politika, issib li l-aktar element importanti huwa l-istandard of living ta' kull wieħed u waħda minna fil-pajjiż.", "Bit-tajjeb u bil-ħażin mis-snin sittin 'il hawn, il-kwalita' ta' ħajja dejjem imxiet 'il quddiem.", "Fis-snin sebgħin u fis-snin tmenin, kien hemm l-ups u d-downs, imma l-kwalita' ta' ħajja dejjem imxiet 'il quddiem.", "U l-istandard of living tjieb għax il- purchasing power fil-bwiet tan-nies żdied jew naqas.", "U għalhekk issa li qegħdin fl-Unjoni Ewropea nagħmlu comparison bejn pajjiżna u pajjiżi oħra.", "Għalhekk inqabblu ras imb'ras il-qligħ tal-Maltin ma' dak ta' pajjiżi li bħalna daħlu membri fl-Unjoni Ewropea.", "U meta naraw li ta' dawn miexi 'l quddiem u tagħna, meta mqabbel mal-medja ta' l-Unjoni Ewropea nieżel l- isfel, hija xi ħaġa li ntambru fuqha.", "Hawnhekk min-naħa waħda l-edukazzjoni tista' tgħin ħafna biex din it-trend nirriversjawha imma għandek ukoll l- element ta' burokrazija.", "Għandna qbil unanimu li l-burokrazija hija xi ħaġa li rridu neliminaw.", "Fil-budget ta' xi sentejn ilu kien sar kumitat taħt it- tmexxija tal-prim ministru biex jara li l-burokrazija bejn l-entitajiet imwaqqfa, kemm regolatorji kif ukoll oħrajn u dipartimenti tal-gvern, titnaqqas.", "Fil-fatt kienu ġew proposti numru ta' liġijiet biex dan ikun jista' jsir, imma sfortunatament mhux talli jidher li ma sar xejn, talli l- burokrazija donnha tqalet iktar.", "Il-komunitajiet kummerċjali bħall-GRTU, iċ-Chamber of Commerce, l-FOI – u issa jidher li ċ-Chamber of Commerce u l-FOI se jingħaqdu flimkien - li jirrappreżentaw l-operaturi ekonomiċi lokali u għandhom rwol importanti f'pajjiżna, jgħidu li għandek il-burokrazija.", "Il-burokrazija tfisser spiża aktar, dewmien aktar u timplika li l-kompetittivita' tiġi mnaqqsa u mminata.", "Naħseb li wasal iż-żmien li nagħmlu analisi ċar u tond ta' x'inhuma r-responsabilitajiet ta' kull entita'.", "Ma jistax ikollok entita' bħalma hija l-MEPA li teħodlok ħsieb in-naħa ambjentali u tieħu ħsieb ukoll in-naħa tas-saħħa.", "Għax imbagħad għandek id-dipartiment tas-saħħa li għandu r-regoli tiegħu u li dawn ma jkunux neċessarjament l-istess bħal dawk tal-MEPA.", "Imbagħad għandek l-element tar-regolatur tal-health and safety li jkollu r-regoli tiegħu.", "Allura li qed jiġri hu - għallinqas f'ċerti każijiet li niltaqa' magħhom – li qed ikollna settijiet ta' regoli li permezz tagħhom awtoritajiet jew dipartimenti jirfsu fuq swaba ta' xulxin għad-detriment ta' min ikun irid jaħdem.", "Għax min ikollu bżonn ta' permess jew ta' liċenzja l-iktar ħaġa li ma jridx huwa li joqgħod jistenna.", "Għax wisq probabbli dan ikun għamel loan u jkollu l-imgħaxijiet għaddejjin biex ikun beda l-proġett tiegħu u allura jkun qed jistenna li jibda jopera mill-aktar fis possibbli.", "Aktar minn hekk il-fatt li ħafna burokrazija timpinġi fuq xulxin u ma tagħtix deċiżjoni finali tfisser li lil bniedem tkabbarlu l-ispejjeż għax isiru ħafna rapporti u ħafna riferenzi 'l hemm u 'l hawn.", "Ċerti rapporti għandhom isiru u jsiru b'mod tajjeb minn entitajiet indipendenti u mhux minn entitjaiet li jidhru li qed jagħmlu r-rapporti għax ikunu rakkmandati 'l hemm u 'l hawn.", "Dawn huma affarijiet li smajnihom u rridu naraw li ma jsirux.", "Ir-rapporti għandhom isiru kemm biex inħallsu lil-konsumatur, kemm biex inħarsu l- ambjent kif ukoll biex inħarsu l-interessi nazzjonali, imma għandhom isiru minn individwi li ma jkollhomx konflitti ta' nteress għax dawk se jimpinġu u jkabbru l-burokrazija li iktar titqal.", "Barra minn hekk ħafna mill-entitajiet li tagħhom wieħed ikollu bżonn il- permess jew l-awtorita', għandhom ammont ta' tariffi li huma jimponu.", "U minflok dawn l-entitajiet jaraw kif ikunu iktar effiċjenti u business wise, għax jafu li għandhom il-monopolju, jaqbdu u jżidu t-tariffi.", "U din ukoll tikkontribwixxi għall-costings ta' kwalunkwe ntrapriża kummerċjali jew ekonomika.", "Dan m'għandux isir.", "Ir-regolatur li huwa responsabbli minn qasam jew ieħor, għandu jara li d-dewmien u l-ispiża li jiġu charged minn min għandu l-element monopolistiku f'idejh - għax il-permess joħroġ mingħandu - huma ġustifikati.", "Għax ma jistax ikun li ngħattu l- ineffiċjenzi billi nżidu t-tariffi ħalli ngħidu li d-dħul, ir-revenue u l- ispiża qegħdin inkunu bilanċjati jew qed inħallu xi ftit tal-profitt.", "Dak ma jagħmilx sens.", "Għax jekk inti tiddependi minn sors wieħed, il-prezz u l- valur ta' dak is-sors wieħed jista' jagħmlu kemm irid.", "Il-monopolju hekk ifisser.", "U dawn huma affarijiet li f'ġieħ il-good governance, it-tmexxija tajba u trasparenti u anke tmexxija responsabbli, għandhom ikunu kkunsidrati u analizzati mill-iktar fis flimkien ma' l-entitjaiet li jaffettwawhom l-iktar ħalli nsaħħu l-effiċjenza.", "It-tisħiħ ta' l- effiċjenza tgħin kemm lil min ikun fil-gvern kif ukoll lill-operatur ekonomiku.", "Dawn huma l-punti li xtaqt nesprimi llejla fid-dawl ta' din il-liġi li għandna quddiemna, li taffettwa l-professjoni ta' l-accountancy.", "Naħseb li din hija waħda mill-professjonijiet li hija regolata b'mod tajjeb, hija a self-regulating body fil-parti l-kbira, ir-rappreżentanti tagħha, dawk li jirrappreżentaw l-Institute of Accountants huma nies serji ħafna, huma proud tal-professjoni tagħhom u hekk iridu jkunu, lesti li jimponu miżuri, anke huma self-regulating, imma ovvjament hemm il-liġi wkoll li tirregolahom.", "Il-fatt li quddiemna għandna din il-liġi li ssaħħaħ it- trasparenza u r-responsabbilta', huwa pass fid-direzzjoni t-tajba.", "Illum l- awditur għandu rwol importanti.", "Ċertament li l-awditur se jkollu rwol aktar importanti – bħalissa forsi ma tantx jinħass f'Malta imma jibda jinħass aktar ma nikbru – meta f'pajjiżna jkollna l-preżenza ta' kumpanniji internazzjonali.", "Ir-rapport ta' l-awditur huwa importanti għal dik il-kumpannija jew entita' - ejja ninsew għal mument dawk il-kumpannija ż-żgħar għax dawk ir- responsabbilta' tagħhom qisha responsabbilta' ta' familja - vis-à-vis il- kredituri li jkunu qegħdin joperaw magħha.", "F'dak il-każ huwa importanti li l-awditur ikollu stampa ċara u livell ta' responsabbilta'.", "Imma fuq livell aktar 'il fuq, fejn the ordinary citizen jista' jiġi mħajjar li jinvesti fil-pajjiż, huma importanti ħafna li r-rapporti ta' l-awdituri dwar dik l- entita' partikolari jsiru b'mod serju.", "Għaldaqstant dan l-Att ikompli jżid ir-responsabbilta' professjonali u jgħolli l-livell etiku.", "Għax m'huwiex il- warrant jew id-degree li jagħmlek verament professjonali imma l-mod kif taġixxi u tħaddem il-professjoni fil-prattiċita' tagħha.", "Nemmen li din il- liġi hija pożittiva u nerġa' nikkonferma, kif għedt fil-bidu, li din in- naħa se tivvota favur tagħha.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Insejjaħ lis- Segretarju Parlamentari biex jagħmel il-winding up.", "ONOR.", "TONIO FENECH: L-ewwelnett nixtieq nirringrazzja lill-Onor.", "Charles Mangion ta' l-intervent tiegħu, anke tal-pożizzjoni li għal darb' oħra l- oppożizzjoni qed tieħu biex liġijiet bħal dawn naqblu fuqhom u naraw li jidħlu fis-seħħ fil-leġislazzjoni ta' pajjiżna.", "Nixtieq nirrispondi l-punt li qanqal l-Onor.", "Charles Mangion dwar il-ħtieġa li f'pajjiżna nkomplu nħarrġu fuq setturi differenti, b'mod speċjali dwar dan is-settur partikolari.", "L-ewwelnet tajjeb ngħid li parti minn din il- liġi qed iżżid l-obbligu – għax dan l-obbligu diġa' kien jeżisti – li kull individwu li għandu warrant ta' accountant jew awditur għandu jagħmel mhux inqas minn 30 siegħa ta' taħriġ speċjalizzat fuq is-settur relatat mal- professjoni tiegħu, dak li ngħidulu s-CTE.", "Fil-fatt tajjeb ngħid li sa l- 2007 wieħed kien mitlub jagħmel 20 siegħa, issa mill-2008, dan qed jiġi mitlub jagħmel 30 siegħa.", "Għaliex qed nagħmlu dan Sur President?", "Għax dan is-settur qed jiżviluppa b'rata mgħaġġla ħafna u allura l-aġġornament huwa meħtieġ kontinwament.", "In-numru ta' standards li joħorġu internazzjonalment u mbagħad jiġu addotati mill-Unjoni Ewropea u allura jsibu ruħhom fil- liġijiet ta' pajjiżna m'huwiex żgħir u allura biex wieħed jibqa' aġġornat, għandu żewġ għażliet.", "Ovvjament irid jaqra l-liġijiet u r-regoli li jkun qed jaħdem fihom, pero' tajjeb ukoll li jkollu xi ħadd espert fis-settur li jispjegalu l-importanza ta' dak li jkun qed jinbidel u kif se jaffettwa l-ħidma tiegħu.", "Minn hawn inħeġġeġ ukoll professjonijiet oħra li jagħmlu dan.", "Fil-fatt naf li għal dawn il-courses ta' l-accountants jattendu persuni ta' professjonijiet differenti u jipparteċipaw fihom għax isibuhom utli anke għall-professjoni tagħhom.", "Tajjeb li anke professjonijiet oħrajn jitgħallmu minn din il- professjoni u jdaħħlu ċerti prinċipji u standards anke ta' edukazzjoni kontinwa għax fl-aħħar mill-aħħar nistgħu nibqgħu nagħmlu suċċess u qed nagħmlu suċċess mis-settur tas-servizzi finanzjarji għax in-nies fis-settur qed ikunu mħarrġa kontinawment mill-iżviluppi li qed isiru.", "Allura jkunu kapaċi wkoll ibiegħu b'mod effettiv u effikaċi lil pajjiżna fuq livell internazzjonali u allura naraw it-tkabbir ekonomiku li huwa mixtieq minn dan is-settur.", "Tajjeb ngħid ukoll li dan m'huwiex obbligu li wieħed jagħmlu mingħajr ma jirrapportah u fil-fatt hemm l-obbligu legali fil-liġi li dawn il- professjonisti jimlew return kull sena fejn jelenkaw x'korsijiet għamlu u n- numru ta' siegħat li attendew għalihom.", "B'sodisfazzjon ngħid li fl-2007, 96% ta' dawk li huma fil-professjoni mlew ir-return u ssottomettewha fi żmien opportun, filwaqt li dawk li ma mlewhiex probabbilment m'għadhomx magħna fis-sens li siefru u qed jaħdmu barra minn pajjiżna.", "Nafu li numru ta' firms professjonali jibagħtu għal sena jew sentejn numru ta' professjonisti barra minn Malta biex jieħdu ċerta esperjenza u allura dawn ma jkunux jistgħu jżommu l-obbligu li jimlew din ir-return.", "Pero' mbagħad hemm obbligi oħra li jridu jottemporaw ruħhom magħhom meta dawn il-persuni jerġgħu jiġu lura jekk iridu jibqgħu jipprattikaw f'pajjiżna.", "Nixtieq nieħu l-aħħar ftit ħin tiegħi biex nirrispondi xi ħaġa li ma kellha x'taqsam xejn mad-dibattitu li konna qegħdin niddiskutu llum f'din il- Kamra, imma ovvjament l-Onor.", "Charles Mangion daħal fl-aspett ta' l- edukazzjoni.", "Għal darba oħra ngħid li l-Onor.", "Mangion reġa' tefa' l-vleġġa tal-cliche' – din il-kantaliena li ilna nisimgħuha m'hi vera assolutament xejn - li 42% ta' l-istudenti f'pajjiżna joħorġu mingħajr edukazzjoni bażika, jiġifieri lanqas jafu jiktbu u jaqraw.", "Din hija assolutament gidba sfaċċata għax ir-realta' hi li llum 70% ta' l-istudenti li joħorġu mill- iskola sekondarja, ikomplu jew l-universita', jew l-MCAST jew f'xi istitut ieħor tekniku bħall-ITS jew is-sixth form jew il-higher secondary.", "Allura assolutament m'huwiex minnu li hemm daqshekk studenti li qed joħorġu mill- iskejjel mingħajr ma jafu jiktbu u jaqraw.", "Jiġifieri jekk 70% qed imorru f'dawn l-istituzzjonijiet, se mai 30% biss ma daħlux u lanqas ifisser li dawn ħarġu bla \"O\" levels ta' xejn jew lanqas jafu jiktbu u jaqraw.", "Jiġifieri żgur li r-rata ta' illitteriżmu li qed jipprova jpinġi l-Onor.", "Charles Mangion, m'hu veru xejn.", "Li nibqgħu nibnu l-kampanja politika ta' l-oppożizzjoni f'dak li huwa l-edukazzjoni fuq ċifra li m'hi veru xejn, huwa ta' għajb għal dan il-pajjiż u għall-politika kif issir.", "Ir-realta' hi li kulħadd jirrikonoxxi li jekk kien hemm gvern li f'dan il-pajjiż investa fl-edukazzjoni, li kabbar u bena l-istituzzjonijiet meħtieġa biex tassew it- tfal tagħna jirnexxu lkoll, huwa bla dubju ta' xejn gvern Nazzjonalista.", "U jien minn hawn insellem lil sieħbi l-Ministru Louis Galea, il-Ministru ta' l-Edukazzjoni, għall-ħidma kbira li kontinwament qed jagħmel biex ikompli jippromwovi dan is-settur fuq livell primarju u sekondarju, l-iskejjel ġodda li qed nibnu, u l-kulleġġi kif ukoll il-programmi importanti li qegħdin nagħmlu – li anke hawnhekk irrid nieħu l-okkażjoni biex insemmihom - li qegħdin isiru fuq livell terzjarju u l-iżvilupp li qed ikompli jsir fl- universita'.", "Niltaqa' ma' ħafna nies li jfaħħru t-trasformazzjoni pożittiva li qed issir fl-universita' u l-MCAST.", "Il-pjanijiet tagħna huma li nkomplu nespandu l- MCAST, l-istituzzjonijiet tekniċi oħraj u li lit-tfal tagħna nħarġuhom għall-opportunitajiet li qed jitwieldu, anke b'mezzi oħrajn, bħal per eżempju l-ħemel ta' taħriġ li qed tagħmel l-ETC.", "Lil dawk in-nies li tilfu x-xogħol tagħhom din il-korporazzjoni tgħinhom biex jerġgħu jintegraw ruħhom fid-dinja tax-xogħol kemm jista' jkun malajr.", "Jiġifieri bla dubju ta' xejn dan il-gvern għandu record li jiftaħar bih, mhux ta' infiq, kif dejjem jikkritikana l-Onor.", "Mangion, imma għar-riżultati tajbin li qed iġibu eluf ta' studenti - dan qed iwassalhom biex isibu jobs verament tajbin u aħjar - li qed joħorġu mill-universita', mill-MCAST, mill- Institute for Tourism Studies u mill-istituzzjonijiet l-oħra ta' taħriġ.", "Insemmi wkoll dawk l-istudenti li qegħdin igawdi mill-għajnuna li l-gvern qed jagħti għax ma kellniex post biżżejjed fit-teknoloġija u fl-informatika fl-MCAST.", "Għamilna arranġamenti mal-privat sabiex dawn jitgħallmu fl- istrutturi privati biex żgur ħadd ma jibqa' lura 'il bogħod mill-figura li kontinwament qed tiġi ċitata mill-oppożizzjoni, u li m'hi realistika xejn, meta nafu li 70% ta' l-istudenti f'pajjiżna jmorru għall-edukazzjoni terzjarja.", "L-Onor.", "Mangion semma r-reception class li ġiet proposta mill-oppożizzjoni u qed jeħodha li meta ta' din in-naħa jgħidu li din m'hi xejn aktar ħlief klassi li fiha tirrepeti dak li diġa' għamilt, jiġifieri il-proposta li tibqa' bħala repeater, qisna qed nippruvaw inwaqqgħuha għaċ-ċajt.", "Assolutament dan m'huwiex il-każ u assolutament m'hijiex kwestjoni ta' €4 miljun.", "Jekk hi bżonnjuża, nagħmluha u nonfquhom l-€4 miljun, imma il- kwestjoni m'hijiex dik.", "Il-kwestjoni hi li jekk m'hijiex bżonnjuża, jekk m'hijiex is-soluzzjoni ta' kif nistgħu ngħinu lit-tfal li qed jaqgħu lura biex jimxu 'l quddiem, allura l-€4 miljun għandna nużawhom f'affarijiet ħafna iktar effettivi u mhux narmuhom f'inizjattiva li kulma qed tgħid hu li anke jekk inti ppreparat li tagħmel il-pass li jmiss, jiena se nżommok repeater għax jista' jkun li hemm ħaddieħor li għadu ma wasalx fil-livell tiegħek.", "Irridu ngħinu lill-ħaddieħor jilħaq l-istess livell u mhux nitfgħu lil kulħadd fl-istess borża u nħallu lil kulħadd jibqa' lura.", "Il-punt tal-prinċipju m'huwiex li nirredikolaw.", "Meta l-oppożizzjoni titkellem fuq l-edukazzjoni, tifhem eżattament x'inhuma l-issues?", "Taf eżattament x'għandna bżonn nagħmlu bħala pajjiż biex tassew nimxu 'l quddiem?", "Allura meta l-partit Laburista qed jgħid li jrid iżid sena għat- tfal kollha ta' ħames snin f'Malta u f'Għawdex, kulma qed jgħid hu: Żommu lit-tfal iktar lura.", "Jien missier, għandi tifel ta' ħames snin u tifla ta' sentejn u nofs.", "It-tifel illum qiegħed l-iskola pero' bdejtlu l-iskola mhux ta' ħames snin imma ta' tliet snin meta beda jmur il-playschool.", "U hemmhekk diġa' jgħallmuhom ċerti affarijiet, anke jiktbu xi numri u affarijiet oħra.", "Ir-realta' hi li dan ikun għamilha ta' tliet snin, imbagħad jibda l-pre-school ta' erba' snin u ta' ħames snin irridu nerġgħu nirrepetulu kollox.", "Imma x'qed nieħdu biha din il-proposta?", "Jiena bħala missier fl-iżvilupp ta' ibni ma nistax nifhem x'se tagħtih iktar milli qed jieħu bħalissa bħala tifel ta' ħames snin.", "Nirrikonoxxi li jista' jkun hemm tfal ta' ħames snin bħal ibni, li qegħdin aħjar u hemm oħrajn li għadhom m'għamlux l-istess pass.", "Imma r-risposta m'għandhiex tkun li nġiegħlu lil kulħadd jirrepeti sena.", "Li għandna nagħmlu hu li nidentifikaw lil dawk it-tfal li sfortunatament il-fatt li jkunu qegħdin jaqgħu lura ma tkunx ġejja minn konsegwenzi li dawn m'humiex qed jaqbdu fil- klassi imma probabbilment għax ikollhom problemi soċjali fil-familja li jridu jiġu ndirizzati.", "Jista' jkun li dawn it-tfal m'humiex qed jingħataw biżżejjed attenzjoni d-dar għax-xogħol li suppost qed jagħmlu bħala homework.", "Jekk dawn m'humiex qegħdin isibu dan l-appoġġ mill-ġenituri tagħhom, għal xejn tirrepetilhom il-klassi għax xorta waħda dak l-appoġġ mid-dar m'huwiex se jsibuh u dak li tixtieqhom jitgħallmu jibqgħu ma jitgħallmuhx.", "Mela s-soluzzjoni fiha nnifisha m'hijiex li nġiegħlu lil kulħadd jirrepeti l-klassi għax min tgħallem se jibqa' fejn hu għax diġa' tgħallmu u min ma tgħallimx, għax għandu xi problema li ġejja minn affarijiet oħra, irridu nagħmlu affarijiet oħra biex nindirizzawlu dik il-problema.", "U x'inhu jagħmel il-gvern biex jindirizza dawn it-tip ta' problemi?", "Dan ifisser li l-gvern m'hu qed jagħmel xejn?", "Il-fatt li għamilna din ir-riforma fl- edukazzjoni u fil-kurrikulu nazzjonali ma jfisser xejn?", "L-oppożizzjoni qisha ma tirrikonoxxi xejn minn dak li diġa' qiegħed jagħmel il-gvern.", "Hemm numru ta' inizjattivi li l-gvern qed jieħu biex jindirizza b'mod effettiv il-ħteġijiet tat-tfal li b'xi mod qegħdin jaqgħu lura.", "Fost dawn insemmi s- sistema ġdida ta' servizzi psiko-soċjali iktar effettivi biex flimkien mal- ġenituri, nidentifikaw minn kmieni kemm jista' jkun, is-sinjali jew xejriet fejn ninnotaw li t-tfal għandhom xi żvantaġġi fl-iżvilupp tagħhom u li allura għandhom bżonnijiet partikolari.", "Ħadna l-inizjattiva biex lil dawn it-tfal nibdew nindirizzawhom mill- bidunett, biex mhux inwaqfuhom imma nimbuttawhom u ngħinuhom jilħqu lill- oħrajn.", "Anke skond il-politika tal-gvern għall-edukazzjoni inklussiva, li proprju qed tfittex li tilħaq dawn il-bżonnijiet, il-gvern qiegħed jagħti appoġġ speċjali lil dawn it-tfal.", "Illum għandna 'l fuq minn 44 għalliem f'taħriġ speċjalizzat biex jikkombinaw mad-diffikultajiet speċjali li jirriżultaw li jemerġu.", "U l-gvern għandu l-ħsieb ukoll li jintroduċi skema speċjali oħra ta' scholarships biex l-għalliema jkunu jistgħu jispeċjalizzaw f'dan il-qasam li tant hu meħtieġ biex jiġu ndirizzati l- problemi li jiltaqgħu magħhom tfal bi bżonnijiet speċjali.", "Tajjeb ngħid ukoll li matul il-kors ta' l-edukazzjoni primarja, preżentement hemm għalliema apposta li jikkumplimentaw u jissupplimentaw it- tagħlim ta' l-għalliema.", "Dawn jagħtu attenzjoni partikolari lil dawk it- tfal li għandhom bżonnijiet speċjali.", "Mela altru li l-gvern m'hu qed jagħmel xejn biex jidentifika tfal li ta' ħames snin qed jaqgħu lura.", "Altru li mhux qed jgħinhom biex jimxu 'l quddiem!", "Jiena ċert li l-ġenituri li qed jisimgħuni nitkellem ma jridux li t-tfal tagħhom jieqfu u ma jiżviluppawx sempliċiment - issa hawn ma rridx ninstema' ħażin – biex kulħadd jimxi fuq l-istess livell.", "Aħna hekk irridu, li kulħadd jimxi fuq l- istess livell imma biex ngħinu lil dawk li qed jaqgħu lura jilħqu lill- oħrajn.", "U għalhekk qed issir din ir-riforma sħiħa ta' kunċett ta' kulleġġi.", "Għalhekk irridu li ma nibqgħux bis-sistema li npoġġu lit-tfal f'tellieqa min se jidħol fil-junior college u li kulħadd ikollu l-istruttura li jista' jibqa' tiela' fil-kulleġġ.", "Aħna ma rridu lil ħadd jiġi eliminat imma rridu li kulħadd ikollu dawn l- opportunitajiet.", "Kif qal il-Ministru reċentement fi stqarrija li ħareġ, qegħdin jiġu ntrodotti wkoll sistemi ta' dawk li huma continuous assessments u profiling ta' tfal mil-livell tal-kindergarten proprju biex ikollna ċar quddiemna l-proċess dokumentat ta' żvilupp ta' dak it-tifel jew tifla, il-potenzjal u t-talenti li huma qed juru, kif ukoll il-bżonnijiet partikolari li qed nidentifikaw fihom.", "F'dan il-livell qegħdin nindirizzaw ċerti issues biex nassiguraw li ħadd mit-tfal tagħna ma jibqa' lura.", "Imbagħad, wara li jkunu ttieħdu dawn il-miżuri kollha, it-tfal ikunu jistgħu ikomplu - jekk il-ġenituri jixtiequ u wara li jkunu ddiskutew dan ma' l-edukaturi tagħhom stess - u jekk fis-seba' sena jinħass li m'humiex qegħdin ilaħqu ma' l-oħrajn u ma rkuprawx - issa hawnhekk mhux biex ngħidulhom li ma rnexxewx - huma f'dawk l-eċċezzjonijiet li nħeġġu lill- ġenituri jikkonsidraw li t-tfal tagħhom jirrepetu dik is-sena.", "Mela għal min għandu bżonn, diġa għandna struttura kif jirrepeti s-sena minn kmieni kemm jista' jkun, biex jirkupra u jimxi fuq l-istess livell ma' sħabu.", "U d-divizjoni ta' l-edukazzjoni qed tirrapporta illi din is-sistema qed tkun ta' suċċess u qed tgħin biex it-tfal ma jibqgħux iħossuhom dejjem lura.", "Għax imbagħad għandek il-problema li jekk it-tfal jibqgħu jħossuhom left behind u jibqgħu l-aħħar tal-klassi, fil-homeworks u f'dak kollu li jagħmlu, jistgħu jaslu f'punt li jaqtgħu qalbhom.", "Allura meta din il- problema tidentifikaha, tajjeb li tikkonvinċi b'mod pożittiv lill-ġenituri biex jifhmu l-ħtieġa li dak it-tifel jew tifla jkun aħjar għalihom li jirrepetu l-klassi.", "Naturalment dan mhux bħala punishment - għax qabel hekk kien jiġi kkunsidrat l-fatt li tirrepeti klassi - imma għax jekk student jirrepeti klassi minn kmieni kemm jista' jkun, dak jista' jgħinu fl- iżvilupp tiegħu u biex iċ-ċans li qisu tilef fis-sena ta' qabel, jirkuprah.", "Jiena qed nitkellem mill-esperjenza tiegħi personali.", "Niftakar li kellna s- sistema li trid tagħmel l-eżami tal-common entrance jekk trid tmur fi skola privata jew tal-knisja.", "Jien kont għaddejt biex immur fil-Kulleġġ ta' Santu Wistin u għall-Kulleġġ ta' San Alwiġi ma kontx għaddejt, kont bqajt fuq il-waiting list u ma dħaltx.", "Is-sena ta' wara missieri kien ħeġġiġni nerġa' nagħmel l-eżami għal San Alwiġi u għaddejt.", "Meta qaluli li kieku ridt stajt nibda minn Prep II, missieri qalilhom li jkun aħjar li nibda minn Prep I ladarba kont se nibda skola ġdida.", "Kien ipprefera li nirrepeti s-sena milli nqabbiżha peress li s-syllabus seta' ma kienx l-istess bħal ta' l-iskola l-oħra.", "U ma nistħix ngħid li rrepetejt il-klassi.", "Jiġifieri li tirrepeti l-klassi fih innifsu m'huwiex ħażin basta jkun hemm skop li tagħmel dan u mhux għal xejn b'xejn.", "M'huwiex tajjeb li taqbad lit-tfal kollha u tgħidilhom li se jirrepetu sena.", "Din m'hijiex kwestjoni li rridu nirredikulaw il-proposta ta' l-oppożizjoni.", "Imma fir-realta' dan huwa fattwalment l-aħjar għat-tfal?", "Jiena ngħid li għal dak li verament għandu bżonn, għandna diġa' l-istruttura meta t-tfal ikollhom seba' snin, għax jekk narawhom li ilhom sentejn u mhux qed jirkupraw, avolja għamilna l-programmi biex ngħinuhom, dan ma rnexxiex u allura l-gvern daħħal l-istrutturi meħtieġa biex it-tfal jibqgħu jimxu 'l quddiem.", "U hemm skejjel li jagħtuk il-possibbilta', bħal San Alwiġi, li minn Prep I jekk trid taqbeż għal Form I. Kien ikun hemm studenti li kienu jaqbżu l-klassi imma mbagħad meta jaslu Form III ħafna minnhom kienu jiddeċiedu li jirrepetu l-istess klassi.", "Għaliex?", "Għax it-tfal għandhom proċess ta' żvilupp li aħna rridu ngħinuh u nimxuh magħhom.", "Dan il- proċess la għandna nantiċipawulhom pero' fl-istess ħin jekk huma waslu għalih m'għandiex inwaqfulhom l-istimolu u ngħidu lil kulħadd biex jieqaf.", "Għax imbagħad anke hemm tista' tagħmel ħsara lill-istess żvilupp tat-tfal.", "U din m'hijiex kwestjoni ta' spejjeż.", "Hemm raġunijiet loġistiċi li wieħed jistaqsi dwarhom.", "Forsi jkun hemm min jgħid: Imbilli l-gvern jonfoq €4 miljun?", "Jiena ngħid li jekk hemm bżonn, jonfoqhom, kif infaqna dejjem fl- edukazzjoni u konna dejjem gvern li żidna n-nefqa fl-edukazzjoni.", "Jekk kien hawn gvern li qatt naqqas in-nefqa fl-edukazzjoni, żgur li kien gvern immexxi mill-Onor.", "Alfred Sant bejn l-1997 u l-1998 fejn l-ispiża ta' l- edukazzjoni ma żiedhiex b'€4 miljun imma qatagħha b'5%.", "Sur President, dan il-gvern jibqa' jinvesti fl-edukazzjoni, pero' hemm ukoll konsegwenzi prattiċi ta' din il-proposta li b'mod partikolari għall-ġenituri li għandhom it-tfal fl-iskejjel privati din se tfisser li se żżid l-ispejjeż tal-miżati bla bżonn.", "Se nġiegħlu lit-tfal jirrepetu, se nġiegħlu lill- parents iħallsu miżati ta' sena oħra għal xejn biex imbagħad it-tfal jispiċċaw l-edukazzjoni tagħhom ta' 17-il sena, meta effettivament dawn diġa' jistgħu jidħlu llum fl-MCAST jew fl-universita' b'suċċess bla ebda' problemi ta' xejn.", "Mela ejja ngħarfu nindirizzaw lil dawk it-tfal li għandhom bżonn l-għajnuna b'mod partikolari, b'edukazzjoni aktar inklussiva u mhux mingħajr l-ebda konsultazzjoni.", "Għax imbagħad lill-oppożizzjoni nistaqsiha: Ma' min tkellimtuha din?", "Tkellimtuha ma' xi għalliema jew ma' xi ġenituri?", "Jew din il-proposta ħarġet hekk qisna sibna s-soluzzjoni għall-isfidi fl- edukazzjoni f'pajjiżna!", "Politika serja ssir ħafna iktar minn hekk u aktar ma jgħaddi żmien il-poplu irid jasal biex jibda jagħmel l-għażliet tiegħu.", "Illum kulħadd jirrikonoxxi li dan il-gvern għandu ħafna difetti imma żgur li baqa' konsonanti mal-prinċipju mportanti tal-konsultazzjoni.", "Din il- legislatura dan saħħitu.", "Mill-esperjenza tiegħi bħala responsabbli mis- settur tal-finanzi flimkien mal-prim ministru saħħaħnih bil-proċess ta' qabel il-budget bid-diskussjoni li għamilna dwar kif se nużaw il-fondi ta' l-Unjoni Ewropea u ħafna proċessi oħrajn.", "Naf li fis-settur ta' l-edukazzjoni dan sar kif sar f'setturi oħra meta ġejna biex niżviluppaw il-curriculum nazzjonali, il-pjan tar-riforma sħiħa fl-edukazzjoni, ta' kif se nagħmlu l-kulleġġi u l-istrutturi l-oħra fil- pajjiż.", "Għax fl-aħħar mill-aħħar dan il-gvern jitkellem, jiddiskuti u jisma' u n-nies iħossuha d-differenza, kuntrarju għall-oppożizzjoni li titfa' proposti mingħajr ma tiddiskutihom ma' ħadd.", "Lanqas dwar proposti maqbula fil-kunsill ġenerali ma kien hemm diskussjoni.", "Din għaddiet b'riżoluzzjoni bla diskussjoni ta' xejn.", "Kulħadd jitkellmu fuq affarijiet oħra u fuq din il-proposta tant importanti ma jitkellem ħadd u mbagħad niġu hawn u jippreżentawha bħala s-soluzzjoni.", "Jiena qed ngħid dan mhux b'ċajt jew b'disprezz lejn il-proposta ta' l- oppożizzjoni.", "Huwa pożittiv li l-oppożizzjoni titfa' l-ideat tagħha imma fl- istess ħin wieħed irid ikun fattwali u jgħid li din tar-reception class hija sempliċement repetizzjoni ta' sena li fl-aħħar mill-aħħar m'hi sa tagħti l-ebda riżultat.", "U fl-isfond tar-realta' l-gvern diġa' qiegħed jagħmel ħafna biex jassigura li wliedna minn kmieni kemm jista' jkun, ma jaqgħux lura.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-mistoqsija hi l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att li jintroduċi emendi fl-Att dwar il-Professjoni ta' l-Accountancy u liġijiet oħra, u li jimplimenta d-Direttiva 2006/43/KE\" ikun moqri t-tieni darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi nqara t-Tieni Darba.", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Mr Speaker, f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi, nipproponi li dan l-Abbozz ta' Liġi jiġi ttrattat mill-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "JOSEPH FALZON: Nissekonda.", "Mr SPEAKER: Il-mistoqsija hi li dan l-Abbozz ta' Liġi jiġi ttrattat mill- Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi, maħtur skond il-Mozzjoni Nru. 54 tas-17 ta' Ġunju 2003.", "Dawk favur?", "(Onor Membri: Aye) Dawk Kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Nitlob lil Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizja u Intern biex jekk jogħġbu iressaq l-aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR TONIO BORG: Sur President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tnejn, 4 ta' Frar fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Ippjanar ta' l-Iżvilupp - Tieni Qari; u", "Xi aġenda oħra li tista' tiġi komunikata aktar tard.", "-----------------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Istituzzjonijiet Finanzjarji - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Ligi dwar ir-Reġistru Ċentrali – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Amministrazzjoni Pubblika - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Professjoni ta' l-Accountancy u Liġijiet oħra - Kumitat Permanenti", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Joseph Falzon.", "ONOR.", "JOSEPH FALZON: Sur President, proprju ftit tas-sigħat ilu fil-bini tal-parlament ġie launched ktieb bl-isem \"Id-Dar Maltija\", fejn jiena wkoll kont mistieden.", "Din kienet waħda mill-esperjenzi sbieħ li kelli f'dan il- parlament mhux għax ġie mniedi dan il-ktieb, imma għax meta wieħed jifhem il-filosofija u l-ħsieb tas-Sur Salvatore Musu', li huwa l-awtur ta' dan il- ktieb, jinduna kemm f'pajjiżna għandna verament ngħożżu u nieħdu ħsieb dak li għandna.", "Dan il-ktieb iġibna ħafna konxji tal-wirt arkitettoniku li ħallewlna l-antenati tagħna u ta' kif għandna nippreservawh għax fl-aħħar mill-aħħar qed ingawduh aħna wkoll.", "Sur President, kull turist li jiġi f'Malta jgħaddi rimarki sbieħ fil- konfront ta' din id-dar Maltija, kif spjegaha tajjeb is-Sur Salvatore Musu', u bla dubju ta' xejn din hija parti integrali mill-istorja ta' pajjiżna.", "F'dan il-kuntest jiena nappella biex kulħadd japprezza dak li għandna u biex kull meta nieħdu deċiżjonijiet li jirrigwardjaw ippjanar u interventi strutturali fid-djar tagħna, naraw l-ambitu, il-kuntest, id- dettall u saħansitra l-prodott arkitettoniku finali li jsebbaħ lill-gżira Maltija u l-gżira Għawdxija.", "Dawn id-djar fihom infushom jikkaratterizzaw u jiddefinixxu lil Malta.", "Dawn id-djar għandhom dak l-element Mediterranju li jilqa' għall-klima tagħna u jindirizza l-estetika ta' pajjiżna mhux biss bil-mod individwali tagħhom imma fil-kuntest kollu ta' kif żviluppaw l- irħula u l-villaġġi tagħna.", "Nixtieq nirringrazzja b'mod speċjali lis-Sur Salvatore Musu' - li nzertajt iltqajt miegħu meta kien jagħti kontribut siewi ħafna fil-bord tal-MEPA - li għalkemm il-professjoni tiegħu m'hijiex dik ta' perit, huwa konxju ta' ċerti dettalji li ħafna nies li jipprattikaw il-professjoni ta' periti ma jarawx jew ma japprezzawx.", "Tajjeb li naraw kif nies li għandhom l- intellett li għandu s-Sur Musu', isibu posthom biex jagħtu kontribut to the full.", "Malta għandha bżonn esperti ta' dan it-tip sabiex tissalvagwardja l- ambjent, il-wirt kulturali u l-wirt arkitettoniku tagħha.", "Jien nestendi l- awguri tiegħi wkoll lill-familja tiegħu li bla dubju ta' xejn għenitu sabiex dan il-ktieb seta' jkun għad-dispożizzjoni tal-Maltin u l-Għawdxin kollha.", "Jien persważ li minn dan il-ktieb għandna x'nitgħallmu ħafna.", "Sur President, fuq l-istess tema xtaqt niddedika dan l-aġġornament għall- kunċett li nixtieq verament li jiġi ntrodott f'pajjiżna u cioe' is-sistema ta' deċiżjonijiet li jittieħdu fil-konfront ta' l-ambjent u ta' l-izvilupp.", "F'dan ir-rigward tissemma' ħafna l-MEPA, li bix-xogħol kollu tajjeb tagħha u bid-difetti kollha tagħha, naħseb li finalment wasal iż-żmien li nirristrutturaw u nagħmlu riforma tajba mhux biss fiha nfisha imma anke f'kuntest ħafna iżjed wiesgħa u viżjonarju.", "Biex dan il-kuntest ikun jista' verament jinħoloq u jiġi realizzat, hemm bżonn li mhux biss il-MEPA trid tkun qiegħda taqdef.", "Jekk tiġi policy ta' forward planning, ma tridx tkun xi ħaġa li tkun prodotta mill-uffiċjali tal-MEPA biss - għax huwa ħażin jekk nieqfu hemm - imma rridu mmorru lil hinn ħafna iżjed minn hekk.", "Jekk qegħdin niddiskutu policy li tirrigwardja t-turiżmu, per eżempju, u allura niġu għall-użu ta' l-art, li hija r-remit tal-MEPA, bla dubju ta' xejn biex aħna jkollna forward planning tajjeb, irridu nikkonsultaw ma' min hu fis-settur tat-turiżmu.", "Dan għax il-mod ta' kif aħna rridu niżviluppaw il-prodott turistiku ħadd ma jista' jarah aħjar minn dawk li huma fin- negozju tat-turiżmu u dawk li qegħdin jagħmlu l-policies fit-turiżmu.", "Sur President, jien qed insemmi t-turiżmu bħala eżempju għax nistgħu nsemmu ħafna u ħafna affarijiet oħra fejn finalment irridu nsibu dak il-forum effettiv li jiġbor u jgħaqqad dawn l-ideat kollha flimkien biex imbagħad nibdew ngħidu li għandna verament żvilupp sostenibbli.", "Waħda mill-problemi prinċipali li dan pajjiż għandu hi li xi kultant lanqas nifhmu lil xulxin jew lanqas inkunu irridu nifhmu lil xulxin.", "Per eżempju, jekk l-awtorita' tat-trasport fiha nfisha tkun qed tagħmel ċerti policies, li bla dubju ta' xejn jaffetwaw il-land use b'mod ħolistiku, irridu nibdew naħsbu mhux biss fuq it-trasport bħala l-użu tal- karozzi jew tat-trasport pubbliku, imma nħarsu definittivament lejn alternattivi oħra.", "Fl-aħħar mill-aħħar meta nsemmu l-ambjent, ma nkunux qed nirriferu għalih bħala l-użu ta' l-art biss imma anke bħala saħħa tal- bniedem, anke fil-kuntest li lil dak li jkun għandna niffaċilitawlu l-mod ta' kif jista' jasal minn post għal ieħor.", "Ħafna drabi dawn id- diskussjonijiet u l-ideat li jkunu kollha verament tajbin ma jirrealizzawx ruħhom għax m'hemmx dak il-forum fejn wieħed jista' jiddiskutihom.", "Hemm bżonn li dawn l-ideat ma jiġux diskussi fid-diversi entitajiet individwali, bħalma huma l-MTA, l-ADT u il-ministeru għar-riżorsi u l-infrastruttura, li tkun qed taħdem fuq affarijiet bħalma huma l-użu ta' energy efficient buildings kif ukoll l-użu tar-regolamenti dwar il-bini.", "Nemmen li dawn l-entitajiet għandhom jiltaqgħu flimkien b'mod regolari f'forum uffiċjali.", "Għaldaqstant nappella li għandna nsaħħu l-kummissjoni nazzjonali għall-izvilupp sostenibbli għax nemmen li dak għandu jkun verament il-forum fejn dawn l-affarijiet jiġu diskussi f'livell għoli ħafna u fejn verament tara l-interessi tas-setturi partikolari.", "Huwa difficli ħafna biex awtorita' weħidha tista' tkun viżjonarja u tagħmel forward planning f'dan ir-rigward, għax inti tkun trid nies esperti f'diversi mistjieri.", "Bla dubju ta' xejn ma jistax ikun li f'Malta, bil-kapaċitajiet u l-limitazzjonijiet kollha li għandha, jkollok nies effiċjenti daqshekk li tista' taqsamhom f'awtoritajiet differenti.", "F'dak il-każ trid iġġib forum wieħed li permezz tiegħu jkollok il-kontribut tat-tekniċi esperti, ta' nies fin-negozju u ta' dawk li l-ħarsien ta' l-ambjent huwa fl-interess tagħhom.", "Għax jien ċert li f'pajjiżna ħafna mill-kontroversja tinqala' għax ħadd ma jkun qed jifhem il-partijiet x'ikunu eżattament qegħdin jgħidu.", "Allura jekk rridu nsaħħu l-kunċett ta' żvilupp sostenibbli f'pajjiżna, bla dubju ta' xejn irridu nsibu il-bilanċ.", "Nemmen li l-kontroversja dejjem se tibqa' f'xi forma jew oħra pero' jekk nibqgħu nifhmu lil xulxin ħafna minnha naqtgħuha.", "Għax irridu nifhmu li kulħadd irid jirbaħ biċċa u kulħadd irid iċedi biċċa biex naslu lkoll flimkien.", "U dan għandu jkun il- kunċett li jipprevadi d-diskussjonijiet f'dan il-forum.", "Sur President, fuq paragun bħal dan - fil-fatt tkellimt fil-parlament meta kellna l-estimi tal- MEPA għax verament nemmen fihom - f'Malta kellna forum fejn f'dak li hu l- andament ekonomiku u żvilupp soċjali waqqafna l-MCESD.", "Ilkoll nafu kemm il- partijiet kollha nteressati kkontribwixxew f'diskussjonijiet li kienu ta' livell għoli fl-MCESD.", "Ħafna drabi wasalna u kien hemm ċirkostanzi fejn il- ftehim ma ntlaħaqx.", "Pero' bla dubju ta' xejn ma nista' nneħħi l-ebda meritu mill-kontirnbut siewi u kbir li l-MCESD ta lil pajjiżna.", "Dan kien kunċett li żviluppa tajjeb ħafna u jekk ma sewa' għal xejn, sewa' biex ħafna nies jifhmu lil xulxin u biex jiġu konxji li biex jakkwistaw xi ħaġa jridu jħallsu prezz u dak il-prezz xi ħadd irid iħallsu.", "Dak jista' jkun il-prezz li aħna qegħdin inħallsu, li forsi nnaqsu xi ftit minn ħaġa, li forsi nagħmlu sagrifiċċji f'xi żona partikolari jew li nħarsu minn aspett differenti jew b'izjed effiċjenza.", "Pero' finalment ilkoll wasalna.", "Permezz ta' l-MCESD kulħadd imur b'vizjoni u perspettiva tiegħu.", "Kultant is-soluzzjonijiet vera ta' pajjiżna nifhmuhom ilkoll pero' mbagħad bħal f'kollox f'pajjiżna, ndaħħlu l-element politiku partiġġjan li jkun il- barriera prinċipali li twaqqafna milli nsibu dak il-ftehim.", "Meta nagħmlu hekk inkunu qed nagħmlu ħażin għax il-bqija dejjem nitilqu minn kunċett li jkun verament tajjeb u ntiż biex iwassal għal soluzzjoni.", "Pero` jekk nitilqu minn xi ħaġa li tkun verament politika partiġġana jew nokkupaw pożizzjonijiet biex naqdu iżjed l-interess ta' affiljanza ma' partit milli biex naqdu l-interess ta' pajjiżna, bla dubju ta' xejn hemmhekk m'aħniex se naslu għal soluzzjoni.", "Għalhekk jien ċert li jekk nużaw l-istess mudell, anke fis-setturi ta' żvilupp sostenibbli ta' pajjiżna, ir-riżultat ikun tajjeb ħafna.", "Il-pajjiżi kollha tad-dinja għandhom ċerti sfidi bħalma għandha Malta fiċ- ċokon tagħha fejn verament kulħadd irid jaħdem flimkien.", "Pero' id- differenza hi li aħna m'għandniex il-lussu, bħalma għandhom pajjiżi oħra akbar minna, li jistgħu jgħaddu b'ċerti żbalji li jieħdu.", "Jekk f'Malta jsir żball fil-kontest ta' pjanar, dak l-iżball huwa diffiċli ħafna biex treġġgħu lura għax jibqa jaffetwak għall-kumplament ta' ħajtek.", "U aħna dik li verament għandna bżonn f'pajjiżna, li noħolqu s-sinerġija bejn il- partijiet kollha nvoluti.", "Naturalment irid ikun hemm ukoll kontribut qawwi ħafna mill-ambjentalisti.", "Għax wieħed mill-izjed prinċipji fundamentali hu li nħarsu l-ambjent – u hemm numru ta' ambjentalisti li jien insellmilhom minn hawn għall-kontribut siewi li għamlu - u tajjeb ukoll li ma' dan nirrikonoxxu li rridu finalment nagħmlu sinerġija tal-proposti kollha, irridu finalment naslu għal kompromess u kulħadd iċedi biċċa mill-argument li jkun qiegħed isostni.", "F'Malta aħna kapaċi biżżejjed u l-livell ta' diskussjoni fl-ambjent kien dan il-gvern li verament poġġih fuq nett fuq l-aġenda tal-pajjiż.", "Għaldaqstant jien persważ li bil-legal frameworks li għandna, bil-kuxjenza ambjentali li għandna u bl-awareness kbir li għandna, naslu għal soluzzjonijiet illi bla dubju ta' xejn ikunu fl-interess tal-partijiet kollha nvoluti.", "Ma' dan il-punt irrid norbot ukoll l-iżvilupp ekonomiku soċjali.", "Meta wieħed jitkellem fuq ippjanar ta' pajjiż, fuq dawk il-persuni li jaraw il-pjanijiet strateġiċi ta' kif aħna nfasslu il-pjanijiet lokali u l-pjanijiet ta' struttura għall-ġżejjer Maltin u Għawdxin, insibu li bla dubju ta' xejn dawn jistgħu jagħtu kontribut siewi ħafna, kontribut li jista' jwassal għal riżultati verament eċċelenti.", "Aħna f'Malta rridu nibdew naraw kif nagħmlu ħafna iżjed użu effiċjenti ta' l-enerġija li taf tibdel il-fisjonomija ta' kif aħna nibnu.", "Tajjeb li nibdew naħsbu wkoll fuq sistemi ta' kif nibnu b'mod li nagħmlu inqas ħsara lill-ambjent.", "Tajjeb li nirrikorru għal ċerti prodotti u forsi f'ċertu żoni partikolari mmorru għall-precasting iżjed milli għal dak ix-xogħol manwali fuq is-sit li jeħodlok ħafna u ħafna iżjed ħin li b'riżultat t'hekk tħammeġ ħafna u ħafna iżjeb l-ambjent.", "Għaldaqstant huwa tajjeb li jkollna dan il-forum ta' diskussjoni fejn ideat bħal dawn ikunu jistgħu joħorġu.", "Din hija xi ħaġa li trid tkun dinamika fil-ħsieb tagħha u li trid tkun ukoll kontinwa fil- ħsieb tagħha għax l-esiġenzi tal-pajjiż dejjem jinbidlu.", "Inti qatt ma tista' tgħid li se tagħmel pjan visjonarju għal 20 sena.", "Tista' tibda taħseb fuq ċerti elementi, bħal per eżempju tad-demografija tal-pajjiż jew ta' kif qed jiċċaqilqu n-nies minn irħula għal oħra u xi trend qed jieħdu ċerti affarijiet, pero' bla dubju ta' xejn, it-tibdil li jkun hemm f'dan il- pjan, irid ikun flessibbli biex jaġġorna għall-affarijiet li jġibu magħhom l-aspettativi u l-aspirazzjonijiet tal-bniedem.", "Ftit ilu f'dan l-parlament konna qegħdin niddiskutu l-għoti ta' l-art lil SmartCity.", "Din kienet xi ħaġa innovattiva fejn żona industrijali li kienet kważi waslet biex ħafna fabbriki fiha ma bdejniex naraw l-użu effettiv tagħhom, trasformat ruħha f'post li għada pitgħada se jkun iċ-ċentru tat- teknoloġija ta' eċċellenza f'Malta.", "U iżjed minn hekk din hija xi ħaġa mportata minn barra li se tagħmel din iż-żona ċentru ta' eċċellenza ta' l- ICT fl-Ewropa.", "Jiġifieri mhux biss pajjiżna fiċ-ċokon tiegħu rnexxielu jakkwista dan il-proġett li se jkollu numru ta' impjiegi marbuta miegħu, imma talli minn tant pajjiżi, Malta kellha tkun din il-ġawhra ta' l-żvilupp tat-teknoloġija illi se tkun ta' eżempju għall-pajjiżi Ewropej kollha.", "U dan huwa l-mod ta' kif aħna rridu nħarsu lejn id-dinamiżmu ta' l-andament ekonomiku, anke lejn il-mod ta' kif ċertu negozju f'pajjiżna jibda jispiċċa u ta' kif ċertu negozju ieħor jibda jiġi ntrodott.", "Qed naraw ukoll trasformazzjoni oħra f'numru ta' lukandi, speċjalment dawk li kienu 2-star u 3-star.", "Peress li settur partikolari tat-turiżmu ma kienx qed jappella għal dawn it-tip ta' lukandi, spiċċajna trasformajnihom f'bini.", "Huwa importanti ħafna pero' li siti partikolari li verament huma spettakolari f'dak li jista' joffri l-prodott tat-turiżmu f'pajjiżna, ntejbuh f'żoni li verament jistgħu jagħtu value added għal pajjiżna u ma jinqalbux f'appartamenti.", "Għax jekk jiġri hekk imbagħad ikun hemm verament problema.", "Għax meta jfur is-settur tat-turiżmu, kif qed narawh jiġri, bla dubju ta' xejn se jkollok bżonn ta' iżjed art biex tkun tista' tagħmel dan it-tip ta' żvilupp.", "Allura wieħed irid joqgħod attent li jara li jkun hemm bilanċ bejn l-art li m'hijiex mittifsa u dak l-ambjent li għandna bżonnu wkoll għat-turiżmu.", "Bla dubju ta' xejn din tiġri ukoll fid-diversi fora oħra ta' setturi differenti ta' negozji.", "Sur President, jiena nixtieq nagħlaq dan l-aġġornament billi nappella sabiex meta nitkellmu fuq l-ambjent ma ndaħlux il-politika partiġġana.", "Jiena nixtieq verament nagħlaq b'dan l-appell għax l-ambjent huwa xi ħaġa tal-Maltin u l-Għawdxin kollha.", "Naħseb li l-akbar tebgħa u l-akbar ħsara li tista' issir fl-ambjent hu li nitilqu mill-punt fejn dan nibdew inħarsu lejh mil-lat ta' politika partiġġana u l-ħażin hu meta l-interess partiġġan jipprevadi l-interess nazzjonali.", "Għaldaqstant nappella sabiex kull diskussjoni li issir fuq issues ambjentali, issir verament fl-interess nazzjonali u xi kultant inwarrbu l-interessi personali wkoll.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l- aġġornament kif imressaq mill-Viċi Prim Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "MR SPEAKER: Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it-Tnejn, 4 ta' Frar, 2008 bl-aġenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fid-9.26 p.m. il-Kamra aġġornat wara li tqiegħdet il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "SPTAR MATER DEI - XOGĦLIJIET", "29301.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: B'referenza għax-xogħlijiet li saru fl-iSptar Mater Dei jista' l- Prim Ministru jgħid kemm ġew iqumu x-xogħlijiet, kull tip ta' xogħol separtament: i.e. kostruzzjoni, waterproofing, elettriku, ilma, drenaġġ, madum ta' l-art, madum tal-ħajt, sanitary set and fittings, tikħil, tibjid u bini, airconditioning, aperturi ta' barra u ta' ġewwa, irħam etc inkluż l- għamara, l-apparat mediku u l-IT equipment?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 29668.", "SPTAR MATER DEI - XOGĦLIJIET", "29545.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 29301 ċioe: B'referenza għax-xogħlijiet li saru fl-iSptar Mater Dei jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew iqumu x-xogħlijiet, kull tip ta' xogħol separtament: i.e. kostruzzjoni, waterproofing, elettriku, ilma, drenaġġ, madum ta' l-art, madum tal-ħajt, sanitary set and fittings, tikħil, tibjid u bini, airconditioning, aperturi ta' barra u ta' ġewwa, irħam etc nkluż l- għamara, l-apparat mediku u l-IT equipment?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 29668.", "SPTAR MATER DEI - FORNITURA TA' IKEL", "29606.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 29311 u jgħid jekk il-kuntratt għall-fornitura ta' ikel lill-pazjenti ta' l-Isptar Mater Dei ingħatax lill-privat?", "Jekk fl-affermattiv, lil min ingħata u x'inhu stmat li hu l-valur ta' dan il-kuntratt kull sena?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 29664.", "SPTAR MATER DEI - IKEL LILL-ISTAFF", "29607.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 29313 u jgħid jekk is-servizz ta' fornitura ta' ikel lill-istaff ta' l-isptar Mater Dei ingħatax lill-privat?", "Jekk fl-affermattiv, lil min ingħata u kemm hu stmat li jiswa dan il-kuntratt kull sena?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-kuntratt tal-fornitura tal-ikel għal l-Istaff fl-Isptar Mater Dei ingħata lil privat.", "Il-Kuntratt ġie mogħti lil Quality Catering and Retail Services.", "Preżentament l-Istima tan-nefqa fuq dan il-kuntratt għal din is-sena tammonta għal ċirca €694,000 (sitt mija u erbgħa u disgħin elf ewro).", "NEFQA FUQ KONSULENZI", "28487.", "L-ONOR.", "JOE DEBONO GRECH staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq servizzi ta' konsulenti ( kemm servizzi minn individwi jew kumpaniji) fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul ix-xahar ta' Jannar, Frar u Marzu 2007?", "Jista' jagħti d-dettalji ta' min kienu l-konsulenti u kemm tħallsu kull wieħed separat, x'tip ta' servizz taw u min approva t-tali spiża f'kull każ separat?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Nirreferi l-Onor.", "Interpellant għar-risposta li tajt għall-mistoqsija parlamentari 26197.", "NEFQA FUQ IS-SERVIZZ TA' L-INTERNET", "28488.", "L-ONOR.", "JOE DEBONO GRECH staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq is-servizz ta' l- internet provdut fir-residenzi ta' l-uffiċjali tal-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu minn Jannar 2007 sal-lum separatament, uffiċjal b'uffiċjal u xahar b'xahar?", "Jista' jgħid min hu l-ISP f'kull każ separatament?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: In-nefqa totali kienet ta' €17,475.02.", "L-Internet Service Provider f'Malta huma l-MITTS filwaqt li f'kull pajjiż fejn hemm rappreżentanza diplomatika hemm ISP differenti.", "L-uffiċċjali huma dawk normalment intitolati għall-internet jiġifieri s- Segretarja Permanenti, id-Diretturi Ġenerali, id-Diretturi, membri tas- Segretarjat Privat u oħrajn fosthom l-Ambaxxaturi.", "FORZI ARMATI", "29155.", "L-ONOR.", "JOE DEBONO GRECH staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: B'referenza għal dak li ntqal mis-Segretarju Parlamentari Abela f'din il-Kamra, li permezz tal-ħatra ta' sitt kurunelli issa l-Armata se tifforma think tank biex permezz tiegħu tkun studjata l-istrateġija ta' l- Armata u x'direzzjoni għandha tieħu għaż-żmien li ġej, jista' l-Prim Ministru jgħidilna xi pjanijiet konkreti għandu l-Gvern għall-Forzi Armati?", "Meta dan l-imsejjaħ think tank jeżawrixxi x-xogħol tiegħu, x'se jiġri mis- sitt kurunelli?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor Interpellant li l-ħatriet tal- Kurunelli l-ġodda saru proprju biex tinħoloq struttura (li l-Onor Abela rrefera għalih bħala think tank) ta' tfassil ta' politika strateġika ta' difiża għall-pajjiż.", "L-istruttura li kellhom il-Forzi Armati s'issa kienet stabbilita numru ta' snin ilu.", "Fil-realta tad-dinja tal-llum fejn Malta hija parti minn diversi organizazzjonijiet internazzjonali, u għandha rwol fil-qasam tad-difiża internazzjonali, qed tiġi affaċċjata bl-isfida ta' l-immigrazzjoni rregolari, il-ħtieġa ta' ppjanar serju u fit-tul saret aktar akuta.", "Fl- istruttura tal-Forzi Armati kif kienet s'issa ma kienx hemm ir-riżorsi biex dan l-ippjanar issir b'mod serju.", "Għaldaqstant ġie identifikat il-bżonn ta' struttura li tanalizza r-rwol tal- Forzi Armati ta' Malta f'dawn is-setturi u r-riżorsi li jkollha bżonn il- Forzi Armati biex taqdi l-istess rwoli.", "It-tfassil ta' strateġija ta' kif dawn il-bżonnijiet jiġu ndirizzati hija wkoll responsabilità ta' l-istess struttura.", "L-iżvilupp tal-politika ta' difiża huwa proċess kontinwu u għaldaqstant dan ir-rwol tal-Kurunelli huwa permanenti, anzi l-importanza tiegħu dejjem tiżdied.", "FORZI ARMATI", "29156.", "L-ONOR.", "JOE DEBONO GRECH staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Wara l-ħatra ta' xejn inqas minn sitt kurunelli f'armata ta' 1600 suldat, jista' l-Prim Ministru jikkonferma li -", "effettivament fil-Forzi Armati issa hemm sitt uffiċjali b'salarju fi skala 3, jiġifieri ekwivalenti għal dak ta' Director General fis-Servizz Ċivili;", "skala 3 hi biss skala waħda inqas mis-salarju ta' Brigadier;", "meta mqabblin mal-Pulizija, fil-Forzi Armati hemm sitt uffiċjali fuq skala 3 u fil-pulizija hemm wieħed biss, jiġifieri d-Deputy Commissioner; u", "s'issa, fil-Forzi Armati hemm uffiċjal wieħed biss fuq skala 3, jiġifieri d- Deputy Commander, u li minn Jannar 2008 se jkun hemm sitt uffiċjali fuq skala 3?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tajjeb li niġbed l-attenzjoni ta' l-Onor.", "Interpellant li filwaqt li l-Forzi Armati ta' Malta tiġbor fiha numru ta' suldati li jirrifletti l-popolazzjoni tal-pajjiż, isservi lil pajjiżna bħala Armata, Forza ta' l-Ajru, Forza Marittima, Gwardja tal-Kosta, apparti ir-Revenue Security Corps u Sigurta` ma' postijiet strateġiċi.", "Għaldaqstant il-Gvern ma jqisx xi Brigata li tifforma parti żgħira minn qawwa akbar.", "M'huwiex in-numru ta' suldati li jistabbilixxi l-bżonnijiet tal-Forzi Armati, iżda r-rwoli differenti li din trid taqdi.", "Il-Forzi Armati ta' Malta jaħdmu fil-qrib ma' forzi barranin minħabba li pajjiżna huwa membru fl-Unjoni Ewropeja.", "Il-kollaborazzjoni ta' l-Armata ma' entitajiet internazzjonali ssir ukoll fl-interess nazzjonali bħal fil-każ tal-Frontex li tiffoka fuq l-immigrazzjoni illegali.", "L-FAM għandha wkoll rwoli partikolari lokalment, ewlieni fosthom huwa l- immaniġjar tas-sitwazzjoni ta' l-immirganti irregolari li jgħixu fil-pajjiż u kollaborazzjoni tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili fl-għoti ta' servizzi ta' assistenza f'każi estremi ta' maltemp u sitwazzjonijiet simili.", "It-tmexxija ta' organizazzjoni li tkopri firxa daqshekk wiesgħa t'aspetti hekk importanti titlob ippjanar serju minn qabel.", "Ippjanar li jkopri strateġija u r-riżorsi biex din l-istrateġija titwettaq.", "Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li permezz tal-ħatriet ta' sitt kurunelli l-qasam tad-difiża Malti issaħħaħ biex ikun jista' jiffoka fuq l-iżvilupp ta' politika strateġika ta' difiża li tkopri r-rwoli li l-Forzi Armati ta' Malta taqdi kemm lokalment kif ukoll fid-diversi organizazzjonijiet internazzjonali li tifforma parti minnhom.", "L-ippjanar ta' l-użu ta' riżorsi jifforma parti essenzjali min din l-istrateġija wiesgħa.", "Sa issa ma kienx hemm ir-riżorsi addatati biex dan isir.", "Id-Dipartiment tad-Difiża issa għandu bilanċ aħjar bejn l-iżvilupp ta' politika li tkopri l-futur qrib u aktar fit-tul, u l-implimentazzjoni tal-politika minn ġurnata għal oħra.", "L-iżvilupp tal-politika huwa il-bażi tal-pjan tal-gvern għall-Armata u s- servizz li din tagħti lill-pajjiż u lill-kommunita` internazzjonali.", "Għalhekk huwa xieraq li persuni li jokkupaw dawn il-pożizzjonijiet ikunu f'rank li jirrifletti r-responsabilità li jġorru u jkunu kkunpensati għaliha.", "F'dan il-kuntest, nikkonferma li mit-8 ta' Jannar 2008 fil-Forzi Armati ser ikun hemm sitt Kurunelli.", "Mill-ispjega li tajt fil-bidu ta' din ir-risposta, wieħed jifhem li l- organizazzjoni tal-militar u r-rwoli li jaqdi ma jistgħux jiġu kkumparati ma' l-organizazzjoni u r-rwol li taqdi l-Pulizija.", "FORZI ARMATI", "29157.", "L-ONOR.", "JOE DEBONO GRECH staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra x'inhuma r- responsabbiltajiet tas-sitt uffiċjali li nħatru kurunelli dan l-aħħar fil- Forzi Armati, kemm għandhom suldati tagħhom u fejn huma stazzjonati?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li r- responsabbilitajiet tal-Kurunelli li nħatru fit-23 ta' Novembru 2007 huma kif ġej:", "Deputat Kmandant (Deputy Commander)", "Loġistika u Xiri fuq Tul ta' Żmien (Logistics and Long-Term Procurement)", "Operat, Ippjanar u Intelliġenza (Operations, Planning and Intelligence)", "Politika tad-Difiża u Żvilupp ta' Kapaċitajiet (Defence Policy and Future Capabilities)", "Politika ta' Difiża u Sigurtà Ewropea u Relazzjonijiet Internazzjonali (European Security and Defense Policy and International Relations)", "Amministrazzjoni u Riżorsi Umani (Administration and Personnel)", "L-uffiċċji tal-ħames kurunelli l-ġodda għadhom qed jitwaqqfu u għaldaqstant għadu mhux stabbilit kull wieħed minnhom kemm ser ikollu suldati jirrispondu lilu.", "Permezz ta' dawn il-ħatriet, il-qasam tad-difiża Malti issa għandu bilanċ aħjar bejn l-iżvilupp tal-politika li jkopri l-futur qrib u aktar fit-tul, li sa issa kien nieqes, u l-implimentazzjoni tal-politika.", "Sa issa l-Kurunelli l-ġodda huma stazzjonati fil-Kwartieri Ġenerali tal- Forzi Armati, bl-eċċezzjoni ta' wieħed li għadu qed jaqdi dmirijiet oħra ta' l-Armata fi Brussel u ieħor li għadu qed jaqdi dmirijiet oħra f' Hal Far.", "Gradwalment dawn l-uffiċċji li jiffukaw fuq l-iżvilupp tal-politika tad-difiża flimkien mal-Kap Kmandant jiġu stabbiliti fid-Dipartiment tad- Difiża.", "SERQ MINN ISTITUZZJONIJIET RELIĠJUŻI", "29421.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm saru serqiet minn istituzzjonijiet reliġjużi din is-sena u x'insteraq?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi matul is-sena 2007, il-Pulizija kellha 34 rapport ta' serq minn knejjes jew istituzzjonijiet reliġjużi.", "Ħafna minn dawn ir-rapporti kienu jinvolvu oġġetti personali ta' persuni li jkunu attendew f'dawn il-postijiet", "SERQ TA' KAROZZI", "29422.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm insterqu vejjikoli bil-mutur u minn ġol-vejjikoli din is-sena?", "ONOR.", "TONIO BORG: Dwar l-informazzjoni għax-xhur minn Jannar sa Settembru ta' l-2007 nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li jien tajt għall-mistoqsijiet parlamentari 24874, 24876, 24878, 25834, 27456, 27458, 27462, 27465 u 27996.", "Ninsab infurmat illi l-informazzjoni għax-xhur ta' Ottubru, Novembru u Diċembru ta' l-2007 dwar serq ta' vetturi hi ta' 39, 45 u 38 rispettivament, filwaqt dik dwar serq minn vetturi hi ta' 207, 283 u 243 rispettivament.", "PERMESSI ĠODDA TA' ĦWIENET", "29423.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm inħarġu permessi ġodda għal ħwienet din is-sena?", "X'tip ta' ħwienet huma?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Lista ta' permessi li nħarġu matul is-sena li għaddiet tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni fis-seduta waqt il-ħin tat- tqegħid ta' karti.", "Nixtieq nieħu l-okkażjoni ninforma l-Onor Membru li kull tlett xhur jiġi ppublikat fil-Gazzetta tal-Gvern il-liċenzji kollha li jkunu ħarġu matul dak il-perijodu.", "REĠISTRAZZJONI GĦAX-XOGĦOL", "29424.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni jirreġistraw illum u minn liema lokalita' huma?", "Kemm ilhom jirreġistraw?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif mitlub tpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni fis-seduta waqt il-ħin tat-tqegħid ta' karti.", "PERSUNI JGĦIXU BIR-RELIEF", "29425.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għall-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru tgħid kemm hawn persuni fuq ir- relief illum?", "Għaliex u minn liema lokalita' huma?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant hu kif jidher fit-tabelli li tpoġġew fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni fis-seduta waqt il-ħin tat-tqegħid ta' karti.", "SINGLE MOTHERS JGĦIXU BIR-RELIEF", "29426.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għall-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru tgħid kemm hawn single mothers fuq relief illum u f'liema lokalita' jgħixu?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant hu kif jidher fit-tabella li tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni fis-seduta waqt il-ħin tat-tqegħid ta' karti.", "FORZI ARMATI", "29483.", "L-ONOR.", "JOE DEBONO GRECH staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra x'inhuma r- responsabbiltajiet tas-sitt uffiċjali li nħatru kurunelli dan l-aħħar fil- Forzi Armati, kemm għandhom suldati taħthom u fejn huma stazzjonati?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistqosija parlamentari 29157.", "REGOLAMENTI TAS-SEWQAN", "29659.", "L-ONOR.", "FRANCO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jikkunsidra tibdil fir-regolamenti tas-sewqan sabiex ċerti kategoriji ta' sewwieqa, partikolarment dawk ta' public service garages /garage hire, jiġu eżentati milli jilbsu ċ-ċinturin tas- sigurta' billi kien hemm każijiet li fihom sewwieqa ġew aggrediti u dawn ma setgħux jipproteġu ruħhom minħabba ċ-ċinturin?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Nirreferi l-Onor Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 27490.", "TFITTXIJA GĦAŻ-ŻEJT FL-IBĦRA MALTIN", "29660.", "L-ONOR.", "FRANCO GALEA staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: B'riferenza għall-kuntratti għat-tfittxija għaż-żejt fl- ibħra Maltin, jista' l-Ministru jgħid liema strutturi u riżorsi jeżistu sabiex il-produzzjoni taż-żejt tiġi monitored ħalli nkunu ċerti li l-gvern u l-poplu Malti jieħdu dak li ħaqqhom?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar u ser tingħata f'xi seduta oħra.", "UNIVERSITA' TA' MALTA - STUDENTI BARRANIN", "29661.", "L-ONOR.", "FRANCO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti barranin jistudjaw fl-Universita' ta' Malta u f'xi istituzzjonijiet oħra bħall-ITS jew l-MCAST?", "Jista' jagħti breakdown ta' kull nazzjonalita' u kors?", "Jista' jgħid kemm huwa l-ħlas normali li student barrani hu mistenni jagħmel għal kors universitarju f'Malta?", "Hemm studenti barranin li għandhom permess jaħdmu waqt l-istudji tagħhom f'Malta?", "Kemm hemm studenti barranin akkommodati fir-residenzi uffiċjali bħall- university residence u taħt liema kundizzjonijiet student barrani jista' jakkomoda ruħu hemmhekk?", "X'miżuri jittieħdu sabiex jigi żgurat li studenti barranin li jistudjaw Malta jkollhom, attwalment, il-mezzi finanzjarji sabiex iżommu lilhom infushom hawn Malta?", "Huwa kkontemplat li jiddaħħlu miżuri bħalma hemm, per eżempju, l-Canada fejn studenti għandu jkollhom kont imħaddem mill- istituzzjoni li minnha jitħallsu pocket money regolari u spejjeż bħal kera, trasport, kotba, ecc.?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "BARRANIN LI JŻURU MALTA B'TOURIST VISA", "29662.", "L-ONOR.", "FRANCO GALEA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'miżuri qed jittieħdu sabiex jiġi ċċertifikat li barranin li jżuru Malta taħt tourist visa attwalment jitilqu minn Malta fit-terminu tal-mawra tagħhom?", "Iħoss il-Ministru li wasal iż-żmien li jsir enforcement aktar bir-reqqa billi sid il-post fejn jiġu akkommodati dawn it-turisti tul il-mawra tagħhom ikun mgħobbi b'ċerta responsabbilta' li jara li dawn jitilqu minn Malta fi tmiem il-mawra tagħhom?", "Iħoss li hemm bżonn ta' kontrolli aktar iebsa għall-influss ta' persuni mingħajr permess biex jgħixu jew jaħdmu f'Malta, liema kontrolli għandhom isiru billi jerġgħu jiddaħħlu embarcation and disembarcation cards flimkien ma' scanning elettroniku tal-passaporti?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi l-pulizija kontinwament tagħmel spezzjonijiet għal persuni ta' nazzjonalita' barranija li jistgħu jkunu Malta wara li tkun skadietilhom il-visa.", "Fil-fatt matul is-sena 2007, kien hemm 331 persuna li nstabu li kienu Malta irregolarment.", "ST ANDREWS/SWIEQI - FORUM HOTEL", "29663.", "L-ONOR.", "FRANCO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa l-għoli tal-bini permess fiż- żona ta' l-ex Forum Hotel f'St. Andrews / Swieqi?", "Jista' jgħid jekk hemmx xi applikazzjonijiet jew pjanijiet oħra għas-sit ta' l-ex Forum Hotel?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Ninsab infurmat li Policy NHSW09 tindika li l- maximum building height limitation fuq is-sit hi 3 floors plus semi- basement.", "Rigward applikazzjonijiet fuq is-sit ta' l-ex Forum Hotel, bħalissa hemm tliet applikazzjonijiet pendenti, jiġifieri:", "PA3907/04 - Outline development application: 'Demolition of Forum Hotel and villa and substitution with multi purpose complex' PA3043/05 - Full development application: 'Proposed demolition of Forum Hotel and adjacent villa'", "PA7245/05 - Full development application: 'Proposed demolition of Forum Hotel and adjacent villa and construction of apartments, showrooms, basement garages + class 4 shop and semi-detached villas'.", "Diskussjonijiet dwar dawn l-applikazzjonijiet għadhom għaddejin mal-perit u l-applikant.", "KAP TAX-SCHENGEN UNIT", "29702.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 29628 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u li issa ġiet riferuta lill- Prim Ministru, billi ftit ilu l-Ministru għarraf lill-Kamra li l-post tal- Kap tax-Schengen Unit fil-Ministeru baqa' ma mteliex għaliex fost dawk li applikaw kien hemm min ma nstabx adegwat filwaqt li kandidat ieħor ġie skwalifikat, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk u meta ser tinħareġ sejħa ġdida għall-applikazzjonijiet?", "Jista' jikkonferma li l-persuna li qed tikkordina din it-taqsima bħalissa oriġinarajment kellha kuntratt ta' advisor?", "Jista' jgħid jekk il-kuntratt għadux l-istess?", "Jista' jgħid jekk hux minnu li qed jġi esplorat flimkien mal-MPO fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru jekk dan il-kuntratt jistax jinbidel għall-ieħor b'titlu differenti?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant jirreferi għat- tweġiba li l-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin ta għall-mistoqsija parlamentari 29628.", "MEPA - PA 7245/05", "29712.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid x'kien l-eżitu tal-petizzjoni tat-12.01.08 lill-MEPA dwar PA 7245/05 fejn għadd ta' residenti minn St. Andrews u l- Ibraġġ talbu li jiġi republished for consultation is-site notice ta' l- applikazzjoni minħabba f'tibdil allegatament sostanzjali fl-iżvilupp propost?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Ninsab infurmat li ittra ta' petizzjoni datata 12 ta' Jannar 2008 ġiet sottomessa lill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l- Ippjanar (MEPA) fit-22 ta' Jannar 2008.", "L-applikazzjoni pendenti PA 7245/05, li għaliha tirreferi, qegħda tkun ipproċessata u analizzata mid- Direttorat ta' l-Ippjanar b'riżultat li għadu ma ntlaħaqx qbil fuq il- pjanti.", "Fil-każ li l-proposta tinbidel, jista' jintalab li l-applikazzjoni tiġi ppubblikata mill-ġdid (republishing).", "Għalhekk, il-pubbliku se jkun jista' jibgħat il-kummenti tiegħu fi żmien opportun.", "QRATI - INKJESTI PENDENTI", "29715.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'ġara mill-inkjesti li kienu pendenti quddiem il-Maġistrat Montebello?", "Jista' jgħid kemm-il inkjesta ħalla warajh il-Maġistrat Montebello u kemm- il waħda ġiet konkluża u mibgħuta lill-AG?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi meta rtira l-Maġistrat Dr. Dennis Montebello, huwa kellu 67 inkjesta pendenti fil-Qorti ta' Malta.", "Dawn ġew mgħoddija lil Maġistrat ieħor u minnhom fadal biss 3 pendenti.", "Rigward il-Qorti ta' Għawdex ninsab infurmat illi n-numru ta' inkjesti pendenti ta' dan il-Maġistrat hu ta' 19.", "QRATI - INKJESTI", "29716.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm-il inkjesta għandu kull maġistrat?", "ONOR.", "TONIO BORG: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "QRATI - INKJESTA", "29717.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm-il inkjesta ġiet individwalnent mibgħuta minn kull maġistrat għal għand l-AG is-sena l-oħra?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li jien tajt għall-mistoqsija parlamentari 29713.", "QRATI - KUMPILAZZJONIJIET", "29718.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Minsitru jgħid kemm-il kumpilazzjoni ġiet reġistrata fis-snin 2006 u 2007 u kif kienu mqassma?", "Jista' jgħid kull maġistrat kemm-il inkjesta ħa u kemm minnhom ġew konklużi?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi l-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant hi kif tidher fit-tabella li tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni fis-seduta waqt il-ħin tat-tqegħid ta' karti.", "QRATI - KUMPILAZZJONIJIET", "29719.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm-il kumpilazzjoni ġiet appuntata għas-sentenza?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi fil-Qorti ta' Malta, mis-sistema kompjuterizzata, jirriżulta li hemm 177 kumpilazzjoni differiti għas- sentenza, filwaqt illi fil-Qorti ta' Għawdex hemm 14.", "QRATI - KAWŻI KRIMINALI", "29720.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħtina idea ta' kemm ilha pendenti l-itwal kawża kriminali?", "ONOR.", "TONIO BORG: Il-kumpilazzjonijiet kriminali bdew jiġu reġistrati fuq sistema kompjuterizzata fis-sena 2000.", "Ninsab infurmat illi minn stħarriġ manwali li għamel ir-Reġistratur fil- Qorti ta' Malta jirriżulta li l-aktar kumpilazzjoni li ilha pendenti twassal għas-sena 1999.", "Infurmat ukoll illi skond ir-records fil-Qorti ta' Għawdex, il-kawża li ilha l-aktar pendenti hi waħda reġistrata fis-sena 1986."]} {"filename": "20061010_436d_par.doc", "date": "2006-10-10", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Uffiċjali u Rivedut) L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 436 It-Tlieta, 10 ta' Ottubru 2006 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 436", "It-Tlieta, 10 ta' Ottubru 2006", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.02 p.m.", "Talba", "Seduta Nru. 436", "It-Tlieta, 10 ta' Ottubru 2006", "WERREJ", "MINUTI 534", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 534", "TQEGĦID TA' KARTI 538", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-KODIĊI TAL-LIĠIJIET TAL-PULIZIJA (L-EWWEL QARI)", "CODE OF POLICE LAWS (AMENDMENT) BILL (FIRST READING) 539", "AĠĠORNAMENT 560", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 564", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 435 li saret fid-9 ta' Ottubru, 2006 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "ĦAŻ-ŻEBBUĠ - BUS SHELTERS", "20775.", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI (f'isem l-Onor.", "Jeffrey Pullicino Orlando) staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l- Ministru jindaga x'qed iżomm lill-ADT milli tistalla bus shelters fi Triq il-Kandlora, f'dik il-parti ta' ħdejn il-mitħna f\"Ħal-Muxi, wara l-istatwa tal-Madonna, u fi Triq il-Mitħna ħdejn il-flats tal-gvern, li huma kollha f'Ħaż-Żebbuġ, speċjalment issa li ġejja x-xitwa?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (Segretarju Parlamentari) (f'isem il-Ministru għall- Iżvilupp Urban u Toroq): Fil-postijiet imsemmija ma jgħaddux karozzi tal- linja li jaħdmu bi skeda, għaldaqstant l-ADT m'għandha l-ebda ħsieb li tistalla bus shelters.", "RABAT - GĦAR BARKA - ASFALTAR TA' TOROQ", "20816.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: X'inhi r-raġuni li f'Għar Barka, ir-Rabat m'hemm l-ebda triq li se ssir mill-gvern ċentrali meta ħafna mit-toroq f'din l-akkwata għandhom ħsara ta' aktar minn 70% u għalhekk jaqgħu direttament taħt ir- responsabbilta` tal-gvern?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq): Il- programm li ħejjiet l-ADT jiffoka fuq toroq residenzjali li qatt ma nbnew.", "Wara li tlestew it-toroq tal-Baħrija fir-Rabat, iffinanzjati mill-ADT, ma fadalx toroq ġodda x'jinbnew.", "Madankollu ġew inklużi ħames toroq, li huwa ammont sostanzjali, biex fihom isir xogħol ta' resurfacing.", "Tajjeb li wieħed jiġbed l-attenzjoni li x-xogħlijiet li għamel il-gvern fuq Triq ir-Riebu huwa ħafna aktar minn dak li jidher fil-programm għax minbarra l-culverts għall-ilma tax-xita saru wkoll bankini u l-wiċċ tat- triq.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Dawk it-toroq li l-ħsara fuqhom hija ta' aktar minn 70% jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tal-ministeru?", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Jidhirli li t-toroq ta' Għar Barka, fir-Rabat, m'għandhomx ħsara li tammonta għal aktar minn 70%, pero' jiena xorta waħda se nitkellem ma' l-ADT biex forsi jagħmlu xi xogħlijiet huma.", "Tajjeb li ngħid ukoll li l-kunsill lokali tar-Rabat regolarment jingħata l-flus sabiex jindirizza l-bżonnijiet ta' din il-lokalita`.", "(Interruzzjonijiet) Naturalment imbagħad sta għas-sindku li jiddetermina kif dawn il-flus għandhom jiġu wżati.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Is-Segretarju Parlamentari ma qallix jekk it-toroq li jkollhom ħsara ta' aktar minn 70% jaqgħux taħt ir-responsabbilta' tal-gvern ċentrali.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Safejn naf jien it-toroq jibqgħu responsabbilta` tal- kunsilli lokali.", "RABAT - ASFALTAR TA' TOROQ", "20818.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: X'inhi r-raġuni li l-gvern ma ddedika l-ebda ċenteżmu biex itejjeb it-toroq fl-inħawi ta' l-Imtaħleb, il-Kunċizzjoni, Tas-Salib u l-akkwati ta' Wied Qlejgħa, l/o Rabat, liema toroq jagħtu għal postijiet sbieħ tal- pajsaġġ Malti u li huma frekwentati kemm minn Maltin kif ukoll minn turisti?", "Hemm ħsieb li dawn it-toroq isiru?", "Jekk fl-affermattiv, meta?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq): It- toroq fl-inħawi msemmija mill-Onor.", "Interpellant m'humiex arterjali u lanqas distributorji u għalhekk il-manutenzjoni tagħhom ma taqax taħt il- gvern ċentrali.", "Madanakollu fis-snin li għaddew il-gvern għamel xogħol ta' resurfacing f'dawn l-inħawi, inkluż it-triq li tagħti għall-Imtaħleb, il- Baħrija, il-Landrijiet u parti Tas-Salib, fl-inħawi taċ-Chadwick Lakes u tat-Tiġrija.", "It-toroq iffinanzjati mill-protokoll Taljan, li jinkludu l-bypass ta' l- Imtarfa u toroq arterjali oħra ta' madwar ir-Rabat, se jkunu saru kollha.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Hemm il-ħsieb li f'dawn it-toroq issir il- manutenzjoni neċessarja biex l-ambjent ikun isbaħ u fl-istess ħin il- coaches li jgħaddu bit-turisti ma jġarrbux ħsarat?", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Sfortunatament din hija problema ta' kif jiġu managed il-flus tal-kunsilli lokali.", "F'dan l-istadju jkun aħjar jekk l-Onor.", "Interpellant jindirizza din il-problema lill-kunsill lokali tar-Rabat, li llum huwa mmexxi minn sindku Laburista.", "Jien ċert li bejniethom ikun hemm il-koperazzjoni meħtieġa u dawn il-problemi jiġu ndirizzati mill-ewwel.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Ladarba s-Segretarju Parlamentari qed jgħid li l-fondi tal-kunsilli lokali għandhom jiġu utilizzati b'mod aħjar, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi komunikat dwar dan?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT (Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq): Le, ma jeżisti l-ebda komunikat, anke għaliex il-budget tal-kunsilli lokali jiġi amministrat mis-sindku stess.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Ladarba qed jingħad li għandu jsir użu aħjar mill- finanzi tal-kunsill lokali, dan ifisser li l-finanzi m'humiex qed jintużaw għal ċerti prioritajiet?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Naturalment jekk triq ma tkunx taqa' taħt ir- responsabbilta' tal-gvern u din ikollha ammont sostanzjali ta' ħsarat, is- sens komun jgħidlek li għandha tidħol fl-ogħla ranking ta' prioritajiet tal- kunsill lokali ta' dik il-lokalita`.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jekk kemm-il darba t-toroq jiġu ċertifikati li għandhom ħsarat ta' aktar minn 70%, ix-xogħlijiet jaqgħu taħt ir- responsabbilta' tal-gvern?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Meta l-gvern għamel il-kunsilli lokali ddefinixxa sew ir-responsabbiltajiet tagħhom.", "Toroq li qatt ma saru huma responsabbilta' tal-gvern, filwaqt li toroq li kienu jeżistu huma responsabbilta' tal-kunsilli lokali.", "Għal din il-policy kien hemm proviso li tgħid li dawk it-toroq li saru xi darba u li llum fihom ammont sostanzjali ta' ħsarat - ma nafx jekk hux 60% jew 70% - xorta waħda se jieħu ħsiebhom il-gvern.", "Madankollu wieħed irid jara f'liema kondizzjoni kienu dawn it-toroq meta ġew mgħoddija lill-kunsilli lokali, għax jista` jkun li dawn tħallew jiddeterjoraw u l-perċentaġġ ta' ħsara kompla jikber.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Saret investigazzjoni dwar l-ammont ta' ħamrija li qiegħda tinżel fit-toroq li jinsabu f'żoni rurali?", "Meta jiġu żviluppati dawn it-toroq se tiġi rispettata s-sistema idroloġika?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Sibna diversi areas fejn wara li tkun għamlet ix- xita jinżel minnhom ammont ta' ħamrija fit-toroq.", "F'ħafna minn dawn l-areas għamilna l-konkos fid-daħliet ta' l-għelieqi u għamilna wkoll humps biex il- ħamrija li tinġarr mill-ilma tax-xita tieqaf magħhom.", "Ħafna drabi dan l- inkonvenjent jirriżulta meta l-għalqa tkun f'livell ogħla mit-triq u tkun trid tħalli aċċess għall-bidwi.", "Aħna indirizzajna ħafna każi fejn kien hemm din il-problema imma jista' jkun li għad fadal xi oħrajn li għadna ma ndirizzajniex.", "L-Onor.", "Farrugia staqsieni jekk nirrispettawx is-sistema idroloġika meta jiġu żviluppati dawn it-toroq.", "Li nista' ngħid hu li meta jsir l-iddisinjar ta' ċerti toroq nagħmlu minn kollox biex tiġi rispettata s-sistema idroloġika.", "Per eżempju jekk inkunu qed nagħmlu storm water systems nipprovaw nidderieġu l-ilma lejn il-widien.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jista' l-Ministru jgħid jekk l-ADT għandhiex xi espert fuq is-sistema idroloġika?", "Jikkonferma li konna qed nagħmlu toroq b'tali mod li meta jiġi l-ilma minn taħt it-triq, għax ma jkunx hemm mekkaniżmu idroloġiku tajjeb, tixxarrab il-ħamrija ta' taħt u bil-piż tisfronda it-triq?", "Dan ġara fil-bypass ta' l-Imtarfa?", "Issa, fil-bini tat-toroq il-ġodda qed jingħalqu l-ġnub tagħhom bill- konsegwenza li l-ilma ma jgħaddix minn taħt, il-ħamrija ta' fuq tiħfief u tkompli toħroġ fit-triq.", "Issa hawn irrid ngħid li l-gvern għandu ftehim ma' l-istitut ta' Bari fl-Italja, fejn hemm nies b'esperjenza kbira f'dan il-qasam.", "Il-Ministru ma jistax jikkunsidra li nieħdu ċerti pariri mingħand dawn l-esperti biex ma nkomplux inwettqu xogħol ta' dilettanti kif qegħdin nagħmlu llum il-ġurnata?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: L-ADT m'għandhiex esperti speċifikament fuq is- sistema idroloġika, pero' aħna xorta waħda nieħdu ċerti prekawzjonijiet.", "Per eżempju bħalissa qed isiru xogħlijiet fuq il-bypass ta' San Pawl il- Baħar fejn hemm ukoll il-problema tat-tafal u ta' l-ilma li jkun ġej minn fuq, u għalhekk irridu naraw x'nagħmlu biex l-ilma jmur f'direzzjoni li ma taffetwax ħażin lil dik it-triq partikolari.", "Għal dan il-għan qed niedħu in kunsiderazzjoni l-użu ta' ċerti prodotti bħalma huma l-geo-textile materials.", "L-awtorita' dwar it-trasport għandha żewġ esperti Ġermaniżi u kultant iġġib esperti oħrajn skond il-proġetti li jkollha.", "Fil-fatt qegħdin naħsbu biex għall-proġetti ta' toroq, bridges u multi-level junctions li se jkunu ffinanzjati mill-Unjoni Ewropea, jekk ikun hemm il-ħtieġa nġibu expertise minn barra.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jista' l-Ministru jgħidilna min jagħżel lill-persuni li jinvestigaw il-ħsarat li jkunu seħħew fuq it-toroq, u jekk tiġix ikkonsultata l-fakulta' ta' l-iżvilupp rurali fl-universita`?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Minn żmien għal żmien inġibu l-esperti li jkun hemm bżonn.", "Ġieli ġibna esperti strutturali u anke esperti tal-ġeoloġija.", "Fil-proġetti li qed nagħmlu dan l-aħħar, il-kuntratturi li jkunu nkarigat mill-bini tat-triq huma obbligati li jiżviluppaw il-pjanti tagħhom fid- dettall, u anke huma jistgħu jġibu esperti.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: L-esperti tal-ġeoloġija jagħtukom il-parir li tużaw il- konkos biex is-sistema idroloġika tiġi amministrata aħjar?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Naturalment mhux it-toroq kollha jinbnew bl-istess mod u ma nafx jekk l-Onor.", "Interpellant huwiex qed jirriferi għal xi triq partikolari.", "Ġieli jiġi wżat is-cement stabilisation material, torba mħallta bis-siment, li għalkemm m'huwiex konkos, meta jixxarrab u jitħalla joqgħod ikollu l-istess proċess tal-konkos.", "Hemm diversi metodi kif jiġu kostruwiti t-toroq.", "Hemm dawk li ngħidulhom flexible pavements fejn it-triq titħalla tiġi deflected kollha kemm hi u hemm dawk li ngħidulhom inflexible pavements, fejn jingħata l-konkos mat- triq - kif kien sar fil-Fgura fi żmien gvern Laburista. din ma jkollhiex iċ-ċans li tiġi deflected.", "Id-deċiżjoni dwar kif nintervjenu fuq it-triq jeħduha l-esperti konsulenti li għandna.", "Wieħed miż-żewġ esperti li għandna, li kif diġa' għedt huma Ġermaniżi, jagħmel it-testijiet fuq it- toroq u jieħu deċiżjoni skond ir-riżultat li joħroġ.", "Naturalment mhux dejjem ikun hemm il-ħtieġa li jintuża s-cement stabilisation material.", "Per eżempju, meta t-triq tkun fuq il-blat tintuża torba normali.", "Hawn irrid ngħid li ma jidhilrix li fuq il-proġetti li kellna riċenti wżajna l-konkos bħala sub-base fit-triq.", "PULZIIJA - OVERTIME/ALLOWANCES", "20500.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Chris Cardona) staqsa lill- Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm tħallsu flus f'overtime u allowances oħra lill-pulizija din is-sena?", "Kemm hemm flus li għadhom ma tħallsux?", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI (Segretarju Parlamentari) (f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern): Matul din is-sena s'issa tħallsu Lm521,105 għal overtime maħdum minn membri tal-korp tal-pulizija filwaqt li l-ħlas f'allowances kien jammonta għal Lm1,288,327.", "Kif diġa' kelli l-okkażjoni nispjega, il-ħlas ta' l-overtime isir b'xahrejn b'lura, għaldaqstant l-overtime li nħadem bejn Awissu u Settembru għad irid jiġi komputat.", "PULIZIJA SOSPIŻI", "20501.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Chris Cardona) staqsa lill- Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm membri tal-korp tal-pulizija sospiżi llum, u għaliex?", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI (f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern): Fil-preżent hemm disa' membri tal-korp tal-pulizija sospiżi mid-doveri tagħhom minħabba li hemm proċeduri kriminali pendenti fil-konfront tagħhom.", "INĊIDENTI TAT-TRAFFIKU", "20502.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Chris Cardona) staqsa lill- Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew irrapportati persuni lill-pulizija li weġġgħu waqt inċidenti tat-traffiku?", "Kemm mietu, weġġgħu gravi jew weġġgħu ħafif din is- sena?", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI (f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern): Bejn Jannar u Awissu ta' l-2006 ġew irrapportati lill- pulizija li weġġgħu 777 persuna f'inċidenti tat-traffiku.", "Sitta minn dawn tilfu ħajjithom, 185 sofrew feriti gravi, filwaqt li 586 sofrew feriti ta' natura ħafifa.", "ŻWEĠIJIET ĊIVILI", "20503.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Chris Cardona) staqsa lill- Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm saru żweġijiet ċivili din is-sena u kemm minnhom kienu bejn Maltin?", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI (f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern): Bejn l-1 ta' Jannar u t-30 ta' Settembru 2006, fir- reġistru pubbliku saru 621 żwieġ ċivili, li minnhom, 578 saru f'Malta u 43 f'Għawdex.", "Minn dawn, 63 kienu bejn Maltin u barranin - 57 saru f'Malta u 6 saru f'Għawdex.", "SERQ TA' MOBILE PHONES", "20504.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Chris Cardona) staqsa lill- Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew rapportati mobile phones misruqa jew mitlufa din is- sena?", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI (f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern): Bejn Jannar u Awissu ta' l-2006, ġew irrapportati lill-pulizija li nsterqu 1,418 mobile phones.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Dawn kollha ġew misruqa jew jista' jkun li ntilfu?", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Dawn ġew irrapporti bħala misruqa, imma jekk kenux mitlufa jew misruqa jirriżulta aktar 'il quddiem mid-diversi inkjesti u investigazzjonijiet li jsiru.", "STUDENTI TA' L-INGLIŻ", "20505.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Chris Cardona) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Kemm kien in-numru ta' persuni li ġew Malta biex jistudjaw l-Ingliż din is-sena u fl-aħħar ħames snin?", "Minn liema pajjiżi ġew?", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi): It-tagħrif mitlub se jitpoġġa fuq il-mejda tal- Kamra.", "SKOLA VINCENZO BORG BRARED", "20736.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: Jista' l-Ministru jaċċerta lill-Kamra li l-workshops tat-technology education li saru fl- iskola Vincenzo Borg Brared ġewwa Birkirkara huma safe u ħielsa minn kull periklu u allura skond l-istandards meħtieġa, fosthom anke l-iswitches għall-makkinarju?", "Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru ġentilment ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra ċ-ċertifikazzjoni li tindika li dawn il-workshops huma safe u skond l-istandards meħtieġa?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi): Il- laboratorju tad-disinn u teknoloġija (Technology Education Workshop) huwa safe u ħieles minn kull periklu, u allura skond l-istandards meħtieġa.", "Anke l-iswitches għall-makkinarju huma safe u skond l-istandards.", "Se npoġġi fuq il-mejda tal-Kamra ċertifikazzjoni li tindika li l- laboratorji (workshops) huma safe u skond l-istandards meħtieġa.", "Dan ġie kkonfermat anke mill-istess għalliem u ż-żewġ technicians fil-preżenza tal- kap ta' l-iskola u l-uffiċjal edukattiv tad-disinn u t-teknoloġija.", "VERDALA JUNIOR LYCEUM", "20737.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex informat bl-ittra li nbagħtet mill-kap tal-junior lyceum tal- Verdala, li issa se jkunu fl-iskola Adelaide Cini, fejn fiha, fost ħwejjeġ oħra, qed jgħid lill-ġenituri tat-tfal li \"anke jekk il-ħsara ma jkunx għamilha apposta għandha tiġi mħallsa mill-ġenituri\"?", "Ma jaħsibx li filwaqt li wieħed jifhem il-ħtieġa li ma ssirx ħsara, speċjalment wara li jkun sar xi xogħol, il-fatt li qed iwissi lill-ġenituri li anke f'każ ta' ħsara aċċidentali dawn għandhom iħallsu hija xi ftit esaġerata?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Se ngħaddi kopja ta' l-imsemmija ċirkolari lill-Onor.", "Interpellant fejn fiha la tirrizulta ċ-ċitazzjoni li hemm fil-mistoqsija u lanqas xi esaġerazzjoni.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti u nsejjaħ lill-Ministru Louis Galea.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar kotba ġodda li ġew introdotti fl-iskejjel primarji u sekondarji fis-sena skolastika 2006/2007, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari 20738; u", "f'isem il-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l- Informazzjoni, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Lista ta' vapuri li daħlu fit-tarzna għat-tiswija bejn l-1 ta' Jannar 2006 u l-4 ta' Settembru 2006, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari 21007; u", "Tagħrif dwar mains ġodda u mains imġedda li saru bejn Jannar 2000 u Lulju 2006, flimkien ma' servizzi ġodda li saru bejn Jannar 2000 u Settembru 2006 mill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma f'Malta u f'Għawdex, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari 21043.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Ninu Zammit.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura): Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali 238 ta' l-2006 – Regolamenti ta' l-2006 dwar Rekwiżiti Minimi għar-Rendiment tal-Bini fl-Użu ta' l-Enerġija.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-KODIĊI TAL-LIĠIJIET TAL-PULIZIJA", "CODE OF POLICE LAWS (AMENDMENT) BILL", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA (Ministru għall-Familja u Solidarjeta' Soċjali): Sur President, nipproponi t-Tieni Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Kodiċi tal-Liġijiet tal-Pulizija, Kap. 10\".", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO (Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent): Nissekonda.", "MR SPEAKER: Rimarki?", "Il-Ministru għall-Familja u Solidarjeta' Soċjali.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Sur President, huwa ta' sodisfazzjon kbir għalija li qiegħda nressaq dan l-abbozz ta' liġi li se jemenda l-Kodiċi tal- Liġijiet tal-Pulizija.", "Ħalli nibda mill-ewwel billi niċċara x'inhu l-iskop ta' dan l-abbozz ta' liġi.", "L-għan tiegħu huwa li jipprovdi pieni għal kulmin ibigħ jew jixtri l-alkoħol f'isem xi minuri jew inkella għal kulmin iservi jew iforni l-alkoħol lill-minuri f'xi ħanut, triq jew post pubbliku.", "Bl-istess mod qegħdin ngħidu li l-minuri ma jistgħux jikkonsmaw, jiksbu jew inkella jkollhom fil-pussess tagħhom l-alkoħol fil-postijiet imsemmija.", "Se jiġi ntrodott programm ta' ħidma sorveljata għall-ħati li jkun minuri u allura, fost provvedimenti oħra se jkun jikkonsisti f'ħidma ta' servizz komunitarju bla ħlas.", "Il-punt kruċjali ta' dan l-abbozz ta' liġi huwa li permezz tiegħu se nkunu qegħdin nistabbilixxu eta' minima għall-konsum ta' l-alkoħol.", "U hawnhekk se niċċara xi ftit affarijiet għaliex sfortunatament rajt ħafna taħwid u konfużjoni fl-imħuħ ta' ħafna nies matul is-snin li fihom konna qegħdin nitkellmu fuq dan l-abbozz.", "Fil-fatt kien hemm anke ġurnalisti u gazzetti li qalu li dan se jkun abbozz ta' liġi li se jżid l-eta' stabbilita għall- konsum ta' l-alkoħol.", "Dan assolutament m'huwiex minnu.", "Anzi għall-ewwel darba qegħdin nistabbilixxu f'dan il-pajjiż eta' minima għall-konsum ta' l- alkoħol.", "F'kelma waħda llum qegħdin ngħidu li min għadu taħt is-16-il sena u jikkonsma l-alkoħol, se jkun qiegħed jikser il-liġi.", "S'issa f'pajjiżna ħarisna biss lejn il-bejgħ ta' l-alkoħol mentri llum, permezz ta' dan l-abbozz ta' liġi, se nibdew inħarsu wkoll lejn aspetti oħra.", "Se npoġġu r-responsabilita' mhux biss fuq min ibigħ l-alkoħol imma anke fuq persuni oħra.", "Aktar 'il quddiem inkunu nistgħu nagħtu daqqa ħafifa lejn l-emendi li nsibu fih.", "Qabel xejn nistgħu ngħidu li fih innifsu dan l-abbozz ta' liġi m'huwiex xi wieħed twil.", "Anzi fih ftit emendi li pero' huma kruċjali.", "Jiena ngħid li dawn l-emendi ilhom mistennija minn ħafna nies u għaldaqstant issa qegħdin nikkonfermaw li minn ibigħ l-alkoħol lil dawk li għadhom taħt is-16-il sena, se jkun qiegħed jikser il-liġi.", "Qed ngħidu wkoll li min jixtri l-alkoħol f'isem il-minuri, min iservi jew b'xi mod iforni l-alkoħol lill-minuri f'ħanut, triq jew post pubbliku, se jkun qiegħed jikser il-liġi.", "Qegħdin ngħidu wkoll li l-minuri – jien se nsejħilhom tfal lil dawk li għadhom taħt is-16-il sena - ma jistgħux jikkonsmaw alkoħol f'ħanut, triq jew post pubbliku.", "Lanqas jistgħu jiksbu jew jipprovaw jiksbu jew inkella jkollhom fil-pussess tagħhom l-alkoħol f'dawn il-postijiet.", "Lanqas jistgħu jqarrqu meta jiġu biex jagħtu l-eta' tagħhom għall-fini tal-konsum jew għall-kisba ta' l-alkoħol.", "Hawnhekk qegħdin inħarsu lejn artiklu li qiegħed ipoġġi r-responsabilita' fuq il-minuri ta' taħt is-16-il sena.", "La jistgħu jikkonsmaw u lanqas jistgħu jqarrqu meta jiġu biex jagħtu l-eta' tagħhom.", "Għaldaqstant qegħdin ngħidu li dawk iż-żgħażagħ li jiksru dan l- abbozz ta' liġi, se jkunu ħatja ta' kontravvenzjoni.", "Sur President, iż-żgħażagħ iridu joqogħdu attenti meta jiġu biex jagħtu d- dettalji personali tagħhom għaliex jekk iqarrqu fid-dettalji li jagħtu lill- pulizija, se jeħlu fuq reat ieħor.", "Fil-fatt tista' tittieħed deċiżjoni sabiex dak iż-żagħżugħ ħati jkollu jagħmel programm li jiġi deċiż mill- qorti stess.", "Naturalment hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq il-qorti tal- minuri.", "Hawnhekk irridu noqogħdu attenti għal dak li qed ngħidu ħalli mhux mill-ewwel nibdew nallarmaw ruħna.", "Fl-istess ħin lanqas irridu nnaqqsu mill-gravita' tar-reat.", "Aħna rridu nagħtu s-saħħa lil din il-liġi għaliex jekk ma nagħtuhiex is-saħħa li għandha bżonn, ma tkunx qiegħda tagħti protezzjoni lit-tfal tagħna.", "Hija liġi li jrid ikollha l-forza, hija liġi li jrid ikollha l-infurzar tal-liġi, hija liġi li jrid ikollha l- edukazzjoni u hija liġi li jrid ikollha l-impenn kollettiv ta' dan il- pajjiż.", "Jekk ma jkollhiex dawn l-affarijiet ma nkunu qegħdin nagħmlu xejn konkret.", "F'dan l-abbozz ta' liġi nsibu wkoll il-penali li se jeħlu dawk li jbigħu jew jagħtu x-xorb lill-minuri.", "Qegħdin inħarsu wkoll lejn il-provvediment ta' counselling fejn ikun hemm bżonn.", "Qegħdin ngħidu li qabel ma tidħol fis-seħħ din il-liġi, se nkunu qegħdin nagħmlu kampanja edukattiva.", "B'hekk tibda tidħol bil-mod il-mod l-idea li tfal taħt is-16-il sena m'għandhomx jixorbu.", "Pajjiżna huwa wieħed mediterranju u l-konsum ta' l-alkoħol għalina hija xi ħaġa ta' kuljum.", "Fil-fatt il-konsum ta' l-alkoħol jibda sa minn eta' żgħira u aħna mdorrijin f'kultura fejn anke fl-antik konna nagħtu l-flipp lit-trabi tagħna u konna saħansitra nbillulhom il-gażaża fl-inbid sabiex joqogħdu aktar kwieti.", "Għalhekk naħsbu li għandna soċjeta' li mdorrija bix-xorb.", "Anke llum il-ġurnata ssib lil min jgħidlek għalfejn qegħdin noħolqu dan l-abbozz ta' liġi.", "Kien hemm xi ħadd li staqsieni għalfejn konna se nirrovinaw il-gost ta' kulħadd.", "Sur President, allaħares li l-messaġġ ta' l-adulti tagħna - li suppost jagħtu protezzjoni lit-tfal tagħhom - ikun dak li biex tieħu gost trid tixrob.", "Żgur li aħna m'aħniex qegħdin nagħmlu din il-liġi sabiex inneħħu mill-gost ta' xi ħadd.", "Irrid nenfasizza li m'hemm xejn fundamentalist f'dan l-abbozz ta' liġi.", "Fl-opinjoni tiegħi, dan l-abbozz ta' liġi jmissu ilu li daħal fis-seħħ.", "Fil-fatt jekk inħarsu lejn lista ta' informazzjoni li għaliha pparteċipaw 37 pajjiż minn madwar id-dinja, insibu li pajjiżna qiegħed fost l-uniċi disa' pajjiżi li m'għandhomx eta' minima għall-konsum ta' l-alkoħol.", "Imbagħad pajjiżna, flimkien ma' tliet pajjiżi oħra, għandu l-eta' għall-bejgħ ta' l-alkoħol li hija ta' 16-il sena.", "Lanqas l-Italja m'għandha din l-eta' għaliex madwar ġimagħtejn ilu bidlet il-liġijiet tagħha dwar ix-xorb u għolliet l-eta' kemm għall-bejgħ kif ukoll għall- konsum ta' l-alkoħol minn 16-il sena għal 18-il sena.", "Fl-Istati Uniti biex ibigħulhom u jikkonsmaw l-alkoħol irid ikollhom 21 sena.", "Fir-Russja biex ibigħulhom jrid ikollhom 21 sena u biex jikkonsmaw irid ikollhom 18-il sena.", "Il-Ġappun irid ikollhom 20 sena kemm biex ibigħulhom kif ukoll biex jikkonsmaw l-alkoħol.", "Għandek l-Awstralja, il- Kanada u s-South Korea li jrid ikollhom 19-il sena u mbagħad għandek lista twila ta' pajjiżi li jirrikjedu l-eta' ta' 18-il sena sabiex dak li jkun, ikun jista' jixtri jew jikkonsma l-alkoħol.", "Min-naħa l-oħra pajjiżna jinsab fl-aħħar postijiet fiż-żewġ okkażjonijiet.", "Fil-fatt nistgħu nbigħu l-alkoħol lil dawk li għandhom minn 16-il sena 'il fuq u mbagħad, lanqas biss teżisti eta' minn kemm jistgħu jibdew jikkonsmaw l-alkoħol.", "Għaldaqstant din hija xi ħaġa li għandha tinbidel minnufih jekk verament nemmnu li rridu nagħtu protezzjoni, edukazzjoni u stil ta' ħajja lit-tfal u liż-żgħażagħ tagħna.", "Issa aħna veru li m'għandniex liġi li tikkontrolla u tistabbilixxi l-eta' minima tal-konsum ta' l-alkoħol, pero' għandna ħafna liġijiet fejn jissemma kemm ix-xorb kif ukoll it-tfal taħt is-16-il sena.", "Jekk inħarsu lejn l- istess Kodiċi tal-pulizija li qegħdin nitkellmu fuqu llum, naraw li fost affarijiet oħra, ma jistax jinbiegħ inbid, birra jew spirti oħra lil persuni taħt is-16-il sena.", "Għandna r-regolamenti tat-trading licences li jgħidu l-istess ħaġa, jiġifieri li ma jistax isir il-bejgħ ta' l-alkoħol lil dawk li għandhom inqas minn 16-il sena.", "Għandna wkoll ir-regolamenti tat-tourism operations li jgħidu li ma jistax jinbiegħ alkoħol lil min għadu taħt is-16-il sena f'dawk il-premises li huma liċenzjati ma' l- awtorita' għat-turiżmu.", "Għandna wkoll ir-regolamenti dwar attivitajiet li għandhom bżonn il-permess mingħand il-kunsilli lokali, fejn regolamenti 9, 10 u 11 jgħidu li ma jistax isir dan it-tip ta' bejgħ.", "Sur President, jekk inħarsu lejn liġijiet oħra, insibu wkoll riferenza għat- tfal li għadhom taħt is-16-il sena.", "Fil-fatt insibu parti minn liġi li tgħid li persuna taħt is-16-il sena ma tistax tidħol jew tkun ħdejn l- entratura ta' xi bar jew premises oħra where there are barmaids or artists employed.", "Jekk inħarsu lejn ir-regolamenti dwar il-bonordni fil-postijiet tad-divertiment – jiġifieri fit-Trade Descriptions Act - insibu li għandna affarijiet oħra.", "Għalhekk kif qed taraw għandna bosta liġijiet u regolamenti li jħarsu lejn il-bejgħ ta' l-alkoħol lil dawk li għandhom inqas minn 16-il sena.", "Issa llum qegħdin inħarsu lejn l-estensjoni ta' dawn ir-regolamenti u l-liġijiet kollha li qegħdin jistabbilixxu l-eta' minima.", "Dan qegħdin nagħmluh għaliex sfortunatament qed naraw trends koroh ħafna fiż-żgħażagħ ta' madwar id-dinja żviluppata kollha.", "Jien m'għandix dubju li dan huwa abbozz ta' liġi li se jiġi diskuss minn bosta membri ta' din il-Kamra.", "U naħseb li m'aħniex se nitkellmu biss bħala membri tal-Parlament.", "Personalment ma nħossnix li qiegħda hawnhekk illum sabiex nitkellem biss min-naħa ta' ministru imma l-maġġoranza tagħna se jitkellmu mil-lat ta' ġenituri.", "Kollha kemm aħna għandna l-esperjenzi tagħna bħala membri tal-familja.", "Min għandu t-tfal li għad m'għandhomx 16- il sena u allura forsi qegħdin f'eta' vulnerabbli u f'eta' ta' tħassib, min għandu t-tfal tat-tfal u min għandu tfal żgħar ħafna imma li xorta qiegħed jitħasseb bit-trends li qegħdin jiżviluppaw.", "Żgur li fuq dan l-abbozz ta' liġi se jkollna ħafna li se jressqu l-emozzjonijiet personali bħala membri tal-familja.", "U hekk għandu jkun għaliex fl-aħħar mill-aħħar aħna ma niġux f'din il-Kamra bħala membri parlamentari biss u ninqatgħu mir-realta' tal- familja u mir-realta' li hemm barra.", "Sur President, aħna niġu f'din il-Kamra bl-esperjenzi, bl-opinjonijiet u bl- attitudinijiet tagħna.", "Jien ma nafx min tkellem kontra li nistabbilixxu l- eta' minima tal-konsum, pero' kien hemm min ma jistax jifhem għalfejn se nagħmlu din il-liġi.", "Kien hemm ukoll min qalilna li din il-liġi mhux se taħdem f'pajjiżna għaliex diġa' ma ninforzawx il-liġijiet li għandna.", "Kien hemm ukoll min qalilna li jkun aħjar jekk ninforzaw il-liġijiet li għandna bħalissa u mbagħad 'il quddiem naraw.", "Kien hemm min qalilna li dawn huma prohibitions u meta fil-passat kellna l-prohibitions, ir-riżultati kienu counterproductive.", "Naturalment jien ma naqbilx ma' min jirraġuna b'dan il- mod għaliex fi kliem ieħor qiegħed jgħidli biex ma nagħmel xejn.", "Dan huwa atteġġjament negattiv għall-aħħar.", "Li rridu nagħmlu huwa li nbiddlu l- affarijiet u lkoll kemm aħna rridu nagħmlu l-isforzi tagħna sabiex dan it- tibdil jiġi fis-seħħ u naraw li jkun suċċess.", "Nerġa' ngħid li dan huwa abbozz ta' liġi li fih innifsu huwa pożittiv ħafna.", "Madanakollu jeħtieġ li jkun hemm sforz kollettiv, ibda mill- ġenituri, mit-tfal ta' taħt is-16-il sena, mill-għalliema, mill- awtoritajiet kollha responsabbli, mill-media, mill-edukaturi u mill-membri tal-leisure industry li jridu jagħtu wkoll is-sehem tagħhom.", "Issa hawnhekk irrid ngħid li jiena kelli l-opportunita' li nitkellem ma' dawn in-nies u anke huma m'humiex kontra dan l-abbozz ta' liġi.", "Kien hemm konsultazzjoni wiesgħa ħafna fuq dan l-abbozz ta' liġi.", "Wieħed irid iżomm saqajh ma' l- art u jgħid li fil-kultura tagħna hemm affarijiet li rridu nbiddluhom.", "Dawn l-affarijiet nbiddluhom imma rridu noqogħdu attenti li ma noħolqux xi terrimoti partikolari.", "Pero' rridu naraw li dan it-tibdil isir.", "Niftakar meta jiena u l-Onor.", "Coleiro konna ħadna sehem f'seminar, li jekk m'iniex sejra żball kien sar f'St. James Cavalier, konna bdejna nitkellmu proprju fuq it-tħassib li għandna żieda fil-konsum ta' l-alkoħol fost iż- żgħażagħ tagħna.", "Fil-fatt kien minn hemm li nibtet l-idea li nagħmlu speċi ta' parliamentary committee ad hoc, li fil-verita' beda jiltaqa' f'waħda mill-kmamar tal-kumitati tagħna.", "F'dan il-kumitat kien hemm numru ta' persuni ġejjin minn firxa wiesgħa tas-soċjeta' tagħna.", "Kien hemm il-membri tal-leisure industry, diversi membri parlamentari miż-żewġ naħat tal-Kamra, membri ta' l-għaqdiet tal-ġenituri, membri mis-Sedqa u minn għaqdiet volontarji, il-kummissarju tal-pulizija u ħafna nies oħra.", "Ilkoll kemm aħna ltqajna flimkien sabiex naraw eżattament x'inhi the way forward ta' din il-problema.", "Il-way forward kienet li naraw l-ewwel u qabel kollox x'jgħidu l-liġijiet preżenti u llum semmejt xi wħud mill-provvedimenti f'dawn il-liġijiet u r-regolamenti.", "Il-way forward kienet ukoll li naraw eżattament x'seta' jsir b'mod immedjat u għal dan il-għan, kien hemm ftehim ma' l-aġenzija Sedqa sabiex jibdew jitwaħħlu stickers f'postijiet pubbliċi bħalma huma grocers u supermarkets dwar kif ma jistax jinbiegħ xorb lil dawk ta' taħt is-16-il sena.", "Dan il-kumitat kien iltaqa' darbtejn oħra u fihom konna ħadna l-linji gwida tagħna.", "Maż-żmien dan il-kumitat beda jsir daqxejn top heavy minħabba n- numru ta' membri li kien fih u għaldaqstant beda jsir diffiċli ħafna sabiex niltaqgħu kollha, pero' minn hemmhekk malajr beda x-xogħol u jiena kont għamilt presentation fil-Cabinet committee.", "F'din il-presentation kien hemm miegħi l-Ministru Louis Galea għall-edukazzjoni, il-Ministru Louis Deguara għas-saħħa u l-Onor.", "Helen D'Amato li tifforma wkoll parti mill- ministeru tas-saħħa.", "Il-preżentazzjoni saret mill-aġenzija Sedqa u oħrajn li kienu involuti f'dan ix-xenarju.", "Dakinhar konna rajna x'inhuma jgħidu ċ- ċifri u t-trends tal-ġurnata; rajna xi ħteġijiet kellna bżonn, ħteġijiet ta' edukazzjoni, ħteġijiet ta' tibdil leġislattiv, ħteġijiet ta' infurzar u ħteġijiet ta' kuntatti u ta' networking bejn aġenzija u oħra, bejn kumitati u bejn NGOs differenti.", "Minn hemmhekk żviluppajna l-memo li tela' quddiem il-Kabinett.", "Naturalment wara li l-Kabinett ra dawn il-proposti, saru t- tibdiliet meħtieġa u llum għandna quddiemna dan l-abbozz ta' liġi.", "Fil-bidu tad-diskors tiegħi staqsejt x'kienet il-ħtieġa ta' dan l-abbozz ta' liġi u tajt ukoll risposta ġenerika.", "Issa se nkompli ngħid għalfejn ħassejna din il-ħtieġa.", "Jekk xi ħadd jara l-gazzetti ta' dawn l-aħħar tliet snin isib li l-għaqdiet tal-ġenituri esprimew it-tħassib tagħhom dwar dak li kien qiegħed jiġri fil-postijiet tad-divertiment pubbliċi.", "Fil-fatt iż-żgħażagħ tagħna, f'dawn il-postijiet, kienu qegħdin jixorbu b'rata li kienet dejjem qiegħda tiżdied.", "Kienet daħlet it-trend tal-binge drinking.", "Sa ftit taż-żmien ilu dan il-fenomenu tal-binge drinking ma kienx jagħmel parti mill-kultura tad-divertiment ta' pajjiżna.", "Binge drinking tfisser li għandek persuna li fi żmien qasir ħafna tikkonsma ammont kbir ta' alkoħol.", "F'dan il-każ qegħdin ngħidu żgħażagħ ta' 13 u 14-il sena li f'sagħtejn jew tlieta jafu jieħdu mal-ħames drinks alkoħoliċi.", "Dan ifisser li qiegħed ikollok konsum qawwi ta' alkoħol fi żmien qasir, b'effetti negattivi ħafna fuq dak li jkun.", "Sur President, ilkoll kemm aħna konna żgħar u lkoll kemm aħna niftakru ż- żogħżija tagħna.", "Għaldaqstant naħseb li ħadd m'hu se jiskanta li jkollok żgħażagħ li jesperimentaw fix-xorb ta' l-alkoħol bħalma hija l-birra, l- inbid jew spirtu ieħor.", "Ħafna drabi l-ewwel tentattivi jsiru fid-djar tagħna stess.", "Aħna pajjiż li mdorrijin bl-alkoħol fid-dar u lkoll niftakru kif qabel l-alkoħol kien jinżamm magħluq fil-cocktail cabinet għal meta jiġu l-mistednin.", "Issa llum il-ġurnata l-konsum ta' l-alkoħol sar ħafna aktar diffuż.", "Jiena trabbejt f'familja fejn waqt l-ikel kien ikun hemm l- inbid fuq il-mejda għall-ġenituri tiegħi u mbagħad fis-salott kien ikollna x-xorb li joħroġ meta kienu jiġu xi mistednin id-dar.", "Nemmen li fi żmieni l-maġġoranza tal-familji Maltin kienu hekk u lili ħadd ma kien qalli biex ma nixrobx.", "Nerġa' nirrepeti li dawk ta' l-eta' tiegħi drajna f'dak l- ambjent, pero' l-maġġoranza tagħna ma kenux imorru d-dar u jaqbdu jixorbu sakemm jiddamdmu.", "Madanakollu llum qegħdin naraw kultura differenti.", "Daqs 15-il sena ilu ż-żgħażagħ tagħna ma kenux joħorġu waħedhom ta' 13-il sena.", "Issa llum qed naraw li tfal ta' 13 u 14-il sena joħorġu mal-ħbieb tagħhom.", "Barra minn hekk lanqas għadhom joħorġu bejn is-6.00p.m u t- 8.00p.m. imma għandhom ħinijiet differenti u sfortunatament ix-xorb sar ukoll parti minn din il-kultura.", "Sa ftit taż-żmien ilu l-maġġoranza taż- żgħażagħ tagħna kienu jmorru għas-soft drinks, mentri llum l-maġġoranza taż- żgħażagħ qegħdin imorru għall-alkoħol.", "Dawn jagħmlu hekk għaliex mingħalihom li billi jixorbu l-alkoħol qegħdin juru kemm huma sofistikati, maturi u adulti.", "Għalhekk il-messaġġ li rridu ngħaddulhom huwa li meta żagħżugħ ta' 13, 14 jew 15-il sena jixrob l-alkoħol, la huwa matur, la huwa adult u wisq inqas sofistikat.", "Anzi meta qiegħed tixrob l-alkoħol ta' dik l-eta', qiegħed tagħmel xi ħaġa li jista' jkollha effetti negattivi ħafna.", "Sur President, hawnhekk nibqa' ninsisti fuq il-messaġġ komuni li għandu joħroġ mingħandna lkoll.", "Jekk jiġi xi ħadd u b'ċertu xettiċiżmu jargumenta kontra din il-liġi ma jkun qed jagħmel l-ebda pjaċir liż-żgħażagħ tagħna.", "Aħna qegħdin inwasslu t-tħassib ta' l-edukaturi u ta' ħafna ġenituri dwar dak li qed jiġri fost iż-żgħażagħ tagħna.", "L-ewwel semmejt l-għaqdiet tal- ġenituri u jkolli ngħid li dawn l- għaqdiet tal-ġenituri ilhom jagħmlu l- pressjoni tagħhom sabiex l-affarijiet jitbiddlu u jkollna minimum consumption age.", "Issa llum qegħdin inwettqu x-xewqa ta' dawn il-ġenituri.", "Ovvjament il-ġenituri jibqgħu l-ewwel edukaturi ta' wliedhom u la l-liġi, la l-awtoritajiet, la l-Parlament u lanqas il-pulizija ma jistgħu jieħdu xi darba post il-ġenituri.", "Dawn kienu u jibqgħu l-ewwel edukaturi ta' wliedhom.", "Ikolli ngħid li nitħasseb mhux ħażin meta jiġu quddiemi ġenituri u joħorġuli bil-frażi: \"Xi trid tagħmel?", "Illum mhux kulħadd hekk?", "Ibni joħroġ jixrob u x'ħin jiġi lura d-dar ikun kollu riħa ta' alkoħol.", "U kollu ta' xejn dak li ngħidlu.\".", "Mela għalfejn nissejħu ġenituri?!", "Kif nafu t- tfal tagħna m'humiex perfetti u lanqas aħna m'aħna xi ġenituri perfetti, pero' żgur li l-ġenituri ma jistgħux jabdikaw mir-rwol tagħhom.", "Illum xi kultant il-kelma \"dixxiplina\" saret tinstema' xi ftit kerha imma d- dixxiplina hija meħtieġa ħafna fit-trobbija tat-tfal.", "Jiena naħseb li l- ewwel dover tal-ġenituri huwa li jaċċertaw ruħhom li t-tfal tagħhom ma jiġux id-dar mimlijin tilja xorb wara serata barra.", "L-ebda ġenitur m'għandu jiġi jistaqsi x'se jagħmel għaliex mhux se ngħallmuhom aħna dwar dak li jridu jagħmlu.", "It-tfal huma tiegħek u għaldaqstant għandek tkun int li tedukahom u tara li ma tħallihomx jidħlu f'periklu.", "Inti għandu jkollok l-awtorita' fuq it-tfal tiegħek u turihom b'mod u manjiera kostruttiva li x- xorb alkoħoliku hija xi ħaġa verament żbaljata.", "Sur President, jiena għandi empatija mal-ġenituri għaliex jiena stess għandi erbat itfal u naf x'jiġifieri t-trobbija tat-tfal.", "Il-familja tiegħi m'hijiex nieqsa minn ċerti problemi, bħal kull familja oħra.", "Madanakollu m'hijiex xi ħaġa aċċettabbli li tisma' ġenituri jgħidu li ma jafux x'se jaqbdu jagħmlu bit-tfal tagħhom - ta' 13-il sena – meta dawn joħorġu u jidħlu lura d-dar fis-sakra u mdamdmin.", "Dawn il-ġenituri jiġu fuqna u jgħidulna li għandna nagħmlu xi ħaġa dwar din il-problema u llum qegħdin nagħmlu din il-liġi apposta.", "Madanakollu nibqa' ninsisti li kemm il-liġi u kif ukoll l-awtoritajiet m'humiex xi replacement għall- edukazzjoni li l-ġenituri jistgħu jagħtu lil uliedhom.", "L-akbar edukazzjoni jibqa' l-eżempju li jagħtu l-ġenituri.", "Kien hemm min qalli li jekk għandek il-ġenituri li l-ħin kollu jixorbu, it-tfal tagħhom se jitilgħu f'kultura fejn għalihom l-alkoħol ma fih xejn ħażin.", "Il-verita' hi li s-self-regulation tibqa' l-aħjar metodu ta' kif nistgħu nedukaw lil uliedna.", "Jekk aħna, bħala ġenituri, nagħmlu użu mill-alkoħol, għandna nagħmluh b'mod kawt u meqjus.", "Nerġa' ngħid li hawnhekk m'aħniex qegħdin nitkellmu fuq no alcohol imma qed ngħidu użu ta' alkaħol b'mod għaqli għal dawk li għandhom 'il fuq minn 16-il sena mentri m'għandu jkun hemm l-ebda xorb alkoħoliku għal dawk li għandhom inqas minn 16-il sena f'postijiet pubbliċi.", "Din il-liġi bl-ebda mod m'hi qiegħda tidħol fid-djar privati, jiġifieri fid-djar tal-ġenituri jew fid-djar ta' xi familjari oħra.", "Meta ġejna sabiex niddiskutu x'jiġifieri \"post pubbliku\", kien hemm min staqsieni jekk dan jgħoddx għal waqt xi tieġ.", "U għalhekk se niċċara xi affarijiet.", "Hawnhekk il-liġi titkellem fuq ħanut, triq jew post pubbliku.", "Post pubbliku jfisser post li huwa liċenzjat.", "Ladarba tieġ ikun qiegħed isir f'post liċenzjat, dan għandu jitqies bħala post pubbliku.", "Għalhekk min iġorr ir- responsabilita' ta' dak il-post pubbliku, qiegħed iġorr ukoll ir- responsabilita' għall-alkoħol f'idejn it-tfal.", "Anke jekk ikun hemm il- ġenituri preżenti f'dak il-post, xorta waħda jibqa' post pubbliku.", "F'ħanut hija xi ħaġa ovvja.", "Hawnhekk ukoll irridu noqogħdu attenti għaliex sa ftit taż-żmien ilu, kien mingħalina li nistgħu nħallu liż-żgħażagħ tagħna jixtru x-xorb minn supermarket jew grocer anke jekk ikollhom inqas minn 16-il sena.", "Din assolutament m'hijiex il-verita'.", "U nista' ngħid b'garanzija li din kienet il-prassi għaliex darba minnhom kont qiegħda ma' waħda mit-tfal tiegħi ta' 12-il sena u ridt nagħmel prova; għidtilha sabiex tmur tixtri xi prodotti ta' l-alkoħol minn supermarket u ħadd ma qalilha xejn.", "Dan mhux suppost.", "F'dan l-abbozz ta' liġi qegħdin insemmu wkoll it-toroq.", "Issa ħadd ma jiġi jgħidilna li t-tfal kienu qed jixorbu fil-festa tat-tali qaddis jew tat- tali qaddisa u li f'dik il-ġurnata kulħadd ikun f'burdata ta' ċelebrazzjoni!", "Din għidtha pubblikament u se nerġa' ngħidha hawnhekk.", "Waħda mill-affarijiet li verament turtani u tweġġagħni hija meta nara marċ ta' festa, marċ li suppost huwa ċelebrazzjoni tal-festa tal-knisja u minflok tara tfal ta' 13-il sena jew 14-il sena għaddejjin bil-fliexken tax- xorb f'idejhom.", "Wara ftit tarahom kollha fis-sakra u ħadd ma jkellimhom jew jagħti kashom għaliex dik hija l-festa tar-raħal.", "Issa jekk forsi lil xi ħadd dawn l-affarijiet ma jdejquhx, ngħid għalija lili jdejquni mhux ftit.", "Il-fatt li hemmhekk għandi t-tfal mitfugħin fuq bankina fis-sakra, jidhirli li hija xi ħaġa ta' min jistmerriha.", "U nistenna li bħala pajjiż ngħidu le għal dawn l-affarijiet.", "Għalhekk kemm is-sid tal-bar jew tal- klabb li jkun qiegħed jgħaddi x-xorb, kemm in-nies li qegħdin barra, kemm il-ġenituri li qegħdin preżenti għall-festa u kif ukoll dawk li qegħdin jieħdu sehem fiċ-ċelebrazzjoni, għandhom jaraw li fejn hemm it-tfal, ma jħalluhomx jixorbu l-alkoħol.", "Sur President, fir-rigward ta' l-eta' taż-żgħażagħ illum hija xi ħaġa faċli biex tirrikkonoxiha għaliex l-ID card għal dawk ta' bejn l-14 u s-16-il sena hija differenti mill-oħrajn.", "Naturalment min għandu inqas minn 14-il sena m'għandux ID card.", "Meta titkellem mas-sidien tal-leisure industry jgħidulek li dawn iż-żmenijiet huwa diffiċli - speċjalment fejn jidħlu t- tfajliet - sabiex tkun taf l-eta' taż-żgħażagħ.", "Din tista' ssir bl-aktar mod sempliċi; kemm titlobhom għall-identity card.", "M'hu veru vejn li fil- bars u fid-discos jitolbuhom l-ID card għaliex li kieku verament jagħmlu hekk, ma kienx ikollok 32% taż-żgħażagħ taħt l-eta' li jgħidu li l-aħħar li xorbu kien ġewwa disco mentri 14% oħra jgħidu li xorbu ġo pub jew ġo bar.", "F'kelma waħda qegħdin ngħidu li 46% ta' dawn it-tfal xorbu f'postijiet pubbliċi u fejn mhux suppost kienu qegħdin jixorbu.", "Barra minn hekk, fil- każ tad-discos qiegħed isir reat ieħor għaliex taħt is-16-il sena lanqas suppost jidħlu!", "Jiena qiegħda ngħid li l-leisure industry trid tagħmel id-dover tagħha u trid taċċerta ruħha li dawk li qegħdin jidħlu ġod-discos għandhom 'il fuq minn 16-il sena, mentri dawk li qegħdin jixorbu għandhom aktar minn 16-il sena.", "Dan għaliex issa, dan l-abbozz ta' liġi mhux se jippermettilhom aktar li jilagħbuha li ma jafux.", "Hawnhekk irrid nagħmel ukoll aċċenn għall- enforcement.", "Veru li huwa diffiċli li jkollok il-pulizja kullimkien u ġieli tisma' l-argument: \"Mela aħna xi police state!\".", "Allura f'pajjiżi oħra x'jagħmlu?", "Jien kont fl-Irlanda u rajt li fejn hemm il-bars u l- ħwienet tad-divertiment, ikollok il-pulizija jagħmlu r-ronda fuq iż- żwiemel.", "Dan ma jagħmluhx biss biex jikkontrollaw l-inkwiet imma rajthom ukoll iwaqqfu lil ċerti żgħażagħ li dehrilhom li kienu żgħar u talbuhom juru d-dokumenti ħalli jaraw kemm għandhom żmien.", "Napprezza wkoll li l-korp tal-pulizija għandu problemi ta' riżorsi imma l- aktar ħaġa importanti huwa l-impenn.", "Jiena nemmen li bl-impenn inwasslu l- messaġġ u nimplimentaw il-liġijiet tagħna.", "Għalhekk fil-bidu tad-diskors tiegħi għidt li dan l-abbozz ta' liġi jeħtieġ impenn kollettiv.", "Jiddispjaċini meta nisma' lil xi ħadd jgħid li l-pulizija hija ineffettiva għaliex meta tara lil min huwa taħt l-eta' jixrob l-alkoħol, ma tagħmlilhom xejn.", "Hawnhekk irrid naqbeż għall-korp tal-pulizija għaliex bil-liġi li għandna fil-preżent, il-korp tal-pulizija m'għandux saħħa.", "Aħna nitkellmu ħafna fuq il-ħwienet li hemm fid-daħla ta' Paceville għaliex hemmhekk l- aktar li jidhru ż-żgħażagħ jixorbu.", "F'San Ġiljan kellna alco-park.", "Darba minnhom waqaft inkellem żewġ pulizija li kienu fl-inħawi u dawn qaluli li huma ma setgħu jagħmlu xejn għaliex ħadd ma kien biegħ l-alkoħol lil dawn it-tfal imma dawn kienu ġabuh magħhom.", "U għalhekk setgħu jixorbu kemm iridu għaliex ma kenux qegħdin jiksru xi liġi tal-pajjiż.", "Allura llum irridu nagħtu l-forza meħtieġa lill-awtoritajiet tagħna ħalli anke meta jaraw żagħżugħ qiegħed jixrob, jgħidulu huma stess li b'dak li qed jagħmel qiegħed jikser il-liġi.", "Fl-aħħar mill-aħħar dik hija l-aktar ħaġa kruċjali li għandna bżonn nagħmlu.", "Sur President, ngħid il-verita' li Paceville huwa viċin id-dar tiegħi, pero' bħal Paceville għandna diversi postijiet oħra f'Malta.", "Naturalment l- aktar li jissemma huwa Paceville għaliex hemmhekk għandek l-akbar konkregazzjoni ta' żgħażagħ.", "Madanakollu hemm ħafna postijiet oħra f'Malta fejn jingħaqdu u jiltaqgħu ż-żgħażagħ tagħna, fosthom fl-irħula u fl- ibliet.", "Dan l-aħħar il-kunsill lokali ta' San Ġiljan għamel by-law sabiex jipprojbixxi t-tazzi u l-fliexken tal-ħġieġ barra fit-triq.", "Din għamilha għal żewġ raġunijiet; waħda biex jekk allaħares qatt ikun hemm xi inkwiet, il-fliexken u t-tazzi ma jintużawx bħala armi u l-oħra, sabiex inaqqsu mix- xorb taż-żgħażagħ tagħna barra.", "Madanakollu xorta sibna minn fejn ngħaddu għaliex bdew jintużaw il-kontenituri tal-plastik.", "Għalhekk beda jkollna żgħażagħ jixorbu l-vodka mill-fliexken ta' l-ilma!", "Għaldaqstant s'issa m'aħna nagħtu l-ebda protezzjoni liż-żgħażagħ tagħna.", "Fejn jidħol il- bejgħ, jekk jien qiegħed inbigħ l-alkoħol ġo bar jew ħanut u jiġi żagħżugħ ta' 18-il sena u jixtri x-xorb mingħandi u mbagħad jgħaddih lil xi ħadd ta' 15-il sena, ma tkun qed tinkiser l-ebda liġi għaliex il-bejgħ ma sarx lil xi ħadd li huwa taħt is-16-il sena.", "Allura rridu noqogħdu attenti li mmexxu l-liġi kif irriduha aħna.", "L-ewwel semmejt il-ġenituri u jiena verament jiddispjaċini għal dawk il-ġenituri li jkollhom it-tifel jew it- tifla tagħhom li minħabba xarba ta' darba, ikollhom konswegenzi fatali.", "Hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq tfajliet u ġuvintur li għadhom żgħar u li ġisimhom ma jkunx imdorri għal ammont qawwi ta' xorb.", "Fil-fatt kellna diversi okkażjonijiet fejn żgħażagħ spiċċaw l-isptar minħabba xorb eċċessiv.", "Dan l-aħħar kien hemm artiklu fuq gazzetta lokali bl-Ingliż fejn ġie rrapportat li n-numru ta' żgħażagħ li qegħdin jidħlu l-isptar minħabba xorb eċċessiv ta' alkoħol qiegħed dejjem jiżdied.", "Jissemmew ukoll f'dan l- artiklu dawk il-ħafna żgħażagħ li jiġu f'pajjiżna fix-xhur tas-sajf sabiex jitgħallmu l-Ingliż.", "Għal dawn iż-żgħażagħ Malta hija xalata għaliex hawnhekk jistgħu jixorbu kemm iridu mentri f'pajjiżhom xi ħaġa bħal din ma jistgħux jagħmluha.", "Hawnhekk irridu nagħmluha ċara li dawk iż-żgħażagħ li jiġu fostna sabiex jistudjaw l-Ingliż, waqt li jkunu f'pajjiżna huma responsabilita' tagħna wkoll.", "U allura wieħed irid jikkonsidrahom ukoll fix-xena lokali.", "Nafu li minn dawn iż-żgħażagħ ikollna ħafna, l-aktar fix- xhur tas-sajf.", "Aħna għandna r-riżultati li ħarġu mill-ESPAD dwar il-konsum ta' alkoħol u droga.", "Dan l-istudju jsir darba kull sentejn u jsir fuq studenti li għandhom inqas minn 16-il sena.", "L-aħħar riżultat li għandna huwa dak li sar fis-sena 2003 u niftakar li kienet saret press conference fuq ir- riżultati li ħarġu minnu.", "Jiena kont preżenti għal din il-press conference u fiha smajt lill-aġenzija Sedqa titkellem dwar dak li ħareġ minn dan ir- rapport.", "U dak li ħiereġ hija raġuni oħra għalfejn aħna qegħdin nagħmlu dawn l-emendi llum.", "Madanakollu kien hemm anke kummenti negattivi ħafna meta kien qiegħed joħroġ dan ir-rapport.", "Kien hemm min qal li dan is- survey – li ħareġ f'Jannar – sar f'Diċembru u allura minħabba l-Milied, bilfors li ż-żgħażagħ se jgħidu li xorbu.", "Dan m'huwiex minnu għaliex ma tistax tibbaża ruħek fuq mistoqsija bħal dik u tgħid li l-informazzjoni miġbura hija xi ftit storta.", "Dan għaliex is-survey kien fih madwar 50 mistoqsija u kollha kemm huma kienu jkopru dak kollu li xtaq ikun jaf is- surveyor.", "Dan huwa studju xjentifiku li jsir f'madwar 35 pajjiż.", "Ir- riżultati li joħorġu minnu huma appoġġjati minn studji oħra li saru f'pajjiżna matul żmenijiet differenti tas-sena u minn nies differenti.", "Ir- riżultati kollha kienu l-istess.", "Sur President, ħalli naraw daqsxejn ir-riżultati li ħarġu minn dan is- survey u naraw kif marret Malta vis-à-vis l-35 pajjiż li ħadu sehem f'dan is-survey.", "Iż-żgħażagħ Maltin li għandhom inqas minn 16-il sena ġew l- ewwel f'dak li huwa l-konsum ta' l-inbid u ta' spirti oħra.", "Dawn l-ispirti xorbuhom almenu tliet darbiet jew aktar fl-aħħar xahar ta' qabel ma sar is- survey.", "Iż-żgħażagħ Maltin ġew it-tieni f'dak li huwa l-konsum ta' l-inbid u ta' spirti oħra waqt l-aħħar drinking session tagħhom.", "Imbagħad iż- żgħażagħ Maltin ġew fil-ħames post għal dak li huwa l-binge drinking.", "Ta' min ifakkar li dawn iż-żgħażagħ jinsabu fl-aħħar snin ta' l-iskola sekondarja tagħhom.", "Kien hemm 25% ta' dawn iż-żgħażagħ li ammettew il- binge drinking.", "Sur President, forsi jkun hawn min jgħidlek li aħna qed nagħtu dawn iċ- ċifri biex nallarmaw lin-nies.", "Xejn minn dan!", "M'għandna l-ebda skop li nallarmaw lil xi ħadd.", "Jiena ma ġejtx hawnhekk sabiex nallarma lin-nies.", "Għandi jiġu ġenituri, edukaturi u anke nies li qegħdin fl-industrija jgħiduli li għandna bżonn naraw x'se nagħmlu għaliex hemm barra tgħidx x'qiegħed jiġri.", "Dawn jgħidulna: Tafu l-ammont ta' xorb li qiegħed jiġi kkonsmat miż-żgħażagħ tagħna?", "Tafu x'inhu r-riżultat li qed iħalli fuqhom dan il-konsum kollu?", "Naturalment ma tistax tara l-konsum ta' l-alkoħol miż- żgħażagħ tagħna bħala xi ħaġa waħedha imma trid taraha bħala parti minn diversi affarijiet oħra.", "Għandek żgħażagħ li meta jixorbu jibdew jieħdu deċiżjonijiet li xejn ma jkunu għaqlin.", "Jibdew jagħmlu affarijiet li kieku ma xorbux ma kenux jagħmluhom.", "Jagħmlu affarijiet li jħallu riperkussjonijiet negattivi fuqhom u li xi kultant dawn ir- riperkussjonijiet jibqgħu matul ħajjithom kollha.", "L-ewwelnett jekk għandek żgħażagħ ta' 13, 14 u 15-il sena li qegħdin jikkonsmaw ammont ta' alkoħol fuq bażi regolari, hemm il-possibbilta' enormi li dawn jibqgħu jikkonsmaw ammont sostanzjali ta' alkoħol tul ħajjithom kollha.", "Għandna s-social drinkers, għandna lil min jixrob ta' kuljum u għandna lil min jgħidlek li huwa jiflaħ għax-xorb.", "Madanakollu meta tikkonsma ammont sostanzjali ta' alkoħol fuq numru ta' snin, qiegħed tħalli riżultati negattivi ħafna fuq is-saħħa tiegħek.", "Issa fuq iż- żgħażagħ tagħna qiegħed ikollna problemi li jinqalgħu b'mod immedjat waqt li jkunu qegħdin taħt l-effett ta' l-alkoħol.", "Nerġa' nirrepeti li m'hemmx għalfejn ikunu fis-sakra.", "Jista' jkollok tifel ta' 13-il sena li qatt ma xorob f'ħajtu u mbagħad jekk jieħu tazza inbid, tkun biżżejjed sabiex ma tħallihx jaħseb ċar u tista' wkoll tagħmillu d-deni.", "Kważi kważi jekk tagħmillu d-deni tista' sservih ta' lezzjoni.", "Madanakollu dan jista' jagħmel xi ħaġa li tħalli fuqu riżultati negattivi anke fit-tul.", "U dik hija xi ħaġa differenti għal kollox.", "Sur President, qiegħda ngħid hekk għaliex minn dan is-survey sibna li kien hemm 3% taż-żgħażagħ li qalu li kellhom relazzjoni sesswali wara li kienu xorbu.", "Dawn qalu wkoll li l-għada filgħodu ddispjaċihom ta' dak li għamlu għaliex ma kenitx l-intenzjoni tagħhom li jagħmlu dawk l-affarijiet.", "Li kieku ma xorbux ma kenux jagħmluhom, pero' sfortunatament kienu għamluhom.", "Kien hemm 5% li qalu li huma kienu involuti fil-ġlied minħabba li kienu taħt l-effett ta' l-alkoħol.", "U kien hemm 2% li qalu li kellhom problemi mal-pulizija għaliex kienu taħt l-effett ta' l-alkoħol.", "Issa hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq tfal taħt is-16-il sena u m'iniex qiegħda nidħol fix- xena tax-xorb ta' min għandu 'l fuq minn 16-il sena, fejn jidħlu l-problemi ta' sewqan u problemi oħra.", "Hawnhekk qiegħda nħares biss lejn it-tfal ta' taħt is-16-il sena.", "Sfortunatament illum saret parti mill-kultura u mill-entertainment taż- żgħażagħ tagħna li jixorbu.", "Il-kelma li jużaw illum hija dik li \"jiddamdmu\" u mbagħad jużaw frażi oħra li m'hijiex adatta li tingħad hawn ġew.", "Il-verita' hi li bħala pajjiż hemm il-ħtieġa li noħorġu bil-messaġġ: \"Inti qiegħed tiżbalja\".", "Meta nħarsu wkoll lejn in-numru ta' ommijiet li għadhom taħt is-16-il sena nindunaw x'konsegwenzi jistgħu jispiċċaw fihom meta jkunu taħt l-effett ta' l-alkoħol.", "Minn dawn l-ommijiet għandna ċifra sostanzjali u meta tistaqsihom jgħidulek li kellhom relazzjoni sesswali meta kienu taħt l-effett ta' l-alkoħol u għalhekk ħarġu tqal.", "Dawn huma riperkussjonijiet li se jħallu l-effett tagħhom matul ħajjithom kollha.", "Sfortunatament illum nafu li għandna ħafna taħlit u riskji li fi żmenijiet oħra ma kenux jeżistu.", "Għalhekk irridu nduru fuq iż-żgħażagħ tagħna u ngħidulhom li ma jistgħux jixorbu l-alkoħol.", "Issa meta aħna konna qegħdin nitkellmu ma' l-industrija tad-divertiment, kien hemm xi wħud minnhom li kienu ppreokkupati.", "Kien hemm min qalilna li konna se nagħmlu dawn il- liġijiet u konna se ninforzawhom, pero' jekk jiġi xi żagħżugħ jew żagħżugħa u jagħtihom eta' falza, x'se jiġrilhom?", "Naturalment is-sidien suppost li jitolbu liż-żgħażagħ l-identity card, pero' dawn l-emendi li qegħdin nagħmlu se jpoġġu r-responsabilita' fuq iż-żgħażagħ.", "Kien hemm ukoll min wera ċertu tħassib għaliex konna se nitfgħu r-responsabilita' fuq iż- żgħażagħ ta' 16-il sena.", "Dażgur li għandna nitfgħu r-responsabilita' fuqhom.", "Mur kellem lil xi ħadd ta' 15 jew 16-il sena ħalli tara kemm ikun iridha ta' adult u kemm jibda jsemmi d-drittijiet tiegħu!", "U allura ladarba għandek id-drittijiet tiegħek, trid terfa' wkoll ir-responsabilita' ta' għemilek.", "Ladarba jgħaddi dan l-abbozz ta' liġi, ir-responsabilita' taż- żgħażagħ se tkun dik li ma jixorbux xorb alkoħoliku.", "Issa jekk imbagħad tixrob, ġorr ir-responsabilita' tiegħek u ħallas ukoll il-konsegwenza ta' għemilek.", "Sur President, f'dan l-abbozz ta' liġi qegħdin insemmu l-kontravvenzjoni għaliex jidhrilna li jekk ma nkunux serji biżżejjed, il-messaġġ li rridu nwasslu jibqa' ma jasalx.", "Il-multa se tkun ta' bejn Lm3 u Lm25.", "Din il- kontravvenzjoni ma rridux narmuha għaliex inkella nkunu qegħdin indgħajfu dak kollu li għamilna.", "Issa barra minn hekk hemm ukoll il-possibbilta' li jekk żagħżugħ juri tendenzi koroh, jista' jkollu jgħaddi minn programm speċifiku, li jista' jkun community service jew inkella programm ta' counselling jew inkella t-tnejn li huma.", "Dan il-programm huwa maħsub li jgħin lil dan iż-żagħżugħ jew żagħżugħa sabiex jinduna li l-alkoħol mhux qiegħed jagħmillu l-ġid.", "Hawnhekk irrid infakkar li anke fil-Kodiċi Kriminali li għandna stabbilita teżisti ċerta responsabilita' fuq il-ġenituri.", "U allura ġudikant, jekk jara problema jista' jżomm lill-ġenituri responsabbli għat-tfal tagħhom.", "Fl-opinjoni tiegħi, naħseb li din hija xi ħaġa ġusta.", "Jekk ikollok it-tfal li ma jmorrux l-iskola mhux il-ġenituri nżommu responsabbli ta' dik l- assenza?", "Jekk isiru ċerti affarijiet oħra mit-tfal mhux il-ġenituri jinżammu responsabbli ta' l-għemil ta' wliedhom?", "U f'dan il-każ ukoll il- ġenituri għandhom iġorru r-responsabilita' ta' l-aġir tat-tfal tagħhom, naturalment meta l-ġudikant jiddeċiedi li hekk għandu jkun.", "Ovvjament aħna m'aħniex qegħdin nipprovaw nagħmlu xi witch-hunt.", "Din diġa' għidtha darb'oħra u se nerġa' nirrepetiha llum.", "Aħna m'aħniex iċ-child catchers tal-famuż film \"Chitty chitty bang bang\".", "Aħna ma rridux naqbdu t-tfal jixorbu sabiex ngħallmuhom lezzjoni imma rridu ngħallmuhom lezzjoni minn qabel ma jibdew jixorbu.", "Madanakollu nafu li bejn dak li nixtiequ u r- realta' hemm differenza enormi u allura trid tkun il-liġi li tistabbilixxi l-parametri ta' dak li għandu jsir.", "Sur President, hawnhekk nafu li għandna bżonn ta' kampanja edukattiva.", "Għandna bżonnha għaliex aħna ma nemmnux li kif tidħol fis-seħħ din il-liġi, f'daqqa waħda se jibda jkollok numru ta' każijiet ta' żgħażagħ li qegħdin jitressqu l-qorti għaliex ikunu xorbu l-alkoħol.", "Xejn minn dan.", "Aħna qegħdin ngħidu li rridu nwettqu kampanja ta' edukazzjoni mfassla fuq numru ta' xhur.", "Fil-fatt din diġa' qiegħda tiġi mfassla minn working group sabiex naraw li tkun kampanja ta' edukazzjoni li tasal għand kulħadd.", "F'dan ir-rigward nistenna li l-media tagħtina l-għajnuna tagħha u m'għandix dubju li hekk se tagħmel.", "Nista' ngħid li matul dawn is-sentejn li ilna nitkellmu fuq din il-liġi, kemm fil-Cabinet committee u kif ukoll fuq programmi televiżivi, dejjem sibna l-għajnuna tal-media.", "Jiena ngħid li l- media trid tkun sabiex twassal il-messaġġ fid-djar tagħna.", "Preferibbilment dan il-messaġġ għandu jasal għand iż-żgħażagħ minn żgħażagħ oħra bħalhom.", "Nemmen li b'dan il-mod il-messaġġ ikun ħafna aktar effettiv.", "Il-media trid twassal il-messaġġ ukoll lill-ġenituri u lill-edukaturi tagħna u turihom kif dawn għandhom jgħallmu liż-żgħażagħ tagħna dwar kemm huwa ħażin ix-xorb.", "Ngħid għalija dan it-tagħlim huwa importanti daqs is- suġġetti tal-matematika, ta' l-Ingliż u ta' l-istorja.", "Il-media trid twassal il-messaġġ lill-industrija u jiena naf li l-industrija tinsab favur dawn l-emendi fil-liġi.", "Il-messaġġ għandu jasal għand kulħadd, pero' jekk nibdew inxellfu biċċa minn hawn u biċċa minn hemm, inkunu qegħdin indgħajfu kollox.", "Kien hemm min qalli li allura dawn iż-żgħażagħ lanqas ċikkulatina li fiha l-licquer ma jistgħu jieħdu?", "L-ewwelnett din m'hijiex xarba alkoħolika imma ċikkulatina u allura ma fiha xejn ħażin.", "Issa jekk se noqogħdu naqgħu f'dawn ir-redikolitajiet, nistgħu naqbdu u ma nagħmlu xejn mill-ewwel.", "Kien hemm ukoll min staqsieni jekk il-pulizija kenux se jibdew iħabbtu l- bibien tad-djar privati ħalli jaraw jekk it-tfal kenux qegħdin jixorbu l- alkoħol.", "Nerġa' nirrepeti li dan m'huwiex minnu għaliex il-pulizija m'humiex se jidħlu fid-djar tan-nies.", "Fid-djar hemm il-ġenituri li għandhom jgħallmu lit-tfal tagħhom.", "Il-ġenituri jiżbaljaw jekk jaqbdu u jgħidu le għax-xorb għaliex dik imbagħad tkun verament counterproductive.", "Il- ġenituri jridu jgħallmu lit-tfal tagħhom li x-xorb qiegħed hemm għall-użu għaqli u għall-użu fiż-żmien opportun.", "Ix-xorb mhux qiegħed hemm sabiex tintilef minn sensik jew sabiex tispiċċa jħossok ħażin.", "X'gost hu li tispiċċa f'dak l-istat?", "Jiena ta' spiss ngħaddi minn Paceville filgħaxija u ġieli nara żgħażagħ fis-sakra u nibda nistaqsi lili nnifsi x'gost qegħdin jieħdu b'daqshekk.", "Anke jekk tgħaddi fis-7.00 ta' filgħodu minn ċerti postijiet, tara żgħażagħ - jiena ngħidilhom il-leftovers tal-ġurnata ta' qabel - għadhom hemmhekk b'wiċċhom abjad karti.", "Allura dawn x'gost ikunu ħadu u x'gost qegħdin jagħtu lil ħaddieħor?", "Sur President, il-messaġġ tagħna għandu jkun dak li tista' tieħu gost kemm trid imma jekk inti taħt is-16-il sena, m'għandekx bżonn l-alkoħol sabiex tieħu gost.", "Fil-verita' l-alkoħol ta' l-ebda eta' m'għandek bżonnu sabiex tieħu gost.", "Naturalment jekk trid tieħu ftit alkoħol għaliex tieħu gost tixorbu, well and good, sakemm l-għażla tiegħek tkun waħda għaqlija.", "Ħadd m'hu qed jgħidlek biex ma tixrobx.", "Aħna rridu ngħallmu liż-żgħażagħ tagħna li l-konsum ta' l-alkoħol għandhom iħalluh għal meta jikbru u dan għandhom jagħmluh bil-għaqal.", "Kien hemm min qalilna jekk konniex qegħdin inqisu s- survey ta' l-ESPAD bħala xi vanġelu.", "U minn hawnhekk nista' ngħidlu li aħna m'aħniex nikkwotawh bħala l-vanġelu.", "Pero' kif diġa' għidt aktar qabel, dan m'huwiex l-uniku survey li wriena t-trends ta' dan il-pajjiż.", "Għandna surveys oħra li saru minn ċerti kumpanniji u li r-riżultati li ħarġu juru l-istess riżultati li ħarġu mis-survey ta' l-ESPAD.", "Issa l- problema tal-konsum ta' l-alkoħol miż-żgħażagħ tagħna ta' taħt is-16-il sena m'hijiex xi problema ta' l-individwu u lanqas hija xi problema tal- ġenituri tagħhom biss.", "Din hija problema tagħna lkoll għaliex wisq nibża' li mill-ammont li jidher li qegħdin jikkonsmaw iż-żgħażagħ tagħna u min- numru ta' żgħażagħ li qegħdin jikkonsmaw ċertu ammont ta' alkoħol fuq bażi regolari, jista' jfisser li aktar 'il quddiem, dawn verament jistgħu jsiru dipendenti mill-alkoħol.", "Naf li hawn min ma jaqbilx ma' dan il-kumment għaliex jgħidlek li kien hemm ħafna nies li kienu jixorbu meta kienu żgħar u mbagħad rabbew l-għaqal.", "Min-naħa tagħna meta tkellimna mat-tobba, qalulna li meta jkun hemm konsum sostanzjali ta' alkoħol f'eta' żgħira, jista' jagħti l-każ li anke wara ċertu żmien, dak il-konsum jagħmel il- ħsara fil-ġisem ta' dak l-individwu.", "U allura għal ħafna raġunijiet irridu nħarsu lejn iż-żgħażagħ tagħna u lejn il-konsum ta' l-alkoħol tagħhom.", "Sur President, ftit ilu tkellimt dwar il-kampanja edukattiva.", "Din il- kampanja edukattiva trid tgħallem lil kulħadd, fosthom kif għandhom jimxu l- pulizija f'dawn il-każijiet.", "Żgur li m'huwiex l-iskop tagħna li l- pulizija f'daqqa waħda jibdew ibeżżgħu lit-tfal tagħna.", "Jiena diġa' kelli xi suġġerimenti dwar xi emendi għal din il-liġi u jiena lesta li nilqagħhom sakemm dawn ma jkunux emendi li jdgħajfu l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna.", "Min-naħa l-oħra rridu noqogħdu attenti.", "Jiena ngħid li din il-liġi rridu nagħmluha bil-forza kollha imma rridu nagħmluha b'mod kawt ħalli ma noħolqux xi pandemonju.", "Nerġa' ngħid li aħna m'aħniex qegħdin hawnhekk sabiex noqogħdu nwerwru lit-tfal imma qegħdin hawnhekk sabiex nedukawhom.", "Jiena qiegħda nistenna li l-edukazzjoni tasal għand kulħadd u dan għandu jasal anke bil-mod ta' kif isir l-advertising.", "Il-Broadcasting Authority għamlet ċerti regolamenti ħalli ma jkunx jista' jsir reklamar ta' alkoħol f'ċerti ħinijiet.", "Barra minn hekk, anke meta jsir ir-reklamar fil-ġurnali u fir-rivisti tagħna, ma jkunx hemm reklamar immirat lejn nies taħt l-eta'.", "Kif nafu l-advertising huwa għodda qawwija u l-intenzjoni tiegħu hija li jagħti promozzjoni tal-prodott sabiex dan jinbiegħ.", "U għalhekk irridu noqogħdu attenti fuq l-advertising li jsir.", "Fil-fatt dan ġie kkontrollat b'manjiera għaqlija matul dawn l-aħħar snin.", "Allura kulma rridu nagħmlu huwa li nibqgħu naraw li ma jkunx hemm advertising ta' xorb alkoħoliku mmirat lejn iż-żgħażagħ tagħna.", "Sur President, dan l-aħħar kont qiegħda nara l-guidelines etiċi tal- festivals li jsiru f'pajjiżna ta' kull sena.", "Nistgħu ngħidu li dawn illum saru parti mill-kalendarju nazzjonali tagħna u fosthom insibu l-beer festival.", "L-aġenzija Sedqa ħarġet numru ta' guidelines f'dan ir-rigward.", "Fl-opinjoni tiegħi, huma guidelines għaqlin ħafna.", "Uħud minnhom jgħidu li m'għandhomx isiru competitions fejn jidħol l-alkoħol li jkunu mmirati lejn iż-żgħażagħ u li jekk imorru t-tfal f'dawn il-festivals, iridu jkunu akkumpanjati minn adult.", "Hekk għandu jkun.", "Jekk aħna qegħdin ngħidu li ż- żgħażagħ taħt is-16-il sena ma jistgħux jikkonsmaw l-alkoħol, allura rridu naċċertaw ruħna li ċerti regolamenti oħra jkunu konsonanti ma' dak li qed ngħidu hawnhekk.", "Insibu li f'pajjiżi oħra l-minuri lanqas biss jistgħu jidħlu f'dawk il- postijiet li jbigħu l-alkoħol fihom.", "Niftakar li f'lobby ta' hotel ġewwa l- Istati Uniti, dawk li kellhom taħt il-21 sena, lanqas biss setgħu jidħlu fil-bar ta' din il-hotel allavolja kienu akkumpanjati minn ġenitur.", "Dan għaliex min kien qiegħed imexxi l-bar seta' jitlef il-liċenzja tiegħu jekk iħalli lil xi ħadd taħt il-21 sena jidħol fil-bar tiegħu.", "Allura jekk pajjiżi oħra għandhom dawn l-affarijiet, għalfejn f'pajjiżna nġibu d-dinja fit-tarf, bħallikieku m'huwiex possibbli li aħna nagħmluhom ukoll?", "Jekk tara r-rapporti kollha li ħerġin fuq il-konsum ta' l-alkoħol insibu li hemm lok għat-tħassib fit-trends kollha li qegħdin jiġu żviluppati madwarna.", "Sur President, nitkellmu ħafna fuq l-abbuż tad-droga, pero' l-verita' hi li l-akbar abbuż qiegħed isir mill-alkoħol.", "Issa naf li hemm min f'qalbu jgħid għalfejn qegħdin nagħmlu dan l-għaġeb kollu.", "Madanakollu dan huwa sens komun u sens ta' responsabilita'.", "Għalhekk din il-Kamra qiegħda tagħti l-protezzjoni meħtieġa liż-żgħażagħ tagħna.", "F'kull seminar li kien hemm, dejjem ingħad li rridu nagħmlu xi ħaġa f'dan il-pajjiż sabiex nagħtu aktar protezzjoni liż-żgħażagħ.", "U llum qegħdin nagħtu din il-protezzjoni permezz ta' dan l-abbozz ta' liġi.", "Għalhekk nistenna li l-pajjiż kollu jieħu fuqu l-impenn sabiex jara li l-liġi li qegħdin indaħħlu, tiġi implimentata bis-serjeta'.", "Aħna fortunati li f'pajjiżna għandna l-aġenzija Sedqa u minn hawnhekk irrid insellmilha għax-xogħol li tagħmel.", "Din l-aġenzija twaqqfet mill-gvern madwar 12-il sena ilu u għandha kummissjoni kontra l-abbuż tad-droga, l-abbuż ta' l-alkoħol u sustanzi oħra.", "Għandha wkoll il-health promotion unit li jaqa' taħt il-ministeru tas-saħħa.", "Barra minn hekk, għandna għaqdiet oħra, fosthom l-għaqdiet tal- ġenituri, il-Caritas, l-OASI, l-Alcoholic Anonymous u sense groups li ħerġin mill-industrija.", "Hawn min ikun daqsxejn ċiniku fuq xi ħaġa bħal din, pero' jiena ngħid li s-sense group, bil-kampanja li għamlu dan l- aħħar, ta' min jgħid li huma parti mill-kampanja edukattiva.", "Rajna wkoll kif il-ħidma ta' l-aġenzija Sedqa, matul dawn l-aħħar snin, żdiedet mhux ħażin.", "Ix-xogħol preventiv li tagħmel din l-aġenzija, fosthom it-tagħlim fl-iskejjel qiegħed ikun tagħlim utli ħafna u qiegħed iħalli l-frott tiegħu.", "Ġieli kien hemm min staqsieni jekk aħniex qegħdin nirnexxu fil- kampanji tagħna ladarba l-konsum ta' l-alkoħol qiegħed jiżdied.", "Naturalment ma tistax tagħti risposta realistika għal din il-mistoqsija għaliex trid tgħid ukoll li kieku ma kellniex kampanja edukattiva, kien ikollna sitwazzjoni agħar.", "Sur President, kien ikollna sitwazzjoni ħafna agħar għaliex ir-riżultati li ħerġin mill-kampanji edukattivi li jsiru mingħand l-aġenzija Sedqa, mill- health promotion unit u minn diversi aġenziji oħra, qegħdin iħallu suċċessi reali.", "Il-fatt li t-trends qegħdin jiżdiedu juru li rridu naħdmu aktar.", "M'ilux kelli mistoqsija parlamentari dwar kemm kien hemm klijenti ġodda fl- aġenzija Sedqa matul l-aħħar sena u r-risposta kienet dik ta' 170 klijent ġdid, li minnhom kien hemm biss persuna waħda taħt is-16-il sena.", "Dan ma jfissirx li m'hemmx tfal taħt is-16-il sena li għandhom bżonn l-għajnuna, pero' jista' jagħti l-każ li dawn qegħdin imorru għand il-privat.", "Naturalment aħna m'aħniex qegħdin ngħidu li t-tfal li jikkonsmaw l-alkoħol, kollha għandhom bżonn xi programm ta' counselling.", "Aħna qed ngħidu li għandna tfal li għandhom bżonn ta' edukazzjoni aħjar u edukazzjoni ta' kuljum mill-ġenituri tagħhom, mill-iskejjel u mill-media permezz tar-reklami.", "Hawnhekk ħadd m'hu qed jgħid li tifel jew tifla ta' 13- il sena li marru x'imkien u xorbu l-alkoħol, allura huma xi sakranazzi jew inkella qegħdin jabbużaw b'mod esaġerat mill-alkoħol.", "Xejn minn dan.", "Aħna qed ngħidu li xi ħadd ta' 13-il sena ma messux xorob u daqshekk.", "Nafu li ta' dik l-eta' jeżistu perikli kbar minħabba x-xorb alkoħoliku.", "Irrid nerġa' nirringrazzja lill-aġenzija Sedqa u lil dawk kollha li jieħdu sehem fil-kampanji edukattivi li jsiru minn żmien għal żmien.", "Irrid nirringrazzja lil dawk kollha li b'xi mod jew ieħor jagħtu l-għajnuna tagħhom sabiex il-messaġġ tagħna jasal għand iż-żgħażagħ.", "Għandna wkoll focus group li beda jiltaqa' ma' korpi kostitwiti sabiex tiġi mfassla l- kampanja edukattiva li rridu nagħmlu.", "Hawnhekk ta' min jgħid li l-għaqdiet tal-ġenituri ħadmu bis-sħiħ u għamlu ħafna pressjoni, pero' kien hemm mumenti fejn ħassejt li huma stess ma kelhomx biżżejjed appoġġ minn ġenituri oħra.", "Fiha nnifisha l-għaqda tal-ġenituri tagħmel ix-xogħol imma ftit li xejn issib ġenituri oħra li b'mod voċiferuż jagħtuha għajnuna pubblika.", "Nerġa' nirrepeti li l-ewwel edukaturi tat-tfal jibqgħu l-ġenituri.", "Irrid infakkar li bħalissa għaddejja ħidma minn kummissjoni oħra li m'hijiex iffokata fuq it-tfal taħt is-16-il sena għaliex dik kienet xi ħaġa li waqgħet taħt il- ministeru tiegħi.", "Pero' aktar kmieni din is-sena, il-gvern ħatar kummissjoni sabiex tirrevedi l-liġijiet relatati mal-postijiet tad- divertiment.", "Din il-kummissjoni hija mmexxija mill-ħabib tiegħi, l-Avukat Joe Micallef Stafrace u twaqqfet wara t-traġedja li kellna fl-aħħar tas- sena li għaddiet.", "Madanakollu jiena nemmen li rridu nħarsu lejn ix-xena kollha tad-divertiment.", "Jekk inħarsu biss lejn kif tbiddlu ċerti trends, allura nazzarda ngħid li l-leisure industry irnexxilha toħloq il-patterns tal-familji tagħna u l-patterns ta' kif it-tfal tagħna joħorġu, f'liema l- ħinijiet joħorġu u ta' kif iqattgħu l-ħin tagħhom ma' ħbiebhom.", "Sur President, aħna nitkellmu ħafna fuq il-peer pressure għaliex din hija waħda mill-affarijiet li ġġiegħel liż-żgħażagħ tagħna sabiex jixorbu.", "Issib tfajla li tgħidlek ladarba l-ħabiba tagħha qiegħda tixrob, hi se tixrob ukoll, jekk ma tipprovax tixrob aktar minnha.", "Issib ġuvni li ladarba jara lil sieħbu bil-flixkun tal-birra jew bil-flixkun ta' l-inbid f'idejh, allura hu se jagħmel bħalu għaliex inkella ma jidhirx cool bħal sieħbu.", "Madanakollu l-peer pressure m'hijiex biss fuq it-tfal, imma rridu nammettu li hija wkoll fuq il-ġenituri.", "Insibu ġenituri li jammettu li nqabdu f'ċerti drawwiet li m'humiex drawwiet li xtaqu għal uliedhom.", "U issa li dawn id-drawwiet stabbilixxew ruħhom, huwa diffiċli ħafna sabiex jinqatgħu.", "Tiltaqa' ma' ġenituri ta' tfal ta' 13 jew 14-il sena li jgħidulek li uliedhom jibqgħu barra sas-1.00 ta' filgħodu.", "Pero' bħala ġenituri nafu x'qegħdin jagħmlu dawn it-tfal sas-1.00 ta' filgħodu?", "Hawnhekk nerġa' ngħid li x-xenarju fl-entertainment tbiddel minn dak li kien qabel u għal xi wħud dan ix-xenarju huwa xi ħaġa ġdida għal kollox.", "Jiena ngħid li hemm ġenituri li lanqas biss jikkonċepixxu eżattament x'qiegħed isir mit-tfal tagħhom fil-ħin liberu tagħhom.", "Dawn jinsabu maqtugħin mir-realta', jinsabu mħassbin u mbeżżgħin, imma ladarba t-trend hija tali, allura jibqgħu mexjin ma' fejn jeħodhom il-kurrent.", "F'dan ir- rigward pajjiżna jrid jiddeċiedi.", "Aħna rridu nkunu li nimponu l-valuri jew inkella rridu li ħaddieħor jimponihom fuqna?", "Issa forsi jkun hemm min jgħidlek dan x'għandu x'jaqsam mad-dibattitu tal-lum, pero' jiena ngħid li għandu x'jaqsam.", "Sur President, it-tfal tagħna qegħdin inrabbuhom fuq dak li ngħidu aħna jew inkella qegħdin inħallu lil ħaddieħor irabbihomlna?", "Illum spiċċa ż-żmien fejn dak li jgħidu l-ġenituri jitqies bħala vanġelu.", "Il-ġenituri m'għadhomx l-aktar punt fiss u kruċjali fil-ħajja tat-tfal tagħhom imma hemm affarijiet oħra li qegħdin jieħdu post il-ġenituri.", "Meta nħarsu lejn il-problemi soċjali ta' dan il-pajjiż, irridu naraw x'qiegħed jiġri minn meta ż-żgħażagħ joħorġu mal-ħbieb u jkunu ta' eta' żgħira.", "Irridu naraw l- entertainment tagħhom x'inhu u x'qed ikunu l-patterns tagħhom.", "Bħala ġenituri ma nistgħux noqogħdu d-dar u ngħidu li llum kulħadd joħroġ u kulħadd jidħol lura d-dar fit-tali ħin.", "Naħseb li bħala ġenituri, fosthom jiena stess, hemm bżonn li nagħmlu eżami tal-kuxjenza u naraw eżattament x'inhi t-trobbija li qegħdin nagħtu lit-tfal tagħna.", "Jekk it-trobbija li qegħdin nagħtu lit-tfal tagħna hija waħda mposta fuqna minn ħaddieħor, żgur li ma nistgħux ngħidu li qegħdin inrabbu t-tfal tagħna bl-aħjar mod.", "U din hija waħda mill-mistoqsijiet kruċjali li kull ġenitur irid jagħmel lilu nnifsu.", "L-ewwel semmejt diversi għaqdiet li jaħdmu f'dan is-settur u issa xtaqt nagħmel ftit enfasi fuq l-edukazzjoni informali li tindirizza mhux biss lit- tfal u liż-żgħażagħ imma li tindirizza wkoll lill-ġenituri.", "Din hija edukazzjoni informali li ngħatat lilna - fil-maġġoranza tagħna - tramite programmi televiżivi u programmi fuq ir-radju.", "U llum bl-abbundanza ta' stazzjonijiet li nsibu, irridu noqogħdu aktar u aktar attenti li bħala ġenituri nitgħallmu aktar.", "Nista' ngħid li nitħasseb ħafna meta nara messaġġi negattivi għaddejjin kemm fuq stazzjonijiet Maltin kif ukoll fuq stazzjonijiet barranin li jwasslu għal drawwiet differenti u li l-ġenituri stess lanqas ikunu jafu x'se jagħmlu sabiex ixejnuhom.", "Għalhekk l-appell tiegħi nista' nagħmlu biss lill-media Maltija u lill-istazzjonijiet televiżivi Maltin billi ngħidilhom li għandna nuru affarijiet b'mod reali u b'mod pożittiv.", "Ma jistax ikun li naraw programmi fejn il-messaġġ li jwasslu - hawnhekk qiegħda nitkellem fuq programm li rajt dan l-aħħar fejn anke daħal is-suġġett ta' l-alkoħol – ma jkunx wieħed pożittiv.", "Fl- opinjoni tiegħi, dik hija xi ħaġa ta' tħassib u allavolja għandna r- regolamenti fil-media tax-xandir, xi kultant taħrab xi ħaġa.", "Dawn huma affarijiet tal-mistħija.", "Sur President, ma nixtieqx inkompli ntawwal aktar anke għaliex se jkolli l- opportunita' fil-winding up sabiex inkompli nitkellem fuq dan l-abbozz ta' liġi.", "Bla dubju ta' xejn se jkollna ħafna kelliema miż-żewġ naħat tal- Kamra li se jitkellmu dwar din il-liġi.", "Min-naħa tagħna għandna lista twila ta' kelliema u m'għandix dubju li n-naħa ta' l-Oppożizzjoni għandha l- istess.", "Kif għidt fil-winding up inkun nista' nsemmi xi emendi li nixtieq inressaq f'dan l-abbozz ta' liġi.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Marie Louise Coleiro Preca.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO PRECA: Sur President, naħseb li fejn tidħol is- saħħa ta' wliedna m'għandux ikun hemm diverġenzi politiċi u lanqas għandna nieħdu xi kritika kostruttiva bħala politika partiġġjana.", "Filwaqt li m'hemmx dubju li l-Oppożizzjoni kienet preżenti fil-bidu tal- konsultazzjonijiet u waqt li kienet qiegħda tinħema din il-liġi, żgur li issa m'aħniex se nkunu qegħdin nopponu liġi bħal din.", "Anzi jiena ngħid li din il-liġi għandna nkomplu ntejbuha u ntejbu wkoll l-affarijiet anċillari li jmorru pari passu magħha.", "We need to endorse it mhux biss bħala gvern imma bħala Parlament li qiegħed jirrappreżenta lill-poplu Malti u Għawdxi fl-intier kollu tiegħu.", "Fid-diskors tagħha l-ministru qalet li kien hemm min ipprova jlaqqam din il- liġi bħala xi ħaġa fundamentalista.", "Għalhekk irrid nagħmilha ċara mill- ewwel li jekk hemm min qiegħed jaħseb li din il-liġi għandha xi ħsieb fundamentalista warajha, ngħidlu li dik hija problema tiegħu.", "Personalment ma niddejjaq xejn jekk xi ħadd irid ilaqqamni bħala parti minn dan il-ħsieb fundamentalist.", "L-importanti huwa li qiegħda nkun parteċipi f'xi ħaġa li se tagħmel il-ġid u li se tindirizza l-problema akuta fis-soċjeta' żagħżugħa tagħna.", "M'għandniex għalfejn noqogħdu ninkwetaw ruħna li jkun hemm xi ħadd li forsi għandu dawn il-ħsebijiet.", "L-importanti huwa li meta nqiegħdu idejna fuq il-kuxjenza tagħna nsibu li qegħdin inġorru kif suppost ir-responsabilita' tagħna lejn il-poplu Malti u Għawdxi.", "L-aqwa li nkunu qegħdin nagħtu l-aħjar għodda f'idejn l-awtoritajiet u f'idejn l-istess poplu sabiex nagħmlu dak li hu l-aħjar possibbli fl-interess tat-tfal u taż- żgħażagħ tagħna.", "Din il-liġi qiegħda tistabbilixxi deterrent u għodda aħjar għall-pulizija tagħna.", "Fil-fatt l-għan tal-liġi jitkellem bl-aktar mod ċar u qiegħed jespandi dak li diġa' kellna f'liġijiet oħra li nsibu fil-kodiċi tagħna.", "Għall-ewwel darba qegħdin nitfgħu r-responsabilita' fuq min jixtri l- alkoħol f'isem ħaddieħor u fuq min iservi jew iforni l-alkoħol lill-minuri f'xi ħanut.", "Għandna wkoll il-punt kardinali fejn għall-ewwel darba qegħdin nistabbilixxu l-eta' minima ta' min jista' jikkonsma jew jixtri l-alkoħol.", "Dan l-abbozz ta' liġi qiegħed jistabbilixxi ċerti pieni anke għal min iforni jew jixtri l-alkoħol f'isem ħaddieħor.", "Qiegħed idaħħal għal darb'oħra l-programmi fil-komunita' bħala passi dixxiplinarji għal dawk it- tfal u żgħażagħ li jiksru l-liġi.", "Fil-fatt din diġa' nsibuha f'liġi oħra u reġgħet qiegħda tidħol f'dan l-abbozz ukoll.", "Il-ħsieb warajha huwa li toffri rimedju pożittiv lil dak it-tifel jew lil dik it-tifla li tkun qiegħda tikkonsma l-alkoħol taħt l-eta' ta' 16-il sena.", "Ma' dawn it-tip ta' programmi jista' jkun hemm marbut magħhom ukoll xi forma ta' counselling.", "Sur President, żgur li dawn huma kollha passi pożittivi u issa nistgħu ngħidu li għandna qafas legali li jitkellem ċar u tond.", "Għandna abbozz ta' liġi li qiegħed jistabbilixxi ċerti affarijiet bl-aktar mod ċar u mhux aktar b'interpretazzjonijiet differenti.", "Madanakollu hawnhekk irrid nirriferi għal dak li qalet il-ministru u ngħid xi ħaġa fuq ir- responsabilita' tal-ġenituri.", "Personalment xtaqt nara xi ħaġa f'dan l- abbozz li tindirizza wkoll ir-responsabilita' tal-ġenituri għaliex hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq minorenni, li naturalment jaqgħu taħt ir- responsabilita' tal-ġenituri tagħhom.", "Il-ministru qalet li anke jekk tifel jew tifla ma jattendux l-iskola, il-ġenituri huma responsabbli ta' dak l- assenteiżmu.", "Fil-fatt il-ġenituri jistgħu jiġu mmultati, kif fil-fatt deher dan l-aħħar minn mistoqsija parlamentari li saret dwar l-ammont ta' ġenituri li ġew immultati minħabba l-assentiżmu tat-tfal tagħhom mill- iskejjel.", "Filwaqt li naqblu li r-responsabilita' tal-ġenituri għandha tibqa' tinġarr, jiena ngħid li f'dan l-abbozz ta' liġi għandna nsibu riflessjoni fuq din ir- responsabilita'.", "M'huwiex biżżejjed li ngħidu li fil-Kodiċi Kriminali tissemma r-responsabilita' tal-ġenituri.", "Il-ministru qalet li jekk xi ħadd minorenni jwettaq att kriminali, permezz tal-Kodiċi Kriminali l-ġenturi jistgħu jiġu ssentenzjati u jeħlu piena.", "Jiena nixtieq li fejn għandek minorenni involuti, għandna nagħmluha tassattiva li l-ġenituri tagħhom iġorru l-liability ta' dak li jagħmlu wliedhom.", "Jiena ngħid li l-ġenituri għandhom ikunu riflessi anke f'din il-liġi u jġorru r-responsabbilta' u l- liability tat-tfal tagħhom.", "Allura filwaqt li t-tfal qegħdin jiġu stradati għal programm fil-komunita' bħala parti mid-dixxiplina tagħhom jew inkella jistgħu jingħataw il-counselling, qegħdin inħallu kompletament liberi lill- ġenituri mil-liability tagħhom għan-nuqqasijiet ta' wliedhom.", "Għalfejn qiegħda ngħid hekk?", "Sur President, illum qegħdin naraw sitwazzjoni f'pajjiżna fejn numru ta' ġenituri - mhux kulħadd - qishom bħal qatgħu qalbhom mit-trobbija ta' uliedhom u allura qegħdin jabdikaw minn ċerti responsabilitajiet lejn it- tfal tagħhom.", "Dawn il-ġenituri qatgħu qalbhom jew inkella m'għandhomx l- istamina meħtieġa sabiex jiġġieldu l-peer pressure li wliedhom qegħdin isibu barra t-triq.", "Jista' jagħti l-każ li dawn il-ġenituri m'għandhomx il- parental skills meħtieġa sabiex ikunu jistgħu jpoġġu lil uliedhom fit-triq tal-valuri u ta' dawk l-affarijiet li jrendu fit-tul u mhux ta' dawk il- ftit mumenti ta' pjaċiri, li jgħaddu malajr sakemm ma jħallulhomx riperkussjonijiet tul ħajjithom kollha.", "Għandna sitwazzjoni fejn sfortunatament, ċerti ġenituri għandhom dawn iċ-ċirkostanzi u qegħdin jabdikaw mir-responsabilitajiet tagħhom.", "Bħalma qalet il-ministru fid-diskors tagħha, jiena nemmen li ħafna minna li se jitkellmu fuq dan l-abbozz ta' liġi, m'humiex se jitkellmu mil-lat ta' politiċi imma se jitkellmu mill-esperjenzi tagħhom.", "Waqt din id- diskussjoni, ħafna minna se jġibu magħhom l-esperjenzi personali tagħhom ta' ġenituri u b'dawk il-valuri li bħala ġenituri nġorru magħna u nixtiequ li naqsmuhom mhux biss mal-familji tagħna imma anke mal-kumplament tal- familji Maltin u Għawdxin.", "Jiena nħoss li ma nistgħux nagħmlu liġi fejn inħallu kompletament barra r-responsabilita' u l-liability tal-ġenituri.", "Forsi meta mmorru fl-istadju ta' kumitat, inkunu nistgħu nidħlu aktar fid- dettall ta' din il-proposta u niddiskutu aħjar b'liema mod għandna ndaħħlu r-responsabilita' tal-ġenituri ta' tfal minorreni li jkunu kisru l-liġi fuq xi ħaġa.", "Jiena ma nistax nifhem – qiegħda nitkellem bħala omm - kif ikollok ġenituri li jħallu lit-tfal tagħhom, ta' 11-il sena, 12-il sena, 13-il sena u ta' 14- il sena, iqattgħu ljieli sħaħ f'postijiet tad-divertiment u jgħidulek li ma jistgħu jagħmlu xejn.", "Din l-affari hija xi ħaġa li ma nistax nikkonċepiha u kull darba li nipprova nifhem, dejjem nikkonkludi li f'dawn il-familji hemm il-problemi.", "Għaldaqstant irridu nibdew nindirizzaw ukoll dawn il- problemi li għandhom dawn il-ġenituri.", "Ġenituri bħal dawn m'għandhomx il- parental skills li suppost għandhom sabiex verament jagħmluha ta' ġenituri.", "Illum issib ħafna ġenituri li jgħidulek li jridu jkunu ħbieb mat-tfal tagħhom.", "Issa jiena nemmen li trid tkun ħabib mat-tfal tiegħek, pero' xorta waħda trid tibqa' fir-rwol tiegħek ta' ġenitur.", "Jekk kulħadd isir ħabib tat-tfal u ħadd ma' jagħmilha ta' ġenitur, x'se jsir minn uliedna?", "Sur President, aħna wkoll xi darba konna tfal u żgħażagħ.", "Nista' ngħid li jiena ġejja minn familja stretta ħafna u d-dixxiplina konna narawha mill- ġenituri tagħna.", "Issa jiena l-ewwel waħda li kont daqsxejn ribelluża u r- regoli li kienu jimponu fuqna l-ġenituri kont narahom bħala strict ħafna.", "Niftakar li ħin kien ikun ħin u ma tazzardax tittardja daqsxejn.", "Meta kont żgħira kont attiva fl-azzjoni kattolika ta' Ħal Qormi u niftakar li l- papa' tiegħi kien iridni nidħol lura d-dar fit-8.00 p.m..", "Darba minnhom bqajt inpaċpaċ ma' sħabi u l-ħin kont skadejtu b'żewġ minuti.", "Meta mort lura d-dar sibt il-bieb magħluq u mbagħad għamluli xenata sħiħa għaliex kont mort żewġ minuti tard.", "Ovvjament jiena mhux qed ngħid li għandna naslu f'dawn l-estremitajiet li kienu jeżistu 30 sena ilu, pero' lanqas nippretendi li nħalli lit-tifla tiegħi ta' 14-il sena titla' Paceville fl- 10.00 ta' filgħaxija u tidħol fis-1.00 ta' filgħodu.", "Dawn x'regolamenti huma?", "Dawn it-tfal jispiċċaw b'regolamenti li ma jagħmlux sens.", "Li kieku t-tfal tagħna jkollhom il-life skills minn meta jkunu żgħar, ikunu kapaċi jagħrfu t-tajjeb mill-ħażin u l-ġenituri lanqas ikollhom bżonn jibqgħu jieħdu ħsieb ta' wliedhom.", "Madanakollu n-natura turina li bniedem irid jgħaddi minn ċerti esperjenzi tal-ħajja - li jiġu mal-medda taż-żmien – sabiex jiżviluppa l-life skills tiegħu.", "Dawn tiżviluppahom ukoll bit-taħriġ li tingħata permezz ta' l-edukazzjoni u tagħlim ieħor.", "Għaldaqstant tista' tgħid li jrid ikollok ċerta eta' sabiex tagħraf dak li huwa tajjeb minn dak li huwa ħażin għalik.", "U dan tkun kapaċi tagħmlu meta jkollok dan it-tip ta' background warajk.", "Għalhekk nemmen li f'din il-liġi għandha tiġi riflessa r-responsabilita' li għandhom il-ġenituri lejn uliedhom li jkunu għadhom minorenni.", "Xi ħaġa oħra importanti li rrid nitkellem dwarha diġa' semmietha l-ministru kemm fl-introduzzjoni tagħha llum kif ukoll fil-konferenza li saret għall- media meta kienu ġew ippubblikati r-riżultati ta' l-aħħar rapport ta' l- ESPAD.", "Il-liġi waħedha mhux se tkun biżżejjed.", "Naturalment il-qafas legali huwa importanti immens għaliex din se tagħti għodda aktar irfinuta lill-pulizija.", "Għalhekk issa se jkunu jistgħu jinforzaw il-liġi.", "Per eżempju, qabel ma kellhomx l-eta' bħala parti minn demarcation line ta' meta jkun hemm sitwazzjoni li m'hijiex leċita.", "Madanakollu rridu wkoll strutturi ta' implimentazzjoni u ta' inforzar b'saħħithom.", "Il-ministru qaltilna li m'huwiex possibbli li jkollna l-pulizija f'kull post. Hemm ukoll min jargumenta li jekk nagħmlu pulizija f'kull post se niġu police state.", "Din hija xi ħaġa li nifhimha, pero' jekk hemm bżonn ħa jkollna police state f'dawn iċ-ċirkostanzi.", "Min ma jridx jisma' bis-sewwa, bil-kampanji edukattivi u bit-tagħlim li jiġi offrut minn żmien għal żmien, ikollu jisma' b'xi ħaġa.", "Fl-aħħar mill-aħħar, bħala ġenituri rridu nerfgħu r- responsabilita' tagħna u mhux inħallu lil uliedna jiġru barra u esposti għal kull ħaġa li jistgħu jiltaqgħu magħha.", "Għandna tfal u żgħażagħ li qegħdin iduru għal dan it-tip ta' abbuż mill-alkoħol.", "Aktar 'il quddiem irrid nuri xi leaflets li ħarġet l-aġenzija Sedqa sabiex juru l-effett ħażin li jħalli l-alkoħol fuq il-bniedem.", "Irrid insemmi wkoll riċerka barranija li turi l-effetti ħżiena ta' l-alkoħol kemm fuq is-saħħa fiżika kif ukoll fuq is-saħħa psikoloġika u riskji kbar ta' aċċidenti li dan iħalli fuq it-tfal u ż-żgħażagħ tagħna.", "Sur President, hemm bżonn li jkollna inforzar bis-serjeta'.", "Mhux biżżejjed li jkollok qafas legali u mbagħad ma jkollokx biżżejjed human resources sabiex jinforzaw din il-liġi.", "Per eżempju, hawnhekk issemmiet ħafna l- leisure industry u d-discos, pero' jiena nsemmi wkoll il-parties li jsiru matul is-sena.", "Ma rridux ninsew dawn il-famużi parties kbar li jsiru f'ċerti okkażjonijiet u dati speċifiċi matul is-sena.", "Parties bħal dawn jattiraw numru kbir ta' żgħażagħ u sfortunatament, għalkemm ħarġu ċerti regolamenti, għadna lil hinn minn dak li verament nixtiequ.", "Bħalissa qiegħda niftakar f'dik it-traġedja sfortunata li seħħet lejliet l-ewwel tas- sena lill-familja Mifsud.", "Minn hawnhekk nixtieq ngħaddilhom is- solidarjeta' tiegħi u nagħtihom il-kondoljanzi.", "Għaddew għaxar xhur minn dan il-każ u għadna ma nafux x'ġara f'dak l-imbierek party.", "Għadna bid- diċeriji ta' jekk kienx hemm xi taħlit fix-xorb u ta' jekk kienx hemm l- affarijiet skond ir-regolamenti.", "Issa jien m'iniex qiegħda nipprova nqajjem xi argument, pero' huwa importanti li nkunu trasparenti fuq ċerti affarijiet għaliex il-poplu għandu d-dritt li jkun jaf x'ġara u ma ġarax.", "Dan għandu jsir ukoll anke għall-istess ġenituri u żgħażagħ, li wara kollox mhux kollha jmorru disco jew party biex jiddamdmu.", "Hemm żgħażagħ serji biżżejjed li jattendu għal dawn il-parties sabiex iqattgħu ftit ħin ħieles f'dan it-tip ta' ambjent.", "Minbarra l-ambjent tad-discos u l-parties, matul is-sena jsiru inizjattivi soċjali oħra fuq livelli ta' komunita'.", "Nafu kif issa daħlet id-drawwa tal- beer festivals u tal-wine festivals f'pajjiżna.", "Issa mill-indikaturi li għandna, kemm ta' l-ESPAD kif ukoll minn dak li ħareġ mill-health promotion unit, sibna li l-birra u l-inbid huma fost l-aktar imfittxijin mill- minorenni għaliex dan it-tip ta' xorb huwa l-irħas fil-prezz.", "Għalhekk irridu noqgħodu attenti anke għal dawn it-trends.", "Fihom infushom il-wine festivals huma inizjattiva tajba.", "Żgur li jiena m'iniex qiegħda nikkritika dawn it-tip ta' festivals u lanqas m'hu qed ngħid li m'għandhomx isiru.", "Per eżempju, dan l-aħħar f'Ħal Qormi kellna wine festival, xi ħaġa tradizzjonali ħafna f'Ħal Qormi.", "Fil-fatt fl-antik Ħal Qormi kien post fejn il-vineyards u l-għasir ta' l-inbid kienu parti mis-snajja' u x-xogħol tan-nies li kienu joqogħdu hemm.", "Allura billi qegħdin infakkru xi ħaġa folkloristika żgur li ma tistax tgħidilha ħażina.", "Sur President, li qiegħda nipprova ngħid jien huwa li rridu naraw kif f'attivita' bħal din, jiġi assigurat li ma jkunx hemm minorenni.", "Issa xi ħaġa bħal din b'liema mod nistgħu ninforzawha?", "Jekk mhux se nużaw il- pulizija, irridu naraw lil min se nagħtu dan l-inkarigu.", "Suppost li dan l- aħħar kellna l-environmental wardens u allura, jekk ikun hemm bżonn, naraw li jkollna dawn it-tip ta' nies li jieħdu l-inkarigu f'idejhom ħalli jinforzaw il-liġi.", "Apparti minn dawn it-tip ta' attivitajiet li jsiru fuq livell ta' komunita' u li jsiru darba fis-sena, għandna l-bars u l-ħwienet tax-xorb li jinsabu ħdejn l-iskejjel.", "Dawn qegħdin hemm is-sena kollha.", "Issa diġa' hemm problema ta' pulizija u gwardjani lokali sabiex jidderieġu t-traffiku, aħseb u ara kif nistgħu nassiguraw li t-tfal ma jidħlux f'dawn il-bars sabiex jixtru x-xorb.", "Issa aħna qegħdin nippretendu li s-sidien tal-ħwienet jitolbu l-ID card lit- tfal li jidħlu fil-ħanut tagħhom.", "Din il-liġi se tkun qiegħda titlob mis- sidien tal-ħwienet li jitolbu l-ID card lil xi ħadd li jkollhom suspett li għadu żgħir fl-eta'.", "Għandna ċerti sitwazzjonijiet li rridu nidħlu fihom li jmorru lil hinn mill-provvedimenti tal-liġi għaliex meta niġu biex nattwaw il-provvedimenti tal-liġi, se jkun hemm bżonn naraw kif se jsiru ħalli ma ngħidux li għandna liġi tajba imma m'hiijex qiegħda tħalli l- effetti tagħha.", "Fil-fatt Dr. Spiteri, iċ-chief tal-health promotion unit għadda kumment f'konferenza ta' l-aħbarijiet li saret fil-25 ta' Settembru waqt il-launching tar-riċerka li saret minn Miss Agius, studenta universitarja kif ukoll waqt il-launching ta' xi findings li għamlu bħala health promotion unit, fejn qalilna li sfortunatament id-drink and drive campaign ma ħallietx daqshekk riżultati.", "Permezz ta' dik il-kampanja faċilment nistgħu nevalwaw dak li sar ħalli forsi ntejbuha.", "Pero' meta tiġi biex tinforza l-liġi, trid taħseb għall-istrutturi li se jimplimentaw dik il-liġi.", "Wieħed mill-provvedimenti li għandna f'dan l-abbozz ta' liġi jgħid li l- kelma \"aġenzija\" tfisser kull aġenzija msemmija għal dan il-għan fil- gazzetta mill-ministru responsabbli għall-politika soċjali.", "Allura bl- istess mod li qiegħda nistaqsi jekk il-korp tal-pulizija għandux is-saħħa u r-riżorsi kollha li hemm bżonn sabiex jinforza liġi bħal din, irrid nistaqsi l-istess mistoqsija fuq l-aġenziji.", "Jiena qiegħda nassumi li se jkunu l-aġenzija Sedqa u l-aġenzija Appoġġ – sakemm mhux se titwieled xi aġenzija oħra - li se jaħdmu b'mod dirett fuq dawn it-tip ta' programmi li qegħdin jissemmew hawnhekk.", "Għalhekk nixtieq inkun naf jekk dawn l- aġenziji għandhomx biżżejjed human resources sabiex jagħmlu dan ix-xogħol.", "Li kieku l-aġenzija Appoġġ għandha biżżejjed human resources ma kienx ikun hemm dik il-lista twila ta' tfal li rrapportaw abbuż fuqhom u li sal- ġurnata tal-lum, il-każ tagħhom għadu ma ġiex indirizzat.", "Issa jekk se nkomplu ngħabbuhom b'aktar xogħol, aktar u aktar mhux se jkunu jistgħu jlaħħqu max-xogħol li jkollhom.", "Il-bieraħ konna fil-kumitat għall- affarijiet soċjali sabiex niddiskutu r-rapport annwali tal-kummissarju għat- tfal, is-Sinjura Sonia Camilleri u fost il-problemi li ħarġu sibna li s- social workers ġewwa l-Aġenzija Appoġġ, tant għandhom case load kbira li mhux qed iħossuhom sodisfatti.", "Għalhekk uħud minnhom qegħdin jitilqu u spiċċajna b'team ta' social workers li huma kompetenti imma li m'għandhomx l-esperjenzi meħtieġa sabiex jiddiljaw każijiet qawwija.", "Sur President, hemm bżonn li naħsbu wkoll fuq dawn l-affarijiet.", "Permezz ta' dan l-abbozz ta' liġi se nkunu qegħdin nagħtu għodda tajba lill- awtoritajiet.", "Se jservi wkoll ta' deterrent għal dawn it-tip ta' sitwazzjonijiet li qed iħallu effetti negattivi fuq it-tfal u ż-żgħażagħ tagħna kif ukoll fuq il-familji tagħhom.", "Fil-fatt l-effetti tal-konsum ta' l-alkoħol f'dawn l-etajiet mhumiex biss fuq il-persuna li tabbuża mill- alkoħol imma l-gwaj jinġieb ukoll fuq il-familja kollha kemm hi.", "Jiena ngħid li anke s-soċjeta' in ġenerali tiġi affettwata minn din is- sitwazzjoni għaliex jekk min jabbuża mill-alkoħol jimrad, kemm fiżikament kif ukoll psikoloġikament, hija s-soċjeta' li jkollha tagħmel tajjeb permezz tas-servizzi kurattivi li l-istat joffri f'każijiet bħal dawn.", "Allura filwaqt li bħala Oppożizzjoni naqblu ma' miżuri li joffru deterrent kemm għat-tfal li jabbużaw, kif ukoll għal dawk is-sidien ta' postijiet ta' divertiment li jbigħulhom l-alkoħol, irridu nassiguraw li l-istrutturi ta' implimentazzjoni u inforzar ikunu f'posthom ħalli naċċertaw ruħna li ma jkollniex biss liġi ta' l-isem u li titħalla fuq l-ixkaffa.", "Xi ħaġa oħra li xtaqt niġbed l-attenzjoni dwarha u li mbagħad fl-istadju ta' kumitat inkompli nitkellem fuqha aktar fil-fond hija li f'subklawsola 10 ta' klawsola 3 ta' dan l-abbozz ta' liġi qed ngħidu li \"... jista' jiġi mgħaqqad ma' counselling\".", "Mela l-counselling m'hijiex xi ħaġa tassattiva?", "Għalhekk nixtieq li xi ħadd jispjegali għaliex il-counselling m'hijiex xi ħaġa tassattiva.", "Nemmen li f'sitwazzjoni fejn minuri jinqabad jabbuża mill- alkoħol u jiġi mqabbad jagħmel programm ta' ħidma sorveljata, bħalma huwa servizz fil-komunita' bla ħlas bħala piena għal dak li għamel, il- counselling għandu jitqies ukoll bħala parti importanti ħafna minn dan it- tip ta' programm.", "L-istess ħaġa tiġri f'każ ta' probation.", "Ħadd ma jingħata probation biss u mbagħad ma jkunx sorveljat.", "Fil-fatt min jingħata probation, irid jingħata wkoll servizzi minn probation officer ħalli jkun jista' jiġi sorveljat u dak il-probation officer ikun qed jgħin lil dak li jkun sabiex jaqbad it-triq it-tajba.", "Bl-istess mod għandu jingħata l-counselling f'każijiet bħal dawn.", "Sur President, għalfejn aħna qegħdin naraw l-importanza ta' din il-liġi?", "Ovvjament għaliex għandna sitwazzjoni inkwetanti.", "Jiena nħobb inkun realistika u anke kieku m'għandniex dawn ir-rati daqshekk inkwetanti u forsi kienu inqas, xorta kont ngħid li għandna problema f'pajjiżna.", "Pero' meta mbagħad tħares lejn ir-riżultati li ħarġu mill-ESPAD, naraw li pajjiżna ġie għal diversi drabi fl-aħħarnett tal-lista minn fost 37 pajjiż li ħadu sehem f'dan l-istudju.", "U għalhekk żgur li hija xi ħaġa mill-aktar inkwetanti.", "Dawn l-affarijiet tajjeb li nsemmuhom ħalli min qiegħed jismagħna jkun aware taċ-ċirkostanzi u jifhem aħjar għalfejn qegħdin inħossu l-importanza ta' din il-liġi.", "Wara kollox il-liġijiet iridu jirriflettu l-bżonnijiet, l-aspettattivii u l-ħteġijiet tan-nies.", "Iż-żgħażagħ Maltin, b'mod speċjali dawk ta' taħt is-16 sena - imma anke dawk li għandhom 'il fuq minn 16-il sena – qegħdin jikkonsmaw l-alkoħol b'tali mod li qegħdin jixbhu l-pajjiżi nordiċi ta' l-Ewropa u mhux dawk tas- south ta' l-Ewropa.", "Din hija xi ħaġa li rridu nevalwawha wkoll għaliex Malta m'hijiex bħall-pajjiżi nordiċi fejn forsi għandhom skuża għalfejn jixorbu dak it-tip ta' xorb minħabba l-kesħa li jkollhom matul is-sena.", "Imma f'Malta anke fl-aktar xhur sħan nibqgħu nikkonsmaw volum qawwi ta' alkoħol.", "Għalhekk żgur li hemm xi ħaġa storta.", "Fl-opinjoni tiegħi, ma nistgħux noqogħdu biss fuq dawn it-tip ta' indikaturi li għandna hawnhekk imma rridu nkomplu nagħmlu r-riċerka tagħna.", "Sur President, aktar tard irrid inkompli nitkellem fuq il-kampanji edukattivi fuq il-prevenzjoni.", "Jiena persuna li nemmen ħafna fil- prevenzjoni u għal dan il-għan irridu nkomplu nagħmlu r-riċerka tagħna.", "Tajjeb li jkollna dawn il-comparative statistics għaliex ir-riżultati li juruna jallarmawna u jagħmluna konxji sabiex naġixxu.", "Issa biex naġixxu jrid ikollna r-riċerka tagħna fuq dak li qiegħed jiġri u ma jiġrix f'pajjiżna.", "Tant hu hekk li dan il-punt ġie rrakkommandat f'dawk l-għaxar punti ta' strateġija li kien ħareġ fil-European Charter taż-żgħażagħ.", "Filwaqt li huwa importanti li nħarsu lejn il-problema minn aspett reġjonali u anke b'koperazzjoni ma' pajjiżi oħra, daqshekk ieħor huwa importanti li jkun hemm focus fuq id-dimensjoni lokali.", "Għalkemm din hija xi ħaġa li kemm is-Sedqa kif ukoll il-health promotion unit qegħdin jaħdmu fuqha, jiena nemmen li rridu ninvestu aktar f'riċerka u fi studji oħra sabiex nistabbilixxu r-raġuni ta' din it-trend.", "Żgur li waħda mit-trends li ġġiegħlek taħseb hija proprju għalfejn iż- żgħażagħ u t-tfal Maltin qed ikollhom xeltiet f'dak li huwa konsum ta' alkoħol li jersqu lejn il-pajjiżi nordiċi - fejn dawn il-pajjiżi huma kesħin u għandhom kultura differenti ħafna minn tagħna - milli qed ikollhom xeltiet li jersqu lejn il-pajjiżi tas-south ta' l-Ewropa.", "L-ESPAD turina sitwazzjonijiet allarmanti ħafna u dan nistgħu narawh mill-aħħar rapport li ħarġu fl-2003.", "Per eżempju, insibu li Malta tinsab fuq quddiem nett fejn jidħol il-konsum ta' l-inbid u tgħidilna li \"wine consumption is three times or more during the last thirty days among all students.", "F'din il-lista Malta tinsab fuq quddiem nett u din hija xi ħaġa li tinkwetak mhux ftit.", "Pajjiżna jinsab fuq quddiem nett anke fuq il-consumption of spirits which is three times or more during the last thirty days.", "Forsi hawnhekk għandna r-rifless ta' dak li huwa l-binge drinking, fenomenu li qed iseħħ fost iż-żgħażagħ tagħna.", "Dawn qegħdin litteralment joħorġu sabiex jiddamdmu.", "Il-binge drinking hija xi ħaġa li bdiet tiżviluppa ruħha fil-bidu tad-disgħinijiet f'pajjiżi oħra ta' l-Ewropa u sfortunatament xi ħaġa bħal din laqtitna bħalma laqtet pajjiżi oħra.", "Imma issa rridu nindirizzaw dan il-fenomenu.", "Għalfejn biex iqattgħu l-ħin ħieles tagħhom iż-żgħażagħ qegħdin ifittxu d-discos, il-bars u x-xorb?", "Irridu wkoll nistaqsu, nevalwaw, nirriċerkaw u nistudjaw dawn il-mistoqsijiet ħalli forsi jkollna ftit risposti.", "Jiena ngħid li dan m'huwiex ġej biss mill- peer pressure, mill-media u mill-ambjent konsumerista li llum ninsabu ngħixu fih.", "It-tfal u ż-żgħażagħ tagħna għandhom biżżejjed faċilitajiet differenti sabiex isibu kif iqattgħu l-ħin ħieles tagħhom?", "Sur President, qiegħda ngħid hekk għaliex meta f'Ħal Qormi jkun hemm xi attivita' fil-komunita', bħal, per eżempju, il-Ġimgħa l-Kbira, tibda tara ammont kbir ta' tfal u żgħażagħ li għal numru ta' ġimgħat jkunu okkupati fl- organizzazzjoni tal-festa tal-Ġimgħa l-Kbira.", "U għalija din hija xi ħaġa li taffaxxinani.", "Naturalment m'hemmx għalfejn li jkollna xi festa jew okkażjoni bħal din sabiex niġbru liż-żgħażagħ.", "Kull meta jkun hemm xi attivita' fuq livell ta' komunita', it-tfal u ż-żgħażagħ Qrima jinġabru f'numru sostanzjali ġol-komunita' u jieħdu gost b'dak li jkunu qegħdin jagħmlu.", "Naturalment jien m'iniex qiegħda ngħid li rridu ntellgħu xi ħitan bejn l-irħula ħalli ż-żgħażagħ jibqgħu ġol-konfini tagħhom imma rridu naraw kif nistgħu noffrulhom alternattivi oħra għaliex b'hekk għandna ċ-ċans li naqbdu numru sostanzjali ta' żgħażagħ u nħajruhom iqattgħu l-ħin ħieles tagħhom f'xi ħaġa differenti mill-ambjent ta' bar, disco jew party u jitbiegħdu minn dak l-ambjent fejn il-konsum ta' l-alkoħol huwa wieħed mill- fatturi predominanti.", "Issa fl-irħula tagħna għandna ħafna infrastruttura li wara ċertu ħin tkun mejta.", "Għandek ammont ta' grounds fl-iskejjel primarji u sekondarji li wara s-2.30 p.m. jew wara t-3.15 p.m. ikunu magħluqin u ma jiġux utilizzati għal diversi dixxiplini sportivi kif ukoll dawk ta' l-arti.", "Illum min ikollu l-ġenituri tiegħu li jifilħu jħallsu, ikun jista' imur f'gym sabiex jipprattika xi sport jew inkella xi dixxiplina oħra kulturali jew artistika.", "Min-naħa l-oħra, min m'għandux mezzi finanzjarji, ma jistax jagħmel l-istess ħaġa.", "Għalhekk irridu nirriċerkaw u nistudjaw dak li qiegħed jiġri f'ċerti komunitajiet.", "Jekk aħna noffru lit-tfal u liż- żgħażagħ tagħna alternattivi sani fil-ħin ħieles tagħhom, bħalma huwa sport, kultura u arti, aktar għandna ċans li noħolqu deterrent pożittiv minflok deterrent li qed toffri din il-liġi.", "B'hekk it-tfal tagħna jkunu okkupati u l-effett tal-peer pressure u l-ambjent konsumerista li llum qegħdin ngħixu fih, ma jħallix dak l-effett qawwi li qiegħed iħalli fuqhom illum il-ġurnata.", "Sur President, din il-liġi qiegħda tipprovdilna l-opportunita' li nitkellmu b'aktar mod ħolistiku fuq affarijiet oħra li jmorru pari passu ma' din il- problema.", "Jekk nerġa' indur fuq dak ħareġ mir-rapport ta' l-ESPAD, insibu li fuq il-konsum ta' l-inbid, pajjiżna qiegħed fit-tieni post ta' din il- lista.", "Fl-ewwel post insibu s-Slovenja.", "Fir-rigward ta' spirti oħra ninsabu wkoll fit-tieni post u fl-ewwel post ikunu l-Pharoe Islands.", "Kif qed naraw fl-affarijiet negattivi pajjiżna sar jibrilla.", "Għalhekk irridu nħarsu lejn il-fatti għaliex dawn xejn m'huma sbieħ.", "Hawnhekk xtaqt nagħmel appell bħalma għamlet il-ministru u Dr. Spiteri fil-press conference li ta fis-25 ta' Settembru f'isem il-health promotion unit: Let's join forces għaliex is-sitwazzjoni hija waħda mill-aktar inkwetanti mhux biss għaliex ix-xorb żejjed fuq kulħadd huwa ikrah u jwaqqgħek għaċ- ċajt, imma għaliex dan iħalli effetti ħżiena fuq is-saħħa fiżika u psikoloġika tat-tfal u taż-żgħażagħ tagħna.", "Fuq dan il-punt nixtieq nagħmel riferenza għal-leaflet li ħarġet l-aġenzija Sedqa fuq l-effetti ta' l-alkoħol fuq il-ġisem.", "Fost affarijiet oħra ssemmi l-ħsara fil-moħħ, riskju ta' puplesija, vista mċajpra, diskors imħawwad, griżmejn misluħin, pressjoni għolja, diffikulta' respiratorja, problemi fil-qalb, mard fil-fwied, ulċera fl-istonku, ulċera jew kanċer fl- imsaren u f'każ ta' nisa tqal, anke ħsara lit-tarbija fil-ġuf.", "Għandek ukoll impotenza fl-irġiel, il-muskoli jiddgħajfu u ħsara fl-għadam.", "F'din il-leaflet insibu lista sħiħa ta' mard ikkawżat mix-xorb żejjed.", "Issa hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq l-effetti ta' l-alkoħol fuq ġisem adult, aħseb u ara l-effetti li jħalli fuq tfal ta' 11 jew 13-il sena!", "Hawnhekk irrid nerġa' nagħmel appell lill-ġenituri, l-aktar lil dawk li m'humiex qegħdin jifhmu u jagħrfu l-effetti mill-aktar koroh li qiegħed iħalli x- xorb alkoħoliku.", "Mhux l-ewwel darba li kont f'xi party privat u nara lil xi ġenitur jagħti lit-tifel tiegħu daqsxejn birra.", "Naturalment nipprova niġbed l-attenzjoni tal-ġenitur imma r-risposta tagħhom tkun li t-tifel irid jidra!", "Hemm bżonn indaħħlu f'rasna li dawn huma affarijiet serji.", "Dik id-daqsxejn birra li tajt lit-tifel tiegħek, taf tkun il-bidu li ġġiegħlu jaqbad ix-xorb u forsi dan it-tifel jibda jdaħħal f'rasu li jrid jixrob il-birra jekk irid jidher li huwa raġel.", "L-aġenzija Sedqa ħarġet bosta leaflets differenti.", "Insibulhom ukoll pakkett għall-ġenituri sabiex dawn ikunu kapaċi jwieġbu lit-tfal tagħhom fuq is-suġġett ta' l-alkoħol.", "Għaldaqstant nifraħ lill-aġenzija Sedqa u nagħtihom il-prosit ta' dan ix-xogħol li qegħdin jagħmlu.", "Madanakollu jiddispjaċini ngħid li dan il-materjal m'huwiex daqshekk għad-dispożizzjoni tal-ġenituri.", "Ġieli dħalt f'uffiċini tal-kunsilli lokali u sibthom fl- istands tagħhom, pero' jekk irridu li kulħadd ikun aware ta' dawn l- affarijiet, għandna naraw li informazzjoni bħal din tasal għand kulħadd.", "Ninsab ċerta li jekk dan il-ġenitur li semmejt ftit ilu, ikun jaf bl- effetti li jista' jħalli fuq ibnu x-xorb alkoħoliku, ma kienx idewwaqlu l- birra.", "Għandi nissoponi li l-ebda ġenitur responsabbli u li verament iħobb lil uliedu, ma jinkwetax ruħu jekk allaħares qatt it-tfal tiegħu taqbadhom xi waħda minn dawn il-mardiet li semmejt.", "Għalhekk nerġa' ngħid li dawn il- leaflets irridu nwassluhom f'kull dar ħalli b'hekk nippenetraw fil-familji kollha.", "Hemm bżonn li jkollna kampanji pubbliċitarji b'saħħithom ħalli ninterferixxu mar-reklami, mal-media u mal-peer pressure li ż-żgħażagħ tagħna qegħdin jinqabdu fihom.", "Sur President, xtaqt nagħmel riferenza għall-konferenza li ngħatat mill- health promotion unit fil-25 ta' Settembru ta' din is-sena.", "F'din il- konferenza ngħatat statistika li tkopri l-konsum ta' l-alkoħol minn tfal sa l-eta' tenera ta' 11-il sena.", "Per eżempju, Malta tinsab fl-ogħla rata ta' tfal ta' 13-il sena li jikkonsmaw xorb alkoħoliku.", "F'gazzetta lokali ntqal hekk fuq din il-konferenza:", "\"Dr Mario Spiteri qal li minkejja x-xogħol siewi li qed isir minn diversi aġenziji dwar l-abbuż mill-alkoħol, xorta waħda f'Malta għandna problema kbira peress li l-alkoħol huwa legalizzat.\".", "Forsi din il-frażi li ġiet irrapportata minn din il-gazzetta għandha tingħata spjegazzjoni aħjar għaliex meta qed jingħad li l-alkoħol huwa legalizzat, naħseb li kien qiegħed jirreferi għan-nuqqasijiet li għandna fil-qafas leġislattiv.", "Fil-fatt aktar tard jingħad li Dr. Spiteri għamel riferenza għal dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna.", "Dan l-artiklu jkompli jgħid li:", "\"Minn studju li sar minn Maria Rita Agius, li qiegħda tistudja l- farmaċija fl-universita', jirriżulta li l-aktar xorb alkoħoliku li jikkonsmaw it-tfal ta' bejn 11-il sena u 15-il sena huwa l-inbid u l- birra.\".", "Allura din l-indikazzjoni tista' tagħtina lok sabiex naħsbu fuq dak li nistgħu nagħmlu mhux biss permezz ta' l-abbozz ta' liġi imma anke kif se naqbdu u nindirizzaw din il-problema.", "Per eżempju, jekk huwa stabbilit li l-inbid u l-birra huma fost l-aktar xorb alkoħoliku li jinxtorob mit-tfal - forsi minħabba l-prezz tagħhom - allura għandna naraw jekk nistgħux intellgħu d-dazji tagħhom bħalma għamilna fuq is-sigaretti.", "Fil-fatt żidna d-dazji fuq is-sigaretti sabiex noħolqu speċi ta' deterrent għal min ipejjep ħalli jieqaf mill-vizzju li għandu.", "Dawn l-affarijiet ma niddejjaqx ngħidhom għaliex fejn tidħol is-saħħa tat-tfal u taż- żgħażagħ tagħna, għandna nkunu kuraġġjużi u niffaċċjaw il-problemi b'mod solidu.", "Sur President, għal dak li jirrigwarda konsum ta' l-inbid minn subien u bniet ta' 11-il sena nsibu li l-persentaġġ kien ta' 44.6% u 29.1% rispettivament; ta' dawk ta' 13-il sena kien 67.4% tas-subien u 57.3% tal- bniet filwaqt li ta' dawk ta' 15-il sena kien 97.3% tas-subien u 65.9% tal- bniet.", "Dawn ir-rati jinkwetawk u jħassbuk.", "Għalhekk irridu naraw x'jista' jsir lil hinn minn din il-liġi.", "Liġi bħal din hija importanti għaliex tagħtina għodda aktar effiċjenti u effettiva, pero' rridu naħsbu wkoll x'jista' jsir b'mod pożittiv lil hinn mil-liġi ħalli kemm jista' jkun lit- tfal nilħquhom qabel ma jibdew jabbużaw mill-alkoħol.", "Punt interessanti li semma Dr. Spiteri kien li l-istudji qegħdin juru li ta' kull sena s- sitwazzjoni sejra għall-agħar.", "Din hija xi ħaġa li nistgħu narawha anke mill-istudji li saru mill-ESPAD.", "Minn l-aħħar tliet studji li għamlet l- ESPAD naraw li kull darba qiegħed ikun hemm żieda f'dawk li jabbużaw mill- alkoħol.", "Allura filwaqt li qegħdin isiru l-isforzi u l-inizjattivi ta' kampanji edukattivi, xorta hemm xi ħaġa li qiegħda tfixkel lil dawn il- kampanji edukattivi u b'hekk mhux qegħdin jinkisbu r-riżultati mixtieqa.", "L-uffiċjali ta' l-aġenzija Sedqa semmewli d-diversi programmi li għamlu fl- iskejjel tagħna.", "Per eżempju, fl-aħħar perjodu tas-sena skolastika l- aġenzija Sedqa indirizzat lil madwar 8,000 tifel u tifla tal-primarja u qassmet madwar 12,000 workbook lill-istudenti tal-primarja, ta' l-iskejjel tal-Knisja u dawk privati.", "Qassmet ukoll materjal ieħor lil madwar 8,000 student tas-sekondarja u għamlet madwar 200 session ma' l-istudenti ta' l- iskejjel sekondarji li bihom laħqet 'il fuq minn 6,000 student.", "Kif qed taraw ix-xogħol qiegħed isir, pero' hawnhekk m'humiex jissemmew l-iskejjel terzjarji u l-universita'.", "Meta kont qiegħda niġbor l-informazzjoni għad- diskors tiegħi ftakart f'dak ix-xogħol li konna għamilna fil-kumitat ta' l- affarijiet soċjali fil-leġislatura l-oħra meta ċ-chairperson kienet l-Onor.", "D'Amato.", "F'dan il-kumitat konna għamilna numru ta' seduti niddiskutu r-riskji li jiffaċċjaw it-tfal u fosthom kien hemm kampanji edukattivi kontra l-abbuż tad-droga u jiena flimkien ma' l-Onor.", "D'Amato konna għamilna field work u konna morna l-Junior College sabiex nindirizzaw lill-istudenti.", "Waqt din il-laqgħa konna tlabna l-fehmiet ta' l-istudenti u skoprejna li l-istudenti ta' l-aħħar sena qatt ma kienu ġew indirizzati fuq l-effetti tad-droga.", "U din l-informazzjoni fakkritni fuq dak li qegħdin niddiskutu llum.", "X'tip ta' awareness campaigns qegħdin isiru f'dawn il-livelli?", "Nafu li l-MCAST illum jiġbor fih numru sostanzjali ta' studenti.", "L-istess ħaġa l-Junior College, il-higher secondary u l-universita'.", "Dawn huma kollha postijiet li fihom jinġabru ħafna żgħażagħ ta' etajiet żgħar u li bejniethom jorganizzaw ċerti parties.", "Sur President, din il-liġi qiegħda tindirizza lil dawk li għandhom taħt is- 16-il sena u meta qegħdin nitkellmu fuq l-istudenti tal-Junior College, tal- higher secondary u ta' l-MCAST, qegħdin nitkellmu wkoll fuq żgħażagħ li jibdew minn 15-il sena f'dawn l-iskejjel.", "Għalhekk hemmhekk ukoll irid ikollna kampanji ta' edukazzjoni bħalma qiegħed isir fl-iskejjel primarji, u fis-sekondarji.", "Xtaqt nagħmel riferenza għal studju li sar mid-dipartiment tal-psikoloġija ta' l-universita' ta' East London u ma' l-universita' ta' Bristol.", "Dan id- dipartiment qiegħed jgħid b'mod konċiż x'inhuma l-konsegwenzi li jġib il- binge drinking.", "Naturalment dan qiegħda nsemmih sabiex inkomplu nqiegħdu fil-perspettiva l-bżonn li jkollna qafas leġislattiv bħal dak li għandna quddiemna imma anke l-bżonn ta' kampanji edukattivi.", "Kif qalet tajjeb il- ministru fid-diskors tagħha, għandna noħolqu kuxjenza, awareness u edukazzjoni dwar din il-problema.", "U dawn l-affarijiet it-tfal għandhom jeħduhom mid-dar tagħhom stess.", "Għalhekk fil-bidu ta' l-intervent tiegħi bdejt nisħaq fuq ir-responsabilita' li għandna bħala ġenituri.", "Bħala ġenituri ma nistgħux nabdikaw mir-responsabilita' tagħna għaliex il- ġenituri huma l-ewwel forma ta' edukazzjoni li t-tfal jiġu f'kuntatt magħha.", "Ovvjament ħafna ġenituri huma konxji - imma hemm oħrajn li m'humiex - tar-riperkussjonijiet serji li x-xorb iħalli fuq it-tfal u ż- żgħażagħ.", "Dan l-istudju li semmejt ftit ilu jgħid hekk;", "\"binge drinking has dire consequences upon health and well being including unplanned pregnancies.\"", "Din hija xi ħaġa li semmitha wkoll il-Ministru Cristina.", "Għandna rata qawwija ta' pregnancies minn single mothers ta' etajiet verament żgħar.", "Minn studji li saru apposta nstab li qiegħed ikun żgħażagħ li qegdħin iwettqu l-att sesswali waqt li jkunu taħt l-influwenza ta' l-alkoħol.", "Dan l-istudju jkompli jgħid hekk;", "\"...sexually transmitted diseases such as HIV, AIDS, crime and car accidents.", "The prevailance of binge drinking among young people is alarming.", "Despite this as yet a review of existing literature on binge drinking amongst young people is lacking.\".", "Sur President, hawnhekk ridt nagħmel enfasi fuq l-effetti tax-xorb inġenerali u mhux bil-binge drinking biss.", "Se nsemmi l-effetti li jħalli x- xorb regolari fuq il-post tax-xogħol jew inkella fuq l-iskola.", "Hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq l-etajiet ta' bejn il-11-il sena u l-15-il sena jew 16-il sena.", "Per eżempju, qatt staqsejna dwar jekk ċertu perċentaġġ ta' assenteiżmu jistax ikun il-kawża ta' hangovers li jkollhom it-tfal wara li jkunu kkonsmaw l-alkoħol?", "Fuq il-postijiet tax-xogħol għandna wkoll żgħażagħ ta' 16-il sena u xi kultant anke ta' 15-il sena.", "Allura jista' ikun li jkollna inċidenti fuq il-postijiet tax-xogħol minħabba l-effett ta' alkoħol li dawn ikunu xorbu matul il-lejl ta' qabel?", "Dan l-aħħar kont qiegħda għand familja fejn it-tifel tagħhom kien għadu kemm tilef ix-xogħol tiegħu.", "U filwaqt li l-ġenituri tiegħu kienu nkwetati minħabba li binhom tilef ix-xogħol, bdew ilumuh ukoll għaliex meta t-tifel tagħhom joħroġ, ħafna drabi l-għada ma jmurx għax-xogħol għaliex ikun imdamdam.", "Għalhekk jiena ngħid li huwa importanti li dawn il-mistoqsijiet nibdew nagħmluhom u nevalwaw dak li qiegħed jiġri.", "Dan għaliex jista' ikollna dan l-impingement fuq sitwazzjoni aktar wiesgħa.", "Ix-xorb ta' l-alkoħol ma jaffettwax b'mod ħażin is-saħħa tat-tfal u taż-żgħażagħ tagħna imma jista' iħalli l-effetti tiegħu fl-assenteiżmu mill-iskejjel u f'inċidenti fuq il- postijiet tax-xogħol.", "Dawn il-ħaddiema jistgħu jkunu ta' perikolu kemm għalihom infushom kif ukoll għall-ħaddiema li jkunu qegħdin jaħdmu magħhom.", "Jiena għamilt l-appell tiegħi sabiex fuq xi ħaġa bħal din, kulħadd jingħaqad.", "Jiena nemmen li mhux biss il-forzi kollha soċjali fil-pajjiż iridu jingħaqdu imma jrid ikun hemm koordinament kbir bejn l-entitajiet tal- gvern.", "Ladarba qegħdin nitkellmu fuq il-post tax-xogħol, tajjeb li naraw ir-riskji li jġib miegħu x-xorb żejjed.", "Żgur li hemm riskju ta' health and safety meta jkollok lil xi ħadd li jmur fuq ix-xogħol b'hangover fuqu, l- aktar jekk ikun fdat fuq makni li jirrikjedu ċerta preċiżjoni.", "Dan il- ħaddiem żgur li se jkun ta' perikolu għal saħħtu u anke għal saħħet il- ħaddiema li jkunu miegħu.", "Nemmen li l-Health and Safety Authority trid tidħol fix-xena wkoll ħalli kkollna studju u b'hekk nistabilixxu mhux biss indikaturi, suspetti u mistoqsijiet imma naraw dak li qiegħed jiġri eżattament.", "Bl-expertise tal- Health and Safety Authority ikunu jistgħu jiġu żviluppati aktar il-kampanji ta' pubbliċita' u ta' edukazzjoni sabiex nindirizzaw l-effett negattiv li jħalli x-xorb alkoħoliku.", "Xtaqt nagħmel riferenza wkoll għal fatt li aħna suppost għandna dmirijiet u responsabilitajiet fuq dan il-qasam fuq livell internazzjonali.", "Hawnhekk qiegħda nirriferi għall-kwestjoni tal-European alcohol action plan, li suppost tkopri bejn is-sena 2000 u s-sena 2005.", "Fil-fatt din kienet ġiet maqbula fid-49 sessjoni tal-kumitat reġjonali għall-Ewropa.", "Din l-action plan m'hijiex marbuta ma' l-Unjoni Ewropea imma għandha x'taqsam mal-World Health Organisation.", "Madankollu kienet iffokata fuq ir-reġjun ta' l-Ewropa għaliex instab li r-reġjun Ewropew huwa l-aktar reġjun li fih jiġi kkonsmat l-alkoħol.", "Sur President, xtaqt li hawnhekk nagħmlu evalwazzjoni tal-commitments li suppost kellna u li joħorġu minn din l-action plan ħalli naraw ir- riżultati.", "Mhux biżżejjed li ngħidu li se nagħmlu xi ħaġa jekk ma jkollniex a continous monitoring ta' dak li jkun qiegħed isir.", "Jekk ma nagħmlux dan il-proċess, ħafna drabi nkunu qegħdin ninvestu fix-xejn mhux biss fondi pubbliċi imma anke enerġiji tagħna.", "Huwa għal dan il-mottiv li jiena qiegħda nagħmel dawn it-tip ta' mistoqsijiet u qiegħda ninsisti dwar il-ħtieġa jkollna dawn l-indikturi f'posthom.", "Irridu naraw ukoll kif se nindirizzaw l-affarijiet u nkomplu nistaqsu billi nagħmlu r-riċerka fuq il- kuntest Malti.", "L-ewwel għamilna riferenza għall-kwestjoni tal-binge drinking u għedna li din hija fenomenu li bdiet fl-Ewropa fis-snin disgħin u li aħna ġejna maħkumin minnha wkoll.", "Issa tajjeb li nsemmu wkoll dak li qiegħed jagħmel ħaddieħor f'dan ir-rigward u naraw jekk qiegħedx ikollu riżultati aħjar minn tagħna.", "F'dan il-ħin li fadalli se nsemmi x'kienu l- main objectives ta' dan l-action plan li semmejt.", "Wieħed minn dawn l- oġġettivi jgħid li;", "\"By the year 2005 all countries of the European region should reduce the harm that can be done by alcohol in the work place in particular accidents and violence.\"", "Dan kien wieħed mill-oġġettivi msemmija f'dan ir-rapport u kien għalhekk li għamilt riferenza fuq jekk aħniex qegħdin naraw x'qed jiġri fuq il- postijiet tax-xogħol.", "Jiena ngħid li l-Health and Safety Authority għandha tkun involuta fir-riċerka u għandu jkun hemm koordinazzjoni bejn l- entitajiet tal-gvern li qegħdin jaħdmu fuq dan il-qasam.", "B'hekk il- programmi li rridu nagħmlu, kemm ta' l-awareness, kemm ta' l-edukazzjoni u kemm kurattivi jinbdew wara li nkunu ġbarna r-riċerka kollha meħtieġa.", "Fil- winding up tal-ministru, nixtieq li tagħmel riferenza għall-għaxar strateġiji li stabilit il-European charter fuq l-alkoħol.", "Min-naħa tiegħi se nsemmihom fuq fuq.", "L-ewwel strateġija tgħid li;", "\"Inform people of the consequences of alcohol consumption on health, family and society and of the effective measures that can be taken to prevent or minimize harm, building broad educational programmes beginning in early childhood\"", "Sur President, forsi jkun tajjeb li nitkellmu aktar fuq x'inhuma l- programmi li jeżistu ħalli l-poplu jkun aktar konxju ta' dak li diġa' għandna.", "L-ewwel semmejt il-leaflets tas-Sedqa u għedt kif dawn m'humiex daqshekk ready available għal kulħadd.", "Allura hemm bżonn li nsibu l-mod ta' kif dawn it-tip ta' leaflets u materjal ieħor edukattiv jasal fid-djar ta' kulħadd.", "Dan il-materjal m'għandniex niltaqgħu miegħu b'kumbinazzjoni imma jekk hemm bżonn, anke jinxtara aktar air time fuq l-istazzjonijiet tagħna.", "B'hekk naraw li jkollna programmi fuq skills għall-ġenituri ħalli dawn ikunu kapaċi jiggwidaw aktar lit-tfal tagħhom u jdaħħlulhom dawk il- valuri li hemm bżonn sabiex ikunu kapaċi jgħidu le għal ċertu peer pressure li jkollhom fuqhom.", "It-tieni strateġija tgħid li;", "\"to promote public, private and working environments protected from accidents and violence and other negative consequences of alcohol consumption.\".", "Mhux l-ewwel darba li tisma' ħaddiema li jgħidulek fuq il-post tax-xogħol tagħhom hemm l-abbuż tad-droga u issa qiegħed ikun hemm anke l-abbuż ta' l- alkoħol.", "Xi ħaġa oħra li xtaqt nisma' dwarha hija proprju dik ta' kif qegħdin nindirizzaw din il-problema permezz ta' din l-istrateġija li aħna suppost ninsabu parteċipi fiha.", "Hawnhekk qiegħda nirriferi għall-European charter li tmur ma' din l-action plan.", "It-tielet strateġija tgħid li;", "\"Establish and enforce laws that effectively discourage drink-driving.\"", "Din hija xi ħaġa li f'pajjiżna diġa' teżisti imma kif qal proprju Dr Spiteri, fil-press conference li għamel fil-25 ta' Settembru, din il- kampanja tad-drink driving ma tantx qabdet art.", "Allura għalfejn din il- kampanja ma ħallitx ir-riżultati mixtieqa?", "Naħseb li l-kampanja edukattiva kontra t-tipjip qabdet art.", "Fil-fatt anke fost it-tfal issib li ħafna minnhom jgħidulek li t-tipjip m'għadux moda.", "Allura għalfejn il-kampanja kontra t-tipjip qabdet l-art mentri dik kontra l-alkoħol ma ħallietx effett?", "Ir-raba' strateġija tgħid li;", "\"Promote health by controlling the availability, for example for young people, and influencing the price of alcoholic beverages, for instance by taxation.\"", "Matul id-diskors tiegħi għamilt riferenza għal din l-istrateġija.", "Naturalment ma tantx se ninstema' popolari b'dak li għedt, pero' fejn tidħol is-saħħa tat-tfal u taż-żgħażagħ tagħna m'għandna nħallu xejn unturned.", "Is-saħħa ta' wliedna m'hijiex għażiża għalina bħala ġenituri imma għandha tkun xi ħaġa għażiża għas-soċjeta' kollha kemm hi.", "Dan mhux biss għaliex irridu l-well being taż-żgħar tagħna imma anke għall-well being finanzjarju ta' pajjiżna.", "Fl-aħħar mill-aħħar, sabiex nikkuraw lil dawn iż-żgħażagħ li jkollhom problema, l-ispiża jkollha tiġi mit-taxxi tal- poplu kollu.", "Il-ħames strateġija tgħid li;", "\"Implement strict controls, recognizing existing limitations or bans in some countries, on direct and indirect advertising of alcoholic beverages and ensure that no form of advertising is specifically addressed to young people, for instance, through the linking of alcohol to sports\"", "Sur President, din hija xi ħaġa li rridu kasha.", "Irridu noqgħodu attenti għat-tip ta' reklami li jsiru.", "Per eżempju, fl-istudju tal-Health Promotion Unit, instab li ċerti kategoriji ta' tfal jibdew jesperimentaw fix-xorb billi jixorbu dawk li jgħidulhom Alco pops.", "Imbagħad iduru għal dak li huwa alkoħol aktar b'saħħtu.", "Din ix-xarba tidher li m'hi xejn imma rridu noqogħdu attenti lejn il-mod ta' reklamar li jsir fuqha.", "Hemm bżonn li naraw jekk ir-reklamar li jsir fuq din ix-xarba huwiex qiegħed jinfluwenza lit-tfal u ż-żgħażagħ tagħna.", "Strateġija Nru. 6, 7 u 8 jgħidu li;", "\"Ensure the accessibility of effective treatment and rehabilitation services, with trained personnel, for people with hazardous or harmful alcohol consumption and members of their families\", \"Foster awareness of ethical and legal responsibility among those involved in the marketing or serving of alcoholic beverages, ensure strict control of product safety and implement appropriate measures against illicit production and sale\" u \"Enhance the capacity of society to deal with alcohol through the training of professionals in different sectors, such as health, social welfare, education and the judiciary, along with the strengthening of community development and leadership\"", "Dan ma jfissirx li kull professjonist ikun qiegħed jfihem u jagħraf l- implikazzjonijiet ta' ċerti problemi.", "Għalhekk naħseb li hemmhekk irid ikun hemm ċerta awareness mgħoddiha lill-professjonisti ħalli x-xogħol tagħhom ikun aktar focused fuq dan il-qasam partikolari.", "Id-disa' strateġija tgħid li;", "1.", "\"Support nongovernmental organizations and self-help movements that promote healthy lifestyles, specifically those aiming to prevent or reduce alcohol-related harm.\".", "Hawnhekk wieħed jista' jgħid li jeżistu numru ta' inizjattivi u għandna naraw x'tip ta' inizjattivi jistgħu jkomplu jittieħdu fuq il-livell ta' komunita'.", "Wieħed irid juża l-infrastruttura li diġa' qiegħda hemmhekk ħalli l-ħin ħieles tat-tfal u taż-żgħażagħ tagħna tkun tista' tiġi stradata fuq ċerti oqsma apparti mill-parties, discos u barijiet fejn il-konsum ta' l-alkoħol huwa daqshekk predominanti f'dan l-ambjent.", "L-aħħar strateġija tgħid li;", "2.", "\"Formulate broad-based programmes in Member States, taking account of the present European Charter on Alcohol; specify clear targets for and indicators of outcome; monitor progress; and ensure periodic updating of programmes based on evaluation.\".", "Sur President, naħseb li l-aħħar strateġija tiffoka l-argument tiegħi.", "Din semmejtha għaliex inħoss li huwa importanti li niffittjaw dak li kien qed jiġri matul dawn il-ħames snin flimkien ma' dawn l-istrateġiji ħalli naraw x'riżultati ksibna minnhom.", "Sfortunatament ir-riżultati li ksibna m'humiex riżultati li jqawwulna qalbna.", "Nemmen li b'dan l-abbozz ta' liġi se nkunu qegħdin nagħmlu pass 'il quddiem sabiex nindirizzaw il-problema serja li għandna fost it-tfal u ż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin.", "Pero' nerġa' insostni li l-qafas legali waħdu m'huwiex biżżejjed sabiex jindirizza l-problema.", "Se jkun hemm bżonn ta' strutturi effettivi ta' l-implimentazzjoni u infurzar, flimkien ma' kampanji ta' edukazzjoni ndirizzati lejn it-tfal u ż- żgħażagħ kif ukoll u b'mod partikolari lejn il-ġenituri li jridu jibqgħu jġorru r-responsabilita' ta' wliedhom.", "Nirringrazzjak.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin u għalhekk nitlob lill-Ministru għal Familja u Solidarjeta' Soċjali sabiex f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern, tressaq l-aġġornament tal-Kamra.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Sur President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal għada l-Erbgħa, 11 ta' Ottubru 2006, fis-6:00 p.m. b'din l-aġenda:", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi tal-Liġijiet tal-Pulizija - Tieni Qari (Kont);", "Diskussjoni miftuħa dwar rapport maħruġ mis-Segretarjat għan-Negożji Żgħar u s-Self-Employed - Kontinwazzjoni;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili (Emenda Nru 2) - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali (Emenda Nru 2) - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta - Kumitat; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta (Emenda Nru 2) - Tieni Qari.", "-----------------------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Reġistru Ċentrali - Kumitat Permanenti.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Joseph Abela.", "ONOR.", "JOSEPH ABELA: Sur President, f'dan l-Aġġornament xtaqt nitkellem fuq l-istqarrija li ħarġet il-Kummissarju għat-Tfal fuq l-open day li saret mill-Forzi Armati u li dwarha \"The Times\" ġabet ritratti ta' tfal iżommu armi tal-gwerra u anke ngħataw l-opportunita` biex jużaw l-istess armi.", "Jiena naqbel mal-kummissarju li xeni bħal dawn kienu ta' dwejjaq kbar għal min għandu għal qalbu l-interessi tat-tfal.", "Aħna lit-tfal tagħna nipprovaw nagħtuhom l-aħjar messaġġi possibbli u nipprovaw inrabbuhom f'familji tajbin.", "It-tfal tagħna mdorrijin f'ambjent tal-paċi mingħajr gwerra u mdorrijin imorru l-iskola mingħajr ma jkollhom problemi ta' xejn.", "Il- problemi li għandhom it-tfal tagħna m'huma problemi xejn mal-problemi ta' tfal oħra li jgħixu f'żoni ta' gwerra.", "Sur President, aħna dejjem nitkellmu fuq kif se ntejbu l-livell ta' l-għajxien tat-tfal tagħna u mhux li mhux se niftħu xi skola wara xi bumbardament.", "Minkejja dan, tajjeb li nifhmu li t- tfal tagħna m'humiex qegħdin jgħixu f'bozza fejn kulħadd qed jgħix tajjeb u kuntent, u l-fatt li huma qegħdin tajjeb ma jfissirx li t-tfal tad-dinja kollha qegħdin jgħixu tajjeb.", "Fil-fatt jagħmel sens li lit-tfal tagħna nedukawhom fuq it-tbatijiet li l-gwerra u l-konflitti madwar id-dinja qegħdin jikkawżaw fuq ħafna tfal bħalhom.", "Il-gwerra lil dawn it-tfal qed iċċaħħadhom mit-tfulija tagħhom, mill-edukazzjoni tagħhom u mill- opportunitajiet li aktar 'il quddiem tista' toffrilhom il-ħajja.", "Dan biex ma nsemmix, Sur President, il-miljuni ta' tfal li għandna madwar id-dinja li għandhom xi forma ta' diżabilita` proprju minħabba xi gwerra.", "Għalhekk, Sur President, ma jagħmilx sens li f'din l-open day tal-forzi armati jħajru lit-tfal bl-armi.", "Jiena hawnhekk irrid inkun ċar.", "L-armata tagħna tagħmel xogħol tajjeb, u tajjeb li tagħti rendikont ta' xi tkun qed tagħmel bħal, per eżempju, issalva tfal bħalhom ta' l-immigranti irregolari mill-għarqa.", "Jiġifieri bl-ebda mod ma qiegħed niddisprezza l-armata jew inmaqdar ix-xogħol tagħha, imma huwa importanti li t-tfal nieħdu ħsiebhom.", "Proprju llum għedna li t-tfal m'għandhomx jixorbu l-alkoħol għax dan jagħmlilhom il-ħsara, allura daqstant ieħor għandna nagħmlu enfasi li lit- tfal ma nesponuhomx għal affarijiet oħra li jistgħu jagħmlulhom il-ħsara jew li jtellgħuhom f'mentalita` fejn arma tan-nar hi sempliċement toy.", "Sur President, dan l-aħħar kont mistieden għand konstitwent tiegħi u kif dħalt nara t-tifel tiegħu jilgħab logħba fuq il-computer fejn dan kien qed imexxi tank tal-gwerra u jispara fuq id-djar, xi ħaġa simili għal dak kollu li naraw fuq it-television f'żoni ta' gwerra.", "Dan it-tifel, li għad għandu sitt snin, qed jilgħab din il-logħba - jidhirli li tittratta dwar xi terrorist - u aktar ma jwaqqa' djar aktar itella' punti.", "Allura jiena mort fuq dan it-tifel u staqsejtu jekk qattx irrifletta li f'dik id-dar jista' jkun hemm xi tifel bħalu jew xi omm jew xi persuna b'diżabilita`.", "Dan it- tifel baqa' ċass u qalli li hu ma ried joqtol lil ħadd minn dawn, u li kulma kien qiegħed jagħmel hu li jilgħab sempliċi logħba.", "Jiena għidtlu li l-logħba hija simbolika u għalhekk, Sur President, hu importanti li fl- edukazzjoni tat-tfal nevitaw li dawn jiġu esposti għal affarijiet li jagħmlulhom il-ħsara, u ċertament li dawn it-tip ta' logħob jagħmlu l- ħsara.", "Għarukaża li hawn ċertu logħob tal-computer fejn, per eżempju, wieħed jista' jsir boss tal-mafia u joqtol u jisraq kemm irid bl-iskuża li din hija logħba, u allura dan huwa aċċettabbli.", "Hawnhekk tajjeb li ngħid li dawn il-logħob mhux biss għat-tfal m'humiex tajbin, imma lanqas għall- adulti.", "Dawn it-tip ta' logħob is-soltu jkunu adults only, biss diffiċli ħafna li tikkontrolla min jilgħab dawn il-logħob għax bl-internet tista' tniżżel kull tip ta' logħba.", "Pero` għallinqas għandna nikkontrollaw dak li jidħol fis-suq ħalli logħob bħal dan ma jispiċċax f'idejn it-tfal.", "L- effett ta' dan it-tip ta' logħob fuq it-tfal tagħna mhux se narawh illum, imma se narawh fi żmien għaxar snin jew 15-il sena oħra, u għalhekk importanti li jekk nistgħu nagħmlu xi ħaġa, nagħmluha issa.", "Dan kien li wassal biex fil-passat, organizzazjonijiet bħal-Laboratorju tal- Paċi - għax kellhom viżjoni twila u kbira - waqqfu l-premju tat-Tjubija Papa Ġwanni XXIII.", "X'inhu l-iskop ta' dan il-premju?", "Kull sena l- Laboratorju tal-Paċi jagħżel tifel li jkun ta' servizz lil xi tifel ieħor li huwa aktar żvantaġġjat minnu u ċ-ċerimonja nagħmluha fis-sala ta' l- ambaxxaturi proprju fil-bini ta' dan il-Parlament u dan għaliex għalina dak it-tifel huwa ambaxxatur tal-paċi fost it-tfal l-oħra.", "Il-paċi m'hijiex xi ħaġa astratta u trid taħdem għaliha u proprju pajjiżna għandu missjoni biex jistinka u jġib il-paċi u fil-passat, taħt gvernijiet Laburisti, din il- missjoni pajjiżna kien jistinka biex iwettaqha u ċertament kienet sitwazzjoni differenti minn dik tal-lum fejn qed inħallu l-bastimenti militari Amerikani jidħlu fil-portijiet tagħna waqt li jkunu sejrin jibbumbardjaw lill-Iraq.", "Sur President, illum lit-tfal tagħna lanqas m'għadna ngħallmuhom l-aktar affarijiet bażiċi.", "Tkellimna tant fuq l-Ewropa!", "Fejn qed jitgħallmu t-tfal tagħna fuq ix-xogħol li qed twettaq l-Unjoni Ewropea għall-paċi?", "Qisu l- kelma \"paċi\" saret xi taboo fl-iskejjel tagħna, saret xi ħaġa tal-passat.", "Id-dinja kollha titkellem fuq kif se nġibu l-paċi u fl-iskejjel tagħna qatt ma tissemma, minkejja li l-problemi tan-nuqqas ta' paċi qed immissuhom kuljum b'idejna minħabba l-problema ta' l-immigrazzjoni irregolari.", "X'inhi l-problema ta' l-immigrazzjoni irregolari?", "Inutli noqogħdu nitkellmu b'ħafna filosofiji.", "Hawn xi ħadd li jieħu gost jitlaq minn pajjiżu u jħalli kollox warajh għax ikollu aptit?", "Daqskemm kellhom aptit missirijietna jitilqu lejn l-Awstralja u l-Amerika, Sur President!", "Meta pajjiżna beda joffri aktar opportunitajiet, il-Maltin ma baqgħux jitilqu minn hawn u l-istess hi s-sitwazzjoni ta' l-immigranti irregolari.", "Ħafna mill-pajjiżi Afrikani jinsabu fi stat terribbli fejn hemm gwerer kontinwi u n-nies t'hemmhekk jgħixu f'inċertezza kbira u anke fil-faqar.", "Uħud minnhom anke qed isofru persekuzzjoni minħabba xi raġuni jew għaliex ma jitħallewx jesprimu ruħhom taħt gvernijiet dittatorjali fejn kull forma ta' drittijiet tal-bniedem huma mkasbra.", "La dawn in-nies qed jgħixu f'faqar estrem u ma jistgħu jagħmlu xejn dwar dan, wieħed bilfors ikollu jipprova jgħix ħajja oħra f'pajjiż ieħor biex iwettaq il-ħolm tiegħu.", "Kulħadd għandu ħolm tiegħu, l-istess bħalma għandhom ħolm it-tfal tar-refuġjati li għandna hawnhekk.", "Jekk kien hemm xi ħaġa fuqxiex wieħed jammira lil dan il-gvern - anke jekk wara ħafna pressjoni inkluż minni bħala membru tal-Laboratorju tal-Paċi - kienet meta dan aċċetta li t-tfal tar-refuġjati ma jħallihomx magħluqin fiċ-ċentri ta' detenzjoni imma jeħodhom fl-iskejjel tagħna u jħallathom ma' tfal oħra.", "Minn dan ma gawdewx biss it-tfal tar-refuġjati imma anke it-tfal tal-Maltin li bdew jitgħallmu fuq kulturi differenti u fuq problemi differenti ta' nies li ġejjin mir-reġjuni differenti tad-dinja.", "Malta mhux bozza u b'dan il-mod t-tfal tagħna ma jibqgħux jaħsbu li t-tfal kollha tad-dinja huma bħalhom.", "Lit-tfal Maltin hemm xi ħadd li qed jurihom kemm qed imutu tfal fit-territorji okkupati fil-Palestina u kemm hemm tfal li mhux qed ikollhom opportunita` li jmorru l-iskola?", "Dawn jafu minn xiex qed jgħaddu t-tfal fid- Darfur, fis-Sudan, fejn qed jiġu raped b'ommhom b'kollox u t-torturi li qed jgħaddu minnhom missirijiethom?", "Dawn isofru umiljazzjonijiet ta' kuljum, Sur President.", "It-tfal tagħna qed jiġu edukati fuq id-drittijiet tal-bniedem?", "Mhux li jimmemorizzaw xi ħaġa għall-eżami tas-social studies, Sur President!", "Għax aħna bdilna l-kunċett ta' l-edukazzjoni minn wieħed fejn it-tfal nedukawhom biex isiru ċittadini tajbin għal waħda fejn nagħmluhom makni tal-memorja, qishom computers, nagħtuhom xi ħaġa u jagħtuk dak li tridhom jagħtuk minflok tgħallimhom jaħsbu.", "Qed ngħallmuhom fuq dawn l-affarijiet, Sur President?", "Jiena nikkonkludi l-intervent tiegħu billi ngħid li jiena m'għandi xejn kontra l-open day li għamlu l-forzi armati, anzi għandna nuru l-aspetti umani kollha ta' l-armata imma żgur m'huwiex aċċettabbli - u din kont diġa` semmejtha fis-social affairs committee meta konna qegħdin nitkellmu fuq l-issue tar-refuġjati - li t-tfal tagħna jitħallew jilagħbu b'armi tan-nar u li aħna naċċettaw l-importazzjoni ta' l-armi tal-logħob u ta' logħob vjolenti tal-computer li minħabba fihom it-tfal tagħna, minflok ma jitgħallmu kif isiru ċittadini tajbin, jitgħallmu kif jieħdu r-rwoli tal- kriminali.", "Dan huwa l-appell tiegħi, Sur President, u nittama li l- awtoritajiet jieħdu nota ta' dan.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Anġlu Farrugia.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Sur President, xtaqt nibda dan l-aġġornament tiegħi llejla billi ngħid li aktar 'il quddiem se npoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja ta' petizzjoni ffirmata minn numru sostanzjali ta' residenti li jgħixu fl-irziezet fl-Aħrax tal-Mellieħa u dan għaliex dawn qegħdin ibatu regolarment minn vultaġġ baxx ta' l-elettriku u sfortunatament dan qed iwassal biex jinħarqulhom il-pompi ta' l-elettriku li jużaw fir-raba` tagħhom u għall-użu domestiku.", "Għaldaqstant nitlob biex l-Enemalta tieħu azzjoni immedjata biex din is-sitwazzjoni li issa ggravat sew ma tibqax kif inhi.", "Ngħaddi issa biex nitkellem fuq xi ħaġa oħra, Sur President.", "Kif nafu s- servizz tal-posta żdied minn 7 ċenteżmi għal 8 ċenteżmi biex titwassal ittra lokali imma jiena nifhem li jekk għandek iżżid it-tariffa u ma ttejjibx is-servizz, almenu għandek iżżomm is-servizz li kont tagħti qabel.", "Qed ngħid dan għax naf b'xi ħaġa li fl-opinjoni tiegħi hija ta' stmerrija kbira u nappella lid-diriġenti tal-Maltapost biex jieħdu azzjoni immedjata dwar dan u din tapplika għal Malta iżjed milli għal Għawdex.", "Qed jiġri li meta jaslu l-parcels minn barra l-Ewropa - u dan ikollna ħafna minnhom, ta' ġenituri, anke anzjani, li jirċievu l-affarijiet mit-tfal tagħhom li jkunu emigraw lejn l-Amerika - dawn ma jintbagħtux fl-uffiċċju postali tad- distrett imma wieħed ikollu jinżel għalihom Ħal Qormi.", "Per eżempju, ġew ikellmuni anzjani mill-Mosta għax irċevew karta li jridu jmorru Ħal Qormi biex jiġbru parcel u dawn la għandhom mezzi ta' trasport u lanqas għandhom min jeħodhom hemmhekk.", "Qaluli wkoll li huma mhux se jħallsu taxi jew jikru karozza biex imorru Ħal Qormi, u jippreferu li l-parcel jerġa' jmur lura!", "Din hija ġennata u minn dan il-Parlament nħeġġeġ biex il- Maltapost tieħu azzjoni immedjata kontra din l-ordni bla sens li qed tolqot b'mod ħażin ħafna l-anzjani tagħna u nafu li n-numru tagħhom qed jikber u qed jgħixu aktar.", "Għalhekk importanti li ma nagħmlulhomx xkiel bla sens bħal dan.", "Huma ħafna dawk l-anzjani li ġew jilmentaw miegħi u ma' membri parlamentari oħra miż-żewġ naħat tal-Kamra dwar dan u għalhekk jiena qed inqajjem din il-kwestjoni f'dan il-Parlament u nappella biex l-affarijiet jitranġaw.", "It-tielet punt li nixtieq nitkellem fuqu, Sur President, hu dwar ix- xogħlijiet li qed isiru fil-housing estate Ta' Mlit.", "Jiena nifhem li la darba jsir ix-xogħol, xi inkonvenjent jinqala' imma għandu jkun hemm daqsxejn diċenza biex ma jinħoloqx l-inkonvenjent kollu li qed jinħoloq.", "Qed ikissru t-triq min-nofs fit-toroq sekondarji tal-housing estate u mhux qed iħallu spazju biex wieħed imur minn post għall-ieħor jew minn blokk għall-ieħor.", "Sur President, għandu jkun hemm daqsxejn attrezzaturi min-naħa ta' min hu nkarigat mix-xogħlijiet biex l-inkonvenjent jittaffa kemm jista' jkun u anke nħeġġeġ lill-kunsill lokali tal-Mosta, li huwa involut f'dan il- proġett, biex jagħti l-attenzjoni tiegħu għal din il-problema.", "Ir-raba' punt hu dwar il-bdiewa li għandhom il-qbiela ta' l-art tal-gvern fil-Mellieħa.", "Dawn ġew informati mit-taqsima tal-proprjeta` tal-gvern li jekk iridu jibbenefikaw minn din l-iskema, l-għalqa tagħhom trid tiġi kkalkolata, iridu jaraw kemm għandhom kmamar dawn il-bdiewa u fuq dan kollu tinħadem kera annwali.", "Kif qed tinħadem din il-kera annwali, Sur President?", "Per eżempju, fuq kamra li fiha kejl ta' 70 metru kwadru u li qabel kienu jħallsu madwar Lm3 jew Lm5 fis-sena, issa għamluha Lm120.", "Il- bdiewa qaluli: Kif jista' jkun li konna nħallsu Lm3/Lm5 fis-sena biex naħdmu r-raba' u jkollna kamra fejn inpoġġu l-għodda u issa f'daqqa waħda din togħla b'aktar minn Lm100!", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq żieda astronomika ta' 800% jew 900%.", "Dan huwa gvern li mhux qed ikejjel l-affarijiet kif suppost imma qed jimponi tariffi astronomiċi f'kull limitu.", "Sur President, wasal iż-żmien li l-partit Laburista jerġa' jitla' fil-gvern u nerġgħu nirranġaw l-affarijiet għax bħalissa kulħadd jinsab b'dahru mal-ħajt.", "L-aħħar punt li nixtieq insemmi hu dwar il-qorti.", "Sur President, jiena ilni nipprattika fil-qorti u ninnota ċerti affarijiet.", "Mhux se nagħmel kritika fuq il-qorti imma se nagħmel osservazzjoni li bilfors ikolli ngħidha.", "Dan l- aħħar xi ġudikanti spiċċaw mit-tribunal tat-talbiet iż-żgħar minħabba l- eta` u ġew appuntati tnejn jew tlieta oħra.", "Issa d-direttur tad-diviżjoni tal-qrati tal-ġustizzja ħareġ memo numru 42 fejn ta ordni lid-deputati reġistraturi biex il-messaġġiera ma jingħatawx leave jekk kemm-il darba ma jkunx lestew ċertu xogħol li suppost isir u dan meta hu magħruf li bħalissa m'hemmx messaġġiera biżżejjed fil-qorti.", "Allura, Sur President, sta għall- gvern li jara li jkun hemm messaġġiera biżżejjed.", "Fil-memo tiegħu, is-Sur Kevin Mahoney jgħid li huwa importanti li qualsiasi rakkommandazzjoni tad- deputati reġistraturi sabiex il-messaġġier jingħata leave, issir wara li jiġi assigurat li x-xogħol ta' 15-il ġurnata bil-quddiem ikun tlesta għas- sodisfazzjon tagħhom.", "Jiena ngħid li dan huwa abbuż ta' poter u din hi amministrazzjoni ħażina tas-sistema tal-qrati.", "Jekk min qed imexxi ma baqagħlux ideat kif imexxi għandu jgħid li spiċċa bla ideat, u mhux jabbuża mill-istess ħaddiema li minn fuq li qed jagħmlu s-sagrifiċċji biex ilaħħqu ma' ċertu xogħol għax qegħdin bin-nieqes, sopra corna bastonate jispiċċaw jiġu kkastigati għax ikollhom bżonn il-leave.", "Sur President, fil-qrati tagħna l-affarijiet staġnaw u dan minkejja t-tentattiv fallaċi li kien hemm biex xi xogħol jitneħħa mill-qrati tagħna u jintefa' x'imkien ieħor.", "Is-sitwazzjoni hi gravi u ta' allarm u jiena nħeġġeġ lill-ministru tal-ġustizzja u lis- segretarju parlamentari biex ma jkomplux jgħaffġu u jilagħbu mal-qorti u biex iħallu l-affarijiet isiru b'mod aktar organizzat.", "Jekk kemm-il darba m'għandux biżżejjed messaġġiera, il-gvern għandu jara li jdaħħal aktar messaġġiera biex ix-xogħol fil-qorti jsir.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Għandi nifhem li l-Onor.", "Farrugia għandu xi dokument biex ipoġġih fuq il-mejda tal-Kamra.", "Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' petizzjoni ffirmata minn numru ta' residenti fl-Aħrax tal- Madonna, limiti tal-Mellieħa, dwar vultaġġ baxx ta' l-elettriku fl- inħawi.", "MR SPEAKER: Il-Kamra hija aġġornata għal għada l-Erbgħa, 11 ta' Ottubru 2006, fis-6:00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "KOTBA ĠODDA FL-ISKEJJEL", "20738.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru jgħid x'kotba ġodda se jiġu introdotti din is-sena skolastika ġdida?", "Ta' liema suġġett u f'liema sena?", "Kemm kienet in-nefqa u min ħa t-tender tagħhom?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif mitlub qed jitpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "MASTERS FIL-PSIKOLOĠIJA", "20739.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-kors tal-masters fil- psikoloġija hux se jiftaħ matul din is-sena akkademika?", "Jekk iva, meta u kemm se jkun jiswa?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Bħalissa beda l-aħħar semester tal-masters fil- psikoloġija.", "L-istudenti se jkollhom l-eżamijet finali fl-aħħar ta' Frar u l-external examiner se tiġi Malta f'April 2007 biex, flimkien mad- dipartiment tal-psikoloġija, issir evalwazzjoni tal-kors.", "Huwa maħsub li kors ieħor ta' taħriġ għall-psikoloġija jibda f'Ottubru 2007.", "IMPJANT TA' SANT'ANTNIN", "20740.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 19978 u 20392 billi jgħid:", "Kemm kienet l-ispiża mill-gvern u/jew mill-enti konċernati biex l-iskart kollu jinġarr lejn l-impjant ta' Sant'Antnin matul il-perijodu 2002-2005;", "kemm kienet l-ispiża mill-istess gvern u/jew enti biex il-fdalijiet ta' l- istess skart jinġarr mill-impjant ta' Sant'Antnin lejn bnadi oħra tul l- istess perijodu;", "x'kien it-tip ta' skart li nġarr lejn u mill-impjant ta' Sant'Antin matul l- istess perijodu;", "x'kien l-volum ta' kull xorta ta' skart; u", "jekk l-iskart ta' Għawdex tul dan l-istess perijodu kienx qed jinġarr lejn l-impjant ta' Sant'Antin u l-ispiża involuta, inkluż tar-rejects mill- impjant lejn bnadi oħra?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Kull ammont ta' skart li nġarr lejn l-impjant ta' Sant'Antnin bejn l-2002 u l-2005 kien jaqa' taħt ir-responsabbilta' tal- kunsilli lokali.", "Għaldaqstant il-Wasteserv m'għandhiex statistika dwar il- ħlasijiet għal dan is-servizz.", "L-ispiża biex il-fdalijiet ta' l-istess skart jinġarr mill-impjant ta' Sant'Antnin lejn bnadi oħra kienet kif tidher hawn taħt:", "|Sen|Tunnell|Rata |Spiża | |a |aġġ |(kull |(VAT | | | |tunnell|inkluża)| | | |ata) | | |200| |Lm 1.60|Lm | |2 |5,040.3| |8,064.61| | |8 | | | |200| |Lm 2.10|Lm | |3 |8,504.1| |17,858.7| | |5 | |2 | |200| |Lm 2.15|Lm | |4 |13,209.| |28,399.3| | |00 | |5 | |200| |Lm 3.14|Lm | |5 |13,380.| |42,013.4| | |09 | |8 |", "It-tip ta' skart li nġarr lejn u mill-impjant ta' Sant'Antin matul l-istess perijodu kien mixed municipal waste, green waste, separate waste, bulk u tyres.", "Il-volum (tunnellaġġ) ta' kull xorta ta' skart hu kif jidher hawn taħt:", "|Sen|Mixed |Green|Separ|Total | |a |Municipal |Waste|ate |Waste | | |Waste | |Waste| | |200|14,972.54 |21.54|559.1|15,553.| |2 | | |4 |22 |", "|Sen|Mixed |Gre|Separ|Tyres|Total | |a |Munici|en |ate | |Waste | | |pal |Was|Waste| | | | |Waste |te | | | | | |23,410|90.|745.4|188.0|24,434| |200|.03 |77 |4 |9 |.33 | |3 | | | | | |", "|Sen|Mixed|Green|Separ|Bulk |Tyr|Total| |a |Munic|Waste|ate | |es |Waste| | |ipal | |Waste| | | | | |Waste| | | | | | |200|29,15|1,535|3,202|139.6|962|34,99| |4 |3.50 |.03 |.04 |9 |.28|2.54 | |200|30,69|3,382|4,550|1,278|841|40,75| |5 |8.34 |.00 |.26 |.80 |.29|0.69 |", "L-iskart minn Għawdex beda jinġarr lejn Sant'Antnin u l-Magħtab meta l- miżbla tal-Qortin giet magħluqa f'Mejju 2004.", "Minn dak iż-żmien 'il hawn l- ispiża għall-ġarr ta' l-iskart lejn Sant'Antnin biss kienet kif jidher hawn taħt:", "|2004 |Spiża | | |totali | | |(VAT | | |inkluża) | |Mejju |Lm | | |11,921.37 | |Ġunju | | | |15,626.64 | |Lulju | | | |19,609.58 | |Awissu | | | |17,570.79 | |Settemb| | |ru |14,846.57 | |Ottubru| | | |13,521.96 | |Novembr| | |u |12,754.43 | |Diċembr| | |u |8,788.09 | |Sub-tot| | |al |114,639.43 |", "ILLITTERIŻMU", "20741.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 20393 u jgħid meta sar l-aħħar studju dwar l-illitteriżmu f'pajjiżna?", "Kemm hu stmat li hawn nies illitterati?", "Kemm minnhom huma ta' l-eta' ta' l-iskola?", "X'inhi t-tifsira uffiċjali ta' persuna illitterata f'pajjiżna?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-Onor Interpellant huwa mitlub jirriferi għat- tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 20393.", "SISTEMA PISCES", "20824.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 20546, billi waqt id-dibattitu dwar it-trasferiment ta' art lill-Gvern Amerikan għall- bini ta' ambaxxata ġdida jien bqajt mingħajr tweġiba dwar jekk is-sistema PISCES hijiex stand-alone system jew jekk xi gvern barrani għandux aċċess għat-tagħrif miġbur permezz tagħha dwar nies li jkunu deħlin l-ajruport ta' pajjiżna, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni attwali?", "ONOR.", "TONIO BORG: Is-sistema PISCES qiegħda tintuża fil-port controls ta' l-airport kif ukoll tas-seaport, liema sistema tiġbor informazzjoni li jkun hemm fuq il-passaport u l-moviment ta' persuni minn pajjiżi li m'humiex fl- Unjoni Ewropea.", "It-tagħrif li jinġabar fuq din is-sistema huwa għall-użu ta' l-awtoritajiet lokali u s-sistema m'hi mqabbda ma' l-ebda sistema barra l-pajjiż.", "GENERAL HAND", "20868.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' l-Ministru jinvestiga għaliex persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, ilu snin sħaħ biex minn general hand jilħaq supervisor?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: L-individwu li għalih qed issir riferenza laħaq general hand fil-ministeru fl-4 ta' Frar, 1992.", "Minn dakinhar sal-lum ħarġu tliet sejħiet għal supervisor f'dan il- ministeru.", "Għall-ewwel żewġ sejħiet, l-individwu ma tefax applikazzjoni għal dawn il-postijiet.", "Huwa tefa' applikazzjoni għas-sejħa ta' ċirkolari 121/01 ta' l-MPO, fejn ma ġiex magħżul għall-post ta' supervisor.", "SWIMMING POOL BL-ILMA INFETTAT", "20873.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 20590, il-lukanda li rriferejt għaliha ilha żmien twil bis-swimming pool mimli ilma qiegħed f'Bay Junction, San Ġiljan u l-ilma tagħha kien u għadu infettat sal-lum.", "Jista' għalhekk il-Ministru jaċċertana li l-awtoritajiet tas-saħħa jidentifikaw il-post indikat u jieħdu l-passi meħtieġa?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Fid-29 ta' Awissu, 2006 waqt spezzjoni li saret minn uffiċjal tas-saħħa pubblika, kien muri swimming pool waħda, dik li qiegħda fuq il-bejt ta' l-istess kumpless.", "Għaldaqstant waqt spezzjoni oħra fl-4 ta' Ottubru fir-rigward ta' mistoqsija parlamentari 20873 ġie kkonfermat li teżisti swimming pool oħra fi trejqet il-Bajja San Ġiljan li hi parti mill- istess kumpless.", "Din hi aċċessibbli minn passaġġ sotteran.", "Waqt l-ispezzjoni ġie kkonfermat li ammont ta' ilma qiegħed kien jeżisti ġo l-istess swimming pool.", "Il-fond indikat jidher li ġie meħud minn wieħed mill-banek kummerċjali u għalhekk inħareġ avviż lill-istess bank sabiex isiru x-xogħlijiet meħtieġa.", "Wara li saret spezzjoni oħra minn uffiċjal tas-saħħa pubblika nhar il- Ġimgħa 6 ta' Ottubru, 2006 fil-fond fi Trejqet il-Bajja, San Ġiljan ġie kkonfermat li l-ilma qiegħed li kien hemm fis-swimming pool tneħħa u l- istess pool ġiet imnaddfa u diżinfettata.", "In oltre s-swimming pool ġiet mgħottija b'materjal b'tali mod li ma tistax tidħol xita fiha.", "DISABILITY ALLOWANCE", "20885.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru tgħid meta se tinħareġ l-allowance tad-disabilita' lil tifel li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Il-persuna indikata ġiet informata bil-miktub mid- dipartiment tas-sigurta' soċjali dwar il-każ tagħha.", "SKEJJEL - TFAL B'DIŻABILITA'", "20886.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru jgħid jekk itteħditx xi deċiżjoni li ma jiddaħħlux persuni biex jassistu tfal diżabbli li jkollhom bżonn l- appoġġ fl-iskejjel?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Le, bil-kontra.", "Qed inħaddmu politika ta' edukazzjoni inklussiva li ġiet aġġornata wara r-Rapport Spiteri dwar edukazzjoni speċjali u inklussiva.", "STATEMENTING MODERATING PANEL", "20887.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid kemm ilu ma jiltaqa' l- istatementing moderating panel?", "Kemm għandu każi pendenti quddiemu?", "Meta beħsiebu jikkonsidrahom?", "Jista' jgħid meta ngħataw facilitators l-aħħar lil tfal li għandhom bżonn dan is-servizz?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: F'nofs Settembru 2006 sar meeting tal-bord moderatur għall-istatementing biex jevalwa r-rapporti mediċi u psikoloġiċi tat-tfal li kienu deħlin kinder f'din is-sena skolastika.", "In-numru ta' każi pendenti quddiem il-bord moderatur għall-istatementing li għandhom iċ-ċertifikati mediċi u psikoloġiċi neċessarji hu ta' 397.", "Dawn huma ta' tfal studenti Maltin u Għawdxin ġejjin mill-iskejjel ta' l-Istat kif ukoll mill-iskejjel tal-Knisja.", "Dawn il-każi qed jiġu evalwati u se jkomplu jiġu deċizi fil-ġejjieni qarib.", "Id-divizjoni ta' l-edukazzjoni għadha kif allokat numru ta' facilitators fil-bidu ta' Ottubru 2006.", "EROTIC DANCERS", "20896.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru jgħid kemm persuni għandhom permess biex jaħdmu ta' erotic dancers?", "Kemm huma barranin u minn liema pajjiż ġejjin?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Illum m'hawn l-ebda persuna li għandha permess tax- xogħol ta' erotic dancer.", "IMPJIEG FIS-SETTUR TURISTIKU", "20897.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni jaħdmu fil-qasam turistiku?", "Kemm minnhom huma full-time?", "Dan kif kien jikkompara ma' kull sena għal dawn l-aħħar ħames snin?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Skond l-aħħar statistika ta' l-NSO, f'April ta' l- 2006 kien hawn 9,032 full-timers u 8,150 part-timers fis-settur turistiku (hotels and catering).", "Minn ċifri ta' dawn l-aħħar ħames snin jidher li din hi l-ogħla rata ta' impiegi, kemm għal dak li huwa full-time kif ukoll għal dak li huwa part- time.", "STABILIMENTI F'PACEVILLE", "20898.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid għaliex diversi ħwienet f'Paceville qed jibqgħu miftuħa wara l-ħin li fih suppost ikunu għalqu?", "Kemm persuni ttellgħu l-qorti fuq reati bħal dawn?", "ONOR.", "TONIO BORG: Il-ħinijiet tal-ftuħ ta' postijiet kummerċjali jvarja skond il-genere ta' l-attivita' kummerċjali ġestita.", "Il-pulizija regolarment tagħmel spezzjonijiet fi stabilimenti kummerċjali ġewwa Paceville sabiex tivverifika li jkunu qed joperaw skond il-liċenzja maħruġa mill-awtorita' regolatorja.", "OPRI TAL-BAĦAR", "20899.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm opri tal-baħar hawn reġistrati u ta' liema tip?", "Kemm minnhom għandhom berth ġo yacht marina?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Dwar l-ewwel parti tal-mistoqsija, l-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jirriferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 20464.", "Dwar in-numru ta' opri tal-baħar li għandhom berth ġo yacht marina, jien informat li hawn 933 yacht li għandhom berth fil-marinas ta' l-MMA.", "M'għandix informazzjoni dwar kemm hemm berths f'marinas privati.", "VAPURI TAL-GWERRA", "20900.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm vapuri tal-gwerra daħlu din is-sena, x'nazzjonalita' kienu u ta' liema tip?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Il-bastimenti tal-gwerra li daħlu Malta minn Jannar sa Settembru 2006 hu kif ġej:", "|Tip ta' |Nazzjonalita' | |bastiment | | |Survey |Wieħed mir-Renju Unit | |Vessel | | |Patrol |Franza 1, Ġermanja 8, | |Crafts |Italja 5, Greċja 2, | | |Irlandiża 1 | |Frigates |Portugall 1, Canada 1,| | |Stati Uniti 1, | | |Ġermanja 2, Polonja, | | |1, Franza 2, Danimarka| | |1 u Svezja 4 | |Supply |Wieħed minnFranza | |Vessel | | |Submarines|Olanda 1, Ġermanja 1 | |Destroyers|Stati Uniti 1, Renju | | |Unit 3 | |Support |Ġermanja 1, Spanja 1 | |Vessels | | |Mine |Ġermanja 1, Greċja 1, | |Hunters |Spanja 1, | | |Turkija 1 | |Corvette |Wieħed mill-Portugall | |Tug |Wieħed mill-Italja | |Cruiser |Wieħed mill-Ġermanja | |Training |Wieħed mit-Turkija | |Ship | |", "IMPORTAZZJONI TA' VETTURI BIL-MUTUR", "20901.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jgħid kemm vetturi bil-mutur ġew importati kull sena f'dawn l-aħħar għaxar snin?", "Kemm minnhom kienu ġodda u kemm kienu second hand?", "X'tip kienu?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: L-Onor.", "Interpellant għandu jkun informat li hemm distinzjoni bejn importazzjoni ta' vettura u reġistrazzjoni ta' vettura.", "Għaldaqstant nitolbu jispeċifika xi jrid eżattament peress li l-ADT iżżomm informazzjoni dwar vetturi reġistrati.", "Nitlob l-Onor.", "Kollega jispeċifika preċiżament l-informazzjoni li għandu bżonn minħabba l-fatt li din it-talba tant hi estensiva li mhux viabbli li tinġabar.", "VETTURI ĠEJJIN MINN GĦAWDEX", "21003.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l- Ministru tgħid x'inhi r-raġuni li numru ta' sidien ta' vetturi kbar ġejjin minn Għawdex għal Malta l-ġimgħa l-oħra wara xogħol fuq ġbid ta' film intalbu sabiex jorbtu l-istess vetturi fuq il-vapur minħabba ċ-ċaqliq?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jirriferi għat- tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 21001.", "OPERATURI FIL-QASAM TA' L-ISTAMPAR", "21004.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-kriterji li fuqhom tingħata assistenza mill-Malta Enterprise lill-operaturi fil-qasam ta' l-istampar?", "Jista' jgħid kemm-il operatur f'dan il-qasam ibbenefika minn assistenza mill-Malta Enterprise matul l-2006?", "Kemm-il talba saret minn operaturi f'dan il-qasam għal assistenza matul is- sena 2006?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Il-kriterji wżati mill-Malta Enterprise li fuqhom tingħata assistenza ma japplikawx biss għall-qasam ta' l-istampar imma japplikaw għas-setturi kollha.", "Dawn il-kriterji jinkludu n-numru ta' impjegati, l-ammont ta' valur miżjud, il-potenzjal ta' esportazzjoni, l- element ta' innovazzjoni, l-ammont ta' investiment, l-ammont ta' assistenza mitluba komparat mal-benefiċċju lill-ekonomija ta' Malta, u fattibilità u viabilità tal-proġett fosthom, analisi ta' swieq, pjan ta' bejgħ u strateġija, pjan u strateġija finanzjarja, il-kapaċitajiet tal-promoters fl- intrapriża, u l-effett pożittiv ta' clustering li l-proġett joħloq ma' kumpabniji eżistenti.", "Matul l-2006 il-Malta Enterprise approvat assistenza favur ħames intrapriżi involuti fil-qasam ta' l-istampar.", "Żewġ talbiet oħra għal assistenza ġew miċħuda filwaqt li talba oħra għadha pendenti.", "Matul l-2006 il-Malta Enterprise irċeviet seba' talbiet għal assistenza u kien hemm talba oħra li kienet għadha pendenti mis-sena ta' qabel.", "FABBRIKI", "21006.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm fabbriki hemm joperaw f'kull wieħed miz-zoni industrijali?", "Kemm hemm ħaddiema f'kull zona?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: In-numru ta' fabbriki li joperaw mill-oqsma industrijali amministrati mill-Malta Industial Parks Ltd huwa hekk:", "|Attard |18 | |Bulebel |81 | |Hal Far |55 | |Kordin |16 | |Hutment area| | |Kordin |76 | |Luqa |110 | |Marsa |92 | |Mosta |22 | |Mriehel |24 | |Ricasoli |24 | |San Gwann |66 | |Ta' Dbiegi |18 | |Tal-Karwija |2 | |Kirkop |2 | |Xewkija |39 |", "Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, l-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jirriferi l-mistoqsija tiegħu lill-ministeru konċernat.", "TARZNA TA' MALTA", "21007.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid liema vapuri daħlu t-tarzna għat-tiswija matul l-2006?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.", "AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA", "21021.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru tinvestiga każ ta' housing ta' anzjana li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li toqgħod ma' binha u qed tħallas Lm100 kera fix-xahar?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: L-applikazzjoni għall-akkomodazzjoni alternattiva mill-persuna indikata qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' oħrajn simili.", "Din il-persuna ilha tibbenefika minn sussidju fuq il-kera minn Lulju 2006.", "SINJALI TAT-TRAFFIKU", "21031.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Peress li xhur ilu tlabt li jiġi miżbugħ mill-ġdid il-line isfar li hemm quddiem residenza ta' anzjana diżabbli li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, u ġejt riferut lill-kunsill lokali u dan baqa' ma ħax passi, jista' jinżebagħ mill-ġdid il-line imsemmi?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Minn riċerka li saret fir-records tat-taqsima għall-immaniġġar tat-traffiku, ma nstabet l-ebda talba għal sinjal isfar u lanqas m'hemm ebda approvazzjoni għal tali sinjal li għalih qed tirriferi din il-mistoqsija parlamentari.", "SAQAF TA' GARAXX TAL-GVERN", "21032.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Peress li xhur ilu f'risposta għall-mistoqsija parlamentari ġejt imwiegħed li se ssir spezzjoni ta' garaxx tal-gvern li huwa mikri lill-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, minħabba l-periklu ta' saqaf bil-ħsara, tista' il-Ministru tgħid meta se ssir l-ispezzjoni meħtieġa?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: L-ispezzjoni li rrifera għaliha l-Onor.", "Interpellant trid issir mid-dipartiment tal-kostruzzjoni u manutenzjoni fit- taqsima tax-xogħlijiet fil-ministeru għar-riżorsi u infrastruttura peress li l-fond mhux wieħed residenzjali.", "Għalhekk l-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jirriferi l-mistoqsija tiegħu lill-ministeru konċernat.", "TRIQ L-ETNA, MELLIEĦA", "21033.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jgħid meta se jitkomplew il-ħajt u l-crash barrier fi Triq l-Etna, Mellieħa ħdejn Villa Sunset Beach, peress li l-fetħa fil- ħajt u l-crash barrier jagħtu l-impressjoni li hemm public path fi proprjeta' privata tar-residenti ta' Villa Sunset Beach?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "PETROLEUM DIVISION", "21039.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li tiġi pprivatizzata l-petroleum division ta' l-Enemalta?", "L- aviation fuel se jiġi pprivatizzat separatament?", "Jikkonferma li l-Enemalta qabbdet ħaddiema barranin f'din is-sezzjoni?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "MAINS TA' L-ILMA", "21043.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid il- WSC x'tul ta' mains ġodda (estensjonijiet) u main renewals għamlet?", "Kemm servizzi ġodda ngħataw mis-sena 2000 sal-lum?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.", "BINI TA' TOROQ", "21045.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jgħid x'kienet in-nefqa kapitali għall-bini u manutenzjoni ta' toroq arterjali u bini ta' toroq residenzjali mill-2000 sal-lum?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jirriferi għat- tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 17295.", "PROMOZZJONIJIET FID-DIPARTIMENT TAD-DRENAĠĠ", "21047.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm sejħiet għal promotions fid-dipartiment tad-drenaġġ inħarġu f'dawn l-aħħar 12-il xahar?", "Kemm applikaw u kemm persuni ntgħażlu?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "KONTIJIET TAD-DAWL U L-ILMA", "21048.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru jara li jitħaffef il-proċess tal-bord ta' l-appell fuq kontjiet tad-dawl u l-ilma fil-każ ta' koppja anzjana li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, peress li jidher li hemm xi żball fil-mod kif inħadmu l-kontiijet b'konsegwenza li hemm Lm136.63 bħala outstanding?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Il-każ għandu jiġi mressaq quddiem l-advisory board tad- WSC fl-ewwel laqgħa li jmiss u l-konsumatur se jkun infurmat bid-deċiżjoni li jkun ħa l-board.", "BDIL TA' APPARTAMENT", "21049.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru tgħid x'irid isir sabiex persuna li tokkupa flat b'kera f'Ħal Farruġ u li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, tibdel ma' ieħor f'Ħ'Attard?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: L-Onor.", "Interpellant għandu jagħti parir lill- persuna indikata biex jagħmel talba formali ħalli jibdel il-post mal- customer care section tad-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali."]} {"filename": "20050118_221d_par.doc", "date": "2005-01-18", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Uffiċjali u Rivedut) L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 221 It-Tlieta, 18 ta' Jannar, 2005 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 221 It-Tlieta, 18 ta' Jannar, 2005", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6:02 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "221", "It-Tlieta, 18 ta' Jannar, 2005", "WERREJ", "MINUTI 1", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI 1", "TQEGĦID TA' KARTI 7", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JIMPLIMENTA L-MIŻURI TA' L-ESTIMI (IT-TIENI QARI)", "BUDGET MEASURES (IMPLEMENTATION) BILL (SECOND READING) 8", "AĠĠORNAMENT 31", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 37", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 220 li saret fis-17 ta' Jannar, 2005 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "MFSA - CAR INSURANCE", "9524.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk huwiex possibbli li l-MFSA tinvestiga claim li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li tittratta dwar insurance ta' karozza fejn jidher li tħallas l-ammont ta' Lm860.25 meta sid il-karozza rranġatha hi spejjeż tagħha u naturalment qed issostni li hi ma rċeviet l-ebda ħlas?", "Lil min tħallset din is-somma?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (Segretarju Parlamentari) (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Il-complaint tal-persuna li rrifera għaliha l-Onor.", "Interpellant tressaq quddiem l-MFSA għal aktar investigazzjoni u din il- persuna hija mitluba tagħmel kuntatt ma' l-istess MFSA sabiex dawn jieħdu ħsieb il-każ, proċedura neċessarja ħalli tiġi protetta l-kunfidenzjalità ta' l-individwu kif ukoll biex l-MFSA jkollha l-evidenza kollha meħtieġa qabel ma tikkonkludi l-investigazzjonijiet tagħha.", "MFSA – CAR INSURANCE", "9844.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 9524 u jgħid jekk huwiex possibbli li l-MFSA tinvestiga claim li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li tittratta dwar insurance ta' karozza fejn jidher li tħallas l-ammont ta\" Lm860.25 meta sid il-karozza rranġatha hi spejjeż tagħha u naturalment qed issostni li hi ma rċeviet l-ebda ħlas?", "Lil min tħallset din is-somma?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 9524.", "INCOME TAX REFUNDS", "9877.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm għandhom jitħallsu flus f'refunds ta' l-income tax din is-sena?", "Kemm tħallsu s'issa?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): L- ammont li jrid jitħallas lura jkun magħruf meta attwalment jitlesta l- proċess kollu.", "VAT – KSUR TAL-LIĠI", "9226.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm persuni tressqu l-qorti fuq allegat ksur tal-liġi tal-VAT?", "Kemm weħlu komplessivament f'termini ta' multi?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-persuni li tressqu l-qorti fuq allegat ksur tal-liġi tal-VAT matul is-sena 2003 u mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Ottubru, 2004 huwa kif spjegat fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.", "TARXIEN:TRIQ TAL-BARRANI – INFESTAZZJONI TA' ĠRIEDEN", "9233.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jara li jittieħdu l-miżuri kollha neċessarji sabiex il-problema tal-ġrieden li qed jinfettaw l-area ta' wara l-petrol station tat-Triq tal-Barrani f'Ħal Tarxien, tiġi miġġielda mill- iktar fis?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunita'): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li minkejja li ma kien hemm l-ebda lment, ħaddiema mis-sezzjoni tal-pest control ta' l-istess dipartiment fit-22 ta' Novembru 2004 għamlu t-trattamenti neċċessarji għal kontra l-ġrieden, bi tqegħid ta' velenu fl-akkwati ta' wara l-pompa tal-petrol fi Triq tal- Barrani f'Ħal Tarxien.", "Il-problema se tibqa' tiġi segwita regolarment sakemm l-infestazzjoni tal- ġrieden tiġi taħt kontroll.", "PRIVATE INSURANCE SCHEME", "9401.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm persuni huwa stmat li għandhom private insurance scheme?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li n-numru ta' life policies sa Diċembru tas-sena li għaddiet kien ta' 118,985 filwaqt li n-numru ta' policyholders li għandhom health insurance policy kien ta' 69,726 sa l-aħħar ta' l-2003.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Azzopardi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JASON AZZOPARDI: Jista' is-Segretarju Parlamentari jgħid b'liema ottika jħares il-gvern lejn dawn iċ-ċifri?", "Kemm huwa sodisfatt bihom?", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Mr Speaker, jidher biċ-ċar li n-nies qiegħda tiddiversifika l-mod ta' kif taħseb għall-ġejjieni tagħha.", "L-ewwelnett il- fatt li llum hawn 70,000 persuna li għandhom health insurance policy juri li n-nies qed jirrealizzaw li għandhom jieħdu ħsieb saħħithom kemm fuq il- post tax-xogħol kif ukoll fil-ħajja privata tagħhom.", "Il-life policies ikunu maqsumin bejn dawk in-nies li jkollhom insurance li timmatura wara ċertu żmien u oħrajn li jkollhom life policy li tkopri self min-naħa ta' xi bank biex jekk huma jiġrilhom xi ħaġa, il-familja tagħhom issib dak id-dejn imħallas.", "Dan kollu jindika li n-nies qed jiddiversifikaw il-mod ta' kif jinvestu u jaħsbu għall-ġejjieni tagħhom.", "Dan flok il-mentalita' li kellhom qabel, jiġifieri li jpoġġu l-flus fil- banek u jħalluhom hemm.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Azzopardi.", "ONOR.", "JASON AZZOPARDI: Jiġifieri s-Segretarju Parlamentari huwa f'pożizzjoni li jaqbel miegħi jekk ngħid li aktar ma jgħaddi ż-żmien, il- poplu qed isir iktar konxju dwar il-ħtieġa u l-bżonn li wieħed jaħseb għall- futur, speċjalment għall-pensjoni?", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Mr Speaker, hawnhekk m'aħniex qed nitkellmu fuq pension schemes imma fuq life policies.", "Ovvjament life policy li timmatura f'ċerta eta' - u ġeneralment timmatura maż-żmien tal-pensjoni - se tgħin lil dak li jkun minħabba li jkollu dħul ieħor oltre dak tal-pensjoni.", "Wieħed jista' ukoll jara dawn l-affarijiet fid-dawl ta' dak li tħabbar fil- budget u cioe' kif il-gvern beħsiebu jirriforma s-sistema tal-pensjonijiet bil-għan li n-nies jassiguraw ruħhom.", "Ċertament hawnhekk naqbel ma' l-Onor.", "Interpellant li l-poplu qed jaħseb għall-ġejjieni u qed jidħol f'life policies privati sabiex ikun f'pożizzjoni li jgħin ruħu meta ż-żmien jibda jgerbeb sew.", "RAĦAL ĠDID: TRIQ IX-XEWK - ASFALTAR", "9402.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jagħti informazzjoni dwar meta se jsir l- asfaltar ta' Triq ix-Xewk, f'Raħal Ġdid?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT (Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq): Ninsab informat li t-tender għax-xogħlijiet f'din it-triq ħarġet, pero' jiddispjaċini ngħid li l-ebda kuntrattur ma tefa' offerta għal dan ix- xogħol.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Peress li nkitbu diversi artikli dwar il-kondizzjoni ta' Triq il-Ward fil-Fgura u peress li s-sindku ta' l-istess lokal ilu seba' xhur li kiteb lill-Onor.", "Mugliett biex jiltaqa' miegħu ħalli jiddiskutu flimkien din l-issue, jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li din il-laqgħa għadha ma saritx?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: It-tender għat-triq in kwestjoni ħarġet u x- xogħol se jinbeda.", "Pero' meta għandek sindku li jidhirlu li jista' jieħu sodisfazzjon billi jaqbad ċerti issues u b'mod partiġġjan iperriċhom fil- gazzetta, ma narax x'inhu l-iskop li niltaqgħu biex taparsi niddiskutu flimkien.", "Jekk is-sindku tal-Fgura jogħġbu jimxi b'dan il-mod allura jkompli miexi fit-triq li qabad, Sur President.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Imma apparti l-fehma tal-kollega tiegħi li jien ma nista' qatt nikkondividi, xtaqt nirriferi għad-diversi mistoqsijiet supplimentari li qajjimt il-bieraħ dwar kuntratt li sar bejn l-ADT u xi subsidiary tal-Guard & Warden dwar speed cameras li twaħħlu f'Regional Road.", "Peress li t-tender għalqet fil-15 ta' Novembru 2004 u l-ispeed cameras twaħħlu fid-9 ta' Diċembru 2004, jista' il-Ministru jagħtina l- background tal-kuntratt li ġie ffirmat bejn l-ADT u l-Guard & Warden jew xi subsidiary tagħha?", "Qed nistaqsih dan minħabba li l-adjudication tat-tender in kwestjoni għadha ma saritx, Sur President.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: L-ADT m'għamlet ftehim ma' l-ebda kumpannija sussidjarja u l-pożizzjoni bħalissa hi li biex xi ħadd iwaħħal speed cameras u mbagħad ikun jista' jħarrek persuni abbażi tar-ritratti li jittieħdu, dawk il-poteri huma f'idejn il-kunsilli lokali u mhux f'idejn l- ADT.", "Fil-fatt l-ADT qatt ma stallat speed cameras.", "Huma l-kunsilli lokali li stallawhom u l-ADT qatt ma kellha sehem fil-ħruġ tat-tali tenders.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Għalkemm it-tenders as such ma nħarġux mill-ADT, żgur li sar xi arranġament dwar il-cameras u nixtieq inkun naf fiex jidħol il- ministeru f'dan ir-rigward.", "Qed nara lill-ministru responsabbli mill- kunsilli lokali hawn preżenti u forsi jista' jagħtina ftit iktar informazzjoni b'risposta għall-mistoqsijiet li għamilt jiena l-bieraħ, Sur President.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: L-ADT għandha biss il-poter li tawtorizza x'apparat jista' jintuża bħala speed cameras.", "Fil-fatt ir-regolamenti għall- użu ta' dan l-apparat toħroġhom l-ADT, pero' il-poteri tagħha s'hemmhekk jaslu.", "Lanqas dwar l-ammont tal-multi ma tidħol.", "Fil-fatt xi ftit tal- ġimgħat ilu kelli talba biex multa għal sewqan eċċessiv titla' minn Lm30 għal Lm50 u dik it-talba ma stajtx nendorsjaha jien, Sur President.", "Nerġa' ngħid li r-regolament li hemm in vigore u li jkopri l-ġurisdizzjoni fuq dawn l-ispeed cameras u anke l-kontroll tas-sewqan eċċessiv, huwa regolament 127 dwar vetturi bil-mutur.", "M'iniex qed ngħid li aħna totalment sodisfatti b'din il-ħaġa għax jiena nemmen li l-ADT għandu jkollha sehem iktar dirett fejn jidħol il-kontroll ta' sewqan eċċessiv f'toroq arterjali u distributorji.", "Li forsi nista' inżid huwa li bħalissa qegħdin isiru diskussjonijiet dwar jekk hemmx lok li l-ADT iżżomm parti mill-multi li jinġabru u jista' jkun ukoll li hemm bażi ta' ftehim dwar dan, pero' s'issa s'hemmhekk biss huwa l- involviment ta' l-awtorita' dwar it-trasport.", "MR SPEAKER: L-Aġent Prim Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG (Aġent Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern): Mr Speaker, il-kwestjoni kollha li għandha x'taqsam ma' l-ispeed cameras hija rregolata u mmexxija mill-kumitati konġunti li fuqhom hemm rappreżentant minn kull kunsill lokali - jidhirli li f'Malta hawn sitta jew sebgħa minnhom – u assolutament ma jidħlu xejn la d-dipartiment u lanqas il- ministeru tiegħi għax din jamministrawha l-kumitati stess u bil-liġi dan il- poter huwa delegat lilhom.", "Issa jien ġbart l-informazzjoni li stajt għax hekk wegħidt lill-Onor.", "Mizzi u se nagħtih anke d-dati - fil-fatt mistoqsija parlamentari 9960 ukoll tittratta dan is-suġġett – u allura nista' nikkonferma li t-tender dehret fil-gazzetta tal-gvern fil-15 ta' Ottubru, 2004 u anke ġiet ippubblikata f'erba' gazzetti lokali ta' kuljum u kien hemm erba' kumitati konġunti li ħarġu t-tenders, u cioe' il-kumitat ċentrali li jinkludi Hal Qormi, Haż- Żebbuġ, is-Siġġiewi, il-Hamrun, Tal-Pieta' u l-Imsida, bit-tender tiġi aġġudikata fis-26 ta' Novembru, 2004 ; dak li jinkludi Birkirkara, Santa Venera, l-Imtarfa, Ħad-Dingli, ir-Rabat, H'Attard, Hal Balzan, l-Iklin, Hal- Lija u l-Imdina, liema tender ġiet aġġudikata fit-2 ta' Diċembru, 2004 ; dak tat-tramuntana li jinkludi l-Għargħur, il-Mellieħa, l-Imġarr, il-Mosta, in-Naxxar u San Pawl il-Baħar, liema tender ġiet aġġudikata fit-3 ta' Novembru, 2004 ; u dak li jinkludi l-Gżira, Pembroke, San Ġiljan, San Gwann, Tas-Sliema, is-Swieqi u Ta' Xbiex, liema tender ġiet aġġudikata fis- 6 ta' Diċembru, 2004.", "Dawn il-kumitati kollha ġew informati li t-tender ġiet aġġudikata favur il-kumpannija Guard & Warden fis-7 ta' Diċembru, 2004.", "Għar-rigward ta' l-ispeed cameras li twaħħlu fuq il-bridge u l-mini ta' San Ġiljan, dwar dan kien sar ftehim fis-6 ta' Lulju, 2004 wara li kienet ħarġet tender fi Frar 2000 għall-perijodu ta' ħames snin sa Jannar 2005, mentri din it-tender hi minn Jannar 2005 'il quddiem.", "Dakinhar kien sar ftehim bejn il-kumitat konġunt ta' Tas-Sliema u din il-kumpannija – kienet hi wkoll li rebħet din l-ewwel tender – biex isiru servizzi addizzjonali ta' infurzar, dejjem sa Jannar 2005 u kien f'dak iż-żmien li kienu twaħħlu dawk l-ispeed cameras.", "Il-cameras li l-Onor.", "Interpellant qed jgħid li twaħħlu qabel ma saret l-adjudication tat-tender kienu dawk li twaħħlu skond tender li kienet ħarġet qabel, jiġifieri fi Frar ta' l-2000.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, f'idejja għandi l-Minuti tas-6 ta' Diċembru 2004, cioe' dawk li għadu kemm rrifera għalihom il-Ministru u bl- ebda mod m'hemm il-go-ahead biex seta' ngħata l-kuntratt.", "Issemma' li hemm żewġ tipi ta' cameras li jqumu kważi ndaqs, imma fl-ebda mument ma kien hemm xi votazzjoni biex jingħata l-kuntratt lil Ċikku u mhux lil Peppu.", "Issa jekk sar xi kuntratt mal-kumpannija Guard & Warden, jista' il- Ministru jgħid ma' min ġie ffirmat?", "Jekk dan ġie ffirmat ma' subsidiary ta' din il-kumpannija, jista' il-Ministru jindaga jekk hemmx xi ħadd li għandu konflitt ta' interess fl-istess kunsill u li kien preżenti għal din il-laqgħa?", "MR SPEAKER: L-Aġent Prim Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: M'għandi l-ebda diffikulta' li nagħmel dak li qed jgħid l-Onor.", "Interpellant, pero' nerġa' ngħid li l-cameras ta' San Ġiljan twaħħlu bis-saħħa tat-tender li kienet ħarġet fi Frar 2000 u li tiskadi f'Jannar 2005.", "It-tender il-ġdida ġiet aġġudikata favur l-istess kumpannija li rebħet l-ewwel tender u hija b'effett minn Jannar 2005 'il quddiem u tkopri erba' kumitati konġunti.", "Issa f'Lulju ta' l-2004 kien sar ftehim bejn il-kumitat konġunt ta' Tas- Sliema u l-kumitat konġunt tal-Mosta li kien anke ġie approvat unanimament.", "Dawn unanimament aċċettaw lil din il-kumpannija kemm għal dak li jirrigwarda l-ewwel tender kif ukoll għal dak li jirrigwarda t-tieni tender.", "Jekk l-Onor.", "Interpellant m'huwiex kuntent b'dawn l-affarijiet jew jekk hemm xi ħaddieħor li m'huwiex kuntent, kemm dak li ma ħax it-tender jew nies oħra li ppretendew li kellhom ikunu involuti, m'għandi l-ebda diffikulta' li nirriferi l-karti kollha li għandhom il-kumitati konġunti lill-Awditur Ġenerali ħalli hu jagħmel rapport dwarhom.", "Qed ngħid hekk għax għalkemm aħna bħala dipartiment ma nidħlu xejn, pero' jien irrid li jkun hemm il-fiduċja ta' din il-Kamra u anke tal-pubbliku in ġenerali li kollox sar kif suppost kemm fit-tieni tender kif ukoll fl-ewwel tender u dan minkejja li l-kunsilli lokali li ġejjin minn partiti differenti approvaw unanimament din il-ħaġa.", "Għalhekk nitlob lill-Onor.", "Mizzi biex jekk hu għandu xi dokumenti li jiena m'għandix jgħaddihomli - għax jien dawn ġbarthom mill-kumitat konġunt li jista' jkun il-parti interessata f'din il-ħaġa - ħalli din il-ġimgħa stess ngħaddihom lill- Awditur Ġenerali.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jekk l-Aġent Prim Ministru għandu xi informazzjoni din għandu jgħaddiha biex tiġi investigata, pero' nixtieq ukoll li ssir investigazzjoni dwar jekk hemmx xi konflitt ta' interess, fis-sens li l- kumitat fejn ittieħdet id-deċiżjoni huwiex b'xi mod involut fil-kumpannija li ħadet din it-tender, anke permezz ta' xi subsidiary tagħha.", "MR SPEAKER: L-Aġent Prim Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Naturalment l-Awditur Ġenerali se jara l-affarijiet kollha li huma relevanti ladarba nibgħatlu d-dokumenti kollha relattivi.", "Qed ngħid hekk mhux għax hemm xamma ta' xi reat imma xorta waħda tajjeb li kollox isir b'mod trasparenti.", "Hemm ir-regolamenti finanzjarji wkoll.", "Huma jsostnu li osservawhom f'kollox u tawni d-dettalji bid-dati anke ta' l- ittra ta' aċċettazzjoni meta ħarġet, jiġifieri s-7 ta' Diċembru.", "Jiena ma naħsibx li huma qed jivvintaw dawn id-dati u nista' ngħid li kienu skjettissimi meta tlabthom l-informazzjoni għax il-parlament għandu dritt ikun jaf dawn l-affarijiet.", "Nerġa' ngħid li għalkemm bl-ebda mod m'huwa involut il-gvern ċentrali, jien se nikteb ittra lill-Awditur Ġenerali biex jara l-proċess kollu kemm ta' l- ewwel tender kif ukoll tat-tieni tender.", "Jiena nerġa' nappella biex jekk l- Onor. Mizzi għandu xi dokument ieħor li m'huwiex dak uffiċjali li semmejt jien, jgħaddihuli ħalli ngħaddih lill-Awditur Ġenerali wkoll.", "MARSA & DELIMARA POWER STATIONS", "9466.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża għall-Enemalta sabiex jitħaddmu ż-żewġ power stations?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija u l-Informazzjoni): Jien informat illi l-ispiża għall-Enemalta biex jitħaddmu ż-żewġ power stations kienet hekk:", "1994 LM24,951,000 2000 43,696,000 2003 57,832,000 2004 60,057,000", "Iċ-ċifra għas-sena 2003 hi audited u approvata mill-bord tad-diretturi.", "Dik tas-sena 2004 la hija finali u lanqas audited.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jista' is-Segretarju Parlamentari jispjega kif fl- 2003 kien hemm Lm 57.8 miljun minfuqa fuq il-fuel għall-power stations ta' Delimara u l-Marsa, meta l-prezz taż-żejt kien stabbli?", "Jekk din is-sena kien hemm dan l-għoli fil-prezzijiet taż-żjut, kif id-differenza bejn l- 2003 u l-2004 hija biss ta' Lm3 miljun?", "Allura kif jiġi l-gvern u jgħid li l-Enemalta għandha piż żejjed ħafna meta d-differenza hija ta' Lm3 miljun biss?", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: L-ammont ta' l-2004 la huwa finali u lanqas huwa audited għax ikunu għad iridu jaraw l-aħħar xhur.", "Fil-fatt mir-risposti li nagħtu toħroġ waħedha li l-informazzjoni normalment available ma tkunx kompluta għax ikunu għadhom ma għalqux il-kotba.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mela meta l-ministru responsabbli mill-Enemalta ġie f'dan il-parlament u qal li t-telf huwa ta' Lm6 miljun jew Lm9 miljun, dakinhar intqal li dik bejn wieħed u ieħor kienet is-somma u issa qed ngħidu li d-differenza ta' Lm3 la hija finali u lanqas audited.", "Mela allura kollox bl-addoċċ qed isir!", "L-Enemalta suppost li diġa' lestew l-estimi finanzjarji u allura jafu fejn huma qegħdin bejn wieħed u ieħor.", "Issa ladarba fl-2003 ma kienx hemm żieda fil-prezz tal-fuel u l-gvern qal li s- sena li għaddiet il-fuel għola, jista' is-Segretarju Parlamentari jispjegali kif id-differenza titla' għal Lm3 miljun biss?", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Mr Speaker, safejn naf jiena meta jsiru l-estimi jkunu ħadmu sa Settembru u jkun jonqos l-aħħar tliet xhur x'jinħadmu.", "Issa l-Onor.", "Membru jaf ukoll li l-hike fil-prezzijiet taż-żejt bdiet prattikament f'Ġunju jew Lulju, jiġifieri l-Enemalta kienet affettwata biss għal tliet xhur minn dak l-għoli fil-prezz.", "Għall-kumment ta' l-Onor.", "Mizzi li l-estimi jsiru kif ġie ġie, naħseb li jaf li dak li qal huwa żbaljat.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mela allura jista' is-Segretarju Parlamentari jispjegali kif waslu għas-surcharge ta' 17%?", "Bilfors li l-kalkoli saru bl-addoċċ!", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Mr Speaker, is-17% surcharge saret sabiex il-gvern jirkupra parti mit-telf ta' l-Enemalta.", "Ċertament l-Onor.", "Mizzi jaf ukoll li bis-surcharge b'kollox, m'aħniex se nirkupraw it-telf kollu għax għedniha kemm-il darba li parti sewwa mill-ispiża se tassorbiha l-Enemalta.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Insejjaħ lill-Onor.", "Jason Azzopardi.", "ONOR.", "JASON AZZOPARDI: Mr Speaker, bħala l-presiding officer tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u Ewropej qed nirapporta lill-Kamra li żewġ dokumenti maħruġa mill-Kummissjoni Ewropea (pipeline acquis) ġew scrutinised u cleared mill-working group fi ħdan l-istess kumitat li jien nippresjedi.", "Dawn iż-żewġ dokumenti jirrigwardaw:", "| |72.", "Proposal for a regulation| | |of the European Parliament | | |and of the Council on | | |controls of cash movements at| | |the external frontiers (COM | | |(2002) 328-1); u | | | | | | | | |74.", "Proposal for a regulation| | |of the European Parliament | | |and of the Council on the | | |compilation of quarterly | | |non-financial accounts by | | |institutional sector (COM | | |(2003) 789); |", "u dawn l-istess dokumenti qed inpoġġihom fuq il-mejda tal-Kamra.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar Tqegħid ta' Karti?", "L-Aġent Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Dokument maħruġ mill-ministeru tal-ġustizzja u intern u mill-ministeru għall-familja u solidarjeta' soċjali intitolat \"Il-politika tal-gvern dwar l-Immigranti Irregolari, Refuġjati u Integrazzjoni\".", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Galea.", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impiegi) Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Tabella li turi l-għadd u l-lokalita' ta' persuni li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol matul ix-xhur bejn Settembru u Novembru 2004 flimkien ma' l-għadd ta' placements li saru matul l-2004, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 9970;", "Tagħrif dwar studenti li ggradwaw mill-universita' fis-sena akkademika 2003/2004, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 9971;", "Tabella li turi l-għadd ta' studenti li applikaw għall-eżami tal- junior lyceum u dawk li għaddew mill-eżami fl-2004, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari 9972;", "Tagħrif dwar l-għadd ta' sensji u placements li kien hemm matul l- 2004, bi tweġiba għall-mistoqsija parlametari 9973; u", "f'isem il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura qiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Tabella li turi l-għadd ta' nies li żaru l-mużewijiet u siti storiċi matul l-2004 u t-total mid-dħul fl-istess siti, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari 9902.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JIMPLIMENTA L-MIŻURI TA' L-ESTIMI", "BUDGET MEASURES (IMPLEMENTATION) BILL", "L-Ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mis-17 ta' Jannar 2005 Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Roderick Galdes huwa in possession.", "ONOR.", "RODERICK GALDES : Mr Speaker, kif kont qed ngħid il-bieraħ, dan huwa abbozz għall-implimentazzjoni tal-miżuri mħabbra fil-budget u hawn qegħdin naraw lill-gvern ikompli jagħfas u jitfa' dejjem aktar piżijiet fuq il-ħaddiema Maltin u Għawdxin.", "Jiena tajt diversi eżempji tat-taxxi li daħħal dan il-gvern baxx baxx permezz ta' sensiela ta' avviżi legali u llum kulħadd qed jinduna bl-effett negattiv ta' dan li qed jagħmel il-gvern li flok ma jirranġa s-sitwazzjoni qed jirnexxielu joħloq aktar problemi għall- ekonomija u għall-qasam ambjentali u dak soċjali.", "Jien diġa' semmejt l-eco tax u llum il-ġurnata qed nindunaw kemm dik il- kritika li wassalna aħna bħala partit Laburista f'Settembru li għadda kienet f'lokha.", "Illum nistgħu ngħidu aktar minn qatt qabel kemm din ta' l- eco contribution ma kienet xejn ħlief miżura intiża biex minnha l-gvern idaħħal aktar introjtu.", "M'hu vera xejn li hija taxxa li tagħti kas l- ambjent jew li se tħalli xi differenza fil-mod kif aħna nħarsu lejn l- ambjent għax kieku l-gvern ma kienx jintaxxa prodotti li m'hawnx sostitut għalihom - u aħna konna nsistejna fuq dan il-punt - jew li flokhom issib prodotti oħra anqas noċużi.", "It-taxxa mposta fuq il-parts tal-computers hija eżempju ċar fejn qed jiġu ntaxxati prodotti li m'hawnx alternattiva għalihom.", "Jien ma nistax nifhem għaliex persuna li tmur tixtri hard disk minn xi computer store għandha teħel Lm5 taxxa.", "Ċertament żgur li prodott alternattiv għall-hard disk m'intix se ssib.", "L-istess jekk wieħed imur jixtri computer mouse għandek Lm1 taxxa fuqu.", "Jekk tixtri cd-rom li kienet tiswa madwar Lm15, illum il-ġurnata l-gvern ġabha kważi mhix vijabbli li tixtriha għaliex saret tiswa madwar Lm20.", "Id-diversi storages li jkollu computer illum ukoll għandhom taxxi bla sens u dan kollu għalija jindika li l-ministru inkarigat mit-tfassil ta' din it-taxxa mhuwiex kompetenti f'xogħlu u ma jafx x'qed jagħmel.", "L-eco-tax qed tiġi mposta wkoll fuq il-mobile phones.", "Issa jekk jien immur nixtri mobile telephone m'għandi xejn għalih bħala alternattiva.", "Ċertament dan il-prodott m'hawnx alternattiva għalih ħlief it-telephone tad-dar.", "Huwa għalhekk li fil-fehma tiegħi dawn il-miżuri li ħabbar il-gvern se jkomplu jnaqqsu l-kwalita' ta' l-għixien tal-familji Maltin u Għawdxin.", "U kulħadd għandu jistaqsi kif se jintlaqat wara li jidħlu dawn il-miżuri u t- tweġiba għal din il-mistoqsija tiġi waħedha għax kulħadd se jinduna f'xi ħin jew ieħor bit-tnaqqis fil-kwalita' ta' l-għixien wara dawn it-taxxi kollha li ġew imposti b'mod inġust.", "Il-bieraħ semmejt ukoll il-miżura mposta fuq prodotti tal-plastic, speċjalment fuq il-basktijiet tal-plastic.", "Issa bħala prinċipju dan żgur li mhux diskutibbli għax kulħadd jaqbel li dawn il-prodotti jagħmlu ħsara lill-ambjent u żgur li l-plastic bags għandna nnaqqsuhom u naraw kif insibu prodott alternattiv għalihom.", "Iżda mbagħad ma tistax tipprova tnaqqas l- użu tal-plastic bags sempliċement billi timponi taxxa ta' 7c.", "Dik kieku l- eħfef ħaġa għax naħseb li anke t-tifel tiegħi li għandu sentejn u nofs kapaċi jagħmilha, imma mhux b'dak il-mod li tħajjar lill-konsumatur inaqqas l-użu ta' dan il-prodott.", "Ngħid għalija t-taxxa mposta fuq dan il-prodott turi biċ-ċar in-nuqqas ta' professjonalita' u dan qed ngħidu l-aktar għax saret taxxa wkoll fuq basktijiet bio-degradable u dan minflok issussidjawhom.", "Veru wkoll li din m'hijiex taxxa daqstant qawwija, pero' xorta tmur kontra l-ispirtu ambjentali għax finalment jekk aħna minflok il- plastic se nużaw materjal degradable, inkunu qed nagħmlu inqas ħsara.", "Finalment din it-taxxa hija inġusta għaliex m'hijiex tirrifletti l-veri bżonnijiet tal-problemi ambjentali ta' pajjiżna.", "Jien ngħid li kien ikun aħjar kieku rajna l-prioritajiet assoluti fejn jidħol l-ambjent qabel ma wasalna biex imponejna ċerti taxxi u piżijiet.", "Per eżempju, f'pajjiżna għad m'għandniex sistema ta' kif issir separation at source ta' l-iskart.", "Anzi minflok nippruvaw nagħmlu dan qed nimponu taxxi li fil-fehma tiegħi xorta waħda se jħallu l-problemi meta mmorru għas-sistema tal-waste management.", "Jekk il-ministru jrid jagħti spinta lill-ambjent ta' madwarna għandu jikkonsidra dawn il-prijoritajiet qabel ma jasal għal ċerti taxxi bla sens.", "Ċertament aħna ta' l-oppożizzjoni għedna kemm-il darba li ma naqblux mal- mod xejn professjonali kif ġiet imposta t-taxxa fuq il-basktijiet tal- plastic.", "Din it-taxxa l-gvern imponiha permezz ta' avviż legali mingħajr ma kkonsulta mal-partijiet konċernati, mingħajr anke ma pprepara ruħu biex fis- suq ikun hawn basktijiet alternattivi bħal dawk taċ-ċarruta u mingħajr ma implimenta pjan konkret ta' kif se jasal biex inaqqas l-użu tal-basktijiet tal-plastic għal livell aċċettabbli.", "Issa dan apparti li rapport li deher fil-ħarġa ta' l-orizzont ta' l-14 ta' Jannar jindika li l-basktijiet taċ- ċarruta, minkejja l-ħafna pompa min-naħa tal-media Nazzjonalisti matul il- ġimgħa li għaddiet, milli jidher lanqas għadhom available għax meta l- WasteServ ġew ikkuntattjati qalu li dawn se jaslu fi Frar.", "Din hi l- preparazzjoni li saret biex ikollna miżuri bħal dawn?", "Iva, dan hu l-mod dilettantesk li bih jopera dan il-gvern qiegħed jimponi ċerti taxxi.", "Sur President, jien nista' nkompli nelabora iżda l-ħin ma tantx jippermettili, pero' nixtieq inkompli nisħaq fuq dan l-avviż legali issa li anke l-ministru qed jerġa lura minn kliemu.", "Hawn irrid ngħid li mill-eco- tax il-gvern s'issa daħħal Lm370,844.", "Din hija somma sostanzjali meta wieħed jikkonsidra li dawn inġabru fl-ewwel tliet xhur biss u t-taxxa kienet fuq inqas prodotti.", "Illum in-numru ta' prodotti li hemm l-eco-tax fuqhom żdiedu u allura ċertament il-gvern se jkompli jdaħħal aktar f'dawn ix-xhur li ġejjin.", "Allura jien nistaqsi kif il-ministru għadu ma taniex rendikont ċar ta' fejn qed imorru dawn il-flus li qed idaħħal minn din it- taxxa.", "F'liema oqsma ta' l-ambjent qed jiġu minfuqa dawn il-flus?", "Xtaqt ukoll nagħmel aċċenn fuq il-prinċipju li wieħed jissussidja l-bio- diesel.", "Naħseb li din kienet xi ħaġa pożittiva u kulħadd jaqbel magħha.", "Irrid ngħid ukoll li fir-rigward ta' l-enerġija solari għadna ħafna lura.", "Li sempliċement tagħti refund tal-VAT m'huwiex biżżejjed.", "Nemmen li għandu jkun hemm aktar incentivi biex nisfruttaw b'mod aħjar l-enerġija li tiġi mix-xemx.", "Jiena ngħid li kien ikun aktar għaqli li kieku ttieħdu miżuri fuq livell ta' sussidju sabiex din it-tip ta' enerġija tkun tista' tintuża iżjed.", "Sur President, nagħlaq billi nitlob lill-gvern jikkonsidra ċerti miżuri li ħa u li qed ikomplu jnaqqsu l-kwalita` ta' l-għixien tal-Maltin u l- Għawdxin.", "Inħeġġeġ lill-gvern biex minflok miżuri delettanteski bħal dawn idaħħal miżuri li ċertament jistgħu jħallu impatt pożittiv.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Carmelo Abela): Grazzi.", "Il-Ministru Censu Galea.", "ONOR.", "CENSU GALEA (Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni): Sur President, fil-ħin li ġej se nagħmel xi kummenti dwar dan l-abbozz ta' liġi pero` mhux se nillimita ruħi biss għall-emendi li hawn quddiemna, anzi se nespandi u nitkellem fuq l-għan prinċipali li għandu l-gvern rigward il- kompetittivita`.", "Il-kelma \"kompetittivita'\" hi waħda mill-aktar kliem li ntużaw f'dawn l- aħħar xhur u s-sinifikat tagħha jiġi mifhum mhux biss min-nies imma anke mill-membri f'dan il-parlament.", "Irridu nassiguraw li t-tifsira ta' din il- kelma titwassal u tkun apprezzata mill-akbar numru possibbli ta' Maltin u Għawdxin li huma ċ-ċavetta tas-suċċess tal-kompetittivita`.", "Dan qed ngħidu għax jien wieħed minn dawk li nemmen li jekk ma jkunx hemm il- parteċipazzjoni ta' l-akbar numru possibbli ta' ħaddiema li jkunu jafu preċiżament fejn kulħadd irid jasal, din il-kelma jiġrilha bħall-kliem oħrajn li jintużaw fil-ħajja u nispiċċaw narawha tfisser xi ħaġa għal xi wħud u ħaġa oħra għal oħrajn.", "Hu fatt li d-dover principali jibqa' tal-gvern u bħala gvern għandna nkomplu nisħqu fuq it-terminoloġija tal-kompetittivita`.", "Jiena nistqarr li huwa diffiċli ferm biex wieħed jagħti definizzjoni ta' din il-kelma.", "Huwa kważi impossibbli tagħti definizzjoni ta' din il-kelma jekk ma tiktibx volumi sħaħ, pero` nemmen li t-terminoloġija għandna twassal biex jinftiehem li wieħed ma jridx iħares biss li jirnexxi biss fuq livell individwali imma li għandu jirnexxielna wkoll fuq livell nazzjonali, fejn filwaqt li nipprovdu servizzi u prodotti ta' l-aqwa kwalita`, fl-istess ħin nagħmlu dan mingħajr ma jkun hemm spejjeż żejda.", "Wieħed irid japprezza li fih innifsu dan l-attentat ta' tifsira tal-kelma \"kompetittivita'\" hija sfida għal kull individwu u sfida għas-setturi kollha tax-xogħol magħqudin flimkien li jirrappreżentaw il-forza ta' l- ekonomija.", "Dawn jikkostitwixxu l-forza li tħaddem il-mutur ekonomiku tal- pajjiż, Sur President, hu x'inhu s-servizz jew prodott li joffru.", "Dawn iridu jagħtu dawn is-servizzi u prodotti bl-ogħla kwalita` u bl-irħas prezz possibbli sabiex il-klijent – li jaf ikun ħaddiem f'settur ieħor - ikun sodisfatt.", "Irridu wkoll nassiguraw li l-prodotti u s-servizzi li noffru jkunu ta' kwalita` tali li meta jinbiegħu lill-barrani, dan ikun sodisfatt bil-kwalita`.", "Dan huwa importanti għaliex iktar ma jgħaddi ż-żmien aktar qegħdin nirrealizzaw li l-progress tagħna ma jiddependix biss minn dak li nagħmlu aħna, imma iktar minn qatt qabel jiddependi minn kif iħares lejna dak li qiegħed jirċievi l-prodott partikolari.", "Aħna nafu li għandna pajjiż ta' 400,000 ruħ li hu fost l-iżgħar nazzjonijiet u li aktar minn qatt qabel irridu ngħixu bil-ħidma tagħna flimkien mal-kumplament tad-dinja.", "Hawnhekk nippruvaw ngħidu li l- globalizzazzjoni m'hijiex xi ħaġa li għandna nwaħħlu fiha meta nitkellmu fuq l-effetti ekonomiċi, pero' kull min għandu mqar l-iċken ħjiel ta' ħidma ekonomika jaf li l-fatturi tal-globalizzazzjoni huma fatturi li ma nistgħux naħarbu minnhom.", "Dan qed ngħidu għax xi kelliema ta' l-oppożizzjoni f'dan id-dibattitu qalu li l-kelliema tan-naħa tal-gvern qegħdin isibuha faċli li jwaħħlu fil-globalizzazzjoni minħabba l-problemi li jeżistu.", "Il-gvern mhux qed iwaħħal fil-globalizzazzjoni pero` ma jistax jinsa r-realta` tal- globalizzazzjoni li bilfors taffettwana, Sur President.", "Per eżempju, wieħed mill-pajjiżi li kontinwament nisimgħu bih hu ċ-Ċina fejn il-ġimgħa l-oħra iċċelebraw bil-kbir it-twelid ta' tarbija li tellgħet il-popolazzjoni taċ-Ċina għal 1:6 billion.", "Dan ifisser li l- popolazzjoni tagħhom hi bejn wieħed u ieħor 4,000 darba akbar mill- popolazzjoni tagħna.", "Jiġifieri għal kull Malti jeżistu 4,000 Ċiniż li qegħdin jew se jkunu qed jipparteċipaw fl-ekonomija ta' pajjiżhom.", "L-Onor.", "Evarist Bartolo fl-intervent tiegħu qal li paga ta' persuna li taħdem fiċ- Ċina hija ta' bejn wieħed u ieħor Lm20 fix-xahar.", "Hawnhekk wieħed malajr jifhem li trid tqabbel ma' bniedem li jaqla' Lm 20 fix-xahar u jaħdem ħafna aktar minn dawk l-40 siegħa li l-ħaddiema tal-pajjiżi żviluppati normalment jaħdmu.", "Jien ngħid li Allaħares kellna nippruvaw nagħtu paga simili lil xi ħaddiem hawn Malta għax Alla biss jaf xi jkunu l-konsegwenzi!", "Dawn huma pagi li jeħduna lura 50 sena.", "F'pajjiżna aħna kellna 50 sena ta' żvilupp ekonomiku li fisser bidla sħiħa fil-mod ta' kif aħna naħdmu, ngħixu u nonfqu l-income li ndaħħlu.", "Naturalment pajjiżna għandu numru sostanzjali ta' drittijiet li daħlu taħt diversi gvernijiet u li l-ħaddiem ma kienx jaħseb li jista' jkollu sa ftit tas-snin ilu.", "Dan kollu jitfa' fuq il-gvern tal-ġurnata - u anke fuq l- oppożizzjoni - ir-responsabbilta` li jkompli jgħallem lil kull wieħed u waħda minna li minbarra d-drittijiet li huma fundamentali u li mingħajrhom ma nistgħux nimxu 'l quddiem, aħna għandna wkoll diversi obbligi li rridu nirrispettaw u għaldaqstant għandna nagħtu l-aħjar tagħna fix-xogħol li nkunu qegħdin nagħmlu u nipprovdu l-aħjar servizz jew prodott sabiex ikollna garanzija ta' ġid għall-familja tagħna, għall-intrapriża ta' fejn naħdmu u anke għall-ekonomija nazzjonali.", "Jien ma nippretendix li kull ħaddiem ikollu l-mentalita` tas-self-employed, li ma jafx x'ħin jisbaħ u x'ħin jidlam u ma jafx x'inhuma l-vaganzi u s- sick leave.", "Ma nippretendix li jkun hawn din it-tip ta' mentalita` fost dawk li huma mpjegati għax forsi wieħed ikun qed jippretendi żżejjed.", "Is- settur tas-self-employed huwa xempju ta' kif persuna li taħdem għal rasha, irrispettivament mill-ħin u anke mis-saħħa fiżika, tibqa' attiva ekonomikament.", "Kull wieħed minna għandu jdaħħal din il-mentalita` ta' impenn kontinwu li bih jaħdmu s-self-employed, almenu fit-tmien sigħat tax- xogħol li wieħed jagħmel u jara li jagħti l-aħjar li jista' biex ix-xogħol li jkun qed jagħmel ikun ta' l-aqwa kwalita` sabiex is-servizz jew il- prodott li jkun qed jipproduċi jkun ta' l-aqwa kwalita`.", "Sur President, aħna lkoll irridu nifhmu li biex nimxu 'l quddiem ma jridux ikunu l-gvern jew l-oppożizzjoni biss li jagħtu l-aħjar tagħhom, u lanqas l-imgħallem jew dak li qed iħaddem biss, imma lkoll kemm aħna b'mod mill-aktar kollettiv.", "Hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq diversi miżuri li ħarġu mill-budget ta' din is-sena li l-għan ewlieni tiegħu hu li aħna nsiru aktar kompetittivi.", "Aħna ma nistgħux naqbdu l-budget tas-sena 2005, naqilgħuh mill-kumplament ta' l- istampa u nitkellmu dwaru biss.", "Il-gvern tal-ġurnata huwa konxju mir- responsabbiltajiet tiegħu li jmexxi lil pajjiżna bl-aħjar mod possibbli u għalhekk ra li mhux biss ikun hemm id-diskors tal-budget u mhux biss ikun hemm l-inizjattivi marbutin ma' dan id-diskors, imma jrid jassigura li l- ħidma kollettiva ta' dan il-pajjiż twassal biex l-ekonomija tagħna tkompli tavvanza u timxi 'l quddiem.", "Hawnhekk issemma' l-fatt li aktar ma jgħaddi ż-żmien, aktar il-manifattura qiegħda ssibha diffiċli biex tiżviluppa.", "Dan nifhmuh għax pajjiżna mexa passi kbar matul is-snin li għaddew biex nippruvaw nilħqu livelli ta' għixien li huma fost l-aqwa meta kkomparati ma' pajjiżi viċini tagħna, b'mod partikolari ta' l-Unjoni Ewropea.", "Dan ifisser li rridu nkomplu nassiguraw li kull Malti jkun preparat mhux biss bl-aħjar mod għax-xogħol li jkun qed jagħmel, imma rridu nassiguraw ukoll li kull wieħed minna jkollu l-kapaċita` li jagħmel xogħlijiet differenti jekk ix-xogħol li qed jagħmel illum jinbidel.", "Kienu diversi l-kelliema ta' l-oppożizzjoni li staqsew dwar x'għamel il-gvern matul is-snin li għaddew biex jassigura li l- persuna li taħdem tkun preparata bl-aħjar mod.", "Qalulna li filwaqt li l- manifattura qiegħda dejjem tonqos - u aħna konxji ta' dan - fl-istess ħin il-gvern mhux qed jipprepara lill-poplu Malti għal dawk li huma l- possibbiltajiet ġodda ta' impjiegi f'diversi setturi oħra.", "M'għandix dubju li l-qofol tas-settur li jrid iwassal biex il-ħaddiem Malti jkun f'qagħda aħjar hu s-settur tat-telekomunikazzjoni.", "Min-naħa tal-gvern diġa` kien hemm kelliema li tkellmu u enfasizzaw il-punti marbutin ma' l- iżviluppi teknoloġiċi li seħħew, li qegħdin iseħħu u se jkomplu jseħħu matul iż-żmien li ġej.", "Illum il-poplu Malti se jkollu l-possibbilta` li jipparteċipa fl-iżviluppi teknoloġiċi ta' l-informatika sabiex inkunu fuq quddiem nett f'dawk li huma żviluppi ta' l-informatika mhux biex sempliċement nfittxu xi dokument fuq l-internet, mhux biex sempliċement inkunu f'qagħda li l-informazzjoni li neħtieġu nkunu nistgħu nakkwistawha at the tip of our fingers imma biex iż-żgħażagħ ikunu f'pożizzjoni vantaġġjuża ħafna meta mqabbla ma' kif kienu ż-żgħażagħ ta' ftit snin ilu.", "Dan qed jiġri għax il-gvern ma qgħadx jibża' mill-fatt li pajjiżna biex jimxi 'l quddiem irid ikun fuq quddiem nett fl-iżviluppi li qegħdin iseħħu.", "Aħna konxji mill-fatt li dan il-pajjiż għandu ekonomija żgħira meta kkomparat ma' ekonomiji oħra u għalhekk ridna nassiguraw li kull wieħed u waħda minna jkunu preparati bl-aħjar mod biex il-parteċipazzjoni tkun aġġornata għall-aħħar żviluppi li qegħdin iseħħu.", "Aħna qatt ma nistgħu - u din diġa` għidtha imma se nerġa' nirrepetiha - nikkompetu ma' pajjiżi ferm akbar minna f'dik li hija kwantita` ta' xogħol li nipproduċu u qatt ma nistgħu nlaħħqu f'dak li huwa ammont ta' servizzi li nagħtu, imma rridu nassiguraw li l-kwalita` tal-prodotti u l-livell tas-servizzi li nagħtu jkun l-ogħla.", "Dan huwa l-uniku mod li permezz tiegħu nistgħu nassiguraw li nibqgħu mexjin 'il quddiem.", "Għalhekk li l-gvern tal-ġurnata għamel l- investimenti li għamel fl-oqsma tat-teknoloġija u ta' l-informatika u għamel ukoll ftehim wara ieħor biex jippromovi dan is-settur.", "Fil-fatt nhar is-Sibt se jerġa' jkun hemm il-possibbilta` li għexieren ta' eluf ta' studenti u għalliema jkollhom għodda reċenti fil-qasam tal- computers u dan għal prezz tant irħis li kważi qed jingħata b'xejn.", "Hawnhekk issemmew it-taxxi fuq il-computers, pero` ħadd min-naħa ta' l- oppożizzjoni ma ġie jgħidilna li l-gvern tal-lum, permezz ta' ftehim li għamel ma' waħda mill-aktar kumpanniji importanti fil-qasam ta' l- informatika, qed jagħti 70,000 għodda moderna f'dan il-qasam lill-istudenti u lill-għalliema.", "Għalfejn il-gvern qed jagħmel dan?", "Għax il-gvern jifhem li jekk ma nkunux verament ippreparati għall-ħajja kif qed tinbidel, ma nistgħux niggarantixxu li l-ekonomija ta' pajjiżna tibqa' miexja 'l quddiem u dan irridu npoġġuh fil-perspettiva politika.", "Aħna konxji minnu dan u rridu nassiguraw li minkejja l-bidliet u t-telfien ta' impjiegi f'oqsma differenti, l-ekonomija ta' pajjiżna tkompli miexja 'l quddiem.", "Aħna nemmnu li dan huwa poplu li kapaċi jadatta ruħu għaż- żmenijiet differenti u għandna diversi esperjenzi ta' dan.", "Jekk nitfgħu ħarsitna 40 sena lura nsibu li fost l-oħrajn l-ekonomija ta' pajjiżna kienet ibbażata, bħal tant pajjiżi oħrajn madwar id-dinja, fuq il-ħidma agrikola.", "Filwaqt li għandna nibqgħu nagħtu l-importanza kollha lill- agrikoltura, nafu li din sa ftit ta-snin ilu kienet tħaddem eluf kbar ta' persuni u llum dawn naqsu ħafna, pero` mhux a skapitu tal-produzzjoni.", "Dan qed ngħidu għax filwaqt li llum għandna r-realta` ta' l-inqas numru ta' persuni jaħdmu f'dan is-settur, għandna wkoll ir-realta` l-oħra li għandna l-akbar volum ta' produzzjoni li qatt kellna f'dan is-settur.", "Dan ġara għax il-bidwi Malti llum qed jaħdem b'għodda differenti milli kien juża 40 sena ilu, bir-riżultat li qed jipproduċi ħafna aktar anke jekk l- art agrikola naqset.", "Dan ġara għax il-bidwi Malti kien kapaċi jadatta ruħu għall-ħtiġijiet tal-lum u ma baqax jinsisti li kellu jibqa' juża l-għodda li kien juża snin ilu.", "Biex dan seta' jsir, il-gvern kellu jagħti s-sehem tiegħu bħalma qed ikompli jagħti s-sehem tiegħu f'diversi oqsma ekonomiċi oħra ta' pajjiżna sabiex inkunu fuq quddiem nett u dan nagħmluh mhux billi nipprovdu aħna l-impjiegi fid-diversi setturi.", "Fl-opinjoni tiegħi, aktar ma l-gvern jinqata' mill-attivita` ekonomika aktar aħjar għall-ekonomija tagħna.", "Minbarra d-diskors tal-budget il-gvern ippreżenta n-national action plan for employment.", "Il-qofol tas-suċċess ta' l-ekonomija ta' pajjiżna trid tkun ibbażata bilfors fuq l-akbar numru ta' persuni li qegħdin jaħdmu.", "U bħala parti integrali mill-pjan ekonomiku ta' pajjiżna, għandna diversi inizjattivi li jridu jassiguraw li kulmin qed jaħdem dan jagħmlu b'mod uffiċjali.", "Irridu nassiguraw ukoll li dawk li qegħdin jaħdmu u li huma f'riskju li jitilfu l-impjieg, ikunu preparati biex ibiddlu x-xogħol u hekk jibqgħu jagħtu s-sehem tagħhom sabiex naraw li n-numru ta' persuni li jieħdu sehem fl-ekonomija jiżdied.", "Dan huwa importanti għax jekk irridu nassiguraw li l-ekonomija timxi 'l quddiem, ma nistgħux nistennew lil ħaddieħor jagħmel ix-xogħol għalina imma rridu nkunu aħna fuq quddiem nett biex nipparteċipaw f'din il-ħidma ekonomika.", "Issa li mseħbin fl-Unjoni Ewropea, ma jistax jibqa' jaħseb waħdu dwar dawk il-miżuri u inizjattivi li jridu jittieħdu biex nassiguraw l-aqwa kondizzjonijiet ta' l-impjieg tagħna.", "Fuq l-aġenda politika ta' dan il-pajjiż għandna ppjanat li nimplimentaw policies marbutin ma' l-internal market ta' l-Unjoni Ewropea u permezz tal-parteċipazzjoni tagħna fid- diversi livelli tal-ħajja politka Ewropea, Malta qed tara kif tassigura mhux biss li nimxu ma' l-aġenda ta' Lisbona imma anke skond l-aġġornament ta' din l-istess aġenda.", "Kienu diversi l-kelliema min-naħa ta' l-oppożizzjoni li staqsew fuq il- Lisbon agenda li fuq kollox ma hu xejn ħlief programm ta' ħidma ta' l- Unjoni Ewropea li peress li Malta issa hija parti integrali mill-Unjoni, f'kull ħidma li nagħmlu rridu nassiguraw l-aqwa parteċipazzjoni min-naħa tagħna.", "Il-budget għas-sena 2005 fit-totalita` tiegħu huwa budget li jindirizza dan kollu u lilna l-Maltin qed jgħidilna li mhux biżżejjed li nkunu kuntenti b'dak li għamilna sal-bieraħ, imma rridu naħdmu sod u nipparteċipaw bl-aqwa elementi biex nassiguraw li nibqgħu naqilgħu l- għixien tagħna.", "Dan irridu nagħmluh fil-perspettiva globalizzata għax ma nistgħux naħarbu minn din ir-realta` li anke pajjiżi ferm akbar minna kellhom jiffaċċjaw.", "B'dan f'moħħi jiena ngħid li l-miżuri tal-budget jikkostitwixxu għodda oħra għat-tisħiħ ta' l-ekonomija għax lil pajjiżna dan jagħmlu aktar kompetittiv milli qatt kien sal-lum.", "Il-kompetittivita` għandha twassal biex mhux biss nipparteċipaw fl-ekonomija tagħna u mhux biss inkunu kuntenti b'dak li qed nagħmlu, imma anke naslu biex nibdew ingawdu kwalita` ta' ħajja aħjar kif inhi l-mira tagħna.", "Jiena konvint li meta bħal dan iż-żmien sena nkunu qegħdin niddiskutu l-miżuri tal-budget għas-sena 2006, inkunu nistgħu ngħidu li l-budget tas-sena 2005 ħalla r-riżultati mixtieqa għax wassal biex il-ħaddiema Maltin setgħu jkomplu mexjin 'l quddiem.", "Ċertament bħal dan iż-żmien sena nkunu fhimna aħjar kemm huma long term il-policies ta' dan il-gvern u kemm il-gvern għandu raġun f'dak li qed jagħmel.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "George Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Sur President, jiena wkoll kont beħsiebni nitkellem fuq il-kompetittivita` u sinċerament ma kontx naf li l-kelliem ta' qabli kien se jibni u jagħmel ħafna enfasi fuq dan is-suġġett.", "Il-kelma \"kompetittivita`\" llum saret buzzword.", "Ma niftakarx li konna nitkellmu fuq il-kompetittivita` qabel għax sa ftit ilu kienu jgħidu li kollox kien miexi sew u li meta nidħlu fl-Unjoni Ewropea, kien se jkun hawn ħafna opportunitajiet ta' xogħol.", "Waħda minn dawn il-miżuri li qegħdin nitkellmu fuqhom illum ma ssemmietx żgur – u hawn qed nirriferi għat-teħid ta' ġranet tal-leave – għalkemm ikolli nistqarr li ma nafx x'qed jiġri fil- laqgħat li qegħdin isiru bejn il-gvern u l-unions.", "Ovvjament jiena nawgura li jkun hemm ftehim, pero` minn dan nista' nieħu l-idea għaliex il-gvern qed jagħmel din l-enfasi kollha fuq il-kompetittivita`.", "Il-gvern qisu issa għadu kemm beda jiskopri l-kompetittivita`, pero` tajjeb li nfakkru li ilna żmien niġu avżati li bil-mod il-mod pajjiżna kien qed jitlef il- kompetittivita` tiegħu meta mqabbel ma' pajjiżi oħra.", "Qabel Ġunju tas-sena 2002, rapport mill-kumissjoni ta' l-Unjoni Ewropea kien għamel analisi dwar l-istabilita` tas-sitwazzjoni macroekonomika tal- pajjiżi kandidati u rrepeta għal aktar minn darba t-twissija li Malta trid toqgħod b'seba' għajnejn biex ma titlifx il-kompetittivita` tagħha.", "Kienu ħarġu wkoll twissijiet ċari u bla tlaqliq mill-gvernatur tal-bank ċentrali u anke sirna nafu bi twissijiet simili permezz ta' dokument konġunt maħruġ miċ-chamber of commerce, l-MEA, l-FOI, l-MHRA u l-GRTU fejn b'risposta għall-white paper li kienet tirrigwarda l-Employment Relations Act u l- Industrial Relations Act, il-constituted bodies appellaw lill-gvern biex joqgħod attent sabiex il-miżuri li kien beħsiebu jdaħħal ma jkunux huma stess li jtellfu l-produttivita`.", "Fil-fatt dawn l-organizzazzjonijiet qalu li l-miżuri li l-gvern ried idaħħal permezz ta' dawn iż-żewġ liġijiet għad jistgħu jwasslu biex jgħollu l-prezz tax-xogħol mingħajr ma tiżdied il- produttivita`.", "Dawn l-għaqdiet ilmentaw li miżuri bħal dawn dwar saħħa u sigurta` fuq il- post tax-xogħol, riformi fis-sistema tas-social welfare u miżuri oħra li għad iridu jittieħdu, fosthom spejjeż addizzjonali biex jiġi mħares l- ambjent, spejjeż għal tibdil fis-sistema ta' ippakkjar u spejjeż għar-rimi ta' skart u twaħħil ta' apparat biex jitnaqqas it-tinġis jafu saħansitra jheddu l-eżistenza ta' l-istess industriji li joffru x-xogħol u joħolqu l- ġid fil-pajjiż.", "Dan id-dokument mhux il-partit Laburista kien ħareġ bih imma ħarġu bih dawn l-organizzazzjonijiet.", "Il-gvern ġie mwissi biex joqgħod attent imma minkejja dan kollu kien baqa' għaddej u baqa' jgħid li kollox kien sew, li l-finanzi fis-sod u li se jinfetħilna suq ta' 500 miljun.", "Iżda l-kompetittivita` bħal qisu kienet xi ħaġa li Alla m'għamilha u ħadd ma kien jittanta jitkellem fuqha, Sur President.", "Issa biex il-gvern jipprova jevita li jgħabbi aktar spejjeż fuq is-settur tax-xogħol - u l-gvern kien jaf x'hemm u x'mhemmx fuq il-kompetittivita` imma kien għażel li ma jitkellimx fuq hekk qabel ir-referendum u l- elezzjoni ġenerali – beda jwaħħal it-taxxi fuq il-poplu, taxxi diretti u indiretti, bħalma semmew sħabi bl-eco-tax u affarijiet oħrajn bħal dawn.", "Mingħajr ma nduna l-gvern beda jdaħħal ċerti government induced costs bħalma hi l-VAT bi 18%, fees of office, bolol u affarijiet bħal dawn li bil- mod il-mod komplew jgħollu l-prezz tal-prodott u l-prezz tas-servizz.", "Issa hawn jidħol il-kunċett tal-kompetittivita` għax kif spjega tajjeb l-Onor.", "Censu Galea qabli, jekk iżżid l-ispejjeż tal-produzzjoni ma tantx jista' jibqa' kompetittiv il-prodott.", "Hawnhekk jien ngħid bla mistħija ta' xejn li waħda mir-riżervi li kellna aħna bħala Labour Party għas-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, kienet proprju għaliex bis-sħubija bilfors kien se jkollna spejjeż addizzjonali li se jgħinu biex iżidu l-valur tal-prodott u tas-servizz.", "Aħna konna konxji li l-added value tal-prodott tagħna kien diġa` qed joqrob lejn il-limitu fejn ma kienx jista' jiflaħ aktar piżijiet fuqu bla ma jitlef il- competitive edge.", "Aħna konna nisimgħu biss min-naħa tal-gvern li se jkollna opportunitajiet ta' xogħol, li x-xogħol se jiġri wara n-nies u li se jkollna suq kbir għall-prodotti tagħna.", "Dawn l-organizzazzjonijiet li semmejt aktar qabel kienu wissew lill-gvern u kienu qalulu hekk:", "\"The ultimate test of the new legislation will come when after its implications are felt, we shall have to assess whether the new provisions have served to improve the economic and social situation or whether they have contributed to a deterioration of our economy due to reduced competitiveness.\".", "Sur President, jien mhux se ndum ħafna pero` rrid nitkellem fuq din il- kwestjoni biss u xtaqt nagħmel aċċenn għall-ipokrezija u d-diżonesta – u ma niddejjaqx nużahom dawn il-frażijiet – li kienet tuża n-naħa l-oħra qabel l-elezzjoni meta aħna konna nużaw frażijiet bħalma kont inħobb nuża jien li Allaħares għal xejn b'xejn jogħlew il-pagi.", "Issa ta' min jgħid li dawn kienu jafu x'ridna ngħidu għax jien anke kont ktibt artikli f'Ġunju tas-sena 2002 fuq il-kompetittivita` u semmejt fejn wieħed jista' jnaqqas u jista' jżid.", "Jiena ma semmejtx biss il-pagi imma semmejt anke l-iskartar tal-ħaddiema, in-nuqqas tal-produttivita` u s-serq fuq il-post tax-xogħol.", "Min-naħa l-oħra semmejt ukoll li jekk jidħlu piżijiet ġodda bħall-għoli tat- tariffi ta' l-ilma u d-dawl u miżuri amministrattivi jew preventivi li għandhom il-prezz tagħhom, dawn ukoll trid tgħoddhom mal-prezz tal-prodott.", "Aħna lill-poplu li kien jaħseb li meta nidħlu fl-Unjoni Ewropea l-pagi kienu se jsiru bħal ta' l-Ewropa, konna ngħidulu li Alla jħares isiru hekk sempliċement biex wieħed jagħmel tajjeb għat-taxxi u għall-impożizzjoni ta' miżuri amministrattivi oħra għaliex imbagħad addio l-kompetittivita`.", "Imma x'qalet in-naħa l-oħra fuq dan?", "Bl-akbar diżonesta għamlu farsa minn dan il- kliem u b'mod oxxen ir-reporters tagħhom spiċċaw jiġru bit-tape recording tal-vuċi tiegħi u jsemmgħu leħni lit-tfajliet ta' l-industrial estates.", "Lil dawn kienu jgħidulhom: Qegħdin taraw xi jrid il-Labour, li tibqgħu fejn intom bil-paga ffriżata!", "Naturalment aħna konna ngħidu hekk għaliex konna u għadna nemmnu li jekk jiżdiedu l-prezzijiet tal-produzzjoni ta' xejn, konna se nsibu ruħna fil-frisk u llum il-gvern qed jesperjenza dan kollu.", "Il-ħasra hi li l-poplu qed ibati minħabba f'hekk.", "Il-poplu qed ibati minn nuqqas ta' prevenzjoni u preparazzjoni ta' gvern li mingħalih kien dieħel f'ġenna ta' l-art.", "Qalu li aħna kontra l-progress u li ma rridux li l-pagi jogħlew, imma llum fil-verita' fejn wasalna?", "Illum wasalna fi stat fejn l-aktar nies li jippretendu li huma Nazzjonalisti u l-ħbieb tagħhom qegħdin iħaddmu ruxxmata immigranti illegali biċ-cheap labour.", "Imbagħad jiġi l-prim ministru - lanqas ridt nemminha din – u jgħid lil taċ-ċivil li hemm bżonn jiffriżalhom il-pagi għal tliet snin, l-istess bniedem li tal-partit tiegħu kienu beżżgħu lin- nies li l-partit tal-Labour kien se jiffriża l-pagi!", "Nistgħu nkunu aktar diżonesti minn hekk?", "Nistgħu nkunu aktar oxxeni minn hekk fil-mod kif issir il-politika?", "Għalhekk irrid nagħmel din ir-riflessjoni llum u mhux se ndum ħafna, anke għaliex il-vuċi mhix tagħtini.", "Iva, dan id-diskors ħassejt li għandi nagħmlu għax ma nistgħux nibqgħu ngħaddu ż-żmien bil- poplu b'dan il-mod.", "Il-prim ministru li dak iż-żmien kien deputat kap tal- partit Nazzjonalista, mar bil-wiċċ tost kollu quddiem in-nies taċ-ċivil - mhux se nidħol fil-mertu jekk iċ-ċivil jixraqlux hekk jew le - u qal dan id-diskors minkejja li hu kien l-istess wieħed li kien xewwex kontra l- partit Laburista għax kien qal li konna se niffriżaw il-pagi.", "Issa hawn qed jgħid li m'għandux soluzzjonijiet u jrid jiffriża l-pagi.", "Aktar minn hekk issa milli smajna mhux jiffriża l-pagi biss irid il-gvern, imma anke jieħu l-leave li l-ħaddiema tant ħadmu għalih permezz tal-unions matul is-snin u dan akkwistawh bi dritt.", "Dawn in-nies li m'għandhomx mistħija issa qed imorru fuq il-ħaddiema u jgħidulhom li se jeħdulhom erbat ijiem leave u dan meta l-gvern qiegħed hemm għax tah il-poter il-poplu u tah dak il-poter fuq dak li wiegħdu u fuq dak li l-gvern suppost poġġa l- unur tiegħu fuqu.", "Lilna jgħidulna onorevoli hawn ġew, imma fejn hu l- unur?", "Il-kelma li wieħed jagħti hi parti inteġrali mill-unur ta' dak li jkun.", "Fl-istorja antika, in-negozju kien isir kollu fuq il-kelma u fuq l- unur, imma llum partit sħiħ iwiegħdek xi ħaġa bil-makkinarju kollu tiegħu iżda mbagħad jitla' fil-poter u jgħidlek li se jagħmel li jrid.", "Allura jien ngħid lill-gvern: Flok inti toqgħod tgħaddi ż-żmien bl-intelliġenza tal- poplu u tgħid li l-finanzi qegħdin fis-sod u li qbadna l-barri minn qrunu, ma stajtx kont onest mal-poplu?", "Jien ċert li min qed jismagħna jaf li dak li qed ngħid huwa veru u li tan- naħa l-oħra daħku bin-nies.", "Kulħadd jitkellem fuq dawn l-affarijiet u minħabba f'hekk qegħdin inbatu minn nuqqas ta' rispett min-naħa tal-poplu.", "Bilfors jiġri hekk meta nwiegħdu ħaġa u mbagħad nitilgħu fil-poter u nagħmlu li jfettlilna.", "X'rispett jibqagħlu l-politiku?", "In-nies tgħid li dak li jkun jagħmel minn kollox biex jakkwista postu imbagħad ladarba jakkwista postu jispiċċa jgħaddi ż-żmien b'kulħadd.", "Wara ħafna wegħdiet u wara li għaddiet l-elezzjoni beda s-swat u m'hemmx kelma oħra li tista' tuża.", "Il- ħaddiem swat qed jaqla' u min ma jitkellimx mal-ħaddiem u ma jiltaqax miegħu kuljum kif niltaqgħu miegħu aħna, ma jafx minn xiex inhu għaddej il- poplu.", "U din mhix kwestjoni ta' boroż tal-plastic u dak it-taħwid kollu li qegħdin iħawdu għax il-politika tal-partit Nazzjonalista miexja biex lill- ħaddiem tkissru u terġa' ġġibu fejn kien qabel, Sur President.", "Jien mhux se nitlob biex l-elettorat jingħata apoloġija min-naħa tal-gvern, avolja hekk jixraq.", "Iva, jixraq li l-gvern imur quddiem l-elettorat u jiskuża ruħu għax għadda ż-żmien bih.", "Imma mhux se nitlob biex issir dik l- apoloġija, avolja nixtieq li jiġi l-prim ministru hawnhekk u jammetti li qarraq bil-poplu.", "Hekk hu, qarraq bil-poplu biex il-partit Nazzjonalista seta' jakkwista l-aktar dokument prezzjuż li l-poplu għandu f'idejh, dak id-dokument li jirrifletti l-fiduċja li wieħed jagħti għal ħames snin biex xi ħadd imexxilu pajjiżu.", "Din il-fiduċja nsterqet lill-poplu u nsterqet fil-każ ta' ħafna mill-elettorat għax kif jgħid il-Malti, l-ewwel lin-nies urewhom iż-żiemel u mbagħad qabbżulhom id-debba!", "Nistaqsi lill-prim ministru jekk huwiex b'dan il-mod li se jsodd u jsolvi l-problemi li għandu u li ilhom jakkumulaw għal dawn is-snin kollha li issa ilhom fil-gvern.", "Il- pajjiż kissruh u l-kaxxa ta' Malta faqgħuha u ma fadal xejn fiha.", "M'hemmx prospetti għaliex anke b'dawn il-ħafna wegħdiet li ssemmew fil-budget, there is no light at the end of tunnel, Sur President.", "Erba' xhur ilu l-Unjoni Ewropea kienet se tieħu azzjoni kontra Malta u kontra ħames pajjiżi oħra li daħlu magħna fl-Unjoni minħabba li qegħdin barra mit-termini tal-konverġenza.", "Il-prim ministru mar għamel convergence programme u qalilhom li se jkollna nirranġaw is-sitwazzjoni.", "Issa ovvjament biċ-ċifri tista' tilgħab kemm trid, pero' ma qalilhomx kemm se jbatu n-nies minħabba dan il-programm.", "Għax minfejn se jidħlu l-miljuni?", "Dawn ġejjin għax dawwarna r-rota ta' l-ekonomija, għax ġibna l-investiment jew għax forsi qegħdin jerġgħu jiftħu l-fabbriki kif kienu qalulna li se jiġri?", "Issa qegħdin nokorbu minħabba li ma bqajniex kompetittivi pero' issa għadda n-nine-eleven, għaddiet l-Asian flu u għadda t-tsunami wkoll.", "Issa qed inwaħħlu fil-kompetittivita' u fil-globalizzazzjoni u mid-dehra se nibqgħu sejrin hekk.", "Din l-istorja se tibqa' tirrepeti ruħha llum, għada u pitgħada, imma din m'hijiex id-demokrazija kif nifhimha jien.", "Dan m'hu xejn ħlief abbuż mid-demokrazija, abbuż ta' min jaħseb li huwa holier than thou u li bħalu m'hawnx u allura jista' jagħmel li jrid.", "Sinċerament nispera f'Alla li din il-logħba politika maħmuġa tieqaf hawn u tkun l-aħħar darba li dan il-gvern jagħmel abbuż mill-fiduċja tal-poplu Malti għaliex pajjiżna ma jixraqlux li jiġi ttrattat b'dan il-mod.", "Illum uliedi kibru pero' ulied uliedi x'futur għandhom f'pajjiżna?", "X'se jagħmlu?", "Se jmorru jħabbtu l-bibien tal-ministri u jsibu xi segretarju parlamentari jgħid lill-mara tat-tifel sabiex tmur tinforma lil żewġha li sakemm jibqgħu n-Nazzjonalisti fil-gvern m'għandux ċans jaħdem?", "Jgħidilha li jekk irid jaħdem imissu jdur fuq Dr. Alfred Sant jew Dr. George Vella?", "Imbagħad jiġi jibgħatli l-karti ħalli mmur nitlob miegħu u nagħmel ġurnata talb San Pawl il-Baħar!", "Dan is-segretarju parlamentari qiegħed hawnhekk preżenti u jaf għal min qed ngħid.", "(Interuzzjonijiet) Dak li lill-mara tiegħu mort theddidha li taħtkom mhux se jaħdem.", "U mbagħad tiġi tibgħatli l- karti ħalli niġi nitlob miegħek!", "THE DEPUTY SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO (Segretarju Parlamentari): Sur President, jiddispjaċini imma l-Onor.", "Vella qiegħed jimmislidja lill-Kamra għax id- diskors ma kienx hekk.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Biex turu kemm m'intomx onesti u kemm intom ipokriti!", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO: Jista' jgħid li jrid pero' d-diskors ma kienx hekk.", "Mhux f'dak il-kuntest żgur, Sur President.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mela allura kien hemm diskors.", "Għidli daqxejn x'kien id-diskors!", "Qiegħed nagħtik iċ-ċans tgħidilna x'kien id-diskors li sar ħalli l-poplu jkun jaf x'ħobż tieklu.", "Tiġix tibgħatli ittri biex nitlob miegħek għaliex naf immur nitlob waħdi!", "Il-kumpannija tiegħi nagħżilha jien għax jien qatt ma heddidt lil ħadd u għedtlu li taħtna mhux se jaħdem.", "Għidilna x'kien il-kuntest la qed tammetti li sar xi diskors!", "Għidilna li żbaljajt u itlob skuża!", "M'għandkom ċans qatt li tindmu!", "Lili kulħadd jaf min jien u m'għandix record ta' sena jew tnejn hawn ġew, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT (Kap ta' l-Oppożizzjoni): Sur President, l-Onor.", "Edwin Vassallo qal li d-diskors ma kienx hekk.", "Allura jista' jgħidilna kif kien eżatt id-diskors?", "THE DEPUTY SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO: Sur President, f'din il-Kamra m'għandniex l-użanza li nitkellmu fuq nies li ma jkunux preżenti u dwar x'konversazzjoni personali seta' kelli ma' xi ħadd se nħalliha personali.", "(Interruzzjonijiet) Tista' tipprova twaqqagħni għaċ-ċajt kemm trid u tista' tigdeb fuqi kemm trid, pero' m'inix se naqa' għan-nasba tiegħek.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Qegħdin naraw x'tip ta' nies għandna fuq in-naħa l- oħra tal-Kamra.", "Basta jippruvaw jilagħbuha tal-qaddisin!", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, on a point of order.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, ma jistax l-Onor.", "Vassallo jgħid \"igdeb kemm trid\", donnu jrid jimplika li din xi gidba.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Tħabbilx rasek, ħallih jgħid li jrid!", "ONOR.", "ALFRED SANT: Bir-rispett kollu, jew jiġġustifika dak li qal jew inkella jirtiraha.", "Ma jistax jgħid \"igdeb kemm trid'' għax allura jkun qed jimplika li l-Onor.", "George Vella kien qed jigdeb, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO: Sur President, għalija l-Onor.", "Vella m'huwiex qed jgħid il-verita'.", "Dak mhux id-diskors li għedt jien għalkemm m'għandix ħsieb li nirripeti d-diskors li għedt jien dakinhar.", "Dik kienet konversazzjoni privata u d-diskors tiegħi seta' ġie misconstrued u mdawwar kif ried hu, pero' dik imbagħad hija responsabbilta' ta' ħaddieħor.", "Dak li qed jingħad li għedt jien m'huwiex minnu u għalija tibqa' gidba.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, ma nafx jekk l-Onor.", "Vassallo hux jirtira dak li qal u huwiex jaċċetta li l-Onor.", "Vella ma gidibx.", "Jekk qed jgħid li l-Onor.", "Membru gideb irid jissostanzjaha għax hekk titlob il- proċedura tal-Kamra.", "THE DEPUTY SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO: Sur President, dak li qed jgħid l-Onor Vella dwar dak li suppost għedt jien ma' ċerta persuna m'huwiex minnu.", "Għalija dak li qed jgħid l-Onor.", "Membru huwa tidwir tal-kliem u lanqas ma nħoss li għandi x'nissostanzja għaliex il-persuna li qed nitkellmu dwarha m'hijiex hawnhekk.", "Ċertament ma jien se naqa' qatt għat-tinbix li ngħid x'għedt lil persuna oħra waqt diskursata privata.", "Issa jekk xi ħadd dawwar kliemi affari tiegħu.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Ħallih jgħid!", "Xorta waħda mhux jiċħad li kien hemm inċident.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, on a point of order.", "ONOR.", "ALFRED SANT: L-Onor.", "Edwin Vassallo uża l-kelma \"gidba\".", "Qed jirtiraha din il-kelma jew le?", "THE DEPUTY SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO: Dak li qed jgħid l-Onor.", "Vella fil-konfront tiegħi jammonta għal gidba u żgur li l-Onor.", "Membru mhux f'pożizzjoni jgħid x'inhi l-verita' għaliex ma kienx preżenti waqt id-diskursata li kelli.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Jien naf x'inhi l-verita' bħalma tafha int u nista' nifhem għalfejn qed timbarazza ruħek daqshekk.", "Kont taħseb li l-affarijiet se jibqgħu moħbijin?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, on a point of order.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, hawnhekk għandna preċedenti ċari u jekk mhux se jissostanzja dak li qal se nitlob ruling.", "Ħadd ma jista' jagħmel allegazzjonijiet fil-konfront ta' membru ieħor tal-Kamra u jgħid li qed jigdeb.", "Għadna kemm smajna mingħand l-Onor.", "Vassallo l-frażi \"igdeb kemm trid\" - smajtha jien stess - u qiegħed jużaha fil-kuntest ta' l-Onor.", "Vella, bniedem li jien nirrispetta mija fil-mija.", "Jekk l-Onor.", "Vassallo se jibqa' jsostni dak li qal irid jissostanzjaha.", "Din hija ċara u se nitlob ruling jekk ma jirtirahiex.", "THE DEPUTY SPEAKER: Onor. Edwin Vassallo, nitolbok tiċċara d-diskors tiegħek.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO: Sur President, dak li ntqal fil-konfront tiegħi m'huwiex eżatt u ma jistax jingħad li jikkostitwixxi l-verita'.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Għadu jsostni li l-Onor.", "Vella gideb għax qal \"igdeb kemm trid\".", "Smajtha jien stess.", "Jgħid li jrid u jippreżentaha kif irid, pero' jekk qed jgħid hekk se nitlob ruling, Sur President.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO: Sur President, x'irid mingħandi l-Kap ta' l- Oppożizzjoni?", "Kien imissni qomt jien u tlabt spjegazzjoni mingħand l-Onor.", "Vella fuq dak li kien qed jgħid fuqi, pero' ma tlabt xejn u seta' kompla b'dak li kien qed jgħid iżda mbagħad qal iżżejjed.", "Dak li qal fuqi l-Onor.", "Vella mhuwiex il-verita' għalija.", "Jien m'għedtx dak id-diskors u żgur ma kienx f'dak l-ispirtu d-diskors li għedt.", "L-Onor.", "Vella ma kienx preżenti għal dik id-diskursata u għaldaqstant nitolbu joqgħod attent kif jitkellem.", "THE DEPUTY SPEAKER: Mela qed neħodha li s-Segretarju Parlamentari mhux isostni li l-Onor.", "Vella gideb.", "Nerġa' insejjaħ lill-Kap ta' l- Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, ħu paċenzja bija.", "Jien kont hawnhekk u smajtu jgħid \"igdeb kemm trid''.", "Din il-frażi ma tintużax hekk sakemm ma jridx jissostanzjaha.", "Hemm diversi preċedenti fuq din il-ħaġa.", "Li qed ngħid jien huwa li jista' ma jaqbilx u jista' jgħid li mhux veru - għandu kull dritt - iżda li jgħid li l-Onor.", "Vella gideb m'għandniex naċċettawha.", "THE DEPUTY SPEAKER: Onor. Alfred Sant, imma wara l-aħħar intervent ta' l- Onor. Vassallo jien qed neħodha li dak li qal qalu fl-istess spirtu li qed tgħid int.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Iżda xorta waħda jrid jikkonfermah dan.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO: Nerġa' insostni li dak li qed jgħid fuqi l-Onor.", "Vella m'huwiex il-verita' għaliex jiena m'għedtx hekk.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Imma jien ftit ilu smajt lill-Onor.", "Vassallo jgħid \"igdeb kemm trid'' u qalha ċara ħafna.", "Ma jistax jgħid li l-Onor.", "Vella qed jigdeb għax inkella jkollu jissostanzjaha.", "(Interruzzjonijiet)", "THE DEPUTY SPEAKER: Ippermettuli ftit.", "Jien qed neħodha li l-Onor.", "Vassallo ċċara d-diskors tiegħu u rtira l-kelma \"gideb\".", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, kulma għandu jagħmel is-Segretarju Parlamentari hu li jqum u jikkonferma dak li qed tgħid is-Sedja.", "THE DEPUTY SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO: Sur President, nikkonferma dak li għedt u cioe' li dak li qal fuqi l-Onor.", "Vella m'huwiex il-verita' għax dak id-diskors jien m'għedtux.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Bir-rispett kollu, dan m'huwiex dak li qed nistenna jien, Sur President.", "L-Onor.", "Vassallo uża l-kelma \"igdeb kemm trid\" u dik ma jistax jgħidha għax inkella jrid jissostanzjaha.", "Hemm turrun ta' preċedenti u kulma għandu jagħmel huwa li jqum u jgħid li dak li qed tgħid is-Sedja jaffermah u jikkonfermah.", "Qum u għidha!", "THE DEPUTY SPEAKER: Onor. Alfred Sant, jien qed neħodha li s-Segretarju Parlamentari rtira dak li qal wara li ngħata l-opportunita' li jispjega ruħu aħjar.", "Issa nitlob lill-Onor.", "Vella jkompli bid-diskors tiegħu.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Jien nifhimha li la l-Onor.", "Vassallo nzerta preżenti mhux se jaċċetta jew jammetti li qal hekk.", "Issa jekk hemm bżonn inġiblu aktar provi, ma ġara xejn!", "Jekk xejn dan l-inċident li aċċennajt għalih juri kemm għandu raġun il-poplu li ma jafdax lil tal-partit Nazzjonalista għax dawn juruk faċċata mod u min-naħa ta' wara juruk faċċata kompletament differenti.", "Issa biex inżidu l-kompetittivita' u biex dan il-pajjiż nagħmluh aktar produttiv mhux imbilli nnaqqru l-ġranet tal-leave jew billi nagħmlu taxxa fuq il-boroż tal-plastik.", "Il-flus li se jinġabru minn din it-taxxa mhux se jmorru għall-ambjent iżda se sjmorru biex nimlew xi ftit il-kaxxa ta' Malta.", "Irridu nkunu aħna li nagħtu l-eżempju u ta' taħt m'għandux jerfa' il-piż ta' kulħadd hu.", "F'dan il-pajjiż aħna konna darrejna lill-ħaddiem li ntellgħuh dejjem 'il fuq ħalli jkun aħjar u mhux jiġri bħal-lum, fejn nirkbu minn fuqu u nippretendu s-sagrifiċċi mingħandu.", "Għad jasal żmien meta l-ħaddiem jgħid issa daqshekk - u dan perikoluż imma dawn huma affarijiet li ġraw – għax issa lħaqna l-limitu.", "Dan aktar u aktar meta l- ħaddiem m'huwiex jara l-eżempju minn fuq.", "Għax ħalli ngħid x'qed jara l- ħaddiem, Sur President.", "Il-ħaddiem qed jara li mingħandu qegħdin jintalbu s-sagrifiċċji filwaqt li l-gvern stess iberbaq, jarmi, jixxala ma' min jidhirlu u lil ta' madwaru jqassmilhom il-kuntratti.", "Imbagħad naraw il-pakketti tal-liri ħerġin minn hawn u minn hemm u ninsulentaw lill-poplu b'dan il-mod.", "U hawn irrid nosserva li meta xi ħadd imur ipoġġi Lm10,000 fil-bank, jiġi l-manager u jistaqsih minn fejn ikun ġab il-flus għaliex hekk titlob il-liġi u forsi sħabna ta' faċċata jistgħu jgħidulna minn fejn ġew dawk l-eluf ta' liri li bdew ħerġin minn ġol-ġgieget.", "B'dan l-aġir jiġu jinsulentaw lin-nies, jinsulentaw lil dik il-mara tad-dar u lil dak il-ħaddiem li qed jipprova jwassal il-paga tiegħu sa l-aħħar tax-xahar, l-aqwa li huma komdi b'dawk il- flus kollha żejda fuqhom u dawk l-eluf kollha ħerġin.", "Dawk huma kollha flusna li spiċċaw għand il-partit tagħhom permezz ta' min gawda mill- pjaċiri u l-kuntratti li ħa.", "L-ewwel jintagħlef u mbagħad jagħlef lilhom lura!", "Din hi l-istorja li għandna quddiemna u jekk m'aħniex se niftħu għajnejna għall-korruzzjoni m'aħna se naslu mkien.", "Imma mbagħad tiġix tippretendi li l-ħaddiem se joqgħod hemm, jagħlaq għajnejh u ma jagħtix kas, Sur President.", "Jien nixtieq ngħid li din in-naħa tal-Kamra lesta taħdem mal-gvern, lesta li nsibu mezz kif immexxu l-pajjiż 'il quddiem u nagħmluh aktar kompetittiv, lesta tara kif jista' jinstab bilanċ dwar kif se nrażżnu l- ħela u l-isparpaljar tal-flus li ma nafux fejn qed imorru.", "Aħna kapaċi ngħidulu lill-ħaddiem sabiex jagħmel is-sagrifiċċji, pero' is-sagrifiċċji jrid jagħmilhom ħaddieħor ukoll biex forsi naslu.", "Mhux sewwa li xi ħadd ibati u ħaddieħor geddumu fix-xgħir.", "U kemm ħaduha bi kbira din li qal sieħbi li meta nkunu fil-gvern aħna, il-programm tal-gvern irid jitħaddem u min ma joġħġbux jew ma jifhmux jew ma jridx jaħdem b'dak il-programm iwarrab jew jitwarrab.", "Dan bilfors ikollna nistqarruh wara l-esperjenza qarsa li għaddejna minnha meta konna fil-gvern.", "Konna għadna immaturi u ma ndunajniex bl-ilpup ta' madwarna li bdew kontinwament ixekkluna.", "Kollha bdew jagħmlulna l-bsaten fir-roti għaliex kienu aġenti tal-partit Nazzjonalista.", "Aħna ttrattajnihom bl-ingwanti għaliex ħsibna li se noħolqu sens ta' galantomerija u offrejnilhom idejna iżda mhux se nistħi ngħid li beżqulna fiha.", "Darba għamluha għax mhux se terġa' tkun darba oħra.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Il-Ministru għal Għawdex.", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO (Ministru għal Għawdex): Kif isir dejjem wara kull budget, dan il-parlament jiddiskuti d-diversi miżuri ta' l-estimi li jkun hemm ipprogrammati.", "Illejla smajna kelliema miż-żewġ naħat tal-Kamra jesprimu l-opinjoni tagħhom dwar dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna.", "Fil-fatt l-ewwel smajna lill-Onor.", "Censu Galea jitkellem b'ton ta' xi ħadd b'saqajh ma' l-art u qalilna x'inhuma l-miżuri, iżda mbagħad stajna nisimgħu lill-Onor.", "George Vella jinsinwa li l-gvern miexi ħażin għalkemm spiċċa d-diskors tiegħu b'appell sabiex ilkoll naħdmu flimkien.", "Jien napprezza dan u nistqarr li j'Alla dan l-appell huwa sinċier u mhux paroli biss u fatti xejn.", "Sur President, jien ukoll irrid inwassal il-kummenti tiegħi fuq dan li għandna quddiemna għaliex huwa relatat b'mod dirett jew indirett mal-gżira ta' Għawdex.", "Ilkoll kemm aħna nisimgħu ħafna diskorsi dwar Għawdex, pero' kultant niddubita bis-sħiħ dwar il-ġenwinita' u l-veraċita' ta' dak li jintqal.", "Jiena ma nafx kemm hu veru li l-kritika ssir bi skopjiet ġenwini u mhux partiġġjani jew, agħar minn hekk, intenzjonata sabiex tfixkel meta llum Għawdex għandu l-akbar vot kapitali li qatt kellu.", "L-estimi jirriflettu l-ħeġġa tal-gvern sabiex jara li Għawdex jimxi 'l quddiem mal- kumplament tal-pajjiż.", "Il-gvern huwa konxju li Għawdex huwa każ partikolari, bil-bżonnijiet tiegħu għax jiffaċċja sitwazzjonijiet xi ftit differenti minn dawk ta' Malta.", "Il-gvern preżenti jinsab konxju ta' din il- qagħda u proprju għalhekk din l-attenzjoni partikolari fuq Għawdex.", "Kien għalhekk ukoll li l-ministeru tiegħi ma qagħadx lura milli jakkwista direttament fondi mill-Unjoni Ewropea, liema pakkett qed jissarraf fi proġetti ta' fejda għall-gżira Għawdxija u għall-poplu Għawdxi kollu kemm hu.", "Forsi jkun hemm min jistaqsi meta se nibdew naraw dawn il-proġetti, mistoqsija tajba li għandi risposta għaliha għax sa l-2006 dawn il- proġetti jridu jkunu lesti u bħalissa għaddejjin bla waqfien fuq il- preparamenti neċessarji.", "Diġa' ħriġna t-tenders b'rabta ma' dawn il- proġetti u fil-ġimgħat li ġejjin se nkomplu nippubblikaw aktar offerti relatati ma' dawn il-proġetti.", "Bħala poplu Għawdxi għandna għaliex napprezzaw li għall-ewwel darba qed jiġu ppubblikati offerti ta' dan it- tip, liema proġetti ġejjin mill-flus ta' l-Unjoni Ewropea.", "Naturalment irridu napprezzaw ukoll is-support kontinwu li qed jagħti f'din il-mixja l- gvern preżenti u dan għaliex Għawdex qed jibbenefika mhux biss mill-fondi Ewropej iżda anke mill-fondi nazzjonali.", "U rrid infakkar ukoll li apparti l- flus li ġejjin mill-Ewropa u l-flus li ġew ivvotati b'mod dirett lill- ministeru għal Għawdex, se ngawdu wkoll b'mod indirett minn proġetti oħra, proġetti li qed isiru minn fondi nazzjonali u ġejjin mill-gvern ċentrali, proġetti kbar li permezz tagħhom qed ninsġu kullana, bir-riżultat ta' aktar żvilupp sostenibbli għall-gżira Għawdxija.", "Nibda billi nsemmi l-proġett tat-terminal tal-port ta' l-Imġarr li kif smajna mill-prim ministru stess se jkun lest fis-sena 2006 u se jiġi jiswa Lm15-il miljun.", "Aħna kieku xtaqna li dan il-proġett jitlesta qabel, pero' bl-akbar responsabbilta' l-gvern reġa' eżamina dan il-proġett u ppjana li jlestih is-sena d-dieħla.", "L-oppożizzjoni ma titkellimx dwar il-proġett innifsu u kemm se jkun ta' benefiċċju għal Għawdex iżda ssemmi biss il-fatt li dan il-proġett mhux se jitlesta fiż-żmien stipulat.", "Qisu ladarba t- terminal ta' l-Imġarr m'huwiex se jitlesta fil-ħin allura nistgħu naqtgħuh mil-lista u qisu ma jeżistix aktar.", "Ejjew inkunu ġenwini u nirrispettaw lil min verament qed jaħdem b'għaqal u bl-akbar responsabbilta' għall-ġid veru tagħna lkoll.", "L-istess ħaġa l-kwestjoni ta' Chambray għax f'din il- Kamra l-oppożizzjoni vvotat kontra kuntratt ġdid li fl-aħħar mill-aħħar se jwassal biex dan il-proġett jerġa' jiċċaqlaq, Sur President.", "Bħal dejjem, iI-kap ta' l-oppożizzjoni ma jridx jipprova jifhem li dan huwa gvern li qed jidħol għall-affarijiet bl-aħjar soluzzjonijiet u proposti konkreti u li se jwassluna għal riżultati ta' fejda u ta' ġid għal kulħadd.", "Il-kap ta' l-oppożizzjoni ma jridx jifhem u lanqas jaċċetta dan il-fatt u minflok jagħżel li jaġixxi b'mod li jipprova jirredikola lil dan il-gvern, pero' naħseb li aktar qiegħed jirredikola lilu nnifsu.", "Eżempju ċar ta' dan huwa meta mar ipoġġi kuruna tal-mejtin quddiem Chambray fil-festa tal- Milied.", "Kemm ħasibhom boloh lill-Għawdxin!", "Kemm ħaseb li l-Għawdxin ma jridux li l-affarijiet jimxu 'l quddiem!", "Aħna rridu naraw il-proġett ta' Chambray jiffjorixxi, kif fil-fatt se jagħmel fix-xhur u fis-snin li ġejjin.", "Kulħadd jaf li saru diversi tentattivi dwar il-forti Chambray u li l-aħjar triq kienet il-kuntratt il-ġdid li approvajna minn dan il- parlament.", "Issa għaliex aħna ħadna din id-deċiżjoni u għaliex l- oppożizzjoni taf li se jkun hemm dan l-iżvilupp, qed tipprova ċċajpar dan ix-xenarju billi tipprova titfa' t-tajn fid-direzzjoni tal-ħidma tal-gvern u b'hekk forsi taljena lill-poplu mill-ġid li qed jitwettaq.", "Ħalli niftiehmu li meta titfa' t-tajn xi ħaġa jeħel, pero' nafu wkoll li fl- aħħar mill-aħħar il-verita' toħroġ.", "Jien nemmen li min verament għandu għal qalbu l-ġid ta' Għawdex iħares 'il quddiem għax illum differenti mill- bieraħ u għada differenti mil-lum.", "Fi ħsebijietna u bl-aġir tagħna rridu naħdmu u nippjanaw għaż-żmien li ġej li fih se nkunu qed ngħixu f'ċirkostanzi xi ftit jew wisq differenti mil-lum.", "Id-dinja qed tinbidel u allura rridu naġġornaw ruħna għal dan it-tibdil.", "Il-kwalita' ta' ħajja tagħna trid tkun ta' standards ogħla, ta' servizzi aħjar u fil-fatt hekk qegħdin nagħmlu.", "Hekk għamilna wkoll fil-każ tat-trasport bl-ajru bejn Malta u Għawdex għax hawnhekk kien meħtieġ li s-servizz tal-helicopter ikollu livell ta' sigurta' u għalhekk bdejna bi proċess ta' bidla.", "Il- proċess bdejnih minn xhur qabel id-data li kellu jinbidel il-helicopter service li kellna, pero' il-proċess ma kienx faċli u t-triq kienet twila.", "Kellna negozjati ma' diversi kumpanniji għaliex il-gvern kien qed ifittex li jilħaq l-aħjar ftehim possibbli għall-ġid ta' Għawdex u issa se jkollna servizz ta' kwalita' għolja u fejn is-saħħa u s-sigurta' tal-passiġġieri mhux diskutibbli.", "Ridna kumpannija li topera b'mod li jkun assigurat futur għal dan is-servizz u llum nistgħu ngħidu li wasalna fejn ridna naslu għax nhar il-Ħadd li għadda ġie ffirmat kuntratt bejn il-Gvern Malti u l- kumpannija spanjola Helicopteros del Sureste.", "Sa ftit ġranet qabel, l- oppożizzjoni kienet għadha taħseb li mhux se naslu għal ftehim u hawnhekk smajna lil min jilmenta u jgħid li l-gvern ma kien qed jagħmel xejn dwar il-kwestjoni tal-helicopter.", "Din xbajna nisimgħuha iżda aħna ssapportejna din il-kritika inġusta għaliex ma ridniex nerġgħu nagħtu lill-oppożizzjoni l-opportunita' li tfixkel il-pjani tagħna.", "L-aktar ħaġa importanti hi li l-ħidma sabiex nerġgħu nintroduċu s-servizz baqgħet għaddejja b'mod qawwi u sod u issa kulħadd jaf x'inhi l-verita' għax ġie ffirmat kuntratt ma' kumpannija serja li ilha topera mill-1973, kumpannija b'saħħitha li tippossjedi ċertifikazzjoni ta' standards internazzjonali.", "U dan għax l-għan prinċipali tagħna dejjem kien li filwaqt li Għawdex ikollu servizz ta' trasport bl-ajru effiċjenti, ikollna wkoll qabża fil-livell ta' standards offruti kif fil-fatt qegħdin noffru.", "Issa m'hemmx dubju li l-oppożizzjoni se tipprova tkisser ukoll dan is- suċċess billi toqgħod issemmilna ż-żieda fit-tariffi, li min hu f'siktu din irid jikkonsidraha fid-dawl tal-bidla fis-servizz u l-qabża fil-kwalita' u anke li l-kumpannija lesta li tirrevedi t-tariffi jekk tara li dan ikun possibbli.", "Jiġifieri ejjew flimkien naħdmu ħalli din il-kumpannija Spanjola jkollha suċċess fl-operat tagħha, kemm għall-benefiċċju ta' l- industrija tat-turiżmu u naturalment għall-benefiċċju ta' kulħadd, Sur President.", "La qed insemmi t-turiżmu rrid ngħid li l-industrija tat-turiżmu qed tingħata attenzjoni kbira mill-gvern tal-ġurnata għax il-maġġoranza tal- proġetti li qed jitwettqu f'Għawdex iduru ma' l-industirja tat-turiżmu.", "It- training hotel, id-decompression chamber, l-artificial diving sites, il- mużew ta' l-arkeoloġija, il-forti Chambray u diversi proġetti oħra huma kollha eżempji ċari ta' dan.", "Imma nista' insemmi proġett ieħor li huwa marbut mat-turiżmu u li huwa importanti ħafna u qed nirriferi għall-Ġgantija fejn qegħdin ninvestu Lm100,000, b'liema allokazzjoni se jitfassal proġett ta' restawr u konservazzjoni tat-tempji.", "Dan kollu li semmejt huwa possibbli li jitwettaq għax il-gvern miexi bi strateġija u se jimplimenta miżuri li jagħmlu l-pjan tal-gvern possibbli.", "Forsi mhux kulħadd qed jifhem din l- istrateġija pero` żgur li l-pjan tal-gvern huwa bbażat fuq il-ġid komuni u li Malta u Għawdex jissaħħu aktar fl-oqsma ta' l-ekonomija, ta' l- edukazzjoni u ta' l-ambjent.", "U dan ifakkarni fil-pjan ta' żvilupp ekonomiku u soċjali li l-ministeru għal Għawdex qed iħejji għas-snin 2005/2010 li wkoll idur ma' dawn it-tliet pilastri ta' l-ekonomija, l- edukazzjoni u l-ambjent.", "Dan il-pjan jagħti l-aħjar valur possibbli lir-riżorsi tal-gżira u li jsir l-aħjar użu tagħhom possibbli.", "B'dan il-pjan se nindirizzaw prioritajiet li jtaffu l-problema ta' l-insularita` doppja, li jsaħħu l-ekonomija ta' Għawdex u jnaqqsu l-fraġilita` soċjali.", "Il-mod kif miexi bih dan il-gvern, il-pjan li mexjin bih forsi ma jagħtix riżultat immedjat mil-lum għal għada, imma żgur li jagħti riżultati konkreti għal tul ta' snin.", "Qegħdin inġeddu pajjiżna bl-akbar responsabbilta` u qegħdin nimplimentaw miżuri mhux b'kapriċċ jew bl-addoċċ imma miżuri li permezz tagħhom insiru pajjiż aktar modern, aktar kompetittiv, fejn ikollna kwalita` ta' ħajja aħjar.", "Il- gvern għaraf din l-isfida u għaraf li jekk ma niġġeddux fiż-żmenijiet li ġejjin, ir-riżultat ikun li dan il-pajjiż jistaġna.", "Imma kollox juri, inkluż l-abbozz li għandna quddiemna, li m'aħniex se nistaġnaw għaliex qegħdin niġġeddu.", "Forsi kultant it-tiġdid li nitkellmu dwaru jinħass xi ftit qares jew mhux daqshekk komdu, pero` kulħadd irid jifhem li dan huwa neċessarju għall-ġid tagħna llum u anke għall-ġid tal-futur ta' uliedna.", "Dawn il-miżuri huma xiehda ta' gvern li huwa determinat li nġeddu l-pajjiż flimkien.", "Min ma jikkoperax f'dan it-tiġdid ikun qed jara sa mnieħru jew għax ma jridx li pajjiżna jimxi 'l quddiem.", "Aħna m'aħniex eċċezzjoni għall-kumplament tad- dinja u allura iżjed u iżjed m'għandniex noqogħdu lura milli napplikaw dak li ħaddieħor diġa` għaddej bih.", "Dan it-tiġdid jitlob parteċipazzjoni minn kull wieħed u waħda minna.", "Kulħadd irid iġorr ir-responsabbilta` tiegħu sabiex inkunu nistgħu naraw u ngħixu titjib fil-kwalita`.", "Sfortunament illejla stess rajna li l-oppożizzjoni mhix qed tifhmu dan jew ma tridx tifhmu.", "Għalhekk l-appell tiegħi: Ejja f'ġieħ pajjiżna, f'ġieħ il-poplu tagħna nedukaw lil kulħadd favur il-miżuri meħtieġa għat-tiġdid ta' pajjiżna.", "Il-poplu Malti u Għawdxi huwa poplu intelliġenti pero` rridu nħalluh ħieles mit-tixwix kontinwu li jxekklu fl-aġir tiegħu.", "Irridu nħalluh jixtarr id-deċiżjonijiet li l-gvern qed jieħu biex jifhem li finalment dawn huma deċiżjonijiet favur tiegħu, għall-ġid tiegħu, għall- kwalita` ta' ħajja aħjar, għall-aħjar ta' uliedna u wara kollox għall- benefiċċju tagħna lkoll.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Michael Farrugia.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Ngħid għalija niggosta ċerti kelliema tal-gvern li jitolbu lil ħaddieħor jikkopera magħhom ħalli l-affarijiet jinbidlu, għalkemm ma nafx x'wiċċ irid ikollhom biex jiġu jgħidulna hekk.", "Jien niftakar żmenijiet oħra fejn dawn l-istess esponenti tal-partit Nazzjonalista kienu jgiddbuna meta konna ngħidu l-verita` u konna ngħidu li l-gvern ta' Fenech Adami ta' qabel l-1996 kien ħalla ħofra kbira warajh u ħalla l-pajjiż miexi mar-riħ, f'sitwazzjoni fejn id-dejn u d-deficit kienu qed jisplodu.", "Niftakruh dan u mhux beħsiebna li nieqfu nsemmuh, Sur President.", "Verament ma nistax nifhem kif l-Onor.", "Giovanna Debono għandha l-ardir tiġi hawnhekk u tgħidilna biex nikkoperaw mal-gvern meta sa ftit xhur ilu, qabel l-elezzjoni tas-sena 2003 u qabel ir-referendum, ma kienet tiddejjaq xejn li flimkien ma' sħabha tiġi tgħidilna li l-finanzi tal-gvern qegħdin fis-sod.", "Ħalli nisfidahom u nara jekk hawnx xi ħadd minnhom li jiċħad li qatt qal li l-finanzi tal-gvern kienu fis-sod.", "Kelliem wieħed wara l- ieħor, inkluż il-prim ministru li hemm illum, il-ministri, is-segretarji parlamentari u l-membri parlamentari li fil-maġġor parti tagħhom kienu hawnhekk qabel ir-referendum u qabel l-elezzjoni ta' l-2003, lil dawn kollha jien nisfidahom biex jgħidulna min minnhom xi darba qal li pajjiżna kellu problema jew kien fi stat ta' kriżi.", "Ara jekk hux kollha kienu jgħidu li kellna l-finanzi fis-sod, li konna sejrin tajjeb, li mexjin 'il quddiem u li pajjiżna ward u zahar!", "Kemm qalulna li kienet ġejja rebbiegħa ġdida!", "Għax jekk wieħed jasal biex jemmen li fis-sena 2003 kellna l-finanzi fis-sod u kienet ġejja rebbiegħa ġdida, allura x'mar żmerċ bejn April tas-sena 2003 u llum?", "Xi ħaġa bilfors marret ħażin kieku kellna noqogħdu fuq il-kelma tagħhom li verament kellna l-finanzi fis-sod.", "Allura f'dawn l-aħħar sena u nofs pajjiżna min kissru?", "Il-prim ministru li huwa wkoll il-ministru tal-finanzi, il-ministri, is- segretarji parlamentari u dawk li jmexxu l-awtoritajiet?", "Għax jew xi ħaġa marret żmerċ jew inkella mhux veru li l-finanzi kienu fis-sod.", "Gidbulu lill-poplu Malti u Għawdxi, qarrqu bih u tmejlu bih, basta serqulu l-vot.", "Imbagħad wara li għaddiet l-elezzjoni beda l-biki tal-kukkudrilli u bdew jgħidulna li għandna l-problemi u li hemm bżonn nagħfsu u li hemm bżonn jittieħdu l-passi.", "U x'inhuma l-passi li qed jittieħdu?", "Qegħdin f'sitwazzjoni ta' management by crisis u dan kulħadd jista' jarah mill-mod ta' kif qed jittieħdu d-deċiżjonijiet, Sur President.", "Għandna bżonn inżidu d-dħul tal-gvern, mela allura nintaxxaw lill-poplu Malti u Għawdxi!", "Għandna problema ta' kompetittivita`, mela nnaqqsu mill- ġranet tal-leave tal-ħaddiema!", "Issa nerġgħu niġu minn hawn u sena oħra u jerġa' jkollna l-istess problema fil-finanzi tal-gvern u nerġgħu nintaxxaw, b'daqshekk xi jkun ġara!", "Jekk il-pajjiż mhux kompetittiv minħabba deċiżjonijiet żbaljati li qed jieħu l-gvern, innaqqsu aktar ġranet tal- leave għax b'daqshekk xi jkun ġara!", "Illum il-ġurnata wasalna f'sitwazzjoni fejn il-maġġor parti tal-ħaddiema jibżgħu jitkellmu għax jgħidulhom: Jekk tgħolli rasek inqaċċtuhielek u ndaħħlu lil ħaddieħor minflokok għax hemm ħafna nies ifittxu x-xogħol u lil dawn nistgħu ndaħħluhom b'paga anqas !", "Din hi s-sitwazzjoni reali u mhux tiġi l-Onor.", "Giovanna Debono tagħmlilna diskors mimli qdusija.", "Membru tal-kabinett din bħalma huma l-ministri l-oħrajn kollha u għandha r-responsabbilta' tagħha x'iġġorr.", "Aħna mhux diskorsi ta' qdusija rridu imma r-realta` tal-fatti u kif nies li jitilfu l-impjieg u jmorru jirreġistraw, iqiegħduhom fit-tieni parti tar- reġistru biex l-ewwel parti ma tkunx tidher daqshekk kbira.", "Għandi l-prova u għandi l-karti f'idejja li juru b'mod ċar kif l-ETC tirreġistra persuni fuq it-tieni parti biex in-numru ta' dawk qiegħda ma jidhirx kbir u nqarrqu bil-poplu Malti u Għawdxi.", "Hija tal-mistħija li l-ETC tasal biex tagħmel dawn l-affarijiet u lil dawk li spiċċaw mingħajr impjieg tħallihom bla benefiċċji.", "Tal-mistħija u kundannabbli għax dan m'huwa xejn ħlief abbuż ta' poter.", "B'dawn l-affarijiet għidulna u mhux tiġu b'ħafna diskorsi mimlijin qdusija għax min irid il-qdusija jaf fejn għandu jmur u joqgħod jitqaddes hemmhekk u mhux jiġi hawnhekk!", "Fil-parlament irridu r-realta`, irridu nisimgħu x'inhu jħoss il-poplu Malti u Għawdxi.", "Dak li rridu nisimgħu u mhux ħafna diskorsi sbieħ.", "Kulħadd jaf jagħmel diskorsi sbieħ imma aħna rridu r-realta` tal-fatti, Sur President.", "Żgur li ma nistgħux nibqgħu nballtu iktar taxxi fuq dahar il-poplu Malti għax b'hekk qegħdin inkabbru l-problema.", "U għalfejn qed isiru dawn it- taxxi?", "Biex imbagħad il-flus li jinġabru jitberbqu bl-addoċċ!", "Eżempju klassiku ta' tberbiq ta' flus il-poplu Malti u Għawdxi iktar lampanti minn x'inhu jiġri fil-proġett ta' l-isptar ta' Tal-Qroqq ma jistax ikollok u ma ninsewx li fid-diskussjonijiet li saru ma' Skanska, kien involut il-prim ministru nnifsu u s-segretarju parlamentari tiegħu.", "Skanska għamlu sew li ħatfu dak li setgħu jaħtfu u ma tagħtihomx tort.", "Jien nista' nifhem li min jirnexxilu jaħtaf jaħtaf, imma hija r-responsabbilta` tal-gvern li jara li ma jħallix lil min irid jaħtaf jaħtaf, aktar u aktar meta l-gvern kellu l- parir li m'għandux joħroġ ċenteżmu aktar minn Lm135 miljun għall-isptar il- ġdid u meta nafu li l-kuntratt oriġinali kien iffirmat għal Lm83 miljun minn gvern Nazzjonalista ieħor.", "Jista' xi ħadd jispjegali kif minn Lm83 miljun tlajna għal Lm139 miljun?", "Jista' xi ħadd jispjegaha din?", "Jista' xi ħadd jispjega ta' min hi r- responsabbilta` u min hu accountable għal dak li ġara?", "Xi ħadd hu responsabbli u mhux ħadd!", "Xi ħadd hu accountable ta' l-affarijiet li saru u mhux ħadd!", "Jista' xi ħadd jirrispondi, per eżempju, għaliex meta saru d- disinji ma sarux fuq bażi Ingliża, kif xtaqhom id-dipartiment tas-saħħa?", "Wara li kulħadd qal prosit u ftaħarna bihom għedna li dawk id-disinji mhumiex tajbin imma jridu jinbidlu bi spiża enormi.", "Jista' xi ħadd jerfa' r-responsabbilta' ta' din?", "Min hu responsabbli?", "Ħadd m'hu responsabbli!", "Mela min imexxi l-fondazzjoni m'hux responsabbli, min hu inkarigat minnha mhux responsabbli, id-dipartiment tas-saħħa mhux responsabbli, il-ministru mhux responsabbli, il-prim ministru mhux responsabbli, imma allura min hu responsabbli ta' dawn il-ħneżrijiet?", "Issa l-agħar ħniżrija hija li filwaqt li lill-gvern tawh parir biex ma jonfoqx ċenteżmu aktar minn Lm135 miljun, il-ftehim kien għal Lm139 miljun - għallinqas dak li qalulna li ġie miftiehem għax s'issa għadu ma ġie ffirmat xejn – jiġifieri Lm4 miljun iktar mill-parir li tawh.", "Hekk qed jintnefqu l-flus miġbura mit-taxxi li qed iħallas il-poplu Malti?", "Mela bamball it-taxxi fuq il-poplu Malti u Għawdxi!", "Hawn quddiemna għandna abbozz ta' liġi li fil-maġġor parti tiegħu jirrigwarda żieda ta' taxxi fuq il-poplu Malti u Għawdxi biex imbagħad nonfqu Lm4 miljun għall-kapriċċ!", "Qalulna li tawhom Lm4 miljun żejda biex ikunu jistgħu jaslu fi ftehim.", "Imma min tahomlu dawn l-Lm4 miljun lill-prim ministru biex ikun jista' jgħaddihom lil ħaddieħor mingħajr ġustifikazzjoni ta' xejn?", "Tal-familja tiegħu forsi!", "Dawn mhux minn bwiet il-poplu Malti u Għawdxi tħallsu?", "Hekk b'kapriċċ u qisu m'hu qed jiġri xejn!", "Iva, irridu nibdew inħarsu lejn ir- responsabbiltajiet ta' min jieħu dawn id-deċiżjonijiet għax saru ħafna ħniżrijiet u donnu li ħadd m'hu responsabbli u ħadd m'hu accountable għax il-ministru ddeċieda hekk u għax is-segretarju parlamentari ddeċieda hekk.", "Begħna 'l hawn u begħna n-naħa l-oħra, iddeċidejna dak l-ammont jew l- ammont l-ieħor, iddeċidejna li lil Ċikku u mhux lil Peppi u xejn ma jsir bi trasparenza.", "Suppost li flus il-poplu Malti u Għawdxi jintużaw kif inhu xieraq mill-gvern.", "Huwa skandlu kbir li ngħataw dawk l-Lm4 miljun lil Skanska għal xejn b'xejn, l-aqwa li taparsi ffirmaw meta attwalment għadhom ma ffirmaw xejn.", "Għaliex għadhom ma ffirmawx?", "X'inhu għaddej?", "X'inhu jinħema?", "X'inhuma l-bużullotti li għaddejjin minn wara l-kwinti?", "Għaliex dan is-skiet?", "Għaliex ma jiġix xi ħadd jgħidilna li għadhom ma ftehmux minħabba din ir-raġuni jew l-oħra?", "Qegħdin nitolbu li jkun hawn xi ħadd li jgħidilna li minkejja li lill-poplu Malti u Għawdxi kienu qalulu li waslu fi ftehim, effettivament għadhom ma waslux u jgħidilna.", "Hemm hi s- serjeta`, hemm hi d-differenza!", "Jien niftaħar li għall-grazzja ta' Alla nappartjeni għall-partit li huwa differenti ħafna mill-partit Nazzjonalista.", "Qed nara lill-Onor.", "Vassallo jgħidli vera.", "Għall-grazzja ta' Alla vera.", "Is-soluzzjoni tal-partit Nazzjonalista biex isolvi l-problemi hi li jaqta' l-leave tal-ħaddiema.", "Fejn hu l-pakkett li qed jingħata lill-ħaddiema?", "Għaliex il-ħaddiem biss għandu jagħmel is-sagrifiċċji?", "Għaliex m'hemmx pakkett komplut fejn kulħadd jagħmel il-parti tiegħu ħalli niġbdu ħabel wieħed?", "Il-prim ministru ħareġ jgħidilna li m'hawnx kriżi.", "Jekk m'hawnx kriżi għalfejn se nnaqqsu erbat ijiem mil-leave?", "Għalfejn dawn il-miżuri?", "Iva, jien niftaħar li nappartjeni għall-partit li daħħal il-minimum wage u daħħalha fi żmien meta fil-pajjiż kien hawn problemi finanzjarji kbar li kien ħalla warajh il- gvern ta' Ġorġ Borg Olivier.", "Ġimgħa ta' 46 siegħa xogħol gvern Laburista kien ġabha ġimgħa ta' 40 siegħa.", "Gvern Laburista neħħa s-Sibt minn ġurnata tax-xogħol, infakkruhielhom din!", "Niddejqu nfakkruhom lil sħabna tan-naħa l-oħra li kien hemm żieda fil-ġranet tal-leave?", "U meta kien hemm każi fejn tneħħew ġranet ta' festa, gvern Laburista kien ħa ħsieb li jagħti kumpens lill- ħaddiema billi jekk kienet tinzerta ġurnata festa titħallas mhux doppja imma trippla.", "Daħħalna kondizzjonijiet ġodda fil-qasam tax-xogħol, fosthom li n-nisa u l-irġiel jingħataw l-istess paga għall-istess impjieg f'kull settur.", "Dażgur li nieħu pjaċir li jien nappartjeni għall-partit li daħħal l-edukazzjoni b'xejn u s-sistema tas-saħħa b'xejn, biex issa l-gvern Nazzjonalista qed jipproponi li nibdew inħallsu jekk irridu nieħdu servizz mid-dipartiment tas-saħħa.", "Il-partit Laburista daħħal iċ-children allowance, il-maternity leave, il-pensjoni taż-żewġ terzi, il-bonus għall- ħaddiema.", "Kien il-partit Laburista fil-gvern li ta spinta lis-social housing u llum appartament noħorġuh fis-suq Lm36,000, imbagħad jgħidulu social housing!", "Imma dan x'social housing hu?", "Qegħdin inkissruhom liż-żgħażagħ tagħna, dak li qed nagħmlu.", "Jien għadni niftakar ħaddiema jitħallsu biż-Lm2 fil- ġimgħa.", "M'inix immur lura snin twal imma xi 30 sena biss, meta mara kienet taqla' Lm2 u raġel Lm10 fil-ġimgħa.", "Ittieħdu ċerti deċiżjonijiet f'ġieħ il- poplu Malti u Għawdxi u dawn ittieħdu fi żmenijiet diffiċli, f'nofs is-snin sebgħin meta f'affari ta' ftit ġimgħat il-prezz taż-żejt kien spara 'l fuq b'xi tliet darbiet fuq dak li kien u dan fi żmenijiet meta kienu jsiru ħafna ntoppi, fi żmenijiet meta kellna kap ta' l-oppożizzjoni li kien imur quddiem il-poplu Malti u Għawdxi u jgħidlu: Oħroġ bi strike għax b'hekk nistgħu forsi nwaqqgħu lill-gvern!", "Dawk kienu żmenijiet iebsa, żmenijiet ta' bidla, meta l-ħaddiem ra jitwaqqfu l-Air Malta, is-Sea Malta, il-Mid- Med, il-Bank of Valletta, ix-Shipbuilding, il-Maltacom u l-Enemalta, żvilupp ma' kullimkien ma jaqta' xejn.", "Kienu spiċċaw ukoll is-servizzi Ingliżi minn Malta, iżda llum x'insibu?", "Illum insibu gvern li minflok iżomm l-Air Malta, is-Sea Malta, il-Mid-Med, il-Bank of Valletta, il-Maltacom jew l-Enemalta, moħħu biex ibigħ l-assi u l-ġojjelli ta' pajjiżna.", "Dik hija d-differenza!", "Jien kburi li nappartjeni għall-partit Laburista u ma nappartjenix għall-partit Nazzjonalista għax meta nħares lura nara passat glorjuż.", "Għalhekk meta wieħed jara l-miżuri li qegħdin jittieħdu fl-atmosfera ġenerali ta' kif qed jitmexxa pajjiżna, jirrealizza li għandna problema ta' kredibilita` ta' partit fil-gvern li qarraq bil-poplu Malti u Għawdxi, basta jibqa' kkakkmat mas-siġġu tal- poter, gvern li iktar jaħseb fil-ħbieb tal-ħbieb u l-ħbieb tal-familja milli jaħseb fil-ġid tal-poplu Malti u Għawdxi.", "Għall-ħbieb tal-ħbieb u għal tal-familja hemm il-flus, imma għall-poplu Malti u Għawdxi hemm it- taxxi, hemm it-theddida li l-poplu ma jkomplix igawdi mill-pensjoni li issa dara jgawdi, li ma jkomplix igawdi l-istess kwalita` ta' servizz tas-saħħa li mdorri jgawdi u li jingħata lil kulħadd b'xejn u li se jkollu jsoffri tnaqqis fil-kwalita` ta' l-edukazzjoni li tixraq lil uliedna.", "Meta wieħed iħares lejn dan kollu jibda jara r-realta` li minkejja t-taxxi kollha li qed jitgħabba bihom il-poplu Malti u Għawdxi, għandna gvern li jkompli jberbaq – bħal fil-każ ta' Skanska li ngħataw Lm4 miljun ta' xejn, basta jaslu fi ftehim! – u fl-istess ħin id-dejn nazzjonali qabeż il-Lm1.3 biljun.", "Issa nistennew April/Mejju meta toħroġ l-istatistika uffiċjali ta' kemm kien attwalment id-deficit fl-aħħar ta' Diċembru li għadda u naraw kif inhija s-sitwazzjoni.", "Imbagħad insibu dipartiment li għandu miljuni ta' liri dejn ma' l-importaturi, dipartiment ieħor fejn ix-xogħol sar imma l- kuntrattur għadu ma tħallasx u naturalment xi dipartiment ieħor bil- kontijiet fil-kexxun.", "Dawn huma l-affarijiet li wieħed irid jara fl-aħħar tas-sena, forsi jibdew jgħidulna x'għad baqagħlu jagħti l-gvern.", "Jien ma niskanta xejn li jkollna mistoqsijiet fil-parlament li qatt ma jiġu mwieġba.", "Jgħidulna li se jirrisponduna f'xi seduta oħra u r-risposta ma tiġi qatt, speċjalment fejn jirrigwarda kemm għad baqgħalhom jagħtu d- dipartimenti tal-gvern.", "Għaliex ma jirrisponduhomx dawn l-interpellanzi?", "X'qed iżommhom milli jirrispondu ċerti mistoqsijiet?", "Dawn huma affarijiet li l-poplu Malti u Għawdxi tajjeb li jkun jaf bihom.", "Nerġa' ngħid li jistgħu jiġu bl-ikbar qdusija hawnhekk u jgħidu kemm huma bravi, kemm huma tajbin u li ma jieħdu parir mingħand ħadd u li m'hawnx aħjar minnhom.", "Donnu li kulma jridu mingħandna huwa li ngħidulhom prosit u nċapċpulhom għax qegħdin ibambluh lill-poplu Malti u Għawdxi, imma min-naħa ta' l- oppożizzjoni mhux se noqogħdu lura milli nsemmu l-abbużi li jsiru.", "Jekk wieħed jagħti ħarsa lejn ir-rapport ta' l-awditur ġenerali jsib affarijiet li ilhom jingħadu sena wara l-oħra wara l-oħra u s-sitwazzjoni tibqa' l- istess.", "Kieku ħadd ma ġibed l-attenzjoni tal-ministri u tad-dipartimenti dwar l- affarijiet li qed jiġru tifhimha, imma fir-rapporti li joħroġ l-awditur ġenerali sena wara l-oħra jibqa' jirrepeti l-istess ħaġa u sena wara l-oħra jibqgħu jsiru l-istess affarijiet.", "Jiġifieri dawk li jmexxu d- dipartimenti, il-ministri u s-segretarji parlamentari bażikament jiġu jaqgħu u jqumu mir-rapporti ta' l-awditur ġenerali.", "Jien bdejt nifli r- rapport biċċa biċċa u se nsemmi ħmerijiet żgħar, bħal ngħidu aħna kif jintużaw il-karozzi tad-dipartimenti tal-gvern.", "Ara jekk issibx x'imkien fejn jiġi recorded fejn marru bil-karozza u jniżżlu d-distanza li jkunu għamlu.", "L-ambulanzi u l-karozzi li jintużaw fil-ministeru lanqas biss għandhom logbook.", "Dawn huma affarijiet li tinġibed l-attenzjoni dwarhom sena wara l-oħra imma kollu għalxejn.", "Dawn huma l-affarijiet li rridu naraw, min hu responsabbli u ta' xiex, min hu accountable ta' l-affarijiet li qegħdin isiru, min hu accountable tad-deċiżjonijiet li qegħdin jittieħdu, min hu responsabbli għan-nuqqas ta' deċiżjonijiet.", "Meta se nibdew naraw li l-gvern mhux jara kif jonfoq aktar imma jara kif se jagħmel aktar b'anqas?", "Jekk irid il-gvern għandu fejn jista' jagħmel aktar b'inqas, imma jrid ikun responsabbli u serju u mhux biex isolvi l-problemi li għandu jaħleb minn bwiet il-poplu Malti u Għawdxi.", "Irid ikun gvern li lest li jara kif jonfoq kull sold u jasal biex jieħu d-deċiżjonijiet.", "Jien niftakar l-affarijiet li konna niltaqgħu magħhom għax kieku kont persuna li qatt ma kelli esperjenza, ngħid li qed nitkellem fl-arja.", "Ħafna drabi noqgħod attent għall-kliem li nuża għax meta tgħaddi minn ċerta esperjenza, tibda tifhem li jista' jkun hemm min jipprova jqarraq bik.", "Nafu li jekk wieħed imqar jara kif qed isir l-infiq tal-gvern, mill-ewwel jirrealizza li hemm miljuni kbar li jistgħu jiġu ffrankati mit-taxxi tal-poplu Malti u Għawdxi.", "Għalhekk id-deċiżjonijiet ta' management by crisis ma jrendux.", "Tista' forsi tmexxi għal ġimgħa jew ħmistax imma żgur ma twassalx sa l-aħħar tas- sena.", "Sena wara l-oħra qed nispiċċaw naraw x'deċiżjonijiet ulterjuri se nieħdu bis-sistema ta' management by crisis.", "Il-gvern għandu kuraġġ jittratta lill-poplu Malti u Għawdxi bħal xi ħadd matur u jgħidlu l-fatti kif inhuma?", "Għandu kuraġġ dan il-gvern jgħid lill-poplu Malti u Għawdxi li tmintax-il sena ilu kien sab l-ekonomija tal-pajjiż tiflaħ għal kull għawġ li jista' jinqala' u li kellna ministru li kien ħareġ jgħidilna biex nonfqu u niddejnu u mbagħad iħallsu ulied uliedna?", "Ministru Nazzjonalista kien li qalha din fl-aħħar tat-tmenijiet u fil-bidu tad-disgħinijiet.", "Kien ġie jgħidha b'wiċċu minn quddiem u kien jidħak u jiċċajta.", "Swietlu qares lill- poplu Malti u Għawdxi dik iċ-ċajta!", "Imbagħad kellna min ħaseb li se jipprova jżomm ir-riedni u filwaqt li żamm xi riedni min-naħa, ħarbulu skoss riedni oħra min-naħa l-oħra u n-nefqa tal-gvern tisplodi kienet u tisplodi baqgħet.", "Imbagħad daħlet il-VAT li ħawdet is-sistema kollha tat- tassazzjoni, bil-konsegwenza li f'sena u nofs bejn l-1995 u l-1996 l- ekonomija ta' pajjiżna ħadet l-akbar tisbita 'l isfel.", "Dan apparti t-tkissir u t-tbażwir kollu li konna sibna u nsemmi biss x'konna sibna fid- dipartiment tas-saħħa.", "Konna biss biss sibna 400 tip ta' mediċina out of stock u madwar 700 tip ta' mediċina oħra on low stock u minkejja dan, bil-wiċċ tost kollu, tan- naħa l-oħra kienu ħarġu jistaqsu x'affarijiet hemm out of stock!", "Dawn bdew jistaqsu fuq l-affarijiet li huma stess kienu ħallew out of stock jew on low stock.", "Dik kienet is-sitwazzjoni li sibna.", "Konna sibna deficit enormi, dejn u problemi kbar.", "Tgħidx kemm sibna kontijiet mhux imħallsin fil- kxaxen.", "Dik kienet is-sitwazzjoni li konna sibna fl-1996 għax kull darba li jkollna gvern Nazzjonalista dejjem ikun hemm it-taħwid, it-tbażwir, it- tkissir u l-ekonomija zoppa biex ma ngħidx bla saqajn, Sur President.", "Imbagħad biex jgħaddi ż-żmien bin-nies, jiġi l-prim ministru u jgħidilna li l-ekonomija m'hijiex fi kriżi u dan minkejja li l-unions kollha qed jgħidulu li hawn sitwazzjoni ta' kriżi u li hemm bżonn inpoġġu bilqiegħda ħalli naraw kif nistgħu nirranġaw l-affarijiet.", "X'jagħmel il-gvern?", "Jieħu deċiżjoni u jmur biex taparsi jiddiskuti imma jwebbes rasu għax id- deċiżjoni tiegħu ma jridx jiċċaqlaq minnha.", "Dik diskussjoni, dak djalogu, dik demokrazija!", "Għalhekk nemmen li mhux imbilli l-gvern qed jgħid li l- pensjonijiet se jiddiskutuhom fl-MCESD għax imbagħad fl-MCESD ma jaslux u l- gvern jgħidilna: Hekk iddeċidejt!", "Din hi d-demokrazija skond il-gvern ta' Lawrence Gonzi, jiddeċiedi hu!", "Fis-settur tas-saħħa qalulna li se jkollna nibdew inħallsu u dan hu l- istess partit li fl-1998 kien għamel kampanja elettorali fuq il-kwestjoni tal-50c.", "Dan hu l-istess partit li kien għamel kampanja elettorali qalila u waħda mill-issues primarji li ġejjien kienet fuq il-kwestjoni tal-50c għal riċetta kompluta, tieħu kemm tieħu mediċini u issa qed jgħidulna li għal kull mediċina se jintaxxaw 5%.", "Jekk tmur l-isptar se tiġi ntaxxat, jekk tmur fiċ-ċentri tas-saħħa se tiġi ntaxxat u jekk se tkun qed tieħu kwalunkwe servizz mill-isptar se tiġi ntaxxat.", "Nemmen li dan il-gvern fejn jirrigwarda l-pensjonijiet, jgħidu x'jgħidu l-imsieħba soċjali, dak li ddeċieda hu se jagħmel u fis-settur tas-saħħa l-istess għax dan mhux gvern demokratiku imma gvern ta' impożizzjoni, gvern li jara kif jista' jerda' minn fuq il-poplu Malti u Għawdxi.", "Dan huwa gvern arroganti, argużin mal-ħaddiem, maż-żgħir, mal-middle class u man-negozjanti ż-żgħar, imma imbagħad lill-ħbieb tal-ħbieb u lil tal- familja jżommhom kuntenti ħalli meta jasal il-mument dawn joħorġu l- munzelli tal-liri mill-bwiet biex jgħadduhom lill-partit Nazzjonalista bħala ringrazzjament ta' kemm gawdew tul is-snin.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Is-Segrertarju Parlamentari.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO (Segretarju Parlamentari): Lill-kelliema ta' l- oppożizzjoni jien inħobb nismagħhom b'interess għax tisma' lill-Onor.", "George Vella u lill-Onor.", "Michael Farrugia jitkellmu u tibda tifhem għaliex hawn min jgħid li lil dawn għandna nħalluhom jitkellmu aktar.", "Interessanti tisma' lill-Onor.", "George Vella jgħid li meta jerġgħu jkunu huma fil-gvern, dawn se jimxu b'politika li jew taħdem magħhom jew aħjar twarrab għax ma jridu lil ħadd jagħmlilhom bsaten fir-roti.", "Dak patt soċjali li qegħdin iwiegħdu li jagħmlu, Sur President!", "L-Onor.", "Farrugia tkaża għax il-Ministru Giovanna Debono qalet li għandna naħdmu flimkien.", "Din hi l-perspettiva differenti taż-żewġ partiti politiċi.", "B'kuntrast ma' dak li ntqal mill-kelliema Laburisti, il-partit Nazzjonalista jipprova jagħmel ħiltu kollha biex jibni tmexxija fuq patt soċjali, b'konsultazzjoni u bi ftehim mal-partijiet kollha.", "Iva, jien nemmen li meta ma ssirx konsultazzjoni huwa ħażin.", "Żball jagħmel il-partit Nazzjonalista fil-gvern jekk jiġi biex jagħmel xi ħaġa qabel ma jikkonsulta.", "Dan qed ngħidu għax kull fejn kien hemm konsultazzjoni dejjem ħareġ it-tajjeb għaliex il-konsultazzjoni fit-tmexxija politika hija l- bidu ta' kull tmexxija serja u tajba.", "Mill-banda l-oħra, l-Onor.", "George Vella qal li meta jkunu huma fil-gvern ara ma jmurx min jaħdem magħhom ifixkilhom għax iwarrbuh.", "Dik hi l-aġenda politika tal-partit Laburista.", "Dan hu l-partit li l-Onor.", "Michael Farrugia ftaħar li huwa jagħmel parti minnu.", "In-new Labour ma tantx hu new u ma tantx hu differenti minn dak ta' qablu!", "Lill-Onor.", "Vella ngħidlu biex ikompli jitkellem u anke jfakkar lin-nies f'dak li hu kien qal li meta jkunu fil-gvern se jiffriżaw il-pagi ħalli ma tintilifx il-kompetittivita`.", "Illum reġa fakkarilhom din meta qam biex mingħalih jiġbor ġieħu wara li darba kien qal li gvern Laburista jiffriża l-pagi.", "Araw x'inhi d-duttrina ekonomika u politika ta' l-oppożizzjoni!", "Qalulna li min ma jaqbilx magħhom għandu jwarrab jew iwarrbuh.", "Ngħid għalija nagħmel kuraġġ nismagħhom lil ta' l-oppożizzjoni jitkellmu b'dan il-mod għax sakemm jibqgħu jaħsbuha hekk, żgur li m'għandhomx ċans jerġgħu jkunu fil-gvern, Sur President.", "Jiġu jgħidulna li aħna kissirna l-pajjiż u dawn huma l-istess nies li qabel il-Milied ftit li xejn dehru hawn biex jitkellmu fuq il-budget.", "Donnu li ndunaw li għamlu ħażin li ma tantx semmgħu leħinhom fi żmien il-budget għax issa jidhru aktar preparati biex bħalma jagħmlu s-soltu, jibdew kor unanimu bi frażijiet bħal \"kissirtuh pajjiż\", \"korruzzjoni\", \"gdibtu\" u \"diżonesti\".", "Lill-Onor.", "Farrugia li semma sensiela ta' affarijiet u ftaħar li hu jagħmel parti mill-partit Laburista, infakakru li kien il-partit Laburista li ma kienx ried il-computers; kien il-partit Laburista li ma kienx ried sistema moderna ta' telekomunikazzjoni; kien il-partit Laburista li ma qalx iva għall-Unjoni Ewropea u għadu mhux deċiż jekk jivvotax għall- kostituzzjoni Ewropea.", "Dan hu l-partit Laburista, li kien qal \"le\" għall- power station, għall-airport u għall-inizjattiva privata.", "Jiena ngħidilhom biex ifakkruhom lin-nies f'meta kienu bagħtu uffiċjali tal- pulizija matul il-lejl fid-djar tax-shareholders tan-National Bank biex jgħidulhom li l-bank ma kienx għadu jeżisti.", "Fakkruhom lin-nies kemm kontu tbikkuhom, fakkruhom fuq in-numerus clausus!", "Għidulhom li l-istudenti universitarji minn 700 fi żmienkom issa telgħu għal 7,000!", "Ma jafux dawn li biex tiskonġra trid tkun pur!", "Għandhom kull dritt joħorġu lin-nies fil- pjazez.", "Jien meta kont fuq in-naħa ta' l-oppożizzjoni ħriġthom lin-nies għax ta' spiss kont inlaqqa' lis-self-employed u mlejt is-swali u anke Dar il-Mediterran.", "Lill-oppożizzjoni ngħidilhom biex jagħmlu xi ħaġa għax issa ilhom reqdin.", "Ngħidilhom biex jitkellmu aktar ħalli jiftħulna għajnejna beraħ u anke aħna nqumu aktar fuq tagħna.", "Għidulu lill-poplu Malti li lil min ma jaqbilx magħkom se twarrbuh meta tkunu intom fil-gvern.", "Issa taraw l- investiment li jiġi f'pajjiżna b'dak il-mod ta' tmexxija.", "Minn hawn biss wieħed jista' jara l-perspettiva ta' dan il-gvern u dik ta' l-oppożizzjoni.", "Sur President, sħabna ta' l-oppożizzjoni qegħdin jgħidu li dan il-gvern għabba lill-poplu bit-taxxi u stajna nisimgħu lill-Onor.", "Farrugia jitkellem fuq is-sistema tal-VAT.", "Fuq is-sistema tal-VAT x'jistgħu jgħidulu lill- poplu dawn?", "Li jekk jitilgħu huma jerġgħu jneħħu l-VAT?", "Darba dawn qalu lill-poplu li se jneħħu l-VAT u anke kienu qalu li se jneħħu l-cash registers.", "Allura min hu li gideb lill-poplu?", "Kellna kap ta' l- oppożizzjoni li qal lill-poplu Malti li wara sitt xhur fil-gvern ineħħi l- VAT inkella jirriżenja.", "Neħħiha l-VAT?", "X'neħħa!", "Għamlu liġi biex daħħlu tassazzjoni ta' 21%!", "Biex iridu jitkażaw dawn?", "Iva, għandna raġun ngħidu li l-finanzi fis-sod.", "Dak kien slogan ta' l-elezzjoni u wegħidna li l- finanzi jkunu fis-sod u ħdejn dak li għamiltu u kontu tagħmlu intom, il- finanzi tagħna fis-sod qegħdin.", "Sur President, f'paġna 11 tad-diskors tal-budget jingħad li l-ħidma tal- gvern biex jikkontrolla l-ispiża pubblika ħalliet riżultati tant li se jirnexxilna nagħlqu s-sena b'deficit ta' Lm98.2 miljun.", "Iva, il-ħidma tagħna ħalliet ir-riżultati u mhux qed nitolbu li jsiru s-sagrifiċċji mingħajr ma għandna x'nuru.", "Iva, hekk kien ipprogrammat fil-budget ta' qabel u dan qed ngħidu għaliex kien hawn xi ħadd min-naħa ta' l- oppożizzjoni li qal li l-budgets ma jsegwux minn sena għall-oħra.", "Aħna nibnu qegħdin.", "Qed nibnu pajjiż u qed nibnu ekonomija li tkun kapaċi tirrispondi għall-ħteġijiet taż-żmenijiet u l-ħteġijiet taż-żmenijiet ma niddeċiduhomx aħna.", "L-eżaminaturi ta' l-ekonomija m'aħniex aħna.", "Il-karta ta' l-eżami ma jiddettahiex il-gvern jew il-parlament imma rridu nirreaġixxu għal dak li jkun qed jiġri madwarna.", "Illum ma nistgħux nagħmlu dak li għamlu l-Laburisti fl-imgħoddi meta iżolaw lil pajjiżna u għamlu sensiela ta' liġijiet biex kull inizjattiva kummerċjali tkun tal-gvern.", "X'kellna industriji dak iż-żmien?", "Kellna wage freeze fi żmien Dr Karmenu Mifsud Bonnici.", "L-Onor.", "Vella reġa' semmiha, bħal donnu jemmen li kienet xi ħaġa tajba.", "Tafu x'jiġifieri dan?", "Dan ifisser li kieku hawn il-partit ta' l-oppożizzjoni fil-gvern bħalissa ma jaħsbuhiex darbtejn biex idaħħlu wage freeze għaliex hekk wiegħdu.", "Fejn kienet tkun il-GWU kieku għamlu l-wage freeze?", "Dan huwa l-partit tal-friża tal-pagi.", "Mill-banda l-oħra jiena smajt lis-segretarju parlamentari jgħid li kien hemm xi nies fl-MCESD li pproponew il-wage freeze.", "Imma l-gvern ma jridx wage freeze u ma aċċettax il-proposta tal-friża tal-pagi.", "Minn dan kollu naraw min għandu l-ħaddiem għal qalbu, Sur President.", "Irrid ngħid ukoll li l-partit Nazzjonalista wiegħed li l-finanzi se jkunu fis-sod u bil-programm tal-budget bnejna sistema fejn din is-sena għalaqna b'deficit ta' Lm98.2 miljun.", "Infatti ma smajniex interventi min-naħa l-oħra fuq il-problema tad-deficit.", "Iva, jiena kburi li nagħmel parti mill-partit Nazzjonalista li qed jieħu d-deċiżjonijiet.", "Mhux qed jieħu d-deċiżjoni tal- friża tal-pagi, pero` qed jieħu deċiżjonijiet reali biex jara li Malta tkun kompetittiva.", "Tkun kompetittiva fiex?", "X'jiġifieri tkun kompetittiv?", "Tkun kompetittiv ifisser li bħala pajjiż l-ispejjeż jkunu irħas minn ta' ħaddieħor.", "Dan bħal meta ħanut ibiegħ ftit irħas minn ieħor u għalhekk li n- nies tmur tixtri mingħandu.", "Dan jista' jbiegħ b'irħas għax lilu l-ispejjeż jiġuh irħas minn ta' l-oħrajn.", "Issa jekk l-ispejjeż tal-manifattura ma tantx nistgħu nnaqqsuhom, bilfors ikollna nżidu l-produttivita` u biex inżidu l-produttivita` mhux indaħħlu l-wage freeze kif trid l-oppożizzjoni imma nżidu l-ġranet tax-xogħol.", "Għax importanti li ma nnaqqsux l-istandards tax-xogħol u d-drittijiet tal-ħaddiema.", "L-Onor.", "Vella qal li huma kieku ma xtaqux jidħlu fl-Unjoni Ewropea biex iżommu l-government induced costs u l-labour costs baxxi.", "Ara aħna għaddejna liġijiet li bihom lill-ħaddiem Malti għollejnieh ħdejn il-ħaddiem Ċiniż jew dak Indjan u anke daħħalna sistema edukattiva fejn lill-ħaddiem Malti tippreparah aħjar minn dak Ċiniż jew Indjan f'ħafna oqsma, b'konsegwenza li ċerti industriji ta' value added jaqblilhom jiġu Malta.", "Forsi tan-naħa l-oħra jikkritkawna għaliex aħna nesiġu minn min iħaddenm li jkun ċert li l-ħaddiema jaħdmu f'post li fih l-anqas periklu possibbli?", "Tafu li l-Onor.", "George Vella għadu kemm qal li kieku għalih ma dħalniex fl- Unjoni Ewropea għax ried iżomm il-ħaddiem Malti irħis billi ma jħallix jidħlu ċerti standards li jħarsu d-dinjita` u l-ħajja tal-ħaddiem?", "Dan kollu jfisser li sħabna ta' l-oppożizzjoni lill-ħaddiem Malti qegħdin jgħidulu: Aħna ma naqblux wisq ma' l-Unjoni Ewropea għaliex l-Unjoni lilek tagħtik drittijiet li jiswew il-flus u b'hekk inti se togħla!", "Allura x'nagħmlu?", "Innaqqsulhom id-drittijiet u l-istandards li għandhom biex jaħdmu f'iktar periklu?", "Iva, għandna ċerti spejjeż u b'xi mod irridu nagħmlu tajjeb għalihom.", "Dan l-aħħar anke daħlet l-eco-contribution li jien ngħid huwa l-prezz li rridu nħallsu biex ngħixu f'ambjent aħjar, għalkemm jiena forsi kont nagħmel l-affarijiet ftit differenti.", "Qed ngħid hekk għaliex nemmen li l-affarijiet setgħu saru aħjar.", "Seta' kien hemm marketing aħjar u seta' kien hemm ftit iktar ħsieb.", "Ma nagħti tort lil ħadd ħlief lil dawk li kienu qegħdin jagħtu parir lill- gvern u li f'din iċ-ċirkostanza setgħu tawh parir aħjar.", "Pero` aħna verament irridu pajjiż nadif jew le?", "Għax jekk trid in-nadif trid tħallas għalih għax l-indafa tiswa l-flus.", "Għax aħna poplu li rridu livell ta' għajxien aħjar, għandna dawn it-tip ta' spejjeż li jew jinġabru minn fuq il- poplu jew inkella permezz ta' l-eco-contribution niffrankawhom għax ma jintużawx ċerti prodotti jew nużawhom b'iżjed għaqal.", "Pero` wieħed irid jgħid ukoll li prodotti oħrajn li ma nistgħux ngħaddu mingħajrhom xorta waħda għandhom ċertu impatt negattiv fuq l-ambjent meta wieħed jiġi biex jarmihom, apparti li ftit konna nitkellmu fi żmien il-gvern Laburista fuq l- ambjent.", "Armi, aħraq, kisser, farrak!", "Hekk kienet l-aġenda dak iż-żmien.", "Min kien jitkellem fuq l-ambjent dak iż-żmien kien ikun qisu qed jidgħi!", "Ara llum, l-ambjent huwa top of the list, xi ħaġa li l-mara tad-dar, iż- żagħżugħ u l-ħaddiem jinkwetaw fuqu.", "Sur President, il-finanzi huma fis-sod u l-gvern qed jieħu deċiżjonijiet biex il-finanzi tal-pajjiż jibqgħu fis-sod.", "Aħna qbadna l-barri minn qrunu kif għidna qabel l-elezzjoni u dak li wegħidna qegħdin inwettquh.", "Dan il- gvern għandu programm ta' privatizzazzjoni għax irid li s-servizz pubbliku jiċkien u l-attivita` kummerċjali tikber.", "Dan il-gvern għandu pjan li jkompli jifrex il-konsultazzjoni għax aħna m'aħniex il-partit Laburista u j'Alla qatt ma nkunu.", "Ħażin li ngħidu li min ma jaħdimx magħna jrid iwarrab waħdu għax inkella nwarrbuh.", "Dak id-diskors inħalluh għall-Onor.", "George Vella, sa ftit ilu viċi kap tal-partit Laburista.", "Dan il-gvern mhux jigdeb kif qed jgħidu ta' l-oppożizzjoni, dan gvern li kapaċi jgħid il-verita` b'mod regolari u konsistenti.", "Grazzi.", "MR SPEAKER : Grazzi.", "Sar il-ħin.", "L-Aġent Prim Ministru.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni kienet interrotta u baqgħet aġġornata", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "TONIO BORG: Sur President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar l-Erbgħa, 19 ta' Jannar 2005, fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li Jimplimenta Miżuri ta' l-Estimi - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Kunsilli Lokali - Tieni Qari; u", "Abbozz ta' Liġi dwar Arkivji Nazzjonali – Kumitat (Kont.).", "-----------------------------------", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Reġistru Ċentrali - Kumitat Permanenti.", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Joseph Cassar.", "ONOR.", "JOSEPH CASSAR: Sur President, illum kelli l-ħsieb li nitkellem daqxejn fuq l-eko-kontribuzzjoni u l-miżuri li l-gvern qed jieħu fuq il- basktijiet tal-plastik.", "Pero' xtaqt ukoll ngħaddi kumment li ilu f'rasi għal dawn l-aħħar ġranet għax irrid inħares daqxejn lejn id-definizzjoni tal-kelma \"ħaddiem\", il-kelma li ssemmiet ħafna f'dawn il-ġranet.", "Issemmiet meta kien hawn il-protesta fil-Belt, issemmiet fil-konferenza ġenerali tal-partit Laburista u ssemmiet ħafna waqt id-diskussjoni tal- budget.", "Hawnhekk bdejt inħoss li qisna konna qed nagħtu l-impressjoni li hawn żewġ tipi ta' nies, dawk ħaddiema u l-oħrajn li m'humiex.", "F'din il- Kamra ġejna mgħajra li aħna nippużaw ta' Kristjani iżda jien li jien Kristjan, ma nħossx li qiegħed nippoża u l-bieraħ fittixt l-enċiklika \"laborem exercens\" sabiex nipprova nillumina ruħi dwar il-kelma \"ħaddiem\".", "Safejn naf jien kulmin hawn f'din il-Kamra huwa ħaddiem u kulmin jagħmel xi ħaġa biex jgħin ħalli d-dinja tkun aħjar huwa ħaddiem ukoll.", "Missieri, Alla jaħfirlu, kien ħaddiem.", "Jien bħala tabib u membru parlamentari ħaddiem ukoll.", "Inti Sur President, ħaddiem.", "Min jaħdem it-tarzna huwa ħaddiem.", "Is-segretarju ġenerali tal-GWU huwa ħaddiem, l-istess bħas- segretarju ġenerali tal-UHM.", "Il-mara tiegħi, kemm bħala mara tad-dar u kemm bħala mara li taħdem fi klinika hija ħaddiem ukoll.", "Kulħadd huwa ħaddiem u għandna naqtgħuha din li hawn min qisu jrid jagħti l-impressjoni li hawn xi ħadd kontra l-ħaddiem.", "Żgur li jien m'iniex kontra tiegħi nnifsi u naħseb li m'hawn ħadd li huwa kontra tiegħu nnifsu u ma nafx għalfejn l- oppożizzjoni qed trawwem ċertu diżgwid fost il-poplu Malti.", "Proprju nhar it-Tlieta jien u l-Onor.", "Clyde Puli konna mistednin fuq programm televisiv flimkien ma' sitt persuni oħra mill-kamp Laburista.", "Jiddispjaċini ngħid li kemm jien u kemm il-kollega tiegħi lanqas biss tawna ċans nitkellmu għaliex kull darba li ppruvajna nitkellmu beda jqum xi ħadd u jqajjem storbju sħiħ, xi ħaġa li setgħu jarawha t-telespettaturi stess.", "Fil-fatt ġew ikellmuni nies li tkażaw b'dak li raw għax mhux sew li lanqas tingħata ċ-ċans li tagħmel il-punt tiegħek.", "Imma fil-verita' jekk inħallu barra dawn il-ħafna ħsejjes, x'aħna nisimgħu mill-kamp Laburista?", "Xi ftit taż-żmien ilu kien hawn xi ħadd li qal li l-partit Nazzjonalista ried juri ċertu feel-good factor qabel l-elezzjoni u jien nemmen li llum il-partit Laburista flimkien ma' ċerti unions li jappoġġawh qegħdin jippruvaw jagħtu l-impressjoni ta' feel-bad factor.", "F'dak il-programm jien għedtilhom li meta l-partit Laburista kien fil-gvern għamel affarijiet tajba, mela le.", "Dan ma nistax niċħdu u Allaħares m'għamilx affarijiet tajba, pero' sfidajthom ukoll - u qiegħed nerġa' nisfidahom minn hawnhekk – u tlabthom jelenkaw lista ta' 100 ħaġa tajba li għamel il-partit Nazzjonalista fil-gvern.", "Qaluli li se jagħmluha iżda baqgħu ma għamluhiex.", "Ir-risposta li tawni kienet fis-sens li din m'għamluhiex għaliex il-partit Nazzjonalista m'għamel xejn tajjeb!", "Issa aħna bħala membri parlamentari li nirrappreżentaw lill-poplu, kemm min-naħa tal-gvern u kemm min-naħa ta' l-oppożizzjoni, għandna l-obbligu morali li ngħidu l-verita'.", "Jien nemmen li ħadd m'hu subgħajh dritt jew li jagħmel kollox bl-eżatt jew li huwa xi qaddis.", "Min jgħid li huwa qaddis naħseb li jkun qed jara kbir wisq, pero' lanqas jista' ikun li f'pajjiż demokratiku teżisti xi ħaġa fejn kollox huwa ħażin u kull miżura li tittieħed hija ħażina.", "Jien nemmen fid-demokrazija u nemmen f'ħafna affarijiet, iżda llum fis-sena 2005 għandna sitwazzjoni fejn sabiex wieħed jagħmel il-punt tiegħu, iniżżel in-nies fit-triq u dan meta llum anke għandna l-internet!", "Issa jien naħdem ma' ħafna nies u naħdem ħafna fil-qasam tal-psikoloġija u nemmen li meta tniżżel lin-nies fit-triq tkun qed tuża arma perikoluża ħafna.", "Dan l-aġir nemmen li jkun ġustifikat biss f'każ li jkollok xi dritt fundamentali mhedded, bħalma kellna fl-antik fi żmien l-amministrazzjoni Soċjalista.", "Dakinhar kellna l-liberta' li verament kienet mhedda, iżda llum fis-sena 2005 x'inhuma r-raġunijiet li għandna nniżżlu lin-nies fit-triq?", "Għalfejn qegħdin nimlew ras in-nies u nsaħħnuhom?", "Dan qed isir biex tinqala' xi waħda?", "Meta tniżżel lin-nies fit-triq ma trid xejn biex imqar b'ħarsa tinqala' ġlieda - għadni niftakar ċertu ex-deputat min-naħa l-oħra li kien daħħal lil Michael Frendo l-qorti għall-ħarsa li qal li kien tah – u għalhekk qed ngħid li din il-ħaġa għandna narawha sew qabel ma naqbdu din it-triq.", "Nerġa' ngħid li jien ma nemminx li l-partit Nazzjonalista jagħmel kollox tajjeb - jien membru tiegħu u kburi ħafna b'dan - pero' lanqas nemmen li l- partit jagħmel kollox ħażin u lanqas nemmen li s-soluzzjoni hi dik li noqogħdu nniżżlu n-nies fit-triq,", "Il-bieraħ smajt lill-Onor.", "Carmelo Abela jgħidilna li f'pajjiż demokratiku huwa dritt li tniżżel lin-nies fit-triq.", "Dażgur li tista' tniżżel lin-nies fit-triq, imma skond kif trawwem lin-nies u mhux l-ewwel timla' l-irjus b'ħafna affarijiet negattivi u mbagħad tiġi tgħid lin-nies sabiex jinżlu fit-triq.", "Għax imbagħad x'tippretendi li jkollok jekk mhux irjus sħan?", "Jien ngħid li verament hemm bżonn li l-partit Laburista jagħmel daqxejn ta' eżami tal-kuxjenza.", "Tgħidx kemm kont iddiżgustat meta smajt tgħajjir għaliex kollega tiegħi organizza seminar ta' talb!", "Iva allura anke fuq dan sibna kwestjoni u problema?", "Din hija ħaġa pożittiva u ejjew naqblu fuqha.", "Imma ħalli niġi għas-suġġett tal-plastik, Sur President.", "Normalment qabel ma nagħmel x'intervent f'din il-Kamra nħobb nagħmel ftit tar-riċerka u fuq l-internet sibt website interessanti - www.reusablebags.com.", "Din is-site tgħidlek li l-ewwel pajjiż fid-dinja li daħħal it-taxxa fuq il-plastic bags kien l-Irlanda f'Marzu tas-sena 2002 - sejħulha plastax - ovvjament taxxa magħmula speċifikament sabiex tnaqqas l- użu tal-plastik.", "Din ħadt pjaċir naqraha għaliex veru interessanti u sibt li l-consumption ta' 1.2 billion plastic bags per year niżlet b'90% wara li ddaħħlet it-taxxa.", "Jiġifieri l-poplu Irlandiż wara li ddaħħlet it-taxxa naqqas l-użu tal-plastic bags b'1 billion f'sena.", "Jien din il-ħaġa naraha interessanti ħafna u anke norbotha ma' dak li rajt b'għajnejja stess nhar is-Sibt, Sur President.", "Nhar is-Sibt jien mort mal-mara ġo supermarket biex nagħmlu x-xirja ta' darba fil-ġimgħa - l-Amerika meta tagħmel ix-xirja jistaqsuk jekk tridx plastic bag or paper bag u tagħżel inti xi trid u ċ-chances huma li meta taraw xi film Amerikan tisimgħuha din il-frażi ta' plastic or paper – u kienet xi ħaġa interessanti għaliex nhar is-Sibt stajt nara lil kulħadd konxju ta' l-ambjent, kulħadd bil-basket tiegħu u kulħadd attent li ma jużax basktijiet aktar milli suppost.", "Dan għaliex issa kull basket sar jiswa 3c u kulħadd konxju ta' dan.", "F'dan is-supermarket kien hemm ħafna nies u ħadt gost nosserva li ħadd ma kien qed igerger u ħadt gost ukoll nara li kulħadd kien qed jagħmel xi ħaġa pożittiva sabiex jgħin l-ambjent.", "Issemmiet ħafna l-kwestjoni tal-basktijiet tal-plastik u kien hawn xi wħud li qalu li aħna ma naħlux l-ammont ta' basktijiet li jaħlu l-Irlandiżi, pero' tajjeb infakkar daqsxejn li f'pajjiżna jintużaw 52 miljun basket tal- plastik fis-sena.", "Meta smajt b'din iċ-ċifra anke jien bqajt imbellah għalkemm huwa veru li meta tkun qed tagħmel ix-xirja ma tintebaħx bl- ammont ta' basktijiet li tibda tieħu.", "Issa hawnhekk għandi quddiemi ġabra ta' konklużjonijiet wara studju li sar fuq l-impatt tal-polyvinyl chloride building material, dokument interessanti miktub minn Joseph Thornton.", "Hawn għandek elenku ta' kull sustanza u kif din taffettwa b'mod negattiv l-environment.", "Ovvjament hawnhekk tkellimna ħafna fuq id-diossina u hawn insibu li ma teżistix doża tajba ta' diossina u ma tistax tgħid li jekk ikollok 1mg huwa tajjeb u jekk ikollok 1kg huwa ħażin.", "Dr. Thornton jgħid ċar u tond li l-ebda doża ta' diossina m'hi tajba u din m'hijiex xi sustanza li l-manufacturer knowingly jagħmel ġol-basktijiet tal-plastik iżda hija a byproduct.", "Jiġifieri meta tiġi biex taħraq il-basktijiet tal-plastik bilfors li se toħroġ id-diossina trid u ma tridx.", "Issa fost il-mard serju li l-akkumulu tad-diossina fil-ġisem joħloq insibu l-mard tal-kanċer, problemi serji fis-sistema respiratorja, problemi tas- sistema endikronoloġika, problemi tas-sistema riproduttiva b'mod speċjali fl-irġiel, problemi fin-nervituri u problemi fis-sistema immunitarja.", "Dan qed ngħidu għaliex importanti li l-membri tal-Kamra jsiru konxji ta' kemm hija perikoluża din il-ħaġa u veru għandna għax nirringrazzjaw lil ħanin Alla li bħala pajjiż qed nikbru.", "Meta konna iżgħar ħadd ma kien jistaqsi dwar il-plastik u jekk il-plastik iġibx il-mard tal-kanċer u l-fatt li llum qed nistaqsu dwarha naħseb li huwa pass pożittiv.", "Pero' jiddispjaċini ngħid li anke f'dan il-parlament stess kien hawn min min-naħa ta' l- oppożizzjoni sab problema wkoll fuq il-basktijiet tal-plastik.", "Din hija xi ħaġa li qed tikkawża l-mard, xi ħaġa xjentifikament ippruvata.", "Allura hawnhekk nerġa' nistaqsi x'inhu l-ultimate aim tagħna, Sur President.", "L-ultimate aim tagħna hu li nipproteġu u ngħinu lill-poplu Malti.", "Fejn qatt konna nitkellmu fuq plastik, fuq degradable u bio-degradable plastic u x'differenza hemm bejniethom?", "Din hija xi ħaġa li fil-fehma tiegħi turi li l-pajjiż qed jikber.", "Għalhekk ejjew flimkien ngħidu grazzi talli hawn xi ħadd f'dan il-parlament li qed jipprova jgħin ħalli l-pajjiż jikber, li qed jipprova jgħallem lill-pajjiż u qed jipprova jiftaħ għajnejn in-nies ħalli nnaqqsu mir-riskju ta' ċertu mard.", "Hekk għandna nagħmlu u mhux noqogħdu nxewxu lin-nies u nagħmlu asserzjonijiet infondati.", "Dan mhux sew u rrid ngħid ukoll li ħassejt għall-Onor.", "George Pullicino meta mar għal- laqgħa li kien hemm f'Wied il-Għajn dwar l-impjant tar-riċiklaġġ.", "Lill-poplu ta' Wied il-Għajn nifhmu u nifhem ukoll li jista' jkun li qed ibati u li qed iħoss ċertu dwejjaq, iżda hemm għalfejn bniedem tipprova tirredikolah u twaqqgħu għaċ-ċajt billi tgħajru u tibbuwjah?", "Dan huwa l- mod kif għandna naħdmu bejnietna?", "Kemm nistgħu verament ngħidu li għandna oppożizzjoni kostruttiva fil-parlament u fil-kumplament tal-pajjiż?", "U fuq din in-nota nagħlaq id-diskors tiegħi, Sur President.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Franco Galea.", "ONOR.", "FRANCO GALEA: Sur President, in-nanna tiegħi kienet taħdem bħala nurse f'Southern Africa għal madwar 20 sena meta l-Ingilterra kellha l- kolonji u nista' ngħidlek li din il-mara għexet biżżejjed sabiex tirrakkontali l-inġustizzji li kienu jwettqu l-bojod fil-konfront tas- suwed.", "Kienet tirrakkontali kif fl-isptar fejn kienet taħdem kien hemm forma ta' instructions li jekk per eżempju jidħol bniedem indiġenu b'xi ferita gravi u jidħol xi ħaddieħor abjad b'xi gidma ta' nemusa, suppost li l-ewwel ma jiġi ttrattat ikun l-abjad u mbagħad wara jiġi ttrattat l-iswed.", "Madankollu n-nanna tiegħi kellha rispett kbir lejn in-natives tal-post u kienet tirrispetta wkoll id-dinjita' tagħhom.", "Dak li kien jagħmel il-white man f'dawn il-pajjiżi jissejjaħ razziżmu, xejn inqas .", "Sur President, inti taf li nhar it-Tnejn kelli l-aħħar tmien minuti ta' l- aġġornament u dakinhar tkellimt dwar il-pożizzjoni u l-problemi li hawn minħabba l-immigranti llegali.", "Għamiltha ċara li the alarm bell had rung u irringrazzjajt lill-armata, lill-pulizija u lill-familji tagħhom għas- sagrifiċċji li jagħmlu u tal-mumenti ta' dwejjaq li jkollhom jgħaddu minnhom.", "Minn hawnhekk lil dawk kollha ta' rieda tajba nixtieq nerġa' ngħidilhom grazzi u rrid ngħidilhom ukoll li m'humiex waħedhom.", "Jien dak li ngħid ngħidu minn qalbi għax inħobb nagħmel il-punt tiegħi ċar għal kulħadd.", "Ċertament jien nikkundanna dak li ġara, speċjalment jekk setgħet intużat xi forza żejda fil-mument li nqala' l-inċident, aktar u aktar meta nafu li dak l-inċident seta' kien wieħed gravi u seta' anke wassal għal xi traġedja.", "Pero' x'ġara eżatt dakinhar?", "X'ġiegħel sabiex in-niċċa tieħu kif ħadet?", "Jien nikkundanna dak li ġara anke għar-raġuni li kien hemm uffiċjali ta' l-armata u immigranti llegali li weġġgħu.", "Iżda jiddispjaċini l-aktar għall-fatt li Malta żżefnet fin-nofs bħala pajjiż li jħaddan ir-razziżmu u dan bħala Malti ma naċċettahx.", "Jien l-ewwel wieħed li nikkundanna dawk li wżaw forza sproporzonata għalkemm nikkundanna wkoll lil min għajjarna razzisti.", "Onestament nixtieq inkun naf għalfejn intużat daqshekk forza.", "Minn xiex kienu qed jibżgħu l-membri ta' l-armata?", "Veru li f'searches li saru fil-barracks instab għadam tat-tiġieġ bil-ponta, ħġieġ u anke lasti ta' xkupi bil-ponta?", "Ma' min konna qed niddiljaw hemmhekk?", "Min huma dawn in-nies li qattgħu d- dokumenti tagħhom, speċjalment jekk għandhom id-dritt ta' refugee status?", "Kif iffinanzjaw il-vjaġġ tagħhom lejn Malta?", "Jien ngħid li hemm bżonn li ningħataw risposta għal dawn id-domandi jekk irridu ngħinuhom lil dawn in- nies, Sur President.", "Setgħet kienet stage managed din il-protesta, kif hawn l-għejdut bħalissa?", "Hemm wisq kumbinazzjonijiet u fil-fatt dan kollu nqala' 48 siegħa wara d- diskors li jien għamilt.", "Ħaġa tal-kumbinazzjoni u ta' l-iskantament kellu jkun hawn ukoll rappreżentant ta' l-UNHCR dak il-ħin u dan xahar biss qabel il-konferenza li se ssir fi Frar li ġej.", "Jekk kien hemm involuti sorsi minn barra dawn huma ħatja daqskemm huma ħatja s-suldati li użaw forza żejda - jew li setgħu użaw forza żejda għax għadna ma nafux – u daqskemm huma ħatja dawk l-immigranti li setgħu weġġgħu lil xi nies ta' l-armata, Sur President.", "Irrid navża wkoll lil dawk li minn barra jgħinu lir-refuġjati sabiex joqgħodu attenti għaliex jien lill-Afrikani nafhom sew u jekk dawn jindunaw li qed jgħaddu ż-żmien bihom jew li qed jiġu wżati għal skopijiet oħra, id- darba li jmiss se jduru fuqhom.", "Naf x'qiegħed ngħid u jekk hemm xi element ta' verita' f'dawn l-allegazzjonijiet li qed nisimgħu bihom, jiġifieri li kien hemm saħansitra cameras lesti minn qabel fuq proprjeta' privata, allura kif jgħidu t-Taljani sono cavoli loro u jridu joqgħodu attenti għax hemm għandek il-vera violation of human rights u mhux dak li rajna fuq it- television.", "Aħna forsi ma nafux min huma eżattament dawn in-nies li jiġu f'pajjiżna iżda dawn in-nies żgur li ġejjin minn ex-kolonji, bħalma kienet Malta erbgħin sena ilu.", "Nafu wkoll li dawn in-nies jista' ikollhom l-istess drittijiet li kellna aħna meta konna dorna fuq l-Ingilterra u lill-Ingliżi tlabnihom inaddfu l- Port il-Kbir mill-bombi u l-imbarazz l-ieħor tal-gwerra.", "Allura wara din l- esperjenza u jekk verament irridu ngħinu lil dawn in-nies, is-soluzzjoni għandha tkun din u se ngħidha bl-Ingliż ħalli dawk li jakkużawna li aħna razzisti, juruna issa xi stoffa għandhom:", "\"Colonisers have to take on their historical responsibilities towards their former colony, both individually and as part of the European Union.", "In other words if an illegal immigrant's country has been occupied by country X, he must be sent back to that country!''.", "Sur President, hemm qegħdin il-human rights.", "Min ħoloq dak il-mess kollu issa jrid inaddfu.", "Ħadd m'għandu jgħajjar lill-Maltin b'xi razziżmu u lanqas għandhom iżebilħu l-isem ta' Malta għaliex aħna nibżgħu għal isimna.", "Ħafna pajjiżi qed iduru mal-lewża iżda pajjiż żgħir bħal tagħna kapaċi jgħallimhom lil dawn kif għandhom jagħmlu l-affarijiet!", "Minn hawnhekk qiegħed nappella lill-NGOs fejn jidħlu l-human rights, lill- ħames MEPs li għandha Malta, lill-UNHCR, lill-Amnesty International, lit- tliet partiti politiċi, lill-media, lill-Vatikan u other religious communities sabiex jgħinu lil dawn in-nies mhux biss billi jiġbrulhom il- flus iżda anke billi jipprovdulhom bandiera u dar sħuna f'dak il-pajjiż li fil-passat mar ħammġilhom pajjiżhom.", "Dawn huma d-drittijiet vera għax Malta qatt ma marret tokkupa l-ebda art ta' ħaddieħor.", "Iva għandna naraw li dawn in-nies jingħataw a sheltered home, naturalment fil-pajjiż li fil- passat mar iħammeġ pajjiżhom.", "Jien kont fl-Afrika u nħobb ħafna lill-poplu Afrikan, inħobb it-tfal tagħhom, inħobb it-tbissima tagħhom u nħobbhom għaliex nafhom, pero' billi nitħassruhom, billi nġelldu Maltin kontra Maltin, billi nilagħbuha tal-vittmi jew inkella nistaħbew wara xi ħaġa ħalli ma nintnux mhux se nsibu soluzzjoni ta' kif nistgħu ngħinuhom lil dawn in-nies.", "Is-soluzzjoni għal dawn in-nies nistgħu nagħtuhielhom jekk nissapportjaw din il-proposta li qed nagħmel jien minn hawnhekk illum.", "God forbid li jerġa' jkollna xi ħaġa bħalma kellna l-ġimgħa l-oħra fejn ċerti organizzazzjonijiet sabiex jidhru gustużi, ftehmu mar-refuġjati ħalli jinqalgħu xi inċidenti bħal dawn fejn seta' kellna każijiet fatali.", "Ejja ma niċċajtawx ma' dawn l-affarijiet.", "L-Afrikani lili jsejħuli \"muzungu\", jiġifieri the white man u dan il-white man jgħinhom mill-qalb.", "Jien mhux se nħalli min jgħajjarni razzist għax nitkellem fil-parlament u lanqas se jkun hawn xi ħadd li jgħidli lagħqi.", "Li għandu jsir għandu jsir u lill-gvern Nazzjonalista, gvern ta' l-azzar, ngħidlu li inti bħala gvern trid tagħti garanzija lill-poplu Malti u lin- nazzjon u inti obbligat tippreżenta l-każ tal-poplu Malti ma' l-ex- colonial powers, mal-European Union u ma' l-għaqdiet tal-human rights sabiex din il-problema tiġi indirizzata f'linja ta' direzzjoni kif semmejt jien għax jiddispjaċini ngħid li s'issa għadna ma ħadniex passi b'mod effettiv.", "Ilkoll kemm aħna rajna x'ġara fil-każ tat-Taljani u kemm l- Italja telqet tiġri għand Ghaddafi ħalli jsolvu l-problema.", "M'għandix l- iċken dubju li kulħadd irid jerfa' l-konsegwenzi ta' l-azzjonijiet passati tiegħu, Sur President.", "Illum nixtieq nikkonkludi billi nuri solidarjeta' ma' min weġġa'.", "Weġġgħu n-nies u hawn familji li huma ddispjaċuti, speċjalment familji ta' suldati Maltin.", "Forsi kien hemm min abbuża iżda hemm oħrajn li għadhom imweġġgħin.", "Ma ninsewx ukoll li hemm dawk l-immigranti li qed jgħixu ġo gaġeġ u għalija l-kampijiet fejn qed jgħixu dawn l-immigranti qishom gaġeġ tax- xadini.", "Lil dawn in-nies ma nistgħux inżommuhom f'dawn il-kondizzjonijiet, pero' dak ukoll huwa tort ta' ħaddieħor li qed idur mal-lewża u mhux lest iġorr il-passat tiegħu.", "Nittama li mid-Depasquale inquiry toħroġ il- verita' u in the meantime nappella lill-gvern sabiex jieħu ħsieb jara li jitpoġġew surveillance cameras f'ċerti partijiet għaliex jista' jagħti l- kas li jiġu handed over lir-refuġjati xi affarijiet li jistgħu jkunu ta' periklu għas-suldati tagħna, Sur President,", "Nittama li nitgħallmu minn din il-ġrajja li seħħet il-ġimgħa l-oħra u nittama li l-Maltin kollha kif ukoll il-barranin jitrattaw lil kulħadd b'rispett u dinjita'.", "Madankollu rridu nirrispettaw ukoll lin-nazzjon tagħna u l-bandiera tagħna.", "M'għandniex inħallu lil ħadd jiġi jgħajjarna razzisti għaliex Malta qatt ma kienet razzista.", "Nixtieq nara lit-tliet partiti Maltin jingħaqdu flimkien fuq din il-kwestjoni ħalli Malta tibqa' dak il-pajjiż kif nafuh aħna l-Maltin.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada l-Erbgħa, 19 ta' Jannar, 2005 fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Aġent Prim Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "DIPARTIMENT TAL-VAT", "9555.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' persuni reġistrati mad-dipartiment tal-VAT li huma residenti f'Għawdex, bħala persentaġġ tat-total nazzjonali?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: In-numru ta' persuni reġistrati mad-dipartiment tal-VAT residenti f'Għawdex huwa ta' 3,491, li jirrappreżenta 7.46% tat- total nazzjonali.", "TEKNOLOĠIJA TA' L-INFORMAZZJONI - SAFAR", "9759.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 9004 u 9519 u cioe' jgħid kemm kienet in-nefqa globali tas-safar matul l-ewwel disa' xhur tas-sena 2004 tal-ministeru, dipartimenti, entitajiet, awtoritajiet, korporazzjonijiet, eċċ. li jaqgħu taħt il-ministeru tiegħu?", "Jista' jinformana kemm hu kkalkolat li se titla' din l-ispiża sa l-aħħar tas-sena?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "ĊANGA TAL-FRIŻA/VITELLA - SUSSIDJU", "9764.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 8531 u r-risposta tagħha, jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hu l-persentaġġ li se jissussidja l- Gvern Malti fuq dawn it-tariffi u kemm hi d-differenza li jrid iħallas l- imprenditur/konsumatur?", "Jista' jgħid ukoll fuq liema perjodu ta' żmien iridu jitħallsu dawn is-sussidji?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Peress li t-tariffi fuq prodotti, inkluż iċ-ċanga, importati minn barra l-Unjoni Ewropea jinbidlu skond żviluppi fis-suq internazzjonali, il-kalkolu li qed jitlob l-Onor.", "Interpellant ma jwassal għal ebda konklużjoni definittiva.", "Is-sussidji li għalihom qed jirriferi l- Onor. Interpellant jitħallsu sas-sena 2010.", "AFFARIJIET RURALI U AMBJENT - KONSULENTI", "9768.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 9570, jista' il-Ministru jgħid jekk iċ-ċifra ta' Lm43,940 tkoprix l-ispiża ta' Lm11,753 dikjarata f'mistoqsija parlamentari 9569?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Iċ-ċifra ta' Lm43,940 tkopri l-ispiża ta' Lm11,753 li ngħatat lill-konsulenta kif ingħad fit-tweġiba għal mistoqsija parlamentari 9569.", "BIĊĊERIJA - KONSULENTI", "9769.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 9569, jirriżulta li konsulent partikolari tħallas Lm25,000 din is-sena?", "Jirriżulta li dan il- konsulent qed jitlob għal ħlas ta' Lm13,000 oħra separatament minn dawn il- Lm25,000 li diġa' tħallas għall-konsulenza tiegħu?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: It-tweġiba li ngħatat għal mistoqsija parlamentari 9569 tirriferi għall-konsulenta u mhux konsulent fit-taqsima ta' l-ikel u affarijiet veterinarji.", "AFFARIJIET RURALI U AMBJENT - OVERTIME", "9782.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jaġġornana dwar il-verifika ta' l-overtime skond mistoqsija parlamentari 9587?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Il-verifiki li kellhom isiru tlestew.", "TEKNOLOĠIJA TA' L-INFORMAZZJONI - TILWIM INDUSTRIJALI", "9783.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' tilwimiet industrijali li ġew reġistrati mal-ministeru tiegħu matul din is-sena?", "Jista' jinformana bl-istess informazzjoni għas- sena l-oħra?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ma kien hemm l-ebda tilwim industrijali reġistrat mal- ministeru tiegħi matul din is-sena u ta' qabilha.", "Dan ma jinkludiex korporazzjonijiet jew kumpanniji li għalihom hu responabbli l-ministeru tiegħi.", "SKEJJEL SEKONDARJI - CO-EDUCATIONAL", "9900.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: Jista' il-Ministru jwiġeb mistoqsija parlamentari 9637 u cioe' jgħid kemm hemm skejjel co-educational fil-livell sekondarju?", "Liema huma?", "Kemm hemm studenti subien u bniet f'kull skola?", "X'inhi l- politika tal-gvern dwar skejjel li jgħallmu subien u bniet fl-istess klassi?", "Il-gvern qatt kellu ħsieb jagħmel l-iskejjel tiegħu b'din is- sistema?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 9762.", "KUNSILL TA' L-ISPORT - UFFIĊJALI", "9901.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: Jista' il-Ministru jagħti dettalji dwar is-salarji u allowances oħra ta' l-uffiċjali għolja tal-kunsill ta' l-isport li nħatru dan l-aħħar, bħal head of marketing and communications, kap tat-tmexxija tal-kumpless sportiv tal-Kottonera, manager tal-pixxina nazzjonali, eċċ.?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-finance manager għandu gross annual salary ta' Lm7,500, facility manager għandu gross annual salary ta' Lm7,000 u telecommunication allowance ta' Lm150 u l-head marketing & communication għandu gross annual salary ta' Lm6,466 b'telecommunication allowance ta' Lm200.", "Hemm facility manager li jaqdi wkoll id-dmirijiet ta' direttur riżorsi umani u li jingħata allowance ta' Lm1,500.", "SITI STORIĊI – ŻJARAT", "9902.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid fl-2004 kemm daħlu nies bi ħlas f'mużewijiet li huma taħt il-kontroll ta' Heritage Malta?", "Jista' jagħti n-numri għal kull mużew individwalment u jgħid x'kien il-ħlas li sar f'kull każ?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il- mejda tal-Kamra aktar kmieni fis-seduta.", "FORTI SANT'ANĠLU - RESTAWR", "9903.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid jekk hux se jsir xogħol ieħor ta' restawr fis-sena 2005 fuq dik il-parti tal-Forti Sant'Anglu li mhux qiegħda f'idejn l-Ordni Sovran ta' San Ġwann?", "Kemm intnefqu flus fuq xogħlijiet li saru f'dan il- forti fis-snin 2002, 2003 u 2004?", "Jista' jgħid ukoll x'xogħol sar f'dawn is- snin?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nitlob lill-Onor Interpellant jindirizza l- mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "ENEMALTA - KONTIJIET PENDENTI", "9904.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Wara li kienet għalqet it- twissija tal-korporazzjoni Enemalta fit-30 ta' Novembru 2004 dwar ħlasijiet pendenti ta' kontijiet, jista' il-Ministru jgħid kemm-il dar, każin u għaqda ma baqgħux jingħataw is-servizz tad-dawl?", "F'liema lokalitajiet kienu?", "Kemm kien hemm persuni li għamlu arranġamenti mal-korporazzjoni Enemalta biex il-kont jitħallas bin-nifs?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "SKEJJEL TA' L-INGLIŻ - STUDENTI BARRANIN", "9905.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid kemm żaru Malta u Għawdex studenti barranin biex jitgħallmu l-Ingliż matul is-sena 2004?", "Kien hemm skejjel li ma bagħtux il-figuri mitluba fiż-żmien stabilit u/jew għadhom m'għamlux dan?", "Liema huma?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar peress li l-iskejjel li jgħallmu l-Ingliż f'Malta u Għawdex għandhom sad-19 ta' Jannar 2005 biex jibagħtu l-figuri ta' kemm kellhom studenti barranin matul is-sena 2004 biex jitgħallmu l-Ingliż.", "MALTA ENTERPRISE – ĦADDIEMA", "9931.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda mal-Malta enterprise minn Settembru 2004 sal- lum?", "Jekk fl-affermattiv, f'liema grad?", "Kif saret is-sejħa għall-impjieg?", "Kemm applikaw?", "Jista' jgħid jekk hemmx ħsieb li jkunu mpjegati ħaddiema ġodda ma' l-istess entita' fix-xhur li ġejjin?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "TAXIS – PERMESSI", "9958.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn persuni li għandhom permess biex joperaw taxi f'pajjiżna?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "PERMESSI GĦAL GARAXXIJIET TAT-TAXIS", "9959.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn persuni li għandhom permess ta' garaxxijiet biex iżommu t-taxis ġo fihom?", "F'kull każ, x'inhu n-numru ta' taxis li jżommu f'kull garaxx?", "Kemm hawn persuni li jżommu taxi waħda f'garaxx?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Filwaqt li sidien ta' vetturi self-drive u/jew garage hire irid ikollhom garaxx minn fejn joperaw, jiġifieri garaxx għas- servizz pubbliku, sidien ta' taxis m'għandhomx bżonn li jkollhom garaxx.", "SPEED CAMERAS", "9960.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Minsitru jgħid kemm hawn speed cameras imwaħħlin mal-pajjiż kollu?", "Min huma l-kumpanniji li pprovdew dawn l-ispeed cameras?", "B'liema ħlas?", "Kemm kien hemm kumpanniji li oriġinarjament tefgħu offerta biex jipprovdu dawn l-ispeed cameras?", "Liema kumpannija ntagħżlet u b'liema mod?", "ONOR.", "TONIO BORG: S'issa twaħħlu żewġ speed cameras mal-pajjiż kollu.", "Dawn kienu pprovduti mill-kumpannija Guard and warden service house ltd permezz ta' tender maħruġa mill-kumitati kongunti LES ta' Ħal Qormi, Birkirkara, Mosta u Tas-Sliema.", "Din it-tender kienet tinkorpora l- provvista ta' servizzi ta' gwardjani lokali, CCTVs, towing and clamping u speed cameras.", "Għal din it-tender kienu tefgħu l-offerta tagħhom il-Guard and warden service house ltd u l-Aurelia asset protection ltd.", "Minn dawn it-tnejn il- kumitati konġunti għażlu, b'mod unanimu, il-Guard and warden service house ltd peress li l-offerta tagħhom kienet l-aktar waħda vantaġġjuża, kemm mill- aspett finanzjarju kif ukoll minħabba l-esperjenza u l-ammont ta' riżorsi tal-kumpannija magħżula.", "Fil-każ ta' l-ispeed cameras ta' San Ġiljan, fis-6 ta' Lulju 2004 taħt tender li kienet ħarġet fi Frar 2000, sar ftehim bejn il-kumitat konġunt ta' Tas-Sliema u l-Guard and warden service house ltd għal servizzi addizzjonali ta' infurzar sa l-aħħar ta' Jannar 2005.", "Peress li t-tender ġiet maħruġa mill-kumitati kongunti msemmija, u peress li dawn jirrappreżentaw numru ta' kunsilli lokali li huma awtonomi, nitlob lill-Onor.", "Interpellant jindirizza l-mistoqsija tiegħu dwar il-ħlas tat- tender magħżula lill-imsemmija kumitati konġunti.", "IMPJIEGI - REĠISTRAZZJONI GĦAX-XOGĦOL", "9970.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid kemm kienu dawk li qed jirreġistraw għax-xogħol, xahar b'xahar, lokal b'lokal, minn Settembru sa Diċembru 2004?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif mitlub tpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni fis-seduta.", "Il-figuri għax-xahar ta' Diċembu 2004 għadhom ma ġewx pubblikati mill-uffiċċju nazzjonali ta' l-istatistika.", "UNIVERSITA' - STUDENTI", "9971.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid kemm iggradwaw studenti din is-sena u f'liema fakulta'?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif mitlub tpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni fis-seduta.", "EŻAMI TAL-JUNIOR LYCEUM", "9972.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid kemm għaddew studenti mill-eżami tal- junior lyceum, lokal b'lokal, is-sena l-oħra?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif mitlub tpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni fis-seduta.", "IMPJIEGI - ĦADDIEMA LI NGĦATAW IS-SENSJA", "9973.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid kemm ingħataw sensji xahar b'xahar fis-sena 2004?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif mitlub tpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni fis-seduta.", "INVESTIMENTI ĠODDA", "9974.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm fetħu investimenti ġodda fis-sena 2004?", "Kemm inħolqu mpjiegi għal kull waħda?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "QRATI - KAŻ PENDENTI", "9996.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u l-Intern: Jikkonferma l-Viċi Prim Ministru li huwa inaċċettabbli li jkollok proċess kriminali daqstant importanti, bħal dak indikat fi-każ li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament li ilu pendenti quddiem dawn il-qrati għal 15-il sena, meta fil-maġġorparti ta' dan il-perjodu l-kawża kienet diferita għas-sentenza?", "Jista' jara li jitressaq ilment opportun quddiem l-organu kompetenti?", "ONOR.", "TONIO BORG: Kull forma ta' dewmien f'kull kawża ċivili jew kriminali attribwibbli għal xi nuqqas tal-ġudikatura, l-avukatura jew l- amministrazzjoni hija ħażina.", "Il-każ imsemmi li qiegħed quddiem il-qorti tal-maġistrati ilu pendenti minn Frar 1989, jiġifieri 16-il sena.", "Fis-sistema legali tagħna hemm numru ta' rimedji li f'każ bħal dan jistgħu jiġu wżati, fosthom rikors kostituzzjonali u rapport lill-kummissjoni għall-amministrazzjoni tal-ġustizzja.", "Proprju minħabba f'każi bħal dawn, li jispiċċaw numri fl-istatistika, li f'din il-ġimgħa se tiġi ppreżentata għad-diskussjoni white paper li tindirizza numru ta' problemi u tissuġġerixxi wkoll soluzzjonijiet.", "CCF - PRIĠUNIERI", "9997.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid attwalment kemm hemm priġunieri l-ħabs ta' Kordin u kemm minnhom jinsabu taħt arrest preventiv?", "Jista' jgħid kemm minnhom huma barranin u kemm huma żgħażagħ taħt il-25 sena?", "Jista' jgħid kemm hemm priġunieri li qed jiskontaw piena ta' għomorhom il- ħabs u jagħti d-dettalji tagħhom?", "Jista' jagħti statistika perċentwali ta' kemm żdiedu priġunieri f'dawn l- aħħar għaxar snin?", "Jista' jgħid kemm ilha ma tingħata maħfra presidenzjali u jikkunsidrax fiċ- ċirkostanzi li jintroduċi l-parole f'Malta?", "ONOR.", "TONIO BORG: Fis-16 ta' Jannar 2005 il-popolazzjoni tal-ħabs kienet ta' 296, li minnhom 88 huma ta' nazzjonalita' barranija.", "183 huma sentenzjati filwaqt li 113 huma taħt arrest preventiv.", "In-numru ta' priġunieri taħt il-25 sena huwa 85.", "Preżentament hemm seba' priġunieri li ngħataw piena ta' għomorhom il-ħabs.", "Dawn kollha nstabu ħatja ta' omiċidju volontarju, jew relatati ma' omiċidji.", "F'dawn l-aħħar għaxar snin jekk wieħed japplika l-istatistika ta' average daily population isib li kien hemm żieda/tnaqqis perċentwali minn sena għal sena kif turi t-tabella li tidher hawn taħt:", "|19|199|199|199|19|199|20|20|20|2003 | |94|5 |6 |7 |98|9 |00|01|02| | |18|188|197|246|25|256|23|25|27|281 | |5 | | | |8 | |7 |5 |7 | | |% |+1.|+4.|+12|+4|-0.|-7|+7|+8|+1.4 | | |62 |78 |.4 |.8|78 |.4|.6|.6| | | | | | | | |3 | |2 | |", "L-aħħar darba li ngħatat maħfra presidenzjali kien fl-1999 fl-okkażjoni tal- Millenju.", "ADOZZJONI TA' MINURI", "9998.", "L-ONOR.", "MICHAEL ASCIAK staqsa lill-Ministru tal-Familja u tas- Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid jekk koppja li mhijiex miżżewġa imma co-habiting tistax tadotta tfal biex trabbihom?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: L-adozzjoni ta' minuri hi regolata bil- provvedimenti ta' Artikoli 113 sa 130 tat-Titolu III tal-Kodiċi Ċivili.", "Il- liġi tikkontempla li ssir adozzjoni minn koppja miżżewġa jew minn persuna waħedha, kemm jekk raġel kif ukoll jekk mara, kemm-il darba jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet stabiliti fl-istess liġi.", "Il-liġi ma tikkontemplax adozzjoni minn koppja mhux miżżewġa.", "COMMONWEALTH – BORŻA TA' STUDJU", "10000.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid jekk hux beħsiebu jippubblika l-lista ta' l-applikanti li ntgħażlu għall-borża ta' studju tal- Commonwealth?", "Jekk ir-risposta hi fl-affermattiv, meta se jiġu pubblikati?", "Jekk ir-risposta hi fin-negattiv, għaliex mhumiex se jiġu pubblikati?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ir-riżultati għall-borża ta' studju tal-Commonwealth ġew pubblikati fin-notice board fil-ministeru ta' l-edukazzjoni.", "UNIVERSITA' – MASTERS FIL-PSIKOLOĠIJA", "10001.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: Jista' il-Ministru jispjega x'wassal lill- universita' biex torganizza kors part-time għall-masters fil-psikoloġija filgħodu meta l-kors huwa part-time?", "Għaliex dan il-kors ma ġiex skedat għal filgħaxija?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ħafna mis-servizzi fejn jistgħu jagħmlu l-prattika l- istudenti tal-masters fil-psikoloġija ma jkunux miftuħin filgħaxija, għalhekk huwa essenzjali li dan il-kors ikun skedat filgħodu wkoll.", "QORMI - ASFALTAR TA' TOROQ", "10002.", "L-ONOR.", "CLYDE PULI staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 9833, jista' il-Ministru jikkunsidra li dawn it-toroq li ġejjin jiġu nklużi fil-pjan ta' tarmac mill- gvern ċentrali: Triq il-Kaċċatur, Triq l-Armal, Triq ir-Ragħaj, parti minn Triq Bellic, Triq Ġdida fi Triq il-Wied (ħdejn il-boċċi club), Triq Alphonso Meli (Triq ġdida fi Triq Belt Valletta) u Triq Guże' Maria Camilleri (ukoll Triq Ġdida fi Triq Belt Valletta)?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Triq il-Kaċċatur, Triq ir-Ragħaj, parti minnTriq Belliċ u Triq Alphonso Meli (Triq ġdida fi Triq Belt Valletta) huma nklużi fil-lista ta' toroq li jridu jinbnew mill-gvern ċentrali.", "Rigward it-toroq l-oħra, il-periti ta' l-awtorita' dwar it-trasport se jagħmlu spezzjoni biex jaraw jekk dawn għandhomx jiġu nklużi fil-programm.", "SAN PAWL IL-BAĦAR – APPARTAMENTI TAL-GVERN", "10003.", "L-ONOR.", "MICHAEL GONZI staqsa lill-Ministru tal-Familja u tas- Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tinformana meta se jkun hemm il- faċilita' ta' dawl u ilma fl-appartamenti tal-gvern fi Triq il-Frejgatina San Pawl il-Baħar?", "Tajjeb insemmi li dawn il-postijiet ingħataw lill- inkwilini fl-2003.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: L-awtorita' tad-djar mistennija tissottometti l- applikazzjoni għas-servizzi li rrifera għalihom l-Onor.", "Interpellant kif jinħareġ il-compliance certificate dwar il-bini mill-MEPA."]} {"filename": "20060508_381d_par.doc", "date": "2006-05-08", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Uffiċjali u Rivedut) L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 381 It-Tnejn, 8 ta' Mejju 2006 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 381", "It-Tnejn, 8 ta' Mejju 2006", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.02 p.m.", "Talba", "Seduta Nru. 381", "It-Tnejn, 8 ta' Mejju 2006", "WERREJ", "MINUTI 1", "PETIZZJONI 1", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 1", "TQEGĦID TA' KARTI 8", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI BIEX JEMENDA L-LIĠIJIET DWAR IL-PROTEZZJONI", "TAL-KOMSUMATUR (IT-TIENI QARI)", "CONSUMER PROTECTION LAWS (AMENDMENT) BILL (SECOND READING) 9", "AĠĠORNAMENT 28", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI 32", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB 46", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 380 li saret fit-3 ta' Mejju, 2006 ġew konfermati.", "PETIZZJONI", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Justyne Caruana.", "ONOR.", "JUSTYNE CARUANA: Sur President, l-iskola primarja Rosa Magro tax- Xewkija tul dawn l-aħħar snin ma ngħatatx l-attenzjoni li jixirqilha u mhux b'kumbinazzjoni li tinsab fi stat delapidat.", "Verament kien ta' sodisfazzjon għalija li nsir naf li fl-iskola se jsiru xi xogħlijiet, għalkemm ikolli nirreġistra d-diżappunt tiegħi għal dak li hemm miktub fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari 18,069, fejn qed jingħad li ma jirriżultax li hemm xi periklu.", "Fil-fatt jeżisti periklu, l-aktar fil-kolonni ta' l-istess skola.", "Għalhekk, Sur President, f'isem il-ġenituri tat-tfal li jattendu din l- iskola qed nippreżentalek din il-petizzjoni biex niġbed l-attenzjoni ta' l- awtoritajiet ħalli jieħdu l-passi meħtieġa u jirranġaw il-ħsarat li fiha.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Ngħaddu għall-Mistoqsijiet.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "SKEJJEL F'ĦAŻ-ŻEBBUĠ", "13743.", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI (f'isem l-Onor.", "Clyde Puli) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid x'xogħlijiet saru fl-iskejjel ta' Ħaż-Żebbuġ mill-1994 'il hawn u x'kienet l-ispiża?", "X'xogħol hu pproġettat li jsir fil-futur qarib u x'inhi l- istima?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (Segretarju Parlamentari) (f'isem il-Ministru ta' l- Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi): It-tagħrif mitlub se jitpoġġa fuq il- mejda tal-Kamra.", "KUNSILL MALTI GĦALL-ISPORT", "13999.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid kemm għaqdiet sportivi, assoċjazzjonijiet u federazzjonijiet ġew megħjuna mill-kunsill Malti għall-isport?", "X'inhi l-għajnuna li ngħatat?", "Xi kriterji ntużaw?", "Min huma dawk li talbu l-għajnuna?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi): It-tagħrif mitlub se jitpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "SERVIZZI FINANZJARJI", "14084.", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI (f'isem l-Onor.", "Jason Azzopardi) staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid x'inhu l-kontribut tas-servizzi finanzjarji bħala persentaġġ tal-GDP?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): It- tagħrif mitlub hu kif jidher mit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal- Kamra.", "SELF-EMPLOYED", "18193.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joseph Sammut) staqsa lill- Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hemm self-employed li bbenefikaw minn xi għajnuna naxxenti mill-budget jew mill-Unjoni Ewropea?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Nitlob lill-Onor.", "Interpellant ikun aktar ċar u jgħid għal liema snin qed jitlob din l-informazzjoni u anke jikkjarifika jekk l-għajnuniet li qed jistaqsi dwarhom humiex diretti jew indiretti.", "CAPITAL GAINS TAX", "18204.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joseph Sammut) staqsa lill- Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jispjega għala uffiċjali mid-dipartiment tat-taxxi interni taw istruzzjonijiet lill- uffiċċju tas-subbasti biex iżomm 7% mir-rikavat ta' kull bejgħ bħala capital gains u dan minkejja stqarrija tal-prim ministru li l-eżenzjoni mill-capital gains ta' bejgħ b'subbasti se tibqa' mhux mittiefsa, dejjem skond dak li hemm miktub fl-aħħar paragrafu ta' paġna 32 tal-budget speech ta' din is-sena?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li artiklu 5A introdott b'Att II ta' l- 2006, fih numru ta' esklużjonijiet u eżenzjonijiet.", "L-esklużjonijiet jirriferu għal dawk it-trasferimenti li m'humiex taxxabbli taħt artiklu 5A bit-12%, imma huma taxxabbli xorta waħda taħt xi artiklu ieħor fil-liġi.", "L- eżenzjonijiet jirriferu għal trasferimenti li fihom infushom huma taxxabbli imma li qed jiġu meqjusin li m'humiex taxxabbli taħt l-ebda artiklu tal- liġi.", "Il-paragrafu tad-diskors imsemmi juża l-kelma \"eżenzjonijiet\" kemm għal dawk it-trasferimenti li ġew esklużi minn dan l-artiklu l-ġdid kif ukoll għal dawk li ġew eżentati mit-taxxa.", "F'dan is-sens baqgħet l-eżenzjoni fejn ikun każ ta' trasferiment ta' proprjeta' residenzjali jew assenjament ta' proprjeta' b'konsegwenza ta' separazzjoni.", "Dawn, flimkien ma eżenzjonijiet oħrajn, japplikaw kemm taħt artiklu 5 (qligħ kapitali) kif ukoll taħt l- artiklu l-ġdid 5A (bit-12%).", "Dwar trasferimenti bis-subbasta tajjeb wieħed jgħid li l-liġi tat-taxxa fuq id-dħul qatt ma pprovdiet ezenzjoni mit-taxxa.", "Sal-lum dawn kienu taxxabbli taħt artiklu 5 u l-paragrafu tad-diskors imsemmi jgħid biss li l-bdil fis- sistema tat-taxxa għal rata ta' 12% finali mhux se jolqot trasferimenti bis- subbasta għax dawn se jibqgħu taxxabbli taħt is-sistema ta' qabel.", "L-Att II ta' l-2006 mhux qiegħed jeżenta imma jeskludi dawn it-trasferimenti mill- artiklu 5A, fis-sens li dawn it-trasferimenti jibqgħu ntaxxati bis-sistema' ta' qabel.", "Għaldaqstant tajjeb qed isir bħalissa li qed tinzamm it-taxxa provvizorja ta' 7% fuq il-valur tat-trasferiment.", "N.I. CONTRIBUTIONS", "18269.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jagħti update tal-ħlasijiet dovuti tan- national insurance minn kumpanniji privati, kumpanniji li għandhom investiment mill-gvern, lukandi, persuni self-employed, eċċ.?", "Jista' jagħtina l-informazzjoni b'mod separat?", "Kemm minn dawn il-pagamenti dovuti lid-dipartiment huma abbażi ta' ħlas kontra xi xorta ta' agreement?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): It- tagħrif mitlub huwa kif indikat fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal- Kamra.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: X'inhi r-raġuni li bejn l-1998 u l-2005, in-national insurance contributions dovuti mil-lukandiera telgħu għal Lm203,000 minn Lm72,000?", "Kif jispjega s-Segretarju Parlamentari li hemm din is-somma konsiderevoli x'tinġabar?", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Jekk nista' nibda mit-tieni mistoqsija, bażikament li jiġri hu li jkollok ammont ta' nies li jkunu waqgħu lura fil-ħlas tan- national insurance ta' l-impjegati tagħhom u allura jagħmlu arranġament mad- dipartiment biex dawk il-flus iħallsuhom fuq ċertu perijodu ta' żmien, li fil-każ tan-national insurance huwa ta' 12-il xahar.", "Dan jiġri wkoll fejn jidħol id-dipartiment tat-taxxi interni fejn il-ħlas normalment isir fuq 24 jew 30 xahar.", "Issa jekk wieħed iħares lejn kull sena f'dan il-perijodu ta' żmien isib li l-ammont żdied sostanzjalment fl-1999 - forsi minħabba li kienet saret xi riorganizzazzjoni - meta kien tela' għal Lm184,000 u konna qegħdin kważi fl- istess binarji tal-lum.", "Fil-fatt fl-2000 l-ammont kien ta' Lm150,000, fl- 2001 kien ta' Lm250,000, fl-2002 kien ta' Lm150,000, fl-2003 kien ta' Lm149,000, fl-2004 kien ta' Lm142,000 u nistgħu ngħidu li l-average kien ta' madwar Lm150,000.", "(Interruzzjonijiet)", "Is-somma li titħallas f'sena partikolari mhux neċessarjament tkun tirrifletti s-somma dovuta għal dik l-istess sena għax jista' ikun li l- ħlas ikun dovut għas-snin ta' qabel ukoll, Sur President.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Imma allura fejn hi l-accountability li tant nisimgħu dwarha ladarba hemm kumpanniji li qed jaqgħu lura fil-ħlas tan-national insurance contributions, flus dawn li fuq kollox ikunu diġa' inqatgħu mis- salarji tal-ħaddiema?", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: L-Onor.", "Membru ġej mill-istess lokalita' tiegħi u naħseb li jiftakarha l-problema li kellhom jiffaċċaw diversi nies li kienu mpjegati ma' l-ex-lukanda Verdala.", "L-azjendi li jaqtgħu sehem mill-paga ta' l-impjegati biex iħallsu n-national insurance jew l-income tax, suppost li jaġġornaw rwieħhom billi jħallsu ammont ekwivalenti sa l-10 tax-xahar ta' wara.", "Imma sfortunatament ikun hemm kumpanniji jew azjendi li jibqgħu lura milli jagħmlu dan, forsi minħabba traskuraġni jew minħabba nuqqas ta' cashflow.", "Fl-aħħar tas-sena l-gvern ġeneralment jinforma lil dawn il- kumpanniji dwar il-ħlas dovut lilu u meta dan ma jitħallasx fi żmien stabilit, jista' iwaħħalhom xi penali.", "Barra minn hekk, il-ħaddiema mhux dejjem ikunu informati li ma tkunx qed titħallsilhom il-bolla u allura nifhem it-tħassib ta' l-Onor.", "Interpellant dwar sitwazzjoni bħal din.", "Naħseb li wasal iż-żmien li meta kumpanniji jew azjendi jaqgħu lura fil-ħlas tan-national insurance, id-dipartiment mhux biss għandu jikteb lill-istess kumpannija biex jgħarrafha imma għandu jikteb ukoll lill-impjegati biex jinformahom li l-bolla tan-national insurance m'hijiex qed titħallas u li din tista' taffettwalhom il-pensjoni.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Imma jista' isir stħarriġ biex naraw x'miżuri jistgħu jiġu applikati bil-għan li nissalvagwardaw id-drittijiet fundamentali tal- ħaddiema?", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Jekk wieħed jara kemm żdied minn sena għall-oħra l- ammont li għandu jingħata bħala kontribuzzjoni u anke jagħmel allowance għall-inflazzjoni u ż-żieda fil-pagi, isib li hemm madwar 90% tan-nies li jħallsu b'mod regolari.", "Imbagħad jibqagħlek dawk l-10% bi problema biex iħallsu t-taxxa, biex iħallsu l-income tax u biex iħallsu n-national insurance.", "Minn żmien għall-żmien jinqalgħu wkoll problemi minħabba instances ta' one-off li wieħed ma jkollux kontroll fuqhom.", "Naħseb li l-fatt li wara l-1998 l-affarijiet aġġornajnihom b'tali mod li llum għandna compliance rate ħafna aħjar milli qatt kellna qabel, huwa riżultat ta' accountability u huwa wkoll riżultat ta' l-attenzjoni li ngħatat mid-dipartiment.", "Naturalment dejjem se jibqagħlek dak il- persentaġġ żgħir ta' kontribwenti li ma jkunux up to date fil-ħlasijiet.", "TRIQ PIJU XII FL-IMĠARR", "18348.", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI (f'isem l-Onor.", "Joseph Cassar) staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jgħid għala waqaf ix-xogħol li kien qed isir fi Triq Papa Piju XII fl-Imġarr?", "Meta se jitkompla?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT (Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq): Ix- xogħol fit-triq imsemmija kellu jieqaf minħabba li saret talba mir- residenti u mill-kunsill lokali għall-bini ta' retaining wall li ma kienx inkluż fit-tender.", "Qegħdin isiru l-istimi neċessarji biex tittieħed deċiżjoni u x-xogħol ikun jista' jitkompla kemm jista' ikun malajr.", "TEATRI ASTRA U AURORA", "18657.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 18327 u r-risposta relattiva, ma jaħsibx il-Prim Ministru li tali attivitajiet - qed nirriferi għall-opri liriċi li jittellgħu fl-Astra u l-Aurora u li jagħtu kontribut konsiderevoli għax-xena kulturali lokali - għandhom jikkwalifikaw għall- eżenzjoni mill-VAT, aktar u aktar meta tqis li ħafna drabi dawn isiru b'telf?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): L- attivitajiet tat-teatri ma jikkwalifikawx għall-eżenzjoni mill-VAT peress li skond artiklu 5 tal-liġi tal-VAT, teatru huwa meqjus bħala persuna li twettaq attivita' ekonomika, ikun x'ikun ir-riżultat jew l-għan ta' dik l- attivita'.", "Ladarba t-teatri jiġbru l-VAT, jistgħu dejjem inaqqsu dak l-input li l-liġi tal-VAT tippermettilhom li jagħmlu kontra d-dħul ta' l-attivita' ekonomika tagħhom.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Caruana, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JUSTYNE CARUANA: Hemm il-ħsieb li 'l quddiem it-teatri jiġu eżentati mill-ħlas tal-VAT, peress li dawn jikkontribwixxu ħafna għax-xena kulturali ta' pajjiżna?", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Apparti l-fatt li nofs l-attivitajiet kummerċjali f'Malta huma b'xi mod assoċjati mal-kultura, fil-preżent m'aħniex f'pożizzjoni li neżentawhom mill-VAT.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Caruana.", "ONOR.", "JUSTYNE CARUANA: Imma dan il-fattur ma jistax jiġi kkonsidrat ladarba qegħdin nitkellmu fuq opri liriċi li jittellgħu biss xi darbtejn f'sena?", "MR SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Sur President, il-gvern qiegħed jistudja l-punt li qed taċċenna għalih l-Onor.", "Caruana.", "Ma jidhrilniex li s-soluzzjoni dwar kif nistgħu ngħinu l-qasam kulturali trid bilfors tkun eżenzjoni mill-ħlas tal-VAT, peress li miżura bħal din tista' tiftaħlek baħar sħiħ ta' attivitajiet oħra li mhux neċessarjament inkunu qegħdin nagħtuhom priorita'.", "Naturalment huwa fatt rikonoxxut li ż-żewġ teatri li għandna f'Għawdex qegħdin jagħtu kontribut kbir.", "Dan qed isir permezz ta' sens qawwi ta' kontribut mill-volontarjat li jsir miż-żewġ każini tal-baned u l-gvern qiegħed jikkonsidra metodi ta' kif jista' ikompli jgħin lil dawn l- għaqdiet.", "Qed ngħid \"ikompli jgħin\" għax irrid nenfasizza li l-gvern diġa' qiegħed jagħti l-għajnuna tiegħu, pero' qed jistudja mod kif jista' jgħin aktar.", "Naturalment meta jasal il-mument inkunu nistgħu nħabbru d-deċiżjonijiet tagħna dwar dan, Sur President.", "TRASFERIMENT TA' PROPRJETA'", "18660.", "L-ONOR.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Karl Chircop) staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Ma jaħsibx il-Prim Ministru li hija inġustizzja li t-taxxa tal-wirt ġiet imnaqqsa għal 12% meta dawk li biegħu ftit ġranet qabel ma tħabbret il-miżura l-ġdida, qed ikollhom iħallsu bil-35%?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Għall- eżattezza rrid ngħid li fil-budget li għadda ma sar l-ebda tibdil fit-taxxa tal-wirt.", "Naħseb li l-Onor.", "Membru qiegħed jirriferi għat-taxxa fuq trasferiment ta' proprjeta' li tkun ġejja mill-wirt.", "Biex wieħed jasal għall-konklużjoni jekk ġewx żvantaġġati jew le dawk li biegħu ftit ġranet qabel ma tħabbret il-miżura, ma tridx tara biss jekk ir- rata hijiex ta' 12% jew ta' 35% imma trid tħares lejn is-sistema kollha kif inhi llum.", "It-35% kienet imposta fuq id-differenza bejn il-valur tat- trasferiment u l-valur ta' l-akkwist, li kien jinkludi wkoll it-taxxa tas- suċċessjoni.", "Illum it-12% huma mposti fuq id-differenza bejn il-valur tas- suq tat-trasferiment u l-valur ta' l-akkwist.", "M'hemmx dubju li wieħed mill-iskopijiet tal-bidla fit-tassazzjoni fejn tidħol il-proprjeta' hu li l-pubbliku jkun aġevolat u biex dan isir, anke għal raġunijiet ta' ordni pubbliku, irid ikun hemm a cut-off date.", "Biex ma jiġux żvantaġġati la dawk li biegħu qabel u lanqas dawk li biegħu wara, daħħalna numru ta' dispożizzjonijiet transitorji fil-liġi.", "Dawn jirriduċu mhux ftit xi effetti negattivi li jistgħu jirriżultaw meta sseħħ il-bidla.", "Wieħed irid japprezza li ċ-ċirkostanzi ta' persuna huma differenti minn ta' oħrajn u li lanqas ta' l-istess persuna fi trasferimenti differenti ma jibqgħu l-istess.", "Fil-fatt huma dawn iċ-ċirkostanzi li jrendu sistema favorevoli aktar mill-oħra, imma dan ma jfissirx li s-sistema tkun inġusta.", "ĦAŻNA TA' ILMA TAX-XORB", "18336.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm hi l-ħażna ta' l-ilma tax-xorb?", "Għal kemm perijodu ta' żmien isservi din il-ħażna?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru għall-Investiment, Industrija u teknoloġija ta' l-Informazzjoni): Bħalissa l-ħażna ta' l-ilma tax-xorb li għandha l- korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma hija ta' madwar 267,500 metru kubu f'Malta u 43,000 metru kubu f'Għawdex .", "Dawn iċ-ċifri jsarrfu f'ħażna ta' madwar 3.75 ġranet u 5.75 ġranet rispettivament.", "ĦAŻNA TA' PETROL", "18337.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm hi l-ħażna tal-petrol?", "Għal kemm perijodu ta' żmien din il-ħażna sservi l- ħteġijiet tal-poplu?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jirriferi għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 1710.", "ĦAŻNA TA' DIESEL", "18338.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm hi l-ħażna ta' diesel?", "Għal kemm perijodu ta' żmien isservi din il-ħażna?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-Onor.", "Membru huwa mitlub jirriferi għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 1710.", "ĦAŻNA TA' GASS", "18339.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm hi l-ħażna ta' gass?", "Għal kemm perijodu ta' żmien isservi din il-ħażna?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jirriferi għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 11395.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jista' jiġi kkonsidrat li l-informazzjoni mitluba f'dawn it-tliet mistoqsijiet tingħata fi stadju ieħor?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Sur President b'risposta għal dawn il-mistoqsijiet qegħdin ngħidu li din l-informazzjoni mhix tingħata minħabba raġunijiet kummerċjali.", "Qegħdin ngħidu wkoll li f'kull każ hemm biżżejjed għall- ħteġijiet normali tal-pajjiż.", "PROVVISTA TA' BIO-DIESEL", "18340.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid għaliex l-unika pompa ta' bio-diesel li hemm fir-Rabat m'hijiex tingħata provvista ta' dan il-prodott?", "Jistgħu jsiru l-arranġamenti meħtieġa biex dan il-bżonn għall-komunita' tar-Rabat, Ħad-Dingli u l-Imtarfa jiġi milħuq?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Il-korporazzjoni Enemalta m'hijiex responsabbli mid- distribuzzjoni tal-bio-diesel.", "MCAST MANAGERS", "18376.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Kemm huwa minnu li ngħataw istruzzjonijet sabiex fl- MCAST jinħarġu applikazzjonijiet interni ħalli żewġ persuni tal-qalba jilħqu managers?", "Kemm huwa minnu li wieħed mill-applikanti li ġie mlaħħaq m'għandux il-kwalifiki neċessarji?", "Għaliex intgħażel hu meta hemm persuni oħrajn li għandhom snin twal ta' esperjenza?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi): Bl-ebda mod ma jirriżulta li ngħataw istruzzjonijiet ħalli \"żewġ persuni tal-qalba\" jilħqu managers fl-MCAST.", "Għall-aħħar tas-sena l- oħra kienu ħarġu applikazzjonijiet interni għall-pożizzjoni ta' health and safety manager u precincts manager fl-MCAST u jien informat li ż-żewġ kandidati magħżula jissodisfaw il-kriterji mitluba fl-applikazzjoni rispettiva.", "PROPRJETA' F'SAN ĠWANN", "18417.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: X'inhi r-raġuni li meta l-familja Gatt uriet ix-xewqa li tbigħ \"Villa Acushla\", f'Myrtle Avenue, San Ġwann (HAP640/96) ma ġietx informata miċ-chairperson ta' l-awtorita' tad-djar dwar l-ammont ta' flus li kellha tħallas una volta d-dar tinbigħ biex tiġi konvertita f'appartamenti?", "X'inhi r-raġuni li l-ittra ta' l-avukat tal-housing authority intbagħtet unsigned?", "X'inhi r-raġuni li dan l-istess avukat kien qalilhom li ma kellux ikun hemm diffikulta' biex din id-dar tiġi konvertita f'appartamenti?", "Intalab il-parir ta' l-avukat ġenerali dwar dan il-każ?", "Id-dar ta' ħdejn il-villa li kienet iġġib l-isem ta' \"Charlorden\" u li se tiġi konvertita f'appartamenti, kellha l-istess kondizzjonijiet imposti fuq it-transazzjoni ma' l-awtorita' tad-djar, fosthom li m'hemm l-ebda pendenza u li l-partijiet kienu qed jirrinunzjaw għal kull azzjoni spettanti lilhom kontra xulxin?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA (Ministru tal-Familja u Solidarjeta` Soċjali): Skond il-policy stabilita ta' l-awtorita' tad-djar, meta sidien ta' plots mogħtija mill-gvern jitolbu li jwaqqgħu l-post biex jibnu aktar minn residenza waħda, dawn jintalbu jħallsu 25% tal-valur ta' l-art kif stmat mill-periti ta' l-awtorita'.", "Iż-żewġ każi li rrifera għalihom l-Onor.", "Interpellant jaqgħu taħt din il-policy u l-awtorita' talbet is-somma ekwivalenti għal 25% tal-valur ta' l-art.", "Ninsab informata wkoll li jekk l-ittra li rrifera għaliha l-Onor.", "Interpellant fit-tieni parti tal-mistoqsija ma ħarġetx iffirmata, dan ġara bi żvista.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Brincat, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Filwaqt li naċċetta l-ispjegazzjoni tal-Ministru, hemm xi ċans li din l-ittra tiġi sostitwita b'oħra formali u bil-firma ta' l- avukat ta' l-awtorita'?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Jiena personalment ma nsib l-ebda problema li nagħmel dan u din it-talba ta' l-Onor.", "Brincat se nirriferiha lil Dr. Ray Zammit, l-avukat ta' l-awtorita' tad-djar.", "PROPRJETA' F'SAN ĠWANN", "18418.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'użu se jsir mill- uffiċini tal-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma li kien hemm fuq il- ġibjun ta' San Ġwann, angolu ma' Myrtle Avenue?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern): Il-proprjeta' in kwestjoni hija tal-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma u l-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Brincat, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Imma x'ġie deċiż li jsir mill-uffiċini tal- korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma li kien hemm f'San Gwann?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Assolutament lanqas biss naf li l-korporazzjoni għas- servizzi ta' l-ilma għandhom uffiċini f'San Gwann, pero' jekk l-Onor.", "Interpellant jagħmilli mistoqsija bil-miktub inkun nista' nagħtih l- informazzjoni li qed jitlob.", "IMPJEGATI TAS-SEA MALTA", "18449.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joe Debono Grech) staqsa lill- Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm ħaddiema tas-Sea Malta ġew impjegati mal- ministeru jew xi ente li taqa' taħtu?", "Kemm huwa minnu li wħud minn dawn l- impjegati tnaqqsilhom is-salarju?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Hemm 39 ħaddiem tas-Sea Malta li ġew impjegati ma' enti li jaqgħu taħt il-ministeru tiegħi, għalkemm la nista' niċħad u lanqas nikkonferma li wħud minn dawn l-impjegati tnaqqsilhom jew żdedilhom is- salarju.", "Li nista' ngħid hu li s-salarji ta' l-impjegati li ġew redeployed huma l- istess bħal ta' ħaddiema oħra fl-istess grad u fl-istess post tax-xogħol.", "IMPJEGATI TAS-SEA MALTA", "18450.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joe Debono Grech) staqsa lill- Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx ex-impjegati tas-Sea Malta li ġew ingaġġati mal-ministeru jew enti li jaqgħu taħtu, li żdeditilhom il-paga meta kkomparata ma' dik li kellhom qabel?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jirriferi għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 18449.", "IMPJEGATI TAS-SEA MALTA", "18451.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joe Debono Grech) staqsa lill- Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid jekk inħarġux calls for applications għal xogħol fil-ministeru jew enti li jaqgħu taħtu u jekk intgħażlux xi ex-Sea Malta employees għal dawn il-pożizzjonijiet?", "X'kienu dawn il-calls for applications?", "Kemm nies applikaw u min kienu l-membri tal-bord ta' l- għażla?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Minn April ta' 2005, sejħiet għal applikazzjonijiet għal xogħol fil-ministeri jew dipartimenti isiru mill-MPO u l-Onor Interpellant għandu jirriferi l-mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "Fejn jikkonċerna s-settur pubbliku, kemm-il darba l-post jibqa' vakanti wara sejħa għal applikazzjonijiet mill-MPO, jingħata l-permess sabiex il- proċess jitkompla tramite l-ETC.", "Qabel l-2005, l-enti pubbliċi kienu joħorġu s-sejħiet għal applikazzjonijiet tramite l-ETC.", "Peress li l-Onor.", "Interpellant ma ndikax terminu speċifiku ta' żmien, ma nistax nagħti iżjed informazzjoni.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-Mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Rapport annwali tal-kummissjoni dwar is-servizz pubbliku għas-sena 2005; u", "Rapport annwali ta' l-awtorita` tax-xandir għas-sena 2005.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għall-Kompetittivita` u Komunikazzjoni): Sur President, f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar l-għadd ta' mwiet kawża ta' suwiċidju, bejn l-1998 u l- 2005, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 18677;", "f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi nqiegħed fuq il- mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar l-għalliema u s-suġġetti li jgħallmu fl-MCAST Naxxar, fid- diversi korsijiet dwar kostruzzjoni, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 18712;", "Tagħrif dwar tilwim industrijali bejn l-1980 u l-2000, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari W226;", "f'isem il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Estimi tad-dħul u nfiq tas-sovrintendenza tal-patrimonju kulturali għas-sena 2006;", "Audited financial statements tas-sovrintendenza tal-patrimonju kulturali għas-sena li għalqet fit-30 ta' Settembru 2005;", "Estimi tad-dħul u nfiq ta' Patrimonju Malta għas-sena 2006;", "Rapport annwali ta' Patrimonju Malta għas-sena 2004/2005; u", "f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Barranin inqiegħed fuq il-mejda tal- Kamra:", "Tagħrif dwar sponsorships fil-każ ta' membri ta' l-istaff fil- ministeru ta' l-affarijiet barranin, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 18453; u", "Tagħrif dwar uffiċjali li għandhom 'il fuq minn 61 sena fil-ministeru għall-affarijiet barranin, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 18455.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Austin Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali 109 ta' l-2006 – Regolamenti ta' l-2006 li jemendaw ir- regolamenti fuq il-provvista ta' l-elettriku (emenda nru.", "3); u", "Rapport annwali u l-financial statements tal-Malta Enterprise għas-sena li għalqet fil-31 ta' Diċembru, 2005.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Mozzjonijiet?", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI BIEX JEMENDA L-LIĠIJIET DWAR IL-PROTEZZJONI TAL-KOMSUMATUR", "CONSUMER PROTECTION LAWS (AMENDMENT) BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri Ikompli mit-3 ta' Mejju, 2006 Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet", "MR SPEAKER: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Leo Brincat", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, suppost li bis-sħubija fl-Unjoni Ewropea, wieħed mill-aktar oqsma fejn kellna mmorru tajjeb kien dak tal- konsumaturi, kemm minħabba l-istandards għoljin li hemm f'dan il-qasam fl- Ewropa kif ukoll minħabba diversi direttivi li jolqtu l-ħarsien tal- konsumatur b'mod pożittiv.", "Iżda sfortunatament fil-prattika, sforz il- politika żbaljata tal-gvern, il-qasam tal-konsumatur huwa wieħed mill-aktar oqsma fejn qtajna lura.", "Dan ġej mill-fatt li kif qal xi ħadd dan l-aħħar, sfortunatament għandna gvern li ma jiddeċiedi xejn jew inkella jiddeċiedi mingħajr ma jikkonsulta lill-partijiet interessati.", "L-aktar każ lampanti huwa fir-rigward ta' l-uffiċċju tal-kummerċ ġust.", "Sakemm ma kienx hemm żviluppi li ma nafx bihom jien u ma ġietx informata bihom din il-Kamra, għadna bla regolatur f'dan il-qasam tant importanti u dan minħabba li min kien responsabbli għal dan ix-xogħol ingħata promozzjoni u sar segretarju permanenti u l-gvern innifsu stqarr li għadu ma jistax isib persuna idonea għal din il-kariga.", "Dan minkejja l-ħafna konsulenti li għandu miegħu f'diversi rwoli u karigi.", "Aħseb u ara kemm se naslu biex inwettqu l-ideal ta' l-Unjoni Ewropea dwar il-consumer affairs li jkollok approach komprensiv u integrat għall-problemi kollha fil-qasam tal-konsumatur.", "Illum meta tiltaqa' ma' ċittadini komuni ssib li l-akbar preokkupazzjoni tagħhom, apparti mill-qgħad u mill-job insecurity, hija proprju l-għoli tal- ħajja li qed jifni lil diversi familji Maltin u Għawdxin.", "Għalkemm wieħed irid iżomm f'moħħu ż-żieda tal-cost tal-fuel, ħaddieħor fl-Unjoni Ewropea – li hu importatur nett tal-fuel ukoll - xorta waħda għandu rata ta' inflazzjoni ferm aktar baxxa minn tagħna, speċjalment jekk nieħdu diversi pajjiżi li ssieħbu magħna fl-Unjoni Ewropea.", "X'juri dan kollu?", "Dan juri li l-għoli tal-ħajja qed tiġi kawżata primarjament minħabba dawk li jissejħu government induced costs li dan il-gvern webbes rasu fuqhom u ma jridx jindirizzahom.", "Bla dubju ta' xejn, żewġ issues li qegħdin jinkwetaw l- aktar lill-Maltin huwa l-impatt ta' l-introduzzjoni bikrija ta' l-ewro kif ukoll il-politika żbaljata u preġudikata tal-gvern dwar il-hedging.", "Ħalli nibda bil-kwestjoni ta' l-ewro.", "Minkejja li meta n-naħa tal-gvern imorru barra minn Malta biex jippromwovu lil Malta bħala ċentru għall-investiment barrani u għas-servizzi finanzjarji, jiftaħru li għandna kunsens nazzjonali dwar is-sħubija tagħna fl-Unjoni Ewropea u minkejja li meta jmorru jindirizzaw il-konferenzi barra minn Malta, il-ministri tal-gvern qed jgħidu li anke l-oppożizzjoni li kienet kontra s-sħubija ta' l-Unjoni Ewropea, illum aċċettat ir-rieda tal-maġġoranza u qiegħda taħdem biex nieħdu l-benefiċċji massimi ta' din is-sħubija, sfortunatament f'Malta l- argument qed jiġi poġġut mod ieħor għal skopijiet partiġjani u elettorali.", "Dan jikkonfermawh mill-inqas erba' esponenti Nazzjonalisti.", "Qed nirriferi għal Dr Simon Busuttil f'xi diskors li għamel dan l-aħħar kif irrapportat fil-ġurnal \"The Times\", l-Onor.", "Jeffrey Pullicino Orlando kif tkellem fil-programm \"Opinjonisti\" tas-Sur Joe Grima nhar il-Ħamis li għadda, is-Segretarju Parlamentari Tonio Fenech f'okkażjonijiet differenti u s-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo fuq Radio 101 proprju llejla.", "Dawn ilkoll kemm huma, qisu xi ħadd qed jiġbdilhom xi spaga, stqarrew li aħna l-membri ta' l-oppożizzjoni aċċettajna s-sħubija fl-Unjoni Ewropea għall-konvenjenza u fosthom kien hemm min qal li bi gvern Laburista ġdid, nistgħu saħansitra nipprovaw noħorġu lil Malta mill-Unjoni Ewropea.", "Dan huwa ingann għax il-politika tagħna f'dan ir-rigward kienet ġiet deċiża b'vot sigriet fil-konferenza ġenerali tal-partit.", "Mhux hekk biss imma lqajna l-kostituzzjoni Ewropea minkejja li hemm diversi pajjiżi Ewropej li għadhom m'għamlux dan.", "Diversi drabi, il-kap tal-partit għamilha ċara li l- kapitlu tas-sħubija fl-Unjoni Ewropea huwa kapitlu magħluq u għalhekk ma nistax nifhem kif min-naħa ta' esponenti għolja tal-gvern, jista' jkun hemm dan it-tip ta' diskors.", "Kif dawn meta jmorru barra biex iġibu l-investiment jgħidu mod u f'Malta jgħidu mod ieħor?", "Forsi dan qed isir biex jibdew jiżirgħu minn issa d-dubji u l-inċertezza dwar il-pożizzjoni li jista' jkollu l-partit Laburista.", "Dawn biex iħawdu l-imħuħ qegħdin saħansitra jagħtu l-impressjoni li l-kwestjoni ta' l-ewro se teskala f'replika tal- kampanja referendarja ta' l-2003.", "Dan m'hu minnu xejn, Sur President.", "Il- pożizzjoni tagħna dwar l-ewro hija ċara u hija purament teknika.", "Sur President, fil-prinċipju aħna favur id-dħul ta' l-ewro u nafu li bħala membri għada jew pitgħada din trid tidħol fil-pajjiż – mhux bħad-Daniżi u l- Ingliżi li jistgħu jagħmlu opting out – pero` qed ngħidu li ma jagħmilx sens li nidħlu meta r-rata tat-tkabbir ekonomiku tagħna għadu baxx.", "Din il- preokkupazzjoni mhux aħna biss qed narawha.", "Fil-fatt fir-rapport annwali tal-Bank Ċentrali, l-istess gvernatur qal li r-rata ta' tkabbir ta' 2% - kif inhu mbassar li jkollna din is-sena – m'hijiex se tkun biżżejjed biex tgħinna negħlbu l-problemi li għandna quddiema, aħseb u ara kemm se tgħinna biex naddottaw għall-ewro jekk naddottawha malajr kif irid il-gvern.", "Kien hemm min qalli li qed nimmiraw daqsxejn fil-għoli meta qed ngħidu li rridu rata ta' tkabbir ta' 4% pero` jien ma naqbilx ma' dan.", "Meta aħna konna għamilna l-manifest elettorali għall-elezzjoni ta' l-2003 ukoll konna qed naħsbu fuq rata ta' tkabbir ta' 4% fuq medda ta' żmien u għalhekk ma nħossx li konna jew qegħdin insemmu l-impossibbli meta nimmiraw għal din ir-rata.", "Konferma ta' dan tasal minn Ċipru fejn wieħed jara li dan il-pajjiż li ssieħeb magħna fl-Unjoni Ewropea, is-sena l-oħra rnexxielu jkabbar l- ekonomija tiegħu b'4.2% filwaqt li din is-sena din l-ekonomija mistennija tikber b'4%.", "Minkejja li l-gvern Malti ddeċieda li jipprova jidħol fl-ewro f'Jannar ta' l-2008, jien personalment ngħid li jekk nibqgħu f'din l- inflazzjoni għolja li għandna bħalissa, nistgħu saħansitra ma nilħqux dan it-target.", "Dan iġibna għall-kwestjoni tad-dual pricing.", "L-ewwelnett wara dak li qrajt illum fil-ġurnal \"The Times\" ngħid li jkun tajjeb li l-gvern jistqarr ċar u tond – jien kont nippretendi stqarrija tad- DOI illum – jekk reġax biddel il-pożizzjoni tiegħu dwar dan is-suġġett.", "Skond rapporti li qrajna fl-istampa lokali proprju llum, jidher li wara kollox id-dual pricing jista' jiddaħħal f'Lulju ta' l-2007 u mhux f'Jannar ta' l-istess sena kif kien iddeċieda l-gvern minn wara dahar il-korpi kostitwiti li jagħmlu parti mill-consultative arm tan-NECC.", "Ftit jiem ilu riedu jagħtu l-impressjoni li l-Kummissarju Almunia ta xi ħasla lill- oppożizzjoni dwar dak li għedna fuq l-ewro.", "Dan m'hu minnu xejn għaliex jekk kien hemm xi ħadd li ġie mwissi kien il-gvern innifsu meta l-Kummissarju Almunia wissieh dwar il-mod kif kien beħsiebu jintroduċi d-dual pricing u appellalu għal darba, darbtejn biex jimxi b'sens ta' kawtela.", "Dan tant huwa minnu li l- kummissarju Ewropew lill-gvern Malti kien qallu biex ikun prudenti għax jekk Malta se tidħol fil-euro zone f'Jannar ta' l-2008, ir-rata tal-kambju finali u irrevokabbli bejn il-lira Maltija u l-ewro tiġi stabbilita biss fi tmiem Ġunju jew fil-bidu ta' Lulju ta' l-2007 u mhux qabel.", "Indirettament kien qed jgħidilhom li hija ħmerija li jdaħħlu d-dual pricing sitt xhur qabel iż-żmien opportun.", "Għalkemm sa ftit ilu l-gvern deher determinat li jġib id-dual pricing date 'il quddiem għal Jannar ta' l-2007, issa s- Segretarju Parlamentari Tonio Fenech donnu biddel id-diska u stqarr – skond ma qrajna fil-media – li d-deċiżjoni tal-Kabinett ma kenitx waħda kategorika tant li kienet waħda li tippermetti ċertu leeway u flessibilita` minkejja li d-data preferita tal-Kabinett kienet u tibqa' l-1 ta' Jannar ta' l-2007.", "Sur President, dan juri li l-gvern ma ġiex imċanfar biss mill-oppożizzjoni, mill-GRTU u miċ-Chamber of Commerce iżda wkoll mill-Kummissarju Almunia nnifsu minkejja li l-media Nazzjonalista dan ma qalitux.", "Punt importanti li l-pubbliku għandu jifhem huwa – u dan mhux qed ngħidu bi kritika għall- Unjoni Ewropea imma għaliex wieħed irid japprezza x'inhu r-role ta' l- Unjoni Ewropea fil-kwestjoni ta' l-ewro u x'inhu r-role tagħna bħala partit fl-oppożizzjoni – li filwaqt li l-Kummissjoni Ewropea għandha obbligu wieħed biss, li tħares lejn is-sħubija tagħna fl-ewro mill-perspettiva ta' jekk nilħqux jew le l-kriterji ta' Maastricht, aħna bħala partit Laburista għandna obbligi akbar u aktar mifruxin.", "Aħna għandna d-dmir li niżguraw li kemm jekk qed nitkellmu dwar inflazzjoni reali u kemm jekk qed nitkellmu dwar inflazzjoni perċepita, aħna nipproteġu bl-aħjar mod li nistgħu lill- familji Maltin u Għawdxin - speċjalment dawk tal-faxxa ta' isfel u tan-nofs tas-soċjeta` Maltija – u lill-pensjonanti li kif jaf kulħadd għandhom dħul saħansitra aktar limitat biex ma nsemmiex il-piżijiet li għandhom meta jiġu biex jixtru ċerti mediċini.", "F'dan il-kontest nerġa' nsemmi lil Ċipru fejn hemm partiti ta' l-oppożizzjoni li minkejja li minn dejjem kienu favur sħubija fl-Unjoni Ewropea, xorta waħda qed jappellaw lill-gvern ta' Ċipru biex jipposponi l-adozzjoni ta' l-ewro b'sena ħalli jtaffu l-piż tat- transizzjoni fuq il-lower income earners u l-middle classes tas-", "soċjeta` Ċiprijotta.", "Jekk il-gvern se jkompli jwebbes rasu u jagħmel fattih, aħna fid-dmir li nispjegaw lill-pubbliku li l-weġgħa li se jsofri ma tkun xejn ħlief l- irresponsabbilita` tal-gvern Nazzjonalista li bħas-soltu anke dwar din il- kwestjoni, miexi b'mod indifferenti u b'mod insensittiv.", "Jekk ma nagħmlux dan, fil-fehma tiegħi nkunu qed nonqsu minn dmirna bħala oppożizzjoni serja.", "Huwa proprju għalhekk u għax jafu dan, ngħid jien, li n- Nazzjonalisti qed iħawdu din l-issue ma' l-issue tas-sħubija bħallikieku l- partit Laburista reġa' bdielu dwar jekk għandniex nibqgħu fl-Unjoni Ewropea jew le jew inkella bħallikieku xi ħadd mill-istrateġisti tal-partit Laburista ddeċieda li nagħmlu rewind u nerġgħu ngħaddu mill-argumenti kollha li kellna qabel ma dħalna fl-Unjoni Ewropea.", "Jien ngħid li fid- dawl ta' dan kollu, l-awtoritajiet finanzjarji Maltin huma fid-dmir li jilqgħu l-istedina u l-isfida li saret mil-leadership tal-partit biex jagħmlu studju serju dwar l-impatt soċjo-ekonomiku ta' l-ewro fuq is- soċjeta` Maltija.", "Anzi mmur oltre minn hekk u ngħid li dan l-istudju jmissu sar qabel ma' Malta ħarġet għonqha u ddeċidiet id-dħul prospettiv tagħha f'Jannar ta' l-2008.", "Sur President, jekk jaslu biex jagħmlu dan l- istudju, jien nissuġġerixxi li jikkonsultaw studju li kien sar mill- professuri ta' Princeton University bl-isem ta' \"The Euro Changeover and its effects of Price Transparency and Inflation\" li kien sar f'Mejju tas- sena li għaddiet.", "Issa ħalli niġi għal suġġett ieħor fejn qed tispikka l- ebusija tar-ras tal-gvern.", "Hawn qed nirriferi għall-hedging fir-rigward tax-xiri tal-fuel.", "Għalkemm jien kont il-ministru responsabbli meta bħala gvern Laburista daħħalna l-hedging, jiena dejjem emmint u għadni nemmen li l-hedging m'huwiex xi bakketta maġika imma fl-istess ħin huwa strument vitali, importanti u essenzjali biex irażżan l-impatt ta' l-għoli tal-prezz tal- fuel u jilqa' għal ċertu fluctuations li jistgħu joħolqu mhux biss instabilita` bla bżonn iżda anke piżijiet soċjali fuq is-soċjeta` Maltija, kif qed jiġri llum minħabba l-politika ta' dan il-gvern.", "Għal mument wieħed jista' jinsa l-kontijiet tad-dawl u jħares biss lejn il-prezz tal-fuel.", "F'dawn l-aħħar snin, id-diesel għola 'l fuq minn 150%, il-leaded petrol għola 'l fuq minn 62% u l-unleaded petrol għola 'l fuq minn 52%.", "Illum dan m'għadniex ngħiduh aħna biss – avolja kien hemm żmien meta konna qed ngħiduh aħna biss – imma qegħdin jgħiduh diversi ekonomisti kif ukoll bosta korpi kostitwiti li mhux neċessarjament għandhom simpatiji lejn il-partit Laburista.", "Għaldaqstant jien ma nistax nifhem għalfejn il-Ministru Austin Gatt issa ħadha kontra l-MHRA għaliex ħeġġewh biex jirrikorri għall-hedging.", "Jien lil dawn in-nies ma nagħtihomx tort għax għalihom anke żieda marġinali fil-prezz tal-fuel ikollha effetti negattivi fuq l-operational costs tagħhom speċjalment meta t-tourist market huwa wieħed depressed u ħafna lukandi qed isibu li l-prezzijiet tas-suq huma saħansitra aktar baxxi minn dawk li qed joffru t-tour operators infushom.", "Huwa ta' għajb li l-MHRA għadha qed tistenna l-eżitu tat-talba tagħha tas-6 ta' Marzu biex ikun hemm audit indipendenti dwar il-mod kif inħadmu s-surcharges fuq l-elettriku.", "Fil-fehma tiegħi l-MHRA għandha għalfejn titħasseb doppjament għaliex kif stqarr il-president tagħha, minn Novembru ta' l-2005 'il quddiem, kull żieda kellha tiġi assorbita mil-lukandiera nfushom għaliex l-ebda tour operator ma kien lest li jikkonsidra tibdiliet fil-prezzijiet ikkuntrattjati madwar 16 jew 18-il xahar ilu.", "Jien ma rridx inkun insolenti imma kultant il-Ministru Gatt meta jitkellem għandu s-sottilita` daqskemm għandu l-president ta' l-Iran.", "Dan suppost jaf li 85% tan-negozju tal-lukandi 3-star u 4-star huwa marbut mat-tour operators u għaldaqstant dawn jinsabu b'idejhom marbuta l-ħin kollu għax li kieku kellhom jiġu biex jitolbu xi żieda fir-room rates tagħhom, ma kienu jaslu mkien.", "Jien inħoss li l-ministru għandu jagħti sodisfazzjon lil din il-Kamra u lill-pubbliku in ġenerali u mhux biss il-korpi kostitwiti dwar l- issue kollha tas-surcharge u jagħmel l-audit li aħna stess konna bdejna nitolbuha.", "Il-gvern għandu jagħmel ukoll studju - kif appella d-deputy leader tal-partit Laburista - dwar l-impatt tal-fuel liberalisation.", "Dan qed ngħidu biex inkunu nafu bil-quddiem - u mhux wara li ssir il-froga – jekk dan hux se jkollu xi effett negattiv fuq il-konsumaturi Maltin u Għawdxin.", "Kif beħsiebni nikteb għada f'ġurnal lokali, bħalissa m'hemm ebda diskussjoni serja għaddejja dwar sorsi alternattivi ta' enerġija fil- pajjiż, la min-naħa tal-gvern u lanqas min-naħa ta' ċerti korpi kostitwiti.", "Pajjiżi bħall-Iskozja mhux għadhom kif għamlu investiment massiċċ – jekk mhux sejjer żball xi Stg300 miljun – fl-enerġija tar-riħ iżda ntrabtu li sas-sena 2020 iridu jibdew jiġġeneraw 40% ta' l-enerġija tagħhom minn sorsi alternattivi.", "Issa forsi jkun hawn min igħidli: X'għandha x'taqsam l- Iskozja ma' Malta?", "Dan qed ngħidu biex nuri li filwaqt li l-Iskozja – li hija biss parti żgħira mir-Renju Unit – għandha politika dwar l-enerġija alternattiva li tħares għat-tul, il-pubbliku Malti, u aħna bħala oppożizzjoni, ma nafux x'inhuma l-pjanijiet tal-gvern Malti f'dan ir- rigward.", "Għalhekk nixtieq nistaqsi dwar x'inhuma l-pjanijiet tal-gvern Malti f'dan ir-rigward.", "X'sar minnu l-pjan nazzjonali tal-gvern dwar l- enerġija?", "Jien kont nippretendi li meta l-Ministru Gatt ġie biex iwieġeb lill-MHRA, ma kienx se jaqa' għall-insulti li s-soltu jħalli għall-oppożizzjoni imma kont żbaljat għax lill-MHRA laqagħhom bl-istess ton kif jilqa' lilna u qalilhom biex iqumu mir-raqda u jibdew jiffaċċjaw ir-realtajiet li qed tiffaċċja d-dinja bħalissa.", "Jien lill-Ministru Gatt ngħidlu li jmissu jaqra studju li għamlet il-World Tourism Organisation dwar l-impatt taż- żidiet fil-fuel fuq it-turiżmu u tara kif tkellmu b'mod kategoriku favur il- hedging fil-qasam tal-fuel.", "Imma x'għamel il-Ministru Gatt?", "Minflok ma pprova jagħti tweġiba sodisfaċenti, dan dar fuq il-lukandiera u fakkarhom li hu għamlilhom il-capping.", "Dan ipprova jkeskes lil-lukandiera mal- konsumaturi l-oħrajn billi jgħid li l-konsumaturi qed iħallsu prezz ogħla minħabba dan il-capping.", "Sur President, naħseb li dan huwa very unfair min- naħa tal-ministru, a blow below the belt, għax jekk qed jagħmel dan, mhux qed jagħmlu biex jaġevola lil Ċikku jew lil Peppi bħala industrijalist imma biex jgħin lill-ekonomija Maltija in ġenerali.", "Aħna anke dwar dan il- capping għandna r-riservi tagħna għaliex ma jagħmilx sens fil-mod kif qed jiġi applikat across the board u ma jagħmilx distinzjoni bejn faxex differenti tas-setturi turistiċi u industrijali.", "Wieħed forsi jistaqsini fiex jidħol f'dan kollu l-konsumatur.", "Jien ngħid li l-konsumatur jidħol għax l-ewwelnett it-turisti li jiġu fostna huma konsumaturi wkoll u t-tieni nett, għax jekk ma jiġux it-turisti, l-impatt iħossuh il-konsumaturi u n-negozjanti Maltin għax ikun hawn inqas purchasing power fost iċ-ċittadini Maltin u Għawdxin.", "Milli qrajt fuq il- gazzetta llum jidher li l-gvern donnu stenbaħ u qiegħed jammetti li kellu jibda jirrikorri għall-hedging b'mod selettiv.", "Għaldaqstant ikun tajjeb li nkunu nafu aktar dwar dan is-suġġett.", "Irridu nkunu nafu kemm qed isir hedging, kif qed isir u anke meta qed isir.", "Billi jiġi l-ministru u jgħidilna biss li qiegħed isir l-istudju dwar il-workings tas-surcharge m'huwiex biżżejjed għalina.", "Li rridu nkunu nafu aħna bħala pubbliku in ġenerali huwa meta se jkun lest dan l-istudju, meta se jkun ippubblikat u min se jkun għamlu.", "Sur President, dak li qal il-Ministru Gatt fuq li aħna se nħallu s- surcharge kif inhi llum hija biss gidba.", "Din dehret fuq il-gazzetta \"The Malta Independent\" u m'hi xejn ħlief konklużjoni gratwita li wasal għaliha l-ministru bil-mod bizzarr ta' kif jasal għall-konklużjonijiet tiegħu.", "Min sema' lil seħibna l-Onor.", "Joe Mizzi l-bieraħ fil-Mosta, żgur li semgħu jistqarr fuq kif gvern Laburista ġdid kien se jirrevedi 'l isfel il-piż ta' l-enerġija fuq il-konsumaturi.", "Dan qed ngħidu mhux illum biss għaliex qegħdin fl-oppożizzjoni u forsi għaliex fl-oppożizzjoni tista' twiegħed mingħajr ma twettaq mentri meta tkun fil-gvern trid twettaq dak li twiegħed.", "Aħna qatt ma kellna rasna taż-żonqor bħalma għandu l-gvern preżenti.", "Meta konna fil-gvern u għollejna r-rati tad-dawl u ta' l-ilma fl- 1997 u rajna li kien se jkun hemm min se jbati minn ċerti piżijiet li ma kienx jiflaħ għalihom, tajna widen għall-ilmenti u għas-suġġerimenti li saru kemm mill-GWU kif ukoll mill-UHM.", "Barra minn hekk konna kkummissjonajna lis-Sur Alfred Mifsud u lis-Sur John Cassar White - naħseb li l-kredenzjali ekonomiċi tagħhom huma impekkabbli - sabiex jirrevedu r- rati oriġinarjament proposti.", "Issa ma jiġix il-gvern jgħidilna li dan l-istudju huwa wieħed li ma jeżistix għaliex jien persważ li jekk min-naħa tal-gvern jew inkella l- cabinet secretary iqallbu fil-cabinet papers ta' dak iż-żmien, isibu li kien ġie saħansitra ċċirkolat u diskuss memorandum.", "Dan kien ġie mqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra minni u mill-kollega tiegħi l-Onor.", "Charles Buhagiar.", "Id-differenza li hemm bejna u bejn il-gvern Nazzjonalista huwa li aħna ma konniex implimentajna dak l-istudju mhux għaliex ma konniex qbilna miegħu iżda minħabba li kienet resqet elezzjoni bikrija u allura kien dehrilna li tajjeb jew ħażin, ma konniex se nkunu kredibbli ma' l- elettorat jekk nirrevedu r-rati tad-dawl u ta' l-ilma lejliet l-elezzjoni ġenerali.", "Irrid ngħid ukoll li matul il-ġimgħa l-oħra smajt b'attenzjoni kbira u b'ċertu interess id-diskors li sar mill-Onor.", "George Vella dwar il- mediċini.", "Ovvjament il-kollega tiegħi għandu esperjenza vasta ta' general practitioner u allura seta' jitkellem b'mod ċar ħafna fuq dak li qed jiġri fil-qasam tal-mediċini.", "Pero` llum irrid niġbed l-attenzjoni għal xi ħaġa li żviluppat wara li tkellem l-Onor.", "Vella u qiegħed nirriferi għall-akkuża serja li s-Segretarju Parlamentari Tonio Fenech għamel fuq Radio 101.", "Sur President, din l-akkuża smajtha b'widnejja stess waqt li kont għaddej bil-karrozza nhar is-Sibt li għadda.", "Jekk fhimt tajjeb lill-Onor.", "Fenech dan qal li mhux veru li hawn skarsezza ta' mediċini iżda li qed jiġri huwa li l-aġenti qegħdin iġibu biss mediċini ta' l-ogħla prezzijiet minħabba li dawk ikollhom marġini ogħla ta' qligħ.", "Naħseb li kumment iebes bħal dan jirrikjedi l-ewwelnett spjegazzjoni u investigazzjoni serja min-naħa tal- gvern u mhux kemm jiltaqa' hekk kapriċċożament.", "Barra minn hekk nistenna wkoll li min-naħa ta' l-aġenti tal-mediċini jitolbu spjegazzjoni għal din l- akkuża serja li għamel is-Segretarju Parlamentari Tonio Fenech.", "Fatt magħruf huwa li ċerti mediċini li kienu jidħlu sa ftit żmien ilu - anke sempliċi pilloli għal min ibati bil-pressjoni - m'għadhomx jidħlu u dak li jkun qiegħed ikollu jitqanna bi prodott differenti u li huwa pjuttost aktar għoli.", "Għalhekk nixtieq nistaqsi lill-konsumatur din il-mistoqsija: X'inhu l-agħar, meta fi żmenijiet differenti ma kontx issib ċikkulata u toothpaste jew inkella llum li m'intix issib il-mediċini li għandek bżonn?", "Naturalment ma rridx ninftiehem ħażin jew li qiegħed nissuġġerixxi li għandna mmorru lura għal dawk iż-żmenijiet ta' import substitution pero` huwa tajjeb li l-konsumatur ikun jaf li kull pajjiż, meta jkun għadu qiegħed jiżviluppa - anke pajjiżi b'ekonomiji dinamiċi bħal Singapore, il- Malasja u oħrajn – ikollu jistrieħ fil-bidu tiegħu fuq l-import substitution.", "Madankollu llum kulħadd jaf xi trade exposure qawwija u x'ekonomiji miftuħin beraħ għandhom dawn il-pajjiżi.", "Minn hawnhekk niġu għat-theddida tal-gvern dwar il-price orders.", "Kien interessanti s-survey li għamlet il-gazzetta \"The Times\", gazzetta li minjaf kemm ikkritikat il- price orders li kellna matul iż-żmien.", "Il-maġġoranza ta' dawk li wieġbu f'dan is-survey qalu li huma favur ir-ri-introduzzjoni – forsi fuq livell silettiv – tal-price orders.", "Pero` kif qal tant tajjeb il-president ta' l- assoċjazzjoni tal-konsumaturi dan l-aħħar, ir-raġuni li issa qegħdin jaqblu mhux għaliex jemmnu fil-price orders imma għaliex tant qatgħu qalbhom mill- uffiċċju għall-kompetizzjoni ġusta tal-gvern u tant jafu li dan l-uffiċċju huwa biss kelb tal-but u bla snien, li qed jgħidu li jekk ma jagħmlux xi ħaġa drastika mhu se jsir xejn.", "Jien minn hawnhekk irrid insellem għall-għaqal li biha l-għaqda tal- konsumaturi kkummentat dan l-aħħar.", "Fil-fatt kien hemm kontribuzzjoni fil- media minn Benny Borg Bonello, li huwa l-president tal-consumer association, fejn qal li anke huma ma jaqblux mal-price orders għaliex jekk dawn jiddaħħlu xorta se jkun hemm bżonn ta' l-enforcement.", "Kompla jgħid li kif din kienet problema fil-passat xorta se tkun problema għall-gvern tal- lum għaliex biex inti jkollok enforcement irid ikollok l-ewwelnett ir-rieda politika sabiex tinforza l-liġi u l-ordni u t-tieni nett, irid ikollok rieda amministrattiva sabiex tieħu ċerta attitudni pro-attiva.", "U żgur li jekk wieħed jiġġudika mill-andament ta' l-uffiċċju tal-fair trading, dan ma jistax jistennih min-naħa tal-gvern preżenti.", "Dan għandu jimbottana aktar 'il quddiem sabiex nenfasizzaw l-importanza li jkollna oqsma regolatorji effettivi u li jaħdmu fis-suq kompetittiv.", "Jekk ma jkollniex dawn l-oqsma jkun inutli li noqogħdu nitkellmu dwar l-interessi tal-konsumatur Malti u Għawdxi.", "Sur President, qabel nitkellem ftit fuq il-linji ġenereali tal-consumer policy fl-Unjoni Ewropea, nixtieq nappella lill-gvern sabiex ma jkomplix jieħu lill-konsumatur for granted.", "Bir-regoli u bid-direttivi biss ma nieklux imma l-importanti huwa kif se tiġi applikata u mħaddma l-politika tal-konsumatur on a day-to-day basis mill-gvern tal-ġurnata.", "Huwa importanti wkoll l-impatt li qed ikollu ċertu heavy-handedness fuq l-istess konsumaturi Maltin u Għawdxin.", "Pero` ħalli issa niġu għal dik li hija l-EU consumer policy u nibda billi nistaqsi ġenwinament fuq kemm fil-prattika qegħdin inwettqu din il-policy ġewwa pajjiżna.", "Skond l-EU consumer policy kull ċittadin huwa konsumatur u b'hekk għandu dritt awtomatiku li jipproteġi s-saħħa tiegħu nnifsu u anke dak li jissejjaħ l-economic well- being tiegħu nnifsu.", "Il-konsumatur għandu dritt li jkollu l-aktar firxa wiesgħa ta' informazzjoni u ta' edukazzjoni.", "Għandu dritt li jkun jista' jieħu dawk il- miżuri meħtieġa sabiex jissalvagwardja l-interessi tiegħu u għandu dritt li jwaqqaf diversi assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi li jgħinuh jirrikorri għal dik li hija l-għajnuna tiegħu nnifsu, jiġifieri s-self-help.", "Jien irrid niċċara mill-ewwel li m'iniex kuntent bl-ammont ta' consumer associations li għandna f'pajjiżna.", "Fil-fatt jekk m'iniex sejjer żball f'pajjiżna għandna biss xi waħda jew tnejn minnhom.", "Nixtieq li l-istess kif il-business Malti jagħmel tajjeb u huwa organizzat fuq livell ta' korpi kostitwiti, għandna nagħmlu kif jagħmlu diversi pajjiżi Skandinavi u nirsistu sabiex ikollna consumer associations b'saħħithom.", "B'hekk fil-fora tad-diskussjoni leħinhom jasal daqskemm jasal il-leħen tan-negozjant Malti u Għawdxi.", "Sur President, dan qed ngħidu mhux b'diżrispett lejn il-liġijiet tal-pajjiż għaliex stajna konna aħna fil-gvern pero` jien wieħed minn dawk li dejjem emmint li l-leġislazzjoni waħedha m'hijiex biżżejjed.", "Jekk irridu politika tal-konsumatur moderna, b'mod speċjali llum li qegħdin fl-Unjoni Ewropea, għandna bżonn l-ewwelnett li jkollna strong consumer organisations li jkunu konxji mid-drittijiet ta' l-individwi u li kapaċi jpoġġu fil-prattika dawn id-drittijiet.", "U t-tieni ħaġa li għandna bżonn u li naħseb aħna neqsin minnha hija dik li jkollna l-co-regulation bejn il-konsumaturi u n- negozjanti fuq il-livell ta' l-organizzazzjonijiet tagħhom kif ukoll it- tħaddim ta' linji gwida fuq livell prattiku.", "Jien ngħid li sfortunatament għadna 'l bogħod ħafna minn dan l-iskop, minkejja li l-Unjoni Ewropea ilha taħdem f'din id-direzzjoni sa mill-1975.", "Għaldaqstant nixtieq nistaqsi dawn il-mistoqsijiet lill-konsumatur Malti.", "Hawnhekk ma rridx inwaddab il-ħtija fuq il-gvern imma qiegħed nindirizza aktar lill-konsumatur innifsu.", "Il-konsumatur Malti llum kemm huwa attrezzat sabiex iħares l-interessi tiegħu f'dak li għandu x'jaqsam ma' fair business practices?", "Kemm huwa attrezzat sabiex jiggwida lilu nnifsu dwar misleading and comparative advertising?", "Kemm huwa attrezzat sabiex jilqa' kontra l-abbużi li jistgħu jsiru dwar unfair contract terms?", "Kemm huwa attrezzat sabiex jilqa' kontra l-abbużi li jistgħu jsiru minn distance u anke minn doorstep selling?", "U fil-qasam turistiku, kemm hemm regolamentazzjoni dwar l-abbużi u l-iffittar li qed isir fil-qasam tat- timeshare u tal-package travel fuq it-turisti, li qed jiffittawhom b'tali mod li jgerrxuhom u jdejquhom il-ħin kollu?", "Fil-fatt jekk tkun għaddej minn Buġibba jew mill-Qawra tarahom ta' kuljum lil dawn in-nies, qishom pimps li jagħmlu s-soliciting tan-nies f'dan il-qasam.", "Sur President, l-appell tiegħi huwa dak li bdejt bih illum, jiġifieri l- bżonn li jkollna approach komprensiv u integrat.", "Għandna bżonn ta' politika dinamika tal-konsumatur li tirrifletti l-bidliet li qed isiru ta' kuljum fil-ħteġijiet u l-aspettattivi taċ-ċittadini Maltin u Għawdxin.", "Dan qiegħed ngħidu aktar u aktar meta llum kulħadd jaf li qed ngħixu fiż-żmien ta' l-elettronika u ta' l-informatika kif ukoll fi żmien fejn il-kummerċ m'għadux isir biss mal-ħanut ta' wara l-kantuniera imma qiegħed isir bejn pajjiż u ieħor.", "Xi kultant il-kummerċ isir ukoll bejn kontinent u ieħor bħal kif nagħmlu meta sempliċiment nixtru ktieb minn ġewwa l-Istati Uniti.", "Għalhekk huwa importanti li llum il-konsumatur jilqa' dawn l-isfidi ġodda billi jkollu soluzzjonijiet ġodda.", "L-istess ħaġa tapplika għall-qasam tas- servizzi finanzjarji - għalkemm jidher li hemm ċerta regolamentazzjoni tajba - u anke għal dak li għandu x'jaqsam ma' l-electronic commerce fuq livell aktar wiesgħa u mhux sempliċement biss fuq il-konsumatur bħala individwu.", "Illum qed ngħixu f'soċjeta` fejn ħafna min-negozju jsir online, bil- consumer credit u abbażi ta' dawk li jissejħu non-cash means of payment.", "Ftit ilu l-kummissjoni Ewropea qalet li huwa l-ħsieb tagħha li tinvolvi l- organizzazzjonijiet tal-konsumaturi aktar mill-viċin fil-proċess konsultattiv u meta jiġu sabiex jitfasslu l-liġijiet il-ġodda li jolqtu lill-konsumatur.", "Il-kummissjoni qalet ukoll li kienet se tagħmel il- funding ta' training courses għall-istaff ta' l-għaqdiet tal-konsumaturi.", "Għalhekk xtaqt nistaqsi kemm qegħdin jibbenefikaw minn dan kollu l-għaqdiet tal-konsumaturi Maltin.", "Il-gvern kemm qiegħed iħajjar lill-għaqdiet tal- konsumaturi sabiex jitwaqqfu u jibbenefikaw minn dawn il-benefiċċji ta' l- Unjoni Ewropea?", "Bħala pajjiż in ġenerali kemm aħna attrezzati sabiex nisfruttaw dan l-aspett pożittiv tas-sħubija tagħna fl-Unjoni Ewropea?", "Qiegħed ngħid dan kollu għaliex diġa` qegħdin tard wisq pero` qiegħed ngħidu wkoll bl-akbar sinċerita`.", "Il-European consumer consultative group li beda dan ix-xogħol li jġib flimkien ir-rappreżentanti tan-national consumer organisations u l- kummissjoni ilu jaħdem 'il fuq minn tliet snin.", "Fil-fatt dan kien twaqqaf f'Diċembru ta' l-2003.", "Għalhekk irrid nagħlaq id-diskors tiegħi billi ngħid lill-gvern sabiex ma jkomplix iwebbes rasu fuq l-issue ta' l-ewro u fuq l-issue tal-hedging.", "Lill-gvern ngħidlu sabiex ma jipprovax jagħmel kapital politiku ħalli mingħalih jiskorja xi goal bonus kontra n-naħa ta' l- oppożizzjoni għaliex fin-nofs m'hemmx il-voti imma hemm l-interessi taċ- ċittadini tagħna.", "U kif naħseb li jħoss u jisma' kull wieħed minna li jkollu kuntatt ma' l-eletturi llum, kemm jekk inhuma Laburisti u kemm jekk inhuma Nazzjonalisti, jinduna li l-problema prinċipali hija l-għafsa li qed iħoss kulħadd minħabba s-surcharge qawwija li qed tiġi mposta fuq il- kontijiet tad-dawl u l-ilma.", "Għaldaqstant nappella lill-gvern sabiex mhux biss ma jwebbisx rasu imma sabiex jibda jagħmel daqsxejn ta' stocktake tas-sitwazzjoni preżenti.", "Il- gvern għandu jirrevedi l-pożizzjoni tiegħu anke f'affarijiet ġodda bħalma semmejt aktar kmieni, bħal per eżempju, li jistudja l-impatt li se jħalli l- fuel liberalisation.", "L-istess ħaġa għandu jagħmel fuq il-kwestjoni ta' l- ewro.", "Il-gvern għandu jagħmel ukoll studju fuq l-impatt li din se tħalli.", "Anzi dak imissu għamlu qabel ma kkommetta ruħu dwar din id-deċiżjoni.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Evarist Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Sur President, l-għan ta' dan l-abbozz ta' liġi li qed niddiskutu llum huwa dak li jkun hemm kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli mill-inforzar tal-liġijiet dwar il-protezzjoni tal- konsumaturi fil-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea.", "Ċertament wieħed ma jistax ma jaqbilx ma' l-għanijiet u r-raġunijiet ta' l-emenda li għandna quddiemna.", "S'intendi biex ikun hemm il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali fil-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea li huma responsabbli mill- inforzar tal-liġijiet dwar il-protezzjoni tal-konsumaturi, huwa importanti ħafna li l-awtoritajiet nazzjonali ta' kull pajjiż jkunu wkoll effettivi.", "Ikun inutli li tibni kooperazzjoni fuq livell Ewropew bejn pajjiż membru u pajjiż membru ieħor jekk l-awtorita` nazzjonali ta' pajjiż minnhom ma tkunx effettiva biżżejjed.", "Għalhekk filwaqt li naqblu kompletament ma' l-għanijiet u r-raġunijiet ta' l-emendi li qed niddiskutu llum fil-parlament, ma nistgħux ma niġbdux l- attenzjoni għall-bżonn kbir li għandna sabiex insaħħu l-awtorita` nazzjonali li hija responsabbli mill-inforzar tal-liġijiet dwar il- protezzjoni tal-konsumaturi tagħna.", "Dan għaliex fost il-konsumaturi Maltin u Għawdxin għandna opinjoni mxerrda ħafna u qed jingħad li l-ħarsien tal- konsumatur f'pajjiżna huwa dgħajjef wisq.", "Ħafna mill-konsumaturi tagħna jħossuhom waħedhom u jħossu li m'hemmx biżżejjed protezzjoni meta xi ħadd minnhom jixtri prodott jew servizz li jkollu difett jew fejn ma jkunx inżamm il-kuntratt miftiehem.", "F'dan il-każ il-konsumaturi tagħna qed iħossu li m'għandhomx l-istrutturi neċessarji sabiex iħarsuhom.", "Min-naħa l-oħra l-awtoritajiet nazzjonali għall-inforzar tal-liġi dwar il- protezzjoni tal-konsumatur m'għandhomx biss ikunu ta' tarka u ta' protezzjoni lejn il-konsumaturi imma għandhom jieħdu wkoll l-inizjattivi sabiex kemm jista' jkun ikollhom politika preventiva.", "Kemm jista' jkun trid tinħoloq kultura f'pajjiżna li permezz ta' l-inizjattivi meħuda mill- awtorita` nazzjonali għall-ħarsien tal-konsumaturi u permezz ta' kampanja edukattiva tingħata l-informazzjoni meħtieġa ħalli l-konsumatur ikun jaf x'inhuma d-drittijiet tiegħu u jkun jaf x'qiegħed jiġri madwaru.", "Din hija waħda mill-aqwa forom ta' protezzjoni li llum jista' jkollu l-konsumatur tagħna.", "Sfortunatament f'dawn l-affarijiet għadna neqsin u allura hemm bżonn li nieħdu l-passi meħtieġa sabiex insaħħu l-ħarsien tal-konsumatur fuq diversi livelli, fosthom fil-qasam edukattiv u fil-qasam tal-media.", "Inħoss li l-media nnifisha ftit tagħti kas tal-kwestjonijiet u ta' l-issues li għandhom x'jaqsmu mal-ħarsien tal-konsumatur, ħlief f'xi każijiet li jkunu prominenti ħafna.", "Sur President, hemm bżonn li l-għaqdiet tal-kummerċ, tan-negozju, tal-banek u anke ta' aġenziji oħra bħal dawk ta' l-assigurazzjoni jagħtu s-sehem tagħhom ħalli fis-soċjeta` ikkomplikata tal-lum, ikollna aktar għarfien dwar it-teknoloġija, il-finanzi u l-mod ta' kif taħdem is-soċjeta` u l- ekonomija tagħna.", "Dan huwa importanti ħafna sabiex il-konsumaturi ma jiġux ingannati.", "Fil-maġġoranza ħafna mill-informazzjoni li qed tingħata lill- konsumatur m'hijiex favurih imma hija favur il-prodott jew is-servizz li bih ikunu qed jipprovaw jipperswadu lill-konsumatur sabiex jixtrih.", "U filwaqt li f'pajjiżna ħafna mill-flus jintnefqu fuq ir-reklamar, fuq il- marketing u fuq il-propaganda kummerċjali, ftit li xejn insibu informazzjoni indipendenti fuq il-kwalita` tas-servizzi u l-prodotti li jkunu qegħdin jiġu offruti.", "Jiġifieri informazzjoni li m'hijiex public relations ftit li xejn insibu għaliex persentaġġ kbir tal-flus jintnefqu fuq propaganda kummerċjali u reklamar.", "Ovvjament dik isimha magħha u qiegħda tintuża sabiex tirreklama l-kwalitajiet pożittivi u sbieħ tal- prodotti jew tas-servizz li jkun qed jinbiegħ.", "Dan jista' jkun prodott, servizz finanzjarju, skema ta' assigurazzjoni jew fond ta' investiment f'bank.", "Il-konsumaturi jiġu bbumbardjati bir-reklamar mentri informazzjoni indipendenti minn dawn is-sorsi ftit li xejn insibu.", "U huwa proprju hawnhekk fejn inħoss li qegħdin nonqsu mal-konsumaturi għaliex dawn m'humiex jingħataw l-informazzjoni meħtieġa sabiex jifhmu għal- liema obbligi jkunu deħlin jew x'servizz jew prodott ikunu qed jixtru.", "Fil- fatt mhux l-ewwel darba li l-konsumaturi lokali ġew ingannati.", "Jekk wieħed isemmi biss l-oqsma tas-servizzi finanzjarji jsib li kien kemm stockbrokers u anke impjegati ta' banek li ma tawx biżżejjed informazzjoni lill-klijenti tagħhom, bil-konsegwenza li l-konsumaturi jispiċċaw ingannati.", "Per eżempju, filwaqt li fil-każ ta' l-Arġentina kulmin kien qed isegwi x'kien qiegħed jiġri kif ukoll il-letteratura finanzjarja li tixxandar fuq l- istazzjonijiet tat-televiżjoni tagħna, kien jaf li l-Arġentina riesqa lejn kollass, min ma kienx informat sew u kien joqgħod biss fuq il-kelma ta' l- istockbroker, tal-konsulent finanzjarju jew ta' l-impjegat tal-bank, li kien għadu qed iwebblu sabiex jitfa' aktar flus fl-Arġentina, ingidem bil- kbir.", "Ilkoll kemm aħna nafu li ntilfu miljuni kbar fl-Arġentina, ilkoll nafu kemm weġġgħu nies lokali minħabba li fdaw fuq ir-reklamar u fdaw fuq il-pariri xejn serji u tekniċi li ngħataw.", "Dawn kienu pariri li juru biss it-tajjeb u ma ssemma xejn fuq dawk l-aspetti u l-problemi l-oħra li setgħu jinqalgħu.", "Jien inħoss li dan huwa qasam fejn żgur irridu naħdmu aktar sabiex ikun hawn iżjed informazzjoni.", "Hemm pajjiżi fejn il-gvern jiġbor persentaġġ mill-qligħ tal-banek sabiex jużahom fuq l-edukazzjoni finanzjarja ħalli b'hekk tiżdied – għalkemm din f'pajjiżna trid tibda - u tissaħħaħ il-financial literacy.", "Illum m'għadux biss importanti li tkun taf tikteb u taqra imma trid tkun kapaċi wkoll tifhem il-mekkaniżmi finanzjarji u l-mod ta' kif jitħaddmu l-finanzi - anke kif jitħaddmu l- finanzi tiegħek - għaliex inkella faċilment tista' tiġi ngannat, bħalma ġara diversi drabi f'pajjiżna.", "Sfortunatament kemm l-MFSA, kemm il-bank ċentrali kif ukoll banek oħra joħorġu t-twissijiet lill-konsumaturi dwar pyramid schemes u inizjattivi oħra ta' frodi li jittieħdu minn pajjiżi oħra meta l-affarijiet ikunu ġraw jew waqt li jkunu qed jiġru fil-qasam internazzjonali.", "F'dan il-każ l- investituri - jew frodisti għaliex aktar toqgħod din il-kelma għal ċertu tip ta' nies - jipprovaw jikkonvinċu lill-konsumatur, li jista' jkun Malti, sabiex jinvesti flusu magħhom u allura xi kultant toħroġ xi twissija.", "Ovvjament huwa tajjeb li joħorġu dawk it-twissijiet imma huwa żgur li dawn m'humiex biżżejjed biex jiftħu għajnejn il-konsumatur, biex ikun iktar informat u", "jkollu aktar il-kultura finanzjarja meħtieġa biex ma jiġix ingannat.", "Jien naħseb li f'dak il-qasam għandna ħafna iżjed x'nagħmlu u fil-fehma tiegħi ftit li xejn qed isir.", "Apparti minn hekk jeħtieġ li l-istrutturi nazzjonali li għandna li suppost iservu għall-ħarsien tal-konsumatur ikunu effettivi.", "Hemm bżonn li ċ- ċittadini jaraw li veru qed jiksbu r-riżultati mixtieqa għax jien mhux l- ewwel darba li kont f'diskussjonijiet jew xi nies kellmuni direttament, fejn jikkritikaw anke lilna l-politiċi u lill-parlament li aħna qegħdin hawn għalxejn.", "Dan għaliex jafu li minkejja li l-gvern u l-parlament jafu li hemm diversi oqsma fejn il-konsumatur huwa stmat ħażin, iħossu li aħna qisna ma nagħmlu xejn u ma neħdux passi biex inħarsu lill-konsumatur.", "Naturalment huwa dmir tal-gvern li jara li jkollna regolaturi u strutturi għall-ħarsien tal-konsumatur li jkunu effettivi u ma jkunux hemmhekk biss biex ikunu hemm jew biex ngħidu li qegħdin nimxu ma' direttivi u ma' regolamenti ta' l-Unjoni Ewropea.", "Inkunu qed nonqsu jekk dawn nagħmluhom sempliċement għalhekk biss u mbagħad ma narawx jekk humiex qed ikunu effettivi biżżejjed.", "Dan huwa li jdaħħal sfiduċja fiċ-ċittadini dwar l- istituzzjonijiet pubbliċi u dik hija xi ħaġa perikoluża ħafna għax meta n- nies jafu li jagħmlu ħafna sagrifiċċji, speċjalment dawk li jħallsu t-taxxi dovuti u l-ħlasijiet differenti li jitlobhom il-gvern u strutturi differenti pubbliċi, jippretendu li għallinqas parti minn dawk il-flus imorru għal strutturi effettivi li jħarsuhom u jiddefendulhom il-ġid tagħhom meta jkollhom bżonn din id-difiża.", "Fil-fatt hawn sentiment imferrex li l-konsumaturi Maltin u Għawdxin m'humiex jingħataw il-ħarsien meħtieġ.", "Jissemma kemm l-uffiċċju tal- kummerċ ġust, kemm it-tribunal tal-konsumatur kif ukoll l-uffiċċju għall- ħarsien tal-konsumatur.", "Naħseb li wasal iż-żmien li naraw sewwa kemm dawn qed ikunu effettivi għax aktar ma jgħaddi ż-żmien – u fil-fehma tiegħi jagħmlu sewwa ċ-ċittadini – ir-rispett lejn l-istituzzjonijiet ma jitkejlux bil-kliem li ngħidu aħna jew min imexxi dawn l-istrutturi imma jitkejlu mir- riżultati.", "Jekk jiġu f'kuntatt ma' dawn l-istituzzjonijiet għax ikollhom bżonnhom u jħossu li kienu effettivi fil-ħarsien tad-drittijiet tagħhom allura jkollhom fiduċja f'dawn l-istituzzjonijiet, imma jekk isibu li dawn l-istituzzjonijiet jew għandhom sins of", "commission jew sins of omission għax ma jeħdux il-passi meħtieġa, jitilfu l- fiduċja fihom.", "Nerġa' ngħid, dawn l-istrutturi għall-ħarsien tal-konsumatur m'għandniex narawhom biss fir-role difensiva tagħhom imma għandhom ikunu aktar proattivi u għandhom jieħdu inizjattivi huma biex jaraw li jiftħu għajnejn il-konsumaturi qabel ma jibdew jidħlulhom l-ilmenti.", "Sfortunatament teżisti mentalita` burokratika f'diversi uffiċini tal-gvern u strutturi pubbliċi li problema ma teżistix minnha nnifisha imma teżisti biss jekk jagħmlu xi programm ta' \"Xarabank\" dwarha jew xi programm ieħor fuq il-mezzi tax- xandir jew inkella jekk isemmuha f'xi ġurnal.", "Min b'xi mod jew ieħor ma jwassalx leħnu permezz tat-televiżjoni, permezz tar-radju jew permezz tal- ġurnali, minkejja li l-problema tkun hemm verament, ladarba ma tiġix fil- media allura ma teżistix.", "Fil-fehma tiegħi huwa żbaljat li l-istrutturi għall-ħarsien tal-konsumatur ikunu daqshekk passivi.", "Hemm oqsma fejn imisshom jieħdu l-inizjattiva huma mill-ewwel dwar dak li jkun qed jiġri.", "Jien diġa` semmejt il-każ ta' kemm nies spiċċaw bi breakdown f'pajjiżna minħabba l-flus kbar li tilfu f'investiment fl-Arġentina.", "L-awtoritajiet pubbliċi tagħna, li suppost kienu qed iħarsu lill-konsumaturi f'qasam bħal dan, aġixxew ftit u aġixxew tard wisq.", "Dan mhux sewwa.", "Għandna oqsma oħra li 'l quddiem beħsiebni nagħti eżempji dwarhom.", "Niftakru wara kollox li minħabba s-suq ċkejken tagħna ma nistgħux nistrieħu biss fuq il-fatt li qisu hemm xi mekkaniżmu awtomatiku tas-suq tal-kompetizzjoni ħielsa li waħdu se jservi għall-ħarsien tal-konsumatur.", "Dan huwa argument perikoluż u fallaċi.", "Ir-realta` m'hijiex hekk.", "Nafu li ċ-ċokon ta' pajjiżna u ċ- ċokon tas-suq tagħna jagħmluha iżjed diffiċli biex jaħdem tajjeb il- mekkaniżmu kompetittiv tas-suq ħieles għax waqt li nafu li fil-mudell tal- kompetizzjoni tas-suq ħieles fl-ideal suppost li l-konsumatur għandu għażla ta' minn fejn imur jixtri, b'liema prezzijiet jixtri u jekk xi ħadd ma jissodisfahx fil-prezzijiet li jagħtih jew fil-prodott li jagħtih, allura jista' jmur għand ħaddieħor, u dak iservi bħala l-aħjar mod ta' protezzjoni tal-konsumatur, nafu li fir-realta` l-istorja ma taħdimx hekk.", "Ma taħdimx hekk lanqas f'pajjiżi kbar, f'pajjiżi fejn is-suq ħieles huwa mogħti l- akbar spazju fejn jaħdem, bħall-Istati Uniti, imma jafu li f'kull qasam għandek bżonn ta' regolaturi b'saħħithom u effettivi għax il-mekkaniżmu tas- suq ħieles waħdu żgur li mhux se jipproteġi lill-konsumaturi.", "U f'pajjiżna dan huwa minnu aktar u aktar minħabba, nerġa' ngħid, iċ-ċokon tas-suq u ċ- ċokon ta' pajjiżna.", "Allura l-istrutturi li suppost iħarsu lill-konsumatur f'pajjiżna, li jaraw li jsir l-inforzar meħtieġ tal-liġijiet għandna bżonnhom iżjed u iżjed minn pajjiżi oħra.", "Aħna m'għandniex problemi dwar liġijiet u regolamenti għax aħna nkunu fost l-ewwel nies li ndaħħluhom u niftaħru li nkunu aħna li daħħalnihom l-ewwel.", "Il-problema hija dejjem dwar l-inforzar.", "Naħseb li l-inforzar tal- liġijiet f'pajjiżna, mhux biss fil-qasam tal-konsumatur imma f'kull qasam, huwa problema akbar minħabba ċ-ċokon ta' pajjiżna.", "Qed ngħid dan mhux b'apoloġija għan-nuqqas ta' inforzar f'pajjiżna imma għax naf x'inhuma l- problemi kbar li hemm biex tinforza l-liġijiet.", "Mhux l-ewwel darba li saru studji fi gżejjer stati żgħar daqsna, ftit akbar jew ftit iżgħar minna, anke minn istituzzjonijiet tal-Commonwealth, li jgħidu kemm huwa diffiċli l- inforzar tal-liġijiet f'soċjetajiet żgħar fejn ħafna nies jafu lil xulxin, fejn jużaw il-kuntatti personali tagħhom biex ir-regolamenti u l-liġijiet jitgħawġu skond il-persuna u mhux skond il-każ.", "Per eżempju, dawn mhux l- ewwel darba li waslu għall-konklużjoni li jgħidu kif il-kuntatti personali hemmhekk huma b'saħħithom iżjed mill-istituzzjonijiet pubbliċi u anke mil- liġijiet u r-regolamenti li suppost jinforzaw u jħaddmu dawk il-liġijiet.", "Naħseb li f'pajjiżna din il-problema teżisti wkoll, iżda tajjeb li nkunu nafu x'se nagħmlu dwarha biex ma nħalluhiex aktar tkisser il-fiduċja fl- istituzzjonijiet pubbliċi, fosthom dawk tal-ħarsien tal-konsumatur.", "Dawn l- istituzzjonijiet mhux se jiksbu r-rispett u l-fiduċja b'mod awtomatiku imma jekk ikun jistħoqqilhom għax ikunu wrew bil-fatti u fil-prattika li jkunu qed jaħdmu favur il-konsumatur.", "Nixtieq nieħu ftit eżempji biex nuri kemm hemm bżonn li dawk l-istrutturi u dawk l-awtoritajiet nazzjonali f'pajjiżna li suppost qed iħarsu l- konsumatur jieħdu l-passi meħtieġa.", "L-eżempju li se nsemmi jien tant hija problema li anke l-gvern innifsu dan l-aħħar semma li hemm bżonn jagħmel xi ħaġa dwar dawn il-problemi.", "Jien nistqarr li bħall-kollegi parlamentari taż-żewġ naħat li nkunu qed inżuru l-familji u d-djar f'diversi inħawi ta' Malta u Għawdex, niltaqa' ma' tliet tipi ta' ilmenti dwar kif inhu milqut il-konsumatur.", "Isemmu li jmorru jixtru xi ħaġa imma mbagħad is-servizz li jingħataw wara li jixtru dak il-prodott jew dak is-servizz ma jkunx tal- kwalita` meħtieġa.", "Min ibigħilhom jgħaġġel jieħu l-flus iżda jekk jiġrilu xi ħaġa dan il-prodott, anke fiż-żmien meta jkun għadu kopert bil- garanzija, ma jżommx ruħu ma' l-obbligi li jkun intrabat bihom mal- konsumatur.", "Għalhekk huwa importanti li l-istrutturi għall-ħarsien tal- konsumatur ikunu effettivi pero` nħoss li hawnhekk għandna problema.", "Ftit ilu jien staqsejt lill-Ministru Ċensu Galea fuq kif qed jaħdem it- tribunal tal-konsumatur biex nara jekk huwiex ġustifikat l-ilment, li ġieli niltaqa' miegħu meta mmur fid-djar, li l-każijiet idumu ħafna ma jinqatgħu.", "Issa ħalli nagħmilha ċara.", "Meta qed ngħidu li dawn il-każijiet idumu ħafna ma jinqatgħu jfisser li jdumu x-xhur, mhux is-snin.", "Jiġifieri m'aħniex qegħdin fil-livell tal-problemi li għandna fil-qrati, fejn hemm każijiet li jdumu s-snin u s-snin biex jinqatgħu.", "F'dan il-każ, jekk jien informat tajjeb, jidher li jdumu x-xhur.", "Hemm każijiet li jifilħu jistennew imma hemm każijiet oħrajn li ma jifilħux li jistennew daqshekk.", "Issa ħalli nagħti ftit eżempji.", "Fl-informazzjoni li kien tani l-Ministru Galea kien qalli li sa nofs Marzu ta' din is-sena kien hemm 71 każ reġistrati ġodda quddiem it-tribunal tal-konsumatur.", "Minn dawn il-71 każ 18 kienu ngħataw l-appuntament u bdew jinstemgħu fil-ġimgħat li għaddew.", "Sa nofs Marzu kien għad hemm 19-il każ li dehru quddiem it-tribunal u kienu għadhom qed jinstemgħu u l-itwal każ li kellu quddiemu t-tribunal sa nofs Marzu ta' din is-sena huwa każ li l-ewwel appuntament tiegħu kien fid-29 ta' Awissu ta' l-2005 u li suppost l-aħħar seduta kienet għall-21 ta' Marzu ta' l-2006.", "Mela hawnhekk qed ngħidu li l-itwal każ li dam, skond l- istatistika li tani l-Ministru Galea, kien dam xi disa' xhur jew għaxar xhur.", "Nerġa' ngħid li meta tisma' din l-informazzjoni jista' jkun li tgħid li mhux każ li nilmentaw li l-każi qed idumu ma jinqatgħu pero` jiddependi min-natura tal-każ.", "Hemm każi li jifilħu jdumu x-xhur, imma hemm każi oħra li ma jifilħux idumu x-xhur.", "Ilment li jinstema' dwar dan it-tribunal tal-konsumatur huwa li l-post fejn jinstemgħu l-każi m'huwiex aċċessibbli.", "Allura jekk inti trid tieħu xi ħadd li qiegħed fil-wheelchair biex jixhed – tista' tkun persuna b'diżabilita` u tista' tkun persuna anzjana – hemm problema biex tidħol fil- kamra fejn jinstemgħu l-każi.", "Qaluli li meta jiġri hekk ġieli l-każi jinstemgħu taħt it-taraġ.", "Żgur li hemm bżonn ta' post aħjar fejn jiltaqa' t-tribunal tal-konsumatur u fejn jagħmel is-seduti tiegħu.", "Huwa importanti wkoll li l-proċess ikun iżjed mgħaġġel milli huwa llum f'dawk il-każi li hemm bżonn li jinqatgħu malajr.", "Dan l-aħħar kont qed nitkellem ma' persuna li kellha każ ta' banju li nqasam meta kien għadu covered minn garanzija u min ipprovdielhom il-banju qalilhom li qabel jagħtihom ir-risposta jekk hux se jagħtihom banju ġdid jew jirrimedja b'xi mod is-sitwazzjoni, irid jara x'se jgħidulu l-produtturi oriġinali fl-Ingilterra.", "Din it-tip ta' mġiba m'hijiex aċċettabbli għax wara kollox min qiegħed ibigħ hawnhekk f'Malta huwa obbligat li jekk jiġri xi ħaġa fiż-żmien tal-garanzija jrid jirrimedja għaliha u mhux joqgħod jitkellem mal-produttur oriġinali.", "Fil-fatt illum nafu li bis-saħħa ta' l-internet il-konsumatur jista' jaqbad mal-produttur oriġinali minn pajjiżna stess u mhux l-ewwel darba ssib li l- produtturi oriġinali f'pajjiżi oħra ta' l-Unjoni Ewropea, peress li għandhom pressjoni fuqhom tal-ħarsien tal-konsumatur aktar milli hawn f'pajjiżna, ikunu aktar sensittivi u jwieġbu aktar malajr għall-ilmenti li jitqajmu f'Malta.", "Imma l-produtturi ta' barra mhux se jieħdu inizjattiva huma biex jirranġaw is-sitwazzjoni iżda jirriferuhom lura għal għand min ikunu xtraw il-prodott jew is-servizz mingħandu.", "Għalhekk huwa importanti ħafna li l-istrutturi għall-ħarsien tal-konsumatur ikunu effettivi għax altru jkollok każ li jista' jistenna sitt xhur, seba' xhur u anke għaxar xhur biex jinqata' imma altru jkollok każ ta' banju li żgur li huwa każ urġenti u allura ma tkunx tista' tistenna x-xhur.", "Allura l-mistoqsija tiegħi hija jekk il-każi quddiem it-tribunal tal-konsumatur, minflok sempliċement jitqiegħdu fi queue, first come first served, fejn min-natura tal-każ prima facie - malli tagħtih daqqa ta' għajn għax f'dak l-istadju hekk biss tista' tagħmel – ikun jidher li jeħtieġ deċiżjoni urġenti 'l hawn jew 'l hemm, dan għandu jinstema' qabel ħalli d-deċiżjonijiet jingħataw malajr kemm jista' jkun.", "Nerġa' ngħid li wieħed irid jara n-natura tal-każ għax hemm każi li jifilħu jistennew u hemm każi oħra li żgur ma jifilħux jistennew.", "Għandna mbagħad każi fejn inħoss li hemm bżonn li r-regolaturi, li suppost qed jieħdu ħsieb il-ħarsien tal-konsumatur, jieħdu l-inizjattiva huma u mhux jistennew li l-ilmenti jaslu għandhom.", "Fiż-żjajjar li jkollna għand il-familji hemm tliet oqsma li jissemmew żgur u jien konvint li ma jissemmewx biss ma' membri ta' din in-naħa tal-Kamra imma anke ma' membri tan-naħa l-oħra.", "Dawn huma l-prezzijiet qawwijin li hemm fuq ċerti prodotti ta' l-ikel, il-kontijiet tad-dawl u l-ilma u l-prezzijiet tal- mediċina.", "Interessanti huwa l-fatt li dak li qed jgħidulna n-nies fid-djar tagħhom - wara kollox kulma qed jgħidulna huwa dak li jgħixu huma – jaqbel ma' dak li qed jirriżulta mill-istatistika tal-gvern.", "Jekk wieħed jieħu l-aħħar ħarġa tal-quarterly review tal-bank ċentrali jsib li t-tliet oqsma li l-iżjed qed jikkontribwixxu għall-inflazzjoni u għall- għoli tal-ħajja f'pajjiżna huma proprju l-ikel u x-xorb mhux alkoħoliku, imbagħad hemm il-kontijiet tad-dawl u l-ilma, il-gass u fuels u affarijiet li għandhom x'jaqsmu mal-ħarsien tas-saħħa.", "Hemmhekk għandna tliet oqsma fejn ir-regolaturi, l-uffiċċju tal-kummerċ ġust u l-awtoritajiet li suppost jinforzaw il-ħarsien tal-liġijiet tal-konsumatur f'pajjiżna, fil-fehma tiegħi, jieħdu passi għax inkella nkunu qed indawru r-rota lura.", "Meta l- gvern qed iwissi li jista' jirrikorri għall-price orders qed juri li qata' qalbu milli jikkontrolla l-inflazzjoni li jaf li hija waħda mill-akbar problemi li jista' jkollu jekk irid iżomm mat-timetable li ffissa hu stess li jrid idaħħal l-ewro fl-1 ta' Jannar tas-sena 2008.", "Għalhekk ma nistgħux inwaħħlu fl-Unjoni Ewropea jew fil-kummissjoni Ewropea għax kien il-gvern Malti ffissa d-data meta ħadd ma rabtu li bilfors irid jagħmel hekk.", "Imma jidher li wieħed mill-kriterji li hemm biex jidħol fiż-żona ta' l-ewro jista' joħloqlu l-problemi, jekk se jinżamm bħala kriterju.", "F'ċerti ambjenti ta' l-Unjoni Ewropea diġa` qed jingħad li jista' jkun li jitneħħa l-kriterju ta' l-inflazzjoni biex iddaħħal l-ewro għax qed iħossu li dan huwa l-iskoll li se jaħbtu fuqu ħafna mill-pajjiżi ta' l-istati membri.", "B'xi mod jew ieħor se jkun irnexxielhom inaqqsu l-iżbilanċ tal-budget, id- deficit għal taħt it- 3% kif ukoll id-dejn pubbliku, imqar sakemm jidħlu, imma jidher li qed ikollhom problemi biex iżommu l-inflazzjoni fil-livelli l-aktar baxxi li jixtieq il-bank ċentrali Ewropew.", "Sur President, l-Estonja diġa` talbet lill-bank ċentrali Ewropew u lill- kummissjoni Ewropea biex titfa' d-dħul ta' l-ewro sena lura peress li l- inflazzjoni tagħha qiegħda tmiss u taqbeż l-4%.", "Minflok fl-1 ta' Jannar li ġej issa qed timmira għall-1 ta' Jannar tas-sena 2008.", "Jien naħseb li l- kriterju li l-aktar se jħabbat lil pajjiżna biex ilaħħaq mat-timetable li ffissa l-gvern, sa l-1 ta' Jannar tas-sena 2008, tista' tkun ukoll il- kwestjoni ta' l-inflazzjoni.", "Għalhekk naħseb li r-regolaturi ta' pajjiżna – issa dan m'għandu x'jaqsam xejn mad-dħul ta' l-ewro – jistgħu jieħdu azzjoni biex ma mmorrux sempliċement għall-price orders.", "Nerġa' ngħid li l- gvern tant irid jagħmel xi ħaġa malajr biex kemm jista' jkun irażżan l- għoli tal-ħajja, għallinqas fl-istatistika - anke jekk ma jrażżanhiex fir- realta` għallinqas jipprova jrażżanha fl-istatistika – li qed jhedded bil- price orders, miżura li fi żmenijiet oħra l-gvern Laburista tant kien ġie mgħajjar bihom.", "Imma jien ngħid li t-theddida tal-price orders hija ammissjoni ta' falliment u l-istrutturi l-oħra li suppost iħarsu lill- konsumatur m'humiex qed jagħmlu dmirhom.", "Jien nistenna li l-uffiċċju tal-kummerċ ġust u l-istrutturi l-oħra tal- ħarsien tal-konsumatur jieħdu inizjattivi preventivi u proattivi biex jinvestigaw sew jekk huwiex ġustifikat l-għoli tal-prezzijiet ta' ċerti prodotti li jidħlu f'Malta, speċjalment prodotti ta' marka tajba.", "Jien naf li sar studju ta' xi 400 prodott f'pajjiżna.", "Il-prodotti li jidher li l- aktar isiru abbużi fuqhom huma dawk li jgawdu minn brand name famuża.", "Għaliex?", "Għax min qed ibigħhom qisu jista' jabbuża li jgħolli l-prezzijiet għax jaf li se jinxtraw lokalment.", "U hemm prodotti, per eżempju, tipi ta' kafe` li jinxtraw ogħla milli suppost.", "Hemmhekk, fil-fehma tiegħi, biex l- uffiċċju tal-kummerċ ġust ikun qed jagħmel xogħlu ta' regolatur, u ma noqogħdux naqgħu għall-price orders, għandu jagħmel investigazzjoni serja biex tiġġustifika jekk il-prezz għandux ikun daqshekk għoli.", "Dawn huma affarijiet li jsiru f'pajjiżi oħra.", "Jekk irridu li l-mekkaniżmu tas-suq ħieles ikun bilanċjat minn strutturi oħra li jħarsu lill-konsumatur, ir- regolaturi jridu jagħmlu r-rwol tagħhom.", "Il-bqija l-konsumaturi se jħossuhom bla protezzjoni ta' xejn meta jiġu f'konfront mal-forzi l-oħra tas-suq.", "L-istess ngħid fil-każ tal-mediċina.", "Il-mediċina għoliet ħafna u l-istess statistika tal-gvern turi l-qabża kbira fl-għoli tal-prezzijiet tal- mediċina.", "Min-naħa waħda għolew il-prezzijiet tal-mediċina u min-naħa oħra naqset il-varjeta` u l-kwantita` ta' mediċini li qed jidħlu f'pajjiżna.", "Waħda mir-raġunjiet hija li s-suppliers barranin qed jgħidu li s-suq tagħna tant huwa żgħir u tant ikun hemm numru żgħir ta' nies li jkollhom bżonn dawk il-mediċini li lanqas huwa ġustifikat li jibagħtuhom.", "Imma hawnhekk il-gvern għandu tort għaliex il-mod kif innegozja ma' l-Unjoni Ewropea dwar il-mediċini kien ħażin u qed jagħti riżultati ħżiena.", "Jien naf anke kollegi min-naħa tal-partit Nazzjonalista li jħossu li l-gvern irid, u nuża l-kliem tagħhom, to revisit that agreement.", "Per eżempju, jien naf anke nies li tgħidx kemm ħadmu fil-moviment \"Iva Malta fl-Ewropa\" biex Malta tidħol fl-Unjoni Ewropea li jemmnu li hemmhekk hemm bżonn li jsir xi ħaġa u rridu naraw x'nistgħu nagħmlu biex il-kwestjoni u r-reġistrazzjoni tal- mediċini ma jibqax ikollhom l-effett ħażin li qed ikollhom, li jgħollu l- prezzijiet u jnaqqsu l-varjeta` u l-għażla f'qasam li huwa tant importanti.", "Sur President, l-istess f'dak li għandu x'jaqsam mal-kontijiet tad-dawl u l- ilma, kemm għall-konsumatur kif ukoll għall-azjendi kummerċjali.", "Hawnhekk l- istrutturi għall-ħarsien tal-konsumatur fallew kompletament għax ma ħadu l- ebda inizjattiva biex jaraw jekk hijiex ġustifikata s-surcharge li daħħal il-gvern fuq il-kontijiet tad-dawl.", "Għaliex?", "Għax għola kemm għola ż-żejt minn barra - u se jkompli jogħla ż-żejt minn barra - ħa jew ma ħax passi, il-gvern, biex kemm jista` jkun itaffi dan l-uġigħ minn fuq l-ekonomija u s- soċjeta` Maltija, xorta għadu mhux trasparenti l-mod ta' kif inħadmet is- surcharge li qed tweġġa` ħafna lill-konsumaturi.", "Din qed tweġġagħhom għaliex ħafna mill-flus li qabel kienu jonfqu f'oqsma oħra issa qed jibilgħuhomlhom il-kontijiet tad-dawl u l-ilma.", "U dan biex ma nsemmix il- problemi l-oħra fil-qasam turistiku, fil-qasam kummerċjali u fil-qasam industrijali.", "Il-gvern min-naħa tiegħu, permezz ta' l-Enemalta u permezz tal-ministeru, ma ħa l-ebda passi serji biex minn Novembru li għadda, meta l-prezz taż- żejt kien mill-inqas USD20 il-barmil inqas milli hu llum...", "Lili jispjegawli li kull USD15 li jogħla fil-barmil ikollna nonfqu USD100 miljun fis-sena.", "Ara kieku ntużat l-għodda meħtieġa fix-xiri taż-żejt permezz tal-hedging u għodda oħra – wara kollox ma jeżistix il-hedging biss - kemm konna niffrankaw flus!", "Imma l-gvern webbes rasu f'dan il-qasam.", "Konna ħsibna li wara l-ex-Ministru Josef Bonnici ġie ministru li dawn l-affarijiet ma kienx se jarahom b'mod teoloġiku, qisu xi prinċipju reliġjuż.", "Din hija sempliċiment għodda ta' xiri imma l-gvern reġa` daħal fil-linja ta' qabel u reġa` beda jqisu xi prinċipju reliġjuż.", "Issa forsi qed jiċċaqlaq daqsxejn biex juża ftit il-forward buying u l-hedging.", "Imma li qed jagħmel huwa ftit wisq u huwa tard wisq.", "Sur President, jien ngħid li apparti minn hekk l-istrutturi li suppost iħarsu lill-konsumatur, l-uffiċċju tal-kummerċ ġust u l-istrutturi l-oħra li suppost qegħdin hemm biex jinforzaw il-liġijiet dwar il-ħarsien tal- konsumatur u anke l-awtorita` dwar ir-riżorsi, naqsu mid-dmirijiet tagħhom għax kellhom id-dmir li huma stess, indipendentement minn dak li qal il- gvern li se jagħmel biex jirkupra l-għoli tal-prezzijiet taż-żjut, jinvestigaw biex jaraw jekk is-surcharge huwiex ġustifikat b'dak il-mod.", "Jekk ma jagħmlux hekk allura dawn l-istrutturi jkunu qed iservu biss ta' conveyor belt għall-gvern, meta dawn suppost qegħdin hemm bħala regolaturi u biex iħarsu d-drittijiet tal-konsumaturi u taċ-ċittadini.", "Imma fil-fatt qegħdin jitilfu l-fiduċja taċ-ċittadini għax m'humiex iħarsuhom.", "U għalhekk għandna bżonn li minbarra li ngħaddu emenda bħal din, li ttejjeb il- kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali tal-membri ta' l-Unjoni Ewropea fil-ħarsien tal-konsumatur, irridu niżguraw li l-istrutturi f'pajjiżna jaħdmu u jaħdmu bis-serjeta`.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Silvio Parnis.", "ONOR.", "SILVIO PARNIS: Sur President, jien ħassejt li għandi nintervjeni f'din id-diskussjoni għax dan l-abbozz ta' liġi jitkellem dwar id- drittijiet tal-konsumatur.", "Jien naħseb li huwa tajjeb li ngħidu min hu l- konsumatur.", "Il-konsumatur huwa kull persuna li tgħix f'dan il-pajjiż għax kulħadd imur jixtri l-bżonnijiet tiegħu, mill-kbir saż-żgħir.", "Anke tarbija, għalkemm ma tmurx tixtri, hija konsumatur għax min jieħu ħsiebha jrid jixtri l-bżonnijiet tagħha wkoll.", "Il-problemi li jiltaqa` magħhom il-konsumatur huma diversi.", "Hemm, per eżempju, min jilmenta li meta jmur jixtri mhux qed jieħu value for money.", "Aħna llum ġejna hawnhekk niddiskutu biex nipprovaw, għax hekk hu d-dmir tagħna, noħorġu bi proposti biex niddefendu lill-konsumatur.", "Aħna l- politiċi niltaqgħu u nitkellmu man-nies, imma huwa importanti li meta nkunu qed nitkellmu man-nies nisimgħu sew l-ilmenti tagħhom biex imbagħad naraw kif se nimplimentaw dak li jitolbu.", "Għalhekk aħna nagħmlu l-mistoqsijiet parlamentari għax dawk huma mezz tajjeb kif wieħed ikun jista` jressaq l- ilmenti li jkunu għamlu n-nies.", "B'hekk dak li jkun qed jitlobna xi ħaġa ikun jista` jgħid li għallinqas smajnieh.", "Naħseb li dik hija l-aktar ħaġa importanti għax aħna qegħdin hawnhekk biex intejbu l-kondizzjonijiet ta' dawk li eleġġewna f'dan il-parlament.", "Aħna mhux qegħdin f'dan il-parlament għax inħobbu lilna nfusna jew għax inħobbu l-pożizzjoni tagħna imma biex intejbu l-kondizzjonijiet tal-poplu in ġenerali.", "Sur President, jien tgħallimt ħafna minn persuna li dejjem ħadmet favur iż- żgħir u l-fqir.", "Dan kien Monsinjur Romero li kien jaħdem f'El Salvador meta hemmhekk kienet għaddejja tbatija u inġustizzja kbira.", "L-Isqof Romero minkejja li ma kienx politiku, ipprova jtejjeb il-kondizzjonijiet tan-nies f'dak il-pajjiż.", "U aħna hekk irridu nagħmlu f'dan il-parlament.", "Sakemm inkunu f'dan il-parlament irridu nagħmlu mill-aħjar li nistgħu biex il- poplu tagħna ntejbulu l-kwalita` tal-ħajja tiegħu.", "Il-politiku għandu jiftaħ il-bibien kollha biex jagħti servizz lil dak li jkun għax minn hemm jintgħarfu min huma l-politiċi.", "Huma ħafna l-konsumaturi li jidhru quddiem l-istrutturi li suppost iħarsuh biex jieħdu dak li ħaqqhom.", "Kultant wieħed jistaqsi: Imma kemm ikunu pożittivi r-riżultati?", "Ħafna drabi dak li jkun jaqta` qalbu.", "Mhux l-ewwel darba li jiġu nies għandna li jgħidulna li marru l-uffiċċju tal-konsumatur u baqgħu fejn kienu jew li tant ġabuhielhom bi kbira li qatgħu qalbhom.", "Imbagħad ikollok oħrajn li jgħidulek li marru l-uffiċċju tal-konsumatur u ħadu dak li kien ħaqqhom.", "Aħna hekk nieħdu pjaċir u affarijiet bħal dawn għandna ngħiduhom ukoll f'dan il-parlament.", "Sur President, jien ma nistax ma nsemmix il-problemi li qed jiltaqgħu magħhom l-anzjani f'dak li għandu x'jaqsam mal-pilloli li jkollhom bżonn.", "Huwa veru li dawn imorru l-ispiżerija tal-gvern biex jeħduhom b'xejn imma dawn ikunu ħallsu għalihom qabel f'taxxi meta kienu jaħdmu.", "Aħna, grazzi għall-gvernijiet Laburisti preċedenti, għandna qafas soċjali tajjeb, u llum irridu nkomplu naħdmu biex intejbu iżjed il-qasam ta' l-anzjani.", "Bħalissa għandna l-anzjani tagħna li qed imorru biex jiġbru l-pilloli li jkollhom bżonn u ma jsibux minnhom fl-ispiżeriji tal-gvern.", "Allura dawn ikollhom bilfors imorru jixtruhom, min ikollu biex, għax ikun hemm minnhom li ma jkollhomx biex jixtruhom għax ikunu pilloli li jiswew ħafna flus.", "Per eżempju, il-pilloli Lescol, li l-gvern kien qatagħhom, kienu jintużaw biex iraqqu x-xaħam fid-demm.", "Issa jekk inti kont tieħu dawn il-pilloli meta kellek 50 jew 60 sena - dan jgħiduh tobba u professuri - ikun tajjeb li tibqa` teħodhom anke meta tagħlaq il-75 sena.", "Imma l-gvern iddeċieda u qal li dawn il-pilloli ma jibqgħux aktar effettivi meta wieħed jagħlaq il-75 sena.", "Pero` nerġa` ngħid li meta tkellimna ma' tobba u professuri qalulna li jekk wieħed jibda jeħodhom ta' 75 sena ma jkunux effettivi, imma jekk wieħed jibda jeħodhom ta' 60 sena, dawn jibqgħu effettivi anke meta jagħlaq il-75 sena.", "U din hija waħda mill-problema li l-anzjani, għax l-anzjani huma konsumaturi wkoll, qed iħabbtu wiċċhom magħha.", "Sur President, x'inhi s-sitwazzjoni f'dak li għandu x'jaqsam mal-pilloli?", "Nista' ngħid li ħafna mill-pilloli li kienu jiġu m'għadhomx isibuhom l- anzjani tagħna.", "Dalgħodu stess kellmitni anzjani u qalti li l-pilloli li kienet tieħu m'għadhomx jiġu hawn Malta u issa se tikteb barra minn Malta biex forsi jirnexxielha tixtrihom minn barra.", "Din il-ġimgħa ġiet persuna oħra għandi u qalti li t-tifla tagħha tuża l-cholostomy bags u l-gvern jagħtiha waħda kuljum meta t-tifla jkollha bżonn tlieta kuljum bil- konsegwenza li qed ikollha tixtri l-kumplament.", "Għalhekk jien stedintha biex tiġi titkellem fuq programm li nagħmel jien - jien nemmen ħafna fil- volontarjat - biex naraw kif nistgħu ngħinuha.", "Fil-fatt issa qegħdin nipprovaw ngħinuha.", "In-nies qed iħallsu ħafna flus lill-insurances u waħda mill-problemi li qed ikollna ħafna ilmenti fuqha hija meta l-konsumatur imur jagħmel xi claim għand l-insurance tiegħu, għax jaqilgħulu qalbu u ma jeħux dak li bi dritt huwa tiegħu.", "Issa li dieħel is-sajf jibdew jirreklamaw kif persuna tista` tirqaq u jibdew jgħidulek li biex fis-sajf il-figura tiegħek tidher aħjar għandek tieħu ċerti pilloli.", "Jien nemmen li dan huwa daħk fil-wiċċ.", "Ovvjament dawn il-pilloli jkunu effettivi imma mhux li jġibuk kif trid int fi ftit ġranet jew fi ftit ġimgħat.", "Dawn huma affarijiet li ma jixirqux lill-konsumaturi tagħna.", "Naħseb li hawnhekk għandha tidħol ukoll ir-responsabilita` tax-xandara.", "Dawn għandhom jaraw li dak li jkun qed jintqal fir-reklam ikun minnu għax ir-reklamar għandu effett kbir fuq il-konsumatur.", "Per eżempju, darba kien hemm kumpannija li bdiet tipproduċi s-sapun u toħroġu għall-bejgħ fis-swieq kollha tad-dinja, imma din is-sapuna xejn ma kellha suċċess għax il-mod kif kienet ippakkjata xejn ma kienet tiġbed l- għajn.", "X'għamlet din il-kumpannija?", "Ġabret lura s-sapun kollu, għax kieku ħallietu jintrema` kienet tfalli, bidlu r-wrapping paper, reġgħu ħarġuh fis- suq u mhux talli nbiegħ kollu talli llum din is-sapuna saret waħda mill- aktar sapun li jinbiegħ fid-dinja kollha.", "Imma apparti dan.", "Li rrid ngħid jien huwa li r-reklamar tagħna għandu jkun mod ta' kif wieħed iwassal messaġġ mingħajr ma jqarraq għax il-konsumatur mill-ewwel jibla`, biex ngħid hekk, dak li jkun qed jintqal.", "Mhux sewwa li f'ċerti reklami noqogħdu ngħidu li jekk tieħu ċertu prodott, dan qisu se jagħmillek il- mirakli.", "Naħseb li għandha tkun anke r-responsabbilta` tal-media, ta' min iwassal ir-reklamar, li jiddefendi wkoll lill-konsumatur.", "Sur President, jien wieħed minn dawk li nemmen li huwa tajjeb li nitkellmu u niltaqgħu man-nies.", "Għaliex?", "Għax in-nies huma l-ikbar għalliema li tista` tiltaqa` magħhom.", "Ġieli tiltaqa` ma' bniedem li ma jkunx jaf skola imma tiskanta kif ikun kapaċi jagħtik parir li jibqa` f'moħħok tul ħajtek kollha.", "Dan ifisser li kulħadd huwa kapaċi jgħallmek xi ħaġa.", "Din il- ġimgħa ġiet waħda tkellimni u qaltli li kienet rebħet xi rigal minn fuq xi programm tat-televiżjoni jew tar-radju u meta marret u ġabret dan ir-rigal sabet li l-prodott kien ta' kwalita` inferjuri.", "Marret l-uffiċċju tal- konsumatur, imma tant kienet ambigwa l-biċċa tax-xogħol li spiċċat li ma ħaditx dak li bi dritt kien tagħha jiġifieri ħafna drabi jkunu qed jgħaddu passata bil-konsumaturi.", "Jgħidulhom li, per eżempju, se jtellgħulhom rigali bħal ngħidu aħna vjaġġ għat-tali pajjiż, u meta dak li jkun jirbaħ dak ir- rigal isib li fil-fatt ma jkun rebaħ xejn għax imbagħad isib li jrid iħallas tant f'taxxi, tant għal-lukanda u tant għal xi ħaġa oħra.", "Jien nagħmel programmi fuq it-televiżjoni u ġieli jiġi xi ħadd b'xi vouchers biex intellagħhom bħala rigali imma jien ma naċċettahomx għax lin-nies ma tistax tidħak bihom.", "Imbagħad għandi jiġu n-nies mhux għand dak li jkun tani l-vouchers.", "Il-drittjiet tal-konsumatur m'humiex xi logħba.", "Meta n-nies ġew għandna biex ikellmuna fuq id-drittijiet tagħna ġew għandna għaliex jemmnu fina.", "Min qiegħed f'dan il-parlament qiegħed hawnhekk għax il-poplu emmen fih.", "Il-poplu ra li aħna nistgħu ntejbulhom il-ħajja tagħhom u l-kondizzjonijiet tagħhom.", "Dan hu li l-konsumatur ikun qiegħed jistenna minna bħala politiċi denji u indaf.", "U dak huwa l-importanti, li tkun politiku nadif u politiku li n-nies jemmnu fik.", "Meta n-nies imorru quddiem it-tribunal isibu problemi varji u din hija l-ewwel ħaġa li enfasizzajt fuqha u li tkellem fuqha wkoll l-Onor.", "Evarist Bartolo.", "Hemm il-problema tat-taraġ u l-problema tal-post.", "Aħna qegħdin nitfgħu dawn il-proposti tagħna biex l-affarijiet intejbuhom għaliex aħna bħala oppożizzjoni serja rridu noħorġu wkoll bil-proposti u rridu noħorġu wkoll bil-kritika kostruttiva tagħna ħalli n-nies jifhmu li aħna meta nkunu fil-gvern, se nagħmlu l-affarijiet bis-serjeta` taħt il-kap tagħna l-Onor.", "Alfred Sant u ntejbu l-affarijiet f'dan il-pajjiż.", "Dan li qed nipprovaw nagħmlu u l-aħħar elezzjonijiet tal-kunsilli lokali juru li l-poplu tagħna qed juri fiduċja fina u fil-gvern futur ta' l-Onor.", "Alfred Sant li għada u pitgħada jrid imexxi lil pajjiżna.", "Sur President, la qed nitkellmu fuq il-konsumatur ma nistax ma nsemmix il- kontijiet tad-dawl u l-ilma u t-tgergir li hawn fuq is-surcharge li daħħal il-gvern.", "Illum tmur fejn tmur, tgergir fuqha tisma' u jekk xi ħadd jaħseb li min igerger fuqha huwa Laburist, allura Malta kollha hija Laburista!", "Il- bieraħ ħadt pjaċir meta smajt lil-leader tagħna, flimkien ma' l-Onor.", "Joe Mizzi, jgħidu li se jagħmlu xi ħaġa fuq is-surcharge.", "Per eżempju, jien jiġu għandi anzjani - jew ikolli mmur għandhom - b'kontijiet ta' Lm400 jew ta' Lm300!", "Dawn l-anzjani qegħdin jgħaddu minn ħafna problemi u jekk mhux se niddefenduhom aħna tal-partit Laburista, allura aħna se nkunu bħall- oħrajn u jien ma rridx inkun bħall-oħrajn.", "Aħna rridu nkunu differenti u għalhekk qegħdin ngħidu li meta nitilgħu aħna se jisbaħ jum ġdid u sabiħ għal pajjiżna.", "Dawk kollha li qatgħu qalbhom għandhom jagħmlu kuraġġ u hawnhekk qed ninkludi wkoll lin-negozjanti.", "Jien niltaqa' ma' negozjanti li ma jissimpatizzawx mal-partit Laburista imma t-tgergir li qed nisimgħu mingħandhom huwa inkredibbli.", "Qed jiġu fuqna u jgħidulna: Intom x'se tagħmlu?", "Aħna ngħidulhom li aħna għandna l-proposti tagħna u biex jisimgħu x'qed jgħidu l-mexxejja tagħna għax għada jew pitgħada trid tkun din l-oppożizzjoni li tmexxi l-gvern.", "Sur President, meta nitkellem fuq dan il-qasam ma nistax ma nsemmix l-għoli tal-ħajja li qed jolqot tant nies, b'mod speċjali lill-anzjani li ħafna minnhom ikunu dijabetiċi u jkunu jridu joqogħdu fuq dieta stretta.", "Niftakru lill-ex-prim ministru jgħidilna biex immorru niġru ma' Malta u naraw minn fejn jaqblilna imma dak l-anzjan marid u bedridden jista' jagħmel hekk, Sur President?", "Din il-ġimgħa jien kont qiegħed indur fid-djar tan-nies u kien hemm wieħed li qalli biex ma nidħolx għand waħda anzjana għax hija Nazzjonalista imma jien għedtlu li jien nidħol għand kulħadd għax il-voti ġġibhom mingħand kulħadd.", "Bħalissa hawn ħafna għaks u tgergir u allura issa huwa l-mument opportun biex il-partit Laburista jkompli jkabbar il- maġġoranza tiegħu għaliex in-Nazzjonalisti qed isibu l-bibien magħluqa min- naħa tal-gvern tagħhom li ilu 20 sena jwiegħed minħabba l-kilba tal-poter.", "Pero` nista' ngħid li ħafna minn dak li wiegħed ma wettqux.", "Din l-anzjana Nazzjonalista qaltilna li l-partit Nazzjonalista daħak biha u qaltilna wkoll li n-nies fit-triq tagħha qed igħidu li l-gvern wiegħed li l- Ewropa se ġġib il-ġid imma minn dan kollu ma ġara xejn!", "(Interruzzjonijiet) Arahom x'jiddieħqu!", "Din hi t-tattika tagħhom.", "Dak li ngħidu aħna kollox ħażin u dak li jgħidu huma kollox tajjeb.", "Din hija t- tattika tal-partit Nazzjonalista!", "Sur President, mhux aħjar naraw x'se nagħmlu għaliex jien dejjem ngħid li jien qiegħed f'dan il-parlament biex niddefendi lil kulħadd speċjalment liż-żgħir u lill-batut.", "Din il-faxxa taż-żgħir u tal-batut qiegħda tikber u nafu l-istorja x'tgħallimna.", "Waqt li l-gvernijiet Laburisti neħħew il-faqar, issa taħt dan il-gvern Nazzjonalista, il-faqar qed jerġa' jfeġġ.", "Aktar minn hekk, fejn qabel konna ngħidu li l-faqar qiegħed moħbi, illum ħadd m'hu qed jiddardar biex jiġi jkellmek u jgħidlek biex tgħinu għaliex ikun jinsab f'xifer l-irdum.", "Għandna ħafna nies li ma jistgħux ikampaw bil-prezzijiet għoljin tad-dawl u ta' l-ilma u għandna oħrajn li qatgħu qalbhom li jkollhom post tagħhom għax m'għandhomx il-job security li hemm bżonn biex jieħdu loan mill-bank.", "U la qed insemmi dan il-punt, minn hawnhekk nixtieq nieħu l-okkażjoni biex insellem lill-ħaddiema tad-Denim services limited u f'dan ir-rigward ngħid li nagħmlu żball bħala partit Laburista li ma nibqgħux insemmu dawn id- daqqiet, waħda wara l-oħra, li qiegħed jieħu l-ħaddiem Malti.", "Issa l-gvern qalilna li dawn il-ħaddiema kollha sabu l-postijiet tax-xogħol imma jien ngħidlu li dan mhux veru għaliex hemm ħaddiema mid-distrett tiegħi li ġew jgħiduli li għadhom ma sabux xogħol.", "U ara ma ngħajruhomx li huma għażżenin!", "Għalhekk ngħid li j'Alla jasal mument sabiħ għal dan il-pajjiż tagħna.", "Jien nixtieq li llum jasal dan il-mument sabiħ għaliex ix-xogħol huwa dritt ta' kulħadd.", "Aħna tal-partit Laburista verament naħdmu biex nagħtu l-aħjar li nistgħu lin-nies li qegħdin ibatu u liż-żgħażagħ tagħna li qegħdin jgħaddu minn żmenijiet diffiċli.", "Mhux sewwa li fil-pajjiż tagħna jkollna l-klassijiet.", "Fi żmien gvern Laburista kien hemm il-klassi tan- nofs u s-sinjur għaliex in-nies sinjuri ma tistax tkissirhom, imma llum għandna żewġ klassijiet oħra, il-fqir u s-sinjur.", "Jekk se nibqgħu f'dan il- pajjiż tagħna nagħlqu widnejna għall-karba ta' min qiegħed ibati, inkunu għamilna l-ikbar foul f'dan il-parlament u n-nies ikunu tellgħuna għalxejn.", "Jien nittama li b'dawn it-taxxi kollha ssir xi ħaġa għall-ġid tal-poplu għax ma jistax ikun li l-aktar batut ikompli jaqla' fuq rasu.", "Jeħtieġ li nieqfu u ngħidu li l-ħaddiema, l-anzjani u ż-żgħażagħ tagħna ma jistgħux jibqgħu jiġu ntaxxati b'dan il-mod u ma jistax ikun li jibqgħu jsibu dawn il-bibien kollha magħluqa.", "Nittama li issa li qegħdin niddiskutu dan l- abbozz ta' liġi joħorġu affarijiet pożittivi għaliex jien ngħid li l-poplu tagħna ma jistax ikompli jbati kif qiegħed ibati.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Charles Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Sur President, l-għan ta' dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna huwa biex nimplimentaw u ndaħħlu bħala parti mil-liġi tagħna, regolament ta' l-Unjoni Ewropea fejn insaħħu l-kooperazzjoni bejn awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-inforzar tal-liġijiet dwar il- protezzjoni tal-konsumatur.", "Huwa fatt li fid-dinja li qegħdin fiha, f'dinja globalizzata, għandek l-operaturi ekonomiċi li qegħdin jintegraw flimkien jew jixtru operaturi iżgħar minnhom u allura, aktar ma jgħaddi ż-żmien, aktar jiżviluppaw dawk li jgħidulhom global players b'saħħa ekonomika qawwija.", "Fil-fatt matul l-aħħar snin wieħed mill-akbar negozji fis-settur finanzjarju kienu l-mergers u t-takeovers u dawn għadhom għaddejjin bil- qawwa kollha.", "Aktar ma jgħaddi ż-żmien, dan qed narawh jiżviluppa wkoll fl- Unjoni Ewropea wkoll u r-riżultat ta' dan kollu huwa li se jkollna aktar operaturi ta' natura internazzjonali li se jkunu qed jipprovdu mhux servizz wieħed imma ħafna servizzi li fil-maġġor parti tagħhom ikunu relatati u oħrajn mhux daqstant relatati.", "Quddiem dan kollu, jekk il-konsumatur ma jkollux istituzzjoni u framework legali li jkun qed jipproteġih, dan se jkun esplojtjat għax ma jkollu l-ebda say la fuq il-kwalita`, la fuq il- prodott u lanqas fuq il-prezz.", "Huwa proprju fid-dawl ta' dan l-iżvilupp ekonomiku li beda dieħel il-konċett ta' regolatur fil-pajjiż individwali ħalli jkun hu li jfassal u jesegwixxi dak il-framework legali li l-għan ewlieni tiegħu huwa l-ħarsien tad-drittijiet tal-konsumatur.", "Dan huwa importanti għaliex meta għandek legal framework tajjeb u meta għandek istituzzjoni li tkun verament watchdog u tħares l-interessi tal- konsumatur, il-global player iġġiegħlu jopera f'dawk il-parametri li fl- aħħar mill-aħħar ikunu aċċettabbli.", "Ovvjament l-għan ewlieni tiegħu jibqa' l-profitt imma xorta jkun irid jilħaq l-aspirazzjonijiet tal-konsumatur billi jassigura li l-prodott u s-servizz li jagħti jkun affordable u anke li jagħti ċerti garanziji dwar il-kwalita` tal-prodott u l- implikazzjonijiet kollha tiegħu.", "Sur Presidet, biex il-konsumatur jieħu dak li ġie mwiegħed irid ikollok framework legali li jassigura dan.", "L-għan ta' din il-liġi huwa li jkun hemm kollaborazzjoni bejn l-istituzzjonijiet tal-pajjiżi individwali fl-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-ħarsien tal- konsumatur u allura naħseb li huwa opportun li apparti l-emendi li din il- liġi qed tagħmel fuq diversi istituzzjonijiet regolatorji dwar il-ħarsien tal-konsumatur, niddiskutu dwar kemm dawn l-istituzzjonijiet regolatorji qegħdin iħarsu l-interess tal-konsumatur.", "Il-konsumatur qed iħossu protett?", "Il-konsumatur qed jieħu s-servizz li ħaqqu għall-flus li jkun qed iħallas?", "F'każi fejn il-konsumatur jiġi misruq jew imwiegħed affarijiet li mbagħad ma jkunux veru, l-inforzar kontra dak l-abbuż huwa espedjenti u effettiv, Sur President?", "Jien naħseb li jekk wieħed iħares dawra madwaru mill-ewwel jinduna li f'ħafna oqsma, il-konsumatur qiegħed iħossu espost jew addirittura misruq u allura dan il-kliem kollu li għandna hawnhekk jibqa' fuq il-karta.", "Sfortunatament anke l-poplu qed jaċċettaha din il-ħaġa u mhux l-ewwel darba li tisma' lin-nies jgħidulek li l-liġijiet qegħdin fuq il-karta biss għax effettivament huma ma jgawdu mill-ebda protezzjoni.", "U aktar ma jgħaddi ż- żmien, dan aktar qiegħed iseħħ.", "Hawnhekk ma nistax ma nsemmix, per eżempju, li waħda mill-aktar affarijiet li qed iddejjaq lill-konsumaturi hija s-sistema tal-wardens.", "Pero` qabel nibda nixtieq nagħmilha ċara li bl- ebda mod din in-naħa m'hu qed tgħid li l-inforzar ekwu u ġust tal-liġi m'għandux iseħħ.", "Imma min-naħa l-oħra, dak l-inforzar ma tistax tużah bħala għodda kważi kważi abbużiva bil-għan ewlieni li ddaħħal il-flus mill-multi favur min ikun qed jinforza u jmexxi dik is-sistema u a benefiċċju ta' ċerti kunsilli li jħeġġu dan l-inforzar għax ikollhom aktar flus f'idejhom.", "Sur President, issa xbajna naraw kritika fil-gazzetti dwar dan u naħseb li wasal iż-żmien li l-gvern jew id-dipartiment tal-kunsilli lokali jagħmel audit tal-ħidma tal-wardens matul dawn l-aħħar snin, jara kif dawn qegħdin joperaw u finalment jekk ir-riżultat li kien intiż intlaħaqx jew le.", "Għaliex qed ngħid dan?", "Għax jekk, per eżempju, il-wardens qegħdin hemmhekk biex jidderieġu t-traffiku jew biex ikun hemm aktar security fit-toroq, waħda mill-aktar affarijiet li jinkwetaw fuqhom anzjani li ltqajt magħhom kienet kemm huwa diffiċli biex taqsam it-toroq għaliex kulħadd isuq b'mod aggressiv anke ġo l-abitat.", "Dan huwa sentiment komuni fost l-anzjani u issa ilna nitkellmu fuq soċjeta` li qed tikber aktar fl-eta`.", "Dawn il- konsiderazzjonijiet ma jaffettwalhomx il-kwalita` tal-ħajja tagħhom?", "Allura għalfejn il-wardens qegħdin joqogħdu wara l-kantunieri jistennew lil xi ħadd li aċċidentalment tmurlu bozza jew lil xi ħaddieħor li jaqbeż b'tikka l-linji tal-parking biex iwaħħlulu multa?", "Dan qed jiġri għax il-kriterju ta' l-inforzar tal-liġijiet m'humiex fl-aħjar interess taċ-ċittadin imma huwa dwar kemm se jinġabru flus mill-multi u kemm qed tikber il-cost ta' l- amministrazzjoni ta' dik is-sistema kollha.", "Għalhekk huwa importanti li nagħmlu evalwazzjoni u naraw għaliex waqqafnihom dawn.", "Is-sistema tal- wardens għamilniha biex ikollna sors ta' revenue għal min ikun qed iħaddimha jew biex tħares liċ-ċittadin b'mod in ġenerali?", "Issa qed joqrob is-sajf, per eżempju, u waħda mill-aktar affarijiet li lili toffendini hija li tara karozzi pparkjati waħda ħdejn l-oħra eżatt mal- beaches, meta suppost hemmhekk huwa post fejn in-nies imorru jqattgħu ftit tal-ħin.", "Imma allura hemm għalfejn li dawn jinżlu mal-beaches bil-karozzi?", "Dawn huma affarijiet żgħar imma nitkellmu fuq enforcement u mbagħad abbuż lampanti bħal dak tarah għaddej matul is-sajf kollu.", "Mhux hekk biss imma tara wkoll ħafna nies imsakkrin fi djarhom għax ikun hemm nies li abbużivament ikunu pparkjaw quddiem il-garaxxijiet tagħhom u l-warden ma tarah imkien.", "Imma mbagħad jekk issib post fejn in-nies ikunu prone li jagħmlu xi ħaġa li jistgħu jiġu mmultati fuqha, il-preżenza tiegħu tkun permanenti.", "Huma dawn l-affarijiet li aħna rridu nwieżnu u nagħmlu evalwazzjoni tagħhom.", "L-iskop huwa li noħolqu framework legalistiku u istituzzjoni biex tħares effettivament liċ-ċittadini tagħna u għalhekk ngħid li wasal iż-żmien li nagħmlu audit ta' din is-sistema u naraw li jekk effettivament din hijiex qed tilħaq l-għanijiet tagħha.", "Per eżempju, aħna nitkellmu wkoll fuq l-aspett ta' l-ambjent.", "Mingħalija kellna wkoll il- wardens dwar l-ambjent biex l-ambjent tagħna jibqa' nadif imma min ikun dilettant, imur fil-widien tagħna jew fil-ftit kampanja li baqalgħna u jara kull tip ta' skart li jintefa' bl-addoċċ u b'mod abbużiv jiġifieri hemmhekk l-inforzar mhux qed ikun effettiv.", "Il-ħarsien ta' l-ambjent huwa importanti kemm għalina biex ingawdu ftit il-kampanja u anke għat-turiżmu.", "Dawn l- affarijiet kulħadd jaqbel magħhom imma x'qed isir dwar dan?", "M'hu qed isir xejn għax l-abbużi jibqgħu għaddejjin.", "Allura kif jista' ċ-ċittadin ikollu fiduċja fl-istituzzjonijiet?", "Ħaġa oħra li wieħed ma jistax ma josservax huwa dwar il-qasam ta' l- advertising.", "Riċentement f'xi statistika rajna li wieħed mill-akbar aspetti negattivi tas-soċjeta` tagħna huwa li għandna ħafna żgħażagħ taħt l- eta` ta' 16-il sena li jikkonsmaw ħafna alkoħol.", "L-użu raġunat ta' l- alkoħol huwa tajjeb għaliex fid-dinja kwalunkwe ħaġa li tintuża bil- moderazzjoni hija tajba u dan mhux qed ngħidu jien imma kien jingħad minn filosofi anke qabel Kristu.", "Pero` l-użu eċċessiv żgur li ma jagħmilx ġid u dan qed joħroġ fl-istatistiċi tagħna.", "Għalhekk min qed jipproteġi ż- żgħażagħ jew min għandu l-iskop li jipproteġi liż-żgħażagħ inkluż aħna, għandu jirrikkmanda li, per eżempju, ma jsirux reklami ta' l-alkoħol f'ħinijiet fejn ikun hemm it-tfal jaraw it-television.", "Barra minn hekk għadna ma ddeċidejniex jekk għandniex nippermettu konsum ta' alkoħol taħt it-18-il sena jew le.", "Jien mhux se nidħol f'dak il-mertu pero` ejja ħalli niddiskutuh dan.", "Jien wieħed minn dawk li qed jgħidu li jekk qed isir l- abbuż mill-alkoħol u dan qed jiggrava, jeħtieġ li jkollna l-kuraġġ li nieħdu din id-deċiżjoni.", "Biss biss, fl-Istati Uniti li huwa pajjiż ferm liberali, il-konsum ta' l-alkoħol taħt it-18-il sena huwa projbit.", "Aktar minn hekk, l-advertising li qed jinfluwenza liż-żgħażagħ tagħna b'mod negattiv għandu jiġi ppropagat?", "Per eżempju, hawnhekk nista' nsemmi l- advertising dwar il-gambling u l-logħob.", "Jekk waħda mill-problemi soċjali li qegħdin naraw hija t-tixrid tal-logħob, mhux biss fil-casino imma fil- logħob tal-lottu sfrenat ta' kwalunkwe tip, għandna nħallu dawn ir-reklami jekk qegħdin ngħidu li dawn jagħmlu ħsara lill-aspett soċjali u aħna għandna obbligu li nipproteġu lis-soċjeta`?", "Hawnhekk qed nitkellem fuq kwestjoni ta' etika.", "Qed ikun hemm xi ħadd li jagħmel rakkmandazzjonijiet biex jitfasslu regoli neċessarji ħalli ma ssirx pubbliċita` f'ċerti ħinijiet fl-aħjar interess taż-żgħażagħ tagħna?", "Hawn mhux qed nimponu restrizzjonijiet fuq iż-żgħażagħ tagħna.", "Mhux qed ngħidulhom biex ma jaqrawx dak jew ma jaqrawx l-ieħor imma għandu jkun hemm sens ta' direzzjoni u sens ta' etika biex nipprevjenu l-ħsara.", "Per eżempju, jekk ma nħallux lil xi ħadd isuq b'mod eċċessiv, nagħmlu hekk biex nevitawlu li jkollu xi inċident u għalhekk bl-ebda mod ma nkunu qed inrażżnulu l- liberta` tiegħu anzi nkunu qed nagħmlulu l-ġid.", "Dan jgħodd ukoll fl-oqsma l-oħra tal-ħajja għax fis-soċjeta` tagħna huwa importanti li jkun hemm elementi bħal dawn li jagħtu s-sens ta' direzzjoni lis-soċjeta` li qed timmatura imma li tħares ukoll lil min huwa vulnerabbli.", "Dawn huma elementi importanti li jiġu mill-awtoritajiet u mir-regolaturi li anke jkollhom il-poter - tramite l-liġi li tkun waqqfithom - li jintervjenu fejn iħossu li għandhom jintervjenu.", "Dawn jistgħu jintervjenu billi jagħmlu r-rakkmandazzjonijiet tagħhom jew tista' tkun xi istituzzjoni oħra li tagħmel xi dikjarazzjoni mbagħad sta għar-responsabbilta` tagħna bħala membri parlamentari li nieħdu l-passi.", "Per eżempju, dan l-aħħar kellna rapport fuq il-MEPA u rriżulta li din hija b'saħħitha ma' min hu dgħajjef u dgħajfa ma' min b'saħħtu.", "Jien kont nistenna xi reazzjoni dwar dan ħalli naraw għal xiex qed jiġri hekk.", "Li jkollok xi ħaġa li tirregola l-iżvilupp fil-pajjiż huwa tajjeb pero` m'huwiex ġustifikat li dik l-istituzzjoni ssir mostru ta' burokrazija fejn min jirnexxielu jsib it-tarf tal-ħabel, jimxi u min ma jirnexxielux, jibqa' fejn hu.", "Min qed jipproteġi lil dan ta' l- aħħar?", "Hawnhekk qed ngħidu li aħna qed nagħmlu liġi biex ikun hemm rabtiet ma' l-istituzzjonijiet Ewropej sabiex dan jiġi protett.", "Wieħed jgħidlek li huwa abbużat f'Malta għax m'għandux il-kuntatti left, right and centre u ħadd ma jipproteġih.", "Allura x'jista' jfisser li jkollna liġi bħal din biex aħna nintegraw il-forza tagħna mal-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea?", "Hawnhekk jidħol il-frame of mind ta' kif topera istituzzjoni għax din tista' topera b'mod li tipprova tevita x-xogħol, b'dispożizzjoni negattiva jew inkella b'dispożizzjoni regolatorja fejn tipprovdi kriterji ċari li hi timxi fuqhom sabiex kulmin japplika jkun jaf li taħt dawn il- kriterji, dak li huwa dritt tiegħu se jingħatalu.", "Lejn dan irridu nersqu jekk irridu verament li jkun hemm fiduċja fl-istituzzjonijiet.", "Wieħed jista' jibqa' jsemmi ħaġa wara l-oħra u x'qed jiġri u mhux qed jiġri.", "Dan kollu bilfors iwassal biex il-poplu ma jħossux protett.", "Apparti minn dan, id-deċiżjonijiet ma jridux idumu biex jittieħdu għax din fiha nnifisha hija inġustizzja wkoll.", "Kulħadd jistenna li kemm jista' jkun l-affarijiet jiġu deċiżi mhux biss b'fairness imma kemm jista' jkun malajr.", "Sur President, wieħed mill-aktar elementi li qed jinkwieta lill-poplu huwa appuntu r-rata ta' l-inflazzjoni u llum il-gvern qed iħossu li huwa bla saħħa biex jirregolaha għax l-istituzzjonijiet tiegħu stess huma kompletament ineffettivi.", "Għaliex?", "Ħalli nieħdu l-mediċini bħala eżempju.", "Kellna stqarrijiet mill-istess Ministru Deguara li", "hawn nuqqas ta' mediċini fis-suq u dan il-punt qed jissemma għax qed jeffettwa saħħet in-nies.", "Sa ftit taż-żmien ilu kien hawn numru kbir ta' mediċini fis-suq.", "Fil-fatt kellna varjeta` ta' mediċini ta' ċerti brands u kellna mediċini oħrajn ġeneriċi li jaqdu l-istess funzjoni imma bi prezzijiet li jistgħu jintlaħqu minn kulħadd u b'hekk ma jkunux ta' piż kbir fuq min ikollu bżonnhom.", "Ħadd ma jmur jixtri l-mediċini għall-gost imma dawn jixtrihom għax ikun kostrett.", "Mela l-ewwel ħaġa rridu naraw għalfejn in-numru ta' mediċini f'daqqa waħda naqas mis-suq.", "Aħna smajna diversi verżjonijiet pero` jien naċċetta kull verżjoni with a pinch of salt għax fl-aħħar mill-aħħar li jinteressani hu li aktar ma jgħaddi żmien, aktar il-konsumatur qed jintlaqat ħażin.", "Hawn prodotti tal-mediċina li f'Malta huma aktar għoljin minn pajjiżi oħra ta' l-Unjoni Ewropea u din hija xi ħaġa stramba għax aħna issa nagħmlu parti mill-unjoni.", "Aħna suppost nilħqu l-livell tagħhom imma apparentement din is-sistema donnha taħdem għall-pajjiżi kollha minbarra tagħna.", "Sur President, min qed jipproteġi lill-konsumatur f'dawk li huma prezzijiet, matul dawn l-aħħar snin x'għamel?", "Xejn!", "Tant m'għamel xejn li l-gvern issa qal li se joħroġ il-price orders.", "Issa fil-passat meta kienu jissemmew il-price orders kienu jinqalgħu l-irwiefen kollha u issa dawn tħabbru erba' ġimgħat ilu minn dan il-gvern.", "Iżda għax f'daqqa waħda kien hemm reazzjoni qawwija minn ċerti operaturi, waqaf kollox u ma sar xejn minflokhom.", "Allura bqajna b'ħafna tgergir u b'ħafna akkużi.", "In-naħa tal- gvern iwaħħlu fl-importaturi u l-importaturi jwaħħlu fil-gvern u fil-ftehim li għamel ma' l-Unjoni Ewropea dwar ir-reġistrazzjoni tal-mediċini u l- konsumaturi spiċċaw qishom ballun tat-tennis li fl-aħħar mill-aħħar iridu jħallsu l-prezzijiet li jitolbuhom, ikunu kemm ikunu.", "Allura r-regolatur m'għandux jagħti rapport lil dan il-parlament dwar fejn qiegħda l-problema biex jekk ikun hemm bżonn nintervjenu, nagħmlu dan u nirranġaw is-sistema u jekk ikun hemm xi ħadd li qed jabbuża, inwaqqfuh?", "Hawnhekk qed nagħti l- benefiċċju tad-dubju lil kulħadd għax ma nafu xejn dwar dan, ħlief li l- konsumatur qed ibati u għalina dan mhux tollerabbli.", "Dan jgħodd speċjalment għaliex jekk naraw l-istatistika, insibu li l-mediċini huma l- aktar li qegħdin jikkontribwixxu fuq ir-rata ta' inflazzjoni li qed", "tikber u kważi laħqet 3% li hija aktar mill-average Ewropew.", "Barra minn hekk, id-dħul tal-parti l-kbira tal-ħaddiema naqas jew ma żdiedx.", "Dan ifisser li l-konsumatur qed jaqlagħha miż-żewġ naħat u mbierek Alla silenzju assolut, donnu ħadd ma jaf x'qed jagħmel issa!", "Mela l-ewwel jitkellmu fuq price orders u jgħidu li se nagħmlu hekk u mbagħad ma jsir xejn.", "L-istess fuq il-prodotti ta' l-ikel.", "Jien hawnhekk qed insemmi l-affarijiet essenzjali.", "Per eżempju, fl-1 ta' Mejju ta' l-2004 tgħidx kemm qalulna li se jorħsu l-affarijiet.", "Kienu jgħidu li se jkollna inbejjed u għaġin b'xejn.", "Din kienet il-kantaliena, Sur President.", "Imma issa din intesiet ukoll għax anke l-prodotti ta' l-ikel qed jogħlew u qed jikkontribwixxu sostanzjalment għar-rata ta' l-inflazzjoni.", "Min għandu dubju jekk jien hux qed ngħid il-verita`, kulma għandu jagħmel hu li jagħti ħarsa lejn il- quarterly review tal-Bank Ċentrali u hemmhekk jaqra dwar x'inhuma l- affarijiet li qegħdin jikkontribwixxu għaż-żieda fir-rata ta' l- inflazzjoni, rata li hu mistenni li se togħla aktar.", "Dan għaliex qed ikollok aktar żvilupp fil-kumplament tal-pajjiżi Ewropej filwaqt li f'Malta l-iżvilupp huwa dubjuż.", "Fil-fatt il-gvernatur tal-Bank Ċentrali, f'paġna 49 tal-quarterly review, qal li ż-żieda ta' 1.7% li ġiet reġistrata fl- aħħar quarter tas-sena li għaddiet hija inkoraġġanti imma huwa kmieni ħafna biex tgħid jekk dan it-tkabbir hux se jkun sostnut.", "Jiġifieri hawnhekk anke min donnu qed juri ċerta konvinżjoni li l-ekonomija tagħna qed tiżviluppa wkoll, qed jesprimi dan b'ċerta kawtela.", "Anke jekk dan huwa minnu, skond l-IMF, il-prospett ta' l-iżvilupp ekonomiku madwar id-dinja kollha se jkun ta' 4%.", "Allura aħna se nibqgħu lura?", "La se jiġri dan, hemm il-probabbilta` li se tiżdied l-inflazzjoni minn barra u aħna bħala ekonomija miftuħa jkollna nimportaw dik l-inflazzjoni.", "Pero` apparti dan, fejn qegħdin ir-regolaturi biex iserrħulna moħħna li m'hemmx abbuż fis-suq jew li m'hemmx sitwazzjoni monopolistika moħbija fis- suq li qed teffettwa dawn il-prezzijiet ta' l-aktar elementi essenzjali?", "Meta qed nitkellem hekk, mhux qed ngħid xi ħaġa ta' barra minn hawn għax kulħadd jaf x'għamlulu lil Bill Gates.", "Fil-fatt għadha għaddejja kawża fl- Unjoni Ewropea dwar id-dominanza tiegħu fis-suq biex jipprovaw jikkontrollawh.", "Hawnhekk semmejt bniedem li jafu kulħadd u li minkejja s- saħħa globali li għandu, xorta waħda l-istituzzjonijiet ħadmu kontrih biex iħarsu lill-konsumatur.", "Sfortunatament hawn Malta dan ma jsirx.", "Sur President, ma nistax ma nsemmix il-każ klassiku tal-prezzijiet taż- żejt.", "Madwar erba' ġimgħat ilu fuq din il-mejda tal-Kamra ġie mqiegħed ir- rapport tal-fuel procurement committee li jgħid ċar u tond li mill-1999 sas- sena 2005, il-prezz tal-fuel kien qed jiżdied kostantement.", "Mela t-trend f'dawn l-aħħar sitt snin kienet tgħidlek biex taħseb għal dan għax il- prezzijiet 'il fuq telgħin.", "Sfortunatament il-gvern jew l-Enemalta ma ħasbux dwar dan.", "Malta tikkonsma madwar 1 miljun tunnellata metrika ta' prodotti ta' fossil fuel fis-sena u minkejja li dan nistgħu narawh bħala ammont kbir, għas-swieq internazzjonali huwa ammont żgħir u għalhekk aktar u aktar wieħed jistenna li wieħed jaġixxi fuq dak li qed turi l- istatistika.", "L-istess rapport ikkonferma li minkejja din il-verita` ma sar assolutament xejn, Sur President.", "L-istess rapport ikompli jgħid li f'Novembru li għadda kien hemm l-aktar prezz favorevoli internazzjonalment u kien hemm rapport ukoll li kellha l-Enemalta li għas-sena 2006, il- prezzijiet se jibqgħu telgħin 'il fuq.", "Sal-lum diġa` tela' aktar 'il fuq il-prezz taż-żejt imma l-gvern apparti l-55% surcharge, effettivament m'għamel xejn iżjed biex jilqa' għal din ir-realta`.", "Per eżempju, hawnhekk ikun tajjeb li nsemmu li l-Lufthansa, l-Emirates u l-Air Malta ħadu l- miżuri neċessarji biex jilqgħu kemm jistgħu għal dan kollu u marru tajjeb.", "Iżda issa min huwa responsabbli li deċiżjoni bħal din ma tteħditx.", "Ħadd?", "Il- Malta resources authority ilha tiġi sfidata - mhux biss mill-partit Laburista imma anke mill-korpi kostitwiti - biex tgħid kif ġiet maħduma din is-soprataxxa u jekk hijiex ġustifikata.", "Allura din qed tieħu in konsiderazzjoni l-ineffiċjenzi tal-kumpannija u d-deċiżjonijiet ħżiena li ttieħdu anke fuq ix-xiri tal-power station għax anke dan qed joħroġ illum?", "Il-Malta resources authority mhux qiegħda hemmhekk biex tiġbor il-fees ta' kull sena mingħand diversi operaturi biss imma din l-entita` trid taċċerta ruħha li qed tieħu l-aħjar miżuri fl-aħjar interess tal-pajjiż.", "Jekk ma jsirx dan, x'qed jagħmlu dawn li huma in charge?", "Qegħdin hemmhekk biex ikollhom karozza u biex ikollhom l-expense account?", "Din l-awtorita` qegħda hemmhekk biex nikkonservaw u nieħdu ħsieb ir-riżorsi ta' pajjiżna fl-aħjar interess tal-konsumatur.", "Iżda xi smajna mingħand din l-awtorita`?", "Silenzju perfett u dan meta kull sena dan il-parlament iħallas il-miljuni ta' liri mit-taxpayers money biex dawn l-entitajiet jibqgħu hemmhekk.", "Allura x'inhu l-assjem ta' dan kollu, Sur President?", "L-assjem ta' dan kollu huwa li din il-liġi li għandna quddiemna tidher tajba fuq il-karta għax hija xi ħaġa pożittiva li jkollok kollaborazzjoni internazzjonali biex tagħmel il-ġid.", "Per eżempju, fil-qasam finanzjarju hemm kollaborazzjoni internazzjonali sħiħa fuq frodi u ħasil ta' flus.", "Rigward dan, f'pajjiżna hemm strutturi li huma tajbin, b'saħħithom u effettivi u dawn għenu biex pajjiżna ma jeħux isem ħażin bħala settur finanzjarju, anzi l-fatt li inti jkollok framework li jkun verament effettiv għen ħafna għax iħares lill- konsumatur u jikkontrolla l-kriminalita`.", "Fl-aħħar mill-aħħar għandna settur li llum qed naraw, minn mistoqsija parlamentari, li l-kontribut tiegħu lejn il-GDP tela' għal kważi 11%, jiġifieri huwa settur li għadu fil- formazzjoni tiegħu imma mexa 'l quddiem u dan ġara għax l-istrutturi ma kenux qegħdin hemmhekk biex jagħtu lip-service.", "Jien mhux qed ngħid li m'hemmx ukoll nuqqasijiet u li m'għandhomx iħarsu lejn ċerti oqsma fejn il- ħlasijiet li qed jitolbu għas-servizzi li joffru jistgħu jkunu abbużivi imma l-aspett tajjeb trid issemmih ukoll għax inkella ma tkunx kredibbli.", "Aħna nistgħu nkunu aħjar u lejn dan irridu nħarsu 'l quddiem.", "Irridu nassiguraw - u din hija r-responsabbilta` tal-gvern tal-ġurnata – li l-istituzzjonijiet li jħarsu lill-konsumatur verament jipproteġuh.", "Huwa importanti li dik l-istituzzjoni tirbaħ il-fiduċja tal-konsumatur għax istituzzjonijiet li jaħdmu b'dan il-mod mhux biss ikollhom suċċess fil- fiduċja li l-konsumaturi juru fihom imma jkollhom is-suċċess għax ikunu qed jagħmlu l-ġid lill-pajjiż ukoll.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Viċi Prim Ministru, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "TONIO BORG: Sur President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal għada t-Tlieta, 9 ta' Mejju 2006, fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Liġijiet dwar il-Protezzjoni tal-Konsumatur - Tieni Qari (Kont);", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att dwar Dazju tas-Sisa - Kumitat; u", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Intermedjarji fl-Assigurazzjoni - Tieni Qari (Kont).", "-----------------------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Reġistru Ċentrali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Servizzi ta' Impieg u Taħriġ - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Mario de Marco.", "ONOR.", "MARIO de MARCO: Sur President, il-ġimgħa l-oħra, fit-3 ta' Mejju pajjiżna ċċelebra, flimkien ma' pajjiżi oħra fid-dinja, l-hekk imsejħa world press freedom day.", "Il-world press freedom day ġiet stabbilita mill- assemblea ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti f'Diċembru ta' l-1993, żmien relattivament riċenti.", "Iżda minkejja l-fatt li ż-żmien li għadda minn mindu ġiet stabbilita din id-data huwa relattivament qasir l-għeruq tal- prinċipji ċċelebrati f'dan il-jum imorru ħafna aktar fil-fond u huma riflessi fl-artiklu 19 tad-dikjarazzjoni universali tad-drittijiet tal- bniedem ta' l-1948 li tistabbilixxi li:", "\"Everyone has the right to freedom of opinion and expression.", "This right includes freedom to hold opinions without interference and to seek to receive and import information and ideas through any media regardless of frontiers.\".", "Fid-dinja kollha t-3 ta' Mejju jservi bħala okkażjoni sabiex wieħed jinforma lill-pubbliku bil-vjolazzjonijiet tad-dritt tal-liberta` ta' l- espressjoni li għadhom jeżistu mad-dinja u bħala rikordju tal-ħafna ġurnalisti li jissograw il-mewt jew il-ħabs biex iwasslu l-informazzjoni lill-pubbliku.", "Għalhekk din il-ġurnata hija intiża bħala ġurnata biex tinkoraġġixxi u tiżviluppa inizjattivi favur il-liberta` ta' l-istampa, ġurnata biex tfakkar lill-gvernijiet li għandhom jirrispettaw l-impenn tagħhom lejn il-liberta` ta' l-istampa, ġurnata biex tiġġenera fost il- pubbliku awareness ta' l-importanza tal-liberta` ta' l-istampa, ġurnata biex tinkoraġġixxi dibattitu fost il-media fuq etika professjonali, ġurnata biex tfakkar lil dawk il-ġurnalisti li sfaw vittmi u saħansitra ħallsu l- ogħla prezz fl-eżerċizzju tal-professjoni tagħhom.", "Il-liberta` ta' l- istampa hija l-cornerstone tad-drittijiet tal-bniedem u l-garanzija ta' drittijiet oħra u tinkoraġġixxi t-trasparenza, il-good governance li s- soċjeta` tgawdi u r-rule of true justice.", "Illum il-ġurnata ħadd ma jiddubita mil-liberta` ta' l-istampa f'pajjiżna, liberta` li ma ġietx faċli għalina għax ħadd ma jista' jinsa u ħadd m'għandu jinsa l-attakk li kien seħħ fil-15 ta' Ottubru ta' l-1979 fuq il- bini fejn jiġi stampat il-ġurnal \"The Times\", liema bini kien ġie maħruq u meqrud f'attakk li kien intiż biex jimmina l-aktar prinċipju għażiż tagħna lkoll, il-liberta` ta' l-espressjoni.", "Wieħed irid jirrealizza li dan l- attakk qatt ħadd ma tressaq għalih biex ipatti għal għemilu u dan minkejja l-fatt li dak l-attakk, li seħħ taħt gvern Soċjalista, seħħ kontra bini li kien proprju faċċata tal-bini li minnu jitmexxa l-uffiċċju tal-prim ministru, jiġifieri l-berġa ta' Kastilja.", "Għalhekk għandna niftakru li anke pajjiżna għadda minn ġrajjiet fejn kien hemm min għoġbu jipprova jintimida din il-liberta` ta' l-istampa u allura fil-world press freedom day għandna niftakru wkoll f'dawn l-okkażjonijiet fejn kien hemm attentati biex wieħed jipprova joħnoq il-liberta` ta' l-espressjoni u l-liberta` ta' l-istampa.", "Il-fatt li llum ħadd ma jiddubita mil-liberta` ta' l-istampa ma jfissirx li għandna neħduha b'xi mod for granted.", "Xiehda ta' dan huwa l-attakk li seħħ meta xi ħadd ħaraq il-bieb tad-dar tal-ġurnalist", "Saviour Balzan, editur tal-\"Malta Today\", liema ħruq ironikament seħħ fl- istess ġurnata li d-dinja kollha kienet qed tiċċelebra l-world press freedom day.", "Dan l-attakk, li kien wieħed min-numru ta' attakki u ħruq ta' vetturi u proprjetajiet oħra li għaddej minnu pajjiżna dan l-aħħar, huwa att li wieħed għandu jikkundannah mingħajr ebda riżervi.", "Huwa att ta' nies kodardi li qegħdin jipprovaw jimminimizzaw dawk il-valuri, dawk il- prinċipji li aħna lkoll nemmnu fihom.", "Huwa attakk fuq il-liberta` ta' l- espressjoni, fuq il-liberta` ta' l-istampa, il-liberta` li tikkritika mingħajr pressjoni ta' theddid u intimidazzjoni, pero` dawn in-nies mhux se jirnexxu fl-attakki u fl-intimidazzjoni tagħhom.", "Għalhekk nixtieq nesprimi s-solidarjeta` tiegħi mas-Sur Saviour Balzan u man-nies l-oħra kollha li sfaw vittmi ta' dawn l-attakki ta' dawn in-nies kodardi.", "Sur President, għandna nirrealizzaw ix-xogħol utli li jagħmlu l-ġurnalisti kollha f'pajjiżna.", "Jista' jkun li xi drabi ma naqblux ma' dak kollu li huma jiktbu, jista' jkun li xi drabi nħossuna mweġġgħin b'dak li jgħidu, iżda dan ma jfissirx li m'għandniex ngħożżu l-prinċipju li bil-pinna tagħhom huma qegħdin jeżerċitaw, dak tal-liberta` ta' l-espressjoni, prinċipju li mingħajru ebda pajjiż ma jista' jiddeskrivi lilu nnifsu bħala demokratiku.", "Jista' jkollok l-aqwa ekonomija, jista' jkollok l-aqwa servizzi soċjali, jista' jkollok l-isbaħ ambjent, jista' jkollok l-aktar amministrazzjoni effiċjenti, iżda jekk ma jkollokx il-liberta` ta' l- espressjoni ma jkollok xejn.", "Huwa għalhekk li aħna lkoll għandna nuru s- solidarjeta` tagħna mal-familja Balzan.", "Dan iġibni għal punt ieħor fid-diskors tiegħi llum.", "Fit-talking point tal- ġurnalist Malcolm Naudi li deher f'\"The Times\" fil-jum tal-world press freedom day ingħad li l-pass li jmiss fl-iżvilupp tal-liberta` ta' l- istampa f'pajjiżna huwa l-pass li l-gvern Malti jadotta l-hekk imsejħa freedom of information Act.", "Dan ifisser li ngħaddu mill-parlament tagħna leġislazzjoni li tiggarantixxi aċċess liberu għall-informazzjoni.", "L- istitut tal-ġurnalisti Maltin li ġie mwaqqaf 16-il sena ilu, dak iż-żmien imsejjaħ il-press club, li Malcolm Naudi - li nsellimlu minn hawnhekk - kien wieħed mill-fundaturi membri tiegħu, għamel talba formali wkoll biex il-gvern jieħu l-passi neċessarji sabiex jassigura li anke pajjiżna jkollu Att li jirregola l-aċċess liberu għall-informazzjoni.", "Huwa veru li saru żviluppi importanti fil-liġi ta'", "pajjiżna għal dak li għandu x'jaqsam mal-liġi dwar l-istampa.", "L-emendi li permezz tagħhom ġew introdotti d-dritt tal-konfidenzjalita` ta' sorsi ta' informazzjoni u l-pubblikazzjoni ta' informazzjoni privileġġjata huma kollha passi importanti li wieħed għandu jiftaħar bihom.", "Riċentement ġie mħabbar ukoll li se titneħħa l-piena ta' ħabs għal każijiet li għandhom x'jaqsmu ma' sempliċi libell.", "Dan ukoll huwa pass importanti f'dak li għandu x'jaqsam mal-liberta` ta' l-espressjoni.", "Iżda l-pass naturali li jmiss huwa li pajjiżna jadotta l-hekk imsejħa freedom of information Act.", "Għalhekk hija pożittiva r-risposta li ta l-gvern Malti għal dan l-appell ta' l-istitut tal-ġurnalisti Maltin fejn qal li se jimpenja ruħu li jippubblika white paper fuq il-liberta` ta' l-informazzjoni sa l-aħħar tas- sena 2006.", "Għaliex huwa importanti l-aċċess għall-informazzjoni?", "Is-segretezza bla bżonn fil-gvern twassal għall-arroganza fit-tmexxija u teħid ta' deċiżjonijiet li jistgħu jkunu difettużi.", "Il-perċezzjoni ta' segretezza eċċessiva hija influwenza kbira fit-tnaqqis ta' kunfidenza li l-pubbliku jista' jkollu fl-istituzzjonijiet tal-gvern.", "Il-klima ta' l-opinjoni pubblika llum tbiddlet minn kif konna nafuha 10, 20, 30 sena ilu.", "Illum in- nies jistennew iktar proċess miftuħ fit-teħid ta' deċiżjonijiet, jistennew iktar accountability mil-gvern milli qatt kienu qabel.", "Dan huwa utli, huwa importanti u huwa healthy.", "L-iskop tal-freedom of information, ta' l- aċċess jew tal-liberta` għall-informazzjoni huwa intiż biex jinkoraġġixxi gvern ikun aktar miftuħ, ikun iktar trasparenti billi jagħti dritt statutorju għall-aċċess għall-informazzjoni, għal dokumentazzjoni u għal records uffiċjali li jkollu tul iż-żmenijiet.", "Sur President, mill-bżonn li wieħed ikun jaf għandna nagħmlu l-pass għad- dritt li wieħed ikun jaf.", "Min-need to know għandna nimxu għall-pass tar- right to know.", "Id-dritt li tkun taf ilu jeżisti f'pajjiżi oħrajn għal diversi snin.", "Per eżempju, fl-Isvezja dan id-dritt għall-informazzjoni ilu jeżistu mis-seklu 18, fl-Istati Uniti ta' l-Amerika ilu jeżistu mill-1966, ġewwa Franza mill-1978, fil-Kanada, fl-Awstralja u fi New Zealand mill- 1982, fl-Olanda mill-1991 u fir-Renju Unit mis-sena 2000 pero` b'effett mis- sena 2005.", "Għalhekk Malta tista' u għandha tipprova titgħallem mill- esperjenzi ta' dawn il-pajjiżi demokratiċi maturi u ħbieb tagħna.", "Min għandu jaqa' taħt freedom of information?", "Liema għandhom ikunu l- awtoritajiet jew l-entitajiet li għandhom ikunu soġġetti għall-aċċess ta' l- informazzjoni u għal-liberta` ta' l-informazzjoni?", "Minn daqsxejn ta' studju li kont qed nagħmel fuq il-freedom of information Act u d-dibattitu li kien sar fl-Ingilterra qabel ma ġie adottat dan l-Att insibu li l-idea hija li għandhom ikunu soġġetti għal dan l-Att dipartimenti tal-gvern, korporazzjonijiet pubbliċi, is-servizzi u dipartimenti tas-saħħa, il- funzjonijiet amministrattivi tal-qrati u tribunali, il-funzjonijiet amministrattivi tal-pulizija, il-forzi armati, l-awtoritajiet lokali, skejjel, universitajiet, xandara ta' servizzi pubbliċi u organizzazzjonijiet privati li jesegwixxu funzjonijiet statutorji pubbliċi.", "Huwa interessanti li fl-Ingilterra l-freedom of information m'hijiex intiża biex tkopri l-parlament għax id-deliberazzjonijiet huma diġa` pubbliċi u allura wieħed jista' jkollu aċċess għal dik l-informazzjoni mingħajr ma wieħed ikollu bżonn jirrikorri għall-freedom of information.", "Fl-Ingilterra wkoll m'hijiex intiża biex tkopri s-servizzi tas-sigurta` minħabba n-natura tax-xogħol tagħhom u lanqas m'hija intiża biex tkopri ċerti forzi ta' l-armati speċjali.", "Għalhekk l-iskop tal-liberta` ta' l-informazzjoni huwa intiż biex jgħin awtoritajiet pubbliċi u organizzazzjonijiet li jeżerċitaw funzjoni pubblika jiftħu iktar għall-pubbliku, ikunu iktar trasparenti u jkunu iktar miftuħa fit-tmexxija tagħhom u fil-mod ta' kif jeżerċitaw id-deċiżjonijiet tagħhom.", "Dan jista' jsir b'żewġ metodi.", "L-ewwel metodu huwa dak li tagħti d-dritt ta' aċċess lin-nies għall-informazzjoni li jridu jaraw.", "Dan ifisser li ċ- ċittadin ikollu dritt li jagħmel talba lil dipartiment, lil entita` pubblika għall-informazzjoni u diment li dik l-informazzjoni taqa' jew m'hijiex eżentata - issa nidħlu f'dawk l-areas li jistgħu jiġu eżentati – d- diparitment hekk mitlub ikun obbligat li sa ċertu żmien jagħti dik l- informazzjoni liċ-ċittadin li jkun talabha.", "Sur President, hemm metodu ieħor ta' kif tista' tagħti dan l-aċċess għall- informazzjoni.", "Dan tista' tagħmlu billi timponi ċerti obbligi statutorji fuq l-entitajiet koperti minn dan l-Att ta' freedom of information biex jagħtu ċerta informazzjoni lill-pubbliku bħala rutina, anke mingħajr talba individwali.", "Dan ifisser li dawn l-entitajiet li jaqgħu taħt dan l-Att ikunu obbligati mil-liġi li regolarment jippubblikaw informazzjoni dwarhom.", "Għal min għandu japplika dan id-dritt u min jista' jgawdih?", "Naħseb li hawnhekk mingħajr eżitazzjoni ngħid li dan m'għandux ikun xi dritt li huwa privileġġ tal-ftit.", "Wieħed jista' jgħid li aħna li qegħdin hawnhekk fil-parlament sa ċertu punt, bil-mistoqsija parlamentari, għandna aċċess għall-informazzjoni.", "Pero` dak li qed nitkellmu fuqu hawnhekk imur oltre l-kwestjoni tal-mistoqsija parlamentari.", "Bil-freedom of information qegħdin nagħtu l-aċċess, id-dritt tal- mistoqsija liċ-ċittadin.", "Qegħdin nagħmlu l-pass fejn id-dritt tal- mistoqsija ma jibqax il-privileġġ tad-deputat parlamentari biss, pero` jsir id-dritt, u mhux iktar privileġġ taċ-ċittadin.", "Dan ifisser li taħt il- freedom of information Act kull individwu, kull kumpannija jew kull entita` jkollha d-dritt li tagħmel talbiet għal informazzjoni lill-entitajiet pubbliċi.", "Sur President, x'għandu jaqa' taħt il-freedom of information Act?", "Hawnhekk hawn dibattitu sħiħ dwar jekk wieħed għandux ikollu aċċess biss għall- informazzjoni jew jekk wieħed għandux ikollu aċċess għar-records jew għad- dokumenti.", "L-idea ġenerali, għalkemm hemm dibattitu qawwi fuq dan il-punt, hija li biex l-aċċess għall-informazzjoni jkun reali għandna nkunu flessibbli fl-applikazzjoni tiegħu.", "Għalhekk l-aċċess għandu jkopri records u kull forma ta' informazzjoni.", "Huwa interessanti li d- definizzjoni ta' records ġewwa l-Ingilterra tkopri kull forma ta' recorded information bħal records elettroniċi, tapes, files etc. Iċ-ċittadin għandu dritt ikollu aċċess għal dawn ukoll, iżda mhux kull record għandu jaqa' taħt il-liberta` ta' l-informazzjoni.", "Dawn għandhom ikunu dawk ir-records li jinżammu in konnessjoni ma' l-eżerċizzju tal-funzjoni pubblika ta' dak id-dipartiment u ta' dik l-entita` għax allavolja jkollu rwol pubbliku, dipartiment jista' jkollu records li m'għandhom x'jaqsmu xejn ma' l- attivita` pubblika tiegħu, imma jkollhom x'jaqsmu ma' attivita` mhux pubblika, relatata ma' xi impjegati jew affarijiet bħal dawn.", "L-Att dwar il-liberta` ta' l-istampa għandu jkun ukoll il-catalyst għat- tibdil fil-mod ta' kif l-awtoritajiet pubbliċi jħarsu lejn it-trasparenza.", "L-esperjenza ta' pajjiżi oħra turi b'mod konsistenti l-importanza li tbiddel il-mentalita` billi titlob active disclosure, jiġifieri obbligu fuq l-awtoritajiet biex jgħaddu informazzjoni pubblika anke fil-kors normali ta' l-attivitajiet tagħhom.", "B'hekk ċerta informazzjoni għandha ssir pubblika anke jekk ħadd ma jitlobha.", "Fl-Ingilterra hemm numru ta' setturi jew kategoriji li jaqgħu taħt dan l-obbligu, fosthom naraw fatti u analiżi li l-gvern jikkonsidra importanti fit-teħid ta' ċerti deċiżjonijiet u policy proposals li huma ta' rilevanza.", "Kategorija oħra hija r-raġunijiet għat-teħid ta' ċerti deċiżjonijiet amministrattivi fil- konfront ta' dawk in-nies li huma milquta minnhom.", "Kategorija importanti oħra hija l-informazzjoni dwar it-tmexxija tas-servizzi pubbliċi, kemm iqumu, l-istandards li għandhom jottjenu u affarijiet bħal dawn.", "Issa ħalli naraw għalxiex m'hijiex intiża l-liberta` ta' l-informazzjoni?", "Din m'għandhiex tintuża biex timmina investigazzjoni, prosekuzzjoni jew il- prevenzjoni ta' reat, m'għandhiex tiżvantaġġja lill-gvern f'xi litigazzjoni u għalhekk ġeneralment pariri legali m'humiex soġġetti għal dan l-aċċess ta' informazzjoni.", "Per eżempju, insibu li fl-Ingilterra hemm żewġ tipi ta' eżenzjonijiet.", "Jiġifieri hemm qbil ukoll li mhux kollox għandu jkun aċċessibbli għall-pubbliku.", "L-ewwel kategorija ta' eżenzjonijiet hija fejn hemm dak li jissejjaħ a public interest test.", "Għaliex?", "Għax jista' jiġi kkonsidrat li l-interess pubbliku fir-retention ta' l-informazzjoni jista' jissupera l-interess pubbliku fir-rilaxx ta' l-informazzjoni.", "Allura għandek dan il-bilanċ u xi drabi l-istituzzjoni li tiġi mitluba din l- informazzjoni għandha tistaqsi: X'inhu l-interess pubbliku, li nżomm jew nirrilaxxa din l-informazzjoni?", "Dan japplika f'ċerti kategoriji.", "Naraw, per eżempju, information intended for future publication, national security, defence, international relations, l-ekonomija, investigazzjonijiet u proċeduri kondotti mill- awtoritajiet pubbliċi, law enforcement, audit functions, formulation of government policy, health and safety, environmental information, personal information, legal professional privilege, u commercial interests.", "Hawn dan il-bilanċ.", "Jekk wieħed ma jaqbilx mad-deċiżjoni wieħed għandu dritt ta' appell.", "Imbagħad hemm information officer bħad-data protection officer f'Malta li jkun il-persuna responsabbli biex tara jekk id-deċiżjoni li ħadu l-entitajiet kenitx waħda ġusta jew le.", "Imbagħad hemm ċerti eżenzjonijiet assoluti fejn wieħed m'għandux joqgħod jagħmel dan il-bilanċ ta' interess pubbliku.", "Din hija informazzjoni li tkun aċċessibbli għall-applikant b'mezzi oħra, informazzjoni li tiġi supplied minn entitajiet oħrajn li għandhom x'jaqsmu ma' security matters, court records, parliamentary privilege, prejudice to effective conduct of public affairs, informazzjoni personali, informazzjoni li tkun ingħatat b'mod konfidenzjali, u affarijiet oħra bħal dawn.", "Naturalment għandu jkun hemm dibattitu fuq dawn is-suġġetti, pero` huwa importanti li wieħed jitgħallem mill-esperjenza ta' pajjiżi oħrajn biex jara x'jista' jkun eżentat u x'm'għandux ikun eżentat.", "M'għandix dubju li se jkun hemm tentazzjoni biex tipprova tagħmel aktar eżenzjonijiet milli suppost, pero` għandna nkunu pajjiż matur biżżejjed biex nirrealizzaw il-ġid li din it-tip ta' liġi tista' ġġib ġewwa pajjiżna.", "Ta' min jgħid li diversi pajjiżi ħadu attitudnijiet differenti dwar dawn l- exemptions.", "Hawnhekk għandi eżami komparattiv ta' dak li għamlet l- Awstralja, New Zealand, l-Irlanda, l-Olanda, l-Istati Uniti, Franza u l- Kanada.", "Per eżempju, dawn kollha qablu li għandu jkun hemm eżenzjonijiet għal dak li għandu x'jaqsam ma' difiża, sigurta` u relazzjonijiet internazzjonali.", "L-istess japplika għal internal discussion and advice, għal law enforcemnt and legal proceedings, għal dak li għandu x'jaqsam ma' effective managmeent and operations of public service, privacy of the individual, u third parties commercial confidences.", "Ironikament ġewwa Franza m'hijiex eżentata l-informazzjoni mogħtija b'mod konfidenzjali.", "Sur President, hemm ukoll il-kwestjoni ta' costs għax dan kollu se jqum il- flus lill-gvern.", "Fl-Ingilterra naraw li hemm din il-proposta li jkun hemm flat fee, jiġifieri jkun hemm rata stabbilita li għandha titħallas mill- persuna li titlob l-informazzjoni.", "Wieħed jista' joqgħod jagħmel ċerti mistoqsijiet biex jaħli l-ħin ta' ċerti dipartimenti u għalhekk naraw li m'hemmx obbligu li dipartiment iwieġeb l-hekk imsejħa vexatious applications.", "Jiġifieri jekk wieħed jara li qed isiru mistoqsijiet sempliċiment biex jaħlu l-ħin tal-funzjonarju ta' dak id-dipartiment, dan m'huwiex obbligat li jirrispondihom.", "Wieħed jista' jara wkoll kif dan l-Att qed ikun ta' suċċess fl-Ingilterra u f'diversi pajjiżi.", "Għaldaqstant naħseb li dan huwa Att li dan il-gvern għandu jieħu l-passi neċessarji biex jagħmlu.", "Aħna kburin li meta tela' gvern Nazzjonalista fl-1987 l-ewwel liġi li għadda minn dan il-parlament kienet l-inkorporazzjoni tal-konvenzjoni Ewropea tad-drittijiet tal-bniedem fil-liġi domestika ta' pajjiżna.", "Naħseb li wasal iż-żmien li dan il-gvern juri l-maturita` tiegħu għal dak li għandu x'jaqsam mad-drittijiet tal- bniedem, li dejjem konna fuq quddiem fihom, li jkun hu li jmexxi l-white paper għal dan l-Att li jirregola l-liberta` ta' l-informazzjoni.", "L-aċċess ta' informazzjoni jġib miegħu l-poter li tkun taf x'inhuma d-deċiżjonijiet li ttieħdu u l-issues li ġew ikkonsidrati fit-teħid tagħhom.", "Iktar aċċess għall-informazzjoni uffiċjali huwa l-mod kif tibni relazzjoni iktar b'saħħitha bejn iċ-ċittadin u l-gvern tal-ġurnata u huwa wkoll il-mezz kif wieħed jifhem iktar il-passat u l-istorja tagħna.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada t-Tlieta, 9 ta' Mejju 2006, fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI", "SPONSORSHIPS", "18453.", "L-ONOR.", "JOSEPH DEBONO GRECH staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx min mill-private staff u l- kumplament tad-dekasteru tiegħu li qed jiġi sponsorjat mill-istess ministeru għal xi tip ta' studju, kemm Malta kif ukoll barra minn Malta?", "Min huma u xi grad huma?", "Kemm hi l-ispiża u min awtorizzaha?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Waqt li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il- mejda tal-Kamra, inżid ngħid li ż-żewġ uffiċjali msemmija m`humiex membri tal-private staff tiegħi.", "ĦRUĠ TA' UNIFORMI", "18454.", "L-ONOR.", "JOSEPH DEBONO GRECH staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx min mill-private staff tiegħu - mhux messaġġiera – li ngħata uniformi matul l-2004 u l-2005?", "X'inhi l- ispiża u min awtorizzaha?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: L-ispiża telgħet għal Lm234.23.", "IMPJEGATI OVER-61", "18455.", "L-ONOR.", "JOSEPH DEBONO GRECH staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' il-Ministru jgħid kemm mill-uffiċjali fis-segretarjat privat u fil-kumplament tad-dekasteru tiegħu għandhom 'il fuq minn 61 sena?", "Min huma?", "X'kariga għandhom?", "Dawn huma mpjegati fuq bażi full-time jew part-time?", "X'salarju u benefiċċji oħra għandhom?", "Jista' jgħid kemm ilhom jokkupaw tali kariga?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "RADJU MALTA", "18488.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid x'se jiġri mill-binja fejn qabel kien hemm Radju Malta?", "Hemm ħsieb ta' xi żvilupp?", "X'tip ta' żvilupp mistenni jkun hemm?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninsab informat li l-PBS qed tistudja l-possibbiltajiet kollha biex tagħmel l-aħjar użu mill-binja fejn qabel kien hemm Radju Malta.", "PARKEĠĠ F'PEMBROKE", "18522.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-gvern hux beħsiebu jikkonsidra l-petizzjoni miġbura mill-kunsill lokali ta' Pembroke kontra l-bini ta' substation fil-car park użat minn Pembroke Athleta sports club peress li, minbarra li jkerrah l-ambjent ta' l-akkwati, se jelimina wkoll il-postijiet ta' parkeġġ li jintużaw mill-membri ta' l-istess club?", "ONOR.", "TONIO BORG: Il-konsiderazzjonijiet li qed jirriferi għalihom l-Onor.", "Interpellant jikkonċernaw l-ippjanar ta' l-iżvilupp u jaqgħu taħt ir- responsabbilta' tal-MEPA u għalhekk nitolbu jirriferi l-mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "IMPJEGATI TA' L-ADT", "18523.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Jista' il-Ministru jgħid kemm impjegati ta' l-ADT hemm eliġibbli għal karozza waqt il-qadi ta' xogħolhom?", "Kemm minnhom jistgħu jagħmlu użu minn dawn il-karozzi wara l-ħin tax-xogħol?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Huma 35 l-impjegati ta' l-ADT eliġibbli għal karozza waqt il-qadi ta' xogħolhom, b'20 minnhom jagħmlu użu mill-karozza wara l-ħin tax-xogħol.", "Ta' min jinnota li n-natura tax-xogħol ta' uħud minn dawn l-impjegati tirrikjedi li joħorġu fuq xogħol barra mill-ħin normali ta' l-uffiċċju.", "KAROZZI MINGĦAJR NUMBER PLATE", "18524.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jinvestiga għala qed ikun hemm karozzi mingħajr number plate ipparkjati fi Triq l-Irmiġġ, l-Imsida?", "ONOR.", "TONIO BORG: Minn ispezzjoni li għamlet il-pulizija, ma jirriżultax li hemm xi karozzi mingħajr numru ta' reġistrazzjoni pparkajti fit-triq imsemmija.", "Pero' kien osservat li fl-istess triq hemm biċċa art privata li fuqha kien hemm erba' vetturi mingħajr numru ta' reġistrazzjoni, vetturi li sussegwentement tneħħew mis-sid.", "EURO CHANGEOVER", "18525.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm se tiġi tiswa l-kampanja pubbliċitarja taċ-changeover għall-euro?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Għadu prematur biex wieħed jgħid eżatt kemm din il- kampanja ta' informazzjoni u edukazzjoni se tiġi tiswa.", "KAŻ TA' PENSJONI", "18562.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tagħti spjegazzjoni għala xebba li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, inqatgħetilha l-pensjoni?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Il-persuna indikata ġiet informata bil-miktub mid- dipartiment tas-sigurta' soċjali dwar il-każ tagħha.", "IMPJANT TA' SANT'ANTNIN", "18563.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Wara l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali, fejn il-poplu ta' Wied il-Għajn bl-aktar mod demokratiku u permezz ta' vot sigriet wera biċ-ċar li huwa kontra l-impjant ta' riċiklaġġ u kontra l-fishfarms,", "jista' il-Ministru jgħid jekk il-gvern hux se jibqa' għaddej b'dawn il- proġetti li jagħmlu ħsara lill-ambjent u l-kummerċ ta' Wied il-Għajn?", "Se jfittex il-gvern soluzzjonijiet li jirrispettaw ix-xewqat espressi mill- elettorat b'mod mill-aktar enfatiku u ċar?", "Ma jaħsibx il-Ministru li hu aktar importanti għal Wied il-Għajn li jiġu investiti flus u nkoraġġiti proġetti li jsebbħu u jgħollu l-livell tal-post, jiġbdu t-turisti u joħolqu l-impjiegi milli jkun hemm fishfarms li jħallu tant ħsara?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Is-sistema demokratika biex ir-residenti u l- kummerċjanti ta' Wied il-Għajn jesprimu l-opinjoni tagħhom dwar il- fishfarms u/jew ir-riċiklaġġ hija ferm differenti minn elezzjoni għal kunsill lokali.", "Is-sistema ta' applikazzjoni għal permessi ta' żvilupp tinvolvi konsultazzjoni pubblika li fiż-żewġ każi nista' ngħid li ngħatat pubbliċità kbira.", "Hija din il-konsultazzjoni li għandha tiġi wżata biex wieħed iwassal il-messaġġ u l-ħsebijiet tiegħu fuq kull żvilupp u importanti li wieħed jevalwa l-kummenti u l-ilmenti li jitressqu u l-bażi tagħhom.", "B'riferenza speċifika għall-proġett taż-żona ta' l-akwakultura, jidher ċar li għadu ħadd ma jrid jifhem li l-ħsieb aħħari huwa li l-attività tat- trobbija tat-tonn tibda ssir 'il barra mill-kosta ta' Wied il-Għajn.", "Dan ifisser li l-ħsieb ta' l-Onor.", "Interpellant li jtejjeb il-kondizzjonijiet tal-kosta ħalli niġbdu aktar turisti, noħolqu aktar impjiegi u nnaqqsu l- ħsara huwa l-istess ħsieb ta' l-applikant, f'dan il-każ il-gvern.", "Kien għalhekk li sar dan ix-xogħol kollu biex iż-żona l-ġdida tkun sitt kilometri 'l barra u dawn il-gaġeġ lanqas biss se jkunu jidhru mill-art.", "Naħseb li l-Onor.", "Interpellant għandu japprezza l-ħidma tal-gvern biex iressaq anke l-attività eżistenti tat-tkabbir tat-tonn li tinsab xi kilometru 'l barra għal distanza ħafna akbar u dan għall-benefiċċju tal- komunità kollha ta' Wied il-Għajn.", "KAŻ TA' RELIEF", "18564.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tara li jitmexxa l-każ ta' xebba omm li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li qatulgħa kollox u ħallewha b'xejn?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Il-persuna indikata ġiet informata bil-miktub mid- dipartiment tas-sigurta' soċjali dwar il-każ tagħha.", "TROBBIJA TAT-TONN", "18565.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Qabel ma l-gvern ħa d-deċiżjoni li l-aħjar post għat-trobbija tat-tonn huwa l-ponta ta' Wied il-Għajn, liema postijiet ġew studjati bħala sit għal dan il-proġett u x'kienu l-punti favorevoli u sfavorevoli f'kull każ?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jirriferi għat- tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 18087.", "DRENAĠĠ F'ĦAL GĦAXAQ", "18574.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jara li ma jibqax ifur id-drenaġġ fil-każ ta' fond f''Ħal Għaxaq li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Is-sistema tad-drenaġġ in kwestjoni ġiet imnaddfa u ma jirriżultax li hemm iktar problemi għalissa.", "FACILITATOR", "18602.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jara li jintbagħat facilitator ma' tifel li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li dan it-tifel għandu shared help, għajnuna li diġa' qed tingħata mill-iskola.", "KONSULENTI ĠERMANIŻI", "18630.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jikkonferma jew jiċħad il-Ministru li Prof. Muller qed jagħti konsulenza lil ditta privata?", "F'liema proġett hu involut?", "Kemm qiegħed jitħallas għal dan ix-xogħol?", "Ma jaħsibx il-Ministru li dan it-tip ta' xogħol imur kontra l-kuntratt li jispeċifika b'mod l-aktar ċar li xogħol il-konsulenti Ġermaniżi għandu jkun biss ma' l-ADT?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Jien informat li d-ditta li għaliha qed jirriferi l-Onor.", "Interpellant talbet li tuża s-servizzi ta' Prof. Muller.", "L- awtorità dwar it-trasport talbet ħlas ta' Lm35 s-siegħa għal dan is- servizz, ħlas li qed isir lill-awtorità u mhux lil Prof. Muller.", "Prof. Muller se jagħti l-opinjoni esperta tiegħu dwar proċeduri ta' testijiet għall-analisi strutturali tal-pavimentar tar-runway u proposti dwar id- disinn u l-manutenzjoni tal-pavimentar li ma jaqgħux taħt ir- responsabbiltà ta' l-ADT.", "L-awtorità hi tal-fehma li f'dan ir-rigward ma jeżistix konflitt ta' interess.", "DIRECTIONAL SIGNS", "18631.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jara li tabella kbira li hemm fi Triq il- Kostituzzjoni, il-Mosta li tindika li hemm area industrijali, titneħħa minn fejn hi u titpoġġa aktar 'il ġewwa?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Minn riċerka li saret fir-records tat-traffic management unit jirriżulta li ma nħareġ l-ebda permess għal tali directional sign.", "FACILITATOR", "18652.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jinvestiga għala wara li ġie approvat u rrakkmandat biex ċertu student ikollu miegħu facilitator full- time, l-iskola baqgħet ma ħadetx il-passi biex dan isir?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-Onor.", "Membru huwa mitlub jirriferi għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari W234.", "ĊITTADINANZA MALTIJA", "18671.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid fiex waslet applikazzjoni għal ċittadinanza ta' persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?", "ONOR.", "TONIO BORG: L-applikazzjoni li qed jirriferi għaliha l-Onor.", "Interpellant għadha qed tiġi pproċessata.", "F'dan ir-rigward l-applikant hu mitlub jikkuntattja lid-dipartiment taċ-ċittadinanza.", "KAŻ TA' PENSJONI", "18672.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tara għal liema raġuni qed tiġi mnaqqsa l-pensjoni ta' persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament meta lanqas biss għandha biex tgħix?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Il-persuna indikata ġiet informata mid-dipartiment tas-sigurta' soċjali dwar il-każ tagħha.", "AĊĊESS GĦAL BUĠIBBA", "18673.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jindaga għaliex Triq San Antnin, f'Buġibba qiegħda tingħalaq b'tali mod li m'hemm l-ebda aċċess għas-sidien?", "Jaf li s-sidien qegħdin jiġu mġiegħla jixtru apparat tar- remote control mill-kunsill lokali biex ikunu jistgħu jidħlu fil-garage tagħhom?", "Jista' jgħid b'liema dritt legali qed isir dan kollu?", "ONOR.", "TONIO BORG: Bħalma jaf l-Onor.", "Interpellant, il-kunsilli lokali huma korpi statutorji ta' gvern lokali b'personalita' legali distinta u għalhekk nissuġġerilu jirriferi l-mistoqsija tiegħu lill-kunsill lokali konċernat.", "VAPURI FIL-FREEPORT", "18675.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jara li jittieħdu l-passi fil-konfront ta' vapuri sorġuti fil-freeport li regolarment qed isir xogħol ta' żebgħa fuqhom, bil-konsegwenza li l-baħar qed jispiċċa mniġġes.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Ninsab informat li vapuri li jkunu jridu jwettqu xogħol bħal dak li qed isemmi l-Onor.", "Membru normalment jikkuntattjaw lill- maritime authority, li min-naħa tagħha titlob lill-MEPA biex tagħti l- clearance tagħha fuq kwestjonijiet ambjentali, għalkemm jien informat li l- MEPA ma rċeviet l-ebda lment dwar dawn ix-xogħlijiet.", "Madanakollu peress li jidher li jista' ikun hemm xi nuqqasijiet f'dan ir- rigward, il-MEPA se terġa' tikkuntattja lill-maritime authority u l- freeport ħalli tassigura li din il-proċedura tiġi osservata u se tibda tinsisti mal-maritime authority u/jew il-freeport li biex jingħata clearance, il-maritime authority u/jew il-freeport iridu jipprovdu sorveljanza kontinwa permezz ta' l-inspectors tagħhom.", "PERSUNA NIĠERJANA F'MALTA", "18676.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kif ċerta persuna ta' nazzjonalita' Niġerjana qiegħda Malta u dan mhux skond il- permess maħruġ mill-awtoritajiet?", "ONOR.", "TONIO BORG: Il-persuna msemmija qiegħda Malta u għandha visa valida.", "Rapport li din il-persuna tista' tkun qed taħdem illegalment qed jiġi investigat.", "KAŻI TA' SUWIĊIDU", "18677.", "L-ONOR.", "DAVID AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 17019, jista' il-Viċi Prim Ministru jagħti t-tagħrif uffiċjali għal dawn l-aħħar għaxar snin għal kull każ individwalment, inkluż is-sess u l-eta' tal-vittma?", "ONOR.", "TONIO BORG: It-tagħrif mitlub qed jitpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "PERSUNI LI TILFU ĦAJJITHOM", "18678.", "L-ONOR.", "DAVID AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 17020, jista' il-Viċi Prim Ministru jagħti aktar dettalji dwar \"inċidenti fatali oħra\" f'dawn l-aħħar għaxar snin?", "ONOR.", "TONIO BORG: It-tagħrif kif mitlub ma jinżammx taħt forma ta' statistika.", "SUWIĊIDJI", "18679.", "L-ONOR.", "DAVID AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Meta nafu li bejn l-1998 u l-2005 kien hawn 157 suwiċidju u 167 attentat ta' suwiċidju, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kif dawn iċ-ċifri jipparagunaw ma' ċifri simili fil-każ ta' pajjiżi oħra fl- Ewropa?", "ONOR.", "TONIO BORG: L-Onor.", "Interpellant għandu jagħmel din il-mistoqsija lill-ministru konċernat.", "VITTMI TA' KAŻI TRAĠIĊI", "18680.", "L-ONOR.", "DAVID AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk waqt l- investigazzjoni tal-pulizija u wara l-kumpilazzjoni tal-maġistrat, jinżammx record ta' l-istat ċivili u l-impjieg jew ħidma tal-vittmi ta' dawn il-każi traġiċi?", "ONOR.", "TONIO BORG: It-tagħrif mitlub ma jinżammx mill-pulizija taħt forma ta' statistika.", "Informat ukoll li wara l-kumpilazzjoni tal-maġistrat, ma jinżamm record ta' l-istat ċivili u l-impjieg jew ħidma tal-vittmi ta' l- ebda każ, lanqas dawk traġiċi.", "TAL-ĦEMSIJA", "18686.", "L-ONOR.", "JOSEPH CASSAR staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid għala t-transformer, fejn iċ-ċimiterju ta' l-Ingliżi f\"Tal-Ħemsija, l/o Rabat għadu ma tpoġġiex fil-kamra l-ġdida mibnija għal dan il-għan?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Il-korporazzjoni Enemalta qed tistenna li jitlestew ix- xogħlijiet min-naħa tal-kuntrattur ta' l-ADT.", "XOGĦLIJIET FL-IMĠARR", "18687.", "L-ONOR.", "JOSEPH CASSAR staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Jista' il-Ministru jgħid għaliex waqaf ix-xogħol fi Triq il-Konkors Teatrali, l-Imġarr?", "Meta se jitkompla?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Waqt li kienu qed isiru x-xogħlijiet, saret talba mill-kunsill lokali biex issir extension tas-sewer għal ġo triq ġdida fi Triq il-Konkors Teatrali.", "Il-waste water unit se tagħti struzzjonijiet lill- kuntrattur biex jagħmel ix-xogħol tad-drenaġġ qabel isir l-asphalt.", "Ix-xogħol tal-bini tat-triq għandu jitkompla kif jitlesta x-xogħol tad- drenaġġ.", "SERVIZZ TA' FIRST-AID", "18688.", "L-ONOR.", "JOSEPH CASSAR staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l- Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid jekk hux maħsub li jkun hemm servizz ta' ambulanza u servizz ta' first-aid f'Għajn Tuffieħa u l-Ġnejna dan is-sajf?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "KUNSILLI LOKALI", "18689.", "L-ONOR.", "JOSEPH CASSAR staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġemellaġġi hemm ta' kunsilli lokali?", "Kemm hemm min iggwadanja minn fondi ta' l-Unjoni Ewropea?", "ONOR.", "TONIO BORG: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "PRESSA TA' L-ILMA", "18690.", "L-ONOR.", "JOSEPH CASSAR staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għall-pressa baxxa ta' l-ilma fin-naħat Ta' Mrejnu u Tal- Palma, fl-Imġarr u x'qed isir biex din is-sitwazzjoni tiġi rranġata?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Peress li l-inħawi Ta' Mrejnu u Tal-Palma jinsabu fl- ogħla nħawi tar-raħal ta' l-Imġarr, huma l-ewwel li jbatu minn pressa baxxa ta' l-ilma meta għal xi raġuni jkun hemm xi problema fis-sistema tad- distribuzzjoni.", "Il-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma ħadet ħsieb li tibni booster room żgħira fi Triq Sir Harry Luke, fejn twaħħlet pompa bl- iskop li żżid il-pressa fil-postijiet msemmija.", "ĦITAN TAS-SEJJIEĦ", "18691.", "L-ONOR.", "JOSEPH CASSAR staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid kemm bdiewa applikaw għal sussidju fuq ħitan tas-sejjieħ?", "Kemm minn dawn l-applikazzjonijiet ġew ikkonsidrati pożittivament?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: L-Onor.", "Interpllant huwa mitlub jindika għal liema perijodu qed jirriferi.", "KAŻI TA' SUWIĊIDJU", "18706.", "L-ONOR.", "DAVID AGIUS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 17018 u jgħid kemm każi ta' suwiċidju kellna f'dawn l-aħħar għaxar snin?", "Kif tipparaguna din l-istatistika ma' dik ta' pajjiżi oħra fl-Ewropa?", "F'kemm minn dawn il-każi l-vittma kienet taħt kura psikjatrika?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "PUMPING STATION F'TA' SRINA", "18710.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 18530, jista' il-Ministru jgħid jekk ir-rising main il-ġdid hux imqabbad mal- pumping station li hemm f'Ta' Srina?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jagħmel il- mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "PROTOKOLL TALJAN", "18711.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 18546, jista' il-Ministru jgħid meta hu maħsub li jiġu ffinalizzati l-kontijiet fil-każ tax-xogħlijiet ta' toroq li saru taħt il-Protokoll Taljan?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: L-ammonti ta' kemm ġew jiswew it-toroq kostruwiti mill-fondi tal-Protokoll Taljan waslu fi stadju konklużiv, hekk kif bdew jingħalqu l-final bills ta' l-istess xogħlijiet.", "Minħabba li mhux l-ammonti tat-toroq kollha ġew konklużi, l-istess ammonti jingħataw meta jiġu magħluqa u kkonfermati l-kontijiet kollha.", "Il-kwestjoni dwar jekk kienx hemm fondi li ġew trasferiti mill-Gvern Taljan lill-Gvern Malti kienet u għadha xi ħaġa monitored mill-OPM.", "Madankollu ninsab informat li l-claims li saru fl-2005 u li jammontaw għal kważi euro 25.9 miljun ġew rimborżati mill-Gvern Taljan, filwaqt li l-gvern għadu qed jistenna li jiġu rimborżati madwar euro 4.1 miljun li saret talba għalihom aktar kmieni din is-sena.", "CONSTRUCTION ENGINEERING", "18712.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 18543, jista' il-Ministru jagħti lista ta' l-għalliema u s-suġġett mgħallem?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif mitlub qed jitpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "DAWL U ILMA", "18713.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm persuni hawn li nqatgħalhom is-servizz tad-dawl u l-ilma?", "Kemm persuni u stabilimenti hawn li waqgħu lura fil-ħlas tal-kontijiet?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "POLIKLINIKA TAL-GŻIRA", "18714.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jispjega għaliex f'dawn l-aħħar ġimgħat qed ikun hemm ħafna queues fil-poliklinika tal-Gżira?", "X'qed isir biex il-problema tittaffa?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ma jirriżultax li qed ikun hemm ħafna queues fl-ebda parti taċ-ċentru tas-saħħa tal-Gżira, ħlief filgħodu quddiem l-ispiżerija.", "Dawn il-queues żdiedu dan l-aħħar għaliex żdiedet il-varjeta' ta' mediċina li qed titqassam mill-ispiżeriji fil-komunita' u anke għax żdied in-numru ta' anzjani intitolati għal mediċini b'xejn.", "Huwa għalhekk li l-ħin tal-ftuħ ta' l-ispiżerija ttawwal sat-3.00 p.m. nhar ta' Tlieta u nhar ta' Ħamis.", "KLANDESTINI", "18715.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm klandestini li ma rnexxilhomx jikkwalifikaw għal status ta' refuġjat u kemm intelqu wara li għaddielhom iż-żmien ta' detenzjoni f'dawn l-aħħar ħames snin?", "ONOR.", "TONIO BORG: It-total ta' persuni li l-applikazzjoni tagħhom għal status ta' refuġjat ġiet miċħuda u li ġew determinati bħala li lanqas jikkwalifikaw għal status umanitarju hu kif ġej:", "|286 | |fl-2002 | |187 | |fl-2003 | |259 | |fl-2004 | |580 | |fl-2005 | |201 | |fl-2006 |", "It-tagħrif mitlub dwar kemm immigranti irregolari ntelqu matul dawn l-aħħar ħames snin wara li għaddielhom iż-żmien ta' detenzjoni, ma jinżammx taħt forma komputerizzata u għaldaqstant għadu qed jinġabar.", "TAJR TAL-PASSA", "18716.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jelenka fuq liema tajr li jpassi nstab li jistgħu jkunu qed iġorru l-mikrobu tal-bird flu?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: It-tajr tal-passa li jista' jgħaddi minn fuq Malta u li jista' jippreżenta riskju ta' ġarr ta' l-avian influenza (bird flu) huma dawn li ġejjin:", "|white fronted |anser albifrons | |goose | | |bean goose |anser fabalis | |mallard |anas | | |platyrhynchos | |gadwal |anas strepera | |northern |anas acuta | |pintail | | |northern |anas clypeata | |shoveler | | |Eeurasian |anas Penelope | |wigeon | | |common teal |anas crecca | |garganay |anas querquedula| |common pochard |aythya ferina | |tufted duck |aythya fuligula | |northern |vanellus | |lapwing |vanellus | |ruff |philomachus | | |pugnax | |black headed |larus ribibundus| |gull | | |common gull |larus canus |", "Mil-lista ta' hawn fuq, il-white fronted goose, il-bean goose u l-common gull rari ħafna li jgħaddu minn fuq il-gżejjer Maltin.", "INĊIDENTI TAT-TRAFFIKU", "18717.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm weġġgħu nies f'kolliżjonijiet tat-traffiku s-sena l-oħra u din is-sena?", "ONOR.", "TONIO BORG: Minn rapporti li saru lill-pulizija, jirriżulta li matul l-2005 kien hemm 1,140 persuna li weġġgħu f'inċidenti tat-traffiku filwaqt li 18 oħra tilfu ħajjithom.", "Bejn Jannar u April ta' din is-sena ġew irrapportati li weġġgħu 323 waqt li tlieta tilfu ħajjithom.", "LUKANDI", "18718.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid kemm lukandi għalqu f'dawn l-aħħar ħames snin?", "Kemm infetħu fl-istess żmien?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Mis-sena 2001 'il hawn għalqu 34 lukanda, u cioe': tnejn ta' ħames stilel, sebgħa ta' erba' stilel, 14 ta' tliet stilel, disgħa ta' żewġ stilel u żewġ guest houses filwaqt li fetħu 16-il lukanda ġdida, u cioe': erbgħa ta' ħames stilel, sebgħa ta' erba' stilel u ħamsa ta' tliet stilel.", "In-numru ta' sodod liċenzjati f'Diċembru 2001 kien ta' 38,701 filwaqt li fil-bidu ta' Mejju ta' din is-sena n-numru ta' sodod kien ilaħħaq id- 39,919.", "BAĊIR NUMRU WIEĦED", "18754.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jgħid f'liema stadju wasal il-proġett tal- baċir numru wieħed?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "ELTON JOHN", "18759.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 18542 u jgħid kemm flus ingħataw l-organizzaturi li ġabu 'l Elton John, min-naħa ta' xi ente jew oħra li taqa' taħt ir-responsabbilta' tal-ministeru, taħt xi nefqa jew oħra, b'isem jew ieħor?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-organizzaturi li ġabu 'l Elton John ingħataw Lm1,500 fi sponsorship mill-awtorita' tat-turiżmu.", "LOW-COST AIRLINES", "18760.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 18540 u jgħid minn mindu tħabbret skema ta' għajnuna biex low-cost airlines joperaw fuq ċerti rotot minn u lejn Malta fix-xitwa, x'passi ttieħdu u", "minn min u b'liema riżultati?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nixtieq nippreċiża li l-iskemi li ħabbar il- gvern huma ntiżi sabiex iżidu t-turiżmu fix-xhur tax-xitwa.", "Waħda minn dawn l-inizjattivi hija mmirata sabiex jiġu żviluppati rotot ġodda minn linji ta' l-ajru, inkluż dawk low-cost iżda mhux b'mod esklużiv.", "L-iskemi qed jiġu ffinalizzati b'konsultazzjoni mal-Kummissjoni Ewropea.", "Il-mira tal-gvern hi li dawn id-diskussjonijiet jintemmu fl-iqsar żmien possibbli u ċertament b'mod li jagħmilha possibbli li wħud minn dawn ir- rotot jibdew jitħaddmu mix-xitwa li ġejja.", "FUEL OIL AND GAS OIL", "18762.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 17954 u 18224 u jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-prezzijiet Platts li l-Enemalta setgħet tixtri bihom il-fuel oil u l-gas oil għax-xhur ta' Ottubru, Novembru, Diċembru 2005 u Jannar 2006?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "ĠARR TA' PAZJENTI", "18763.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għal Għawdex: Peress li qed ikun hemm ilmenti persistenti li mhux qed joqogħdu l-pazjenti kollha fil-coach li ta' kull filgħodu minn Għawdex tmur St. Luke's, tista' il- Ministru tgħid jekk hux maħsub li jiżdiedu l-mezzi ta' trasport?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Ma jirriżultax li hemm nuqqas ta' spazju għall- pazjenti fuq il-coach li ta' kull filgħodu tmur Malta.", "MATSEC A-LEVEL ACCOUNTING", "18786.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: B'riferenza għall-eżami tal-Matsec A-Level Accounts (SB1/A) li sar fil-25 ta' April, 2006 u peress li l-istudenti qed jilmentaw li f'papers 1 u 2 kien hemm xi domandi li ma kenux inklużi fis-sillabu - u qed issir riferenza senjatament għall-question 1 ta' section A f'paper 1 u question 3b ta' section B f'paper 2 – u peress li kien hemm ukoll diversi ambigwitajiet fil-karta - partikolarment paper 1 question 2 li tant kienet ambigwa li meta l-istudenti kkonsultaw ma' xi għalliema ma setgħux jaħdmuha - jista' il-Ministru jgħid x'passi se jittieħdu biex l-istudenti jiġu kkumpensati għal dawn l-anomaliji fil-karta ta' l-eżami?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li fl-eżami tal-Matsec A-level Accounting li sar fil-25 ta' April, 2006 il-mistoqsijiet kollha kienu dwar topics inklużi fis-sillabu u ma kienx hemm mistoqsijiet ambigwi.", "BEJGĦ ONLINE", "18787.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentiari 18539 u jgħid fejn wasal ix-xogħol biex isir il-portal nazzjonali għall-marketing u l-bejgħ online ta' faċilitajiet turistiċi fil-gżejjer Maltin?", "Kif se jkun iddisinjat dan il-portal?", "Kemm se jkun interattiv ma' l-operaturi turistiċi lokali?", "Meta ser ikun lest?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Flimkien ma' l-awtorità tat-turiżmu, il- ministeru beda x-xogħol preparatorju fuq din l-inizjattiva waqt li flimkien mal-ministeru għall-investiment, industrija u teknoloġija ta' l- informazzjoni, qiegħed jipprepara sejħa għal offerti bil-ħsieb li din toħroġ fil-ġranet li ġejjin.", "EUROPEAN SOCIAL FUND", "18789.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm proġetti hemm tal-Malta Enterprise li huma funded mill-European social fund?", "Jista' jgħid liema huma l-kumpanniji li tefgħu offerta għal dawn il- proġetti?", "Liema hi l-kumpannija li ngħatat it-tenders?", "Xi kriterji wżat il- Malta Enterprise sabiex ġie awarded kull tender?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Hemm żewġ proġetti tal-Malta Enterprise li matul dawn l- aħħar sentejn huma ffinanzjati taħt il-European social fund.", "L-ewwel proġett huwa mmirat dwar kif tista' tiżdied il-kompetittivita tan-negozji permezz ta' l-istħarriġ taħt measure 3 priority 2 - lifelong learning and social inclusion.", "It-tieni proġett huwa mmirat sabiex iħajjar it-twaqqif ta' negozji minn nies bla xogħol, taħt l-inizjattiva EQUAL - measure 2 C – entrepeneurship.", "Biex jigi fis-seħħ l-ewwel proġett inħarġu żewġ offerti, u cioe':", "*L-ewwel offerta tkopri l-pubblikazzjoni ta' avvizi fil-ġurnali, bl-offerta taqa' taħt ir-responsabbilta' tal-Malta Enterprise - l-offerta ntrebħet.", "*It-tieni offerta tkopri taħriġ għat-twaqqif ta' negozji minn nies bla xogħol, bl-offerta taqa' taħt ir-responsabbilta' tad-dipartiment tal- kuntratti minħabba li taqbeż l-Lm20,000 – l-offerta ntrebħet.", "Biex jiġi fis-seħħ it-tieni proġett kien meħtieġ li jinħarġu erba' offerti, u cioe':", "*Offerta għal programmi fuq it-televizjoni dwar it twaqqif tan-negozji, bl- offerta taqa' taħt ir-responsabbilta' tal-Malta Enterprise - l-offerta ntrebħet.", "*Offerta għall-pubblikazzjoni ta' avvizi fil-gurnali u fuq billboards, bl- offerta taqa' ukoll taħt ir-responsabbilta' tal-Malta Enterprise - l- offerta ntrebħet.", "*Offerta għat-taħrig ta' nies bla xogħol, bl-offerta taqa' taħt ir- responsabbilta' tad-dipartiment tal-kuntratti minħabba li taqbeż l-Lm20,000 - id-data ta' l-offerta għadha kemm għalqet.", "*Offerta għall-monitoraġġ tal-proġett, bl-offerta taqa' taħt ir- responsabbilta' tal-Malta Enterprise - l-offerta ppjanata.", "EUROPEAN SOCIAL FUND", "18790.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid kemm proġetti hemm funded mill-European social fund f'xi dipartiment jew ente", "fid-dekasteru tiegħu?", "Jista' jgħid min huma l-kumpanniji li tefgħu offerta għal dawn il-proġetti?", "Liema hi l-kumpannija li ngħatat it-tenders?", "Xi kriterji ntużaw sabiex ġie awarded kull tender?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: F'dawn l-aħħar sentejn sar proġett wieħed permezz tal-European social fund, it-tourism and support services training programme, maqsum f'ħames attivitajiet prinċipali u mmexxi mill-industry HR development unit ta' l-awtorità tat-turiżmu.", "Il-kumpanniji li ressqu offerta għal dan il-proġett huma:", "*Malta Institute of Management", "*Ħabib Consortium", "*MISCO, Optimum Results & JP Advertising", "*Creative Learning Media & A. Callus", "*Outlook Coop u", "*Geoffrey Fisher.", "It-tender intrebaħ mill-konsorzju MISCO International, Optimum Results & JP Advertising.", "Il-kriterju li uża l-kumitat ta' evalwazzjoni kien ibbażat fuq il- metodoloġija li biha saret il-proposta għall-proġett, kif ukoll fuq l- għarfien ta' l-esperti f'termini tal-kwalifiki u l-kapaċitajiet professjonali tagħhom, l-esperjenza tagħhom f'din l-għalqa in ġenerali u anke dik speċifika għal dan il-proġett.", "EUROPEAN SOCIAL FUND", "18792.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm proġetti hemm funded mill- European social fund f'xi dipartiment jew ente fid-dekasteru tiegħu?", "Jista' jgħid min huma l-kumpanniji li tefgħu offerta għal dawn il-proġetti?", "Liema hi l-kumpannija li ngħatat it-", "tenders?", "Xi kriterji ntużaw sabiex ġie awarded kull tender?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-informazzjoni għadha qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "TINDIF TA' TOROQ", "18793.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid ta' min hi r-responsabbilta' li jinġabar l-ammont kbir ta' ħamiem mejjet li qed ikun hemm fil-Floriana?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ir-responsabbilta' li jitnaddfu t-toroq meta dawn m'humiex prinċipali hija tal-kunsilli lokali, f'dan il-każ il-kunsill lokali tal-Floriana.", "SLUM CLEARANCE F'BORMLA", "18794.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid għal meta hi ppjanata s-slum clearance fl-area ta' Santa Liena u Triq l-Irlandiżi, Bormla?", "Liema hi l-proprjeta' involuta?", "Fejn se jingħataw bħala akkomodazzjoni alternattiva r-residenti tal-proprjeta' li se titwaqqa'?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Ninsab informata li l-proġett li qed jagħmel riferenza għalih l-Onor.", "Interpellant mistenni jibda s-sena d-dieħla, wara li jitlesta l-bini l-ġdid fi Triq San Ġwann u Triq Mariano Gerada, Bormla fejn ir-residenti mistennija jingħataw akkomodazzjoni alternattiva.", "Il-proprjeta' involuta f'dan il-proġett tinsab bejn Triq Hanover, Triq Santa Liena, Triq l-Irlandiżi, Triq San Mark u l-Għolja ta' Hanover.", "BINI ĠDID F'BORMLA", "18797.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid fiex wasal il-proġett ta' bini ġdid fi Triq San Ġwann, Bormla?", "F'kemm units jikkonsisti?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Ninsab informata li l-bini l-ġdid fi Triq San Ġwann, Bormla jikkonsisti f'51 unit u mistenni jkun lest minn kollox għall- bidu tas-sena d-dieħla.", "PROĠETT TA' TIGNE'", "18808.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 18200, tista' il-Ministru tgħid f'liema stat wasal il-ftehim bejn ir-residenti li daħlu lura fid-djar Ta' Tigne' wara li kienu marru jgħixu x'imkien ieħor?", "Meta se jitħallsu l-flus imwiegħda lilhom?", "Liema partijiet tal-bini qed jitqiesu kondominju li jridu jieħdu ħsieb huma?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Ninsab informata li waħda biss mir-residenti li għamel riferenza għalihom l-Onor.", "Interpellant ikkonkludiet ftehim għall- kiri tal-post il-ġdid.", "Ninsab informata wkoll li meta r-residenti l-oħra ġew mitluba biex jiffirmaw il-ftehim għall-kirja dawn qajmu oġġezzjonijiet dwar xi termini tal-ftehim, fosthom liema partijiet tal-bini għandhom jitqiesu bħala kondominju li jridu jieħdu ħsiebu u għaldaqstant għadhom ma ffirmawx il- ftehim.", "Ninsab ukoll informata li nbeda l-proċess biex l-inkwilin li ffirma l- ftehim għall-kirja jirċievi l-kumpens dovut.", "TELGĦA TAX-XEMXIJA", "18809.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 18113 u 18537 u jgħid għal liema raġuni l-bankina fit-triq u t-telgħa tax-Xemxija saret tant wiesgħa biex issa triq arterjali djieqet b'mod inspjegabbli?", "X'se jiġri meta jinġabar ħafna traffiku, kif ta' spiss jiġri u jkun hemm xi ambulanza, fire engine jew karozza tal-pulizija li tkun trid taqbeż il- karozzi f'emerġenza u l-karozzi l-oħra ma jkollhomx spazju biżżejjed fejn iwarbulha?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Minn riċerka li saret mill-awtorita' dwar it- trasport, jirriżulta li t-Telgħa tax-Xemxija minn dejjem kienet bħala karreġġata waħda single-lane all-purpose road,", "b'wesgħat differenti u parkeġġ diżorganizzat fuq in-naħa tal-bini u l- layout oriġinali ma pprovdetx għal bankini adegwati f'ċerti partijiet tat- triq.", "L-applikazzjoni għal permess ta' żvilupp (PA 06394/01) ġiet approvata mill- MEPA wara konsultazzjoni ma' l-ADT, fejn id-diżinn approvat jikkonsisti f'karreġġata ta' 7.5 metri, in konformita' mar-regolameti maħruġa mill-ADT.", "Għal raġunijiet ta' sigurta' u biex jitranġaw il-bankini u jiżdied il- parkeġġ, dan ġie man-naħa tal-promenade, b'bankina kontinwa u b'mod li l- pedestrians ikunu jistgħu jaqsmu b'aktar faċilita'.", "Karreġġata ta' 7.5 metri hija kkonsidrata bħala qies standard f'każ ta' an all-purpose road.", "Din il-wesgħa tippermetti li vettura wiesgħa 2.5 metri tgħaddi bla periklu minn bejn it-traffiku f'każ ta' emerġenza.", "INCLUSIVE AND SPECIAL EDUCATION", "18811.", "L-ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: With reference to parliamentary question 11791, in reply to which the minister had referred to the recommendations of the working group contained in the inclusive and special education report, wherein this working group suggested that government funding should go to the agency of the parent's choice, has anything been done to implement this suggestion?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: The ministry is giving due consideration to the policy implications of the recommendation to arrive at the necessary decision this year.", "TAX SYSTEM", "18812.", "L-ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: In view of the anticipated amendments in the tax system, could the Prime Minister and Minister of Finance consider amending the system when it comes to parents of children with special needs, who often find it imperative to work in order to enable them to cope with the financial burdens associated with their child?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "TAXXA TAD-DĦUL", "18848.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm daħħal revenue il-gvern mit- taxxa ta' qligħ fuq kumpanniji (partnership u limited liability companies reġistrati) u mill-banek reġistrati f'Malta matul is-snin 2002, 2003, 2004 u 2005?", "Jista' jagħti t-totalita' ta' revenue mill-income tax fuq kumpanniji (partnership u limited liability companies reġistrati) u mill- banek separatament kif mitlub hawn fuq?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "QAGĦDA FINANZJARJA", "18851.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 18570 u b'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 18237, jgħid jekk l- istatistika li tintbagħat lill-ECB hijiex ibbażata fuq accrual basis jew fuq cost basis?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-bank ċentrali jgħaddi l-istatistika lill-ECB, skond l-obbligazzjonijiet li għandu taħt id- direttivi ta' l-ECB u obbligazzjonijiet oħra relatati ma' statistika li trid tingħata.", "Din l-istatistika mhix miġbura direttament mill-bank ċentrali iżda tinġabar mill-uffiċċju nazzjonali ta' l-istatistika li hu responsabbli sabiex jissottomettiha b'mod regolari lill-eurostat.", "L-NSO jiġbor din l-istatistika skond ir-regoli tal-kontabilita' tal- European system of accounts (ESA95) ibbazati fuq il-kunċett ta' accruals.", "NŻUL TA' AJRUPLAN MILITARI", "18852.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 18536 u r-risposta mogħtija, jikkonferma l-Prim Ministru li fil-lejl ta' bejn is-17 u t-18 ta' April, 2006 niżel ajruplan militari fl-ajruport ta' Malta?", "Ta' liema pajjiż?", "X'kienet il-missjoni tiegħu u kemm dam hawn?", "Min kienu l- passiġġieri fuqu u x'kienet ir-raġuni li ġew Malta?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jien informat li fid-data msemmija niżel ajruplan militari Amerikan f'Malta li fuqu kellu ħames membri tal-Kungress Amerikan u d-delegazzjonijiet tagħhom għal żjara ta' ġurnata u laqgħat ta' rutina fl- Ambaxxata Amerikana.", "PREZZ TAL-FUEL OIL", "18853.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 18238 u 18538 u jgħid b'liema prezz xtratu l-fuel oil l-Enemalta matul l-2005 u l-2006?", "Jista' jagħti l-prezz medju matul l-istess perijodu fis-swieq internazzjonali?", "Jista' jagħti r- rata tal-kambju tad-dollaru meta mqabbel mal-lira Maltija fid-data ta' kull pagament jew ħlas li sar mill-Enemalta għal fuel oil matul l-2005 u l-2006?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "OCCULAR PROSTHESIS", "18854.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid jekk l-occular prosthesis hix se tibqa' issir Malta jew le?", "In oltre, jista' jgħid x'għajnuna tingħata mill-gvern lill-pazjenti li jagħmlu l-prosthesis u re-fitting konsegwenzjali barra minn Malta?", "Jista' jgħid ukoll kemm hemm persuni li jingħataw din it-tip ta' għajnuna?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninsab informat li s-servizz ta' occular prosthesis se jibqa' jingħata f'Malta.", "Il-proċeduri biex jintgħażel xi ħadd biex imexxi dan is-servizz waslu biex jiġu ffinaliżżati.", "Qed isiru wkoll arranġamenti sabiex din il-persuna tiġi mħarrġa.", "Fil-preżent hemm ħamest itfal li jintbagħtu l-Ingilterra u l-gvern jgħinhom kif jgħin lil kull persuna oħra li jkollha bżonn kura barra minn Malta.", "ROTTA NUMRU 61", "18855.", "L-ONOR.", "ROBERT ARRIGO staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Jista' il-Ministru jikkonsidra favorevolment ix-xewqa ta' ħafna residenti minn Tas-Sliema biex ir-rotta numru 61 terġa' tibda topera?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.", "TICKET BOOTHS", "18966.", "L-ONOR.", "ROBERT ARRIGO staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jinformana kemm-il applikazzjoni hemm għal ticket booths fix-xatt ta' Tas-Sliema?", "Kemm hemm maħruġa u kemm hemm pendenti?", "Kemm ditti differenti applikaw?", "Hemm xi lmenti fuq dawn it- ticket booths?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Ninsab informat li skond is-sistema ta' l- informatika tal-MEPA, bejn Lulju 2005 u Marzu 2006 ġew konvalidati ħames applikazzjonijiet għal ticket booths fix-xatt ta' Tas-Sliema.", "S'issa għad m'hemmx deċiżjoni dwar dawn l-applikazzjonijiet li saru minn erba' individwi.", "TICKET BOOTHS", "18967.", "L-ONOR.", "ROBERT ARRIGO staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jara li jsib tarf tal-konfużjoni li hemm ix-xatt, anke jekk hemm bżonn bl-għajnuna ta' awtoritajiet oħra?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "PREZZ TAL-MEDIĊINI", "18977.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid jekk il-gvern għandux il-ħsieb jikkontrolla l-profitti li qed isiru fuq il-mediċini?", "Jaf li l-Lescol 80mg li jinbiegħu Lm15.75 mill-ispiżeriji, jiġu lill-aġent Lm13.13?", "Ma jaħsibx li dan huwa qligħ esaġerat?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li l-profitt fuq Lescol 80mg kif indikat mill-Onor.", "Interpellant, ma jeċċedix il-marġni stabilit bil-liġi.", "FREEDOM OF INFORMATION ACT", "18978.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid fiex waslu l-pjani għall- introduzzjoni ta' freedom of information act?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: M'għandi xejn x'inzid mar-risposta li tajt għall- mistoqsija parlamentari 14978.", "KAWŻI ĊIVILI", "18979.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jelenka kemm kawżi ta' natura ċivili hemm quddiem kull imħallef li ilhom mill-anqas għaxar snin għaddejjin?", "Kemm hemm appuntati għas-sentenza?", "ONOR.", "TONIO BORG: It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "KAWŻI TA' SEPARAZZJONI", "18980.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kawżi ta' separazzjoni hemm pendenti quddiem il-qorti tal-familja?", "Kemm minnhom tressqu mill-1 ta' Jannar, 2006?", "F'dawn il-każi ġodda kemm minnhom huma bejn ċittadini Maltin, bejn Maltin u barranin jew bejn barranin biss?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li f'Malta hemm 488 kawża ta' separazzjoni pendenti quddiem il-qorti tal-familja li minnhom 44 ġew preżentati mill-bidu ta' din is-sena, mentri quddiem il-qorti tal-familja f'Għawdex hemm 27 każ pendenti ta' separazzjoni u mill-1 ta' Jannar, 2006 tressqu tlieta minnhom.", "Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija, ma tinżammx statistika ta' kemm minn dawn is-separazzjonijiet huma bejn ċittadini Maltin, jew bejn Maltin u barranin jew bejn barranin.", "ĠURIJIET", "18981.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġurijiet hemm pendenti quddiem il-qorti kriminali?", "Kemm hemm li huma dwar omiċidji, traffikar ta' droga u serq?", "Kemm barranin hemm involuti?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi fil-preżent hemm 33 ġuri pendenti quddiem il-qrati kriminali.", "Hemm disa' ġurijiet li huma dwar omiċidji, 11 dwar traffikar ta' droga u wieħed dwar serq.", "Barranin huma involuti f'erba' każi.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB", "APPARTAMENT TAL-GVERN", "W239.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tara li l-ħsara li hemm ġo blokk appartamenti tal-gvern li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, tiġi rranġata?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Ninsab informata li l-ilment li rrifera għalih l- Onor. Interpellant ġie solvut mid-dipartiment tal-bini u tiswija tad-djar.", "INĊIDENT STRADALI", "W240.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Billi ma' l-Imsida qed tiġri x-xniegħa li karozza tal-pulizija kienet b'xi mod involuta f'inċident tat-traffiku x-xahar l- ieħor, inċident li anke wassal għall-mewt ta' persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk din it- teorija ġietx investigata u x'kien l-eżitu?", "Jista' jgħid jekk il-pulizija ratx il-video tas-CCTV tal-fergħa ta' l-HSBC li tinsab ftit aktar 'il fuq?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi l-inċident imsemmi mill-Onor.", "Interpellant seħħ qabel il-fergħa ta' l-HSBC u ma jirriżultax li kienet involuta xi karozza tal-pulizija.", "Anzi għall-kuntrarju, membri tal-korp li kienu għaddejjin bil-karozza fl-istess triq pero' fid-direzzjoni opposta, cioe' fil-karreġġata l-oħra fid-direzzjoni tal-Belt, hekk kif indunaw bl- inċident daru mar-roundabout ta' Sa Maison u marru jagħtu l-assistenza lix- xufier.", "Informat ukoll illi dan l-inċident huwa wkoll suġġett ta' inkjesta maġisterjali u għaldaqstant nissolleċita lill-Onor.", "Interpellant sabiex kull informazzjoni li jista' ikollu jressaqha quddiem il-maġistrat inkwirenti.", "AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA", "W241.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid għaliex ċerta persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, baqgħet ma ngħatatx post?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Ninsab informata li minn diversi spezzjonijiet li saru jirriżulta li l-post indikat ma kienx abitat, tant li għal xi żmien kien ukoll imbarrat b'katnazz u għalhekk il-pretensjoni tal-persuna konċernata li tiġi allokata post ġdid ma tistax tiġi milqugħa.", "GĦAJNUNA GĦALL-MARD", "W242.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tara li persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, tingħata l-SKA?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Ninsab informata li fil-fatt il-ħlas tal- benefiċċju lill-persuna indikata reġa beda jsir mill-1 ta' April, 2006 bl- arretrati dovuti.", "KAŻ TA' RELIEF", "W243.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid għaliex inqata' ir-relief ta' persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Ninsab informata li l-persuna indikata mill-Onor.", "Interpellant ġiet informata bil-miktub mid-dipartiment tas-sigurta' soċjali dwar il-każ tagħha.", "AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA", "W244.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid għaliex ċerta persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, baqgħet ma ngħatatx post?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Ninsab informata li l-każ li għamel riferenza għalih l-Onor.", "Interpellant qed jiġi investigat.", "XUFIERA MA' MEMBRI TAL-ĠUDIKATURA", "W245.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk id-drivers humiex obbligati jaqdu lill-imħallfin u jwasslu parenti u ħbieb waqt il-ħin tax-xogħol tagħhom?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi d-doveri ta' xufier assenjat ma' membru tal-ġudikatura huma li:", "*Iwassal lill-ġudikant li miegħu jew magħha huwa assenjat, mid-dar għall- qorti u lura;", "*Jieħu lill-ġudikant fuq kwalunkwe xogħol tal-qorti fejn ikun hemm il- ħtieġa; u", "*Isuq lill-ġudikant fil-ħin tax-xogħol u anke wara biex jieħdu għal xi funzjoni uffiċjali li l-ġudikant ikun mistieden għaliha.", "Jekk xi xufier jagħmel xi xogħol ieħor għall-ġudikant li miegħu hu assenjat barra dak imsemmi hawn fuq, l-amministrazzjoni tal-qorti ma tkunx informata bih peress li dan jagħmlu bona volonta' tiegħu u bi ftehim ma' dak il- ġudikant.", "BENEFIĊĊJI SOĊJALI", "W246.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid jekk persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, hijiex tieħu l-benefiċċji soċjali li ħaqqha?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Ninsab informata li l-persuna indikata ġiet informata mid-dipartiment tas-sigurta' soċjali dwar il-każ tagħha.", "KAŻ TA' PENSJONI", "W247.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid jekk persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, hijiex intitolata għall-pensjoni?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Ninsab informata li l-persuna indikata ġiet informata mid-dipartiment tas-sigurta' soċjali dwar il-każ tagħha.", "ĦLAS TAL-KERA", "W248.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid għaliex għadha ma tnaqqsetx il-kera fil-każ ta' persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Ninsab informata li s-sussidju fuq il-kera tal- post indikat inħadem is-sena l-oħra.", "Ir-reviżjoni tas-sussidju fuq il-kera jsir kull sentejn, skond kif provdut fil-kuntratt tal-kirja.", "KAŻ TA' RELIEF", "W249.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid għaliex persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, għadha ma ħadetx ir-relief?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Ninsab informata li diġa' saru tliet pagamenti f'dan il-każ, bid-dipartiment tas-sigurta' soċjali jiġbed l-attenzjoni tal- persuna konċernata dwar dan il-fatt.", "RESERVED PARKING", "W250.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jara li t-tobba ta' l-ADT jerġgħu jeżaminaw ċerta persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, billi hija marida ħafna u diġa' kellha talba għal reserved parking rifjutata?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ninsab informat li minn riċerka li saret fir- records tat-traffic management unit jirriżulta li skond ir-rapport tat- tabib ta' l-awtorita' dwar it-trasport, datat 20 ta' April, 2005 il-persuna li applikat għal reserved parking ma kellhiex problemi severi ta' mobilita' meta ssottomettiet it-talba tagħha.", "Madanakollu t-traffic management unit qed jilqa' is-suġġeriment ta' l-Onor.", "Interpellant u se jirrevedi l-każ.", "PENSJONI MHUX KONTRIBUTORJA", "W251.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tara li persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, tingħata l-pensjoni mhux kontributorja?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Ninsab informata li l-persuna indikata ġiet informata mid-dipartiment tas-sigurta' soċjali dwar il-każ tagħha.", "ASSISTENZA SOĊJALI", "W252.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid jekk ċerta persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, għaddetx mill-bord tal-SA u għandhiex bżonn tibqa' tagħmel ċertifikati tal-mard kull ġimgħa?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Ninsab informata li l-persuna indikata ġiet informata mid-dipartiment tas-sigurta' soċjali dwar il-każ tagħha.", "MANUTENZJONI", "W253.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tara li armla li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, tiġi mgħejjuna biex tirranġa s-saqaf tad-dar?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Ninsab informata li l-awtorita' tad-djar approvat somma biex isiru xogħlijiet fir-residenza tal-persuna indikata, liema xogħlijiet jinkludu bdil ta' saqaf.", "Hekk kif jitlestew ix-xogħlijiet u jiġu pprovduti l-irċevuti fiskali, l- awtorita' tkun tista' tħallas l-ammont approvat.", "KAŻ TA' RELIEF", "W254.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid meta persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, se tingħata r-relief?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Ninsab informata li l-persuna indikata ġiet informata mid-dipartiment tas-sigurta' soċjali dwar il-każ tagħha."]} {"filename": "20060724_422d_par.doc", "date": "2006-07-24", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Uffiċjali u Rivedut) L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 422 It-Tnejn, 24 ta' Lulju 2006 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 422", "It-Tnejn, 24 ta' Lulju 2006", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-9.02 a.m.", "Talba", "Seduta Nru. 422", "It-Tnejn, 24 ta' Lulju 2006", "WERREJ", "MINUTI 27", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI 27", "TQEGĦID TA' KARTI 33", "MOZZJONIJIET", "REVIŻJONI PARZJALI TAL-PJAN TA' STRUTTURA 35", "AĠĠORNAMENT 55", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 59", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB 71", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 421 li saret fid-19 ta' Lulju, 2006 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI", "SMARTCITY@MALTA", "19489.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Stefan Buontempo) staqsa lill- Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra, il-pjanta ta' fejn hu mistenni jsir il-proġett ta' SmartCity@Malta?", "Kemm hi kbira l-area fejn se jsir dan il-proġett?", "Kemm hemm fabbriki/bini fuq is-sit li se jiġi żviluppat?", "Kemm ġiet stmata ż-żona kollha fejn se jsir dan il-proġett?", "Min huma s-sidien ta' din is-sit u min hu l-espert jew perit li għamel l- istima tas-sit?", "Meta mistenni jibda l-proġett?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni): Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 18845, peress li f'dan l-istadju m'għandix iktar x'inżid.", "Pero` iżjed informazzjoni tkun tista' tingħata meta ssir id-diskussjoni li rriferejt għaliha f'dik ir-risposta.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Mizzi, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sur President, m'ilux tlabt lill-ministru jagħtini informazzjoni dwar fejn se jsir l-impjant tal-purifikazzjoni ta' l-ilma tad- drenaġġ għan-nofsinhar ta' Malta u rrispondieni fis-sens li fi ftit tal- ġranet oħra, kien se jkun jista' jgħidli l-pożizzjoni x'inhi.", "Jista` jgħid x'inhi effettivament il-pożizzjoni?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Illum nista' ngħid li l-post fejn se jsir dan l-impjant ġie identifikat.", "L-istudji dwar kif se jsir tlestew fuq l-ewwel livell, biex ngħid hekk, imma għall-korrettezza rrid l-ewwel ntellagħha kabinett u nippreferi li jkolli l-appoġġ tal-kabinett qabel ma ngħid preċiż fiex wasalna, Sur President.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Pero` dan l-impjant se jkun fil-lokalita` tal-Kalkara jew tax-Xgħajra?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Il-konfini preċiżi ma nafhomx, pero' żgur mhux qalb il- komunita` tal-Kalkara.", "SERVIZZ PUBBLIKU", "19756.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Stefan Buontempo) staqsa lill- Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Għar-rigward ta' ħaddiema tal-gvern, sew jekk professjonisti u sew jekk le, jista' il-Ministru jgħid kemm hemm minnhom li qegħdin abbażi ta' kuntratt definit?", "Kemm hemm li ilhom jaħdmu fuq din il-bażi għal aktar minn erba' snin?", "Min huma u f'liema dipartimenti/sezzjoni jaħdmu?", "X'kariga jew professjoni għandhom u f'liema salary scale qegħdin?", "Min huma dawk li għandhom grad sostantiv u min huma dawk li m'għandhomx?", "Jista' ipoġġi fuq il-medja tal-Kamra, kampjun ta' kull tip ta' kuntratt definit li bih il-gvern impjega lil dawn il-ħaddiema fuq bażi definita fis- snin 2000-2006?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-informazzjoni mitluba tirrikjedi ħafna ħin biex tinġabar u anke peress li bħalissa l-gvern qed jevalwa s-sitwazzjoni tal- fixed-term, ma jinħassx li għandha tingħata risposta dettaljata f'dan l- istadju.", "ON SECONDMENT", "19863.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joseph Debono Grech) staqsa lill- Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 16049, jista' il-Ministru jgħid jekk għandux uffiċjali jaħdmu fis-segretarjat seconded minn xi enti oħrajn?", "Jista' jgħid kemm għandu?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Iva, hemm persuna waħda.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jista` forsi l-Ministru jgħidilna minn liema ente ġejja?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Bl-amment ma nafx, jiddispjaċini.", "TRIQ TA' LANZA, ĦAŻ-ZABBAR", "19948.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol ta' estensjoni tad-drenaġġ fi Triq Ta' Lanza, Ħaż-Żabbar?", "Japprezza li jekk jilħaq jgħaddi s-sajf, ikun diffiċli li x-xogħol isir minħabba li l-bdiewa jkunu jridu jaħdmu r-raba`?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninsab informat li x-xogħol ta' estensjoni ta' drenaġġ fi Triq Ta' Lanza, Ħaż-Żabbar diġa` beda u mistenni li jitlesta qabel jispiċċa s-sajf.", "RIĊIKLAĠĠ TAD-DRENAĠĠ", "19961.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Charles Mangion) staqsa lill- Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid lil min ingħata l-kuntratt fil-każ tal-proġett ta' riċiklaġġ tad-drenaġġ u anke jgħidilna jekk humiex se jintużaw l-istess sistemi f'kull parti ta' Malta u Għawdex?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Il-kuntratt għall-impjant f'Għawdex ingħata lil joint venture Degremont s.p.a/C&F Building Contractors Ltd., filwaqt li l- kuntratt għall-impjant fit-tramuntana ta' Malta ngħata lil joint venture IBI Idrobioimpianti/ Polidano Group.", "F'dawn l-impjanti msemmija qed jintużaw l-istess sistemi ta' proċess ta' riċiklaġġ.", "Il-proċess tat-trattament fil-każ ta' l-impjant għan-nofsinhar ta' Malta għadu mhux determinat.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jista` il-Ministru jgħid meta se jkun lest l-impjant ta' purifikazzjoni tad-drenaġġ fl-area ta' bejn il-Kalkara u x-Xgħajra?", "Jista` ikun li waqajna lura fix-xogħol?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: It-target date hija li jkun lest sa l-aħħar ta' l-2008 u fuq dik qed naħdmu.", "GĦAQDIET SPORTIVI", "19970.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jikkonsidra li jingħata skont fuq it-tariffi tal-konsum ta' l-elettriku lil dawk l-għaqdiet sportivi li jorganizzaw attivita' sportiva filgħaxijiet, taħt dawl artifiċjali?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: It-tariffi għall-konsum ta' l-elettriku ma jiġux iffissati mill-Enemalta iżda mir-resources authority.", "GOZO CHANNEL", "20211.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Anton Refalo) staqsa lill- Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid x'beħsiebha tagħmel il-Gozo Channel biex tilqa' għall-kera ta' Lm0.4 miljun li se jkollha tibda tħallas għall-użu tat- terminals u l-parkeġġi ta' l-Imġarr u ċ-Ċirkewwa?", "Jista' jgħid jekk il- ftehim ma' l-awtorita' marittima sarx jew meta se jsir?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Il-ftehim għadu ma sarx.", "Il-kera kkontemplata taħt il- harbour agreement u dovuta lill-awtorita` marittima titħallas mid-dħul li l- kumpannija Gozo Channel tagħmel.", "TA' QALI CRAFTS VILLAGE", "20227.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Chris Agius) staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il- Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 20008 u jgħid meta u għaliex tneħħew il-full-timers assenjati għat-tindif ta' l-area tal-crafts village f'Ta' Qali?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-amministrazzjoni tal-villaġġ ta' l-artiġġanat ta' Ta' Qali ġiet trasferita lura lid-dipartiment ta' l-artijiet, b'effett mill-1 ta' Jannar, 2004.", "TA' QALI PUBLIC TOILETS", "20228.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Chris Agius) staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il- Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 20012 u jgħid meta nbnew it- toilets pubbliċi fil-crafts village ta' Ta' Qali u meta bdew jintużaw, jekk qatt intużaw?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-amministrazzjoni tal-villaġġ ta' l-artiġġanat ta' Ta' Qali ġiet trasferita lura lid-dipartiment ta' l-artijiet, b'effett mill-1 ta' Jannar, 2004.", "REVOKA TAL-LIĊENZJA", "20254.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Gavin Gulia) staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid kemm liċenzji ta' bars jew restaurants ġew revokati f'dawn l-aħħar għaxar snin?", "F'liema lokalita' u għal liema raġuni?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (Ministru għat-Turiżmu u Kultura): L- informazzjoni li għandi hi li f'dawn l-erba` snin, jiġifieri minn mindu twaqqfet l-awtorita' tat-turiżmu, ġew revokati 97 liċenzja f'diversi lokalitajiet ta' Malta u Għawdex, b'96 minnhom fuq talba tal-liċenzjat u waħda wara enforcement notice maħruġa mill-MEPA.", "MWEJJED U SIĠĠIJIET FUQ IL-BANKINA", "20255.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor Gavin Gulia) staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid jekk il-kunsilli lokali għandhomx dritt joħorġu permessi għal imwejjed u siġġijiet?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-awtorita` tat-turiżmu toħroġ liċenzji li jiġġeddu kull sena li jagħtu d-dritt lil dik il-persuna li jkollha stabiliment turistiku li toħroġ imwejjed u", "siġġijiet fil-pubbliku, skond il-permess li jingħata mid-dipartiment ta' l- artijiet u għaldaqstant nissuġġerixxi li l-mistoqsija jekk kunsilli lokali għandhomx dritt joħorġu permessi, tiġi indirizzata lill-ministru konċernat.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Mizzi, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Imma x'isir f'każ li kunsill lokali joħroġ permess temporanju u l-awtorita` tat-turiżmu toġġezzjona?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Jiena għandi għax nifhem li f'ċirkostanzi fejn il-permess ikun wieħed temporanju, jiġifieri kwestjoni ta' ftit ġranet, bħalma jingħataw permessi fi żmien il-festi jew għal xi avveniment partikolari, l-awtorita' tat-turiżmu ma tidħolx.", "LIĊENZJA TA' BAR", "20256.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Gavin Gulia) staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid meta u għal liema raġuni liċenzja ta' bar li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, ġiet revokata.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li l-liċenzja tal-bar in kwestjoni ġiet revokata fit-30 ta' Settembru, 2004 u dan wara li l- awtorita` tat-turiżmu ġiet informata li l-planning appeals board tal-MEPA kien irtira l-permess li l-garaxx jinbidel f'bar.", "SERVIZZ TA' KIROPODIJA", "20257.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita`: Jista' il-Ministru jinformana jekk ingħatatx xi ordni lil dawk il-kiropodisti li jaħdmu fiċ-ċentri tas-saħħa, biex jibdew jaqtgħu d- dwiefer fil-każ biss ta' dawk il-pazjenti u ta' dawk l-anzjani li jkunu diabetiċi, jew inkella jkunu jbatu minn xi kondizzjoni oħra li tpoġġihom f'high risk ta' infezzjoni, f'każ li jippruvaw jaqtgħu d-dwiefer huma?", "Minn min ittieħdet din id-deċiżjoni?", "Anzjani li s-soltu jmorru fiċ-ċentri tas-saħħa biex jaqtgħu difrejhom, se jibqgħu jinqdew?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (f'isem il-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita`): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li ma ngħatat ebda ordni kif deskritt fil-mistoqsija.", "Xogħol il-kiropodista huwa li jieħu ħsieb is- saqajn u d-dwiefer ta' kulmin għandu xi forma ta' patoloġija jew mard, jew qiegħed f'riskju akbar ta' mard.", "Parti minn dan ix-xogħol jinkludi li jgħallmu lill-pazjent kif għandu jieħu ħsieb is-saqajn, kif ukoll kif għandu jaqta' u jieħu ħsieb id-difrejn.", "Ix-xogħol tal-qtuħ tad-dwiefer normali huwa xogħol jew ta' pedicurist jew l-aktar ta' nurse.", "Li ġara maż-żmien hu li l-kiropodisti ma kenux jagħtu kas - minħabba l- insistenza tan-nies - u b'riżultat ta' dan akkumulaw ħafna anzjani li m'għandhom ebda mard jew riskju ta' mard partikolari f'saqajhom u li allura kienu ħaduha drawwa jmorru jaqtgħu d-dwiefer għand il-kiropodista, bl- iskuża li ma jafux kif jaqtgħuhom.", "Dan irriżulta f'dewmien żejjed għal dawk il-pazjenti b'patoloġija jew mard f'saqajhom.", "Għalhekk dan l-aħħar il- kiropodisti bdew kampanja li fiha bdew jgħallmu lill-anzjani kif jaqtgħu d- dwiefer normali tagħhom u kulmin jibqa' ma jridx jitgħallem, qed jiġi riferut għand nurse sabiex isir dan ix-xogħol ta' iġene personali ta' rutina.", "HOWARD GARDENS", "20258.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cassar) staqsa lill- Ministru għat-Turiżmu u Kultura: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 19736, jista' il-Ministru jgħid kif qed javvanza x-xogħol fuq Howard Gardens u jekk hemmx ħsieb li dan jitlesta qabel jispiċċa s-sajf?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li x-xogħol f'Howard Gardens qed javvanza sew u dak maġġuri mistenni li jkun lest għall-aħħar ta' Lulju, 2006.", "TELGĦA TAD-DWEJRA", "20259.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cassar) staqsa lill- Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li tiġi rranġata t-Telgħa tad-Dwejra?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (f'isem il-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq): Ninforma lill-Onor.", "Inerpellant li t-triq li qed jirriferi għaliha mhix triq arterjali jew distributorja u għalhekk il-manutenzjoni tagħha mhux responsabbilta` tal-gvern ċentrali.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Mizzi, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sur President, l-ewwelnett nixtieq nistaqsi jekk il- ministru hux imsiefer fuq xogħol tal-gvern.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Le, ma jirriżultalix li huwa msiefer.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sur President, għandi mistoqsijiet supplimentari x'nagħmel imma ma nafx kemm jistgħu jirrisponduni meta l-ministru responsabbli mhuwiex hawn.", "Jiena kont mitlub nippreżenta pjanta - minħabba kwestjoni li kont qajjimt fil-question time - u issa li ppreżentajtha qed nistenna risposta.", "Naturalment ir-risposta rridha mingħand il-ministru u ħadd iktar.", "Kwestjoni oħra li kont qajjimt tikkonċerna triq fil-Kalkara, li hija perikoluża għax qed tisfronda.", "Naħseb li huwa importanti li l-ministru jgħidli x'inhu jsir biex din it-triq titranġa għax tista' tiġri xi disgrazzja minn ħin għall-ieħor, speċjalment jekk tisfronda b'xi bus mimlija passiġġieri li tkun għaddejja minn hemm.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Sur President, ma nsibx diffikulta' jekk l- Onor. Mizzi jagħmel il-mistoqsija supplimentari li jixtieq u jien min-naħa tiegħi ngħaddiha lill-Ministru Mugliett.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jekk il-Ministru Zammit Dimech jassigurani li se jitkellem mal-Ministru Mugliett illum stess kollox sew, għalkemm nħoss li m'għandniex inbiddlu l-proċedura ta' kif jiġu mwieġba l-mistoqsijiet supplimentari.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Naturalment nista' nassigurah x'se nagħmel jien, fis-sens li lest nirriferi l-mistoqsijiet li jagħmel hu lill-Ministru Mugliett.", "Issa tistax tingħata l-informazzjoni llum jew le ma nistax ngħid, Sur President.", "TRIQ KARDINAL SCIBERRAS, STA.", "VENERA", "20260.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA (f'isem l-Onor.", "David Agius) staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' Il-Viċi Prim Ministru jgħid x'passi ħa d-dipartiment għall-gvern lokali fil-konfront tas- sindku ta' Santa Venera, li mhux jobdi direttivi tad-direttorat tat- traffiku, fi ħdan l-awtorita` dwar it-trasport, dwar ksur ta' regolamenti tat-traffiku, fil-każ ta' pparkjar quddiem garage fi Triq Kardinal Sciberras, Santa Venera?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (Segretarju Parlamentari) (f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern): Ninsab informat li d-dipartiment għall- gvern lokali kien informa lill-kunsill ta' Santa Venera li qiegħed jagħmel funzjoni li m'hijiex fil-kompetenza tiegħu.", "Hija biss l-awtorita` dwar it- trasport li għandha tali kompetenza u għaldaqstant nissuġerixxi lill-Onor.", "Interpellant li jagħmel il-mistoqsija lill-ministru konċernat.", "SPETTURI TAL-PULIZIJA", "20261.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Gavin Gulia) staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li joħorġu applikazzjonijiet biex jimtlew il- vacancies li hemm fil-grad ta' spettur fil-korp tal-pulizija?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern): Ninsab informat li fil-futur qarib se jkun hemm sejħa għal applikazzjonijiet għall-grad ta' spettur fil-korp tal-pulizija.", "TRIQ KARDINAL SCIBERRAS, STA.", "VENERA", "20262.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA (f'isem l-Onor.", "David Agius) staqsa lill- Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jgħid x'passi ħa d-direttorat tat-traffiku fi ħdan l-awtorita` dwar it-trasport, fil- konfront tas-sindku ta' Santa Venera, li mhux jobdi direttivi ta' l-istess direttorat dwar ksur tar-regolamenti tat-traffiku, fil-każ ta' pparkjar quddiem garage fi Triq Kardinal Sciberras, Santa Venera?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq): Tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Mizzi, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sur President, lill-ministru kont għamiltlu mistoqsija dwar korruzzjoni fi ħdan l-ADT u kont anke ġbidtlu l-attenzjoni li kien hemm ċertu wieħed taħt l-influwenza tad-droga li kien qed jabbuża fl-għoti tal-liċenzji tas-sewqan.", "Il-ministru kien qal li dan il-bniedem ma kienx taħt l-influwenza tad-droga imma forsi ta' l-alkaħol.", "Issa wara li ħareġ li dak li għedt jien huwa kollu minnu, u billi, skond informazzjoni u korrispondenza li għandi jien, minħabba din il-persuna li għandha ċerta parentela fl-istess ADT, kien ġie sospiż bniedem li jtella` n-nies għat- test tal-liċenzji tas-sewqan, x'inhi l-pożizzjoni llum?", "X'se jiġri?", "Il- ministru japprovahom dawn l-affarijiet?", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Mr Speaker, safejn naf jiena, il-ministru malli kellu r-rapport f'idejh ippreżentah.", "Ovvjament jista` ikun li sakemm tlesta r- rapport, ċerta informazzjoni ma kenitx f'idejn il-ministru.", "Naħseb li issa l-ministru jrid jevalwa dak li hemm fir-rapport u jieħu d-deċiżjonijiet li hemm bżonn fil-kuntest ta' l-inkarigu tiegħu.", "Jiena naħseb li l-Onor.", "Interpellant jaf li l-ministru ma jiddejjaqx jieħu deċiżjonijiet u jien ninsab konvint li d-deċiżjonijiet li hemm bżonn jittieħdu se jeħodhom, Sur President.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Ma jidhirlux li l-poplu Malti u Għawdxi qed jitlef il- fiduċja tiegħu fl-ADT minħabba dan l-iskandlu?", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Mr Speaker, il-gvern ħa l-passi meħtieġa, investiga u issa ħareġ ir-rapport u min abbuża jrid iħallas ta' dak li għamel.", "Pero` min-naħa l-oħra, min fl-ADT jaħdem u jaħdem bil-għaqal, m'għandux jitpoġġa fl-istess keffa ta' dawk li jkunu żbaljaw.", "L-Onor.", "Interpellant jaf li l- ADT ma tikkonsistix biss fil-persuni li huma involuti fid-driving licence tests, għax hija mdaħħla f'kamp ħafna iżjed wiesa`.", "Anke aħna, il-membri ta' din in-naħa, urejna t-tħassib tagħna wara dak li ġara, pero` min-naħa l-oħra qegħdin jittieħdu l-passi kollha meħtieġa biex dak li hemm bżonn isir, isir u l-ADT tkun tista' tkompli bix-xogħol tagħha għax, minkejja xi żbalji li setgħu saru, wieħed irid jammetti li l-ADT qed tagħmel ħafna xogħol siewi, Sur President.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jidhirlu li hu sewwa u xieraq li l-ministru jiddefendi u jfaħħar persuna meta hija involuta fil-kwestjoni?", "MR SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Mr Speaker, ħa nwieġeb daqsxejn jiena għal dawn is-serje ta' mistoqsijiet.", "Aħna, bħala gvern, fis-snin li għaddew waqqafna strutturi apposta biex inkunu nistgħu ninvestigaw allegazzjonijiet ta' korruzzjoni u tul is-snin rajna dawn l- istrutturi jiffunzjonaw.", "Issa fil-każ ta' l-ADT għandna sitwazzjoni li kulħadd jaf kif żviluppat, għax l-informazzjoni qiegħda fil-pubbliku.", "Malli kien hemm indikazzjoni li xi ħaġa ma kenitx f'postha, l-uffiċjali, inkluż il-ministru responsabbli, ħadu l-passi mill-ewwel biex jinvestigaw l- allegazzjoni ta' korruzzjoni li kienet qed issir.", "Jiġifieri l-ministru min- naħa tiegħu u l-uffiċjali kollha involuti għamlu kulma kellhom jagħmlu biex dik l-investigazzjoni ssir, biex il-pulizija tasal għall-konklużjoni tagħha u biex eventwalment il-każ jitressaq il-qorti.", "Ċertament hawnhekk għandna politiku, ministru tal-gvern, li qiegħed jerfa` r-responsabbilta` tiegħu, kif inhu d-dmir tiegħu li jagħmel, billi jistimula investigazzjoni biex tibda u mbagħad iħalliha f'idejn l- awtoritajiet investigattivi, li huma l-pulizija, biex jaslu għall- konklużjonijiet tagħhom.", "Il-ministru ħa l-inizjattiva hu stess, wara li tfaċċaw dawn il-każi, li jqabbad grupp ta' nies biex jagħmlu inkjesta interna ħalli, mhux biss wieħed jikkonċentra fuq il-każi li ġew identifikati, imma ssir analisi ta' l-operazzjoni kollha ta' l-awtorita`, ħalli jekk jirriżulta li hemm aspetti oħrajn li jistħoqqilhom l-attenzjoni, jiġu indirizzati wkoll.", "Jiena jidhirli li mhux sewwa li meta għandek ministru u uffiċjali li jaqgħu taħtu li jkunu ħadu dawn l-inizjattivi kollha f'daqqa` waħda, issib min, b'mistoqsijiet jew implikazzjonijiet 'l hawn u 'l hemm, jipprova jdawwarha li qisu dan il-ministru jew il-gvern, jew min hu responsabbli naqas mir- responsabbilta' tiegħu.", "Anzi aħna għandna ninkoraġġixxu lil min huwa f'pożizzjoni ta' responsabbilta' biex jieħu l-passi kollha li jkun hemm bżonn kull meta jkun hemm allegazzjoni.", "Naturalment irridu noqogħdu attenti għaliex kultant ikollok allegazzjoni li tkun anonima – ikun hemm min ikollu raġunijiet partikolari għaliex ikun qiegħed jagħmilha - u min ikun f'pożizzjoni ta' deċiżjoni għandu r-responsabbilta` li jieħu bis- serjeta' l-allegazzjoni, jagħmel l-investigazzjoni, imbagħad jekk jirriżulta xi ħaġa, ikun hemm il-kors tal-liġi normali.", "F'dan il-każ partikolari ta' l-ADT jirriżulta bl-iktar mod ċar li l- ministru, flimkien ma' min kien responsabbli li jara li l-affarijiet isiru sew, ħa l-passi kollha biex jiffaċilita l-investigazzjoni min-naħa tal- pulizija.", "U lanqas waqfu hemm l-affarijiet għax infetħet inkjesta interna biex naraw li l-ADT verament tkun eżaminata minn rasha sa saqajha biex l- affarijiet jimxu kif għandhom jimxu.", "U hekk għandna narawha din il-ħaġa, Sur President.", "Huwa kundannabbli li jkollok persuna jew individwi li jabbużaw mill- pożizzjoni tagħhom u jissuġġettaw irwieħhom għall-korruzzjoni u għandna nużaw il-mekkaniżmu kollu tal-liġi biex lil dawn in-nies inġibuhom quddiem il-ġustizzja biex tiddeċiedi l-ġustizzja x'għandu jsir.", "Pero' f'dan il-każ, bil-politiku jerfa` r-responsabbilta' biex dawn l-affarijiet jitmexxew u jmur anke 'l hinn biex jara li jkun hemm analisi dettaljata ta' l-operat kollu ...", "Dak huwa l-metodu kif f'pajjiżna għandna nimxu.", "Issa wieħed dejjem jipprova jtejjeb naturalment, Sur President.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Imma meta jirriżulta li kienet inġibdet l-attenzjoni tal- ministru dwar il-karattru tal-persuni involuti f'dan il-każ qabel ma ġew ingaġġati, ma jidhirlekx allura li għandhom isiru mistoqsijiet f'dan il- Parlament, meta jidher biċ-ċar u hemm provi biżżejjed li ċerti nies li ġew ingaġġati ma kellhomx jiġu ngaġġati mill-bidu nett?", "MR SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jiena mhux qed ngħid li m'għandhomx isiru mistoqsijiet, biex ma niġix miżinterpretat min-naħa tal-kollega tiegħi.", "Isiru mistoqsijiet, mela le u aħna għandna d-dmir illi nwieġbu.", "Jien li qiegħed ngħid huwa li l-implikazzjonijiet ta' ċerti mistoqsijiet u ċerti artikli li jidhru fil-gazzetti, speċjalment fil-media tan-naħa ta' l- oppożizzjoni, jaqilbu d-dinja ta' taħt fuq.", "Li politiku jerfa` r- responsabbilta` tiegħu u jagħmel dak kollu li hu mistenni minnu biex l- investigazzjoni ssir mill-awtoritajiet kompetenti ta' pajjiżna, dik għandha tkun xi ħaġa li għandna nirrikonoxxuha - dak huwa d-dmir ta' kulħadd - u li l-ministru jaqdi dmiru f'dan is-sens għandna nirrikonoxxuh.", "Issa jekk il-persuni li qed jagħmel riferenza għalihom l-Onor.", "Mizzi b'xi mod jew ieħor kienu involuti f'dan l-allegat abbuż ta' korruzzjoni, sta għall-awtoritajiet kompetenti, il-pulizija f'dan il-każ, li jiena għandi fiduċja sħiħa fihom, biex jipproċedu.", "Jiena għandi fiduċja sħiħa fil-korp tal-pulizija, mill-kummissarju tal-pulizija 'l isfel.", "Jiena naf mill- esperjenza personali li meta tgħaddilhom informazzjoni partikolari jinvestigaw b'mod li ma jħallu lil ħadd ...", "(Interruzzjonijiet) Nassigurak li l-kummissarju tal-pulizija u l-uffiċjali li huma involuti jagħmlu investigazzjoni u jekk jirriżultalhom li hemm provi biżżejjed biex persuna tittella' b'arrest, b'akkużi fil-qorti, hekk isir u hekk sar f'dan il-każ.", "Mela allura ejjew ma nagħmlux lilna nfusna ġudikanti u nħallu f'idejn l- awtoritajiet kompetenti biex jagħmlu l-investigazzjonijiet !", "Fuq dan il-każ li nista' ngħid hu li jiena tkellimt mal-Ministru Mugliett u nsistejna li jittieħdu l-passi kollha li hemm bżonn jittieħdu u nħallu l- investigazzjoni għaddejja, għax huwa d-dmir tagħna, bħala politiċi, li jekk ikollna indikazzjoni ta' xi ħaġa li ma tkunx kif għandha tkun, għandu jkun hemm investigazzjoni li tasal għall-konklużjonijiet tagħha biex imbagħad il- qrati tagħna jgħaddu l-ġudizzju tagħhom.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-Mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali 152 ta' l-2006 – Direttiva għall-ħruġ ta' Lm10,000,000 5.1% stock tal-Gvern ta' Malta 2014 (it-tielet ħruġ) fungibility issue; u", "Avviż Legali 153 ta' l-2006 - Regolamenti ta' l-2006 li jemendaw ir- regolamenti dwar sorveljar u ħtieġa li jsiru rapporti fit-traffiku ta' bastimenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Zammit Dimech.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Rapport annwali u financial statements ta' l-awtorita' ta' Malta dwar it-turiżmu għas-sena 2005; u", "f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi nqiegħed fuq il- mejda tal-Kamra:-", "Rapport u financial statements tal-kulleġġ Malti ta' l-arti, xjenza u teknoloġija għas-sena 2005.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Austin Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:-", "K.L.B.L. 52/2/2006 – Bye-Laws ta' l-2006 dwar reklami fuq għamara tat- toroq (San Ġiljan); u", "Kopja ta' kuntratt taċ-chief executive officer mal-korporazzjoni għas- servizzi ta' l-ilma datat 27 ta' April 2006, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari 20351.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru George Pullicino.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO (Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent): Sur President, inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra:-", "Żewġ dokumenti intitolati \"Pjani Lokali: razzjonalizzazzjoni tal- konfini għall-iżvilupp – dokument finali datat Lulju 2006 – rationalisation of development zone boundaries\" flimkien ma' CD ta' l- istess dokument u dokument \"Pjani Lokali Razzjonalizzazzjoni tal- konfini għall-iżvilupp – dokument finali datat Lulju 2006 – requests for inclusion within development zone.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Mizzi, on a point of order.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sur President, dawn id-dokumenti ma jistgħux jitpoġġew fuq il-mejda tal-Kamra għax il-kumitat għall-ippjanar u l-iżvilupp kien ultra vires.", "Il-kumitat seta` biss jiddiskuti r-riżoluzzjoni kif tressqet oriġinarjament, imbagħad jekk japprovaha ma tiġix quddiem il-plenarja u jekk ma tiġix approvata tiġi f'din il-Kamra għad-diskussjoni.", "Fi kliem ieħor il-Ministru ma jistax ipoġġi dawn id-dokumenti fuq il-mejda tal-Kamra u dan li qed ngħid jiena qalu wkoll membru min-naħa tal-gvern waqt li kienet qed tiġi diskussa r-riżoluzzjoni fil-kumitat, Sur President.", "MR SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sur President, ma nafx l-Onor.", "Mizzi minn fejn qiegħed jivvintaha din, għaliex huwa r-rwol tal-kumitati kollha ta' dan il- parlament - jista' ikun kumitat ta' l-abbozzi ta' liġi, kumitat dwar l- ippjanar għall-iżvilupp, kumitat li jkun qiegħed janalizza l-kuntratti - li janalizzaw is-sustanza li tkun quddiemhom.", "Mhux l-ewwel darba li kellna każi fejn anke paragrafi ta' abbozzi ta' kuntratti eżaminati ġew mibdula fil-kumitat u mbagħad tressqu quddiem il-Kamra.", "Naturalment il-poter finali huwa dejjem tal-Kamra li tapprova jew ma tapprovax u tibqa` l- fakulta` li l-Kamra tkun tista`, bħalma jsir anke fil-kumitat dwar l- abbozzi ta' liġi, li tirriferi lura lill-kumitat għall-konsiderazzjoni tiegħu.", "Din hija proċedura normali u ma nara xejn li huwa ultra vires.", "Anzi l-kumitat mexa bl-arranġamenti tiegħu u f'dan il-każ partikolari, irrid ngħid li membri min-naħa ta' l-oppożizzjoni pparteċipaw, ipproponew emendi u ttieħdu l-voti li ġew reġistrati fil-Minuti u allura jiena ma nistax nifhem kif issa qiegħda tqum din id-diffikulta` meta dan kollu kien aċċettabli fil-proċedura tal-kumitat.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sur President, dan huwa skorrett.", "Kien hemm riżoluzzjoni li fuqha jrid jiġi deċiż jekk kienx hemm qbil jew le.", "Fil-liġi ta' l- ippjanar hemm il-mod ta' kif għandhom isiru l-affarijiet, kif spjega tajjeb membru tal-gvern fid-diskussjoni.", "Biex ikun hemm xi tibdil fil-pjan strutturali l-affarijiet iridu jsiru b'mod differenti imma ma sarx hekk.", "L-istess riżoluzzjoni li marret quddiem il-kumitat reġgħet tressqet f'din il-Kamra.", "Dan ma jistax isir għax biex riżoluzzjoni tiġi għad-diskussjoni f'din il-Kamra, trid tkun ġiet rifjutata mill-kumitat.", "Jekk iridu jsiru xi emendi, iridu jsiru skond il-liġi u jridu jsiru f'din il-Kamra.", "Sur President, jien qed nitlob ruling qabel nipproċedu bid-diskussjoni.", "MR SPEAKER: Dan il-punt kien diġa' qam fis-seduta ta' nhar it-Tnejn, 17 ta' Lulju, 2006 dwar jekk laqgħa li kienet qed tinżamm simultanjament tal- Kumitat Permanenti dwar l-Ippjanar ta' l-Iżvilupp, imxetx skond il- proċeduri;", "U billi s-Sedja, b'risposta għall-punt imqajjem mill-Onor Mizzi fis-seduta ta' nhar it-Tnejn, 17 ta' Lulju, 2006 iddikjarat li xtaqet l-ewwel tisma' lill-President tal-Kumitat Permanenti dwar l-Ippjanar ta' l-Iżvilupp qabel ma tagħti d-deċiżjoni tagħha;", "U peress li l-President tal-Kumitat Permanenti dwar l-Ippjanar ta' l- Iżvilupp debitament irrapporta lill-Kamra f'għeluq ix-xogħol tas-seduta ta' nhar l-Erbgħa, 19 ta' Lulju ai termini ta' dak li jitolbu l-Ordnijiet Permanenti tal-Kamra dwar l-eżitu ta' l-erba' laqgħat li żamm l-istess kumitat;", "U peress li ma jidher li tressaq l-ebda rapport minoritarju kif jipprovdi l- Ordni Permanenti numru 135;", "Is-Sedja tasal biex tikkonkludi li minn dak li tressaq quddiemha, l- asserzjoni ta' l-Onor.", "Mizzi li l-laqgħa ma mxetx skond il-proċeduri hija bla bażi.", "Nerġa' insejjaħ lill-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sur President, qiegħed nagħtik avviż, skond standing order 62, li se nikkontesta dan ir-ruling li għadek kemm tajt biex imbagħad isir rapport lill-Kamra u, bħala protesta li l-affarijiet ma mxewx skond il- liġi, se jkolli nsejjaħ quorum.", "MR SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Imma x'għandu x'jaqsam il-quorum!", "Kif kull darba nużaw il-quorum bħala strument biex dibattitu parlamentari jiġi stultifikat?", "(Interuzzjonijiet) Kif m'aħniex kapaċi li dibattitu parlamentari nressquh b'mod matur bejn iż-żewġ naħat!", "MR SPEAKER: Jekk se nipproċedu bit-talba għal quorum irrid nissospendi s- seduta għal ħames minuti.", "L-Onor.", "Mario Galea.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Sur President, bir-rispett kollu, is-Sedja għandha r- responsabbilta` li meta jkun hemm sejħa għal quorum, l-ewwel titlob lill- Iskrivan tal-Kamra biex jgħodd il-membri preżenti fil-Kamra.", "(Għajat)", "MR SPEAKER: Onor. Mizzi, jidher li bħalissa hawn quorum fil-Kamra u s- seduta tista' tkompli.", "L-Onor.", "Mizzi, on a point of order.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sur President, meta ġbidtlek l-attenzjoni żgur li ma kienx hawn quorum u s-Sedja dan tafu.", "Jekk hemm bżonn nisimgħu r-recording u nitlob ruling fuqha din għax is-Sedja kienet diġa` ppronunzjat ruħha fuq it- talba għal quorum li sejjaħt jien.", "MR SPEAKER: Li ġara hu li l-Prim Ministru qam biex jitkellem u s-Sedja rrikononoxxietu.", "Nerġa` ngħid li bħalissa hawn quorum u s-seduta għandha tkompli.", "(Għajat u interruzzjonijiet) Jekk l-Onor.", "Mizzi għandu xi oġġezzjoni, jqajjimha f'okkażjoni oħra.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet.", "Il-Ministru George Pullicino.", "MOZZJONIJIET", "REVIŻJONI PARZJALI TAL-PJAN TA' STRUTTURA", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Sur President, nipproponi dan li ġej:-", "Billi f'Ġunju 1989 dan il-Parlament approva permezz ta' l-Att X ta' l-1988 skemi temporanji ta' żvilupp msejħa Pjan Regolatur (Provvedimenti Temporanji) li kienu saru bi skop preċiż illi jitwaqqaf it-telf ta' meded kbar ta' art għall-iżvilupp;", "U billi meta sar dak il-proċess il-Gvern kien irrikonoxxa illi l-istess proċess kellu neċessarjament isir malajr u li fiċ-ċirkostanżi seta' ma kienx totalment ibbażat fuq informazzjoni kompleta, u seta' jagħti lok għal xi anomaliji;", "U billi dawk l-iskemi temporanji ġew inklużi eventwalment fil-Pjan ta' Struttura, approvat minn din il-Kamra fl-Lulju 1992;", "U billi l-Gvern kien ikkommetta ruħu li sussegwentement iż-żoni temporanji kellhom jiġu riveduti permezz tal-Pjani Lokali ħalli l-anomaliji jiġu eliminati;", "U billi fil-Pjani Lokali ġew indikati artijiet biex jiġu nklużi fiż-żoni ta' l-iżvilupp skond kriterji mfassla mill-Awtorità ta' Malta dwar l- Ambjent u l-Ippjanar u skond sett ta' kriterji approvati mill-Kabinett sabiex ikun hemm aktar konsistenza fid-deċiżjonijiet;", "U billi tibdil fil-konfini ta' l-iżvilupp jifforma parti integrali tal- proċess ta' Pjani Lokali;", "U billi r-reviżjoni parzjali tal-Pjan ta' Struttura, kif qed tiġi sottomessa lill-Kamra b'din ir-riżoluzzjoni, ġiet approvata mill-Bord ta' l- Awtorita` u ġiet ikkunsidrata mill-Kabinett tal-Ministri, skond artikolu 22 (1) ta' l-Att ta' l-1992 dwar l-Ippjanar ta' l-Iżvilupp;", "Din il-Kamra għalhekk tirrisolvi illi:", "Tapprova r-Reviżjoni Parzjali tal-Pjan ta' Struttura għall-gżejjer Maltin, skond il-provvedimenti ta' artikolu 18 (3A) u 22 (3) ta' l-Att ta' l-1992 dwar l-Ippjanar ta' l-Iżvilupp għall-iskop illi l-artijiet murija fil- pjanti annessi ma' din ir-riżoluzzjoni (Dokument A) u li jiffurmaw parti integrali minnha, jkunu inklużi fiż-żona ta' l-iżvilupp bħala parti integrali mill-istess Pjani Lokali.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Rimarki?", "Il-Ministru.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Sur President, irrid ngħid li effettivament diġa` poġġejt fuq il-mejda tal-Kamra dokumenti kif diskussi fil-kumitat tal-Kamra u kif emendati, u qed inpoġġi wkoll il-minuti u t-transcripts ta' l-erba' laqgħat tal-kumitat ta' l-ippjanar ta' l-iżvilupp.", "Qiegħed ukoll inressaq emenda, riżoluzzjoni bi tliet emendi żgħar li kienu diġa' nklużi mill-MEPA fil-pjani lokali li bi żvista ma daħlux fid-dokument.", "L-emenda hija din:", "Billi wara eżerċizzju ta' verifika sussegwenti għad-diskussjoni u l- emendi mressqa mill-Kumitat Permanenti dwar l-Ippjanar ta' l-Iżvilupp, irriżulta illi kellhom isiru tliet korrezzjonijiet minimi biex estenzjonijiet indikati diġa' fil-pjanijiet lokali diġa' pubblikati, ta' Għawdex u n-Nofs in-Nhar ta' Malta, jiġu inklużu f'din ir- reviżjoni parzjali tal-Pjan ta' Struttura u dan skond ma jirriżulta mill-anness ittra mibgħuta mill-Awtorita' ta' Malta dwar l-Ambjent u l- Ippjanar;", "Għaldaqstant:", "Il-pjanti numri 2.8.1, ZA B3 u ZN B2 jiġu inkorporati fil-pjanti Nru 62, 51 u 53 rispettivament.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "MARIO GALEA: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Hawn oġġezzjoni biex il-Ministru jpoġġi dawn il-karti fuq il- mejda tal-Kamra?", "ONOR.", "JOE MIZZI: Noġġezzjona.", "(Għajat) MR SPEAKER: Ippermettuli ftit.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Allaħares f'din il-Kamra ma tistax tressaq emenda!", "(Interruzzjonijiet) M'hu qed ikun hemm l-ebda partenza mill-ispirtu tar- riżoluzzjoni, imma hemm sempliċement emenda żgħira ta' tliet korrezzjonijiet għall-pjanti li diġa` tpoġġew.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joseph Brincat.", "ONOR.", "JOSEPH BRINCAT: Sur President, hawnhekk għandna mozzjoni li l-ispirtu tagħha huwa li tillimita u tirristrinġi.", "Dawn il-pjanti proposti ġew approvati mill-kabinett.", "L-emendi saru fil-kumitat tal-Kamra, mela hawnhekk m'għandniex il-proċedura li suppost hija stabbilita mill-istess liġi biex isiru l-emendi.", "Għaliex?", "Għax il-mozzjoni kif ippreżentata u d-dokumenti huma dawk li huma.", "Ma nistax inbiddel is-sustanza tal-mozzjoni billi nżid ma' dak li jkun hemm.", "Jekk jiena nagħmel pjanta żgħira \"daqshekk\" u ngħid li din hekk se tkun, imbagħad ma nistax niġi b'partita emendi u nbiddel is- sostanza tal-mozzjoni.", "U jekk dik l-emenda li qed issir riferenza għaliha hija kwestjoni ta' waqt il-kumitat, bir-rispett kollu ngħid li m'hijiex regolari u hija kontra l-liġi - ultra vires - li l-ministru jagħmilha f'dan l-istadju.", "Proċedura parlamentari tista' tkun kwestjoni.", "Fil-vires, anke kif joħorġu mill-mozzjoni, jekk is-Sinjurija tiegħek jogħġobha taqra l-mozzjoni u tara dak li hemm -", "U billi fil-Pjani Lokali ġew indikati artijiet biex jiġu nklużi fiż- żoni ta' l-iżvilupp skond kriterji mfassla mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u skond sett ta' kriterji approvati mill- Kabinett sabiex ikun hemm aktar konsistenza fid-deċiżjonijiet;", "U billi tibdil fil-konfini ta' l-iżvilupp jifforma parti integrali tal- proċess ta' Pjani Lokali;", "U billi r-reviżjoni parzjali tal-Pjan ta' Struttura, kif qed tiġi sottomessa lill-Kamra b'din ir-riżoluzzjoni, ġiet approvata mill-Bord ta' l-Awtorita' u ġiet ikkunsidrata mill-Kabinett tal-Ministri, skond artikolu 22 (1) ta' l-Att ta' l-1992 dwar l-Ippjanar ta' l-Iżvilupp;\"", "issib li hawnhekk għandna l-istanding committee ta' dan il-parlament u mhux il-kabinett li ra dawk l-emendi.", "Allura dan li qed jiġri qed imur kontra parti li hemm fl-istess riżoluzzjoni.", "Sur President, irrid ngħid ukoll li jekk inqajmu point of order xi ruling irid ikun hemm għaliex jekk se jkollna Speaker biex ikun biss qisu tat- traffic, għaddi int, imissek inti u issa l-ieħor...!", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Ippermettili ftit, Onor. Brincat.", "Dalgħodu jiena tajt ruling.", "Forsi inti ma kontx preżenti, imma diġa' tajt ruling fuq il- proċeduri tal-kumitat.", "Naħseb li wieħed irid joqgħod attent kif jirrimarka.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sur President, ma nafx x'irid jgħid biha din l-Onor.", "Brincat.", "Qiegħed jgħid li jien ma nistax nitkellem f'dan il-parlament?", "Jiġifieri jekk l-Onor.", "Brincat iqajjem point of order, jien ma nistax inwieġeb?", "Dan li qed jgħid?", "Hekk trid li dan il-parlament jimxi?", "ONOR.", "JOE BRINCAT: Le, mhux hekk qed ngħid.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mela m'għandux oġġezzjoni, hux hekk?", "Issa rrid il- permess tiegħek Onor. Brincat, sabiex nitkellem jien?", "Hekk l-arroganza f'dan il-parlament?", "Kemm hi tajba!", "Sur President, ir-regola fundamentali hija li din il-Kamra hija suprema.", "Għandha l-kumitati tagħha, pero' finalment hi din il-Kamra b'dawn id- deputati preżenti li jiddeċiedu x'jiġi deċiż minn dan il-Parlament.", "U allura hija kontradizzjoni anke ta' dak li għadna kif smajna ftit tal-ħin ilu.", "Meta ministru jressaq emenda - tista' tkun emenda għar-riżoluzzjoni nnifisha jew emendi għall-kontenut ta' dokumenti li hemm annessi mar- riżoluzzjoni - il-mistoqsija ssir fl-għeluq tad-dibattitu.", "Hija din il- Kamra li tiddeċiedi.", "Issa x'qed nippruvaw ngħidu hawnhekk?", "Li kumitat jista' jiddeċiedi u l-Kamra le!", "Jekk inhu hekk, allura qed naqilbu l- istituzzjoni parlamentari ta' taħt fuq u dan qatt ma kien l-iskop ta' l- introduzzjoni tal-kumitati f'dan il-parlament.", "Il-kumitat jiddeċiedi, ir- riżoluzzjoni tiġi fil-Kamra u tkun il-Kamra li finalment taċċetta, tbiddel jew tirrifjuta.", "Jekk imbagħad ma jaqblux ma' l-", "emendi, meta jasal il-mument jivvotaw kontra tagħhom, sempliċi!", "Il- mistoqsija eventwalment issir, fl-opinjoni tiegħi, fl-aħħar tas-seduta, meta wieħed ipoġġi l-mistoqsijiet finali.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: L-istanding orders jgħidu x'emendi jistgħu jsiru.", "Jekk ikunu emendi li jbiddlu sostanzjalment ma jiġux aċċettati.", "Biex tagħmel emenda bħal din trid tagħti avviż.", "Il-kumitat huwa ultra vires.", "Issa hawnhekk ressaqna din ir-riżoluzzjoni u mkien ma ntqal li se tiġi emendata.", "Mela kif jista` jkun tiġi b'din ir-riżoluzzjoni u tbiddlilha s-sugu tagħha?", "Ma tistax!", "MR SPEAKER: Ippermettuli ftit.", "Ma jistax ikun li noħolqu dibattitu f'dan l-istadju.", "Għas-Sedja dik l-emenda hija aċċettabbli.", "L-Onor.", "Mizzi, on a point of order.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sur President, aħna qegħdin noġġezzjonaw li tibda d- diskussjoni qabel jittieħed il-vot.", "X'jgħidu l-istanding orders meta jkun hemm oġġezzjoni bħal din?", "Jgħidu li għax in-naħa tal-gvern tridha tgħaddi, allura ma jitteħidx vot?", "Jew l-ewwel trid iġġibha għall-vot u mbagħad tibda d-diskussjoni?", "Inti kif se tkun taf x'se jiġri jekk niddiskutuha u mbagħad nieħdu l-vot fl-aħħar?", "Jien qed ngħid li qed noġġezzjona issa u allura trid tiġi għall-vot.", "MR SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Kieku l-ministru qiegħed ipoġġi dokument fuq il- mejda tal-Kamra u għandu bżonn il-permess tal-Kamra, għandek id-dritt kollu li toġġezzjona kif fil-fatt oġġezzjonajt.", "S'hemmhekk naqblu.", "Pero` emenda tista' titressaq u allaħares ma kienx hekk għax jekk niġu f'din is- sitwazzjoni lanqas l-oppożizzjoni ma tista' tippreżenta emenda.", "Aħna ġieli kellna mozzjonijiet ta' sfiduċja fejn inħallu l-ewwel tliet kelmiet tal- mozzjoni u mbagħad inbiddlu l-paragrafi kollha.", "Allura issa se naqilbu d- dinja ta' taħt fuq?", "(Interuzzjonijiet)", "Il-proċedura korretta hija li l-ewwel titressaq l-emenda, imbagħad il- membri jistgħu jikellmu", "favur jew kontra tagħha u fl-aħħar tad-dibattitu l- iSpeaker ipoġġi l-mistoqsijiet, l-ewwel fuq l-emenda u mbagħad fuq il- mozzjoni kif emendata.", "Dik hija l-proċedura li dejjem użajna fil-parlament u ma nistax nifhem għaliex issa qiegħed ikun hemm din id-diffikulta` fuqha.", "MR SPEAKER: Jiena jidhirli li m'għandniex għalfejn noħolqu din il-kwestjoni kollha.", "L-Onor.", "Mizzi għandu xi kumment ieħor x'jagħmel?", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sur President, jien mhux kumment se nagħmel, imma qiegħed nitlob dritt skond l-istanding orders.", "Jiena għandi oġġezzjoni u la hemm oġġezzjoni bilfors trid tiġi għall-vot.", "Il-Prim Ministru huwa skorrett.", "Għaliex?", "Fil- mozzjoni li ressaq, il-ministru mhux qed jirreferi għad- dokumenti?", "(Interruzzjonijiet) Allura kif se jitpoġġew fuq il-mejda tal- Kamra?", "Mela jien noġġezzjona jekk jitpoġġew fuq il-mejda tal-Kamra.", "(Interruzzjonijiet) Dażgur li noġġezzjona!", "MR SPEAKER: Il-Ministru Pullicino jista' ikompli bl-intervent tiegħu.", "(Interruzzjonijiet) Onor. Mizzi, ma jistax ikun li nibqgħu sejrin hekk.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sur President, jien qed noġġezzjona għal dik l-emenda li ressaq għaliex qed jirriferi għal dokumenti li jrid ipoġġi fuq il-mejda tal- Kamra.", "Biex tpoġġi dokumenti fuq il-mejda tal-Kamra trid il-permess tal- Kamra u billi permess tal-Kamra m'hawnx, allura qed nitlob li l-emenda li ressaq tiġi għall-vot u li d-dokumenti msemmijin fl-emenda ma jitpoġġewx fuq il-mejda tal-Kamra.", "Għaldaqstant jiena qed nitolbok tagħti ruling.", "MR SPEAKER: Grazzi, smajt u ħadt nota ta' dak li għedt u r-ruling tas- Sedja hu li l-Ministru Pullicino jkompli bl-intervent tiegħu.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sur President, għandi point of order ieħor.", "MR SPEAKER: Onor. Mizzi, ma jistax ikun nibqgħu sejrin hekk għax inkella jkolli nieħu l-passi.", "Inti għamilt il-punt tiegħek u s-Sedja weġbitek.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sur President, skond l-istanding order 62 se nikkontesta dan ir-ruling ukoll.", "MR SPEAKER: Jekk trid tikkontestah tista` għax għandek dak id-dritt ukoll.", "Il-Ministru jista' ikompli bl-intervent tiegħu.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Sur President, fil-5 ta' Lulju ppreżentajt mozzjoni f'isem il-gvern sabiex dan il-parlament jiddiskuti u japprova reviżjoni parzjali tal-pjan ta' struttura skond kif stipulat fl-att dwar l- ippjanar ta' l-iżvilupp.", "Issa ninsabu fl-aħħar fażi ta' diskussjoni dwar din il-mozzjoni li ġiet diskussa wkoll f'erba' laqgħat tal-kumitat tal- Kamra dwar l-ippjanar ta' l-iżvilupp kif ġie stipulat fl-emendi li saru mill-gvern fl-2002.", "Għamilna dawk l-emendi sabiex nagħtu l-poter lill- membri ta' din il-Kamra biex fl-istadju ta' kumitat ikunu jistgħu jiddiskutu l-proposti tal-gvern anke qabel ma niġu f'din il-Kamra.", "Aħna dehrilna li dik hija s-serjeta` u t-trasparenza li bihom dejjem saru l- affarijiet mill-1987 'il hawn.", "Irrid infakkar fi ftit punti importanti li wassluna s'hawn illum.", "Fl-1987, meta kien hemm bidla fil-gvern, il-gvern il-ġdid sab sfreġju kbir għaddej fl-ambjent, speċjalment bini sfrenat għaddej kullimkien.", "Sibna sitwazzjoni fejn b'daqqa ta' pinna, mill-ministru waħdu, biċċa art agrikola setgħet tingħata għall-iżvilupp mil-lum għal għada.", "Dan kien qed iwassal biex pajjiżna kien qed jitlef ħafna art tajba.", "Skond statistika uffiċjali kien qed jitlef mal-200 ettaru ta' art agrikola kull sena.", "Dan kien bejn l-1971 u l-1986.", "Għal min illum qiegħed ikejjel bid-daqs tas-Siġġiewi tajjeb li nfakkru li dan it-telf ta' art agrikola kien jammonta għal madwar id-daqs ta' 34 Siġġiewi jew ftit aktar minn daqs żewġ Siġġiewi kull sena għal 16-il sena!", "Il-pajjiż għadu jsofri mill-abbużi u l-iżbalji li saru fil-qasam ta' l-art fil-passat.", "Per eżempju, f'Birżebbuġa ngħatat art għall-bini li kienet tmiss eżatt ma' l-impjant tal-gass.", "Illum se jkollna nressqu l-impjant tal- gass għaliex ovvjament dawk in-nies tpoġġew fil-perikolu b'dik id- deċiżjoni.", "Eżempju ieħor huwa dak tal-bypass ta' Wied il-Għajn.", "Jekk hawn bypass li ġġiegħlek tibki u tidħak fl-istess ħin waqt li tkun qed issuq ġo fiha hija dik ta' Wied il-Għajn.", "Trid bilfors il- ħin kollu sserrep.", "Din it-triq ġiet iddisinjata skond ta' min hi l-art ta' biswit, u mhux kif jitlob id-disinn tat-toroq.", "It-tielet eżempju - u nista' nagħmel sagħtejn insemmi eżempji, imma se", "nsemmi biss tlieta - huwa dak ta' biċċiet ta' art li mil-lum għal għada kienu jsiru tajbin għall-iżvilupp skond ta' min huma.", "Dan huwa l-mod kif sa l-1987 kien jiġi deċiż liema art għandha tiġi żviluppata.", "Ġustament il-gvern elett fl-1987 poġġa din il-kwestjoni fuq nett ta' l- aġenda tiegħu u mingħajr wisq telf ta' żmien ippreżenta skemi ta' l- iżvilupp temporanju bl-iskop ewlieni li jwaqqaf l-emorraġija u l-mod ta' kif kienu jsiru l-affarijiet.", "Il-gvern fehem li dan il-proċess mgħaġġel seta` ħoloq inġustizzji, stramberiji u anomaliji, u għalhekk saħaq fuq il- fatt li dawn kienu ta' natura temporanja, bil-ħsieb li eventwalment dawn jiġu riveduti permezz tal-proċess tal-pjani lokali.", "Bit-twaqqif ta' l- awtorita' ta' l-ippjanar fl-1992 u bil-pubblikazzjoni ta' l-abbozzi tal- pjani lokali fis-snin li għaddew, jiġifieri mill-1993 'il hawn beda joħroġ ċar li mhux dejjem kienu qed ikun indirizzati l-anomaliji u ftit li xejn saret reviżjoni tal-konfini.", "Anzi xi kultant kien hemm kontradizzjonijiet bħal, per eżempju, il-pjan lokali ta' Marsaxlokk u Birżebbuġa approvat fl- 1995, fejn jidher li l-awtorita` kienet fetħet idejha sew u nkludiet meded ta' art sostanzjali.", "Imbagħad min-naħa l-oħra pockets ta' art xagħri maqbuda fl-iżvilupp f'Ħad-Dingli li fl-imgħoddi nxtrat plot, plot minn familji tħalliet barra mill-pjani lokali ta' Ħad-Dingli u l-madwar.", "Kien għalhekk li ridna li jkun hemm kriterji ċari li jagħmlu l-proċess aktar konsistenti.", "Dan il-proċess ta' l-awtorita` li kien inbeda fl-1993 kien jinkludi proċess twil ta' konsultazzjoni pubblika.", "Tajjeb wieħed jgħid li fir-reviżjoni tal- konfini permezz tal-pjani lokali, il-MEPA kienet diġa` indikat żieda ta' 1% fuq l-area ta' l-iżvilupp li għandna sal-lum, mhux fuq l-area ta' l-art kollha ta' Malta u Għawdex, imma 1% ta' l-art li għandna llum fil-konfini ta' l-iżvilupp.", "Dik iż-żieda wkoll, kuntrarjament għal dak li qalu ċerti kelliema, trid tiġi approvata minn dan il-parlament.", "L-ironija hija li sakemm il-MEPA kienet għaddejja b'dan l-eżerċizzju ħadd ma qal xejn, inkluż meta anke artijiet bħal Tal-Papa f'Birżebbuġa kienu diġa` ġew inklużi fil- pjan lokali ta' Marsaxlokk u Birżebbuġa ta' l-1995.", "Irrid ngħid li għal dak il-pjan lokali, ir-rappreżentant ta' l- oppożizzjoni, dak iż-żmien Dr George Vella, ma kienx oġġezzjona.", "Ħallejna lill-MEPA tagħmel l-eżerċizzju tagħha, li għamlet xogħol tajjeb, imma fl-opinjoni tal-gvern ma indirizzatx kollox u ma wżatx riga konsistenti.", "L-ironija hija li qamet maltempata hekk kif il-gvern iddeċieda li jifformula kriterji li jservu bħala riga konsistenti li tindirizza dawn il-kwestjonijiet u toħloq proċess ekwu u ġust.", "Din hija materja sensittiva ferm għax wieħed jaf jgħidlek li pocket ta' art huwa 50,000 metru kwadru u ħaddieħor jgħidlek li pocket għandu jkun sa 20,000 metru kwadru.", "Veru li t- tnejn ikunu pockets, imma trid tagħżel.", "Aħna fil-kriterji għażilna li mmorru għal pocket ta' madwar 17,000 metru kwadru.", "M'hu veru xejn li dan il- gvern għamel xi U-turn.", "Ilna snin twal insostnu dan, u anke fil-programm elettorali tal-partit nazzjonalista ta' l-1998 għednieh dan id-diskors.", "Dan ġie wkoll ripetut pubblikament kemm-il darba minni kif ukoll mill- Ministru Tonio Borg li kien responsabbli bejn l-1998 u l-2003.", "Tajjeb għal darb'oħra ntenni li aħna tajna biss il-kriterji lill-MEPA biex din tinterpretahom.", "Il-gvern m'għażilx liema artijiet jikkwalifikaw, imma ta biss il-kriterji.", "Fejn kien hemm talbiet ta' ħafna plots individwali li kienu nxtraw fl-imgħoddi, iżda fejn l-art b'mod sħiħ kienet taqbeż is- 17,000 metru kwadru kif imniżżel fil-kriterji, u fejn ma dehrilniex li huwa ambjentalment sensittiv, il-kabinett bl-aktar mod miftuħ indika lill-MEPA li dawk l-artijiet għandhom jidħlu għal raġunijiet soċjali.", "Qed nirreferi għal dawk li fil-pjanti huma mmarkati b'salib isfar.", "U rrid ngħid li ma daħlux il-każijiet kollha fejn kien hemm plots li nxtraw fl-imgħoddi, għax il-MEPA dehrilha li kienu f'sit sensittiv.", "Dalgħodu għaddejt lill-kap ta' l-oppożizzjoni informazzjoni dwar it-talbiet li saru fuq dawn l-artijiet, wara li l-uffiċċju tiegħi rċieva e-mail fl-aħħar tal-ġimgħa l-oħra.", "Tajnieh l-informazzjoni kif talabha hu, jiġifieri subset ta' l-informzzjoni kollha ta' dawk is-siti li l-gvern immarkahom bis-salib isfar u qal lill- MEPA li allavolja ma jikkwalifikawx skond il-kriterji, xorta għandhom jidħlu.", "Irrid ngħid li l-informazzjoni kollha dwar is-sottomissjonijiet kollha li saru issa qegħdin jidhru fuq il-website tal-MEPA u l-pubbliku kollu għandu aċċess għal din l-informazzjoni.", "Fuq il-website tista` wkoll issir cross reference bejn it-talba bil-miktub u l-immaġni tat-talba fuq il-pjanta.", "Il- kap ta' l-oppożizzjoni ilu jgħid li jrid il-", "listi, forsi ħaseb li se jiskopri xi ħaġa moħbija.", "Fuq kollox ma kienx hemm għalfejn jitlobha.", "Irrid ngħid li konna aħna stess li rbatna lilna nfusna bil-liġi biex dik il-lista tingħata.", "Hemm eluf ta' nies li għamlu s- sottomissjonijiet tagħhom mill-1993 \"il hawn.", "Fost dawk li għamlu s- sottomissjonijiet hemm uħud b'ismijiet magħrufa - issa tista` tarahom fuq l- internet - fosthom deputati u uffiċjali tal-partit laburista li bħal kulħadd kellhom dritt li jressqu talbiet għall-inklużjoni ta' art fiż-żoni ta' l-iżvilupp.", "Saru wkoll eluf ta' talbiet oħrajn min-nies komuni.", "Uħud daħlu, veru li kienu ftit, imma oħrajn ma daħlux.", "Il-kejl, iżda, ma kienx min għamel is-sottomissjoni, imma jekk dik l-art tikkwalifikax jew le skond il-kriterji.", "Mr Speaker, nixtieq li din it-trasparenza li tiġi mitluba minna tintuża wkoll bħala kejl min-naħa ta' l-oppożizzjoni.", "Jiena għadni sal-lum nixtieq inkun naf għand min marru l-40% shares tal-Maltacom meta Alfred Sant kien prim ministru, liema shares ġew trasferiti lil nies li ma nafux min huma.", "Imma jidher ċar li t-trasparenza l-oppożizzjoni tistenniha biss minn għandna.", "Irrid ngħid li matul is-sitt ġimgħat ta' konsultazzjoni pubblika l- gvern sema` dak li qal il-pubbliku, u rrid nirrimarka li hija ħaġa impressjonanti li ħadd ma tkellem fuq il-kriterji nfushom.", "Kien hemm seba` paġni sħaħ ta' kriterji li saru anke wara diskussjoni ma' l-uffiċjali tal- MEPA u mhux qabad u għamilhom waħdu l-gvern!", "Lanqas l-oppożizzjoni fil- kumitat tal-Kamra ma kkritikaw dawn il-kriterji.", "Matul is-sitt ġimgħat ta' konsultazzjoni pubblika l-MEPA rċeviet madwar 5,400 sottomissjoni li madwar 4,000 minnhom kienu talbiet għall-inklużjoni ta' art filwaqt li madwar 1,400 kienu oġġezzjonijiet.", "Imbagħad, fi tmiem il-perjodu ta' konsultazzjoni pubblika dan il-proċess kien mgħarbel mill-kumitat permanenti dwar l-iżvilupp ta' l-ippjanar li jinkludi fih żewġ rappreżentanti ta' l-oppożizzjoni.", "L-oppożizzjoni kellha atteġġjament stramb ħafna fil-kumitat.", "Tajjeb li ngħid li fis-seduta tal- Ġimgħa, 14 ta' Lulju l-oppożizzjoni bdiet tipparteċipa fid-diskussjoni u saħansitra - wieħed jista' jara mill-minuti u mit-transcript - ipproponiet emendi sabiex jidħlu aktar artijiet.", "Tajjeb ngħidu li l-ewwel 16-il mappa tad-dokument ġew approvati unanimament, jiġifieri anke bil-vot taż-żewġ rappreżentanti ta' l-oppożizzjoni.", "Dan kollu huwa dokumentat fil-minuti uffiċjali ta' din il-Kamra.", "Ta' min jirrimarka li r-rappreżentanti ta' l- oppożizzjoni, l-Onor.", "Charles Buhagiar u l-Onor.", "Roderick Galdes, qablu dwar is-sit f'Tal-Papa f'Birżebbuġa.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Galdes, on a point of order.", "ONOR.", "RODERICK GALDES: Mr Speaker, hawnhekk irrid nirrimarka li dak li qed jgħid il-Ministru Pullicino fir-rigward ta' l-art f'Tal-Papa u anke fuq il- voti li ttieħdu f'dik laqgħa huwa skorrett.", "Jiena bħala deputat dakinhar tkellimt kontra dik l-art partikolari tal-joint office f'dik il-lokalita` u apparti minn hekk bħala oppożizzjoni nsistejna wkoll li dawk il-voti li bdew jittiedħu biex jitmexxew 'il quddiem kienu ultra vires.", "MR SPEAKER: Naturalment ikollok l-opportunita' kollha li tispjega ruħek.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Il-Minuti huma dawk li huma, jiġifieri korretti.", "Huma vvotaw b'mod ċar favur il-mappa ta' Birżebbuga.", "ONOR.", "RODERICK GALDES: Mr Speaker, mhux veru dak li qed jgħid il-Ministru.", "Il-vot kien wieħed kontra r-riżoluzzjoni.", "Mhux veru li vvotajna favur.", "MR SPEAKER: Onor. Galdes, ikollok l-opportunita` li tagħmel l-intervent tiegħek.", "Ikompli l-Ministru.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Mr Speaker, il-minuti qegħdin hemm u kulħadd jista' jara l-iswed fuq l-abjad.", "Issa b'kumbinazzjoni, of all cases, ma' xiex taqbad l-oppożizzjoni!", "Ma' biċċa art f'Tal Papa f'Birżebbuġa!", "Anke l- kap ta' l-oppożizzjoni qabad ma' din il-biċċa art!", "L-ewwelnett din l-art hija art tal-gvern, u allura mhux każ ta' xi spekulazzjoni ta' xi art minn xi ħadd.", "It-tieni nett din hija art li ilha indikata mill-awtorita' ta' l- ippjanar biex tidħol fiż-żoni ta' żvilupp sa mill-1995, meta ġie approvat il-pjan lokali ta' Birżebbuga u Marsaxlokk.", "Dakinhar ir-rappreżentant ta' l-oppożizzjoni, l-Onor.", "George Vella, ma oġġezzjonax.", "It-tielet, din hija l-istess art - għax jidher li x-xitan m'għandux ħalib - li kienet indikata bħala tajba għall-bini tad-djar mill-kummissjoni li l-Prim Ministru Alfred Sant waqqaf meta hu kien prim ministru fl-1997.", "Ħalli npoġġi fuq il-mejda tal-Kamra dan id-dokument, għax tant hi trasparenti l-oppożizzjoni li dan id-dokument ġie ppreżentat u qatt ma sar pubbliku mill-gvern ta' l-Onor.", "Alfred Sant bejn l-1996 u l-1998!", "Se npoġġi fuq il-mejda tal-Kamra pjanta ta' Birżebbuga biex taraw id-daqs tas- sit f'Tal-Papa li huwa indikat bi trijanglu.", "Daqshekk biss, dak it- trijanglu!", "Il-kummissjoni appuntata mill-Onor.", "Alfred Sant, bl-ex prim ministru Karmenu Mifsud Bonnici bħala chairman ipproponiet dik l-art kollha li hemm fuq il-mappa.", "Din l-art kollha pproponew!", "Dakinhar ma ħarqithomx qalbhom għax skond huma dik l-art kienet raba' saqwi!", "Tajjeb wieħed jgħid li l-kummissjoni li appunta l-Onor.", "Alfred Sant kienet inkludiet 1.1 miljun metru kwadru ta' art għal bini tad-djar barra ż-żona ta' l-iżvilupp.", "Dan huwa aktar milli dan il-parlament qiegħed jiġi mitlub li effettivament idaħħal fir-reviżjoni parzjali tal-pjan ta' struttura.", "Ħalli nkompli fuq l-atteġġjament ta' l-oppożizzjoni fil-kumitat.", "Fis- seduta tas-17 ta' Lulju r-rappreżentanti ta' l-oppożizzjoni ppruvaw ibiddlu l-minuti.", "Barra minn hekk, minn dakinhar l-oppożizzjoni ddeċidiet li tieqaf tagħmel mozzjonijiet għall-emendi u waqfu jivvotaw fuq kull mappa.", "Jidher li dakinhar xi ħadd rabtilhom idejhom u ma ħallihomx jużaw il-vot b'mod ħieles.", "Issa qalulna li fid-diskussjoni u fuq il-vot ta' hawnhekk se jkollhom free vote.", "Wara dawn il-kummiedji li rajt fil-kumitat tal-Kamra bilfors ikolli nikkonkludi li dak huwa gimmick ieħor.", "Irrid ngħid ukoll li matul il-laqgħat tal-kumitat l-oppożizzjoni tkellmet favur l-inklużjoni ta' aktar siti, fosthom is-Siġġiewi, il-Kalkara, ix-Xgħajra, l-Imsida, il- Mellieħa, is-Salina u Ħaż-Żebbuġ.", "L-oppożizzjoni tkellmet fuq xi esklużjonijiet, imma tkellmet ukoll fuq dawn l-inklużjonijiet biex tidħol iktar art.", "Saħansitra spiċċajna fl-assurdita` li meta ddiskutejna l-mappa ta' l-Imtarfa u dik taż-Żebbiegħ ir-rappreżentanti ta' l-oppożizzjoni tkellmu favur l-inklużjoni, iżda l-emenda spiċċa jagħmilha l-gvern għax ir- rappreżentanti ma kenux free biex jagħmlu l-emenda.", "Dakinhar ma kienx hemm il-free vote, imma llum għandna l-free vote.", "Issa ninsabu fl-aħħar fażi fejn se tibda d-diskussjoni.", "Imma tajjeb li nispjegaw ċerta statistika.", "Mr Speaker, bl-implimentazzjoni tal-kriterji li għandna quddiemna, u li l- gvern għadda lill-MEPA, l-ammont ta' art li se tidħol fil-konfini ta' l-iżvilupp huwa ta' 1.3% ta' l-art li diġa` għandna fiż-żona ta' l-iżvilupp illum.", "Meta wieħed iżid ukoll l-art li kienet diġa` indikat il-MEPA fil- pjani lokali, l-art li qiegħda tintalab biex tkun inkluża fir-reviżjoni parzjali tal-pjan ta' struttura b'kollox hija ta' 2.3% ta' l-art li tifforma parti miż-żona ta' l-iżvilupp.", "Mela 1% kienet diġa` indikatu l- MEPA u 1.3% huwa dak li rriżulta skond l-interpretazzjoni tal-kriterji li ta l-gvern lill-MEPA, li b'kollox jiġi 2.3%.", "Għalhekk meta tqis iż-żieda ta' 1.3% bilfors ikollok tikkonkludi li assolutament m'hijiex ġusta l- kritika ta' min ipprova jonfoħ dan l-aġġustament limitat u jpinġih bħala eżerċizzju irrazzjonali.", "Mhux qed ngħid li ma kellhomx dritt jiġu u jagħmlu l-argumenti tagħhom għax kulħadd għandu dritt billi għandna l- liberta` sħiħa f'dan il-pajjiż.", "L-aħħar protesta fuq l-ambjent li kont attendejt għaliha jien qabel l-1987, niftakar li konna qlajna xebgħa.", "Imma dawk iż-żmenijiet għaddew, u llum kulħadd jitkellem bil-liberta`!", "Tajjeb li wieħed jirripeti li minn dawn it-2.3% li qed jiġi propost bħala reviżjoni fil-pjan lokali, madwar 20% hija art diġa' mibnija u bil-permess, inkluż dawk iż-żewġ vilel li rriferiet għalihom \"The Sunday Times\" fuq il- back page li xi ħadd spekula li huma bla permess.", "Anke dawk huma mibnija bil-permess.", "Irrid ngħid li f'mument minnhom fil-kumitat tal-Kamra iż-żewġ rappreżentanti ta' l-oppożizzjoni talbu verbalment biex plot partikolari fis-Salina fil-pjanta tan-Naxxar tiġi inkluża.", "Dan wieħed jista' jarah mit- transcript.", "In-naħa tal-gvern staqsiet lill-MEPA jekk dak huwiex bil- permess u l-uffiċjali tal-MEPA qalu li m'għandhomx provi li huwa kopert bil- permess u allura l-gvern insista li dak ma jidħolx.", "Aħna nafu li daħħalna dak li huwa bil-permess.", "Sur President, din l-20% ta' art diġa' mibnija fejn insibuha?", "Insibuha l- Imtarfa li ilha mibnija sa minn żmien l-Ingliżi.", "Din ma kellhiex konfini ta' l-iżvilupp madwarha u aħna daħħalnieha.", "Insibuha f'Ħal Farruġ li wkoll kien inbena mill-Ingliżi li għamilnielu ċinturin ta' linja ta' żvilupp biex norbtu lilna nfusna.", "Allura dan ħażin, Mr Speaker?", "Hemm ukoll pocket ieħor ta' bini mibni diġa' bil-permess fil-Manikata.", "L-Onor.", "Evarist Bartolo dan il-pocket ma rahx, u qal li ż-żieda se tkun ta' 200% fuq dak li hemm ġewwa l-Manikata, u lanqas kellu d-diċenza li għallinqas jikkorreġi ruħu.", "Għalfejn!", "Għallinqas jekk mhux għalija, għall-pubbliku in ġenerali!", "Minkejja ż-żieda ta' 1.3% bil-kriterji tal-gvern, tajjeb li wieħed jgħid li dik l-art trid issa ddaħħal fiha toroq li jridu jsiru, art li fil-fatt hija diġa' mibnija, hija art tal-gvern u art li hija maħsuba li tintuża biex fuqha jsir spazju pubbliku.", "Jiġifieri jekk tnaqqas dan kollu minn dan il- 1.3% tifhem kemm dan l-aġġustament huwa wieħed limitat.", "Ta' min jgħid li huwa kkalkolat li dak li ddeċieda fuqu l-kabinett huwa ferm inqas mill-10% ta' l-art mitluba biex tiġi inkluża fil-konfini ta' l-iżvilupp.", "Altru milli dan kien xi eżerċizzju għall-akkwist tal-voti, kif kien hawn min akkużana!", "Tajjeb ukoll li nikkonsidraw l-argumenti u l-kritika li tqajmu fl-aħħar ġimgħat minn diversi kwartieri.", "Fost l-argumenti li spiss kienu ripetuti kien hemm dawk li l-pajjiż għandu biżżejjed art għall-konfini, għall-bini, biex tilqa' għad-domanda għas-snin li ġejjin.", "Kif diġa` kelli okkażjoni ngħid ma nafx kemm-il darba, anke fil-pubbliku, dan l-argument kien rikonoxxut mill-gvern stess fl-ewwel paġna tal-kriterji li l-gvern għadda lill-MEPA.", "Kien għalhekk li l-kriterji tfasslu b'mod restrittiv ħafna sabiex l-aġġustament ikun wieħed limitat ħafna.", "Filwaqt li l-gvern kien konxju mill- konsiderazzjonijiet ambjentali, fl-istess ħin ma setax jippermetti u jipperpetwa l-inġustizzji li saru l-bieraħ.", "Dak huwa proċess li beda fl- 1987 u rridu nagħlquh, u nkunu irresponsabbli u nkunu qed naħarbu minn dmirna quddiem il-poplu jekk dak il-proċess li nbeda wara l-elezzjoni ta' l-1987 ma nagħlquhx.", "L-element soċjali, iżda, huwa wkoll kejl importanti għal dan il-gvern.", "Lill-għaqdiet ambjentali mhux governattivi li ħadu pożizzjoni kontra dan l-eżerċizzju ngħidilhom li l-gvern kellu wkoll triq oħra, dik li jħalli kollox kif inhu u ma jmiss xejn.", "L-Onor.", "Galdes qal li jien għajjart lill-NGOs imġienen.", "L-Onor.", "Galdes huwa żbaljat.", "Jien għedt fuq staazzjon tar-radju, u mbagħad anke poġġejt kjarifika ċara fi programm wara fuq l-istess radju, li min qal li dan l- eżerċizzju huwa eżerċizzju għall-akkwist ta' voti - u ma kenux l-NGOs li qalu dan, imma kienu l-esponenti ta' l-oppożizzjoni - huma maqtugħin mir- realta`.", "Irrid ngħid lill-NGOs li l-gvern kellu l-option li ma jagħmel xejn.", "Pero` l-gvern jemmen li jekk ma jsirx l-aġġustament issa u jitħalla għal aktar tard, dan jippreżenta periklu akbar għall-ambjent ta' pajjiżna.", "Għada ħaddieħor jista' jagħmel aġġustament b'idejn ħafna iktar miftuħa mill- kriterji ristretti li għażel dan il-gvern.", "Fil-qasam ta' l-ippjanar ta' l- art ta' dan il-pajjiż, żgur li bil-fatti u mhux bil-paroli, meta konna fil- gvern aġixxejna b'responsabbilta` u t-track record tagħna f'dan il-qasam huwa bla dubju aħjar minn dak ta' l-oppożizzjoni.", "Sfortunatament matul il-proċess kellna wirja oħra ta' opportuniżmu, kontradizzjonijiet u taħwid min-naħa ta' l-oppożizzjoni.", "Jikkritikaw l- eżerċizzju imma fl-istess ħin jammettu, anke fil-kumitat tal-Kamra, il- ħtieġa li jkunu indirizzati l-anomaliji.", "L-oppożizzjoni bdiet tipprova tħammeġ, każ b'każ, u kellna t-tfigħ ta' tajn fuq is-suppost art tal- Ministru Ninu Zammit u ta' Beppe Fenech Adami, imma dik it-tattika marret żmerċ.", "Imbagħad, b'mod speċjali l-kap ta' l-oppożizzjoni beda jgħid li hawn xkora ta' korruzzjoni, u dan mingħajr ma ndenja ruħu jissostanzja l- allegazzjonijet tiegħu.", "Sal-lum il-kap ta' l-oppożizzjoni għadu ma ppreżenta l-ebda każ tas-suppost allegazzjoni ta' korruzzjoni.", "Sadanittant huwa interessanti li wieħed jinnota x'kiteb l-istess kap ta' l-oppożizzjoni fil-ġurnal \"It-Torċa\" ta' l-4 ta' Ġunju ta' din is-sena.", "Biex inkun korrett irrid ngħid li l-kap ta' l-oppożizzjoni rrikonoxxa mingħajr ekwivoku l-bżonn ta' eżerċizzju ta' aġġustament u qal dan:", "\"Dawk id-deċiżjonijiet setgħu jiġu rranġati każ b'każ snin ilu, skond il-ġustizzja, kieku l-gvern Nazzjonalista veru ried jagħmel hekk.", "Gvern Laburista ġdid, kif konna se nagħmlu bejn l-1996 u l-1998, hekk jagħmel mingħajr ma joħloq lok għall-abbużi.\".", "Mela l-Onor.", "Sant iddikjara li l-gvern tiegħu kien se jevalwa t-talbiet każ b'każ.", "Madankollu fl-istess nifs jikkritika l-proċess imniedi minna li hu bbażat fuq kriterji trasparenti li ppubblikajniehom u kulħadd jista' jarahom.", "Meta tisma` dawn l-affarijiet bilfors tistaqsi: Xi kriterji kien se juża l-Onor.", "Sant?!", "Każ b'każ, ngħid jien, x'inhu?!", "Kif kien se jagħżilhom dawn każ b'każ, skond il-wiċċ?!", "Skond min jiġi jħabbatlu l- bieb?!", "Din x'tip ta' trasparenza hi?!", "X'konsultazzjoni pubblika kien se jagħmel il-kap ta' l-oppożizzjoni?!", "Forsi ma jafx il-kap ta' l-oppożizzjoni li jrid jiġi f'dan il-parlament biex japprova artijiet biex jidħlu fiż-żona ta' l-iżvilupp?", "Irrid ngħid li l-Onor.", "Alfred Sant, kif diġa' għedt, ma kienx waħdu.", "Kien hemm esponenti oħrajn, bħad-deputat l-Onor.", "Evarist Bartolo li tkellem u li kiteb fuq il-Manikata u ma kkorreġiex dak l-iżball.", "Kellna wkoll kritika li saret mill-esponenti ta' l-Alternattiva Demokratika li wara ħafna pompa ppreżentaw dokument li suppost jiddokumenta l-oppożizzjoni tagħhom għal dan il-proċess.", "Se npoġġi wkoll fuq il-mejda tal-Kamra dan id-dokument u nitlob lid-deputati ta' din il-Kamra jaqrawh ħalli jaraw l-iżbalji li hemm fih.", "Taraw, per eżempju, ritratti ta' siti inklużi f'dan id-dokument li mhux veru qed jiġu proposti biex jiġu inklużi.", "F'dan id-dokument hemm saħansitra, f'diversi okkażjonijiet, il-mistoqsija: Għalfejn s'hawn biss din l-estensjoni ta' l-art?", "Xi tfisser din il-mistoqsija?!", "L-Alternattiva riedet li l-MEPA ddaħħal aktar art?!", "Ikolli ngħid li minkejja n-nies li jkun hemm jassistuhom, m'għamlux ir-riċerka sew u sfortunatment ħadu l- atteġġjament li l-aqwa li jiżirgħu d-dubju f'dan il-proċess.", "Wara xhur twal tikkritika lill-gvern li mhux qed jagħmel biżżejjed biex jikkontrolla l-prezzijiet tal-proprjeta` l-Alternattiva ħarġet tikkritika lill-gvern, permezz ta' stqarrija maħruġa fis-17 ta' Ġunju, li dan il- proċess jista' jwassal għat-tnaqqis fil-prezz tal-proprjeta`.", "Mela l-ewwel kienu jgħidulna li m'aħna nagħmlu xejn biex nindirizzaw il-prezzijiet tal- proprjeta`, u mbagħad qalulna li dan il-proċess se jwassal għal tnaqqis fil- prezzijiet tal-proprjeta`.", "Din hija kontradizzjoni oħra li kellu jiffaċċja l-gvern.", "Fir-rigward ta' din il-kwestjoni l-gvern itenni li qatt ma kien maħsub li jkun eżerċizzju biex jindirizza l-issue tal-prezzijiet tal- proprjeta`.", "U għalkemm mhux maħsub li jkun hemm tnaqqis fil-prezz tal- proprjeta` mhux eskluż li dan l-eżerċizzju jkollu effett li jistabbilizza l- prezzijiet fuq perjodu itwal ta' żmien.", "Kien hemm kummenti oħrajn li jirrigwardjaw l-issue ta' l-istrategic environmental assessment (SEA) ta' dan il-proċess.", "Il-gvern itenni li dan il-proċess ta' l-għeluq tal-konfini huwa kontinwazzjoni tal-proċess tal- pjani lokali li nbdew mill-awtorita` fil-bidu tas-snin disgħin.", "Id- direttiva m'hijiex applikabbli għal dawk il-pjani mibnija qabel Lulju ta' l- 2004.", "Il-gvern qed jimxi anke skond pariri legali li kellu.", "Sadanittant f'ittra li bagħat l-istrategic environment assessment audit team ġie dikjarat li m'hemmx ħtieġa ta' l-SEA.", "Ħafna ippruvaw jagħtu l-impressjoni li kulħadd huwa kontra dan il-proċess ta' għeluq tal-konfini ta' l- iżvilupp.", "Qabel xejn, wieħed irid jikkunsidra li kien hemm madwar 4,000 sottomissjoni ta' nies li jgħixu fuq dawn il-gżejjer li talbu li jkun hemm tibdil fil-konfini ta' l-iżvilupp.", "Wieħed irid jikkunsidra wkoll dawk it- talbiet li saru minn kunsilli lokali, inklużi kunsilliera tal-partit Laburista fis-Siġġiewi, li mhux talli ma oġġezzjonawx għal dak li ġie propost mill-MEPA, talli f'riżoluzzjoni approvata f'laqgħa tal-kunsill lokali saħansitra talbu biex artijiet oħra jkunu inklużi.", "Il-veru każ ta' running with the hares and hunting with the hounds min-naħa ta' l- oppożizzjoni.", "Kellna wkoll l-Isqof Emiritus ta' Għawdex, Nikol Cauchi, li rrikonoxxa li dan l-eżerċizzju se jwassal biex issir ġustizzja ma' numru ta' koppji żgħażagħ li investew flushom f'siti bil-permess u li wara sabu li ma setgħux jiżviluppawhom.", "Kellna wkoll il-Kurja ta' Għawdex li kitbet biex il- gvern jikkonsidra aktar siti għall-inklużjoni.", "Kellna l-GRTU u l-BICC, inkluż il-Kamra tal-periti, li wkoll ipproponew aktar siti għall- inklużjoni.", "U fuq kollox kellna l-oppożizzjoni li konsistentement, kif diġa' għedt, talbet għal aktar artijiet biex jidħlu fil-konfini ta' l- iżvilupp.", "Din hija l-ironija li kellu jiffaċċja l-gvern.", "Għandek ukoll każijiet oħra, bħalma hu l-każ tal-kummissjoni tal-knisja dwar l-ambjent, li f'nifs wieħed tgħid li tifhem id-dilemma ta' l-awtoritajiet, imma mbagħad ma toffri l-ebda soluzzjoni.", "Kritika oħra li kienet saret hija li l- proċess ta' konsultazzjoni kien finta.", "Naħseb li dawk id-dokumenti li poġġejt illum fuq il-mejda tal-Kamra juru biċ-ċar li dak il-proċess ta' konsultazzjoni pubblika ma kienx finta, għax saru t-tibdiliet.", "Kien hemm min qalilna li jmissna noħorġu dokument għal konsultazzjoni pubblika oħra.", "B'dan ir-raġunament tista' tibqa` għaddej bil-konsultazzjoni u ma tagħlaq il-proċess qatt, għax dejjem se jibqa' jkollok xi tibdil fil-proposti oriġinali.", "Finalment wieħed ma jistax ma jsemmix il-pressjoni u l-kritika ta' dawk kollha li għamlu t-talbiet biex l-art tagħhom tiġi nkluża.", "Dawn ftit li xejn kitbu fil-ġurnali, iżda huma ħafna u ħafna.", "Biss biss kien hemm 4,000 talba biex aktar artijiet jidħlu fiż-żona ta' l-iżvilupp.", "Nifhem ir-rabja tagħhom.", "Nifhem x'wieħed iħoss meta jkollu biċċa art li jista' jagħtiha lil uliedu jew jagħmel il-flus minnha.", "Nifhem li diffiċli jaċċettaw deċiżjoni li l-aġġustament ikun wieħed limitat.", "Pero` nitlobhom jifhmu li d-deċiżjoni li għamilna, li nagħżlu kriterji stretti, ma tteħditx biex issir ħsara lilhom u lill-familji tagħhom, iżda biex ma ssirx ħsara irreparabbli għall- ambjent ta' pajjiżna.", "F'dan l-eżerċizzju żammejna f'moħħna li filwaqt li nindirizzaw l-anomaliji ma nagħmlux ħsara irreparabbli għall-ambjent ta' pajjiżna.", "Għalhekk ġejt quddiem dan il-parlament b'din il-mozzjoni.", "Filwaqt li ridna nindirizzaw l-anomaliji u l-inġustizzji ma stajniex nirrinunzjaw għad-dmir tagħna li nħarsu l-ġid komuni u mhux dak individwali.", "Fl-aħħar mill-aħħar huwa dan kollu li mexxiena f'din it-triq twila li nbdiet fl-1988, kompliet bil-proċess tal- pjani lokali u se nagħlquh b'din il-mozzjoni.", "Fl-aħħarnett irrid nirringrazzja lill-ħaddiema tal-MEPA, anke jekk kien hemm mumenti li ma qbilniex magħhom, għall-ħidma kollha tagħhom biex ikunu konklużi l-pjani lokali u dan il-proċess fl-interess tal-ġid komuni ta' dan il-pajjiż.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Nifhem li għandek xi dokumenti li trid tpoġġihom fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Dokument \"Pjani Lokali Razzjonalizzazzjoni tal-konfini għall-iżvilupp – dokument finali datat Lulju 2006 – Rationalisation of Development Zone Boundaries\" kif emendat fil-Kumitat Permanenti għall-Ippjanar ta' l-Iżvilupp, u l-emendi sottommessi mill-Kumitat Permanenti għall- Ippjanar ta' l-Iżvilupp, flimkien ma' CD b'dawn id-dokumenti;", "Rapport \"Draft South Malta Local Plan (SMLP) Public Consultation process – submissions by the BICC\";", "Ittra mingħand iċ-Chairman ta' l-Awtorita' ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar datata 19 ta' Lulju 2006 lill-Ministru ta' l-Affarijiet Rurali u l-Ambjent dwar bdil fiż-żoni ta' żvilupp;", "Kummenti mibgħuta mill-Alternattiva Demokratika f'Ġunju 2006 dwar siti sottomessi għall-inklużjoni fiż-żoni ta' żvilupp;", "Kopja ta' ittra mibgħuta mid-Direttur ta' l-Agrikoltura lill-Ministru ta' l-Affarijiet Rurali u l-Ambjent fis-26 ta' Ġunju 2006 dwar raba' saqwi u rapport dwar spezzjoni ta' sit f'Girghien, B'Bugia datat 26 ta' Ġunju 2006; Dokument mill-Kummissjoni dwar Art tal-Gvern u Art li għaddiet lill- Gvern mill-Knisja intitolat \"Meded ta' art li jistgħu jkunu utilizzati għall-bini ta' djar\" datat Settembru 1997; u", "Kopja tat-traskrizzjoni mhux uffiċjali ta' l-erba' laqgħat tal-Kumitat Permanenti għall-Ippjanar ta' l-Iżvilupp li saru f'Lulju 2006 li matulhom ġiet diskussa r-riżoluzzjoni dwar ir-reviżjoni parzjali tal- Pjan ta' Struttura, flimkien mal-minuti ta' l-istess laqgħat.", "MR SPEAKER: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joseph Brincat.", "ONOR.", "JOSEPH BRINCAT: Mr Speaker, il-Ministru Pullicino, li smajtu b'attenzjoni, tkellem storikament sa ċertu perjodu fuq din il-materja ta' kif joħorġu l-permessi tal-bini.", "Jien niftakar fil-bidu tal-kuntatt tiegħi mal-politika - ma kienx taħt Gvern Laburista - meta f'Santa Marija Estate, f'ħafna partijiet tiegħu, kien hemm il-ġonna bil-frott li sparixxew biex saru l-vilel.", "Niftakar ukoll li artijiet oħrajn, qabel is-snin sebgħin, bid-daqqa tal-pinna tal-ministru kienu jidħlu fiż-żona ta' l-iżvilupp.", "Wara, taħt Gvern Laburista - u kont niddejjaq - bid-daqqa tal-pinna tal- ministru kienu joħorġu l-artijiet.", "Jiddispjaċini ngħid li llum għandna l- istrutturi u għandna l-paraventi.", "Pero' dak li naf jien m'huwiex strettament dak li l-pinna tal-ministru spuntat.", "Il-pinna tal-ministru għadha hemm, u llum kollox bil-computer, bl-ACAD li joħorġu d-disinji wkoll fuq il-mapep.", "Il-ministru donnu talabna li nippuntaw subgħajna mqar għall-każ wieħed ta' korruzzjoni.", "Ħafna drabi jekk ikun hemm it-tbagħbis mhux se tagħrfu dakinhar.", "Min hu fl-awtorita` - u mhux qed ngħid il-MEPA - min hu fuq is- siġġu, l-attakk jekk hux korrott jew le, jekk aġixxiex fl-interess privat tiegħu jew le, m'hu se ssibu qatt sakemm għadu fuq dak is-siġġu tal-poter!", "F'dan il-pajjiż għandna bżonn, darba għal dejjem, li nneħħu l-preskrizzjoni mill-artiklu 122 sa l-artiklu 140 tal-kodiċi kriminali.", "Għaliex?", "Għax jekk wieħed waqt li jkollu s-saħħa kollha, kulħadd jipproteġih, kulħadd jgħattilu, kulħadd jinċensah u kulħadd irid minnu, min se jiġi 'l quddiem bil-provi?!", "Ħadd m'hu se jiġi bil-provi, għax inkella jintlaqat hu stess.", "Meta mbagħad jgħaddi ż-żmien u jispiċċalu l-poter jibdew joħorġu fatti li ma tafhomx.", "Ħaġa li jistaqsuna n-nies hija din: Meta jkun hemm każ ta' korruzzjoni, każ ta' nuqqas ta' dover jew abbuż ta' poter, ma jsir xejn?", "Ħalli nagħti eżempju ta' x'qed ngħid.", "Meta f'dan il-parlament ikun hawn gvern li għandu maġġoranza, sħabu se jissapportjawh anke jekk jagħmel id-dnubiet kollha.", "Għaliex?", "Għax iridu jżommu l-faċċata!", "Biex inti tista` effettivament tattakka, dak li jkun irid ikun spiċċa mill-poter, u jkollok l-informazzjoni u l-fatti dokumentati f'idejk.", "Imma jien niftakar li darba hawnhekk kienet saret proposta ta' emenda li l-preskrizzjoni fir-reati ta' abbuż fl-amministrazzjoni pubblika, l-individwu li jkun akkużat jista' jirrinunzja għaliha.", "Niftakar dak iż- żmien kont qiegħed isfel nett u bdejt nistaqsi: Taħsbu li hawn xi ħadd tant iblah li se jkollu l-interess li jirrinunzja għall-preskrizzjoni?", "Dan kapaċi jgħidlek: Jien nirrinunzja għall-preskrizzjoni?!", "Jien inħalli f'idejn l-avukat jqajjem l-eċċezzjoni tal-preskrizzjoni!", "U l-qorti trid tilqagħha.", "Sur President, jekk verament irridu l-indafa f'dan il-pajjiż għandna bżonn li din il-liġi tal-preskrizzjoni fuq l-abbużi nirranġawha.", "Forsi tgħidli: Inti qed tara xi abbuż?", "Jien qed nara n-natura umana!", "Ġieli jkun hemm affarijiet oħrajn, bħalma semmewli xi nies il-bieraħ waqt li kont qiegħed ngħum.", "Qaluli: Meta jkun hemm każ ta' korruzzjoni, jekk wieħed tad-drogi tikkonfiskalu l-proprjeta`, dak li jkun għamel il-korruzzjoni, filli ma kellu xejn u l-għada tarah ifur, x'jiġri minnu?!", "Per eżempju, segretarju ta' xi ħadd li ma jidhirx wisq wiċċu u li tiftakru l-iskola miegħek u li ma kellux xi business, dejjem impjegat, u mbagħad ikollu ċerta proprjeta' - ma wirithiex mingħand in-nannu, għax kieku wiritha mingħand in-nannu, iħallas it-taxxa tas-suċċessjoni fuqha, u daqshekk - bilfors li l-oriġini tagħha m'hijiex leġittima.", "Jekk aħna ma nagħmlux verament il-liġijiet, hawnhekk se nispiċċaw qisna bis-see-through, u ngħidu liebsa u mhux liebsa!", "Għaliex?", "Għax jekk inkunu \"trasparenti għeriewen\", hemmhekk qed nagħmlu insult lill- moralita', imma bis-see-through inkunu trasparenti!", "F'dan il-każ għandna bżonn iktar mis-see-through, jiġifieri iktar milli wieħed jidher laħmu u xaħmu.", "Hawnhekk għandna bżonn dak li bit-Taljan jissejjaħ bisturi, iftaħ ħalli tara!", "Dan jagħmel ġid għal kulħadd, kemm għal min qiegħed fil-gvern illum u kemm għal min llum qiegħed fl-oppożizzjoni, għax la darba jkun fil- gvern jkun jaf li dak li se jagħmel mill-ewwel ġurnata jrid jagħti rendikont tiegħu, għax dakinhar qiegħed fil-poter, qiegħed fuq l-ispalla.", "Imma meta jinżel minn fuq l-ispalla jkollu l-obbligu li jissottometti ruħu għall-eżami ta' dak li verament wettaq, għax faċli ħafna li toħloq il- paraventi.", "Mr Speaker, prinċipju tiegħi hu li fejn inkun se niddeċiedi xi ħaġa f'dan il-parlament nirriserva kull ġudizzju tiegħi.", "Fil-MEPA jiena ma neħux parti b'mod li nagħti xi vot naħa jew oħra meta l-materja in kwestjoni nkunu se nitkellmu fuqha f'din il-Kamra.", "Ħaġa li ppruvajt nagħmel - u kkonvinċejt ħafna drabi lill-kollega tiegħi, tifel sew ħafna, Joe Falzon – hija li ma neħdux vot jekk il-materja nkunu se niddiskutuha fil- parlament.", "Qed nitkellem b'dan il-mod għax iqalleb kemm iqalleb, il- ministru mhux se jsib talba waħda mingħandi personalment jew b'xi mod ieħor biex tiġi inkluża xi biċċa art f'dan l-eżerċizzju.", "Qed niċċalinġjah, għax żgur m'għamilt l-ebda talba ta' din ix-xorta.", "Qed ngħid dan mhux għax għandi għalfejn, imma l-fatti huma dawk, u allura nista' nitkellem b'ikbar u b'iktar liberta`.", "Mr Speaker, jien niftakar - u ma jkollix bżonn il-minuti - diskors li qal id-direttur ġenerali tal-MEPA meta konna madwar il-mejda u kien qed jagħmel kritika ġustifikata.", "Id-direttur ġenerali - illum għandu r-responsabbilta` ta' l-ambjent - sitt xhur ilu kien qal li mn'alla ddelimitajna bl- istructure plan għax kieku l-ambjent tar.", "Qal ukoll li marbutin diġa' billi għandna, u allaħares kellna niftħu bħalma kien ġara fl-imgħoddi.", "Jiena m'għandix dubju mill-onesta tiegħu.", "Naħilfu li smajtu dan id-diskors, bħalma jista' jaħilfu ħaddieħor, jekk jiftakar.", "Imma jien niftakar, u ħafna niftakar!", "Meta kien sar dak id-diskors u saru xi kummenti fuq dak li kien ġara taħt Gvern Laburista, ma ddejjaqtx u għedtlu: Għandek raġun, allaħares jerġa` jiġri hekk.", "Issa dan sitt xhur ilu.", "Jekk sitt xhur ilu kien qiegħed jingħad dan id-diskors, kif niġu u f'daqqa waħda ngħidu li dan il-proċess u dan l-istudju ilu sejjer żmien twil?", "U kif għandna mozzjoni li tgħidilna li billi meta sar dak il-proċess il-gvern kien irrikonoxxa illi l-istess proċess kellu neċessarjament isir malajr u li fiċ-ċirkostanzi seta` ma kienx totalment ibbażat fuq informazzjoni kompleta, u seta' jagħti lok għal ċerti anomaliji?", "Jien ma nistax nifhem kif id-direttur ġenerali jgħid allaħares kellna niftħu, imbagħad sitt xhur wara ngħidu tgħidx kemm ilu għaddej dan il-proċess!", "Jekk wieħed jaqra daqsxejn il-liġi u jsib id- definizzjoni ta' x'inhuma local plans jsib hekk:", "\"A local plan is one which is made by the authority for any area where the authority considers that the rate of development or redevelopment cannot be satisfactorily managed, or where special factors cannot be taken into account solely on the basis of the structure plan\".\"", "Mela l-bażi tal-local plan trid tkun l-istructure plan.", "Waqt li f'parti oħra tal-liġi ngħidu li l-MEPA għandha żżomm taħt għajnejha l-iżvilupp li potenzjalment jista' jkun qiegħed isir, pero` finalment il-parametri li huma mogħtija lill-MEPA huma strettament dawk li hemm fl-istructure plan.", "Illum, il-frażi li qiegħda fuq fomm kulħadd hija l-outside development zones (ODZ).", "Pero` hemm ukoll poter ta' l-awtorita` fejn tista` tiddipartixxi mill-ODZ minħabba ċerti ċirkostanzi li huma delinijati u speċifiċi.", "Imma l-parametri mogħtija lill-awtorita` huma limitati għal dak li hemm fil-pjan ta' struttura.", "Jekk hemm proġett li joħroġ mill-pjan ta' struttura, jekk ma jaqax f'xi wieħed minn dawk il-kategoriji fejn tista' toħroġ il-permess ODZ, allura hemmhekk il-MEPA m'għandiex dan il-poter.", "Il-ministru hawnhekk ried jagħtina l-impressjoni - u jien għandi indikazzjonijiet li huma bil-maqlub - li kienet il-MEPA, mod u proprju li ċċaqalqet u marret tħabbat malajr fuq il-bieb tal-gvern u tgħidlu: Iftaħli l-pjan ta' struttura għaliex ma nistgħux naħdmu kif qegħdin!", "Jien naħseb li f'dan iż-żmien li għadda l-MEPA kienet qed tagħmel eżerċizzju ieħor, li kien l-użu ftit aħjar ta' l-art, billi minflok tifrex togħla 'l fuq, jiġifieri żżid bini fuq proprjeta` ħafna drabi eżistenti billi tuża l- ispazju 'l fuq.", "L-unika kritika li kont għamilt għal din il-politika kienet li tajjeb li ngħollu 'l fuq, imma meta nkunu qegħdin ngħollu 'l fuq irridu nieħdu ħsieb li t-toroq jirrispekkjaw l-għoli żejjed li hemm.", "Mr Speaker, jiena naraha mhux kredibbli ħafna li kollox niżel mill-MEPA, u se nirrakkonta fatt u nsemmi l-persuni.", "Waqt li kien hemm diskussjoni fuq pjanti, Mrs Vella, il-mara ġentilissima ta' l-ex deputat nazzjonalista John Vella, qalet: Imma din kif daħħluha?", "Jien dak il-ħin, minn taħt, għaddejt il-kumment li daħlet by divine inspiration.", "Qabżet il-Perit Catherine Galea u immedjatament qalet: That's the answer!", "Dawn huma fatti, Mr Speaker, naħlifhom!", "MR SPEAKER: Il-Ministru, bil-permess ta' l-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Sur President, xtaqt nistaqsih jekk jiftakarx għal liema art qiegħed jirriferi.", "ONOR.", "JOSEPH BRINCAT: Għall-art ta' Ħad Dingli jekk m'iniex sejjer żbaljat.", "(Interruzzjonijiet) La ċċalinġjali l-memorja iva, mingħajr ma nħares lejn il-pjanta!", "MR SPEAKER: Il-Ministru, bil-permess ta' l-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Jista' ikun li l-Onor.", "Brincat ma jafx li fuq l- art ta' Ħad Dingli, il-kollegi tiegħu mhux biss ivvotaw favur, imma saħansitra talbu biex tidħol aktar art ma' dik li ġiet approvata.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Brincat jista' ikompli bl-intervent tiegħu.", "ONOR.", "JOSEPH BRINCAT: Mr Speaker, jiena għandi free vote u għandi d-dritt li nqum u nitkellem għalija.", "I stand by my argument.", "X'għamel dak u x'għamel l-ieħor għalija huwa immaterjali!", "Jien nitkellem fuq il-kuxjenza u r-responsabbilta` tiegħi, u jekk xi ħadd jgħidli li jiena inkonsistenti ma' dan li qed ngħid issa u jipprovali jew jindikali fejn kont inkonsisteni, ngħidlu li għandu raġun.", "Niftakar il-pjanta ta' l-art li qed insemmi u kif ittieħdet parti minn mal-ġenb u inkludiet biċċa art forma ta' falda, għax hekk kien id-disinn tagħha.", "U jekk tidħol f'nofs Ħad Dingli, ġewwa, hemm maqrut ieħor.", "U hawn fejn jiena ninkwieta.", "Huwa veru dak li qed jgħid il- ministru, li l-art nbiegħet plot plot meta ma kienx hemm permessi.", "Imma issa x'se jiġri?", "Waqt li hemm nies li qed ngħidulhom vittmi, fl-istess waqt lil dak li kien makakk u nganna lil dawk in-nies se jsib ruħu xxamplat għax id-dnub tiegħu nħafirlu.", "Ma naħsibx li kienet il-MEPA li għamlet il- proċedura kollha, għax waqt l-istess diskussjoni li għamilt riferenza għaliha qabel, Catherine Galea qalet li meta kienet chairperson tad-DCC daħlulhom ħafna applikazjzonijiet fuq hekk, u kellhom jirrifjutawhom.", "Mhux biex indaħħlu fil-kredu, imma ma nafx jekk l-Onor.", "Joe Falzon jiftakarx ukoll dak li qed ngħid jien.", "Mr Speaker, kieku dan l-eżerċizzju verament huwa għal skop soċjali u l- gvern ġie b'artijiet tiegħu u qal li din l-art irrid il-permess fuqha u tkun imqassma 'l hawn u 'l hemm ħalli jkun hemm housing estates, kont ngħid li qed jingħata benefiċċju kbir.", "M'aħniex qed nitkellmu fuq affarijiet żgħar, għax naħseb li naqblu li biċċa art fejn tilgħab il-boċċi jew tkabbar il-karfus u il-ħass fiha u f'daqqa waħda f'dan il-pajjiż żgħir dik il- biċċa art li kienet għall-passatemp saret lotterija nazzjonali, dak huwa premju kbir.", "Li gvern jagħti premju lilu nnfisu bl-iskop li l-art tkun tista' tgħaddi għand iċ-ċittadini bħala housing soċjali ħalli jinżel il- prezz ta' l-art għal ħafna għarajjes, żgħażagħ u familji żgħar, dak nifhmu.", "Imma li jkun hemm territorji li mingħajr rhyme or reason jingħataw lil ħaddieħor, hemmhekk nibda ngħid: Isma` dan hu l-iskop soċjali li qed isemmu tan-naħa l-oħra?!", "Li f'daqqa waħda wieħed diġa` sinjur u għandu proprjeta` jieħu l-permess biex iżid ma' dak li għandu, jiddispjaċini ngħid li d- definizzjoni ta' skop soċjali li għandi jien, u forsi oħrajn, ma taqbilx ma' dik ta' l-istess skop soċjali li ssemma f'dan il-każ!", "Meta tiġi persuna u tgħidli li kien hemm talba taħt ministru laburista, talba oħra taħt ministru nazzjonalista u dejjem irrifjutawha, u issa tiġi inkluża, din ma ddoqqlix!", "M'iniex qed ngħid xi ħadd li huwa fuq din in-naħa.", "Qed ngħid li kien jaf bil-fatti fuq dik in-naħa wara li kien jaf il-fatti ta' qablu fuq dik in-naħa, u qed jarahom illum.", "Mr Speaker, kemm huwa minnu li l-proċedura kollha ddeċidietha l-MEPA?!", "Approvata jew iddeċidietha?!", "Bir-rispett kollu ngħid li mindu tkellem madwar il-mejda bl-iktar mod serju Dr Godwin Cassar sa meta ħarġu dawn il- proposti ma kienx hemm iż-żmien materjali biex vermaent isir dak l-istudju li qal il-ministru.", "U meta pprova jdawwar dak li kiteb Dr Sant, jiena kont nifhem u nemmen, għax anke aħna stess konna qegħdin nikkritikaw lill- ministru li l-local plans ma kenux qegħdin jitilgħu malajr, u dan meta kien hemm promessa fil-budget li jsiru l-local plans.", "Meta nara dak li qed jingħad fil-mozzjoni, li dawn huma suġġeriti mil-local plans, ngħid li m'iniex konvint.", "Tant m'iniex konvint li waqt li l-ministru qal x'attitudni ħadu l-kollegi tiegħi waqt id-dibattitu fil-kumitat, jiena se nikkwota dak li qal il-ministru Austin Gatt fl-istess kumitat li ma jaqbel xejn mas- sitwazzjoni kif kienet, u ngħid li legalment u teknikament kien korrett.", "Fil-kumitat ta' mozzjonijiet - u hawnhekk qed nidħol fuq proċedura - mozzjoni tintbagħat quddiem kumitat biex dak il-kumitat jgħid jekk jaqbilx jew le fuq il-mozzjoni.", "Jekk ma jaqbilx, anke fuq virgola, kollox irid imur quddiem il-Kamra.", "Il-Ministru Austin Gatt qal hekk:", "\"Biex ma nibqgħux nitkellmu at cross purposes, u naħseb anke biex nirradikaw ftit x'inhi l-funzjoni ta' dan il-kumitat, dan il-kumitat bl-istanding orders tal-parlament għandu mozzjoni quddiemu.", "M'għandu xejn ħlief il-mozzjoni.", "Ma naħsibx li nistgħu nallargaw l-ambitu kollu barra mill-mozzjoni li għandu.", "Issa l-istanding orders jirregolaw kif dik il-mozzjoni għandha tiġi diskussa u determinata.", "Jekk hawnhekk naqblu fuq il-mozzjoni, allura m'hemmx għalfejn issir id-diskussjoni fil-whole House.", "Jekk aħna ma naqblux fuq il-mozzjoni, allura rridu mmorru fil-whole House.", "Mal-mozzjoni, jiġifieri mad-diċitura tal-mozzjoni hemm dokument li hu pubbliku li għandhom il-membri kollha.", "Dak id-dokument ġie mfassal għaliex speċifikament dikjarat mill-MEPA fuq il-kriterji sottomessi mill-kabinett, għax hekk tgħid il-liġi.", "Il-minsitru għamel planning statement, il-planning statement tiegħu kien skond il-kriterji li huma pubbliċi, il-MEPA applikat dawk il-kriterji, u ħarġu l-pjanti.", "Wara li ħarġu l-pjanti sar perjodu, skond il-liġi, ta' konsultazzjoni u l- MEPA wara dak il-perjodu ta' konsultazzjoni, mal-pjanti oriġinali żiedet xi pjanti oħra li hawnhekk huma murija bħala appendiċi.", "Dawn huma fatti inkontestati, m'hemmx x'tiċċaqlaq minnhom.", "X'ġara qabel fil-local plans jew fl-istructure plans jew f'diversi development briefs vis-á-vis din il-mozzjoni m'għandu l-ebda status għaliex il-pjanti - mhux l-appendiċi, biex niftiehmu - jridu jkunu sottomessi skond il-kriterji magħmula fil-planning statement tal- kabinett.", "Dan huwa l-kriterju biss.", "Hawnhekk ma jien qed ngħid xejn ġdid, qed nagħmel statement ta' fatti kif inhi l-liġi.\".", "Mela hawnhekk jien nistaqsi: L-appendix issa huwa parti jew le?", "Iva jew le, għax il-ministru li kien fil-kumitat qal apparti l-appendix!", "Se jiġi inkluż?", "Iva jew le?!", "Jien ikkwotajt minn paġna 8 tat-transcript meta l- kelma kienet ingħatat mill-istess Onor. Pullicino bħala chairman ta' dan il- kumitat.", "Mela hawnhekk għandna stabbilit x'kienet il-funzjoni, u f'dan il- parlament issa għandna d-dover napprovaw jew le.", "Pero` jien ngħid li quddiemna għandna l-approvazzjoni ta' din il-mozzjoni kif inhi miktuba.", "Għaliex qed ngħidu dan?", "Mr Speaker jien naf, kif taf is-Sinjorija Tiegħek, li l-parti operattiva tal-mozzjoni hija li tapprova r-reviżjoni parzjali tal-pjan ta' struttura għall-gżejjer Maltin - u dan importanti għaliex qiegħed fiha - skond il- provvedimenti ta' l-artikli 18 (3A) u 22(3) ta' l-Att ta' l-1992 dwar l- Ippjanar ta' l-Iżvilupp għall-iskop illi l-artijiet murija fil-pjanti annessi ma' din ir-Riżoluzzjoni ( Dokument A) u li jiffurmaw parti integrali minnha jkunu inklużi fiż-żona ta' l-iżvilupp bħala parti integrali mill-istess Pjani Lokali.", "L-ewwel qam dibattitu rigward dokument A. Din il-mozzjoni tressqet fil-5 ta' Lulju, 2006.", "L-approvazzjoni tagħna hija għal dokument A eżistenti u ppreżentat dak iż-żmien.", "Nitlob lis- Sinjorija Tiegħek li dik li hija l-parti operattiva ta' mozzjoni ma niġux ngħidu li tista' tbiddlu u ma tbiddlux!", "Qiegħed, mingħajr għajjat, nipprova nirraġuna, u qiegħed nargumenta li dokument A ippreżentat dakinhar huwa d- dokument li tagħmel riferenza għalih il-mozzjoni.", "Jekk aħna rridu ngħidu dokument A kif sussegwentement emendat, iva, imma kif inhi l-mozzjoni ma nistgħux ngħidu, għaliex qed nirriferu għad-dokument A li tqiegħed fuq il- mejda tal-Kamra......", "MR SPEAKER: Il-Ministru, on a point of order.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Il-kollegi ta' l-Onor.", "Brincat fil-kumitat tal- Kamra jafu li kull meta saret emenda f'dan il-kumitat, dejjem intqal li t- tali pjanta qed tissostitwixxi t-tali pjanta f'dokument A. Mela dak huwa dokument wieħed.", "ONOR.", "JOSEPH BRINCAT: Mr Speaker, dak li qal sieħbu l-Ministru Austin Gatt kien - u hekk hu - li jew napprovaw il-mozzjoni lock, stock and barrel jew jekk aħna mhux se napprovawha we go back to square one, u dan huwa l-fatt.", "Dan mhux bħal bill in committee fejn jistgħu jsiru l-emendi.", "Din hi d-differenza, Mr Speaker, li hemm bżonn li nifhmu!", "Hawnhekk qed nitkellem għalija personali bħala deputat li għandi dritt li nitkellem b'dan il-mod.", "Inti trid tgħid: Imma din ġiet approvata?", "Ma ġietx approvata, u għandu raġun il-Ministru Austin Gatt!", "It is a question, agreed or not agreed.", "Fil-bills, anke jekk il-partijiet ma jaqblux - ngħidu aħna, l-oppożizzjoni tkun ivvotat kontra jew inkella l-oppożizzjoni għamlet emenda, u n-naħa l-oħra vvotat kontra - jiġi ċ-chairman u jirrapporta li l- bill għadda mingħajr emendi jew inkella bl-emendi.", "Dawk l-emendi li jkunu daħlu hemmhekk iva, imma mhux fuq mozzjoni bħal din, għaliex għandu raġun il-Ministru Gatt jgħid li jew tapprova kollox - u lanqas kien ikollna għalfejn nersqu hawn - jew anke tibdila waħda, ma tapprova assolutament xejn.", "Dik hi l-pożizzjoni legali ta' dan il-parlament.", "M'iniex qed nikkwota lili nnifsi imma qed nikkwota lill-Ministru Austin Gatt li definittivament kellu raġun meta qal il-kliem:", "\"Jekk hawnhekk naqblu fuq il-mozzjoni allura m'hemmx għalfejn issir id- diskussjoni fil-whole House, imma jekk aħna ma naqblux fuq il-mozzjoni allura rridu mmorru fil-whole House.\".", "Din tfisser li appena m'hemmx qbil, id-diskussjonijiet kollha li saru jkunu ridotti to zero, iċ-chairman irid jgħid li ma kienx hemm qbil, u allura rridu niġu in the whole House.", "Ma nistgħux ngħidu li dan qisu bill li ġie emendat f'dak il-kumitat.", "Għalhekk, Mr Speaker, hawnhekk għandek responsabbilta`, u qed nappellalek li tikkonsulta u tara l-affarijiet.", "Mal- Ministru Tonio Borg kelli diversi argumenti meta kellna diskussjoni dwar id- disposal of government property act u ngħidlu: Fuq din il-klawsola jew se naqblu jew inkella mmorru fil-plenarja.", "Għaliex?", "Għax m'hemmx il-kwestjoni li inti teżamina l-partijiet u tista' temenda dak il-ħin, eċċetra eċċetra.", "Trid tiġi quddiem il-whole House kif qal tajjeb ħafna il-Ministru Austin Gatt.", "Pero` artiklu 22(3) ikkwotat hawnhekk ma jaqbel xejn ma' dan l-iskop jew li jagħti xi poter.", "Dan l-artiklu jgħid li:", "\"The structure plan and any review thereof as approved by the House shall have effect as from such date as may be specified for the purpose by order in the gazette.\".", "Hawnhekk m'hemmx li trid tapprova r-reviżjoni.", "Qed tgħid li trid tapprovahom skond il-provvedimenti ta' artikli 18(3A) u 22(3).", "Artiklu 22(3) qiegħed jgħid li diġa` huwa approvat għax jgħid li the structure plan and any review thereof as approved by the House.", "Jekk hawnhekk qed niġu għall-approvazzjoni, kif tista' tgħidli as approved by the House?!", "Hija żbaljata!", "Jekk naraw artiklu 18(3A) insibu li bit-3A kien daħal l-poter - u ma daħalx ta' xejn - meta l-ex ministru Michael Falzon b'intenzjonijiet tajba kien għamel il-liġi u kien ħallieha f'idejn l-awtorita', u mbagħad il- parlament ikun watchdog.", "Din tgħid hekk:", "\"Notwithstanding the provisions of subarticle (3), the structure plan can be reviewed in parts as the need arises by means of a resolution of the House, and shall come into force in accordance with the following provisions:\".", "u hawnhekk daħlu l-klawsoli ġodda fejn daħal il-kabinet, eċċetra,eċċetra.", "Mr Speaker, qiegħed jingħad li the structure plan can be reviewed in parts as the need arises by means of a resolution of the House of Representatives, u għandna l-proċedura.", "Jiddispjaċini ngħid li kif spjega l- minsitru u kif tgħid il-mozzjoni jidher li dak li hemm minn artiklu 3(b) 'il quddiem ma ġiex osservat.", "Sur President, irridu nammettu li f'pajjiżna għandna żewġ kwalitajiet ta' erwieħ, ir-ruħ ta' dawk li jixtiequ jaraw il-preservazjzoni ta' l-ambjent u ta' dawk li jafu li l-ispekulazzjoni se tagħmlilhom il-ġid.", "Dan narawh ukoll madwarna fid-dinja għax tara pajjiżi jissieltu ħalli jipproteġu l- ambjent u oħrajn li lanqas il-protokoll ta' Kyoto ma jridu jiffirmaw.", "Għaliex?", "Għax l-ewwel il-qligħ.", "Pero' fl-aħħar mill-aħħar dak li jaħsbu li huwa ġid ekonomiku jisfa ta' ħsara għandu.", "Hawnhekk is-sens komun kien jgħid li l-konsultazzjoni u l-proċess f'dan il-perjodu kollu seta' mexa b'iktar pass ikkunsidrat għax ma jistax ikun li minn sitt xhur 'l hawn f'daqqa waħda ...", "(Interruzzjonijiet) Il-ministru qal li għax ta' l- Alternativa ħarġu xi ritratti żbaljati!", "Mhux bilfors?!", "Jekk inti f'daqqa waħda tibda tgħaġġel għax hemm xi ħaġa fenominalment urġenti!!", "Sur President, jien nerġa` ngħid dak li bdejt bih.", "Jekk verament irridu trasparenza hemm bżonn li l-liġijiet ta' dan il-pajjiż jinbidlu għal kull naħa tal-Kamra u għal min jesegwixxi jew għandu xi poter pubbliku.", "Il- kriterji jekk wieħed mexiex sewwa jew le mhux waqt li huwa fil-poter biss imma wara li jispiċċa mill-poter, ħalli jekk jagħmel ħażin mhux jagħmel ġimgħa ma jorqodx sewwa fuq l-imħadda mbagħad jinsa u jibda jorqod sewwa, imma jaf li jista' jiġi żmien meta wara biebu jħabbat id-dnub tiegħu ta' l- imgħoddi!", "Mr Speaker, il-mozzjoni jekk taraha fiha ħafna ġustifikazzjonijiet.", "Imma li jiġi xi ħadd u jgħidli li kien hemm 4,000 talba u 1,400 oġġezzjoni u verament ġew eżaminati fit-terminu qasir ta' żmien li kien hemm, ngħidlu qed ngħaddu ż-żmien bina nfusna, għax ma kienx hemm żmien materjali biex teżaminhom.", "Mhux veru!", "Dawn huma affarijiet delikati li, ftit 'l hawn u ftit 'l hemm, ifissru eluf ta' liri.", "Meta wieħed jara l-art limitata li għandna u l-ħsara naturali li se jkun hemm fl-ambjent, bilfors se nispiċċaw li nagħtu l-assoluzzjoni lil min għamilha tal-makakk u għamel li ried.", "Hawnhekk qegħdin anke f'xi partijiet inbierku d-dnub ta' ħaddieħor, u jekk inbierku d-dnub ta' dak se nkunu qed nagħtu eżempju ħażin, u wara li jgħaddi dan - il-gvern għandu l-maġġoranza u mhux se jagħti free vote - niġu bi dnubiet oħrajn ta' ħaddieħor u jistenna li jkun hemm reviżjoni oħra li tagħtih il-barka u tfejqu mid-dnubiet.", "Mr Speaker, hemm bżonn li nneħħu kwalunkwe problema ta' nuqqas ta' trasparenza, u din se naħdem fuqha.", "Kapaċi minn hawn u ftit żmien ieħor ikollok fuq il-mejda tal-Kamra mozzjoni personali tiegħi għal dan l-iskop ħalli mbagħad naraw verament jekk tan-naħa l-oħra jridux it-trasparenza jew le.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki.", "L-Onor.", "Michael Asciak.", "ONOR.", "MICHAEL ASCIAK: Mr Speaker, qed nieħu gost li qed nieħu sehem f'dan id-dibattitu dwar tibdil ta' konfini tal-pjan ta' struttura li daħal fis- seħħ fl-1998.", "Qed nieħu gost li l-kollega tiegħi l-Onor.", "Brincat qed isemmi d-dnubiet u tajjeb li nfakkar lill-kollega tiegħi li d-dnubiet normalemnt jintirtu għal seba' ġenerazzjonijiet, u wieħed irid jifhem fejn kien id- dnub oriġinali.", "Għalkemm m'iniex xi wieħed li ili fil-politika xi 60 sena - bdejt nipparteċipa fil-politika fl-1981 - irrid infittex ir-raġuni ta' dak li seħħ dak iż-żmien, ta' dak li seħħ wara u dak li qed iseħħ issa.", "Kif qal il-kollega tiegħi l-Ministru Pullicino, dan huwa proċess, u proċess għandu bidu u għandu tmiem.", "Għalhekk tajjeb li nħarsu lejn x'wassal għall-bidu ta' dan il-proċess.", "Jiena niftakar żmien bejn l-1981 u l-1987 fejn il-permessi tal-bini kienu joħorġu minn idejn il-ministeru tax-xogħlijiet pubbliċi.", "Dak iż-żmien - qed nitkellem meta kien hemm il-Labour Party fil-gvern - kien hemm sistema li sfortunatament kienet waħda li tista' tiġi faċilment użata biex issir korruzzjoni pjuttost ovvja.", "Kien hemm is-sistema li meta tapplika għal biċċa art għall-bini jew kienu jagħtuk permess - mela permission granted - jew kienu jagħtuk refusal - permission refused - jew kien ikun hemm il- famuża frażi \"there would be no objection\".", "Issa meta l-applikazzjonijiet kienu jiġu pproċessati u jingħad \"there would be no objection\" kienu jintefgħu fuq xkaffa biex jiddeċidihom il-ministru - kulħadd jaf min kien, mhux se noqgħod insemmih - u hemmhekk kienet tidħol l-ispekulazzjoni.", "Għaliex?", "Għax peress li kienet tispiċċa deċiżjoni personali tal-ministru, dan kellu l-poter li dawk l-applikazzjonijiet fil-kategorija \"there would be no objection\" jew joħroġilhom il-permess għall-bini, jew inkella jirrifjutahom.", "Kulhadd jaf l-ispekulazzjoni finanzjarja u l-ammonti kbar ta' flus li għaddew dak iż-żmien fuq permessi tal-bini.", "Din hija storja li tajjeb li nsemmiha għax hija storja li b'konsegwenza tagħha saħansitra mietu n-nies.", "Kien hemm sistema li mhux biss wasslet għal korruzzjoni kbira, imma wasslet ukoll biex mietu nies li setgħu ġew involuti b'mod li ma kienx tort tagħhom direttament.", "Jiġifieri meta fl-1987 tlajna fil-gvern sibna sistema ta' korruzzjoni istituzzjonalizzata.", "X'għamel il-Partit Nazzjonalista?", "Dak iż-żmien l-ex ministru Michael Falzon, l-ewwel ħaġa li għamel kienet li ma nistgħux nibqgħu sejrin bis-sistema li kien hemm fuq il-ħruġ tal- permessi tal-bini.", "Qal li jrid ikun hemm pjan strutturali li jiddeċiedi fejn għandu jinbena u fejn m'għandux.", "Il-kriterju tal-permessi, anke ta' dawk dubjużi, irid jitneħħa totalment minn idejn il-ministru u twaqqfet il- famuża planning authority li mbagħad bdiet taħdem xi tliet snin jew erbgħa wara biex fil-fatt tevalwa l-permessi li kellhom joħorġu f'dan il-pjan ta' struttura.", "Michael Falzon - u jien niftakar sew - dak iż-żmien kien qal b'mod ċar li dan il-pjan ta' struttura huwa biss bidu ta' proċess.", "U għax huwa bidu ta' proċess huwa temporanju, u huwa temporanju għal ħafna raġunijiet.", "L-ewwelnett, meta inti se tibda proċess ma tistax tiddetermina l-proċess fejn se jispiċċa, imma sempliċiment tagħmel il-guidelines u mbagħad b'review razzjonali tilħaq l-għanijiet tiegħek.", "Pero` kien hemm raġunijiet oħra għalfejn dan il-pjan kien temporanju, għaliex fl-għerf u s-saġġezza tal-gvernijiet ta' qabel l-1987 lanqas biss kien hawn dawk li jgħidulhom survey maps!", "Jiġifieri dawn il-permessi tal- bini kienu joħorġu mingħajr biss ma kien hemm survey maps li huma up-to- date.", "(Interruzzjonijiet) Ma kienx hawn survey maps!", "Kien hawn survey maps li saru fi żmien l-Ingliżi li ma kenux up-to-date.", "Jekk tħares lejn is-survey maps ta' l-airport li kien hawn qabel l-1987 issib li ħafna mis- surveys ta' madwar Ħal-Luqa kienu ħżiena għaliex ma kenux jidhru fis-survey maps bħala mapep ġodda.", "Fil-fatt Michael Falzon kien ordna li jsiru aerial surveys biex isiru l-mapep li kien hemm bżonn isiru.", "Jiġifieri dawn bażikament kienu qed jaħdmu bl-addoċċ.", "Waqt li kienu qed isiru l-pjani ta' struttura temporanji u fil-proċess li kienu qed isiru dawn is-survey maps suret in-nies, laħqu nħarġu ċerti permessi tal-bini.", "Kien hemm sistema temporanja li kienet in voga, għax ma stajniex noqogħdu nistennew sakemm titwaqqaf il-planning authority u finalment il-pjan ta' struttura, u fil-proċess laħqu ħarġu xi permessi tal- bini.", "Dawk li kellhom il-permess fil-fatt bnew, u meta fl-aħħar mill-aħħar ġie finalizzat il-pjan ta' struttura kien hemm min nqabad barra l-konfini ta' l-iżvilupp.", "Kellna sitwazzjonijiet fejn nies li kellhom il-permess tal- bini bnew, mhux għax kien hemm il-korruzzjoni, u meta ħareġ il-pjan ta' struttura kienu nqabdu barra ż-żoni ta' l-iżvilupp.", "Issa din hija waħda mill-irregolaritajiet li dan l-eżerċizzju qiegħed jindirizza.", "Ma naħsibx li hu sew li nies li kellhom il-permessi tal-bini mogħtija b'mod ġust jibqgħu bla permess tal-bini jew jibqgħu bil-bini tagħhom barra l- konfini ta' l-iżvilupp, għax jekk jiġu biex ibigħu jew japplikaw biex itellgħu sular ieħor jew jagħmlu change of use kien se jkollhom ċerti problemi.", "Mela din kienet waħda mir-raġunijiet għaliex ġie varat dan il- proċess ta' tibdil fiż-żoni ta' żvilupp.", "It-tieni raġuni ovvjament hija li dan huwa proċess.", "Meta tħares lejn x'inhi bażikament il-filosofija ta' proċess, issib li proċess għandu bidu u għandu t-tmiem, u bejn il-bidu u t- tmiem hemm dak li jgħidulu proċess proprju, u fl-aħħar mill-aħħar ir- riżultat tiegħu jrid ikun li jinvolvi pjan.", "Mela fl-aħħar tal-proċess irid joħroġ pjan li iservi biex f'dan il-każ isiru l-pjanti ta' żvilupp f'pajjiżna.", "Tajjeb li ngħidu li meta l-Partit Laburista mmexxi minn Dr Sant kien fil-gvern bejn l-1996 u l-1998 kien ħalla dan il-proċess għaddej.", "Meta bdew isiru l-pjani lokali qbadna dan l-iżvilupp li kien temporanju, bdejna nħarsu lejh b'mod dettaljat, saru s-sottomissjonijiet minn nies kollha involuti li riedu l-artijiet tagħhom jiddaħħlu, kulħadd iddiskuta b'mod razzjonali, u fl-aħħar mill-aħħar dawn il-famużi pjani lokali li ilhom għaddejjin mill-1989 ġew finalizzati.", "Jien naf li kien hemm każijiet fejn nies talbu li l-art tagħhom tinħareġ mill-proċess għar-raġunijiet tagħhom personali.", "Fil-fatt, ir-raġuni li qed issir din il-mozzjoni fil- parlament hija biex jiġu razzjonalizzati dawn il-famużi pjani lokali.", "Min illum qiegħed jgħid li dan il-gvern m'għandux għal qalbu l-ambjent jew li ħa dan il-pass għax daħħal xi flus għandu memorja qasira jew ma ħarisx lura biżżejjed biex jara li l-proċess kien għaddej.", "Milli jidher ma kenux konxji ta' dan il-proċess, għax ħafna minn nies li llum qegħdin naraw jipprotestaw lanqas kont tarahom b'nemes meta kienu jsriu l-hearings!", "Jista' jkun li kien hemm min mar, jiġifieri mhux qed niġġeneralizza.", "Pero`, kemm minn dawk li marru jipprotestaw fit-toroq kienu involuti fil-proċess tal-pjani lokali?!", "Probabbli ssib, m'għandix dubju, ammont żgħir ta' nies li nvolvew ruħhom f'dawn il-pjani lokali.", "Minn dak l-aspett naħseb li wieħed ma jistax jgħid li l-gvern u l-MEPA ma kenux involuti mill-bidu nett, u naħseb li jekk hawn xi ħadd konxju tal-kontinwita` ta' dawn il-pjani lokali huwa proprju l-gvern.", "Jien iddejjaqni l-allegazzjoni ta' korruzzjoni u ta' tixħim, speċjalment minn żviluppaturi, għalkemm il-mental framework tal-poplu Malti huwa pjuttost iktar inklinat li jaħseb li hemm il-korruzzjoni milli m'hemmx.", "U rridu naraw ukoll minn fejn ġie dan il-mental framework, għax kien hemm żmien meta kien hemm il-korruzzjoni, u kif għedt lill-Onor.", "Brincat, id- dnubiet jintirtu sas-seba` ġenerazzjoni.", "U sfortunatament il-mental framework tal-poplu Malti għadu li l-ewwel konsiderazzjoni li jagħmel meta jkun hemm xi ħaġa daqsxejn kontroversjali, hija li jasal għall-konklużjoni li hemm il-korruzzjoni.", "Pero` wieħed ma jistax jagħmel dan it-tip ta' allegazzjonijiet mingħajr ma jħares lejn il-fatti.", "Kemm il-gvern u kemm il- MEPA huma dik li bl-Ingliż ngħidulha a properly constituted authority.", "U dawn huma properly constituted?", "Iva, dan il-gvern huwa elett b'maġġoranza tal-poplu Malti, għandu ħames siġġijiet iktar mill-oppożizzjoni u meta ġie kompost ħatar il-ministri tiegħu li kollha ħadu ġurament lejn Alla u lejn il-qadi tal-pajjiż primarjament, mhux ta' buthom.", "Il-ministru responsabbli waqqaf il-boards tal-MEPA, kif inhu meħtieġ skond il-liġi, u l-MEPA hija wkoll properly constituted u qiegħda tagħmel id-doveri tagħha biex tasal għall- konklużjonijiet tagħha.", "Jiġifieri hawn għandna pjan li qed jiġi ġestit u żviluppat minn a properly constituted authority.", "Fil-morali aħna ngħidu li all properly constituted authority comes from God.", "Jiġifieri issa rridu noqogħdu attenti għax faċli ngħidu li hemm il-korruzzjoni, pero` mbagħad meta neżaminaw il-fatti nsibu li dan mhux minnu.", "Mr Speaker, sfortunatament l-oppożizzjoni kollha gimmicks.", "Din l-istess oppożizzjoni kienet fil-gvern għal sentejn, u rajna ħafna gimmicks minnha.", "Dan il-gvern dejjem qal li l-oppożizzjoni kollha gimmicks, u jiddispjaċini ngħid li din hija gimmick oħra fejn l-oppożizzjoni qed tilgħab on a perception.", "Il-kap ta' l-oppożizzjoni jaf li ħafna drabi l-perċezzjonijiet huma aqwa mir-realta` u sfortunatament l-oppożizzjoni m'humiex irġiel biżżejjed, u minflok jgħidu li dan huwa proċess li ilu li beda u wasal fit- tmiem tiegħu, jimxu mal-kurrent, imorru jipprotestaw, imbagħad fil-kumitat jivvotaw favur l-artijiet .....", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: No cross debate, jekk jogħġobkom.", "ONOR.", "MICHAEL ASCIAK: Mr Speaker, meta kien hemm il-pjanti tas-south, per eżempju, ma vvotawx kontra, imma mbagħad talbu tibdil fil-minuti.", "Imma dan isaħħaħ l-argument tiegħi li ħafna minn dak li qed tagħmel l-oppożizzjoni huwa proprju gimmick.", "L-oppożizzjoni tajba ħafna għall-gimmicks.", "Ara biex tagħmel xi apoloġija għan-nuqqas ta' rispett fundamentali lejn id- drittijiet tal-bniedem, għat-tkasbir u tgħawwiġ tal-fatti u inġustizzji oħra li saru bejn l-1971 u l-1987 ma kenitx tajba!", "(Interruzzjonijiet) Tan- naħa l-oħra qed isemmu l-ħneżrijiet li saru fis-sittinijiet.", "Din semmiha wkoll l-kap ta' l-oppożizzjoni l-aħħar darba.", "L-ewwelnett jiena qatt ma qbilt ma' dak li għamlet il-knisja fis-sittinijiet, u hemm dokumentat li Borg Olivier kien avża lill-arċisqof biex ma jeħux dak il-pass.", "Pero` l- arċisqof għar-raġunijiet tiegħu ħass li kellu jieħdu dak il-pass li kien ħa.", "Imma issa biex ngħidu kollox, riċentement il-knisja għamlet apoloġija.", "Mela kulħadd għamel apoloġija, ħlief il-Labour Party.", "Il-Labour Party kien verġni bejn l-1971 u l-1987, u apoloġija ma saret qatt!", "MR SPEAKER: Onor. Asciak, jekk jogħġbok, indirizza lis-Sedja u kompli fuq il-mozzjoni.", "ONOR.", "MICHAEL ASCIAK: Sur President, hawnhekk għandna mockery of a properly constituted authority.", "Jiġifieri għandek dan il-proċess għaddej u qed inwaqqgħu għaċ-ċajt proċess li kif diġa` għedt meta l-Labour Party kien fil-gvern ħallieh għaddej, allavolja kultant konna nisimgħu lil Dr Alfred Sant jgħid li kien wasal iż-żmien li ċerti deċiżjonijiet tal-MEPA jiġu overruled mill-gvern għall-bżonn ta' l-iżvilupp.", "(Interruzzjonijiet) Le, aħna mhux qed nagħmlu hekk!", "Aħna qegħdin neżaminaw jekk l-affarijiet sarux sew, mhux qed naqilbu d-deċiżjoni tal-MEPA biex isir żvilupp għax inkunu mgħaġġlin.", "Aħna nafu li l-kriterji li wżat il-MEPA u li uża l-gvern huma kriterji indirizzati lejn il-ġustizzja, l-ekwita`, il-ġid komuni u anke konsiderazzjonijiet soċjali.", "Għalfejn qed ngħid dan?", "Diġa' semmejt każ fejn kien hemm permessi tal-bini li sakemm ġie ffinalizzat il-pjan ta' struttura inqabdu barra ż-żoni ta' żvilupp minkejja li kellhom permessi tal- bini.", "Mela proċess ta' razzjonalizzazzjoni jagħmel sens għax il-bniedem biex jasal irid ikun razzjonali.", "Ara l-oppożizzjoni għalhekk mhux qed tasal, għax ħafna drabi m'hijiex oppożizzjoni razzjonali.", "Mela dan il- proċess ta' razzjonalizzazzjoni se jdaħħal lil dawn in-nies li kellhom din il-problema fil-pjanta l-ġdida u jirregolarizza l-pożizzjoni tagħhom, għax ma kienx tort tagħhom li nqabdu f'din is-sitwazzjoni.", "Sur President, l-Onor.", "Joe Brincat semma art ġewwa Ħad Dingli.", "Meta wieħed iħares lejn mappa 7, li hija l-mappa ta' Ħad Dingli, u jħares lejn l-area li hija mmarkata bl-aħdar li semma l-Onor.", "Joe Brincat, li għar-raġunijiet tiegħu - jista' jkun ġie misled - qal li daħlet by divine inspiration, naraw li dik daħlet fiż-żona ta' żvilupp minħabba żewġ kriterji li l- formolaturi tal-pjan kienu qed jużaw bħala kejl.", "Wieħed mill-kriterji kien li din kienet taħt is-17,000 metru kwadru u tmiss ma' art oħra diġa` mibnija, u l-kriterju l-ieħor kien li din l-art kienet diġa' nbiegħet bħala multiple ownership meta kienet għadha art mhux mibnija.", "Pero` din kienet mibjugħa lil ħafna nies biex jibnu l-plots, u fiċ-ċirkostanzi l-gvern deherlu li din l-art kellha tiġi inkluża fiż-żona ta' l-iżvilupp.", "Tajjeb li ngħidu li mhux il-multiple ownerships kollha ngħataw permess.", "Fejn kien hemm sensittivita` ekoloġika u fejn kien hemm art agrikola tajba, dawn il- multiple ownerships ma ngħatawx permess.", "Aħna gvern li mhux nitkellmu biss imma nipprattikaw dik li ngħidulha eco-social market economy, jiġifieri li l-ekonomija tagħna m'għandhiex tikkonsidra biss l-aspett kapitali, imma wkoll aspetti soċjali u aspetti ekoloġiċi.", "Aħna, barra l-aspett finanzjarju nikkonsidraw ukoll l-aspett soċjali.", "Kien hemm nies li kellhom din il-problema għax inqabdu inġustament barra dawn iż- żoni ta' żvilupp u wettaqna ġustizzja magħhom.", "Kien hemm pockets ta' bini li nqabdu barra miż-żona ta' żvilupp ta' bini u aħna wettaqna l-ġustizzja ma' dawn in-nies.", "Dawn in-nies, wieħed ilu jgħidilhom li se ssir ġustizzja magħhom xi 16 jew 18-il sena, u issa it's about time li nwettqu ġustizzja magħhom.", "Fuq din il-mapa ta' Ħad-Dingli - għax issa trid tkejjel b'xiber kostanti - hemm biċċa art immarkata bir-roża li kienet imdaħħla fl-istess pjan b'emenda ta' l-Onor.", "Charles Buhagiar, liema emenda kkwalifikat għall- istess raġunijiet li kkwalifikat l-emenda li semma l-Onor.", "Joe Brincat.", "Pero' ma daħlitx fiż-żona ta' l-iżvilupp għax talabha t-tali jew għax talabha Charles Buhagiar, imma daħlet għax skond il-kriterji kellha tidħol.", "Konna prattiċi u mxejna skond il-valuri li nemmnu fihom, li nwettqu l- ġustizzja, il-ġid komuni u l-ekwita'.", "Aħna konxji li dawn in-nies kienu nqabdu barra ż-żoni intortament.", "Tajjeb wieħed jgħid li l-kriterji li ntużaw għal Malta m'humiex l-istess kriterji li ntużaw għal Għawdex.", "L-iżvilupp f'Malta ħafna drabi kien isir madwar ir-raħal.", "Tħares lejn raħal mill-ajru, u tara l-bini kif qed isir.", "Normalment issib il-knisja fiċ-ċentru, imbagħad il-pjazza, il-bini l-antik fil-qalba tar-raħal u l-bini l-ġdid madwaru.", "Dak huwa l-proċess naturali li bih sar il-bini f'Malta.", "Pero' f'Għawdex għar-raġunijiet speċifiċi għal Għawdex l-iżvilupp sar mod ieħor.", "Nafu li Għawdex ħafna drabi l-bini sar f'forma ta' swaba.", "Tajjeb li wieħed jgħid ukoll li ħafna mill-irħula Għawdxin huma mibnija fuq għolijiet.", "Għawdex hemm iktar għoljiet milli hawn f'Malta u ħafna drabi l-iżvilupp sar fis-swaba tat-toroq fuq dawn l- għoljiet.", "Jekk tmur in-Nadur, ix-Xagħra u ż-Żebbuġ issib li għandek it- toroq li jagħtu għar-ramla u toroq jagħtu għax-Xagħra u t-toroq li jagħtu għal x'imkien ieħor, u għax kien hemm dawn it-toroq l-iżvilupp sar fuq dawn it-toroq.", "Kulħadd jaf li meta tidħol f'dar Għawdex u tħares minn wara d- dar, ħlief għelieqi ma tarax.", "Dan huwa l-proċess li bih sar l-iżvilupp.", "Imma wieħed irid iżomm f'moħħu li meta sar dan l-iżvilupp f'Għawdex, kien hemm din l-evoluzzjoni li kienet speċifika għal Għawdex.", "F'Għawdex il- kriterju tad-daqs ta' l-art ġie mibdul, minflok 17,000 metru kwadru sar 10,000", "metru kwadru, u ġew inklużi wkoll konsiderazzjonijiet ambjentali biex l- impatt fuq l-ambjent ikun l-inqas possibbli.", "Tajjeb nirrepeti li minħabba dawn il-kriterji l-ebda sit b'valur ekoloġiku jew sensittiv u l-ebda sit li jinsab fuq raba` saqwi m'hu se jidħol fil-konfini l-ġodda.", "Kieku l-gvern kellu jikkonsidra t-talbiet kollha li saru f'Għawdex kien jispiċċa jiżviluppa żona daqs15-il Marsalforn f'daqqa!", "Jiġifieri tajjeb li hawnhekk ngħidu li meta l-gvern u l-MEPA kkonsidraw dan l-iżivlupp mxew b'riga kostanti msejsa fuq il-valuri.", "Ta' min jgħid ukoll li kien hemm ħafna nies li applikaw biex l-art tagħhom tiġi inkluża, kien hemm hearings partikolari fejn ġie evalwat kollox fuq prinċipju rett li waqqfu min kien qed ifassal dan l-iżvilupp, u ħafna minnhom ma kkwalifikawx.", "Jiġifieri altru li ma kienx hemm korruzzjoni!", "Nerġa` ngħid li sfortunatament din hija oppożizzjoni tal-gimmicks f'kull ħaġa li tagħmel.", "Per eżempju, il-ġimgħa l-oħra kellna gimmick oħra meta konna qegħdin nitkellmu fuq il-pensjonijiet.", "Meta l-oppożizzjoni kienet fil- gvern, Dr Sant kien jgħid li hemm bżonn issir xi ħaġa fuq il-problema tal- pensjonijiet u li f'għaxar snin għandu jiġi varat pjan biex nittekiljaw din il-problema.", "Issa, għaxar snin wara, aħna varajna l-pjan tagħna biex insolvu il-problema tal-pensjonijiet u l-oppożizzjoni l-ewwel tagħmel żmien twil ma tgħid xejn, imbagħad toħroġ tgħid li hija kontra dak li ppjanajna aħna għax din il-problema nistgħu nħalluha għal 20 sena oħra!", "Gimmick oħra kienet li għamilna disa` xhur nitkellmu fuq il-bioetika fil-kumitat dwar l- affarijiet soċjali biex invaraw liġi għax nafu li qed isiru l-abbużi, u l- istess l-oppożizzjoni ma titkellimx dwar x'inhi l-pożizzjoni tagħha.", "U sal-lum għadu ħadd ma jaf fuqiex taqbel u fuqiex ma taqbilx!", "L- oppożizzjoni kriterju ta' valur wieħed għandha, il-poter!", "Tagħmel kwalunkwe ħaġa li tgħinha biex tirbaħ il-poter, imma kwalunkwe ħaġa li jtellifha milli tikseb il-poter ma tagħmilhiex, anke jekk fiha nnfisha tkun valur essenzjali jew sostanzjali.", "Din hija oppożizzjoni bla sinsla u bla valuri u m'hijiex kapaċi tiddeċiedi xi ħaġa fuq il-bażi tal-ġid komuni u timxi fuqha.", "Sfortunatament hija oppożizzjoni li tilgħab għall-gallarija.", "Hija oppożizzjoni li jien nitkexkex meta naħseb li tista` tkun gvern alternattiv.", "Għaliex?", "Għax għaddejna minn taħt idejhom u nafu kif jagħmluhom l-affarijiet.", "F'daqqa waħda jibdew jivvintaw kemm Alla ħalaq taxxi biex jibbilanċjaw il-kotba!", "Sur President, ta' min jgħid li dan it-tibdil li l-gvern qed jipproponi fiż- żona ta' l-iżvilupp ma ġiex diskuss biss mill-kabinett.", "Jiena naħlef hawn qudiem il-Kamra li kont preżenti għal-laqgħat tal-grupp parlamentari u ta' l-eżekuttiv meta ġiet diskussa din il-materja.", "Fil-fatt, il-biċċa l-kbira ta' l-affarijiet li naf fuq din il-kwestjoni nafhom minn laqgħa tal-grupp parlamentari.", "Tajjeb li ngħidu li l-kabinett naqqas l-ammont ta' l-art li kellha tidħol fiż-żona ta' l-iżvilupp b'0.3% għax oriġinarjament l-art li kellha tiġi żviluppata kienet 2.4%.", "Issa meta qed ngħid li tiġi żviluppata 2.3% ta' art, dan ma jfissirx li se tinbena kollha.", "Għaliex?", "Għax dan it- 2.3% jinkludi t-toroq, art diġa` mibnija, art tal-gvern - li mbagħad sta għalih jibnihiex jew le - kif ukoll art li qiegħda inkluża fiż-żona ta' l- iżvilupp, pero` m'hijiex maħsuba biex tinbena.", "Fl-Ingilterra ssib il- kunċett tal-commons, jiġifieri ma tibnix raħal jew belt mingħajr ma tħalli ċerti areas fejn wieħed jista' jieħu ftit nifs, bħal recreational areas u ġonna.", "Ovvjament aħna m'għadniex high-rise buildings s'issa, ħlief f'tas-Sliema, pero` anke meta tagħmel high-rise buildings trid tħalli l-ispazju madwaru, għax meta tħares trid tara xi ħaġa taħtek, mhux tħares għal ġot-tieqa tal- bini ta' ħdejk.", "Jiġifieri għalkemm l-art hija inkluża kollha fiż-żona ta' l-iżvilupp ma jfissirx li l-art kollha se tinbena.", "Sur President, nagħlaq billi nfakkar li dan il-proċess huwa proċess li kien inbeda fl-1989 u issa wasal biex jintemm.", "Dan huwa l-ewwel tibdil fil-konfini ta' l-iżvilupp mill- 1988 'il hawn.", "Dan it-tibdil għandu jorbot għall-għaxar snin li ġejjin u effettivament se jkun l-uniku tibdil fil-konfini ta' l-iżvilupp fi kważi 30 sena.", "Jiġifieri kull argument jew diskussjoni jridu jsiru dejjem f'dan il- kuntest.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Roderick Galdes.", "ONOR.", "RODERICK GALDES: Mr Speaker, fil-ftit minuti li fadal se nibda nwieġeb għal ftit mill-akkużi li għamlu tal-Partit Nazzjonalista fil- konfront tiegħi u tal-kollegi fuq din in-naħa.", "Interessanti l-fatt li l- Onor. Asciak ħafna drabi fid-diskorsi tiegħu jagħmel riferenza ħafna għall- knisja u għar-reliġjon.", "Pero` llum ma qalilniex li anke l-knisja ddikjarat li hija kontra dan il-proċess.", "Il-knisja llum il-ġurnata għandha r- raġunijiet tagħha fuq bażi ambjentali, u għalhekk għamlet il-kritika tagħha.", "Mhux il-knisja biss hija kontra dan il-proċess, imma kulħadd kontra tiegħu.", "Tafu min hu favur?", "Il-Ministru Pullicino, il-BICC, forsi xi nies fil-MEPA u l-iżviluppaturi li ovvjament naħseb għandhom xi artijiet li daħlulhom fil-konfini!", "Il-bqija ħadd m'hu favur dan il-proċess.", "Is- soċjeta` ċivili tkellmet fil-beraħ kontra dan il-proċess.", "Kien hemm il- kamra tal-periti li qalet li dan il-proċess għandu motivazzjoni politika u kkritikat ukoll lil-kelliem tal-BICC li Alla jbierek ħareġ favur l- iżvilupp!", "Imbagħad kellek il-GAIA Foundation, in-Nature Trust, Din l-Art Ħelwa, il-Fondazzjoni Wirt Artna, il-Moviment Ambjent Aħjar, il-Friends of the Earth, il-GRTU u l-MHRA li kollha tkellmu kontra dan l-iżvilupp.", "Anke l- opinion poll tal-ġurnal \"The Times\" juri li 70% tan-nies huma kontra dan il- proċess.", "Sur President, tan-naħa l-oħra qalulna li din tal-free vote hija gimmick.", "Aħna, bħala partit, għanda l-kuraġġ li nagħtu free vote, imma intom le!", "Għaliex?", "Għax tafu li hemm deputati Nazzjonalisti li ma jaqblux u qalulkom li anke internament qed tagħmlu ħsara lill-Partit Nazzjonalista b'dan il- proċess.", "Għidulna min huma dawk id-deputati Nazzjonalisti li dan l-aħħar ġibdu l-attenzjoni internament fi ħdan il-Partit Nazzjonalista u qalulkom bil-ħsara li qegħdin tagħmlu b'dan il-proċess?!", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom, no cross debate.", "ONOR.", "RODERICK GALDES: Mr Speaker, il-kelliema tan-naħa l-oħra qalu li jiena u l-Onor.", "Buhagiar vvotajna favur fil-kumitat tal-Kamra.", "Li ma qalux hu li l-uniku vot li jgħodd huwa dak fuq ir-riżoluzzjoni, u aħna vvotajna kontra dik ir-riżoluzzjoni.", "Kieku ma vvotajniex kontra, din ir-riżoluzzjoni ma kenitx titla` għad-diskussjoni fil-plenarja.", "Jiena tkellimt fuq artijiet li minħabba fihom seta` jkun hemm impatt negattiv fuq l- ambjent, u 'l quddiem niġi wkoll għal każi individwali ta' artijiet li aħna vvotajna favur li jidħlu fiż-żona ta' l-iżvilupp.", "Pero` tajjeb li npoġġu l- affarijiet fil-perspettiva tagħhom.", "Aħna, bħala oppożizzjoni, fil-kumitat tal-Kamra vvotajna kontra r-riżoluzzjoni u sostnejna li l-voti fuq il- mozzjoni li kienu qed jittieħdu fil-kumitat tal-Kamra kienu irregolari għax ma tistax tagħmilhom.", "M'aħniex xi biċċa kunsill lokali, noqogħdu ndawru l- pjanti 'l hemm u 'l hawn u nbidlu bħala politiċi.", "Aħna għamilna l- pożizzjoni tagħna ċara u ma qbilniex mal-proċess, u għedna ċar u tond li se nivvotaw kontra din ir-riżoluzzjoni.", "MR SPEAKER: Onor. Galdes, niġbidlek l-attenzjoni li sar il-ħin.", "Għandi nifhem li se tibqa` in possession, hux hekk?", "ONOR.", "RODERICK GALDES: Iva, se nibqa` in possession.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Pullicino, jekk jogħġbu, iressaq l- Aġġornament.", "F'nofsinhar id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal-lejla t-Tnejn, 24 ta' Lulju 2006, fis-6.00 p.m. b'din l-agenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Riżoluzzjoni dwar tibdil parzjali tal-Pjan ta' Struttura - Kontinwazzjoni;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Sigurta` Soċjali (Emenda Nru 2) - Tieni Qari (Kont);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi tal-Liġijiet tal-Pulizija - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Intermedjarji fl-Assigurazzjoni - Tielet Qari; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Edukazzjoni - Tielet Qari.", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Liġijiet dwar il-Protezzjoni tal-Konsumatur - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Kriminali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Reġistru Ċentrali - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI (Segretarju Parlamentari): Mr Speaker, xtaqt niddedika dan l-aġġornament biex nipprova nagħmel ftit iktar analisi fuq suġġett kompletament differenti minn dan li qed jokkupa l-ħin ta' din il- Kamra.", "Qed nirreferi għall-aspett ta' x'inhu jsir fil-ministeru tal- ġustizzja fir-rigward tal-kwestjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma' l- amministrazzjoni tal-ġustizzja kif ukoll għal dak li għandu x'jaqsam mat- twettiq tal-proġett tar-reġistru ċentrali.", "U se nibda mit-tieni waħda.", "Nixtieq infakkar lill-Kamra li bħalissa fil-kumitat dwar l-abbozzi ta' liġi għandna quddiemna l-abbozz ta' liġi dwar ir-reġistru ċentrali.", "Dan l- abbozz ta' liġi huwa importanti, fih ħafna dettall u jitlob ħafna attenzjoni għax se jgħaqqad diversi dipartimenti tal-gvern f'dipartiment wieħed, u se jagħti wkoll aċċess għal informazzjoni fuq l-artijiet li qabel ma kienx hemm.", "Mhux biss, imma jipproġetta li jagħti titolu ċar u preċiż biex il-kwestjonijiet li għandna llum quddiem il-qrati tagħna nkunu nistgħu nsolvuhom.", "L-awtorita` li se titwaqqaf permezz ta' dan l-abbozz ta' liġi se tkun tista` toħroġ ċertifikat li juri b'mod l-iktar ċar li t-titolu ta' proprjeta` qiegħda f'idejn persuna, u dak it-titolu ta' proprejta` huwa wieħed tant assolut li jitnaqqsulu r-riskji li għandna llum li jista' b'xi mod jiġi attakkat.", "Sur President, qed nuża dan l-aġġornament biex barra li nagħti avviż li mxejna ħafna f'dak il-Kumitat, ngħid li hemm bżonn li issa jkun hemm għarfien pubbliku ta' dan l-abbozz ta' liġi li nittamaw li sa l-aħħar tas- sena jkun għadda mill-istadji kollha.", "F'dan l-abbozz qegħdin indaħħlu numru ta' punti li huma ġodda, fosthom li għall-ewwel darba qegħdin nagħtu l-fakulta` lil min irid li fuq bażi volontarja jirreġistra titolu ta' kera fuq art.", "Qabel, qatt ma kellna din il-fakulta` fis-sistema ġuridika tagħna.", "Issa qed indaħħluha fil-liġi, imma fuq bażi volontarja biex noħorgu mill- biża' li xi darba jista` jqum l-argument li jekk xi ħadd m'għandux it- titolu tal-kera reġistrat, allura ma jeżistix.", "Il-ħsieb tagħna hu li nagħtu ħafna informazzjoni biex nimxu f'dik id-direzzjoni.", "Sur President, l-istess qegħdin nagħmlu dwar il-prokuri.", "Illum għandna numru ta' prokuri li nsejħulhom ġenerali.", "Fil-fatt dawn m'huma ġenerali xejn, imma huma ġabra ta' poteri mogħtija lill-mandatarju sabiex ikollu poteri ċari u definiti ta' x'jista' u x'ma jistax jagħmel.", "Anke hawn qegħdin għall-ewwel darba ngħidu li dawn għandhom jiġu reġistrati fir- reġistru ċentrali, u allura toħroġ mid-diffikulta` kbira li għandna llum meta jkollok lil xi ħadd li ta prokura u mbagħad irrevokaha.", "S'issa s- sistema legali hija li meta tibgħat l-ittra uffiċjali li biha tirrevoka l- prokura, dik l-ittra uffiċjali suppost li tiġi notifikata lin- nutara pubbliċi kollha.", "Dik fiha ċertu effett għax biex tinnotifika lin- nutara pubbliċi kollha – u dawn qegħdin kull sena dejjem jiżdiedu – trid tidħol fi spejjeż kbar.", "Li tagħmel il-prokura forsi tiswielek Lm10, pero` biex tirrevokaha tqumlek ħafna flus.", "F'din il-liġi qegħdin ngħidu li r- revoka tal-prokura għandha ssir fir-reġistru ċentrali wkoll.", "Dawn il-miżuri - hemm diversi miżuri oħrajn importanti – diġa` jindikaw li qegħdin nagħmlu bidla kbira fil-mod ta' kif wieħed iħares lejn ir-reġistru ċentrali.", "Dan l-abbozz li kien qed jiġi diskuss fl-istadju tal-kumitat issa wasal biex ikun konkluż, u allura importanti li wieħed jifhem l-ingranaġġi kbar li hemm sabiex nagħtu iktar affidament u iktar fiduċja lis-sistema.", "Għaliex?", "Għax illum billi għandek numru ta' żoni li m'humiex reġistrati, jiġifieri żoni fejn m'intix obbligat li tirreġistra t-trasferiment tal- proprjeta' fuq art, allura dan ifisser li għandek possibbilta` fejn jista' jibqa' dubjuż it-titolu li jkollok f'idejk.", "B'dan l-abbozz se naslu għall- pożizzjoni fejn se nagħmlu r-reġistrazzjoni tal-proprejta` f'Malta u Għawdex obbligatorja.", "Jiġifieri se niftħu l-bibien għaliha iktar 'il quddiem, pero` tajjeb li wieħed ifakkar lil min hu involut fis-sistema sabiex ma jaħsbux li dan il-pjan tal-gvern qed jinxteħet lura jew m'huwiex qed jiġi kkunsidrat.", "Dak huwa l-ewwel punt li xtaqt nagħmel u nistieden lil kulmin għandu interess biex jidħol fil-website tal-parlament sabiex ikun jista' jsegwi dak li qed isir fuq dan il-binarju.", "Nittama li matul il- perjodu tas-sajf nikkonkludu numru ta' punti li għandna pendenti biex f'Ottubru jew f'Novembru dan l-abbozz ta' liġi nkunu għalaqnieh.", "Sur President, xtaqt nitkellem ukoll dwar dak li qed nagħmlu fis-settur tal- ġustizzja.", "Fis-settur tal-ġustizzja qegħdin nibdlu diversi proċeduri.", "Xi ħadd għamel kritika li l-gvern qed jibdel diversi affarijiet mingħajr ma neċessarjament joqgħod jiddikjara li qed jibdel.", "Naħseb li dan huwa wieħed minn dawk is-setturi fejn aħna qegħdin nibdlu mingħajr ma noqogħdu ndoqqu żżejjed ħafna trombi.", "L-importanti huwa li l-ewwelnett ikun hemm id- direzzjoni minn hawnhekk -u din qegħdin nagħtuha - u wkoll qegħdin nagħmlu l-leġislazzjoni u l-emendi kollha neċessarji biex, fejn nistgħu, nagħtu iktar saħħa lill-ġudikatura u nħaffu ħafna iktar il-proċessi.", "Pero` finalment il-persuni li jridu jattwaw il-liġijiet m'humiex aħna imma huma l-operaturi legali, jiġifieri l-ġudikatura, l-avukati u l-prokuraturi legali.", "Irrid ngħid ukoll li għalkemm forsi fil-bidu il-ħsieb tagħna ma nftehimx biżżejjed, illum nistgħu ngħidu li qegħdin fit-triq it-tajba, u għaldaqstant irrid nirringrazzja lill-operaturi legali kollha involuti fil- qorti, għax id-diversi miżuri li ħadna qegħdin jiġu attwati u qegħdin jagħtu l-frott mixtieq.", "Sur President, per eżempju, fil-prim'awla tal-qorti ċivili, l-iktar post diffiċli li wieħed jista' jaħdem fih, illum għandna tnaqqis qawwi fl- ammont ta' kawżi pendenti.", "Fil-fatt, id-9,000 kawża pendenti li kellna fl- 2003 niżlu għal 7,000 sa l-aħħar ta' Ġunju ta' din is-sena.", "Irrid ngħid li l-performance fil-prim'awla tal-qorti ċivili hija iktar pożittiva meta wieħed jikkunsidra li l-kawżi li ġew preżentati mill-2003 sa l-2005 żdiedu.", "Fil-fatt, fl-2003 ġew ippreżentati 1,700 kawża ġdida, u fl-2005 tlajna għal figura ta' 2,050 kawża ġdida.", "Dan ifisser li minkejja li qegħdin jiżdiedu l-kawżi fil-prim'awla tal-qorti ċivili xorta qed jonqos l-ammont ta' kawżi pendenti.", "Ovvjament dan huwa mertu ta' min jopera hemm ġew, għax huma jridu jagħmlu x-xogħol, pero` rridu nagħtu mertu wkoll lid-diversi miżuri legali li ħadna fil-Parlament.", "L-istess ħaġa nistgħu ngħidu dwar l- qorti tal-maġistrati.", "Fil-fatt, il-kawżi quddiem din il-qorti naqsu b'mod sostanzjali għax minn 1,700 kawża pendenti fl-2003, sa l-aħħar ta' Ġunju 2006 inżilna għal 1,300.", "Din hija indikazzjoni ċara li anke fil-qorti tal- maġsitrati qegħdin naraw tnaqqis fil-kawżi pendenti, u ovvjament it-tnaqqis tal-kawżi pendenti jfisser li n-numru ta' nies jistennew li tingħatalhom sentenza qiegħed jonqos.", "Nammetti li m'aħniex insibu soluzzjoni għall-kawżi kollha, pero` l-ammont ta' kawżi pendenti qed jonqos.", "L-istess jista' jingħad għat-tribunal tat- talbiet iż-żgħar, għax l-2,050 kawża pendenti li kellna fl-2003 illum niżlu għal 1,500, jiġifieri tnaqqis ta' 500 kawża.", "Dawn huma kollha affarijiet pożittivi, pero` dan seta' jsir għax f'dan il-parlament ħadna ċerti miżuri li għenu biex inaqqsu mid-diffikulta` li kellhom dawn it-tliet tribunali rigward ċerti kawżi li faċilment setgħu jsiru f'postijiet oħrajn.", "U x'kienu dawn il-miżuri li ħadna?", "L-ewwelnett introduċejna l-ittra uffiċjali eżekuttiva fuq il-kambjala u l-ittra uffiċjali eżekuttiva fuq l-ammonti taħt il-Lm5,000.", "Miżuri oħra kienu li ħadna l-kawżi ta' l-inċidenti tat- traffiku u dawk marbutin mal-kondominju fiċ-ċentru ta' l-arbitraġġ u waqqafna ċ-ċentru ta' medjazzjoni.", "Għalkemm dawn l-erba' miżuri ilhom biss sentejn li daħlu fis-seħħ xorta kellhom l-effett li jnaqqsu l-kawżi pendenti.", "U meta tnaqqas il-kawżi pendenti tkun qed tagħti rimedju iktar effettiv liċ-ċittadini li sabu ruħhom f'kawża li ilha pendenti għal ħafna snin.", "Sur President, irrid ngħid li sa l-aħħar ta' Ġunju, 2006 kellna reġistrazzjoni ta' numru kbir ta' ittri uffiċjali eżekuttivi fuq il- kambjala.", "Fil-fatt fil-qorti tal-maġistrati mill-2004 sa l-aħħar ta' Ġunju, 2006 kellna 972 ittra uffiċjali fuq kambjali taħt il-Lm5,000.", "Imbagħad fil- prim'awla tal-qorti ċivili ġew reġistrati 116-il ittra uffiċjali fuq il- kambjala.", "Dawn huma kollha kawżi li ġew iffrankati lill-qorti, jiġiferi kellna 1,088 persuna li għamlu użu mill-ittra uffiċjali eżekuttiva li fuqha ħallsu Lm10 biss, u fi żmien xahar ħadu sentenza tal-qorti.", "Ta' min jgħid ukoll li minn Awissu sa Diċembru 2005 kellna 1,429 ittra uffiċjali eżekuttiva fuq ammonti taħt il-Lm5,000, u din is-sena, minn Jannar sa l- aħħar ta' Diċembru, diġa` kellna 1,880 minn dawn l-ittri uffiċjali eżekuttivi.", "Dan ifisser li jekk wieħed jgħodd dawn il-figuri jsib li n-numru ta' l- ittri uffiċjali eżekuttivi fuq ammonti taħt il-Lm5,000 diġa` qabeż it- 3,309.", "Mela jekk ngħoddu l-ittri uffiċjali eżekuttivi li ġew reġistrati fiż-żewġ każijiet insibu li għandna kważi 4,400 persuna li f'dawn it-tliet snin għamlu użu mill-ittra uffiċjali eżekuttiva biex ħadu rimedju fi żmien ferm inqas milli kien jittieħed qabel.", "Dawn il-figuri juru li kuntrarjament għal dak li kien qed ibassar ħaddieħor, ix-xogħol ġewwa l-qorti mexa b'iktar ħeffa, għax għalkemm daħlu diversi kawżi - kif għedt ma naqsux drastikament daqskemm wieħed kien jistenna – u żdied ix-xogħol, xorta waħda naqas l-ammont ta' kawżi pendenti.", "Irrid ngħid ukoll li l-miżura li ċerti kategoriji ta' kawżi jmorru dritt fiċ-ċentru ta' l-arbitraġġ qed tagħti wkoll riżultat pożittiv ħafna.", "Dan qed ngħidu għax illum qed noqorbu lejn is-700 każ li daħal fiċ-ċentru ta' l-arbitraġġ, u minn dan wieħed jista' jinnota li għamilna passi kbar 'il quddiem.", "B'din il-miżura qegħdin nipprovdu mezz ferm iktar veloċi lil diversi nies li qabel kienu jistennew is-snin biex jieħdu sentenza fuq kawża ta' inċident tat-traffiku.", "Jiena naf b'kawżi ta' inċidenti tat- traffiku b'ammonti żgħar ta' flus – bejn Lm600 u Lm800 - qabel daħal fis- seħħ dan l-att li ħadu bejn ħames u anke għaxar snin biex tingħata sentenza fuqhom.", "Issa dawn il-każi ta' inċidenti tat-traffiku qegħdin imorru direttament fiċ-ċentru ta' l-arbitraġġ li qed jaqbad ritmu sew fix-xogħol tiegħu.", "Irridu ngħidu li dan iċ-ċentru, li qabel kulma kien jieħu kienu 40 kawża fis-sena, issa beda jirċievi kwantita' kbira ta' kawżi.", "Dan għandu jkollu effett posittiv ħafna fuq kif kienu jaħdmu l-operaturi legali ghax dawn il-kawżi fiċ-ċentru ta' l-arbitraġġ fihom ftit xogħol amministrattiv, u l-maġġoranza tax-xogħol jaqa' fuq l-arbitru, u iktar ma jintgħażel arbitru li jħaffef iżjed aħjar ħalli l-kawża timxi malajr.", "Sur President, ma nistax ngħid li jiena sodisfatt mija fil-mija bil-mod kif qed jimxu l-affarijiet, u qed nara li ċerti arbitri qegħdin jaċċettaw iktar xogħol milli jifilħu jagħmlu.", "Naħseb li hemm bżonn li wieħed iżomm mal- limitu ta' xahrejn u ma jaqbiżhomx, għax dik hija sistema li għandha tibqa` tiġi sostnuta jekk irridu li tkompli tagħti suċċess.", "Bir-rispett kollu, din hija għalqa fejn l-avukat ma jista' jwaħħal f'ħadd ħlief fih innisfu jekk kemm-il darba kawża ddum biex issir!", "La jista` jwaħħal fil-ġudikatura u lanqas fl-amministrazzjoni tal-qorti.", "Nerġa` ngħid ma jista' jwaħħal f'ħadd ħlief fih innifsu.", "Allura wieħed irid jikkontrolla ftit aktar sabiex iġib il-bidla neċessarja fil-kultura legali ħalli dawn it-tipi ta' kawżi ma jeċċedux it-tliet xhur jew l-erba` xhur.", "M'hemmx dubju li l-kawżi quddiem dan iċ-ċentru ta' l-arbitraġġ żdiedu proprju minħabba n-numru ta' kawżi ta' inċidenti tat-traffiku u tal-kondominju li qed imorru quddiemu.", "Pero` jrid jingħad ukoll, biex l-istampa tkun ċara, li issa żdiedu wkoll l-arbitraġġi volontarji li huma ta' natura internazzjonali.", "F'dibattitu parlamentari, kollega min-naħa l-oħra attakkana li l-arbitraġġ internazzjonali ma rnexxiex.", "Bir-rispett kollu, l-arbitraġġ internazzjonali ma rnexxiex minħabba l-mod ta' kif kien waqqfu hu!", "Allura l-gvern kellu jgħid: X'nagħmel jien?", "Nibqa` ndaħħal rasi fir-ramel u ngħid irrid arbitraġġ internazzjonali meta dawn mhux qed jiġu, jew indur għall- arbitraġġi domestiċi u mbagħad jekk jiġu l-arbitraġġi internazzjonali, ben vengano?!", "U dak li għamel il-gvern, u għax għamilna din il-ħaġa, l- arbitraġġi internazzjonali żdiedu.", "Fil-fatt, issa daħlu erba` arbitraġġi internazzjonali li ma kenux fuq Lm100, imma fuq l-eluf u l-miljuni tal- liri.", "Fortunatament, iċ-ċentru ta' l-arbitraġġ ħelishom malajr dawn l- arbitraġġi internazzjonali, u l-fatt li ħelishom malajr se tagħmillu iktar ġid fuq livell internazzjonali sabiex f'dan is-suq kompetittiv ħafna pajjiżna wkoll jimxi 'l quddiem.", "Pero` napprezza li hemm bżonn bidla iktar fil-fond tal-kultura legali, speċjalment ta' l-operaturi legali li huma involuti fih.", "Jiena ngħid li dan huwa settur fejn l-avukatura għandha tagħti s-sehem sħiħ tagħha, għax hawnhekk qiegħda topera fi ħdanha, jiġifieri avukati jappuntaw avukat biex jisma` kwestjoni, u allura t-tliet avukati involuti għandhom jagħmlu ħilithom sabiex din il-kawża ma ddumx.", "Dawn it-tipi ta' kawżi kienu jieħdu ħafna mill-ħin tal-qorti, speċjalment tal-qorti tal-maġistrati u tat- tribunal għat-talbiet iż-żgħar.", "Issa li daħħalna din il-miżura u l-kawżi ta' inċidenti tat-traffiku u tal-kondomiju tfajniehom fiċ-ċentru ta' l- arbitraġġ, il-maġistrati u ċ-chairman tat-tribunal għat-talbiet iż-żgħar qed ikollhom iktar ħin għad-dispożizzjoni tagħhom biex jaqtgħu l-kawżi pendenti.", "Sur President, punt li rrid inqajjem huwa dak rigward iċ-ċentru tal- medjazzjoni.", "Inti taf li pajjiżna kien fost l-ewwel fl-Unjoni Ewropea li waqqaf ċentru tal-medjazzjoni mmexxi mill-istat.", "Tul din is-sena li ilu jopera ċ-ċentru tal-medjazzjoni daħlulu ħames kawżi li ġew riferiti lilu mill-prim'awla tal-qorti ċivili, u l-medjaturi diġa' qegħdin jieħdu ħsiebhom.", "Fil-fatt jidher li fi tnejn minnhom diġa` ntlaħaq ftehim, mentri t-tlieta l-oħra li daħlu riċentement qegħdin fil-proċess tal-medjazzjoni.", "Jiena nfakkar li dan il-gvern qed jipprova jagħmel tliet affarijiet.", "L- ewwelnett qed jipprova jnaqqas u jissimplifika l-proċeduri legali l-qorti, u quddiem il-kumitat ta' l-abbozzi ta' liġi għandna wkoll abbozz li qed jieħu ħsieb il-mandati u nisperaw li f'dawn il-jiem nikkonkludu d- diskussjoni fuqu ħalli nippruvaw inġibuh fis-seħħ lejn Ottubru jew lejn l- aħħar tas-sena.", "Barra minn hekk, qed indaħħlu wkoll qrati speċjalizzati, kif għamilna bid-dħul tal-qorti tal-familja - u nittama li nżidu sezzjonijiet oħra iktar speċjalizzati - u qed nippruvaw nissudaw l- alternative dispute resolutive measures li huma l-medjazzjoni u l- arbitraġġ.", "Sur President, dan ix-xogħol qiegħed miexi sew 'l quddiem.", "Pero` minkejja dak li nagħmlu hawn ġew, irridu nagħtu kredtu lill-operaturi legali, il- ġudikatura, l-avukati u l-prokuraturi legali, li fil-maġġoranza tagħhom - dan ma tistax tikkonvinċi lil kulħadd, tista' tipprova tikkonvinċi lil kulħadd, pero` għandek limitu safejn tista' tikkonvinċi - qegħdin jifhmu l- miżuri li qed jieħu l-gvern u qegħdin jużaw dawn l-istrumenti sabiex finalment jiffaċilitaw xogħolhom.", "B'hekk, il-poplu tagħna li jħabbat il- bieb tal-ġustizzja, li għandu dritt għaliha, jieħu l-ġustizzja iktar malajr, għax kif kien qal Gladstone, justice delayed is justice denied.", "Huwa f'din id-direzzjoni li aħna nixtiequ nimxu f'settur li għalkemm napprezzaw li huwa diffiċli, xorta waħda ma naqtgħux qalbna speċjalment meta naraw ir-riżultati li qed niksbu.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Kamra hija aġġornata għal-lejla t-Tnejn 24 ta' Lulju 2006 fis-6.00p.m. bl-agenda kif komunikata mill-Ministru.", "Fin-12.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "PRODUZZJONI TAT-TJUR", "20263.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 20172, jista' il- Ministru jipprovdi l-istess tip ta' informazzjoni dwar Għawdex?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jagħmel il- mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "GERIATRIC DOCTORS", "20264.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid kemm geriatric doctors hawn kwalifikati u fejn jaħdmu?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "HOMEHELP", "20265.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid kemm anzjani għandhom is- servizz tal-homehelp u kemm hemm li għadhom qed jistennew li jingħataw dan is-servizz?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: In-numru ta' anzjani li jieħdu s-servizz tal-homehelp huwa 2,411 u n-numru ta' dawk li qed jistennew dan is-servizz huwa 174, li ħamsa minnhom applikaw fl-2005 u mill-169 rimanenti, 107 applikaw f'Ġunju u Lulju ta' l-2006.", "TELECARE", "20266.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid kemm anzjani għandhom is- servizz tat-telecare?", "Kemm anzjani hemm li qed jistennew dan is-servizz?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Hawn 9,254 persuna jagħmlu użu mis-servizz tat- telecare u hemm 70 oħra li qed jistennew dan is-servizz, bl-itwal applikazzjoni ilha pendenti xahrejn.", "CARERS", "20267.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid kemm carers hawn jaħdmu fi djar ta' l-anzjani?", "Kemm applikaw bħala carers?", "Hawn bżonn ta' aktar carers?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: In-numru ta' carers fi djar ta' l-anzjani hu kif ġej:", "| |Msid|Flori|Gżir|Most|Mtarf| | |a |ana |a |a |a | |Sen.Care |1 |- |1 |1 |- | |Wrks | | | | | | |Care |3 |6 |6 |7 |4 | |Workers | | | | | | |Ass.Care |1 |2 |1 |1 |6 | |Wrks | | | | | | |Nursing |5 |1 |1 |5 |7 | |Aides | | | | | | |PTSAs |2 | |- |1 |4 | | | |10 | | | | |Health |- |1 |- |- |- | |Asst | | | | | |", "Fir-rigward ta' carers, bħalissa m'hemmx applikazzjonijiet miftuħin.", "Il-carers huma importanti fid-djar ta' l-anzjani u l-importanza tal-bżonn tagħhom tingħata skond id-dar individwali.", "ANZJANI DIABETIĊI", "20268.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid kemm anzjani hawn li huma diabetiċi?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Peress li mhux l-anzjani diabetiċi kollha jinqdew bis- servizz pubbliku, din l-informazzjoni ma tistax tingħata.", "KARTUNA R-ROŻA", "20269.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid kemm anzjani għandhom il- kartuna r-roża?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: In-numru ta' persuni li kkwalifikaw għall-karta r- roża matul l-2005 hu ta' 7,204.", "VALLETTA BUS TERMINUS", "20270.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 20176, dwar shelters temporanji fil-bus terminus tal-Belt?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: L-ADT qed tħejji pjani dwar kif jista' jitjieb l- ambjent fiżiku tal-bus terminus tal-Belt.", "DIRETTUR ĠENERALI TAS-SAJD", "20271.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 20175, jista' il- Ministru jinformana x'ġara mill-pożizzjoni li kien jokkupa l-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Wara konsultazzjonijiet u ftehim mas-segretarju permanenti ewlieni fl-uffiċċju tal-prim ministru, l-istruttura ta' tmexxija fil-qasam tas-sajd u s-servizzi veterinarji nbidlet sabiex toħroġ ċara d- distinzjoni bejn il-parti operattiva u dik regolatorja.", "Għal dan il-għan ġew stabiliti l-pożizzjonijiet ta' direttur ġenerali, affarijiet veterinarji u sajd u dawk ta' chief fisheries officer u chief veterinary officer, it-tnejn fuq skala 3 minħabba l-importanza tal-pożizzjonijiet.", "Il-pożizzjoni ta' direttur ġenerali, affarijiet veterinarji u sajd imtliet wara sejħa għal applikazzjonijiet, skond proċeduri stabiliti.", "Eventwalment ikun hemm sejħa għal pożizzjonijiet l-oħra.", "ĦALIB FRISK", "20272.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 20177, jista' il-Ministru jgħid għaliex fil-każ ta' l-industrija tat-tjur ipprovda l-informazzjoni - mistoqsija parlamentari 20172 - meta hija industrija kummerċjali wkoll?", "Jista' jipprovdi l-informazzjoni mitluba?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: L-industrija tat-tjur hi regolata direttament b'dokumentazzjoni mill-biċċerija stess u b'hekk tista' tiġi kkalkolata u tingħata l-informazzjoni mitluba.", "L-informazzjoni mitluba f'mistoqsija parlamentari 20177 hi strettament ta' natura kummerċjali u mhijiex etika li tingħata f'dan l-istadju.", "ĦAXIX U FROTT", "20274.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jagħti tagħrif dwar il-volum ta' ħaxix u frott frisk graded fil-pitkalija matul l-ewwel sitt xhur tas-sena?", "X'inhi l-ispiża s'issa biex jitħaddem dan l-impjant?", "Kemm hu n-numru ta' ħaddiema li hemm fil-grading station?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jirriferi għat- tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 19528.", "TA' QALI CRAFTS VILLAGE", "20277.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid għaliex it-toilets il-ġodda fil- crafts village baqgħu magħluqa?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "GOZO CHANNEL", "20286.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm ħaddiema tal-Gozo Channel irtiraw matul din is-sena?", "Kemm ħaddiema ġew impjegati ma' l-istess kumpannija?", "Meta sar l-ingaġġ u f'liema mansjoni?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Filwaqt li n-numru ta' persuni li rtiraw matul din is- sena minn mal-Gozo Channel hu ta' 12, ġew impjegati tliet persuni oħra bħala second engineers fi Frar, ieħor fil-grad", "ta' chief officer f'Ġunju, erbgħa oħra fuq bażi full-time u 13 oħra bħala casual workers fi Frar.", "HEARSES", "20287.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jgħid kemm liċenzji ta' hearses hawn in circulation u meta nħarġu?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Tagħrif dwar in-numru ta' liċenzji u s-sena ta' reġistrazzjoni tal-hearses, hu kif jidher hawn taħt:", "|Malta |RIP 001|1959 | | |RIP 002|1959 | | |RIP 003|1959 | | |RIP 004|1959 | | |RIP 005|1959 | | |RIP 006|1959 | | |RIP 007|1959 | | |RIP 008|1959 | | |RIP 009|1959 | | |RIP 010|1959 | | |RIP 011|2006 | | |RIP 012|2006 | |Għawde|HRS 267|1990 | |x | | | | |HRS 711|1976 |", "Il-pulizija wkoll għandhom vettura biex iġorru l-mejtin.", "PENSJONI TAS-SULDATI", "20288.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Peress li AFM order ser. no. 149 u 1st.", "Regt part-one order, ser no. 129, para 459 suppost li jidħlu fis-seħħ fl-1 ta' Jannar, 2008 jista' il-Prim Ministru jgħid x'se tkun is-sitwazzjoni ta' dawk is-suldati li jispiċċaw qabel ma jkollhom servizz biżżejjed?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Dawk il-membri tal-forzi armati li jispiċċaw qabel ma jkollhom 25 sena servizz jieħdu pensjoni pro-rata, skond it-tul tas- servizz li jkunu għamlu.", "STAIRLIFT", "20289.", "L-ONOR.", "MICHAEL ASCIAK staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tispjega l-proċedura biex issir", "applikazzjoni għal stairlift?", "Hemm xi sussidju dwar ix-xiri ta' siġġu bħal dan?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Skema 7 ta' l-awtorita' tad-djar tipprovdi għal sussidju fuq xogħlijiet ta' irranġar u titjib f'residenzi okkupati minn persuni b'diżabilita'.", "Dan is-sussidju jista' iservi biex persuna b'diżabilita' tistalla stairlift fid-dar fejn tkun tgħix.", "Applikazzjoni mimlija u d-dokumenti meħtieġa għandhom jiġu rritornati lill- awtorita' tad-djar fil-Floriana.", "GĦOLI TAL-ĦAJJA", "20290.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid jekk hux l-anzjani kollha ħadu ż-żieda għall-għoli tal-ħajja?", "Jekk fl-affermattiv, tista' allura tara x'inhi r- raġuni għala anzjana li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, f'Jannar 2005 irċeviet Lm37.24 u sa Ġunju 2006 kienet għadha tirċievi Lm37.24?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Il-persuna indikata ġiet informata mid-dipartiment tas-sigurta' soċjali dwar il-każ tagħha.", "IMMIGRANTI IRREGOLARI", "20291.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm immigranti illegali daħlu din is-sena?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "KAŻ TA' PENSJONANTA", "20292.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni għala wara li ċerta persuna kellha reviżjoni fil-pensjoni, baqgħet tirċievi l-istess ammont bejn l-2001 u Jannar 2003?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Il-persuna indikata ġiet informata mid-dipartiment tas-sigurta' soċjali dwar il-każ tagħha.", "IMMIGRANTI IRREGOLARI", "20293.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm mill- immigranti illegali li waslu Malta f'dawn l-aħħar ħames snin, ingħataw refugee status?", "Kemm minnhom baqgħu Malta u kemm ilhom hawn?", "ONOR.", "TONIO BORG: In-numru ta' persuni li ġew rikonoxxuti bħala refuġjati mill-1 ta' Jannar, 2001 sad-19 ta' Lulju, 2006 hu ta' 174.", "Fl-istess perijodu kien hemm ukoll 1,814-il persuna li ngħataw protezzjoni umanitarja.", "Iċ-ċertifikat ta' status ta' refuġjat ikun għal tliet snin, filwaqt li dak ta' status umanitarju jkun għal sena.", "L-uffiċċju tal-kummissarju għar-refuġjati m'għandux il-kompitu legali li jara kemm minn dawn il-persuni jibqgħu hawn jew le.", "ĠITI FUQ IL-BAĦAR", "20294.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid kemm kumpanniji/persuni hawn li għandhom permess/liċenzja biex ibiegħu ġita bid-dgħajsa mix-xatt tal-Gżira/Tas- Sliema?", "Dawk li għandhom permess, jistgħu jingħataw l-opportunita' li jarmaw kiosk żgħir biex ikunu jistgħu jbiegħu l-biljetti?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-awtorita' toħroġ liċenzja sabiex persuni jorganizzaw ġiti fi kwalunkwe lokalita' madwar Malta u Għawdex.", "L-awtorita' marittima toħroġ permessi biex jiġu operati dgħajjes jew pleasure boats.", "Sabiex persuna topera kiosk permanenti biex tkun tista' tbiegħ il-biljetti, kemm fix-xatt tal-Gżira, Tas-Sliema u fi kwalunkwe post ieħor, tenħtieġ permess tal-MEPA u tad-dipartiment ta' l-artijiet.", "IMMIGRANTI IRREGOLARI", "20295.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm persuni li għandhom status ta' immigrant irregolari, ittellgħu l-qorti matul l-aħħar ħames snin u fuq liema reat?", "ONOR.", "TONIO BORG: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jirriferi għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 20047.", "DGĦAJJES FIL-BIRGU", "20296.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid għal liema raġuni, dgħajjes u laneċ liċenzjati li jieħdu t-turisti dawra mal-port, mhux jitħallew jersqu max-xatt tal-Birgu?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "TOURISM MARKETING PORTAL", "20297.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid fejn wasal il-proċess ta' bini u ddisinjar ta' portal għall-marketing u bejgħ online ta' faċilitajiet turistiċi, kif kien tħabbar f'April li għadda?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ir-request for proposals għandu joħroġ sa l- aħħar ta' dan ix-xahar.", "Fil-kumpilazzjoni tad-dokument, flimkien mal- ministeru għall-investiment, industrija u teknoloġija ta' l-informatika, il- ministeru kkonsulta ruħu ma' l-MHRA, il-FATTA u l-MTA.", "Ingħatat attenzjoni partikolari sabiex ir-request for proposals joħroġ dettaljat biżżejjed biex is-sistema li se tinbena, tkun kompatibbli ma' l- infrastruttura teknoloġika li jħaddem il-gvern, tkun tista' tintegra ma' sistemi oħra li għandu l-gvern u tkun scalable biex 'il quddiem tkun tista' taċċetta servizzi oħra online.", "BIRD FLU", "20298.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid kemm tjur inġabru mid- dipartiment biex tiġi evitata l-bird flu?", "Kemm mietu minnhom?", "Kemm għad hemm ħajjin?", "Fejn jinżammu?", "Kemm għad hemm miżmuma?", "Kemm intelqu?", "Kemm ħarbu?", "Kemm insterqu u x'passi investigattivi ħa d-dipartiment?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: In-numru ta' tjur li nġabru mid-dipartiment u li qed jinżammu ġo Fort Delimara hu ta' 336, li 23 minnhom mietu mewta naturali.", "S'issa mill-papri għadu ma ntelaq xejn u ma kellna l-ebda każ ta' serq jew ħarba.", "IMMIGRANTI IRREGOLARI", "20299.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' il-Ministru jgħid kemm għajnuna ngħatat Malta mill-Unjoni Ewropea għal kontra l-immigranti illegali sal-lum?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: L-Onor.", "Interpellant hu ġentilment mitlub jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "EURO CHANGEOVER", "20300.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 20152 u jgħid x'inhu s-salarju u x'inhuma l-benefiċċji l-oħra li ġiet offruta l- persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, meta ġiet ingaġġata man-national euro changeover committee?", "Minn dak iż-żmien 'il hawn żdedulu ċerti benefiċċji?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Is-salarju tal-persuna indikata hu ta' Lm12,320 fis- sena.", "Il-benefiċċji l-oħra huma:", "*Performance incentive bonus ta' 15% fuq is-salarju bażiku,", "*Disturbance allowance ta' Lm1,200 fis-sena u Lm1,000 addizzjonali fis-sena għat-tieni sena u t-tielet sena tal-kuntratt, *Car allowance ta' Lm2,400 fis-sena u", "*Faċilita' ta' telefon b'xejn.", "L-uniku benefiċċju li żdied minn dak iż-żmien 'il hawn hi d-disturbance allowance li mill-1 ta'April, 2006 żdiedet b'Lm1,000 fis-sena.", "DIRETTUR ĠENERALI TAS-SAJD", "20301.", "L-ONOR.", "JOSEPH ABELA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li ma ġiex imġedded il- kuntratt tad-direttur ġenerali konservazzjoni u sajd li serva għal dawn l- aħħar seba' snin fi ħdan l-istess ministeru?", "Din il-vakanza ta' direttur ġenerali ġiet ippubblikata fil-gazzetta tal- gvern?", "Jista' ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-kriterji mitluba għal min se jimla' din il-vakanza?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Filwaqt li nirriferi għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 20271, l-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jindirizza l- kumplament tal-mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "FASHION AND DESIGN", "20302.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid jekk is-segretarjat parlamentari li jaqa' taħtu, organizzax żjara fl-Emilia Romagna għal attivita' dwar fashion and design, bejn it-2 u s-7 ta' Lulju?", "Jista' jagħti l-ismijiet ta' dawk kollha li ħadu sehem f'din iż-żjara u l-lokalita' li ġejjin minnha?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "TRIQ FIL-PWALES", "20303.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess ta' assessjar ta' l-impatt tat-triq proposta għall-Pwales, fuq l-ilma ġieri u l-ilma ta' taħt l-art u l-għelieqi ta' l-inħawi, liema triq hija maħsuba biex ittaffi l-konġestjoni tat-traffiku fix-Xemxija?", "X'tip ta' studji qed isiru dwar l-impatt ambjentali fuq din il-proposta triq?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "KIOSKS", "20304.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid kemm applikazzjonijiet hemm pendenti għal kiosks żgħar fix-xatt ta' Tas-Sliema u l-Gżira għall-bejgħ ta' biljetti għall-ġita bid-dgħajsa?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Il-MEPA qed tipproċessa disa' applikazzjonijiet fil-lokalità tal-Gżira u Tas-Sliema għal sanzjonar ta' booths, liema applikazzjonijiet jinsabu fi stadji diversi – infatti ftit minnhom digà ġew deċiżi mill-kummissjoni għall-kontroll ta' l-iżvilupp - u bħalissa qed jitħejja t-tieni rapport għar-rikonsiderazzjoni.", "PJAZZA SANT'UBALDESKA", "20306.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jara li jsir xi tip ta' ilqugħ dekorattiv jew xort'oħra fi Pjazza Sant'Ubaldeska, Raħal Ġdid, stante li l- parti ta' isfel minn fuq iz-zuntier tal-knisja l-qadima huwa sors ta' periklu ċar?", "Jista' jara wkoll li tiġi mdawla, li jsir landscaping u li jsir dak ir-restawr li jixraq lill-istess knisja?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jagħmel il- mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "KAP TA' L-NSO", "20307.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 20150 u jgħid x'salarju għandu l-kap il-ġdid ta' l-NSO?", "Kif se tiġi affettwata l- konsulenza tiegħu mad-diversi aġenzji u korpi governattivi u parastatali?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li għadu ma sar l- ebda kuntratt mal-kap il-ġdid ta' l-NSO.", "MATERNITY/PARENTAL LEAVE", "20308.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni li persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, għad li rebħet anke l- appell quddiem l-arbitru, id-dipartiment xorta waħda għadu jonqos milli jottempora ruħu fil-każ ta' l-arretrati tas-social assistance?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Il-persuna indikata ġiet informata mid-dipartiment tas-sigurta' soċjali dwar il-każ tagħha.", "PREZZ TAD-DIESEL", "20309.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jara kif il-prezz tad-diesel għall-boats li jaħdmu fil-qasam tat-trasport intern, kien għadu qed jinbiegħ sa l-24 ta' Mejju, 2006 bir-rata ta' 2,000 litru għall-prezz ta' Lm958.08, liema prezz hu maħruġ minn Falzon services station ltd?", "Jista' jara x'investigazzjonijiet qed isiru biex il-prezz tad-diesel ikun wieħed stabbli u ġust u mhux jogħla, allavolja ma jkunx hemm awment fis-suq internazzjonali?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Is-supply tad-diesel għall-boats jaqa' bħala bunkering activity li ilu liberalizzat għal numru ta' snin.", "Għaldaqstant l-Enemalta m'għandha l-ebda kompetenza f'dan il-qasam u mhix f'pożizzjoni li tikkummenta jew tinvestiga dan l-operat għaliex ir-regolatur ta' dan is- settur jaqa' taħt ir-responsabbilta' ta' ministeru ieħor.", "FONDAZZJONI GĦALL-ISKEJJEL T'GĦADA", "20310.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 19689, jista' il-Ministru jgħid x'kienet in-nefqa tal-FTS?", "X'nefqet il- fondazzjoni f'Għawdex minn meta twaqqfet sal-lum?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Filwaqt li nirriferi lill-Onor.", "Membru għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 19689, ninformah li l-FTS ma tagħmilx hi n- nefqiet iżda jagħmilhom il-gvern.", "IMMIGRAZZJONI IRREGOLARI", "20311.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Billi l-Unjoni Ewropea issa se twaqqaf patrols bil-baħar kontra l- immigrazzjoni illegali, jista' il-Ministru jgħid x'se jsir mill-immigranti miġbura fuq dawn il-vapuri?", "F'każ ta' emerġenza, dawn se jinġiebu Malta?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Id-dettalji operattivi tal-patrols għadhom qed jinħadmu mill-FRONTEX u l-Gvern Malti qiegħed f`kuntatt mill-qrib mal- FRONTEX dwar dan.", "REKLUTAĠĠ TA' PULIZIJA", "20314.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jissoktaw l-interviews għal membri ġodda fil-korp tal-pulizija, billi dan l-aħħar kienu waqfu ħesrem?", "ONOR.", "TONIO BORG: Għad fadal xi applikanti li għad trid issirilhom l- interview.", "SKOLA TA' BIRŻEBBUĠA", "20315.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid meta hu ppjanat li l-iskola ta' Birżebbuġa jkollha surmast?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-applikazzjonijiet li daħlu wara sejħa għall-mili ta' post ta' kap ta' skola li tagħlaq nhar il-Ġimgħa 21 ta' Lulju, 2006, qed jiġu pproċessati.", "TRIQ IR-RIZZA, BIRŻEBBUĠA", "20316.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid x'qed iżomm milli jsiru x-xogħlijiet neċessarji u opportuni sabiex id- drenaġġ ma jibqax ifur fid-djar fi Triq ir-Rizza, Birżebbuġa?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ix-xogħol li rrifera għalih l-Onor.", "Interpellant issa tlesta.", "ENFORCEMENT ORDER", "20317.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li sid il-fond li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament - jew l-operaturi tiegħu - għad li hemm diversi enforcement notices/orders fuq l-istess stabiliment, se jibqa' jopera b'mod skorrett u mhux skond il-liġi?", "Jista' jara li jittieħdu l-passi neċessarji, bil-MEPA taġixxi skond il-liġi?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Il-MEPA f'dan il-każ qed taġixxi skond il-ligi.", "Ir-restaurant għadu jopera, minkejja enforcement ECF820/04, għaliex l- illegalità' tirrigwarda varjazzjoni fil-bini u mhux bdil fl-użu tal-post.", "Barra minn hekk, l-imwejjed li jitpoġġew quddiem ir-restaurant huma koperti b'permess PA5750/96 u l-każ ta' enforcement ECF880/04 ġie rtirat.", "Bħalissa hemm pendenti applikazzjoni għar-regolarizzazzjoni ta' varjazzjonijet fis-sit – PA 6998/04 - u għaldaqstant f'dan l-istadju ma jistgħux jittieħdu aktar passi.", "TAL-PAPA F'BIRŻEBBUĠA", "20318.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li qiegħda tiġi kkonsidrata estensjoni ta' l-area ta' żvilupp f'Tal-Papa, Birżebbuġa meta hemm art li tista' tintuża u li diġa' tinsab fl-iskema, apparti li appena jiġu spustjati l-impjanti tal-gass u l-Enemalta, se jkun hemm art biżżejjed għall-iżvilupp?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: L-art imsemmija hija proprjetà tal-gvern u kienet ilha indikata biex tidħol fl-iskemi ta' l-iżvilupp mill-1995 permezz tal- pjan lokali ta' Marsaxlokk u Birżebbuġa.", "L-iżvilupp fuq l-art tat-tankijiet tal-fuel hu regolat permezz ta' development brief li ġie approvat wara konsultazzjoni pubblika.", "Preżentement l-iżvilupp fuq l-art okkupata mit-tankijiet tal-gass hu regolat minn policy MQ03 tal-pjan lokali ta' Marsaxlokk u Birżebbuġa.", "It- tneħħija ta' dawn l-impjanti minn Birżebbuġa huwa skond id-direzzjoni mogħtija minn policies MB02 u MQ03 ta' l-imsemmi pjan lokali.", "Meta saret il-proposta wara konsultazzjoni interna, ma kienx hemm indikazzjoni li l-inħawi kellhom valur ta' konservazzjoni speċjali.", "Ta' min ifakkar li dan is-sit ilu propost għall-iżvilupp aktar minn għaxar snin u matul dan iż-żmien, fl-ebda stadju ma ġie indikat dan it-tħassib.", "KAŻ TA' HOUSING", "20319.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tagħti indikazzjoni fiex wasal il-każ ta' housing li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: L-applikazzjoni qed tiġi kkonsidrata flimkien ma' oħrajn simili.", "RELAZZJONIJIET PUBBLIĊI", "20320.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' il-Ministru jgħid liema huma l-kumpanniji u/jew persuni li wettqu xogħol ta' public relations jew marketing għall-ministeru bejn Mejju 2003 u Mejju 2006?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Il-ministeru ma qabbad lill-ebda kumpannija jew persuna biex iwettqu xogħol ta' relazzjonijiet pubbliċi jew marketing bejn Mejju 2003 u Mejju 2006.", "AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA", "20321.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tara li każ ta' housing li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, jingħata priorita'?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: L-applikazzjoni qed tiġi investigata mid- dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali.", "INĊINERATUR TA' ST LUKE'S", "20322.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid f'liema stadju waslu l-pjani sabiex l-inċineratur ta' St. Luke's jiġi mmodernizzat?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: M'hemm l-ebda pjan biex l-inċineratur ta' l-isptar jiġi mmodernizzat.", "Il-pjan hu biex dan jieqaf jaħdem u jiġi sostitwit b'teknoloġija aktar moderna mingħajr ebda dannu għall-ambjent.", "Wara li l-ewwel tender ma ġiex onorat mill-kumpannija Serrabico, id- diviżjoni tas-saħħa bdiet taħdem fuq sejħa ġdida.", "Wara li stiednet lil dawk interessati ħalli jipprovdu dan it-tagħmir, id-diviżjoni tas-saħħa lestiet il-pre-qualification short-listing.", "Il-proċess fil-preżent huwa wieqaf għaliex biż-żieda sostanzjali ta' kumpanniji farmaċewtiċi, il- kwestjoni qed tiġi kkonsidrata fuq bażi nazzjonali u mhux speċifikament għall-iskart kliniku ta' l-isptarijiet.", "Il-Wasteserv qiegħda tevalwa diversi possibbiltajiet, fosthom dik li l- pajjiż ikollu inċeneratur wieħed li jaqdi l-bżonnijiet kollha kemm ta' l- isptar kif ukoll ta' l-industrija tal-farmaċewtika.", "Possibbilta' oħra hi li l-inċineratur tal-biċċerija jiġi upgraded biex ikun jista' jieħu anke skart kliniku.", "DRIVING INSTRUCTORS", "20323.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jagħti dettalji ta' min jagħmel ħidma favur l-ETC biex jgħallem persuni li jkunu jridu jmorru bħala sewwieqa barra minn Malta?", "Kemm hu l-ħlas li jirċievi l-instructor għal kull persuna li jgħallem?", "Minn dawk li attendew għal dan it-taħriġ matul is-snin 2004 u 2005, kemm minnhom marru jaħdmu barra minn Malta u fejn?", "Kien hemm xi ħadd li ntbagħat lura għax mhux up to standard?", "Dan it-taħriġ huwa b'xi mod funded mill-Unjoni Ewropea?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-kuntrattur huwa Swallows Garage.", "Il-kumpannija ntgħażlet wara sejħa għal offerti li ħarġet is-sena l-oħra u tagħlaq", "f'Settembru ta' din is-sena.", "Ir-rata mħallsa mill-korporazzjoni għal dan is- servizz hi ta' Lm206.50 għal kull persuna li tiġi mħarrġa.", "L-uffiċċju tal-EURES tal-KXT ma jżommx informazzjoni dwar min eventwalment ikun telaq minn Malta sabiex jaħdem barra jew ġiex lura.", "DRIVING TESTS", "20324.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Jista' il-Ministru jgħid x'passi ttieħdu ma' l-instructors li jtellgħu persuni għall-eżami biex il-vetturi tagħhom ikunu skond il-liġi u jkollhom il-pedala fuq in-naħa ta' l-instructor, minbarra fuq in-naħa tal- persuna li tkun titgħallem?", "Sakemm kien id-deadline biex isiru l-modifiki neċessarji?", "Kien hemm xi eċċezzjoni ma' xi ħadd u għaliex?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Fis-17 ta' Marzu ta' din is-sena, it-taqsima responsabbli mit-testijiet tas-sewqan kitbet lill-iskejjel għat-tagħlim tas- sewqan biex jirregolarizzaw il-pożizzjoni tagħhom rigward l-aspetti tekniċi stabiliti mil-liġi.", "Dan kellhom jagħmluh sat-30 ta' April, iżda waħda mill-iskejjel talbet estensjoni ta' ġimgħa u din ngħatatilha u effettivament din l-iskola rregolarizzat il-pożizzjoni tagħha fil-perijodu msemmi.", "INĊINERATUR TA' ST LUKE'S", "20326.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid kemm ilu jopera l-inċineratur ta' St Luke's?", "X'tip ta' skart jinħaraq fih?", "X'ammont ta' skart inħaraq fl- inċineratur matul is-snin 2000/2005?", "X'monitoraġġ qed isir fil-konfront ta' l-emissjonijiet li joħorġu miċ-ċumnija ta' dan l-inċineratur?", "Kemm hu l- għoli taċ-ċumnija ta' l-inċineratur?", "Kemm hu d-diametru taċ-ċumnija ta' l- inċineratur?", "Kemm tkun il-flue gas exit temperature meta l-emissjonijiet joħorġu mill-inċineratur?", "Kemm tkun normalment il-flue gas exit velocity ta' l-inċineratur?", "X'tip ta' maintenance jingħata u b'liema frekwenza jsir?", "Kif ikunu disposti materjali residwi li jkun hemm fl-inċineratur?", "B'liema frekwenza qed ikun imħaddem?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "LIFT MAINTENANCE COSTS", "20328.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid jekk il-maintenance tal-lifts fil-", "blokk ta' flats li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, issirx minn kuntrattur imqabbad mir-residenti jew mill-housing?", "Kemm suppost iħallsu r- residenti għal dan il-maintenance?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Skond il-kondizzjonijiet tal-kirja, l-inkwilini ta' l-appartamenti fil-blokk indikat huma marbuta bir-responsabbilta' għall- manutenzjoni tal-partijiet komuni tal-blokk, inkluż il-lift.", "Dan ġie spjegat lill-inkwilini mill-uffiċjali ta' l-awtorita' tad-djar.", "Ninsab informata wkoll li l-inkwilini ġew mitluba jifformaw assoċjazzjoni tar-residenti li tkun responsabbli tagħmel l-arranġamenti ma' kuntrattur biex issir il-manutenzjoni meħtieġa kif ukoll li tħallas għall-ispejjeż tal- manutenzjoni u l-konsum tad-dawl tal-lift.", "CAREWORKERS", "20330.", "L-ONOR.", "CLYDE PULI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid kemm-il applikazzjoni għandu d- dipartiment għall-kura ta' l-anzjani u servizzi fil-komunita' minn careworkers u assistant careworkers, biex jaqilbu l-impjieg tagħhom minn wieħed part-time għal full-time?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Fid-dipartiment għall-anzjani u kura fil-komunita' m'hemmx part-time careworkers jew part-time assistant careworkers.", "ACUTE RENAL COLIC", "20331.", "L-ONOR.", "FRANCO GALEA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid kemm stennija hemm għall- appuntamenti fid-dipartiment ta' l-outpatients ta' St. Luke's, fejn jidħlu każi ta' uġigħ tal-ġebla?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ma jeżisti l-ebda żmien ta' stennija għal każi ta' acute renal colic minħabba l-kondizzjoni akuta tagħha, bil-persuna konċernata tmur direttament id-dipartiment ta' l-emerġenza u tiġi nvistata minnufih.", "MARD INFETTIV", "20333.", "L-ONOR.", "FRANCO GALEA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li jinfetħu wards speċjalizzati fl-isptarijiet statali għall-kura ta' pazjenti b'mard infettiv?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: F'St. Luke's hemm żewġ wards għal dawk il-pazjenti b'mard infettiv - Sir Temi Zammit ward bi tmien sodod u l-general dependency ward b'14-il sodda – u dawn se jkunu kkonsolidati f'ward wieħed ta' 24 sodda fl-isptar Mater Dei.", "TAGĦLIM TAR-RELIĠJON", "20334.", "L-ONOR.", "FRANCO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid kemm-il siegħa ta' tagħlim tar-reliġjon jingħataw it-tfal kull ġimgħa f'kull sena akkademika mill- iskola primarja sa dik sekondarja?", "X'arranġamenti hemm bejn id-dipartiment ta' l-edukazzjoni u l-awtoritajiet ekklesjastiċi biex jiġu approvati l-programmi ta' tagħlim tar-reliġjon fl- iskejjel kif ukoll sabiex jiġu ċċertifikati l-għalliema tar-reliġjon?", "X'arranġamenti hemm sabiex isir il-qrar u s-smigħ tal-quddies fl-iskejjel primarji u sekondarji?", "Hemm kappella f'kull skola?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Fl-iskejjel primarji hemm 30 minuta kuljum allokati għat-tagħlim tar-reliġjon, waqt li fl-iskejjel sekondarji hemm żewġ lezzjonijiet ta' 45 minuta kuljum.", "Il-ħatra ta' l-għalliema kif ukoll il-programmi ta' tagħlim tar-reliġjon nisrani fl-iskejjel huma approvati mill-konferenza episkopali mmexxija mill- knisja.", "L-amministrazzjoni ta' l-iskejjel tagħmel l-arranġamenti meħtieġa mad- direttur spiritwali ta' l-iskejjel dwar il-ħteġijiet spiritwali għall- istudenti.", "L-iskejjel m'għandhomx kappella.", "QORTI TAL-FAMILJA", "20335.", "L-ONOR.", "FRANCO GALEA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk ġewx istallati closed circuit television cameras fil-bini okkupat mill-qorti tal-familja?", "ONOR.", "TONIO BORG: Iva, fil-bini okkupat mill-qorti tal-familja ġew istallati closed circuit television cameras.", "IMMIGRANTI IRREGOLARI", "20337.", "L-ONOR.", "JOSEPH ABELA staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid kemm nies hemm imħallsin mill-gvern fl-open centre ta' l-immigranti irregolari tal-Marsa?", "Kemm pulizija hemm?", "Kemm suldati hemm?", "Kemm nies pajżana hemm?", "Fil-każ ta' nies pajżana, x'inhu x-xogħol li qegħdin jagħmlu u kemm qegħdin jiġu jiswew lill-gvern?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Fl-open centre tal-Marsa, li jitmexxa minn NGO, il- gvern ma jipprovdix ħaddiema tiegħu ħlief għal servizz kontinwu ta' suldat provdut mill-forzi armati ta' Malta.", "KAWŻI TA' SEPARAZZJONI", "20344.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kawżi ta' separazzjoni hemm pendenti quddiem il-qorti?", "Kemm daħlu kawżi ġodda fl- ewwel sitt xhur ta' din is-sena?", "Kemm-il kawża ġiet irtirata fl-istess żmien u kemm ġew deċiżi?", "ONOR.", "TONIO BORG: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "BINI F'ĦAL QORMI", "20345.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għall- Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid jekk il-fond mibni ġdid fl-indirizz li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, għandux il- permessi meħtieġa peress li nbena fil-parti l-antika tal-lokal, ħareġ 'il barra mil-linja tal-bini l-antika u konsegwentement il-bankina ma setgħetx titkompla mal-bini ta' biswitu?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Il-post indikat huwa bil-permessi meħtieġa - PA 709/02 - u huwa mibni fuq il-linja kif indikata mill-uffiċjali tal-MEPA.", "KAWŻI TA' SEPARAZZJONI", "20346.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-kawżi ta' separazzjoni quddiem il-qorti humiex bejn koppji Maltin, koppji barranin jew bejn koppji mħalltin?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ma tinżammx statistika dwar in-nazzjonalita' tal- partijiet f'kawża ta' separazzjoni.", "EX-OFFICERS QUARTERS, ĦAL-LUQA", "20348.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid jekk ir-residenza li hemm fost l-erba' vilel fl-ex-officers quarters f'Ħal-Luqa, li dwarha hemm kawża, hijiex abitata?", "Jekk hemm xi inkwilini fiha, dawn qegħdin hemm bil- permess ta' l-awtorita' tad-djar?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: L-awtorita' tad-djar ma tat l-ebda kunsens jew permess lil xi ħadd biex jabita jew biex jieħu pussess tal-fond indikat mill-Onor.", "Interpellant.", "SKART", "20349.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid x'kienet l-ispiża maħruġa mill-gvern u/jew mill-enti kollha konċernati biex seta' jinġarr l-iskart lejn l- impjant ta' Sant'Antnin matul il-perijodu 2002-2005?", "Kemm kienet l-ispiża mill-istess gvern u/jew enti biex il-fdalijiet ta' l- istess skart jinġarru mill-impjant ta' Sant'Antnin lejn bnadi oħra tul l- istess perijodu?", "X'tip ta' skart inġarr lejn u mill-impjant ta' Sant'Antnin matul l-istess perijodu?", "X'kien il-volum ta' kull xorta ta' skart?", "L-iskart ta' Għawdex tul l-istess perijodu kien qed jinġarr lejn l-impjant ta' Sant'Antnin?", "X'kienet l-ispiża involuta, inkluż tar-rejects, mill- impjant lejn bnadi oħra?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "SERQ", "20350.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm każi ta' serq ġew irrapportati fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena, apparagun ma' l-istess perijodu tas-sena li għaddiet?", "ONOR.", "TONIO BORG: Matul l-ewwel sitt xhur ta' din is-sena, il-pulizija kellha 4,473 rapport ta' serq filwaqt li s-sena l-oħra matul l-istess żmien kien hemm 5,131.", "WSC CHIEF EXECUTIVE", "20351.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt taċ-chief executive il-ġdid tad-WSC?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Kopja tal-kuntratt qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "QABDIET TA' DROGA", "20352.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm droga nqabdet mill-pulizija bejn Jannar u Ġunju ta' din is-sena u ta' liema tip?", "Kemm persuni tressqu l-qorti b'konnessjoni mad-droga matul l-istess żmien, nisa u rġiel, Maltin u barranin?", "ONOR.", "TONIO BORG: Matul l-ewwel sitt xhur tas-sena, tressqu l-qorti 234 persuna fuq akkużi relatati mad-droga, 25 minnhom nisa u 16-il barrani.", "L-ammont ta' droga maqbud mill-pulizija matul l-istess perijodu hu kif ġej:", "|Cocaine |1kg 007.5grms| |Heroin |1kg | | |765.81grms | |Cannabis |44kg | |resin |334.88grms | |Cannabis |1kg 974.5grms| |grass | | |Ecstacy |5,469 tablets| |Valium |2 tablets | |DHC |68 tablets | |BZP |70.5 tablets |", "MANUTENZJONI TA' TOROQ", "20353.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Jista' il-Ministru jelenka liema toroq prinċipali se ssir manutenzjoni estensiva fuqhom jew se jinbew mill-ġdid sa l-aħħar tas-sena?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "DAWL U ILMA", "20367.", "L-ONOR.", "MICHAEL ASCIAK staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jikkonsidra li patrijiet li joqogħdu f'kunvent ma jħallsux id-dawl u l-ilma b'rati kummerċjali iżda b'rati domestiċi, bħalma jagħmlu qassisin djoċesani?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "IMMIGRANTI IRREGOLARI", "20368.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm immigranti irregolari hemm fi closed centres amministrati mill-pulizija?", "ONOR.", "TONIO BORG: Fil-preżent hemm 183 immigrant irregolari akkomodati fi closed centres amministrati mill-pulizija.", "SELF-EMPLOYED OVER-61", "20370.", "L-ONOR.", "MICHAEL ASCIAK staqsa lill-Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid jekk bniedem self-employed li għandu permess ta'", "ħanut, jispiċċax mix-xogħol meta jagħlaq il-61 sena?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Persuna self-employed tista' tibqa' taħdem anke wara li tagħlaq il-61 sena, sakemm tibqa' konformi ma' l-obbligi tagħha fil- kontribuzzjoni tas-sigurta' soċjali u tinforma lid-dipartiment tas-sigurta' soċjali dwar dan.", "ARLOĠĠ TA' L-ISLA", "20371.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: B'riferenza għat-tweġibiet ta' mistoqsijiet parlamentari 18315, 19826 u 19952, peress li apparentement l-arloġġ ta' l-Isla jaqa' taħt il- kontroll tal-management tat-tarzna, jistgħu jittieħdu l-passi meħtieġa minn min hu responsabbli biex issir it-tiswija u l-konservazzjoni ta' dan l- arloġġ?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: L-Onor.", "Interpellant hu mitlub jagħmel il- mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "SELF-EMPLOYED", "20372.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid għal liema programmi ta' l-Unjoni Ewropea attendew is-self-employed?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "LIGHT HEATING OIL", "20373.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' il-Ministru jgħid jekk hux isiru investigazzjonijiet", "dwar użu abbużiv tal-light heating oil?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: M'hemm xejn x'inżid mar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 20159.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB", "ATTIVITA' FIL-BUSKETT", "W274.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid hux isiru attivitajiet ta' kant fil-miftuħ fil-Buskett, peress li dan qed jiġi rreklamat kull ftit jiem?", "Kemm saru minn dawn il-kunċerti f'din il- lokalita'?", "Jikkonferma li kellha ssir attivita' tal-massa fil-Buskett mill- gay community ta' Malta?", "Jikkonferma li se jsir jew sar party f'Popeye Village fil-Mellieħa?", "Jikkonferma li kull sena ssir attivita' tal-massa nhar l-Imnarja fil-Buskett?", "ONOR.", "TONIO BORG: Il-pulizija ma kellha l-ebda talba għal xi party ġewwa l- Buskett u lanqas m'hemm xi talba simili mill-organizzazzjoni msemmija mill- Onor. Interpellant.", "Matul din is-sena, il-pulizija kellha żewġ talbiet sabiex isir party f'Popeye Village.", "Il-permessi għal dawn il-parties li diġa' saru, inħarġu skond il-liġi.", "Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija, naħseb li kull Malti jaf bil-festi tradizzjonali li jsiru ġewwa l-Buskett fl-Imnarja.", "TIGNE' CLOCK TOWER BLOCK", "W275.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid jekk id-dawl li hemm fuq barra ġo Tigne' clock tower block, hux se jitħallas mill-gvern jew mir- residenti?", "Il-ħsarat li hemm f'dawn ir-residenzi se jiġu rranġati mill- gvern jew mill-MIDI?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Ninsab informata li għad trid tittieħed deċiżjoni dwar il-ħlas tad-dawl li hemm fuq barra l-block li qed jirriferi għalih l- Onor. Interpellant.", "Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija, ninsab informata li l-MIDI qablu li jsewwu xi ħsarat żgħar li kien hemm fir-residenzi indikati.", "Fil-fatt dawn ix-xogħlijiet jinsabu fi stat avanzat.", "TIGNE' CLOCK TOWER BLOCK", "W276.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid għaliex ir-residenti ta' Tigne' clock tower block ma jistgħux jużaw il-lift li hemm fl-istess block?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Il-lift tal-block li qed issir riferenza għalih ma jistax jintuża għax ħadd mir-residenti ma jrid jieħu r-responsabbilta' tiegħu u tat-telephone li hemm istallat fih.", "TIGNE CLOCK TOWER BLOCK", "W277.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid għaliex ir-residenti ta' Tigne' clock tower block ingħataw parking space ta' karozza waħda meta fil- kuntratt kellhom imniżżel li jista' ikollhom sa tnejn?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Mill-iskrittura privata li l-inkwilini tal-block indikat iffirmaw flimkien mad-dipartiment ta' l-artijiet u l-awtorita' tad- djar, jirriżulta li fil-fatt l-inkwilini kellhom jiġu allokati garage space wieħed fl-ispazju komuni.", "TIGNE' CLOCK TOWER BLOCK", "W278.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid għaliex is-social housing għadu ma bagħatx għar-rappreżentanti tar-residenti ta' Tigne' clock tower block maħtura mid-dipartiment fil-15 ta' Mejju, 2006?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Il-laqgħa li qed jirriferi għaliha l-Onor.", "Interpellant mistennija ssir fil-futur qarib.", "GĦAJNUNA LIS-SAJJIEDA", "W279.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid jekk sajjieda full-time jingħatawx għajnuna mill-gvern kemm-il darba l-qoxra tagħhom jiġrilha ħsara bil- maltemp?", "Kemm flus ingħataw f'dawn l-aħħar għaxar snin?", "Jista' jgħid jħaliex sid il-lanċa MFA 1101 għadu ma ngħata xejn, issa li għaddew sentejn minn meta għerqet?", "X'inhi r-raġuni li din il-persuna baqgħet ma ngħatatx appuntament?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Ninforma l-Onor.", "Interpellant li ma teżisti l-ebda skema fissa li għandha tingħata għajnuna mill-gvern għall-ħsara li tkun saret bil-maltemp.", "Normalment meta jkun hemm ħsara kkawżata mill-maltemp isiru applikazzjonijiet ad hoc u jekk jiġu milqugħa jista' isir ħlas ex gratia.", "In fatti fis-settur tas-sajd ma sar l-ebda pagament f'dan ir- rigward fl-aħħar għaxar snin.", "Sid il-lanca MFA 1101 kellu kuntratt ta' għajnuna ta' Lm20,000 taħt il-pre- accession aid programme, li minnhom ingħata Lm5,000 mal-kuntratt.", "Ma sarux ħlasijiet aktar għaliex meta ġab il-bastiment MFA 1101, ma kienx laħaq irreġistrah mat-taqsima tas-sajd u ma' l-awtorità marittima qabel ma għereq.", "Sid din il-lanċa għamel talba għal pagament ieħor taħt din l-iskema biex ikun jista' jagħmel depożitu fuq bastiment ieħor biex jirrimpjazza dak li kien għeriqlu, liema talba qed tiġi kkonsidrata."]} {"filename": "20070508_522d_par.doc", "date": "2007-05-08", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Uffiċjali u Rivedut) L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 522 It-Tlieta, 8 ta' Mejju, 2007 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 522", "It-Tlieta, 8 ta' Mejju, 2007", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.02 p.m.", "Talba", "Seduta Nru. 522", "It-Tlieta, 8 ta' Mejju, 2007", "WERREJ", "MINUTI 50", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 50", "TQEGĦID TA' KARTI 57", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-FOSTER CARE (It-Tieni Qari)", "FOSTER CARE BILL (Second Reading) 58", "AĠĠORNAMENT 74", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 79", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 521 li saret fis-7 ta' Mejju, 2007 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "MIITI - IMPJEGATI", "22292.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Chris Agius) staqsa lill- Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-ministeru, dipartimenti u enti oħra fid-dekasteru tiegħu matul is-sena 2005-2006?", "F'liema grad hu kull impjegat ġdid?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni): Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.", "MCST - NATIONAL RESEARCH AND INNOVATION PROGRAMME", "24024.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joe Mizzi) staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Liema huma d-ditti jew koordinaturi li applikaw u ġew magħżula għal national research and innovation programme ta' l-2006, amministrat mill-MCST, il-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija f'Bighi?", "X'kienu l-kriterji wżati biex issir l-għażla u min kien fuq il- bord ta' l-għażla?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (Segretarju Parlamentari) (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Il-proċess ta' evalwazzjoni ta' l-applikazzjonijiet għall-fondi taħt il-programm tar-riċerka u innovazzjoni huwa proċess maqsum f'żewġ stadji.", "L-ewwel stadju, li jikkonsisti f'shortlisting, ġie konkluż u lista ta' l-applikanti kif ukoll ir-riżultat tax-shortlisting ġew ippubblikati fuq is-sit elettroniku tal-Kunsill Malti għax-Xjenza u Teknoloġija f'Ottubru tas-sena 2006.", "Ir-rapport tat-tieni stadju ta' evalwazzjoni - infakkar li l-istadju finali għadu m'huwiex konkluż - huwa lest u ntbagħat lill-bord tal-MCST għall-approvazzjoni tiegħu.", "Il-lista finali tiġi ppubblikata wara li tingħata din l-approvazzjoni mill-bord.", "Huwa previst li l-MCST jippubblika r-riżultat f'Marzu ta' din is-sena.", "Il-kriterji li ntużaw fl-evalwazzjoni tal-proġetti huma dawk li ġew elenkati fid-dokument \"Research and Innovation Programme 2006 – Rules of Participation\" li ġie ppubblikat fil-25 t'Awissu, 2006 meta tħabbar il- programm.", "Dawn huma:", "Livell ta' konformità ma' l-erba' setturi ta' prijorità li ġew identifikati fil-pjan strateġiku nazzjonali għar-riċerka u innovazzjoni 2006 (National Strategic Plan for Research and Innovation) 2007-2010, (Environment and Energy Resources; ICT; Value-added Manufacturing u Health and Biotechnology).", "L-applikazzjoni ta' riċerka għall-iżvilupp ta' prodotti jew servizzi li jistgħu jiġu kkummerċjalizzati.", "Kollaborazzjoni bejn kategoriji diversi ta' stakeholders bħalma huma l- akkademja, l-industrija, entitajiet pubbliċi u għaqdiet non governattivi.", "Kontribuzzjoni għall-iżvilupp ta' kapaċità fix-xjenza u t-teknoloġija f'Malta.", "Valur għal flus investiti.", "MCST – AQUA BIOTECH INNOVA", "24025.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joe Mizzi) staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jikkonferma illi Aqua Biotech Innova, rappreżentanta fuq l-advisory board ta' l-istess Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija, mill-persuna li isimha qed jintbagħat separatament, u Sustech Consulting rappreżentata fuq l-advisory board minn inġinier li ismu qed jintbagħat separatament, kellhom il- proġetti tagħhom magħżula?", "Jista' jinvestiga l-konflitt ta' interess ta' dawn l-applikanti għall-fondi, meta dawn huma wkoll fuq l-advisory board tal-kunsill u jinvestiga għalfejn iċ-chief executive officer tal-kunsill ippermetta dan il-konflitt ta' interess meta dan kien jaf bih?", "Għalfejn f'laqgħa ta' informazzjoni lill-applikanti ċ-chief executive officer ma kienx jaf jirrispondi għal mistoqsijiet bażiċi dwar kif għandha timtela l- applikazzjoni, u b'hekk ħalla dubju li seta' fixkel is-suċċess ta' xi wħud mill-applikazzjonijiet?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Il- proċess ta' evalwazzjoni ta' l-applikazzjonijiet għall-fondi taħt il- programm tar-riċerka u innovazzjoni għadu mhux komplet.", "L-advisory board tal-kunsill jikkonsisti f'aktar minn 40 rappreżentant mill-akkademja, mill- industrija u mis-settur pubbliku.", "Diversi minn dawn il-membri ta' l- advisory board issottomettew applikazzjoni għal fondi taħt il-programm ta' riċerka u innovazzjoni.", "Dawn ma kellhom ebda konflitt ta' interess għax l- advisory board huwa board konsultattiv fuq materja ta' strateġija nazzjonali fuq ir-riċerka u l-innovazzjoni.", "Għaldaqstant il-bord m'għandu l-ebda poteri eżekuttivi, bl-ebda parteċipazzjoni la fit-tfassil tiegħu u wisq anqas fl-evalwazzjoni ta' l-applikazzjonijiet.", "KIRI TA' VANNIJIET U TRAKKIJIET", "24405.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Chris Agius) staqsa lill- Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Kemm inkrew vannijiet u trakkijiet bid-driver u mingħajr, mill-ministeru u enti oħra li jaqgħu taħtu matul is-sena 2006 sal-lum, xahar b'xahar?", "X'kienet l-ispiża f'kull każ u mingħand min saret il-kirja?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.", "MIITI - MOBILE PHONES", "24572.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Kemm hemm mobile phones fid-dekasteru u dipartimenti oħra li jaqgħu taħtu?", "Kemm minn dawn intilfu jew insterqu f'dawn l-aħħar ħames snin u minn liema dipartiment jew ente?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.", "ENEMALTA - CHIEF SECURITY OFFICER", "24659.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Marie Louise Coleiro Preca) staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l- Informazzjoni: Il-fatt li qed jingħad li l-persuni li japplikaw biex jimlew il-vakanza ta' chief security officer ma' l-Enemalta jrid ikollhom esperjenza jew kors fil-management, dan ifisser li qed jiġu esklużi b'mod awtomatiku dawk il-persuni li filwaqt li m'għandhomx esperjenza fil- management, għandhom esperjenza twila fil-qasam tas-sigurta`?", "Jekk iva, ma jidhirlux li l-mod kif ħarġet it-talba għall-applikazzjoni se toħloq diskriminazzjoni ċara bejn dawk li jistgħu jkunu eliġibbli għal din il- kariga?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Fiċ-ċirkulari ċitata mill-Onor.", "Coleiro Preca, imkien m'hemm indikat li min m'għandux esperjenza fil-management jew kors fil- management se jiġi skwalifikat, wisq iżjed b'mod awtomatiku.", "BILJETTI TA' L-AJRU GĦALL-DELEGAZZJONIJIET MINISTERJALI -", "24828.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Leo Brincat) staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Minn fejn inqatgħu l-biljetti ta' l-ajru meta l-Prim Ministru mexxa delegazzjonijiet ministerjali barra l-pajjiż f'postijiet fejn ma ttirx dirett l-Air Malta mill-bidu ta' l-2006 sal-lum?", "Kif intgħażlet l-aġenzija ta' l-ivjaġġar konċernata u x'kien il-prezz tal- biljett ta' kull vjaġġ speċifiku?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 24828, mill-bidu tas-sena 2006 sal-lum il-Prim Ministru mexxa delegazzjonijiet ministerjali f'pajjiżi oħra fejn ma ttirx dirett l-Air Malta kif elenkat hawn taħt:", "|Pajjiżi |Prezz |Aġenziji | |fejn ma |tal-Bil| | |ttirx |jett | | |dirett | | | |l-Air | | | |Malta | | | |Finlandja |Lm4,544|Air Malta. | | |.32 |L-ispejjeż | | | |jinkludu | | | |wkoll dawk | | | |tar-Renju | | | |Unit u | | | |l-Awstrija | | | |fejn il-Prim| | | |Ministru | | | |wkoll | | | |attenda | | | |għal-laqgħat| | | |. | |Lussemburg|Lm863.2|Air Malta | |u |2 | | |Kroazja |Lm1,314|Air Malta | | |.65 | | |Finlandja |Lm8,399|Air Malta u | | |.78 |Bianchi | | | |Travel |", "RABAT - SERVIZZ TA' L-ILMA", "24915.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Anġlu Farrugia) staqsa lill- Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'inhu jżomm milli jingħata s-servizz ta' l-ilma li hu sospiż lil persuna mir-Rabat, li isimha qed jintbagħat separatament?", "Ma jaħsibx li umanament huwa inġust li din il-familja ilha mingħajr dan is- servizz għal ħames snin?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ma jirriżultax li kien hemm xi deċiżjoni min-naħa tal- Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma biex ikun sospiż is-servizz ta' l- ilma fl-indirizz imsemmi.", "Lanqas m'hemm records li juru li l-ilma ġie sospiż jew li saru lmenti ta' nuqqas ta' servizz.", "Minn spezzjoni fuq il- post irriżulta li stopcock tas-servizz qabel il-meter kien f'pożizzjoni magħluqa.", "Dan issa nfetaħ.", "OPM – NEFQA FUQ SERVIZZ TA' MOBILE PHONES", "24936.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joe Debono Grech) staqsa lill- Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Kemm tħallsu flus f'kontijiet ta' mobile phones fil-ministeru, dekasteru u enti li jaqgħu taħt ir- responsabbilta` tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 separatament u xahar b'xahar?", "Kemm kienet in-nefqa fuq prepaid top-up mobile cards fil-ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 separatament xahar b'xahar?", "L-uffiċjali intitolati għal mobile phones fil-ministeru, dekasteru u enti tiegħu għandhom ceiling fuq mobile phone mħallas mill-gvern?", "F'każ li hemm, kemm hu separatament?", "Jista' jgħid jekk inqabiżx minn xi uffiċjal matul Jannar, Frar jew Marzu 2007?", "F'każ li fl-affermattiv, x'inhi r-raġuni li s-ceiling inqabeż?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra tabelli A u B għar-rigward ta' l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u l-Ministeru tal-Finanzi rispettivament u li jagħtu l- informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant.", "OPM – SERVIZZ TA' MOBILE PHONES", "24957.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joe Debono Grech) staqsa lill- Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: F'każ li xi uffiċjal mill-ministeru, dekasteru jew enti tiegħu qabeż is-ceiling allokat għall-mobile marbut mal- pożizzjoni tiegħu, ittieħdu passi fil-konfront ta' dawn l-uffiċjali matul Jannar, Frar jew Marzu 2007?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Bejn Jannar u Marzu 2007 uffiċjal wieħed mill-ministeru tal-finanzi qabeż ic- ceiling allokat.", "L-ammont maqbuż se jiġi rrifondut mill-istess uffiċjal.", "FGURA - SISTEMA TAD-DRENAĠĠ", "25009.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joseph Abela) staqsa lill- Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: X'inhi r-raġuni li għadhom ma sarux tiswijiet fis-sistema tad-drenaġġ tar- residenti li joqogħdu fi Triq Ċensu Busuttil, il-Fgura?", "Meta se jibda x- xogħol biex tissewwa l-ħsara peress li r-residenti li joqogħdu fi Triq ir- Riħan ilhom għal dawn l-aħħar tliet snin ibatu l-konsegwenzi ta' dawn il- ħsarat minħabba li d-drenaġġ qed ifur fil-bjar tad-djar tagħhom?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Bħalissa l-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma qed tagħmel investigazzjonijiet u xogħlijiet relatati fis-sistema tad-drenaġġ fi Triq Ċensu Busuttil, u Triq ir-Riħan, Fgura.", "Dawn jinkludu tindif tal- mains biex jitkompla is-CCTV survey, kxif ta' manholes li tgħattew bit- tarmak, kif ukoll investigazzjonijet min-naħa tas-sanita'.", "KONTIJIET TAL-VAT", "25070.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Kemm hu n-numru ta' persuni jew kumpanniji separatament li fil- preżent għandhom arranġament sabiex iħallsu l-arretrati tal-kontijiet tal- VAT?", "Jista' jipprovdi l-istess tagħrif għall-aħħar ħames snin, sena b'sena?", "Għal kemm snin imur lura l-aħħar pagament dovut?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li d-dipartiment tal-VAT m'għandu l-ebda arranġamenti sabiex jitħallsu l-arretrati tal-kontijiet tal-VAT.", "Dan peress li m'hemm l-ebda provvediment fl-Att tat-Taxxa fuq il-Valur Miżjud ta' l-1998 li jippermetti li dan iseħħ.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jista' wieħed jikkonsidra li 'l quddiem ikun hemm dan it-tip ta' provvediment biex ċerti pagamenti ma jaqgħux lura?", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Id-dipartiment tal-VAT għandu dritt jasal f'arranġamenti ma' individwi biex dawn iħallsu l-kontijiet pendenti fuq ċertu perijodu ta' żmien - dan il-ftehim aktar isir bil-fomm milli bil- miktub - pero` xorta waħda jibqa' l-fatt li dawn imbagħad ikunu jridu jħallsu l-imgħaxijiet fuq l-ammont ta' VAT dovut.", "M'hijiex il-prassi li d- dipartiment joqgħod jagħmel arranġamenti bil-miktub ma' kumpanniji biex dawn iħallsu l-arretrati.", "Ir-raġuni hi li l-VAT hija taxxa li bniedem jiġborha, suppost ipoġġiha f'kont separat u mbagħad iħallasha lid- dipartiment u mhux bħal meta bniedem ikollu ċertu dħul u wara li jikkalkula l-ispejjeż u l-profitti li jkun għamel, jiġi ntaxxat fuqu.", "Fil-każ tal-VAT tkun qisek il-messaġġier li ġġorr il-flus mingħand il-konsumatur għal għand id-dipartiment innifsu.", "Għaldaqstant ma naħsibx li dan jista' jitqies fl- istess kontest tal-ħlas tat-taxxa.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Saret evalwazzjoni dwar il-proċess li għandu jintuża biex il-flus dovuti jitħallsu aktar malajr?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Kull ċertu perijodu dawn il-persuni jirċievu kont tal- pendenzi li għandhom u safejn naf jien in-nies impjegati mad-dipartiment tal-VAT jaslu bil-kelma t-tajba magħhom biex il-flus dovuti jitħallsu mill- aktar fis, anke sabiex tiġi evitata l-multa.", "M'għandix quddiemi lista ta' nies li ttieħdu l-qorti jew ta' nies li lmentaw f'każijiet bħal dawn, pero` jekk l-Onor.", "Interpellant jaf b'xi każijiet speċifiċi, nitolbu jgħaddili d- dettalji tagħhom sabiex nikkuntattja lid-direttur tal-VAT department u naraw kif nistgħu naslu għal soluzzjoni, anke fuq bażi umanitarja.", "NSO - COMPUTERS BIL-ĦSARA", "25452.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Charles Mangion) staqsa lill- Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Jikkonferma l-Prim Ministru illi ċerti computers fl-uffiċċju ta' l-istatistika ilhom ix-xhur bil-ħsara?", "Kemm għamlet kollettivament overtime t-technical section ta' l-istatistika?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li t-tweġiba għall-ewwel parti tal- mistoqsija hija fin-negattiv.", "Rigward it-tieni parti, l-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jiċċara għal liema sezzjoni qed jirriferi peress li ma teżistix technical section fl-uffiċċju ta' l-istatistika.", "ĦAL FERĦ - IMPJEGATI", "25620.", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI (f'isem l-Onor.", "Franco Galea) staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l- Informazzjoni: Hemm ħaddiema impjegati fil-kumpless ta' Ħal Ferħ?", "Jekk iva, jista' jgħid kemm hu n-numru u x'tip ta' xogħol jagħmlu?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: M'hemm l-ebda ħaddiem jaħdem fil-kumpless ta' Ħal Ferħ.", "TA' QALI CRAFTS VILLAGE", "24784.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Chris Agius) staqsa lill- Ministru għall-Kompetittivita` u Komunikazzjoni: X'sar fuq il-proġett tal- crafts village f'Ta' Qali?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni): M'għandi xejn xi nżid mar-risposta mogħtija għall- mistoqsija parlamentari 21054.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jekk kemm-il darba jerġgħu ma jintlaħqux id-dati msemmija fir-risposta li rriferieni għaliha l-ministru rigward il-crafts village f'Ta' Qali, li kellu jkun lest sa l-1992, in-nies komċernati se jingħataw kumpens?", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Sur President, l-Onor.", "Intrpellant jiġi mill-istess inħawi li niġi minnhom jien u suppost li huwa konxju mid-diffikultajiet kbar li wieħed iltaqa' magħhom meta ġie biex iwettaq dan il-proġett.", "Forsi l-ikbar problema kienet illi n-nies konċernati offrew element ta' reżistenza minħabba l-fatt li jew ma kenux informati sew jew inkella ma ħadux l-inizjattiva li jiġu nformati sew dwar dak li kien qed jiġri.", "Il- persuni li rriferew ruħhom għandi sabiex infehemhom il-kuntratti u l- abbozzi li kien hemm, aċċettaw is-sitwazzjoni u fehmu d-diffikultajiet li hemm.", "Għaldaqstant nisperaw li eventwalment dan ix-xogħol jinbeda u li l- proġett tal-crafts village f'Ta' Qali jimmaterjalizza ruħu.", "WHITE ROCKS COMPLEX", "24785.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Chris Agius) staqsa lill- Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Meta waqaf l-użu tal-White Rocks?", "Fiex wasal dan il-proġett?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura): Nirriferi lill-Onor interpellant għat-tweġiba li tajt għal mistoqsija parlamentari 21056.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Peress li r-risposta għall-mistoqsija li rriferieni għaliha l-Ministru kienet tgħid li dalwaqt joħroġ il-brief fuq il-White Rocks Complex, għandi nifhem li dan il-brief għadu ma ħariġx?", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Nikkonferma li s'issa dan il-brief għadu ma ħariġx.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Is-Segretarju Parlamentari huwa f'pożizzjoni li jgħidli jekk hemmx xi target date għal meta huwa maħsub li jkun lest dan il- brief peress li kellu jkun lest kmieni din is-sena?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Huwa minnu li dan il-brief kellu joħroġ xhur ilu, pero` nqalgħu ċerti affarijiet li kellhom mhux biss jiġu akkomodati, imma wkoll eżaminati u wieħed qed jipprova jasal sabiex in vista ta' ċerti bżonnijiet li kien hemm, jagħmel studju aħjar ħalli jiġi assigurat li jekk isir dan il-proġett, ikun wieħed utli u jagħti l-iżjed riżultati tajbin għall-ekonomija tal-pajjiż.", "SMART CITY - INDUSTRIJA TAL-FILMS", "24786.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Chris Agius) staqsa lill- Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Fid-dawl ta' l-iżvilupp propost għal SmartCity fiz-zona industrijali ta' Ricasoli, x'konsiderazzjonijiet ħa l-gvern dwar l-effett li dan l-iżvilupp (speċjalment matul il-perijodu ta' kostruzzjoni) jista' jkollu fuq l- industrija tal-films, b'mod partikolari t-tankijiet li huma proprjeta' tal- MFS?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Kif forsi innota l-Onor.", "Interpellant il-proġett ta' SmartCity se jiffoka kemm fuq l-ICT, kif ukoll fuq il-media.", "Dan ta' l- aħħar għandu jħalli impatt pożittiv ħafna fuq l-operat tal-film studios, partikolarment jekk l-istess faċilitajiet ma' jitħallewx fit-telqa li jinsabu fihom bħalissa.", "SMART CITY - INDUSTRIJA TAL-FILMS", "24788.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Chris Agius) staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Fid-dawl ta' l-iżvilupp propost għal SmartCity fiz-zona industrijali ta' Ricasoli, x'konsiderazzjonijiet ħa l-gvern dwar l-effett li dan l-iżvilupp, speċjalment matul il-perijodu ta' kostruzzjoni, jista' jkollu fuq l- industrija tal-film,s b'mod partikolari t-tankijiet li huma proprjeta` tal- MFS?", "ONOR.", "TONIO BORG (Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern): L- Onor. Interpellant huwa mitlub jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Il-Viċi Prim Ministru huwa f'pożizzjoni li jgħid meta se tiġi finalizzata l-iskema taċ-ċnus għas-settur agrikolu u cioe` għal numru ta' produtturi ta' livestock?", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: L-informazzjoni li għandi - hawnhekk qed nitkellem mill- memorja u bl-ebda mod ma qed inwieġeb b'dan il-mod biex naħrab mid-domanda - hija li din l-iskema qiegħda tiġi mfassla mill-ministeru ta' l-affarijiet rurali.", "Naf li kienet għaddiet mozzjoni minn dan il-parlament biex ikunu jistgħu jsiru skemi bħal dawn - jiġifieri m'hemmx għalfejn nerġgħu niġu f'dan il-parlament biex issir l-iskema - pero` mbagħad il-management ta' l- iskema nnifisha, it-tfassil u l-kondizzjonijiet, kellhom ikunu responsabbilta` tal-ministeru ta' l-affarijiet rurali.", "Il-lands department jidħol biss biex finalment jagħmel il-kuntratt.", "Jiġifieri ma nafx f'liema stadju waslet din l-iskema, pero` nimmaġina li qed jaħdmu fuqha.", "Malli l- lands department jgħidilna x'inhuma l-kondizzjonijiet, aħna nagħmlu l- kuntratti pero` għal dak li għandu x'jaqsam l-ipproċessar ftehemna li dan għandu jsir mid-dipartiment ta' l-agrikoltura.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Sur President, għalkemm kien hemm ċerti derogi li jirrigwardaw investiment sostanzjali, partikolarment biex l-irziezet tal- livestock ikunu konformi ma' numru ta' direttivi, inkluż in-nitrates directive u commitment measures oħra fil-farmhouses, dawn id-direttivi rridu nkunu konformi magħhom sa l-2008.", "Jista' l-Viċi Prim Ministru jindaga fejn waslu l-applikazzjonijiet biex jekk hemm bżonn inħaffu l- proċess.", "Jista' jkun li ċerti applikazzjonijiet qegħdin quddiem il-MEPA u oħrajn jistgħu jkunu għand il-banek biex jingħataw ċerti loans.", "Huwa possibbli li janalizza sew il-proċess bil-għan li, jekk hemm bżonn, jirrimedja bi proċess iktar attiv f'dan ir-rigward?", "ONOR.", "TONIO BORG: Il-parliamentary policy li hemm mehmuża ma' l-att li jirregola t-trasferiment tal-proprjeta`, kellha l-intenzjoni li r-raħħala - għax għall-bdiewa diġa` teżisti skema - jkollhom il-possibbilta` li mingħajr ma tinħareġ tender, basta dak li jkun jipprova li huwa raħħal ġenwin u għandu l-permessi neċessarji, jingħataw proprjeta` b'kera jew b'ċens ħalli tkun tista' tintuża bħala collateral mal-banek.", "Din il-policy għalhekk ġiet emendata.", "Pero` nerġa' ngħid li d-dettalji ta' l-ipproċessar ta' l-iskema li tista' tiġi varata qiegħda f'idejn il-ministeru għall- affarijiet rurali.", "SMART CITY – INDUSTRIJA TAL-FILMS", "24790.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Chris Agius) staqsa lill- Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Minħabba li parti mill-iżvilupp ta' SmartCity jinkludi vilel li jmissu mal- konfini tas-sit tal-MFS, jista' l-Ministru jgħid x'konsultazzjonijiet għamel il-gvern biex jassigura li dawn il-vilel ma jkunux ta' dannu għall- attivita` ta' ġbid ta' films li jsir fl-MFS?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għall-abbozz ta' kuntratt approvat mill-parlament li jistipula bl-aktar mod ċar is- servitujiet li s-sit se jkun soġġett għalihom.", "SMART CITY – INDUSTRIJA TAL-FILMS", "24791.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Chris Agius) staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Minħabba li parti mill- iżvilupp ta' SmartCity jinkludi vilel li jmissu mal-konfini tas-sit tal- MFS, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'konsultazzjonijiet għamel il-gvern biex jassigura li dawn il-vilel ma jkunux ta' dannu għall-attivita` ta' ġbid ta' films li jsir fl-MFS?", "ONOR.", "TONIO BORG: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-ministeru konċernat.", "AWTORITA` TAD-DJAR - KUNTATTI MA' RESIDENTI MILL-BELT", "24892.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Stefan Buontempo) staqsa lill- Ministru għall-Familja u Solidarjeta` Soċjali: Tista' l-Ministru tgħid liema huma, anke b'mod kunfidenzjali, ir-residenti fil-Belt Valletta li qed jiġu kkuntattjati mill-Awtorita` tad-Djar, biex l-inkwilini ta' dawn il- postijiet jitilqu mill-fond tagħhom?", "X'inhu l-ħsieb għal dan il-kuntatt?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA (Ministru għall-Familja u Solidarjeta` Soċjali): Ninsab infurmata li r-residenti li rrifera għalihom l-Onor.", "Interpellant huma dawk ta' appartament numru 11/9, Triq Melita u ta' tliet appartamenti fi Blokk 3, Triq il-Karmelitani.", "Peress li dawn il-proprjetajiet għandhom difetti strutturali, l-awtorita` infurmat lir-residenti li kienet qed toffrilhom ifittxu post alternattiv u l-kera, sa massimu stabbilit, titħallas mill-awtorita` sakemm jingħataw residenza alternattiva mid- dipartiment ta' l-akkomodazzjoni soċjali.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Il-Ministru jirriżultalha li l-approvazzjoni ta' applikazzjonijiet għal sussidji fuq il-kera qed taqa' lura?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: S'issa l-proċedura biex applikazzjonijiet għal sussidji fuq il-kera jiġu approvati kienet tikkonsisti f'inspection fuq il- post li jidher fuq l-identity card.", "Ovvjament meta tiġi biex tagħmel l- inspections u tgħodd in-numru ta' dawn l-applikanti ma' dawk li l-awtorita` kellha għal shared ownership - li huma fi kwantita` kbira, tant ikun hemm li jista' jkun li waqgħu xi ftit lura.", "Fil-fatt waqt laqgħa li saret dan l- aħħar ħareġ is-suġġeriment illi meta ssir applikazzjoni għal sussidju fuq il-kera, sakemm ma jkunx hemm xi problemi soċjali partikolari, jew ikun post sub-standard, ma jkunx neċessarju li ssir spezzjoni u xogħol ieħor relatat.", "Ladarba tkun taf l-ammont ta' kera li qed titħallas u x'income għandha l-persuna li tkun qiegħda tapplika, m'huwiex neċessarju li wieħed joqgħod jidħol f'ħafna inspezzjonijiet li bla dubju ta' xejn trid ħafna riżorsi umani għalihom.", "BIRGU - STALLAZZJONI TA' LIFT", "24894.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Stefan Buontempo) staqsa lill- Ministru għall-Familja u Solidarjeta` Soċjali: X'inhi l-proċedura biex persuni anzjani mill-Birgu, li dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament, ikunu jistgħu jinstallaw lift fil-fond tagħhom?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: L-Awtorita` tad-Djar tikkonsidra applikazzjonijiet għal stallar ta' lift fi blokk mikri mill-gvern jekk fil- blokk ikun hemm tgħix persuna b'diżabilita` ta' mobilita`.", "Jekk fil- familja indikata mill-Onor.", "Interpellant hemm persuna li tissodisfa din il- kondizzjoni, għandha tagħmel applikazzjoni ma' l-awtorita` taħt l-iskema dwar stallazzjoni ta' lifts fi blokki jew entraturi residenzjali li huma proprjeta` tal-gvern.", "MR SPAEKER: L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Il-Ministru bdiet tikkonsidra li tagħmel rapporti dwar żvilupp sostenibbli meħtieġ fil-housing estates ta' l-Istat bil-għan li ċerti servizzi jkunu ta' kwalita` aħjar?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Qed nassumi illi l-mistoqsija ta' l-Onor.", "Interpellant hija xprunata minn ħafna xogħol li sar mid-dipartiment ta' bini u kostruzzjoni f'bosta housing estates li għandna madwar Malta u Għawdex.", "Kulħadd jaf li dan id-dipartiment qiegħed jilqa' ħafna proposti mingħand kunsilli lokali differenti u li dawn il-proposti m'humiex biss dwar xogħol ta' manutenzjoni imma anke ta' landscaping u xogħol ieħor.", "Il- verita' hi illi meta kunsill lokali javviċina lid-dipartiment bi proposta, id-dipartiment jara x'jista' jagħmel.", "Fil-fatt ħdimna tajjeb ħafna ma' bosta kunsilli lokali u m'għandix dubju li se nkomplu nagħmlu dan ix-xogħol fis-snin li ġejjin.", "Pero` ma nafx fhimtx sew il-mistoqsija ta' l-Onor.", "Interpellant.", "Qed jistaqsi jekk aħniex se naqbdu housing estate wieħed wieħed u naraw x'xogħol partikolari huwa meħtieġ li jsir fih?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jiena qiegħed nirriferi għal żvilupp sostenibbli fit- town plannings tagħna, li jista' jkun inkorporat bejn it-town planning ta' l-universita', bejn il-kunsilli, kif ukoll id-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministru.", "Nemmen li wieħed għandu jagħmel evalwazzjoni ta' ċerti żviluppi li ma jkunux jikkonsistu biss f'landscaping u f'manutenzjoni, imma anke fi żvilupp ieħor bħal, per eżempju, underground parking - biex titnaqqas ukoll il-pollution f'dawn iz-zoni - jew sistema ta' elettriku iktar sostenibbli.", "Kont qed nifhem li qed issir xi ħaġa f'dan ir-rigward.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Ħalli nagħmlu l-affarijiet ċari.", "Għal underground parking u energy saving measures li qed isemmi l-Onor.", "Interpellant ma nistax ngħid li wasalna, pero' qegħdin naħdmu kemm jista' jkun viċin il- kunsilli lokali li jafu l-bżonnijiet immedjati u anke mhux daqstant immedjati tal-housing estates.", "Meta jaslulna rapporti li hemm bżonn ta' aktar parking spaces f'housing estates, kif diġa` kellna, nipprovaw naraw x'nistgħu nagħmlu biex jinħolqu aktar parking spaces.", "Pero` rrid inkun onesta u ngħid li għadna ma wasalniex biex inħarsu lejn il-ħtieġa ta' underground parking.", "Naturalment qed ngħid hekk mhux għax m'hemmx din il- ħtieġa.", "Fil-fatt meta dan l-aħħar mort f'housing estate fir-Rabat, Għawdex, qaluli li hemm problema kbira biex wieħed isib jipparkja, anke fil-għaxija peress li hemm numru kbir ta' karozzi ta' residenti tal-housing estate, u dan minkejja l-fatt li hemm numru kbir ta' garaxxijiet fil-viċinanzi.", "Allura fix-xogħol li qed nagħmlu flimkien mal-kunsill lokali tar-Rabat, qed naraw li noħolqu aktar spazji għall-parking.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru Louis Galea.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjieg): Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru. 128 ta' l-2007 – Regolamenti ta' l-2007 dwar l- Aġenzija tal-Programmi ta' l-Unjoni Ewropea; u", "Tagħrif dwar infiq fuq telefonati minn linji fissi fil-Ministeru ta' l- Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjieg u fid-dekasteru li għalih hu responsabbli l-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjieg, fix- xhur bejn Jannar u Marzu 2007, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 24990.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar skemi ppubblikati taħt il-Business Promotion Act u taħt liġijiet oħra, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 25710.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Cristina.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' l-Avviżi Numri 68 u 69 maħruġa mill-Awtorita` tad-Djar: Regolamenti għall-bejgħ ta' appartamenti, maisonettes, djar u garaxxijiet (fejn applikabbli) f'diversi lokalitajiet f'Malta u Għawdex, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 24899.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Sur President, f'isem il-Ministru għal Għawdex inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar kumpanniji ta' konsulenza li għamel użu minnhon il- Ministeru għal Għawdex bejn l-2002 u l-2007, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 25706.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Agius.", "ONOR.", "FRANCIS AGIUS (Segretarju Parlamentari): Sur President, f'isem il- Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita` nqiegħed fuq il-mejda tal- Kamra:", "Avviż Legali Nru. 127 ta' l-2007 – Regolamenti ta' l-2007 li jemendaw it-Tielet Skeda li tinsab ma' l-Ordinanza dwar il-Professjoni Medika u l-Professjonijiet li għandhom x' jaqsmu magħha.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR", "IL-FOSTER CARE", "FOSTER CARE BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mis-7 ta' Mejju, 2007.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "MR SPEAKER: Rimarki?", "L-Onor.", "Frederick Azzopardi.", "ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI: Sur President, għal darb'oħra l-ministeru għall- politika soċjali qed jipproponi abbozz ta' liġi li huwa marbut mal-qasam tal-politika soċjali u maċ-ċentru ta' l-attivita` politika kollha kemm hi.", "Dan l-abbozz ta' liġi jittratta partikolarment il-familja u dak kollu li huwa marbut magħha, l-aktar it-tfal.", "Huwa pass pożittiv u għaqli li l- parlament jiddibatti liġi li għandha x'taqsam ma' sezzjoni mit-tfal tagħna li huma l-ġenerazzjoni futura ta' pajjiżna.", "Dan l-abbozz ta' liġi qed jagħti drittijiet lit-tfal li jkunu ġejjin minn familji li jkollhom xi problemi u fl-istess ħin jissalvagwarda lil dawk il-familji li joffru l- għajnuna tagħhom biex jagħtu wens, imħabba u sigurta` lil dawk it-tfal fi żmenijiet diffiċli.", "Naħseb li jkun tajjeb li fl-introduzzjoni tiegħi nibda billi nagħmel riferenza għall-inizjattivi u ċirkostanzi oħrajn li wassluna għal dan l- abbozz ta' liġi li għandu l-iskop li jagħmel provvedimenti speċjali dwar il- foster care.", "L-ewwel raġuni u l-aktar raġuni importanti għalfejn wasalna biex nipproponu dan l-abbozz ta' liġi hija li jidhrilna li bħala gvern għandna nirrikonoxxu – dwar dan m'hemm l-ebda kontroversja – l-għożża qawwija li minn dejjem kellha s-soċjeta` Maltija għall-familja.", "Dan ifisser li għandna strutturi familjari li baqgħu b'saħħithom tul is-snin, pero` dawn iridu jibqgħu jirrispondu għar-realtajiet soċjali li pajjiżna qed jgħaddi minnhom b'mod inevitabbli bħalma jgħaddu l-pajjiżi l-oħrajn kollha.", "Sur President, bħala politiċi għandna d-dmir li dan il-valur inkomplu nwettquh imma għandna d-dmir ukoll li fl-istess ħin inżommu għajnejna miftuħin għar-realtajiet li qed iseħħu u li jitolbu tip ta' soluzzjonijiet partikolari, realtajiet li faċli tgħid li taqbel magħhom imma mbagħad irridu nsarrfuhom f'azzjonijiet konkreti.", "Faċli ngħidu li l-familja hija l- aktar ħaġa importanti, imma hemm bżonn li nkomplu nsaħħuha biex ikollna soċjeta` b'saħħitha.", "Dan huwa kliem sabiħ imma bħal kollox wieħed irid isarrfu f'affarijiet konkreti.", "Pass bħal dan li qed nagħmlu b'dan l-abbozz ta' liġi jgħin verament biex insaħħu l-familji tagħna u biex nindirizzaw il- problemi li jkunu għaddejjin minnhom ċerti familji.", "Naturalment dan kollu jgawdi importanza kbira meta nħarsu lejn il-familja u nirrealizzaw li din hija magħmula wkoll mit-tfal.", "Irridu nirrikonoxxu li t-tfal ma jafux jitkellmu għalihom infushom u ħafna drabi l-ambjent familjari u s-soċjeta` jifformawlhom il-personalita` u l-karattru tagħhom.", "Sur President, irridu nifhmu li waqt li ngħidu li rridu nsaħħu l-familja tagħna rridu nagħmlu l-affarijiet b'mod li nsaħħu l-potenzjal kollu li t- tfal tal-lum għandu jkollhom biex jiżviluppaw lilhom infusuhom.", "B'dan il- mod inkunu qed ninvestu fil-ġejjieni ta' pajjiżna.", "Irridu nżommu quddiem għajnejna, u magħna s-soċjeta` ċivili kollha, li quddiem il-bidliet soċjali li qed iseħħu, ma jistax ikun li ngħaddsu rasna fir-ramel u nippretendu li kollox għadu kif kien żmien ilu.", "Illum dawn il-bidliet soċjali qed iseħħu b'ritmu iżjed mgħaġġel milli kien iseħħ fl-antik.", "Il-bidliet soċjali dejjem seħħew tul l-eżistenza tal-bniedem fuq wiċċ id-dinja għax dawn huma frott l-iżvilupp u l-kapaċita` tal-bniedem li jadatta ruħu għaċ-ċirkostanzi u li jaħtaf l-opportunitajiet li jkun għaddej minnhom.", "Pero` li huwa partikolari u speċjali fiż-żmenijiet li qegħdin ngħixu fihom huwa li l- bidliet qed iseħħu b'mod mgħaġġel u kultant lanqas inlaħħqu magħhom.", "Dawn huma bidliet li wħud minnhom ġejjin b'riżultat ta' stil ta' ħajja differenti u kumditajiet differenti.", "Imma barra minn hekk, ġejjin ukoll mit-teknoloġija li llum qed tiftaħ orizzonti ġodda għan-nies.", "Proprju għax qegħdin iseħħu dawn il-bidliet b'ritmu mgħaġġel ħafna għandna d-dmir li nirrispondu għalihom.", "Jien naħseb li jkun żball jekk din il-liġi naqilgħuha mill-kontest ta' sensiela ta' inizjattivi għax inkella ma nifhmux il-ħsieb li hemm warajha.", "Din il-liġi waħedha għandha valur, pero` l-valur tagħha jitnaqqas ħafna jekk ma npoġġuhiex fil-kontest ta' stampa aktar wiesgħa.", "Għal dan il-għan se nagħti lista ta' inizjattivi li ttieħdu b'mod partikolari fl-aħħar snin.", "Se nsemmi l-inizjattivi pożittivi li li wassluna għall-abbozz ta' liġi dwar il-foster care, pero` b'daqshekk ma se nnaqqas xejn minn dak kollu li sar fis-snin l-imgħoddija.", "Matul l-aħħar snin il-ministeru tal-politika soċjali ħadem fuq soluzzjonijiet konkreti u komprensivi biex it-tessut soċjali ta' pajjiżna jkompli jitjieb.", "Dan sar permezz ta' strateġija maħsuba u ppjanata li ffokat kemm fuq introduzzjoni ta' liġijiet ġodda f'diversi setturi kif ukoll fuq il-ħolqien ta' programmi u skemi.", "B'dan il-mod il-gvern qed jersaq aktar viċin il-bżonnijiet reali tan-nies.", "Dan kollu seta' jsir għax il-ministeru għażel li jisma' u jagħti kas il-bżonnijiet taċ-ċittadini filwaqt li jħejji studji xjentifiċi biex jiggwidawh fit-tfassil tal- politika u t-teħid tad-deċiżjonijiet li jkun hemm bżonn.", "Biex il-gvern seta' jtejjeb it-tessut soċjali f'pajjiżna kien hemm bżonn li jirriforma mill-qiegħ nett il-qafas leġislattiv.", "Kien għalhekk li seħħet ir- riforma amministrattiva fil-qasam tas-servizzi ta' l-appoġġ soċjali u għalhekk ukoll twaqqaf id-dipartiment tal-ħarsien tal-familja li qed jassumi r-rwol ta' regolatur, filwaqt li l-aġenzija Appoġġ ħadet fuqha r- responsabbilta` għall-ħolqien u l-għoti ta' servizzi ta' appoġġ.", "Dan minbarra servizzi u faċilitajiet diġa` eżistenti li qed jiġu kontinwament konsolidati u raffinati.", "Per eżempju, hawnhekk nixtieq insemmi l- pensjonijiet u s-servizz fil-qasam tad-droga u l-alkoħol.", "Dan kollu huwa frott ta' snin ta' ħidma fil-ministeru għall-politika soċjali, snin karatterizzati minn politika li tħares 'il quddiem u qatt ma tħares lura, politika mifruxa fuq id-dekasteri kollha tal-gvern bil-għan li toħloq patt soċjali ġdid għas-soċjeta` Maltija mibni fuq il-valur tad-dinjita` ta' kull persuna b'emfasi speċjali fuq dawk li l-aktar li huma batuti.", "L-għan ta' din il-politika huwa t-tisħiħ tas-soċjeta` għal kulħadd.", "Ħarsitna dejjem kienet fuq dawk li minħabba mard, diżabilita` u problemi soċjali oħrajn ikunu f'riskju li jaqgħu lura u għalhekk jistgħu jiġu esklużi milli jipparteċipaw b'mod sħiħ fil-ħajja soċjali ta' pajjiżna bħala membri sħaħ tal-komunita` taħgna.", "Dan ridna nagħmluh fil-kontest tas- sħubija tagħna fl-Unjoni Ewropea.", "Fil-fatt pajjiżna, bħall-bqija tal- pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea, ħejja pjan nazzjonali għall-inklużjoni soċjali.", "Dan il-pjan qed jiggwidana biex nilħqu l-miri ta' din l-unjoni li jirrigwardaw l-inklużjoni soċjali għal pajjiżna, miri li jridu jwassluna għal prevenzjoni mir-riskji ta' esklużjoni soċjali, titjib fl-aċċess għax- xogħol u għad-drittijiet u s-servizzi kollha bħal, per eżempju, saħħa, edukazzjoni, ħarsien soċjali u housing u finalment għall-assistenza lil dawk li huma l-aktar vulnerabbli.", "Sur President, illum qegħdin nassistu għal żvilupp importanti ieħor fl- impenn tagħna li ħadd f'pajjiżna ma jibqa' lura.", "Wasalna hawnhekk mhux b'kumbinazzjoni imma għax ħdimna għal din is-sitwazzjoni.", "Sa mill-bidu tas- snin disgħin il-gvern immexxi mill-partit Nazzjonalista introduċa l-ħsieb li jittrasforma dak li nafuh bħala welfare state f'konċett ġdid imsejjaħ welfare society.", "Dan kien konċett li introduċa l-Ministru Louis Galea bil- ħsieb li ssir qabża ta' kwalita` kbira, konċett li baqa' jiġi msaħħaħ mill- Onor. Lawrence Gonzi meta kien ministru tal-politika soċjali u anke issa mill-Ministru Dolores Cristina.", "Il-gvern jemmen li l-faqar ma tindirizzahx biss bil-benefiċċji finanzjarji, iżda b'politika għaqlija u b'servizzi oħrajn ta' appoġġ soċjali.", "Ta' min isemmi li dan l-iżvilupp kien immarkat bi tliet bidliet fundamentali, l-ewwelnett b'politika soċjali bbażata fuq id-drittijiet tal- persuna.", "Dan ifisser li l-politika soċjali ma tibqax biss politika bbażata fuq iċ-cheque tar-relief iżda b'mod konxju tappoġġa u ssostni kull sforz biex id-drittijiet tal-persuna jissaħħu u tisseddaq id-dinjita` tagħha.", "Bħala eżempju nista' nsemmi l-politika dwar l-anzjani, dik dwar il-persuni b'diżabilita`, l-ugwaljanza bjen l-irġiel u n-nisa u l-politika dwar it- tfal.", "It-tieni bidla kienet billi l-politika soċjali tpoġġiet fiċ-ċentru tal-ħidma tal-gvern.", "Għarafna li fil-politika soċjali qegħdin nitkellmu dwar il-qalba ta' dak li jagħmel il-bniedem.", "Barra minn hekk urejna li l- iżvilupp ekonomiku u l-iżvilupp soċjali m'humiex kontra xulxin, anzi jikkumplimentaw lil xulxin.", "Għalhekk żgurajna li l-politika soċjali tkun integrata fil-politika kollha tal-gvern.", "It-tielet bidla kienet billi saħħaħna r-rwol tas-soċjeta` ċivili.", "Fhimna li l-gvern ma jistax jagħmel kollox hu u lanqas m'hu għaqli li jagħmel kollox hu u allura ssieħbu miegħu s-soċjeta` ċivili u l-għaqdiet volontarji.", "B'hekk il-gvern beda jidħol fi sħubija ma' numru ta' għaqdiet biex jingħataw numru ta' servizzi.", "Eżempju ta' dan huma Dar il-Kaptan, il-Fondazzjoni Arka, Dar Qalb ta' Ġesu`, Dar Merħba Bik, il-Caritas, il-Fondazzjoni Richmond, l-OASI Foundation u numru kbir ta' għaqdiet volontarji oħrajn.", "Inizjattiva oħra tal-gvern kienet li fl-1999 il-ministru tal-ġustizzja u intern għadda liġi li ġabet lil pajjiżna in line ma' obbligazzjonijiet internazzjonali f'dak li għandu x'jaqsam ma' abduction, każijiet fejn it- tfal jittieħdu mingħand l-omm jew mingħand il-missier mingħajr il-kunsens ta' wieħed jew l-oħra.", "Kellna wkoll l-inizjattiva li saret fis-sena 2001 meta twaqqfet il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Familja.", "F'dawn l- inizjattivi ġew diskussi kif il-familja tista' tissaħħaħ.", "Daħal ħafna l- element tat-tfal u l-importanza li f'pajjiżna jkollna sistema li tgħin lit- tfal u lill-familja tiżviluppa fil-kontest ta' familja b'saħħitha.", "Din il- kummissjoni ħeġġet lill-gvern biex jieħu inizjattivi fil-qasam kollu tal- familja, imma fuq kollox iffokat ħafna fuq il-qasam tat-tfal.", "Kien dan li wassal biex f'pajjiżna nimmodernizzaw il-liġi.", "Fil-fatt din hija l-ewwel liġi ta' dan it-tip.", "Minkejja li daħħalna l- fostering għaxar snin ilu, għad m'għandniex liġi li tirregola dan is- servizz u li tkompli tmexxina fid-direzzjoni li ntejbu l-affarijiet li għandna.", "Pero` issa wasalna fi stadju fejn se jkollna liġi li l-għanijiet tagħha huma li jkun hemm provvediment speċjali dwar il-foster care u sabiex jitwaqqfu l-bord għall-fostering u awtorita` ċentrali.", "Dan qed isir sabiex ikun hemm provvedimenti dwar id-drittijiet u r-responsabbiltajiet tal- foster carers u sabiex jiġu protetti l-aħjar interessi tat-tfal taħt il- foster care.", "Sur President, issa se niġi għas-sehem kbir li l-aġenzija Appoġġ kellha f'dan il-qasam.", "L-aġenzija Appoġġ hija waħda mill-iżviluppi kbar li għenu biex wasalna fejn wasalna llum.", "Kieku wieħed kellu jħares lejn l-istorja ta' l-Appoġġ, li qabel kienet magħrufa bħala s-social welfare development programme, wieħed isib ħafna xi jgħid minkejja li din l-istorja lanqas għandha 13-il sena.", "Fil-fatt nista' ngħid li l-progress f'termini ta' investiment, f'firxa ta' servizzi u l-livell professjonali tal-ħaddiema fis- settur huma impressjonanti.", "Permezz ta' l-aġenzija Appoġġ, pajjiżna riesaq biex ikollna servizzi ta' appoġġ soċjali li jitqabblu tajjeb ħafna ma' dawk f'pajjiżi avvanzati.", "Din l-aġenzija qed tkun strumentali biex nagħrfu realtajiet li jkunu magħna mingħajr ma nindunaw.", "Skond studju li sar, l-istatistika turi li 20.6% tat-tfal Maltin huma f'riskju ta' faqar.", "Wieħed irid iqis ukoll li 55% tas-single parents, speċjalment dawk li għandhom tfal dipendenti fuqhom, qegħdin ukoll f'riskju ta' faqar.", "Allura wieħed mill-ewwel jinduna liema huma l-gruppi ta' prijorita`.", "La qed nitkellem fuq prijoritajiet, se nsemmi x'inhuma l- prijoritajiet tal-gvern għall-aġenzija Appoġġ, li huma primarjament tlieta.", "L-ewwel prijorita` hija li jkollna sistema li tassigura li t-tfal li qegħdin f'riskju minħabba problemi soċjali jew mediċi jkollhom il-ħarsien kollu meħtieġ u jingħataw opportunitajiet daqs tfal oħrajn f'pajjiżna.", "It- tieni prijorita` hija li l-appoġġ soċjali jħaffef il-mixja lejn il- komunita` fejn jingħata aktar appoġġ ġeneriku u preventiv.", "Hawnhekk ix- xogħol irid jinħadem b'rabta intima mal-kunsilli lokali, ma' l-għaqdiet fil- komunita` u mas-servizzi tas-saħħa primarja, inkluż is-servizz li jagħtu t- tobba tal-familja.", "Fl-aħħarnett hemm il-prijorita` li jinfirxu mal-pajjiż ċentri għall-familja li jinkludu numru ta' servizzi għall-ħarsien tat-tfal matul il-jum.", "Din hija d-direzzjoni li qed jagħti l-gvern u f'dan l- iżvilupp hemm spazju għal dawk kollha li jimxu f'din id-direzzjoni.", "F'dan ir-rigward qed naraw rwol importanti mill-kunsilli lokali għaliex konna u għadna nemmnu li l-kunsilli lokali jafu tajjeb il-bżonnijiet lokali u, bi sħubija ma' organizzazzjonijiet tal-gvern u anke NGOs, jistgħu jsaħħu ħafna x-xibka tal-ħarsien għan-nies fil-komunita`.", "Dan l-iżvilupp istituzzjonali kien kumplimentat minn żvilupp leġislattiv estensiv.", "Hawnhekk nista' nsemmi l-leġislazzjoni li tirrikonoxxi l- għaqdiet mhux governattivi minħabba l-importanza li dawn għandhom fl-għoti tas-servizzi.", "Wara wasalna biex ikollna leġislazzjoni li tirrikonoxxi l- istrutturi ġodda tal-welfare f'pajjiżna, speċjalment is-servizzi għat-tfal, fosthom servizzi ta' foster care.", "Din l-inizjattiva kienet bdiet bl- introduzzjoni ta' servizz ġdid ta' ħlas ta' allowance lill-ġenituri li jaċċettaw li jagħtu s-servizz ta' fostering.", "Hawnhekk indirizzajna għall- ewwel darba b'mod konkret il-fatt li għandna tfal li huma vittma ta' ċirkostanzi fil-familja li ħafna drabi jkunu trawmatiċi u traġiċi u jispiċċaw f'istituti residenzjali.", "Sa ftit taż-żmien ilu din kienet l-unika soluzzjoni, imma bil-mod il-mod żviluppajna konċett li diġa` jeżisti f'pajjiżi oħra, il-konċett tal-foster care.", "Dan huwa mod kif lit-tfal tkun tista' toħroġhom minn ambjent ta' istituzzjoni u tpoġġihom f'ambjent familjari, mhux bħala soluzzjoni ta' addozzjoni imma bħala soluzzjoni ta' fostering, fejn koppja toffri lilha nnifisha biex lil dawk it-tfal tagħtihom esperjenza ta' unit familjari minflok l-esperjenza istituzzjonali li jkunu qegħdin jgħixu fiha.", "Hawnhekk wieħed irid ifakkar ix-xogħol siewi li jsir fid-djar tat-tfal mir-reliġjużi li għal ħafna snin għamlu sagrifiċċji kbar biex offrew kenn u ħarsien lil ħafna tfal.", "Minkejja li x-xjenza turina li t-tfal għandhom jgħixu f'ambjent tal- familja, id-djar tat-tfal għad hemm bżonnhom anke fiż-żmien li ġej.", "Għalhekk għandna dejjem naraw kif dawn id-djar ikollhom l-għajnuna kollha meħtieġa biex ikunu jistgħu jipprovdu l-aħjar ħarsien lit-tfal.", "Iżda l- esperjenza għallmitna li kulħadd għandu jagħmel ħiltu biex it-tfal jesperjenzaw il-ħajja tal-familja minn żmien bikri għaliex dan jinfluwenza ħafna t-tip ta' familja li huma jifformaw meta jikbru.", "Fortunatament dan il- ħsieb huwa wkoll dak li jemmnu fih ir-reliġjużi li jaħdmu mat-tfal.", "Kważi 80% tat-tfal li jgħixu fid-djar tat-tfal jistgħu jiġu fostered, iżda sfortunatament l-għadd ta' persuni li joffru s-servizz tagħhom bħala foster carers biex jieħdu ħsieb lil dawn it-tfal huwa limitat.", "Is-sitwazzjoni tkun ideali kieku jkun hawn biżżejjed persuni li jistgħu jagħmluha ta' foster carers biex possibbilment it-tfal kollha jingħataw iċ-ċans li jkollhom esperjenza ta' familja.", "Sur President, hemm bżonn aktar foster carers biex joffru ambjent ta' familja għal 50 tifel u tifla li bħalissa qed jgħixu fid-djar tal-Knisja.", "Bħalissa hawn madwar 156 tifel u tifla li huma fostered f'146 familja.", "L- iskop ta' l-aġenzija Appoġġ hu li safejn hu possibbli tipprovdi ambjent ta' familja lil dawn it-tfal.", "Għalhekk hemm bżonn ta' aktar foster carers biex jilħqu mad-domanda li hemm.", "Proprju għalhekk l-aġenzija Appoġġ ippreparat ukoll kors ta' tħejjija għal dawk li jitħajru jkunu foster carers u dan anke biex tkun konformi mal-konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-drittijiet tat-tfal, konvenzjoni li tgħid ċar u tond li t-tfal għandhom dritt għall-familja u li jgħixu f'ambjent tal-familja.", "Il- fostering biss jagħti dan iċ-ċans lit-tfal li ġejjin minn familji bi problemi biex ikollhom trobbija f'ambjent san.", "L-aġenzija Appoġġ toffri taħriġ u appoġġ kontinwu lill-foster carers.", "Meta t-tfal jiġu fostered l- Appoġġ toffri sistema ta' appoġġ kemm lit-tfal kif ukoll lill-ġenituri li jkunu qed jiffosterjawhom.", "Il-foster carers ikollhom is-social worker tagħhom li jagħmel monitoring u jagħti l-appoġġ sakemm idum il-foster placement.", "It-tfal li jkunu fostered ukoll ikollhom is-social worker tagħhom u jingħataw is-servizzi ta' eżami mediku, counselling u terapija oħra li tkun meħtieġa.", "L-esperjenza wriet b'mod ċar li dawk it-tfal li jingħataw l-opportunita` li jgħixu f'familja għamlu avvanz kbir f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-iżvilupp personali.", "Huma jkunu kapaċi jesprimu ruħhom għax ikollhom kunfidenza fihom infushom u għalhekk ikunu jistgħu jgħixu ħajja ferm iktar faċli.", "Huwa b'dan il-ħsieb li l-aġenzija Appoġġ kull sena tagħmel kampanja biex tħeġġeġ iżjed persuni jitħarrġu ħalli jsiru foster carers u jkunu jistgħu jindukraw tfal li ma jistgħux jgħixu mal-familja naturali tagħhom.", "Kull persuna li għandha l-interess li tgħin lit-tfal u lill-familja tagħhom tista' ssir foster carer.", "Dawn jistgħu jkunu kemm miżżewġin kif ukoll persuni waħedhom, basta jkunu kapaċi jibnu relazzjoni tajba mat-tfal u jgħinuhom biex jilħqu l-bżonnijiet tagħhom.", "Id-diriġenti ta' l-aġenzija tal-familja Appoġġ, l-aktar fosthom Joe Gerada, dejjem emmnu ħafna fil-valur tal-familja, iżda sfortunatament jinqalgħu ċirkostanzi fejn għal xi raġuni l-familja naturali ssib ruħha f'diffikultajiet biex iġġorr ir-responsabbiltajiet li għandha u tkompli trabbi t-tfal tagħha kif suppost.", "Dan hu l-qofol tad-diskussjoni ta' l- abbozz ta' liġi li għandna quddiemna.", "Irrid ngħid li mhux it-tfal kollha jitwieldu f'ambjent trankwill u seren, mhux it-tfal kollha jiġu fid-dinja għand ġenituri li jistgħu jieħdu ħsiebhom u jrabbuhom b'għożża.", "Dawn it- tfal jispiċċaw biex jitrabbew f'istituzzjoni u, kif diġa` aċċennajt qabel, minkejja li fil-biċċa l-kbira tagħhom jiġu offruti ambjent li jilqgħek u jitrabbew b'dedikazzjoni, istituzzjoni qatt ma tista' tagħtihom dak li tista' tagħti l-familja.", "Proprju għalhekk huwa importanti li dawn it-tfal jingħataw opportunita` li jitrabbew u jikbru fi ħdan familja fejn hu tassew posthom billi jiġu fostered, u proprju għalhekk l-aġenzija Appoġġ tikkoordina dan is-servizz fejjjiedi bl-akbar serjeta` u professjonalita`, servizz għall-ġid tat-tfal fil-bżonn ta' ambjent ta' familja.", "Jeżistu diversi tipi ta' fostering.", "Hemm in-next of kin fostering u fil- fatt numru konsiderevoli ta' tfal ikunu jistgħu jgħixu ma' xi familjari tagħhom minflok ma jkunu fostered minn familji li ma jkunux jafu.", "Tip ieħor ta' fostering jiġi offrut lill-familji li jkollhom bżonn żmien ta' serħan mill-kura ta' wliedhom b'diżabilita`.", "Dan it-tip ta' fostering joffri wkoll l-opportunita` lil dawk it-tfal li jkunu f'kura residenzjali biex jesperjenzaw ambjent ta' familja.", "Hemm ukoll l-intermediate fostering li hu offrut lil tfal li l-ġenituri tagħhom ikunu għaddejjin minn programm ta' riabilitazzjoni jew ikunu qegħdin iservu sentenza ta' ħabs qasira, fost ħafna sitwazzjonijiet oħra.", "Sur President, aktar ma jgħaddi ż-żmien, f'diversi pajjiżi madwar id-dinja l-fostering qed jingħata aktar importanza għax qed tiġi dejjem aktar magħrufa l-importanza tal-kontribut siewi li dan l-arranġament jagħti lis- soċjeta`.", "Huwa ferm importanti li wieħed jgħin l-iskop ewlieni tal- fostering, jiġifieri fejn it-tfal jiġu mrobbija minn familja oħra sakemm il- familja tagħhom tkun tista' teħodhom lura.", "Il-foster carers għandhom rwol importanti ħafna biex jagħtu support lit-tfal l-aktar żvantaġġati u jgħinuhom biex jgħaddu b'suċċess għall-ħajja adulta tagħhom.", "Dan hu l- iskop prinċipali tal-foster care.", "Dan hu servizz li jingħata lit-tfal li għal xi raġuni ma jkunux jistgħu jkomplu jgħixu mal-ġenituri naturali tagħhom, u allura jingħataw l-opportunita` li jgħixu b'mod temporanju ma' familja oħra li tista' tagħtihom l-imħabba u s-sigurta` li għandhom bżonn.", "Wara li jintemm dan il-perijodu, jekk ikun għall-aħjar interess tat-tfal, dawn jirritornaw mal-ġenituri naturali tagħhom.", "Il-bżonn ta' foster carers jinqala' minħabba d-diffikultajiet li ċerti familji jkunu għaddejjin minnhom fosthom mewt tal-ġenituri, kriżi fil-familja, diffikultajiet fir- relazzjonijiet bejn l-omm u l-missier, nuqqasijiet fil-ħila tat-trobbija ta' l-ulied, mard jew problemi fiżiċi, vizzji tad-droga jew ta' l-alkoħol, jew inkella, kif għedt qabel, ġenituri li forsi jintbagħtu l-ħabs.", "Sur President, fil-gżira Għawdxija nsibu li Dar Ġużeppa Debono kienet il- pijuniera li rrikonoxxiet il-bżonn tal-foster care f'Għawdex.", "Mill-bidu nett din ħasset il-ħtieġa li tistabbilixxi relazzjoni ma' l-aġenzija Appoġġ bil-ħsieb li tipprovdi foster care f'Għawdex.", "Barra li torganizza awareness u attivitajiet favur il-ħajja u tagħmel riċerka fuq dan is- suġġett, Dar Ġużeppa Debono toffri sensiela ta' servizzi lill-ommijiet mhux miżżewġa u lill-familji tagħhom.", "Dawn jinkludu faċilitajiet residenzjali għal waqt it-tqala, counselling u għajnuna lill-ommijiet li jkunu se jagħtu t-tfal għall-addozzjoni, fostering jew inkella respite fostering.", "B'riżultat tan-natura tax-xogħol li twettaq Dar Ġużeppa Debono, il- voluntiera li jaħdmu f'din id-dar jiġu f'kuntatt kontinwu ma' familji stabbli li jkunu lesti joffru d-dar tagħhom għas-servizz ta' fostering.", "Meta dawn il-familji joffru l-impenn tagħhom, jiġu riferuti lill-aġenzija Appoġġ biex din tassessjahom, tapprovahom u tagħtihom it-taħriġ meħtieġ.", "B'kollaborazzjoni bejniethom Dar Ġużeppa Debono u l-aġenzija Appoġġ jimmoniterjaw il-placements u jagħtu s-support meħtieġ lill-foster carers.", "Dan biex jingħata l-ħarsien kollu meħtieġ lit-tfal taħt il-kura tagħhom.", "Mill-banda l-oħra, Dar Ġużeppa Debono tkompli ssegwi lill-ommijiet mhux miżżewġa li jiddeċiedu Ii jibagħtu lit-tfal tagħhom għall-fostering.", "Dan jibqa' jsir permezz ta' care plan miftiehm ma' l-aġenzija Appoġġ, fattur li juri kemm din l-organizzazzjoni Għawdxija hija f'liaison kontinwu ma' l- aġenzija Appoġġ.", "Din il-ħidma għal numru mhux ħażin ta' snin wasslet biex din l-organizzazzjoni kisbet esperjenza kbira f'dan il-qasam, esperjenza li wieħed għandu jassigura li tibqa' tiġi utilizzata anke meta tiġi approvata l-liġi li qed niddiskutu.", "Anzi, wieħed jawgura li Dar Ġużeppa Debono tkun il-kuntatt Għawdxi ma' xi aġenzija akkreditata li tipprovdi servizz skond standards, kriterji u proċeduri stabbiliti mill-awtorita` ċentrali.", "Għalhekk nemmen li permezz ta' din il-liġi għandha tkun rikonoxxuta l-ħidma ta' Dar Ġużeppa Debono.", "Sur President, b'din il-liġi qed noħolqu għodda ġdida li sal-lum pajjiżna ma kellux u allura kien jiddependi minn inizjattivi li jittieħdu minn organizzazzjonijiet u minn dipartimenti oħrajn.", "Sal-lum qatt ma kellna għodda nazzjonali stabbilita b'responsabbilta` ffokata preċiżament fuq dan il-qasam.", "Il-proprosta li qed inressqu llum quddiem il-Kamra bħala gvern hi li noħolqu din l-għodda.", "Jien nemmen li jekk din l-għodda tiġi wżata tajjeb tkun tista' ġġib bidliet kbar li jissarrfu f'titjib fil-ħajja ta' ħafna tfal li finalment jissarraf f'titjib għas-soċjeta` kollha u f'investiment għall-ġejjieni tal-poplu tagħna.", "Mr Speaker, nikkonkludi l-intervent tiegħi billi ngħid li dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna huwa importanti ħafna mhux biss għax qed nitkellmu fuq it-tfal u fuq id-drittijiet tagħhom, imma għax huma drittijiet fundamentali tal-bniedem fuq livell globali u internazzjonali.", "Din hi inizjattiva li bilfors tgħid li hija pożittiva għax kull inizjattiva li tkun qiegħda tindirizza kwalita` ta' ħajja aħjar lil dawk li għandhom bżonnha hija ta' min jinkoraġġiha.", "In-nukleu tal-familja huma t-tfal u huwa għalhekk li f'dak kollu li nagħmlu għall-familji Maltin u Għawdxin irridu nġibu l-interess tat-tfal 'il quddiem bl-aktar mod konkret.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Carmelo Abela): Grazzi.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Karl Chircop.", "ONOR.", "KARL CHIRCOP: Sur President, dan l-abbozz ta' liġi ilu jinħema u ilu jinħass il-bżonn tiegħu għax is-servizz tal-fostering, li b'xi mod jew ieħor diġa` huwa pprovdut, ilu għatxan għal legal framework ħalli jkun jista' jaħdem b'mod iktar effiċjenti.", "Kif għedt, is-servizz tal-foster care diġa` jeżisti, imma b'mod li huwa xi ftit spezzettat, haphazard.", "Din il-liġi se tkun l-għodda biex tagħmel dan is-servizz ta' foster care iktar professjonali kif ukoll iktar effikaċi ħalli fl-aħħar mill-aħħar tgawdi s- soċjeta` kollha.", "Irrid bla tlaqliq ta' xejn nifraħ lil dawk kollha, mingħajr ma nsemmi ismijiet għax nibża' li forsi ninsa lil xi ħadd minnhom, li diġa` immilitaw u ħadmu f'dan il-qasam għax persważ li pprovdew silver service, għamlu mill- aħjar li setgħu biex jgħinu lil eluf ta' tfal u eluf ta' familji Maltin u Għawdxin.", "Irrid nirringrazzja wkoll lill-Knisja Maltija li bl-għexieren ta' istituti li għandha mferrxin mal-gżejjer ta' Malta u Għawdex tagħti dan is-servizz b'mod denju li jixraq lill-popolazzjoni tagħna, u ilha tagħmel dan għal żmien twil.", "Din il-liġi, li fiha nnifisha tieħu gost taqraha u tistudjaha, hija pożittiva.", "Bħas-soltu fl-ewwel parti tagħha għandna sensiela ta' definizzjonijiet, fit-tieni parti tiddeskrivi t-twaqqif ta' bord għall- fostering, it-tielet parti titkellem dwar it-twaqqif ta' awtorita` ċentrali u r-raba' parti tittratta t-twaqqif ta' bord ta' appell.", "Ma ninsewx li fi kwalunkwe liġi li ngħaddu, b'mod speċjali f'liġijiet b'temi soċjali, kważi dejjem jitwaqqaf bord ta' appell għax mhux darba jew tnejn ikun hemm elementi ta' litigazzjoni u allura huwa demokratikament neċessarju li jitwaqqaf bord ta' l-appell.", "Il-ħames parti titkellem fuq l-aġenziji akkreditati li se jkunu qegħdin jipprovdu servizz ta' training għall-foster carers u jiffaċilitaw il-fostering process ħalli tfal li jkollhom bżonn li jiġu fostered eventwalment jiġu fostered bl-aħjar mod possibbli, kemm għalihom personali, kemm għall-ġenituri proprji tagħhom, kif ukoll għall- foster carers tagħhom.", "Is-sitt parti tal-liġi tiddeskrivi dawk li huma reati filwaqt li s-seba' parti titkellem dwar regolamenti, u fl-aħħar parti nsibu d-dispożizzjonijet transitorji.", "L-iktar tliet elementi importanti għat-tħaddim ta' din il-liġi huma l-bord għall-fostering, l-awtorita` ċentrali u l-istess aġenziji tal-fostering.", "L- affarijiet l-oħra, għalkemm huma importanti ħafna wkoll, kważi huma ta' natura parallela.", "Allura l-framework għat-tħaddim tal-liġi għandu jaqa' fuq dan it-trepied, jiġifieri l-bord għall-fostering, l-awtorita` ċentrali u l-aġenziji nfushom.", "Għall-benefiċċju ta' dawk li forsi qegħdin jisimgħuna minn fuq il-mezzi tar-radju, iddeskrivejt ħafif ħafif kif inhi mqassma din il-liġi.", "Issa nixtieq nidħol ftit iktar fid-dettall f'xi punti li laqtuni u qajmuli domandi li wieħed ikun jista' jamplifika dwarhom iktar tard biex il-Ministru Cristina tkun tista' titkellem fuqhom fil-winding up tagħha.", "Il-fostering board, li se jkun responsabbli għat-tħaddim ta' din il-liġi, se jkun magħmul minn chairperson kif ukoll minn minimu ta' erba' membri oħra.", "Wieħed jassumi li jekk il-ministru tħoss il-bżonn, tkun tista' tappunta iktar membri skond il-ħtieġa tal-mument.", "Subklawsola 3 (8) tgħid li l-bord għall-fostering għandu jiltaqa' kif u meta jkun meħtieġ, iżda mhux inqas minn darba fix-xahar, iżda f'każi li jkunu ta' natura iktar urġenti, fuq talba bil-miktub mill-Ministru jew minn aġenzija akkreditata, liema talba għandha tingħadda permezz tas-segretarju tal-bord, dan il-bord għandu jiltaqa' mhux aktar tard minn 48 siegħa wara t-talba.", "Kif jaf min jaħdem fl-ambitu soċjali, xi drabi jkun hemm kriżijiet soċjali li litteralment they pour on you, jiġu bħal sajjetta fil-bnazzi, u għalhekk tajjeb li hemm dan il-provvediment f'din il-klawsola.", "Din hija xi ħaġa pożittiva ħafna u nemmen li wieħed irid jagħtiha rikonoxximent.", "Kif jaf kulħadd il-problemi soċjali mhux dejjem jiġu fuq familja jew inkella fuq it-tfal b'mod gradwali.", "Xi kultant ikun hemm każi li jiġu bħal sajjetta fil-bnazzi.", "Per eżempju, ġieli jkun hemm każ fejn problema soċjali tkun qed titranġa, imma f'daqqa waħda jista' jkun illi din l-istess problema tmur għall-agħar u allura s-sitwazzjoni f'dik il-familja teħżien b'mod drammatiku.", "Fl-aħħar mill-aħħar ikunu t-tfal li jispiċċaw ibatu aktar minn ħaddieħor għax l-adulti, minn hawn jew minn hemm, ikunu jafu x'għandhom jagħmlu biex ifendu għal rashom, imma t-tfal ta' eta` tenera ċertament li ma jkunux kapaċi jieħdu ħsieb tagħhom infushom.", "U t- tfal li jgħaddu minn proċess ta' fostering ħafna drabi jkunu ta' eta` żgħira ħafna, jekk mhux trabi.", "Għalhekk huwa importanti li daħlet subklawsola li taħseb għal din l-eventwalita`.", "Jien ngħid li għandha tinħoloq xi forma ta' struttura biex dawk il-każijiet ta' tfal li jkunu ġew abbużati jew inkella l-familja tagħhom tisfaxxa f'daqqa jkunu jistgħu jingħataw xi forma ta' shelter biex jiġu protetti u fl-aħħar mill-aħħar il-każ tagħhom jiġi evalwat b'mod aktar trankwill.", "Għalhekk naħseb li huwa importanti li din il-forma ta' shelter tkun xi ħaġa uffiċjali, jiġifieri provduta mill-istess aġenzija Appoġġ, biex dawn it- tfal ikunu jistgħu jiġu protetti matul dan il-perijodu.", "Imbagħad is- subklawsola ta' wara li tirrigwarda t-twaqqif ta' fostering board taħseb ukoll biex il-bord ikollu s-setgħa illi jikkonsulta professjonisti jew persuni oħrajn li għandhom għarfien u esperjenza rilevanti fil-qasam tal- foster care.", "Din hija xi ħaġa tajba għaliex, kif jaf kulħadd, dan huwa suġġett speċjalizzat u naħseb illi ftit hawn nies li jistgħu jgħidu li jifhmu mija fil-mija f'dan is-suġġett.", "Għalhekk wieħed irid joqgħod fuq il- parir ta' speċjalisti f'dan il-qasam.", "Imma tajjeb li forsi wieħed jispeċifika jekk din il-konsultazzjoni ma' professjonisti oħrajn issirx against a payment.", "Naħseb li jkun tajjeb li wieħed jistabbilixxi dan it- tip ta' ħlas jew kumpens kif se jkun u jekk hux se jkun hemm xi rati fissi u stabbiliti.", "Fl-opinjoni tiegħi l-aktar subklawsola importanti hija subklawsola 10 (3) li tittratta l-kwestjoni tal-konfidenzjalita`.", "Nafu kemm aħna pajjiż żgħir fejn kulħadd jaf lil kulħadd u allura ma jistax ikun illi dawn il-każijiet sensittivissimi jiġu trattati b'mod li jista' jkollhom konsegwenzi aktar negattivi fuq in-nies involuti, jiġifieri l-ġenituri naturali ta' dawn it- trabi u t-tfal infushom kif ukoll dawk li jistgħu jiffosterjawhom fil- futur.", "Għalhekk huwa importanti li jkun hemm accountability mill-kbir saż- żgħir f'dawk in-nies illi se jkunu responsabbli mit-tħaddim ta' din il- liġi.", "Naħseb li jkun tajjeb li l-Ministru Cristina tipproponi li din is- subklawsola tkun tapplika għall-partijiet kollha tal-liġi.", "Jien nemmen illi l-konfidenzjalita` m'għandhiex tkun ristretta biss għall-fostering board imma għandha tkun ukoll imposta fuq l-awtorita` ċentrali u fuq l-aġenziji l- oħrajn li se jkunu qegħdin joperaw u fdati b'din ir-responsabbilta`.", "Għalhekk naħseb li nagħmlu tajjeb jekk, minħabba n-natura ta' pajjiżna, l- aspett ta' konfidenzjalita` jiġi enfasizzat fil-liġi kollha li għandna quddiemna.", "Klawsola 4 li tittratta l-funzjonijiet tal-fostering board hija interessanti fiha nnifisha.", "Aħna l-membri ta' l-oppożizzjoni nqisu din il- liġi bħala waħda pożittiva pero` naħseb li jkun tajjeb jekk forsi wieħed jevalwa daqsxejn il-funzjonijiet ta' dan il-bord.", "L-ewwelnett il-fostering board għandu jeżamina l-home study reports illi jkunu magħmulin minn ħaddiema soċjali ta' aġenziji akkreditati.", "Mela hawnhekk qegħdin ngħidu li se jkun hemm aġenziji li se jkunu ċċertifikati li jistgħu jaħdmu f'dan il- qasam.", "Dawn l-aġenziji se jkunu qegħdin jimpjegaw fi ħdanhom social workers li xogħolhom se jkun li jistudjaw kwalunkwe każ illi jitressaq quddiemhom f'dik l-aġenzija u jippreżentaw studju li jittratta s- sitwazzjoni soċjali, umanitarja u familjari ta' dik il-familja partikolari li tkun qed tiġi trattata.", "Per eżempju, jista' jkollok familja li finanzjarjament ma tkunx tista' tlaħħaq mat-trobbija ta' erba' ulied u allura tiddeċiedi li tagħti wieħed minn dawn l-ulied għall-fostering.", "Hemmhekk tidħol is-social worker ta' aġenzija partikolari, li tipprepara rapport biex jiġi mgħoddi lill-bord tal-fostering fejn hemmhekk jiġi evalwat.", "Għalhekk il-funzjoni kardinali li għandu jkollu l-fostering board hija li jevalwa dawn ir-rapporti bir-reqqa u bl-aktar mod professjonali, għax fl-aħħar mill-aħħar huwa jrid joħroġ bir- rakkmandazzjonijiet.", "Funzjoni importanti oħra tal-fostering board hija li jieħu deċiżjoni dwar jekk il-foster carers prospettivi jkunux adattati għall-fostering.", "Għax jista' jkollok foster carer prospettiv illi jkun tajjeb ħafna fit-trobbija tat-tfal li jkunu ta' eta` tenera iżda ma jkunx tajjeb ma' l-adoloxxenti.", "Ma rridux ninsew illi hawnhekk qed nitkellmu fuq tfal u adoloxxenti sa l- eta` ta' 18-il sena għax legalment wara dik l-eta` wieħed ma jkunx jista' jiġi fostered.", "Għalhekk għandna spettru sħiħ, biex ngħid hekk, ta' bżonnijiet ta' tfal f'etajiet differenti, mill-eta` tal- kindergarten sa l- eta` tas-sixth form.", "Dawk il-ġenituri li għaddew minn dawn il-fażijiet differenti fit-trobbija u l-ħajja ta' uliedhom jafu xi jfisser dan li qed ngħid.", "Per eżempju, jien għandi erbat itfal ta' etajiet differenti, minn seba' snin sa 20 sena.", "Kieku jkolli ċ-ċans nixtieq niffosterja wkoll, pero` ovvjament dik hija xi ħaġa li rridu niddeċiedu jien, il-mara u anke t- tfal għaliex din hija kwestjoni li tinvolvi li ddaħħal bniedem ġdid fid- dar.", "Din hija sitwazzjoni delikata li wieħed irid jeħodha bis-serjeta`.", "Jien semmejt biss il-fattur ta' l-eta` imma ovvjament jista' jkun hemm fatturi oħrajn.", "Per eżempju, jista' jkun hemm foster carers li ma jkunux iridu jew ma jkunux idonei biex iżommu tfal li jkunu ġejjin minn familji bi problemi ta' l-alkoħol jew problemi ta' droga.", "Għalhekk iċ-ċirkostanzi jridu jkunu mqabbla bl-aħjar mod possibbli.", "Hekk kif jiġu mqabbla l-genes fi chromosome analysis, din is-sistema trid tiġi screened bl-aktar mod rett ħalli verament insibu allaċċjament bejn min ikun se jiffosterja u dawk li jkunu fostered.", "B'dan il-mod il-fostering process għandu jkun suċċess għall-ġid ta' dawk kollha konċernati.", "Funzjoni oħra tal-fostering board hija li jieħu deċiżjoni dwar jekk foster carer ikunx għadu adattat biex jaġixxi bħala tali.", "Xi jfisser dan?", "Jista' jkollok foster carer li fil-bidu jkun jinstab li jkun adattat biex jiffosterja tifel jew tifla jew aktar imma għal xi raġuni jew oħra, kemm raġunijiet li forsi l-foster carer ikollu kontroll fuqhom kif ukoll raġunijiet oħrajn li ma jkollux kontroll fuqhom, dan ma jkunx jista' jibqa' jagħmel fostering.", "Għalhekk jista' jkun li wara ftit snin dak il-foster carer ma jibqax adattat biex jibqa' jieħu ħsieb dak it-tifel jew tifla.", "Għaldaqstant hemmhekk jidħol l-element taż-żmien.", "U l-liġi qed tieħu in konsiderazzjoni li kemm il-foster carers kif ukoll il-fostered children huma umani u jistgħu jinqalgħu problemi fejn iċ-ċirkostanzi tant jinbidlu li dik ir-relazzjoni ma tkunx tista' tkompli u jkun hemm bżonn li jinstab foster carer ġdid għal dak it-tifel jew tifla.", "Naturalment huwa importanti li l-fostering board jispeċifika liema xorta ta' foster care tkun adattata biex tingħata minn kull foster carer u hawnhekk qiegħed jiddaħħal il-konċett li fl-aħħar mill-aħħar it-tfal li jkunu se jiġu fostered mhux bilfors ikollhom bżonn l-aspetti kollha fit- trobbija tagħhom.", "Per eżempju, jista' jkun li f'ċerti ħinijiet dawn jiltaqgħu mal-missier jew ma' l-omm bijoloġika tagħhom u forsi jieħdu ħsiebhom minn ċerti aspetti, imma jista' jkun hemm aspetti oħrajn li jkun hemm bżonn li jkunu sostnuti, bħalma huma l-aspetti finanzjarji, is-support fl-iskola, eċċ. Jiġifieri hemm din il-possibbilta` wkoll.", "Huwa importanti ħafna li l-fostering board jifforma u jaġġorna reġistru ta' foster carers kif jiġri f'diversi professjonijiet oħra, fosthom il- professjoni tat-tobba.", "Per eżempju, il-medical council iżomm ir-reġistru tat-tobba kollha li f'Malta u Għawdex.", "Naturalment dan huwa konċett pożittiv ħafna għaliex jekk jiddaħħal reġistru ta' foster carers, bil- pulit se tkun qiegħed iġġiegħel lill-foster carers jibżgħu aktar għall-aġir tagħhom.", "B'dan il-mod dawn ikunu qed jinżammu accountable għal kwalunkwe ħaġa li jistgħu jagħmlu mat-tfal li jkunu qegħdin jiffosterjaw u jekk ikollhom isem tajjeb, ovvjament fil-futur se jkunu jistgħu jiffosterjaw tfal oħra.", "Dan ma jkunux qed jagħmluh għal xi gwadann personali imma biex ġenwinament jgħinu lil dawn it-tfal għax jemmnu li bl-għajnuna tagħhom ikunu jistgħu joffrulhom ħajja aħjar milli kieku jibqgħu jbatu l- konsegwenzi ta' trobbija forsi negattiva f'mument partikolari f'ħajjithom.", "Huwa importanti wkoll li l-fostering board jipprovdi dokumentazzjoni uffiċjali lill-foster carers biex jiġu identifikati bħala tali kif ukoll ittra uffiċjali li tidentifika lit-tfal fil-kura tagħhom.", "Dan imur id f'id proprju ma' dak kollu li għadna kif għedna.", "Huwa importanti wkoll li l-fostering board jinżamm responsabbli biex jeżamina rapporti mibnija mill-istess aġenziji akkreditati wara xi lment kontra foster carer u jieħu kull azzjoni li titqies xierqa fiċ-ċirkostanzi.", "Każ bħal dan għandu jitressaq quddiem il-bord innifsu u mbagħad dan jevalwa b'mod professjonali jekk dak il-foster carer għandux ikompli jeżerċita l-professjoni tiegħu - jekk irridu nsejħulha professjoni - jew inkella għandhiex titneħħielu dik ir-responsabbilta`.", "F'każ li jinstab li dik il-persuna m'għandhiex tibqa' tagħti foster care, dak it-tifel jew dik it-tifla li jkunu qed jiġu fostered jinstabilhom xi foster carer iktar adattat għas-sitwazzjoni tagħhom.", "Sur President, huwa importanti wkoll li l-bord jagħmel rakkmandazzjonijiet lill-ministru li jkun appuntah fuq il-parametri li għandhom ikunu stabbiliti dwar l-organizzazzjoni ta' programmi ta' taħriġ, valutazzjonijiet, sessjonijiet ta' pariri għall-foster carers, eċċ. Illum kulħadd jaf li l-konċett ta' job for life spiċċa u dan japplika wkoll għall-foster carers.", "Għalhekk dawn in-nies għandhom jibqgħu jiġu aġġornati minn żmien għal żmien biex iżommu abreast ma' dak kollu li jkun qiegħed jiżviluppa f'dan ir-rigward.", "Fl-abbozz jingħad li l-fostering board għandu wkoll ikollu aċċess għad-dokumentazzjoni kollha meqjusa rilevanti għall- proċedura tal-foster care u ħadd m'għandu jfixkel lill-bord fil-qadi ta' xi waħda minn dawn il-funzjonijiet tiegħu.", "Pero` hawnhekk nistaqsi lill- ministru għal-liema tip ta' dokumentazzjoni qed issir riferenza.", "U hawnhekk nerġa' nemfasizza l-aspett ta' konfidenzjalita`.", "Xi ħaġa importanti f'din il-liġi hija proprju l-awtorita` ċentrali li se tkun qiegħda tħaddem dak kollu li għandu x'jaqsam ma' dan is-suġġett.", "Fil- fatt din se tkun qed tirċievi u tinforma li rċeviet applikazzjonijiet għall- akkreditament mill-istess aġenziji; tagħti, tirrifjuta jew tirrevoka l- akkreditamenti lil organizzazzjonijiet skond il-kriterji li diġa` jkunu stabbiliti; tirċievi, tinforma li rċeviet, tinvestiga u tieħu kull azzjoni neċessarja dwar kull ilment kontra xi aġenzija partikolari u tirċievi talbiet minn persuni barranin li huma approvati bħala foster carers barra minn Malta u li permezz ta' aġenziji akkreditati titlob li dawn ikunu rikonoxxuti bħala foster carers.", "Fl-aħħar mill-aħħar dawn huma kollha funzjonijiet li jorbtu lil din l-awtorita` ma' isimha, awtorita` ċentrali li tkun il-fulcrum li madwarha jrid idur kollox.", "Fenomenu li qed niltaqa' spiss miegħu bħala tabib tal-familja jirrigwarda l- maqlub ta' dak li hawn f'dan l-abbozz.", "F'paragrafu (d) ta' klawsola 7 hemm li l-awtorita` ċentrali se tkun qiegħda tirċievi talbiet minn persuni barranin biex jaġixxu ta' foster carers għal tfal Maltin.", "Pero` f'Malta għandna sitwazzjoni fejn ġenituri Maltin qegħdin – forsi b'mod mhux uffiċjali - jiffosterjaw tfal ta' nies illi jiġu f'pajjiżna b'mod klandestin.", "Per eżempju, jien għandi taħt il-kura tiegħi wħud minn dawn it-tfal illi qed jiġu fostered b'mod mhux uffiċjali u qegħdin jitrabbew bl- aħjar mod għax il-ġenituri Maltin qegħdin jitimgħuhom, ilibbsuhom u jipprovdulhom kura privata għal saħħithom.", "Pero` fl-aħħar mill-aħħar dawn ma jafux x'jiġri jekk kemm-il darba l-omm bijoloġika titlob illi tieħu lura lit-tarbija tagħha għax meta titlaq minn pajjiżna ovvjament iġġorrha magħha.", "Bla dubju ta' xejn, dawn isiru jħobbuhom kważi iktar minn uliedhom.", "Dan huwa fenomenu ġdid illi wieħed irid jevalwa.", "Għalhekk nappella lill-Ministru Cristina biex tieħu ħsieb dan il-fenomenu ħalli jintlaħaq xi forma ta' framework li permezz tiegħu nkunu nistgħu ngħinu aktar lil dawn il-foster carers kif ukoll lil dawn it-tfal.", "Klawsola 9 tgħid li l-awtorita` ċentrali tista' takkredita organizzazzjoni jekk tkun sodisfatta li dik l-organizzazzjoni jkollha esperjenza u sengħa biżżejjed biex tittratta materji li għandhom x'jaqsmu mat-tfal u l-familja, ikollha għadd biżżejjed ta' nies illi jkunu mħarrġa biex jagħtu servizzi ta' foster care, kif ukoll ikollha l-kompetenza amministrattiva u legali biex taqdi l-funzjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma' servizzi ta' foster care.", "Hawnhekk huwa importanti li wieħed jispeċifika x'parametri se jintużaw biex wieħed ikejjel dan.", "Per eżempju, irridu naraw jekk dawn ikunux social carers, x'tip ta' kwalifiki jrid ikollhom, kemm se jkollhom esperjenza, jekk ikunux beginners f'din il-professjoni, jekk iridx ikollhom mill-inqas minimum ta' ħames snin esperjenza, eċċ. Dawn kollha huma parametri li wieħed irid jevalwahom b'mod aktar professjonali.", "Klawsola 11 tittratta l-aspett ta' ċaħda ta' applikazzjoni.", "X'qed jingħad hawnhekk?", "L- awtorita` ċentrali għandu jkollha l-poter illi tiċħad, biex ngħid hekk, applikazzjoni jew akkreditament ta' xi aġenzija għax tqis li ma tkunx adattata biex tagħti servizz ta' foster care.", "Din hija xi ħaġa importanti ħafna għaliex nafu li sfortunatament mhux kulmin jippoża biex jipprovdi dan is-servizz huwa tajjeb għal dan.", "Għalhekk l-istess awtorita` ċentrali se jkollha dan il-jedd mogħti lilha permezz tal-liġi.", "Nixtieq ngħid xi ħaġa fuq aspett internazzjonali ta' dan is-suġġett.", "Fil- ftit ħin li kelli dħalt fl-internet u sibt ċerti figuri interessanti.", "Per eżempju, fl-Istati Uniti l-każijiet ta' foster care matul dawn l-aħħar 20 jew 30 sena splodew minn 20% għal 100%.", "Ovvjament il-każijiet ivarjaw minn stat għal ieħor għaliex kulħadd jaf kemm l-Istati Uniti huwa pajjiż kbir.", "Pero` jidher li l-ħtieġa għall-foster care qiegħda tiżdied b'mod lineari, biex ngħid hekk, f'kull stat ta' l-Istati Uniti.", "Jidher li dan huwa fenomenu li qed jiżdied, forsi anke minħabba soċjetajiet tal-punent li aħna nsejħulhom modernizzati.", "Xi ftit jew wisq anke f'pajjiżna qegħdin nesperjenzaw ċerti bidliet soċjali.", "Għalhekk jien nemmen – għalkemm m'għandix il-figuri available – illi dan il-fenomenu u l-ħtieġa għall- fostering qegħdin jiżdiedu anke f'pajjiżna.", "Per eżempju, sibt li fl-Istati Uniti dawk it-trabi ta' bejn l-ewwel erba' ġimgħat jew tmien ġimgħat tal-ħajja u tfal żgħar b'komplikazzjonijiet mediċi jew inkella b'limitazzjonijiet mentali, jikkontribwixxu għall-akbar grupp ta' tfal illi qed ikollhom bżonn foster care.", "Fil-fatt dawn jammontaw għal madwar 25% tal-każijiet kollha.", "Dan ifisser li fl-Amerika, kwart tal-każijiet kollha li jkollhom bżonn foster care huma każijiet li jinvolvu problemi mediċi jew inkella komplikazzjonijiet mentali.", "Fl- opinjoni tiegħi dan huwa għajb għax jindika li s-soċjeta` qed tirrifjuta każijiet sfortunati, tant li jkun hemm ġenituri li, għal xi raġuni jew oħra, jiddeċiedu li lil dawn it-tfal jabbandunawhom jew ma jassumux ir- responsabbilta` tat-trobbija tagħhom u allura jiġu mgħoddija għal dawn iċ- channels ta' foster care.", "Hemm ukoll grupp kbir ta' tfal illi jiġu mgħoddijin għall-foster care proprju minħabba l-abbuż mill-alkoħol u d- drogi.", "Nafu li f'pajjiżna, sfortunatament, il-vizzju tad-droga u l-vizzju ta' l-alkoħol huma sostanzjali.", "Għalhekk nemmen illi parallel ma' dak li qed jiġri fl-Istati Uniti, jista' jkun li dawn il-problemi soċjali jkunu qegħdin jixħtu l-bilanċ favur aktar każijiet ta' foster care.", "Sur President, dak li qed jiġri fl-Amerika bħalissa u li ġara anke matul dawn l-aħħar snin jindika li filwaqt illi l-każijiet illi jkollhom bżonn il- fostering qed jiżdiedu, sfortunatament il-fostering families qegħdin jonqsu.", "Per eżempju, sibt illi fl-1985 kien hemm 276,000 każ għall- fostering u għal dawn il-każijiet kien hemm 147,000 provisional carers.", "Fil-fatt għaxar snin wara, jiġifieri fl-1995, in-numru ta' nies li offrew is-servizzi tagħhom għall-fostering tat-tfal naqas b'5,000, għal 142,000.", "Pero`, kif għedt, in-neċessita` għas-servizz ta' fostering żdied għal 486,000 każ.", "Jiġifieri filwaqt illi n-numru ta' każijiet li kellhom bżonn fostering fl-Istati Uniti żdied kważi bid-doppju f'temp ta' għaxar snin, min-naħa l-oħra n-numru ta' carers available naqas.", "Din hija problema li trid tiġi ffaċċjata fl-Istati Uniti.", "Fortunatament is-sitwazzjoni f'Malta hija proprju bil-maqlub imma jista' jkun li xi darba niġu f'sitwazzjoni simili.", "Nafu li l-familji Maltin u Għawdxin illum għaddejjin minn diversi pressjonijiet u għalkemm ikunu jixtiequ jagħmlu fostering ta' tfal b'dan il-mod, ovvjament dan mhux dejjem ikun possibbli, mhux neċessarjament għax ma jkunux jaffordjaw li jiffosterjaw tfal fi ħdanhom, imma għaliex ma jkollhomx ħin biżżejjed.", "Ħafna drabi llum ir-raġel ikollu żewġ jobs, il-mara tkun taħdem ukoll – jekk mhux full-time, forsi part-time - u jkollhom it-tfal.", "Għalhekk naħseb li għalkemm il-liġi hija waħda pożittiva, il-gvern għandu jirreklama l-fatt li issa l-fostering se jkun stabbilit b'mod legali u uffiċjali u fl-istess ħin għandu jaħseb biex lil dawk il-familji li jitħajru joffru dan is-servizz jgħinhom b'xi faċilitajiet.", "L-għajnuna mhux neċessarjament tkun tikkonsisti f'kumpens finanzjarju imma forsi b'affarijiet oħrajn, bħal per eżempju, servizzi ta' kura medika u mediċini, jew anke billi jiġu faċilitati ċ-channels minn fejn ikunu jistgħu jinqdew.", "Nafu li kultant fis-servizzi tas-saħħa jinħolqu bottlenecks li jikkaġunaw diffikultajiet, u nafu wkoll li fost it-tfal li jingħataw għall-fostering ġieli jkun hemm minnhom bi problemi mediċi u allura jkollhom bżonn jattendu l-isptar aktar spiss.", "Għalhekk naħseb li t-tfal li jkunu fostered u l-fostering families għandhom jingħataw trattament daqsxejn preferenzjali, ngħidu aħna billi jkunu jistgħu jaqbżu l-kju.", "Nirringrazzjak.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joseph Abela.", "ONOR.", "JOSEPH ABELA: Sur President, it-tfal huma l-egħżeż ħaġa li għandha s- soċjeta` u huma l-futur ta' kull pajjiż li jrid jagħmel progress.", "Kull soċjeta` li trid tavvanza bilfors trid tagħti kas u tieħu ħsieb dawk li huma l-aktar vulnerabbli.", "Kif għamlu pajjiżi oħra, pajjiżna qed jirregola l-fostering, li huwa mudell pjuttost ġdid ta' kif it-tfal jingħataw kura.", "Dan il-mudell ilu jiġi promoss imma issa qed isir pass ieħor biex dan il-mudell ta' kif wieħed jieħu ħsieb it-tfal jiġi regolat ħalli kulħadd ikun jaf f'liema parametri qiegħed jopera.", "Quddiemna għandna abbozz ta' liġi li, flimkien ma' provvedimenti u liġijiet oħrajn, qiegħed iħares id-drittijiet tat-tfal.", "Nistgħu nsemmu, per eżempju, l-istituzzjoni tal-kummissarju għat-tfal, li llum hija stabbilita f'pajjiżna u li tħares l-interessi tat-tfal u minn żmien għal żmien anke tinvestiga affarijiet li jaffettwaw l-interessi tat- tfal.", "Hemm ukoll l-adoption unit fi ħdan il-ministeru responsabbli mis- sigurta` soċjali li proprju jispeċjalizza f'każijiet ta' addozzjoni.", "U issa se jkollna wkoll il-liġi dwar il-fostering li tirregola dan l-aspett ta' kura tat-tfal.", "Sur President, il-liġi tħares lejn erba' strutturi prinċipali – it-twaqqif tal-fostering board, l-awtorita` ċentrali, l-aġenziji akkreditati u l-bord ta' l-appell.", "Il-fostering board se jkollu l-inkarigu prinċipali li jaċċetta jew jirrifjuta applikazzjonijiet għall-fostering.", "L-awtorita` ċentrali se jkollha l-inkarigu li proprju taċċetta jew tirrifjuta aġenziji li huma akkreditati, jiġifieri aġenziji li se jkunu qegħdin jorganizzaw il- fostering.", "Parti oħra mil-liġi se tkun tgħid x'jikkostitwixxi aġenzija akkreditata.", "Ovvjament hemm ukoll il-bord ta' l-appell kemm għal dawk il- każijiet ta' fostering li jiġu rifjutati, jiġifieri fejn l-applikazzjoni ta' xi ħadd sabiex isir foster carer tkun ġiet miċħuda - liema ċaħda tista' ssir għal raġunijiet diversi - kif ukoll f'każ ta' xi aġenzija akkreditata li tkun ġiet rifjutata l-permess biex topera bħala tali aġenzija fil-qasam tal-fostering.", "Dan huwa żvilupp importanti ħafna, għax b'hekk kulħadd ikun jaf fejn hu u f'liema parametri jkun qiegħed jopera.", "Barra minn hekk, l- istat se jkun jista' jserraħ rasu li t-tfal verament hemm min jieħu ħsiebhom u jindukrahom biex finalment jagħmilhom ċittadini tajbin.", "Min- naħa l-oħra dawk l-individwi li jkunu jixtiequ jrabbu tfal taħt dan il- mudell ta' fostering se jkollhom parametri ċari ta' l-obbligi u d- drittijiet tagħhom.", "Qabel ma ngħaddi biex nitkellem fuq dawn l-affarijiet kollha, tajjeb li ngħidu x'inhu eżattament fostering.", "Il-fostering jirrigwarda każijiet ta' tfal li jkun ġie dikjarat li ma jistgħux jibqgħu taħt il-kura tal-ġenituri tagħhom.", "Dan jista' jkun minħabba diversi raġunijiet, fosthom għaliex il- ġenituri naturali ma jkunux qed jieħdu ħsiebhom, minħabba xi tip ta' abbuż, jew għaliex fil-familja jkun hemm ġlied u problemi kbar.", "Għaldaqstant dawn it-tfal jispiċċaw taħt dik li tissejjaħ care order, u minn hemmhekk ikunu jistgħu jiġu protetti minn foster carer.", "Allura foster carer huwa dak il- ġenitur li ma jkunx qed jaddotta t-tifel - meta taddotta tifel jew tifla, dawn jiġu daqslikieku huma t-tfal naturali tiegħek - imma jkun qed jaċċetta li jieħu ħsieb dak it-tifel fin-nuqqas tal-ġenituri tiegħu minħabba care order.", "Għalhekk wieħed aktar jifhem il-ħtieġa ta' liġi bħal din f'ċirkostanzi fejn, per eżempju, il-foster carers jiġu mhedda mill- ġenituri naturali jew mill-familjari tat-tfal biex jirrevokaw il-kura ta' dak it-tifel partikolari, kultant b'detriment għall-istess tfal.", "Fil-fatt dan dejjem huwa ta' detriment għax jekk it-tfal ma jkollhomx l-ambjent xieraq fil-familja naturali tagħhom u ma jkollhomx min tassew qed jieħu ħsiebhom, dawn it-tfal jispiċċaw imċaħħda mid-dritt li jikbru f'ambjent ta' familja.", "Għalhekk jista' jkun hemm sitwazzjonijiet fejn minħabba li jkun hemm it-theddid ħadd ma jkun irid jagħti ambjent ta' familja lil dak it- tifel jew tifla.", "Kif qalu l-kelliema ta' qabli, l-isbaħ ambjent fejn jitrabbew it-tfal m'huwiex f'istituzzjoni.", "F'pajjiżna għandna diversi istituzzjonijiet li taw servizz kbir u fuq quddiem nett hemm il-Knisja kattolika li, permezz ta' diversi istituti li għandha f'Malta u Għawdex, fin-nuqqas ta' servizzi oħrajn, tat kenn lil dawk it-tfal li ma kellhomx min jieħu ħsiebhom u fiċ-ċirkostanzi kollha għamlet li setgħet biex tieħu ħsiebhom.", "Pero` llum il-Knisja stess qed tirrikonoxxi l-fatt li l-aqwa mod kif it-tfal jistgħu jieħdu dak kollu li għandhom bżonn huwa f'ambjent ta' familja.", "Ladarba qegħdin nitkellmu fuq il-familji, dan id-dibattitu huwa opportunita` oħra biex nemfasizzaw kemm huwa importanti li l-familja, speċjalment il-familja tradizzjonali, nieħdu ħsiebha u nsaħħuha.", "Il- familja tradizzjonali kif nafuha, bil-missier, l-omm u t-tfal, tagħti spazju biex il-persuna tiżviluppa b'mod sħiħ.", "Hawnhekk bl-ebda mod ma rrid nonqos lil dawk il-familji l-oħrajn fejn it-fal jitrabbew minn ġenitur wieħed.", "Pero` għandna nagħmlu ħilitna kollha, u għandna noħolqu l-ambjent xieraq, biex il-familji Maltin jissaħħu, jiffjorixxu u jiżviluppaw.", "Sur President, naħseb li jagħmel sens li llum li qed ngħixu f'dinja kompetittiva, fejn ħafna drabi ż-żewġ ġenituri jaħdmu, noħolqu dawk il- kondizzjonijiet tax-xogħol li jippermettu lill-ġenituri jikkontribwixxu mill-ħin tagħhom ħalli jkunu jistgħu jieħdu ħsieb kemm it-tfal naturali tagħhom kif ukoll foster children.", "B'dan il-mod il-ġenituri jkunu jistgħu jiddedikaw quality time mat-tfal tagħhom huma u jagħmlu l-homework, huma u jilagħbu u f'dak kollu li jkunu qed jagħmlu biex jiżviluppaw il-karattru tagħhom u jkunu jistgħu jesprimu ruħhom.", "Liġi bħal din hija importanti biex nipproteġu d-drittijiet tat-tfal.", "Per eżempju, hawnhekk qed jiġini f'moħħi l-każ li kellna dan l-aħħar ta' dik it- tarbija li nstabet f'Bormla u li ċertament ma kienx l-aktar mod pjaċevoli kif tispiċċa fuq it-television.", "Fil-fehma tiegħi, kellu jintwera ħafna aktar rispett, anke lejn il-ġenituri naturali tagħha.", "Mhux billi poġġejniehom għall-ispekulazzjoni pubblika fis-sens li kulħadd beda jxerred l-affarijiet fuqhom!", "Ma naqbilx, per eżempju, li lil din it- tarbija qabdu u tawha isem mingħajr ma ttieħdu ċerti konsiderazzjonijiet.", "Naħseb li għandna noqogħdu attenti u naraw li dawn l-affarijiet ma jirrepetux ruħhom.", "Jien apprezzajt li l-aġenzija Sedqa qalet li dan il- każ seta' ttieħed b'aktar delikatezza, aktar u aktar meta wieħed għandu jiftakar li dik it-tarbija għada pitgħada trid issir raġel u probabbilment ikun irid jara r-rapporti li kienu saru fuqu.", "Għalhekk naħseb li huwa importanti li wieħed jara li l-media ma teħux over f'każijiet bħal dawn.", "Nixtieq insemmi wkoll il-fatt li llum qed ikollna familji Maltin li qed jieħdu ħsieb tfal ta' immigranti li qed jaslu f'pajjiżna.", "Ħafna drabi sakemm dawn l-immigranti jmorrujistgħu jsibu x-xogħol, jafdaw lit-tfal tagħhom għand familji Maltin.", "Hemm proċessi li qed isiru b'mod formali imma hemm proċessi oħrajn li mhux qegħdin isiru b'mod formali.", "Fil-fatt hemm speċi ta' grey area għax il-ġenituri Maltin ġieli ma jkunux jafu jekk ikunux qed jiffosterjaw jew inkella jkunux qed jieħdu ħsieb lit-tfal għal matul il-ġurnata.", "Pero` issa ħadd m'għandu skuża, għax se jkollna liġi li permezz tagħha jista' jirregola ruħu u allura kulħadd ikun jaf x'inhuma l- obbligi u d-drittijiet tiegħu.", "Issa ħadd ma se jkollu l-iskuża li jgħid li kien qed jiffosterja tfal, meta fir-realta` ma kien qed jiffosterja xejn.", "Permezz ta' din il-liġi, min ma jimxix mar-regolamenti ma jkunx qed jagħmel fostering.", "Issa se tkun l-aġenzija akkreditata li tagħmel ir-rapporti meħtieġa biex il-bord tal-fostering ikun jista' jiddeċiedi jekk persuna tistax toffri servizzi ta' fostering u jekk l-omm tridx tagħtih għall- fostering.", "Hawnhekk wieħed irid joqgħod attent u jara jekk l-omm naturali tkunx qed tagħti lit-tfal tagħha għall-fostering sempliċement biex tinqeda b'sitwazzjoni fejn forsi tkun qed tilgħab bl-emozzjonijiet u bil-qalb tajba ta' ġenituri Maltin li jkunu mxennqin biex jieħdu ħsieb it-tfal jew inkella tkunx qed tagħmel hekk biex verament issib ix-xogħol u tibgħat il-flus lejn pajjiżha.", "Dawn huma sitwazzjonijiet li llum qegħdin niltaqgħu magħhom spiss.", "Per eżempju, tista' tinħoloq sitwazzjoni fejn xi darba l-omm naturali titlob lit-tifel tagħha lura għax tkun trid tmur f'pajjiż ieħor, bil-weġgħat u l-konsegwenzi kollha li dan iġib miegħu.", "Sur President, il-liġi li għandna quddiemna hija pożittiva ħafna u ma tħallix lok għal abbuż.", "Pero` huwa importanti li din tiġi inforzata u allura jeħtieġ li jkollna r-riżorsi neċessarji.", "Irridu naraw, per eżempju, li r-regolatur, li se jkun il-gvern, ikollu social workers biżżejjed biex verament iwettaq dak kollu li huwa obbligat li jagħmel.", "Kif qalet il-kollega tiegħi, l-Onor.", "Marie Louise Coleiro Preca, fil-preżent is- social workers huma stressed.", "Naf li l-ebda pajjiż fid-dinja m'għandu social workers biżżejjed, imma rridu ninvestu aktar f'dan il-qasam għax issa l-istat se jkun qed jiffaċċja kompetizzjoni anke minn aġenziji akkreditati.", "Qed ngħid dan għax skond din il-liġi stess, dawn irid ikollhom is-social workers magħhom.", "Nafu li ma jsirux xi 100 social worker kull sena, pero` rridu naraw li jkollna biżżejjed ħalli kemm l-aġenziji akkreditati kif ukoll il-gvern ikunu qegħdin jissodisfaw id-domanda li jkun hawn.", "Barra minn hekk, nafu li llum is-social workers għandhom liġi li tirrikonoxxihom bħala professjonisti u tagħtihom ukoll ċerti poteri mar- responsabbiltajiet li għandhom.", "Pero` jien nixtieq li l-professjoni tas- social workers issir aktar assertiva fejn jidħol l-inforzar tal-poteri li għandhom, speċjalment fejn jidħlu każijiet ta' abbuż.", "Sur President, dan l-abbozz ta' liġi qed jagħti l-backing neċessarju lis- social worker.", "Fil-fatt jekk social worker ikun irid imur iżur foster care family għall-għarrieda u l-foster care family ma tkunx trid, is-social worker ikollu l-appoġġ tal-pulizija.", "Dan huwa tajjeb u neċessarju għax jekk ikollok liġi tajba imma ma jkollokx metodu kif tinforzaha, allura qisek m'għandek xejn.", "Per eżempju, għandna ħafna liġijiet tajbin li jirrigwardaw l-anzjani imma, jiddispjaċini ngħid, li ħafna mid-djar għall- kura ta' l-anzjani qed jinfetħu fuq linji purament kummerċjali mingħajr ma jagħtu kas li l-anzjani u l-ħteġijiet tagħhom ikunu verament salvagwardati.", "Jien qed insemmi l-anzjani għax, fl-opinjoni tiegħi, illum il-vittmi tas- soċjeta` tagħna huma t-tfal u l-anzjani li huma l-aktar nies vulnerabbli.", "Punt importanti huwa li f'dan l-abbozz ta' liġi qed jingħad li aġenzija akkreditata ma tistax tagħmel qligħ minn fuq il-fostering.", "Hekk għandu jkun għax it-tfal mhux qegħdin hemmhekk biex jiġu negozjati.", "Jien nittama li l-kriterji li hawn stipulati biex titwaqqaf aġenzija akkreditata jinżammu, u m'għandix dubju li se jsiru l-isforzi meħtieġa biex kulmin ikun irid jiftaħ aġenzija jimxi skond il-kriterji tal-liġi.", "Sur President, nikkonkludi billi ngħid illi din hija liġi pożittiva ħafna u tawgura tajjeb għad-drittijiet tat-tfal f'pajjiżna.", "Nirringrazzjak.", "THE DEPUTY SPEAKER: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Helena Dalli.", "ONOR HELENA DALLI: Sur President, qed nieħu gost li quddiemna qed titressaq din il-liġi għax verament għandna bżonnha.", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq sezzjoni vulnerabbli ħafna tas-soċjeta` tagħna, it-tfal.", "Għalhekk nixtieq nagħti ħajr u nifraħ lill-Ministru Cristina li ressqet dan l-abbozz ta' liġi bl-iskop li jiġi regolat dan is-settur illi tant hemm ħtieġa għalih.", "Ma nafx jekk il-ministeru rax jekk nistgħux nużaw xi kelma oħra minflok il- kelma \"fostering\" għax issa qegħdin nispiċċaw nikkonjugaw din il-kelma wkoll u veru tinstema' kerha.", "Jien fittixt u staqsejt pero` ma sibtx kelma li toqgħod tajjeb minflokha.", "Nixtieq li forsi nagħmlu sforz akbar biex ma noqogħdux nikkonjugaw bil-Malti kelma li hija Ingliża.", "Pero` din hija xi ħaġa li m'għandhiex x'taqsam mas-sustanza.", "Jien naħseb li meta naslu għall- istadju ta' Kumitat se jkun hemm punti oħrajn li ssemmew hawnhekk u li forsi jiġu inklużi fil-liġi.", "Sur President, il-fostering huwa qasam ta' ħarsien tat-tfal illi ftit jingħata rikonoxximent.", "Fil-fatt qabel ma kien hawn dan id-dibattitu fil- parlament ma tantx konna nisimgħu dwaru.", "Jien niftakar illi meta konna fil- gvern kont żort is-sezzjoni tal-fostering u waħda mill-affarijiet li kienu qaluli kienet illi dan il-qasam ma tantx jingħata importanza.", "Ta' min jgħid illi dawn it-tfal li jkollhom bżonn ikunu fostered huma vittmi innoċenti ta' ċirkostanzi li ma jkollhomx kontroll fuqhom.", "Ovvjament ħadd ma jagħżel għand liema familja jitwieled u dawn it-tfal jitwieldu f'ċirkostanzi fejn minħabba li jkunu għadhom żgħar u vulnerabbli, ma jkunu jistgħu jagħmlu xejn.", "It-tfal li jitwieldu f'ċerti familji ma jistgħux jipproteġu ruħhom minn abbużi fiżiċi, abbużi sesswali jew abbużi verbali.", "Aħna niltaqgħu ma' ħafna ċirkostanzi, speċjalment meta nkunu qegħdin inżuru l-familji, u żgur li xi darba jew oħra kulħadd iltaqa' ma' każijiet fejn ikun hemm tfal neqsin minn ċerti ħteġijiet bażiċi, fosthom nutrizzjoni, safety u security, u ġieli ssib ukoll min ma jagħtix kas ta' ċertu mard.", "Suppost li fil-familja t-tfal iħossu l-istabbilta`, is-sigurta` u s-serħan il-moħħ li jkun hemm min jipproteġihom u jieħu ħsiebhom, pero`, kif jaf kulħadd, hawn tfal li dawn l-affarijiet ma jsibuhomx.", "Sur President, minn studji li saru rriżulta li t-tfal li jitilgħu f'ambjent fejn ikun hemm ċerta delinkwenza, ħafna drabi jispiċċaw delinkwenti huma stess aktar tard fil-ħajja.", "Darba kien hemm xi ħadd li qal li as we do to our children, so they will do to society.", "Meta lit-tfal ma nagħtuhomx dik l-istabbilta` u dik is-sigurta` fil-familja, jista' jkun – mhux qed ngħid li t-tfal kollha jiġrilhom hekk, anzi hemm tfal li proprju għax ikunu batew u jkunu mmaturaw kmieni minħabba ċ-ċirkostanzi li jkunu sabu fil- familji tagħhom, isiru nies eżemplari - li meta jikbru jsiru delinkwenti.", "Jiġifieri dak li nagħmlu għat-tfal tagħna huma se jagħmluh għas-soċjeta` għax huma se jkunu l-adulti tal-ġejjieni tagħna.", "Għalhekk dak li niżirgħu fit-tfal tagħna se naħsduh meta dawn jikbru.", "Għalhekk dak li qed nilleġislaw bħalissa jien narah importanti ħafna, għax ladarba tirregola s- settur tal-foster care se jkun hemm aktar nies li jersqu biex jagħtu dan is- servizz lis-soċjeta`.", "Jekk it-tfal li jkunu mitluqin għax forsi l-ġenituri tagħhom ma jistgħux jieħdu ħsiebhom, jibqa' ma jagħti kashom ħadd, aktar tard fil-ħajja dawn se jkunu ta' piż fuq is-soċjeta` għax jibqgħu jħossuhom abbandunati.", "Meta nirregolaw dan is-settur inkunu qegħdin nagħtu aktar spazju lil min irid jagħmel xi ħaġa nobbli.", "Għax hija xi ħaġa ta' min ifaħħarha li fil- ħajja mgħaġġla tal-lum tieħu l-inkarigu li tieħu ħsieb tfal li m'humiex tiegħek.", "B'dan il-mod tkun qed tagħti biċċa minnek innifsek.", "Il-fatt li aħna għandna din id-diskussjoni fil-parlament, il-fatt li l-gvern qed jirrikonoxxi kemm lill-ġenituri kif ukoll lin-nies professjonali li jaħdmu f'dan is-settur, bħalma huma s-social workers u ċ-child psychologists, se jwassal biex ikun hemm aktar min jagħmel il-kuraġġ u jidħol biex jagħti dan is-servizz.", "Jien ngħid li min jagħti servizz lit-tfal permezz tal-foster care ikun qed jagħti servizz nobbli kemm lil dawk it-tfal li jkunu se jiġu fostered kif ukoll lilu innifsu, għax meta tagħti lil xi ħadd parti sostanzjali mill-ħin tiegħek u tal-familja tiegħek u taqsam miegħu l-aktar affarijiet privati li jkun hemm bejn l-erba' ħitan tad-dar tiegħek, ikollok sodisfazzjon kbir.", "Ir-reward għal dan ix-xogħol kollu huwa s-sodisfazzjon personali.", "Ta' min jgħid ukoll li mhux kulħadd jirnexxielu jagħmel fostering.", "Per eżempju, jien naf b'każijiet fejn il-ġenituri pprovaw jagħmlu fostering imma l-karattru tat-tifel jew tifla tant kien ifformat b'ċertu mod li ma setax jitħallat tajjeb mal-kumplament tal-familja li ħaditu biex jgħix magħha.", "Għalhekk, nerġa' ngħid, li meta l-fostering jirnexxi, wieħed iħoss sodisfazzjon kbir għaliex ikun qed jagħmel differenza importanti fil-ħajja ta' xi ħaddieħor.", "Wara kollox x'sodisfazzjon akbar jista' jkollok mill- fatt li tkun tajt ħajja aħjar lil ħaddieħor?", "Jien ngħid li meta l- fostering isir kif suppost, il-foster carers ikunu qegħdin jagħtu kontribuzzjoni siewja ħafna lis-soċjeta` tagħna u lill-futur ta' pajjiżna għaliex kieku t-tfal ma jitteħdux fil-kura tagħhom, dawn jistgħu jispiċċaw biex saħansitra jagħmlu ħsara lis-soċjeta`.", "Sur President, ġieli tiltaqa' ma' nies li verament ikunu ideali biex isiru foster parents.", "M'hijiex xi biċċa kejk li tieħu f'idejk ħajja ta' bniedem biex għal perijodu ta' żmien tieħu ħsiebu, tgħallmu u tgħinu jiżviluppa l- karattru tiegħu.", "Lanqas li trabbi lit-tfal tiegħek m'hu faċli, aħseb u ara li trabbi tfal li jkunu ġejjin minn background differenti minn dak tal- familja tiegħek, aktar u aktar tfal li forsi jkunu diġa` kibru ftit u allura jkollhom il-modi tagħhom, il-valuri tagħhom u s-sistemi tagħhom kif jagħmlu l-affarijiet.", "Għalhekk dan huwa commitment kbir u kulmin jitħajjar biex ikun foster parent, irid iqis sew din ir-responsabbilta`.", "Trid iġġib quddiem għajnejk, fost affarijiet oħra, Ii tkun qed iddaħħal stranġier jew stranġiera fid-dar tiegħek.", "Issa jien naf li s-social workers u l-unit li jieħu ħsieb dan il-qasam, lill-ġenituri jgħiduhomlhom dawn l-affarijiet imma jista' jkun li l-ġenituri ma jikkonsidrawx biżżejjed dak li jkunu deħlin għalih.", "Id-deċiżjoni li tkun foster carer ma tridx tittieħed biss mill-ġenituri imma mill-familja kollha, aktar u aktar jekk fil-familja jkun hemm ukoll xi kunjata jew xi zija.", "Dawn ukoll ikunu jridu jikkooperaw u jkunu kuntenti bil-fostering u għaldaqstant trid issir diskussjoni minn qabel bejn il- familja kollha għaliex ħaġa bħal din tkun se taffettwa lil kulħadd.", "Il- familja kollha trid tkun ippreparata li tagħti parti mill-ħin tagħha għall- ħteġijiet ta' dawn it-tfal.", "Barra minn hekk, trid tiftakar li lil dawn it- tfal trid teħodhom l-iskola, għall-appuntamenti li jkollhom u għall- attivitajiet extra-kurrikulari.", "Jiġifieri trid tkun lest li tagħmel dawn l- affarijiet ma' tfal li m'humiex tiegħek.", "Ġieli jkun hemm każijiet fejn il- foster child ikollu bżonn aktar ħin u attenzjoni mit-tfal tiegħek stess għaliex forsi jkollu xi problemi emozzjonali jew psikoloġiċi minħabba xi abbuż jew neglect.", "F'każijiet bħal dawn, biex tibni l-fiduċja ta' dan it-tifel jista' jkun li jkollok bżonn tiddedika aktar ħin għalih.", "Jista' jkun li l-fostered child ikollu fih ċerta rabja, konfużjoni jew frustrazzjoni, jew inkella jkun għadu qed iħoss dak l-abbandun li kellu fil-familja naturali tiegħu, u allura jista' jkun li għal xi żmien jibqa' jġorr miegħu ċerti attitudnijiet.", "Trid taċċetta l-fatt li ma tistax tbiddel l-aġir ta' tifel mil-lum għal għada u allura trid tiddedika ħafna aktar ħin biex tgħin fil- progress tiegħu ħalli jinsa l-passat li fih kien għaddej minn żmien diffiċli ħafna.", "Aħna nafu li sa għaxar snin it-tfal jimpressjonaw ruħhom ħafna u dak li jiġri fit-tfulija, speċjalment fl-ewwel għaxar snin ta' ħajjitna, jibqa' ċar f'moħħna.", "Għalhekk huwa diffiċli ħafna biex lil tifel bħal dan tnessih l-affarijiet koroh li seta' għadda minnhom.", "Jien għalhekk fil-bidu għedt li jista' jkun li jkollok bżonn aktar paċenzja u aktar ħin mal-fostered child milli mat-tfal tiegħek.", "Nerġa' ngħid li kulmin ikun se jidħol għal din il-biċċa xogħol nobbli pero` iebsa, irid iqis l-impatt li dak it-tifel jista' jkollu fuq il-familja.", "Sur President, wieħed irid iqis ukoll li jista' jkun li meta t-tfal naturali ta' familja jaraw lill-ġenituri tagħhom jagħtu ċerta attenzjoni lill-fostered child, dawn ma jeħdux pjaċir.", "Trid tara wkoll x'influwenza tħalli l-fostered child fuq it-tfal ta' dik il-familja.", "Per eżempju, jien naf familja li sakemm darrew lill-fostered child b'ċerti valuri u b'ċerti modi kif tesprimi ruħha, it-tfal naturali ta' din il-koppja bdew jimitaw lil din it-tifla l-ġdida li ġiet fil-familja, xi ħaġa li ovvjament ma għoġbot xejn lill-ġenituri.", "Pero` t-tfal naturali tal-familja jridu jitgħallmu li mhux kulħadd twieled ġo familja li tieħu ħsieb it-tfal; għandhom ikunu jafu li hemm ġenituri li jabbandunaw u jabbużaw mit-tfal tagħhom.", "Allura jista' jkun li dawn it-tfal jitgħallmu meta jisimgħu l- esperjenza li tkun għaddiet minnha dik it-tifla.", "Fil-fatt din ir-realta` tista' ġġiegħel lit-tfal naturali ta' min ikun qed jiffosterja biex japprezzaw aktar il-ħajja tagħhom u ċ-ċirkostanzi li twieldu fihom, u b'hekk din l-esperjenza sservi wkoll ta' edukazzjoni għat-tfal naturali tal- koppja.", "Xi ħaġa oħra li trid tkun ikkonsidrata hija li ċerta privacy tispiċċa.", "Lill-fostered children ma tistax teskludihom minn ċerti affarijiet għax inkella dawn ma jħossuhomx li qed jiġu aċċettati bħala parti mill-familja.", "Naħseb li dan ma jkunx l-iskop tal-foster parents, imma jista' jkun li ċerti affarijiet isiru mhux intenzjonalment imma b'mod awtomatiku.", "Wieħed irid iqis li meta se toffri dan is-servizz, mhux il-fostered child biss tidħol f'ħajtek imma wkoll iċ-child protection services, il-ġenituri bijoloġiċi li għandhom id-dritt ikunu jafu kif qed jgħix binhom, il-case workers, il-family support workers, it-terapisti u anke s-social workers.", "Dawn in-nies kollha se jsiru parti mis-sistema tiegħek għaliex bilfors irid ikun hemm kuntatt magħhom.", "F'ċerti mumenti lil dawn in-nies tista' tarahom bħala inkonvenjent imma trid tagħraf li sabiex l-affarijiet isiru bis- serjeta`, il-professjonisti f'dan il-qasam iridu jibqgħu jiċċekkjaw u jevalwaw is-sitwazzjoni ħalli jaraw li l-fostered child ikun qed isirlu l- ġid u jkun qed jiżviluppa tajjeb.", "Għaldaqstant in-nies professjonali f'dan il-qasam għandhom jaraw li tibqa' ssir evalwazzjoni tal-foster family u ta' kemm il-fostered child ikun qed jissetilja f'dik il-familja.", "F'dan il- kontest li jien semmejt li jista' jinħass li jkun hemm invasion of privacy fil-foster family għaliex se jkun hemm numru ta' nies li xogħolhom huwa li jassiguraw il-well-being tal-fostered child li jkun tneħħa mill-familja naturali tiegħu għall-ġid tiegħu stess.", "Sur President, wieħed irid iqis ukoll li fil-fostering jista' jkun hemm ċerti riskji.", "Jien qed insemmi dawn l-affarijiet kollha biex nuri li l- fostering m'huwiex xi party u li hemm diversi affarijiet li jridu jiġu kkonsidrati mill-ġenituri qabel ma jidħlu għal dan l-inkarigu.", "Hemm ir- riskju, per eżempju, li tifel jista' jkollu ċertu bitterness ġo fih minħabba l-esperjenza li kellhu fit-tfulija bikrija tiegħu.", "Jista' jkun li minħabba esperjenza bħal din ma jkunx jgħid il-verita` jew inkella jkun jaġixxi b'ċertu mod.", "Jista' jkun li l-fostered child ikun anke vjolenti għax ikunu ra ħafna vjolenza u għalih din tkun xi ħaġa naturali.", "Għalhekk huwa importanti ħafna li dawk il-ġenituri li se jidħlu għal din il-biċċa xogħol kbira jkollhom informazzjoni sħiħa u jistaqsu ħafna affarijiet fuq l- istorja tal-fostered child li jkunu se jrabbu.", "Wieħed irid jgħid ukoll li dawn is-sitwazzjonijiet mhux dejjem jirnexxu.", "Hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq tfal, fuq ġenituri u fuq familji sħaħ.", "Kultant anke fit-trobbija tat-tfal tiegħek stess jasal żmien li tibda taħseb li kien hemm affarijiet li forsi stajt għamilthom aħjar, aħseb u ara meta tkun qed trabbi tifel li ma jkunx tiegħek.", "Għalhekk irridu nagħtu kas ukoll il-feelings tal-foster parents.", "Jien ngħid li biex issir foster parent trid tkun sensittiv u tkun lest li tirriskja l-attachment ma' dak it-tifel jew dik it-tifla li tkun se trabbi.", "Wieħed irid jiftakar li xi darba l-foster children iridu jitilqu mid-dar ta' dik il-familja.", "Aħna hawnhekk nitkellmu mill-esperjenza ta' każijiet li niltaqgħu magħhom.", "Jien naf b'każ li meta t-tifla kellha titlaq mid-dar, l-omm qabditha depression kbira għax ma setgħetx taċċetta l-fatt li wara li rabbietha u għallmitha l- iskola, kien wasal iż-żmien li dik it-tifla titlaq.", "Forsi jkun hawn min jgħidli li xi darba anke t-tfal tagħna jridu jitilqu.", "Dan huwa veru imma t- tfal tagħna ma jitilqux bil-mod li titlaq foster child u għalhekk is-social workers u s-psychologists hemm bżonnhom mhux għat-tfal biss imma anke għall- ġenituri li jkunu se jidħlu għal din il-biċċa xogħol.", "Sur President, minkejja dak kollu li għedt, naħseb li l-privileġġ li tgħin tifla jew tifel jiżviluppaw ħajjithom għandu l-ħlas tiegħu.", "Għalija dan kollu huwa priceless.", "Bir-rispett kollu lejn il-Knisja li għandha ħafna istituzzjonijiet tat-tfal, fejn is-sorijiet jagħmlu ħafna xogħol u jsiru qishom l-ommijiet ta' dawn it-tfal - u minn hawnhekk irrid inroddilhom ħajr - jien ngħid li istituzzjoni m'hijiex il-post ideali fejn jitrabbew it- tfal.", "Is-sorijiet stess jgħidulna li jixtiequ jsibu lil min jieħu ħsieb dawn it-tfal f'ambjent ta' familja regolari.", "Meta tara tifla rrabjata tinbidel f'tifla ferħana u ssir parti mill-familja tiegħek, naħseb li jkun l-isbaħ rigal li jista' jkollok bħala ġenitur, għax ikun irnexxielek tagħti t-tama lil dik it-tifla.", "Żgur li dan huwa aqwa minn kwalunkwe rigal materjali li tista' tirċievi.", "Nafu wkoll li mhux kulħadd jista' jkun foster parent.", "Per eżempju, jekk m'għandekx paċenzja m'intix tajjeb biex tkun foster parent.", "Aħna nafu li anke mat-tfal tagħna rridu noqogħdu attenti l-ħin kollu li ma nitilfux il- paċenzja, aħseb u ara meta ġġib tifel biex trabbih ħalli ttejjiblu ħajtu.", "Fl-opinjoni tiegħi, biex tkun foster parent trid tkun flessibbli għax meta se ġġib tifel biex trabbih, dan se jġib miegħu l-perceptions tal-familja tiegħu u ħafna drabi l-organizzazzjoni tal-familja tiegħek ma tkunx il- perception tiegħu ta' familja.", "Il-valuri li jġib miegħu dan it-tifel ma tistax tibdilhom mil-lum għal għada u għalhekk l-ewwel ħaġa li trid tagħmel hija li taċċettah u tagħtih ambjent fejn iħoss li huwa aċċettat bil- perceptions li għandu ta' family life u bil-valuri tiegħu.", "Ma tistax taqbad u tgħid lil dan it-tifel li ladarba qed jagħmel parti mill-familja tiegħek, irid jimxi mar-regolamenti u mal-valuri ta' dik il-familja.", "Jekk tgħidlu dawn l-affarijiet lanqas biss jifhmek.", "Alllura filwaqt li lil dan it-tifel ma tridx tħallih jitla' fuq ras kulħadd bil-valuri li jiġib miegħu, huwa importanti li inti tkun flessibbli biżżejjed biex filwaqt li tfiehmu x'inhuma l-boundaries u safejn għandu jasal, fl-istess ħin issib it-triq tan-nofs bejn il-family life tiegħek u l-perceptions ta' family life li se jġib miegħu.", "Jekk toħloq dan il-bilanċ, tkun tista' tressqu aktar lejn il- valuri tal-familja tiegħek u lejn il-mod kif inhi organizzata dik il-ħajja.", "Hemm każijiet fejn il-fostering ma rnexxiex għax il-foster parents ma setgħux jaċċettaw il-modi li ġab miegħu l-foster child.", "Għalkemm huwa veru li dawn jistgħu jkunu modi ħżiena, il-ġenituri ma jistgħux jippretendu li jibdluhom mill-ewwel ġurnata.", "Għalhekk tajjeb li wieħed ikun jaf għal xiex dieħel meta jkun se jagħmel fostering għax apparti li trid ħafna paċenzja, irid ikollok ukoll il-flessibbilta', speċjalment fil-bidu.", "Persuna ma tistax tidħol għall-fostering biex mingħaliha se ddaħħal xi income ieħor.", "L-ewwelnett il-kumpens li tieħu mingħand l-istat huwa żgħir ħafna meta tqabblu mad-demand ta' dan il-job.", "Meta tiġi biex trabbi tifel jew tifla trid ħafna flus għal diversi bżonnijiet - kulmin qed irabbi jaf x'qed ngħid - fosthom l-edukazzjoni, l-ilbies, l-ikel, il-mard u ħafna affarijiet oħra.", "Jiġifieri min jaħseb li se jidħol għal dan dan ix-xogħol biex jieħu xi ħaġa mingħand il-gvern, għandu jinsiha.", "Qed insemmi din il-ħaġa għax kien hemm persuni li dehru entużjasti meta saru jafu li l-gvern se jagħtihom xi ħaġa tal-flus jekk jagħmlu fostering, imma mbagħad spjegajtilhom li dak li kienu se jieħdu ma kellu x'jaqsam xejn ma' l- ispejjeż li jridu jidħlu għalihom biex jagħmlu dan l-att.", "Lanqas għandu jagħmel fostering min jaħseb li b'dan il-mod ħajtu ma tibqax waħda monotona.", "Lanqas pet m'għandek iġġibu biex taqta' l-monotonija, aħseb u ara meta qegħdin nitkellmu fuq ħajja ta' bniedem!", "Lanqas għandu jagħmel fostering min iħares lejn dawn it-tfal bħala persuni li huma disfunctional, li wieħed ma jistax jafdahom, li huma mitluqin ...", "Allaħares wieħed jidħol għal din il-biċċa xogħol b'dan il-frame of mind mill-bidu, għax kieku żgur li ma jkunx foster parent tajjeb.", "Biex tkun foster parent tajjeb trid l-ewwelnett tkun taf għalfejn trid tagħti dan il- foster care u l-familja kollha trid tevalwa l-iskills tagħha biex tara jekk tikkwalifikax biex tagħmel dan b'mod tajjeb.", "Naturalment dawn l-iskills jinvolvu paċenzja, ħin u kapaċita` li wieħed ikun jaf isolvi ċerti problemi u kumplikazzjonijiet li jistgħu jġibu magħhom dawn it-tfal.", "Nemmen li l- attitudni aktar għandha tkun waħda professjonali milli materna.", "Ma rridx li xi ħadd jifhimni ħażin.", "Il-maternal instinct qiegħed hemm u se jibqa' hemm, pero` rridu nagħmlu ftit distinzjoni bejn li tagħmel din il-biċċa xogħol b'ċerta professjonalita` u li tidħol għaliha b'xi b'sentimentaliżmu żejjed, għax f'dak il-każ ikun żgur li jkun hemm il-problemi.", "Is-social workers jistudjaw dawn il-każijiet u meta jaraw li l-affarijiet mhux sejrin kif mixtieq, jaraw x'setgħet kienet ir-raġuni.", "Mhux l-ewwel darba li jsibu li l-omm tkun saret qish l-omm naturali jew wisq aktar minn hekk!", "Dan jista' joħloq ċerti problemi.", "Għalhekk ikun aħjar jekk il-foster parents iżommu linja professjonali għax dan jgħin fil-ħajja ta' dak it-tifel jew tifla.", "Sur President, jista' jkun foster parent min ikun lest li jagħti lill- foster child dak li ngħidulu t-transition period, iż-żmien li fih huwa jaġġusta ruħu għall-familja l-ġdida li jkun dieħel fiha.", "Jekk hawn xi ħadd li jaħseb li tifel jew tifla li jiġu fostered jaġġustaw ruħhom mil-lum għal għada, għandu żball kbir u lanqas għandu biss jaħseb li jista' jkun foster parent.", "Bħala ġenitur trid tkun ċert illi l-expectations tiegħek minn din il-foster care li se tidħol għaliha, huma realistiċi u raġjonevoli.", "Jekk ma jkunx hekk, żgur li se jkun hemm il-problemi.", "Kif kont qed ngħid fil- bidu, irridu nagħtu kas tal-familja kollha.", "Irridu naraw jekk hix lesta li ddaħħal ċerti bidliet fis-set-up tagħha biex tkun ippreparata għat- tibdiliet li din il-foster child se ġġib fil-familja.", "Il-kumplament tal- familja hija committed daqs l-omm u l-missier biex taqdi l-bżonnijiet ta' din il-foster child?", "Il-membri tal-familja kollha se jkunu kapaċi jagħtu kas dak li jgħidulhom il-ħafna nies li huma nvoluti f'dan il-proċess, bħas- social workers, is-psychologists u l-aġenzija?", "Huwa importanti li l-foster parents u l-familjari tagħhom ikunu ppreparati li jaħdmu ma' dawn in-nies.", "Dwar il-paċenzja diġa' tkellimt.", "Jekk inti trid tkun foster parent, irid ikollok biżżejjed paċenzja biex tifhem il-bżonnijiet ta' dak it-tifel jew tifla.", "Trid tkun kapaċi taċċetta l-baggage emozzjonali li se jġibu magħhom dawn it-tfal?", "Għax dawn jistgħu jġibu magħhom rabja, stress, konfużjoni, dipressjoni u anke biża', speċjalment f'dawk il-każijiet fejn qabel kien hemm abbuż.", "Inti lest li tikkonfronta dan kollu?", "Tista' tikkoreġi aġir li inti u l-familja tiegħek m'intomx imdorrijin bih?", "Dawn huma kollha mistoqsijiet li jridu jsiru.", "U biex ngħinu lil dawk il-persuni li jridu jsiru foster parents u lill-familjari tagħhom jegħlbu dawn id- diffikultajiet, għandu jkollna investiment ikbar fis-social workers u ċ- child psychologists.", "Irridu nitkellmu iktar fuq din il-biċċa xogħol nobbli, li tista' tagħmel ġid kbir lil ħafna tfal.", "Kif għedt fil-bidu, in the end se tgawdi s-soċjeta` tagħna u se jgawdi l-pajjiż kollu.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Ministru Cristina, jekk jogħġobha, tressaq l-aġġornament tal-Kamra.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Sur President, niproponi l-aġġornament tal-Kamra għal għada l-Erbgħa, 9 ta' Mejju 2007, fis-6.00 p.m. b'din l-agenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Foster Care - Tieni Qari (Kont);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Organizzazzjonijiet Volontarji – Kumitat; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta (Emenda Nru 2) – Tielet Qari.", "--------------------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili (Emenda Nru 2) - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili (Emenda Nru 2) - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili - Kumitat Permanenti.", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Reġistru Ċentrali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza li tneħħi l-Kontroll tad-Djar - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Kumpanniji - Kumitat Permanenti.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sur President, il-ġimgħa l-oħra ma kontx preżenti f'dan il-parlament għar-raġuni li kont imsiefer fuq xogħol parlamentari.", "Waqt l- aġġornament ta' seduta minnhom tkellem il-Ministru Censu Galea b'reazzjoni għal dak li kont għedt jien waqt id-dibattitu dwar l-estimi ta' l-awtorita` marittima u anke għad-diskors tiegħi fl-aġġornament.", "Ir-reazzjoni tal- ministru kienet li jien għedt nofs il-verita`.", "Ejja ngħidu li qed jammetti li għallinqas hemm nofs minn dak li għedt li hu verita`!", "Mela diġa` għandna nofs ġewwa.", "Imma għaliex qal li jien għedt nofs verita`?", "Għedt nofs verita` meta jien poġġejt dokument fuq il-mejda tal-Kamra u huwa kkwota minnu?", "Kieku jien ridt naħbi l-verita` ma kontx inpoġġi dokument fuq il-mejda tal-Kamra.", "Issa x'kien dan id-dokument, Sur President?", "Dan id-dokument kien juri nuqqasijiet kbar li kien hemm f'bastiment, mingħalija kien hemm xi 32 jew 35 nuqqas.", "Dawn in-nuqqasijiet kollha ma jiġux mil-lum għal għada, bilfors li kienu ilhom jakkumulaw.", "Imma apparti dan kollu, imbagħad kien hemm kopja ta' ittra minn uffiċjal tal-kumpannija fejn ċanfar lill-crew tal- bastiment għaliex ħammru wiċċ il-kumpannija.", "Dawn jien poġġejthom fuq il- mejda tal-Kamra.", "Waħda minnhom poġġejtha biex nuri li n-nuqqasijiet li kien hemm fil-bastiment bilfors li kienu ilhom għaliex dawn ma jsirux mil- lum għal għada.", "Li ridt ngħid jien hu li wieħed irid joqgħod verament attent meta jkun qed jispezzjona bastiment u għandu jiġi assigurat li l- ispezzjonijiet isiru kif għandhom isiru.", "Nerġa' ngħid, dawk in-nuqqasijiet kbar li rriżulta li kien hemm ma jiġux f'ġurnata.", "It-tieni ittra li poġġejt, kif diġa` għedt, inkitbet mill-kumpannija lill- crew tal-bastiment u fiha ċċanfarhom għal dawk in-nuqqasijiet u tgħidilhom li ħammrulha wiċċha, għax minn dawk in-nuqqasijiet jidher li dawn in-nies lanqas huma kapaċi għax-xogħol.", "Dan kollu jfisser li dak id-diskors li jien għedt waqt id-dibattitu fuq l-estimi ta' l-awtorita` marittima, li qed jiġu nies minn pajjiż ieħor li m'għandhomx esperjenza u m'humiex kwalifikati, huwa korrett għaliex kieku din il-kumpannija ma kenitx tgħidilhom hekk.", "Dawn id-dokumenti li poġġejt fuq il-mejda tal-Kamra huma provi ta' dak id-diskors li għedt jien.", "Mela jien mhux nofs verita` għedt, imma l-verita` kollha.", "Il-ministru, biex iktar jagħmilha tal-bravu, qal li hu sab min hija l-kumpannija u eżattament liema dokumenti kont qed nitkellem dwarhom.", "Jien bl-ebda mod ma ridt naħbi.", "Meta jien poġġejt id- dokumenti fuq il-mejda tal-Kamra, għattejt l-ismijiet sempliċement għal skopijiet ta' etika u mhux biex il-ministru ma jsirx jaf.", "Fil-fatt id- data ħallejtha u jien naf li min ikun irid, jista' juża d-data u faċilment isib id-dettalji.", "Għalhekk ħallejt id-data.", "B'daqshekk ma skopriex l- Amerika, għaliex mid-data - li jien ħallejt apposta - sab liema hi l- kumpannija.", "Kieku ried, jien stess kont nagħtih l-isem tal-kumpannija.", "M'għandi l-ebda problema fuq hekk.", "Il-ministru, biex jipprova jkopri ruħu wara li jien kont poġġejt fuq il- mejda tal-Kamra numru ta' ritratti biex juru t-telqa li hemm fil-yacht marina, qal li dawk ir-ritratti qed jarawhom sewwa ħalli jaraw jekk jurux postijiet barra mill-yacht marina jew fil-yacht marina u mbagħad jitkellem iktar tard.", "Issa għaddew tliet ġimgħat minn mindu poġġejt ir-ritratti!", "Mhux ta' b'xejn li taħt dan il-gvern wieqaf kollox u xejn ma jimxi.", "Għaddew tliet ġimgħat u għadhom jiċċekkjaw jekk dawk il-postijiet humiex ġewwa l-marina jew le!", "Allura dawn m'humiex affarijiet tal-mickey mouse?", "Dan mhux jara r-ritratti jmissu, imma jmissu ħa passi immedjati fuq l- akkużi serji li għamilt jien.", "U jien b'responsabbilta` għamilthom l-akkużi ta' nuqqas ta' serjeta`, nuqqas ta' sigurta` u abbużi li qed isiru fil- yacht marina.", "U fuq ir-reġistrazzjoni tal-bastimenti ta' iktar minn 25 sena, għadu qed jiċċekkja wkoll!", "Jekk jistaqsi lill-aġenti jgħidulu jekk dak li għedt huwiex veru jew le.", "Dawn l-affarijiet kollha l-aġenti qaluhom; bastiment imur biex jirreġistra għand aġent u meta dak ma jirreġistrahx, imur għand xi ħadd speċifiku u jiġi rreġistrat.", "Dawn huma affarijiet li ma jitwemmnux!", "Imbagħad niftaħru li bastimenti li għandhom iktar minn 25 sena m'aħniex nirreġistrawhom għaliex issa aħna serji!", "Issa għaliex nikkritika dawn l-affarijiet li qed iseħħu - wara kollox huma stess qalu li mhux se jħalluhom iseħħu - jipprova jakkuża lili li qed nipprova nagħmel ħsara lil pajjiżi.", "Mela għaliex nagħmel kritika ġusta biex l-affarijiet jitranġaw, biex jinqatgħu l-abbużi u biex ma jsirux inċidenti fatali għal pajjiżna, jien qed nagħmel disprezz lil pajjiżi!", "Imbagħad jekk il-ministru responsabbli jħalli dawn l-abbużi għaddejjin, dak ikun qed jagħmel unur lil pajjiżna!", "X'affarijiet huma dawn?!", "F'din is-sitwazzjoni qegħdin f'dan il- pajjiż.", "Dawn l-affarijiet ma jitwemmnux.", "Se nerġa' ntenni, tant għamilt l-affarijiet biex jidhru li poġġejt id- dokumenti fuq il-mejda tal-Kamra, imma sfortunatment il-poplu Malti u Għawdxi ma tantx jista' jarahom dawn id-dokumenti.", "Jien inpoġġi ħafna dokumenti fuq il-mejda tal-Kamra imma normalment il-poplu ma jarahomx għaliex il-maġġoranza assoluta tal-gazzetti jipprovaw jgħattulu lil dan il- gvern, speċjalment meta tkun qed tersaq l-elezzjoni.", "Pero` naċċertakom li ftit tal-ġranet oħra dawk id-dokumenti li jien poġġejt fuq il-mejda tal- Kamra tkunu tistgħu tarawhom fuq il-website personali tiegħi.", "U malli npoġġihom fuq il-website, proprjament il-ġimgħa d-dieħla, navża minn dan il- parlament ħalli min irid ikun jista' jarahom u jkun jaf x'inhi l-verita` u x'inhi s-sitwazzjoni f'pajjiżna, iktar u iktar fejn jidħol il-qasam marittimu f'pajjiżna, li hija sitwazzjoni tal-biki.", "Tant hi tal-biki s-sitwazzjoni f'dan il-qasam, li l-ħaddiema stess ta' l- awtorita` marittima, li ħafna minnhom huma nies ta' l-affari tagħhom, jgħidu li ħadd ma jaf x'inhu jiġri, kulħadd jiġġieled ma' xulxin, u lin- nies ta' l-affari tagħhom jagħtuhom bis-sieq.", "Issa wieħed irid jiftakar li ħafna min-nies ta' l-affari tagħhom, li huma kwalifikati u kapaċi jġibu dan il-qasam marittimu f'pajjiżna 'l quddiem, huma nazzjonalisti u mhux laburisti.", "Imma xorta qed jagħtuhom bis-sieq għax m'humiex tal-klikka, għaliex tal-klikka ta' fuq m'humiex kapaċi, m'humiex kwalifikati bħalhom u allura jibżgħu li jeħdulhom posthom.", "Hekk hi s-sistema fil-maritime authority, hekk sejrin l-affarijiet.", "Sur President, jien semmejt ċerti abbużi u għedt ukoll ċar u tond li jekk, Allaħares qatt, jiġri xi diżastru u jegħreq bastiment biż-żejt u jkun hemm ammont ta' tniġġiż, l-apparat li hemm apposta ma jistax jaħdem u hemm kimika skaduta.", "Imma l-gvern dawn l-affarijiet ma investigahomx.", "Affarijiet serji bħal dawk għandek tinvestigahom mill-ewwel biex jekk ikollna xi disgrazzja bħal dik, li taffettwa lill-pajjiż kollu, wieħed ikun jista' jieħu passi u jirrimedja immedjatament.", "Ara dawk l-affarijiet ma kkwotahomx il-ministru!", "Dażgur li ma jikkwotahomx.", "Kulħadd jaf li din hi s-sitwazzjoni fil-qasam marittimu f'pajjiżna, sitwazzjoni verament gravi.", "Kulħadd jaf li baħħara barranin, mhux kwalifikati u mhux kapaċi, qed jieħdu xogħol baħħara Maltin li huma kwalifikati u b'esperjenza kbira.", "Dawn x'affarijiet huma?", "Hekk spiċċajna issa, inġibu barranin mhux kwalifikati u mhux kapaċi biex jieħdu x-xogħol lil Maltin li huma kapaċi u kwalifikati, bil-possibbilta` li npoġġu bastimenti f'periklu bil-konsegwenza li jista' jkollna xi diżastru f'pajjiżna?", "Ara l-inċident li semmejt, li bastiment baqa' dieħel ġol-fish farm, dak insieh il-ministru.", "Ara l-inċident l-ieħor li semmejt, li bastiment kien fis-sakra u baqa' dieħel l-art, dak insieh ukoll il-ministru.", "Ma semmihomx dawn allavolja kien hemm l-inkjesti ...", "U dan biex dawn l-affarijiet ma jidhrux.", "Din hija s-sitwazzjoni li jinsab fiha dan il-qasam f'pajjiżna.", "Il- ministru ġie qal li r-ritratti li poġġejt jien fuq il-mejda tal-Kamra għaddiehom lil xi ħadd.", "Dawk ir-ritratti poġġejthom biex jara d-diżastru li tinsab fiha l-yacht marina li qed ikissruha ħalli mbagħad jagħtuha għall- akwakultura.", "Jien ngħidlu li fi tliet ġimgħat imissu mar hu stess jara x'inhi s-sitwazzjoni fil-yacht marina.", "U mela jibagħat ir-ritratti u jistenna risposta lura?", "Din x'serjeta` hi?", "X'responsabbilta` hi?", "Min ikun responsabbli jmur jara l-affarijiet b'għajnejh, jara jekk dawk l- affarijiet humiex veru jew le, u jekk isib li huma veru, jieħu passi biex jirranġahom.", "Mela jħalli lil min ikompli jkisser il-yacht marina biex imbagħad jagħtuha lil xi bażużlu?", "Għaliex hekk spiċċajna f'dan il-pajjiż, inkissru affarijiet li jrendu biex imbagħad nagħtuhom bix-xejn lil xi kumpannija, lil xi ħadd tal-qalba.", "Hekk qed isiru l-affarijiet.", "Ma jistax ikun li l-pajjiż jibqa' sejjer hekk.", "Għalhekk hemm bżonn il-bidla immedjatament biex inwaqqfu dawn il-ħneżrijiet.", "Sur President, issa nixtieq nitkellem fuq xi ħaġa li tikkonċerna waħda mil- lokalitajiet fid-distrett li nikkontesta jien, il-Birgu.", "Kemm se jdumu jgħaddu biż-żmien lin-nies tal-Birgu?", "Waħda mill-kondizzjonijiet li kien hemm fil-permess li nħareġ għall-bini li tela' f'Sant Anġlu, kienet li l- belveder ikun miftuħ għall-pubbliku.", "Din kienet waħda mill-kondizzjonijiet li għamlet il-MEPA fiż-żmien meta jien kont għadni membru tal-bord.", "Kemm- il sena ilu lest dan il-bini?", "Pero` sal-lum il-belveder għadu m'huwiex miftuħ biex jitgawda min-nies tal-Birgu u mill-pubbliku kollu.", "Min imur hemm jista' jara x'telqa hemm.", "Imbagħad tiġi hawn u tistaqsi lill-ministru responsabbli u l-Ministru Mugliett jgħidlek li dalwaqt jinfetaħ imma għad hemm xi diskussjonijiet għaddejjin għax hemm xi problema żgħira, imma dalwaqt naslu ...", "U kull darba jgħidulna li wasalna u sal-lum magħluq għadu.", "Mela jista' jkun li lill-poplu nibqgħu ngħadduh biż-żmien?", "Imma jien niddikjara minn hawn li se nibqa' nagħmel pressjoni fil-parlament, u se nibqa' nistaqsi fil-ħin tal-mistoqsijiet.", "Mhux talli hekk, talli jekk ikun hemm bżonn, lest li nieħu passi oħra wkoll, sakemm fl-aħħar mill-aħħar dak li suppost li sar skond il-permess li nħareġ, jiġifieri li l-belveder ikun miftuħ għall-pubbliku, jinfetaħ darba għal dejjem.", "Fuq dan se nibqa' nagħmel pressjoni.", "Hemm xi ħaġa oħra li se nibqa' nagħmel pressjoni fuqha, u qed nirriferi għal dak li qed tagħmel il-VISET.", "Kemm-il darba tkellimt fil-parlament u għedt li din qed tagħmel attivitajiet li qed imorru kontra l-liġi u qed idejqu lin-nies, l-iktar lin-nies ta' l-Isla.", "Jien m'iniex kontra li jsiru ċerti attivitajiet li joħolqu l-kummerċ u affarijiet bħal dawn, imma dawn iridu jkunu skond il-liġi u jirrispettaw id-drittijiet tal-bniedem ukoll.", "L- attivitajiet li jsiru hemmhekk jibqgħu sejrin sa filgħodu b'volum aktar milli suppost u ħadd ma jgħidilhom xejn.", "In-nies jirrapportaw lill- pulizija u ħadd ma jieħu passi.", "Hekk ġejna f'dan il-pajjiż, taparsi l- affarijiet mexjin sew u ħadd ma jieħu passi.", "L-awtoritajiet jgħaddu biż- żmien lin-nies u ħadd ma jerfa' responsabbilta`.", "Issa qed isiru l- attivitajiet anke matul il-ġurnata u jibqgħu sejrin wara nofsinhar ukoll.", "Li tibqa' sejjer wara nofsinhar u żżomm il-livell li għandek iżżomm ma jimportax, imma anke hawnhekk il-livell ta' storbju hu għoli wisq.", "Ma nistgħux nibqgħu serjrin hekk, Sur President.", "Il-proġett tal-VISET mhux għall-cruiseliners suppost li kien magħmul?", "Jew għamluh biex jagħmlu d- discos bil-lejl u bi nhar?", "Jiġifieri dak li sar hemmhekk, minflok sar għall-bastimenti tat-turisti, spiċċa jservi għal dawn l-attivitajiet?", "Dawn lanqas biss qed jimxu mal-linji tal-liġi, Sur President, u għalhekk qed navża minn hawn li se nibda niġbed l-attenzjoni kull meta jsiru rapporti fuq xi attivitajiet li jsiru hemmhekk.", "Beħsiebni nibda ngħid x'ħin sar ir- rapport u f'liema għassa tal-Pulizija sar ħalli nkunu nafu min ma ħax passi u għalhekk nappella lill-awtoritajiet biex jieħdu passi.", "Minn issa 'l quddiem hekk se nibda nagħmel għax f'dan il-pajjiż hekk ikollok tagħmel, issemmi anke l-isem ta' min ikun ħa r-rapport.", "U jien hekk se nibda nagħmel u mhux se noqgħod lura, għax ma jistax ikun li n-nies jibqgħu jċemplu l-għassa biex jirrapportaw u jgħidulhom li m'għandhomx ħin u li se jinbidel ix-shift.", "Ma nistgħux nibqgħu sejrin hekk f'dan il-pajjiż, kulħadd jaħsel idejh, Sur President.", "Nerġa' ngħid, jien determinat li malli jerġgħu jċempluli n-nies jew inċempel jien stess - bħalma għamilt drabi oħra - u ma jeħdux passi, niġi f'dan il-Parlament u nsemmi lil dak li jkun.", "Jiena nitlob lill-awtorita` biex tieħu l-passi u jekk ma jitteħdux passi ngħid li hija kompliċi wkoll.", "Sur President, nixtieq insemmi każ ieħor li għalija juri inġustizzja.", "Min jirkeb il-karozza tal-linja min-naħa tal-Kalkara, fejn hemm il-kanun tal- mija u l-fortizza tar-Rinella, ikollu jħallas 50 ċenteżmu.", "Jekk lit- turisti u nies oħrjan li jżuru dan il-post iridu jiċċarġjawhom 50 ċenteżmu, affarihom imma ma jistax ikun li lir-residenti ta' dawk l-inħawi jiċċarġjawhom 50 ċenteżmu wkoll?", "Tifel li jaqbad il-karozza biex imur l- iskola għandu iħallas 50 ċenteżmu?", "Għandna nsibu soluzzjoni valida u mhux jgħidu lin-nies jgħidulhom biex imorru jistennew f'bus shelter ieħor ħalli ma jeħlux 50 ċenteżmu.", "L-awtoritajiet jafu fejn hu l-bus shelter l-ieħor?", "Qiegħed nofs mil 'il bogħod!", "Għaliex m'għandux isir xi arranġament biex dawn ir-residenti jkunu jistgħu jużaw dan il-bus shelter imma ma jeħlux 50 ċenteżmu.", "Jien nitlob lill-ADT biex tieħu passi ħalli r-residenti t'hemmhekk - qed nitkellem fuq l-area ta' ħdejn Wied Għammieq, fejn m'hemmx aktar minn tliet familji - jiġu eżentati milli jħallsu 50 ċenteżmu meta jirkbu l-karozza tal-linja, imma jkunu jistgħu jħallsu l-fee normali.", "Nispera li din it-talba ma taqax fuq widnejn torox.", "Pero` jekk jiġri hekk, jien se nibqa' nqajjem dan il-punt hawnhekk minn żmien għal żmien sakemm l- affarijiet isiru kif għandhom isiru.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Helena Dalli.", "ONOR.", "HELENA DALLI: Sur President, f'dan l-aġġornament se nitkellem ftit fuq it-trasparenza u l-accountability tax-xandir pubbliku.", "Ix-xandir nazzjonali huwa ffinanzjat mit-taxxi tal-poplu u għalhekk il-poplu Malti għandu dritt ikun jaf x'qed jiġri f'din l-azjenda.", "Huwa tal-mistħija dak li qed naraw jiġri f'din il-kumpannija u huwa ħażin li ħadd ma jagħti rendikont ta' dak li qiegħed jiġri u jridu jkunu l- ġurnalisti li jistaqsu x'inhu jiġri.", "Imbagħad issir xi press conference minn xi membru tal-bord u lill-ministru jagħmlulu intervista f'gazzetta u ma jweġibx waħda mill-mistoqsijiet li għamlulu.", "Rajna paġna sħiħa jew tnejn ta' intervista imma b'ħafna arroganza l-ministru ma weġibx għall- mistoqsijiet li kienet qed tagħmillu l-ġurnalista.", "Kieku l-ministru jiġi f'dan il-Parlament u jagħti rendikont u jispjega x'inhu jiġri, forsi ma niddejjaqx li l-ministru ma weġibx għall-intervista, imma l-ministru lanqas hekk m'għamel.", "Il-Ministru suppost li l-ewwel jitkellem fil-parlament, qabel ma jitkellem mal-ġurnalisti jew qabel ma jagħżel li ma jitkellimx, kif għamel nhar is-Sibt fejn biex idaħħak ta intervista sħiħa mingħajr ma wieġeb mistoqsija waħda.", "Jien nifhem il-mistħija tal-ministru u għalhekk ma setax iwieġeb, imma dan kellu jiġi fil-parlament u jgħid x'inhu jiġri.", "Ftit ilu ħarġet il-politika nazzjonali għax-xandir u, fost affarijiet oħra, din il-politika kienet tgħid li l-bord editorjali għamel short-listing tal-programmi li huwa se jissuġġerixxi lill-bord tad-diretturi għax-scheduling.", "Imma kif sar dan il- proċess u ġew avżati dawk in-nies li ġew short-listed kif ukoll l-oħrajn li ma kenux magħżula, f'daqqa waħda sirna nafu li l-bord tad-diretturi reġa' avża lil dawk li kienu magħżulin u lil dawk li ma kenux magħżulin li l- proċess se jerġa' jsir.", "Għaliex ittieħdet din id-deċiżjoni?", "Hawn xi ħadd li se jagħti rendikont lil dan il-parlament għalfejn qed jiġru dawn il- purċinellati?", "Skond kif qrajt fil-gazzetti - peress li hawnhekk ħadd ma jinformana b'xejn - wieħed mill-programmi li ma ntgħażilx kien il-programm tal-kuġin tal-ministru, il-programm ta' Lou Bondi`, li qiegħed jgħid li ilu 15-il sena jagħmel il-programm.", "X'ġara b'daqshekk, billi ma ntgħażilx il- programm ta' Lou Bondi`?", "Waqgħet id-dinja?", "Allura jekk ikun hawn xi ħadd ieħor li jixtieq jagħmel programm ta' dik il-kwalita` m'għandux ċans jagħmlu sakemm jirtira s-Sur Lou Bondi`?", "Għalhekk reġgħu bdew il-proċess mill-ġdid?", "Ma nafx, jien qiegħda nistaqsi u qed nistaqsi f'dan il- parlament ħalli l-ministru, jekk jogħġbu, jiġi jwieġeb f'dan il-parlament.", "Għadha ma ngħatatx raġuni għalfejn wara li spiċċa x-short-listing, qalu li se jerġgħu jagħmlu l-proċess mill-ġdid.", "Li nafu huwa li wieħed mill- programmi li ma ġiex short-listed huwa l-programm tal-kuġin tal-ministru responsabbli mix-xandir.", "X'messaġġ qegħdin nagħtu b'dan kollu?", "Jiena qrajt dak li ġie rrapportat fil-gazzetti, pero` ma nistax ngħid li dak li nkiteb huwa l-verita`, għaliex min jikteb hekk u min jikteb hekk.", "Għalhekk huwa importanti li l-ministru jiġi jirrispondi f'dan il-parlament.", "F'waħda mill-gazzetti qrajt li l-kjass inqala' għaliex ma ntgħażilx il- programm ta' Lou Bondi`.", "Jekk hu hekk, x'messaġġ qed nagħtu lill-poplu Malti?", "X'messaġġ ta' trasparenza qed nagħtu jekk ikun hemm xi producer li jrid japplika biex jagħmel programm ta' dik il-kwalita`?", "Dan se jgħid li m'għandux ċans li jintgħażel għax jekk ma jintgħażilx Lou Bondi` jqumu l- irvellijiet kollha.", "Nerġa' ngħid li jien ma nafx x'ġara u ħadd ma jaf x'ġara, għajr il-bord editorjali, il-bord tad-diretturi, il-ministru u Lou Bondi' nnifsu.", "Ħadd ma jaf x'ġara għajr dawn in-nies, Sur President.", "Jien naħseb li dak li f'dak li deher fil-gazzetti, kien hemm element ta' spekulazzjoni; raw li Bondi Plus ma ntgħażilx u ħarġuha li għalhekk reġgħu bdew il-proċess.", "Nistgħu f'dan il-parlament inkunu nafu jekk hux din kienet ir-raġuni?", "Fil-każ li hu hekk, lin-nies li qegħdin japplikaw biex jiġu short-listed ngħidulhom biex ma japplikawx għal programm ta' current affairs tat-tip li jagħmel Lou Bondi` għax jekk ma jintgħażilx hu, xorta jreġġgħu l-proċess lura biex jirrimedjaw is-sitwazzjoni.", "Dak hu l-messaġġ li qed nagħtu lill-poplu Malti, Sur President.", "Fejn hi t-trasparenza?", "Għaliex għadni ma smajtx il-verżjoni li suppost tingħata ta' dan it-tgerfix li hu għaddej?", "Dan mhux is-Super One jew in-NET TV; dan huwa l-PBS, l- istazzjon nazzjonali imħallas mit-taxxi tagħna.", "Kif hemm dan il-konflitt kollu għaddej bejn il-bord editorjali u l-bord tad- diretturi u ħadd ma jingħata l-ebda sodisfazzjon?", "Bilfors li l-ġurnalisti jibdew jistaqsu u jispekulaw.", "Li kieku l-ministru kien raġel biżżejjed li jiġi hawnhekk u jgħid x'ġara - kif għandu d-dover li jagħmel – kieku kien jinqata' dan il-ħafna diskors fil-vojt u nkunu nistgħu nkunu fair anke mas- Sur Lou Bondi` għaliex, wara kollox, dak li qed jgħidu l-gazzetti jista' jkun li mhux veru.", "Imma jekk ir-raġuni hija din li qegħdin jgħidu l- ġurnalisti, allura l-messaġġ li qegħdin nagħtu lill-poplu Malti huwa li dak huwa untouchable.", "Lill-poplu Malti qed ngħidulu: Tapplikawx għal xi ħaġa li jista' jagħmel hu, għax jekk ma jintgħażilx hu jqumu l-irwiefen ta' Malta, kif qamu bħalissa.", "Din x'serjeta` hi li bord editorjali li hu nkarigat mix-short-listing tal-programmi – skond il-politika nazzjonali dwar ix-xandir – jgħaddi l-lista tal-programmi lill-board of directors li suppost jiddiskuti x-scheduling skond dak ix-short-listing, u minflok ma jkompli l-proċess, jerġgħu jiftħu l-proċess mill-bidu?", "Din m'hijiex serjeta` u dan m'huwiex il-mod kif jimxu l-affarijiet.", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq settur sensittiv ħafna, fuq ix-xandir ta' l- istat, u ma nistgħux nippermettu li jiġru dawn l-affarijiet.", "Minn fuq, u bl-arroganza kollha, il-ministru la jiġi jispjega f'dan il-parlament u lanqas iwieġeb għall-mistoqsijiet li jsirulu f'intervista li hu stess aċċetta li jagħti.", "Għax ma naħsibx li sfurzawh biex jagħti dik l- intervista, Sur President, u lanqas jinteressani mill-pastażata ta' taparsi intervista li għamel għax ma kienet intervista xejn, kien monologue ta' l- intervistatur.", "M'huwiex xieraq li l-poplu Malti jiġi ttrattat b'dan il-mod.", "Il-poplu Malti qed jistaqsi x'ġara u qed jistaqsi għalfejn l-inkarigu li għandha l-bord editorjali issa ġie sorpassat mill-bord tad-diretturi, xi ħaġa li, skond il-politika nazzjonali dwar ix-xandir, ma tistax issir.", "Anzi l-bord editorjali jista' jagħmel kawża lill-bord tad-diretturi, Sur President.", "Daqshekk qegħdin ngħaffġu hawnhekk u minkejja dan, ħadd minn dawk li huma responsabbli ma qed jitkellem.", "Għaliex qed jiġri dan?", "Għax hemm il-kuġin tal-ministru involut?", "Jiena niddejjaq nagħmel dawn il- mistoqsijiet imma jkolli nagħmilhom għaliex jiena rappreżentanta tal-poplu Malti u n-nies li qegħda nirrappreżenta jiena qegħdin jistaqsuni dawn il- mistoqsijiet.", "Inutli noqgħod nitkeb jew noqgħod inkellem lill-ġurnalisti barra mill-parlament, għax mhux bilfors se ningħata l-verita`.", "Il-verita` trid tiġi mingħand il-ministru hawn ġew għax huwa obbligat li jwieġeb u jgħid il-verita`.", "Il-Ministru huwa obbligat li ma jħallix din il-kummiedja tkompli għaddejja u għalhekk nistenna lill-Ministru Austin Gatt iwieġeb għal dan l- aġġornament.", "Huwa għandu jiġi hawnhekk, jgħid x'inhu jiġri fix-xandir pubbliku u jgħid għalfejn il-board of directors aġixxa b'dan il-mod.", "Għandu jgħid għalfejn il-board of directors waqqa' l-kelma tal-bord editorjali li huwa maħtur biex jara li l-kontenut tax-xandir pubbliku jkun ta' kwalita`?", "Mhux talli mhux se jkollna kontenut ta' kwalita`, talli d- deċiżjoni ta' dan il-bord editorjali spiċċat tapit li fih mesħu saqajhom il- bord tad-diretturi għax qalu li l-proċess se jerġa' jsir.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Kamra hija aġġornata għal nhar l-Erbgħa, 9 ta' Mejju, 2007 fis-6.00 p.m., bl-aġenda kif komunikata mill-Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "ISLA – XIRI TA' FOND", "24897.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru għall-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru tgħid fejn waslet it-talba tal- persuna mill-Isla, li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li applika biex jixtri l-fond tiegħu li sa ftit taż-żmien ilu kien milqut bil- liġi possession and use?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: L-applikazzjoni li rrefera għaliha l-Onor.", "Interpellant qiegħda fil-proċess li jiġi stabbilit il-valur tal-fond.", "CARE AND REPAIR", "24898.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru għall-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru tgħid fejn waslet it-talba tal- persuna minn San Ġwann, li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li aktar minn sena ilu applikat biex tibbenefika mill-inizjattiva care and repair?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li jien tajt għall-mistoqsija parlamentari 20445 f'seduta 429 fil-25 ta' Settembru 2006, dwar l-istess persuna li rrefera għaliha f'din il- mistoqsija.", "Minn dik it-tweġiba jidher ċar li, sa dik id-data, l-persuna ndikata ma kenitx applikat biex tibbenefika mill-inizjattiva tal-Care and Repair, iżda l-Awtorita' tad-Djar xorta kienet se tieħu passi biex tara jekk din il-persuna setgħetx tibbenefika minn din l-inizjattiva.", "Għalhekk mhux il-każ li din il-persuna ilha li applikat aktar minn sena.", "Ninsab infurmata li fil-fatt, minn dak inhar, l-Awtorita' għamlet spezzjoni tal-fond u permezz ta' ittra li ġġib id-data tas-26 ta' Marzu 2007, infurmat lil din il-persuna bil-lista tax-xogħlijiet approvati u talbitha tibgħat stima għall-approvazzjoni tal-perit ta' l-Awtorita'.", "AWTORITA' TAD-DJAR – REGOLAMENTI TA' AVVIŻI 68 U 69", "24899.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l- kopja tal-kundizzjonijiet u r-regolamenti ta' avviż 68 u 69 ta' l-Awtorita' tad-Djar?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 24899, qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja ta' l-Avviżi Numri 68 u 69, maħruġa mill-Awtorita' tad-Djar.", "BIRGU – POST REKWIŻIZZJONAT", "24901.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-fond fil- Birgu, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, hux rekwiżizzjonat jew le?", "Jekk għadu rekwiżizzjonat, hemm xi inkwilini li jabitaw fih?", "Jekk m'għadux, meta ħarġet id-derequisition?", "ONOR.", "TONIO BORG: Proprjeta' rekwiżizzjonata m'hijiex amministrata mit- taqsima proprjeta' tal-Gvern.", "Għaldaqstant nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru kkonċernat.", "TELEFONATI MINN LINJI FISSI", "24990.", "L-ONOR.", "JOSEPH DEBONO GRECH staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq telefonati minn linji fissi fil-ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul ix- xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 globalment?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "XIRI TA' MOBILE PHONES", "24991.", "L-ONOR.", "JOSEPH DEBONO GRECH staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jgħid jekk inxtrawx mobile phones ġodda fil-ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007, u f'każ li fl-affermattiv, kemm-il mobile inxtara, b'liema prezz separatament u għal min kienu?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Matul l-ewwel tlett xhur tas-sena 2007 inxtara mobile phone wieħed għal Kap tas-Segretarjat valur ta' Lm 65.", "Min-naħa ta' l-awtorita' dwar it-trasport inxtraw tliet mobiles li ġew mnaqqsa mill-kreditu li l-ADT għandha mal-Vodafone.", "Dawn kienu għall-VMS Operators NID valur ta' Lm69, għall-Manager HR valur ta' Lm 89 u għad- Director LTD valur ta' Lm 105", "TELEFONATI MINN LINJI FISSI", "24992.", "L-ONOR.", "JOSEPH DEBONO GRECH staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq telefonati minn linji fissi fil-ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 globalment?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ninsab infurmat li n-nefqa globali fuq telefonati minn linji fissi għall-ewwel tlett xhur ta' din is-sena kienet :-", "L-Awtorita' dwar it-Trasport Lm 6,897 Ministeru/Dipartiment Lm 2,000", "Dawn l-ammonti jinkludu telefonati li saru fix-xahar ta' Diċembru għax normalment kont tat-telefon jintbgħat kull xahrejn.", "Għalkemm hemm xi kontijiet tax-xahar ta' Marzu li għadhom ma waslux.", "MFA – SERVIZZ TA' MOBILE PHONES", "24993.", "L-ONOR.", "JOSEPH DEBONO GRECH staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid, f'każ li xi uffiċjal mill-ministeru, dekasteru u enti tiegħu qabeż is-ceiling allokat għal mobile marbut mal- pożizzjoni tiegħu, ittieħdux passi fil-konfront ta' dawn l-uffiċjali matul Jannar, Frar jew Marzu 2007?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Jien infurmat li fil-perijodu indikat l-ebda uffiċċjal mill-ministeru, dekasteru u enti ma qabeż xi ceiling allokat.", "MFA – XIRI TA' MOBILE PHONES", "24994.", "L-ONOR.", "JOSEPH DEBONO GRECH staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid jekk inxtrawx mobile phones ġodda fil- ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007, u f'każ li fl-affermattiv, kemm-il mobile inxtara, b'liema prezz separatament u għal min kienu?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Matul ix-xhur indikati jien infurmat li nxtraw 2 mobile phones għall-prezz ta' Lm 80.00 kull wieħed.", "Dawn iż-żewġ mobile phones jintużaw mis-segretarju privat u mill-assistent segretarju privat.", "MFA - TELEFONATI MINN LINJI FISSI", "24995.", "L-ONOR.", "JOSEPH DEBONO GRECH staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq telefonati minn linji fissi fil-ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 globalment?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: In-nefqa globali fuq telefonati minn linji fissi fil- Ministeru, dekasteru u enti tiegħi inklużi l-Ambaxxati u l-Konsolati kollha matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 kienet ta' Lm 19,841.66 li jinqasmu: Lm 6,214 mill-Ministeru, Lm 13,448.37 mill-Ambaxxati u Konsolati u Lm 179.29 mill-Forum Malta fl-Ewropa.", "AIR MALTA - INĠINIER BARRANI", "25016.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid fuq liema kriterji l-Air Malta għażlet li tingaġġa inġinier barrani fl-istess taqsima fejn telqu inġiniera Maltin bi skemi ta' early retirement?", "Tagħmel sens li l-ewwel tinkoraġixxi lin-nies jitilqu biex imbagħad tpoġġi ħaddiem barrani minflokhom?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "PROVISIONAL TAX", "25017.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hijiex prattika normali li persuna li tkun ħallset provisional tax żejda minflok tieħu refund tara li l-flus li tkun ħallset żejda jmorru sabiex tħallas penali dovuti lill-gvern fil-qasam tat-taxxi?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tingħata tweġiba f'xi seduta oħra.", "KINDERGARTEN STUDIES DIPLOMA COURSES", "25018.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li l-gvern jintroduċi kindergarten studies diploma courses u jekk iva, meta mistenni jsir dan?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-kors li jwassal għall-MCAST BTEC National Diploma in Early Years ilu jiġi offrut mill-2003 b'kollaborazzjoni sħiħa mad-Divizjoni ta' l-Edukazzjoni.", "SKEJJEL TA' L-ISTAT - GENERAL HAND", "25019.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru jgħid jekk hijiex policy aċċettabbli li general hand fi skola tal-gvern jintlab jagħmel xogħol li normalment isir minn nies tas-sengħa?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Skond il-job description tagħhom general hands governattivi għandhom id-dover li :", "jippreparaw materjal jew is-sit tax-xogħol; inaddfu s-sit wara li jitlesta x-xogħol; iħejju għal xogħol ta' plastering; jgħinu fi tqegħid ta' madum; jizbgħu għamara; jagħmlu xogħol ta' tiswija u manutenzjoni; u jieħdu ħsieb pjanti, siġar, arbuxelli, eċċ.", "Jistgħu jitqabbdu jaħdmu wkoll u jieħdu ħsieb makkinarju taħt id-direzzjoni ta' Senior Operative jew Tradesman u jagħmlu tiswijiet u manutenzjoni normali ta' bini.", "General Hands jistgħu jitqabbdu jagħmlu wkoll xogħol ġenerali ta' tindif, bħal ħasil ta' art, tindif ta' twieqi u għamara u tindif ta' toilets, kċejjen u canteen areas, jaraw li jkun hemm il-ħtiġijiet fil-kċejjen, iservu refreshments lill-istaff u vizitaturi u jagħmlu xi qadi.", "SKEJJEL TA' L-ISTAT - ĠARDINARA", "25020.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru jgħid fuq liema loġika ġiet stabbilita s-sistema li meta skola tal-gvern tuża s-servizzi tal-ġardinara tal-ministeru ta' l-edukazzjoni, apparti milli jkollha tħallas għad-diesel ikkunsmat mid-dipartiment konċernat ikollha wkoll tieħu ħsieb tnaddaf il- fdalijiet tas-siġar li jinżabru fil-grounds ta' l-iskola, għaliex il- ġardinara tad-dipartiment ta' l-edukazzjoni mhumiex attrezzati biex jagħmlu dan?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li s-sistema li tapplika d-Divizjoni ta' l- Edukazzjoni dwar is-Sezzjoni tal-Ġardinara titlob lill-iskola konċernata l- ħlas lura tad-diesel ikkunsmat mill-inġenji użati mis-Sezzjoni fis-servizzi li tkun tat lill-iskola.", "L-iskola tintalab ukoll tħallas għall-kiri ta' skip biex tiddisponi mit-tindif tal-biċċiet tal-pjanti li jkunu ġabru l- istess ġardinara.", "Informat ukoll li n-nefqa biex isir dan, isir mill- Maintenance Grant li tingħata lil kull skola mill-istess Diviżjoni ta' l- Edukazzjoni kull sena.", "SAN ĠWANN – ĊINT FAĊĊATA TRIQ UGO CARBONARO", "25021.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Billi ċ-ċint li hemm faċċata ta' Triq Ugo Carbonaro, San Ġwann m'huwiex għoli skond il-liġi f'dawk li huma filati u qiegħed jintuża spiss bħala rubbish dump, jistgħu jittieħdu passi mmedjati kontra s-sidien privati ta' din l-art sabiex jikkonformaw mal-liġi?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Nitlob lill-Onor.", "Membru jiġbed l-attenzjoni tal- Kunsill Lokali rispettiv ħalli tiġi użata l-proċedura li ġiet stabbilita mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) f'każijiet bħal dawn.", "PERSUNI BL-HIV", "25419.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni nfettati bl- HIV u kemm għandhom eta' u kemm persuni f'Malta mietu bl-AIDS?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nixtieq ninforma lil-Onor.", "Interpellant li l- informazzjoni mitluba dwar in-numru ta' każijiet ta' HIV bejn l-2004 u Marzu 2007, li jinkludu l-gruppi ta' etajiet li jaqgħu taħthom dawk milquta, huma kif jidhru fit-tabella hawn taħt:", "| | | |2004 |2 | |2005 |1 | |2006 |5 | |2007 |- |", "SPTAR SAN LUQA - TWELID TA' TRABI", "25420.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' l-Ministru jgħid kemm ommijiet welldu wlied ġewwa l-isptar San Luqa b'unknown father u kemm kellhom eta' dawn l- ommijiet, għas-snin 2005, 2006 u 2007 s'issa?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Is-Sistema Nazzjonali ta' Informazzjoni dwar l- Obstetrika (NOIS) ma tiġborx informazzjoni dwar unknown fathers.", "SPTAR SAN LUQA - OPERAZZJONIJIET TAL-KATARRETTI", "25421.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' l-Ministru jgħid kemm saru operazzjonijiet tal- katarretti ġewwa l-isptar San Luqa matul l-2005, l-2006 u l-2007 s'issa u kemm hemm fuq il-waiting list?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Skond is-surgical operations register ta' l-isptar San Luqa n-numru ta' operazzjonijiet ta' kataretti reġistrati għal matul is- snin 2005, 2006 u l-2007 huwa kif jidher hawn taħt:", "|Sena |Numru ta' | | |Operazzjonijie| | |t | |2005 |1104 | |2006 |1094 | |Jannar - |331 | |Marzu 2007 | |", "In-numru ta' pazjenti fuq il-waiting list bħalissa huwa 4,544.", "DJAR TA' L-ANZJANI – WAITING LIST", "25422.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn anzjani fuq il- waiting list biex jidħlu fir-residenza San Vincenz de Paule jew f'xi dar ta' l-anzjani tal-gvern, separatament?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninforma lil-Onor.", "Interpellant li n-numru ta' anzjani li qegħdin fuq il-waiting list huwa kif ġej:", "|Djar tal-Anzjani |1,225| |San Vinċenz de Paul| | | |544 |", "MELLIEĦA - DAR TA' L-ANZJANI", "25423.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li diġa' applikaw biex jidħlu fid-dar ta' l-anzjani tal-Mellieħa?", "Minn liema lokalita' huma u kemm applikaw għad-day centre?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Sa ftit ta' żmien ilu, fuq l-applikazzjoni għad-dħul ġewwa djar tal-anzjani tal-Gvern ma kinitx inkluża l-opportunita' li wieħed juri preferenza li jidħol fid-dar ta' l-anzjani tal-Mellieħa.", "Kien biss f'dawn l-aħħar jiem, minn mindu beda x-xogħol fuq din id-dar, li din il- preferenza bdiet tiġi offruta u s'issa kien hemm żewġ applikazzjonijiet.", "Madankollu wieħed ma jistax jeskludi li hemm oħrajn li kienu diġa applikaw u li jistgħu jesprimu l-preferenza tagħhom għal din id-dar.", "Dawn ta' l- aħħar jiġu wkoll ikkunsidrati.", "Dwar iċ-ċentru ta' matul il-jum, l-applikazzjonijiet jiġu milqugħa ftit qabel dan iċ-ċentru jibda jopera.", "FAWRAN TAD-DRENAĠĠ", "25457.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru jara li jitmexxa l-każ ta' anzjana, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li tinsab bid-drenaġġ ifur u ma tistax tkompli għaddejja b'din is-sitwazzjoni?", "Tista' tittieħed azzjoni?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l- Ilma għaddiet il-każ imsemmi mill-Onor.", "Interpellant lill-Awtoritajiet tas- Sanita' biex dawn jagħmlu l-investigazzjonijiet tagħhom fuq house connection privat billi jidher li dan hu l-kawża tal-problema.", "LUXOL GROUND", "25557.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru iwieġeb mistoqsija parlamentari 24850 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent u li issa ġiet riferuta lilu, peress li l-ground tal-Luxol qed joħloq inkonvenjent ta' ħsejjes għar-residenti ġirien tiegħu f'Pembroke jistgħu jiġu rikkmandati li jittieħdu passi li jnaqqsu jew itaffu dawn il- ħsejjes?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-ground tas-St.", "Andrews huwa amministrat mill-kumitat tal-klabb tas-St.", "Andrews Luxol, għaqda mhux governattiva u dettalji dwar l-ilmenti tal-ġirien għandhom jiġu diretti lill-klabb ikkonċernat.", "SPTAR ĠENERALI", "25558.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Peress li għaddiet ġimgħa oħra minn meta wieġbet mistoqsija parlamentari 24812, tista' l-Ministru tgħid kienx hemm progress fit-testijiet imsemmija?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li f'dan l-istadju m'għandi xejn iżjed x'inżid mar-risposta li tajt għall-mistoqsija parlamentari 24812.", "URBAN IMPROVEMENT FUND", "25686.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijijiet parlamentari 24806 u 24631 u 25433 u jgħid matul is-sena 2006 liema proġetti f'Malta u Għawdex saru b'fondi (in parti jew totali) ta' l-Urban Improvement Fund tal- MEPA?", "Liema proġetti se jiġu ffinanzjati minn dan il-fond matul is-sena 2007?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: L-informazzjoni mitluba tidher hawn taħt:", "Ħlasijiet mill-fond UIF mindu beda s'issa", "|Lokalitá |Proġetti Approvati | |MARSA |Trasferiti | | |lill-Awtorità dwar | | |it-Trasport (sehem | | |minn spejjeż ta' | | |xogħol fi Triq Ħal | | |Saflieni, Luqa) | |MSIDA |Triq G. DeBono: | | |skavar ta' gandott u | | |kisi b'hot tarmac | | |għal kejbil tad-dawl | |NADUR |Manutenzjoni ta' Triq| | |San Blas | |PAOLA |Manutenzjoni u bini | | |ta' parking spaces | | |konessi ma' Triq | | |il-Belt Valletta |", "Il-kumplament ta' l-informazzjoni għall-mistoqsija qiegħed jinġabar.", "BOTTLE SHOPS", "25688.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jwieġeb it-tagħrif mitlub fil- kumplament tad-domanda parlamentari 25428?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li ma teżistix kategorija ta' bottle shops per se.", "Fil-fatt jeżistu", "i) Kategorija ta' ħwienet li jbiegħu xorb (inkluż dak alkoħoliku) bl- imnut u bl-ingrossa fejn ix-xorb ma jiġix ikkunsmat fuq il-post.", "ii) Kategorija ta' ħwienet fejn ix-xorb jiġi kkunsmat fil-post", "Qabel is-sena 2002, il-liċenzja għal dawn iż-żewg kategoriji kienu jinħargu mill-pulizija.", "Mis-sena 2002 'l hawn il-liċenzji għall-ħwienet ta' l-ewwel kategorija bdew jiġu proċessati mit-Trading Licensing Unit fi ħdan id- Diviżjoni għall- Kummerċ filwaqt li tat-tieni kategorija bdew jinħargu mill- Awtorita' Maltija għat-Turiżmu (MTA).", "Dan ifisser li ma kienx hemm kategorija li kienet mad-Divizjoni tal-Kummerc u marret mal-MTA.", "Imma kien hemm zewg kategoriji waħda marret għand id- Diviżjoni tal-Kummerċ u waħda marret għand l-MTA kif spjegajt aktar qabel.", "2.", "Rekwiżiti", "A) Rekwiżiti mid-Diviżjoni għall-Kummerċ għall-applikazzjoni ta' kategorija ta' ħanut fejn ix-xorb ma jiġix ikkunsmat fuq il-post:", "i) Dettalji tal-applikant u tal-post; ii) Ċertifikat tas-Sanita'; iii) Ċertifikat tal-MEPA; iv) Pjanta tal-post bil-metri kwadri; v) Kuntratt tal-kera jew rċevuta ta' l-aħħar kera (meta l-post ikun mikri) vi) Ħlas tal-liċenzja", "B) Rekwiżiti mill-MTA għall-Kategorija ta' ħanut fejn jiġi kkunsmat alkoħol fuq il-post; i) Dettalji tal-applikant u l-post; ii) Site plan u layout plan; iii) Lm20 application fee; iv) Il-kunsens tad-Dipartiment tal-Artijiet jekk il-post hux qiegħed fuq proprjeta' tal-Gvern u kopja tal-Memorandum and Articles", "Jekk l-informazzjoni tiġi meqjusa aċċettabli mill-MTA jiġu mitluba wkoll:", "v) MEPA permit vi) Ċertifikat ta' Food and Drinks handler vii) Ċertifikat mis-Sanita' tal-Proprjeta' viii) Ċertifikat mid-Drainage Department viiii) Indikazzjoni tal-esperjenza fis-settur", "SERVIZZI TA' KAROZZI TAL-KIRI", "25691.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm stabbilmenti/kumpaniji li jipprovdu servizz tal-karozzi tal-kiri fl-inħawi ta' San Pawl il-Baħar, Buġibba, Qawra u Xemxija?", "Għaliex il-Ministru qiegħed iqis sempliċement dan in-numru bħala ta' natura kummerċjali meta ministri kollegi taw informazzjoni simili f'oqsma oħra li tlabthom?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Normalment l-ADT ma żżomx l-informazzjoni mitluba skond il-lokalita', liema nformazzjoni fil-fehma tagħha hija ta' interess kummerċjali.", "Hija minħabba l-ħin meħtieġ sabiex tinġabar din l- informazzjoni li hu ta' diffikulta sabiex il-mistoqsija tkun imwieġba.", "Jekk l-Onor.", "Membru jinsisti, din l-informazzjoni tiġi kompilata u tingħata meta tinġabar kollha.", "APPARTAMENT TAL-GVERN - SAQAF", "25693.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Jista' jiġi vverifikat jekk is-saqaf ta' fuq l- appartament, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, għandux bżonn li jingħata l-membrane peress li qed jidħlu ħafna ilmijiet u jagħmlu ħsara lis-saqaf u l-ħitan tal-familja li tgħix hemm?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Għaddejt it-talba ta' l-Onor.", "Interpellant lid- Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar biex jinvestiga u jieħu l-azzjoni meħtieġa.", "MĠARR - TRIQ SAN PAWL", "25701.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 25430 u jikkonferma jekk il-parti ta' Triq San Pawl fl-Imġarr li qiegħda ssir bħalissa hijiex tinbena fuq il-linja t-tajba peress li tidher li qiegħda toħroġ 'il barra mil-linja tat-triq eżistenti?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "ZEBBUĠ - TREJQET L-ANDAR", "25705.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għal Għawdex: Peress li Trejqet l-Andar fiż-Żebbuġ Għawdex tinsab fi stat ħażin ħafna u għadha torba b'inkonvenjent kbir għar-residenti tat-triq, tista' l-Ministru tgħid meta ser tiġi asfaltata din it-triq?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Jiena nfurmata li x-xogħol fuq din it-triq huwa ppjanat li jsir aktar tard matul din is-sena.", "MINISTERU GĦAL GĦAWDEX - KONSULENZI", "25706.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għal Għawdex: B'referenza għal mistoqsija parlamentari 23633 li saret fis-7 ta' Frar, 2007 u li s'issa għadha ma ġiet mwieġba, tista' l-Ministru twieġeb id- domanda?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill- Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.", "MINISTERU TAS-SAĦĦA - KAROZZA JAGUAR", "25707.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' l-Ministru jgħid jekk il-karozza tat-tip Jaguar tal-ministeru hiex mikrija jew mixtrija?", "Jekk mikrija, mingħand min mikrija u b'liema rata kuljum hi mikrija?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Il-karozza tat-tip Jaguar tal-Ministeru inxtrat fit- 23 ta' Awissu 2001.", "SKOLA TA' L-ARTI U L-ARTIĠJANTI", "25708.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid għal liema raġuni l-ispecialised tools li hemm fil-kaxxi ta' l-iskola ta' l-arti u l-artiġjant Wistin Camilleri mhux qed jitpoġġew a dispożizzjoni ta' l-istudenti biex ikunu jistgħu jużawhom?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Ninsab infurmata li l-ispecialised tools li hemm fil-kaxxi ta' l-iskola ta' l-Arti u Artiġjanat, Wistin Camilleri, hu apparat ġdid mixtri sabiex jitwaħħal u jiġi wżat mill-istudenti fil-wing il- ġdida.", "Dan l-apparat qed jiġi temporanjament maħżun ġewwa l-iskola sabiex ma tiġrilux ħsara.", "VALLETTA - CVA", "25709.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Issa li ġiet fis-seħħ is-sistema ta' CVA u ż-żona pedonali fil- Belt, jista' l-Ministru jgħid liema huma t-toroq li minnhom wieħed jista' jidħol u joħroġ mill-Belt?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "MALTA ENTERPRISE - IMPRENDITURI GĦAWDXIN", "25710.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 24354 u jelenka skemi/inċentivi/sussidji offruti mill-Malta Enterprise lill-imprendituri Għawdxin; jgħid kemm ilhom viġġenti dawn l-iskemi/inċenvitivi/sussidji u kemm ibbenefikaw f'dawn l-aħħar ħames snin minn kull skema/inċentiv/sussidju?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-iskemi kollha pubblikati taħt il-Business Promotion Act kif ukoll skemi oħrajn pubblikati taħt liġijiet differenti huma kollha applikabli għal Għawdex.", "Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra t-tabella li tagħti l-informazzjoni mitluba.", "GOZO CHANNEL - CREW", "25711.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 24352 u 24440 jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm crew tal-Gozo Channel li telaq f'dawn l-aħħar sentejn?", "Jista' jgħid meta u jekk il-post vakant reġgħex ġie mimli?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninsab infurmat li fl-aħħar sentejn, mill-ewwel ta' Marzu 2005, il-membri tal-crew li ħallew il-Kumpanija (bejn riżenji, irtirar jew terminati), kienu:-", "|Gradi |Numru| |Kaptana |4 | |Chief Officers|1 | |Chief |3 | |Engineers | | |2nd Engineers |3 | |Bosuns |2 | |Seamen |5 | |Customer |1 | |Service | | |Officers | | |Motorman |1 |", "F'dak l-istess żmien ġew impjegati erba' (4) chief officers (wieħed f'Ġunju 2006, tnejn f'Ottubru 2006, u wieħed fi Frar 2007) u erba'(4) enġiniera (wieħed f'Novembru 2005 u tlieta fi Frar 2006).", "ĦADDIEMA BIR-REDUCED HOURS", "25712.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 24043 jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm mill-ħaddiema msemmija qegħdin bir- reduced hours?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li hemm erba' membri nisa li qegħdin bir- reduced hours.", "DĦUL MIT-TARIFFA TAS-CVA", "25713.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jgħid jekk id-dħul mit-tariffa ta' CVA hux se jinqasam bejn il-kuntrattur li jipprovdi s-sistema, il-Kunsill Lokali tal- Belt u l-gvern?", "Min hu l-kuntrattur li qiegħed iħaddem din is-sistema?", "F'liema persentaġġi se jinqasam dan id-dħul?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "CVA - VETTURI EŻENTATI MILL-ĦLAS", "25714.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' vetturi li sal-lum huma eżentati mill-ħlas ta' CVA għad-dħul fil-Belt?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Għadu kmieni li wieħed jagħti n-numru ta' vetturi eżentati għaliex it-talbiet għall-eżenzjoni għadhom qegħdin jidħlu u wara jridu jiġu evalwati minn bord imwaqqaf skond l-avviż legali li jirregola s- sistema.", "PENSJONANTI - SUSSIDJU", "25717.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru tivverifika għaliex il-persuni li d- dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament u li t-tnejn huma pensjonanti ma ngħatawx il-formola għas-sussidju fuq is-surcharge tal-kontijiet ta' l- elettriku u l-ilma?", "F'każi fejn bi żvista ma jintbagħtux l- applikazzjonijiet, minn fejn tista' persuna tiġbor l-applikazzjoni?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Ninsab infurmata li l-persuni ndikati mill-Onor.", "Interpellant ġew infurmati bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali dwar il-każ tagħhom.", "Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija, l-applikazzjoni tista' tinġabar minn xi wieħed mill-uffiċċji distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali jew mit-Taqsima tal-Customer Care fl-Uffiċċju Ċentrali l-Belt jew billi wieħed iċempel SPIC fuq numru 159.", "ATTARD - TRIQ IT-TAĦĦAN U TRIQ Z-ZAHAR", "25726.", "L-ONOR.", "DAVID AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 25518, jista' l-Ministru jgħid x'fadal xogħol xi jsir u meta hu mistenni jitlesta x-xogħol fi Triq it-Taħħan u Triq iz-Zahar f'H'Attard?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ninsab infurmat li x-xogħol fi Triq it-Taħħan f'Ħ'Attard ser jibda x-xogħol fiha fil-ġranet li ġejjin.", "Rigward Triq iż-Żahar, l-Awtorita' dwar it-Trasport qed tipprepara l- proċeduri meħtieġa biex issir expropriation, ħalli t-triq tkun tista' titwessa' qabel ma tinkesa bit-tarmak.", "REGOLAMENTI TAD-DIVERTIMENT", "25750.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta huwa mistenni li jkun lest ir-rapport tal-kumitat li twaqqaf apposta biex jistudja u jirrikmanda tibdil fir-regolamenti tad-divertiment wara l-mewta traġika ta' tfajla lejliet l-ewwel tas-sena ta' sentejn ilu?", "Kemm-il darba ltaqa' s'issa dan il-kumitat?", "ONOR.", "TONIO BORG: M'għandi xejn x'inżid mat-tweġiba li jiena tajt għal mistoqsija parlamentari 24010.", "SPEED CAMERAS - ĊITAZZJONIJIET", "25752.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw ċitazzjonijiet globalment permezz tal-cameras tat-traffiku minħabba sewqan eċċessiv?", "Jista' jelenka kemm ħarġu ċitazzjonijiet min kull camera tat-traffiku fl-istess żmien?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ninsab infurmat li l-informazzjoni miżmuma mill-ADT hija amalgamata f'distretti kif muri hawn taħt:", "Distrett Nru ta' ċitazzjonijiet (minn Ġunju 2005 sa Marzu 2007)", "Sliema 31,574 Qormi 12,695 North 3,503 B'Kara 358", "Id-distrett ta' Sliema jikkonsisti f'żewġ cameras ġo Regional Road (li bħalissa qed tiffunzjona waħda biss minħabba x-xogholijiet li qed isiru fuq il-pont) u camera oħra ġo Pembroke.", "Fid-distrett ta' Ħal Qormi hemm 4 cameras; 2 ġo Mriehel By-Pass u 2 ġo Ħaż Żebbuġ.", "In-North District jinkludi camera waħda li qabel kienet installata ġox- Xemxija u llum-il ġurnata qeda nsallata ġo Burmarrad.", "Id-distrett ta' B'Kara jinkludi biss camera waħda li hemm ġo Ħ'Attard.", "WARDENS - ĊITAZZJONIJIET", "25753.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm daħħlu flus minn ċitazzjonijiet mogħtija minn wardens għall-ksur tar-regolamenti tat- traffiku fis-sena sħiħa 2006?", "Jista' jgħid kemm daħħlu flus s'issa fl- ewwel erba' xhur ta' din is-sena?", "Kemm għal 2006 u kemm fl-ewwel erba' xhur tas-sena kien id-dħul minħabba sewqan eċċessiv wara li nġibdu ritratti bil-cameras tat-traffiku?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li billi li l- informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar, tingħata tweġiba f'xi seduta oħra.", "ĊITAZZJONIJIET TAT-TRAFFIKU", "25754.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kif jinqasmu l-flus li jinġabru minn ċitazzjonijiet mogħtija mill-wardens jew minn dawk mogħtija wara ritratti meħuda mill-camera tat-traffiku minħabba sewqan eċċessiv?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li billi li l- informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar, tingħata tweġiba f'xi seduta oħra.", "GĦALLIEMA PART-TIME", "25756.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru jgħid jekk teżistix tariffa minima nazzjonali dwar kemm għandhom jitħallsu għalliema li jaħdmu part-time kemm ma' l-Istat, mal-Knisja u mal-iskejjel indipendenti?", "Din it-tariffa hija għall-iskejjel kollha inkluż dawk li jgħallmu l-Ingliż lill-barranin, l- ħjata, hairdressing, etc?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-materja hi regolata mill-Ordni tal- Kunsill tal-Pagi għall-Iskejjel Privati li jirregola l-pagi u li hija applikabbli għall-teachers part-time li huma mpjegati fl-iskejjel kollha, barra minn dawk l-iskejjel imwaqqfin u mmexxijin mill-Gvern Malti jew l- Universita' ta' Malta.", "SKEJJEL - ILMENTI MINN ĠENITURI", "25757.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru jgħid matul din is-sena skolastika s'issa kemm kien hemm ilmenti minn ġenituri kontra għalliema fl-iskejjel tal-Istat?", "Jista' jgħid dwar x'hiex kienu l-ilmenti?", "Kemm minn dawn l- ilmenti kienu ppruvati u x'passi ttieħdu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li matul din is-sena kien hemm ilment wieħed anonimu bil-miktub dwar għalliema fl-Iskejjel ta' l-Istat.", "Dan il-każ kien ġie riżolt xhur qabel ma sar l-istess ilment.", "INCOME TAX - ARRETRATI", "25784.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 25071 u jgħid kemm hu n-numru ta' persuni/kumpanniji/households/ intraprendituri (separatament) li fil-preżent għandhom arranġament sabiex iħallsu l- arretrati tal-kontijiet pendenti għat-taxxa ta' l-income?", "Jista' jipprovdi l-istess tagħrif għall-aħħar ħames snin, sena b'sena?", "Għal kemm snin imur lura l-aħħar pagament dovut?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tingħata tweġiba f'xi seduta oħra.", "PULIZIJA - KAŻI TA' SERQ", "25834.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew imwettqa serqiet matul April 2007?", "Jista' jikklassifika s-serq?", "Jista' jgħid kemm ġew solvuti serq matul April 2007?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi matul April ta' l-2007, il-każi ta' serq li ġew irrapurtati lill-Pulizija kienu kif jidher hawn taħt, filwaqt li matul l-istess xahar il-Pulizija solviet 35 każ ta' serq li f'14 minnhom diġa' nbdew proċeduri kriminali quddiem il-Qorti.", "|Hold up |6 | |Pick Pocketing|16| |Snatch & grab |12| |Serq minn |2 | |dgħajjes | | |Serq ta' |3 | |dgħajjes | | |Serq ta' |24| |karozzi | | |Serq minn |15| |karozzi |2 | |Serq minn |42| |residenzi | | |Serq minn |20| |barijiet/lukan| | |di | | |Serq minn |2 | |xtajtiet | | |Serq minn |4 | |fabbriki | | |Serq minn |14| |ħwienet | | |Serq ieħor |27| | |0 |", "PULIZIJA – AMMONT TA'REATI", "25835.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew imwettqa reati matul April 2007?", "Jista' jikklassifika r-reati?", "Jista' jgħid kemm ġew solvuti reati matul April 2007?", "ONOR.", "TONIO BORG: Matul April ta' l-2007, ir-reati li ġew irrapurtati lill- pulizija kienu kif jidher hawn taħt, filwaqt illi matul l-istess xahar kien hemm 55 persuna misjuba ħatja ta' reati kriminali.", "|Against |4 | |morals/honour – | | |family | | |Arson |11 | |Attempted |64 | |offences | | |Bodily harm |84 | |Computer misuse |5 | |Damage |227| |Drugs |21 | |Forgery |4 | |Fraud |8 | |Illegal |9 | |immigration | | |Infanticide/aband|2 | |on of child | | |Perjury/false |1 | |swearing | | |Prostitution |8 | |Sexual offences |3 | |Theft |567| |Threats and |4 | |private violence | | |Violence against |5 | |public officers | |", "PULIZIJA - RIŻENJA TA' MEMBRI", "25836.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm irriżenjaw membri tal-Korp tal-Pulizija matul is-sena 2006 u bejn Jannar 2007 u April 2007?", "Jista' jikkategorizza bejn rank u ieħor?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi n-numru ta' membri tal-Korp li rriżenjaw matul is-sena 2006 u bejn Jannar u April ta' l-2007 hu kif ġej:-", "| |PS |PC |WPC| |2006 |1 |8 |4 | |2007 |- |3 |1 |", "PULIZIJA – GRAD TA' SPETTUR", "25837.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jintervjeni biex jassigura li s-surġenti tal-korp tal-pulizija li ggradwaw b'dottorat tal-liġi u li ngħataw il-warrant biex jipprattikaw bħala avukati fil-Qrati jingħataw il- grad ta' spettur mingħajr żieda fl-irbit kuntrattwali aktar minn dak li kienu oriġinarjament marbutin bih meta kienu ssieħbu fil-kors tal-liġi snin ilu?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fis-sejħa li kienet ħarġet fl-2000, kif ukoll f'dawk preċedenti, sabiex membri tal-korp jiġu sponsorjati sabiex isegwu kors fil-fakulta' tal-liġi, qatt ma kien speċifikat li wara li wieħed jiggradwa, ikun awtomatikament intitolat għal xi promozzjoni.", "Il-kors ta' l-ispetturi huwa strutturalment differenti minn dak li wieħed isegwi sabiex jikseb grad akkademiku mill-fakulta' tal-liġi.", "Dan il-kors jinkludi fih suġġetti oħra importanti fosthom, l-investigazzjonijiet tar- reati, proċedura amministrattiva relatata max-xogħol ta' spettur, leadership skills, prevenzjoni ta' kriminalita', kif ukoll it-tmexxija effettiva ta' l-għases u branki tal-korp.", "Għaldaqstant, u bħal ma sar fis-snin l-imgħoddija ma' applikanti li kienu ggradwaw mill-fakulta' tal-liġi, fosthom ukoll wieħed b'dottorat, f'dan il- każ irid isir ukoll l-irbit kuntrattwali skond ma' kif tispeċifika s-sejħa għall-applikazzjonijiet relattiva.", "PULIZIJA – VAKANZI FIR-RANK TA' SPETTUR", "25838.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid f'liema stadju jinsab il-proċess tas-sejħa biex jimtlew postijiet vakanti għal rank ta' spettur fil-Korp tal-Pulizija?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li issa li għalqu l-applikazzjonijiet għas-sejħa ta' postijiet sabiex jimtlew vakanzi fil-grad ta' Spettur tal-Pulizija, l-applikazzjonijiet qegħdin jiġu eżaminati minn Bord ta' l-Għażla sabiex jiġi determinat li l-applikanti jissodisfaw il-kriterji mitluba fis-sejħa li dehret fil-Gazzetta tal-Gvern Nru: 18,053 ta' l-20 ta' Marzu, 2007.", "Sussegwentament, wara dan il-proċess, mistenni jingħata bidu fil-futur qarib għall-eżami tal-effiċjenza fiżika.", "TRASFERIMENT TAL-MALTACOM LIL TECOM - AVUKATI", "25839.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid liema kienet id-ditta ta' avukati li rrappreżentat lill-kumpannija estera TECOM fit-trasferiment tal-Maltacom lill-istess TECOM?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi għar-risposta li tajt għall-mistoqsija parlamentari 19602.", "ZEBBUĠ – ARBLU TAD-DAWL F'IMDINA ROAD", "25844.", "L-ONOR.", "DAVID AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk arblu tad-dawl fi Mdina Road, Zebbuġ - ftit l-isfel mill-iskola St Dorothy, jistax jitranġa?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "ZEBBUĠ – MERA F'IMDINA ROAD", "25845.", "L-ONOR.", "DAVID AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jgħid jekk tistax tinbidel mera fi Mdina Road, Zebbuġ - ftit l-isfel mill-iskola St Dorothy, li tkisret minħabba l- irjiħat?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Se jsiru l-ispezzjonijiet meħtieġa sabiex din il- mera tkun tista' tinbidel."]} {"filename": "19951018_461d_par.doc", "date": "1995-10-18", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Uffiċjali u Rivedut) IS-SEBA' PARLAMENT Seduta Nru. 461 L-Erbgħa, 18 ta' Ottubru, 1995 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati Malta Prezz Lm1 IS-SEBA' PARLAMENT Seduta Nru. 461", "L-Erbgħa, 18 ta' Ottubru, 1995", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament il-Palazz, il-Belt Valletta fis-6.06 p.m.", "Talba", "Seduta Nru. 461", "L-Erbgħa, 17 ta' Ottubru, 1995", "WERREJ", "MINUTI 1", "MISTOQSIJIET TWEĠIBIET ORALI 1", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA 9", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IS-SIGURTA' SOĊJALI", "SOCIAL SECURITY (AMENDMENT) BILL- It-Tielet Qari 10", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ORDINANZA DWAR L-GĦAJNUNA", "LILL-INDUSTRIJI", "AIDS TO INDUSTRIES (AMENDMENT) BILL-It-Tieni Qari 10", "AĠĠORNAMENT 32", "MISTOQSIJIET IMWIEĠBA BIL-MIKTUB 40", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 460 li saret fis-17 ta' Ottubru, 1995 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET TWEĠIBIET ORALI", "BANEK - LOHOMBUS - ĦLAS TA' PAGAMENTI B'LURA", "28020.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Sandro Schembri Adami) staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta' pagamenti b'lura li għad iridu jitħallsu lil-Lohombus għas-sena korrenti?", "Kemm fil-fatt tħallsu lura?", "Xahar b'xahar għall-istess b'liema rata ta' interessi qed isir il-ħlas lura?", "Kemm hemm każijiet fil-qorti fejn il-Lohombus fittex lil min ma ħallasx u f'dan il-każ kemm kien l-ammont li tħallas u li għad irid jitħallas?", "Kemm kienu l-każi tas-subbasti fejn il-Lohombus ħa over is-security li tkun offerta ma' każ li ma jkunx sar il-pagament xahar b'xahar għal din is- sena?", "ONOR.", "JOHN DALLI (Ministru tal-Finanzi): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li r-risposta għal din il-mistoqsija parlamentari hija kif ġej:", "jekk l-Onor.", "Interpellant qiegħed jirriferi għall-ħlasijiet ta' installments li kellhom isiru u ma sarux għandi l-pjaċir ninformah li dawn jammontaw għal 0.7796% - fil-31 t'Awissu - tal-ħlasijiet kollha dovuti;", "nitlob mill-ġdid lill-Onor.", "Interpellant biex jekk jogħġbu jerġa' jippreżenta l-mistoqsija tiegħu għax kif inhi ma tinftiehemx;", "in-numru ta' każijiet li hemm fil-qorti fejn il-Lohombus fittex lil min ma ħallasx huwa ta' tnejn; il-kawżi għadhom pendenti u fil-mori ta' dawn iż- żewġ kawżi ma tħallas l-ebda bilanċ matul l-1995 f'ebda xahar; u matul l- 1995 kien hemm tliet każijiet fejn proprjeta' ġiet liberata favur il- Lohombus fil-proċeduri tas-subbasta - waħda f'Jannar, oħra f'April u oħra f'Ġunju.", "BANEK - LOHOMBUS - FAĊILITAJIET SANITARJI", "28021.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Sandro Schembri Adami) staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew jiswew it- toilets li jintużaw apposta għall-klijenti tal-Lohombus Bank Limited f'każ li jkollhom jagħmlu użu minnhom huma u jistennew il-kuntratti jsiru?", "F'liema floor jinsabu?", "Kemm hemm ta' l-irġiel u kemm hemm tan-nisa?", "Jista' l-Ministru jagħti breakdown tan-nefqa tagħhom?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għall-mistoqsija parlamentari nru.", "27984 li għamel hu stess.", "DJAR - KUMPENS LILL-FAMILJA BEZZINA", "28023.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Sandro Schembri Adami) staqsa lill-Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li Mrs Concetta Bezzina ta' 51, Joseph Stivala Str, Paola - għan-nom ta' terzi u tagħha wkoll - għadha ma ngħatatx il-kumpens dovut lilha bil-liġi wara li twaqqa' fond 55, Eagle Str, Cospicua li jiġi fuq Santa Liena, u dan wara li l-klijenta tagħha msemmija ssupplixxiet id- dokumenti kollha msemmija?", "Jaf il-Ministru li dawn lanqas kirja m'huma qed jieħdu?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO (Ministru tal-Ġustizzja u Kultura) (f'isem il- Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd): Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "DIPARTIMENT TAS-SIGURTA' SOĊJALI - KONTRIBUZZJONI SOĊJALI", "28025.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Sandro Schembri Adami) staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jara li Simon Zammit ta' Block A/7 St. Lucia Street, Valletta jieħu l-flus lura tal- kontribuzzjoni soċjali li nżammlu sakemm rebaħ appell mill-Awtorita' tax- Xogħol?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru għall-Iżvilupp Soċjali): Il-materja ġiet riferuta lid-Dipartiment konċernat.", "PENSJONIJIET - KAŻ TA' LAWRENCE MIFSUD", "28036.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Sandro Schembri Adami) staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jara jekk Lawrence Mifsud ta' \"MarJohn\", Sacred Heart Street, Paola, hux intitolat għal pensjoni minn Malta peress li dan ma ħadimx f'Malta u jirċievi pensjoni Awstraljana?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-materja ġiet riferuta lid-Dipartiment konċernat.", "DIPARTIMENT TAS-SIGURTA' SOĊJALI - KAŻ TA' MARY MALLIA", "28037.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Sandro Schembri Adami) staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jara li ex-nurse Mary Mallia ta' Madrid, Flt 2, Mimosa Street, Gwardamangia, ID No. 421937(M) NI.", "No. B 085162, li ġiet meqjusa bħala mhux tajba għax-xogħol darbtejn - darba mill-isptar Sir Paul Boffa fid-9/6/95 u darba minn St. Luke's fil-25/7/95 - tibda tieħu l-benefiċċju tagħha minn Malta, peress li l-aħħar cheque li ħadet fil-25/5/95 wasal minn Għawdex u din il-mara qed ikollha kull darba titla' Għawdex biex titkellem u baqgħet ma ħadet xejn?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-materja ġiet riferuta lid-Dipartiment konċernat.", "SATELLITE EQUIPMENT - IMPORTATURI", "28243.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Reno Calleja) staqsa lill- Ministru tal-Ġustizzja u Kultura: Jista' l-Ministru jgħid għaliex l- importaturi tas-satellite equipment ikollhom iħallsu dazju ta' 7% minbarra l-VAT meta dawn jimportaw tagħmir minn barra l-Ewropa filwaqt li kumpannija li tipprovdi l-cable television tħallas il-VAT biss biex tipprovdi s- servizz?", "Fil-fatt il-Melita Cable Television tħallas dazju fuq it-tagħmir u affarijiet oħra li timporta?", "Jekk il-qagħda hi hekk, ma jidhirlux l- Ministru li l-Melita Cable Television għandha vantaġġ mhux mistħoqq fuq dawk in-negozjanti li jimportaw tagħmir tas-satelliti?", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Nissuġġerixxi lill-Onor.", "Interpellant li jindirizza din il-mistoqsija lill-Ministeru konċernat.", "MR SPEAKER (Onor. Lawrence Gonzi): L-Onor.", "Lino Spiteri.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Nista' ntenni s-suġġeriment li għamilt kemm-il darba hawnhekk, jiġifieri li meta jiġu riferuti mistoqsijiet li jkunu jidhru li m'humiex tal-ministru li huma ndirizzati għalih, jiġu redirected mill- iSkrivan tal-Kamra, fi kliem ieħor li dan ikun awtorizzat li jagħmel hekk?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Fuq dan il-punt naħseb li dak li qed jgħid l-Onor.", "Spiteri huwa ta' min isegwih, pero' l-ewwel wieħed irid iqis id- domanda.", "Meta jkun hemm ċertu grey area bejn ministeru u ieħor naħseb li l- Onor. Spiteri għandu raġun, pero' meta wieħed qed jitkellem fuq il-VAT ċertament mistoqsija bħal din ma għandhiex issir lill-Ministru responsabbli mix-xandir imma lill-Ministru responsabbli mill-finanzi.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Spiteri.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Hawn ngħid li jien għamilt il-kumment tiegħi f'kontest ġenerali u mhux għax ġiet riferuta lill-Ministru responsabbli mix- xandir.", "Naf li l-Ministru responsabbli mix-xandir għandu ħafna x'jagħmel għax kemm-il darba narawh fuq it-television qiegħed jagħmel dak li għandu x'jagħmel.", "MELITA CABLE TELEVISION - KWESTJONI MAL-KUMPANNIJA TAT-TELE PIU'", "28244.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Reno Calleja) staqsa lill- Ministru tal-Ġustizzja u Kultura: Jista' l-Ministru jgħid kif baqgħet il-kwestjoni li kellha l-Melita Cable Television mal-kumpannija li tħaddem iċ-Channel \"Tele Piu'\" li qed jallegaw li l-Melita Cable Television qed tisraq programmi minn tagħha?", "Kif baqgħet il-kwestjoni li hemm bejn l- Melita Television u l-iSky TV li kienu qed jallegaw li l-Melita Cable Television kienu qed juru films ta' l-iSky TV bla permess?", "Ma jidhirlux l-Gvern li m'għandux iħalli kumpanniji Maltin jiksru l-liġi tal-copywrite meta tant qed isostni li ħadd ma jista' jirrekordja films fuq il-video u programmi għall-computer minħabba pressjoni li saret mill- Amerikani?", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Nirreferi l-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li kont tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 15329.", "SKEJJEL - ST.", "EDWARDS - MIŻATI", "28245.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Reno Calleja) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jaf il-Ministru li l-Iskola ta' St. Edwards għolliet il-miżati b'Lm100 kull term?", "Kellhom permess jagħmlu dan?", "Ma jidhirlux l-Ministru li din l-iskola qed tisraq lill- ġenituri għax jafu li hemm domanda kbira għat-tagħlim fl-iskejjel privati?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (Ministru ta' l-Ambjent, f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani): Skond ir-regolamenti relevanti, il- Ministeru ta' l-Edukazzjoni għandu jiġi nfurmat b'xi żidiet fil-miżati ta' l-iskejjel privati almenu xahar qabel tibda s-sena skolastika.", "Fil-każ ta' l-iskola imsemmija l-informazzjoni sottomessa kienet li żieda fil-miżati għas-sena skolastika 1995/96 kienet se tvarja bejn Lm15 u Lm45 kull term għat-tfal fil-livell primarju u sekondarju, skond il-klassi u mhux b'Lm100 kull term.", "Din iż-żieda fil-miżati ġiet spjegata bħala waħda li l-bżonn tagħha joħroġ mill-infiq previst mill-iskola għal din is-sena skolastika.", "Inżid ngħid li f'dan il-każ, il-miżati jinkludu l-ikel ta' nofs inhar u l- \"basic stationery\".", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Lino Spiteri, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Mr Speaker, dan li se ngħid huwa fuq is-suġġett ta' l-edukazzjoni u mhux fuq il-mistoqsija nnifisha.", "Il-Ministru ta' l- Edukazzjoni mhux qiegħed hawn imma dan li se ngħid iktar jikkonċerna lill- Ministru tal-Politika Soċjali.", "Jikkonsidra l-Gvern - hawn m'iniex nirreferi għall-ebda ministru - li għandu jeduka hu stess lill-edukaturi dwar aspett ta' l-edukazzjoni li qed jiżviluppa fil-pajjiż - is-Sinjorija Tiegħek hija familjari ma' dan - biex ikun hemm iżjed awareness tat-tfal li għandhom ħtieġa speċjali u waqt li qed jitgħallmu fi klassi, biex ngħidulha hekk, normali jkollhom ukoll l-għajnuna ta' facilitator - hekk insejħulu.", "Din xi ħaġa meħtieġa allavolja min jersaq biex jagħmel din, jiġifieri jqabbad facilitator biex jieħu ħsieb lill-uliedu b'żieda mat-teacher fil- klassi ħalli b'hekk igawdi t-tifel jew tifla mingħajr ma jkun hemm detriment għat-tfal l-oħra, ikun irid iġorr piż sostanzjali.", "Imma qiegħed jirriżultali li mhux l-iskejjel kollha jgħarrfu kemm hija ħaġa tajba li tippermetti din il-kwalita' ta' għajnuna għal dawn it-tfal bi ħteġijiet speċjali.", "Jikkonsidra l-Gvern - hawn nistieden lill-Ministru Galea jirreaġixxi - li bla ma jimponi xejn fuq ħadd jirrakkomanda li iżjed skejjel ikunu amenable għal dan it-tip ta' flessibilita' fit-tagħlim?", "Jista' jiġi konsidrat ukoll li l-Gvern stess li diġa' naf li qed iħarreġ ċerti facilitators, jalloka iżjed riżorsi f'dan il-qasam għax - hawn naħseb li dan tista' tikkonfermah iżjed minni s-Sinjorija Tiegħek - il-ħtieġa għal iżjed riżorsi qiegħda dejjem tinħass iżjed u iżjed.", "MR SPEAKER: Il-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Kif qed jindika l-istess Onor. Membru, il-Gvern diġa' imbarka f'din it-triq biex jiffaċilita iktar it-tagħlim u l-edukazzjoni ta' persuni bi bżonnijiet speċjali u b'xi diżabilita' fis-saff ta' l- edukazzjoni li huwa tat-tfal li aħna nsejħulhom normali fil-main stream ta' l-edukazzjoni tas-sistema edukattiva tagħna.", "Fil-fatt fis-sena li għaddiet u anke fis-sena ta' qabilha kellna esperjenza ta' tfal li kellhom xi forma ta' diżabilita' u kienu qegħdin jattendu fi skola normali, primarja u sekondarja, u ġie allokat lilhom facilitator jew carer bil-ħsieb li jgħin lit-teacher fil-qadi tad-dmirijiet tagħha fil-konfront tal-klassi in ġenerali u biex jagħti attenzjoni partikolari lil din il-persuna b'xi diżabilita'.", "F'dawn iċ-ċirkostanzi normalment ir-rata tkun aktarx ta' 1:1, jiġifieri skond il-forma tad-diżabilita' li jkun hemm.", "Skond kif qal ukoll l-Onor.", "Membru hemm min qiegħed jiġi mħarreġ f'dan il-kamp biex b'hekk ikollna aktar nies li jkunu jistgħu jagħtu dan is-servizz u allura niffaċilitaw li aktar tfal u anke ġenituri jiġu mħajra jibagħtu lil uliedhom fl-iskejjel normali tagħna, sew primarji kif ukoll sekondarji.", "Fil-fatt għadna qed niltaqgħu ma' diffikultajiet daparti l-ġenituri għaliex kultant il-ġenituri stess ma japprezzawx biżżejjed il-potenzjal ta' uliedhom u allura mill-ewwel donnhom jiddeċiedu li ladarba hemm xi forma ta' diżabilita' posthom ma jkunx ma' tfal li m'għandhomx diżabilita' imma f'xi post speċjalizzat - forsi wieħed jasal biex jifhmu dan.", "Hawnhekk naqbel ħafna ma' l-Onor.", "Lino Spiteri dwar il-ħtieġa ta' aktar edukazzjoni, aktar tagħrif u aktar inċentiv.", "Forsi wieħed jista' jifhem ftit inqas ir-reżistenza ta' kapijiet u ta' għalliema ta' l-iskejjel.", "Qed ikollna din it-tip ta' reżistenza li formalment f'xi każijiet ma tintwerhiex fis-sens li jaċċettaw il-policy b'mod u manjiera li allura jekk ikun hemm tfal ta' dan it-tip jiġu aċċettati imma m'hemmx dik il-positive action, dik l-inizjattiva u dak is-sens ta' impenn li evidentement huwa meħtieġ sew daparti ta' l-għalliema kif ukoll daparti tal-kapijiet biex din it-tip ta' edukazzjoni għal persuni b'diżabilita' ma tkunx ħaġa biss ta' formalita' jew ta' policy imma tkun eżatt bħal dik ta' tfal oħra, jiġifieri mezz ta' żvilupp, ta' formazzjoni u mezz ta' tqanqil tal-ħinijiet residwi li jkollhom dawn il-persuni b'diżabilita'.", "Li għandna hawn hija kwestjoni ta' mentalita', ta' reżistenzi li rridu negħlbu.", "Naħseb li f'dan il-kamp il-fakulta' ta' l-edukazzjoni qiegħda tgħin ħafna għax hemm distinzjoni bejn dawk l-għalliema li għandhom ċerta eta' u ċerta formazzjoni u dawk l- għalliema l-ġodda li - jien kelli l-esperjenza niltaqa' magħhom - għadhom kif ħadu l-B.Educ. u jridu proprju li jkollhom minn dawn l-esperjenzi fil- kassijiet tagħhom.", "Dawn huma għalliema li riedu li m'humiex jaħarbu l-klassijiet diffikultużi ta' tfal li jista' jkollhom problemi ta' ritard jew inkella kwestjonijiet li jkunu waqgħu lura fl-iskola imma għalliema li riedu l-isfida illi jittrattaw huma u jgħinu fl- iżvilupp tfal li għandhom bżonnijiet speċjali.", "Nirrikonoxxi l-fatt li hawn bżonn ta' aktar riżorsi f'dan il-kamp biex l-iskejjel jiġu iktar aċċessibbli u biex f'dawn il-klassijiet ikun hemm l-għodda u l-faċilitajiet meħtieġa.", "Nittama li aktar ma jgħaddi ż-żmien inkunu nistgħu nissodisfaw iktar din l-esiġenza.", "PULIZIJA - KAŻ TA' SQALLI BL-ISEM CORRADO", "28246.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Reno Calleja) staqsa lill- Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid jekk ċertu Sqalli b'isem ta' Corrado li fl-10 ta' Awissu ta' l-1987 kien inqabad fl-ibħra Maltin bl- iskuna Skala, għadux projbit milli jidħol Malta?", "Jekk iva, jaf li xi żmien ilu kien għand familja minn Ħaż Żebbuġ fejn attenda għal party tal-magħmudija?", "Kif daħal Malta dan l-Isqalli?", "Jaf il-Ministru li għandi ilmenti minn sajjieda f'Marsaxlokk li dan rama għal lampuki u qed jidħol fl-ibħra territorjali ta' Malta?", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern): Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħtini aktar dettalji dwar il-każ.", "Il-pulizija jafu b'aktar minn 15-il persuna Taljana bl-isem ta' Corrado.", "Rigward l-aħħar parti tad-domanda inwieġeb fin-negattiv.", "Ma kontx naf li l- Onor. Interpellant għandu lmenti ta' din ix-xorta.", "IBĦRA MALTIN - SAJD MILL-BARRANIN", "28247.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Reno Calleja) staqsa lill-Prim Ministru: Jaf il-Prim Ministru li sajjieda Taljani qed ikunu jkarkru għal ħut fl-area magħrufa bħala l-Barranija fil-Lvant ta' Malta, u ċioe' fl- ibħra territorjali ta' Malta?", "Jista' l-Prim Ministru jordna lill-Armata biex toqgħod għassa għal dawn is-sajjieda Sqallin li qed jagħmlu ħsara fix- xbieki tas-sajjieda Maltin?", "Jaf li dawn is-sajjieda Sqallin ikunu lejn area oħra magħrufa bħala Il-Qasir?", "Jistgħu l-patrol boats ta' l-Armata joqogħdu aktar attenti biex jinqata' dan l-abbuż?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Prim Ministru): Ninsab informat li l-Armata tagħmel patrols regolari fl-inħawi magħrufa bħala Hurd Bank kemm bil-patrol boats kif ukoll mill-ajru, u se tibqa' tagħmel dan kull meta jkun hemm l- inqas ħjiel li jkun qed isir xi sajd mill-barranin fl-ibħra Maltin.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Salvu Sant.", "ONOR.", "SALVU SANT: Jista' l-Prim Ministru għallinqas jara li l-istess supervision issir anke ġol-portijiet tagħna għax min ikun ħdejn il-baħar fis-sajf jara anke Maltin bit-tkarkir u ħadd ma jagħti kashom.", "Tarahom jorganizzaw ruħhom fil-għaxija jew fil-għodu u Alla jbierek inċemplu kemm inċemplu ħadd ma jagħti kasna.", "Jiġifieri barra li għandna nagħtu kas x'jagħmlu l-barranin irridu naraw ukoll x'jagħmlu l-Maltin stess.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Naturalment id-domanda hija differenti għax l- Onor. Calleja li għamel id-domanda li hawn imniżżla kien qed jitkellem fuq l-ibħra li huma riżervati għas-sajd tal-Maltin u mhux fuq l-ibħra iktar qrib ix-xtut tagħna fejn l-Onor.", "Sant qed jgħid li hemm ksur tal-liġijiet ukoll mill-Maltin stess.", "Naħseb illi huwa d-dmir tagħna lkoll li naraw li l-liġijiet ma jinkisrux pero' m'iniex f'pożizzjoni li ngħid jekk kienx hawn okkażjonijiet ta' ksur ta' din il-liġi li tipprojbixxi tkarkir li semma l- Onor. Sant.", "Għar-rigward tad-domanda oriġinali nerġa' ngħid li l-Armata tagħmel il-patrols b'mod regolari.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jista' l-Prim Ministru jgħidli jekk ir-Radar Surveillance System hijiex taħdem kif suppost taħdem u jekk fil-kas li Prim Ministru jikkonferma li din is-sistema qed taħdem, ma jidhirlux li b'din is- sistema għandu jkun jaf li fit-territorial waters ikun hemm bastimenti li qed ibaħħru u anke dawk li jidhru li qegħdin stazzjonati - dan jfisser li qed jagħmlu xi xogħol bħal sajd - u allura għandu jintbagħat il-helicopter jew il-patrol boat - helicopter huwa iktar fast - biex jara jekk dawn l- opri jkunux qed jistadu jew inkella jkunu qed jagħmlu xi xogħol ieħor illegali.", "MR SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Naturalment bis-sistema tar-radar wieħed qiegħed f'pożizzjoni li jissorvelja aħjar l-ibħra - fil-fatt hekk isir - u rrid inżid li kull indikazzjoni li tingħad li jkun hemm xi ksur ta' drittijiet ta' Malta dawn jiġu mill-ewwel investigati, jiġifieri l- pożizzjoni hi li ssir surveillance bir-radar u naturalment dan qed jgħin biex din is-surveillance tkun iktar effiċjenti.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jista' l-Prim Ministru jgħidli minn kemm ilha mwaqqfa din is-surveillance system, kemm-il każ irrapporta min hu in charge u in command tagħha biex ikunu jistgħu joħorġu l-helicopter u l-patrol-boat biex jispezzjonaw u jaraw x'inhu jsir illegali jew kemm-il każ inqabad għax ingħatat informazzjoni b'din is-sistema?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jiddispjaċini li lill-Onor.", "Mizzi ma nistax nagħtih risposta għax bħalissa m'għandix l-informazzjoni f'idejja.", "Jekk jagħmilli domanda u jkolli r-risposta nkun nista' nagħtihielu, pero' m'għandix il-file biex inkun nista' nikkonsulta minnu u nirrispondih.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Peress li kif qed jispjega l-Prim Ministru qed jgħid li din is-sistema qed taħdem u skond hu la ma qalx li hemm xi nuqqasijiet allura qed tiffunzjona perfetta, jista' jgħidli kif bastiment jaħrab mill- port u din is-sistema li tant hija perfetta u kif għidt qabel ukoll qabel taħdem, ma tinnotax li bastiment illi ma nforma lil ebda awtorita' fil-port ħareġ barra mill-port bla ma ndunaw?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jekk l-Onor.", "Membru huwa kompetenti ħafna biex jagħtini xi pariri jiena lest li naċċettahom.", "Jiena m'iniex kompetenti mil- lat tekniku u jekk għandu xi domanda speċifika li jrid jagħmel jagħmilha u jien nirrispondih, pero' ma nġorrx miegħi l-informazzjoni kollha li jkollu d-dipartiment.", "MARSAXLOKK - TRIQ G. GRAVINA - ART ŻGĦIRA", "28248.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Reno Calleja) staqsa lill- Ministru għall-Ambjent: Jaf il-Ministru li fi Triq G. Gravina, f'Marsaxlokk hemm biċċa plot żgħira bejn il-bini li mhix mibnija li qed isservi ta' miżbla u minħabba l-ħmieġ li jkun hemm f'din l-art żdingata qed jitrabbew il-ġrieden li qed jidħlu għand in-nies?", "Jista' d-Dipartiment għall-Ambjent inaddaf din il-biċċa art żgħira, jħawwilha bil-pjanti w l- fjuri u jsir taraġ żgħir biex ir-residenti jkunu jistgħu jaqsmu għat-triq l- oħra?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat- tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru.", "25712 f'seduta nru.", "409.", "DIPARTIMENT TAS-SAĦĦA - HEALTH ASSISTANTS", "28497.", "L-ONOR.", "EDWIN S. GRECH staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Ma jidhirlux il-Ministru li dawk il-health assistants li se jsiru nursing aides se ssir inġustizzja magħhom billi se jitpoġġew fl- Iskala 15?", "Dan billi skond il-ftehim, wara li diġa' għamlu kors ta' sentejn, il-health assistants intalbu biex min irid minnhom joqgħod għal kors ieħor ta' ħames xhur u eżami biex ikunu jistgħu jitilgħu minn Skala 16 għal Skala 15.", "Mentri l-ftehim għall-industrijali jgħid li dawk li qegħdin fi Skala 16 jitilgħu għal Skala 15 wara tliet snin, u wara ħames snin jitilgħu għal Skala 14, dejjem mingħajr eżami.", "B'hekk jidher li l- industrijali se jkunu vvantaġġjati fuq il-health assistants (nursing aides) billi jkunu fi skala iktar għolja.", "Ma jidhirlux l-Ministru li dan kien żball u għandu jiġi rrimedjat?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li l-Health Assistants li se jsiru Nursing Aides se jitpoġġew fi Skala 15 skond il-ftehim milħuq bejn il-Gvern u l-Unions f'Mejju 1993.", "DIPARTIMENT TAS-SAĦĦA - PARAMEDIC AIDE", "28498.", "L-ONOR.", "EDWIN S. GRECH staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid jekk id-Dipartiment tas-Saħħa għandux il-ħsieb li joħloq il-grad ġdid ta' paramedic aide u jkun jinkludi fih fost oħrajn dawk il-laboratory technicians li jikkwalifikaw permezz ta' ċertifikat?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk dan il-grad ta' paramedic aide kienx inkorporat fil-ftehim finali tal-gradi paramediċi?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-materja qed tiġi kkonsidrata.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jista' l-Ministru jekk jogħġbu jispjega x'inhi l- pożizzjoni tal-paramedics li huma casual?", "Jidher li qed tiżviluppa sistema fejn il-casual paramedics fid-Dipartiment tas-Saħħa speċifikament fl- Isptar ta' St. Luke's u f'postijiet oħra, qegħdin jintalbu jagħmlu xogħol u jieħdu postijiet ta' nies li huma full time, qegħdin jagħmlu xogħol li huwa full time u m'humiex qed jiġu skedati b'mod li huwa ġust għalihom.", "Għandu xi kummenti l-Ministru dwar dan?", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mill-informazzjoni li għandi issa proprju minn dak li naf jien ma nafx li hemm karigi ta' paramediċi li huma ...", "Fuq każi ta' paramediċi li huma fuq bażi casual ma nafx li hemm.", "Is-sitwazzjoni tan- nurses hija differenti minħabba l-preponderanza ta' nisa f'din il- professjoni u allura anke minħabba l-fatt li huma miżżewġin u anke ommijiet li għadhom qegħdin irabbu.", "Fis-sitwazzjoni tal-lum hemm il- possibilita' li omm li hija nurse tista' tidħol biex tagħmel xogħol fuq bażi ta' time-table li hija flessibbli.", "F'ħafna każijiet din it-time-table tiġi miftiehma ma' l-omm in partikolari skond l-esiġenzi tagħha.", "Hemm min jagħżel li jaħdem roster bil-lejl biss, hemm min jagħżel li jaħdem in-nofs ta' nhar ta' filgħodu u hemm min jagħżel li jaħdem in-nofs ta' nhar ta' filgħaxija f'ċerti sigħat partikolari.", "Dawn huma rimunerati u għandhom kondizzjonijiet li jappartjenu għal din il-kategorija ta' casual employees fis-settur pubbliku.", "Dan japplika għal kull min hu każwali, jiġifieri jitħallsu pro-rata kull siegħa u m'hemm l-ebda kondizzjoni oħra ta' xogħol.", "Il-punt li qanqal il-Kap ta' l-Oppożizzjoni huwa punt li l-ewwelnett qiegħed iħasseb u jdejjaq lil min hu mpjegat f'din il-kategorija u huwa punt li qiegħed jiġi diskuss sew miegħi u ma' sħabi u wkoll fil-livell tad- Dipartiment biex jiġi rikonsidrat qafas differenti ta' kondizzjonijiet għal din il-kategorija partikolari.", "B'dan il-mod in-nurses li jridu jaħdmu fuq bażi każwali, għalkemm ikunu każwali jkunu fl-istess ħin regolari, jiġifieri qed jagħtuk servizz day in day out, week in week out b'ċertu regolarita'.", "F'dan ir-rigward qegħdin nikkonsidraw biex naraw jekk huwiex il-każ li wieħed ibiddel, biex ngħid hekk, ir-relazzjoni kuntrattwali ta' bejn il-Gvern u din il-kategorija ta' mpjiegi sew biex din il-kategorija tkun qiegħda tiġi trattata u tifhem anke hi nnifisha li qiegħda tiġi trattata b'mod ġust u anke biex inkunu nistgħu nattiraw, biex ngħid hekk, persuni f'dan l-impjieg.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Qed nifhem tajjeb lill-Ministru li qed jgħid li jirriżultalu li l-mod kif inhuma mpjegati l-casual nurses bħalissa fis- sistema ta' St Luke's li għalkemm jidhru li huma qegħdin f'pożizzjoni li jistgħu jagħżlu x'jagħmlu u ma jagħmlux, effettivament qed iservu ta' stopgaps għall-problemi li qegħdin jinqalgħu, qed jingħataw kondizzjonijiet li xi kultant huma komparati ma' dawk ta' full-timers imma huma agħar minnhom u li effettivament meta tħares lejn il-kontribut li qed jagħtu, qed jagħtu kontribut qawwi li fuq ir-rati ta' casuals li għandhom bħalissa u bil-kondizzjonijiet ta' casuals li għandhom bħalissa m'humiex qegħdin jingħataw it-trattament xieraq li jistħoqqilhom għal dan ix-xogħol li qed jagħtu?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: M'hemmx dubju li din il-kategorija ta' nurses fl- isptarijiet tagħna qiegħda tagħti kontribut ta' validita' b'mod ġenerali kbir.", "Wieħed irid ukoll jagħmel distinzjoni għaliex il-prattika kienet dejjem li l-impjegati li huma ngaġġati fuq bażi full-time u li allura tista' tiddependi fuqhom mija fil-mija skond ir-roster li jkunu fih, dejjem jingħataw ċertu pożizzjonijiet li jeħtieġu ċerta dipendibilita'.", "Min-naħa l-oħra fil-każ ta' nurses li huma casual minħabba n-natura stess ta' l- impjieg - għax ma rridux ninsew li l-casual nurse tista' f'daqqa waħda tgħidlek li l-għada m'hijiex se tirraporta għax-xogħol għaliex m'hemm l- ebda rabta kuntrattwali li biex tieħu l-leave jew is-sick leave neċessarjament trid tavżak, jiġifieri ma tridx issegwi l-istess kondizzjonijiet li jsegwu l-full-timers - dawn bilfors trid tużahom bħala relievers, trid tużahom fis-sitwazzjoni emerġenti li jkollok ġo sptar għaliex naqsulek, mardulek jew assentaw ruħhom nurses oħra u jrid ikollok pool minn fejn inti tipprovdi dawn in-nurses.", "Pero' qiegħda tiżviluppa sitwazzjoni fejn dawn li qegħdin insejħulhom casual nurses fil-fatt ikunu nurses li qegħdin jipprovdulek numru ta' sigħat ta' xogħol f'post partikolari u dan qegħdin nittrattawh ukoll.", "Dan qegħdin niddiskutuh bejnietna u ltqajna anke ma' rappreżentazzjonijiet minn gruppi ta' dawn in- nurses biex nifhmu magħhom u mal-hospital nursing managers kif l-aħjar wieħed jiffitjahom.", "Waħda mill-problemi li jilmentaw minnha hija li ġieli jkollok sitwazzjoni fejn nurse li qiegħda taħdem full-time m'hijiex qiegħda tagħti l-istess load ta' xogħol daqskemm qiegħda tagħti nurse li hija casual u din hija xi ħaġa li nixtiequ li nikkorreġu.", "Naturalment jiena m'iniex il-persuna direttament kompetetni li ngħid kif imma din hija materja li nqabdet u nispera li ma jgħaddix ħafna żmien meta jkun hemm proposti ġodda ta' kif għandhom jiġu mħaddma, impjegati u stamati dawn il- casual nurses.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet issa għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru għall-Ambjent.", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "\"Kopja tar-Rapport Annwali tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma għas-sena 1994/1995.\".", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IS-SIGURTA' SOĊJALI", "SOCIAL SECURITY (AMENDMENT) BILL", "MR SPEAKER: Il-Ministru jekk jogħġbu jressaq it-Tielet Qari.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Speaker, nipproponi t-Tielet Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali.", "MR SPEAKER: Min jissekonda, jekk jogħġobkom?", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali, Kap. 318\", ikun moqri t-Tielet Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tielet Darba u għadda.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ORDINANZA DWAR L-GĦAJNUNA LILL-INDUSTRIJI", "AIDS TO INDUSTRIES (AMENDMENT) BILL", "MR SPEAKER: Il-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi, jekk jogħġbu, iressaq it-Tieni Qari.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomici): Nipproponi t- Tieni Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Ordinanza dwar l-GĦajnuna lill-Industriji\".", "MR SPEAKER: Min jissekonda jekk jogħġobkom?", "ONOR.", "RICHARD MUSCAT (Segretarju Parlamentari): Nissekonda.", "MR SPEAKER: Hawn rimarki, jekk jogħġobkom?", "Il-Ministru Bonnici.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Speaker, l-għan prinċipali ta' din l-emenda għall-Ordinanza dwar l-Għajnuna lill-Industriji huwa li nestendu ċerta għajnuna li tingħata lis-settur tal-lukandi b'mod li jkunu jikkwalifikaw lukandi jew biex ngħid hekk guest houses li għandhom inqas minn 80 sodda.", "Jekk wieħed iħares lejn din l-emenda u jqabbilha ma' dak li hemm fl-Att preżenti jsib li bażikament hemm żewġ bidliet u waħda minnhom hija dik li, kif diġa' għidt, qegħdin inneħħu l-kwalifika li kien hemm, jiġifieri li l- lukandi li jistgħu jibbenefikaw minn din l-għajnuna jrid ikollhom ikollhom iktar minn 80 sodda.", "Biex inkun iktar preċiż se naqra d-definition li għandna fl-Att prinċipali u mbagħad naqra wkoll l-emenda li qed tiġi proposta.", "Fil-fatt f'section 2 ta' l-Att prinċipali nsibu li:", "\"\"hotel\" includes any number of constructions suitably furnished and equipped, with accomodation in single or double bedrooms for not less than 80 guests, ...\".", "Issa f'dan l-Abbozz \"not less than 80 guests\" qegħdin inneħħuha biex inkunu f'pożizzjoni li dawk il-lukandi li għandhom inqas minn 80 sodda jkunu jistgħu jibbenefikaw ukoll minn din l-assistenza li iktar 'il quddiem se nispjega x'tinvolvi.", "Ta' min jgħid ukoll li fid-definizzjoni l-ġdida qegħdin ninkludu wkoll il-guest houses peress li din ma kinitx inkluża fl- Att prinċipali.", "Kif diġa' għidt, l-iskop għal dan kollu huwa li noffru iktar għajnuna lis-settur tal-lukandi li qabel forsi kien diskriminat fis- sens li lukanda żgħira ma kenitx tibbenefika minn ċerta assistenza.", "Aħna nħossu li wieħed mill-pjanijiet prinċipali għas-settur tat-turiżmu huwa li ninkoraġġixxu l-upgrading, ir-rinovazzjoni u ninkoraġġixxu wkoll li l- lukandi jibdew itejbu iktar u iktar il-faċilitajiet tagħhom.", "Fil-fatt għal dan l-għan diġa' kienet qed tingħata ammont sostanzjali ta' assistenza pero' din kienet limitata għal dawk il-lukandi li għandhom iktar minn 80 sodda.", "Aħna jidhrilna li meta llum hawn ċerti żviluppi fejn kultant lukandi żgħar ikunu iktar esklussivi u mmirati għat-turist li jirrendi iktar, għandna wkoll nintroduċu faċilita' anke lil dawn il-lukandi żgħar billi jibbenefikaw minn din l-assistenza li diġa' qed tingħata lil hotels oħra.", "Issa ħalli nispjega x'tinvolvi din l-assistenza.", "Mr Speaker, bażikament through the Aids to Industries Ordinance hemm il- poter li wieħed jeżenta mid-dazju ċertu investiment li jsir għall- upgrading.", "Fil-fatt fl-1991 kienet ħarġet legal notice li tispjega sewwa sew x'jikkwalifika għal din it-tip ta' assistenza, bħal meta wieħed jibni lukanda, tourist village jew itejjeb il-livell tal-lukanda tiegħu minn 4- Star għal 5-Star.", "Pero' hawnhekk qed ninkludu wkoll upgrading ta' major refurbishment programme of hotel or tourist village complex u l- introduzzjoni ta' amenities li jkunu parti mil-lukanda jew mit-tourist village complex.", "F'dawn il-każijiet l-assistenza li tingħata hija li hemm customs duty exemption u nista' ngħid li fuq l-aħħar snin din l-eżenzjoni li kienet tapplika biss għal dawk il-lukandi li kellhom iktar minn 80 sodda kienet tirrendi assistenza mhux ħażin.", "Hawnhekk ta' min jgħid li għal din l-assistenza fl-1992 kien hemm madwar 450 applikazzjoni, fl-1993 kien hemm 419 applikazzjoni u fl-1994 kien hemm 470 applikazzjoni.", "Dan kollu jindika l-investiment li qed isir u li sar partikolarment fis-settur turistiku - dak tal-lukandi - u hawnhekk tajjeb wieħed jgħid li huwa stmat li l-valur ta' l-eżenzjoni tal-customs duty li ngħatat kienet medja ta' madwar Lm1 miljun fis-sena.", "Kultant wieħed jaħseb li fil-fatt din it-tip ta' assistenza ma ssarrafx wisq u l-verita' hija li b'dan il-mod l-eżenzjoni tad-dazju fuq l-importazzjoni ta' ċerti prodotti li jiġu utilizzati għar-refurbishment jew l-upgrading tal-lukandi s'issa kienet medja ta' Lm1 miljun fis-sena.", "Naturalment issa se nkunu f'pożizzjoni li din l-assistenza tista' tiġi extended lil-lukandi li huma iktar żgħar u għandhom inqas minn 80 sodda.", "Mr Speaker, huwa veru li bil-bidliet li saru fl-1 ta' Jannar din is-sena ħafna mid-dazji mill-Ewropa tnaqqsu jew tneħħew minn fuq prodotti li wieħed jimporta, pero' għad għandna dazji fuq prodotti li ġejjin minn barra mill- Ewropa.", "Jekk wieħed jara x'jitolbu l-lukandi meta jitolbu customs duty exemption isib li diversi prodotti ...", "Per eżempju, mill-informazzjoni li għandi l-air-conditioners jiġu minn barra mill-Ewropa, fuqhom għandhom customs duty u naturalment din tista' tiġi mneħħija jekk il-proġett ikun aċċettat għax jista' jkun li jkun hemm każijiet fejn l-espansjoni ma titqiesx bħala waħda li tikkwalifika.", "Kif għidt, fil-fatt hemm legal notice li tkopri x'jikkwalifika f'dawn l-oqsma.", "Pero' mbagħad insibu computerised telephones, diversi affarijiet li għandhom x'jaqsmu mat- tessuti bħal curtains, affarijiet ta' furniture li jkunu qegħdin jiġu miksija b'dan il-materjal, cutlery, crockery, decorative crockery, bed linen u carpeting.", "Dawn il- prodotti kollha fil-fatt jitolbu dazju forsi inqas qawwi mill-passat, pero' għad hemm dazju minn barra l-Unjoni Ewropea u allura jagħmel sens li biex wieħed jgħin lill-industrija jipprovdi wkoll l-eżenzjoni mid-dazju.", "Naturalment jekk ikun hemm il-VAT, il-hotel din l-VAT terġa' tirkupraha.", "Jiġifieri wieħed għalhekk jillimita din il-customs duty u jkun tajjeb li meta wieħed qiegħed iħares lejn dan l-upgrading aħna nkunu nistgħu noffru din it-tip ta' eżenzjoni mhux biss lill hotels li għandhom iktar minn 80 sodda imma anke lil dawk li għandhom inqas minn 80 sodda biex b'hekk aħna ngħinu wkoll lill-lukandi li huma pjuttost aktar limitati fid-daqs bħalma ngħinu l-lukandi l-kbar.", "Jiġifieri l-iskop ta' din l-emenda huwa pjuttost straight forward li nagħtu l-eżenzjoni mid-dazju fejn il-każ ikun ġustifikat lill-lukandi li huma ta' ċertu daqs.", "Jien naħseb li din l-emenda m'għandhiex tkun kontroversjali fis-sens li din hija għajnuna lis-settur li huwa importanti għall-ekonomija tagħna u importanti li nippromwovu l-investiment, l-upgrading u li jkollna lukandi ta' ċertu daqs mhux kbar biss imma jkunu lukandi aktar limitati għaliex fil- fatt f'diversi każi ssib li lukanda ta' 80 sodda tkun aktar esklussiva u tkun aktar importanti li allura wieħed irid jippromwoviha wkoll.", "Jien naħseb li din l-emenda għandha ċerta importanza fis-sens li qiegħda wkoll tgħid li aħna qegħdin ngħinu lil dan is-settur jagħmel restructuring u kif diġa' semmejt fl-aħħar tliet snin dawn il-customs duty exemptions ammontaw għal Lm1 miljun fis-sena.", "Din hija għajnuna u assistenza li tingħata u kultant tajjeb li s-settur turistiku jkun konxju minn din l-għajnuna għaliex meta wieħed jara li l-mijiet ta' applikazzjonijiet għal eżenzjoni - per eżempju, fl-1994 kien hemm 470 applikazzjoni - b'kollox jammontaw għal Lm1 miljun mill-ewwel jinduna li din m'hix ċifra żgħira u li din hija assistenza importanti għas-settur tat-turiżmu.", "Mr Speaker, nagħlaq hawnhekk għaliex kif diġa' għidt naħseb li din hija emenda pjuttost self-explanatary u straight forward, emenda li fil-fehma tiegħi hija aktar ġusta għaliex m'aħniex qed nħarsu biss lejn il-lukandi l- kbar pero' qed nżommu maż-żmenijiet tagħna li kultant ikollok sitwazzjonijiet fejn jiġu mibnija wkoll lukandi żgħar.", "Dawn il-lukandi ż- żgħar kultant ikollhom ċertu valur miżjud mit-turisti li jiġu fihom, il- valur ikun aktar għoli u allura aktar ta' benefiċċju għal pajjiżna.", "Meta jkollok dawn it-tip ta' lukandi l-employment level fihom jekk teħodha għal kull turist naturalment ikun daqsxejn akbar ukoll, jiġifieri l-employment implications għal dawn it-tip ta' lukandi peress li jkunu aktar upmarket jkun aktar għoli.", "Fl-istess ħin nkunu f'pożizzjoni biex lil dawk il- lukandi li għadhom ma laħqux il-livell li wieħed jixtieq nagħtuhom l- opportunita' li fuq l-materjal li jimportaw minn barra mill-Unjoni Ewropea, partikolarment mill-Far East, li jkunu eżentati mid-dazju.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Tony Nicholl.", "ONOR.", "TONY NICHOLL: Mr Speaker, nibda biex ngħid li l-Ewwel Qari ta' dan l-Abbozz ta' Liġi dwar l-Għajnuna lill-Industrija kien tressaq mill-ex- Ministru George Bonello Du Puis fl-10 ta' Mejju ta' l-1994 u l-Gvern Nazzjonalista ħa sena u nofs biex din l-emenda jġibha għad-diskussjoni li forsi vera mhix kontroversjali.", "Il-Ministru qal li għandu jgħin u jappoġġja l-industrija tat-turiżmu u jien naqbel miegħu mija fil-mija, iżda b'danakollu l-Gvern għoġbu jħalli din l-emenda 18-il xahar qabel ma jressaqha għat-Tieni Qari.", "Daqshekk jagħtu importanza lill-industrija tat- turiżmu!", "Din hi l-urġenza kollha li qed juri l-Gvern u l-appoġġ sħiħ li qed jagħti lill-industrija tat-turiżmu!", "L-industrija tat-turiżmu hija s-sisien u l-pedament ta' l-ekonomija Maltija - warajja se jitkellem sieħbi l-Onor.", "Karmenu Vella u m'għandix dubju li għandu biżżejjed dettalji f'idu biex jagħti prova ta' dan li qed ngħid.", "Aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar tinħass l-importanza u d-dipendenza qawwija li għandha l-ekonomija Maltija fuq l-industrija tat-turiżmu.", "Tant hu hekk li jekk tħares lejn l- Economic Survey ta' l-1994 ssib li d-dħul mit-turiżmu tela' għal Lm 240 miljun.", "M'iniex se ndejjaq lis-Sinjorija Tiegħek b'ħafna dettalji iżda se jkolli nsemmi ftit ċifri biex nuri l-importanza ta' l-industrija tat-turiżmu fl-ekonomija ta' Malta.", "Nerġa' ngħid li skond l-Economic Survey id-dħul fl-1994 qabeż il-Lm240 miljun - dan ifisser 25% ta' l-esportazzjoni.", "Mela minn kull Lm4 f'foreign exchange li daħħalna Lm1 ġiet mit-turiżmu.", "Dejjem skond l- Economic Survey fil-qasam turistiku l-fulltime employment laħaq in-numru ta' 9,310; mela skond l-istatistika maħruġa mill-Gvern għandna 9,310 ħaddiem impjegat fulltime.", "Il-Ministru u l-kollegi tiegħi jafu wkoll li lanqas tista' tikkwantifika n-numru ta' ħaddiema li indirettament jaqilgħu l-għajxien tagħhom mill-industrija tat-turiżmu.", "Jien qed insemmi ċ-ċifra ta' 9,310 li huma direttament impjegati skond l-istatistika.", "Barra minn hekk jekk hemm qasam fejn l-black economy hija rampanti huwa fit-turiżmu - din m'hijiex xi ħaġa limitata għal Malta biss - għax huwa fatt aċċettat li fejn hemm it-turiżmu għandek persentaġġ qawwi ta' black economy.", "Jien nitkellem ma' min hu midħla ta' din l-industrija u jgħidu li hemm eluf ta' impjegati li ma jidhrux fl-istatistika.", "Dan huwa xogħol iebes u b'kondizzjonijiet ebsin għax dawn il-ħaddiema jagħmlu ħafna xogħol bil-lejl u allura bilfors se jkollok numru kbir ta' ħaddiema li jgħixu minn din l- industirja mingħajr ma jidhru fl-ebda statistika.", "Uffiċjalment il- private market services jimpjegaw 12% tal-labour force ta' Malta.", "Daqshekk hija importanti l-industrija tat-turiżmu għall-ekonomija Maltija.", "Ma rridx ninsa ngħid li donnu n-Nazzjonalisti dejjem riedu jbellgħu li f'din l-industrija x-xemx telgħet biss fl-1987 u għamlu propaganda kemm dwar dan.", "Nixtieq infakkar lil din il-Kamra x'sab il-Partit Laburista meta tela' fil-gvern fl-1971.", "Meta f'Ġunju ta' l-1971 il-Partit Laburista ħa l-Gvern f'idejh in-numru ta' turisti li kienu jżuru Malta - skond l-Economic Survey ta' l-1973 - qed nikkwota minn page 39 - kien ta' 178,000 ruħ.", "Meta spiċċa mill-poter il- Partit Laburista - skond l-Economic Survey ta' l-1989 - jekk m'iniex sejjer żball page 41 - in-numru ta' turisti li żaru Malta kien ta' 785,000 ruħ.", "Mela minkejja l-propaganda partiġġjana li għamel il-Partit Nazzjonalista, l-Partit Laburista żied in-numru ta' turisti li żaru pajjiżna minn 178,000 ruħ għal 785,000 ruħ.", "Għalhekk ma naħsibx li x-xemx f'din l-industrija bdiet tiela' fl-1987.", "In-net income mit-turiżmu - jiġifieri dak li l-pajjiż kien idaħħal mit- turiżmu - fl-1971 kien jammonta għas-somma miżera ta' Lm6 miljun u meta tela' fil-gvern il-Partit Laburista, Malta daqshekk kienet iddaħħal mill- industrija tat-turiżmu.", "Jien dejjem qed nikkwota mill-Economic Survey.", "Fl- 1987 in-net income mit-turiżmu laħaq qabeż is-somma ta' Lm200 miljun.", "Dawn huma fatti u ħadd ma jista' jiċħadhom.", "Il-Ministru Bonnici jħobb jilgħab bil-figuri, pero' jien ma tantx inħobb inħawwad in-nies bl-istatistika għax l-istatistika tista' tiġġebbed u tużaha kif trid.", "Mela kien il-Partit Laburista li qajjem l-industrija tat-turiżmu u ma jistgħux jiġu membri tal- Gvern u jipprovaw ibellgħu u jħawdu l-imħuħ li l-industrija tat-turiżmu ħadet ir-ruħ fl-1987.", "L-ikbar appoġġ li qatt seta' ta l-Gvern Laburista lill-industrija tat- turiżmu - din tat spinta 'l quddiem lill-industrija tat-turiżmu f'pajjiżna - kienet ovvjament u bla dubju ta' xejn is-set up ta' l-Air Malta.", "Fl- opinjoni tiegħi, l-Air Malta li għamilha Gvern Laburista - minkejja l- oppożizzjoni tal-Partit Nazzjonalista allura dak iż-żmien fl-oppożizzjoni - kienet strumentali biex ikollna industrija tat-turiżmu soda.", "Minn hemmhekk l-industrija tat-turiżmu ħadet spinta qawwija 'l quddiem u kellu jkun il- Partit Laburista li mix-xejn waqqaf l-Air Malta.", "Taħt il-Gvern Nazzjonalista l-uniku mutur ta' l-ekonomija li miexi bħalissa huwa t- turiżmu u l-Gvern lanqas kien kapaċi jappunta Ministru li jkun direttament responsabbli minn din l-industrija.", "Għadna sal-lum b'Segretarju Parlamentari u ma rnexxilux il-Gvern itella' l-livell għal ministeru biex almenu jkollna ministeru li jkun direttament responsabbli mit-turiżmu.", "Telqa u traskuraġni hawn f'din l-industrija tat-turiżmu.", "Il cavallo di battaglia tal-Partit Nazzjonalista fl-oppożizzjoni kien l-upmarket tourism hawnhekk tidher l-ipokrezija tal-Partit Nazzjonalista - u kienu bellgħuha lil-lukandiera u lill-persuni li huma mdaħħlin f'dan is-settur tant importanti li huma ladarba jitilgħu fil-gvern huwa, bil-ħbieb li kellhom kienu kapaċi jġibu lejn Malta turisti upmarket.", "Il-pożizzjoni tagħhom kienet li huma ma jinteressahomx min-numri.", "Meta kienu jaraw li n-numru ta' turisti li kienu qed jersqu lejn pajjiżna kien qed jikber sena wara sena huma kienu jikkritikawna li huma ma jinteressahomx min-numri u kulma jridu għal pajjiżna huwa turiżmu upmarket - din bellgħuha lil kull min hu involut f'din l-industrija.", "Aħna nemmnu li jekk jista' jkun għandna nġibu turisti li jisparpaljaw il-flus u jonfqu l-eluf, imma nemmnu wkoll li għandna bżonn u għalhekk nilqgħu lil kulħadd, kull min jiġi Malta beato lui. aħna dejjem emminna li pajjiżna jilqa' u għandu bżonn lil kulħadd.", "F'dan il-qasam żgur li ma kien hemm l-ebda ppjanar serju u organizzat mill-Gvern Nazzjonalista.", "Illum kulħadd jitkellem fuq it-telqa u t- traskuraġni li hawn f'dan il-qasam tant sensittiv u importanti għal pajjiżna u l-Gvern Nazzjonalista huwa responsabbli.", "Skond l-istatistika tal-Gvern in-numru ta' turisti fl-ewwel seba' xhur jew tmien xhur ipparagunat ma' l-istess xhur tas-sena l-oħra, naqas b'madwar 5%.", "Din żgur ma ngħidx li hija kriżi, pero' rridu noqogħdu attenti.", "Il-Gvern minflok qed jappoġġja lil din l-industrija qed jaħlibha, għadu ma taha l- ebda għajnuna bil-miżuri li ħa tista' tiffaċċja kriżi.", "Niftakar li l- kelliem ewlieni ta' l-ekonomija għall-Partit Laburista, l-Onor.", "Lino Spiteri kien ibassar li bl-introduzzjoni tal-VAT se jkun hawn għoli tal- ħajja sfrenat filwaqt li l-Ministru tal-Finanzi, l-Onor.", "John Dalli, kien jiċħad, anzi wasal biex jgħid pubblikament, li l-ħajja se torħos.", "Kull kelliemi ewlieni tal-Partit Nazzjonalista, kull Ministru kien jiċħad it- tbassir ta' l-Onor.", "Spiteri fejn kien qal li bl-introduzzjoni tal-VAT u bil-miżuri fiskali li ħa l-Gvern il-ħajja se togħla.", "Din hija l-ewwel daqqa li ta l-Gvern lil din l-industrija u t-tieni daqqa kienet il-levy ta' 10% li mpona fuq il-kmamar.", "Imbagħad kien hemm it-tneħħija tal-forward buying rate.", "Mr Speaker dawn l-argumenti aktar 'il quddiem sieħbi l-Onor.", "Vella se jisvolġihom żgur.", "Dawn it-tliet miżuri li bihom tista' titkisser u tiġi mogħtija daqqa ta' ħarta l-industrija tat-turiżmu m'humiex miżuri li ħa l-privat, imma huma miżuri li ħa l-Gvern li suppost qiegħed hemm biex jagħti kull għajnuna possibbli lil din l-industrija.", "U llum wara 18-il xahar jiġi hawn u jippreżenta din l-emenda u jgħid li se jagħti l-għajnuna lil-lukandiera.", "Jiena m'iniex se ndum pero' ma rridx li ma nsemmiex kemm kienu jgħidulna fuq il-kwalita' ta' l-ilma meta huma kienu fl-oppożizzjoni imbagħad huma nefqu u sparpaljaw il-miljuni u l-kwalita' ta' l-ilma marret għall-agħar.", "Barra minn hekk sal-lum għad għandna postijiet ma' Malta u GĦawdex li fix-xitwa jew ikunu bla ilma jew ikollhom pressa baxxa.", "L- akbar sagrileġġ li qatt seta' jsir f'pajjiżna kien l-iżvilupp tal-lok li għażlu biex tinbena l-power station fih; ħassru ġojell li kellna fil- Mediterran, ħassru wieħed mill-isbaħ postijiet li għandna f'Malta u GĦawdex minkejja l-oppożizzjoni ta' kulħadd, mhux tal-Partit Laburista biss, ta' l- ambjentalisti u ta' Din l-Art Ħelwa.", "Dan il-Gvern li kien jiftaħar bid- djalogu mhux sar arroganti - għax m'hux din hija l-kelma - imma baqa' għaddej għax jikkmanda hu.", "Minkejja l-miljuni li sparpaljaw u li nefqu xorta għadna l-istess; bil-power cuts u drops fil-voltage u trid tkellem lil xi qaddis biex isewwulek il-ħsara li jkollok għax inkella tibqa' tlett ijiem jew erbat ijiem bla dawl!", "Dan li qed ngħid nista' nikkonfermah għaliex naf min għamel tlett ijiem bla dawl u kellu jkellem qaddis; u dawn huma n-nies li jgħidu li jemmnu fid-drittijiet għax dawn fil-drittijiet u mhux fil-pjaċiri!", "U xi ngħidu dwar it-tariffi tat-telefon u l-liċenzji li jridu jħallsu l- lukandiera?", "Qalulna li fi tliet snin ħadu ¥1 miljun, imma ma qalux kemm miljuni qed jieħu l-Gvern mil-lukandiera fuq kull mejda li jkollhom ir- ristoranti barra imbagħad tiġu l-NTOM u din tisparpaljahom u tberbaqhom.", "Fejn investa fl-infrastruttura l-Gvern?", "Qatt ma kellna baħar maħmuġ daqs kemm kellna dan is-sajf, kullimkien bid-drenaġġ ifur!", "F'pajjiżna kellna baħar limpidu imma llum tmur fejn tmur issib il-baħar kontaminat.", "GĦalhekk għidt li l-Gvern qed jagħti l-akbar daqqiet lill-industrija tat-turiżmu.", "Il-Gvern huwa ħati ta' dawn il-ħneżrijiet li qed isiru fl-industrija tat- turiżmu.", "Niġu issa għall-kriminalita'.", "Fl-opinjoni tiegħi l-law and order għandhom ikunu issue kbir għall-Partit Laburista fl-elezzjoni li jmiss.", "Fid-9 ta' Ottubru għamilt mistoqsija parlamentari - Nru. 28536 - lill- Ministru Tonio Borg fejn staqsejtu kemm saru serqiet mil-lukandi f'Malta.", "F'din l-interpellanza weġibni li minn 133 lukanda f'pajjiżna saru 210 serqiet, jiġifieri bħala average kull lukanda insterqet darba u nofs.", "Fejn hi l-wegħda li \"tgħix f'darek bla biżgħa\"?", "Dan biex ma nsemmiex kemm-il mugging sar f'Tas-Sliema - jien noqgħod Tas-Sliema - jum wara jum jattakkaw lit-turisti.", "Dawn l-affarijiet kollha qed jiġru u għalhekk qed insemmi t- telqa u t-traskuraġni li hawn f'waħda mill-iktar industriji importanti li għandna f'pajjiżna.", "Mr Speaker, jien wegħedt li m'iniex se ndum nitkellem fuq is-settur tat- turiżmu u la qegħdin nitkellmu fuq l-għajnuna lill-industrija ovvjament nixtieq nitkellem fuq settur ieħor ta' l-industrija li huwa dak tal- manifattura.", "L-ewwelnett il-Partit Laburista huwa obbligat, aħna bħala kelliema, li nkissru l-gidba li tan-naħa l-oħra rnexxielhom ibellgħu lill- industrijalisti li l-Partit Laburista huwa kontra l-industrija.", "Il-Partit Laburista jemmen li qatt ma jista' jkollna ekonomija soda jekk ma jkollniex settur ta' l-industrija tal-manifattura b'saħħtu.", "Fl-istorja tagħna bħala Partit dejjem tajna l-akbar appoġġ lill-industrija Maltija.", "M'iniex se mmur lura fl-istorja, pero' se nsemmi waħda mill-ikbar industriji li għandna Malta li hija l-industrija tal-birra ta' Farsons.", "Lill-mexxejja ta' Farsons infakkarhom li kieku ma kienx il-Partit Laburista \"nini nini\" hawn industrija tal-birra f'pajjiżna.", "Kien il-Partit Laburista meta kien fil-gvern fil-Compact ma' Strickland li ta l-akbar appoġġ biex tinbeda din l-industrija tal-birra.", "Kien hemm il-Perit Farrugia, Alla jaħfirlu, li kien bniedem intelliġenti u bniedem serju - ngħid dan fil- qosor biex nuru x'għamel il-Partit Laburista għall-industrija Maltija - ...", "Dak iż-żmien kien hawn eluf kbar ta' nies mas-Servizzi Ingliżi u ovvjament l-ekonomija kienet tiddependi minnhom.", "Din hija l-istorja li nkitbet u bil-fatti min jagħmel ir-riċerka kif għamilt jien isib li qed ngħid il-verita'.", "Dak iż-żmien kien hawn eluf kbar ta' Ingliżi baħrin u anke fil-militar u l-ekonomija Maltija kienet tiddependi kompletament fuqhom.", "Ovvjament l-Ingliżi huma rinomati li jixorbu l-birra u kien il- Perit Farrugia bi sħab ma' Simmonds u tlieta oħra li ġietu din l-idea brillanti li jibni industrija tal-birra.", "Dak iż-żmien il-birra kienet iddum tlieta erba' xhur biex tidħol Malta u kienet tasal ħażina.", "Dan kellu l- foresight u l-inizjattiva li jibni industrija tal-birra.", "Illum infakkar lil min qed imexxi l-birerija ta' Farsons fil-gwerra li kienu għamlulhom il- Partit Nazzjonalista għaliex ma riedux jagħtuh permess għaliex kienu kontra li tinfetaħ din il-birrerija.", "Kien il-Partit Laburista flimkien ma' Strickland li tahom il-monopolju ħalli jkunu jistgħu jagħmlu l-birr u dan kien il-bidu ta' l-industrija Maltija f'pajjiżna.", "Dak hu li għamel il-Partit Laburista fl-industrija u għalhekk hu obbligu tagħna li nkissru din il-propaganda qarrieqa tal-Partit Nazzjonalista li l- Partit Laburista huwa kontra l-industrijalist.", "Jien nemmen li dawn għandhom wieħed mill-aqwa prodotti, imma kellu jkun il-Partit Laburista fil- gvern biex Farsons fetħu din il-birrerija f'Malta, għaliex il-Partit Nazzjonalista qatt ma kellu fiduċja fl-industrijalist Malti.", "X'kien il cavallo di battaglia tal-Partit Nazzjonalista fil-qasam ta' l- industrija?", "Il-hi-tech; ħafna buzz words u kliem tqil.", "Qalulna li huma ma jinteressawhomx l-industriji l-oħrajn għax għandhom il-ħbieb u se jġibu lil Malta hi-tech.", "Ara taħseb Onor. Professur li l-Amerikani u l-Ġappuniżi se jikxfu l-iktar ħaġa importanti li għandhom għal qalbhom u li jżommuha under lock and key u b'security!", "Se jiġu Malta jiftħu l-hi-tech?", "Go and say it to the marines Professor Bonnici la qed titkellem fuq il-hi-tech!", "Bdew isemmu ċ-chips u mhux chips.", "Taf x'għandu jkun is-slogan tal-Partit Nazzjonalista fuq l-industrija?", "Iċ-chips tal-hamburgers, mhux iċ-chips tal-hi-tech.", "Hekk iva, inkunu rinomati.", "Dik hi I-industrija li ġibtu, iċ- chips tal- hamburgers, imma mhux iċ-chips tal-hi-tech.", "Iċ-chips tal- hamburgers ġibtu għal wieħed, tnejn, tlieta.", "Ara taħseb li l-Amerikani se jiġu hawn u jiftħu l-industriji tal-very hi-tech!", "Dawk huma l-ikbar assets li għandha l-industrija Amerikana.", "Jiġi jgħidilna li se jiġu bil-hi-tech Malta!", "Iċ-chips tal-hamburgers, mhux iċ-chips ta' Silicone Valley ġab il- Gvern Nazzjonalista; dawk \"nini nini\" ġġibhom.", "Qatt ma kienet daqshekk traskurata l-industrija Maltija daqskemm kienet f'dawn l-aħħar tmien snin.", "Illum għandha bżonn iktar għajnuna l-industrija Maltija meta - inti taf għax inti ekonomista - l-qagħda ta' l-ekonomija hija inċerta minħabba miżuri fiskali li ħa l-Gvern Nazzjonalista fl-1 ta' Jannar li għadda.", "Mr Speaker, bil-miżuri fiskali li ħa l-Gvern Nazzjonalista, bl-għoli tal- ħajja u bil-VAT, l-industrija għandha problemi immedjati fit-tul għaliex żdiedilha l-cost tal-produzzjoni.", "Kif tista' tibqa' tikkompeti l- industrija Maltija meta inti qed tieħu miżuri li tkissirhom u żżidilhom b'rata qawwa l-cost tal-produzzjoni?", "Minkejja l-miljuni li sparpaljajtu fl- MDC u fil-METCO għadha ma tfasslet l-ebda strateġija serja, industrijali u aġġornata u l-Oppożizzjoni ilha tgħid li l-industrija tas-settur tal- manifattura tenħtiġilha ristrutturar serju.", "L-industrijalisti qed jibku għaliha.", "Dan is-settur jenħtieġlu ristrutturar serju għaliex qed jiddependi fuq fabbrika waħda.", "Minkejja dan id-duħħan tal-Gvern Nazzjonalista, minn kull Lm100 li nesportaw Lm50 ġejjin minn fabbrika waħda li ġab Gvern Laburista, li hija l-SGS li għadna dipendenti fuqha u din mhix kumpannija tal-Maltin imma tal-barrani.", "Din hija ħaġa perikoluża.", "L-Onor.", "Professur Josef Bonnici jgħallimni xi tfisser din d-dipendenza totali fuq kumpannija waħda li minkejja kollox ġiet taħt Gvern Laburista.", "Dan huwa perikoluż u qed nilagħbu man-nar.", "Il-Ministru Josef Bonnici żgur jaf x'inhu jiġri fl-Italja u x'se jagħmel Benedetti; - żgur li jaf aktar minni għax isegwi dawn l-affarijiet.", "Hawn min jaħseb d-ditta ta' de Benedetti xogħolha huwa t-typewriters, imma l-bulk tal-flus li jagħmlu mhux mit-typewriters jiġu.", "Dawn se jbigħu d-ditta lill-Amerikani bi qligħ kbir u se jkeċċu 'l barra 5,000 ruħ, l-aqwa li jdaħħlu l-flus.", "Għalhekk qed nirrakkomandah dan għal pajjiżna, għax jistgħu jiġu l-Amerikani u jixtru l-SGS u jmorru fejn jaqblilhom u fejn jsibu l-inqas cost tal- produzzjoni.", "Int taqra aktar minni għax professur, jien ma tantx naqra u ma ngħallimx l-Universita' imma inti taf de Benedetti x'għamel fl-Italja u x'inhu jagħmel u imbagħad inti tiġi hawn bl-ipokresija kollha.", "Qatt ma kien hawn Gvern ipokrita daqs dan!", "Mr Speaker jien kelli l-akbar unur li nagħmel parti mill-Partit Laburista għax intom issa verament urejtu l-ħmieġ tagħkom ta' meta kontu tgħajjruna biċ-Ċiniżi u b'Arafat u kontu ċċapsuna li aħna ħbieb tat- terroristi.", "Qed ngħid hekk għax kulħadd ra lill-Prim Ministru u lill- Ministri kollha mgħannqin ma' Arafat.", "Kemm għajjruna tal-ħabb għażiż u kemm għajjruna fuq Arafat!", "Ħadt gost nara l-bandiera ħamra u nara lill- Ministri mgħannqin maċ-Ċiniżi.", "Kemm għajjruna li hawn Malta ċ-Ċiniżi jafu bil-Malti u li kollha spjuni; u li se niġu kollha kommunisti; u li se jispiċċaw il-human rights!", "Kemm għajruna fl-Ewropa li qed nagħmlu ħsara lil pajjiżna għax l-Onor.", "Dom Mintoff kien l-ewwel Prim Ministru tal- western world li mar jżur iċ-Ċina.", "Għamlulna ħsara kbira fl-Ewropa.", "Għalhekk dawn il-jumejn tawni l-ikbar sodisfazzjon li jien nagħmel parti mill-Partit Laburista.", "Illum tan-naħa l-oħra qed jindunaw li bilfors iridu jitkellmu fuq il-Mediterran biex forsi jagħtuhom widen fl-Ewropa.", "Din kienet u għadha l-politika tal-Partit Laburisa għal dawn l-aħħar 20 sena.", "X'ma neħux gost li jien nifforma parti mill-Parit Laburista!", "Illum huma stess ġew magħna u qed jitkellmu fuq il-Mediterran u jafu li jekk ma jsemmux il-Mediterran l-Ewropej lanqas biss iħarsu lejhom.", "Dak l-uniku ċans li għandhom.", "Forsi hawnhekk ħriġt ftit barra mis-suġġett!", "Mr Speaker, bil-miżuri li ħa l-Gvern l-industrijalisti kellhom bilfors jagħtu żidiet għall-affarijiet li m'għandhom x'jaqsmu xejn mal-produzzjoni għax kieku kellhom x'jaqsmu mal-produzzjoni fiha u ma f'hijiex għax tkun qed tagħti żieda biex tpatti għal żieda fil-produzzjoni, imma l- industrijalisti kellhom jagħtu ż-żidiet minħabba l-miżuri li ħa l-Gvern.", "Lanqas għadhom jafu l-kontijiet ogħla tad-dawl, ta' l-ilma, tat-telefon, tal-liċenzji, fuq l-insurance policies - ma rridx ninsa ż-żieda fl- ispejjeż kawża tal-VAT - b'liema persentaġġ għollewlhom il-cost of production.", "Għalhekk huma inkwetati l-industrijalisti.", "Lilna kollox jgħidulna meta nikellmu magħhom ras imb'ras.", "Ara taħseb li ma jgħidulniex!", "Lanqas taf inti stess x'inċertezza hemm bejn l-industrijalisti!", "L-aqwa li l-Ministru Bonnici ġie jqassam kotba fancy fuq l-MDC li min jaf kemm swew flus, pero' meta mbagħad taqrahom issib li l-investiment ixxotta.", "Xejn m'hu ġej investiment minn barra!", "Il-ġimgħa li għaddiet għamilt interpellanza lill-Ministru u dan weġibni li minn Jannar sal-lum ġew jew se jiġu allokati 17-il fabbrika.", "Hekk weġibni xott, xott; ħadd ma jaf kif, meta, min huma, kemm se jħaddmu nies, eċċ. Kulma qal huwa li ġew jew li se jiġu u daqshekk.", "Ara kieku kien hemm xi waħda suret in-nies malajr kien ifaqqaħhieli!", "Ara kieku kienet xi IBM jew xi ħaġa simili malajr kien jgħidli!", "Imma kulma qal hu li hemm 17-il fabbrika.", "Kemm ilkom fil-gvern għadha ma ġietx fabbrika waħda li hija of international repute.", "Kellu jkun il-Partit Laburista biex ġab l-S.G.S. Thomson, id-De La Rue Thomas (Malta) Ltd., eċċ. - alla ħares kelli nsemmihom - li huma of international fame.", "Kien il-Partit Laburista li ġab din il-kwalita ta' fabbriki.", "Araw jekk intomx kapaċi ssemmu fabbrika waħda li hija of international fame li ġiet hawn Malta f'dawn l-aħħar tmien snin!", "L-MDC m'hijiex tirnexxi.", "Kotba sbieħ joħorġu u uffiċini sbieħ, lussużi u grandjużi jsiru - sparpaljaw mijiet ta' eluf ta' liri fuq l-uffiċini - imma l-MDC m'hijiex tirnexxi fl-oġġettivi tagħha u dan kawża tad-deċiżjonijiet ħżiena.", "Mr Speaker, kieku kelli nitkellem fuq il-Mosta Technopark nista' ngħid li xalata għandu l-Partit Laburista.", "L-ikbar industrija tal-hi-tech li hemm fil-Mosta Technopark ....", "Ministru taċ-chips u tal-burgers!", "Daqshekk ġab hawn Malta dan il-Ministru, chips u burgers!", "L-ikbar industrija li hemm fil-Mosta Technopark hija l-industrija tal-bini ta' Vassallo Brothers.", "Dak hu l-hi-tech!", "Din hi l-ikbar u l-aħjar industrija li hemm fit-Technopark.", "Hawnhekk ta' min isemmi wkoll li din l-industrija għandha investiment ta' 'l fuq minn Lm4 miljun u hemmhekk titfa' fabbrika tal-bini!", "Dawn ħniżrijiet!", "Fejn hi l-organizzazzjoni?", "Tafu kemm daħlu nies fl-MDC u kemm groups ħadmu fuq divisions?", "Dan hu kollu sparpaljar ta' flus!", "Min kien taħt Gvern Laburista, mill-kbir sal-baxx, ħadem u stinka ħafna.", "Imma jekk għandek għajnejk ħomor m'għandekx ċans għall-MDC.", "Lanqas qatt!", "Naħseb dan hu l-iktar dipartiment li qatt kien hemm diskriminazzjoni fih.", "Fil-fatt min kien responsabbli għas-suċċess li din għamlet taħt Gvern Laburista, warrbuh.", "Mr Speaker, għalkemm ir-rapport semma kemm hi importanti l-Malta Development Fund flimkien ma' ħafna kliem sabiħ - ħela żewġ paġni f'dan ir- rigward - ma jissemma xejn dwar liema proġetti qiegħda tikkonsidra.", "L- istess nista' ngħid għall-European Community Investment Partner Scheme li giet launched fl-24 ta' Jannar ta' l-1994 - fejn minkejja li hemm paġni sħaħ b'ħafna kliem sabiħ dwar x'se tagħmel din l-iskema u l-frażi \"joint ventures\" il-ħin kollu tiela' u nieżla hemm xejn ta' sustanza.", "Mr Speaker, imma l-isbaħ li hemm huma dawk iż-żewġ paġni li jirrigwardaw l-Environmental Services Division ta' l-MDC fejn fihom jissemmew x'inhuma l- għanijiet tagħha, fosthom dak li tibża' għall-ambjent.", "Jekk din id- division qatt kellha tissemma' żgur li ma kellhiex tissemma' f'dawn l-aħħar ġimgħat meta kulħadd għadu jiftakar il-każ tal-fabbrika tal-Coca-Cola.", "Mela x'il-madoffi qed tagħmel din id-division li suppost qed tagħmel auditing, qed tagħmel environmental impact assessment meta fl-istess żmien il-Gvern jiġi hawn u jagħti l-aqwa art saqwija li għandna f'pajjiżna lill- fabbrika tal-Coca-Cola, jiġifieri lill-privat!", "Lanqas kieku din il- fabbrika qed tesporta l-produzzjoni kollha tagħha ma jista' qatt jaqbel li jagħti dik l-art.", "Imma għalkemm dan il-Gvern tant jiftaħar bi djalogu - fil-fatt tela' b'din l-għajta - u kulħadd qiegħed kontrieh, dan xorta kompla jwebbes rasu.", "Imbagħad dan il-Gvern ġie jiftaħar u ħela tliet paġni sħaħ fuq l-Environmental Services Division!", "Kif jgħidu, go and say it to the marines!", "Imma din mhux se tbellagħha lilna!", "Veru li l-ktieb li jittratta dwar l-ambjent huwa sabiħ, imma madankollu diġa' qridtu Marsaxlokk u qed teqirdu GĦawdex.", "Issa se dduru għal ftit art saqwija li hemm?", "Ministru, inti taf li f'Malta l-art hija finite.", "Kieku għandna ħafna artijiet ...", "Imma l-art f'pajjiżna hija finite, it's something very limited.", "Mr Speaker, imma dan mhux kollu duħħan?", "Fejn wasalna fil-cavallo di battaglia tagħhom - fl-industrija tal-hi-tech?", "GĦalkemm ġew sparpaljati miljuni ta' liri fuq uffiċini f'Hong Kong, fi New York u f'Londra, madankollu dawn tafu x'jgħidulna lilna, lin-naħa ta' l-Oppożizzjoni dawk li huma involuti fil-qasam ta' l-elettronika?", "Ħalli nsemmi x'qalli wieħed imlaħħaq li qiegħed f'dan il-qasam - m'iniex se nsemmi min hu - meta kelli laqgħa miegħu.", "Dan qalli li l-Gvern ma għandu l-ebda ħjiel ta' x'inhu meħtieġ biex l-industrija ta' l-elettronika timxi 'l quddiem f'pajjiżna.", "Dan huwa l-kliem tiegħu eżatt u ktibthom biex żgur nikkwotah tajjeb.", "Ovvjament, għar-raġunijiet ta' konfidenzjalita' ma nistax insemmi min hu imma huwa wieħed li huwa espert f'dan il-qasam.", "Jiena ngħid li l- investimenti ġodda u serji baqgħu ma ġewx minkejja l-ħafna ftaħir tal- Gvern.", "Jiena nisfidah isemmi fabbrika waħda ta' fama internazzjonali li ġiet taħt Gvern Nazzjonalista.", "X'għamel il-Gvern Nazzjonalista għall- industrija?", "Jien għalhekk inħobb ngħid u nibqa' ngħid li l-Gvern Nazzjonalista qed jaħqarha lill-industrija Maltija.", "Kif tela' fil-gvern għamel incentive scheme li ngħid li kien pass pożittiv, kien pass 'il quddiem, biex ma jkunx hemm min jaħseb li jien nara kollox bil-blinkers.", "Din l-iskema kien hemm bżonnha biex iżżid il-kredibilita' ta' pajjiżna barra minn Malta u tkabbar l-entużjażmu fost l-industrijalist Malti.", "Imma x'ġara?", "Illum il-liġi it's a dead letter.", "L-MDC u l-METCO moħħhom biex ikabbru lilhom infushom, moħħhom biex jidhru sbieħ, moħħhom biex isiefru u jixxalaw u moħħhom biex jagħmlu l-isbaħ u l-aktar uffiċini lussużi li hawn.", "F'dan moħħhom l-MDC u l-METCO imma m'hux moħħhom biex jagħtu kontribut effettiv għall-promozzjoni ta' l-industrija.", "Il-Ministru u l-kelliema tal-Gvern Nazzjonalista filwaqt li jsemmu figuri u statistika qegħdin jiftaħru li żdiedu l-ħaddiema fis-settur tal- manifattura u żdied ukoll il-manufacturing output.", "Iżda ma jgħidu xejn dwar l-exodus kbir ta' fabbriki Ġermaniżi.", "Dawn ħadd ma jsemmihom; isemmu li żdiedu l-ħaddiema fis-settur tal-manifattura, isemmu li żdied il- manufacturing output imma ma jsemmu xejn dwar l-exodus ta' fabbriki Ġermaniżi li ġew taħt Gvern Laburista.", "Kien hemm exodus kbir ta' fabbriki Ġermaniżi.", "MR SPEAKER: Ippermettili Onorevoli, skadielek il-ħin.", "GĦandek bżonn extension.", "Xi ħadd jipproponi li tkompli tinstema'.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Nipproponi li jkompli jinstema'.", "MR SPEAKER: Min jissekonda jekk jogħġobkom?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Hawn talba biex l-Onor.", "Tony Nicholl ikompli bid-diskors tiegħu.", "Il-Kamra taqbel?", "(Onor. Membri: Iva)", "ll-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ONOR.", "TONY NICHOLL: Nirringrazzja lill-proponent u lis-sekondant u lill- Kamra kollha talli għoġobha testendili l-ħin.", "Mr Speaker, jien għalhekk illum nissuġġerixxi lill-Ministru biex jerġa' jaħsibha dwar l-incentive scheme għall-industrija.", "Irid jerġa' jaħsibha serjament u għandu bżonn jagħmel targeting b'mod speċifiku għaliex kif inhi hija ineffettiva.", "Jien nerġa' ngħid it is a dead letter u għalhekk trid tagħmel reappraisal serju ta' l-incentive schemes.", "X'għandhom ikunu l-oġġettivi primarji?", "Fl- opinjoni tiegħi l-oġġettivi primarji għandu jkun li niżviluppaw u ninkoraġixxu l-industrija u anke naħdmu biex inġibu lejn Malta joint ventures.", "Jiġifieri dan għandu jkun wieħed mill-oġġettivi tal-Ministru responsabbli għall-industrija u ta' l-MDC li jaħdmu u jitqanżħu biex iżidu l-kuntatti ħalli jinġiebu lejn pajjiżna joint ventures.", "Għandha tkun l-MDC li tagħti l-akbar support lill-industrija eżistenti.", "Mela dawk huma ż-żewġ oġġettivi primarji.", "Il-Partit Laburista jemmen fil-parteċipazzjoni qawwija tal-Maltin.", "Aħna għandna fiduċja li l-Maltin jipparteċipaw fl-industrija Maltija u huwa fundamentali li jkun hemm parteċipazzjoni qawwija tal-Maltin għaliex inkella l-industrija ma jkunx jista' jkollha għeruq u pedamenti sodi.", "Din hija dogma għalina u l-aktar prinċipju sagru.", "Nerġa' ngħid li aħna nemmnu li għandu jkun hemm parteċipazzjoni qawwija tal-Maltin fl-industrija.", "Dan huwa l-uniku element li jista' jwassal biex l-industrija tiffaċċja l- kriżijiet li jinqalgħu.", "Aħna nagħtu kull appoġġ lil Maltin biex jinvestu fl-industrija għax nemmnu f'dan.", "Huwa aktar faċli għall-Maltin li jagħmlu l-flus mill-importazzjoni għax m'hemmx riskju u fil-fatt il-Maltin huma traders rinomati.", "M'hemmx dubju li l-importazzjoni hija faċli għaliex wieħed jista' jġib kemm irid prodotti minn barra, kemm numru kbir u kemm numru żgħir.", "Kulma trid tagħmel huwa li tkun taf il-prezz tal-prodott u titfgħu fis-suq biex tbiegħu u hekk tkun qed taqla' l-flus mingħajr sogru ta' xejn.", "Jiġifieri l-importazzjoni ma fiha l-ebda sogru jew inkella jekk fiha, dan is-sogru huwa limitat.", "Għalhekk aħna nemmnu li l-mentalita' għandna nbiddluha fis-sens li l-Maltin għandhom jipparteċipaw bil-qawwi fl- industrija Maltija.", "Aħna nibżgħu li jkollna fabbriki fully owned.", "Aħna nemmnu fil-joint ventures għax f'każ ta' kriżi l-industrija iktar tkun tista' ssalva.", "L-industrija għall-Gvern ma teżistix u hemm bżonn li din l- atitudini tinbidel illum qabel għada.", "L-ewwel ħaġa li għandu jagħmel il-Gvern huwa li jdur dawra madwaru u jara x'hemm bżonn isir jekk verament irid jorganizza bis-serjeta'.", "Qabel ma jmur barra jfittex fejn se jisparpalja l-flus il-Gvern għandu jara x'industrija għandu bżonn pajjiżna.", "Hemm bżonn li lill-industrija eżistenti nsaħħuha billi nagħtuha kwalunkwe appoġġ.", "L-industrija hija l- mimmi ta' għajnejna għaliex dawk qed jinvestu u jissograw flushom.", "Għalhekk nemmnu li l-ewwel ħaġa li għandna nagħmlu hija li nagħtu l-akbar appoġġ lill-industrija eżistenti f'pajjiżna imbagħad għandna nfittxu barra għall-investiment ġdid.", "Pero' qabel ma nfittxu barra għandna nagħtu l-appoġġ sħiħ u neċessarju lill-industrija eżistenti f'pajjiżna.", "Aħna nafu li hemm diffikultajiet fl-industrija, m'hemmx baħar galbu u napprezzaw ukoll il-fatt li qegħdin fi żminijiet diffiċli għax aħna dejjem għamilna oppożizzjoni konsistenti u kostruttiva.", "X'inhuma d-diffikultajiet fl-industrija?", "L-ewwel diffikulta' hija the rising cost tal-produzzjoni - li hija tort tal-politika monetarja tal-Gvern Nazzjonalista - u jrid isir xogħol biex din tiġi megħluba.", "L-Onor.", "Lino Spiteri se jitkellem fuq dan is-suġġett u nimmaġina li se jespandi fuq il- cost tal-produzzjoni.", "Din hija waħda mill-ikbar diffikultajiet li qed tiffaċċja l-industrija Maltija u dan tort tal-miżuri li ħa l-Gvern.", "It-tieni diffikulta' li għandha l-industrija Maltija hija n-nuqqas ta' skilled labour bl-istess traskuraġni tal-Gvern.", "L-iskejjel statali, is- secondary technical schools qatt ma kienu daqshekk traskurati.", "Kien il- Partit Laburista li tahom spinta 'l quddiem għax aħna konna nemmnu fl- edukazzjoni tal-ħaddiem; dak huwa t-tieni kmandament tagħna.", "Dan il-Gvern kien responsabbli li kisser bil-mod il-mod is-secondary technical schools.", "Nemmnu li pajjiżna għandu jkollu a highly skilled labour, għandna fiduċja fil-ħaddiem Malti għax nafu li jasal u huwa kapaċi.", "Il-Ministru għandu jikkopera u jiddjaloga mal-Ministru ta' l-Edukazzjoni - nispera li jiddjaloga ma' sieħbu l-Ministru ta' l-Edukazzjoni għax xi daqqiet niddubita jekk jiddjalogawx bejniethom - u jaraw kif se jqajjem l- edukazzjoni fl-iskejjel sekondarji tekniċi.", "Fuq dan is-suġġett hemm patafjun xi tgħid imma rrid inkun fil-qosor għax diġa' ħadt il-ħin tiegħi.", "It-tielet diffikulta' li għandha l-industrija Maltija hija li l-capital incentive mhux qed jiġi nkoraġġit.", "Aħna nemmnu li għandu jkun hemm investiment qawwi fl-immodernizzar tal-makkinarju għax b'hekk biss l- industrija Maltija tista' tkun iktar kompetittiva u tista' tħares l- impjiegi tal-ħaddiema.", "Pajjiżi oħra għandhom skemi u istituzzjonijiet biex jgħinu lill-industrija tinvesti f'makkinarju modern, ġdid u tal-hi-tech.", "Barra minn Malta hemm pajjiżi li huma direct competitors ta' pajjiżna fl- industrija li għandhom skemi apposti ħalli jgħinu lill-industrijalist jinvesti f'makkinarju ġdid, modern u avvanzat.", "F'Malta huwa kważi impossibbli għall-industrijalist biex isib il-fondi u l-flus neċessarji ħalli jimmodernizza l-makkinarju tiegħu.", "L-inċentiv tas-soft loan ta' l- MDC m'huwiex adegwat.", "Meta titkellem ma' l-industrijalisti Maltin l-ewwel ħaġa li jgħidulek hi li l-inċentiv tas-soft loan ta' l-MDC m'huwiex adegwat u għalhekk qed isibuha diffiċli immens biex isibu l-fondi neċessarji ħalli jinvestu f'makkinarju modern u avvanzat biex ikunu jistgħu jikkompetu.", "Mr Speaker, ħaġa oħra li ttraskura l-Gvern Nazzjonalista hija l- financing.", "Din hija diffikulta' oħra li l-industrijalist Malti qed ikollu jiffaċċja.", "Sfortunatament jekk tkellem lill-industrijalisti jgħidulek li hawn Malta trid iktar flus minħabba l-ġeografija tal-pajjiż, minħabba l- post fejn qegħdin fil-Mediterran, minħabba fin-nuqqas ta' materja prima - in-nuqqas ta' materja prima hija waħda mill-ikbar diffikultajiet - u minħabba li m'għandniex suq lokali kbir.", "Is-suq lokali huwa żgħir; f'pajjiżna kulma hawn huma ftit iktar minn 350,000 ruħ u għalhekk l- industrijalisti Maltin qed jgħidu li jridu iktar finanzi.", "L-equity base tal-kumpanniji li hawn f'pajjiżna huwa żgħir - din hija diffikulta' oħra - u limitat għal ċertu nies jew biex inkun preċiż għal ftit nies.", "Għalhekk hemm bżonn li l-gvern jagħti inċentivi fiskali ħalli jqajjem lill- industrija lokali.", "Minn dan kollu għadu ma sar xejn u l-Ministru għadu ma ħareġ b'xejn ġdid.", "Jien kont nistenna li meta laħaq il-ministru preżenti li huwa responsabbli mill-industrija peress li huwa ekonomista joħroġ b'inċentivi fiskali ħalli jkun jista' jgħin lill-industrijalist Malti, imma minn dan għadu ma sar xejn.", "Jien nista' ngħidlu x'qed jagħmlu l- pajjiżi avvanzati bħall-Ingilterra għas-small to medium business enterprises.", "Jien nittama li dawn fl-Ingilterra jafu x'inhuma jagħmlu biex jgħinu.", "Hawn Malta trid tmur il-bank.", "Kellem lill-industrijalisti u jgħidulek li ma jistgħux iġibu flus mill-banek għax il-bank Malti mhux il- fwied jaqlagħlek!", "Ikun irid il-garanzija tiegħek, il-garanzija tal-mara, il-garanzija tal-proprjeta', ipoteka \"hemm\" u ipoteka \"hemm\"....", "Il-banek ma għandhomx fiduċja u għalhekk l-industrijalisti Maltin qed isibuha diffiċli ħafna kważi impossibbli biex isibu l-fondi ħalli jkunu jistgħu jimmodernizzaw u l-gvern m'hux qed jgħinhom.", "Dak huwa l-appoġġ u l- għajnuna li jridu l-industrijalisti Maltin.", "Mr Speaker, l-aħħar ħaġa li xtaqt nitkellem dwarha - iktar 'il quddiem niżvolġu l-argument - hi li għalkemm dan il-gvern nefaq il-miljuni fuq il- Management Systems Unit li suppost kellha tagħmel liċ-Ċivil effiċjenti u organizzat qed ikun ta' diffikulta' oħra għall-industrija, speċjalment dik li tesporta, li qed tiffaċċja ta' kuljum.", "L-industrijalist li jesporta u li suppost għandna nagħtuh kull għajnuna qed ikollu jħabbat wiċċu ma' diversi dipartimenti fosthom tad-Dwana, tal-Kummerċ, ta' l-Industrija, ta' l-Istatistika, ta' l-Ambjent, tal-Labour Office u qed ikollu jħabbat wiċċu ma' l-MDC , mas-Central Bank u ma' patafjun ta' dipartimenti oħra meta dan il-Gvern qal li ċ-Ċivil miexi fuq ir-rubini.", "Dan il-Gvern kien jiftaħar li ċ-Ċivil bl-MSU b'kollox miexi fuq ir-rubini u l- industrijalist Malti li qed jesporta qed ikollu jħabbat wiċċu ma' dawn id- dipartimenti kollha b'burokrazija li qatt ma ra bħalha.", "Għalhekk il- Gvern irid jirristruttura u jagħmel policy ġdida u jagħmel proviso għad- deregulations fuq dawn l-affarijiet.", "L-industrijalist li llum irid iwassal il-prodott tiegħu fl-inqas żmien possibbli jrid iqatta' l-ħin tiegħu iħabbat wiċċu ma' dawn id-dipartimenti kollha!", "Lanqas naf kemm tiswielu flus l-industrijalist Malti saħansistra ġieli jitlef is-suq għax jew ma jkunx inqeda mid-Dipartiment tad-Dwana jew ma jkunx inqeda mid- Dipartiment ta' l-Industrija jew għax ma jkunx ġieh iċ-ċertifikat mil- Labour Office, eċċ. Il-Gvern lejn dawn l-affarijiet għandu jħares jekk verament irid li jtejjeb l-industrija Maltija.", "Mr Speaker, xtaqt inkompli u nidħol fi problemi oħra li għandhom l- industrijalisti Maltin bħal marketing, joint ventures u affarijiet oħra li dan il-Gvern ma għamel xejn dwarhom.", "Il-Gvern m'hux qed jagħti widna lill-industrijalist u għalhekk nittama li meta l-Ministru jgħaddi għall- winding up jgħidilna jekk hemmx xi pjanijiet serji u xi policy ġdida fejn tidħol l-industrija speċjalment is-settur tal-manifattura.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Carmelo Vella.", "ONOR.", "CARMELO VELLA: Mr Speaker, nixtieq inkompli fejn ħalla tant tajjeb sieħbi l-Onor.", "Nicholl u nibda biex ngħid li veru fis-sustanza l-liġi li għandna quddiemna llum hija miżura pożittiva imma miżura li għall-problemi li hawn llum fis-settur tat-turiżmu hija waħda insinifikanti li għalkemm veru li ġiet pero' huwa verament każ ta' kif jgħidu l-Ingliżi ta' \"too little and too late\".", "U qed ngħid hekk għaliex wieħed jista' jinduna li b'din il-miżura l-ħafna problemi li għaddej minnhom is-settur tat-turiżmu m'hu se jsolvi xejn.", "Il-lukandi l-kbar li għandhom iktar minn 80 sodda diġa' għandhom dawn l-inċentivi li qed iħabbar il-Ministru, jiġifieri dawn bil-problemi kollha li hemm illum fejn huma se jibqgħu.", "Meta l-Ministru kien qed isemmi kemm tammonta s-somma ta' dawn l-inċentivi li ta l-Gvern f'dawn l-aħħar tliet snin qalilna li kien hemm medja ta' Lm1 miljun fis- sena u l-applikazzjonijiet għal dawn l-inċentivi - l-iktar li kienu fuq duty exemptions - kienu ta' medja ta' 450 fis-sena.", "Mela hawnhekk bejn wieħed u ieħor qed nitkellmu - veru li mhux it-talbiet kollha jiġu milqugħin - fuq average ta' Lm2,300 għal kull talba.", "Issa hawnhekk m'aħniex ngħidu kemm ta l-Gvern imma kemm ma daħħalx.", "Imma jien nistaqsi: X'inhuma dawn meta mbagħad tara l-ammont ta' flus li qed idaħħal iżjed mis- soltu l-Gvern tal-ġurnata mis-settur tat-turiżmu?", "U qed idaħħal iżjed mis- soltu, mhux għaliex dan is-settur sejjer ħafna aħjar, imma minħabba l- miżuri fiskali li introduċa, fosthom il-VAT.", "Jekk per eżempju nieħu lukanda ta' 200 sodda li jkollha 65% occupancy - jiġiferi jkollha 130 sodda mimlija - u tieħu average rate ta' Lm10, bejn wieħed u ieħor din ikollha dħul ta' Lm1,300 kuljum.", "Fuq dawn il-lukandier qed iħallas 10% room tax jiġifieri qed iħallas Lm130 kuljum, li fix-xahar jiġu madwar Lm4,000 jew aħjar qed iħallas kważi Lm50,000 fis-sena fuq il-kamra biss u mhux qed insemmu kemm il-lukanda qed tħallas liċenzji, kemm qed tħallas VAT fuq l- entertainment outlets li għandha u kemm qed tħallas fuq is-servizzi li tieħu mingħand il-Gvern bħal dawl, ilma, gass eċċ.", "Imma ħalli nħallu l-figuri ftit fir-rokna għalissa u nitkellmu iktar fuq is-settur tat-turiżmu.", "Jiena ngħid li din il-miżura tal-lum hija daħka fil- wiċċ, għax il-Gvern donnu għadu ma jridx jindirizza l-problemi veri li jeżistu u forsi qed jagħmel dan għaliex qed jirrikonoxxi s-sehem li s- settur tat-turiżmu qed jagħti fl-ekonomija tagħna.", "Is-sehem tas-settur tat- turiżmu m'huwiex xi sehem żgħir, kulħadd isemmih f'din il-Kamra kull darba li joħroġ xi rapport, imma t-turiżmu qiegħed hemmhekk biex jiġu l- membri tan-naħa l-oħra biex jew joqgħodu jiftaħru bin-numru tat-turisti li dejjem tiela' jew bl-ammonti tar-revenue li deħlin minn dan is-settur u niefqu hemmhekk.", "Meta tiġi għall-apprezzament issib li dan is-settur m'hu qed jirċievi ebda rikonoxximent u ebda apprezzament min-naħa tal-Gvern.", "Nammettu li għandna settur li qed jiġġenera l-ikbar ammont ta' flus fl- ekonomija tagħna; settur li rnexxielu jikkrea 'l fuq minn 9,000 job indirettament - u hemm numru kbir li qegħdin impjegati indirettament - nammettu wkoll li dan is-settur qed jipprovdi l-ikbar qligħ ta' munita barranija; nammettu wkoll li fost is-setturi ta' l-industrija li għandna meta mqabbla per eżempju ma' l-industrija tal-manifattura, għandek is- settur bl-ikbar added value li hija xi ħaġa tajba għall-ekonomija tagħna, u - biex naqtagħha fil-qasir - għandna settur li qed jikkrea ma l-40% ta' l-attivita' ekonomika tal-pajjiż, imma minkejja dan kollu mhux qed jingħata l-attenzjoni li jistħoqlu.", "Dan il-Gvern lanqas biss kellu d-diċenza li jagħmel Ministru u Ministeru biex jieħu ħsieb dan is-settur.", "B'dan l-atteġġjament m'aħniex qed nelevaw dan is-settur, imma qegħdin niddegradawh.", "Mr Speaker, ferħanin biss bin-numri, qisu l-uniku kejl tas-suċċess fis-settur tat-turiżmu huwa kemm żdied jew naqas in-numru ta' turisti li jiġu Malta; minn dak biss jimpurtana.", "Kull meta tisma xi taħditiet jew kummenti fuq ir-radio u fuq it-television u kull meta taqra xi artikli fuq gazzetti, Alla jbierek l-unika ħaġa li nsemmu fuq dan is- settur huwa n-numru ta' turisti, kemm tela', kemm niżel, il-persentaġġi li żdiedu, l-persentaġġi li naqsu, minn fejn ġejjin eċċ, imma ma ngħidux jekk aħniex qed nagħmlu studju dwar jekk dawn it-turisti kollha li ġejjin Malta nifilħux għalihom, jew jekk dan in-numru huwiex in-numru mixtieq minna; jekk nixtiequx iktar jew anqas turisti u jekk nafux il-limitu tagħna.", "Illum nafu diġa' bis-sitwazzjoni ftit prekarja li qegħdin fiha u jiena ngħid li t-tort m'huwiex tat-turisti li ġejjin hawn Malta imma tagħna għaliex mhux qed nilqgħu tajjeb biżżejjed l-isfidi li jġibu magħhom it- turisti.", "Imkien ma jeżisti studju dwar il-limiti tagħna u kaġun ta' dawn l- affarijiet imbagħad nibdew inħabblu moħħna meta jibdew ġejjin it-turisti aktar minn dak li tkun tiflaħ l-infrastruttura tagħna u iktar minn dak li jkun jiflaħ l-ambjent tagħna.", "Barra n-numru rridu nħarsu wkoll lejn ħafna affarijiet oħra, per eżempju, lejn il-kejl tal-kwalita' tat-turisti li ġejjin hawn Malta.", "Il-kwantita' u l-kwalita' suppost tejjibnihom flimkien u għalhekk ma jreġix l-argument li għamel is-Segretarju Parlamentari, li l-ewwel solvejna l-problema tal- kwantita' - għax qed jiġu biżżejjed turisti - imbagħad insolvu l-problema tal-kwalita'.", "Dan mhux sewwa, suppost il-kwalita' u l-kwantita' kellhom jitjiebu flimkien.", "Ħadd li jkun f'sensih ma jgħid li l-ewwel jimla' b'dak li jiġi mbagħad joqgħod iraqqgħu biex jgħolli l-kwalita'.", "Il-qabża' fil- kwantita' ma tirrifletti xejn il-qabża' fil-kwalita', il-qabża' upmarket, li dejjem jippriedka biha l-Gvern Nazzjonalista.", "Dan il-Gvern ħlief jgħid li jrid jitlaq mill-mass tourism u jmur għall-upmarket u selective tourism ma jsemmix.", "Fil-fatt lanqas naqbel ma' din it-terminoloġija li nużaw, għax għalija \"upmarket\" u \"selective\" ma jfissru xejn.", "Inti trid titfa' għajnejk fuq min jiflaħ jonfoq l-iktar u kważi kważi l-aħjar mod li naqsmu dawn it- turisti li jiġu Malta huwa f'dawk li huma jew low spending, jew medium spending jew high spending u ma noqogħdux nintilfu fuq ħafna kliem li forsi għal min ifisser ħafna u għal ħaddieħor ma jfisser xejn.", "Jekk inħarsu lejn il-figuri nsibu li filwaqt li bil-kelma u bix-xewqa rridu mmorru u niġbdu lejn naħa, l-fatti u l-figuri juruna li sejrin in-naħa l-oħra.", "Nerġa' naċċenna l-fatt li mhux qed inħarsu biżżejjed lejn il-kwalita' tat-turist li jiġi Malta.", "Dan joħroġ mill-figuri li jagħtina l-Gvern stess, għax jekk immorru lura għall-1993 insibu li l-ammont ta' turisti li ġew Malta kien ftit 'il fuq minn miljun; u bejniethom ħallew Lm232 miljun.", "Dan ifisser li fl-1993 ras għal ras kull turist kien qed iħalli f'Malta Lm218.", "Sena wara, jiġifieri fl-1994, komplejna bil-policy tal-Gvern biex intejbu l- kwalita' tat-turist, u sibna li ras għal ras it-turist beda jħalli Lm205, jiġifieri għalkemm bid-diskors ngħidu li qegħdin intejbu l-kwalita' tat- turist, insibu li bejn l-1993 u l-1994 il-per capita revenue income mit- turist niżlet minn Lm218 għal kważi Lm200.", "Bejn Jannar u Marzu ta' din is- sena l-ammont ta' turisti li ġew, ħallew ras għal ras inqas minn dak li ħallew fl-1994; ħallew Lm186.", "Fejn qegħdin dawn l-imberkin upmarket tourists li dejjem insemmu?", "Għalfejn qed iservu l-propaganda, l-adverts u l-marketing campaign kollha li qed jiswew eluf u miljuni ta' liri biex immorru upmarket imbagħad insibu li l-kwalita' tat-turist li qed jiġi Malta qiegħda dejjem tinżel?", "Meta titkellem fuq Lm200 kull turist ras għal ras, trid iżżomm quddiem għajnejk li dawn il-Lm200 it-turist mhux qed jonfquhom fuq short break holiday għaliex l-average stay tat-turist hija ta' 11-il ġurnata.", "GĦalhekk dawn il-Lm200 li qed insemmu u li qed jonfoq kull turist li jiġi Malta qed jonfoqhom fuq medda ta' 11-il ġurnata.", "Għalhekk jien nistaqsi: Fejn qiegħda l-idea ta' l-upmarket tourism?", "Trid tqis ukoll li l-Maltin, meta jsieferu, ras għal ras jonfqu mal-Lm550.", "Hemm ftit ta' differenza u allura possibbli t-turisti li qed jiġu Malta huma kollha ifqar u agħar mill-Maltin?", "Jiena nieħu gost jekk inhuwa hekk għaliex nara kemm tela' l-istandard tagħna u kemm hawn Maltin li jaqilgħu l-flus u lesti li jonfqu, imma jew ħaġa jew oħra, Mr Speaker.", "Jiena wisq nibża' li jekk it- trend tibqa' li nżidu iktar in-numru milli qegħdin inżidu l-kwalita', 'il quddiem in the long run, din aktar tista' sservina ta' deni milli ta' ġid.", "Din semmejtha biex ma noqogħdux inħarsu biss lejn in-numru ta' turisti li jiġu imma nħarsu wkoll lejn il-kwalita' tagħhom.", "Mr Speaker, irridu nħarsu wkoll lejn il-value for money li qed nagħtu lit- turist.", "Irridu naraw x'ikun ħa t-turist u kemm ikun ħallas għal dak li ħa.", "U jien nistaqsi: Kemm qed joħroġ kuntent it-turist li qed jiġi hawn Malta?", "U nerġa' nistaqsi: It-turist li qed jiġi hawn Malta qed isib dak li jkunu wegħduh qabel?", "Qed ngħid dan għaliex mill-ħafna kuntatti li jkollna u mill- ħafna ittri u lmenti li naqraw u nisimgħu qegħdin naraw li t-turist jiġi hawn Malta mingħalih se jsib xi ġenna ta' l-art u bl-affarijiet li jkunu qed jiġru madwaru mal-ewwel jinduna li mhux talli ma jkunx ġie f'ġenna ta' l-art imma jgħid li kien ikun aħjar kieku baqa' f'pajjiżu għax kważi kważi ntefa' ġo infern.", "Jien ma rridx nesaġera l-affarijiet imma wara kollox turist ġeneralment imur f'pajjiż ieħor għaliex jistenna li se jsib xi ħaġa aħjar milli hemm f'pajjiżu.", "Ħafna jgħidulek li meta tour operator ikun qiegħed ibiegħ holiday dan ikun qed ibiegħ ħolma.", "Mela dan it-turist minn meta jmur jagħmel booking sakemm jiġi biex jitlaq jkun qed jaħseb fuq il- ħolma sabiħa tiegħu dwar dak li se jsib f'dak il-pajjiż u fil-każ tagħna din il-ħolma qed tispiċċa nightmare għaliex isib kollox kuntrarju ta' dak li jkun ħaseb.", "F'dan ir-rigward irridu naraw ukoll għaliex il-prodott tagħna dejjem qed jiżdied filwaqt li l-livell tiegħu qiegħed dejjem jonqos.", "Is-servizz li nagħtu mhux qed jitjieb bl-istess rata li qed jogħla l- prezz.", "L-Ilmenti ġenerali tat-turisti kollha qed ikunu f'dan is-sens; li t-turist qed iħallas ħafna iktar għal servizz inqas u jgerger ħafna mir- return għall-value for money tiegħu.", "Mr Speaker, ħaġa oħra li rridu nagħtu kasha - b'dispjaċir nerġa' ngħid li m'hu qed isir xejn fuqha - hija l-monitoring u auditing ta' l-ambjent.", "Huwa veru li aħna nieħdu gost bit-turisti kollha li jiġu imma rridu noqogħdu attenti u naraw x'qed ikun l-impatt fiżiku, kulturali u soċjali li qed ikollu t-turiżmu fuq is-soċjeta', l-infrastruttura u l-ekonomija Maltija in ġenerali.", "Jiena ngħid li żieda eċċessiva fin-numru ta' turisti - mhux fil-kwalita' - mingħajr ippjanar tajjeb qed timponi fuqna u qed ikollha impatt negattiv fuq dawn l-affarijiet li semmejna, jiġifieri fuq il- parti soċjali, kulturali u fiżika tal-gżira tagħna.", "Dan l-impatt negattiv mhux biss qed ikun ta' ħsara għalina l-Maltin imma jista' jkun ta' ħsara wkoll għall-istess turist li qiegħed jiġi hawn Malta.", "Kif għidt diġa', veru li dan is-settur jikkontribwixxi ħafna għall-ekonomija tagħna imma wieħed irid iżomm quddiem għajnejh konsiderazzjonijiet oħra għax wara kollox il-flus m'humiex kollox, hemm affarijiet oħra li diżgrazzjatament ...", "Issa hawnhekk jien m'iniex qed nirriferi għal dan il-Gvern jew għall- Gvernijiet preċedenti imma qed nitkellem b'mod oġġettiv kemm jista' jkun mingħajr ma noqgħod ngħid x'qed isir issa li ma kienx isir qabel.", "Kulma qed nagħmel jien huwa li qed insemmi n-nuqqasijiet in ġenerali, jiġifieri m'iniex qed insemmi dawn in-nuqqasijiet bħala membru ta' l-Oppożizzjoni imma bħala Malti li flimkien mal-Maltin kollha nixtieq li nieħdu l-aħjar li nistgħu minn dan is-settur imma donnu ħadd m'hu lest jagħmel xi ħaġa kif verament huwa mistħoqq.", "GĦalhekk irridu naraw x'inhu l-cost reali li qed tħallas Malta għal dan is-servizz li qed tagħti u li minnu qed iddaħħal revenue u għandha outlay tajjeb ħafna.", "Irridu naraw ukoll kif nistgħu nrażżnu dawn l-affarijiet negattivi li ġejjin mit-turiżmu ħalli, kif għidt diġa', kemm jista' jkun innaqqsu l-impatt negattiv fuq l-ambjent soċjali, fiżiku u naturali.", "Hemm bżonn li nagħmlu minn kollox biex dak li sibna aħna mill-ġenerazzjonijiet ta' qabilna nużawh tajjeb kemm jista' jkun u ngħadduh lil ta' warajna fi stat aħjar milli sibnih.", "Irid ikun hemm ukoll policies - jien ngħid li dawn il-policies għandhom jitfasslu b'urġenza immedjata - biex permezz tagħhom nillimitaw dan l-impatt negattiv kemm jista' jkun għax irridu niftakru li jekk mill-istess turiżmu se nkunu qed neqirdu u nkissru l-ambjent, allura l-istess ambjent se jerġa' jkissrilna l- istess settur tat-turiżmu.", "Mr Speaker, ikun tajjeb jekk naraw ukoll kemm verament huwa bbilanċjat il- frott li qed joħroġ minn dan is-settur kif ukoll x'bilanċ jeżisti bejn it- turist u l-Malti u bejn il-Maltin stess fl-istess gżira.", "Jien qed ngħid dan għax ħafna drabi meta jkun hemm ħafna nuqqas ta' ippjanar diżgrazzjatament il-Malti ġieli jasal f'estremita' li jibda jiddejjaq bl- istess turist u din, dan l-aħħar konna qed ninnotawha.", "Per eżempju l-Malti jiddejjaq meta jsib li l-bajjiet tagħna overcrowded bit-turisti u hu ma jkollux fejn joqgħod, il-Malti jiddejjaq li ħafna lukandi jaqbdu u jieħdu l- foreshore tagħhom u filwaqt li t-turisti ta' dik il-lukanda jkunu jistgħu jgħumu f'din l-area kemm iridu, il-Maltin ma jkunux jistgħux jidħlu fihom, il-Malti jiddejjaq meta ħafna drabi, speċjalment fiż-żmenijiet tas-sajf, ikollu jħallas prezzijiet iktar milli kien iħallas qabel.", "La tal-ħwienet ikunu sejrin tajjeb mat-turist jiċċarġjaw lill-Maltin bl-istess prezz għoli tat-turisti ħalli mbagħad meta jonqsulhom it-turisti jerġgħu jbaxxu ftit il-prezz għax jgħidulek li fix-xitwa mal-Maltin iridu jieklu.", "Jista' jkollok resentment ieħor għax meta Malti jmur barra jkollu joqgħod għal ċerti kondizzjonijiet filwaqt li meta turist jiġi hawn Malta ma jsibx l- istess kondizzjonijiet.", "Ħalli nagħti eżempju żgħir.", "Per eżempju, t- turisti li jiġu Malta u jmorru jaraw Ħaġar Qim jew l-Imnajdra joqogħdu jidħlu u jippassiġġaw, imissu l-ġebel u affarijiet oħra imbagħad meta turist imur l-Ingilterra biex jara, per eżempju, Stone Henge, irid joqgħod jarah mill-bogħod.", "Allura jkun hemm ċertu resentment.", "Jien m'iniex qed ngħid li aħna qed nagħmlu tajjeb li nħallu lit-turist jgħaffeġ imbagħad aħna ma nistgħux nagħmlu bħalu anzi qed ngħid dawn l-affarijiet biex aħna nibżgħu għall-affarijiet tagħna bħalma jagħmlu huma.", "Qed ngħid dan biex noqogħdu attenti fuq il-bilanċ li jibda jeżisti bejn turist u Malti speċjalment meta l-preżenza tat-turisti hawn Malta tibda tinħass iktar minn dawk tal-Maltin.", "Irridu niżnu wkoll l-impatt - tajjeb u ħażin - li jħalli s-settur turistiku bejn l-istess Maltin.", "Jien qed ngħid li f'Malta veru teżisti sitwazzjoni fejn ċerti areas qed igawdu u qed jieħdu l-parti l-kbira tal- frott mis-settur tat-turiżmu imbagħad areas oħrajn qed jitgħabbew biss bil-piżijiet li jġib miegħu dan is-settur.", "Per eżempju, fl-area taċ- ċentru u fl-area tan-north ta' Malta t-turist imur u jħalli kull sold li jkollu imbagħad fl-area tas-south, min qiegħed viċin l-airport ma jistax jorqod bl-ajruplani kontinwi li jgħaddu minn fuqu.", "Liċ-ċittadin tas-south għabbejnih ukoll bi sewage purification plants, bil-miżbliet, bir- recycling plants, bil-power stations u bl-areas industrijali.", "Veru li dawn x'imkien trid tpoġġihom imma lanqas huwa sew li f'Malta ikun hawn din id- diviżjoni qawwija fejn jidħol is-settur turistiku.", "Parti minn Malta qed tgawdi minn kollox u parti oħra qed titgħabba bil-piżijiet biss.", "Kemm-il darba ngħidu li hemm bżonn li jkun hemm iktar tqassim tal-ġid li jkun qed jiġġenera dan is-settur.", "Mela minbarra l-obbligu li għandu l-Gvern - u anke aħna - li kemm jista' jkun iġiegħel lil dan is-settur jiġġenera iktar biex ir-revenue u l-frott minnu jikber, hemm l-obbligu l-ieħor li kemm jista' jkun naraw li dak il-ġid li jkun qed jinħoloq jitqassam kemm jista' jkun bejn kulħadd.", "Kemm-il darba ngħidu li rridu niżviluppaw is-south ta' Malta għat-turiżmu imma diżgrazzjatament dawn l-affarijiet baqgħu biss wegħdiet u għal sena wara l-oħra dawn baqgħu biss fuq il-karta.", "Mr Speaker, minflok ma noqogħdu nħarsu lejn in-numri biss tajjeb ukoll li nipparagunaw il-performance tagħna - bħala Malta - ma' dak li qed jiġri fil-Mediterran u ma' dak li qed jiġri globalment fid-dinja kollha f'dak li hu turiżmu.", "Kulħadd jaf li f'dawn l-aħħar snin it-turiżmu tela' b'rata fenominali.", "Issib min jagħti l-pronostku li għas-snin li ġejjin it-turiżmu se jkun l-ikbar industrija ta' servizzi.", "Imma issa l-importanti m'huwiex kemm qed jiżdied it-turiżmu globalment.", "Kulħadd jieħu gost jisma li t- turiżmu se jirdoppja fid-dinja għaliex tgħid li jekk jekk Malta qed tibbaża l-ekonomija tagħha fuq dan is-settur il-probabilita' hi li dan is-settur ikompli jissaħħaħ.", "Pero' hawn toħroġ waħedha l-mistoqsija ta' jekk Malta hijiex se tirċievi sehma minn dan it-tkabbir kollu tat-turiżmu li hawn mad- dinja kollha u jekk aħniex inlaħħqu mal-pass kif qed jikber it-turiżmu.", "Jien għamilt ftit riċerka u sibt li t-turiżmu f'Malta mhux qed jikber bl- istess rata ta' kif qed jikber globalment, anzi b'dispjaċir ngħid li f'ċerti affarijiet Malta ħdejn pajjiżi oħra qed taqa' lura.", "Mela Malta mhux qed taħtaf ix-share tagħha minn din iż-żieda li qed isseħħ globalment.", "Issa nixtieq nikkwota minn statistika li toħroġ il-World Tourism Organisation fejn tagħti lista tat-top tourist destinations tad-dinja kollha.", "F'din il-lista twila nsibu l-pajjiżi mniżżla skond l-ikbar numru ta' turisti li jżuruhom.", "Skond din il-lista, Malta fl-1980 - fil-fatt ħadt gost li sibt ir-ranking tagħna ta' l-1980 biex b'hekk ħadd ma jkun jista' jgħid li qed nipprova nagħmel paraguni bejn l-1987 u issa - kienet fl-40 post filwaqt li fl-1993 inżilna għat-58 post. Mela jidher li l- market share li qed tieħu Malta mit-turiżmu globali qiegħed jonqos u mhux jiżdied.", "Dan ifisser li hemm pajjiżi oħrajn li qegħdin jieħdu t-turiżmu tagħhom iktar bis-serjeta', qed jaħdmu iktar milli qed naħdmu aħna u qed jattiraw lejhom share ikbar minn tagħna.", "Imbagħad jekk inħarsu lejn il- persentaġġ tal-figura globali ta' turisti li jiġu hawn Malta nsibu li minn 0.32% fl-1980 inżilna għal 0.21% fl-1993 - jiġifieri x-share tagħna min- numru kollu ta' turisti li qed jiġu Malta qed jonqos.", "Jiddispjaċik tara ħaġa bħal din meta pajjiżi oħra fil-Mediterran, pajjiżi kompetituri tagħna, qed jagħmlu aħjar minna, bħal per eżempju, Ċipru li mill-55 post tela' għal 42 post u x-share tiegħu minn 0.12% tela' għal 0.36%.", "It-Tuneżija kienet u għadha fl-istess post, jiġifieri fis-27 post u l-percentage share tagħha ta' l-arrivals tat-turisti minn 0.56% tela' għal 0.71%.", "Jekk inħarsu lejn it-Turkija nsibu li għamlet qabża fenominali u mit-43 post telgħet għad-19- il post u l-market share tagħha minn 0.32% tela' għal 1.15%.", "Issa barra dawn li semmejt hemm pajjiżi oħra bħall-Greċja, l-Irlanda u oħrajn.", "Jidher li mill-market li tant qed jikber globalment m'aħniex qed nieħdu sehem.", "Jiġifieri m'aħniex qed nieħdu sehem mir-revenue li qed jiġġenera t-turiżmu globalment.", "Il-figuri li għadni kemm tajt huma tat-tourist arrivals, jiġifieri ta' kemm jidħlu turisti f'pajjiż u issa se nagħti l-figura tar-revenue li jdaħħal kull pajjiż mit-turisti li jmorru jżuruh.", "Nibdew minn Malta li mis-46 post fl-1980 waqgħet għall-55 post fl-1993 u bħala persentaġġ mir- revenue globali minn 0.26% niżlet għal 0.21%.", "Pajjiżi ġirien tagħna kollha marru ħafna aħjar milli morna aħna u iktar 'il quddiem insemmi ftit minnhom.", "Issa donnu jidher li fl-aħħar, skond il-policy tal-Gvern f'dak li għandu x'jaqsam mat-turiżmu, donnu qed nibdew infittxu lill-Mediterran għax tant konna moħħna biss fuq l-Ewropa li kważi nsejna li aħna qegħdin fil-ħolqa jew fiċ-ċentru tal-Mediterranan.", "Imma issa f'daqqa waħda rridu ningħaqdu mal-pajjiżi kollha tal-Mediterran għall-finanzi u għal kollox.", "Hawn ngħid li din hija ħaġa tajba, anzi fejn jidħol il-Mediterran ngħid ukoll li dan il-Gvern messu baqa' miexi fuq il-passi ta' kif mexa l-Gvern Laburista ta' qablu.", "Għandna nagħmlu - din semmiha s-Segretarju Parlamentari fl-aħħar konferenza meta kien qiegħed barra minn Malta - xi ħaġa biex il-pajjiżi tal- Mediterran iwaqqfu għaqda bejniethom biex jipprovaw jagħmlu promotion tal- Mediterran bħala baħar sħiħ.", "Jien ngħid li din hija idea tajba imma rridu naħdmu u naraw x'riżultati qed ikollhom il-pajjiżi tal-Mediterran madwarna.", "Is-sintomi li hemm xi ħaġa ħażina ma juruhx biss dawn il-figuri li semmejt.", "Hemm sintomi ta' ħafna problemi li qegħdin dejjem jikbru u jiġġeneraw u dawn m'humiex problemi tal-mument.", "Kieku forsi jiġu tliet xhur li fihom inkunu qdifna lura wieħed ikun jista' jgħid li dik tkun problema momentarja u wara li jgħaddu dawn it-tliet xhur nerġgħu nirkupraw kollox, imma jidher li l-problemi li għandna f'dan is-settur huma problemi strutturali li qegħdin hemmhekk għal iktar tul ta' żmien.", "Għandna s-sintomu li qed inaqqas ir-ritmu li kien qabad, għandek is-sintomu li qed jiżdiedu ħafna l-ilmenti minn dawk it-turisti li qed jiġu hawnhekk u għandek is-sintomu li qed nitilfu ammont sostanzjali mis-swieq prinċipali tagħna.", "Hawnhekk qed nirreferi għas-suq Ingliż u għas-suq Ġermaniż.", "Mis- suq Ingliż tlifna madwar 35,000 turist - jiġifieri 12% - u mis-suq Ġermaniż tlifna madwar 11,000 turist - jiġifieri tlifna 9% - imma li jippreokkupak huwa li dawn iż-żewġt iswieq huma s-swieq prinċipali tagħna.", "Meta wieħed iħares lejn il-pajjiżi li huma spendors fit-turiżmu fl-Ewropa dawn jiġu l- ewwel tnejn.", "Kważi ħadd mill-pajjiżi Ewropej ma jonfoq flus daqskemm jonfqu l-Ingliżi u l-Ġermaniżi.", "Ma nistgħux ngħidu li dan it-tnaqqis ġie minħabba l-policy tagħna ta' diversifikazzjoni għax jekk ngħidu li qed nipprovaw niddeversifikaw mis-suq Ingliż biex ma nibqgħux niddependu ħafna fuqu ngħid li dan l-argument żgur ma jreġix għat-tnaqqis li ġej mill- Ġermanja.", "Safejn naf jien ħadd m'hu qed jipprova jnaqqas it-turisti mill- Ġermanja kif ħadd m'għandu jipprova jnaqqas it-turisti mill-Ingilterra.", "Id- diversifikazzjoni m'għandhiex tfisser li inti tipprova taqta' minn pajjiż biex iġġib minn pajjiż ieħor.", "Id-diversifikazzjoni għandek teħodha biex inti tipprova tnaqqas turist ta' kwalita' baxxa għal turist ta' kwalita' ogħla.", "Dan ma jfissirx li tipprova taqta' Ingliż ta' kwalita' baxxa biex iġġib, per eżempju, Taljan jew Grieg ta' l-istess kwalita'.", "Wieħed jista' jagħmel diversifikazzjoni fl-istess pajjiż; tista' tnaqqas 100 Ingliż li huma low spendors u ġġib 100 Ingliż li huma high spendors u xorta tkun qed tagħmel diversifikazzjoni għaqlija.", "Issa inutli li noqogħdu nħarsu lejn x'inhuma s-sintomi tal-marda mingħajr ma naraw x'inhi l-kaġun tagħha.", "Jien ngħid li jekk toqgħod tħares madwarek malajr tinduna b'dan il-kaġun.", "L- ewwelnett għandna pakkett li fit-tul ta' snin baqa' l-istess.", "Il-prodott li qed inbigħu aħna huwa kważi prodott skadut u staġnat.", "Meta tħares lejn x'qed joffru pajjiżi kompetituri tagħna mill-ewwel tinduna li aħna bqajna b'ideat antikwati fejn jidħol it-turiżmu.", "Għandna wkoll il-problema l-oħra li diżgrazzjatament is-servizz qed ibatti.", "Jien se nieħu l-eżempju tal-part-timers li huma s-salvazzjoni u l- kundanna ta' dan is-settur.", "Għalfejn qed ngħid hekk?", "Qed ngħid li l-part- timers huma s-salvazzjoni għax fil-peak season allaħares ma jkunux huma għaliex ħadd ma jkun jista' jkampa u lukanda jkollha ddaħħal il-fulltimers u żżommhom is-sena kollha imma mill-banda l-oħra dawn huma l-kundanna tas-settur għaliex - għalkemm dawn huma bżonnjużi f'dan is-settur - mhux qed nagħtuhom it-training li għandhom bżonn biex jagħtu servizz tajjeb.", "Mela l-ħażin mhux qiegħed għax aħna qed naħdmu bil-part-timers imma għax lil dawn m'aħniex qed inħarrġuhom kif suppost.", "Wieħed ma jistax jippretendi li wieħed li filgħodu jmur jibni, filgħaxija jmur jagħti silver service f'restaurant ta' lukanda.", "Jien m'iniex qed nesaġera imma dawn huma affarijiet li qed jiġru u ma tistax twaqqafhom.", "Din hija xi ħaġa li rridu nieħdu ħsiebha.", "Kaġun ieħor huwa li l-ospitalita' tagħna donnha qed tonqos u l-abbużi qed jiżdiedu.", "L-ospitalita' tagħna forsi qed tonqos minħabba r-raġunijiet li semmejt iktar 'il quddiem; jista' jkun li wasalna fil-limitu tan-numru ta' turisti li nifilħu.", "Illum wasalna f'pożizzjoni li kulħadd jisma' bil- problemi li qed jinħolqu minħabba t-turiżmu u kważi kważi meta titkellem man-nies ta' l-irħula u tgħidilhom biex forsi nibdew nieħdu xi private jew tnejn turisti jgħidulek biex tħallihom fil-kwiet u ma teħdilhomx inkwiet.", "Il-mentalita' tal-Maltin f'daqqa waħda inbidlet u kif għidt, donnu li l-ospitalita' qed tonqos.", "L-abbużi qed jiżdiedu għax m'aħniex qed nagħmlu kontrolli biżżejjed.", "Meta turist imur jixtri flixkun ilma minn gabbana u jżommulu 70c, 80c u Lm1 mhux abbuż!", "Allura dawn l- affarijiet mhux se jkabbru l-marda?!", "Għandek ukoll l-infrastruttura medjokra.", "Sieħbi, l-Onor.", "Nicholl diġa' semma l-qagħda ta' l-ilma, tat-toroq, tad-drenaġġ ifur ma' kullimkien u tal- bajjiet fejn imur jgħum it-turist.", "Ilu tmien snin jingħad li l- infrastruttura tranġat pero' għalkemm in-nefqa biex nirranġawha ta' kull sena qed titla' bil-miljuni, r-riżultat ta' dawn il-miljuni, jiddispjaċini ngħid, m'hu qed jidher imkien.", "Il-value for money qiegħed jitmermer.", "Dan qed jiġri mhux għax aħna l- orħos jew aħna l-ogħla imma għaliex ħafna drabi t-turist ma jiddejjaqx jekk se jħallas Lm1 iktar basta ta' dik il-Lm1 iktar li jkun qed iħallas ikun qed jieħu his money's worth.", "Sfortunatament dak li qed jiġri hawn Malta huwa li qed inġiegħluh iħallas iktar u mhux qed nagħtuh servizz aħjar.", "Meta jiġri hekk it-turist bilfors li jħossu li jkun qed jiġi misruq u mhux qed jiġi servut.", "Dan kollu qed isir meta pajjiżi kompetitiuri tagħna qed jagħmlu minn kollox biex itejbu l-prodott u jroħħsu l-prodott tagħhom filwat li aħna qed nagħmlu l-kontra.", "Il-prodott tagħna m'aħna qed intejbuh xejn u fuq kollox qed ngħolluh.", "Milli jidher sa issa morna up- market f'dak li huwa prezz biss.", "Jien naħseb li qed nippretendu li nġiegħlu lit-turist iħallas il-prezz ta' 5-Star imma s-servizz li nagħtuh ma jimportax għax nibqgħu nagħtuhulu ta' 2-Star!", "Jien ngħid li dan mhux qed isir kif suppost.", "Dan huwa wieħed mill-kaġuni l-kbar tal-marda li qed iġġiegħlna nitilfu l-kompetittivita' tagħna u aktar ma mmorru din il- kompetittivita' qed nitilfuha mhux mal-pajjjiżi tal-Mediterran biss.", "Illum għandna kompetizzjoni qawwija ġejja mill-pajjijżi viċin tagħna fil- Mediterran u mbagħad insibu li l-istess Mediterran għandu kompetizzjoni ikbar ġejja mill-pajjiżi li qegħdin ħafna 'l bogħod minnu, per eżempju, l- Amerika, il-Karibew u l-Lvant Imbiegħed u dawk il-postijiet.", "Illum min qiegħed l-Ingilterra kważi, kważi joħroġ b'orħos jekk imur l-Amerika milli kieku kellu jiġi fil-Mediterran.", "Din hi xi ħaġa li m'hux qed nagħmluha aħna imma rridu niffaċċjawha bħala realta' u meta naraw din ir-realta' iktar u iktar irridu nħabblu moħħna kif se nkunu iktar kompetittivi.", "MR SPEAKER: Ippermettieli, Onorevoli skadielek il-ħin u għandek bżonn ta' extension.", "Xi ħadd jipproponi li tkompli tinstema'.", "ONOR.", "TONY NICHOLL: Nipproponi li jkompli jinstema'.", "MR SPEAKER: Min jissekonda jekk jogħġobkom?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI : Nissekonda.", "MR SPEAKER: Hawn talba biex l-Onor.", "Vella jkompli bid-diskors tiegħu.", "Il-Kamra taqbel?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ONOR.", "CARMELO VELLA: Nirringrazzja lill-proponent, lis-sekondant u lill- Kamra kollha talli għoġobha testendili l-ħin.", "Mr Speaker, kont qed nitkellem fuq il-kompetizzjoni li għandna kemm ġewwa l-Mediterran kif ukoll barra mill-Mediterran.", "L-ikbar kompetizzjoni li qed ikollna, apparti dik tal-prodott u tal-kwalita', hija fil-prezz.", "Is-settur turistiku huwa settur li hu price sensitive ħafna.", "Meta tkun qed tqalleb il-brochures l- ewwel ma tfittex huwa l-pajjiż imbagħad il-prezz.", "Meta mbagħad jogħġbok il-prezz tibda tfittex id-dettalji l-oħra bħal x'hemm f'dak il-pajjiż, x'tip ta' ikel issib, x'tip ta' outing u divertiment issib pero' moħħok u l-attenzjoni tiegħek l-ewwel ma jmorru fuq il-prezz.", "Mela meta aħna nafu li dan is-settur huwa daqshekk price sensitive għandna naħdmu iktar u iktar biex, apparti li ntejbu l-prodott u s-servizz, nagħtu dak il-prodott u dak is-servizz bl-inqas prezz possibbli.", "Jien m'iniex qed ngħid li tnaqqas u tkisser il-profitt ta' l-operaturi, għaliex ma tistax tagħmel hekk - għalkemm diżgrazzjatament minkejja kollox kważi nistgħu ngħidu li dan li qed jiġri.", "Mr Speaker, xtaqt insemmi xi ħaġa wkoll fuq il-package tour tourism.", "Dejjem nisimgħu kollox kontra l-package tour tourism min-naħa tal-Gvern u bilkemm ma jitfax il-ħtija fuqna li aħna daħħalna s-sistema tal-package tour tourism f'pajjiżna.", "Imma għalfejn kull darba noqogħdu nsemmu b'mod negattiv dan is-settur?", "Ħadd mill-kompetituri tagħna m'hu qed jipprova jaqta' l-package tours.", "Wara kollox il-package tours m'huwiex sinonimu mal-low spending tourist, jista' jkollok turist miljunarju li qabad, ħa grazzja ma' package tour u telaq miegħu.", "Ma jfissirx illi għax hemm turist illi huwa high spending tourist, jekk dan isib fejn jiffranka xi sold ma jipprovax jiffrankah ukoll!", "Lanqas huwa sinonimu ma' xi kwalita' ta' turist.", "Illum għandek dak l-arranġament u kull min isiefer, sew jekk hu sinjur, sew jekk hu baxx u sew jekk hu fqir, l-aħjar ċans li jieħu huwa l- package tour.", "M'għandna l-ebda mistħija jew resentment li din daħħalniha aħna f'Malta.", "Inutili l-Gvern joqgħod jgħid illi Malta għarrqitha s- sistema tal-package tour operation.", "Dan ma jfisser xejn.", "It-turist jitgħarraq minn Malta meta mbagħad noqogħdu ngħajruh u ngħidulu: Isma', kważi kważi lanqas għandna bżonnok.", "Mhux kważi kważi ngħidulu hekk, għidnielu hekk.", "Imbagħad li ma tifhimx huwa kif l-NTOM u ħafna għaqdiet u l-privat ikunu qed jonfqu l-eluf u l-miljuni biex jipprovaw jattiraw it- turist lejn Malta, imbagħad meta dak it-turist jiġi hawn Malta bl-arroganza kollha ngħidulu: Isma', m'għandniex bżonnok, m'għandniex bżonn dak it- turist li jiġi joqgħod jilgħab bil-pala u l-barmil.", "Meta għidnielhom hekk lit-turisti ħadu għalihom ħafna l-iktar għaliex min qal dan il-kliem ma kellux jgħidhom.", "Ma tippretendix li dan il-kliem għandu jiġi mis- Segretarju Parlamentari li suppost qed jieħu ħsieb it-turiżmu.", "Imbagħad biex insewwu dik il-ħsara din is-sena noħorġu nivvotaw Lm0.5 miljun oħra lill-NTOM biex din tmur l-Ingilterra u tipprova ġġib aktar turisti minn hemmhekk.", "Meta jkun qed jagħmel il-winding up il-Ministru nixtieq li jgħidilna x'kienu n-negozjati u t-taħdidiet li kellha l-NTOM ma' l- operaturi Ingliżi u jekk kellhiex xi suċċess jew le.", "Dawn huma l-affarijiet li jinteressawna, speċjalment wara ħafna diskors żejjed li ma kellux għalfejn jingħad.", "Meta aħna konna qegħdin f'konferenza u xi ħadd mill-operaturi Maltin staqsa jekk tistax titneħħa jew titnaqqas il-VAT fuq is-settur tat-turiżmu, l-unika risposta li ta dan il-Gvern kienet: Isma', intom meta vvotajtu għal dan il-Gvern ma kontux tafu li qed tivvotaw għall-introduzzjoni tal- VAT?", "Dik kienet ir-risposta!", "B'dan il-mod irridu nitkellmu u niddiskutu mas-settur turistiku?", "Mr Speaker, milli jidher dawn is-sintomi u dawn il- ħafna kaġuni ta' din il-marda qegħdin għat-tul, u iktar qabel għidt li l- problema hija waħda strutturali u għat-tul.", "Iż-żmien għaddej u minn dawn in-nuqqasijiet kollha m'aħna qed nirranġaw xejn.", "Ma ttieħdu u ma tħabbru ebda miżuri ħlief din iċ-ċekċika żgħira tal-lum biex forsi nirranġaw is- sitwazzjoni.", "Ir-riżultat - u jiddispjaċini jekk se jkun hekk - probabbilment se jkun li s-sena li ġejja u s-snin ta' wara jistgħu jkunu jew bħal din is-sena jew xi ftit agħar.", "Aktar qabel għidt ukoll li din il-miżura m'hi se ttaffi xejn mill- problemi li għandu dan is-settur.", "Kif tista' problema daqshekk minima li iktar ma jgħaddi ż-żmien inqas qiegħda tfisser ...", "Din wara kollox ingħatat meta kien hemm is-sistema tad-dazji.", "Id-duty exemption għas- settur turistiku kienet tgħodd meta kellna s-sistema tad-dazji.", "Illum kif qal l-istess Ministru, l-uniċi dazji li hemm qegħdin għal prodotti li jiġu minn barra l-Unjoni Ewropea, li huma ftit wisq u allura aħjar għidna li kważi kważi din il-miżura waslet biex tispiċa, waslet biex nidfnuha u biex ma tibqax taħdem iktar.", "Li kieku ridna verament ngħinu lis-settur tat- turiżmu, konna naraw x'inhuma l-piżijiet li tfajnilu u nerġgħu naqbdu inaqqru u neħħuhomlu.", "L-ewwel ngħabbu lis-settur turistiku bir-room tax, bl-airport tax, biż-żidiet fil-liċenzji u biż-żidiet fl-interess fuq self mill-banek, imbagħad wara li ngħaffġuh u ngħattnuh, ngħidulu: Ara kemm aħna rġiel, se ngħinuk għax l-aids to industries li kienet tapplika għal hotels ta' 'l fuq minn 80 sodda, se tagħtuha wkoll lil dawk il-hotels li għandhom inqas minn 80 sodda.", "Kieku ridna ngħinuhom, konna naqbdu dawk il- government induced costs li telgħin minn sena għal sena u nnaqsuhomlhom u bħalma hemm rati speċjali għas-settur ta' l-industrija tal-manifattura u setturi oħra, nagħtu l-istess rati lill-istess settur tat-turiżmu.", "Ta' min jerġa' jfakkar li l-Partit Laburista diġa' wiegħed kemm-il darba li dawn il-piżijiet żejda li l-kompetituri tagħna jew m'għandhomx jew għandhom inqas minna, jew ineħħihom - bħalma se jagħmel fil-każ tal-VAT - jew parti minnhom jerġa' jirrevedihom.", "Dan is-settur għandu kontra tiegħu l-inflazzjoni li tiela' minn sena għall-oħra.", "X'inhu jagħmel dan il-Gvern biex irrażżan l-inflazzjoni li qed tifni kull settur li għandna Malta mhux inqas is-settur turistiku?", "Qed jagħmel xi ħaġa biex din l-inflazzjoni nipprovaw nżommuha in check?", "Qed issir xi ħaġa min-naħa tal-Gvern?", "Meta titkellem mal-lukandiera, dawn illum jistqarru miegħek u jgħidulek li xtraw jew bnew hotel mhux għax se jaqilgħu mill-operations tagħha għax dak il- profitt li jiġi mill-operations tista' tinsih, imma l-unika tama tagħhom hija li meta dik il-hotel tinbiegħ wara ħames snin, sitt snin jew għaxar snin, ikun hemm profitt mill-appreciation tal-proprjeta'.", "GĦalhekk, illum min qed jinvesti - u hemmhekk tara li m'hemmx sinjal ta' serjeta' f'dan is- settur - f'dan is-settur mhux qed jinvesti biex jaqla' mill-operations imma qed jinvesti biex jaqla' mill-appreciation tal-proprjeta'.", "Ladarba semmejna l-VAT, ma nistgħux ma nsemmux, kif diġa' semma sieħbi l- Onor. Tony Nicholl, t-tneħħija tal-forward buying rate.", "It-tneħħija tal- forward buying rate intant inħalluha proprju meta qed naraw li r-rata tal- kambju tal-munita tagħna telgħet ħafna vis-a-vis il-muniti barranin li magħhom għandna l-iktar konnessjoni turistika speċjalment ma' l-Ingilterra!", "Diżgrazzjatament il-VAT ma daħlitx fis-settur turistiku kif daħlet fis- setturi oħrajn, imma daħlet qabel għax daħlet bħala levy.", "Xi sena jew sentejn qabel ma daħlet il-VAT, jiġifieri meta daħlet il-levy tal-5%, staqsejt jekk din hijiex preludju tal-VAT, imma qalulna: Le, fejn sejrin b'moħħkom!", "Pero' ż-żmien tana raġun anke fuq din il-ħaġa.", "Mr Speaker, qed jirriżulta li wara dawk il-priedki kollha li l-VAT la kellha tkun revenue u lanqas cost of living increase imma kellha tkun revenue neutral u cost of living neutral fil-fatt għaddew xi seba' xhur mill-introduzzjoni tagħna u diġa' qed naraw l-effetti ħżiena tagħha speċjalment fuq dan is- settur.", "Kieku n-naħa tal-Gvern għandu l-polz fuq dak li jrid is-settur, kieku jkun jaf kif għandu jgħinu. llum, f'Malta m'għandekx organizzazzjoni waħda li mhux qed titlob ir-ri-introduzzjoni tal-forward buying rate u t- tneħħija in parti jew kollox tal-VAT fuq is-settur turistiku.", "Meta darba ħriġt press release u rbat in-nuqqas tat-turiżmu mal-VAT, is-Segretarju Parlamentari mal-ewwel ħareġ jirrispondini u qal li jien għamilt żball kardinali għax irbat il-VAT man-nuqqas tat-turisti.", "Jiena ngħidlu: Immisek staqsejt l-operaturi jekk għandhiex bearing l-VAT man-nuqqas tat-turisti, immisek staqsejt it-turisti stess jekk għandhiex bearing l-introduzzjoni tal-VAT mas-settur turistiku, immisek titkellem ma' l-inqas ċittadin li ma jitkellmix b'kulur politiku ħalli tkun taf.", "Imma wara ftit l-istess Segretarju Parlamentari ammetta li l-VAT seta' kellha impatt negattiv fuq is-settur turistiku, imma ħasel idejh minnha għax qal li sabha hemm u ma kienx l-arkitett tagħha.", "GĦallinqas mexxa pass, qal li veru jista' jkun li dan is-settur bata minħabba l-VAT, imma ma riedx jieħu l-kolpa hu, ma riedx jgħid li wara kollox hu parti minn dan il-Gvern u meta ħadem biex jitla' dan il-Gvern ħadem biex tiġi ntrodotta l-VAT ukoll.", "Tant hemm effett bejn il-VAT u s-settur turistiku li fl-Unjoni Ewropea stess, mhux inqas minn 12-il pajjiż iġġieldu u rnexxilhom biex iżommu r- rata tal-VAT fuq is-settur turistiku iktar baxxa milli qiegħda fuq setturi oħrajn u aħna, għax bravi, meta lanqas biss għadna dħalna fl-Unjoni Ewropea għamilna rata tal-VAT fuq dan is-settur ogħla minn dik li għandhom l-istess pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea.", "Se nsemmi pajjiżi fl-Ewropa li fuq akkommodazzjoni turistika qegħdin bi 3% VAT, bħal Lussumburgu, il-Portugall u Franza qegħdin b'5%, il-Belġju, Finlandja n-Netherlands u Spanja qegħdin b'6% u l-Greċja u l-Italja qegħdin b'inqas minn 10%.", "Dawn huma kollha pajjiżi li ilhom fl-Unjoni Ewropea, suppost huma iktar marbutin bil-VAT milli marbutin aħna, imma aħna minkejja dan kollu, m'għamilnix bħalhom biex ngħinu lis-settur turistiku, anzi kull min qed jitlob biex titbaxxa r-rata tal-VAT, qatt ma nagħtuh risposta u kull risposta li nagħtu għat-talbiet tagħhom dejjem nagħtu l-impressjoni li din hija xi ħaġa li ma tistax tkun, anzi rridu noqogħdu attenti għax fil-futur din ix-xibka tal-VAT tant hija theddida kontinwa li r-rati tagħha jistgħu jitilgħu u jistgħu jinqabdu iktar prodotti u servizzi milli qed jinqabdu llum.", "L-impatt negattiv tal- VAT mhux bilfors jinħass?", "Jekk għoliet il-ħajja għal Maltin m'għolietx l- istess ħajja għat-turist?", "Jekk qed ngħidu li s-settur tat-turiżmu huwa settur ta' servizzi, u aħna mponejna taxxa ġdida fuq is-servizzi, jista' jkun li settur li hu kważi mija fil-mija servizz fih innifsu ma jintlaqatx bil-VAT?", "X'inhu jiġri?", "Huwa minnu li bil-VAT il-Gvern qed iddaħħal iktar flus, imma a skapitu ta ' min?", "X'se jiġri jekk jiġi turist hawn Malta b'Lm200 u minn dawk il-Lm200 il-Gvern joħodlu Lm20 minnhom?", "Qabel dak it- turist kien ikollu Lm200 x'jonfoq fil-ħwienet imma llum l-Gvern ħadlu Lm20 minnhom allura dak it-turist baqagħlu Lm180 x'jonfoq fil-ħwienet.", "GĦalhekk l-istess VAT jew qed tnaqqas il-kompettivita' tagħna ...", "Jekk se jiġi turist bl-istess flus qed tnaqqas l-ispending power tiegħu meta jiġi biex jonfoq flusu għand il-privat.", "Min qiegħed f'dan is-settur jgħid li bil-VAT il-prezz tal-holiday f'Malta telgħet bejn 20% u 25%.", "Minn studju li kien hemm, speċjalment fl- Ingilterra - għax anke l-Ingilterra qed tagħmel rappreżentanza biex terġa' tnaqqas ir-rata tal-VAT fuq dan is-settur - qed isibu li l-VAT l-iktar li qed taffettwa hija lil dak it-turist li jivvjaġġa fil-qosor.", "Jekk per eżempju, ġie turist mill-Ingilterra għal Malta, din se taffettwah ftit, u jekk turist ġie mill-Amerika għal Malta l-persentaġġ tal-VAT fl-overall, in- nefqa ta' dak ta' l-Amerika se tkun inqas.", "Meta aħna pajjiż li l-parti l- kbira tat-turisti li jiġu Malta huma kollha short haul allura mhux qed nitfgħu iktar l-balla fuq saqajna?", "Jekk l-Ingilterra qed isibha bi kbira li l-VAT għandha dan l-impatt negattiv, allura aħna l-bravi?", "Jekk kważi 12- il pajjiż fl-Unjoni Ewropea qed isibuha diffiċli biex jgħinu lis-settur tat- turiżmu tagħhom jekk ma jnaqqsulhom il-VAT, allura aħna l-bravi li ma rridux nagħmlu l-istess ħaġa?", "Nixtieq ngħid xi ħaġa fuq l-upmarket.", "Inutli noqogħdu ngħidu l-upmarket ma nistgħux immorru għalih, jew ma rridux immorru għalih jew m'għandniex immorru għalih, għax jiena ngħid morna tajjeb fl-upmarket tourism daqskemm morna tajjeb fil-hi-tech industry.", "F'waħda konna qed nimmiraw ħafna paroli għal hi-tech u minn dan ma ġara xejn, u f'dan is-settur tat-turiżmu, l- istess ħaġa ġara, ħafna paroli fuq l-upmarket imbagħad mill-figuri ta' kemm qed jonfoq ras għar-ras it-turist f'dawn l-aħħar tliet snin, sibna li dejjem niżlet.", "L-alternattiva serja għandha tkun li jkun hemm taħlita ta' low, medium u high spending tourists, imma l-enfasi għandha tmur mill-low spending għal middle spending tourist, jiġifieri dak it-turist li jmur l- iktar għat-3-Star u l-4-Star hotels.", "Dak huwa kompletament kontra l- politika tal-Partit Nazzjonalista li qisu ma jrid jaf b'ħadd barra s- selective, l-5 Star u l-upmarket.", "Ġiegħel ħafna lukandiera u investituri Maltin f'dan is-settur biex immorru u jitfgħu l-investiment tagħhom fil-5- Star hotels u fl-upgrading tal-4-Star hotels, bil-wegħda li la hemm il- Partit Nazzjonalista fil-gvern il-massa l-kbira tat-turisti li kienu se jiġu, kollha se jkunu upmarket u jifilħu jħallsu, imma l-lukandier ma qabilx magħhom, anzi dejjem kien kontra din l-impożizzjoni qawwija tal-4- Star u l-5-Star hotels iżda ma kellhomx għażla.", "Biex lukandier jingħata permess jibni hotel jew jagħmel estensjoni ta' hotel, kien ikollu bilfors imur għal 4-Star jew 5-Star hotels jiġifieri għalkemm kien kontra tagħha għażla ma kellux.", "X'ġara?", "Illum qed naraw li kull min investa fil-5-Star, fil-4-Star u fl-upgrading tal-4-Star hotels qed jispiċċa biex ikollu jbigħ il-5-Star u l-4-Star hotels bi prezz ta' 3-Star.", "Is-settur turistiku se nitilquh hekk, wara dawk il-wegħdiet kollha tal-kwantita' kbira ta' upmarket u selective tourists li se jiġu u ngħidulu: Inti investejt ara inti fiex investejt?", "Hawnhekk ta' min jgħid li biex intejbu l-kwalita' tat- turist, irid jaħdem kemm il-privat kif ukoll il-Gvern u bejn dawn it-tnejn, il-privat żamm il-kelma tiegħu għax investa, ħadem, għamel marketing u għamel promotion imma l-Gvern ma żammx his part of the bargain jiġifieri fejn jidħol it-titjib biex nattiraw turist ta' kwalita' aħjar.", "Fil-fatt l- affarijiet li kellu jagħmel il-Gvern qed igerrxu lit-turist minn hawn.", "Semmejna l-infrastruttura, id-drenaġġ, il-bajjiet, l-intejjen u ż-żibel ma' kullimkien, imma dawn l-affarijiet ma jistax jieħu ħsiebhom il-privat ukoll.", "Inutli tipprova ġġib turist upmarket, titfgħu f'hotel 5-Star imbagħad kif joħroġ mil-hotel isib ruħu f'ambjent 2-Star u tgħid li mort upmarket, imbagħad tippretedni li t-turist ma jitlaqx lura f'pajjiżu, jgerger mhux sodisfatt u ma jagħmilekx riklam ħażin.", "Kieku rnexxiet din il- politika ta' l-upmarket kieku r-rate of growth tar-revenue tagħna kienet tkun ħafna ikbar mir-rate of growth tan-numri tagħna imma mhux hekk ġara anzi ġara bil-kontra.", "Jiena ngħid li għadna m'aħniex attrezzati biżżejjed biex immorru għal dik il-kwalita' ta' turist u qabel ma nkunu attrezzati biżżejjed, iktar jiġrilna ħsara jekk nipprovaw inġibu turist ta' kwalita' tajba f'dan l-ambjent moqżież li għanda.", "Mr Speaker, hemm ħafna affarijiet x'nirrevedu, bħal per eżempju l-qagħda tagħna prinċipalment fi tliet oqsma.", "Irridu nirbħu lura l-kompetittivita' tagħna, rridu ntejbu l-prodott u s-servizzi li noffru, rridu nagħtu lit- turist il-value for money li bir-raġun jistenna u rridu nvarjaw l-prodott tagħna.", "Ma rridux nibqgħu nbiegħu sun, sand and sea biss, għax ħaddieħor għandu sun sand and sea daqskemm għandna aħna u qed ibigħhom bi prezz ferm orħos minn tagħna.", "Irridu nippreżentaw iktar il-prodott Malti għax donna qed nistħu nippreżentawh.", "M'għadniex nippreżentaw lit-turist il-prodott li hu ġenwinament tagħna.", "Mhux hekk qed nagħmlu u minflok lit-turist nippreżentawlu prodott Malti l-ewwel naraw x'irid imbagħad nipprovaw inġibu dak li jrid hu.", "Meta nkunu qed nagħmlu hekk, jiġifieri minflok ħobża tal- Malti nippreżentawlu hamburger Amerikan, mingħajr ma rridu nkunu qed noqtlu t-turiżmu tagħna.", "Irridu nkunu iktar kreattivi kif huma kreattivi iktar minna ħafna kompetituri tagħna.", "Dawn qegħdin jagħfsu fuq l-events, fuq avvenimenti sportivi, kulturali u ta' spettaklu; mhux qed ngħid li m'hu qed isir xejn, jien qed ngħid li mhux qed isir biżżejjed u li mhux qed nagħmlu marketing biżżejjed u forsi dak li qed nagħmlu mhux qed isir tajjeb biżżejjed.", "Irridu mmorru għas-swieq iktar speċjalizzati.", "Per eżempju suq li żgur li se jikber fl-area tagħna tal-Mediterran huwa dak tal-cruises.", "Qegħdin immorru aħjar fil-cruises imma ħaddieħor qed jeħdilna l-inizjattiva u ma rridux inħallu kollox għall-aħħar imbagħad meta jaħtaf kollox kulħadd noqogħdu nlaqtu t-tifrik aħna.", "Irridu ngħinu lis-settur biex itejjeb il- kwalita' tiegħu u rridu ngħollu l-istandards għax inkella qatt ma nibdew.", "Irridu nagħtu iktar attenzjoni fir-restaurants, fil-postijiet ta' entertainment u kull fejn imur it-turist.", "Sfortunatament, kif diġa' għidt għadna niddependu wisq fuq part-timers u ftit li xejn qed jingħata training adegwat fejn jidħol dan is-settur.", "Hemm bżonn ta' in-house training u ta' refresher courses imma dawn mhux qed isiru.", "Inutli noqogħdu ngħidu li hemm bżonn nagħmluhom, irridu nibdew nagħmluhom.", "MR SPEAKER: Ippermettili, Onorevoli, reġa' skadilek il-ħin.", "GĦandek bżonn il-Leave of House.", "Hemm permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "CARMELO VELLA: Nirringrazzja l-Kamra kollha u nitlobkom żewġ minuti oħra sakemm nagħlaq.", "Kont qed ngħid li rridu ntejbu s-servizz fuq bażi konsistenti.", "Diżgrazzjatament issib li turist li jiġi fix-xitwa jirċievi iktar attenzjoni minn dak it-turist li jiġi fis-sajf, u dan mhux tajjeb.", "Irridu ntejbu ħafna affarijiet u nibdew mid-dewmien fil-handling tat- turisti fl-airport u fil-portijiet; ntejbu t-trasport u t-toroq tagħna; u fuq kollox waqt li qed nagħmlu dan u waqt li qed naħdmu għat-turiżmu rridu nħarsu l-ambjent tagħna mhux għat-turist biss imma anke għalina l-Maltin li ngħixu hawnhekk.", "Semmejna l-livell ta' ndafa, il-problemi tad-drenaġġ, il-problemi ta' nuqqas ta' ndafa u ħmieġ ma' kullimkien u d-dehra ta' żdingar u abbandun.", "Illum wasalna f'sitwazzjoni fejn it-turist ż-żgħir lanqas l-affarijiet bażiċi m'aħna qed qed noffrulu kultant aħseb u ara meta mmorru għat-turist l-kbir u ta' kwalita' għolja ħafna!", "Kif diġa' għidt, irridu ntejbu l- prezzijiet u nrażżnu l-abbuż.", "Irridu noffru pakketti aħjar bi prezzijiet orħos.", "Il-pakkett tagħna jrid ikun marbut ma' kwalita' għax wara kollox min jiġi u jħallas tajjeb għandu dritt jippretendi kwalita' tajba.", "Fuq kollox l-ewwel prijorita' tagħna għandha tkun minn kemm qed joħroġ sodisfatt it-turist.", "Inutli ngħidu li din is-sena ġibna 200 minflok 100 turist.", "Jekk konna qed inġibu 100 u kienu qed imorru lura kuntenti 90, u issa li qed inġibu 200 qed imur 100 turist lura kuntent, mela aħna sejrin lura fit-turiżmu u mhux 'il quddiem.", "Irridu nammettu li quddiemna għandna programm vast u iebes u ma rridux noqogħdu nintilfu ngħidu li ġara hekk fit-turiżmu għax tort ta' Ċikku, tort ta' Peppu jew tort ta' din in- naħa jew tan-naħa l-oħra.", "Issa b'daqshekk billi noqogħdu ngħidu ta' min hu t-tort!", "Jien ngħid li jekk ġejja ħażina ġejja ħażina għal kulħadd u jekk jirnexxielna naħdmu u nsewwu dak it-tort allura se jkun tajjeb għal kulħadd.", "Mr Speaker, hemm bżonn li jkun hemm azzjoni kollettiva.", "Inutli noqogħdu nġiegħlu lill-privat jagħmel ħafna affarijiet biex intejbu l-pożizzjoni tat- turiżmu u mbagħad aħna min-naħa tagħna bħala gvern ma nkunux lesti li nagħmlu s-sew jew inkella ma nagħmlu xejn.", "Irridu naqblu fuq direzzjoni ċara u l-Gvern għandu jgħid x'inhija d-direzzjoni tiegħu llum qabel għada u jenħtieġ li f'din id-direzzjoni jinvolvi iktar lis-settur privat.", "Dan l- aħħar minkejja l-ħafna diskors tad-djalogu u ta' konsultazzjoni xbajna nisimgħu għaqdiet jirrepetu l-istess ħaġa li kull darba l-Gvern joħroġ xi miżuri ma jikkonsulta ruħu ma' ħadd.", "Mr Speaker, aħna ma rridux ninsew ir-responsabbilta' li għandna lejn l- ambjent u s-soċjeta'.", "Wara kollox x'jiswa kull suċċess fit-turiżmu jekk ma jkunx qed jagħti impatt pożittiv imma jkun qed jagħti impatt negattiv fuq is-soċjeta' tagħna!", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Sar il-ħin għall-Aġġornament.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tnejn, 23 ta' Ottubru fis-6.00 p.m. b'din l-agenda:", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar l-GĦajnuna lill-Industriji - it-Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jħassar l-Att dwar it-Taxxa tad-Divertimenti - it- Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Uffiċċju tal-Posta - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili (Emenda Nru 2) - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Liġijiet dwar il-Kiri ta' Djar - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Elezzjonijiet Ġenerali - it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Arbitraġġ - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta (Emenda Nru 1) - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta (Emenda Nru 2) - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Istampa - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar ir-Referendi - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Nomini mill-Oppożizzjoni - it-Tieni Qari; u", "Xi aġenda oħra li tista' tiġi komunikata aktar tard.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Nibda billi ngħid li f'dan il-Parlament bħala rappreżentant tal-poplu meta nressaq każi li fin-natura tagħhom huma serji, inressaqahom biex l-iżbalji li jkunu saru ma jerġgħux jirrepetu ruħhom.", "Jiġifieri meta jien semmejt każ wara każ fuq affarijiet li seħħew ġewwa l-isptar, kont qed ngħidhom biex dawn il-każi ma jerġgħux iseħħu.", "Meta nikkritika b'mod iebes bħalma kkritikajt dan l-aħħar, dan nagħmlu biex dak li jkun ma jabbużax.", "Għaliex qed ngħid hekk, Sur President?", "F'dawn il-ġranet seħħ każ ieħor fl-isptar u kont nistenna li min hu responsabbli jiftaħ inkjesta.", "Meta rajt li din l-inkjesta ma nfetħitx ħassejt li huwa d-dover tiegħi li niġi f'dan il-Parlament u nuri l- irresponsabbilta' li qed ikun hemm lejn il-pazjent.", "F'dan il-Parlament jien kont akkużajt u għidt li min qiegħed impoġġi f'pożizzjoni politikament m'għandux ikun f'dik il-pożizzjoni għaliex jista' jiġi f'sitwazzjoni fejn jieħu ċerti deċiżjonijiet minħabba li jkun impoġġi hemm politikament li ma jkunux deċiżjonijiet denji.", "Se ngħid għaliex peress li dan reġa' seħħ.", "Xi ġimgħatejn ilu l-isptar daħal pazjent u saritlu operazzjoni.", "Wara li ħareġ mill-isptar reġa' daħal u għamlulu operazzjoni oħra bejn is-16 u s- 17 ta' dan ix-xahar - jumejn ilu.", "Meta ħadulu l-X-ray sabu li fl-intern tiegħu kellu biċċa għodda ta' xi sitt pulzieri jew iktar.", "X'ġara?", "Għamlulu l-operazzjoni, neħħewlu dik il-biċċa għodda u minflok li saret inkjesta, l-Principal Medical Officer li qed jagħmilha ta' Supritendent qabad il-file tal-pazjent u ssekwestrah.", "Il-vilta' hi li l-pazjent lanqas biss ġie nformat u għadu lanqas biss jaf minn xiex għadda.", "Meta tara dawn l-affarijiet x'jibqa' minnek meta fuq kollox jiġi l-Ministru hawnhekk u jgħid li issa ħadu l-prekawzjonijiet kollha billi qed jgħoddu kull biċċa għodda li tintuża f'operazzjoni ħalli jiġi altru milli żgurat li ma tibqa' l-ebda biċċa għodda jew strument żgħir fl-intern ta' xi pazjent.", "Wara dan id-diskors sabiħ kollu li ngħad hawnhekk spiċċajna li reġa' seħħ każ ieħor u minflok li saret inkjesta bis-serjeta' ħalli jaraw għaliex ġara hekk u x'inhu qed jiġri, inħeba l-file.", "Dawn x'affarijiet huma!", "Fuq kollox jekk min ikun qed jikkura pazjent ikollu bżonn jara l-istorja ta' malajr għaliex forsi l-pazjent ikunu nqalgħulu xi kumplikazzjonijiet, ma jkunx jista' jagħmel dan peress li l-file qiegħed sekwestrat.", "Għalhekk jien nitlob biex min hu responsabbli jagħmel inkjesta u l-Principal Medical Officer li qed jagħmilha ta' Supritendent għandu jara bis-serjeta' għaliex għamel dan l-att u ssekwestra l-file.", "Għandha ssir ġustizzja wkoll ma' min qed jagħmel dawn l-affarijiet.", "Mr Speaker, illum għamilt mistoqsija u din il-mistoqsija għamiltha proprju fuq dan il-każ u għalhekk nistenna li l-ġimgħa d-dieħla ningħataw risposta u nformazzjoni serja dwar jekk saritx l-inkjesta u jekk saret x'irriżulta minnha u għaliex sar dan l-inċident.", "Għal-lum daqshekk se ngħid fuq din il-kwestjoni pero' 'l quddiem jekk ikun hemm bżonn u jekk l- affarjiet ma jsirux bis-serjeta' lest li nagħti iktar informazzjoni.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "George Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mr Speaker, xi ħaġa li f'dan il-pajjiż għal dawn l- aħħar snin ma waqaftx nitkellem fuqha minħabba l-imbuttar u l-propaganda tal-Partit Nazzjonalista hija bla dubju ta' xejn il-kwestjoni tad-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea.", "Mr Speaker, din il-ġimgħa kellna żjara ta' membru importanti ieħor fis- sensiela li ma tispiċċa qatt ta' nies li jiġu mill-Unjoni Ewropea u li kull darba l-Gvern jużahom biex jagħmel propaganda ħalli juri kemm aħna qegħdin in line, kemm qegħdin tajjeb, kemm imxejna 'l quddiem u skond hu, kemm wasalna.", "Hawnhekk qed nirriferi għaż-żjara ta' Westendorp li huwa s- Segretarju ta' l-Istat Spanjol u ċ-Chairman tal-Grupp ta' Riflessjoni li qed jipprepara l-agenda u l-materjal għall-konferenza inter-governattiva li trid tagħmel l-Unjoni fl-1996.", "Fil-fatt Westendorp ilu ħafna jieħu ħsieb dan il-kumitat u għamel ħafna xogħol, pero' ġie hawnhekk biex ovvjament jikkonsulta ma' ċerti ministri fl-istruttura ta' dak l-imsejjaħ djalogu strutturat, jiġifieri biex jitkellem magħhom fuq parametri li Malta trid tilħaq u li trid tikkonforma ruħha magħhom biex tkun eliġibbli ħalli ssir membru ta' l-Unjoni Ewropea.", "Pero' Westendorp għamel xi ħaġa li l-oħrajn kollha li ġew qablu ma għamluhiex.", "Dan ġie hawn Malta biex jagħti raġun lill-Partit Laburista u biex jaqta' darba għal dejjem - jekk kien hemm bżonn li din tinqata' darba għal dejjem - dak id-diskors vojt li kien jingħad min-naħa l-oħra u l-messaġġi qarrieqa li kienu jagħtu lill-poplu mill-bidu nett meta kienu jgħidulu li wasalna biex insiru membri fl-Unjoni Ewropea; dejjem jittamawh għall-għada, għall-għada u għall-għada.", "Mr Speaker, fil-fatt jekk wieħed jieħu paċenzja jqalleb ftit gazzetti jsib li minn mindu ntefgħet l-applikazzjoni, kemm il-Prim Ministru kif ukoll il-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin, kienu kontinwament jagħmlu u baqgħu jagħmlu sensiela ta' wegħdiet.", "Per eżempju, f'Ġunju ta' l-1992 issib lill-Prim Ministru jwissi fil-kunsill tal-partit li - skond hu - peress li Malta kienet qed tgawdi appoġġ sħiħ għas-sħubija tagħha - fil-fatt iktar tard irriżulta li kien qal li kien hemm xi pajjiżi li kellhom riżervi kbar f'dan ir-rigward, imma dan ma kienx qalu dak iż- żmien - ikun żball politiku kbir jekk l-Unjoni Ewropea tiddeċiedi mod ieħor, jiġifieri li ma ddaħħalniex mill-ewwel kif kien qed jippretendi hu.", "Issa ħalli nirreferi għal żmien iktar riċenti billi nsemmi l-1994 - għax forsi l-1992 kien għadu 'l bogħod u l-1994 hija iktar sena riċenti għax għadha għaddiet biss kemm kemm iktar minn sena - fejn f'headline fuq \"The Times\" issib lill-Prim Ministru jgħid: \"We should not be asked to wait\", jiġifieri l-Unjoni Ewropea ma għandhiex titlobna nistennew.", "Il-Prim Ministru kompla jgħid li tkun short-sighted - bil-Malti tkun politika li tara sa mneħirha - dik il-politika ta' l-Unjoni Ewropea li ġġiegħel lil Malta tistenna.", "Ikun tajjeb li wieħed jgħid ukoll li f'Awissu tas-sena l-oħra - jiġifieri mhux xi żmien twil ilu - nsibu lill-Onor.", "Guido De Marco jgħid li Malta - jiġifieri l-Gvern tiegħu - ma tara l-ebda rabta bejn in-negozjati għal biex insiru membri u l-konferenza inter-governattiva ta' l-1996.", "Issa dawn li qed jgħidu hekk huma l-istess nies li telgħin u neżlin Brussels, li jiltaqgħu kontinwament ma' dawn l-irjus kbar, li jitkellmu kontinwament ma' min għandu x'jaqsam fil-Komunita', għandhom ambaxxata ġo Brussels u imbagħad issa għandhom xi ħadd qiegħed addett apposta biex jinforma lill- partit; u jibqgħu jgħidu dawn il-ħmerijiet.", "Dan qed nagħmlu biex infakkar lill-poplu li aħna bħala partit minn dejjem konna ngħidu li dawn qed jidħku bin-nies għaliex dan li qed jgħidu m'huwiex realisitku u qabel l-aħħar tas- seklu jistgħu ma jqisux li jkun hemm - jekk jibqa' l-istess Gvern - xi forma ta' dħul bħala membri fl-Unjoni Ewropea.", "Mela ġie dan Westendorp - tgħidx kemm faħħarnih u semmejnih qabel ġie hawn u imbagħad wara li ġie qisu waqa' kwiet f'daqqa - li qal ċar u tond li skond il-kalkoli tiegħu hemm possibilita' ta' sħubija fis-sena 1999.", "Dan huwa l-istess li għidna aħna kemm-il darba, li tkellimt fuqu hawnhekk jien u anke ktibna artikli fuqu u hawnhekk f'aġġornament niftakar għamilt skeda kif nikkalkolaw li l-affarijiet iridu jiġru u min suppost dawn l- affarijiet jafhom iżjed minna baqa' jittama lill-poplu li kellna nkunu membri fl-1995 u issa lill-poplu qed jgħidulu li sitt xhur wara li tispiċċa l-konferenza jibdew it-taħdidiet.", "Westendorp ukoll splodiha din il-bużżieqa u nikkwota eżatt x'qal minn \"The Times\" fejn qal li:", "\"It is easy to say when a conference is going to start but not when it will finish.\".", "Dan huwa preċiżament dak li aħna xbajna ngħidu; li ma nafux meta se tispiċċa l-konferenza.", "Skond Westerdorp - hawnhekk reġa' kkonferma dak li konna ngħidu aħna - din il-konferenza trid tieħu mill-inqas sena jew sena u nofs.", "Issa ħalliha li skond l-Agence Europe aktar kmieni din is-sena Westendorp esprima l-opinjoni li kien qed jittama li l-konferenza inter- governattiva tispiċċa kemm jista' jkun malajr, jekk jista' jkun fi tliet xhur, imma llum qed igħid - u qed igħidu bl-ikbar responsabilita' u miegħu kellu wkoll il-Kummissarju Mario Monti - li mill-inqas il-konferenza għandha sena.", "Mela x'inhu jgħid dan fi kliem ieħor?", "Qed igħid li jekk kemm-il darba n-negozjati jibdew wara li tispiċċa l-konferenza li allura jekk se tibda f'nofs l-1996 għandha sa nofs l-1997, allura dan ifisser li se nibdew in-negozjati fl-aħħar ta' l-1997 u fil-bidu ta' l-1998.", "Imbagħad qal xi ħaġa interessanti li fejn qabel il-Gvern dejjem jgħid li tant pajjiżna qiegħed jitqarreb u li n-negozjati se jkunu formalita' u fi ftit xhur se nlestuhom għaliex tant hemm konverġenza - il-kelma li tintuża hija \"konverġenza\" - Westendorp qed igħid li n-negozjati għandhom jieħdu \"around 18 months like the previous ones\", jiġifieri jieħdu madwar 18-il xahar u allura imbagħad skond hu hemm ċans li jkun hemm membership fl- 1999.", "Issa dan li qegħdin ngħidu jiġri kollu jekk kemm-il darba fil-gvern wara elezzjoni oħra jerġa' jkun hemm l-istess Gvern għax jekk kemm-il darba l-elezzjoni kif nittamaw tagħti riżultat differenti dan kollu jispiċċa fl- arja.", "Pero' għalkemm Westendorp semma l-1999 wara qal: \" ... however this is not a promise\", jiġifieri ma jistax iwiegħed għaliex moħħu qiegħed fuq spallejh u jaf x'inhu jgħid u jaf li fuq dawn l-affarijiet ma tistax titkellem bil-mod li jitkellmu bih il-Prim Ministru u iktar u iktar il- Ministru ta' l-Affarijiet Barranin.", "Dan kont qed nikkwota x'qalet \"The Times\" li f'dan il-każ nemmen li kienet qed tirripproduċi l-affarijiet kif suppost.", "Jekk wieħed imbagħad iħares lejn il-gazzetta \"In-Nazzjon\" - allura jara l-propaganda nazzjonalista - jara li dan mhux qed jgħid dawn l- affarijiet kollha jiġifieri li qed jara l-posibilita' u li \"this is not a promise\" imma jara li hemm hekk: \"Hu żied ...\" - b'riferenza għal dak li qal Westendorp -", "\" ... li jekk kollox jimxi ħarir kif dawn l-affarijiet jindikaw allura t-taħdidiet m'għandhomx jieħdu fit-tul ...\"", "Din hija gidba għaliex il-gazzetta l-oħra qed tgħid li dan qal li \"... if accession negotiations start halfway to 1997 and last for 18 months like the previous ones ...\" -", "jiġifieri 18-il xahar għal \"In-Nazzjon\" mhux fit-tul! - \" ... u hekk sa l-1999 Malta ... \"", "- mhux bħalma ġie rrapportat li qal f'\"The Times\" fejn qalet li hemm posibilita' -", "\"... ssir membru sħiħ ta' l-Unjoni Ewropea.\".", "Dan huwa l-qerq li qed jiġu mitmugħa l-boloh li jaqraw il-gazzetti li ħerġin mill-istamperija tan-Nazzjonalisti - ovvjament xi ħadd irid jagħmel xi ħaġa biex isalva wiċċu.", "Issa iktar minn hekk Westendorp qal ukoll - dan qalu f'Lulju meta kien qed jagħti r-rapport fuq ir-reflection group li qed jippresjedi meta kien qed jitkellem fuq affarijiet oħra - li dan il- proċess li għandu x'jaqsam fuq CSFP u affarijiet oħra għandu jibda from the year 2000, for example.", "U fil-brackets l-Agence Europe tgħidlek hekk:", "\"Because this would, more or less, be the date of the next round of memberships, he remarked.\".", "Jiġifieri Westendorp qal li dak il-proċess jibda fis-sena 2000 għax wara kollox bejn wieħed u ieħor dik hija d-data li fiha għandu jibda xi proċess, jekk jibda, tat-tkabbir.", "Mela hawnhekk ngħidu grazzi lil Westendorp li ġie biss għal ftit sigħat u ta ċertifikat kemm kien korrett il-Partit Laburista, qalilna li għandna raġun u lill-poplu Malti qallu: Issa inti għandek għażla; għandek ħames snin oħra fid-deżert fejn ma tafx x'se jsir minnek u għandek elezzjoni ġejja u ddeċiedi se tagħmel.", "Pero' mhux hekk biss qal imma qal affarijiet oħra għaliex filwaqt li aħna qed ngħidu li qegħdin nagħmlu ħafna tibdil ħalli nkunu konformi ma' l-Unjoni Ewropea dan qal li Malta ma tridx biss taġġusta ruħha għal-liġijiet eżistenti li hemm illum u għar-regolamenti li hemm illum fl-Unjoni Ewropea imma trid ukoll taġġusta ruħha għal dawk li għad iridu jiġu fis-seħħ - jiġifieri ara x'qed jitolbu minnha dawn bla m'għandna ebda garanzija meta taħt l-ebda kondizzjonijiet u x'se nieħdu in return aħna ta' dan is-sagrifiċċju kollu.", "Tajjeb li ġie hawnhekk jitkellem u qal li l-liberalizzazzjoni finanzjarja kienet suċċess u jitkellem mal-Ministru Dalli u mal-Ministru Bonnici u jgħidu kemm kien suċċess, pero' lil Westendorp ma tawhx ċans jitkellem mal- popolin u mar-rappreżentanti tal-poplu ħalli jkun jaf jekk dak il- benefiċċju finanzjarju, dak il-qligħ, dawk il-flus li qed jiġu ġġenerati fuq il-karta bħala ekonomija humiex fil-fatt qegħdin jinżlu u jmorru fl- għeruq tas-soċjeta' u jaslu fil-bwiet ta' kulħadd b'ġustizzja u b'ekwita'.", "Hemm trid tiftaħar li għandek sistema ekonomika li hija tajba, meta l-ġid li qed jiġi ġġenerat b'sistema jew b'oħra, bil-liberalizzazzjoni, b'emendi u b'dak it-tibdil li tkun għamilt, fil-fatt ikun qed jinħass mhux minn xi erba' tal-klikka jew minn xi grupp ta' interess partikolari imma meta l-ġid li jkun iġġenerat jasal proprju fil-bwiet ta' l-iċken persuna fil-pajjiż.", "Għallinqas dik hi l-filosofija u t-twemmin tagħna.", "Aħna dejjem konna differenti mill-partit l-ieħor għax filwaqt li aħna dejjem konna nemmnu li jekk ikun hemm wieħed biss li m'hux komdu rridu nagħmlu minn kollox biex naraw li jkun komdu; tan-naħa l-oħra jirraġunaw li sakemm għandek 50% u wieħed favur tiegħek u komdi, allura tiġi taqa' u tqum mill-oħrajn għax kieku l-Gvern Nazzjonalista tal-lum huwa sensittiv għal dak li qed jiġri kieku jaġixxi b'mod ħafna differenti minn kif qed jaġixxi llum.", "Issa ħalli nkompli fuq Westendorp u naraw x'qalulu iktar.", "Staqsewh jekk Malta tkunx tista' tuża l-veto jekk kemm-il darba ssir membru - issa hawnhekk qed nitkellmu fl-ipotetiku, jiġifieri wara s-sena 2000.", "Dan ta' diplomatiku li hu tbissem - skond \"In-Nazzjon\" - u qal li qed jippruvaw jevitaw l-użu tal-veto.", "Ovvjament dan qal hekk għax l-Onor.", "De Marco, anke f'diskussjoni li kellna jiena u hu ftit Ħdud ilu ġo Ħal Għaxaq, tgħidx kemm għamel enfasi li Malta se tkun moħħha mistrieħ għax żgħira kemm hi żgħira se jkollha l-veto.", "Hawnhekk Westendorp qed igiddbu għax qed jgħid - dan veru - li qed isir minn kollox biex ma jibqa' jittieħed xejn b'consensus jew b'unanimita' fid-deċiżjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea għax kulħadd jaf li meta l-Unjoni Ewropea tikber u taċċetta bħala membri pajjiżi li huma żgħar, hemmhekk jibda jistaġna kollox għax il- pajjiżi żgħar ikollhom il-kapaċita' li jimblukkaw dak li jridu l-pajjiżi kbar.", "Jekk wieħed jara daqsxejn ir-rapport li l-Kummissjoni ta' l-Unjoni Ewropea bagħtet lir-Reflection Group li tiegħu kien Chairman Westendorp biex jgħidulu x'jaħsbu huma fuq kif għandhom isiru d-deċiżjonijiet aktar 'il quddiem, ta' min jgħid li fil-konklużjonijiet jagħmlu enfasi enormi - qed nitkellmu fuq dawn li qishom il-ministri tal-Komunita' - li l-proċedura l-ġdida hekk imsejħa tal-co-decision għandha tkun il-mezz kif jittieħdu d- deċiżjonijiet u din tkun ibbilanċjata u marbuta ma' dik li hi msejħa qualified majority.", "Qualified majority hija dik it-tip ta' maġġoranza ta' voti li jiddependu fuq id-daqs, fuq is-saħħa ekonomika u anke fuq il- popolazzjoni tal-pajjiż.", "Dawn jgħidu hekk - se nikkwota mill-conclusions:", "\"Other inadequacies are the result of the failure to apply the treaty.", "These have nothing to do with the treaty itself which has potential that has not been exploited either by the member states or by the institutions.\"", "- dawn qed jgħidu li t-trattat jipprovdi għal ċerti affarijiet pero' s'issa ma użajnihomx -", "\"For instance the possibility which exists of taking decisions by qualified majority in areas covered by inter-governmental coperation is unused.\"", "Ara x'jgħidu!", "Hawn min jgħidlek li f'dik li hija common foreign security policy, politika barranija, hemm bżonn tal-consensus li nagħtu l-veto.", "Il- Kummissjoni qed tgħid hekk:", "\"The common foreign security policy is the flagship area in which this regrettable phenomenon has developed.\".", "Qed tillamenta mill-fatt li f'dik l-area għad hemm il-consensus u għad hemm il-veto.", "Mela fejn mexjin?", "Jekk wieħed jara fuq l-iskeda ta' kif jittieħdu d-deċiżjonijiet fil-livelli kollha tal-Komunita', fil-Parlament Ewropew, fil-Kunsill, fil-Kummissjoni, hawn għexieren ta' kwalitajiet ta' deċiżjonijiet.", "Hawn assent b'unanimita', co-decision bi qualified majority, co-decision b'unanimita', b'co-operation agreement, konsultazzjoni sempliċi b'unanimita' fil-Kunsill u oħrajn.", "GĦandek xi 30 kwalita' minn dawn u l-parti fejn hemm l-unanimita' hija parti ristretta ħafna għaliex il-bqija - u dan s'issa - huma kollha bil-majority voting.", "U t-trend - u hawnhekk nikkwota lill-Kummissjoni stess mir-rapport tagħha - l-oġġettiv prinċipali se jkun:", "\" ..... on ways of improving the decision-making mechanism with wider use of the majority vote.\".", "Mela dawn se jiffokaw biex jaraw kif iġibu s-sistema taħdem aktar fuq ir- rubini billi jkun hemm aktar użu tal-majority vote.", "Imbagħad ikompli jgħid:", "\"The Member States should not be allowed to use the opt out formula.\".", "Jiġifieri ma jistgħux jgħidu \"f'din ma nidħolx u f'din ma nidħolx\", u aktar u aktar imbagħad qegħdin jgħidu li fuq l-outcome, fuq id- deċiżjonijiet tal-Konferenza ta' l-1996 qed jiġi konsidrat jekk għandux isir referendum.", "Marcellino O'Rhea li huwa wieħed mill-commissioners, meta ġie ntervistat fuq dan ir-rapport qal:", "\"By co-decision I mean that decisions should be adopted by majority.\",", "jiġifieri d-deċiżjoniiet għandhom jittieħdu bil-maġġoranza.", "Mela dan pajjiżna daqs tikka dieħel f'din is-sistema fejn m'hux veru li hemm iċ-ċans li timblokka deċiżjonijiet kbar għax għandek il-veto.", "Sal-lum il-veto jeżisti f'partijiet żgħar, biex inkun korrett pero' it-trend f'din il- konferenza ta' l-1996 se tkun li d-deċiżjoniiet jittieħdu bil-majority voting.", "Hawnhekk nerġa' nikkwota lill-Marcellino O'Rhea li nafuh bħala segretarju ġenerali tal-Kunsill ta' l-Ewropa u llum qiegħed commissioner - li qal: \"...", "I mean that decisions should be adopted by majority.", "This should also be the case for the Council majority or forced majority but not unanimity.\",", "jiġifieri bil-maġġoranza, maġġoranza forzata jew weighted majority li tkun tagħmel tajjeb minħabba d-daqs u l-popolozzjoni, imma m'hux b'unanimita'.", "Mela jekk kien hemm xi ħaġa li ġrat din il-ġimgħa biż-żjara ta' Mr Westendorp kienet proprju din.", "Ta' min jgħid ukoll li dan kollu jrid jintrabat ma' dak li qal Hans Van der Broek fil-Parlament Ewropew meta kien qed jiġi vvotat ir-raba' protokoll finanzjarju bejn Malta u l-Unjoni Ewropea.", "Dan qal li ma jkunx realistiku li l-Parlament jistenna negozjati bejn żewġ pajjiżi jew pajjiżi li jkunu se jidħlu fl-Unjoni Ewropea li jiġu konklużi qabel ma t-trattat ta' l-Unjoni li se jkun mitkellem mill-ġdid fil-konferenza ta' l-1996 jiġi ratifikat.", "Issa jekk Van der Broek daqqa ntellgħuh fuq il-pedestall u għax jitkellem nikkwotawh, allura rridu nikkwotawh dejjem għaliex huwa wieħed mill-commissioners ta' l-Unjoni Eworpea daqs kemm hu O'Rhea u dawn il- kummenti wieħed ma jistax jarmihom.", "Jiġifieri hawnhekk qegħdin naraw li l- Partit Laburista mhux talli ilu żmien li kien on the mark u jaf x'inhu jgħid, imma qed jiġi ppruvat kemm kellu raġun min-nies li huma għoljin ħafna fil-Komunita'.", "Mr Speaker, bil-permess tiegħek xtaqt li fl-aħħar ftit minuti li fadalli nitkellem fuq id-distrett li nirrappreżenta jien għax jiddispjaċini li ħafna u ħafna drabi nitkellem fuq affarijiet illi huma ovvjament ta' importanza nazzjonali, pero' kultant id-distrett mhux ninsieh imma ma nsibx iċ-ċans biex nitkellem fuqu.", "B'mod ġenerali rrid ngħid li jekk wieħed jagħti daqqa t'għajn lejn it-Tielet Distrett, li lilu jien nirrappreżenta f'dan il-Parlament, jara eżempju ċar tal-mod kif il-Gvern Nazzjonalista abdika u rema totalment minn fuq spallejh ir-responsabiltajiet li għandu bħala gvern li huwa elett mill-poplu.", "Dan qed ngħidu għaliex illum jekk niġu hawnhekk nikkritikaw - u kultant jien b'hekk niskoraġġixxi ruħi li noqgħod nagħmel mistoqsija parlamentari u nitkellem hawn - kulma ngħidu jsibulna t-tapp għalih.", "Dan il-Gvern kien intelliġenti biżżejjed biex ħoloq sistemi, ħoloq awtoritajiet u korporazzjonijiet li jekk wieħed jikkritikah fuq xi ħaġa jgħidlek: \"Dik mhix responsabbilta' tiegħi, dik tal-Planning Authority, dik tal-kunsill lokali jew dik tat-tali\".", "Jien nistieden lin-nies jiġu jaraw it-Tielet Distrett ħalli jaraw hemmhekk xempju ħaj ta' kif il-Gvern tal-lum abdika, rema, farfar minn fuq spallejh ir-responsabiltajiet tiegħu bħala Gvern.", "Per eżempju, jekk naraw it-toroq - u hawnhekk jiddispjaċini nirrepeti dak li qalu kemm-il darba sħabi għax smajthom kemm-il darba hawnhekk - dawk li huma magħmula u mħaffrin u dawk li m'humiex magħmula u lanqas biss mogħtijin lagħqa tarmac, illum malli tmur titkellem jgħidulek li dawk issa responsabbilta' tal-kunsill lokali.", "Jekk kemm-il darba nitkellmu fuq in-nuqqas ta' faċilitajiet rikreattivi, sports grounds u affarijiet bħal dawn jgħidulek li l-kunsill lokali huwa responsabbli.", "Jekk nitkellmu fuq il-car dumps li kull fejn tħares qegħdin jinbnew, kulħadd jarmi u jħammeġ l-ambjent, jgħidulna li dik responsabbilta' tal-Planning Authority.", "Mela l-Gvern x'qiegħed jagħmel?!", "Il-Ministru responsabbli mill-ambjent u l-Ministru responsabbli mit-toroq u l-Gvern x'inhuma jagħmlu?", "Kulma jagħmel dan huwa li meta jkun hemm proġett li jsir tara lill-Ministru fuq quddiem jippoppa żaqqu jaqta' ż-żigarella u jwaħħal il-plakki ta' l-irħam, pero' malli aħna hawnhekk nibdew ingergru illi hemm nuqqas ta' faċilitajiet, illi hemm il-housing estates ...", "Se nieħu ż-Żejtun fejn hemm tliet housing estates illi tistħi tħares lejhom, street furniture ma teżistix, bankini ma jeżistux, ħmieġ kullimkien, ħafna mit-toroq qatt ma ħadu l-ewwel kisja tat-tarmac u baqgħu biż-żrar u naqra lagħqa qatran u bix-xita jiġi kullimkien bil-ħofor.", "Kif jista' jkun li n- nies jiġu ndotti li huma stess iżommu l-indafa meta jaraw dak il-ħmieġ kollu quddiemhom?", "Issa mingħalina sibna soluzzjoni u mlejna kullimkien bl- iskips, allura l-istess, il-Gvern jgħid li l-indafa mhix responsabbilta' tiegħu - jgħid hu, għax jien kollox inpoġġi fuq dahar il-Gvern - imma tal- kunsill lokali.", "Poġġew kemm Alla ħalaq skips ma' kullimkien u kennies ma tarax wieħed.", "Jekk ikun hemm ħmieġ taħt il-bankini, naqal tax-xita, kulma hemm se jibqa' hemmhekk.", "Jien ma rridx norbot dan mat-turiżmu, imma t-turist jiġi wkoll idur fl- irħula biex jara kif jgħixu n-nies.", "Meta jara dan il-ħmieġ u dan l- iżdingar ma nagħtihx tort jien li l-figuri huma dawk li huma issa, li qegħdin jonqsu!", "X'irid jara dan?", "Fejn hi l-karatteristika Maltija li jieħu gost jiġi jeħdilha r-ritratti u jitlaq lejn id-dar juriha lil sħabu u jgħidilhom: \"Ara xi ħlew hemm, kemm hu differenti!\"?", "Fl-aħħar laqgħa li kelli mal-grupp ambjentalisti Ġermaniżi, l-ewwel rimarka li għamlet l-ewwel waħda li tkellmet meta tlabthom biex jagħmlu l- mistoqsijiet, qalti: Jiddispjaċini għal dan li se ngħid, imma kif tispjegaw il-ħmieġ li għandkom f'pajjiżkom?", "Din il-ħaġa tweġġagħni.", "Jien ma neħux gost bħala Malti li kważi kważi qed niġi insultat imma dik kienet l-ewwel ħaġa li qaltli.", "Issa dan huwa ħafna iżjed aċċentwat fid-distrett tiegħi għax jien indur ma' Malta kollha.", "Sfortunatament - dan xbajna ngħiduh - is-South ta' Malta huwa veru minsi u hawnhekk jien m'iniex qed insemmi l-problemi ta' l-impjant tar-riċiklaġġ.", "L-istess ħaġa, dan mhux il- Gvern għandu x'jaqsam miegħu imma l-Planning Authority u għalkemm hawn ħafna esperti ġejjin u sejrin u għalkemm isiru ħafna wegħdiet li dan se jispiċċa u mhux jkompli jinten, fil-fatt qed jinten.", "Issa l-aħħar gimmick kienet li għamlu wire kbir li se jxebilku miegħu creeper biex taparsi din iżżomm ir-riħa u ma tasalx lejn Wied il-Għajn!", "Jekk qed naħsbu li qed nitmejlu bil-poplu b'dawn l-affarijiet naħseb li veru li wasalna fit-tarf ta' din l-Amministrazzjoni għax jgħidu li qabel ikissrek Alla jġennek.", "Dawn huma affarijiet tal-ġenn!", "Issa ħalli ngħid xi ħaġa fuq il-kwestjoni ta' l-infrastruttura u se nerġa' nsemmi Wied il-Għajn.", "Kien hawn Ministru li ma nafx kemm nefaq flus minn tal-poplu biex iġib fuq il gazzetta kuljum biex juri li l-proġett huwa lest.", "Jien nistieden lil dan il-Ministru biex imur Wied il-Għajn wara din ix-xita.", "Per eżempju, l-bieraħ u l-bieraħt lura f'Wied il-Għajn il-karozzi kollha li kienu għaddejjin kienu qed iċafċfu u jtajru d- drenaġġ 'l hemm u 'l hawn għax dan qed jerġa' jfur minn kullimkien.", "Jien nerġa' ngħid li hawnhekk m'għandix l-iskop li noqgħod nikkritika lill- Ministru għax m'għamilx dak li wiegħed li se jagħmel jew li qed jigdeb mal- poplu.", "Bħala rappreżentant tat-Tielet Distrett jien għandi l-inkwiet li - barra l-argument politiku li hemm bejnu u bejna - mhux sew u mhux ġust li n-nies ta' dan id-distrett inħalluhom jgħixu f'dan l-abbandun u f'dan in- nuqqas ta' dawn il-faċilitajiet għax wara kollox iċ-ċittadini li joqogħdu hawnhekk iħallsu taxxa daqs ħaddieħor.", "Mhux ġust li filwaqt li f'postijiet oħra tara toroq li lanqas huma mibnijin kollha mogħtijin it- tarmac imbagħad triq in-naħa tagħna li tkun ilha magħmula tgħidx kemm u li l-kontribuzzjoni tagħha jkunu ilhom xebgħu li ħallsuha jibqgħu fi stat li wara x-xita biex tgħaddi trid tuża d-dgħajsa u mhux karozza.", "Jien li qed ngħid huwa li hemm bżonn li dan il-Gvern jerġa' jerfa' fuq spallejh ir- responsabbiltajiet li ġie elett mill-poplu għalihom u mhux jgħaddihom - bħlma għamel - lil dawn il-ħafna quangos bħall-Planning Authority, kunsilli lokali u organizzazzjonijiet biex kulma ngħidulu hawnhekk jgħidilna li dik hija responsabilta', per eżempju, tal-Planning Authority jew tal- kunsill lokali.", "Jien ngħid li dan il-Gvern tela' għax il-poplu qallu biex jitla' ħalli jmexxi l-pajjiż, pero' dan il-Gvern qiegħed jonqos li jmexxi l- pajjiż u qed jagħti r-responsabbiltajiet lil ħafna entitajiet li m'humiex accountable għall-poplu għax huma accountable għalih - bħalma hija l- Planning Authority, per eżempju - u r-riżultat hu li fejn hemm it-tajjeb jieħu l-prosit il-Gvern u fejn hemm il-ħażin qed ibati l-poplu.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it-Tnejn, 23 ta' Ottubru, 1995, fis- 6.00 p.m. bl-agenda kif komunikata mill-Prim Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET IMWIEĠBA BIL-MIKTUB", "SPTAR SAN VINCENZ DE PAULE - NURSING OFFICERS", "28499.", "L-ONOR.", "EDWIN S. GRECH staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jikkonferma li xi postijiet ta' Ward Managers fis-swali tan-nisa fl-Isptar St. Vincent de Paule ġew mimlija minn infermiera rġiel?", "Jista' l-Ministru jgħid x'wassal għal dan?", "Possibbli li ma kienx hemm infermiera nisa kapaċi biex jimlew dawn il-postijiet?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nifhem li l-Onor.", "Membru qed jirreferi għall- postijiet ta' Nursing Officers fir-Residenza ta' San Vinċenz de Paule.", "Mill-64 applikanti li kien hemm għal dawn il-postijiet, attendew għall- 'interview' 57 applikant li minnhom 53 għaddew.", "Fil-fatt għaddew 36 irġiel u 17 nisa.", "L-Onor.", "Membru japprezza li meta għandek eżami kompettitiv jew 'interview' għall-mili ta' postijiet trid tiġi risepttata l-'order of merit' tar-riżultat.", "Id-dipartiment irrakkomanda li jiġu appuntati 24 skond l-'order of merit' li huwa magħmul minn 18-il raġel u sitt nisa.", "BORD TA' L-GĦAŻLA - MEMBRI", "28500.", "L-ONOR.", "EDWIN S. GRECH staqsalill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jinvestiga għaliex fost il-membri fil-Bord ta' l- Għażla għal intervisti li saru għal postijiet ta' Ward Managers, kien hemm persuna li sarlu xogħol fid-dar tal-familja tiegħu minn ċertu persuni li kienu fost l-applikanti għal postijiet ta' Ward Managers?", "Ma jidhirlux l- Ministru li dan seta' ħoloq", "conflict of interest f'din il-persuna matul l-eżerċizzju ta' l-interviews?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Billi l-post ta' Ward Manager ma jeżistix nitlob lill-Onor.", "Interpellant jiċċara l-mistoqsija tiegħu.", "SPTAR SAN VINCENZ DE PAULE - SUPRETENDENT", "28501.", "L-ONOR.", "EDWIN S. GRECH staqsalill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Ma jidhirlux l-Ministru li s-Supretendent tar-Residenza St. Vincent de Paule m'għandux ikun fl-ebda Bord ta' l-Għażla għall-promozzjonijiet ta' infermiera jew impjegati oħra billi huwa reġistrat bħala Kandidat Nazzjonalista u attivist fil-politika partiġġjana?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Jien għandi fiduċja sħiħa fl-integrita' u l-onesta' tas-Supretendent imsemmi.", "Sta għall-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku lil min tpoġġi fuq il-Bordijiet ta' l-Għażla għal mili ta' vakanzi li huma regolati minnha.", "ANZJANI - REĠISTRU TA' L-ANZJANI", "28502.", "L-ONOR.", "EDWIN S. GRECH staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid meta huwa kkalkolat li s-Segretarjat għall-Anzjani jlesti r-Reġistru ta' l-Anzjani li ilu numru ta' snin biex isir?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ix-xogħol kollu fuq ir-reġistru ta' l-Anzjani, jew kif inhu magħruf aħjar Info-anzjani, mistenni li jitlesta fl-ewwel nofs tas- sena d-dieħla.", "MTARFA - TISWIJA TA' TOROQ", "28578.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: Jista' l-Ministru jara li jiġu rranġati t- toroq ġo l-Imtarfa peress li hemm minnhom li huma mħaffrin u maqlugħin ħafna u l-karozzi li jieħdu t-tfal lejn l-iskola ma jidħlux lejn id-djar minħabba dawn it-toroq u għalhekk it-tfal u l-ġenituri għandhom inkonvenjent kbir kull meta tagħmel ix-xita?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Jiena nformat li l-manutenzjoni ta' toroq diġa' stabbiliti huwa xogħol il-kunsill lokali.", "SKEJJEL - TINDIF", "28579.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jgħid x'passi qed jittieħdu biex jinġabar l-iskart li qed jakkumula f'għadd ta' skejjel?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Preżentament kull skola qed tieħu ħsieb tagħmel arranġamenti temporanji biex jiddisponu mill-iskart li kuljum jinġabar fl- iskejjel minħabba azzjoni industrijali.", "Id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni u l-iskejjel b'mod individwali qegħdin f'kuntatt mal-kunsill lokali u ma' xi dipartimenti tal-Gvern biex kemm jista' jkun l-inkonvenjent preżenti jinżamm limitat sakemm tintemm l- azzjoni industrijali preżenti.", "SKEJJEL - LIJA - SKOLA PRIMARJA", "28580.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsalill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jara li fil-bini ta' l-iskola Primarja ta' Ħal-Lija ma jkun hemm ebda ħajt imwaqqa' li hu ta' periklu għat-tfal?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li dik il-parti fejn waqa' l-ħajt tas-sejjieħ ġiet magħluqa bil-wire netting sabiex ma jkunx hemm periklu għat-tfal.", "Hu maħsub li toħroġ offerta għax-xogħol ta' tiswija tal-ħajt fil-ġranet li ġejjin.", "TIĠNE' - QASAM TAD-DJAR", "28581.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsalill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid meta se jitħallsu l-ispejjeż tal-ġarr li l-Gvern intrabat li jħallas lir-residenti li kienu joqogħdu fil-Qasam tad-Djar f'Tigne' u ġarrew lejn residenzi oħra?", "Kemm hemm residenti li qed jistennew li jitħallsu dawn l-ispejjeż?", "Kemm hu t-total ta' l-ispejjeż?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: M'għandix iktar x'inżid mat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 27138 Seduta Nru.441.", "SKEJJEL - FURJANA - GĦALLIEMA NIEQSA", "28582.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsalill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm għalliema nieqsa fl- iskola primarja tal-Furjana?", "Meta se jintbagħtu dawn l-għalliema?", "Huwa permess li għalliema jkollhom lill-uliedhom stess fil-klassi tagħhom?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li m'hemmx għalliema nieqsa fl-iskola imsemmija.", "It-tweġiba għall-aħħar parti tal-mistoqsija hija fl-affermattiv.", "SKEJJEL - TARXIEN - GĦALLIEMA", "28583.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jara jistgħux jittieħdu passi minn issa biex tintbagħat għalliema oħra mal-klassi 5B tal-primarja ta' Ħal Tarxien peress li l-għalliema preżenti hija tqila u meta toħroġ biex twelled f'Jannar li ġej ikollha tintbagħat għalliema oħra u dan iħarbat l- edukazzjoni tat-tfal?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Mhux prattiku li d-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni jibgħat għalliem jew għalliema flok kull għalliema malli din toħroġ tqila - aktar u aktar meta ġeneralment id-Dipartiment jiġi nformat uffiċjalment b'dan meta n-nisa konċernati jitolbu għall-Maternity Leave.", "AJRUPORT - SENIOR OFFICERS", "28691.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li filwaqt li meta jkun hemm Senior Officers ta' l-MIA bil-leave jew bis- sick leave, dawn jissostitwixxu lil xulxin, filwaqt li ma jiġrix l-istess meta jkun hemm xi officers nieqsa?", "Jikkonferma l-Ministru li b'riżultat ta' dan meta id-delegazzjoni tal- Ministru Dalli waslet lura bin-nies feruti mil-Libja ma kienx hemm Security Officer duty fit-terminal?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Jiena nformat li l-politika nterna fl-MIA rigward l-għoti t'\"overtime\" u l-livelli ta' \"manning\" f'kull dipartiment huma prerogattiva tal-\"management\" ta' l-istess kumpannija.", "Jiena nformat ukoll, li dak inhar tal-wasla b'emerġenza mil-Libja tat- titjira bid-delegazzjoni tal-Ministru Dalli, għalkemm ma kienx hemm \"Security Officer\" duty, kien hemm preżenti uffiċjali aktar għolja tas- sigurta' tal-MIA fosthom is-\"Security Executive\".", "ŻEBBUĠ - TRIQ L-IMDINA - TISWIJA", "28721.", "L-ONOR.CHARLES BUHAGIAR staqsalill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: Jista' l-Ministru jara li tiġi rranġata Triq l-Imdina, Ħaż-Żebbuġ il-parti ta' quddiem is-St.", "Mary Hall peress li ma' kull bexxa xita qegħdin jinħolqu rqajja' kbar ta' l-ilma b'konsegwenzi serji għal kull min jgħaddi minn din it-triq?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Jiena nformat li d-Dipartiment tat-Toroq ħa passi biex din il-problema titneħħa iżda nfetħet kawża minn ditta fil-viċin u bħalissa d-Dipartiment tat-Toroq għandu mandat ta' inibizzjoni maħruġ mill-Qorti biex il-proġett ma jgħaddix minn fejn hu propost.", "TAŻ-ŻWEJT - QTUGĦ FIL-PROVVISTA TA' L-ILMA", "28722.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li fil-flats tal-Housing Estate Taż-Żwejt kif ukoll f'F. Camilleri Street, Taż-Żwejt għadu spiss qed ikun hemm qtugħ ta' l-ilma tant li spiss jintbagħat il-bowser?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma wettqet stħarriġ fis-sistema tad-distribuzzjoni ta' l-ilma fl-inħawi msemmija u rriżulta li l-pressjoni ta' l-ilma hija adegwata.", "Ilmenti ta' din in-natura qatt ma waslu lill-korporazzjoni.", "DIKJARAZZJONI SPONTANJA TAT-TAXXA - ADVERTISING BUDGET", "28723.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsalill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 28427, ċioe' jista' jgħid kemm ġie jiswa l-advertising budget għall-kampanja fil-Media dwar id-Dikjarazzjoni Spontanja tat-Taxxa?", "Dan il-kuntratt pubbliċitarju ingħata b'tender jew b'direct order?", "Min ħa l-ordni?", "Liema kienu d-ditti l-oħra li ġew ikkonsidrati?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-ammont finali kemm se tiġi tiswa l-\"advertising campaign\" dwar id-Dikjarazzjoni Spontanja għadu mhux magħruf peress li l-kampanja għadha għaddejja.", "Minħabba l- entita mhux kbira u l-urġenza tax-xogħol, ingħata b'direct order lil Temple Holdings Ltd.", "LIBJA - IMPORTAZZJONI TA' ŻEJT", "28724.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid jekk miż-żejt importat mil-Libja hemm minnu li qed jintuża f'Bartering arrangements?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Il-kuntratti tax-xiri taż-żejt huma governati mill-Banking arrangements bejn iż-żewġ banek ċentrali tal-pajjiżi rispettivi.", "TA' XBIEX - TRIQ ABATE RIGORD - OAK TREE PUB & RESTAURANT", "28725.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Billi r- restaurant ta' l-Oak Tree Pub & Restaurant f'Abate Rigord Street, Ta' Xbiex iddawwar bil-ħadid fil-ġnub u għamel madum ogħla mil-livell tal-bankina, jista' l-Ministru jgħid jekk dan sarx bil-permess tal-Planning Authority billi persuna li ikun qed timbotta wheelchair jew pram ma tistax tgħaddi minn fuq il-bankina?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li nħareġ Avviż biex Tieqaf u Ta' Twettieq (Ref ECF854/95) kontra s-sid sabiex dan jirregolarizza l-pożizzjoni tiegħu.", "PBS/EURO NEWS - FTEHIM", "28726.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kultura: Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim milħuq bejn il-PBS u l-Euro News?", "Kemm ħallset il-PBS biex issir shareholder fl-Euro News?", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Infakkar lill-Onor.", "Interpellant li l-PBS hi kumpannija kummerċjali u nista`faċilment inwieġeb li peress l-ftehim hu wieħed ta` natura kummerċjali m'huwiex għaqli li niżvela dettalji dwaru.", "Flok hekk qed nagħzel li nagħti informazzjoni kompatibbli ma' l-eżigenzi tal-kumpannija u għandi pjaċir ninforma lill-Onor.", "Interpellant u lill- Kamra li permezz tal-ftehim, l-PBS saret ir-rappreżentant esklussiv tal- Euronews f'Malta, kemm għar-radju kif ukoll għat-TV.", "Il-PBS tista' tagħmel użu mis-servizzi tal-Euronews u tittrasmetti dak kollu li jxandar dak l- istazzjon, dan b'kull lingwa, inkluż il-Malti.", "L-Euronews jistgħu jħarġu wkoll lin-nies tal-PBS.", "Bis-saħħa tal-ftehim il-PBS saret is-17-il azzjonist u bejniethom iż-żewġ stazzjonijiet issa jistgħu jaħdmu fil-qrib u jikkoperaw ma' xulxin kif sar fil-Crans Montana Forum.", "SPTAR SAN VINCENZ DE PAULE - KAROZZA DIRETT MILL-KOTTONERA", "28746.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 27256, ċioe' jista' l-Ministru jieħu passi biex fil-ħin tal- viżiti ta' l-Isptar San Vinċenz de Paule jkun hemm karozza tal-linja li titlaq mill-Kottonera diretta u jkun hemm faċilita' ta' trasport lura, jekk hu possibbli meta jispiċċaw il-ħinijiet tal-viżiti biex b'hekk ikun aktar possibbli li l-anzjani jkollhom min iżurhom.", "X'deċiżjoni ttieħdet dwar din it-talba?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Jiena nformat li dan is-suġġeriment għadu fuq l- aġenda tal-Kumitat Konsultattiv dwar l-operazzjoni.", "ŻABBAR - TRIQ IL-KAPUĊĊINI - SCRAPYARD", "28747.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 27257 u ċioe' jgħid jekk l- iscrapyard li hemm fi Triq Kapuċċini, Ħaż Żabbar hijiex bil-permess?", "Jekk bla permess x'passi ttieħdu minn min hu responsabbli?", "Jista' l-Ministru jgħidli x'passi ttieħdu s'issa u meta se tiġi kklerjata dik l-area?", "ONOR.", "TONIO BORG: Fis-6 ta' Settembru, 1995, il-persuna imsemmija fir- risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 27957 ġiet imressqa l-Qorti.", "Dan il-każ jinsab diferit għal-4 ta' Diċembru, li ġej.", "FGURA - TRIQ A.M. VALPERGA - BUS STOP", "28748.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsalill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 24290, ċioe' jista' l-Ministru jieħu passi biex bus stop li hemm fi Triq A. M. Valperga, Fgura titneħħa minn fejn hi peress li hija ta' nkonvenjent għar-residenti u titpoġġa ftit 'l isfel fejn ma tkunx ta' nkovenjent għal ħadd?", "Jista' jgħid jekk instabx post alternattiv?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Jiena nformat li l-\"bus stop\" fi Triq A.M. Valperga ma jistax jitressaq la lejn ix-xellug tat-triq u lanqas lejn il- lemin għaliex jiġi qrib wisq tal-kantunieri u għalhekk tkun ta' periklu għas-sewwieqa u għall-pubbliku.", "KALKARA - TRASPORT PUBBLIKU", "28749.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsalill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: Jista' l-Ministru jitlob lill-Awtorita' tat-Trasport Pubbliku biex fil-Kalkara kull nhar ta' Ħadd jibda jkun hemm karozza tal-linja fis-6.30 a.m. kif ikun hemm matul il-ġimgħa peress li qed ikun hemm numru ta' nies li għandhom bżonn is-servizz tat-trasport dak il- ħin u peress li m'hemmx trasport provdut f'dan il-ħin qed ikollhom iħabtu wiċċhom ma' dan l-inkonvenjent u jitilgħu l-Birgu biex jaqbdu karozza tal- linja minn hemm?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Jiena nformat li dan is-suġġeriment se jitressaq lill-Kumitat Konsultattiv dwar l-operazzjoni.", "PENSJONIJIET - PENSJONI TA' L-IRTIRAR - KAŻ B'ID NO.", "500034(M)", "28798.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jispjega x'inhi r-raġuni li l-individwu li jġib l-karta ta' l-Identita' Nru. 500034(M) u li għandu l-Pensjoni ta' l-Irtirar 02/80836 ġie nformat li l-pensjoni tiegħu tammonta għal Lm23.28c fil-ġimgħa meta l-aħħar paga li kellu dan l-individwu kienet ta' Lm53 fil-ġimgħa peress li dan l-ammont mhuwiex ekwivalenti għaż-żewġ terzi kif suppost huma ntitolati għalihom?", "Jista' l-Ministru jara li din l-anomalija tiġi rranġata minnufih?", "Dan l-individwu huwa ntitolat għall-arretrati naxxenti mir-riorganizzazzjoni li kienet saret b'effett mill-1991?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ma tirriżultali l-ebda anomalija.", "Ninsab informat li l-persuna konċernata, minbarra l-pensjoni tas-Sigurta' Soċjali li qed titħallas bir-rata sħiħa, qed jirċievi wkoll pensjoni tas-Servizz.", "Bejn dawn iż-żewġ pensjonijiet qed jieħu ammont li, minkejja r-reviżjoni fl- istruttura tal-pagi ta' l-impjegati tal-Gvern, xorta waħda jaqbez iż-żewġ terzi tal-paga kurrenti.", "LUQA - ĦAL FARRUĠ: TRIQ SAN VINĊENZ DE PAULE - ARBLI", "28799.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsalill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li fi Triq San Vinċenz de Paule, Ħal Farruġ, fil-limiti ta' Ħal Luqa twaħħlu xi arbli madwar sena ilu li llum bdew jissaddu u għadhom bla lampi/dawl imwaħħlin magħhom?", "X'inhu jżomm milli dawn jiffunzjonaw kif support peress li din it-triq hija mudlama ferm?", "X'inhi r-raġuni li dawn l-arbli twaħħlu fuq il-bankina u ngumbrawha meta faċċata m'hemmx bini u anqas kienu jkunu ta' ngombru?", "Jekk kellhom jitwaħħlu dik in-naħa ta' triq għax ma twaħħlux brackets mal-faċċata tal- blokkijiet minflok tpoġġew arbli fuq il-bankina?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "PULIZIJA - TRAKKIJIET IPPARKJATI MADWAR IL-GROUND TA' KORDIN", "28800.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsalill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministri jgħid għaliex il-pulizija mhux qed tieħu ħsieb li ma jsirx ipparkjar ta' trukkijiet kbar u żwiemel li jġorru l-containers fit-toroq madwar il-ground tal-football ta' Kordin speċjalment matul tmiem il-ġimgħa meta jkun hemm il-logħob ta' l-ewwel diviżjoni?", "Japprezza l-Ministru li minħabba li jitħalla l-ipparkjar qed isir ipparkjar ħażin minn sidien ta' vetturi li jmorru jaraw il-logħob?", "Jaf il-Ministru li meta jkun hemm logħob importanti u peress li jitħallas dan ix-xkiel fit-toroq imsemmija jkun ferm diffiċli li tgħaddi ambulanza jekk jkun hemm bżonnha?", "ONOR.", "TONIO BORG: Il-pulizija diġa neħħiet ħafna minn dawn l-inġenjji u qed isir sforz sabiex jitneħħew il-kumplament.", "Dawk li huma fil-viċinanzi tal-\"ground\" ta' Kordin huma ipparkjati sewwa.", "Ingħataw struzzjonijiet lill-pulizija sabiex din l-area tinżamm libera minn ipparkjar t'inġenji simili.", "MALTA SHIPBUILDING - ĦADDIEMA", "28807.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsalill-Ministru tal-Finanzi: Peress li l- Malta Shipbuilding għamlet ħilitha u ħarġet grupp ta' ħaddiema bħala fire watchers li jaqgħu taħt id-direzzjoni tas-Safety Inspectors, ix-xogħol primarju ta' fire watcher huwa li jassigura li r-riskji ta' ħruq fuq vapur jiġu evitati, jista' l-Ministru responsabbli jispjega għaliex f'ħafna okkażjonijiet id-direzzjoni li jagħtu l-fire watchers fl-engine rooms jew kull fejn issir hot work qiegħed jiġi njurat minn managers jew shift leaders minħabba għaġġla żejda fl-edukazzjoni ta' operazzjonijiet fuq il- vapur?", "Għaliex meta jkun hemm sea trial ta' vapur ġdid, bħalma kien hemm sea trail fuq vapur Ċiniż ġdid li ħareġ nhar it-Tnejn 09.10.95, m'għandhomx joħorġu fuqu l-fire watcher kif ukoll is-safety inspector imma biss dan ta' l-aħħar?", "Is-safety inspector jaħdem watches ta' sitt sigħat-il wieħed u fl- assenza tiegħu qiegħed jitqabbad il-kaptan biex jagħmel xogħol il-fire watcher.", "Safejn tidħol il-kummissjoni tas-Saħħa u s-Sigurta' fuq postijiet tax-xogħol bħalma huma vapuri jew ajruplani?", "Safejn tidħol l-Awtorita' Marittima fil-kontroll ta' personnel ta' sea going vessel, bħalma huma l- vapuri li joħorġu għas-sea trial li joħorġu mill-MSB?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li tweġiba għal din il- mistoqisja tingħata f'xi seduta oħra.", "TELEPHONES - ĦSARAT", "28808.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsalill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm faults fuq il-linji tat-telephone matul Settembru, 1995 u l-ewwel ġimgħa ta' Ottubru, 1995?", "Kemm ħa kull kategorija ta' ħaddiem fit-Telemalta għal kull linja li nħadmet bl-inċentiv f'dawn l-aħħar sitt xhur?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Jiena nformat li fil-perjodu ta' bejn l-1 ta' Settembru, 1995 u l-ewwel ġimgħa t' Ottubru 1995 kien hemm irrapportati 8,257 linja bil-ħsara.", "Madankollu, wieħed irid isemmi li l-maltemp li għamel fl-aħħar ta' Settembru kien il-kaġun ta' ħafna minn dawn il-ħsarat.", "Is-somma globali mħallsa s'issa lill-ħaddiema tal-Korporazzjoni Telemalta, wara li f'Awissu 1995 ġiet introdotta \"award scheme\" għal xogħol ta' stallazzjoni ta' linji ġodda, hija ta Lm4427.50,0 maqsuma, għal kull kategorija, kif jidher hawn taħt:", "S.T.O.'s Lm192 Technical Officer Lm577.50 Linemen Lm1,926 Asst.", "Linemen Lm1,540 Clerks Lm192.50"]} {"filename": "20030701_017d_par.doc", "date": "2003-07-01", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 17 It-Tlieta, 1 ta' Lulju, 2003 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 17 It-Tlieta, 1 ta' Lulju, 2003", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-9.03 a.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "17", "It-Tlieta, 1 ta' Lulju, 2003", "WERREJ", "MINUTI 656", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI 656", "TQEGĦID TA' KARTI 663", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR L-UNJONI EWROPEA (KUMITAT)", "EUROPEAN UNION BILL (COMMITTEE STAGE) 663", "AĠĠORNAMENT 687", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 691", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 16 li saret fit-30 ta' Ġunju, 2003 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "ENEMALTA – SOSPENSJONI TAL-PROVVISTA TA' L-ELETTRIKU", "602.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA (f'isem l-Onor.", "Jason Azzopardi) staqsa lill- Ministru għat-Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u Investiment: Jista' il- Ministru jgħid kemm-il darba l-Enemalta ħadet passi f'każi ta' nuqqas ta' ħlas ta' kontijiet tad-dawl matul l-2002?", "Kemm kien in-numru f'Jannar, Frar u Marzu 2003?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru għat-Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u Investiment): Għandi nifhem li l-Onor.", "Membru qed jirriferi għall-qtugħ fil- provvista ta' l-elettriku minħabba kontijiet pendenti.", "Effettivament fl-2002 kien hemm 2,916-il sospensjoni; f'Jannar 2003 kien hemm 214, fi Frar 2003 kien hemm 113 u f'Marzu 2003 kien hemm 210.", "Il-qtugħ tal-provvista huwa biss l-aħħar pass għax qabel ikunu ttieħdu diversi passi oħra, fosthom timbru speċjali b'avviż ta' qtugħ fuq il- kontijiet li jkollhom l-arretrati, avviż mill-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma, avviż ieħor mill-korporazzjoni Enemalta u avviż verbali qabel isir il-qtugħ.", "Dawn l-avviżi jsiru biex tintuża l-prudenza u jsiru ex gratia u mhux għax meħtieġa bir-regolamenti ta' l-elettriku.", "Ħafna drabi l-problema tiġi solvuta b'dawn il-passi u għalhekk in-numru huwa relattivament baxx meta mqabbel man-numru ta' kontijiet involuti.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Joseph Abela, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOSEPH ABELA: F'proċeduri bħal dawn jiġi kkonsidrat l-aspett soċjali, ngħidu aħna fil-każ ta' anzjani li ma jkunux ħallsu l-kontijiet minħabba ċirkostanzi beyond their control?", "X'tagħmel l-Enemalta f'każi bħal dawn?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jien informat illi l-uffiċjal responsabbli fl- Enemalta jieħu konsiderazzjoni ta' dawn iċ-ċirkostanzi qabel ma jieħu passi estremi.", "Pero' mingħajr ma nirrifletti b'xi mod fuq kif jittieħdu dawn id- deċiżjonijiet, nemmen li għall-ġid ta' kulħadd għandu jkun hemm policy ċara, possibbilment bil-miktub, li tnaqqas id-diskrezzjoni personali għax impossibbli li teliminaha għal kollox.", "Żgur li ma jistax ikun li l-Enemalta tibqa' fis-sitwazzjoni li tinsab fiha llum, fejn għandha madwar Lm26 miljun f'arretrati ta' kontijiet li ma ġewx kontestati, għax dawn qed jaffetwaw bil-qawwi l-borrowings, il-financing u l-cashflow tal-korporazzjoni.", "Irridu nassiguraw li jkun hemm sistema effiċjenti ta' metering kif ukoll sistema effiċjenti ta' ġbir ta' flus għax huwa għalxejn li noħorġu l-kontijiet jekk imbagħad qed naqgħu daqshekk lura.", "Il-korporazzjoni jrid ikollha l-kapaċita' li tiġbor aktar kontijiet, pero' ovvjament dan trid tagħmlu fil-kuntest tan-nuqqas tagħha li ġabret dawn l-arretrati.", "Naturalment dawn il-flus ma jistgħux jinġabru f'daqqa waħda imma jrid ikun hemm phasing-in b'aktar serjeta', prattikament kif għamilna fil-ġbir tat-taxxa ta' l-income tax, fejn avżajna minn qabel dwar dak li konna se nagħmlu, tajna ċertu żmien u rajna ċ-ċirkostanzi speċjali tan-nies.", "Pero' irridu naraw x'nagħmlu għax Lm26 miljun f'arretrati m'hijiex somma li tista' tiskarta, Sur President.", "Imbagħad irridu niżviluppaw ukoll policy biex f'każi fejn hemm affarijiet estremi, wieħed jimxi b'konsiderazzjoni speċjali.", "Per eżempju, riċentement fil-kostitwenza tiegħi kien hemm familja li kien se jinqatgħalha s-servizz tad-dawl peress li kellha tħallas madwar Lm1000 f'arretrati.", "Issa dawn għandhom tifel li qiegħed f'sodda speċjali fejn il-muskoli jiġu massaged għax inkella dan it-tifel ma jkunx jista' jiċċaqlaq.", "Jien deherli li f'dan il-każ ma tistax taqbad u taqta' is-servizz tad-dawl għax jekk tagħmel hekk tkun qiegħed prattikament tikkundanna lil dik il-persuna għall-mewt.", "Għalhekk nemmen li jrid ikollna policy bil-miktub imħaddma b'sens komun.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "JOSEPH ABELA: Il-Ministru huwa informat jekk dawn is-Lm26 miljun humiex dovuti l-aktar mis-settur kummerċjali jew mis-settur domestiku?", "Dan apparti li l-Enemalta fil-bidu kienet bagħtet kontijiet baxxi ħafna u wara ċertu żmien bagħtet kontijiet esaġerati, tant hu hekk li kien hemm min irċieva kont ta' madwar Lm700.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Iva, teżisti statistika ta' kif inhuma maqsumin dawn il-kontijiet bejn l-industrija turistika, l-industrija tal-manifattura, areas kummerċjali u residenzi.", "Fil-fatt riċentement poġġejt din l- informazzjoni fuq il-mejda tal-Kamra, Sur President.", "L-Onor.", "Abela qal ukoll li l-kontijiet l-ewwel ħarġu baxxi ħafna u mbagħad ħarġu esaġerati.", "Nifhem li dan il-fatt seta' ħoloq problemi għax ikun hemm min warrab ammont ta' flus biex ikun jista' jħallas il-kont tad-dawl u mbagħad meta dan jiġi baxx, dik ix-xi ħaġa żejda li tibqagħlu f'idu jispiċċa jtajjarha f'affarijiet oħra.", "Meta l-kont imbagħad jiġi għoli, dak li jkun jispiċċa short of money għax ma jkollux provdut għalihom.", "Nifhem li meta jkun hemm kontijiet bħal dawn, l-Enemalta stess għandha tagħmel provision biex f'dak il-perjodu ttawwal iż-żmien tal-ħlas.", "Fil-fatt hekk qed tagħmel, għalkemm hawn dawk li jippretendu li d-dawl huwa xi dritt tagħhom u ma jimpurtahomx kemm se jħallsu u ma jħallsux.", "Fir-realta' id- dawl għandu cost qawwi għall-pajjiż u rridu nifhmu li fl-aħħar mill-aħħar, dak li nikkonsmaw irid iħallas għalih xi ħadd.", "Apparti li ħafna drabi l- Enemalta tiġi ffaċċjata mhux biss bi problemi ta' residenzi pero' anke bi problemi ta' l-industrija tat-turiżmu.", "Ħafna sidien ta' hotels li jkunu ilhom ma jħallsu l-kontijiet tad-dawl u l- ilma kważi bi dritt jgħidulek li ħadd m'għandu jaqtgħalhom dak is-servizz, speċjalment fit-tourist season, għax dan jista' jdaħħalhom f'aktar spejjeż.", "Filwaqt li għandu jkollna bilanċ, ma jridx ikollna l-attitudni li l-gvern qiegħed hemmhekk biex tisolħu għax ladarba l-Enemalta għandha tieħu somma daqstant kbira f'arretrati, ma rridux li l-flus dovuti nżiduhom flok innaqsuhom.", "DINGLI : BUSKETT ROAD – BDIL TA' ARBLU TAD-DAWL", "653.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA (f'isem l-Onor.", "Jeffrey Pullicino Orlando) staqsa lill-Ministru għat-Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u Investiment: Peress li minkejja diversi rapporti li saru lill-Enemalta, arblu perikoluż ħafna biswit farmhouse f'Buskett Road, l/o Dingli għadu ma ġiex mibdul, jista' il- Ministru jindaga għaliex dan għadu ma sarx?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Minn investigazzjoni li saret jirriżulta li l-arblu msemmi m'huwiex fi stat perikoluż iżda xorta waħda qed tittieħed l-azzjoni meħtieġa biex jinbidel flimkien ma' xogħlijiet oħra simili.", "HAŻ-ŻEBBUĠ – TNEĦĦIJA TA' HIGH TENSION CABLE", "657.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA (f'isem l-Onor.", "Jeffrey Pullicino Orlando) staqsa lill-Ministru għat-Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u Investiment: Jista' il- Minstru jgħid meta se jitneħħew il-high tension cables fil-viċinanzi ta' Ħaż-Żebbuġ u Ħal Qormi, peress li dawn jgħaddu viċin ħafna ta' l-abitat u huwa ppruvat li huma ta' dannu għas-saħħa tal-bniedem?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li jekk il-high tension cable li qed jirriferi għalih huwa t-33KV overhead double line li jikkonnettja l-Marsa south DC mal-Mosta DC, minkejja li f'għajnejn il- pubbliku huwa maħsub ta' periklu, ma hemm l-ebda prova f'dan ir-rigward.", "Ċertament l-Enemalta m'għandha l-ebda pjan li tneħħi dan il-cable.", "RABAT : GĦAR ŻERRIEGĦA – BDIL TA' ARBLU TAD-DAWL", "258.", "L-ONOR.", "JOSEPH ABELA (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għat-Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u lnvestiment: Jista' il- Ministru jara li arblu li hemm f'GĦar Żerriegħa, limiti tar-Rabat, jitpoġġa f'post ieħor sabiex ma jkunx ta' periklu għall-bdiewa li jgħaddu mill- modijiet ta' l-inħawi?", "Jista' jara li dan isir qabel ma jikkawża xi inċident?", "L-arblu jinsab fejn ir-residenza tal-persuna li isimha qed jintbagħat separatament u d-dettalji ta' persuna oħra midħla sew ta' dan il- post wkoll qed jintbagħtu separatament.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li r-risposta tingħata f'seduta oħra.", "RABAT : GĦAR BARKA – PLOTS FUQ KONVENJU", "259.", "L-ONOR.", "JOSEPH ABELA (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Peress li l-kuntratt tal- plots tar-residenti f'GĦar Barka, ir-Rabat, ilu sa mis-snin tmenin fuq konvenju u dan minkejja li ħafna residenti saħansitra xtraw iċ-ċens, jista' il-Viċi Prim Ministru jara li ma titkomplix tittawwal din l-anomalija u jawtorizza r-riċerki u arranġamenti oħra sabiex isiru l-kuntratti?", "Jista' il-Viċi Prim Ministru jassigurani li fi żmien qasir isir jibdew isiru l- kuntratti kif ilha x-xewqa tar-residenti għal dawn l-aħħar għoxrin sena?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA (Segretarju Parlamentari) (f'isem il-Viċi Prim Ministru): Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi l-mistoqsija tiegħu lill-ministru koncernat.", "NON-EU COUNTRIES - IMPORTAZZJONI TA' PRODOTTI TA' L-IKEL", "260.", "L-ONOR.", "JOSEPH ABELA (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomiċi: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 54, jikkonferma l-Ministru li kemm-il darba ma jkunx hemm arranġamenti ta' eżenzjoni mit-TARIC, l-imprendituri lokali jkollhom iħallsu t-taxxi dovuti kollha fuq l-importazzjoni inkwestjoni lill-Unjoni u dan minkejja l-fatt li dawn m'humiex prodotti lokalment?", "ONOR.", "JOHN DALLI (Ministru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomiċi): Forsi ta' min jerġa' jsemmi l-fatt li l-Unjoni Ewropea għandha ftehim ta' kummerċ ħieles ma' 'il fuq minn 100 pajjiż li permezz tagħhom wieħed jkun jista' jimporta minn dawn il-pajjiżi mingħajr tariffa jew b'tariffa preferenzjali.", "F'dan il-kuntest jidher li ħafna imprendituri Maltin diġa' akkwistaw l- informazzjoni neċessarja fuq is-suġġett u li teżisti minn diversi sorsi, bħall-METCO u l-MIC, sabiex ikunu jistgħu jagħmlu l-għażliet kummerċjali tagħhom.", "NON-EU COUNTRIES – IMPORTAZZJONI TA' ZOKKOR, QMUĦ U ĊEREALI", "261.", "L-ONOR.", "JOSEPH ABELA (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomiċi: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 54, jista' il-Ministru jinformani liema mill-mitt pajjiż imsemmija, l-Unjoni Ewropea teżenta mit-TARIC fuq zokkor, qmuħ u ċereali?", "ONOR.", "JOHN DALLI: L-Unjoni Ewropea għandha dik li tissejjaħ il-common external tariff fuq prodotti importati minn pajjiżi li m'humiex membri.", "Fir-realta', din it-tariffa tiġi applikata fis-sħiħ biss ma' disa' pajjiżi, filwaqt li mal-pajjiżi l-oħra kollha hemm xi tip ta' arranġament preferenzjali li permezz tiegħu din il-common external tariff tiġi eżentata jew imnaqqsa.", "F'każ ta' prodotti industrijali li jiġu kklassifikati taħt is- sistema ta' l-HS (Kap 25-96), din it-tariffa fil-maġġoranza tal-każi tiġi eżentata.", "Fejn jidħlu prodotti li jaqaw taħt Kap 1-24 ta' l-HS, li huma prodotti agrikoli li jinkludu ukoll prodotti ta' l-ikel proċessati, allavolja taħt l- ambitu ta' free trade agreements jew arranġamenti preferenzjali oħra, it- tneħħija jew it-tnaqqis tat-tariffa ma tkoprix il-prodotti kollha.", "F'ċerti każi, l-eliminazzjoni jew it-tnaqqis tar-rata tad-dazju jiġi applikat biss fuq kwantita' fissa jew dik li tissejjaħ tariff quota.", "Fil-fatt, fil-ftehim ta' kummerċ ħieles reċiproku li l-Unjoni Ewropea għandha ma' diversi pajjiżi bħalma huma l-EFTA, l-EEA, l-Europe agreements mal-pajjiżi ta' l-Ewropa Centrali u tal-Lvant u mal-pajjiżi ta' l-Afrika ta' Fuq u Lvant Nofsani, mat-Turkija, mal-Messiku, maċ-Ċili u ma' l-Afrika t'Isfel, ċerti prodotti jistgħu jiġu importati mingħajr dazju jew b'rata mnaqqsa.", "Numru konsiderevoli ta' prodotti agrikoli huma inklużi ukoll f'dawk l-arranġamenti preferenzjali mhux reċiproċi li l-Unjoni Ewropea iffirmat ma' pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw jew sotto żviluppati taħt il- GSP, il-ftehim ta' Cotonou, jiġifieri l-pajjiżi ta' l-Afrika, il-Karibew u l-Paċifiku, u taħt l-inizjattiva \"everything but arms\".", "Barra minn hekk, fuq numru ta' prodotti agrikoli (HS 1-24) li jinkludu laħam aħmar, ċereali u xi tip ta' zokkor, taħt l-ambitu tat-tariff quotas ta' l-organizzazzjoni dinjija tal-kummerċ, l-Unjoni Ewropea għandha sistema ta' tariff quotas fejn prodotti minn firxa ta' pajjiżi barra l-Unjoni jiġu importati b'rata mnaqqsa jew mingħajr dazju.", "Dettalji fuq liema prodotti jiġu eżentati mid-dazju jew jidħlu b'rata preferenzjali minn barra l-UE jinsabu fit-TARIC li hija aċċessibli mill-website ta' l-Unjoni Ewropea.", "L-Onor.", "Interpellant jifhem li m'huwiex prattiku għalhekk li tingħata tweġiba bid-dettalji hawnhekk, għax it-TARIC tagħti informazzjoni fuq prodotti speċifiċi li huma deskritti taħt l-HS sat-tenth digit level u mhux fuq livell ġenerali.", "NON-EU COUNTRIES - IMPORTAZZJONI TA' LAĦAM AĦMAR", "262.", "L-ONOR.", "JOSEPH ABELA (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomiċi: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 54, jista' il-Ministru jinformani liema mill-mitt pajjiżi imsemmija, l-Unjoni Ewropea teżenta mit-TARIC fuq laħam aħmar?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 261.", "NON- EU COUNTRIES – IMPORTAZZJONI TA' DAIRY PRODUCTS", "263.", "L-ONOR.", "JOSEPH ABELA (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomiċi: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 54, jista' il-Ministru jinformani liema pajjiżi mill-mitt pajjiż imsemmija, l-Unjoni Ewropea teżenta mit-TARIC fuq prodotti magħmula mill-ħalib frisk?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 261.", "PROMOZZJONI TAS-SAĦĦA – KAMPANJA KONTRA ABBUŻ MIX-XORB", "615.", "L-ONOR.", "JOSEPH ABELA (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru tas-Saħħa: Jista' il-Ministru jgħid x'beħsiebha tagħmel it-taqsima għall-promozzjoni tas-saħħa fis-sena skolastika li jmiss biex tkompli twissi liż-żgħażagħ kontra l-abbuż mix-xorb?", "Hemm xi pjan biex fis-sajf issir xi kampanja ta' reklamar f'xi postijiet ta' divertiment għall-istess għan?", "ONOR.", "JOHN DALLI (f'isem il-Ministru tas-Saħħa): Informat li fil-kampanja biex tħeġġeġ liż-żgħażagħ jevitaw ix-xorb bla rażan, id-dipartiment għall- promozzjoni tas-saħħa qiegħed juża numru ta' billboards li ġew imqiegħda f'Paceville.", "Barra dawn, hemm madwar għaxar karozzi tal-linja li fuqhom hemm il-kliem \"tħallix l-alkaħol ikissrek\", messaġġ viżwali adatt għall- okkażjoni.", "Għas-sena skolastika li ġejja hemm il-ħsieb li jsir fuljett apposta biex jitqassam fl-iskejjel.", "Fuq dan il-qasam, is-sena l-oħra kien sar proġett bi sħab mal-kulleġġ Mother Theresa fl-Imsida fejn l-istudenti għamlu ġimgħa ta' attivita' fuq l- alkoħol, kif ukoll iddisenjaw posters għal din l-okkażjoni li tqassmu fl- iskejjel.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Abela, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOSEPH ABELA: Filwaqt li nifhem li dan huwa pass pożittiv, ma naħsibx li d-dipartiment tas-saħħa qiegħed jolqot din il-problema biżżejjed.", "Għax filwaqt li qed isir dan kollu, fl-istess nifs qed ikomplu kampanji oħrajn – bħal, ngħidu aħna, happy hours fil-bars ta' Paceville - u għaddej xorb bla rażan waqt parties, anke minn persuni taħt l-eta'.", "Jista' il-Ministru jgħid x'inhu jsir f'dan ir-rigward?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President, għalkemm din mhix l-area tiegħi, se nazzarda nagħmel kumment.", "Din il-kampanja ta' informazzjoni hija xi ħaġa proattiva u pożittiva biex wieħed ifiehem liż-żgħażagħ illi l-alkaħol ma jagħmlilhomx ġid imma jagħmlilhom ħsara kbira u li l-alkaħol bla rażan jista' jipperikolalhom ħajjithom.", "Dan sfortunatament esperjenzajnieh f'dawn l-aħħar snin meta diversi żgħażagħ tilfu ħajjithom taħt l-influwenza tax-xorb.", "Naturalment fil-pajjiż għandna liġijiet oħra li jipprojbixxu li jsir bejgħ ta' alkaħol lil persuni taħt l-eta'.", "Jien nemmen li f'dan ir-rigward irid jibqa' jsir enforcement mhux tant mill-ministeru tas-saħħa imma mill-pulizija kemm fuq il-bars kif ukoll fuq l-attivita'.", "Fl-opinjoni tiegħi, meta jkun hawn tip ta' attivita' tal-massa bħalma semma' l-Onor.", "Membru fejn isiru parties organizzati u affarijiet bħal dawn – u għandu raġun - għandha tikber is-sorveljanza tal-pulizija biex jaraw li l-liġijiet eżistenti jiġu mħarsa u li ebda area ma tkun iddikjarata free zone għal dawn il-liġijiet.", "Ma naħsibx li meta jsir dan it-tip ta' party għandu jkun hemm ring fence mil-liġijiet kollha ta' pajjiżna fejn kulħadd jista' jagħmel li jrid.", "Dawn għadhom maqbuda bil-liġijiet tal-pajjiż u naħseb li f'każijiet bħal dawn il-pulizija għandha tagħmel l-almu kollu tagħha biex ikun hemm enforcement sħiħ tal-liġijiet eżistenti.", "Fl-opinjoni tiegħi din m'hijiex kwestjoni li trid tittieħed azzjoni akbar mill-qasam politiku, fis-sens li nagħmlu liġijiet ġodda biex insaħħu dak illi għandna.", "Naħseb li l-infrastruttura tagħna legali diġa' qiegħda hemmhekk biex tkun tista' tħares din is-sitwazzjoni.", "Din hija kwestjoni ta' enforcement tajjeb, enforcement f'waqtu u enforcement organizzat li għandu jsir biex l-abbużi jinqatgħu.", "SKEJJEL – XOGĦOL TA' TISWIJA U MANUTENZJONI", "616.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid liema huma x-xogħlijiet ta' tiswija u manutenzjoni li se jsiru fis-sajf fuq l-iskejjel ta' l-Istat?", "F'liema skejjel se jsir dan ix- xogħol u fiex jikkonsisti f'kull skola?", "ONOR.", "JOHN DALLI (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni): Informat li xogħlijiet ippjanati mill-fondazzjoni għall-iskejjel ta' għada għal dan is- sajf huma ħafna u varji, minn sempliċement xogħol ta' tisbiħ għal xogħlijiet estensivi ta' kostruzzjoni u finitura.", "Il-fondazzjoni għall-iskejjel ta' għada qed tippjana biex issebbaħ l- ambjent edukattiv ta' numru sostanzjali ta' skejjel, tagħmilhom aktar aċċessibbli permezz ta' bini ta' rampi u stallar ta' diversi lifts, bini ta' laboratorji għat-tagħlim tax-xjenza u t-teknoloġija kif jitlob il- kurrikulu nazzjonali u tieħu ħsieb ukoll biex issaħħaħ il-provvista ta' l- elettriku fejn ikun meħtieġ, fost ħafna xogħlijiet oħra.", "Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra lista ta' xogħlijiet ippjanati li jsiru fix-xhur li ġejjin.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Carmelo Abela, domanda supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Bħalma nafu, din il-fondazzjoni tieħu l-fondi tagħha minn bank privat.", "Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi tip ta' liaison jew kontroll fuq l-istess fondazzjoni min-naħa tal-ministeru jew minn xi entita' li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Għalkemm konna għamilna arranġamenti mal-banek biex ikunu jistgħu javvanzaw flus lill-fondazzjoni għall-iskejjel t'għada, ma jfissirx li din il-fondazzjoni għandha freehand kif tonfoq dawn il-flejjes.", "Fil-fatt fuq il-bord tal-fondazzjoni hemm ukoll membru mill-ministeru tal- finanzi illi jissorvelja dak li jkun qed isir.", "Lanqas ma jfisser li kultant ma jkollniex niġbdu xi widnejn, bħalma niġbdu fid-dipartimenti kollha tal-gvern, sforz il-mod kif wieħed jaħseb li għandu jkun aktar effiċjenti, imma nemmen li ċerti regoli stretti finanzjarji tal- gvern għandhom jiġu osservati wkoll.", "Fil-fatt għandna budgets speċifiċi li jridu jintefqu u hemm proġetti li jridu jsiru.", "S'issa jien persważ li b'din l-organizzazzjoni li għamilna, il-gvern qed jiffranka ħafna flus għax qed isir xogħol b'rati u b'livelli ta' spejjeż ħafna inqas milli kienu jsiru qabel u naħseb li kollox ma' kollox, din is-sistema hija cost- efficient.", "Naturalment il-kontrolli ma jeqfux u min-naħa tal-ministeru tal-finanzi dejjem jittieħdu l-passi neċessarji meta tkun qed issir xi ħaġa li aħna nħossu li m'għandhiex issir.", "SKEJJEL - XOGĦOL TA' MANUTENZJONI", "617.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid jekk ingħatawx il-kuntratti kollha għax-xogħol ta' manutenzjoni li se jsiru fis-sajf fl-iskejjel ta' l-Istat?", "Dawn kollha ngħataw wara sejħa pubblika?", "Lil min ingħataw il-kuntratti?", "Kemm se jiswa x-xogħol f'kull każ?", "ONOR.", "JOHN DALLI (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni): Peress li s- seduta tal-parlament ġiet avvanzata mill-bieraħ fil għaxija għal dalgħodu, it-tagħrif mitlub ma laħaqx wasal u għaldaqstant it-tweġiba se tingħata f'xi seduta oħra.", "PROSPERITY IN CHANGE - THE WAY FORWARD", "622.", "L-ONOR.", "JOSEPH ABELA (f'isem l-Onor.", "Chris Agius) staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja ta' \"Prosperity in Change - The Way Forward\" li kien ġie ppubblikat mill-ministeru għas-servizzi ekonomiċi qabel l-aħħar elezzjoni?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja ta' \"Prosperity in change - The Way Forward\"", "IMPJEGATI FIS-SETTUR TAL-MANIFATTURA", "624.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Chris Agius) staqsa lill- Ministru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm kumpanniji joperaw fis-settur tat-tabakk, tat-tessuti, tal-ħwejjeġ, tal-ġilda, ta' l-injam, tal-karta, ta' l-istampar, tal-kimika, tal-plastic & rubber, ta' other non-metallic materials, ta' basic metals, ta' fabricated metal products, ta' office machinery, ta' machinery & equipment, ta' electrical machinery, tar-radio, TV u telecom, tal-medical & precision equipment, tal-car industry, ta' other transport equipment u ta' furniture manufacturing N.E.C.?", "Jista' jindika wkoll id-daqs ta' kull kumpannija skond kemm iħaddmu nies, ta' kull kumpannija maqsuma minn 1 sa 10, minn 11 sa 100 u minn 100 'il fuq?", "ONOR.", "JOHN DALLI: L-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant għas- sena 2002 hi skond it-tabella li qed inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra.", "KAŻ DWAR SURĠENT TAL-PULIZIJA", "637.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Ministru jinvestiga rapport li surġent minn wara dahar il- kummissarju qabbad impjegat li jaqa' taħtu – l-ismijiet qed jintbagħtu separatament - biex jaħdimlu fid-dar tiegħu waqt il-ħin tax-xogħol fil-bidu ta' Mejju 2003?", "Jista' jinvestiga rapport li l-istess surġent fi tmiem Mejju, ukoll minn wara dahar il-kummissarju, qabbad persuni li jaqgħu taħtu biex jaħdmulu soffitt fid-dar waqt il-ħin tax-xogħol?", "Jista' jgħid x'passi se jittieħdu jekk jirriżulta li dawn ir-rapporti huma bbażati fuq fatti li tassew ġraw?", "ONOR.", "JOHN DALLI (f'isem il-Ministru tal-Ġustizzja u Intern): Ninsab informat illi l-allegazzjonijiet imsemmija mill-Onor.", "Interpellant qed jiġu investigati.", "Jekk dan jirriżulta, jittieħdu proċeduri kif previst mill-Att dwar il-Pulizija.", "MAGĦTAB - SKART TAL-BINI", "638.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Issa li tħabbar li l-iskart tal-bini mhux se jibqa' jintrema fil-Magħtab, jista' il-Ministru jgħid f'liema lokalita' se jibda jintrema?", "Xi ħlas se jintalab lil min jarmi dan l-iskart?", "X'sorvelja se ssir biex fis-siti indikati jintrema biss skart tal-bini u mhux skart ieħor?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-iskart se jibda jintrema fil-barrieri magħluqa li jkunu liċenzjati għal dan il-għan mill-MEPA.", "Iż-żewġ siti li qed jintużaw bħalissa huma l-barriera f'Tal-Mejda, Valletta Road, Kirkop u l- oħra f'Tal-Belula, Lapsi Road, limiti tas-Siġġiewi.", "It-tariffa għar-rimi ta' dan l-iskart hija ta' Lm1.18 kull tunnellata mingħajr VAT.", "L-operatur huwa obbligat li jaċċetta biss dak l-iskart stipulat fil-kuntratt u kif irregolat mill-permess maħruġ mill-MEPA.", "Barra minn hekk il-ministeru għar-riżorsi u l-infrastruttura għandu rappreżentant f'kull sit.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru Dalli.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "JOHN DALLI (Ministru tal-Finanzi u l-Affarijiet Ekonomiċi): F'isem il-Ministru tat-Turiżmu nqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar entitajiet rappreżentati fil-bordijiet ta' l-Awtorità tat- Turiżmu ta' Malta, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari 812.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR L-UNJONI EWROPEA", "EUROPEAN UNION BILL", "L-ordni għall-Kumitat ġie moqri.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor.", "Carmelo Abela, President tal-Kumitati, jippresjedi.", "Klawsola 2 – Tifsir.", "(Kont.)", "Clause 2 - Interpretation.", "(Cont.)", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Evarist Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Sur President ̧ dak li qed issostni l-oppożizzjoni jgħodd kemm għal din il-klawsola partikolari kif ukoll għal kif nixtiequ li jiżviluppa s-sehem ġdid tal-parlament issa li Malta se tkun membru fl-UE.", "Dak li qed ngħidu qed ngħiduh biex jittieħdu l-passi neċessarji ħalli l- parlament tagħna ma jispiċċax sempliċement rubber stamp jiġifieri istituzzjoni li tittimbra deċiżjonijiet li jkunu ttieħdu x'imkien ieħor ̧ f'dan il-każ fl-istituzzjonijiet ta' l-UE.", "Jekk wieħed jara l-istorja tal-pajjiżi li saru membri jsib li sħubija fl-UE tfisser li l-funzjonijiet leġislattivi mportanti tal-parlament nazzjonali awtomatikament se jiġu trasferiti lejn istituzzjonijiet oħra fl-UE.", "U proprju minħabba dan id-deficit demokratiku li jinħoloq dak li l-pajjiżi membri ħadu lill-parlament nazzjonali tagħhom tawhulu mod ieħor.", "B'dan il- mod il-parlament nazzjonali ta' dawn il-pajjiżi ma tilifx ix-xogħol importanti leġislattiv li kellu qabel ma pajjiż ikun sar membru .", "M'hemmx għalfejn tkun xi ewro-xettiku biex taċċetta l-fatt li minnha nnifisha sħubija fl-UE tfisser li l-parlament nazzjonali jitlef partijiet importanti mill-funzjoni leġislattiva tiegħu.", "Per eżempju, hawnhekk nixtieq infakkar x'kien qal ħabib tal-prim ministru Ingliż Edward Heath li daħħal lir-Renju Unit fl-UE meta dan kien staqsih kif kien se jintlaqat il- parlament tagħhom.", "Dan kien qallu hekk:", "\"Parliament must resign itself to becoming a rubber stamp.\"", "Mela wieħed mill-aktar nies qrib ħafna tal-prim ministru Edward Heath kien qal li din hija waħda mill-implikazzjonijiet ta' sħubija fil-komunitajiet Ewropej dak iż-żmien.", "Issa peress li l-abbozz ta' liġi li qed niddiskutu huwa proprju bbażat fuq il-liġi Ingliża ta' 31 sena ilu, naħseb li jkun interessanti li wieħed jaqra x'qal politiku prominenti Ingliż ̧ Gerald Kaufman ̧ fil-ktieb riċenti li ħareġ li jismu \"How to be a Minister\", ktieb li ġie rrikkmandat għal kull persuna li tinħatar ministru, tkun xi tkun il- provenjenza politika tagħha.", "Fuq il-European Communities Act ta' l-1972 - l-abbozz ta' liġi li qegħdin niddiskutu huwa mudellat fuqu - Gerald Kaufman qal li hekk:", "\"In Britain this ratification was accomplished through the European Communities Act of 1972, a statute in which Britain ̧ according to the way you look at it ̧ voted away her parliament's sovereignty to a gang of irresponsible bureaucrats or else voluntarily, surrendered her selfish national interests in order to help achieve the ideals of greater internationalism.\".", "Hawnhekk Kaufman qed jgħid li l-fatt li tidħol fl-UE jiddependi minn kif wieħed iħares lejh; jew tkun tajt il-poter leġislattiv u l-funzjoni leġislattiva lill-istituzzjonijiet Ewropej jew inkella trid tħares lejh bħala pass 'il quddiem u tgħid li tkun ċedejt l-interessi nazzjonali tiegħek għall-ideali aktar wiesgħa f'qafas aktar internazzjonali.", "Kaufman qed jgħid li jkunu xi jkunu l-verżjonijiet, li jiġri żgur huwa \"that you have voted away your parliament's sovereignty.\"", "Kif diġà għedt, meta l-pajjiżi membri aċċettaw l-implikazzjonijiet li l- parlament jitlef mis-sovranita` u mill-funzjonijiet importanti tiegħu tal- leġislazzjoni, dak li ħadulu bid-dħul ta' pajjiżhom fl-UE bdew jagħtuhulu b'mod ieħor.", "Issa fil-każ tagħna l-gvern ressaq dan l-abbozz ta' liġi, qed jieħu dawn il-funzjonijiet leġislattivi importanti u qed joħloq deficit demokratiku serju u mhux aċċettabbli.", "Kieku min-naħa waħda qed jieħu ċerti funzjonijiet leġislattivi tal-parlament imma mbagħad jew ressaq liġi oħra jew fl-istess liġi qalilna bil-mekkaniżmi legali u parlamentari li se joħloq biex dak li se jieħu lill-parlament b'id waħda se jagħtihulu b'id l- oħra, kieku l-pożizzjoni ta' l-oppożizzjoni kienet tkun differenti.", "Minn hawn irrid nikkwota wkoll id-dokument li ressqilna l-gvern dwar kif qed jaħseb li għandu jkun imdaħħal il-parlament fix-xogħol il-ġdid li se jkollu jagħmel pajjiżna bħala membru fl-UE.", "Per eżempju ̧ kieku l-gvern, fl-istess ħin li qed iressaq dawn il-bidliet, għamel klawsoli oħrajn f'dan l-abbozz ta' liġi li jixbħu ħafna liġijiet li għaddew pajjiżi oħrajn bħall-Ingilterra, id-Danimarka u l-Irlanda li waqqfu l-EU scrutiny committees – fil-każ ta' l-Irlanda dawn waqqfuhom b'liġi - ...", "Per eżempju, waħda mill-affarijiet li tinkwetana hija li filwaqt li l- parlament se jitteħdulu l-funzjonijiet leġislattivi u mportanti b'liġi ̧ dak li jista' jingħatalu f'fora oħra – smajna li l-kumitat permanenti ta' l-affarijiet barranin jista' jidħol f'dan ix-xogħol, smajna li jista' jkun hemm sotto-kumitat u smajna wkoll li jista' jkun hemm mekkaniżmi oħra - għadu f'livell ta' intenzjonijiet.", "Ovvjament dawn huma intenzjonijiet tajba u m'għandix għalfejn nissusspetta li m'humiex, pero` nerġa' ngħid li dak li qed jinkwetana hu li dak li qed jittieħed lill-parlament mhux qed jingħatalu mod ieħor bis-saħħa tal-liġi.", "Jien naħseb li pajjiżna se jkollu bżonn li l-parlament nazzjonali tagħna jiġi mdaħħal fix-xogħol leġislattiv ta' l-UE.", "L-UE nnifisha taf li fis- snin li għaddew u anke issa għadha tbati minn dan id-deficit demokratiku għax donnu li l-istituzzjonijiet jarawhom 'il bogħod ħafna u donnu ċ- ċittadini jaċċettaw dak li jiġi deċiż 'il bogħod.", "Il-parlamenti nazzjonali għad għandhom role importanti ħafna imma kemm ikun kbir dan ir-role l-UE ma tgħidux.", "Din hija kwestjoni ta' x'jagħmlu l-gvernijiet nazzjonali.", "Jien naħseb li l-gvern għandu jikkonsidra bis-serjeta` biex jindirizza t- tħassib tagħna f'dan il-qasam għax din m'hijiex xi pożizzjoni kapriċċjuża min-naħa tagħna.", "Tkun xi tkun id-deċiżjoni ta' kemm se jkollna membri fil-parlament Ewropew x'aktarx li pajjiżna jkun l-inqas wieħed li jkollu membri.", "Naħseb li l-mod kif il-parlament nazzjonali jiddaħħal fix-xogħol tal-leġislazzjoni u ta' skrutinju ta' l-UE se jkun importanti ħafna biex ma jinħoloqx deficit demokratiku ġdid.", "Għalhekk huwa mportanti li naraw eżattament x'se jsir.", "Il-bieraħ smajna lill-Ministri Joe Borg u Tonio Borg jgħidu li aħna se nkunu qegħdin nieħdu sehem sħiħ fil-proċess leġislattiv kollu ta' l-UE.", "Jien fhimt li l-kelma \"aħna\" ma kenitx inklużiva għall-parlament imma kienet tirriferi għall-gvern.", "Ovvjament Allaħares il-gvern ma jkunx imdaħħal b'mod sħiħ fix-xogħol leġislattiv tad-deċiżjonijiet li se jolqtu lil dan il-pajjiż imma jien naħseb li jrid jiġi diskuss bis-serjeta` x'se jkun ir-role tal-parlament nazzjonali.", "Hawnhekk m'iniex qed nirriferi għal dawk il-każijiet fejn id-deċiżjonijiet ikunu saru diġa` għax kif nafu dan il-parlament mhux se jkollu s-saħħa li jibdilhom.", "Dan għaliex il-pajjiż ikun obbliga ruħu li joqgħod għad-deċiżjonijet li jkun ħa flimkien ma' pajjiżi oħrajn membri fl-istituzzjonijiet ta' l-UE.", "Jinteressana ħafna x-xogħol li jrid isir meta l-affarijiet ikunu għadhom fi stadju ta' green paper, ta' white paper jew ta' proposta għax hemmhekk hemm xogħol kbir.", "Il-Ministru Borg jaf li meta ltqajna ma' l-EU scrutiny committee tar-Renju Unit qalulna li hemm medja ta' 1,800 direttiva fis-sena x'jikkonsidraw; ikun hemm minnhom li jkunu tekniċi u ma jeħdux ħafna ħin imma jkun hemm oħrajn li jolqtu aspetti importanti ħafna tal-ħajja nazzjonali tal-pajjiż li jkunu jridu jiġu kkonsidrati bis-serjeta` biex il- pajjiż ma jintlaqatx ħażin.", "Jien se nagħlaq bil-punt li bdejt bih li ma nġibux lil dan il-parlament rubber stamp għax dan ma jkunx pass 'il quddiem imma jkun pass lura.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "L-Onor.", "Marie Louise Coleiro.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Sur President, fl-opinjoni tiegħi ̧ l-emenda li qed iressaq il-Ministru Borg biex jittanta jserraħ ras in-naħa ta' l- oppożizzjoni hija nofs miżura.", "Qed ngħid dan għax jekk il-membri tal- parlament se jkollhom l-opportunita` li jekk iridu jagħmlu riżoluzzjoni jew mozzjoni biex tiġi annullata, mibdula jew emendata legal notice għalfejn il- proposta li qed tagħmel l-oppożizzjoni bl-emenda għal subsubartiklu (2) qed tiġi taken over?", "Aħna qed ngħidu li dawk l-affarijiet ġodda li joħorġu mit-trattat jew li jistgħu jinqalgħu in the process jiġu quddiemna permezz ta' riżoluzzjoni ta' dan il-parlament.", "Jien ma nafx għaliex qed tinqala' din id-diffikultà u għadni m'iniex qed nara għalfejn in-naħa tal-gvern mhix qed tqis l-emenda li qed tressaq l-oppożizzjoni bħala l-aħjar ħaġa li tista' ssir aktar u aktar in vista ta' dak li jgħid subartiklu (1) ta' artiklu 11 ta' l-Interpretation Act, fejn jingħad li:", "\"Where an Act of Parliament or other Act passed by the Legislature of Malta or an Ordinance confers power to make rules or regulations or other subsidiary legislation of a like nature ...\".", "Fil-fehma tiegħi artiklu 11 qed jitkellem fuq subsidiary legislation li s- sustanza tagħha hija marbuta ma' regoli u regolamenti.", "Aħna hawnhekk smajna l-kelliema tan-naħa tal-gvern jagħtu spjegazzjoni li b'ordni tal- prim ministru aħna se nikkonformaw mat-trattati u ma' agreements li mhux neċesarjament ikunu regoli jew regolamenti imma jista' ikollhom sustanza ħafna iktar qawwija.", "Fil-fatt hawnhekk smajna l-kelliema tan-naħa tal- gvern jispjegawlna d-differenza bejn trattat u trattat jew ftehim u ftehim.", "Għalhekk, in vista tal-kuntest ta' artiklu 11 ta' l-Interpretation Act li jispjega x'inhi subsidiary legislation, il-proposta li qed jagħmel il-gvern m'hijiex proposta b'saħħitha biżżejjed anke minn dan il-lat.", "Apparti dan, huwa veru li teknikament legal notice tista' tiġi għad- diskussjoni ta' dan il-parlament, imma prattikament bl-ammonti ta' ordnijiet li jista' jkun hemm 'il quddiem ̧ dan se jkun diffiċli.", "Issa jien lanqas nara li hemm konflitt bejn dak li semma l-Ministru Joe Borg il- bieraħ fir-rigward ta' strutturi ġodda u skrutinju eċċ. li se jkollu bżonn dan il-parlament ma' dak li qed ngħidu aħna, anzi jien naħseb li dawn jistgħu jkunu kumplimentari.", "Meta għandek kumitati tal-parlament li jkunu qed jiddiskutu u jiskrutinizzaw, fil-fehma tiegħi, ikun qed isir ċertu xogħol preparatorju.", "Għalhekk, jekk verament irridu nagħmlu x- xogħol u nkunu flimkien fuq ċerti affarijiet, waħda ma tistax telimina lill-oħra.", "Fil-fehma tiegħi, ix-xogħol preparatorju li jkunu qed jagħmlu l- kumitati jew l-istrutturi ġodda jinkludi ħafna affarijiet bħal riċerka u ġbir ta' dokumenti biex l-affarijiet jiġu marbula aħjar, imma mbagħad l- aħħar daqqa għandha tkun ta' dan il-parlament b'sessjoni plenarja.", "Jekk ix- xogħol preparatorju jsir sew allura mbagħad ix-xogħol tal-parlament f'sessjoni plenarja ma jeħux daqshekk ħin għaliex ma jkunx hemm bżonn li kull wieħed u waħda minna hawnhekk jagħmel ċertu ammont ta' xogħol.", "Għalhekk permezz ta' sessjoni plenarja jkollna l-opportunità li l-parlament kollu jkun qed jiddiskuti u barra minn hekk iċ-ċittadini Maltin u Għawdxin ikollhom aktar opportunita' li jkunu jafu x'qed isir f'dan il-parlament.", "Fiċ-ċirkostanzi ta' sħubija fl-UE u tal-fatt li rridu nikkonformaw ma' dak kollu li se tkun qed tiddeċiedi l-UE aktar u aktar huwa mportanti li ċ- ċittadini Malti u Għawdxin ikunu nformati.", "Per eżempju ̧ il-qrati tagħna jridu jieħdu in konsiderazzjoni dak li qed isir f'istituzzjonijiet ġudizzjarji tal-komunitajiet Ewropej u aħna nafu li ċ-ċittadin huwa preżunt li jaf il-liġi.", "Mela issa ċ-ċittadini Maltin u Għawdxin mhux il- liġi Maltija biss iridu jkunu jafu imma issa se jkunu preżunti wkoll li jkunu jafu d-deċiżjonijiet ta' qrati u ta' istituzzjonijiet ġudizzjarji fil- komunitajiet Ewropej.", "Dan ifisser li f'sessjoni plenarja tal-parlament ikun hemm aktar ċans li ċ-ċittadin ikun informat fuq il-liġijiet u d- direttivi ta' l-UE u naħseb li dan huwa mportantissimu.", "Sur President ̧ meta l-bieraħ il-Ministru Joe Borg ressaq l-emenda għall- klawsola 2 u ntrabat ma' l-Interpretation Act ħassejt li min-naħa tal- gvern qed jipprovaw jersqu ftit imma nemmen li ma resqux biżżejjed.", "Sadanittant dak li qegħdin nipproponu aħna m'huwiex konfliġġenti, anke ma' dawk l-istrutturi li qed jipproponi l-gvern.", "Għaldaqstant jien nistieden lin-naħa tal-gvern sabiex tikkonsidra iktar il- proposta li qed tagħmel l-oppożizzjoni Laburista ħalli kemm jista' jkun naslu għal kompromess, liema kompromess l-ewwelnett jagħti sodisfazzjon sħiħ liċ-ċittadini Maltin u Għawdxin u t-tieni nett permezz tiegħu ma nkunux irriskjajna li b'xi mod intappnu l-proċess demokratiku ta' dan il- Parlament.", "Jiena qed ngħid dan in vista ta' dak li għedt il-bieraħ fil- bidu ta' l-intervent tiegħi meta spjegajt li jekk 'il quddiem l-UE taddotta l-common foreign and security policy, jista' jkun hemm affarijiet li jimpinġu fuq subartiklu (3) ta' artiklu 1 tal-kostituzzjoni tagħna.", "Huwa importanti wkoll li dak li se nagħmlu biex nikkonformaw mar-regoli ta' l-UE jsir bil-mod kif qed tipproponi l-oppożizzjoni Laburista, ċioe` jiġi għad- diskussjoni f'sessjoni plenarja ta' dan il-Parlament.", "Sur President, il-bieraħ staqsejt lill-Ministru Joe Borg għal-lista tat- trattati li l-UE għandha ma' pajjiżi oħra, u huwa qal li se jgħaddi din il- lista lill-foreign affairs committee flimkien ma' xi dokument ieħor.", "Jiena nixtieq li din il-lista, flimkien mad-dokument li rrifera għalih, jitqiegħdu fuq il-mejda tal-Kamra biex b'hekk mhux biss ikunu aċċessibbli għall-membri kollha ta' dan il-Parlament imma wkoll għall-media.", "Inħoss li hemm bżonn kbir li nsostnu liċ-ċittadini Maltin u Għawdxin b'informazzjoni kontinwa, partikolarment issa meta qed naddottaw għalina liġijiet li huma ta' ħaddieħor.", "THE CHAIRMAN: Iktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "Il-Ministru Borg.", "ONOR.", "JOE BORG (Ministru għall-Affarijiet Barranin): Sur President, l- ewwelnett nixtieq naqbad fuq il-punt li spiċċat bih l-Onor.", "Marie Louise Coleiro rigward il-lista tat-trattati li l-UE għandha ma' pajjiżi terzi.", "Il-bieraħ l-Onor.", "Joe Brincat staqsa wkoll liema trattati jitressqu quddiem dan il-Parlament u liema ma jitressqux, pero` billi mbagħad kien laħaq sar il-ħin, ma kellix ċans nirrispondih.", "Riċentement, eżattament fl-10 ta' Ġunju li għadda, id-direttur ġenerali tal- kummissjoni li huwa responsabbli għat-tkabbir ta' l-UE, is-Sur Eneko Landaburu, li ġie hawn Malta xi darbtejn, bagħat ittra lill-ambaxxaturi kollha tal-pajjiżi li se jissieħbu fl-UE dwar dawn it-trattati.", "Fil-fatt dan id-dokument huwa intitolat \"Accession of new member states to conventions and agreements\", u f'dan id-dokument insibu ħames listi ta' konvenzjonijiet u ta' trattati li l-UE hija membru fihom.", "L-ewwel lista hija intitolata \"Indicative lists of conventions and instruments to which the new member states must accede in accordance with article 3 (4) of the Act of Accession\" filwaqt li t-tieni lista hija intitolata \"Agreements, conventions and protocols to which the new member states must accede in accordance with articles 5 (1) and 5 (2) of the Act of Accession\".", "Imbagħad fit-tielet lista nsibu \"Agreements, conventions and protocols to which the member states must accede in accordance with article 6 (2) of the Act of Accession\" filwaqt li fir-raba' lista nsibu \"Mixed agreements to which new member states must accede in accordance with the following specific procedure laid down in article 6 (2) of the Act of Accession\".", "Ikun interessanti jekk wieħed jgħid ukoll li fir-raba' lista hemm agreements li aħna se nissieħbu fihom wara li nsiru membri ta' l-UE, bħalma hu l-agreement li l-UE għandha, per eżempju, mal-European economic area.", "Min-naħa l-oħra fil-ħames lista, li hija l-aħħar waħda, insibu \"Agreements, conventions and protocols to which the new member states must accede.", "Sur President, meta wieħed jagħti daqqa ta' għajn lejn dawn l-agreements isib li fil-maġġoranza l-kbira tagħhom, aħna diġa` membri fihom, u hawn qed nirriferi partikolarment għal dawk l-agreements li saru ma' xi konvenzjoni multilaterali.", "Kif għedt il-bieraħ, aħna ħsibna biex ngħaddu kopja ta' dawn il-listi liċ-chairman tal-foreign affairs committee ħalli dan ikun jista' jgħaddihom lill-membri ta' l-istess kumitat waqt il-laqgħa li se ssir illejla.", "Beħsiebna wkoll inlestu malajr dokument li jkun jagħti informazzjoni dwar liema huma dawk il-konvenzjonijiet u trattati li aħna diġa` konformi magħhom, dwar liema huma dawk il-konvenzjonijiet u trattati li għad irridu nissieħbu fihom u x'timeframe dan jinvolvi, u dan id- dokument se jiġi mgħoddi lill-membri tal-foreign affairs committee wkoll.", "Sur President, kif għedt il-bieraħ jien ma nsib l-ebda diffikulta` li ngħaddi kopja ta' dawn id-dokumenti lill-oppożizzjoni, pero` jekk ma jimpurtax, ikun aħjar jekk inqiegħed dawn id-dokumenti fuq il-mejda tal- Kamra llejla minflok dalgħodu għax peress li lħaqt wegħedt lill-foreign affairs committee li se ngħaddilhom kopja ta' dawn id-dokumenti, ma nixtieqx li dawn id-dokumenti jiġu mqiegħda fuq il-mejda tal-Kamra qabel ma jkunu ġew mgħoddija lill-foreign affairs committee.", "L-Onor.", "Marie Louise Coleiro għamlet il-punt li d-diskussjonijiet dwar it- trattati u l-konvenzjonijiet li nkunu se nsiru membri fihom għandhom isiru f'din il-Kamra ħalli b'hekk il-pubbliku jkun informat ukoll b'dak li jkun qed jiġri.", "Fl-opinjoni tiegħi, dawn id-diskussjonijiet jistgħu jsiru wkoll fil-kumitati permanenti ta' din il-Kamra għax dawn il-kumitati wkoll huma miftuħin għall-press, anzi naħseb li din għandha sservi ta' opportunita` biex nuru li anke l-laqgħat li jsiru f'dawn il-kumitati jistgħu jiġu segwiti mill-press, u l-press tista' tirrapporta dwar dak li jkun qed jiġri f'dawn il-kumitati bl-istess mod li tirrapporta dwar dak li jkun qed jiġri waqt is-seduti tal-Parlament.", "Sur President, kif għedna l-bieraħ, wieħed mill-provisos ta' subklawsola (2) ta' klawsola (2) jgħid li meta trattat ikun jemenda jew jissostitwixxi t-trattat dwar l-UE jew xi emendi sussegwenti għalih, dak it-trattat għandu jiġi ratifikat b'Att tal-Parlament.", "Dan ifisser li jekk ikun hemm trattat li jkun qed jemenda jew jissostitwixxi t-trattat ta' l-UE, bħalma qed jagħmel, per eżempju, il-constitutional treaty li qiegħed jiġi diskuss bħalissa, meta dan it-trattat ikun se jiġi addottat mill-UE, dan bilfors ikun irid jitressaq għad-diskussjoni quddiem il-parlament Malti.", "Imbagħad hemm trattati oħrajn li għalkemm l-UE tidħol fihom, m'humiex fil- kompitu tagħha, bħalma hija per eżempju, il-Brussels convention, li hija konvenzjoni li għamluha l-pajjiżi membri ta' l-UE biex jirregolaw dak li għandu x'jaqsam mar-rikonoxximent ta' deċiżjonijiet ġuridiċi meħuda mill- pajjiżi membri ta' l-UE fil-kamp ċivili u fil-kamp kummerċjali.", "Ta' min jgħid li l-pajjiżi li huma membri ta' l-UE kollha daħlu f'dan it-trattat.", "Issa jekk fis-snin li ġejjin isiru trattati simili, dawn ikunu jridu bilfors jitressqu quddiem il-parlament Malti fejn imbagħad jiġi japplika r- Ratification of Treaties Act tagħna.", "Min-naħa l-oħra, dawk it-trattati li tidħol fihom l-UE nnifisha u mhux il- membri tagħha, ikunu jifformaw parti integrali mill-acquis u għalhekk jaqgħu fil-materja tal-commercial policy fejn l-UE għandha ġurisdizzjoni esklussiva.", "Barra minn hekk, għada pitgħada l-UE se tingħata għarfien li hija persuna ġuridika distinta, u għalhekk iktar u iktar tkun tista' tidħol f'dawn it-tip ta' trattati.", "Ta' min jgħid ukoll li jekk aħna ngħaddu leġislazzjoni minn dan il-Parlament li tagħti s-saħħa lill-ministru jagħmel legal notices, imbagħad il-ministru se jkun jista' joħroġ dawk il-legal notices sakemm ma jingħadx mod ieħor mill-parent legislation partikolari.", "Imbagħad, wara li l-ministru joħroġ kopja ta' dawn il-legal notices fuq il- mejda tal-Kamra, ikun hemm 28 ġurnata żmien biex kwalunkwe membru parlamentari jkun jista' jikkontestahom, pero` dan diġa` għednih il-bieraħ u għalhekk ma naħsibx li għandna għalfejn noqogħdu nirrepetuh.", "Għal dak li għandu x'jaqsam ma' l-acquis ta' l-UE, il-pożizzjoni fir- rigward tar-regolamenti li se joħroġ il-ministru se tkun aħjar milli hi llum, u se nispjega għaliex.", "Din diġa` għamilt aċċenn għaliha l-bieraħ, u l-Onor.", "Marie Louise Coleiro rriferiet għaliha.", "Illum, ġaladarba aħna nawtorizzaw ministru li joħroġ regolament, il-ministru jista' jaqbad u joħroġ regolament, imbagħad iqiegħdu fuq il-mejda tal-Kamra u l-membri ta' l-oppożizzjoni, flimkien mal-ministri u mal-backbenchers kollha taż-żewġ naħat tal-Kamra, isiru jafu bih u jkollhom ċans jidħlu fih f'ċertu dettall l-ewwel meta jiġi ppubblikat fil-gazzetta tal-gvern u mbagħad meta jiġi jitqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra.", "Hekk kif dan jiġi mqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra, huma għandhom 28 ġurnata ċans biex jikkontestawh.", "Issa fil-każ ta' l-UE s-sitwazzjoni se tkun ferm aħjar, u fil-fatt fl- opinjoni tiegħi, il-house business committee għandu jiltaqa' malajr kemm jista' jkun biex jiddiskuti l-istruttura li għandu jkollna fil-pajjiż ħalli l-Parlament ikun involut mill-bidu nett fl-iter ta' l-acquis, li qed insejħulu wkoll il-\"pipeline acquis\", jiġifieri l-Parlament għandu jkun involut minn meta l-iter ta' l-acquis jkun qed jiġi fformat sakemm jiġi adottat.", "Naturalment il-gvern se jkun imdaħħal f'dan kollu, imma hawnhekk aħna mhux mill-gvern jinteressana imma mill-Parlament.", "U l-Parlament kif se jkun imdaħħal?", "Il-Parlament se jkun imdaħħal billi aħna niddiskutu fih l-istrutturi li hemm bżonn.", "Per eżempju, jekk ikun hemm proposta ta' direttiva fuq il-qasam ta' l-agrikoltura, ikunu jistgħu jmorru fil-foreign affairs committee l-ministru responsabbli mill-agrikoltura u x-shadow minister tiegħu biex jiddiskutu dik il-proposta.", "Jekk imbagħad ikun hemm proposta ta' direttiva fuq il-qasam tat-trasport, ikunu jistgħu jmorru fil- foreign affairs committee l-ministru responsabbli mit-trasport u x-shadow minister tiegħu.", "Imbagħad jekk l-iter ta' dik il-proposta tiġi emendata, din terġa' tiġi quddiem l-istess grupp biex jerġa' jara l-emendi u jerġa' jagħmel is- sottomissjonijiet tiegħu.", "Jekk imbagħad wara dan kollu, l-iter ta' dik il- proposta terġa' tiġi emendata - u hawn m'iniex qed ngħid xi affarijiet eċċezzjonali għax xi kultant proposta tiġi emendata xi tlieta jew erba' darbiet – jerġa' jiġri l-istess sakemm fl-aħħar tiġi addottata.", "Dik hija possibbilta` waħda.", "Possibbilta` oħra hija li fil-foreign affairs committee jkollok sotto- kumitati skond is-suġġett partikolari.", "Per eżempju, jekk is-suġġett li jkun se jiġi dibattut ikun fuq il-qasam agrikolu, jista' jkun hemm sotto- kumitat dwar l-agrikoltura u jekk is-suġġett li jkun se jiġi dibattut ikun fuq il-kompetizzjoni, jista' jkun hemm sotto-kumitat dwar il-kompetizzjoni.", "Forsi jistgħu jsiru sotto-kumitati li jkunu jirriflettu l-council formations ta' l-UE, li llum hemm tmienja minnhom, pero` dawn jistgħu jonqsu.", "L-aħħar possibbilta` hija li jkun hemm kumitat ta' skrutinju, bħalma għandha l-Ingilterra, imma jien naħseb li din la hija xi ħaġa li jiddeċiediha l-gvern waħdu u lanqas hija xi ħaġa li se niddeċieduha hawnhekk.", "Din hija xi ħaġa li l-house business committee għandu jniżżilha fuq l-aġenda tiegħu f'waħda mil-laqgħat li ġejjin biex b'hekk ikun jista' jiġi diskuss x'inhu l-aħjar mezz li bih il-Parlament ikun imdaħħal f'dan l- iter mill-bidu sa l-aħħar.", "Għalhekk naħseb li wieħed m'għandux jinkwieta ż-żejjed għax inkella sakemm proposta tiġi adottata, inkunu xbajna nisimgħu fuqha u tibda dieħla u ħierġa minn widnejna!", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Jiġifieri Onor. Borg, inti qed tgħid li dan il- makkinarju jkun qed jidħol fil-proċess meta d-direttiva tkun għadha qed tiġi proposta, jiġifieri ma tkunx approvata?", "ONOR.", "JOE BORG: Dażgur!", "Anzi fil-fatt wieħed jista' jkun iżjed sofistikat u jgħid li meta jkun hemm xi proposta, fi żmien xahar jew xahrejn il-ministru jkun irid jgħaddi kopja lill-foreign affairs committee jew inkella lill-iscrutiny committee - tkun xi tkun l-istruttura - biex dan jibda jikkunsidraha.", "Wieħed jista' anke jistabbilixxi l-parametri li jipproċedi fuqhom.", "Jien naħseb li m'għandux ikollna diffikulta` biex insibu l-mekkaniżmu adegwat u xieraq għaċ-ċirkostanzi ta' pajjiżna.", "Wieħed irid iżomm quddiem għajnejh ukoll li aħna pajjiż żgħir u ħafna drabi ssib lill-istess nies fuq il-kumitati, jiġifieri għandna noqogħdu attenti għax mhux la kemm ngħidu li għandna nagħmlu bħall-Ingilterra jew bħall-Ġermanja.", "L-Ingilterra u l-Ġermanja għandhom iċ-ċirkostanzi tagħhom u għandhom il- komplikazzjonijiet tagħhom.", "Huwa biżżejjed li wieħed isemmi l-kwantita` enormi ta' regolamenti, ta' direttivi u ta' deċiżjonijiet li dawn għandhom.", "Fil-fatt aħna ġejna informati li dawn jammontaw għal xi 1,400 jew 1,600, li ħafna minnhom ikunu jikkonsistu fi proposti li jkunu diġa` saru u jkunu jirrigwardaw il-qasam ta' l-agrikoltura, il-qasam tal-kompetizzjoni kif ukoll kumpanniji partikolari li, kif jgħidu bl-Ingliż, are abusing a dominant position.", "Għalina dawn l-affarijiet jista' jkollhom rilevanza, u jekk ikollhom rilevanza allura l-kumitat jidħol fid-dettall kollu li jkun hemm bżonn.", "Kif jgħidu t-Taljani \"camminando s'impara\", jiġifieri wieħed jitgħallem hekk kif ikun miexi.", "Din hija esperjenza ġdida għalina, pero` naħseb li l- atteġġjament li għandna f'dan il-Parlament huwa pożittiv ħafna u għalhekk jekk nagħrfu nittekiljaw din l-issue bil-għaqal, inkunu għamilna suċċess.", "Din l-esperjenza għandha isservina wkoll għall-andament fuq affarijiet oħra f'dan il-Parlament.", "Punt ieħor li nixtieq nagħmel huwa li s'issa l-gvern qed jipproponi negative resolution, jiġifieri qiegħed jipproponi li r-riżoluzzjoni titqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra meta r-regolament ikun diġa` ġie addottat u mbagħad ikun hemm żmien 28 ġurnata biex dan jiġi kkontestat, pero` jekk wieħed iħares lejn il-proċeduri li jiġu addottati fil-House of Commons isib li xi kultant tiġi addottata wkoll il-positive resolution.", "Issa hawnhekk ikun tajjeb jekk ngħid li l-positive resolution hija eċċezzjoni li rari tintuża, u peress li n-numru ta' membri parlamentari li għandna f'pajjiżna huwa limitat u terġa' dawn ma jaħdmux f'dan il-Parlament full time, jekk bi sħubija fl-UE kull regolament li jkun se jiġi in vigore jitressaq quddiem dan il-Parlament inkunu qed nikkreaw bottleneck enormi u żgur li jkollna l- problemi.", "Għalhekk aħna rridu nħarsu lejn il-prattiċita` ta' kif topera.", "Fil-fatt huwa proprju minħabba dawn ir-raġunijiet li semmejt li aħna, bħala pajjiż, irreżistejna l-positive resolution u morna għan-negative resolution.", "Ara ċ-ċirkostanzi ta' l-Ingilterra m'humiex bħal tagħna, anke minħabba l-fatt li fl-Ingilterra tant hemm kwantita` kbira ta' kumitati li regolament jasal quddiem il-House of Commons biss għall-vot, jiġifieri d- diskussjonijiet kollha jsiru fil-kumitati.", "Hawnhekk se nikkwota silta mid- dokument intitolat \"Standing Committees on Delegated Legislation\", liema dokument il-bieraħ ikkwota minnu l-Onor.", "Tonio Borg:", "\"After an instrument has been reported from a committee, the motion to approve is taken forthwith in the House, i.e. without further debate.\".", "Dan ifisser li anke fl-Ingilterra, jekk regolament jew direttiva tkun ġiet diskussa fil-kumitati, meta mbagħad titressaq quddiem il-House of Commons, din ma terġax tiġi għad-dibattitu għax inkella ma tispiċċa qatt u żgur li tikkrea bottleneck.", "Għalhekk il-proċedura li tiġi wżata fl-Ingilterra hi li dak ir-regolament jew dik id-direttiva tiġi diskussa fil-kumitati u mbagħad tiġi approvata mill-House of Commons without further debate.", "Imbagħad dan id-dokument ikompli jgħid li:", "\"More than one instrument may be considered at a sitting\".", "Għalhekk huwa tajjeb li wieħed iżomm dawn il-proċeduri li semmejt f'moħħu ħalli mbagħad jara x'inhu l-aħjar mod li għandna noperaw bih fiż-żmien li ġej, imma ċertament m'huwiex minnu li bi sħubija sħiħa fl-UE, il-Parlament tagħna se jispiċċa bħala rubber-stamp, anzi jien naħseb li se jkollu ħafna iżjed xogħol x'jagħmel f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-andament ta' l-iter ta' l-UE.", "Sur President, illum membru ta' l-oppożizzjoni jsir jaf li ministru ħareġ regolament mill-gazzetta tal-gvern għax mill-bqija ma jkollux idea x'qed isir, pero` sħubija fl-UE dan se tbiddlu għax permezz ta' din is-sħubija, se jkun hemm ferm iktar trasparenza.", "Biżżejjed ngħid li bi sħubija fl-UE, dawk ir-regolamenti li l-prim ministru jkun se jqiegħed fuq il-mejda tal- Kamra u li jkollhom x'jaqsmu ma' l-UE nkunu diġa` ilna niddibattuhom għal xhur sħaħ, jekk mhux għal snin sħaħ, u għalhekk ikun tajjeb jekk wieħed iżomm din il-konsiderazzjoni wkoll f'moħħu.", "Sur President, naħseb li jekk il-membri ta' dan il-kumitat jaqblu, ikun għaqli li għalissa nipposponu d-diskussjoni fuq din il-klawsola u mbagħad nerġgħu niġu għaliha llejla ħalli sadanittant jien ikolli ċans nitkellem ma' sħabi, nikkonsulta ftit ma' l-attorney general fuqha u nara jekk hemmx lok li nikkonsidrawha ftit iżjed fid-dettall.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Sur President, l-ewwelnett napprezza li l-gvern fehem li dak li qed tgħid din in-naħa huwa validu ħafna, jiġifieri altru milli l-oppożizzjoni trid tfixkel, anzi l-għan ta' l-oppożizzjoni huwa li jissaħħaħ ir-rwol ta' dan il-Parlament f'dawn iċ-ċirkostanzi ġodda.", "Jekk qed nifhem sew, in-naħa tal-gvern qed tipproponi li nipposponu din il- klawsola minħabba li għad hemm xi affarijiet li jridu jiġu diskussi min- naħa tal-grupp parlamentari Nazzjonalista.", "Jekk sa nofsinhar dawn il- proposti jkunu f'idejn il-grupp parlamentari Laburista tant l-aħjar għax peress li wara nofsinhar se jkun hemm laqgħa tal-grupp parlamentari Laburista, huwa jkun jista' jikkunsidrahom dak il-ħin.", "Fid-dawl ta' dan kollu n-naħa ta' l-oppożizzjoni ma ssibx oġġezzjoni li nipposponu din il- klawsola u ngħaddu għal klawsola 3.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "JOE BRINCAT: Sur President, wara li l-bieraħ spiċċa d-dibattitu f'din il-Kamra, jien u l-Kap ta' l-Oppożizzjoni komplejna dan id-dibattitu aħna u ħerġin mill-Palazz, u fost affarijiet oħrajn tkellimna fuq xi tfisser il-kelma \"order\".", "Fil-fatt peress li qabel l-indipendenza kien hemm leġislazzjoni by order in council u l-istat indipendenti wiret il- leġislazzjoni kollha li kien hemm qabel by succession of state, allura dawk l-orders in council baqgħu japplikaw.", "Għalhekk meta niġu biex nagħtu l- interpretation of what is \"law\", irridu ninkludu the body of law kollu, inklużi l-orders in council.", "Waħda mill-orders in council li rajt iġġib il- firma tar-Re George VI, li tittratta dwar il-mod kif jiġu rregolati l- pensjonijiet tas-servizzi u ta' dawk li weġġgħu minħabba l-military service.", "Fil-fatt f'din l-order in council kien hemm miktub li l-Maltin għandhom jieħdu żewġ terzi tal-pensjoni, l-Ingliżi għandhom jeħduha in full u dawk li kienu enlisted l-Eġittu u Ġibilta` għandhom jieħdu 4/5 tal- pensjoni.", "But this is a form of legislation li mill-Indipendenza 'l hawn, qatt ma ġiet utilizzata.", "F'dan il-mument għadni kemm tlabt li jġibuli l- Erskine May ħalli nara jekk hemmhekk jirnexxilix insib id-definition tal- kelma \"order\".", "Naħseb li l-Ministru qed japprezza li aħna qed nippruvaw inkunu pożittivi biex nagħmlu l-affarijiet sew ħalli mbagħad meta huwa jippreżenta d-draft order, din tkun tista' tiġi kkonfermata mill-Parlament.", "Sur President, filwaqt li jien nista' nagħmel riżoluzzjoni li ma jkollhiex effett legali, il-kelma \"order\" minnha nnifisha hija sinjal ta' ordni, ta' kmand, ta' għamar u ta' digriet, u allura dik se tkun effettiva.", "Mela filwaqt li riżoluzzjoni tista' tiddisponi a way of doing, il-kelma \"order\" għandha l-istess forza legali ta' leġislazzjonijiet oħra iktar qrib tagħna, bħalma t-Taljani għandhom il-kelma \"decreto\".", "Madanakollu biex il-kelma \"order\" ikollha l-forza ta' liġi, hemm bżonn nirraffinawha ftit.", "L-order għandha tkun id-draft order li tiġi kkonfermata mill-Parlament.", "Bis-saħħa ta' din l-order l-affarijiet isiru iktar b'mod spedit.", "Kif qal l-Onor.", "Mangion, aħna għandna wkoll emendi oħra, pero` dan m'aħniex qed nagħmluh biex nagħmlu l-bsaten fir-roti.", "Skond il-kostituzzjoni tagħna u skond il-prinċipji kostituzzjonali kollha, il-Parlament qiegħed hemmhekk biex jilleġisla.", "Il-bieraħ l-Onor.", "Tonio Borg, waqt li kien qed jitkellem, qal li hemm il-power to delegate.", "Jien nixtieq niġbidlu l-attenzjoni għal sentenza fejn il-maġistrati kienu jiddelegaw lil xi ħadd biex jismagħlhom ix-xhieda, pero` dan mhux suppost sar għax kif qalu l-qrati stess, min għandu d-dover li jagħmel biċċa xogħol hu ma jistax jiddelegaha lil ħaddieħor.", "Jekk ma jkollokx il-power li tiddelega, ma tistax tiddelega.", "L- Onor. Mangion, bħala nutar, jista' jgħid li jien personalment nista' nagħmel prokura fuq l-affarijiet tiegħi biex nafdahom f'idejn ħaddieħor, imma jekk jien, per eżempju, inkun direttur ta' kumpannija, ma nistax naqbad u niddelega lil ħaddieħor jekk m'għandix il-power li nagħmel dan.", "Lanqas il-President tar-Repubblika, jekk isiefer għal sitt xhur, ma jista' jaqbad u jiddelega lil min ifettillu imma jrid ikun hemm minfloku wieħed acting għax il-President tar-Repubblika m'għandux il-poter li jiddelega.", "Biex wieħed ikollu l-poter li jiddelega, dan ikun irid jingħata dan il- poter kostituzzjonalment, u huwa żbaljat min iġib l-argument li ġaladarba l- kostituzzjoni tagħna ma tipprojbixxix li dan isir, allura jista' jsir.", "Anke l-pulizija, ħafna drabi jgħidulek that if it is not forbidden, it is allowed, pero` dan m'huwiex il-każ.", "Il-Parlament ingħata l-legislative power mill-kostituzzjoni tagħna u jekk aħna rridu li proċedura ta' l-order tkun iktar spedita, let's work on it, imma għallinqas dan il-Parlament għandu jagħti t-timbru tiegħu u jagħlaq il-kwestjoni.", "THE CHAIRMAN: Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Sur President, jekk dan il-Kumitat jaqbel, nitlob il-permess sabiex klawsola 2 tiġi posposta.", "THE CHAIRMAN: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata u l-klawsola ġiet posposta.", "Klawsola 3 - Dispożizzjonijiet ġenerali.", "Clause 3 - General provisions.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE BORG: Sur President, klawsola 3 qed tistabbilixxi żewġ prinċipji, jekk wieħed jista' jsejħilhom hekk.", "L-ewwel prinċipju huwa li:", "\"Mill-Ewwel ta' Mejju 2004, it-Trattat u attijiet eżistenti u futuri adottati mill-Unjoni Ewropea ...\"", "- hawnhekk ir-riferenza hija għar-regolamenti u għal-leġislazzjonijiet kollha ta' l-UE, sew dawk li jkunu eżistenti sad-data ta' sħubija u anke dawk li jseħħu wara d-data tas-sħubija, li Malta bħala membru fl-UE tkun qed tipparteċipa fil-formazzjoni tagħhom -", "\"... għandhom jorbtu lil Malta u għandhom ikunu parti mil-liġi domestika tagħha taħt il-kondizzjonijiet stipulati fit-Trattat.\".", "Dan huwa wieħed mill-prinċipji bażiċi ta' sħubija fl-UE.", "Jekk wieħed iħares lejn il-leġislazzjonijiet kollha li saru mill-pajjiżi membri meta ssieħbu jew qabel ma ssieħbu, b'xi mod jew ieħor isib statements simili diretti jew indiretti, u min ma qalhomx b'mod dirett m'għamilx hekk għaliex dawn ma japplikawx għalih imma għax għal xi raġuni jew oħra ma ħassx li għandu jagħmel statement espliċitu.", "Ara aħna ħassejna li anke f'ġieħ it- trasparenza jkun tajjeb li wieħed jistabbilixxi l-prinċipji bażiċi li fuqhom hija mibnija l-UE, prinċipji li mingħajrhom l-UE tikkrolla.", "Subklawsola (1) qed tesprimi l-prinċipju li l-acquis u t-trattat ta' l-UE għandhom jorbtu lil Malta u għandhom ikunu parti mil-liġi domestika tagħha taħt il-kondizzjonijiet stipulati fit-trattat.", "Subklawsola (2) ta' klawsola 3 tgħid li:", "\"Kull provvediment ta' liġi li mid-data msemmija jkun inkompatibbli ma' l-obbligazzjonijiet ta' Malta taħt it-Trattat jew li jidderoga minn xi dritt mogħti lil xi persuna bit-Trattat jew taħtu għandu, safejn dik il-liġi tkun inkompatibbli ma' dawk l-obbligazzjonijiet jew safejn tkun tidderoga minn dawk id-drittijiet, ikun bla effett u ma jkunx jista' jiġi nfurzat.\".", "Dan huwa prinċipju li fid-duttrina ta' l-UE huwa msejjaħ bħala the supremacy of union law.", "Dan ifisser li meta inti għandek konflitt bejn l- acquis ta' l-UE u l-liġi tal-pajjiż, li fil-każ tagħna hija l-liġi Maltija, jipprevali dak li jinstab fl-acquis ta' l-UE, u bilfors irid ikun hekk għax wieħed jifhem li jekk l-UE kellha tħalli lill-pajjiżi membri jbiddlu dak li tistabbilixxi hi kif, x'ħin u meta jridu, kieku ma timxix 'il quddiem.", "Kieku, per eżempju, meta l-Ingilterra u għall-grazzja ta' l-argument, il- Ġermanja, ma jogħġobhomx xi ħaġa li tkun stabbilixxitilhom l-UE, huma jaqbdu u jirregolaw kontriha, u mbagħad meta Franza tara li l-Ingilterra u l-Ġermanja jkunu għamlu hekk, hija tagħmel hekk ukoll bil-konsegwenza li jikkrolla kollox.", "Għalhekk jekk aħna verament nemmnu fl-UE, jekk aħna nemmnu verament li l-UE hija l-futur ta' l-Ewropa tagħna u jekk aħna rridu verament li l-UE tavvanza biex tkun il-forza għaż-żamma tal-paċi f'dan il- kontinent tagħna, bilfors irridu naċċettaw il-prinċipju tas-supremacy of European union law.", "Din hija ħaġa li ġiet aċċettata mill-pajjiżi membri kollha ta' l-UE, kemm minn dawk li huma ferm ikbar minna kif ukoll minn dawk li għalkemm m'humiex iżgħar minna, ftit huma ikbar minna, bħalma ngħidu aħna hu l-Lussemburgu.", "Fl-istadju tat-tieni qari għamilt riferenza għall-każ ta' l-1964 \"Costa vs ENEL\", li kien l-ewwel każ li stabbilixxa dan il-prinċipju ftit wara li ġiet ifformata l-UE, meta din l-unjoni kien għad għandha fi ħdanha sitt pajjiżi membri.", "Dan il-prinċipju tant baqa' jiġi ripetut u żviluppat li sal-lum għadu jkun hemm sfumaturi differenti ta' xi tfisser the supremacy of community law.", "Madanakollu ġaladarba dan huwa wieħed mill-prinċipji bażiċi ta' l-UE, jekk aħna rridu nkunu membri veri ta' l-UE, għalxejn noqogħdu nagħtu sfumaturi differenti lil dan il-prinċipju li rridu nħaddmu imma rridu ninkwadrawh fl-istampa reali tiegħu.", "L-UE m'għandhiex kompetenza f'kollox, u ċertament l-argument li spiss jinġab illi għax daħħalna l-prinċipju tas-supremacy of European union law, b'daqshekk il-Parlament tagħna mhux se jibqa' jilleġisla, imur 'il bogħod ħafna mir-realta` għax fil-verita` l-UE ma tidħolx f'ħafna affarijiet.", "Huma fl-areas fejn l-UE għandha ġurisdizzjoni esklussiva li tilleġisla hi.", "Dik il-leġislazzjoni tkun torbot lill-pajjiżi membri, imbagħad hemm metodi differenti wkoll ta' kif dik il-leġislazzjoni tkun torbot lill-pajjiżi membri, kif se naraw fil-klawsoli li ġejjin.", "Hawnhekk ta' min jerġa' jenfasizza wkoll li waqt l-istadju ta' formazzjoni ta' dik il- leġislazzjoni, aħna bħala parlament Malti nkunu qegħdin nipparteċipaw bis- sħiħ fejn mhux biss inkunu qed ninfluwenzaw l-andament ta' din il- formazzjoni imma nkunu wkoll qegħdin ninfluwenzaw ix-shape aħħari tagħha.", "Huwa importanti li nitgħallmu nagħmlu dan l-eżerċizzju tajjeb għax hu fl- interess tagħna, fl-interess tar-reġjun tagħna u fl-interess ta' l-Ewropa wkoll.", "M'hemmx dubju li din hija xi ħaġa li lilna tista' sservina bħala esperjenza ta' kif isiru l-affarijiet.", "Dawn huma areas fejn l-UE għandha kompetenza esklussiva, pero` mbagħad hemm ukoll areas fejn l-UE għandha kompetenza mista, u f'dan il-każ filwaqt li dak li l-UE titkellem fuqu jrid jiġi addottat, dak li l-UE ma titkellimx fuqu minħabba l-prinċipju tas- sussidjarjeta` nkunu rridu nirregolawh aħna.", "Imbagħad hemm ukoll areas kbar ħafna fejn l-UE ma tidħol fihom xejn, u f'dak il-każ dan aħna nibqgħu nirregolawh kif jidhrilna abbażi tal-prinċipju tas-sussidjarjeta`.", "J'Alla li fil-futur, biex nirregolaw, naddottaw ċerti sistemi li għandha l-UE, liema sistemi jagħtu iktar trasparenza u iktar inklussivita` lill-operaturi kollha tal-pajjiż.", "Nistgħu ngħidu li aħna diġa` ksibna l-ewwel esperjenza tagħna f'dawk li huma negozjati.", "Ta' min ifakkar li f'dawn in-negozjati daħħalna lill- għaqdiet rappreżentattivi kollha, u dan ta l-frott tiegħu.", "Jien nawgura li anke f'dawk l-areas fejn l-UE ma tidħolx, inżommu s-sistema li apparti milli jkunu nvoluti l-gvern u l-oppożizzjoni, ikunu involuti wkoll l- għaqdiet rappreżentattivi u s-soċjeta` ċivili Rigward il-kwestjoni tas- supremacy of union law, naħseb li jkun tajjeb jekk wieħed jifhem li hawnhekk aħna m'aħniex qed nitkellmu fuq kull liġi li taqa' taħt il-kappa tax-xemx imma qed nitkellmu biss fuq dawk il-liġijiet li l-UE għandha ġurisdizzjoni għalihom.", "Fil-kostituzzjoni għandna prinċipju dwar is-sovranita` tagħna, u għalhekk wieħed jistaqsi: Hemm konflitt bejn dan il-prinċipju u bejn is-sovranita` tal-kostituzzjoni tagħna?", "Jien naħseb li wieħed jista' jwieġeb din il- mistoqsija mil-lat prattiku.", "Il-kostituzzjoni tagħna, li tħaddan il- prinċipju tas-sovranita`, tgħidlek li l-kostituzzjoni hija suprema, pero` l- acquis ta' l-UE jmur kontra xi provvediment tal-kostituzzjoni?", "Jekk wieħed jagħmel analisi u jsib li m'hemm l-ebda parti mill-kostituzzjoni tagħna li b'xi mod jew ieħor tikkozza mal-provvedimenti ta' l-acquis ta' l-UE ...", "Per eżempju, żgur li l-UE, fil-proposta li qed tagħmel għat-trattat kostituzzjonali, qed tipprovdi ċerti affarijiet għad-drittijiet fundamentali tal-bniedem li f'ċerti aspetti huma iktar sofistikati milli għandna aħna fil-kostituzzjoni tagħna.", "Allura dan imur kontra l- kostituzzjoni tagħna?", "Le.", "Kieku l-UE qed tipprovdi xi ħaġa għad- drittijiet fundamentali tal-bniedem li tmur kontra dak li hemm miktub fil- kostituzzjoni tagħna kont ngħid li iva, din tmur kontra l-kostituzzjoni tagħna, pero` f'dan il-każ li qed tagħmel l-UE huwa li qed tkun iktar sofistikata u allura qed tagħti iżjed drittijiet milli jeżistu fil- kostituzzjoni tagħna.", "Naturalment din hija xi ħaġa tajba u allura naħseb li ħadd m'hu se jappella jew jgħid li l-constitutional treaty ta' l-UE qed imur kontra l-kostituzzjoni tagħna għax qed ikun iżjed sofistikat u għax qiegħed jagħti iżjed drittijiet fil-qasam li għandu x'jaqsam mad-drittijiet fundamentali tal-bniedem.", "Dwar in-newtralita` diġa` tkellimna fl-istadju tat-tieni qari u għalhekk ma naħsibx li għandna għalfejn noqogħdu nerġgħu nitkellmu dwarha, pero` l- messaġġ li ħadt mill-oppożizzjoni kien li m'għandniex għalfejn ninkwetaw li l-UE qed tmur kontra n-newtralita` li titkellem fuqha l-kostituzzjoni tagħna.", "Issa jista' jkun li xi 10 snin jew 20 sena oħra jsir dibattitu minħabba li jkun qed jinħass li ma jistax ikollok pajjiżi li jħaddnu t-tip ta' newtralita` li għandna llum, pero` biex dan iseħħ - hawnhekk jien qed nivvinta għax probabbilment dan qatt m'hu se jiġri - ikun hemm bżonn l- unanimita`.", "Issa jekk għall-grazzja ta' l-argument 20 sena oħra niġu hawnhekk u żewġ terzi mill-membri ta' din il-Kamra jiddeċiedu li għandna ngħidu lin-newtralita` bye-bye, allura kollox sew għax hekk ikun iddeċieda l-parlament Malti, pero` jekk ma jkunx hemm żewġ terzi mill-membri ta' din il-Kamra li jridu jgħidu \"bye-bye\" lin-newtralita` tagħna, din tibqa' fil- kostituzzjoni.", "Għalhekk aħna rridu nieħdu ħsieb naraw li fid-dibattiti tagħna fi ħdan l-UE ma jsir xejn li jmur kontra n-newtralita` tagħna, u jekk ikun hemm xi direzzjoni li tista' timxi 'l hemmhekk, aħna għandna ngħidu li l-pożizzjoni tagħna hija ċara; dak li nnegozjajna u dak li ksibna jrid jibqa' hemmhekk għax aħna għandna vot daqs ħaddieħor f'dak li għandu x'jaqsam ma' affarijiet ta' natura kostituzzjonali u ma' affarijiet ta' natura ta' sigurta`, bħalma hi n-newtralita`.", "Imbagħad hemm il-provvedimenti l-oħra tal-kostituzzjoni, fosthom il- provvedimenti dwar l-istruttura tal-Parlament, dwar l-istruttura ta' l- eżekuttiv, dwar l-uffiċċju tal-President, dwar l-istruttura tal-qrati tagħna, li l-acquis ta' l-UE ma jidħolx fihom, dwar l-andament ta' l- elezzjonijiet nazzjonali, dwar il-public service commission u l- provvedimenti dwar il-broadcasting authority.", "Ġaladarba l-UE ma tidħolx fihom, jiġifieri m'għandekx acquis li b'xi mod jew ieħor jirregolahom, il- pożizzjoni li wieħed irid jasal għaliha hija li l-kostituzzjoni kif inhi llum f'pajjiżna hija suprema, fis-sens li m'hemm l-ebda parti ta' l-acquis li tmur kontriha.", "GĦaldaqstant il-kostituzzjoni tista' tibqa' tiġi mħaddna kif inhi, u jekk għada pitgħada jiżviluppaw xi aspetti ta' l-acquis li jistgħu jmorru kontra l-kostituzzjoni, jekk inkunu rridu nadottaw dawk il-provvedimenti jkollna nbiddlu l-kostituzzjoni tagħna bil-mezz kif tipprovdi l-istess kostituzzjoni, altrimenti ngħidulhom li dawk il-proċeduri ma jistgħux isiru.", "Jien ċert li aspetti li b'xi mod jew ieħor jistgħu jimpinġu fuq il- kostituzzjoni tagħna jkunu jirrikjedu l-unanimita`.", "Allura aħna jkollna d- dritt li ngħidu li m'aħniex disposti li nbiddluhom għax jikkreawlna problemi fis-soċjeta` tagħna, fis-sistema tagħna u se nopponuhom.", "Is-sitwazzjoni hija li llum, mill-eżerċizzju kollu li sar, jidher li m'hemm xejn fil-kostituzzjoni tagħna li jrid jinbidel minħabba s-sħubija tagħna fl-UE, mingħajr ma nsegwu l-proċedura kif tipprovdi l-kostituzzjoni.", "Jekk għada pitgħada jinqala' xi ħaġa - li niddubita ħafna – li jkollha bżonn tinbidel il-kostituzzjoni rridu nsegwu dak li tgħid il-kostituzzjoni.", "F'dak is-sens il-kostituzzjoni hija suprema.", "Ejja ngħidu li l-UE tagħmel proposta li tirrikjedi bdil fil-kostituzzjoni tagħna li jirrikjedi żewġ terzi tal-parlament.", "Jekk naqblu fuqha allura tinbidel il-kostituzzjoni imma xorta tkun baqgħet suprema.", "Pero` jekk ma naqblux, jew jekk naqblu li ma rriduhiex, allura nkunu rridu mmorru ngħidu lill-UE li aħna m'aħniex se naċċettawha.", "U jien ċert li dan it-tip ta' tibdil ikun jirrikjedi l-unanimita`.", "As a measure of last resort - li lanqas biss nikkonsidraha imma se ngħidha biex inkun żvolġejt l-argument mill-aspetti kollha tiegħu, għallinqas safejn qed nara jien - fil-proposta għat-trattat kostituzzjonali se tidħol ukoll il-possibbilita` - u l-Kap ta' l-Oppożizzjoni għamel riferenza għaliha kemm fil-parlament kif ukoll nhar is-Sibt li għadda - li pajjiż membru jgħid li qed isiru affarijiet li lilu jagħtuh uġigħ ta' ras enormi, allura jkollu dritt li joħroġ mill-UE.", "Fit-trattat kostituzzjonali dan id-dritt m'huwiex espress sal-lum, għalkemm dejjem ngħidu li fl-aħħar mill-aħħar s-sovranita` ta' stat tfisser li dak li jkun, jekk jixba', jista' jitlaq.", "Veru diffiċli ħafna, pero` r-realta` hija li, jekk jixba', jista' jitlaq.", "Jidher li t-trattat kostituzzjonali se jirrikonoxxi dan id-dritt espressament, allura as a measure of last resort għandek dritt li ssegwi dik il-proċedura.", "Apparti minn hekk fit-trattat kostituzzjonali, f'ċerti areas li huma l- iżjed sensittivi li jistgħu jeffettwaw il-kostituzzjoni tagħna, l-UE qed tipprovdi li grupp ta' pajjiżi jistgħu javvanaw iżjed bejniethom, u l- oħrajn, jekk iridu javvanzaw magħhom, forsi mhux mill-ewwel imma wara ftit, u jekk ma jridux jistgħu jibqgħu fil-pożizzjoni statika li jkunu waslu fiha.", "Jiġifieri l-kostituzzjoni ta' l-UE tippermetti anke dan f'ċerti areas li huma l-iżjed sensittivi.", "U ma narax għaliex le; fl-aħħar mill- aħħar ma naħsibx li għandna dritt li nżommu lill-oħrajn milli javvanzaw iżjed.", "Sal-lum dħalna f'dan il-playing field, jekk għada pitgħada huma jridu javvanzaw iżjed u aħna ngħidu li disposti li navvanzaw iżjed, allura navvanzaw magħhom.", "Jekk għal xi raġuni ngħidu li f'dik l-area ma rridux navvanzaw, għandna dritt ma navvanzawx, pero` m'għandniex dritt li nimblokkawhom milli javvanzaw, altrimenti tkun qed timponi r-rieda tiegħek fuq ir-rieda ta' l-oħrajn kollha.", "Din żgur m'hijiex ħaġa demokratika.", "Mr Chairman, forsi domt ftit iż-żejjed, pero` ridt nagħti l-background kollu ta' klawsola 3 ta' dan l-abbozz.", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "L-Onor.", "Charles Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Mr Chairman, mill-konklużjoni li għamel il- Ministru dwar din il-klawsola jien ċert li m'għandu jkun hemm l-ebda oġġezzjoni għall-emenda li se tipproponi din in-naħa.", "Kif qal il-Ministru l-aktar element importanti ta' klawsola 3 jenħtieġ li jkun kjarifikat.", "Nerġa' ntenni li hawnhekk qegħdin fl-istadju ta' Kumitat fejn il-kjarezza legali u l-effett tagħha huwa l-iktar importanti.", "Id-diskorsi politiċi jkunu fl-istadju tat-tieni qari.", "Hawnhekk wieħed irid jikkonstata x'nifhmu bis-supremazija tal- kostituzzjoni.", "Il-kostituzzjoni tagħna, li li hija miktuba u maqbula minn dan il-parlament tgħid, li ma jista' jsir ebda Att minn dan il-parlament li jinfrinġi, jikser jew imur kontra l-istess kostituzzjoni.", "Dan il-prinċipju li ilu mħaddan minn dan il-parlament għal snin twal jirrifletti l- integrita` territorjali ta' pajjiżna bħala stat sovran.", "Dan il-parlament li għandu l-poter li jilleġisla ddikjara u aċċetta li l-kostituzzjoni tagħna tkun suprema.", "GĦaldaqstant huwa importanti li meta qegħdin nitkellmu, kif qed tgħid klawsola 3, dwar massa ta' liġijiet li se jkunu integrati fil- liġi domestika tagħna, dan il-prinċipju mill-iktar importanti jenħtieġ ikun kjarifikat għal kull fini u effett ta' l-istess liġi.", "Subklawsola (1) ta' klawsola 3 tgħid hekk:", "\"Mill-1 ta' Mejju 2004, it-Trattat u attijiet eżistenti u futuri adottati ...\".", "Jiġifieri hawnhekk m'ahniex qed nitkellmu biss fuq attijiet eżistenti - li jekk nieħdu l-kelma tal-Ministru, skond l-acquis u kif inhu l-ftehim ma jinfrinġix fuq il-prinċipji kostituzzjonali - imma wkoll fuq attijiet futuri adottati mill-UE.", "Hawnhekk qed nirriferu għal dak il-makkinarju kollu fejn hemm ċerti metodi kif jittieħdu d-deċiżjonijiet, allura huwa iktar importanti li nissanaw il-pożizzjoni li hawn qbil fuqha, li bl-ebda mod m'hija mittiefsa s-supremazzija tal-kostituzzjoni.", "Wieħed jista' jikkompara l-liġijiet eżistenti, jiddibattihom u jasal għall- konklużjoni għax qegħdin hemm.", "Dak li se jsir fil-futur huwa soġġett għal ċirkostanzi li mhux neċessarjament jista' jkollna influwenza fuqhom għax diffiċli li tkun taf kif se jkun l-outcome ta' dawk il-liġijiet jew ta' dawk ir-regoli.", "Din il-klawsola tkompli tgħid li l-attijiet eżistenti u futuri adottati mill-UE għandhom jorbtu lil Malta u għandhom ikunu parti mil-liġi domestika tagħna taħt il-kondizzjonijiet stipulati fit-trattat.", "Imma, kif diġà għedt, apparti l-kondizzjonijiet stipulati fit-trattat - ovvjament hekk irid jaħdem bilfors il-makkinarju - li diġa` qegħdin marbutin bihom, se jkun hemm żviluppi oħra fil-futur.", "Subklawsola (2) ta' klawsola 3 tgħid:", "\"Kull provvediment ta' liġi li mid-data msemmija jkun inkompattibli ma' l-obbligazzjonijiet ta' Malta taħt it-Trattat jew li jidderoga minn xi dritt mogħti lil xi persuna bit-Trattat jew taħtu għandu, safejn dik il-liġi tkun inkompattibbli ma' dawk l-obbligazzjonijiet jew safejn tkun tidderoga minn dawk id-drittijiet, jkun bla effett u ma jkunx jista' jiġi nfurzat.\"", "Hawnhekk diġa` għandna emenda blanket għal-liġijiet - li lanqas nafu liema huma eżatt - li jistgħu jikkreaw ċerta inkompatibilita`.", "Qrajt din il- klawsola għar-raġuni speċifika biex wieħed ikun jista' jifhem x'inhuma l- implikazzjonijiet legali.", "M'iniex se noqgħod nidħol fl-argumenti politiċi, imma iktar se niffoka, kif inhu d-dover ta' dan il-kumitat, fuq l-aspetti legalistiċi tiegħu.", "Kif jirriżulta mill-kostituzzjoni tagħna, il-parlamnet għandu dritt li jilleġisla fuq kollox u l-gvern, li jkollu l-maġġoranza, effettivament jikkonverti dak l-abbozz ta' liġi f'Att li jkollu l-forza kollha tal-liġi fil-pajjiż.", "Pero` kif qal il-Ministru stess, il-kostituzzjoni tgħid li xejn minn dak li japprova dan il-parlament ma jista' jmur kontra l- kostituzzjoni tagħna.", "Allura minkejja ċ-ċirkostanzi ġodda ta' pajjiżna, li se jkun integrat - diġa` bdejna l-proċess u fl-1 ta' Mejju tas-sena d- dieħla nkunu integrati - f'entita` akbar, għax hekk kienet l-għażla finali tal-poplu, xorta waħda pajjiżna se jibqa' bħala stat sovran.", "GĦalhekk huwa importanti li bħala stat sovran insaħħu dawk l-istrutturi legali li jassigurawlna l-integrita` territorjali ta' stat, b'vuċi indaqs minkejja ċ-ċokon tagħna.", "M'iniex qed ngħid li jkollna nfluwenza ndaqs għax ma nippretendix li Malta se jkollha xi nfluwenza partikolari fir-rwol internazzjonali.", "Pero` kulħadd jaqbel li s-sovranita` ta' pajjiżna għandha tibqa' rispettata.", "U dan ma jistax iseħħ jekk kemm-il darba ma nkunux ċerti - kif, nerġa' ngħid, ikkonkluda l-Ministru - li s-sovranita` tal- kostituzzjoni tibqa' rispettata u tibqa' f'idejna.", "Mr Chairman, jenħtieġ li jkun hemm il-qbil ta' mhux inqas minn żewġ terzi tal-membri ta' din il-Kamra biex tinbidel il-kostituzzjoni jew inkella b'referendum skond il-każ.", "Fl-opinjoni tiegħi dan jikkonstata dak li hu suprem, dak li jagħtina l-identita` u s-sovranita` bħala stat.", "Wieħed ma jistax ma jagħmilx aċċenn għall-punt li qanqal il-Ministru dwar il-kunċett tan-newtralita` li huwa protett fil-kostituzzjoni.", "Il-gvern sostna kemm-il darba li dak il-prinċipju bl-ebda mod m'huwa mittiefes.", "Fid- dawl tad-dikjarazzjonijiet li għamel il-gvern - aktar u aktar għax hawnhekk qegħdin fl-istadju ta' kumitat meta jsir il-fine tuning legali u l-effett legali - min-naħa ta' l-oppożizzjoni nixtiequ nipproponu din l-emenda żgħira, imma fl-opinjoni tagħna importanti ħafna, li tgħid hekk:", "\"C\" Klawsola 3 għandha tiġi emendata kif ġej:-", "(a) F'subklawsola (1) tagħha wara l-kliem \"mill-Unjoni Ewropea għandhom\" għandhom jidħlu l-kliem \"suġġett għall-provvedimenti tal- Kostituzzjoni ta' Malta\".", "(b) F'subklawsola (2) tagħha qabel il-kliem \"Kull provvediment ta' liġi\" għandhom jidħlu l-kliem \"Suġġett għall-provvediment ta' subartikolu (1) ta' hawn fuq\".", "\"C\" Clause 3 shall be amended as follows:-", "(a)In subclause (1) thereof after the words \"the European Union shall,\" there shall be inserted the words \"subject to the provisions of the Constitution of Malta\".", "(b)In subclause (2) thereof before the words \"Any provision of any law\" there shall be inserted the words \"Subject to the provision of subarticle (1) hereof\".", "Dawn iż-żewġ emendi żgħar qegħdin jiċċaraw punt legalistiku għal din in- naħa tal-Kamra kif ukoll għall-poplu Malti għax il-poplu Malti ma tax il- mandat li b'xi mod tinbidel il-kostituzzjoni tagħna.", "Il-poplu ta mandat li Malta tkun membru ta' l-UE.", "Ma naħsibx li l-gvern kellu l-ħsieb li jibdel il-kostituzzjoni ta' Malta u fil-fatt dan stqarru l-ministru u nemmnu.", "Pero` għall-finijiet ta' kjarezza din l-emenda għandha tkun aċċettata għax kulma qed tagħmel effettivament huwa li tagħti legal definition ta' prinċipju li ġie ddikjarat kemm fis-second reading u anke llum stess f'dan il-parlament.", "Mr Chairman, nagħlaq billi niġbed l-attenzjoni li anke l-kostituzzjoni proposta ta' l-UE tagħraf li l-integrita` territorjali ta' pajjiż għandha tkun rispettata għax subartiklu (5) ta' artiklu 1 jgħid ċar u tond li r- relazzjonijiet bejn il-membri tal-pajjiżi Ewropej hija relazzjoni ta' stati sovrani - nikkwota l-kliem eżatt - \"ensuring the territorial integrity of the state for maintaining law, order ...\"", "Jiġifieri l-integrita` territorjali hija xi ħaġa li anke l-kostituzzjoni proposta tirrispetta.", "F'dak ir-rigward forsi 'l quddiem anke dan id-dettall ikun irid jiġi kjarifikat, imma dak jiġi iktar 'il quddiem.", "Mr Chairman, huwa importanti li din l-emenda li qed tipproponi din in-naħa tkun aċettata u mdaħħla fl-abbozz ta' liġi ħalli l-prinċipju li qablet miegħu anke n-naħa tal-gvern, effettivament ikun interpretat bl-iktar mod ċar u jkun inserit fil-liġi.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "Il-Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Chairman, bir-rispett kollu, din l-emenda ma tagħmilx sens legali u se nispjega għaliex.", "Meta aħna ngħaddu liġijiet ordinarji - u din hija liġi ordinarja ħlief dik il-parti li temenda l- kostituzzjoni - m'hemmx għalfejn noqogħdu ngħidu kull darba li hija soġġetta għall-kostituzzjoni.", "Huwa insult għall-kostituzzjoni li tgħidha din.", "(Interruzzjonijiet) Le, le, din hija liġi ordinarja għax anke jekk se tagħti effett lil trattat se tagħmilha b'liġi ordinarja mgħoddija mill- parlament.", "Jien se nagħmel analoġija anke mal-konvenzjoni Ewropea.", "Fil-kostituzzjoni hemm il-famuż artiklu 6 – qed ngħid hekk għax fl-1974 ̧ għal 24 siegħa jew 48 siegħa dan l-artiklu ma kien ġie jiswa xejn, imbagħad kien reġa' ġie entrenched ̧ jiġifieri meta nsemmu artiklu 6 kulħadd jifhimni - li jgħid li l-kostituzzjoni hija suprema.", "Din issegwi t-tradizzjoni Amerikana għax kienu l-Amerikani li għall-ewwel darba għamlu kostituzzjoni u qalu li din mhux se tkun biss dokument imma se tkun liġi suprema.", "Fil-fatt din kienet ġiet ikkonfermata fil-famuż każ ta' – l-istudenti tal-liġi kollha u kulmin jinteressa ruħu fil-liġi jaf bih - Marbury vs Madison.", "Il-qorti suprema Amerikana kompliet tgħid li m'hemmx għalfejn tgħid li kostituzzjoni hija suprema għax inkella ma tkunx kostituzzjoni jekk din ma tkunx suprema.", "Fil-każ tagħna ̧ fil-konferenza ta' l-indipendenza u anke mbagħad bl-emenda ta' l-1974 erġajna affermajna li soġġetta għal artiklu 66 li huwa l-amendment procedure tal-kostituzzjoni, - kif spjega tant tajjeb l-Onor.", "Mangion, fil-fatt hemm tliet tipi kif temenda l-kostituzzjoni - il- kostituzzjoni hija suprema.", "Jekk ma togħġbokx il-kostituzzjoni ̧ emendaha; għal ħafna proċedimenti kulma għandek bżonn hija maġġoranza assoluta, jiġifieri fil-każ tagħna jiġi 33 vot.", "Din il-proċedura se nużawha biex nemendaw artiklu 65, pero` mbagħad għandek provvedimenti mportanti oħrajn bħal, per eżempju, id-drittijiet fundamentali tal-bniedem, il-President tar- Repubblika u s-sistema elettorali li trid żewġ terzi tal-membri kollha u mhux ta' dawk li jivvotaw.", "Imbagħad hemm artiklu 1 dwar id-durata tal- parlament.", "Per eżempju, jekk aħna niddeċiedu li minflok ħames snin hawnhekk nagħmlu seba' snin allura mhux biss irridu żewġ terzi tad-deputati imma wkoll referendum.", "Il-bqija l-Kostituzzjoni hija suprema u hemm artiklu 6 li jgħid li jekk dan il-parlament jgħaddi liġi, inkluż din il-liġi, li tikser il- Kostituzzjoni, allura dik il-liġi hija nulla u bla effett.", "Pero` meta dan il-parlament jgħaddi l-liġijiet - anke jekk aktar tard il-qorti kostituzzjonali tgħid li huma bla effett - ma joqgħodx jgħid li se jgħaddi liġi u se jagħmilha soġġetta għall-kostituzzjoni għaliex inkella kull ligi nkunu rridu nibdewha hekk:", "\"Be it enacted by the President, by and with the advice and consent of the House of Representatives ̧ subject to the provision of the Constitution.''.", "Qed ngħid hekk għax il-liġijiet kollha jista' jkollhom xi ħaġa li tista` tikser il-kostituzzjoni, pero` naħseb li jekk nagħmlu hekk inkunu ftit pedantiċi u barra minn hekk ikun hemm ħafna taħwid tal-prinċipji legali.", "Sur President, il-qrati tagħna ndaħlu biex jaraw jekk xi ħaġa tiksirx il- kostituzzjoni mhux biss abbażi ta' l-atti tal-parlament imma anke b'miżuri amministrattivi.", "Per eżempju, darba l-kummissarju tal-pulizija qal li ma jistgħux isiru exhibitions ta' l-istudenti fil-pjazez.", "Din hija matter of policy pero' l-qorti kostituzzjonali ma qablitx għax qalet li ladarba ħaġa bħal din ma tostakolx it-traffiku, ma ddejjaq lil ħadd u ma tiksirx il- liġi m'għandhiex għalfejn ma ssirx.", "Fil-fatt kienet qamet kwestjoni fuq xi exhibition fil-pjazza li hemm quddiem l-MCAST.", "Mela l-kostituzzjoni hija suprema mhux biss fuq il-liġijiet tal-parlament u fuq il-ministri imma anke fuq il-qorti stess.", "Per eżempju ̧ jekk ikollok każ li jdum 20 sena biex jinqata', qorti oħra tista' tiddeċiedi li dik il- qorti li damet 20 sena biex qatgħet każ kisret il-kostituzzjoni.", "Mela allura issa kull darba li xi ħadd jagħmel jagħmel kawża l-qorti ngħidu li huwa soġġett għall-kostituzzjoni, meta ministru jagħmel legal notice ngħidu li huwa soġġett għall-kostituzzjoni u meta dan il-parlament igħaddi Att ngħidu li huwa soġġett għall-kostituzzjoni.", "M'hemmx għalfejn toqgħod tgħid li xi ħaġa hija soġġetta għall-kostituzzjoni għax il-kostituzzjoni stess tgħid li kollox huwa soġġett għaliha.", "Dan ifisser ̧ u dejjem hekk isir ̧ li dan il-parlament jista' jagħmel li jrid; jista` jagħmel l-aktar liġijiet inġusti li jiksru l-kostituzzjoni.", "Per eżempju, ċerti liġijiet damu 150 sena biex ġew dikjarati li jiksru l- kostituzzjoni.", "Hawnhekk nista' nsemmi l-liġi li kienet ilha hemm mill- 1854 li mbagħad setgħet ġiet challenged malli daħħalna l-bill of rights fin-1961 constitution u li ġiet ikkonfermata fin-1964 constitution.", "Din il- liġi kienet tgħid li f'każ ta' persuni akkużati b'omiċidju volontarju, il- maġistrat ma jistax jagħtik il-bail.", "Fil-fatt din il-liġi saret fl-1854 u ġiet ikkontestata fl-1988 jiġifieri bejn l-1854 u l-1988 min jaf kemm kien hemm nies - issa with the benefit of hindsight qed ngħidu inġustament imma dak iż-żmien kienet legali - li qatt ma ngħataw il-pledge għax kienu akkużati b'omiċidju volontarju.", "Illum dik spiċċat għax kien hawn qorti kostituzzjonali li wara 30 sena mill-indipendenza u wara 150 sena li dan il- provvediment kien ilu fil-kotba tal-liġijiet tagħna, qalet li bil-mod kif naħsbu l-affarijiet illum din il-liġi tiġi f'konflitt ma' artiklu 5 tal- konvenzjoni Ewropea li jiggarantixxi l-liberta` personali.", "Issa ħalli nitkellem ftit fil-konfront ta' l-UE.", "L-UE għandha proċess ta' kif tagħmel il-liġijiet tagħha.", "In parti jkun il-kunsill waħdu, in parti jkun il-kunsill flimkien mal-parlament, in parti jkun il-kunsill b'konsultazzjoni mal-parlament u jsiru wkoll liġijiet fuq proposti tal- commissions jew ta' l-istati membri.", "Kif qal sieħbi l-Ministru Borg, ħafna drabi dawn idumu s-snin biex jgħaddu jiġifieri ma nqumux filgħodu u ngħidu: Ara x'għamlulna; għaddewlna dan ir-regolament!", "Ma jagħmilx sens li wara li nagħmlu xi sentejn biex niddiskutu liġi li mbagħad tiġi approvata ̧ kulħadd jagħmel li jrid.", "Għalfejn noqogħdu nitilgħu Luxembourg u Brussels biex napprovaw il-liġijiet u mbagħad aħna nkunu l-ewwel li niksruhom!", "Fil-fatt wara li kien hemm xi kawżi quddiem il-qorti tal- ġustizzja ta' l-UE ta' Luxembourg – każ minnhom kien tas-Simmental – kien ingħad li wara li tgħaddi liġi, stat membru ma jistax jgħid li dik ma taqbilx mal-kostituzzjoni tiegħu.", "Dik irid jaraha l-pajjiż partikolari fis-sistema domestika legali tiegħu u Allaħares ma kienx hekk għax inkella kull darba li l-UE tgħaddi liġi trid teżamina l-25 kostituzzjoni tal-25 pajjiż membru ̧ ħlief għall-Ingilterra li m'għandhiex kostituzzjoni miktuba.", "Dan sta għal kull stat li jarah.", "U hemm livelli differenti ta' liġijiet.", "Sur President, meta f'dan ir-rigward inkunu qed nitkellmu fuq l-UE ma nkunux qed nitkellmu fuq club.", "Ara l-Commonwealth tixbaħ lil club għax tagħmel konferenzi u skambji ta' informazzjoni u hija utli ħafna għax tieħu dimensjoni globali.", "Per eżempju, l-konferenza parlamentari tal- Commonwealth daqqa tiltaqa' l-Awstralja, daqqa tiltaqa' l-Mauritius, daqqa tiltaqa' Londra, daqqa tiltaqa' l-Kanada eċċ. jiġifieri tieħu dimensjoni globali ta' l-affarijiet.", "Pero' hawnhekk mhux qed nitkellmu fuq club imma fuq union fejn il-25 membru tagħha qalu li fil-maġġoranza ta' l-affarijiet jiddeċiedu huam biss skond il-prinċipju tas-sussidjarjeta u mbagħad fuq ċerti affarijiet oħra bħal, per eżempju ̧ il-liberta` ta' moviment tal- persuni, il-liberta` tal-kapital, ta' l-oġġetti, tas-servizzi u koperazzjoni fil-qasam tal-ġustizzja, kulħadd irid iċedi biċċa mis- sovranita` f'pool tas-sovranita` kollha.", "Per eżempju ̧ ġaladarba toħroġ il- liġi dwar ir-refuġjati, stat membru li jkun approva din il-liġi ma jistax jgħid li ma jridx jemenda l-liġi tiegħu.", "Bħalissa fil-kunsill tal- ministri qegħdin niddiskutu regolament dwar minimum standards fil-konfront tar-refuġjati u qegħdin niddiskutu wkoll drittijiet li jista' jkollhom ċittadini mhux ta' l-UE li jkunu residenti għal tul ta' żmien fil-pajjiżi membri għax dawn ma tistax tqum filgħodu u tkeċċihom ġaladarba tkun aċċettajthom.", "Per eżempju, meta konna qed niddisktu leġislazzjoni li tgħid li wara ħames snin li xi ħadd ikun regolarment fil-pajjiż ikollu ċerti drittijiet, qam rappreżentant ta' pajjiż li qal li aħjar ma nagħmluhiex din għax il-liġi tagħhom tagħti żmien ta' sitt snin.", "Pero` mbagħad qabeż iċ-chairman u staqsih għalfejn għamluha din meta kienu jafu li fil-pipeline hemm leġislazzjoni li biex wieħed igawdi ċerti drittijiet irid jagħmel minimu ta' ħames snin fil-pajjiż.", "Mela ladarba l-UE toħroġ regolament, sta għall-istati membri li jaraw li dan ir-regolament – dawn ikollhom ħafna ċans minn qabel – ikun jaqbel mal- kostituzzjoni tagħhom.", "Issa jien ipprovajt naħseb u nara liema regolament ta' l-UE jikser ...", "Wara kollox aħna se nressqu liġi li temenda l-liġijiet ħalli dawn jiġu in line ma' dawk ta' l-UE għax mhux kollox li għandna llum huwa kompatibbli mal-liġijiet ta' l-UE.", "Kieku kien hekk ma konna nagħmlu xejn u konna ngħidu li aħna qegħdin f'allinjament perfett meta din m'hijiex ir-realtà anzi aħna kellna nagħmlu ħafna xogħol li pajjiżi oħrajn damu 30 sena jagħmluh gradwalment.", "Mela mbagħad jibqa' biss il-kwestjoni tal-kostituzzjoni imma din il- problema akkademika, biex ngħid hekk ̧ teżisti kullimkien.", "Kulmin għandu kostituzzjoni miktuba aċċetta ̧ jekk huwa membru ta' l-UE, li jekk hu jaqbel - u għalhekk jeżisti l-veto fl-affarijiet importanti bħad-difiża u n- newtralita` - ma' regolament imbagħad sta għalih li jsolvi l-problema ̧ ovvjament jekk dan ir-regolament ikun joħloqlu xi problema fil-kamp domestiku tiegħu.", "Inkella nispiċċaw f'sitwazzjoni fejn qatt ma tgħaddi liġi mill-UE.", "Issa nixtieq nagħti eżempju fil-kamp aktar limitat tal-konvenzjoni Ewropea tad-drittijiet tal-bniedem.", "Huwa veru li hawnhekk qed niddiskutu ħafna suġġetti li m'għandhom x'jaqsmu xejn mad-drittijiet tal-bniedem, fosthom il- liberta` tal-kummerċ u l-liberta` tal-moviment jiġifieri nammetti li dan li se ngħid huwa fuq parti speċifika tal-liġijiet tagħna.", "Illum teżisti l- European Convention Act pero` ma qgħadniex ngħidu li din hija suġġetta għall-kostituzzjoni.", "Mhux dejjem hija suġġetta għall-kostituzzjoni!", "U din il-liġi ordinarja tagħti dritt mhux biss li l-konvenzjoni Ewropea ta' l-1950 awtomatikament tkun parti mil-liġijiet ta' Malta imma jekk ikun hemm xi liġi ordinarja li tikser il-konvenzjoni Ewropea tad-drittijiet tal- bniedem tal-kunsill ta' l-Ewropa ̧ mhux ta' l-UE ̧ tirbaħ il-konvenzjoni Ewropea tad-drittijiet tal-bniedem tal-kunsill ta' l-Ewropa.", "Ħadd ma qal: \"Ara x'għamlulna l-barranin\" għax il-konvenzjoni Ewropea pparteċipajna fiha ̧ iffirmajniha u rratifikajniha.", "Mhux hekk biss imma għamilna artiklu 6 fl-Att XIV ta' l-1987 ̧ li huwa l-European Convention Act, fejn għedna li jekk xi ħadd jirbaħ kawża fil-qorti Ewropea fejn aħna għandna mħallef wieħed minn sebgħa ...", "Hawnhekk ikun tajjeb li wieħed jgħid li llum l- istrutturi tbiddlu u minkejja li hemm 43 imħallef, kull każ jiddeċiduh sebgħa min-nies.", "Ovvjament jekk il-każ ikun kontra Malta ̧ wieħed minnhom irid ikun Malti, jiġifieri jrid ikun l-Imħallef Giovanni Bonello pero` dan ma jirrapreżentax lil Malta imma jirrappreżenta lilu nnifsu.", "Fil-fatt dan tipproponih Malta ħalli Malta jkollha mħallef Malti bħalma se jkollna mħallef Malti wkoll fil-qorti Ewropea tal-ġustizzja ta' l-UE.", "B'hekk nibdew inkissru l-idea ta' Brussels se tagħmel \"hekk\" ̧ il-kummissjoni se tagħmel \"hekk\", il-kunsill se jagħmel \"hekk\" u l-qorti barranija tal- Luxembourg se tagħmel \"hekk\".", "Fil-qorti se jkun hemm imħallef Malti, fil- kummissjoni se jkun hemm kummissarju Malti ̧ fil-kunsill tal-ministri se jkun hemm ministru Malti skond is-suġġett u fil-kunsill Ewropew se jkun hemm il-Prim Ministru Malti.", "Issa se ngħaddu għar-realtajiet.", "Iż- żmenijiet jinbidlu u aħna rridu ninbidlu magħhom.", "Issa mhux aktar il- barranin; issa aħna parti minnhom.", "Il-barranin se jiġu l-oħrajn li m'humiex parti minna.", "Kont qed ngħid li jekk tħares lejn artiklu 6 ta' l-European Convention Act issib li hemm artiklu li jgħid li jekk tingħata sentenza mill-qorti Ewropea u l-gvern Malti għal xi raġuni ma jwettaqhiex allura kwalunkwe bniedem f'Malta jista' jmur quddiem il-qorti kostituzzjonali Maltija li tkun tellfitlu l-każ - għax biex appella Strasbourg irid ikun tilef il-kawża f'Malta - u jekk dik il-qorti kostituzzjonali tara li verament il-qorti Ewropea tat sentenza favur dak iċ-ċittadin Malti, tordna li dik is- sentenza tal-qorti Ewropea tiġi mwettqa f'Malta daqslikieku kienet sentenza tal-qorti tagħha stess.", "B'hekk nifhmu x'konna lleġislajna 15-il sena ilu.", "Mela jien mort quddiem il-Prim'Awla tal-qorti f'Malta u tlift il-kawża, mort quddiem il-qorti kostituzzjonali u tlift il-kawża wkoll, mort quddiem il-qorti Ewropea u rbaħt il-kawża u mbagħad il-qorti kostituzzjonali li tkun ċaħħditni l-kawża u li s-sentenza tagħha tkun ġiet maqluba mill-qorti Ewropea trid tattwa s-sentenza tal-qorti Ewropea tad-drittijiet tal- bniedem.", "Aħna ma qagħdniex ngħidu li din hija suġġetta għall- kostituzzjoni.", "Mhux kollox suġġett għall-kostituzzjoni!", "U allura s-sens komun jgħidlek li l-gvern, fuq il-livell internazzjonali eżekuttiv, jieħu d-deċiżjonijiet li jrid hu, aħna ngħaddu l-liġijiet li rridu aħna għax dan il-parlament huwa suprem imma mbagħad jekk xi ħadd jidhirlu li dak li ffirma l-gvern barra minn Malta jew inkella l-liġijiet li għadda dan il- parlament jiksru l-kostituzzjoni hemm l-artiklu 6 u l-artiklu 116 li jgħidu li jekk xi ħadd jidhirlu li xi liġi ̧ hi x'inhi – tista' tkun liġi tal-klieb u tista' tkun il-liġi dwar l-UE; tista' tkun xi ħaġa li għamilna issa jew xi ħaġa li ssir is-sena s-dieħla - ...", "Jekk is-sena d- dieħla ̧ bis-saħħa ta' din il-liġi, indaħħlu fis-seħħ xi trattat u xi ħadd - ma nistax nimmaġina kif - jidhirlu li dan jikser il-kostituzzjoni ta' Malta, kulma jrid jagħmel huwa li jmur quddiem il-Prim'Awla – dan lanqas ikollu għalfejn jipprova interess ġuridiku sakemm ma jattakkax id- drittijiet tal-bniedem - u jekk jieħu raġun, dak it-trattat f'Malta ma jkunx jista' jitwettaq.", "Imbagħad sta għall-gvern Malti li jara kif isolviha.", "Għalhekk xejn m'hu se jbiddel dan l-istat ta' fatt li artiklu 6 entrenched bil-kostituzzjoni miż-żewġ terzi jirbaħ fuq kollox.", "Nirringrazzjak.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Marie Louise Coleiro.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Sur President ̧ jien ħadt gost nisma' b'attenzjoni lill-Onor.", "Tonio Borg u żgur li fejn jidħlu l-affarijiet li għandhom x'jaqsmu mal-qafas legali tad-drittijiet tal-bniedem mhux se nkun jien li mmerih għax huwa espert.", "Fil-fatt jien kelli x-xorti li nieħu ftit lectures mhux ħażin mingħandu fl-universita`.", "Pero` ma nistax nifhem kif qed inqabblu din il-liġi ma' l-European Convention Act dwar id-drittijiet tal-bniedem u ngħidu li din hija liġi ordinarja.", "Jien m'iniex naraha din is-similarita` u diffiċli li taraha għax il-prinċipji stabbiliti fil-liġi ordinarja tal-European Convention Act huma part and parcel mill- kostituzzjoni Maltija.", "Dan ifisser li l-kwestjoni tad-drittijiet tal- bniedem ma ssibhomx biss fil-liġi ordinarja tal-European Convention Act imma huma part and parcel mill-kostituzzjoni Maltija, jiġifieri anke kieku m'għandniex il-European Convention Act, għandna s-salvagwardji favur id- drittijiet fundamentali tal-bniedem għax huma parti mill-kostituzzjoni tagħna.", "Jiġifieri m'iniex nara s-similarità bejn din il-liġi, li qed isejħilha ordinarja, u l-liġi ordinarja tal-European Convention Act, u diffiċli biex taraha għax żgur mhumiex fuq l-istess aspett.", "Infatti meta semma l- European Convention Act, l-Onor.", "Tonio Borg stess qal: \"Huwa veru li hawnhekk qed niddiskutu ħafna suġġetti li m'għandhom x'jaqsmu xejn mad- drittijiet tal-bniedem ...\" għaliex din il-liġi qed tiffoka fuq aspett ieħor.", "U filwaqt li żgur ma kontx se nagħmel din it-tip ta' spjega li għamel l-Onor.", "Borg, imma meta kien qed jitkellem dwar il-liġi ordinarja jien mort għall-European Convention Act.", "Din il-liġi li għandna quddiemna li qed tieħu on board mhux biss it-trattat iffirmat tas-16 ta' April, mhux biss it-trattati l-oħra kollha li jistgħu joħorġu minn dan it-trattat, imma din il-liġi, li l-gvern qed isejħilha ordinarja, se tieħu on board ukoll any other potential treaties, ftehim, direttivi, ordnijiet - inkunu parteċipi jew le - li jistgħu jiġu b'konsegwenza ta' sħubija.", "Din il-liġi m'hijiex qed tikkonstata biss is-sitwazzjoni, stat ta' fatt tal- lum, li aħna politikament diġà membri fl-UE u li sena oħra inkunu legalment ukoll, imma qiegħda tikkonstata wkoll affarijiet futuri.", "Allura ma tistax tagħmel provvediment bħal dan f'liġi li, fil-fehma tiegħi xejn m'hija ordinarja.", "Din hija liġi partikolari u espansiva, li tolqot kollox.", "Xi ħadd min-naħa tal-gvern qal li hemm ħafna affarijiet li l-UE ma tidħolx fihom.", "Veru li hemm ħafna aspetti ta' politika li ma tidħolx fihom sal-lum, imma ħadd ma jaf x'se jiġri għada, xahar ieħor jew sena oħra.", "Min qatt ħolom li matul is-snin l-UE, li l-ewwel bdiet bi grupp limitat taħdem fuq il-qasam ekonomiku, se tiżviluppa f'għaqda politika, f'għaqda monetarja u forsi 'l quddiem f'għaqda militari wkoll, għax anke llum hemm xi ħaġa simili.", "Ma nafux jekk 'il quddiem din l-għaqda militari tespandix u tkun iktar tassattiva milli hija llum.", "Jiġifieri aħna m'aħniex qed nitkellmu fuq xi ħaġa li hija statika, imma qed nitkellmu fuq għaqda li qed tiżviluppa l-ħin kollu.", "Bil-provvediment propost fi klawsola 3 ta' dan l-abbozz m'aħniex qed nieħdu on dak li hemm illum biss, imma qed nieħdu on ukoll dak li jista' jiġi 'l quddiem.", "Ma nistgħux nieħdu biss dak li hemm illum għax il-liġijiet ma jsirux għal-lum, imma jsiru għal-lum, għal għada u għal quddiem.", "M'għandniex dak il-lussu ta' ħin li nistgħu noqogħdu nemendaw il-liġijiet il-ħin kollu għax hemm ħafna xogħol quddiem dan il-parlament.", "Allura bilfors irid ikollna viżjoni anke għal quddiem.", "Imma subklawsola (2) ta' klawsola 3 tgħid ċar u tond li l-ewwelnett irridu nduru dawra l-liġijiet - issa ħalliha li matul dawn is-snin kollha din kienet qed issir, imma jista' jkun hemm oħrajn - ħalli dak li mhux kompatibbli jsir kompatibbli mar- regoli jew liġijiet ta' l-UE.", "Imma definittivament dak huwa preċedent li qed jistabbilixxi, biex ngħid hekk, l-aġenda għal quddiem.", "Allura meta għandna liġi li m'hijiex ordinarja, li qed iġġib fil-korp tal- liġijiet tagħna ħafna u ħafna aspetti ta' liġijiet li jolqtu oqsma differenti tal-ħajja, fejn mhux biss qed tieħu s-sitwazzjoni tal-lum, imma anke qed tipprevedi 'l quddiem, aħna ma nistgħux ma jkollniex safeguards partikolari, anke jekk fil-liġijiet l-oħra jidher huwa superfluwu li tgħid \"skond il-kostituzzjoni\".", "Imma fil-każ ta' din il-liġi, għax m'hijiex liġi ordinarja, huwa importanti li toħloq dawn it-tip ta' safeguards.", "Veru li fl-istadju ta' kumitat suppost qed nitkellmu aktar teknikament fuq il-klawsoli proposti fl-abbozz, imma kull provvediment li jkollna fil-liġi għandu warajh argumentazzjoni u animu politiku, u bilfors irridu nagħtu ħarsa lejn dak.", "Fiċ-ċirkostanzi tal-lum nafu li kien hemm maġġoranza tal- poplu li riedet sħubija - u dan il-parlament qed ibaxxi rasu quddiem din id- deċiżjoni demokratika - imma kien hemm 48%, li mhux daqshekk 'il bogħod min- nofs tal-poplu tagħna, li ma ridux din is-sħubija, u ma riduhiex għal ċerti raġunijiet, fosthom żgur hija l-kwestjoni tas-sovranità tagħna.", "Allura jekk il-gvern irid li naħdmu qrib xulxin ħalli nserrħu moħħ in-nies bilfors irid jagħmel dak is-safeguard.", "U s-safeguard li jserraħ moħħ kulħadd - anke it-48% tal-poplu li huma parti mill-poplu Malti u Għawdxi - hija proprju l-proposta ta' l-oppożizzjoni Laburista, li nassiguraw li dak kollu li qegħdin ngħidu hawn, jiġifieri li issa l-korp tal-liġijiet Maltin se jieħu fuqu wkoll liġijiet ta' l-UE, dejjem irid ikun kostanti u konsistenti ma' dak li tipprovdi l-kostituzzjoni tagħna.", "M'hemmx dubju li, fost l-akbar uġigħ ta' ras, hija l-kwestjoni - nerġa' nsemmiha u nibqa' nsemmiha - ta' l-artikolu 3 tal-Kostituzzjoni li jitkellem fuq in-newtralità, partikolarment minħabba l-fatt, kif diġà għedt, li l-European Union mhijiex organizzazzjoni statika imma l-ħin kollu tevolvi u qed tevolvi f'area fejn il-kwestjoni tan-newtralità tagħna tista' tkun question mark.", "Mr Chairman, nerġa' ngħid li bit-trattat tas-16 ta' April m'għandniex il- garanziji meħtieġa.", "Dik id-dikjarazzjoni hija unilaterali, bħal meta jien immur ngħid li jien nemmen fis-soċjaliżmu demokratiku.", "Imma billi għedtha hawn ġew, ma jfissirx li rbaħt lil kulħadd u issa kulħadd jemmen bħali fis- soċjaliżmu demokratiku.", "Meta tgħid xi ħaġa int ma tkunx irbatt lil ta' quddiemek.", "U hekk hija d-dikjarazzjoni tan-newtralità annessa mat-trattat tas-16 ta' April.", "U la l-gvern jaf li din hija bone of contention għal kważi nofs il-popolazzjoni Maltija, allura huwa fid-dover u r- responsabbiltà tal-gvern li fi provvediment bħal dan joħloq is-safeguard biex jagħti s-serħan tal-moħħ lil parti kbira tal-poplu Malti u Għawdxi.", "Mr Chairman, meta konna qed niddiskutu klawsola 2 il-Ministru Joe Borg ħareġ bil-proposta li nissospendu d-diskussjoni ħalli huwa jirriferi l- proposta tagħna ħalli jekk jista' jkun jinstab kompromess, ħalli dak li qed tgħid l-oppożizzjoni jingħaqad ma' dak tal-gvern u, kif għedt jien, waħda ma teliminax lill-oħra għall-finijiet ta' klawsola 2.", "Hekk ukoll jien nappella lill-gvern biex jieħu in konsiderazzjoni din l-emenda li qed inressqu u jassorbiha f'dan il-provvediment ħalli kulħadd, anke l-minoranza - mhux minoranza żgħira għaliex tammonta għal 48% - tħoss li jekk ma rebħitx overall, għallinqas għandu rasu mistrieħa li dak li jemmen fih qiegħed ikun issalvagwardjat.", "Grazzi.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Anġlu Farrugia.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Mr Chairman, Il-Ministru Tonio Borg qed jgħid li m'hemmx għalfejn nagħmluha din l-emenda għax kollox huwa suġġett għall- kostituzzzjoni.", "U bħala punt ta' partenza hekk hu, kollox huwa suġġett għall-kostituzzjoni.", "Imma kulħadd jaf li fil-pajjiżi kollha li huma msieħba fl-UE, u s-sena d-dieħla Malta se tkun waħda minn dawn, il-prassi hija li l-liġi ta' l-UE hija suprema.", "U meta l-Ingilterra daħlet fl-UE u għamlu l-liġi dwar il-European Comunities Act, tant qagħdu attenti l- Ingliżi - mhux bħal din il-liġi li għandna quddiemna li fiha 8 klawsoli biss - dwar jekk tiġix l-ewwel il-liġi li ġejja minn Brussels jew tibqax b'saħħitha l-liġi domestika f'ċerti oqsma, li għamlu appendiċi dettaljat liġi b'liġi, order in council, order in council, liġijiet li japplikaw għal kolonji, eċċ. U għamlu hekk biex joħorġu spjegazzjoni ċara safejn hemm din is-superjorità ta' dan l-iżvilupp legali.", "Għax issa rridu naċċettaw li se jkollna żvilupp legali qawwi ta' xi ħaġa li ġejja minn barra li se tkun superjuri f'pajjżna.", "Dan huwa l-punt ta' partenza.", "GĦaldaqstant irridu noqogħdu aktar attenti għax issa mhux qed nitkellmu fuq liġi li qed nagħmluha fil-parlament hawnhekk u neħduha for granted li bilfors hija soġġetta għal artiklu 6 tal-kostituzzjoni.", "Multo magis, imma issa għandna xi ħaġa differenti.", "Ħalli ngħid x'għamlu l-Ingliżi ħalli niġġustifikaw l-emenda li pproponejna.", "M'għandux ikun hemm problema li nagħmluha jekk naqblu li kull liġi hija soġġetta għal artiklu 6 tal- kostituzzjoni.", "Allura għalfejn dan it-twerżiq!", "Għandna nagħmluha!", "Ħalli ngħid x'għamlu l-Ingliżi fil-European Communities Act.", "Huma qalu li għalkemm l-Ingilerra kienet se tidħol fl-UE, iċ-Channel Islands, li huma kważi parti mill-Ingilterra, għandhom is-sovranità tagħhom, allura l-liġi ma tapplikax, kollha għalihom.", "U taw ir-raġuni għaliex ma tapplikax.", "GĦaldaqstant għamlu emenda fis-sens li jekk kemm-il darba dak li kienu qed jgħidu taħt il-European Communities Act tkun in conflict mal-liġi taċ- Channel Islands, allura taċ-Channel Islands tkun dik li tapplika u l-oħra tkun void.", "Kellhom ukoll il-kwestjoni ta' Ġibiltà, għalkemm imbagħad Ġibiltà ħadet kważi l-bulk ta' dak li huwa adottat u applikabbli għall- Ingliżi.", "Aħna m'aħniex se nkunu bħaċ-Channel Islands għax aħna se nkunu membri sħaħ, imma kulħadd jaf li dan l-abbozz qed jitkellem fuq trattat ta' eluf ta' paġni.", "GĦalkemm dan it-trattat ilna nitkellmu fuqu, qatt ma rajnieh.", "Issa bdejna narawh.", "Dan it-trattat kien riżultat ta' referendum u elezzjoni ġenerali u issa rridu nkunu ċari x'inhi l-pożizzjoni tagħna mill-1 ta' Mejju tas-sena 2004 dwar it-trattat u attijiet eżistenti u anke futuri.", "Ejja ngħidu l-argument ta' l-Onor.", "Borg japplika għal dak li hemm s'issa, u ngħidu li m'hemm xejn f'konflitt mal-kostituzzzjoni.", "Imma dak li ġej fil- futur m'għandniex nagħmluh subject to the provisions of the Constitution of Malta?", "Jekk ma nagħmlux hekk, se nipprovaw niskartaw l-ispirtu tal- kostituzzjoni.", "U dan ma tistax tiskartah għaliex il-kostituzzzjoni tagħna hija ċara ħafna.", "Jekk xi ħadd joħroġ bl-argument li fi klawsola 7 ta' l-abbozz, fejn se nemendaw il-kostituzzjoni, għedna \"bla ħsara għad-dispożizzjonijiet ta' din il-kostituzzjoni\", mela aktar u aktar irridu nenfasizzaw li s-supremazija tal-kostituzzjoni dejjem tipprevali, ikun hemm min ikun hemm fil-gvern.", "Aħna qegħdin naqblu li s-supremazija tal-kostituzzjoni holds water all the time.", "Kif tkellimt jien u anke sħabi fis-second reading, l-artiklu 6 jgħid ċar li jekk xi liġi oħra tkun inkonsistenti ma' din il-kostituzzzjoni, din il-kostituzzzjoni għandha tipprevali u l-liġi l-oħra għandha, safejn tkun inkonsistenti, tkun bla effett.", "Allura l-emenda li qed tipproponi l-oppożizzjoni mhux biss tagħmel sens, imma huwa importanti li ssir f'liġi speċjali bħal din.", "Din m'hijiex liġi ordinarja.", "L-Onor.", "Tonio Borg donnu biex idgħajjef l-argument qed jgħid li kulħadd jaf li kull liġi f'dan il-parlament tkun soġġetta għall- kostituzzjoni.", "Imma hu jaf ukoll li din m'hijiex liġi ordinarja, imma hija liġi partikolari li tawha importanza kbira.", "Lanqas naf x'ma kenux qalu dwarha!", "Ħafna kienu qed jistaqsu: \"Min jaf l-oppożizzjoni kif se tivvota, jekk hux se titlob division jew le!\"", "Issa se nqisuha bħala liġi ordinarja?", "Kulħadd jaf li din hija riżultat ta' trattat li tant fih x'tomgħod meta taqrah.", "Allura bilfors irridu ngħidu li trid tkun subject to the Constitution.", "Mr Chairman, ejjew ngħidu li meta jiġi biex jitħaddem it-trattat li ffirma Fenech Adami f'April niskopru li ċerti affarijiet li jolqtu lis-soċjetà Maltija jmorru kontra l-kostituzzjoni.", "(Interruzzjonijiet) Issa toqgħodx tistaqsini liema huma.", "Jien diġà qed nara x'jista' jiġri, imma għalissa ma rridx inkun avventuruż.", "(Interruzzjonijiet) Dażgur, imma jien issa rrid nagħmilha iktar ċara.", "Jien irrid inserraħ ras il-poplu Malti kemm dak li vvota favur u kemm dak li vvota kontra - għax fuq kollox aħna qegħdin hawnhekk fl-interess ta' kulħadd - li l-kostituzzjoni ta' Malta se tibqa' dejjem salvagwardjata from top to bottom.", "U dan kollu jdur ma' dak li ftiehmu ż-żewġ partiti.", "Jiġifieri m'għandna l-ebda problema.", "Meta ġie emendat artiklu 6 fl-1974 - dak iż-żmien aħna konna fil-gvern u huma kienu fl-oppożizzjoni - tan-naħa l- oħra kważi kollha qablu magħna.", "Jiġifieri din hija xi ħaġa li qegħdin naqblu fuqha.", "Napprezza li l-gvern qed jgħid li hija xi ħaġa li neħduha for granted li kull liġi hija bilfors subject to the constitution.", "Bilfors kemm trid, però jekk inniżżluha fil- liġi tkun ċara dejjem, għax din mhix liġi ordinarja bħall-oħrajn.", "Ma ninsewx li klawsola 3 tgħid li mill-1 ta' Mejju tas-sena d-dieħla, it- trattat u attijiet eżistenti u futuri adottati mill-UE għandhom jorbtu lil Malta.", "Issa jekk jiġi trattat futur li b'mod djagonali jkun ċertament in conflict mal-kostituzzjoni, tgħidli mmur l-Ewropa ...", "(Interruzzjonijiet) Ippermettili.", "U iva, mhux hawn!", "Tgħidli biex immur il-qorti.", "(Interruzzjonijiet) Kif?", "Le, kollox sew.", "(Interruzzjonijiet) Ippermettili nispiċċa l-argument.", "(Interruzzjonijiet)", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Tonio Borg, bil-permess ta' l-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "TONIO BORG: Jekk xi ħadd jidhirlu li xi ħaġa fl-acquis tikser il- kostituzzjoni ta' Malta - ħlief il-human rights għax fejn jidħlu l-human rights tmur band'oħra - per eżempju, tmur kontra s-sovranità jew in- newtralità, la l-qorti Ewropea tal-kunsill ta' l-Ewropa m'għandha l- ġurisdizzjoni u lanqas il-qorti tal-ġustizzja, imma l-qrati Maltin biss, għax tkun inkisret il-kostituzzjoni Maltija.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Kollox sew.", "ONOR.", "TONIO BORG: Allura l-qorti Maltija biss tiddeċiedi dwarha, tmur quddiem il-qorti Maltija u jekk ikollok raġun, tagħtik ir-raġun.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Inti ma tafx li jekk il-qorti Maltija jkollha fejn tixxala għax ma jkollhiex il-liġi ċara, anke jekk nagħmlu minn dan il- parlament ...?", "(Interruzzjonijiet)", "THE CHAIRMAN: Ippermettuli ftit.", "Tkellmu wieħed wieħed jekk jogħġobkom.", "Ikompli l-Onor.", "Anġlu Farrugia.", "(Interruzzjonijiet) ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Ħalli nagħmluha ċara din.", "Jien naf li trid tmur il-prim'awla.", "(Interruzzjonijiet) Mhux bilfors!", "Imma kemm tkun aħjar għall-qorti li kieku f'din il-liġi ngħidu li t-trattat ikun dejjem subject to the provisions of the constitution f'pajjiżna!", "(Interruzzjonijiet) Fuq kollox, tant taha importanza l-kap tagħkom li ġabha kważi omnipotenti.", "Allura ejjew nirrispettaw lil kulħadd, kemm lil dawk li vvotaw lilkom u kemm lil dawk li vvotaw lilna, u ngħidu li dak kollu li għandu x'jaqsam mat- trattat ikun subject to the provisions of the constitution.", "X'fiha billi nirrepetuha?", "Inti qed tgħid li m'hemmx għalfejn ngħiduha, għaliex hija ovvja.", "Mela ma jimpurtax, inniżżlu dak li huwa ovvju.", "F'dan ir-rigward għandna naqblu għax jekk inhija ovvja ma fiha xejn billi ngħiduha!", "Tista' tgħidha u tista' ma tgħidhiex.", "Aħna nħossu - u nagħmlu premura fuqha din - li l-emenda għandha ssir biex nagħmluha ċara u nibagħtu messaġġ, għax fuq kollox il-pajjiżi msieħba bagħtu messaġġi.", "Intom verament imisskom tistħu li tippreżentaw dan l-abbozz!", "L-abbozzi li saru fil-pajjiżi l-oħra huma mlaħħmin ħafna iktar minn dan u għandhom ħafna appendiċi.", "Intom lanqas it-trattat m'għamiltu miegħu dan.", "Kollha għamlu liġijiet li huma sura, li fihom x'tara u tkun taf fuqxiex qed titkellem.", "Dan l-abbozz ta' liġi trid tarah bil-lenti u trid toqgħod tistaqsi: \"Hawnhekk\" x'se nagħmlu?", "\"Din\" xi tfisser?", "Jekk tara l-European Communities Act li għamlu l-Ingliżi fl-1972 - dik li suppost ikuppjaw - issib li fiha aktar minn 100 paġna.", "L-Ingliżi qagħdu jgħidu jekk il- Banking Act tidħolx mill-ewwel u jekk kemm-il darba l-kwestjoni tal- merchant shipping tidħolx mill-ewwel.", "Kollox għamlu dawn!", "Issa qegħdin jgħidulna: Mela intom ma tafux li tridu tkunu subject to the constitution?", "Intom tant m'għamiltu xejn f'dan l-abbozz ta' liġi li rridu nagħmlu din l- emenda ħalli nkunu ċari.", "Intom qed toqogħdu lura għax qed taħsbu li tistgħu tagħmlu xi ġirja biex tgħaddu dan l-abbozz ta' liġi malajr malajr, pero` aħna qed niflu l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna fid-dettall, u dan qed nagħmluh fl-interess tal-poplu Malti u Għawdxi.", "Għalhekk jien ninsisti biex kif qal sieħbi l-Onor.", "Mangion, f'subklawsola (1) ta' klawsola 3 wara l-kliem \"European Union shall\" indaħħlu l-kliem \"subject to the provisions of the constitution of Malta\".", "Grazzi.", "THE CHAIRMAN: Nirringrazzjak.", "Iktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "Il- Ministru Borg.", "ONOR.", "JOE BORG: Sur President, jien nixtieq li niċċaraw ċerti affarijiet.", "L-ewwelnett m'hemmx dubju li l-kostituzzjoni Maltija hija suprema, u dan joħroġ minn artiklu 6 stess, li jgħid hekk:", "\"Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikoli (7) u (9) ta' l- artikolu 47 u ta' l-artikolu 66 ta' din il-Kostituzzjoni, jekk xi liġi oħra tkun inkonsistenti ma' din il-Kostituzzjoni, din il-Kostituzzjoni għandha tipprevali u l-liġi l-oħra għandha, safejn tkun inkonsistenti, tkun bla effett.\".", "Dan l-artiklu huwa ċar daqs il-kristall u biex jiġi emendat dan l-artiklu, irid ikun hemm qbil bejn żewġ terzi tal-membri kollha ta' dan il-Parlament.", "Jekk wieħed iħares lejn artiklu 65 ta' l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna, li dan l-abbozz ta' liġi qiegħed jemendah ukoll, isib li subartiklu (1) jgħid hekk:", "\"Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet ta' din il-Kostituzzjoni, il- Parlament jista' jagħmel liġijiet għall-paċi, ordni u gvernar tajjeb ta' Malta.\",", "jiġifieri anke hawnhekk hawn imdaħħal il-kliem \"Bla ħsara għad- dispożizzjonijiet ta' din il-Kostituzzjoni\".", "Liġi ordinarja tfisser biss li m'hemm l-ebda disprezz lejha u li m'hijiex qed temenda l-kostituzzjoni.", "Kull liġi, hi x'inhi, jista' jkollha portata qawwija ħafna, u għaddew ħafna liġijiet minn dan il-Parlament li kellhom effett ekonomiku u soċjali enormi fuq il-pajjiż, pero` xorta jibqa' l-fatt li Allaħares kull meta niġu biex ngħaddu liġi minn dan il-Parlament noqogħdu ngħidu li din għandha ssir bla ħsara jew bla preġudizzju għas-supremazija tal-kostituzzjoni.", "Hija ovvja li l-kostituzzjoni hija suprema, u dan jgħidu artiklu 6 tal-kostituzzjoni stess li għadni kemm ikkwotajt.", "Biex ngħid hekk, kważi tkun qed tiddisprezza l-kostituzzjoni meta f'ħafna mill-artikli tgħid li dan huwa bla ħsara għas-supremazija tal-kostituzzjoni għax suppost it is taken for granted li l-kostituzzjoni hija suprema, kif jgħidlek artiklu 6 stess.", "Li kieku kellna nagħmlu xi ħaġa li biha nkunu qed immorru kontra l- kostituzzjoni tagħna, naħseb li kwalunkwe qorti kostituzzjonali jkollha d- dritt li tiddeċiedi jekk dak li sar ikunx qed imur kontra l-kostituzzjoni.", "Kif għedt l-ewwel, huwa veru li jekk wieħed iħares lejn il- leġislazzjonijiet li saru fil-pajjiżi membri meta dawn issieħbu fl-UE - fil- fatt aħna għamilna ħafna riferenza għall-European Communities Act ta' l- 1972 - isib, direttament jew indirettament, ir-rikonoxximent tal-fatt li l- liġi komunitarja hija suprema, pero` dawk il-pajjiżi li kellhom il- kostituzzjoni tagħhom miktuba ma qagħdux jgħidu jekk il-kostituzzjoni tagħhom hijiex suprema jew le għax dik hija xi ħaġa li jarawha huma fir- regoli tagħhom, u jekk huma għandhom provvedimenti ta' supremazija fil- kostituzzjoni kif bażikament hemm kull fejn hemm kostituzzjoni miktuba, allura f'dak il-każ dik jeħduha bħala regola bażika tagħhom u jistennew li l-qrati kostituzzjonali jew il-qrati supremi tagħhom jonoraw dak il- prinċipju.", "Fir-Renju Unit, fejn m'għandekx il-kostituzzjoni miktuba u allura m'għandekx il-prinċipju tas-sovranita` jew tas-supremazija tal- kostituzzjoni, il-problema kienet ferm iżjed intensa milli kienet f'pajjiżi oħra għax dan il-pajjiż kellu jiffaċċja l-problema tal-prinċipju tas- sovranita` tal-Parlament, imma madanakollu r-Renju Unit, minħabba li ddeċieda li jissieħeb fl-UE, aċċetta li dan il-prinċipju ta' sovranita` tal- parlament jiġi mittiefes.", "Fil-fatt anke l-European communities act ta' l- 1972 jirrikonoxxi dan, u għalkemm forsi ma jirrikonoxxix dan direttament, meta taqra between the lines issib li dan l-att jirrikonoxxi li l-acquis ta' l-UE jipprevali għax inkella taqa' l-istruttura kollha ta' l-UE.", "Ir- Renju Unit għadu jaċċetta dan il-fatt sal-lum għax fehem li ġaladarba huwa ssieħeb ma' pajjiżi membri oħrajn biex ifittex ġid iżjed komuni għall- Ewropa, fejn l-UE għandha l-kompetenza u għandha l-ġurisdizzjoni, hu għandu jaqsam is-sovranita` tiegħu ma' pajjiżi oħrajn.", "Dan huwa wieħed mill- prinċipji bażiċi ta' l-UE, liema prinċipju aħna diġa` ddiskutejnieh, ittrattajnih u jkolli ngħid ukoll li l-poplu ddeċieda dwaru.", "Għalhekk li niġu ngħidu li għandna nagħmlu statement fuq is-supremazija tal- kostituzzjoni meta din hija xi ħaġa li hija mniżżla fil-kostituzzjoni ...", "U din ħadd minna m'hu qed jiċħadha għax kulħadd jaqbel magħha, anzi kif għedt l-ewwel, naħseb li jekk se noqogħdu ngħidu kull darba \"Bla ħsara għad- dispożizzjonijiet tal-kostituzzjoni\", kważi kważi nkunu qed indaħħlu d- dubji fejn ma jkunu jeżistu l-ebda dubji u għalhekk m'għandniex naqgħu f'din in-nassa.", "Jien naħseb li fuq dan il-punt wieħed għandu jimxi abbażi tal-loġika u jifhem li artiklu 6 tal-kostituzzjoni jgħid li ma jista' jsir xejn li jikkonfliġġi mal-kostituzzjoni.", "Huwa stat ta' fatt li sal-lum l-acquis ta' l-UE ma' jikkonfliġġix mal-kostituzzjoni, pero` jekk għall-grazzja ta' l- argument, għada pitgħada l-UE tagħmel xi ħaġa li tmur kontra l- kostituzzjoni tagħna, dik ma naċċettawhiex.", "Wara kollox biex issir xi bidla fil-kostituzzjoni, din tkun tirrikjedi unanimita` minn żewġ terzi tal- membri tal-Parlament, u jekk din tiġi emendata mingħajr ma jkun hemm qbil bejn żewġ terzi tal-membri ta' dan il-Parlament, l-ebda qorti kostituzzjonali m'hi se tgħid \"prosit\" lil min kien responsabbli għal dan it-tibdil.", "Għalhekk jekk l-UE tintroduċi xi ħaġa li tmur kontra l- kostituzzjoni tagħna, l-unika alternattiva li jkollu pajjiż hija li joħroġ minn din l-unjoni.", "Madanakollu jien assolutament kontra li noqogħdu nikkreaw id-dubji fejn id-dubji assolutament ma jeżistux.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "JOE BRINCAT: Kif jgħid il-Latin, quod gratis asseritur quod gratis negatur, jiġifieri jekk il-Ministru qed jagħmel l-istatement li aħna, bl- emenda li qed nipproponu, qed nirredikolaw il-kstituzzjoni, jien ngħidlu li dan qed jagħmlu huwa stess għax jekk wieħed iħares lejn klawsola 7 ta' l- abbozz ta' liġi li għandna quddiemna wkoll isib il-kliem \"Bla ħsara għad- disposizzjonijiet ta' din il-kostituzzjoni\".", "Il-kostituzzjoni tagħna tgħid li l-liġijiet li jagħmel dan il-Parlament iridu jkunu soġġetti għal artiklu 6 tiegħu, pero` r-regoli li toħroġ l-UE m'humiex soġġetti għal artiklu 6.", "Għalhekk hawn għandna a glaring distinction, u huwa hawnhekk fejn qiegħed il-periklu.", "Issa jekk immorru għal artiklu 124 tal-kostituzzjoni nsibu li d- definizzjoni tal-kelma \"liġi\" tinkludi wkoll lill-kostituzzjoni.", "Anke jekk inħarsu lejn l-Interpretation Act, insibu li l-kelma \"liġi\" qed tinkludi lill-kostituzzjoni wkoll għax hawnhekk hawn miktub li:", "\"\"liġi\" tkun tinkludi kull dokument li jkollu saħħa ta' liġi u kull regola ta' liġi mhux miktuba, ...\"", "Għalhekk f'subklawsola (2) ta' klawsola 3, il-kliem \"Kull provvediment ta' liġi\" qed jinkludu wkoll il-kostituzzjoni.", "Jien inkompli nistaqsi: Issa liema se jibda jipprevali; artiklu 6 tal-kostituzzjoni jew subklawsola (2) ta' klawsola 3?", "Irridu noqogħdu attenti li ma nħarsux biss lejn illum imma naħsbu wkoll għal quddiem għax il-leġislazzjoni li qed nagħmlu, bħal kull leġislazzjoni oħra, ma tapplikax għaż-żminijiet tal-lum biss imma wkoll għall-futur.", "Sur President, il-liġi Maltija, kuntrarjament għal-liġi Taljana, ma tagħmilx differenza bejn liġi ordinarja u liġi kostituzzjonali.", "Fil-fatt f'dan l-abbozz ta' liġi kulma għandna msemmija hija \"law\", and law includes anything; mill-kostituzzjoni ta' Malta sa l-att dwar il-klieb.", "Għalhekk il- qorti ordinarja tista' ssib diffikulta` meta tiġi biex tara liema liġi tipprevali.", "Ara jekk il-qorti tkun kostituzzjonali, f'dak il-każ is- sitwazzjoni tkun differenti.", "Min-naħa l-oħra, f'każ ta' qorti barranija, la qed naqblu li għandha tipprevali l-kostituzzjoni u la artiklu 65 tal-kostituzzjoni stess qed iżomm il-poter tal-Parlament li dan ma jista' jagħmel xejn li ma jkunx fl- ambitu tal-kostituzzjoni, dik il-leġislazzjoni li tkun ġejja minn barra għaliex m'għandniex norbtuha bl-istess mod?", "Jekk nagħmlu hekk, inkunu qed nosservaw is-supremazija tal-kostituzzjoni fil-veru sens tal-kelma.", "Sur President, għalkemm sal-lum ma jeżisti l-ebda konflitt bejn il- kostituzzjoni u t-trattat ta' l-UE, ma nafux x'jista' jiġri 'l quddiem u għalhekk l-emenda li qed tipproponi l-oppożizzjoni għandha ssir biex b'hekk nevitaw li 'l quddiem jinqala' diżgwid bla bżonn.", "Grazzi.", "THE CHAIRMAN: Nirringrazzjak.", "Sar il-ħin.", "F'nofsinhar il-Kamra rriżumiet u l-President tal-Kumitat irrapporta progress u talab il-permess sabiex il-Kumitat jerġa' jiltaqa'.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Nitlob lill-Ministru tal-Ġustizzja u Intern sabiex, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, nipproponi l-aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tlieta, 1 ta' Lulju 2003 fis-6:00 p.m. b'din l-aġenda:-", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Unjoni Ewropea – Kumitat (Kont);", "Abbozz ta' Liġi dwar Elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili – Tieni Qari (Kont); u", "Abbozz ta' Liġi dwar Awditjar Intern u Investigazzjonijiet Finanzjarji – Tielet Qari.", "-----------------------------------------", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kummissarju għat-Tfal – Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Joe Debono Grech.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Sur President, nixtieq nagħmel dikjarazzjoni żgħira.", "Meta ttieħed il-vot fuq ir-ratifikazzjoni tat-trattat ta' l-UE, jiena ma kontx preżenti hawnhekk minħabba li kont imsiefer fuq xogħol tal- parlament fil-Kunsill ta' l-Ewropa.", "Għalhekk, nixtieq nieħu din l-okkazjoni biex niddikjara li l-vot tiegħi hu le.", "Nixtieq ngħaddi kumment ieħor.", "Ftit ilu f'din il-Kamra għaddiet liġi dwar il-moħqrija ta' l-annimali u konna tkellimna ħafna fuqha.", "Jiena nipproponi li din il-liġi tiġi scrapped għax ħadd m'hu qed jagħti kasha u eżempju ta' dan hu l-moħqrija li dawk il-povri żwiemel quddiem il-palazz qed jgħaddu minnha meta jagħmlu ġranet sħaħ jinħarqu taħt xemx tikwi.", "Jekk din il-liġi m'hijiex se tiġi enforced, dak il-kliem kollu li għedna waqt id- diskussjoni ta' din il-liġi kien kollu paroli fil-vojt.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Charles Buhagiar.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Sur President, xtaqt nieħu din l-okkazzjoni biex nitkellem dwar is-sitwazzjoni tat-trasport f'pajjiżna u xtaqt nieħu spunt minn żewġ affarijiet li ġraw dan l-aħħar.", "L-ewwel ħaġa kien dak il-każ ta' stupru li ġara fis-subway ħdejn il-Bieb tal-Bombi u li juri n-nuqqas ta' siġurta` f'dawn is-subways u t-tieni huwa l-każ tas-subways ġewwa l-Furjana li mhux qed jintużaw għax mhux qed jinżammu fi stat tajjeb u safejn naf jiena anke leakages tad-drenaġġ qed ikun hemm fihom.", "Sur President, hu ċar li f'dan il-pajjiż ma neħdux bis-serjeta` l- infrastruttra tat-trasport tagħna għax kieku dan mhux minnu, kieku dawn l- affarijiet li semmejt ma jiġrux.", "F'dan il-pajjiż għandna tendenza li meta nitkellmu fuq il-problemi tat-trasport, nispiċċaw dejjem nitkellmu fuq l- infrastruttura.", "Ikun tajjeb li nifhmu li din m'hijiex il-problema primajra li jikkawża it-trasport għax il-problema primarja li dan joħloq hu l- konflitt bejn il-vetturi u l-pedestrians, konflitt li aktar ma jgħaddi ż- żmien, aktar qed jikber tant li meta titkellem man-nies, speċjalment familja bi tfal żgħir, jgħidulek li f'dan il-pajjiż m'għandek imkien fejn tieħu t-tfal għax kullimkien mimli bil-karozzi u għalhekk huwa unsafe.", "Din hi problema serja ħafna li ma tikkonċernax lil Malta biss, bid-differenza li pajjiżi oħrajn kienu għaqlin biżżejjed biex isolvu din il-problema mentri aħna anqas biss għamilna tentattiv biex insolvuha.", "Sur President, din is-sitwazzjoni ġiet fuqna minħabba l-mod mhux ippjanat kif żviluppat l-infrastruttura tat-trasport f'pajjiżna.", "Ħafna drabi l- infrastuttura żviluppat b'rispons dirett għad-domanda u allura minflok ippjanajna biex it-trasport ikun ikkontrollat, ippjanajna biex l- infrastruttura timxi wara t-trasport.", "Dan in-nuqqas ta' ippjanar wassal biex dan il-konflitt bejn il-vetturi u l-pedestrians jikber.", "Issa l-mod kif dan il-konflitt jiġi solvut huma li nagħmlu sistemi ta' traffic management li huma effiċjenti.", "Xi ġimgħatejn ilu, il-fondazzjoni Ġuże` Ellul Mercer kienet għamlet seminar bl-isem ta' \"The Role of the Local Councils in Traffic Management\".", "Fil-fatt, il-kunsilli lokali għandhom ħafna x'jagħtu biex itaffu din il-problema u għandhom jaħdmu biex jaddottaw sistemi ta' traffic management tajbin.", "L-isfortuna f'dan il- pajjiż hija li minkejja li nafu li għandna problema ta' trasport u minkejja li nitkellmu ħafna dwar dan, xorta waħda nagħmlu ftit li xejn biex din il- problema nsolvuha.", "Anzi, meta ssir xi ħaġa tajba, ħafna drabi jittieħdu miżuri biex dak it-tajjeb li jkun sar jitneħħa.", "Per eżempju, il-gvern Laburista fis-snin disgħin kien għamel proġett ta' pavimentar ta' Triq ir- Repubblika biex bħal ħafna bliet barranin, il-Belt Valletta wkoll ikollna pedestrian area kbira fiċ-ċentru kummerċjali tagħha.", "B'dan il-mod, ridna ntaffu xi ftit il-konflitt bejn vetturi u l-pedestians u għalhekk għalaqna xi toroq għat-traffiku bħat-Triq Santa Luċija fejn anke għamilna żewġ tarġiet biex il-karozzi żgur ma jgħaddux minn hemm.", "Pero` x'ġara wara li ttieħed dan il-pass konkret biex jiġi mtaffi dan il- konflitt?", "Ġara li nbidel il-gvern u xi ħadd – li se nsemmih aktar 'il quddiem - iddeċieda li jneħħi t-tarġiet li għamilna u jagħmel rampa biex jgħaddu l-karozzi.", "Jiena għamilt mistoqsija parlamentari dwar dan u t-tweġiba li ngħatajt kienet li l-pulizija u l-kunsill lokali tal-Belt għamlu din ir-rampa sabiex tal-monti jkunu jistgħu jgħaddu bil-karettuni tagħhom.", "Dan ifisser li biex jissodisfaw lil tal-monti, dawn reġgħu għaddew it-traffiku minn din it-triq u x-xogħol li aħna konna għamilna spiċċa fix-xejn.", "Din x'serjeta` hi, Sur President?", "Minflok ma nespandu l-kunċetti moderni ta' kif jiġu solvuti l- konflitti bejn il-vetturi u t-traffiku, inħassru l-ftit tajjeb li jkun sar!", "L-istess ġara fl-Imdina fejn fis-snin tmenin, il-gvern Laburista kien illimita t-traffiku ġewwa l-Imdina għar-residenti u dawk li jkunu qed jagħtu xi servizz u dan sar minħabba l-fatt li t-traffiku f'dawk it-toroq dojoq kien qed jagħmel ħafna ħsara.", "Jekk tmur l-Imdina llum, tispiċċa taħseb li nofs Malta toqgħod l-Imdina bl-ammont ta' traffiku li jgħaddi minn ġo fiha.", "Meta nitkellem dwar dan, jgħiduli li din il-liġi diffiċli tinforzaha għax minn mindu tneħħew l-indirizzi minn fuq id-driving license, m'għadux possibbli tiċċekkja fuq liema indirizz hi rreġistrata l-karozza u minħabba f'hekk, qed isir abbuż sfaċċat.", "Kemm-il darba għedna li mhux biżżejjed li toħloq l-iskemi imma jrid isir enforcement fuqhom; enforcement li fil-każ ta' l-Imdina issa ma jistax isir għax bid-tibdil li sar fil-liċenzja, dak li jkun ma jkunx jaf jekk karozza partikolari għandhiex dritt jew le tidħol l-Imdina.", "Għalhekk jiena nissuġġerixxi li noħolqu sistema fejn kulmin għandu dritt jidħol bil- karozza fl-Imdina, ikollu mmarkat l-ittra \"M\" fuq il-liċenzja tal-karozza tiegħu eżatt bħal ma jiġri fil-każ ta' karozzi li jidħlu l-Belt u jkollhom l-ittra \"V\".", "B'dan il-mod, il-liġi tkun tista' tiġi enforced u nnaqsu mill- ħsara li qiegħda ssir fl-Imdina minħabba dak it-traffiku kollu li qed jgħaddi minn ġo fiha.", "L-istess ġara ġewwa Bay Square f'Buġibba.", "Hawnhekk gvern laburista kien għamel pedestrianization tal-pjazza kollha biex intaffu l-konflitt bejn il-vetturi u n-nies.", "Sfortunatament, anke f'dan il-każ, ħafna xogħol spiċċa fix-xejn għax kulmin imur jara din il- pjazza illum, isib karozzi deħlin fil-pjazza minn kullimkien.", "Ħafna mill- problemi ta' trasport f'pajjiżna ġejjin mill-fatt li m'hawnx infurzar tal- liġi u jiena nistaqsi fejn qegħdin il-wardens li kellhom idaħħlu d- dixxiplina fit-toroq tagħna.", "Tisma' l-gvern jgħid li l-wardens qed jagħtu ħafna ċitazzjonijiet imma kieku hekk, ma naħsibx li naraw dawn l-abbużi kollha fis-sistema tat-trasport f'pajjiżna.", "Waħda mill-affarijiet li jingħadu hu li hemm bżonn jitnaqsu l-vetturi mit- toroq imma biex isir dan irid ikun hawn sistema effiċjenti tat-trasport pubbliku.", "Il-karozzi tal-linja ġodda u t-ticketing machines huma tajbin pero` m'humiex se jsolvu l-problema tat-trasport pubbliku.", "Hemm bżonn overhaul sħiħ tas-sistema tat-trasport pubbliku għax ma nistgħux inħallu s- sistema li għandna bħalissa, sistema maħluqa ħafna snin ilu fuq kundizzjonijiet demografiċi totalment differenti minn dawk preżenti.", "Bilfors li jkollok użu estensiv tal-karozzi privati jekk għandna areas residenzjali ġodda li lanqas biss għandhom trasport pubbliku minħabba l- fatt li meta ġiet maħluqa s-sistema tat-trasport pubbliku, dawn l-areas lanqas biss kienu jeżistu!", "Hemm bżonn li naħdmu biex insolvu din il- problema għax din qed ikollha konsegwenzi koroh mhux biss għat-traffiku nazzjonali imma anke għas-saħħa tal-poplu.", "Fil-fatt, minn studju li sar mill-kunsill lokali tal-Fgura u ż-Żejtun, irriżulta li l-aktar post f'Malta li hemm nies li jbatu minn mard respiratorju hi proprju l-area ta' Żabbar Road u Hompesch Road fil-Fgura; area li kollha kemm aħna nafu kemm hi traffikuża.", "Rigward l-infrastruttura tat-trasport, hemm bżonn li din nirranġawha mhux biss billi nsewwu t-toroq imkissrin li għandna imma billi nagħmlu arranġamenti fit-traffiku tagħna sabiex dan ma jgħaddhiex min-nofs l- irħula.", "Sfortunatament, f'dan il-pajjiż saru ħafna toroq li qasmu l-irħula fi tnejn u Triq Sant'Anna fil-Furjana u Triq Diċembru 13 fil-Marsa huma eżempji primi ta' dan.", "GĦandna ħafna minn dawn it-toroq li jaqsmu l-irħula fi tnejn u minnhom jgħaddi volum qawwi ta' traffiku b'konsegwenzi koroh għaċ-ċittadini ta' dawn l-irħula u għalhekk ikun tajjeb li nibdew naħdmu biex intaffu din il-problema.", "Sur President, nikkonkludi billi nappella lill-gvern sabiex flimkien mal- kunsilli lokali - li għandhom ħafna x'jagħtu f'dan ir-rigward – jgħaddu mill-paroli għall-fatti u jibdew jaħdmu sabiex din il-problema kbira fil- pajjiż tibda tiġi solvuta.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joseph Cuschieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Sur President, bħalma għamel il-kollega tiegħi, l-Onor.", "Joe Debono Grech, jiena wkoll nixtieq nagħmel riferenza għal-liġi dwar id-drittijiet ta' l-annimali.", "Niftakar li l-oppożizzjoni Laburista kienet l-ewwel li ħarġet b'din l-idea u kienet ressqet abbozz ta liġi għad-diskussjoni, liema abbozz ma' kienx ġie aċċettat min-naħa tal-gvern Nazzjonalista biex eventwalment dan spiċċa ressaq abbozz dwar dan ftit xhur wara.", "Kemm fl-istadju tat-tieni qari kif ukoll fi stadju ta' kumitat intqal ħafna kliem sabiħ mid-deputati kollha dwar id-drittijiet ta' l-annimali u għalhekk wieħed kien jistenna li din il- liġi se tibda taħdem u tiġi nfurzata kif suppost.", "Sfortunatament, bejn il- paroli u l-fatti hemm baħar jikkumbatti u dan qed ngħidu għaliex, bħalma jaf kulmin jgħaddi minn dawn in-naħat, quddiem il-palazz ikun hemm iż- żwiemel u f'dawn iż-żmenijiet ta' sħana kbira, dawn il-povri żwiemel qed jispiċċaw jagħmlu ġranet sħaħ taħt xemx tikwi.", "Dan qed jiġri minħabba xi ħadd li fettillu jneħħi t-tinda li kien hemm – tinda li kienet saret proprju biex toffri dell lil dawn iż-żwiemel - u ma offriex alternattiva.", "Sur President, dan hu każ ċar ta' moħqrija fil-konfront ta' dawn iż-żwiemel u ċertament li xeni bħal dawn għandhom iġegħluna nistħu speċjalment wara li għamilna żmien niftaħru li għaddejna liġi favur id-drittijiet ta' l- annimali.", "Jien ningħaqad ma' kulmin għamel appell biex min hu responsabbli jieħu l-passi kollha neċċessarji sabiex dawn iż-żwiemel ma jkomplux jinħaqru.", "Fl-antik, meta ż-żwiemel kien għadhom ħdejn il-qorti, dawn mhux biss kien ikollhom fejn jistkennu mix-xemx imma kien anke jkollhom ħawt min fejn jixorbu.", "Illum, bil-moderniżmu kollu tagħna, dawn iż-żwiemel mhux biss m'għandhomx minn fejn jixorbu imma tfajnihom jinxtwew fix-xemx mingħajr ma offrejnilhom dell fejn jistkennu.", "Ngħaddi issa biex nitkellem fuq is- settur turistiku f'pajjiżna; m'iniex se nitkellem fuq statistiċi u rapporti li ġew ippublikati fuq dan is-suġġett imma se niffoka fuq il- prodott Malta.", "Jekk wieħed iħares x'sar fuq il-prodott Malta rigward titjib fl-ambjent, wieħed awtomatikament jgħid li qabel l-elezzjoni saru l-mirakli għax ir- roundabouts u s-soft areas kollha ta' Malta ħadu r-ruħ b'numru kbir ta' fjuri u siġar.", "Sfortunatament, issa kollox beda jitbiel u hemm ċerti areas fejn donnu ħadd ma għadu jagħti kashom.", "In-naqra tama li kien hawn f'dan il- pajjiż li se nibdew nagħmlu l-affarijiet bis-serjeta` qed tispiċċa u kollox qed jerġa` jiġi kif kien sitt xhur qabel l-elezzjoni.", "Sur President, se nibda billi nsemmi Triq Birkirkara, liema triq tgħaqqad San Ġwann ma' Ta' Sliema u San Ġiljan.", "Qed insemmi din it-triq għax kulħadd jaf li jkun fiha konċentrazzjoni kbira ta' barranin, kemm minħabba n-numru ta' lukandi li hekk fl-akkwati kif ukoll minħabba l-iskejjel ta' l-ingliż u numru sostanzjali ta' host families f'dawn in-naħat li jospitaw l-istudenti barranin.", "Minħabba li dawn l-istudenti barranin rari jkollhom mezz ta' trasport, dawn qegħdin jimxuha mid-dar sa l-iskola tagħhom, u bħal bqija tar-residenti ta' dawn in-naħat qed ikollhom diffikulta` jaqsmu min-naħa għall-oħra minħabba xogħol li għaddej f'din it-triq, liema xogħol qed jimxi b'mod kalm wisq.", "Jiena nappella biex min hu responsabbli jieħu l-passi sabiex dan ix-xogħol jitħaffef mill-aktar fis possibbli minħabba l-fatt li l-istess xogħol qed joħloq inkonvenjenzi kbar lit-turisti, lill-istudenti u lir-residenti ta' l-akkwati.", "M'ilux saret mistoqsija parlamentari f'dan ir-rigward u qalulna li fil-bidu ta' dan ix-xahar kellu jingħata t-tarmac.", "Illum wasalna fl-ewwel ġurnata ta' Lulju u kollox għadu kif kien ġimgħat ilu u m'hemm ebda trakk bit- tarmac.", "Nittama li dan it-tarmac jingħata mill-aktar fis possibbli għax jien ċert li dan kollu mhux qed jagħmel ġid lis-settur tat-turiżmu.", "Sur President, xtaqt issa nitkellem dwar Paceville li hi l-mecca tat- turisti speċjalment dawk żgħażagħ.", "Hija ħaġa ta' l-iskantament kif eżatt kif wasal il-peak season tat-turisti beda x-xogħol f'dawn l-akkwati u tkissru t-toroq kollha, bil-konsegwenza li t-turisti qed isibu diżastru kullimkien.", "Anke f'dan il-każ, qed issir ħsara kbira lis-settur tat- turiżmu.", "Il-ministru responsabbli mit-turiżmu kien ħabbar li mil-lum, l-1 ta' Lulju, kull xogħol ta' kostruzzjoni, kemm fejn jidħlu toroq u anke xogħol ta' kostruzzjonijiet oħra kellu jieqaf, pero` illum stess kompla x- xogħol f'din iz-zona u reġgħu bdew ikissru kullimkien u at this point jiena nibda niddubita kemm min jieħu ħsieb dan ix-xogħol, qed jagħti kas ta' x'qed jgħid il-ministru!", "Ma jistax ikun li se jibda l-peak season u għandna zona ċentrali bħal dik ta' Paceville imkissra kollha.", "Jekk ix- xogħol ma laħaqx sar fix-xitwa, dan missu ġie sospiż imbagħad jitkompla wara li jgħaddi l-peak season u mhux spiċċajna ħloqna katina enormi ta' inkonvenjenzi proprju issa li se jibda l-peak season.", "Sur President, Malta hi magħrufa għax-xemx u l-baħar u għalhekk tippretendi li almenu l-bajjiet tagħna jkunu diċenti.", "Sfortunatament, anke fil-bajjiet tagħna għandna telqa sħiħa u ma hemm l-ebda sinjal ta' upgrading jew bini ta' faċilitajiet f'dawn il-bajjiet.", "Jekk neskludu dawk il-partijiet li ngħataw lis-settur privat b'encroachment, il-bajjiet pubbiċi jinsabu f'qagħda diżastruża u l-isfortuna hi li issa dawn ilhom mitluqin għal bosta snin.", "Saħansitra għadna nużaw dawk it-tankijiet tal-ħadid bħala bins, liema tankijiet huma eye sore u jistonaw ħafna mal-bqija tal-bajja.", "Sfortunatament, f'Malta ma ssibx bajja li hi up to standard.", "F'bajjiet barra minn Malta ssib faċilitajiet sanitarji u ta' first aid mill-aqwa u għalhekk jiena nappella biex anke f'Malta nagħmlu dawn il-faċilitajiet, anke jekk dawn ikunu bi ħlas imma għallinqas il-faċilita` tkun hemm u min irid ikun jista' jużaha.", "Hemm bżonn li l-bajja ta' l-Għadira tiġi rranġata u li l-proġetti tal-bajja ta' San Ġorġ u tal-Bajja tal-Balluta ma jibqgħux biss fuq il-karta.", "Ngħaddi issa biex nitkellem fuq il-promenade ta' Buġibba li tinsab fi stat disastruż b'telqa ma' kullimkien u boroż suwed taż-żibel f'kull kantuniera proprju fil-ħinijiet ta' filgħaxija; ħinijiet li fihom numru kbir ta' Maltin u turisti jkunu għaddejjin minn hemm.", "Ma jistax ikun li jkun hemm din it-telqa kollha f'zona fejn jiġu allokati 40% tat-turisti li jiġu jżuruna.", "Fuq il-promenade ta' Ta' Sliema sar xogħol kbir u tajjeb imma sfortunatament, anke hawn qed jibda jintelaq kollox għal riħu.", "Sur President, nikkonkludi billi nappella lil kulmin hu responsabbli sabiex jieħu l-passi kollha meħtieġa biex dawn l-affarijiet li semmejt jiġu rranġati għall-ġid tas-settur turistiku li minnu jgawdi kulħadd.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal-lejla, it- Tlieta, l-1 ta' Lulju 2003 fis-6:00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill- Ministru.", "Fin-12.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "HERITAGE MALTA - IMPJEGAT", "639.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid x'wassal biex persuna - isimha qed jintbagħat separatament - titneħħa mill-kariga f'Heritage Malta?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Il-persuna li rriferiet għaliha l-Onor.", "Membru ma' ġietx imneħħija mill-ebda kariga minħabba l-fatt li wara l-elezzjoni l- istess persuna, kif f'ċirkostanzi normali, offriet ir-riżenja tagħha u jien informajtha li aċċettajtha.", "HOUSEHOLDS BI DĦUL TAĦT IL-PAGA MINIMA", "648.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 381 u jgħid kemm hawn familji li d-dħul tagħhom huwa taħt il-paga minima?", "Kemm għandhom tfal u x'persentaġġ huma dawn il-familji mit-total kollu tal- familji Maltin u GĦawdxin?", "F'liema lokalita' jgħixu dawn il-familji?", "ONOR.", "JOHN DALLI: In-numru ta' households li d-dħul totali tagħhom minn paga u/jew imgħax, renti, pensjonijiet u benefiċċji soċjali oħra huwa ddikjarat inqas mill-paga minima huwa ta 12,327 jew 9.6% tal-households kollha - ta' min jgħid li l-paga minima nazzjonali huwa ammont maħdum fuq medja ta' koppja miżżewġa b'żewġt itfal – u 87% ta' dawk il-households li jiddikjaraw inqas mill-paga minima huwa magħmul kif ġej:", "41.1% b'membru wieħed ta' eta 'il fuq minn 65 sena;", "27.5% b'persuna waħda bejn l-etajiet ta' 30 u 64 sena; 12.2% b'żewġ adulti li almenu wieħed minnhom għandu 'l fuq minn 65 sena u mingħajr ulied dipendenti; u", "5.9% b'żewġ adulti ta' eta inqas minn 65 sena u mingħajr ulied dipendenti.", "In-numru ta' tfal taħt is-16-il sena li jgħixu f'households li d-dħul tagħhom huwa inqas mill-paga minima huwa ta' 1,787.", "L-uffiċċju nazzjonali ta' l-istatistika jaħdem fuq bażi ta' sitt distretti u għalhekk għall-aħħar parti tal-mistoqsija qegħda tingħata l-informazzjoni skond dawn id-distretti fl-iskeda li ġejja:", "|Southern |Valletta, Birgu, |4,4| |Harbour |Isla, Bormla, |37 | | |Zabbar, Fgura, | | | |Floriana, | | | |Kalkara, Luqa, | | | |Marsa, Paola, Sta| | | |Luċija, Tarxien, | | | |Xgħajra | | |Northern |Qormi, B'Kara, |3,9| |Harbour |Gżira, Ħamrun, |39 | | |Msida, Pembroke, | | | |Pieta', San | | | |Ġiljan, San | | | |Ġwann, Sta. | | | |Venera, Sliema, | | | |Swieqi, Ta' Xbiex| | |South |Żejtun, |1,2| |Eastern |Birżebbuġa, |90 | | |Gudja, Għaxaq, | | | |Kirkop, M'Scala, | | | |M'Xlokk, Mqabba, | | | |Qrendi, Safi, | | | |Żurrieq | | |Western |Żebbuġ (Malta), | | | |Siġġiewi, Attard,|981| | |Balzan, Dingli, | | | |Iklin, Lija, Raba| | | |(Malta), Mtarfa | | |Northern |Mdina, Għargħur, |1,0| | |Mellieħa, Mġarr, |78 | | |Mosta, Naxxar, | | | |San Pawl il-Baħar| | |Għawdex u |Rabat, Fontana, | | |Kemmuna |Għajnsielem u |602| | |Kemmuna, Għarb, | | | |Għasri, Kerċem, | | | |Munxar, Nadur, | | | |Qala, San | | | |Lawrenz, Sannat, | | | |Xagħra, Xewkija, | | | |Żebbuġ | |", "KUMPANNIJI PUBBLIĊI - PROMOZZJONIJIET", "659.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Teknoloġija ta' l- Informazzjoni u Investiment: Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 385 u jgħid tul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena, kemm ingħataw promozzjonijiet mal-kumpanniji pubbliċi li jaqgħu taħt ir- responsabbilta' tiegħu?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "PEMBROKE: TRIQ BICE MIZZI VASSALLO - BDIL TA' SOQFA", "660.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'passi se jittieħdu dwar il-fatt li s-soqfa tal-veranda ta' diversi binjiet f'Pembroke huma ta' l-asbestos, bħal ngħidu aħna dawk fi Triq Bice Mizzi Vassallo?", "Jistgħu jinbidlu u minflok jintuża materjal mhux ta' ħsara għas- saħħa tar-residenti?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Għaddejt it-talba ta' l-Onor.", "Interpellant lid- dipartiment tal-bini u tiswija ta' djar għall-konsiderazzjoni tiegħi.", "BARRANIN JAĦDMU ILLEGALMENT", "672.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: F'kummentarju fuq capital radio fl-4 ta' Ġunju ntqal li hemm kuntratturi li qed iħaddmu ħaddiema barranin illegalment u jħallsuhom 80c is-siegħa u dan anke fuq proġetti tal-gvern.", "Jista' il-Ministru jinvestiga u jara jekk dan l-abbuż hux qed isir jew le?", "Jista' jagħti dettalji dwar fuq liema xogħol qed jitħaddmu u min huma l-kuntratturi inkwestjoni u fuq kollox jittiehdu l-passi meħtieġa skond il-liġi?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi l- mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "TITQIBA KONTRA L-MENINGITE", "706.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' il- Ministru jgħid jekk it-titqiba tal-meningite hix out of stock?", "Meta huwa maħsub li din tkun available fiċ-ċentri tas-saħħa?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-informazzjoni għadha qed tinġabar u risposta tingħata f'seduta oħra.", "TARZNARI – SKEMI TA' APPRENDISTAT", "707.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għat-Teknoloġija ta' l- Informazzjoni u Investiment: Jista' il-Ministru jagħti dettalji dwar dħul ta' apprendisti ġodda fit-tarznari wara l-wegħda li saret ta' skemi ta' apprendistat fit-tarzna tal-Marsa u dik ta' Bormla?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: It-tarznari qegħdin jisponsorjaw apprendisti ġodda skond l-iskemi ta' l-extended skill training scheme u t-technician apprenticeship scheme tal-ETC.", "Fis-sena 2002 xtaqna nisponsorjaw 60 apprendist iżda fil-fatt sibna 30 biss fis-snajja' meħtieġa.", "Din is-sena t- talba hija ta' 60 apprendist u s'issa għażilna 50 fis-snajja' meħtieġa.", "MOSTA - XIRI TA' OQBRA", "723.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' il- Ministru jgħid fiex waslet l-applikazzjoni DH39/97/469 għal qabar fil-Mosta li saret fl-1997 minn persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Informat li l-applikazzjoni DH39-97-469 għal qabar fil-Mosta ġiet mgħoddija lid-dipartiment fis-7 ta' Ottubru 1997 u tinsab numru 138 fil-waiting list ta' l-istess ċimiterju.", "EUROPEAN PARLIAMENT PUBLIC FORUM", "727.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Prim Ministru: Fid-dawl tar- relazzjoni tal-Kummissarju Ewropew għall-intrapriża u l-information society dwar cyber security and the European network and information security agency, jista' il-Prim Minisru jgħid jekk Malta kenitx mistiedna għal dan il-European parliament public forum u fuq liema livell ħadet sehem?", "X'inizjattivi qed jieħu l-uffiċċju tal-prim ministru flimkien ma' l- awtoritajiet kompetenti biex jilqa' għall-problemi ta' cyber security li jmorru lil hinn minn sempliċi data protection?", "Saru xi kuntatti ma' l- awtoritajiet kompetenti biex Malta tkun attrezzata biex tikkumbatti l-hekk imsejjaħ cyber crime?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Malta ġiet mistiedna tattendi l-working party on telecommunications and information society services bħala osservatur.", "Waħda mill-affarijiet li kienu qed jiġu diskussi kienet il-proposta biex titwaqqaf aġenzija għall-European network and information security.", "Malta wkoll qed tattendi bħala osservatur fl-electronic communications (COMELEC-COTEL) working party u l-European security and defence policy network security accreditation panel (ESDP-Net SAP).", "Dan ta' l-aħħar jittratta dwar l-iżvilupp ta' communications network li biha jkunu jistgħu jiġu trasmessi dokumenti klassifikati.", "Fil-kuntest tas-security regulations ta' l-Unjoni Ewropea, il-gvern iddelega diversi funzjonijiet li huma: is-security services li ġiet innominata bħala n-national security authority; is-segretarjat tal- kabinett ġie nnominat bħala s-security accreditation authority; iċ-CIMU ġie nnominat bħala l-infosec authority.", "F'kuntest lokali, il-gvern ħa numru ta' miżuri li jirrigwardaw is-sigurta` ta' l-informazzjoni u s-cyber crime.", "Tajjeb li wieħed ifakkar li fl-2001 il-gvern għamel emendi fil-Kodiċi Kriminali biex jilleġisla kontra użu mhux kif dovut bil-computer.", "Iktar kmieni din is-sena fi ħdan il-pulizija twaqqaf cyber crime unit bil-għan li jiffoka fuq dan it-tip ta' reati.", "Iċ-CIMU ikkommissjona pjan strateġiku ta' tliet snin għas-sigurta` ta' l- informazzjoni.", "Rakkmandazzjonijet li diġa` twettqu jinkludu: kreazzjoni tal-pożizzjoni ta' head, infosec fi ħdan iċ-CIMU fejn bħalissa nħarġet sejħa għal applikazzjonijiet; it-twaqqif ta' ministry security forum fi ħdan kull ministeru; kreazzjoni ta' pożizzjoni ta' ministry information security officer ġo kull ministeru; iil-ħruġ miċ-CIMU ta' numru ta' direttivi bil-għan li jgħinu l-adozzjoni ta' l-ISO 17799: code of practice for information security management; kreazzjoni ta' dipartiment ta' information security and risk management fi ħdan il-MITTS Ltd li joffri support tekniku.", "Aktar kmieni din is-sena, bħala parti mill-attivitajiet għall-conference of ministers of the interior of the western Mediterranean (CIMO), il- ministeru tal-ġustizzja u intern nieda konferenza dwar is-cyber crime.", "Matul dawn l-aħħar 12-il xahar ġew mogħtija numru ta' preżentazzjonijiet fil-ministeri u dipartimenti sabiex jiżdied l-għarfien fuq is-sigurta` ta' l-informazzjoni.", "Sar ukoll ICT public discussion forum bit-titlu ta' securing cyber space organizzata mill-MITTS Ltd fil-kamra tal-kummerċ.", "MITTS - LAQGĦA GĦAL ACCREDITED SUPPLIERS", "736.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għat-Teknoloġija ta' l- Informazzjoni u Investiment: Jista' il-Ministru jgħid x'kien l-iskop tal- laqgħa li organizzat il-MITTS għall-accredited suppliers tagħha nhar id-19 ta' Ġunju 2003?", "Dan kellu x'jaqsam ma' l-implimentazzjoni tal-ftehim milħuq mill-gvern mal-kumpannija Microsoft?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninsab informat li l-laqgħa li saret fid-19 ta' Ġunju mill-MITTS f'isem ic-CIMU, saret biex l-accredited suppliers ikunu informati dwar xi partijiet tal-ftehim li sar dan l-aħħar bejn il-Gvern Malti u l-Microsoft.", "DESKTOP & NETWORK PENETRATION", "737.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għat-Teknoloġija ta' l- Informazzjoni u Investiment: Jista' il-Ministru jgħid x'inhu l-persentaġġ ta' desktop u network penetration f'kull ministeru tal-gvern?", "X'inhuma l- figuri globali?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant biex jirriferi l- mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "XIRI TA' HARDWARE/SOFTWARE", "738.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għat-Teknoloġija ta' l- Informazzjoni u Investiment: Il-gvern jirriżultalu li fl-imgħoddi kien qed jinxtara hardware u software mid-dipartimenti u ministeri tal-gvern li kien aktar minn dak meħtieġ?", "F'liema każi u f'liema ministeri rriżulta li sar dan?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant illi ma jirriżultalix li fil-ministeru tiegħi kien qed jinxtara hardware u software iżjed milli meħtieġ, ħlief xi waħdiet spare għal xi emerġenza.", "Dwar il-ministeri l-oħra, nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel il- mistoqsija direttament lilhom.", "AWDITJAR TAS-SISTEMA TA' L-INFORMATIKA", "739.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għat-Teknoloġija ta' l- Informazzjoni u Investiment: L-audit tas-sistemi ta' l-informatika fis- settur pubbliku jsir miċ-CIMU jew mill-MITTS innifisha f'isem iċ-CIMU?", "Jista' il-Ministru jagħti indikazzjoni tar-riżultati ta' audits simili u jekk dawn jirriżultawx li huma konformi ma' prattiċi stabiliti fl- informatika?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant biex jirriferi l- mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "XGĦAJRA - TNAQQIS FIL-PENSJONI", "764.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jinvestiga l-każ ta' anzjan għażeb li d-dettalji tiegħu jintbagħtu separatament li tnaqqsitlu l- pensjoni minħabba ħlas żejjed?", "Jista' dan l-anzjan jiġi informat bl-aħħar żviluppi?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi lill- persuna indikata fl-ufficcju distrettwali tad-dipartiment tas-sigurta' socjali.", "RAĦAL ĠDID – TNAQQIS FIL-PENSJONI", "771.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jinvestiga l-każ ta' anzjana li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament peress li qed tirċievi pensjoni nieqsa?", "Tista' din l-anzjana tiġi informata bl-aħħar żviluppi?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi lill- persuna indikata fl-ufficcju distrettwali tad-dipartiment tas-sigurta' soċjali.", "RAĦAL ĠDID – PROVVISTA BAXXA TA' L-ELETTRIKU", "798.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għat-Teknoloġija ta' l- Informazzjoni u Investiment: Jista' il-Ministru jintervjeni fil-każ ta' żewġ familji li d-dettalji tagħhom qed jintbagħtu separatament li qegħdin iħabbtu wiċċhom ma' problemi ta' dawl baxx?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "ĦWIENET LI JBIEGĦU SOUVENIRS", "803.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' il- Ministru jgħid kemm hawn ħwienet awtorizzati li jbiegħu souvenirs lit- turisti?", "Jista' jgħid liema huma?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel din il- mistoqsija lill-ministru konċernat.", "GWIDI", "804.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' il- Ministru jgħid kemm hawn gwidi jaħdmu f'Malta?", "Kemm minnhom huma Maltin?", "Il-barranin x'nazzjonalita' huma?", "Min jimpjegahom?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li n-numru ta' gwidi liċenzjati mad-direttorat fl-awtorita' tat-turiżmu biex jaħdmu fil-gżejjer Maltin huwa ta' 555.", "Minn dawn 549 huma Maltin u hemm sitt barranin, cioe' Ċiniż, żewġ Fjammingi, Ġappuniż u żewġ Olandiżi.", "Peress li l-aħħar parti tal-mistoqsija mhix ċara biżżejjed, l-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jikkjarifika t-tip ta' informazzjoni li jixtieq.", "TOURISM REPs", "805.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' il- Ministru jgħid kemm hawn reps jaħdmu f'Malta?", "Kemm minnhom huma Maltin?", "Il-barranin x'nazzjonalita' huma?", "Min jimpjegahom?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-ministru konċernat.", "SAN ĠILJAN: TRIQ BIRKIRKARA - XOGĦLIJIET", "806.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid meta huwa maħsub li jitlesta x- xogħol fuq Triq Birkirkara, San Ġiljan?", "Peress li x-xogħol jidher li miexi b'ritmu kajman, jaf li dan qed joħloq inkonvenjent lir-residenti minħabba trabijiet u storbju?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat illi peress li Triq Birkirkara hija pjuttost dejqa, ix-xogħol ta' tibdil tal-mains u s-servizzi ta' l-ilma ħa aktar żmien milli previst biex jitlesta.", "Bħalissa qed isir it-tagħqid tal- main prinċipali, it-tqegħid tal-cables tal-Maltacom u qed jinbnew il- bankini l-ġodda biex mill-1 ta' Lulju jibda x-xogħol ta' l-asfalt fuq il- wiċċ tat-triq.", "Ix-xogħol hu mistenni li jitlesta f'Lulju biex finalment it-triq terġa' tinfetaħ.", "DJAR LIĊENZJATI GĦALL-KIRI", "811.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' il- Ministru jgħid kemm hawn holiday flats, holiday appartments u djar oħra li għandhom liċenzja biex jinkrew, jista' jgħid ukoll jekk teżistix klassifika tagħhom u jagħti dettalji?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "MTA – GĦAQDIET RAPPREŻENTATTIVI", "812.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' il- Ministru jgħid kemm-il għaqda, assoċjazzjoni jew xort'oħra huma rappreżentati fl-MTA?", "Jista' jgħid liema huma u f'liema bordijiet huma rappreżentati?", "Jista' jgħid min huma l-persuni li jirrappreżentaw lil kull wħada minn dawk imsemmija?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Dokument bl-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant tpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "IS-SEBA' DISTRETT - XOGĦOL TA' ASFALTAR", "855.", "L-ONOR.", "DAVID AGIUS staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid liema toroq ingħataw it-tarmac mill-gvern ċentrali matul l-2002 u l-2003 f'Ħ'Attard, Ħaż-Żebbug, is- Siġġiewi u Ħad-Dingli?", "Kemm ġiet tiswa kull triq?", "Liema huma t-toroq fl- istess lokalitajiet li l-gvern beħsiebu jagħti t-tarmac fil-kumplament ta' din is-sena jew fis-sena 2004?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant għadha qed tinġabar u l-informazzjoni tingħata f'seduta oħra.", "KUNSILLI LOKALI - ŻBILANĊ FINANZJARJU", "857.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 687 u jgħid liema huma l-kunsilli lokali li jinsabu fi żbilanċ finanzjarju?", "ONOR.", "TONIO BORG: L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f`xi seduta oħra.", "RAĦAL ĠDID – TALBA GĦALL-BDIL TA' POST", "864.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jara fiex wasal il-file ta' anzjana li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament li qiegħda titlob biex tibdel il-post?", "Tista' din l-anzjana tiġi informata bl-aħħar żviluppi?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jien informat illi l-applikazzjoni qed tigi kkonsidrata flimkien ma' applikazzjonijiet pendenti oħra li għandu quddiemu d-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali.", "CLINICS – SERVIZZI TA' EMERĠENZA", "865.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' il- Ministru jgħid liema huma l-isptarijiet u kliniċi f'Malta u f'GĦawdex li għandhom permess biex jagħtu servizz ta' emerġenza jew ta' dianjosi bħal X- ray, laboratorji, operazzjonijiet,etc?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-informazzjoni għadha qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "RAĦAL ĠDID - ASFALTAR TA' TOROQ", "881.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm toroq fil-lokalita' ta' Raħal Ġdid li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tal-gvern li għadhom ma ngħatawx tarmac?", "Meta hu maħsub li dawn it-toroq jingħataw it-tarmac?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nitlob l-Onor.", "Interpellant jirriferi għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 878.", "GUDJA - ASFALTAR TA' TOROQ", "882.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm toroq fil-lokalita' tal- Gudja li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tal-gvern li għadhom ma ngħatawx it- tarmac?", "Meta hu maħsub li dawn it-toroq jingħataw it-tarmac?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat illi filwaqt illi bħalissa l-awtorita` dwar it-trasport u l-kunsill lokali tal-Gudja għaddejjin b'taħditiet biex jiġi ffirmat kuntratt bejniethom biex isir xogħol ta' asfalt fiż-żona tax- Xlejli, id-direttorat tat-toroq qiegħed fil-proċess li jirrivedi l- informazzjoni li għandu dwar toroq oħra msemmija mill-Onor.", "Interpellant fil-lokalitajiet kollha u l-informazzjoni tkun tista tingħata meta dan il- proċess ikun tlesta."]} {"filename": "20041025_176d_par.doc", "date": "2004-10-25", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 176 It-Tnejn, 25 ta' Ottubru, 2004 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 176 It-Tnejn, 25 ta' Ottubru, 2004", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.01 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "176", "It-Tnejn, 25 ta' Ottubru, 2004", "WERREJ", "MINUTI 781", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 781", "TQEGĦID TA' KARTI 788", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IS-SIGURTA` SOĊJALI (IT-TIENI QARI)", "SOCIAL SECURITY (AMENDMENT) BILL (SECOND READING) 790", "AĠĠORNAMENT 812", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 818", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 175 li saret fl-20 ta' Ottubru, 2004 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "GĦAWDEX - XOGĦLIJIET B'DIRECT ORDER", "7542.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Anton Refalo) staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid x'inhu x-xogħol li ngħata f'Għawdex b'direct order minn Jannar sa Settembru 2004?", "Tista' telenka u tagħti deskrizzjoni qasira tax-xogħol kollu li ngħata b'direct order fil-perjodu hawn fuq indikat u kemm swiet kull direct order li ngħatat?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO (Ministru għal Għawdex): L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant hija kif murija fit-tabella ta' hawn taħt:-", "|Dipartiment|Deskrizzjon|Valur | |/Fergħa |i ta' |tad-Direc| | |Xogħol |t Order | |Dipartiment|Tiswijiet |1,233.10 | |għas-Serviz|fuq il-lift| | |zi |li hemm | | |Korporattiv|fil-bini | | |i |tal-Ministe| | | |ru għal | | | |Għawdex | | |Dipartiment|Kisi |1,625 | |tal-Custome|tal-passaġġ| | |r |li minnu | | |Services,Ed|jgħaddu | | |ukazzjoni |studenti | | | |għall-buses| | |Dipartiment|Xiri ta' |645.00 | |tal-Proġett|fanali | | |i u |dekorattivi| | |Żvilupp/ |għall-belve| | |Xogħlijiet |dere fi | | | |Triq | | | |Xħajma, | | | |Nadur | | |Xogħlijiet |Xogħol |869.70 | | |urġenti ta'| | | |bini ta' | | | |ħitan fi | | | |Triq | | | |Sdieri, | | | |Għarb | | |Xogħlijiet |Xiri ta' |1,239.00 | | |madum | | | |Pulfido | | | |għall-belve| | | |dere fi | | | |Triq | | | |Xħajma, | | | |Nadur | | |Xogħlijiet |Provvista |*5,092.55| | |ta' apparat| | | |li jintuża | | | |mis-surveyo| | | |rs | | | |fil-Fergħa | | | |tax-Xogħoli| | | |jiet | | |Agrikoltura|Trasferimen|1,000.00 | | |t ta' | | | |karkassi | | | |ta' | | | |annimali u | | | |fdalijiet | | | |oħra ta' | | | |annimali | | | |biex jiġu | | | |maħruqa | | | |fl-inċinera| | | |tur | | |Xogħlijiet |Xogħolijiet|1,830.36 | | |ta' | | | |estensjoni | | | |fis-sistema| | | |ta' drenaġġ| | | |f'diversi | | | |lokalitajie| | | |t f'Għawdex| | |Xogħlijiet |Kisi ta' |749.00 | | |sqaq fi | | | |Triq 13 ta'| | | |Diċembru, | | | |Nadur | | | |bil-monolit| | | |hic | | | |concrete | |", "Barra minn dawn, l-isptar ġenerali għandu kuntratt mal-koperattiva għall- ħasil tal-bjankerija li jammonta għal madwar Lm 8,000 fix-xahar.", "Il- pagamenti jsiru dejjem bl-approvazzjoni tal-Finanzi.", "*Approvat mill-Finanzi", "ĠUSTIZZJA U INTERN - APPLIKAZZJONI GĦALL-FONDI MILL-UE", "7063.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid liema kienu dawk l-entitajiet, dipartimenti jew awtoritajiet li jaqgħu taħt id- dekasteru tiegħu li applikaw għal xi forma ta' fondi mill-Unjoni Ewropea mill-1 ta' Jannar, 2004 sal-lum, kemm pre-accession kif ukoll accession funds?", "Għal liema fondi applikaw?", "Kemm-il proġett ġie sottomess?", "X'kien l-eżitu?", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI (Segretarju Parlamentari) (f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern): Mill-1 ta' Jannar, 2004 sal-lum, saru t-talbiet sussegwenti għall-fondi mill-Unioni Ewropea, minn entitajiet, dipartimenti jew awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru ta' dan il-ministeru:", "Taħt it-Transition Facility 2005 saru talbiet minn:", "Reġistru pubbliku u ta' l-artijiet Diviżjoni qrati tal-ġustizzja Uffiċċu ta' l-avukat ġenerali Uffiċċju tan-nutar tal-gvern Dipartiment għall-gvern lokali Il-korp tal-pulizija", "It-talbiet li saru mill-uffiċċju tan-nutar tal-gvern, id-dipartiment għall- gvern lokali u mir-reġistru pubbliku u ta' l-artijiet ma kenux jindirizzaw l-għan li jiġi implimentat b'xi mod l-acquis.", "Għaldaqstant ma setgħux jiġu aċċettati mill-planning and priorities directorate fi ħdan l-uffiċċju tal- prim ministru.", "It-tliet talbiet l-oħra kienu ppreżentati lill-Kummissjoni Ewropea.", "It- talbiet li saru mill-uffiċċju ta' l-avukat ġenerali u d-diviżjoni tal- ġustizzja, għalkemm kellhom proġetti eleġibbli, ma kenux magħżula minħabba limitazzjoni ta' fondi disponibbli.", "It-talba li saret mill-korp tal-pulizija qed tiġi kkonsidrata għall- finanzjament taħt din it-transition facility.", "Fondi minn Norveġja, in-Norwegian bilateral financial instrument, huma indirizzati lejn l-istati membri ġodda għall-implimentazzjoni ta' l-acquis fl-oqsma li ġejjin: Schengen, ambjent, politika reġjonali u assistenza teknika.", "Talba għall-fondi mill-korp tal-pulizija.", "Din it-talba ma kenitx aċċettata minħabba limitazzjoni ta' fondi taħt dan il-programm, għaldaqsatant saret talba għall-fondi taħt it-transition facility 2005 u din qiegħda tigi kkonsidrata.", "European Refugee Fund 2004 Id-direttorat tat-third country nationals fi ħdan il-ministeru għamel talba għal ko-finanzjament għall-proġetti mressqa u mill-kummissjoni emigranti u mill-Jesuit refugee service.", "Bħalissa din it-talba qiegħda tigi kkonsidrata mill-Kummissjoni Ewropea.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Carmelo Abela): L-Onor.", "Azzopardi, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JASON AZZOPARDI: Fir-risposta tal-Viċi Prim Ministru jissemmew il- fondi li ġejjin min-Norveġja, in-Norwegian bilateral financial instrument, li huma ndirizzati lejn l-istati membri ġodda għall-implimentazzjoni ta' l- acquis f'ċerti oqsma u jissemmew ix-Schengen, l-ambjent, il-politika reġjonali u l-assistenza teknika.", "Jien qed nifhem sew li n-Norveġja, minħabba li hija pajjiż membru ta' l-EFTA, qed tħallas għall-pajjiżi li huma membri ta' l-Unjoni Ewropea u għaldaqstant qiegħda tikkofinanzja proġetti għall-pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropea, minkejja li hi m'hijiex membru ta' l-Unjoni Ewropea iżda membru ta' l-EFTA?", "THE DEPUTY SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Naħseb li l-Onor.", "Membru huwa korrett.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Joe Mizzi, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, xtaqt nistaqsi dwar fondi li qed jingħataw mill-gvern biex ċerti ħaddiema li kienu mal-Malta Shipbuilding u mad- Dockyard, imorru mal-kunsilli lokali.", "Jista' s-Segretarju Parlamentari jgħid jekk mill-bidu tas-sena hux se jkun hemm xi tibdil f'dan ir-rigward u cioe' jekk il-kunsilli lokali humiex se jintalbu jħallsu għall-ispejjeż tagħhom jew xi ammont mill-ispejjeż tagħhom?", "X'se jsir minn dawn il- ħaddiema f'każ li l-kunsilli lokali ma jkunux jistgħu jħallsu għall- ispejjeż tagħhom jew għal parti minnhom?", "THE DEPUTY SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Għalkemm il-mistoqsija m'għandha x'taqsam xejn ma' dik oriġinali, wieħed irid jgħid li s'issa dawn il-ħaddiema huma kollha mħallsa mill-gvern u qed jagħmlu xogħol tajjeb fil-kunsilli lokali.", "Il-maġġoranza tal-kunsilli lokali qed jutilizzaw tajjeb l-iskills ta' dawn il-ħaddiema, għalkemm x'uħud m'humiex, u jekk kemm-il darba jkun hemm xi kambjament, wieħed jikkonsulta mal-kunsilli lokali relattivi u jitlaq minn hemmhekk.", "KOMPETITTIVITA' U KOMUNIKAZZJONI - APPLIKAZZJONI GĦALL-FONDI MILL-UE", "7064.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid liema kienu dawk l-entitajiet, dipartimenti jew awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li applikaw għal xi forma ta' fondi mill-Unjoni Ewropea mill-1 ta' Jannar, 2004 sal-lum, kemm dawk pre-accession kif ukoll accession funds?", "Għal liema fondi applikaw?", "Kemm-il proġett ġie sottomess?", "X'kien l-eżitu?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni): Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant.", "INVESTIMENT, INDUSTRIJA U TEKNOLOĠIJA - APPLIKAZZJONI GĦALL-FONDI MILL-UE", "7065.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika: Jista' l-Ministru jgħid liema kienu dawk l-entitajiet, dipartimenti jew awtoritajiet li jaqgħu taħt id- dekasteru tiegħu li applikaw għal xi forma ta' fondi mill-Unjoni Ewropea mill-1 ta' Jannar, 2004 sal-lum, kemm dawk pre-accession kif ukoll accession funds?", "Għal liema fondi applikaw?", "Kemm-il proġett ġie sottomess?", "X'kien l-eżitu?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika): Jiena nformat li l-entitajiet, dipartimenti u awtoritajiet li jaqgħu taħt il-ministru għall-investiment, industrija u teknologija ta' l-informatika li applikaw għall-fondi mill-Unjoni Ewropea mill-1 ta' Jannar, 2004 sal-lum huma kif gej:", "Fondi mill-Fond Ewropew għall-Izvilupp Regjonali Enemalta (żewġ proġetti) Korporazzjoni ghas-Servizzi ta' l-Ilma (żewġ proġetti) Malta Industrial Parks (proġett wieħed) Malta Enterprise (proġett wieħed)", "Fondi mill-Fond Socjali Ewropew Malta Enterprise (proġett wieħed)", "B'kollox ġew sottomessi seba' proġetti.", "Minn dawn, is-sitt proġetti ffinanzjati mill-fond Ewropew għall-iżvilupp reġjonali, ġew approvati mill- kumitat għall-għażla ta' proġetti ko-finanzjati mill-fondi strutturali ta' l-Unjoni Ewropea filwaqt li l-proġett li applikat taħt il-fond socjali Ewropew, għadu ma ġiex approvat.", "Minbarra dawn il-proġetti hawn fuq imsemmija kien hemm diversi proġetti oħrajn li applikaw għall-fondi mill-Unjoni Ewropea qabel din is-sena u li ġew approvati.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Leo Brincat, domanda supplimentari.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-ftehim ta' xiri ta' żejt b'rati preferenzjali għadux in vigore?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Dan il-ftehim ilu spiċċa madwar sentejn ilu.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Minn mindu l-ministru ħa f'idejh ir-responsabilita' ta' l-Enemalta, kien hemm xi ċirkostanzi li fihom l-Enemalta ħasset il- ħtieġa li tagħmel xi hedging dwar xiri ta' żejt?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Iva.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Joe Mizzi, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jista' l-Ministru jgħidilna x'inhuma ż-żewġ proġetti indikati mill-Enemalta?", "Jista' jgħidilna wkoll jekk hux ġejjin fondi mill- Unjoni Ewropea biex il-power stations jiġu in line ma' dak li qed titlob l- Unjoni Ewropea fejn jidħol tniġġis u affarijiet bħal dawn?", "Jista' jgħidli wkoll jekk hemmx flus ivvotati mill-Unjoni Ewropea biex sa l-2010 Malta jkollha 5% mill-enerġija sostenibbli?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Dwar l-enerġija sostenibbli m'hijiex l-Enemalta l- awtorita' kompetenti imma l-Malta Resources Authority u allura forsi jkun jista' jirrispondi għal din id-domanda l-Ministru Zammit.", "Iż-żewġ proġetti huma t-tnejn konnessi mat-tieni parti tad-domanda ta' l- Onor. Interpellant, proprju biex nilħqu l-istandards ta' emission sa l- aħħar tas-sena d-dieħla, li wieħed minnhom huwa konness mal-precipitators, eċċ., u l-ieħor ma' xi ħaġa li għandha x'taqsam ma' l-emission standards.", "Jiġifieri bażikament it-tnejn huma fuq l-istess materja.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jiġifieri l-Ministru huwa konvint li b'dawn il-fondi se nsolvu l-problema tat-tniġġis mill-power stations għax se niġu in line mar- regolamenti ta' l-Unjoni Ewropea?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Il-maġġor parti tal-problema se nsolvuha u solvejniha għax m'għadniex naħarqu high sulphur fuel oil.", "(Interruzzjonijiet) L-Onor.", "Mizzi diġa' se jibda jikkummenta.", "Sur President, la jiena inġinier u lanqas nippretendi li jien inġinier, pero' lili jgħidulu li l-parti sostanzjali tal-problema kienet ġejja mill- fatt li Malta kienet taħraq high sulphur fuel oil.", "Din is-sena 98% tal- fuel li se nkunu qed nixtru huwa low sulphur fuel oil, se nħallsu aktar għalih u dak jindirizza l-problema prinċipali.", "Għad għandna problemi li in parti ġejjin mit-turbini antiki li għandna imma prinċipalment il-pollution toħroġ meta jisħnu ċ-ċmieni.", "Wieħed mill-istudji li sar mill-Enemalta u li huwa funded mill-Unjoni Ewopea huwa proprju biex jiddeċiedu x'tip ta' precipitators hemm bżonn li jkollna.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Jeffrey Pullicino Orlando, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO: Jista' l-Ministru jgħidilna jekk fil- passat, meta fil-fatt kien hemm ftehim ta' hedging, Malta batitx għax spiċċat ħallset aktar mill-prezz tas-suq taż-żejt?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Sur President, xtaqt nieħu ftit mill-ħin tal-Kamra biex nispjega x'inhu dan il-hedging għax kulħadd jitkellem dwaru u allura tajjeb li nifhmu x'inhu.", "Il-hedging isir billi jekk inti tkun qed tixtri 100 tunnellata żejt fis- sena, per eżempju, taqbad 50% jew 60% minnhom – naturalment tiddeċiedi inti kemm trid – u tieħu ċ-ċans billi tagħmel kuntratt illum għal sitt xhur oħra meta tikkalkula li l-prezz se jkun tant.", "Naħseb li kulħadd jifhem ukoll li dan isir permezz ta' esperti.", "Per eżempju, l-Enemalta tagħmel dan permezz ta' persuna Norveġiża u tixtri ż-żejt użat permezz tad-direttur ta' l-oil exploration ta' Malta, pero' essenzjalment kulħadd jifhem li meta tipprova taħseb x'se jkun il-prezz taż-żejt wara sitt xhur, hemm daqsxejn ta' gamble fiha għax kieku kulħadd ikun ċert li l-hedging huwa tajjeb, ħadd ma jixtri fuq il-market kif nagħmlu aħna, imma jmur għal sitt xhur oħra għax ikun jaf li se jmur tajjeb.", "Jiġifieri wieħed irid jifhem li hemm l-element ta' riskju, li kultant tmur tajjeb u kultant tmur ħażin ukoll.", "Fi żmien l-amministrazzjoni Laburista, per eżempju, il-hedging kien isir b'mod regolari u jiena ma nikkundannahiex assolutament la meta marret tajjeb u lanqas meta marret ħażin għax jekk tiddeċiedi li tagħmel hedging, dan huwa r-riskju veru li għandek.", "Fil-bidu ta' l-1997 meta għamlu l- hedging agreement, il-prezz taż-żejt kien beda tiela' u għamlu l-ewwel sitt xhur fejn bil-hedges li kienu għamlu fil-bidunett, kienu qed jiffrankaw il- flus lejn l-aħħar tas-sena.", "Pero' li ġara kien li fl-1998, il-prezz taż- żejt waqa' tremendament - qed nirriferi għal dawn l-aħħar 10 snin jekk mhux aktar - u niżel għal USD12-il barmil.", "U matul l-aħħar parti ta' l-1998 u l- bidu ta' l-1999, meta mbagħad inbidel il-gvern u aħna sibna hedges in place, il-pajjiż tilef il-flus.", "Ħalli nġib eżempju ieħor.", "L-Air Malta ilha tagħmel hedging għal snin twal, għandha sistema li topera pjuttost tajjeb, pero' ġieli jmorru tajjeb u ġieli jmorru ħażin.", "Din hi r-realta'!", "Jiġifieri min-natura tiegħu l- hedging m'huwiex ħażin pero' huwa wkoll riskjuż.", "Il-problema ta' dan iż- żmien partikolari hu li jekk nipprovaw immorru għal forward contracts issa, bil-prezz taż-żejt kif inhu llum - skond ic-CNN dalgħodu kien ta' USD55.6 - il-futures huma kollha fuq il-USD50-il barmil.", "Jiġifieri qed ngħidu li sitt xhur oħra se nixtru ż-żejt bil-prezz ta' bejn wieħed u ieħor USD50-il barmil.", "Se nieħduh dan ir-riskju?", "Ċerti li sitt xhur oħra se jitla' il- prezz?", "Jista' jagħti l-każ li l-prezz jitla' għal USD70 u ngħidu kemm morna tajjeb jew jistgħu jerġgħu jiġu on-line l-WUKON ir-Russja, jew jirranġaw il- pjattaforma li tkissret tan-New Mexico u jġibuha on-line, f'daqqa waħda jerġa' jiġi supply qawwi u jinżel għal USD35 jew USD36.", "U mbagħad probabbilment iqum xi ħadd min-naħa l-oħra u jibda jgħidilna: Qed taraw kemm intom imbeċilli, għamiltu l-hedging u mortu żmerċ!", "L-argument m'huwiex politiku, kif qal il-bieraħ il-Kap ta' l-Oppożizzjoni meta qal li parti mit-tort hu tal-gvern għax m'għamilx hedging.", "Ma naħsibx li t-tort huwa tal-gvern!", "Kieku d-dinja kollha sitt xhur ilu kienet brava daqs l-Onor.", "Sant, li issa qed jgħid, with the benefit of hindsight, li jmissna għamilna l-hedging, kieku ħadd m'hu qed iħallas dawn il-prezzijiet.", "Pero' d-dinja kollha qed tħallas dawn il-prezzijiet!", "U allura jekk irridu nittrattaw bis-serjeta' l-kwestjoni kollha tal-hedging, irridu noħorġuha 'l barra mill-element politiku.", "Id-differenza bejn l-Air Malta u l-Enemalta hi li l-Air Malta fl-aħħar mill- aħħar qiegħda fis-suq kummerċjali u tikkompeti ma' ħaddieħor.", "Minkejja l- hedges li għandha l-Air Malta - u għandha hedges pjuttost tajbin għax ilhom ġejjin minn 18-il xahar jew sentejn ilu - xorta kellha tgħaddi minn żewġ surcharges u forsi tagħmel it-tielet surcharge ukoll jekk nibqgħu f'din is- sitwazzjoni, minkejja l-hedging kollu li għandha għaliex il-prezz taż-żejt tela' b'mod sproporzjonat.", "Jien insemmi ċifra waħda.", "Is-sena l-oħra l-average price kien – m'iniex se semi ta' sitt snin ilu meta l-prezz taż-żejt kien ta' USD12 kull barmil - ta' USD28-il barmil.", "Dalgħodu l-prezz kien ta' USD55 kull barmil, jiġifieri kważi rdoppja.", "Jekk nikkomparaw il-prezz taż-żejt kif kien f'Marzu għal dak tal-lum, issib li tela' b'70%.", "Jiġifieri jekk wieħed irid jagħmel l-argument tal-hedging, jagħmlu bis-serjeta', pero' jagħmlu wkoll bir-realizzazzjoni li l-hedging m'huwiex xi bakketta maġika li permezz tagħha se tiffranka l-flus għax daqshekk ieħor tista' titlef il-miljuni kbar ta' flus.", "U l-problema ta' pajjiżna hi li għalkemm naħsbu li aħna ċ-ċentru tad-dinja u kulħadd jiddependi minna, l-element taż-żejt li nixtru m'huwiex qawwi biżżejjed li jekk tieħu żball jew il-hedging ma jmurlekx tajjeb, you can spread that risk fuq affarijiet oħra għaliex peress li aħna żgħar, ma nikkonsmawx daqshekk żejt li tagħmel xi differenza sostanzjali lil xi ħadd jekk jidħol f'kuntratti ta' hedging magħna.", "Jiġifieri hawn irridu noqogħdu attenti.", "Għalina żball ta' Lm4 miljuni kontestwalment f'pajjiżna huwa żball kbir ħafna fejn jidħol iż-żejt!", "U għalhekk jien m'iniex komdu li ngħid li jmissna immorru fuq full blown hedging u l-Enemalta tibda tagħmel hedging ta' 60% taż-żejt tagħha.", "Jien ngħid li rridu noqogħdu ftit attenti għax sakemm immorru tajjeb, kulħadd jiftaħar kemm kien bravu l-gvern, imma malli mmorru ħażin nibdew naraw liema ras irridu ntajru.", "U dan m'huwiex fair.", "Il-hedging huwa an educated guess pero' bħalma tista' tiffranka ammont kbir ta' flus, daqshekk ieħor tista' titlef ammont kbir ta' flus.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sur President, jista' l-Ministru jgħidilna kemm-il darba roħos iż-żejt minn mindu spiċċa l-hedging?", "Għaliex tajjeb inkunu nafu kemm kienet deċiżjoni għaqlija li f'dawn l-aħħar snin tneħħa l-hedging u x'kienet id-differenza.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Sur President, b'kumbinazzjoni għandi din l- informazzjoni quddiemi u nista' nagħtihielu.", "Fl-1996 l-average price kien ta' USD20.71, fl-1997 kien ta' USD19.04, fl-1998 kien ta' USD12.52; fl-1999 kien ta' USD17.51; fl-2000 kien ta' USD28.26; fl-2001 kien ta' USD22.95; fl- 2002 kien ta' USD24; fl-2003 kien ta' USD28.5 u issa qiegħed USD55.", "Jiġifieri skond din it-tabella, kieku bdejna nipprovaw nagħmlu hedging fl- 2000, bejn l-2001 u l-2003 konna nitilfu.", "Allura min għamel hedging dak iż-żmien, ikun għamlu with an educated guess u ma tistax tgħidlu: Inti ma jmissekx rajt li s-sena d-dieħla l-prezz se jorħos!", "Dik hi d-diffikulta' tagħha.", "Nerġa' ngħid li l-gvern Laburista hekk kien ġralu u l-prezz taż- żejt kien niżel għal USD12.52-il barmil.", "Din id-deċiżjoni ħadd ma jaffettwaha, l-international prices ma kenux qed jidhru u m'iniex ċert jekk fl-1998 spiċċatx xi gwerra naħa jew oħra imma dawn huma kollha affarijiet li aħna m'għandniex kontroll fuqhom u allura m'għandniex nippretendu li min jixtri ż-żejt, f'dan il-każ l-Enemalta, huwa xi magician li permezz tal- bakketta maġika jkun jaf jekk hijiex se tiġih tajba jew ħażina.", "Dik hi d- diffikulta'.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Leo Brincat, domanda supplimentari.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Qed nieħu gost li l-ministru qed jieħu pożizzjoni prammatika ħafna iktar mill-ministru ta' qablu għax jekk kien hemm xi ħadd li ppolitiċizza l-hedging kien proprju l-ex-deputat parlamentari l- Professur Josef Bonnici.", "Jien ħadt nota ta' dak li qal, li kemm ilu ministru hu, l-Enemalta rrikorriet għall-hedging.", "Given li ż-żejt ilu tiela' issa għal ċertu ammont ta' żmien, għalkemm kien biss f'dawn l-aħħar ġimgħat li forsi laħaq il-prezz ta' USD50 jew aktar, jista' l-Ministru jgħidilna għal kemm żmien għamlet hedging l-Enemalta fi żmien li kien responsabbli għaliha hu u meta?", "Għax naħseb li huwa importanti li nkunu nafu t-terminu ta' żmien u anke meta ttieħdet id-deċiżjoni għax kif qal il- ministru, bħalissa żgur m'huwiex il-mument propizju biex wieħed jagħmel il- hedging.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru Austin Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Fl-opinjoni tiegħi, diffikulta' partikolari li kellha l-Enemalta kienet li formalment qatt ma kien hemm oil committee.", "Din m'hijiex xi ħaġa aċċettabbli fil-kontest ta' korporazzjoni li tiddependi miż-żejt.", "Allura l-ewwel ħaġa li ridna kienet li jkollna xi ħadd li jkun jaf is-suq.", "Konna fortunati li l-persuna li llum hija financial controller, is-Sur Pippo Pandolfino, kien għamel żmien twil fl-oil hedging committee ta' l-Air Malta u allura esperjenza f'dan il-qasam partikolari, apparti li huwa financial controller.", "Hu għamel il-kuntatti mal-persuni barra minn Malta li kien jaf li huma esperti, ġab wieħed jew tnejn minnhom u wżajna wkoll expertise lokali biex nixtru ż-żejt.", "Jekk niftakar bl-amment iż-żejt kien xi 20%, pero' żgur mhux viċin il-50% u safejn naf jien s'issa sar darba.", "Ir-raġuni li sar darba hi li s-sistema ta' l-Enemalta hi li tixtri ż-żejt hi, toħroġ it-tenders - ma nafx kif kienet fi żmien l-Onor.", "Brincat - u mbagħad meta jagħlqu t-tenders, ikun hemm ħames persuni f'kamra u jaħdmu bil-faxes dak il-ħin, jiġifieri fi żmien siegħa jew forsi ftit aktar jiddeċiedu ta' min tkun l-aħjar offerta.", "Il-prezz li jixtru bih ma jkunx il-prezz ta' dakinhar imma l-average rate għax ikollok spot prices tax-xahar sħiħ u mbagħad il-kompetitur mingħand qed min tixtri, inaqqas jew iżid fuq dak il-prezz.", "Jiġifieri jekk il-prezz taż-żejt illum huwa ta' USD55, ma jfissirx li ż-żejt li nxtara fix-xahar ta' Ottubru mill-Enemalta jqum USD55, imma jkun l-average price li jkun l- ispot rate bejn l-1 u l-31 ta' Ottubru minus il-commission li tkun miftehma ma' min ikun qiegħed ibigħlek.", "Anke f'din is-sistema hemm tip ta' hedging żgħira jew averaging out.", "Issa daħlet is-sistema ta' six months hedge u għalkemm qed nitkellem mill- memorja, naf fiċ-ċert li l-hedging sar darba.", "Dan sar permezz ta' nies professjonali u l-ewwel kriterju tiegħi kien proprju li jkun hemm nies li għandhom esperjenza f'dan ix-xogħol u mhux f'daqqa waħda nibdew nagħmlu l- hedging qisna kollha sirna esperti taż-żejt!", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sur President, fil-bidu intqal li 5% ta' l-enerġija għandha tkun sostenibbli sa l-2010.", "Jista' l-Ministru tar-Riżorsi u l- Infrastruttura jgħidilna x'inhu jiġri peress li s'issa kull inizjattiva suppost hija wieqfa sakemm tiddeċiedi l-Awtorita' tar-Riżorsi?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru Ninu Zammit.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru tar-Riżorsi u l-Infrastruttura): Sur President, nista' nirrepeti dak li għidt hawnhekk xi ħmistax ilu u cioe' li jiena all out favur ir-renewable energy sources, kemm jekk din tkun ġejja mir-riħ, kemm jekk tkun ġejja mix-xemx u kif ukoll jekk tkun biomass.", "Imbagħad irridu naraw jekk f'pajjiżna għandniex fejn inpoġġuhom, jekk il- mod kif inpoġġuhom u kif inħaddmuhom ikunx ekonomiku, jekk ikollniex bżonn ta' sussidju biex inħaddmuhom u affarijiet oħra li jiena diġa' rriferejt għalihom.", "Nerġa' ngħid li l-Malta Resources Authority ingaġġat konsulenti barranin biex jagħmlu dan l-istudju u kif dan ikun lest, immexxu l- proposta.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti u nsejjaħ lill-Ministru Ċensu Galea.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:-", "Avviż Legali 448 ta' l-2004 – Regolamenti ta' l-2004 li jemendaw ir- Regolamenti Ekonomiċi ta' l-Ajruport; u", "Avviż Legali 453 ta' l-2004 – Regolamenti ta' l-2004 li jemendaw ir- Regolamenti dwar id-Drittijiet (Telegrafija mingħajr Fili) (Emenda Nru. 2).", "f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi, inqiegħed fuq il-mejda tal- Kamra:", "Avviż Legali 449 ta' l-2004 – Regolamenti ta' l-2004 li jemendaw ir- Regolamenti tad-Dwana;", "Avviż Legali 450 ta' l-2004 – Regolamenti ta' l-2004 li jemendaw l- Iskeda li jinsabu ma' l-Att dwar Dazju tas-Sisa (Emenda Nru. 2);", "Tabella li tagħti informazzjoni dwar persuni li għandhom 'il fuq minn 61 sena li għadhom impjegati mas-Servizz Pubbliku, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari 8200;", "f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar infiq li sar fuq printing mill-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern u dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt ir- responsabilita' ta' l-istess Ministeru matul l-2004, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari 8144;", "f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi, inqiegħed fuq il- mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali 451 ta' l-2004 – Regolamenti ta' l-2004 li jemendaw ir- Regolamenti dwar Skema ta' Apprendistat Tekniku (Emenda Nru. 2);", "Avviż Legali 452 ta' l-2004 – Regolamenti ta' l-2004 dwar Involviment ta' l-Impjegati (Kumpannija Ewropea);", "Tagħrif dwar l-għadd u l-kwalifiki ta' gradwati li f'Awissu 2004 kienu qed jirreġistraw għax-xogħol, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 7708;", "f'isem il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura, inqiegħed fuq il-mejda tal- Kamra:", "Avviż Legali 446 ta' l-2004 – Regolamenti ta' l-2004 dwar Ħlasijiet għad-dħul fil-Mużewijiet, Siti u Wirjiet ta' Kollezzjonijiet Nazzjonali;", "Kopja ta' applikazzjoni (Development Notification Order, 2001) li saret mill-Ministeru tat-Turiżmu quddiem l-Awtorita` ta' Malta dwar l- Ippjanar u l-Iżvilupp għal twaħħil ta' bollards fil-Bajja ta' San Ġorġ, San Ġiljan, datata Ġunju 2004, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 8188;", "Tagħrif dwar il-kuntratt ta' servizzi li l-kumpannija Med-Design Consultants ingħatat mill-Awtorita` ta' Malta dwar it-Turiżmu għal xogħlijiet fil-Bajja ta' San Ġorġ, San Ġiljan, flimkien ma' kopja ta' diversi invoices u rċevuti maħruġa mill-istess kumpannija, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 8192;", "Kopja ta' tliet ċertifikati li nħarġu mill-kumpannija Med-Design Consultants dwar xogħol li sar fuq storm water system fil-bajja ta' San Ġorġ, San Ġiljan, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 8193; u", "f'isem il-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq, inqiegħed fuq il-mejda tal- Kamra:", "Tagħrif dwar entitajiet, dipartimenti u awtoritajiet li jaqgħu taħt ir- responsabilita` tal-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq li applikaw għall-fondi mill-Unjoni Ewropea, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 7066.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' pjanta li tindika l-post bejn Għajn Tuffieħa u l-Ġnejna fejn ġara inċident li fih kien involut tifel fit-3 ta' Ottubru 2004, kif ukoll il-post fl-istess lokalita` li dwaru kien sar rapport minn perit tal-gvern fil-15 ta' Lulju 2004, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 8175.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA (Ministru għall-Familja u Solidarjeta' Soċjali): Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tabella li tagħrif dwar każijiet ta' adozzjoni minn diversi pajjiżi li ġew finalizzati bejn Lulju 2001 u Setembru 2004, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari 8142;", "Tagħrif dwar persuni li qed jirċievu l-pensjoni tal-wens, flimkien ma' tagħrif dwar applikazzjonijiet għall-istess pensjoni, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari 8162;", "f'isem il-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l- Informatika, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar benefiċċji u allowances li għandhom iċ-Chief Executive Officer, l-Operations Manager u l-Administration Manager tal- kumpannija Kordin Grain Terminal, tagħrif dwar qliegħ ta' l-istess kumpannija fis-snin bejn l-2000 u l-2004, flimkien ma' tagħrif dwar safar li sar minn uffiċjali tal-kumpannija bejn Jannar 2003 u Mejju 2004, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 7559; u", "f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent, inqiegħed fuq il- mejda taKamra:", "Tagħrif dwar entitajiet, dipartimenti u awtoritajiet li jaqgħu taħt ir- responsabilita` tal-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent li applikaw għal fondi mill-Unjoni Ewropea, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 7068.", "ONOR.", "HELEN D'AMATO (Segretarju Parlamentari): Sur Presdient, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali 447 ta' l-2004 – Regolamenti ta' l-2004 li jemendaw ir- Regolamenti dwar l-Iġjene ta' l-Ikel (Emenda Nru. 2); u", "Tagħrif dwar l-għadd u l-grad ta' impjegati fid-djar ta' l-anzjani, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 7984.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IS-SIGURTA` SOĊJALI", "SOCIAL SECURITY (AMENDMENT) BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mill-21 t'Ottubru, 2004.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT (Kap ta' l-Oppożizzjoni): Sur President, jiena nixtieq nitkellem fuq aspett wieħed biss tal-liġi li jirrigwarda l- kumplikazzjonijiet li jinqalgħu meta ħaddiem ikun involut f'xi aċċident.", "Nemmen minn ċerti każi li ġew quddiemi li s-sitwazzjoni legali li tirrigwarda fatt bħal dan, minkejja l-abbozz li għandna quddiemna llum, għadha primitiva għall-aħħar fis-sens ta' kif tiddefendi l-interessi ta' min iweġġa' fuq il-post tax-xogħol.", "Matul dawn is-seduti kien hemm diskussjonijiet interessanti dwar dan is-suġġett u dwar it-tort ta' min ikun meta jweġġa' xi ħadd minħabba traskuraġni.", "Naħseb li rridu nwessgħu iktar meta niġu biex nittrattaw din il-kwestjoni.", "Qed insostni dan fuq bażi ta' każ wieħed - allavolja naf b'każi oħra – li sirt naf bih f'dawn l-aħħar xhur u li ħassejt li hemm bżonn nitkellem fuqu li anke ktibt artiklu dwaru f\"The Malta Indepedent\" tal-Ħadd.", "Dan hu każ ta' ħaddiem li kien jaħdem bħala electrician mal-Meccanica Ltd., li kienet involuta f'xogħol ta' electrical installation fl-isptar f'Tal-Qroqq.", "Dan il-ħaddiem, li għandu xi 54 sena, kien qed jagħmel xogħol fuq sellum twil madwar sular u nofs u kien qed jaħdem waħdu u sfortunatament is-sellum inqaleb bih.", "Siequ daħlet fl- iskaluni tas-sellum hu u jaqa' u nkisret minn ħames postijiet.", "Tort tiegħu?", "Kien traskurat?", "Ried ikollu xi ħadd miegħu dak il-ħin?", "Dak il-ħin ma kellu lil ħadd miegħu.", "Dan waqa', kiser siequ u ittieħed l-isptar b'urġenza fejn saru l-interventi li sfortunatament ma rnexxewx.", "Jiena iltqajt miegħu xi sentejn wara li ġara l-każ u qalli li minħabba l-aċċident u l-interventi, dan il-ħaddiem, is-Sur Fawzi - u hawnhekk irrid nagħmilha ċara li għalkemm għandu oriġini Libjana dan għandu nazzjonalita` Maltija u miżżewweġ Maltija – ma setax jaħdem aktar.", "Tort tiegħu?", "Tort ta' l-employer?", "Kien traskurat hu?", "Kien traskurat l-employer?", "Dan huwa immaterjali għaliex il-fatt huwa li dan il-bniedem ma jistax jaħdem aktar.", "Mort għand il-familja tiegħu għax kellhom problema fejn se jmorru joqogħdu.", "Meccanica Ltd. għamlet sena tħallsu skond il-liġi u wara qalulu li ma jistgħux jimpjegawh aktar.", "Dan spiċċa bla xogħol u issa ma jistax jaħdem aktar.", "Anke kieku ma kellux siequ kif inhi, ma tantx se jsib min jimpjegah ta' 54 sena.", "Dawn spiċċaw lampa stampa għax riedu jħallsu l-kera tad-dar u jixtru x'jieklu imma introjtu ma kienx hemm.", "Waħda mill-affarijiet li seta' jagħmel kien li japplika għall- pensjoni ta' l-invalidita`.", "F'dan il-każ ma tantx seta' jieħu ħafna għax, jekk kien informat tajjeb, jgħoddulu minn meta sar ċittadin Malti madwar għaxar snin ilu u fil-fatt dak li jieħu m'huwiex biżżejjed biex jgħix biha.", "L-employer ħasel idejh u qal li hu osserva r-regolamenti eżistenti.", "Meta kellimt lir-rappreżentanti tal-union, li f'dan il-każ kienu l-GWU, qaluli li kienu qed isegwu l-każ tiegħu u kkonfermaw li l-employer osserva r- regolamenti u l-liġijiet eżistenti.", "Dan ifisser li fis-soċjeta` tagħna bil- liġijiet kif inhuma u bil-protezzjoni tal-union - m'iniex qed ngħid li l- employer hu xi Scrouge – dan ir-raġel u l-familja tiegħu qed jiffaċċjaw sitwazzjoni fejn m'hemmx aktar x'jagħmlu ħlief li jistennew il-karita`.", "L- employer dam iħallsu sena u aktar ma jgħaddi ż-żmien, siequ qed tmur għall- agħar u dan nista' nikkonfermah għaliex rajtu jien stess.", "Ma rridx noqgħod intawwal wisq fuq dak li rajt pero` dan il-bniedem għandu bżonn l-għajnuna mhux biss b'sens ta' karita` imma anke b'sens ta' ġustizzja.", "Il-liġijiet kif inhuma bħalissa, f'każ bħal dan u f'każijiet oħra, ipoġġu lill-ħaddiem f'sitwazzjoni mill-aktar diffiċli.", "Irridu nammettu li l-abbozz li għandna quddiemna ma jindirizzax każ bħal dan.", "Dan il-każ smajt bih għax din il-familja kellha problema kif se tibqa' tgħix fid-dar li kellha minħabba li kienet skaditilhom il-kera, ma kellhomx fejn imorru u l-interess tagħhom kien dwar kif jistgħu, b'xi mod jew ieħor, jakkwistaw xi flat mill-housing authority.", "Hawnhekk m'iniex qed nitkellemu fuq xi ħadd li m'għandux sens imma qed nitkellmu fuq bniedem li għandu aktar minn 50 sena, li għandu electrician skills pero' spiċċa lampa stampa għax kellu aċċident fuq il-post tax-xogħol.", "Ma naħsibx li wieħed għandu joqgħod jitkellem jekk kienx tiegħu jew ta' l-employer.", "Jiena ċempilt liċ-chairman tal-Meccanica Ltd. u spjegajtu li dan il-bniedem weġġa' waqt li kien jagħtihom servizz.", "Dan ma kienx qed jagħmel xi extreme sports meta weġġa' imma kien qed jaħdem.", "Jiena ma naħsibx li f'każ bħal dan wieħed jista' joqgħod jara ta' min hu t-tort.", "Iċ-chairman tal-Meccanica qalli li kien se jara x'jista' jagħmel għax to be fair with him, dan m'huwiex xi bniedem li jħares bi ħdura lejn il-ħaddiema.", "Ftit wara nirċievi e-mail fejn qalli li dan il-ħaddiem qed jagħmlilhom kawża u allura hu ma jista' jagħmel xejn aktar.", "Il-liġi obbligat lill-employer biex jagħtih sena paga u mbagħad ikollu jara kif jgħaddi bil-pensjoni ta' l-invalidita`.", "Sabiex dan il-bniedem jipprova jġib xi forma ta' kumpens li jippermettilu jgħix b'mod xieraq, irid itella` l-każ l-qorti kif qaltlu l-union u l- employers hekk jistennew.", "Issa ħaddiem f'din is-sitwazzjoni ma jistax iqabbad lil xi avukat top class u allura jkollu jmur fuq l-avukati tal- fqar.", "Issa meta dan lanqas għandu flus biex iħallas il-kera, kif jista' jħallas avukat?", "Apparti minn hekk, dan ikollu jistenna xi sentejn jew tlieta biex forsi jieħu xi ħaġa imma in the meantime kif se jgħix?", "Hija xi ħaġa umiljanti li meta tweġġa' b'dan il-mod fuq il-post tax-xogħol, biex tkompli tgħix b'mod xieraq u deċenti, trid tgħaddi minn dan il-hassle legali kollu, apparti l-interventi, l-istress u l-inkwiet li jikkawża każ bħal dan.", "Jiena qed insemmi każ partikolari pero' min jaf kemm hawn deputati f'dan il-Parlament li jiffaċċjaw każijiet simili.", "Ma naħsibx li l-legislazzjoni tagħna, inkluż dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna, tipprovdi b'mod onest u b'mod serju għal każijiet bħal dawn.", "Kif diġa' għidt, jiena kont ktibt artiklu dwar dan il-każ f'\"The Malta Independent\" f'Awissu li għadda u filwaqt li l-artikli l-oħra li nikteb kultant joħolqu kontroversja, fuq dak l-artiklu ma ntqal xejn ħlief għal organizzazzjoni li taħseb għall-occupational and health safety fejn staqsewna min hija l- kumpanija konċernata sabiex jagħmlu l-investigazzjoni tagħhom għax jiena b'ċertu prudenza – li ma tantx jagħtuni krettu għaliha – ma kontx tajt l- isem tal-kumpanija konċernata.", "F'Awissu aħna konna informajnihom min kienet il-kumpannija sabiex ikunu jistgħu jagħmlu r-riċerki tagħhom.", "Issa qegħdin f'Ottubru u meta staqsejnihom fejn waslu fl-investigazzjoni tagħhom qalulna li għadhom qed jistennew risposta mingħand il-kumpannija Meccanica Ltd. għad-domandi li huma staqsew.", "Sur President, il-punt li rrid nagħmel huwa li wieħed irid jirrifletti fuq aċċidenti bħal dan it-tip fuq il-post tax-xogħol u x'ifissru għal min ikun involut.", "Jekk wieħed iħares lejn l-istatistika ppubblikata, isib li l-parti l-kbira ta' l-aċċidenti fuq il-post tax-xogħol isiru fuq siti ta' kostruzzjoni.", "Per eżempju, matul is-sena li għaddiet u s-sena ta' qabel mietu xi ħames persuni fuq siti ta' kostruzzjoni u kien hemm anke ħafna aċċidenti gravi.", "Jiena naf żewġ persuni li waqgħu ħames sulari fuq sit ta' kostruzzjoni u għalkemm baqgħu ħajjin, ħajjithom tfarrket għal ħafna żmien.", "Il-fatt li huma u l-familja tagħhom jitpoġġew taħt pressjoni biex jgħidu jekk kienx tort tagħhom jew kienx tort ta' xi ħaddieħor diġa` hija serja u allura hemm bżonn li każijiet bħal dawn li bilfors ikunu bona fide - għaliex ma nafx min se jaqa' ħames sulari jew ikisser siequ bil-mod kif iddeskrivejt apposta - jeħtieġ li jkollhom xi forma ta' insurance.", "Kumpanniji li jagħmlu ċertu xogħol għandhom ikollhom xi tip ta' insurance li tkun b'liġi ħalli meta jiġri xi aċċident fuq il-post tax-xogħol li jkollu ċerti riperkussjonijiet fuq il-ħaddiem, il-familja u hu ma jispiċċawx lampa stampa.", "Jiena naf li jista' jkun hemm problemi ta' traskuragn għaliex meta kelli x'naqsam mal-fonderija, kien hemm ħaddiema li kienu jagħmlu affarijiet perikoluzi u aħna għamilna minn kollox biex inneħħulhom din il-mentalita`.", "Fil-fonderija jintużaw borom kbar bl-azzar imdewweb u meta tkun qed taqleb dawn il-borom fil-forom, trid tilbes ilbies protettiv ħalli jekk ittir qatra ta' azzar imdewweb fuqek, ma tagħmillek xejn.", "Jekk qatra azzar imdewweb tmissek u ma jkollokx ilbies protettiv, itaqqbek.", "Allura kienet ċara li kulħadd ried jilbes ilbies protettiv għal ħaġa bħal din.", "Issa aħna kellna nies li kienu jmorru jaqilbu l-borom bil-karkur.", "Ara x'ġenn!", "Jiena ngħid li hemm bżonn ta' ħidma kbira biex din it-tip ta' traskuraġni tiġi kontrollata u eliminata imma fil-maġġoranza kbira tal-każijiet, ma tistax tgħid li l-aċċidenti jiġru minħabba traskuraġni tal-ħaddiema.", "Fil-każ partikolari li semmejt jiena, dan il-ħaddiem waqa' sular u nofs, spiċċa b'diżabilita` u ma jistax jaħdem aktar u ta' dan kollu ħa sena paga u qed jieħu l-pensjoni ta' l-invalidita` li tiddependi fuq kemm ikun ikkontribwixxa qabel.", "Issa jekk dawn ma jservuhx, jispiċċa lampa stampa.", "Dan m'huwiex sewwa.", "Issa jekk dan il-proxxmu li qed insemmi jiena ilu biss għaxar snin fl-istream tax-xogħol Malti u ġralu dak li ġralu waqt li kien qiegħed fuq il-post tax-xogħol, għaliex għandu jispiċċa f'din is- sitwazzjoni u biex jieħu xi ħaġa, irid jidħol fi proċessi legali komplikati jew inkella jmur jittallab għand l-employer li min-naħa tiegħu qed jgħidlu li hu beda proċeduri fil-qorti u dan ma jistax jitkellem aktar miegħu jew altrimenti l-alternattiva tkun li forsi jingħata xi gratuity ex- gratia u daqshekk.", "Dan m'huwiex mod kif isiru l-affarijiet, Sur President.", "Hemm bżonn li niffaċċjaw sitwazzjonijiet bħal dawn għaliex l-aċċidenti fuq il-post tax-xogħol li jkunu ta' detriment kbir għall-ħaddiema se jibqgħu jiġru.", "Ma jistax ikun li l-employer jagħmel biss perjodu ta' żmien iżomm ċertu piż u l-bqija li jiġi kollox għall-ħaddiem li jkun korra fuq il-post tax-xogħol.", "Jiena ngħid li meta jkun hemm aċċident fuq il-post tax- xogħol, l-employer għandu jkun involut fil-mod kif tissolva jew tirrimedja s-sitwazzjoni daqs min ikun involut fl-aċċident.", "Meta ngħid tissolva jew tirrimedja, ma rridx infisser li l-liġi tobbliga lil naħa jew oħra li tmur quddiem il-qrati biex jiddeċiedu imma tassattivament l-employer jitqies li għandu jġorr parti mill-piżijiet li jridu jinġarru f'sitwazzjoni bħal din u mhux li l-employer jinħall wara sena u l-ħaddiem u l-familja tiegħu jibqgħu jġorru l-piżijiet għal għomorhom.", "Ma tagħmilx sens li biex timxi 'l quddiem trid tieħu proċeduri legali imma jrid ikun hemm xi bażi aktar komuni għaż- żewġ naħat u mbagħad jekk ikunx tort ta' l-impjegat jew tal-ħaddiem jiġi deċiż aktar tard.", "Irid ikun hemm l-ewwel bażi li min iweġġa' fuq il-post tax-xogħol ikun jaf li għandu xi ħaġa fuqxiex jserraħ.", "Nixtieq nagħmilha ċara li hemm bżonn niffaċċjaw ħaġa bħal din permezz ta' dan l-abbozz ta' liġi billi jkun hemm xi forma ta' insurance min-naħa ta' l-employer li tassigura li jekk il-ħaddiema jinqalagħlhom xi forma ta' damage, ta' injury jew ta' korriment li b'xi mod tħallihom b'xi forma ta' diżabbilta', allura dawn jingħataw protezzjoni.", "Huwa veru li din iżżid xi ftit ma' l-ispejjeż tal-produzzjoni – u hawn nixtieq nagħmilha ċara li din iċ-ċirkostanza qed tinqala' l-iktar fil-qasam tal-kostruzzjoni, speċjalment fejn jidħol manteniment – pero' in this day and age ma nistgħux nagħlqu għajnejna għal problema bħal din li qed tiżvantaġġja bil-kbir numru ta' familji li m'għandhomx għalfejn ikunu żvantaġġjati b'dan il-mod.", "Grazzi, Mr Speaker.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Puli.", "ONOR.", "CLYDE PULI: Sur President, l-abbozz ta' liġi li tressaq quddiemna mill-ministru għall-familja u solidarjeta' soċjali huwa kollezzjoni ta' emendi għall-Att dwar is-Sigurta' Soċjali u jirrigwarda diversi aspetti.", "Kif qal l-Onor.", "Sant, id-diskussjoni fuq dan l-abbozz ta' liġi kienet interessanti għax kulħadd tkellem dwar xi aspett partikolari, għalkemm il- maġġoranza ta' dawn l-emendi huma ta' natura amministrattiva jew qegħdin jipproponu li jiġu eliminati xi forom ta' diskriminazzjoni, jiġifieri minn dawn l-emendi joħorġu affarijiet pożittivi wkoll.", "Għalhekk ġaladarba qed neliminaw dawn id-diskriminazzjonijiet, wieħed jifhem ukoll li finalment qed nintroduċu iktar ġustizzja mal-benefiċjarji ta' dan l-Att.", "Waħda mill- emendi li tneħħi d-diskriminazzjoni bejn is-sessi tgħid li b'seħħ mill-5 ta' Jannar persuna miżżewġa li ma tkunx legalment separata jew li ma tkunx ġiet abbandunata mill-konjuġi tagħha m'għandhiex titqies bħala persuna li timpjega lilha nnifisha.", "Min-naħa l-oħra parti oħra ta' din l-istess emenda tgħid li persuna li qabel il-5 ta' Jannar, 2004 kienet titqies bħala persuna li timpjega lilha nnifisha għandha, jekk hija tagħżel, tibqa' titqies bħala persuna li timpjega lilha nnifisha.", "Din hija emenda li tagħmel sens u tneħħi ċertu diskriminazzjoni.", "Wieħed jifhem li f'sitwazzjonijiet bħal dawn huma n-nisa li qegħdin jiġu milquta l-iktar u allura żgħira kemm hi żgħira din l-emenda, wieħed ma jistax ma japprezzax li fil-fatt din qiegħda tneħħi ċertu diskriminazzjoni.", "Jien naħseb li nistgħu ngħidu l-istess għall-proposta li għandna li d-dħul mill-manteniment ikun eskluż mill-means testing u b'hekk il-persuna tkun eżentata mill-ħlas tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurta' soċjali.", "Għandna wkoll emenda li għall-ewwel darba qed tinkludi kondizzjoni medika ġdida li twassal biex persuna tkun iddikjarata li m'hijiex kapaċi taħdem u allura tkun intitolata għall-benefiċċju.", "Wieħed irid jgħid li huwa kkalkolat li l- ammont ta' dawn in-nies huwa żgħir ħafna, pero' m'hemmx dubju li kull persuna li hija milquta minn din il-marda u anke l-familjari tagħhom japprezzaw il-fatt li saret ġustizzja magħhom, anke jekk forsi huma jħossu li ħaġa bħal din damet biex saret.", "Kif diġa' għidt f'dan l-abbozz ta' liġi hawn diversi emendi li huma iktar ta' natura amministrattiva.", "Aħna smajna lill-ministru tispjega li fost l- oħrajn issa se jkun hemm sinkronizzazzjoni tas-sena kontributorja mas-sena benefiċjarja, u għalkemm fiha nnifisha din tista' tidher bħala emenda żgħira, tagħti possibbilta' għal iktar effiċjenza u allura hija emenda li finalment tikkontribwixxi għall-ispirtu ta' l-Att dwar is-Sigura' Soċjali.", "Huwa importanti li l-għajnuna li tingħata lill-individwu tasal għand min għandu verament bżonnha u dan għandu jsir fl-iqsar żmien possibbli.", "L-emenda dwar ir-responsabbilta' tal-welfare committee li issa se tgħaddi għand il-ministeru tas-saħħa u l-kura ta' l-anzjani wara li riċentement saret riforma fil-karigi ministerjali, sa ċertu punt hija wkoll emenda amministrattiva imma l-oppożizzjoni qed tgħid li se tivvota kontriha bħala sinjal ta' solidarjeta' ma' dawk l-anzjani li fil-budget li għadda ntlaqtu minħabba ż-żieda li kien hemm fil-kontribuzzjoni li huma jridu jagħtu biex ikunu jistgħu jingħataw ċerti servizzi.", "Jien nifhem li ħadd ma jieħu gost iħallas, imma min-naħa l-oħra naħseb li kulħadd irid jifhem li l-gvern qiegħed jagħti servizz, qiegħed jagħti għajnuna u qiegħed jipprovdi xibka biex ħadd ma jaqa' lura.", "Hawnhekk aħna m'aħniex inqassmu ċ-ċejċa u rridu naqtgħuha din il-mentalita' li naħsbu li l-welfare state huwa ċ-ċejċa.", "Ġieli nisma' ċerti argumenti, bħal, per eżempju: Allura min faddal m'għandux jagħmel kapriċċi?", "U m'għandux ikollu post ta' villeġġjatura?", "Dażgur li min ikun ħadem u faddal għandu jagħmel il-kapriċċi, imma jien nippretendi li min qiegħed taħt xi forma ta' assistenza soċjali – u dan li qed ngħid ma japplikax biss għall-anzjani – jfisser li ma jkollux flus biżżejjed biex ikun jista' jgħix, aħseb u ara kemm ikollu biżżejjed biex jieħu ċ-ċejċa!", "Għalhekk huwa tajjeb li nifhmu li l-welfare state qiegħed hemmhekk purament bħala safety net għal min verament għandu bżonn.", "Naturalment dan ma jfissirx li aħna rridu nqasqsu, inqattgħu u niddistruġġu l-welfare state, biex ma niġux interpretati b'mod ħażin, u ma jfissirx li m'aħna se nagħmlu xejn iktar għall-anzjani.", "Biżżejjed infakkar li llum hawn 8,900 familja anzjana, jiġifieri kważi 9,000 familja, li jgħixu weħidhom u għandhom is-servizz tat-telecare.", "Matul dawn l-aħħar snin fl- isptar San Vinċenz de Paule sar investiment qawwi biex jinbnew is-swali mill-ġdid u bħalissa għaddej il-bini fuq blokk ġdid tan-nisa, liema blokk se jkun jista' jakkomoda 180 sodda oħra.", "Ta' min jgħid ukoll li hemm iktar minn 700 persuna anzjana li qed jgħixu f'dar ta' l-anzjani tal-gvern fil- komunita' u l-gvern preżenti huwa determinat li jwaqqaf ukoll dar ta' l- anzjani oħra, li llum is-sit tagħha ġie identifikat.", "Irridu niftakru li l-gvern qed jonfoq iktar minn Lm200 miljun f'pensjonijiet u f'benefiċċji soċjali, minbarra l-54,000 ikla permezz tas-servizz tal-meals on wheels, is-servizz tal-handyman, li jużawh medja ta' 60 familja fix-xahar u l-14-il day centre li issa għandna mxerrdin ma' Malta u Għawdex kollha, jiġifieri altru milli qed ngħidu li se nżarmaw il-welfare state.", "Aħna kulma qed ngħidu huwa li għandna nirrazzjonalizzaw l-affarijiet u li meta nipprovdu l- welfare, għandna nipprovdu xibka – u huwa obbligu tal-gvern li jassigura dan – biex ħadd ma jaqa' lura.", "Emendi oħrajn li huma mdaħħla f'dan l-abbozz ta' liġi u li qajmu diskussjoni – fil-fatt dawn semmewhom diversi membri ta' l-oppożizzjoni, fosthom il-Kap ta' l-Oppożizzjoni nnifsu – huma proprjament dawk li jirrelataw mas-saħħa u mas-sigurta'.", "Aħna nifhmu li jkun hemm każijiet individwali fejn ikun diffiċli li tidentifika min għandu t-tort u min għandu r-raġun u nifhmu li jrid ikun hemm struttura li tistudja dawn il- każijiet b'ċerta serjeta' u responsabbilta' qabel ma jiġi deċiż min għandu t-tort u min għandu r-raġun, imma rridu nifhmu li finalment din l-emenda qiegħda tirresponsabilizza lil kulħadd għax m'huwiex biżżejjed li jkollna ħafna liġijiet fuq is-safety tal-ħaddiema.", "Naħseb li din l-emenda li ġiet imdaħħla fl-abbozz ta' liġi qiegħda timpinġi responsabilita' fuq is- soċjeta' kollha.", "L-ewwelnett din qiegħda tirresponsabilizza lill-gvern innifsu biex jonfoq it-taxxi tal-poplu Malti u Għawdxi fejn għandu jonfoqhom, jiġifieri mhux iqassam iċ-ċejċa bla studji ta' xejn u qiegħda tirresponsabilizza lill-istess ħaddiem li jrid joqgħod attent li josserva l- liġi tas-safety tal-ħaddiema u ma jweġġax lilu nnifsu jew lil ħaddieħor bi traskuraġni tiegħu.", "Per eżempju, aħna nafu li l-iktar ħaddiema li huma prone għall-accidents huma dawk li jaħdmu fil-qasam tal-kostruzzjoni u allura dawn il-ħaddiema għandhom ikunu responsabbli lejhom infushom u lejn il-familji tagħhom billi fost l-oħrajn jilbsu s-safety helmet ħalli b'hekk jassiguraw li għallinqas b'dan il-mod anke martu u wliedu jkunu qed jiġu mħarsa għax jekk ikun liebes is-safety helmet u allaħares qatt jiġrilu xi ħaġa, jingħataw xi forma ta' benefiċċju.", "Għalhekk il-gvern mhux biss qed joħloq pressure fuq il-liġijiet li għandu imma anke fuq il-ħaddiem biex josserva dawk l-istess liġijiet u fuq l-employer, għax jekk qabel dan kien jabbuża - saħansitra ssemma xi każ ta' bullying ukoll li sar minn employer fuq il-ħaddiema tiegħu li ma kienx jixtrilhom il-health and safety equipment li kellhom bżonn - issa dan jaf li jekk xi ħadd mill-ħaddiema tiegħu se jweġġa', finalment ir-responsabbilta' se taqa' kollha fuqu minħabba li issa l-gvern se jitolbu l-ħlas tal-benefiċċju lura.", "Għalhekk kif diġa' għidt, filwaqt li sa ċertu punt din l-emenda ma fiha xejn pero' timplika ħafna affarijiet għax finalment tirresponsabilizza lil kulħadd.", "Jien naħseb li fis-sitwazzjoni li ninsabu fiha llum, kulħadd qed jistaqsi jekk it-taxxi li qed iħallas humiex qegħdin imorru biex jgħinu lil min verament għandu bżonn.", "Kulħadd jaf li aħna poplu karitattevoli imma mbagħad min-naħa l-oħra, bir-raġun, ħadd ma jieħu pjaċir li xi ħadd ikun qed jisolħu b'kapriċċ minħabba li qed jabbuża jew inkella minħabba li kien traskurat.", "Għalhekk naħseb li lkoll naqblu li r-responsabbilta' li qed iddaħħal din l-emenda hija importanti ħafna.", "Aħna rridu niftakru biss – u se nagħlaq hawn għax lill-kollegi tiegħi wegħedthom li m'iniex se ntawwal – li fil-budget tas-sena li għaddiet in-nefqa tal-gvern fuq il-welfare – jiġifieri hawnhekk qed ninkludi s-sigurta' soċjali, l-edukazzjoni u s-saħħa – kienet tammonta għal 55% tan-nefqa tiegħu - għallinqas hekk kien ġie kkwotat li qal il-Prim Ministru tal-lum li dak iż-żmien kien il-ministru responsabbli mill-politika – jiġifieri 55% ta' dak kollu li nefaq il-gvern kienu qed imorru proprjament għall-qasam soċjali.", "Altru milli l-gvern qed iqasqas u jrid iżarma l-welfare state!", "Għalhekk huwa obbligu tal-gvern li jassigura illi l-flus qegħdin imorru fejn għandhom imorru u lil hinn mill-obbligu tal-gvern naħseb li huwa l- obbligu ta' kull wieħed u waħda minna, fosthom ta' min jaħdem u ta' min iħaddem, li naraw illi flusna – għax finalment dawn huma fondi kollettivi – imorru fejn għandhom imorru.", "Jien m'għandix iktar kummenti x'inżid dwar l- abbozz ta' liġi li għandna quddiemna ħlief li nirrimarka li, fl-opinjoni tiegħi, dan l-abbozz ta' liġi huwa straightforward ħafna u l-emendi li fih żgur li se jkomplu jtejbu s-servizzi li jipprovdi d-dipartiment għas- sigurta' soċjali lill-komunita' Maltija.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Aktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Cassar.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Mr Speaker, nixtieq nibda dan id-diskors billi nirriferi għal dokumentarju – forsi hemm ħafna minnhom li rawh dan l-aħħar – li jismu \"Fahrenheit 9/11\".", "(Interruzzjonijiet) L-Onor.", "Michael Gonzi qed jgħidli li ma rahx!", "(Interruzzjonijiet) George Bush m'għandux jaqsam f'dan li se ngħid, pero' rrid ngħid li wieħed minn dawk li kkummenta f'dan id-dokumentarju kien ċertu Dr Jim McDermott li minbarra li huwa congressman Amerikan, huwa wkoll psikjatra, u allura meta dan beda jitkellem ftaħt par widnejn daqsiex!", "Issa jien assolutament ma rridx nidħol fil-merti ta' jekk Dr Jim McDermott kellux raġun jew le, pero' dan qal xi ħaġa importanti ħafna.", "Fil-fatt dan qal li kull tant żmien il-gvern Amerikan – issa hawn irrid nenfasizza li dan ma jfissirx li qed naqbel miegħu u qiegħed sempliċement nikkwota x'qal hu biex imbagħad nieħu spunt minnu – donnu jdaħħal id-dubju dwar jekk hemmx sigurta' fl-Istati Uniti u kważi kważi xi kultant idaħħal il-biża' li hemm xi ħaġa mhedda.", "Skond Jim McDermott, din tista' tkun ploy politika mill-gvern Amerikan.", "Nerġa' nenfasizza li hawnhekk jien m'iniex se nidħol fil-merti tas- sitwazzjoni, pero' qed nirriferi għal dan id-dokumentarju għaliex waqt li kien qed jitkellem Dr Jim McDermott, għal xi raġuni jew oħra ftakart f'dan il-Parlament.", "Għaliex?", "Għax ftakart li fuq kull abbozz ta' liġi li nitkellmu, dejjem qed insibu lill-oppożizzjoni li b'xi mod jew ieħor qed iddaħħal id-dubju fil-moħħ tal-poplu Malti – għax jien nemmen li ħafna nies jisimgħu d-dibattiti ta' dan il-Parlament minn fuq ir-radju – li hemm xi ħaġa ħażina.", "Issa hawnhekk qed niddiskutu abbozz ta' liġi li qed jemenda ċerti artikli li nsibuhom fl-Att dwar is-Sigurta' Soċjali, jiġifieri hawnhekk we are not reinventing the wheel, imma sfortunatament anke fuq dawn l-affarijiet żgħar kien hawn deputati li pprovaw iqajmu ċerti black clouds u ċertu dwejjaq.", "Nhar is-Sibt kelli l-grazzja li nkun mistieden bħala rappreżentant tal- partit Nazzjonalista mill-kummissjoni ħidma pastorali tas-Sinodu fejn kienu mistednin l-imsieħba soċjali kollha u l-partiti politiċi prinċipali.", "Hija sfortuna li attendew ftit nies għal din l-attivita' u li kien hemm ftit nies mill-membri ta' l-imsieħba soċjali u ta' l-unions, pero' kont kuntent li kien hemm kemm rappreżentanza min-naħa tal-gvern kif ukoll min-naħa ta' l-oppożizzjoni permezz ta' l-Onor.", "Karl Chircop.", "Waħda mill-affarijiet li laqtitni ħafna f'dak li qal Monsinjur Arċisqof - u jien nemmen li Monsinjur Arċisqof huwa bniedem li ħafna Maltin u Għawdxin iħarsu lejh bħala leader u allura jagħtu kas dak li jgħid – kienet speċifikament meta dan qal li jaqbel li jkun hemm oppożizzjoni u allaħares ma jkunx hemm oppożizzjoni imma oppożizzjoni ma tfissirx li topponi għal kull ħaġa li jgħid l-ieħor – kif sfortunatament xi kultant jiġri f'dan il-Parlament – għaliex oppożizzjoni tfisser li għalkemm taħsibha b'mod divers trid tgħin lill- gvern joħroġ front uniku.", "Għalhekk huwa qal – u hawnhekk se nuża l-kliem li uża hu – li jrid ikun hemm \"unita' fid-diversita'\".", "Din hija espressjoni sabiħa ħafna u kieku f'dan il-Parlament kulħadd kellu jutilizza dak li qal Monsinjur Arċisqof, kieku dan il-Parlament kien ikun ward u żahar!", "Għalfejn qed nitkellem b'dan il-mod, Mr Speaker?", "Jien segwejt ħafna mid-dibattiti li saru f'dan il-Parlament u għalkemm nemmen li ħafna minnhom kellhom valur siewi, anke min-naħa ta' l- oppożizzjoni, illum li qed nitkellmu fuq emendi għall-Att dwar is-Sigurta' Soċjali, xi kultant bdejt nistaqsi lili nnifsi x'għandu x'jaqsam il-brodu bil-karrotti, l-insalata u l-lista sħiħa ta' affarijiet oħra li ssemmew u li m'għandhom x'jaqsmu xejn mal-liġi tas-sigurta' soċjali u ma' l-emendi li qed jiġu proposti.", "Madanakollu jkun hawn min f'dan il-parlament qed jiġi jitkellem fuq dawn l-affarijiet.", "X'għandu jaqsam l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali ma' l-argument ta' jekk il-brodu għandux ikun bil-karrotti u ma' kif għandha tkun l-insalata; jekk hux friska jew tal-pakkett?!", "Nappella biex nużaw l-ogħla istituzzjoni ta' dan il-pajjiż, ċioe' dan il-Parlament biex nitkellmu fuq affarijiet li jirrigwardaw dak l-abbozz ta' liġi li jkollna quddiemna!", "Jien diġa' għidt dan id-diskors u jekk għandna abbozz ta' liġi li jirrigwarda l-liġi tas-sigurta' soċjali, għandna naqbdu klawsola klawsola minn dan l-abbozz ta' liġi u jekk hemm bżonn inkissru dawn il-klawsoli, imma huwa importanti li niddiskutu dawk il-klawsoli u mhux affarijiet li jiddispjaċini ngħid kważi kważi nużawhom biss għal skopijiet politiċi!", "Jien għamilt dan il-preambolu għax nemmen li huwa importanti li meta jkollna quddiemna abbozz ta' liġi bħal dan, għandna nitkellmu fuq affarijiet serji.", "Issa ħalli niġi għall-abbozz innifsu.", "L-ewwelnett jien nemmen illi dan l- abbozz ta' liġi prinċipalment sar peress li issa d-dipartiment ta' l- anzjani qed jaqa' taħt ministeru differenti u allura huwa ovvju li jridu jsiru ċerti emendi.", "Sinċerament nemmen ukoll li l-maġġoranza ta' l-emendi li fih dan l-abbozz ta' liġi, ħlief għal dawk l-emendi tekniċi ta' definizzjonijiet, saru kollha b'qalb soċjali bil-għan li jiġu megħjuna dawk li huma l-iktar fil-bżonn.", "Għalhekk jien ninsisti li għandna nitkellmu fuq dawn l-affarijiet għax dawn huma affarijiet importanti.", "Hawnhekk għandna gvern li l-qalb soċjali tiegħu qed tħabbat għal dawk in-nies li għandhom verament bżonn l-għajnuna u m'għandniex noqogħdu nitkellmu fuq l- eċċezzjonijiet li jeżistu.", "Mr Speaker, jien naħseb li d-definizzjoni l-ġdida ta' \"benefit year\" hija pożittiva u naf li anke l-oppożizzjoni qablet ma' din id-definizzjoni l- ġdida għax saret tagħmel sens u mhux kif kienet qabel.", "L-istess nistgħu ngħidu għad-definizzjonijiet ta' \"Director\" u ta' \"Minister\", li saru l- iktar minħabba d-dikasteri l-ġodda.", "L-emenda li saret li għandha x'taqsam mas-cerebellar ataxia li hija marda rari ħafna għandha l-valur tagħha u żgur li ħadd ma jista' jgħid illi m'hijiex qiegħda hemm biex tgħin lil dak li jkun.", "Issa hawnhekk nixtieq nagħmel parentesi żgħira.", "Mr Speaker, jien għandi qalbi tħabbat għal nies li jbatu bi problemi ta' saħħa mentali u ma nafx jekk wasalx iż-żmien li forsi wieħed jipprova jikkonsidra u anke jagħmel emenda għall-kliem \"mentally severe subnormality\", li jinsabu fil-liġi għaliex illum dan il-kliem m'għadux jintuża minħabba li huwa meqjus bħala kliem dispreġġjattiv.", "Ovvjament meta saret il-liġi din il-frażi kienet tintuża ħafna pero' ż-żminijiet jinbidlu u t-terminoloġija wżata nbidlet ukoll.", "Għalhekk ikun tajjeb jekk inbiddlu din it-terminoloġija ħalli nimxu maż-żminijiet.", "Ħaġa oħra li wieħed għandu jikkonsidra f'dak li għandu x'jaqsam ma' definizzjonijiet hija li llum il-frażi \"chief government medical officer\" ġiet sostitwita bil-frażi \"director general health\", u mbagħad hemm kategoriji differenti ta' diretturi.", "Id-definizzjoni ta' \"severely disabled person\" fil-liġi tgħid li:", "\"\"severely disabled person\" means a person who still has a reasonable expectancy of life and who is incapable of supporting himself through full-time employment or self-occupation, or who will be rendered so incapable when of age to do so, owing to a permanent disability arising from -\",", "u mbagħad hemm lista ta' kondizzjonijiet, fosthom it-total deafmutism, l- achondroplasia, il-hypopituitarism, l-osteogenesis imperfecta, l-epilepsy u s-cerebellar ataxia li huwa kollu mard kroniku u serju.", "Dawn huma affarijiet komplikati, pero' forsi wieħed jista' jikkonsidra li anke hawnhekk jiddaħħlu ċerti kondizzjonijiet li qabel ma kenux definiti u li llum hemm definizzjonijiet ċari dwarhom.", "Illum ix-xjenza qiegħda tavvanza u hemm definizzjonijiet ċari ta' mard serju mentali li wieħed jista' jikkonsidrahom, fosthom l-awtiżmu li hija marda serja ħafna, kronika u m'hemmx fejqan għaliha.", "Naqbel li dawn m'humiex affarijiet li taqbad u tagħmilhom, imma trid tistudjahom u tara l- impact li se jkollhom għaliex meta tieħu deċiżjoni li ddaħħal ċerti kondizzjonijiet, speċjalment fis-saħħa mentali, fil-Ħames Skeda, wieħed irid jikkonsidra li għalkemm id-definizzjonijiet qegħdin hemm, pero` normalment ikun hemm panel ta' nies li jiddeċiedu dwarhom.", "Per eżempju, l-awtiżmu m'hijiex xi kondizzjoni li tista' titkejjel b'test tad-demm jew b'test tal-ġenetika, allura l-mod kif isiru d-definizzjonijiet fuq livell psikjatriku huwa billi jkun hemm panel ta' esperti internazzjonali li jingħaqdu madwar mejda – normalment ikunu xi 10 jew 12 – u jgħidu li d-definizzjoni ta' awtiżmu se tkun A, B, C, D, E, F, G u jaqblu bejniethom.", "Jiġifieri hija deċiżjoni suġġettiva li ħierġa minn esperti – jiġifieri wieħed irid jagħti l-valur siewi tagħha – pero` hija xi ħaġa li ma tistax tikkalkolaha.", "Allura meta qiegħed tilleġisla dwar ċerti affarijiet li għalihom hemm definizzjoni vaga għax ma tistax tittestja l- kondizzjoni, tista' tinħoloq problema meta tiġi biex tivverifika u tiċċekkja eżatt fuqxiex qed titkellem.", "Xtaqt ngħid ħaġa importanti li għalkemm ma tidħolx fid-definizzjonijiet, tidħol iktar 'il quddiem fil-parti li titkellem dwar id-diżabilita`.", "Ħadt gost nisma' lill-Onor.", "Alfred Sant jitkellem fuq każ partikolari tad- diżabilita`.", "Dawn in-nies qed ibatu u magħhom qed tbati l-familja tagħhom.", "Mhux dejjem ikunu każijiet straight forward li wieħed jista' jaqta' b'riga, imma huma verament komplikati.", "U għalhekk nemmen li xi kultant għandhom jidħlu ċerti esperti, kif jintużaw l-esperti fil-qrati, li jistgħu jagħtu ġudizzju fuq ċerti affarijiet.", "Jien inħoss li wasal anke ż-żmien minħabba l-avvanz tax-xjenza u l-avvanz tal-liġijiet tal-politika soċjali fid-dinja, li wieħed jibda jikkwantifika d-diżabilita`.", "Jekk m'iniex sejjer żball bħalissa l-liġi tgħid li jiġi stabbilit il-persentaġġ ta' diżabilita` u skond dak il-persentaġġ tieħu ċertu ammont ta' flus.", "Hemm ċerti diżabilitajiet li jistgħu jitkejlu b'test tad-demm, b'X-rays u b'affarijiet oħra, pero` hemm ċerti diżabilitajiet, mentali u anke newroloġiċi, li ma tistax tikkwantifikahom b'dawn it-testijiet.", "Jien naf li definittivament fl-Awstralja, fl-Iskozja u ċertament fl-Amerika jeżistu kotba b'tabelli fejn il-persentaġġ huwa definit ċar u tond ħalli ma jkunx hemm problemi.", "Jien inkun maħtur bħala espert tal-qorti fuq dawn il-każijiet u sfortunatament għadni qed ikolli nuża ktieb ta' l-American medical association, li huwa kiteb voluminuż u li jitkellem dwar diżabilita` mentali u diżabilita` newroloġika.", "B'dan il- ktieb m'għandekx fiex titfixkel għax jidħol fid-dettall.", "Per eżempju, jekk għandek diżabilita` ta' 10% għandek paragraph dwar xi jfisser 10% disability, jekk għandek 20% għandek paragraph dwar xi jfisser 20% disability.", "Illum ikollok bżonn tikkwantifika l-persentaġġ tad-diżabilita` minħabba li xi kultant dawn l-affarijiet jitilgħu fuq livell ta' qrati ċivili, ta' medjazzjonijiet u ta' arbitraġġi.", "Fl-antik it-tabib kien jitqies bħala xi ħadd importanti ħafna u jekk it-tabib kien jgħid li għandek 10% disability kienu joqogħdu fuq il-ġudizzju tiegħu.", "Pero` llum nafu li kollox huwa kkwantifikat.", "Għalhekk nissuġġerixxi li kif qegħdin f'din l-emenda, fejn daħħalna speċifikament il-kwestjoni ta' l-occupational health and safety u diżabilita` fuq ix-xogħol, id-diżabilita` għandha tkun kwantifikata.", "Dan l- aħħar kont qed nagħmel riċerka fuq diżabilita` f'każ li kelli l-qorti.", "Naf li l-ktieb Awstraljan u dak Amerikan dwar id-diżabilita` jaqblu ħafna ma' xulxin, jiġifieri m'hemmx xi għerf fiha, we are not going to reinvent the wheel.", "Kulma rridu nagħmlu huwa li npoġġu panel ta' esperti u jagħmlu ktieb simili għal pajjiżna.", "Naħseb li dan huwa importanti.", "Dan iwassalni biex nitkellem fuq l-emenda dwar l-occupational health and safety u ninsab kuntent li l-kelliem ewlieni ta' l-oppożizzjoni fuq is- social policy qabel magħha.", "Qed nitkellem dwar meta bniedem ikollu problema fuq il-post tax-xogħol ikkawżata minn negliġenza.", "Jien nifhem, kif qal l-Onor.", "Sant, li xi kultant dawn huma każi kumplessi u mhux dejjem tista' tiddeċiedi dwarhom b'mod sempliċi, pero` rridu nkunu saqajna ma' l- art u nammettu li f'dan il-pajjiż għadna lura meta niġu għall-occupational health and safety.", "Hemm sit fuq l-internet – m'iniex se nsemmih għax jużawh bħala sit tad-daħk – li fih tara biss ritratti ta' nies f'Malta li qed jabbużaw fuq il-post tax-xogħol, fis-sens li jaħdmu b'mod perikoluż.", "Per eżempju, dan l-aħħar rajt wieħed li qed ibajjad faċċata ta' dar fuq tavla poġġuta fuq fork-lifter u min kien qed isuq il-fork-lifter kien qed itella' u jniżżel it-tavla biex l-ieħor ibajjad, mingħajr ma kellu rbit u appart ieħor ta' sigurta`.", "Meta taraha fuq is-sit tidħak, imma meta dak l- individwu li għandu familja bit-tfal jaqa' u jweġġa' u jkollu xi traumatic brain injury, ma tidħakx iktar!", "Meta kont l-Istati Uniti niftakar li kienu jdumu iktar jarmaw scaffoldings u slides biex jirranġaw post milli jdumu jirranġaw il-post u trid tara kif idawru t-triq.", "Jien jiddispjaċini li kważi darba fil-ġimgħa nisma' b'xi inċident fuq il-post tax-xogħol.", "Ma rridux ninsew li meta ħaddiem iweġġa' fuq il-post tax-xogħol, hemm il-familja nvoluta wkoll.", "Naħseb li bħala membri parlamentari definittivament irridu ngħinu lil ħutna l-Maltin japprezzaw li hemm obbligu morali lejn il-pajjiż u obbligu morali lejn il-familji tagħna li meta nagħmlu biċċa xogħol irridu nieħdu ħsieb lilna nfusna.", "Ma jistax jibqa' jkollna sitwazzjonijiet fuq il-post tax- xogħol li huma ta' periklu.", "Jien nixtieq li fl-aħħar mill-aħħar fuq l- aħbarijiet ma nibqgħux nisimgħu iktar b'inċidenti fuq il-postijiet tax- xogħol.", "Huwa veru li anke jekk tagħmel kull forma ta' occupational safety xorta jistgħu jiġru l-inċidenti, imma ma naħsibx li jiġru bir-rata li qed jiġru f'dan il-pajjiż.", "Jien naħseb li kulħadd jara l-aħbarijiet u mill-inqas darba fil-ġimgħa nisimgħu li xi ħadd miet jew xi ħadd korra fuq il-post tax-xogħol.", "Ħafna drabi jien inkun involut bħala psikjatra biex nara lil dawn in-nies fl- isptarijiet.", "Irridu nagħmluha ċara li meta bniedem ma jmutx u jsalva ma jfissirx li dak il-bniedem baqa' ward u żahar għaliex hawn nies li spiċċaw l-isptar Boffa ġo qiegħ ta' sodda għal għomorhom.", "Hawn nies li waqgħu u spiċċaw bi traumatic brain injury fejn il-livell tal-personalita` tagħhom u l-livell konjittiv - jiġifieri kif jaħsbu – jinbidel tant li ma jibqgħux jagħrfu lill-familjari tagħhom.", "Huwa veru li tieħu r-ruħ meta tisma' li bniedem korra gravi imma ma mietx pero` d-diżabilita` li wieħed ikollu wara korriment gravi fuq il-post tax-xogħol ħafna drabi tkun diżabilita` permanenti u taffettwa l-ħajja tal-familja kollha u dan kollu jiġri minħabba l-fatt li ma jkunx libes helmet jew ċintorin biex jintrabat.", "Dawn huma affarijiet serji.", "Għalhekk jien nemmen li l-emenda li tirrigwarda l-ħaddiem li ma qagħadx attent fuq ix-xogħol u li b'negliġenza għamel xi ħaġa li biha weġġa' hija pożittiva.", "Pero` l-liġi ma tieqafx hemm imma qiegħda tagħti responsabbilta` assoluta lil min jimpjega.", "U hawnhekk nixtieq nieqaf ftit.", "Jien għidt li għandna kultura fejn il-ħaddiem mhux dejjem joqgħod attent, imma jiddispjaċini ngħid li xi kultant ma tiġix mill- ħaddiem.", "Dan l-aħħar – u naħseb li ħafna mit-tobba sħabi li hawn preżenti jkollhom każijiet bħal dawn – kelli każ ta' wieħed li daħal l-isptar wara korriment gravi u kellu ksur u head injury, imma b'miraklu issa m'għandu xejn.", "Dan il-ħaddiem kellu ħafna esperjenza u ta parir lil min kien qed iħaddmu x'għandu jintuża biex jevita l-accident - li sfortunatament ġara lilu stess – pero' min kien qed jimpjegah ma tax widen u qallu li riedu jgħaġġlu.", "Dan id-diskors intqal lili minn dan l-individwu pero' ovvjament l-istorja tiegħu trid tiġi verifikata.", "Jien nemmen li din il-liġi fl-aħħar – u hawnhekk naf li anke l-oppożizzjoni se taqbel magħna – se tagħti responsabbilta` assoluta lil min iħaddem.", "Ma jistax ikun li min iħaddem iħares biss lejn il-flus u lejn il-ħin - għax illum nafu li time is money – imma hemm bżonn li jkollna nies li jafu x'qed jagħmlu u li l-ħaddiema jkunu protetti bil-qawwa kollha ħalli jkunu safe fuq il-post tax-xogħol.", "Irridu nirrikonoxxu kemm bħala gvern u kif ukoll bħala oppożizzjoni li hawn Malta għadna lura f'dawn l-affarijiet.", "Nemmen li rridu ningħaqdu flimkien, gvern u oppożizzjoni, biex ngħinu lil ħutna Maltin u Għawdxin ikollhom dak is-sens ta' dinjita` li għandhom ikollhom fuq il-post tax-xogħol.", "Meta jkun l-isptar tabib li jaħdem f'laboratorju jrid jilbes ġigaga, mhux biex jidher sabiħ, imma biex jekk jaqleb xi ħaġa fuqu jaqbad u jneħħiha.", "Jiġifieri l-affarijiet saru u ġew studjati għal skop.", "Ħadd ma jagħmel l- affarijiet għalxejn.", "Nemmen li dan huwa punt li rridu naħdmu flimkien fuqu għall-ġid tal-ħaddiem.", "Hemm klawsoli li jagħtu prova ċara li l-gvern tagħna huwa gvern b'qalb soċjali.", "Fosthom insemmi klawsola 6 li tħares speċifikament lejn iċ- children's allowance li jieħdu r-romol.", "Jien nemmen din hija emenda li turi l-qalb soċjali tal-gvern tagħna u hija favur il-mara li kienet sfortunata għax romlot.", "Klawsoli 3 u 4 iħarsu lejn sitwazzjonijiet li minnhom se jibbenefikaw nies li qabel ma kenux.", "Waħda hija dwar kif tiġi kkalkolata l-pensjoni tas-self-employed li jaqgħu taħt kategorija partikolari u l-oħra hija relatata magħha wkoll.", "Jien naħseb li hawnhekk irridu nagħtu prosit lill-gvern li b'qalb soċjali ħares lejn min hu l-iktar fil-bżonn għax fl-aħħar mill-aħħar l-iskop tal-liġi dwar is-sigurta` soċjali huwa li tħares lejn in-nies li huma l-iktar fil-bżonn u tgħinhom jimxu 'l quddiem.", "Il-kollegi tiegħi tkellmu wkoll fuq l-emendi li kellhom isiru rigward il- welfare committee minħabba l-kambjament fid-dikasteri minn mindu l-Onor.", "Lawrence Gonzi sar Prim Ministru u ħatar Kabinett ġdid.", "Huwa importanti li wieħed iħares lejhom minn dak il-lat u naħseb li fuq dawn ikun hemm qbil ukoll.", "Nerġa' ngħid li għall-ġid tal-poplu tagħna rridu napprezzaw l-emendi ta' din il-liġi, m'iniex ngħid li m'għandniex nitkellmu fuq livell tekniku fuq x'għandu jsir fil-liġi dwar is-sigurta` soċjali pero` rridu nieqfu milli ninkwetaw lill-poplu Malti.", "U hawnhekk tidħol il-moralita` u m'għandniex għalfejn nooqgħdu ninkwetaw lill-poplu Malti fuq affarijiet li jinstemgħu sbieħ ħafna għax huma sensazzjonali pero` li fl-aħħar mill-aħħar kulma jkunu qed jagħmlu huwa li jqajmu question mark fuq xi ħaġa li teknikament ma jkollhiex x'taqsam ma' dak li nkunu qed nitkellmu fuqu.", "Nirringrazzjak, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Michael Farrugia.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Mr Speaker, bħalma qalu diversi kelliema oħrajn, din in-naħa tal-Kamra hija favur parti sostanzjali minn dan l-abbozz ta' liġi.", "Hemm qbil dwar ħafna mill-punti, biss hemm xi punti oħrajn li wieħed irid jagħmel xi rimarki dwarhom.", "Nibda biex insemmi xi ħaġa li tirrigwarda l-Ħames Skeda, magħrufa bħala l- kartuna s-safra.", "Huwa tajjeb li tiżdied marda oħra mal-lista li diġa` hemm pero' wieħed irid jirrikonoxxi diversi punti li ħafna drabi qegħdin jinqalgħu fil-każ ta' ċerti mediċini li għandhom x'jaqsmu ma' mard kemm fuq l-Ħames Skeda u kif ukoll ma' mediċini oħrajn ta' pazjenti li minkejja li m'għandhomx il-kartuna s-safra, għandhom il-kartuna r-roża imma ħafna drabi jkollhom ħafna problemi meta jiktbulhom ċerti mediċini.", "Agħar minn hekk, qed ikun hemm diversi rapporti kontinwi li ċerti mediċini m'humiex qed jingħataw lill-pazjenti li jkunu fl-isptarijiet taħt l-iskuża ta' diversi regolamenti u burokrazija.", "Ta' min jagħti ħarsa lejn dawn il- każijiet, speċjalment meta wieħed ikun qed jingħata mediċini li huma relattivament ġodda u li jkunu jridu l-awtorizzazzjoni tal-bord tal-Ħames Skeda biex wieħed ikun jista' jeħodhom u li sfortunatament qed idumu biex jingħataw lill-pazjenti li jkunu qegħdin għall-kura l-isptar.", "U hawnhekk irrid nagħmel daqsxejn ta' parentesi.", "Huwa veru li wieħed m'għandux jiġi b'xi shopping basket biex idaħħal numru ta' mard ieħor fil- Ħames Skeda, imma tajjeb li wieħed jgħid li hemm ħafna mard kroniku, li sfortunatament hemm min jibda jbati minnu f'eta` żgħira ħafna u jibqa' jbati bih għomru kollu.", "Il-mediċini li jieħdu s'issa, għall-grazzja t'Alla, m'humiex daqshekk għoljin u allura meta wieħed jiġi għall-kura ma tkunx daqshekk iebsa għal dik il-persuna li jmur jixtri dawk il-mediċini.", "Imma jekk wieħed qed jitkellem fuq ċertu mard kroniku, tajjeb li wieħed jinkludi mard kroniku li jibda minn eta` żgħira.", "Naħseb li dawn il- każijiet ħaqqhom jieħdu l-kura kollha neċessarja.", "Ħafna drabai jinqalgħu diversi problemi minħabba l-mod kif inhi miktuba l- Ħames Skeda.", "Din il-problema ilha tinħass u s'issa donnu ħadd ma sab soluzzjoni bażika għaliha.", "Każijiet li wieħed jiltaqa' ħafna drabi magħhom huma ta' pazjenti b'mard kroniku li għandhom bżonn mediċini li jkunu relattivament għoljin, kuntrarju għal oħrajn li semmejt qabel.", "Allura l- konsulenti – issa m'iniex se nidħol fil-mertu jekk jagħmlux tajjeb jew ħażin jew humiex qed iqarrqu bis-sistema – jagħmlu djanjosi kompletament differenti minn dik li attwalment ikollu l-pazjent.", "L-isfortuna hija li ħafna drabi l-marda li titniżżel tkun ħafna iktar gravi u forsi hawn min iħares lejha bi stigma ikbar mill-marda li attwalment ikollu u li llum ġiet aċċettata fis-soċjeta`.", "Ħalli nagħti eżempju ta' dan li qed ngħid.", "Ħafna drabi jkollok pazjenti li jbatu b'dipressjoni kronika u allura jkollhom bżonn ċertu ammont ta' mediċini.", "Issa wħud minn dawn il-mediċini jiswew ħafna flus u għalhekk il-konsulenti jniżżlulhom li dawn qed jbatu minn skiżofrenija.", "Ħafna drabi l-konsulent jispjega lill-pazjent tiegħu x'inhi din il-marda u jistaqsih jekk ikunx kuntent li jniżżillu hekk.", "Issa ssib pazjenti li jgħidulek l-aqwa li se jġibu l-mediċini b'xejn, iżda ssib oħrajn li jirrifjutaw u jgħidulek li huma lesti li jixtru l-mediċini li għandhom bżonn basta ma jkollhomx dan it-timbru wara isimhom u jibdew isemmu l-iskużi kollha biex ma jkollhomx dan it-timbru.", "Allura min jaċċetta li titniżżillu t-titolu ta' skiżofrenija wara ismu se jieħu l- mediċini b'xejn għad-dipressjoni li jkollu u min ma jaċċettax dan it-timbru se jkollu jmur jixtrihom minn butu.", "Fil-fehma tiegħi, din hija problema u rridu narawha fuq żewġ binarji; l-ewwelnett jekk għandniex nerġgħu nirrevedu l-Ħames Skeda u t-tieni nett naraw jekk dak li attwalment qed iniżżlu l-konsulenti hijiex ir-realta' jew le.", "Mr Speaker, eżempju ieħor ta' din il-problema hija relatata ma' ċertu mard tal-kliewi li jirrikjedi ċertu tip ta' mediċina.", "Issa hemm kondizzjoni oħra li m'hijiex relatata direttament mal-kliewi iżda għandha x'taqsam mas- sistema urinarja, pero' tittieħed l-istess mediċina bħal min ibati mill- kliewi.", "Allura ċerti konsulenti qed jassoċjaw din il-problema li tista' tikkawża marda fil-kliewi u jdaħħluha biex min ibati minn din il- kondizzjoni jkun jista' jingħata l-mediċini b'xejn.", "Pero' l-pazjenti se jkollhom it-timbru ta' mard kroniku fil-kliewi.", "Allura jekk wieħed kellu jara kemm hawn nies li jbatu mill-kliewi skond ma jkun imniżżel fuq il-kartuna s-safra żgur isib li dan in-numru huwa wieħed esaġerat.", "L-istess ħaġa nistgħu ngħidu għal min ibati mill-iskriżofrenija għaliex jekk wieħed kellu jara kemm huwa l-persentaġġ tan-nies li jbatu b'din il-kondizzjoni billi jara l-kartuna s-safra żgur jsib li għandna rata għolja.", "Fir-realta' din ma teżistix għax in-numru huwa iżgħar minn hekk.", "Dan huwa sempliċement tidwir mal-lewża sabiex wieħed ikun jista' iġib il- mediċini b'xejn.", "Mr Speaker, naħseb li tkun xi ħaġa tajba li nerġgħu nagħmlu assessment tal- mard imniżżel fil-Ħames Skeda sabiex naraw jekk dak il-mard li attwalment huwa relatat mal-kartuna s-safra għandux jiżdied aktar jew għandniex inbiddlu mill-mard li hemm bħalissa fil-lista jew inkella għandniex nagħmlu rethinking tas-sistema kollha.", "Pero' żgur li hemm bżonn li nagħmlu xi ħaġa għax ma nħossx li huwa ġust li min qed jaċċetta jew isib konsulent li jaċċetta li jdur minn hawn u minn hemm, qed jieħu l-mediċini b'xejn, imbagħad min ma jaċċettax li jkollu xi timbru mniżżel wara ismu jew inkella jsib xi konsulent li jkun aktar riġidu u rett ma jeħux il-mediċini li jkollu bżonn b'xejn.", "Allura ta' min wieħed jevalwa dak li attwalment għaddej f'dan is-settur.", "Fuq dan il-punt se nieqaf hawn.", "Tkellimna wkoll fuq il-kwestjoni tal-health and safety.", "M'iniex se noqgħod nidħol fil-parti tal-liġi kollha iżda se nsemmi tliet partijiet partikolari.", "Nibda billi ngħid li fejn tidħol il-health and safety għandna l-problema li l-ħaddiem mhux qed jifhem biżżejjed ir-responsabbiltajiet lejh innifsu u lejn il-familja tiegħu.", "Irridu niftakr li bniedem li huwa impjegat jew li jimpjega lilu nnifsu li ma jkunx qed jagħti kas tiegħu nnifsu u jiġrilu xi ħaġa, mhux se jbati huwa biss iżda se tbati l-familja tiegħu wkoll.", "U dan juri nuqqas ta' responsabilita'.", "Min-naħa l-oħra għandna l-problema ta' min iħaddem.", "Għandna bosta employers li jimpjegaw ħaddiema fi gruppi żgħar li ħafna drabi dawn ikunu irresponsabbli u ma jaħsbux li jistgħu jweġġgħu.", "L-aħħar darba kont għaddej mit-triq li min-Naxxar tagħti għas-Salini u ġibt għajnejja wara widnejja b'dak li rajt.", "Iddispjaċini ħafna li ma kellix il-camera miegħi għax naħseb kienet tkun veru tajba għal fuq dik il-website li jisimha \"Only in Malta\".", "Dawn kellhom fallakka fejn wieħed irid jitla' fuq il- fallakka u minflok beda jżomm il-fallakka orizzontali, beda jżommha vertikali.", "Dan il-ħaddiem beda jiġġebbed u jipprova jżomm bilanċ biex jimxi mal-ħajt ħalli jġib xi ħaġa minn post ieħor mal-faċċata ta' ħajt li kien sular u nofs għoli.", "Mr Speaker, issa jekk kemm-il darba dan il-ħaddiem kien qed jaħdem għal rasu żgur li huwa bniedem irresponsabbli, kemm lejh innifsu u kif ukoll lejn il-familja tiegħu.", "Min-naħa l-oħra jekk qed jaħdem ma' ħaddieħor, it- tnejn huma irresponsabbli, kemm dak li qabbdu dik il-biċċa xogħol u kif ukoll hu li aċċettaha.", "Pero' hawnhekk tinħoloq problema oħra: Jekk ma jaċċettax li jagħmel dik il-biċċa xogħol x'se jiġri minnu?", "Min attwalment se jiddefendih?", "Jekk tmur tirrapporta l-ETC li l-employer keċċik għax qabbdek tagħmel xi biċċa xogħol u rrifjutajt, jgħidulek li peress li ġejt dismissed se taqa' taħt it-tieni parti tar-reġistru.", "Hawnhekk nixtieq insemmi każ simili li ġara riċentement lil persuna li taħdem bħala salesgirl bil-karozza.", "Din kellha traffic accident li kkawżalha whiplash li għadha tbati minnha sal-lum.", "Għaddiet sena u din il- persuna baqgħet tbati minn din il-kondizzjoni, madankollu l-ispeċjalisti qalulha li tista' tmur ix-xogħol basta ma ssuqx il-karozza għal ħinijiet twal.", "Kif din ċemplet lill-employer tagħha u qaltlu li kienet reġgħet dieħla lura għax-xogħol dan irrispondiha li ma kellhiex għalfjen tersaq 'l hemm għax ma kellux bżonnha aktar.", "Meta mbagħad marret l-ETC, qalulha li peress li ġiet dismissed se taqa' taħt it-tieni parti tar-reġistru!", "Dismissed wara li kellha injury fuq il-post tax-xogħol u għax riedet tidħol lura l-employer qalilha li ma kellux bżonnha aktar!", "Mr Speaker, smajt parti mid-diskors ta' l-Onor.", "Alfred Sant u naħseb li għandna bżonn nagħmlu daqxejn ta' rethinking dwar x'se jkunu r- relazzjonijiet bejn l-employer u l-employee meta l-employee jweġġa' fuq il- post tax-xogħol u jerġa' jiġi biex jidħol lura għax-xogħol.", "It-tendenza hi li hekk kif tidħol lura għax-xogħol l-employer jgħidlek li jkun għadda ż- żmien u ma jkollux bżonnok aktar jew li minħabba l-injury, ix-xogħol li kont tagħmel qabel ma tistax tibqa' tagħmlu u tispiċċa tiġi dismissed.", "Imbagħad iċċempel l-ETC u jgħidulek li ladarba ġejt dismissed taqa' taħt part two tar-reġistru.", "X'jiġifieri?!", "Dawn huma r-realtajiet u l-problemi li qed niltaqgħu magħhom b'mod regolari.", "Sfortunatament din il-ħaġa ma teżistix biss fis-settur privat iżda teżisti wkoll fis-settur governattiv.", "Ħalli nagħti eżempju ta' dan.", "Persuna li taħdem ma' l-armata weġġgħet fuq il-post tax-xogħol tagħha.", "Wara li għadda l-perjodu ta' l-injury tiegħu sarulu xi eżerċizzji sabiex jaraw jekk għadux fit għax-xogħol tiegħu.", "Dan il-bniedem għandu ċertifikat li juri li ma jistax jagħmel ix-xogħol kollu iżda jista' jagħmel ċertu tip ta' xogħol.", "Il-bord iddeċieda li dan il-bniedem huwa tajjeb biex jagħmel ċertu ammont ta' xogħol.", "Madankollu l-awtoritajiet qalulu li m'huwiex tajjeb biex jagħmel ix-xogħol kollu ta' l-armata u allura ġie dismissed minn ma' l-armata.", "U malajr solvejna l-problema!", "Mr Speaker, naħseb li rridu nagħmlu evalwazzjoni fuq ħafna affarijiet li qed niltaqgħu magħhom b'mod regolari.", "Huwa importanti li fuq il-postijiet tax-xogħol ikun hemm persuni kwalifikati li jafu fuqxiex qed jitkellmu meta jidħol is-suġġett tal-health and safety.", "Ma jagħmilx sens li jkollok dipartiment ta' 7,000 ruħ, imbagħad ikollok xi ħames esperti biss li jkunu studjaw xi ħaġa dwar il-health and safety u l-bqija kulħadd jilgħab bin- know-how u għaliex xi ħadd ikun jaf xi ħaġa fuq il-health and safety jaħseb li jkun kapaċi jgħidlek x'suppost tagħmel u a tagħmilx!", "Imma fl-aħħar mill- aħħar ir-responsabilita' mhux fuq il-health and safety officer se taqa'?", "Għalhekk se nerġa' nirrepeti dak li għidt fil-bidu, cioe' li rridu mmorru oltre minn dak li hemm miktub iswed fuq l-abjad fil-liġi.", "Irridu nżommu quddiem għajnejna li persuna tibqa' persuna umana, missier jew omm ta' familja jibqgħu missier jew omm ta' familja u ħafna drabi l-problemi li jinqalgħu wara xi injury qed nispiċċaw niffaċċjawhom meta dawn ikunu spiċċaw minn fuq il-post tax-xogħol tagħhom.", "Mr Speaker, riċentement kellna numru ta' persuni li tneħħew minn fuq il- kotba tal-Malta Drydocks u tpoġġew f'kumpannija li jisimha l-IPSN u ħafna minnhom ġew ingaġġati mal-kunsilli lokali.", "Bosta minn dawn il-ħaddiema tneħħew mill-Malta Drydocks minħabba li kellhom ċertifikat li kien juri li kienu weġġgħu, kemm fuq il-post tax-xogħol tagħhom kif ukoll barra mix- xogħol tagħhom u minħabba dik l-injury ma setgħux jagħmlu x-xogħol kollu u b'hekk spiċċaw ma' l-IPSN.", "Pero' illum il-ġurnata wasalna fi stadju – personalment naf b'każijiet ta' dawn il-persuni – fejn ċerti ħaddiema reġgħu qed ibatu mill-istess problema li kellhom meta kienu mal-Malta Drydocks minħabba li qed iqabbduhom jagħmlu ċertu xogħol taħt theddida u lil dawn il-ħaddiema li jkunu, per eżempju, qed jaqtgħu l-ħaxix mal- kunsilli lokali qed jgħidulhom li jekk ma jridux jagħmlu dan ix-xogħol imbagħad jaraw huma fejn jitfgħuhom.", "Din m'hijiex l-attitudni li għandna nimxu biha u sfortunatament m'hijiex każ ta' wieħed kultant.", "Naħseb li jekk kull wieħed minna hawnhekk ikollu każijiet daqskemm nirċievi jiena żgur li jkollna biex nimlewha s-sena!", "Irrid nagħmilha ċara li r- responsabilita' tiġi minn kull lat.", "Jekk persuna kienet tant irresponsabbli li ma ħaditx ħsieb tagħha nnifisha minkejja s-safety gear li kellha offrut, allura ma tistax tippretendi li mbagħad kulħadd iħenn għaliha.", "Jiena ma nafx f'liema sitwazzjoni finanzjarja jinsab fiha l-gvern jew l-awtorita' dwar il-health and safety iżda naħseb li għandna nwasslu messaġġ permezz ta' slots fuq ir-radju u t-televiżjoni dwar - minflok nipprovaw inbellgħu lin-nies li kemm se tkun tajba l-eko-kontribuzzjoni għall-poplu - kif wieħed jista' jieħu aktar ħsieb ta' saħħtu fuq il-post tax-xogħol.", "Naħseb li ma fiha xejn ħażin li nedukaw lill-poplu li bħalma huwa ħażin li wieħed ipejjep għax fl-aħħar mill-aħħar se jitfa' piż fuq is- settur tas-saħħa, daqshekk ieħor huwa ħażin meta persuna tweġġa' fuq il- post tax-xogħol.", "Mr Speaker, persuna li tweġġa' fuq il-post tax-xogħol tagħmel perjodi twal ma tmurx għax-xogħol minħabba l-injury u allura dak li jkun ikun qed jitħallas mingħajr ma jkun qed jagħti xejn lis-soċjeta'.", "Din il-persuna tweġġa' minħabba li ma kenitx taf eżattament x'inhuma d-drittijiet tagħha u x'suppost tagħmel u ma tagħmilx.", "U fl-aħħar mill-aħħar din il-persuna min qed iħallasha?", "Qed iħallasha d-dipartiment tas-servizzi soċjali, liema flus ikun qed jikkontribwixxi għalihom il-poplu Malti u Għawdxi permezz tat- taxxi li jħallas.", "Allura bħalma aħna qed nikkontribwixxu għas-settur tas- saħħa biex min ikun għamel ċerti affarijiet li kienu ta' dannu għal saħħtu nipprovaw nedukawh biex ma jerġax jagħmel l-istess ħaġa, għandna nagħmlu l- istess ħaġa fejn tidħol il-kwestjoni tal-health and safety billi nedukaw lill-poplu biex kemm jista' ikun ma jweġġax fuq il-post tax-xogħol tiegħu.", "Inqas ma jkun hemm persuni li jweġġgħu, inqas nies se jidħlu l-isptar minħabba korrimenti, inqas nies se jkollhom bżonn il-kura u inqas nies se jkollhom bżonn il-benefiċċji u dan ifisser inqas pressure fuq id- dipartiment tas-servizzi soċjali.", "Din is-sitwazzjoni hija katina sħiħa, jiġifieri ħaġa torbot ma' oħra.", "Allura filwaqt li jista' jkun li fl-ispiża rikorrenti jidher li nkunu qed nonfqu aktar, iżda b'mod ħolistiku jista' jkun li fil-fatt inkunu qed nonfqu anqas.", "Għalhekk meta nkunu qed nagħmlu l-matematika ta' kif nikkalkolaw ċertu nfiq għandna naraw ukoll x'benefiċċji jista' joħroġ minnu.", "Mr Speaker, nixtieq nitkellem issa fuq klawsola 8 li bażikament qed tagħti d-dritt lill-ministru responsabbli mill-anzjani biex bi ftehim mal- ministru responsabbli mill-finanzi, ikunu jistgħu minn żmien għal żmien jagħmlu regolamenti sabiex jistabbilixxu l-kontribuzzjoni dovuta għal servizzi residenzjali li huma ffinanzjati mill-istat.", "Jiġifieri hawnhekk qed nagħmlu enabling law sabiex meta jidhirlu l-ministru responsabbli jaqbad u joħroġ regolamenti u jiffissa r-rati ta' kontribuzzjoni għar- residenti fid-djar ta' l-anzjani.", "Jiena ma nafx minn fejn se jkompli jagħsrilhom aktar għaliex ma tantx fadal wisq x'teħdilhom mill-pensjoni tagħhom!", "Xtaqt nagħmel ukoll punt politiku għaliex jiena għadni niftakar dak li kien jgħid il-partit Nazzjonalista qabel l-elezzjoni ta' l-1998 meta kien jgħid li bl-Onor.", "Alfred Sant fil-gvern l-anzjani fid-djar residenzjali kienu se jiġu ntaxxati aktar.", "U naħseb li kulmin huwa ta' ċertu eta' jiftakarha din il-frażi, iżda għal min ma jiftakarx se nfakkru daqsxejn jien.", "Fil-fatt matul il-perjodu ta' amministrazzjoni Laburista fl-ebda żmien ma kienu għolew ir-rati tal-kontribuzzjonijiet li riedu jħallsu l- anzjani mentri fis-sena 2000 ir-rata ta' kontribuzzjoni mitluba mingħand l- anzjani ġiet irdoppjata minn partit li tela' fil-gvern bl-għajta li jekk jitla' fil-gvern l-Onor.", "Alfred Sant, dan kien se jintaxxa aktar lil dawk l-anzjani li kienu residenti fid-djar ta' l-anzjani!", "Mr Speaker, ħalli naraw kif kienet ir-rata tal-kontribuzzjoni ta' l-anzjani bejn is-sena 1995 u s-sena 2000.", "Fid-29 ta' Settembru kont għamilt mistoqsija parlamentari fuq din il-kwestjoni u r-risposta li ngħatajt kienet li fis- snin 1995, 1996, 1997, 1998 u 1999 ir-rata tal-kontribuzzjoni kienet tvarja bejn Lm800,000 u Lm1,100,000.", "Ħalli ngħidu li kienet ta' madwar Lm1 miljun għaliex il-flus mhux dejjem ikunu daħlu f'daqqa.", "Fis-sena 2000 kienet żdiedet ir-rata ta' kontribuzzjoni għal 60% tad-dħul kollu li għandhom dawn l-anzjani.", "L-ammont miġbur kellu jmur għall-welfare fund biex isiru diversi xogħlijiet għall-benefiċċju ta' dawn l-anzjani.", "Tajjeb li nfakkar wkoll li kien hemm din il-kontribuzzjoni mhux biss fis-settur ta' l-anzjani iżda mhux lok li noqgħod insemmiha issa.", "Jekk xi ħadd jistaqsini jekk kont naqbel mas-sistema kif kienet qabel is-sena 2000 nista' nirrispondih li ma kontx naqbel mija fil-mija għar-raġuni li s- sistema kienet tolqot biss id-dħul pensjonabbli Malti, jiġifieri jekk persuna jkollha pensjoni minn xi post ieħor jew kellu xi dħul minn xi renti , ma kenux jiġu kalkolati u allura jekk ma tantx kellu pensjoni, ma tantx kienet tinqatagħlu kontribuzzjoni.", "U allura f'dak il-każ kont inħoss li għandu jsir titjib fil-mod ta' kif tiġi kkalkolata din ir-rata għaliex kif kienet kont inħoss li kienet inġusta ma' ħafna individwi oħra li kienet titteħdilhom parti sostanzjali mill-pensjoni tagħhom.", "Pero' żgur li ma kontx qed nistenna li jiġi l-ministru fil-budget tas-sena 2000 u jgħidilna li r-rata tal-kontribuzzjoni ta' dawn l-anzjani se tkun ta' 60% fuq id-dħul kollu.", "Forsi wieħed jifhimha li jiġi kkalkolat id-dħul kollu sabiex jiġu rranġati ċerti diskrepanzi, difetti u inġustizzji li kien hemm imma mhux li r-rata ta' kontribuzzjoni titla għal 60%!", "Imbagħad fis-snin 2000, 2001, 2002 u 2003 il-kontribuzzjoni mill-anzjani kienet tvarja bejn Lm1,800,000 u Lm2,200,000 li għall-istess raġuni li semmejt qabel se neħodha li bejn wieħed u ieħor kienet ta' Lm2 miljun.", "Dan ifisser li taħt l-amministrazzjoni Laburista sas-sena 2000 l-anzjani kienu jikkontribwixxu Lm1 miljun għall-welfare fund filwaqt li mis-sena 2000 'l quddiem u taħt amministrazzjoni Nazzjonalista l-anzjani bdew jikkontribwixxu Lm2 miljun li jiġi d-doppju ta' dak li kienu jħallsu taħt amministrazzjoni Laburista!", "L-iskop ta' dan il-welfare fund kien sabiex jaħseb għall-bżonnijiet ta' l- anzjani u xogħlijiet oħra li jkun hemm bżonn isiru, pero' issa m'għadux hekk u kuntrarjament għal dak li kien intqal fid-diskors tal-budget - fejn aħna konna diġa' bdjena nikkritikaw il-mod ta' kif kienet se tiddaħħal din il-liġi – daħħlu wkoll diversi klawsoli oħra.", "Fost dawn daħlet il-famuża klawsola ta' 5.5% ta' kemm jiġi stmat post li ma kienx il-post residenzjali ta' dak l-anzjan u dan jiġi meqjus bħala dħul nett u allura jiġi kkalkolat mal-pensjoni tagħhom.", "Issa aħna nafu li wħud mill-anzjani tagħna f'dawn id-djar residenzjali jpejpu għaliex meta tkun dejjem f'post wieħed, hemm tendenza li ċerti vizzjijiet jibdew deħlin minħabba l-idle time li wieħed ikollu.", "Saħansitra llum anke fl-isptar Monte Carmeli wieħed jista' jpejjep għaliex m'għadux meqjus bħala post pubbliku fejn ma jistax isir tipjip.", "Dan ovvjament jiġri minħabba l-vizzju li jkun daħal sew f'dak li jkun.", "Ilum l-anzjani tagħna f'dawn id-djar residenzjali spiċċaw f'sitwazzjoni li jekk ikunu jridu xi ħaġa għax jieħdu pjaċir biha, mhux dejjem ikun possibbli li jeħduha.", "Xi ħadd qal li ma jistax jifhem kif i-brodu u l- insalata daħlu fid-diskussjoni ta' din il-liġi.", "Jien naħseb li għandhom x'jaqsmu għax jekk anzjan ikollu aptit iduq ħuta friska, iridu jġibuhuli tal-familja għaliex sfortunatament min-naħa tad-dipartiment ma joffrux ħut frisk, mentri affarijiet oħra bħal laħam u perżut li jistgħu jkunu ta' deni għal min ibati bil-pressjoni u mhux suppost jidħlu fid-dieta tagħhom jiġu offruti lill-anzjani.", "Hemm bżonn li ċerti nuqqasijiet insemmuhom ukoll għaliex mhux imbilli nżidu l-kontribuzzjoni.", "Wieħed jistenna li persuna li tkun qed tikkontribwixxi madwar Lm3,000 fis-sena u tkun mimlija bedsores minn rasha sa saqajha, jinxtralha ripple mattress kemm jista' jkun malajr u mhux jagħmlu erba' xhur sħaħ itellgħu u jniżżlu jekk jinxtarax!", "Kellha tkun persuna fl-amministrazzjoni li qabdet u ħadet deċiżjoni u f'għaxart ijiem xtrat dan ir-ripple mattress, allavolja sfortunatament il-pazjent gawdieh biss għal jumejn għaliex miet kaġun ta' l-affarijiet li kellu.", "Fil-film \"The Passion of the Christ\" kien hemm ħafna nies li ċċassaw u baqgħu mbellhin meta raw dawk il-feriti kollha pero` nista' nassigura li dawk il-feriti ma kienu xejn ħdejn dawk li kellu dan l-anzjan u m'iniex nipprova nkun melodrammatiku.", "Dan l-anzjan kien ikkontribwixxa iżjed minn Lm3,000 f'kontribuzzjonijiet u mbagħad lanqas ripple mattress fl-aħħar ta' ħajtu ma riedu jixtrulu!", "Mr Speaker, hemm bżonn li nagħmlu diversi evalwazzjonijiet ta' l-affarijiet kollha għaliex meta naraw ir-realta` tal-ħajja x'inhi, insibu li hija 'l bogħod ħafna minn dak li wieħed jipprova jpinġi.", "Wieħed ma jistax jgħidli li dawn huma one-offs.", "Fl-antik kien ikun kważi diżunur jekk ikollok pazjent f'sala li jkollu bedsore u dan mhux għall-pazjent innifsu li kien qed ibati, imma għal min ikun qed jieħu ħsiebu.", "Imma llum wasalna fi stadju li għandna diversi problemi u ma nistgħux noqogħdu nħarsu lejn ċerti sitwazzjonijiet biex naraw jekk għandniex inwettquhom jew le.", "Fid-diskors tal-budget li għadda ntqal li ż-żieda li kien hemm maħsuba se tipprovdi madwar Lm1 miljun ieħor u dan ifisser li se nkunu qed nitkellmu fuq Lm3 miljun li mhux se jmorru fil-welfare fund imma se jmorru fil-fond konsolidat.", "Jiena nittama li dawn il-flus jintużaw kif suppost u li jkun hemm ċertu skrutinju fil-mod kif ikunu qed jintużaw għaliex tajjeb li wieħed jgħid li qabel fil-welfare fund kien hemm rappreżentant ta' l- oppożizzjoni filwaqt li fil-fond konsolidat m'hemm l-ebda rappreżentant.", "Nispera li dawn il-flus jintużaw għall-benefiċċju ta' l-anzjani u mhux biex innaqqsu xi deficit ta' budget min-naħa jew oħra.", "Mr Speaker, nagħlaq billi ngħid li dan l-abbozz ta' liġi huwa relattivament tajjeb pero' l-oppożizzjoni ma tistax ma ssemmix ċerti punti politiċi għaliex fuq din il-materja, fil-budget jintqal mod imbagħad fil- legal notices joħroġ mod ieħor.", "Ma nistgħux inħallu ċerti klawsoli li se jemendaw l-Att prinċipali jgħaddu mingħajr ma jittieħed il-vot kif se jittieħed.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Franco Galea.", "ONOR.", "FRANCO GALEA: Mr Speaker, jiena nixtieq nitkellem fuq klawsola 5 fejn qed jiġi propost li jekk ħaddiem jkorri fuq il-post tax-xogħol tiegħu u jiġi pprovat li hu jkun naqas, dan ma jkunx jista' jgawdi mill- benefiċċji.", "Jiena dejjem nenfasizza li dan il-Parlament m'għandux ikun fabbrika li jagħmel il-liġijiet u jitlaqhom għal riħhom iżda wara ċertu żmien kull liġi trid tiġi riveduta sabiex naraw x'impatt kellha u anke biex nagħlqu xi loopholes jew nirranġaw partijiet li ma jkunux qed jaħdmu.", "Hawnhekk wieħed irid jistaqsi: X'għandna nbiddlu f'din il-klawsola?", "Wieħed irid jara wkoll fejn se twassalna din il-liġi u għalfejn wasalna f'dan l- istat li rridu nieħdu din l-azzjoni.", "Nixtieq nitkellem ukoll dwar il- health and safety officers.", "X'ġara?", "Forsi dawn ipprovaw jagħmlu xogħolhom u ġew ostakolati b'xi mod?", "Ma kienx hemm biżżejjed spot checks?", "Fil-fehma tiegħi, il-konsegwenzi ta' din il-liġi huma pożittivi u jekk wieħed joqgħod jaħseb fuqha jispiċċa biex jgħid li one has to be cruel to be kind.", "Għaliex qed ngħid hekk?", "Issa l-gvern niżżel idejh b'forza u qal: Jew inti se timxi kif għandek timxi, jew jekk allaħares qatt jinqalagħlek xi ħaġa, inti se tkun unikament responsabbli.", "L-impjegat, sew jekk inhu self-employed u sew jekk jaħdem man-nies, irid jieħu ħsieb li jkollu s- safety gear tiegħu u jkollu, per eżempju, slielem adattati għat-tip ta' xogħol li jkun qed jagħmel.", "Jekk bniedem jaħdem f'laboratorju, irid jara li għandu respirators hemmhekk u impjegat li jaħdem fuq il-chlorine fi swimming pools irid ikollu maskli u nuċċalijiet adattati għall-chlorine.", "Persuna li taħdem fil-catering illum il-ġurnata hija obbligata li tagħmel food handling course.", "F'dan il-food handling course, l-impjegat jiġi mgħarraf dwar x'inhuma r-riskji jekk hu jistorja b'mod ħażin, per eżempju, tiġieġa nejja fil-fridge, kif għandu jaħsel idejh u ħafna affarijiet bħal dawn.", "Wara dan il-kors, wieħed jagħmel test - m'hemmx bżonn ikollu ċertu skola partikolari għax dawn it-tests huma ddisinjati anke għal min ma jafx jikteb u jaqra – u jekk jgħaddi jingħata ċertifikat u anke identity card bir-ritratt tiegħu bħala food handler.", "Għalfejn qed ngħid dan, Sur President?", "Jien m'iniex intiż fuq is-settur tal-health and safety pero` naf xi ħaġa wkoll.", "Kif nafu hawn ħafna ħafna tfal li meta joħorġu mill- iskola jiddeċiedu li jieħdu xi sengħa partikolari għal rashom għaliex forsi jkunu tgħallmu xi ħaġa.", "Allura jekk bniedem f'daqqa waħda ddeċieda li sar bajjad, meta japplika għall-VAT number tiegħu, ikun għaqli li jsir kors biex jitgħallem per eżempju, it-tip ta' scaffolding u twavel li jrid jixtri, it-tip ta' għodod li għandu bżonn, it-tip ta' harnesses li għandu jilbes u t-tip ta' signs li jrid jagħmel mad-dawra tiegħu.", "Kemm inħarsu lejhom dawn l-affarijiet?", "Mr Speaker, il-kumpanniji ta' l-assigurazzjoni li jinxurjaw lill-impjegat jew lill-kumpanniji li qed iħaddmu lil dawn l-impjegati, qegħdin jagħmlu assessment tal-kumpanniji inxurjati magħhom u l-operat tagħhom?", "Qed jibagħtu xi health and safety advisor biex jaraw xi problemi jew perikli jista' jkun hemm fuq il-lant tax-xogħol?", "Għalfejn qed ngħidu dan kollu?", "Ħalli nagħti eżempju żgħir li huwa siewi.", "Kif nafu, f'ċerti buildings sites suppost ikun hemm health and safety officer.", "L-Ingilterra skond il-health and safety law, fuq dawn is-sites irid ikun hemm speċi ta' white boards li fuqu jkun hemm speċifikat fiex tikkonsisti s-sezzjoni ta' health and safety fis-settur tagħhom u anke jkun hemm officer in charge tal-ġurnata li kuljum irid jara li l-gear ikun qiegħed kollu hemmhekk, li s-sireni, il-fire alarms u l-emergency lights tal-postijiet ikunu qed jaħdmu, li r-respirators ikunu fejn support ikunu u anke jkollu lista dettaljata ta' nies li huma on duty u fejn qegħdin, min fejn ħarġu u fejn daħlu.", "Sfortunatament, hawn Malta dan l-officer jitqies dak li jkun mal-gate ta' dawn is-sites u ċertament dan ma jreġix ma' l- equivalent Ingliż.", "Riċentement smajna li m'hawnx biżżejjed ħaddiema jaħdmu fl-industrija tal-bini.", "Jista' jkun li fil-building sites ta' pajjiżna għandna nies li qegħdin jaħdmu mingħajr ktieb tax-xogħol, fosthom anke nies barranin?", "X'se jiġri jekk ikun hemm x'inċident?", "Ngħidu li ħadd ma jafhom?", "Din hija d-domanda li nagħmel lili nnifsi b'kuxjenza nadifa.", "Se jiġu discarded b'telefonata anonima?", "X'se jsir biex jiġu protetti dawn in- nies?", "Jaqa' xi bniedem minn xi għoli u allura nitfgħulu helmet maġenbu, forsi bit-trab ġewwa ukoll?", "Dan huwa argument li rridu niskrutinizzawh sewwa.", "Ħaġa oħra li tħassibni u tinkwetani hi li f'ċerti building sites, tara dawn il-cranes twal li jdumu hemmhekk għal żmien twil.", "Minħabba l-istruttura tagħhom, meta dawn jieqfu mix-xogħol, dawn jitħallew iduru mar-riħ u aħna nafu li fuqhom jew magħhom ikunu marbuta l-għodda li ċertament ma jkunux ħfief.", "Issa aħna nafu li ġieli nqatgħu cranes bin-nies fuqhom, aħseb u ara jekk jaqa' dak it-toqol kollu fuq xi dar jew fuq xi nies li jkunu għaddejjin.", "Din hija irresponsabilita` kbira u hemm bżonn li wieħed idur ma' dawn is-sites u jagħti ċitazzjonijiet qawwija fuq dawn l-affarijiet.", "Ħaġa oħra li ma nistax nifhem hi kif tinxtara għodda second-hand - cranes, mixer tal-konkos u apparat ieħor li jintuża fl-industrija – minn barra minn Malta minkejja li dawn ikunu ġew skartati mill-owners preċedenti għax ikunu qabżu ż-żmien ta' użu massimu tagħhom u per eżempju, l-insurance ma tibqax tkoprihom.", "Nixtieq inkun naf kemm-il crane minn dawn jiġi assessed biex inkunu ċerti li dawn jistgħu jintużaw mingħajr periklu ta' ċediment, eċċ. Ġieli tara crane jkun nieżel b'xi bajla u f'daqqa waħda jiżloq xi metru mill-ħabel b'konsegwenza li jekk ikun hemm xi ħadd taħt, dan jirriskja li jitlef ħajtu.", "Dawn huma l-affarijiet li rridu naraw.", "Jien m'iniex se ntawwal iżjed fuq din l-issue iżda fil-prattika naraw li ċerti impjegati u ħaddiema oħra self-employed qed ikunu kunfidenti ż-żejjed u mhux qed josservaw s-safety precautions kif nistgħu anke naraw fuq website partikolari li turi l-ħmerijiet li jsiru f'Malta.", "F'din il-liġi l-ġdida li qegħdin nipproponu, kemm l-employer u kif ukoll l- impjegat irid jiġi protett b'xi mod.", "X'se jiġri jekk l-impjegat imur fuq l-employer u jgħidlu li jrid scaffolding sura ta' nies għax inkella ma jaħdimx?", "X'jiġri jekk l-employer jgħidlu li jrid jaħdem b'dak li hemm?", "X'se jiġri jekk l-employer jixtri jew jikri ieħor u l-impjegat ma jeħux ħsieb li jilbes il-harnesses?", "Jiena naħseb li jkun għaqli li wieħed joħloq speċi ta' hotline – forsi jieħu ħsiebha xi impjegat fl-ETC - li tkun hemmhekk għall-użu ta' l-employer u ta' l-employee.", "Għalfejn qed ngħid hekk?", "Ħalli f'każ li jkun hemm employer li jkollu impjegat tajjeb u ma jkunx irid jitilfu, dan jgħidlu: Kellimtek bil-kelma t-tajba pero' jekk mhux se tilbes li għandek tilbes, inċempel fejn għandi nċempel u jkolli nkeċċik.", "L-istess jagħmel impjegat jekk ikollu problema li l-employer ma jkunx irid jipprovdi dawn is-safety precautions.", "Per eżempju, kultant tara ċerti electricians li jaħdmu bi drills li jkollhom makkinarju apposta fihom b'ċerti gears u jekk bniedem ma jkunx jaf jużah, jista' jdur bih u jaqsamlu idu.", "Għalhekk aktar qabel għidt li huwa importanti li meta bniedem ikun se jieħu xi sengħa, jagħmel kors relattiv magħmul minn xi entita` sabiex ikun mgħarraf fuq il-perikli, fuq it-tip ta' makkinarju li jrid jintuza, kif se jintuża, eċċ.", "Din it-tip ta' helpline trid tkun a two-way communication u ma tistax toħroġ liġi li tistabbilixxi ta' min ikun it-tort biss jekk l-ewwel ma nagħtux il-parti tagħna li hija l-edukazzjoni.", "Nagħlaq dan l-intervent tiegħi billi xtaqt nieħu spunt żgħir.", "Meta niġu biex nipprovaw li wieħed weġġa' b'negliġenza tiegħu, irridu naraw jekk kienx tort ta' l-employer u b'xi mod irranġaw – f'każi fejn ma jkun hemm xejn gravi – minn taħt sabiex l-employer ma jeħel xejn.", "Wieħed irid jiskrutinizza sewwa l-passi u allura nimmaġina li se jkun hemm bord li se jkun trained fuq it-tricks li wieħed jista' jiltaqa' magħhom u allura nerġa' mmur lura għal dak li bdejt bih meta għidt li l-Parlament m'huwiex fabbrika tal-liġijiet imma wara ċertu żmien, il-liġijiet għandhom jiġu riveduti u għalhekk anke f'dan il-każ, once li jidħlu fis-seħħ dawn l- emendi, nissuġġerixxi li nħallu ftit taż-żmien jgħaddi u mbagħad nerġgħu nirrevedu, anke internament, din il-liġi biex naraw x'ikun ġara u fejn tista' tiġi rranġata u mtejba.", "Nikkonkludi billi nerġa' nenfasizza fuq l- importanza li nagħrfu u nedukaw lin-nies tagħna.", "Kull impjegat ma' kumpannija, speċjalment dak fuq xogħol manwali, għandu jiġi mħarreġ b'kors rikonoxxut anke min-naħa tal-gvern.", "Irridu nagħfsu ħafna fuq il-building sites u għandna nibdew nikkonsidraw bis-serjeta` li meta jkun hemm sites li jkollhom 30 ħaddiema jew iżjed, irid ikun hemm staff trained fil-first aid jew inkella group ta' paramedics on site għax jekk għandna nagħmlu progress f'pajjiżna, għandna nagħmluh f'dawn it-termini.", "Grazzi.", "Sur President.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Is-Segretarju Parlamentari Helen D'Amato.", "ONOR.", "HELEN D'AMATO: Sur President, quddiemna għandna abbozz ta' liġi li qed jipproponi diversi emendi għall-Att dwar is-Sigurta` Soċjali u jiena se niffoka fuq klawsoli 93, 130 u 131 li jolqtu s-settur ta' l-anzjani li jiena nvoluta fih.", "Wieħed jara li l-emendi m'humiex qegħdin fis-sustanza tal-ħidma li qed issir imma biex tirrifletti l-bidliet li seħħew fid- dekasteri.", "F'dawn l-emendi, ir-responsabilita` qed tkun waħda aktar defenita.", "L-emendi li għadni kif semmejt qed jorbtu r-responsabilitajiet mal-ministeru u mad-dipartiment li jkun responsabbli mill-anzjani, ikun x'ikun id-dikasteru li jaqgħu taħtu ħalli ma jkunx hemm għalfejn noqogħdu kull darba nressqu dawn l-emendi jekk ikun hemm xi ċaqliqa fid-dikasteru.", "Fi klawsola 2, id-definizzjoni ta' ministru, li mbagħad taffettwa klawsoli 93, 130 u 131, qed tkun emendata biex tinkludi l-ministru responsabbli mill-anzjani f'dawn il-klawsoli.", "X'jittrattaw dawn il-klawsoli?", "Per eżempju, jittrattaw l-assessjar tal-kontribuzzjonijiet ta' l-anzjani meta jkunu qegħdin f'dar jew residenza ta' l-anzjani tal-gvern.", "Jekk m'għandux ikun responsabbli għal din, il-ministru responsabbli mill-anzjani, min tridu jkun?", "Jissemma wkoll il-welfare committee li qabel kien jaqa' taħt il-ministeru tas-social policy u issa se jibda jaqa' taħt il-ministeru li jkollu taħtu l-qasam ta' l-anzjani.", "Fiha nnifisha l-emenda fejn jidħol il- welfare committee m'hi qed tbiddel xejn mill-funzjonijiet jew mill- parametri tal-ħidma li qed issir illum iżda b'hekk nassiguraw ħidma ħolistika u kordinata, ikun x'ikun id-dikasteru li taħtu jkun jaqa' l- qasam ta' l-anzjani.", "B'riferenza għal subartiklu 4 ta' artiklu 93 ta' l-Att oriġinali li issa qed jaqra bħala subartiklu 5, insibu li dan l-artiklu kien jeżisti - jiġifieri m'aħna qed indaħħlu xejn ġdid - qabel ma saru l- emendi ta' l-Att Nru. II ta' din is-sena u dan tħalla barra bi żvista u issa ġie rinumerat bħala subartiklu 5.", "Din il-klawsola tkopri dawk il-każi fejn anzjan ma jkollux dħul minn benefiċċju, pensjoni, bonus jew xi allowance oħra imma jkollu dħul ieħor li jkun ġej minn assi li l-anzjan jippossjedi u hawnhekk kulħadd jaqbel li wieħed, irrispettivament minn fejn hu ġej id-dħul tiegħu, il-kontribuzzjoni tiegħu jrid jagħtiha u jekk il- kontribuzzjoni tiegħu ma tkunx tista' tinqata' mill-pensjoni, ikollu jħallasha direttament lid-dipartiment.", "Il-qofol ta' din il-klawsola huwa li l-kontribuzzjoni ssir skond id-dħul ta' l-anzjani, ġej minn fejn ġej u jiġi assessjat bl-istess mod daqslikieku d-dħul tiegħu jkun ġej minn pensjoni jew benefiċċju pero` hawnhekk dejjem inżommu quddiem għajnejna l-prinċipju li dan l-anzjan jibqagħlu Lm600 fil-flus kontanti għad-dispożizzjoni tiegħu.", "Is-sena l- oħra kienet Lm550 u issa telgħet għal Lm600.", "Kif ipprevediet il-Ministru Dolores Cristina fl-introduzzjoni tagħha, id- dibattitu mexa 'l hinn mill-abbozz u numru ta' kelliema ta' l-oppożizzjoni aktar milli ffokaw fuq l-emendi li għandna fuq dan l-abozz, iffokaw fuq il- legal notice 259 li ħarġet f'Mejju li għadda.", "Irrid ngħid li dak iż-żmien meta ħarġet, il-Parlament kien qed jiltaqa' b'mod regolari, legal notice ma tidħolx fis-seħħ immedjatament imma hemm perjodu ta' 28 ġurnata fejn kull min irid jista' jqanqal l-oġġezzjonijiet tiegħu għal din il-legal notice pero` l-oppożizzjoni dakinhar ma ħassitx il-ħtieġa li tqajjem l- oġġezzjonijiet tagħha u dan qed tagħmlu issa.", "Ma niddejjaq xejn li dan qed jiġri llum għax qed jagħtina l-opportunita` li niddiskutu dan il-qasam hekk importanti u għal qalb dan il-gvern.", "Sa mill-1987, dan il-gvern tah il- priorita` li kienet tixraqlu u fil-fatt kien il-gvern Nazzjonalista li waqqaf segretarjat parlamentari għall-anzjani biex dan il-qasam ikun dejjem on the front burner.", "Dan il-qasam ingħata priorita`, għadu jingħata priorita` u se jibqa' jingħata l-priorita` li tixraqlu.", "L-għan tagħna huwa li nassiguraw li kemm jista' jkun, l-anzjani jibqgħu jgħixu fil-komunita` u li jkollna servizzi li jkunu aktar aċċessibbli, adegwati, sostenibbli u li jingħataw lil min tassew għandu bżonnhom, jiġifieri li jingħataw b'mod ekwu u b'sens ta' ġustizzja soċjali.", "Altru milli dan il-gvern qed jimmina bil-kbir il-qasam ta' l-anzjani jew qed nerdgħu demm l-anzjani tagħna.", "Nerġa' ngħid li l-ewwelnett irridu nassiguraw li s-servizzi li nagħtu jkunu adegwati għall-ħteġijiet ta' l-anzjani u jkunu sostenibbli.", "It-tieni nett, biż-żieda li seħħet mill-1 ta' Jannar ta' din is-sena min jiflaħ l-inqas ma tantx ġie affettwat u f'ċerti każi ma ġie affettwat xejn u qegħdin nassiguraw li dawn l-anzjani qed jibqagħlhom Lm600 f'idejhom minflok Lm550 bħas-sena l-oħra.", "Ta' min isemmi li ġewwa San Vinċenz għandna 169 anzjan li qegħdin fil-bracket li jew ma jħallsu xejn jew iħallsu 50c kuljum.", "Daqshekk jifilħu jħallsu u daqshekk iħallsu.", "Irrid insemmi wkoll li min qiegħed fuq l-old age pension meta kien jidħol f'San Vinċenz kien jingħata an old age allowance li kienet tammonta għal Lm282 f'sena.", "Illum din qed tkun aġġustata biex jibqa' l-prinċipju li kull anzjan irid jibqagħlu Lm600 kontanti f'idejh.", "Allura jekk qabel kellu madwar Lm6 fil-ġimgħa f'idejh illum għandu Lm11.50.", "Jiġifieri altru li nieħdu ħsieb verament lil min jiflaħ l-inqas!", "Jien naqbel li min jiflaħ jikkontribwixxi għandu jikkontribwixxi u għalija din tfisser solidarjieta` u ġustizzja soċjali.", "Tajjeb li jingħad ukoll li minn din is-sena qed jiġi kkonsidrat id-dħul nett għall-fini ta' kontribuzzjonijiet, jiġiferi wara li titnaqqas it-taxxa tad-dħul.", "Sas-sena l-oħra dawk li kellhom dħul taxxabbli, ir-rata ta' kontribuzzjoni kienet tkun ikkalkolata anke fuq l-ammont li huma kienu jħallsu f'taxxa pero' minn din is-sena dan m'għadux iseħħ.", "Din il-miżura qed igawdu minnha numru ta' anzjani jew li kienu borderline cases u issa waqgħu f'livell inqas peress li qed issir net of tax jew inkella dawk li kienu fil-faxxa tan-nofs u d- dħul tagħhom kien taxxabbli.", "Pero` din ġiet emendata wkoll għax ma kenitx meqjusa ġusta li huma jħallsu r-rata ta' kontribuzzjoni tagħhom anke fuq flus li jħallsu f'taxxa.", "Saret kritika qawwija dwar il-kontribuzzjoni ta' l-anzjani li telgħet għal 80% tal-pensjoni u bonus u 60% ta' dħul ieħor li fih qed ikun inkluż ukoll il-capitalisation of property.", "Iżda ftit li xejn smajna dwar il-fatt li l- anzjani li sas-sena l-oħra kien jibqagħlhom mhux iktar minn Lm550, issa se jibqagħlhom Lm600.", "U skond l-oppożizzjoni qegħdin nixorbu demm l-anzjani!", "Sur President, naħseb li kulħadd jaqbel li l-avvanzi fil-kura ta' l-anzjani qed jippermettu li l-anzjani jgħixu iktar u aħjar.", "Dan ifisser li f'ħafna każi l-ispiża rikorrenti ras għal ras telgħet sew ukoll, u għal dawk li l- kontribuzzjoni tagħhom lejn is-servizz hija ta' 80%, dawn qed jirċievu servizz komplet fejn tidħol il-kura medika, servizz ta' physiotherapy, servizz ta' speech therapy, servizz ta' occupational therapy, servizz ta' podoloġista, servizz ta' dentistrija u dawn jeħduh kollu minn ġewwa San Vinċenz.", "Huwa kkalkolat li sodda ġewwa San Vinċenz tiswa bejn Lm20 u Lm21 kuljum u f'dan il-kalkolu m'humiex qed jiġu meqjusa l-mediċini li l- klijenti jirċievu għax dawn jaqgħu taħt il-vot tal-mediċina li hemm taħt il- ministeru tas-saħħa.", "San Vinċenz jitlob il-mediċina li għandu bżonn u ma joqgħodx jikkwantifika l-prezz tiegħu.", "Irrid ngħid ukoll li f'dawn l-aħħar xhur żidna wkoll in-numru ta' konsulenti tal-ġerjatrija li minn tnejn issa tela' għal ħamsa.", "Dawn qed jagħtu servizz speċjalizzat lill-anzjani li qegħdin f'San Vinċenz, ġewwa l- homes u anke f'Zammit Clapp.", "Qegħdin inżidu wkoll in-numru ta' nurses li qed jagħtu s-servizz tagħhom ġewwa San Vinċenz u għandna anke tissue viability nurse li ddur il-pazjenti għal dak li għandu x'jaqsam ma' pressure sores.", "Meta anzjani jkunu ilhom bedridden għal żmien twil għandek bżonn din it-tip ta' nurse.", "F'San Vinċenz għandna wkoll tip ta' saqqijiet li jissejħu propads li jintużaw biex kemm jista' jkun dawn l-anzjani ma jkollhomx pressure sores.", "Din il-kura speċjalizzata hija ferm importanti għax minkejja li San Vinċenz inqisuh bħala residenza, il-bżonnijiet li għandhom l-anzjani qed isiru tali li jirrikjedu ħafna kura medika u nursing care minħabba d-dipendenzi tagħhom.", "M'għandix dubju li l-kura li qed tingħata lil dawn ir-residenti hija ta' kwalita` għolja.", "Mr Speaker, saret kritika wkoll dwar l-ikel.", "Jien inkun l-aħħar waħda li ngħid li m'għandniex fejn intejbu.", "Ta' sikwit nitla' San Vinċenz fil-ħin ta' l-ikel u noqgħod nitkellem ma' l-anzjani.", "Kulħadd jaf ġo familja ta' ħamsa jew sitta min-nies kemm huwa diffiċli li tissodisfa lil kulħadd, iżda biex tissodisfa 1,000 ruħ naħseb li tkun qed titlob l-impossibbli.", "Pero` nibqa' ngħid li rridu dejjem nibqgħu naħdmu biex intejbu l-prodott tagħna, imma lanqas huwa sewwa li nibqgħu nisimgħu għal xi sena li xi anzjan ingħata xi platt karrotti!", "Lanqas huwa sew li niġu hawn u ngħidu li lill-anzjani qegħdin nagħtuhom il-ħobż biż-żejt.", "Meta jkun hemm ħobż biż- żejt fuq il-menu f'dik l-istess ġurnata filgħodu r-residenti jkunu kielu ross il-forn, is-soppa tal-ħaxix, il-froġa jew tiġieġ, patata, ħaxix u frott frisk, u f'dik l-istess ġurnata filgħaxija l-anzjani jkollhom soppa tat-tiġieġ, ħobż biż-żejt jew breaded cod, patata u ħaxix u ġobon jew inkella gammon minflok il-ħobż biż-żejt, jew il-cottage pie minflok il-ħobż biż-żejt.", "(Interruzzjonijiet) Ma nixtieqx naqra l-menu ta' San Vinċenz għaliex inqabbadkom il-ġuħ.", "Nibqa' nsostni li għandna fejn intejbu imma rridu nkunu ġusti fil-kritika tagħna.", "Kritika oħra li qed issir hija li tneħħa l-massimu ta' Lm6 għal dawk li qed jidħlu f'San Vinċenz.", "Irrid ngħid li l-ħlas żdied għal Lm13.50 fl-SVPR u Lm10.50 fejn is-servizz mhux ta' l-istess intensita` bħal ta' l-SVPR, u dan għal dawk li kienu diġa` residenti.", "Tajjeb li nerġa' nfakkar li sodda f'San Vinċenz tqum bejn Lm20 u Lm21.", "Il-massimu ta' Lm6 tneħħa sabiex issir ġustizzja soċjali.", "Min jiflaħ iħallas u jista' jieħu s-servizz minn djar tal-privat jew minn djar tal-knijsa għandu għażla x'jagħmel, u dan m'għandux jitlob li jiġi rikoverat f'San Vinċenz għas-sempliċi raġuni li l- massimu ta' ħlas huwa ta' Lm6.", "Dan kien ifisser li dawk li ma jistgħux iħallsu żgur li m'għandhomx l-għażla ta' servizz ieħor, allura jispiċċaw ma jkunux jistgħu jieħdu s-servizz mingħand il-gvern għax ikun hemm oħrajn li forsi jistgħu jieħdu s-servizz tagħhom minn x'imkien ieħor u ma jagħmlux dan sempliċement għax il-massimu li tista' tħallas f'San Vinċenz huwa ta' Lm6.", "Nafu wkoll li f'ċerti każi, għandek jew m'għandekx mezzi, l-aqwa kura għall- bżonnijiet tiegħek tista' ssibhom biss ġewwa San Vinċenz.", "Allura m'aħna se nċaħħdu lil ħadd milli jidħol f'San Vinċenz, jiġifieri m'aħna se nagħmlu means test lil ħadd biex jidħol ġewwa San Vinċenz.", "Iżda fl-istess ħin kulħadd huwa mitlub li jikkontribwixxi skond il-mezzi tiegħu u din għalija hija ġustizzja soċjali.", "Fid-diskors tiegħu l-Onor.", "Chircop għamel kalkoli ta' kemm qed jieħu l- gvern biż-żieda li seħħet pero' jien ngħid li dawn il-kalkoli bażwarhom għax huwa bbaża d-dħul tal-gvern fuq il-fatt li f'San Vinċenz għandna 2,000 resident.", "Dan huwa qerq għax kulħadd jaf li f'San Vinċenż għandna massimu ta' 1,033 persuna.", "Naf li nħobbu nagħmlu rounding-up tal-figuri imma li 1,033 iġġibhom 2,000 bħala round figure naħseb li hija waħda goffa.", "Apparti dan, tajjeb li min qed jismagħna jkun jaf li għandna 169 ruħ li kienu bl-old age allowance ta' Lm6.50 fil-ġimgħa u li issa telgħet għal Lm11.50.", "Din qed jeħduha huma, mhux qed jikkontribwixxu Lm6.50 jew Lm11.50.", "Jiġifieri qed inneħħu l-anomalija li kien hemm għaliex kellna numru ta' nies li ma kienx qed jibqagħlhom l-ammont li aħna nqisu bħala baseline li kull anzjan għandu jkollu.", "Issa qegħdin nirrevedu dik is- sitwazzjoni.", "Iktar qabel tkellimt ukoll dwar it-tneħħija tal-capping.", "Minkejja li dan il-capping għola, mill-kalkoli li saru s'issa fost 825 ruħ - għad baqagħlna nagħmlu l-assessments ta' 192 ruħ li daħlu qabel l-1 ta' Jannar tas-sena 2004 għax għadna qegħdin nistennew li jiġu l-formoli lura mingħand l- anzjani u għandna għaxra oħra ta' dawk li daħlu din is-sena – insibu li tliet kwarti minnhom m'humiex qed iħallsu iktar mis-Lm6 tal-capping.", "Jiġifieri minkejja li tneħħa l-capping, din ma swietx iktar għal dawk in- nies li verament għandhom bżonn.", "Nerġa' ngħid li aħna ma rridu nżomm lil ħadd milli japplika għal San Vinċenz, iżda l-motivazzjoni m'għandhiex tkun biss l-ammont ta' flus li tħallas.", "Fil-fatt ġewwa San Vinċenz għandna 43 ruħ mill-popolazzjoni ta' 825 li qed iħallsu bejn Lm8, Lm13.50 u Lm14.", "Lil dawn ngħidilhom li jekk għandhom bżonn il-kura ta' San Vinċenz, ħadd m'hu se jċaħħadhom minnha u San Vinċenz m'hu se jagħlaq il-bieb lil ħadd imma min għandu l-possibbilita` li jikkontribwixxi għandu jagħmel dan biex ikun solidali u ssir ġustizzja soċjali ma' min ma jiflaħx iħallas.", "Kritika oħra li qed issir hija li l-gvern qed jintaxxa lill-anzjani bil- 5.5% fuq il-proprjeta` tagħhom.", "L-oppożizzjoni trid tqarraq billi tiżra' d- dubju fejn ma jeżistix u billi tagħmel statements li m'humiex minnhom.", "L- Onor. Coleiro ikkwotat il-legal notice, qalet li din hija proprjeta` urbana u mbagħad fl-istess nifs qalet li l-gvern qed jintaxxa l-artijiet tar- residenti li hemm f'San Vinċenz.", "L-Onor.", "Coleiro taf li proprjeta` urbana ma tfissirx artijiet imma tfisser bini li xi ħadd ikollu u hawnhekk ir- residenza prinċipali ta' kull anzjan, inkluż il-garaxx, m'hijiex inkluża.", "Barra minn hekk, għall-fini tal-benefiċċji d-dipartiment tal-politika soċjali dejjem qies ir-residenza tas-sajf ta' min jitlob benefiċċji bħala residenza.", "Jiġifieri min hu bil-għaqal u għandu r-residenza normali tiegħu bil-garaxx u għandu wkoll residenza tas-sajf magħha, m'huwiex se jiġi ntaxxat fuqhom.", "Pero' jekk ikollu xi bini ieħor allura jrid jagħti l- kontribuzzjoni tiegħu Per eżempju, min għandu xi bini ieħor li minnu qed idaħħal il-kera, dik il-kera hija meqjusa bħal dħul ieħor u allura dak id- dħul jiġi intaxxat bis-60%.", "Issa qegħdin ngħidu wkoll li min għandu proprjeta` mejta jew bini mejjet li m'hu qed idaħħal xejn minnu, irid jgħidilna kemm jikkalkola li jiswa dan il-bini, nieħdu 5.5% tal-valur li jgħidilna li jiswa, imbagħad 60% ta' dan jiġi kkalkolat mad-dħul tiegħu.", "Pero` fejn insibu li jekk nikkalkolawhulu bħala dħul dan ma jibqagħlux Lm600 fi flus kontanti, allura din il-biċċa xogħol tiġi disregarded u l-persuna jibqagħlha dejjem l-minimu ta' Lm600 flus f'idejha.", "Allura kellna każijiet fejn, minkejja li kellhom proprjeta` li setgħet tiġi ntaxxata, dik il-proprjeta` ma qisnihiex peress li fi flus kontanti ma kienx se jifdallhom Lm600 f'idejhom.", "Kellna wkoll każijiet fejn nies kellhom residenzi tas-sajf u dawn ġew meqjusa għall-finijiet tal-kontribuzzjoni għaliex irridu li l- affarijiet jimxu b'mod ekwu u l-istess bħal meta tmur tapplika għall-old age pension jew għall-karta r-roża jqisulek anke din il-proprjeta` li ma tkunx qed iddaħħal minn fuqha biex jaraw jekk tikkwalifikax għalihom, ħassejna li anke fejn tidħol il-kontribuzzjoni għal San Vinċenz jew għal homes oħra, din tiġi wkoll kalkolata.", "Pero` dejjem bil-premessa li dak li jkun jibqagħlu f'idejh mhux inqas minn Lm600 fi flus kontanti.", "Mr Speaker, hawnhekk irrid nerġa' nfakkar li l-kalkoli qegħdin nagħmluhom net of tax.", "Nemmen li l-konċett li tieħu kollox into consideration huwa miżura ta' ekwita` għax jintuża fil-kalkoli ta' benefiċċji u servizzi oħra li jaqgħu taħt l-Att dwar is-Sigurta` Soċjali, bħall-old age pension jew il- karta r-roża.", "Allura jagħmel sens li jitqies hawnhekk ukoll, pero` m'aħniex qegħdin nixorbulhom demmhom lill-anzjani.", "Għal-lum se nieqaf hawn pero' nibqa' in possession għaliex għandi argumenti oħra li nixtieq nitkellem dwarhom fosthom il-home help, il- welfare committee, li rrid nispjega li l-funzjonijiet tiegħu baqgħu l- istess kif ħadem matul dawn l-aħħar xhur, it-telecare u d-dar ta' l-anzjani tal-Mellieħa.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "L-Onor.", "D'Amato tibqa' in possession.", "Nitlob lill-Ministru Dolores Cristina biex, jekk jogħġobha, tressaq l- Aġġornament.", "Fid-9:00 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal għada, it-Tlieta, 26 ta' Ottubru 2004 fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Mozzjonijiet", "Riżoluzzjoni dwar Trasferiment ta' Artijiet lil Malta Air Traffic Services Ltd.", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali – Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Medjazzjoni – Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi dwar Arkivji Nazzjonali – Kumitat; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar it-Trusts – Tielet Qari.", "------------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili (Emenda Nru 2) - Kumitat Permanenti.", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Reġistru Ċentrali – Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "Insejjaħ lill-Onor.", "Stefan Buontempo.", "ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO: Mr Speaker, li kieku kellna nemmnu dak kollu li jingħad hawn ġew, kieku sa l-aħħar ta' din il-leġislatura ma nibqgħux niltaqgħu f'dan il-bini iżda nibdew niltaqgħu fil-famuż sit tat-teatru l- imwaqqa'.", "Dan għaliex qalulna li se mmorru f'dan is-sit li ilu mwaqqa' għal dawn l-aħħar 62 sena sabiex kif wegħidna l-Ministru ta' l-Iżvilupp Urban, l-Onor.", "Jesmond Mugliett nibdew niffunzjonaw minn hemmhekk.", "Allura issa se jkollna l-privileġġ ukoll li mill-galleriji ta' din il-binja li se tinbena nibdew naraw il-karnival!", "Se nonfqu Lm22 miljun għall-bini ta' parlament meta faċilment nistgħu naqbdu l-minuti tas-seduti sabiex naraw kemm qed jattendu l-membri u kemm- il darba niltaqgħu f'dan il-parlament!", "B'hekk inkunu nistgħu naraw kemm dawn il-flus se jkunu ta' ħela u ta' serq minn fuq dahar il-poplu Malti u Għawdxi.", "Għalhekk għidt li m'għandniex nemmnu dak kollu li niġu mwiegħda.", "Meta smajt din l-aħbar bejni u bejn ruħi għidt li dan se jkun speċi ta' żwieġ ta' konvenjenza.", "Dan qed ngħidu għaliex it-teatru ilu mwaqqa' għal dawn l-aħħar 62 sena u dejjem ngħidu li rridu nagħmlu xi ħaġa, min-naħa l- oħra ilna nitkellmu sena wara l-oħra sabiex fil-parlament ikollna faċilitajiet aħjar - u hija xi ħaġa tajba li jkollna faċilitajiet aħjar – u issa se nsoddu dik it-toqba li ilha miftuħa 62 sena billi nibnu parlament ġdid.", "Mr Speaker, tajjeb li nsemmu daqsxejn il-faċilitajiet li aħna l-membri parlamentari għandna f'dan il-Parlament.", "Bħala oppożizzjoni għandna żewġt ikmamar kollox fejn nistgħu nagħmlu x-xogħol tagħna.", "Ġieli meta jiltaqa' l-grupp parlamentari jkollu jiltaqa' f'kamra li kulma fiha huwa bejn wieħed u ieħor xi 10 piedi b'20 pied, li nista' nsejħilha id-daqs ta' a one-car garage.", "Imbagħad biex titla' għall-kmamar tal-ministri jkollok titla' taraġ garigor.", "Nixtieq ukoll insemmi l-impenn ta' l-iskrivana li jaħdmu fil-Parlament u dwar ix-xogħol siewi li jagħmlu għalina l-membri.", "Madankollu dawn il-ħaddiema jagħmlu sigħat twal kuljum jaħdmu fil-washroom tal-palazz.", "Il-messaġġiera li jaħdmu sigħat twal għalina meta, per eżempju, ikunu jridu jagħmlu xogħol ta' photocopies ikollhom jaħdmu f'kamra li lanqas tieqa ma fiha!", "Meta nara dawn l-affarijiet kollha nibda ngħid imma allura l-gvern se jinvesti Lm22 miljun biex lilna jagħtina dawn il-faċilitajiet kollha, meta llejla kważi għandna rekord ta' preżenza mill-membri fil-Parlament.", "Bħalissa jien u għaddej bl-Aġġornament tiegħi kulma hawn preżenti f'din il- Kamra huma żewġ deputati, il-membru li se jkompli d-diskors wara tiegħi u l- ieħor il-ħabib tiegħi l-Onor.", "Galea.", "Ħafna drabi aħna niġu hawnhekk biex nagħmlu biss il-preżenza tagħna u nitilqu lejn id-dar jew lejn il- kostitwenza tagħna u daqshekk.", "Pero' l-iskandlu huwa li meta pajjiżna jinsab f'din il-kriżi finanzjarja kollha, meta għaddejjin f'diskussjonijiet kontinwi fejn il-gvern qed jgħid li hemm bżonn ta' riformi fil-pensjonjiet u fil-qasam tas-saħħa, meta l-poplu jinsab magħfus bit-taxxi sabiex intaffu d-deficit u meta għandna problema kbira ta' qgħad, qed iressaq proġett bħal dan fejn għal darba oħra se jerġa' jipprova jinganna lill-poplu tagħna.", "U qed ngħid dan għaliex huwa dnub li wara din il-kontroversja kollha dwar dar Malta fi Brussels u wara l-għajjat li ta' kuljum nisimgħu fuq il- proġett ta' l-isptasr Mater Dei, inkunu aħna stess li niġġieldu sabiex immorru u nagħmlu parlament bħal dan!", "Issa jiena m'iniex ngħid li m'hemmx bżonn ta' faċilitajiet aħjar fejn nkunu nistgħu naħdmu aħjar, iżda nħoss li gvern serju fis-sitwazzjoni li qegħdin fiha bħalissa faċilment jista' jaqbad u jirranġa din il-binja li għandna llum.", "Hija xi ħaġa faċli li b'Lm1 miljun biss ikollna l-faċilitajiet kollha meħtieġa u mhux bħala deputati rridu nilqgħu lill-kostitwenti tagħna f'kamra li qabel kienet isservi ta' stalla.", "Mr Speaker, mhux l-ewwel darba li tkellimt mal-Prim Ministru attwali fejn tlabtu sabiex naħdmu flimkien ħalli jkollna Parlament li jkun full-time.", "Madankollu huwa dejjem weġibni li ma jaqbilx ma' dan.", "Imbagħad wara ftit ġimgħat noħorġu b'din l-idea sublimi.", "Forsi sublimi għall-partit Nazzjonalista għaliex ma' min titkellem - u dan ħareġ ukoll minn survey li għamlet il-gazzetta \"The Times\" fejn din sabet li minn 1,300 ruħ li rrispondew għas-site tagħha, 58% qalu li m'għandux ikun hemm il-parlament - ...", "Il-punt tiegħi huwa li filwaqt li l-Parlament Malti għadu amateur u qiegħed jaħdem bħala part-time se jkollna ground mill-isbaħ u bil- faċilitajiet kollha sabiex imbagħad niltaqgħu ftit sigħat filgħaxija!", "Mhux hekk biss, għaliex imbagħad issib xi membru li jidħol u jagħmel ħames minuti biss u jitlaq 'il barra!", "Allura dan se jkun litteralment monument vojt.", "Fejn hi r-riġenerazzjoni li dejjem tkellem fuqha l-partit Nazzjonalista fil-gvern?", "Din se jagħmilha billi jsirparlament f'dak il- post?", "Se jagħmel hekk meta lanqas biss kien kapaċi jagħmel lift fil- Barrakka ta' Fuq, liema proġett kien se jiswa Lm200,000!", "Dan il-proġett tal-Connections waqqgħuh u hemmhekk kien hemm investiment qawwi għaliex dik is-site tiswa miljuni ta' liri.", "Jiena nemmen li llum il-gvern qed jitkellem hekk għaliex tilef il-fiduċja f'kulħadd, anke fis-settur privat.", "Fejn huwa dak id-diskors li konna nisimgħu mill-gvern Nazzjonalista, fejn kien jgħidilna li għandu fiduċja fis-settur privat?", "Li kieku kien gvern bil-għaqal kien jagħmel bħalma għamel il-partit Laburista fil-gvern bejn l-1996 u l-1998 meta ħadem mas- settur privat permezz tal-private public partnership.", "Il-gvern qed jgħid li għandna naraw x'jista' jsir u li rridu ninvolvu lill- privat.", "Iżda dan kif jista' jkun?", "Qabel bdejt nipprepara d-diskors tiegħi qgħadt nara x'kienu qalu l-Prim Ministru u l-ministru dwar din il- kwestjoni.", "Dawn l-ewwel qalu li kienu kważi żguri li l-parlament se jsir hemmhekk, imbagħad qalulna li trid tittieħed deċiżjoni mill-Kabinett sabiex naraw minn fejn se nġibu l-flus, wara qalulna li dan il-proġett se jiġi jiswa Lm22 miljun u li naturalment se jkun involut il-Perit Richard England, imbagħad il-kamra tal-periti ħarġet kontra dak li kien qal il- Perit Mugliett u litteralment ħawdu lil kulħadd.", "Mr Speaker, hemm bżonn li ngħidu l-verita' għaliex ilkoll kemm aħna nafu li din l-idea tal-gvern Nazzjonalista hija intenzjonata biss biex taljena lill- poplu ħalli jinsa l-kriżi li għaddejjin minnha bħalissa.", "Nafu wkoll li ftit tal-jiem oħra se jiġi l-gvern hawnhekk u jgħidilna li l-proġett tal- parlament mhux se jsir għalissa għaliex m'hemmx il-mezzi finanzjarj.", "Kif jista' jun li jkollna l-mezzi finanzjarji meta l-poplu Malti jinsab issikkat b'dan il-mod biex tkun tista' tinxtara binja li faċilment setgħet ma nxtratx!", "Fuq is-site tat-teatru l-imwaqqa' naqbel li għandu jsir xi ħaġa, pero' l- akbar impenn tagħna huwa lejn il-poplu li tellagħna fejn qegħdin.", "Allura talli l-poplu wera fiduċja fina aħna se nkomplu nissikkawh?", "Daqshekk għandna fiduċja fil-poplu tagħna?", "Irridu nuru li aħna stat serju, li aħna Parlament serju u nuru l-fiduċja fil-poplu tagħna.", "Aħjar ngħidu kif qed jaħdem il-Parlament attwali milli noqgħodu ngħidu li għandna bżonn ta' parlament ġdid.", "Fejn huma r-riżorsi li suppost għandu l-Parlament?", "Fejn huma r-research units u l-faċilitajiet biex aħna l-membri nkunu nistgħu naħdmu fihom?", "Fil-kamra ta' l-oppożizzjoni għandna żewġ computers biss li fuqhom nistgħu naħdmu.", "Issa jista' jkun li fil-kamra tal-gvern lanqas għandhom kompjuter wieħed fuq xiex jaħdmu!", "Anke meta niġu biex nipparteċipaw f'konferenzi, kemm qed inkunu ppreparati?", "Kemm qed jgħin il- Parlament sabiex il-membri parlamentari jkunu ppreparati meta jkollhom jirrappreżentaw lil Malta barra minn xtutna?", "Mr Speaker, aħna qed naħdmu kollox fi ftit minuti u fi ftit sigħat.", "Niġu hawnhekk sabiex nagħmlu d-diskorsi tagħna u nitilqu 'l barra u spiċċa kollox, biex imbagħad niġu rrapportati fi ftit linji fuq xi gazzetta u daqshekk.", "Imbagħad irridu nonfqu Lm22 miljun ħalli jkollna l-kumditajiet kollha.", "Aħna rridu li l-gvern flimkien ma' l-oppożizzjoni npoġġu bilqiegħda u nibdew naħdmu flimkien u bil-għaqal.", "Aħna rridu naħdmu mal- gvern għaliex irridu l-ġid ta' pajjiżna.", "L-id tal-ħbiberija rridu nagħmluha flimkien u mhux meta naċċettaw li rridu naħdmu mal-gvern jibdew għaddejjin kelma wara l-oħra sabiex jipprovaw jibbjażimawna!", "Irridu naħdmu fl-interess ta' Malta kollha.", "Aħna nafu li dan il-Parlament m'huwiex qed jiffunzjona kif suppost u għalhekk irridu naħdmu flimkien għall-ġid tal-poplu Malti u Għawdxi kollu ħalli meta noħorġu minn dan il-palazz ma nisimgħux lin-nies li kważi jibdew jgħajruna dwar kif qed naħdmu hawn.", "Iżjed jgħajruna meta joħroġ xi ħadd bħall-Perit Mugliett u jgħid li se jsir proġett bħal dan.", "Tmur titkellem man-nies u kważi tistħi tgħid li inti membru parlamentari.", "Li kieku kien gvern bil-għaqal kien jgħid li se jagħmel proġett mas-settur privat sabiex indaħħlu l-flus li għandna bżonn.", "U jekk inkunu kapaċi ndaħħlu Lm1 miljun għandna nirranġaw dan il-bini li qegħdin fih illum.", "Din kienet tkun xi ħaġa faċli biex tagħmilha pero' dejjem nieħdu t-triq il- ħażina.", "Ilna nisimgħu minn gvernijiet diversi li rridu nagħmlu xi ħaġa minflok it-teatru l-imwaqqa' u din id-darba l-gvern ta' l-Onor.", "Gonzi ħareġ b'din l-idea sabiex ikun jista' jaljena lin-nies mill-kriżi li għaddejjin minnha bħalissa.", "Issa nagħmlu ftit ġimgħat nitkellmu fuq dan il-parlament, imbagħad jiġi mitfugħ kollox fuq l-ixkaffa bħalma ġaralhom ħafna proġetti oħra li kienu mwiegħda mill-partit Nazzjonalista fil-gvern.", "Aħjar ikellimna fuq dawk il-proġetti li ġew abbandunati bħal, per eżempju, il- proġett ta' Chambrai minflok joqgħod jgħidilna fuq dawn l-affarijiet!", "Mr Speaker, nagħlaq id-diskors tiegħi billi nħeġġeġ lill-poplu Malti u Għawdxi sabiex ikompli jsemma' leħnu fuq dawn l-issues.", "U nieħdu dak li qal il-gvern tal-partit Nazzjonalista biċ-ċajt għax jekk verament dak li qal m'huwiex biċ-ċajt se jkollna kriżi kbira għaliex b'dan li qed jipproponi l-gvern Nazzjonalista se jkun qed jbiddel dan il-Parlament serju f'teatrin u jidħak bina kulħadd.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Evarist Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Mr Speaker, f'dan id-diskors nixtieq nieħu l- okkażżjoni sabiex nagħmel appell lill-ministru tat-turiżmu sabiex jieħu l- inizjattiva f'dawn il-ġimgħat li ġejjin dwar x'għandu jsir, issa li ħareġ ir-rapport ta' kif għandha tinbidel l-awtorita' Maltija tat-turiżmu.", "Qed ngħid dan għaliex biex din l-awtorita' tkun tista' tinbidel hemm bżonn li l- ewwel tinbidel il-liġi.", "Il-ministru jrid jiġi fil-Parlament sabiex jagħmel il-bidliet meħtieġa u qed nagħmluha ċara li bħala oppożizzjoni lesti li nagħtu s-sehem tagħna sabiex intejbu s-settur tat-turiżmu.", "Fit-turiżmu hemm ħafna u ħafna x'intejbu u t-turiżmu huwa tagħna lkoll għaliex huma eluf il-familji Maltin u Għawdxin li jiddependu minnu.", "Għalhekk m'għandux jiġi l-Onor.", "Francis Zammit Dimech bil-liġi hawnhekk wara li l-bidliet ikunu diġa' saru.", "Jiena naf li qed jiġu mfassla l- emendi għal din il-liġi pero' biex ikun jista' isir dan it-tibdil fl- awtorita' Maltija tat-turiżmu trid issir diskussjoni serja fil-Parlament.", "Għalhekk il-ministru m'għandux jiġi hawn b'fatt kompjut għaliex l- oppożizzjoni m'hijiex lesta li taċċetta li l-Parlament jiġi stmat b'dan il- mod.", "Tajjeb li qabel ma l-Parlament jiġi mibni bil-ġebel, nibnuh bħala istituzzjoni serja.", "L-ewwel ħaġa li rridu nagħmlu huwa li l-Parlament għandu jinqala' minn taħt il-gvern tal-ġurnata u jiżviluppa f'istituzzjonijiet awtonomi u importanti ħafna li jkunu jservu għall- kwalita' tad-deċiżjonijiet li jittieħdu fil-pajjiż.", "Mr Speaker, għalhekk aħna m'aħniex se naċċettaw li l-Parlament iservi biss bħala timbru.", "U jiena ngħid li qabel nonfqu Lm22 miljun biex nibnu parlament ġdid, nistgħu nonfqu ferm inqas iżda nagħmlu minn dan il- Parlament istituzzjoni serja u dan jista' jsir billi jiġu rispettati l- proċeduri ta' kif jimxu l-affarijiet.", "Dan isir billi l-liġijiet jiġu mibdula u mbagħad jissarrfu fir-realta' u mhux l-ewwel tibda tbiddel l- affarijiet u ġġib il-liġi wara.", "Il-liġi trid tiġi sabiex ikollna diskussjoni serja u huwa ta' importanza kbira li naraw kif inhi sejra l- awtorita' Maltija tat-turiżmu u kif inhu sejjer it-turiżmu in ġenerali.", "Dan għaliex fl-istampa ġenerali tat-turiżmu l-awtorita' Maltija tat-turiżmu tidher biss bħala dettall importanti ħafna, pero' hija biss fattur wieħed.", "Irridu ngħidu wkoll li t-turiżmu ilu staġnat is-snin fejn ma nistgħux naqbżu l-figura ta' 1,100,000 turist fis-sena.", "Għandna bżonn li jiġu iżjed u iżjed turisti.", "L-awtorita' Maltija tat-turiżmu ma twaqqfitx biex tkun ta' katidral fid-deżert, maqtugħa għaliha nnifisha u biex tħaddem in-nies b'kondizzjonijiet tajba, iżda twaqqfet bħala mezz ta' kif nistgħu nġibu iżjed turisti lejn pajjiżna.", "Aħna lesti li nagħtu sehemna ħalli l- awtorita' Maltija tat-turiżmu ġġib iżjed turisti u jkunu turisti li jonfqu iżjed flus f'pajjiżna.", "Aħna nafu li mhux biżżejjed li nagħtu kas biss ta' kemm jiġu turisti, iżda għandna naraw xi flus jonfqu, li jiġu mqassma f'iżjed xhur milli qed jiġu ħalli jkollna t-turisti s-sena kollha.", "Għandna naraw ukoll li t-turisti li jiġu vaganza Malta joħorġu iżjed sodisfatti għaliex meta joħorġu sodisfatti dawn ikunu għalina l-aħjar forma ta' marketing u meta jmorru lura lejn pajjiżhom u jkunu qed jitkellmu ma' qrabathom u l-ħbieb tagħhom se jgħidulhom kemm ħarġu sodisfatti hawn Malta u allura jirrakkommandaw lil Malta bħala l-post ta' fejn għandhom iqattgħu l-vaganzi tagħhom.", "Għalhekk bħala oppożizzjoni naqblu ma' kull tibdil li jista' jsir fl- awtorita' Maltija tat-turiżmu ħalli niżguraw li dawk l-Lm10 miljun li jiġu vvotati għaliha minn dan il-Parlament u li ħafna minnhom ġejjin mit-taxxi li jinġabru mill-flus taċ-ċittadini, jintużaw sabiex jinġiebu t-turisti hawn Malta u mhux imorru biex iħaxxnu lill-awtorita' Maltija tat-turiżmu.", "M'huwiex sewwa li, per eżempju, kellek strutturi fl-awtorita' Maltija tat- turiżmu li jkollhom budget ta' Lm2 miljun u 70% ta' din iċ-ċifra jmorru biex jamministraw l-uffiċċji minflok biex jinġiebu iktar turisti lejn pajjiżna.", "Dak huwa skandlu!", "Il-gvern Nazzjonalista li issa jrid ibiddel l-awtorita' Maltija tat-turiżmu kien jaf b'dawn l-affarijiet.", "Jekk ma kienx jaf huwa skandlu li tkun responsabbli minn struttura bħal dik u ma tkunx taf x'inhu għaddej fiha u huwa skandlu wkoll jekk tkun taf b'dawn l-affarijiet u xorta waħda tħallihom għaddejjin.", "Jekk wieħed iqalleb id-dibatitti li saru fl-aħħar snin f'dan il-Parlament dwar l-awtorita' Maltija tat-turiżmu jsib li n-naħa tal-gvern Nazzjonalista dejjem iddefendiet dak li kienet qed tagħmel din l-awtorita'.", "Qatt ma ntqal li hemm uħud li qed jużaw il-flus b'mod ħażin u minflok ma kienu qed jużawhom biex jinġibu aktar turisti lejn Malta kienu qed jużawhom biex immexxu l-uffiċċini biss.", "L-awtorita' Maltija tat-turiżmu twaqqfet biex iġġib aktar turisti li jkunu jistgħu jonfqu iktar flus hawn Malta.", "U bħala oppożizzjoni kull tibdil li jista' jservi sabiex jiġu aktar turisti li jonfqu aktar, aħna se nappoġġjawh.", "Mr Speaker, hawnhekk nixtieq nagħmel mistoqsija: Ċerti li t-tibdil li huwa maħsub sabiex dawk li qed imexxu bħalissa l-uffiċċji barra minn Malta ta' l-awtorita' Maltija tat-turiżmu jinġiebu Malta se jaħdem?", "Nerġa' ngħid li aħna naqblu li dawk l-uffiċċini li qegħdin barra minn Malta jservu sabiex iġibu t-turisti u mhux biex jonfqu l-flus fuqhom infushom, iżda ċerti li jekk aħna se naqbdu, per eżempju, l-uffiċini ta' l-Ingilterra u nġibuhom Malta, dawn se jkunu jistgħu jagħmlu marketing fl-Ingilterra minn hawn Malta biex jinġiebu t-turisti?", "U jekk se naqbdu n-nies li għandna fl-uffiċini tal-Ġermanja u nġibuhom hawn Malta, ċerti li minn Malta se jagħmlu l-marketing għall-Ġermanja?", "Għalhekk qabel tittieħed deċiżjoni bħal din għandna naraw li dak li se nagħmlu jkun aħjar minn dak li diġa' għandna u mhux immorru għall-agħar.", "Aħna m'għandna l-ebda ħsieb li niddefendu l-affarijiet kif inhuma sempliċement biex inkunu qed niddefenduhom, iżda rridu niżguraw li dak li se nagħmlu se jkun aħjar.", "Irridu nitkellmu wkoll fuq ir-rappreżentanza privata għaliex is-settur privat, l-industrija tat-turiżmu, il-lukandi two, three jew four star, l-operaturi tal-vjaġġi, l-aġenti, dawk li jorganizzaw turiżmu differenti lejn Malta u r-ristorantiera jinstabu inkwetati li b'dak li qed jiġi propost se jitilfu r-rappreżentanza tagħhom.", "Ilkoll kemm aħna nafu kemm din l-industrija tiddependi fuq l-isforzi ta' kulħadd.", "Irridu naraw li meta nduru fuq in-nies u ngħidulhom sabiex naħdmu flimkien ħalli nġibu iżjed turisti lejn Malta u Għawdex, għandna niżguraw li dawk l-istrutturi li suppost qed iservu għal dan l-iskop ikollhom rappreżentanza xierqa.", "Dan huwa qasam li għandu bżonn l-isforzi mhux ta' ministru wieħed iżda tal-gvern sħiħ sabiex naħdmu għall-ġid tat-turiżmu.", "Pero' l-ministru u l-gvern waħedhom ma jaslux.", "Għandna bżonn tas-settur privat u għandna ninvolvuh bis-serjeta' u mhux bil-paroli biss u għandna bżonn is-soċjeta' ċivili, oqsma differenti u għaqdiet bħal dawk ta' l- ambjent.", "Meta turist jiġi pajjiżna dan ma jiġix biss fil-lukanda iżda jkun irid joħroġ idur.", "Mr Speaker, għal dan il-motiv huwa importanti li lkoll kemm aħna nagħtu esperjenza tajba lit-turisti li jiġu f'pajjiżna u għalhekk irridu naħdmu flimkien anke meta niġu biex infasslu strutturi bħalma hija l-awtorita' Maltija tat-turiżmu.", "Madankollu dak li qed jiġri bħalissa m'huwiex qed isir b'konsultazzjoni serja, iżda qed jitħabbru deċiżjonijiet meta suppost li huma proposti li jridu jiġu diskussi fl-assoċjazzjonijiet differenti li jeżistu.", "Min-naħa l-oħra l-gvern għandu jfassal dawn il-bidliet fil-liġi wara li tkun saret konsultazzjoni u mhux jiġri bil-kontra.", "Biex liġi ssir bis-serjeta' trid tirrifletti x'ikun sar fil-konsultazzjonijiet u mhux l- ewwel tiddeċiedi u tfassal l-affarijiet imbagħad wara tara x'se jiġri.", "Il-ministru konċernat għandu jagħmel kalendarju ċar dwar meta se tinbidel din il-liġi u dwar meta se ssir konsultazzjoni serja.", "Bħalissa l-awtorita' Maltija tat-turiżmu tinsab f'paraliżi sħiħa u min jaħdem fil-qasam tat- turiżmu jinsab inkwetat ħafna dwar is-sena 2005 għaliex iż-żmien dieħel u l-kuntatti sabiex jinġibdu t-turisti jridu jsiru iżda l-awtorita' Maltija tat-turiżmu tinsab f'paraliżi sħiħa u qisha qiegħda fil-limbu.", "Għalhekk ma rridux inħallu ħafna żmien jgħaddi għax se ssir ħafna ħsara u ż-żmien li fadal irridu nużawh tajjeb.", "Nerġa' ngħid li hemm bżonn issir konsultazzjoni serja u mhux biss bejn l-erba' mexxejja ta' xi assoċjazzjoni, bħal, per eżempju, l-MHRA.", "Mhux biżżejjed li jkollok erba' mexxejja li jaqblu ma' dak li qed jiġi propost, iżda għandha tkun l- assoċjazzjoni nnifisha li trid tagħmel konsultazzjoni mal-lukandiera u r- ristorantiera fi ħdanha ħalli tisma' dak li jixtiequ jgħidu.", "Jekk ma jsirx dan mhux tibdil se jkollna iżda hijacking ta' l-istruttura ta' l- awtorita' Maltija tat-turiżmu.", "Konsultazzjoni għandha ssir ukoll fis-setturi l-oħra.", "Trid issir konsultazzjoni serja kemm ma' l-operaturi ta' l-ivvjaġġar, ma' dawk li jorganizzaw il-konferenzi, ma' dawk li jaħdmu fil-qasam ta' l-għaddassa u kif ukoll ma' dawk li jgħallmu l-Ingliż.", "Min-naħa l-oħra għandna nieħdu l- Parlament bis-serjeta' u kull tibdil li għandu jsir fl-awtorita' Maltija tat-turiżmu l-ewwel għandu jiġi propost hawnhekk u mhux jasal bħala fatt kompjut.", "B'hekk biss inkunu nistgħu nieħdu lil dan il-Parlament bis- serjeta' u meta niġu sabiex nilleġislaw inkunu qed nilleġislaw bis- serjeta'.", "Mr Speaker, aħna lesti li nagħtu l-appoġġ tagħna kollu sabiex l-affarijiet isiru aħjar milli huma.", "Fuq kollox ma nistgħux nitkellmu dwar tibdil fl- istruttura ta' l-awtorita' Maltija tat-turiżmu u ma nistgħux nistaqsu fejn sejjer it-turiżmu f'Malta u f'Għawdex jekk ma nistaqsux mistoqsija aktar sempliċi li f'dawn l-aħħar snin qatt ma ġiet mistoqsija u qatt ma ġiet imwieġba.", "L-awtorita' Maltija tat-turiżmu hija a building block u hija ġebla importanti ħafna f'dak li għandu jsir sabiex intejbu t-turiżmu, iżda nixtieq nistaqsi jekk tafux b'xi ħadd f'sensih li jibni dar mingħajr pjanta?", "Meta qed nitkellmu fuq it-turiżmu m'aħniex qed nimxu skond il-pjanta iżda qed inwaddbu ġebla 'l hawn u ġebla 'l hemm.", "Għandna l-aktar qasam ekonomiku importanti f'pajjiżna li miexi mingħajr ebda pjan u aħna għandna bżonn ta' pjan strateġiku għat-turiżmu.", "Kif nistgħu ngħidu x'se jkun is- sehem ta' l-awtorita' Maltija tat-turiżmu biex isir l-iżvilupp fit-turiżmu jekk lanqas għandna pjan strateġiku nazzjonali?", "Hawnhekk qisna qed nibnu billi npoġġu ġebla 'l hawn u ġebla 'l hemm mingħajr pjan ta' xejn.", "Fil- fatt jekk wieħed jara l-proposti li ħarġu s-sena li għaddiet mill-world tourism travel council isib li dawn ħarġu b'xi 30 proposta dwar kif għandu jiżviluppa t-turiżmu fis-seklu 21.", "U dawn isemmu l-istrutturar ta' l- awtoritajiet tat-turiżmu bħala pass wieħed biss.", "Għalhekk barra li nbiddlu l-awtorita' Maltija tat-turiżmu hemm ħafna passi oħra li jridu jittieħdu.", "Jien ngħid li żgur li għandu jsir pjan strateġiku nazzjonali għat-turiżmu ħalli kulħadd ikun jaf bl-isforzi li rridu nagħmlu.", "Irridu nagħtu kas żgur lis-setturi differenti tat- turisti, bħal, per eżempju, dawk li jiġu għax- xemx, dawk li jiġu għall-kultura, dawk li jiġu għat-tradizzjonijiet reliġjużi u għall-istorja tagħna, dawk li jiġu bi cruises, dawk li jiġu biex jgħoddsu fl-ibħra tagħna, dawk li jiġu sabiex jitgħallmu l-Ingliż u dawk li jorganizzaw il-konferenzi tagħhom f'pajjiżna.", "Irridu nagħtu kas partikolari lil Għawdex għax ma jistax ikun li Għawdex jibqa' jkampa bil- frak li jaqa' minn fuq il-mejda ta' Malta!", "Bħalissa Għawdex jinsab f'din is- sitwazzjoni; it-turiżmu f'Għawdex sejjer lura u aħna ninkwetaw meta nisimgħu b'lukandi li qed ikomplu jagħlqu għaliex dan qed ikompli jitfa' lura l-industrija' tat-turiżmu tant importanti għal Għawdex.", "Fil-fehma tiegħi, Għawdex jista' jkun is-salvazzjoni tat-turiżmu lokali għaliex jekk ma nħassruhx hemm ħafna x'jista jiġbed lit-turisti lejn din il-gżira.", "Pero' dan kollu jrid isir skond pjan strateġiku importanti u s-sehem tal- gvern huwa importanti ħafna.", "Mr Speaker, x'jiswa li nġibu t-turisti jekk imbagħad dawn se jsibu ambjent maħmuġ, ambjent imħassar, toroq imkissra, jekk inkunu waqajna lura fil- kompettitivita' għal dak li għandu x'jaqsam ma' prezzijiet u kwalita', jekk il-liġi ma tiġix inforzata, jekk ma nagħtux kas bis-serjeta' tal-wirt storiku tagħna u jekk ma nħarrġux aktar lin-nies tagħna.", "Dan huwa kollu xogħol li jrid jagħmlu l-gvern u allura huwa importanti li t-tibdil li huwa maħsub li jsir ikun tibdil serju u tibdil fil-qafas ġenerali kollu ta' din l-industrija.", "Għandna naħdmu lkoll flimkien għaliex il-futur ta' pajjiżna u l-futur ta' tant eluf ta' familji Maltin u Għawdxin jiddependi minn dan is-settur.", "Iżda l-affarijiet irridu nagħmluhom bis-serjeta' u trid ssir konsultazzjoni ma' dawk kollha interessati.", "Nistgħu ngħidu li fit-turiżmu kulħadd huwa interessat u għalhekk huwa importanti li ssir konsultazzjoni serja.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada t- Tlieta, 26 ta' Ottubru, 2004 fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill- ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "ŻVILUPP URBAN U TOROQ - FONDI MILL-UE", "7066.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jkun daqstant ġentili u jgħid liema kienu dawk l-entitajiet, dipartimenti jew awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li applikaw għal xi forma ta' fondi mill-Unjoni Ewropea mill-1 ta' Jannar 2004 sal-lum - kemm pre-accession kif ukoll accession funds?", "Għal liema fondi applikaw?", "Kemm-il proġett ġie sottomess?", "X'kien l-eżitu?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni fis-seduta.", "RIŻORSI U INFRASTRUTTURA - FONDI MILL-UE", "7067.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' il-Ministru jkun daqstant ġentili u jgħid liema kienu dawk l-entitajiet, dipartimenti jew awtoritajiet li jaqgħu taħt id- dekasteru tiegħu li applikaw għal xi forma ta' fondi mill-Unjoni Ewropea mill-1 ta' Jannar 2004 sal-lum - kemm pre-accession kif ukoll accession funds?", "Għal liema fondi applikaw?", "Kemm-il proġett ġie sottomess?", "X'kien l-eżitu?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Kien hemm proġett wieħed, dak tal-Malta resources authority, li ġie sottomess minn dan il-ministeru għall-fondi mill-Unjoni Ewropea.", "Il-fondi kienu ta' transition facility 2004 programme.", "Il- proġett qed jiġi kkunsidrat.", "AFFARIJIET RURALI U AMBJENT - FONDI MILL-UE", "7068.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jkun daqstant ġentili u jgħid liema kienu dawk l-entitajiet, dipartimenti jew awtoritajiet li jaqgħu taħt id- dekasteru tiegħu li applikaw għal xi forma ta' fondi mill-Unjoni Ewropea mill-1 ta' Jannar 2004 sal-lum - kemm pre-accession kif ukoll accession funds?", "Għal liema fondi applikaw?", "Kemm-il proġett ġie sottomess?", "X'kien l-eżitu?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni fis-seduta.", "PARTNERSHIP FOR PEACE - SĦUBIJA TA' MALTA", "7558.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin: Il-gvern għandu xi pjani biex jerġa' idaħħal lil Malta fil-partnership for peace?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Le.", "KORDIN GRAIN TERMINAL", "7559.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika: Jista' il-Ministru jgħid x'allowances u perks oħra għandhom is-ceo u ż-żewġ managers rispettivament tal-Kordin grain terminal?", "Xi profitti jew telf għamlet il-kumpannija f'dawn l-aħħar ħames snin?", "Jista' jgħid ukoll f'dawn l-aħħar sentejn min kienu l-persuni li siefru f'isem it-terminal?", "Fejn marru f'kull każ, x'kien l-iskop ta' kull żjara u x'kienet in-nefqa għal kull żjara?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-mejda tal- Kamra aktar kmieni fis-seduta.", "ADT - IMPJEGATA", "7560.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Jista' il-Ministru jgħid meta kienet impjegata ma' l-awtorita' tat- trasport il-persuna li isimha qed jintbagħat separatament u b'liema proċedura kienet impjegata?", "Kemm-il promotion ħadet minn dak iż-żmien 'il hawn?", "F'liema karigi?", "Kemm żdiedet fis-salarju?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Il-persuna imsemmija kienet impjegata f'Lulju 2002 wara li saret sejħa ma' l-ETC.", "Ħadet promotion waħda, dik ta' training & development officer b'żieda fis-salarju ta' Lm1,515.", "UNIVERSITA' - KORS FIL-COMMUNICATIONS STUDIES", "7561.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid jekk il-persuna, isimha qed jintbagħat separatament, li f'dawn l-aħħar tliet snin kienet tattendi kors fil-communications studies fl-universita' kenitx qed issegwi dan il-kors bħala full-time student u jekk tħallsitx f'kull sena l-istipendju?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Din l-istudenta attendiet il-kors B.Communications (Hons) full-time għal dawn l-aħħar erba' snin u se tiggradwa f'Novembru li jmiss.", "Informat ukoll li din l-istudenta ħadet stipendju għall-ewwel sentejn tal- kors, imma ma ħaditux fl-aħħar sentejn għax ma applikatx għalih.", "Informazzjoni oħra ta' natura personali ma' tistax tingħata minħabba l-liġi dwar il-protezzjoni tad-data.", "L-istudenta konċernata tista' tivverifika l- pożizzjoni tagħha mal-bord dwar l-għotjiet ta' manteniment.", "ENEMALTA - KONTIJIET TAD-DAWL", "7665.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika: Jista' il-Ministru jgħid fil- preżent kemm hi ċ-ċifra ta' flus f'arretrati tal-kontijiet tad-dawl li l- korporazzjoni Enemalta għandha tiġbor?", "Jista' jgħid kemm hu n-numru ta' households u stabilimenti kummerċjali, ta' l-ikel, fabbriki, eċċ. li għandhom arranġamenti sabiex iħallsu l- arretrati tal-kontijiet tad-dawl?", "Skond dawn l-arranġamenti, kemm fil-fatt tammonta ċ-ċifra ta' flus globali li għandha titħallas il-korporazzjoni?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "WSC - KONTIJIET TA' L-ILMA", "7668.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika: Jista' il-Ministru jgħid fil- preżent kemm hi ċ-ċifra ta' flus f'arretrati tal-kontijiet ta' l-ilma li l- korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma għandha tiġbor?", "Jista' jgħid kemm hu n-numru ta' households u ta' stabilimenti kummerċjali, ta' l-ikel, fabbriki, eċċ. li għandhom arranġamenti sabiex iħallsu l- arretrati tal-kontijiet ta' l-ilma?", "Skond dawn l-arranġamenti, jista' jgħid kemm tammonta ċ-ċifra ta' flus globali li għandha titħallas il-korporazzjoni?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "MEDIGRAIN - ĦAŻNA TA' QMUĦ U ĊEREALI", "7669.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika: Jista' il-Ministru jgħid meta mistennija tispiċċa l-ħażna tal-qmuħ u ċereali li mportat l-aħħar il- Medigrain?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Il-ħażna tal-qmuħ u ċereali li mportat l-aħħar il- Medigrain spiċċat fit-12 ta' Lulju 2004.", "IMPJIEGI - REĠISTRAZZJONI GĦAX-XOGĦOL", "7708.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid illum kemm hawn gradwati jirreġistraw għax-xogħol u x'degree għandhom?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif mitlub tpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni fis-seduta.", "SAĦĦA – PAZJENTI B'TEĦID EĊĊESSIV TA' DROGA", "7745.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid kemm daħlu persuni fil- casualty jew ġo ċentri tas-saħħa minħabba tehid eċċessiv ta' droga, pilloli jew alkoħol din is-sena?", "X'eta' kellhom?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Persuni li jidħlu fid-dipartiment ta' l-emerġenza ta' l-isptar San Luqa u li jkunu konfermati li huma każi ta' teħid eċċessiv ta' pilloli/droga jiġu ammessi għal kura fis-swali ta' l-isptar.", "Matul is- sena 2004, sa l-20 ta' Ottubru, daħlu 102 irġiel u 118 nisa.", "L-etajiet ivarjaw minn 15 sa 70 sena.", "Matul is-sena 2004, sa l-20 ta' Ottubru, il-persuni li daħlu fid- dipartiment ta' l-emerġenza għal teħid eċċessiv ta' alkoħol u li ħteġilhom kura fis-swali ta' l-isptar San Luqa kienu 18, ħames nisa u 13-il raġel.", "L- etajiet varjaw minn 17 sa 84 sena.", "L-informazzjoni mitluba dwar iċ-ċentri tas-saħħa ma tinżammx.", "PULIZIJA – RAPPORTI DWAR SUWIĊIDJI", "7746.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm daħlu persuni l-isptar minħabba attentat ta' suwiċidju din is-sena?", "X'eta' kellhom?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-ministru responsabbli għall-isptarijiet.", "SKEJJEL – STUDENTI LI ĦARĠU TQAL", "7747.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn tfajliet jattendu l-ischool girl's mother unit illum?", "Kemm hawn tfal tqal li mhux qed jattendu l-iskola?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li hemm 42 tfajliet jattendu għall-programm ta' tliet darbiet fil-ġimgħa, 24 jattendu għall-counselling u 30 jattendu l- mother and baby support group.", "Informat ukoll li b'kollox hemm 15-il tfajla tqal li m'humiex jattendu l-iskola.", "PULIZIJA - LIĊENZJI TAL-KAĊĊA U L-INSIB", "7749.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-gvern għandux il-ħsieb li jgħolli l-liċenzji għall-insib, kaċċa u/jew żamma ta' armi?", "ONOR.", "TONIO BORG: Dan il-ministeru m'għamel ebda rakkmandazzjoni għal xi żieda imsemmija.", "PULIZIJA - KAŻI TA' KOLLUŻJONIJIET", "7750.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm daħlu persuni l-isptar minħabba li weġġgħu wara kollużjoni?", "Kemm weġġgħu wara li ħabtu ma' karozza oħra, u kemm wara li s-sewwieq tilef il-kontroll?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-ministru responsabbli għall-isptarijiet.", "REGOLAMENTI DWAR IT-TIPJIP", "7865.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l- Kura fil-Komunita': Issa li daħlu fis-seħħ ir-regolamenti dwar it-tipjip, jista' il-Ministru jgħid jekk dawn jgħoddux ukoll għall-każini tal-banda u tal-football?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 7912.", "DIESEL/PETROL MINGĦAJR DAZJU", "7866.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika: Jista' il-Ministru jelenka min għandu dritt jixtri diesel, petrol u pitrolju mingħajr dazju?", "Kemm inbiegħ (f'litri u flus) minn dawn il-prodotti, separatament, s'issa f'din is-sena finanzjarja?", "Kemm inxtara minn kull grupp/sezzjoni/persuna li għandu d- dritt jagħmel dan?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "EŻAMIJIET SEC U MATSEC", "7867.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid meta hemm ħsieb li jsiru l- eżamijiet orali u bil-miktub tal-MATSEC u s-SEC is-sena d-dieħla?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-eżamijiet bil-miktub tas-Sec u taċ-ċertifikati tal- Matrikola se jsiru bejn is-26 ta' April u t-28 ta' Mejju 2005, waqt li l- eżamijiet orali u prattiċi hemm ħsieb li jsiru matul April u l-bidu ta' Ġunju, bħas-snin ta' qabel.", "WIED IL-GĦAJN - SKOLA TAL-KINDERGARTEN", "7868.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm klassijiet tal- kindergarten fl-iskola ta' Wied il-Għajn?", "Kull klassi kemm fiha studenti?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: In-numru ta' klassijiet tal-kindergarten fl-iskola ta' Wied il-Għajn huma: Kinder 1 - 3 klassijiet bi 13, 14 u 14-il student rispettivament; Kinder 2 - 6 klassijiet bi 15, 13, 17, 14, 15 u 13-il student rispettivament", "ĊIMITERJU TA' L-ADDOLORATA - OQBRA", "7882.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid meta se joħorġu għall-bejgħ lill-pubbliku oqbra fiċ-ċimiterju ta' l-Addolorata?", "X'inhi l-proċedura biex wieħed jakkwista qabar fl-istess ċimiterju?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Huwa l-ħsieb tad-dipartiment li hekk kif titlesta l- estensjoni taċ-ċimiterju ta' l-Addolorata li hemm ippjanata, l-oqbra jiġu allokati skond il-lista ta' l-applikanti - waiting list.", "Il-proċedura biex wieħed jakkwista qabar f'ċimiterju tal-gvern hi li japplika fuq applikazzjoni li tista' tinġabar mill-burials administration unit li tinsab fiċ-ċimiterju ta' l-Addolorata.", "Tali applikazzjoni tiġi reġistrata u titpoġġa ġo waiting list skond iċ-ċimiterju indikat.", "ĊIMITERJU TA' L-ADDOLORATA - OQBRA", "7883.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid kemm-il applikant qiegħed jistenna biex jixtri qabar fiċ-ċimiterju ta' l-Addolorata?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Fil-preżent hemm 2,492 applikanti jistennew biex jixtru qabar.", "GĦAWDEX – KAŻI TA' PROSTITUZZJONI", "7884.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew arrestati prostituti f'Għawdex?", "Kemm minnhom tressqu l-qorti fis-snin 2000, 2001, 2002, 2003 u 2004?", "ONOR.", "TONIO BORG: Fil-perjodu msemmi mill-Onor.", "Interpellant ma kienx hemm persuni li tressqu l-qorti fuq reati ta' prostituzzjoni ġewwa Għawdex.", "ŻWIEĠ BEJN PERSUNI TA' L-ISTESS SESS", "7885.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li jiġi legalizzat żwieġ ċivili bejn persuni ta' l-istess sess?", "ONOR.", "TONIO BORG: M'hemm l-ebda intenzjoni li dan it-tip ta' żwieġ jiġi legalizzat, peress li huwa inkompatibbli mal-liġi taż-żweġijiet ta' Malta li tippermetti biss żwieġ bejn persuni tas-sess oppost.", "ŻWIEĠ BEJN PERSUNI LI GĦAMLU SEX CHANGE", "7886.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk it-tmien persuni li għamlu sex change u biddlu l-identity card tagħhom minħabba f'hekk, jistgħux jiżżewġu ċivilment?", "ONOR.", "TONIO BORG: Għalkemm m'hemmx definizzjoni ta' żwieġ f'Kap 255 tal- Liġijiet ta' Malta, il-partijiet għandhom ikunu mara u raġel skond Artikolu 15 ta' l-istess Kap.", "AMBAXXATA MALTIJA FL-AWSTRALJA – KAŻ TA' SEXUAL HARASSMENT", "7888.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin: Billi l-Ministru għarrafna li fil-każ ta' l-allegat każ ta' sexual harassment konness ma' staff member ta' l-Ambaxxata Maltija fl-Awstralja l-akkuża kienet ġenerika u mhux ipprovata, jista' jikkonferma li l-persuna li allegatament kienet sexually harassed ġiet offruta severence pay minn uffiċjal għoli ta' l-ambaxxata biex titlaq bil-kwiet u l-każ imut fuq ommu?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Ma jirriżultax li l-persuna li l-Onor.", "Interpellant qed jirriferi għaliha ngħatat jew ġiet offerta xi severence pay.", "IMSIDA – BENEFIĊĊJI TAL-MARD", "7889.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Familja u tas- Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Minisru tara li d-dipartiment tas-sigurta' soċjali jirrevedi l-każ tal-persuna - dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - billi hi qed tikkontesta li tħallset żejjed is-somma ta' Lm582.30 għall-mard, peress li d-dipartiment qed jgħid li l-mezzi ta' din il-persuna kienu jeċċedu l-iskala?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Il-persuna indikata ġiet informata bil-miktub dwar il-każ tagħha.", "QASAM TAT-TURIŻMU", "7960.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin: Jista' il-Ministru jgħid min hu responsabbli fir-rappreżentanza permanenti ta' Malta fl-Unjoni Ewropea fi Brussell biex isegwi dak kollu relatat mat-turiżmu, qasam tant importanti għall-ekonomija ta' pajjiżna?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Il-qasam tat-turiżmu m'għandux kompetenza komunitarja diretta fl-Unjoni Ewropea iżda hu qasam li jiġi regolat mill- pajjiżi membri.", "L-iktar council formation qrib tal-qasam tat-turiżmu huwa l- competitiveness, li fost responsabbiltajiet oħra jamministra l-acquis fejn jirrigwarda l-intrapriżi żgħar u medji li taħtu hu kkunsidrat li jaqa' it- turiżmu.", "Għalhekk fir-rappreżentanza permanenti r-responsabbilta' għas- settur tat-turiżmu taqa' taħt il-competitiveness unit.", "Se jkun hemm technical attache' ġdida f'dan il-unit b'effett mill-1 ta' Novembru 2004.", "SKEJJEL - STUDENTI B'DIŻABILITA'", "7971.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' studenti b'diżabilita' fl-iskejjel tal-kindergarten, primarji u sekondarji tal-gvern?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: In-numru ta' studenti b'diżabilita' fl-iskejjel tal- gvern huwa hekk: Kindergarten – 53; Primarja - 674; u Sekondarja - 271.", "SAN ĠILJAN - WATERPOLO PITCH", "7972.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: Wara r-rapport ta' l-awditur ġenerali u r- rakkmandazzjonijiet tiegħu dwar il-pitch tal-waterpolo ta' San Ġiljan, jista' il-Ministru jgħid kemm inġabru flus lura s'issa?", "Jista' jgħid ukoll meta saret it-talba, u lil min, sabiex dawn il-flus jiġu mogħtija lura lill-gvern?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: S'issa l-kuntrattur konċernat min jeddu ddepożita l- qorti s-somma ta' Lm24,865.25 li hu qiegħed isostni li hu l-bilanċ dovut minnu lill-gvern.", "L-ex-dipartiment għaż-żgħażagħ u sport fit-23 ta' Marzu 2003 kien talab lill-avukat ġenerali biex jibda jieħu l-passi li jidhirlu meħtiega biex tinġabar lura s-somma kollha ta' Lm60,000 mingħand il-kuntrattur.", "Infetħet kawża kontra l-kuntrattur konċernat, li se tibda tinstema quddiem il-qorti fil-ġranet li ġejjin.", "DJAR TA' L-ANZJANI - ĦADDIEMA", "7984.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l- Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema fid-djar ta' l-anzjani u x'inhu l-grad tagħhom?", "Kemm hemm persuni li huma bil- kuntratt?", "X'inhu xogħolhom u kemm jitħallsu?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-mejda tal- Kamra aktar kmieni fis-seduta.", "BORMLA – MANUTENZJONI F'RESIDENZA PRIVATA", "7985.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u tas- Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid x'passi se tieħu l-awtorita' tad-djar biex il-persuna - dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - tiġi mgħejjuna permezz tas-servizz care & repair ta' l-awtorita' tad-djar?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Fl-14 ta' Ottubru 2004 il-persuna indikata applikat taħt Skema 5 ta' l-awtorita' tad-djar, jiġifieri għall-irranġar tar-residenza mikrija mill-privat u mhux taħt l-inizjattiva ta' care and repair.", "Din l-applikazzjoni se tiġi kkunsidrata.", "KUNSILLI LOKALI - XOGĦOL MILL-KUNTRATTURI", "8004.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk teżistix linja gwida għall-kunsilli lokali dwar kuntratturi li jieħdu xogħol ta' l-istess kunsilli, liema gwida tirriferi għal kemm ikollu ħaddiema u inġenji kull kuntrattur, u allura jkunu jistgħu jevalwaw jekk kuntrattur jistax jieħu ċertu xogħol?", "ONOR.", "TONIO BORG: Il-proċeduri dwar offerti maħruġa bis-saħħa ta' Avviż Legali 180 ta' l-1996, jirriferu kemm għall-kundizzjonijiet ġenerali kif ukoll speċifiċi għall-għoti ta' kuntratti mill-kunsilli lokali.", "Għalkemm m'hemm l-ebda linja gwida dwar numru ta' ħaddiema u inġenji, il- proċedura P.3.II, item 14 tistipula li l-kuntrattur li jitfa' l-offerta hu obbligat li jinkludi bħala informazzjoni ix-xogħol jew is-servizzi li jkunu se jsiru minnu bir-riżorsi tiegħu nnifsu.", "Barra minn hekk, item 14 (e) ta' l-istess proċeduri jitolbu wkoll li l- offerent ikun mitlub jistabbilixxi r-responsabbilta' tal-persuni jew entitajiet proposti u l-kunsill ikollu dritt joġġezzjona għal xi persuna jew entita'.", "PULIZIJA - VETTURI ABBANDUNATI", "8005.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'qed isir biex jitnaqqas in-numru ta' karozzi bla liċenzja mġedda li hawn jiġru fit-toroq?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 6390 fejn kont spjegajt kif it-tneħħija ta' vetturi abbandunati huwa regolat bir-regolamenti dwar Ikklampjar u t- Tneħħija ta' Oġġetti ta' Ingombru fir-Regolamenti tat-Traffiku (AL 94 ta' l- 1997).", "Skond Regolament 3(2) ....", "\"Il-Kummissarju jew il-Kunsill (Lokali) jista' jneħħi kull vettura li ma tkunx tħallsitilha l-liċenzja tat-triq għal xi sena kurrenti kull meta t-tiġdid ta' dik il-liċenzja jkun skada b'aktar minn tliet xhur\", dawn ir-regolamenti jirriferu għad-delega ta' infurzar li tinkludi t-tneħħija ta' vetturi li jkollhom il-liċenzja tat-triq mhux imġedda.", "Min-naħa tal-pulizija ninsab informat li jsiru spezzjonijiet fuq vetturi fit-toroq sabiex ikun verifikat jekk il-liċenzja tkunx imħallsa.", "Matul din is-sena ġew mogħtija mhux anqas minn 2,046 ċitazzjoni dwar dan in-nuqqas.", "BORMLA - GROUND J.L.G. DESPOTT", "8006.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: Jista' il-Ministru jara li tingħata tindifa u jinqata' il- ħafna ħaxix ħażin li hemm fil-ground tal-J.L.G. Despott Verdala, Bormla?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Qed jittieħdu passi biex dan isir.", "MALTA FREEPORT", "8007.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika: Jista' il-Ministru jgħid x'inhu eżattament l-investiment tal-Malta Freeport Co. Ltd fil-port ta' Brindisi?", "Jista' jagħti rendikont sena b'sena sal-lum?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "MERKANZIJA GĦALL-INDUSTRIJA LOKALI", "8008.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika: Jista' il-Ministru jgħid x'se tkun il-pożizzjoni tal-merkanzija għal-lokal li tinħatt u/jew titgħabba għall-industrija lokali?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 8008, ninforma lill-Onor.", "Interpellant illi s-servizz imsemmi hu regolat bl- istess mod kif kien qabel.", "MALTA FREEPORT – DEJN", "8009.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika: Jista' il-Ministru jgħid kemm hu d-dejn tal-Malta Freeport Co. Ltd?", "Kif qed jitħallas?", "X'interessi tħallsu kull sena mill-1990 sal-lum?", "Kif inhu l-pjan u kif se jitħallas dan id-dejn?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-mejda tal- Kamra aktar kmieni fis-seduta.", "RAĦAL ĠDID - PLOT FI STAT TA' ABBANDUN", "8053.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tal-Familja u tas- Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tara li tittieħed azzjoni sabiex il-plot - dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - ma tibqax fl-istat ta' mistħija li tinsab fih peress li hi abbandunata, perikoluża u b'soqfa sporġuti?", "Tista' is-sitwazzjoni tiġi rimedjata anke peress li qrib il- hypogeum mhux l-ewwel darba li turisti waqfu jieħdu ritratti ta' dan il- plot?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Il-plot indikata hi tal-privat.", "Għalhekk nitlob lill-Onor.", "Interpellant jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat, għal dak li jirrigwarda l-kwestjoni tal-periklu.", "ĦAL TARXIEN – PLOT TAL-GVERN", "8054.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jara li jittella' ċint fi plot tal-gvern li jinsab f'post li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?", "ONOR.", "TONIO BORG: Bdew il-proċeduri sabiex toħroġ sejħa għal offerti għal bejgħ tal-plot li rrifera għaliha l-Onor.", "Interpellant.", "Għalhekk ma jkunx opportun li jsiru spejjeż sabiex jinbena ħajt madwar il-plot f'dan l- istadju.", "ĦAL TARXIEN - TRIQ IL-MADONNA TAD-DUTRINA", "8055.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Jista' il-Ministru jara li tingħata t-tarmac Triq il-Madonna tad- Dutrina, f'Ħal Tarxien, peress li din taqa' taħt il-gvern ċentrali?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: L-awtorita' dwar it-trasport qed tipprepara programm għall-asfaltar ta' diversi toroq madwar Malta kollha u x-xogħol fit-triq imsemmija jsir aktar 'il quddiem skond il-prioritajiet li se jirriżultaw minn dan il-programm.", "Sadanittant il-periti ta' l-awtorita' se jagħmlu survey ta' l-area.", "ĦAL TARXIEN - TRIQ ANĠLU MANGION", "8056.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Jista' il-Ministru jara li jsiru l-ġibjun u t-tarmac fi Triq Anġlu Mangion, f'Ħal Tarxien?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: L-awtorita' dwar it-trasport qed tipprepara programm għal asfaltar ta' diversi toroq madwar Malta kollha u x-xogħol fit- triq imsemmija jsir aktar 'il quddiem skond il-prioritajiet li se jirriżultaw minn dan il-programm.", "Sadanittant il-periti ta' l-awtorita' se jagħmlu survey ta' l-area.", "ZOKKOR - SUSSIDJU", "8063.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 7573, jista' il- Ministru jgħid kemm mill-export refund li qed iħallas il-Gvern Malti qed tħallsu l-Unjoni Ewropea?", "Jikkonferma li fil-preżent l-export refund huwa madwar euro 460 kull tunnellata metrika?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Is-sussidju fuq iz-zokkor huwa kollu mħallas mill- Gvern Malti.", "Ir-rata ta' l-export refund fil-preżent hija madwar euros 422 kull tunnellata metrika fuq iz-zokkor abjad raffinat.", "ŻIEDA FIL-PREZZIJIET TA' L-IKEL", "8064.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 7574?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 7574.", "NAXXAR - FOSOS TAD-DRENAĠĠ", "8131.", "L-ONOR.", "DAVID AGIUS staqsa lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika: Jista' il-Ministru jgħid jekk it-tbattil tal-fosos fi Triq Hieronmus fin-Naxxar hux responsabbilta' tal- gvern ċentrali jew tal-privat?", "Jekk hu tal-gvern ċentrali, jista' jgħid meta hu l-aħħar li sar it-tbattil neċessarju u meta se jerġa' isir?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Kuntrattur imqabbad mill-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma, huwa obbligat li jmur ibattal il-fosos darba fil-ġimgħa.", "BELT VALLETTA – SHELTER GĦAŻ-ŻWIEMEL", "8132.", "L-ONOR.", "DAVID AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Jista' il-Ministru jgħid jekk fil-pjan ta' Bieb il-Belt u t-terminus tal-Belt hemmx ħsieb li jkun hemm post ippjanat fejn joqogħdu l-karozzini?", "Jekk fil-pożittiv, jista' jgħid jekk hux se jkun hemm kenn (shelter) għall- istess żwiemel?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Il-pjan ta' żvilupp relatat ma' Bieb il-Belt u l- venda tal-Belt għalissa jinsab wieqaf.", "Rigward shelters għaż-żwiemel, l-awtorita' applikat għal diversi shelters ġewwa l-Belt Valletta mal-MEPA u preżentament qiegħda tistenna risposta.", "Madankollu f'Bieb il-Belt ma jidhirx li hemm post adegwat għal shelter taż- żwiemel.", "BELT VALLETTA - BANKIJIET", "8133.", "L-ONOR.", "DAVID AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Jista' il-Ministru jgħid jekk hux possibbli li fejn jipparkjaw il- coaches tat-turisti fil-Belt Valletta, ftit 'l isfel mit-terminus, isiru bankijiet biex it-turisti jkunu jistgħu jpoġġu fuqhom sakemm jistennew il- coach?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: L-istreet furniture, inklużi l-bankijiet, jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tal-kunsill lokali.", "L-awtorita' dwar it-trasport ta' Malta ma tagħmilx oġġezzjoni jekk ikollha rikjesta sabiex dawn il-bankijiet isiru.", "MOSTA - TRIQ AURORA", "8134.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Wara li deher avviż nru.", "7 mill-awtorita' Maltija tat-trasport li se jsiru xogħlijiet ta' asfaltar tat-toroq fi Triq Aurora fil-Mosta, u dan f'Marzu 2004, jista' il-Ministru jgħid x'żamm sal-lum milli jsiru dawn ix- xogħlijiet?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ir-raġuni għaliex ix-xogħlijiet ta' kostruzzjoni fi Triq Aurora, Mosta għadhom ma bdewx hija li l-valur ta' l-orħos tender kien 30% ogħla mill-istima ta' l-awtorita' dwar it-trasport.", "Wara li l- awtorita' irrevediet ir-rati tax-xogħlijiet, il-kuntrattur kien mitlub iraħħas l-offerta tiegħu.", "Kien biss ftit ilu li l-kuntrattur aċċetta li jraħħas it-tender għal-livell aċċettabbli.", "MOSTA - TRIQ IL-WAQQAFA", "8135.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Wara li deher avviż nru.", "44 mill-awtorita' Maltija tat-trasport dwar il-kostruzzjoni fi Triq il-Waqqafa fil-Mosta fit-30 ta' Marzu 2004, jista' il-Ministru jgħid x'żamm milli jsiru dawn ix-xogħlijiet?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ir-raġuni għaliex ix-xogħlijiet fi Triq il- Waqqafa, Mosta għadhom ma bdewx, minkejja li t-tender ħarġet fit-30 ta' Marzu, hi li l-valur ta' l-orħos tender kien 38% ogħla mill-istima ta' l- awtorita' dwar it-trasport.", "Wara li l-awtorita' irrevediet ir-rati tax- xogħlijiet, il-kuntrattur kien mitlub iraħħas l-offerta tiegħu u jagħti indikazzjoni kif se jorganizza x-xogħlijiet minħabba li hu ġdid għal dan it- tip ta' xogħol.", "Meta u jekk tintbagħat risposta sodisfaċenti, ix-xogħlijiet ikunu jistgħu jibdew.", "MOSTA - TRIQ L-ALWETTA", "8136.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Wara li deher avviż nru.", "45 dwar kostruzzjoni u formazzjoni ta' Triq l-Alwetta fil-Mosta fit-30 ta' Marzu 2004, jista' il-Ministru jgħid x'żamm milli jsiru dawn ix-xogħlijiet?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ir-raġuni għaliex ix-xogħlijiet fi Triq l- Alwetta fil-Mosta għadhom ma bdewx, minkejja li t-tender ħarġet fir-30 ta' Marzu, hi li l-valur ta' l-orħos tender kien 33.6% ogħla mill-istima ta' l- awtorita' dwar it-trasport.", "Wara li l-awtorita' irrevediet ir-rati tax- xogħlijiet, il-kuntrattur kien mitlub iraħħas l-offerta tiegħu.", "Kien biss f'dawn il-ġranet li l-kuntrattur bagħat ir-risposta tiegħu.", "MOSTA - TRIQ IL-MITĦNA", "8137.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Wara li deher avviż nru.", "48 dwar twessiegħ ta' Triq il-Mitħna fil- Mosta fit-30 ta' Marzu 2004, jista' il-Ministru jgħid x'żamm milli jsiru dawn ix-xogħlijiet?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ir-raġuni għaliex ix-xogħlijiet ta' kostruzzjoni fi Triq il-Mitħna fil-Mosta għadhom ma bdewx hi li l-valur ta' l-orħos tender kien 46.3% ogħla mill-istima ta' l-awtorita' dwar it-trasport.", "Minħabba li l-valur totali tat-tender bir-rati riveduti hi ogħla minn Lm20,000, din intbagħtet lid-dipartiment tal-kuntratti għall- approvazzjoni.", "MOSTA - TRIQ IL-BARJOL", "8138.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Wara li deher avviż nru.", "54 dwar kostruzzjoni ta' Triq il-Barjol fil-Mosta fit-12 ta' April 2004, jista' il-Ministru jgħid x'żamm milli jsiru dawn ix-xogħlijiet?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ir-raġuni għaliex ix-xogħlijiet ta' kostruzzjoni fi Triq il-Barjol fil-Mosta għadhom ma bdewx hi li l-valur ta' l-orħos tender kien 30.1% ogħla mill-istima ta' l-awtorita' dwar it-trasport.", "Wara li l-awtorita' irrevediet ir-rati tax-xogħlijiet, il-kuntrattur kien mitlub iraħħas l-offerta tiegħu.", "Kien biss ftit ġimgħat ilu li l-kuntrattur aċċetta li jraħħas it-tender għal-livell aċċettabbli.", "MOSTA - TRIQ IĊ-ĊINJU", "8139.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Wara li deher avviż nru.", "63 dwar il-kostruzzjoni ta' Triq iċ-Ċinju fil-Mosta fit-13 ta' April 2004, jista' il-Ministru jgħid x'żamm milli jitlestew dawn ix-xogħlijiet?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ir-raġuni għaliex ix-xogħlijiet ta' kostruzzjoni fi Triq iċ-Ċinju fil-Mosta għadhom ma bdewx minkejja li t-tender ħarġet fit- 13 ta' April hi li wara li l-MEPA intalbet tindika l-livelli u l- alignments, jirriżulta li kien jeħtieġ aktar tqaxxir minn dak previst oriġinarjament fit-tender.", "L-ammonti fit-tender kellhom jinbidlu u kienu meħtieġa approvazzjoni għal dawn il-varjazzjonijiet.", "ADOZZJONIJIET", "8142.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru tal-Familja u tas-Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid kemm saru adozzjonijiet wara Ġunju ta' l-2001?", "Minn liema pajjiżi saru sena b'sena?", "Kemm minn dawk tar-Rumanija li ġew imsejħa pipeline cases inqdew?", "Huwa minnu li għad hemm xi nies li ma nqdewx?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: It-tagħrif mitlub fl-ewwel parti tal-mistoqsija hu kif jidher fit-tabella li tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni fis-seduta.", "Dwar l-aħħar żewġ partijiet tal-mistoqsija, ninsab informata wkoll li mid- disa' familji li kienu bdew il-proċess għall-adozzjoni mir-Rumanija meta din twaqqfet, għad fadal tliet familji li għadhom jistennew biex iġibu t- tfal minn dak il-pajjiż.", "ISLA/KALKARA - ROTTA TAL-KAROZZI TAL-LINJA", "8143.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Jista' il-Ministru jispjega r-riforma li seħħet fir-rotta tal- karozzi tal-linja ta' l-Isla u l-Kalkara?", "X'kien ir-raġunar wara dan it- tibdil?", "L-interess tar-residenti ta' dawn iż-żewġ lokalitajiet ingħata piż f'din ir-riforma?", "Kif se jiġi assigurat li r-residenti ta' dawn iż-żewġ lokalitajiet jingħataw servizz xieraq?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "ĠUSTIZZJA U INTERN – XOGĦOL TA' PRINTING", "8144.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm intnefqu flus matul din is-sena fi printing fid-dipartimenti kollha li jaqgħu taħt id- dekasteru tiegħu?", "F'liema printing press saru dawn ix-xogħlijiet?", "ONOR.", "TONIO BORG: It-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-tabella li tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni fis-seduta.", "LIĊENZJI TAS-SEWQAN", "8145.", "L-ONOR.", "ALFRED SANT staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Fl-iskema tat-12-il punt li daħlet minn Jannar ta' din is-sena għal min jieħu liċenzja tas-sewqan għall-ewwel darba, jista' il-Ministru jgħid kemm kienu l-persuni kollha li tilfu t-12-il punt tagħhom u kemm itteħditilhom il-liċenzja?", "X'passi oħra ttieħdu, jekk ittieħdu, f'każi bħal dawn?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "FREEPORT - DEJN", "8146.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk id-dejn tal-Freeport, li jammonta għal aktar minn Lm105 miljun, hux se jiġi assunt mill-gvern bħala dejn tal-gvern?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mhuwiex il-każ li d-dejn tal-Freeport ġie assunt mill-gvern bħala dejn tal-gvern.", "PEMBROKE - SERVIZZ TA' ILMA", "8147.", "L-ONOR.", "ROBERT ARRIGO staqsa lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika: Jista' il-Ministru jgħid jekk hux veru li l-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma ma tistax tagħti servizz lill-klabb ta' Pembroke minħabba li dan huwa 'l bogħod mill-mains?", "Jekk fl-affermattiv, ma jistgħux isiru xi pipes temporanji biex nies li qegħdin jagħtu sehemhom fil-volontarjat ikunu moqdijin ukoll?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jekk l-Onor.", "Interpellant qed jirriferi għall- applikazzjoni għal servizz ta' l-ilma fil-klabb ta' maġenb il-football ground ta' Pembroke, ninformah li bħalissa fl-inħawi ta' dan il-post m'hemmx għaddejja s-sistema tad-distribuzzjoni ta' l-ilma u għaldaqstant ix- xogħol biex isiru l-kanen meħtieġa biex il-klabb imsemmi jkollu s-servizz ta' l-ilma jiswa lill-applikant madwar Lm1,000.", "Madankollu jekk dan il-klabb jista' jistenna ftit, dalwaqt se tiġi estiża s- sistema tad-distribuzzjoni minħabba l-bini l-ġdid tal-housing authority fil- viċinanzi.", "Darba ssir din l-estensjoni, id-distanza għall-klabb u l-ispiza biex jingħata s-servizz ikunu ferm anqas.", "Jekk il-klabb għandu bżonn urġenti u immedjat għas-servizz ta' l-ilma u ma jistax jistenna ftit, m'hemmx triq oħra ħlief li jitħallas biex isiru l- kanen apposta għalih, spiża ta' madwar Lm1,000.", "INTERPRINT - PRIVATIZZAZZJONI", "8148.", "L-ONOR.", "ROBERT ARRIGO staqsa lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika: Fid-dawl ta' l-aħbar tal- privatizzazzjoni ta' l-Interprint, jista' il-Ministru jinformana jekk il- gvern hux qed jara xi investiment minn barra jew minn Malta?", "Il-ħaddiema li spiċċaw se jkunu priferuti biex jerġgħu jaħdmu, sakemm ikunu għadhom bla xogħol sa dak iż-żmien?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Meta jkun il-waqt, il-gvern jikkunsidra kull investiment.", "Il-ħaddiema li spiċċaw mill-impjieg minn ma' l-Interprint ħadu t-terminal benefit skond il-collective agreement.", "PEMBROKE - DAWL", "8149.", "L-ONOR.", "ROBERT ARRIGO staqsa lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika: Jista' il-Ministru jintervjeni biex ħdejn u fit-triq tal-klabb f'Pembroke isiru xi dwal fl-interess tas- sigurta' ta' tfal li jkollhom jimxu hemmhekk fid-dlam, b'riskju kbir?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-istallazzjoni ta' bozoz ġodda minħabba l-proċess tad-devoluzzjoni issa saret ir-responsabbilta' tal-kunsilli lokali u m'għadhiex tal-korporazzjoni Enemalta.", "GĦAWDEX - SPTAR ĠENERALI - ENT", "8151.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għal Għawdex: Tista' il-Ministru tgħid għal liema raġuni l-appuntamenti tal-pazjenti ta' l-ENT fl-isptar ġenerali ta' Għawdex qed jiġu kanċellati?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Peress li fid-dipartiment ta' l-ENT ta' l-isptar San Luqa fil-preżent hemm nuqqas ta' staff mediku, l-appuntamenti għall- outpatients ta' l-ENT fl-isptar ġenerali ta' Għawdex qed isiru darba kull ħmistax minflok darba f'ġimgħa.", "PROTOKOLL TALJAN - SETTUR AGRIKOLU", "8152.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għal Għawdex: Tista' il-Ministru tagħti rendikont ta' kif ġew imqassma l-fondi tal-Protokol Taljan fis-settur agrikolu?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Għawdex ibbenefika mill-Protokol Taljan permezz ta' għajnuna teknika ta' esperti Taljani biex twaqqfet l-ewwel għaqda tal- produtturi f'Malta u Għawdex; provvista u stallazzjoni ta' apparat li se jintuża għall-grading, cold storage u ppakkjar ta' prodotti agrikoli; u upgrading ta' l-inċineratur fil-biċċerija ta' Għawdex.", "GOZO CHANNEL - KAFETTERIJA", "8153.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika: Jista' il-Ministru jagħti up- date dwar is-sitwazzjoni tal-kafetterija tal-Gozo Channel u tal-ħaddiema tal-kafetterija?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 7481.", "GOZO SPORTS COMPLEX", "8154.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għal Għawdex: Tista' il-Ministru tgħid x'xogħlijiet saru fil-Gozo sports complex u x'equipment inxtara minn meta ġie mwaqqaf sal-lum?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "ĦADDIEMA GĦAWDXIN - SUSSIDJU", "8155.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għal Għawdex: Tista' il-Ministru tgħid għaliex mhux jitħallas is-sussidju lill-ħaddiema Għawdxin li jaħdmu mal-korporazzjonijiet f'Malta?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Is-sussidju jingħata lill-ħaddiema Għawdxin li jaħdmu Malta mal-gvern u ma' istituzzjonijiet li huma tal-gvern, jew iffinanzjati mill-gvern, u qatt ma ngħata sussidju lill-ħaddiema Għawdxin li jaħdmu mal-korporazzjonijiet f'Malta.", "VALLETTA TATTOO", "8157.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid jekk l-iscaffolding li ntuża għas-seating għall-Valletta Tattoo fi Pjazza San Ġorġ, Valletta kienx approvat mill- awtorita' dwar is-saħħa u s-sigurta' għax kien jidher perikoluż ħafna għal persuni li poġġew fuqu?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: F'każ ta' scaffolding ma jinħtieġx il- permess mill-awtorita` tas-saħħa u s-sigurta`.", "Madankollu uffiċjali ta' din l-awtorita` xorta waħda żaru l-post darbtejn waqt l-armar ta' l- iscaffolding u m'għamlu ebda kumment negattiv.", "Ta' min jgħid li fl-armar ta' scaffolding fi Pjazza San Ġorġ, il-Belt għall-okkażjoni tal-Valletta Tattoo is-sistema adottata hi waħda bbażata fuq speċifikazzjonijiet internazzjonali.", "SVPR", "8158.", "L-ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l- Anzjani u l-Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid x'kienet in-nefqa totali tal-gvern fuq ir-residenza San Vincenz de Paule, sena b'sena fis- snin 1986, 1991, 1996, 2001, 2002 u 2003?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: In-nefqa tal-gvern fuq ir-residenza San Vincenz de Paule fis-snin mitluba hi kif ġej:", "|SENA|Lm | |2003|8,134,875 | |2002|7,956,032 | |2001|7,698,223 | |1996|5,772,874 | |1991|4,424,000 (Budget totali | | |għad-Diparment tal-Kura | | |ta' l-Anzjani) | |1986|Fis-sena 1986 il-qasam | | |ta' l-anzjani kien | | |jagħmel parti | | |mill-Ministeru tas-Saħħa | | |u Ambjent u ċ-ċifri | | |speċifiċi m'humiex | | |indikati. |", "MALTACOM – SUSSIDJU FUQ IS-SERVIZZ TAT-TELEFON", "8159.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 7728, jista' il-Ministru jgħid jekk hux minnu li s-sussidju fuq it-telephone għall-anzjani li għandhom il-kartuna r-roża qiegħed jingħata biss għal 5,000 anzjan?", "Din il-policy kienet minn dejjem jew ġiet imposta issa?", "Jista' jgħid meta ġiet imposta?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 1130.", "SIGURTA' SOĊJALI - SAF", "8161.", "L-ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru tal-Familja u tas-Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid fil-preżent kemm hemm persuni li qegħdin jirċievu l-SAF?", "X'ammont ta' flus ħallas id-dipartiment tas-sigurta' soċjali s'issa din is-sena f'dan il-benefiċċju soċjali?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Preżentement hemm 465 persuna li qed jirċievu l- SAF.", "L-ammont imħallas għal dan il-benefiċċju din is-sena hu Lm1,249,760.25.", "SIGURTA' SOĊJALI - PENSJONI TAL-WENS", "8162.", "L-ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru tal-Familja u tas-Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid fil-preżent kemm hemm persuni li qegħdin jirċievu l-pensjoni tal-wens?", "Kemm kien hemm applikazzjonijiet ġodda matul din is-sena?", "Kemm minnhom ġew approvati, kemm ġew rifjutati u kemm għadhom pendenti?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: It-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-tabella li tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni fis-seduta.", "SIGURTA' SOĊJALI - PENSJONI TAL-WENS", "8164.", "L-ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru tal-Familja u tas-Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid x'inhu l-massimu tal- pensjoni tal-wens fil-preżent?", "X'inhuma l-kundizzjonijiet li jridu jiġu sodisfatti biex wieħed ikun eliġibbli għal din il-pensjoni?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: L-ammont massimu ta' pensjoni tal-wens hu ta' Lm33.11 fil-ġimgħa.", "Il-kundizzjonijiet biex persuna tikkwalifika għal din il-pensjoni huma dawk elenkati f'Artikolu 68 ta' l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali, fosthom li: i) tkun ċittadina Maltija; ii) tissodisfa t-test tal-mezzi kif speċifikat fis-sub-artikolu 68 (1)(b) ta' l-imsemmi Att; iii) tkun qed tieħu ħsieb waħedha, fuq bażi full-time u regolarment tal- ġenitur tagħha, jew ħuha, oħtha, nannitha, zijuha, missier jew omm tar- rispett jew ħuha jew oħtha tar-rispett li jkun/tkun qed tgħix fl-istess dar ta' l-applikanti u minħabba infermita' jkun/tkun kostrett/a li j/tgħaddi ħajtu/ħajjitha fis-sodda jew f'wheelchair.", "SIGURTA' SOĊJALI - PENSJONI TAL-WENS", "8167.", "L-ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru tal-Familja u tas-Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid kemm kienu dawk il- persuni li rċevew il-pensjoni tal-wens?", "X'ammont ta' flus tħallas mid- dipartiment tas-sigurta' soċjali kull sena minn mindu ġiet introdotta din il-miżura soċjali f'dan il-pajjiż minn Gvern Nazzjonalista?", "Kemm hemm benefiċċjarji u x'ammont tħallas s'issa din is-sena?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "ANZJANI - SERVIZZ TA' HANDYMAN", "8168.", "L-ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l- Anzjani u l-Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm anzjani u persuni bi bżonnijiet speċjali mil-lokalitajiet tal-Ħamrun, Santa Venera, Marsa, Valletta, Floriana, Pieta'/G'Mangia, Qormi, Luqa u Kirkop li għamlu użu mis-servizz tal-handyman matul din is-sena?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: In-numru ta' anzjani u persuni bi bżonnijiet speċjali li għamlu użu mis-servizz tal-handyman matul din is-sena skond il- lokalitajiet mitluba hu kif ġej: |Lokalita|Anzjani|Persuni bi | |' | |bżonnijiet | | | |speċjali | |Ħamrun |71 |5 | |St.Vener|33 |0 | |a | | | |Marsa |21 |2 | |Valletta|39 |2 | |Floriana|26 |0 | |Pieta' | 4 |0 | |G'Manġia|11 |2 | |Qormi |29 |4 | |Luqa | 4 |0 | |Kirkop | 6 |0 |", "FREEPORT - SEWWIEQA MINGĦAJR LIĊENZJA", "8170.", "L-ONOR.", "CLYDE PULI staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi ftehim mal-Malta transport authority biex sewwieqa li jsuqu vetturi fil-Freeport ma jkollhomx għalfejn ikunu sewwieqa liċenzjati?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "GĦAJN TUFFIEĦA - TIFEL INVOLUT F'INĊIDENT", "8175.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: B'riferenza għall-inċident li ġara f'Għajn Tuffieħa fit-3 ta' Ottubru 2004, fejn tifel ta' disa' snin weġġa' gravi meta ntlaqat bi blat u ġebel kbir li waqa' fuqu meta kien ma' ommu bejn Għajn Tuffieħa u l- Ġnejna, huwa veru li din il-parti kienet diġa' spezzjonata mill-perit tal- gvern u ġiet dikjarata bħala perikoluża?", "Jekk iva, meta saret l-ispezzjoni, minn min u x'kien l-eżitu tal-perit tal-gvern?", "Saru sinjali li juru li dan il-post kien perikoluż?", "Fit-3 ta' Ottubru meta sar dan l-inċident kien hemm sinjali biex juru li dan il-post kien perikoluż?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: L-ispezzjoni li għamlet il-perit tal-gvern f'Lulju 2004 kienet qrib il-bajja tal-Ġnejna u minn informazzjoni li għandha t- taqsima tax-xogħlijiet ma kenitx fl-istess post ta' l-imsemmi inċident.", "Fil-post fejn il-perit tal-gvern għamlet ir-rapport fil-15 ta' Lulju 2004, kienet u għadha teżisti tabella li turi li hemm periklu ta' ġebel li jista' jaqa' għal isfel.", "Meta sar dan ir-rapport, dan intbagħat lill-pulizija għal kull azzjoni li huma jikkunsidraw meħtieġa.", "Pjanta li tindika l-post fejn sar l-inċident fit-3 ta' Ottubru 2004 kif ukoll il-post li dwaru sar rapport fil-15 ta' Lulju 2004 tpoġġiet fuq il- mejda tal-Kamra aktar kmieni fis-seduta.", "ARTIJIET - PLOT TAL-GVERN", "8177.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'isir f'każ li persuna tieħu plot tal-gvern u wara għaxar snin tibqa' ma tibnihiex, bħalma ġara fil-każ tal-plots f'Wied Ħesri l/o Siġġiewi, tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?", "ONOR.", "TONIO BORG: Il-plot li qed jirriferi għaliha l-Onor.", "Interpellant kienet ingħatat lill-persuna konċernata mill-awtorita' tad-djar.", "Għalhekk l-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill- Ministeru tal-Familja u tas-Solidarjeta' Soċjali.", "FORTI DELIMARA", "8179.", "L-ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħidilna jekk il-gvern għandux il-ħsieb jintervjeni biex Forti Delimara ma jkomplix jitħalla jaqa' fi stadju ta' żdingar aktar avanzat?", "ONOR.", "TONIO BORG: Il-gvern qiegħed f'negozjati ma' l-inkwilin biex jerġa' jieħu l-forti f'idejh.", "SIGURTA' SOĊJALI - PENSJONIJIET", "8180.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tal-Familja u tas- Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid meta hemm ħsieb li l- pensjonanti jieħdu ż-żieda li huma intitolati għaliha, skond il-ftehim li kien intlaħaq qabel tħabbar il-budget għas-sena 2003?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Għalkemm mhux ċar għal liema ftehim qed jirriferi l-Onor.", "Interpellant, ix-xogħol fuq ir-reviżjonijiet tal- pensjonijiet, kemm dawk li jirriżultaw minn xi ftehim kollettiv u kemm le, hu eżerċizzju kontinwu.", "Kif kelli okkażjoni ngħid fi tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari preċedenti dwar is-suġġett, id-dipartiment konċernat jagħmel dak kollu meħtieġ biex dawn ir-reviżjonijiet isiru fl-iqsar żmien possibbli.", "ĦAMRUN - LIĊEO", "8181.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: Peress li wasluli rapporti ta' xi ħsarat serji fil- laboratorji tal-liċeo tal-Ħamrun, inkluż ħruġ ta' gass, eċċ., jista' il- Ministru jivverifika n-natura ta' dawn il-ħsarat u jekk jirriżulta li hemm bżonn it-tiswijiet fis-sistemi u l-bdil ta' apparat jgħid meta se ssir din it-tiswija u meta se jsir il-bdil ta' l-apparat?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-uffiċjali konċernati fid-diviżjoni ta' l-edukazzjoni qed jivverifikaw dawn il-ħsarat u skond dak li jirriżulta jittieħdu passi meħtieġa.", "TOROQ - XOGĦLIJIET", "8182.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 7916 u cioe' jistax ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tat-traffic management proposals li saru mill-kuntratturi li qegħdin jaħdmu fuq it-toroq iffinanzjati mill-Protokoll Taljan li permezz tagħhom kellhom jipprovdu rotot alternattivi għat-traffiku waqt li jsir ix-xogħol?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Id-direttorat għall-immaniġġjar tat-traffiku ta risposta għall-mistoqsija parlamentari 8182 fit-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 7916.", "Ma' din ir-risposta ntbagħtu wkoll il-pjanti mitluba.", "UE - QASAM TURISTIKU MALTI", "8183.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid xi strutturi u x'nies għandu l-ministeru, u strutturi oħra li jaqgħu taħtu, biex jieħdu ħsieb jimmoniterjaw u jieħdu l- passi meħtieġa dwar dak kollu li fl-Unjoni Ewropa b'xi mod jew ieħor jolqot il-qasam turistiku f'pajjiżna?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Fil-Ministeru hemm direttorat dwar l- affarijiet ta' l-Unjoni Ewropea, żvilupp ta' policy, u implimentazzjoni ta' programmi li għandu d-doveri msemmija mill-Onor.", "Interpellant.", "DJAR - POSTIJIET TAL-GVERN", "8184.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru tal-Familja u tas- Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid jekk teżistix sistema li permezz tagħha l-kera għal bini residenzjali tal-gvern titnaqqas meta jiġi nieqes ir-raġel u l-mara ssir armla u ma tkunx taħdem?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Jekk il-kirja saret qabel l-1987 allura l-kera tibqa' l-istess.", "Jekk il-kirja tkun saret wara, allura s-sussidju fuq il- kera jiġi rivedut kull sentejn skond id-dħul tal-familja matul is-sena preċedenti.", "Għalhekk meta jiġi nieqes ir-raġel, is-sussidju fuq il-kera jiġi rivedut fir-reviżjoni li jkun imiss.", "UE- SETTUR TURISTIKU MALTI", "8185.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid jekk fil-ministeru, jew f'xi struttura li taqa' taħtu, hemmx persuna/persuni li xogħolhom hu biss li jaraw x'fondi hemm fl- Unjoni Ewropea li b'xi mod jew ieħor jistgħu jinkisbu għas-settur turistiku f'pajjiżna, kemm mill-gvern innifsu kif ukoll mis-settur privat?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Fil-Ministeru u fl-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu hemm strutturi li jieħdu ħsieb affarijiet relatati ma' l-Unjoni Ewropea li għandhom x'jaqsmu mat-turiżmu.", "L-istrutturi li jeżistu mhux biss jieħdu ħsieb x'fondi hemm fl-Unjoni Ewropea li jistgħu jinkisbu għas-settur, iżda jieħdu ħsieb ukoll materji oħra ta' l-Unjoni Ewropea.", "Fil-fatt permezz ta' dawn l-istrutturi diġa` inkisbu fondi għall- qasam turistiku.", "VAPURI TAL-PASSIĠĠIERI", "8186.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin: Jista' il-Ministru jgħid x'passi qed jieħu biex fl-għoti ta' permessi biex vapuri tal-gwerra jżuru pajjiżna għas-sena d-dieħla, tingħata kunsiderazzjoni lill-wasla fostna ta' vapuri tal-passiġġieri biex dawn ta' l-aħħar jingħataw iżjed importanza mill-vapuri tal-gwerra u ma jibqax ikollna każi fejn vapuri tal-gwerra jorbtu fl-aħjar postijiet waqt li vapuri tal-passiġġieri jintbagħtu f'postijiet mhux adatti u li jagħmlu ħsara lill-isforzi li qed isiru biex Malta ssir ċentru ta' żjajjar ta' vapuri tal-passiġġieri?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Id-deċiżjoni ta' fejn jintrabtu l-vapuri tal- gwerra ma taqax taħt ir-responsabbilta' ta' dan il-ministeru.", "SAN ĠILJAN - BOLLARDS", "8188.", "L-ONOR.", "DAVID AGIUS staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid jekk saritx talba biex jitwaħħlu bollards fil- bajja ta' San Ġorġ f'San Ġiljan?", "Jekk fil-pożittiv, jista' jipproduċi kopja ta' l-applikazzjoni?", "Jista' jgħid min kienet il-kumpannija ta' periti li għamlet l-applikazzjoni u jekk intużax timbru uffiċjali tal- kumpannija f'din l-applikazzjoni?", "Jekk fil-pożittiv, jista' jipproduċi kopja?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il- mejda tal-Kamra aktar kmieni fis-seduta.", "SAN ĠILJAN - BAJJA TA' SAN ĠORĠ", "8192.", "L-ONOR.", "DAVID AGIUS staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid jekk kienx hemm differenza bejn il-logo li biha saret it-talba minn Med Design Consultants għal project management services għall-proġett tal-bajja ta' San Ġorġ f'April ta' din is-sena u l-logo li biha saret talba fix-xhur ta' wara għall-ħlas għall-istess xogħol li twettaq?", "Jista' jipproduċi kopja tal-logos li ntużaw?", "Jista' jipproduċi kopja ta' l-invoices u receipts li saru u li huma relatati ma' Med Design Consultants?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il- mejda tal-Kamra aktar kmieni fis-seduta.", "SAN ĠILJAN - BAJJA TA' SAN ĠORĠ", "8193.", "L-ONOR.", "DAVID AGIUS staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid min kienet il-kumpannija ta' periti li ċċertifikat ix-xogħol li twettaq minn Polidano Brothers għal storm water infrastructure fil-bajja ta' San Ġorġ f'San Ġiljan, xogħol mitlub mill-Malta tourism authority?", "Jista' jgħid kemm-il ċertifikat inħareġ u f'liema dati?", "Jista' jipproduċi kopja ta' dawn iċ-ċertifikati?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Med Design Consultants iċċertifikaw ix- xogħol li twettaq minn Polidano Brothers għall-istorm water system fil- bajja ta' San Ġorġ.", "Inħarġu tliet ċertifikati, tnejn interim u wieħed finali.", "Kopji ta' dawn iċ-ċertifkati tpoġġew fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni fis-seduta.", "ĦAL QORMI - VENDA TAL-KAROZZI TAL-LINJA", "8195.", "L-ONOR.", "CLYDE PULI staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 8041, jista' il- Ministru jara li jeħel notice board b'itinerarju u arloġġ, b'mod partikolari ħdejn il-venda ta' Ħal Qormi San Ġorġ, biex ikun assigurat li r-residenti jkunu informati fi x'ħin suppost karozza tal-linja tgħaddi jew titlaq mill-venda u biex ikun assigurat li xufier jitlaq fil-ħin, anke meta r-rotta tkun qed topera bħala ċirkolari minflok bħala venda?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: It-tqegħid ta' skedi fil-venda u mal-bus stops hija responsabbilta' ta' l-assoċjazzjoni tat-trasport pubbliku.", "L-awtorita' dwar it-trasport ta' Malta se tinforma lill-assoċjazzjoni tat-trasport bit- talba ta' l-Onor.", "Interpellant.", "Rigward it-twaħħil ta' l-arloġġ fil-venda ta' Ħal Qormi, jien informat illi fil-passat l-awtorita ma kenitx mogħtija l-permess li twaħħal arloġġ fil- venda ta' Ħal Qormi, bħalma twaħħlu f'vened oħra.", "ĦAL QORMI - ĊENTRU TAS-SAĦĦA", "8196.", "L-ONOR.", "CLYDE PULI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l- Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid jekk immigranti klandestini humiex jintbagħtu għal kura jew testijiet fiċ-ċentru tas-saħħa ta' Ħal Qormi?", "Jekk fil-pożittiv, jista' jgħid x'miżuri ta' prekawzjoni qegħdin jittieħdu favur is-saħħa ta' dawk li normalment jagħmlu użu minn dan iċ- ċentru?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Meta jaslu immigranti klandestini f'Malta dawn jiġu screened immedjatament mit-tobba ta' l-emerġenza (E&A) għal kull mard li jista' ikollhom u jingħataw it-trattament kollu li jistgħu jkollhom bżonn.", "Dawn wara jiġu screened aktar fil-fond mit-tobba tal-port health għal mard li jittieħed u jerġgħu jingħataw it-trattament fejn hemm bżonn.", "Huwa biss wara dan kollu li jintbagħtu fiċ-ċentru tas-saħħa ta' Ħal Qormi, fiċ-chest unit, biex isirulhom ċerti testijiet oħra.", "S'issa ma kellna ebda indikazzjoni li kien hemm bżonn li jittieħdu xi prekawzjonijiet speċjali minħabba l-attendenza ta' dawn l-immigranti klandestini għand it-tobba ġewwa ċ-ċentri tas-saħħa.", "SERVIZZ PUBBLIKU - ĦADDIEMA", "8200.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 7735 u 8092 u cioe' jgħid kemm hemm impjegati fis-servizz pubbliku, jew ma' kumpanniji/entitajiet li l-gvern għandu l-maġġoranza ta' l-ishma fihom, li għandhom iktar minn 61 sena?", "Min huma?", "Kemm hemm minnhom li qegħdin b'xi forma ta' kuntratt jew huma konsulenti?", "X'remunerazzjoni għandhom?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mas-servizz pubbliku hemm jaħdmu 88 persuna li għandhom aktar minn 61 sena.", "F'entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi hemm seba' persuni oħra li wkoll għandhom aktar minn 61 sena.", "Tabelli li juru l-informazzjoni mitluba tpoġġew fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni fis-seduta.", "Jekk l-Onor.", "Interpellant jixtieq xi informazzjoni oħra dwar entitajiet li jaqgħu taħt ministeri oħra, nitolbu jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill- ministru konċernat.", "SERVIZZ PUBBLIKU - VETTURI", "8204.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 8094 u 7740 u cioe' jgħid jekk awtorizzax li jitħallsu minn fondi pubbliċi multi/ċitazzjonijiet tat-traffiku għal karozzi wżati minn impjegati tal- gvern?", "Jista' jgħid jekk għandux xi claims minn sidien ta' garages tal- karozzi tal-kiri għal multi li ħallsu għal karozzi li huma mikrija lill- gvern?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Il-proċedura fis-seħħ fir-rigward ta' multi/ċitazzjonijiet tat-traffiku għall-vetturi wżati minn impjegati tal- gvern hi li dawn jitħallsu mill-uffiċjali in kwestjoni.", "F'każi fejn il- ħlas ikun diġà sar mill-ministeru, l-uffiċjal involut jintalab jirrifondi l- ammont dovut.", "Ninsab informat li kull każ jiġi investigat mill-ministeru konċernat u jista' ikun li jirriżultaw xi ċirkostanzi eċċezzjonali li jistgħu b'xi mod jiġġustifikaw li l-kontravenzjoni titħallas minn fondi pubbliċi.", "Fl-uffiċċju tal-prim ministru u fil-ministeru tal-finanzi kien hemm total ta' 12-il każ fejn ġie awtorizzat ħlas ta' multi/ċitazzjonijiet minn fondi pubbliċi.", "Għar-rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, fiż-żewġ ministeri għad hemm erba' claims pendenti magħmula minn sidien ta' garages ta' karozzi tal- kiri.", "Dawn għadhom qed jiġu verifikati.", "UFFIĊINI MIKRIJA GĦAND IL-GVERN", "8208.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 8090 u 7743 u cioe' jgħid kemm hu l-ammont ta' kera li l-gvern iħallas lill- privat għall-użu ta' uffiċini/postijiet oħra mikrija lill-gvern jew entitajiet tiegħu?", "Liema huma dawn il-postijiet mikrija lill-gvern jew entitajiet li huma tal-gvern?", "Kemm hi kull kirja fis-sena u lil min titħallas?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "AVUKAT ĠENERALI – KAŻI MOGĦTIJA IN-NOLLE PROSEQUI", "8210.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kienu l- każi li ngħataw in-nolle prosequi mill-avukat ġenerali f'dawn l-aħħar għaxar snin?", "Jista' jagħti d-data ta' meta ngħatat kull nolle prosequi u x'kien il-każ?", "ONOR.", "TONIO BORG: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant ma tinsabx taħt forma komputerizzata u tirrikjedi ħafna ħin u riżorsi sabiex tinġabar.", "Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "SERVIZZ PUBBLIKU - MOBILE PHONES", "8211.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 8091 u 7748 u cioe' jgħid kemm hu l-ammont ta' flus kull xahar li huma intitolati għalih l-impjegati tal-gvern għal użu ta' mobile phones?", "Kemm huma l-impjegati li qabżu dan l-ammont mill-2003 sa Settembru 2004?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-impjegati f'dipartimenti tal-gvern li huma intitolati għal mobile phone ma jistgħux jaqbżu s-somma ta' Lm350 fis-sena, ħlief f'ċirkostanzi eċċezzjonali li jistgħu jkunu awtorizzati mis- segretarju permanenti responsabbli.", "Fil-perjodu indikat mill-Onor.", "Interpellant kien hemm ħames uffiċjali fl- uffiċċju tal-prim ministru u erba' uffiċjali fil-ministeru tal-finanzi li qabżu dan l-ammont.", "F'kull każ, jew kien hemm l-awtorizzazzjoni meħtieġa jew l-uffiċjal irrifonda l-flus, ħlief għal każ wieħed li għadu pendenti minħabba diffikultajiet dwar il-kont.", "MEPA - GOLF COURSE", "8212.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid kemm kienu l-konsulenti barranin imqabbda mill-MEPA dwar is-site identification tal-golf course?", "Jista' jgħid kemm se jitħallsu għal dan ix-xogħol?", "Jista' jgħid kif saret l- għażla ta' dawn il-konsulenti?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Il-konsulenti li ġew imqabbda mill-MEPA biex jagħtu parir fuq kemm ċerti siti huma adatti għall-iżvilupp ta' korsa tal- golf kienu tnejn.", "Il-konsulenti mqabbda se jitħallsu 2,500 sterlina biex jipproduċu r-rapport tagħhom.", "L-għażla ta' dawn il-konsulenti saret fuq bażi ta' l-esperjenza tagħhom f'dan ir-rigward u l-prezz wara sejħa għall-offerti.", "ENTITAJIET PARASTATALI - REVIŻJONI TAL-PENSJONI", "8213.", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill-Ministru tal-Familja u tas- Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid liema huma dawk l-entitajiet parastatali li għadha ma saritx reviżjoni tal-pensjoni - skond il- collective agreement - tal-ħaddiema li kienu jaħdmu magħhom?", "Tista' tgħid jekk hemmx xi żmien stipulat meta tista' issir din ir-reviżjoni?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Kif kelli okkażjoni ngħid fi tweġibiet għall- mistoqsijiet parlamentari preċedenti dwar is-suġġett, ix-xogħol fuq ir- reviżjoni tal-pensjonijiet, kemm dawk li jirriżultaw minn xi ftehim kollettiv u kemm le, hu eżerċizzju kontinwu.", "Id-dipartiment konċernat jagħmel dak kollu meħtieġ biex dawn ir- reviżjonijiet isiru fl-iqsar żmien possibbli.", "ĦAL-LUQA - FDALIJIET MEGALITIĊI", "8214.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 7907, jista' il-Ministru jgħid jekk saritx purchase order sabiex jinbeda x-xogħol fuq it-tiswija ta' dawn il-fdalijiet megalitiċi?", "Jista' jgħid xi proċeduri legali qed jirriferi għalihom fit-tweġiba tiegħu?", "Jista' jagħti data preċiża ta' meta se jsiru dawn it-tiswijiet?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ix-xogħlijiet imsemmija fit-tweġiba għall- mistoqsija parlamentari 7907 għadhom fil-proċess ta' twettieq.", "Fil-preżent inġabru quotations għat-twettieq ta' dan ir-restawr u l- purchase order se toħroġ fil-jiem li ġejjin.", "Ix-xogħol ta' restawr għandu jseħħ f'Novembru ta' din is-sena.", "Il-proċeduri legali, imsemmija fl-istess mistoqsija, huma meħtieġa sabiex jinġabru l-ispejjeż ta' dan ir-restawr mingħand il-persuni li kkaġunaw il- ħsara permezz ta' aċċident tat-traffiku.", "Dawn il-proċeduri nbdew bl- assistenza tal-pulizija wara li ttieħed il-parir ta' l-avukat ġenerali.", "GĦAWDEX - DECOMPRESSION CHAMBER", "8215.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għal Għawdex: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 8014 u għar-risposta relattiva, tista' il-Ministru tgħid x'inhuma l-ispecifications għad-decompression chamber?", "In oltre tista' tgħid l-istudju dwar il-fattibilta' ekonomika u finanzjarja għat-twaqqif tad-decompression chamber fiex kien jikkonsisti u x'riżultati ħarġu minn dan l-istudju?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Għar-rigward l-ewwel parti tal-mistoqsija nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 8014.", "Għar-rigward it-tieni parti, l-iskop ta' l-istudju dwar il-fattibilta' ekonomika u finanzjarja għat-twaqqif tad-decompression chamber kien biex janalizza u jevalwa l-bżonn ta' din il-faċilita'; issir riċerka sabiex tivverifika l-ispejjeż meħtieġa biex tinbena u titmexxa din il-faċilita'.", "Minn dan ir-rapport ħareġ li l-bini ta' dan il-proġett hu importanti għat- turiżmu fil-gżira ta' Għawdex; 34% ta' l-inċidenti li għandhom x'jaqsmu mad-diving u li jkollhom bżonn tad-decompression chamber jiġru ġewwa Għawdex; l-ispiża totali sabiex titħaddem iċ-chamber il-ħin kollu bi tmienja min-nies hi ta' madwar Lm60,000 fis-sena.", "MATERJAL RIĊIKLABBLI", "8218.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid jekk WasteServ Malta Ltd. toffrix xi tip ta' servizz lil dawk l-uffiċini/fabbriki li jkollhom il- karta għar-riċiklaġġ?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Minħabba żieda fit-talbiet għal ġbir ta' materjal riċiklabbli, il-kumpannija WasteServ Malta Ltd ma tistax tagħmel arranġamenti fit-tul ma' entitajiet privati.", "Għaldaqstant, sabiex tgħin fl- organizzazzjoni tas-separazzjoni tal-karta, il-kumpannija qed toffri dan is- servizz bla ħlas għal xahrejn li wara jista' ikun segwit bil-klijent jorganizza hu t-trasport lejn l-impjant tar-riċiklaġġ ta` Sant'Antnin.", "F'każ li l-klijent jagħżel li tkompli tintervjeni l-kumpannija WasteServ Malta Ltd. għandu jkun hemm ħlas ta' Lm15 sabiex tkopri l-ispejjeż involuti.", "Ta' min ifakkar li r-rwol tal-kumpannija huwa dak li tgħin biss fejn l- attivita' privata ma tkunx possibbli topera.", "B'hekk il-kumpannija tkun tista' tagħti priorita` lil dak il-materjal riċiklabbli li jkun dirett mid- dipartimenti tal-gvern, kunsilli lokali u skejjel.", "TAS-SLIEMA - RESERVED PARKING BAYS", "8222.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 8097, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk ir-reserved parking bays jaqgħux taħt ir-responsabbilita' ta' l-ADT jew tat-traffic control board?", "ONOR.", "TONIO BORG: L-awtorita' dwar it-trasport taqa' taħt ir- responsabbilta' tal-ministru għall-iżvilupp urban u toroq.", "Għalhekk nitlob lill-Onor.", "Interpellant jindirizza l-mistoqsija tiegħu lil dak il- ministeru.", "SPTAR SAN LUQA - SPEĊJALISTI BARRANIN", "8225.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunita': B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 7910, jista' il-Ministru jgħid il-persuna indikata minnu x'livell ta' performance ma laħqitx?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Id-diviżjoni tas-saħħa ma kenitx sodisfatta bil- livell milħuq mill-persuna konċernata għal dak li jirrigwarda endoskopija.", "MOSTA - TRIQ AWRORA", "8227.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għala Triq Awrora fil- Mosta, li ilha li nbdiet minn Jannar 2004, sal-lum għadha ma tlestietx meta toroq oħra li nbdew magħha ilhom li tlestew ix-xhur?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "RIMI TA' SKART FIL-BARRIERI", "8252.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn barrieri li qed jilqgħu fihom skart u materjal skond il-permessi neċessarji?", "Jista' jgħid liema huma dawn il-barrieri u min huma s-sidien tagħhom?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Il-MEPA ħarġet għaxar permessi għall-mili ta' barrieri bi skart inert.", "Ta' min jinnota li l-awtorita' ma jkollhiex informazzjoni dwar is-sidien tal-barrieri għax meta jinħarġu l-permessi neċessarji l-MEPA ikollha x'taqsam biss ma' l-operaturi ta' dawn il-barrieri.", "RIMI TA' SKART FIL-BARRIERI", "8253.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid jekk hux qed jiġu mħarsa l-istandards neċessarji skond id-direttivi ta' l-Unjoni Ewropea dwar rimi ta' skart fil-barrieri?", "Jista' jgħid kif qed jitħalla jsir rimi ta' skart fil- barrieri mingħajr ma jsir l-ilqugħ neċessarju b'materjal apposta - lining?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: L-istandards neċessarji skond id-direttiva ta' l- Unjoni Ewropea dwar ir-rimi ta' skart qed jiġu rispettati.", "Minħabba n-natura tal-materjal, ir-rimi ta' skart inert fil-barrieri mhux ta' riskju għall-ambjent u ma jirrikjedix li l-barrieri jkunu lined.", "RIMI TA' SKART FIL-BARRIERI", "8254.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid min qed jagħmel monitoring ta' l-iskart li qed jintefa' fil-barrieri u xi proċedura qed tintuża biex jittieħdu l- prekawzjonijiet neċessarji?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Il-permess tal-MEPA għar-rimi ta' skart inert fil-barrieri jistipula li l-operatur jagħmel sorveljanza kontinwa biex ma jintefax materjal li mhux inert fil-barriera.", "Għaldaqstant l-operatur irid jassigura li materjal mhux inert jitwarrab qabel ma dan jintefa'.", "Spetturi tal-MEPA jagħmlu spezzjonijiet biex jassiguraw li dan isir.", "MEPA - ENFORCEMENT CASES", "8255.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' każi ta' enforcement cases pendenti li hemm fil-MEPA?", "Jista' jgħid kemm kienu l- każi ta' direct enforcement li ġew determinati b'suċċess f'din l-aħħar sena?", "Jista' jgħid ukoll kemm twaqqa' bini illegali f'din l-aħħar sena?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: In-numru ta' każi ta' enforcement pendenti għand il-MEPA huwa ta' 6,154.", "Mill-1 ta' Jannar sal-15 ta' Ottubru ta' din is- sena saru 16-il azzjoni diretta li kienu jaffettwaw 31 każ ta' avviż ta' twettiq.", "Fost dawn kien hemm 14 fejn permezz ta' azzjoni twaqqgħu strutturi illegali.", "GĦAWDEX - SALA SANT'ANNA", "8279.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' il- Ministru tispjega kif Sala Sant Anna, li swiet lill-poplu Għawdxi aktar minn Lm0.25 miljun, hija nofsha vojta u l-anzjani minflok jitpoġġew f'din is-sala jitqiegħdu fil-kuriduri tas-sala tan-nisa?", "Tista' tieħu passi biex sitwazzjoni bħal din ma titħallix tiddeterjora ta' kuljum fis-sala tan-nisa, b'kuriduri ppakkjati bil-pazjenti u xjuħ u bin- nurses u ħaddiema oħra litteralment ma jistgħux ilaħħqu max-xogħol u l- konfużjoni li hemm?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Fis-Sala Sant'Anna hemm 81 sodda li bħalissa 60 biss minnhom qed jintużw minħabba nuqqas ta' infermiera.", "Dan l-aħħar intlaħaq ftehim sabiex xi infermiera Għawdxin li bħalissa qegħdin jaħdmu Malta jiġu trasferiti lejn Għawdex biex ikunu jistgħu jimtlew is-sodod vojta li hemm fir-residenza Sant'Anna.", "SKOLA KUMMERĊJALI", "8296.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid x'inhuma l-kwalifiki li għandha persuna - dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - sabiex ingħatat liċenzja ta' skola privata numru 237?", "Jista' jgħid jekk sarux verifiki dwar il-veraċita' tal-kwalifiki li ġew ippreżentati mill-persuna - isimha qed jintbagħat separatament - li sussegwentement ingħatat liċenzja ta' skola privata numru 237?", "Jekk fl- affermattiv, ma' min saru tali verifiki u x'irriżulta minn dawn il- verifiki?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-persuna li isimha jidher separatament għandha r- rekwiżiti sabiex skond Kap 327 tal-Liġijiet Maltin tinħarġilha liċenzja ta' skola kummerċjali, sakemm l-iskola tkun tikkonforma mal-kundizzjonijiet minimi nazzjonali."]} {"filename": "20041005_168d_par.doc", "date": "2004-10-05", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 168 It-Tlieta, 5 ta' Ottubru, 2004 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 168 It-Tlieta, 5 ta' Ottubru, 2004", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.02 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "168", "It-Tlieta, 5 ta' Ottubru, 2004", "WERREJ", "MINUTI 368", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI 368", "AĠĠORNAMENT TAL-KAMRA TAĦT L-ORDNI PERMANENTI NRU.", "13 375", "RULING 377", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-MEDJAZZJONI (IT-TIENI QARI)", "MEDIATION BILL (SECOND READING) 378", "AĠĠORNAMENT 394", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 400", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 167 li saret fl-4 ta' Ottubru, 2004 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "WSC - METER TAD-DAWL", "6980.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika: Jista' il-Ministru jara li l- meter ta' l-elettriku ta' dar privata, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, jiġi rranġat jew jinbidel minħabba li qed ikun ta' periklu għar-residenti ta' l-istess dar?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA (Ministru tal-Familja u tas-Solidarjeta` Soċjali) (f'isem il-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l- Informatika): Minn investigazzjoni li saret jirriżulta li m'hemm l-ebda periklu fil-meter ta' l-elettriku tad-dar imsemmija.", "Mr Speaker, inżid ngħid li din id-domanda ġiet risposta minni peress li l- Ministru Austin Gatt bħalissa jinsab fuq xogħol ieħor.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Joe Mizzi, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Bir-rispett kollu, Mr Speaker, qed jingħad li l- Ministru Gatt jinsab fuq xogħol ieħor.", "Imma skużi, jekk hu jinsab imsiefer għax qed jagħmel xi xogħol barra minn Malta mod, imma jekk inhu qiegħed fuq xogħol ieħor hawn Malta suppost jagħti prijorita` lil dan il-parlament, speċjalment fil-ħin tal-mistoqsijiet!", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Mr Speaker, il-Ministru Gatt m'huwiex imsiefer imma qiegħed jagħmel xogħol ieħor hawn Malta, li ċertament il-media kollha dalwaqt titkellem dwaru.", "Għalkemm il-Ministru Gatt huwa wieħed mill-aktar ministri li jkun preżenti waqt il-ħin tad-domandi parlamentari, l-Onor.", "Mizzi qatt ma jonqos milli jiġbdilna l-attenzjoni meta xi darba l-Ministru jkun assenti u dan ikun dovut għall-fatt li sfortunatament ix-xogħol li jkun qed jagħmel ikollu jieħu prijorita' fuq ix-xogħol tal-parlament.", "Naħseb li l-Onor.", "Mizzi, bħala ex ministru, jaf li kultant ċertu xogħol ministerjali jieħu prijorita' fuq xogħol parlamentari.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, jiena nafhom sew dawn l-affarijiet u għalhekk qomt għax naf li l-ewwel prijorita' huwa l-parlament.", "Din ir- risposta ma tagħtix ġustifikatazzjoni.", "L-ewwelnett jien staqsejt jekk il- Ministru jinsabx imsiefer għax naf li ma jeżistix koordinament bejnietna għax jista' jkun li ministru jkun imsiefer u aħna ma niġux informati minn qabel kif suppost jiġri.", "Imma apparti minn hekk, il-Ministru jkun jaf il- ġranet li fih se jiltaqa' il-parlament u allura għandu bħala l-ewwel prijorita' jkun preżenti, speċjalment fil-ħin tal-mistoqsijiet biex ikun jista' jirrispondi.", "Jiddispjaċini imma l-fatt li tgħid li għandu xogħol ieħor m'huwiex ġustifikat.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Buontempo, domanda supplimentari.", "ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO: Mr Speaker, apparti li jiena wieħed mill- privileġġati għax meta nagħmel domanda lill-ministru tal-familja u tas- solidarjeta` soċjali, hi dejjem tkun preżenti, nixtieq niġbidlek l- attenzjoni għall-fatt li meta ministru jkun assenti, aħna nkunu kważi qed niġu għal xejn hawnhekk.", "Għalhekk jidhirli li min-naħa tiegħek, Mr Speaker, għandek tinsisti biex il-ministri jkunu preżenti.", "MR SPEAKER: Ngħaddu għad-domanda li jmiss.", "(Interruzzjonijiet) On a point of order, l-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jiena ma nħossx li qed niġu protetti mis-Sedja ladarba inti, Mr Speaker, qed tgħidilna biex ngħaddu għad-domanda li jmiss.", "U bħala protesta għax ma naqbilx ma' din il-proċedura, niġbidlek l-attenzjoni li m'hawnx quorum.", "MR SPEAKER: Peress li m'hawnx quorum, il-Kamra hija sospiża għal ħames minuti.", "II-Kamra ġiet sospiża fis-6:06p.m. u rriżumiet ħames minuti wara.", "MR SPEAKER: Peress li hawn quorum is-seduta tista' tkompli.", "DJAR - TALBA GĦAL AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA", "6981.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u tas- Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid x'tama hemm li l-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, tiġi pprovduta b'post tal- gvern?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Jien nformata li d-dipartiment għall- akkomodazzjoni soċjali qed jikkonsidra l-applikazzjoni ndikata flimkien ma' oħrajn simili.", "Mr Speaker, inżid ngħid li peress li probabbilment din l- applikazzjoni hija pjuttost ġdida, għad trid issir l-inspection min-naħa tal-housing department biex jingħataw il-punti.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Buontempo, domanda supplimentari.", "ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO: Tista' il-Ministru tgħidilna jekk teżistix a housing policy?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Dażgur li teżisti.", "L-ewwelnett, kif jaf l-Onor.", "Interpellant, għandna l-housing authority li tibni d-djar u tbigħhom b'sussidju lil dawk li probabbilment ma jaffordjawx jixtru fuq l-open market, għandna housing authority li għandha bosta skemi u tgħin lil dawk li għandhom bżonn jirranġaw jew jagħmlu t-tiswijiet f'fondi li jkunu sub- standard u għandha skemi biex tgħin ukoll lil dawk li huma first time buyers jew li qegħdin jibnu għall-ewwel darba.", "Id-dipartiment għandu wkoll housing policy fejn nies li ma jaffordjawx jew ma jridux jixtru pero' huma eliġibbli għall-akkomodazzjoni soċjali, jingħataw fond b'kera.", "Naturalment id-dipartiment jaħdem fuq sistema bażika ta' punti imma l-postijiet jingħataw ukoll fuq social reports.", "Aħna rridu naraw li l-aktar li jinqdew ikunu dawk li huma l-aktar fil-bżonn u housing policy oħra li trid titfassal hi li naraw eżattament għand min qegħdin il-fondi tagħna preżentement – qed nirriferi għal postijiet tal- gvern – biex nindirizzaw il-ħteġijiet ta' dawk li qegħdin fuq il-lista billi jibqgħu jgħixu xorta waħda f'post tal-gvern.", "Dan se jsir billi lil dak li jkun m'aħniex se ngħidulu biex jitlaq 'il barra mill-post partikolari li jkun qed jgħix fih, qisna qegħdin inkeċċuh, imma noffrulu post alternattiv.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Buontempo.", "ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO: Filwaqt li nirringrazzja lill-ministru ta' l- ispjegazzjoni tagħha, nixtieqha tgħidli jekk teżistix a written housing policy fejn persuna tkun taf x'inhi l-politika tal-gvern fejn jidħol housing.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Bħala politika formali bil-miktub ma teżistix per se, pero` f'kull dipartiment hemm il-politika jew il-proċeduri li ssegwi l- housing authority.", "Jekk l-Onor.", "Interpellant qed jirriferi għal xi dokument li fih hemm miktuba a housing policy, ngħidlu li as such dan ma jeżistix.", "Jekk jistaqsini jekk dan id-dokument għandniex bżonnu ngħidlu li għandna bżonnu u li qegħdin fil-proċess li nagħmluh.", "Il-ħsieb hu li jkollna a housing policy li tkun formali u tkun ħafna aktar ċara biex kulħadd ikun jista' jifhem eżattament kemm id-drittijiet kif ukoll ir- responsabilitajiet li għandu.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Buontempo.", "ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO: Mr Speaker, qed nagħmel dawn id-domandi għax fi żmien meta l-partit Laburista kien fil-gvern kienet tfasslet housing policy bl-involviment tad-diretturi tad-dipartiment.", "Ma taħsibx il-Ministru li jkun tajjeb jekk dan id-draft jerġa' jiġi rivedut u aġġornat sabiex il- poplu Malti u Għawdxi jibbenefika minn xi ħaġa li tkun ta' ġid għalih innifsu?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Mr Speaker, naħseb li l-poplu Malti diġa' qiegħed jibbenefika mill-ġid ta' ħafna skemi li qegħdin nagħmlu u ma naħsibx li l-policy għandha għalfejn tkun bil-miktub.", "Naħseb ukoll li l-housing authority ħadet into consideration ir- rakkmandazzjonijiet li saru.", "FIl-fatt uħud minn dawn il-policies diġa` qegħdin fis-seħħ.", "Nemmen li wieħed irid ikun ġust u jsemmi wkoll ix-xogħol li sar qabel ma aħna dħalna fix-xena għax żgur li x-xemx ma telgħetx minn mindu jiena ħadt il-kariga ta' ministru f'dan id-dekasteru u lanqas niżlet fl-1998, minn mindu l-partit Laburista ma baqax fil-gvern.", "Jiġifieri jien nutilizza dak kollu li jiġi għandi bħalma utilizzajt diġa` l-istudju li sar mill-kummissjoni li kienet twaqqfet dwar ir-reviżjoni tal-liġijiet tal-kera għax nemmen li dak li jkun sar qabli, ikun fih it-tajjeb u l-ħażin u allura għandna nużawh jew niskartawh skond il-konsiderazzjonijiet tagħna.", "DJAR - TALBA GĦAL AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA", "6982.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u tas- Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid x'tama hemm li raġel separat ta' madwar 40 sena li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li jgħix ma' missieru f'kamra waħda ġewwa Bormla, xi darba jieħu post tal- gvern?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Jiena nformata li d-dipartiment għall- akkomodazzjoni soċjali qed jikkonsidra l-applikazzjoni ndikata flimkien ma' oħrajn simili.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Buontempo, domanda supplimentari.", "ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO: Tista' il-Ministru tgħidilna x'inhi l-policy ta' l-awtorita' tad-djar u tad-dipartiment tas-social housing fejn jidħlu ċerti kategoriji ta' nies, fosthom koppji separati?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Mr Speaker, l-applikazzjonijiet jittieħdu ħafna fuq in-numru ta' nies li jkunu jgħixu f'dak il-unit li għalih tkun saret l- applikazzjoni.", "L-awtorita' tad-djar għandha bosta skemi għal nies separati u d-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali qed ikollu ħafna applikazzjonijiet mingħand dawn in-nies sabiex jiġu akkomodati skond iċ- ċirkostanzi tagħhom.", "Bħalma jaf l-Onor.", "Interpellant, l-awtorita' għandha ħafna u ħafna skemi mhux biss għal persuni separati.", "Fil-fatt dan l-aħħar tnediet ukoll skema għal nies li jkunu separati b'riżultat ta' vjolenza domestika f'dik il- familja.", "Dan huwa wkoll mod u manjiera ta' kif aħna nistgħu ngħinu nies li kellhom sfortuna fil-ħajja u li għandhom bżonn aktar push minn ħaddieħor.", "BORMLA: WESGĦA L-KNISJA TAN-NATIVITA` - IRWEJJAĦ FI BLOKK B", "6983.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex mill- aktar fis possibbli jara x'qed jikkaġuna rwejjaħ u ħsejjes fix-xaft ta' Blokk B, Wesgħa l-Knisja tan-Nativita`, Bormla?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunita'): Ninsab informat li saru l-investigazzjonijiet neċessarji fil-blokk indikat minn uffiċjali ta' dan id-dipartiment u nstab li hemm ħsara fil-katusi vertikali tad-drenaġġ.", "Għaldaqstant inħareġ avviż uffiċjali lill- kummissarju ta' l-artijiet biex isiru t-tiswijiet neċessarji.", "Dwar il-ħsejjes, nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi l-ilmenti tiegħu lill-ministru responsabbli mill-korp tal-pulizija.", "SKEJJEL TA' L-ISTAT - STUDENTI LI NQABDU BI DROGI JEW ARMI TAN-NAR", "6984.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impieg: Jista' il-Ministru jgħid jekk mill-1999 sal-lum kienx hemm rapporti li studenti li jattendu l-iskejjel ta' l-Istat inqabdu b'xi drogi jew armi tan-nar?", "Jista' jgħid meta u f'liema skola nqabdu?", "X'passi ttieħdu u kemm kellhom eta' it-tfal konċernati?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impieg): Peress li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar, it-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "AWTORITA` TAD-DJAR - KAŻ DWAR POST FI STAT PERIKOLUŻ", "6985.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u tas- Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid jekk il-persuna li d- dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, ħaditx post tal-gvern riċentement, peress li din l-applikanta, apparti li tbati minn diversi mard psikoloġiku u mentali, għandha lil bintha tgħix magħha li għadha kif ħarġet mill-isptar Monte Carmeli u t-tnejn li huma jgħixu f'post li ġie ċċertifikat mill-awtorita` tad-djar bħala li m'huwiex tajjeb għall- abitazzjoni?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Jiena nformata li d-dipartiment għall- akkomodazzjoni soċjali qed jikkonsidra l-applikazzjoni ndikata flimkien ma' oħrajn simili.", "Mr Speaker, nixtieq nagħti ftit informazzjoni addizjonali.", "Jekk persuna timla applikazzjoni biex tingħata akkomodazzjoni soċjali u minn jedda titlaq mill-post fejn tkun qed toqgħod, jiġifieri tibdel l-indirizz li tkun kitbet fuq dik l-applikazzjoni, ikollha terġa' timla mill-ġdid applikazzjoni oħra bl-indirizz il-ġdid u terġa' ssir spezzjoni fuq il-post li tkun marret toqgħod fih.", "B'hekk sfortunatament it-talba li tkun qed tagħmel dik il-persuna sabiex tingħata akkomodazzjoni soċjali taqa' lura.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Buontempo, domanda supplimentari.", "ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO: Mr Speaker, ladarba qegħdin nitkellmu dwar policies, tista' il-Ministru tgħid x'inhi l-politika tal-gvern fejn jidħlu residenti ta' l-isptar Monte Carmeli?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: L-awtorita` tad-djar u anke d-dipartiment għall- akkomodazzjoni soċjali għamel numru ta' units għad-dispożizzjoni tar- residenti li ħerġin mill-isptar Monte Carmeli sabiex dawn ikunu jistgħu jiġu ntegrati fil-komunita`.", "Din is-sistema rajna li ħadmet.", "Sfortunatament fil-bidu li bdiet titħaddem din l-iskema kien hemm daqsxejn ta' reazzjoni negattiva minn ċerti ġirien ta' dawn il-postijiet.", "Illum qed naraw suċċess kbir f'din l-iskema fejn residenti li joħorġu mill-isptar Monte Carmeli qed jgħixu fil-komunita` u jkollhom supported living u jkollhom anke l-għajnuna ta' nies professjonisti.", "It-tama tiegħi hi li nkunu nistgħu ngħaddu aktar units għal dan l-iskop għax dawn in-nies verament jistħoqqilhom li jiġu ntegrati fil-komunita` tagħna.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Buontempo.", "ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO: Tista' il-Ministru tgħidilna kemm hemm applikanti quddiem id-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali li huma residenti ta' l-isptar Monte Carmeli?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Jiddispjaċini imma assolutament qatt ma ħarġet din l-informazzjoni.", "Ma naħsibx li huwa faċli li wieħed jikseb din it-tip ta' informazzjoni anke għax ma naħsibx li l-applikant iniżżel l-isptar Monte Carmeli bħala l-indirizz tiegħu, anke għax jista' jkun li jkun applika qabel ma għadda għall-fażi ta' kura f'dan l-isptar.", "Pero` jekk l- Onor. Interpellant jixtieq din l-informazzjoni, nitolbu jagħmel domanda bil- miktub u nara x'nistgħu nagħmlu biex ngħadduhielu.", "IMMIGRATION APPEALS BOARD - APPELLI", "7015.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hu n- numru ta' appelli li saru lill-immigration appeals board, imwaqqaf taħt l- Att ta' l-Immigrazzjoni, minn immigranti li kien deċiż mill-principal immigration officer li jkunu deportati?", "X'kien l-eżitu ta' dawn l-appelli?", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI (Segretarju Parlamentari) (f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern): Ninsab informat li n- numru ta' appelli li ġew deċiżi mill-immigration appeals board taħt l-Att tal-Immigrazzjoni, kien ta' 11.", "L-ebda wieħed minn dawn l-appelli ma ġie milqugħ.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Azzopardi, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JASON AZZOPARDI: Mr Speaker, dalgħodu fil-gazzetta \"The Times\" ġie rrapportat li l-kummissjoni Ewropea tinsab konxja mill-problema ta' l- immigrazzjoni illegali li għandna f'pajjiżna u li addirittura se tgħin b'kull mod possibbli lil Malta, anke finanzjarjament.", "Jista' is-segretarju parlamentari jikkonferma dan ir-rapport u forsi anke jagħti aktar informazzoni f'dan ir-rigward?", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Mr Speaker, kif qal tajjeb il-Viċi Prim Ministru dwar dan is-suġġett, Malta diġa` għamlet it-talbiet tagħha u jekk Alla jrid il-futur jagħti eżitu pożittiv għat-talbiet tagħna.", "Li hu ċert hu li minn meta ġie nnominat il-kummissarju Rocco Buttiglione, is-sitwazzjoni għar-rigward il-problema ta' l-immigrazzjoni illegali, ingħatat żvolta, ingħatat aktar importanza u qed tidher b'aktar prijorita` fl-aġenda ta' l-Unjoni Ewropea.", "Allura jidher diġa` li l-affarijiet mexjin fid-direzzjoni li bihom Malta tibbenefika.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Azzopardi.", "ONOR.", "JASON AZZOPARDI: B'riferenza għal laqgħa informali tal-ministri tal-ġustizzja u l-intern li saret f'The Hague il-ġimgħa l-oħra, jista' is- segretarju parlamentari jagħtina xi ħjiel dwar ir-reazzjoni jew il-feedback ta' pajjiżi oħrajn waqt din il-laqgħa dwar il-problema u l-influss ta' l- immigrazzjoni llegali f'pajjiżna?", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Mr Speaker, peress li jiena m'attendejtx għal din il-laqgħa u lanqas kelli l-opportunita` li niltaqa' mal-Viċi Prim Ministru biex niddiskuti miegħu dwar din il-laqgħa, m'iniex f'pożizzjoni li ninformah dwar x'kien l-eżitu.", "Li nista' nassigurah hu li ġie rrapportat li l-Viċi Prim Ministru qal li dan is-suġġett ġie diskuss f'din il-laqgħa u deher anke fuq l-aġenda.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Gavin Gulia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Mr Speaker, forsi s-segretarju parlamentari jista' jilluminana daqsxejn dwar il-problema ta' l-immigrazzjoni klandestina.", "Irriżulta li meta l-immigranti jaslu fuq il-gżira ta' Lampedusa - apparti li t-Taljani kollha jibagħtuhom Sqallija minħabba problemi loġistiċi fuq Lampedusa – fi żmien 24 siegħa l-gvern Taljan jirnexxielu jibgħathom lura lejn il-Libja.", "Jista' is-segretarju parlamentari jispjegali kif it-Taljani jagħmlu dan u aħna l-Maltin m'għandniex l-istess akkordju mal-Libjani?", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Mr Speaker, li kieku qed inwieġeb domanda parlamentari lil deputat li ma jaqrax, kont inweġibha b'ċertu mod imma ladarba jiena ninsab ċert li l-Onor.", "Gulia jaqra l-gazzetti u jkun jaf x'inhu jiġri, imissu jaf li matul is-sajf li għadda kemm Silvio Berlusconi kif ukoll il-Ministru Pisanu marru l-Libja biex jagħmlu ftehim mal-gvern Libjan sabiex ikunu jistgħu jirripatrijaw lin-nies li jkunu għadhom kif waslu l-Italja.", "Jidher li fil-ftehim kien hemm li kif jgħaddi s-sajf dan jibda jiġi operat.", "Fil-fatt f'dawn il-jiem it-Taljani qegħdin jagħmlu użu minn dan il-ftehim u wieħed qiegħed jara wkoll x'inhuma l-konsegwenzi ta' dan kollu għax il-media Taljana bħalissa qiegħda tiddiskuti jekk kemm-il darba kenitx ħaġa tajba jew le.", "Infakkar ukoll lill-Onor.", "Membru – jien ċert li jaf b'dan – li l-Prim Ministru u l-Viċi Prim Ministru flimkien mal-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin, bħalissa qegħdin il-Libja u skond il-konferenza ta' l-aħbarijiet li taw dalgħodu, u li għaliha kont preżenti jien, qalu li fost l-affarijiet li se jiddiskutu, se jiddiskutu din il-ħaġa wkoll.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Gulia.", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Filwaqt li s-segretarju parlamentari semma li l-gvern Taljan irnexxielu jagħmel dan l-agreement mal-gvern Libjan, aħna ta' din in- naħa tal-Kamra ma nistgħux nifhmu kif il-gvern Malti għamel agreement mat- Taljani daqs sentejn ilu u għadu ma wasalx biex jagħmel agreement mal- Libjani bl-istess mod u bl-istess għaqal li għamel il-gvern Taljan mal- gvern Libjan.", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: L-ewwelnett il-ftehim li għamlu t-Taljani qiegħed jirriżulta issa u mhux dakinhar stess li sar il-ftehim.", "It-tieni nett, wieħed irid iżomm ukoll quddiem għajnejh li s-sitwazzjoni fil-Libja sentejn ilu ma kenitx l-istess kif inhi llum.", "Illum is-sitwazzjoni inbidlet b'mod qawwi u wieħed jista' jgħid li pajjiżna żamm lilu nnifsu abreast mas-sitwazzjoni.", "Jiġifieri dak li qed jipprova jinsinwa l-kollega ħabib tiegħi, li aħna ma konniex daqshekk solerti daqskemm kien ħaddieħor, m'huwiex minnu.", "Aħna wkoll qegħdin nieħdu l-passi tagħna u qegħdin ukoll nidħlu f'diskussjoni mal-gvern Libjan dwar din is-sitwazzjoni.", "Il-ħabib tiegħi jaf kemm hemm kumplikazzjonijiet fih dan is-suġġett.", "Jien nammira dejjem lill- ħabib tiegħi kif jirnexxielu fuq dan is-suġġett jagħmel dak li jgħidu l- Ingliżi, run with the hares and hunt with the hounds.", "GUDJA: TRIQ DAWRET IL-GUDJA - PELICAN LIGHTS", "7016.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jkun daqstant ġentili li jintervjeni sabiex jitwaħħlu pelican lights fi Triq Dawret il-Gudja, quddiem l-għelieqi minħabba li din it-triq twila hija waħda li min-natura tagħha tippresta ruħha għall-overspeeding kbir da parti tal-vetturi, b'periklu serju speċjalment għar-residenti ta' Triq il-Burglat fl-istess lokalita` u anke għall-bdiewa li jkunu jridu jaqsmu biex jidħlu fl-għelieqi jew vice versa?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT (Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq): L- awtorita` dwar it-trasport għadha kif irċeviet talba mill-kunsill lokali tal-Gudja sabiex jiġu stallati pelican lights fil-post indikat mill-Onor.", "Interpellant u fil-preżent din it-talba qiegħda tiġi evalwata sabiex jiġi stabbilit x'inhu l-aħjar li jsir.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joseph Abela, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOSEPH ABELA: Jista' il-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol fuq it- traffic lights fi Triq Tal-Barrani inti u dieħel lejn iż-Żejtun, peress li din it-triq hija perikoluża ħafna u għalkemm it-tender biex isir ix-xogħol konċernat ilha li ħarġet, bqajna ma smajna xejn?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Mr Speaker, l-Onor.", "Membru ma jistax jgħid li ma sema' xejn dwar dawn it-traffic lights għax il-ġimgħa l-oħra jew ta' qabilha l-Onor.", "Mario Galea għamel domanda parlamentari dwarhom.", "L-issue hi li l-istima tal-kuntrattur li tefa' l-orħos tender hija xi 60% aktar għolja mill-istima li ħejjiet l-awtorità dwar it-trasport pubbliku.", "Dan ġie kkuntattjat diversi drabi biex iraħħas l-istima tiegħu u bħalissa qegħdin f'negozjati sabiex niftiehmu dwar dawn ix-xogħlijiet.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Tqegħid ta' Karti?", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet.", "L-Onor.", "Anġlu Farrugia.", "AĠĠORNAMENT TAL-KAMRA TAĦT L-ORDNI PERMANENTI NRU.", "13", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Mr Speaker, jien u l-kollega tiegħi l-Onor.", "Gavin Gulia nixtiequ nressqu mozzjoni għall-aġġornament tal-Kamra fuq ħaġa ta' importanza pubblika urġenti li tgħid hekk:", "\"Taħt l-artiklu 13 ta' l-istanding orders qed nipproponu l-aġġornament tal-Kamra fuq ħaġa definita ta' importanza pubblika urġenti li tirriżulta minn nuqqas serju min-naħa tal-gvern li jindirizza l- problema ta' l-għeluq tal-laboratorju forensiku li jinsab ġewwa l- Evans Building fi Triq Merkanti l-Belt Valletta fuq ordni ta' l- awtorità dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, liema laboratorju ilu hekk magħluq għal aktar minn xahar stante li l- kondizzjonijiet ġewwa l-istess laboratorju jippreżentaw periklu għall- analisti u l-impjegati li jaħdmu fih.", "Illi peress li dan il-waqfien qed ixekkel bil-kbir l-aħjar amministrazzjoni tal-ġustizzja kriminali f'pajjiżna, kif ukoll l- istess investigazzjonijiet tal-korp tal-pulizija fuq reati serji li jitwettqu u li twettqu fil-pajjiż f'dawn iż-żminijiet tant li kemm il- pulizija u l-qrati ma jistgħux jissuktaw bix-xogħol tagħhom u ma jidhirx li s-sitwazzjoni se tiġi rettifikata fi żmien qasir.", "Illi peress li jeżisti wkoll periklu ċar ta' kontaminazzjoni ta' provi forensiċi u ta' l-esebiti fi proċeduri kriminali u dan se jikkawża dannu irreparabbli lill-ġustizzja innifisha, lill-korp tal-pulizija u lill-poplu Malti u GĦawdxi, apparti r-riħa qawwija ta' sparpaljar ta' fondi pubbliċi li sar mingħajr l-iċken trasparenza u sodisfazzjon da parte ta' l-awtoritajiet konċernati.", "Illi l-Kamra għandha tingħata ż-żmien li tiddiskuti b'urġenza l-impass maħluq mill-intransiġenza tal-gvern li ma hu juri ebda sens ta' rieda tajba biex isewwi s-sitwazzjoni fl-iqsar żmien possibbli u meta jitqies li l-ebda ministru tal-gvern għadu ma assuma r-responsabbiltà politika għat-tmexxija ta' dan il-laboratorju forensiku.", "Illi għalhekk huwa ferm u ferm urġenti li dan id-dibattitu jsir sabiex is-sitwazzjoni fil-laboratorju forensiku taqleb għall-aħjar mill-aktar fis u dan fl-aħjar interess tal-ġustizzja ġewwa pajjiżna.\".", "Sur President, issa se nissottomettilek din il-mozzjoni li hija ffirmata minni u mill-Onor.", "Gavin Gulia.", "MR SPEAKER: Il-Ministru Francis Zammit Dimech.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (Ministru għat-Turiżmu u Kultura): Naturalment din hija kwestjoni ta' ruling min-naħa tas-Sedja f'dan ir- rigward.", "Però wieħed ma jistax ma josservax immedjatament li l-Onor.", "Membru qed iqajjem każ li ma jistax jiddeskrivih ta' natura urġenti f'din il-Kamra meta fil-fatt id-diskussjoni dwaru ilha żmien twil għaddejja, meta l-gvern pubblikament diġà ddikjara li hi materja li qed isegwi u qed jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex il-każ ikun riżolt.", "Fir-realtà l-gvern qed jagħmel apprezzament b'mod l-iktar serju ta' din is-sitwazzjoni biex l-affarijiet jimxu għall-aħjar andament kemm tal-ġustizzja kif ukoll għat-tmexxija tal- proċeduri kollha rilevanti.", "L-Onor.", "Membru għandu proċeduri oħra li jista' jirriferi għalihom.", "MR.", "SPEAKER: Fil-qosor, jekk jogħġbok.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Naturalment ma nistax ma nirriferix f'perċentwali żgħira tat-tul li ħa l-Onor.", "Membru biex ressaq il-każ tiegħu.", "Ma nistax ma nosservax ukoll li l-Onor.", "Membru qed jagħmel hekk f'ġurnata li ma naħsibx li hija koinċidenza.", "Fil-fatt din id-diskussjoni qed titressaq preċiżament f'ġurnata meta l-prim ministru kif ukoll il-viċi prim ministru jinsabu barra l-pajjiż fuq xogħol importanti ħafna għall- gvern ta' Malta, cioe' fuq diskussjoni ta' importanza mal-gvern Libjan li diġà ġiet rilevata anke fil-ħin tal-mistoqsijiet parlamentari.", "Allura l- użu tal-ġurnata tal-lum biex titressaq mozzjoni bħal din hija proċedura li fiha nnifisha hija abbużiva min-naħa ta' l-Onor.", "Membru.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Gavin Gulia.", "Fil-qosor ħafna, jekk jogħġbok.", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Mr Speaker, l-urġenza ta' din il-mozzjoni toħroġ mill- fatt li ġimgħatejn ilu l-Onor.", "Austin Gatt kien iddikjara barra minn dan il- parlament li huwa responsabbli mil-laboratorju nazzjonali, però mhux responsabbli mill-aspett forensiku tal-laboratorju forensiku.", "Dan ifisser li ma assumiex ir-responsabbiltà politika tal-laboratorju forensiku li hemm ġewwa Evans Building.", "GĦall-mistoqsija parlamentari numru 7340 li għamilt jien il-bieraħ - u għalhekk tressqet il-mozzjoni llum, kuntrarjament għal dak li qed isemmi l-abbli Ministru Zammit Dimech li din il-ħaġa ilha għaddejja - il-Ministru Tonio Borg wieġeb hekk:", "\"Filwaqt li ninsab informat li ma jirriżultax li hemm xi diffikultajiet f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-esperti nominati mill- qorti li jagħmlu parti mit-taqsima forensika tal-pulizija, ...\"", "- mhux il-laboratorju forensiku analitiku li hemm fl-Evans Building imma qed jirriferi għal dak li hemm fil-korp tal-pulizija għax forsi ma jafx l- Onor. Zammit Dimech -", "\"... nissuġġerixxi lill-Onor.", "Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-ministru konċernat.\"", "Dan juri li lanqas il-Ministru Borg - dan kont nafu qabel għax qalu qabel, imma issa qalu uffiċjalment fil-parlament - m'hu qed jassumi responsabbiltà politika għal-laboratorju forensiku ġewwa Evans Building il-Belt Valletta.", "Parti mill-mozzjoni tagħna ssemmi speċifikatament li ħadd m'hu qed jassumi responsabbiltà politika min-naħa tal-ministri.", "Ma jidhirlix li qatt qam xi ħadd mill-ministri biex jassumi r-responsabbiltà tal-laboratorju forensiku.", "Għalhekk il-mozzjoni qiegħda flokha u hija ta' urġenza għaliex ma jistax ikun li dik in-naħa ma jagħtux kas - jien ma nemminx hekk għax hemm xi wieħed jew tnejn li jagħtu kas - dak li għaddej fil-qrati tal-maġistrati, fil-kompetenza kriminali.", "Dawn kellhom jieqfu minn xogħolhom, u l-esebiti ta' avukat li hemm fil-laboratorju forensiku qegħdin mixħutin bl-addoċċ hemmhekk, u spjegajniehom b'mod grafiku.", "Dan m'huwiex aċċettabbli!", "M'huwiex fl-interess tal-ġustizzja u iva, hija kwestjoni ta' natura urġenti u għandha tiġi diskussa.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "Fil-qosor, jekk jogħġbok.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Tant hija ta' urġenza din il-kwestjoni li dalgħodu stess il-Maġistrat Antonio Vella f'kawża kriminali ordna verbal biex jiġi komunikat lill-awtoritajiet fejn ta' tlett ijiem żmien biex l-awtoritajiet isibu soluzzjoni għall-kriżi f'dan il-laboratorju.", "U dan peress - u nikkwotah - li hemm possibilità kbira ta' kontaminazzjoni ta' provi.", "X'inhu iktar urġenti minn hekk fl-interess nazzjonali, Mr Speaker?", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Francis Zammit Dimech.", "Kumment fil- qosor, jekk jogħġbok.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Jekk il-kollegi tiegħi jaħsbu li billi jitkellmu b'dan il-mod qed jirriferu xi każ ta' urġenza nazzjonali naħseb m'għandhomx idea ta' x'inhi d-definizzjoni ta' urġenza nazzjonali.", "(Interruzzjonijiet) Il-gvern qed isegwi l-każ fl-ogħla livelli tiegħu u l- gvern qed jara l-każ bis-serjetà li jirrikjedi.", "Imma li xi ħadd jipprova jieħu vantaġġ politiku minn każijiet bħal dawn u jqajjem xi każ ta' urġenza nazzjonali hawnhekk huwa abbużiv daparti ta' min jagħmel hekk.", "MR SPEAKER: Il-Kamra hija sospiża sakemm inkun nista' nagħti ruling iżjed tard.", "Fis-6.40p.m. il-Kamra ġiet sospiża u rriżumiet fis-7.10 p.m.", "RULING", "MR SPEAKER: Is-Sedja kkonsidrat bir-reqqa t-talba ta' l-Onor.", "Anġlu Farrugia u l-Onor.", "Gavin Gulia sabiex il-Kamra tissospendi x-xogħol tagħha ħalli tiddiskuti l-materja msemmija fid-dikjarazzjoni ppreżentata minnhom.", "Is-Sedja tfakkar li kull talba li titressaq taħt Ordni Permanenti 13 għandha tissodisfa tliet rekwiżiti, ċioe` li tkun materja definita, ta' importanza pubblika u urġenti.", "L-element ta' urġenza huwa neċessarjament element fundamentali għall- konsiderazzjoni tas-Sedja sabiex hi tasal għall-konklużjoni dwar jekk għandhiex tilqa' t-talba taħt l-Ordni Permanenti 13.", "Meta s-Sedja tikkonsidra l-urġenza, għandha tara mhux biss jekk il-materja nnifisha hijiex urġenti iżda wkoll jekk din tkunx tant mgħaġġla li l-Kamra jkollha tiddibattiha dak il-ħin u tissospendi xogħol ieħor għax inkella jkun tard wisq jekk tiġi dibattuta fi stadju ieħor.", "Filwaqt li l-punti ttrattati fil-mozzjoni msemmija jistgħu joħolqu preokkupazzjoni pubblika, il-fatt illi l-laboratorju forensiku ilu magħluq u ma jiffunzjonax għal iktar minn xahar, kif intqal anke fil-mozzjoni stess, ma jfissirx li f'dan l-istadju u fil-mument tal-lum jeżisti l- element ta' urġenza mitlub mill-Ordni Permanenti 13.", "Is-Sedja tfakkar li dejjem jeżisti r-rimedju li titressaq mozzjoni taħt il-proċeduri normali stabbiliti bl-Ordnijiet Permanenti.", "Għaldaqstant filwaqt li fiċ-ċirkostanzi ma tħossx li għandha tilqa' t-talba li saret, is-Sedja tħeġġeġ biex jinstab mezz kif fi żmien raġunevoli jkun jista' jsir dibattitu fuq il-materja msemmija fil-mozzjoni.", "Il-Kamra issa tgħaddi għall-Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-MEDJAZZJONI", "MEDIATION BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mill-4 ta' Ottubru, 2004.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "MR SPEAKER: Iktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Anġlu Farrugia.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Mr Speaker, l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna se joħloq liċ-ċentru tal-medjazzjoni għal Malta bħala ċentru għall- medjazzjoni domestika u internazzjonali.", "Fil-prinċipju aħna, bħala oppożizzjoni, m'aħniex kontra li jitwaqqaf ċentru tal-medjazzjoni, anzi meta konna fil-gvern kemm-il darba wrejna espressament li għandu jitwaqqaf ċentru ta' l-arbitraġġ.", "Fil-fatt dan seħħ, pero` sfortunatament mhux bir- riżultati mixtieqa, kif se ngħid iktar 'il quddiem.", "Ovvjament hemm differenza bejn arbitraġġ u medjazzjoni għax filwaqt li fl-arbitraġġ wieħed jieħu reward, jiġifieri jkun hemm forma ta' judgement għax xi ħadd jiddeċiedi bejn kwestjoni \"a\" u \"b\", fir-rigward taċ-ċentru tal-medjazzjoni se jkun hemm l-intervent ta' medjatur bl-iskop li jwassal lill-partijiet għal kunsens volontarju bejniethom dwar it-tilwima li jkollhom.", "Fiha nnifisha l-medjazzjoni, anke bħala valur ġuridiku, hija xi ħaġa li għalkemm f'pajjiżna tidher li hija ġdida, ...", "Issa ejjew inkunu ċari.", "Illejla l- maġġoranza tal-membri ta' din il-Kamra huma kollha avukati, u meta klijent jiġi bi problema quddiemna u jpoġġi dik il-problema fil-konfront ta' persuna oħra, aħna nipprovaw nirrimedjaw billi nipprovaw nirranġaw man-naħa l-oħra b'korrispondenza, niltaqgħu mal-parti l-oħra, isiru s-seduti, ...", "Mr Speaker, ma ninsewx illi dawn l-affarijiet huma frott ix-xogħol ta' ħafna snin, u naħseb li m'huwiex fair illi b'xi mod nagħtu l-impressjoni minn dan il-parlament li l-avukat m'huwiex medjatur tajjeb, anzi jien ngħid li avukat tajjeb li jeżerċita l-professjoni tiegħu b'għaqal huwa wieħed li għandu valuri ta' medjazzjoni.", "Mr Speaker, fl-1 ta' Ottubru, li hija l-ġurnata tradizzjonali tal-ftuħ tas- sena forensi, il-prim imħallef qal li kuntrarjament għall-impressjoni li ħa min sema' lill-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici jitkellem il-bieraħ fejn dan qal li l-affarijiet fil-qorti tal-familja huma mexjin tajjeb, il-verita` hi li l-affarijiet fil-qorti tal-familja m'humiex mexjin tajjeb daqskemm konna qed naħsbu li se jimxu.", "Ħalli nġib l-ewwel eżempju bil-medjaturi.", "Jien naħseb li l-ħabib tiegħi l- Onor. Carmelo Mifsud Bonnici jaf tajjeb daqsi li teżisti attitudni negattiva minn uħud mill-medjaturi li qed jaħdmu fil-qorti tal-familja, u dawn bilkemm ma jridux iwasslu messaġġ lill-klijenti ta' l-avukati li m'hemmx il-ħtieġa tal-preżenza ta' l-avukat waqt il-medjazzjoni.", "Jien nista' naċċerta lil kulħadd li dan il-messaġġ qiegħed jasal.", "Fil-fatt sa dalgħodu stess jien ġejt mgħarraf b'inċident li sar waqt kawża ta' medjazzjoni u li kien involut fih l-avukat George Abela, inċident dirett ma' medjatriċi partikolari, fejn din il-medjatriċi, fil-preżenza ta' l- avukat stess, kienet qed tgħid lill-klijent ta' l-avukat li huwa m'għandux ikollu l-avukat tiegħu preżenti waqt il-medjazzjoni.", "Huwa ħażin li jkollna dawn it-tip ta' avventuri minn xi medjaturi għax inkunu qegħdin nibagħtu messaġġ ħażin għal xi ħaġa li nistgħu nagħmluha pożittiva, anke jekk aħna, bħala oppożizzjoni u l-gvern, forsi ma qbilniex dwar kif għandha titmexxa l- qorti tal-familja.", "Fil-fatt il-president tal-qorti qal li f'dak li għandu x'jaqsam mal-qorti tal-familja hemm ħafna u ħafna xogħol x'isir biex wieħed jipprova jasal għar-riżultati mixtieqa.", "Hawnhekk nixtieq nieħu l-okkażjoni biex insellem u nawgura fejqan ta' malajr lill-imħallef ħabrieki Ray Pace, li għadu kif kellu jgħaddi minn operazzjoni serja.", "Dan il-bniedem, li kien il-bniedem li mexxa lill-qorti tal-familja matul iż-żmien diffiċli ħafna li kellha tgħaddi minnu u għadha għaddejja minnu din il-qorti, huwa wieħed mill-imħallfin li ħadem ħafna u ħa ħafna deċiżjonijiet, irrispettivament issa minn jekk wieħed jaqbel jew ma jaqbilx magħhom, għax il-fatt jibqa' li dan il-bniedem dejjem kien effiċjenti u rnexxielu jmexxi lill-qorti 'l quddiem ħafna.", "Pero` kif għedt diġa`, sfortunatament l-imħallef Ray Pace għadda minn perijodu ħażin għax forsi minħabba x-xogħol stess, saħħtu marret lura u l-president tal-qorti tal-familja, il-prim imħallef Vincent Degaetano, talab bil-ħniena lill-awtoritajiet li jiġi kkonsultat u jiġi maħtur it-tieni mħallef biex jassisti lill-imħallef Ray Pace fil-qorti tal- familja, kif huwa kien stenna li se jsir.", "Huwa għamel din it-talba għaliex il-load ta' ittri li kien qed ikun hemm f'din il-qorti biex jiġu proċessati separazzjonijiet ta' partijiet kien wieħed qawwi u dan anke għax kien hemm każijiet fejn ma kienx hemm il- ħtieġa li ssir medjazzjoni.", "Għalhekk hemm bżonn nifhmu li l-konċett ta' medjazzjoni jitlob li ż-żewġ partijiet ikunu jaqblu b'mod volontarju mal- medjazzjoni.", "Meta xi ħadd jisforza lill-koppja biex tagħmel medjazzjoni, dik il-medjazzjoni mhux se taħdem u aħna għidnielu lill-gvern meta għamel l- avviżi legali dwar dan.", "Għidnielu biex nagħmlu din il-liġi flimkien għax din hija xi ħaġa ta' kulħadd u huwa fl-interess nazzjonali li l-qorti tal- familja tkun qiegħda taħdem bl-aħjar mod u tieħu ħsieb problemi bħall- vjolenza domestika, problemi matrimonjali u anke fuq interess tal-minuri.", "Sur President, il-medjazzjoni m'għandhiex tkun mandatorja għax ma tagħmilx sens f'każi fejn, per eżempju, l-koppja tkun mifruda de facto.", "F'dawn il- każi, il-koppja tkun diġa` għamlet id-deċiżjoni tagħha.", "Jien nistaqsi lill-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici biex jekk hemm statistika - għax għandha tinġabar statistika – jgħidilna kemm minn dawk li kien ilhom de facto separati għal aktar minn sentejn, reġgħu marru jgħixu flimkien.", "Mill-informazzjoni li għandi, kienu verament ftit dawk li bis-saħħa tal- medjazzjoni reġgħu ngħaqdu flimkien u dawn ma kienx ilhom wisq li ġġieldu, forsi ftit ġimgħat jew ftit xhur.", "Jeħtieġ li wieħed iqabbel kemm daħlu ittri fuq medjazzjoni u kemm fil-fatt irranġaw.", "Din hija xi ħaġa vitali.", "Din hija l-ewwel darba li l-qrati tagħna qed jieħdu l-esperjenza ta' medjazzjoni u issa se nimxu aktar 'il quddiem billi nagħmlu ċentru ta' medjazzjoni – b'mod volontarju din id-darba - biex inwessgħu din l- esperjenza.", "Sur President, li jinkwetani – u din mhux kwestjoni ta' kritika lill-gvern imma ta' kif nistgħu nirrangaw l-affarijiet – hu li meta, per eżempju, tidħol ittra ta' medjazzjoni, din iddum tliet xhur biex tinħadem.", "Wara dan kollu, kif jaf kulħadd, il-medjatur m'għandu l-ebda poteri – u Allaħares kellu – li jagħti xi digriet fil-konfront tal-minuri u l-kustodja u anke fuq il-manteniment.", "Allura f'dan il-każ, ikun jeħtieġ li jkun hemm is- salvagwardja tal-partijiet.", "Mill-esperjenza nafu kif jimxu l-affarijiet.", "Jiġu l-koppji b'ħafna għaġġla biex jagħmlu s-separazzjoni għax ikun mingħalihom li se jkunu ferm aħjar meta jġibuha u mbagħad maż-żmien jindunaw kemm għamlu żball kbir għax tkun tkissret il-familja u anke jidħlu fi problemi li jkunu ħolqu huma stess.", "Fil-fatt dawn tant ikunu problemi kbar li matul ħajjithom ma jirnexxilhomx isolvuhom.", "Għalhekk huwa mportanti li naraw li l-medjatur ikun aktar professjonali u jara kif jipproteġi l- valur tal-familja b'kull mezz possibbli sabiex jevita t-tkissir tal-familja Maltija li tant hija magħrufa għall-għaqda tagħha.", "Sur President, mhux sew li jkollok, per eżempju, mara li tgħaddi minn dan il-proċess ta' medjazzjoni u mbagħad din il-medjazzjoni tfalli.", "Imbagħad ikollna l-problema tal-manteniment, tagħmel rikors fl-atti ta' l-ittra, kif insejħulha aħna, biex tieħu l-manteniment u din ma tingħata kważi qatt digriet tal-manteniment.", "Iva, Sur President, hemm diversi każi bħal dawn u jiena naf b'dan għax nivverifika l-affarijiet, nitkellem ma kulħadd u mmur kullimkien.", "Fejn hu tajjeb, ngħid li hu tajjeb u fejn hu ħażin, ngħid li hu ħażin.", "Huwa sewwa jew le li minn kemm ilu li nfetaħ il-qorti tal-familja, hemm min ma ħax digriet ta' manteniment?", "Is-sistema mhux qed taħdem biżżejjed u rridu naraw x'nistgħu nagħmlu għax jekk il-medjazzjoni fil- qorti tal-familja mhux qed tagħti r-riżultati li konna qed nistennew, ma nistennewx li se jkollna suċċess fiċ-ċentru tal-medjazzjoni.", "Il-poplu Malti llum meta jitkellem fuq il-medjazzjoni, se jħares l-ewwel lejn il-qorti tal- familja għax din hemm bdiet u fuq hekk se jiġġudika.", "Jien nawgura li din tkun suċċess għax aħna ma rridux lill-poplu jibqa' bil- mentalita` li tidħol fil-qorti u ma toħroġx jew li l-avukati qegħdin hemm biex itawlu l-kawżi jew biex jisolħuk.", "Jekk din il-mentalita` ma tinbidilx allura m'aħniex nagħmlu progress.", "Flimkien irridu nuru lill-poplu Malti li l-leġislatur qed jagħmel ħiltu biex itejjeb dak kollu li jista' sabiex il- poplu jieħu l-aħjar servizz u biex il-ġustizzja ssir u ssir fl-iqsar żmien.", "Huwa veru li hemm min igerger biex igerger pero' huwa veru wkoll li hemm min ikollu raġunijiet serji għaliex igerger.", "Il-qorti tal-familja infetħet bil-pompa kollha f'Diċembru imma mbagħad ftit ġimgħat wara, mara ħadet xokk fl-użu ta' wieħed mil-lifts iż-żgħar ta' din il-qorti.", "Minħabba f'hekk, dawn il-lifts ingħalqu b'ordni mid-dipartiment tas-saħħa f'Lulju ta' din is- sena – u sewwa għamlu għax Allaħares inħalluhom jagħtu x-xokkijiet lin-nies – u dawn għadhom ma nfetħux minkejja li għadda s-sajf u wasal Ottubru.", "Jien mhux qed ngħid dan biex nibgħat lill-Onor.", "Mifsud Bonnici jsewwihom imma dawn huma żewġ lifts li għandhom jissewwew u jibdew jaħdmu.", "Meta żmien ilu konna fil-gvern, meta kien jieqaf lift, kienu jiġu jsewwuh ta' l-armata u within an hour, il-lift kien jerġa' jibda jaħdem u mhux jagħmlu xhur weqfin kif għamlu l-lifts tal-qorti tal-familja!", "Din hija xi ħaġa li trid titranġa, Sur President.", "Peress li xi nies ma jafux li jistgħu jużaw il- lifts l-oħra li suppost huma għan-nies b'diżabilita` biss, qed ikun hemm ħafna tgergir.", "Min-naħa l-oħra dan l-istess lift tant qed jintuża li ġieli tagħmel xi ħames minuti tistennieh.", "Dan kollu ġara ftit xhur wara li din il-qorti tal-familja infetħet b'tant pompa.", "Sur President, jien ma naħsibx li huwa ġust li ngħidu li l-medjazzjoni hija ħażina għaliex wieħed jista' jisfrutta l-medjazzjoni fejn l-avukat ma jasalx pero` naħseb ukoll li lanqas huwa ġust li nipprovaw nibagħtu messaġġ fejn ngħidu li l-avukati m'humiex il-persuni idonei biex igħinu fil- medjazzjoni.", "Jekk nibagħtu dan il-messaġġ inkunu qed nagħmlu disservice lill-pubbliku Malti u insult lill-istess professjoni li tista' tgħin ħafna f'dan ix-xogħol.", "Jiena kont nieħu pjaċir kieku l-affarijiet imxew 'il quddiem imma dan ma seħħx.", "Aħna mhux se noqgħodu naraw min jippreżenta l- liġi u min le imma qegħdin sempliċement ngħidu lill-gvern biex jagħmel mill- aħjar li jista' għax aħna nemmnu li l-ġustizzja f'pajjiżna għandha tiġi protetta l-ħin kollu bħala waħda mit-tliet pilastri tad-demokrazija.", "Minkejja li jien qiegħed fl-oppożizzjoni ma neħux pjaċir li jkun hemm rimarki mill-president tal-qorti dwar l-avviżi legali 138 u 139.", "Għaliex il-gvern kellu jagħmel din il-gaffe?", "Wieħed ma jistax jagħti poteri lid- direttur ġenerali fil-qrati – li hu impjegat fl-eżekuttiv – li huma tal- ġudikatura.", "L-intenzjoni tista' tkun tajba u jiena persważ li l-gvern m'għamilx dan b'intenzjoni ħażina imma s-sinifikat ta' dan kollu jista' jiġi interpretat ħażin.", "Sur President, bħala membru parlamentari, jien inħossni mweġġa' minħabba dan.", "Minkejja li dawn l-avviżi legali ma tressqux għad-dibattitu hawnhekk, dawn huma parti mil-leġislazzjoni ta' dan il-parlament ladarba ġew imqiegħda fuq il-mejda tal-Kamra, għaddew 28 ġurnata u allura saru liġi.", "Għalhekk wieħed għandu joqgħod attent għaliex ma jistax ikollok dik li jien ngħidilha \"la lunga mano\" ta' l-eżekuttiv.", "Jeħtieġ li l-kolonna tal- ġudikatura titħalla taħdem u taqdi dmirijietha sabiex twassal il-ġustizzja f'pajjiżna.", "Irridu noqogħdu attenti biex ma ndaħħlux piki bejn il- ġudikatura u l-impjegati - mid-direttur ġenerali 'l isfel - fil-qorti għax inkella se nispiċċaw b'xi kollass.", "Jien mhux wieħed minn dawk li se ngħid li se jżarmaw il-qorti.", "Jien ngħid biss li għandna nibżgħu għaliha l- qorti.", "Irridu naraw li l-qorti taħdem b'mod professjonali u tagħmel ġustizzja mill-aktar fis possibbli.", "B'responsabbilita` politika ngħid li m'għandniex inżarmaw il-qorti b'tali mod – u ara ma taħsbux li qed ngħid hekk għax il-professjoni tiegħi hija dik ta' avukat – u ara taħsbu li kulħadd qed jaqbel magħna fuq dan.", "Hawn min jgħid li l-aqwa li jinqeda hu u l-bqija ma jimpurtax.", "Jien mhux qed ngħid dan għal min għandu xogħol ta' avukat u għal min m'għandux.", "Ara ma jkunx hawn min jaħseb li qed nibgħat dan il-messaġġ.", "Min irid jagħmel xogħol ta' avukat, irid jaħdem bħalma naħdem jien u jaħdmu l- avukati l-oħra u min jaħseb illi li tkun avukat tfisser li kollox jiġi waħdu jew inkella xogħlu huwa kemm jiftaħ ħalqu u jaqla' l-flus, sejjer żmerċ.", "Ħadd m'għandu jgħin dawn it-tip ta' avukati fil-qrati tagħna.", "Aħna nixtiequ li l-avukati jkunu leali lejn il-klijenti pero` mbagħad ma rridux nagħmlu l-impossibli!", "Il-bieraħ inqtal li ċ-ċentru tal-medjazzjoni se jkollu l-premises tiegħu fl-istess bini taċ-ċentru ta' l-arbitraġġ u mbagħad ladarba l-affarijiet jibdew jikbru, jinstab post ieħor.", "Jien nistaqsi: Veru jew le li l-ċentru ta' l-arbitraġġ illum tant għandu problema finanzjarja li spiċċa bl-overdraft mal-bank?", "Jien informat li diġa` hemm overdraft mal-bank.", "Jekk hu hekk, allura dan mhux qed jagħti r- riżultati mixtieqa għaliex l-iskop ta' dan iċ-ċentru hu li mid-dħul li jdaħħal jiffinanzja t-tmexxija tiegħu stess u ma jkunx dipendenti la fuq naħa u lanqas fuq oħra.", "Dan huwa veru jew le?", "Jien nistaqsi wkoll – għax id- diskors isir u allura tajjeb li wieħed jiċċekkja – jekk il-gvern għandux ħsieb li 'l quddiem jipprivatizza ċ-ċentru ta' l-arbitraġġ.", "Nisperaw li le!", "Jekk inhu hekk, qed nibagħtu messaġġ ħażin għax jekk hemm xi ħaġa li l- poplu żgur ma jridx hi li l-ġustizzja trid tinxtara mingħand il-privat.", "Sur President, jien nippretendi li fuq dawn ikolli risposti ċari u li kulħadd ikun jaf li m'hemm l-ebda legal firm li 'l quddiem jista' jkollha interess qawwi u tkun tixtieq li tieħu over iċ-ċentru ta' l-arbitraġġ.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici, bil-permess ta' l-Onor.", "Anġlu Farrugia.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Sur President, m'hemmx ħsieb li ċ-ċentru ta' l-arbitraġġ jiġi privatizzat u rigward l-overdraft irrid ngħid li dan ilu hemmhekk is-snin u kultant kien jiġi wżat.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Farrugia jista` jkompli bl-intervent tiegħu.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Jien nirringrazzjah tar-risposta, pero` ovvjament jien m'iniex kuntent li ċ-ċentru kellu overdraft.", "Sur President, is-segretarju parlamentari qiegħed jgħid li ċ-ċentru ta' medjazzjoni se juża l-istess premises taċ-ċentru ta' l-arbitraġġ, u dan meta nafu kemm huwa żgħir iċ-ċentru ta' l-arbitraġġ u allura hemm problema ta' loġistika.", "Jien li għandi xi kawżi ta' l-arbitraġġ naf li jekk ma niftiehmux fuq ċerti ħinijiet u fuq fejn nagħmlu l-meetings tagħna ta' l- arbitri, se jkollna l-problemi.", "Dan apparti li issa bil-famuż avviż legali numru 361, li l-ministru għoġbu joħroġ għall-ewwel darba fil- pajjiż, daħal konċett li l-arbitraġġ issa sar mandatarju.", "M'hemmx għalfejn naqblu, imma bilfors trid tmur.", "Din hija xi ħaġa ta' insult lis- sistema ġudizzjarja.", "Fuq dan aħna konna diġa` tajna r-raġunijiet tagħna għaliex ma konniex qegħdin naqblu.", "M'hemmx indipendenza fil-persuna li trid tiddeċiedi l-każ tagħha.", "Għaliex?", "Għax jekk, per eżempju, persuna kellha inċident tat-traffiku, ħabtet ma' karozza oħra u d-danni huma iktar minn Lm1,500 bilfors trid tmur quddiem iċ-ċentru ta' l-arbitraġġ.", "Fuq kolliżjoni fejn id-danni huma bejn Lm1,500 u Lm5,000 wieħed bilfors irid imur quddiem iċ-ċentru ta' l-arbitraġġ.", "Issa meta 'l quddiem jidħol volum ta' kawżi ta' dan it-tip naraw x'se jiġri f'dan iċ-ċentru.", "Sur President, jien ma niddejjaqx nimxi ngħaġġel u biex nevita Republic Street ngħaddi minn Straight Street u niġi viċin, imma mhux kulħadd bħali.", "Issa jista` jkun li f'dan iċ-ċentru f'ċertu ħin ikollok arbitraġġ u f'ħin ieħor ikollok kawża kriminali.", "Forsi wieħed igħidli: U iva, daħħal bniedem ieħor fl-uffiċċju.", "Jien m'iniex kontra li l-uffiċini jikbru.", "Imma l- kwestjoni kollha m'hijiex kemm ikun kbir l-uffiċċju ta' avukat jew kemm ikollu avukati miegħu, u din rridu nifhmuha.", "Il-kwestjoni hija kemm jista` verament il-klijent jeżerċita d-dritt li jkollu l-avukat ta' l-għażla tiegħu.", "Dan huwa l-punt kollu.", "U hawnhekk ma ninsewx x'pandemonju kienu qajmu meta fi żmien gvern Laburista kien ġie deċiż li meta persuna jkollha każ ta' dixxiplina quddiem il-PSC ma jistax ikollha avukat li jkun membru parlamentari biex jiddefendih.", "Naħseb li s-Segretarju Parlamentari Mifsud Bonnici jiftakar x'kienu għamlu missieru, il-Professur Guido de Marco u Dr Fenech Adami.", "Kienu qalu: Imma dan m'għandux dritt li jkollu l-persuna tal- fiduċja tiegħu!", "X'jiġifieri jiġi mxekkel mid-dritt tiegħu għax l-avukat li jrid huwa membru parlamentari?!", "Nista` ngħid li kellhom raġun u lanqas jien ma kont qbilt magħha.", "Għaliex?", "Għax jien nemmen, u nibqa` nemmen sakemm immut, li d-dritt tad-difiża ta' kull persuna li tgħix f'dan il- pajjiż għandha dritt li tagħżel hi lil min trid avukat tal-fiduċja tagħha biex jiddefendiha, tkun xi tkun is-sitwazzjoni tal-kawża tiegħu; sew jekk tkun waħda kriminali, sew jekk tkun waħda ċivili, sew jekk tkun waħda ta' separazzjoni, sew jekk tkun waħda ta' kummerċ eċċ. Mhux billi joqogħdu jgħidu li t-tali huwa tajjeb fil-kummerċ u l-ieħor huwa tajjeb għal xi ħaġa oħra.", "In-nies ikunu jridu l-persuna individwali li tifhimhom għax ikunu jemmnu li l-karattru ta' dak l-avukat jista` jkun aktar viċin biex jifhem anke l-emozzjonijiet tal-klijent tiegħu stess.", "Il-poplu għandu jagħżel lil min irid bħala avukat difensur tiegħu għax ikollu fiduċja fih u m'għandux iħares lejn l-aspett politiku.", "Għalhekk jien ma kontx naqbel ma` dak li sar pero' dan l-istess argument igħodd għall-oħrajn ukoll.", "Sur President, hawnhekk ikun tajjeb li nistaqsi x'se jagħmlu bis-saħħa ta' l-avviż legali numru 361.", "Żgur li permezz ta' dan l-avviż legali se jnaqqsu, jekk mhux ukoll se jneħħu d-dritt bażiku li wieħed b'xi mod ikollu l-avukat ta' l-għażla tiegħu.", "Għaliex?", "Għax din hija kwestjoni ta' loġistika.", "Bil-politika ta' din it-tip ta' leġislazzjoni, li kienet leġislazzjoni ta' avviż legali, qed tneħħi s-saħħa minn fuq l-istess ġudikanti li qabel kienu jiddeċiedu dawn il-kawżi.", "Mela filli kellek ġudikant qed jiffunzjona b'liġi fil-qrati – kif taf int sa ftit xhur ilu anke fuq kawżi ta' 'l fuq minn Lm1,500 kien jiddeċiedi l-imħallef – u filli neħħejt il-poter ġudizzjarju li kellu ġudikant u poġġejtu f'avviż legali biex jiġi awarded minn arbitru.", "Naħseb li b'dan il-mod qed ixxekkel l- amministrazzjoni tal-ġustizzja għax jista' jkun li wieħed mill-partijiet ma jkunx irid imur quddiem l-arbitru.", "Niġi issa għall-prinċipju tas-smigħ xieraq.", "Jien nemmen li fil-qrati tagħna hemm smigħ xieraq u li ż-żewġ prinċipji tal-ġustizzja naturali, fejn ikollok dritt li l-partijiet jinstemgħu, kemm wieħed u kemm l-ieħor, u li ma jkollokx imħallef li b'xi mod ikun hu wkoll il-prosekutur jew li b'xi mod ikollu xi interess - allura għandek dritt li tneħħih bir-rikuża, u kellna ħafna ġurisprudenza fuqha – għandhom jiġu protetti.", "Bl-arbitru jista` jkollok dan id-dritt tas-smigħ xieraq li ma jkunx ċar.", "F'kull każ, anke meta għamilna s-small claims tribunal, kellna problemi f'dan is-sens.", "Issa din tas-small claims tribunal ħdimna fuqha ż-żewġ naħat.", "Aħna, minn LmI00 tellajniha għal Lm250, imbagħad tan-naħa l-oħra tellgħuha għal Lm500 u fi żmien l-Onor.", "Austin Gatt reġgħu tellgħuha għal Lm1,500.", "Jiġifieri din ħdimna fuqha u kienet qed taħdem.", "Pero` mbagħad sibna li kien hemm ċerti affarijiet li għax ma ħsibniex għalihom, as we went along kellna nagħmlu ċerti emendi.", "Fil-każ tal-forced arbitration m'hemmx dritt ta' appell f'ħafna ċirkostanzi.", "Dan jafu kulħadd.", "(Interruzzjonijiet) Imbagħad irrispondini.", "Ħalli nkun ċar fuq is-small claims tribunal.", "Jien wieħed minn dawk li mmur fis-small claims tribunal għax nieħu pjaċir nitgħallem.", "Fil-fatt għalkemm dawn ikunu każijiet żgħar ikollok ħafna trattazzjonijiet ċivili tajbin.", "Imma tiġix issa tgħidli li ċ-chairmen tat-tribunal tat-talbiet iż- żgħar ilhom ma jitħallsu minn Ġunju!", "Daqshekk ilhom ma jitħallsu dawn!", "Fil-fatt hemm min għandu lista ta' 18-il kawża.", "Mela dawn jibdew fin-12.30 p.m., jispiċċaw fit-3.15 p.m. u jżommu anke appuntamenti għal Settembru u Ottubru.", "Naħseb li dawn kienu jafu jagħmlu bħall-oħrajn u jgħidu illi la mhux qed jitħallsu, jittrasferixxu l-lista għal Novembru u jħallu l-lista tikber.", "Sur President, il-fatt li dak li jkun idum ma jitħallas huwa messaġġ ħażin.", "Fejn jidħlu l-qrati tagħna qatt m'għandek tħalli ġudikant milli jitħallas.", "Mur ara kieku l-prim imħallef, imħallef jew maġistrat ma jeħdux salarju!", "Mela dawn għandhom raġun.", "Kulħadd jaf li x-xogħol żdied ħafna speċjalment fejn tidħol il-kriminalita`.", "Per eżempju, bil-liġi l-ġdida illum maġistrat lanqas jista' jitgħażżen għax kif isir search, il-pulizija jrid imur għand il-maġistrat u kif jiġi ordnat l-arrest irid imur għand il-maġistrat ukoll.", "Pero' trid tara li dawn jitħallsu.", "Dan qed ngħidu għaliex l-affarijiet nafhom sew u Malta żgħira u n-nies magħrufa.", "Ngħaddi issa għall-kawżi tal-kummissarji tal-ġustizzja.", "Jien mhux se noqgħod ngħid lil min għamlu.", "M'iniex se noqgħod ngħid li dak kien segretarju tat-tali taqsima tal-partit Nazzjonalista jew li l-ieħor kien kandidat mal-partit Nazzjonalista.", "Dawn huma kollha ħbieb tiegħi imma kollha jappoġġjaw lin-naħa l-oħra.", "La għamluhom, għamluhom.", "Pero` ħalli ngħid x'inhu jiġri.", "Mela min qed jagħmel il-kawżi tat-traffiku li jkunu appuntati fil-kunsilli lokali, li allura qed jagħmlu seduti bil-goff u jtellgħu ħafna nies quddiemhom, qed jitħallas u min qed jagħmel seduti normali bħal Benny Delia u Rossignaud – qed insemmihom għax huma kollha ħbieb tiegħi – ma jitħallsux.", "Għaliex qed jiġri hekk?", "Sur President, jien nieħu pjaċir nara li deċiżjoni tat-traffiku, minbarra li tingħata b'mod ġust u ma jkollokx dawn l-appelli, tkun tagħmel sens.", "Per eżempju, ġieli tmur quddiem kunsill lokali u tinzerta ġudikant dieħel jiġri għax forsi jkollu xi mpenji x'imkien ieħor.", "Issa ħalli niftiehmu.", "Jien ma naqbilx li min ikun se jiġġudika jkollu mpenji x'imkien ieħor jiġifieri min ikollu affarijiet oħra x'jagħmel irid jagħżel.", "Jew ħaġa jew oħra.", "Ma jistax ikun li għax ikollu mpenji oħra minflok sagħtejn, jagħmel siegħa, waqt li jkun qed jagħmel xogħol ta' ġudikant għax inkella d-deċiżjonijiet mhux dejjem ikunu kif għandhom ikunu.", "Meta x-xogħol isir b'dan il-mod il- pubbliku se jbati.", "Mela għax wieħed jidher quddiem il-kunsill lokali għax ma jkunx mexa skond is-sinjal tat-traffiku u l-gwardjan ikun tah ċitazzjoni, għandu jeħel multa ta' Lm60!", "Imbagħad din il-persuna li ma tkunx assistita, għax ħafna minnhom mhux dejjem ikunu assistiti, ħadd ma jgħidilha d-drittijiet tagħha.", "Mela qed ikollna proċeduri, u din trid tinqata', fejn wieħed imur quddiem il-kunsill lokali u d-drittijiet tiegħu x'inhuma quddiem dan il-kunsill ħadd ma jgħidhomlu.", "Mela la taf li għandek dritt tas-sitt ijiem għall-appell u lanqas taf li għandek dritt toffri x- xiehda tiegħek.", "Ħadd ma jgħidlek xejn.", "Hemm min igħidlek li lanqas biss jaf x'ħin għandu jixhed.", "Jekk ħadd ma jgħidlek!", "Ħafna minnhom dawn ma jkunux assistiti.", "Imbagħad wara xi ġimgħa l-persuna tispiċċa tmur għand avukat u tgħidlu l- affarijiet kif żvolġew fil-każ tagħha.", "Imma l-avukat lanqas biss ikun jista' jappella mid-deċiżjoni li tkun ttieħdet għax ikunu għaddew is-sitt ijiem.", "Qed insemmi każijiet li ngħixuhom flimkien u qed ngħid dan biex intejbu s-sistema.", "Għalhekk naħseb li f'kull kunsill lokali għandu jkun hemm bħal avviż li jarah kulħadd li fuqu jkun hemm imniżżel x'inhuma d- drittijiet ta' l-akkużat quddiem dawn it-tribunali.", "Kulħadd għandu jkun jaf li jekk bniedem jinstab ħati għandu sitt ijiem ċans biex jappella.", "Ħadd ma jaf mill-pubbliku Malti li jekk bniedem ma jkunx assistit jista' jagħmel id- difiża tiegħu u jitla' jixhed.", "Dawn huma drittijiet bażiċi li ssibhom kullimkien.", "Riċentement jien kont l-Amerka mal-familja u mort f'qorti, f'post żgħir ħdejn Phoenix, fejn stajt ninnota u nara dawn id-drittijiet bażiċi mniżżlin biex kulħadd ikun jaf xi drittjiet għandu.", "Dan bħal meta kellna l-judges rules fil-pulizija.", "Persuna trid tgħidilha għaliex qed tarrestaha, trid tgħidilha għalfejn tista' tirrifjuta li toqgħod f'identification parade u trid tgħidilha xi drittijiet għandha.", "Dawn huma affarijiet bażiċi.", "Mela jekk persuna m'għandhiex l-appell għax ma tafx bih, fejn se tmur?", "Lanqas tista' tmur għand il-President tar-Repubblika tappella minn deċiżjoni ta' tribunal għaliex biex jidħol il-President tar- Repubblika u dan iżomm sentenza għax ikun jidhirlu li kien każ fejn il- persuna ma kellhiex teħel, trid tkun kawża mill-qrati.", "Fejn jidħol tribunal tal-kunsill lokali ma jistax jidħol u allura din il-persuna tispiċċa li taqlagħha minn kullimkien għax imbagħad tmur biex tħallas il- liċenzja u jgħidulha li ma jistax ikollha liċenzja għax kellha multa ta' Lm60 u ma ħallsithiex.", "Meta jkollok dawn l-affarijiet għaddejjin fil- pajjiż il-poplu se jgħid kemm mexjin tajjeb fis-sistema ġudizzjarja jew se jgħid kif ħadd m'hu qed jgħidlu x'inhuma d-drittijiet tiegħu?", "Din hija l- verita`.", "Sur President, fuq l-arbitraġġ hemm affarijiet oħra.", "L-ispejjeż għolew wisq fil-qrati tagħna, u dan issa m'għadux kontestat.", "Tant m'huwiex kontestat li l-bieraħ l-Onor.", "Mifsud Bonnici qalilna li biex wieħed jiffranka l-flus minflok iħallas ir-reġistru, imur quddiem iċ-ċentru ta' medjazzjoni jew ta' arbitraġġ.", "Għallinqas din hija ammissjoni tajba u korretta li veru għolew l-ispejjeż fil-qorti.", "Qed jiġi aċċettat il-fatt – ġieli kien hemm ammissjonijiet oħra anke mill-kummissjoni għall- amministrazzjoni tal-ġustizzja – li tant għolew it-tariffi tal-qorti li jew ma tidħol xejn jew ....", "Ġieli jiġi klijent għandek b'każ li tkun ċert li tista' tirbħu għax ikun a winning case imma l-klijent jgħidlek li ma jridx jidħol il-qorti minħabba l-ispejjeż involuti.", "L-istatistika li għandi jien, bħalma għandu l-Onor.", "Mifsud Bonnci, turi li mis-sena 2000 sas-sena 2004 ir- rata ta' kawżi ġodda li qed jidħlu fil-prim awla naqsu b'madwar 60%.", "Ara l- istatistika ta' l-1999 u ara wkoll dik tas-sena 2000 ....", "(Interruzzjonijiet) Mhux kemm kien hemm u kemm inqatgħu għax intom qed tagħmlu ħafna affarijiet li issa kulħadd jaf bihom.", "Issa ndrat din il- logħba tan-numri.", "Issa spiċċajna bil-ġudikanti tal-computer u li għamlu ħabta jimpikaw bejniethom.", "Dan kollu ndara.", "Huwa veru li ma jistax ikun li jkollok imħallef jew maġistrat li ma jiddeċiedi qatt jew jiddeċiedi bis- sulluzzu u forsi wieħed jista' jgħid li aħna l-membri parlamentari nistgħu nieħdu pożizzjoni.", "Dan huwa veru imma l-verita` hi li int ma tistax tniggeż lill-ġudikatura billi toqgħod titfagħhom fuq il-computer u toqgħod tagħmel l-istatistika, għax dik ukoll hija perikoluża.", "Sur President, minħabba li għolew it-tariffi tal-qrati klijent idum jaħsibha ħafna dwar jekk jidħolx il-qorti jew le u allura konna għedna jekk nistgħux nagħmlu l-arbitraġġ għax hemmhekk bniedem jeħles b'irħas.", "Imma dan qed ikun irħas?", "L-ispejjeż tal-medjazzjoni fil-qorti tal-familja tnaqqsu għal min għandu problema ta' separazzjoni?", "Il-kontjiet li jirċievu l-partijiet minħabba l-medjazzjoni żdiedu bil-kbir.", "Qabel kien isir il- kuntratt u b'xi mod kien jiġi ppreżentat wara li l-partijiet ikunu pprovaw ...", "(Interruzzjonijiet) Aħna kemm-il darba jkollna każi bħal dawn fejn wieħed jipprova jirranġa lill-partijiet.", "Jien qatt ma nkun irrid inwassalha separazzjoni.", "Hawn xi ħadd li jħobb il-familja u jkun irid iwassal is-separazzjoni?!", "M'hawn ħadd.", "Imma issa daħħalna l-medjatur li qatt ma wassal biex koppja terġa' tingħaqad ...", "(Interruzzjonijiet) Jekk kien hemm kienu waħdiet.", "(Interruzzjonijiet) Dawn ir-riformi li qed nagħmlu huma riformi biex ngħinu lill-pubbliku jħallas inqas jew huma riformi għal xi ħaġa oħra?", "Dawn ir-riformi qed isiru għax issa l-Unjoni Ewropea qabdiltu widnejh sew bi tnalja tal-ħadid lill-gvern u ġibdithomlu 'l fuq.", "Qaltu: \"Meta konna qed nitkellmu miegħek kellek dan il-backlog fil- qorti, issa li ngħaqadt magħna x'se tagħmel?\"", "Allura b'xi mod tbiċċer 'l hemm u tbiċċer 'l hawn u allura l-istatistika ġġibha b'mod li turi li m'għadx hemm dak il-backlog biex dak li jkun jgħid li mexjin.", "Dan hu l- messaġġ.", "Pero' mhux sew jekk qed isir hekk.", "Jien ma nafx, issa jgħidilna s- segretarju parlamentari.", "Meta jien kont qed nara l-affarijiet minn dan l- aspett it-tbeżbiż kien ilu ġej minn hemm fuq dwar il-qrati.", "Jien m'iniex qed ngħid dan għax issa dħalna fl-Unjoni Ewropea.", "Issa hemm qegħdin.", "Jien qed ngħid li qed isiru dawn ir-riformi hekk mgħaġġlin biex il-kawżi jiġu placed b'mod li tonqos il-lista tal-kawżi fil-qorti.", "GĦax, kif jaf tajjeb il-kollega tiegħi, il-lista ta' kawżi fiċ-ċentru tal-medjazzjoni ma tidħolx fil-lista tal-kawżi tal-qorti ċivili u l-qrati l-oħrajn.", "GĦax dawn il- kawżi ma jkunux fil-lista ta' kawżi għall-judgement, imma fil-lista ta' kawżi għall-mediation jew għall-arbitration.", "Allura dik il-lista ma tiġix miżjuda mal-lista tal-kawżi fil-qorti.", "Imma kif konna qabel, konna tajjeb jew ħażin?", "Ma konniex daqshekk tajjeb għax kien hemm bżonn isiru riformi, pero' m'iniex qed ngħid li konna tajjeb.", "Onor. Mifsud Bonnici, jien ngħid li nkunu tajjeb, meta l-pubbliku Malti jibda jgħid li jieħu pjaċir imur il- qorti meta jkollu problema.", "Din ilna ma nisimgħuha!", "Sur President, jien jinkwetani ħafna l-fatt li jistgħu jiżdiedu l-ispejjeż għall-individwu.", "Għalhekk qed ngħid li rridu noqogħdu attenti li ma jiżdidux l-ispejjeż għal min jidħol fiċ-ċentru ta' medjazzjoni.", "Hija farsa li wieħed jgħid li mhux se jiżdiedu l-ispejjeż għax fil-qrati tal-familja kibru, u kif!", "Il-bieraħ issemma l-investiment.", "Hawn xi ħadd li jħobb lill-pajjiż li ma jridx l-investiment?", "Kulħadd irid li jiġi l-investiment fil-pajjiż, imma kif se jiġi l-investiment minħabba li se nagħmlu ċentru ta' medjazzjoni meta għandna każijiet pendenti - skandli kbar - li qegħdin f'ħoġor il-gvern u l-oppożizzjoni qed titlob biex joħorġu l-fatti?", "Kif jista' jkollu fiduċja fih innifsu dan il-poplu jekk ma jemminx li l-affarijiet mexjin sew?", "Mr Speaker, jeħtieġ li l-ewwel il-poplu Malti jifhem li l-gvern huwa korrett f'dak li qed jagħmel.", "Meta ma jemminx li huwa korrett ma jistax ikollu fiduċja fih.", "U jekk l-istess poplu mhux qed ikollu fiduċja fil- gvern, kif qed tippretendi li l-barrani jiġi bl-investiment?", "Dan l-aħħar kellimni Amerikan u qalli li mhux se jiġi aktar hawn Malta.", "Meta staqsejtu għalfejn, semmieli inċident meta kien ġie ma' oħrajn, u ħallewh ġo lukanda - wieħed minn tan-naħa l-oħra kien - għaliex kien hemm affarijiet oħra.", "(Interruzzjonijiet) Le, mhux inti!", "Mela inti in charge mill-industrija jew mill-investiment!", "Jien qed ngħid dawn l-affarijiet għax nemmen li ma nistgħux nistiednu medjazzjoni internazzjonali jekk ma noħolqux spirtu ta' fiduċja f'dan il-pajjiż.", "U dan minn kullimkien irid jiġi; min-naħa tal-ġustizzja, mill-awtoritajiet, mill-fondazzjonijiet li jintnu, u mill-ministeri li wħud minnhom jinxtamm li hemm affarijiet li m'humiex f'posthom.", "Tisma' ħafna kuntratturi jgħidu u jinsinwaw affarijiet għax it-tali jkun ma' ministru u t-tali jkun ma' l-ieħor!", "Dawn huma affarijiet li jweġġgħu l-kredibilità.", "U meta tweġġa' l-kredibilità tkun qed tweġġa' d-direzzjoni ta' dan il-pajjiż.", "L-investiment jiġi fil-pajjiż meta jkun hawn il-fiduċja.", "Sur President, iċ-ċentru ta' l-arbitraġġ għadu fażull għaliex m'hemmx fiduċja fih.", "Dan mhux jien qed ngħidu imma oħrajn li m'humiex fil- politika.", "Il-prim imħallef stess qal - u b'responsabbiltà qalha din żgur! - li jispera li t-twaqqif taċ-ċentru ta' medjazzjoni ma jkunx iljunfant abjad bħalma kien iċ-ċentru ta' l-arbitraġġ.", "Dan mhux jien qed ngħidu jew l-Onor.", "Joseph Brincat, imma qed jgħidu l-president tal-qorti.", "Il-verità hi li meta statement bħal dan isir fil-pubbliku jfisser li hemm sinifikat ta' riżultat.", "Iċ-ċentru ta' l-arbitraġġ infetaħ snin ilu u għadu m'huwiex qed jagħti r-riżultati mixtieqa.", "Jien nemmen li dan m'għandux ikun hekk, imma l-verità hi li ma jistax ikollok ċentru li suppost qed jaħdem u mbagħad jibda jaħdem ċentru ieħor ġo fih stess.", "Din hija l-qassata; għandek iċ-ċentru ta' l-arbitraġġ li m'huwiex jiffunzjona - tant mhuwiex jiffunzjona li għamilt arbitraġġ mandatarju, jiġifieri trid tmur hemm bilfors - imbagħad ġo l-istess bini se tiftaħ iċ-ċentru ta' medjazzjoni biex la jitlaq dan nagħmlu ieħor.", "Ma jistax ikun.", "L-ewwel ma trid tagħmel huwa li tibgħat messaġġ li dan iċ- ċentru qed jaħdem.", "Tant qed jaħdem li jista' jaħdem xi ħaġa oħra miegħu.", "Is-segretarju parlamentari għandu jiġi hawnhekk jgħidilna li ċ-ċentru ta' l- arbitraġġ tant qed jiffunzjona li daħlu \"tant\" arbitrations u ġew deċiżi \"tant\".", "Hawnhekk nista' nsemmi wkoll ir-rewards.", "Jekk wieħed iħares lejn l-istatistika jara jekk humiex qed jingħataw rewards fiż-żmien mixtieq.", "Hemm uħud minnhom li saru imma oħrajn damu anke sena u għadhom pendenti.", "Din m'hijiex ideali u wieħed għandu jirrimedja din is-sitwazzjoni.", "Issa se nitkellem dwar il-medjazzjoni fil-kamp kriminali, fejn għandek każijiet ta' vjolenza domestika.", "L-ewwelnett jien ħadt pjaċir li fejn jidħlu każijiet ta' manteniment u vjolenza domestika l-gvern ħatar maġistrat ad hoc - hawnhekk qed nirriferi għall-Maġistrat Vella - biex dawn il-każijiet jiġu riferiti lilu.", "Imma apparti li jagħti deċiżjonijiet, ir- role tal-maġistrat għandu jkun - bħalma kienet tagħmel anke l-Maġistrat Padovani Grima - li f'ċerti kawżi ma jeħux deċiżjoni malajr għax hemm il- familja involuta.", "Huwa veru li jkun hemm każijiet fejn wieħed ma jkun irid jiċċaqlaq xejn u allura mbagħad wieħed irid japplika l-piena tad- detenzjoni.", "Imma jkun hemm każijiet fejn wieħed ikun jista' b'xi mod iressaq il-partijiet u jirranġa s-sitwazzjoni.", "Imbagħad ikun hemm każijiet fejn ir-raġel bl-ebda mod ma jkun irid iħallas manteniment, anke f'każijiet ta' minuri.", "F'dak il-każ m'hemmx ħniena minnu!", "U jkollna ħafna minnhom dawn.", "Issa ħalli niġi għall-medjazzjoni domestika li jsemmi dan l-abbozz ta' liġi.", "Meta ngħidu medjazzjoni domestika nkunu qed ninkludu l-medjazzjoni familjari.", "Allura hawnhekk qed ngħidu li medjazzjoni tal-qorti tal-familja tista' wkoll tispiċċa quddiem iċ-ċentru tal-medjazzjoni?", "MR SPEAKER: Bil-permess ta' l-Onor.", "Anġlu Farrugia nsejjaħ lill-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Fuq il-kawżi li nfetħu qabel ħareġ l-avviż legali tas-16 ta' Diċembru li huma pendenti quddiem il-prim'awla tal-qorti ċivili qed ngħidu li jekk il-partijiet jaqblu - naturalment trid tara wkoll l-istadju li tkun fih il-kawża - jistgħu jmorru wkoll quddiem iċ-ċentru tal-medjazzjoni.", "MR SPEAKER: Grazzi, ikompli l-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Jiġifieri qed ngħidu li każijiet li spiċċaw quddiem il-prim'awla qabel ma ħareġ l-avviż legali jistgħu jiddeċiedu at this stage li jmorru quddiem iċ-ċentru tal-medjazzjoni.", "Ma nafx kemm se jkun hemm minnhom dawn!", "Issa ħalli ngħaddi għall-kawżi industrijali.", "L-Onor.", "Mifsud Bonnici jaf daqsi li għal dak li għandu x'jaqsam ma' tilwim industrijali hemm it- tribunal industrijali, bħal meta jkollok, per eżempju, dispute bejn union u employer.", "Issa f'dan l-abbozz ta' liġi nsibu li:", "\"\"medjazzjoni domestika\" tfisser medjazzjoni ta' xorta ċivili, familjari, soċjali, kummerċjali u industrijali.\".", "MR SPEAKER: Bil-permess ta' l-Onor.", "Farrugia nerġa' nsejjaħ lill-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Hawnhekk m'aħniex qed nipprovaw niddupplikaw dak li hemm fl-Att dwar ir-relazzjonijiet industrijali li jitkellem fuq medjazzjoni.", "Imma nagħtu każ ikollok kawża fuq unfair dismissal li tkun qiegħda quddiem it-tribunal industrijali.", "Dak huwa bord ta' aġġudikazzjoni u allura jekk il-partijiet jaqblu jistgħu jmorru quddiem iċ-ċentru.", "Anke jekk ikun hemm kwestjoni bejn union u min jimpjega li jkollhom il-volontà li jmorru fiċ-ċentru biex jirranġaw dispute bejniethom, m'hemm xejn xi jżommhom.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Ikompli l-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Mr Speaker, dawn l-affarijiet jinkwetawni għax wara li domna niddiskutu l-Att dwar ir-relazzjonijiet industrijali - u domna ħafna niddiskutuh fl-istadju ta' Kumitat xi sentejn ilu - imkien ma kien hemm din l-idea ta' medjazzjoni.", "Din ma ssemmiet qatt fid-dibattitu.", "Issa jekk kemm-il darba l-partijiet ikunu quddiem it-tribunal industrijali u issa qed ngħidu li jistgħu jmorru għall-medjazzjoni fiċ-ċentru ta' medjazzjoni - għalkemm nifhem x'inhu l-konċett għax fil-liġi industrijali hemm il-konċett ta' mediation - naħseb li d-definizzjoni trid tkun aktar mirquma.", "Fl-istadju ta' Kumitat nistgħu niddiskutuha fid-dettall ħalli ngħidu għalxiex qed nirriferu meta ngħidu medjazzjoni ta' xorta industrijali.", "Mr Speaker, issa se ngħaddi għal klawsola 7 li tgħid li l-bord ikun magħmul minn mhux inqas minn tliet membri.", "Dik mhix daqshekk importanti, imma jien ma naqbilx li ngħidu li l-bord għandu jinħatar mill-ministru.", "(Interruzzjonijiet) L-Onor.", "Mifsud Bonnici għandu raġun imma huwa jrid jifhem il-preokkupazzjoni ta' kulħadd hawnhekk.", "GĦada pitgħada jien nista' nkun ministru, u l-ministru jaf li ċ-ċans li nagħżel nies li għandhom l- istess twemmin politiku ...", "(Interruzzjonijiet) Imma hekk qed isir f'kull bord.", "Ara kif inhuma l-bordijiet kollha.", "Jien wieħed minn dawk li meta konna fil-gvern qbilt li fejn kien hemm bordijiet li kellhom maġġoranza ta' membri Nazzjonalisti nħalluhom hemmhekk għax ridna nipprovaw nagħtu n-nifs lill-pajjiż.", "Imma fil-verità x'qed jiġri?", "Qed jiġu magħżula dejjem dawk in-nies li għandhom l-opinjoni politika tal-partit Nazzjonalista, u għalhekk naħseb li jkun ħafna aħjar jekk il-bord jinħatar minn kumitat parlamentari konġunt ħalli ma jkollna l- ebda indikazzjoni li l-bord li se jmexxi lil dan iċ-ċentru għandu xi riħa partiġjana.", "Jien qed nibgħat dan il-messaġġ għax nemmen verament illi għandna nagħmlu l-aħjar għall-pajjiż.", "Anke dwar il-kwestjoni ta' kemm għandhom idumu hemm il-membri tal-bord, jekk dan il-kumitat parlamentari konġunt ikollu fiduċja f'dan il-bord, allura jien kieku nagħtih ħajja itwal minn erba' snin u ntawlu anke għal ħames jew sitt snin.", "Issa ħalli niġu għall-funzjoni taċ-ċentru, Mr Speaker.", "L-ewwelnett nixtieq nagħmel enfasi li jien naqbel totalment illi għandu jkun hemm kodiċi ta' etika biex ikunu jistgħu jsegwuh il-medjaturi matul il-proċediment tal- medjazzjoni.", "Diġa` semmejt l-inċident li kien hemm fil-qorti tal-familja llum dwar il-medjazzjoni, u għalhekk kulħadd għandu jagħraf kemm huwa mportanti li kull medjatur ikun koerenti b'mod strett mal-kodiċi ta' etika.", "Kull professjoni f'pajjiżna għandu jkollha kodiċi ta' etika.", "Fil-fatt anke l-komportament tagħna l-membri parlamentari ma' xulxin, tkun xi tkun is-sitwazzjoni, għandu jkun ibbażat u marbut kollu ma' xi kodiċi ta' etika.", "Għalhekk naħseb li hekk kif jgħaddi dan l-abbozz ta' liġi, għandu mill- ewwel isir ix-xogħol neċessarju fuq kodiċi ta' etika biex il-medjaturi ma jibdewx ix-xogħol tagħhom mingħajr kodiċi ta' etika imma jimxu fuq kodiċi bħal dan.", "Anke fir-rigward ta' l-avukat, jien nixtieq ħafna li jkun hemm komportament verament etiku minn kull avukat u mhux ikun hemm avukati li jkunu qed jagħmlu disservice lill-istess professjoni tagħhom billi ma jkunux korretti fl-etika, fil-komportament u fl-ilbies tagħhom meta jidhru quddiem il- ġudikant.", "Hawnhekk qed nirriferi kemm għall-avukati nisa kif ukoll għall- avukati rġiel għax għalkemm avukat raġel dejjem jilbes qalziet u ġlekk, jgħodd ukoll x'qalziet u ġlekk jilbes.", "Huwa importanti wkoll li l-avukat ikun korrett waqt li jkun preżenti fl-awla tal-qorti għax dan joħloq ċerta kredibbilta`.", "Mr Speaker, fl-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna hemm klawsola li tgħid illi kull sena għandu jiġi ppubblikat rapport dwar il-progress taċ-ċentru tal-medjazzjoni.", "Jien nistaqsi: Dan ir-rapport fejn se jmur?", "Se jarah il- ministru?", "Dan l-abbozz ta' liġi m'huwiex jispeċifika fejn għandu jmur dan ir-rapport, pero` jien naħseb li għandu jiġi f'din il-Kamra għall- iskrutinju tal-membri parlamentari biex jassiguraw li dan iċ-ċentru qed jaħdem u jagħti s-servizz li għalih ġie mwaqqaf verament.", "Mr Speaker, issa nixtieq ngħid xi ħaġa dwar il-medjaturi nominati.", "Jien ma nafx, imma fuq liema grounds se nagħmlu n-nomini?", "Se nagħmlu bħalma għamilna fil-każ tal-qorti tal-familja, fejn għax ġie xi ħadd mill-Amerka jew mill-Irlanda biex jagħmlilhom il-kors jew inkella għax wieħed mar f'xi uffiċċju ta' l-avukat li jidher iktar modern għax għandu l-ħġieġ tinted, dak allura jfisser li ġie mħarreġ?", "Irridu noqogħdu attenti.", "Jekk issa se ndaħħlu lill-medjaturi f'dan iċ-ċentru ta' medjazzjoni, irridu naċċertaw li, per eżempju, f'każ ta' medjazzjoni ta' kawża ċivili, dawn il-medjaturi ...", "U hawn irrid nagħmel enfasi li dawn il-medjaturi għandhom ikunu avukati.", "Jien ma nistax nimmaġina xi medjatur li m'huwiex avukat f'ċentru bħal dan.", "Huwa veru li tiddependi n-natura tal-medjazzjoni wkoll, imma żgur li fejn tidħol il-medjazzjoni domestika ta' xorta ċivili jien ma nistax nimmaġina li l-medjatur ma jkunx avukat, jiġifieri we have to qualify, u allura l-liġi għandha tispeċifika aħjar dwar min jista' jkun medjatur tat-tali medjazzjoni.", "Jien nifhem li meta tkun qed issir medjazzjoni f'kawża industrijali, il-medjatur m'hemmx għalfejn ikun avukat imma jista' jkun ex-trejdjunjonista jew xi persuna li fil-passat tkun ħadmet ħafna fil-qasam industrijali.", "Għalhekk kif għedt diġa`, we have to qualify.", "Il-liġi għandha tkun imlaħħma ħalli ma jsirux żbalji.", "L-Onor.", "Mifsud Bonnici għandu raġun li jkun jixtieq ċerti affarijiet, pero` jrid iżomm f'moħħu li jekk huwa jagħmel l-affarijiet sew, dan ma jfissirx li kulħadd se jagħmilhom sew bħalu.", "Anzi suppost l-Onor.", "Mifsud Bonnici, bħala segretarju parlamentari, jaf iktar minni kemm l-affarijiet mhux dejjem isiru sew.", "Illum il-ġurnata trid tkun il-ħin kollu l-avukat tax- xitan.", "Xi kultant anke meta jsir il-ftehim u dan jitniżżel bil-miktub, l- affarijiet ma jkunux ċari, jiġifieri nistgħu nimmaġinaw kemm irridu naħsbu għal affarijiet biex lil dan iċ-ċentru nkunu nistgħu nagħtuh il-fiduċja tagħna.", "Iċ-ċentru tal-medjazzjoni għal Malta għandu jkun wieħed b'saħħtu u jagħti kredtu lill-poplu Malti u Għawdxi verament.", "Jien m'iniex se nħajjar lil xi ħadd biex jirrikorri għand dan iċ-ċentru ta' medjazzjoni u ma jmurx il-qorti għax it takes two to tango, pero` nemmen li fejn hu possibbli l-liġi għandna nirranġawha ħalli ma nagħmlux l-iżbalji li diġa` għamilna.", "M'iniex se ngħid lill-Onor.", "Mifsud Bonnici biex igħid dan pubblikament, pero` huwa fatt li fil-qorti tal-familja saru ċerti żbalji minħabba li ma konniex ġejna hawn meta waqqafna l-qorti tal-familja, u għalhekk issa ġaladarba din id-darba ġejna hawnhekk biex inwaqqfu ċ-ċentru tal-medjazzjoni għal Malta għandna naraw li jkollna l-aħjar.", "Issa ħalli niġi biex nitkellem fuq il-kwestjoni ta' jekk medjatur għandux ikun jista' jitneħħa minn ministru jew mill-kummissjoni għall- amministrazzjoni tal-ġustizzja.", "Anke hawn, jien nistaqsi: Kif se naħdmu?", "Illum il-kummissjoni għall-amministrazzjoni tal-ġustizzja qiegħda tilħaq l- għanijiet li forsi wieħed seta' jgħid li kellha meta twaqqfet?", "Issa qed ngħidu li fl-aħħar tas-sena l-president se jkollu joqgħod jiġbor lill- medjaturi kollha madwaru, qisu Kristu qed jiekol iċ-ċena mad-dixxipli, u jagħmel show sħiħ bir-rapporti, pero` aħna mhux dak li rridu.", "Aħna rridu li filwaqt li l-qrati tagħna jkunu qed jiffunzjonaw u jkunu qed iżommu l- indipendenza tagħhom il-ħin kollu, ikollna kummissjoni li għallinqas, fejn jidħol il-poplu, ikollha ċerti snien.", "M'għandniex nibqgħu nippermettu li jkollna nies illi jħossuhom aggravati minn ċerti affarijiet fil-qrati - u din mhux bilfors tkun tikkonsisti f'deċiżjoni għax jista' jkun li wieħed ikun ġie aggravat minn avukat, minn uffiċjal tal-qorti, minn maġistrat jew whoever - u s-soluzzjoni tkun li nagħmlu rapport fuq dan il-każ.", "Jekk hawn xi ħaġa li l-gvern Nazzjonalista huwa magħruf għaliha, din żgur li hija għar-rapporti li joħroġ, u normalment dawn ir-rapporti jkunu miktubin b'mod tajjeb, pero` b'daqshekk fejn se naslu?", "Aħna mhux hekk irridu.", "Aħna, bħala oppożizzjoni, irridu ...", "Issa hawn jien qed nipproponi li dawn l-affarijiet nagħmluhom flimkien, jiġifieri m'iniex qed ngħid li jekk dawn l-affarijiet li qed nipproponi ma tagħmluhomx intom, nagħmluhom aħna.", "Dawn l-affarijiet għandna nagħmluhom flimkien biex kull sistema ġudizzjarja li taqa' taħt il-kappa tal-qrati tagħna tkun dejjem iktar b'saħħitha sakemm naslu f'sitwazzjoni fejn il-pubbliku Malti ma jibqax jibża' jirrikorri għal xi sistema ġudizzjarja meta jkollu xi problema u jibda jemmen li ġaladarba għandu problema, hemmhekk irid imur.", "Issa jekk wieħed ikun jixtieq jirrikorri quddiem iċ-ċentru tal-medjazzjoni biex jevita l-qorti, huwa għandu jkollu dik l-għażla quddiemu.", "Mr Speaker, huwa mportanti li l-gvern ma jittraskurax affarijiet bażiċi.", "Per eżempju, ġaladarba qed nitkellem fuq il-qrati, jien ma nistax ma nsemmix il-problema tal-laboratorju forensiku, u llum aħna pprovajna nittrattaw din l-issue b'urġenza.", "Jien nirrispetta r-ruling li ta Mr Speaker, pero` ma nistax ninjora l-fatt li llum fil-qrati tagħna għandna deadlock komplet.", "Biżżejjed ngħid li minħabba din il-problema tal- laboratorju forensiku, fil-kamp kriminali hemm kawżi li ma jistgħux jimxu 'l quddiem.", "Issa jien m'iniex se noqgħod nistaqsi għaliex J.R. Grima, il-head taċ- ċivil, bagħat għall-analisti f'Kastilja, u wara siegħa jismagħhom, ...", "Illum diġa` għaddew kważi ġimgħatejn minn meta jien u sieħbi l-Onor.", "Gavin Gulia għamilna dik il-press conference, u m'hu veru xejn li aħna qed nipprovaw nieħdu xi vantaġġ politiku.", "Aħna tafu x'irridu?", "Li l- laboratorju forensiku jkun jiffunzjona.", "Issa jekk hemm problemi oħra, il- fatt jibqa' li inti qiegħed fil-gvern biex tieħu d-deċiżjonijiet.", "Aħna nistgħu ma naqblux miegħek, imma inti għandek tieħu d-deċiżjonijiet xorta waħda.", "Il-bieraħ inti għedt waħda tajba meta għedt li aħjar tittieħed deċiżjoni mingħajr dewmien żejjed, anke jekk ma tinqatax favur il-persuna in kwestjoni, milli din tittieħed wara ħafna żmien għax imbagħad il- konsegwenzi ta' dik id-deċiżjoni jkunu ħafna ikbar", "Mr Speaker, ħadd ma jista' jinjora l-fatt li l-laboratorju huwa wieqaf u li hemmhekk għandek makkinarju ma jaħdimx.", "Allura l-pubbliku jista' jkollu fiduċja fis-sistema ġudizzjarja meta dan jaf li teżisti din il-problema nazzjonali serjissima?", "Assolutament ma jagħmilx sens li wieħed jipprova jiġġustika d-dewmien li qed ikun hemm f'din il-kwestjoni, anzi wieħed irid jagħmel kollox biex ma jkunx hemm iktar dewmien.", "Din hija xi ħaġa li la jien, la l-Onor.", "Gavin Gulia, la l-Onor.", "Herrera, li qiegħed ħdejja, u lanqas ħadd ma kellu għalfejn jitkellem fuqha għax la din il-problema qiegħda hemmhekk, għandha tiġi ndirizzata mill-ewwel.", "Lanqas kien hemm għalfejn jiġi l-president tal-qorti u joqgħod jgħaddi ċerti kummenti - għalkemm huwa qagħad attent kif jagħmel dawn il-kummenti - fuq il-kwestjoni ta' l-esperti.", "Għandna naraw li dejjem ikun hemm the middle of the road.", "Jekk hemm bżonn issir riforma, għandna nikkonsidrawha, imma għandha ssir xi ħaġa għaliex this is too much.", "Issa din il-problema tant baqgħet tkarkar magħna li kkollossat u issa, kif qed igħid tajjeb sieħbi ta' ħdejja, qed tikkawża anke problemi kostituzzjonali għax meta jkun hemm dewmien żejjed f'kawża kriminali, dan ikun qed jimpinġi d-dritt fundamentali li persuna għandha li tinstema'.", "Din hija l-verita`.", "Għalhekk, Mr Speaker, kif għedt diġa`, filwaqt li aħna, bħala grupp parlamentari, qed naqblu fil-prinċipju ta' dan l-abbozz ta' liġi, hemm ħafna affarijiet x'nirranġaw biex ikollna liġi li tagħmel iktar sens u biex fuq kollox dak li jsir f'dan il-parlament isir b'għan wieħed, li dak kollu li jsir, isir fl-interess nazzjonali ħalli pajjiżna verament ikollu l-aqwa ġustizzja għaliex il-poplu dejjem jixraqlu l-aħjar.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Herrera.", "MR SPEAKER: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Jose' Herrera.", "ONOR.", "JOSE' HERRERA: Sur President, il-partit Laburista fl-oppożizzjoni m'għandu xejn kontra l-medjazzjoni u l-arbitraġġ.", "Li għandu kontra hu li l- affarijiet isiru bil-għaġġla u b'mod ħażin u l-arbitraġġ u l-medjazzjoni jsiru b'mod sforzat u allura jsiru kontra-produttivi.", "Fuq l-arbitraġġ mhux se nitkellem għaliex naħseb li qatt ma kien hemm suġġett f'Malta li jien tkellimt fuqu daqshekk.", "Kważi kważi dan ħadtu bħala missjoni personali tiegħi għaliex kif jaf kulħadd il-qrati jinteressawni ħafna.", "Jien twelidt u għext f'ambjent legali u allura hija ħaġa naturali li l-istituzzjoni ġudizzjarja hija daqshekk għal qalbi.", "Fil-fatt kemm missieri kif ukoll oħti jaħdmu f'dan il-qasam ukoll u jien minn meta kont għadni żgħir ħafna ħlief bi qrati, liġijiet u ġustizzja ma smajtx.", "Jien avukat u allura dan il-qasam huwa parti essenzjali minn ħajti.", "Naħseb li l-kritika li saret minni personalment ħalliet - se nuża kelma bil- Latin peress li l-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici huwa bniedem ta' kultura - l-imprimatur tiegħi fuqu.", "Din il-liġi hija aħjar mil-liġijiet oħrajn li għamel pero' għandha aspetti tajbin u aspetti li ma tantx huma tajbin.", "Bir-rispett kollu lejn l-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici rrid ngħid li f'din il-liġi m'hu qed nagħmlu xejn speċjali.", "Jista' jkun li n-nies qed jisimgħu ħafna affarijiet u qed jimpressjonaw ruħhom imma fil-verita` mhu se jsir kważi xejn ġdid.", "Min bħali ilu jaħdem il-qorti għal kważi 20 sena malajr jirrealizza li l-imħallfin u l-maġistrati tagħna u xi korp ta' aġġudikazzjoni ...", "Issa dan ma nafx xi jrid ifisser bih il-kollega tiegħi pero' naħseb li qed jirriferi għal din il-kwantita` kbira ta' tribunali, arbitraġġi sforzati, chairmen u affarijiet oħra.", "Ma nafx jekk hux qed jirriferi wkoll għal dawn il-bordijiet li ġew ikkreati f'kull aġenzija governattiva li naħseb minnhom hawn daqskemm hawn nies f'Malta.", "Pero' jkun tajjeb li lis-segretarju parlamentari nistaqsih jekk meta jirriferi għall- korp ta' aġġudikazzjoni jkunx qed jirriferi wkoll għall-bordijiet kollha li jeżistu f'Malta nkluż il-planning authority, id-dipartimenti u l-aġenziji kollha li għandhom bordijiet.", "Quddiem dawn il-bordijiet tista' twaqqaf il- proċeduri u tmur għall-medjazzjoni?", "Din m'hijiex qiegħda ċara u ma nafx għalfejn hemm riferenza għal korp ta' aġġudikazzjoni.", "Jista' jkun li hawnhekk qed jirriferu wkoll għat-tribunali industrijali ̧ għat-tribunal tat- talbiet żgħar - aħna l-avukati dawn ngħidulhom tribunali tat-tfal li jkollhom kawżi sa Lm1,500 - jew inkella għall-arbitraġġ sforzat.", "Daqskemm hawn tribunali!", "Sur President, illum trid tkun road runner biex taħdem ta' avukat.", "Huwa għalhekk li Tony Abela - hawnhekk mhux qed nirriferi għas-segretarju parlamentari - u jien ibbojkottjajna ċ-ċerimonja.", "Illum qed isir diffiċli ħafna li taħdem ta' avukat.", "Naħseb li l-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici, bir- rispett kollu lejh, qed jimmaġina li se jibqa' ministru jew segretarju parlamentari sakemm jagħlaq 65 sena.", "Probabbilment il-verita` hija differenti għaliex naħseb li 'l quddiem hu wkoll se jibda jgorr u jmaqdar lilu nnifsu.", "Sur President, kif tista' taħdem f'Malta jekk jeżistu tribunali r-Rabat, iż-Żurrieq, Tas-Sliema, Birkirkara u Għawdex biex ma nsemmix ukoll bordijiet ̧ dipartimenti, arbitraġġi u medjazzjoni ma nafx fejn?!", "Kif tista' taħdem ta' avukat?", "Dan huwa ġenn assolut f'pajjiż żgħir bħal Malta.", "Huwa għalhekk li l-avukati huma ffrustrati għax dan kollu ma jagħmilx sens.", "In-nies qed jidhru bla avukati u qed jiġu kkundannati quddiem it-tribunali fuq il-ħmerijiet, mingħajr ma jkollhom id-difiża li għandhom dritt li jingħataw ̧ għax l-avukati ma jistgħux ikunu f'dawn il- postijiet kollha u fil-qorti fl-istess ħin.", "Per eżempju ̧ issa fejn hemm il-qorti tal-familja neħħejna wkoll il-bridge u l-imħallef li qed jaħdem hemmhekk lanqas għadu jilbes toga.", "X'jagħmel dan?!", "Joqgħod jiġri fit- toroq bit-toga qisna qegħdin fil-karnival?!", "Ma tistax taħdem hekk!", "Kieku konna l-Amerka ̧ ir-Russja jew il-Ġermanja li huma pajjiżi kbar nifhimha li jkollok il-qrati muniċipali, il-qrati tal-kunsilli eċċ. Per eżempju, f'Londra għandek il-bow street magistrates ̧ li huwa l-kriminal ̧ l-old bailey u r-royal courts of justice għal popolazzjoni ta' 10 miljun ruħ.", "Jien ġej u sejjer Oxford u nista' ngħid li hemmhekk hemm 500 ̧000 ruħ u hemm qorti waħda biss.", "Imbagħad f'Malta għandna popolazzjoni ta' 400,000 ruħ u se jkollna 150 jew 200 sede ġudizzjarju.", "Dan huwa redikolu u stupidu.", "Nifhem li għandna qorti muniċipali għal Għawdex għax hemm il-baħar imma li ma' Malta kollha jkollok dawn il-qrati ̧ ċentri ta' medjazzjoni, ċentri ta' arbitraġġ eċċ, hija xi ħaġa tad-daħk!", "Per eżempju ̧ bir-rispett kollu ma naqbilx li t-tribunali jżommu s-sede tagħhom fil-kunsilli.", "L-ewwelnett m'hu veru xejn li ċ-ċittadini qed ikunu moqdija aħjar għax min jaqla' ticket iż-Żurrieq ma tfissirx li jkun miż- Żurrieq u min jagħmel kontravvenzjoni Għawdex mhux bilfors ikun minn Għawdex.", "Meta għandek pajjiż żgħir bħal Malta ̧ is-seduti għandhom isiru l- qorti biex dak li jkun ilaħħaq ma' kollox.", "Imbagħad jekk ikollok kawżi Għawdex, tmur hemmhekk.", "Imma mhux toqgħod tiġri qisek roadrunner ma' Malta u Għawdex kollu.", "Din se nopponiha bil-qawwa kollha għax se tkisser il- professjoni legali u jekk tkisser il-profesjsoni legali ̧ tkisser in-nies.", "X'jiġifieri n-nies ma jkollhomx dritt għall-avukat tagħhom?", "Jiġri wkoll li filgħodu jkollok tmur arbitraġġ f'East Street - sakemm nasal hemmhekk ikolli niċċarġja l-pacemaker li għandi għax ngħejja nimxi sa hemmhekk - u mbagħad is-seduti jaqbdu u jappuntawhomlok bl-addoċċ għax il- medjaturi m'humiex avukati - din ma nistax nifhimha lanqas - u jkollok ukoll l-appelli kriminali, iċ-ċivil, il-family court eċċ. Dan x'ġenn hu!", "L-arbitraġġi għandhom isiru l-qorti u mhux f'ċentru ad hoc.", "L-istess ngħid għall-medjazzjonijiet.", "Għandhom isiru medjazzjonijiet imma dawn għandhom isiru l-qorti u mhux f'ċentru ad hoc f'Tas-Sliema jew f'Bormla.", "Jekk hemm bżonn inkabbru l-qorti u nużufruwixxu ruħna minn dak il-bini u mhux noqogħdu niġru ma' Malta u Għawdex kollu qisna l-imġienen bil-konsegwenza li mbagħad nibagħtu lill-istudneti jew lis-segretarji jagħmlu l- medjazzjonijiet.", "Dan huwa ġenn u l-avukati huma ffrustrati fuqha din.", "Nerġa' ntenni li b'dan kollu l-ministru ma skopriex l-Amerka.", "Dan qisu Christopher Colombus li skopra l-Amerka bil-luck.", "Meta jkollok kawża serja - hawnhekk mhux qed nirriferi għal kawżi żgħar ta' bla sinifikat għax inkella ma nispiċċaw qatt - ...", "U hawnhekk irridu nikkjarifikaw li l-medjazzjoni b'ordni tal-qorti jew ta' xi tribunal ieħor trid issir u mhux b'korp ta' aġġudikazzjoni għax din hija xi ħaġa redikola, stupida u ma tagħmilx sens.", "X'inhi din il-biża' mill-qorti?", "Donnu li l-ministru ma jridx jirrikonoxxi li hemm qorti fil-pajjiż, li hija organu ġudizzjarju!", "Donnu li dan irid jumiljaha l-qorti u li għandu fissazzjoni kbira li jitfagħha f'kappa ta' tribunali u bordijiet li qed jikkrea waħda wara l-oħra.", "Il-medjazzjoni għandha ssir b'ordni tal-qorti u mhux b'ordni ta' xi korp ta' aġġudikazzjoni jew ħmerijiet bħal dawn.", "Sur President, ġieli jkollok kawża quddiem imħallef fejn wieħed igħidlu li hemm ċans li l-partijiet jaslu fi transazzjoni bejniethom.", "Taħseb li l- imħallef mhux se jagħti differiment jew se jwaqqfu?", "L-imħallef jagħti differiment kemm ikun irid dak li jkun għax ikun se jiffranka li jikteb sentenza u jiffranka li joqgħod jisma' x-xhieda u jagħti ż-żmien biex wieħed jara jekk jistax ikun hemm qbil.", "Issa biex isir dan hemm bżonn immur quddiem bniedem, li ħafna drabi lanqas ikun avukat u bir-rispett kollu ma jkun jifhem xejn fil-liġi, u dan jagħmilha ta' prużuntuż u ta' medjatur f'kawża legali ̧ kif qed jiġri fil-qorti tal-familja?!", "Bir-rispett kollu, ħafna mill-medjaturi huma prużuntużi.", "Jien se nagħmel rapport - din qed niddikjaraha fil-parlament u dalwaqt jirċeviha l-ministru - ta' medjaturi li qed jabbużaw mill-kariga tagħhom, qed jibagħtu għall- klijenti tagħna, qed iwasslu partijiet f'agreements fuq letterheads tal-qorti, jiċċarġjaw il-partijiet ̧ wara jiġu l-partijiet għandna u jgħidulna li għamlu l-agreement u dan ma jkunx jiswa one penny għax ikun illegali, ma jkunx sanzjonat minn imħallef u ma jkunx jagħmel sens legalment.", "Dan hu li qed jiġri.", "Hekk isiru l-medjazzjonijiet?", "Jien għandi bżonn bniedem li ma jifhimx fil-liġi u ta' prużuntuż li hu jagħmilha ta' medjatur fi kwestjonijiet legali?", "Dawn huma ħmerijiet!", "L-imħallef għandu jordna u jgħid li jekk dak li jkun jista' jirranġa ̧ jirranġa.", "Pero' li rridu nagħmlu huwa li nbiddlu l-liġi, mhux hekk!", "Irridu ngħaddu liġi u ngħidu li jekk il-partijiet f'kawża jħossu li hemm ċans li jsolvu każ bejniethom amikevolment u li hemm ċans ukoll li jaslu f'medjazzjoni, jekk issir talba l-qorti almenu għandha tikkonċedi terminu.", "Il-partijiet jistgħu jew jipprovaw isolvuha bonarjament mingħajr l-assistenza jew indħil tal-gvern u jagħżlu lil min iridu bħala medjatur.", "Jista' jkun li dak li jkun ikun irid lit-tali għax forsi kien l-avukat ta' parti minnhom qabel jew għax ikun xi ħabib, u dan jagħmilha ta' medjatur.", "Issa jekk ma jkunx hemm bżonn medjatur jistgħu jiltaqgħu bejniethom u jiddiskutu u jipprovaw jaslu.", "Pero' jekk għandu jkun hemm ċentru ̧ dan għandu jkun fl-istess bini fejn isir l-arbitraġġ jew f'xi bini viċin il-qorti u mhux nivvintaw xi bini ieħor għax inkella se nibda mmur il-qorti mhux bit-toga, bil-morning dress jew bis-sidrija imma nibda mmur bit-tracksuit u bil-gym shoes!", "B'dan il-mod inkun lest li nitlaq niġri kemm niflaħ lejn East Street għall- arbitraġġ, imbagħad minn hemmhekk għall-qorti tal-familja, - hemmhekk neħħew ukoll il-bridge - wara mmur niġri kemm niflaħ lejn iċ-ċentru tal- medjazzjoni li qed joħlom bih is-segretarju parlamentari ̧ minn hemmhekk immur niġri lejn xi tribunal f'xi rokna mbiegħda tal-pajjiż, imbagħad immur niġri kemm niflaħ għal quddiem il-maġistrat!", "Sur President, fil-liġi jrid ikun hemm li jekk il-partijiet iridu jqabbdu medjatur lil min iridu huma, il-gvern m'għandu l-ebda dritt jindaħal bil- ħmerijiet ta' l-elenki tiegħu.", "Din ta' l-elenki ma naqbilx magħha.", "X'jiġifieri tagħmilhom int il-medjaturi!", "Mela inti tifhem f'kollox!", "U l- medjaturi jridu jkunu avukati u mhux ma jkunux jifhmu fil-liġi!", "Dawn il- medjaturi jridu jkunu avukati li, jekk iridu, jispeċjalizzaw fil- medjazzjoni ħalli jkollhom il-kwalifiki neċessarji, imbagħad nibdew neħduhom bis-serjeta`.", "Per eżempju, peress li nofs il-medjaturi huma nutara, meta laħħquhom kellhom jibdlu l-liġi għax nutar ma jistax jaħdem ta' medjatur, jiġifieri dawn kienu kisru l-liġi wkoll meta għamluhom.", "Ma nafx kif medjaturi li qatt ma studjaw l-ebda liġi jridu jimponu l- opinjonijiet tagħhom fuq kwestjonijiet purament legali.", "Dawn x'jifhmu fil- liġi?", "Meta dawn jiltaqgħu mal-partijiet, il-medjatur joqgħod bil-qiegħda hemm qisu ħmar u ġieli lanqas jiftaħ ħalqu!", "Dik x'medjazzjoni hi?!", "Jien naqbel li l-qrati nagħmlulhom liġi fejn norbtulhom idejhom li jekk - mhux ikollok xi imħallef bully għax hemm min hu bully - il-partijiet ikunu jistgħu jaslu fi transazzjoni bejniethom, lill-imħallef jgħidulu, u dan mhux jibqa' għaddej imma jagħtihom ċans.", "Minbarra dan, jekk imħallef iħoss li l-partijiet ma jkunux qed jaslu minħabba xi ħmerija, forsi minħabba l-ispejjes tal-kawża, fuq xi punt partikolari jew inkella fuq xi affarijiet li jistgħu jiġu riżolti bonarjament, dan jista' jordna biex ikun hemm medjazzjoni.", "F'dan ir-rigward naqbel li hemm bżonn ta' ċentru u għalhekk aħna se nivvotaw favur imma jekk il-partijiet stess iridu li jwaqqfu l-proċeduri biex jipprovaw jaslu fi qbil bejniethom bla medjatur, għandhom jingħataw dan iċ-ċans.", "Jista' jkun li dawn ikunu jridu jappuntaw lil xi ħadd li ma jkunx qiegħed fl-elenku għax forsi jħossu li dak ikun l-aħjar wieħed.", "Hawnhekk ikun tajjeb li wieħed isemmi li ħafna mill-arbitri, fosthom Dr Ellul, kif tagħżilhom igħidulek li ma jkunux iridu joqogħdu bħala arbitri biex ikollhom one arbitration a year u jaqilgħu Lm50.", "Iħossu li dan m'huwiex worth it.", "Kif kont qed ngħid qabel, jekk il-partijiet jaqblu dwar min għandu jkun l- arbitru, il-gvern m'għandux jimponi bl-elenku.", "Din ta' l-elenki għandha tispiċċa għax tmur kontra l-ħsieb ta' l-indipendenza u l-awtonomija tal- ġudikatura.", "Barra minn hekk ma tagħmilx sens, tagħti lok għal suspett u tkun kontra-produttiva.", "L-elenku għandu jkun hemm għal meta l-imħallef jidhirlu li każ partikolari jkun jista' jissolva bonarjament.", "Hemmhekk għandek tħallih l-elenku.", "L-imħallef jista' jgħidlek, kif jiġri f'pajjiżi oħra – dan qed ngħidu għax segwejt u qrajt - li l-każ ikun fuq pika u fuq il-ħmerijiet u allura jgħid lill-partijiet biex imorru jagħmlu xahrejn medjazzjoni.", "Jekk dawn ma jiftiehmux għandu jimponihulhom arbitru.", "Pero' jekk il-partijiet jiftehmu bejniethom fuq lil min iridu, il-gvern m'għandu assolutament qatt, u taħt l-ebda ċirkotanzi, jimponi lista ta' nies.", "Dan il-kriterju għandu jitbiddel; almenu medjazzjoni fuq kwestjonijiet legali għandha ssir minn persuna legali u mhux tagħmel lista ta' nies li taparsi jkunu ħadu sitt xhur kors biex saru medjaturi.", "Hawnhekk ikun tajjeb li nkunu nafu xi skills għandhom dawn il-medjaturi.", "Nerġa' ntenni li l-medjaturi għandhom ikunu jifhmu fil-liġi u mhux jagħmluha ta' medjaturi fi kwestjonijiet legali u jibdew jindaħlu u jagħtu pariri lill-klijenti tiegħek kontra l-parir li tkun tajthom inti stess u jibdew jibagħtu għalihom minn wara daharek.", "Din it-tip ta' medjazzjoni ma naqbilx magħha kompletament.", "Huwa tajjeb li jkollok strutturi imma mhux b'dan il-mod.", "Dan biex ma nsemmix il-fatt li għandek medjazzjoni skond il- korp ta' aġġudikazzjoni u din għandi oġġezzjoni għaliha.", "Kif għedt qabel, dan il-korp ta' aġġudikazzjoni għadni ma nafx x'inhu.", "MR SPEAKER: Onor. Herrera, sar il-ħin.", "ONOR.", "JOSE` HERRERA: Se nikkonkludi.", "Hawn Malta hawn mijiet jekk mhux eluf ta' korpi ta' aġġudikazzjoni.", "Per eżempju, jien l-ewwel darba li se nidher quddiem id-DCC se ngħidilhom biex jieqfu ħalli mmur għal medjazzjoni mad-dipartiment u jridu jagħtuni ċans għax dak huwa korp ta' aġġudikazzjoni.", "Jekk jien se mmur quddiem il-public service commission se ngħidilhom biex jieqfu għax jien irrid immur għal medjazzjoni.", "Dan jaf x'se jagħmel b'din il-klawsola?", "MR SPEAKER: Onor. Herrera, se tibqa' in possession?", "ONOR.", "JOSE' HERRERA: Iva.", "MR SPEAKER: Issa nsejjaħ lill-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici, biex jekk jogħġbu, iressaq l-aġġornament.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Mr Speaker, nipproponi l-aġġornament tal- Kamra għal għada, l-Erbgħa, 6 ta' Ottubru, 2004 fis-6.00 p.m. b'din l- aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Medjazzjoni – Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar Arkivji Nazzjonali – Tieni Qari; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali – Tieni Qari.", "------------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar it-Trusts – Kumitat Permanenti.", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili (Emenda Nru 2) - Kumitat Permanenti.", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Reġistru Ċentrali – Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Evarist Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Mr Speaker, nixtieq nappella lill-gvern biex ma jerġax jiġri dak li ġara l-ġimgħa li għaddiet meta cruiseliner intbagħat jorbot in-naħa ta' Ras Ħanżir peress li l-post fejn seta' jorbot - dan biex jinżlu t-turisti u jimxu lejn il-Belt - kien meħud minn vapur ieħor tal- gwerra.", "Il-gvern irid jiddeċiedi lil min se jagħti preċedenza, jekk hux lill-vapuri tal-gwerra jew lill-vapuri li jġibulna t-turisti meta jżuru l- portijiet tagħna.", "Din mhix l-ewwel darba li ġrat u naħseb li l-gvern qed jagħmel żball li jibgħat il-vapur tal-passiġġieri f'port ieħor bħad-deep water quay.", "Mhux il-vapuri kollha jistgħu jorbtu hemmhekk għax ċerti vapuri jmiss il-qiegħ tagħhom.", "Ras Ħanżir żgur m'huwiex il-post indikat biex tibgħat it-turisti għaliex biex imorru lejn il-Belt iridu jaqbdu taxi li tieħu 20 minuta biex twassalhom.", "Dan it-tip ta' turiżmu, jiġifieri l-passiġġieri tal-cruiseliners, huwa qasam li għad irid jikber hawn Malta u bħalissa ma tantx sejjer tajjeb.", "Din is-sena n-numru ta' passiġġieri li ġew Malta bil-vapur waqa' drastikament.", "Biżżejjed nikkwota l-istatistika uffiċjali tal-gvern li turi li fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena żaru l-gżejjer tagħna 47,000 passiġġier inqas mis-sena ta' qabel.", "Jien inħoss li fi żmien meta qed nagħmlu cruiseliner passenger terminal fil- Belt Valletta rridu naħdmu biex in-numru ta' vapuri bit-turisti li jżuru pajjiżna jiżdied u mhux jonqos.", "U biex jiżdiedu rridu nagħtuhom faċilitajiet tajbin u nistmawhom tajjeb u mhux jiġu l-ewwel il-vapuri tal- gwerra, imbagħad il-vapuri tal-passiġġieri.", "Niftakru li bid-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea pajjiżna tilef parti mill-attrazzjoni li kellu għal dawk li kienu jiġu fostna għax ma kenux iħallsu dazju hawnhekk.", "Mill-1 ta' Mejju, 2004 dik intilfet u ċerti linji tal-vapuri, bħar-Royal Caribbean, is- sena li għaddiet kienu żaru Malta 26 darba u din is-sena ma ġewx iżjed.", "Dak ifisser li aħna issa rridu niġbdu dawn il-vapuri tal-passiġġieri lejna b'metodi ġodda.", "Jiġifieri l-vantaġġ li ma kenux iħallsu dazju m'għadux hemm u allura rridu noffru vantaġġi oħra minn dan il-pajjiż għax għandna kompetizzjoni feroċi minn pajjiżi oħra.", "Jien nieħu gost ngħid li s-sena d-dieħla tidher li se tkun aħjar minn din is-sena li għaddiet fir-rigward ta' cruiseliner passengers.", "Jien irrid nagħmilha ċara li aħna nieħdu gost b'kull biċċa aħbar tajba li jkollna.", "Dan il-pajjiż għandu bżonn ix-xogħol biex jgħix, kemm ix-xogħol mit- turiżmu, kemm ix-xogħol mill-manifattura u minn kull qasam ieħor.", "Allaħares il-futur tagħna jkun iswed u jkun mhedded għax in-nies iridu l- impjiegi biex jgħixu u allura aħna bil-ġid nieħdu gost.", "Aħna nikkritikaw biex l-affarijiet isiru aħjar, għaliex meta naraw it-turiżmu sejjer lura aħna ninkwetaw ħafna.", "Meta t-turiżmu jkun sejjer lura, kollox imur lura.", "Imbagħad dan il-pajjiż biex se jgħix?", "Il-familji Maltin u Għawdxin biex se jgħixu?", "Din hija xi ħaġa li tinkwetana ħafna u allura nieħdu gost li jkun hemm indikazzjoni li l-affarijiet jistgħu jmorru aħjar.", "Jien informat li s-sena d-dieħla, dejjem jekk jinżammu l-bookings li deħlin issa ta' vapuri li se jżuru l-portijiet tagħna għas-sena d-dieħla - hemm xi linji minnhom li ħassru l-bookings li għamlu - għandu jkollna iżjed minn 385 vapur bil-passiġġieri li se jżuru l-portijiet tagħna.", "Imma rridu nagħmluha ċara li lil dawn irridu nistmawhom u nilqgħuhom fostna għax il- kompetizzjoni hija qawwija.", "Tajjeb li ngħid ukoll li l-istatistika li għandna bħalissa f'pajjiżna turi biss in-numru ta' passiġġieri li jidħlu fuq il-vapuri.", "Dik m'hijiex biżżejjed.", "Importanti wkoll li l-passiġġieri jinżlu minn fuq il-vapuri u jonfqu flushom hawn.", "Huwa sinjal ħażin għalina meta jidħol vapur b'1,000 ruħ u jinżlu biss 300.", "Jekk jinżlu biss 30% jew 50% tal-passiġġieri li jidħlu fostna jfisser li għandna xi ħaġa sejra ħażin.", "Għax meta tqabbel destinazzjonijiet u portijiet oħra n-naħa ta' l- Afrika ta' fuq jew in-naħa ta' l-Ewropa ta' isfel fejn jinżlu 70% jew 80% tal-passiġġieri li jkunu fuq il-vapuri, dak ifisser li aħna għandna xi ħaġa ħażina.", "Irridu naraw x'inhi dik ix-xi ħaġa ħażina biex mhux biss ikollna aktar vapuri tal-passiġġieri li jiġu fostna, imma li l-passiġġieri li jiġu fuq il-vapuri jinżlu l-art.", "Mhux biżżejjed li jiġu l-passiġġieri jekk imbagħad jibqgħu fuq il-vapur.", "Aħna rridu li dawn jinżlu l-art u li jkunu stmati tajjeb u ma jkunx hemm ix-xufiera tat-taxis li jaraw kif jisirquhom għal ftit minuti vjaġġi, inkella dawn ifittxu postijiet oħra fejn imorru.", "Jien irrid insemmi ftit l-isfond ta' kif qed tiżviluppa l-industrija tal- vapuri tal-passiġġieri.", "Sa l-aħħar ta' din is-sena huwa mistenni li jkun hemm 14-il miljun passiġġier fuq vapuri differenti li jkunu qed ibaħħru f'xi post jew ieħor fid-dinja.", "Il-cruiseliner business fil-Mediterran qiegħed jiżviluppa b'mod qawwi ħafna.", "Niftakru li din hija industrija pjuttost żgħira fl-età.", "Fil-fatt sa l-1996 kien hemm 1.5 miljun biss cruise passengers iduru fid-dinja u, kif għedt, sa l-aħħar ta' din is-sena dawn se jitilgħu għal 14-il miljun.", "Sur President, minħabba l-problemi li hemm fil-lvant nofsani u ċerti portijiet fin-naħa tal-lvant tal-Mediterran huma ta' periklu, hemmhekk ikun hemm min iħassar iż-żjajjar tagħhom, imma f'postijiet oħra fil-Mediterran is-sitwazzjoni hija tajba.", "Biżżejjed insemmu li sa l-aħħar ta' din is-sena l-Italja se jżuru l-portijiet differenti tagħha 4 miljun passiġġier fuq wieħed minn xi 120 vapur ta' 60 kumpannija differenti.", "L-iktar li sejjer tajjeb huwa l-port ta' Civita Vecchia li se jżuruh kważi 700,000 passiġġier, imbagħad hemm Venezja b'670,000 passiġġier, hemm Napli b'630,000 - jiġifieri qribna hawnhekk - hemm Savona b'500,000 passiġġier, hemm Livorno bi 390,000 passiġġier u anke Genova b'250,000 passiġġier.", "Hawn Malta fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena se jkunu żaruna 76,000 passiġġier meta s-sena li għaddiet kellna 124,000 passiġġier.", "Jiġifieri aħna frak qed nieħdu ħdejn ħaddieħor.", "Allura huwa mportanti ħafna li naħdmu iżjed biex niġbdu aktar vapuri tal- passiġġieri lejn pajjiżna.", "Għandna kompetizzjoni qawwija; diġà semmejt pajjiżi bħat-Tuneżija u l-Libja, mbagħad għandna kompetizzjoni qawwija ġejja minn Franza, minn Spanja u mill-gżejjer Griegi u Torok.", "Jiġifieri ħadd fid-dinja m'hu qiegħed hemm biex lilna jagħtina x'nieklu, noqogħdu bil- qiegħda u l-manna taqa' f'ħalqna.", "Irridu naħdmu aħna, kull wieħed minna, biex kemm jista' jkun niġbdu turisti lejn pajjiżna anke f'dan is-settur.", "Nerġa' ngħid li m'huwiex biżżejjed li l-istatistika tal-gvern tgħidilna li ġew 76,000 passiġġier fl-ewwel sitt xhur.", "Aħna rridu nkunu nafu kemm minn dawk is-76,000 passiġġier niżlu f'pajjiżna u żaru l-postijiet, kemm iġġeneraw flus, kemm marru fi ħwienet, kemm żaru siti ta' wirt storiku, kemm użaw taxis, kemm użaw coaches, u kemm minnhom daħlu fi ħwienet tax- xorb jew ta' l-ikel.", "Dak huwa l-business li jridu jiġġeneraw.", "Iżjed u iżjed irridu naraw li mhux biss ikollna vapuri li jidħlu għal ftit sigħat fil-portijiet tagħna iżda li Malta ssir ukoll waħda mill-postijiet minn fejn il-cruise passenger ships jitilqu u jiġu lura.", "B'hekk jinħoloq aktar xogħol fil-pajjiz speċjalment għal-linji ta' l-ajru.", "Jiġifieri t-turisti mhux biss iżurna għal ftit sigħat darba fil-ġimgħa imma li jitilqu minn hawn u jiġu lura hawn.", "GĦalhekk huwa importanti ħafna l-proġett tal-cruiseliner passenger terminal fil-Belt Valletta, li se jiswa madwar Lm12 miljun immexxi mill-kumpannija Viset Malta.", "Jien nawguralhom li dan il-proġett irendi.", "Nawguralhom ukoll fix-xogħol tagħhom li qed jirsistu biex kemm jista' jkun jiġbdu linji ta' vapuri biex joperaw lejn Malta.", "Il-fatt li se jkollna cruiseliner passenger terminal fil-Belt huwa pass fid-direzzjoni t-tajba, imma mhux garanzija ta' suċċess.", "Hemm ħafna xogħol li jrid isir biex tassew linji tal-vapuri jagħżlu li jiġu Malta.", "Nerġa' ngħid li s-suċċess mhux garantit, il-kompetizzjoni hija feroċi, kull pajjiż jara x'jagħmel biex joffri vantaġġ fuq pajjiż ieħor, u aħna rridu nkunu hemm f'din il-kompetizzjoni qawwija biex bil-vantaġġi li noffru ma nkunux biss port fejn il-vapuri bil- passiġġieri tagħhom jidħlu għal ftit sigħat, imma importanti li dawk il- passiġġieri jinżlu l-art.", "Irridu nifhmu għaliex xi kultant nofs jew terz biss tal-passiġġieri ta' vapuri jinżlu l-art.", "Jeħtieġ li Malta ssir ukoll waħda miċ-ċentri minn fejn il-vapuri tal-passiġġieri joperaw biex hekk jinħoloq aktar xogħol għal-linja ta' l-ajru, għal-lukandi, għat-taxis, għall-casinos, għas-siti storiċi u anke għar-ristoranti.", "Mr Speaker, naf li l-Viset Malta qed taħdem ħafna fuq dan il-proġett; wara kollox fl-interess tagħha li taħdem f'din id-direzzjoni għaliex jekk ma jiżdiedx ix-xogħol, dak il-proġett ta' Lm12 miljun jibqa' katedral fid- deżert.", "Aħna żgur ma nixtiquhx li jkun hekk, imma nistaqsu wkoll x'qed jagħmel il-gvern.", "Hemm il-Viset Malta tagħmel ix-xogħol tagħha, hemm setturi differenti jagħmlu x-xogħol tagħhom, hemm aġenti jagħmlu x-xogħol tagħhom, u l-gvern ma jistax ikun assenti.", "Irid jara x'jagħmel ukoll u jieħu l-passi kollha meħtieġa biex Malta tkun attraenti bħala ċentru fejn tilqa' dawn il-vapuri.", "Dak li bħalissa jidher li mhux sejjer tajjeb, jiġifieri ż-żjara tal-vapuri tal-passiġġieri fostna, għandu jsir wieħed mill-muturi ta' l-industrija tat- turiżmu għall-ġid ta' pajjiżna, għall-ġid ta' tant familji Maltin u Għawdxin li jiddependu mit-turiżmu.", "Żgur li l-gvern m'għandux jagħmel huwa dak li għamel il-ġimgħa li għaddiet, u dak li għamel diversi drabi, li jagħti preċedenza lill-vapuri tal-gwerra qabel il-vapuri tal-passiġġieri.", "Hemmhekk tkun qed tibgħat sinjal ħażin lill-kumpanniji.", "Sur President, m'iniex se nidħol fuq dan is-suġġett għax hemm dibattitu sħiħ x'jista' jkun l-effett ta' dan fuq Malta.", "Ma nafx kemm jagħmel sens li niġbdu lejna dawn il-vapuri tal-gwerra fi żmien meta nafu li qed isiru attentati terroristiċi!", "Qed inġibu l-lifa f'ħobbna.", "Naf li hemm min ma jaqbilx miegħi fuq din l-interpretazzjoni, imma li jkollna vapuri tal- gwerra f'portijiet bħal tagħna li huma miżgħudin bin-nies madwarhom, bħall- komunitajiet tal-Cottonera, tal-Belt u tal-Marsa ...", "Fil-fehma tiegħi hemm argument sħiħ x'tagħmel għaliex dawk m'għandhomx jiġu, għalkemm naf li jiġġeneraw ċertu xogħol u ċertu kummerċ.", "Aħna nixtiequ naraw li jiġi ġġenerat il-kummerċ, nixtiequ naraw lil tat-taxis, lil tal-ħwienet tax- xorb, lil tal-lukandi jaqilgħu l-flus anke mill-cruise passengers.", "Għalhekk huwa tajjeb li l-gvern jibgħat messaġġ importanti li l-vapuri tal- passiġġieri jiġu qabel il-vapuri tal-gwerra, għall-ġid tal-Maltin u l- Għawdxin.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Chris Agius.", "ONOR.", "CHRIS AGIUS: Mr Speaker, nixtieq niddedika l-ewwel aġġornament tiegħi wara r-recess tas-sajf għal affarijiet marbuta mar- responsabbiltajiet ġodda li ġew fdati lili, u se nibda mal-ewwel billi nsemmi l-kumpannija Medigrain, kumpannija tal-gvern li ftit tax-xhur ilu l- operat tagħha ġie tterminat.", "Ta' min jgħid li l-Medigrain ġiet imwaqqfa f'Jannar, 1980 sabiex tkun tista' timporta qmuħ u ċereali għall-bżonnijiet lokali, u dan hija kienet taħżnu fis-silos li l-istess kumpannija kellha x-xatt tal-Marsa.", "Meta fl- 1986 ġie mwaqqaf il-Kordin grain terminal, anke s-silos ta' dan il-grain terminal bdew jiġu wżati għall-qmuħ importat u għal dak li kien irid jerġa' jiġi esportat.", "Il-ħidma tal-Medigrain kienet meqjusa bħala waħda importanti ħafna sabiex pajjiżna jkollu dejjem ħażna adegwata ta' qmuħ u ċereali, u fil-fatt kull sena kien isir investiment kemm fis-silos kif ukoll fil-makkinarju ta' din il-kumpannija.", "Biżżejjed ngħid li matul is- snin 2000 u 2001 saret nefqa ta' iktar minn Lm30,000 sabiex saret il- manutenzjoni u t-tiswija tas-silos tal-Medigrain.", "Jekk imbagħad inħarsu lejn il-profitti li saru mill-Medigrain matul l-aħħar snin insibu li dawn baqgħu kostanti għal sena wara l-oħra, anke jekk forsi ġieli dawn il-profitti ma jkunux reali għax minkejja li l-gvern jgħaddi fondi biex il-Medigrain tkun tista' topera, xorta jibqa' l-fatt li l- Medigrain baqgħet għaddejja bl-infiq kostanti tagħha.", "Wara li tħallsu t- taxxi, fis-sena 2000 il-profitti kienu jammontaw għal Lm560,000, imbagħad fis-sena 2001 niżlu għal Lm448,000, fis-sena 2002 telgħu għal Lm459,000 u mbagħad reġgħu naqsu għal Lm454,000.", "Għalhekk nifhem li dawk li huma meqjusa bħala profitti baqgħu dejjem viċin in-Lm0.5 miljun, jiġifieri baqgħu kostanti, iżda lejn l-aħħar tas-sena l-oħra l-gvern xorta waħda ddeċieda li l-operat tal-Medigrain kellu jispiċċa.", "Bħala konsegwenza, Mr Speaker, il-ħaddiema tal-Medigrain, li wara kollox kienu meqjusa li qed jifformaw parti minn kumpannija tal-gvern, ġew posted ma' kumpanniji oħra tal-gvern, fosthom ma' l-enemalta, mal-water services corporation u ma' kumpanniji oħra li l-gvern huwa l-major shareholder tagħhom.", "S'hemmhekk jidher li kulħadd kien kuntent għax wara kollox ħadd ma tilef l-impjieg, iżda ftit tal-ġimgħat ilu xi persuna li kienet tokkupa kariga għolja fil-Medigrain bdiet iċċempel lil dawn il-ħaddiema - dan wara li ħafna minnhom kienu diġa' draw ix-xogħol ġdid tagħhom f'post ieħor - biex toffrilhom somma konsiderevoli relatata mal-paga li kellhom mas-snin li kienu ilhom jaħdmu mal-Medigrain jekk jaċċettaw li jitterminaw l-impjieg li għandhom bħalissa.", "Għalija ma jagħmilx sens li l-ħaddiema jiġu offruti dawn it-tip ta' retirement schemes xhur wara li l-ħaddiema jkunu ġew ippostjati mill-gvern.", "Il-gvern kien diġa` ħa deċiżjoni li minflok ma l- ħaddiema tal-Medigrain jiġu offruti terminal benefits, jiġu offruti impjieg ieħor ma' kumpannija tal-gvern, kif wara kollox naħseb li jixraq lil kull ħaddiem li jkun iddedika ħinu u saħħtu għal azjenda li żgur kienet qiegħda tagħti kontribut lil pajjiżna.", "Hawnhekk jien nixtieq nieħu l-okkażjoni biex nagħmel ftit mistoqsijiet ukoll għax iltqajt ma' ħafna ħaddiema li kienu ilhom jaħdmu l-Medigrain għal ħafna snin u minkejja li dawn ma tilfux l-impjieg tagħhom, kienu ddispjaċuti minħabba l-fatt li issa qed ikollhom jagħmlu xogħol ieħor.", "Per eżempju, nixtieq nistaqsi jekk il-ministru jafx b'dak li sar minn din il- persuna ta' pożizzjoni għolja li bdiet tikkuntattja lill-impjegati bit- telefon - mhux b'ittra - u toffrilhom terminal benefits wara li l-gvern kien offrielhom impjieg ieħor u huma aċċettawh.", "U jekk il-ministru jaf b'dan, jien nistaqsi x'kienet ir-raġuni li din l-offerta saret fi żmien meta kull ex-ħaddiem tal-Medigrain kien laħaq sab postu.", "Forsi l-ammonti li ġew imwiegħda saru sabiex jaġevolaw lil xi ħadd jew lil xi wħud f'kariga għolja minħabba li dawn kienu se jieħdu ammonti sostanzjali ta' flus bħala terminal benefits?", "Jew forsi kien hemm xi pjan sabiex wara li t-top management jieħu din is-somma jinstabilhom impjieg ieħor ma' xi aġenzija jew korporazzjoni tal-gvern, li qed ifaqqsu jum wara l-ieħor, u jerġa' jkollhom xogħol komdu bħal dak li kellhom qabel?", "Nixtieq inkun naf ukoll jekk il-ministri għandhomx informazzjoni dwar ħaddiema li jieħdu t-terminal benefits minn xogħol li jkun ġie ddikjarat li spiċċa u mbagħad jinstabilhom impjieg ieħor ma' korporazzjoni jew entita` oħra tal-gvern li ma jkunx jista' jieħdu kulħadd minħabba li mhux kulħadd ikollu dritt għall-istess impjieg.", "Nistaqsi anke min hu responsabbli għall-apparat li kellha l- Medigrain għax wara li ftit ilu għamilt mistoqsija parlamentari dwar dan, ġejt informat li fil-Kordin grain terminal qed jinżammu kemm computers kif ukoll weighbridge modern ħafna li nxtara reċentement.", "Jiġifieri dan l- apparat u l-għodod l-oħra kollha flimkien ma' karozza li kienet tal- Medigrain qed jintużaw, u jekk iva, minn min qed jintużaw?", "Jekk min-naħa l- oħra m'humiex qed jintużaw, jien nistaqsi jekk hux qed tingħatalhom attenzjoni u hijiex qed issirilhom il-manutenzjoni neċessarja sabiex ma jispiċċawx fix-xejn.", "Mr Speaker, jien nemmen li matul ix-xhur li ġejjin żgur li se jkollna ħafna iktar minn dawn il-mistoqsijiet, kemm fuq il-Medigrain kif ukoll fuq kumpanniji oħra tal-gvern.", "Dawn il-mistoqsijiet għandhom jingħataw tweġiba sabiex inkunu nistgħu nserrħu moħħ l-ex-ħaddiema tal-Medigrain kif ukoll ta' kumpanniji oħra li kollox sar sew u li m'humiex qed isiru maniġġi sabiex ikunu aġevolati xi individwi li għandhom jew kellhom pożizzjoni għolja.", "Issa, Mr Speaker, nixtieq ngħaddi biex nagħmel punt li għandu x'jaqsam maż- żoni industrijali.", "Ftit tal-ġranet ilu rajna lis-segretarju parlamentari Edwin Vassallo jżur it-toroq li qed isiru f'żona industrijali.", "Minn mindu ngħatajt ir-responsabbilta` għal dan il-qasam, jien żort il-maġġoranza ta' l-industrial estates li għandna f'pajjiżna u jiddispjaċini ngħid li wħud minnhom mhux dawra jixirqilhom imma bini mill-ġdid għax kemm l-istat tagħhom kif ukoll il-ħmieġ u l-iskart li hemm fihom jagħtu dehra tal- mistħija u żgur li dan m'huwiex l-aħjar mod kif tilqa' lill-ħaddiema għal ġurnata xogħol.", "Jien nemmen li dawn l-affarijiet lanqas qed iħajru lil min qed jipprova jiġi jinvesti f'pajjiżna u għalhekk naħseb li mhux biss dak li qed nagħmlu f'din iż-żona industrijali għandu jsir bis-serjeta` imma anke f'industrial estates oħra.", "Biżżejjed insemmi ż-żona industrijali ta' Ricasoli.", "Forsi wħud jgħiduli li hemmhekk m'għandniex numru kbir ta' kumpanniji joperaw, pero` dan il-post sar ċimiterju minħabba t-telqa esaġerata li hemm.", "Min imur hemm jista' jara ħmieġ u terrapien f'kull rokna ta' kull fabbrika, u naħseb li l-fatt li meta tmur hemmhekk ma tindunax li dħalt f'żona industrijali xejn ma tagħmel kuraġġ lil dak li jkun jersaq 'l hemmhekk.", "Għalhekk jien nappella biex din iż-żona industrijali kif ukoll żoni industrijali oħrajn jingħataw attenzjoni speċjali.", "Irrid infakkar li meta l-partit Laburista kien fil-gvern, dan kien qassam xi plots fl-industrial estate ta' Ħal-Luqa sabiex l-SMEs ikunu jistgħu joperaw aħjar, imma jidher li dan il-gvern ma tantx kellu ħeġġa sabiex jibqa' għaddej fuq dan l-eżerċizzju.", "Fil-fatt f'dawn l-areas issib ħmieġ, skart, karozzi abbandunati u kmamar mitluqin mimlijin bl-imbarazz, b'mod partikolari f'dik il-parti magħrufa bħala \"l-ġibjun ta' Ħal-Luqa\", fejn hemm telqa kbira.", "Għalhekk nappella lil min hu responsabbli u lil sieħbi s- segretarju parlamentari sabiex iżuru dawn iż-żoni industrijali għax verament jixirqilhom ħafna aktar attenzjoni.", "Jien nemmen li jekk nieħdu ħsieb dawn l-affarijiet iż-żgħar - għalija dawn huma affarijiet żgħar għaliex għandna ħafna ħaddiema li nistgħu nimpenjawhom f'dan ix-xogħol - inkunu qed nuru li verament għandna lis-settur tal-manifattura għal qalbna.", "L-aħħar punt li nixtieq nagħmel jirrigwarda l-andament preżenti tal-qasam industrijali.", "Kulħadd jaf li l-industrija tal-manifattura hija parti importanti mill-ekonomija ta' pajjiżna, u l-fatt li l-impjiegi f'dan is- settur qed jonqsu ma jawgurax tajjeb.", "Spiċċa ż-żmien li nsemmu l- investiment ġdid li jiġi jopera f'pajjiżna u li joħloq ammont konsiderevoli ta' mpjiegi.", "Dan kien jiġri fis-snin tmenin pero` llum fis-sena 2004 nsejna liema kienet l-aħħar kumpannija kbira li ġiet topera f'pajjiżna.", "Naħseb illi ħaġa li jsemmu ħafna, kemm l-investituri kif ukoll min qiegħed fis-settur, hija l-burokrazija żejda, li qiegħda tfixkel u xxekkel l- investiment.", "Issa għaddiet sena minn meta twaqqfet il-Malta enterprise, u hawn nixtieq infakkar ftit x'sar dakinhar.", "Dakinhar il-gvern iddeċieda li r-riżorsi li kien hemm fit-tliet entitajiet - dawn huma l-IPSE, l-MDC u l-METCO - jitwaqqfu u ssir entita` waħda; il- Malta enterprise.", "Dan sabiex ikollna one stop shop fejn kollox ikun ikkonċentrat f'post wieħed u mhux tispiċċa tintbagħat mingħand Kajfas għal għand Pilatu, kif kienet id-drawwa.", "Iżda minkejja li issa għandna kollox ikkonċentrat f'post wieħed, jidher li xorta waħda għad għandna dipartimenti differenti għax kulħadd qed jiġbed il-ħabel tiegħu, qisu kulħadd qed jinteressah biss mill-biċċa li jkun qed jagħmel hu.", "Mr Speaker, meta twaqqfet il-Malta enterprise numru ta' ex-ħaddiema ta' l- MDC, ta' l-IPSE u tal-METCO - u minn hawn insellmilhom - ma ġewx magħżula sabiex ikunu jistgħu jagħmlu parti mill-Malta enterprise.", "Minflok dawn tħallew jixxejru mar-riħ għax għalkemm kienu jmorru għax-xogħol u jingħataw il-paga, ma kinux jafu kif se jgħaddu l-ħin.", "Jien ngħid li dawn il- ħaddiema kien jixirqilhom aħjar, jekk xejn għas-servizz li kienu taw lill- entita` li kienu jagħmlu parti minnha.", "Iżda ħalli nkompli fuq il-Malta enterprise.", "Meta twaqqfet din kellha complement ta' xi 120, u llum nistgħu naraw li din għandha ħafna iktar chiefs milli għandha Indjan għax il-persuni li jokkupaw il-karigi għoljin huma ħafna u ħafna iktar minn dawk fil-gradi t'isfel, jiġifieri għandna ħafna managers u top managers filwaqt li mbagħad dawk li jagħmlu x-xogħol ta' skrivani u ta' segretarji huwa ħafna inqas.", "Għalhekk meta għandna daqstant nies f'pożizzjonijiet għolja jien nippretendi li jkollna iktar suċċessi.", "Kumment ieħor li nixtieq nagħmel huwa dwar l-uffiċini li għandha l-Malta enterprise barra minn pajjiżna, li ftit tax-xhur ilu kienu jirrappreżentaw lill-MDC u lill-METCO.", "Kellna ammont sostanzjali minn dawn l-uffiċini, fosthom f'Milan, fi Munich, fi Stuttgart, f'Tokyo, f'Washington, fi Tripli, f'Abu Dhabi u f'pajjiżi oħrajn.", "Nappella sabiex naħdmu bis-serjeta` f'dawn il-bliet ħalli verament ikun hemm il-possibbilta` li nressqu xi investiment lejn pajjiżna.", "Hemm bżonn li għall-flus li nonfqu jkollna value for money, kif dejjem ngħidu aħna tal-partit Laburista, għax nemmnu li l-flus li ninvestu għandhom jagħtuna return li minnu jiggwadanja l-poplu Malti.", "Issa nixtieq ngħaddi ftit informazzjoni dwar kif sejjer is-settur tal- manifattura.", "Malli wieħed jara l-istatistika mal-ewwel jinduna li dan is- settur minflok ma jikber addirittura qiegħed jiċkien.", "Għalhekk hemm bżonn li din il-problema tittieħed bis-serjeta` għax kif kulħadd jaf, il- manifattura hija waħda mill-pilastri ta' l-ekonomija ta' pajjiżna.", "L- ammont ta' persuni li kellna mpjegati fil-qasam tal-manifattura f'Marzu li għadda kien ta' 27,193, jiġifieri 1,556 inqas mis-sena ta' qabel.", "Fil-fatt dan jirrappreżenta wieħed mill-inqas ammonti ta' mpjiegi fil-qasam tal- manifattura għal ħafna snin.", "F'Diċembru ta' l-1998, ftit wara li spiċċa l- gvern Laburista u allura meta suppost kien spiċċa d-dlam, kien hemm 29,088 persuna jaħdmu fis-settur tal-manifattura, u dawn baqgħu telgħin sakemm fis- sena 2001 laħqu t-30,000, jiġifieri dan ifisser li fuq perijodu ta' sentejn u nofs kellna tnaqqis ta' 2,800 ħaddiem mis-settur tal-manifattura.", "Naħseb li dawn l-affarijiet għandhom iġiegħluna naħdmu bis-serjeta`, u ċertament ma nistgħux nibqgħu ċassi quddiem din is-sitwazzjoni.", "Għalhekk nappella biex kulmin għandu xi ftit involviment f'dan is-settur jaħdem u jistinka sabiex iressaq lejn pajjiżna investiment ġdid li żgur għandu bżonnu kulħadd, b'mod speċjali l-ħaddiema li qed ifittxu x-xogħol, li żgur jilqgħuh b'idejhom miftuħa, għax b'hekk biss ikun jista' jkollhom impjieg li jixirqilhom.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada l- Erbgħa, 6 ta' Ottubru, 2004 fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mis- segretarju parlamentari.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "ĊINIŻI - ĦRUĠ TA' VISAS", "7017.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jogħġbu l-Viċi Prim Ministru jindika n-numru ta' visas li nħarġu din is-sena lil Ċiniżi biex ikunu jistgħu jidħlu Malta?", "ONOR.", "TONIO BORG: Matul l-ewwel tmien xhur ta' din is-sena nħarġu 1,668 visa lil persuni ta' nazzjonalita' Ċiniża.", "IMRIEĦEL - FABBRIKA METHODE", "7018.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika: Jogħġbu l-Ministru jkun daqstant ġentili u jara għaliex il-fabbrika Methode li tinsab l-Imrieħel qed tiltaqa' ma' problemi mhux żgħar mill-Malta enterprise sabiex takkwista l-edifiċju mhux okkupat u żgumbrat, li qabel kien tal-fabbrika WET biswit tagħha stess, minħabba li tixtieq tkabbar u minħabba dawn id-diffikultajiet ma tistax tagħmel hekk?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jien informat li l-Methode ġiet offruta żewġ fabbriki fl-Imrieħel biex tkabbar l-operazzjonijiet tagħha.", "Waħda minn dawn il- fabbriki hi l-ex-WET.", "Meta saret evalwazzjoni tal-kundizzjoni tal-bini tal- WET min-nies tekniċi tal-Malta industrial parks ħareġ illi kien hemm problemi serji strutturali fil-kolonni u fuq parti mis-saqaf.", "Għalhekk qabel ma tingħata din il-fabbrika jeħtieg li ssir evalwazzjoni jekk jaqbilx li din il-fabbrika titranġa jew terġa' tinbena, minħabba l- flejjes kbar meħtieġa biex tissewwa l-istruttura.", "AWTORITA' TA' MALTA DWAR IR-RIŻORSI", "7019.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jogħġbu l-Ministru jispjega x'inhi l-politika tal-Malta resources authority dwar l-użu ta' renewable energy, speċjalment fir- rigward ta' wind energy u solar energy?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Il-gvern hu favur l-użu ta' enerġija minn sorsi li jiġġeddu - renewable energy.", "Il-gvern waqqaf l-awtorita' ta' Malta dwar ir-riżorsi b'Att XXV ta' l-2000 u f'Artiklu 4 ta' dan l-att hemm li l- awtorita' għandha l-funzjoni li tinkoraġġixxi l-użu ta' sorsi alternattivi ta' enerġija.", "Il-gvern daħħal ukoll fis-seħħ regolamenti dwar il- promozzjoni ta' elettriku ġenerat minn għejjun ta' enerġija li jiġġeddu - A.L. 186 ta' 2004 - u li jadottaw id-direttiva 2001/77/EC ta' l-Unjoni Ewropea.", "AWTORITA' TA' MALTA DWAR IR-RIŻORSI – LAND RECLAMATION", "7020.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' il-Ministru jgħid jekk il-Malta resources authority qattx ikkunsidrat is-suġġett ta' land reclamation?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Għalkemm l-awtorita' ta' Malta dwar ir-riżorsi tiġi kkonsultata fuq is-suġġett ta' land reclamation, partikolarment fuq l-użu ta' skart ta' ġebel, l-awtorita' mhijiex responsabbli għal din l-attivita'.", "DAR MALTA FI BRUSSELS", "7114.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin: It-technical team u n-negotiating team responsabbli mix-xiri ta' Dar Malta fi Brussels kien l-istess?", "Min kienu l-membri rispettivi tiegħu/tagħhom?", "Apparti s-Sur A. Mizzi, li nifhem li offra s-servizzi tiegħu bla ħlas, xi tħallsu l-membri l-oħra?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Billi dan il-bini ma jinkludix biss l-Ambaxxata ta' Malta għall-Belġju u l-Lussemburgu u r-rappreżentanza permanenti ta' Malta għall-Unjoni Ewropea, nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi l- mistoqsija tiegħu lill-ministeru konċernat li kien inkarigat mix-xiri ta' din il-proprjeta'.", "DAR MALTA FI BRUSSELS", "7115.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin: Jista' il-Ministru jgħid jekk sarx studju komparattiv ma' dak li għamlu acceding countries oħrajn fl-Unjoni Ewropea qabel ma Malta ħadet id- deċiżjoni strateġika li tixtri Dar Malta fi Brussels bil-prezz li effettivament xtratha?", "X'inhi r-reazzjoni tal-gvern għall-fatt li skond artiklu dettaljat ta' \"The Times\" jirriżulta li Dar Malta fi Brussels kienet l-aktar akkwist ta' proprjeta' immobbli għoli li għamel xi wieħed minn dawn il-pajjiżi membri ġodda ta' l-Unjoni?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Billi dan il-bini ma jinkludix biss l-Ambaxxata ta' Malta għall-Belġju u l-Lussemburgu u r-rappreżentanza permanenti ta' Malta għall-Unjoni Ewropea, nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi l-mistoqsija tiegħu lill-ministeru konċernat li kien inkarigat mix-xiri ta' din il- proprjeta'.", "SNOWFLAKE – TITJIRIET", "7127.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jikkonferma rapporti li l-low fare subsidiary ta' SAS Snowflake li bdiet ittir għal Malta ftit ilu se twaqqaf it-titjiriet tagħha mid-Danimarka minn tmiem Ottubru?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Snowflake ser twaqqaf it-titjiriet tagħha fl- aħħar ta' Ottubru għad-destinazzjonijiet kollha, inkluża Malta.", "VOICE OF THE MEDITERRANEAN", "7128.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin: Jista' il-Ministru jikkonferma rapporti li l-Gvern Malti qed jesplora l- possibbilta' li l-Voice of the Mediterranean jiġi riattivat u żviluppat f'satellite TV station għall-Mediterran?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Nixtieq nikkonferma li matul iż-żjara li l-Onor.", "John Dalli bħala ministru ta' l-affarijiet barranin u promozzjoni ta' l- investiment għamel fil-Libja f'Ġunju li għadda, huwa kien issuġġerixxa li l- VOM ikun riattivat u żviluppat bħala stazzjon televiżiv għall-Mediterran.", "EX-MINISTRU JOHN DALLI – LAQGĦAT MA' KUMPANNIJI TAŻ-ŻEJT", "7129.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin: Jista' il-Ministru jgħid liema kienu l-kumpanniji Amerikani taż-żejt li ltaqa' magħhom il-predeċessur tiegħu fi żjara li għamel ftit qabel ma rriżenja fi Houston?", "X'laqgħat oħra kellu fl-istess żjara fl-Istati Uniti?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Waqt iż-żjara tiegħu f'Houston, Texas bħala ministru ta' l-affarijiet barranin, l-Onor.", "John Dalli żamm laqgħat ma' diversi kumpanniji taż-żejt li l-lista tagħhom qed ngħaddiha lill-Onor.", "Interpellant separatament.", "ĠNUS MAGĦQUDA - KONFERENZA DWAR ID-DIŻARM", "7130.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin: Jista' il-Ministru jikkonferma li Malta hija l-uniku pajjiż membru ta' l- Unjoni Ewropea li ma applikatx biex tissieħeb bħala membru fil- konfererenza dwar id-diżarm tal-Ġnus Magħquda ?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Hemm diversi pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropea li għandhom applikazzjoni pendenti, waħda minnhom għal dawn l-aħħar 20 sena, biex jissieħbu fil-konferenza dwar id-diżarm tal-Ġnus Magħquda.", "Il-Gvern Malti kkunsidra dan il-fatt fid-deċiżjoni tiegħu biex jissottometti l-applikazzjoni għal sħubija u l-possibbilta' li verament din il-konferenza tinfetaħ għal sħubija ġdida.", "Madankollu l-Gvern Malti huwa favur id-diżarm u allura qed jikkunsidra li jagħmel it-talba tiegħu għal sħubija f'din il-konferenza, minkejja li jista' ikun li din il-konferenza mhux se tinfetaħ għall-membri ġodda fi żmien qarib.", "VETTURI - REĠISTRAZZJONI", "7444.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn vetturi reġistrati f'Malta, maqsuma skond iċ-ċilindraġġ, sena ta' manifattura u ditta?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Din ir-risposta ma tistax tiġi mogħtija kif mitluba.", "Hawn taħt qed jingħataw dettalji tan-numru ta' vetturi reġistrati skond iċ-cilindraġġ mingħajr id-ditta u s-sena ta' manifattura mis-sena 2000 sal-lum.", "Inħoss li l-informazzjoni mitluba dwar ditta u sena ta' manifattura m'għandhiex tingħata għaliex din tista' tiġi meqjusa bħala informazzjoni kummerċjali.", "Total ta' vetturi reġistrati, maqsuma skond iċ-cilindraġġ mis-sena 2000 sal- lum hu hekk: |Sen|Sa |Minn|Minn|Minn|Minn|2001| |a |1300|1301|1450|1501|1801|cc | | |cc |cc |cc |cc |cc |'il | | | |sa |sa |sa |sa |fuq | | | |1449|1500|1800|2000| | | | |cc |cc |cc |cc | | |200|3715|2233|444 |1779|2902|303 | |0 | | | | | | | |200|2187|855 |139 |1381|2052|366 | |1 | | | | | | | |200|2250|1521|654 |981 |1445|260 | |2 | | | | | | | |200|2423|1531|475 |572 |735 |336 | |3 | | | | | | | |200|994 |548 |149 |157 |296 |103 | |4 | | | | | | |", "BORMLA - DAR GĦALL-ANZJANI", "7445.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l- Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid kemm qamet id-dar għall- anzjani f'Bormla?", "Kemm kien proġettat inizjalment li se tkun in-nefqa?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "VAPUR UM EL FAROUD", "7446.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika: Jista' il-Ministru jara li ssir ġustizzja mal-familjari tal-vittmi li tilfu ħajjithom fuq l-Um El Faroud, issa li kważi għaddew għaxar snin minn din id-diżgrazzja?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Fil-31 ta' Marzu 2004 sar ftehim bejn il-Gvern Malti, f'isem il-Malta drydocks u l-Malta shipbuilding, u l-kumpannija Libjana G.N.M.T.C. li permezz tiegħu ġew rizolti l-kwestjonijiet kollha pendenti bejn il-partijiet.", "Parti minn dan il-ftehim kien jispeċifika li l-Gvern Malti kien se jassumi responsabbilta' għall-ħlas ta' xi danni li l-qrati Maltin jistgħu jiddikjaraw favur il-familjari tal-vittmi ta' l-Um El Faroud.", "Il-gvern awtorizza lill-avukati mqabbda minnu biex jipprovaw jilħqu ftehim bonarju mal-familjari tal-vittmi biex b'hekk ma jkunx hemm bżonn li jitkomplew il-kawzi fil-qrati Maltin.", "S'issa sar ftehim u se jsir ħlas fi tmien każi, waqt li negozjati fuq seba' każi oħra għadhom għaddejjin.", "SPTAR MATER DEI", "7447.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l- Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid meta ttieħdet id-deċiżjoni li l-isptar il-ġdid jinbena fl-area ta' Tal-Qroqq?", "Meta tpoġġiet l-ewwel ġebla?", "Kemm intnefqu flus sal-lum?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Id-deċiżjoni li l-isptar il-ġdid jinbena fl-area Tal-Qroqq ittieħdet fil-bidu tas-snin '90.", "Ma saret l-ebda ċerimonja formali tat-tqegħid ta' l-ewwel ġebla.", "Is-somma totali li tħallset fuq il-proġett mill-bidu tiegħu fl-1993 hija ta' Lm129,263,246.", "Din tinkludi n-nefqa totali li saret qabel ma ġie ffirmat il-kuntratt design and built ma' SKANSKA fis-sena 2000.", "Is-somma tinkludi wkoll ħlasijiet li saru, fosthom medical equipment, consultancy etc. li ma kenux inklużi fil-kuntratt ikkwotat.", "VAPUR UM EL FAROUD", "7448.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika: Jista' il-Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni tal-qraba tal-vittmi tad-diżgrazzja tat-3 ta' Frar 1995 fuq l- Um El Faroud?", "Meta se jieħdu l-kumpens dovut lilhom?", "X'qiegħed iżomm lill- gvern sabiex dawn il-familjari ma jibqgħux ibatu l-konsegwenzi?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 7446.", "APPARTAMENTI TAL-GVERN - DAWL", "7449.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid min hu responsabbli għall-ħlas tad-dawl fil-partijiet komuni fl-appartamenti tal-gvern li huma bil-kera?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għall-ewwel parti tat- tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 5300.", "MCST - CHAIRMAN", "7454.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: Jista' il-Ministru jikkonferma jew le jekk iċ- chairman tal-Malta council for science and technology irriżenjax fil-31 ta' Lulju 2004?", "Jista' jinforma lill-Kamra jekk din ġietx aċċettata u x'kienu r-raġunijiet tar-riżenja tiegħu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Iċ-chairman ta' l-MCST, is-Sur Peter Diacono, talab lill-gvern li ma jkomplix fil-kariga tiegħu minħabba impenji ġodda li daħal għalihom fl-industrija fejn jaħdem.", "MCST", "7455.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: Jista' il-Ministru jagħti rendikont dettaljat tal- budget li għandha għad-dispożizzjoni tagħha l-MCST, kemm biex topera kif ukoll biex tipparteċipa fil-programmi ta' l-Unjoni Ewropea f'dawn l-aħħar erba' snin?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-budget ta' l-MCST hu kif indikat fl-estimi għas- snin mitluba.", "MCST", "7456.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid x'inhuma l-proġetti, kemm Ewropej kif ukoll nazzjonali li qiegħda tmexxi bħalissa l-MCST?", "X'inhu ż- żmien tagħhom u l-kontribuzzjonijiet mill-MCST għall-parteċipazzjoni u l- ammonti li qegħdin jingħataw lilha?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "MCST - IMPJEGATI BARRANIN", "7457.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid jekk l-MCST użatx is- servizzi ta' barranin għal xogħol li tagħmel?", "Jekk iva, jista' jagħti rendikont tax-xogħol li sar u l-ispejjeż tagħhom għal dawn l-aħħar erba' snin?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "MCST", "7458.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: Jista' il-Ministru jispjega u jgħid x'inhu l- kontribut ta' l-MCST issa li Malta hija membru ta' l-Unjoni Ewropea?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "PROGRAMM GĦAL RIĊERKA, ŻVILUPP U INNOVAZZJONI", "7459.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: Jikkonferma l-Ministru li l-programm nazzjonali li twaqqaf għal skopijiet ta' riċerka, żvilupp u innovazzjoni ngħata budget ta' Lm300,000?", "Jista' jgħid kemm intefgħu proposti għal dan il-programm?", "Jista' jagħti rendikont ta' kemm-il proposta bbenefikat minn dan il- programm?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tweġiba għall-ewwel parti tal-mistoqsija hija fl- affermattiv kif jidher fl-estimi għal din is-sena.", "Informat li hemm 30 applikant għal dan il-programm li qed jiġu evalwati.", "ŻVILUPP URBAN U T-TOROQ - KUNTRATTURI", "7478.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 6635 u cioe' jgħid kemm għandu jagħti flus f'xogħol li għamlu l-kuntratturi mqabbdin mill-gvern u li għadhom ma tħallsux?", "Kemm tammonta l-ispiża għal kull kuntrattur sal-lum?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: L-awtorita' ma tistax tagħti l-informazzjoni kif mitluba mill-Onor.", "Interpellant.", "Jien informat illi qabel ma jkun tlesta x- xogħol ma tkunx tista' tiġi stabilita ċifra eżatta, peress illi wara li jitlesta x-xogħol il-kuntrattur jagħti fattura li tkun tirrifletti x-xogħol kollu li jkun sar, u jkun biss wara li din tiġi riveduta minn nies tekniċi ta' l-awtorita' li jkun jista' jiġi kkwantifikat il-pagament.", "ĊIRKEWWA – DAWL FIT-TERMINAL", "7487.", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika: Jista' il-Ministru jara li d- dawl li hemm bil-ħsara fit-terminal taċ-Ċirkewwa jerġa' jinxtegħel?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "GĦAWDEX: RABAT - TRAFFIC LIGHTS", "7489.", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Billi kull darba li l-karozzi tal-linja jiġu biex jgħaddu minn Pjazza San Franġisk għal Triq Putirjal, ir-Rabat Għawdex, qed ikun hemm konġestjoni kbira tat-traffiku, jista' il-Ministru jgħid jekk hux possibbli li jiġu stallati traffic lights jew xi sistema oħra biex ittaffi din il-problema?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Id-direttorat għall-immaniġjar tat-traffiku se jikkuntattja lill-kunsill lokali tar-Rabat, Għawdex sabiex din il-problema tiġi evalwata u diskussa bil-għan li jittieħdu l-passi meħtieġa.", "SAN ĠILJAN - PROĠETT TAL-BAJJA TA' SAN ĠORĠ", "7491.", "L-ONOR.", "FRANCO GALEA staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid kemm ġie jiswa l-proġett tal-bajja ta' San Ġorġ?", "Jista' jagħti breakdown ta' l-ispejjeż ta' kostruzzjoni?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Il-proġett tal-Bajja ta' San Ġorġ s'issa sewa Lm375,000.", "L-ispejjeż kienu maqsumin kif ġej:", "Rapport biex tħejja l-E.I.A. - Lm 20,000; Produzzjoni ta' ramel, trasport mill-Ġordan għal Malta, trasport mill-port għall-bajja, tifrix ta' ramel, sevizzi ta' wardens u security waqt it- tqegħid tar-ramel - Lm 239,500; Xogħlijiet ta' kostruzzjoni tal-water culvert, servizzi ta' inġinier għad- disinn tas-sistema ta' l-istorm water, sevizzi ta' periti għad-disinn ta' strutturi u għal project management, land surveys - Lm 95,000; Testijiet fuq samples tar-ramel, quality assurance fil-Ġordan waqt il- produzzjoni tar-ramel, environmental monitoring (meħtieġ skond il-permess għall-iżvillup), servizzi ta' konsulenza fuq aspetti ambjentali u ta' beach dynamics - Lm 17,000; Servizzi oħra, public relations, servizzi legali - Lm 3,500.", "Tajjeb li wieħed isemmi illi din kienet l-ewwel darba li sar proġett ta' beach replenishment ġewwa Malta fejn bajja li ftit li xejn kienet tintuża ġiet trasformata f'bajja mfittxija mill-Maltin u t-turisti.", "Apparti l-proġett innifsu l-ministeru u l-awtorita` Maltija għat-turiżmu ħadu ħsieb il-beach management tul is-sajf kollu.", "Din kienet l-ewwel darba illi ngħata dan il-livell ta' servizz ta' management ġewwa bajja.", "Xogħlijiet fuq it-tieni fażi tal-proġett jinbdew fil-ġimgħat li ġejjien.", "Entitajiet kummerċjali, inklużi dawk turistiċi, gawdew mhux ftit mill- attivita` li tiġġenera u li se tkompli tiġġenera l-bajja tar-ramel il- ġdida.", "Nittama li dawn l-entitajiet jgħarfu japprezzaw il-ġid illi ġie ġġenerat permezz ta' investiment tal-gvern.", "SPTAR SAN LUQA - XUFIERA TA' L-AMBULANZI", "7493.", "L-ONOR.", "FRANCO GALEA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l- Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm sewwieqa ta' l- ambulanzi fl-isptar San Luqa?", "Kemm-il ambulanza hemm?", "Kemm jammontaw il- pagi tagħhom?", "Jista' jagħti breakdown ta' l-overtime li jagħmlu s- sewwieqa?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Fl-ambulance garage ta' l-isptar San Luqa hemm 35 xufier - 31 ambulance drivers u 4 MTD's li jsuqu l-ambulanzi.", "Ambulanzi hemm 20.", "Il-pagi ta' dawn il-35 xufier jammontaw għal Lm148,382 fis-sena - basic.", "L-overtime li tħallsu dawn ix-xufiera minn Jannar sa Settembru 2004 kien hekk: |Jannar |Lm4,203| |Frar |Lm1,276| |Marzu |Lm1,458| |April |Lm1,335| |Mejju |Nil | |Ġunju |Lm1,431| |Lulju |Lm2,721| |Awissu |Lm1,326| |Settembr|Lm3,349| |u | |", "PACEVILLE - ĠBIR TA' SKART SEPARAT", "7494.", "L-ONOR.", "FRANCO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid kemm inġabar skart separat mis-separation skips ta' taħt l-art li hemm fi Triq Elia Zammit f'Paceville?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jindirizza l- mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "SVPR - TQASSIM TA' IKEL LILL-ANZJANI", "7496.", "L-ONOR.", "FRANCO GALEA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l- Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid jekk l-ikel li qed jiġi mogħti lill-anzjani ġewwa r-residenza San Vinċenz de Paule huwiex wieħed standard għal kulħadd jew hux ibbażat fuq il-kundizzjoni medika tal-pazjenti?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-ikel li jiġi mogħti lill-anzjani fir-residenza San Vinċenz de Paule huwa bbażat fuq il-kundizzjoni medika tal-pazjent.", "SAN ĠWANN - PELICAN LIGHTS", "7497.", "L-ONOR.", "FRANCO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Jista' il-Ministru jgħid għaliex hemm dak id-dewmien kollu biex l- ADT tipproċessa t-talba tal-kunsill lokali ta' San Ġwann biex isiru l- pelican lights maġenb l-iskola (Vjal Rihan, Naxxar Road) minħabba l-periklu li hemm għat-tfal u l-ġenituri li jkunu jridu jaqsmu għall-iskola?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: L-awtorita' dwar it-trasport tirċievi madwar 60 jew 70 talba mill-kunsilli lokali kollha ta' Malta għall-pelican crossings u zebra crossings fis-sena.", "Il-proċedura għall-implimentazzjoni ta' dawn it- talbiet tikkonsisti f'diversi stadji.", "L-ewwel trid issir spezzjoni fil-post biex tiġi eżaminata n-natura tal-konflitt bejn il-vetturi u l-pedestrians kif ukoll tas-sewwieqa, skond ir-regolamenti ta' l-awtorita'.", "Darba r- rikjesta tkun aċċettata jsiru preparamenti u d-disinji neċessarji għall- implimentazzjoni.", "It-talba mill-kunsill lokali ta' San Ġwann, li qed jirriferi għaliha l- Onor. Interpellant, waslet l-awtorita' fis-17 ta' Ġunju 2004.", "Din it-talba għadha qed tiġi pproċessata skond din il-proċedura.", "Filwaqt li saret l- ispezzjoni fuq il-post, fil-preżent qed isiru d-disinji neċessarji.", "TARXIEN - TRIQ LEONARDU ABELA", "7498.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Jista' il-Ministru jara li Triq Leonardu Abela f'Ħal Tarxien tingħata t-tarmac peress li tinsab fi stat ta' abbandun u ma taqax taħt il- kunsill lokali?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Fil-preżent l-awtorita' qiegħda tevalwa x- xogħlijiet li hemm bżonn sabiex din it-triq titkompla.", "WHITE TAXIS - PERMESSI", "7500.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Jista' il-Ministru jgħid jekk hux minnu li se jinħarġu l-permessi għat-taxis bojod?", "Jekk iva, kemm ħarġu u meta?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Għalissa l-awtorita' dwar it-trasport ta' Malta mhux qed tikkunsidra żżid il-permessi eżistenti tat-taxis.", "Fil-ġimgħat li ġejjien se jkun studjat l-operat tat-taxis u deċiżjoni dwar żieda fil- permessi tittieħed aktar 'il quddiem.", "ANNIMALI VELENUŻI - IMPORTAZZJONI", "7502.", "L-ONOR.", "FRANCO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jinformana jekk ġewx importati annimali velenużi, bħal sriep, brimb jew speċi simili?", "X'rettili oħra qegħdin jiġu importati barra dawn l-ispeċi?", "Qegħdin jiġu reġistrati b'xi mod peress li dawn l-annimali jinvolvu riskji?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Fir-rigward ta' l-ewwel żewġ mistoqsijiet, nitlob lill-Onor.", "Interpellant jindika d-data, jew snin, jew perjodu li fih ġew importati l-ispeċi li qed isemmi.", "Fir-rigward tar-reġistrazzjoni ta' l-annimali li jinvolvu riskji, id- diviżjoni ta' l-ikel u attivita' veterinarja ma tirrakkmandax l- importazzjoni qabel ma jkun hemm rakkmandazzjoni mill-environment protection directorate (EPD) fi ħdan il-MEPA.", "Fil-preżent, sistema ta' reġistrazzjoni qed tkun ikkunsidrata.", "MEPA - ŻVILUPP TA' LUKANDA", "7511.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: B'riferenza għas-sit indikat separatament, jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx il-permessi neċessarji għal dan l-iżvilupp?", "X'permessi hemm fuq il-parking u meta nħarġu?", "Kemm-il applikazzjoni kien hemm quddiem il-MEPA?", "Ma' l-ewwel applikazzjoni oriġinali reġa' sar xi tibdil ieħor?", "Hemm parking biżżejjed?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: L-iżvilupp indikat hu kopert bil-permessi meħtieġa.", "Il-permess PA7622/03 inħareġ fit-13 ta' April 2004, wara li l- applikant ħallas is-somma ta' Lm22,500 bħala kontribuzzjoni għall-commuted parking payment scheme fit-2 ta' April 2004.", "Dan l-ammont ikopri n-numru ta' spazji rikjesti mill-iżvilupp il-ġdid, inklużi l-estensjonijiet kollha approvati.", "Saru erba' applikazzjonijiet lill-MEPA.", "Kien hemm permess li nħareġ għal estensjoni fuq il-bejt, kif ukoll estensjoni fuq in-naħa tal-punent tal-lukanda li tikkonsisti f'fire escape staircase u 15-il kamra oħra.", "Permess ieħor ikopri estensjoni ta' żewg sulari fuq il-permess outline.", "Għaldaqstant it-total ta' sulari fuq Spinola Road approvati b'dan il- permess huwa ta' tmien sulari.", "PULIZIJA – ĊENTRI TA' L-IMMIGRAZZJONI", "7513.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid għaliex il-pulizija li qegħdin għassa mal-klandestini f'Ħal Far mhumiex jitħallsu overtime?", "ONOR.", "TONIO BORG: Il-membri tal-korp tal-pulizija li jagħmlu għassa fiċ- ċentri ta' immigrazzjoni jaħdmu fuq shift ta' 12, 12, off (day, night rest) liema shift ilu jeżisti fil-korp tal-pulizija.", "Kull meta jkun meħtieġ li jinħadmu sigħat aktar minn dan is-shift, dawn jiġu ikkumpensati bħala sahra.", "Dan is-shift jinħadem ukoll f'sezzjonijiet oħra tal-korp.", "Informat ukoll illi l-membri tal-korp li jaħdmu f'dawn iċ-ċentri jiġu mibdula kull erba' ġimgħat.", "TRANSLATION AND LAW DRAFTING UNIT", "7514.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ingħata xogħol mit-translation and law drafting unit tal-gvern lil ditti jew kumpanniji privati?", "Min kienu d-ditti jew kumpanniji privati?", "Jista' jagħti d- dettalji dwar kemm tħallsu mill-ġurnata meta bdiet taħdem din it-taqsima?", "Kif intgħażlu dawn id-ditti jew kumpanniji privati?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ix-xogħol kollu ta' traduzzjoni/reviżjoni tat- translation and lawdrafting unit konness ma' l-Acquis Communitaire ingħata lil ditti/kumpaniji privati/individwi kollu fuq bażi part-time.", "Id-ditti jew kumpanniji privati (barra mill-individwi) li ħadu dan ix-xogħol mill- 2001, jiġifieri minn mindu twaqqaf il-unit kienu:", "CDF Advocates Euris Consult Global Translations Solutions", "It-traditturi kollha ntagħżlu bejn Ġunju u Diċembru ta' l-2001 wara li kienu ngħataw kampjun ta' leġislazzjoni Ewropea għal traduzzjoni u dawn it- traduzzjonijiet kienu ġew eżaminati minn panel kompost mill-Imħallef V. Caruana Colombo u l-Prokoratur Legali Victor Cauchi mill-uffiċċju ta' l- Avukat Ġenerali.", "Naturalment fil-każ ta' ditti/kumpanniji privati kienu l- individwi inkarigati li għamlu dan ix-xogħol ta' traduzzjoni.", "Ninsab informat illi minn mindu din it-taqsima saret tagħmel parti mid- dekasteru tal-Ġustizzja u intern, il-pagamenti li saru kienu kif ġej:", "| |2003 |2004 | | |Lm |Lm | |CDF Advocates |10,867.|11,325.1| | |50 |8 | |Euris Consult |7,767.6|53,898.8| |Ltd |8 |9 | |Global |1,279.0|23,153.8| |Translations |0 |0 | |Solutions Ltd | | |", "* pagamenti sal-bidu ta' Awissu.", "FMS – KONSULENTI LEGALI", "7537.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid min hija l-kumpannija ta' l- avukati li għandha kuntratt mal-fondazzjoni għas-servizzi mediċi biex tevalwa kull problema legali li tista' tinqala' minn żmien għal żmien?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Il-konsulenti legali kkuntrattati mill-fondazzjoni għas-servizzi mediċi huma Muscat Azzopardi & Associates.", "Il-kuntratt ikopri l-perjodu ta' sentejn li jibda mill-1 ta' Settembru 2003.", "ANZJANI - KONTRIBUZZJONIJIET", "7539.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid kemm kien id-dħul tal- welfare committee mill-kontribuzzjonijiet mitluba mill-anzjani fir- residenzi ta' l-anzjani tal-gvern, inkluż SVPR, fis-snin 1995, 1996, 1997, 1998, 1999, 2000, 2001, 2002 u 2003?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Id-dħul tal-welfare committee mitluba mill-anzjani fir-residenzi ta' l-anzjani tal-gvern, inkluż SVPR, hu hekk: |Sena |Lm | |1995 | | | |821,691.58| |1996 |1,091,196 | |1997 | 899,378| |1998 |1,155,093 | |1999 | 867,050| |2000 |1,882,004 | |2001 |2,108,932 | |2002 |1,950,000 | |2003 |2,213,555 |", "SAĦĦA - NEFQA", "7541.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid item item skond l-estimi għal din is-sena, kemm kienet in-nefqa bejn Jannar 2004 u Awissu 2004 u kemm hu l-valur ta' ħlasijiet pendenti għall-istess perjodu tad-dipartiment tas-saħħa?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-informazzjoni estensiva qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "GĦAWDEX - XOGĦLIJIET B'DIRECT ORDER", "7542.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista il- Ministru tgħid x'inhu x-xogħol li ngħata f'Għawdex b'direct order minn Jannar sa Settembru 2004?", "Tista' telenka u tagħti diskrezzjoni qasira tax- xogħol kollu li ngħata b'direct order fil-perjodu hawn fuq indikat u kemm swiet kull direct order li ngħatat?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "SIGURTA' SOĊJALI - KAŻ DWAR RELIEF", "7554.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Familja u tas- Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid għaliex il-persuna li d- dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament inqatgħalha r-relief għal sitt xhur meta din ma rċeviet xejn mill-ETC bil-posta u meta l-ETC qed tgħid li l-persuna msemmija rrifjutat xi lezzjonijiet?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Il-persuna ġiet informata bil-miktub dwar il-każ tagħha.", "SIGURTA' SOĊJALI - KAŻ DWAR RELIEF", "7555.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Familja u tas- Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid għaliex il-persuna li d- dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament inqatgħatilha s-somma ta' Lm800 mir-relief u dan meta dejjem ingħata relief ta' persuna single, minkejja li kellu t-tifel tiegħu jgħix miegħu?", "Dan qed tinqatagħlu l-pensjoni minħabba li t-tifel tiegħu ħadem ftit part-time u qala' Lm800 s-sena l-oħra.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Il-persuna ġiet informata bil-miktub dwar il-każ tagħha.", "MMA - STUDENTI", "7562.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm daħlu studenti jaħdmu mal- Malta maritime authority fis-sajf li għadda?", "Fid-dawl tad-diskors tal-Prim Ministru, fejn intalab li l-kumpanniji u l- entitajiet tal-gvern inaqqsu l-ispejjeż tagħhom, il-Ministru jikkunsidra li dan in-numru seta' kien eċċessiv?", "Jista' jgħid kemm daħlu studenti mal-Malta maritime authority fis-sjuf ta' l-2000, 2001, 2002 u 2003?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: L-awtorita' marittima mpjegat 25 student matul is- sajf li għadda.", "Dan ġara minħabba l-fatt li hemm proġetti speċifiċi marbuta ma' leġislazzjoni u xogħol ieħor relatat ma' l-acquis communitaire.", "In-numru ta' studenti li l-awtorita' impjegat fis-sjuf li għaddew kien hekk:", "|Sena |Numru | |2000 |4 | |2001 |5 | |2002 |20 | |2003 |17 |", "MMA - IMPJEGATA PART-TIME", "7563.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jikkonferma li ntalab permess mill- employment & training centre sabiex l-istudenta li isimha qed jintbagħat separatament tinżamm part-timer mal-Malta naritime authority għas-sena li ġejja għax din fadlilha sena l-universita'?", "Jista' jinnota li meta ġara hekk fil-passat, wara li l-awtorita' toħroġ applikazzjonijiet għal full- timers u jkun hemm rikjest l-esperjenza, jintgħażlu dawn il-part-timers?", "Jikkonferma li kuntrarjament għall-prassi l-persuna indikata ġiet ipprovduta bil-lap top tal-kumpannija, liema lap top tieħdu saħansitra d- dar?", "Jaqbel li dan huwa trattament priferenzjali u jista' jitqies abużiv?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "QRATI MALTIN", "7564.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsijiet parlamentari 6575 u 6944, minkejja s-sentenza tal-qorti kostituzzjonali peress li l- Qorti Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem tirriferi għad-diversi istituzzjonijiet tagħha u cioe' sew għall-Kummissjoni, sew għal First Chamber u sew għal Grand Chamber bħal tribunali, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li fil-qrati Maltin it-tribunali jiġu kkunsidrati bħala qorti u li għandha ssir emenda fil-liġijiet Maltin biex tali tribunali jiġu kkunsidrati wkoll bħala qorti?", "Peress li ċittadini li jkollhom kawżi pendenti dwar esproprju ta' proprjeta' li jkunu ilhom snin twal pendenti quddiem it-tribunal ta' l- arbitraġġ biex jingħataw kumpens xieraq u fi żmien raġjonevoli, riżultat ta' deċiżjoni bħal dik referita se jkollhom iressqu l-każ tagħhom għall- kunsiderazzjoni tal-qorti kostituzzjonali, li jinvolvi ħafna spejjeż u dan biex l-istess każ jitressaq quddiem l-istess qorti, jista' il-Viċi Prim Ministru jikkunsidra li jinstab xi rimedju għal din is-sitwazzjoni?", "Jista' jinnota li huwa kontra l-politika tal-qorti Ewropea li tali kawżi jiġu riferuti fi Strasbourg, meta tali każi għandu jingħatalhom smiegħ xieraq fi żmien raġjonevoli fil-qrati nazzjonali?", "Peress li kien l-istess Avukat Ġenerali li ressaq l-appell li minnu ħarġet is-sentenza li t-tribunali mhumiex qorti, il-Viċi Prim Ministru jikkunsidra li jkun xieraq li l-Parlament jieħu inizjattiva u jilleġisla biex il- liġijiet ikunu konformi ma' dawk tat-tribunali Ewropej?", "ONOR.", "TONIO BORG: Kif ingħad fid-domandi preċedenti, l-Avukat Ġenerali ma jidhirlux li hemm il-ħtieġa ta' emenda fuq il-kwestjoni tar-riferenza ta' punt kostituzzjonali minn tribunal.", "Għar-rigward it-tieni parti tad-domanda, il-liġi tagħna diġa' tippreskrivi rimedju kostituzzjonali għad-dewmien fir-rikorsi li jinsabu quddiem kwalunkwe tribunal.", "Huwa minnu li hemm xi pajjiżi li għażlu toroq oħra ta' rimedji li m'humiex kostituzzjonali għad-dewmien tal-kawżi.", "Dan qiegħed jiġi eżaminat u studjat.", "Għar-rigward it-tielet parti tad-domanda, ma jidhirx li hemm il-konflitt li qiegħed jiġi indikat.", "ĦAL QORMI - TRIQ IL-BIEGĦA", "7565.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jgħid xi pjani għandha l-awtorita' dwar it- trasport dwar Triq il-Biegħa f'Ħal Qormi minħabba l-problema li l-ilma tax- xita fit-triq m'għandux fejn imur ħlief ġo Palazzo Stagno li hija proprjeta' skedata u meqjusa bħala bini ta' importanza storika?", "Jista' jgħid għaliex l-awtorita' injorat il-proposti mressqa mill-kunsill lokali Qormi dwar bini ta' culvert żgħir fil-bidu tat-triq sabiex tinstab soluzzjoni għal din il-problema?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "CCF - GWARDJANI TAL-ĦABS", "7566.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid għaliex meta l- gwardjani tal-ħabs jiġu rrapportati lill-bord tal-ħabs, l-istess assistant manager li jressaq dan ir-rapport ikun preżenti fuq l-istess bord waqt id- deċiżjonijiet li jittieħdu fil-konfront tal-gwardjani nvoluti?", "ONOR.", "TONIO BORG: Meta uffiċjal jiġi rrapportat mill-assistant manager li qiegħed fuq il-bord tad-dixxiplina, dan jastjeni milli jieħu sehem kemm fit-trattazzjoni kif ukoll fid-deċiżjoni li tittieħed.", "F'każi bħal dawn huwa jaqra biss l-akkuża.", "CCF - GWARDJANI", "7567.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid għaliex hemm xi gwardjani fil-ħabs li qed jiġu sfurzati jaħdmu aktar mill-ħinijiet normali tax-xogħol tagħhom permezz ta' l-overtime?", "ONOR.", "TONIO BORG: Dak l-overtime li jkun neċessarju fil-ħabs, post li għandu esiġenzi partikolari, jitqassam permezz ta' roster.", "Safejn hu possibbli l-uffiċjal jitħalla fil-liberta' jaħdimx dak l-overtime huwa stess jew jagħtih lill-uffiċjal ieħor.", "Infakkar l-Onor.", "Interpellant illi wara kollox l-uffiċjali tal-ħabs jaħdmu f'korp dixxiplinat."]} {"filename": "20050426_259d_par.doc", "date": "2005-04-26", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Uffiċjali u Rivedut) L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 259 It-Tlieta, 26 ta' April, 2005 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 259 It-Tlieta, 26 ta' April, 2005", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6:01 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "259", "It-Tlieta, 26 ta' April, 2005", "WERREJ", "MINUTI 855", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI 855", "TQEGĦID TA' KARTI 862", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-KUMMISSJONI ĊINEMATOGRAFIKA", "TA' MALTA (IT-TIENI QARI)", "MALTA FILM COMMISSION BILL (SECOND READING) 864", "AĠĠORNAMENT 888", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 893", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 258 li saret fil-25 ta' April, 2005 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "SAĦĦA, ANZJANI U KURA FIL-KOMUNITA' – XIRI TA' KAROZZI", "11285.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrgia) staqsa lill- Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': B'riferenza għall- mistoqsija parlamentari 10576, jista' il-Ministru jgħid kemm karozzi ġodda nxtraw matul l-2004 u x'kienet in-nefqa?", "Jista' jgħid ukoll kemm vetturi huma proprjeta' tal-ministeru jew l-entitajiet konċernati?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni) (f'isem il-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil- Komunita`): L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant tinsab fit- tabella t'hawn taħt:", "|Entita'|Vetturi| |Vetturi | | |ġodda |Nefqa |b'kollox| |Div. |2* |Lm14,0| | |Saħħa | |95 |77** | |Mt. |/ | | | |Carmel | |/ |11*** | |Anzjani|1 | | | | | |1,800 |6 | |F.S.M. |/ | | | | | |/ |7 | |Zammit |/ | | | |Clapp | |/ |11**** | |Mater |1 | | | |Dei | |5,700 |1 |", "* 1 direttur u 1 segretarju parlamentari ** 33 karozza, 20 ambulanza, 21 vann, 2 trakkijiet, 1 mobile unit tad- demm *** Coach, lifter van, minibus, tow tractor, transit, 6 karozzi **** 3 coaches, 3 vans, van with tail lift, 4 karozzi.", "AFFARIJIET BARRANIN - XIRI TA' KAROZZI", "11286.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru ta' l-Affarijiet Barranin: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 10577, jista' il-Ministru jgħid kemm karozzi ġodda nxtraw matul l-2004 u x'kienet in-nefqa?", "Jista' jgħid ukoll kemm vetturi huma proprjeta' tal-ministeru jew l-entitajiet konċernati?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (f'isem il-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin): Matul l-2004 inxtrat karozza ġdida għall-użu fil-ministeru u ħamsa għall- ambaxxati jew konsolati, b'nefqa ta' Lm68,367.", "B'kollox dan il-ministeru għandu 62 vettura, li 35 minnhom jintużaw fl- ambaxxati jew konsolati filwaqt li sitt vetturi oħra huma beyond economical repair u qegħdin fil-proċess li jinbiegħu jew jiġu scrapped.", "INVESTIMENT, INDUSTRIJA U TEKNOLOĠIJA TA' L-INFORMAZZJONI - XIRI TA' KAROZZI", "11287.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 10578, jista' il-Ministru jgħid kemm karozzi ġodda nxtraw matul l-2004 u x'kienet in-nefqa?", "Jista' jgħid kemm vetturi huma proprjeta' tal-ministeru jew l-entitajiet konċernati?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.", "ŻVILUPP URBAN U T-TOROQ - XIRI TA' KAROZZI", "11288.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 10581, jista' il-Ministru jgħid kemm karozzi ġodda nxtraw matul l-2004 u x'kienet in-nefqa?", "Jista' jgħid kemm vetturi huma proprjeta' tal-ministeru jew l-entitajiet konċernati?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT (Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq): Ninsab informat illi matul is-sena 2004 ma nxtrat l-ebda karozza ġdida u li hemm ames karozzi proprjeta' tal-ministeru u 12-il karozza proprjeta' ta' l- awtorita' dwar it-trasport.", "TIĠIEĠ TAS-SIMNA", "11370.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 10733 u jinformana kemm kienet il-qatla għal kull ġimgħa f'Jannar 2003?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT (f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent): Tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "ĦAŻNA TA' DIESEL", "11392.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm hi l-ħażna tad-diesel attwalment u għal kemm żmien għandha sservina?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 1710.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Imma x'tgħid ir-risposta tad-domanda li qed jirriferini għaliha?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Din tgħid hekk:", "''Peress li d-domanda hija ta' natura kummerċjali, m'huwiex xieraq li jingħataw dettalji għalkemm nassigura lill-Onor.", "Interpellant li l- ħażna hija sodisfaċenti u li l-korporazzjoni Enemalta tirċievi ammont ta' diesel u petrol kull xahar skond il-ħtieġa.''.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Fejn tidħol hawn in-natura kummerċjali, ladarba pajjiżna huwa marbut bid-direttiva ta' l-Unjoni Ewropea dwar il-ħażna?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Id-direttiva torbot lill-pajjiż li jżomm ħażna għal minimu ta' 90 ġurnata.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Id-direttiva tistabilixxi wkoll il-minimu ta' ħażna ta' gass u fuels oħra li l-pajjiż għandu jkollu?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Id-direttiva tistabilixxi l-minimu ta' fossil fuels li l-pajjiż għandu jkollu.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Kemm huwa minnu li dan l-aħħar ġie importat aviation fuel li mhuwiex standard?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: M'għandix din l-informazzjoni quddiemi u għalhekk nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmilli domanda bil-miktub.", "ENEMALTA – TRUNK MAINS", "11524.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Silvio Parnis) staqsa lill- Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 11238 u jgħid kemm inbiddlu jew saru distribution mains u trunk mains ġodda mill-1995 sa l- 1998?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-Onor.", "Membru hu ġentilment mitlub jippreċiza għal liema parti tas-sistema ta' distribuzzjoni jew liema sistema ta' vultaġġ qed jirriferi meta jgħid \"distribution mains\" u \"trunk mains\".", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jista' il-Ministru jgħid jekk il-kontijiet tad-dawl u l- ilma li ntbagħtu dan l-aħħar ħarġux kollha fuq perijodu ta' xahrejn?", "X'inhi r-raġuni li f'ċerti areas dawn il-kontijiet għadhom ma ntbagħtux?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Li nista' ngħid hu li jiena rċevejtu!", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: X'inhi r-raġuni li min għandu garaxx intalab jagħti n- numru tal-VAT?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Maż-żmien tibda tiskopri ċerti affarijiet meta taqlagħhom u fil-fatt skoprejna li kienet ingħatat direttiva mill-persuna li qabel kienet inkarigata mill-finanzi tal-korporazzjoni, illi garaxx li ma jkunx mad-dar għandu jiġi kkonsidrat bħala commercial u garaxx li għalkemm ikun mad-dar jieħu aktar minn żewġ karozzi, ukoll jiġi kkonsidrat bħala commercial.", "Kienet ingħatat wkoll id-direttiva - din l-anqas waħda li tagħmel sens - illi l-parti komuni ta' block flats hija kkonsidrata bħala commercial għax hija non-residential.", "Allura min qed joħroġ il-kontijiet irraġuna li ladarba dawn huma commercial, għandu jkollhom il-VAT number fuqhom u kien għalhekk li beda jintalab il-VAT number, Sur President.", "Issa jiena tajt ordni biex dan kollu jinbidel għax il-premessa għandha tkun favur l-onesta' - se mai niċċekkjaw id-diżonesta' u mhux nippremettu li kulħadd huwa diżonest u naħdmu bil-kontra – u għalhekk tajt direttiva biex jiġu emendati r-regolamenti biex il-partijiet komuni tal-flats jiġu kkonsidrati bħala residential u mhux commercial.", "Naturalment jekk ikollok block flats li maġġor parti minnu huwa wżat minn uffiċini se mai taqlibha, imma titlaq bil-premessa li fi block flats jgħixu n-nies u mhux bil-kontra!", "Barra minn hekk tajt direttiva li garaxx li jkun biswit dar u ta' l-istess owner, kbir kemm hu kbir, għandu jiġi kkonsidrat bħala residential.", "Issa jekk l-Enemalta mbagħad tiskopri li dan qiegħed jintuża bħala public service garage jew biex tiddaħħal fih karozza tal-linja jew xi trakk, għandha tagħmel eċċezzjoni b'mod differenti.", "Jiena tajt dawn l- istruzzjonijiet u ttieħdu diġa' l-policy directions li hemm bżonn fuq bażi amministrattiva, pero' ovvjament issa rridu nmorru l-MRA biex inbiddlu r- regolamenti u ndaħħluha darba għal dejjem fil-liġi.", "Jiena nemmen li m'huwiex sew li tingħata direttiva fuq policy basis -indipendentement jekk hux fil-każ ta' l-Enemalta jew xi ħaddieħor - mingħajr ma jkun hemm xejn bil-miktub u mingħajr ma' dawn ikunu mniżżlin fir-regolamenti.", "Kien għalhekk li wara li ħadt l-inkarigu li nagħti din it- tip ta' policy direction, tajt ukoll direzzjoni lill-Enemalta li mhux biss tagħmilha bil-miktub internament imma tagħmel ukoll proposta biex jiġu emendati r-regolamenti.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mario Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Ma jaħsibx il-Ministru li jekk garaxx ma jkunx biswit id-dar imma xorta waħda jintuża biex dak li jkun idaħħal il-karozza privata tiegħu, m'għandux jitqies bħala commercial?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Hekk għandu jkun pero' m'għandhiex tkun ir-regola, fis-sens li jrid ikun hemm regola u mbagħad ikun hemm l-eċċezzjoni għar- regola.", "Garaxx bl-istess owner ta' dar li tmiss miegħu normalment huwa residenzjali.", "Garaxxijiet f'postijiet oħra normalment ma jkunux residenzjali.", "F'każ li garaxx huwa residenzjali, is-sid għandu jmur jagħmel claim, din tiġi ċċekkjata u dak il-garaxx jinqaleb f'wieħed residenzjali.", "Jiġifieri trid taqta' linja x'imkien u naturalment ikollok il-proċedura ta' l-eċċezzjoni kif tirreġistraha.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Il-Ministru qed jgħid li l-premessa għandha tkun favur l-onesta' u anke ġab l-argument li mhux kulħadd huwa ħalliel u li ma tistax titfa' lil kulħadd f'keffa waħda.", "Allura x'inhi r-raġuni li fil-każ tal- pitrolju ma rraġunax bl-istess mod u għolla l-prezz, anke għal min ma jiflaħx iħallas?", "Apparti minn dan, kemm se tiggwadanja l-Enemalta mill-5% VAT li se titħallas fuq dawk il-postijiet li huma kummerċjali?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Fil-każ tal-pitrolju nista' ngħid li mxejt bl-istess loġika, regola ppruvata bl-istatistika ta' żmienkom.", "Meta l-Labour kienu fil-gvern kienu għollew il-pitrolju biex ġabuh daqs id-diesel - u aħna ikkupjajnikom – u l-konsum niżel b'700%.", "Jiġifieri l-maġġor parti fi żmienkom kien jinsteraq, kien jintuża għal ħaġa oħra u jiena mxejt b'dik ir- regola.", "Billi l-maġġor parti kien jintuża biex jadultera ruħu, il-loġika tgħidli ...", "Jiena dejjem perfett fil-loġika, hija l-interpretazzjoni ta' l- illoġiċita' li ġġib il-ħażin!", "Il-VAT assolutament ma taffettwax lill-konsumatur għax jekk jiena kummerċjant u se niġi charged il-VAT, se nagħmel claim biex nieħu lura mingħand il-gvern is-somma li nkun ħallast.", "Wieħed irid jiftakar li meta nsemmu postijiet li huma commercial ma nkunux qed nirriferu biss għall- garaxxijiet imma nkunu qed ninkludu wkoll ħwienet, restaurants, eċċ. Bis-sistema ta' qabel, l-ammont ta' madwar Lm800,000 f'VAT kien qed jiġi assorbit mill-Enemalta u ma kienx joħroġ mill-ministeru tal-finanzi.", "Issa billi l-kummerċjant se jħallas 5% VAT u mbagħad jiġi charged lura kontra l- ispejjeż tiegħu, minflok dawk it-Lm800,000 se jinżammu mill-ministeru tal- finanzi se jgħaddu għand l-Enemalta.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Imma allura huwa l-konsumatur li se jbati għax jekk għandu premises meqjusa bħala kummerċjali meta fil-fatt huma residenzjali, se jeħel il-VAT u ma jistax jagħmel claim biex jieħu l-flus lura għax m'għandux VAT number.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Imma f'dak il-każ il-persuna in kwestjoni kulma għandha tagħmel hu li tmur tirreġistra dak il-garaxx bħala wieħed residenzjali.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Imma kulmin qed tintbagħatlu karta fejn qed jiġi mistoqsi jekk il-garaxx huwiex kummerċjali jew residenzjali, jista' jgħid li tali garaxx huwa residenzjali għax qed jużah biex ipoġġi fih il-karozza privata tiegħu?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Iva, hekk għadni kemm għedt.", "Il-premessa se tkun li jekk l-garaxx huwa biswit id-dar, lanqas għandek bżonn tagħmel applikazzjoni għax se nagħmluhielek aħna.", "Jekk m'huwiex biswit id-dar, allura r-regola li qed nieħdu hija bil-kontra, jiġifieri li huwa commercial.", "Issa f'każ li m'huwiex hekk għandek tikteb u tiddikjara – naturalment mhux għalissa imma meta jkollna l-proċeduri - li t-tali garaxx m'intix tużah għall-kummerċ imma biex tpoġġi l-karozza, id-dgħajsa u whatever ġewwa fih.", "Imbagħad dak il-garaxx jiġi rreġistrat bħala residential.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: X'inhi s-sitwazzjoni f'każ li jkollok garaxx mikri mingħand il-gvern bħala store imma ma jkunx qed jintuża kummerċjalment?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Il-liġijiet tagħna jiddefinixxu store bħala post li huwa kummerċjali.", "Jiġifieri jekk se nimxu bid-definizzjonijiet li jingħataw mill-bord tal-kera, store huwa meqjus bħala post kummerċjali.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Allura x'inhi r-raġuni li jekk persuna tkun trid verament tużah kummerċjalment, trid tapplika għand il-lands biex jerġgħu joħorġu t-tender?", "Imma ippermettili nistaqsi xi ħaġa oħra li mhix relatata mas-suġġett, Sur President.", "Jista' il-Ministru jispjega min hu intitolat għall-allowance li se tingħata għaż-żieda fil-prezz tal-pitrolju?", "Li naf hu li ħadd mhu ċar dwarha din.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Speaker, ovvjament ikun aħjar jekk l-Onor.", "Interpellant jindirizza din il-mistoqsija lill-ministeru tal-finanzi, pero' jekk niftakar sew - jien m'iniex espert tas-social services u allura rrid noqgħod aktar attent x'ngħid - dawn kellhom japplikaw għal min qiegħed fuq il-minimum pension.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, din il-mistoqsija għamiltha l-bieraħ u qed nerġa' nagħmilha llum għax importanti li l-poplu jkun jaf kif qegħdin l- affarijiet għax fir-realta' huma differenti minn kif wieħed jaħseb li huma.", "Per eżempju hemm min jieħu l-pensjoni tas-servizz u pensjoni oħra u xorta jieħu l-allowance, imbagħad hemm oħrajn li qegħdin fl-istess sitwazzjoni u m'humiex qed jeħduha.", "Imbagħad hemm dawk li għandhom pensjoni minima, kif qal il-Ministru, imma għax m'humiex intitolati għall-benefiċċju tal-mard ma jeħdux l-allowance, mentri min jieħu l-benefiċċju tal-mard qed jeħodha.", "F'ġieħ is-sewwa, jista' xi ħadd min-naħa tal-gvern jara li din it-tip ta' informazzjoni tingħata lill-poplu jekk mhux lil din il-Kamra?", "MR SPEAKER: Iva, nikkonferma li din id-domanda saret il-bieraħ u weġibha l-Viċi Prim Ministru.", "L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, jiena l-bieraħ hawn kont u qgħadt lura milli nagħmel mistoqsija supplimentari għax il-Viċi Prim Ministru ma setax jagħti informazzjoni sħiħa.", "Illum erġajt ġejt hawnhekk u qed nerġa' nipprova nagħmel dmiri, iżda li tingħata l-impressjoni li qisni diġa' ngħatajt risposta bir-rispett kollu ma naċċettahiex.", "MR SPEAKER: Onor. Mizzi, jien għedt li d-domanda saret il-bieraħ.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Dażgur li saret l-bieraħ imma jiena xorta bla risposta bqajt u għalhekk erġajt għamilt l-istess domanda llum!", "Jien qed nitlob biex jekk ma tingħatax l-informazzjoni lil din il-Kamra, almenu l-pubbliku għandu jiġi informat dwar min hu intitolat għal din l-allowance.", "MR SPEAKER: Nifhem il-punt tiegħek, Onor. Mizzi.", "Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Anke jien fhimtu l-punt!", "Aħna nagħmlu mill-aħjar li nistgħu biex nirrispondu d-domandi li jsirulna, imma sfortunatament f'dawn il-jumejn la l-prim ministru ma kien preżenti fil-Kamra u lanqas il- ministru responsabbli mill-politika soċjali.", "Jiena ċert li kieku kienu preżenti kienu jirrisponduk, Onor. Mizzi.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Il-Viċi Prim Ministru il-bieraħ qal li se jinvestiga u jġib l-informazzjoni.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Le, mhux eżatt hekk, Sur President.", "Il-ġimgħa l-oħra jien għamilt interpellanza lill-prim ministru u għalkemm tani parti mill- informazzjoni li kelli bżonn, talabni nagħmel id-domanda lill-ministru responsabbli mill-affarijiet soċjali.", "Meta mbagħad staqsejt lill-ministru responsabbli u anke semmejtilha każ ta' persuna partikolari, hi kienet tant ġentili li ċemplitilha u staqsietha ċerti affarijiet għax milli jidher lanqas il-ministru ma kienet ċara dwarhom.", "Fil-fatt anke jiena ngħatajt żewġ verżjonijiet differenti min-naħa tal-gvern.", "Nerġa' nirrepeti li hemm min ħadha u hemm min ma ħadhiex, allavolja għandhom l-istess każ u l-istess ċirkostanzi.", "Għalhekk qed nitlob li xi ħadd jieħu l-inkarigu biex jinforma lill-pubbliku dwar min hu intitolat għaliha.", "ONOR AUSTIN GATT: Għandek raġun!", "WSC – SELF MILL-BANEK", "11525.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Silvio Parnis) staqsa lill- Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 11232 u jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma tissellef mill- banek kummerċjali?", "B'liema rata ta' imgħax?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Fl-estimi tal-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma approvati mill-parlament għas-sena li tagħlaq f'Settembru 2005, il- korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma għandha pjan kapitali li jlaħħaq Lm3.602 miljun.", "Dan il-pjan jirrigwarda l-operat ta' l-Ilma u jeskludi d- drenaġġ.", "Normalment il-KSI tuża self mill-banek biex tiffinanzja il-pjan ta' investiment kapitali.", "Madankollu billi fl-istess ħin il-KSI konsistentement tħallas lura s-self pendenti skond repayment programme, l- ammont nett ta' self mill-banek ma jiżdiedx, anzi jonqos xi ftit.", "It-rati ta' imgħax li l-KSI preżentament tħallas huma ta' l.4% fuq base rate ta' 3%, jiġifieri total ta' 4.4%.", "Il-KSI tinsab f'negozjati avvanzati biex tnaqqas dawn ir-rati u nżid ngħid li dawn in-negozjati ntemmu b'suċċess din il-ġimgħa.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT (Kap ta' l-Oppożizzjoni): Jiġifieri jekk qed nifhem tajjeb, l-operat finanzjarju tad-WSC se jkun tali matul din is-sena biex minkejja li tkun qed tagħmel investiment ta' Lm3.602 miljun, ma jkollhiex għalfejn iżżid il-liabilities tagħha mal-banek imma tiffinanzja lura dak l- investiment mill-cashflow tagħha, mid-diprezzament u mill-qligħ li tkun qed tagħmel.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Iva, bażikament hekk hu għax ovvjament għandek is- sussidju tal-gvern li over the last five years naqas b'medja ta' Lm400,000 fis-sena - jiġifieri it is gradually going down - pero' fl-ammont kollu tal- cashflow għandek l-ammont tas-sussidju dieħel.", "Jiġifieri given that l- analisi hija korretta, Sur President.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jekk qed ninnota tajjeb fl-ispjegazzjoni tiegħu l- Ministru eskluda d-drenaġġ.", "Allura kif se tkun is-sitwazzjoni jekk indaħħlu d-drenaġġ?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jekk niftakar sew skond l-estimi - pero' qed nitkellem mill-memorja - lanqas dwar id-drenaġġ m'għandu jkun hemm inċidenza fuq is-self mill-banek.", "Ir-raġuni hi li l-ispiża kapitali se tiġi ffinanzjata kollha mill-gvern.", "Aħna qed inkunu kawti ħafna fuq id-drenaġġ għax billi l-korporazzjoni ilha sena biss responsabbli mid-drenaġġ u billi l-finanzjament tad-drenaġġ meta dan kien dipartiment kien isir qua dipartiment - u allura m'hemmx in-numri bażiċi u l-istorja finanzjarja li tista' tagħtina ċerta sigurta' ta' kif għandhom jintefqu l-flus u kif joħroġ il-cashflow - qegħdin għalissa nżommu kontijiet separati biex nibnu dik l-istorja.", "Pero' m'aħniex qed nipprevedu li din is-sena mmorru l-bank biex nisselfu biex ikollna x'jagħmel tajjeb għall-kapital li hemm involut.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Allura qed nassumi li effettivament mhux se jkun hemm espansjoni fl-investiment kapitali għad-drenaġġ.", "(Interruzzjonijiet) Imma jiena qed nifhem li mhux se jkun hemm żieda sostanzjali fis-sussidju tad- drenaġġ min-naħa tal-gvern, mhux se jkun hemm żieda mill-indebtedness tad- WSC vis-à-vis id-drenaġġ kif ukoll vis-à-vis l-affarijiet l-oħra mal-banek u allura l-obbligi li għandhom x'jaqsmu ma' investiment kapitali se jkunu ffinanzjati internament u mhux se jlaħħqu biex ikun hemm investiment qawwi.", "Allura għalissa m'hemmx pjani biex jiġu indirizzati l-problemi tas-sistema tad-drenaġġ peress li dawn jirrikjedu investiment kapitali, speċjalment in- naħa tal-Kottonera, Buġibba u San Pawl il-Baħar?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Fil-fatt il-Kap ta' l-Oppożizzjoni huwa skorrett, Sur President.", "Din is-sena l-investiment kapitali li se jkun ffinanzjat direttament mill-gvern se jlaħħaq madwar Lm3 miljun għax hemm investiment qawwi ħafna fil-parti tat-tisfija tad-drenaġġ, fejn qegħdin nagħmlu co- funding mill-protokoll Taljan kif ukoll co-funding mill-fondi ta' l-Unjoni Ewropa.", "Dan jinċidi sostanzjalment fuq il-flus li qed nivvotaw din is- sena li qed jiġu ffinanzjati direttament mill-gvern.", "Barra minn hekk hemm diversi proġetti li huma ppjanati li jsiru mhux biss din is-sena imma anke s-sena d-dieħla.", "Jiġifieri hemm forward planning ta' x'se jiġi ffinanzjat mill-flus li qed jgħaddi l-gvern lid-WSC bħala nefqa kapitali.", "Jien li għedt hu li m'huwiex intenzjonat li d-WSC tmur il-bank biex iġġib il-cashflow neċessarju biex tagħmel dan il-capital programme.", "REĠISTRAZZJONI TA' BOREHOLES", "11526.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Silvio Parnis) staqsa lill- Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 11217 u jgħid kemm hawn boreholes reġistrati?", "Kemm minn dawn ġew reġistrati minn meta ħarġu r-regolamenti l-ġodda tal- korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (f'isem il-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura): Jien informat li n-numru ta' boreholes rreġistrati f'Malta huwa ta' 3,485 u dak f'Għawdex huwa ta' 1,859.", "Dawn il-boreholes ġew reġistrati skond avviż legali 120/97 tal- korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Kemm huwa ppreokkupat il-Ministru bl-ammont ta' boreholes illegali li hawn?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Bħala ministru responsabbli mid-WSC, nista' ngħid li l-faċilita' kif wieħed jista' jagħmel borehole hija ta' allarm għax ikun hemm min f'nofs ta' nhar jagħmillek borehole ta' 100 pied f'nofs garaxx bil- magħluq, li minnu tista' ttella' ilma kemm trid u diffiċli ħafna li tkun taf bih.", "Naħseb li hemm metodi aħjar kif insibuhom dawn il-boreholes għax ultimament dawn jintużaw biex minnhom jittella' l-ilma biex tħaddar x'imkien.", "Naturalment jekk f'nofs Awissu insib x'imkien aħdar u ma jkunx hemm mains ta' l-ilma fil-viċin, ma jkunx daqshekk diffiċli li jkolli ċerti indikazzjonijiet, Sur President.", "Ċertament dan l-abbuż qiegħed jolqot ħażin ħafna l-aquifer u barra minn hekk iġiegħel lid-WSC tuża iktar ilma li jkun ġej mir-reverse osmosis.", "Dan ifisser ukoll li d-WSC tkun trid tiċċarġja ogħla ta' l-ilma għax kieku nistgħu nużaw l-ilma naturali, il-prezz ikun jista' jinżel ukoll.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru Francis Zammit Dimech.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (Ministru għat-Turiżmu u Kultura): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Analisi komparattiva ta' l-ispiża rikorrenti tad-dipartimenti tat- turiżmu u kultura għall-perijodu bejn Jannar u Frar ta' l-2004 u l- 2005, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 12054.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Louis Deguara.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita`): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar id-dejn vot b'vot skond l-Estimi 2004 fid- dipartimenti/entitajiet taħt id-dekasteru tal-ministeru tas-saħħa, anzjani u kura fil-komunita`, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 12046; u", "f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi nqiegħed fuq il-mejda tal- Kamra:", "Avviż Legali Nru. 121 ta' l-2005 - Regolamenti ta' l-2005 dwar skema ta' reġistrazzjoni dwar l-investimenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI (Segretarju Parlamentari): Mr Speaker, f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru. 118 ta' l-2005 - Ordni ta' l-2005 dwar l-Awtorita` tad-Djar (trasferiment ta' proprjeta`) (nru.", "2); Rapport dwar l-effiċjenza tal-kunsilli lokali għall-perijodu bejn April u Lulju 2004;", "Statistika dwar taħrikiet minn gwardjani lokali matul l-2004 maqsuma skond il-lokalita', bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 11902;", "Tagħrif dwar l-allokazzjoni finanzjarja lill-kunsilli lokali għas- snin bejn l-2002 u l-2005, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 11904;", "Kopja ta' l-adjudication report ta' l-offerti għall-għotja ta' konċessjoni fil-Bajja ta' San Ġorġ, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 12040;", "f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impiegi nqiegħed fuq il- mejda tal-Kamra:", "Lista ta' l-iskejjel liċenzjati sabiex jgħallmu l-Ingliż lill-barranin f'Malta u Għawdex, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 12041; u", "f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru. 117 ta' l-2005 - Regolamenti ta' l-2005 dwar l-ogħla livell ta' residwi ta' pestiċidi fi prodotti li joriġinaw minn annimali;", "Avviż Legali Nru. 119 ta' l-2005 - Regolamenti ta' l-2005 dwar it- trobbija ta' flieles tas-simna;", "Avviż Legali Nru. 120 ta' l-2005 - Regolamenti ta' l-2005 li jemendaw ir-regolamenti dwar it-trattament ta' ilma urban mormi; u", "Kopja tal-permess PA5822/03 maħruġ mill-Awtorita` ta' Malta dwar l- Ambjent u l-Ippjanar u l-pjanta approvata PA5822/03/44E li jkopru x- xogħlijiet fit-triq minn Tarġa Gap sa Ta' Srina, Triq l-Imġarr u r- roundabout, Trid Mdina u t-Telgħa tas-Saqqajja, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 12009.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Ngħaddu issa għal Stqarrijiet Ministerjali.", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-KUMMISSJONI ĊINEMATOGRAFIKA TA' MALTA", "MALTA FILM COMMISSION BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mill-25 ta' April 2005.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "MR SPEAKER: Rimarki?", "L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: L-għan ta' dan l-abbozz ta' liġi huwa biex jipprovdi għall-promozzjoni u żvilupp ta' l-industrija tal-films, u għat-twaqqif tal- Kummissjoni ċinematografika u tal-Kummissarju ċinematografiku u biex jistabbilixxi l-funzjonijiet u setgħat rispettivi tagħhom.", "Iżda meta wieħed jifli sew din il-liġi jsib li l-Kummissarju qed jingħata poteri li bihom il-kummissjoni tista' tiġi mwarrba totalment, tista' ma teżistix.", "F'dawn iċ-ċirkostanzi wieħed bilfors jiġuh dubji għaliex din il-liġi saret b'dan il-mod.", "Meta wieħed jitkellem fuq l-industrija tal-films f'pajjiżna mill-ewwel imur għal dik l-area fejn hemm it-tankijiet tal-films u l-film facilities fir- Rinella li taqbad minn fejn it-tank cleaning tad-Dockyard u tibqa' sejra safejn hemm il-fortizza tal-kanun tal-mija, madwarha u tibqa' tiela' sal- fortizza ta' Santu Rokku.", "Anke meta l-Ministru għamel riferenza għar- Rinella tkellem b'mod li din hija area importanti li wieħed irid jippreżervaha ħalli nippromwovu l-industrija tal-films.", "Imma mbagħad insibu li kien l-istess gvern li ppermetta li biċċa art li kienet tal-film studios tingħata lil xi ħadd biex minflok jippromwovi l-industrija tal- films jagħmel negozju minnha.", "Dan ma jreġix.", "Għaldaqstant, illum nixtieq nistaqsi x'se jiġri minn dik l-area tal-film studios tar-Rinella.", "Kulħadd jgħid li hemm telqa kbira f'dik l-area u dan huwa minnu.", "Ir-raġuni hija li biex tagħmel film, kulma trid huwa spazju kbir, imma meta dan ma tużahx bilfors jidher li hemm telqa.", "Dan ma jfissirx li m'hemmx possibbilta` li l-industrija tal-films tqum u tiġi fuq saqajha.", "Lanqas ma jfisser, kif qal il-Ministru, li dik l-area ma tantx fadlilha x'toffri għall-industrija tal-films peress li hemm pajjiżi barra minn Malta li għandhom tankijiet żviluppati iktar minn tagħna, u allura dik l-area m'għandniex bżonnha iktar.", "Dawn huma argumenti li jien qrajthom between the lines.", "Għalkemm huwa veru li dik l-area tar-Rinella qiegħda f'sitwazzjoni tal- biki, jien ma naqbilx li wieħed ma jista' jagħmel xejn biex jgħinha tqum fuq saqajha.", "Pero`, donnu l-iskop tal-gvern m'huwiex dak li jgħinha tqum fuq saqajha, imma li permezz ta' din il-liġi din l-area tkun tista' tgħaddi għand xi ħaddieħor li l-aim tiegħu hu li jagħmel il-flus, bħalma ġara drabi oħra.", "Jien insemmi t-tank tar-Rinella.", "Fil-fatt tajjeb li ngħidu li t-tank tar- Rinella jaħdem l-iktar films meta jkun hemm films in konnessjoni mal-baħar.", "Meta jkun hemm films li m'għandhomx konnessjoni mal-baħar jew ma' l-ilma, it-tank u l-istudio ta' Rinella ma jaħdmux u ftit li xejn ikollhom xogħol.", "Fil-fatt il-films kbar li ġew dan l-aħħar ma kellhomx x'jaqsmu mal-baħar u allura mill-istudios u mit-tankijiet tar-Rinella ma tantx seta' jsir profitt.", "Apparti dan, it-tank tar-Rinella kellu problemi oħra.", "Kellu l-problema li f'pajjiżna hawn nuqqas kbir ta' audio-stations, sound stations.", "Dawn huma xi ħaġa importanti ħafna li jsiru, u dan hemm bżonnu mhux biss fil-qasam fejn għandu x'jaqsam il-baħar imma anke f'oqsma oħra tal-films li m'għandhomx x'jaqsmu mat-tankijiet u ma' l-ilma.", "Hemm bżonn dawn is-sound stations biex b'hekk inkunu nistgħu nattiraw ukoll kumpanniji li jiġu jaħdmu l-films hawn Malta.", "Jekk aħna ma jkollniex dawn is-sound stations, żgur li ma' nistgħux nagħtu l-ħajja lill-industrija tal-films.", "Dan qed ngħidu għax huwa importanti li wieħed jikkonsidra li jagħti għajnuna immedjatament fejn għandu x'jaqsam ma' dawn is-sound stations, għaliex jekk ma jkunx hemm dawn is-sound stations żgur fuq li żgur l-industrija tal- films ma titħajjarx tiġi f'pajjiżna.", "Sur President, min-naħa l-oħra tajjeb li ngħid ukoll li għad hemm it-tama u ċ-ċans li l-industrija tal-films fit-tankijiet tar-Rinella terġa' tqum.", "Dan ngħidu għaliex jidher biċ-ċar li hemm individwi barranin, hemm nies f'dan il-qasam tal-films li huma interessati li jiġu jinvestu fit-tankijiet tar- Rinella, anke forsi jkunu partners mal-kumpannija li hemm eżistenti biex din tkun tista' terġa' tieħu r-ruħ.", "Hawn ta' min jgħid li qabel forsi kien isir film f'dawn it-tankijiet, imma mbagħad nieqfu għal ħafna snin.", "Issa jidher li din il-ħaġa tkun tista' tintegħleb, u dan peress li l-kumpannija stess li hija interessata tagħmel ukoll il-films żgur li tkun garanzija li t-tankijiet ta' Rinella jkunu jistgħu jerġgħu jieħdu l-ħajja.", "Sur President, b'dan il-mod tkun tista' tingħata boost għall-impjiegi lin- nies tal-Kottonera.", "U hawnhekk ngħid li nisperaw li jingħataw preferenza n- nies tal-Kottonera.", "Nispera wkoll - u għalhekk jien ridt nagħmel dan l- intervent - li ma jkunx hemm gambetti min-naħa tal-gvern lil dawn il- kumpanniji barranin li għandhom interess li jinvestu fl-istudios tar- Rinella ħalli hemmhekk ikun jista' jingħata lil xi ħadd tal-qalba biex ikun jista' jagħmel il-flus hu.", "Jien għalhekk ninsab ippreokkupat ħafna bil- poter eżaġerat li qed jingħata l-kummissarju, meta hemm il-kummissjoni.", "Għalxiex qiegħda hemm il-kummissjoni?", "Dan kollu lili jqajjimli d-dubju.", "Jien nerġa' ngħid li hemm bżonn inqajmu l-industrija tal-films u li immedjatament nagħtu għajnuna ħalli jkun hemm sound stations mill-iktar fis possibbli, għaliex din hija waħda mill-ostakoli li hemm biex inġibu l- industrija tal-films f'pajjiżna.", "Għandna nħallu jiġu barranin oħra li huma interessati biex flimkien ma' min għandu t-tmexxija ta' l-istudios tar- Rinella, jerġgħu jqajmu l-industrija f'dawk l-akkwati ħalli b'hekk jiżdiedu l-impjiegi u l-introjtu għal ħafna familji, barra li jkun hemm investiment li jagħti wkoll il-frott tiegħu lill-poplu Malti u Għawdxi.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Il-Ministru Zammit Dimech.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Mr Speaker, meta qed niddiskutu liġi rigward it-twaqqif ta' kummissjoni tal-films dwar il-ċinematografika, u anke l-ħatra tal-kummissarju direttament għal dan il-qasam, qed nitkellmu fuq qasam importanti ħafna minn almenu żewġ angoli.", "L-ewwelnett irridu naffermaw li ċ-ċinema hi forma ta' arti, forma ta' kultura.", "U llum anke jekk wieħed isegwi ħafna d-diskussjoni fl-Unjoni Ewropea li qed ikun hemm preċiżament fuq dan is-suġġett, isib riferenza qawwija anke għaċ-ċinema u l-iżviluppi anke ġodda fiċ-ċinema, inkluż l- iżvilupp naturalment ta' l-użu tat-teknoloġija diġitali, bħala forma ta' kif tiġi promossa l-identita' kulturali ta' diversi pajjiżi Ewropej.", "Kelli l-opportunita' nsegwi anke s-sena li għaddiet l-avveniment marbut ma' l-industrija tal-films fejn il-Kummissjoni Ewropea u l-ministru responsabbli mill-kultura Ewropea riedu jwasslu l-messaġġ li ċ-ċinema m'għandhiex tkun biss assoċjata ma' Hollywood, jiġifieri ma' l-espressjoni li toħroġ mill-Istati Uniti ta' l-Amerika.", "Hemm bżonn faċilitajiet, promozzjoni u għajnuna għal produzzjonijiet li jkunu wkoll ta' livell Ewropew fid-diversi pajjiżi Ewropew.", "Dan huwa qasam li għandu l- inkoraġġiment tal-Kummissjoni Ewropea għaliex huwa mod kif din id- diversita' kulturali nagħtuha iktar attenzjoni.", "Naturalment, aspett ieħor li żgur huwa rilevanti għal dan il-qasam huwa li din l-industrja tiġġenera l-ġid kemm waqt il-ġbid tal-film kif ukoll wara.", "Naturalment hawn qed nirriferi b'mod partikolari għall-produzzjonijiet kbar.", "Pero' kif indika l-Ministru Austin Gatt il-bieraħ, dan jgħodd ukoll għal numru ta' produzzjonijiet fuq skala iżgħar, imma li għandhom rabta ma' udjenzi differenti anke fil-qasam ta' advertising u f'oqsma oħrajn.", "Naħseb li l-prova ta' dan li qed ngħid wieħed jista' jsibha jekk jidħol fl- internet u jagħmel search fuq Brad Pitt u Malta.", "Meta tagħmel dik is- search, l-indikazzjoni li jagħtik fuq l-internet huwa li għandek xejn inqas minn 48,500 sit.", "Jekk tfittex fuq il-film \"Gladiator\" u Malta għandek 72,000 sit.", "Issa dawn fil-maġġoranza huma s-siti li jitkellmu fuq Malta bħala sfond jew b'rabta ma' films li kienu inġibdu hawnhekk, u jiena ġibt dawn l-eżempji għaliex naħseb li huma rilevanti għad-diskussjoni li qed nagħmlu llum.", "Jiena minn dawn is-siti ġibt żewġ siltiet, u l-ewwel silta li nixtieq nikkwota minnha hija mill-website tal-magazine awtorevoli Amerikan \"Forbes\".", "Din tgħid hekk:", "\"...but for those seeking culture and antiquity, Malta offers a rich history of art and culture.", "It's the sort of place where one is likely to stumble past 15th century canons on his way to pre-historic temples or nose up to an original Caravaggio while poking round the 16th century cathedral.", "Over the past few years, the island has also become a hot spot for celebrity sightings.", "Its outrageous architecture, warm orange beaches and sapphire sea, providing perfect backdrops for period flicks.", "Most recently Sharon Stone and Rupert Everett, stars of the upcoming movie 'A different loyalty\", came into Malta for six days of filming in June.", "Prior to Troy and \"A different loyalty\" the island hosted the entire casts of \"Gladiator\" and \"The Count of Monte Cristo\".", "Nieħu s-sit ta' ġurnal differenti minn \"Forbes\", u nirriferi għall-ġurnal influwenti Ingliż \"The Guardian\".", "Fih insibu miktub hekk:", "\"It's not just the strange airy sensation that is unsettling, it's the view.", "In front of me stands ancient Troy, to my left his Astrid's wooden galleon, on the right I can make out the Titanic and hanging over my head is a giant German World War II u-boat.\".", "Imbagħad ikompli:", "\"I am standing in Malta's film studios where the summer's Troy was made.", "Brad Pitt, Saffron Barrows and Orlando Bloom fought Homer's tale of love and war here, and I am taking the island's first movie tour.\".", "Mela dawn huma biss ftit mill-effetti pożittivi u mill-effetti immedjati tal-produzzjoni tal-films f'pajjiżna.", "Issa l-fatt li kumpannija kbira ċinematografika tagħżel lil pajjiżna sabiex isservi ta' sfond għall- produzzjoni ta' film se jiġbed l-interess tal-media internazzjonali u naturalment tal-fans li jassoċjaw ruħhom ma' persuni oħrajn li jkunu qed jieħdu sehem fil-produzzjoni partikolari.", "Fuq dan il-qasam, irrid ngħid li jrid ikollok l-istruttura li tkun effiċjenti u effettiva.", "Jiġifieri, b'riferenza għar-rimarki li għadu kif għamel l-onor.", "Joe Mizzi, naħseb li l-aħħar ħaġa li producer ikun irid huwa li joqgħod jissottometti proġetti u dettalji tal-proġetti lill-kumitat, jerġa' jvarja, jerġa' jmur għand il-kumitat u l-kumitat forsi jkun irid imur għand xi kumitat ieħor.", "Kif jaf min isegwi ħafna d-diskussjoni fuq l- arkitettura, isib il-famuża frażi a camel is a horse designed by a committee.", "F'oqsma bħal dawn ma jistax ma jkollokx dik l-immedjatezza.", "Huwa importanti li jkollok dik il-persuna li għandha l-poteri eżekuttivi, imma dawn il-poteri trid tużahom biex tkun tista' tinnegozja, tipprovdi servizz u biex tkun il-focal point ma' entitajiet oħra fil-pajjiż.", "Din m'għandhiex tkun il-persuna li tifformola l-policy awdjoviżiva, għax din il-policy u dawk il-materji l-oħra kollha, anke fuq l-aspett fiskali, biex ninkoraġġixxu iktar din l-industrija fil-pajjiż, huwa x-xogħol tal- kummissjoni.", "Il-kummissjoni tagħmel dan bħala x-xogħol tagħha, u l- kummissjoni min-naħa tagħha, għax qegħdin nitkellmu fuq policy nazzjonali, tagħti l-pariri lill-ministru konċernat dwar it-twettiq tal-policy li l- implimentazzjoni tagħha ssir mill-kummissarju.", "Din hija d-distinzjoni li rridu, u jekk ma nżommux din id-distinzjoni, nkunu qed noħolqu kummissjoni li tkun eżekuttiva.", "Hawn ta' min igħid li l- Abbozz li għandna quddiemna jgħid b'mod ċar li dik il-kummissjoni m'hijiex eżekuttiva imma hija l-kummissjoni li tagħmel is-suġġerimenti ġenerali dwar policy guidelines.", "Fl-Abbozz hemm il-funzjonijiet identifikati b'mod ċar kif hi torbot mal-ħidma tal-gvern u kif l-istess kummissjoni tassisti lill- kummissarju.", "Kieku dan il-gvern ġie hawnhekk b'abbozz differenti, probabbiment konna nisimgħu kritika min-naħa ta' l-Oppożizzjoni – u din it- tip ta' kritika ġieli smajniha f'okkażjonijiet oħrajn - li hawnhekk hawn gvern li qed jagħmel korp ieħor wiesa', korp li se joħloq ħafna imperi, korp b'ħafna poteri, korp li se jinvolvi ma nafx kemm nies u li se jkun hawn il-burokrazija.", "Għax il-gvern, minflok qed jagħmel hekk, qed jagħmel kummissjoni li tagħti linji gwida ġenerali, pero' tagħmel l- implimentazzjoni bi struttura lineari ċara u effettiva fil-persuna tal- kummissarju - naturalment bi kwalunkwe assistenza amminsitrattiva li jkollu bżonn - allura t-ton ta' l-oppożizzjoni inbidel u sar bil-maqlub ta' dak li normalment nisimgħu f'diskussjonijiet bħal dawn.", "Sur President, irrid ngħid ukoll li films kbar bħalma kellna f'dawn l-aħħar snin ifissru introjtu kbir għal pajjiżna, introjtu għal-lukandi u għall- operaturi kollha fl-industrija tat-turiżmu.", "Iktar minn hekk, dan huwa dħul li jkun imqassam f'ġimgħat li m'humiex neċessarjamnet marbuta ma' l-eqqel ta' l-istaġun turistiku, u allura huwa dħul addizzjonali.", "Barra minn hekk, l-esperjenza turina li dawn il-produzzjonijiet jużaw firxa sħiħa ta' servizzi.", "Il-films li jiġu f'pajjiżna jħaddmu n-nies kemm bħala extras kif ukoll fil-bini, armar u żarmar ta' set.", "Jiena kelli l-opportunita' li niltaqa' ma' diversi nies li ħadmu b'rabta ma' din l-industrja tal-ġbid ta' films fil-pajjiż.", "Iltqajt ma' nies li f'Malta kkreaw sets li tant impressjonaw lill-producers - f'dan il-każ producers Amerikani - li kienu ingaġġati fuq produzzjonijiet li saru wara mhux biss f'Malta imma anke barra minn Malta.", "Dan għaliex f'Malta għandna nies tas-snajja', għandna nies kapaċi, kreattivi u li kapaċi jaddattaw għall-isfida li jkollhom quddiemhom.", "Issa, biex dan kollu jirnexxi, il-gvern irid joħloq il-qafas u l-istrutturi neċessarji.", "Dawn huma forsi l-iżjed effetti ovvji li jixhdu kemm huwa importanti li nsaħħu l-isforzi tagħna sabiex niġbdu iktar produzzjonijiet ċinematografiċi lejn Malta.", "Illejla xtaqt nitkellem ukoll fuq benefiċċji li m'humiex daqstant ovvji kif ukoll fuq benefiċċji li nistgħu niggwadanjaw minnhom fil-futur.", "Nerġa' nagħmel aċċenn għad-diskors ta' introduzzjoni li għamel il-kollega tiegħi l- Ministru Austin Gatt il-bieraħ meta qal li m'għandniex inħarsu lejn dan is- settur awdjoviżiv - u dan aċċennajt għalih anke qabel - bħala big budget productions.", "Jekk inħarsu biss lejn l-aspetti industrijali u kompetittivi tal-film, hemm ċans li nitilfu l-opportunitajiet li joffri dan il-medium f'oqsma oħra wkoll.", "Il-film huwa l-mod l-iktar aċċessibbli fiżikament u soċjalment biex wieħed jittrażmetti l-kultura.", "Films li saru f'Malta u daru d-dinja bħal Gladiator, Troy u Count of Monte Cristo taw lil kulmin mar jarahom titwila tal-wirt arkitettoniku Malti.", "Min isegwi l-arti ċinematografika u min jagħmel dan anke f'kontest mar-rabta ta' l-industrja tat-turiżmu, jsemmulek persuni li jżuru pajjiżi biex jaraw it-trail ta' kif inġibed film partikolari li jkun għamel suċċess.", "Per eżempju, fil-każ tal- film ta' Harry Potter, kellek nies li marru fl-istazzjon tal-ferrovija fl- Ingilterra u jippretendu li jsibu l-famuża platform nine and a half li naturalment ma teżistix.", "Hija daqshekk kbira r-rabta bejn din l-espressjoni u dak li mbagħad huwa effett promozzjonali għal pajjiż.", "Apparti dan kollu, l-wirt kulturali Malti jikkomprendi ħafna elementi oħra mhux biss fl-arkitettura, u huwa għalhekk li għandna ninkoraġġixxu permezz ta' din il-kummissjoni u permezz tal-kummissarju anke lill-produtturi domestiċi.", "Waħda mir-raġunijiet għaliex għandna nagħtu dan l-appoġġ huwa li fil-każ ta' produtturi b'rabta diretta ma' Malta hemm iżjed iċ-ċans li l- ambjentazzjoni tal-films tagħhom tkun ambjentazzjoni Maltija.", "Dan huwa speċjalment il-każ fejn tidħol il-lingwa Maltija.", "Fil-fatt nista' ngħid li qed infittxu modi kif permezz ta' fondi anke mill-Unjoni Ewropea taħt il- programm Media Plus, produtturi ta' films bil-Malti fil-futur ikunu jistgħu jingħataw għajnuna biex iżidu s-subtitles, għax din ukoll hija parti mill- kultura ta' diversita' li tippromwovi l-Unjoni Ewropea.", "Dan biex jikber iċ- ċans ta' ċirkolazzjoni ta' film, kif ukoll biex nagħmlu udjenzi barranin konxji ta' l-eżistenza tal-lingwa tagħna.", "F'dan ir-rigward ninsab informat li bl-użu tas-sistema diġitali, dalwaqt se jkollna l-produzzjoni ta' l- ewwel film bi sfond ta' storja u bl-isfond drammatiku bl-użu totali tal- lingwa Maltija.", "Dan se jkun imniedi fil-ġranet li ġejjin, u fil-fatt se jintwera mhux biss fiċ-cinemas Maltin imma anke f'cinemas barra minn Malta, bħall-Awstralja, bħal Canada u postijiet oħrajn fejn hemm udjenza li tkun Maltija.", "Apparti li l-ħsieb huwa wkoll li din il-produzzjoni li għandi f'moħħi tinħareġ fil-lingwa Ingliża pero', l-isfond Malti żgur li jibqa' ċar ħafna fi produzzjoni bħal din.", "Sur President, dan juri li l-kwestjoni m'hijiex biss li nagħtu u ninkoraġġixxu, imma huwa importanti wkoll li ntejbu d-distribuzzjoni.", "Din is-sena għandhom jiġu varati fi ħdan l-Unjoni Ewropea n-negozjati għad- direttiva l-ġdida biex taġġorna dik li hija magħrufa bħala d-direttiva televiżjoni mingħajr fruntieri.", "Id-direttiva preżenti tobbliga lill-istati membri li 50% tax-xandir tagħhom ikun ta' produzzjonijiet Ewropej.", "Ħafna stati membri jilħqu din il-kwota b'xandirijiet purament domestiċi, allura waħda mill-proposti li hemm għad-direttiva l-ġdida hija li parti minn din il-kwota trid tkun sodisfatta bi produzzjonijiet Ewropej, pero' mhux domestiċi.", "Almenu jkollok il-konċett li wkoll qed jikber fl-importanza tiegħu ta' co-productions.", "Dan huwa bil-għan li produzzjonijiet Ewropej ikollhom iktar ċans ta' ċirkolazzjoni fl-istati membri kollha ta' l-Unjoni.", "Għalkemm din il-proposta għad trid issir formalment, u l-gvern Malti jkun irid jikkonsulta u jfassal il-pożizzjoni tiegħu fuq l-abbozz tad-direttiva, mill-qasam kulturali żgur li proposta bħal din tgħin fiċ-ċirkolazzjoni ta' produzzjonijiet Maltin.", "Mod ieħor li għandna żgur nesploraw fil-futur biex intejbu l-produzzjoni huwa l-konċett ta' festival tal-films.", "Fi ħdan il-ministeru tiegħi hemm iċ- ċentru tal-kreattivita` li regolarment jospita festival ta' films minn numru ta' pajjiżi.", "U hawn, ħafna drabi jingħata spazju għal dawk il- produzzjonijiet hekk imsejħa \"mhux kummerċjali\" imma li trid tagħtihom l- ispazju ta' distribuzzjoni li huma jkollhom bżonn.", "Dan huwa servizz li sar jintuża minn ħafna mill-ambaxxati ta' pajjiżi barranin ġewwa Malta u li żgur jagħtina iktar inkoraġġiment.", "Fil-fatt, daqqa t'għajn lejn il-programmi taċ-ċinema fil-Kavallier ta' San Ġakbu hija biżżejjed biex turi kemm f'dawn il-festivals qegħdin jagħtu opportunita` lil pajjiżi żgħar, l-hekk imsejħa \"pajjiżi b'kapaċita` produttiva baxxa\", biex juru x'qed jipproduċu fil-qasam taċ-ċinema, ħafna drabi f'livell artistiku għoli ħafna.", "U ta' min jgħid li l-livell ta' films ta' dawn il-pajjiżi huwa livell li jħabbatha anke ma' dawk li għandhom tradizzjoni akbar u iktar wiesgħa fil-qasam ta' produzzjoni ċinematografika.", "Min isegwi l-festival ta' films Ewropej li jsiru barra jista' jinnota li sfortunatament m'għandekx rappreżentazzjoni ta' produzzjonijiet Maltin, u hawn wieħed jistaqsi għaliex dan in-nuqqas.", "Ħafna drabi r-raġuni tkun għax min jorganizza dawn il-festivals ikun irid il-pellikola fil-format ta' 35mm, pero` fil-futur l-użu tat-teknoloġija diġitali għandha tgħin biex din id-diffikulta` teknika kontra pajjiżi żgħar tista' tingħeleb faċilment.", "Għaldaqstant huwa importanti li jkun hemm it-taħriġ neċessarju.", "Irid ikollna faċilitajiet li mhux sempliċement huma faċilitajiet orħos, imma li huma adegwati.", "Fil-fatt il-liġi li għandna quddiemna titkellem dwar il- ħtieġa ta' investiment fit-taħriġ, tirriferi għal xiri ta' apparat għal produzzjonijiet ta' standard għoli u m'għandi l-ebda dubju li bis-saħħa tax- xogħol ġenerat minn produzzjonijiet barranin ikun hawn min iħoss li jagħmel sens li dan huwa investiment li tajjeb li jsir.", "Minkejja xi rimarki li għamel l-Onor.", "Mizzi, m'għandi ebda dubju li l-gvern preżenti bil-fatti u bil-provi kollha jagħti l-ikbar inkoraġġiment lil kulmin hu serju u lil kulmin lest jaħdem bis-serjeta` f'dan il-qasam, u m'hemm ebda aġenda ta' natura oħra.", "Irrid ngħid li paragrafu (d) ta' klawsola 4 jgħid li waħda mill- funzjonijiet ta' din il-kummissjoni hija li tagħti pariri lill-ministru fl- iżviluppar ta' strateġija komprensiva f'taħriġ ta' snajja' li tkun flessibbli u miftuħa għal bidliet industrijali u teknoloġiċi in kollaborazzjoni ma' l-industrija awdjoviżiva u ma' partijiet interessati oħra.", "Imbagħad subklawsola (1) ta' klawsola 29 tgħid li l-kummissarju jista' jagħmel għotjiet biex itaffu kompletament jew parzjalment l-ispiża tat-taħriġ għall-persuni f'kull aspett ta' produzzjoni ta' film.", "U f'Malta dan l-interess qiegħed jikber.", "Mr Speaker, ġaladarba pajjiżna jkollu nies imħarrġa u jkun hawn faċilitajiet li jistgħu jintużaw għal produzzjonijiet lokali, wieħed jista' jistenna li jogħla l-livell tax-xogħol maħdum anke għas-suq lokali, kif ukoll il-produzzjonijiet maħduma minn kumpanniji lokali li huma interessati li jbigħu x-xogħol tagħhom barra minn Malta.", "Illum jeżistu fora speċjalizzati għal dan it-tip ta' produzzjonijiet u jeżistu fondi u skemi ta' għajnuna mill-Unjoni Ewropea sabiex jgħinu lil din l-industrija.", "Forsi interessanti li wieħed jisma' x'kienet qalet il-kummissarju ta' l-Unjoni Ewropea għas-soċjeta` ta' l-informatika u tal-media Vivienne Redding - li hija wkoll il-kummissarju ta' l-Unjoni Ewropea li tippresjedi għan-nom tal- Kummissjoni Ewropea fil-festival tal-films Ewropew li jsir f'Cannes kull sena - f'Settembru tas-sena l-oħra, fl-okkażjoni ta' festival tal-films ieħor famuż li jsir ġewwa Venezja.", "Vivienne Redding kienet qalet hekk:", "\"Audiovisual works represent the main factor for the transmission of cultural, social and democratic values.", "We need that and we will need that more in an enlarged Europe ....\"", "- Għax hi kienet qed titkellem qabel it-tkabbir-", "\"... and maybe more in the future.", "It is going to be one of the essential and strong policies to preserve cultural identity in Europe.\"", "F'Ġunju tas-sena l-oħra l-Unjoni Ewropea ddeċidiet li tgħolli l-għajnuna lis-settur awdjoviżiv għas-snin 2007/2013.", "Dan isir permezz tal-programm ġdid Media 2007.", "Nixtieq nieħu din l-okkażjoni biex minn hawnhekk inħajjar kumpanniji lokali fis-settur awdjoviżiv sabiex iħarsu lejn dan il-programm u jaraw kif jistgħu japprofittaw ruħhom mill-għajnuna li qed toffri l- Unjoni Ewropea, għajnuna li l-Unjoni Ewropea qed tara iktar rilevanti issa wara t-tkabbir tagħha.", "Nista' ngħid ukoll li fil-ministeru responsabbli għall-kultura se jkun hemm it-twaqqif ta' media desk biex wieħed joffri għajnuna lil min ikun interessat li jkun jaf iktar dwar dawn il-programmi ta' għajnuna finanzjarja mill-Unjoni Ewropea marbuta mal-media.", "Il-produtturi lokali jafu iżjed minn kulħadd id-diffikultajiet li jiffaċċjaw meta jiġu biex jaħdmu proġett bl-intenzjoni li jinbiegħ barra l- pajjiż.", "Biex nagħti ftit eżempji, hemm diffikultajiet tal-format li bih trid issir il-produzzjoni, il-limitazzjonijiet ta' dubbing facilities u limitazzjonijet fuq subtitling.", "Dan huwa xogħol speċjalizzat, u jekk ikollna dan it-tip ta' faċilitajiet inkunu nistgħu nipproduċu xogħol bil- lingwa Maltija, imma jkun jista' jinbiegħ ukoll barra l-pajjiż għax ikollok il-faċilita` tad-dubbing f'lingwi oħrajn.", "Dan l-aħħar dehru rapporti fl- istampa lokali li jorbtu mal-ħruġ ta' din l-ewwel produzzjoni fil-lingwa Maltija li diġa` aċċennajt għaliha.", "Ta' min jirriferi wkoll għal x'qed jiġri wara li tinħadem produzzjoni.", "Mil- lat ta' turiżmu, jagħmel sens li jkollok faċilita` li fiha tista' tippreżerva l-oġġetti marbuta ma' l-industrija tal-films fil-pajjiż, għax post bħal dak ikun ta' attrazzjoni fih innifsu minħabba li jibqa' jservi bħala tifkira ta' produzzjonijiet prinċipali li jkunu saru.", "Naturalment dan irid isir bil-għaqal, irridu nifhmu l-limitazzjonijet ta' l-ispazju f'pajjiżna, m'għandniex il-lussu li tista' tħalli s-sets kollha immaġinabbli fil-post oriġinali fejn ikunu saru, pero` tista' toħloq park, jew ċentru jew xi esebizzjoni li tgħin lill-viżitatur biex japprezza aħjar dak li jkun sar fil-pajjiż.", "F'dan is-sens, b'mod viżwali l-Awtorita` Maltija tat-Turiżmu kienet ħolqot dik li ssejħet il-Malta film map li kienet launched sena ilu fil-fiera internazzjoanli tat-turiżmu li tinżamm f'Londra.", "Meta tidħol f'dik il- mappa tista' tidħol f'partijiet differenti tal-pajjiż, u skond liema parti tal-pajjiż tikklikja fuqha ssib liema produzzjonijiet inħadmu f'parti jew oħra ta' Malta jew tagħmel search b'titolu tal-film, imbagħad it-titolu tal- film jiggwidak għal fejn sar fil-pajjiż.", "Għandek ukoll il-facility ta' search skond l-artisti prinċipali li jkunu ħadu sehem, jiġifieri hija interattiva mil-lat tal-ġeografija tagħna, mil-lat tal-persuni li ħadu sehem, mil-lat ta' sena u mil-lat ta' titolu ta' films.", "Nista' ngħid li kien hemm interess qawwi ħafna anke minn operaturi turistiċi.", "Din il- website baqgħet tiġi aġġornata u qed tgħin fil-marketing ta' turiżmu marbut ma' interess li dejjem qed jikber fl-arti ċinematografika.", "Il-liġi titkellem fuq opportunitajiet għall-aċċess għall-istorja taċ-ċinema u patrimonju kulturali u l-użu ta' l-istorja tal-film fil-ftehim ta' l- identita`, ir-rappreżentazzjoni, il-kultura u l-kreativita`.", "F'dan il-qafas nixtieq naċċenna għall-ħtieġa li pajjiżna jkollu l-arkivju tiegħu tal-produzzjonijiet awdjo-viżivi, għaliex sal-lum m'hawnx repożitorju forsi anke minħabba l-fatt li saru produzzjonijiet limitati.", "Pero`, issa iktar ma nifhmu d-definizzjoni iktar wiesgħa ta' produzzjonijiet li għandna nattiraw lejn il-pajjiż, naħseb li jekk ikun hemm forma ta' arkivju speċjalizzat preċiżament f'dan ir-rigward tkun xi ħaġa li tgħin kemm għall-produzzjonijiet futuri u kemm bħala attrazzjoni fiha nfisha mil-lat kulturali u mil-lat turistiku.", "Naturalment, biex din il-liġi tilħaq l-għan tagħha u biex jiżdiedu dawn il-produzzjonijiet, wieħed irid jassigura li dak ikun arkivju aċċessibbli, u dan il-prinċipju ta' aċċessibilita' huwa prinċipju ieħor inkorporat fil-liġi li għandna għall-konsiderazzjoni tagħna.", "Għalhekk din hija liġi importanti li tagħti spazju aktar iffokat fuq industrija importanti għal pajjiżna minn dawn l-angoli kollha.", "Naturalment, fil-kuntest tal-business promotion Act diġa`għandek struttura ta' kif inti tista' toffri inċentivi fiskali lill-producers ta' films fil- pajjiż.", "Pero` l-liġi għandha vantaġġ akbar, għax tipprovdi qafas li jorbot direttament mal-ħtiġijiet ta' producers, li tagħmel dan b'mod effettiv u li tkun tista' tagħmel dan over and above l-għajnuniet kollha li diġa` setgħu jingħataw s'issa.", "Mr Speaker, nagħlaq b'dan il-ħsieb.", "Ejja nifhmu li anke f'dan il-qasam hawn kompetizzjoni kbira.", "Hawn pajjiżi li ma kellhomx il-faċilitajiet għal ġbid ta' films li kellna f'Malta għal snin twal u li llum qed jarmaw bil- kbir, u llum qed jaraw din l-opportunita` tikber u anke tinfirex iktar preċiżament minħabba din id-diversita` ta' aktar produzzjonijiet li rridu naraw fil-livell Ewropew.", "Din il-faċilita` ta' aktar espressjoni ta' identitajiet nazzjonali u ta' produzzjonijiet bejn pajjiżi u reġjuni differenti naturalment tapplika wkoll għall-producers li jaħdmu fl-Amerika u f'pajjiżi oħrajn li wkoll ikunu jridu jaħdmu, kemm għal rashom kif ukoll ma' oħrajn, f'pajjiżi Ewropej.", "U allura hija opportunita`oħra li trid tagħraf il-mument kruċjali tagħha, li dak il-mument taħtfu favur il-pajjiż u li b'ħidma kordinata u b'ħidma ta' min ikun kapaċi jagħti l-akbar attenzjoni u immedjata lil dan il-qasam jgħin lil Malta f'dan is-settur tant importanti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Helena Dalli.", "ONOR.", "HELENA DALLI: Sur President, il-bieraħ meta tkellem il-ministru, smajna ħafna affarijiet li forsi jkun tajjeb li npoġġuhom fil-kontest storiku tagħhom, għaliex jista' jkun li ngħatat l-impressjoni - għallinqas dik hija l-impressjoni li ħadt jien meta kont qiegħda nisma' - li ndaħal il- gvern f'din l-industrija għax qabel kien hemm il-privat, imbagħad morna ħażin, u dawn l-affarijiet kollha.", "Fil-fatt, il-gvern indaħal fis- sebgħinijiet meta kien hemm gvern Laburista.", "Li ġara dak iż-żmien kien li l-faċilitajiet tal-film studios kienu f'idejn persuna barranija li kien jisimha Jim Hole li falla u ma setax jaqbad art, għax kull film li kien isir kien jispiċċa bid-dejn.", "Imbagħad dak id-dejn iħallsuh mill-film li jiġi warajh, u kull darba kien jibqa' sejjer hekk.", "U fil-fatt mhux il-gvern ħa over, imma din il-persuna Jim Hole ried ibigħ sehmu.", "Naturlament, kien hemm l-impjegati nvoluti, u biex forsi nsalvaw is- sitwazzjoni l-MDC kienet xtrat sehem dan il-barrani.", "Jiġifieri mhux ħadu over il-gvern, qishom saru xi affarijiet li m'hemmx loġika għalihom jew li m'hemmx sens, għax meta tisma' li l-gvern ħa over il-film facilities tgħid: Dawn x'affarijiet huma?", "Fil-fatt, kienet daħlet għalih l-MDC biex l- impjegati ma jitilfux xogħolhom għax il-barrani ma setax jaqbad art, minn production għall-oħra kull darba kien qed jispiċċa bid-dejn u falla.", "Tant kienet ħażina s-sitwazzjoni li l-general manager - dak iż-żmien kien Paul Avellino - kien qabad u rriżenja minn rajh.", "Hemhekk kien hemm mess sħiħa.", "Fil-fatt għall-aħħar ta' l-1978, wara li nġibed il-film Midnight Express - li kien inġibed kollu hawn Malta - minkejja li daħħal ħafna flus, xorta din il-kumpannija baqgħet bid-dejn.", "Tant hu hekk li wara dan il-film Jim Hole ried ibigħ sehmu.", "L-MDC ħadet f'idejha dan il-kumpless li, kif qal il-Ministru, l-attrazzjoni ewlenija tiegħu hija t-tank ta' l-ilma.", "Fil-fatt fiż-żmien ta' Jim Hole kien hemm tank ta' l-ilma wieħed, u kien wara li waqa' f'idejn l-MDC, għall- ħabta ta' l-1979/1980, li nbena water tank ieħor.", "Kien ġie l-film Raise the Titanic, u kellhom bżonn tank iktar fond.", "Fil-fatt hekk issir id- distinzjoni; dak li kien hemm qabel jgħidulu surface tank, u dak li nbena fl-1979/1980 jgħidulu deep water tank, għax biex jaħdmu Raise the Titanic kellhom bżonn tank iktar fond.", "Jiġifieri din il-kumpannija bniet it-tieni tank wara li ma baqgħetx f'idejn il-privat.", "Ta' min isemmi li fl-1980 kienu qed jinħadmu tliet films kbar f'daqqa.", "Dan kien żmien li qatt ma kien hawn bħalu.", "Qed insemmu Troy u Gladiator li huma films kbar ukoll, pero` bħala ġenerazzjoni ta' flus ma ssuperawx dan il-perijodu ta' l-1980 meta kien qed jinħadem Popeye - li ħaddem ħanfa nies u numru kbir ta' extras - Raise the Titanic, li kien iktar film ta' special effects, u Clash of the Titans li wkoll ħaddem ħafna nies u ġġenera ħafna flus.", "Qed insemmi dan biex nuri li kien hemm żmenijiet ta' suċċess f'dan il- qasam.", "Il-films ma jiġux għax il-film facilities qegħdin f'idejn dak jew l- ieħor jew f'idejn l-MDC.", "Jekk il-producer u d-director jiġu hawnhekk u jidhrilhom li l-post huwa tajjeb - għax dawn li jridu huwa li jkollhom proġett tajjeb – jiddeċiedu li x-xogħol isir hawnhekk.", "Wara dawk reġa' kien hemm nuqqas ta' xogħol, u fl-1983 reġa' kien hemm proġett kbir ieħor ta' Kristofru Kolombu.", "Ix-xogħol tal-films hekk hu; jista' jkollok proġett kbir, imbagħad ikun hemm perijodu meta ma jiġix film, u jista' jkun li timla in between billi ġġib xi riklami li, kif qal il-ministru, huma mod tajjeb ta' kif tiġġenera x-xogħol, tħaddem in-nies u l-industrija żżommha għaddejja.", "Pero` rridu ngħidu wkoll li ma jiddependix totalment minn kif naħdmu biex inġibu dan ix-xogħol, għax l-aħħar deċiżjoni tkun ta' min se jħallas, ta' min se jagħmel il-film.", "Għall-ħabta ta' l-1994/1995, il-gvern Nazzjonalista biegħ dawn il- faċilitajiet lil ċertu wieħed Falzon, u fi żmienu kien hemm film kbir.", "Kien proġett ta' US$80 miljun li nofshom intefqu hawnhekk, għax ma nħadimx kollu hawn, imma qegħdin nitkellmu fuq US$40 miljun, jiġifieri ma kenitx xi ċekċika.", "Pero`, minn meta l-gvern neħħa l-film services minn idejh u tahom f'idejn Falzon, ġiet din il-produzzjoni ta' US$80 miljun li US$40 miljun minnhom intnefqu hawn Malta.", "Imma tant kien hemm tbażwir min-naħa lokali fuq dan il-film li l-kumpannija spiċċat qalgħet biss Lm3,000.", "Lil min tmur tgħidha li fuq produzzjoni fejn intefqu US$40 miljun hawn Malta, is- servicing company qalgħet biss Lm3,000?!", "Tajjeb insemmu li meta ġie biex jieħu dawn il-film facilities mingħand l-MDC, Falzon kien ġie b'ħafna wegħdi ta' produzzjonijiet u lanqas ġab film wieħed biss, għax il-kuntatti għall-film Cut-throat Island kienu saru qabel ma ħa l-film facilities f'idejh.", "Il-bieraħ, il-ministru semma żewġ films, Gladiator u Troy, pero` dan Falzon ma kellu x'jaqsam xejn magħhom.", "Qed ngħid dan ħalli meta nitkellmu niċċaraw x'aħna ngħidu u mhux we just skim the surface u ngħidu li kien hawn il-film Troy u Gladiator, u li l-MDC neħħiet il-film services minn idejha, għax aħjar f'idejn il-privat.", "Fil-verita` x'ġara?", "Mhux talli Falzon - li kellu l-film services f'idejh għax tathomlu l-MDC - ma kellux x'jaqsam ma' dawn iż-żewġ films kbar, talli għamel ħafna bsaten fir-roti waqt li kien qed jinħadem il-film Gladiator.", "In-nies stess li ħadmu fih jgħidu kemm sabu ntoppi li mbagħad skoprew li kienu ġejjin min-naħa ta' Falzon stess għax il-film ma ħadux hu.", "Dan huwa business li jrendi ħafna flus; qed nitkellmu fuq miljuni ta' dollari.", "Nafu li sar ħafna tgerfix għax, kif semmejt, biex Falzon jaqla' biss Lm3,000 minn fuq il-film Cut-throat Island, proġett li nefaq US$40 miljun hawnhekk, bilfors li kien hemm it-tbażwir!", "Imbagħad, fil-ġbid tal- film Gladiator sabu ħafna bsaten fir-roti mingħandu, l-istess individwu li kien wiegħed li se jġib ħafna produzzjonijiet meta l-MDC tawh il-film facilities.", "Mhux talli ma ġabx, talli ried itellef il-produzzjonijiet li ġew!", "Fil-fatt, meta ġew il-producer u d-direttur tal-Gladiator biex jitkellmu ma' Falzon ma ħareġ xejn mid-diskussjonijiet, u l-film sar mingħajr Falzon li kien ħa l-film facilities mingħand il-gvern biex imexxi l-affarijiet kollha li kien hemm hemmhekk.", "U ngħid \"kien\" għax illum ħallew kollox jitkisser u jitmermer.", "Tista' tgħid li dawn lanqas għadhom jeżistu.", "Jiġifieri dan Falzon, li l-gvern tah il-film studios, ma kellu x'jaqsam xejn mal-produzzjoni ta' Gladiator u, mill-informazzjoni li għandi min-nies li ħadmu fuq il-Gladiator, dawn sabu problemi minnu għax ma daħalx hu fil- kuntratt.", "Il-bieraħ il-ministru semma wkoll l-iżvilupp ta' sound stage li huwa tajjeb u importanti.", "Pero` fl-1998, meta kien wasal biex jispiċċa l-gvern Laburista, niftakar li Dino de Laurentis kien iltaqa' mal-gvern Laburista u bdew xi taħdidiet għax ried jidħol bi sħab biex jibni sound stage.", "Pero` ma nafux x'ġara minn dan il-proġett ta' sound stage.", "Dino de Laurentis - min qiegħed f'dan il-qasam jaf sew min hu - ġie Malta ħafna drabi, ħadem ħafna, ta ħafna xogħol lil nies Maltin, għallem ħafna nies Maltin u ma nafux bħala xi wieħed li jitkellem fl-ajru.", "Pero` nixtieq nistaqsi x'ġara minn dan il-proġett.", "Qed nagħmel din il-mistoqsija għax il-ministru semma s-sound stage.", "Jekk wieħed iħares lejn l-affarijiet fil-film studios malajr jinduna li kollox intelaq għal riħu, kollox mar il-baħar.", "Kien hemm theme park għall- familji li kien jiġġenera flus għall-pagi tal-ħaddiema, imma anke dan it- theme park ġie abbandunat.", "Il-Ministru Zammit Dimech qajjem il-punt li s- sets jistgħu jservu ta' attrazzjoni turistika.", "Jekk tmur l-Awstrija, per eżempju, tara l-fuss li jagħmlu fuq is-set ta' fejn inħadem Sound of Music, u meta tmur tgħid: Fuq xiex qed jagħmlu dan il-fuss kollu?", "Ara kemm ilu li nħadem Sound of Music, naħseb li kont għadni baby, imma sal-lum għadhom jagħmlu excursions tat-turisti biex juruhom fejn inħadem is-Sound of Music.", "Veru ma nistgħux inżommu s-sets kollha tal-films li nħadmu hawn Malta, imma anke fejn inżammu tidħol il-politika u jidħlu l-bażużli.", "Insemmi s-set ta' Popeye Village, li jikkonsisti f'villaġġ sħiħ ta' l-injam u kienet tkun ħasra li kieku twaqqa'.", "Safejn naf jien, dak iż-żmien is-Sur Cassar kien managing director, u nsista li dan is-set jinżamm ħalli jintuża bħala attrazzjoni turistika.", "Fil-fatt kienu jittieħdu t-turisti hemmhekk u kien hemm anke restaurant.", "Jiġifieri, dan kien sors ta' dħul għall-MDC, u fil- perijodu meta ma kienx ikun hemm films, il-ħaddiema tal-film studios kienu jintbagħtu hemmhekk biex jagħmlu l-maintenance.", "Meta tela' l-gvern Nazzjonalista, l-ex-ministru John Dalli ta dan il-post lil xi ħadd viċin tiegħu biex imexxih hu.", "Ma nafx x'sar minnu llum.", "(Interruzzjonijiet) Qed jgħiduli li għadu l-istess.", "Imma, filwaqt li qabel kellek xi ħaġa li qed trendilek permezz tal-biljetti li jixtraw biex imorru jaraw dan il-villaġġ, u kien hemm anke d-dħul mir-restaurant, apparti li kellek fejn tħaddem in-nies tal-film studios biex jagħmlu l- maintenance, f'daqqa waħda dan kollu spiċċa għand persuna speċjali li l-ex- ministru ddeċieda li jagħtiha t-tmexxija ta' Popeye Village.", "Sur President, qed ngħidu li għandna nippreżervaw is-sets tal-films biex iservu ta' attrazzjoni turistika, naturalment dawk li jkunu ta' kwalita` u ta' ċertu kalibru, u jekk il-location li qegħdin fiha tkun tippermetti.", "Pero`, anke hemmhekk irridu naraw x'inhu jiġri, mhux filli għandek xi ħaġa li għallinqas qed tipprovdi sors ta' dħul u qed tipprovdi xogħol għall- ħaddiema ta' l-MDC, u f'daqqa waħda tispiċċa għand xi ħadd viċin tal- ministru.", "Għax kull ħaġa fiha l-istorja tagħha....", "(Interruzzjonijiet) THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Carmelo Abela): Ippermettili, Onor. Dalli.", "Il- Ministru, on a point order.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Sur President, l-ewwel darba ħallejtha għaddejja u t- tieni darba wkoll, imma t-tielet darba se jkolli nqum fuq point of order.", "Qed tallega li l-persuna li ħa dak il-post kien viċin l-ex-Ministru John Dalli.", "Tista' tipprova li hekk hu?", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Helena Dalli.", "ONOR.", "HELENA DALLI: Qed jgħiduli li għadu hemmhekk.", "Issa ċċekkja min hi din il-persuna u tkun taf min hi!", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Sur President, jien imdorri li meta nagħmel allegazzjoni f'din il-Kamra nippreżenta l-provi.", "Qed nistaqsi b'mod speċifiku - biex nagħti l-aħħar ċans qabel ma nitlob li jittieħdu l-passi li għandhom jittieħdu – l-ewwelnett min hi din il- persuna; it-tieni, jekk l-Onor.", "Membru għandhiex il-provi hawnhekk biex issostni l-allegazzjoni li dik il-persuna kienet viċin l-ex-Ministru Dalli; u t-tielet għaliex, jekk għandha din il-prova, l-ex-Ministru Dalli ta dan il-post b'mod irregolari, kif qed tallega, lil din il-persuna?", "THE DEPUTY SPEAKER: Tkompli l-Onor.", "Dalli.", "ONOR.", "HELENA DALLI: Jien qed ngħid li dan il-post, Popeye Village, kien immexxi min-nies tal-Mediterranean Film Studios u x-xogħol kien iħallilhom profitt, imbagħad l-ex-Ministru Dalli tah lil din il-persuna.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Sur President, formalment qed nitlob ruling skond l- iStanding Orders ta' din il-Kamra li meta ssir allegazzjoni - u f'dan il- każ hawn allegazzjoni ta' wrongdoing għax l-Onor.", "Dalli qed tallega li l-ex- Ministru Dalli ta dan il-post b'mod abbużiv lil xi ħadd viċin tiegħu – min jallega jrid iġib il-provi.", "Jien tlabt ripetutament lill-Onor.", "Helena Dalli biex tgħid x'jisimha din il- persuna imma ma qalitx.", "Tlabt ripetutament biex tipprova li hu viċin l-ex- Ministru Dalli imma ma qalitx.", "Tlabt ripetutament biex tpoġġi l-provi li l- ex-Ministru Dalli abbuża meta għamel hekk.", "Jien nitlob li jew tirtiraha immedjatament jew ikolli nitolbok tagħti ruling issa, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Dalli.", "ONOR.", "HELENA DALLI: Jien għedt li dan il-post kien immexxi mill- Mediterranean Film Studios.", "Għedt ukoll li l-ex-Ministru Dalli tah lil persuna viċin tiegħu imma m'għedtx \"b'mod abbużiv\".", "Il-Ministru qed jgħid li \"b'mod abbużiv\" u qed ngħidlek li issa nġiblek id-dettalji sewwa.", "Id-dettalji nafhom, imma nixtieq inkun iktar preċiża qabel ma npoġġihom fuq il-mejda tal-Kamra.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru, fuq l-istess point of order.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Sur President, nitlob ruling.", "THE DEPUTY SPEAKER: Jien naħseb li l-Onor.", "Dalli ċċarat id-diskors aħjar u qed tgħid li se tpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-isem tal-persuna bid- dettalji.", "Pero` kif fhimt mill-intervent tagħha ma semmetx li kien hemm xi abbuż.", "L-Onor.", "Dalli.", "ONOR.", "HELENA DALLI: Sur President, I stand by what I said li Popeye Village kien immexxi min-nies tal-Mediterranean Film Studios, imbagħad l-ex- Ministru Dalli ta r-running ta' dan il-post lil xi ħadd viċin tiegħu.", "Id-dettalji nista' npoġġihom fuq il-mejda tal-Kamra.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Sur President, il-kliem \"ta l-post lil xi ħadd viċin tiegħu\" jimplika abbuż.", "Ma naħsibx li qed ngħixu f'xi dinja fejn ma niftehmux bil-Malti!", "THE DEPUTY SPEAKER: Nitlob lill-Onor.", "Dalli tissustanzja jew tispjega aħjar xi trid tgħid jew inkella tirtiraha.", "ONOR.", "HELENA DALLI: Qed ngħidlek li I stand by what I said.", "THE DEPUTY SPEAKER: Qed ngħidlek biex tispjega aħjar dak li qed tgħid għax il-Ministru qed jgħid li l-kelma \"ta\" qed timplika ċertu abbuż.", "ONOR.", "HELENA DALLI: Ħalli nerġa' nispjega.", "Sar il-film Popeye.", "Il- Ministru Zammit Dimech tkellem fuq il-bżonn li nżommu s-sets fejn nistgħu.", "Issa jien tajt l-eżempju tas-set ta' Popeye Village li nżamm bil-ħila tal- managing director ta' dak iż-żmien, li kien qal li huwa dnub li dan il-post inwaqqgħuh wara daqstant xogħol.", "U mhux talli ma twaqqax, talli sar tourist attraction u bdew jiffunzjonaw restaurants.", "Jiġifieri dak il-post kien idaħħal il-flus u kienu jaħdmu n-nies hemmhekk.", "Meta John Dalli kien ministru, ta dan il-post f'idejn persuna li hija viċin tiegħu u l-post ma baqax immexxi min-nies tal-Mediterranean film Studios li kienu qed jaqilgħu l-flus minnu.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Sur President, nerġa' nirrepeti li l-frażi \"l-ex- Ministru John Dalli ta dan il-post lil persuna viċin tiegħu\" – u mhux biss fl-opinjoni tiegħi imma fl-opinjoni ta' kulħadd - timplika abbuż min-naħa ta' l-Onor.", "John Dalli.", "Jien ma nibqax ninsisti fuq ir-ruling li tlabtek jekk ikun hawn dikjarazzjoni mingħajr ekwivoċi u mingħajr kantunieri mill-Onor.", "Helena Dalli li dan ma sarx b'abbuż.", "THE DEPUTY SPEAKER: Fil-fatt l-Onor.", "Helena Dalli ma semmetx il-kelma \"abbuż\".", "ONOR.", "HELENA DALLI: Jien ma semmejtx il-kelma \"abbuż\", anzi ħa ngħidlek x'nagħmlu.", "Issa nitolbu lil Malta Enterprise, ġaladarba l-MDC m'għadhiex teżisti, tagħtina l-kuntratt li sar ma' din il-persuna, jekk sar kuntratt.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Sur President, jien qed inkun ċarissimu mingħajr ħafna tlaqliq.", "Jekk ma ssirx dikjarazzjoni ċara li b'dak li qalet mhux qed timplika li l-Onor.", "John Dalli abbuża mill-pożizzjoni tiegħu, jien nitlob ruling.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Membru ma semmetx il-kelma \"abbuż\".", "Inti qed targumenta b'dan il-mod għax l-Onor.", "Dalli qed tgħid il-kelma \"ta\".", "Forsi tista' tispjega ruħha aħjar l-Onor.", "Dalli.", "Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nafu lkoll li l-gvern għandu ċerti proċeduri.", "L-MDC, il-Malta Enterprise, il-lands, dawn kollha għandhom proċeduri kif jistgħu jagħtu l-affarijiet lil terzi.", "L-implikazzjoni tal-kelma \"ta\" hija li dawn il-proċeduri ma ġewx osservati.", "THE DEPUTY SPEAKER: Nitlob lill-Onor.", "Dalli biex tispjega ruħha aħjar jew tibdel il-kelma \"ta\".", "ONOR.", "HELENA DALLI: Mhix ovvja li jekk ministru tal-gvern jagħti xi ħaġa jagħtiha f'isem l-MDC u f'isem il-gvern Malti?", "Ma tahilux minn tiegħu din!", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Sur President, x'inhu daqshekk diffiċli biex tgħid: \"Iva, qed nimplika li hemm abbuż\", jew: \"Le, m'iniex qed nimplika li hemm abbuż.\"?", "Dak kollu li qed nitlob u nsolvu l-problema.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Dalli.", "ONOR.", "HELENA DALLI: Le, le, le.", "Jiena qed ngħid - u qed inkun ċara ħafna fid-diskors tiegħi - li filwaqt li qabel l-MDC kienet qed iddaħħal il- flus mit-tickets tat-turisti li jżuru l-post u mir-restaurant, bil-gvern jipprovdi employment lill-ħaddiema tal-Mediterranean Film Studios, meta tela' l-Ministru Dalli ta l-post lil din il-persuna.", "Ovvjament f'isem il- Gvern Malti tahulu għax dan mhux tiegħu kien!", "Issa nitolbu lill-MDC tagħtina kopja tal-kuntratt li sar ma' din il- persuna.", "Naħseb iktar minn hekk ma nistax ngħid.", "Il-kelma \"abbuż\" il- Ministru qalha u mhux jien.", "THE DEPUTY SPEAKER: Ippermettili ftit.", "Jien qed nifhem tajjeb li inti m'intix tallega li kien hemm abbuż?", "ONOR.", "HELENA DALLI: Il-kelma \"abbuż\" il-Ministru semmiha.", "Issa min qed jisma' jasal għall-konklużjonijiet tiegħu.", "THE DEPUTY SPEAKER: Jiġifieri inti mhux qed tgħid li dan sar b'mod abbużiv, biex nagħmluha ċara?", "Il-fatt li qed tgħid il-kelma \"ta\" mhux qed tallega li kien hemm abbuż.", "ONOR.", "HELENA DALLI: Jien qed ngħid li qabel kienu jaħdmu l-ħaddiema tal- Mediterranean Film Studios hemmhekk u kienu jaqilgħu l-għajxien tagħhom minn hemm.", "Imbagħad l-ex-Ministru Dalli din taha lil xi ħadd viċin tiegħu f'isem il-Gvern Malti, ovvjament għax din mhux tiegħu.", "Il-kelma \"abbuż\" semmiha l-Ministru.", "THE DEPUTY SPEAKER: Imma inti mhux qed tallega li kien hemm \"abbuż\" għax inkella, skond l-istanding orders ...", "ONOR.", "HELENA DALLI: Jien m'allegajt xejn.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ma allegat xejn.", "Kuntent biha dik, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER: Kollox sew.", "Tista' tkompli l-Onor.", "Dalli.", "ONOR.", "HELENA DALLI: Jien semmejt kif kienu qabel l-affarijiet, kif kienu qed jaħdmu meta ħa over il-gvern.", "Imbagħad semmejt kif kienu qegħdin jaħdmu taħt gvern ieħor.", "Sur President, issemmiet ukoll il-kummissjoni li waqqaf l-ex-segretarju parlamentari Hyzler li kienet magħmula minn disgħa min-nies.", "Tajjeb ngħidu li dawn kellhom xi ftit laqgħat, u ċ-chairman tħallas is-somma ta' Lm3,000, pero` l-membri l-oħra ma kenux jitħallsu.", "Kien intalab biex isir rapport fuq kif jinġiebu l-films lejn Malta, u nistaqsi lill-ministru x'sar mir- rapport tal-kummissjoni li għalih il-poplu Malti ħallas Lm3,000.", "Fid- diskors tiegħu l-Ministru, filwaqt li għamel riferenza għall-kummissjoni li waqqaf l-ex-segretarju parlamentari Hyzler, ma jidhirlix li semma l-outcome mir-rapport.", "Għalhekk nistaqsi x'sar minnu jew jekk ġiex ippubblikat.", "Ma jidhirlix li tpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "Sur President, niġi issa għal-liġi nnifisha.", "Jien naħseb, kif jaqblu wkoll sħabi, li qed jingħata wisq poter lill-kummissarju ċinematografiku.", "Qegħdin nistaqsu wkoll għaliex dan se jkun parti mill-kummissjoni wkoll.", "Naħseb li huwa għandu jkun answerable għall-kummissjoni u mhux jagħmel parti minnha.", "Skond din il-liġi waħda mill-funzjonijiet ta' dan il- kummissarju se tkun li jippromwovi l-postijiet, il-faċilitajiet, is- snajja', it-talent u l-esperjenza li hemm Malta.", "Hawnhekk donnu li se jmur hu li jmur fuq ir-recces.", "Recce hija short for reconnaissance, jiġifieri fejn tieħu lil xi direttur biex jara postijiet li jaħseb li huma tajbin għall-film tiegħu.", "Ovvjament wara li tkun qrajt l-iscript trid issib il- postijiet addattati, imbagħad tapplika għall-permessi, għall-produzzjoni u dan kollu.", "Jekk se jkun il-kummissarju li se jmur fuq dawn ir-recces, kif qed jinftiehem f'din il-liġi, ma naħsibx li dan huwa xogħlu.", "Dan huwa xogħol speċjalizzat ta' dak li ngħidulu location manager, u naħseb li l- kummissarju m'għandux jagħmel dan ix-xogħol, imma jintervjeni fil-każ li jkun hemm problemi.", "Issa, rigward il-kummissjoni jkun tajjeb ukoll li naraw min se jkun appuntat.", "Jien naħseb li l-parti l-kbira tan-nies fuq din il-kummissjoni għandhom ikollhom esperjenza fl-industrija tal-films.", "Nixtieq nistaqsi lill-Ministru - għax ma jidhirlix li toħroġ mil-liġi - kif se jikkontrolla jekk ikun hemm xi konflitt ta' interess.", "Per eżempju, kif se nkunu nafu aħna li l-commissioner ma jagħmilx bħalma għamel ta' qablu?", "Dan għamel il- kuntatti neċessarji, imbagħad irriżenja u mar jaħdem fuq il-production.", "Dawn affarijiet li ġraw u naħseb li rridu naraw li ma jerġgħux jiġru.", "Sur President, naħseb ikun tajjeb li dawk kollha li se jkunu fuq il- commission jiffirmaw dikjarazzjoni fejn jgħidu li huma m'humiex se jaħdmu fuq xi produzzjoni ta' films, għallinqas sa sena wara li jirriżenjaw jew li jispiċċaw mill-kummissjoni.", "Qed ngħid dan għaliex dawn huma affarijiet li ġraw.", "Kellek persuna li għamlet il-kuntatti, imbagħad irriżenjat u marret taħdem fuq il-production.", "Huwa importanti li dawn l-affarijiet ikunu kkontrollati għax infakkar li jkun hemm miljuni ta' dollari fin-nofs.", "Din mhix xi ħaġa taċ-ċajt.", "Ir-refund tan-national insurance contributions hija tajba, pero` din se tgħin lill-produzzjonijiet il-kbar biss, għaliex dawk jimpjegaw ħafna nies.", "Ma rridux ngħoddu l-extras għax dawk ma jħallsux national insurance contributions.", "Imma għall-commercials - li naqbel mal-Ministru li huwa importanti li naħdmu fuqhom - u għall-produzzjonijiet żgħar dan se jkun ammont żgħir ħafna għax dawn iħaddmu ftit nies.", "Rigward l-incentivi fuq l-investiment, jien naħseb li dawn għandhom jingħataw biss lil dawk li permezz ta' l-investiment tagħhom se jiġġeneraw xogħol fil-films.", "Naħseb li l-ministru għandu jinvestiga x'qed jiġri fil- Mediterranean Film Studios.", "Il-ministru qal li issa din hija kumpannija privata, pero` huwa jaf li meta din il-kumpannija kienet privatizzata, l- owners il-ġodda kkommettew ruħhom għal ċerti obbligazzjonijiet.", "Per eżempju, li jinvestu fil-faċilitajiet, li jżommu workforce ta' 30 persuna, li jibqgħu full employment, iżda minn dan kollu ma nżamm xejn, u ħallew l- istudios f'kondizzjonijiet diżastrużi.", "Jien naħseb li l-Ministru għandu jikkonsidra serjament li jieħu lura dawn il-faċilitajiet.", "Jien ngħid li l- gvern għandu dritt jeħodhom lura x'ħin irid, għax meta sar il-kuntratt kien hemm ċerti obbligi u dawn l-obbligi ma ġewx onorati.", "Jekk jara l-kuntratt tal-kumpannija li semmejt li sar ma' l-MDC, il-Ministru jsib li kellhom jagħmlu investiment ta' Lm2 miljuni, u minflok għamlu xi Lm2 miljuni dejn.", "U kellhom iżommu l-ħaddiema, imma ma żammewhomx.", "Jiġifieri, ladarba ma onorawx il-kuntratt, il-gvern għandu dritt li anke jieħu l-post lura.", "Sur President, il-ministru tkellem fuq l-inċentivi ta' training li se jingħataw, pero` rridu naraw xi tlifna meta dak li għandna ħallejnieh jitkisser.", "Il-ħaddiema fis-sengħa tal-films issa spiċċaw, ma ssibhomx.", "Dawn kollha nies tas-sengħa bis-serjeta` u kollha għandhom jobs, u m'għandekx ċans li se jiġu hemmhekk biex iħarrġu lin-nies jew jiġu lura jaħdmu.", "Ħallejna l-post imur il-baħar, keċċejna l-ħaddiema u issa qegħdin nitkellmu fuq inċentivi.", "Fil-liġi tkellimna wkoll fuq koperazzjoni mal-gvern, pero` qabel ma l-gvern jibda jitlob għall-koperazzjoni jrid jara kif id-dipartimenti tal-gvern jittrattaw il-film productions.", "Per eżempju, il-planning authority talbet Lm50,000 għall-permess biex jinġibed il-film Gladiator, u dawn kienu se jitilqu fuq din il-kwestjoni.", "Jiġifieri inutli li l-gvern jgħid lill- privat biex jikkopera meta l-gvern stess ma jikkoperax.", "Il-producer kien Branco Lustic, u dan kien lest biex jitlaq meta l-planning authority talbitu Lm50,000 għall-permess.", "Sur President, jien naħseb li ċ-charges għandhom ikunu standardised u jkun hemm rati fissi biex tuża proprjeta` pubblika għall-filming.", "Per eżempju, il-kunsilli lokali għandu jkollhom rata fissa biex il-produzzjonijiet tal- films jużaw it-toroq tal-villaġġ tagħhom.", "Meta l-film productions ikollhom dawn il-problemi jmorru over budget, u ħadd ma jieħu pjaċir li jiġrilu hekk.", "Għalhekk naħseb li l-aħjar ħaġa tkun li meta jiġu hawnhekk jingħataw ir-rati li nkunu stabbilixxejna ħalli huma jkunu jistgħu jinkluduhom fl- expenses tagħhom u jidħlu fil-budget li jkollhom.", "B'hekk tiffranka ħafna argumenti.", "Kif kont qed ngħid qabel dwar it-training tan-nies f'din l-industrija, issa ma nafx min se jħarriġhom, għax in-nies li kien hemm qabel kienu ilhom jaħdmu 30 u 40 sena f'din l-industrija, u għandhom esperjenza kbira.", "Ħadd m'huwa kwalifikat daqs dawn in-nies biex iħarreġ lil nies oħra biex jaħdmu fuq produzzjonijiet tal-films.", "U dan huwa grazzi għall-mod ineffiċjenti li bih ġie managed il-Mediterranean Film Studios mill-owner preżenti u ta' qablu, għaliex tlifna l-ftit nies trained f'din l-industrija.", "Ridt ngħid xi ħaġa wkoll fuq il-kontroll.", "Għalkemm din l-industrija għandna bżonnha u hija importanti għal pajjiżna, rridu nikkontrollaw x'qed jiġi ffilmjat ġewwa pajjiżna.", "Per eżempju, fil-liġi m'hemm xejn li jgħid, bħalma hemm f'ċerti liġijiet ta' pajjiżi oħra, li l-producer ikun obbligat li jissottometti kopja ta' l-iscript qabel ma jingħata l-permess li jiffilmja f'Malta.", "Kellna inċidenti li ħolqu problemi diplomatiċi, bħal meta l-Midnight Express kien qed jiġi ffilmjat hawn Malta għal taparsi qiegħed fit-Turkija.", "Jiġifieri tajjeb li fil-liġi ndaħħlu l-kondizzjoni li d-direttur għandu jagħtina kopja ta' l-iscript qabel ma jitlob li jiġi jiffilmja hawnhekk, u fil-każ ta' commercials jibagħtu l-istory board għax ma tistax tgħid x'ikun qed jiġi ffilmjat.", "Naħseb li għandu jkollna kontroll minn dak il-lat.", "Nirringrazzjak.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joseph Cassar.", "ONOR.", "JOSEPH CASSAR: L-ewwelnett nixtieq nieħu din l-okkażjoni biex nifraħ lil dawk kollha, speċjalment lill-ministru, li kienu nvoluti fit- tnedija ta' dan l-abbozz ta' liġi li ilu ħafna jinħass il-bżonn tiegħu f'dan il-pajjiż.", "Jekk wieħed jifli dak li qal kemm il-Ministru kif ukoll l- Onor. Chris Agius, meta mar lura fl-istorja taċ-ċinematografija f'Malta, jinduna li wasalna f'punt, kif dejjem tasal l-istorja, fejn jeħtieġ li jkun hemm kummissjoni li tagħti parir lill-Ministru fuq xogħol li fil-ġurnata tal-lum, bit-teknoloġija diġitali, sar tekniku ħafna u definittivament huwa xogħol ta' nies li huma esperti.", "Din hija liġi pożittiva ħafna l-ewwelnett għaliex, kif tgħid taqsima II, il- kummissjoni ċinematografika hija maħtura biex isservi bħala korp li jagħti pariri lill-ministru.", "Mela, diġa` qegħdin nidentifikaw li mhux se jkollha exectuvie function imma se jkollha advisory function.", "Din hija xi ħaġa pożittiva għaliex fl-aħħar mill-aħħar għandek nies tekniċi, nies li se jkunu esperti f'dik it-teknika, u allura jistgħu jagħtu parir.", "Imma se jkun hemm is-salvagwardja tal-parlament fl-aħħar mill-aħħar u allura tal- ministru, li meta niġu għall-affarijiet eżekuttivi, dawn se jgħaddu minn għarbiel u se nkunu ċerti li se jsiru kif għandhom isiru.", "Biex inkun eżatt, il-kummissjoni għandha funzjoni żgħira li hija eżekuttiva.", "Qed nirriferi għal paragrafu (j) ta' klawsola 4 li jgħid li waħda mill-funzjonijiet tal-kummissjoni tkun li tiddetermina l-livell ta' benefiċċji fiskali u ta' tip ieħor skond l-artikli tat-Taqsima V. Naħseb li veru hija funzjoni eżekuttiva, imma m'hijiex xi waħda li se taħli ħafna riżorsi u ħafna flus, u wieħed jista' jserraħ rasu li xorta se tkun fuq livell ta' advice.", "Ħaġa oħra interessanti hija l-fatt li din il-liġi se tirregola kif il- kummissjarju, u allura anke l-kummissjoni, se tħares lejn studji u anke riċerka jew kull investigazzjoni konnessa ma' kulma jirrigwarda l- industrija awdjoviżiva.", "Kif kien qed jgħid il-Ministru l-bieraħ, huwa importanti li meta niġu biex inġibu l-industrija lejn pajjiżna ma nistgħux nikkonċepixxu biss li nħarsu lejn films kbar.", "M'iniex se noqgħod nagħti lista ta' ismijiet għaliex kollha ssemmew , pero` rridu nħarsu lejn xi ħaġa li hija kontinwa.", "U biex tasal għal xi ħaġa li hija kontinwa trid tkun innovattiv billi tagħmel studji u riċerka.", "Mir-riċerka wieħed jipprova jsib l-aħjar soluzzjonijiet x'jista' joffri pajjiżna jew x'jistgħu joffru ċerti areas f'pajjiżna li jagħmluna aktar kompetittivi, għax fl-aħħar mill- aħħar il-buzzword hija kompettivita` ma' pajjiżi oħra.", "Jekk wieħed jidħol fl-internet u jħares lejn l-association of international film commissions jista' jara l-kontinenti wieħed wieħed, imbagħad jidħol fl- Ewropa li terġa' tinqasam f'partijiet.", "Jien dħalt fil-website tal- Portugall, għax m'huwiex pajjiż daqshekk 'il bogħod minn Malta bħala kultura u bħala finanzi.", "Il-website tal-Portugall kienet interessanti għaliex dawn kważi kważi jagħtu informazzjoni anke dwar il-klima u t- temperaturi fi staġuni diversi.", "Jiġifieri jidħlu f'dawk l-irqaqat kollha u jagħtu ċerti inċentivi ħalli jġibu l-films f'pajjiżhom.", "Meta tibda tara website wara l-oħra tibda tirrealizza li fl-aħħar mill-aħħar irridu nikkompetu bil-qawwi.", "Il-bieraħ kien interessanti li nisimgħu lill-membri jitkellmu fuq l-istorja ċinematografika, imma naħseb li llum wasalna f'punt fejn ma nistgħux nibqgħu nħarsu biss lejn x'għandna, imma rridu naħsbu sinċerament lejn l- affarijiet kollha li m'għandniex u li rridu naslu għalihom, li naħseb huma ħafna iktar minn dak li għandna.", "Huwa ovvju li dak li għandna rridu nużawh tajjeb, imma ċertament ir-riċerka hija importanti biex tipprovdi sistema kif inħarsu lejn inċentivi ġodda.", "Jien għamilt ftit riċerka biex nara x'inċentivi wieħed jista' jikkonsidra meta qed jitkellem fuq l-industrija taċ-ċinematografija.", "L-ewwelnett, wieħed irid iħares lejn sistema fejn ikollok, kif qal il-ministru l-bieraħ, xi ħaġa li se tibqa'.", "Jiġifieri ssib sistema li dejjem tirriġenera l-istess sitwazzjoni, allavolja jkunu affarijiet differenti.", "Per eżempju, Malta tieħu l-fama li hija kapaċi biex tagħmel commercials fl-industrija tal- fwieħa, allura wara ċertu żmien kull industrija kbira tal-fwieħa tibda tersaq lejn Malta u tirrikjedi l-għajnuna tagħna minn dan il-lat.", "Fost dawn l-inċentivi, per eżempju, hemm waħda jgħidulha film and televison labour rebate programme.", "Barra minn Malta, din hija sistema fejn inti tagħti inċentiv - li normalment ikun 15% tat-total production costs, imma xi kultant jitla' anke għal 30% - f'forma ta' rebate għax-xogħol li jsir.", "Jekk ix-xogħol jirripeti ruħu, jiġifieri jekk inti għandek garanzija ta' xogħol li qed jirripeti ruħu, ir-rebate jikber ħalli l-labour force tiegħek tkun qed isserrħilha rasha li jkun hemm ċerta tenure.", "Kif għedt, dawn jistgħu jvarjaw bejn 15% għal 30%.", "Inċentiv ieħor huwa msejjaħ equity investment programme.", "Dan huwa iktar fuq livell ta' proġetti kbar li se joħolqu impjieg sinifikanti u anke impjieg fit-tul li jħalli ċerta benefiċċju ekonomiku, fejn in-nies stess li qegħdin f'dan l-impjieg jistgħu jinvestu f'dawn l-istess programmi.", "Programm ieħor huwa d-development loan programme, fejn inti tinċentiva broadcaster, producer jew direttur li jiżviluppa ċerti affarijiet fil- lokalita`.", "Ovvjament, biex jagħmel dan irid juża l-infrastruttura, il- labour force, il-ħin u anke l-flus.", "Allura biex jagħmel dan l-iżvilupp, xi kultant anke teknoloġiku u jidħlu sistemi diġitali, sistemi ta' cartoons speċjali li wieħed jista' jagħmel bil-computer u ħafna affarijiet oħra, inti tagħti loan - hawnhekk jidħlu anke l-banek - biex ikun jista' jiżviluppa din il-ħaġa, u allura jkun hemm anke riġenerazzjoni ta' flus.", "Insemmi nċentiv ieħor, ix-short film incentive programme.", "Kif qal tajjeb il-ministru, ix-short films, għalkemm xi kultant ma jiksrux il-box office, pero` fl-aħħar mill-aħħar hija xi ħaġa ripetuta.", "U jekk għamiltha 300 darba, inti mhux biss qed tirriġenera il-box office, imma bħala investiment qed tirriġenera ħafna.", "Għalhekk, iktar ma jkollok minn dawn ix-short film programmes, iktar tista' sserraħ rasek li l-attivita` għaddejja.", "Inċentivi oħra jinkludu marketing assistance programme, fejn inti tagħti assistenza biex issir riċerka ħalli tinstab sistema ta' marketing, kif inti se tbigħ il-prodott tiegħek.", "Hawnhekk mhux qed nidħlu fuq il-livell fejn aħna ninkoraġġixxu n-nies minn barra biex jiġu jaħdmu Malta, imma aħna stess nibdew nirriġeneraw ċerti sitwazzjonijiet fejn aħna stess irridu nbigħu l-prodott tagħna.", "Allura trid tagħti inċentiv ta' marketing.", "Per eżempju, jista' jkun li aħna bħala Maltin inbigħu l-prodott tagħna, imma l- producer ikun barrani u allura l-inċentiv isir biex il-marketing isir barra minn Malta.", "Inċentiv ieħor huwa l-professional development programme.", "Dan huwa interresanti, għaliex meta kont qed naqra għedt: Anke fiċ-ċinematografija jidħol il-professional development?", "Imma mbagħad meta wieħed jikkonsidra kemm din il-professjoni saret teknika, jirrealizza li kważi ma tistax tieħu żbalji għaliex titlef ħafna u ħafna flus, u li jrid ikollok sistema fejn ikun hemm professional development ħalli n-nies li qed jaħdmu f'dan il- qasam ikunu jistgħu jikbru fil-professjoni tagħhom u jirfinaw il-mod kif jikkomunikaw.", "Fl-istess waqt, huma stess jistgħu jkabbru sistemi u inċentivi biex isiru iktar xjentifiċi.", "Dan kollu joħloq kapital, u allura tista' tagħmel programm ta' assistenza biex tgħin bniedem juża dan il- kapital, capital assistance programme.", "Dawn huma ftit mill-inċentivi li stajt insib.", "Iktar ma naqra iktar nimpressjona ruħi kemm meta tidħol il-kompetizzjoni, meta jidħol il- business, il-bniedem jipprova jsib kull sistema biex ikun l-aħjar.", "Kien interessanti li wieħed iħares lejn pajjiżi oħra f'din l-industrija.", "Jekk wieħed iħares lejn il-Marokk - ma nafx jekk intqalitx din – isib li bħala inċentiv fiskali hemmhekk, is-sistema hija VAT exempt.", "Fis-Serbia hemm rebate fit-taxxa ta' 20% għal kull ħaġa li hija lokali.", "Din ovvjament tgħin lil dawk il-professjonisti li qegħdin fl-industrija li jrawmu l- prodott lokali, għaliex fl-aħħar mill-aħħar il-prodott lokali huwa interessanti wkoll.", "F'dawn l-aħħar ħames snin anke hawn Malta il-prodott lokali kiber u sar ħafna iktar rikjest minn ħafna Maltin li jkunu mwaħħlin quddiem it-television biex jaraw ċerti prodotti lokali taċ-ċinematografija.", "L-Ungerija għandha wkoll rebate fit-taxxa ta' 20% għall-affarijiet li huma lokali.", "Anke fl-Italja - issa l-Italja żgur m'għandhomx bżonn inċentivi daqskemm għandhom affarijiet għaddejjin fiċ-ċinematografija, għandhom ħafna kuntatti u ħafna liaisons ma' l-Istati Uniti, u ħafna sistemi li huma paired! – iċ-cine citta` tagħti l-advisers finanzjarji biex jgħinu f'din l- industrija.", "Huwa inċentiv interessanti, għax meta tara pajjiż b'dak it- talent professjonali li għandhom, fl-aħħar mill-aħħar huwa riżors importanti finanzjarju li jkollok xi ħadd li jagħtik parir.", "Sur President, għaldaqstant naħseb li wieħed mill-ikbar piżijiet li probabbli se jkollha din il-film commission huwa li se jkollha tagħmel riċerka, tkun innovativa biex insibu niċeċ li idealment Malta biss tkun tajba fihom.", "F'din il-materja jien m'għandi ebda knowledge xjentifiku, jiġifieri ma nistax nagħti parir fuqha, pero` ċertament l-ideali jkun li f'Malta nsibu dik in-niċċa li hija tagħna biss, anke jekk ikun riklam, imma tgħid li dik se tintuża biss f'Malta u tibda ġġib dejjem l-istess nies kif għedt qabel.", "Ovvjament din hija liġi ġdida, anzi għadha lanqas biss ġiet fis-seħħ, pero` wieħed dejjem irid jitgħallem mill-passat, minn dak li ġara f'pajjiżi oħra.", "L-ewwel għedt li tajjeb li l-kummissjoni tkun an advisory body u li tgħin lill-ministru, pero` waqt li kont qed naqra sibt li fl-1980 - fejn il- kummissjoni ċinematografika ilha għaddejja għal dawn l-aħħar 30 sena - fl- Applebaum-Hebert Report u n-national film and video policy tal-Kanada, tefgħu dubju fuq il-fatt jekk kienx għaqli li tħalli l-kummissjoni li tkun l-unika advisory body jew l-unika awtorita` fuq il-film u fuq il-video.", "Fil-fatt, dan l-istudju kien wera li m'għandhiex tkun l-unika awtorita`.", "Dan huwa rapport fuq il-kummissjoni tal-Kanada li kienet diġa`bdiet tiffunzjona.", "F'Malta l-kummissjoni għadha ma bdietx tiffunzjona, jiġifieri dan ir- rapport kważi huwa irrelevanti għalina.", "Pero` naħseb li huwa importanti li nużawh u nkunu konxji li dawn huma affarijiet li ħaddieħor tgħallem minnhom.", "Dawn qalu li l-kummissjoni m'għandhiex tkun l-unika body li jagħti parir lil-ministru, imma għandu jkun hemm awtoritajiet oħra.", "Per eżempju, qalu li huwa importanti li anke d-dipartiment tal-heritage u d- dipartiment tal-kultura jagħtu parir lill-ministru fejn tidħol iċ- ċinematografija.", "Wieħed għandu jipprova jitgħallem mill-esperjenza ta' pajjiżi oħra.", "Hawnhekk qed nirriferi għall-Kanada, pero` nerġa' ngħid li dawn kienu qegħdin iħarsu lejn kummissjoni li kienet diġa` funzjonali.", "Xtaqt ngħid xi ħaġa li forsi għadha ma ssemmietx.", "Ma nafx kif se tittieħed imma nħoss li għandi ngħidha.", "Jien naqbel ħafna ma' din il-liġi u nemmen li se tmexxi 'l quddiem ħafna ċ-ċinematografija f'Malta li għandna bżonn ħafna, u nemmen li hawnhekk għandna minjiera tad-deheb.", "Pero` f'din il- kompetittivita` kollha u f'dan il-kummerċ kollu li qegħdin naraw - ma ninsewx li llum il-film, kemm ċinematografiku kif ukoll fuq it-televiżjoni, sar wieħed mill-aqwa u l-iktar media b'saħħtu li tikkomunika bihom - ma nixtieqx li ninsew il-kultura tagħna bħala nsara.", "Tgħidu: Biex ġej Dr Cassar dan il-ħin?", "Noqogħdu attenti li ma jiġrilniex bħalma ġralhom pajjiżi oħra, li biex inbigħu lil pajjiżna nbigħu ruħna.", "Hawnhekk ma rridx nippontifika għax m'iniex f'pożizzjoni li nagħmel hekk, pero` rrid infakkar - u naħseb huwa dover tal-kummissarju ċinematografiku li se jkollna - li fl-aħħar mill-aħħar aħna kattoliċi.", "Huwa importanti li jekk għal xi raġuni jew oħra n-niċċa ta' Malta se tkun fid-direzzjoni li tmur kontra l-valuri nsara tagħna għandna naħsbuha sew.", "Inħoss li huwa importanti li nqajjem dan il-punt għax hemm ir-riskju li meta tibda tara l- finanzi deħlin jista' jagħti l-każ li f'ċerti affarijiet nagħlqu għajnejna.", "Dan jiġri speċjalment fil-commercials - li huma qosra, ma tantx jagħtu fil- għajn u ma tkunx tkun taf fejn inġibdu - għax jagħtu inċentiv fiskali u finanzjajru kbir.", "Allura wieħed irid joqgħod attent.", "Din hija liġi tajba li se tmexxina 'l quddiem f'dan il-qasam li minnu se nġibu ħafna flus għal pajjiżna.", "Dan huwa investiment kbir u se jkollna nies teknokratiċi biex jgħinuna u se jagħtu pariri lill-Ministru, pero` importanti ħafna li ma ninsewx li bħala poplu aħna Kattoliċi u għandna valuri nsara.", "Nirringrazzjak, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Justyne Caruana.", "ONOR.", "JUSTYNE CARUANA: Sur President, naħseb li lkoll kemm aħna, bħala poplu in ġenerali, meta nkunu qegħdin naraw xi film fis-cinema jew xi produzzjoni fuq it-television u nagħrfu xi lokalita` partikolari kemm f'Għawdex kif ukoll f'Malta, naħseb ilkoll kemm aħna nħossuna kburin li xeni minn pajjiżna jkunu dehru fuq dawn il-pellikoli u jkunu appuntu daru d- dinja kollha.", "Forsi aħna li naraw ċerti postijiet ta' kuljum ma napprezzawhomx daqshekk, imbagħad meta narawhom fuq it-television jew fuq xi film fiċ-ċinema narawhom sbieħ, u napprezzawhom forsi iktar sempliċement għax ikunu dehru f'dawn il-films ta' producers ta' fama mondjali.", "F'dan il- kontest pajjiżna għandu ħafna x'joffri, u għandu potenzjal kbir pero` bħala poplu rridu dejjem nagħrfu dan il-potenzjal u nkunu bil-għaqal biżżejjed biex nagħrfu nisfruttawh tajjeb dejjem għall-benefiċċju tal-poplu kollu.", "Kif qalu l-kelliema ta' qabli, il-film industry f'pajjiżna għandha storja.", "Jekk niftakar tajjeb, il-bieraħ l-Onor.", "Agius qal li din tmur lura sas-snin 30.", "Jien se nsemmi s-snin sittin, meta bdejna nattiraw ċertu tip ta' producers, ċerti diretturi li rrikonoxxew il-potenzjal ta' pajjiżna.", "Saħansitra l-\"London Times\" sejħet lil Malta \"The Mediterranean mini- Hollywood\".", "Kumment bħal dan naħseb li jgħollilna l-image.", "Dawn il- producers u diretturi ċinematografiċi għażlu lil Malta u wħud minnhom komplew jagħżlu lil Malta f'dawk iż-żmenijiet biex jiffilmjaw u jagħmlu l- produzzjoni tagħhom hawnhekk.", "Niftakar lill-ġenituri tiegħi jsemmu produzzjoni partikolari fis-snin 60 li fiha kienet ħadet sehem Joan Collins, u kienu ffilmjaw fir-Ramla l-Ħamra.", "Dan it-tip ta' film kien qajjem ċertu fervur, u appuntu beda l-interess fil-produzzjonijiet ċinematografiċi f'Għawdex ukoll.", "Kif kont qed ngħid, pajjiżna għandu sbuħija naturali li matul is-snin attirat ħafna nies li għandhom l-għajn għal din it-tip ta' sbuħija.", "Bħal fil-każ tat-turiżmu, fil-bidu bdejna nattiraw in-nies minħabba x-xemx u l- baħar, u eventwalment żviluppat f'industrija li tifforma settur importanti fl-ekonomija lokali, naħseb li anke f'dan il-qasam wieħed għandu għalfejn jaħdem u jistinka.", "Dan is-settur beda, mexa ftit, pero` għadna ma wasalniex fi stadju fejn tista' tgħid li hu settur importanti li jiġġenera impjiegi liż-żgħażagħ tagħna fuq bażi regolari.", "Qed ikollna productions tajba li jkunu one-offs, imma żgur m'humiex biżżejjed biex jiġġeneraw impjiegi li jkunu ta' natura stabbli u permanenti fuq bażi regolari.", "Semmejt it-turiżmu, kif għamel anke l-Ministru Francis Zammit Dimech.", "It- turiżmu u l-industrija tal-films għandhom xi ħaġa komuni.", "Għalhekk l- industrija tat-turiżmu tista' tgħin u timxi pari passu ma' l-industrija tal- films u l-istess l-industrija tal-films tista' tgħin ħafna lill-industrija tat-turiżmu.", "Qed ngħid dan għax meta jiġi producer jew direttur jaħdem film hawnhekk u jkun suċċess, dan il-film idur id-dinja kollha.", "Allura meta xeni paritkolari ta' pajjiżna jkunu qegħdin iduru d-dinja kollha tkun qed issirilna promotion kbira.", "Il-Ministru Zammit Dimech semma l-film \"The Count of Monte Cristo\".", "Issemma wkoll il-film \"Christopher Colombus\" li x-xena tad-dwell li hemm fih inġibdet proprju fit-taraġ taċ-Ċittadella quddiem il-qorti ta' Għawdex.", "Aħna li nidħlu l-qorti kuljum rajna din ix-xena fil-film \"Christopher Colombus\", u ovvjament rajna t-taraġ tal-qorti minn perspettiva differenti.", "Il-film \"Odyssey\" wkoll fih xeni l-ġmiel tagħhom tat-tieqa tad-Dwejra, tal- Ġebla tal-Ġeneral, tal-Calypso Cave, il-Ġgantija u anke l-port sabiħ ta' Mġarr ix-Xini.", "Issemmew films oħrajn, fosthom\"Gladiator\", \"Troy\" u \"Midnight Express\".", "Meta jkollok films ta' ċertu kalibru, jiġu Malta artisti kbar u rinomati.", "B'hekk tkun qed tissaħħaħ l-image tagħna bħala pajjiż u bħala destinazzjoni turistika.", "Din l-industrija tista' tkun ta' promotur biex ikollna mużewijiet li jkunu state of the art li fihom ikun hemm projections dwar kif ikun inħadem film partikolari u anke jkun hemm xi biċċiet ta' armar li jkunu ntużaw f'dawn il- films li jistgħu jservu ta' attrazzjoni turistika oħra.", "Dawn it-tip ta' affarijiet jaffaxxinaw lil dawk li jkunu dilettanti tal-films, speċjalment jekk ikunu ammiraturi ta' xi artist partikolari li jkun ġie hawnhekk.", "Niġi issa għal-liġi li għandna quddiemna li għandha titolu pjuttost twil li jgħid li dan huwa Att biex jipprovdi għall-promozzjoni, żvilupp u sostenn ta' l-industrija awdjoviżiva, inkluża l-industrija tal-film servicing f'Malta.", "U hawnhekk nispera li l-ministru qed jinkludi lil Għawdex ukoll.", "Fl-ewwel parti tat-titolu tal-liġi qegħdin jiġu elenkati inizjattivi tajbin, u qed jiġi nkorporat pakkett li huwa intiż li jattira dan it-tip ta' industrija lejn pajjiżna, imbagħad it-titlu jkompli.", "Pero` naħseb li t- titolu fil-qosor huwa iktar addattat għal din it-tip ta' liġi li għandna quddiemna għax dan jgħid hekk: \"L-Att ta' l-2005 dwar il-Kummissjoni ċinematografika ta' Malta \".", "Huwa iktar addattat għax jidher li l-fulkru ta' din il-liġi huma l-kummissjoni u, iktar mill-kummissjoni, il- kummissarju ċinematografiku.", "Dan il-kummissarju se jkun magħżul mill- ministru, u se jkollu poteri pjuttost vasti u se jkollu diskrezzjoni vasta wkoll.", "Meta kont qed nagħmel riċerka sibt li din il-kummissjoni u l-kummissarju ilhom jeżistu sa mill-1999, u kienu ġew imwaqqfa mill-ex-segretarju parlamentari George Hyzler.", "Meta dħalt fil-website dettaljata tal-Malta Film Commission sibt il-mission statement tagħhom, u qed jagħtu ċerta informazzjoni utli għal min ikun qed jaħseb biex jagħżel lil Malta bħala location għall-filming tiegħu.", "Fil-website, d-designation tal-Malta Film Commission, għallinqas sa qabel ħarġet il-liġi, kienet non-profit-making government organisation.", "Ir-rwol tagħha essenzjalment huwa li toffri servizzi lil produzzjonijiet ta' filming u television b'xejn.", "L-għan tagħha huwa li tippromwovi l-għarfien nazzjonali dwar il-potenzjal ta' Malta bħala lokalita` għall-iffilmjar, kif ukoll li tassisti l-crews li jiġu minn barra biex jagħmlu l-filming waqt li jkunu f'pajjiżna, u tassistihom f'dak kollu li għandhom bżonn, anke jekk ikollhom bżonn permessi waqt l-andament tax-xogħol tagħhom.", "Kif qed ngħid, permezz ta' din il-liġi m'hu qed jitwaqqaf xejn ġdid għax dawn hemm kienu, pero` hemm ċerti differenzi u ċerti innovitajiet li tajjeb wieħed jidħol fihom.", "Per eżempju, fejn qabel kienet a non-profit-making organisation, issa għandek il-kummissjoni, bil-kummissarju bi rwol ċentrali u rwol li huwa essenzjali sine qua non, li se jkollu remunerazzjoni kif jiddeċiedi l-ministru, se jkun hemm l-impjegati governattivi bis-salarji u l-pagi, u l-kummissarju se jkun jista' jiġbor kull dritt, rata u pagament.", "Jiġifieri l-kummissjoni m'għadhiex non-profit-making.", "Apparti minn hekk, l-operat ta' dan il-kummissarju se jitħallas mill-fond konsolidat kif jiġi awtorizzat mill-parlament minn żmien għal żmien.", "Interessanti ninnotaw li iktar 'il quddiem fl-Att qed jingħad li din ir- remunerazzjoni tal-kummissarju se tkun eżenti mill-income tax.", "Meta kont qed naqraha, għaddieli minn rasi li din l-eżenzjoni tista' tkun indikattiva li dan il-kummissarju jista' jkun barrani wkoll.", "Ma nistgħux neskluduha.", "Kif kont qed ngħid, għandek trasformazzjoni ta' l-entita` li kienet teżisti, għax issa għandha rwol differenti.", "Sur President, nixtieq nikkonċentra fuq il-poteri u d-drittijiet li se jkollu l-kummissarju.", "Se nirriferi għal klawsola 6 ta' dan l-abbozz fejn hemm elenkati d-diversi funzjonijiet li se jkollu.", "Pero` l-iktar li jattirali l-attenzjoni huwa paragrafu (d) ta' subklawsola 6(3) li jgħid li, in forza ta' dan il-paragrafu, il-kummissarju jista' \"jixtri, ibigħ jew jiddisponi minn jew jikri art, impjanti ...\"", "Imbagħad il-paragrafu sussegwenti jgħid li l-kummissarju jista' jimmaniġġja l-art, u jiżviluppa l- art.", "Waqt dan l-istadju tad-dibattitu nixtieq nistaqsi x'jimplika u safejn jasal dan id-dritt li qed jingħata lill-kummissarju, in partikolari dwar ix-xiri u, iktar u iktar, il-bejgħ ta' l-art.", "Għandi nifhem li l-Malta Film Services, l-affarijiet li hemm fir-Rinella u r-Rinella se jkunu inkorporati taħt dan il-kummissarju.", "Allura x'jiġifieri .....", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru, bil-permess ta' l-Onor.", "Caruana.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Sur President, nirringrazzjaha tal-permess, imma nixtieq sempliċement niggwida lill-Onor.", "Caruana li l-bieraħ spjegajt li r- Rinella m'għandha x'taqsam xejn f'dawn l-affarijiet.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Tkompli l-Onor.", "Caruana bl-intervent tagħha.", "ONOR.", "JUSTYNE CARUANA: Nirringrazzjak għax din kienet qed tinkwetani ħafna.", "Pero` waqt li tkun qed tagħmel il-winding up, xorta waħda nixtieqek tikkjarifika liema proprjeta` immobbli se jkun in charge minnha l-kummissarju a tenur ta' dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna.", "Punt ieħor li joħroġ minn subklawsola (3) ta' klawsola 13 - u jien qed nikkritika b'sistematika ta' avukat billi nieħu artiklu artiklu, imma tajjeb li naraw dawn l-affarijiet ukoll - huwa li jekk il-kummissarju, bid- drittijiet u pagamenti li jiġbor, ma jdaħħalx biżżejjed biex iwettaq l- għanijiet li għalihom ġie maħtur, dawn l-ammonti li jkun għad hemm bżonn għandhom jitħallsu mill-fond konsolidat skond kif il-parlament jista' jawtorizza minn żmien għal żmien.", "Ġaladarba l-parlament se jintalab jawtorizza tali somom, naħseb li f'dan l-istadju tad-diskussjoni l-gvern jista' jagħti indikazzjoni approssimattiva dwar kemm se tkun din in-nefqa pubblika għall-operat tal-kummissarju u l-kummissjoni.", "Naħseb li dan l- eżerċizzju jista' jsir jekk tittieħed bħala bażi l-esperjenza li diġa` hemm tal-Malta Film Commission mill-1999, minn meta kienu taħt il-kummissarju Winston Azzopardi sal-lum taħt Oliver Mallia.", "Jiġifieri, dan l-eżerċizzju approssimattiv jista' jisr biex ikollna idea bejn wieħed u ieħor fiex se nkunu.", "Punt ieħor interessanti huwa li a tenur ta' subklawsola (2) ta' klawsola 16 il-kummissarju jista' jissellef, b'overdraft jew xort'oħra, dawk l-ammonti li jista' jkun jeħtieġ.", "Dawn iż-żewġ kelmiet \"xort'oħra\" qed iqanqluli ċertu dubju għax huma vasti ħafna.", "X'jiġifieri \"xort'oħra\"?", "Jekk teħodha fl-iktar sens wiesgħa tagħha - jekk noqogħdu attenti għall-interpretazzjoni - allura tfisser li tista' tissellef bl-użura wkoll?", "Din tant hija wiesgħa li ma tistax minn issa, a priori teskludi ċerti affarijiet.", "Għaldaqstant ikun opportun li fl-istadju ta' kumitat din il-klawsola tiġi definita aħjar.", "Apparti minn hekk, jekk ikun hemm dan is-self, kif qed jingħad li se jkun permess skond subklawsola (2) ta' klawsola 16, min se jagħti l- garanzija?", "X'se tkun il-garanzija?", "Ipoteka jew privileġġ?", "Jekk se jingħataw dawn il-privileġġi u dawn l-ipoteki, liema proprjeta` se tagħmel tajjeb?", "Punt ieħor huwa dwar l-ammont li jissemma fil-proviso sussegwenti, fejn qed jingħad li jekk l-ammont ta' self ikun iktar minn Lm50,000, il-ministru jrid japprovah bil-miktub.", "Id-domanda li tqum hija din: Dan l-ammont ta' self se jkun għall-perijodu ta' tliet snin, sakemm idum in office il- kummissarju, jew jistgħu jkunu Lm50,000 illum, Lm50,000 xahar ieħor u Lm50,000 sitt xhur oħra?", "Importanti li niċċaraw jekk dan is-self jistax isir darba biss jew iktar minn darba, u jekk jista' jsir iktar minn darba, għandu jiġi speċifikat perijodu minimu bejn self u ieħor, meta l-ammont ikun iżjed minn Lm50,000.", "Qed tinkwetani wkoll subklawsola (1) ta' klawsola 17 li tittratta dwar self mingħand il-gvern għal kull ħtieġa tal-kummissarju.", "Inħoss li l-kliem \"kull ħtieġa\" jistgħu jingħataw interpretazzjoni wiesgħa ħafna, u biex neliminaw kull problema li jista' jkun hemm fil-futur, inħoss li għandhom jiġu definiti aħjar.", "Meta niġu għall-flejjes li se jkunu a karigu tal-fond konsolidat, il-ministru jista' jiddejjen ukoll biex jakkomoda lill- kummissarju.", "Fis-subklawsola (2) ta' klawsola 17 qed jingħad - u din interessanti - li wara li jkun sar d-dejn tiġi avżata din il-Kamra.", "Bir-rispett kollu, hawnhekk jidher li qed naqilbu kollox ta' taħt fuq.", "Dawn huma poteri vasti ħafna, allura se mai l-ewwel niġu hawnhekk niddiskutu l-affarijiet, napprovawhom, imbagħad isiru, mhux viċiversa, l-ewwel isiru u mbagħad niġu informati hawnhekk.", "Għax inkella aħna se nkunu qegħdin hanwhekk għalxejn, sempliċement biex inkunu informati.", "So what?", "Billi nkunu nformati, x'kontroll se jkollna bħala rappreżentanti tal-poplu li qegħdin hawnhekk biex nagħmlu d-dover tagħna?", "Il-Ministru forsi pprova jitfa' lixka lill-oppożizzjoni meta fi klawsola 4 qed jingħad li l-kummissjoni ma tkunx korp eżekuttiv.", "Forsi ħaseb li aħna se nibqgħu għaddejjin billi parti mill-kummissjoni se jkun il-kummissarju.", "Imma bir-rispett kollu, ir-rwol tal-kummissarju, għalkemm huwa parti mill- kummissjoni, huwa differenti mir-rwol tal-kummissjoni.", "Dan l-abbozz qed jagħti lill-kummissarju poteri kbar u poteri eżekuttivi b'diskrezzjoni kważi assoluta.", "Naħseb li huwa d-dover tagħna li niġbdu l-attenzjoni għal dawn l-affarijiet għax jekk bil-pagamenti li jiġbor il-kummissarju ma jasalx biex jagħmel tajjeb għall-infiq li jagħmel, id-differenza trid titħallas mit-taxxi tal- poplu.", "Għalhekk għandna d-dover sagrosant li nkunu ċari u nagħmlu d-dover tagħna sa l-aħħar.", "Aspett ieħor li xtaqt insemmi huwa dak li qed jingħad f'paragrafu (j) ta' subklawsola 6(2) dwar il-ġlieda kontra l-abbuż tad-drittijiet ta' l-awtur, fl-industrija awdjoviżiva hija iktar magħrufa bħala l-piracy.", "Bħala avukat jien familjari ħafna ma' din il-problema għax dhert kemm-il darba bħala parte civile u anke bħala mandatarju speċjali għan-nom ta' diversi kumpanniji kbar biex niddefendi d-drittijiet tagħhom.", "Hawnhekk qed nitkellem fuq kumpanniji kbar bħal Warner Brothers, Disney, Paramount, Buona Vista, Universal, Columbia u ħafna kumpanniji kbar bħal dawn.", "Kulħadd jaf li dawn il-kumpanniji kbar jiddeterminaw is-suq u perjodikament, anke b'mod mhux uffiċjali, jibagħtu r-rappreżentanti tagħhom f'Malta u nista' ngħid li issue li tqum frekwentement hija appuntu l- piracy.", "L-iktar li tinteressahom hija l-ġlieda kontra l-piracy, għax dan ir-reat qed itellifhom miljun kbar ta' liri fis-sena.", "Is-sitwazzjoni ta' pajjiżna tinkwetahom lil dawn il-kumpanniji għax minkejja l-isforzi kollha li jsiru min-naħa tal-pulizija - u minn hawnhekk nixtieq nirringrazzjahom tal-koperazzjoni li dejjem urew fil-konfront tagħna - sfortunatament il-piracy f'pajjiżna dejjem qed tiżdied u qed tagħmel ħsara kbira lil dawn il-kumpanniji.", "Allura bir-raġun kollu li dawn jinkwetaw ħafna.", "Għalhekk huwa importanti li, kif qed jingħad f'dan l-Att, tiġi intensifikata l-ħidma kontra l-piracy biex dawn il-kumpanniji kbar iħarsu lejna b'mod iktar pożittiv.", "Finalment dawn huma l-kumpanniji li jsaħħu l-industrija u li jiddeterminaw is-suq.", "U jekk rridu nsaħħu din l- industrija f'pajjiżna biex jiġu ġġenerati l-impjiegi huwa importanti li lil dawn il-kumpanniji li jiġu f'Malta nuruhom li l-ġlieda qed issir bis- serjeta`.", "B'hekk dawn jinteressaw ruħhom iżjed fina u jinkoraġġixxu lill- producers u lid-diretturi tagħhom biex jagħżlu lil pajjiżna bħala location għall-filming bħalma ġara fil-passat, u kif nisperaw li jiġri fil-futur.", "Il-Ħadd li għadda, waqt li kont qed naqra l-gazzetti, iltqajt ma' artiklu li jgħid li Stephen Spielberg ġej f'Lulju biex jagħmel il-film li jmiss hawn Malta.", "Din hija ħaġa tajba.", "Li ma nixtieqx nara huwa kummissjoni u kummissarju ieħor li ma jkunu xejn għajr mostru amministrattiv ieħor, bħall- ħafna li għandna.", "Dawn in-nies se jkunu mħallsin mit-taxxi tal-poplu u mhux sew li din l-industrija tibqa' status quo bħalma sfortunatament baqgħu ħafna affarijiet oħrajn f'pajjiżna.", "Jien nawgura li din il-kummissjoni tilħaq għan partikolari, dak li nsibu f'paragrafu (b) ta' klawsola 4, jiġifieri li taħdem b'burokrazija minima.", "Sfortunatament f'pajjiżna għandna problemi kbar ta' burokrazija żejda li ġieli gerrxet lill-investituri barranin.", "U tista' tgħid li f'ċerti oqsma we missed the boat, xi ħaġa li m'għandniex il-lussu li nagħmlu jekk irridu ninvestu bis-serjeta` f'dan is-settur, għax il-qagħda ekonomika ta' pajjiżna diġa` hija prekarja ħafna u ma naħsibx li nistgħu naffordjaw li nitilfu iktar milli diġa` tlifna.", "Bħala nota finali nixtieq ngħid li dan l-Att huwa pass importanti, huwa pass pożittiv, pero` min-naħa tiegħi ma nistax naqbel u ma nistax nagħti l- backing tiegħi għar-rwol tal-kummissarju bil-poteri vasti u bid- diskrezzjoni vasta li qed jingħata.", "Għalhekk nistenna li fl-istadju tal- Kumitat jew waqt il-winding up tal-ministru jiġu indirizzati dawk id- diffikultajiet fl-interpretazzjoni li semmejt, biex neliminaw kull abbuż li jista' jkun hemm, ħalli eventwalment il-poplu Għawdxi u Malti jieħu verament dak li ħaqqu, u t-taxxi tiegħu jintużaw bl-aħjar mod possibbli għall-benefiċċju ta' l-industrija u għall-benefiċċju ta' l-ekonomija ta' pajjiżna, biex jiġu ġġenerati l-impjiegi u l-livell ta' l-għajxien tagħna lkoll ikun ħafna aħjar.", "Grazzi, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Franco Galea.", "ONOR.", "FRANCO GALEA: Sur President, hemm ħafna x'ngħidu fuq dan is- settur, u fost affarijiet oħra nistgħu nitkellmu fuq ċerti postijiet f'pajjiżna.", "Nixtieq insemmi Sant'Iermu li llum jinsab fi stat diżastruż.", "Tajjeb li noħolqu inċentivi biex dan il-post possibilment ikun another filming location plus li jkollu xi supporting facilities.", "Illum xtaqt nitkellem fuq iċentivi li l-pajjiż għandu jagħti lill- kumpanniji barranin tal-films meta jużaw id-diversi artisti Maltin, kemm bħala atturi, kemm bħala kantanti u anke oħrajn li jkollhom xi talent partikolari ieħor.", "Għandna nagħtu inċentivi biex f'xi sigla, f'xi ftuħ jew fl-għeluq ta' film jintużaw artisti Maltin.", "Irridu nagħtu spinta lit- talent lokali barra minn xtutna wkoll.", "Hawn Malta għandna ħafna żgħażagħ u anke nies ta' eta` avvanzata li għandhom talent brilllanti u eċċellenti li jsibuha diffiċli ħafna biex ikollhom aċċess għas-suq kemm tal-mużika u kemm tal-films.", "Allura, meta jkollna dawn il-films jew attivitajiet, għandna nsibu kwalunkwe mezz biex nipprovaw nagħtuhom dik l-imbuttatura.", "Barra minn hekk, xtaqt nitkellem fuq persuna partikolari li m'iniex se nsemmi isimha.", "Kien hemm individwu li ħa din l-industrija tal-films b'serjeta` kbira.", "Dan beda l-attivita` tiegħu madwar seba' snin ilu meta kien qed jinġibed il-film \"U-571\".", "Kien mar ukoll fi Florida biex jitgħallem in-know-how, u ltaqa' ma' diversi persuni fl-industrija tal- films, fosthom persuna li kienet head of transport ġewwa l-Universal Studios.", "Wara dan kien ġie Malta, investa f'xi vettura jew tnejn u beda jbigħ is-servizz tiegħu lill-film company.", "Beda bil-film \"U-571\" u fl- istess żmien, jidhirli li kien qed jinġibed il-film \"Gladiator\".", "F'dak iż- żmien kien investa ħafna iżjed flus biex il-kumpannija tal-films ma jkollhiex għalfejn iġġib trailers u vetturi oħra minn pajjiż ieħor.", "Fejn ma setax jaqdihom hu biss kienu ġabu minn pajjiżi oħra.", "Infatti kienu krew xi American trailers, li kienu speċi ta' relax rooms għall-atturi.", "Dan l-individwu baqa' jinvesti f'ħafna makkinarju ieħor.", "Xtara xi American trailers, make-up trucks, wardrobe truck, costume trucks, mobile kitchen li fiha tista' ssajjar għal 1,000 ruħ, green room li hija speċi ta' board room, camera trucks bid-dark rooms, mobile offices, artists' trailers, inkluż xi affarijiet oħra bħala supporting needs għall-industrija tal-film.", "Bl-investiment qawwi li kien għamel, b'serjeta` u b'sagrifiċċju personali, huwa kien ħa films oħra, fosthom Julius Ceasar, Count of Monte Cristo, Troy, Helen of Troy, She's Gone, Swept Away, Byron, The Death of Klinghoffer, the Extraordinary Gentleman u ħafna oħra.", "Meta kont mort inkellem lil dan l-individwu rajt anke xi ittri ta' ringrazzjament li kienu bagħtulu dawn il-kumpanniji tal-films.", "Jiġifieri hawnhekk għandna eżempju ta' persuna li kellha suċċess personali, bi sforz u b'sagrifiċċji tagħha u tal-familja, iżda dan kollu kien grazzi wkoll għal min għen biex dawn il-films jiġu f'Malta.", "Infatti, waqt li kont qed inkellmu qalli li hu għamel xogħlu, pero` jrid jirringrazzja lil min ġab dawn il-films.", "Qed ngħid dan biex nuri li mhux kulħadd huwa lest li jabbuża minn kumpanniji tal-films li jiġu minn barra.", "Hemm min ikun prudenti u jibqa' jieħu xogħol għax ikun ikkontrolla ruħu u jkun dixxiplinat f'dak li jagħmel.", "Hawnhekk se nikkwota xi affarijiet li laqtuni fl-ittri li qrajt fl-uffiċċju tiegħu għax tant kien proud b'li qed jagħmel li waħħalhom fl-uffiċċju.", "Waħda minnhom kienet tgħid:", "\"They work the longest hours, yet they are always puntcual and always willing to help anybody and everybody, which they do with a wonderful disposition and a true professionalism.\"", "Dan kitbu Gary Gore mill-BBC.", "Ittra oħra mingħand David Reid u Adam Bohling, il-producers ta' Swept Away kitbu hekk:", "\"We appreciate everything you have done to make the shoot a success and we look forward to working with you again in the near future.\"", "Irċeva ittri mingħand il-producer ta' Death of Klinghoffer, u ħafna oħrajn.", "Jien qed insemmi dan il-każ partikolari għax qed nipprova nuru l-karattru ta' din il-persuna u l-effett li l-kumpannija tiegħu ħalliet fuq l- industrija tal-films u fuq dawn il-kumpanniji.", "Jiġifieri dawn il- kumpanniji jafu li jekk jiġu hawn Malta għandhom ċertu support minn din il- kumpannija li toffri s-servizz u l-makkinarju li jkollhom bżonn, u m'għandhomx għalfejn joqogħdu jimportaw ħafna għodda żejda, għax iċ-chunks huma diġa` available fil-pajjiż.", "Filwaqt li qed ngħid dan kollu, anke Malta qaltlu grazzi lil dan.", "Il- bieraħ il-Ministru semma l-kwestjoni tar-refund tal-VAT lill-kumpanniji barranin li suppost tawhulhom wara xahar, u minflok tawhulhom wara sena u nofs.", "Jidhirli li deputat min-naħa l-oħra semma li kien hemm ukoll xi problema min-naħa tal-MEPA li ma ħallewhomx jagħmlu xi ħaġa fuq xi film set.", "Dan l-individwu, li qed jagħti servizz tajjeb u qed jiġġenera flus għalih u għan-negozju tiegħu, applika biex jagħmel change of use ta' biċċa art li għandu ħalli jkun jista' jagħmel parking for commercial vehicles.", "Għaddew ix-xhur, u għadu sal-lum il-ġurnata ma ngħatax permess.", "Il-MEPA qegħdin jitolbuh affarijiet li jidhru diffiċli meta fir-realta`, għall-MEPA huma faċli biex isolvu.", "Jien naħseb li min qiegħed jinvesti għandu jiġi megħjun, u nipproponi wkoll li għandu jinħoloq a directory of services biex dawn in-nies li għandhom servizz x'jagħtu lill-industrija tal-films jiġu reġistrati fih.", "Naf li hemm xi ħaġa simili, pero` ma jidhirlix li rajt talent lokali fuq dan id-directory of services.", "Meta jkollok CD presentation jew xi ktieb li jiġi ċirkolat barra minn Malta, jekk bniedem ikun qed ifittex xi backing vocals jew xi servizz ta' trucks hawn Malta, isibhom mill-ewwel.", "Irrid nuri wkoll it-tħassib tiegħi għall-fatt li rridu li jkun hemm ħafna servizzi available fil-pajjiż li huma ta' l-istess tip.", "Għalkemm il- kompetittivita` u l-kompetizzjoni hija xi ħaġa tajba, ma rridux noħolqu ħafna mill-istess tip ta' servizzi f'ċerti oqsma.", "Per eżempju, jekk għandna bżonn żewġ studios ma nipprovawx ninkoraġġixxu biex jiġu 100, għax imbagħad nispiċċaw bi problemi li nafu fejn iwasslu.", "Dan rajtu jiġri f'affarijiet oħra.", "Jien nissuġġerixxi li għandna nipproteġu n-negozju ta' dawk il-kumpanniji li diġa` jeżistu u ngħinuhom.", "Għalhekk qed ngħid li ma rridux inħeġġu li jkun hemm ħafna mill-istess ħaġa, għax fl-aħħar mill-aħħar kulħadd jibda jaqta' l-prezzijiet u nafu x'jiġri.", "Għandna wkoll noħolqu sistemi ta' fast track għan-nies li juru interess f'dan in-negozju, u anke għal negozji oħra.", "Jiġifieri jekk bniedem ġie hawn Malta biex jinvesti f'xi ħaġa jew f'oħra jew qiegħed fl-industirja tal-films, irridu nagħmlu sistema biex niffrankawlhom ħafna ħin.", "Jekk dawn ikollhom bżonn permessi, jeħtieġ li jkun hemm fast track biex dawn il-permessi jingħataw prijorita`, għax huwa in the national interest.", "Jekk ikollhom bżonn il-viża għandna noħorġuhielhom malajr.", "Jekk ir-refund tal-VAT suppost nagħtuhulhom wara xahar, irid ikun hemm fast track biex nibagħtuhulhom wara xahar.", "Jekk dawn ikollhom il-materjal fid-Dwana, ma nistgħux inżommuhulhom hemmhekk in aeternum.", "Jekk inkunu ftehemna magħhom, għandhom id-dritt li jeħduh.", "Dawn in-nies jiġu hawn Malta ovvjament għal ċerti raġunijiet tajba – jista' jkun minħabba l-human resources, jista' jkun minħabba t-temp, tkun xi tkun ir- raġuni - pero` fl-aħħar mill-aħħar dawn qegħdin jagħmlu pjaċir lill-pajjiż.", "Allura fid-dinja, speċjalment fid-dinja tal-films, it-time frame huwa importanti ħafna u kull ġurnata taf tiswihom eluf kbar ta' dollari.", "Dawn huma l-punti li xtaqt inqajjem.", "Nirringrazzjak.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Nitlob lill-Ministru biex, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar l-Erbgħa, 27 ta' April, 2005 fis-6.00 p.m., b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kummissjoni ċinematografika ta' Malta - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Sħubija ta' Malta fil-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Bank Ċentrali ta' Malta - Tieni Qari; u", "Abbozz ta' Liġi dwar Arkivji Nazzjonali – Tielet Qari. ----------------------------------- Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Kriminali - Kumitat Permanenti.", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Reġistru Ċentrali - Kumitat Permanenti.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Justyne Caruana.", "ONOR.", "JUSTYNE CARUANA: Sur President, f'dan l-aġġornament se nipprova nsemmi xi problemi partikolari li qed jiffaċċjaw l-Għawdxin bħalissa.", "Kif forsi semgħu xi membri ta' din il-Kamra, fl-Isptar Ġenerali spiċċajna mingħajr servizz ta' ENT u kulmin qed jiġi bżonn dan is-servizz mhux qed jinqeda.", "Nista' ngħid li din il-problema ilha tberraq pero' bħalma jiġri ħafna drabi, il-gvern jipprova jraqqa' l-pannu bil-qargħa aħmar u nispiċċaw biex minflok ma mmorru 'l quddiem immorru lura.", "Qed ngħid dan għaliex f'Ottubru li għadda kienu avviċinawni xi nies u qaluli li kkanċellawlhom l-appuntamenti li kellhom ma' l-ispeċjalista ta' l- ENT.", "Jien kont staqsejt lill-ministru għal Għawdex dwar din il-problema – qed nirriferi għal mistoqsija parlamentari 8151 - u l-Onor.", "Giovanna Debono kienet weġbitni li s-servizz se jerġa' jibda jingħata kull ġimagħtejn għaliex fl-isptar kien hemm nuqqas ta' staff mediku.", "Issa proprju ftit xhur wara kienu reġgħu avviċinawni xi nies b'korrispondenza f'idejhom, fejn qed jgħidulhom li l-appuntamenti ma' l-ispeċjalista ta' l-ENT reġgħu ġew ikkanċellati u jekk iridu jagħmlu appuntament ieħor iridu jinżlu Malta u jmorru St Luke's.", "Jien ovvjament erġajt għamilt mistoqsija parlamentari oħra lill-ministru għal Għawdex dwar din il-problema - din id-darba 11,529 – u l-Onor.", "Debono qaltli li kienu telqu żewġ speċjalisti u żewġ senior registrars bla ma kien mistenni u li kienu qed jittieħdu l-passi meħtieġa għar-reklutaġġ ta' staff ġdid.", "Permezz ta' mistoqsija parlamentari 11729 jien staqsejt jekk kienx possibbli li sakemm joħorġu s-sejħiet għal-speċjalisti ta' l-ENT, jiġu speċjalisti minn Malta u l-ministru rrispondietni li r-reklutaġġ kien qed jieħu ħsiebu l-ministeru tas-saħħa.", "Qaltli wkoll li t-talba sabiex jiġu speċjalisti minn Malta kienet ilha sejra żmien.", "Meta mbagħad staqsejt lill- Onor. Deguara dwar ir-reklutaġġ – qed nirriferi għal mistoqsija parlamentari 12000, qalli li qegħdin jittieħdu l-passi meħtieġa biex jiġu ngaġġati dawn it-tobba.", "Sadanittant il-poplu Għawdxi għadu mingħajr dan is- servizz u qed jiġi mitlub li jagħmel l-appuntamenti Malta fejn, apparti l- inkonvenjent tat-traġitt bejn iż-żewġ gżejjer, hemm ukoll il-problema ta' waiting lists li huma twal mhux ħażin.", "Sur President, bir-rispett kollu jien minn hawn nistaqsi bl-ikbar responsabbilta': Imma dawn iż-żewġ ministri kif jippretendu li l-poplu Għawdxi jibla' dawn l-iskużi ta' riżenja mhux mistennija u jaċċetta din is- sitwazzjoni?", "Ngħid jien, jekk f'Ottubru kien hemm nuqqas ta' staff, għaliex ma ħasbux għalihom dakinhar u mhux qagħdu jistennew sakemm ġejna f'sitwazzjoni fejn laħqu telqu tnejn oħra biex issa ġejna b'xejn?", "Possibbli li dawn iż-żewġ ministri ma setgħux jantiċipaw x'kien se jiġri?", "Ma setgħux jagħmlu xi ħaġa biex l-Għawdxin ma jiġux f'din is-sitwazzjoni?", "Possibbli li lill-Għawdxin ħasbuhom ta' subgħajhom f'ħalqhom u li qatt jistgħu jemmnu li dawn l-ispeċjalisti telqu mingħajr ma taw notice?", "Ngħid għalija din hija sitwazzjoni inaċċettabbli, iktar u iktar meta tqis li dan huwa s-settur tas-saħħa.", "Pero' n-novitajiet fl-isptar ma jispiċċawx hawnhekk, Sur President.", "Sirt naf ukoll li l-kuntratt tal-gynaecologist Mr Armatis li ilu Għawdex għal dawn l-aħħar 20 sena, m'huwiex se jiġġedded.", "Nista' ngħid li dan il- konsulent huwa dedikat ħafna u huwa maħbub u rispettat minn kulħadd, speċjalment mill-pazjenti.", "Din id-darba l-affarijiet ġraw bil-kontra għax fil-każ ta' dan il-Pollakk li jrid jibqa' jaħdem fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex, il-gvern ma jridx iġeddidlu l-kuntratt.", "U jekk Mr Armatis ma jibqax f'dan l-isptar, nista' ngħid li aħna l-Għawdxin se nerġgħu niġu mċaħħda minn wieħed mill-aħjar tobba li qatt kellna f'Għawdex u minjaf meta se jkollna replacement, jekk qatt ikollna.", "Issa ħaġa oħra li qed tiġri f'dan l-isptar hija relatata ma' l-intervent tal-hernia li normalment ibatu minnha l-irġiel, Sur President.", "Ninsab informata li pazjenti li jridu jagħmlu operazzjoni tal-hernia fl- Isptar Ġenerali qegħdin jintalbu jħallsu Lm70 għal biċċa materjal li jsejħulha \"mesh\", biex tkun tista' ssir din l-operazzjoni li hija ntiża għal-lokazzjoni fejn ikun hemm il-ftuq.", "Dawn qed jintalbu s-Lm70 għaliex il-mesh li wieħed isib f'dan l-isptar hija ta' kwalita' inferjuri u kull darba li jintuża dan il-materjal fl-operazzjoni mhux qed iservi fit-tul u għalhekk l-intervent qed ikollu jerġa' jsir ftit xhur biss wara.", "Dan ifisser li l-pazjenti qed ikollhom jerġgħu jiġu operati għaliex l-hernia qed terġa' titfaċċa.", "Għalhekk dawn il-konsulenti qed jitolbu Lm70 għall-ġid tal-pazjenti biex ikunu jistgħu jipprovdulhom din il-mesh ta' kwalita' tajba, Sur President", "Issa meta nisma' affarijiet bħal dawn nitkaża bl-ikrah għaliex tal-mistħija li tixxaħħaħ fuq affarijiet ta' saħħa.", "Hija irresponsabbilta' kbira li fl- isptarijiet tagħna qegħdin infornu dan il-materjal ta' kwalita' ħażina li qed iservi biss għal ftit xhur.", "Jien nismagħhom jgħidu li meta tieħu l- loppju jnaqqaslek għaxar snin minn ħajtek u kemm jista' jkun is-surgeons jippruvaw jevitawh il-loppju.", "Jiġifieri spiċċajna li biex niffrankaw ftit flus minn fuq dan il-materjal qed nipperikolaw il-ħajja ta' dawn il- pazjenti li qed ikollhom jerġgħu jissottomettu ruħhom għal dawn l- interventi.", "Allura jien nistaqsi: Daqshekk tiswa l-ħajja tal-bniedem għal dan il-gvern?", "Sirt anke naf b'każ fejn pazjent iddaħħal l-isptar bil-lejl b'urġenza fi stat ta' coma u t-tabib ordna li dan jittieħed Malta biex issir is-CT scan għaliex ovvjament f'Għawdex m'għandniex dan l-apparat.", "Il-familjari ta' dan il-pazjent, biex jiffrankawlu l-battikata li joqgħod imur Malta, minkejja li l-finanzi tagħhom ma tantx jippermettu, għażlu li dan is-CT scan isir f'Għawdex stess privatament.", "Li ġara hu li peress li dan il- pazjent kien l-isptar kellu jinġarr bl-ambulanza mill-isptar sal-premises privati u lura u ta' dan ħadulhom Lm18.", "Jien ngħid li hija xi ħaġa tal- mistħija li tkompli titratta lill-Għawdxin b'dan il-mod irresponsabbli, speċjalment f'mumenti ta' tbatija fejn tidħol is-saħħa.", "U ma nieqafx hawn għax dan l-aħħar ġejt informata dwar charges diskriminatorji li qed jingħataw lill-ħaddiema tal-gvern, Sur President.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mario Galea, on a point of order.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Sur President, l-Onor.", "Membru qed tgħid li biex jagħmlu operazzjoni tal-hernia fl-isptar ġenerali, il-pazjenti qed jintalbu Lm70 tal-mesh u anke biex tintuża l-ambulanza l-pazjenti qed jintalbu l- flus ukoll, allavolja l-ambulanza hija tal-gvern.", "ONOR.", "JUSTYNE CARUANA: Imma l-punt mhuwiex dak.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Jekk l-Onor.", "Membru għandha din l-informazzjoni nitlobha tgħaddiha anke b'mod privat u naċċertaha li ssir inkjesta.", "ONOR.", "JUSTYNE CARUANA: Nirringrazzja lill-Onor.", "Galea ta' l-interess għax qed juri interess iktar mill-ministri konċernati.", "Sur President, kont wasalt biex insemmi każ partikolari dwar tliet ħaddiema li min-naħa tas-segretarjat tal-ministeru għal Għawdex, intbagħtu fuq xogħol f'post differenti minn fejn ikunu s-soltu.", "L-inspectors marru jfittxu lil dawn il-ħaddiema u ovvjament għaliex kienu f'post differenti milli jkunu s-soltu, ma sabuhomx u nħarġitilhom iċ-charge.", "U meta dawn il- ħaddiema rċevew iċ-charge ovvjament b'sens komun baqgħu sejrin għand is- segretarjat tal-ministeru biex dawn jispjegaw lid-direttur fejn kienu u x'kienu qegħdin jagħmlu.", "Minkejja li s-segretarju fil-ministeru spjega bil- miktub fejn dawn kienu, id-direttur baqa' għaddej mingħajr ma ta kas u ħareġ it-twiddiba.", "Jiġifieri minn fuq li dawn il-ħaddiema esegwew l- ordnijiet u għamlu x-xogħol kif kienu ordnati, spiċċaw biex qalgħu charge li tibqa' sena on record u jekk tiġi biex tieħu xi promotion tista' tippreġudikak.", "Nista ngħid li f'Għawdex din is-sitwazzjoni saret intollerabbli għaliex qed jinħarġu charges bl-adoċċ u l-iktar ħaġa inkwetanti hija li din ma tistax tiġġustifikaha għax jagħtuk għaxart ijiem ċans biex tagħti r-raġuni.", "Pero' mbagħad jekk inti ma taqbilx mad-deċiżjoni tad-direttur, id-deċiżjoni jekk tmurx quddiem il-bord biex il-każ jiġi deċiż skond il-liġi u jinstemgħu l- provi hija vestita biss f'idejn id-direttur.", "Allura dawn il-ħaddiema li qed jaqilgħu ċ-charges inġustament qed jiġu mċaħħda mill-aċċess għall-mezzi tal-ġustizzja.", "Enigma oħra tirrigwarda l-appointments tas-senior technical officers li saru f'Għawdex.", "Dawn l-interviews saru iktar minn sena ilu u meta ħarġu r- riżultati stajna naraw li min verament għandu idea ta' x'jirrikjedi x- xogħol ġie skartat inġustament għaliex dawn kienu kwalifikati u kompetenti ħafna iktar minn biżżejjed u iktar minn dawk li ġew magħżula.", "Issa l-ilment tiegħi huwa dan.", "Dawn l-applikanti li ġew skartati ressqu petizzjoni kif jirrikjedi l-kodiċi tas-servizz pubbliku, iżda wara iktar minn sena dawn għadhom ma ngħatawx risposta.", "Allura kif jippretendu li dawn l-applikanti jaċċettaw li l-proċess tas-selezzjoni sar b'mod trasparenti meta wara sena għadhom lanqas biss ħadu risposta?", "Bir-rispett kollu dawn kemm se jdumu jistennew?", "Għalija din żgur mhix serjeta', Sur President.", "Fid-diskors ta' l-aġġornamenti b'xi mod jew ieħor jien dejjem nara kif indaħħal lill-Gozo Channel u se nsemmiha proprju in vista ta' interpellanza li għamilt lill-Ministru Austin Gatt u li ħadt ir-risposta tagħha l-bieraħ.", "Ftit ilu, bħalma taf inti Sur President, għaliex inti wkoll tkun fuq il- vapur, ir-rampa tal-vapur \"Malita\" kienet bil-ħsara u allura kienu qed isiru ħafna manuvri għaliex il-karozza trid iddawwarha bil-kontra u ħafna ħela ta' ħin.", "Dwar din il-ħsara, l-Onor.", "Austin Gatt f'mistoqsija parlamentari numru 12021 qalli li din it-tiswija ġiet tiswa lill-Gozo Channel Lm7,731.", "Issa jien ġejt informata li l-ħsara li kien hemm fir-rampa kienet ilha tiġi rrapportata mill-enġiniera xhur twal u effettivament meta ġiet irrapportata in tempo vergine, il-ħsara kienet tammonta għal Lm50 biss.", "Dan ifisser li min jikkmanda fil-Gozo Channel injora kompletament ir-rapporti ta' l- inġiniera, bil-konsegwenza li minn Lm50 spiċċajna nħallsu Lm7,731.", "Dawn huma l-għarukażijiet li jrid jara l-Ministru u mhux jipprova jagħmel ekonomija mill-biljetti tal-morda u tal-ħaddiema, Sur President.", "Huwa tajjeb li ngħid li l-kondizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema sejrin mill-ħażin mill-agħar u qed jagħmlulhom hekk bl-iskuża li l-kumpannija trid timxi 'l quddiem.", "Safejn naf jien lil dawk l-20 ruħ li tkeċċew mill- kafetterija wkoll ġabulhom l-iskuża li l-kumpannija trid timxi 'l quddiem.", "Imbagħad saret froġa bħal dik u wżaw l-istess skuża.", "Kif trid timxi 'l quddiem il-kumpannija bi ħsarat li minn Lm50 ġew jiswew Lm7,000?", "To add insult to injury għadu kemm ġie reklutat iċ-chief operations manager li se jitħallas mill-kumpannija eluf kbar ta' liri meta s-servizz sejjer lura bħall-granċ u kulħadd igerger.", "Jien meta nitkellem fuq il-mod kif qed jitrattawna f'Għawdex nitbaqbaq xi ftit, pero' naħseb jkolli raġun għaliex fejn jidħol Għawdex dejjem iħalluna lura.", "Għalina qisu kollox jgħaddi għax kulma jagħtuna rridu noqogħdu bih, Sur President.", "Jien ma naħsibx li dan huwa atteġġjament aċċettabbli u għaldaqstant nistieden lill-gvern u lil kulmin hu responsabbli biex dak li ngħidu għan-nom tal- poplu Għawdxi - ħadt pjaċir li intervjena l-Onor.", "Galea - jikkonsidrawh u jieħdu azzjoni dwaru għax l-Għawdxin m'humiex ċittadini tat-tieni jew tat- tielet klassi, imma huma ċittadini daqs il-Maltin u għandhom jiġu ttrattati bl-istess mod, bl-istess drittijiet u bl-istess dinjita'.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Joe Abela.", "ONOR.", "JOE ABELA: Mr Speaker, il-Kummissjoni Ewropea riċentement ħarġet rapport bir-riżultati tal-kejl ta' progress fil-każ tal-pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropea lejn il-miri stabiliti mill-istess Unjoni, miri ambizzjużi tal-pjan ta' Lisbona, sabiex l-Unjoni Ewropea ssir l-ikbar knowledge-based economy, soċjeta' bbażata fuq il-prinċipju u s-sistemi ta' l-għerf u t- tagħlim li allura jkunu jistgħu jiggarantixxu tkabbir ekonomiku, li mbagħad min-naħa tiegħu dan l-istess tkabbir ekonomiku jkun jista' jiggarantixxi prosperita' u ġid liċ-ċittadini tal-pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropea.", "Sfortunatament dan ir-rapport jitfa' dell ikrah fuq pajjiżna għax ġejna kważi l-aħħar fil-miri li ġew stabbiliti u fir-rapport hemm indikat ċar u tond li pajjiżi ta' l-Ewropa tal-Lvant, bħalma huma r-Repubblika Ċeka, il- Polonja, il-Latvja, is-Slovakkja u oħrajn għaddewna sew kważi fil-kriterji kollha.", "L-unika ħaġa fejn Malta tikkompara tajjeb mal-pajjiżi l-oħra hi fin-nefqa li l-gvern jagħmel fil-qasam edukattiv u hawn il-mistoqsija toħroġ waħedha.", "Fil-każ ta' pajjiżna, kemm nistgħu ngħidu li teżisti l- possibbilta' li xi darba mmorru 'l quddiem meta s-sistema edukattiva li għandna bħalissa qed titfagħna fl-aħħar, ikkomparat ma' sħabna l-pajjiżi l- oħra li qegħdin fl-Unjoni?", "Veru li f'dan il-Parlament min jaf kemm-il darba għidna li l-edukazzjoni m'għandhiex titqies bħala topic fejn aħna l-politiċi noqogħdu niġġieldu bejnietna, bin-naħa ta' l-oppożizzjoni tgħid li l-gvern ma jkunx mar tajjeb u bin-naħa tal-gvern tgħid li l-oppożizzjoni m'għandhiex tipprova tieħu vantaġġ politiku minn ċerti sitwazzjonijiet, imma lanqas ma rridu ninsew li l-pajjiż issa ormai ilu kważi 20 sena amministrat minn gvernijiet Nazzjonalista.", "Kemm ilna nisimgħu ftaħir min-naħa tal-partit Nazzjonalista fil-gvern bl-investimenti kbar li jgħid li għamel f'kull settur!", "Allura x'inhu jiġri eżatt jekk issa l-Unjoni Ewropea ħarġet tgħid li m'għaddejniex mill-eżami, ħlief fil-każ tan-nefqa fil-qasam edukattiv?", "Iva, dan ir- rapport jgħid li l-ispiża li qed jagħmel il-Gvern Malti fil-qasam edukattiv tikkompara tajjeb mal-pajjiżi l-oħrajn, iżda fuq is-suġġetti l-oħrajn kollha tawna l-aktar marki baxxi, Sur President.", "Per eżempju, fir-rapport insibu li Malta tiġi l-aħħar f'dak li huwa n-numru ta' studenti li jkomplu l-iskola post-sekondarja, perċentwali ta' 48%, meta t-target ta' l-Unjoni huwa 85% u meta dak li rnexxielha ġġib ir-Repubblika Ċeka huwa 90%.", "Il-Polonja wkoll ġabet perċentwali simili u hawn ma rridux ninsew li dawn il-pajjiżi għadhom kemm ħarġu minn wara l-purtiera tal- ħadid, wara snin twal taħt sistema komunista.", "Dawn anke kellhom jgħaddu minn turbulenzi politiċi kbar biex setgħu jaqilbu mis-sistema komunista għas-sistema ta' suq ħieles.", "Dawn il-pajjiżi huma kkonsidrati bħala relattivament foqra, l-ifqar pajjiżi ta' l-Unjoni, iżda minkejja dan kollu rnexxielhom jagħmlu dan il-progress.", "Allura ngħid jien għaliex fil-każ ta' Malta, is-sistema tagħna qed tfalli lil daqstant studenti?", "Għaliex tant studenti m'humiex qed jirnexxu fis-sistema edukattiva?", "U hawn bilfors ikollna nistaqsu fejn qed imorru l-flus li jonfoq il-gvern.", "Sur President, lili ma jistax ma jiddispjaċinix għax min-naħa ta' l- oppożizzjoni ilna nikkritikaw lill-gvern u għednilu bit-tberbiq u l- isparpaljar li qed isir fil-qasam ta' l-edukazzjoni.", "Mhux għax ma rridux investiment qawwi fis-settur edukattiv, altru li rriduh, imma għax nafu li l-flus qed jintnefqu b'mod li qed jispiċċaw igawdu minnhom ftit nies u minflok ma n-nazzjon jieħu l-frott ta' dak l-investiment, il-flus qed jispiċċaw fil-bwiet tal-privat.", "Nafu x'ġara fil-każ tal-fondazzjoni għall- iskejjel t'għada, fejn l-awditur ġenerali ħareġ jgħid li l-flus m'humiex qegħdin jintnefqu b'kuxjenza.", "U wara ħasla bħal dik kont nippretendi li l- prim ministru u l-ministru responsabbli mill-edukazzjoni mhux biss joħorġu jiddefendu lill-awditur ġenerali – minn fuq spiċċaw jattakkawh - imma kellhom jidħlu fil-qalba tal-kwestjoni u jaraw sew x'inhu jiġri.", "Wara kollox dawn huma flus il-poplu li suppost qed imorru għall-edukazzjoni iżda minflok qed jispiċċaw x'imkien ieħor.", "Sur President, il-Kummissjoni Ewropea ħarġet tgħid ċar u tond li pajjiż jista' jiggarantixxi tkabbir ekonomiku jekk ikollu numru adegwat ta' gradwati fix-xjenza, jekk ikollu xjenzati tajbin u jekk jirnexxilu jżomm dawn in-nies f'pajjiżu.", "Mela ħalli ngħidlek kemm mhux jirnexxilna nilħqu dawn il-miri.", "Fis-sena 2000 irnexxielna nipproduċu biss 2.7% xjenzati għal kull 1,000 abitant, li hi waħda mill-iżgħar ċifri, imbagħad fis-sena 2001 kellna tnaqqis ta' 16% fuq is-sena ta' qabel.", "Naħseb li trid jew ma tridx, meta wieħed jara dan kollu bilfors ikollu jistaqsi: Allura għalfejn dan il- ftaħir kollu li fl-universita' għandna 8,000 student?", "Għaliex ma nibdewx naraw ukoll il-kwalita' ta' l-universita' u x'tip ta' courses qegħdin noffru?", "Iva, ir-rapport tal-Kummissjoni Ewropea jitkellem ukoll fuq it- taħriġ li jingħata lill-għalliema u fuq il-mod kif il-gvern irid jibda jkejjel il-progress li jsir f'dan il-qasam, għax illum m'aħniex ngħixu f'dinja fejn min isir għalliem jibqa' għalliem.", "Ir-rapport jitkellem ċar li l-gvernijiet għandhom l-obbligu li jattiraw studenti ġodda lejn il-professjoni ta' għalliema u dan minħabba l-fatt li l- popolazzjoni ta' l-għalliema qed tixjieħ u fi żmien għaxar snin fil-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea se jkunu hemm il-ħtieġa ta' miljun għalliem ieħor.", "Barra minn hekk, l-ikbar challenge li se jkollha l-Unjoni Ewropea hi kif se tagħmel biex iżżomm l-għalliema li għandha fil-professjoni u dan meta f'pajjiżna nafu b'każi ta' għalliema li ftit li xejn isibu appoġġ u motivazzjoni fix-xogħol tagħhom.", "B'dispjaċir ikolli ngħid li mhux darba jew tnejn tisma' li għalliema spiċċaw imsawta minn ġenituri u dan juri nuqqas ta' sigurta'.", "Dawn huma ħaddiema bħal ħaddieħor li jmorru jaqilgħu l-ħobża ta' kuljum billi jgħallmu lit-tfal.", "X'kontribut jista' wieħed jagħti iktar minn dan f'ħajtu?", "Ħafna drabi l-għalliema jħossuhom umiljati u bla kontroll dwar kif jistgħu jtejbu s-sitwazzjoni tagħhom.", "F'bosta skejjel m'għandhomx ir- riżorsi adegwati biex ikunu jistgħu jaħdmu u dan mhux fi skola waħda jew tnejn imma f'diversi skejjel, speċjalment l-għalliema tax-xjenza fl- iskejjel sekondarji.", "L-Unjoni tagħmilha ċara li din għandha tkun waħda mill-miri importanti tal-gvernijiet, jiġifieri li jimmotivaw lill-għalliema sabiex ikunu jistgħu jibqgħu fil-professjoni.", "Sur President, nagħlaq billi nsemmi eżempju fejn tlifna opportunita' f'dan il-qasam u hawn qed nirriferi għall-ħaddiema tat-tarzna li minflok ma rajna kif nutilizzawhom u anke ntejbu l-ħiliet tagħhom - uħud minnhom huma verament tas-sengħa - il-gvern għażel is-soluzzjoni faċli u lil dawn il- ħaddiema tefagħhom fid-dipartimenti u mal-kunsilli lokali.", "U x'inhuma jagħmlu?", "Dawn ħafna minnhom spiċċaw jaqtgħu l-ħaxix u jaħarbu minn fuq ix- xogħol meta stajna utilizzajnihom b'mod ħafna aħjar.", "Ikun hemm min jgħidlek: Xi trid tagħmel, ikollna naċċettaw din is-sitwazzjoni għax aħjar minn kif konna qabel!", "Imma nerġa' ngħid li minflok ma l-gvern sab triq kif lil dawn in-nies jutilizzahom b'mod li jagħtu kontribut siewi għall- ekonomija, dawn illum spiċċaw piż fuq il-kaxxa ta' Malta meta l-gvern seta kien ħafna iktar għaqli u investa fi skemi ta' taħriġ u skemi oħra biex lil dawn jużahom b'mod aktar produttiv.", "Nittama biss li meta l-Kummissjoni Ewropea toħroġ ir-rapport li jmiss fl- 2006 għallinqas inkunu nistgħu naraw xi ħaġa aħjar minn dak li rajna s'issa.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada l-Erbgħa, 27 ta' April 2005, fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "SKEJJEL – TĦAWWIL TA' SIĠAR U PJANTI", "11599.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jirrispondi t-tieni parti tal- mistoqsija parlamentari 10934 u jgħid kemm tħawlu siġar u pjanti matul is- sena li għaddiet u ta' liema għamla?", "Kemm minn dawn is-siġar u pjanti tħawlu fl-iskejjel?", "Jista' jgħid liema huma dawn l-iskejjel u x'siġar u pjanti tħawlu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Fis-sena 2004 ma tħawlu ebda siġar fl-iskejjel statali.", "L-uniku każ fejn il-landscaping gardening unit kienet involuta kien fl-iskola primarja Ġużeppi Agius ta' Raħal Ġdid fejn saru xi window boxes bil-kalanchoe, stella maris u ivy.", "WARRANT TA' L-GĦALLIEMA", "11600.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid x'differenza tgħaddi bejn warrant temporanju ta' għalliem maħruġ wara l-31 ta' Marzu, 1998 u dawk temporanji li ħarġu qabel din id-data?", "Jista' jgħid meta jinħareġ warrant temporanju joħroġx għal sena skolastika jew għal sena kalendarja?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-Att dwar l-Edukazzjoni li jirregola l- ħruġ tal-warrants ta' l-għalliema ma jispeċifika l-ebda data fil-kuntest ta' ħruġ ta' warrant temporanju u għaldaqstant m'hemm l-ebda differenza bejn warrant temporanju li ngħata qabel jew wara l-31 ta' Marzu, 1998.", "Informat ukoll li warrants temporanji joħorġu skond id-data ta' l- applikazzjoni u jibqgħu validi sat-18 ta' Settembru ta' dik is-sena skolastika, bl-iskejjel jiġu mfakkra li fil-bidu tas-sena skolastika jridu jġeddu l-warrant.", "WIED IL-GĦAJN - TRIQ MINTBA", "11601.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid fiex waslet l-investigazzjoni li rrifera għaliha fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 10936?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "TA' QALI - RAĦAL TAS-SNAJJA'", "11602.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 10933 u jgħid meta se jibda x-xogħol fuq il-bini tar-raħal tas-snajja', f'Ta' Qali?", "Fejn waslu l-pjani tal-gvern għal dan il-proġett?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 11388.", "SYSTEMS OF KNOWLEDGE", "11603.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi pjan biex l- oqsma ta' l-għerf ma jibqax suġġett obbligatorju fil-livell avvanzat?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Bħalma jaf l-Onor.", "Membru, bord magħruf bħala kumitat għar-reviżjoni tal-Matsec ġie mitlub jeżamina s-sistema ta' l-eżamijiet tal- bord tal-Matsec u wieħed issa jistenna r-rakkommandazzjonijiet.", "DIRETTUR ŻGĦAŻAGĦ U SPORT", "11604.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid kemm ilu vakanti l-post ta' direttur taż-żgħażagħ?", "Min qed jaqdi din il-funzjoni bħalissa?", "Meta hu maħsub li din il-pożizzjoni timtela'?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Wara l-ħolqien tal-kunsill Malti għall-isport, id- direttorat żgħażagħ u sport ġie ristrutturat u llum fil-ministeru hemm taqsima żgħażagħ li tieħu ħsieb il-voti allokati għaż-żgħażagħ.", "Qiegħed ukoll nikkonsidra jekk minflok jiġi maħtur direttur wieħed għandux wieħed iwaqqaf aġenzija taż-żgħażagħ, kif kien ġie ssuġġerit mill-ex- president tal-kunsill nazzjonali taż-żgħażagħ.", "PERSUNI B'DIŻABILITA'", "11751.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid kemm persuni b'diżabilita' applikaw biex jidħlu f'xi home fis-sena 2005?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi l- mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "SVPR – SISTEMA TA' AIR CONDITIONING", "11752.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid liema huma s-swali fir- residenza San Vincenz de Paule fejn il-pazjenti qed jitolbu l-air conditioning?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Mhijiex il-policy tad-dipartiment li jsir l-air conditioning fuq talba tal-pazjenti għax huwa xogħol id-dipartiment li jara l-prioritajiet u fejn hemm bżonn li jsiru sistemi bħal dawn.", "Infatti l-proċess ta' l-istallar ta' l-air conditioning huwa wieħed kontinwu.", "Tajjeb ukoll li l-Onor.", "Membru jkun jaf li l-istallar ta' l-air conditioning f'San Vincenz de Paule beda fl-1988 u waqaf fl-1996 u tkompla biss wara l-1998.", "TRANSFERS APPROVATI MILL-MPO", "11753.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm transfers saru fid-dipartimenti tal-gvern fis-sena 2005?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: In-numru ta' transfers li saru mill-1 ta' Jannar sal-11 ta' April, 2005 bejn ministeru u ieħor approvati mill-MPO huwa 52.", "Kien hemm ukoll tliet impjegati f'segretarjat privat ta' ministru li ġew trasferiti mill-MPO biex jagħmlu xogħol f'segretarjat privat ieħor.", "Barra minn hekk, kien hemm tliet transfers li ġew approvati bejn dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi.", "Transfers bejn dipartimenti ta' l-istess ministeru jiġu approvati mis- segretarju permanenti rispettiv.", "AKKOMODAZZJONI SOĊJALI", "11782.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid kemm tqassmu postijiet għall- akkomodazzjoni s-sena l-oħra?", "Tista' tgħid kemm minnhom ngħataw lil unmarried mothers u/jew single parents?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: L-awtorita' tad-djar u d-dipartiment għall- akkomodazzjoni soċjali s-sena l-oħra allokaw 143 u 156 post rispettivament.", "Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija, nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat- tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 10024.", "SIGURTA' SOĊJALI - ĊERTIFIKATI TAL-MARD", "11813.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid kemm ċertifikati tal-mard inħarġu s-sena l-oħra u kemm ċertifikati ħareġ kull tabib?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Matul l-2004 id-dipartiment tas-sigurta' soċjali rċieva 230,223 ċertifikat rigward benefiċċju għall-mard, li jinkludu ċertifikati first, intermediate u final.", "Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija, it-tagħrif mitlub qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "MWIET TRAĠIĊI", "11815.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien hawn imwiet traġiċi din is-sena u x'tip?", "ONOR.", "TONIO BORG: Mwiet traġiċi rrapportati lill-pulizija matul l-ewwel tliet xhur ta' din is-sena huma kif jidher hawn taħt:", "|Kawża |Imwiet| |tal-mewt | | |Inċidenti | 3 | |tat-traffiku | | |Suwiċidju | 6 | |Inċidenti | 4 | |fatali oħra | |", "PERSUNI RRAPPORTATI NIEQSA", "11816.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien hawn persuni rrapportati nieqsa s-sena l-oħra u din is-sena?", "Kemm minnhom instabu?", "ONOR.", "TONIO BORG: Matul l-2004 kien hemm 255 persuna rrapportati lill- pulizija bħala nieqsa li minnhom 239 kienu rintraċċati, filwaqt li matul din is-sena ġew irrapportati nieqsa 75 persuna li minnhom 73 ġew rintraċċati.", "IMPORTAZZJONI TA' GĦASAFAR", "11818.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm inqabdu persuni jdaħħlu għasafar u/jew ħlejjaq oħra illegalment?", "X'tip u fejn inqabdu?", "ONOR.", "TONIO BORG: Matul din is-sena kien hemm disa' persuni li nstab li ppruvaw jimportaw xi speċi ta' annimal illegalment – tmien persuni nqabdu fl-ajruport u persuna waħda nqabdet fil-port - u cioe' għasafar ta' l- għana, karkassi, ġlud ta' speċi varji, mammiferi u fkieren ta' l-art.", "TIPJIP F'POSTIJIET PROJBITI", "11819.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm inqabdu persuni jpejpu f'postijiet projbiti din is-sena u fejn?", "ONOR.", "TONIO BORG: Matul l-ewwel tliet xhur tas-sena 2005 kien hemm 35 persuna li nqabdu jpejpu f'postijiet fejn it-tipjip huwa pprojbit.", "TAĦRIKIET MILL-GWARDJANI LOKALI", "11902.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm saru taħrikiet mill-gwardjani lokali minn Jannar sa Diċembru 2004?", "ONOR.", "TONIO BORG: It-tagħrif mitlub qed jitpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "FONDI LILL-KUNSILLI LOKALI", "11904.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'fondi rċieva kull kunsill lokali fis-snin 2002, 2003 u 2004?", "ONOR.", "TONIO BORG: L-allokazzjoni finanzjarja lill-kunsilli lokali għas- snin 2002-2003, 2003-2004 u 2004-2005 hija kif indikata fil-listi li qed jitpoġġew fuq il-mejda tal-Kamra.", "MALTA GANTRY", "11907.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid x'inhi l-funzjoni tal-Malta Gantry Mfg u l-Libyan Arab Maltese Holding?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Il-Malta Gantry Mfg waqfet l-operazzjonijiet tagħha fil-bidu tas-sena 2000.", "B'riferenza għal-Libyan Arab Maltese Holding din ma nbidlitx sostanzjalment mill-iskop li għalih twaqqfet fis-snin '70, cioe' kumpannija kummerċjali ta' investiment.", "MALTA DRYDOCKS – YACHT REPAIRS", "11908.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm- il yacht daħal għat-tiswija fit-tined li hemm fit-tarzna tul is-sena 2004?", "Jista' jgħid jekk hux minnu li daħal ukoll vapur għat-tiswija f'dan il- baċir riservat għall-yachts?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Fl-2004 in-numru ta' yachts li daħlu għat-tiswija fil- baċir kien 17, filwaqt li kien hemm 13-il yacht fil-faċilitajiet tat- tarzna li ma daħlux fil-baċir.", "Kien hemm vapur wieħed (GHM tug) li għamel użu mill-baċir riservat għall- yachts.", "BORMLA – ĦLAS LURA", "11910.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tagħti spjegazzjoni lill-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, dwar x'inhi r-raġuni għaliex qed tintalab tagħti ħlas lura lid-dipartiment tas-sigurta' soċjali?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Id-dipartiment tas-sigurta' soċjali informa direttament u bil-miktub lill-persuna indikata dwar il-każ tagħha.", "KALKARA/BIRGU – ASFALTAR TA' TRIQ", "11994.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 11720 u jara li jingħata wiċċ xieraq lit-triq li mill-Kalkara tagħti għat-toqba tal- Birgu, ħdejn il-club tar-regatta tal-Birgu?", "X'inhi l-possibbilta' li ssir slip sabiex jitniżżlu d-dgħajjes tat-tiġrija?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 11423.", "MTARFA – TRIQ FIR-RABA'", "12009.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid jekk it-triq ġdida li qiegħda ssir fir-raba' fertili li hemm bejn ir-roundabout f'Rabat Road/Triq ta' Srina u r-roundabout ta' fejn iċ-ċimiterju taħt l-Imtarfa hijiex koperta bil-permessi tal-MEPA?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Wara spezzjoni li saret mis-sezzjoni ta' l- infurzar tal-MEPA, jirriżulta li x-xogħol li qiegħed jirriferi għalih l- Onor. Interpellant huwa kopert b'permess PA5822/03 u x-xogħol qiegħed isir skond il-pjanta approvata PA5822/03/44E.", "NEFQA KAPITALI FUQ TOROQ", "12010.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jagħti rendikont tan-nefqa kapitali fuq toroq mill-1988 sal-lum?", "Kemm minn din in-nefqa saret fuq proġetti ta' toroq partikolari u liema huma dawn il-proġetti?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "MV GAUDOS – REFRIGERATION SYSTEM", "12023.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid meta se tissewwa r-refrigeration system fil-cafeteria tal-Gaudos peress li din il-ħsara ilha tippersisti għal xi ġimgħat u issa li dieħel l-istaġun tas- sajf, tista' anke ssir ħsara lill-ikel li jiġi servut lill-passiġġieri?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "BAJJA TA' SAN ĠORĠ", "12040.", "L-ONOR.", "FRANCO GALEA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal- Kamra kopja ta' l-adjudication report tal-concessions li ngħataw fil-Bajja ta' San Ġorġ?", "ONOR.", "TONIO BORG: Kopja ta' l-adjudication report ta' l-offerti għall- għotja ta' konċessjoni fil-Bajja ta' San Ġorġ qed titpoġġa fuq il-mejda tal- Kamra.", "SKEJJEL TAL-LINGWI", "12041.", "L-ONOR.", "FRANCO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jagħti lista ta' l-iskejjel tal- lingwi li għandhom liċenzja?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Lista ta' l-iskejjel liċenzjati sabiex jgħallmu l- Ingliż lill-barranin qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "PILLOLI TRIMETAZIDINE HYDROCHLORIDE", "12051.", "L-ONOR.", "FRANCO GALEA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid jekk hux minnu li l-pilloli tal- qalb Vastarel huma out of stock?", "Meta se tasal kunsinna oħra?", "Hemm pilloli alternattivi f'każ ta' ħtieġa?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Il-pilloli Trimetazidine Hydrochloride 20mg huma out of stock, bil-kunsinna li jmiss tasal qabel l-aħħar ta' dan ix-xahar.", "Il-konsum ta' din il-mediċina kien diġa' żdied b'31% bejn l-2003 u l-2004 u fl-ewwel xahar ta' din is-sena, is-servizzi farmaċewtiċi tal-gvern ħarġu 25% tal-konsum ta' l-2004 minħabba li l-konsum baqa' dejjem tiela'.", "Is-servizzi farmaċewtiċi tal-gvern ma jaħżnux mediċini oħra f'din l-istess kategorija.", "GWARDJANI LOKALI", "12052.", "L-ONOR.", "FRANCO GALEA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jagħti rendikont ta' kemm ġiet tiswa s-sistema tal-wardens?", "Min huma l-kumpanniji li magħhom saru xi kuntratti u xi tħallsu?", "X'inhu d-dħul attwali mis-sistema?", "ONOR.", "TONIO BORG: Is-sistema ta' infurzar lokali hija waħda kumplessa ħafna li tinvolvi diversi partijiet - fosthom uffiċjali awtorizzati, aġenziji tal-gwardjani lokali, kumitati konġunti li jinkorporaw numru ta' kunsilli lokali, skrivani fit-tribunali lokali, kummissarji tal-ġustizzja u prosekuturi – u biex l-Onor.", "Interpellant jingħata t-tagħrif mitlub hu rikjest eżerċizzju vast ħafna li jirrikjedi ġbir ta' informazzjoni mid- diversi entitajiet imsemmija li jieħu fit-tul u għalhekk ma nħossx li għandna niddedikaw ir-riżorsi limitati li għandna fuq hekk.", "LOCAL ENFORCEMENT SYSTEM", "12053.", "L-ONOR.", "FRANCO GALEA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'tip ta' kontrolli hemm fuq il-local enforcement system sabiex jiġi żgurat li ebda ċitazzjoni ma tista' tiġi mibdula jew imħassra mis-sistema?", "Jista' jgħid x'tibdiliet saru fil-local enforcement system tul iż-żmien li ilha topera minn dak li kien ġie mitlub fit-tender oriġinali?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ir-regola ġenerali hi li ġaladarba jkun ingħata avviż ta' kontravvenzjoni, tali ċitazzjoni ma tistax tiġi mibdula jew imħassra mis-sistema.", "L-eċċezzjoni hi biss fil-każi eċċezzjonali meta gwardjan lokali joħroġ avviż ta' kontravvenzjoni u jinduna li jkun ħa żball.", "F'dak il-każ, l-istess gwardjan lokali għandu jieħu affidavit li fih jagħti r- raġunijiet għalfejn dak l-avviż għandu jkun kanċellat.", "Il-proċedura sħiħa dwar kif isir tħassir jew korrezzjoni tad-dettalji ta' l-avviż tal- kontravvenzjoni kienet ġiet indikata lill-kunsilli lokali kollha permezz ta' ċirkolari 5/2003 maħruġa mid-dipartiment għall-gvern lokali fil-11 ta' Frar 2003.", "Għar-rigward tal-parti tal-mistoqsija dwar tibdil fil-local enforcement system minn meta din bdiet titħaddem, peress li saru diversi upgrades fis- sistema biex jirriflettu ż-żidiet fil-funzjonijiet ta' l-infurzar lokali, tingħata tweġiba f'xi seduta oħra.", "COMPARATIVE RETURN OF EXPENDITURE", "12054.", "L-ONOR.", "FRANCO GALEA staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Nirriferi għall-comparative return of expenditure għall-perijodu bejn l-1 ta' Jannar u t-28 ta' Frar, 2005 u nitlob lill-Ministru jagħti informazzjoni kif fl-2004 l-ispiża tal-ministeru kienet Lm460,721 u din is- sena se titla' għal Lm1,269,712?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Analisi komparattiva tal-perijodu msemmi fil-mistoqsija qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "Matul is-sena 2004 il-fondi taħt contributions to government entities kienu amministrati mill-ministeru għaż-żgħażagħ u kultura u dawn issa ġew trasferiti lill-ministeru.", "SEA MALTA – PROMOZZJONIJIET", "12057.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm inħarġu promozzjonijiet lill-ħaddiema tas-Sea Malta fil-grad ta' messaġġier mis-sena 2000 'il hawn?", "Jista' jagħti lista u d-data ta' dawn il- promozzjonijiet?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "ŻEJTUN: TRIQ TAL-BARRANI - TRAFFIC LIGHTS", "12061.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Peress li bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 9437 li ngħatat fit-3 ta' Diċembru, 2004 ingħad li:", "\"Ix-xogħlijiet konċernati fil-proġett imsemmi qed isiru kollha mill- gvern u li dawn huma previsti li jitlestew fi żmien ħames ġimgħat oħra u se jiġu jiswew madwar Lm45,000\";", "jista' jitlob spjega mingħand min tah l-informazzjoni f'PQ 11807 li:", "\"Wara li għalqu t-tenders, dawn ġew evalwati u l-orħos offerta kienet dik ta' Lm63,307.23.", "Wara diskussjonijiet ma' l-orħos tenderer ingħata roħs ta' Lm3,639.47 biex it-tender ingħata għall-valur ta' Lm60,667.76.\"?", "Kif f'Diċembru 2004 ix-xogħlijiet konċernati kienu qed isiru kollha mill- gvern u mbagħad nsiru nafu li f'Jannar 2004 ħarġu t-tenders?", "Ix- xogħlijiet konċernati kienu qed isiru mill-gvern jew jitħallsu mill-gvern?", "X'inhi r-raġuni li min għamel l-istima mar żmerċ b'eluf ta' liri?", "Liema hi l-informazzjoni korretta, dik li ngħatat għall-ewwel domanda jew għal dik ta' l-aħħar?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "DIRETTURI TA' L-ADT", "12062.", "L-ONOR.", "MICHAEL GONZI staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 11872, jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx diretturi jew managers fl-awtorita' li għandhom kwota fuq l-infiq tat-telefonati?", "Jista' jgħid jekk l-ammonti li jidhru humiex kollha mħallsin mill-fondi ta' l-awtorita' jew hemmx ammonti li tħallsu indirettament mid-diretturi jew managers konċernati permezz ta' refund lill- awtorita' minħabba li qabżu l-kwota tagħhom?", "Kemm jammontaw dawn ir- refunds?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "ŻEJTUN - TRIQ XANDRU PULIS", "12063.", "L-ONOR.", "MICHAEL GONZI staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Jista' il-Ministru jinformana jekk Triq Xandru Pulis, Żejtun hijiex fil-lista biex tiġi rranġata?", "Meta se jibda x-xogħol fuqha?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Tweġiba tingħata f'seduta oħra."]} {"filename": "20040301_106d_par.doc", "date": "2004-03-01", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 106 It-Tnejn, 1 ta' Marzu, 2004 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 106 It-Tnejn, 1 ta' Marzu, 2004", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.05 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "106", "It-Tnejn, 1 ta' Marzu, 2004", "WERREJ", "MINUTI 251", "KUNSENS GĦAL ATTI 251", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI 251", "TQEGĦID TA' KARTI 258", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JIMPLIMENTA MIŻURI TA' L-ESTIMI (KUMITAT)", "BUDGET MEASURES IMPLEMENTATION BILL (COMMITTEE STAGE) 260", "AĠĠORNAMENT 290", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 295", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta 105 li saret fil-25 ta' Frar, 2004 ġew konfermati.", "KUNSENS GĦAL ATTI", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): Waqt li ngħarraf lill-Onor.", "Membri li l- President ta' Malta għoġbu jagħti l-kunsens tiegħu għal:", "Att Nru 1 ta' l-2004 - Att ta' l-2004 biex jemenda l-Att dwar l- Amministrazzjoni Finanzjarja u l-Verifika;", "Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tweġiba għall-interpellanza magħmula lis-Sedja mill-Onor.", "Leo Brincat dwar il-konferenza ta' l-iSpeakers tal-Parlamenti ta' l-Ewro- Mediterran li nżammet f'Malta bejn id-19 u l-21 ta' Frar 2004.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "TII - KIRI TA' APPARAT U MAKKINARJU", "4194.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill-Ministru għat-Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u Investiment: Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' kirjiet ta' vannijiet, karozzi, trakkijiet, gafef, għamara, mobile phones, photocopiers, computers, pjanti, eċċ. li għandu l-ministeru u li għandhom id-dipartimenti u l-enti l-oħra taħt id- dekasteru tiegħu?", "Kemm hi r-rata tal-kirja għal kull ġurnata f'kull każ separatament?", "Kemm hi ċ-ċifra fil-preżent f'kontijiet pendenti li l- ministeru u l-enti l-oħra kollha għandhom iħallsu għal dawn il-kirjiet?", "Kemm kienet in-nefqa globali ta' dawn il-kirjiet matul is-sena li għaddiet?", "Kemm kienet in-nefqa globali għal karozzi u għamara ġdida li nxtrat matul is-sena 2003?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru għat-Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u Investiment): Peress li jidher li l-informazzjoni dettaljata li qed jitlob l-Onor.", "Membru fil-mistoqsija tiegħu mhux se twassal għal xi titjib fl- amministrazzjoni pubblika jew għal xi benefiċċju relevanti ieħor, ma naħsibx li l-ħin estensiv li jenħtieġ f'kull ministeru u dipartiment sabiex tinġabar l-informazzjoni mitluba jkun ġustifikat u ċertament huwa ħin li jista' jintuza aħjar.", "L-Onor.", "Membru għandu jikkonsidra jagħmel mistoqsija aktar iffokata u ristretta.", "FINANZI U AFFARIJIET EKONOMICI - KIRI TA' APPARAT U MAKKINARJU", "4195.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n- numru ta' kirjiet ta' vannijiet, karozzi, trakkijiet, gafef, għamara, mobile phones, photocopiers, computers, pjanti, eċċ. li għandu l-ministeru u li għandhom id-dipartimenti u l-enti l-oħra taħt id-dekasteru tiegħu?", "Kemm hi r-rata tal-kirja għal kull ġurnata f'kull każ separatament?", "Kemm hi ċ-ċifra fil-preżent f'kontijiet pendenti li l-ministeru u l-enti l-oħra kollha għandhom iħallsu għal dawn il-kirjiet?", "Kemm kienet in-nefqa globali ta' dawn il-kirjiet matul is-sena li għaddiet?", "Kemm kienet in-nefqa globali għal karozzi u għamara ġdida li nxtrat matul is-sena 2003?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (Segretarju Parlamentari) (f'isem il-Ministru tal- Finanzi u Affarijiet Ekonomiċi): Peress li jidher li l-informazzjoni dettaljata li qed jitlob l-Onor.", "Membru fil-mistoqsija tiegħu mhux se twassal għal xi titjib fl-amministrazzjoni pubblika jew għal xi benefiċċju relevanti ieħor, ma naħsibx li l-ħin estensiv li jinħtieġ f'kull ministeru u dipartiment sabiex tinġabar l-informazzjoni mitluba jkun ġustifikat u ċertament huwa ħin li jista' jintuża aħjar.", "L-Onor.", "Membru għandu jikkonsidra jagħmel mistoqsija aktar iffokata u ristretta.", "OPM - KIRI TA' APPARAT U MAKKINARJU", "4196.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill-Prim Ministru: Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' kirjiet ta' vannijiet, karozzi, trakkijiet, gafef, għamara, mobile phones, photocopiers, computers, pjanti, eċċ. li għandu l-ministeru u li għandhom id-dipartimenti u l-enti l-oħra taħt id-dekastru tiegħu?", "Kemm hi r-rata tal-kirja għal kull ġurnata f'kull każ separatament?", "Kemm hi ċ-ċifra fil- preżent f'kontijiet pendenti li l-ministeru u l-enti kollha għandhom iħallsu għal dawn il-kirjiet?", "Kemm kienet in-nefqa globali ta' dawn il- kirjiet matul is-sena li għaddiet?", "Kemm kienet in-nefqa globali għal karozzi u għamara ġdida li nxtrat matul is-sena 2003?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Prim Ministru): Peress li jidher li l- informazzjoni dettaljata li qed jitlob l-Onor.", "Membru fil-mistoqsija tiegħu mhux se twassal għal xi titjib fl-amministrazzjoni pubblika jew għal xi benefiċċju relevanti ieħor, ma naħsibx li l-ħin estensiv li jinħtieġ f'kull ministeru u dipartiment sabiex tinġabar l-informazzjoni mitluba jkun ġustifikat u ċertament huwa ħin li jista' jintuża aħjar.", "L-Onor.", "Membru għandu jikkonsidra jagħmel mistoqsija aktar iffokata u ristretta.", "RIŻORSI U INFRASTRUTTURA - KIRI TA' APPARAT U MAKKINARJU", "4197.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' kirjiet ta' vannijiet, karozzi, trakkijiet, gafef, għamara, mobile phones, photocopiers, computers, pjanti, eċċ. li għandu l-ministeru u li għandhom id-dipartimenti u l-enti l-oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?", "Kemm hi r-rata tal-kirja għal kull ġurnata f'kull każ separatament?", "Kemm hi ċ- ċifra fil-preżent f'kontijiet pendenti li l-ministeru u l-enti l-oħra kollha għandhom iħallsu għal dawn il-kirjiet?", "Kemm kienet in-nefqa globali ta' dawn il-kirjiet matul is-sena li għaddiet?", "Kemm kienet in-nefqa globali għal karozzi u għamara ġdida li nxtrat matul is-sena 2003?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (Segretarju Parlamentari) (f'isem il-Ministru għar- Riżorsi u Infrastruttura): Peress li jidher li l-informazzjoni dettaljata li qed jitlob l-Onor.", "Membru fil-mistoqsija tiegħu mhux se twassal għal xi titjib fl-amministrazzjon pubblika jew għal xi benefiċċju relevanti ieħor, ma naħsibx li l-ħin estensiv li jenħtieġ f'kull ministeru u dipartiment sabiex tinġabar l-informazzjoni mitluba jkun ġustifikat u ċertament huwa ħin li jista' jintuża aħjar.", "L-Onor.", "Membru għandu jikkonsidra jagħmel mistoqsija aktar iffokata u ristretta.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, jista' is-Segretarju Parlamentari jgħid – għalkemm xtaqt li kien hawn il-Ministru preżenti ħalli jweġibni hu stess - jekk il-materjal li se jinqata' mil-landfill li hemm ippjanata li ssir fl- Għallis huwiex se jsir użu minnu kif kien intqal?", "F'każ li s-Segretarju Parlamentari m'huwiex f'pożizzjoni li jagħtini din l-informazzjoni, jista' forsi jagħtihieli l-Prim Ministru?", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Mr Speaker, ma naħsibx li d-domanda ta' l-Onor.", "Mizzi għandha xi relevanza fil-kuntest ta' l-interpellanza magħmula mill- Onor. Farrugia.", "Għaldaqstant nitolbu jagħmel domanda ad hoc u jingħata r- risposta relattiva.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Il-fatt li ma ngħatajtx risposta hija skuża.", "Ma nixtieqx li bi protesta u anke għar-raġuni li l-ministru konċernat m'huwiex hawn preżenti, inkun kostrett ngħajjat quorum, Sur President.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Onor. Mizzi, niġbidlek l-attenzjoni li l-Onor.", "Ninu Zammit huwa preżenti u forsi jkun aħjar jekk tirrepetilu d-domanda.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jista' il-Ministru jgħid jekk id-deċiżjoni biex isir użu mill-materjal li jitqatta' mil-landfill ta' l-Għallis li ġie ddikjarat li huwa ta' prima kwalita' għadhiex valida?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura): Mr Speaker, qabel xejn irrid ngħid li ma kontx hawn mill-bidu minħabba li mort nara persuna l-isptar u nqbadt fit-traffiku.", "Fil-verita' ukoll l-interpellanza li ntbagħtet lili dwar mobile phones, photocopiers, computers u pjanti ntbagħtet lill-ministri kollha, imma issa l-Onor.", "Mizzi qam jistaqsi dwar x'se jsir mill-qtugħ tal-blat fl-Għallis.", "Irrid ngħid li dwar il-long-term engineered landfill ta' l-Għallis għadu għaddej l-istudju u ċertament aħna nimxu mar-regoli tal-pajjiż u allura qed nistennew li jsir l-environment impact assessment.", "Qed isir ukoll studju dwar it-traffiku li jgħaddi minn dawk l-inħawi kif ukoll dwar l- agrikoltura ta' madwar u l-kwalita' tal-blat li se jinqata'.", "Irrid infakkar li din hija landfill u mhux landrise bħalma hija l-Magħtab, Sur President.", "Wara li jsir dan l-istudju kollu mbagħad jiġi ffinalizzat l-EIA, jerġgħu jsiru s-submissions lill-MEPA, finalment joħroġ il-permess u mbagħad tkun tista' tingħata risposta eżatta dwar x'se jsir bl-ammont ta' blat li jiġi maqtugħ minn dan il-post.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mario Galea.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Mr Speaker, nixtieq niġbed l-attenzjoni tas-Sedja li l- mistoqsija supplimentari li għadu kif għamel l-Onor.", "Mizzi tidher fuq l- order paper u infatti hawn risposta għaliha.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, imma fil-mistoqsija li qed jagħmel riferenza għaliha l-Onor.", "Galea jien m'għedtx dak li kien iddikjara l-gvern li f'dik l-engineered landfill hemm materjal prezzjuż.", "Jien naf x'domanda għamilt u x'risposta ngħatajt imma dik differenti.", "Allura meta ntqal li l- blat li se jitqatta' mill-Għallis huwa ta' materja prima, dak kien kollu kliem fieragħ?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, allavolja d-domanda supplimentari li saret ma għandha x'taqsam xejn ma' dik oriġinali u allavolja l-Onor.", "Mizzi jaf li diġa' għandu risposta għad-domanda li għamel, jien ngħidlu li biżżejjed wieħed iħares lejn il-geological maps of Malta biex ikun jaf fiex jikkonsisti kull saff u kull xiber blat li għandna fil-pajjiż - per eżempju, fl-Għallis hemm is-saff ta' Ħaż-Żebbuġ, ta' Ħ'Attard u tax-Xlendi - pero' minkejja dan, xorta waħda d-diversi boreholes li saru se jiġu analizzati biex issir classification eżatta dwar it-tip ta' blat u affarijiet oħra.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Ma jidhirlux il-Ministru li dan li għadu kif qal m'huwiex konsistenti ma' dak li kien jingħad lili min-naħa tal-gvern?", "Għax meta jien kont ngħid li għandu jsir studju dwar l-idroloġija u l-ġeoloġija, kienu jgħiduli li hemm il-mapep u allura m'hemmx għalfejn isir dan it-tip ta' studju.", "MR SPEAKER: Imma fil-question-time domandi għandhom isiru u mhux affermazzjonijiet, Onor. Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, in-naħa tal-gvern kienet tgħid li l-blat li għad irid jitqatta' mil-landfill ta' l-Għallis huwa ta' materja prima u allura jista' jintuża.", "Issa jien qed nistaqsi jekk dik id-dikjarazzjoni nbidlitx u jekk hijiex skuża li wieħed illum jiġi jgħid li għad irid isir environment impact assessment.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, se nerġa' nirripeti biex min qiegħed jismagħni jkun jaf x'aħna ngħidu.", "L-environment impact assessment ma jsirx fuq il-blat biss imma fuq diversi affarijiet u fosthom il-kwalita` ta' l- arja, l-istorbju, it-traffiku u l-ġeoloġija.", "(Interruzzjonijiet) Issa l- Onor. Mizzi qed jgħid li mill-pjanti biss ma tkunx taf.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mhux jien għedt hekk!", "Fi żmienkom kontu tirriferuni għall-pjanti li juru l-ġeoloġija.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Meta jsir studju dwar il-ġeoloġija nkunu qed naraw jekk il-ġebla tal-franka hijiex mejta, jekk hijiex qawwija, eċċ. Issa meta jsiru l-boreholes ikun jista' jiġi ddeterminat kull saff kemm hu oħxon, il- kwalita' tiegħu, il-compression strip, eċċ. Għalhekk isiru dawn it- testijiet, Sur President.", "AFFARIJIET RURALI U AMBJENT - KIRI TA' APPARAT U MAKKINARJU", "4198.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Noel Farrugia) staqsa lill-Ministru għall- Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' kirjiet ta' vannijiet, karozzi, trakkijiet, gafef, għamara, mobile phones, photocopiers, computers, pjanti, eċċ. li għandu l-ministeru u li għandhom id-dipartimenti u l-enti l-oħra taħt id-dekasteru tiegħu?", "Kemm hi r-rata tal-kirja għal kull ġurnata f'kull każ separatament?", "Kemm hi ċ-ċifra fil- preżent f'kontijiet pendenti li l-ministeru u l-enti l-oħra kollha għandhom iħallsu għal dawn il-kirjiet?", "Kemm kienet in-nefqa globali ta' dawn il- kirjiet matul is-sena li għaddiet?", "Kemm kienet in-nefqa globali għal karozzi u għamara ġdida li nxtrat matul is-sena 2003?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent): Peress li jidher li l-informazzjoni dettaljata li qed jitlob l- Onor. Membru fil-mistoqsija tiegħu mhux se twassal għal xi titjib fl- amministrazzjoni pubblika jew għal xi benefiċċju relevanti ieħor, ma naħsibx li l-ħin estensiv li jinħtieġ f'kull ministeru u dipartiment sabiex tinġabar l-informazzjoni mitluba jkun ġustifikat u ċertament huwa ħin li jista' jintuża aħjar.", "L-Onor.", "Membru għandu jikkonsidra jagħmel mistoqsija aktar iffokata u ristretta.", "SAĦĦA - KIRI TA' APPARAT U MAKKINARJU", "4199.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' kirjiet ta' vannijiet, karozzi, trakkijiet, gafef, għamara, mobile phones, photocopiers, computers, pjanti, eċċ. li għandu l-ministeru u li għandhom id-dipartimenti u l-enti l-oħra taħt id-dekasteru tiegħu?", "Kemm hi r-rata tal-kirja għal kull ġurnata f'kull każ separatament?", "Kemm hi ċ-ċifra fil- preżent f'kontijiet pendenti li l-ministeru u l-enti l-oħra għandhom iħallsu għal dawn il-kirjiet?", "Kemm kienet in-nefqa globali ta' dawn il- kirjiet matul is-sena li għaddiet?", "Kemm kienet in-nefqa globali għal karozzi u għamara ġdida li nxtrat matul is-sena 2003?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa): Peress li jidher li l- informazzjoni dettaljata li qed jitlob l-Onor.", "Membru fil-mistoqsija tiegħu mhux se twassal għal xi titjib fl-amministrazzjoni pubblika jew għal xi benefiċċju relevanti ieħor, ma naħsibx li l-ħin estensiv li jinħtieġ f'kull ministeru u dipartiment sabiex tinġabar l-informazzjoni mitluba jkun ġustifikat u ċertament huwa ħin li jista' jintuża aħjar.", "L-Onor.", "Membru għandu jikkonsidra jagħmel mistoqsija aktar iffokata u ristretta.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, domanda supplimentari.", "ONOR.", "ALFRED SANT (Kap ta' l-Oppożizzjoni): Jista' il-Ministru jgħidilna jekk hemmx photocopiers, computers u mobiles phones allokati għas-sistema ta' public relations fir-rigward ta' l-isptar Mater Dei, f'Tal Qroqq peress li hemm pubblikazzjonijiet estensivi u office work qawwi għaddej f'dan ir-rigward?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Bl-amment ma nafx nirrispondi, Sur President, pero' jekk il-mistoqsija tkun aktar iffokata nkun nista' niġborlu l- informazzjoni u nagħtihielu f'seduta oħra!", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jiġifieri l-Ministru qiegħed jikkonfermalna li jeżisti ċentru, uffiċċju jew whatever ta' public relations fir-rigward ta' l-isptar Mater Dei?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Mr Speaker, ma jiena qed nikkonferma xejn.", "Li qed ngħid hu li peress li d-domanda ta' l-Onor.", "Interpellant hija estensiva, qed nitolbu jagħmilha b'mod aktar iffokat ħalli nkun nista' nagħtih risposta preċiża.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Mr Speaker, jien m'iniex qed nistaqsi dwar l-FMS imma speċifikatament dwar proġett fejn jidher li hemm uffiċċju – ma nafx jekk dan jaqax taħt l-FMS jew jekk hux direttament taħt il-ministeru tas-saħħa – li fih hemm appuntati uffiċjali nkarigati mill-public relations.", "Nixtiequ jgħidilna jekk dan l-uffiċċju jeżistix jew le.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Safejn naf jien - ovvjament irrid nikkonferma ma' l- esperti fid-dipartiment - il-PR office li hemm ġewwa l-isptar Tal-Qroqq ma jaqax taħt il-ministeru imma taħt l-FMS.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Allura l-Ministru jikkonferma li dan huwa PR office li għandu x'jaqsam ma' l-isptar Mater Dei?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGAUARA: Safejn jien informat, dan jaqa' speċikament taħt ir-responsabbilta' ta' l-FMS u ovvjament qiegħed biex jagħmel PR għall- fondazzjoni nnifisha u mhux għad-dipartiment as such.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jaf il-Ministru li ħarġu pubblikazzjonijiet li huma quite lavish, sbieħ ħafna, fihom ħafna kuluri, eċċ. li ma jitkellmux dwar l- FMS imma jiffokaw biss dwar l-isptar f'Tal-Qroqq?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Mr Speaker, qegħdin joħorġu żewġ pubblikazzjonijiet, waħda minnhom ta' erba' faċċati A4 u qiegħda toħroġ mill-fondazzjoni għas-servizzi mediċi.", "Din hija prattikament immirata biex il-ħaddiema li hemm fis-settur tas-saħħa jkunu jafu dwar il-progress li għaddej ġewwa l- isptar Mater Dei.", "Issa jekk il-Kap ta' l-Oppożizzjoni qed jirriferi għall-booklet li ħareġ nofsu bl-Ingliż u nofsu bil-Malti mis-CEO ta' l-isptar San Luqa - ovvjament dan huwa s-CEO designate ta' l-isptar il-ġdid Mater Dei - dan il-booklet ma ħariġx mill-PR ta' l-FMS imma mill-PR tas-CEO ta' l-isptar Mater Dei, li fil-preżent huwa stazzjonat ġewwa l-isptar San Luqa u qiegħed jibni t-team tiegħu minn hemmhekk.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Mr Speaker, issa żgur għandi bżonn ta' kjarifika biex inkun iffokat sew!", "Jiġifieri hawnhekk qegħdin ngħidu li jeżisti PR team ta' l-FMS u PR team ieħor ta' l-isptar San Luqa?", "U l-PR team ta' l-isptar San Luqa qiegħed jaħdem fuq il-PR ta' l-istpar f'Tal-Qroqq ukoll?", "Jew hemm l-FMS li qiegħda taħdem fuq il-PR ta' l-isptar f'Tal-Qroqq u l-isptar ta' San Luqa li qiegħed jaħdem fuq il-PR ta' Tal-Qroqq ukoll?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: PR office jeżisti ġewwa Tal-Qroqq u jaqa' taħt l- FMS.", "Dak huwa responsabbli mill-ħruġ ta' four-pager li iżjed qiegħed biex jagħti indikazzjoni primarja ta' x'tibdiliet strutturali għaddejjin u x'teknoloġija qed tidħol ġewwa l-isptar f'Tal-Qroqq.", "Dik il-pubblikazzjoni qed toħroġ mill-FMS.", "Pero' iċ-chief executive officer ta' l-isptar San Luqa li huwa wkoll iċ- chief executive officer designate ta' l-isptar Mater Dei, qed joħroġ booklet permezz tat-team tiegħu - jew aħjar ngħid li ħareġ booklet darba għax onestament ma nafx jekk huwiex se jiġi ripetut - filwaqt li l-four- pager li qed joħroġ il-PR office ġewwa l-isptar il-ġdid, ħareġ madwar 16 jew 18-il darba.", "Nirrepeti li l-booklet li qed jirriferi għalih il-Kap ta' l-Oppożizzjoni ġie maħruġ mis-CEO ta' l-isptar San Luqa, Sur President.", "Ċertament ma jeżistux żewġ uffiċċji tal-PR waqt li nikkonferma li l- uffiċċju formali tal-PR qiegħed ġewwa l-isptar Mater Dei taħt l-FMS.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jekk qed nifhem tajjeb jidher li hemm żewġ uffiċċji li b'xi mod huma responsabbli għall-PR f'Tal-Qroqq.", "Hemm l-FMS li ħarġet xi sebgħa jew tmien leaflets u hemm il-PR office ta' San Luqa li qiegħed jagħmel PR ukoll għal Tal-Qroqq li diġa' ħareġ magazine b'xi 70 faċċata.", "Nixtieq inkun naf jekk hemmx uffiċjali li huma allokati miż-żewġ naħat biex jagħmlu dan ix-xogħol u jekk hux veru li hemm xi deputat min-naħa tal- gvern – qed nirriferi għall-Onor.", "Clyde Puli - li qiegħed hemm biex jagħmilha ta' PRO f'dak li għandu x'jaqsam ma' Tal Qroqq min-naħa ta' San Luqa.", "Kemm huwa veru li din il-persuna kienet responsabbli biex toħroġ is- 64-pager booklet dwar l-isptar Mater Dei, glossy ħafna?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Fil-verita' l-Onor.", "Clyde Puli – ladarba l-Onor.", "Sant għoġbu jirriferi għalih – ilu jokkupa l-kariga ta' PRO ta' l-FMS minn ferm qabel ma bdew ħerġin dawn it-tip ta' booklets.", "Ħalli nispjega ruħi aħjar, Sur President.", "Il-four-pager li qed joħroġ min-naħa ta' l-isptar f'Tal Qroqq qiegħed biss biex iwassal messaġġ ċar dwar il-bidlet strutturali u s-sistemi li qegħdin jitpoġġew ġewwa l-isptar Mater Dei.", "Dan huwa booklet informattiv proprju għall-ħaddiema li llum fil-preżent hemm jaħdmu ġewwa l-isptar San Luqa biex nippreparawhom għal bidliet li nistennew li se jkun hemm meta mmorru fl- isptar il-ġdid.", "Dwar x'relazzjoni hemm u min ħareġ xiex inkun irrid niċċekkja għax onestament bl-amment ma nafx inwieġbu, Sur President.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Għalhekk toħroġ ir-relevanza tal-mistoqsija li għandna quddiemna mbagħad.", "Sur President, skond l-informazzjoni li għandi, l- Onor. Clyde Puli kien involut fi ktejjeb ta' 64 faċċata u skond l-ispjega tal-Ministru, dan għandu x'jaqsam ma' l-isptar San Luqa u mhux mal-four- pager li qed toħroġ regolarment l-FMS.", "Allura wieħed irid jistaqsi x'inhi r-relevanza taż-żewġ pubblikazzjonijiet, l-ewwelnett fir-rigward tal-four- pager li qed toħroġ l-FMS fuq il-bini ta' l-isptar, biex naraw hemmx bżonn ta' PR publication fuq ħaġa bħal din, lil min qiegħda indirizzata u għal min.", "U t-tieni, jista' jgħidilna għal min huwa indirizzat dan il-booklet ta' 64 faċċata li naħseb li qam il-belli liri?", "Għax jekk jgħidli li dan huwa indirizzat għall-ħaddiema ta' San Luqa nasal biex napprezza, imma f'San Luqa hemm madwar 800 jew 1,000 ħaddiem u allura xi ħaġa li qed tiġi tqum Lm6,000, jiġifieri Lm6 għal kull wieħed, ci vuole wkoll!", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Mr Speaker, waqt li ninforma lill-Kap ta' l- Oppożizzjoni li hemm jaħdmu ġewwa l-isptar San Luqa xi ftit aktar minn 800 ħaddiem, nista' ngħidlu li l-Onor.", "Clyde Puli qed jaċċertani – għadni kemm iċċekkjajt miegħu issa stess – li hu bħala funzjonarju fil-PR ta' l-FMS ġewwa tal-Qroqq kellu x'jaqsam mal-pubblikazzjoni ta' dawk il-four-pagers li jiena rriferejt għalihom, waqt li mal-pubblikazzjoni tal-booklet innifsu ma kellu x'jaqsam xejn.", "Onestament, Sur President, ma nafx kemm qam il-booklet u għalhekk tlabtu għal domanda aktar iffokata, ħalli nkun nista' nagħti risposta preċiża aktar tard.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ma jidhirlux il-Ministru li wara kollox, l-FMS qiegħda tibni għall-gvern jew għall-ministeru tas-saħħa u li t-tmexxija ta' San Luqa qiegħda tirranġa - u sew qed tagħmel - biex tmur f'Tal-Qroqq?", "Ma jidhirlux li dawn il-PR campaigns li hemm qegħdin għaddejjin separatament – għalhekk ir-relevanza tal-mistoqsija - m'humiex iffokati tajjeb?", "Għax jekk aħna m'aħniex iffokati fil-mistoqsijiet tagħna, naħseb li lanqas l-indirizz tal-ministeru m'hu iffokat meta għandna żewġ PR campaigns għaddejjin, waħda mill-FMS u l-oħra mill-isptar San Luqa.", "Aktar u aktar imbagħad meta għandek deputat mpjegat fuq din il-ħaġa, Sur President.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Kif għedt diġa', l-għan taż-żewġ pubblikazzjonijiet huwa kompletament differenti.", "Filwaqt li pubblikazzjoni minnhom titkellem primarjament dwar strutturi u kif se jaħdmu s-sistemi ġewwa l-isptar Mater Dei - u allura din il-leaflet toħroġ mill-FMS u in charge minnha hemm l- Onor. Clyde Puli - min-naħa l-oħra m'iniex informat li dak il-ktejjeb li ħareġ fuq l-inkarigu tas-CEO, Dr Kenneth Grech, se jerġa' joħroġ.", "Issa jekk l-Onor.", "Membru jixtieq aktar informazzjoni minn hekk nitolbu jagħmel domanda bil-miktub.", "Ukoll, jekk il-Kap ta' l-Oppożizzjoni se jibqa' jgħid li dawn m'humiex iffokati biżżejjed ngħidlu li huma ffokati, fis-sens li għandhom l-għan ta' pubblikazzjoni u ppubblikazzjonijiet oħra huma kompletament differenti.", "Tant hu hekk li filwaqt li l-ewwel pubblikazzjoni li qed toħroġ mill-FMS qed toħroġ darba kull xahar, l-oħra hija one-off ta' darba biss.", "Għax m'iniex informat li l-booklet li qed isemmi l-Onor.", "Sant se jerġa' jiġi ripetut, mentri l-pubblikazzjoni l-oħra se tibqa' toħroġ darba kull xahar.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Iva, imma għalhekk hija misterjuża l-istorja.", "Għax l- indikazzjonijiet li għandna hi li l-booklet il-kbir huwa wieħed minn sensiela.", "U jekk inhuwa wieħed one-off, x'inhi r-raġuni li toħroġ xi ħaġa one-off bħal dik, speċjalment fuq kwestjoni ta' sptar li għadu nofs leħja u għadu qed jinbena, aktar u aktar meta l-FMS – kif issa qed jintqal lilna - għandha sistema ta' leaflet li toħroġ b'mod regolari?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Mr Speaker, forsi m'iniex qed inkun ċar biżżejjed.", "Nerġa' ngħid li l-għan taż-żewġ pubblikazzjonijiet huwa kompletament differenti.", "L-ewwel pubblikazzjoni li qed nirriferu għaliha u li toħroġ l- FMS m'hijiex intenzjonata biex tħajjar lin-nies għas-sistemi l-ġodda li qegħdin jiġu introdotti imma hija primarjament sistema li turi t-tqassim ta' l-isptar u l-progress li għaddej fil-bini ta' l-isptar, mentri l- pubblikazzjoni l-oħra hija kompletament differenti.", "Il-pubblikazzjoni l-oħra hija maqsuma f'numru ta' kapitoli - u nerġa' nirrepeti li ma nafx li hemm il-ħsieb li din terġa' tiġi ppubblikata - filwaqt li l-ewwel waħda, għax ovvjament għadhom għaddejjin it-tibdiliet il- ħin kollu fuq l-isptar, hija intenzjonata biex iżżomm lill-ħaddiema, lill- klijenti futuri u lil dawk li se jaħdmu fl-isptar il-ġdid, informati bil- bidliet u bit-titjib li wieħed mistenni li jgawdi minnhom malli niftħu l- bibien ta' l-isptar il-ġdid.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru Louis Galea.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar ħlas ta' miżati minn studenti barranin li ġejjin mill- pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea li qed jieħdu t-tagħlim f'Malta, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 4266;", "Informazzjoni dwar il-vot rikorrenti ta' l-universita` u l-junior college, għas-snin bejn l-2002 u l-2004, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 4459;", "Tagħrif dwar flus allokati lill-fakultajiet ta' l-universita` bejn l- 2001 u l-2003, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 4460;", "Tabella li turi l-għadd ta' persuni li tilfu l-impjieg matul l-2003, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 4529; u", "f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar l-użu ta' mobile phones fid-dikasteru tal-viċi prim ministru u ministru għall-politika soċjali, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 4422.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 101 ta' l-2004 - Regolamenti ta' l-2004 dwar limiti ta' responsabbilta`; u", "f'isem il-ministru għall-affarijiet rurali u l-ambjent inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 96 ta' l-2004 - Recognition of protected zones (surveys) regulations, 2004;", "Avviż Legali Nru 97 ta' l-2004 - Plant quarantine (Harmful organisms) regulations, 2004;", "Avviż Legali Nru 98 ta' l-2004 - Regolamenti ta' l-2004 dwar l- ippakkjar u l-iskart ta' l-ippakkjar fil-maniġġar ta' skart;", "Avviż Legali Nru 99 ta' l-2004 - Regolamenti ta' l-2004 dwar l- immaniġġar ta' skart (Vetturi fi tmiem żmienhom);", "Tagħrif dwar il-perċentwali ta' nisa u rġiel fuq bordijiet u kummissjonijiet li jaqgħu taħt id-dikasteru tal-ministru għall- affarijiet rurali u l-ambjent, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 4513.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru tal-Ġustizzja u Intern): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Lista ta' korrezzjonijiet u żidiet f'annexe 8 tal-ftehim milħuq bejn is-Santa Sede u l-gvern ta' Malta dwar artijiet tal-Knisja mgħoddija lill-gvern.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Borg.", "ONOR.", "JOE BORG (Ministru għall-Affarijiet Barranin): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja tal-curriculum vitae ta' l-ambaxxatur ta' Malta fl-Istati Uniti, is-Sur John Lowell, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 4472.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (Segretarju Parlamentari): Mr Speaker, f'isem il- ministru tal-finanzi u l-affarijiet ekonomiċi nqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra:", "Avviż Legali Nru 100 ta' l-2004 - Regolamenti ta' l-2004 dwar il- promozzjoni ta' prodotti lokali (Emenda tat-tieni skeda).", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JIMPLIMENTA MIŻURI TA' L-ESTIMI", "BUDGET MEASURES IMPLEMENTATION BILL", "L-ordni għal Kumitat ġiet moqri.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor.", "Carmelo Abela, President tal-Kumitat, jippresjiedi.", "(Ikompli mit-23 ta' Frar, 2004)", "Klawsola 39 - Emenda ta' l-artikolu 19 ta' l-Att prinċipali.", "Clause 39 - Amendment of article 19 of the principal Act.", "THE CHAIRMAN: Rimarki ?", "L-Onor.", "Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Sur President, din il-klawsola qed tgħolli r-rata tal-VAT minn 15% għal 18%.", "Matul is-seduti preċedenti ġie sollevat il-punt dwar jekk sarx xi economic impact assessment qabel ma ġie deċiż li jkun hemm din iż-żieda biex wieħed seta' jassessja kif żieda bħal din se tolqot lill-qasam ekonomiku, lill-qasam tal-manifattura, lill-qasam tat-turiżmu kif ukoll lill-qasam tas-servizzi għaliex din iż-żieda fir-rata tat-taxxa se tolqot l-oqsma kollha ħlief, sa ċertu punt, il-qasam ta' l-ikel u l- qasam tal-mediċinali.", "Jekk niftakar sew matul l-aħħar seduta l-membri tan- naħa tal-gvern qalu li la sar economic impact assessment u lanqas social impact assessment imma saru xi forom oħra ta' studji.", "Issa jien nixtieq li ningħata tweġiba ċara dwar jekk verament sarx xi forma ta' studju fuq l- impatt li se tħalli miżura bħal din, u jekk sar, huwiex possibbli li din il- Kamra jkollha kopja ta' dan l-istudju biex aħna l-membri parlamentari nkunu ċerti mir-rakkmandazzjonijiet li kellu l-gvern.", "Nixtieq ukoll li l-ministru jikkonferma jew le li waqt l-irtir li sar qabel il-budget f'lukanda ġewwa Għawdex - issa hawn ta' min jispjega li dan ma kienx xi rtir milli jsiru fi żmien ir-Randan, anzi jien ġejt mgħarraf li l- ikel kien tajjeb ħafna! - il-korpi kostitwiti kienu rrakmandaw li l-VAT m'għandhiex tiżdied għaliex din tkun ta' piż fuq l-attivita` ekonomika Maltija.", "THE CHAIRMAN: Iktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Sur President, kif jaf l-Onor.", "Membru, qabel ma ttieħdet din id-deċiżjoni, din kienet ġiet diskussa bejn diversi entitajiet ta' l-MCESD, u dak li ntqal f'dawn id-diskussjonijiet huwa miktub fil-paġni rilevanti fil-budget stess, fejn hemm spjegat ukoll l-impatt li se toħloq din iż-żieda.", "L-Onor.", "Membru japprezza wkoll li din iż-żieda ma saritx fil- oqsma ta' l-ikel, ta' l-edukazzjoni u tat-turiżmu, jiġifieri f'dawk il- każijiet tħalla kollox kif kien qabel, għalkemm l-Onor.", "Cuschieri qal li l- VAT żdiedet fi 38 settur li għandhom x'jaqsmu mat-turiżmu.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Fil-każ ta' l-akkomodazzjoni huwa veru li l-VAT ma żdiditx, pero` mbagħad fis-servizzi l-oħra kollha li għandhom x'jaqsmu mat-turiżmu, fosthom f'dawk li huma tours u car hire, iż-żieda ta' 3% VAT qed tinħass sew tant li anke l-operaturi fis-settur tat-turiżmu qed jgħidu ċar u tond li pajjiżna qed jitlef il-kompetittivita` tiegħu minħabba din iż- żieda.", "Dan qed ngħidu għall-preċiżjoni.", "It-tieni punt li nixtieq nagħmel huwa li l-unika riferenza li hemm fid- diskors tal-budget dwar l-impatt li se tħalli ż-żieda fil-VAT hija li l- għoli tal-ħajja se jkun minimu, u dan meta jekk wieħed iħares lejn l-aħħar statistika li ħarġet dwar l-għoli tal-ħajja u jeħodha item by item isib li minn xahar għal xahar il-ħajja żdiedet fl-items kollha, kemm f'dak li hu ikel, kemm f'dawk li huma beverages, kemm f'dawk li huma mediċini kif ukoll f'dawk li huma household goods.", "L-uniku item li naqas kien dak tal-ħwejjeġ minħabba s-sales li kien hawn.", "Jiġifieri l-impatt taż-żieda fil-VAT fuq l- għoli tal-ħajja jidher li se jkun ħafna iktar minn dak li hemm previst fil- budget.", "Fil-fatt huwa għalhekk li aħna qegħdin inqanqlu dawn il- mistoqsijiet xi għaxar ġimgħat wara li ġie mħabbar il-budget, għax issa l- affarijiet diġa` bdew jinħassu u għalhekk huwa tajjeb li toħroġ il-verita` kollha.", "THE CHAIRMAN: Iktar rimarki?", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jista' s-segretarju parlamentari jiggwidani billi jgħidli fejn qed jidħlu l-health accounts f'dan l-abbozz ta' liġi?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Fil-budget aħna għedna li d-dħul mit-3% żieda li kien hemm fil-VAT se jintużaw għall-qasam tas-saħħa, jiġifieri din m'hemmx għalfejn tissemma fil-liġi.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Le, bir-rispett kollu, intom mhux hekk għedtu.", "Jien għandi t-text tal-budget speech quddiemi, u t-text tal-budget jgħid \"will be credited to the health accounts\", jiġifieri se jkun hemm account intitolat \"health\".", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Mela qegħdin naqblu.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Le, s'issa m'aħniex qed naqblu, għax la intom għedtu li se jkun hemm health account, jien kont nistenna li dan l-account kien se jissemma fil-liġi.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Fil-budget il-gvern qed jgħid għal xiex se jużaha din it-3% żieda fil-VAT.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Le, mhux hekk qed jgħid.", "Huwa qed jgħid li d-dħul kollu miż-żieda tal-VAT, li l-ministru tal-finanzi kien qal li se jkun jammonta għal Lm21 miljun, se jkun ikkreditat kollu fil-health account, liema account kellu jinfetaħ apposta biex jiġbor fih id-dħul tal-gvern miż- żieda tal-VAT u mbagħad dawk il-flus jintnefqu fil-qasam tas-saħħa.", "Fil- fatt lanqas hemm titubar fuq dan il-punt għax f'paġna 26 tad-diskors tal- budget - u l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna se jkun qed jimplimenta l- miżuri mħabbra fid-diskors tal-budget - hemm miktub ċar u tond li fl-24 ta' Novembru, 2003 il-ministru tal-finanzi qal li:", "\"L-ogħla rata tal-VAT se tiżdied minn 15% għal 18%.", "Dan se jsir b'effett mill-ewwel ta' Jannar 2004.", "Qed nagħmluha ċara li mhux se jkun hemm tibdil fil-VAT imħallsa fuq prodotti u servizzi li huma eżenti bi kreditu, bħall-ikel u l-mediċini, jew li għandhom imposta fuqhom ir-rata mnaqqsa ta' 5% bħat-turiżmu.\".", "Imbagħad dakinhar il-ministru kompla jgħid hekk:", "\"Id-dħul minn din iż-żieda hu stmat li għandu jammonta għal Lm21 miljun u se jkun allokat kollu għall-kont tas-saħħa.", "Hu importanti li kull ċittadin Malti jagħmel l-almu tiegħu kollu biex jaċċerta ruħu li din it-taxxa qed tinġabar biex nassiguraw is-servizz tas-saħħa fil- ġejjieni.", "Dan nagħmluh billi nesiġu rċevuta fiskali għal kull akkwist li nagħmlu u li hu taxxabbli.", "Kulħadd għandu sehem dirett x'jagħti u hu dover soċjali li dan is-sehem nagħtuh kollu.\".", "Dan il-kliem ma jistax ikun iktar ċar, u għalhekk jien nistenna li f'dan l- abbozz ta' liġi jissemma dan il-kont tas-saħħa, kif qed isejjaħlu l- ministru, għax inkella l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna jkollu lakuna kbira.", "Hawnhekk hawn bżonn li jiddaħħlu miżuri li jorbtu d-dħul mit-3% żieda li kellna fil-VAT mal-kont tas-saħħa, u safejn naf jien f'dan l- abbozz ta' liġi din ir-rabta ma teżistix.", "(Interruzzjonijiet) Jekk kollox qiegħed fil-fond konsolidat, dan l-abbozz ta' liġi m'huwiex qed jorbot ma' dak li qalilna l-ministru fid-diskors tal-budget, u huwa fl-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna li qed jimplimenta l-miżuri li ġew imħabbra fid- diskors tal-budget, li kellha tiddaħħal din il-miżura.", "THE CHAIRMAN: Is-segretarju parlamentari.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Sur President, apparti dak li jkun hemm miktub fil- liġi in ġenerali, imbagħad ikun hemm dik li jsejħulha \"proċedura ta' accounting\" fejn dak li jdaħħal il-gvern jallokah u jużah għall-iskopijiet li jkun semma fil-budget.", "Il-qasam tas-saħħa jesiġi iktar minn Lm60 miljun fis-sena, u issa qed ngħidu li parti minn dik l-ispiża se tkun iffinanzjata mid-dħul li se jkollu l-gvern minn din iż-żieda fil-VAT.", "Jekk l-Onor.", "Membru jħares lejn il-ministeru tas-saħħa, isib li mis-sena l-oħra għal din is-sena hemm qabża kbira f'dawk li huma finanzi, u din il-qabża se tkun koperta b'dak l-ammont li qed ngħidu li se jinġabar miż-żieda fil-VAT.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, naħseb li aħna m'aħniex tfal.", "Li kull ħaġa li jdaħħal il-gvern jużaha biex jonfoqha hija ċara, u safejn naf jien il-prassi dejjem hekk kienet, pero` fil-budget speech qalulna xi ħaġa differenti għax qalulna li d-dħul miż-żieda tal-VAT, li minn 15% se togħla għal 18%, se tkun unikament destinata għall-kont tas-saħħa.", "Il-prim ministru hekk qal, u anke l-ministru tal-finanzi.", "Fil-fatt ġieli kont preżenti jien stess f'xi dibattitu fuq it-television jew fuq ir-radju meta l-ministru tal-finanzi qal dan il-kliem.", "Issa dak li għadu kemm qal il- ministru huwa l-istess argument ta' l-oppożizzjoni Laburista meta konna qed niddibattu fuq il-budget.", "Aħna konna għednielhom: Dan mhux kollu tad- daħk?!", "Mela l-flus kollha li jmorru għand il-gvern, mhux il-gvern stess se jonfoqhom?!", "Il-gvern iżid it-taxxi, idaħħal il-flus li jiġbor minnhom fil- karus il-kbir tal-consolidated fund u mbagħad jonfoq minnhom skond il- bżonnijiet li jkollu.", "Imma meta aħna konna ġibna dan l-argument, il-membri tal-gvern qalulna li f'dan il-każ m'hux se jiġri hekk għax iż-żieda fil-VAT se tkun indirizzata direttament għall-kont tas-saħħa li se jkun qed jitwaqqaf apposta, u din iż-żieda mhux se tmur fil-consolidated fund jew inkella fit-teżor.", "Dak hu li ntqal.", "Issa s-segretarju parlamentari qed jgħidilna li dan il-kont speċjali tas-saħħa li fih kellu jitpoġġa d-dħul kollha miż-żieda li kien hemm fil-VAT m'hux se jkun qiegħed hemm u li dan id-dħul se jmur kollu fil-fond konsolidat, kif konna għedna aħna.", "Jista' s- segretarju parlamentari jikkonfermalna li huwa qed jgħid hekk?", "Jien hekk qed nieħdu li qed jgħid; li d-dħul li se jinġabar miż-żieda fil-VAT se jmur fil-karus sħiħ tal-consolidated fund u mbagħad il-gvern jalloka dawk il- fondi hu.", "Imma fil-budget speech tiegħu l-ministru tal-finanzi mhux hekk qalilna.", "Huwa qalilna li l-Lm21 miljun li se jinġabru fl-ewwel sena miż- żieda tal-VAT se jmorru fil-kont tas-saħħa li se jinfetaħ apposta biex jilqa' għaż-żieda fl-ispejjeż tas-saħħa.", "Issa jew qed ngħidu l-affarijiet bis-serjeta` jew qed nidħku bin-nies!", "Ma jistax ikun li f'Novembru, meta ressqu l-budget, il-membri tan-naħa l- oħra jgħidulna li d-dħul miż-żieda tal-VAT se jmur kollu għall-qasam tas- saħħa u li din hija miżura ġdida biex nilqgħu għall-problemi tas-saħħa u llum jgħidulna bil-maqlub, għax qed jgħidulna li l-gvern qed jalloka hu l- fondi kollha li deħlin, kif aħna konna qed ngħidu li se jiġri, jew ħaġa jew oħra.", "Sieħbi l-Onor.", "Charles Mangion qed ifakkarni li fid-diskors tal-budget issemmew kontijiet separati oħra minbarra dak tas-saħħa għax taħt it-titlu \"Trasparenza u kontroll fil-Finanzi Pubbliċi\" l-ministru tal-finanzi ddikjara li se jwaqqaf ukoll kontijiet oħra, u se jibda billi jwaqqaf kont għat-turiżmu u kultura, kont għat-toroq, bini u manutenzjoni, kont għas- saħħa u kont għall-ambjent u t-tisbiħ.", "Imbagħad paġna 22 tad-diskors tal- budget tkompli tgħid hekk:", "\"Dan għandu jsaħħaħ l-għarfien li dak li qed niġbru jmur biex iħallas għal proġetti konkreti.", "Dan għandu wkoll jixpruna lil kull ċittadin biex jingħaqad ma' l-isforzi tagħna biex niġġieldu l-evażjoni tat- taxxa kullimkien u f'kull ħin.\".", "Allura skużi, kif issa s-segretarju parlamentari qed jgħidilna li mhux se jkun hawn fondi?", "Għax issa għadu kemm qalilna dak li għednielhom aħna fil- budget; li d-dħul kollu tal-gvern se jidħol fil-fond konsolidat u mbagħad il-gvern joħroġ il-flus minn hemmhekk skond ix-xmajjar ta' nfiq li jkollu bżonn jagħmel.", "Imma jekk qed nifhem tajjeb, is-segretarju parlamentari qed jgħidilna: Forget it li jkun hemm kont apposta għall-qasam tas-saħħa.", "Qed nifhem tajjeb?", "Għax ġaladarba ssemma li se jinfetaħ kont tas-saħħa li fih se jitpoġġa d-dħul kollu li se jkun hemm miż-żieda tal-VAT, li minn 15% telgħet għal 18%, u issa l-gvern qed jgħidilna biex ninsew dan il-punt għandna nqajmuha din il-kwestjoni u mhux inħalluha tperper.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Sur President, qed nisma' lill-Onor.", "Membru jagħmel l-istess kummenti għal darba, darbtejn, tlieta, pero` jien naħseb li spjegajt ċar biżżejjed li d-dħul tal-gvern se jitqassam skond m'hemm imniżżel fil-budget u m'għandix iktar x'inżid.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jiġifieri qed nifhem tajjeb li l-kont tas-saħħa m'hux se jkun imwaqqaf b'liġi?", "Jeħtieġ li s-segretarju parlamentari jgħidilna \"iva\" jew \"le\" biex inkunu ċari.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: M'għandix iżjed rimarki x'nagħmel.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Bir-rispett kollu, Sur President, imma ġaladarba s- segretarju parlamentari ddeċieda li ma jweġibnix, sinjal li ma jafx iweġibni.", "Jien qed nissottometti li s-segretarju parlamentari ma jafx it- tweġiba għall-mistoqsija li għamiltlu, li m'għandux idea u li lanqas għandu clue.", "Is-segretarju parlamentari ma jafx jekk huwiex se jitwaqqaf kont tas- saħħa bil-liġi għax kieku kien jgħidilna: \"iva, se jitwaqqaf kont tas-saħħa bil-liġi\" jew \"le, m'hux se jitwaqqaf kont tas-saħħa bil-liġi\".", "L-Onor.", "Abela la qed jgħidilna \"iva\" u lanqas qed jgħidilna \"le\" għax ma jafx.", "Bir- rispett kollu, imma l-kont tas-saħħa kellu jitwaqqaf proprju taħt il- klawsola li qed niddiskutu, u din qiegħda miktuba ċara u tonda fil-budget speech.", "L-ewwel qalulna li se jitwaqqfu erba' kontijiet, wieħed minnhom il- kont tas-saħħa, iktar 'il quddiem fil-budget speech qalulna li fil-kont tas- saħħa se jmur dak id-dħul kollu li jinġabar miż-żieda tal-VAT, imbagħad naqbdu l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna u nsibu li hawnhekk il-kont tas-saħħa ma jissemmiex u mbagħad nisimgħu lis-segretarju parlamentari jġib l-istess argument li kienet ġabet l-oppożizzjoni Laburista fid-diskussjoni tal-budget, ċioe` li t-taxxi kollha li jiġbor il-gvern imorru fil-fond konsolidat u mbagħad iqassamhom il-gvern skond il-bżonnijiet.", "Issa meta staqsejna lis-segretarju parlamentari jekk il-fond tas-saħħa huwiex se jitwaqqaf jew le, jidher li huwa m'għandux xi jgħid, pero` m'għandux xi jgħid għax ma jafx it-tweġiba.", "Allura llum qegħdin f'sitwazzjoni li ma nafux x'se nagħmlu?", "Jien naf li ilna ma nafux x'se nagħmlu f'ħafna affarijiet, pero` lanqas fuq il-kont tas-saħħa ma nafu x'se nagħmlu?", "THE CHAIRMAN: Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Jien ma nafx jekk huwiex qed jifhem hu x'inhu jiġri l-ewwel ħaġa, u ta' dan nitħassru.", "Pero` rrid ngħid li klawsola 39 tgħid biss li r-rata tal-VAT qed tiżdied minn 15% għal 18%, u mbagħad kif jiġu mqassma l-flus hija kwestjoni oħra.", "Huwa fatt li l-gvern qed jorjenta ammonti ta' flus għal erba' skopijiet partikolari, imma mbagħad huwa xogħol l-accounting office li jqassmu dawk il-flus man mano għal dawk l-erba' skopijiet li semmejt.", "Għalhekk li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni jippretendi li f'liġi għandek toqgħod tniżżel li daqstant flus se jmorru għat-tali settur u li daqstant flus oħra se jmorru għas-settur l-ieħor huwa no go.", "THE CHAIRMAN: Iktar rimarki?", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, dan id-dibattitu tal-budget se jkun verament eċċezzjonali!", "Jekk inħarsu mill-bidu ta' meta tkellem il-ministru tal-finanzi u issa meta qed jitkellem is-segretarju parlamentari veu se jkun eċċezzjonali dan id-dibattitu?", "Għaliex?", "Għx issa għandna lis- segretarju parlamentari fil-ministeru tal-finanzi jgħid lill-ministru tal- finanzi li dak li jrid jagħmel hu huwa no go!", "(Interruzzjonijiet) All right, inti għandek is-simpatiji personali tiegħek, pero` dan x'għandu x'jaqsam?!", "Hawnhekk aħna qegħdin nitkellmu fuq it-teknika ta' amministrazzjoni finanzjarja, u allura s-simpatija personali x'għandha x'taqsam?!", "Fuq kollox xorta waħda qed tgħidlu \"no go\" lill-ministru!", "Il- ministru tal-finanzi, fid-diskors tal-budget li għamel, qalilna li se jwaqqaf erba' kontijiet partikolari u qalilna wkoll li d-dħul kollu li se jirċievi l-gvern miż-żieda tal-VAT se jmur kollu fil-kont tas-saħħa, pero` issa għandna lis-segretarju parlamentari li dan kollu qed jgħidlu no go!", "Jiġifieri dan sar no go wkoll?", "Mela l-ministru tiegħek ġie jgħid x'se jsir u mbagħad dan kollu inti qed tgħidlu no go!", "Jekk nibqgħu sejrin kif aħna sejrin, dan id-debate se jibqa' jissemma!", "Issa wasalna f'sitwazzjoni fejn għandna lis-segretarju parlamentari tal-ministeru tal-finanzi jgħid no go lill-ministru tiegħu fuq xi ħaġa teknika!", "THE CHAIRMAN: Nixtieq li nibqgħu nitkellmu fuq is-sustanza ta' din il- klawsola li għandna quddiemna.", "Iktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "TONY ABELA: Sur President, il-Kap ta' l-Oppożizzjoni qed jiżvija lill-Kamra għax meta jien għedt \"no go\", kont qed nirriferi għal dak li qal hu, jiġifieri li noqogħdu nniżżlu l-accounts fil-liġi.", "Irrid ngħid ukoll li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni m'huwiex qed jgħid il-verita`, imma b'dik id-daħka malinkonika tiegħu, qed jipprova jdawwar il-kliem u għax qiegħed fuq dik in- naħa tal-Kamra, qed jipprova jwaqqa' lill-membri ta' din in-naħa għaċ-ċajt!", "Imma nsomma, issa lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni drajnieh għax issa ilu juża din it-tattika għal ħafna snin.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, jien nikkompatixxi lill-Onor.", "Membru fuq din il-ħaġa għax li jkun ftit irritat bħalissa nifhimha, imma mhux dak hu l-punt.", "Il-punt huwa li qalulna li se jiftħu kont tas-saħħa li se jkollu fih dak id-dħul li se jkun hemm mit-3% żieda fil-VAT, bħalissa qegħdin niddiskutu proprju din iż-żieda li qed ikun hemm fil-VAT, u mbagħad meta niġu biex nistaqsu lis-segretarju parlamentari, li qed jitkellem għan- nom tal-Ministru Dalli, fuq dan il-kont tas-saħħa - li għadu kemm qallu no go fuq dan il-punt - qed jgħidilna li l-kont tas-saħħa se jkun xi ħaġa amministrattiva li ssir wara s-siparju mill-accountants tal-gvern.", "Il- Ministru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomiċi mhux hekk qal fid-dibattitu u fid-diskors tal-budget.", "Huwa qalilna li se jitwaqqfu erba' kontijiet, fosthom il-kont tas-saħħa, u l-kont tas-saħħa se jkun mitmugħ miż-żieda ta' 3% VAT.", "Daqshekk kien ċar id-diskors.", "(Interruzzjonijiet) Imma skużi ftit, allura jista' s-segretarju parlamentari jgħidilna fejn qiegħed il- gvern?", "Ħalli nibdew minn hawn.", "Dan se jkun kont tas-saħħa li se jgħaddi permezz ta' liġi jew se jkun kont amministrattiv?", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Dan se jkun kont amministrattiv, Sur President.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, il-gvern jidhirlu li jagħmel sens li jagħmel kont amministrattiv jekk għandna l-impenn kollu biex dan il-kont ikun imħares mill-kunsill għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali?", "F'paġna 21, il-Ministru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomiċi qalilna hekk:", "\"Fil-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali ġie propost li dawn il-kontijiet għandhom ikunu mħarsa minn kumitat magħmul, fost l- oħrajn, mis-Segretarju Permanenti fil-Ministeru responsabbli għall- attivita` partikolari, minn uffiċjal tal-Ministeru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomiċi, minn persuna li tirrappreżenta lil dawk involuti fl-attivita` u minn rappreżentant tal-Kunsill.", "Dawn se jkollhom il- fakulta` li jagħmlu skrutinju fuq il-mod kif id-dħul u l-ħruġ ikun qed jiġi amministrat, kif ukoll fuq id-deċiżjonijiet li jridu jittieħdu meta l-ħruġ ikun se jaqbeż id-dħul allokat.\".", "Dawn il-poteri tant huma vasti li jmorru oltre mis-setgħat li aħna tajna f'dan il-parlament lill-kumitat dwar il-kontijiet pubbliċi.", "Mela hawnhekk intom qed tgħidu li se jkun hemm kont amministrattiv li se jkun amministrat u kkontrollat minn persuni li lanqas biss qegħdin irrappreżentati f'dan il-parlament b'poteri li huma iktar wiesa' mill- kumitati tal-Kamra.", "Jien nistaqsi wkoll: Dan se jkun kumitat amministrattiv?", "L-ewwel aħjar tispjegawlna ftit kif qed tarawh jaħdem dan il-kumitat.", "Kif qed tarawh jaħdem dan il-kumitat, kif qed taraw dan il- fond jitwaqqaf u kif se jkun immexxi minn dan il-kumitat li semmielna l- Ministru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomiċi?", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Sur President, kif għedt diġa`, dan il-kont se jinħadem permezz ta' l-accounting procedure li se ssir min-naħa tal-gvern.", "Issa jekk l-Onor.", "Membru xtaq jara kif se jaħdem dan il-kumitat u dawn il- kunsilli, messu attenda għal-laqgħat li saru f'dan ir-rigward għax il- Partit Laburista dejjem kien mistieden biex jattendi għal dawn il-laqgħat, pero` naħseb li ħadd m'attenda min-naħa tal-Partit Laburista.", "Fl-opinjoni tiegħi, iktar milli joqogħdu jikkritikaw fuq xi ħaġa li m'għandha x'taqsam xejn mal-klawsola nnifisha, il-kritika tal-membri ta' l-oppożizzjoni kienet tkun ħafna iktar kostruttiva li kieku qalulna kif l-affarijiet jistgħu jsiru aħjar f'dan il-kumitat u f'dawn il-kunsilli.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, jista' l-Onor.", "Membru jgħidilna għal liema kunsilli qed jirreferi li qal li aħna m'attendiex għalihom?", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Sur President, prattikament il-membri ta' l- oppożizzjoni rrifjutaw li jattendu għal-laqgħat ta' kull kunsill u kull tip ta' kumitat li aħna stedinnihom li jattendu għalihom biex naslu għal kompromess fuq diversi affarijiet li għandhom x'jaqsmu mal-bżonnijiet soċjali u ekonomiċi.", "THE CHAIRMAN: L-aħħar ftit kummenti li saru kienu barra minn lokhom għax ma kenux jiffokaw fuq il-klawsola li suppost qed niddiskutu, ċioe` klawsola 39.", "Għalhekk nitlobkom biex il-kummenti tagħkom ikollhom x'jaqsmu ma' din il-klawsola.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, nassigurak li jien qed niffoka fuq affarijiet li għandhom x'jaqsmu ma' din il-klawsola.", "L-Onor.", "Membru qalilna li jkun hemm laqgħat tal-kunsilli li aħna ma nattendux għalihom, u allura jien staqsejtu għal-liema kunsilli qed jirriferi.", "Dan huwa fid-dawl ta' dak li qegħdin niddiskutu bħalissa.", "Jista' l-Onor.", "Membru, jekk jogħġbu, jagħtini risposta?", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Dak jafu hu, Sur President.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jien bilfors ikolli nidħak, Sur President, għax issa qed insiru ftit redikoli f'din il-Kamra.", "Jekk qed tirriferi għall-kunsill għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali, Onor. Abela, ninformak li l- oppożizzjoni m'hijiex membru ta' dan il-kunsill b'liġi li għaddiet mill- gvern preżenti.", "Għalhekk toqgħodx tħawwad il-biegħa għax taqa' għaċ-ċajt iktar milli qed taqa' bħalissa!", "Imma l-punt m'huwiex dan.", "Il-punt huwa jekk nistgħux nkunu nafu kif se jiffunzjonaw dawn l-affarijiet.", "Is- segretarju parlamentari qed jgħidilna li dan il-kont se jkun wieħed amministrattiv meta l-Ministru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomiċi, fid- diskors tiegħu, qalilna - u hawnhekk se nerġa` nikkwota - li:", "\"Fil-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali ġie propost li dawn il-kontijiet ...\"", "- fosthom il-kont tas-saħħa, li se jkun mitmugħ miż-żieda tal-VAT, li minn 15% żdiedet għal 18%, liema żieda hija msemmija fil-klawsola li qed niddiskutu, li ma tirriferix għall-kont tas-saħħa -", "\"..,.għandhom ikunu mħarsa minn kumitat magħmul, fost oħrajn, mis- Segretarju Permanenti fil-Ministeru responsabbli għall-attivita` partikolari, ...\"", "- f'dan il-każ il-ministeru tas-saħħa -", "\"... minn uffiċjal tal-Ministeru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomiċi, minn persuna li tirrappreżenta lil dawk involuti fl-attivita` u minn rappreżentant tal-Kunsill.\".", "Mela dan huwa poter eżekuttiv li ġej minn barra l-amministrazzjoni tal- gvern, u għalhekk dan ma jistax ikun kumitat amministrattiv għax hawnhekk qegħdin nagħtu lill-persuni minn barra l-amministrazzjoni tal-gvern fosthom, per eżempju, lil min jirrappreżenta lis-settur privat - almenu jien hekk nimmaġina li hawnhekk qed jirriferi għas-settur privat - ...", "(Interruzzjonijiet) Jien m'hu qed ngħid xejn kontra dan il-konċett, imma ejjew nifhmu x'qed nagħmlu għax lil dawn il-persuni se nagħtuhom ċerti poteri fuq it-tmexxija ta' dan il-kont li l-Onor.", "Membru qed jgħid li huwa amministrattiv.", "Imbagħad il-Ministru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomiċi kompla jgħidilna hekk:", "\"Dawn ...", "- jiġifieri l-membri ta' dan il-kumitat li se jkunu responsabbli mill-kont partikolari -", "\"... se jkollhom il-fakulta` li jagħmlu skrutinju fuq il-mod kif id- dħul u l-ħruġ ikun qed jiġi amministrat, kif ukoll fuq id- deċiżjonijiet li jridu jittieħdu meta l-ħruġ ikun se jaqbeż id-dħul allokat.\".", "Araw ftit x'qed ngħidu hawnhekk!", "Dawn il-persuni mhux biss se jkollhom skrutinju fuq ix-xogħol li jkun għaddej, imma meta l-ispiża fuq dak il-kont taqbeż iktar minn ċertu ammont, dawn se jkollhom ukoll il-poter li jidħlu fuq id-deċiżjonijiet li jkun hemm bżonn jittieħdu f'dan ir-rigward.", "Issa hawn irrid nirrimarka li l-ebda kumitat tal-Kamra m'għandu din il-fakulta`.", "Per eżempju, il-kumitat dwar il-kontijiet pubbliċi lanqas jista' jagħmel skrutinju fuq affarijiet kurrenti għax ikollu dejjem iħares xi sena jew sentejn lura.", "Mela dawn il-persuni mhux biss se jkollhom poter amministrattiv u eżekuttiv imma se jkollhom ukoll poter politiku li lanqas din il-Kamra m'hi qed tingħatalha u qed tingħata lil dan il-kumitat.", "Madanakollu hawnhekk qisu ma ġara xejn.", "Imma skużi, din ma nistgħux infarfruha daqslikieku kienet ċajta, u għalhekk hemm bżonn li s-segretarju parlamentari jagħtina spjegazzjoni u mhux joqgħod jgħidilna li aħna l- membri ta' l-oppożizzjoni ma nattendux għal-laqgħat tal-kunsill jew tal- kumitat.", "Dan x'għandu x'jaqsam?!", "Hawnhekk aħna qed nitkellmu fuq klawsola li qed tgħid li se nżidu l-VAT minn 15% għal 18%.", "Fid-diskors tal-budget il-Ministru Dalli qal li d-dħul minn din iż-żieda tal-VAT se jkun allokat għall-kont tas-saħħa, pero` dwar il-fond tas-saħħa m'għandna xejn quddiemna u naħseb li għandna bżonn spjegazzjoni, mhux qisu ma ġara xejn.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: M'għandix iktar kummenti x'nagħmel, Sur President.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, jien nipprotesta bil-qawwa kontra din l-attitudni u kontra dan l-atteġġjament.", "Din l-arroganza kollha li qed tintwera f'dan il-parlament hija inkredibbli.", "Huwa veru li jekk għandhom il-maġġoranza jistgħu jagħmlu li jridu, pero` ma jistgħux jidħku bil-poplu b'dan il-mod!", "M'hu veru xejn li ż-żieda mid-dħul tal-VAT se tmur għall- qasam tas-saħħa.", "Dawn kellhom bżonn sempliċement jillapazzaw u għalhekk qabdu u żiedu d-dħul tal-gvern!", "Din hi l-istorja kollha!", "M'għandhomx il- ħila, m'għandhomx il-kapaċita`, m'għandhomx id-dehen, m'għandhomx l-għaqal, m'għandhomx il-perspettiva u m'għandhomx sens biex jifhmu li ma nistgħux nibqgħu nżidu t-taxxi f'dan il-pajjiż, u allura biex jillapazzaw u mingħalihom jidħku bin-nies qalu li huma mhux se jżidu l-VAT minn 15% għal 18% għax m'għandhomx għaqal, għax ma jafux imexxu, għax ma jimpurtahomx, għax huma money no problem imma għax dik iż-żieda se tmur għas-settur tas- saħħa.", "Dawn lill-poplu ma qalulux li l-problema fis-settur tas-saħħa ġiet minħabba fihom; għax m'għandhom l-ebda għaqal, l-ebda dehen u l-ebda mod ta' kif imexxu imma jisparpaljaw il-flus bil-mentalita` ta' money no problem, u jibqgħu għaddejjin.", "Għal xahar sħiħ kellna l-pożi kollha min- naħa l-oħra li ż-żieda fil-VAT hija inevitabbli biex nilqgħu għall-ispejjeż tas-settur tas-saħħa, pero` issa qed jirriżulta li dan kollu kien bluff u m'hu veru xejn li din iż-żieda se tmur għas-settur tas-saħħa jew inkella li l-membri tan-naħa l-oħra għandhom xi pjan biex iwaqqfu xi kumitati ħalli jagħmlu xi kontijiet.", "Qed jgħidulna li l-kontijiet se jkunu amministrattivi, jiġifieri l-gvern se jkun jista' jbażwar minn naħa u jbażwar minn oħra.", "Huwa minn hawn li qed titnaqqar is-serjeta` f'dan il-pajjiż u għalhekk m'għandniex kontroll fuq il-finanzi, mhux imbilli joqogħdu jagħmlu ħafna bluff u joqogħdu jagħmlu l- parades tal-karnival!", "Din il-lejla ħarġet ċara u tonda, u għalhekk l-Onor.", "Membru ma jridx ikompli jitkellem; għax jaf li m'għandux xi jgħid.", "M'għandux xi jgħid!", "M'hu veru xejn li l-gvern qed iżid il-VAT minn 15% għal 18% minħabba s-settur tas-saħħa imma huwa qed jagħmel din iż-żieda għax ma tax kas, l-ispejjeż baqgħu telgħin u bħas-soltu kulma jaf jagħmel biex jallapazza huwa li jżid il-piż tat-taxxi.", "Minkejja li l-Ministru tal- Finanzi u Affarijiet Ekonomiċi qalilna li se jitwaqqaf kont tas-saħħa u li dan il-kont se jkun amministrat b'ċertu mod, dan l-abbozz ta' liġi m'hu qed jgħidilna xejn fuq hekk.", "Issa l-Onor.", "Membru qal ċar u tond quddiem kulħadd li kulma se jagħmel il-gvern huwa li se jżid il-VAT minn 15% għal 18%, iwaddab dak id-dħul fil-consolidated fund u mbagħad jiddeċiedi hu kif iqassamhom.", "Eżattament kif għednielu jagħmel aħna mill-bidunett.", "L-Onor.", "Membru lanqas biss jaf u lanqas għandu idea ċara - huwa jinsab ċass fuq din il-kwestjoni - dwar kif jista' jitħaddem il-fond tas-saħħa, li qalilna li hu amministrattiv meta fil-verita` m'hu amministrattiv xejn, u bil-mod kif qed jitkellem qed jikkontradixxi lill-Ministru Dalli.", "Mela jekk ikollok kumitat li jikkontrolla l-fond tas-saħħa b'tali mod li jekk f'ċerti oqsma dan il-fond ikun qed jaqbeż id-dħul miż-żieda tal-VAT, huwa jikkontrolla dak id-dħul, dak tista' ssejjaħlu kumitat amministrattiv?", "Skużi, imma hemm bżonn ikollna liġi li titkellem f'dan ir-rigward.", "Pero` m'għandna xejn minn dan kollu għax kollox huwa finta, bħalma kien finta l-accruals accounting li kienu qalulna li se jagħmlu sitt snin ilu.", "Għalhekk jien nissottometti, Sur President, li dawn ma jistgħux jibqgħu sejrin hekk.", "Qed joqogħdu jilagħbu u jillapazzaw biex jidhru sbieħ imma fil-verita` d-dħul miż-żieda tal-VAT minn 15% għal 18% m'huwiex sejjer għas- settur tas-saħħa u sejjer għall-ispejjeż ġenerali tal-gvern, li qed iħallihom telgħin bla ebda kontroll u bla ebda ħsieb.", "Naħseb li ma nistgħux nibqgħu nidħku bin-nies kif qed nidħku bħalissa.", "THE CHAIRMAN: Iktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Cuschieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Sur President, l-ewwel is-segretarju parlamentari rrimarka li jien għedt illi l-VAT żdiedet fi 38 settur li għandhom x'jaqsmu mat-turiżmu.", "Pero` naħseb li ma fehemx sew l- ispjegazzjoni li tajt fl-aħħar seduta għax il-punt li għamilt jien kien li d-diskors tal-budget jgħid illi mhux se jkun hemm tibdil fil-VAT imħallsa fuq prodotti u servizzi li huma eżentati bil-kreditu, bħall-ikel u l- mediċini, jew li għandhom imposti fuqhom ir-rata mnaqqsa ta' 5%, bħat- turiżmu, u ma jgħidx \"bħall-akkomodazzjoni fuq it-turiżmu\".", "Anke l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna m'hu qed jispeċifika xejn f'dan ir-rigward.", "Id-diskors tal-budget ta l-impressjoni li l-VAT hija biss ta' 5% fuq il- pakkett turistiku kollu, pero` fil-verita` fuq l-akkomodazzjoni biss qed tinżamm 5% VAT, għax anke skond l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna, fuq il-kumplament tas-settur turistiku qed tinżamm ir-rata ta' 18%.", "Matul is- seduta preċedenti jien ipprovajt infiehem lis-segretarju parlamentari li l- akkomodazzjoni tirrappreżenta biss madwar 40% tal-pakkett turistiku kollu, jiġifieri fuq il-kumplament tal-pakkett turistiku, u ċioe` fuq is-60% tal- pakkett turistiku, il-VAT kienet tammonta għal 15% u issa ġiet tammonta għal 18%.", "Fil-fatt sa minn qabel il-budget l-NGOs, fosthom il-Malta hoteliers and restaurants association, talbu li ma jkunx hemm żieda fir- rata tal-VAT fuq is-settur tat-turiżmu.", "Issa hawnhekk huma ma kenux qed jirriferu biss għall-akkomodazzjoni imma għas-settur turistiku kollu.", "Pero` l-unika azzjoni li ħa l-gvern kienet li ħalla l-akkomodazzjoni b'5% VAT għax mill-bqija ġiet imposta ż-żieda ta' 18%.", "Issa klawsola 39 ta' l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna tgħid li minflok il-kliem \"bir-rata ta' ħmistax fil-mija\" għandhom jidħlu l-kliem \"bir-rata ta' tmintax fil-mija\" u tieqaf hemm.", "Jiġifieri din il-klawsola qed tikkontradixxi dak li li ntqal fid-diskors tal-budget.", "Għaliex?", "Għax f'dan l-abbozz ta' liġi m'hemm imkien speċifikat li fuq l-akkomodazzjoni se tiġi ċċarġjata biss 5% VAT u mhux 18% VAT.", "Għalhekk nixtieq li l-ministru jiċċaralna ftit dan il-punt, u dan mhux biss fl-interess ta' l- oppożizzjoni, li għandha d-dover li tkun taf dawn l-affarijiet, imma fl- interess ukoll ta' dawk li huma involuti f'dan is-settur għax fl-aħħar mill-aħħar huma se jiffaċċjaw din il-liġi.", "Għalhekk li jgħodd m'huwiex dak li ngħidu, naħsbu jew nixtiequ aħna imma dak li jgħaddi minn din il-Kamra bħala liġi.", "Huwa dak li jgħaddi bħala liġi li jidħol fis-seħħ, u ladarba l- liġi tiġi ppubblikata dawk li għandhom x'jaqsmu ma' dan is-settur ma' dak iridu jħabbtu wiċċhom.", "L-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna mkien m'huwa qed jgħid li l-akkommodazzjoni se tibqa' biss b'5% VAT, u kif għedt diġa`, klawsola 39 titkellem ċar f'dan ir-rigward.", "Jekk issa s-segretarju parlamentari se jgħidli li fuq is-settur turistiku m'hijiex se tidħol ir- rata ta' 18% VAT, jien nitolbu biex jispeċifikali fejn hawn miktub f'dan l- abbozz ta' liġi li fuq is-settur turistiku m'hijiex se tidħol ir-rata ta' 18% VAT.", "Nerġa` nirripeti li m'huwiex fl-interess tagħna biss, bħala oppożizzjoni, li nkunu nafu dan, imma anke fl-interess ta' l-istakeholders li jridu jkunu jafu x'inhi l-pożizzjoni b'mod ċar.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Sur President, dawk is-setturi li kienu eżenti mill- VAT jew inkella kellhom rata inqas ta' VAT se jibqgħu kif kienu, u li se tiġi emendata biss hija r-rata li qabel kienet ta' 15% għax issa din se tiżdied għal 18%.", "Jien ma nistax nifhem kif l-Onor.", "Membru qed jimplika li se jkun hemm xi tibdil ieħor għax jekk wieħed iħares lejn l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna jsib li kollox baqa' kif kien u l-prezzijiet ġew mibdula biss fuq dawk il-prodotti u s-servizzi li kellhom 15% VAT fuqhom.", "Għaldaqstant m'hemmx iżjed x'wieħed iżid.", "THE CHAIRMAN: Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Cuschieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Jidher li mxejna pass, Sur President, imma jien nixtieq li s-segretarju parlamentari jispjegali b'mod ċar dan li se ngħid.", "F'paġna 26 tad-diskors tal-budget jingħad dawn il-preċiżi kelmiet:", "\"Qed nagħmluha ċara li mhux se jkun hemm tibdil fil-VAT imħallsa fuq prodotti u servizzi li huma eżenti bi kreditu, bħall-ikel u l- mediċini, jew li għandhom imposta fuqhom ir-rata mnaqqsa ta' 5% bħat- turiżmu.\".", "Hawnhekk il-ministru qal \"bħat-turiżmu\" u mhux \"bħall-akkommodazzjoni fit- turiżmu\".", "Għalhekk jien nistaqsi: Fuq il-package turistiku kollu se tinżamm ir-rata ta' 5% jew fuq l-akkommodazzjoni turistika biss?", "Din hija xi ħaġa li għandha tiġi ċċarata għax fid-diskors tal-budget ingħatat l-impressjoni li fuq il-package turistiku kollu kienet se tinżamm biss ir-rata ta' 5% VAT.", "Kulħadd jixtieq ikun jaf ċar u tond x'inhi r- realta`.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Sur President, jien naħseb li l-Onor.", "Cuschieri m'hux qed ikun viċin l-operaturi biżżejjed għax dawn jafu li dawk il- prodotti u s-servizzi li qabel kienet tinżamm 5% VAT fuqhom baqgħu bil-5%.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Cuschieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Sur President, bir-rispett kollu, imma hawnhekk qed nitkellem bl-ikbar serjeta`.", "M'huwiex il-punt li noqogħdu nitkellmu fuq min hu viċin u 'l bogħod mill-operaturi tat-turiżmu.", "Il-punt huwa dan: X'rata ta' VAT se jkun hemm fuq il-pakkett turistiku kollu?", "(Interruzzjonijiet) M'hu veru xejn!", "Kif għedt diġa`, fid-diskors tal- budget il-ministru qal:", "\"Qed nagħmluha ċara li mhux se jkun hemm tibdil fil-VAT imħallsa fuq prodotti u servizzi li huma eżenti bi kreditu, bħall-ikel u l- mediċini, jew li għandhom imposta fuqhom ir-rata mnaqqsa ta' 5% bħat- turiżmu.\".", "Issa jien nixtieq li s-segretarju parlamentari jikkonfermali jekk ir-rata mnaqqsa ta' 5% VAT hijiex se tkun fuq il-pakkett turistiku kollu jew fuq l- akkommodazzjoni biss, kif inhi l-prassi preżentement.", "Dan huwa l-punt, ħalli nkunu ċari, għax jekk ir-rata mnaqqsa ta' 5% VAT m'hijiex se tkun fuq il-pakkett turistiku kollu, allura m'hux veru li l-qasam turistiku kollu se jkun eżentat minn din iż-żieda fil-VAT u ż-żieda ta' 3% VAT ġiet imposta fuq 60% tal-pakkett turisitku.", "Huwa tajjeb li s-segretarju parlamentari jagħtina din l-ispjegazzjoni għax fid-diskors tal-budget ingħatat impressjoni mod ieħor.", "Jien nistaqsi wkoll: Sar studju dwar l-impatt li se tħalli din iż-żieda ta' 3% VAT fuq il-kompetittivita` tat-turiżmu f'pajjiżna?", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Robert Arrigo.", "ONOR.", "ROBERT ARRIGO: Sur President, it-taxxa li turist li jiġi f'Malta jrid iħallas f'din is-sena li qegħdin fiha x'aktarx li hija inqas minn dik li kellu jħallas fl-2003, u dan għaliex illum l-unika VAT li turist qed ikollu jħallas hija fuq is-servizz ta' l-operator ta' barra minn Malta bħala riżultat tal-fatt li issa Malta se ssir membru ta' l-Unjoni Ewropea.", "Fil-fatt huwa stmat li din it-taxxa se tammonta għal 1% tal-pakkett turistiku kollu, pero` dik hi l-unika żieda ta' taxxa li se jkollu jħallas it-turist.", "Ta' min jgħid ukoll li ġaladarba fl-1 ta' Mejju li ġej Malta se ssir membru ta' l-Unjoni Ewropea ġew imnaqqsa kemm l-airport charges kif ukoll il-prezzijiet tal-flights, u dan apparti li kibret iċ-choice ta' l- airports u ta' l-airlines.", "Anke fir-rigward tal-hotels, baqgħet tinżamm 5% VAT.", "Jien naħseb li m'hemmx x'wieħed jista' jiċċara iktar f'dan ir- rigward.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Cuschieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Sur President, nirringrazzja lill-Onor.", "Arrigo għall-kontribut tiegħu, imma l-punt m'huwiex kemm se jitnaqqsu l-airport charges jew il-prezzijiet tal-flights minħabba li issa deħlin fl-Unjoni Ewropea.", "Mhux dak hu l-punt.", "Issa qed nitkellmu fuq klawsola 39.", "Jekk trid, Onor. Arrigo, nistgħu nitkellmu fuq l-effett li se tħalli ż-żieda tal- VAT fuq is-settur turistiku kollu, pero` mhux dak hu l-punt.", "THE CHAIRMAN: Le, ma nistgħux nagħmlu hekk.", "Bħalissa suppost li qegħdin niddiskutu klawsola 39 u għalhekk nitlobkom biex tkunu konċiżi fil-kummenti tagħkom.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Sur President, jien qed nitkellem speċifikament fuq klawsola 39 għax qed nitkellem proprju fuq iż-żieda ta' 3% li kien hemm fil-VAT.", "Għalhekk nerġa` nistaqsi lis-segretarju parlamentari: Sar xi studju dwar l-effett li se tħalli t-3% żieda fil-VAT fuq is-60% tal-pakkett turistiku tagħna?", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Sur President, l-Onor.", "Arrigo qal li l-effett taż- żieda fil-VAT minn 15% għal 18% fuq it-turist kien wieħed minimu, pero` jien nixtieq inkun naf jekk din iż-żieda affettwatax il-qligħ nett ta' l- operatur u tal-lukandier .", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Arrigo.", "ONOR.", "ROBERT ARRIGO: Sur President, l-inkwiet ta' l-oppożizzjoni huwa li biż-żieda fil-VAT, il-pakkett turistiku qed ikun ogħli, pero` dan m'huwiex il-każ, jiġifieri dwar dan il-punt m'hemmx inkwiet.", "Biex nirrispondi l-mistoqsija li għamilli l-Onor.", "Mangion irrid ngħid li l- operaturi u l-lukandiera la qed ikollhom inqas qligħ u lanqas qed ikollhom iktar qligħ biż-żieda fil-VAT.", "Irrid ngħid ukoll li jekk hemm xi ħadd qed jaħseb li minħabba t-3% żieda fil-VAT qed jitnaqqru xi profitti, dan m'huwiex il-każ lanqas.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Sur President, ir-rapporti ta' l-MHRA, li jien inħobb naqrahom, ma jaqblux ma' dak li qed jgħid l-Onor.", "Arrigo.", "Imma nsomma, l-Onor.", "Arrigo huwa stakeholder dirett, u jien ngħidlu prosit ta' l- investiment li jagħmel għax aħna hekk irridu; lil min jagħmel l- investiment, jiġifieri m'iniex qed ngħid dan fuq livell personali, biex niftehmu.", "Pero` jekk il-prezzijiet se jibqgħu l-istess, dik iż-żieda ta' 3% VAT li ġiet imposta, biex inġib eżempju, fuq il-prezz ta' karozza tal- kiri jew ta' tour irid jassorbiha xi ħadd.", "Għalhekk hawn għandna ż-żewġ naħat tal-munita.", "Aħna qed ngħidu li l- pakkett turistiku baqa' l-istess u filwaqt li l-prezzijiet ta' l- akkomodazzjoni fil-pajjiżi Ewropej għolew, fil-każ ta' pajjiżna dawn tbaxxew.", "Pero` t-tnaqqis fil-prezz għat-turist bilfors irrifletta ruħu f'nuqqas ta' qligħ għal-lukandier.", "Qed ngħidu wkoll li l-imgħaxijiet fuq id-dejn tal-lukandier u l-ispejjeż baqgħu l-istess, pero` ż-żidiet fil-pagi - anke l-increments tal-cost of living biss jaffettwaw - u l-inflazzjoni, li ġieli tkun ta' 1.2% jew 2% żgur li se jaffettwaw, jiġifieri at the end of the day bilfors li se jkun hemm xi ħadd Malti li se jaqlagħha.", "Dan huwa l-argument ta' din in-naħa, u aħna qed nagħmlu dan l-argument mhux biex noqogħdu nfettqu jew inkella biex infixklu.", "Huwa fatt li t-3% żieda fil- VAT żgur li se tħalli impatt negattiv għax jekk ma jassorbihiex it-turist, se jassorbiha min jinvesti fil-lukandi.", "Issa aħna nafu li min jinvesti fil- lukandi, bħal min jinvesti fi kwalunkwe negozju ieħor, iħares lejn il- profit margin u għalhekk l-Onor.", "Arrigo jaf daqsi, jekk mhux iktar minni, biex ngħiduha kif inhi, għaliex hu jaf sew x'inhu għaddej fis-suq, li l- istakeholders il-kbar minflok qed ifittxu li jagħmlu investiment f'pajjiżna - dan apparti li xi kultant l-istakeholders isibu diffikultajiet biex jingħataw permessi mill-MEPA, pero` dak huwa argument ieħor li għandu x'jaqsam mal-burokrazija u għalhekk m'iniex se nidħol fih illum - qed jaraw kif jistgħu jinvestu barra minn pajjiżna.", "Jien ma nara xejn ħażin f'dan, biex niftiehem tajjeb, pero` jekk l-istakeholders jaraw futur iktar pożittiv f'pajjiżna u allura jinvestu f'Malta stess, dan ikun ta' sodisfazzjon għalina u għall-pajjiż kollu in ġenerali għaliex dak ikun ifisser ġenerazzjoni ta' ġid.", "Is-settur tat-turiżmu huwa wieħed kompetittiv u delikat ħafna.", "Jiġifieri ma nistgħux ngħidu li ż-żieda ta' 3% VAT, żgħira kemm hi żgħira, m'hijiex se tħalli impatt negattiv f'dan is-settur għax xi impatt negattiv żgur li se tħalli.", "Fil-fatt din iż-żieda qed tirrifletti ruħha anke fl-assessments li tagħmel l-MHRA fir-rapporti li toħroġ every quarter.", "Sur President, f'oqsma internazzjonali hemm it-tendenza li jbaxxu r-rati tat-taxxi.", "Dan l-aħħar Mr Greenspan kien qed jgħid li minkejja li ta warning lill-gvern Amerikan fuq id-deficit qawwi li għandu, fl-istess waqt huwa ma jirrakkmandax li jkun hemm żieda fit-taxxi għaliex dan jitfa' ingranaġġ negattiv fuq it-tkabbir ekonomiku.", "Meta nkun qed nitkellem fuq l- impatti negattivi li jistgħu jaffettwaw is-settur ekonomiku ta' pajjiżna, jien inħobb inħares lejn l-investitur għax lill-investitur jien irridu jirnexxi, jimxi 'l quddiem u mhux ifalli, jara l-profitt tiegħu jittiekel u l-kapital tiegħu jitnaqqar.", "Fl-aħħar mill-aħħar jekk l-investitur ikollu suċċess, is-suċċess tiegħu jkun ifisser opportunitajiet ta' xogħol, iktar qligħ u iktar revenue tramite l-income tax u dħul ieħor ta' taxxa.", "Dan huwa l-argument kollu li rrid nagħmel dwar din il-klawsola, Sur President.", "Kieku aħna m'aħniex qegħdin f'dan il-parlament, ċertament li konna nkunu ħafna aħjar, imma dan huwa xogħolna u rridu nagħmluh.", "Hawnhekk aħna nagħmlu mistoqsijiet li jkunu validi u għandna nirċievu r-risposti għall-mistoqsijiet li nagħmlu, anke għall-benefiċċju ta' min qed jismagħna.", "Per eżempju, wara li l-ġimgħa li għaddiet tkellimna fuq il-vehicles kummerċjali f'din il-Kamra jien kont inondat bil-mistoqsijiet minn nies li talbuni kjarifikazzjoni, u fejn stajt tajthom kjarifikazzjoni minn dak li ntqal hawnhekk.", "Dan juri kemm in-nies ikunu qed isegwu, kemm jinteressahom dak li jkun qed jiġi diskuss f'din il-Kamra u kemm ikunu jafu x'qed nagħmlu aħna hawnhekk.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Cuschieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Sur President, jien nixtieq nagħmel dan l- intervent biex niċċara punt għax forsi ma ċċarajtux biżżejjed.", "Meta kont qed insemmi l-pakkett turistiku, jien ma kontx qed nirriferi biss għall- pakkett turistiku li jinxtara mit-turist minn barra imma kont qed nirriferi wkoll għal dak li jonfoq turist waqt li jkun f'pajjiżna.", "Minn studji li saru jirriżulta ċar u tond li 40% tal-pakkett turistiku jirrappreżenta lill- akkomodazzjoni biss, u mbagħad is-60% tal-pakkett turistiku jikkonsisti fil- prodotti li jixtri u fis-servizzi li jieħu t-turist waqt li jkun f'Malta, bħal kiri ta' karozzi u tours.", "Jien nixtieq li s-segretarju parlamentari jagħti indikazzjoni jekk sarx xi tip ta' studju min-naħa tal-ministeru tal- finanzi jew tal-ministeru tat-turiżmu qabel ma ddaħħlet it-3% żieda fil-VAT fuq 60% tal-pakkett turistikuu.", "Nixtieq li s-segretarju parlamentari jagħtini tweġiba f'dan ir-rigward.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: M'għandix rimarki iżjed x'nagħmel.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Sur President, hawnhekk jien m'iniex qed nitkellem fl-interess personali tiegħi.", "Wara kollox jien la jien stakeholder u lanqas għandi interessi personali fil-qasam tat-turiżmu.", "Hawnhekk jien qed nitkellem dwar dak li nisma' u dwar dak li jintqal lili minn nies li għandhom x'jaqsmu mal-qasam turistiku.", "Fil-fehma tiegħi, huwa fl-interess ta' kulħadd, fosthom fl-interess tan-nies li huma involuti f'dan il-qasam, li jkunu jafu jekk sarx studju f'dan ir-rigward u x'irriżulta minn dan l-istudju.", "Jekk sar studju u jirriżulta li mhux se jkun hemm impatt negattiv fuq il-qasam turistiku għandu jingħad dan, imma jekk jirriżulta li se jkun hemm xi tip ta' impatt negattiv, dan għandu jingħad ukoll bih biex inkunu nistgħu nilqgħu għalih.", "Jekk min-naħa l-oħra ma sar xejn għandha tintqal il-verita` u bir-rispett kollu, is-segretarju parlamentari ma jistax jibqa' sieket.", "Jien għandi kull rispett lejn is- segretarju parlamentari, pero` nippretendi li għallinqas ningħata tweġiba mingħandu.", "Jekk ma jafx jirrispondi din il-mistoqsija issa, jista' jikkonsulta u jagħti risposta aktar tard.", "Pero` ma jistax jgħid li m'għandux iktar kummenti x'jagħmel.", "Fl-aħħar mill-aħħar hawnhekk qed nitkellmu fuq settur li jirrappreżenta kważi terz ta' l-ekonomija ta' pajjiżna u huwa wieħed mill-pilastri ta' l-istess ekonomija.", "Għalhekk, bir- rispett kollu, ma nistgħux noqogħdu nagħlqu ħalqna bil-konsegwenza li ħadd ma jaf fejn hu qiegħed.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Iktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 39.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "THE CHAIRMAN: Peress li ntalbet division, skond il-mozzjoni ta' proċedura tad-9 ta' Ġunju, 2003 din għandha tittieħed fil-ħin ta' l- interruzzjoni tax-xogħol.", "Klawsola 40 - Sostituzzjoni ta' l-artikolu 89 ta' l-Att prinċipali.", "Clause 40 - Substitution of article 89 of the principal Act.", "THE CHAIRMAN: Is-segretarju parlamentari.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Sur President, klawsola 40 hija ċara u titkellem dwar il-kuntratti li jkunu nbdew qabel Jannar ta' din is-sena sabiex ikun hemm il-cut-off dates u mbagħad ikunu jistgħu jiġu kkalkolati l-persentaġġi tal-VAT.", "THE CHAIRMAN: Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Jiġifieri anke jekk servizz ikun ikkuntrattat qabel l-1 ta' Jannar u jiġi esegwit wara l-1 ta' Jannar, f'dak il-każ iż- żieda fil-VAT trid tiġi assorbita wkoll?", "Jiġifieri m'hemmx lok li wieħed ikun jista' jitlob xi forma ta' eżenzjoni?", "Jien nistaqsi wkoll: Jekk kuntratti ta' servizzi li jingħataw minn hawn Malta għal barra minn Malta jew vice-versa kienu konklużi wara l-1 ta' Jannar, iż-żieda fil-VAT min se jassorbiha; il-provider?", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Sur President, min-notamenti li għandi nista' ngħid lill-Onor.", "Membru li b'effett mill-1 ta' Jannar, 2004 ir-rata tal-VAT żdiedet, u fil-każ ta' kuntratti li kienu diġa` saru bejn iż-żewġ partijiet qabel l-1 ta' Jannar 2004 u l-period of supply huwa fl-1 ta' Jannar, 2004 jew wara, il-kuntratt jiġi interpretat daqslikieku l-partijiet kienu ftehmu għal bidla fil-prezz li tirrifletti d-differenza fil-VAT.", "Ta' min jgħid ukoll li f'dawn il-każijiet mill-1 ta' Jannar, 2004 il-VAT rate ġiet tammonta għal 8%.", "THE CHAIRMAN: Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Jiġifieri fil-każ ta' kuntratt li jkun beda qabel l-1 ta' Jannar, 2004 fejn it-tender ikun ingħata bi 15% VAT u l-prezz globali jkun ġie maħruġ, fil-ħlas li jagħti l-gvern lill-kuntrattur jinkludilu t-3% żieda fil-VAT jew inkella dik iż-żieda jassorbiha s- supplier ta' dak is-servizz?", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Jekk ix-xogħol ikun sar fl-1 ta' Jannar, 2004 jew wara, hemmhekk il-gvern ikollu jħallas 3% iktar f'dik li hija VAT.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Biex wieħed ikun ċar, għax jistgħu jinqalgħu ċerti kwestjonijiet f'dan ir-rigward, ninsew lill-gvern għax il-gvern m'hux se jħallas il-VAT lilu nnifsu u għalih jista' jġib eżenzjoni billi joħroġ il-flus minn but u jdaħħalhom minn but ieħor.", "Ejjew insemmu kuntratt ta' tindif ma' entita` kummerċjali.", "Ħafna drabi dawn it-tip ta' kuntratti - għallinqas il-kuntratti li rajt jien hekk ikunu - ikunu jinkludu a global sum inclusive of VAT, jiġifieri s-somma tkun qiegħda kkonstata hemmhekk.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Jekk jogħġbok ippermettili ftit, Onor. Mangion, għax ġaladarba l-VAT rate inbidlet, huwa ovvju li l-kuntratt irid jinbidel biex jirrifletti ż-żieda ta' 3% VAT.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Kollox sew; fil-fatt jien kont ġej għal dak il- punt.", "Jien tajt dak l-eżempju għax normalment jinqala' dan it-tip ta' diżgwid, speċjalment meta jkollok a global sum li tkun tinkorpora kollox, jiġifieri kemm l-ispejjeż tas-servizzi li jkunu ngħataw kif ukoll il-VAT.", "Jiġifieri l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna qed jimponi li min jikkuntratta jrid bilfors jaċċetta li jħallas 3% iktar f'VAT u ma jistax iġiegħel lis-supplier jassorbi dik iż-żieda hu, hux hekk?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Hekk hu.", "THE CHAIRMAN: Iktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "(Onor. Membri: No) Il- mistoqsija hi klawsola 40.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 40 għaddiet u ġiet ordnata ssir parti mill-abbozz ta' liġi.", "Klawsola 6 - Emenda ta' l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income.", "Clause 6 - Amendment of the Income Tax Act.", "(Posposta fis-seduta Nru. 100 ta' l-4 ta' Frar, 2004)", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Sur President, għal din il-klawsola għandi din l- emenda: \"V\" Il-klawsola 6 għandha tiġi emendata kif ġej:", "Minflok is-subartikolu (2) tagħha għandu jidħol dan li ġej:", "\"(2) (a) Id-disposizzjonijiet ta' l-artikolu 6A għandhom jitqiesu li daħlu fis-seħħ mis-sena ta' stima 2000.", "(b) Id-disposizzjonijiet tal-paragrafi (a), (c), (d) u (e) ta' l- artikolu 7 għandhom jitqiesu li daħlu fis-seħħ fil-25 ta' Novembru, 2003.", "(c) Id-disposizzjonijiet tal-paragrafi (b) u (c) ta' l-artikolu 7A u l- artikolu 8A għandhom jidħlu fis-seħħ fl-1 ta' Jannar, 2004 u għandhom japplikaw għar-rigward ta' sena ta' stima li tibda fi jew wara l-1 ta' Jannar, 2005.", "(d) Id-disposizzjonijiet ta' l-artikoli 8 u 9 għandhom jibdew iseħħu f'dik id-data li l-Ministru responsabbli għall-finanzi jista' b'avviz fil-Gazzetta jistabbilixxi u dati differenti jistgħu jiġu hekk stabbiliti għal disposizzjonijiet differenti u għanijiet differenti.\".", "\"V\" Clause 6 shall be amended as follows:", "For subarticle (2) thereof there shall be substituted the following:", "\"(2) (a) The provisions of article 6A shall be deemed to have come into force as from the year of assessment 2000.", "(b) The provisions of paragraphs (a), (c), (d) and (e) of article 7 shall be deemed to have come into force on the 25th November, 2003.", "(c) The provisions of paragraphs (b) and (c) of article 7A and article 8A shall come into force on the 1st January, 2004 and shall apply with respect to any year of assessment commencing on or after 1st January, 2005.", "(d) The provisions of articles 8 and 9 shall come into force on such date as the Minister responsible for finance may by notice in the Gazette establish and different dates may be so established for different provisions and different purposes thereof.\".", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Sur President, biex nispjega xi ħaġa fuq dawn id- dati qegħdin ngħidu li klawsola ġdida 6A, li se tidħol b'effett minn year of assessment 2000, tirriferi għad-dividend imqassam minn offshore banking subsidiary li jkun taxxabbli taħt ....", "THE CHAIRMAN: Onor. Abela, ippermettili ftit.", "Fl-emenda li ressaqt hawn riferenza għal artiklu 6A, artiklu 7A u artiklu 8A.", "Ikun tajjeb jekk ngħidu li dawn għadhom ma ġewx diskussi u lanqas ġew ippreżentati, jiġifieri jekk jogħġbok agħmel riferenza għalihom for the record biss.", "ONOR ANTHONY ABELA: Mela for the record ikun tajjeb ngħid li klawsola ġdida 6A tirriferi għal dividend li jitqassam minn offshore banking subsidiary li tista' tkun taxxabbli taħt paragrafu (a) ta' subartiklu (1) t'artiklu 4 u mhux taħt paragrafu (ċ) ta' subartiklu (1) t'artiklu 4.", "Imbagħad klawsola ġdida 7A tirriferi għal trasferiment taxxabbli ta' proprjeta` li tkun ġejja minn wirt, permezz ta' klawsola ġdida 7C se jibda jsir ċertifikat f'każ ta' intragroup transfer u fi klawsola ġdida 7D se jkun hemm provvediment dwar exemptions f'każ ta' mergers u diviżjonijiet.", "Ta' min jgħid ukoll li klawsola ġdida 7B, li daħlet b'effett mill-1 ta' Jannar, 2004, titkellem dwar l-eżenzjoni mit-taxxa tas-sussidju lill- bdiewa, dwar il-fatt li issa l-profitti minn proprjeta`, jiġifieri l- collective investment schemes, se jibdew jeħlu bil-35% u dwar kif se jiġu allokati l-profitti ta' dawn il-collective investments schemes.", "Fl- aħħarnett klawsola ġdida 8A se tiffaċilita l-implimentazzjoni tad-direttivi u r-regoli ta' l-Unjoni Ewropea, pero` dawn nitkellmu fuqhom meta niġu għalihom iktar tard.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Iktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Nixtieq inkun naf - u forsi din is-segretarju parlamentari jispjegaha iktar 'il quddiem - għaliex id-data tad-dividend imqassam fuq offshore banking fi klawsola ġdida 6A qed nagħtuha effett retroattiv.", "Naħseb li jkun tajjeb illi dan il-punt jiġi ċċarat għax dan jimpinġi fuq il- qasam finanzjarju ta' pajjiżna, u huwa fl-interess tagħna li t-taxxa imposta tkun miġbura kollha.", "Huwa importanti wkoll li fil-qasam finanzjarju jkun hemm iċ-ċertezza b'mod li min ikun qed jopera fih ikun jaf il-quantum ta' tassazzjoni li huwa jkun irid iħallas.", "Għaldaqstant naħseb li jkun interessanti li nkunu nafu jekk kienx hemm konsultazzjoni dwar dan mal-Malta financial services authority, li hija r-regolatur li mhux biss tippromwovi lil Malta bħala ċentru finanzjarju imma wkoll tirregola lil dan is-settur.", "Bħalma jaf kulħadd, iż- żewġ naħat tal-Kamra ilhom snin twal jaqblu fuq il-qasam finanzjarju.", "Dan huwa tajjeb, u allaħares iż-żewġ naħat tal-Kamra ma jibqgħux jaqblu f'dan ir-rigward għax dak li se niżviluppaw flimkien matul is-snin li ġejjin se jikkontribwixxi għal 10% tal-GDP.", "Madanakollu l-iktar element importanti fil-qasam finanzjarju jibqa' dak taċ-ċertezza.", "Għalkemm il-gvern, bil-mandat li għandu, għandu kull dritt li jintroduċi ċerti miżuri, huwa jrid joqgħod attent li dak li jiġi introdott ma jikkreax inċertezzi għaliex l-inċertezzi jgerrxu lil min ikun irid jinvesti fil- pajjiż.", "Ta' min jgħid li f'dan is-settur hemm a cut-throat competition bejn pajjiżi stabbiliti, inkluż Londra, il-Lussemburgu u iċ-Channel Islands, u issa deħlin f'din il-kompetizzjoni ħafna pajjiżi oħra Ewropej.", "Per eżempju, l-Awstrija qed tirriklama li mill-1 ta' Jannar li għadda l- corporate tax tagħha niżżlitha għal 25% - ġiet l-irħas waħda wara l-Irlanda - biex tħeġġeġ lin-nies li joperaw minn hemmhekk.", "Għalhekk hawn aħna qegħdin nikkompetu ma' pajjiż żviluppat bl-iskilled workers u bil-credits kollha biex ikun jista' jikkompeti magħna, u dan apparti l-fatt li għandu credits addizzjonali iktar minna għax huwa pajjiż iktar iddixxiplinat u organizzat, u qiegħed fil-mainland ta' l-Ewropa.", "Għalhekk aħna rridu noqogħdu attenti li dak li jiġi introdott ma jikkreax inċertezza, u fejn naraw li hemm sens ta' inċertezza fl-offshore banking - issa dan jien se nissuġġerih bl-iktar mod pożittiv, u fil-fatt għalhekk staqsejt x'inhi l- opinjoni ta' l-MFSA dwar dan - effettivament huwa importanti li dan is-sens ta' inċertezza nindirizzawh.", "Dan qed ngħidu wkoll b'mod partikolari għaliex jien għandi informazzjoni li jista' jkun illi hemm banek internazzjonali li huma interessati li jibdew joperaw minn hawnhekk bħala offshore banks, kemm biex jilħqu r-reġjun tal-Mediterran kif ukoll għal raġunijiet oħra li f'dan l-istadju m'iniex se nidħol fihom.", "Madanakollu, kif għedt diġa`, iċ-ċertezza hija waħda mill-credits li jesiġi dan is- settur.", "Issa ħalli niġi għat-tieni punt li rrid nagħmel.", "Meta konna qed niddiskutu abbozz ta' liġi ieħor f'dawn l-aħħar jiem għedna li mill-25 ta' Novembru t- trasferiment ta' proprjeta` li tkun ġejja minn wirt bdiet tkun taxxabbli, u hawnhekk daħlet l-eċċezzjoni, liema eċċezzjoni jien nifhimha, li wieħed jagħmel applikazzjoni u jinħariġlu ċertifikat biex tinżammlu l-final withholding tax fuq xi konvenju li jkun diġa` sar, pero` ovvjament hawnhekk ħloqna żewġ kriterji.", "X'inhuma dawn iż-żewġ kriterji?", "Li għal dawk il- konvenji li saru qabel l-1992 qed tinżamm il-final withholding tax u dawk il-konvenji li saru wara l-1992, jiġifieri dawk li daħlu taħt is-sistema tal-causa mortis, se jiġu intaxxati taħt is-sistema tal-capital gains tax, li tista' titla' sa 35%.", "Ovvjament dan se jħalli impatt negattiv kemm fuq dawk li għandhom proprjeta` waħda kif ukoll fuq dawk il-ħafna familji li 20 sena jew 30 sena ilu, b'tant għaqal u sagrifiċċju, bnew id-dar tagħhom - u aħna dan inħeġġuh għaliex din hija xi ħaġa pożittiva - għax emmnu li b'hekk setgħu jħallu xi asset lil uliedhom.", "Sur President, meta nbidlet il-liġi tas-suċċessjoni fl-1992, din kienet xi ħaġa pożittiva tant li għalkemm ir-rata tat-taxxa tbaxxiet, il-gvern beda jdaħħal iktar mit-taxxa tas-suċċessjoni milli kien idaħħal taħt ir-reġim ta' qabel fejn ir-rata ta' taxxa kienet ħafna ogħla.", "Biżżejjed ngħidu li f'każ ta' trasferiment causa mortis kienet titħallas 5% taxxa, pero` dan ġara għaliex ħafna drabi qabel il-valutazzjoni tal-proprjeta` ma kenitx tkun waħda reali.", "Għalhekk id-direttur ta' l-income tax department, li minn dejjem kellu d-diskrezzjoni li jgħolli dawk il-valuri, beda jibgħat lill-assessuri tiegħu biex jivvalutaw il-proprjeta` huma, jiġifieri dik il- problema ġiet indirizzata wkoll.", "Pero`, kif għedt diġa`, issa wlied dawk li għandhom proprjeta` waħda, se jkollhom iħallsu bir-rata ta' 35% bħala taxxa għal dak li wirtu wara l-1992.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Sur President, nixtieq nagħmel point of information billi nispjega li l-ammont iddikjarat fis-suċċessjoni, l-ammont ta' taxxa li titħallas u l-inflazzjoni fuqu m'humiex taxxabbli, u l-kumplament jiġi taxxabbli skond iċ-ċirkostanzi għax jekk, ngħidu aħna, ikun hemm sitt werrieta u jkunu se jirtu Lm20,000 bejniethom, jiġifieri Lm3,000 kull wieħed, jista' jkun li ħadd minnhom ma jkollu jħallas it-taxxa bir-rata ta' 35%.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Onor. Abela, inti qiegħed fl-istess mestier tiegħi, u għalhekk ejjew inkunu realistiċi għax inti taf li f'ħafna mill- każijiet l-ammonti jkunu ħafna iktar għoljin minn Lm20,000.", "Hawnhekk aħna qed nipprovaw neliminaw l-ekonomija s-sewda jew dik l-ekonomija li ma tidhirx għax dan huwa tajjeb għall-fisku, għall-operaturi u għal kulħadd.", "Issa in vista li jien u sieħbi l-Onor.", "Abela għandna esperjenza f'dan il- mestier u nafu x'inhuma r-realtajiet ta' l-affarijiet, jien kont nipproponi li dawk li ħadu xi wirt wara l-1992, jekk iridu, ikunu jistgħu jagħmlu revaluation tal-proprjeta`.", "Hawnhekk aħna qed nibdlu l-goalposts radikalment, u ejjew ngħiduha kif inhi, mhux darba jew tnejn ingħataw konċessjonijiet jew maħfriet f'dak li għandu x'jaqsam mad-dikjarazzjonijiet ta' l-income tax.", "Fil-fatt bħalissa qed niftakar f'maħfra li ngħatat fl- 1973 u f'maħfra oħra li ngħatat reċentement.", "Fl-opinjoni tiegħi, jekk wieħed jagħti l-fakulta` li jagħmel revaluation volontarja tal-proprjeta`, inkunu qed nindirizzaw il-problema kemm għall-immedjat - għax ċertament b'hekk il-gvern ikollu iktar cash inflow - kif ukoll għal iktar 'il quddiem għax il-pressjoni biex jinħbew il-valuri reali tkun ħafna inqas, anzi prattikament tkun zero.", "B'hekk sa tant snin oħra nkunu lqatna parti kbira mis-suq tal-proprjeta`.", "Ħafna jgħidu li fuq il-proprjeta` hemm ħafna undervalue declarations, pero` ejjew ma noqogħdux nispekolaw x'hemm u x'ma hemmx.", "Li hu żgur huwa li b'dan il-mod inti tkun qed tinċentiva lill-istakeholder, u aħna għalhekk irridu ndaħħlu tassazzjoni u miżuri fiskali għaqlin.", "B'dawn it-tip ta' miżuri fiskali l-istakeholder ikun jaqbillu li jiddikjara valur iktar għoli, u dak huwa l-għan tagħna.", "Għalhekk għandna nikkonsidraw li ndaħħlu inċentiv ta' dan it-tip għax huwa kostruttiv, pożittiv u r- riżultat tiegħu nibdew narawh fi żmien sena, tliet snin jew erba' snin.", "Kif nafu, fuq is-suq ikun hemm ħafna proprjeta` li tkun ġejja minn wirt, u permezz ta' dan l-inċentiv aħna niġu assigurati li l-market value qed jiġi ddikjarat.", "Jekk indaħħlu inċentiv bħal dan, dan se jaħdem bħall-final withholding tax.", "Meta daħħalna l-final withholding tax ta' 15% fuq l- interessi tal-banek x'ġara?", "Kulħadd beda jmur għand il-banek u jgħidilhom biex iżommulu l-final withholding tax ta' 15% bir-riżultat li l-fisku daħħal ħafna iktar flus b'din il-miżura pożittiva.", "Għalhekk nixtieq li dan is-suġġeriment li qed nagħmel jiġi kkonsidrat amministrattivament.", "Issa se niġi biex ngħid xi ħaġa fuq l-intragroup transfer kif ukoll fuq il- mergers u d-divisions.", "Hawnhekk għandna punt li jkun tajjeb jekk nikkonsidrawh qabel ma nibdew nieħdu miżuri amministrattivi u fiskali bl- addoċċ.", "Ħalli nispjega għaliex qed ngħid dan.", "Meta fl-1995 waqqafna l- liġi dwar il-kumpanniji l-gvern kien introduċa strutturi li joperaw fil- liġijiet tal-kumpanniji ta' pajjiżi oħra, primarjament f'dik ta' l- Ingilterra, liema liġi kienet ġiet emendata biex tiffaċilita l-proċess tar- ristrutturazzjoni.", "Dak iż-żmien il-konċetti ta' intragroup transfers, ta' mergers u ta' diviżjonijiet ta' kumpanniji kienu kollha konċetti ġodda, pero` aħna konna qbilna dwarhom għax kienu konċetti pożittivi li jgħinu fil- qasam tar-ristrutturar tal-kumpanniji.", "Biex ninkoraġġixxu r-ristrutturar tal-kumpanniji, aħna konna qegħdin ngħidu wkoll li dawn għandhom ikunu eżentati kompletament mit-taxxa, pero` issa dawn il-kriterji ġew abbandunati u maqluba ta' taħt fuq bl-emenda li għandna quddiemna.", "Nerġa` nenfasizza li dak li fl-1995 konna nqisuh bħala tajjeb u pożittiv, issa bl- emenda li għandna quddiemna, dan qlibnieh rasu 'l isfel u saqajh 'il fuq u qed ngħidu li m'huwiex tajjeb.", "Ovvjament id-diskrezzjoni li għandu l- kummissarju li jista' jidħol f'kull transfer biex jara l-iskop warajh kienet hemm u baqgħet hemm, u hekk għandu jkun, pero` wieħed irid jara x'inhu l-iskop ta' dawn il-miżuri u għal xiex qegħdin nagħmluhom għaliex kif diġa` għedt, dak li ftit tas-snin ilu għedna li huwa neċessarju għar- ristrutturar tal-kumpanniji llum qegħdin ngħidu li m'għadux tajjeb, u qegħdin nintaxxawh u nippenalizzawh.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Abela.", "ONOR.ANTHONY ABELA: Aħna m'hux hekk qed ngħidu, u għalhekk naħseb li m'aħniex qed niftehmu.", "Aħna qegħdin ngħidu li fil-każ ta' diviżjoni ta' proprjeta`, għandu jitħallas 5% boll, pero` mill-bqija m'aħniex qed nibdlu l-goalposts li kien hemm qabel.", "Meta twaqqfet il-liġi dwar il-kumpanniji fl-1995, l-iskop kien li d-division of companies u l-mergers imorru fuq l- istock exchange, pero` din ma ġietx użata għal hekk imma ġiet użata ...", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Fil-fatt jekk tagħtini ċans nispjega ftit, din jien kont ġej għaliha.", "Fil-każ ta' division of companies, ta' intragroup transfers u ta' affarijiet oħra bħal dawn, il-gvern introduċa t-taxxa ta' 5%, pero` dan qed napplikawh mid-data tal-25 ta' Novembru, 2003, u hawnhekk jerġa` jidħol l-element taċ-ċertezza.", "Fil-każ ta' intragroup transfer li kien approvat biċ-ċertifikat, issa dan se jkun hemm rethinking fuqu?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Le, dan se jibqa' l-istess.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Jiġifieri dan se jibqa' validu?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Fil-każ ta' bejgħ ta' kumpannija lil kumpannija oħra within the same group, se tibqa' tapplika l-pożizzjoni li kienet tapplika qabel Novembru.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Dik nafha, imma naħseb li issa f'każ ta' intragroup transfer irid jibda jsir ċertifikat min-naħa ta' l-inland revenue.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Le, mhux mill-inland revenue se joħroġ iċ- ċertifikat.", "Ħalli nispjegalek.", "Ejjew ngħidu li jien u int għandna kumpannija u lilek il-mother company tkun se tbigħlek 50% ta' proprjeta`.", "Qabel kont tapplika u tingħata l-eżenzjoni, u hekk se jibqa' jiġri llum.", "Li se nżidu biss huwa li issa f'każ ta' transfer jew anke ta' division, wieħed jingħata ċertifikat maħruġ mill-awditur li jkun attached mal- kuntratt u li jkun jagħti l-historical value tal-proprjeta`.", "Dan biex bniedem ikun jaf li meta mbagħad il-kumpannija tkun se tinbiegħ lil terzi, tkun trid titħallas a differ tax u b'hekk ma jibqax jiġri kif kien qed jiġri, speċjalment fil-każ tad-division, fejn kienu jgħollu l-valur tal- proprjeta` u jipprovaw jiżgiċċaw milli jħallsu t-taxxa f'dan ir-rigward.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Aħna naqblu fuq dan il-punt.", "Jiġifieri issa se tiġi imposta 5% taxxa fuq il-valur f'każ ta' diviżjoni", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Hekk hu.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: F'każ ta' intragroup transfer fejn il-kuntratt diġa` ġie ppubblikat u għandu wkoll l-eżenzjoni min-naħa tal-boll, hemm bżonn li jinġieb dan iċ-ċertifikat?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Kif jista' jkun jekk il-kuntratt ikun diġa` ġie ppubblikat?!", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Imma jien qed nagħmel din il-mistoqsija għax l- applikabbilta` ta' din il-liġi tmur lura sal-25 ta' Novembru tas-sena li għaddiet.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Aħna qegħdin ngħidu li fil-każ ta' divisions jew ta' mergers li saru wara l-25 ta' Novembru li għaddew, sakemm dawn kienu ġew iddikjarati u ppreżentati lill-MFSA u ġew ippubblikati fil-gazzetta tal- gvern sa l-aħħar tas-sena li għaddiet, se tibqa' tapplika l-istess proċedura bħal qabel.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Kollox sew, imma ħalli neħduhom waħda waħda ħalli niċċaraw l-affarijiet, anke għall-benefiċċju ta' min qed jismagħna, għax jien niġi ffaċċjat b'ħafna mistoqsijiet bħal dawn mill-awdituri u minn dawk li jaħdmu f'dan il-mestier.", "Fil-każ ta' intragroup transfer li sar bil- permess min-naħa tal-boll wara l-25 ta' Novembru, 2003 ......", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Għal liema klawsola qed tirriferi, Onor. Mangion?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Aħna qed ngħidu li klawsola 6 se tiġi emendata b'dan il-mod:", "\"Minflok is-subartikolu (2) tagħha għandu jidħol dan li ġej:", "\"(2) (a) Id-disposizzjonijiet ta' l-artikolu 6A għandhom jitqiesu li daħlu fis-seħħ mis-sena ta' stima 2000.", "(b) Id-disposizzjonijiet tal-paragrafi (a), (c), (d) u (e) ta' l-artikolu 7 għandhom jitqiesu li daħlu fis-seħħ fil-25 ta' Novembru, 2003.\"", "Issa paragrafu (a) ta' klawsola 7 kif se tkun emendata jgħid li dak it- trasferiment ta' proprjeta` li tkun ġejja minn wirt huwa taxxabbli.", "Jien naf li dan it-trasferiment huwa taxxabbli, u fil-fatt għamilt proposta f'dan is-sens li naraha kostruttiva, imma issa sta għall-gvern jekk iridx jaċċettaha jew le.", "Min-naħa tiegħu, paragrafu (ċ) ta' klawsola 7 kif se tkun emendata jirriferi għal ċertifikat f'każ ta' intragroup transfer.", "Issa biex l- affarijiet ikunu ċċarati, peress li d-dispożizzjonijiet ta' klawsola 7 daħlu in vigore b'effett retroattiv mill-25 ta' Novembru 2003, jiġifieri mill-għada tal-budget, jekk saru intragroup transfers - naturalment hawnhekk qed nirriferi għal dawk l-intragroup transfers li jkunu saru bil- permessi għax jekk le, dawn ma jkunux validi - wara l-25 ta' Novembru, dawn mhux se jkollhom bżonn iġibu ċ-ċertifikat dwar il-valur tal-proprjeta` mingħand l-awditur.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Jien naqbel miegħek, Onor. Mangion, pero` jibqa' l- fatt li meta dan se jbigħ he is on notice li l-proprjeta` ġiet ivvalutata skond il-historical value tagħha.", "Ta' min jgħid ukoll li jekk il-kuntratt ġie ppubblikat qabel ma daħlet din l-emenda, ovvjament in-nutar u l- partijiet kienu in good faith għax ippubblikawh skond ir-regolamenti ta' dak iż-żmien.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Kollox sew, imma tajjeb li dan ġie kkonstatat ħalli l-affarijiet ikunu ċċarati anke għal min qed jamministra.", "Punt ieħor li rrid nagħmel jirrigwarda l-provvedimenti dwar l-exemptions f'każ ta' mergers u divisions.", "Issa mhux se nidħlu fil-mertu li dawn se jiġu intaxxati bil-5% minħabba l-każijiet li semma l-Onor.", "Abela, pero` dawk il-mergers u d-dikjarazzjonijiet bil-kuntratti li saru wara l-25 ta' Novembru, 2003 taħt is-sistema l-antika u għalhekk ma tħallset l-ebda taxxa għax dak huwa att dikjaratorju, ...", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Fil-każ ta' dawk il-partijiet li daħlu l-karti tagħhom għand l-MFSA sal-25 ta' Novembru u dawn dehru fil-gazzetta tal- gvern jew kienu applikaw u ma laħqux ġew ippubblikati sa l-aħħar tas-sena li għaddiet, issa aħna kulma qed nitolbu huwa li fil-kuntratt in-nutar jehmeż kopja ta' kif dan deher imħabbar fil-gazzetta tal-gvern ma' l-att relattiv.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Lili kumpanniji ta' l-awdituri ġibduli l- attenzjoni li kien hemm każijiet fejn minkejja li d-dokumenti relattivi ġew mgħoddija qabel il-25 ta' Novembru 2003, dawn xorta ma kenux ippubblikati fil-gazzetta tal-gvern.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Minn meta wieħed jippreżenta l-karti lill-MFSA, jittieħed massimu ta' xahar biex dawn jiġu ppubblikati.", "Issa jien qed ngħid li dawk il-karti li ġew ippreżentati lill-MFSA sa l-24 ta' Novembru filgħodu u ġew ippubblikati sa l-aħħar tas-sena, dawk baqgħu bis-sistema u bl-eżenzjonijiet li kien hemm qabel, imbasta dan isir b'att pubbliku.", "Jiġifieri kulma biddilna hawnhekk huwa li dan irid isir b'att pubbliku u mhux b'karta privata.", "Fi kliem ieħor, hawnhekk qed ngħidu li dawk li kienu diġa` ressqu l-proposta tagħhom qabel il-25 ta' Novembru baqgħu bis-sistema ta' qabel, pero` dawk li daħlu għand l-MFSA wara l-25 ta' Novembru m'humiex koperti.", "Dan ifisser li jekk jien u inti se nagħmlu division of companies, u din ġiet ippreżentata qabel Novembru, isir att b'eżenzjoni awtomatika mill-boll għax aħna ħriġna l-parcel exemptions għal dawk li jkunu ġejjin minn wirt.", "Dik toħroġ by regulation and legal notice.", "Jiġifieri kif ngħaddu dan l-abbozz ta' liġi, imbagħad din noħorġuha b'legal notice.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Ħalli nagħmel mistoqsija oħra.", "Aħna nafu li fil- każ tad-division of companies ikollok the first draft, imbagħad wara li jgħaddi ċertu perijodu toħroġ it-tieni draft, ...", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Imma sakemm tkun ġiet ippreżentata l-first draft u din tkun ġiet imħabbra fil-gazzetta tal-gvern sa l-aħħar tas-sena, il- proposta ta' dak li jkun tkun valida.", "Issa kif qed tgħid int, ikun hemm każijiet li jdumu tliet xhur u saħansitra sitt xhur, speċjalment jekk dak il-perijodu jiġi interrott minħabba li xi ħadd jagħmel claim.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Eżatt.", "Minħabba l-kredituri u persuni oħra bħal dawn.", "Jiġifieri sakemm dawn kienu ppreżentati qabel il-budget ....", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Lili ma jirriżultalix li fl-aħħar tas-sena kien hemm pendenzi fir-rigward ta' dawk li ġew ippreżentati qabel il-budget, u fil-fatt wasalna għal din id-data għaliex kien hemm ammont sostanzjali ta' dokumenti li ġew ippreżentati fl-aħħar t'Ottubru u ġew ippubblikati fil- gazzetta tal-gvern fit-28 ta' Novembru u fil-bidu ta' Diċembru.", "Effettivament jekk inti tivverifika ssib li dawk id-dokumenti li kienu għand l-MFSA sal-ġurnata tal-budget, sa l-aħħar tas-sena kollha ġew ippubblikati.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Jiġifieri jekk dak li jkun ikollu rċevuta f'idejh li turi li huwa ppreżenta d-dokumenti qabel il-25 ta' Novembru, ġara x'ġara fil-gazzetta tal-gvern, huwa jkun jista' jagħmel it-talba tiegħu għall- eżenzjoni.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Iva, pero` suppost, sakemm ma jkunx sar xi żball, dan ġie ppubblikat sa l-aħħar tas-sena.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Qed ngħid dan għax ġieli jkun hemm bżonn issir kjarifika fuq kif tkun se ssir id-diviżjoni min-naħa ta' l-MFSA, u għalhekk forsi l-perijodu ta' żmien jitwal xi ftit iktar.", "Imma hawnhekk qed ngħidu li jekk it-talba għall-eżenzjoni ġiet ippreżentata sal-25 ta' Novembru, anke jekk ma tkunx ġiet ippubblikata fil-gazzetta tal-gvern, xorta tapplika, bħal kif kien isir bis-sistema l-antika.", "Issa f'paragrafu (e) ta' klawsola 7 kif se tiġi emendata qed naraw li jistgħu jsiru regoli bħala anti-avoidance, u naħseb li hawnhekk se nidħlu fil-mare magnum legali ta' jekk il-ħsieb f'dan il-paragrafu huwiex ta' anti- evasion jew anti-avoidance.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Irrispettivament minn jekk dan il-paragrafu huwiex immirat bil-ħsieb li jkun hemm anti-evasion jew anti-avoidance, il-fatt huwa li kien hemm ħafna li kienu qed jagħtu lid-dipartiment tat-taxxi interni l-att tad-diviżjoni bil-valutazzjoni għolja bħala l-prezz ta' l- akkwist u kienu jħallsu taxxa fuq id-differenza bejn dak li jkunu niżżlu fl- att tad-diviżjoni u bejn dak li jkunu niżżlu fil-kuntratt tal-bejgħ.", "Issa hawnhekk ta' min jagħmilha ċara li l-liġi qatt ma kienet differenti, u hawnhekk kulma qed nagħmlu huwa li qed nispjegaw bl-iktar mod ċar dak li kien jeżisti anke qabel.", "Fil-fatt l-unika ħaġa li qed nagħmlu differenti hawnhekk huwa li qed nintroduċu l-ħlas tal-boll fuq id-diviżjoni.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Qabel kwalunkwe skema setgħet tiġi indirizzata mill-kummissarju.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Onor. Mangion, jien u int li t-tnejn għandna l- professjoni ta' nutar, nafu li fuq id-differenza li hemm bejn il-historical book value u l-prezz ta' l-akkwist hemm taxxa li trid titħallas, pero` jien naf nies li l-ewwel ġew jieħdu parir mingħandek, imbagħad minħabba li ma għoġobhomx dak li għedtilhom inti ġew biex jieħdu parir mingħandi, u meta m'għoġbuhomx il-pariri li tajniehom aħna t-tnejn marru għand nutar ieħor li qagħad fuq dak li qallu l-accountant, pero` jista' jkun li llum dawn in- nies għandhom il-problemi.", "Madanakollu l-fatt huwa wieħed; li filwaqt li qabel kienet tkun trid titħallas it-taxxa bejn il-valur storiku u l-valur tal-bejgħ, f'dan il-każ qegħdin ngħidu li dak ma japplikax.", "Pero` jibqa' l-fatt li inti trid tħallas it-taxxa, jiġifieri min ta parir li jsiru diviżjonijiet mhux għax veru kien hemm bżonn li jsiru dawn id-diviżjonijiet, u dawn daħħlu terzi persuni li assolutament ma kellhomx x'jaqsmu mal-kumpannija, kabbru x- shareholding u żiedu dak li kien hemm bżonn iżidu biex setgħu joħolqu xi tip ta' diviżjoni.", "Għall-finijiet tal-liġi dawn huma skoperti, bħalma kien jiġri qabel, u kull parir li ngħata mod ieħor, ingħata b'mod żbaljat, għax aħjar nuża l-frażi \"b'mod żbaljat\".", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Naturalment kwalunkwe skema tista' tiġi indirizzata mill-kummissarju, imma r-regoli li hemm taħt paragrafu (e) ta' klawsola 7 kif se tiġi emendata bdew ikunu applikabbli mill-25 ta' Novembru 'l quddiem?", "Din il-mistoqsija qed nagħmilha biex niċċaraw l-affarijiet.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Aħna qed ngħidu li anke jekk tinħoloq xi tip ta' skema oħra ...", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Aħna qed inħarsu lejn il-futur.", "Jiġifieri dawn ir-regoli se jkunu applikabbli mill-25 ta' Novembru 'l quddiem, hux hekk?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Iva.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Dawn il-mistoqsijiet li qed nagħmel qed jagħmluhomli n-nies.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Aħna qed ngħidu li kwalunkwe tip ta' skemi li saru mill-25 ta' Novembru, 2003 'l quddiem se jitqiesu bħala skemi biex wieħed jevita t-taxxa.", "THE CHAIRMAN: Iktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "(Onor. Membri: No) Il- mistoqsija hi l-emenda kif imressqa u moqrija mis-segretarju parlamentari.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "L-emenda \"V\" għaddiet.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 6 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 6, kif emendata, għaddiet u ġiet ordnata ssir parti mill-abbozz ta' liġi.", "Klawsola 7 - Emenda ta' l-artikolu 5 ta' l-Att prinċipali.", "Clause 7 - Amendment of article 5 of the principal Act.", "(Posposta fis-seduta Nru 100 ta' l-4 ta' Frar, 2004)", "THE CHAIRMAN: Is-segretarju parlamentari.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Sur President, għal din il-klawsola għandi din l- emenda:", "\"W\" Il-klawsola 7 għandha titħassar u tiġi sostitwita b'dan li ġej:", "\"Emenda ta' l-artikolu 5 ta' l-Att prinċipali.", "7.", "L-artikolu 5 ta' l-Att prinċipali għandu jiġi emendat kif ġej:", "(a) is-subartikolu (5) tiegħu għandu jiġi emendat kif ġej:", "(i) fil-paragrafu (g) tiegħu, il-kliem \"ħamsin sena jew inqas; u\" għandhom jiġu sostitwiti bil-kliem \"ħamsin sena jew inqas.\"; u", "(ii) il-paragrafu (h) tiegħu għandu jiġi mħassar;", "(b) minflok il-paragrafu (b) tas-subartikolu (6) tiegħu, għandu jidħol dan li ġej:", "\"(b) it-trasferiment ta' ishma f'kumpannija li jkunu elenkati f'borża rikonoxxuta taħt l-Att dwar is-Swieq Finanzjarji, u li ma jkunux ishma fi skema ta' investiment kollettiv;\";", "(c) is-subartikolu (9) għandu jigi emendat kif ġej:", "(i) id-disposizzjonijiet preżenti tiegħu għandhom jiġu enumerati mill- ġdid bħala paragrafu (i);", "(ii) minnufih wara l-paragrafu (i) tiegħu, kif enumerat mill-ġdid, għandu jidħol il-paragrafu ġdid li ġej:", "\"(ii) Fejn xi attiv, li jinkwadra fiċ-ċirkostanzi msemmija fil- paragrafu (i) ta' dan is-subartikolu jkun jikkonsisti fi proprjeta` immobbli li tiġi trasferita minn kumpannija lil kumpannija oħra li tkun taqa' taħt id-disposizzjonijiet tas-subparagrafi (a) u (b) ta' l- imsemmi paragrafu, jew fejn l-imsemmija proprjeta` immobbli tiġi sussegwentement trasferita lil xi kumpannija oħra li ma tkunx taqa' taħt id-disposizzjonijet imsemmija jew lil xi persuna oħra, skond il- każ, in-nutar li jippubblika l-att ta' trasferiment relattiv għandu jehmeż ma' l-imsemmi att, avviż li jkun magħmul b'dak il-mod u li jkun fih dawk id-dettalji li jistgħu jkunu ordnati mill-Ministru.\";", "(d) fis-subartikolu (14) tiegħu:", "(i) minflok il-kliem \"mergers, demergers, amalgamazzjonijiet\" għandhom jidħlu l-kliem \"mergers, demergers, qsim, amalgamazzjonijiet\" u minflok il-kliem \"għandu jitqies bħala l-ammont minfuq fl-akkwist ta' l-ishma oriġinali.\" għandhom jidħlu l-kliem \"għandu jitqies bħala l- ammont minfuq fl-akkwist ta' l-ishma oriġinali:\";", "(ii) minnufih wara s-subartikolu (14) għandu jidħol dan il-proviso ġdid li ġej:", "\"Iżda d-disposizzjonijiet ta' dan is-subartikolu għandhom japplikaw biss b'dak il-mod u f'dawk iċ-ċirkostanzi li l-Ministru jista' jippreskrivi;", "Iżda wkoll l-ewwel proviso ta' dan is-subartikolu ma għandux japplika f'każ ta' qsim jew merger fejn il-pattijiet abbozzali tal-qsim jew tal- merger ikunu ntbagħtu lir-Reġistratur tal-kumpanniji għar- reġistrazzjoni skond id-disposizzjonijiet ta' l-Att dwar il-Kumpanniji fl-24 ta' Novembru, 2003 jew qabel dik id-data.\"; u", "(e) minnufih wara s-subartikolu (16) tiegħu, għandu jiżdied is- subartikolu ġdid li ġej:", "\"(17) Il-Ministru jista' jagħmel regoli li jkunu jipprovdu dwar kif issir it-tneħħija ta' l-effett ta' xi skema magħmula bil-għan li tiġi evitata, mnaqqsa jew posposta xi taxxa dovuta taħt dan l-artikolu, u barra minn dan, il-Ministru jista' jagħmel regoli li jkunu jipprovdu li kull trasferiment ta' xi dritt li għalih jirreferi s-subartikolu (1) ta' dan l-artikolu jkun validu biss jekk ikun magħmul bi ftehim bil-miktub u jekk il-ħlas ta' dik il-parti tat-taxxa provviżorja dovuta fuq il-qliegħ kapitali li jkun jirreferi għaliha jsir skond kif preskritt u jekk l-imsemmi ftehim ikun reġistrat b'dak il-mod kif jista' jiġi preskritt u taħt l-awtorita` kif jista' jiġi preskritt.\". \".", "\"W\" Clause 7 shall be deleted and shall be substituted by the following: \"Amendment of article 5 of the principal Act.", "7.", "Article 5 of the principal Act shall be amended as follows:", "(a) subarticle (5) thereof shall be amended as follows:", "(i) in paragraph (g) thereof for the words \"fifty years or less; and\" there shall be substituted the words \"fifty years or less.\"; and", "(ii) paragraph (h) thereof shall be deleted;", "(b) for paragraph (b) of subarticle (6) thereof, there shall be substituted the following:", "\"(b) transfer of shares in a company listed on a stock exchange recognised under the Financial Markets Act, not being securities in a collective investment scheme;\";", "(c) subarticle (9) shall be amended as follows:", "(i) the present provisions thereof shall be renumbered as paragraph (i);", "(ii) immediately after paragraph (i) thereof, as re-numbered, there shall be added the following new paragraph:", "\"(ii) Where an asset falling under the circumstances referred to in paragraph (i) hereof is in the form of immovable property which is transferred by a company to another company that falls within the provisions of sub-paragraphs (a) and (b) of the said paragraph, or where the said immovable property is subsequently transferred to another company which does not fall within the said provisions, or to another person, as the case may be, the notary publishing the relative deed of transfer shall attach to the said deed a notice made in such manner and containing such details as may be prescribed by the Minister.\";", "(d) in subarticle (14) thereof:", "(i) for the words \"mergers, demergers, amalgamation\" there shall be substituted the words \"mergers, demergers, divisions, amalgamations\" and for the words \"shall be deemed to be the cost of acquisition of the original shares.\" there shall be substituted the words \"shall be deemed to be the cost of acquisition of the original shares:\";", "(ii) immediately after subarticle (14) there shall be added the following proviso:", "\"Provided that the provisions of this subarticle shall only apply in such manner and in such circumstances as may be prescribed by the Minister;", "Provided further that the first proviso hereof shall not apply to divisions and mergers where the draft terms of the said divisions and mergers had been forwarded to the Registrar of Companies for registration in terms of the provisions of the Companies Act on or prior to the 24th November, 2003.\"; and", "(e) immediately after subarticle (16) thereof, there shall be added the following new subarticle:", "\"(17) The Minister may make rules making provision for the purpose of removing the effect of any scheme made for the purpose of avoiding, reducing or postponing any tax due under this article, and in addition the Minister may make rules providing that any transfer of any right referred to in subarticle (1) hereof shall only be valid if it is made by agreement in writing and if payment of such portion of the provisional tax on the capital gains due thereon is made as may be prescribed and if the said agreement is registered in such manner as may be prescribed with such authority as may be prescribed.\".\".", "THE CHAIRMAN: Rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Naħseb li jkun tajjeb jekk is-segretarju parlamentari, jekk jogħġbu, jispjega x'se jkunu l-effetti u l-konsegwenzi ta' dawn l-emendi.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: L-emenda li hemm f'paragrafu (a) ta' klawsola 7 kif se tiġi emendata hija konsegwenzjali u titkellem dwar it-tneħħija ta' l- eżenzjoni li kienet ilha hemm mill-1996 fil-każ ta' trasferiment ta' proprjeta` li tkun ġejja minn eredita`.", "Min-naħa tiegħu paragrafu (b) ta' klawsola 7 kif se tiġi emendata qed jgħid li dak il-qligħ kapitali li jsir minn transfer ta' ishma f'kumpanniji kkwotati fuq il-borża jkunu eżentati mit-taxxa.", "Kulma qed jagħmel subparagrafu (i) ta' paragrafu (ċ) ta' klawsola 7 kif se tiġi emendata huwa renumbering, pero` subparagrafu (ii) ta' l-istess paragrafu qed jgħid li ma' kull trasferiment ta' proprjeta` bejn kumpanniji fl-istess grupp għandu jinħareġ ċertifikat li juri l-valur oriġinali, u meta toħroġ għall-bejgħ il-proprjeta` għall-ewwel darba mill- grupp irid jibda jiġi mehmuż ċertifikat li juri d-dettalji rilevanti.", "L- iskop huwa li jinżamm track tal-valur oriġinali tal-proprjeta` tal-persuni jew tal-kumpanniji involuti.", "Ta' min jgħid ukoll li ċ-ċertifikat ikun preskritt fir-regoli li joħorġu iktar tard.", "Meta ssir id-division of companies jew isir trasferiment ta' kumpannija, f'dak il-każ teħel taċ-ċertifikat, pero` meta din il-kumpannija tkun diġa` għaddiet minn dan il-pass u tinbiegħ lil terzi, din terġa` teħel taċ- ċertifikat u teħel ukoll xi costs oħra li tkun għamlet.", "Madanakollu dan ma japplikax jekk kumpannija tixtri biċċa art, tibni l-flats fuqha u mbagħad tbigħ il-flats individwalment għax dak imbagħad jiġi trading.", "Imbagħad f'paragrafu (d) ta' klawsola 7 kif se tiġi emendata qegħdin ngħidu li għandhom jiddaħħlu l-kliem \"mergers, demergers, divisions u amalgamations\" minflok il-kliem \"mergers, demergers, amalgamation\" li kienu ddaħħlu fl- 1995 fil-liġi dwar il-kumpanniji għaliex dawn forsi ma jkoprux il-konċett kollu.", "Dan il-paragrafu huwa konsegwenzjali biex wara subartiklu (14) jidħol proviso.", "Wara subartiklu (16) se jiddaħħal subartiklu (17), u hawnhekk qed ngħidu li f'każ ta' exchange of shares fejn ikun hemm ristrutturar ta' kumpanniji, ir-relief in capital gains se japplika biss f'dawk iċ-ċirkostanzi msemmija fl-avviż legali maħruġ mill-ministeru tal- finanzi.", "Fil-proviso li qed jiddaħħal f'subparagrafu (ii) ta' paragrafu (d) ta' klawsola 7 kif se tiġi emendata qed indaħħlu provvediment tranżitorju għal dawk id-divisions ta' kumpanniji li fid-data tal-budget ikunu diġa` ġew reġistrati mar-reġistratur tal-kumpanniji, u f'dan il-każ ikun japplika s-subartiklu (14) t'artiklu 5 ta' l-att prinċipali.", "Fl-aħħarnett il-ministru qed jingħata s-setgħa biex jagħmel regoli li jevitaw skemi li l-iskop tagħom ikun l-evażjoni tat-taxxa jew li l-capital gains tax tiġi mnaqqsa.", "Il-ministru qed jingħata wkoll is-setgħa li jagħmel regoli f'każ ta' eċċezzjoni ta' drittijiet fuq proprjeta`, jiġifieri min iċedi proprjeta` jrid jibda jħallas il-provisional capital gains tax mal-kuntratt tat-trasferiment.", "L-aħħar kumment li rrid nagħmel huwa dan.", "Jekk l-Onor.", "Anthony Abela ibigħ proprjeta` lil Mr Chairman bid-dritt tas-sostituzzjoni u mbagħad Mr Chairman jittrasferixxi l-konvenju lill-Onor.", "Mangion biex jaqla' xi ħaġa, fuq il-kuntratt jidhru l-Onor.", "Anthony Abela u Mr Chairman u filwaqt li jien inħallas il-capital gains tax fuq l-ammont li ddikjarajt, mal-kuntratt Mr Chairman ikun irid iħallas il-provisional tax fuq il-qligħ li jkun għamel, liema qligħ imbagħad ikun irid jirriflettih ukoll fl-income tax return tiegħu.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: U dik iċ-ċessjoni tkun trid tiġi reġistrata wkoll, hux hekk?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Iva.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: U ċ-ċertifikat li qed jirriferi għalih dan l- abbozz ta' liġi huwa ċ-ċertifikat ta' l-awditur?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Iva.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: F'din l-emenda qed jiġi ppreċiżat ukoll li fil-każ ta' diviżjonijiet, ta' mergers jew ta' amalgations, dawk l- applikazzjonijiet li r-reġistratur tal-kumpanniji jkun irċieva fl-24 ta' Novembru jew qabel se jaqgħu taħt il-provvedimenti tal-liġi li kien hemm qabel.", "Waħda mill-affarijiet li forsi wieħed jista' jikkjarifika tirrigwarda r-relief mill-capital gains waqt li jkun qed isir l-iskambju tax-shares meta l-kumpanniji jkunu qed jirristrutturaw irwieħhom.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Fil-fatt irrid ngħid li f'każ ta' ristrutturar ta' kumpanniji, fir-regolamenti se jkun hemm imniżżel ċar u tond li qed tittieħed in konsiderazzjoni li jkun hemm relief fuq dawk il-proprjetajiet li huma relatati direttament mat-trading bħal, per eżempju, lukanda, sptar jew warehouse.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Jiġifieri dik ir-regola li anke jekk tkun inqas minn 75% tan-negozju jew tal-proprjeta`, se tibqa' tapplika għall- eżenzjoni, dik xorta waħda se tibqa' tinżamm, hux hekk?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Iva, pero` fejn tkun qed issir ristrutturazzjoni reali, jiġifieri fejn per eżempju, ikun hemm tliet persuni li jkunu qed jagħmlu trading ta' ħwejjeġ jew ta' ikel u kull wieħed minn dawn il-persuni jiddeċiedi li jmur għal rasu, it-talba għar-relief issir by application u mbagħad id-deċiżjoni jeħodha l-kummissarju.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Imma hawnhekk jidher li se jsiru regoli ad hoc dwar dan għax qed jingħad li se jinħareġ avviż legali dwar dan mill- ministru tal-finanzi, jiġifieri aħna qed nifhmu li piu` o meno dawn ir- regoli diġa` huma mfasslin.", "Issa jekk ikun hemm group of companies li jkun iħaddan fih proprjeta`, trading u xogħol marittimu, li huma tliet oqsma differenti, u kulħadd jieħu l-parti tiegħu separatament, għalkemm ikollok wieħed minn dawn it-tliet oqsma predominantly property, dan xorta jista' jiġi eżentat skond il-każ, hux hekk?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Fejn jidħol predominantly property trading le.", "Fil- każ ta' predominantly trading se jkun hemm il-5% boll, pero` f'każ li l- group of companies ikun magħmul minn lukanda, minn sptar u minn ħwienet, jista' jkollok eżenzjoni, imbasta inti ma tkunx qed tassenjalu l-proprjeta` biex dan jagħmel trading tal-proprjeta`.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Le, inti trid tkun qed tassenja x-shares ta' dik il-proprjeta` biex isir ir-ristrutturar.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: F'dak il-każ il-boll ikun irid jitħallas fuq il- valur tal-proprjeta`, pero` hawnhekk ovvjament jiġu esklużi dawk id-djun li jkun hemm mal-banek jew inskritti fl-insinwa for the cost and building of that property.", "Hawnhekk m'iniex qed nirriferi għax-shareholders' loans imma għal bank loan jew dejn ieħor li jkun insinwat fir-reġistru pubbliku.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Prattikament inti qed tirriferi għat-trading debts.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Jien qed nirriferi għall-cost debts u mhux għat- trading debts.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Imma jekk biex tinbena l-proprjeta` ma jkunx ittieħed loan mill-bank ...", "(Interruzzjonijiet) Għax imbagħad jinqalgħu ħafna eċċezzjonijiet ukoll.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Jekk ma titteħidx loan mill-bank, jintużaw il-fondi tal-kumpannija.", "Dan bħal meta jekk jien għandi dar tiegħi u fuqha għandi Lm50,000 dejn mal-Lohombus, dak li huwa verament tiegħi huwa l-valur tal- proprjeta` li jibqa' minbarra dawk il-Lm50,000.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Ippermettili ftit, Onor. Abela.", "Ejjew ngħidu li inti għandek a group of companies u din għandha tliet kummerċi differenti, li wieħed mill-kummerċi jikkonsisti fi proprjeta`, l-ieħor fi sptar u l- ieħor f'dawk li huma ħwienet tal-merċa.", "Issa jekk il-group of companies kollu jkun ikkontribwixxa biex ġiet żviluppata l-kumpannija tal-proprjeta`, effettivament fl-iskambju u fil-proċess tar-ristrutturar joħorġu d-debiti lejn l-oqsma l-oħra għax dawn ukoll ikunu kkontribwixxew biex iżommu l- bilanċ.", "Anke jekk, per eżempju, il-kumpannija tal-ħwienet tal-merċa tkun ikkontribwixxet biex inbniet il-kumpannija tal-proprjeta`, jekk xi ħadd jieħu l-kumpannija tal-ħwienet tal-merċa taħt idejh, ċertament se jieħu ċerti krediti magħha, li jkunu debiti tal-kumpannija tal-proprjeta`.", "Issa peress li ħafna drabi dawn ma jkunux insinwati imma jkunu awditjati u se jkun hemm il-fakulta` li jintalab iċ-ċertifikat ...", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Imma ċ-ċertifikat juri l-costs u mhux id-debiti.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: F'każijiet bħal dawn irid jintalab li jkun hemm eżenzjoni għax din m'hijiex se tingħata awtomatikament.", "Per eżempju, fil- każ tar-relief il-kummissarju jista' jitlob li jkun hemm eżenzjoni f'dan ir- rigward, u filwaqt li ovvjament forsi l-klawsola ma tingħatax, pero` tingħata l-fakulta` li jista` jkun hemm eżenzjoni ...", "(Interruzzjonijiet) Hawnhekk qed insemmi każijiet speċifiċi.", "Meta wieħed imur biex jippreżenta l-każ, se jippreżenta l-iswed fuq l-abjad.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Tista' tintalab eżenzjoni, pero` hemm ukoll termini li jispeċifikaw kif dawn għandhom jingħataw.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Iva, imma xi ftit jew wisq dejjem għandek element żgħir ta' diskrezzjoni.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Ta' min ifakkar li meta jkun hemm id-debiti, dawn se jittieħdu in konsiderazzjoni meta tiġi attribwita l-valutazzjoni ta' dak li wieħed ikun se jieħu.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Imma inti għedt li biex dawk id-debiti jittieħdu in konsiderazzjoni, dawn iridu jkunu insinwati.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Le, fil-fatt li ridt tieħu in konsiderazzjoni huwa jekk teżentahomx mill-boll jew le.", "Pero` jekk l-awditur qed jikkonsidra li din hija spiża reali, indipendentement minn jekk selliflix il-flus l-HSBC, l-APS bank, il-Lombard bank jew whatever it is, din se tiġi kkonsidrata bħala spiża fiċ-ċertifikat.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Jiġifieri inti qed tgħid li meta jiġu vvalutati dawk ix-shares ta' proprjeta` jew tipi oħra ta' negozji involuti, huwa l- valur li se jingħata għal dawk ix-shares, li fl-aħħar mill-aħħar joħorġu mill-accounts, li se jkunu kkonsidrati għal skop ta' taxxa.", "Għalissa ejjew ngħidu li ma jkunx hemm eżenzjoni mill-ħlas tal-boll.", "Bħala skambju ta' shares fir-ristrutturar ta' kumpanniji, bħal meta, per eżempju, ikun hemm shares f'kumpannija tal-proprjeta`, ikun hemm shares t'kumpannija tal-merċa u jkun hemm shares oħrajn f'kumpannija fil-ġestjoni ta' sptar ....", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Meta nikkonsidraw il-valur tax-shares għall-fini tat-taxxa, se jkun hemm iċ-ċertifikat ta' l-awditur, pero` fil-każ ta' proprjeta` li tkun se tiġi trasferita, f'dak il-każ se jkun hemm il-valur tal-perit.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Imma hawnhekk se tinqala' anomalija għax f'każ bħal dan, il-perit se jistabbilixxi valur fuq il-proprjeta` u m'hux se joqgħod jagħti kas tad-dejn li jista' jkollha din il-proprjeta`.", "Huwa l- awditur li joħroġ il-valur tax-shares, pero` minn naħa waħda se jkollok il- valur reali tal-proprjeta` li jistma l-perit - and I accept that - u min- naħa l-oħra għandek il-valur ta' l-awditur, li jkun ħa in konsiderazzjoni tat-trading debts u ta' l-ispejjeż kollha, kif jiġri s-soltu, biex joħroġ il-valur tax-shares.", "Għalhekk f'dan il-każ il-kummissarju liema valur se jaċċetta; il-valur tal-proprjeta` jew il-valur tax-shares?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Il-valur tal-proprjeta`.", "Fil-fatt din hija xi ħaġa li diġa` bdiet issir.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Jien għalhekk għamiltlek din il-mistoqsija; għax naf li diġa` bdiet issir.", "Mela naħseb li m'aħniex qed inkunu preċiżi meta qed ngħidu li d-debiti jittieħdu in konsiderazzjoni wkoll.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Imma li jreġi biss hawnhekk huwa l-valur tal- proprjeta`.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Jekk il-valur ta' proprjeta` huwa ta' Lm300,000 u din għandha Lm200,000 bħala dejn insinwat, il-valur tax-shares se jittieħed in konsiderazzjoni fuq it-Lm300,000.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Jekk meta ġejna biex nagħmlu x-share transfers ta' a property owning company jien u inti ftehemna li x-shares ikunu jammontaw għal Lm10, jien nista' nbigħhom b'Lm10, pero` anke f'dak il-każ il-boll se jiġi kkalkolat fuq il-valur tal-proprjeta`.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Jiġifieri fuq il-valur tal-perit u mhux fuq il- valur tax-shares li joħorġu mill-audited accounts.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI (Ministru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomiċi): Ir- raġuni għalfejn qed nagħmlu dan huwa preċiżament biex naqtgħu l-abbuż.", "Kien hawn min qiegħed jixtri proprjeta` taħt kumpannija, il-flus li bihom jixtri l-proprjeta` jidhru li huma mislufa u allura jekk, ngħidu aħna, ikun xtara proprjeta` b'Lm100,000, huwa jkun issellef Lm95,000, u għalhekk f'dak il-każ il-valur tax-shares jiġi ta' Lm5,000.", "Pero` x'kien qed jiġri?", "Kienet tinbiegħ din il-proprjeta` - u f'każijiet bħal dawn kulma wieħed kien ikollu assi kienet din il-proprjeta` - u dak li jkun jgħid li qed jittrasferixxi x-shares b'Lm5,000, u dan huwa dan abbuż.", "Fil-fatt huwa dan l-abbuż li qed naqtgħu hawnhekk.", "Issa qegħdin ngħidu li l-valur tal- proprjeta` hu dak li hu, ċioe` Lm100,000, irrispettivament mid-djun li jista' jkun hemm fuq dik il-kumpannija, u allura l-boll irid jitħallas fuq Lm100,000.", "Issa mhux se jibqa' jkun hemm iktar vehicles fittizji ta' kumpanniji lanqas, jiġifieri issa dawn it-tip ta' abbużi spiċċaw.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Aħna qed nagħmlu l-mistoqsijiet biex niċċaraw il- kwestjonijiet li qed jitqanqlu.", "Dan il-punt aħna qanqalnieh għax fil-bidu ngħatajna x'nifhmu li jekk ikollok dejn insinwat, dak id-dejn jista' jaffettwa l-valur tax-shares.", "Fil-fatt huwa għalhekk li mbagħad qam dak l- argument kollu fuq it-trading debts li jistgħu jirriżultaw mill-audited accounts.", "Jiġifieri llum qegħdin ngħidu li effettivament, meta tagħmel share transfer ta' proprjeta` kulma tkun trid tippreżenta huwa l-valur li jagħti l-perit, u m'hemmx għalfejn tippreżenta iktar audited accounts u l- affarijiet l-oħra kollha dwar il-valuri.", "THE CHAIRMAN: Iktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "(Onor. Membri: No) Il- mistoqsija hi l-emenda kif imressqa u moqrija mis-segretarju parlamentari.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "L-emenda \"W\" għaddiet.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 7 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 7, kif emendata, għaddiet u ġiet ordnata issir parti mill-abbozz ta' liġi.", "Klawsola 8 - Żieda ta' l-artikolu 52B ma' l-Att prinċipali.", "Clause 8 - Addition of article 52B of the principal Act.", "(Posposta fis-seduta Nru. 100 ta' l-4 ta' Frar, 2004)", "THE CHAIRMAN: Is-segretarju parlamentari.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Klawsola 8 hija an enabling provision li tressqet min-naħa ta' l-MFSA għall-fini ta' l-international tax unit bil-ħsieb li tiffaċilita l-implimentazzjoni tad-direttivi u tar-regoli ta' l-UE f'dak li għandu x'jaqsam mal-liġi tat-taxxa fuq l-income.", "THE CHAIRMAN: Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Fi kwalunkwe liġi l-ministru jkollu l-fakulta` ministerjali, u hawnhekk il-ministru qed jagħmel ir-regolamenti.", "Pero` ta' min ifakkar li fil-parlament kien twaqqaf kumitat ad hoc dwar l-Unjoni Ewropea u l-affarijiet barranin.", "Għalhekk jien nistaqsi: Il-ministru, qabel ma jagħmel dawn ir-regolamenti u dawn id-direttivi taħt il-poter li tagħtih il-liġi, se jkun ikkonsulta jew ħa l-parir ta' dan il-kumitat?", "(Interruzzjonijiet) Ħalli nispjega ruħi aħjar.", "Aħna qed ngħidu li l- ministru, biex jimplimenta d-direttivi ta' l-Unjoni Ewropea, se jkun jista' jagħmel ir-regoli.", "Issa aħna f'dan il-parlament konna qbilna li hawnhekk għandu jitwaqqaf kumitat biex janalizza kwalunkwe direttiva li tkun se tiddaħħal f'pajjiżna mill-Unjoni Ewropea u jagħmel anke xi rakkmandazzjonijiet fuqha.", "Issa peress li f'dan l-abbozz ta' liġi m'hemm l- ebda riferenza għal dan il-kumitat, u allura jidher li dak li qbilna fuqu hawnhekk ftit tax-xhur ilu ntnesa, bħalma ntnesew ħafna affarijiet li ngħiduhom meta nkunu qegħdin nitkellmu għall-gallerija, jista' jkun hemm xi ħadd min-naħa tal-gvern li jispjegalna xi proċedura se tiġi addottata qabel ma jiġu implimentati r-regolamenti u d-direttivi ta' l-Unjoni Ewropea?", "Dawn ir-regolamenti u d-direttivi ta' l-Unjoni Ewropea se jgħaddu tramite dan il-kumitat tal-Kamra, kif kien miftiehem, u mbagħad ovvjament ikun hemm il-komunikazzjoni relattiva min-naħa tal-ministeru?", "Naħseb li huwa importanti li niddikjaraw x'relazzjonijiet se jkun hemm bejn il- ministeri varji - f'dan il-każ qed nitkellmu fuq il-ministeru tal-finanzi, pero` iktar 'il quddiem nistgħu nkunu qed nitkellmu fuq ministeri oħrajn - u dan il-kumitat tal-Kamra.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Naħseb li m'għandix rimarki dwar dan.", "(Interruzzjonijiet) Ħu paċenzja u, jekk jogħġbok, erġa` irripeti dak li għedt.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Ħalli nerġa` nirripeti għax l-Onor.", "Abela kien qed jaqra xi emendi oħra li fih dan l-abbozz ta' liġi.", "Hawnhekk qed ngħidu li l-ministru responsabbli mill-finanzi jista' jagħmel regolamenti biex jimplimenta d-direttivi ta' l-UE, jiġifieri hawnhekk qed nagħmlu an enabling clause biex nagħtu l-funzjoni lill-ministru.", "Issa ftit taż-żmien ilu, jekk m'iniex sejjer żball f'Novembru jew ftit qabel, dan il-parlament kien iddiskuta t-twaqqif ta' kumitat parlamentari ad hoc, li kellu jkun kumitat ta' skrutinju għad-direttivi u għar-regolamenti li jkunu qed joħorġu mill-Unjoni Ewropea qabel ma dawn jiġu mħaddma f'pajjiżna u allura jaffettwaw il-ħajja tal-Maltin u l-Għawdxin kollha.", "Issa jekk dan il- kumitat se jkun xi paper committee ieħor, might as well inxoljuh u nagħmlu l-affarijiet ċari.", "F'parlamenti Ewropej oħra, bħall-parlament ta' l- Irlanda u ta' l-Ingilterra, dan it-tip ta' kumitat żviluppa ħafna u kull ministru qed jikkonsulta ma' dan il-kumitat minkejja l-awtorita` li għandu, imma jekk f'pajjiżna m'hi se ssir l-ebda forma ta' konsultazzjoni ma' dan il-kumitat, allura might as well niffrankaw ftit flus u ma nħallux lil dan il-kumitat jibqa' jopera, xejn xejn biex ma noqogħdu naħlu l-ħin ta' ħadd.", "Qed ngħid dan għax bir-rispett kollu, f'din il-klawsola m'hawn l-ebda riferenza għal dan il-kumitat, u jien nippretendi li hawnhekk għandha tiddaħħal emenda li tgħid li kull direttiva jew regolament ta' l-Unjoni Ewropea jkun jista' jiġi in vigore wara li tkun saret xi forma ta' konsultazzjoni ma' dan il-kumitat.", "B'hekk inkunu qed nagħtu ftit valur lil dan il-kumitat li nerġa` ngħid, waqqafna ftit tax-xhur ilu.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Sur President, klawsola 8 qed taffettwa l-operat ta' l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income, u allura ma naħsibx li hawnhekk għandha tiddaħħal il-provision li qed isemmi l-Onor.", "Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Kif qal l-Onor.", "Abela, din il-klawsola tikkonċerna l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income, li safejn naf jien hija liġi importanti, u f'subartiklu (2) t'artiklu 52B kif propost fi klawsola 8 qed ngħidu:", "\"Any regulations made under this article shall make reference to the relevant E.U. Directive or E.U. Regulation.\".", "Issa ġaladarba f'waħda mid-diskussjonijiet li saru ftit tal-ġimgħat ilu f'din il-Kamra kien intqal li dan il-kumitat għandu jkun żviluppat f'kumitat ta' skrutinju, jien qed nistaqsi jekk allura kull direttiva u kull regolament ta' l-Unjoni Ewropea li tkun se tiddaħħal f'pajjiżna għandhiex tkun skrutinizzata minn dan il-kumitat.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Imma f'subartiklu (1) t'artiklu 52B kif propost fi klawsola 8 hemm miktub \"... relating to any matter which affects the operation of the Income Tax Acts ...\".", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Qabel xejn ejjew nikkonstataw xi rwol għandu l- kumitat li waqqafna ftit tax-xhur ilu għax jekk se nibdew noħolqu l- kumitati ta' skrutinju u mbagħad dawn ikunu jikkonsistu biss f'biċċa karta, allura jien nagħmilha ċara li aħjar ma nagħmlu xejn u lil dan il-kumitat li qed nitkellmu fuqu hawnhekk għandna naqbdu u nxoljuh.", "Safejn naf jien f'pajjiżi Ewropej, speċjalment fl-Ingilterra, hemm insistenza li fejn tidħol income tax id-deċiżjoni finali għandha tkun f'idejn il-pajjiż li jkun qed jimplimentaha, jiġifieri għallinqas s'issa d-deċiżjoni finali għandha tkun ta' dan il-pajjiż.", "Issa peress li f'subartiklu (1) t'artiklu 52B kif propost fi klawsola 8 qegħdin ngħidu li:", "\"The Minister responsible for Finance may by regulations under this article make provision implementing and giving effect to any Directive of the European Union (hereinafter in this article referred to as \"E.U. Directive\") relating to any matter which affects the operation of the Income Tax Acts or to enable the better operation of any regulation of the European Union ...\",", "il-ministru se jkollu l-fakulta` li jagħmel ir-regolamenti.", "Issa jien m'iniex qed ngħid li l-ministru m'għandux ikollu l-fakulta` li jagħmel ir- regolamenti għax ir-regolamenti l-ministru jrid jagħmilhom u ma jistax jagħmilhom dan il-kumitat.", "Din hija proċedura legali aċċettabbli minn dan il-parlament, bħalma dejjem kienet.", "Jien qed nistaqsi jekk issa l-ministru tal-finanzi huwiex se jaqbad u joħroġ ir-regoli li jimplimentaw id- direttivi ta' l-UE meta ftit tal-ġimgħat ilu konna waqqafna kumitat biex dawn id-direttivi jiġu skrutinizzati minnu qabel ma jiġu implimentati.", "Ftit tal-ġimgħat ilu qbilna li għandu jitwaqqaf kumitat ta' skrutinju li jagħmel evalwazzjoni fuq l-impatt ta' kull regola li tgħaddi, jew għallinqas ta' l-iktar regoli importanti, u ftaħarna kemm dan il-kumitat ta' skrutinju, liema kumitat kellu jkun sostnut anke b'esperti tekniċi biex ikollu forza iktar effettiva, huwa importanti.", "Issa llum qed ngħidu li dan il-kumitat m'għandux għalfejn jissemma fl-abbozz ta' liġi li qed niddiskutu.", "Jekk il-gvern qed jieħu din il-pożizzjoni, huwa qed jikkontradixxi dak li qal ftit tal-ġimgħat ilu dwar dan il-kumitat, u allura jien nista' ngħid minn issa li dan il-kumitat m'hu se jkollu funzjoni ta' xejn.", "Dan se jkun kumitat tal-parlament fantażma, u biex noqogħdu niġu hawn biex nipparteċipaw fil-kumitati fantażmi, dan se jkun ħela ta' ħin għal kulħadd.", "THE CHAIRMAN: Il-ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President, jien assolutament ma nistax nifhem dan l-argument li qed jagħmel l-Onor.", "Mangion, u ma nistax nifhmu għas-sempliċi raġuni li klawsola 8 hija an enabling clause li qed tgħid illi jekk jgħaddu direttivi mill-Unjoni Ewropea li minħabba fihom aħna jkollna nbiddlu l- liġijiet tagħna, allura dawn id-direttivi għandhom jiġu applikati fil- liġijiet tagħna.", "Dak li qed jgħid l-Onor.", "Mangion vis-a-vis d-deċiżjoni li ħadna aħna li d-direttivi ta' l-Unjoni Ewropea jiġu skrutinizzati minna hija proċedura li għamilnieha aħna, li aħna nżommuha f'kull każ, anke f'dawk il-każi, pero` din m'hijiex xi ħaġa li għandha bżonn l-empowering tal-liġi.", "Proċedura li nkunu għamilnieha aħna hija xi ħaġa li għandna nsostnuha bejnietna għax aħna qegħdin ngħidu li jaqbel lil kulħadd li kull ħaġa li tiġi mill-Unjoni Ewropea niskrutinizzawha, tkun xi tkun, pero` naħseb li kulħadd jaqbel u jifhem li issa ladarba ħadna l-commitment Ewropew, jekk hemm direttiva, din tkun trid tiġi inkorporata fil-liġijiet.", "Dan huwa l-mod legali ta' kif tagħti empowering biex finalment dawn ikunu jistgħu jiġu inkorporati fil-liġijiet, pero` aħna bl-ebda mod m'hu qed ngħidu li din il-klawsola qiegħda tinjora l-iskrutinju li jkun irid isir biex dawn id-direttivi u r-regoli ta' l-Unjoni Ewropea jiġu diskussi minn kulħadd qabel ma jidħlu fis-seħħ biex kulħadd jifhimhom u jkun jaf x'qed isir.", "Anzi aħna rridu li ndaħħlu proċess ta' konsultazzjoni anke fil- proċess li dawn id-direttivi jkunu qegħdin isiru u jinħmew għax inkunu nistgħu naffettwawhom, jiġifieri ma naħsibx li huwa l-każ li ninterpretaw din it-tip ta' enabling law bħala xi ħaġa li qed ninjoraw dak li ftehemna bejnietna hawnhekk dwar l-iskrutinju li rridu nagħmlu.", "Nerġa` nirripeti li ġaladarba t-triq ta' Malta hija għal sħubija fl-Unjoni Ewropea, aħna lkoll għandna nifhmu li ġaladarba fl-Unjoni Ewropea jiġi deċiż li għandha tiddaħħal direttiva, allura din d-direttiva trid tiġi inkorporata fil- liġijiet tagħna.", "Fil-fatt ġaladarba jgħaddi dan l-abbozz ta' liġi, aħna se nibdew nonoraw dawn it-tip ta' direttivi.", "Hawnhekk jien nixtieq nirrileva punt li għamel l-Onor.", "Mangion u li jien naqbel miegħu.", "Huwa qal li l-income tax għadha qed tiġi meqjusa mill- Unjoni Ewropea bħala xi ħaġa nazzjonali u mhux bħala xi ħaġa tagħha.", "Għalhekk minkejja li hawnhekk qed nagħmlu din l-enabling clause biex din tkun hemmhekk jekk jinqala' l-każ, huwa fatt ukoll li fejn tidħol personal taxation l-Unjoni Ewropea ma tidħolx għax din hija prerogattiva sħiħa tan- national goverment.", "Għalhekk jien naqbel miegħek perfettament fuq dan il- punt, Onor. Mangion.", "THE CHAIRMAN: Iktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Sur President, huwa tajjeb li l-ministru tana din l-ispjegazzjoni għax għallinqas issa hawn għandna recorded li qabel ma tiġi implimentata xi direttiva ta' l-Unjoni Ewropea, se jkun hemm proċess ta' konsultazzjoni u ta' skrutinju.", "Ikun tajjeb ukoll li nerġgħu nikkonstataw li fejn jidħol element ta' tassazzjoni, dik tibqa' prerogattiva tan- national goverment għax l-element tat-tassazzjoni huwa għodda importanti li kull pajjiż jista' jutilizza għall-bżonnijiet tiegħu.", "THE CHAIRMAN: Iktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "(Onor. Membri: No) Il- mistoqsija hi klawsola 8.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 8 għaddiet u ġiet ordnata ssir parti mill-abbozz ta' liġi.", "Klawsola 9 - Emenda ta' l-artikolu 76 ta' l-Att prinċipali.", "Clause 9 - Amendment of article 76 of the principal Act.", "THE CHAIRMAN: Hawn xi rimarki fuq din il-klawsola?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 9.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 9 għaddiet u ġiet ordnata ssir parti mill-abbozz ta' liġi.", "THE CHAIRMAN: Sar il-ħin, u peress li iktar kmieni ntalbet votazzjoni fuq klawsola 39, skond il-mozzjoni ta' proċedura, se nerġa` nqiegħed il- mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi klawsola 39.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "THE CHAIRMAN: Din id-division tittieħed minn hawn u 20 minuta oħra.", "Billi ntalbet votazzjoni fid-9.00 p.m. il-Kumitat ġie sospiż u rriżuma 20 minuta wara.", "THE CHAIRMAN: Se nerġa` npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi klawsola 39.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Galea.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Sur President, ninforma lill-kumitat li għan-naħa tal- gvern se jiġu paired:", "L-Onor.", "De Marco Mario Gonzi Lawrence Pullicino George.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Għan-naħa ta' l-oppożizzjoni se jiġu paired:", "L-Onor.", "Debono Grech Joe Sant Alfred Vella Karmenu.", "VOTAZZJONI NRU 44", "FAVUR : 31", "L-Onor.", "|Abela Anthony |Fenech Adami | | |Eddie | |Agius David |Frendo Michael | |Agius Francis |Galea Censu | |Arrigo Robert |Galea Louis | |Azzopardi |Galea Mario | |Frederick | | |Azzopardi Jason |Gatt Austin | |Bonnici Josef |Gonzi Michael | |Borg Joe |Mifsud Bonnici | | |Antoine | |Borg Tonio |Mifsud Bonnici | | |Carmelo | |Cristina Dolores |Mugliett Jesmond| |D'Amato Helen |Puli Clyde | |Dalli John |Pullicino | | |Orlando Jeffrey | |Debono Giovanna |Vassallo Edwin | |Deguara Louis |Zammit Ninu | |Falzon Joseph |Zammit Dimech | | |Francis | |Fenech Antonio | |", "KONTRA : 26", "L-Onor. | | | |Abela Carmelo |Dalli Helena | |Abela Joseph |Farrugia Angelo | |Agius Chris |Farrugia Michael| |Attard Montalto |Farrugia Noel | |John | | |Bartolo Evarist |Gulia Gavin | |Brincat Joseph |Herrera Jose' | |Buhagiar Charles |Mangion Charles | |Buontempo Stefan |Mizzi Joe | |Cardona Chris |Parnis Silvio | |Caruana Justyne |Refalo Anton | |Chircop Karl |Sammut Joseph | |Coleiro Marie |Vassallo Adrian | |Louise | | |Cuschieri Joseph |Vella George |", "Klawsola 39 għaddiet u ġiet ordnata ssir parti mill-abbozz ta' liġi.", "Fid-9.22 p.m. il-Kamra rriżumiet u l-president tal-kumitat irrapporta progress u talab il-permess sabiex il-kumitat jerġa` jiltaqa'.", "MR SPEAKER: Sar il-ħin.", "Nitlob lill-Ministru Galea biex, jekk jogħġbu, iressaq l-aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, nipproponi l-aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tlieta, 2 ta' Marzu 2004, fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li Jimplimenta Miżuri ta' l-Estimi – Kumitat (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar ir-Rifuġjati – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Reġistru Ċentrali - Kumitat; u", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Ilsien Malti - Tieni Qari.", "------------------------------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili (Emenda Nru 2) - Kumitat Permanenti.", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Caruana.", "ONOR.", "JUSTYNE CARUANA: Mr Speaker, f'dan l-aġġornament nixtieq nitkellem ftit dwar il-Gozo Channel in vista tal-fatt li dan l-aħħar qed isir studju biex din il-kumpannija tara b'liema mod u b'kemm se tgħolli t-tariffi tagħha.", "F'din il-kwestjoni nispera li ma jiġrix bħalma ġara meta nbidlu l- ħinijiet tat-traġitti, fejn l-ewwel kienet ħarġet timetable u din ġiet iċċirkolata anke lill-operaturi turistiċi kif normalment isir, u mbagħad wara dan kollu, f'daqqa waħda reġgħet ħarġet timetable oħra bi traġitti ridotti.", "Meta jiena staqsejt lill-ministru fuq liema kriterji ttieħdet din id-deċiżjoni, huwa qalli li saret l-analisi opportuna u saru l- konsultazzjonijiet meħtieġa, pero` irriżulta li lanqas biss konsultazzjonijiet mal-ministru għal GĦawdex ma saru qabel ma ttieħdet din id-deċiżjoni.", "Imbagħad f'laqgħa organizzata mill-Gozo business chamber tfaċċa l-Ministru Austin Gatt biex jagħtina spjegazzjoni fuq is- sitwazzjoni tal-Gozo Channel kif ukoll jagħtina r-raġuni għalfejn it- traġitti kienu tnaqqsu.", "Meta l-ministru tfaċċa għal din il-laqgħa jiena bdejt nistaqsi il-mistoqsija lili nnifsi: Jekk il-Gozo business chamber ma ġietx ikkonsultata meta din għandha rwol tant importanti fil-ħajja soċjali u ekonomika ta' GĦawdex, allura l-konsulti ma' min saru?", "Mr Speaker, lili xejn ma għoġobni l-atteġġjament tal-ministru fejn l-ewwel ħa deċiżjoni li jnaqqas it-traġitti tal-Gozo Channel, u mbagħad wara ġie jagħti l-ispjegazzjonijiet.", "Ta' min jgħid ukoll li aħna xtaqna nagħtuh il- punti di vista tagħna, pero` huwa deherlu li ġaladarba huwa ta l- ispjegazzjonijiet li kellu jagħti, seta` jaqba u jitlaq 'il barra.", "Imma l- isbaħ waħda kienet li meta diversi GĦawdxin minn diversi oqsma qomna kollha flimkien biex nikkritikaw dan l-atteġġjament – u dawk li qamu ma kenux biss min-naħa ta' l-oppożizzjoni, biex nagħmilha ċara - ittieħdet id-deċiżjoni li t-traġitti jerġgħu jiżdiedu, u għalkemm in-numru ta' traġitti ma żdiedux daqs is-snin ta' qabel, għallinqas is-sitwazzjoni tjiebet.", "Issa dan l- aħħar qed tissemma iktar b'mod qawwi ż-żieda fit-tariffi, u sinċerament ma nixtieqx li terġa` tirripeti l-istess sitwazzjoni tat-traġitti, meta kien hemm dan it-taqlib li sar baxx baxx minn wara dahar l-GĦawdxin.", "Wara kollox huwa l-GĦawdxi li jispiċċa jlaqqat kollox u jbati minn dawn id- deċiżjonijiet li jittieħdu, u l-Ministru Austin Gatt, minkejja li huwa nofsu GĦawdxi, ma naħsibx li jħoss nofs dak li nħossu aħna l-GĦawdxin li ta' kuljum ġejjin u sejrin minn GĦawdex għal Malta u vice-versa.", "Jiena minn dejjem kont sensittiva fuq it-tema tal-Gozo Channel u fil-fatt sa mill-ewwel aġġornament li għamilt kont aċċennajt għad-diskors li kien sar fil-ftuħ tal-parlament dwar il-Gozo Channel.", "Kont għedt li meta dakinhar issemmiet il-Gozo Channel f'GĦawdex kien inqala` ċertu fervur minħabba li kienet issemmiet il- privatizzazzjoni.", "Kont għedt ukoll li l- Gozo Channel trid taħdem f'ambjent liberalizzat.", "Huwa fatt li l-Gozo Channel għandha problemi finanzjarji u naqbel, bħalma jaqblu ħafna, li b'xi mod jew ieħor dawn il-problemi iridu jiġu indirizzati għax il-kumpannija trid timxi 'l quddiem u ovvjament fl-istess ħin is-servizz irid jiġi mtejjeb.", "Pero` waqt li jkun qed isir dan il-proċess irid jiġi assigurat li l-impjiegi tal-ħaddiema ma jiġux mhedda u li fl-istess ħin l-interessi tagħna l-GĦawdxin ma jiġux mittiefsa.", "F'aġġornament sussegwenti jiena kont esprimejt ruħi fis-sens li ma nagħtix tort sa barra liċ-chairman tal-Gozo Channel, li jrid jaqbad il-barri minn qrunu, pero` nagħti tort primarjament lil min ġab fl-istat li tinsab fih bħalissa l-Gozo Channel, fejn spiċċat f'sitwazzjoni li kulħadd irid jaħleb minnha u kulħadd irid jara kif se jinqeda minn hawn u kif se jinqeda minn hemm.", "Jiena ninsisti li f'dan l-eżerċizzju ta' ekonomija, biex insejjaħlu hekk, m'għandhomx jisfaw vittmi l-ħaddiema tal-Gozo Channel li l-ewwel, biex jagħmlulhom pjaċir, daħħluhom jaħdmu hemmhekk, u issa qed jgħidu li għax il-kumpannija m'għadhiex viabbli se jispiċċaw ibatu huma għax inkella jogħlew it-tariffi tat-traġitti.", "Iktar ma' jgħaddi ż-żmien apparentement din tat-tariffi iktar qed issir realta`, u għalhekk nappella biex waqt il- proċess li qed isir ma ninsewx li s-servizz provdut mill-Gozo Channel huwa servizz soċjali għall-GĦawdxin.", "Mr Speaker, hawnhekk nixtieq nagħmel rifirenza għal dak li kont għedt inti waqt intervista f'ġurnal lokali meta għedt li s-servizz tal-Gozo Channel għandu jkun il-bus tagħna l-GĦawdxin lejn Malta.", "Aħna l-GĦawdxin nużaw din il-bus tagħna lejn Malta biex naħdmu, biex nistudjaw, biex ninqdew minn xi dipartiment tal-gvern li f'GĦawdex m'hemmx jew inkelal biex nagħmlu xi appuntament fi sptar ġo Malta minħabba li f'GĦawdex ma jkunx hemm l-apparat li jkollna bżonn.", "Din il-ħaġa l-Maltin qatt ma jistgħu jifhmuha.", "Mur ġib żgħażagħ Maltin ta' 17-il sena kemm isibuha diffiċli li jkollhom jitilqu minn darhom jfendu għal rashom, pero` ż-żgħażagħ GĦawdxin, ta' 17-il sena, ikollhom imorru Malta jew biex jistudjaw jew inkella biex jaħdmu bħala skrivani mal-gvern jew f'xi bank.", "Ta' min jgħid ukoll li peress li għalina l-GĦawdxin il-Gozo channel huwa servizz soċjali, aħna nieħdu sussidju fuq il-prezz tal-biljett.", "Fil-fatt matul dawn l-aħħar snin ġieli kelli opportunitajiet li nitkellem fuq dan is- sussidju, u ninkwieta meta nisma` lil xi ħadd jgħid li l-fatt li aħna għandna dan is-sussidju ifisser li qed nirċievu xi trattament privileġġjat.", "Forsi jkun hemm min jaħseb li dan huwa att ta' diskriminazzjoni fil- konfront tal-bqija li jagħmlu użu mis-servizz tal-Gozo Channel.", "Dan qed ngħidu għaliex anke jekk wieħed jifli ftit il-ġurnali, mhux l-ewwel darba li jsib xi korrispondenza ta' xi ħadd li jħossu urtat u diskriminat minħabba li l-GĦawdxin iħallsu inqas tat-traġitt bejn Malta u GĦawdex.", "Mr Speaker, huwa fatt – u dan huwa importanti li wieħed issemmih - li l- qorti Ewropea diġa' esprimit ruħha f'każ li huwa simili għal tagħna, fil- każ ta' Spanja, fejn għandek il-mainland u l-islands.", "Ir-residenti ta' l- islands għandhom prezz sussidjat bħalma għandna aħna l-GĦawdxin, pero` kien hemm xi ħadd li ċċalinġja dan is-sussidju, billi mar quddiem il-qorti Ewropea, u l-qorti Ewropea ddikjarat li tali trattament privileġġjat, kif ġie msejjaħ, huwa diskriminatorju.", "GĦalhekk hija ordnat li r-residenti ta' l-islands iħallsu daqs ir-residenti tal-mainland jew kwalunkwe persuna oħra li tuża dan is-servizz tal-ferry.", "Jiena nispera li issa, li se nissieħbu fl-Unjoni Ewropea, ma jiġix xi ħadd li jagħmel xi suġġeriment bħal dan lill-Unjoni Ewropea.", "GĦal min forsi nesa, tajjeb li nfakkru li qabel l-elezzjoni ġie assigurat li dan is-sussidju mhux se jintmess, u kemm jiena kif ukoll il-poplu GĦawdxi kollu nippretendu li din il-wegħda tinżamm ġaladarba saret.", "Insomma, ma neħodhiex bi kbira jekk din il-wegħda ma tinżammx għax mill-elezzjoni 'l hawn il-gvern Nazzjonalista diġa` ma żammx ħafna minn dawk il-wegħdi li saru qabel l-elezzjoni.", "Dan l-aħħar ġie ppubblikat rapport dwar il-Gozo Channel li kien ikkummissjonat mill-Gozo business chamber u mill-Gozo tourist association.", "Dan ir-rapport huwa intitolat Gozo ferry pricing and this potential impact on Gozo`s economy u jittratta appuntu dwar iż-żieda fuq it-tariffi tan- nollijiet.", "Issa kif qed jgħid it-titlu nnifsu, jirriżulta li ż-żieda fit- tariffi se taffettwa l-ekonomija ta' GĦawdex.", "Ta' min jgħid li l-ewwelnett f'dan ir-rapport ġiet analizzata s-sitwazzjoni ekonomika ta' GĦawdex u iktar 'il quddiem sar studju dwar l-użu tas-servizz tal-Gozo Channel minn diversi kategoriji ta' nies u dwar id-diversi skopijiet li għalih jintuża dan il-ferry.", "Fil-fatt f'dan ir-rapport hemm miktub li s-servizz tal-Gozo Channel jintuża mir-residenti GĦawdxin, mill-Maltin li jmorru GĦawdex għal btala, mill-Maltin li jmorru GĦawdex b'xogħol, mill-Maltin u t-turisti li jmorru GĦawdex bħala day trippers, turisti li jmorru għal btala f'GĦawdex u mit-turisti li jaqsmu l-btala tagħhom parti f'Malta u parti f'GĦawdex.", "Li jispikka f'dan ir-rapport huwa li jissemma diversi drabi l-Gozo residents travel out of necessity'.", "Jissemma wkoll li r-residenti GĦawdxin li jaqsmu ta' kuljum bejn Malta u GĦawdex għall-bżonnijiet tagħhom jammontaw għal 1,700 persuna, li 650 minnhom huma commuters, jiġifieri jmorru ta' kuljum lejn Malta għax-xogħol jew għall-iskola u filgħaxija jerġgħu jirritornaw lejn GĦawdex.", "Dan ir-rapport ikompli jgħid li -", "\"The high usage of the ferry service by Gozo residents highlights their dependence on the service and illustrates the fact that it is used frequently out of necessity rather than out of choice, due to the way the Maltese islands are organised, with Malta being the mainland and Gozo the perifery island\".", "Ta' min wieħed jinnota l-fatt li dan ir-rapport qiegħed jispeċifika d- dipendenza tagħna l-GĦawdxin fuq dan is-servizz u għalhekk irridu noqogħdu attenti x'deċiżjonijiet nieħdu f'dan ir-rigward għax dan il-qasam huwa sensittiv ħafna.", "Dan ir-rapport jgħid ukoll li -", "\"Changes in pricing, trip frequency and ferry infrastructure have an immediate and direct impact on Gozo's economy.\"", "Rigward it-trip frequency għadu kemm kellna esperjenza ftit tax-xhur ilu meta t-traġitti ġew imnaqqsa.", "Imbagħad ir-rapporti jkompli jgħid hekk:", "\"Needless to say, if Gozo residents' fares are increased substantially notwithstanding social elements, there will be negative economic consequences on Gozo`s economy.\"", "Bħala eżempji r-rapport isemmi ż-żieda fil-qgħad, opportunitajiet inqas fil- qasam edukattiv f'GĦawdex u iktar żgħażagħ li jibdew jissetiljaw f'Malta, bil-konsegwenza li r-rabtiet familjari jillaxkaw u jinħallu.", "Mr Speaker, jiena nippretendi li issa li qed isir dan l-istudju, dawn il- fatturi jiġu kkonsidrati, u ovvjament nistenna wkoll li l-interessi tal- ħaddiema tal-Gozo Channel jiġu kkonsidrati.", "Nafu, per eżempju, li lil dawn il-ħaddiema naqsilhom l-overtime u li lil ċerti ħaddiema bagħtulhom ċirkolari biex fil-Ħdud u l-btajjel pubbliċi ma jirraportawx għax-xogħol.", "Jiena ninsab informata li kien hemm anke ħaddiema li ġew imġiegħla jieħdu l- leave, u naf li nhar il-Ħadd tal-karnival il-vapur \"Ta' Pinu\" kien ordnat shift għal xi extra trips li setgħu jinqalgħu, pero` dan ix-shift spiċċa tħassar.", "Ta' min jgħid ukoll li fejn qabel kien ikollok il-coordinator u t- terminal officer wara d-9.00p.m, issa spiċċajna b'persuna waħda biss f'dan il-ħin, bil-konsegwenzi kollha li tista` tgħaddi minnhom persuna waħedha bil-lejl.", "Il-Gozo Channel għandha ħafna problemi, mhux problemi finanzjarji biss, u sta għall-management li l-ewwel jibda jara l-problemi li għandu qabel ma jdur fuq il-ħaddiema.", "Aħna l-GĦawdxin ilna ngħidu li l-problemi tagħna ma jistax isolvihom xi ħadd Malti, għax problema trid l-ewwelnett tgħixha u tifhimha biex tkun tista` ssib soluzzjoni għaliha.", "Hawnhekk nixtieq nerġa` nfakkar għal darb'oħra lill-Partit Nazzjonalista fil-wegħda li kien għamel qabel l-elezzjoni, li s-sussidju tagħna ma jintmessx.", "Għalhekk jiena, bħala membru parlamentari li nirrappreżenta lill-poplu GĦawdxi, se ninsisti u nagħmel ħilti kollha biex dan is-sussidju ma jintmessx.", "Nixtieq inħeġġeġ ukoll lill-ministru għal GĦawdex biex tagħmel ħilitha ħalli tinvolvi ruħha f'dak kollu li jkun qed isir u jkollu x'jaqsam ma' GĦawdex.", "Fl-aħħarnett inħeġġeġ lill-ministru biex tagħmel xi ħaġa ħalli jiġi assigurat li l-pagament tas-sussidju li jingħata lill-istudenti u lill- ħaddiema kull tliet xhur jingħata fil-ħin, u nixtieq nieħu l-opportunita` biex nirringrazzja lill-ministru għal GĦawdex talli kull meta ġbidtilha l- attenzjoni dwar id-dewmien tal-pagament tas-sussidju dejjem tat kas ta' dak li għedtilha.", "Fil-fatt wara ġimgħa li għamilt mistoqsija parlamentari dwar id-dewmien fil-ħruġ ta' dawn il-pagamenti, il-ħaddiema li kienu qed jilmentaw dwar dan waslulhom iċ-ċekkijiet.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Iktar Rimarki?", "L-Onor.", "Gavin Gulia.", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Mr Speaker, jumejn wara l-ġuri ta' Meinrad Calleja, nhar it-Tlieta, 3 ta' Frar jien ktibt artiklu fuq il-ġurnal ''l-orizzont'', u se nikkwota l-aħħar parti ta' dan l-artiklu.", "F'din il-parti ta' dan l- artiklu jiena għedt hekk:", "\"Billi m'hemmx ġurijiet oħrajn pendenti fejn ix-xiehda tal-Ħafi għad tista' tkun utli u sservi l-iskop li għalih ġie ppremjat bi tliet maħfriet presidenzjali, nemmen li l-pożizzjoni tal-Ħafi issa ġiet tassew kritika.", "Mhux hekk biss, talli issa għad trid tittieħed id- deċiżjoni legali u politika dwar jekk għandhomx jiġu rtirati l- maħfriet presidenzjali tiegħu, u dan m'huwiex piż fuq Fenech Adami biss.", "Fenech Adami għad jista' jiskappa billi jirriżenja għax jgħid li kien wasal biex jirtira, ħaġa li dan l-aħħar issemmiet sew fil- media, anke jekk illum wieħed jista' jistaqsi jekk dan l-għajdut kienx qed jiġi mħawwel apposta fil-media minn sorsi qrib Kastilja bħala tħejjija għall-eżitu ta' dan il-ġuri.''.", "Imbagħad komplejt nikteb hekk:", "''Iżda l-piż se jkun ukoll fuq is-suċċessur tiegħu għax il-kwestjoni tal-Ħafi mhux se tagħlaq sempliċement billi jew jirriżenja jew jirtira l-prim ministru.", "Jirtira jew ma jirtirax u jirriżenja jew ma jirriżenjax Fenech Adami, trid tittieħed deċiżjoni dwar il-maħfriet presidenzjali tal-Ħafi.\" .", "Dakinhar kont profetiku, Mr Speaker.", "Fil-fatt min min-naħa l-oħra kien qed jaħseb li l-kwestjoni tal-ġuri ta' Meinrad Calleja u l-kwestjoni tat- tliet maħfriet presidenzjali li Żeppi l-Ħafi ddobba kienu se jorqdu u jispiċċaw għax illum il-Partit Nazzjonalista għadda minn proċess ta' tellieqa bejn il-ħbieb - kif iħobbu jgħidu huma għat-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista - għandu żball għax l-oppożizzjoni se tibqa' tfakkar dan l- iskandlu u se tibqa' tinsisti biex jingħataw ir-risposti.", "Din il-kwestjoni tat-tliet maħfriet presidenzjali li Żeppi l-Ħafi ngħata m'għandha x'jaqsmu xejn mal-fatt li l-Prim Ministru Eddie Fenech Adami ddeċieda li ma jibqax kap tal-Partit Nazzjonalista.", "Il-kwestjoni tat-tliet maħfriet presidenzjali se se tibqa' u għandha tibqa' issue, jipprovaw kemm jipprovaw imewtuha tan-naħa l-oħra u jipprovaw kemm jipprovaw jinqdew bil- media biex joqtluha.", "Illum il-Partit Nazzjonalista għandu lill-Onor.", "Lawrence Gonzi bħala l-mexxej il-ġdid, li fil-ġimgħat li ġejjin se jassumi wkoll il-kariga ta' prim ministru u allura the bug doesn't stop with Fenech Adami.", "Issa din il-kwestjoni se taqa' fairly and squarely fuq ħoġor l- Onor. Lawrence Gonzi, mhux fuqu personali imma bħala r-rappreżentant legali u politiku tal-gvern Nazzjonalista, għax wara kollox din il-kwestjoni tat- tliet maħfriet presidenzjali li kien iddobba Żeppi l-Ħafi kien daħal għaliha l-gvern Nazzjonalista fl-1994 u allura issa jrid ikun gvern Nazzjonalista wkoll li jħoll din l-għoqda.", "Huwa fatt ċar u inekwivoku li dawn it-tliet maħfriet li ngħata Żeppi l-Ħafi ġew mogħtija għalxejn, għax il-kawża ċelebri li għaliha Żeppi l-Ħafi ġie ppremjat bi tliet maħfriet presidenzjali falliet kompletament.", "Suppost bil- maħfriet u bix-xiehda li kellu jagħti Żeppi l-Ħafi f'żewġ ġurijiet - li jien insostni li huma l-kawża li għalihom Żeppi l-Ħafi ngħata dawn il- maħfriet presidenzjali – jiġifieri f'dak ta' Ian Farrugia u l-ieħor f'ta' Meinrad Calleja kellhom jieħdu xejra differenti.", "Madankollu nafu x'kienu d- deċiżjonijiet ġusti f'dawn iż-żewġ ġurijiet, li kienu komposti minn 27 raġel u mara fis-sistema tal-ġustizzja kriminali f'pajjiżna, u nafu li l- iskop li jinstabu ħatja Ian Farrugia u Meinrad Calleja ma ntlaħaqx għax dawn ġew illiberati.", "GĦalhekk issa wieħed irid ikun kontabbli ta' dak li għamel.", "L-ewwel wieħed li jrid ikun kontabbli għal dak li għamel huwa proprju Żeppi l-Ħafi għax ingħata maħfra presidenzjali jew immunita` mill-prosekuzzjoni kif qed jipprovaw idawruha issa.", "Imma ejjew ma noqogħdux inħawdu l-imħuħ, għax maħfra u immunita` mill-prosekuzzjoni jfissru l-istess ħaġa, u hawn qed nitkellmu dwar l-istess artiklu li hemm fil-Kostituzzjoni ta' Malta, li jgħid li l-prerogattiva tal-maħfra li tappartjeni lill-President tista' tiġi eżerċitata sew fil-konfront ta' persuna li għad trid tgħaddi minn proċediment kriminali kif ukoll fil-konfront ta' persuna li tkun għaddiet minn proċediment kriminali u nstabet ħatja.", "GĦalhekk li hemm bejn immunita` mill-prosekuzzjoni u maħfra hija ħrafa kollha kemm hija għax hawn qegħdin nitkellmu dwar l-istess ħaġa; ċioe` dwar prerogattiva tal-President li tista` tingħata f'ċirkostanzi differenti.", "Pero` meta tingħata maħfra presidenzjali f'ċirkostanza fejn il-persuna konċernata ma tgħaddix minn proċess ġudizzjarju, allura din tinvolvi responsabbilitajiet ikbar.", "Ara meta tingħata maħfra presidenzjali wara li jingħata proċediment ġudizzjarju u tingħata l-kundanna, dik hija kwestjoni oħra, għax jekk il-persuna tkun instabet ħatja, imbilli tingħata l-maħfra presidenzjali, il-ħtija u l- kundanna xorta jibqgħu hemmhekk.", "Imma fil-każ ta' dik li n-Nazzjonalisti llum qed isejħulha \"immunita` mill- prosekuzzjoni\" m'hemmx kundanna, għax f'dan il-każ il-persuna ma tkunx għaddiet minn proċediment ġudizzjarju u allura ma jkunx hemm kundanna.", "GĦalhekk meta tingħata din it-tip ta' prerogattiva, tkun trid tingħata taħt responsabbilta` kbira għax hemmhekk inti ma tkunx qed teħles lill-persuna biss mill-ħabs jew mill-piena imma tkun saħansitra qed teħlisha mill- kundanna.", "GĦalhekk fil-mument li tingħata dik it-tip ta' maħfra hemm responsabbilta` kbira, liema responsabbilta` kbira temanixxi wkoll mill- fatt li dawk it-tliet maħfriet presidenzjali ngħataw bil-kondizzjoni li Żeppi l-Ħafi jgħid il-verita`.", "Issa qalx il-verita` jew le Żeppi l-Ħafi, il-fatt jibqa` li x-xiehda tiegħu ma rnexxietx, u ma rnexxietx mhux biss f'dawk iż-żewġ ġurijiet imma wkoll fil-każ tat-traffikar tad-droga ta' Meinrad Calleja.", "Smajna lill-Ministru Tonio Borg jgħid li x-xiehda ta' Żeppi l-Ħafi fil-każ tal-ġuri ta' Meinrad Calleja rnexxiet, u dan instab ħati b'importazzjoni u traffikar ta' droga.", "M'hu veru xejn!", "Dan kien tentattiv biex tiġi ddevjata u żvijata din il- Kamra għax ilkoll nafu li meta Meinrad Calleja tressaq il-qorti akkużat b'importazzjoni u bi traffikar ta' droga kien għadu lanqas biss seħħ il-każ ta' attentat ta' omiċidju fuq is-segretarju personali tal-Prim Ministru, Richard Cachia Caruana.", "Meinrad Calleja kien diġa` tressaq il-qorti fuq evidenza li kienet ġabret il-pulizija.", "Mhux hekk biss, imma talli fil- kumpilazzjoni ta' Meinrad Calleja bl-akkuża fuq importazzjoni u traffikar ta' droga rriżulta wkoll prima facie, jiġifieri at face value, li jeżistu provi biżżejjed fil-konfront ta' Meinrad Calleja biex jitqiegħed taħt att ta' akkuża, u nerġa` nirripeti li dan seħħ qabel il-każ ta' l-attentat ta' omiċidju fuq Richard Cachia Caruana u ferm qabel ma ngħataw it-tliet maħfriet presidenzjali lil Żeppi l-Ħafi.", "B'hekk min jiġi jgħid li x-xiehda ta' Żeppi l-Ħafi serviet sabiex jinstab ħati Meinrad Calleja fil-każ ta' importazzjoni u traffikar tad-droga jkun qiegħed jgħid ħmerija u qiegħed jipprova jillapazza kemm jista` jkun biex jipprova jagħti l-impressjoni li t-tliet maħfriet servew għal xi ħaġa.", "Pero` kif qed nipprova issa stess, dawn it-tliet maħfriet presidenzjali ma servew għalxejn.", "Li l-prim ministru llum irriżenja minn kap tal-Partit Nazzjonalista hija kwestjoni - issa jekk irriżenjax għaliex kiber jew irriżenjax għaliex hekk kien jeħtieġ li jagħmel wara d-disfatta fil-proċess ġudizzjarju ta' Meinrad Calleja, dik kwestjoni oħra - pero` żgur li l-kwestjoni ta' jekk it-tliet maħfriet presidenzjali għandhomx jiġu rtirati hija kwestjoni li jrid jerfagħha l- gvern nazzjonalista, u jrid jerfagħha s-suċċessur il-ġdid tal-Partit Nazzjonalista, l-Onor.", "Lawrence Gonzi.", "Issa l-Onor.", "Lawrence Gonzi jrid jgħidilna b'mod ċar u inekwivoku...", "Aħna nafu li ħareġ għonqu l-Onor.", "Tonio Borg, nafu li qalha wkoll l-Onor.", "Eddie Fenech Adami, pero` kif jgħidu l- Ingliżi, issa rridu nisimgħuha from the horse`s mouth, jiġifieri mill-Onor.", "Lawrence Gonzi nnifsu, jekk jaqbilx ma' sħabu li tkellmu u jgħidilna jekk it-tliet maħfriet presidenzjali għandhomx jibqgħu jew inkella għaliex ma jistgħux jitneħħew.", "Sur President, min jiġi jgħid li t-tliet maħfriet presidenzjali ma jistgħux jitneħħew ladarba ngħataw qiegħed jassumi responsabbilta` akbar għax jekk verament bil-liġi dawk it-tliet maħfriet presidenzjali ma jistgħux jiġu rtirati minkejja din il-farsa li nqalgħet fejn it-tliet maħfriet presidenzjali ma servewx sabiex issib il-kundanna f'żewġ persuni li allegatament kienu implikati f'dan il-każ, allura kemm hija akbar ir- responsabbilta` politika ta' min ta dawk il-maħfriet presidenzjali sabiex iwarrab min-nofs u jagħti rendikont trasparenti lill-poplu għal għemilhom.", "Wara kollox din id-deċiżjoni ttieħdet mill-kabinett Nazzjonalista ta' l- 1994, u fil-kabinett tal-lum hemm ministri li dak iż-żmien li kienu ngħataw dawn il-maħfriet diġa` kienu qegħdin jaħdmu għall-gvern Nazzjonalista ta' dak iż-żmien u allura huma kolletivament responsabbli għal din id-deċiżjoni bażwija li ttieħdet meta ngħataw dawn it-tliet maħfriet presidenzjali.", "Mr Speaker, nikkonkludi billi ngħid li aħna qed nistennew pożizzjoni uffiċjali mis-suċċessur il-ġdid tal-Partit Nazzjonalista rigward il- maħfriet presidenzjali ta' Żeppi l-Ħafi.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it-Tlieta, 2 ta' Marzu, 2004 fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-ministru.", "Fid-9.53 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "SKOLA TA' L-ARTI – XOGĦOL KLERIKALI", "4354.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: B'rifirenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 3881, jista' il- Ministru jgħid jekk kienx hemm xi eċċezzjonijiet u f'liema skola jew skejjel hemm principals fi skala 9 li qed jagħmlu xogħol klerikali?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li hemm principal wieħed fl-iskola ta' l-arti.", "SKEJJEL - SERVIZZ TAT-TRASPORT", "4356.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm kumpanniji li jipprovdu karozzi għas- servizz tat-trasport skolastiku?", "Fis-servizz li jipprovdu kemm hemm vjaġġi b'kollox?", "Kemm minnhom huma amalgamati?", "Xi ħlasijiet jieħdu l-kuntratturi għat-tip ta' vjaġġi differenti li jagħmlu?", "B'kollox kemm ġie jiswa dan is- servizz fis-sena skolastika li għaddiet?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Tliet kumpanniji jipprovdu s-servizz tat-trasport skolastiku u bejniethom jipprovdu madwar 760 vjaġġ.", "Hemm 50 vjaġġ li huma amalgamati.", "Ir-rati tal-ħlas għas-sena skolastika 2002/2003 kienu kif ġej:", "|Minibuse|Minibuses |Buses/coac| |s |for special|hes | | |schools | | | | | | |Lm2.88 | |Lm3.70 | | | | | |3.57 |Lm4.29 |4.41 | | | | | |4.29 |5.03 |5.06 | | | | | |4.97 |5.84 |6.44 | | | | | |5.72 |6.85 |7.15 |", "In-nefqa totali għat-trasport skolastiku għas-sena 2002/2003 kienet ta' Lm 1,053,884", "FONDAZZJONI GĦALL-ISKEJJEL TA' GĦADA", "4358.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm-il darba u għal liema tip ta' xogħol saru sejħiet mill-MISCO biex jimtlew postijiet mal-fondazzjoni għall-iskejjel ta' għada?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li saret sejħa waħda mill-kumpannija msemmija biex jimtela post ta' chief administrative officer.", "SAFETRUST LTD.", "4361.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jeżisti xi kuntratt mill-ministeru jew mid-diviżjoni ta' l-edukazzjoni biex il-kumpannija safetrust tipprovdi xi servizz?", "Kemm jiswa s-servizz li qed tipprovdi?", "X'tip ta' servizz tipprovdi?", "Kif intgħażlet din il-kumpannija biex tipprovdi dan is-servizz?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Jeżisti kuntratt li jiġġedded kull tliet xhur ma' safetrust ltd biex din tipprovdi servizz ta' sigurta' ma' l-entratura tal- binja tal-ministeru/diviżjoni ta' l-edukazzjoni.", "Il-kumpannija ntgħażlet wara li ntalbu kwotazzjonijiet mingħand tliet kumpanniji.", "Il-prezz mitlub minn safetrust ltd - jiġifieri Lm2.20 fis-siegħa (VAT eskluża) - kien l- irħas.", "Is-servizz mogħti jikkonsisti fi bniedem wieħed li jikkontrolla kemm il- vetturi li jieqfu quddiem il-binja kif ukoll in-nies li jidħlu fil-binja.", "Il-kuntratt kurrenti jagħlaq fl-aħħar ta' Frar u mhux fil-ħsieb li jiġġedded.", "UNIVERSITA' – MASTERS FIL-PSIKOLOĠIJA", "4364.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: X'riżorsi finanzjarji u umani għandha bżonn l-universita' biex tkun tista' torganizza korsijiet M. Psych. li tant għandna bżonn fl-oqsma ta' l- edukazzjoni u soċjali u anke dak ta' l-impjiegi?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-universita' għandha bżonn Lm20,000 oħra fis-sena biex tkun tista' toffri masters fil-psikoloġija edukattiva, fil-psikoloġija klinika u fil-counselling.", "Dan l-ammont ikopri l-bżonnijiet kollha, inkluż dawk umani.", "MAGĦTAB – SKART TA' L-ANNIMALI", "4366.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' il-Ministru jgħid kemm-il darba f'dawn l-aħħar tliet xhur intremew karkassi sħaħ ta' majjali u baqar fil-Magħtab?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Fil-Magħtab bejn Ottubru u Diċembru 2003 intremew 954 tunnellata ta' skart minn proċessar ta' annimali u karkassi sħaħ.", "Din l- istatistika tinkludi wkoll karkassi sħaħ ta' majjali u baqar.", "POLITIKA SOĊJALI - MOBILE PHONES", "4422.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jirrispondi l- mistoqsija parlamentari 4278 u jgħid kemm hemm mobile phones fid-dekasteru tiegħu?", "Minn min qed jintużaw u kemm tħallsu kontijiet matul is-sena 2003?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tabella bl-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il- mejda tal-Kamra aktar kmieni fis-seduta.", "SAĦĦA - DIRETTUR GPS", "4441.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' il- Ministru jispjega l-fatt kif wara li d-direttur tal-GPS ġiet kuntrattwalment assenjata proġett għat-twaqqaf ta' l-awtorita' regolatorja tal-mediċini, din il-persuna ma ġietx milqugħa lura bħalha direttur tal-GPS wara li lestiet il-proġett skond l-istess ftehim?", "Dan ifisser li għall- post ta' direttur tal-GPS illum għandna tnejn minn nies li għal posting wieħed qed jitħallsu żewġ pagi?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni li għandu mhix għal kollox korretta.", "Id-direttur tal-GPS ma lestietx il- proġett assenjat lilha iżda rriżenjat mill-kariga lilha mogħtija.", "Hija ġiet milqugħa lura fid-diviżjoni tas-saħħa bħala direttur tal-GPS u ġiet assenjata t-tmexxija tat-taqsima tal-policy and audit, dipartiment ġdid fl- uffiċċju tad-direttur ġenerali.", "Id-direttur tal-GPS għadha qatt ma daħlet għax-xogħol mid-data tar-riżenja għax qegħda fuq sick leave.", "YACHT REGISTRATION - ĦLAS TAL-VAT", "4442.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomiċi: Peress li l-gvern naqqas ir-rata tal-VAT għal 5% fuq yachts, eċċ. bejn Novembru 2003 u Marzu 2004, jista' il-Ministru jgħid kemm yachts ġew reġistrati taħt din l-iskema?", "Peress li l-gvern stqarr li din il-miżura għandha tgħin in-negozju tar-reġistrazzjoni ta' jottijiet, jista' jgħid kemm żdied id-dħul tal-gvern b'din il-miżura?", "Jista' ipoġġi fuq il- mejda tal-Kamra lista tal-jottijiet reġistrati sal-lum?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jistenna sa l-aħħar ta' Marzu meta tagħlaq l-iskema għalkemm b'danakollu ma naħsibx li nista' nagħti dettalji dwar min qed iħallas it-taxxa.", "VAPURI REĠISTRATI TAĦT IL-BANDIERA MALTIJA", "4455.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid matul is-sena 2003 kemm-il vapur reġistrat Malta kien involut f'xi inċident?", "Kemm-il vapuri għereq, liema kienu u fejn?", "X'kienet il-kawża f'kull każ?", "Kien meħtieġ li l-gvern jidħol f'xi każ minnhom?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat illi matul is-sena 2003 kien hemm 119-il inċident fejn kien hemm involuti bastimenti merkantili reġistrati Malta.", "Tnejn minn dawn, il-Junior M u l-Ogan għerqu, l-ewwel wieħed fil-Baħar l- Iswed u l-ieħor 70 mil 'il bogħod mill-Greċja.", "L-awtorita` marittima ta' Malta tinvestiga kull inċident fejn ikun hemm involuti bastimenti Maltin.", "VAPURI REĠISTRATI TAĦT IL-BANDIERA MALTIJA", "4456.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm imwiet fost baħrin li kienu qed iservu fuq bastimenti rreġistrati f'Malta fl-2003?", "Fuq liema bastiment kienu qed iservu?", "Ta' liema nazzjonalita` kienu?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Matul is-sena 2003, disa' persuni ta' erba' nazzjonalitajiet differenti li kienu qed iservu fuq ħames bastimenti reġistrati Malta tilfu ħajjithom kawża ta' xi inċident.", "Tliet persuni oħra ta' tliet nazzjonalitajiet differenti li kienu qed iservu fuq tliet bastimenti Maltin intilfu l-baħar u wieħed minnhom instab mejjet.", "VAPURI REĠISTRATI TAĦT IL-BANDIERA MALTIJA", "4457.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' baħrin Maltin li qed iservu fuq bastimenti reġistrati taħt il-bandiera Maltija?", "Jista' jgħid kemm minnhom huma speċjalisti fix-xogħol tagħhom u f'liema xogħol?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mhux possibbli jingħata n-numru eżatt ta' persuni Maltin li qed iservu fuq bastimenti merkantili reġistrati taħt il-bandiera Maltija u li jbaħħru f'ibħra internazzjonali.", "Probabbli dan in-numru m'huwiex iktar minn 100, li madwar nofshom huma uffiċjali ċċertifikati u 30 oħra huma deck jew engine room ratings.", "MCAST - ISTITUT MARITTIMU", "4458.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm studenti fl-MCAST li qed jistudjaw is-sengħa marittima?", "F'liema qasam?", "Jista' jgħid jekk kienx hemm min iggradwa f'dawn l-aħħar jiem f'dan il-qasam?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Bħalissa hemm diversi studenti jattendu korsijiet fl- istitut marittimu ta' l-MCAST, u cioe':", "Kors: O-i-C Navigational Watch Fl-ewwel sena: 15 Fit-tieni sena (fuq bastimenti jbaħħru): 6 Fit-tielet sena: 6", "Kors: O-i-C Engineering Watch Fl-ewwel sena: 0 Fit-tieni sena: (fuq bastimenti jbaħħru): 1 (fuq l-art): 3", "Kors: Chief Mate Fl-ewwel sena: 5", "Kors: 2nd Engineer Fl-ewwel sena: 1", "F'dawn l-aħħar jiem ma ggradwa ħadd.", "UNIVERSITA' - VOT RIKORRENTI", "4459.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kif inhu maqsum il-vot rikorrenti ta' l-universita`?", "Kemm minnu jmur għal pagi, kemm għal ħwejjeg amministrattivi, eċċ?", "Jista' jagħti dan it-tagħrif kemm għal din is-sena li ninsabu fiha kif ukoll għas- sentejn ta' qabel?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif mitlub tpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni fis-seduta.", "UNIVERSITA' – ALLOKAZZJONI TA' FONDI", "4460.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm ħadu flus il-fakultajiet rispettivi ta' l- universita` f'dawn l-aħħar tliet snin?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif mitlub tpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni fis-seduta.", "AMBAXXATUR MALTI F'WASHINGTON – CURRICULUM VITAE", "4472.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' il-Ministru jqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra l-cirriculum vitae ta' l- Ambaxxatur John Lowell?", "ONOR.", "JOE BORG: Kopja tal-curriculum vitae ta' l-Ambaxxatur Malti fl- Istati Uniti tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni fis-seduta.", "KUNTATTI MAN-NORTEL", "4473.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi ambaxxatur li għandu kuntatti kummerċjali mal-kumpannija Nortel fil-Kanada?", "Saru xi kuntatti mill- Ambaxxatur Malti fl-Istati Uniti li hu akkreditat għall-Kanada ma' din il- kumpannija?", "ONOR.", "JOE BORG: Ma jirriżultalix li xi ambaxxatur għandu kuntatti kummerċjali mal-kumpannija Nortel fil-Kanada.", "Lanqas ma jien informat li saru kuntatti ma din il-kumpannija mill-Ambaxxatur Malti fl-Istati Uniti akkreditat għall-Kanada.", "PROMOZZJONI TA' L-INDUSTRIJA", "4474.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' il-Ministru jgħid jekk mill-1 ta' Diċembru, 2003 s'issa l-Ambaxxatur Salvinu Busuttil kienx Malta ma' delegazzjonijiet ta' industrijalisti barranin?", "Jista' jgħid jekk talabx u ngħatax l-assistenza tat-taqsima kummerċjali u ekonomika tal-ministeru?", "Jista' jgħid minn min kien akkumpanjat fil-laqgħat li kellu hawn Malta?", "ONOR.", "JOE BORG: Bħala parti mix-xogħol ta' l-ambaxxata biex tippromwovi l- industrija Maltija, l-ambaxxatur flimkien ma l-ogħla rappreżentanti tal- Malta Enterprise - li bħala rappreżentant għandha kunsillier ekonomiku fi ħdan l-Ambaxxata ta' Malta f'Pariġi - għen biex niżlu Malta diversi industrijalisti Franċiżi interessati f'pajjiżna.", "L-ogħla rappreżentanti tal-Malta Enterprise ħadu sehem f'dawn il-laqgħat flimkien ma' l-ambaxxatur li kien Malta għal btala.", "L-ambaxxata żammet informata t-taqsima kummerċjali u ekonomika tal- ministeru tiegħi.", "AMBAXXATUR GĦAL BRAŻIL", "4475.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' il-Ministru jgħid meta nħatar ambaxxatur għall-Brażil il-Maġistrat Borg Olivier de Puget?", "Fejn hu residenti?", "Kemm-il darba mar il-Brażil?", "Kemm qamet kull żjara għal dan il-pajjiż?", "Xi pjani għandhom il-gvern u l- ambaxxatur in kwestjoni dwar kif jistgħu jiġu żviluppati r-relazzjonijiet ta' Malta mal-Brażil fil-ġejjieni?", "ONOR.", "JOE BORG: Il-Maġistrat Borg Olivier de Puget inħatar ambaxxatur għall-Brażil, b'residenza f'Washington D.C. fit-22 ta' Settembru 2002.", "L- ambaxxatur qiegħed jistenna li l-awtoritajiet Brażiljani jinformaw lill- Gvern Malti bid-data li fiha jrid jippreżenta l-ittri tal-kredenzjali u għaldaqstant għadu ma għamel ebda żjara għal dan il-pajjiż.", "Bħal fil-każ ta' relazzjonijiet bilaterali oħrajn, anke f'dan il-każ il- gvern deherlu li kellu jirrreċiproka l-ħatra ta' ambaxxatur mhux residenti tal-Brażil għal Malta.", "B'dan il-mod ir-relazzjonijiet bilaterali jistgħu jiġu żviluppati aħjar fil-ġejjieni.", "LIECHTENSTEIN - AMBAXXATUR NON-RESIDENTI", "4476.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' il-Ministru jgħid x'kien l-iskop li jinħatar ambaxxatur non- residenti għal-Liechtenstein meta l-ministeru għandu ambaxxaturi residenti f'Ġinevra u fi Vjenna u kien ikun aktar naturali li wieħed minn dawn it- tnejn jiġi akkreditat għal-Liechtenstein?", "ONOR.", "JOE BORG: L-ambaxxatur mhux residenti għal-Liechtenstein huwa akkreditat għan-Norveġja u mhux għall-Liechtenstein biss.", "Il-kriterju li għalih jinħatru ambaxxaturi għal pajjiżi oħra m'għandux ikun biss abbażi ta' prossimita' ġeografika.", "QRATI - PROĊEDURI TA' AFFISSJONI U PUBBLIKAZZJONI", "4487.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Ministru jgħid min huma l-uffiċjali nkarigati mill-proċeduri ta' affissjoni u pubblikazzjoni?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li l-uffiċjali nkarigati mill- proċeduri ta` affissjoni huma marixxalli tal-qorti, filwaqt li dawk inkarigati mill-pubblikazzjoni huma deputati reġistraturi u uffiċjali legali.", "Dawn ta` l-aħħar isimhom jidher f'kull avviż ippubblikat fil- Gazzetta tal-Gvern u fil-ġurnali.", "QRATI - PROĊEDURI TA' PUBBLIKAZZJONI", "4488.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Ministru jgħid għaliex l-uffiċjali nkarigati li jieħdu ħsieb il- pubblikazzjoni fil-Gazzetta tal-Gvern qed idumu żmien esaġerat biex jagħmlu dan?", "Jista' il-Ministru jgħid ukoll għaliex meta fl-aħħar issir il- pubblikazzjoni ħafna drabi qed tkun żbaljata, bħal per eżempju meta tiġi indikata qorti ħazina?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li ċerti pubblikazzjonijiet jieħdu iktar żmien minn oħrajn peress li l-volum ta` xogħol ivarja minn żmien għal ieħor.", "Huwa minnu li kultant ikun hemm żbalji f'publikazzjonijiet u meta jiġri hekk terġa` issir pubblikazzjoni mill-ġdid malajr kemm jista` ikun.", "QRATI - PROĊEDURI TA' PUBBLIKAZZJONI", "4489.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Ministru jgħid, kemm saru żbalji f'pubblikazzjonijiet fil- gazzetta tal-gvern matul l-2000, 2001, 2002 u 2003?", "Jaqbel il-Ministru li dan huwa inaċċettabbli, speċjalment meta ċ-ċittadini qed jonfqu ammont sostanzjali għal din il-proċedura?", "X'beħsiebu jagħmel il-Ministru biex l- affarijiet isiru kif imiss, occorendo li jittieħdu passi dixxiplinarji kontra dawk ikkonċernati?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li ma tinżammx statistika ta` kemm isiru żbalji f'pubblikazzjonijiet tal-gazzetta tal-gvern u f`pubblikazzjonijiet simili.", "Ċertament żbalji għandhom ikunu evitati iżda mill-ħafna publikazzjonijiet twal u dettaljati li jsiru, l-Onor.", "Membru jaf li dawn isiru tajjeb ħlief f'każi iżolati.", "L-amministrazzjoni tal-qorti tara li dawn l-iżbalji kemm jista` ikun ma jseħħux.", "MEDJATURI - KAŻI TA' SEPARAZZJONI", "4490.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Ministru jispjega l-proċedura l-ġdida li qed jadoperaw il- medjaturi f'każi ta' separazzjoni, fejn kawżi jiġu assenjati u l-medjaturi mhux qed jinformaw lill-avukati b'dan?", "Jista' il-Ministru jinnota li f'dawn l-ittri li qed jintbagħtu m'hemm l-ebda konferma ta' notifika?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi r-reġistru tal-qorti ċivili (sezzjoni tal-familja) jipprovdi lill-medjaturi bil-materjal kollu ta` stationery li jkollhom bżonn sabiex l-istess medjaturi jinformaw lill- partijiet bil-ġurnata, il-ħin u l-post meta tkun se tinżamm is-seduta.", "Tali ittri jintbagħtu permezz ta` posta normali.", "L-avukati tal-partijiet qegħdin jingħataw in-numru tat-telefon tal- medjaturi sabiex jiffaċilitaw il-proċediment tal-medjaturi u barra minn hekk, fuq ir-reġistru tal-medjaturi li qiegħed għad-dispożizzjoni tal- pubbliku hemm ukoll indikat in-numru tat-telefon.", "SAĦĦA - CASUAL WARD CLERKS", "4491.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' il- Ministru ġentilment jgħid jekk hemmx il-ħsieb li joħorġu applikazzjonijiet biex casual ward clerks impjegati mad-diviżjoni tas-saħħa jkunu jistgħu japplikaw biex isiru tal-post?", "Billi kull ma fadal huwa xi seba' casual ward clerks li issa ilhom impjegati fuq bażi casual għal snin twal, jista' il-Ministru jara li ladarba dawn qed jagħtu kontribut siewi għandhom jingħataw iċ-ċans li jsiru tal-post?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Il-postijiet ta' ward clerical assistant jimtlew wara li toħroġ sejħa pubblika għal applikazzjonijiet mill-kummissjoni dwar is- servizz pubbliku.", "L-applikanti jridu joqogħdu għall-eżami bil-miktub u min jgħaddi biss ikun jista' joqgħod għall-intervista mill-bord ta' l-għażla.", "L-applikanti magħżula mbagħad jiġu mpjegati skond l-ordni tal-mertu.", "Is-seba' casual ward clerical assistants li għalihom qed jirriferi l-Onor.", "Interpellant huma dawk il-persuni li flimkien ma' oħrajn kienu ġew impjegati fis-17 ta' Diċembru 1991 u mbagħad applikaw għal post permanenti meta ħarġet sejħa għal applikazzjonijiet fil-21 ta' April, 1995.", "Dawn is- sebgħa kienu weħlu mill-eżami bil-miktub u għalhekk ma setgħux isiru tal- post iżda baqgħu jinżammu fl-impjieg tagħhom fuq bażi każwali u għadhom hekk sal-lum.", "OPM - SEGRETARJU PERMANENTI EWLIENI", "4492.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Prim Ministru: X'inhuma il- kondizzjonijiet u l-pakkett finanzjarju li ġew offruti lis-Sur J R Grima wara l-ħatra riċenti tiegħu?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Mal-ħatra tiegħu ta' segretarju permanenti ewlieni, is-Sur J R Grima baqa' iżomm l-istess kondizzjonijiet u pakkett finanzjarju li kellu bħala segretarju permanenti fl-uffiċċju tal-prim ministru, inkluża l-allowance pensjonabbli li kien tah il-prim ministru ta' qabel fuq bażi personali u li jien f'Jannar 2004 irrevedejt għal Lm4,409 fis-sena talli s-Sur Grima ser jibqa` iservi bħala uffiċjal pubbliku.", "OPM - SEGRETARJU PERMANENTI EWLIENI", "4508.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Prim Ministru: Kemm se jkun is- salarju tas-segretarju permanenti prinċipali?", "X'inhuma u kemm huma l- allowances u l-fringe benefits li ser jibbenifika minnhom min ser jieħu dan il-post?", "Jekk dan il-post huwa suġġett għal kuntratt, għal kemm żmien ser ikun dan il-kuntratt?", "Saret sejħa pubblika għall-mili ta' dan il-post?", "Kif intgħażlet il-persuna indikata?", "Meta kien hemm l-approvazzjoni tal- public service commission?", "Xi proċedura intużat f'dan il-każ?", "U min approva din il-ħatra?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Mat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 4492 inżid ngħid li l-metodu tal-ħatra, il-paga u l-benefiċċji tas-segretarju permanenti ewlieni fuq bażi ta' kuntratt huma preċiż bħalma kienu dawk tas-segretarju permanenti fl-uffiċċju tal-prim ministru sa l-4 ta' Frar, 2004.", "OPM - SEGRETARJU PERMANENTI EWLIENI", "4509.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Prim Ministru: Jista' il-Prim Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-ħatra u kopja tal-kuntratt fuq il-mejda tal-Kamra?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Bħalma taf l-Onor.", "Membru, m'hijiex etika li wieħed ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-karti mitluba u din ir-regola dejjem ġiet irrispettata.", "It-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 18,371 tal-leġislatura preċedenti tikkonferma dan.", "ETC - PERSUNI JIRREĠISTRAW GĦAX-XOGĦOL", "4510.", "L-ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm persuni li qed jirreġistraw għax-xogħol ma' l-ETC bħala part-time social assistants?", "Hemm xi rġiel li qed jirreġistraw għal dan ix-xogħol?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-korporazzjoni tax-xogħol u taħriġ ma' tirreġistrax nies biex jaħdmu fuq part-time biss.", "In-nies li jirreġistraw għax-xogħol iridu jkunu lesti li jaħdmu għal kull tip ta' xogħol.", "POLITIKA SOĊJALI - BORDIJIET U KUMMISJONIJIET", "4511.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru li taħtu taqa l-ente responsabbli għall-avvanz tan-nisa fis-soċjeta', jagħtina l-perċentwali ta' nisa u rġiel fuq bordijiet u kummisjonijiet appuntati mill-gvern għas-sena 2003?", "Jista' jagħti wkoll il-perċentwali ta' nisa u rġiel li jippresjedu fuq dawn il-bordijiet?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab informat li matul l-2003 il-perċentwali ta' bordijiet, kummissjonijiet, kumitati, tribunali u awtoritajiet appuntati mill-gvern li kienu ppreseduti minn nisa kien ta' 13.3%, filwaqt li 18% tal- membri kienu nisa.", "AFFARIJIET BARRANIN - BORDIJIET U KUMMISJONIJIET", "4512.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' il-Ministru jagħti l-perċentwali ta' nisa u rġiel fuq bordijiet u kummissjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu għas-sena 2003?", "Jista' jagħti wkoll il-perċentwali ta' nisa u rġiel li jippresjedu fuq dawn il-bordijiet?", "ONOR.", "JOE BORG: Matul l-2003 kien hemm erba' bordijiet/kummissjonijiet li kienu komposti kif ġej:", "* Malta / EU steering and action committee - MEUSAC core group - magħmul minn 25 membru, u cioe' 92% rġiel u 8% nisa;", "* L-awtorita' nazzjonali għall-implimentazzjoni tal-konvenzjoni dwar armi kimiċi komposta minn ħames membri, kollha rġiel;", "* Il-bord ta' konsulenti tal-ministru għall-affarijiet barranin bħalissa magħmul minn 13-il membru, u cioe' 85% irġiel u 15% nisa; u", "* Il-bord tal-kunsillieri tal-Voice of the Mediteranean kompost minn sitt membri, kollha rġiel, bord li ġie xolt fl-aħħar tas-sena 2003.", "Matul l-2003 il-bordijiet fil-ministeru kienu ppreseduti minn irġiel.", "AFFARIJIET RURALI U AMBJENT - BORDIJIET U KUMMISJONIJIET", "4513.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jagħti l-perċentwali ta' nisa u rġiel fuq bordijiet u kummissjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu għas-sena 2003?", "Jista' jagħti wkoll perċentwali ta' nisa u rġiel li jippresjedu fuq dawn il-bordijiet u kummisjonijiet?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.", "EDUKAZZJONI - BORDIJIET U KUMMISJONIJIET", "4514.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jagħti l-perċentwali ta' nisa u rġiel fuq bordijiet u kummissjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu għas-sena 2003?", "Jista' jagħti wkoll il-perċentwali ta' nisa u rġiel li jippresjedu fuq dawn il- bordijiet u kummisjonijiet?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "BORMLA : TRIQ IX-XATT - BLOKKI ANTIKI TAL-LAVA", "4525.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' il-Ministru jgħid x'sar minnhom il-blokki antiki tal- lava li nqlagħu minn Triq ix-Xatt, f'Bormla?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Dawn il-blokki nqalgħu waqt xogħlijiet fuq it-toroq u għalhekk nitolbu jagħmel id-domanda lill-ministru konċernat.", "BORMLA : TRIQ IL-KONSERVATORJU - BLOKKI TAŻ-ŻONQOR", "4526.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' il-Ministru jgħid x'sar minnhom il-blokki taż-żonqor li kienu nqalgħu minn Triq il-Konservatorju, f'Bormla meta nbniet id-dar ta' l-anzjani?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Parti minn dawn il-blokki tal-qawwi ttieħdu il-garage tal-kunsill lokali ta' Bormla mis-sindku Joe Carbonaro għall-ħażna.", "Il- parti l-oħra ttieħdet għand il-kuntrattur sabiex jitqattgħu u jintużaw għall-kurduna li fil-fatt tqiegħdet fl-istess triq, jiġifieri fi Triq il- Konservatorju.", "BORMLA - PJAZZA SANTA MARGERITA", "4527.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' il-Ministru jgħid x'sar minnu l-proġett ta' Pjazza S. Margerita, f'Bormla?", "Jaf il-Ministru li dan il-proġett ilu jiġi mwiegħed sa mill-ewwel snin ta' gvern Nazzjonalista fl-1987?", "Jista' jara li wegħda li saret mal-poplu Bormliż tiġi fl-aħħar imwettqa?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: L-ewwel fażi quddiem id-dar ta' l-anzjani tlestiet fis- sena 2000 - il-kumplament tax-xogħol ma tkompliex minħabba nuqqas ta' qbil fil-kunsill lokali - waqt li xogħol fuq toilets ġodda ser jibda f'Ġunju u l- kumplament tal-proġett jitkompla s-sena d-dieħla.", "Parti mill-proġett ma jistax isir qabel ma jkun hemm konferma ta' finanzjament min-naħa ta' l-MTA.", "BORMLA : PJAZZA PAOLINO VASSALLO - XOGĦLIJIET", "4528.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' il-Ministru jgħid jekk il-proġett ta' quddiem il- każin tal-banda San Ġorġ, f'Bormla mwiegħed mill-Cottonera rehabilitation committee hux ser isir?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Il-proġett għandu jibda fi ftit ġimgħat oħra wara li jispiċċa x-xogħol fi Triq Desain, Birgu.", "ETC - PERSUNI LI TILFU L-IMPJIEG", "4529.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li tilfu l-impjieg matul is-sena 2003?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ser inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra it-tagħrif mitlub.", "UNIVERSITA' TA' MALTA - STUDENTI", "4530.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jagħti lista' lokal b'lokal u kors b'kors tal-popolazzjoni ta' l-universita'?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Kopja tat-tagħrif mitlub ser tingħata lill-Onor.", "Interpellant.", "GWARDJANI LOKALI - NUMRU TAT-TELEFON", "4569.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid jekk in-numru tat-telefon 21320202 li se jintuża biex il-pubbliku jkun jista' jaqbad mal-gwardjani lokali f'każ ta' inċident tat-traffiku, huwiex intiż li jintuża wkoll għall- inċidenti li jiġru f'Għawdex?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li n-numru tat-telefon hu l-istess wieħed kemm għal Malta kif ukoll għal Għawdex.", "GĦAWDEX - AZZJONI DIXXIPLINARJA", "4570.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għal Għawdex: Tista' il-Ministru tgħid kemm-il azzjoni dixxiplinarja ttieħdet mid-direttorati fil-ministeru minn Awissu 2003 sa Jannar 2004?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra", "GĦAWDEX : SPTAR ĠENERALI - STRESS TEST MACHINE", "4571.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għal Għawdex: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 1737 dwar xiri ta' makna ġdida għall-istress test, tista' il-Ministru tgħid f'liema stadju waslet il- proċedura għax-xiri ta' din il-makna?", "Tista' tgħid kemm pazjenti ġew bżonn din il-makna u ġew riferuti Malta mid-29 ta' Settembru, 2003 sal-lum?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Ninsab informata li l-proċeduri għax-xiri ta' makna ġdida għall-istress test qegħdin fi stadju ta' l-adjudication.", "Qed nagħti rendikont xahar b'xahar mid-29 ta' Settembru 2003 sal-lum ta' kemm pazjenti ġew bżonn din il-makna u ġew riferuti lejn Malta", "Settembru 2 Ottubru 17 Novembru 11 Diċembru 12 Jannar 2004 21 Frar 25", "LIĊENZJA TAS-SEWQAN", "4572.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: B'rifirenza għall-mistoqsija parlamentari 4006, jista' il- Ministru jekk jogħġbu jindirizza din il-mistoqsija mill-iktar fis peress li ħafna Għawdxin qed jinħolqulhom inkonvenjenti kbar biex imorru jagħmlu t- testijiet għal-liċenzji tas-sewqan f'Malta?", "Ma jaħsibx il-Ministru li dawn it-testijiet għandhom isiru f'Għawdex stess?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li t-test il-ġdid tat-teorija għalissa ser jibqa` f'Malta iżda t-test prattiku qed isir Għawdex.", "GĦAWDEX : BAJJA TAX-XLENDI - TNEĦĦIJA TA' HUMP", "4573.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: B'rifirenza għall-mistoqsija parlamentari 2705, jista' il- Ministru jgħid għaliex minkejja li fir-risposta oriġinali tiegħu qal li l- hump fil-bajja tax-Xlendi kienet se titneħħa fil-ġranet li ġejjin, dan l- inkonvenjent għadu hemm?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li l-kunsill lokali tal-Munxar kellu xi diffikultajiet biex isib kuntrattur biex iqaxxar it-triq u għalhekk dan ix- xogħol kien għadu ma twettaqx.", "Jidher li issa dawn il-problemi ġew risolti u x-xogħol mistenni jibda fit-3 ta' Marzu, 2004.", "GĦAWDEX - COLD STORES TAL-GVERN", "4574.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għal Għawdex: B'rifirenza għall-mistoqsija parlamentari 1445, tista' il-Ministru tgħid xi progress sar fix-xogħol ta' ekwipaġġar ta' cold rooms fil-cold stores tal- gvern?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Jien informata li bħalissa qiegħed isir xogħol ta' ekwipaġġar mill-ġdid ta' żewġ cold rooms fil-cold stores tal-gvern f'Għawdex.", "GĦALLIS ENGINEERED LANDFILL", "4581.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' il-Ministru jgħid kemm se tkun il-kwantita' ta' ġebel tal-qawwi li se jinqata' biex issir il-landfill ta' l-Għallis?", "Jista' jgħid x'se jsir minn dan il-materjal maqtugħ u jekk huwiex se jintuża?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: L-ammont ta' materjal li jrid jinqata' biex issir il- landfill ta' l-GĦallis, x'ser isir minn dan il-materjal u jekk huwiex ser jintuża qed jiġi determinat mill-environment impact assessment (EIA).", "Madanakollu huwa stmat li l-ammont ta' materjal li jrid jiġi mqatta' sabiex l-ewwel cell ġo dan is-sit tkun tista' tibda topera jammonta għal madwar 4.5 miljun tunnellata.", "PART-TIME SOCIAL ASSISTANTS", "4592.", "L-ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid meta d-dipartiment ta' l-anzjani u servizzi fil-komunita' għamel talba lill-korporazzjoni għax-xogħol u taħriġ għal lista ta' persuni li qegħdin jirreġistraw għax-xogħol bħala part-time social assistants biex ikunu jistgħu jibdew l-intervisti għar-reklutaġġ ta' part-time social assistants biex ikunu jistgħu jiġu rimpjazzati dawk li jkunu bil-leave jew bis-sick leave?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif mitlub għadu ma wasalx u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "PART-TIME SOCIAL ASSISTANTS", "4593.", "L-ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk ġewx impjegati xi part-time social assistants bħala riżultat ta' l- intervisti għar-reklutaġġ ta' part-time social assistants biex ikunu jistgħu jiġu rimpjazzati dawk li jkunu bil-leave jew bis-sick leave, liema intervisti bdew ix-xahar li għadda?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab informat li fit-23 ta' Frar, 2004 inbeda induction course għal numru ta' part-time social assistants bi tħejjija għall-ingaġġ.", "SIGURTA' SOĊJALI - KAŻ TA' HOMEHELP", "4619.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jara li jingħata s- servizz ta' homehelp lil persuna li dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament li tinsab fi bżonn kbir?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-persuna indikata applikat għas-servizz ta' l-homehelp fil-21 ta' Ottubru, 2003 u l- każ tagħha qed jiġi kkonsidrat.", "STATUS TA' REFUĠJAT", "4620.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Ministru jikkonferma li immigrant illegali li applika għall- istatus ta' refuġjat u li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, issottometta l-inkartament kollu dwar il-vera identita' u ċittadinanza tiegħu?", "Għaliex din il-persuna għadha tinżamm taħt detenzjoni?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li għalkemm l-applikazzjoni għal status ta` refuġjat tal-persuna li rrifera għaliha l-Onor.", "Interpellant ġiet miċħuda, l-istess persuna appellat minn din id-deċiżjoni u l-appell għadu pendenti.", "SLIEMA - BOUNDARY WALLS", "4621.", "L-ONOR.", "ROBERT ARRIGO staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Ministru jinvestiga lmenti li deħlin fuq talbiet ta' ħlasijiet mill-kunsill lokali ta` Tas-Sliema lil sidien għal boundary walls fuq siti ta' żvilupp u fuq ħwienet, meta mid-dehra hemm bye-law li min jixħet materjal fuq bankina jkun immultat Lm1 għal kull metru kuljum?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li regolament 7 ta` Avviż Legali 119 ta` l-2002 - regolamenti dwar attivitajiet li jeħtieġu permess mill-kunsill lokali - jirregola d-depożitu ta` materjal tal-bini jew materjal ieħor jew xi oġġetti f'xi triq u dan billi jinħareġ permess mingħand il-kunsill lokali tal-lokalita` fejn ikun ser isir id-depożitu tal- materjal tal-bini li għalih tintalab fee.", "GĦalkemm jista` ikun utli li wieħed jistudja dan il-punt aktar fil-fond, pero` irid jingħad li ma kienx il-ħsieb tal-leġislatur li boundary wall jiġi nkluż fit-tifsira tal-kliem \"depożitu ta` materjal tal-bini jew materjal ieħor jew xi oġġetti f'xi triq\".", "SLIEMA : TRIQ MRABAT - XOGĦLIJIET", "4622.", "L-ONOR.", "ROBERT ARRIGO staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jinformani meta Triq Mrabat, f'Tas- Sliema se tkun lesta?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li l-applikazzjoni biex isiru xogħlijiet tkopri l-perjodu bejn il-15 ta' Jannar u l-5 ta' Marzu.", "Biss ix-xogħol qed isir mill-kunsill lokali li kif jaf sew l-Onor.", "Interpellant huwa korp kompletament indipendenti mill-gvern ċentrali.", "SERVIZZ PUBBLIKU - EŻAMI TAL- PRINCIPALS", "4623.", "L-ONOR.", "ROBERT ARRIGO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' il-Prim Ministru jinformani jekk il-gvern impjegax nies li għaddew mill-eżami tal- principals?", "Jista' jgħid jekk il-gvern għandux intenzjoni jimpjegahom fil- ġejjieni?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab informat li għadu ma ġie rreklutat l- ebda kandidat minn dawk li għaddew mill-eżami tal-principals fis-settur pubbliku, liema riżultat ġie ppubblikat fit-22 ta' Diċembru, 2003.", "L-ingaġġ ta' principals isir skond il-ħtiġijiet tas-servizz.", "SOCIAL HOUSING - AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA", "4624.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'possibbilta' hemm li persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament u li għandha applikazzjoni pendenti għal social housing, tingħata fond alternattiv?", "Japprezza li din il-persuna għandha tifla ta' tliet snin u preżentement qed tħallas Lm60 fix-xahar kera biex ikollha fejn toqgħod?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant sabiex jirriferi l- persuna minnu indikata lis-sezzjoni tal-customer care tad-dipartiment għall- akkomodazzjoni soċjali sabiex tingħata kull tagħrif li għandha bżonn.", "INVESTIGAZZJONI TA' INĠUSTIZZJI", "4637.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' il-Prim Ministru jispjega għal liema raġuni għadu ma sarx ħlas abbażi ta' sentenza tat-tribunal għall-investigazzjoni ta' inġustizzji li dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, għalkemm din ilha deċiża minn Settembru 2003?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab informat li r-rakkmandazzjoni magħmula mit-tribunal għall-investigazzjoni ta' inġustizzji li għaliha qiegħed jirriferi l-Onor.", "Interpellant, ġiet implimentata u l-persuna li għamlet l- ilment diġa' intbagħtilha l-ħlas dovut.", "REVIŻJONI TAL-PENSJONI", "4643.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid meta se jinħadmu l-increments naxxenti minn collective agreements għas-snin 2002, 2003 u 2004 li għandhom effett dirett fuq il-pensjoni ta' diversi ċittadini?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Il-proċess ta' reviżjoni tal-pensjonijiet kontributorji tas-sigurta' soċjali, skond kif jitlob l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali, hu proċess kontinwu.", "Ta` min jgħid li dan il-proċess jinvolvi l- eżaminar ta' 'l fuq minn 59,000 każ.", "Ninsab informat li fil-preżent it-taqsima konċernata qed taħdem bis-sahra fuq dawn ir-reviżjonijiet biex dawn jiġu ffinaliżżati mill-aktar fis possibbli.", "CENTRAL REGISTRY ACT", "4677.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Peress li l-gvern qiegħed fil-proċess li japprova s-Central Registry Act, jista' il-Ministru jgħid jekk huwiex qed jippjana xi tibdil amministrattiv fid-dipartiment konċernat biex ikun jista' jimplimenta din l-istess liġi?", "Jaqbel li d-dipartiment huwa wieħed mill-aktar dipartimenti effiċjenti u effettivi li l-gvern għandu?", "Il-Ministru għandu xi ħsieb li jgħaddi x- xogħol jew parti mix-xogħol lil xi soċjeta' privata?", "ONOR.", "TONIO BORG: Wara li diġa' ttieħdu xi passi fil-passat sabiex tiġi ffaċilitata l-amalgamazzjoni, eżempju f'dak li hu amministrazzjoni finanzjarja, preżentement qed issir operations review mill-management efficiency unit bil-għan prinċipali li jiġu identifikati r-riżorsi meħtieġa sabiex isseħħ l-amalgamazzjoni sħiħa tar-reġistri.", "Il-gvern huwa kommess li jipprovdi l-qafas amministrattiv neċessarju sabiex l-implimentazzjoni ta' din il-liġi tant importanti tkun tista' sseħħ bl- aħjar mod possibbli, fl-aħjar interess tal-klijenti kollha ta' din id- diviżjoni u tal-ħaddiema fi ħdanha.", "B'hekk bil-ħidma sfiqa tal-management u l-ħaddiema, inkomplu nibnu fuq il-ħafna tajjeb li kien hemm u f'dan il- kuntest ningħaqad mal-kummenti favorevoli li għamel l-Onor.", "Interpellant.", "Il-gvern huwa konxju mill-ħidma sfiqa li qed issir u kien proprju għalhekk li l-gvern qiegħed għall-ewwel darba jirrikonoxxi r-rwol tal-ħaddiema - eżempju ta' dan hu artiklu 74 ta' l-abbozz ta' liġi fejn uffiċjali tar- reġistru se jiġu maħtura biex iservu fit-tribunal tar-reġistru pubbliku - u għalkemm il-gvern iqis kull opportunita' li tista' tinqala', bħalissa ma hemmx il-ħsieb li jista' isir xi ħaġa fuq il-linji li qed isemmi l-Onor.", "Interpellant."]} {"filename": "20041004_167d_par.doc", "date": "2004-10-04", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 167 It-Tnejn, 4 ta' Ottubru, 2004 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 167 It-Tnejn, 4 ta' Ottubru, 2004", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.01 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "167", "It-Tnejn, 4 ta' Ottubru, 2004", "WERREJ", "MINUTI 308", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI 308", "TQEGĦID TA' KARTI 315", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IT-TRUSTS (IT-TIENI QARI)", "TRUSTS (AMENDMENT) BILL (SECOND READING) 316", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-MEDJAZZJONI (IT-TIENI QARI)", "MEDIATION BILL (SECOND READING) 329", "AĠĠORNAMENT 339", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 346", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB 367", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 166 li saret fid-29 ta' Settembru, 2004 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "FONDAZZJONI TAL-KONKATIDRAL TA' SAN ĠWANN - DIRECT ORDERS", "5588.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Charles Buhagiar) staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm huma d- direct orders li ngħataw mill-fondazzjoni tal-Konkatidral ta' San Ġwann u x'kien il-valur tagħhom?", "Min jawtorizza l-ħlasijiet?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (Segretarju Parlamentari) (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għal mistoqsija parlamentari 5937.", "FONDAZZJONI TAL-KONKATIDRAL TA' SAN ĠWANN - ĦADDIEMA", "5589.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Charles Buhagiar) staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid kif intgħażlu l-ħaddiema mill-fondazzjoni tal-Konkatidral ta' San Ġwann li jdawru lit-turisti?", "Kif intgħażlu l-periti u l-konsulenti l-oħra?", "Qatt saret sejħa pubblika qabel ma saret l-għażla?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għal mistoqsija parlamentari 5936.", "FONDAZZJONI TAL-KONKATIDRAL TA' SAN ĠWANN", "5590.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Charles Buhagiar) staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm kellha dħul il-fondazzjoni tal-Konkatidral ta' San Ġwann minn meta twaqqfet sal- lum?", "Kemm hu d-dħul tal-fondazzjoni mill-kirjiet tal-ħwienet li hemm fil- blokk?", "Kif intużat l-għotja ta' Lm300,000 li saret mill-gvern lill- korporazzjoni?", "Min jivverifika l-kotba ta' l-accounts tal-fondazzjoni?", "Dawn isiru indipendentement minn dawk tal-gvern?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għal mistoqsija parlamentari 5938.", "WSC - DĦUL TA' ILMA F'RESIDENZA PRIVATA", "6974.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika: Jista' il-Ministru jara li jittieħdu l-passi biex tiġi solvuta l-problema ta' ilma li dieħel fil-kamra ta' dar fil-Birgu, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika): Jiena nformat li uffiċjali tal-korporazzjoni għas- servizzi tal-ilma ikkuntattjaw lir-residenti konċernati.", "Mill- investigazzjonijiet li saru jidher li dan l-ilma li qed inixxi m'huwiex ġej mill-mains tal-KSI iżda minn xi residenza privata fil-viċin.", "THE DEPUTY SPEAKER (Carmelo Abela): L-Onor.", "Mizzi, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sur President, il-ġimgħa l-oħra fl-assenza tal-Ministru kont staqsejt dwar il-kwestjoni tad-drenaġġ li qiegħed ifur ġol-bajja tal- Kalkara.", "Jaf il-Ministru li meta tagħmel xi ħalba xita, joħroġ ammont kbir ta' drenaġġ li qed ikun ta' periklu għas-sidien ta' l-opri tal-baħar għax meta jkun il-maltemp lanqas ikunu jistgħu jiġbduhom minħabba li d-drenaġġ qed jiżbroffa b'ammont kbir?", "Ma jidhirlux li din il-problema kellha tiġi solvuta permezz ta' xogħol li kellu jsir fis-sistema tad-drenaġġ li tagħti għall-Kalkara u anke permezz ta' l-impjant il-ġdid ta' purifikazzjoni li kellu jsir?", "Barra minn hekk ma kellux isir ukoll proġett temporanju ta' emerġenza?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Sur President, għalkemm m'għandix id-dettalji quddiemi rrid ngħid li huwa importanti li din il-problema tiġi solvuta immedjatament.", "Rigward id-dettalji l-oħra li semma l-Onor.", "Mizzi, nitolbu jagħmel domanda bil-miktub ħalli nkun nista' nagħtih l-informazzjoni kollha.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sur President, gvern Nazzjonalista kien ta indikazzjoni li mill-flus tal-protokoll Taljan jew ta' l-Unjoni Ewropea kien se jagħmel proġett ta' impjant ta' purifikazzjoni ta' l-ilma tad-drenaġġ fil-Kalkara.", "Għadu b'dan il-ħsieb?", "Jew minflok se jkabbar l-impjant ta' Sant'Antnin f'Wied il-Għajn, kif kien ipproġetta li jagħmel gvern Laburista?", "F'każ li għadu b'dan il-ħsieb, se jsir il-proġett li permezz tiegħu kienet se tinbidel is-sistema tad-drenaġġ li tagħti mill-Marsa għan-naħa t'isfel ta' Malta?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Sur President, filwaqt li nikkonferma li l-impjant ta' Sant'Antnin għadu qed jintuża ngħid ukoll li qatt ma kien ġie pproġettat li ssir it-tisfija tad-drenaġġ tiegħu u tan-naħa tas-south ta' Malta.", "Kif taf il-Kamra, għandhom isiru tliet impjanti biex inkopru lil Malta kollha; wieħed f'Għawdex, li safejn naf jien riċentement ħarġu l- permessi tal-MEPA, ieħor fin-north, fejn ix-xogħol miexi mhux ħażin, u ieħor fis-south, li għandu jiġbor id-drenaġġ u t-tisfija tiegħu mhux biss tan-naħa tal-Kalkara u tat-tlett ibliet imma tas-south kollu.", "Biex tiġi solvuta l-problema li rrifera għaliha l-Onor.", "Mizzi dwar il- Kalkara ma jidhirlix li għandna noqogħdu nistennew li jsir dan il-proġett - għalkemm din eventwalment tkun trid torbot mas-sistema sħiħa ġdida - imma għandna nsibu soluzzjoni immedjata kemm jista' jkun.", "Jekk l-Onor.", "Mizzi jagħmilli domanda bil-miktub, inkun nista' nistaqsi lill-korporazzjoni x'miżuri temporanji beħsiebha tieħu biex issolvi din il-problema almenu b'mod parzjali permanenti.", "DJAR - TALBA GĦAL AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA", "6975.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u tas- Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid x'tama hemm li żewġ ġenituri aħwa li huma single parents u li applikaw għal post tal-gvern quddiem id- dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali jieħdu flimkien post wieħed tal- gvern?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA (Ministru tal-Familja u tas-Solidarjeta' Soċjali): Jiena nformata li d-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali qed jikkonsidra l-applikazzjoni ndikata flimkien ma' oħrajn simili.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Buontempo, domanda supplimentari.", "ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO: Fid-dawl tar-risposta li tat il-Ministru, tista' tgħidilna jekk il-gvern għandux il-ħsieb li jilliberalizza s-suq tal-kera privata?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Sur President, fl-1995 kienet saret liġi li permezz tagħha s-suq tal-kera kien ġie lliberalizzat.", "Illum is-sidien jistgħu jikru l-proprjeta' tagħhom kif iridu u kif jixtiequ huma.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Buontempo.", "ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO: Naqbel perfettament ma' dak li qalet il-Ministru iżda jien qed nirriferi għal dawk il-kirjiet li saru qabel l-1995.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Sur President, huwa importanti li nispeċifikaw għal liema kirjiet inkunu qegħdin nirriferu għax meta l-Onor.", "Interpellant tkellem fuq il-liberalizzazzjoni tas-suq tal-kera ħsibtu kien qed jirriferi għall-kera kif qiegħda llum, li ilha mill-1995.", "Naħseb li l-Onor.", "Interpellant bħali ra l-gazzetti tal-bieraħ u tal-ġranet li għaddew fejn jien weġibt – u dan se nkompli nikkonfermahulu - li aħna qegħdin naħdmu fuq ir-rapport li hu stess staqsieni dwaru xi ġimgħa ilu, liema rapport ingħata lili minn Dr. Peter Grech, li kien membru ta' kummissjoni li kienet twaqqfet fl-1997.", "Aħna qegħdin naraw x'joħroġ minn dan ir-rapport u allura, anke fid-dawl ta' ħafna affarijiet li qegħdin jidhru fil-gazzetti u ta' ħsebijiet oħra, nista' ngħid li l-konsiderazzjoni qiegħda hemm.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Buontempo.", "ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO: Sur President, ftit tal-jiem ilu, eżattament fiċ- ċelebrazzjoni ta' jum l-Indipendenza, il-Prim Ministru tkellem dwar il-liġi tar-rekwiżizzjoni.", "Tista' il-Ministru tgħidilna jekk il-gvern għandux il- ħsieb li l-proprjeta' li ġiet rekwiżizzjonata u li tikkonsisti f'madwar 9,000 post, hijiex se tiġi derequisitioned fil-futur qarib?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Il-kwantita' ta' proprjeta' li qed isemmi l- Onor. Interpellant hija fdal ta' numru li kien ħafna ikbar fis-snin li għaddew għax f'dawn l-aħħar snin id-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali għamel numru sostanzjali ta' derequisitions.", "Il-prassi hi li meta post jiġi vakanti u s-sidien jitolbuh lura għal raġunijiet validissimi, toħroġ derequisition fuqu.", "UNIVERSITA' - FAKULTA' TA' L-INĠINERIJA ELETTRIKA", "6976.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjieg: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 6736 u jgħid jekk ir-riċerki għat-teżijiet ta' l-istudenti tal-fakulta` ta' l-inġinerija elettrika humiex se jiġu ffinanzjati mill-universita' ta' Malta, bħas-snin ta' qabel, jew humiex se jiġu imposti fuq l-istudenti stess?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjieg): Il-mistoqsija parlamentari li qed jirriferi għaliha l-Onor.", "Interpellant diġa` ġiet imwieġba f'seduta 166.", "DJAR - TALBA GĦAL BDIL TA' POST TAL-GVERN", "6977.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u tas- Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid x'tama hemm li mara separata, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament u li tgħix f'post tal-gvern, tibdel ma' post ieħor tal-gvern?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Jien informata li d-dipartiment għall- akkomodazzjoni soċjali qed jikkonsidra l-applikazzjoni ndikata flimkien ma' oħrajn simili.", "Sur President, jekk tippermettili nixtieq inżid ngħid li m'hijiex il-prassi tad-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali li joqgħod jagħmel il-matching partikolari.", "Ħafna drabi l-persuna li tkun diġa` tgħix fil-post u li tkun tixtieq tibdel, tipprova hi stess issib lil ħaddieħor li jkun jixtieq jibdel minflokha għax id-dipartiment m'huwiex xi estate agent.", "Proprju llum kont qed niddiskuti din l-issue biex naraw il-mod u manjiera ta' kif nistgħu nagħmlu matching ħafna aktar faċli.", "UFFIĊĊJU KONĠUNT - KUNTRATT TA' POST", "6978.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid meta se jsir il-kuntratt ta' inkwilin anzjan li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament u li jgħix f'dar li s-sid tagħha huwa l-uffiċċju konġunt?", "ONOR.", "TONIO BORG (Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l- Intern): Ninsab informat li l-applikazzjoni ta' l-inkwilin imsemmi mill- Onor. Interpellant qiegħda tiġi pproċessata u l-applikant se jiġi nformat bil-prezz li bih jista' jixtri l-fond.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Buontempo, domanda supplimentari.", "ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO: Sur President, skond diċerija li qed tinstema', dawk li japplikaw biex jixtru l-fond tagħhom u li jkun jaqa' taħt l- uffiċċju konġunt, jieħdu x-xhur u anke s-snin biex jersqu għall-kuntratt.", "Jista' il-Ministru jgħid x'inhu jiġri eżattament?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Sur President, din l-iskema tant kienet suċċess li għaliha applikaw ħafna aktar nies milli kien mistenni.", "Pero` id-direttiva li għandu l-uffiċċju konġunt hi li jaqsmu l-applikazzjonijiet bejn dawk li huma faċli u oħrajn li huma diffiċli.", "Ma nafx jekk il-persuna li qed jirriferi għaliha l-Onor.", "Interpellant taħt liema kategorija taqa' pero` ħalli nispjega xi rrid infisser biha meta ngħid li applikazzjoni tista' tkun aktar faċli.", "Jekk iċ-ċens ta' dawk il-persuni li qegħdin jgħixu ġo residenza u jixtiequ jifdu ċ-ċens tagħhom beda jitħallas qabel il-21 ta' Ġunju, 1979 u dan kien għal perjodu ta' aktar minn 30 sena, bil-liġi kif inhi llum, f'għeluq l- enfitewsi – ejja ninsew l-iskema – iċ-ċens jista' jogħla b'sitt darbiet u jsir perpetwu.", "Mela allura aħna qegħdin ngħidu li dawn l-applikazzjonijiet huma aktar faċli li wieħed jipproċessahom.", "Tant hu hekk, li ma jintbagħatx perit biex jagħmel stima tal-post imma wieħed jimxi skond l-iskeda li għandu l-joint office.", "Jiena tajt id-direttiva li każijiet bħal dawn jeħilsuhom malajr, basta jkunu residenzi għax bil-liġi kif inhi llum, f'għeluq iċ-ċens xorta waħda l-gvern ma jistax jeħodhom lura peress li ċ- ċens jista' jogħla sitt darbiet u jsir perpetwu.", "Allura vale la pena li l- gvern ibigħhom u jieħu l-flus issa minflok jeħodhom 20 jew 30 sena oħra.", "Issa l-kumplikazzjonijiet iqumu f'żewġ każijiet; waħda meta xi ħadd jgħid li qed joqgħod fil-post u ma jkunx joqgħod fih ...", "Għaliex din hija importanti?", "Għax bil-liġi u bil-policy approvata minn dan il-parlament, il- gvern ma jistax ibigħ direttament mingħajr tender lil persuna jekk hi ma tkunx qed toqgħod fil-post.", "Mela ħanut jew garaxx ma jistax jinbiegħ b'dan il-metodu u biex jinbiegħ trid toħroġ sejħa għal offerti.", "U ħafna nies ħasbu li xorta waħda jistgħu japplikaw taħt din l-iskema meta fil-fatt ma kellhomx dritt japplikaw.", "L-intenzjoni hi li wieħed iħaffef il-proċess ta' dawn l-applikazzjonijiet u anke li d-data ta' l-applikazzjonijiet, li konna estendejniha s-sena li għaddiet, nestenduha għal din is-sena wkoll.", "L-iskop hu li ma jkunx hemm rush f'salt.", "Jiġifieri anke min imur din is-sena biex japplika ħalli jifdi ċ-ċens, id-dipartiment ikun jista' jaqdih meta jkun imissu.", "Naturalment wieħed irid japprezza li hemm madwar 2000-il applikazzjoni u filwaqt li bl-ebda mod ma rrid ngħid li ma kienx hemm xi nuqqasijiet – għax jien inħobb ngħid l-affarijiet kif inhuma - inqalgħet ukoll il- kumplikazzjoni li bit-trattat li għamel il-gvern permezz tal-liġi tal-joint office, kwalunkwe proprjeta` li tiġi trasferita, trid tiġi reġistrata mal- land registry u għal dan hemm ċertu żmien.", "Għalkemm jiena m'iniex kuntent dwar ir-rata li biha qed jinqatgħu l-applikazzjonijiet, ngħid li huwa proċess sodisfaċenti u nittamaw li nkunu nistgħu nsaħħu wkoll ir-riżorsi ħalli l-gvern idaħħal il-flus minn affarijiet li qed jaħlulu ħafna spejjeż amministrattivi.", "Iż-żieda fl-applikazzjonijiet hija dovuta wkoll għas-sentenza kostituzzjonali ta' madwar tliet snin ilu li qalet li dik il-liġi li biha tista' tgħolli ċ-ċens sitt darbiet, m'hijiex kostituzzjonali.", "Allura ħafna nies aktar u aktar applikaw għax beżgħu li jistgħu jintlaqtu b'dik il-liġi.", "Pero' niftakar li b'risposta għal domanda li kien għamilli l-Onor.", "Abela fl-aħħar leġislatura, kont tajt l-assigurazzjoni li l-gvern jidhirlu li għandu jibqa' obbligat bil-liġi kif inhi llum.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Buontempo.", "ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO: Jista' il-Ministru jgħid jekk l-uffiċċju konġunt jagħmilx spezzjonijiet fil-fondi li jaqgħu taħtu?", "Għax jirriżulta – dejjem skond diċeriji – li jeżisti numru kbir ta' proprjetajiet li huma ta' l- uffiċċju konġunt u li fihom jgħixu nies li m'humiex inkwilini rikonoxxuti.", "Nafu wkoll li jeżistu ħafna proprjetajiet li huma suppost ta' l-uffiċċju konġunt u jinsabu battala.", "Il-Ministru ma jarax li din qed tkun inġustizzja għal ċerti gruppi fis-soċjeta` li m'għandhomx post fejn jgħixu?", "L-uffiċċju konġunt għandu diversi proprjetajiet - jien ċert li ma ġiex ivverifikat jekk dawn jinsabux battala jew le – li ħafna minnhom jinsabu fi Strada San Paolo u f'Melita Street ġewwa l-Belt.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Sur President, l-ewwelnett nirringrazzja lill-Onor.", "Interpellant li qajjem din il-kwestjoni għax l-intenzjoni hi – fil-fatt bħalissa għaddejjin diskussjonijiet f'dan ir-rigward – li r-residenzi li huma proprjeta` tal-joint office, jgħaddu f'idejn id-dipartiment tad-djar jew l-awtorita` tad-djar ħalli jkun hemm kap wieħed u anke sabiex ikun jista' jsir enforcement aħjar.", "Ħafna drabi l-enforcement aktar isir fuq rapporti milli jkun hemm random checks.", "L-Onor.", "Interpellant irid japprezza li ħafna drabi jinqalgħu komplikazzjonijiet dwar min ikun jgħix f'post u min ma jkunx.", "Il-fatt hu li kulħadd idawwar il-karta ta' l-identita` fejn irid u fejn jaqbillu għax jaħseb li b'hekk jista' jeżerċita` xi drittijiet.", "Kontra dawn in-nies jittieħdu passi imma kultant jinħela ħafna żmien sakemm jitneħħew nies li jkunu qegħdin jokkupaw xi proprjeta` tal-gvern b'mod illegali.", "L- intenzjoni tagħna hi li jkun hemm politika waħda kemm jista' jkun u li dawk ir-residenzi li huma mikrijin lil individwi differenti mill-joint office u li jammontaw għal madwar 1,700, jiġu trasferiti lill-housing department taħt ċerti kondizzjonijiet proprju biex jintlaħaq l-iskop li semma l-Onor.", "Interpellant.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Joe Mizzi, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sur President, din id-domanda li se nagħmel m'għandhiex x'taqsam ma' dan li qed jingħad u ma nafx jekk il-Ministru huwiex f'pożizzjoni li jirrispondiha pero` nħoss li hija ta' ċerta importanza.", "Jaf il-Viċi Prim Ministru li ftit tal-ħin ilu ġiet mgħarrqa lanċa bil- klandestini?", "Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħidilna jekk dan ġarax fit- territorju Malti u x'għajnuna ingħatat mis-servizzi ta' salvataġġ ta' Malta?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Sur President, dwar l-armata m'iniex responsabbli jiena u allura ma nistax nagħtih tweġiba.", "Jiena sirt naf ftit ilu wkoll dwar dan l-inċident.", "Fil-fatt qed nipprova niġbor l-informazzjoni dwaru u nispera li nkun nista' ngħaddihielu.", "Naf li din kienet fl-aħbarijiet tal- BBC pero` ma nistax nikkonferma jekk saritx fir-rescue zone ta' Malta, li joħroġ 'il barra madwar 80 mil.", "B'daqshekk ma jfissirx li Malta hija dejjem responsabbli hi li tmur għas-salvataġġ u lanqas ifisser li tkun taf neċessarjament meta jkun hemm dgħajsa li tinsab in distress.", "Jiġifieri m'hemmx dubju li ħafna mid-dgħajjes li jgħaddu lejn l-Italja – bħalissa reġa' hawn exodus – jgħerqu u lanqas biss inkunu nafu bihom la aħna u lanqas it-Taljani.", "Skond il-liġi tas-salvataġġ fuq il-baħar, l-obbligu jaqa' fuq l-eqreb vapur.", "Jiġifieri jekk hemm vapur li huwa eqreb lejn dik il-pożizzjoni, għandu jmur hu imbagħad dak il-vapur għandu jieħu lil dawk in-nies lejn l- eqreb port sikur.", "Għallinqas l-interpretazzjoni tagħna tal-liġi internazzjonali tal-baħar – naf b'dan minħabba kuntatti ma' l-armata – hi li mhux għaliex ikun qiegħed fir-rescue zone tagħna, irid imur fil-port tagħna.", "Għalkemm aħna nikkordinaw, dan irid imur fl-eqreb port li huwa safe u allura għalissa ma nistax nagħti dettalji dwar dan il-każ partikolari.", "BINI TAL-GVERN - DĦUL TA' ILMA F'RESIDENZA PRIVATA", "6979.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u tas- Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tara li d-dipartiment tal- kostruzzjoni u tiswija ta' djar isolvi l-problema ta' ilma li dieħel minn postijiet tal-gvern għal fond privat li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Għaddejt it-talba ta' l-Onor.", "Interpellant lid- dipartiment tal-bini u tiswija ta' djar għall-azzjoni meħtieġa.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Buontempo, domanda supplimentari.", "ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO: Peress li ilna madwar għaxar snin nisimgħu dwar l-amalgamazzjoni li se ssir bejn id-dipartiment tad-djar u l-awtorita` tad- djar, tista' il-Ministru ġentilment tgħid fejn waslu dawn it-taħdidiet?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Sur President, billi bħalissa għandna l- awtorita` tad-djar, id-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali u d- dipartiment tal-bini u l-manutenzjoni, kultant anke n-nies jitfixklu fejn għandhom imorru.", "L-amalgamazzjoni ilha fil-ħsieb u għalhekk ngħid li hemm differenza kbira bejn il-ħsieb li tagħmel xi ħaġa u l-implimentazzjoni vera tagħha.", "Naħseb li issa morna oltre mill-ħsieb għax attwalment tlesta l-ewwel fażi ta' studju ta' kif għandha ssir l-amalgamazzjoni.", "L-Onor.", "Interpellant, li hu midħla ta' dan is-settur, japprezza li din m'hijiex xi ħaġa li faċilment ssir mil-lum għal għada għax hawn qegħdin nitkellmu dwar tliet entitajiet.", "Naturalment l-amalgamazzjoni tagħhom trid issir b'ċerta kawtela għax għandek ħafna nies involuti, ħafna xogħlijiet involuti u ħafna rwolijiet differenti.", "Fil-fatt proprju għada għandi laqgħa dwar l-amalgamazzjoni tal- housing.", "Filwaqt li m'iniex beħsiebi nagħti xi time frame, għax din m'hijiex xi ħaġa li tiddependi primarjament u sempliċement minni, nista' ngħidlu li mexjin u żgur li m'aħniex se ndumu għaxar snin oħra.", "TARZNARI - ĦADDIEMA", "7008.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika: Jista' il-Ministru jindika l- ammont ta' ħaddiema li llum hemm fiż-żewġ tarznari?", "Kemm kien hemm fl-2003 u fl-2002?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-ammont ta' ħaddiema tat-taznari għas-snin 2002, 2003 u 2004 huwa kif jidher hawn taht:", "2002 Malta Drydocks 1973 Malta Shipbuilding 692", "2003 (sal- 31 ta' Ottubru) Malta Drydocks 1957 Malta Shipbuilding 689", "2003 (minn Novembru sal 31 ta' Diċembru) Malta Shipyards Ltd.", "1743 2004 (sal-31 ta' Lulju) Malta Shipyards Ltd.", "1761 THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Azzopardi, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JASON AZZOPARDI: Il-Ministru jikkonferma - sakemm ma jkunx hemm xi ħaġa li teffettwa l-kunfidenzjalita` - li t-tarzna rebħet kuntratt maġġur ta' conversion ta' vapur kbir u li dan il-vapur se jidħol ġewwa t-tarzna tagħna fil-ġimgħat li ġejjin?", "Jista' jagħti aktar informazzjoni?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nikkonferma li x-xahar id-dieħel fit-tarzna hu mistenni li jidħol cruise liner għal conversion maġġuri.", "Minħabba l- kunfidenzjalita` la nista' nsemmi l-klijent u lanqas l-ammont ta' flus li se ddaħħal it-tarzna pero` nista' nikkonferma li din hija waħda mill-akbar conversions li saret fit-tarznari madwar l-Ewropa.", "Minn hawn nixtieq nifraħ lit-tarzna ta' Malta għas-suċċess li kellha meta rebħet dan il- kuntratt.", "Issa ovvjament huwa importanti li nagħmlu xogħol ta' kwalita` tajba – naf li din qatt ma kienet problema – u aktar minn hekk inħeġġeġ lil kulħadd, mill-management sa l-inqas ħaddiem, biex ix-xogħol jitlesta mhux biss on time kif għandna fil-kuntratt, imma kemm jista' jkun jitlesta qabel biex nagħtu eżempju tajjeb lill-owners ta' dan il-cruise liner li se jiġu Malta għall-ewwel darba, għalkemm ċertu management tagħhom kien jaħdem ma' ditti oħra u kellhom esperjenzi qarsa ħafna f'pajjiżna.", "Jiena sinċerament nawgura li noħorġu tajjeb ħafna minn dan il-kuntratt u naħseb li l-iktar eżempju ta' kif nistgħu nqawwu l-marketing tagħna hu aktar permezz ta' fatti ta' delivery milli bil-paroli.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Joe Mizzi, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jista' il-Ministru jgħid jekk il-ħaddiema li spiċċaw mill-Marsa Shipbuilding u mill-Malta Drydocks għadhomx imniżżlin bil-kariga li kellhom – naturalment għal finijiet ta' labour office - jew ġewx kollha taħt lista waħda bħala labourers?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Sur President, sinċerament ma nistax ngħidlu kif dawn il-ħaddiema ġew reġistrati bit-transfer of business u għalhekk nitolbu jagħmel id-domanda lill-ministru nkarigat mil-labour office.", "(Interruzzjonijiet) Din hi kwestjoni li m'hijiex dealt with fil-kuntratt ta' trasferiment li għamilna mal-GWU.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Azzopardi.", "ONOR.", "JASON AZZOPARDI: Sur President, nixtieq nerġa' lura għas-suġġett tal-kuntratt li rebħet it-tarzna.", "Dment li dan li se nistaqsi ma jmurx kontra l-kunfidenzjalita`, jista' il-Ministru jagħti parametru ta' kemm bejn wieħed u ieħor se jkun jiswa dan il-kuntratt?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mingħajr ma nkun preċiż wisq minħabba raġunijiet ovvji, dan il-kuntratt se jkun jiswa miljuni ta' dollari.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' Karti.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "TONIO BORG (Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l- Intern): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Statistika dwar kawżi quddiem il-Qrati Kriminali bejn Jannar u Awissu 2004 u quddiem qrati u tribunali ċivili matul l-2003 u bejn Jannar u Awissu 2004, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari 7337;", "Tagħrif dwar l-istaff fis-Segretarjat privat tal-Ministeru tal- Ġustizzja u l-Intern u fis-Segretarjat privat tas-Segretarju Parlamentari fi ħdan l-istess Ministeru, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari 7338;", "Tagħrif dwar l-istaff fis-Segretarjat Permanenti tal-Ministeru tal- Ġustizzja u l-Intern, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari 7339;", "Lista ta' tipi ta' xogħol li għalihom intalab permess minn ċittadini ta' l-Unjoni Ewropea mill-1 ta' Mejju sa Settembru 2004, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari 7413; u", "Tabella li turi l-ammont ta' oġġetti miġbura bis-servizz tal-bulky refuse u l-ispiża marbuta ma' l-istess servizz offrut mill-kunsilli lokali matul is-sena finanzjarja 2003/2004, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari 7462.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Insejjaħ issa lill-Ministru Austin Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar ħlasijiet pendenti lil kuntratturi għal xogħlijiet u servizzi li saru jew ingħataw lill-Ministeru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika u dipartimenti li jaqgħu taħtu, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari 7477.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Is-Segretarju Parlamentari l-Onor Anthony Abela.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (Segretarju Parlamentari): F'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi nqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali 425 ta' l-2004 – Regoli ta' l-2004 li jemendaw ir-Regoli tal-Prospett tat-Taxxa fuq l-Income għal Kumpannija, Korp Magħqud jew Intrapriża; u", "Statement u skeda dwar approprjazzjoni ta' fondi skond id- dispożizzjonijiet ta' l-artikolu 25 ta' l-Att dwar l-Amministazzjoni Finanzjarja u l-Verifika, Kap. 174;", "U f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi nqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali 423 ta' l-2004 – Regolamenti ta' l-2004 li jemendaw ir- Regolamenti dwar id-Drittijiet ta' l-Universita';", "U f'isem il-Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni nqiegħed fuq il- mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali 424 ta' l-2004 – Cosmetic Products Regulations, 2004.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IT-TRUSTS", "TRUSTS (AMENDMENT) BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mid-29 ta' Settembru, 2004.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici huwa in possession.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI (Segretarju Parlamentari): Sur President, se nipprova nkompli niżviluppa d-diskors li kont qed nagħmel fis-seduta ta' nhar l-Erbgħa li għaddew u nixtieq insemmi punt li nħoss li jimmerita attenzjoni partikolari li qiegħed jitwieled minn dawk li qed insejħulhom bħala obbligazzjonijiet fiduċjarji li qegħdin indaħħlu għall-ewwel darba fil-kodiċi ċivili tagħna.", "Dan se nagħmlu kemm bħala informazzjoni kif ukoll bħala risposta għal dak li kien qal il-kollega tiegħi l-Onor.", "Joseph Brincat rigward it-tjubija jew le ta' din il-liġi ̧ fis-sens kemm din il- liġi hija adegwata sabiex tikkontrolla l-problemi marbuta ma' din il- kwestjoni tat-trusts.", "Jien nixtieq niġbed l-attenzjoni tal-kollega tiegħi dwar klawsola 8 li tgħid hekk:", "\"Mingħajr preġudizzju għall-ġeneralita` tas-subartikolu (1) ta' dan l- artikolu ̧ trust jista' jibda jeżisti jew b'mod unilaterali jew xort'oħra b'dikjarazzjoni verbali ...\".", "Dan ifisser li fejn ma jkunx hemm din id-dikjarazzjoni verbali, fejn ikun jidher ċar li l-partijiet għandhom l-intenzjoni li joħolqu trust ̧ allura jitwieldu l-obbligi fiduċjarji.", "Issa l-obbligi fiduċjarji li jitwieldu għandhom piż daqslikieku tkun ġiet maħluqa trust.", "Fil-fatt jekk wieħed iħares lejn subartiklu (4) ta' artiklu 1,124A kif propost fl-abbozz ta' liġi jsib li hemm numru ta' obbligi li jitwieldu minħabba li xi ħadd ikun impenja ruħu ma' ħaddieħor fuq il-bażi tal-fiduċja biss.", "Dan ifisser li jekk jien, bl-aġir tiegħi, nagħti wieħed x'jifhem li jista' jserraħ moħħu mill-aġir tiegħi u allura nkun qiegħed nagħtih il-fiduċja li jien se nġib ruħi tajjeb ̧ allura awtomatikament jitwieldu numru ta' obbligi.", "Għalhekk bil-mod kif qed tiġi maħluqa l-liġi ̧ dejjem jaqbillek toħloq trust.", "Sur President ̧ il-każijiet kollha li semma l-Onor.", "Joseph Brincat - u jekk m'iniex sejjer żball anke l-Onor.", "Herrera - ma jaqgħux fil-limbu jew fil- baħar u allura ħadd ma jista' jiġborhom, anzi dawn jaqgħu f'kondizzjonijiet mill-aktar iebsa.", "Fil-fatt subartiklu (4) li għadni kemm irriferejt għalih igħid li l-obbligazzjoni fiduċjarja toħloq l-obbligu li inti tagħti kont dwar il-proprjeta` soġġetta għal dawk l-obbligazzjonijiet fiduċjarji.", "Jiġifieri mhux talli qed tinħoloq obbligazzjoni ġdida taħt il- kodiċi ċivili talli issa qed inkopru lakuna li ilha teżisti ħafna żmien.", "Ir-Rumani kienu rranġawha b'mod differenti pero' minn żmien il-kodiċi napoleoniku 'l quddiem kien hemm din il-lakuna permanenti li daqqa kienet tiġi solvuta bħala mandat ̧ daqqa kienet tiġi solvuta bħala depożitu u daqqa kienu jipprovaw joħorġu bl-idea tal-mandat verbali.", "Pero' issa hawnhekk qed nieħdu ħsieb ukoll li nagħmlu biċċa oħra li ma tidhirx, jekk wieħed ma jipprovax jispjegaha.", "Għalkemm fit-trusts qed ngħidu li din tista' titwieled meta tagħmilha bil-miktub jew b'dikjarazzjoni verbali u jista' jkun ukoll li jkun hemm sitwazzjonijiet fejn ma jkunx hemm dikjarazzjoni li tkun se ssir trust ̧ il-piżijiet li wieħed jieħu fuqu huma ta' natura ta' fiduċja, anke f'dawk il-każijiet fejn ma tagħmilx diskors li m'intix qed tagħmel trust.", "Jekk iġġib ruħek b'mod li tagħti wieħed x'jifhem li se tagħtih fiduċja fil-mod ta' kif tagħmel l-affarijiet, hemm ukoll jitwieled dan l-obbligu fiduċjarju.", "Għalhekk irrid inserraħ moħħ il-kollegi tan-naħa l-oħra li hawnhekk mhux qed nitkellmu fuq żoni li se jġibu l-abbuż, anzi b'din il-liġi qed nikkontrollaw l-elenku ta' abbużi li semma l-ħabib tiegħi.", "Ovvjament qed nipprovaw, għax din hija liġi ġdida u allura wieħed ma jistax jippretendi li din il-liġi se tkun waħda perfetta.", "Huwa żgur li se tkun qabża 'l quddiem u minnha se nitgħallmu bħala pajjiż kif se nintegraw dan il-konċett tat-trusts.", "Sur President, nixtieq nitkellem ukoll fuq il-vantaġġi tat-trusts.", "Per eżempju ̧ jekk xi ħadd jagħtini ċ-ċwievet tad-dar tiegħu f'idejja ̧ dak ma jkunx qed jafdani?", "Il-fatt li jagħtini ċ-ċwievet f'idejja u jsiefer ma jfissirx li qiegħed jagħtini l-fiduċja biex neħodlu ħsieb l-affarijiet kollha tad-dar?", "Allura minkejja li ma kellniex ċans nitkellmu ̧ minkejja li ma kellniex ċans nagħmlu kuntratt bil-miktub u minkejja li ma sarux ordnijiet biex ̧ per eżempju ̧ jinżebgħu l-kmamar u dawn l-affarijiet kollha ̧ il-fatt li tani ċ- ċwievet jitwieled obbligu - li qed insejħulu fiduċjarju - biex nieħu ħsieb id-dar ̧ nirranġaha, innaddafha u nagħmel dak kollu neċessarju u mbagħad meta jiġi lura nagħtih rendikont.", "Dan jilgħab parti importanti ħafna u l- istudenti tal-liġi japprezzawha aktar din għax hawnhekk għandek dak li aħna nsejħulu kważi kuntratt ̧ li huwa n-negotiorum gestio li jqum f'każijiet limitati meta jkun hemm dar abbandunata, tkun taf min hu s-sid u għalkemm ma jkunx tak inkarigu qabel telaq ̧ xorta tibda tgħid jekk għandekx tħalliha taqa'.", "Jista' jkun li dak li jkun ikun inqabad l-Awstralja, per eżempju ̧ jew inkella forsi marad jew ħabat f'inċident tat-traffiku.", "F'dan il-każ tidħol inti u tirranġalu l-affarijiet inti għax fil-kuxjenza tiegħek tħoss li qed tagħmel tajjeb għal dak il-bniedem.", "Jiġifieri hawnhekk bil-liġi qed nassiguraw lil tan-naħa l-oħra li qed nieħdu ħsieb immexxu l-affarijiet 'il quddiem.", "Issa ħalli nelenka ftit x'inhuma l-vantaġġi tat-trust.", "Wieħed mill- vantaġġi kbar huwa li teħles mill-kawżi tad-diviżjoni tal-wirt għax b'din is-sistema tinkariga lil xi ħadd biex jeħodlok ħsieb il-proprjeta` kollha hu.", "F'dan il-każ isir it-trasferiment fuq ismu pero' jkollu l-obbligu li jamministra tajjeb u mbagħad ikollu istruzzjonijiet dwar kif se jqassam il- benefiċċju li joħroġ minn din il-proprjeta`.", "Dan huwa ta' vantaġġ kbir għaliex inaqqas it-tilwim bejn il-werrieta li jkunu jafu x'se jmisshom minn qabel.", "Barra minn hekk, din is-sistema għandha l-vantaġġ kbir ukoll li lil dawn tgħaqqadhom b'mod indirett għax jekk kemm-il darba ma jkunux qed jaqblu ̧ il-kawża ma ssirx kontra xulxin imma ssir kontra t-trustee.", "Vantaġġ ieħor jirrigwarda l-biża` mill-futur għal uliedek, speċjalment meta jkollok tfal bi bżonnijiet speċjali pero` tapplika wkoll għal tfal oħrajn u tfal minuri.", "Artikli interessanti ħafna fil-kodiċi ċivili tagħna huma artikli 170 u 179.", "B'dawn iż-żewġ artikli wieħed jagħti l-fakulta` li jiġi nominat dak li nsejħulu kuratur ad ventrem jiġifieri meta mara jmutilha żewġha u hi tkun qed tistenna tarbija.", "F'każijiet bħal dawn jista` jiġi nominat xi ħadd biex jieħu ħsieb l-interessi tal-formazzjoni ta' dik it-tarbija sakemm titwieled.", "Minbarra dan għandek ukoll każijiet fejn ikun hemm tfal iltiema u allura hemm bżonn li jiġi nominat tutur biex jipproteġi l-interessi tagħhom.", "Artiklu 179 tal-kodiċi ċivili jgħid li meta jkun hemm stabbiliment kummerċjali jew industrijali fil-wirt tal-minuri u allura l- minuri ma jkunx jista' jiġġestih għax ikun minuri, allura t-tutur huwa obbligat bil-liġi li jbigħ l-azjenda.", "Il-preżunzjoni f'dik id-direzzjoni hija l-kontra, jiġifieri t-tutur irid jagħmel rikors il-qorti u jitlobha biex din taħtru bħala l-persuna li tmexxi n-negozju.", "Allura dan huwa wkoll mod kif tista' taħrab din il-ħaġa.", "Jien nista' ninnomina trustee tal- business tiegħi għax ̧ per eżempju ̧ nimrad jew inkella għax kelli t-tfal meta kelli 60 sena u ninsab inkwetat għaliex għad għandi tfal ta' għaxar snin jew 12-il sena u allura nappunta trustee biex imexxili n-negozju tiegħi hu.", "B'dan il-mod il-business jibqa' intatt u l-flus jibqgħu joħorġu minn dik il-kumpannija.", "Pero' fl-istess ħin norbot lit-trustee li l-flus li joħorġu jridu joħorġu għall-edukazzjoni u għall-benesseri tat-tfal tiegħi sabiex wieħed jipproteġihom u jżommhom aħjar.", "Jiġifieri t-tieni vantaġġ huwa li qed tipproteġi l-futur ta' wliedek.", "Il-vantaġġ l-ieħor huwa l-kontra ta' dan kollu għax jirrigwarda l-biża' mill-aġir ta' wliedek.", "Inti tista' tipproteġi lil uliedek mill-problemi tagħhom pero' tista' tipproteġi lilek innifsek minn uliedek fis-sens li tieħu ħsieb li l-proprjeta` kollha li għandek ma tisfaxxax għax taf li t- tfal qed jiġġieldu bejniethom jew inkella għax ikollok tfal li ma jafux jibżgħu għall-flus.", "Vantaġġ importanti ieħor li ftit jirrealizzawh huwa li t-trustee għandu obbligu bil-liġi li jaġixxi b'mod indipendenti.", "Dan ifisser li meta tgħaddi proprjeta` fuq isem trustee, f'ċertu sens inti qiegħed taħsel idejk mis-sitwazzjoni għax it-trustee jrid jaġixxi skond id-direzzjoni li tkun tajtu.", "Ladarba taħtru u ladarba l-proprjeta` tiġi fuq ismu, inti ma tistax tindaħallu aktar.", "Allura dan ukoll huwa ta' protezzjoni għall- benefiċjarji għax l-indipendenza tat-trustee tfisser garanzija sija għal min ikun ikkostitwixxa t-trust u sija għal min ikun ġej wara.", "Vantaġġ ieħor kbir huwa l-preservazzjoni tal-proprjeta` u tan-negozju.", "Fil- fatt jien diġa` tkellimt dwarha pero' jkun tajjeb li wieħed jenfasizzaha ftit.", "Kultant ikollok ċerti azjendi li jkollhom ħafna ħwienet li jkunu qed jagħmlu l-qligħ tal-flus minnhom pero' meta tmut il-proprjetarja tagħhom u tifridhom, dawn ma jkunux jistgħu joqogħdu fuq saqajhom waħedhom u jogħtru.", "Għalhekk bil-wirt tiegħek stess tkun qed tkisser dak il-patrimonju li tkun ħdimt għalih.", "Allura bit-trust għandek il-vantaġġ ulterjuri li tippreservah u t-tfal tiegħek ikunu qed jieħdu mill-benefiċċju tiegħu.", "Kemm hawn kumpanniji f'Malta li ġġieldu?", "Kemm kien hemm kawżi l-qorti ta' nies fin-negozju li ġġieldu?", "Kif igħidu fuq in-nies tan-negozju, l-ewwel ġenerazzjoni tagħmel il-flus, it-tieni ġenerazzjoni tikkonsolida u t- tielet waħda tberbaqhom.", "Meta jinfirdu l-kumpanniji, jieħdu l-aġenziji ta' xulxin jew jiġġieldu biex jieħdu aġenzji ġodda u jerġgħu jikkompetu kontra xulxin.", "Issa dan mhux dejjem huwa tajjeb għall-kompetizzjoni u għall-istabbilta` tas-suq tagħna.", "Għalhekk it-trust hija aġir favur l- istabbilta` fin-negozju.", "Per eżempju ̧ jekk ikolli nsemmi kumpannija kbira li hija magħrufa f'Malta u ngħid li jista' jkun li din jiġrilha hekk ̧ b'dak id-diskors tiegħi biss inkun diġa` qiegħed niddistabbilizza s-suq għax min għandu l-ishma investiti fih u għandu jieħu, ma tantx jieħu gost jisma' dan id-diskors.", "Jiġifieri bit-trust qed terġa' tippreserva l-proprjeta` u n-negozju.", "Per eżempju, fix-xogħol tiegħi bħala avukat iltqajt ma' ħafna ħaddiema li jgħiduli li s-sidien tagħhom qed jiġġieldu bejniethom u ma jafux fejn se jispiċċaw.", "Din hija xi ħaġa importanti għax biha l-missier tal-familja li jkun stabbilixxa dak in-negozju, ikun jista' jippreserva u anke jġiegħel lil uliedu jibdlu l-pożizzjoni tagħhom u minflok kulħadd irid jaħtaf biex jieħu sehmu, kulħadd ikollu l-interess li n-negozju jibqa' jaħdem tajjeb għax se jibqa' jippompja l-flus li żżommhom għaddejjin.", "B'dan il-mod għandek il- vantaġġ li wieħed jassigura l-preservazzjoni tal-proprjeta` pero` mhux f'termini ta' kritika tal-marxism fis-sens li parti mill-kritika tal- marxism kienet, per eżempju, kontra ż-żwieġ għax iż-żwieġ kien qiegħed hemm biex jieħu ħsieb il-kapital fejn kemm ir-raġel u kemm il-mara kienu jkunu ġejjin minn familji tal-flus u ż-żwieġ kien qiegħed hemm biex jgħaqqad il- kapital.", "Aħna mhux qed nitkellmu f'dan is-sens u dawn huma affarijiet li jagħmlu ġid lit-tessut soċjali u ekonomiku tal-pajjiż tagħna.", "Ħaġa oħra ta' min isemmi hi li min għandu diffikultajiet biex ikollu l-proprjeta` fuq ismu għal diversi raġunijiet, jista' jieħu vantaġġ minnha għax fit-trust, nista' noħloq xi ħaġa li tibqa' tippompja l-flus u dan hu ċertament vantaġġ għax sfortunatament fil-pajjiż qed noħolqu l-fondazzjonijiet biex proprju jagħmlu dan ix-xogħol meta m'għandhomx dik il-funzjoni.", "Il-fondazzjoni m'għandhiex il-funzjoni tat-trust.", "Fil-fatt wieħed mill-vantaġġi tat-trust hu li tieħu ħsieb l-inabilita` tiegħi li nżomm il-proprjeta` fuq ismi u tassigura li nies li jiddependu minni jibqgħu jirċievu l-flus.", "Sur President, kollox ma' kollox wieħed irid jgħid li dan huwa avvanz kbir, interessanti u anke ambizzjuż għax wieħed irid jgħid li fil-liġi hemm diversi miżuri ambizzjużi speċjalment fil-kwestjoni tat-trust dikjarattiv jew id-diversi metodi ta' kif toħloq trust.", "Issa ż-żmien u l-esperjenza juruna kemm dan il-qafas li aħna ħloqna llum se jaħdem b'suċċess.", "L-MFSA żgur se jkollha piż kbir u anke hi trid tibni ħafna esperjenza f'din il- linja pero` naħseb li dan hu avvanz kbir u l-effetti tiegħu narawhom fi żmien qasir.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "John Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President, f'dan l-abbozz ta' liġi qiegħed nara t- tmien ta' snin ta' xogħol li ilu jsir fuq dan is-suġġett.", "Dan l-abbozz ta' liġi huwa bżonnjuż biex naġġornaw il-qafas tas-servizzi finanzjarji f'pajjiżna u aħna għarafna mill-bidu l-komplessita` involuta biex jidħol dan il-konċett fil-liġi Maltija.", "Jiena m'iniex avukat u kull meta kont nitkellem ma' kollegi tiegħi fuq dan is-suġġett, kienu dejjem jindikawli kemm hu stramb il-konċett tat-trust kif aħna xtaqna ndaħħluh f'pajjiżna u kif fil-fatt dieħel permezz ta' din il-liġi meta tqabblu mal-qafas ta' liġijiet li għandna fil-pajjiż.", "Għalhekk kien jeħtieġ ħsieb kbir biex dak li jsir, ma jimminax il-pedamenti tal-loġika legali ta' pajjiżna.", "Ilna snin niżviluppaw u niddiskutu dawn il-konċetti mal-professjoni legali u ma' min jopera fil-qasam finanzjarju f'pajjiżna ħalli nassiguraw li dak li jsir, isir sewwa.", "Sur President, jiena kuntent li anke fuq dan l-abbozz ta' liġi u fuq dan il-prodott ġdid li qed nippreżentaw fis-settur finanzjarju ta' pajjiżna, hawn kunsens miż-żewġ naħat tal-Kamra.", "Il-kunsens hu l-lifeline ta' dan is-settur.", "Kellna l-fortuna u l-viżjoni fil-bidunett li nagħrfu kemm kien importanti l-kunsens nazzjonali f'dan is-settur.", "Nista' ngħid li qgħadna attenti li kulma nagħmlu f'dan is-settur, kemm jista' jkun isir billi noħolqu dan il-kunsens u huwa ferm pożittiv li anke fuq dan l-abbozz ta' liġi hawn il-kunsens.", "Ovvjament wieħed jista' jargumenta fuq id-dettall pero' meta nkunu fl-istadju ta' kumitat, dawn l-affarijiet jistgħu jiġu rfinuti.", "Jiena niftakarni ngħaddi l-pakkett ta' liġijiet fl-1994 li bih ifformajna s-settur finanzjarju u x-xhur li kont għaddejt f'din il-Kamra ma' Karmenu Mifsud Bonnici niddiskutu d-dettalji tal-liġijiet kollha li konna qegħdin ngħaddu.", "Dan kien sar fuq binarju kompletament kostruttiv li għamel ferm ġid lil pajjiżna.", "Irrid ngħid li l-kunsens għen biex dan is- settur illum sejjer tant tajjeb.", "Dan hu settur vibranti u dinamiku u qed joħloq ħafna ġid għax qed imexxi 'l quddiem l-ekonomija ta' pajjiżna.", "Pero' jibqa' l-fatt li għandna bżonn nibżgħu għalih.", "Jiena m'iniex beħsiebni nidħol fid-dettalji tal-liġi tat-trust għaliex il- kollegi tiegħi mill-avukatura daħlu fid-dettall sew fuqha.", "Sur President, irrid ngħaddi ftit ħin nenfasizza l-bżonn li s-settur finanzjarju f'pajjiżna nibżgħu għalih.", "Illum nitriegħex meta naqra f'xi gazzetti stejjer li ma jkunux ibbażati fuq il-verita` imma għaliex ikunu tħabbru minn xi gazzetta barranija, aħna, b'ċertu mentalita` li jien insejħilha \"miskina\", neħduhom bħala fatt u nxandruhom qisu biex nagħtu xi stampa li l-affarijiet fil-pajjiż ma jkunux sejrin kif suppost ikunu sejrin.", "Sur President, dan hu ħażin u meta jiena kont responsabbli minn dan is- settur, mhux l-ewwel darba li kellimt lill-ġurnalisti u għidtilhom dwar ir- responsabilita` kbira li għandhom u li m'għandhomx jirrepetu bħal pappagall dak li jgħidu gazzetti barranin ta' pajjiżi li wara kollox qed jikkompetu magħna.", "Aħna għandna naraw kif niddefendu lil pajjiżna speċjalment f'dan is- settur u meta ngħid hekk mhux qed ngħid li għandna naħbu jekk xi ħaġa tkun ħażina imma niddefenduh billi nerfgħu r-responsabilita` tagħna, nagħrfu l- fatti kif inhuma, nistaqsu u nitgħallmu u mbagħad nitkellmu.", "Ma niskandalizzawx ruħna f'suq internazzjonali u kompetittiv bħal dan, li jkun hemm min, f'pajjiżi barranin, ikollu l-interess li jitfa' dellijiet fuq ċertu suċċess bħas-suċċess taċ-ċentru finanzjarju Malti.", "L-appell tiegħi hu li minflok nagħmluha ta' pappagalli u nirrepetu dak li jkun inkiteb f'gazzetti barranin f'pajjiżi oħra, naraw u nagħrblu x'inhuma l-fatti u jekk fil-fatt dak li qalu dawn il-gazzetti ma jkunx veru u nsibu li ċ- ċentru finanzjarju Malti jispikka għas-serjeta` tiegħu, allura għandna ngħidu dan b'vuċi għolja.", "Sur President, irridu nipproteġu dan iċ-ċentru finanzjarju tagħna billi nkunu lesti li naġġornawh kompletament u kontinwament.", "Qed ngħixu f'sitwazzjoni ta' tibdil kontinwu fejn servizzi ġodda qed jiġu maħluqa minn żmien għal żmien.", "Il-kompetizzjoni bejn pajjiż u ieħor f'dan is-settur hija bbażata fuq min hu l-aktar pajjiż serju, min għandu l-aktar superviżjoni serja, min għandu l-aktar sistemi effiċjenti u min għandu l-aktar liġijiet li jagħtu l-flessibilita` u l-effiċjenza fit-tħaddim kummerċjali.", "L-enfasi tas-setturi finanzjarji kollha hi dwar kif se joħolqu prodotti differenti ta' servizz li jistgħu jagħtu.", "Huwa importanti li ċ-ċentru tas-servizzi finanzjarji tagħna - li llum hi awtorita` wkoll għax għandha f'idejha s- superviżjoni finanzjarja kollha f'pajjiża – jibqa' jżomm dan l-aspett bħala wieħed mill-oġġettivi prinċipali fix-xogħol li jagħmel.", "Sur President, minn hawnhekk nixtieq insellem lil dawk kollha li joperaw fl- awtorita` tas-servizzi finanzjarji għall-impenn tagħhom u għall-mod kif jipproġettaw lil pajjiżna bl-aħjar mod.", "Mill-esperjenza diretta u personali, jiena naf kemm-il awtorita` internazzjonali ġew f'pajjiżna – kultant mistednin minnha – biex jiskrutinaw dak kollu li nagħmlu aħna u dan dejjem b'koperazzjoni sħiħa min-naħa tagħna.", "Sur President, wara dan l- iskurtinju, dawn tawna l-aqwa ċertifikati ta' effiċjenza.", "Dan ma kienx ikun possibbli, Sur President, kieku fl-awtorita` tas-servizzi finanzjarji m'għandniex nies dedikati, ippreparati u li joperaw fuq il-bażi li rridu nkomplu nespandu dan is-settur.", "Irridu nissalvagwardaw dan is-settur billi kull min jopera fih, jopera fl-ogħla livelli ta' professjonalita` u jifhem li l-eċċezzjonijiet ħafna drabi jwaqqgħu in disrepute iċ-ċentru kollu u jispiċċa jbati kulħadd.", "Jeħtieġ li nżommu s-settur tas-servizzi finanzjarji tagħna kompetittiv mal-bqija tad-dinja għaliex finalment il-kompetittivita` ta' ċentri differenti hija importanti biex niġbdu aktar investiment u xogħol għal pajjiżna.", "Matul is-snin, kellna ħafna skrutinji minn organizzazzjonijiet internazzjonali biex jaraw kif qed noperaw f'pajjiżna.", "Din m'hijiex biss kwestjoni ta' l-Unjoni Ewropea imma hi kwestjoni wkoll ta' l-IMF li fuq bażi globali jridu jassiguraw li ċ-ċentri finanzjarji jkunu serji u ma jseħħx, per eżempju, il-money laundering.", "Minn żmien għal żmien joħorġu standards u regoli ġodda li kull ċentru finanzjarju - li jrid iżomm ruħu kkonsidrat bħala partner internazzjonali ta' relevanza – jkollu jobdi u jimxi magħhom.", "Bdejna niddiskutu l-possibilita` li ndaħħlu l-konċett tat- trusst f'pajjiżna meta beda jkollna l-ħoss li r-reġim li kellna f'pajjiżna ta' nominees, kien qiegħed iqajjem ftit dubji u nkwiet f'moħħ dawn ir- regolaturi globali taċ-ċentri.", "Fid-dinja llum hawn l-ixprunatura li jaqtgħu kemm jista' jkun kull possibilita` ta' money laundering għaliex qed jaraw li l-aħjar mod kif tiġġieled il-kriminalita` hu billi taqtagħlhom l- aċċess għall-fondi u kemm jista' jkun il-ħabi jibda jsir xi ħaġa ta' min iwarrabha.", "Il-konċetti ta' nominees kienu ilhom żmien idejqu ħafna nies internazzjonalment.", "Meta jibdew ipinġuk bħala xi ċentru mingħajr il-livelli ta' serjeta` li wieħed jistenna, dan ikun ifisser li in the long-term se titlef ix-xogħol li wieħed jista' jistenna minn dawn l-attivitajiet.", "Dan il- konċett tat-trusts ġie imdaħħal anke biex insolvu din il-problema apparti li nibdew nipprovdu l-faċilitajiet li jeżistu f'ċerti internazzjonali kbar fejn dawn it-trusts huma possibbli u fejn bniedem ikun jista' jopera billi bażikament jgħaddi d-dritt tal-proprjeta` tiegħu lil ħaddieħor sabiex dan ikun jista' jopera f'ismu b'istruzzjonijiet li jkun qed jagħtih.", "Sur President, din il-liġi ħadet ħsieb li tagħmel din it-tranżizzjoni bejn nominees u trusts b'mod gradwali u b'mod kemm jista' jkun seamless billi tħalli l-operazzjonijiet li s'issa kienu joperaw taħt il-kappa tan-nominee u dawn jistgħu jaqilbu u jibdew jiġu operati taħt il-kappa tat-trustees.", "Illum it-trustees se jkunu daqsxejn aktar ikkontrollati milli kienu n- nominees qabel.", "Sur President, jibqa' l-fatt li r-reġim li se jibda jitħaddem f'pajjiżna se jkun konformi ma' dak li huwa aċċettat fuq bażi internazzjonali.", "Kif diġa' għidt m'iniex se nidħol fid-dettalji tal- provvedimenti kollha tal-liġi pero` rridu naraw li kemm jista' jkun nżommu t-trasparenza fis-sistemi tagħna u f'dak kollu li jsir f'dan il-qasam tat- trustees u fil-qasam tas-servizzi finanzjarji, kemm jekk it-trustee huwa individwu u kemm jekk ikun kumpannija.", "Sur President, l-aħħar appell tiegħi hu li meta niġu biex nitkellmu fuq suġġetti li minnhom infushom huma ta' ċertu teknikalita`, kemm jista' jkun inkunu informati tajjeb u b'mod preċiż u mhux għax jiġi xi ħadd u jgħidilna xi ħaġa f'widnejna, allura nagħmluha fatt u ninsinwawha ma' kulħadd.", "Qed ngħid dan għax dan huwa settur sensittiv ħafna u rridu nindukrawh u għalhekk irridu noqgħodu ferm attenti u preċiżi f'dak li ngħidu.", "M'iniex se noqgħod nipprova nikkoreġi xi battuti li ntqalu waqt dan id- dibattitu.", "Matul il-kors tad-dibattitu sħabi kellhom iċ-ċans u fil-fatt taw il-verżjoni korretta ta' l-affarijiet kif inhuma, però nagħlaq billi ngħid li rridu nidħlu fid-dettall ta' dan l-abbozz ta' liġi fl-istadju ta' kumitat ħalli nassiguraw li dak li qed nagħmlu jżid mal-potenzjal li bnejna s'issa f'dan is-settur.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Edwin Vassallo.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO (Segretarju Parlamentari): Mr Speaker, inkompli fuq dak li qalu ż-żewġ kelliema ta' qabli u proprju nirringrazzja lil dawk kollha li ħadmu fuq din il-leġislazzjoni sabiex illum il-gvern ikun jista' jippreżentalna din il-liġi li qed tiġi ppilotata mill-Onor.", "Anthony Abela.", "Permezz ta' din il-liġi se nkomplu nżidu ma' dawk il-liġijiet li b'xi mod jew ieħor se jgħinu biex wieħed ikun jista' jimmaniġġja aħjar proprjetà kummerċjali jew negozju - li se nitkellem dwaru jien - għal diversi raġunijiet.", "L-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici semma l-preservazzjoni tal- kapital tan-negozju minn ġenerazzjoni għall-oħra.", "Bis-sistema tat-trusts se nirregolaw l-element ta' fiduċja li persuna tpoġġi f'persuna oħra.", "Mr Speaker, ippermettili nagħmel parenteżi żgħira.", "Illum fin-negozju nara ħafna nies li jridu l-ġid lilhom infushom u lil min jaħdem magħhom u jipprovaw jagħmlu ħilithom biex jgħinu lil min jiġi biex jinqeda mingħandhom.", "Però bħalma jiġri dejjem fid-dinja hemm oħrajn li japprofittaw ruħhom mill-fiduċja li ngħataw.", "Anke f'pajjiżna maż-żmien kien hawn nies li ngħataw fiduċja li ssarrfet fi flus u f'investiment.", "Ħafna drabi l-gvern u xi awtoritajiet regolatorji jkunu fdaw persuni biex jagħmlu ċertu xogħol, imbagħad b'xi mod jew ieħor in-negozji tagħhom ikunu fallew, però huma ma jkunux fallew.", "U nisimgħu ħafna nies jistaqsu għaliex ħadd ma jitressaq il-qorti u ħadd ma jmur il-ħabs wara li jkun uża ħażin dak li kien fdat f'idejh.", "Meta wieħed iħares lejn id-dinja ta' madwarna jinduna li qed jiżdied ċertu egoiżmu u r-regħba għall-flus.", "L-iskop ta' ħafna m'huwiex il-qligħ ġust imma li wieħed jara kif kważi jinganna lil ħaddieħor b'dik is-setgħa li tkun ġiet fdata lilu.", "Meta wieħed jaqra din il-liġi jinduna li l-leġislatur ipprova jagħmel linji ta' gwida fuqxiex jista' jimxi trustee, jiġifieri dak li jiġi fdat biex imexxi organizzazzjoni, negozju jew attività għan-nom ta' ħaddieħor.", "Il- linji gwida proposti f'dan l-abbozz ta' liġi jirregolaw kemm lil min se jkun qed jiġi fdat biex jiġġestixxi dik l-attività f'isem ħaddieħor għall- ġid ta' ħafna nies oħrajn, kif ukoll lill-MFSA, li hija l-awtorità finanzjarja regolatorja li permezz tagħha l-gvern ikun qed jara li dan it- tip ta' mmaniġġjar ta' proprjetà, ta' negozju, ta' attivitajiet, anke jekk m'humiex kummerċjali, ikunu qed jitmexxew bl-aktar mod trasparenti u responsabbli.", "Kif qal l-Onor.", "Dalli, hawnhekk qed nikkompetu ma' leġislazzjonijiet ta' pajjiżi oħra li jridu wkoll jiġbdu lejn pajjiżhom u dawn l- organizzazzjonijiet jistgħu jiġu hawn biex minn pajjiżna jkunu jistgħu jmexxu proprju dawn it-trusts.", "Punt ieħor, li ssemma kemm-il darba f'diversi diskorsi, huwa l-ħtieġa li l-MFSA, bħala l-awtorità regolatorja, ikollha kontroll tajjeb fuq dawk li issa se jingħataw ir-responsabbiltà biex imexxu dawn l-attivitajiet li jistgħu jkunu kemm kummerċjali u kif ukoll karitetevoli.", "Infatti fi klawsola 3, li qed temenda artikolu 2 ta' l- Att dwar it-trusts, insibu d-definizzjoni ta' \"għan ta' karità\" li tgħid li jista' jkollok attivitajiet li permezz tagħhom jista' jkun hemm l-avvanz ta' l-edukazzjoni, l-avvanz ta' reliġjon, l-avvanz ta' saħħa, l-avvanz soċjali u tal-komunità, l-avvanz kulturali, ta' l-arti u tal-wirt nazzjonali, l-avvanz tat-tħaris u t-titjib ta' l-ambjent, il-promozzjoni tal-jeddijiet tal-bniedem, ir-riżoluzzjoni tal-konflitt u rikonċiljazzjoni, iżda ma jinkludux għan politiku.", "Allura l-MFSA se tidħol f'dan l-iżvilupp finanzjarju, politiku, soċjali ġdid għal pajjiżna li qed iseħħ permezz ta' din il-liġi sabiex tara li t- trustee, li issa se jkun qed jingħata din it-tip ta' fiduċja biex imexxi, ikun persuna li tassew hija idonea.", "Illum il-ġurnata din l-awtorità regolatorja diġà għandha r-responsabbiltà li tara li l-kumpanniji kummerċjali li għandhom il-liċenzja biex jikkummerċjaw f'dan il-pajjiż ikunu serji u jkollhom abbiltà finanzjarja sostenibbli.", "Matul iż-żmien kellna każijiet ta' entitajiet kummerċjali fejn il-qanpiena kienet qiegħda ddoqq li m'humiex daqshekk sostenibbli.", "Dawn kienu qed jiġġestixxu attività kummerċjali goffa u kienu qegħdin iħaddmu wkoll numru ta' ħaddiema.", "Kien hemm kumpanniji li kienu jbigħulhom bid-dejn u dawn spiċċaw biex fallew.", "Imma nerġa' ngħid li xi kultant f'Malta jkollna negozji falluti, però l-proprjetarji ta' dawk l-istess negozji ma jkunux falluti, il-ħaddiema f'daqqa waħda jispiċċaw bla xogħol u dawk li jkollhom id-dejn ma' din il-kumpannija jispiċċaw qatt ma jitħallsu.", "Allura n-nies bilfors jibdew jistaqsu: Imma fejn kien il-gvern dak il-ħin, fejn kienet l- awtorità regolatorja fil-ħin li fiha beda jixgħel id-dawl l-aħmar fuq dawn l-entitajiet kummerċjali?", "Ma kien hemm ħadd responsabbli biex jiġbed l- attenzjoni li Edwin Vassallo m'għandux jibqa' jiġi fdat biex jiġġestixxi dik l-attività kummerċjali?", "Dawn l-affarijiet ġraw f'pajjiżna u nistenna li l-MFSA tillima iktar il- pinen tagħha biex ma tippermettix li jkollna minn dawn it-tip ta' attivitajiet kummerċjali.", "Però jeħtieġ tara wkoll li ma jkollniex min jiġi fdat biex jieħu ħsieb negozju ta' xi ħadd sakemm it-tfal jilħqu, jew jieħu ħsieb entitajiet kummerċjali oħrajn jew entitajiet ta' karità li mbagħad jipprova jara kif jagħmel profitt għall-gwadann personali tiegħu minn fuq dik il-fiduċja li xi ħadd ikun tah.", "Irridu nevitaw li jkun hemm din it-tip ta' miżapproprjazzjoni ta' proprjetà jew ta' mismanagement.", "Din il-liġi qiegħda tpoġġi fuq l-MFSA din ir-responsabbiltà u nistennew li l-MFSA tidħol għaliha bis-serjetà.", "Mr Speaker, punt ieħor li rrid insemmi huwa li t-trustee qed jingħata d- dritt biex jimmaniġġja proprjetà.", "Infatti fi klawsola 4 insibu li d- definizzjoni ta' \"trustee\" tgħid:", "\"\"trustee\" għar-rigward ta' proprjetà, tfisser il-persuna jew il- persuni li f'idejhom ikollhom jew li fihom il-proprjetà tkun vestita skond id-disposizzjonijiet ta' dan l-Att jew li xort'oħra jkunu meqjusa bħala \"trustee\" taħt dan l-Att.\"", "Jiġifieri permezz ta' dan l-Att se jkollna proċedura legali li permezz tagħha trustee jista' jakkwista d-dritt ta' ownership ta' proprjetà u jkun jista' jiġġestixxi l-istess proprjetà.", "Bħalissa qed jiġuni f'moħħi diversi negozji li fil-kwantità l-kbira tagħhom m'humiex negozji kbar u allura wieħed irid joqgħod attent li ma jiġix abbużat dan id-dritt li, bħala trustee, wieħed isir l-owner ta' proprjetà jew ikun jista' jmexxi negozju.", "Irrid niġbed l-attenzjoni għal subklawsola (12) ta' klawsola 22 li tgħid:", "\"Fil-każ ta' trust biex tinżamm proprjetà għal skop ta' transazzjoni kummerċjali, id-dmirijiet tat-trustee dwar l-għoti ta' tagħrif u d- drittijiet tal-benefiċjarji għal dak it-tagħrif jista' jkunu stabbiliti bil-kondizzjonijiet tat-trust u f'dak il-każ, is- subartikoli ta' hawn fuq ta' dan l-artikolu ma japplikawx.\"", "Mr Speaker, hawnhekk irridu noqogħdu attenti li ma jkollniex min, kif għadu kemm semma l-Onor.", "Dalli, jibda joħloq dawn it-trusts u jpoġġi trustees biex imexxuhom mhux għal skopijiet ta' kummerċ ġust, imma għal skop ta' kummerċ maħmuġ, bħal money laundering jew inkella attivitajiet li jistgħu jkunu kriminali.", "Mr Speaker, inħoss li f'dan id-dibattitu għandi niġbed l- attenzjoni, kif diġà nġibdet, għall-element negattiv li jista' jkun hemm meta tħalli lil xi ħadd jimraħ mingħajr kontroll.", "Mr Speaker, peress li hawn l-Onor.", "Anthony Abela li se jkun qed jippilota dan l-abbozz ta' liġi fl-istadju tal-kumitat u naf li hawn xi uffiċjali mill-MFSA, nixtieq nagħmel din il-mistoqsija.", "Skond il-proċedura mħaddma fil-ħruġ tal-liċenzji tan-negozji llum, meta jkun hemm talba għall-bdil tal- ġeneru ta' negozju jew bdil tas-sid tan-negozju, meta negozju jiġi trasferit minn persuna għal oħra, in-negozjant il-ġdid li issa se jdur fuqu n-negozju jkollu jġib il-kunsens ta' sid il-kera peress li dak huwa negozju li jittratta kummerċ marbut ma' post. Issa x'se jiġri skond din il-liġi meta jien irrid indawwar in-negozju tiegħi fuq Toni Abela billi noħloq dan it-trust?", "Jista' jkun każ ta' wirt jew każ fejn xi ħadd se jiġi fdat jieħu ħsieb il-beni f'isem xi ħaddieħor.", "F'dak il-każ it-trustee għandu, bħal applikant normali, imur xorta waħda għand sid il-kera, jekk il-każ ikun ta' negozju li jinkludi fabbrika jew numru ta' ħwienet?", "Jiġifieri issa Toni Abela jrid imur jitlob il-permess ta' sid il-kera biex jidħol minfloki jiġġestixxi dik l-attività kummerċjali?", "Mr Speaker, jien qed nitkellem dwar każijiet ta' proprjetà kummerċjali, mhux għax tkun tinbiegħ jew tinkera imma għax fiha jkun qed isir negozju.", "F'dak il-każ sid il-kera jkollu jagħti l-kunsens bil-miktub li dik il- proprjetà tista' tiġi trasferita fuq il-persuna l-oħra li issa se jiġi trasferit fuqha n-negozju?", "Kif inhi proposta, din il-liġi se teħles lit- trustee milli jmur għand sid il-kera jitolbu l-permess għax in-negozju se jibqa' jiġi ġestit f'isem dik il-persuna li kien hemm qabel?", "Skond is- sinjali li qed jagħmilli uffiċjal ta' l-MFSA ir-risposta hija le.", "Jiġifieri qed nifhem li, anke jekk ikun trustee, il-liġi li tirregola l- bdil tal-liċenzja tan-negozju xorta waħda se tkun qed tirregola t- trasferiment tan-negozju.", "F'dak il-każ it-trustee jiġi kkalkolat bħalma hu kkalkolat kull individwu llum li se jkun qed jitlob għal trasferiment tan- negozju minn isem xi ħadd għal fuq ismu.", "Jekk inhu hekk, jien inkun kuntent, però għandna nkunu ċerti li waqt l-istadju tal-kumitat din it-tip ta' probabbiltà tiġi kkonsidrata wkoll għax inkella jridu jiġu regolati liġijiet oħra b'xi mod jew ieħor.", "Mr Speaker, subartikolu (6) ta' artikolu 43, kif propost fi klawsola 29, jgħid:", "\"Il-persuni li ġejjin ma jkunux meħtieġa li jiksbu awtorizzazzjoni skond dan l-Att biex jaġixxu bħala trustees waqt it-tmexxija ta' l- attivitajiet li għalihom għandhom liċenza.\"", "Imbagħad jissemmew diversi każijiet li fosthom m'huwiex imsemmi dan li semmejt.", "Nifhem li dak kellu skop ieħor, però ma rridx li liġi bħal din, li pprovat li ma tħalli l-ebda loophole, li mbagħad taħrabilha xi ħaġa żgħira bħal din li tista' tiġri fil-ħajja ta' kuljum.", "Dan kien argument li xtaqt inressaq, però jien ċert li d-deputati li se jkunu qegħdin jiddiskutu din il-liġi fl-istadju tal-kumitat se jagħmlu minn kollox biex dan il- pajjiż ikollu leġislazzjoni serja.", "Mr Speaker, naħseb li wasal iż-żmien li f'dan il-pajjiż naraw leġislazzjoni oħra li tirregola n-non-profit organisations.", "Ilu jinħass il-bżonn tagħha kemm għall-fini ta' taxxa u kif ukoll għall-finijiet ta' kif jiġu regolati.", "Permezz ta' dan l-abbozz ersaqna ftit lejn sistema fejn se jibda jiġi regolat xi ħadd li se jiġi fdat b'din l-awtorità biex imexxi trust b'għan ta' karità li jinkludi l-avvanz ta' l-edukazzjoni, l-avvanz ta' reliġjon, l- avvanz ta' saħħa, l-avvanz soċjali u tal-komunità, l-avvanz tat-tħaris u t- titjib ta' l-ambjent u l-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem.", "Il-bżonn ta' regolamentazzjoni jinħass mhux biss fl-attivitàjiet kummerċjali imma anke fil-mod kif immexxu attivitajiet oħrajn.", "S'issa għandna nuqqas ta' leġislazzjoni - forsi ddeċidejna li jkun hekk għalissa - li permezz tagħha jkollna linji ta' gwida dwar kif jistgħu jaħdmu u fejn jistgħu jiġu eżentati minn ċerti liġijiet ta' taxxa dawk l- organizzazzjonijiet li jissejħu non-profit organisations.", "Naħseb li liġi bħal din li għad tiġi maż-żmien tgħin biex ikollna l-kumplament tal-katina ta' leġislazzjonijiet fil-qasam finanzjarju, u anke dak mhux finanzjarju, li jgħinu biex ikollna żvilupp politiku, soċjali u finanzjarju li pajjiżna jeħtieġ.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No)", "Jekk m'hawnx iktar rimarki, nistieden lill-Onor.", "Anthony Abela biex jgħaddi għall-winding up.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (Segretarju Parlamentari): Sur President, kellna dibattitu kostruttiv fuq liġi li minnha se jibbenefika l-pajjiż kollu għaliex sar aġġornament għall-bżonnijiet li għandna llum fis-settur privat, se nkunu kapaċi noħolqu xogħol ġdid f'pajjiżna u se nagħlqu wkoll diversi lakuni li kien hemm f'amministrazzjoni ta' proprjeta` u assi għal bżonnijiet speċifiki li jmorru 'l hemm mis-sistemi li kellna s'issa.", "Sal- lum kellna min hu prokuratur, kellna min hu esekutur f'każ ta' eredita` u kellna min hu tutur jew kuratur f'każ ta' minuri u nies b'inkapaċita`.", "Kellna sistema li kienet peronalizzata fil-persuna li jkun kuratur pero` mingħajr definizzjoni finali ta' min se jkunu l-benefiċjarji f'ċerti każijiet.", "Issa mxejna pass 'il quddiem u b'din il-liġi tat-trusts qegħdin noħolqu affarijiet ġodda li jolqtu punti legali, bżonnijiet soċjali u affarijiet li se jibdlu l-kultura li kellna sal-lum.", "Pero` l-iktar ħaġa importanti hija li kollox ma' kollox il-punti li tqajmu kienu punti kostruttivi għall-aħħar.", "Sur President, kellna ċerti kelliema li iktar ibbażaw id-diskors tagħhom fuq punti soċjali.", "B'din il-liġi nistgħu naslu biex naqdu l-bżonnijiet soċjali li sal-lum kien għad hemm daqsxejn vojt fil-mod ta' kif wieħed jaqdihom.", "Kien hemm min wassal il-ħsebijiet tiegħu fuq punti legali li rridu neżaminawhom bir-reqqa fl-istadju tal-kumitat biex naraw li filwaqt li nagħtu ħajja li din is-sistema ġdida ta' amministrazzjoni ta' proprjeta` u ta' assi, ma noħonquhiex b'ċertu regolamentazzjoni żejda.", "Sur President, jiena nemmen li l-ammont massiċċ ta' nies li se jkunu jaġixxu bħala trustees huma nies li jistgħu jiġu fdati kemm bħala individwali u kif ukoll bħala firms.", "Forsi l-ikbar trustees li se jkollna huma l-banek li fihom infushom huma mezz fejn tista' tafda flusek f'idejhom għall-benefiċċju tiegħek jew ta' terzi persuni biex jiġu amministrati skond kif huma jidhrilhom li huwa l-aħjar u fl-aħjar interess tal-persuna li huma jkollhom l-assi tiegħu.", "Sur President, bit-trust law li qegħdin nagħmlu filwaqt li qegħdin intennu li l-MFSA se jkollha d-dritt kollu ta' regolatur sabiex tinvestiga, tivverifika u f'ċerti każijiet tista' tneħħi nies li fihom ikollha suspetti u ma tapprovahomx bħala trustess jew inkella titterminalhom it- trust tagħhom u allura jiġu nominati terzi, wieħed irid jassigura speċjalment fil-bidu u sakemm bniedem jidra din it-tip ta' liġi, li nuru prudenza fl-applikazzjoni tagħha.", "Għaliex?", "Għaliex issa se nżidu fil- piżijiet u fil-mod ta' kif se jkun hemm fiduċja ta' persuna f'persuna oħra jew fiduċjarji diversi li huma t-trustees li se jamministraw din il- proprjeta` għall- benefiċċju forsi tal-persuna stess li ħoloqha jew għall- benefiċċju ta' terzi persuni għax hekk tħoss il-bżonn il-persuna, il- persuni jew inkella l-entita' li tikkostitwixxi dan it-trust act.", "Sur President, kif spjega tajjeb l-Onor.", "Mifsud Bonnici f'Malta kellna każijiet fejn bniedem bil-mod kif jaġixxi seta' juri li hu kellu mandat ta' trustee f'ċerti affarijiet.", "Kellna diġa` l-faċilita` li prokura minn bniedem għall-ieħor f'amministrazzjoni ta' proprjeta` kienet tingħata bil- fomm.", "Ma kienx hemm in-neċessita` li din tingħata bil-kitba ħlief bejn il- miżżewġin, skond kif jitlob l-artikolu 1322 tal-liġi ċivili li jgħid li bejn il-miżżewġin trid tkun bil-miktub meta jkun hemm amministrazzjoni straordinarja tal-beni tal-komunjoni ta' l-akkwisti.", "Sur President, qegħdin noħolqu servizz ġdid - m'huwiex xi ħaġa ta' barra minn hawn - li l-kompetituri tagħna fl-istess fora ekonomiku u fl-istess bażi internazzjonali jafu li dan iwassal biex ikollhom iktar suċċess ekonomiku.", "Pajjiżna jaf li biex ikun jista` jikkompeti on a level playing field ma' entitajiet u ma' pajjiżi oħra li diġa` qegħdin jipprovdu dan is- servizz u li allura kellhom ċertu suċċess parallel fiċ-ċentri finanzjarji bħalma huma Singapore u Hong Kong .....", "(Interruzzjonijiet) F'dan l- istadju aħna qegħdin inkomplu noħolqu l-isfera l-ġdida sabiex inkunu nistgħu nimxu f'dan ir-reġjun.", "L-Onor.", "Brincat qiegħed jgħid li l- importanti huwa li nipproteġu liż-żgħir u lid-dgħajjef.", "Jiena naħseb li huwa fl-interess tat-trustor li se jmur għal din it-tip ta' amministrazzjoni fejn hu se jagħti benefiċċju lil terzi li forsi ma jkunux fil-pożizzjoni li jamministraw l-affarijiet tagħhom li jżomm ruħu informat.", "Nafu wkoll li kemm jekk ikunu authorised trustees taħt l-MFSA u kif ukoll jekk ikunu individual trustees li m'humiex liċenzjati biex ikunu hekk taħt l-MFSA xorta waħda se jkun hemm id-dritt tal-MFSA bħala regolatur li x'ħin trid, jekk ikollha xi dubju, tista` tinvestiga dik it-trust li jkun hemm, tista` tara kif l-affarijiet qed jiġu amministrati, kemm bħala amministrazzjoni finanzjarja u kif ukoll bħala amministrazjoni ta' potenzjal ta' dik it-trurst, u jekk jidhrilha li din it-trust m'hijiex qed tiġi amministrata b'mod tajjeb il-liġi tipprovdilha dawk il-klawsoli neċessarji biex tkun tista` anke tirrevoka d-dritt ta' amministrazzjoni jew trust li se jkun hemm f'dik il-persuna, jiġifieri t-trustee fih innifsu.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Brincat, bil-permess tas-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "JOSEPH BRINCAT: Nitlob lill-Onor.", "Abela biex jistaqsi lill-Onor.", "Antoine Mifsud Bonnici li kien segretarju parlamentari responsabbli mill- anzjani x'diffikultajiet kien ikollhom l-anzjani fuq il-prokuri u fuq affarijiet bħal dawn, b'mod partikolari dawk l-anzjani li kienu jbatu mid- dimenzja.", "Jekk ma temminx lili, għallinqas għandek temmen lil sieħbek stess.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Ikompli l-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Mr Speaker, jiena nifhem li wieħed għandu jagħti l- attenzjoni lil dawk il-każijiet li semma l-Onor.", "Brincat.", "Pero` min-naħa l- oħra aħna ma nistgħux minħabba l-eċċezzjoni ma nagħmlux din il-liġi li tista` tkun ta' benefiċċju kbir għal dawn in-nies.", "L-ewwelnett m'hu se nħallu l-ebda trustor jagħmel trust fi stadju meta m'huwiex f'pożizzjoni li jagħti din il-fiduċja lil ħaddieħor biex jamministra t-trust.", "Barra minn hekk, meta bniedem jagħti prokura u wara żmien dan ma jibqax f'sitwazzjoni mentali biex din il-prokura tkun delega ta' bniedem li jaf x'qed jagħmel meta qed iħalli fiduċja f'idejn terzi persuni, hemm regoli biex il-familjari jkunu jistgħu jitolbu lill-qorti tal- familja sabiex tirrevoka t-tali prokura jew it-tali amministrazzjoni u jinħoloq kuratur li bir-regoli kollha li titlob il-liġi jkun marbut li jagħti rendikont ta' l-amministrazzjoni li għamel u meta jiġi biex jiddisponi minn assi jew proprjeta` dan irid jagħmilha biss taħt it-tutela ta' l-istess qorti li tirregola li ma jkunx hemm ċerti abbużi.", "Huwa minnu li jkun hemm każijiet fejn nies li aħna nsejħulhom smooth talkers jew nies li huma kapaċi li jirbħu l-fiduċja ta' terzi persuni, jistgħu jwaqqgħu xi nies f'nasba u kif jgħidu bl-Ingliż jiġu meħuda for a ride.", "Pero` min-naħa l-oħra aħna qed nagħtu s-snien lill-MFSA biex naraw li jekk ikun hawn dawn il-każijiet jiġu ttrattati minnufih.", "Sur President, irridu naraw ukoll il-faċċata l-oħra għaliex qegħdin nagħmlu din il-liġi u għaliex il-maġġoranza tal-kelliema, kemm minn din in- naħa tal-Kamra u kif ukoll min-naħa l-oħra, tkellmu favur din il-liġi.", "Nafu b'ħafna każijiet ta' ġenituri li għandhom tfal bi bżonnijiet speċjali u marru għand persuni tal-fiduċja tagħhom biex jistaqsu x'se jiġri minn uliedhom meta jiġu biex jammistraw ġidhom meta huma jagħlqu għajnejhom.", "Se noħolqu esekutur li jagħti rendikont ta' x'kien hemm, iqassam u daqshekk?", "Jew se noħolqu amministrazzjoni għal perjodu ta' żmien li bejn wieħed u ieħor ikopri l-ħajja tal-persuna li tkun fil-bżonn imbagħad dik l-istess trust li tkun inħolqot tmur għall-benefiċċju tal-benefiċjarji li jkunu fl- istadju li jamministraw l-assi tagħhom u ma jkunx hemmx problemi ta' biża' li l-assi li tkun ġemmgħet il-persuna li toħloq it-trust bl-għaraq ta' ġbinha jisfaxxaw minħabba li min tħalla jamministra ma jkunx it-tip ta' amministratur li jkun qed joħloq dan it-trust?", "Effettivament, skond klawsola 43 fit-trust aħna qed nirriservaw id-dritt li l-MFSA jkollha ċerti regoli li trid tintrabat magħhom dwar in-nies jew il- firms li hi se taċċetta li jkunu kapaċi jkunu trustees.", "Barra minn hekk, l- MFSA tikkalkola u tara l-fiduċja eżistenti bejn it-trustor u t-trustees u jekk hemm trust li għandha perjodu ta' żmien sostanzjali iktar se tkun favorevoli li taċċetta trustee entities u trustee persons biex f'nuqqas tagħhom jew f'nuqqas ta' trustees preżenti, jekk it-trust ikun għall- perjodu twil, ikun hemm kontinwazzjoni ta' din il-fiduċja ħalli l- affarijiet ikomplu mexjin f'dak l-istadju.", "X'għamilna għal dan l-iskop?", "Jekk bniedem jiġi maħtur trustee ta' xi ħaġa għall-perjodu li jkun itwal mill-ħajja normali ta' dan il-bniedem aħna għidna li fejn ikun hemm trasferiment ta' proprjeta` minn trustee għal ieħor u allura taħt l-istess trust ma jkunx hemm transfer sostanzjali, għax inti kulma qed tibdel huwa t- tip ta' amministratur li għandek minn persuna għal oħra li huma t-tnejn ta' fiduċja, f'dak il-każ la trid tħallas taxxa u lanqas boll fuq il-kuntratt relattiv.", "Għaliex?", "Għaliex l-intenzjoni kollha tat-trust hija li jkollok kontinwita` ta' amministrazzjoni tajba għall-benefiċċju tal-benefiċjari msemmija sabiex dik it-trust tirnexxi f'idejn nies kompetenti li tassew kapaċi jamministraw.", "Sur President, jiena nemmen li dawn ir-regoli li għandna sabiex l-MFSA tkun ir-regolatur ta' din il-liġi ġdida huma tajbin biżżejjed għax filwaqt li fl- attwazzjoni normali ta' din il-liġi ma jissikkawx biżżejjed, min-naħa l- oħra għandhom snien biżżejjed biex meta jkun hemm nuqqas ta` amministrazzjoni tajba bniedem jiġi mrażżan milli jieħu azzjoni jew jagħmel affarijiet li ma jkunux għall-benefiċċju ta' dan it-trust.", "Imbagħad jiena nippretendi li n-nies ma joħolqux trusts f'sitwazzjonijiet fejn jiġu mġiegħla li jagħmlu dawn l-affarijiet, imma f'sitwazzjonijiet fejn huma fin- normalita` jkunu kapaċi jieħdu d-deċiżjonijiet tagħhom sabiex joħolqu din it-trust.", "Jiena nista` ngħid li llum hija prassi normali li anke meta jsir testment, li hija xi ħaġa simili għax bniedem se jirregola l-affarijiet għal wara mewtu, meta dawk li jkunu qed jagħmlu t-testment ikun f'eta` avvanzata u xi kultant anke jekk ma jkunux, in-nutar jitlobhom ċertifikat ta' tabib jew ta' psikjatra jew ta' persuna li tkun kapaċi tagħtih ċertifikazzjoni li t-tali persuna kapaċi tagħmel dak l-att ċivili.", "B'hekk in-nutar barra li jassigura li l-persuna tkun kapaċi tagħmel dak l-att ikollu wkoll is-serħan tal-moħħ li dak li qed jagħmel qed jagħmlu sewwa u wara ma jkunx hemm min jikkontesta d-drittijiet ta' din il-persuna.", "Sur President, sabiex jiġu evitati wkoll ċerti abbużi li alluda għalihom l- Onor. Brincat, li huma l-eċċezzjoni u mhux ir-regola, nafu li hemm il- proċeduri legali fejn jekk bniedem għandu dubju fuq il-kapaċita' mentali u fuq il-kapaċita` ċivili ta' ċerti nies, dan għandu d-dritt jitlob lill- qorti biex bi bniedem imqabbad minnha teżamina lil dik il-persuna u mbagħad tiddikjara jekk hux kapaċi jagħmel atti ċivili jew le, jekk tinterteddjahx jew le jew jekk titlobx li jkun hemm kuratur biex jamministra l-ġid tiegħu jew le.", "L-iskop ta' din il-liġi m'huwiex għall-eċċezzjoni imma għar-regola u r-regola se tagħti ċ-ċans lil min għandu dubju fuq il-kapaċita` ta' min se jirtu, ta' min se jiġi warajh u jibbenefika mill-poter ta' amministrazzjoni ta' ċerti assi li jqabbad amministratur li se jkun soġġett għall-gwida, għall-għajn u għall-widna attenti tal-MFSA biex jamministra għall-ġid ta' dawn il-persuni.", "Imbagħad fuq it-tip ta' remunerazzjoni jew jekk għandux jiġi remunerat jew le, sakemm ma tiddeċiedix it-trust fiha nnifisha t-tip ta' amministrazzjoni li jrid ikun hemm, hija l-MFSA li tirregola kif dan għandu jitħallas.", "Fil-fatt l-MFSA se timxi ma' dawn ir- regolamenti.", "Illum fil-liġi hemm regolamenti ċari ta' kemm għandu jitħallas bniedem li huwa prokuratur ta' xi ħadd u kemm għandu jitħallas bniedem li huwa esekutur ta' xi ħadd.", "Sur President, qegħdin nagħmlu sikkatura ta' kemm għandu jitħallas bniedem li huwa esekuttur ta' xi ħadd - mhux xi sikkattura biex tbeżża' lin-nies – sabiex ma jkunx hemm abbuż fuq nies li se jkollhom id-diskrezzjoni tal- quantum u ta' kif se jqassmu dawk l-assi lill-benefiċjarji.", "Nixtieq inserraħ moħħ id-diversi kelliema li tkellmu qabli, li aħna qegħdin nesiġu u qegħdin noqgħodu attenti sabiex naraw li d-diskrezzjoni tat-trustee tkun waħda ta' fiduċja għaliex qed nafdaw f'ismu proprjeta` u għaliex nemmnu li se jasal biex iqassam dawk il-benefiċċji skond ma jkun jidhirlu fl- interess ta' kulħadd.", "Min-naħa l-oħra għandha tkun ukoll tip ta' fiduċja li ma tħallix lok għal abbuż kontra d-dgħajjef u kontra l-benefiċjarji.", "Pero` nista' nassigurakom li dawk il-benefiċjarji li jkunu f'sensihom, meta jkun hemm bżonn ta' tbeżbiża lill-amministratur, żgur li jkunu jafu jagħmlu dan.", "B'din it-trasparenza li qed ninsistu li għandu jkun hemm f'dawn it-trusts se naslu sabiex immorru għal suq ġdid u għal servizzi ġodda li se jsolvu l- problemi soċjali tagħna, liema problemi ssemmew minn diversi kelliema, fosthom mill-Onor.", "Buontempo, mill-Onor.", "Coleiro u mill-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici.", "Aħna ta' kuljum niltaqgħu magħhom dawn il-problemi u, fil- fehma tiegħi, illum dan huwa piż kbir wisq, speċjalment għal bniedem anzjan li jkollu tfal bi bżonnijiet speċjali u li ma jkunx jista' jserraħ moħħu qabel ma jkun tard wisq biex jara li l-patrimonju tiegħu ma jisfaxxax fix- xejn.", "Mr Speaker, dawn il-bżonnijiet speċjali mhux bilfors ikunu fiżiċi, pero` jistgħu jkunu bżonnijiet kkawżati minn vizzji li jkollhom uliedhom jew il- benefiċjarji tagħhom.", "Jistgħu jkunu wkoll kawża ta' nies li minħabba l- karattru tagħhom, kulma jkollhom iberbquh.", "Allura dawn iċ-ċirkostanzi jitolbu l-għajnuna ta' amministrazzjoni min-naħa ta' l-esekutur testamentarju li ma tkunx waħda ta' ftit żmien u fejn dan jesegwixxi skond ma jkun hemm miktub f'dak it-testment partikolari.", "Jiġifieri jekk il- werriet ikun Ċikku, l-esekutur ma jgħaddix l-affarijiet lil Ċikku u daqshekk, iżda issa jitlob li l-esekutur ikollu l-amministrazzjoni ta' l- assi.", "U kif jgħidu, dawn joħolqu a living will fil-ħajja tagħhom, li forsi jibbenefikaw biha sakemm idumu ħajjin, imbagħad dawk il-benefiċċji jmorru favur il-werrieta li jkunu ħallew fit-testment tagħhom.", "Meta mbagħad it- trustee jidhirlu li dak il-benefiċjarju sar idoneu sabiex jamministra l- assi tiegħu, jittermina dik it-trust għaliex l-iskop tagħha, dak li jiġi ppreservat il-patrimonju għall-benefiċċju ta' dik il-persuna, ikun intlaħaq.", "Allura hawnhekk jidħol iżjed u iżjed il-bżonn li dawn it-trustees għandhom ikunu f'forma ta' firms ta' nies li jkollhom idea ta' kontinwazzjoni.", "Dan għaliex f'nuqqas ta' persuna li tkun individwalizzata għal trust li jistgħu jkunu ta' perjodi twal - u jekk wieħed ma jkunx semma data partikolari, jista' jkollhom ħajja sa 100 sena - jista' jkollok il-post ta' trustee li jiġi vakanti minħabba n-nuqqas ta' bniedem tul il-perjodu ta' din it-trust.", "Mr Speaker, f'din il-liġi ħarisna lejn l-aspett tat-taxxa wkoll.", "Rajna li jkollna armonizzazzjoni mas-sistema tat-tassazzjoni li għandna llum, li fil- konfront ta' dak li talbu l-OECD u l-FATF ma jkollniex harmful tax practices hawn Malta.", "Ma nistgħux nippretendu li barranin jiġu Malta sabiex jużawna biex jevadu t-taxxa u għalhekk se ninsistu li t-taxxa trid titħallas.", "U kif spjegajt aktar kmieni meta għamilt l-introduzzjoni ta' din il-liġi, fejn hemm sistemi ta' settlement tax li huma ta' benefiċċju għall-benefiċjarji, għandhom jintużaw ukoll waqt il-perjodu tat-trust.", "Pero` bl-ebda mod m'aħna qed ngħidu li t-trustee għandu jħallas it-taxxa hu, u fejn ikun il-każ li l-benefiċjarju jħallas it-taxxa, din se tkun a fair tax għaliex meta jieħu l-proprjeta` jew l-assi f'idejh ma jkollux għalfejn jerġa' jħallas.", "Mentri jekk eventwalment proprjeta' tgħaddi għand il-benefiċjarju u dan se jagħmel profitt minnha, allura f'dak l-istadju jkollu jħallas it-taxxa bir-rati li jkunu qed jintużaw fil-ġurnata.", "Wasalna wkoll għal din il-liġi għaliex nemmnu li wasal iż-żmien li ma nibqgħux nibżgħu iżjed milli nafdaw lill ħutna Maltin bl-amministrazzjoni ta' terzi.", "In-nies li jabbużaw huma ftit meta mqabbla ma' dawk li jimxu b'mod sew u għal dawn it-tip ta' nies se noħolqu sistema ħalli ma jkunux jistgħt jilagħbu bil-fiduċja tan-nies u lanqas jabbużaw minn din il- fiduċja.", "Ir-regolatur tal-lum hija l-entita` li f'dawn is-snin wriet ruħha fil-fora internazzjonali tal-finanzi li kapaċi tamministra sewwa, li toqgħod attenta għall-affarijiet kif jiġu investiti u li l-affarijiet jimxu b'mod tajjeb, li toqgħod attenta li ma jsirux abbużi, la minn individwi u lanqas minn kumpanniji sabiex pajjiżna ma jkunx a country of convenience għal min irid jabbuża jew jagħmel ħasil ta' flus.", "Min-naħa l-oħra aħna qegħdin hemmhekk għax-xogħol, biex inġibu benefiċċji u noħolqu impjiegi għan-nies tagħna, ħalli nkomplu nżidu dawk it-12% introjtu li hemm illum fil-GDP mill-financial services.", "Aħna nemmnu li kapaċi nressqu xogħol lejn xtutna għaliex kif diġa` wriet l-MFSA bil-mod serju ta' kif aġixxiet, jista' wkoll ikun isem ta' serjeta` li jkollna f'dan il-kamp.", "Mr Speaker, nawgura li wara li tgħaddi din il-liġi - forsi bi ftit emendi li jista' jkun hemm fl-istadju tal-kumitat - l-MFSA tkompli bis-seminars li għamlet u b'oħrajn li trid tagħmel għall-benefiċċju ta' dawk in-nies li jistgħu u jridu japplikaw.", "Din se tkun liġi ħajja bħal ħafna liġijiet li kellna s'issa.", "Dan narawh b'mod ċar meta fl-1995 daħħalna sistema ta' liġi dwar il-kumpanniji, fejn għamilna emendi għaliha u fil-fatt daħħalnihom.", "Għandna wkoll il-każ fejn fl-1988 bdejna liġi fuq l-offshore, pero` l- affarijiet jinbidlu, imxejna 'l quddiem u żviluppajna, għamilna n-nominee companies u llum mexjin għal xi ħaġa oħra.", "Qegħdin ukoll niġu konformi mat-talbiet ta' l-Unjoni Ewropea u hawnhekk nemmen li qed noħolqu liġi li se tkompli fil-mira tagħna sabiex inkunu kompetittivi u sabiex dan il-gvern ikun minn ta' quddiem fil-politika Ewropea tiegħu, u fejn sas-sena 2010 rridu nkunu f'dak il-grupp ta' pajjiżi li huma l-aktar kompetittivi fi ħdan il-globalizzazzjoni ta' kompetittivita`, fejn illum timxi ħafna iżjed malajr u ħafna iżjed 'il quddiem, u li titlob li tkun iżjed effiċjenti f'dak kollu li tagħmel, kif ukoll li tkun professjonali fl-aġir tagħha.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Att dwar it-Trusts, Kap. 331\" ikun moqri t-Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem.con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tieni Darba.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Anthony Abela.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Mr Speaker, nipproponi li l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar it-Trusts jiġi eżaminat mill-Kumitat Permanenti għall- Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hija li l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar it-Trusts jiġi riferut lill-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem.con.", "MR SPEAKER: Ngħaddu għall-item li jmiss.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, huwa veru li t-tieni item fuq l-aġenda jittratta l-Abbozz ta' Liġi dwar Arkivji Nazzjonali imma wasalna f'arranġament ma' l-oppożizzjoni biex dan l-item naqbżuh u ngħaddu għat- tielet item kif jidher fuq l-aġenda.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Iva, hekk hu.", "MR SPEAKER: Ladarba hawn dan il-qbil nistgħu ngħaddu għat-tielet item li għandna fuq l-aġenda.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-MEDJAZZJONI", "MEDIATION BILL", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Mr Speaker, għandi messaġġ mingħand il- President.", "MR SPEAKER: Se naqra l-messaġġ tal-President.", "EDWARD FENECH ADAMI PRESIDENT", "Il-President wara li kien informat dwar is-suġġett ta' l-Abbozz ta' Liġi \"biex jinkoraġġixi u jiffaċilita r-risolviment ta' tilwimiet f'Malta permezz tal-medjazzjoni, biex jistabbilixxi ċentru tal- medjazzjoni għal Malta bħala ċentru għall-medjazzjoni domestika u internazzjonali, u biex jagħmel provvedimenti li jkunu jirregolaw kif għandu jimxi l-proċess ta' medjazzjoni\", jirrakomandah għall- konsiderazzjoni tal-Kamra tad-Deputati.", "27 ta' Settembru 2004", "L-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Nipproponi t-Tieni Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi dwar il-Medjazzjoni.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Nissekonda.", "MR SPEAEKER: Rimarki?", "L-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Mr Speaker, huwa pjaċir għalija li se niftaħ dan id-dibattitu fuq din il-liġi.", "Jiena nħoss li dan l-abbozz ta' liġi huwa wieħed importanti ħafna għall-futur ta' pajjiżna minħabba li huwa strument importanti ħafna fil-pajjiżi ċivilizzati u industrijalizzati kollha u hija ħasra li ma kenitx teżisti qabel fis-sistema legali tagħna.", "Nixtieq nibda billi nirringrazzja lil kulmin għenni sabiex issir din il- liġi, b'mod partikolari lill-uffiċċju ta' l-avukat ġenerali, lid-Dottoressa Cynthia Scerri Debono li kienet waħda mill-persuni li direttament għenet sabiex issir din il-liġi.", "Dan l-abbozz huwa frott tal-ħidma li għamilna matul din is-sena.", "X'inhi l-medjazzjoni?", "Il-medjazzjoni hija proċess sempliċi ħafna pero` fis- sempliċita` tagħha titlob attenzjoni li biha persuna li tkun speċjalizzata f'linja partikolari tipprova twassal għal ftehim żewġ persuni, li ovvjament ma jkunux qegħdin jaqblu.", "Jiġifieri dawn iż-żewġ persuni jew ikollhom diġa' kawża l-qorti jew inkella jkunu f'fażi li jistgħu jidħlu l-qorti.", "Eżempju ta' dan huwa meta żewġ avukati jkunu kitbu lil xulxin u ma jkunx hemm qbil fuq l-interpretazzjoni tal-liġi, jew ma jkunx hemm qbil fuq l- obbligazzjonijiet f'kuntratt jew dwar kemm persuna għandha tieħu u l-oħra għandha tagħti.", "Għalhekk tiġi maħtura persuna li tiltaqa' maż-żewġ naħat konċernati.", "Din il-persuna l-ewwel tiltaqa' ma' naħa, fejn tara l-każ tagħha u tistaqsiha xi tkun trid iżżid, imbagħad tara xi tkun trid in-naħa l-oħra, sabiex fl-aħħar tipprova tgħaqqadhom fi ftehim li jkunu qablu fuqu t-tnejn li huma.", "Għalhekk tajjeb li niċċaraw mill-bidunett li dan iċ-ċentru tal-medjazzjoni m'huwiex xi qorti oħra.", "Sfortunatament kien hemm min ipprova jagħmel dan l-argument, pero` nħoss li huwa importanti ħafna li wieħed jifhem dan il- konċett.", "Dan huwa post fejn wieħed bil-kunsens tiegħu, ikun jista' jirranġa l-affarijiet, jiġifieri mhux kif jiddeċiedi ħaddieħor, bħal, per eżempju, il-qorti jew iċ-ċentru Malti għall-arbitraġġ.", "Il-qorti dejjem kienu jgħiduli li ħafna drabi aħjar jintlaħaq ftehim fejn il-partijiet involuti jkunu jafu fejn sejrin milli sentenza tal-qorti li fiha l- partijiet ma jkunux jafu kif se tiġi deċiża.", "Kulħadd jippretendi li jingħata raġun mill-qorti pero` eventwalment naħa tirbaħ u l-oħra titlef, mentri fil-medjazzjoni, iż-żewġ naħat ikunu jafu fejn sejrin.", "Jien ngħid li f'ċertu sens limitat ħafna m'hemmx sorpriża dwar x'se jkun hemm għaliex kulħadd ikun qiegħed jipparteċipa u jieħu sehem sabiex il-kwestjoni tkun tista' tingħalaq.", "Allura l-medjazzjoni hija xi ħaġa tajba ħafna, Mr Speaker.", "Minn meta konna żgħar u konna mmorru l-mużew, konna niġu mgħallma dak il-passaġġ mill- vanġelu li jgħid li waqt li inti sejjer il-qorti pprova rranġa mal-parti l- oħra.", "U huwa proprju dan Ii qed nipprovaw nagħmlu hawnhekk.", "Qed nipprovaw noħolqu mekkaniżmu legali - għaliex jekk wieħed ma jkunx irid jirranġa ħadd m'hu se jġiegħlu jirranġa – sabiex jekk ikun hemm il-volonta` taż-żewġ naħat li jridu jirranġaw, ikollhom post fejn dan ikun jista' jsir b'mod iktar faċli.", "U hawn ħafna kategoriji ta' nies li jistgħu jibbenefikaw minn din il-ħaġa.", "Wieħed mill-benefiċċji immedjati tal-medjazzjoni huwa li tnaqqas il-ġlied bejn iċ-ċittadini tagħna.", "Huwa magħruf li meta persuni jmorru l-qorti jkunu qishom għamlu dikjarazzjoni ta' gwerra bejn iż-żewġ naħat li fil- qorti tkompli tiħrax u fejn l-avukati taż-żewġ naħat għandhom ukoll id-dmir li jimxu fuq linja ta' konfrontazzjoni.", "Min-naħa l-oħra, fil-medjazzjoni għandek linja ta' konverġenza li biha tipprova tnaqqas il-ġlied fis- soċjeta`.", "Benefiċċju ieħor huwa li qed tkompli tnaqqas il-kawżi mill-qorti f'żewġ direzzjonijiet.", "L-ewwel direzzjoni hija għal dawk li jkunu qed jiġġieldu pero` jkunu għadhom ma daħlux il-qorti u allura wieħed jipprova jżommhom milli jagħmlu dan.", "B'hekk qed tnaqqas ukoll mill-kawżi tal-qorti.", "It-tieni direzzjoni hija għal dawk li diġa' jinsabu f'kawża l-qorti.", "Xi kultant dawn in-nies wara li tkun għadditilhom is-saħna li kellhom fil-bidu jibdew jirrealizzaw ukoll f'liema sitwazzjoni ġabu lilhom infushom u tiġihom il-ħeġġa li jsibu mezz li bih ikunu jistgħu jirranġaw.", "Dawn se jkollhom ukoll il-faċilita` tal-medjazzjoni u tkun tista' tnaqqas ukoll mill-kawżi tal-qorti.", "F'din il-liġi aħna qed ngħidu li l-medjazzjoni se tkun miftuħa wkoll għall- kawżi ċivili, kummerċjali u industrijali li hemm bħalissa fil-qorti.", "Jiġifieri jekk xi ħadd mill-partijiet jew inkella l-imħallef – issa nidħol f'aktar dettall – ikun irid jibgħat kawża pendenti li jkun hemm fil-qorti quddiem iċ-ċentru tal-medjazzjoni għax jidhirlu li tista' titranġa hemmhekk, jista' faċilment jagħmel dan.", "Il-ħabib tiegħi, l-Onor.", "Joe Brincat, qiegħed jistaqsini fejn qiegħda l-volontarjeta` f'din il-ħaġa.", "Il- volontarjeta` qiegħda f'idejn il-partijiet jew inkella f'idejn l-imħallef li f'ċerti każijiet jista' jibgħathom hu stess.", "Jekk jibgħathom l-imħallef ma tkunx volontarja, pero` jien qed nagħti ż-żewġ każijiet li huma possibbli u fejn ċerti drabi fil-prattika u fl-esperjenza wieħed isib li d- direzzjoni ta' l-imħallef hija wkoll waħda indikattiva u tajba sabiex tagħti direzzjoni f'kawża.", "Jiġifieri jekk kemm-il darba imħallef jara li hemm il-possibilita` li l- partijiet jistgħu jirranġaw, bis-sapjenza tiegħu jista' jibgħathom quddiem iċ-ċentru tal-medjazzjoni u jiena ma nara xejn ħażin f'din il-ħaġa.", "(Interruzzjonijiet) Ma nsib l-ebda diffikulta` li l-Onor.", "Brincat jagħmel il-kummenti tiegħu.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Brincat, bil-permess ta' l-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "JOSEPH BRINCAT: Ma nafx jekk inti tiftakarx, pero' missierek jiftakar żgur, li f'ċertu awla l-imħallef kien jgħid lill-partijiet li jekk ma jittransiġux jibgħatilhom deżerta.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici jkompli bl-intervent tiegħu.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Mr Speaker, ma jfissirx li għax kien hemm każ ta' imħallef wieħed, din għandha ssir regola ġenerali għal kulħadd.", "Aħna qed ngħidu wkoll li l-partijiet li jagħżlu li jmorru għall-medjazzjoni m'humiex obbligati li jirranġaw bilfors.", "Jiġifieri jekk jaslu għal ftehim u jirranġaw tajjeb, jekk ma jirranġawx, ma jkun ġara xejn.", "Ma nistgħux nieħdu attitudini negattiva li għax aħna rridu nagħmlu ċentru li fih se nippermettu n-nies li jsolvu l-problemi ta' bejniethom, allura qed nagħmlu xi ħaġa ħażina għax nixtiequhom li jirranġaw!", "Aħna qed nagħtu strument legali tajjeb sabiex min għandu l-volonta' li jirranġa, ikun jista' jirranġa.", "U hemm bżonn li din jifhimha kulħadd, Mr Speaker!", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Jekk jogħġbok, Onor. Brincat, ma rridx interruzzjonijiet.", "Issa qiegħed jitkellem is-segretarju parlamentari.", "(Interruzzjonijiet) Jekk jogħġobkom, żommu l-ordni.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Mr Speaker, vantaġġ immedjat tal- medjazzjoni huwa li billi qed tnaqqas it-tilwim bejn il-partijiet, speċjalment f'każijiet ta' nies fin-negozju, dawn ma jaqgħtux in-negozju li jkollhom ma' xulxin.", "Allura dan huwa effett dirett lejn is-suq tagħna.", "U huwa importanti li wieħed jikkonsidra li s-soċjetajiet li jkunu qed jiġġieldu bejniethom, minflok jispiċċaw il-qorti u b'hekk jaqtgħu r- rapporti kummerċjali ta' bejniethom, dawn ikunu jistgħu jkompluhom.", "Vantaġġ ieħor huwa li tnaqqas il-ħin tal-kwestjoni.", "Dan għaliex huwa fatt magħruf li kawża l-qorti ddum, u bħalma jgħid dictum Ingliż, li the wheels of justice take a long time to grind.", "Jiġifieri wieħed jaf meta daħal il- qorti, pero' ma jafx meta se joħroġ.", "Mentri fil-proċess tal-medjazzjoni għandek il-vantaġġ li almenu ladarba bdejt il-proċess komplejtu, imbagħad jew jirnexxi jew ma jirnexxix.", "Irrid ngħid ukoll li anke jekk każ ta' medjazzjoni ma jirnexxix fih il- vantaġġi tiegħu għaliex ċerti drabi nies jidħlu l-qorti u jibdew igaraw il- provi – għax wieħed aħjar juża dik il-kelma - u l-imħallef irid jinduna fuq liema kwestjoni qed jiġġieldu l-partijiet.", "Għalhekk il-medjazzjoni fiha t- tajjeb ukoll għaliex matul il-proċess tal-medjazzjoni tista' tidentifika x'inhuma dawk il-punti li fuqhom il-partijiet qegħdin jaqblu u x'inhuma dawk il-punti limitati li l-partijiet m'humiex jaqblu fuqhom.", "Per eżempju, ikollok każ fejn il-partijiet ma jkunux qed jaqblu fuq 15-il kwestjoni qabel daħlu l-qorti.", "Il-medjatur jirranġahom fuq 12-il waħda, pero' jibqa' tliet kwestjonijiet li ma jirnexxilux jirranġahom.", "Xorta waħda jkun ta' vantaġġ għall-qorti għaliex ma jkollhiex bżonn taħli ħin fuq 15-il kwestjoni u lanqas m'għandha bżonn tisma' provi fuq il- kwestjonijiet kollha.", "Kulma jkollha bżonn tisma' huma l-provi fuq dawk it- tliet kwestjonijiet li ma jkunux solvew.", "Jiġifieri l-medjazzjoni fiha sitwazzjoni ta' rebħ sija jekk tirnexxi u sija jekk ma tirnexxix.", "Vantaġġ ieħor huwa dak ta' l-ispejjeż.", "Dan il-vantaġġ huwa ovvju għax jekk wieħed ma jidħolx il-qorti u minflok imur għall-medjazzjoni, ikun qiegħed jiffranka l-ispejjeż tal-qorti minħabba li jkun qed jiffranka d-dritt tar- reġistru.", "Pero' jekk wieħed jidħol il-qorti, iżda jirranġa permezz tal- medjazzjoni jkollu l-ispejjeż tal-qorti ridotti skond it-tariffa.", "Għaliex le?", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Brincat, bil-permess ta' l-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "JOSEPH BRINCAT: Jekk ikollok ħames talbiet u fuq tlieta jkun hemm qbil, jiġifieri jibqa' tnejn, it-tariffa tal-qorti japplikawha fuq il- ħamsa għaliex l-imħallef ikun ta sentenza.", "Nista' nassigurak li kien hemm kawża ta' separazzjoni fejn – fil-fatt fuq il-parti l-oħra kien hemm l- Onor. Anġlu Farrugia - qbilna fuq kollox ħlief fuq kemm għandu jkun il- manteniment tat-tfal.", "Pero' t-tariffa ħarġet fuq kollox.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Ikompli s-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Jekk it-tariffa ħarġet hekk ̧ ħarġet żbaljata.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: No cross-debates.", "Jekk jogħġbok, indirizza lis-Sedja.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Jekk kien hemm qbil fuq tliet talbiet, it- taxxa fuq dawk it-tlieta trid tkun bħala ċeduta u fuq it-tnejn l-oħra trid tkun bħala sentenza.", "Fuq dawn l-affarijiet tista' tgħallimni ̧ Onor. Brincat ̧ għax għandek esperjenza aktar minni l-qorti.", "(Interruzzjonijiet) Pero' bir-rispett kollu, jimporta jekk inkompli nitkellem ħalli almenu ma nitlifx il-fil ta' l-argument u ta' l-impostazzjoni tad-diskors tiegħi?", "(Interruzzjonijiet)", "Vantaġġ kbir ieħor huwa li l-proċess isir b'mod konfidenzjali.", "Ħafna drabi mix-xiehda li tirriżulta l-qorti, il-partijiet ikunu qegħdin jikxfu s- sigrieti tagħhom u jperrċu t-tilwim li jkollhom.", "Ma ninsewx li l-files tal- qorti huma miftuħin u aċċessibbli għall-pubbliku, jiġifieri kulħadd jista' jmur fir-reġistru, jitlob li jara l-proċess tal-qorti u minn hemmhekk jara x-xiehda li tkun ingħatat.", "Din m'hijiex ħaġa li taqbel lil kulħadd li ssir.", "Allura l-medjazzjoni, fil-konfidenzjalita` tagħha ̧ tagħti l- possibbilta` li dak li jkun jinnegozja u jekk għandu xi sigriet professjonali jew xi sigriet tan-negozju li jrid iżommu, jista' jżommu.", "B'dan il-mod it-tilwim li jkun hemm jibqa' magħruf biss bejn iż-żewġ naħat.", "Barra minn hekk, fil-liġi qegħdin indaħħlu wkoll espressament li l- medjatur fix-xogħol tiegħu huwa protett bil-konfidenzjalita`.", "Dan ifisser li l-medjatur ma jistax jittella' l-qorti biex jixhed fuq dak li jkunu qalulu l-partijiet.", "Dak li jgħidulu ̧ jibqa' sigriet u hu jrid jibqa' jżommu fis-sigriet sakemm il-partijiet ma jaqblux li għandu jagħti xi informazzjoni partikolari lill-qorti.", "Dan ifisser li hemm il-liberta' assoluta, u hekk għandu jkun, Mr Speaker.", "Dan l-aħħar ġiet a konjizzjoni tiegħi sentenza tal-qorti li kienet tgħid li korrispondenza li jkun hemm bejn l-avukati qabel tidħol f'kawża tista' tiġi prodotta bħala xiehda.", "Jien ma naqbilx magħha għax dak li jkun qed isir mill-avukati qabel, ikun qed isir mingħajr preġudizzju u biex tipprova tirranġa l-affarijiet u mhux biex tixħet il-ħtija fuqek innifsek.", "Hawnhekk aħna qegħdin ngħidu li dak li jsir fil-medjazzjoni kulħadd jista' jserraħ moħħu minnu.", "Fil-fatt qed ngħidu li ebda xiehda dwar kliem li jkun intqal jew dwar xi ammissjoni li tkun saret bil-għan tal-medjazzjoni, matulha jew konformement magħha m'għandha tkun ammissibbli fil-proċediment.", "Hawnhekk qegħdin inqiegħdu l-partijiet fi trankwillita` kbira li jistgħu jitkellmu bejniethom fil-liberta` assoluta u jaslu.", "Din hija waħda mir- raġunijiet għaliex għandna bżonn indaħħlu liġi li tikkontrolla s-settur tal- medjazzjoni.", "Illum jekk hemm xi ħadd li qed jagħmilha ta' medjatur, x'jiġri minnu?", "Dan jista' jittella' bħala xhud.", "Allura jekk parti tistaqsih jekk dak li jkun ikunx ammetta miegħu ̧ per eżempju, li hi għandha tieħu daqshekk flus ̧ dak ma jkollux il-protezzjoni tal-liġi u jkollu jgħid iva.", "Fil-fatt billi dan ma jkollux il-protezzjoni tal-liġi jrid jixhed fuq din il-ħaġa.", "Pero' issa b'din il-liġi qed ngħidu li l-medjatur jibqa' verament medjatur bejn tnejn min-nies biex jipprova jressaqhom ħalli jirranġaw.", "Għalhekk qegħdin nirranġaw u nikkontrollaw min jista' jopera ta' medjatur għaliex ovvjament il-medjatur għandu din ir-responsabbilta' li qiegħda tinxeħet fuqu mill-partijiet u allura huwa fl-interess tas-soċjeta' u għandha dritt titlob li l-medjatur isegwi ċerti standards.", "Allura qegħdin ngħidu li dan iċ-ċentru tal-medjazzjoni se jkun responsabbli sabiex jagħmel elenku ta' medjaturi u x'għandhom ikunu l-kwalifiki tagħhom sabiex dan is- settur tal-medjaturi jkun ferm iktar ikkontrollat.", "Iċ-ċentru għandu jieħu ħsieb ukoll jagħmel kodiċi ta' etika.", "Huwa importanti ħafna li jsir dan il-kodiċi ta' etika sabiex dan jorbot il- komportament tal-medjatur fil-konfront tal-partijiet, fil-konfront ta' l- avukati u fil-konfront tal-prokuratur legali sabiex ikun hemm il-pożizzjoni ċara.", "U din hija tajba għaliex il-medjaturi - u wieħed irid jgħid li f'pajjiżna għandna l-vantaġġ li diġa` għandna numru ta' nies imħarrġa bħala medjaturi - permezz ta' din il-liġi se jkollhom qafas legali taħt xiex joperaw.", "Għaliex?", "Għaliex minbarra li qegħdin ngħidu min jista' jkun awtorizzat li jkun medjatur qegħdin nieħdu ħsieb ukoll indaħħlu dan il- kodiċi ta' etika u anke nistabbilixxu x'għandu jkun il-ħlas tal-medjatur.", "Jiġifieri l-fees tal-medjatur jistabbilihom ukoll iċ-ċentru tal- medjazzjoni.", "Skond klawsola 5 il-bord li għandu jiġi appuntat f'dan iċ- ċentru għandu fuqu l-piż ta' lista twila ta' dmirijiet li fihom wieħed jorganizza kif issir l-medjazzjoni kemm fuq livell domestiku u kif ukoll fuq livell internazzjonali.", "Aħna nafu li s-servizzi internazzjonali huwa proġett ambizzjuż.", "Mill- esperjenza li kellna fiċ-ċentru ta' l-arbitraġġ is-settur internazzjonali huwa diġa' okkupat ħafna minn soċjetajiet kbar li ilhom joperaw barra minn pajjiżna għal ħafna snin.", "Pero' dan ma jfissirx li aħna għandna naqtgħu qalbna u ngħidu li l-medjazzjoni f'pajjiżna se tkun limitata għas-settur domestiku.", "Fil-fatt qegħdin ngħidu li l-medjazzjoni hija wkoll possibbli għas-settur internazzjonali.", "F'postijiet bħal Londra, Pariġi u f'ħafna pajjiżi oħra diġa' għandna Maltin li jużaw ċentri ta' medjazzjoni.", "Issa se nibdew ukoll nagħtu lin-negozjant Malti l-possibbilta' li jidħol fi proċess ta' medjazzjoni mhux biss man-negozjanti Maltin sħabu, imma anke mal- counterparts tiegħu internazzjonali.", "Jiġifieri jekk hemm Malti li, per eżempju, daħal f'kuntratt ma' xi ħadd fis-suq intern ta' l-Unjoni Ewropea u mhux qed jaqbel miegħu, dan jista' jagħmel kuntratt fejn jiftiehmu li jekk ma jaqblux fuq xi punt l-ewwel imorru fiċ-ċentru tal-medjazzjoni ta' Malta u mbagħad jagħmlu affarijiet oħrajn.", "Allura ċ-ċentru għall-medjazzjoni għandu wkoll fuq dahru l-piż li jieħu ħsieb jiffaċilita aħjar id-dħul ta' proċedura tal-medjazzjoni.", "F'din il-linja dan li qegħdin nagħmlu hawnhekk illum qiegħed jikkristallizza aħjar u jagħti għodda aħjar għall-pajjiż u għodda aħjar għall-qorti.", "Hija għodda aħjar għall-pajjiż għax il-medjazzjoni m'hijiex limitata għal xi ħaġa partikolari, jiġifieri l-medjazzjoni m'hijiex xi ħaġa li trid tkun leading to a lawsuit.", "Fil-liġi m'hemmx obbligu li l-kwestjoni tal-medjazzjoni trid tkun li se tressaq nies biex jagħmlu kawża.", "Fil-fatt fit-tifsira ta' \"medjazzjoni domestika\" qegħdin ngħidu li \"medjazzjoni domestika tfisser medjazzjoni ta' xorta ċivili, familjari, soċjali, kummerċjali u industrijali.\".", "Dan qed ngħiduh għax nafu li minn żmien għal żmien jinqalgħu ċerti kwestjonijiet, bħal per eżempju, kwestjonijiet bejn soċjetajiet tal-baned jew xi clubs tal-futbol fejn allura dan iċ-ċentru tal-medjazzjoni jista' jservi bħala post fejn wieħed ikun jista' jlaqqa' lil dawn in-nies sabiex jipprova jirranġa l-kwestjoni ta' bejniethom.", "Ilkoll kemm aħna nafu li sfortunatament f'pajjiżna jqumu bosta minn dawn il-kwestjonijiet u huma ftit ferm dawk l-irħula u bliet f'pajjiżna li m'għandhomx xi kwestjoni fuq xi ħaġa jew oħra.", "Għalhekk permezz tal-medjazzjoni - dejjem jekk il- partijiet ikunu jridu – il-partijiet involuti għandhom il-possibbilta' li jmorru f'dan iċ-ċentru u jsibu lil xi ħadd li jressaqhom għal ftehim.", "Mr Speaker, fil-professjoni tiegħi kemm-il darba ġew nies li jitolbuni biex inlaqqagħhom ma' min ikollhom xi kwestjoni għaliex jgħiduli li jekk inlaqqagħhom jien jirranġaw.", "Ovvjament tidħol għal dan is-servizz, pero` ma tkunx qed tagħmlu professjonalment għaliex ma jkollokx it-training neċessarju li għandhom nies li jkunu trained sabiex jagħmlu l-medjazzjoni.", "Allura tipprova tagħmlu b'mod amateurish u mill-esperjenza li jkollok, u għaliex ikollhom fiduċja fik u inti tkun taf kemm lil naħa u kemm lill- oħra, tipprova tressaqhom flimkien.", "Allura hawnhekk qed nipprovaw nagħtu livell aktar professjonali billi nagħtu lok lil dawk li huma trained biex jeżerċitaw il-professjoni tagħhom u jagħmlu ġid lis-soċjeta'.", "Pero` mhux għal dawn biss, iżda qed nipprovaw inħajru wkoll lil ħaddieħor sabiex jidħol ukoll għal dan ix-xogħol.", "Fi kwalunkwe professjoni ssib nies li jkollhom vokazzjonijiet differenti.", "Il- professjoni ta' avukat hija waħda minnhom, fejn per eżempju, insibu avukati li jkollhom vokazzjoni li jkunu avukati fil-kawżi kriminali bħal, per eżempju, l-Onor.", "Anġlu Farrugia.", "Imbagħad issib oħrajn li l-vokazzjoni tagħhom tkun li joqogħdu fl-uffiċju tagħhom, kemm jista' jkun ma jmorrux qorti iżda jiltaqgħu mal-board tables u jipprovaw jagħmlu negozjati għal parti jew għal oħra.", "Allura kull avukat u anke nies li m'humiex avukati jistgħu jkunu medjaturi.", "Mr Speaker, aħna qed ngħidu li jista' jkun hemm nies li jagħmlu ta' medjaturi li ma jkunux avukati.", "L-importanti huwa li ċ-ċentru jistabbilixxi x'inhuma l-kwalifiki li jagħtu d-dritt lil xi ħadd biex jitniżżel fl-elenku.", "Hawnhekk qed ngħidu li l-partijiet li jixtiequ jagħmlu użu miċ-ċentru tal-medjazzjoni għandhom żewġ għażliet, jew li jagħżlu huma l-medjatur mill-elenku jew inkella jekk ma jirnexxilhomx jaqblu fuq il-medjatur, iċ-ċentru jara x'inhi l-kwestjoni ta' bejniethom u jagħżlilhom bniedem li fl-opinjoni taċ-ċentru jista' jwassalhom għal ftehim.", "Wieħed ikollu jammetti li għalkemm dan li qed ngħidu huwa sempliċi ħafna, pero` fl-istess ħin hija xi ħaġa rivoluzzjonarja għaliex s'issa s-sistema legali tagħna u l-mentalita' tagħna kienet waħda ta' konfrontazzjoni.", "Mentri bil-medjazzjoni għall-ewwel darba se noħolqu xi ħaġa soda fis- soċjeta' tagħna, istituzzjoni rikonoxxuta mis-soċjeta' tagħna, fejn l-istat qed jipprovdi post fejn il-partijiet ikunu jistgħu jiltaqgħu u jirranġaw il- kwestjoni tagħhom.", "U f'din id-direzzjoni wieħed irid jifhem li dan m'huwiex xi pass faċli.", "Mr Speaker, kien hemm min qalilna sabiex noqoqħdu attenti ħalli dan ma jmurx ikun xi white elephant.", "U aħna se noqogħdu attenti billi nħajru lin-nies jagħmlu użu minn dan iċ-ċentru u billi noqogħdu on our guard biex kemm jista' jkun iċ-ċentru tal-medjazzjoni jintuża.", "Dan lanqas ma jfisser li jekk, per eżempju, hemm 100 kawża l-qorti u ċ-ċentru tal-medjazzjoni jintuża minn għaxra biss, allura ċ-ċentru ma nagħmluhx.", "Dan is-servizz għandna nqiegħduh għad-dispożizzjoni ta' dawk li jridu jagħmlu użu minnu għaliex nemmen, li għalkemm illum il-ġurnata, il-kultura legali u l-frame of mind ta' ħafna nies hija li tagħmel kawża, pero` maż-żmien, jiena ngħid li din tinbidel.", "Pero' tinbidel jekk mil-lum tagħmel pedamenti soda u aħna bħala gvern dak li qed nagħmlu.", "Qed noħolqu pedamenti biex mil-lum ikollna ċentru tal-medjazzjoni li fih għada pitgħada jista' jkollna aktar nies li jagħmlu użu minnu.", "Hawnhekk aħna mhux qed nipprovaw inġiegħlu lil kulmin għandu xi kawża l- qorti sabiex jidħol bilfors fiċ-ċentru tal-medjazzjoni.", "Dan m'huwiex minnu u għalkemm ġejt akkużat inġustament fuq din il-ħaġa, irrid ngħid li fl-ebda mument m'għidt hekk u nerġa' niċħad kwalunkwe allegazzjoni li setgħet saret fil-konfront tiegħi, li għandi dan iż-żelu li bilfors irrid nirranġa l-kwestjonijiet ta' kulħadd.", "Fiċ-ċentru tal-medjazzjoni min irid jirranġa u min ma jridx ma jirranġax u nixtieq ngħid ukoll li għalkemm huwa veru li qed nagħtu d-dritt lill-qorti li tibgħat in-nies fiċ-ċentru tal- medjazzjoni, pero` dan qed nagħmluh minħabba l-esperjenza li għandna.", "Irridu naċċettaw li hemm nies li jidħlu l-qorti sabiex jiġġieldu fuq xagħra fl-għaġina jew minħabba r-ras iebsa u l-pika li jkollhom.", "Ħafna drabi wieħed jispiċċa jiġġieled il-qorti u jqatta' snin twal il-qorti fuq ix-xejn u kulma jkun qed jagħmel huwa li jokkupa aktar ħin tal-qorti u mill-ħin tiegħu, sempliċement għall-pjaċir tal-pika.", "Jiena ngħid li dan għandu jiġi limitat u għalhekk aħna qed nagħtu d-dritt - u qed nagħmluh minn żewġ naħat, kemm mil-liġi kif ukoll mill-kodiċi ta' organizzazzjoni u proċedura ċivili - li l-qorti tista' tibgħat kwestjonijiet fiċ-ċentru tal- medjazzjoni.", "Mhux hekk biss, pero` qegħdin ngħidu wkoll li meta l-qorti tkun bagħtet kwestjoni fiċ-ċentru tal-medjazzjoni u tara li dawn ma tawx il-parteċipazzjoni tagħhom u li dan in-nuqqas ta' parteċipazzjoni m'huwiex ġustifikat, allura tista' żżid fl-ispejjeż tagħha.", "Dan qed nagħmluh ħalli nkunu saqajna ma' l-art u meta tnejn min-nies qegħdin jimpikaw fuq ħmerijiet, bħal, per eżempju, jekk ittellgħetx filata jew tnejn jew jekk wieħed daħalx pulzier jew nofs pulzier f'ħajt ta' appoġġ jew inkella jekk wieħed għandux iħallas Lm900 jew Lm950 - naħseb li fil-qorti hemm numru sew minn dawn il-każijiet - ikun hemm mezz kif dawn il-kwestjonijiet jinħelsu b'mod aktar malajr.", "Allura f'din il-liġi permezz ta' klawsola 18 qegħdin ngħidu - kemm mill- kodiċi ta' organizzazzjoni u proċedura ċivili kif ukoll f'artiklu ieħor ad hoc fil-liġi - li kwalunkwe korp ta' aġġudikazzjoni, jiġifieri mhux biss il- qorti tal-maġistrati, il-prim'awla tal-qorti ċivili jew tribunali oħrajn li għandhom is-setgħat mogħtija mill-kodiċi ta' organizzazzjoi u proċedura ċivili, iżda anke l-oħrajn li m'għandhomx din is-setgħa, jistgħu jibagħtu żewġ naħat biex jiftehmu fiċ-ċentru tal-medjazzjoni.", "U jiena ngħid li dan huwa pass importanti ħafna.", "Meta s-sena l-oħra dħalna għall-medjazzjoni fil-qorti tal-familja kien hemm ftit tad-diffikulta` u kien hemm ħafna inkomprensjoni.", "Kien hemm ukoll reazzjoni min-naħa u minn oħra, kien hemm min ma fehemx biżżejjed xi tfisser medjazzjoni, pero` llum irrid nammeti li ninsab konfortat għaliex wara l-1 ta' Ottubru, kemm-il president tal-kamra ta' l-avukati, kif ukoll il-prim imħallef, bir-riżervi tagħhom, it-tnejn li huma qablu li l- medjazzjoni hija triq tajba kemm fil-qorti tal-familja kif ukoll fi kwalunkwe affari oħra.", "U b'hekk wieħed jagħmel kuraġġ li dan il-pass li ħadna kien wieħed tajjeb.", "Mr Speaker, irrid ngħid ukoll li sibna ħafna koperazjoni fil-medjazzjoni, aktar u aktar minn diversi avukati li aġġornaw ruħhom dwar xi tfisser il- medjazzjoni u pparteċipaw fiha.", "Hawnhekk nixtieq inżid biċċa oħra billi ngħid li l-medjazzjoni għandha vantaġġ kbir fuq iċ-ċentru ta' l-arbitraġġ.", "Skond il-kittieba, l-iżvantaġġ taċ-ċentru ta' l-arbitraġġ huwa li jieħu aktar żmien minn proċess fil-medjazzjoni għaliex fiċ-ċentru tal- medjazzjoni kwestjoni tista' taqbadha u tispiċċaha, u jekk ikun hemm il- koperazzjoni taż-żewġ naħat il-każ jiġi solvut fi ftit żmien.", "Jiena niftakar kawżi l-qorti li ħadu perjodi twal ta' żmien, bħal, per eżempju, kawża fejn tnejn kienu qed jiġġieldu l-qorti minħabba li wieħed kellu jagħti Lm0.5 miljun lira lill-ieħor.", "Dawn tant kellhom kwestjonijiet fuqxiex ġew dawn in-Lm0.5 miljun lira li wara sentejn il-qorti kienet għadha qed tisma x-xhieda ta' min għamel il-kawża.", "Jiġifieri kienu għadhom fil-bidunett tal-kawża.", "Issa nistgħu nimmaġinaw din il-kawża kemm għad fadlilha sabiex tinqata'.", "Mentri jekk dawn jersqu fiċ-ċentru tal- medjazzjoni jkunu jistgħu jaslu għal ftehim f'iqsar żmien u mingħajr ħadd ma jċedi l-kappell, għax dak huwa vantaġġ fuq sentenza tal-qorti għaliex f'sentenza tal-qorti xi ħadd ikollu jċedi l-kappell minħabba li naħa tirbaħ u l-oħra titlef.", "Fil-każ tal-qorti hemm ukoll ħafna nies li tant joħorġu flus fi spejjeż tal- qorti li fl-aħħar tal-ġurnata jibdew jistaqsu lilhom infushom kemm il-ħaġa kienet worth it.", "Jibdew jgħidu li tant tilfu ġranet leave, tant ħlew spejjeż f'affarijiet, tant għamlu ħin jiddiskutu u jiddibattu l-każ tagħhom ma' l-avukat jew jistennewh l-uffiċċju tiegħu biex ikunu jistgħu jkellmuh, tant ħlew ħin jistennew fil-kuriduri tal-qorti, tant ħarġu flus fir- reġistru jew għal affarijiet oħra sabiex isibu post għall-parkeġġ ġewwa l- Belt u l-komplikazzjonijiet l-oħra kollha, li meta jgħoddu kollox flimkien jiġihom id-dubju jekk l-affari kollha aġevolathomx u jekk kenitx ta' ġid għalihom.", "Fil-medjazzjoni għandek il-vantaġġ li jgħidulu a win win situation għax f'kull mument se tiffranka minn dawn il-problemi għaliex kif inhu l-proċess tal-medjazzjoni, bdejt kwestjoni u ħlistha.", "Di natura aħna l-Maltin daqsxejn nervużi u s'issa dawn kienu l-aktar nies li ltqajt magħhom jien, tant li wħud minnhom meta jidħlu l-uffiċċju tiegħi bil- problema li jkollhom, ikunu jridu li ssolvihilhom dak il-ħin stess!", "Mr Speaker, f'pajjiżna x'qed noffru?", "Qed noffru soluzzjoni bil-qorti li tibda pero` ma tafx meta se tispiċċa.", "Domanda li jagħmlu ta' sikwit klijenti lill-avukati tagħhom hija meta se tispiċċa l-kawża u kull avukat fil-kuxjenza tiegħu jwieġeb lill-klijent tiegħu li meta jidħlu jafu pero` ma joħorġu ma jafux.", "Għalhekk proprju b'din il-win win situation li se jkun hemm fil-medjazzjoni tkun qed tiffranka kollox.", "U tajjeb li wieħed jagħmel il-ħmira għall-medjazzjoni u nixtieq nibgħat dan il-messaġġ għax sfortunatament hemm min qed jara dan il-proċess bħala mezz ta' kif qed innaqqsulu l-introjtu mill-but.", "Dan m'hu minnu xejn, anzi l-medjazzjoni hija xi ħaġa li trendi wkoll il-flus.", "Jien kont inkun l-uffiċċju u nara, per eżempju, nies li jkunu ilhom ħames snin jew sitt snin telgħin u neżlin il-qorti fuq kawża.", "Kull darba li taslilhom seduta dawn jiġu jarawni l-uffiċċju, kull darba nibdew niddiskutu u naraw l-istess affarijiet għal ħames snin sħaħ, mentri permezz tal- medjazzjoni ħaġa ġiet, għamiltha u ħlistha.", "Din anke se tagħmel ġid lill- professjoni legali għax suppost il-professjoni legali minnha nnifisha hija l-aktar loġika u l-aktar li tasal mill-ewwel għall-punt.", "Bir-rispett kollu lejn il-professjonijiet kollha, l-avukat għandu vantaġġ li fl-argumenti tiegħu jasal mill-ewwel għall-punt.", "U din il-professjoni tiġi mgħallma biex tqassar fil-ħin u tasal malajr kemm jista' ikun għall- punt, pero` mbagħad qed tidħol f'sistema fejn tintilef u għalhekk hija kontro-produċenti għall-professjoni legali minħabba li bniedem jibda jistaqsi għalfejn se jidħol il-qorti.", "Jibda jgħid li jekk se jidħol il- qorti ma jafx meta se joħroġ u allura ma jidħolx biex imbagħad l-avukat jitlef il-kredibilita` tiegħu.", "Jiena kemm il-darba jiġi bniedem għandi u jgħidli li xeba' tiela' u nieżel u jien ngħidlu li fl-aħħar il-kawża waslet għas-sentenza tagħha u sabiex iserraħ moħħu li dik is-sentenza se tingħata.", "Imbagħad is-sentenza ma tingħatax minħabba xi raġuni jew oħra u l-kawża terġa` tiġi diferita.", "Fil-qorti nsibu kawżi li ilhom ħames snin jew sitt snin jiġu diferiti għal sentenza.", "Issa nistgħu nimmaġinaw dak li jkun, kull darba bit-tensjoni ta' kif se tiġi deċiża l-kawża tiegħu, imbagħad jitla' l-qorti biex isib avviż li l-kawża tiegħu ġiet diferita.", "Din hija r-realta` ta' kuljum.", "Aħna qegħdin nipprovaw nagħtu għodda lin- nies u lill-professjoni legali biex il-kwestjonijiet jinħelsu aktar malajr u biex wieħed jifhem li x-xogħol ta' l-avukat huwa li jiddefendi d- drittijiet tal-klijent.", "Pero` kif jaf il-kollega tiegħi ̧ l-Onor.", "Anġlu Farrugia ̧ ix-xogħol ta' l-avukat huwa li jħares il-futur ukoll jiġifieri jekk nista' niffranka l-flus lill-klijent tiegħi niffrankalu.", "Per eżempju, jekk klijent ikun jista' jinqeda b'Lm2 minflok b'Lm100 ̧ jien nagħmel minn kollox biex ngħaddih minn dik id-direzzjoni li tkun tiswielu ħafna inqas ̧ għax jien inqis il-but tiegħu wkoll.", "Fil-fatt ħafna avukati jipprovaw iħarsu l-interessi tal-klijent tagħhom pero` dawk l-avukati l- oħrajn li qegħdin jibżgħu li din hija xi mossa biex tipprova tnaqqsilhom mix-xogħol jew mill-qligħ tagħhom nassigurahom li huma żbaljati għax din tagħti fiduċja lill-istituzzjoni.", "Sur President, l-esperjenza tiegħi hija li dak li jinteressa lin-nies huwa li jeħilsu mill-kawżi li jkollhom.", "Din għidtha diversi drabi u nerġa' ngħidha.", "Meta kawża tinħeles malajr, bniedem li jkun tilifha jaċċettaha aktar malajr ukoll imma meta bniedem idum ħafna tiela' u nieżel il-qorti u mbagħad jitlef il-kawża ̧ id-disfatta tiegħu tkun ferm ikbar.", "Għalhekk huwa importanti li meta jkun hemm problema tipprova taffrontaha u taqtagħha.", "Hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq proċess ta' medjazzjoni fejn mhux ikollok xi ħadd fuqek li jaqtagħlek il-kawża imma inti stess tkun qed taqtagħha u allura tkun taf li,per eżempju, inti se ċċedi Lm1,000 u l-parti l-oħra se ċċedi Lm2,000 u l-kwestjoni tmut hemm.", "B'dan il-mod la titlef ħin tax- xogħol, la titlef spejjeż u n-nies joħorġu sodisfatti.", "Fl-fatt anke lill- avukati tagħhom japprezzawhom aktar.", "Per eżempju, mill-esperjenza tiegħi nista' ngħid li meta kawża tinħeles malajr ̧ jekk lill-klijent titolbu Lm5 jagħtik Lm10 għax ikun aktar rikonoxxenti talli tkun ħlistlu l-affarijiet.", "Jiġifieri altru milli qegħdin nipprovaw nagħmlu xi liġi li biha se nipprovaw inneħħu x-xogħol ta' l-avukat!", "Mr Speaker, jien qed niġi kkritikat li qed inneħħi x-xogħol ta' l- imħallfin.", "L-imħallfin u l-maġistrati għandhom ħafna u ħafna xogħol u nista' nassigura lil kulħadd illi kieku kellhom jagħmlu xahrejn, tliet xhur jew erba' xhur 24 siegħa jaħdmu l-ħin kollu ̧ xorta waħda ma jlaħħqux.", "Kien hemm żmien meta żidna l-imħallfin pero' bqajna bl-istess problemi.", "Għalhekk issa qed ngħidu li l-imħallfin u l-maġistrati għandna nutilizzawhom aħjar u l-affarijiet li jistgħu jiġu meħlusa minn ċentri oħrajn għandhom jiġu meħlusa biex l-imħallfin ikunu jistgħu jiddedikaw ruħhom għal affarijiet oħrajn.", "Dan li qed nagħmlu permezz ta' dan l-abbozz ta' liġi.", "L-Ingliżi għandhom is-sayings \"casts pearl before swine\" jew \"being a penny wise and pound foolish\".", "Issa aħna qegħdin nagħmlu bil-kontra għax qegħdin ngħidu li dak li tista' teħles barra mill-qorti għandek teħislu aktar malajr.", "Hawnhekk ikun tajjeb li wieħed igħid li l-qorti hemm kawżi li ilhom żmien twil pendenti.", "Fil-fatt 45% tal-kawżi fil-qorti ta' l-appell, fil-prim'awla u fil-qorti tal-maġistrati ilhom tliet snin u aktar u 70% minnhom qegħdin quddiem il-prim'awla tal-qorti ċivili ta' Malta u l-qorti tal-maġistrati superjuri ta' Għawdex li għandha l-istess kompetenza tal- prim'awla.", "Allura jekk bi ftit attenzjoni wieħed jista' jeħlishom għaliex m'għandux jeħlishom?", "Aħna qegħdin nagħtu strumenti ġodda sabiex nissodaw aktar lil dan il-pajjiż għax irridu naċċettaw, ngħidu x'ngħidu fil- kamp legali, li s-settur finanzjarju internazzjonali jfittex dawn l- istituzzjonijiet.", "Il-fatt li aħna għandna ċentru ta' l-arbitraġġ u ̧ jekk Alla jrid, ikollna dan iċ-ċentru ta' medjazzjoni se jkollna credit rating akbar għax dan kollu jagħti l-possibbilta` li nies minn barra minn Malta li jridu jinvestu f'Malta jsolvu l-problemi tagħhom iktar malajr.", "Tkun kontra tagħna u kontra l-investiment ġdid f'dan il-pajjiż li negozjant minn barra jindaga u jsib li l-kawżi l-qorti jdumu daqshekk hawnhekk.", "Il-fatt li qegħdin nissodaw iċ-ċentru ta' l-arbitraġġ u qegħdin indaħħlu fis-seħħ dan iċ-ċentru ta' medjazzjoni ̧ se jagħmlilna wkoll ġid internazzjonali, aktar u aktar għal dak li għandu x'jaqsam ma' credit rating.", "B'dan iċ-ċentru ta' medjazzjoni x'nirbħu biss għandna.", "Sur President, naħseb li se jkun hemm min jistaqsini fejn se jkun dan iċ- ċentru ta' medjazzjoni.", "Għalissa dan iċ-ċentru ta' medjazzjoni se nagħmluh fejn hemm allokat iċ-ċentru ta' l-arbitraġġ għax kif jaf kulħadd dan mhux qed jintuża to its full capacity u allura jiflaħ li fil-bidu tiegħu ċ- ċentru ta' medjazzjoni jopera minn hemmhekk.", "Meta dawn iċ-ċentri jissodaw aktar fi żmien ħames snin jew sitt snin oħra, imbagħad wieħed ikun jista' jifridhom.", "Pero' għalissa se naħdmu b'dan il-mod ħalli nutilizzaw aħjar l- ispazju li hemm hemmhekk u nutilizzaw l-istaff u l- faċilitajiet li hemm li jinkludu wkoll boardrooms fejn tista' tlaqqa' lin-nies.", "Sur President ̧ naħseb li b'dan iċ-ċentru ta' medjazzjoni se nkunu għamilna pass importanti f'pajjiżna.", "M'iniex qed ngħid li issa se nsolvu l-problemi tal-kawżi kollha li hemm il-qorti jew issa mhux se jinfetħu aktar kawżi għax kulħadd se jmur quddiem iċ-ċentru tal-medjazzjoni għaliex jekk ngħid hekk inkun qed nidħak bija nnifsi u mhux bil-poplu.", "Hawnhekk qegħdin nagħtu strument ġdid u effiċjenti, strument li jwassal lil min irid jasal u anke jwassal ukoll lil dawk li huma ftit rashom iebsa.", "Ħafna drabi l-fatt li tlaqqa' tnejn min-nies flimkien jew, kif ngħidu bil-Malti, tħabbathom ras ma' ras aktar twassalhom.", "Kultant grokk whisky kien igħin biex tirranġa l-partijiet pero' mill-esperjenza tiegħi nista' ngħid li meta jkun hemm żewġ avukati li jkunu determinati li jirranġaw il-partijiet ̧ jirranġaw u jaslu.", "Kultant jiġri wkoll li għax avukat ikun irid jirranġa, il-klijent ikollu suspett li dan ikun imxaqleb lejn in-naħa l-oħra.", "Għalhekk bil- medjazzjoni tħajjar lill-avukati li jħajru lill-klijent tagħhom u jgħidulu li jekk qed jiġġieled fuq ix-xejn, se joqgħod jidħol fi spejjeż żejda u allura jaqbillu li jmorru quddiem iċ-ċentru ta' medjazzjoni u jipprovaw jaslu fi ftehim mal-parti l-oħra.", "B'dan il-mod ħadd m'hu se jitlef xejn u se jsibu soluzzjoni li tkun tajba għat-tnejn.", "Naħseb li huwa importanti li f'dan il-pajjiż tidħol ftit aktar ċivilta` u tidħol il-mentalita` li biex tirranġa l-affarijiet mhux bilfors trid tmur il-qorti imma hemm post ieħor fejn tista' tirranġa l-affarijiet madwar mejda.", "Jien naf nies li kif issemmilhom il-qorti jaqtgħu qalbhom, speċjalment minħabba l-flus.", "Għalhekk naħseb li ċ-ċentru tal-medjazzjoni huwa xogħol ġdid għall-kamp legali u mod ġdid kif in-nies ma jitilfux il-flus.", "B'dan il-mod wieħed jibda jirrispetta aktar ċerti obbligi.", "Niftakar li kien hemm kawża l-qorti fuq jekk xi bibien ta' l-injam sarux dritti jew le u jekk sarux skond l-arti u s-sengħa.", "Ovvjament in-nies li kienu joqogħdu f'dan il-post kienu jagħmlu użu minn dawn il-bibien bil-konsegwenza li sakemm spiċċat il-kawża ̧ dawn l-istess bibien spiċċaw għandhom iktar ħsara milli kellhom fil-bidu.", "Dawn huma affarijiet li jridu jiġu indirizzati għax is-soċjetà tagħna ma tistax tagħlaq għajnejha għalihom.", "Sur President, jien nistieden lil sħabi l-oħrajn biex jintervjenu f'dan id- dibattitu u nista' nassigurahom li kwalunkwe suġġeriment li jagħmlu se jiġi kkonsidrat.", "Wara kollox l-interess tiegħi huwa li nimxu 'l quddiem u jekk għandna nipperfezzjonaw, nipperfezzjonaw sabiex din il-liġi tagħmel ġid lil pajjiżna.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Niltob lill-istess segretarju parlamentari, l-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici biex, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal għada, t-Tlieta, 5 ta' Ottubru fis-6.00 p.m. b'din l-agenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Medjazzjoni – Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar Arkivji Nazzjonali – Tieni Qari; u", "------------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar it-Trusts – Kumitat Permanenti.", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili (Emenda Nru 2) - Kumitat Permanenti.", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Reġistru Ċentrali – Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "Is-Segretarju Parlamentari, l-Onor.", "Helen D'Amato.", "ONOR.", "HELEN D'AMATO (Segretarju Parlamentari): Mr Speaker, nhar il- Gimgħa, l-1 ta' Ottubru, 2004, id-dinja kollha ċċelebrat \"Jum l-Anzjan\" .", "Tajjeb niftakru li kien fl-1991 meta n-Nazzjonijiet Uniti ddeċidiet li għandu jiġi ċċelebrat dan il-jum għaliex ħasset il-bżonn li nirrikonoxxu l- kontribut li taw l-anzjani lejn l-iżvilupp tad-dinja u nirrikonoxxu wkoll il-fenomenu li kien qiegħed iseħħ fost il-popolazzjoni li n-numru ta' anzjani f'kull soċjetà kien qiegħed dejjem jiżdied.", "U nista' ngħid li dan kien qiegħed iseħħ ukoll f'Malta.", "Dan għandu jimliena b'kuraġġ għaliex din nistgħu nqisuha bħala storja ta' suċċess kemm fil-qasam tas-saħħa, kemm fil-qasam soċjali u kif ukoll fil-qasam ekonomiku.", "Jekk wieħed jara l-istatistika li ħarġet l-NSO fl-2003 isib li f'Malta qbiżna is-17% tal-popolazzjoni li għandha aktar minn 60 sena, filwaqt li 13% għandhom aktar minn 65 sena.", "Wieħed qed jistenna li dawn iċ-ċifri dejjem se jkomplu jiżdiedu.", "Fil-fatt jekk wieħed iħares lejn il-life expectancy isib li fl-irġiel hija ta' 76 sena u fin-nisa hija ta' aktar minn 80 sena.", "Fil-ġurnata tal-lum irridu nżommu quddiem għajnejna li persuna anzjana li tibqa' b'saħħitha u attiva hija risorża għall-familja, għall-komunità li qed tgħix fiha u għall-ekonomija tal-pajjiż.", "Jekk wieħed iħares lejn l-istatistika, din tindika li għandna aktar minn 700 persuna li għandhom aktar minn 65 sena u li għadhom jagħmlu xogħol full- time.", "L-istatistika turina wkoll li iktar minn 700 persuna qed jattendu l-università tat-tielet età u iktar minn 1,800 bejn nisa u rġiel li jagħtu sehemhom f'għaqdiet sportivi.", "Dan ta' l-aħħar l-NSO iktar ħaditu bħala eżempju.", "Iżda l-istatistika ma tgħidilniex kemm għandna anzjani li jieħdu ħsieb membri tal-familji tagħhom stess bħalma huma t-tfal tat-tfal jew inkella saħansitra bħala anzjani jkunu qegħdin jieħdu ħsieb il-ġenituri jew familjari oħra li jkunu anzjani iżjed minnhom.", "L-istatistika ma turix kemm għandna anzjani involuti fid-diversi għaqdiet volontarji, għaqdiet tal-banek, għaqdiet tal-knisja u għaqdiet oħra fil-paroċċi u bliet differenti.", "Sur President, il-ħidma ta' dawn l-anzjani hija ħidma siekta li żgur ma nistgħux nwaħħlulha prezz.", "Kif għidt hija ħidma ta' valur kbir kemm għall- familji tagħna, kemm għas-soċjeta' tagħna u kif ukoll għall-ekonomija tagħna.", "L-anzjani tagħna huma riżorsa ferm importanti fis-soċjeta' tagħna u dan għandu jimpenjana li nagħmlu użu tajjeb mill-potenzjal li għandhom l-anzjani u ma nħarsux lejn l-anzjani bħala piż jew inkella lejn l-anzjanità bħala problema.", "L-għan tagħna huwa li nassiguraw li kemm jista' jkun l-anzjani tagħna jibqgħu jgħixu fil-komunita'.", "Huwa tajjeb li jkollna servizzi li jkunu aċċessibbli, adegwati u sostenibbli u li dawn jingħataw lil min tassew għandu bżonnhom, jiġifieri li jingħataw b'mod ekwu u b'sens ta' ġustizzja soċjali.", "Żgur li ħadd ma jixtieq li dan il-qasam ikun imminat.", "Tajjeb li forsi llum fil-ftit ħin li għandi nagħti ħarsa ħafifa lejn is- servizzi li noffru u kif qegħdin jintużaw mill-anzjani tagħna.", "Fil-fatt ma nistax nidħol fis-servizzi kollha u għażilt li nitkellem dwar tliet servizzi li nagħtu fil-komunità u li huma ħafna għall-qalb l-anzjani tagħna.", "Tajjeb li nirrimarka li bosta minn dawn is-servizzi issa ilhom jingħataw sa mill-1991, proprju meta n-Nazzjonijiet Uniti tefgħet il- lenti tagħha fuq il-qagħda ta' l-anzjani.", "Għandna wkoll servizzi li kienu jeżistu anke qabel l-1991, u dan grazzi lid-diversi gvernijiet Nazzjonalisti li ħadu din l-inizjattiva.", "Mr Speaker, jekk tippermettili nixtieq nirringrazzja lid-diversi segretarji parlamentari li ħadmu f'dan il- qasam u poġġew fuq sisien sodi d-diversi inizjattivi li ttieħdu.", "Wieħed mis-servizzi li żgur jgħin biex aktar anzjani jkunu jistgħu jgħixu ġewwa djarhom huwa s-servizz tat-telecare u bħalissa għandna 8,873 household jużaw dan is-servizz.", "U ngħid \"household\" għax f'kull \"household\" jista' jkun hemm iktar minn anzjan wieħed iżda servizz ta' telecare ikun hemm wieħed biss.", "Aktar minn nofshom huma anzjani ta' bejn is-70 u l-85 sena; jiġifieri dik il-faxxa ta' nies li ħafna drabi setgħu jiġu meqjusa bħala gruppi vulnerabbli u allura iktar jsibuha diffiċli biex jibqgħu jgħixu fi djarhom.", "Għandna iktar minn 900 li għandhom bejn 85 u 90 sena li huma ħafna iktar vulnerabbli; u aktar minn 300 li għandhom bejn 90 u 95 sena.", "Dan kollu juri li l-anzjani tagħna qed jagħmlu użu tajjeb minn dan is-servizz.", "Ta' min jgħid ukoll li jsiru madwar 250 telefonati kuljum, iżda jirriżulta li minn waħda sa tlieta jkunu telefonati urġenti.", "In-numru ta' applikazzjonijiet għal dan is- servizz qiegħed jiżdied u altru milli m'aħna nagħmlu xejn biex naraw li dan is-servizz ikompli jissaħħaħ.", "F'dawn l-aħħar xhur dħalna f'arranġament ġdid mal-Maltacom biex jiġi stallat apparat ġdid minħabba li s-sistema kienet qed tkun overloaded u ma kenitx qed tiflaħ għad-domanda li għandna.", "Permezz ta' hekk se nżidu wkoll il-kapaċità b'1,000 set, li allura nitilgħu għal 10,000 sets, u se nassiguraw li l-inċidenza ta' ħsarat f'dan l-apparat il-ġdid, kemm jista' jkun, tkun eleminata.", "Dan l-apparat huwa mistenni li jkun stallat sa nofs Novembru u fl-istess żmien ikun qiegħed isir it-taħriġ adegwat għall-ħaddiema fuq l-apparat il-ġdid.", "Dan l- investiment se ġġorru l-Maltacom u l-anzjani tagħna mhux se jħallsu rata ogħla għal dan is-servizz li żgur se jkun aħjar.", "Il-servizzi tal-meals on wheels inbeda wkoll fl-1991 bit-tmien abbonati kuljum u llum hemm 1,467 persuna reġistrati għal dan is-servizz.", "Hemm uħud li għażlu li jirċievu l-ikel kuljum u oħrajn skond kif jixtiequ jew iħossu l-bżonn.", "Persuna tista' wkoll tirreġistra għall-perjodu qasir.", "Jista' jagħti l-każ li jkollok anzjana li tkun qegħda tieħu ħsiebha bintha u tippreparalha l-ikel kuljum, u din il-bint f'mument partikolari għandha bżonn tidħol tagħmel operazzjoni l-isptar jew iddeċidiet li għandha bżonn break żgħir u se tmur ġimgħa holiday.", "Din l-anzjana minflok toqgħod tara minn fejn se ġġib l-ikel matul dik il-ġimgħa tista' tapplika biex tiġi servuta l-ikel id-dar mill-Maltese Cross Corps.", "Din hija għaqda volontarja li qegħda tipprovdi dan is-servizz bil-kollaborazzjoni tal- gvern.", "Filwaqt li l-anzjani jħallsu 95c għal kull ikla, il-gvern min-naħa tiegħu joħroġ 50c biex ikopri għall-ispejjeż ta' dan l-ikel.", "Dawn l-ispejjeż jinkludu t-tqassim ta' l-ikel fid-djar ta' l-anzjan li jiġi servut f' package tal-jablo - li huwa verament wieħed dinjituż - u l-ikla li normalment tkun tinkludi ikla bilanċjata li hija tajba għall-anzjani.", "Mill-1 ta' Jannar, 2004 s'issa tqassmu 45,141 ikla, li tfisser 6,000 ikla iżjed milli tqassmu s-sena l-oħra fl-istess perjodu.", "Dan ifisser li hawn l- anzjani tagħna qed jagħrfu l-valur ta' dan is-servizz.", "Imbagħad niġi biex insemmi s-servizzi tal-home help li bħalissa għandna 2,300 household li qegħdin jagħmlu użu minnu.", "Nerġa' ngħid \"household\" għaliex fl-istess residenza jista' jkollok aktar minn anzjan wieħed.", "Kull xahar ikollna numru ta' applikazzjonijiet ġodda li fuqhom isir l- assessment min-naħa tas-social workers, imbagħad jgħaddu għand il-bord ta' allokazzjoni biex wieħed jara verament min għandu bżonn dan is-servizz.", "Il-fatt li tkun għalaqt is-60 sena ma jfissirx li tikkwalifika immedjatament biex tieħu dan is-servizz imma jrid ikollok ċertu bżonnijiet partikolari biex tkun tista' tibbenefika minn dan is-servizz.", "Kultant jaslu applikazzjonijiet li ma jkunux fuq il-formoli apposta, xi ħadd jikteb ittra u allura mbagħad min-naħa tad-dipartiment tintbagħtilhom l-formula biex huma jimlewha skond kif suppost.", "Kultant l-applikazzjoni li tasal ma tkunx mimlija tajjeb u allura tkun trid terġà ssir.", "Tajjeb li nkunu nafu li bejn Awissu u Settembru daħlu kważi 100 applikazzjoni ġdida, dawk li daħlu sa Lulju kollha ġew aġġudikati u min kien eliġibbli ngħatalu s- servizz.", "Bħalissa naturalment qed jiġu proċessati dawk li daħlu f'Awissu u f'Settembru, dawn qegħdin jiġu mistħarrġa mis-social workers fejn jagħmlu vista ġod-dar ta' l-anzjani biex jiġġudikaw huma wkoll x'inhuma l- ħteġijiet veri ta' dawn l-anzjani.", "Allura m'huwiex minnu li l-anzjani tagħna qegħdin idumu x-xhur biex jingħataw is-servizz tal-home help.", "Sur President, tingħata priorita' lil dawk l-applikanti ġodda li jkunu daħlu magħna.", "Imbagħad wara jiġu kkonsidrati dawk li għal xi raġuni jew oħra jkunu qegħdin jitolbu estensjoni tal-ħinijiet tas-servizz.", "Għal dan is- servizz l-anzjani tagħna jħallsu Lm1 fil-ġimgħa irrispettivament minn kemm għandhom sigħat ta' servizz.", "Għandna wħud li għandhom sagħtejn, wħud li għandhom erba' sigħat, sitt sigħat, tmien sigħat, dejjem skond il-ħteġijiet partikolari tagħhom.", "Iżda min-naħa tiegħu l-gvern qed jonfoq iktar minn Lm1,400,000 biex ikopri l-pagi tal-part-time social assistants li jagħtu dan is-servizz ġewwa d-djar.", "Ma rridx ninsa nsemmi li ftit tax-xhur ilu kienet saret ġustizzja ma' dawn il-part-time social assistants fejn dawn ma baqgħux jiġu meqjusa bħala self-employed imma bħala part-timers u allura dan ifisser li għandhom pro rata leave, pro rata sick leave u anke titħallsilhom il-bolla bħall-impjegati l-oħra.", "Din il-bidla ġabet ukoll magħha esiġenzi oħra u bħalissa qed naħdmu fuq skema biex kemm jista' jkun possibbli jkollna mezz biex inkopru dak il-leave u s-sick leave li jieħdu dawn s-social assistants u b'hekk l-anzjani jibqgħu moqdija.", "Sur President, nagħmlu x'nagħmlu dejjem se jkollok dik il-faxxa ta' anzjani li jkollhom bżonn ifittxu l-kenn ta' xi dar residenzjali, f'xi dar fil- komunità jew f'San Vinċenz.", "Qed ikollna talba kbira għaliex ħafna min- nies qed jagħrfu l-valur tas-servizz li aħna nagħtu ġewwa dawn id-djar u ġewwa San Vinċenz u jibqgħu jistennew sakemm jidħlu magħna, minflok jagħżlu li jmorru f'residenzi tal-privat jew inkella f'tal-Knisja.", "Huwa proprju għalhekk li filwaqt li aħna nkomplu nipprovdu s-servizzi fil-komunità m'aħniex nittraskuraw is-servizzi ġewwa d-djar ta' l-anzjani u f'San Vinċenz fejn qegħdin nagħtu servizz mediku komplut u minn żewġ konsulenti fil-ġerjatrija li jkopru lil San Vinċenz u lill-isptar Zammit Clapp issa dawn telgħu għal ħamsa, dejjem biex is-servizz inkomplu nifirxuh.", "Jien nixtieq nara li dan is-servizz tal-konsulenti jidħol anke wkoll fil- komunità.", "F'dawn ir-residenzi nagħtu wkoll s-servizzi ta' physiotherapy, ta' speech therapy, ta' occupational therapy, ta' podoloġisti u f'dawn l- aħħar ġranet anke kellna żieda fin-numru ta' nurses.", "Apparti mix-xogħol ta' manutenzjoni kontinwa li qed issir f'San Vinċenz, issa ġew stallati numru ta' air conditioners biex l-anzjani tagħna jkunu aktar komdi.", "Dawn ġew stallati jew fejn ma kienx hemm jew inkella fejn l- apparat kien bil-ħsara.", "Sar refurbishment qawwi fis-sala tan-nisa meqjusa bħala l-pscho- geriatric ward li dalwaqt tkun lesta.", "Malli titlesta din il-ward u l-pscho-geriatric females jinġarru f'din il-ward il-ġdida se jibda r-refurbishment tas-sala psycho- geriatric males.", "Proġett ieħor li għaddej bħalissa f'San Vinċenz huwa l-bini mill-ġdid ta' erba' swali ġodda u moderni.", "Sur President, m'ilux kelli mistoqsija supplimentari fejn jien ġejt mitluba ngħid kemm se jkun dan l-investiment.", "Dakinhar lill-Onor.", "Jason Azzopardi għidtlu li jien ma nħobbx la nispara 'l fuq ħafna u lanqas nispara 'l isfel ħafna, u fil-fatt ma tantx kont qegħda żbaljata meta għidtlu li l-bini se jiġi jqum madwar Lm1 miljun.", "Fil-fatt skond it-tender li għandna - naturalment bħalissa qiegħed issir l- phase 2 ta' dan il-proġett - il-prezz jitla' għal madwar Lm1,300,000.", "Naturalment imbagħad ikun hemm l-ispejjez l-oħra għall-mechanical and electrical works u l-outdoor and indoor furniture.", "Barra minn hekk, iċ- chapel trid tinbena hemmhekk ukoll pero' din tinvolvi spejjeż oħra.", "Mr Speaker, dan juri kemm l-impenn tagħna jħares mhux biss lejn il-komunita' imma anke lejn dawk li fl-aħħar mill-aħħar ikollhom bżonn li jidħlu ġewwa d- djar ta' l-anzjani.", "Hawnhekk m'aħniex qegħdin insemmu l-attivitajiet li jkunu għaddejjin ġewwa San Vinċenz relatati direttament ma' l-anzjani tagħna biex huma jgawdu kwalita' ta' ħajja aħjar.", "Proprju fil-weekend li għadda grupp ta' anzjani minn San Vinċenz marru jqattgħu weekend ġewwa Għawdex u din kienet esperjenza pożittiva ħafna għalihom.", "Jien minn hawnhekk nixtieq nirringrazzja lill-ħaddiema li organizzawha, għax din għamluha senza interessi u ħadu ferm gost jagħmluha kemm huma u kif ukoll l-anzjani.", "Sur President, ma rridx ninsa nsemmi d-day centres iżda dan ma jfissirx li aħna nistgħu noqogħdu bil-qiegħda u ngawdu s-sitwazzjoni għaliex naturalment meta tieqaf tmur lura.", "Aħna għandna l-impenn li nkomplu naħdmu biex nassiguraw li l-anzjani tal-lum u dawk ta' għada jkomplu jiġu mħarsa u naraw li jgawdu l-ogħla livell ta' ħajja li jixirqilhom u dan nagħmluh dejjem b'rispett u b'dinjità lejn kull wieħed u waħda minnhom.", "Allura anke fejn tidħol ir-riforma fil-qasam tas-saħħa u fir-riforma tal- pensjonijiet li hija ggwidata minn dan il-prinċipju, altru milli rridu nimminaw il-qasam ta' l-anzjani.", "Qed jimminaw il-qasam ta' l-anzjani dawk li minkejja li jafu xorta oħra, ma jridux jipparteċipaw fir-riformi li qegħdin isiru u jridu jiżirgħu ż-żerriegħa tad-dubju u tal-biżgħa, li fost l-anzjani malajr tixxettel.", "Sur President, nagħlaq billi nirringrazzja lil dawk kollha li b'xi mod jew ieħor jaħdmu fil-qasam ta' l-anzjani, sew jekk huma mpjegati, sew jekk huma volontiera, kif ukoll lil dawk il-familjari li b'tant għożża u b'tant sagrifiċċju jieħdu ħsieb l-anzjani ġewwa darhom stess.", "Proprju nagħlaq billi nifraħ lis-Sur Louis Portelli li ġie ippremjat bħala l-anzjan tas- sena għal din is-sena.", "Grazzi, Sur President.", "MR SPEAKER : Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Franco Galea.", "ONOR.", "FRANCO GALEA: Mr Speaker, forsi tiftakar li fil-maiden speech tiegħi kont għidt li f'din il-Kamra m'iniex se nilbes nuċċali, la ta' kulur u lanqas ta' ieħor u nħoss li dak li naħseb li huwa ġust jew li m'huwiex ġust għandi ngħidu.", "Illum xtaqt nagħmel diversi punti imma se nibda billi nirriferi għar- risposta li ħadt illum mingħand l-Onor.", "Jesmond Mugliett għad-domanda tiegħi 7480 għax ħassejt li kelli nkompli nżid fuqha.", "Fil-fatt id- domanda lill-ministru għall-iżvilupp urban u toroq kienet tgħid hekk:", "\"Jista' l-ministru jgħid jekk it-triq li tinsab bejn bejn Triq San Patrizju taqsam għal ġo trejqet Don G Miriti f'Pembroke saritx mid- dipartiment tat-toroq u jekk hemmx permess, peress li jista' jagħti l- każ li ħafna ilma tax-xita li jkun ġej mit-toroq ta' fuq se jibqa' sejjer lejn il-housing estate?\".", "Jien għamilt din id-domanda għax ħassejt li huwa fl-interess anke ta' dawk ir-residenti li riċentement kellhom xi problemi minħabba d-drenaġġ u affarijiet oħra.", "Ftit 'l isfel mill-istess triq għandna wkoll każ simili li fuqu kien hemm protest ġudizzjarju l-qorti minħabba xi għargħar li daħal f'xi djar u r-risposta ta' l-Onor.", "Mugliett kienet tgħid hekk:", "\"Jien informat illi t-triq imsemmija mill-Onorevoli Interpellant kienet saret mill-Gvern Ċentrali żmien ilu u għalhekk il-manutenzjoni tagħha hija responsabilita tal-Kunsill Lokali.", "Madankollu l-Awtorita' dwar it-Trasport għaddiet l-ilment ta' l- Onorevoli Interpellant lill-Kunsill Lokali sabiex jara x'inhu l-aħjar li jsir.\".", "Jien ridt risposta ġenwina fuq il-każ u wieħed irid joqgħod attent kif jirrispondi ċerti mistoqsijiet parlamentari.", "Mill-ftit esperjenza li għandi f'din il-Kamra naf li l-mistoqsijiet parlamentari jsiru biex twassal il-punt tiegħek u tiġbed l-attenzjoni.", "Dan il-każ inqala' meta jien kont fil-kunsill lokali u din it-triq kienet saret biex nevitaw il-problema li hemm iżjed 'il fuq minn St Catherine's School fejn hemm junction perikoluża u sooner or later se jkun hemm xi inċident fatali fiha.", "Hemm ukoll junction oħra li tibqa' sejra għal Triq Sir Adrian Dingli u għal Triq San Patrizju li mbagħad toħroġ għall-main road li twassal għal Baħar iċ-Ċagħaq.", "Li hija ta' periklu kbir.", "Għalhekk nixtieq nappella li jieħdu ħsieb jirranġawha sew għax hemmhekk hemm skola kbira u probabbilment ħafna ġenituri jwasslu lil uliedhom l-iskola u allura qed nissugraw li jinqala' xi inċident.", "Din it-triq kienet saret mill-kunsill lokali meta jien kont kunsillier u kont indunajt li xi ħadd qed jagħmel triq.", "Jien kont staqsejt lill-kunsill lokali u ħadd ma rrispondieni ħlief meta mort fil-kunsill u l- ewwel qaluli li ma kenitx hemmhekk għax jekk wieħed jaqbad l-aerial views isib li ilhom minn żmien il-gwerra ta' l-Ingliżi u li sal-lum il-ġurnata għadha tagħmilhom il-MEPA.", "Il-kuntrattur li kien qed jagħmilha naf min hu għax mort hemmhekk u ħadt ir-ritratti, voldieri din m'hijiex ir-risposta korretta.", "Din saret mill-kunsill lokali ta' Pembroke u jekk wieħed jinvestiga l-każ jara li r-risposta m'hijiex aċċettabbli min-naħa tal- kunsill.", "Allura jien qed ngħid lill-ministru biex jinvestiga dan il-każ.", "F'Pembroke ngħataw ċerti kuntratti għat-tindif pero' t-toroq ilhom xahrejn ma jitnaddfu bil-konsegwenza li s-siti storiċi li għandna hemmhekk jistgħu jiġu affettwati, bħalma huma Pembroke battery li tinsab in-naħa ta' Triq l- Imħallef William Harding, in-naħa ta' Fort Pembroke, kif ukoll fiż-żoni residenjali fejn il-bini qed jitla' minn ġurnata għall-oħra.", "Irrid nirrimarka wkoll li ċ-children's playground li hemm fi Triq l- Imħallef William Harding ġie mitluq kompletament.", "Fil-fatt se npoġġi fuq il-mejda tal-Kamra ritratt tal-bandli li jinsabu fi Triq l-Imħallef William Harding, apparti li fil-bandli l-oħra hemm ukoll bandli perikolużi.", "Għalkemm dan m'għandux x'jaqsam mal-ħmieġ, dawn huma affarijiet li jien ili niġbed l-attenzjoni għalihom minn meta kont kunsillier.", "Nitlob il-permess sabiex inqiegħed xi ritratti fuq il-mejda tal-Kamra.", "MR SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "FRANCO GALEA: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Sensiela ta' ritratti li juru postijiet f'Pembroke u l-Bajja ta' San Ġorġ, San Ġiljan.", "Nixtieq niġbed l-attenzjoni li dawn l-affarijiet m'iniex se naċċettahom.", "Jien naf li fil-kunsill lokali hemm nies validissimi li jridu jaħdmu.", "Meta kont kunsillier jien kont naħdem tajjeb u kont ngħid li dan il-kunsill lokali jista' jkun eżempju għall-kunsilli lokali l-oħra fejn seta' kien hemm nucleus ta' nies jaħdmu flimkien u mill-bieb 'il ġewwa tal-kunsill ma kienx se jkun hemm politika.", "Meta ndunajt li kien hemm xi affarijiet sejrin ħażin, is-sindku kien qalli li jien daħħalt il-politika.", "Dan m'hu minnu xejn u qed nerġa' nirrepeti li għalija dan huwa insult u m'iniex se naċċettah.", "Qed ngħid hekk anke għall-mod kif il-ministru rrisponda għall- mistoqsija tiegħi għax il-ministru ma jixraqlux dan.", "Irrid insemmi wkoll it-telqa li hemm fl-afforestation project li beda l-gvern bi ftehim mal- kunsill lokali u għal raġunijiet varji ma tkompliex.", "Fil-fatt ma kienx sar l-upkeeping tiegħu ħlief għal xi qtugħ ta' ħaxix u xi tisqija 'l hemm u 'l hawn.", "Issa nixtieq ngħid xi ħaġa fuq il-bajja ta' San Ġorġ.", "Inti u nieżel għal din il-bajja hemm bini storiku li jismu \"Moyniham House\".", "Bħalissa qed tiġi wżata parti żgħira minnu mill-beach operation li qed tuża l-MTA.", "Jien nistaqsi: Possibbli li l-ħafna uffiċjali tal-MTA – ta' min isemmi li hemmhekk hemm skola tal-catering li suppost l-istudenti li joħorġu minnha jridu jaħdmu fis-settur turistiku u minnha joħorġu wkoll uffiċjali tal-MTA u nies li jmorru jaħdmu fil-lukandi 4-star u 5-star li hemm f'dawk in-naħat – ma jindunawx bl-istat diżastruż li hemm hemmhekk?", "Din hija xi ħaġa li biex tispjegaha trid tara r-ritratti.", "Fil-ġenb tagħha, inti u tiela' għal Pembroke tista' tara l-ħmieġ, l-istat ta' telqa u żdingar li hemm.", "Allura kif dawn l-uffiċjali tal-MTA jippretendu li jiċċekkjaw il-lukandi u jgħidulna kif irridu mmexxu l-lukandi tagħna - m'iniex qed ngħid għal kulħadd għaliex fosthom hemm ħafna nies kompetenti - meta qed iħallu l- ħmieġ wara biebhom u ħadd minnhom ma jirrapportah?", "Safejn naf jien is- sezzjoni tal-beach cleaning qed tuża parti minn dan il-post u naddfet xi parti minnu.", "L-istess nista' ngħid għall-faċċata ta' dan il-bini li jekk wieħed jiżbogħ partijiet minnha u forsi jsiru xi features kif sar fil-Valletta waterfront project għallinqas ikun qed jikkumplimenta mal-bajja.", "Il-gvern ma jistax joħroġ liġijiet li trid tibża' għall-proprjeta' tiegħek u għal scheduled building u jagħmlu r-regolamenti lill-privat, meta mbagħad min-naħa tal- gvern jiġu traskurati binjiet bħal dawn.", "Dawn l-affarijiet ma nistgħux nibqgħu naċċettawhom għax min hu responsabbli jrid jibda jerfa' l-piż tar- responsabilita' tiegħu.", "Pembroke huwa sit storiku li jiġbed ħafna turisti, speċjalment mill- Ingilterra u għad iridu jiġu n-neputijiet ta' dawk in-nies li kienu joqogħdu hemmhekk fi żmien il-gwerra.", "Fi żmien il-Ministru Zammit Dimech kienu rranġaw Pembroke battery u kien sar proġett li nkluda fih gun post fejn kien hemm il-kanuni u partijiet oħra li kienu jservu bħala staff quarters.", "Fil-fatt kien hemm anke l-pjanti, imma llum dawn il-pjanti kissruhom u dan il-post jinsab kompletament fi stat ta' abbandun u ta' telqa.", "Niġi issa għal Fort Pembroke li huwa parti mill-wirt storiku tagħna.", "Jien poġġejt ir-ritratt tiegħu fuq il-mejda tal-Kamra, imma ovvjament min qed jismagħna mhux se jarah.", "Nista' ngħid li kulma se nuri huwa ritratt kollu ħaxix għax is-sur ta' Fort Pembroke li qed jintuża minn skola privata huwa mgħotti bil-ħaxix u qed issirlu ħsara kbira.", "Għalhekk jien nappella biex il-gvern jew min hu responsabbli, jinvestiga dawn l-affarijiet.", "Nixtieq nagħlaq dan l-intervent tiegħi billi nirriferi għall-każ ta' l- iSptar Mater Dei, li huwa wieħed delikat fejn il-gvern immexxi mill-Onor.", "Gonzi qed jieħu l-passi kollha biex jieħu ħaqq fuq il-flus li qed jonfoq il- pajjiż.", "Huwa tajjeb li ngħid li l-Onor.", "Gonzi m'hu se jippermetti lil ħadd li juża flus il-poplu b'mod qarrieqi jew b'mod traskurat.", "L-Onor.", "Gonzi m'għandux bżonn lil Franco Galea jiddefendih, pero' hawn ħafna nies bħali li jħossu li għandhom jirrispondu għal dak li ntqal il-ġimgħa l-oħra fil- Parlament, cioe' li wieħed mill-konsulenti huwa l-kuġin tal-Prim Ministru.", "L-intenzjoni tiegħu, kif fhimtha jien, kienet biex juri li l-Prim Ministru kellu xi conflict of interest.", "Naċċertakom li kulma jagħmel il-Prim Ministru jkollu raġunijiet tajba u żgur li mhux qed jagħmel dawn l- affarijiet biex jittradixxi lill-ebda ċittadin Malti, hu min hu u ta' liema kulur hu.", "MR SPEAKER: Ikkonkludi, jekk jogħġbok.", "ONOR.", "FRANCO GALEA: Illum bħala ċittadin Malti ħassejt li għandi nirrispondi għal dan.", "Il-verita' hija li kien hemm min ħaseb li l-Onor.", "Gonzi se jħalli l-affarijiet jgħaddu minn taħt imnieħru mingħajr ma jirreaġixxi.", "Pero' l-Onor.", "Gonzi mhux se jieqaf quddiem dawn l-affarijiet.", "F'dan il-pajjiż għandna x-xorti li għandna Prim Ministru li għadu żgħir, modern, flamboyant u li żgur mhux se jaqta' qalbu mill-isfidi li għandu quddiemu.", "Dik hi l-verita', Mr Speaker.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Kamra hi aġġornata għal għada t-Tlieta, 5 ta' Ottubru fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "ĊITTADINI TAL-UE - XIRI TA' PROPRJETA' F'MALTA", "7009.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk ċittadin ta' l-Unjoni Ewropea li jkun diġa' xtara l-ewwel proprjeta' immobbli tiegħu f'Malta jistax jew le jixtri t-tieni proprjeta' immobbli sabiex jikriha lil ċittadini ta' l-Unjoni Ewropea?", "ONOR.", "TONIO BORG: Is-suġġett tal-mistoqsija jirrigwardja l-capital transfer duty department, għalhekk nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi l-mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "PERSUNI TA' NAZZJONALITA' BARRANIJA – XIRI TA' PROPRJETA' F'MALTA", "7011.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jindika l-ammont ta' talbiet għall-AIPP - acquisition of immovable property permits - li kien hemm minn barranin din is-sena għal xiri ta' proprjeta' f'Malta?", "Kemm minnhom kienu ċittadini ta' l-Unjoni Ewropea u kemm le?", "Kemm minnhom ġew rifjutati?", "ONOR.", "TONIO BORG: Is-suġġett tal-mistoqsija jirrigwardja l-capital transfer duty department, għalhekk nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi l-mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "QRATI - GĦAJNUNA LEGALI", "7012.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jaħseb il-Viċi Prim Ministru li s-sistema ta' l- għajnuna legali fis-sistema ġudizzjarja Maltija għandha bżonn tiġi ristrutturata sabiex kull akkużat ikollu d-dritt effettiv li jagħżel l- avukat tal-fiduċja tiegħu?", "ONOR.", "TONIO BORG: Is-sistema ta' l-għajnuna legali ilha taħdem għal dawn l- aħħar snin, sija fil-kamp penali kif ukoll f'dak ċivili.", "Is-sistema indikata mill-Onor.", "Interpellant diġa' ġiet użata fis-snin preċedenti.", "Hija riżultat fi spejjeż projbittivi u imprevisti, apparti l-fatt li ma kenitx garanzija li qed tingħata limitatament lil min verament għandu bżonnha.", "Għalhekk m'hemmx ħsieb li din tiġi ristrutturata fil-linja indikata mill-Onor.", "Interpellant.", "EURO-MED - SEDE TA' L-ASSEMBLEA PARLAMENTARI", "7013.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin: Jista' il-Ministru jgħid x'passi jew azzjoni qiegħda tieħu/ħadet Malta - dment li dan mhux ta' xi preġudizzju għall-ħidma diplomatika Maltija - sabiex is-sede ta' l-Assemblea Parlamentari tal-Euro-Med tkun ibbażata f'Malta?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: S'issa m'hemm ebda ħjiel li din l-assemblea se jkollha sede permanenti.", "PROBATION OFFICERS", "7014.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jindika kemm hu n- numru ta' probation officers bħalissa?", "Meta hu maħsub li jerġgħu jiftħu l- applikazzjonijiet għall-ingaġġ tagħhom?", "ONOR.", "TONIO BORG: Fil-preżent fl-uffiċċju tal-probation hemm żewġ senior probation officers u disa' probation officers.", "Il-gvern huwa kommess li l-uffiċċju tal-probation ikollu r-riżorsi umani neċessarji biex ikun jista' jaħdem b'mod effiċjenti, għalhekk jekk u meta tinħass il-ħtieġa jittieħdu l-proċeduri neċessarji biex isir ingaġġ ġdid.", "DAR MALTA FI BRUSSELS", "7108.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin: Billi skond ma kiteb l-Onor.", "John Dalli f'\"The Malta Independent on Sunday\" ftit ġimgħat ilu li: \"the Brussels property project was conceived, controlled and pushed by the permanent representative in Brussels as well as that the choice of the site, and its eventual change were his responsibility, as were the specifications for refurbishment and the choice of experts and professionals who assisted in this exercise\", jista' il- Ministru jikkonferma li r-rappreżentant permanenti fi Brussels kien responsabbli għal dan kollu?", "Min għabbieh b'din ir-responsabbilta'?", "Jikkonferma li l-financial regulations tal-gvern kienu dejjem rispettati?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Billi dan il-bini ma jinkludix biss l-Ambaxxata ta' Malta għall-Belġju u l-Lussemburgu u r-rappreżentanza permanenti ta' Malta għall-Unjoni Ewropea, nitlob l-Onor.", "Interpellant jirriferi l- mistoqsija tiegħu lill-ministeru konċernat li kien inkarigat mix-xiri ta' din il-proprjeta'.", "MISSJONI DIPLOMATIKA MALTIJA GĦALL-UE FI BRUSSELS", "7109.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin: Jista' il-Ministru jgħid x'kien preċiżament ir-rwol speċifiku tal-MIMCOL fix-xiri tal-bini tal-missjoni diplomatika Maltija għall-Unjoni Ewropea fi Brussels?", "Minn min u meta ngħataw l-inkarigu tagħhom, meta intemm dan l- inkarigu u lil min irrapportaw lura?", "Jista' iqiegħed fuq il-mejda tal- Kamra kopja tar-rapport imħejji mill-MIMCOL?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Billi dan il-bini ma jinkludix biss l-Ambaxxata ta' Malta għall-Belġju u l-Lussemburgu u r-rappreżentanza permanenti ta' Malta għall-Unjoni Ewropea, nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi l- mistoqsija tiegħu lill-ministeru konċernat li kien inkarigat mix-xiri ta' din il-proprjeta'.", "DAR MALTA FI BRUSSELS", "7110.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin: Jista' il-Ministru jgħid x'tip ta' kollaborazzjoni kien hemm bejn ir- rappreżentant permanenti fi Brussels u l-MIMCOL sakemm dawn lestew il-ħidma tagħhom?", "Jista' jgħid jekk ċerti rakkmandazzjonijiet li għamlet il-MIMCOL u d-deċiżjonijiet li ħadet kenux influwenzati mir-rappreżentant permanenti fi Brussels?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Billi dan il-bini ma jinkludix biss l-Ambaxxata ta' Malta għall-Belġju u l-Lussemburgu u r-rappreżentanza permanenti ta' Malta għall-Unjoni Ewropea, nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi l- mistoqsija tiegħu lill-ministeru konċernat li kien inkarigat mix-xiri ta' din il-proprjeta'.", "DAR MALTA FI BRUSSELS", "7111.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid x'kien preċiżament ir-rwol tal- ministeru tal-finanzi fit-transazzjoni tax-xiri ta' Dar Malta fi Brussels?", "Kien hemm xi stadju jew ieħor fejn dan il-ministeru wera t-tħassib tiegħu dwar l-ammont li kien se jintnefaq fuq dan il-bini?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: F'dan il-każ ir-rwol tal-ministeru tal-finanzi kien l-aspett finanzjarju tat-transazzjoni nnifisha, jiġifieri l- finanzjament ta' l-ispiża relatata.", "DAR MALTA FI BRUSSELS", "7112.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin: Il-gvern irrikorra għal self bankarju sabiex ikun jista' jonora l-obbligi tiegħu dwar ix-xiri ta' Dar Malta fi Brussels?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Billi dan il-bini ma jinkludix biss l-Ambaxxata ta' Malta għall-Belġju u l-Lussemburgu u r-rappreżentanza permanenti ta' Malta għall-Unjoni Ewropea, nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi l- mistoqsija tiegħu lill-ministeru konċernat li kien inkarigat mix-xiri ta' din il-proprjeta'.", "DAR MALTA FI BRUSSELS", "7113.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin: Minn mindu nxtrat Dar Malta fi Brussels, jista' il-Ministru jgħid jekk kienx hemm aġenziji/azjendi tal-gvern li wrew minn rajhom interess li jikru spazju f'dan il-bini?", "Kien hemm aġenziji/azjendi tal-gvern li diġa' ġew inkoraġġuti li jikkunsidraw jikru spazju fl-istess bini?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Billi dan il-bini ma jinkludix biss l-Ambaxxata ta' Malta għall-Belġju u l-Lussemburgu u r-rappreżentanza permanenti ta' Malta għall-Unjoni Ewropea, nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi l- mistoqsija tiegħu lill-ministeru konċernat li kien inkarigat mix-xiri ta' din il-proprjeta'.", "QRATI - KAWŻI", "7337.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kif ġew assenjati l- kawżi fil-qorti tal-maġistrati, b'indikazzjoni ta' l-ismijiet tal- maġistrati, fis-snin 2000, 2001, 2002, 2003 u 2004 (sal-31 ta' Awissu)?", "Kemm ġew deċiżi kawżi minn kull maġistrat?", "Kemm hemm kawżi pendenti quddiem kull maġistrat mis-snin 2000, 2001, 2002, 2003 u 2004 (sal-31 ta' Awissu)?", "ONOR.", "TONIO BORG: L-informazzjoni mitluba dwar il-qrati kriminali u l- qrati ta' Għawdex tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni fis-seduta.", "F'dak li jirrigwarda l-qrati ċivili ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l- informazzjoni mitluba minnu tinsab fis-site www.justice.gov.mt taħt court statistics li tinsab f'court services.", "Ovvjament għandu jaċċessa għall- istatistika taċ-ċivili.", "L-istatistika tinkludi l-kawżi introdotti – assenjati - imħallef b'imħallef, kawżi maqtugħa - deċiżi - imħallef b'imħallef, kif ukoll dawk pendenti - attivi.", "L-istatistika tmur lura għas-sena 2000 u hija aġġornata sa Awissu 2004.", "ĠUSTIZZJA U INTERN - SEGRETARJAT PRIVAT - IMPJEGATI", "7338.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jagħti rendikont dettaljat ta' l-istaff tas-segretarjat privat fil-ministeru tiegħu u tas-segretarju parlamentari tiegħu?", "Jista' jgħid fejn jgħixu wieħed, wieħed u l-kariga li għandhom fil-ministeru?", "ONOR.", "TONIO BORG: Lista li turi l-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il- mejda tal-Kamra aktar kmieni fis-seduta.", "ĠUSTIZZJA U INTERN – IMPJEGATI", "7339.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jagħti rendikont dettaljat ta' l-istaff kollu tal-Ministeru?", "ONOR.", "TONIO BORG: Lista ta' l-istaff fl-uffiċċju tas-segretarjat permanenti tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni fis-seduta.", "Nirriferi wkoll għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 7338 f'din l- istess seduta.", "LABORATORJU FORENSIKU", "7340.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jikkunsidra l-Viċi Prim Ministru li wasal iż-żmien li l- laboratorju forensiku jkun attrezzat sa snienu biex jaqdi l-esiġenzi ta' l- investigazzjonijiet kriminali tal-pulizija, peress li dan il-laboratorju ta' spiss qiegħed jispiċċa fuq l-aħbarijiet minħabba li l-esperti ma jistgħux jespletaw l-inkarigi li jingħataw mill-qrati bi problemi kbar għall-aħjar amministrazzjoni tal-ġustizzja?", "ONOR.", "TONIO BORG: Filwaqt li ninsab informat li ma jirriżultax li hemm xi diffikultajiet f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-esperti nominati mill- qorti li jagħmlu parti mit-taqsima forensika tal-pulizija, nissuġġerixxi li l-Onor.", "Interpellant jindirizz l-mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "EŻAMIJIET TAL-MATSEC U TAS-SEC", "7354.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi:, jista' il-Ministru jgħid kemm qagħdu studenti, bniet u subien separatament, għar-resits tal-MATSEC u tas-SEC għal kull suġġett?", "Kemm għaddew?", "Kemm kien hemm mill-iskejjel ta' l-Istat, tal- knisja u dawk indipendenti?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "PULIZIJA – TESTIJIET TAN-NIFS", "7355.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm saru testijiet tal-breathalyser fuq sewwieqa matul din is-sena?", "Kemm instabu pożittivi?", "Dawn kollha tressqu l-qorti?", "ONOR.", "TONIO BORG: Bejn Jannar u Awissu ta' din is-sena kien hemm 70 sewwieq li l-pulizija għamlitlu t-test tan-nifs fuq suspett li kien qed isuq taħt l-influwenza ta' l-alkoħol.", "Minn dawn 36 irriżultaw fil- pożittiv, filwaqt li 34 irrifjutaw jew it-test ma kienx komplut.", "F'kull każ qed jittieħdu proċeduri kriminali quddiem il-qorti.", "SEC/MATSEC – LETTERATURA INGLIŻA", "7356.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 6301, jista' il-Ministru jgħid minn min hu magħmul il-bord tas-sillabu tal- letteratura Ingliża?", "Il-bord li mistenni jiltaqa' ix-xahar id-dieħel huwa l-istess wieħed tas-sena li għaddiet?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-bord tas-sillabu tal-letteratura Ingliża fil- Livell tas-Sec kien magħmul mis-Sur George Camilleri u s-Sur John Preca tad- diviżjoni ta' l-edukazzjoni, is-Sur Charles Calleja mill-universita' u s- Sinjorina Antoinette Pace minn skola privata.", "Informat ukoll li f'Ottubru 2004 il-bord tal-Matsec se jistaqsi lill- għalliema tas-suġġett biex jagħtu s-suġġerimenti tagħhom ta' kotba li jixtiequ jaraw fis-sillabu l-ġdid għall-2007.", "Wara l-bord jagħżel numru ta' kotba u jitlob l-approvazzjoni tas-senat ta' l-universita'.", "TAL-QROQQ - PIXXINA NAZZJONALI", "7357.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: Peress li fix-xhur tas-sajf kien hemm numru ta' ittri fil-ġurnali dwar diversi nuqqasijiet fil-pixxina nazzjonali f'Tal- Qroqq, jista' il-Ministru jgħid min hu responsabbli mit-tmexxija tagħha bħalissa?", "Kemm hu stmat li jrid jintnefaq biex isiru t-tiswijiet kollha neċessarji fil-vaska prinċipali?", "Il-vaska ż-żgħira qed tintuża b'mod regolari?", "Min hi l-persuna li b'mod dirett hi responsabbli f'isem il- kunsill Malti għall-isport?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-kunsill Malti għall-isports huwa responsabli għall-faċilitajiet sportivi.", "Fil-preżent qed isiru testijiet biex jiġi stabilit x'tiswijiet huma meħtieġa.", "Stima provizzjonali għax- xogħol preliminari tammonta għal Lm10,000.", "Iż-żewġ vaski qed jintużaw fuq bażi regolari.", "Is-Sur Sinclair Cassar hu l-persuna responsabbli direttament f'isem il-kunsill Malti għall-isports.", "BIRGU - SKOLA LORENZO GAFA'", "7358.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx kap ta' skola fl- iskola tal-Fortini, għax jidher li s'issa għadu ma ġiex appuntat kap ġdid?", "Jista' jgħid meta hu maħsub li jkun hemm kap f'din l-iskola?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-iskola sekondarja Lorenzo Gafa' (Fortini) għandha kap u tim ta' tmexxija.", "L-iskola bdiet ix-xogħol tagħha b'mod normali.", "SAĦĦA - RADIOGRAPHERS", "7405.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l- Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni tat-13-il radiographer li se jiggradwaw f'Novembru 2004?", "Hemm ħsieb li dawn jiġu impjegati mad-diviżjoni tas-saħħa?", "Fil-każ tar-radiographers, jeżisti l- full complement?", "Jista' il-Ministru ġentilment iwieġeb dawn il- mistoqsijiet waħda waħda?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Il-complement tar-radiographers fid-diviżjoni tas- saħħa qed jiġi rivalwat.", "Meta jitlesta dan l-eżerċizzju jiġu mpjegati r- radiographers skond il-vakanzi li jirriżultaw.", "SVPR - ĦADDIEMA", "7406.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l- Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid jekk ġewx impjegati xi nies - minbarra nurses u tobba - fir-residenza San Vinċenz de Paule f'din l-aħħar sena?", "Kien hemm xi health assistants, care workers jew studenti ta' l-ESTS li ġew impjegati f'din l-aħħar sena?", "Jista' jagħti l-grad ta' kull min ġie impjegat fl-SVPR f'din l-aħħar sena?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: F'din l-aħħar sena ġew impjegati żewġ casual substitute clerks u clerk fir-residenza San Vinċenz De Paule.", "Ma kien hemm ebda health assistants jew careworkers jew ESTS li ġew impjegati f'din l-aħħar sena.", "SIĠĠIEWI - ART TAL-GVERN", "7410.", "L-ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li medda art tal-gvern li hi mdawwra bi Triq l-Imdina u Triq Dun Manwel Zammit, fis-Siġġiewi tiġi żviluppata f'dar għall-anzjani, kif ġie anke propost mill-kunsill lokali tas-Siġġiewi?", "ONOR.", "TONIO BORG: L-uffiċċju konġunt jamministra medda art tal-gvern li hi mdawwra bi Triq l-Imdina u Triq it-Tabib Nikol Zammit (u mhux Triq Dun Manuel Zammit kif imsemmi fil-mistoqsija) fis-Siġġiewi.", "Barra t-talba tal- kunsill lokali tas-Siġġiewi hemm żewġ talbiet oħra għall-iżvilupp ta' din l- art.", "It-talbiet qed jiġu kkunsidrati sabiex jiġi determinat l-aħjar użu li jista' isir mill-art.", "RESTAWR FI KNEJJES - EŻENZJONI MILL-VAT", "7411.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk jistax jiġi kkunsidrat li xogħlijiet ta' restawr, b'mod partikolari/anke restawr fi knejjes, jiġu meħlusa mill-ħlas tal-VAT, anke minħabba l-fatt li dan ix-xogħol isir wara ġbir minn fost il-poplu?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: F'dan il-każ ir-rwol tal-ministeru tal-finanzi kien l-aspett finanzjarju tat-transazzjoni nnifisha, jiġifieri l- finanzjament ta' l-ispiża relatata.", "SIĠĠIEWI - APPLIKAZZJONI GĦAL BINI TA' DAR GĦALL-ANZJANI", "7412.", "L-ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO staqsa lill-Ministru tal-Familja u tas-Solidarjeta' Soċjali: B'riferenza għall-applikazzjoni li saret mill- housing authority - MEPA 1719/04 - tista' il-Ministru tgħid jekk ġiex ikkunsidrat li l-iżvilupp propost fi Triq l-Imdina/Triq Dun Manwel Zammit jiġi sostitwit bl-iżvilupp suġġerit mill-kunsill lokali Siġġiewi, cioe' li ssir dar għall-anzjani?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Ninsab informata li wara li l-awtorita' tad-djar ikkunsidrat il-proposta tal-kunsill lokali tas-Siġġiewi ġie deċiż li tkompli bil-pjan oriġinali li tibni 70 appartament fil-post indikat mill- Onor. Interpellant.", "ĊITTADINI MILL-UE – IMPJIEG F'MALTA", "7413.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 6907, li oriġinarjament saret lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi u li issa ġiet riferuta lilu, u cioe' jgħid kemm jammonta n-numru ta' ħaddiema mill-pajjiżi membri fl-Unjoni Ewropea li mill- 1 ta' Mejju 2004 ġew jaħdmu f'Malta?", "Jista' jgħid ta' liema nazzjonalita' huma u x'tip ta' xogħol qed jagħmlu?", "Jista' jgħid x'inhi l-eta' medja ta' dawn il-ħaddiema?", "ONOR.", "TONIO BORG: Dwar l-ewwel parti tal-mistoqsija ninsab informat li mill-1 ta' Mejju 2004 saru 451 applikazzjoni sabiex ċittadini mill-Unjoni Ewropea jaħdmu f'Malta.", "Il-persuni konċernati ġejjin mill-pajjiżi li jidhru hawn taħt.", "Saru wkoll tliet applikazzjonijiet dwar ċittadini Norveġiżi (pajjiż ta' l-EEA).", "Lista dwar ix-xogħol li għalih intalab permess tpoġġiet fuq il-mejda tal- Kamra aktar kmieni fis-seduta.", "Ninsab informat ukoll li ma tinżammx statistika kif mitluba mill-Onor.", "Interpellant fit-tielet parti tal-mistoqsija tiegħu.", "Nirriferi wkoll lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġibiet ta' mistoqsijiet parlamentari 6991 u 7328.", "|Awstrija |13 | |Belġju |10 | |Repubblika |8 | |Ċeka | | |Danimarka |3 | |Finlandja |5 | |Franza |25 | |Ġermanja |52 | |Greċja |1 | |Irlanda |14 | |Italja |51 | |Latvja |17 | |Lussemburgu |1 | |Olanda |18 | |Polonja |13 | |Portugall |1 | |Slovakkja |8 | |Spanja |9 | |Svezja |27 | |Renju Unit |169 | |Ungerija |6 | |Total |451 |", "ĊIRKEWWA - TISQIFA TAL-PASSIĠĠIERI", "7414.", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall- Kompetittivita' u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid jekk hux possibbli li l-aħħar parti tat-tisqifa tal-passiġġieri li hemm fiċ-Ċirkewwa tiġi magħluqa biex isservi bħala protezzjoni mill-elementi għall- passiġġieri li jkunu jistennew il-vapur ta' Għawdex?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Permezz tal-proġett tal-mollijiet u t-terminals ġewwa ċ-Ċirkewwa u l-Imġarr, il-mezz ta' trasport marittimu bejn Malta u Għawdex ikompli jissaħħaħ.", "Għaldaqstant l-awtorita' marittima flimkien mal-Gozo Channel, operatur tas-servizz, kontinwament jaraw kif is-servizz għall- passiġġieri jista' jiġi mtejjeb.", "Madankollu dan isir fil-kontest ta' l- iżvilupp li għad baqa' xi jsir fuq dan il-proġett.", "AWTORITA' MARITTIMA MALTIJA - BĊEJJEĊ TAL-BAĦAR", "7415.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' bċejjeċ tal- baħar (jekk hemm) ta' sidien/kumpanniji Maltin li huma reġistrati ma' reġistri navali barranin, partikolarment dawk li jgħidulhom reġistri miftuħin (open registries)?", "Jista' jgħid kemm hawn bnadar barranin rappreżentati f'Malta, jekk hawn, u x'inhuma r-relazzjonijiet li dawn għandhom ma' l-awtorita' marittima Maltija?", "Jista' jgħid kemm-il biċċa tal-baħar (jekk kien hemm) ħalliet il-bandiera Maltija biex tinkiteb ma' bandiera oħra appena Malta daħlet fl-Unjoni Ewropea?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "ĊIRKEWWA: TISQIFA TAL-PASSIĠĠIERI - NEON TUBES", "7416.", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika: Jista' il-Ministru jara li n- neon tubes li hemm taħt it-tisqifa tal-passiġġieri fiċ-Ċirkewwa jerġgħu jinxtegħlu?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi l-mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "UNIVERSITA' - GOZO CENTRE - KORSIJIET", "7417.", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' il-Ministru tagħti lista tal-korsijiet universitarji li qed jinżammu fil-Gozo centre ta' l-Universita' ta' Malta?", "Kemm huma l-istudenti f'kull kors?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Fil-preżent qed jinżammu dawn il-korsijiet fil- Gozo centre ta' l-Universita' ta' Malta:", "|Isem tal-Kors |Stude| | |nti | |Certificate in lace |10 | |studies | | |Diploma in commerce |12 | |Preparatory course for |14 | |the MA in islands and | | |smal States studies | | |Qualifying courses for |3 | |the MA in history | |", "Barra minn hekk f'Ottubru mistennija jibdew ukoll il-korsijiet li qed jidhru hawn taħt flimkien man-numru ta' applikanti li ġew aċċettati għal kull kors:", "|Isem tal-Kors |Studen| | |ti | |Diploma in |4 | |information | | |technology | | |Diploma in lace |14 | |studies | | |Bachelor of commerce |17 | |MA in Islands and |21 | |small States studies | |", "ŻABBAR: TRIQ IL-MARLOĊĊ - TABELLI TAT-TRAFFIKU", "7418.", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jara li jsiru tabelli ġodda tat- traffiku, kif ukoll sinjali sofor, quddiem garaxxijiet u oħrajn bojod li jindikaw fejn għandu jsir parking fi Triq il-Marloċċ, f'Ħaż Żabbar?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Minn riċerka li saret fir-records tad-direttorat ta' l-immaniġġjar tat-traffiku rriżulta li ma kien hemm l-ebda talba mill- kunsill lokali għal dawn il-miżuri ta' traffic management.", "Għaldaqstant id- direttorat se jikkuntattja lill-kunsill lokali ta' Haż-Żabbar sabiex jara x'jista' isir.", "DJAR TA' L-ANZJANI", "7419.", "L-ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l- Anzjani u l-Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid jekk ġewx magħżulin xi djar privati ta' l-anzjani oħra, minbarra t-tnejn li diġa' hemm, biex jagħtu servizz taħt il-public private partnership scheme?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Il-bord ta' l-għażla ffinalizza r-rapport tiegħu fuq l-applikazzjonijiet mitfugħa iżda s'issa l-għażla għadha ma saritx.", "SIĠĠIEWI – BINI TA' DAR GĦALL-ANZJANI", "7420.", "L-ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l- Anzjani u l-Kura fil-Komunita': Il-Ministru beħsiebu jirrikkmanda li l- medda ta' art tal-gvern li hija mdawwra bi Triq l-Imdina u Triq Dun Manwel Zammit, fis-Siġġiewi tiġi żviluppata f'dar għall-anzjani kif ġie suġġerit ukoll mill-kunsill lokali tas-Siġġiewi?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Id-dipartiment anzjani u kura fil-komunita' ma rċieva l-ebda talba biex medda ta ' art fis-Siġġiewi tiġi żviluppata f'dar għall-anzjani.", "NOLLIJIET TAL-VAPURI - SUSSIDJU LILL-ISTUDENTI", "7421.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għal Għawdex: Peress illi dalwaqt se terġa' tibda s-sena akkademika, tista' il-Ministru tgħid meta se tingħata ż-żieda fuq is-sussidju lill-istudenti minħabba ż-żieda fin-nollijiet tal-vapuri?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Il-kumpens għaż-żieda fin-nollijiet qed jigi kkunsidrat mill-ministeru tal-finanzi.", "GĦAWDEX: HERITAGE MALTA - CO-ORDINATORS", "7422.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid jekk hux se jiġu maħtura co-ordinators Heritage Malta f'Għawdex, bħalma nħatru f'Malta, u jekk se jinħatru jista' jgħid xi kwalifki ntalbu jew se jintalbu?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Bħalissa Heritage Malta qiegħda tibni l- istruttura tagħha.", "L-għadd ta' co-ordinators se jinħatru f'postijiet fejn ġie deċiż li hemm il-ħtieġa.", "Fl-uffiċċju ta' Għawdex se jinħatru żewġ co- ordinators, wieħed corporate services u ieħor public programmes.", "SIGURTA' SOĊJALI - KONTRIBUZZJONIJIET TA' L-ANZJANI", "7423.", "L-ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru tal-Familja u tas-Solidarjeta' Soċjali: B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 6352 dwar il-kontribuzzjonijiet ta' l-anzjani għas-sena 2002, tista' il-Ministru tgħid jekk il-verifika li suppost kienet bdiet iffinalizzatx ruħha?", "X'kien ir-riżultat tagħha?", "Jekk din il-verifika għadha ma ntemmitx, hemm xi ħjiel meta se tispiċċa?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Il-verifika li għaliha qed jalludi l-Onor.", "Interpellant għadha għaddejja.", "PULIZIJA - SURĠENTI", "7424.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari 3471 u 6389, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid meta se jinħatru l-kumplament tat- 43 surġent fil-korp tal-pulizija meta dawn ilhom li applikaw minn Settembru 2003 u jidher li dan il-proċess ilu jkarkar għal ċertu żmien?", "ONOR.", "TONIO BORG: Kif diġa' għedt fit-tweġiba preċedenti dwar l-istess suġġett, il-ħatriet imsemmija jingħataw meta l-esiġenzi tas-servizz ikunu jippermettu.", "L-ewwel grupp li għadda u ġew minn ta' quddiem diġa' inħatru, ħaġa li l-Onor.", "Interpellant insiet issemmi fid-domanda tagħha.", "Malli jkun hemm ħtieġa jidħlu l-oħrajn li għaddew skond l-ordni tal-mertu tagħhom.", "BELT VALLETTA - CUSTOMER CARE CENTRE", "7425.", "L-ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l- Anzjani u l-Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid x'kienet id- deċiżjoni li ttieħdet dwar il-post li kellu jiffunzjona bħala customer care centre għad-dipartiment ta' l-anzjani fil-Belt Valletta?", "Jekk dan il-post mhux se jiffunzjona bħala tali, id-dipartiment ta' l-anzjani neħħa kull ħsieb li jiftaħ customer care centre fil-Belt, Valletta?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Id-diskussjonijiet fuq il-post li kellu jiffunzjona bħala customer care centre fil-Belt Valletta għadhom ma ġewx konklużi.", "Biss, wara li l-permessi meħtieġa ġew approvati mill-MEPA, id-deċiżjoni mistennija tittieħed dalwaqt.", "ARTIJIET - PROPRJETA' TAL-GVERN", "7426.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: B'riferenza għall-encroachment li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk l- imsemmija proprjeta' għadhiex tal-gvern, peress li qed jintbagħtu kontijiet għall-pagament mid-dipartiment ta' l-artijiet?", "ONOR.", "TONIO BORG: Minn riċerka li għamlet it-taqsima proprjeta' tal- gvern jidher li l-proprjeta' li għamlet riferenza għalihom l-Onor.", "Interpellant huma tal-gvern.", "SVPR – VOT KAPITALI 7009", "7427.", "L-ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l- Anzjani u l-Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid minn Vot Kapitali 7009 dwar ir-residenza San Vincenz de Paule ta' Lm400,000 kif jidher fl- aħħar budget, kemm intnefqu s'issa fuq proġetti li saru f'din ir-residenza?", "Liema kienu dawn il-proġetti?", "Jista' jgħid x'inhuma l-proġetti l-oħra ppjanati li jsiru sa l-aħħar ta' din is-sena fl-istess residenza u li se jkunu mħallsa minn Vot Kapitali?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Minn Vot Kapitali 7009 dwar ir-residenza San Vinċenz de Paule s'issa ntnefqu Lm112,064.", "Dawn intnefqu f'adjustable beds complete with mattresses u air conditioning system f'Ward 3/4 Nisa u f'apparat mediku ieħor għas-swali.", "Il-proġetti l-oħra li huma ppjanati li jsiru sa l-aħħar ta' din is-sena fir- residenza San Vinċenz de Paule huma: air-condition system f'ward 9/10 nisa; xiri ta' tail-lift van; tkomplija tal-proġett ta' wards 1/2/3/4 nisa; lifts 5/6/7/8 males; refurbishment psychogeriatric female ward li wasal biex jitlesta; u refurbishment psychogeriatric male.", "PART-TIME SOCIAL ASSISTANTS", "7428.", "L-ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l- Anzjani u l-Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' part-time social assistants li qegħdin jaħdmu sal-ġurnata tal-lum?", "Kemm hemm minnhom li qegħdin jagħtu s-servizz tagħhom fil-komunita'?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: In-numru ta' part-time social assistants li qegħdin jaħdmu sal-ġurnata tal-lum huwa ta' 514.", "Minnhom hemm 303 li jaħdmu fil- komunita', 55 fid-day centres, 59 fid-djar residenzjali ta' l-anzjani u 37 fir-residenza San Vincenz de Paule.", "TOROQ - TISWIJA TA' BANKINA", "7429.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Jista' il-Ministru jara li ssir il-bankina tat-triq li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, peress li din taqa' taħt il-gvern ċentrali?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: L-awtorita se tibgħat perit f'din it-triq sabiex tara x'inhu l-aħjar li jsir.", "SPTARIJIET TAL-GVERN - SERVIZZ TA' L-IKEL", "7430.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l- Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li s-servizz ta' l-ikel fl-isptar San Luqa, fir-residenza San Vincenz de Paule u fl- isptar Zammit Clapp jiġi pprivatizzat?", "Jekk iva, meta?", "X'inhu l-ħsieb tal- gvern, li jingħata lil kuntrattur wieħed jew aktar?", "Jista' jgħid jekk f'Settembru 2004 deherx xi ħaġa fil-gazzetta tal-gvern rigward dan?", "Jekk iva, x'kien hemm?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Is-sistema ta' l-ikel fl-isptarijiet tal-gvern u d- djar ta' l-anzjani qed tiġi riveduta.", "Hemm diversi possibbiltajiet li qed jiġu studjati u għadu kmieni biex wieħed jagħti iżjed dettalji.", "SIGURTA' SOĊJALI – KONTRIBUZZJONIJIET TA' L-ANZJANI", "7431.", "L-ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru tal-Familja u tas-Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid jekk il- kontribuzzjonijiet li qegħdin iħallsu l-anzjani fil-preżent humiex jirriflettu l-kalkoli skond Avviż Legali 259 ta' l-2004?", "Jekk le, jidhrilha l-Ministru li aktar ma jgħaddi żmien aktar se jkun ta' inkonvenjent kbir għal ħafna anzjani li jkunu jridu jħallsu lura arretrati mill-1 ta' Jannar ta' din is-sena?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Id-dipartiment tas-sigurta' soċjali bħalissa qed jirċievi mingħand id-dipartiment għall-anzjani u servizzi fil-komunita' ir- rati ta' tnaqqis li jirriflettu l-kalkoli skond Avviż Legali 259 ta' l- 2004.", "Dan sar wara li l-istess anzjani għamlu d-dikjarazzjoni tad-dħul tagħhom.", "Qed isir dak kollu possibbli biex dan l-eżerċizzju jitlesta fl- iqsar żmien possibbli.", "BIRKIRKARA – BDIL TA' ARBLI TAD-DAWL", "7434.", "L-ONOR.", "MICHAEL ASCIAK staqsa lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika: Jista' il-Ministru jagħti struzzjonijiet lill-korporazzjoni Enemalta biex arblu antik u msaddad quddiem Rizzo Service station f'Birkirkara jitneħħa, kif ukoll jitnaddfu wires elettriċi quddiem l-istess arblu li huma miksija ħaxix ħażin u waslu biex jinqatgħu?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ix-xogħol meħtieġ biex jinbidlu l-arbli fl-area imsemmija mill-Onor.", "Interpellant għandu jibda din il-ġimgħa.", "Dan ix-xogħol mistenni jieħu numru ta' ġimgħat għax hu pjuttost estensiv.", "BIRKIRKARA: TRIQ BORG – BOZOZ MAQTUGĦIN", "7436.", "L-ONOR.", "MICHAEL ASCIAK staqsa lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika: Jista' il-Ministru jindaga jekk il-korporazzjoni Enemalta tistax tagħmel upgrading tal-bozoz - mhux kollha - ta' Borg Street, Birkirkara għaliex hemm id-dlam f'ċerti partijiet?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħti l-isem sħiħ tat-triq biex tkun tista' issir l-investigazzjoni meħtieġa.", "Dan minħabba li hemm seba' toroq kollha b'kunjom 'Borġ' f'Birkirkara.", "RABAT: TRIQ FERRIS – VETTURI ABBANDUNATI", "7437.", "L-ONOR.", "JOSEPH CASSAR staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jara li jitneħħew tliet vetturi fi Triq Ferris, fil-parkeġġ ta' ħdejn l-iskola, fir-Rabat peress li ilhom abbandunati?", "ONOR.", "TONIO BORG: Minn spezzjoni li għamlet il-pulizija nhar id-29 ta' Settembru 2004, ma jirriżultax li hemm xi vetturi abbandunati.", "GĦAJN DWIELI - TISWIJA TA' TRIQ", "7438.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Jista' il-Ministru jara li tissewwa l-ħsara fit-triq li hemm maġenb il-lights ta' Għajn Dwieli qabel il-mini lejn Bormla, peress li kull karozza qed ikollha tgħaddi minn skoss kbir?", "Ma jidhirlux il-Ministru li dan in-nuqqas ma jikkumplimentax ix-xogħol tajjeb li sar taħt il-mini ta' Għajn Dwieli?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: L-awtorita dwar it-trasport se tibgħat perit sabiex jispezzjona din it-triq u jara x'inhu l-aħjar li jsir biex kemm jista' ikun malajr jiġi evitat kull inkonvenjent.", "UŻURA", "7439.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'qed isir sabiex tkun miġġielda bis-serjeta' l-użura?", "ONOR.", "TONIO BORG: Għandu jingħad li b'effett mill-1 ta' Mejju 2002 daħlet fis-seħħ l-emenda għal Artikolu 298 tal-Kodiċi Kriminali li biha l- użura saret reat kriminali.", "Dan sabiex issaħħaħ l-għodda f'idejn il- pulizija, peress illi sa dakinhar kull min kien jipprattika l-użura kien seta' jitressaq quddiem il-qorti biss talli jkun għamilha ta' istituzzjoni finanzjarja mingħajr liċenzja.", "Barra piena karċerarja u/jew multa, il-liġi issa tipprovdi wkoll illi jekk matul il-proċeduri kriminali jkun ipprovat quddiem il-qorti li l-akkużat irċieva ammont ta' imgħax aktar minn dak li jkun permess bil-liġi jew li jkun sproporzjonat b'mod grossolan mas-servizz mogħti, il-qorti għandha tordna lill-akkużat iħallas lura dak l-ammont hekk imħallas.", "Ninsab informat illi minn meta ġiet fis-seħħ din l-emenda l-pulizija akkużat quddiem il-qorti 23 persuni fuq użura.", "BORMLA - MASĠAR TAĦT L-ISKOLA PRIMARJA", "7440.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jara li ssir xi ħaġa bis-serjeta' sabiex l-area - masġar żgħir - taħt l-iskola primarja ta' Bormla tingħata dehra aħjar?", "X'inhi r-raġuni li latrina fl-istess area tkissret snin ilu sabiex illum saret miżbla?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jindirizza l- mistoqsija tiegħu lill-ministri konċernati.", "DJAR - MANUTENZJONI TA' RESIDENZA PRIVATA", "7441.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Familja u tas- Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tara li l-familja li qed toqgħod fil-post li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, tinħeles mill- periklu li qed tgħix fih peress li għandha soqfa kkundannati?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Dan il-flat huwa privat u għalhekk il-periklu jrid jitneħħa mis-sid.", "Madankollu jien informata wkoll li l-bini se jitwaqqa' bħala parti mill-proġett tas-slum clearance meta eventwalment jiġi espropriat għal dan l-iskop, għalhekk l-ilment ta' l-Onor.", "Interpellant se jiġi investigat biex naraw tistax issir xi ħaġa biex din il- familja ma tibqax fil-periklu.", "BORMLA: TRIQ L-IRLANDIŻI - GĦALQA", "7442.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid ta' min hi r- responsabbilta' ta' għalqa - plot - li hemm fi Triq l-Irlandiżi, Bormla?", "ONOR.", "TONIO BORG: Minn riċerka li għamlet it-taqsima proprjeta' tal- gvern jidher li l-unika għalqa li hemm fi Triq l-Irlandiżi, Bormla fil-fatt hija proprjeta' privata li qed tiġi espropriata għal skop pubbliku minħabba proġett ta' housing.", "SAĦĦA - KAŻI TA' MENINGITE", "7443.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l- Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew irrapportati każi ta' meningite f'Malta f'dawn l-aħħar ħames snin?", "Kemm kellna mwiet kawża ta' din il-marda?", "Jista' jgħid jekk ġiex identifikat fejn kienu l-persuni li ħadu din il-kundizzjoni, u jekk fl-affermattiv x'sar?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Il-każi ta' meningite irrapportati lit-taqsima tħaris tal-mard huwa kif ġej:", "| |199|200|200|200|200|2004 | | |9 |0 |1 |2 |3 |(sa | | | | | | | |l-aħħa| | | | | | | |r ta' | | | | | | | |Awissu| | | | | | | |) | |Numru|36 |40 |30 |22 |27 |20 | |ta' | | | | | | | |każi | | | | | | | |(resi| | | | | | | |denti| | | | | | | |) | | | | | | | |Numru|1 |3 |2 |2 |0 |2 | |ta' | | | | | | | |każi | | | | | | | |(mhux| | | | | | | |resid| | | | | | | |enti)| | | | | | | |Numru|5 |4 |1 |3 |2 |2 | |ta' | | | | | | | |imwie| | | | | | | |t | | | | | | |", "Il-mikrobu tal-meningite jista' jinfirex permezz ta' kuntatt ma' katarru u mħat ta' persuna nfettat.", "Ma nstab l-ebda konnessjoni bejn dawn il-każi.", "F'kull każ fejn ġie suspettat jew ikkonfermat li huwa kkaġunat mill-mikrobu tal-Meningococcus ingħata t-trattament meħtieġ.", "IMPJIEGI - RELAZZJONIJIET INDUSTRIJALI", "7452.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhuma l-pariri legali ta' l-avukat ġenerali tar-Repubblika dwar kuntratti definiti meta hemm xi employers li qed jabbużaw minn dawn it-tip ta' kuntratti għal skopijiet tagħhom biex jaħarbu mill-obbligi tal-liġi dwar relazzjonijiet industrijali billi lill-istess impjegat joqogħdu jagħtuh kuntratt definittiv ripetutament?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant tindirizza l-mistoqsija tagħha lill-ministru konċernat.", "PART-TIME SOCIAL WORKER", "7453.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l- Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid għalfejn ġiet meħuda deċiżjoni mid-dipartiment tal-psikjatrija biex is-servizz ta' part-time social worker jiġi terminat u dawk it-tfal li kellhom appuntamenti pendenti għal dan is- servizz spiċċaw bla follow-up appointment?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Il-part-time social worker ġiet imwaqqfa biex is- servizz li kienet tagħti jibda jingħata minn social worker ieħor li huwa mpjegat full-time ta' l-isptar Monte Carmeli.", "SAN ĠILJAN - TRIQ ANDRE' MAUROIS", "7460.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jieħu passi meħtieġa biex Triq Andre' Maurois f'San Ġiljan tingħata l-asfalt peress li tinsab fi stat ħażin ħafna?", "Jista' jara li jinbena ċint fil-parti tat-triq li tagħti għall-wied peress li din il-parti hija perikoluża speċjalment għat-tfal ta' l-inħawi?", "Jista' jara wkoll li t-tabella bl-isem tat-triq tiġi kkoreġuta peress li din hija miktuba ħażin, bil-konsegwenza għall-pustiera u kulmin ifittex din it-triq?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: L-awtorita dwar it-trasport bagħtet perit sabiex jispezzjona t-triq imsemmija u nstab li t-triq għandha parti minnha asfaltata u l-parti li għadha ma ġietx asfaltata ġiet inkluża fil-programm ta' kostruzzjoni ta' toroq li qed isir mid-direttorat, liema xogħol isir aktar 'il quddiem skond il-prioritajiet.", "Jien informat illi x-xogħol mistenni jinkludi wkoll il-bini tal-ħajt imsemmi fil-mistoqsija parlamentari.", "Fir-rigward tat-tielet parti tal-mistoqsija, jien informat illi tabelli bl- ismijiet tat-toroq huma responsabbilta' tal-kunsill lokali.", "Għalhekk l- Onor. Interpellant hu mitlub iressaq l-ilment tiegħu direttament lill- kunsill lokali.", "KUNSILLI LOKALI - SERVIZZ TA' BULKY REFUSE", "7462.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6824?", "ONOR.", "TONIO BORG: Bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 6824, ninsab informat illi l-ammont ta' oġġetti miġbura bis-servizz tal-bulky refuse u l- ispiża marbuta ma' dan is-servizz mill-kunsilli lokali f'Malta u Għawdex għas-sena finanzjarja 2003/2004 kienet kif tidher fit-tabella li tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni fis-seduta.", "SKEJJEL - TRASPORT", "7466.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid għaliex tfal li jgħixu fi Triq il-Kummerċ (bejn Ħal Qormi u Santa Venera) mhux qed jiġi pprovdut lilhom trasport għal dawn l-iskejjel: skola Ġuże Galea, f'Ħal Qormi u Marija Tereża Nuzzo fil-Ħamrun?", "Jista' jgħid jekk jistax isir xi arranġament biex it-trasport ta' dawn l-iskejjel jgħaddi minn dawn l-inħawi minħabba l-periklu li hemm fil-bypass ta' l-Imrieħel?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-trasport meħtieġ ġie offrut u provdut, iżda hemm xi diffikultajiet daparti ta' l-istudenti konċernati.", "ĦAL QORMI – XOGĦOL FUQ IL-BRIDGE L-ANTIK", "7467.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' il-Ministru jgħid meta se jinqala' u jibda x-xogħol fuq il-bridge l-antik li hemm faċċata tax-showroom ta' l-Orbit Network, skond kif approvat f'permess ta' żvilupp PA458/04 u PA 3677/98 sabiex tiżdied arkata oħra għall-ilma ta' l-għargħar?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 6277.", "F'dik ir-risposta kien intqal ċar li l- arkata, skew arch, li qed jirriferi għaliha l-Onor.", "Membru mhijiex se tintmiss minħabba l-valur stroriku tagħha.", "Ix-xogħol f'dawn l-inħawi ta' Ħal Qormi jifforma parti minn pjan komprensiv ta' titjib f'miżuri ta' kontroll kontra l-għargħar għall-inħawi, iżda x- xogħol li sar u qed isir bħalissa tqies li hu ta' priorita' akbar.", "TOROQ – XOGĦLIJIET", "7469.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jgħid x'deċiżjoni ttieħdet mill-ministeru tiegħu dwar il-kwestjoni tal-prezzijiet ta' asfaltar offruti mill- kuntratturi lokali għal xogħlijiet fit-toroq li hu responsabbli minnhom il- gvern ċentrali?", "Kien hemm xi soluzzjoni għal din il-kwestjoni li ilha għaddejja għal aktar minn sena u bix-xogħol li jinsab wieqaf f'diversi nħawi madwar il-pajjiż?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: L-awtorita' dwar it-trasport xi xhur ilu rrivediet ir-rati tagħha sabiex jirriflettu aħjar il-prezzijiet riċenti tal- materjal.", "Sadanittant qed issir valutazzjoni tat-tenders bir-rati li kienu sottomessi sabiex tibgħat għall-kuntratturi u jipprovaw jaslu għall- kompromess.", "Dan il-proċess wassal sabiex diġa' ingħataw numru ta' tenders.", "Sadanittant fil-jiem li ġejjien mistennija ssir laqgħa mal-kuntratturi fejn fost l-oħrajn se tiġi spjegata l-formula li ġiet użata mill-awtorita' biex wasslet għar-rati l-ġodda.", "ECO TAX", "7470.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid kemm kien id-dħul s'issa, fl-ewwel xahar mill-introduzzjoni ta' l-eco tax - inkluż id-dħul minn VAT fuq it- taxxa ta' l-eco tax?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jindirizza l- mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "EDUKAZZJONI - SKRIVANA", "7471.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: Jista' il-Ministru jara fiex wasal il-każ tal- collective agreement ta' l-iskrivana li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Skond ir-records ta' dan il-ministeru, ma jeżisti l- ebda każ pendenti dwar il-persuna msemmija.", "PART-TIME CLERKS", "7472.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 7125, jista' il-Ministru jgħid jekk fil-każ li dawn il-part-time clerks ma jħallsux il-kontribuzzjoni tas-sigurta' soċjali f'dan il-perjodu msemmi, jiġux ikkunsidrati li mhux qed ikollhom kontinwita' fil-ħlas ta' din il- kontribuzzjoni għall-fini tal-pensjoni li jistgħu jingħataw fil-futur?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jindirizza l- mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "ĦAŻ-ŻEBBUĠ – ENTRATURA TA' ST.", "DOROTHY'S CONVENT", "7473.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: B'riferenza għax-xogħlijiet fit-toroq li qed isiru fl-arterja prinċipali li hemm biswit St Dorothy's Convent School fi Triq Imdina, Ħaż- Żebbuġ, jista' il-Ministru jgħid hux possibbli li l-karreġġjata li s-soltu twassal għall-entrance gate għall-istess skola tiġi pavimentata mill-aktar fis possibbli, jew definittivament jew proviżorjament, billi t-traffiku minn u għal ġo l-iskola qed jgħaddi kollu mill-exit gate ta' l-istess skola bil-konsegwenza li qed tinqala' konfużjoni sħiħa ta' vetturi privati u ta' l-iskola deħlin u ħerġin mill-istess gate u bil-konsegwenti konfużjoni fil-parking grounds ta' l-istess skola ta' vetturi privati u ta' l-iskola li jsibu diffikultajiet kbar biex jimmanuvraw?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Fil-ġranet li għaddew l-awtorita dwar it- trasport illivellat il-karreġġjata li tagħti għall-entraturi ta' l-iskola ta' St Dorothy.", "Barra minn hekk fil-ġranet li ġejjien se jingħata wiċċ temporanju f'din il-karreġġjata li tista' tintuża b'sikurezza mill-vetturi kollha li jkunu deħlin u ħerġin mill-iskola.", "Sadanittant l-awtorita' ħadet il-passi meħtieġa biex sa mill-bidu tas-sena skolastika jintbagħat enforcement officer quddiem l-entratura ta' l-iskola sabiex jiġi evitat kull inkonvenjent.", "OPM - ĦLAS PENDENTI LILL-KUNTRATTURI", "7474.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 6624 u cioe jgħid kemm għandu jagħti flus f'xogħol li għamlu l-kuntratturi mqabbdin mill-gvern u li għadhom ma tħallsux?", "Kemm tammonta l-ispiża għal kull kuntrattur sal-lum?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Qed nipprovdi l-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant kif kienet fis-17 ta' Awissu 2004.", "Irrid niċċara li l- informazzjoni li qed nipprovdi tirriferi għal dawk il-pagamenti dovuti: (i) fejn l-invoice tkun diġà waslet fil-ministeru/dipartiment konċernat; (ii) fejn il-pagament m'huwiex qed jiġi kkontestat", "| |Lm | |Uffiċċju tal-Prim|82,793.| |Ministru |54 | |Forzi Armati ta' |78,782.| |Malta |09 | |Dipartiment ta' |18,129.| |l-Informazzjoni |62 | |Uffiċċju |151,452| |Elettorali |.36 | |Ministeru |40,934.| |tal-Finanzi |68 | |Dipartiment | | |tal-VAT | | |Dipartiment |7,100.0| |tad-Dwana |0 | |Dipartiment |3,169.0| |tat-Taxxi Interni|0 |", "TIGNE' - TRIQ TAX-XATT", "7475.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6733 u cioe' jgħid jekk jistax ikun hemm aċċess għal dik il-parti tax-xatt ta' Tigne' li tinsab magħluqa minn fejn hemm il-lukanda Fortina għal skop ta' sajd minn fuq il-moll billi hemm min għandu dan id-delizzju u ilu snin twal jipprattikah?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Id-direttorat għall-immaniġjar tat-traffiku huwa informat li din iz-zona hija zona ta' kostruzzjoni, għalhekk għal fini ta' sigurta' dan it-tip ta' aċċess mhux rakkmandabbli għal żmien temporanju sakemm jitlestew ix-xogħlijiet.", "SAĦĦA - ĦLAS PENDENTI LILL-KUNTRATTURI", "7476.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l- Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 6632 u cioe' jgħid kemm għandu jagħti flus f'xogħol li għamlu l-kuntratturi mqabbdin mill-gvern u li għadhom ma tħallsux?", "Kemm tammonta l-ispiża għal kull kuntrattur sal-lum?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-informazzjoni mitluba se titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra f'xi seduta oħra.", "INVESTIMENT, INDUSTRIJA U TEKNOLOĠIJA TA' L-INFORMATIKA - ĦLAS PENDENTI LIL KUNTRATTURI", "7477.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 6633 u cioe' jgħid kemm għandu jagħti flus f'xogħol li għamlu l-kuntratturi mqabbdin mill-gvern u li għadhom ma tħallsux?", "Kemm tammonta l-ispiża għal kull kuntrattur sal-lum?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-mejda tal- Kamra aktar kmieni fis-seduta.", "PEMBROKE - TRIQ SAN PATRIZJU", "7480.", "L-ONOR.", "FRANCO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Jista' il-Ministru jgħid jekk it-triq li tinsab bejn Triq San Patrizju u taqsam għal ġo trejqet Don G Miriti f'Pembroke saritx mid- dipartiment tat-toroq u jekk hemmx permess, peress li jista' jagħti l-kas li ħafna ilma tax-xita li jkun ġej mit-toroq ta' fuq se jibqa' sejjer lejn il-housing estate?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: It-triq imsemmija kienet saret mill-gvern ċentrali żmien ilu u għalhekk il-manutenzjoni tagħha hija responsabbilta' tal-kunsill lokali.", "Madankollu l-awtorita dwar it-trasport għaddiet l- ilment ta' l-Onor.", "Interpellant lill-kunsill lokali sabiex jara x'inhu l- aħjar li jsir.", "GOZO CHANNEL – ĦADDIEMA TAL-CAFETERIA", "7481.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika: Peress li issa se jiġi terminat l-impjieg tal-ħaddiema tal-cafeteria tal-Gozo Channel, jista' il-Ministru jgħid x'arranġamenti hemm maħsuba dwar kif se tiffunzjona l-cafeteria fuq il-vapuri tal-Gozo Channel?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Meta jintemm il-kuntratt li llum il-GCCL għandha ma' OBSL ix-xogħol relatat mal-cafeteria se jsir minn ħaddiema tal-Gozo Channel, għal dan il-għan se tinħareġ internal call lill-ħaddiema fil- jiem li ġejjin biex jimtlew dawn il-postijiet.", "PEMBROKE - AFFORESTATION PROJECT", "7482.", "L-ONOR.", "FRANCO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi pjan biex insalvaw ix- xogħol li ġie traskurat ta' afforestation project fl-entratura ta' Pembroke, u li jerġa' jitnaddaf u jergħu jinżergħu s-siġar li mietu?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Il-pjani tal-Ministeru għal dan is-sit huma li jitkompla x-xogħol aktar 'il quddiem.", "Ix-xogħol li sar s'issa kien sar fuq il-premessa li l-kunsill ta' Pembroke kien se jidħol fi ftehim u jkollu rwol li jieħu ħsieb dak li ġie żviluppat mill-gvern ċentrali.", "Qabel ma l- gvern ċentrali jkompli għaddej bil-proġett irridu nkunu ċerti li l-kunsill se jieħu ħsiebhom, inkella l-proġett ikun wieħed tal-gvern ċentrali biss u mhux wieħed bi sħubija ma' dan il-kunsill kif kien intenzjonat oriġinarjament.", "IMMIGRANTI ILLEGALI", "7483.", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hu stmat li hi l-ispiża ta' kull klandestin għal ġurnata li jkun Malta?", "ONOR.", "TONIO BORG: Kif diġa' kelli l-okkażjoni ngħid fi tweġibiet preċedenti dwar is-suġġett, ma jinżammux kontijiet separati għan-nefqa għall-immigranti illegali.", "Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat- tweġibiet ta' mistoqsijiet parlamentari 2180, 2556 u 4330.", "PEMBROKE - KUNTRATTUR TAT-TINDIF", "7484.", "L-ONOR.", "FRANCO GALEA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hux minnu li l- kunsill lokali ta' Pembroke ilu xahrejn bla kuntrattur tat-tindif non urban/urban u qtugħ ta' ħaxix?", "Jista' jgħid x'inhi r-raġuni?", "Għalfejn it- tender ħarġet din il-ġimgħa - l-aħħar ġimgħa ta' Settembru?", "ONOR.", "TONIO BORG: Bħalma jaf l-Onor.", "Interpellant, il-kunsilli lokali huma korpi statutorji ta' gvern lokali b'personalita' legali distinta u għalhekk nissuġġerilu jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-kunsill lokali konċernat.", "GĦAWDEX - ĦWIENET ĠODDA", "7485.", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' il-Ministru tgħid kemm infetħu ħwienet ġodda, xahar b'xahar f'kull raħal f'Għawdex, f'dawn l-aħħar sentejn?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jindirizza l- mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "AWTORITA' MALTIJA GĦAT-TURIŻMU - ENFORCEMENTS", "7486.", "L-ONOR.", "FRANCO GALEA staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid kemm saru enforcements min-naħa ta' l-MTA din is- sena?", "Fejn, f'liema stabilimenti u min kienu l-uffiċjali li għamlu dawn l- enforcements?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Din is-sena s'issa ħarġu 16-il enforcement notice u ġew imposti 86 multa amministrattiva.", "Kien hemm każ wieħed li ntbagħat direttament lill-pulizija.", "Ma nħossx li jkun xieraq li nagħti tagħrif dwar dak mitlub fl-aħħar parti tal-mistoqsija.", "Ovvjament l-infurzar sar kollu minn uffiċjal fid-direttorat ta' l-infurzar.", "LUKANDI - ECO CERTIFICATION", "7488.", "L-ONOR.", "FRANCO GALEA staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid kemm-il lukanda applikat biex tieħu l-eco certification?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Kien hemm 34 lukanda li applikaw biex jieħdu sehem fl-eco certification.", "SAN ĠILJAN - BAJJA TA' SAN ĠORĠ", "7490.", "L-ONOR.", "FRANCO GALEA staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm impjegati fuq il-proġett tal-bajja ta' San Ġorġ?", "Xi grad għandhom?", "Jista' jagħti breakdown tas-salarji tagħhom?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Min-naħa ta' l-awtorita` Maltija għat- turiżmu m'hemm l-ebda mpjegat illi qed jaħdem full-time fuq il-proġett.", "Il- kordinazzjoni tal-proġett hija waħda fost responsabbiltajiet oħra li għandu mad-direttorat ta' l-ippjanar u l-iżvilupp tal-prodott ta' l-awtorita` Maltija għat-turiżmu.", "BINI TA' TOROQ", "7492.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-iskema ta' proġetti ta' bini ta' toroq bejn il-gvern u l-kunsilli lokali għal massimu ta' Lm75,000 ġiet imwaqqfa?", "Hemm ħsieb li titnieda xi skema simili fil-futur?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 6611 kont għedt li mhux il-ħsieb li jingħataw kuntratti lill-kunsill lokali.", "Fir-risposti supplimentari li kont tajt hemm indikat raġunijiet bħal: raġunijiet ta' budgeting; kontroll tal-kwalita'; kontroll ta' l- ipprogrammar; kontroll tal-kwalita'; kontroll fl-ippjanar.", "PEMBROKE - FAWRAN TA' DRENAĠĠ", "7495.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika: Jista' il-Ministru jinvestiga r- raġuni li għaliha d-drenaġġ fl-inħawi tal-housing estate ta' St Patricks f'Pembroke ifur b'mod regolari?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Filwaqt li nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat- tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 7220, jien informat li l-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma tikkonferma illi l-ħsara li kien hemm fil-main ġiet imsewwija.", "Il-fawran - li ma jistax jingħad li kien xi ħaġa regolari - kien ikkawżat minn sadd li kien imnaddaf.", "Il-manhole fit-triq in kwestjoni kellha bżonn tikħil minn ġewwa biex ikun assigurat li jekk ikun hemm xi fawran id-drenaġġ ma jgħaddix mill-fili ta' din il-manhole u jiskula f'kantina privata.", "Jien informat ukoll li fil-bitħa ta' wara ta' post privat partikolari hemm manhole oħra tal-main pubbliku tad-drenaġġ u s-sid tal-post kellu jikkuntattja lill-uffiċjali tal-KSI biex isir appuntament ħalli ssir spezzjoni u jsiru tiswijiet jekk ikun il-każ.", "GĦAWDEX - DECOMPRESSION CHAMBER", "7503.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' il- Ministru tgħid fiex wasal il-proċess sabiex f'Għawdex ikun hemm decompression chamber?", "Tista' tgħid għaliex qed ikun hemm dewmien fil-ħruġ ta' dan it-tender?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Il-proġett għall-bini ta' facilitajiet ta' decompression chamber fil-preżent qiegħed ghall-kunsiderazzjoni tal-gvern.", "SPTAR MATER DEI - SPRINKLERS", "7527.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid jekk fl-isptar Mater Dei hemmx sprinklers f'każ ta' ħruq?", "Jekk fl-affermattiv, f'liema partijiet ta' l-isptar ma jinstabux dawn l-isprinklers?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-isptar Mater Dei fuq rakkmandazzjonijiet ta' esperti jagħmel użu minn diversi sistemi għall-protezzjoni kontra n-nirien.", "Sistema ta' automatic water sprinklers tintuża fil-livell ta' taħt, ground floor.", "L-areas fuq ground level huma mqassma f'fire compartments li għandhom fire detectors u smoke detectors; fire rated doors/windows, fire dampers, fire water house needs u wet risers.", "Aktar minn hekk areas kbar huma mgħammra bi smoke extract systems.", "Dan kollu skond standards internazzjonali.", "NAXXAR: TRIQ NUTAR MANUEL DEBONO - DAWL", "7528.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika: Jista' il-Ministru jara li mill- aktar fis possibbli titwaħħal bozza fi Triq Nutar Manuel Debono, Naxxar, fil-parti bejn Triq il-Parroċċa u Triq Luqa Briffa, liema bozza kienet tneħħiet minħabba bini li kien tiela'?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Il-lampa msemmija ma taqax taħt ir-responsabbilta' tal-korporazzjoni Enemalta.", "Din il-lampa ġiet devoluta lill-kunsill lokali tan-Naxxar u għalhekk kull xogħol fuqha jrid isir mill-kunsill lokali.", "SPTAR SAN LUQA - KAŻI TA' MRSA", "7529.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew rapportati kazi ta' MRSA fl-isptar San Luqa, xahar b'xahar bejn Jannar 2004 u l-aħħar ta' Settembru?", "X'qed isir biex l-ebda konsulent ma jkun jista' jostor kazi ta' MRSA li jkollu fis-sala tiegħu?", "Xi prekawzjonijiet qed jittieħdu biex każi ta' MRSA ma jitħallewx ħdejn pazjenti oħra li faċilment jistgħu jiġu infettati?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: In-numru ta' każi ta' MRSA li ġew rapportati fid- diversi swali ta' l-isptar San Luqa mill-1 ta' Jannar sa l-aħħar ta' Awissu huwa kif ġej:", "|Janna|35 | |r | | |Frar |35 | |Marzu|30 | |April|27 | |Mejju|25 | |Ġunju|22 | |Lulju|32 | |Awiss|29 | |u | |", "In-notifikazzjoni ta' kull każ ta' MRSA issir mil-laboratorju tal- mikrobijoloġija lill-infection control unit li għalhekk hija f'pożizzjoni li żżomm informazzjoni dettaljata u eżatta.", "Hija policy ta' l-isptar li kemm jista' ikun il-każi kliniċi ta' MRSA jiġu iżolati fis-sala GDW li hija attrezzata għal dan il-għan.", "Madankollu din is- sala għandha massimu ta' 14-il sodda u jekk l-ammont ta' każi jeċċedi dan in-numru ssir deċiżjoni mill-konsulent - hospital infection control - fuq liema każi jieħdu priorita' għat-trasferiment fis-sala GDW.", "Il-pazjenti bl-MRSA li jibqgħu fis-swali ġenerali jiġu innersjati permezz ta' contact isolation techniques skond il-policy pubblikata.", "SPTAR MATER DEI – LAQGĦAT", "7530.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm saru laqgħat bejn in- negotiating team imwaqqaf minnu u SKANSKA dwar il-proġett ta' l-isptar Mater Dei?", "Kemm saru sigħat ta' laqgħat sal-lum?", "F'kemm-il ġurnata ltaqgħu?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "FTS – GĦAWDEX", "7531.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' il- Ministru tgħid x'inhu l-ammont ta' flus li l-fondazzjoni għall-iskejjel ta' għada nefqet f'Għawdex minn Jannar sa Settembru 2004?", "Fejn intnefqu?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jindirizza l- mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "DAR MALTA FI BRUSSELS", "7532.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jikkonferma dak li hemm rapportat f'\"The Malta Financial & Business Times\" tal-15 ta' Settembru 2004 li l-erba' sulari tal-Malta House li l-Gvern ta' Malta xtara f'Rue Archimede u li beħsiebu jikri se jkunu soġġetti għal 12% taxxa tax-xiri?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jindirizza l- mistoqsija tiegħu lill-kumitat permanenti dwar il-kontijiet pubbliċi li bħalissa qiegħed jiddiskuti x-xiri ta' Dar Malta.", "SAĦĦA - RADIOGRAPHERS", "7533.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid kemm suppost hu l-complement tar-radiographers fid-dipartiment tas-saħħa?", "Kemm hemm radiographers jaħdmu preżentement?", "Kemm hemm minnhom fuq study leave, maternity leave, paternity leave, etc?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Il-complement tar-radiographers fis-sezzjoni tas- saħħa qed jiġi revalwat.", "In-numru ta' radiographers li qed jaħdmu preżentement huwa ta' 71.", "Minn dawn hemm:", "|Study |1 | |leave | | |Maternity |1 | |leave | | |Parental |2 | |leave | | |Unpaid |2 | |leave | |", "GĦAWDEX - ĊENTRU TA' MEDJAZZJONI", "7534.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' il- Ministru tgħid x'arranġamenti qegħdin isiru f'Għawdex sabiex jitwaqqaf ċentru tal-medjazzjoni in vista ta' Abbozz ta' Liġi 31 pubblikat f'dan ir- rigward?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jindirizza l- mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "SPTAR MATER DEI - KUMPANNIJA TA' L-AWDITJAR", "7535.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid min hi l-kumpannija ta' l- awditjar li għandha l-fondazzjoni għas-servizzi mediċi biex tevalwa l- awditjar fuq l-isptar Mater Dei?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Il-kumpannija ta' awditjar ingaġġata mill- fondazzjoni għas-servizzi mediċi għall-isptar Mater Dei hija Grant Thornton.", "GĦAWDEX - DECOMPRESSION CHAMBER", "7536.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' il- Ministru tgħid meta se tinġieb id-decompression chamber il-ġdida li suppost se tinxtara bil-fondi ta' l-Unjoni Ewropea?", "Tista' tgħid jekk hemmx ħsieb li din id-decompression chamber il-ġdida titwaħħal f'Għawdex?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 7503.", "GĦAWDEX - PRODUTTURI TAT-TADAM", "7538.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' il- Ministru tgħid x'inhu n-numru ta' produtturi Għawdxin tat-tadam għall- ipproċessar li huma ntitolati biex japplikaw għal għajnuna in forza ta' Avviż Legali 405 ta' l-2004?", "Kemm hi ċ-ċifra ta' flus li se tiġi riżervata bħala għajnuna għal produtturi Għawdxin?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jindirizza l- mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "GĦAWDEX - IMPJANT GĦAT-TRATTAMENT TA' URBAN WASTE WATER", "7540.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: In vista tal- fatt li l-Ministeru għal Għawdex ħareġ it-tender relattiv għal disinjar u bini ta' impjant għat-trattament ta' waste water urban f'Ta' Imġarr ix-Xini limiti ta' Għajnsielem, Għawdex, tista' il-Ministru tgħid kemm hu stmat li se jiswa dan l-impjant?", "Minn fejn ġejjin il-fondi għal bini ta' dan l- impjant?", "Meta se jitlesta dan l-impjant?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: L-impjant għat-trattament ta' urban waste water f'Ta' Imġarr ix-Xini huwa stmat li se jiswa euro 7.2 miljun; se jigi ffinanzjat b'euro 3.7 miljun minn fondi ta' qabel is-sħubija ta' Malta fl- Unjoni Ewropea u l-bqija minn fondi lokali; u huwa mistenni jitlesta fit- tielet kwart tas-sena 2006.", "VAT – ARRETRATI", "7548.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm għandu jagħti lura f'arretrati lit-taxpayer għal ħlasijiet żejda ta' l-income tax u għal refund fuq il- VAT?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "BARRANIN JAĦDMU F'MALTA", "7549.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid illum kemm hawn barranin minn pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea jaħdmu Malta?", "Minn liema pajjiż huma?", "ONOR.", "TONIO BORG: L-informazzjoni mitluba hi kif jidher hawn taħt.", "Inħarġu wkoll għaxar liċenzji lil ċittadini minn Norveġja, pajjiż ta' l- EEA.", "Pajjiżi li ċ-ċittadini tagħhom inħarġitilhom liċenzja ta' impjieg", "|Awstrija | 46| |Belġju | 36| |Repubblika| 24| |Ċeka | | |Danimarka | 33| |Estonja | | | |3 | |Finlandja | 13| |Franza | 57| |Ġermanja | 159 | |Greċja | | | |7 | |Irlanda | 20| |Italja | 148 | |Latvja | 25| |Litwanja | | | |7 | |Olanda | 47| |Polonja | 35| |Portugal | 4| |Slovakkja | 35| |Slovenja | | | |3 | |Spanja | 17| |Svezja | 84| |Renju Unit| 506| |Ungerija | | | |11 | |Total |1,320|", "Ninsab informat ukoll li għalkemm id-dipartiment konċernat ipprepara l- liċenzji meħtieġa lil madwar 300 persuna mit-total li jidher hawn fuq, dawn il-liċenzji għadhom ma nġabrux.", "GŻIRA - ĠNIEN TAL-KUNSILL TA' L-EWROPA", "7550.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid għaliex il-ġnien tal-Kunsill ta' l-Ewropa fil-Gżira qed ikun mitfi u fi dlam ċappa bil-lejl?", "ONOR.", "TONIO BORG: Bħalma jaf l-Onor.", "Interpellant, il-kunsilli lokali huma korpi statutorji ta' gvern lokali b'personalita' legali distinta u għalhekk nissuġġerilu jirriferi l-mistoqsija tiegħu lill-kunsill lokali konċernat.", "QRATI - HOUSE ARREST", "7551.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hawn persuni taħt house arrest illum u għaliex?", "ONOR.", "TONIO BORG: Fil-preżent hawn 43 persuna li huma taħt house arrest.", "Fost l-akkużi kontra tagħhom hemm omiċidju, serq, offiżi fuq il-persuna u reati konnessi ma' droga.", "QRATI - KAŻI TA' INDIĊENZA PUBBLIKA", "7552.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ittellgħu persuni l-qorti inkonnessjoni ma' każi ta' indiċenza pubblika din is-sena?", "Ta' liema sess kienu?", "X'kienu r-reati?", "Kemm kellhom eta' il-persuni mressqa?", "ONOR.", "TONIO BORG: Bejn Jannar u Settembru ta' din is-sena kien hemm 13- il persuna li ġew imressqa l-qorti mill-pulizija b'reati kontra indiċenza pubblika.", "Minn dawn waħda kienet tas-sess femminili filwaqt li l-eta' tagħhom kienet tvarja bejn l-20 u s-67 sena.", "JUNIOR COLLEGE – PERSUNA MALTIJA MROBBIJA BARRA", "7553.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid jekk persuna Maltija li trabbiet barra u ilha tgħix Malta għal ħames snin tirrikjedix pass minn ħamsa 'il fuq biex tidħol il-junior college?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Din l-istudenta tenħtieġ l-istess kwalifiki ta' dħul għal junior college bħall-istudenti Maltin l-oħra.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB", "FURJANA - MONUMENT TA' L-RAF", "119.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid jekk hux possibbli li jittieħdu passi biex jiġu mnaddfa l-inħawi ħdejn il-momument ta' l-RAF fil-Furjana li hu mitluq, b'siġar mejta, pajpijiet imsadda u ħmieġ ieħor?", "Billi dan hu post ċentrali fejn ta' kuljum jgħaddu għadd ta' Maltin u turisti, possibbli jittieħdu passi immedjati?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Fil-post imsemmi fl-inħawi tal-monument ta' l- RAF fil-Furjana qiegħed isir proġett li qiegħed fi stadju avanzat, kif jindikaw it-tabelli li hemm fuq l-istess post. Meta dan il-proġett ikun lest, dan il-post jiġi mnaddaf kif jixraq.", "SIGURTA' SOĊJALI - KAŻ DWAR PENSJONI", "120.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Familja u tas- Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid jekk il-persuna li d- dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, hux intitolat għal xi żieda fil-pensjoni?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-persuna indikata ġiet informata bil-miktub dwar il-każ tagħha."]} {"filename": "20070122_484d_par.doc", "date": "2007-01-22", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Uffiċjali u Rivedut) L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 484 It-Tnejn, 22 ta' Jannar, 2007 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 484", "It-Tnejn, 22 ta' Jannar, 2007", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.02 p.m.", "Talba", "Seduta Nru. 484", "It-Tnejn, 22 ta' Jannar, 2007", "WERREJ", "MINUTI 121", "RULING 121", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 122", "TQEGĦID TA' KARTI 129", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR L-ORGANIZZAZZJONIJIET VOLONTARJI (It-Tieni Qari)", "VOLUNTARY ORGANISATIONS BILL (Second Reading) 130", "AĠĠORNAMENT 146", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 151", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 483 li saret fis-17 ta' Jannar, 2007 ġew konfermati.", "RULING", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): Nagħti ruling dwar il-point of order imqajjem mill-Onor.", "Joe Mizzi, b'riferenza għall-konferenza stampa li żamm il-kumitat permanenti dwar l-affarijiet barranin u Ewropej ippresedut mill- Onor. Jason Azzopardi.", "Ordni Permanenti Nru. 135 (2) jipprovdi li:", "\"Sew il-proċedimenti ta' Kumitat Permanenti jew ta' Kumitat Magħżul, jew ix-xiehda meħuda minnu, jew ir-rapport tiegħu, jew is-sommarju ta' dawk il-proċedimenti, xiehda jew rapport, ma għandhomx jiġu ppubblikati minn membru ta' dak il-Kumitat jew minn xi persuna oħra, ħlief bil-permess tal-Kamra, sakemm ir-rapport ta' dak il-Kumitat ma jkunx tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.\"", "Iżda paragrafu 135 (3) jgħid hekk:", "\"Meta tkun ingħatat xiehda quddiem Kumitat Magħżul waqt seduta li ssir bil-miftuħ, ma għandu jintlaqa' ebda ilment dwar privileġġ għar-raġuni li dik ix-xiehda tkun ġiet pubblikata qabel ma rapport dwarha jkun inġieb quddiem il-Kamra.\"", "Għalhekk jidher ċar li waqt li l-Ordnijiet Permanenti tal-Kamra ma jridux li l-proċeduri li jkunu għaddejjin quddiem kumitat jiġu pubblikati qabel ma l-istess kumitat ikun għalaq ix-xogħol tiegħu u rrapporta lill-Kamra, dan id-divjet ma jkunx japplika għal dak li jiġi rrapportat billi jkun diġa' sar pubbliku fil-proċedura ta' l-istess kumitat.", "Huwa evidenti li r-riferenza għal xiehda f'paragrafu (3), għandha tingħata tifsira wiesgħa.", "L-iskop huwa evidenti, ma hemm xejn x'jiġi protett bi privileġġ meta dak li jkun qed jiġi mfittex li jiġi protett, ikun diġa' sar pubbliku fil-kors tal-proċedura ta' l-istess kumitat.", "Dan senjatament japplika għall-każ fejn il-kumitat jitmexxa bil-miftuħ.", "Hawn huwa ferm differenti l-każ fejn il-proċeduri jkunu qegħdin jitmexxew bil-magħluq jew mingħajr l-ammissjoni tal-pubbliku.", "In oltre, jiġi nnotat ukoll li fil-każ preżenti, il-kumitat dejjem aġixxa b'dan il-mod tul l- aħħar tliet snin mingħajr ma kien hemm lok ta' l-ebda ilment mingħand ħadd, ħaġa li tagħti wieħed x'jifhem li l-prassi li l-kumitat jagħmel konferenza stampa biex jagħti pubbliċita' lill-ħidma tiegħu, ħidma li del resto diġa' kienet pubblika, kienet prassi aċċettata.", "Fir-rigward, wieħed jista' jagħmel ukoll riferenza għal dak li josserva l- Erskine May f'paġna 120, u cioe' li r-regola kontra l-pubblikazzjoni prematura normalment ma kenitx u ma tiġix inforzata meta l-kumitat ikun qiegħed imexxi s-seduti tiegħu fil-pubbliku.", "Madanakollu s-Sedja tirrakkmanda lill-membri li jippresjedu lill-kumitati biex ma' l-ewwel opportunita' li jkollhom jirrapportaw lura lill-Kamra dwar l-eżitu tal- laqgħat formali li jżommu u f'każ li jkun hemm xi rapporti x'jitqassmu, dawn għandhom ikunu wkoll għad-dispożizzjoni ta' l-Onor.", "Membri tal-Kamra.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "OPM - KUNTRATTI", "21722.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Charles Mangion) staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: X'outsourcing u kuntratti simili jew anċillari saru matul l-2004, l-2005 u l-2006 għall-proviżjon ta' servizzi mill-ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħtu?", "Min kienu l-kumpanniji, individwi, firms, eċċ., li ħadu dan ix-xogħol matul l-istess snin u perijodi?", "Kemm tħallas kull individwu jew enti li rċeviet xogħol bħal dan mill-ministeru, dipartiment jew enti li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu matul dawn l-istess perijodi?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (Segretarju Parlamentari): Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra tabella \"A\" li tagħti l-informazzjoni dwar l-uffiċċju tal-prim ministru kif ukoll tabella \"B\" li tagħti l-informazzjoni dwar il-ministeru tal-finanzi.", "ADT - ROTTA NUMRU 5", "22800.", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI (f'isem l-Onor.", "Jason Azzopardi) staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: L-awtorita' tat-trasport tista' tikkontempla li jkun hemm servizz ta' trasport pubbliku, bħalma kien hemm żmien ilu, bil-karozza numru 5, li titlaq minn Raħal Ġdid jew anke minn Ħal Tarxien li tgħaddi minn Raħal Ġdid għall-Belt Valletta, peress li hemm ħafna residenti Pawlisti u Tarxienisti li għandhom distanzi twal għall- eqreb bus sto issa li kemm Raħal Raħal Ġdid kif ukoll Ħal Tarxien kibru sew?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni) (f'isem il-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq): Għalkemm din ir-rotta kienet teżisti snin ilu, hemm diversi problemi biex din ir-rotta terġa' tiġi ntrodotta, fosthom li jrid jitneħħa l-parkeġġ fuq naħa waħda minn Triq is-Sorijiet u Triq Ġuże Damato biex tkun tista' tgħaddi l-karozza tal-linja.", "GUDJA - TRIQ ĦAL RESQUN", "22805.", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI (f'isem l-Onor.", "Jason Azzopardi) staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: B'riferenza għal mistoqsija parlamentari li jien kont għamilt lill-Ministru f'Jannar 2006 u għar- risposta tiegħu datata 16 ta' Jannar, 2006, jista' jara li l-parti ta' Triq Ħal Resqun, fil-Gudja, tiġi asfaltata mill-aktar fis peress li din qatt ma ġiet asfaltata f'dawn l-aħħar 34 sena u tinsab fi stat diżastruż u ta' periklu għar-residenti?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (f'isem il-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq): Minn spezzjoni li saret fit-triq imsemmija jirriżulta li ma jeżistix periklu għar-residenti ta' din l-istess triq iżda inkonvenjent bħalma jeżisti f'kull triq oħra li tkun għadha ma ġietx asfaltata.", "NEFQA FUQ KIRI TA' KAROZZI", "22839.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' l-Ministru jgħid matul is- sena 2006, kemm kienet in-nefqa globali għall-kiri ta' karozzi u vetturi fil-Ministeru, dipartimenti, dekasteri, enti eċċ. li jaqgħu taħt il- ministeru?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (f'isem il-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq): Ninsab infurmat li n-nefqa globali għall-kiri ta' karozzi għas-sena 2006 kienet :-", "Ministeru/Segretarjat Lm 10,851.47 Awtorita' dwar it-Trasport Lm 52,346.00", "Għad hemm xi kontijiet li għadhom ma ntbagħtux mis-suppliers konċernati.", "SAFAR UFFIĊJALI", "22853.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Kemm kienet in-nefqa globali f'safar fil- ministeru tiegħu u l-entitajiet li jaqgħu taħtu matul l-2006?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura): In-nefqa globali f'safar fil-ministeru għat-turiżmu u kultura u l-entIjiet li jaqgħu taħtu matul l-2006 kienet ta' Lm 228,970.31.", "NEFQA FUQ MOBILE PHONES", "22854.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Kemm kienet in-nefqa globali f'mobile phones fil-ministeru tas-saħħa, anzjani u kura fil- komunita' u l-entitajiet li jaqgħu taħtu matul l-2006?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil- Komunita'): In-nefqa globali f'mobile phones fil-ministeru tas-saħħa, anzjani u kura fil-komunita' u entitajiet oħra li jaqgħu taħtu - li jinkludu d-department of elderly and community care, medicines authority, Mount Carmel Hospital, Division and Private Secretariats u Zammit Clapp Hospital - kienet ta' Lm7,025.92,0 matul l-2006.", "NEFQA FUQ FUEL", "22855.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Kemm kienet in-nefqa globali fi fuels fil- ministeru għat-turiżmu u kultura u l-entitajiet li jaqgħu taħtu matul l- 2006?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura): In-nefqa globali fi fuels fil-ministeru għat-turiżmu u kultura u l-entitajiet li jaqgħu taħtu matul l-2006 kienet ta' Lm 39,946.55.", "SAFAR UFFIĊJALI", "22856.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Kemm kienet in-nefqa globali f'safar fil-ministeru tas-saħħa, anzjani u kura fil-komunita' u l- entitajiet li jaqgħu taħtu matul l-2006?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil- Komunita'): In-nefqa globali għas-safar matul is-sena 2006 kienet ta' Lm75,130.81c.", "Minn din is-somma għandhom jinġabru lura Lm20,886.90c minn istituzzjonijiet li provdew sponsorships.", "NEFQA FUQ SERVIZZI TAT-TELEPHONES", "22857.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Kemm kienet in-nefqa globali għall-użu ta' servizzi tat-telephone fil-ministeru għat-turiżmu u kultura u l-entitajiet li jaqgħu taħtu matul l-2006?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (Ministru għat-Turiżmu u Kultura): In-nefqa globali għall-użu tas-servizzi tat-telephones fil-ministeru għat-turiżmu u kultura u entitajiet li jaqgħu taħtu kienet ta' Lm111, 743.08 matul l-2006.", "NEFQA FUQ FUEL", "22858.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Kemm kienet in-nefqa globali fi fuel fil-ministeru tas-aħħa, anzjani u kura fil-komunita' u l- entitajiet li jaqgħu taħtu matul l-2006?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil- Komunita'): L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant għadha qed tinġabar u għaldaqstant risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "UFFIĊJALI PUBBLIĊI - UŻU TA' VETTURA", "22979.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Chris Agius) staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: F'liema grad huma dawk il-ħaddiema fiċ-ċivil li huma intitolati għal karozza?", "Kemm spiċċaw ħaddiema f'dan il-grad tul dawn l-aħħar ħames snin u kemm minnhom baqgħu jgawdu minn din il-karozza anke meta spiċċaw?", "X'tip ta' karozza kienet f'kull każ u x'inhi s-sena ta' reġistrazzjoni għal kull karozza?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "UFFIĊJALI PUBBLIĊI - UŻU TA' VETTURA", "22980.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Chris Agius) staqsa lill-Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni: F'liema grad huma dawk il-ħaddiema fiċ-ċivil li huma ntitolati għal karozza?", "Kemm spiċċaw ħaddiema f'dan il- grad tul dawn l-aħħar ħames snin u kemm minnhom baqgħu jgawdu minn din il- karozza anke meta spiċċaw?", "X'tip ta' karozza kienet f'kull każ u s-sena ta' reġistrazzjoni għal kull karozza?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni): Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant.", "UFFIĊJALI PUBBLIĊI - UŻU TA' VETTURA", "22981.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Chris Agius) staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: F'liema grad huma dawk il-ħaddiema fiċ-ċivil li huma ntitolati għal karozza?", "Kemm spiċċaw ħaddiema f'dan il-grad tul dawn l-aħħar ħames snin u kemm minnhom baqgħu jgawdu minn din il-karozza anke meta spiċċaw?", "X'tip ta' karozza kienet f'kull każ u s-sena ta' reġistrazzjoni għal kull karozza?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura): Il- persuni ntitolati għal karozza huma d-diretturi, id-diretturi ġenerali u s- segretarji permanenti li qegħdin b'kuntratt.", "Matul l-aħħar ħames snin spiċċaw żewġ uffiċjali li kienu segretarju permanenti u direttur servizzi korporattivi.", "Dawn għażlu li jixtru l- karozza skond iċ-ċirkolari tal-ministeru tal-finanzi MFC 15/97.", "Il-karozzi kienu Toyota Carina, bis-sena ta' reġistrazzjoni 1998 u Renault Megane, bis- sena ta' reġistrazzjoni 2000.", "UFFIĊJALI PUBBLIĊI - UŻU TA' VETTURA", "22982.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Chris Agius) staqsa lill-Ministru għal Għawdex: F'liema grad huma dawk il-ħaddiema fiċ-ċivil li huma ntitolati għal karozza?", "Kemm spiċċaw f'dan il-grad tul f'dawn l-aħħar ħames snin u kemm minnhom baqgħu jgawdu minn din il-karozza anke meta spiċċaw?", "X'tip ta' karozza kienet f'kull każ u s-sena ta' reġistrazzjoni għal kull karozza?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru għal Għawdex): L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant u kif murija fit-tabella qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "UFFIĊJALI PUBBLIĊI - UŻU TA' VETTURA", "22983.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Chris Agius) staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': F'liema grad huma dawk il-ħaddiema fiċ-ċivil li huma ntitolati għal karozza?", "Kemm spiċċaw ħaddiema f'dan il- grad tul dawn l-aħħar ħames snin u kemm minnhom baqgħu jgawdu minn din il- karozza anke meta spiċċaw?", "X'tip ta' karozza kienet f'kull każ u s-sena ta' reġistrazzjoni għal kull karozza?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil- Komunita'): Il-ħaddiema taċ-ċivil li huma ntitolati għal karozza huma dawk li għandhom grad 4 jew ogħla, jiġifieri minn direttur 'il fuq.", "F'dawn l- aħħar ħames snin irtiraw żewġ persuni f'dan il-grad u t-tnejn li huma xtraw il-karozza wara li rtiraw.", "Dawn il-karozzi kienu:", "| |Tip ta' |Sena ta' | |Uffiċjal |Karozza |Reġistraz| |(Grad) | |zjoni | |Segretaju |Mazda 626|2000 | |Permanenti | | | |Direttur |Mazda 323|1999 |", "UFFIĊJALI PUBBLIĊI - UŻU TA' VETTURA", "22984.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Chris Agius) staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: F'liema grad huma dawk il-ħaddiema fiċ-ċivil li huma ntitolati għal karozza?", "Kemm spiċċaw ħaddiema f'dan il-grad tul dawn l-aħħar ħames snin u kemm minnhom baqgħu jgawdu minn din il-karozza anke meta spiċċa?", "X'tip ta' karozza kienet f'kull każ u s-sena ta' reġistrazzjoni għal kull karozza?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jista' il-Ministru jpoġġi kopja tal-kuntratt li sar mal- kumpannija li ħadet il-Crowne Plaza Holiday Inn?", "X'kondizzjonijiet ġew miftiehma ma' min xtara dawn il-premises dwar il-ħaddiema li kienu mpjegati ma' l-istess lukanda?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Peress li l-kuntratt sar mil-lands department, ikun aħjar jekk l-Onor.", "Interpellant jitlob kopja tal-kuntratt lill-ministru ta' l-intern.", "Li niftakar mill-memorja hu li s-sejħa li saret kienet titlob lit-tenderers biex jgħidu kemm huma lesti li jżommu mill-ħaddiema u għal liema perijodu kienu lesti li jżommuhom.", "Naħseb li s-sottomissjonijiet rriflettew dawk it- talbiet.", "Għall-preċiżazzjoni rrid ngħid ukoll illi l-union li tirrappreżenta lill- ħaddiema kienet dejjem involuta fil-proċess, kienet taf bil-kondizzjonijiet tat-tender li ħarġet u kienet sodisfatta bil-kondizzjonijiet li kien hemm fiha.", "Pero' nerġa' ngħid li qed nitkellem mill-memorja u ovvjament m'għandix id-dokumentazzjoni quddiemi.", "PARTIES TA' LEJLET L-EWWEL TAS-SENA", "23041.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Il-pulizija kellhom ilmenti dwar dawk li attendew parties ta' lejlet l-Ewwel tas-Sena minħabba l-kaos u konfużjonijiet oħra li setgħu nqalgħu?", "Jekk iva, x'kienu l-ilmenti u għal liema avveniment kienu qed jirriferu?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern): Safejn huwa magħruf, l-uniku ilment sar min-nies li attendew għall-attivita' li saret ġewwa l-Birgu, fis-sens li damu ħafna barra fil- kju u anke biex daħlu ġewwa.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Nista' inkun naf jekk il-Ministru ta' l-Intern huwiex imsiefer?", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Le, m'huwiex imsiefer.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Nista' nagħmel mistoqsija lilek, Onor. Abela, biex tgħaddiha lill-ministru konċernat, fejn nitlob li titpoġġa fuq il-mejda tal- Kamra kopja tal-kuntratt li sar mal-kumpannija li ħadet il-Crowne Plaza Holiday Inn sabiex inkunu nistgħu naraw kif ġew miftehma l-kondizzjonijiet tal-ħaddiema?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Sur President, se ngħaddi d-domanda lill-ministru konċernat pero' minħabba l-entita' tal-każ naħseb li jkun jixraq li ssir domanda per se u jekk ikun possibbli, b'risposta għaliha, jitqiegħed il- konvenju u mhux il-kuntratt, li sar s'issa ta' dan il-bejgħ.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sur President, ma jidhirlix li f'dan il-każ għandi għalfejn nagħmel mistoqsija bil-miktub għax qed nitlob lis-Segretarju Parlamentari biex iwassal din id-domanda lill-Ministru.", "Jekk hu m'huwiex lest li jagħmel dan, nitolbu jgħidli għax fil-każ naġixxi mod ieħor.", "Sur President, peress li l-Ministru m'huwiex preżenti, qed nitlob lil min qiegħed jirrappreżentah biex jgħaddilu t-talba tiegħi.", "Jien qed nitolbu jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt jew ta' dak li hu available ma' l-ewwel ċans li jkun hemm.", "Naħseb li b'dan il-mod qed inkun fair.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Safejn naf jien diġa' għedtlu li se ngħaddi din id- domanda lill-ministru konċernat u li m'għandux ikun hemm diffikulta'.", "UNIVERSITA' - STAFF AKKADEMIKU", "23042.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 22675, jista' il-Minstru jgħid kemm hemm staff akkademiku u staff ieħor fl-universita' li llum għandhom aktar minn 60 sena?", "Kemm hemm min għandu aktar minn 65 sena?", "F'liema fakulta' jaħdmu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi): Nitlob l-Onor.", "Interpellant jirriferi għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 23031.", "SKEJJEL - KAPIJIET/ASST.", "KAPIJIET U GĦALLIEMA", "23043.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Minn mindu bdiet is-sena skolastika 2006/07 kien hemm xi kapijiet, assistenti kapijiet jew għalliema li tkeċċew milll-impjieg jew ġew imġiegħla jirriżenjaw?", "Jekk iva, għaliex?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ir-risposta hija fin-negattiv.", "UNIVERSITA' - PROFESSURI", "23044.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 22676, jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx professuri fl-universita' li minbarra s- salarju għandhom allowances oħra?", "Jista' jgħid min huma u x'allowances għandhom?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Fl-universita' ta' Malta hemm professuri li għandhom allowances oħra barra s-salarju.", "Din l-allowance hi marbuta ma' kariga jew karigi li jokkupaw fl-universita'.", "L-allowances huma marbuta ma' dawn il- karigi li ġejjin: President of Council Pro-Rector Dean Deputy Dean Head of Department Chairperson/Director of Institutes or Centres Rector's Delegate Course Co-Ordinator", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Abela, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Dawn l-allowances joħorġu mill-agreement li jkun iffirmat bejn l-universita' u min jirrappreżentahom?", "L-universita' għandha xi policy dwar full-time jew part-time staff?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, ma nafx jekk l-allowances kollha jirriżultawx minn ftehim kollettiv u lanqas jekk l-universita' għandhiex xi policy partikolari dwar full-time u part-time positions.", "Naħseb li l-allowances f'xi livelli huma regolati mill-ftehim kollettiv imma f'livelli oħrajn probabbilment ikunu b'deċiżjoni tal-kunsill ta' l- universita'.", "Fir-rigward tal-full-time u l-part-time, jekk nifhem tajjeb hemm sitwazzjoni komplessa.", "L-ewwelnett l-universita' mhux dejjem issib in- nies lesti li jingaġġaw ruħhom fuq bażi full-time biex jagħtu lectures f'xi fakultajiet partikolari.", "Ma nafx jekk is-sitwazzjoni hijiex qiegħda tinbidel imma sa ċertu żmien ma kienx faċli li xi ħadd li jkun professjonalment kompetenti u b'ċerta esperjenza u kwalifiki - speċjalment fil-fakulta' tal-mediċina, ta' l- arkitettura u tal-liġi - ikun lest li jitlaq il-prattika privata kompletament u jaħdem full-time ma' l-universita'.", "Allura f'dawn il- fakultajiet ikun hemm sitwazzjonijiet fejn l-universita' ikollha tirrikorri għal nies kwalifikati u kompeteneti li tingaġġahom fuq bażi part-time.", "Imbagħad hemm ukoll is-sitwazzjonijiet fejn ċerti programmi ta' korsijiet ma jkunux jirrikjedu li xi ħadd ikun full-time fuqhom għax kulma jkun hemm bżonn xi ħadd bil-kompetenzi u kwalifiki meħtieġa biex jagħti lezzjonijiet jew jagħmel xogħol ta' tutor jew xogħol ta' supervision għal credit partikolari jew għal assignment partikolari, allura anke f'dak il-każ l- universita' ddaħħal part-timer.", "Issa jekk hemmx policy li tispjega b'mod ċar meta jdaħħlu full time u meta jdaħħlu part time ma nafx.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Filwaqt li nifhem it-tweġiba tal-Ministru, ġieli wasluli lmenti dwar nuqqas ta' attendenza, speċjalment minn lecturers part- time.", "Ma jaħsibx il-Ministru li l-universita' għandha tkun aktar iebsa f'dan ir-rigward u li l-lecurer għandu kemm jista' jkun jagħti s-servizz tiegħu avolja ma jkunx fuq bażi full-time?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Jiena kelli lmenti dwar professuri jew lecturers li ma jattendux għal lecture u ma jagħtux avviż li mhux se jattendu kemm f'każijiet ta' full-time kif ukoll part-time.", "Riċentement f'waħda mil- laqgħat li kelli mar-rettur tqanqal dan is-suġġett u qalli li qed ifittex metodu dwar kif jista' jirregola aħjar din is-sitwazzjoni.", "SKEJJEL TA' L-INGLIŻ - STUDENTI BARRANIN", "23045.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Kemm kienet il-figura globali ta' studenti barranin li attendew xi waħda mill-iskejjel li jgħallmu l-Ingliż lill-barranin fl-2006?", "Minn liema pajjiżi kienu ġejjin?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u mhux mistennija tkun magħrufa qabel numru ta' ġimgħat oħra.", "ĦRUĠ TA' VISA", "23046.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Kemm-il visa nħarġet mindu daħlet il-visa miftuħa għal dawk li jkunu qed jistudjaw f'pajjiżna?", "Jista' jelenka n-numru ta' studenti minn kull pajjiż li ngħataw visa?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (f'isem il-Viċi Prim Ministru tal-Ġustizzja u Intern): L- istatistika mitluba mill-Onor.", "Interpellant għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "LIBJA - KAŻ DWAR TABIB PALESTINJAN", "23054.", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI (f'isem l-Onor.", "Mario Galea) staqsa lill- Ministru ta' l-Affarijiet Barranin: Il-gvern Malti semma leħnu kontra l- piena tal-mewt għat-tabib Palestinjan u n-nurses Bulgari fil-Libja li qed jiġu akkużati li nfettaw tfal bil-viru ta' l-AIDS?", "Billi hemm dubju dwar il-proċess ġudizzjarju fejn hu mgħaruf li t-tabib u n- nurses ġew torturati billi fost oħrajn dendluhom minn mas-saqaf u qalgħulhom idejhom minn spallejhom u billi hemm indikazzjonijiet ċari li wara kollox dan it-tabib u dawn in-nurses huma innoċenti, jaħsibx il-gvern li għandu jsemma leħnu kif għamlu diversi pajjiżi u istituzzjonijiet internazzjonali biex jappella kontra l-piena tal-mewt lil dawn il- professjonisti u jappella għall-inkjesta serja biex toħroġ il-verita'?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (f'isem il-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin): Malta għamlet diversi rappreżentazzjonijiet bilaterali dwar dan il-każ u pparteċipat fid-dibattitu intern Ewropew li wassal għal ħruġ ta' konklużjonijiet tal-ministri ta' l-affarijiet barranin Ewropej dwar dan il- każ illum stess.", "Il-pożizzjoni ta' Malta kontra l-piena tal-mewt fi kwalunkwe każ hi magħrufa.", "LIFE RAFTS LI JĠORRU T-TURISTI", "23055.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Anġlu Farrugia) staqsa lill- Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni: Fuq liema kriterju saret id-deċiżjoni li dawk il-boats li huma 'il fuq minn 24 metri tal-ħadid ġew kostretti li jibdlu s-sistema li għandhom preżenti ta' life rafts li tiswa eluf ta' liri f'investiment meta boats li jġorru t-turisti ta' l-istess qisien imma huma magħmulin mhux tal-ħadid ma ġewx ordnati li jagħmlu li- istess?", "Ma jaħsibx il-Ministru li f'każ li din id-deċiżjoni tibqa' nonostante l-fatt li hemm stramberija jekk mhux inġustizzja dwar il- kriterju li s-sidien li ħafna minnhom huma żgħar, għandhom jingħataw xi forma ta' għajnuna biex jagħmlu tajjeb għal dan it-tibdil immedjat?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (f'isem il-Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni): Il-bastimenti kummerċjali li jbaħħru fil-portijiet u ibħra territorjali huma regolati skond ir-Regolamenti dwar il-Bastimenti Kummerċjali tal-2002 u skond il-Kodiċi ta' Prattika għas-Sigurta` ta' Bastimenti Kummerċjali li jifforma parti integrali minn dawn ir- regolamenti.", "Dawn ir-regolamenti ġew fis-seħħ bis-saħħa ta' Avviż Legali Nru 284 tal-2002.", "Il-Kodiċi msemmi kien jagħti avviż li partijiet minnu kellhom jiġu fis-seħħ b'mod gradwali", "Bis-saħħa ta' Avviż Legali 327 tal-2004 Council Directive 98/18/EC tas-17 ta' Marzu 1998 dwar Regoli u Standards ta' Sigurta` għall-Bastimenti tal- Passiġġieri inġiebet fis-seħħ b'effett mill-1 ta' Mejju 2004.", "Fost provedimenti oħra, artiklu 6 paragrafu 3(f) tad-Direttiva msemmija jistabbilixxi li bastimenti tal-passiġġieri tal-ħadid jew materjal ekwivalenti u li huma 'il fuq minn 24 metru kellu jkollhom abbord life rafts.", "Dawn it-tip ta' bastimenti kellhom jimplimentaw dawn il- provvedimenti:", "Bastimenti li nbnew qabel l-1 ta' Jannar 1940: sal-1 ta' Lulju 2006;", "bastimenti li nbnew fl-1 ta' jannar, 1940 jew wara iżda qabel il-31 ta' Diċembru, 1962: sa l-1 ta' Lulju 2007;", "bastimenti li nbnew fl-1 ta' Jannar, 1963 jew wara, iżda qabel il-31 ta' Diċembru, 1974: sa l-1 ta Lulju 2008;", "bastimenti li nbnew fl-1 ta' Jannar, 1975 jew wara, iżda qabel il-31 ta' Dicembru, 1984: sa l-1 ta' Lulju tal-2009; u", "bastimenti li nbnew fl-1 ta' Jannar, 1985 jew wara, iżda qabel id-data li tidher f'artiklu 14(1): sa l-1 ta' Lulju 2010.", "MOSTA: TRIQ IL-POETA - BRING-IN SITES", "23056.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Anġlu Farrugia) staqsa lill- Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Fuq liema kriterju tpoġġew il- bring-in sites dwar reċiklaġġ ta' l-iskart fi Triq il-Poeta, Mosta?", "ONOR.", "FRANCIS AGIUS (Segretarju Parlamentari) (f'isem il-Ministru għall- Affarijiet Rurali u Ambjent): Tajjeb li l-Onor.", "Interpellant ikun jaf li l- għażla tas-siti għall-bring-in sites hija f'idejn il-kunsilli lokali rispettivi.", "Sadanittant jien infurmat li fi Triq il-Poeta, ma tqiegħdu l- ebda bring-in sites, u dan minħabba l-ilmenti tar-residenti li tressqu quddiem il-kunsill lokali.", "Però is-sit għandu l-permess mill-MEPA biex fih tkun tista' titpoġġa bring-in site.", "Dan għaliex is-sit huwa konformi ma' avviż legali 152 ta' l-2004.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Carmelo Abela, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Filwaqt li nifhem li t-tqegħid ta' bring-in sites hija responsabbilta' tal-kunsilli lokali, jista' s-Segretarju Parlamentari jgħidli jekk il-fatt li jkollok bring-in site ħdejn xi skola hijiex ħaġa tajba jew le?", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "FRANCIS AGIUS: L-Onor.", "Abela qed jirriferi għal xi post partikolari?", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Iva, ħdejn il-junior lyceum taż-Żejtun.", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "FRANCIS AGIUS: Se nressaq dan l-ilment lill-awtorita' konċernata biex jiġi kkunsidrat.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: X'inhi l-pożizzjoni tal-gvern dwar is-separation at source?", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "FRANCIS AGIUS: Il-gvern huwa impenjat biex jippromwovi din il- proċedura permezz ta' diversi programmi kemm fl-iskejjel, fuq il-mezzi tal- media u anke billi jipprovdi dawn il-bring-in sites biex in-nies ikollhom fejn iwaddbu l-materjal li jkun ġie magħżul minnhom.", "Ovvjament illum hawn ħafna iktar awareness milli qatt kien hawn qabel u permezz tar-reċiklaġġ ta' skart, il-pajjiż qiegħed jiggwadanja.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-Mistoqsijiet għadda.", "Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru Louis Galea.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Informazzjoni dwar persuni barranin li jaħdmu bil-permess maqsuma skond in-nazzjonalita', bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 23120;", "Informazzjoni dwar għotjiet finanzjarji li ngħataw mill-Ministeru tal- Finanzi lill-clubs tal-football, matul l-2005 u l-2006, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 23076; u", "Tagħrif dwar ħlas mir-riċevituri tal-lottu lill-każini tal-banda, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 23078.", "MR SPEAKER: Il-Ministru Francis Zammit Dimech.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal- Kamra:", "Tagħrif dwar il-parteċipanti li ġew aċċettati biex jieħdu sehem fl- edizzjoni tal-Karnival 2007, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru W317.", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari Anthony Abela.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Sur President, f'isem il-Ministru għall- Kompetittivita` u Komunikazzjoni nqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Avviz Legali Nru. 10 ta' l-2007 - Dangerous Substances and Preparations Regulation 2007.", "MR SPEAKER: Il-Ministru Dolores Cristina.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA (Ministru għall-Familja u Solidarjeta` Soċjali): Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar il-lokalitajiet tal-blokki ta' appartamenti tal-gvern li fihom ġew stallati lifts mill-1999, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 23066; Analisi dwar l-ewwel ħarġa ta' l-iskema ta' shared ownership ta' l- Awtorita` tad-Djar, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 23203;", "Analiżi dwar ix-xogħlijiet ta' l-Awtorita` tad-Djar bejn l-1998 u l- 2006, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 23204; u", "f'isem il-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunita` nqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Informazzjoni dwar prodotti tad-demm li ġew mgħoddija lill-kliniċi u sptarijiet privati bejn l-2003 u l-2006 bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 23207; u", "f'isem il-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l- Informazzjoni nqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Dettalji tal-proprjeta' li ġiet akkwistata mill-Enemalta sabiex tintuża bħala substation ta' l-elettriku matul l-2006, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 23114.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR L-ORGANIZZAZZJONIJIET VOLONTARJI", "VOLUNTARY ORGANISATIONS BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mid-9 ta' Jannar 2007.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Anthony Abela.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Sur President, huwa fatt li mingħajr l- organizzazzjonijiet volontarji li għandna f'kull belt u f'kull raħal f'Malta jkun hemm vojt kbir, kulħadd ikun maqtugħ għalih u ftit li xejn ikun hemm nies jipparteċipaw f'affarijiet soċjali.", "Dan għaliex la jkun hemm min jorganizzahom u wisq inqas ikun hemm min jieħu parti fihom.", "Il-volontarjat f'Malta huwa qawwi ħafna għax huwa mifrux, jagħmel ħafna xogħol u jżomm is-soċjeta` flimkien.", "Illum ċerti għaqdiet volontarji jikkonsistu minn gruppi sħaħ u anke istituzzjonijiet li jagħmlu l-ġid fl- irħula, iħarsu lejn il-kultura u jipprovaw joffru ambjent aħjar.", "U bil-mod kif dan il-gvern qed jindirizza l-bżonnijiet ambjentali li prattikalment jidħlu fix-xogħol u fid-dekasteru ta' kull ministeru u kull segretarjat li għandna, aktar u aktar kiber ix-xogħol ta' l-għaqdiet volontarji.", "Sur President, jekk raħal ikun wieħed żgħir jaf ikollu soċjeta` mużikali waħda u jekk ikun ikbar ikollu żewġ soċjetajiet.", "Dawn ġeneralment ikun hemm xi ftit tal-pika bejniethom - mhux ta' min se jaqla' l-iżjed flus imma ta' min se jkun l-aħjar fil-mod kif jagħtu pjaċir lin-nies – pero' naħseb li mingħajrhom il-ħajja fil-lokalitajiet tagħna tkun ħafna iżjed monotona milli hija llum.", "Dawn is-soċjetajiet mużikali jagħtu ħajja lil-lokalitajiet meta jiġu ċċelebrati l-qaddisin ta' l-irħula tagħna pero` barra minn hekk jagħmlu programmi indipendenti, jipprovaw jikkultivaw fis-soċjetajiet tagħna amor proprju għall-mużika u jipprovaw iwasslu xi ftit iżjed kultura.", "Dan ma jfissirx li qegħdin nitkellmu biss fuq ix-xogħol speċifiku tal-banda pero` l-istess nies ġeneralment jassoċjaw ruħhom biex jgħinu lill-knisja fl- armar, jieħdu ħsieb l-ambjent ta' madwar il-knisja parrokkjali u jieħdu ħsieb ukoll ċertu xogħol fil-knisja.", "Jien ma nafx irħula oħrajn x'jagħmlu, pero` fil-lokalitajiet li nikkontesta jien ikun hemm il-kumitat tal-festi ta' ġewwa, il-kumitat tal-festi ta' barra, il-kumitat tan-nar, il- fratellanza, il-prokura ta' San Ġużepp u l-prokura ta' San Pawl.", "Per eżempju fl-antik l-għaqda ta' San Pawl tar-Rabat kellha fi ħdanha soċjeta` ta' nies li kienu jagħtu sokkors lil dawk li ma kienx ikollhom il-mezzi qabel ma bdew jingħataw il-pensjonijiet hawn Malta.", "Minbarra li dawn kienu jifformaw banda għal-lokalita`, lill-morda u lir-romol tal-membri tagħhom kienu jipprovdulhom ammont minimu ta' flus u donazzjonijiet li kienu jinġabru bejn is-soċi biex jgħinuhom.", "Dawn kienu jkunu lesti li jibqgħu lura minn ċerti kapriċċi biex jgħinu lil min ikun fil-bżonn.", "Illum dan kollu spiċċa għax is-servizzi soċjali tant kibru li m'hemmx bżonn aktar li tingħata din l-għajnuna.", "Sur President, kif għedt qabel, issib ħafna gruppi ta' volontarjat assoċjati mal-knisja u b'mod lajk dawn jipprovaw jagħtu ċertu element ta' kristjaneżmu fl-istess lokalita`.", "Hawnhekk nixtieq insemmi liż-żgħażagħ ħaddiema insara, l-azzjoni kattolika u l-museum, soċjeta` li nbdiet minn Dun Ġorġ Preca u li ħadmet ħafna b'mod volontarju biex tipprova twassal il- kelma ta' Alla.", "Din is-soċjeta` li dejjem ipprovat turi kif għandna ngħixu mingħajr ħafna daqq ta' trombi u mingħajr flejjes kbar, kapaċi tressaq muntanja.", "Issa nisperaw li l-fundatur ta' din is-soċjeta` ta' volontarjat isir qaddis fi qasir żmien u b'hekk ikollna l-ewwel qaddis Malti.", "Sur President, qed ngħid dan kollu għax jekk hawn entita` li bniedem jista' jħares lejha bħala l-eżempju tas-soċjetajiet volontarji din hija s-soċjeta` tal-museum li nfirxet hawn Malta u f'postijiet oħrajn.", "L-iskop ta' din is- soċjeta m'huwiex wieħed finanzjarju pero` din l-entita` għandha bżonn il- persuna ġuridika tagħha u r-regolamentazzjoni tagħha għax bniedem jista' jkollu bżonn ta' amministrazzjoni ta' beni jew kwalifikazzjoni ta' ċerti ammonti ta' flus u jekk ma jkunx hemm leġislazzjoni fuqhom, ħadd ma jkun jista' jikkwalifika għalihom.", "Nixtieq ngħid xi ħaġa wkoll fuq il-girl guides u fuq il-boy scouts.", "Sal- bieraħ stess jien iltqajt mal-grupp tar-Rabat u konna qed ngħidu kif bl- għajnuna tar-Rabtin illum dawn qed jiġu assenjati biċċa art mill- ministeru tal-ġustizzja u intern ħalli jkunu jistgħu jibnu ċentru fir- Rabat.", "Dan għax minkejja li ilhom jagħtu servizz kbir lil din il-lokalita` madwar 50 sena, dawn qatt ma kellhom headquarters suret in-nies minn fejn ikunu jistgħu joperaw.", "Għalhekk naħseb li wasal iż-żmien li nies li ġejjin minn diversi partiti politiċi u nies li ġejjin minn diversi entitajiet jiltaqgħu flimkien ħalli ngħinu lil dawn iż-żgħażagħ ikollhom minn fejn joperaw u b'hekk ikunu jistgħu jagħmlu l-ġid.", "Ovvjament dak li jingħata lill-boy scouts irid jingħata wkoll lill-girl guides.", "Imbagħad għandna entitajiet oħrajn ta' volontarjat u hawnhekk nista' nsemmi n-neighbourhood watch.", "Dan huwa grupp ta' nies li jagħmel xogħol volontarju biex jara li l-ambjent tal-madwar ikun sigur u wieħed xieraq.", "Dan irid jara li l-patrimonju Malti jingħata l-attenzjoni meħtieġa u minkejja d-diffikultajiet enormi li jsib minn żmien għal żmien, ikun kapaċi jtejjeb is-sitwazzjoni fil-lokalita`.", "Per eżempju, fir-Rabat hemm grupp ta' nies li qed jagħmel minn kollox biex in-nies li joqogħdu fl-area tad- Domus Romana fejn hemm medda ta' art imħarbta minħabba li hemm kawżi, mandati ta' inibizzjoni u diversi azzjonijiet fil-qorti, ikollhom id-dritt li jgħixu f'ambjent nadif mingħajr trab u żibel li jintefa' hemmhekk, kif jgħixu wara kollox ir-residenti tal-kumplament tar-Rabat.", "B'dan il-mod ikunu jistgħu jitgawdew id-Domus Romana u l-ġnien li tranġa riċentement mill-ministeru tat-turiżmu, mill-heritage Malta kif ukoll mir- rehabilitation movement immexxi minn Ray Bondin ħalli mhux min-naħa waħda tat-triq tara ambjent nadif u attraenti u min-naħa l-oħra tara affarijiet żdingati u mitluqa.", "Nista' nsemmi wkoll gruppi kulturali f'diversi lokalitajiet oħrajn fosthom f'Ħaż-Żebbuġ.", "Hemmhekk hemm madwar għaxar gruppi li għandhom x'jaqsmu ma' kultura u affarijiet tradizzjonali, bħal per eżempju, il-presepju, l- istorja tar-raħal u l-poeta nazzjonali Malti.", "B'dan il-mod il-poplu japprezza aktar il-lokalita` fejn joqgħod, min kienu missirijietna u safejn waslu biex il-post għamluh dak li nafuh aħna.", "Per eżempju, fir-Rabat għandna l-mużew Wignacourt u diversi kappelli u hawnhekk nixtieq insemmi lill-Monsinjur Ġwann Azzopardi li ddedika ruħu biex reġa' ta l-ħajja lil dawn il-kappelli u lid-diversi postijiet li kienu mitluqa u żdingati u dan minkejja li kellu ħafna diffikultajiet.", "Issa kulħadd jaf li ripetutament dan kien idaħħal idejh fil-but biex jara li l-volontarjat ikompli jaħdem tassew.", "Nixtieq insemmi wkoll l-għaqdiet volontarji taż-żgħażagħ.", "Ħafna minnhom dawn ikunu mmexxijin mill-knisja jew indirettament mill-knisja, qisu għandek kumpannija u dawn ikunu s-subsidiary companies tagħha, ir-related companies tagħha jew inkella gruppi ta' lay people, li jipprovaw iwasslu l- kelma ta' Alla u jaraw li l-materjaliżmu ma nkomplux inħalluh jieħu over il- ħajja tagħna, il-ħajja li jafu missirijietna, il-ħajja li tistenna minna l- knisja.", "Dawn ikunu soċjetajiet li jagħtu l-kontibut u l-għajnuna tagħhom biex jaraw li jiġbru kemm jista' jkun nies li ma jkunx hemm mod ieħor kif twassalhom biex jgħixu ħajja aħjar.", "Dan il-fenomenu tal-volontarjat qegħdin narawh f'dawn il-jiem ta' preparazzjoni għall-ħatra ta' arċisqof li ġie nominat kważi xahar ilu.", "Għandek diversi gruppi volontarji li jridu jiltaqgħu miegħu li qed jistennew direzzjoni serja u idejn miftuħin biex jilqgħuhom.", "Lil Patri Pawl rajnieh idur diversi rħula u jidħol f'diversi ħwienet jitkellem man- nies jiġifieri dan ma qagħadx jistenna n-nies imorru għandu biex jitkellmu miegħu.", "Dan qed jipprova joħloq il-pontijiet meħtieġa biex is-soċjeta` taħdem iżjed u tkun ta' għajnuna għaliha nnifisha.", "Sur President, la qed nitkellmu fuq soċjetajiet volontarji ma nistax ma nsemmix id-diversi NGOs li jaħdmu fil-qasam ta' l-immigrazzjoni irregolari.", "Minkejja li mhux dejjem naqblu fuq ċerti affarijiet, wieħed irid irodd ħajr lil dawn in-nies li jaħdmu ħafna f'dan il-qasam u li saritilhom ħsara lill-proprjeta` tagħhom.", "Per eżempju, għax ċerti ġurnalisti tkellmu favur ħaġa jew oħra spiċċaw vittmi ta' atti kriminali.", "Dawn huma nies li qegħdin jaħdmu fil-volontajrat biex jaraw li n-nies sfortunati inqas minna isibu dak is-sokkors li għandhom bżonn f'dan il-pajjiż.", "Dawn in-nies narawhom jaħdmu għall-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, biex il-bniedem jingħata dak li tant kien nieqes f'pajjiżu ħalli hu jkun jista' jgħix b'mod diċenti f'pajjiżna u eventwalment jingħata ċ-ċans li jmur joqgħod f'pajjiż ieħor li għalih jista' jfisser ħajja ġdida u ambjent ta' rule of law u ta' demokrazija.", "Sur President, dawk li jaħdmu f'soċjetajiet tal-volontarjat jgħinu ħafna lil min hu batut.", "Per eżempju x-xahar li għadda f'Malta inġabru eluf ta' liri biex jitqassmu f'dawk l-entitajiet li jgħinu lil min hu fil-bżonn.", "Issa hawnhekk tajjeb li wieħed isemmi li min jaħdem f'dawn l-entitajiet bi ħlas jispiċċa jagħmel ħafna iżjed xogħol mit-terms of reference tiegħu u ħafna iżjed minn dak li jitħallas.", "Dawn in-nies jagħmlu ħafna iżjed sigħat minn dak li huwa mistenni minnhom skond il-kuntratt ta' l-impjieg tagħhom.", "U hawnhekk naraw id-differenza bejn min irid jaħdem biex jgħajjex lill- familja tiegħu u min joffri parti mill-ħin tiegħu biex ikompli jaħdem f'dawn l-entitajiet bil-konsegwenza li wara l-ħin tax-xogħol, minflok imur jiddeverti, jimxi jew jiltaqa' ma' sħabu, ikompli jagħti l-għajnuna tiegħu.", "Naħseb li waħda mill-akbar entitajiet ta' volontarjat li għandna f'pajjiżna hija d-dar tal-provvidenza.", "Naraw ħafna ommijiet u missirijiet li jaħdmu b'risq fondazzjonijiet bħal din biex jgħinu lil min huwa inqas ixxurtjat minna minħabba li għandu diżabilitajiet fiżiċi jew mentali.", "Sur President, meta ssir xi attivita` mir-Razzett tal-Ħbiberija jew inkella mill-Eden Foundation wieħed jitpaxxa u f'qalbu jħossu orgoljuż meta jara lil dawn in-nies jaħdmu.", "Per eżempju, minkejja li ssib xi wħud li ma jkollhomx tfal dawn tarahom attivi f'dawn it-tip ta' entitajiet biex jgħinu lil ħaddieħor.", "Issa llum aħna ġejna hawnhekk biex nagħmlu liġi li permezz tagħha dawn in-nies jirregolaw ruħhom ftit aħjar.", "Aħna mhux se noħolqulhom xi straitjacket li se tkun tant top-heavy li ma jkunux jistgħu jaħdmu pero` minħabba li matul iż-żmien kien hemm xi ineżattezzi u ċerti ġrajjiet li ħallew togħma morra, kien wasal iż-żmien li dawn in-nies ikunu organizzati aħjar.", "Nafu li dawn l-entitajiet diġa` ngħatalhom id-dritt ta' eżenzjoni mill-ħlas ta' taxxa u mill-ħlas ta' boll fuq kuntratti u affarijiet simili.", "Pero` hemm entitajiet oħrajn li biex jippromwovu l-kultura 'l quddiem – basta dawn ikunu non-profit organisations - se jingħataw id-dritt li jorganizzaw attivitajiet mingħajr bżonn ta' ħlas ta' VAT u allura neħħejnilhom ħafna mir-red tape li kien hemm.", "Dan qed nagħmluh għax mhux sew li dak li jirnexxielhom jiġbru dawn in-nies u dawn il-promoturi jittiekel finanzjarjament jew mill-gvern jew inkella minn awtoritajiet oħrajn kompetenti.", "Għalhekk wasal iż-żmien li nħarsu lejn kif ċerti pajjiżi oħrajn qegħdin jittrattaw organizzazzjonijiet volontarji u forsi nimxu pass ieħor 'il quddiem.", "Jien naf li min-naħa tal- ministeru ta' l-edukazzjoni diġa` sar pass ta' ġgant f'dak li għandu x'jaqsam ma' għajnuna lejn soċjetajiet ta' sport, lejn soċjetajiet kulturali, lejn diversi entitajiet ta' nies li jġemmgħu affarijiet, jippreservaw il-kultura tagħna, jieħdu ħsieb għamajjar antiki, jieħdu ħsieb postijiet antiki u jużaw il-ħin tagħhom sabiex l-arkitettura antika li għandna f'pajjiżna ma tispiċċax u tintesa'.", "Dan m'huwiex biżżejjed.", "Per eżempju, fil-kamp sportiv, li jien ipparteċipajt fih mill-viċin ħafna fis-snin li għaddew, huma biss id- donazzjonijiet tan-nies li jgħinuk tibqa' għaddej u li jagħmlulek il- kuraġġ, anke forsi min-nies li ma jinteressahomx dak it-tip ta' sport.", "Pero` meta n-nies jaraw ir-riżultati ġejjin lejn pajjiżna jibdew jikkontribwixxu f'ammonti sostanzjali fejn il-ftit tal-ħafna jkun ifisser ħafna.", "Għalhekk naħseb li hawnhekk irridu nagħmlu daqsxejn ta' rethinking ħalli dawk in-nies li qegħdin f'ċerti dixxiplini ta' l-isport u juru li se jippromettu u allura jkun jistħoqqilhom l-appoġġ, jingħataw l-għajnuna kollha li hemm bżonn kemm b'liġijiet kif ukoll b'mezzi finanzajrji sabiex dawn ikollhom iċ-ċans jimxu iżjed 'il quddiem.", "Sur President, Malta tipparteċipa fil-kompetizzjoni ta' l-isparar fuq bażi ta' Commonwealth, fuq bażi Mediterranja, fuq bażi ta' pajjiżi żgħar, fuq bażi internazzjonali u fuq bażi mondjali.", "Per eżempju, bħalissa wieħed miċ- champions ta' din id-dixxiplina sportiva huwa persuna minn Ċipru li għandu biss 14-il sena u disa' xhur.", "Issa hawn Malta għamilna liġijiet fejn għedna li nies taħt is-16-il sena ma jistgħux jipparteċipaw f'dawn id- dixxiplini u llimitajna fejn u kif jistgħu jipparteċipaw.", "Jien naħseb li għandu jkun hemm iżjed għajnuna – mhux neċessarjament finanzjarja imma għajnuna ta' mezzi oħrajn - sabiex dawn il-persuni ma jkollhomx għalfejn idaħħlu jdejhom fil-but ripetutament sabiex ikomplu jipparteċipaw.", "Huwa importanti wkoll li dawn ma jsibux ostakli oħrajn legali sabiex dawn ikunu jistgħu jieħdu parti f'dawn l-affarijiet.", "F'dan l-abbozz ta' liġi jissemmew soċjetajiet volontarji li jfittxu l- avvanz ta' l-edukazzjoni f'pajjiżna, inkluż edukazzjoni fiżika u sportiva, ifittxu l-avvanz tar-reliġjon u l-kultura tagħna – ir-reliġjon irridu nsostnuha bid-deher u mhux bil-paroli biss – u jfittxu wkoll l-avvanz tas- saħħa.", "Per eżempju, hawnhekk nista' nsemmi l-Community Chest Fund, il- Hospice Movement u soċjetajiet oħrajn li ġew imwaqqfa min-nies li jkunu għaddew minn xi diżgrazzja jew minn xi mard.", "Ħafna drabi dawn jaħdmu ħafna biex isir studju ħalli jinsab fejqan għal ċertu mard li jkun laqat lill- familji tagħhom.", "Pero` huwa importanti li dawn ikunu organizzati.", "Sur President, inti qiegħed fil-politika bħali u naħseb li mhux darba u tnejn li tirċievi xi karta, li kważi tkun imħarbxa, minn persuna li tirrakkontalek xi storja tal-biki pero` meta mbagħad tagħsar dak li tkun qrajt u tipprova tfittex din minn fejn tkun ġiet, issib li l-affarijiet ikunu ġew pinġuti mod ieħor.", "Allura huwa importanti li min jorganizza ċertu ġbir għal ċertu xogħol volontarju għandu jkollu statut, sett ta' regolamenti u set-up ta' persuna li tkun responsabbli għal dak li tagħmel.", "Għandu jkun hemm ukoll teżorier li jżomm il-kotba tad-dħul u l-ħruġ u l- ispejjeż fejn jintnefqu u għandu jkun hemm segretarju li jieħu ħsieb l- andament ta' dik l-entita` biex naraw li din tkun miexja 'l quddiem.", "F'pajjiżna għandna dawk li jagħmlu xogħol soċjali u komunitarju.", "Per eżempju, fl-Imġarr, lokalita` li nikkontesta jien, hemm nies li jgħinu lill-anzjani.", "Dawn imorru jarawhom id-dar, ikellmuhom u jipprovaw jagħtuhom sokkors u minkejja li l-gvern jibgħatilhom lil min inaddfilhom id- dar u min ilestilhom ikel, dawn in-nies xorta jmorru jgħinu lil dawn l- anzjani fil-bżonnijiet tagħhom.", "Issa nixtieq ngħid xi ħaġa fuq l-avvanz tal- kultura, l-arti u l-patrimonju nazzjonali.", "Dawn il-gżejjer tagħna tant għandhom patrimonju nazzjonali li dak li jagħmel il-gvern m'huwiex biżżejjed.", "Huwa importanti li l-poplu jimpenja ruħu biex dan il-patrimonju nazzjonali nkomplu nagħtuh l-importanza tiegħu u nippreservawh ħalli ħaddieħor ikun jista' jgawdih.", "Għalhekk huwa importanti li dawn l-entitajiet li qed nitkellmu dwarhom ikunu jistgħu jagħtu l-għajnuna tagħhom fil-parametri li qed issemmi din il-liġi.", "Dan l-abbozz ta' liġi jitkellem ukoll dwar l-avvanz tal-ħarsien u t-titjib ta' l-ambjent, inkluż il-ħarsien ta' l-annimali.", "Fil-qasam ta' l- ambjent, tagħmel kemm tagħmel, żgur li se jibqa' iżjed affarijiet x'isiru u minkejja li l-gvern, tramite l-ministeru relattiv, joħloq il-qafas, joħloq il-bare necessities u joħloq ambjent fejn bniedem ikun iżjed ċiviku dwar kif nagħżlu l-iskart u dwar kif inħarsu l-ambjent ta' madwarna, xorta jibqa' l-fatt li l-ambjent ikopri ħafna iżjed mill-infrastruttura.", "Dan ikopri t-tip ta' ħajja tal-poplu, it-tip ta' ħajja kif qed ngħixu u kif nirrelataw wieħed ma' l-ieħor.", "Naħseb li waħda mill-akbar problemi fil-familja llum jibdew mill-fatt li ħadd m'għandu ħin biex joqgħod bil-qiegħda jitkellem.", "Illum ħadd m'għandu ħin biex joqgħod bilqiegħda u jgħid talba mal-familjari tiegħu u ħadd m'għandu ħin biex jammetti li jkun għamel żball u joqgħod jiddiskuti x'inhu l-aħjar fil-familja.", "Imbagħad għax ikun hawn gruppi ta' nies li tkun tista' ċċemplilhom, anke f'ħinijiet partikolari, biex jagħtuk parir, hemm min jgħid li dawn qegħdin hemmhekk għalxejn, qegħdin hemm biex jaħlu l- ħin u qegħdin hemmhekk biex joqogħdu jibnu muntanja minn anthill.", "Il- verita` hija li fil-ħajja mgħaġġla tal-lum, ħajja aktar esiġenti, ħajja li titlob impenn u ħajja li dak li jsir illum ikun aħjar kieku sar il-bieraħ, hemm bżonn li dawn l-entitajiet ikunu aċċettati u fdati mill-poplu u jsibu s-sostenn finanzjarju biex ikunu jistgħu jaħdmu.", "Hemm nies li jaħdmu f'entitajiet tal-gvern pero` ħafna mix-xogħol li jagħmlu, jagħmluh b'mod volontarju u jispiċċaw jaħdmu barra mill-ħin tagħhom mingħajr ma jippretendu ħlas.", "Naħseb li xi ħadd jgħidilhom grazzi fl-aħħar tal-ġurnata jkun biżżejjed għalihom.", "Dan l-abbozz ta' liġi jsemmi wkoll il-ħarsien ta' l-annimali.", "Nistħu ngħidu li f'pajjiżna għad baqa' każijiet fejn l-annimali jiġu ttrattati b'ċertu mod.", "F'pajjiżna għandna l-SPCA, entitajiet oħra u nies oħrajn li jieħdu ħsieb l-annimali sforz il-qalb kbira li jkollhom f'dan is-settur li jispiċċaw ma jlaħħqux ma' l-ispejjeż li jidħlu għalihom u mbagħad, għax ma jkunux organizzati sew, dawn jispiċċaw diżastru iżjed milli kienu fil-bidu għax kulħadd jibda jitfagħlhom l-annimali hemm.", "Sfortunatament ħafna nies ma jagħtux kas l-annimali u għalhekk naħseb li dawn l-għaqdiet volontarji għandhom imorru jagħmlu talks qosra lin-nies u jfehmuhom li jekk bniedem jagħżel li jrabbi annimal, għandu jimpenja ruħu u jittrattah sew u jekk isiefer għall-vaganza, per eżempju, għandu jara li ma jittraskurahx billi jħallih waħdu.", "Sur President, hawn ħafna nies li għandhom amor proprju għall-volontarjat.", "Riċentement mort nara wirja ta' klieb fin-Naxxar u rajt nies li jonfqu flejjes kbar għall-ħarsien ta' l-annimali tagħhom u flejjes kbar biex jorganizzaw affarijiet bħal dawn.", "Lil dawn in-nies tarahom jaraw kif jagħmlu biex jiksbu sponsorship ħalli jagħtu ftit tazzi ħalli dak li jkun jikkontribwixxi aktar pero` kieku ma jkunx hemm il-volontarjat dawn l- affarijiet ma jsirux.", "Imbagħad hemm nies li jidħlu fil-promozzjoni għall- ħarsien ta' l-interessi ta' organizzazzjonijiet oħra.", "Għandek ħafna nies li spiċċaw periferiji ta' organizzazzjonijiet kbar li forsi wieħed ma jistax jgħidilhom volontarjat pero` dawn jikkontribwixxu b'mod kbir.", "Per eżempju, jien niftakar żmien meta kont tidħol il-knisja u ssib lis- sagristan u ħafna abbatini li xi ftit jew wisq jgħinu fix-xogħol li jkun hemm fil-knisja.", "Kien hemm żmien meta soċjetajiet oħrajn bħall-baned kienu jsibu tfal u żgħażagħ kemm iridu biex ikabbru l-volontarjat tagħhom.", "Imbagħad hemm dawk li ripetutament jikkontribwixxu għall-għaqdiet volontarji, speċjalment dawk kulturali u soċjali li nsibu fl-irħula tagħna.", "Lil dawn issibhom kull darba li tħabbtilhom il-bieb pero` meta dawn jafdaw ċenteżju jew lira, dawn ikunu jridu jaraw nies li jkunu aċċettati u magħrufa f'dik il-lokalita`.", "Per eżempju, hawn min ma jipparteċipax għax jibża' u min-naħa l-oħra hawn min jipparteċipa biex jagħmel show pero` ħafna nies jipparteċipaw għax f'qalbhom iħossu li dak huwa l-aħjar mod kif jistgħu jsostnu l-volontarjat fis-soċjeta` tagħhom.", "Naħseb li minkejja li f'pajjiżna ċerti soċjetajiet qed isibu inqas voluntiera, l-operat tad-diversi soċjetajiet twessa' ħafna fis-sens li għandek ħafna soċjetajiet li qed jagħżlu branki differenti ta' fejn jistgħu jagħmlu volontarjat.", "L-intenzjonijiet tagħhom dawn qed ikunu iżjed speċifiċi pero` xorta jibqgħu branki ta' volontarjat mingħajr skop ta' profitt u bi skop filantropiku.", "Naħseb li mill-Indipendenza 'l hawn f'Malta kien hawn rivoluzzjoni bil-kwiet li kienet tirrikjedi li aħna ma naqtgħux qalbna li ninbidlu, li aħna rridu nqumu fuq saqajna u li aħna rridu nsostnu lilna nfusna u mhux nistennew il-kontribuzzjonijiet tas- soċjetajiet barra minn Malta biex ngħinu.", "Imbagħad meta jkun hemm volontarjat li jkun jimmerita kawża ġusta naraw lill-poplu Malti jgħin bi ħġaru.", "Meta toqgħod tikkompara n-numri ma' pajjiżi barranin issib li dak li nagħtu aħna forsi hija tazza ilma f'nofs oċean pero` meta wieħed iqabbel poplu ta' 400,000 persuna ma' poplu ta' 80 miljun persuna u jara x'joħroġ il-poplu Malti għall-volontarjat u x'joħorġu pajjiżi oħrajn isib li aħna l- Maltin bil-għaqal f'dan is-settur u li aħna l-Maltin nemmnu fil- volontarjat.", "Jekk in-nies li jmexxu jkunu fdati u l-iskop ikun ġust, in- nies jgħinu.", "Għalhekk lil dawn in-nies issa se nirregolawhom biex kulħadd ikollu qafas u biex l-affarijiet ikunu iżjed trasparenti.", "Jekk ikun hemm set-up trasparenti u nies li jkollhom l-aċċettazzjoni ta' l-awtoritajiet li huma veru jkunu qed jagħmlu dak li jgħidu, inkunu qed naqtgħu dawk magħrufa bħala bogus institutions.", "Sfortunatament Malta wkoll kellha s-sehem tagħha, għalkemm proporzjonali komparat ma' pajjiżi oħrajn.", "Pero` jien naħseb li dan is-settur huwa a big plus għalina u żgur li kulħadd għandu, b'xi mod jew ieħor, jipparteċipa fih.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Carmelo Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Sur President, kif qal l-Onor.", "Anthony Abela, l- għaqdiet volontarji jeżistu tista' tgħid f'kull belt u raħal f'Malta u f'Għawdex.", "Jien naħseb li dan l-abbozz ta' liġi jagħtina l-opportunita` li f'dan il-parlament, waqt din id-diskussjoni, niċċelebraw l-għaqdiet volontarji u l-ħidma tal-membri tagħhom.", "Dan l-abbozz ta' liġi ilna nitkellmu fuqu u nistennewh u fl-aħħar wasal.", "Għalhekk issa rridu naraw li l-liġi titjieb.", "Huwa żgur li s-soċjeta` tagħna hija aħjar għax għandna dawn l-għaqdiet volontarji.", "Sa miċ-ċokon jien kont naħdem f'numru ta' għaqdiet volontarji u nista' ngħid li l-ħidma li wettaqt jien, flimkien ma' oħrajn, mhux biss għenet biex is-soċjeta' tkun aħjar imma biex anke aħna stess li ħdimna f'għaqdiet volontarji nkunu persuni aħjar.", "Kultant tiltaqa' ma' sitwazzjonijiet u ċirkostanzi li jdaħħluk f'qoxortok għax tara l-problemi li jkunu għaddejjin minnhom diversi familji jew persuni oħrajn, imma mbagħad tara l-ferħ ta' persuni li jkunu qed igawdu mill-għajnuna ta' xi għaqda volontarja.", "Għalhekk ikun tajjeb li nimmarkaw bħala parlament li s-soċjeta` tagħna hija dik li hi.", "Jien ngħid li hija aħjar minn soċjetajiet oħrajn proprju għax l-għaqdiet volontarji għadhom qawwija f'pajjiżna, għalkemm irridu noqogħdu attenti wkoll.", "Kif għedt, bħala parlament irridu nirrikonoxxu x-xogħol li qed jagħmlu l- membri ta' l-għaqdiet volontarji.", "Ħafna drabi dan ikun xogħol bla ħlas u kieku s-servizz tagħhom ma jagħmluhx huma ma jagħmlu ħadd.", "Dan ifisser li l-ħidma li qed titwettaq hija ħidma siewja u importanti ħafna.", "Ħafna drabi l-membri ta' l-għaqdiet volontarji jkollhom il-familja u x-xogħol tagħhom u forsi jagħmlu xi konsiderazzjonijiet personali wkoll imma l-ħlas ta' dawn in-nies jiswa mitqlu deheb u huwa importanti li jagħrfu illi kieku x-xogħol li qed jagħmlu huma ma jsirx ikun hemm xi ħaġa nieqsa u dan huwa ta' sodisfazzjon kbir għalihom.", "Sur President, f'pajjiżna għad għandna ħafna għaqdiet u ħafna attivita` għaddejja.", "Għandna għaqdiet sportivi, għaqdiet taż-żgħażagħ, għaqdiet fil- qasam tal-kultura u għaqdiet li jaħdmu fil-qasam soċjali u allura dawn l- għaqdiet kollha għandu jkollhom il-ħajr tagħna ħalli jsibu s-sostenn u l- appoġġ anke minn din l-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż.", "Nixtieq nagħmel riferenza żgħira għall-għaqdiet taż-żgħażagħ.", "Jekk inħarsu ftit lejn l-istatistika li ħarġet mill-uffiċċju nazzjonali ta' l- istatistika fl-2006 - nittama li din ma tinbidilx bħalma ġralha statistika oħra f'dan l-aħħar żmien - li kienet intitolata \"culture statistics\" insibu li hemm 109 għaqdiet mhux governattivi li qed jaħdmu fil-qasam tat- tfal u taż-żgħażagħ.", "Dawn kienu attivi fl-2004.", "Jekk naraw liema huma dawk l-għaqdiet li kienu l-aktar popolari insibu li l-għaqdiet reliġjużi huma fuq quddiem nett.", "Fil-fatt madwar 22.4% kienu klassifikati bħala għaqdiet reliġjużi.", "Dan fih innifsu huwa sinifikattiv ukoll u jkun tajjeb li hawnhekk nirrikonoxxu rwol li l-knisja f'Malta ilha tagħmel.", "Jidher li l-għaqdiet reliġjużi għadhom popolari ħafna anke maċ-ċittadini tagħna.", "Insibu wkoll għaqdiet ta' natura soċjali fejn madwar 20.1% jaqgħu taħt il- kategorija ta' organizzazzjonijiet soċjali.", "Kategorija oħra li spiċċat fit- tielet post f'dik li hija gradwatorja ta' l-aktar għaqdiet taż-żgħażagħ popolari hija dik ta' l-għaqdiet kulturali, bi 18.1%.", "Fl-istess linja l- istatistika ta' l-NSO turina li 1.6% biss mit-total ta' l-għaqdiet mhux governattivi kienu għaqdiet ambjentali.", "Jien naħseb li filwaqt li l- ambjent huwa ċertament issue importanti ħafna għal dan il-pajjiż, jidher li n-numru ta' għaqdiet li jiffokaw fuq l-ambjent huwa l-inqas wieħed.", "Barra minn hekk naraw li fil-perijodu ta' bejn l-2001 u l-2004 jidher li kien hemm żieda f'dawk li huma membri ta' diversi għaqdiet volontarji li jaħdmu fost iż-żgħażagħ.", "Fil-fatt insibu li l-membership bejn l-2001 u l- 2004 żdiedet bi 12.7%, jiġifieri minn 63,476 fl-2001, il-popolazzjoni ta' membri fl-għaqdiet volontarji telgħet għal 71,509.", "Barra minn hekk tajjeb li wieħed jgħid li meta wieħed iħares lejn il-parteċipazzjoni – mhux lejn il-membership biss - f'għaqdiet volontarji ta' ħaddiema li joffru l-ħin tagħhom, isib li hawnhekk kellna tnaqqis, dejjem skond l-istess statistika.", "Fil-fatt kumment li nsibu fl-istatistika huwa li l-għaqdiet mhux governattivi jserrħu aktar fuq servizzi volontarji milli fuq servizzi ta' persuni li huma mħallsin.", "Pero` jekk inħarsu lejn il-perijodu ta' bejn l- 2003 u l-2004 insibu li l-parteċipazzjoni volontarja fl-għaqdiet mhux governattivi naqset b'10.5% u għalhekk naħseb li dan għandu jħassibna ftit.", "Irridu naraw għalfejn kien hemm dan it-tnaqqis.", "Sur President, ma nistgħux ma nitkellmux ukoll fuq l-aspett finanzjarju fejn meta wieħed jara d-dħul u l-infiq li għandhom dawn l-għaqdiet volontarji li jaqgħu taħt il-kategorija taż-żgħażagħ insibu li dawn l- għaqdiet volontarji spiċċaw b'deficit bejn id-dħul u l-ħruġ u għalhekk wieħed malajr jasal għall-konklużjoni tad-diffikultajiet li dawn jgħaddu minnhom biex ikollhom fondi li jistgħu jużawhom bl-aħjar mod possibbli.", "Fil-fatt fl-2004 dawn spiċċaw bi żbilanċ ta' Lm27,778.", "Nixtieq nitkellem ftit ukoll dwar l-għaqdiet ta' l-isport fejn mill- istatisitka li ġiet pubblikata fl-2006 insibu li fis-sena 2004 f'Malta kien hawn 454 għaqda sportiva.", "Fil-fatt l-aktar clubs popolari kienu dawk tal- futbol li jammontaw għal 19.8% ta' l-għaqdiet sportivi kollha.", "Warajhom insibu l-martial arts organisations fejn dawn jammontaw għal 10.1% ta' l- għaqdiet sportivi kollha, imbagħad hemm lista sħiħa ta' diversi għaqdiet sportivi.", "Pero` hawn ukoll naraw tnaqqis.", "Fil-fatt minn 99,236 fl-2001 kien hemm tnaqqis għal 94,615 fl-2004 jiġifieri tnaqqis ta' 4.7%.", "Sur President, insibu li mill-aspett finanzjarju dawn l-għaqdiet sportivi jgħaddu minn diffikultajiet kbar.", "Fil-fatt filwaqt li l-income fis-sena 2001 kien ta' Lm5.3 miljun, fis-sena 2004 dan niżel għal Lm4.3 miljun jiġifieri fid-dħul kien hemm tnaqqis ta' 18.3%.", "L-infiq ta' dawn l- għaqdiet sportivi jkun jammonta għal kważi ftit aktar minn kwart ta' l- ispiża li tmur fuq salarji u affarijiet marbuta ma' l-istaff.", "Qed ngħid dan kollu għax l-aspett volontarju m'għandux biss konnotazzjonijiet volontarji kif nifhmuhom normalment imma hemm ukoll aspetti oħrajn marbutin ma' l-aspett ekonomiku għax dawn jiġġeneraw ukoll ċerti fondi mhux biss biex jaħdmu imma anke għal servizzi li huma stess ikollhom bżonn biex iwettqu l-ħidma bħala organizzazzjoni volontarja.", "Biex nagħlaq l-argument dwar l-income and expenditure irrid ngħid li fis-sena 2004 l-għaqdiet sportivi b'mod ġenerali spiċċaw bi żbilanċ ta' Lm1,926,187.", "Huwa importanti wkoll li nħarsu lejn l-impenn li dawn l-għaqdiet volontarji jagħtu lill-għaqda li jkunu jimmilitaw fiha.", "Personalment inħoss li matul dawn l-aħħar snin, għal raġunijiet differenti, qed jinħass li l-ħin li jiġi allokat għal dawn l-għaqdiet volontarji naqas minħabba ċerti commitments li jkollu kull individwu.", "Għalhekk hemm bżonn li nirriflettu ftit fuq dan is- settur ħalli naraw dawn l-għaqdiet volontarji fejn iridu jmorru.", "Huwa importanti li aħna niddefendu l-indipendenza tagħhom b'kull mod.", "Dan qed ngħidu għax f'pajjiżi oħrajn it-tendenza hija li minkejja li min ikun qed jaħdem f'dawn l-għaqdiet volontarji mhux bilfors ikun qed jitħallas daqslikieku dak ikun ix-xogħol professjonali tiegħu, dan xorta jkun qed jieħu ċertu ħlas.", "Għalhekk huwa importanti li l-membri ta' l-għaqdiet jaraw x'inhuma l-isfidi u d-diffikultajiet li dan is-settur jista' jkun għaddej minnhom.", "Hawnhekk tqum il-mistoqsija għalfejn għandna bżonn liġi.", "Minkejja li l- parteċipazzjoni u l-membership f'dawn l-għaqdiet volontarji għadha waħda qawwija, ovvjament meta jkun hemm tnaqqis wieħed irid isemmih biex jixgħel il-bozza l-ħamra u l-għaqdiet volontarji stess jaraw x'qed iwasal għal dan kollu.", "Għalhekk l-oppożizzjoni taqbel li għandu jkun hemm liġi pero` fl- opinjoni tiegħi rridu niggarantixxu trasparenza u demokrazija fit-tmexxija ta' dawn l-għaqdiet volontarji.", "M'għandux ikun hemm persuna jew persuni, f'xi għaqda jew oħra, li jiddettaw kollox huma għax dan iwassal biex ma jkunx hemm trasparenza u t-tmexxija ma tkunx qed issir kif suppost.", "Raġuni oħra għalfejn għandu jkollna liġi li tirregola dan is-settur hija biex ikun hemm bażi legali b'dak kollu li din iġġib magħha, jiġifieri benefiċċji u obbligazzjonijiet.", "Jien dejjem tgħallimt li d-drittijiet u d-dmirijiet jimxu flimkien u l-organizzazzjonijiet volontarji dan għandhom jirrealizzawh.", "Jien persważ li fil-maġġoranza kbira tagħhom huma konxji ta' dan.", "Wara kollox il-poplu Malti jieħu gost ikun jaf li l-flus li jagħti biex jgħin lil dawn l-għaqdiet volontarji jkunu qed jintużaw bl- aħjar mod possibbli u għall-kawża proprja tagħha.", "Jidher li fid- diskussjonijiet li kien hemm qabel ma tressaq dan l-abbozz ta' liġi fil- parlament l-NGOs ingħaqdu flimkien - dan kien pass tajjeb għax mhux kulħadd ikun lest li jaħdem flimkien - u ħarġu b'vuċi waħda.", "Pero` jidher li kien hemm xi kummenti li għadhom mhux solvuti fl-abbozz ta' liġi li ġie ppreżentat quddiemna.", "Issa jkun tajjeb li wieħed jgħid li fl-ewwel paragrafu ta' press release li kienet ħarġet kien hemm li l- istess għaqdiet qed jirrikonoxxu li huma għandhom ikunu aktar accountable għas-servizzi li joffru lis-soċjeta` Maltija u din hija xi ħaġa pożittiva.", "Pero` jidher li d-diffikultajiet ewlenin tal-membri ta' dawn l-għaqdiet volontarji baqgħu ma ġewx indirizzati skond ma qed jingħad f'din il-press release.", "F'din l-istqarrija jingħad li d-definizzjoni ta' \"organizzazzjoni volontarja\" hija wiesgħa ż-żejjed u qed tħalli barra element importanti li huwa l-indipendenza.", "Issa l-istess abbozz ta' liġi jsemmi li dawn l- għaqdiet għandhom jibqgħu għaqdiet volontarji u indipendenti u li l-gvern, ikun min ikun, m'għandux jidħol fit-tmexxija tagħhom jew inkella fil- missjoni li jkunu qed iwettqu.", "Għalhekk naħseb li fl-istadju ta' Kumitat nistgħu nħarsu ftit lejn din id-definizzjoni ħalli tkun tinftiehem aħjar.", "Punt ieħor li nixtieq nagħmel huwa li l-konċett ta' \"charity\" kif tinftiehem bl-Ingliż u l-konċett ta' \"karita`\" kif nifhmuha bil-Malti huma differenti.", "Per eżempju, għaqdiet filantropiċi u għaqdiet ta' karita` huma xi ftit jew wisq differenti pero` fl-istadju ta' kumitat wieħed ikun jista' jidħol f'aktar dettall.", "Sur President, l-organizzazzjonijiet li ħarġu din il-press release qed jgħidu li bniedem wieħed li qed jissejjaħ il-kummissarju se jkollu ħafna setgħat fuq dawn l-assoċjazzjonijiet kollha reġistrati u anke dawk li m'humiex, biex jikkontrolla, jissorvelja jew ineħħi l-attivitajiet jew l- amministraturi.", "Dawn jemmnu li aħjar ikun hemm kummissjoni milli kummissarju waħdu.", "Issa aktar 'il quddiem dan l-istess abbozz ta' liġi jsemmi wkoll \"kunsill\" u hawnhekk jien nistaqsi jekk dan sarx biex speċi b'xi mod jew ieħor jgħin lill-kummissarju fix-xogħol tiegħu.", "Jekk inhu hekk naħseb li forsi stajna nevitaw dawn il-ħafna strutturi.", "Ovvjament il- kummissarju jrid jiġi provdut bl-istaff li jeħtieġ.", "Hawnhekk nista' nsemmi l-kummissarju għat-tfal bħala eżempju.", "Dan qed ngħidu għax mhux billi nwaqqfu kummissarju imma huwa importanti li dan nagħtuh l-għodda biex ikun jista' jaħdem u jrid ikun hemm ukoll aspetti legali.", "Inutli noqogħdu nwaqqfu ħafna kummissarji u entitajiet għax fl-aħħar mill-aħħar, jekk ma jkollhomx ċerti affarijiet, l-iskop li għalihom ikunu qed jitwaqqfu ma jkunx jista' jintlaħaq mija fil-mija.", "Jien naħseb li wieħed għandu jikkonsidra l-fatt li minflok inħallu dan il- poter f'idejn persuna waħda, li huwa l-kummissarju, ikunx hemm grupp ta' nies jaħdmu flimkien ħalli r-responsabbilta` tinqasam bejn aktar minn persuna waħda.", "Barra minn hekk naħseb li jagħmel ħafna sens l-intervent ta' l-Onor.", "Marie Louise Coleiro Preca li għandna nressqu dan l-abbozz ta' liġi quddiem il-kumitat permanenti għall-affarijiet soċjali.", "Minn hawnhekk jien nixtieq intenni wkoll is-suġġeriment li għamilna bħala oppożizzjoni li kif jgħaddi t-Tieni Qari minn dan il-parlament, wieħed għandu jieqaf u jiċċara ċerti affarijiet fil-preżenza ta' l-għaqdiet volontarji u organizzazzjonijiet oħrajn li jħossu li għandhom jagħtu l-kontribut tagħhom.", "B'hekk quddiem il-kumitat permanenti għall-affarijiet soċjali jiġu diskussi ċerti problemi li jkunu tqajmu waqt it-Tieni Qari.", "Jien naħseb li dan is-suġġeriment ta' l-oppożizzjoni għandu jittieħed f'sens ta' koperazzjoni mhux biss bejn il-membri taż-żewġ naħat tal-Kamra imma anke ma' l-għaqdiet volontarji u organizzazzjonijiet oħrajn.", "Wara kollox dan l-abbozz ta' liġi qed isir għalihom u għalhekk huwa importanti li nisimgħu mingħandhom.", "B'dan il-mod dan l-abbozz ta' liġi jgħaddi bil- barka tagħhom ukoll.", "Xi ħaġa oħra li nixtieq ngħid hija li dan l-abbozz ta' liġi jirregola lill-għaqdiet volontarji kollha pero` ma jirregolax lill- gvern.", "F'liema sens?", "Għandna nagħmlu kriterji dwar kif il-gvern iqassam il-fondi pubbliċi lil diversi għaqdiet?", "Nafu li kultant il-gvern jgħaddi ċerti fondi lill-għaqdiet mhux governattivi u lill-għaqdiet volontarji u allura jkun tajjeb li wieħed jistaqsi b'liema kriterji dawn jiġu magħżula.", "Per eżempju, kultant meta tagħmel mistoqsija parlamentari biex tkun taf ċerti fondi lil min ingħataw, malajr tinduna liema distrett jikkontesta l- ministru.", "Issa hawnhekk mhux qed nirriferi għall-Ministru Cristina, għax qiegħda waħedha, imma qed nitkellem b'mod ġenerali.", "Per eżempju, kultant ikollok għaqda li tieħu Lm200 u għaqda oħra li tieħu Lm15,000.", "Allura b'liema kriterju għaqda partikolari tieħu l-mijiet u għaqda oħra tieħu l- eluf?", "Għalhekk kif għedt qabel, dan l-abbozz ta' liġi qed jirregola lill-għaqdiet volontarji pero' ma jirregolax lill-gvern rigward il-fondi li jqassam.", "Din kienet ukoll reazzjoni li għamel Douglas Rutzen meta ġie kkwotat mill- għaqdiet volontarji li ltaqgħu flimkien.", "Fl-opinjoni tiegħu dan l-abbozz ta' liġi jinawgura ż-żejjed lis-soċjeta` ċivili – naturalment din hi l- opinjoni tiegħu – u ftit wisq lill-gvern.", "Fil-fatt dan qed jgħid li dan jidher mit-titlu nnifsu tal-liġi li qed jissejjaħ \"Att biex jirregola Organizzazzjonijiet Volontarji u l-Amministrazzjoni tagħhom\".", "Ma nafx jekk forsi għandniex nagħmlu kriterji, bħal, per eżempju, kif l- Unjoni Ewropea tqassam il-fondi tagħha, fejn jekk għaqda volontarja tapplika għal proġett wieħed, jiġġudika kemm tieħu jew ma teħux fondi skond il-proġett li tkun se twettaq u mhux jekk jien nafx lit-tali ministru jew inkella jekk il-ministru jkunx joqgħod fid-distrett ta' dik l-għaqda jew le.", "Nixtieq nitkellem ukoll dwar inċentivi jew eżenzjonijiet fiskali.", "Ikun tajjeb li nikkoreġi xi ħaġa li dehret f'editorjal tal-ġurnal \"The Times\" għax jekk niftakar tajjeb, fil-programmi elettorali ta' l-1998 u ta' l-2003 il-partit Laburista kien intrabat li jagħmel inċentivi jew eżenzjonijiet fiskali lill-għaqdiet volontarji.", "Jissemmew b'mod partikolari l-għaqdiet taż-żgħażagħ, l-għaqdiet tal-kultura u l-għaqdiet ta' l-isport.", "Għalhekk fl- editorjal tad-19 ta' Diċembru ma kenux korretti li din hija xi ħaġa li oriġinat mill-gvern jew minn xi membru parlamentari tal-gvern għax il- partit Laburista kien stqarr dan fil-programmi elettorali tiegħu u għalhekk huwa importanti li wieħed jagħmel dan ċar.", "Dan qed ngħidu għax dan jagħti konċett ta' ekwita` lill-għaqdiet volontarji jiġifieri dak li se nieħu jien, tista' tieħdu inti u jekk ikun hemm eżenzjoni u napplika skond il- kriterji li jkunu pubblikati, ladarba jien nosservahom kollha, inkun nista' nikkwalifika għal dik l-eżenzjoni fiskali jew għal dak l-inċentiv fiskali.", "Inċentiv jista' jingħata lil dawk il-kumpanniji li jgħinu jew jisponsorjaw lill-għaqdiet volontarji u allura dawn jistgħu jiffrankaw ftit jew jiġu eżentati mit-taxxa.", "Għalhekk il-konċett ta' ekwita` għandna nħarsu lejh u mhux għaqda tieħu aktar għax ikollha ċerti kuntatti.", "Punt ieħor li nixtieq nagħmel huwa dwar jekk hemmx konflitt bejn dan l- abbozz ta' liġi li għandna quddiemna llum u l-liġi dwar l-isport li għaddiet ftit taż-żmien ilu.", "Dan qed ngħidu għax il-liġi dwar l-isport ukoll torbot lill-għaqdiet sportivi li dawn jirreġistraw.", "Per eżempju, paragrafu (b) ta' subklawsola (7) ta' klawsola 4 jgħid li:", "\"organizzazzjonijiet volontarji li jkunu reġistrati skond xi liġi li tipprovdi dwar regolatur għal organizzazzjonijiet bħal dawk u l- attivitajiet li huma jagħmlu;\".", "Forsi permezz ta' dan li għadni kemm qrajt inkunu koperti li l-għaqdiet sportivi ma jkollhomx għalfejn jagħmlu reġistrazzjoni oħra taħt dan l- abbozz ta' liġi li qed nitkellmu fuqu.", "Kumment ieħor li nixtieq nagħmel huwa dwar il-ġbir organizzat.", "Nafu li ċerti għaqdiet kbar jorgnaizzaw ġbir għall-karita` u għall-persuni fil- bżonn.", "Jien l-appell tiegħi hu li meta jsir dan il-ġbir fuq skala nazzjonali m'għandux ikun hemm show.", "Kultant inkunu qisna qed numiljaw lil dawk il-persuni li jkollhom ċerti bżonnijiet.", "Naħseb li permezz ta' dan l- abbozz ta' liġi li għandna quddiemna għandna niskopru mill-ġdid xi tfisser il-karita` għax verament inħossu l-ħtieġa li ngħinu.", "L-aħħar kumment li nixtieq nagħmel huwa li l-ħidma volontarja għandha tkun rikonoxxuta.", "Ħafna żgħażagħ huma attivi f'għaqdiet volontarji u qed jagħmlu ħafna xogħol li jiswa mitqlu deheb imma ħidma bħal din għandha tkun rikonoxxuta mhux biex noqogħdu nippoppaw sidirna imma għax din hija xi ħaġa li tgħin ambjenti oħrajn.", "Lil dawk iż-żgħażagħ li huma attivi f'numru ta' għaqdiet volontarji għandna nirrikonoxxuhom għax dawn jgħinu l-ambjenti fl- iskejjel.", "Kulħadd jaf bl-imġiba li kultant ikun hemm fl-iskejjel.", "Għalhekk huwa importanti li dan jiġi rikonoxxut anke f'dak li għandu x'jaqsam mal-kurrikulu ta' l-iskejjel.", "Dawn iż-żgħażagħ li huma involuti f'xi għaqda volontarja jew forsi jkunu jieħdu ħsieb grupp ta' persuni jkollhom ċertu karattru fformat u jkollhom leadership skills u dan jista' jgħinhom biex jintgħażlu minn persuni oħrajn meta jidħlu fid-dinja tax-xogħol.", "Għalhekk ejja nirrikonoxxu l-ħidma volontarja mhux biss billi ngħidu grazzi imma min iħaddem lin-nies għandu jagħti ċertu weight lil din il-ħidma li ssir minn dawn il-persuni b'mod volontarju.", "Għalhekk f'isem il-partit Laburista nixtieq nirringrazzja lil dawk il- persuni kollha li jagħtu servizz tajjeb ħafna u nawgura li l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna ma jxekkel xejn il-ħidma ta' l-għaqdiet volontarji anzi dawn ikollhom futur aħjar għall-ġid tas-soċjeta` kollha.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Anġlu Farrugia.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Sur President, jien ħadt gost ħafna nisma' lill- Onor. Tony Abela kif ukoll lill-Onor.", "Carmelo Abela li tkellmu qabli għax mingħajr ebda dubju dan l-abbozz ta' liġi huwa importanti ħafna għal pajjiżna.", "Għalkemm aħna l-membri ta' l-oppożizzjoni għandna ċerti riżervi, dan huwa abbozz ta' liġi pożittiv u jagħti ġieħ lil dan il- parlament għax fl-aħħar se jkollna liġi li tirregola l-organizzazzjonijiet volontarji u l-amministrazzjoni tagħhom.", "Ovvjament meta jkollok abbozz ta' liġi li jkun fih 41 klawsola bilfors issib x'tikkritika, għalhekk meta dan l-abbozz ta' liġi jitressaq quddiem il-kumitat permanenti għall- konsiderazzjoni ta' abbozz ta' liġi, li jien nieħu sehem fih, huwa żgur li se nirfinaw ċerti klawsoli.", "Kif qal sieħbi l-Onor.", "Carmelo Abela, fil- kumitat permanenti għall-affarijiet soċjali wieħed irid jisma' aktar affarijiet.", "Minn hawnhekk jien nixtieq nifraħ lill-Ministru Cristina li għamlet ħafna xogħol f'dan ir-rigward pero' ma jfissirx li wasalna fl- apice.", "Irridu naħdmu aktar biex ikollna l-aħjar imma huwa tajjeb li tlaqna minn x'imkien.", "Niftakar li meta f'Lulju tas-sena 2005 kienet ħarġet white paper biex ikollna liġi aħjar għall-volontarjat, jiena dħalt fiha sew - naħseb li bħala membri parlamentari responsabbli ma rridux nitkellmu biss għall-gallarija, għalkemm dik hija tentazzjoni kbira imma żbaljata - biex nara kif se jiġu rikonoxxuti dawn l-organizzazzjonijiet volontarji li nirriferu għalihom bħala NGOs u jekk dak ir-rikonoxximent legali taħt din il-liġi kif inhi proposta huwiex l-aħjar mod kif wieħed jirrikonoxxi dawn l- organizzazzjonijiet.", "Dak huwa l-ewwel punt tat-tluq.", "Sur President, fl-assenza ta' din il-leġislazzjoni x'kien jiġri f'pajjiżna?", "Jien nista' ngħid li kien hemm diversi lakuni.", "Per eżempju jien niftakar ħafna kawżi fil-qorti dwar ir-rikonoxximent ta' għaqdiet.", "Min għandu l- juridical status li jista' jiddefendi lill-membru tiegħu li ma jkunx kumpannija reġistrata jew partnership reġistrat?", "Niftakar li meta konna studenti dejjem kienu jagħtuna l-każ tal-Malta Football Association li fl- 1958 kienet diġa` ġiet rikonoxxuta mill-qrati tagħna li hija assoċjazzjoni li dawk li qegħdin fiha jagħmlu patt soċjali bejniethom.", "Għalhekk kellna ġurisprudenza f'dan ir-rigward.", "Każ li jmur lura fl-1958 kien ġie maqtugħ mill-qorti ta' l-appell kien ta' Robert Borg Olivier vs Lawrence Farrugia, li ovvjament dak iż-żmien kellhom konnessjonijiet ma' l-MFA.", "Allura għaliex għandna nħallu lill-qrati joqogħdu jesploraw jekk wieħed ikollux ċerti drittijiet jew le meta aħna korrettement illum, f'dan il-parlament, qed niddiskutu xi ħaġa li qed nagħtuha l-ħajja?", "Meta jien rajt il-white paper ta' Lulju ta' l-2005 għedt li din hija xi ħaġa pożittiva.", "Ladarba f'dak li għandu x'jaqsam ma' personalita` legali u ma' personalita` ġuridika għandek ir-rikonoxximent quddiem il-liġi, we have made a good step forward in the right direction.", "Nixtieq ngħid xi ħaġa wkoll fuq l-accountability u t-trasparenza għax f'organizzazzjoni volontarja ma jridx ikollok cowboys.", "Issa jien m'iniex se noqgħod ngħid min huwa l-cowboy f'pajjiżna imma l-esperjenza wrietna li kellna min staħba taħt organizzazzjonijiet volontarji u beda b'kawża nobbli.", "Per eżempju jien ma nistax inwaqqaf organizzazzjoni volontarja u nagħmel recruitment għall-merċenarji għax dik m'hijiex xi ħaġa pożittiva.", "Kien hemm każijiet fejn it-tluq kien tajjeb pero` mbagħad in the long run kellna min dabbar rasu u ma kienx hemm accountability.", "Dawn huma affarijiet li l-white paper kienet qed tindirizza u naħseb li hawnhekk konna qed naħdmu fuq l-istess ħaġa.", "Fin-nuqqas ta' dan kollu wieħed bilfors kellu jirriferi għall-interpretazzjoni tal-qrati.", "Niftakar li f'waħda mill-paġni tal-white paper kien hemm il-klassifikazzjoni tan-non profit-making organisations għax hemm dawk li għandhom għan soċjali u dawk li wieħed jista' jsejħilhom non-charitable purpose organisations.", "Jien ma nistħix ngħid li kien hawn min abbuża u għad hawn min qed jabbuża għalhekk huwa tajjeb li aħna b'responsabbilta` nilleġislaw, għax hawnhekk qed nitkellmu fuq flus kbar, fuq amministrazzjoni li tilħaq l-eluf tal- liri, fuq ir-riżorsi tan-nies u fuq l-innoċenza ta' min huwa kredibbli, onest u trasparenti.", "Dan għaliex ikun hawn min jieħu vantaġġ mit-tjubija, mill-onesta` u mid-dgħjufija ta' ċerti membri li sfortunatament ikunu l- ikel ta' dawn ix-sharks.", "Jien naħseb li meta wieħed jitkellem fuq il-liġi jrid jara li ħadd ma jiskappa u naħseb li huwa high time li aħna l-membri parlamentari nitkellmu b'dan il-mod.", "Issa hawn irridu naraw li dak li għandu jsir, isir b'mod professjonali u akkademikament perfett u loġiku u li jagħmel sens fit-tħaddim legali ta' kuljum f'pajjiżna.", "Huwa importanti li naraw ukoll li l-framework li nagħmlu jkun wieħed addattat għal pajjiżna.", "Tajjeb li wieħed iħares lejn leġislatura barranija imma dak li hu tajjeb għal barra mhux bilfors japplika bl-istess mod għal Malta, għax aħna għandna morali differenti.", "Qed ngħid dan mhux għax aħna kattoliċi aktar, għax sfortunatament hawn min huwa immorali ż-żejjed, u allura għandu jkun hemm min jiġbed il-linja biex dak li jkun jew joqgħod ġewwa jew jitlaq 'il barra.", "Ma nistgħux noqogħdu nagħmlu liġijiet u mbagħad dak li jkun ma jkunx irid jikkoreġi l-pożizzjoni tiegħu.", "Għalhekk jien għedt li it's high time illi jkun hemm ir-regolazzjoni tal-liġi, għax hija xi ħaġa pożittiva u huwa importanti li r-rikonoxximent ta' dawn l-organizzazzjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma' l-għajnuna finanzjarja jiġi indirizzat.", "Issa l-fatt illi l-organizzazzjonijiet volontarji ma jagħmlux profitt għandu jinkludi l- accountability u t-trasparenza li għadni kemm semmejt qabel.", "Per eżempju, illum id-donazzjonijiet saru the order of the day.", "Jien m'iniex wieħed minn dawk li naqbel li wieħed għandu jagħmel id- donazzjonijiet u hawn qed nitkellem straight.", "Jien kontra li jsiru donazzjonijiet regolari, speċjalment meta jkun hemm il-pika bejn il-partiti politiċi, imma dan m'huwiex is-suġġett tal-lum.", "Għandu jkun hemm mod ieħor kif isiru dawn l-affarijiet u kif dawn ikollhom in-nifs biex jaħdmu fl- interess tad-demokrazija u b'dan il-mod, f'ċerti dati, ma jkunx hemm il- massakru biex isiru d-donazzjonijiet.", "Per eżempju, meta jinġabru eluf ta' liri ftit ikun magħruf dwar id-distribuzzjoni tagħhom u kif dawn is-somom kbar ta' flus jiġu mħaddma.", "U din il-liġi għandha tindirizza din il- problema għax dan il-ġbir qed isir spiss.", "Li wieħed jagħmel organizzazzjoni volontarja bi ħsieb tajjeb huwa nobbli, li din l-organizzazzjoni titmexxa b'mod effiċjenti u professjonali huwa aħjar, imma li wieħed ma jagħtix kont u li wieħed jiġi jaqa' u jqum mid- domandi li jsiru minn kull quarter tas-soċjeta` Maltija huwa ħażin u irresponsabbli u negattiv.", "Għalhekk kull wieħed minna li huwa elett mill- poplu, li rridu li l-kuxjenza tagħna nadifa l-ħin kollu, m'aħna se niddefendu lil ħadd jekk dan ma jimxix mal-parametri legali li titlob il- liġi.", "U jekk hemm xi lakuna kull wieħed minna għandu r-responsabbilta` li jara kif itejjeb il-liġi.", "Jien qed ngħid minn issa li jien, bħala Anġlu Farrugia, fl-parlament m'għandi xejn x'niddikjara f'xi organizzazzjoni volontarja.", "Qed ngħid dan għaliex kultant aħna l-membri parlamentari, to catch up votes, b'xi mod jew ieħor nindaħlu f'dawn l- organizzazzjonijiet.", "Dan huwa ħażin speċjalment meta nies fil-politika jew membri parlamentari jgħinu fil-ġbir ta' flus.", "Din m'hijiex serjeta` u wieħed għandu joqgħod attent u kawt ħafna li ma jidħolx f'din il-ħaġa.", "Sur President, ir-reġistrazzjoni ta' dawn l-organizzazzjonijiet qed tagħtihom legal personality u allura wieħed għandu jara wkoll kif issir is- superviżjoni.", "Hawnhekk għandna mixture interessanti ta' NGOs li t-twaqqif tagħhom m'huwiex daqshekk ċar.", "Id-definizzjoni internazzjonali ta' NGO hija li din ma tridx tkun parti mill-gvern jew minn awtorita`, li ma tridx tkun imwaqqfa minn xi stat jew stati u li trid tkun kompletament indipendenti minn kull influwenza tal-gvern.", "Dik hija d-definizzjoni internazzjonali ta' xi tfisser NGO.", "Ġeneralment dan it-terminu huwa ristrett għal xi ħaġa li hija soċjali, kulturali u xi ħaġa li hija marbuta ma' l-ambjent.", "Fil- fatt jeżistu gruppi li għandhom dawn l-għanijiet.", "Primarjament NGO ma tridx tkun marbuta ma' kummerċ, għalhekk wieħed irid jara jekk il-liġi li għandna quddiemna hijiex konformi ma' din id-definizzjoni.", "Sur President, wieħed jaħseb li l-NGOs għandhom x'jaqsmu mal-karita` pero` għandna NGOs li huma militanti.", "Per eżempju, fi klawsola 2, taħt id- definizzjoni ta' \"social purpose\" wieħed isib li għandek various scales.", "Għandek l-avvanz tar-reliġjon, l-avvanz tas-saħħa, – din hija xi ħaġa pożittiva – l-avvanz soċjali eċċ pero` donnu li taħt din id-definizzjoni ma tantx hemm social purposes.", "Għalhekk meta niġu biex niddefinixxu \"skop soċjali\" nistgħu nagħmlu \"u kull forma oħra li tista' b'xi mod taqa' taħt din il-forma\" għax inkella nkunu qed inċekknu l-protezzjoni u s-safeguard taħt dan l-Att.", "Imbagħad għandek il-conflict resolution.", "Per eżempju, meta jien mort il- Palestina nosserva l-elezzjonijiet, grazzi għall-EU commission, iltqajt ma' ħafna NGOs li jispeċjalizzaw fuq conflict management.", "Dawn ikunu NGOs professjonali, Kanadiżi aktar minn Amerikani.", "Għalkemm illum dawn qed jitgħallmu wkoll, pero` l-Kanadiżi jkunu dejjem aktar 'il quddiem f'dak li għandu x'jaqsam ma' peacekeeping.", "Din l-idea dieħla hawn Malta wkoll.", "Għalhekk organizzazzjonijiet bħal dawn għandhom jaqgħu taħt id-definizzjoni \"social purposes\".", "Din hija xi ħaġa sabiħa aktar u aktar meta jkun hemm xi ħaġa li fuqha ma tasalx trade union.", "Per eżempju barra minn Malta, jekk ikun hemm każ bejn trade union u gvern jew trade union u kumpannija u ħadd ma jkun jista' jsolvih, iqabbdu lil xi żewġ NGOs li ħafna minnhom ikunu mibnijin b'mod professjonali min-nies akkademiċi u nies li għandhom ċerta esperjenza - uħud minnhom dawn ikunu retired professional people, bħal, per eżempju, retired judge jew retired magistrate – għax dawn ikunu kapaċi jsolvu dawn it-tip ta' problemi.", "Sur President, wieħed irid jara li dawn ukoll jiġu encompassed fid- definizzjoni biex ma nħallu lil ħadd barra.", "L-iskop soċjali għandu jkun wiesa' ħalli permezz tiegħu dan il-pajjiż nagħtuh iktar saħħa.", "Per eżempju, għandna ħafna nies li huma intelliġenti, kapaċi u born leaders imma dawn ma jridux jidħlu fil-politika għax idejjaqhom il-fatt li jkunu jappartjenu ma' partit politiku.", "Aħna rridu noħolqu strutturi biex dawn ikunu jistgħu jipparteċipaw fis-soċjeta` tagħna.", "Għandu jkun hemm nies li jkunu jistgħu jagħtu servizz lil pajjiżna f'sitwazzjonijiet kultant kritiċi.", "Per eżempju, hawnhekk nista' nsemmi conflict resolution jew conflict reconciliation.", "Dawn jistgħu jkunu aspetti li ma jkunux purament partiġġjani pero` jkollhom x'jaqsmu direttament mad-demokrazija f'pajjiżna.", "Per eżempju tista' tinħoloq sitwazzjoni ta' kriżi kostituzzjonali u ma jkunx ideali li jkun xi partit li jista' jsolviha u allura huwa tajjeb li jkun hemm nies speċjalizzati u akkademiċi f'dawn l-NGOs biex ikunu jistgħu jagħmlu dan.", "Sur President, ir-raba' taqsima ta' dan l-abbozz ta' liġi tirrigwarda r- reġistru ta' organizzazzjonijiet volontarji.", "Dan ir-reġistru huwa maqsum f'żewġ partijiet, għandek il-parti li titkellem dwar ir-reġistrazzjoni ta' dawk l-organizzazzjonijiet volontarji u allura tidħol id-definizzjoni \"social purpose\" li fiha tinkludi n-non profit organisations, imbagħad għandek il-parti li tgħid li minkejja li dawn ikunu established for a lawful purpose, m'għandhomx skop privat għalkemm ikunu non profit making.", "Din tista' toħloq ftit problemi f'dak li għandu x'jaqsam ma' reġistrazzjoni.", "Għalkemm wieħed jifhem li din id-diviżjoni ta' dawn il- partijiet setgħet saret bi skop, l-iskop m'huwiex wieħed ċar.", "Hawnhekk għandu jkollna aktar kjarifikazzjoni dwar din id-diviżjoni, speċjalment jekk din qed issir għal raġuni partikolari.", "Donnu li wħud minnhom se jiġu preferuti minn oħrajn dwar dik li hija reġistrazzjoni u dwar jekk hemmx xi raġuni min minnhom se jaqa' taħt parti A u taħt parti B u jkun aktar eliġibbli għall-funding.", "Din m'hijiex ċara.", "Għalkemm kulħadd jaf li l- funding jista' jiġi minn persuna jew inkella jista' jkun hemm ukoll forma ta' grants, sponsorships jew għajnuna diretta minn ċerti entitajiet li jkunu kontrollati mill-gvern, ma rridux ninsew li ladarba dawn l- organizzazzjonijiet jiġu reġistrati kif inhu l-att, malli jinħareġ iċ- ċertifikat ta' reġistrazzjoni, huma kkonsidrati bħala legal personality u għandhom it-terms of the law.", "Għalhekk meta wieħed jara t-tieni skeda tas- Civil Code, in terms of the law, isib li dawn ikunu eliġibbli.", "Issa ladarba organizzazzjoni volontarja tkun reġistrata u jkollha ċertifikat, tista' tirċievi jew tista' tkun beneficiary u se jkollha wkoll ċerti privileġġi u entitlements li ovvjament joħorġu mill-istess liġi.", "Huwa interessanti li f'paġna 44 tal-white paper hemm li dawn l- organizzazzjonijiet jistgħu jkunu wkoll dak li ngħidulhom aħna party to contracts.", "Mela dawn jistgħu jkunu wkoll personalita` ġuridika per se li tkun parti minn kuntratt u allura tajjeb li wieħed jara ftit l-ingaġġ tagħhom f'dak li għandu x'jaqsam ma' rimunerazzjoni fil-mod kif jagħmlu s- servizzi għar-rikjesta ta' l-istess gvern u għar-rikjesta ta' kontroll tal- gvern.", "(Interruzzjonijiet) Il-ministru qed tgħidli li l-white paper tbiddlet pero` jien qed ngħid kif ħarġet ir-riferenza fil-white paper u kif se tkun fil-liġi.", "Dan qed ngħidu ħalli l-gvern joqgħod attent li ladarba jkollu dawn ir- reġistrazzjonijiet ta' dawn il-kumpanniji u ta' dawn l-organizzazzjonijiet volontarji ma jużax idu għal ċerti għaqdiet u għal għaqdiet oħra ma jużahiex.", "Huwa importanti li jikkontrolla lilu nnifsu fuq il-mod kif iħaddem il-fondi.", "Irridu noqogħdu attenti li ma nikkreawx diskriminazzjoni bejn NGOs li huma reġistrati u NGOs oħrajn li jippreferu li ma jirreġistrawx.", "Dan huwa punt importanti li nħoss li għandi nagħmlu fid- dibattitu ta' dan it-Tieni Qari mingħajr ma noqgħod nikkwalifika eżatt x'irridu nagħmlu fi stadju ta' kumitat meta niġu biex nirfinaw il-liġi.", "Issa nixtieq nitkellem ftit dwar il-kummissarju.", "Waħda mill-funzjonijiet li għandu l-kummissarju hija li jissorvelja l-attivitajiet ta' organizzazzjonijiet volontarji pero` m'hemmx makkinarju legali ċar kif dan se jsir.", "M'hemmx mod ċar kif se jkun dan il-makkinarju biex ikun aktar trasparenti u accountable.", "Per eżempju f'paragrafu 6 li hemm f'paġna 45 tal-white paper hemm biss \"to monitor the activities of voluntary organisations\" u dan huwa rifless ukoll fil-liġi.", "Din m'hijiex ċara aktar u aktar għax fid-Data Protection Act li għaddejna minn dan il-parlament ftit tas-snin ilu, filwaqt li hemm li \"the commissioner shall compile and maintain information\" jiġifieri jrid jara kif jiġbor l-affarijiet li huma relatati ma' l-organizzazzjonijiet volontarji, dawn ma ġewx reġistrati skond dan l-Att.", "Mela allura hawnhekk il-kummissarju se jkollu jiffaċċja problema.", "Il-kummissarju għandu l-funzjoni addizzjonali li minbarra l-monitoring għandu wkoll il-compilation u ż-żamma ta' informazzjoni dwar dawk li m'humiex enrolled u li huma reġistrati taħt dan l-Att.", "Dan irid jissorvelja wkoll l-attivitajiet u jara li dawn ikunu konformi mal-liġi.", "Għalhekk meta għandek dan il-ftuħ ta' din il-funzjoni tal-kummissarju u m'għandekx legal framework kif għandu verament ikun il-monitoring, allura wieħed jistaqsi: Se jkollna monitoring tal-kummissarju li mhux se jkollu kontroll?", "Jien ma naħsibx li hu hekk imma qed nistaqsi.", "Pero` jekk ma jkollokx legal framework jista' jkollok din il-possibilita` u aħna ma rridux li jkollna organizzazzjonijiet li ma jkunx hemm kontroll kif ikun hemm monitoring u fl- istess waqt dawn l-organizzazzjonijiet, għax ma jkunux iridu jirreġistraw, dawn se jkunu soġġetti għal skrutinju mingħajr accountability.", "Qed ngħid dan għax imbagħad għandek il-kwestjoni li kemm-il darba għandek il-parti aggrieved u din se tmur quddiem il-board of appeal biex tiċċalinġja advertisement....", "(Interruzzjonijiet) Per eżempju klawsola 7 titkellem ukoll fuq monitoring ta' advertisement.", "Jista' jkollok advertisement li jinvolvi organizzazzjoni u jgħid li dik il-ħaġa ma tkunx korretta, tkun saret ħażin jew tkun ġiet maqbuża the bound of regulation.", "Sur President, poter ieħor tal-kummissarju li jien insejjaħlu poter drakonjan huwa dak li jista' jissospendi l-attivitajiet ta' kwalunkwe organizzazzjoni volontarja.", "Per eżempju fl-antik kummissarju tal-pulizija, at his own discretion, seta' jaqbad u ma jġeddidlekx liċenzja.", "Niftakar li darba kellna l-każ Coreschi vs l-kummissarju tal-pulizija li spiċċa fil- prim'awla sede kostituzzjonali fejn il-poter tal-kummissarju tant kien wiesa' li kważi ma kontx tista' tiċċalinġjah.", "Għalhekk irridu noqogħdu attenti li l-kummissarju ma jkollux dan it-tip ta' poter, jew jekk se jkollu ċertu poter, ikun hemm il-monitoring.", "Ovvjament wieħed din għad irid jiddiskutiha aktar fid-dettall.", "Sur President, ladarba wieħed għandu jagħmel regolamenti biex ikun hemm opinjonijiet ta' konsulenza, għandu jkun hemm ċerta prudenza biex ikollna aktar bilanċ rigward sospensjoni u tħassir ta' attivitajiet.", "Per eżempju klawsola 19 tgħid li l-kummissarju jista' jagħmel rikors quddiem il-bord ta' l-appell biex jordna s-sospensjoni jew biex jordna t-tħassir ta' iskrizzjoni ta' organizzazzjoni.", "Anke hawnhekk il-prudenza titlob li għandu jkun hemm ċerti checks and balances.", "M'huwiex ċar, per eżempju, il-mod kif il-kunsill nazzjonali għandu jiġi amministrat u x'poteri se jkun hemm taħt il-kontroll tal-ministru biex jagħmel ċerti regolamenti.", "Klawsola 28 titkellem fuq panels konsultattivi pero` rridu noqogħdu attenti dwar il-mod kif se ssir is-selezzjoni.", "It-tentazzjoni hija li jkunu political selections imma jien nawgura li dan ma jsirx għax din hija xi ħaġa li għandha tkun above politics.", "Din hija liġi li għandha tagħti unur lil dan il-parlament u allura f'dak li għandu x'jaqsam ma' kollezzjoni ta' fees, reġistru pubbliku, reġistrazzjonijiet, unclaimed donations u fondi li l-oriġini tagħhom tkun ta' kumpanniji li b'xi mod jiġu likwidati, għandhom jitmexxew min-nies li huma above politics.", "Sur President, filwaqt li jien naqbel ħafna ma' dan l-abbozz ta' liġi li jagħmel unur lil dan il-parlament, ċertament hemm ħafna affarijiet oħra li wieħed għandu jirfina u hemm ħafna affarijiet li wieħed għandu jitgħallem, speċjalment kif jitħaddmu NGOs fi sfera internazzjonali.", "Per eżempju, hawnhekk nista' nsemmi l-perfezzjoni li biha jaħdem il-kumitat internazzjonali tar-Red Cross.", "Dan l-aħħar kont qed naqra dwar il-mod kif jiskrutinaw ċerti attivitajiet.", "U meta jikbru dawn trid toqgħod attent kif tikkontrolla.", "Jien se nagħlaq billi nsemmi l-akbar ħames NGOs fid-dinja.", "Dawn huma l-amnesty international, ir-refugees international, l-Oxfam, il- greenpeace u l-front d'action populaire en réaménagement urbain li għandha budget ta' kważi USD300 miljun fis-sena.", "Għalhekk meta nara dan kollu nibda ngħid kemm aħna l-membri parlamentari għandna nkunu kburin li se nipperfezzjonaw dak li diġa` huwa tajjeb.", "Għalija din hija liġi tajba li titlob aktar attenzjoni.", "Nirringrazzjak, Sur President, tal-ħin li tajtni biex inkun nista' nispjega l-pożizzjoni tiegħi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Il-Ministru ta' l-Edukazzjoni.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, jien segwejt direttament u indirettament id-dibattitu li għaddej f'din il-Kamra dwar din il-liġi li tirrigwarda l- għaqdiet volontarji u mhux govermentali.", "Naħseb li din hija waħda minn ħafna okkażjonijiet li jkollna f'dan il-parlament fejn iż-żewġ naħat tal- Kamra jiddiskutu b'mod kostruttiv u pożittiv il-proposti li jkollu quddiemu l-parlament.", "Iż-żewġ diskorsi li smajna llejla, dak ta' l-Onor.", "Abela u dak ta' l-Onor.", "Anġlu Farrugia kienu diskorsi li wieħed jilqagħhom bl-aktar manjiera kostruttiva, diskorsi li fil-parti l-kbira tagħhom kienu qegħdin jappoġġjaw il-proposta li qed tavvanza l-Ministru Dolores Cristina u ġustament diskorsi li wasslu punti li jew qed tqanqalhom l-oppożizzjoni jew inkella tqanqlu anke minn għaqdiet fil-qasam tal-volontarjat u li ġew anke mfissra fil-mezzi tal-komunikazzjoni.", "Dawn wieħed irid jiflihom daqsxejn sew.", "Dan huwa sinjal pożittiv ħafna għall-qasam tal-volontarjat għaliex f'din l-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż kellna konferma tar-rikonoxximent, tar-rispett u ta' l-għożża li aħna għandna għal kulmin b'xi mod, kbir jew żgħir, jiddedika mill-intelliġenza tiegħu, mill-enerġija tiegħu, mill-mezzi tiegħu u mill-ħin tiegħu għal kawżi soċjali, kawżi kulturali, kawżi fil- qasam ta' l-isport u kawżi fejn dak li jkun jieqaf ma' min huwa l-aktar fil- bżonn.", "Jien naħseb li l-Ministru Cristina għandha għalfejn tkun kuntenta li rnexxielha ġġib b'mod konkret f'dan il-parlament proposta ta' liġi li kienet ilha mixtieqa – fil-fatt konna ilna nitkellmu fuqha u nipprovaw noħolqu qafas legali - u li rnexxielha wkoll tqanqal interess qawwi ħafna b'manjiera mill-aktar kunsenswali.", "Din hija liġi oħra li l-gvern qiegħed javvanza mhux bl-addoċċ imma wara ħafna ħsieb, wara pubblikazzjoni ta' white paper sena u nofs ilu u wara li l-Ministru Cristina irċeviet, fliet u eżaminat dawk il-proposti li laħqu waslu għandha sal-pubblikazzjoni ta' dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna.", "Sur President, aħna x'irridu?", "Huwa importanti li kulħadd jifhem x'inhi l- intenzjoni tal-gvern.", "Issa li l-gvern qed jagħmel din il-proposta ma jrid xejn ħlief li joħloq l-aħjar ambjent possibbli u l-aħjar qafas legali possibbli biex jgħin lill-volontarjat u lill-għaqdiet mhux govermentali jwettqu l-vokazzjoni u l-missjoni tagħhom.", "Aħna mhux qed nippretendu li dan l-istrument li qed nipproponu huwa strument perfett u m'aħniex nippretendu li ma fihx x'għad nistgħu nirfinaw u ntejbu fih.", "Aħna m'aħniex qegħdin nippilotaw dan l-abbozz ta' liġi b'għajnejna magħluqin għall-kummenti li qed isiru kemm mill-oppożizzjoni kif ukoll mill-media.", "Dan huwa abbozz ta' liġi li l-gvern varah f'dan il-parlament fl-istadju tat- Tieni Qari.", "Fil-fatt saru ħafna dikjarazzjonijiet fil-media bħallikieku dan l-abbozz ta' liġi diġa` għadda mill-istadju tat-Tieni Qari.", "Pero` naħseb li ma kienx qiegħed jinftiehem x'inhu l-proċess li jsegwi l- parlament għax fil-fatt dan l-abbozz għadu qed jiġi diskuss fl-istadju tat- Tieni Qari.", "Ma nafux kemm se jdum jiġi diskuss fl-istadju tat-Tieni Qari pero` wara li nlestu dan l-istadju, imbagħad ngħaddu għall-istadju ta' Kumitat, forsi l-aktar stadju importanti għall-formolazzjoni tal-liġi.", "Nafu b'esperjenza waħda wara l-oħra, kemm l-abbozzi ta' liġi li jippreżenta l- gvern fl-istadju ta' Kumitat jitlaqqmu mis-suġġerimenti u mill-proposti li jagħmlu l-membri parlamentari, ħafna drabi fuq ispirazzjoni tas-soċjeta` ċivili li tesprimihom jew formalment permezz ta' korrispondenza lill-gvern jew lill-membri parlamentari jew inkella informalment permezz ta' dak li jkun jidher fil-mezzi tal-komunikazzjoni.", "Sur President, f'dan l-istadju qegħdin niddiskutu l-prinċipji ġenerali u qegħdin naraw kif id-dettalji li hemm fl-abbozz ta' liġi jinkwadraw ruħhom fihom.", "Għalhekk huwa importanti ħafna illi l-Kamra kollha, l-għaqdiet volontarji kollha u l-mezzi ta' komunikazzjoni kollha kemm huma japprezzaw li aħna ma ġejniex f'dan il-parlament qisu Mose` niżel bit-twavel minn fuq il-muntanja, imma ġejna hawn proprju biex navvanzaw id-djalogu - naturalment ma rridux nibqgħu niddjalogaw għal dejjem - u biex naslu għall- aħjar konklużjoni fl-aqwa interess ta' pajjiżna u biex nilħqu l-mira li għaliha qed nagħmlu din il-liġi.", "Nerġa' ngħid li aħna rridu noħolqu l- aħjar ambjent ħalli l-għaqdiet volontarji jiffjorixxu u jkomplu bil-ħidma tagħhom u l-poplu tagħna jkollu rasu mistrieħa li l-għaqdiet volontarji qegħdin tassew iwettqu l-funzjoni u l-vokazzjoni tagħhom speċjalment meta huma jirċievu finanzi kultant sostanzjali anke mingħand il-poplu.", "Sur President, min-natura tiegħu, mill-valuri tiegħu u mill-ideali tiegħu stess il-partit Nazzjonalista dejjem emmen b'saħħa kbira fis-sehem tal- volontarjat, ta' l-għaqdiet mhux governattivi u tas-soċjeta` ċivili.", "Jekk kien hemm xi partit politiku li kien ċar fuq din is-sitwazzjoni kien il- partit Nazzjonalista u jekk kien hemm xi gvern li ħa diversi miżuri, waħda wara l-oħra, ta' kollaborazzjoni ma' l-għaqdiet volontarji fir-rispett sħiħ ta' l-identita` u ta' l-awtonomija tal-volontarjat u ta' l-għaqdiet mhux governattivi kien proprju l-gvern li jmexxi l-partit Nazzjonalista.", "Jien m'għandix il-ħin li nagħmel storja ta' dawn l-aħħar 20 sena biex nuri b'eżempji konkreti liema kollaborazzjoni wettaqna.", "Il-gvern ħa inizjattivi, ħadem biex isaħħaħ l-għaqdiet tal-volontarjat u ta l-appoġġ kollu tiegħu.", "Il-gvern tant emmen fl-għaqdiet tal-volontarjat li ssieħeb magħhom u fdalhom f'idejhom servizzi soċjali li huma vitali u importanti.", "Barra minn hekk ikkollabora ma' volontarjat li ġie qabel il-gvern biex jidħol f'ċerti oqsma.", "Huwa tajjeb li wieħed ifakkar li qabel ma l-Istat Malti ħolom bil-welfare state u bix-xibka ta' servizzi soċjali fil-qasam tas-saħħa, fil-qasam ta' l-edukazzjoni u fl-oqsma ta' appoġġ soċjali lill- familji li huma fil-bżonn, lill-anzjani, lill-persuni b'diżabilita', snin twal qabel, il-volontarjat, l-aktar il-Knisja kattolika f'pajjiżna, kienet preżenti f'dawn l-affarijiet.", "Din ippreċediet lill-Istat u poġġiet il- valuri u l-istrutturi ewlenin biex seta' kien hemm min ħa ħsieb lit-tfal iltiema, lit-tfal orfni, lit-tfal li ġew abbandunati, lill-anzjani, lill- familji b'diffikulta` u lill-familji li għandhom bżonn materjali.", "Kien hemm ukoll l-iżvilupp fil-qasam ta' l-edukazzjoni u fl-isptarijiet.", "F'pajjiżna l-ewwel u qabel kollox kienet il-Knisja kattolika li għamlitu dan.", "Kienet il-Knisja kattolika li ħeġġet lil-lajċi, lill-familji u lill- volontarjat biex tiġi appoġġjata ħalli tkun tista' tifrex din ix-xibka ta' servizzi, speċjalment meta f'dawk iż-żmenijiet kien hawn mezzi limitati ħafna li kienu jiddependu biss fuq il-karita` tal-poplu.", "Hemm ukoll il- volontarjat tal-każini tal-baned u ta' l-għaqdiet tal-mużika f'kull belt u raħal li għandna f'pajjiżna.", "Dawn taw kontribut kbir għall-iżvilupp politiku u kostituzzjonali ta' pajjiżna imma kkontribwixxew l-aktar biex kull belt u raħal setgħet tiġi avvanzata l-imħabba għall-mużika u l- organizzazzjoni ta' kultura popolari mill-iktar importanti permezz tal- festi Maltin u Għawdxin.", "F'mumenti ta' diffikulta` dawn is-soċjetajiet appoġġjaw ukoll lil xi individwi, familji u kawżi soċjali u nazzjonali li nibtu matul iż-żmien.", "Per eżempju l-qasam ta' l-isport f'Malta jeżisti biss grazzi għall- volontarjat.", "Hemm ukoll l-oqsma tal-kultura, ta' l-arti, tal-mużika u tat- teatru li mingħajr il-volontarjat ma setgħux jimxu.", "Irrid insemmi wkoll oqsma speċjali fejn il-volontarjat jiddi u jispikka għas-servizzi li jagħti.", "Hawnhekk qed nirriferi għad-Dar tal-Providenza, għall-Caritas, għall-OASI, għall-Hospice Movement u għal tant għaqdiet oħrajn.", "Biżżejjed ngħidu illi f'Malta għandna mijiet ta' għaqdiet u għandna eluf kbar ta' ċittadini li jimmilitaw f'għaqdiet volontarji ta' tfal, ta' żgħażagħ, ta' sport u ta' ħarsien soċjali u naħseb li din il-preżenza hija importantissima.", "Kif kont qed ngħid il-gvern jikkollabora bil-qalb kollha u jixtieq li jista' jikkollabora iktar ma' għaqdiet li qegħdin jagħtu dawn is-servizzi.", "Il-ministeru tiegħi u l-ministeru għall-familja u solidarjeta` soċjali jaħdmu mill-qrib ma' dawn l-għaqdiet tal-volontarjat.", "Aħna mhux biss nikkollaboraw fi programmi soċjali u f'inizjattivi soċjali partikolari li għalihom il-gvern, kull sena, jiddedika ċertu ammont ta' flus, imma għaliex ikollna ċertu ftehim biex naħdmu magħhom.", "Sur President, quddiemna għandna din il-liġi li qiegħda toħloq qafas legali l-ewwel u qabel kollox biex l-għaqdiet volontarji jiġu mogħtija għodda u jkollhom faċilita` aħjar biex l-operat tagħhom jissaħħaħ iktar, speċjalment fejn jidħlu l-aċċess għall-finanzi li jista' jipprovdi l-gvern jew inkella l-Unjoni Ewropea.", "Din il-liġi qiegħda tipprovdi diversi elementi ġodda li qatt ma kellna fil-qasam tal-volontarjat.", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq għaqdiet mhux governattivi u fuq volontarjat li għandu skop soċjali u skop ta' ħidma li l-mira tagħha m'hijiex il-profitt.", "Dan huwa qasam li għandu jkun privileġġat anke b'appoġġ fiskali min-naħa tal-gvern u għandhom jiġu wkoll privileġġati fiskalment dawk iċ-ċittadini Maltin, kumpanniji u għaqdiet oħrajn li jagħmlu donazzjonijiet jew jagħtu sponsorships biex tkun tista' titwettaq il-ħidma li jagħmlu dawn l-għaqdiet.", "Jien segwejt b'attenzjoni dak li kien qed jiġi rapportat fil-mezzi ta' komunikazzjoni bħala parti mill-proċess ta' diskussjoni fuq din il-liġi li hija importanti ħafna għall-iżvilupp tas-soċjeta` tagħna għax il- volontarjat huwa wieħed mill-valuri fundamentali tal-poplu Malti u Għawdxi.", "Dan huwa valur li jista' jwettaq il-ħin kollu s-sejħa li fejn hemm l- imħabba u l-għożża, hemm ukoll Alla.", "Minnu nnifsu Alla huwa imħabba u karita`.", "Huwa importanti ħafna li meta nitkellmu fuq il-volontarjat wieħed ma jħarisx lejh bħala dak is-settur li se jipprovdi għall-bżonnijiet materjali ta' dawk li huma fil-bżonn imma jrid ikun volontarjat li dan jagħmlu b'kariżma u b'imħabba.", "Għandu jkun hemm element ta' spiritwalita` f'dan is-servizz li jingħata għax jekk il-volontarjat f'dan il-qasam soċjali jkun biss ispirat mill-affarijiet materjali - li m'hemmx dubju li huma importanti wkoll - ma jkunx qed iwettaq l-identita` u l-karatteristika vokazzjonali tiegħu.", "Sur President, f'dan id-dibattitu qed jitqanqlu xi punti għall-attenzjoni u għall-konsiderazzjoni ta' din il-Kamra, partikolarment tal-gvern.", "Dawn jirrigwardaw b'mod partikolari l-kwestjoni tal-garanzija, ta' l- indipendenza u ta' l-awtonomija ta' l-għaqdiet mhux governattivi kif ukoll xi punti oħrajn li huma marbutin ma' din il-kwestjoni.", "Huwa importanti li ngħidu li aħna ma rridu nagħmlu xejn li b'xi mod jolqot l-indipendenza jew l-awtonomija ta' l-għaqdiet mhux governattivi jew tal-volontarjat.", "Għalhekk wieħed bilfors irid jirrifletti fuq it-tifsira ta' x'inhu volontarjat, ta' x'inhi għaqda volontarja u ta' x'jikkostitwixxi għaqda mhux governattiva.", "Naħseb li jkun tajjeb li wieħed jagħmel distinzjoni bejn xi ħadd li jagħmel xi ħaġa għax irid, għax iħoss li għandu jagħmilha, għax jemmen li se jagħmel il-ġid u allura jagħmilha b'mod volontarju u għaqda volontarja, għaqda mhux governattiva.", "Per eżempju, jien dħalt fil-politika għax ridt, dħalt fil-politika b'mod volontarju, kelli nagħmel ħidma volontarja, ridt nikseb appoġġ minn ħafna voluntiera oħra u bis-saħħa ta' ħidma volontarja mmilitajt f'partit imma jien illum nagħmel parti mill-gvern u m'iniex parti minn għaqda volontarja jew minn għaqda mhux governattiva.", "Għalkemm il-proċess biex issir membru tal-Kamra tar-Rappreżentanti huwa proċess ta' ħafna ħidma volontarja, jien m'iniex aktar membru ta' xi għaqda mhux governattiva.", "Hemm ħafna sitwazzjonijiet fejn l-individwu jagħmel xogħol volontarju imma jkun qed jaħdem f'istituzzjoni li m'hijiex volontarja kif nifhmu fis-sens proprju tal-kelma.", "Irridu nagħmlu distinzjoni bejn il- ħidma ta' l-individwi li hija ħidma volontarja u l-istituzzjoni li tista' tikkwalifika biex tkun istituzzjoni mhux governattiva u volontarja.", "Jien inħoss li l-volontarjat u l-għaqdiet mhux governattivi huma distinti mill- fatt li l-assoċjazzjoni tan-nies li jwaqqfu dawn l-għaqdiet għandha tkun ispirata minn skopijiet komuni li għandha regoli li jibnu identita` u jitħaddmu f'awtonomija sħiħa mingħajr indħil ta' xi istituzzjoni oħra ħlief fil-qafas ta' rispett għal-liġijiet ġenerali u partikolari tal-pajjiż.", "Naħseb li dan huwa importanti li nżommuh quddiem għajnejna.", "Sur President, f'dan l-abbozz ta' liġi hemm li organizzazzjoni volontarja jrid ikollha skop leġittimu, ma tagħmilx profitt, ikollha element ta' ħidma volontarja u tista' tkun reġistrata għax il-liġi ma tobbligax lill-għaqdiet volontarji li jirreġistraw.", "Meta jien inħares lejn dak li għandna miktub f'din il-liġi ma nsibx li aħna qed niddefinixxu b'manjiera żbaljata x'inhuma l-għaqdiet volontarji u l-għaqdiet mhux governattivi.", "Huwa importanti li ssir ħaġa ċara.", "Sar ħafna diskors kemm f'din il-Kamra kif ukoll fil-ġurnali li m'huwiex preċiżament fuq l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna imma huma aktar riflessjonijiet fuq il-pożizzjoni kif kienet qed tiġi mfissra fil-white paper milli kif ġiet esposta fl-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna.", "Tajjeb li nenfasizza li gvern jippubblika white paper biex il-proposta li jkun qed jagħmel tkun tista' tiġi analizzata mill- pubbliku u minn dawk kollha interessati.", "Ħafna drabi wara li jgħaddi ż- żmien meħtieġ ta' konsultazzjoni u ta' analisi minn fuq dik il-white paper, il-gvern, bl-esperti tiegħu, jgħaddi għall-abbozz ta' liġi, imma dan ma jkunx kopja eżatta ta' dak li jkun deher fil-white paper.", "Dak l-abbozz ta' liġi diġa` jkun ħa in konsiderazjzoni diversi kummenti, ilmenti, kritika u suġġerimenti li jkunu saru abbażi tal-proposta li tkun dehret fil- white paper u allura wieħed irid joqgħod attent li ma jkunx qed jitkellem fuq il-proposta tal-white paper imma fuq dak li jkun hemm fl-abbozz ta' liġi.", "Nifhem li għad hemm min għadu qed isib ċerta diffikulta`, anke fuq il- proposta kif imfissra fl-abbozz ta' liġi, għax jista' jkun hemm bżonn kjarifiki aħjar fid-definizzjonijiet biex dak li jkun iserraħ rasu li l- abbozz ta' liġi qiegħed isaħħaħ l-indipendenza u l-awtonomija ta' l- għaqdiet mhux governattivi tas-soċjeta` ċivili.", "Aħna qed ngħidu li din hija mira li l-gvern irid jassigura li dan l-abbozz ta' liġi jilħaq.", "Nifhem li hawn diffikulta` fuq subklawsola (3) ta' klawsola 3 fejn l-abbozz ta' liġi qed jipproponi li dawk l-organizzazzjonijiet li jkunu mwaqqfa u kkontrollati mill-gvern ikunu jistgħu jiġu miktuba fir-reġistru ta' l- għaqdiet volontarji sakemm naturalment l-iskop tagħhom ma jkunx dak ta' profitt.", "Jien nifhem li din is-subklawsola tippreżenta diffikultajiet li tqanqlu anke f'din il-Kamra u li bla dubju l-gvern se jeżaminahom bir-reqqa biex ikun jista' jsib l-aktar soluzzjoni tajba.", "Naturalment aħna f'Malta m'għandniex il-konċett ta' charitable institution kif għandhom fl-Ingilterra.", "Hemmhekk f'ħafna universitajiet, fuq il- letterhead tagħhom, ikollhom il-logo u l-isem ta' l-universita`, imbagħad ikun hemm il-kliem: \"This is a charity according to the law\".", "Dan għaliex fl-Ingilterra jinkoraġġixxu lis-soċjeta` ċivili u lill-qasam tal-business, b'mod partikolari, biex jikkontribwixxu u jagħtu fondi lill-universitajiet.", "U minħabba li hemm liġijiet li jagħtu vantaġġi fiskali lil min jagħti kontribuzzjonijiet lil organizzazzjonijiet li jaqgħu taħt il-liġi taċ- charities, allura l-universitajiet ikunu ġew imwaqqfa u jkollhom statut biex ikun jista' jikkwalifika bħala charity.", "Sal-lum aħna m'għandniex dan il-konċett u jista' jagħti l-kas illi subklawsola (3) ta' klawsola 3 ta' dan l-abbozz ta' liġi kienet qed taħseb għal sitwazzjonijiet simili fejn jista' jkollok inizjattivi li jistgħu jittieħdu mill-gvern imma li mbagħad jitilqu għal rashom.", "Waħda minnhom li ssemmiet hija l-fondazzjoni patrimonju Malta.", "Sur Presdent, kien il-Ministru Michael Frendo li snin ilu kien ħa l- inizjattiva biex titwaqqaf din il-fondazzjoni, imma l-iskop preċiż dak iż- żmien kien biex proprju fil-qasam tal-kultura u tal-patrimonju tagħna jidħol il-volontarjat b'manjiera aktar organizzata u aktar strutturata għax dak iż-żmien il-gvern kien fehem li l-patrimonju tagħna kellu bżonn l- appoġġ tas-settur privat u tal-volontarjat.", "Mela għandna l-punt safejn l- aġenziji tal-gvern għandhom jidħlu f'dan l-abbozz ta' liġi.", "Imbagħad hemm il-punt l-ieħor li jirrigwarda lill-kummissarju, li huwa l- uffiċjal pubbliku li jkun appuntat mill-gvern.", "Issa hawn ukoll, il-gvern ikun il-ħin kollu miftuħ għad-diskussjoni u għall-argumenti validi imma fl- istess ħin irridu nagħmlu ċerta distinzjoni.", "Aħna favur li jkun hemm proċess qawwi ta' self-regulation min-naħa tal-volontarjat u min-naħa ta' l- għaqdiet mhux governattivi.", "Iżda hemm distinzjoni bejn dak li huwa self- regulation u dawk li huma funzjonijiet regolatorji ta' l-Istat.", "Hemm elementi f'dan is-settur kollu kemm hu li huma ta' interess pubbliku u nazzjonali u l-gvern tal-ġurnata jrid iħares dan l-interess.", "Issa fl-istadju ta' Kumitat wieħed jista' jifli liema huma dawk il-punti ta' interess pubbliku li għandhom jiġu salvagwardati.", "Ħafna drabi saret riferenza għal meta l-pubbliku in ġenerali jiġi mitlub biex jikkontribwixxi finanzi għal skop soċjali jew għal proġett partikolari li jkun se jitwettaq mill-volontarjat u kif il-pubbliku se jkollu sodisfazzjon li l-finanzi jkunu ġew utilizzati b'mod effettiv għall-iskop li għalih intalbu.", "Dan huwa punt ta' interess pubbliku għaliex il-Maltin huma magħrufa għall- ġenerożita` tagħhom u għall-manjiera risponsiva tagħhom meta jkun hawn appelli fi traġedji nazzjonali, internazzjonali u bżonnijiet li jkun hawn fil-pajjiż.", "Għalhekk irridu napprezzaw ftit li s-self-regulation huwa proċess importanti li l-liġi għandha tiffavorih imma mbagħad hemm ukoll dawk il-kwestjonijiet li għandhom ikunu regolati mill-Istat.", "Jien rajt x'inhuma l-poteri ta' dan il-kummissarju u ma sibtx li dan għandu xi poteri bla limiti – fil-fatt dawn kienu qed jissejħu wide ranging discretionary powers of government – jew inkella li m'huwiex accountable.", "Fil-fatt sal-lum il-proposta hi – anke b'konsultazzjoni mal-kumitat permanenti għall-affarijiet soċjali – li d-deċiżjonijiet li jieħu l- kummissarju huma kollha soġġetti għall-bord ta' l-appell u r-rapport tiegħu jrid jiġi ppreżentat lil din il-Kamra.", "Allura filwaqt li jien nibqa' niddjaloga u nifhem l-argumenti ta' min qed jgħid li dan il-kummissarju mhux qed jogħġobhom, fl-istess ħin irrid illi kulħadd jitkellem fuq dak li jgħid l-abbozz ta' liġi u mhux xi tgħid il-white paper.", "Nerġa' ngħid li f'dan l-abbozz ta' liġi hawn affarijiet differenti mill- argumenti li tqanqlu.", "Tajjeb ngħid li għada se nibdew niddiskutu l-emenda għal-liġi ċivili li għandha x'taqsam ma' dan l-abbozz ta' liġi, proprju biex id-diskussjoni fl-istadju tat-Tieni Qari tkun miftuħa fuq iż-żewġ liġijiet li huma relatati ma' xulxin.", "Kien hawn min staqsa: Kif qed niddiskutu din il-liġi u mhux l-oħra?", "U għaliex qed niddiskutu din il-liġi l-ewwel u mhux l-oħra?", "Huwa proprju għalhekk li se niftħu d-diskussjoni fuq il-liġi ċivili li se ddaħħal fil-kodiċi ċivili tagħna provvedimenti li jkunu jistgħu jipprovdu aħjar għal dawk li huma assoċjazzjonijiet ċivili bil-personalita` ġuridika tagħhom.", "B'hekk waqt li nkunu qed nagħmlu d- dibattitu nkunu konxji li ż-żewġ liġijiet qed jimxu b'mod parallel.", "Imbagħad ħafna mid-dettalji nkunu nistgħu nifluhom fl-istadju ta' Kumitat.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Viċi Prim Ministru, jekk jogħġbu, jipproponi l-aġġornament.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "TONIO BORG (Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern): Sur President, nipproponi l-aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tlieta, 23 ta' Jannar, 2007 fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili (Emenda Nru 2) - Tieni Qari", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Organizzazzjonijiet Volontarji - Tieni Qari (Kont)", "Abbozz ta' Liġi li Jimplimenta Miżuri ta' l-Estimi - Tieni Qari", "Abbozz ta' Liġi li jemenda diversi liġijiet - Tieni Qari", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Ġustizzja Amministrattiva - Kumitat", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta (Emenda Nru 2) – Tieni Qari Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta - Kumitat", "--------------------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili (Emenda Nru. 2) - Kumitat Permanenti", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili - Kumitat Permanenti", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Reġistru Ċentrali - Kumitat Permanenti", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi tal-Liġijiet tal-Pulizija – Kumitat Permanenti Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att tal-Bank Ċentrali ta' Malta – Kumitat Permanenti MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Clyde Puli.", "ONOR.", "CLYDE PULI: Sur President, issa li qed toqrob id-data tat-tieni Sibt ta' Marzu u allura l-elezzjoni tal-kunsilli lokali nixtieq nuża dan il-ħin li għandi għad-dispożizzjoni tiegħi biex nagħmel ftit riflessjonijiet fuq il-lokalita` tiegħi, jiġifieri l-lokalita` ta' Ħal Qormi u l-kunsill lokali tagħha.", "Illum għandna kunsilli lokali li ilu hemm mill-1993 u wħud mill-membri tiegħu ilhom hemm mill-1 ta' Ġunju ta' l-1994 u allura wieħed jista' jibda jislet ftit konklużjonijiet u viżjoni iktar ċara ta' fejn il-kunsill lokali jista' jwassal il-lokalita` tiegħu.", "Ma rridux ninsew illi llum għandek miljuni ta' liri li qegħdin jiġu mgħoddija lill-kunsilli lokali biex jamministaw fuq il-prinċipju tas-sussidjarjeta`, prinċipju li llum jaqblu miegħu ż-żewġ naħat tal-Kamra, prinċipju li m'għadux dibattibbli, imma ovvjament din is-sussidjarjeta` u din id-devoluzzjoni ġġib magħha wkoll ċerti responsabbiltajiet.", "Ovvjament illum, bħala membru parlamentari, jien nista' nikkontribwixxi mod ieħor.", "Jien naħseb li wara l-istadju tal-bankini u wara l-istadju tat- toroq li smajna ħafna dwarhom, wasalna biex inħarsu lejn il-kunsilli lokali b'persperttiva oħra u minn angolu ieħor li wieħed jista' jagħti servizz fih.", "Per eżempju fl-opinjoni tiegħi kunsill lokali għandu jibda jħares ukoll lejn is-sigurta` taċ-ċittadin onest fil-lokalita`.", "Sur President, minkejja li għaddew madwar sitt snin mill-introduzzjoni tas- sistema ta' inforzar lokali, din għadha m'hijiex taħdem kif wieħed jixtieqha, jew għallinqas kif nixtieqha jien.", "Naħseb li din għandha tkun sistema li teduka, li tipproteġi liċ-ċittadin onest u li tippenalizza l- abbuż rampanti.", "Ma naħsibx li din għandha tkun xi forma ta' dixxiplina li sempliċement twassal għal mezz ieħor ta' introjtu imma għandha tkun dixxiplina bil-għaqal li twassal biex ir-residenti jkunu edukati u biex il- lokalita` tkun organizzata.", "Per eżempju, hawnhekk nista' nsemmi dak li bl- Ingliż isejħulu petty crime u minn ċerti studji li saru jirriżulta li dan iwassal biex il-komunita` tibda tiddeterjora.", "Jiġifieri anke jekk dan il- petty crime ma jkunx daqstant rampanti, il-fatt li jkun qiegħed fil-moħħ tan-nies, il-fatt illi n-nies tkun qed tħoss nuqqas ta' sigurta`, iġegħelha taġixxi b'ċertu mod.", "Per eżempju, dan iġiegħel lin-nies biex ma jkunux fit- toroq f'ċerti ħinijiet fil-għaxija, iġegħelhom ma jkunux aktar fil-pjazez għax ikun qed isir xi abbuż.", "Għalhekk ftit ftit dan kollu jibda jnawwar dak il-fabric tas-soċjeta` li mbagħad jibda jkollu konsegwenzi oħra għax postijiet li jkunu inqas frekwentati ovvjament jibdew jattiraw aktar nies lejhom u dawn ikunu hemm biss biex jabbużaw.", "Jien irrid ngħid li matul il-perijodu li jien kont sindku konna introduċejna sistema ta' inforzar lokali u l-kunsill lokali m'għadux idaħħal Lm5,000 fis-sena mill-gwardjani lokali imma llum qed idaħħal madwar Lm80,000 fis-sena jiġifieri l-qabża hija waħda sostanzjali.", "Jien naħseb li parti sostanzjali minn dawn it-Lm80,000 li jdaħħal dan il-kunsill għandha tmur lura proprju għas-sigurta` tat-tfal, ta' l-anzjani u tal-kumplament taċ-ċittadini onesti ta' Ħal Qormi.", "Issa hawnhekk forsi mhux kulħadd jaqbel ma' dak li se ngħid għax forsi wieħed jarah bħala theddida għall- privatezza pero` jien naħseb li għandu jitħejja pjan serju dwar fejn għandhom jibdew jitwaħħlu numru ta' cameras ta' sorveljanza li jissorveljaw inħawi speċifiċi għal 24 siegħa kuljum.", "B'mod partikolari naħseb li għandna nibdew mill-inħawi ta' Pjazza Federico Maempel fejn hemm l-iskola ta' San Ġorġ, mill-ġnien li hemm f'De La Cruz avenue ħdejn l-iskola ta' San Bastjan kif ukoll fl-inħawi tal-Ħandaq.", "Din hija area maqtugħa mill- kumplament ta' Ħal Qormi minħabba l-by-pass u pjuttost hija abitata minn ġenerazzjoni żagħżugħa.", "Issa peress li llum il-biċċa l-kbira jaħdmu kemm il-mara kif ukoll ir-raġel, dawn ma jkunux fid-djar tagħhom bil-konsegwenza li kemm-il darba sfaw il-mira ta' attakki ta' serq.", "Għalhekk naħseb li b'dan il-mod inkunu nistgħu nissorveljaw il-postijiet b'mod aħjar u nkunu nistgħu nbiegħdu l-abbuż.", "Fl-opinjoni tiegħi naħseb li camera ta' sorveljanza ma ddejjaqx lil min ikun qiegħed hemmhekk għal raġunijiet onesti imma ovvjament tgerrex lil min ikun qiegħed hemmhekk għal skop ta' abbuż.", "Jien ma nistax naċċetta li jkollok ċertu tip ta' abbuż, b'mod partikolari fil-Pjazza Federico Maempel u fi ġnien De La Cruz, eżattament fil-qalba tal-lokal u ħdejn skejjel fejn għandek it-tfal, u l-abbuż jibqa' għaddej u ftit ftit jibda jittieħed bħala xi ħaġa normali f'Ħal Qormi.", "Issa hawnhekk wieħed jista' jargumenta – fl- opinjoni onesta tiegħi dan huwa argument banali – li jekk lil dawn in-nies tneħħihom mill-pjazza, imorru x'imkien ieħor barra.", "Imma l-fatt illi tħalli ċertu tip ta' abbużi jsiru fil-pjazza u fil-qalba tar-raħal ikun ifisser li tkun qed tittollera kompletament dawk l-abbużi u tkun qed tagħti ġest ta' deterjorazzjoni sħiħa tal-komunita` tiegħek.", "Kulmin jabita f'dawn l-inħawi jew jgħaddi minn hemmhekk jaf li l-abbuż huwa wieħed rampanti u li sfortunatament l-isforz tal-pulizija m'huwiex biżżejjed.", "Jien nifhem li l-pulizija ma jistgħux ikunu f'lokal jew f'lok wieħed għal 24 siegħa, imma camera li tkun f'post bħal dak tirrekordja għal 24 siegħa żgur illi tbiegħed lil dawk in-nies li jkunu qegħdin hemmhekk għal skopijiet ta' abbuż.", "Min-naħa l-oħra camera żgur li mhux se xxekkel il-ħajja libera u trankwilla ta' l-anzjani jew tat-tfal tagħna anzi xxekkel l-abbuż u tagħti l-liberta` u t-trankwillita` lill-anzjani, lit-tfal u lill- ġenituri tagħhom li jkunu jistgħu jerġgħu jmorru f'dawk il-pjazez u f'dawk l-inħawi u allura tkun tista' terġa' tkompli n-nisġa tal-komunita`.", "Sur President, irid jitħejja pjan serju fejn inwaħħlu l-cameras imma huwa żgur li dawn iridu jitwaħħlu fi Pjazza Federico Maempel, fi ġnien De La Cruz u fl-inħawi tal-Ħandaq wara x-Shopwise supermarket.", "Naħseb li l- gwardjani lokali m'għandux ikollhom ir-rwol limitat li għandhom illum, fejn għandhom għatx kbir għall-multi u fejn jekk jista' jkun tagħmilhom x'imkien biex taparsi ma kontx int, imma fil-fatt tkun int li tkun tajthom iċ- ċitazzjoni.", "Il-kunsill lokali jrid jidra jieħu r-responsabbilta` tiegħu.", "Snin ilu kollha kemm aħna konna ngħidu li dawn m'għandhomx sistema ta' inforzar, huma bla snien u ma jistgħux jieħdu azzjoni.", "Għaldaqstant issa li xi ħadd tahom il-poter li huma wkoll jistgħu jinforzaw numru ta' liġijiet qed jibżgħu minnu u qed jitbiegħdu minnu li ma jmorrux, Allaħares qatt, jitilfu xi vot fl-elezzjoni li tkun waslet.", "Naħseb li dawn il-gwardjani lokali m'għandux ikollhom ir-rwol limitat ta' ġbir ta' multi bil-moħbi imma għandhom jinvolvu ruħhom aktar f'attivitajiet bħalma huma l-kontroll tat-traffiku ħdejn l-iskejjel waqt il-ħin ta' l-iskola.", "Ovvjament hemmhekk dejjem ikun hemm pulizija imma jista' jkun li wieħed ħdejn kull skola m'huwiex biżżejjed u l-għajnuna ta' gwardjan lokali sserraħ moħħ il-ġenituri li jkunu inkwetati għat-tfal żgħar tagħhom minħabba t-traffiku.", "Naħseb li sorveljanza akbar għandha ssir ukoll mal- widien ta' Ħal Qormi fejn xi wħud irresponsabbli iħammġu u jarmu f'dawn il- widien.", "Il-ministeru ta' l-Onor.", "Ninu Zammit jagħmel tindif li jiswa eluf kbar ta' liri li stajna nfaqna fi proġetti oħrajn imma agħar minn hekk, waqt li dawn l-irresponsabbli jħammġu, wara ftit xita wħud miċ-ċittadini onesti ta' Ħal Qormi jispiċċaw mgħarrqa f'darhom.", "Hawnhekk it-tindif isir b'mod regolari imma ma jistax isir kuljum.", "U meta jsir – din mhux qed ngħidha b'retorika – il-probabbilta` kbira tkun li l-għada stess, biex ma ngħidlekx ftit sigħat wara, ikun hemm xi ħadd li jerġa' jħammeġ u allura jerġa' jipperikola lil dawn iċ-ċittadini.", "Għalhekk anke hemmhekk hemm lok ta' cameras li jissorveljaw l-inħawi għal 24 siegħa.", "Jekk hemm bżonn tgħid li hemm il-cameras moħbijin f'dawk il-postijiet u żgur li dawn iservu ta' deterrent.", "Jekk ikun hemm camera u jien immur nagħmel passiġġata hemmhekk ma nħossx li b'daqshekk tkun qed tonqosli xi privatezza.", "Il-periklu jkun li xi ħadd imur jarmi b'mod sostanzjali, bħal meta jmorru jarmu b'xi trakk, għax jista' jegħreq il-wied u anke d-djar.", "Issa li waslu l-elezzjonijiet tal- kunsilli lokali nifhem li l-prijoritajiet ta' dan il-kunsill lokali ġew issettjati u huwa diffiċli li tibdilhom fl-aħħar ġimgħat imma naħseb li għat-tliet snin li ġejjin, il-ħames kunsill lokali ta' Ħal Qormi jrid jagħti prijorita` assoluta lil din il-kwestjoni ta' sigurta` għaċ-ċittadin onest.", "Bl-istess mod nixtieq li l-kunsill lokali jagħti prijorita` assoluta lill- kwestjoni tal-widien u ta' l-għargħar li kont qed insemmi.", "Huwa tajjeb li l-kunsill lokali jagħmel pressjoni fuq il-gvern biex inaddaf il-widien – ovvjament dawn huma responsabbilta` tal-gvern ukoll - imma mbagħad il- kunsill lokali jrid jirreċiproka wkoll billi jagħmel il-parti tiegħu.", "Dan jagħmlu billi l-ewwelnett jagħmel il-cameras u jibgħat il-wardens kif ukoll billi jkompli għaddej bil-proġett tal-culverts li konna bdejna xi tmien snin ilu, imbagħad waqaf.", "Irridu nagħmlu din l-insistenza għax naħseb li Ħal Qormi jeħtieġ pjan serju dwar fejn għandu jkollna culverts biex kemm jista' jkun l-ilma jinqabad mill-ewwel min-naħat ta' Ħaż-Żebbuġ u s- Siġġiewi mbagħad jibqa' għaddej mill-widien u mhux jgħerreq it-toroq u b'qatra xita ma tkunx tista' taqsam triq.", "Żgur li prijorita` assoluta f'dan il-proġett ta' culverts li għandhom isiru għandhom ikunu Triq San Dwardu u Triq il-Vitorja li jieħdu ammont qawwi ta' xita.", "Fix-xhur u fis- snin li għaddew il-gvern, anke permezz ta' bini mil-ġdid ta' Mdina Road, għamel culverts li żgur belgħu ħafna mill-ilma li kien ikun ġej mis- Siġġiewi u minn Ħaż-Żebbuġ.", "Ovvjament irridu nagħmlu aktar fil-parti li huwa responsabbli għaliha l-kunsill lokali biex dan ikompli ma' dak li kien inbeda qabel fl-inħawi ta' Triq il-Vitorja permezz ta' culverts li fis- sempliċita` tagħhom reġgħu taw aċċess lil dawk kollha li riedu jaqsmu t- triq ta' kuljum biex imorru l-quddies, biex imorru l-iskola u biex imorru l- monti.", "B'dan il-mod inti tkun qed tagħti aċċess lil mijiet ta' nies kuljum.", "Kif għedt qabel irid ikun hemm ukoll aċċess għat-toroq, għall- pjazez u għall-ġonna pero` huwa importanti li ċ-ċittadin ikollu s-sigurta`.", "Sur President, biex wieħed ikollu aċċess għal dawn il-postijiet huwa importanti wkoll li jkun hemm il-bankini.", "Filwaqt li l-kunsill lokali ma jistax jibqa' kunsill lokali tat-toroq u l-bankini biss irridu ngħidu li l- gvern, permezz ta' l-awtorita` dwar it-trasport, qed jagħti t-tarmac fl- aħħar tmien toroq li kienu jaqgħu taħt ir-responsabilita` tiegħu.", "Għalhekk issa ma baqax toroq li jaqgħu taħt ir-responsabbilta` tiegħu li għadhom ma ngħatawx tarmac imma baqa' biss manutenzjoni min-naħa tal-kunsill lokali.", "Dawn it-toroq m'humiex fi stat gravi, anke bis-saħħa ta' kunsilli lokali preċedenti matul is-snin, imma l-bankini jridu jsiru b'mod li wieħed jaċċessahom b'mod faċli speċjalment għall-anzjani u persuni b'diżabilita`.", "L-ewwel kont qed ngħid li dawk l-areas li ġew mitluqa minħabba biża', ħmieġ jew frugħa jiġġeneraw aktar kriminalita` u l-komunita` tiddeterjora.", "Għalhekk naħseb li għandna nidentifikaw numru ta' pjazez fil-lokalita` li jistgħu jiġu msebbħa.", "Ftit taż-żmien ilu kellna esperjenza simili billi sebbaħna Pjazza San Franġisk, pjazza sabiħa u ħelwa ħafna.", "Dik il-pjazza għamilnielha pavimentar sabiħ u dawl ornamentali biex nagħtu ċerta identita` sabiħa lil-lokalita`.", "Barra minn hekk f'dak il-post isiru numru ta' attivitajiet.", "Ovvjament dawn għandhom isiru b'mod responsabbli li ma jdejjaqx lin-nies.", "Naħseb li hemm bżonn li kunsill lokali ġdid, fit-tliet snin li jmiss, ikompli jsebbaħ il-pjazez ta' quddiem il-knejjes.", "Per eżempju, hawnhekk nista' nsemmi l-pjazza tal-granmastru, ħdejn it-tribuna ta' Pinto.", "Huwa importanti li hemmhekk tkompli tikber ċerta attivita`.", "L-istess ngħid fuq il-ġonna.", "Sfortunatment ċerti irqajja' ta' ħamrija ġew irranġati ta' malajr, biex taparsi żrajna żewġ pjanti, imbagħad sejjaħnielhom post ta' rikreazzjoni.", "Naħseb li għandna nibdew nieħdu l- affarijiet b'aktar serjeta` għax jiddispjaċini ngħid li kultant donnu li ngħaddu n-nies biż-żmien.", "Għandna nippjanaw b'mod serju u aħjar nagħmlu oġġett wieħed milli tnejn imma li nagħmluh sew ħalli wieħed jieħu gost imur jirrikrea ruħu f'ċerti postijiet.", "La semmejna r-rikreazzjoni naħseb li għandna nibdew naħsbu wkoll fuq faċilitajiet sportivi.", "Hawnhekk huwa fejn nistgħu naħdmu u nagħtu appoġġ u ħidma sħiħa ma' l-għaqdiet.", "Jien naħseb li kunsill lokali ġdid għandu jagħti prijorita` lil dan il-qasam ta' l-isport.", "Per eżempju, darba kellna proġett ta' clubhouses li kien se jsir biswit l-art ta' fejn hemm il- club tal-hockey u l-club tal-boċċi.", "Ma nafx għalfejn dan intefa' fuq l- ixkaffa xi sitt snin ilu u baqa' hemmhekk.", "Naħseb li dan irid jiġi riattivat u dawk il-clubs kollha li m'għandhomx fejn jospitaw l-għaqda tagħhom u l-membri tagħhom għandu jkollhom il-clubhouse tagħhom fejn huma jkunu jistgħu jiltaqgħu, jagħmlu l-attivitajiet tagħhom u jamministraw l- għaqda u l-isport li jħobbu.", "Niftakar li dak iż-żmien il-klabb tal-ħamiem u l-klabb tal-basketball kienu diġa` wrew xi interess.", "Ovvjament fejn jista' l-kunsill lokali jgħin imma min-naħa l-oħra għandu jagħti ċans lil dawk l-għaqdiet illi jifilħu jimxu waħedhom biex ikomplu jimxu waħedhom.", "Pero` huwa importanti li ħaġa bħal din niddiskutuha kemm jista' jkun malajr u nerġgħu nirriattivawha.", "Fl-istess ħin naħseb illi l-kunsill lokali għandu jiftiehem fuq pjan ta' kooperazzjoni ma' xi għaqda jew għaqdiet ta' Ħal Qormi dwar proġett sħiħ ta' attivitajiet sportivi għar-residenti, b'mod partikolari għat-tfal ta' Ħal Qormi.", "L-isport fih ċertu valur, ibiegħed liż-żgħażagħ minn ċerti vizzji u jkabbar komunita` b'saħħitha.", "Għalhekk huwa importanti li l-kunsill lokali jsib mod kif se jikkoopera ma' l- iskejjel u ma' l-għaqdiet fuq programm li huwa jista' jagħmel.", "Naħseb li l-kunsill lokali jista' jagħmel ħafna jekk jikkopera ma' l- għaqdiet tal-lokal f'dak kollu li jagħmel.", "L-ewwelnett hemm għaqdiet diġa` ssettjati, jiġifieri għandu riżorsa lesta, pero` kultant inħoss li huwa ftit diffiċli li tidħol ċerta mentalita`.", "Min-naħa l-oħra naħseb li jekk tasal fi ftehim magħhom ikollok benefiċċju kbir minn dan il-lokal.", "Niftakar li darba konna ħriġna bl-idea li nibnu biċċa art mitluqa li xi darba xi ħadd kien ħolom li jagħmilha bandli, imma sfortunatament dik aktar kienet tintuża għall-abbuż tad-droga milli għal xi ħaġa oħra, u bdilniha għal five-a-side pitch illi jużawha t-tfal tan-nursery ta' Ħal Qormi.", "Fil- fatt hemmhekk għandek 200 tifel li qed jipprattikaw dan l-isport.", "Naħseb li għamilna xi ħaġa li sitt snin wara wieħed jista' jħares lejha b'ċertu sodisfazzjon għax qed tħalli l-frott.", "Naħseb li dan il-mudell ta' kooperazzjoni ma' l-għaqdiet volontarji tal- lokal irid ikompli jissaħħaħ mhux biss fil-qasam sportiv imma anke fil- qasam tal-kultura, ta' l-arti, ta' l-istorja u tat-tisħiħ, biex ngħidu hekk, ta' l-identita` li tkattar rispett lejn il-kultura u l-istorja tal- karatteristiċi uniċi tal-lokal tagħna.", "Naħseb li għandna naħdmu bla heda biex mhux biss inżommu f'kondizzjoni tajba ż-żoni kulturali, il-monumenti storiċi u biex nipproteġu u nikkonservaw il-lokal imma anke biex inħeġġu li jkomplu jikbru ċerti attivitajiet li aħna bdejna matul iż-żmien u li jsiru bil-kooperazzjoni ta' l-għaqdiet.", "Per eżempju, jien kont noħlom ħafna li nibdew infasslu ċerti affarijiet fuq il-mod kif dawn isiru barra minn Malta.", "Ħal Qormi huwa marbut mal-ħobża u ma' l-ifran u allura nieħu gost ninnota li beda jsir il-festival tal-ħobż.", "Bl-istess mod nieħu gost li beda jsir ukoll il-festival ta' l-inbid.", "Iżda naħseb li issa esperimentajna biżżejjed, il-punt ta' tluq għamilnieh u rridu naħsbu biex din iċ-ċelebrazzjoni ta' kultura Qormija tiġi elevata fuq livell nazzjonali u anke internazzjonali.", "Ma naħsibx li nkunu qed naraw kbir jekk ngħidu li nistgħu nikkooperaw ma' pajjiżi oħra, ma' komunitajiet oħra u ma' kunsilli lokali oħra dwar dan u niċċelebraw, nerġa' ngħid, l-identita` tagħna.", "B'dan il-mod inkunu qed ngħinu wkoll lill-prodott turistiku Malti.", "Per eżempju, nixtieq nibda nara wkoll il-parata bil-kostumi tal-kavallieri f'Jum Ħal Qormi.", "Nixtieq inkompli nara wkoll l-organizzazzjoni tal-premju għat-tjubija u ta' ġieħ Ħal Qormi u affarijiet oħra simili.", "Jien ngħid li għandna potenzjal fejn nistgħu nkomplu nibnu.", "Per eżempju, ma' l-istudjużi tal-lokal nistgħu nkomplu nikkooperaw u nikkummissjonaw studji dwar l-istorja ta' Ħal Qormi.", "Sur President, xi ħaġa li jien inħares lejha b'ċertu sodisfazzjon huwa r- restawr tal-monument ta' Pinto u ta' Pjazza San Franġisk.", "Pero` nixtieq insemmi wkoll il-ktieb dwar l-istorja ta' Ħal Qormi li rnexxielna nqassmuh b'xejn lil kull familja.", "Jekk f'Ħal Qormi hemm 5,800 familja rnexxielna nagħtuha kopja dwar l-istorja ta' Ħal Qormi b'xejn.", "Naħseb li dik ukoll kienet importanti daqs il-monumenti u t-tiżjin l-ieħor biex ma ngħidx aktar.", "Ovvjament hemm ħafna nies li huma kapaċi jagħtu kontribut lil-lokal tagħna u naħseb li aħna għandna nkomplu nibnu fuq il-kuntratti ta' kooperazzjoni li konna għamilna ma' diversi soċjetajiet mużikali, għaqdiet taż-żgħażagħ u oħrajn biex inkomplu mmexxu l-lokalita` tagħna 'l quddiem, lokalita` li fiha jkun hemm ċertu rispett lejn l-identita` tagħna, identita` li tkun sigura biżżejjed biex iċ-ċittadin onest jgħix b'ċertu serħan il-moħħ.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it-Tlieta, 23 ta' Jannar, 2007 fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "MCAST - INTERIOR DESIGN", "23057.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Interior Design jiġix mgħallem fl-MCAST?", "Jekk iva, bħala kors għalih jew inkorporat ma' suġġetti oħrajn?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-Interior Design huwa speċjalizzazzjoni li jifforma parti mit-Three Dimensional Design.", "Hemm żewġ study-modules ta' 60 siegħa l-wieħed li huma direttament marbutin ma' l-istudju u l-proġettazzjoni ta' l-interni, jiġifieri Exhibition and Retail Design (unit 26) u Interior Design (unit 27).", "Il-units l-oħra tat-3D Design huma kollha validi għall-ispeċjalizzazzjoni ta' l-Interior Design, per eżempju, Furniture Design, Computer Applications in Art and Design, Commercial Model Making etc.", "MSIDA – FTUĦ TA' TRIQ", "23058.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministra jara li tingħata priorita' u urġenza lit-talba ta' għadd kbir ta' residenti ta' Triq ta' Xmiexi, Msida sabiex jitkomplew it- tentattivi li kien hemm fil-passat sabiex tinfetaħ it-triq li tinfed ma' Triq San Alwigi, l-Imsida għaliex f'każ ta' emerġenza r-residenti ġieli damu 'l fuq minn 25 minuta jistennew ambulanza tasal, filwaqt li r- residenti jinsabu tant iżolati li lanqas jistgħu jwasslu lit-tfal l-iskola meta tagħmel ix-xita u ma jkunx possibbli li wieħed jinżel mit-taraġ dejjaq fi tmiem it-triq minħabba l-ilmijiet li jkun hemm?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "MSIDA – PARKEĠĠ FI TRIQ IT-TORRI", "23059.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministra jara li jsir xi ħaġa dwar il-parkeġġ fi Triq it- Torri, Msida li qed joħloq inkonvenjent regolari lit-traffiku li jkun nieżel jew tielgħa, speċjalment fir-rush hours ta' filgħodu u wara nofsinhar?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Minn riċerka li saret fir-records tat-traffic management unit, irriżulta li fl-aħħar ittra li ntbgħatet mit-taqsima lill- kunsill lokali Msida ġie ssuġġerit li l-parkeġġ fi Triq it-Torri jitħalla li jsir fuq naħa waħda biss.", "It-taqsima ma rċeviet l-ebda risposta mill- kunsill rigward tali suggeriment, għaldaqstant it-taqsima bagħtet korrispondenza oħra lill-kunsill f'dan ir-rigward.", "MSIDA – TINDIF TA' PARKING AREA", "23060.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' l-Ministru jara li titnaddaf il-parking area ħdejn il-bring-in sites qrib Triq it-Torri, Msida u jitħalla spazju għal parking għar-residenti li jistgħu jkunu effettwati?", "Dan l-immaniġġjar aħjar ta' traffiku jista' itaffi l-inkonvenjent li qegħdin isaqqfu wiċċhom magħhom ir- residenti effettwati, b'mod partikolari minn numru 27 sa 47, Triq it-Torri, Msida kif ukoll il-vetturi li jużaw din it-triq.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jirriferi l-mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "BENGĦAJSA – SERVIZZ TA' DRENAĠĠ", "23061.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' l-Ministru jgħid jekk ir-residenti ta' Triq il- Karmnu, Bengħajsa l/o Birżebbuġa humiex se jiġu provduti bis-servizz tad- drenaġġ?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jirriferi l- mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "ASST.", "TECHNICAL OFFICER", "23062.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-grad ta' assistant technicl officer fid-dipartiment tal-manifattura u s-servizzi ilu żmien twil ma jingħata promozzjoni għalih avolja hemm nuqqas u d- dipartiment qed jinqeda b'nies fi grad anqas?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ir-raġuni prinċipali għaliex naqsu l-assistant technical officers fid-dipartiment tal-manifattura u s-servizzi hi li f'dawn l-aħħar snin ħarġu diversi promotions għall-grad ta' technical officers.", "F'Novembru ta' l-2005 biss saru għaxar technical officers f'daqqa, li tmienja minnhom ingħataw lil assistant technical officers fl- istess dipartiment u dawn allura ħolqu vakanzi fil-grad ta' assistant technical officers.", "GĦAWDEX - WATER POLISHING PLANT", "23063.", "L-ONOR.", "JOSEPH CASSAR staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'kien ir-riżultat miksub mill-istallazzjoni tal-polishing plant għall-ilma f'Għawdex?", "Meta kien istallat dan l-impjant, fejn, fiex jikkonsisti u kemm sewa?", "Jista' jgħid ukoll jekk hemmx ħsieb li jsiru mpjanti simili f'Malta?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jirriferi għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 18608.", "Bl-istallazzjoni ta' din il-polishing plant l-ilma provdut lill-konsumatur f'Għawdex fih livell baxx ta' chlorides u nitrates.", "INFERMIERA", "23064.", "L-ONOR.", "JOSEPH CASSAR staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' infermiera mal-gvern fl-1987 u kemm hu fil-preżent?", "Jista' jgħid ukoll x'kien l-ammont globali ta' pagi/salarji kif ukoll ta' sahra, imħallsa lill- infermiera fl-1987 u fl-2006?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "BINI/MANUTENZJONI TA' SKEJJEL", "23065.", "L-ONOR.", "JOSEPH CASSAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru jgħid kemm mill-1999 'il hawn kienu investiti flus mill-gvern: a) f'bini ta' skejjel ġodda; u b) f'manutenzjoni ta' skejjel eżistenti?", "Jista' jgħid ukoll xi proġetti maġġuri saru ta' manutenzjoni u bini ta' skejjel u kemm swew?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-investiment kapitali f'immodernizzar, manutenzjoni ta' skejjel ġodda u bini li l-fondazzjoni għall-iskejjel ta' għada nefqet fuq skejjel mill-perjodi 2001 sa Settembru 2006 kienet tlaħħaq Lm19,628,898.", "Minn dan l-ammont Lm3,506,791 intnefqu fuq skejjel ġodda.", "Lista ta' xogħlijiet riċenti tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 20601.", "ISTALLAZZJONI TA' LIFTS", "23066.", "L-ONOR.", "JOSEPH CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru tgħid kemm-il lift ġew istallati s'issa b'kollox fi blokki ta' appartamenti tal-gvern/awtorita' tad-djar, f'liema lokalitajiet u kemm kienet l-ispiża globali s'issa?", "Tista' tgħid ukoll jekk humiex qegħdin ikunu stallati lifts oħra u fejn u x'talbiet oħra hemm pendenti?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Minn Ġunju 1999, meta nfetħet l-iskema ta' istallar ta' lifts fi blokki eżistenti tal-gvern, l-awtorita' tad-djar istallat 81 lift f'dawn il-blokki bi spiża ta' Lm1,302,800.", "It-tagħrif dwar il-lokalitajiet ta' dawn il-blokki hu kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.", "Xi ġimgħat ilu ngħataw kuntratti għal istallar ta' lifts f'żewg blokki oħra - wieħed fir-Rabat u l-ieħor f'Ħal-Lija - u nħarġu sejħiet għal offerti għal tliet lifts oħra fi blokki ġewwa l-Isla, il-Birgu u Ħal Tarxien.", "In- numru ta' applikazzjonijiet pendenti li qegħdin fi stadji differenti ta' ipproċessar huma 12.", "DWIELI GĦALL-INBID", "23067.", "L-ONOR.", "JOSEPH CASSAR staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm żdied it-tkabbir tad-dwieli għall- inbid kull sena mis-sena 2000 'il hawn u x'għajnuna finanzjarja ngħatat s'issa għal dan it-tkabbir, kemm f'Malta kif ukoll f'Għawdex?", "Kemm minn din l-għajnuna ġiet mill-Unjoni Ewropea?", "Kemm hawn persuni reġistrati li qed ikabbru dawn it-tip ta' dwieli kemm f'Malta kif ukoll f'Għawdex?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jirriferi għat- tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 14205.", "Nista' inżid li fis-sena 2006 kien hawn reġistrati 910 ettari jew madwar 8,100 tomna u madwar 3,000 bidwi reġistrati.", "L-għajnuna finanzjarja li ngħatat s'issa għat-tkabbir tad-dwieli kienet ta' Lm826,150.40 – li minnha Lm113,667.20 ġew mill-Unjoni Ewropea.", "SIĠAR TAŻ-ŻEBBUĠ", "23068.", "L-ONOR.", "JOSEPH CASSAR staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm żdied it-tkabbir tas-siġar taż- żebbuġ kull sena mis-sena 2000 'il hawn u x'għajnuna finanzjarja ngħatat s'issa għat-tkabbir tad-dwieli, kemm f'Malta kif ukoll f'Għawdex?", "Kemm minn din l-għajnuna ġiet mill-Unjoni Ewropea?", "Kemm hawn persuni reġistrati li jkabbru s-siġar taż-żebbuġ, kemm f'Malta kif ukoll f'Għawdex?", "Jista' jgħid ukoll jekk tinżammx statistika ta' kemm siġar taż-żebbuġ hawn għall- produzzjoni taż-żejt u dawk għall-produzzjoni taż-żebbuġ għall-konsum?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Fl-aħħar ċensiment li sar fl-2006 ġew reġistrati l- bdiewa li jkabbru s-siġar taż-żebbuġ.", "Mid-dikjarazzjonijiet joħroġ li matul is-snin żdiedu dawn l-ammonti ta' siġar:", "|2005 | | | |2,560 | |2004 |15,275| |2003 | | | |5,992 | |2002 | | | |3,274 |", "Dwar għajnuna għat-tkabbir tad-dwieli, L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jirriferi għall-mistoqsija parlamentari 23067.", "It-total ta' siġar taż-żebbuġ huwa ta' 43,484 bi 856 bidwi reġistrat.", "Ir- reġistrazzjoni għas-sena 2006 għadha mhux magħluqa peress li s-siġar taż- żebbug jitħawlu bejn Novembru u April.", "Mis-sena 2006 bdiet sistema ta' dikjarazzjoni tal-produzzjoni ta' żebbuġ għall-mejda u żebbuġ għall-għasir.", "ŻJARA TA' AC MILAN", "23075.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 23000, jista' l-Ministru jgħid jekk xi ente oħra governattiva jew fond finanzjarju tal-gvern ħariġx flus biex l-AC Milan jinġiebu għal training camp f'Malta u biex jilagħbu logħba ta' ħbiberija ma' Birkirkara FC?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-ministeru tiegħi ma jkollux l-informazzjoni mitluba.", "FOOTBALL CLUBS - GĦOTJIET FINANZJARJI", "23076.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 23004 u jgħid liema huma dawk il-clubs tal-football li bbenefikaw minn għotjiet finanzjarji tul dawn l-aħħar sentejn?", "Jista' jgħid f'kull każ kemm kienu l- ammonti ta' dawn l-għotjiet, minn liema fond finanzjarju ngħataw u għal liema skop speċifiku ngħataw?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra lista ta' għotjiet finanzjarji li ngħataw mill-ministeru tal-finanzi lill-clubs tal- football matul dawn l-aħħar sentejn.", "OPM - IMPJEGATI", "23077.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 22999 u jgħid kemm għandu impjegati miegħu l-uffiċċju tiegħu, il-ministeru u s- segretarju parlamentari?", "Kemm hemm minnhom on loan u minn liema post ġejjin?", "Kemm hemm bil-kuntratt?", "Kemm hemm li għandhom allowance u x'tip ta' allowance?", "Kemm hemm min għandu mobile, karozza, ħlas tat-telephone tad-dar u kemm għamlu overtime matul l-2006?", "X'inhuma l-gradi ta' kull impjegat?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "KAŻINI TAL-BANDA - GĦOTJIET FINANZJARJI", "23078.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 23008 u jgħid liema huma dawk il-każini tal-banda li bbenefikaw minn għotjiet finanzjarji tul dawn l-aħħar sentejn?", "Jista' jgħid f'kull każ kemm kienu l- ammonti ta' dawn l-għotjiet, minn liema fond finanzjarju ngħataw u għal liema skop speċifiku ngħataw?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra lista ta' għotjiet finanzjarji li ngħataw mill-ministeru tal-finanzi lill-każini tal- banda matul dawn l-aħħar sentejn.", "Dawn ingħataw kollha mill-good causes fund.", "PILLOLI ADALAT LA", "23079.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' l-Ministru jara li jinħarġu l-pilloli ADALAT LA fit-tqassim tal-mediċini tal-gvern?", "Dan peress li hemm persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li ilha teħodhom tliet snin u għandha marda kronika.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Il-gvern qed jipprovdi l-mediċina Nifedipine li hija normali, modified release jew slow release.", "Il-persuna li tixtieq tingħata Nifedipine long acting tista' tgħid lill-konsulent tagħha japplika għall- permess speċjali.", "Din l-applikazzjoni tiġi evalwata u jekk tinsab valida tkun approvata biex b'hekk din il-persuna tingħata Nifedipine long acting b'xejn.", "Iżda l-policy hi li ma jiġux approvati mediċini ta' ditta speċifika.", "ETC - KORS TAC-CHILDCARE", "23080.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li fil-viċin jiftaħ il-kors mill-ETC taċ-childcare?", "Xi jrid isir biex wieħed japplika għalih u xi kwalifiki jrid ikollu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Għadha ma ġietx iffissata data meta se jerġa' jiftaħ il- kors mill-ETC taċ-childcare u bħalissa mhux qed jintlaqgħu applikazzjonjiet.", "Meta joħorgu l-applikazzjonijiet, persuni nteressati jkunu jridu jimlew formola u jkun meħtieġ ukoll minnhom li jkollhom tliet eżamijiet fil-livell ordinarju, fl-Ingliz, Malti u Matematika.", "L-eżami tal-Matematika jista' jiġi sostitwit minn żewġ eżamijiet f'suġġetti oħra.", "Persuni li m'għandhomx dawn il-kwalifiki jistgħu jagħmlu eżami fit-tlett suġġetti msemmija aktar qabel.", "PERMIT NO.", "04089/05", "23081.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 22943 u jara li jiġi milqugħ ilment ta' persuna li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament dwar permit no. 04089/05?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "BENEFIĊĊJI SOĊJALI", "23082.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru tara li jitmexxa l-każ ta' benefiċċju ta' persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li qed idur bil-ġenitur tiegħu peress li tinstab b'saqajha maqtugħin u għadha ma rċeviet xejn?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Il-persuna ndikata ġiet informata bil-miktub mid- dipartiment tas-sigurta' soċjali dwar il-każ tagħha.", "SPEZZJONI F'POST TAL-GVERN", "23083.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru tara li ssir ispezzjoni mill-perit f'post li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li ħadet sussidju mill-awtorita' tad-djar?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Minn spezzjoni li saret f'Novembru 2006 mill-perit ta' l-awtorita' tad-djar fir-residenza tal-persuna ndikata, irriżulta li x- xogħol li għalih l-awtorita' approvat l-għotja ma kienx komplut.", "L-awtorita' se tagħmel ispezzjoni oħra biex tivverifika jekk ix-xogħol sarx kollu.", "KUNTRATT MILL-AWTORITA' TAD-DJAR", "23084.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru tara li jsir il-kuntratt mill- awtorita' tad-djar biex isir ix-xogħol fuq Ref.", "5 HA 155/2006?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: L-awtorita' tad-djar qiegħda fi proċess li tivverifika l-assi ta' l-applikant u li kif dan il-proċess jitlesta tkun tista' tibgħat għalih biex jiġi ffirmat il-kuntratt ta' l-għotja.", "MTA", "23086.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 22593 u 22743 u jgħid mill-budget ta' l-awtorita' Maltija għat-turiżmu 2006 u 2007: 1) x'persentaġġ qed imur fuq reklamar u promozzjoni ta' Malta u Għawdex; 2) x'persentaġġ qed imur fuq għajnuna lil-low cost airlines; 3) x'persentaġġ qed imur fuq market support għat-tour operators?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Fl-2006 52% mill-budget ta' l-awtorita' tat- turiżmu mar fuq reklamar u promozzjoni ta' Malta u Għawdex, filwaqt li għall-2007 il-persentaġġ kien ta' 38%.", "24% u 32% mill-budget ta' l-awtorita' marru fuq market support għat-tour operators għall-2006 u l-2007 rispettivament.", "L-għajnuna lil-low cost airlines hi nkluża fil-market support għat-tour operators.", "SPTAR ZAMMIT CLAPP – XOGĦOL PART-TIME", "23088.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' l-Ministru jgħid jekk matul is-sena 2006 u Jannar 2007 ħarġux sejħiet għal xogħol part-time fl-isptar Zammit Clapp biex isir minn ħaddiema full-timers ma' l-istess sptar?", "Jista' jagħti dettalji tad-dati ta' dawn is-sejħiet u jgħid liema minnhom ġew irtirati u għaliex?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Matul l-2006 u Jannar 2007 fl-isptar Zammit Clapp ma kien hemm l-ebda sejħa għal xogħol part-time biex isir minn ħaddiema full- timers ma' l-istess sptar.", "SAN ĠILJAN - STALLAZZJONI TA' LIFT", "23090.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru tgħid x'possibbiltajiet hemm li jitwaħħal lift fi Block G, Qasam tad-Djar ta' Giorni, San Ġiljan peress li fis-sulari ta' fuq hemm jgħixu anzjani li qed ikollhom tbatija jitilgħu bix- xirja u biex jiġu pprovduti b'servizzi bħaċ-ċilindri tal-gass, minħabba l- kwantita' ta' taraġ li hemm?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: L-awtorita' tad-djar tikkonsidra applikazzjonijiet għal istallar ta' lift fi blokk mikri mill-gvern jekk ikun hemm persuna b'diżabilita' ta' mobilta' residenti f'dak il-blokk.", "Minn riċerka li saret, ma jirriżultax li l-awtorita' għandha applikazzjoni għal istallar ta' lift fil-blokk indikat.", "STUDENTI MALTIN JISTUDJAW FL-INGILTERRA", "23092.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru jgħid bħalissa kemm hawn studenti Maltin jistudjaw f'xi universita' fl-Ingilterra u li qed jieħdu l- istipendju minn Malta bħalma jieħdu l-istudenti Maltin?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Hemm tliet studenti jsegwu studji barra minn Malta li qed jirċievu stipendju.", "MCAST – COURSE IN PHARMACY TECHNICIAN", "23093.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li l- istudenti ta' l-MCAST, fl-ewwel sena tal-kors tal-pharmacy technician ma' l-institute of business and commerce, humiex se jingħataw l-istipendju, l- ismart card u għajnuna biex itaffu l-ispejjeż tat-trasport pubbliku, peress li hemm studenti minnhom li m'hu qed jirċievu xejn minn dawn l- għajnuniet?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Hemm numru ta' studenti li ġew mill-junior college u bdew il-kors tal-pharmacy technician ma' l-institute of business and commerce ta' l-MCAST.", "Peress li teknikament huma qed jirripetu l-istess livell/sena li kienu fiha fil-junior college, allura ma jistgħux jingħataw stipendju.", "Kif diġa' kelli l-okkażjoni ngħid bi tweġiba għal interpellenzi oħra, il-każi ta' dawn l-istudenti qed jiġu mistħarrġa kull wieħed fuq il- mertu tiegħu biex jiġu stabiliti l-fatti preċiżi.", "MCAST – COURSE IN PHARMACY TECHNICIAN", "23094.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li fil-kors ta' l-ewwel sena pharmacy technicians, MCAST institute of business and commerce hemm lecturer fil-qasam action and use of drugs li mhux qed jattendi għal-lectures?", "Meta se jibdew il-lectures u kif se jintrebaħ iż- żmien mitluf?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Hemm żewġ għalliema li jgħallmu s-suġġett imsemmi, action & use of drugs.", "Dawn kienu ma jifilħux għal xi lezzjonijiet u kellhom ċertifikat mediku.", "Informat ukoll li wieħed minn dawn l-għalliema għadu kemm irriżenja, iżda diġa' hemm sostitut li se jibda fl-aħħar ġimgħa ta' Jannar.", "L-istudenti se jingħataw siegħa żejda kull ġimgħa għal kumplament tax-xhur li fadal.", "Dawn għandhom jikkumpensaw għal-lezzjonijiet li ntilfu.", "SERVIZZ PUBBLIKU - REDUCED HOURS", "23097.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jgħid min jikkwalifika għal miżura tar- reduced hours fis-servizz pubbliku kif imħabbra fil-budget bħala miżura favur il-familja?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Il-miżura li tħabbret fil-budget fissret li l- benefiċċju applikabbli fis-servizz pubbliku issa japplika wkoll fis-settur pubbliku.", "Jikkwalifikaw għar-reduced hours dawk l-impjegati li jaħdmu whole-time, b'eċċezzjoni dawk li jaħdmu fuq performance agreement jew kuntratt bil- kondizzjonijiet stabiliti, kif ukoll il-membri bl-uniformi ta' l-armata.", "Iżjed dettalji dwar dan il-benefiċċju jinsabu f'sezzjoni 3.1.6 tal-PSMC (public service management code).", "OPERATION MANAGERS", "23100.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 22928, jista' l-Ministru jgħid min huma l-operation managers li għandhom allowance għall-użu tal-karozza u/jew allowance għall-użu tal-mobile?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: L-ebda operation manager tal-ministeru m'għandu allowance la għall-użu tal-karozza u lanqas għall-użu tal-mobile.", "Nirriferi għall-mistoqsija parlamentari 22928 fejn f'dan il-ministeru minħabba n-natura tax-xogħol ta' xi operations managers, erba' minnhom jagħmlu użu minn karozza tal-kiri biex ikunu jistgħu jmorru fuq il-lant tax- xogħol, filwaqt li tlieta jingħataw cards tal-mobile biex ikunu aċċessibli waqt li jkunu barra fuq xogħol.", "SAN PAWL IL-BAĦAR - BYPASS", "23101.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 21621, 21852, 22067, 22226, 22480, 22620, 22704 u 22945 u jgħid kemm hu stmat ix- xogħol ta' kostruzzjoni għall-irranġar ta' dik il-parti tal-bypass ta' San Pawl il-Baħar li ċediet minħabba xogħol ta' eskavar minn kuntrattur privat?", "Min se jħallas għal dan ix-xogħol?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "MIA", "23112.", "L-ONOR.", "MICHAEL ASCIAK staqsa lill-Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 22953 u jgħid jekk hemmx xi ċans illi l-ajruport internazzjonali ta' Malta jingħata isem?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: S'issa ma kien hawn l-ebda suġġeriment jew proposta biex f'Malta tidħol id-drawwa li hemm f'xi pajjiżi oħra li ajruport jissemma għal xi persuna illustri, bħal Rome Fiumicino jew Leonardo da Vinci.", "MINISTERU GĦAR-RIŻORSI U INFRASTRUTTURA - KAROZZI", "23113.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 22065, jista' l-Ministru jgħid jekk l-allowances imsemmija jinkludux l-użu tal-karozzi u l-fuel?", "Jekk fin-negattiv, għalkemm kien jammonta l- allowance għall-karozzi u l-fuel?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mistoqsija parlamentari 22065 li rrifera għaliha l- Onor. Interpellant m'għandha x'taqsam xejn ma' din il-mistoqsija.", "PROPRJETA' TA' L-ENEMALTA", "23114.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 22949 u jagħti lista ta' proprjeta' li f'dawn l- aħħar 12-il xahar ġiet akkwistata mill-Enemalta sabiex tintuża bħala substations ta' l-elettriku, inkluż il-valur li nxtrat bih?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra lista bid-dettalji tal-proprjeta' akkwistata mill-Enemalta sabiex tintuża bħala substations ta' l-elettriku f'dawn l-aħħar 12-il xahar.", "PERSUNI BARRANIN JAĦDMU BIL-PERMESS", "23120.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni barranin jaħdmu bil-permess u minn liema pajjiż huma?", "X'tip ta' xogħol jagħmlu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif mitlub qed jitpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "QRATI - ATTI KRIMINALI", "23121.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm persuni ttellgħu l-qorti fuq reati konnessi ma' twettiq ta' atti kriminali fil- pubbliku s-sena l-oħra?", "X'kien ir-reat u x'weħlu f'kull każ?", "ONOR.", "TONIO BORG: L-istatistika dwar persuni mressqa l-qorti mill-pulizija matul is-sena l-oħra għadha qed tinġabar u t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "PERSUNI JAĦDMU BLA PERMESS", "23122.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru jgħid kemm persuni ttellgħu l-qorti għaliex ħaddmu persuni bla permess is-sena l-oħra u x'weħlu f'kull każ?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Fil-każ ta' ħaddiema barranin, hija l-pulizija li tħarrikhom.", "Fil-każ ta' kawżi rigward ħaddiema Maltin li jkunu qed jaħdmu illegalment, l-Onor.", "Membru huwa mitlub jirriferi għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 20057.", "KAŻI TA' RAPES", "23123.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm rapporti ta' rapes jew indecent assaults saru s-sena l-oħra?", "X'weħlu f'kull każ dawk imressqa fuq dawn ir-reati?", "ONOR.", "TONIO BORG: L-istatistika dwar rapporti ta' rapes jew indecent assaults matul is-sena l-oħra għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "PERSUNI BARRANIN JAĦDMU BLA PERMESS", "23124.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru jgħid kemm persuni nqabdu jaħdmu bla permess is-sena l-oħra?", "Kemm minnhom kienu barranin?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: In-numru ta' persuni li nqabdu jaħdmu rregolarment kien ta' 1,899 li 175 minnhom kienu barranin.", "PERSUNI MAQTUGĦA MIR-REĠISTRU TAX-XOGĦOL", "23125.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru jgħid kemm persuni nqatgħu minn fuq l-ewwel parti tar-reġistru s-sena l-oħra u għaliex?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Minn Jannar sa Diċembru 2006 inqatgħu 1,391 persuna minn fuq l-ewwel u t-tieni parti tar-reġistru - 180 inqabdu jaħdmu u jirreġistraw, 862 irrifjutaw opportunita' ta' xogħol, filwaqt li 349 irrifjutaw opportunita' ta' taħriġ.", "NEFQA FUQ SAFAR UFFIĊJALI", "23177.", "L-ONOR.", "JOSEPH DEBONO GRECH staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk mill-2005 għall-2006 żdeditx in-nefqa fuq is-safar?", "Kemm kienet iż-żieda fuq l-ispiża tas-safar mill-2005 u l-2006 globalment?", "X'kienet ir-raġuni ta' din iż-żieda?", "Kien hemm l-approvazzjoni ta' l-uffiċċju tal-prim ministru għat-tali spiża?", "Min approva s-safar ta' matul l-2006?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Napprezza jekk l-Onor.", "Interpellant jindika għas-safar ta' min qiegħed jirriferi biex inkun nista' nagħtih l-informazzjoni mitluba.", "NEFQA FUQ SAFAR UFFIĊJALI", "23179.", "L-ONOR.", "JOSEPH DEBONO GRECH staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru jgħid jekk żdeditx in-nefqa fuq is-safar mill-2005 għall- 2006?", "Kemm kienet iż-żieda fuq l-ispiża tas-safar mill-2005 u l-2006 globalment?", "X'kienet ir-raġuni ta' din iż-żieda?", "Kien hemm l- approvazzjoni ta' l-uffiċċju tal-prim ministru għal tali spiża?", "Min approva s-safar ta' matul l-2006?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: In-nefqa fuq safar mill-2005 għall-2006 ma żdeditx.", "Rigward l-aħħar parti tal-mistoqsija, ninforma l-Onor.", "Interpellant li fis- sena 2006 is-safar tal-ministru ġie approvat mill-uffiċċju tal-prim ministru filwaqt li s-safar l-ieħor ġie approvat mis-segretarjat permanenti tal-ministeru għal Għawdex.", "NEFQA FUQ SAFAR UFFIĊJALI", "23180.", "L-ONOR.", "JOSEPH DEBONO GRECH staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jgħid jekk żdeditx in-nefqa fuq is-safar mill-2005 għall-2006?", "Kemm kienet iż-żieda fuq l-ispiża tas-safar mill- 2005 u l-2006 globalment?", "X'kienet ir-raġuni ta' din iż-żieda?", "Kien hemm l-approvazzjoni ta' l-uffiċċju tal-prim ministru għal tali spiża?", "Min approva s-safar ta' matul l-2006?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: In-nefqa fuq safar fl-2005 u l-2006 kienet kif jidher hawn taħt:", "2005 - Ministeru/dipartiment: Lm20,274 li Lm2,720 minnhom ġew rimburżati, filwaqt li Lm908 għad iridu jiġu rimburżati.", "Awtorita' dwar it-trasport: Lm16,857.", "2006 - Ministeru/dipartiment: Lm15,640 li Lm3,898 minnhom ġew rimburżati filwaqt li Lm2,508 għad iridu jiġu rimburżati.", "Għad hemm xi spejjeż oħra żgħar li jridu jitħallsu.", "Awtorita dwar it-trasport: Lm28,233.", "In-nefqa tal-ministeru/dipartiment naqset mill-2005 għall-2006, filwaqt li kien hemm żieda fin-nefqa ta' l-awtorita' dwar it-trasport.", "Madankollu ż- żieda fin-nefqa globali tal-ministeru/dipartiment u l-awtorita' dwar it- trasport kienet minima.", "Is-safar kollu sar skond il-ħteġijiet u l-obbligi tal-ministeru/dipartiment jew ta' l-awtorita' dwar it-trasport.", "Is-safar kollu ġie approvat skond il- proċeduri stabiliti.", "NEFQA FUQ SAFAR UFFIĊJALI", "23181.", "L-ONOR.", "JOSEPH DEBONO GRECH staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid jekk żdeditx in-nefqa fuq is- safar mill-2005 għall-2006?", "Kemm kienet iż-żieda fuq l-ispiża tas-safar mill-2005 u l-2006 globalment?", "X'kienet ir-raġuni ta' din iż-żieda?", "Kien hemm l-approvazzjoni ta' l-uffiċċju tal-prim ministru għal tali spiża?", "Min approva s-safar ta' matul l-2006?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Fl-2005 l-ispiża globali għas-safar kienet ta' Lm200,820.54 li minnhom irċevejna lura Lm83,831.04 mill-Unjoni Ewropea.", "Fl-2006 l-ispiża globali għas-safar kienet ta' Lm211,294.10 li minnhom irċevejna lura mill-Unjoni Ewropea Lm82,925.34.", "L-ispejjeż qed jirriżultaw l-aktar għall-fatt li qed jiżdiedu l-obbligi tal- ministeru minħabba proposti ġodda fi ħdan l-Unjoni Ewropea fil-qasam ta' l- ambjent, agrikoltura u sajd u fil-qasam ta' l-affarijiet veterinarji.", "Il- fatt li din l-ispiża kienet koperta mill-budget approvat, ma kienx hemm il- ħtieġa ta' l-approvazzjoni tal-prim ministru.", "Is-safar ta' matul is-sena 2006 ġie approvat mis-segretarju permanenti tal- ministeru għall-affarijiet rurali u ambjent kif inhi l-proċedura.", "NEFQA FUQ SAFAR UFFIĊJALI", "23182.", "L-ONOR.", "JOSEPH DEBONO GRECH staqsa lill-Ministru għall- Kompetittivita' u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk żdidietx in- nefqa fuq is-safar mill-2005 għall-2006 u f'każ affermattiv, kemm kienet iż- żieda fuq l-ispiża tas-safar mill-2005 u l-2006 globalment?", "Jista' jgħid x'kienet ir-raġuni ta' din iż-żieda u jekk kienx hemm l-approvazzjoni ta' l- uffiċċju tal-prim ministru għat-tali spiża?", "Jista' jgħid min approva s- safar ta' matul l-2006?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jispeċifika għal liema dipartimenti qed jirriferi.", "NEFQA FUQ SAFAR UFFIĊJALI", "23184.", "L-ONOR.", "JOSEPH DEBONO GRECH staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' l-Ministru jgħid jekk żdidietx in-nefqa fuq is-safar mill- 2005 għall-2006 u f'każ affermattiv, kemm kienet iż-żieda fuq l-ispiża tas- safar mill-2005 u l-2006 globalment?", "Jista' jgħid x'kienet ir-raġuni ta' din iż-żieda u jekk kienx hemm l-approvazzjoni ta' l-uffiċċju tal-prim ministru għat-tali spiża?", "Jista' jgħid min approva s-safar ta' matul l- 2006?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "AWTORITA' TAD-DJAR - SHARED OWNERSHIP", "23203.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l- analisi ta' l-ewwel ħarġa ta' shared ownership ta' l-awtorita' tad-djar?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-analisi dwar l-ewwel ħarġa ta' l-iskema ta' shared ownership ta' l-awtorita' tad-djar.", "AWTORITA' TAD-DJAR", "23204.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l- analisi li tiffoka fuq ix-xogħlijiet ta' l-awtorita' tad-djar f'dawn l- aħħar tmien snin?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-analisi mitluba.", "FLORIANA - KIOSK", "23206.", "L-ONOR.", "DAVID AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk tistax titneħħa kiosk ħadra li ilha fi Triq San Publiju, Floriana tokkupa post ta' parkeġġ għal vetturi għal żmien twil ħafna, preċiżament quddiem il-kunsill lokali tal-Floriana?", "ONOR.", "TONIO BORG: Id-dipartiment ta' l-artijiet se jieħu l-passi li hemm bżonn sabiex din il-kiosk titneħħa.", "PRODOTTI TAD-DEMM", "23207.", "L-ONOR.", "ROBERT ARRIGO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 22041 u jgħid: Fid-dawl tal-fatt li dan l-aħħar il-commission for fair trading ikkonkludiet li l-bejgħ tal-prodotti tad-demm lill-kliniċi u sptarijiet privati kienu diskriminatorji u għalhekk kien qed ipoġġi lill- istess kliniċi u sptarijiet privati fi żvantaġġ finanzjarju, jista' l- Ministru jinformana bejn is-snin 2003 u 2006 kemm ġew mibjugħa boroż tad- demm u prodotti tad-demm lil dawn il-kliniċi u sptarijiet privati, kull sena u x'kienu l-ammonti ta' flus miġbura f'dan ir-rigward kull sena?", "Hemm il-ħsieb li l-flus li tħallsu minn dawn il-kliniċi u sptarijiet jiġu mrodda lura u għalhekk jerġgħu jingħataw lura dawn il-flus lill-pazjenti?", "Fid-dawl ta' din id-deċiżjoni, għandux jintalab ħlas għal dawn il-prodotti mid-dipartiment tas-saħħa?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Niċċaraw l-ewwelnett li dan mhux każ ta' bejgħ ta' demm.", "Din kienet talba mid-diviżjoni tas-saħħa lill-kliniċi u sptarijiet privati għal rifużjoni ta' spejjeż amministrattivi li tidħol fihom id- diviżjoni biex tiżgura li demm u prodotti tad-demm isirulhom it-testijiet meħtieġa li jiżguraw li jkunu ta' l-aqwa kwalita'.", "Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.", "M'hemm l-ebda ħsieb li flus li diġa' tħallsu jiġu mrodda lura.", "Id-dipartiment tas-saħħa qed jevalwa s-sitwazzjoni sabiex jara x'policy jista' jaddotta dwar ħlas għall-ipproċessar ta' dawn il-prodotti.", "QORTI TA' GĦAWDEX", "23212.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO PRECA staqsiet lill-Ministru tal- Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru tgħid min ħallas għall- avukat fil-każ tat-tifel Għawdxi li ismu qed jintbagħat separatament, li ġie appuntat biex jirrappreżenta lil omm imsiefra, waqt il-kawża waqt il- proċeduri legali li kienu qed isiru fil-qorti ta' Għawdex?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Jekk l-Onor.", "Interpellanti qed tirriferi għall- proċeduri legali li ttieħdu mid-dipartiment għal standards fil-ħarsien soċjali bħala l-awtorita' ċentrali ta' Malta dwar il-konvenzjoni ta' l-ajja dwar ħtif internazzjonali ta' minuri, ninsab informata li dawn tmexxew mill- avukat tad-dipartiment u li l-omm kienet xhud u ma kienetx rappreżentata minn xi avukat.", "HIP REPLACEMENT", "23218.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 22836 u jgħid kemm tmur lura fiż-żmien l-aktar applikazzjoni qadima għall- operazzjoni ta' hip replacement?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Id-dewmien fuq waiting list għal hip replacement tvarja minn konsulent għall-ieħor.", "L-itwal stennija hija ta' ħames snin pero' hemm raġunijiet mediċi għal dan id-dewmien.", "TRAFFIKAR TA' NISA U TFAL", "23228.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru tgħid liema ente qed tieħu ħsieb il- problema tat-traffikar tan-nisa u tfal?", "X'tip ta' traffikar qed isir?", "X'xogħol qed isir f'dan ir-rigward?", "Xi statistika teżisti għal dawn l- aħħar ħames snin, kemm bħala numru ta' nisa u tfal traffikati kif ukoll persuni involuti f'dan it-traffikar?", "Kemm każijiet ġew rappurtati?", "Kemm każijiet tressqu l-qorti?", "Għand min jistgħu jirrikorru għall-għajnuna u kenn dawn in-nisa?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija, ninsab informata li n-nisa u t-tfal indikati jistgħu jirrikorru għas-sapport għand l-initial response team ta' l-aġenzija appoġġ.", "Dwar il-partijiet l-oħra tal-mistoqsija, nitlob lill-Onor.", "Interpellant tirriferihom lill-ministru konċernat.", "VJOLENZA DOMESTIKA", "23230.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti statistika għal dawn l-aħħar għaxar snin ta' kemm ġew rappurtati każijiet ta' vjolenza fuq in-nisa - domestika u mhux - inkluż każijiet ta' stupru fiż-żwieġ?", "Kemm minn dawn tressqu l-qorti?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ma tinżammx statistika kompjuterizzata ta' l- informazzjoni mitluba.", "PARK AND RIDE", "23231.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 22837 u jgħid x'inhuma l-operating costs attwali tas-sistema park and ride?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: L-operating costs attwali tal-park & ride kienu jammontaw għal Lm27,678.55 - Lm10,052.66 f'Novembru u Lm17,625.89 f'Diċembru.", "Huwa stmat li bl-introduzzjoni tal-controlled vehicular access f'Marzu, l- ispiża fix-xhur ta' wara tonqos għal madwar Lm9,500 fix-xahar.", "GĦARGĦUR - FAWRAN TA' DRENAĠĠ", "23232.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 22955 u jgħid x'passi ħadet il-korporazzjoni għas- servizzi ta' l-ilma biex tirrimedja l-problema ta' fawran tad-drenaġġ fi Triq Santa Katerina, l-Għargħur meta għandi għaliex nifhem illi kellhom jittieħdu passi ta' rimedju madwar sena ilu - fi Frar 2006?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Il-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma diġa' bdiet tagħmel ix-xogħol neċessarju biex tirrimedja din il-problema.", "Dan ix-xogħol huwa mistenni jkun lest fi żmien erba' ġimgħat oħra.", "HERITAGE MALTA - KAP EŻEKUTTIV", "23233.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt tax- xogħol tas-Sur Mule Stagno, Kap Eżekuttiv ġdid ta' Heritage Malta?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jirriferi għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 21120.", "PETIZZJONI", "23243.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid għaliex minkejja li persuna li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, kellu l- petizzjoni tiegħu l-E.T. il-President ta' Malta milqugħa fit-8 ta' Awissu 2005 sabiex jieħu lura l-effetti tiegħu personali hemm isemmija, u minkejja li fl-4 ta' Diċembru 2006 l-uffiċċju tal-President informa lil din il-persuna li għaddew l-ittra tiegħu tat-23 ta' Novembru 2006 lill- ministeru tal-ġustizzja sabiex id-deċiżjoni tal-President tkun implimentata, għala wara dawn ix-xhur kollha din id-deċiżjoni qed tiġi stultifikata bir-rifjut tal-kummissarju tal-pulizija li jirritorna l- effetti tiegħu personali?", "Jista' għalhekk il-Viċi Prim Ministru jgħid meta se jiġu ritornati dawn l- oġġetti lill-persuna in kwestjoni kif deċiż mill-kap ta' l-Istat?", "In linea ma' l-istanding orders, l-Interpellant qed jiddikjara li huwa kien il-konsulent legali li kiteb il-petizzjoni għan-nom ta' din il-persuna.", "ONOR.", "TONIO BORG: It-talba msemmija kienet ġiet milqugħa bil-kondizzjoni li jinħarġu dawk il-liċenzji neċessarji.", "Għaldaqstant qabel ma' dawn l- armi jkunu jistgħu jiġu rritornati, iridu jinħarġu l-liċenzji rikjesti mil- liġi.", "L-applikazzjoni sabiex dawn l-armi jkunu liċenzjati għadha qed tiġi pproċessata.", "SINJALI/TABELLI TAT-TOROQ", "23244.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-ammont tan-nefqa għas-sinjali u tabelli tat-toroq tal-gvern (mhux tal-kunsilli) għas-sena 2005 u sa Ottubru 2006?", "Jista' jgħid ukoll jekk dawn ħarġux bit-tender jew b'direct order?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Tweġiba tingħata f'seduta oħra."]} {"filename": "20071022_566d_par.doc", "date": "2007-10-22", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Uffiċjali u Rivedut) L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 566 It-Tnejn, 22 ta' Ottubru, 2007 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 566", "It-Tnejn, 22 ta' Ottubru, 2007", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.02 p.m.", "Talba", "Seduta Nru. 566", "It-Tnejn, 22 ta' Ottubru, 2007", "WERREJ", "MINUTI 248", "KUNSENS GĦAL ATTI 248", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI 248", "TQEGĦID TA' KARTI 254", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "MOZZJONI BIEX IL-KAMRA TMUR F'KUMITAT TA' PROVVISTA GĦALL-KONSIDERAZZJONI TA' L-ESTIMI ĠENERALI TA' SPIŻA GĦAS-SENA 2008 (L-EWWEL JUM IMĦOLLI KOLLU GĦALL-OPPOŻIZZJONI) 255", "AĠĠORNAMENT 275", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 275", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIETBIL-MIKTUB 288", "MINUTI", "Il-Minuti tas-seduta nru.", "565 li saret fis-17 ta' Ottubru, 2007 ġew konfermati.", "KUNSENS GĦAL ATTI", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): Ninforma lill-Kamra li l-President ta' Malta għoġbu jagħti l-kunsens tiegħu għal:", "Att Nru XXIII ta' l-2007 - Att ta' l-2007 li jemenda l-Att dwar il- Korporazzjoni Maltija għall-Intrapriża.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "MAĦFRIET PRESIDENZJALI", "27316.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO (f'isem l-Onor.", "Leo Brincat) staqsa lill- Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm maħfriet presidenzjali minn Mejju 1987 'il quddiem, lil min saru, taħt liema ċirkustanzi saru, għaliex saru u minn min ġew awtorizzati fuq livell ta' gvern?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (Segretarju Parlamentari) (f'isem il-Prim Ministru): Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra tabella aġġornata tal-maħfriet presidenzjali li ngħataw sal-5 ta' Settembru 2007.", "Dwar il-maħfriet presidenzjali li ngħataw bejn l-1997 u Ottubru ta' l- 2006, nirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 20849 fis-seduta numru 448 tal-31 ta' Ottubru 2006, kif ukoll għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 25227 fis-seduta numru 542 tat-23 ta' Mejju 2001, fil-leġislaturi ta' qabel.", "Dwar l-informazzjoni għas-snin ta' qabel, ninsab infurmat li din m'hijiex disponibbli f'forma kompjuterizzata, iżda trid tinġabar minn files wieħed wieħed.", "Dawn jammontaw għal mijiet ta' files meta tikkonsidra l-perijodu hekk fit-tul li dwaru qed tintalab l-informazzjoni.", "Bħala regola, maħfra presidenzjali tingħata fuq parir tal-Ministru tal- Ġustizzja, ħlief fil-każ ta' traffikar ta' drogi fejn il-parir jingħata mill-Kabinett.", "NEFQA FUQ REPAIR AND UPKEEP", "26154.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joe Debono Grech) staqsa lill- Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża separatament għal repair and upkeep li saret mill-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 separatament?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern): L-informazzjoni mitluba hi kif tidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.", "RAPPORTI", "26155.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joe Debono Grech) staqsa lill- Ministru għall-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru tgħid jekk ġewx ikkummisjonati rapporti fil-Ministeru, dekasteru u enti tagħha matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 u f'każ li fl-affermattiv, tista' tgħid x'kien l-għan ta' kull rapport separatament, minn min sar u jekk sewa flus, kemm kienet l-ispiża separatament?", "Tista' tgħid jekk hemmx minn dawn ir-rapport li ġew konklużi?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru għall-Familja u Solidarjeta' Soċjali): Ninsab infurmata li ma ġie kkummissjonat ebda rapport mill- Ministeru, dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħi matul il-perijodu indikat mill-Onor.", "Interpellant.", "NEFQA FUQ REPAIR AND UPKEEP", "26156.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joe Debono Grech staqsa lill- Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid kemm kienet l-ispiża separatament għal repair and upkeep li saret mill-Ministeru, dekasteru u enti tagħha matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 separatament?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO (Ministru għal Għawdex): L-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Noel Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Xtaqt nistaqsi lill-Ministru - għalkemm m'għandha x'taqsam xejn mal-mistoqsija - tistax taġġornani ftit dwar l-aħħar ilmenti li ġew rappurtati mill-produtturi u r-raħħala Għawdxin dwar il-problemi li qed ikollhom minħabba sitwazzjoni fil-biċċerija ta' Għawdex.", "Minħabba din is-sitwazzjoni qed isir trasferiment tal-bhejjem lejn Malta?", "MR SPEAKER: Din id-domanda m'għandha x'taqsam xejn mad-domanda oirġinali, imma jekk il-Ministru trid tirrispondiha tista' tagħmel dan.", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Fil-fatt hemm domanda oħra fis-sett tal-mistoqsijiet parlamentari tal-lum li tirrigwarda dan is-suġġett.", "Nixtieq ngħarraf lill- Onor. Interpellant li l-fażi li jmiss hija l-ħruġ tat-tenders għall- equipment u l-offerta se toħroġ fi ftit ġranet oħra.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Noel Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Napprezza t-tweġiba tal-ministru, imma fid-dawl li din is-sejħa diġa' kienet ġiet imħabbra f'diversi okkażjonijiet oħra, tista' l- Ministru tikkonsidra li tara li din id-darba tabilħaqq l-affarijiet jimxu biex ma jkunx hemm aktar tbatija kemm għar-raħħala?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Naħseb kif jaf il-kollega, fil-ħruġ ta' tenders aħna naħdmu u nimbuttaw sakemm toħroġ it-tender, imbagħad x'jiġri mill- ħruġ tat-tender 'il hemm ovvjament sta għall-adjudication board.", "Din hija responsabbilta' tal-contracts department u allura ma nista' nassigura lil ħadd dwar x'jista' jiġri wara li tingħalaq it-tender.", "Ovvjament kollox jiddependi mit-tenders li jintefgħu u anke mill-mod ta' kif jiġu aġġudikati.", "Mela f'każi mhux biss tal-biċċerija imma anke ta' xogħlijiet oħrajn, mhux tal-Ministeru għal Għawdex biss, hemm il-contracts department li jrid jieħu d-deċiżjonijiet tiegħu.", "Minkejja dan nassigura lill-Onor.", "Membru li min-naħa tal-ministeru għamilna dak kollu possibbli biex it-terms of reference ikunu b'mod mill-aktar reali u anke possibbli biex dan il- proġett ikun jista' jiġi finalizzat.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Noel Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jekk qed nifhem sew mit-tweġiba tagħha, minkejja l- goodwill li teżisti, xorta jista' jagħti l-każ li għalkemm ħierġa t-tender is-sitwazzjoni se tibqa' kif inhi.", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Ma tista' teskludi xejn, pero' ma naħsibx li dan li qed tgħid inti se jseħħ, għaliex illum jew għada bilfors, b'mod jew b'ieħor, ix-xogħol irid jibqa' miexi.", "Jiena nissimpatizza ħafna mar-raħħala tagħna, li tajnihom l-għajnuna u s-support kollu meħtieġ - fil-fatt anke nħallsu għat-trasport tal-vapur ta' meta jinġarru l-bhejjem lejn Malta - u jiena fiduċjuża li finalment din l-imbierka tender ta' l-equipment tiġi finalizzata.", "NEFQA FUQ KONSULENTI", "26157.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joe Debono Grech) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq servizzi ta' konsulenti - kemm servizzi minn individwi jew kumpaniji- fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul ix- xahar ta' Jannar, Frar u Marzu 2007?", "Jista' jagħti d-dettalji ta' min kienu l-konsulenti u kemm tħallsu kull wieħed separat, x'tip ta' servizz taw u min approva t-tali spiża f'kull każ separat?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi): It- tagħrif mitlub se jitpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "NEFQA FUQ REPAIR AND UPKEEP", "26158.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joe Debono Grech) staqsa lill- Ministru għall-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru tgħid kemm kienet l-ispiża separatament għal repair and upkeep li saret mill- Ministeru, dekasteru u enti tagħha matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 separatament?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru għall-Familja u Solidarjeta' Soċjali): It-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-tabella li qed inpoggi fuq il- mejda tal-Kamra.", "NEFQA FUQ SERVIZZ TA' L-INTERNET", "26159.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joe Debono Grech) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq is-servizz tal-internet provdut fir-residenzi tal- uffiċjali tal-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul Jannar, Frar u Marzu 2007 separatament uffiċjal b'uffiċjal u xahar b'xahar?", "Jista' jgħid min hu l-ISP f'kull każ separat?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif mitlub se jitpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "PASSI DIXXIPLINARJI KONTRA SULDATI", "27703.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' suldati li ttieħdu passi dixxiplinarji kontrihom din is-sena u għaliex?", "X'rank kellhom?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Mill- ewwel ta' Jannar sa l-aħħar ta' Settembru 2007 kien hemm 74 suldat li ttieħdu passi dixxiplinarji kontrihom.", "Ir-ranks ta' dawn is-suldati kienu Gunner, Lance Bombardier u Warrant Officer Class II.", "Ir-reati kienu dawk kontra 'Nuqqas ta' Ubbidjenza ta' Ordnijiet Permanenti, Nuqqas għad-Detriment kontra l-bon' ordni tad-Dixxiplina Militari, Insubbordinazzjoni, Assenza mingħajr permess, Serq ta' proprjetà pubblika, Ħsara bi traskuraġni fi proprjetà tas-servizz u Reati li jikkonċernaw dmirijiet ta' Sentinella.", "UE – FLUS IMĦALLSA MINN MALTA", "27704.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm għaddiet flus Malta lill-Unjoni Ewropea din is-sena?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Tul is-sena 2007 Malta ħallset lill-Unjoni Ewropea s-somma ta' Lm17,574,014.94.", "Jekk wieħed iqabbel x'ħallset Malta lill-Unjoni Ewropea u x'daħħlet Malta mingħand l-Unjoni Ewropea mis-sena 2004 sal-lum, insibu bilanċ favur Malta ta' Lm136,262,989.62.", "SPTARIJIET – WAITING LIST", "27705.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni li qed jistennew biex isirilhom xi forma ta' operazzjoni illum?", "X'tip hi u kemm ilhom jistennew?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil- Komunita'): L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.", "Ir-risposta se titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra ladarba tkun lesta.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Adrian Vassallo, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ADRIAN VASSALLO: Jista' forsi l-ministru jgħid meta jaħseb li se tkun lesta r-risposta ta' din id-domanda?", "Għax issa donnu għandna waiting- time għall-mistoqsijiet parlamentari bħalma għandna fl-operazzjonijiet.", "Din il-mistoqsija ilha li saret xahar.", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Mr Speaker mill-informazzjoni li għandi hawn, l-Onor.", "Interpellant talab informazzjoni konsiderevoli u din għadha qed tinġabar.", "Ovvjament, malli tkun f'idejh, il-ministru mill-iktar fis possibbli jpoġġiha fuq il-mejda tal-Kamra ħalli jissodisfa t-talba ta' l-istess Onor. Interpellant.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Silvio Parnis, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "SILVIO PARNIS: Waslet l-injezzjoni ta' l-influwenza li tingħata lil persuni minn 55 sena 'il fuq?", "Hemm il-ħsieb li nikkonsidraw li din l- injezzjoni tingħata wkoll lil dawk il-familji bi dħul baxx illi jgħixu permezz tal-benefiċċji soċjali u familji b'erbgħa jew ħamest itfal li tkun diffiċli għalihom li jieħdu din l-injezzjoni bi ħlas?", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Mr Speaker, inwassal is-suġġeriment ta' l-Onor.", "Interpellant lill-Ministru.", "SPTARIJIET – WAITING LIST", "27706.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunita': Jista' l-Ministru jgħid kemm hi l-waiting-time biex isir appuntament għal kull professur/speċjalista fid-dipartiment ta' l- outpatient illum?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil- Komunita'): Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-lista li turi l-waiting- time biex isir appuntament mhux urġenti għal kull professur fid-dipartiment ta' l-outpatients.", "MOĦQRIJA TA' ANNIMALI", "27708.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm tressqu nies il-qorti fuq moħqrija ta' annimali din is-sena?", "X'kienet l-abbuż u x'weħlu?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern): Ninsab informat li matul l-ewwel disa' xhur tas-sena 2007, il- pulizija ressqet għaxar persuni quddiem il-qorti fuq akkużi ta' moħqrija fuq annimali.", "Minn dawn, każ wieħed ġie deċiż fejn il-persuna instabet ħatja u ġiet immultata Lm100.", "Il-każijiet l-oħrajn għadhom pendenti.", "KTEJJEB PUBBLIĊITARJU", "27711.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm sewa l-ktejjeb pubbliċitarju \"Għal Familja Aħjar\" li tqassam f'kull dar dan ix-xahar?", "Fejn ġie stampat dan il-ktejjeb maħruġ mill-uffiċċju tal-Prim Ministru?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-Uffiċċju tal-Prim Ministru ppubblika ktejjeb \"Familji fis-Sod\" bl-iskop ewlieni li jgħarraf aktar lill- 160,000 dar residenzjali li hawn f'Malta u Għawdex dwar il-proposti ewlenin li hemm fid-dokument ta' qabel il-budget \"Familji fis-Sod\".", "Dan il- ktejjeb, li kien parti essenzjali mill-proċess ta' konsultazzjoni bi preparazzjoni għall-Budget 2008 tqassam fil-ġranet li għaddew u kellu dawn l-ispejjeż:", "Disinn Lm 1,656 Stampar Lm17,988 Posta Lm 2,980 Total Lm22,624", "Ix-xogħol ta' stampar ġie kkummissjonat mill-istamperija tal-gvern.", "Dan ifisser li b'kollox kull ktejjeb sewa' 14-il ċenteżmu u milleżmu.", "PERSUNI BOARDED OUT", "27838.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Familja u tas- Solidarjeta' Soċjali: B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 27380, tista' l-Ministru tagħti l-istess tagħrif għall-bliet u rħula Maltin għall- istess medda ta' żmien?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru għall-Familja u tas-Solidarjeta' Soċjali): Ninsab informata li t-taghrif mitlub qed jingabar u twegiba tingħata f'xi seduta oħra.", "PAGI FACTORED IN", "27872.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Dwar il-figuri tal-GDP per capita li ġew mqiegħda fuq il-mejda tal- Kamra dan l-aħħar, jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhuwa l-perċentaġġ u l- ammont ta' pagi factored in f'dawn il-figuri per capita?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Il- perċentaġġ u l-ammont ta' pagi factored in fil-figuri tal-GDP per capita huma indikati fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.", "REFUND TA' L-N.I.", "27878.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 27394 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Familja u Solidarjeta' Soċjali u issa ġiet riferuta lilu, u jindika meta l-persuna minn San Gwann, li d- dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, mistennija tirċievi refund tan- national insurance contributions li ħallset intortament meta f'mod skorrett tawha x'tifhem li minkejja li ma kenitx taħdem u kellha diġa' 57 sena, jekk tħallas il-bolla għall-aħħar erba' snin setgħet tikkwalifika għall- benefiċċju soċjali?", "Evidenza dokumentata tal-kontribuzzjoni li ħallset jinsabu f'idejn il-Ministeru.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "KAPPARA - BOUNDARY WALL", "27879.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 27392 u jara li jittella' boundary wall skond kif titlob il-liġi mad-dawra tal-plot kbira li ġieli qed tintuża bħala scrapyard u dumping ground f'Birkirkara Road, San Gwann kantuniera ma' Triq il-Gallina, Kappara?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO (Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent): Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Leo Brincat, domanda supplimentari.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Jiena kont diġa' għamilt din il-mistoqsija lill- Ministru xi ġimgħat ilu - ma nafx jekk kienx preżenti imma kien irrisponda xi ħadd minfloku – u għalhekk napprezza jekk jagħtini risposta malli jkun jista'.", "Il-gvern f'Mejju ħareġ qabda legal notices dwar dawn il-boundary walls u l-appell tiegħi hu – u din mhux qed ngħidha biex nagħmel issue politika - biex għallinqas dak li l-gvern stess għadda jiġi nforzat.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Mr Speaker, napprezza l-mistoqsija ta' l-Onor Interpellant.", "Tajjeb wieħed jifhem li dik il-legal notice tgħid ċar u tond li kemm-il s-sid tas-sit jew blokk vakanti ma jottemporax ruħu li jtella' l- ħajt hu, imbagħad apparti li toħroġlu n-nota ta' l-inforzar, irid ikun il- kunsill lokali li jikteb lill-MEPA sabiex din tawtorizza l-ħlas tal- valutazzjoni tax-xogħljiet li jsir.", "Imbagħad ikun il-kunsill lokali li effettivament itella' l-ħajt u jieħu l-flus min-naħa tal-MEPA.", "Jien fuq dan il-każ inwiegħed lill-Onor.", "Brincat li appena jkolli l-aħħar informazzjoni nagħtih it-tweġiba.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Anglu Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "ANGLU FARRUGIA: Dwar dak li qal il-Ministru, din hija l-istandard procedure mal-kunsilli lokali kollha?", "Dan qed nistaqsih għax fil-Mosta hemm ħafna plots u postijiet oħra mitluqin pero' l-kunsill lokali donnu għadu m'huwiex aware ta' din il-proċedura.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Qabel xejn wieħed qed jitkellem fuq siti vojta fiż- żoni ta' l-iżvilupp.", "Dan ir-regolament huwa speċifiku għal dawk iż-żoni.", "It- tieni din il-proċedura hija proċedura li kienet maqbula ma' l-assoċjazzjoni tal-kunsilli lokali.", "Fil-fatt l-avviż li jintbagħat lill-kunsilli lokali ntbagħat b'mod konġunt bejn il-ministeru, bejn il-MEPA kif ukoll l- assoċjazzjoni tal-kunsilli lokali stess.", "CHISWICK HOUSE SCHOOL", "27887.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: Jista' l-Ministru jgħid f'liema sena ngħata l- permess biex tiftaħ ic-Chiswick House School f'Ant.", "Schembri Str, Kappara?", "Kemm kellhom permess għal school population dak iż-żmien u kemm kellhom għalliema full time u part time fil-bidu?", "Matul is-snin kemm u meta ngħataw permess biex iżidu l-għadd ta' studenti u għalliema tagħhom?", "Illum skond l-aħħar informazzjoni li għandu l-Ministeru, l-iskola kemm għandha klassijiet joperaw, kemm għandha tfal f'kull klassi, x'inhi l-ischool population tagħha, kemm għandhom għalliema full-time u part-time u kemm jistgħu jieħdu massimu ta' studenti għal dawk li huma summer school activities?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-liċenzja biex topera iċ-Chiswick House School fi Triq Antonio Schembri, Kappara, ħarġet fit-22 ta' Ottubru 1991.", "F'dak iz-zmien kellhom permess għal 512-il student, Fl-1991 kellhom 23 għalliem full-time u 3 part-time.", "Fl-1994 ħareġ permess għal estensjoni ta' l-istess skola.", "Għal kwalunkwe attivita', in-numru ta' tfal jattendu din l-iskola ma setax ikun aktar minn dak li kien f'Ottubru 1994, jiġifieri 888 student.", "Skond l-aħħar informazzjoni li għandha d-Divizjoni ta' l-Edukazzjoni, iċ- Chiswick House School għandha: Klassijiet Tfal f'kull klassi", "Kinder 1 90 (5 klassijiet) Kinder 2 92 (5 kalssijiet) Year 1 85 (4 klassijiet) Year 2 100 (4 klassijiet) Year 3 102 (4 klassijiet) Year 4 105 (4 klassijiet) Year 5 106 (4 klassijiet)", "Ukoll:", "Kap ta' Skola 1 Ko-Ordinaturi tas-Suġġett 2 Għalliema (full-time) 31 Kindergarten Assistants (part-time) 13", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Brincat, domanda supplimentari.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: L-aħħar darba kien hemm xi mistoqsijiet fuq l-istess skola indirizzati iktar lill-Viċi Prim Ministru dwar il-problema li qed ikun hemm għal dak li għandu x'jaqsam parkeġġ u affarijiet simili li qed joħolqu inkonvenjent kbir għar-residenti ta' l-area.", "Jista' l-Ministru, dejjem jekk hu fir-remit tiegħu, jikkonsidra s- suġġeriment li kont għamilt lill-Viċi Prim Ministru biex ikun hemm konsultazzjoni bejn iż-żewġ ministeri konċernati ħalli jaraw jekk huwiex fattibbli li jsir dak li konna tkellimna u dak li kkonferma l-Viċi Prim Ministru fil-parlament, li meta ġieli kien hemm xi azjendi privati li joħolqu inkonvenjenti, il-gvern ġieli ġiegħlhom iħallsu wardens, minn buthom, biex iżommu l-buon ordni fit-traffic management?", "Jista' jikkonsidra l-feasibility jew il-fattibbilta' li jsir l-istess f'dan ir-rigward?", "Dan qed ngħidu għaliex biex inkun fair mal-Viċi Ministru Borg, huwa kien qal li kien hemm diversi azjendi privati fejn ġiegħluhom jagħmlu dan, imma safejn jaf hu ma kienx hemm preċedent fir-rigward ta' skola privata.", "L-appell tiegħi qed nagħmlu mhux biex naqbad ma' l-iskola, għax din hija skola tajba u l-feedback li għandi mingħand in-nies hija waħda pożittiva bħala teaching standards.", "Jiġifieri li qed ngħid mhux biex tagħlaq l-iskola jew tiġi relocated, imma biex jekk jista' jkun jiġu mtaffija l-problemi loġistiċi li qed ikollhom ir-residenti ta' l-inħawi li ħafna drabi lanqas jistgħu jidħlu u joħorġu saħansitra mill-garages tagħhom.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, tajjeb wieħed jirrileva li l-permess oriġinali għal din l-iskola ħareġ sittax-il sena ilu u għall-estensjoni tlettax-il sena ilu.", "Qed insemmi dawn il-perijodi għaliex naħseb li l- Kamra tiftakar li f'dawn iż-żmenijiet ċerti kunċetti ta' dmirijiet li jidħol għalihom min japplika għal change of use jew għal xi bini partikolari, ma kenux għadhom in voga kif inhuma llum.", "Illum meta wieħed jingħata permessi għal stabbilimenti ta' diversi tipi, ħafna drabi jkun hemm kondizzjonijiet marbutin biex inaqqsu l-inkonvenjent jew addirittura jneħħu l-inkonvenjent lill-ġirien.", "M'għandi l-ebda diffikulta' li niddiskuti ma' sieħbi l-Ministru responsabbli mill-Intern fuq il-linja li qed jissuġġerixxi l-kollega tagħna.", "Sur President, kieku kelli nesprimi reazzjoni ta' malajr naħseb li ma jkunx daqshekk faċli u fattibbli li wieħed jimponi dawn it-tip ta' kondizzjonijiet ladarba l-permessi jkun diġa' ħarġu.", "Kieku l-permessi għadhom qed jiġu proċessati jew inkella hemm xi talba għal permess ta' estensjoni wieħed ikun jista' jikkonsidra li dan jiġi ssuġġerit imma fuq liċenzji u fuq permessi li issa ilhom snin li ngħataw naħseb ma jkunx daqstant faċli li wieħed jimponi kondizzjonijiet ġodda.", "Jiena nitħaddet mal-kollega tiegħi l-Viċi Prim Ministru biex inkunu nistgħu neżaminaw f'ċertu dettall mod kif nistgħu ntaffu xi diffikultajiet li jistgħu qed jiltaqgħu magħhom il-ġirien.", "AIR MALTA - BEJGĦ TA' AIRCRAFTS", "27919.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 27395 u ċioe': Billi tħabbar li l-Air Malta biegħat l-RJ Aircrafts li xtrat bejn l-1994 u l-1996, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kienu nxtraw u b'kemm inbiegħu?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni): Ninsab informat li originarjament, il-flotta ta' 7 AVRO Regional Jets inxtrat bejn l-1994 u l-1996 għas-somma totali ta' LM69,353,000.", "L-ammont ta' deprezzament (depreciation) fuq is-seba ajruplani tul il- perijodu 1994-2002 kien ta' Lm21,273,000.", "Fis-sena 2002 dawn l-ajruplani ġew mibjugħa b'Sale and Leaseback lill- kumpanija Ron Ltd li kienet iffinanzjata minn konsorzju ta' banek immexxija mill-HSBC.", "B'din it-transazzjoni ta' Sale and Leaseback l-Air Malta daħħlet Lm24,989,000 u ħadet lura l-flotta b'kiri (operating lease) ta' ħames snin u nofs.", "Il-kera li ħallset taħt din l-operating lease sa meta dawn inxtraw lura biex reġgħu nbiegħu bejn is-sena 2005 u 2007 ammontat għal Lm11,692,000.", "Id-dħul totali mill-kera ta' dawn l-ajruplani li għamlet l-Air Malta tul il- perjodi mindu inxtraw fis-snin 1994-6 sakemm inbiegħu fis-snin 2005-07 kien ta' Lm37,715,000.", "Meta daħlet f'dan l-arrangament, l-Air Malta żammet id-dritt li tixtri lura l-arjuplani meta u jekk jidhrilha bi prezz li jitnaqqas bl-element kapitali tal-lease rentals li kellhom jitħallsu kull xahar.", "Is-somma globali li nġabret mill-bejgħ finali ta' l-ajruplani (2005-2007) kienet ta' Lm13,166,000.", "Il-prezz li bih dawn l-stess ajruplani inxtraw lura minn Ron Ltd kien ta' Lm12,067,000.", "L-ammont totali li daħħlet l-AirMalta min fuq dawn l-ajruplani min kirjiet u bejgħ kien ta' Lm75,870,000", "MR SPEAKER: Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Tqegħid ta' Karti.", "Il-Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Avviż Legali Nru 298 ta' l-2007 - Regolamenti ta' l-2007 li jemendaw ir-Regolamenti dwar Sorveljar u Ħtieġa li jsiru Rapport fit-Traffiku ta' Bastimenti;", "Tabelli li juru d-dħul u t-taxxa fuq id-dħul għas-sena 2005 u d-dħul ta' income tax matul l-2006 u bejn Jannar u Ottubru 2007 għal diversi kategoriji ta' dħul, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 28111.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Louis Galea.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar twaħħil ta' lifts fl-iskejjel tal-gvern bejn l-2003 u l- 2007, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru W429.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar bejgħ ta' biljetti mill-Gozo Channel bejn April u Ottubru 2007, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 28064;", "Tagħrif dwar vjaġġi bir-ritorn bejn l-Imġarr u Sa Maison bejn Ottubru 2006 u Ottubru 2007, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 28069; u", "Lista li turi s-salarju ta' impjegati ma' Kordin Grain Terminal Co Ltd, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 28162.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Pullicino.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO (Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 300 ta' l-2007 – Regolamenti ta' l-2007 li jemendaw l- Ewwel Skeda li tinsab ma' l-Att dwar l-Eko-Kontribuzzjoni (Emenda Nru. 4).", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Jesmond Mugliett.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT (Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar feasibility study b'riferenza għall-introduzzjoni tas- sistema tas-CVA fil Belt Valletta, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 27966; u", "Tagħrif dwar in-nefqa fuq il-postijiet ta' parkeġġ fil-Park and Ride, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 27969.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 297 ta' l-2007 – Regolamenti ta' l-2007 li jirrevokaw ir-Regolamenti dwar il-Ħinijiet tax-Xogħol fil-Portijiet;", "Avviż Legali Nru 299 ta' l-2007 – Regolamenti ta' l-2007 li jirrevokaw ir-Regolamenti dwar il-Portijiet (Dixxiplina);", "Avviż Legali Nru 301 ta' l-2007 – Dangerous Substances and Preparations (Restrictions) (Amendment) (No. 2) Regulations, 2007;", "Avviż Legali Nru 302 ta' l-2007 – Crystal Glass (Amendment) Order, 2007; u", "Avviż Legali Nru 303 ta' l-2007 – Textile Names (Amendment) (No. 2) Order, 2007.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "MOZZJONI BIEX IL-KAMRA TMUR F'KUMITAT TA' PROVVISTA", "GĦALL-KONSIDERAZZJONI TA'", "L-ESTIMI ĠENERALI TA' SPIŻA", "GĦAS-SENA 2008", "(L-EWWEL JUM IMĦOLLI KOLLU GĦALL-OPPOŻIZZJONI)", "MR SPEAKER: Skond il-ftehim milħuq, nistieden lill-impjegati tal-PBS biex jidħlu fil-Kamra u jittrasmettu dirett fuq it-televiżjoni d-diskors tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "Nistieden ukoll lill-photographers u lill-camermen li jirrappreżentaw lill- istampa sabiex jidħlu fil-Kamra għal ftit minuti u jieħdu r-ritratti.", "L-impjegati tal-PBS daħlu fil-Kamra u bdew jaqdu d-dmirijiet tagħhom", "MR SPEAKER: Illum għandna quddiemna l-kontinwazzjoni tad-diskussjoni fuq il- mozzjoni biex il-Kamra tmur f'Kumitat ta' Provvista għall-Konsiderazzjoni ta' l-Estimi Ġenerali ta' Spiża għas-sena 2008.", "Skond il-mozzjoni Nru. 305 ta' l-1 ta' Ottubru, 2007 is-seduta tal-lum għandha tintemm fit-8.30 p.m. u d-diskors ikun eżenti mil-limitu ta' ħin għad-diskorsi.", "Nistieden lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni sabiex jibda d-diskors tiegħu.", "ONOR.", "ALFRED SANT (Kap ta' l-Oppożizzjoni): Grazzi, Sur President.", "Ftit ħafna, tard wisq.", "Sur President, dak kien il-verdett popolari dwar il- budget għas-sena 2008 li ħabbrulna f'dan il-parlament bħal-lum ġimgħa.", "Ftit ħafna, tard wisq.", "L-oppożizzjoni Laburista taqbel ma' dan il-verdett.", "Fl-oqsma tal-ġlieda kontra l-għoli tal-ħajja, tal-ħolqien tax-xogħol, ta' l- edukazzjoni u tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-ħela tal-flus, tawna budget tal-ftit wisq fl-oqsma tas-servizzi soċjali.", "Il-gvern hemmhekk irid irodd lura mill-ħafna li ħa fl-aħħar snin u qed jagħmel dan tard wisq sempliċement għax ġejja l-elezzjoni, għall-konvenjenza elettorali.", "Il- Gvern attwali mingħalih li se jerġa' jidħak bil-poplu.", "Hu gvern ilu żmien skonnettjat mill-ħajja ta' kuljum tal-familji u taż-żgħażagħ tagħna, maqtugħ mill-ħajja li qed jgħixu l-ħaddiema, l-impjegati, s-self-employed u l-anzjani tagħna.", "Illum qed jagħti l-impressjoni ta' gvern f'panic għax riesqa l-elezzjoni.", "Beda jinduna kemm il-poplu Malti u Għawdxi hu mxennaq għall-bidla.", "Issa għandna Prim Ministru li jogħxa fil-kumpanniji tal-bankiera l-kbar, li jfarfar rixu meta l-bankiera l-kbar jgħidulu prosit.", "M'hemm xejn ħażin f'hekk.", "M'hemm xejn ħażin li tieħu gost meta l-bankiera l-kbar jtaptpulek fuq spallejk, imma mbagħad trid tifhem bħala prim ministru, bħala ministru tal-finanzi, bħala mexxej tal-gvern li trid tibqa' qrib tal-familji l-ħin kollu u mhux biss meta tersaq l-elezzjoni għax imbagħad se toħroġ ta' opportunist.", "Il-ħin kollu trid tisma' x'inhuma l-problemi u l-isfidi tal- familji, kif għamilna aħna minn din in-naħa tal-Kamra tul l-aħħar snin.", "Għamilna hekk fit-tħejjija u fit-tnedija tal-pjan tagħna għall-bidla, \"il- Pjan għal Bidu Ġdid\".", "Għax mhux kulma jgħidulek il-bankiera l-kbar bilfors jgħodd għall-familji.", "Il-profitti tal-bankiera huma tajba sakemm ma jsirux a spejjeż tal-familji.", "U dan hu li qed jiġri, Sur President.", "Il-budget għas-sena 2008 li ħabbrilna l-Prim Ministru attwali bħal-lum ġimgħa baqa' maqtugħ mir-realta' li qed jgħixu l-familji u allavolja ħarġu bl-għajta li dan hu budget tal-familja.", "Biss il-verdett joħroġ ċar, ftit ħafna tard wisq.", "Kulħadd fehem, anke l-Prim Ministru attwali, li dan il- budget qed isir fid-dell ta' l-elezzjoni riesqa, elezzjoni li se tkun deċisiva għal pajjiżna, elezzjoni li lilna lkoll se tpoġġina quddiemna l- isfida: Kif se jirnexxielna nibnu fuq it-talenti u l-ħiliet tagħna biex noħolqu kondizzjonijiet ta' ħajja aħjar, biex nikkompetu aħjar ma' ħaddieħor u biex noħolqu opportunitajiet aħjar?", "U n-nies se tirrispondi għall-isfidi ta' quddiemna billi tistaqsi lilha nnifisha: Dak li qed jiġri madwarna u dak li qed ikun deċiż mill-gvern kif qed jissarraf fil-ħajja tagħna ta' kuljum?", "U mhux biss fil-kontijiet tal-bankiera l-kbar, imma fil- ħajja tagħna ta' kuljum.", "Xi sentejn ilu kien il-gvern innifsu, il-Partit Nazzjonalista, il-Prim Ministru attwali li ħarġu bl-għajta: Biex int tgħix aħjar!", "Riedu jgħidu li dak li kienu qed jagħmlu ħasbuh biex il-poplu jkun jista' jgħix aħjar.", "Il- poplu emminha dik l-isfida u aħna ta' l-Oppożizzjoni aċċettajniha dik l- isfida, għax hi sfida importanti.", "Biss malajr, malajr il-gvern bil-Prim Ministru b'kollox, insew x'kienu wegħdu, Sur Presdent.", "Aktar ma għadda ż- żmien aktar u aktar nies waslu għall-konklużjoni li le, m'humiex qed jgħixu aħjar, li le, b'dak li qiegħed iwettaq il-gvern tal-lum, iċ-ċirkostanzi ta' ħajjithom marru lura u lura sew.", "Biex inkun ċar, mhux kulħadd qed jasal għal din il-konklużjoni.", "Hemm min iva, iħoss li sejjer aħjar.", "Hemm dawk li sejrin tajjeb għax huma parti minn klikka, huma parti minn xi grupp tal-ħbieb tal-ħbieb, huma qrib tal-gvern u jafu minn fejn jgħaddu biex jaħtfu dak li jridu jaħtfu.", "Lil dawk ma jimpurtanix minnhom.", "Iżda mbagħad hemm wkoll dawk li sejrin tajjeb bil-ħila tagħhom, bl-inizjattiva tagħhom, bil-kuraġġ u s-sagrifiċċju u l- ideat u r-rieda tagħhom u qed jirnexxu fil-ħajja u fix-xogħol tagħhom.", "Lilhom illejla rridu ntennu l-akbar impenn tagħna biex is-suċċess tagħhom ikompli jiżviluppa u jinfirex, għax hekk jistħoqqilhom.", "Imma mill- esperjenza tiegħi meta nkun magħhom naf li huma wkoll qed jingħaqdu ma' min iħossu mwarrab, ma' min iħossu minsi, mal-maġġoranza fostna ta' dawk li ma jħossux li qed jgħixu aħjar.", "Qed jingħaqdu magħhom fix-xewqa kbira tagħhom għall-bidla.", "Huma wkoll, dawk li sejrin tajjeb bil-ħila tagħhom u għax jistħoqqilhom qed jintebħu li l-affarijiet m'humiex qed jitmexxew tajjeb.", "Sur President, il-poplu Malti u Għawdxi jrid il-bidla, bidla li tkun tfisser tmexxija nadifa, responsabbli u effiċjenti, bidla li tindokra flus il-poplu u mhux tisparpaljahom fl-interess tal-klikka u tgħatti xturha billi tibqa' tgħabbi t-taxxi, bidla lejn soċjeta` fejn int tieħu dak li ħaqqek u jistħoqqlok skond il-merti u t-talenti tiegħek, skond ix-xogħol u s-servizzi li tagħti, bidla lejn soċjeta` li tkun ġusta, fejn min jaqa' lura mhux ħtija tiegħu, ma jitħalliex imbagħad jibqa' jaqa' lura imma jingħata l-opportunita` biex ilaħħaq ma' ħaddieħor għax ħadd m'hu għar- rimi.", "Nerġa' ngħid bidla li tkun tfisser tmexxija onesta u nadifa, fejn kulħadd jirrispondi għal għemilu, fejn għat-tixħim u għall-korruzzjoni jkun hemm zero tolerance u mhux niddefendu dak li ma jistax ikun difiż.", "U allura hu fil-qafas tal-bidla li jrid il-poplu Malti u Għawdxi kollu li rridu nikkonsidraw il-budget li ppreżentawlna ġimgħa ilu.", "U minnufih dan iġibna quddiem il-qagħda ekonomika.", "Skond ma qalilna l-Prim Ministru ġimgħa ilu l-ekonomija tagħna rpiljat, ir- rata tat-tkabbir ekonomiku reali hija ta' 3.6%.", "Qalilna li t-turiżmu sejjer tajjeb għax in-numru ta' turisti żdied kif ukoll qalilna li żdied in- numru ta' passiġġieri fuq il-cruise liners.", "Il-manifattura qed terġa' tikber u qalilna li żdiedet bi kważi 4.1%.", "Il-kummerċ reġa' qed jistagħna.", "Is-sena li għaddiet diġa` konna smajna l-istess storja.", "Is-segretarju ġenerali tal-Partit Nazzjonalista, Joe Saliba, fil-kunsill ġenerali tal- Partit Nazzjonalista lejliet il-budget tas-sena li għaddiet qalilna li żmien il-ħsad u l-frott kien wasal.", "Imma għaddiet sena minn dakinhar u matulha għal darb'oħra reġgħu ddiżappuntaw bil-kbir lill-poplu Malti u Għawdxi.", "Reġgħu daħku bih.", "Sena ilu ma kienx Saliba biss li tkellem biex iwiegħed il-ħsad u l-frott.", "Fl-istess okkażjoni il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi attwali ddikjara hekk:", "\"Aħna tal-partit Nazzjonalista fil-gvern għandna storja sabiħa x'nirrakkontaw lill-poplu tagħna.", "Għandna aħbarijiet tajbin.", "Għandna għalxiex inkunu kburin.", "Pajjiżna mexa 'l quddiem u qed jakkwista r- riżultati.\".", "Imma għal min irid imur tajjeb il-pajjiż, Sur President?", "Għal min trid tmur tajjeb l-ekonomija?", "Għall-ġid u għas-servizz tal-bankiera l-kbar?", "Jew għall-ġid tal-familji ċittadini Maltin u Għawdxin?", "Meta sentejn ilu smajna lill-Prim Ministru attwali jgħid li qed imexxi l-finanzi u l-ekonomija tal- pajjiż biex int tgħix aħjar, b'\"int\" fhimna, int ħaddiem u impjegat, int self-employed f'ħanut jew f'uffiċċju, int żagħżugħ jew żagħżugħa li qed tara kif se ssib ix-xogħol jew xogħol aħjar, int anzjan jew anzjana li qed tittertaq bl-anzjeta` għax il-prezz tal-mediċina tiela' m'għola s-smewwiet.", "Fhimna li għal dawn in-nies ried jgħid il-Prim Ministru meta qal \"biex int tgħix aħjar\" għax wasal iż-żmien tal-frott u tal-ħsad.", "Minn dan kollu ġara ftit li xejn.", "Meta nitkellmu hekk jgħidulna: Hawn intom tal-Labour, doom and gloom biss!", "Kollox tridu turu iswed.", "Ma tagħrfux kemm wettaqna progress!", "Sur President, nirriferi għal survey ippubblikat f'Settembru li għadda, xahar ilu, dwar il-familja mis-\"Sunday Times\".", "Ħurnal li żgur li ma tistax tgħid li jsegwi l-linja tal-partit Laburista.", "Dawn sabu li 40% tal-poplu jemmen li l-problemi finanzjarji jaħtu għat-tifrik taż-żwiġijiet.", "Imbagħad f'survey ieħor li għamlet il-kumpannija li tmexxi \"The Times\" u \"The Sunday Times\" u li ġie ppubblikat ftit inqas minn ġimgħa u nofs ilu sabu li 38% tan-nies jaħsbu li Malta la sejra tajjeb u lanqas ħażin, jiġifieri tinsab staġnata.", "Sabu wkoll li 33% taċ-ċittadini jaħsbu li l-qagħda ġenerali fil- pajjiż qed teħżien.", "Allura skond is-survey ta' l-Allied Newspapers, 71% tal- poplu Malti u Għawdxi jaħsbu li l-qagħda ekonomika fil-pajjiż jew hija staġnata jew qed teħżien.", "Altru milli l-Partit Laburista qiegħed ixerred id-dwejjaq!", "U se npoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja ta' l-artikli ppubblikata dwar dawn iż-żewġ surveys.", "Għalhekk, Sur President, hija xi ħaġa kurjuża, kif fid-diskors tiegħu bħal- lum ġimgħa, il-Prim Ministru ftit tkellem, fil-verita', dwar kif inhi sejra l-ekonomija.", "Kien xott li ma ngħidlekx.", "Għaliex imma hemm daqstant nies - 71% tal-poplu - li ma ħassewx it-titjib ekonomiku li huwa kien semma?", "Ir- raġuni hi, Sur President, preċiżament dak li tlaqt bih jien.", "Bħal fil-każ tal-budget, it-tkabbir ekonomiku li jiftaħar bih il-gvern kien ftit ħafna u ġie tard wisq.", "It-tkabbir ta' l-ekonomija li rajna wassal biex fit- turiżmu, per eżempju, nerġgħu mmorru għal li konna tliet snin jew erba' snin ilu.", "U l-istess ġara f'oqsma oħra.", "Aħjar ovvja, li ġara hekk milli nibqgħu fejn konna sena jew sentejn ilu.", "Imma żgur li din m'hijiex qagħda li tgħid dwarha kemm hi gwappa, kif qed jagħmel il-gvern.", "Terġa', ħafna mit-tkabbir ekonomiku li qed naraw bħalissa ġej minn setturi li m'għandhomx effett wiesa' fuq il-kondizzjonijiet tal-ħajja tal-poplu, ġejjin mis- setturi tas-servizzi finanzjarji u mis-setturi tal-logħob ta' l-ażżard bl- internet.", "Dawn huma setturi li rriduhom ikomplu jespandu.", "U gvern Laburista ġdid se jkompli jagħtihom kull inkoraġġiment u kull għajnuna fil- parametri tar-regolamenti ta' l-Unjoni Ewropea.", "Biss huwa fatt magħruf li dawn is-setturi ma jiġġenerawx xogħol, opportunitajiet u qligħ għall-firxa wiesgħa taċ-ċittadini tagħna, m'għandhomx dak li jissejjaħ trickle down effect.", "Jiġifieri l-effett li bih il-ġid li qed jinħoloq jasal għand u jitgawda minn saffi wesgħin tas-soċjeta' tagħna.", "Allura, għalkemm dan it- tkabbir ekonomiku huwa tajjeb u ta' min jinkorraġih, waħdu m'huwiex biżżejjed li minnu tgawdi s-soċjeta' tagħna kollha kemm hi.", "Il-bużillis hu dan: il-gvern jaf li t-titjib ekonomiku li jiftaħar bih m'huwiex sod daqskemm iridu jgħidulna.", "Per eżempju, jekk joqogħdu attenti - u din indunajna biha - milli jgħidulna kif jaħsbu li se tikber l-ekonomija fiż-żmien li ġej.", "Imma nistgħu nsibu previżjoni dwar kif se tmur l- ekonomija s-sena d-dieħla, u dan fir-rapport finali dwar Malta tal-Fond Monetarju Internazzjonali f'Washington.", "Iva, rapport tal-bankiera għolja wkoll dan, u li bih tant ftaħar il-gvern mingħajr ma qal eżattament kulma kien fih.", "Għas-sena d-dieħla, il-Fond Monetarju Internazzjonali qed jipprevedi li bit-tmexxija attwali r-rata li biha tikber l-ekonomija tagħna se tonqos bi kważi 13%.", "Qed ikomplu jgħidu li bl-istess tmexxija tal-lum, it-tkabbir ekonomiku se jerġa' jonqos fis-sena 2009.", "Imbagħad jiġi l-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi attwali jiftaħar bit-tkabbir sostenibbli li għandu fl-ekonomija.", "Se npoġġi fuq il-mejda tal-Kamra siltiet minn paġna 23 tar-Rapport tal-Fond Monetarju Internazzjonali li qed jagħmel dawn il- previżjonijiet.", "Imma issa ħallini ngħid minnufih, Sur President, li aħna tal-Partit Laburista ma naqblux li pajjiżna għandu jaċċetta dawn il- prevenzjonijiet.", "Aħna nemmnu li għandu jsir minn kollox biex l-ekonomija tagħna tirranka jew tkompli tirranka u mhux terġa' togħtor.", "Altru minn doom and gloom, kif se nuri aktar 'il quddiem.", "Il-budget għas-sena 2008 m'hu qed jipproponi xejn sostantiv biex l- affarijiet jitjiebu fil-qasam tax-xogħol, u dan hu difett enormi tal-budget li tħabbar il-ġimgħa li għaddiet.", "Għalhekk budget tal-ftit ħafna.", "Aħna nemmnu li l-ekonomija trid terġa' tiġi rrankata bi pjan lejn rati ta' tkabbir ekonomiku f'termini reali ta' bejn l-4% u s-6% fis-sena, jekk tassew irridu noħolqu mpjiegi sostenibbli għaż-żgħażagħ tagħna.", "Il-pjan għall-bidu ġdid tagħna iħaddan dawn il-miri.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Aħna rridu li l-ekonomija tagħna tingħata kull spinta meħtieġa ħalli tavvanza u toħloq l-opportunitajiet u l-impjiegi u mhux tikkuntenta kif qed jagħmel il-Prim Ministru attwali bil-pass tal-lum.", "Aħna rridu opportunitajiet u mpjiegi li jkunu worth it, li tassew joffru ħajja tajba mhux opportunitajiet u mpjiegi li kif ta' spiss ġara fl-aħħar żmenijiet huma ta' nofs kedda, tant li qed iwasslu għall-esplojtazzjoni sfaċċata taż- żgħażagħ, ta' nisa u ta' ħaddiema Maltin u oħrajn.", "Sur President, wisq nies qed ikollhom jaċċettaw kondizzjonijiet ta' xogħol prekarji.", "Wisq żgħażagħ qed jispiċċaw bla xogħol li jixtiequ jew li tħarrġu għalih u qed ikollhom imorru jaħdmu barra meta ma jixtiequx jagħmlu hekk.", "Qed isibu xogħol hawnhekk li ma jlaħħaqx ma' l-aspirazzjonijiet tagħhom għal xogħol siewi, sostenibbli, li jrendi u li jipprovdilhom dħul xieraq għal ħidmiethom.", "Il-gvern u l-Prim Ministru attwali donnhom ma jafu xejn dwar dan.", "L-unika ħaġa li tikkonċernahom hu kif dan li qed ngħid jista' jaffettwa iċ-ċansijiet tagħhom fl-elezzjoni li ġejja.", "Għax, Sur President, x'inhu il-kejl tajjeb jew ħażin – u naħseb li huwa tajjeb – li juża l-poplu Malti meta jiġi biex iqis kemm sejra tajjeb l-ekonomija?", "Hemm il-kejl tal- ħolqien ta' l-impjiegi u hemm il-kejl ta' l-għoli tal-ħajja.", "Issa jien bħal kulħadd ieħor smajt b'attenzjoni dak li kellu xi jgħid il- Prim Ministu dwar ix-xogħol u bqajt imbellaħ.", "Ara x'qal, Sur President.", "Qal: Illum għandna l-akbar numru ta' nies jaħdmu mill-Indipendenza 'l hawn.", "Wara dakinhar stess irrepetiha bnadi oħra din, ta' l-akbar numru ta' nies jaħdmu mill-Indipendenza 'l hawn.", "Mur obsor!", "X'tistenna?!", "Tlieta u erbgħin sena ilu, fl-Indipendenza, il-popolazzjoni ta' Malta kienet ta' ftit aktar minn 323,000.", "Il-ħaddiema reġistrati full-time kienu ta' 86,530.", "Allaħares ma bqajniex niżdiedu matul dawn is-snin kollha!", "Biss is- sena ta' l-Indipendenza, is-sena 1964, tiġi eżatt 40 sena qabel il-Prim Ministru attwali laħaq prim ministru.", "Dan l-aħħar donnu kollox sar idur fuq l-għajta li x-xemx telgħet meta hu laħaq flok ta' qablu.", "Intesew Bonello du Puis, Fenech Adami, John Dalli u l-bqija.", "Allura la qed nitkellmu fuq il-ħolqien ta' l-impjiegi tajjeb li naraw kif morna fis-snin mill-Indipendenza 'l hawn matul fuq l-istess medda ta' żmien li ilu jmexxi l-Prim Ministru attwali.", "Kemm żdiedu l-impjiegi full-time fis-snin 60, 70, 80, 90 u fl-aħħar tlieta, erba' snin?", "Il-paragun ma jagħmel l-ebda ġieħ lill-amministrazzjoni preżenti.", "Għax ara, Sur President, bejn l-1964, jiġifieri 40 sena ilu, u l-1967, l-istess medda ta' żmien li ilu prim ministru l-Prim Ministru attwali, l-impjiegi full-time fl- ekonomija żdiedu b'6,780.", "Dak iż-żmien prim ministru kien hemm George Borg Olivier u ministru tal-finanzi kien hemm Giovanni Felice.", "Għaxar snin wara, bejn l-1974 u l-1977 kien hemm il-gvern \"kattiv\" Laburista – hux hekk kontu tgħidulu intom? –mmexxi mill-Perit Mintoff b'ministru tal-finanzi Guże' Abela.", "F'dawk l-erba' snin inħolqu 12,105 impjieg full-time.", "(Onor. Membri: Hear, hear) U terġa' 10 snin wara, bejn l-1984 u l-1987, taħt gvern \"dittatur\" – hux hekk kontu tgħidulu? - immexxi minn Karmenu Mifsud Bonnici b'ministru tal-finanzi Wistin Abela inħolqu 12,732 impjieg full- time.", "Issa ħalli mmorru għas-snin disgħin, fejn ejja għas-saħħa ta' l-argument ngħidu li kienu responsabbli mexxejja Nazzjonalisti għal dak li ġara, għalkemm bejn fl-1997 kien hemm ukoll Gvern Laburista.", "Bejn l-1994 u l- 1997 b'Fenech Adami għal ħafna miż-żmien prim ministru u b'John Dalli għal ħafna miż-żmien ministru tal-finanzi inħolqu 6,457 impjieg full-time.", "Imma issa jekk niġu għal x'ġara bejn is-sena 2004 u s-sena 2007, fejn ninsabu, meta kellna bħala Prim Ministru u bħala Ministru tal-Finanzi, it-tnejn fl- istess borża, lill-Prim Ministru attwali.", "X' insibu?", "Iva, il-ħolqien ta' mpjiegi full-time kien record bħala l-aktar wieħed baxx minn żmien l- Indipendenza 'l hawn.", "Inħolqu biss 2,453 impjieg full-time!", "Jiġifieri anqas min-nofs ta' dak li ħolqu jew setgħu ħolqu gvernijiet Nazzjonalisti fis-snin sittin u disgħin, u jiġifieri wkoll ħafna inqas minn kwart ta' l- impjiegi full-time li ħolqu gvernijiet Laburisti fis-snin sebgħin u tmenin.", "Jistgħu jġibu skużi kemm iridu, imma dan jibqa' wieħed mill-abkar fallimenti ta' dan il-gvern, li mpjiegi full-time sontenibbli mal-gvern jew mal-privat ma kienx kapaċi joħloq, u bil-kbir.", "Il-gvernijiet li ġew qablu mill-Indipendenza 'l hawn, Nazzjonalisti u Laburisti, għaddewh u għaddewh bil-kbir.", "Imma mbagħad jgħidilna li qed jinħolqu l-impjiegi part-time.", "Hu minnu.", "Il- Prim Ministru jista' jiftaħar bil-part-time.", "Għandu anke s-Segretarju Parlamentari Tony Abela li jaħdem part-time minn fejn qiegħed f'Kastilja bħala nutar u jinsisti li l-armata tagħtih is-salut rjali, u qisu ma ġara xejn!", "Prim Ministru tal-part-time, veru!", "Imma aktar minn hekk, Sur President, kemm ilu il-Prim Ministru attwali fil-kariga kien hemm 6,000 ruħ li għalihom il-job li sabu bħala l-uniku job u li minnu jaqilgħu l-għajxien tagħhom kien hu wieħed part-time.", "Fl-istess ħin illum għandna iktar minn 26,000 ħaddiem li l-uniku mpjieg tagħhom hu wieħed part-time.", "Anke din tiġi l-ogħla ċifra mill-Indipendenza 'l hawn.", "Imma l-maġġoranza tan-nies impjegati hekk huma żgħażagħ, nisa b'familja, ħaddiema ta' mezza eta' li tilfu l-impjieg tagħhom u f'ħafna każi l-kondizzjonijiet ta' l-impjieg tagħhom huma mill-aktar prekarji u jistgħu jitkeċċew mil-lum għal għada.", "Fuqhom issir kull pressjoni biex ma jibbenefikawx mil-liġijiet soċjali tax- xogħol.", "Jekk, per eżempju, il-parlament jgħaddi liġijiet biex jassigura li l- ħaddiema part-time jgawdu pro rata mill-benefiċċji tal-ħaddiema full-time dwar mard, btala u benefiċċji oħra ssir pressjoni fuq dawn il-ħaddiema ħalli jsiru self-employed u jkollhom jidħlu responsabbli huma mill- ħlasijiet tas-sigurta' soċjali.", "Mhux ta' b'xejn l-istatistika Ewropea turi, Sur President, kif fost il-pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropea, Malta hi, tista' tgħid, l-uniku pajjiż li fih matul l-aħħar snin il-ħaddiema u l- impjegati naqsu ras imb'ras mid-dħul tagħhom.", "L-istatistika Ewropea turi wkoll li fost il-pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropea, Malta flimkien mal- Polonja hija l-pajjiż fejn hemm l-anqas persentaġġ ta' ċittadini mill- popolazzjoni li qed jaħdmu, u l-anqas persentaġġ ta' nisa mill-popolazzjoni li għandhom job.", "Għalhek, Sur President, dan il-budget hu tal-ftit ħafna.", "Kieku ma kienx skonnettjat mill-poplu l-gvern kien joħroġ b'miżuri qawwija ħalli jkabbar ix-xogħol full-time.", "Dan mhux veru għamlu.", "Biex tagħqad, fid-diskors li għamel bħal lum ġimgħa l-Prim Ministru attwali ma ta l-ebda spjega sħiħa u ġenwina ta' x'inhu għaddej fis-setturi l-kbar li joħolqu x-xogħol - fil-manifattura u s-servizzi relatati magħha u fit- turiżmu.", "Jiena, illum m'iniex se nagħmel bħalu, Sur President.", "Ġew għandi ħaddiema tal-STMicroelectronics, per eżempju, biex jifhmu kif tista' teffettwahom il-qagħda attwali bil-bidla lejn l-Ewro u biċ-ċirkostanzi mondjali.", "Ġew ħaddiema ta' l-Enemalta biex jaraw kif se jkunu effettwati mill-politika tal-gvern dwar bidliet fil-politika ta' l-enerġija.", "Ġew għandi wkoll ħaddiema ta' l-Air Malta u ħaddiema tat-tarznari.", "F'dawn il- każi kollha u oħrajn fissirt dak li beħsiebna nagħmlu aħna skond il-pjan għal bidu ġdid, għax donnu li dan il-gvern qata' qalbu dwar l-industrija.", "Ġimgħa ilu l-Prim Ministru attwali ma setax ikun xott aktar milli kien dwar il-prospetti tal-manifattura.", "Ma tlumux għal kollox.", "Kemm ilu fil-kariga hu l-impjiegi fil-manifattura naqsu b'1,496.", "Nagħmilha ċara, Sur President, li aħna ma naqblux mal-pessimiżmu li l-gvern ixerred dwar il-manifattura, qisha xi ħidma li għamlet żmienha Malta.", "Aħna nemmnu li l-manifattura għandha futur f'pajjiżna, aktar u aktar jekk ikun hemm gvern li bil-fatti jiżgura li l-interessi tagħha u tal-ħaddiema fiha jkunu mħarsa tajjeb.", "Wara li l-elezzjoni li ġejja, gvern Laburista ġdid immexxi minni se jwaqqaf task force mal-mexxejja industrijali diġa' stabbiliti fostna biex indaħħlu l-miżuri meħtieġa ħalli jtejbu u jwessgħu ħidmiethom.", "Fuq din il-bażi skond il-perspettivi li huma stess kienu ssettjaw, il-mira tagħna tkun li fi żmien tlieta għal erba' snin, l-impjegati full time fil-manifattura diġa' eżistenti jiżdiedu b'2,000 ruħ.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Bl-istess mod, Sur President, gvern Laburista ġdid iwaqqaf task force bis-sehem ta' l- industrijalisti magħrufa u oħrajn, ħalli ninkoraġġixxu bil-kbir investimenti ġodda fil-manifattura u f'servizzi relatati mal-manifattura u mat-teknoloġija.", "(Membri: Hear, hear) Hawn, fuq temp ta' erba' għal ħames snin, il-mira se tkun li noħolqu ma' l-4,000 impjieg ġdid.", "Gvern Laburista ġdid se jieħu bis-serjeta' l-isfidi li se jkollhom jew jista' jkollhom quddiemhom l-ażjendi l-kbar u ż-żgħar fil-manifattura u servizzi relatati.", "Se jkun jimportana mill-isfidi u mill-problemi tagħhom.", "Per eżempju, se nkunu lesti nindokraw fostna l-preżenza ta' l-ST Microelectronics, mhux l-anqas fiċ-ċirkostanzi ġodda li jistgħu jiżviluppaw fl-operat tagħha wara li tidħol il-munita Ewro.", "Per eżempju, gvern Laburista ġdid immexxi minni se jagħmel evalwazzjoni strateġika ta' fejn waslu l-bidliet fit-tarzna ta' Malta.", "M'aħniex se nintilfu f'attakki u f'inbix fuq il-ħaddiema tat-Tarzna ta' Malta.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Se nqisu bħala stabbilimenti prezzjużi għall-pajjiż, it-tarznari l-kbar ta' Bormla u t-tarznari privati tal-Port il-Kbir.", "Se nassiguraw ħidma biex il- bidliet meħtieġa fit-tarznari jsiru b'appoġġ mill-gvern b'direzzjoni u viżjoni ta' progress, mhux bil-ħsieb moħbi li t-tarznari jiġu rvinati darba għal dejjem.", "(Onor. Membri: Hear, hear) L-impenn tagħna se jkun misjuq mill-għarfien li fl-aħħar snin l-investimenti meħtieġa li kellhom isiru fit- tarzna ta' Malta u li kienu mwiegħda baqgħu ma sarux.", "Għadna nemmnu li bi sforz ġenwin minn kulħadd u anke bl-għajnuna ta' l-Unjoni Ewropea, it- tarznari kollha f'Malta jkunu jistgħu jerġgħu jsiru fost l-aħjar fil- Mediterran.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "Bl-istess mod se nagħtu importanza sħiħa lill-futur ta' l-Enemalta, li veru li m'hijiex industrija, veru, imma hija responsabbli għat-tmexxija ta' impjanti enormi li minnhom tiddependi għall-enerġija tagħha l-ekonomija tagħna kollha.", "Gvern Laburista ġdid se jagħmel dan bi pjan li jpoġġi fuq quddiem nett il-ħtieġa li nimmoderizzaw bil-kbir il-ġenerazzjoni fostna ta' l-elettriku, il-ħtieġa li nkabbru l-aċċess tagħna għall-enerġija biex inlaħħqu mal-bżonnijiet dejjem jikbru, il-ħtieġa li bil-fatti u mhux bil- paroli, kif erġajna smajna ġimgħa ilu fid-diskors tal-budget, ninkoraġġixxu t-tħaddim ta' sorsi alternattivi ta' enerġija, u fl-aħħar imma mhux l-anqas il-ħtieġa li l-ħaddiema kollha ta' l-Enemalta jsibu fl-impjieg tagħhom sodisfazzjon u sens ta' ħarsien.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "Insemmi wkoll lil SmartCity - mela le - li qed jgħidulna li biha l-pajjiż se jkun qed jiġġenera, tmien snin oħra, eluf ta' impjiegi ġodda fis-settur ta' l-informatika.", "Jalla jiġri hekk.", "Aħna se nkunu, fiż-żmien li ġej, ħerqana bħala gvern ġdid biex nagħtu kull inkoraġġiment ħalli dan jiġri.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Se niżguraw appoġġ sħiħ mis-servizzi kollha ta' l-amministrazzjoni pubblika biex il-proġett jimxi, mhux jiġrilu bħal ħafna proġetti mibdija minn dan il-gvern, jinbeda u ma jispiċċa qatt.", "Se niżguraw bis-serjeta' li jkun hemm taħriġ xieraq fl-informatika għaż-żgħażagħ tagħna ħalli meta jinħolqu l-impjiegi mwiegħda jkunu jistgħu jidħlu għalihom mhux jispiċċaw f'impjiegi maħluqa fostna fi SmartCity għall-barranin.", "Aħna rridu li dan il-proġett jitwettaq skond għanijiet ġenwini u mhux bħala paraventu għal aktar bini ta' appartamenti lussużi.", "U b'mod aktar wiesa' qed inwiegħed appoġġ sħiħ lill-imprendituri Maltin u barranin li huma interessati li jinvestu fis-settur ta' l-informatika.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Qed nikkonferma li fl-oqsma kollha fejn l-informatika teħtieġ l- appoġġ tal-gvern, mhux l-anqas fis-settur edukattiv u f'dak tal-public procurement, dan l-appoġġ se jingħata bl-aħbar saħħa u bla preferenzi ma' xi nies tal-qalba.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "Ħalli nagħti issa ħarsa lejn it-turiżmu, Sur President, fejn skond il-Prim Ministru attwali bdejna naħsdu l-frott ta' iniżjattivi li ħadna biex insaħħu s-settur tat-turiżmu.", "Jekk kien hawn settur li sofra mill- inkompetenza u l-ineffiċjenza tal-gvern attwali kien dak tat-turiżmu, l- aqwa kolonna tal-ħidma ekonomika tagħna u l-aqwa sors ta' impjieg b'mod dirett u indirett.", "Meta t-turiżmu jmur tajjeb, allura faxex wiesa' tal- poplu tagħna - ħaddiema f'lukandi u stabbilimenti oħra fosthom ta' l-ikel, sidien ta' ħwienet, ta' ristoranti u bars u distributuri u gwidi - kollha se jkun imisshom aktar xogħol u aktar qligħ.", "Dan hu s-settur li l-aktar għandu l-effett li semmejt fil-bidu, l-effett tat-trickle down, u allura gvern għaqli jindunkrah u jagħtih kull appoġġ, mhux kif ġara fl-aħħar snin, iħallih jistaġna.", "Sal-lum fl-awtorita' tat-turiżmu għadna bla kap eżekuttiv wara li l-kariga nbidlet xi darbtnejn jew tliet darbiet fl-akbar konfużjoni.", "Sal-lum il-gvern għadu ma ħareġ bl-ebda pjan ċar dwar kif se jmexxi l-politika tat-tul tiegħu mal-linji ta' l-ajru low-cost.", "Kulma qed jagħmel hu li jillappazza.", "Sal-lum teżisti konfużjoni magna dwar kif l-Air Malta se titpoġġa lura fuq saqajha.", "Kemm ilu jmexxi l-Prim Ministru attwali fis-settur waħdu tal- lukandi u tar-ristoranti ntilfu ftit inqas minn 600 impjieg.", "Minkejja l- ftaħir li smajna l-ġimgħa li għaddiet dwar kif dorna l-kantuniera, fl-aħħar sena fil-lukandi u r-ristoranti, intilfu 307 impjiegi.", "Matul din l-aħħar sena għalqu żewġ lukandi kbar.", "Sa tmiem is-sena mistennija jagħlqu tliet lukandi oħra ta' 3,000 sodda fiż-żona ta' San Pawl il-Baħar; b'waħda forsi żżomm għaddejja għal erba' xhur fis-sena aktar 'il quddiem bħala hostel ta' l-istudenti.", "Is-sena li għaddiet il-gvern ftaħar li għandu pjan strateġiku nazzjonali għat-turiżmu.", "Minn dak iż-żmien 'il hawn il-pjan tħalla fuq l- ixkaffa.", "Sadanittant bit-titjib li sar fit-turiżmu fl-aħħar xhur - u mn'alla kien hemm dan it-titjib - ninsabu lura għal kif konna xi snin ilu.", "Il-gvern kien issettja l-mira li se jżid, kull sena, numru ta' turisti b'50,000.", "Din il-mira ma ntlaħqitx u din is-sena xorta se nkunu taħtha sew.", "Fil-qasam tal-cruiseliners tliet aġenti kbar li jġibu l-cruiseliners qalulna li bit-titjib ta' din is-sena erġajna ġejna lura għal-livell ta' passiġġieri li kienu jiġu Malta fis-sena 2003.", "Id-dħul mit-turiżmu din is- sena mistenni li jkun fuq l-istess livelli bħal fis-sena 2004.", "U allura żgur pajjiżna ma jistax jissodisfa ruħu b'hekk.", "Fil-pajjiżi kompetituri tagħna fil-Mediterran, ix-xogħol fit-turiżmu tagħhom żdied mill-inqas bi tliet darbiet għal ħames darbiet ir-rata tagħna.", "Ma nistgħux allura nkomplu bl-inkompetenza grassa ta' l-aħħar snin.", "Kellna kumitat inter- ministerjali mmexxi mill-Prim Ministru nnifsu li kellu jikkordina l- proġetti u jiżgura li l-pajjiż jinżamm sura għat-turisti.", "Dan il-kumitat spiċċa b'falliment totali, Sur President.", "Ma nistgħux nikkuntentaw ruħna b'titjib medjokri u bla pjan ta' xejn.", "Nibqgħu minn sena għal sena nittamaw li se nġibuha żewġ.", "Neħtieġu strateġija nazzjonali soda mħaddma minn gvern li jaf kif u lest li jimplimenta miżuri effettivi fi sħubija mas- settur privat.", "Hekk se jkun qed jagħmel gvern Laburista ġdid immexxi minni wara l-elezzjoni li ġejja.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "Se nissettjaw il-mira ta' 1,600,000 turist li jiġi Malta u rridu nilħqu din il-mira fi żmien tlieta għal erba' snin.", "Is-slogan tagħna jrid ikun \"Who dares wins\".", "(Onor. Membri: Hear, hear) U għalhekk l-għan tagħna jrid ikun li mit-turiżmu ndaħħlu fis-sena s-somma ta' Lm620 miljun.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Beħsiebna ngħinu biex tissaħħaħ il-bażi ta' l- akkomodazzjoni tal-lukandi f'Malta u Għawdex.", "Se ntejbu l-qagħda tal- lukandi 3-star, se nerġgħu nippromwovu b'miżuri konkreti l-potenzjal turistiku tas-sud ta' Malta, se naħdmu biex intejbu u niddiversikaw il- prodott turistiku tagħna.", "Nagħmlu dan, fost affarijiet oħra, billi f'ħidma komuni mas-settur privat niflu l-effetti tal-burokrazija tat-taxxi żejda fuq it-turiżmu u nneħħuhom bla tnikkir f'temp ta' sitt xhur.", "Se nżidu l- passiġġieri li jiġu Malta permezz tal-kumpanniji ta' l-ajru low-cost.", "Fl- istess waqt se nassiguraw li mhux biss l-Air Malta tibqa' ħajja u soda, imma bi pjan ta' żvilupp serju terġa' ssir pedament ewlieni tat-turiżmu f'pajjiżna.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "F'dan il-qafas, Sur President, gvern Laburista ġdid se jkun qiegħed iniedi fost oħrajn dawn il-proġetti: żewġ korsijiet tal-golf f'Malta u wieħed f'Għawdex u numru ta' marinas tal-jottijiet f'Malta u f'Għawdex.", "(Onor. Membri: Hear, hear).", "Dawn il-proġetti jitfasslu fuq stand alone basis, jiġifieri ma jkollhomx marbuta magħhom l-bini ta' appartamenti lussużi jew le, u allura se nagħtu inċentivi apposta ħalli jitwettqu, bi qligħ, fuq il- mudell ta' private public partnership.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Ngħid ukoll, Sur President, li gvern Laburista ġdid se jkun qed ipoġġi dawn l- iżviluppi għat-titjib tat-turiżmu fil-qafas ta' pjani reġjonali li se nkunu qed invaraw, fosthom pjan reġjonali għal Għawdex, pjan reġjonali għaz-zona tal-Port l-Kbir, pjan għaz-zona ta' Buġibba u San Pawl il-Baħar u pjan għas- sud ta' Malta.", "Niġi issa għall-biedja u s-sajd għax fl-aħħar mill-aħħar nagħmilha ċara li Gvern Laburista ġdid se jkun rispettuz tas-setturi kollha produttivi ta' pajjiżna.", "M'aħna se nqisu lil ħadd taż-żejjed u tan-nieqes, kif għamel u qed jagħmel il-gvern attwali dwar il-biedja u s-sajd.", "F'dan il-qasam għandna abbandun totali.", "Qabel l-aħħar elezzjoni saru wegħdi favolużi lill- bdiewa u s-sajjieda tagħna.", "Kollha ġew traduti.", "Ġimgħat ilu l-Prim Ministru attwali qal il-gvern tiegħu jibqa' jqis dan is-settur agrikolu bħala strateġikament importanti għal pajjiżna.", "Reġa' wiegħed pjan ieħor ta' żvilupp rurali.", "Bħal ħafna proposti tal-gvern għall-biedja u sajd jekk dan il-pjan qatt isir żgur li jerġa' jibqa' fuq l-ixkaffa.", "Il-bdiewa u s- sajjieda raw biżżejjed minn taħt dan il-gvern biex jafu, jekk iridu, jagħmlu l-kontijiet tagħhom.", "Jafu matul is-snin min qalilhom il-verita' u mhux daħak bihom.", "Sadanittant taħt dan il-gvern is-sehem tal-biedja u s- sajd fl-ekonomija baqa' nieżel.", "Issa qed jgħidu li dan is-sehem hu stabbli bi 2.2%.", "Sa ftit tas-snin ilu kien aktar sew, kien aktar minn 3%.", "Sta għall-bdiewa u s–sajjieda Maltin u Għawdxin li jiddeċiedu.", "Ħaġa waħda biss ngħidilhom, kif jafu, dak li aħna nwegħdu nwettquh.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Għall-ġvern Laburista ġdid l-biedja u s-sajd żgur li ma jkunux għar- rimi, anzi bil-maqlub.", "L-istess se ngħid għas-self-employed.", "Fl-aħħar sena kellna kuntatti ma jaqtgħu xejn ma' saffi sħaħ ta' self-employed.", "Smajna stejjer li ma jitwemmnux, stejjer ta' nuqqas ta' interess min-naħa tal-gvern, stejjer ta' qtigħ ta' qalb, ta' burokrazija dejjem tikber, u ta' permessi li dejjem ġejjin u qatt ma jaslu.", "Dan hu s-settur li aktar ma għadda ż-żmien aktar ttieħed for granted mill-gvern u l-ministri attwali.", "Żmien ilu s- Segretarju Parlamentari, l-Onor.", "Edwin Vassallo, wiegħed li jekk ma jirnexxilux inaqqas il-burokrazija li toħnoq lis-self-employed kien se jirriżenja.", "Mhux talli ma naqqsitx il-burokrazija, talli mmultiplikat minkejja l-ħafna taparsi skemi li ħarġu biex jagħmlu l-ħajja eħfef għas- self-employed.", "F'Ta' Qali, per eżempju, fl-aħħar għaxar snin ħabbrulna xi għaxar pjani differenti varati bil-pompi kollha.", "Qalulna li se jimmodernizzaw l-Crafts Village u sal-lum għadu ma sar xejn.", "Safrattant is- Segretarju Parlamentari, Vassallo, għadu mkaħħal u jokkupa s-siġġu tiegħu ta' segretarju parlamentari.", "Nifirħulu!", "Fil-pjan għal bidu ġdid tagħna, Sur President, nagħmluha ċara li prijorita' sħiħa għall-Gvern Labruista se tkun li jerġa' jagħti nifs lis-self- employed.", "Se nneħħu bil-fatti u mhux bil-paroli piżijiet tal-burokrazija minn fuqhom.", "Se naraw kif inaqqsu l-piż tat-taxxi, miżati u liċenzji li joħonquhom.", "Se nirrankaw t-turiżmu u l-manifattura biex b'hekk inpoġġu aktar flus f'idejn il-familji ħalli l-kummerċ jistejqer.", "Se nndaħħlu qafas legali ġdid għas-self-employed li jinnewtralizza l-burokrazija żejda u joħloq ambjent ta' ħeffa u effiċjenza fis-soluzzjoni tal-problemi li qed jifnuhom.", "Ninsabu determinati li noħorġu miċ-ċirku vizzjuż fejn gvern jidħak bil-poplu billi l-ewwel iwiegħed ħafna, mbagħad ma jwettaqx kif ġara f'ħafna oqsma.", "Fuq kollox, dan ġara wkoll fil-każ ta' Għawdex.", "Taħt il-Prim Ministru attwali Għawdex sofra minn politika ta' telqa konċentrata.", "Flus taparsi vvotati għal Għawdex baqgħu ma ntnefqux.", "Fl-aħħar tliet snin il-gvern wiegħed li se jonfoq Lm20.5 miljuni fi proġetti kapitali għal Għawdex.", "Minflok nefaq Lm12.3 miljuni, jiġifieri Lm8.2 miljuni inqas milli wiegħed.", "L-effett fuq l-ekonomija ta' Għawdex kien diżastruż, bi proġetti mbagħad li twiegħdu għal darba darbtejn bħat-toroq Ta' Pinu, tax-Xlendi u bħar-rijabilitazzjoni tal-Qortin li kollha baqgħju mdendla.", "U għas-sena d-dieħla l-gvern attwali qed jgħid li fi spiża kapitali se jonfoq Lm1 miljun inqas milli se jkun nefaq din is-sena.", "Fl- economic survey ippubblikat mal-budget, tista' tgħid li l-problemi li qed jiffaċċja Għawdex ġew injorati għal kollox.", "Bħal-lum ġimgħa l-Prim Ministru attwali reġa' tkellem dwar proġetti li jrid iwettaq.", "Imma nesa li ħafna minnhom ilu jħabbarhom sena wara l-oħra fl- aħħar tliet snin u baqa' ma sar xejn.", "(Onor. membri: Hear, hear) L- impjiegi f'Għawdex baqgħu jonqsu, il-lukandi baqgħu jagħlqu, imma qisu ma qed jiġri xejn.", "Għaliex Għawdex għandu jiġi ttrattat b'da n il-mod?", "Tweġiba waħda għandi.", "Anke ppanikjat kif inhu bl-elezzjoni li ġejja l-gvern iqis li jagħmlilhom x'jagħmlilhom politikament l-Għawdxin se jibqgħu fil- maġġoranza l-kbira tagħhom jivvotaw għall-partit Nazzjonalista.", "Dak hu l- kalkolu.", "Allura jista' jwegħedhom u jwegħedhom fil-vojt u fl-istess ħin jibqa' jinjora l-problemi tagħhom, ta' xogħol, ta' saħħa u ta' ambjent.", "Jien ngħid li Għawdex u l-Għawdxin jixirqilhom ħafna aħjar.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "Fil-pjan għal bidu ġdid il-partit Laburista qed jimmira biex it-turiżmu f'Għawdex jerġa' jitlaq kif konna tellaqnieh bejn l-1996 u l-1998.", "Se nagħtu għajnuniet ġodda lill-bdiewa u lis-sajjieda Għawdxin f'ħidmiethom.", "Se nagħtu inkoraġġiment dirett lill-industrija u l-artiġjanat f'Għawdex ħalli jerġgħu jgħollu rashom.", "Se nerġgħu nwaqqfu b'sussidju servizz tal- helicopter lejn Għawdex.", "Se nwaqqfu kunsill reġjonali għall-gżira Għawdxija.", "Aħna għandna fiduċja sħiħa fil-futur ta' Għawdex u se nerġgħu nuruh bil-fatti u b'impenn kostanti.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "Ma nixtieqx indur għall-finanzi tal-gvern mingħajr ma nitkellem ftit dwar il-kunsilli lokali.", "Dawn kienu l-akbar minsija tal-budget imħabbar ġimgħa ilu.", "Qishom ma jeżistux.", "Madankollu matul dawn l-aħħar snin fil- maġġoranza tagħhom il-kunsilli lokali, minkejja li ngħataw anqas u anqas fondi mill-gvern ċentrali rnexxielhom jagħmlu xogħol tajjeb.", "Irnexxielhom, permezz tal-kunsilliera u s-sindki tagħna, jimxu 'l quddiem.", "F'dan il- qasam aħna tajna u nibqgħu nagħtu kull sforz biex dak li nwiegħdu fil- lokalitajiet inwettquh u nibqgħu nagħmlu d-differenza, Sur President.", "Jien nixtieq nieħu din l-okkażjoni biex nirringrazzja u nifraħ lill-kunsilliera u lis-sindki Laburisti kollha.", "U - għaliex le? - lill-kunsilliera Nazzjonalisti wkoll tal-ħidma tagħhom għall-komunita' fejn jgħixu.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Nieħu din l-okkażjoni biex infakkar il-proġett li se jkun qed iwettaq gvern Laburista ġdid immexxi minni wara l-elezzjoni li ġejja.", "F'kull komunita' bi ftehim minn issa bħala gvern ċentrali se nkunu qed ninvestu u nidħlu fi sħab mal-kunsilli lokali biex inwettqu żewġ proġetti fil-lokalita' li l-kunsill waħdu ma jistax jidħol għalih.", "Diġa' kellna rispons tajjeb ħafna għal din l-inizjattiva li hi maħsuba biex tifrex l- investimenti pubbliċi mal-komunitajiet Maltin u Għawdxin kollha u biex isservi anke fuq bażi lokali ħalli tirranka l-ekonomija tagħna.", "Nirringrazzja lill-kunsilli lokali, li fosthom naturalament hemm ukoll kunsilli lokali bi tmexxija Nazzjonalista, li diġa' bagħtulna l-proposti interessanti tagħhom ħalli malli nidħlu fil-gvern minnufih inkunu nistgħu nibdew inwettqu dawn il-proġetti li jkunu maqbula magħhom.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "Nagħtu ħarsa issa lejn il-finanzi tal-gvern.", "Ġimgħa ilu kellna ftaħir sħiħ dwar kif il-Prim Ministru attwali reġa' poġġa l-finanzi fis-sod.", "Qalulna kemm kienu impressjonati l-bankiera għolja.", "Qalulna li minħabba f'hekk l- Ewropej aċċettawna biex nidħlu fiż-żona ta' l-Ewro mill-1 ta' Jannar tas- sena d-dieħla.", "F'isem l-oppożizzjoni Laburista nerġa' niċċara l- affarijiet.", "Il-kwestjoni dwar id-dħul ta' l-Ewro mill-1 ta' Jannar tas- sena d-dieħla hija kwestjoni magħluqa.", "Dwar id-deficit nerġa' nfakkar li sa qabel l-aħħar elezzjoni l-partit Nazzjonalista fuq quddiem nett, il-Prim Pinistru attwali, kienu qed jiftaħru li kellna finanzi fis-sod, wara, iddeċidew li kellna krizi.", "Kienu daħku bil-poplu għaliex hekk kien konvenjenti għalihom elettoralment dak iż-żmien.", "Imbagħad wara, dejjem fl- 2003, ġew biex jiffaċċjaw l-istat diżastruż tal-finanzi pubbliċi u kellhom żewġ toroq biex jimlew il-ħofra li kienu ħaffru huma stess.", "Jew jagħmlu minn kollox biex ikabbru l-ekonomija u b'hekk iżidu d-dħul tal-gvern jew li jżidu t-taxxi.", "Mill-bidunett minkejja l-paroli sbieħ, il-Prim Ministru attwali rrassenja ruħu li ma jistax jirranka l-ekonomija u b'hekk allura jkunu qed ikabbar ix- xogħol.", "Sa mill-bidunett għedna li bħala pajjiż, kif kellna fis-snin l- imgħoddija, ridna nġibu t-tkabbir ekonomiku ta' bejn 4% u 6%.", "Hekk kien ġara fis-snin sittin u sebgħin u tmenin u disgħin.", "Imma l-gvern attwali qata' qalbu li jista' jagħmel dan.", "U rajna t-turiżmu jmajna, rajna l- industrija tiċkien, rajna lis-self-employed jinħonqu bil-piżijiet u allura l-gvern telaq għal għonq it-tieni triq, dik li jżid it-taxxi.", "Sa mill- bidunett, tliet snin ilu, għolla r-rata tal-VAT minn 15% għal 18%, ġabha waħda mill-ogħla rati fl-Ewropa.", "Żied kull taxxa, tariffa, miżata li sab għal idejh u daħħal taxxi, miżati u tariffi li ħadd ma kien ħolom bihom qabel.", "Kull sena l-piż tat-taxxi diretti u indiretti fuq il-poplu, fuq il- familji, fuq iċ-ċittadini u fuq l-impriżi tagħna, żdied b'medja ta' xi Lm60 miljun fis-sena.", "Skond stqarrija għall-istampa ta' l-Eurostat li ħarġet f'Marzu ta' din is- sena, Malta kienet fost l-aktar membri ta' l-Unjoni Ewropea li żiedet il- piżijiet tat-taxxi fl-ekonomija fl-aħħar snin.", "Qiegħda hawn din l- istqarrija u se npoġġiha fuq il-mejda tal-Kamra, Sur President.", "Allura mhux bilfors li l-ekonomija tistaġna!", "Mhux bilfors li pajjiżna, fl-aħħar snin, kellu fost l-aktar rati baxxi ta' tkabbir ekonomiku u l-aktar rata baxxa ta' ħolqien ta' xogħol li qatt ġarrabna!", "U dan anke meta tqabbilna ma' pajjiżi membri oħra ta' l-Unjoni Ewropea.", "Mhux għalhekk jirriżulta mbagħad li għandna fost l-aktar rata baxxa ta' parteċipazzjoni tal- popolazzjoni fid-dinja tax-xogħol, kemm meta tqis lil kulħadd, kemm meta tqis nisa u rġiel għal rashom u kemm meta tqishom separatament.", "Sur President, se npoġġi fuq il-mejda tal-Kamra tabelli ta' l-Eurostat, l- aġenzija ta' l-istatistika ta' l-Unjoni Ewropea, li juru kif ir-rata ta' l- impjiegi fostna, mera ta' kemm qed tikber l-ekonomija, hija fost lanqas, anzi l-inqas fost il-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea.", "Għalhekk imbagħad ħafna familji ħassewhom mgħaffġa fl-aħħar snin, kemm jekk bi dħul baxx u kemm jekk kellhom dħul medju, kemm jekk kienu b'ġenitur wieħed jaħdem kif ukoll dawk li kellhom ir-raġel u l-mara jaħdmu flimkien.", "Pero` aktar u aktar marru lura kienu l-familji b'ġenitur wieħed, l-anzjani u ż-żgħażagħ.", "Kull sena aħna bqajna nagħmlu l-argument li l-gvern tal-Prim Ministru attwali ffanga wisq fuq it-taxxi u ma stinkax biżżejjed għall- ħolqien tax-xogħol u l-investiment.", "Irrepetejna kull sena li l-gvern kellu jara kif se jnaqqas iż-żieda fil-piżijiet ta-taxxi fuq il-familji, imma sakemm setgħu jissodisfaw lill-bankiera l-għolja li bit-taxxi qed iġibuha żewġ u qed jimlew il-ħofra li huma stess kienu ħaffru, allura mhux problema, l-aqwa li l-ħofra tidher li qed tingħalaq.", "Imma issa riesqa l- elezzjoni u fiha ma jivvotawx il-bankiera għolja biss imma jivvota kulħadd.", "Il-viċinanza ta' l-elezzjoni daħħlet lill-Prim Ministru attwali u lil sħabu fi stat ta' paniku.", "Jien ngħid li mnalla ġara hekk u huwa tajjeb li ġara hekk.", "Għallinqas fl-aħħar kellhom joħorġħu b'xi miżuri ta' appoġġ u ta' għajnuna lis-saffi tas-soċjeta` tagħna li tul l-aħħar snin kellhom iġorru piżijiet dejjem akbar.", "Tajjeb li ġara hekk.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "Fil-paniku li qabad lill-Prim Ministru – u dan huwa l-bużillis li hemm – dan ma qagħadx lura milli jħawwar basket sħiħ ta' proġetti li kollha huma maħsuba biex jidhru sbieħ f'għajnejn dawk li huma indirizzati lejhom.", "Effettivament din il-lista terġa' tikxef l-inkompetenza magna tal-gvern attwali.", "Ħalli ngħidlek għaliex, Sur President.", "Għax bħal fil-każ ta' Għawdex, li diġa` semmejt, ħafna minn dak li ġie mwiegħed din is-sena diġa` ġie mwiegħed fis-snin ta' qabel.", "Wegħedhom fis-snin li għaddew u ħallihom fuq l-ixkaffa jew taparsi bdiehom.", "U ġimgħa ilu l-prim ministru attwali reġa' ħabbarhom bħala proġetti ġodda.", "Ippermettili nsemmi wħud minnhom, Sur President.", "Fosthom insibu bini u immodernizzar ta' skejjel fil-Mosta, f'Pembroke, f'Għawdex, fil-Ħamrun u f'Ħal Qormi, park għall-familji f'Wied il-Għajn, il- crafts village f'Ta' Qali, xogħol fuq Xatt is-Sajjieda f'Marsaxlokk, proġett tar-restawr tal-fortifikazzjonijiet tal-Kottonera.", "Din sabiħa!", "Sena ilu l-proġett kien qed jiġi kkonsidrat.", "Skond ma qal il-Prim Ministru l-ġimgħa l-oħra, qalilna li qed iħejjih il-proġett.", "Imbagħad insibu t- tmexxija u twaqqif ta' ċentru għall-ħarsien ta' annimali.", "Dan twiegħed sena ilu u qed jerġa' jiġi mwiegħed illum.", "Bini ta' faċilita` ta' riabilitazzjoni ta' 280 sodda maġenb ir-residenza ta' San Vinċenz.", "L-isptar ta' Zammit Clapp se jinbidel f'ċentru tas-servizz għall-kura tal-kanċer.", "Se jara u kellu jara kif se jindirizza l-probelma tal-waiting list għall- operazzjonijiet.", "Se jitwaqqaf l-uffiċċju tal-kummissarju ta' l-għaqdiet volontarji.", "F'Għawdex reġa' wegħedna ċentru ta' taħriġ turistiku fil-Qala, konservzzjoni tal-Ġgantija, riabilitazzjoni tax-Xatt taż-Żewwieqa u l-port l-antik ta' l-Imġarr, eċċ. Kemm jaħsbu, dan il-Prim Ministru u dan il- gvern, li jistgħu jkomplu jiddieħku bil-poplu?!", "Dik hija l-mistoqsija, Sur President.", "(Onor. Membri: Hear, hear) U jiddieħku bih billi f'sena wara l-oħra ħabbrulu proġetti taparsi ġodda li jiġu riċiklati minn sena għal sena.", "Imbagħad hemm il-biċċa kurjuża ta' minn fejn ġew ċerti proposti oħra li l- Prim Ministru attwali ħabbar b'daqshekk fanfara ġimgħa ilu.", "Biex inkun onest, uħud minn sħabi hawn madwari ħadu għalihom, Sur President.", "Xi wħud minnhom qaluli: Dawn kif jisirqulna l-proposti tagħna?", "Parti mhux żgħira ta' l-ideat li fisser il-Prim Ministru ġimgħa ilu ħadhom, kważi kelma b'kelma, mill-pjan għal bidu ġdid tal-parti Laburista.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Issa l-gvern u tan-Net u l-propaganda Nazzjonalista mill- gazzetti ilhom jgħidu li l-pjan għal bidu ġdid Laburista ma fih xejn u nebuluż u ma nafx x'qalu aktar!", "Issa jien se nillistja wħud mill-miżuri li ressaqna fil-pjan għal bidu ġdid u li l-prim ministru attwali ma staħax jikkopja, qisu cut and paste, għall-budget tiegħu ta' din is-sena.", "Insibu fost il-proposti meħuda mill-pjan għal bidu ġdid l-erbatax-il ġimgħa leave għall-maternita` li tkun imħallsa fuq l-istess linji ta' tlettax-il ġimgħa leave għall-maternita` mħallsa kif introdotti mill-gvern Laburista fl-1982.", "Il-clubs, għaqdiet sportivi u kulturali li jidħlu għal xi proġett kapitali jkunu eżentati mill-ħlas tal-VAT.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Inneħħu jew innaqqsu l-VAT minn fuq biljetti ta' attivitajiet sportivi u kulturali.", "Appoġġi finanzjarji u ta' eżenzjoni mit-taxxa għall-kumpanniji li jiffinanzjaw jew jagħtu għotjiet għall-isport u l-kultura.", "Eżenzjoni mill-VAT għall-wirjiet u meta jiġu pubblikati xogħlijiet letterarji kif ukoll tneħħija tal-VAT minn fuq tagħlim ta' kull forma ta' arti.", "Fond speċjali għall-boroż ta' studju lil studenti li jippromettu, rebate fiskali fuq it-taxxi għal min jisponsorja attivitjiet kulturali, leave kulturali għall-impjegati tal-gvern, identifikazzjoni ta' siti adatti għall-użu bħala santwarji ta' l-annimali, tiddaħħal rebate fuq it-taxxa għal dawk l-ulied li jħallsu biex il-ġenituri tagħhom anzjani jmorru fi djar privati jew tal- knisja, programm ta' screening tas-sider l-ewwel għan-nisa f'riskju għoli, bini ta' aktar irmiġġi għall-jottijiet u dgħajjes tas-sajd u għall-vapuri ta' daqs medju tal-merkanzija u tal-cruises.", "Biex ma nsemmux imbagħad, Sur President, il-proposta fundamentali li għamel il-partit Laburista dwar housing għal dawk li qed jixtru d-dar tagħhom għall-ewwel darba bi prezz ta' Lm50,000 u inqas.", "Il-miżuri li ħabbarna aħna jiġu jiswew lil min qed jixtri daru għall-ewwel darba s-somma ta' madwar Lm7,300.", "Huwa maħsub biex tingħata għotja ta' mhux aktar minn 10% tax-xirja, jitnaqqas il-boll fux ix-xirja – u din tal- boll hija xi ħaġa importanti – u aktar minn hekk imbagħad se jkun issussidjat kull imgħax li jaqbeż l-4.5%.", "Jekk ħaddiem jitlef xogħlu jiġi mħares milli jitlef id-dar tiegħu.", "Aħna pproponejna din il-politika bl- aktar mod ġenwin.", "Il-Prim Ministru attwali għoġbu jikkopja ċerti partijiet sħaħ minnha, sewwa għamel, imma ma wasalx 'il bogħod biżżejjed.", "Dik il- problema.", "Issa għaliex għamel hekk?", "Għamel hekk għax fil-paniku elettorali li għandu ra kemm tagħmel sens għall-koppji żgħażagħ.", "Għad jonqos partijiet minnha u gvern Laburista ġdid immexxi minni jdaħħal il-proposti kollha.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "Issa tajjeb li nagħmel riżerva ta' ċerta serjeta`, Sur President.", "Għalija hija ħaġa tajba li l-gvern qed jgħid li jrid iwettaq partijiet mill-pjan għal bidu ġdid Laburista, anke jekk sa ftit żmien ilu kien jgħid li ma kien fih xejn.", "Imma se nagħmel riżerva waħda, li hija importanti ħafna.", "Ġimgħa ilu l-Prim Ministru attwali ħabbar li se jniedi pjan nazzjonali għall- breast screening kontra l-kanċer tas-sider.", "Jien minnufih qist li din hija miżura tajba ħafna li tinsab fil-pjan għal bidu ġdid, anke jekk il-gvern kien ilu snin jiċħad li għandu jagħmel hekk.", "Ħsibt li fl-aħħar kellna strateġija biex il-breast screening jitwettaq u b'hekk, ħafna nisa li jkunu mhedda bil-marda tal-kanċer tas-sider ikunu jistgħu jsibu soljev u għajnuna.", "Imma mbagħad fil-media u fil-gazzetti, ħarġu l-għaqda tat-tobba, ħarġu l-aqwa speċjalisti Maltin tal-kanċer jgħidu li ma kienu jafu xejn bil- proġett li semma l-Prim Ministru.", "Qalu wkoll li għad m'għandniex, bħala pajjiż, ir-riżorsi materjali u nies imħarrġa biex iwettqu dak li ħabbar il- Prim Ministru.", "U hawn jien ngħid bl-akbar responsabbilta` li m'għadniex aktar nitkellmu dwar opportuniżmu elettorali, dwar paniku u mhux paniku f'dan il-każ, jew dwar konvenjenza elettorali.", "Jien ngħid li qed nitkellmu dwar immoralita` politika, għax hu immorali, tkun xi tkun ir-raġuni, li tiġi quddiem il-parlament u twiegħed xi ħaġa serja u importanti bħal din li għandha tagħti tama u kuraġġ lil min b'xorti ħażina nqabad u jista' jinqabad bil-marda mill-aktar krudila, u fl-istess ħin li qed tagħmel hekk, taf li pjan m'hemmx, taf li riżorsi m'hemmx u nies li jkunu jridu jmexxu dak li qed tħabbar lanqas jafu b'xejn.", "Rari l-ħajja politika f'pajjiżna ma kienet immarkata b'dan is-sens ta' ċiniżmu li, nerġa' ngħid bla tlaqliq, jammonta għal eżerċizzju mill-aktar sfaċċat ta' immoralita` politika.", "U jien nistaqsi: Possibbli li l-Prim Ministru attwali u l-partit tiegħu qed iħossuhom daqshekk iddisprati dwar l- elezzjoni li ġejja.", "Jien ngħid li hija tal-mistħija din il-ħaġa.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Il-problema tibqa' li dan il-gvern wiegħed ħafna u jwiegħed ħafna u ma wettaqx.", "Biss mil-lat soċjali li mnalla li l-prim ministru attwali, minħabba l-elezzjoni, ra kif se jnaqqas il-piż tat-taxxi fuq il-familji, anke jekk hu minnu, li ftit ħafna, tard wisq.", "Biss jien ngħid, aħjar ftit ħafna, tard wisq milli xejn sa l-aħħar.", "Biex inkunu ċari, Kulħadd stenna l- paniku tal-Prim Ministru u ma nistax nifhem imbagħad għaliex ħa għalih għax il-partit Laburista ħariġlu poster fuq hekk.", "Ma nistax nifhem għaliex.", "Fuq in-Net qalulna li ma stajniex inkunu jafu biex se joħorġu.", "Qalulna: Kif stajtu tkunu tafu biex se noħorġu jekk il-bidliet fl-income tax għamilhom il-Prim Ministru malajr malajr waħdu t-tnejn filgħodu u lanqas il- ministri ma kienu jafu?", "Tista' timmaġinah matul il-lejl mill-Ħadd għat- Tnejn, bix-xogħol kollu tal-budget lest, jaqbdu ħmar il-lejl il-Prim Ministru bl-inkwiet li minkejja kollox għadu ma tax ċejċa biżżejjed u malli jqum jitlaq lejn Kastilja biex malajr malajr iżid xi ħaġa fil-ħorġa tal- budget, u żied ir-relief fuq l-income tax.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "Fil-fatt deher li għamilha bl-għaġġla, Sur President, għax is-somom jista' jkun li ġewh ħżiena.", "Per eżempju, qed jgħid li l-VAT se tiżdiedlu minħabba t-tkabbir ekonomiku b'5% mis-sena d-dieħla u fl-istess nifs qed jgħid ukoll li d-dħul mit-taxxa ta' l-income se jiżdiedlu bi 12%, dejjem minħabba t- tkabbir ekonomiku.", "Hemm xi ħaġa tistona fil-biċċa.", "Għaġġel wisq wara l- ħmar il-lejl naħseb jien!", "Wieħed jipprevedi li l-bankiera għolja li s- soltu jgħidulu prosit se jiġbdulu ftit widnejh lill-Prim Ministru issa.", "Imma jien mhux bħalhom se ngħid, Sur President.", "Jien se ngħid li mank il- Prim Ministru tah xi żewġ ħmar il-lejl oħra ma' dak ta' sbieħ it-Tnejn ħalli kien jiftaħ idejh ftit ieħor biex ma jkunx ftit ħafna tard wisq.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "Nerġa' ngħid li l-budget li għandna quddiemna xorta hu ta' ftit ħafna tard wisq.", "Fost oħrajn, hemm miżura ewlenija li l-budget missu jdaħħal biex iħares il-familja u li baqa' m'għamilx.", "Taf għal-liema waħda qed ngħid, Sur President?", "Din ikolli ċans nitkellem fuqha aktar 'il quddiem, għax b'xorti ħażina t-tnaqqis fl-income tax mhux se jgħin żgur lil dawk l-eluf li għandhom bħala impjieg uniku tagħhom ix-xogħol part-time.", "Imbagħad dwar it-tnaqqis fl-income tax il-Prim Ministru attwali tilef ukoll opportunita` li jikkonsolida miżuri li wasal żmienhom.", "Dawn jorbtu ma' dak li diġa` għedt dwar il-piżijiet tat-taxxi, jorbtu mal-ħtieġa li ninċentivaw il- kompetittivita` ta' pajjiżna u l-ħolqien tax-xogħol.", "Allura f'din il- perspettiva u fit-twettiq tal-pjan għall-bidu ġdid, gvern Laburista ġdid immexxi minni matul il-leġislatura li ġejja se jdaħħal miżuri li filwaqt li jissalvagwardaw it-trasparenza fil-kondizzjonijiet tax-xogħol, iwasslu biex il-ħlasijiet fuq l-overtime kollu ma jkunux soġġetti aktar għall-income tax.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "Issa se nitkellem ftit dwar il-familja.", "Smajna ħafna kliem sbieħ din il- ġimgħa.", "Aħna tal-partit Laburista ma ħallejniex lill-familja għal-lejliet il-budget.", "Ilna mas-sena u nofs u aktar li tlaqna biex infasslu politika koerenti dwar il-familja, politika li issa hija parti importanti mill-pjan tagħna għal bidu ġdid.", "Għalina l-familja hija l-unit bażiku li jindokra lit-tfal, li jrawwimhom u jħares l-iżvilupp tagħhom.", "Għalina l-familji kollha huma għeżież.", "Għeżież fuq kollox it-tfal li jindokraw, għeżież il- ġenituri li jistinkaw għalihom u għeżież l-anzjani u n-nanniet li jgħixu fil-ħajja tal-familja.", "M'hu veru xejn li l-gvern attwali matul is-snin ħa xi passi ġenwini biex iħares lit-tfal fil-familja u barra mill-familja.", "Hu f'dan l-isfond irridu nqisu l-istqarrijiet li qed isiru llum dwar kemm dan il-gvern għandu għal qalbu l-familji.", "Altru l-kliem u altru l-fatti.", "Kellna matul din is-sena l-istqarrijiet li għamlet is-Sinjura Sonia Camilleri li serviet bħala kummissarju għat-tfal għal tliet snin.", "F'intervista li tat lill-ġurnal 'Il-Ġens\" fis-7 ta' Jannar ta' din is-sena, is-Sinjura Camilleri qalet hekk:", "\"F'dawn it-tliet snin rajt ċerti nuqqasijiet fil-liġi tal-kummissarju tat-tfal.", "Dawn jirrigwardaw in-natura, l-indipendenza u r-riżorsi ta' l-uffiċċju tal-kummissarju tat-tfal, nuqqasijiet li żammewni milli naħdem kif xtaqt fl-aħjar interess ta' min talab għajnuna mill- uffiċċju.", "Jien diġa` ssuġġerejt li jsiru emendi għal-liġi imma qaluli li emendi għalissa mhux se jitressqu.\".", "Is-Sinjura Camilleri rrepetiet il-punti tagħha f'intervista li dehret fil- ġurnal \"The Times\" fit-8 ta' Jannar ta' din is-sena.", "Minn dak li stqarret is-Sinjura Camilleri jidher ċar - u se npoġġi dawn l-artikli fuq il-mejda tal-Kamra - kemm l-interessi tat-tfal u tal-familji huma marġinali fil- ħidma tal-gvern preżenti.", "Effettivament kulma żied din is-sena fil-budget, fil-vot tal-kummissarju tat-tfal hi s-somma miżera ta' Lm17,000, anqas milli l-Perit Michael Falzon jaqla' bħala chairman part-time tal- korporazzjoni ta' l-ilma.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Kif għedtlek, se npoġġi, bil-permess tiegħek, il-kopja ta' l-intervisti tas-Sinjura Camilleri.", "Imma issa rrid nirriferi għal rapport maħruġ mill-Institute for Family Policies li jagħtina aktar informazzjoni dwar kif il-gvern ittratta lill-familja f'Malta u pparagunah ma' x'jagħmlu gvernijiet Ewropej.", "Dan jismu \"Report on the Evolution of the Family in Europe 2007\" u ħareġ f'Mejju ta' din is-sena.", "Fost affarijiet oħra r-rapport jifli kemm mill-ekonomija nazzjonali, il- gross domestic product jew GDP jintnefaq f'kull pajjiż fuq ħidmiet favur il- familji.", "Jirriżulta li l-aktar tliet pajiżi li jonfqu fuq ħidmiet favur il- familji huma d-Danimarka, il-Lussemburgu, pajjiż kbir daqsna fil- popolazzjoni, li għandu 3.8% ta' l-ekonomija tiegħu fuq politika tal- familja, u l-Ġermanja bi 3%.", "Il-medja fl-Unjoni Ewropea kollha hija ta' 2.1% ta' l-ekonomija.", "Dan jintnefaq fuq politika favur il-familja.", "Imma Malta ninsabu fit-tielet post mill-aħħar.", "Fil-fatt nonfqu biss fuq il- familji 1% tal-GDP - jiġifieri inqas min-nofs tal-medja Ewropea - ta' l- ekonomija tagħna.", "Warajna jiġu biss Spanja u l-Polonja.", "Issa aħna għandna gvern li mhux ħlief jiftaħar kemm ipoġġi lill-familja fuq quddiem fil-ħidma tiegħu.", "Jekk imbagħad inħarsu lejn kemm il-pajjiżi Ewropej jonfqu ras għal ras fuq politika favur il-familja nsibu li l-medja Ewropea hija nefqa ta' €466 fis- sena u mill-ġdid pajjiżna jerġa' jaqa' fil-qiegħ tal-klassifika.", "Fil-fatt jonfoq €105 ras għal ras fis-sena f'politika favur il-familja jew ħafna inqas minn kwart tal-medja Ewropea.", "Warajna jiġu biss il-Latvja, il- Litwanja u l-Polonja.", "Altru li fl-aħħar snin il-politika tal-familja, minkejja ħafna xinxilli u diskorsi, tħalliet taqa' lura.", "Għalhekk kellha raġun biex tbigħ is-Sinjura Sonia Camilleri.", "Se npoġġi fuq il-mejda tal- Kamra dawn is-siltiet mir-rapport ta' l-Institute for Family Policies.", "Hemmhekk insibu t-tabelli li għandhom x'jaqsmu mal-persentaġġ ta' l- ekonomija li jmur fuq ħidmiet favur il-familja u kemm il-pajjiżi Ewropej jonfqu ras għal ras fuq policies indirizzati lejn it-titjib tal-qagħda tal- familja.", "Issa li ninsabu daqshekk lura fit-tħaddim tal-politika favur il-familji mhix b'kumbinazzjoni.", "Dan ġara għax matul is-snin il-gvern attwali ddeċieda li jiġri hekk.", "Tajjeb li l-Prim Ministru ippanikkja qabel l- elezzjoni, tajjeb li ra kif se jerġa' jsaħħaħ ic-children's allowances għax bit-tmexxija tiegħu u t-tmexxija ta' min kien qablu ċ-children's allowances tħallew jinxfu matul is-snin fuq iz-zokk.", "Matul is-snin il-gvern Nazzjonalista baqa' jixxaħħaħ dwarhom, ċaħħadhom lil ħafna familji u naqqashom għal ħafna ulied.", "Minn tweġiba parlamentari mogħtija għall- mistoqsija parlamentari 20678 li għamel id-Deputat Chris Cardona u minn rapporti finanzjarji tal-gvern jirriżulta li bejn is-sena 1997, meta kien qed imexxi gvern Laburista, u s-sena li għaddiet in-numru ta' familji li kienu qed jibbenefikaw mic-children's allowances naqas minn 49,882 fis-sena 1997 għal 33,686 fis-sena li għaddiet, 2006.", "Jiġfieri f'temp ta' disa' snin seħħ tnaqqis ta' 16,196 familja li jibbenefikaw miċ-children's allowances.", "Dawn waqqfulhom ic-children's allowances.", "Fl-istess żmien bejn is-sena li għaddiet u l-1997 il-ħlasijiet li saru f'children's allowances naqqsu minn Lm20,400,000 fis-sena 1997 għal Lm13,300,000, jiġifieri tnaqqis ta' aktar minn Lm7 miljun fis-sena.", "Se npoġġi fuq il- mejda tal-Kamra kopja tat-tweġiba parlamentari relattiva fejn ingħatat din l-informazzjoni.", "Issa bil-bidliet li jrid jagħmel il-gvern fiċ-childrens' allowances, is- sena d-dieħla jgħid li se jkun qed jonfoq l-ammont ta' Lm17,900,000 jiġifieri Lm2.5 miljun inqas milli kien qed jonfoq fis-sena 1997.", "Veru kas ta' gvern li jeħodlok min-naħa, jħalli s-snin jgħaddu u mbagħad taparsi jkun tak xi ħaġa ġdida meta jkun qed iroddlok ftit minn dak li jkun ħadlek ilu ħafna.", "Iċ-children's allowance kien daħħalhom gvern Laburista għal kull familja.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Fl-1995 gvern Nazzjonalista naqqashom sostanzjalment.", "Ħafna familji spiċċaw ma jeħdux l-allowances u ħafna familji oħrajn ħadu inqas jew iktar minn ħaddieħor.", "Fil-maġġoranza tal-pajjiżi Ewropej iċ-children's allowances jitqiesu bħala mezz kif il- politika favur il-familji tingħata nifs u rankatura mas-soċjeta` kollha.", "Tabella fir-rapport ta' l-Institute for Family Studies li għadni kemm poġġejt fuq il-mejda tal-Kamra turi kif dan isir.", "B'sistemi li jixbħu dak li kien daħħal il-gvern Laburista fl-imgħoddi qed jaħdmu l-family allowances ta' ħafna pajjiżi Ewropej, l-istess sistemi li kienu ġew żmantellati minn gvern Nazzjonalista.", "Minn hawn jien qed ngħid li fil-pjan għal bidu ġdid u fil-linja ta' dak il-pjan gvern Laburista ġdid immexxi minni se jerġa' jġib iċ-children's allowances lura għal li kienu fl-1995 u b'hekk ikunu konformi mal-maġġoranza tal-pajjiżi Ewropej.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "U la għadna fuq is-suġġett tal-familja tajjeb li nerġa' nikkonferma hawnhekk il-pożizzjoni tagħna dwar il-btajjel pubbliċi li jaħbtu s-Sibt jew il-Ħadd u li tneħħew mill-gvern preżenti.", "L-iskuża kienet li btajjel hekk inaqqsu mill-kompetittivita` tal-pajjiż, imma l-esperjenza wrietna li dan mhux minnu.", "Il-miżura li jitneħħew il-btajjel kompliet tnaqqar mill- kwalita` tal-ħajja tal-familji.", "L-istess miżura sabet il-kundanna ta' l- organizzazzjoni internazzjonali tax-xogħol, l-ILO.", "Gvern Laburista ġdid jerġa' jdaħħal fil-prattika li l-ħaddiema u l-impjegati kollha jingħataw btajjel pubbliċi li jitilfu meta dawn jinzertaw jaħbtu s-Sibt jew il-Ħadd.", "Dwar politika għall-familja l-oppożizzjoni Laburista tinsab fuq quddiem nett fi proposti u miżuri li jivvalorizzaw lill-familji tagħna.", "Bil-fatti u mhux bil-paroli l-politika tagħna favur il-familji tinsab fil-qalba tal- politika soċjali li qed nipproponu fil-pjan għal bidu ġdid.", "Issa se nitkellem ftit fuq l-anzjani.", "Għalina huma jibqgħu parti sħiħa mill-familja.", "Irriduhom jgħixu ħajjithom mingħajr l-istress u t-tensjoni li kellhom jissaportu fl-aħħar snin.", "L-akbar inċertezza għalihom kienet ġejja mill-għoli tal-ħajja, l-aktar f'ikel u f'mediċini.", "Fl-aħħar sena ċempluli u ltqajt ma' ħafna anzjani.", "Qaluli kif dan kien wieħed mill-akbar ansjetajiet tagħhom, li mediċini li kienu jeħtieġu b'mod urġenti kellhom jixtruhom privatament.", "Qaluli li l-prezz ta' dawn il-mediċini kien qed jiżdied bil-kbir u li kienu qed jaraw il-problemi finanzjarji tagħhom jiggravaw biż-żmien.", "Minkejja l-paniku elettorali tiegħu l-Prim Ministru attwali ma jidhirx li fehem din il-problema.", "Min-naħa tiegħi nwiegħed li gvern Laburista ġdid iħaffef sew il-proċeduri li bihom mediċini meħtieġa għall-mard li jiffaċċjaw l-anzjani u li jkollhom jixtru privatament jitpoġġew fuq il-lista tal-mediċini li jkunu jistgħu jirrikorru għalihom mingħand il-gvern.", "Il-gvern iddeċieda li maż-żieda fil-pensjoni għall-għoli tal-ħajja ta' żewġ terzi fuq dawk li l-anzjani jieħdu paragunat ma' dak li jieħdu ħaddiema u impjegati jiżdied issa it-terz li ma kienx jingħata, u jiżdied bħala bonus.", "Aħna naqblu ma' din iż-żieda.", "Biss, miżura bħal din, jekk tibqa' tiġġedded minn sena għal sena bħala bonus se toħloq anomaliji ġodda.", "Aħna naqblu li din il-miżura għandha tiġġedded fis-snin li ġejjin.", "Infakkar li skond il-pjan għal bidu ġdid gvern Laburista se jkun qiegħed, fis-sena 2011, iniedi riforma sħiħa fil-pensjonijiet.", "Bħala parti minn din ir-riforma se jiġi assigurat li ż-żieda li l-pensjonanti jieħdu bħala bonus biex iġibhom żbrixx maż-żieda fid-dħul tal-ħaddiema u l-impjegati b'kumpens għall-għoli tal-ħajja ma tibqax titqies bħala bonus imma tiġi assimilata 100% mal-pensjoni.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "Aktar minn hekk, infakkar ukoll li bejn l-1996 u l-l998 il-gvern Laburista kien nieda programm ta' tliet snin li bih sena wara sena, b'passi ugwali, pensjonanti tas-servizzi Ingliżi li minħabba l-pensjoni tas-servizz li kellhom kienet qed titnaqqsilhom il-pensjoni taż-żewġ terzi, lil dawn il- pensjonanti konna ddeċidejna li se nagħtuhom il-pensjoni taż-żewġ terzi kollha.", "Din il-miżura twaqqfet għal kollox mill-gvernijiet Nazzjonalisti ta' wara l-1998.", "Qed nerġa' nikkonferma li dak li kien tnieda bejn l-1996 u l-1998 f'dan il-qasam jitkompla minnufih ħalli l-pensjoni taż-żewġ terzi tingħata lill-pensjonanti kollha tas-servizzi Ingliżi.", "Bl-istess mod, se nkomplu l-ħidma li bdejna l-1998 ħalli nsolvu l-problemi li qed jiffaċċjaw ħaddiema li daħlu mal-gvern fis-snin sebgħin mill-korpi ta' dak iz-zmien u li sabu li d-drittijiet tal-pensjoni tagħhom ma jkoprux iz-zmien li għaddew fil-korpi.", "Nemmen, kif emmint fl-1992, li l-problema legali tista' b'rieda tajba tiġi riżolta għal ġid ta' kulħadd u mingħajr ma toħloq anomaliji ġodda.", "U se nsolvuha.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "Hemm imbagħad l-kwestjoni ta' 80% li qed jittieħdu mingħand anzjani li jinsabu fid-djar għall-anzjani tal-gvern, fuq quddiem nett f'San Vincenz de Paule.", "Inutli li lil dawn l-anzjani żżidhom b'50ċ fil-ġimgħa fuq il-Lm1 li kienu se jieħdu, jekk imbagħad se teħdilhom lura 80% minnhom.", "Jiġifieri kulma se tkun tajthom extra huwa 10ċ fil-ġimgħa.", "F'linja ma' l-għanijiet imniżżla fil-pjan għal bidu ġdid, gvern Laburista sejjer jimmira l-ewwel stadju li t-80% li bħalissa qed jittieħdu mill-pensjoni ta' l-anzjani rikoverati fid-djar ta' l-anzjani tal-gvern jitnizzel għal 65%.", "Din twassalna, Sur President, għal problema enormi li qed jiffaċċja kulħadd f'pajjizna; ħaddiema u impjegati, self-employed, anzjani, zgħazagħ u imprendituri - l-għoli tal-ħajja.", "L-istatistika uffiċjali ta' l-għoli tal- ħajja qiegħda turi li ż-żieda fil-prezzijiet bħalissa hi mill-iċken.", "Iżda mur kellem lin-nies fid-djar tagħhom u tisma' storja kompletament differenti.", "L-ilmenti jfuru minn kullimkien, dwar l-ikel, dwar mediċini, dwar oġġetti ta' l-edukazzjoni, ta' servizzi edukattivi, fuq servizzi ta' rikreazzjoni u l-prezzijiet dejjem telgħin.", "Din id-darba l-Prim Ministru ma jistax jippretendi li fin-nofs kien hemm biss id-doom and gloom, li skond hu jxerred l-oppozizzjoni Laburista.", "Fin-nofs kien hemm,qalilna, iż- żieda li ġiet f'daqqa waħda ta' prezzijiet ogħla fuq prodotti ta' qmugħ u ħalib.", "Issa huwa minnu li bdew ġejjin dawn iz-zidiet ta' prezzijiet minn barra, Sur President, imma dan ma jispjegax kollox, kif qed jippretendi l- gvern.", "Fin-nofs hemm ukoll il-pressjoni dejjem tiżdied ta' prezzijiet fuq il-mediċini li ma sar xejn, jew sar ftit li xejn, biex tiġi mrażżna.", "Fin-nofs hemm il-fatt li għax fl-1 ta' Jannar tas-sena d-dieħla se nibdew nużaw l-Ewro minflok il-lira Maltija, il-prezzijiet diġa' ġew u qed jiġu aġġustati 'l fuq.", "F'dan il-qasam bħas-soltu, il-gvern wettaq ftit ħafna tard wisq; iż-żiemel kien ħarab mill-istalla u ġie bil-pompa kollha mbagħad il-gvern jagħlaq il-bieb ta' l-istalla wara li ħarab iż-żiemel.", "Ħabbru li għall-mediċini ġiegħlu li ċerti prezzijiet jitnaqqsu mill-mijiet ta' prezzijiet tal-mediċini li għolew.", "Irridu jagħmlu show b'nofs tużana mediċini meta t-tnaqqis tagħhom ġab il-prezz tagħhom xorta waħda ogħla, ħafna ogħla, milli kien ftit taż-żmien ilu.", "Imbagħad smajna bi ftehim ma' xi importaturi kbar.", "Sa Marzu tas-sena d- dieħla, qalulna, dawn se jagħmlu minn kollox biex jagħmlu price freeze biex izommu l-prezzijiet kif inhuma llum.", "Ftehim sabiħ ħafna!", "L-ewwel ħalli l- prezzijiet jitilgħu bla rażan u mbagħad għid li se tagħmel prezzijiet stabbli, apparti li ma nafux liema prodotti u liema prezzijiet se jibqgħu stabbli għaliex il-ftehim baqa' sigriet, għalkemm iffirmat bil-pompa kollha fil-pubbliku.", "Il-familji għandhom ragun jibżgħu li dan huwa ftehim ieħor ta' konvenjenza elettorali.", "Il-gvern attwali jrid jiftiehem biex sakemm tiġi l-elezzjoni l-prezzijiet jibqgħu stabbli.", "Wara minn rah!", "X'jimpurtah il-Prim Ministru attwali mill-ispluzjoni tal-prezzijiet li ftehim bħal dan jista' jġib minn Marzu tas-sena li ġejja 'l quddiem.", "Forzi ma jafx x'ġara din is-sena fl-Islovenja wara li din daħħlet l-Ewro fl- 1 ta' Jannar.", "Kien f'Marzu li l-prezzijiet hemmhekk bdew jisplodu.", "Qalulna: Ara, qed nieħdu ħsieb l-ogħli tal-ħajja għal li ġej għax qed nagħtu zieda ta' Lm1.50c, u Lm1 minnha hija antiċipu fuq iż-żieda tal-ħajja li se tkun qed tiġri.", "Għax qalulna: li kieku kellna naħdmu bil-kejl tas- soltu kulma konna nagħtu żieda għal din is-sena kien Lm0.50c fil-ġimgħa.", "Iżda kieku jien u l-partit Laburista ma qomnix ngħidu li ż-żieda ta' inqas minn Lm1.50c għall-għoli tal-ħajja kienet tkun tradiment tal-ħaddiema u ta' l-impjegati, nassigurak li l-gvern attwali żgur li ma kienx jikkonsidraha, Sur President.", "Imma l-panic elettorali ħadem anke hawn, għat-tajjeb, imma din hi kwestjoni mill-aktar importanti għall-familji tagħna.", "Ma tistax tibqa' tiġi ttrattata b'dan il-mod opportunist bil-Prim Ministru attwali u min jaħsibha bħalu.", "L-għoli tal-ħajja hi forsi l-akbar kwestjoni li qed taffettwa lis- soċjeta' tagħna.", "Qed tattakka l-kwalita' tal-ħajja tal-familji tagħna.", "Qed timmina l-kompetittivita' ta' l-impriżi tagħna.", "L-akbar difett tal-budget għas-sena 2008 u preċiżament dan: Il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi attwali m'għandu l-ebda strateġija kif jilqa' għall-għoli tal-ħajja f'dan il-qasam ukoll, u allura ħareġ b'budget li hu tal-ftit ħafna.", "Ħalli nibdew mis-surcharge fuq dawl u ilma.", "Din ħolqot ħerba ekonomika u soċjali.", "Ħarbtet il-ħajja tal-familji.", "Il-miżuri li ħa f'dan il-budget il- Prim Ministru attwali minħabba l-panic elettorali li qabdu m'humiex qawwija u effettivi biżżejjed daqs miżura oħra li messu daħħal ilu ħafna.", "Għedtha kemm-il darba u se nerġa' ngħidha issa.", "Gvern Laburista ġdid se jnaqqas is- surcharge fuq dawl u ilma bin-nofs.", "Hu b'dan il-mod li nistgħu nikkonfrontaw il-problemi ekonomiċi u soċjali li l-familji u l-impriżi ż- żgħar qed iħossu u se jkomplu jħossu minħabba l-għoli tal-prezzijiet.", "Quddiem it-theddida ta' l-għoli tal-ħajja, li hi ħafna akbar għall-futur tagħna milli qed jippretendi l-Prim Ministru attwali, irridu nkunu determinati u mhux naċċettaw miżuri nejja li jistgħu jkomplu jirrankaw l- problemi.", "Tajjeb li hawn nerġa' insemmi l-ftehim għall-friża fuq il- prezzijiet sa Marzu tas-sena d-dieħla.", "Sar kif sar dak il-ftehim, fih x'fih, jista' fit-tmiem tiegħu, marbut kif inhu ma' perijodu elettorali u mhux biss id-dħul ta' l-Ewro, iwassal għall-splużjoni ġdida tal-prezzijiet.", "Għalhekk b'sens ta' rieda tajba gvern laburista ġdid immexxi minni jistenna li dan il-ftehim iffirmat mill-gvern fuq il-prezzijiet sa Marzu 2008 ma' rappreżentanti tas-settur privat jinżamm għaddej għal mill-anqas xahrejn oħra wara Marzu biex jagħti żmien biżżejjed ħalli jkun jista' jiġi assigurat li l-makkinarju regolatorju li jissorvelja t-tħaddim tas-suq ħieles u kompetittiv tassew jiffunzjona tajjeb.", "Ma naqbilx ma' li kien qal l-Prim Ministru attwali dwar il-prezzijiet, jiġifieri li ftit li xejn hemm x'tagħmel biex trażżan il-prezzijiet.", "Aħna nistqarru bl-aktar mod ċar li veru, iż-żmien tal-kontrolli fuq il-prezzijiet spiċċa u spiċċa sew.", "Nemmnu li t-trażżin tal-prezzijiet irid isir permezz tal-makkinarju regolatorju li bih nassiguraw li s-suq kompettitiv u ħieles veru qed jiffunzjona ħalli l- konsumatur igawdi mill-aħjar prezzijiet u mill-aħjar kwalita'.", "Dan mhux qed jiġri bħalissa.", "Il-makkinarju li suppost jassigura l-operat tas-suq kompetittiv, jiġifieri d-diviżjoni tal-kompetizzjoni u tal-konsumatur m'hijiex tiffunzjona tajjeb.", "Aġenzija - sejħilha li trid, Sur President, diviżjoni jew dipartiment - trid tiffunzjona tajjeb biex tassigura li l- prezzijiet jiġu ffissati skond ir-regoli tas-suq kompetittiv.", "U din hi ħaġa – jekk tkun qed tiffunzjona tajjeb – li tagħmel ġid kemm lill- imprenditur, kemm lin-negozjant, kemm lis-self-employed, kemm lis-sid tal- ħanut kif ukoll lill-konsumatur.", "Meta aġenzija regolatorja bħal din tiffunzjona tajjeb kulħadd ikun jaf li m'hemmx abbuż.", "Jekk il-prezzijiet qed jisparaw 'il fuq, dan tassew qed jiġri għax il-prezzijiet telgħin minn barra mhux għax xi ħadd qed japprofitta ruħu.", "Bħalissa m'għandniex makkinarju bħal dan.", "Il-gvern baqa' lura milli jagħmlu.", "L-istess kummissarju Ewropea Meglena Kuneva li tieħu ħsieb il-konsumatur qaltilna li ninsabu wisq 'il bogħod minn dak li għandhom pajjiżi oħra fl-Unjoni Ewropea biex jassiguraw li l- liġijiet tas-swieq kompetittivi qed jiġu segwiti.", "Bħala parti mill-pjan għal bidu ġdid qed ngħidu li gvern Laburista se jsaħħaħ l-aġenzija li tissorvelja u tirregola s-swieq u tassigura l-kompetizzjoni ħielsa.", "Qed ngħidu li din l-aġenzija trid kull sitt xhur, bħala bidu, tippubblika rapport dwar iċ-ċaqliq fil-prezzijiet fl-oqsma ta' l-ikel tal-mediċini u tas-servizzi edukattivi, u trid, fejn tara li saru żidiet abbużivi jew mhux esplikabbli tieħu azzjoni hi jew il-gvern.", "Gvern Laburista ġdid immexxi minni se jpoġġi fuq quddiem nett il-mira li jħares il-kwalita' tal-ħajja tal-familji kollha tagħna, liema kwalita' tal-ħajja qed tiġi attakkata bil- kbir miż-żieda fil-prezzijiet ġejja minn fejn ġejja.", "Dan huwa eżerċizzju importanti fejn irridu nkomplu ngħidu l-verita' mhux nidħku bil-poplu, Sur President, kif wara kollox qed ikompli jidħak bil-poplu l-gvern preżenti f'qasam li jgħid kemm iqisu vitali, l-edukazzjoni.", "Wara snin ta' tmexxija Nazzjonalista r-riżultati qed juru li ninsabu lura ħafna fejn il-pajjiżi oħra membri ta' l-Unjoni Ewropea.", "Għal sena wara l- oħra, bil-kejl tal-miri ta' Lisbona, fl-edukazzjoni niġu fl-aħħar postijiet, jekk mhux fl-aħħar post. Se npoġġi fuq il-mejda tal-Kamra, Sur President, l-aħħar rapporti li juru fejn ninsabu fil-lega Ewropea dwar l- edukazzjoni.", "Għandna l-ogħla rata fl-Unjoni Ewropea ta' żgħażagħ bejn it-18 u l-24 sena li spiċċaw l-aktar b'edukazzjoni sekondarja ta' livell baxx, 41.6%.", "Għandna l-aktar persentaġġ baxx tal-popolazzjoni tagħna li ta' l- anqas ikunu temmew edukazzjoni sekondarja għolja, 25.3%.", "Għandna fost l- aktar rati baxxi fl-Unjoni Ewropea ta' gradwati fix-xjenza u fit- teknoloġija fost dawk li għandhom eta' ta' bejn l-20 u d-29 sena.", "Għal kull elf tal-popolazzjoni, anqas minn 4%.", "Dan kollu, nagħmilha ċara, ma ngħiduhx biex noqogħdu nsawwtu lilna nfusna.", "Ngħiduh biex nuru l-urġenza li npoġġu l- edukazzjoni bis-serjeta' fuq quddiem nett tal-ħidma tagħna bħala pajjiż.", "Xbajt nisma' lill-Prim Ministru attwali jiftaħar kif se jagħmel ċentri ta' eċċellenza fl-edukazzjoni u jgħid li se jagħmel hekk u se jagħmel hekk u x'viżjoni għandu.", "Imbagħad meta naraw x'inhu jsir insibu qabża kbira bejn il-kliem u l-fatti.", "Anke din is-sena, bħas-snin ta' qabel, qalu li se jonfqu Lm17-il miljun fuq proġetti kapitali fl-edukazzjoni u se jkunu nefqu Lm9 miljun inqas.", "Ma sar u m'hu qed isir l-ebda sforz serju biex nanalizzaw ir-raġunijiet għax waqajna lura komparati mal-bqija ta' l-Ewropa, ħlief li noqogħdu nibdlu l-ismijiet u l-istrutturi ta' ċerti skejjel biex ngħidulhom clusters ta' kulleġġi u x'naf jiena.", "Minn sena għal sena jiġu jħabbrulna li se jiftħu jew se jibdew jibnu, kif diġa' smajna u rajna, l-istess skejjel.", "L-aktar popolari f'din il-logħba kienu l-iskejjel ta' Pembroke u l-Mosta, li dejjem isemmuhom u qatt ma jagħmluhom.", "Din is-sena, fl-għażla tal-guidance teachers, reġgħu saru abbużi kbar fin- nies li ntgħażlu, tant li l-union ta' l-għalliema talbet li ssir inkjesta imma qisu ma ġara xejn.", "Imbagħad għandna lill-Prim Ministru li jibqa' jinsisti li m'hemmx VAT fuq l-edukazzjoni, kontra dak li jafu mill- esperjenza l-familji Maltin u Għawdxin.", "U jekk hemm bżonn ta' aktar evidenza, se npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, Sur President, silta mill- handbook ta' l-education division innifsu fejn il-gvern stess qed jagħti struzzjonijiet lill-kapijiet ta' l-iskejjel biex jiżguraw li jkollhom irċevuta tal-VAT għall-uniformijiet u kotba li joħorġu mill-iskejjel tiegħu stess lill-istudenti.", "Se npoġġiha fuq il-mejda tal-Kamra din.", "Araw x'serjeta' fit-tmexxija, Sur President!", "Għalhekk meta tisma' l-Prim Ministru jgħid li m'hawnx VAT fuq l-edukazzjoni u tara dan id-disgwid ikolli bilfors nieħu din l-opportunita' biex nerġa' nġedded illejla l-impenn ta' l-oppożizzjoni biex meta tkun fil-gvern, wara li tkun seħħet il-bidla, naraw kif il-piżijiet tal-VAT fuq l-Edukazzjoni jitneħħew, u dan isir b'konformita' mar-regoli ta' l-Unjoni Ewropea.", "Ma jistax ikun li min-naħa ngħidu li rridu npoġġu l-edukazzjoni fuq quddiem nett ta' kif se niżviluppaw pajjiżna u min-naħa l-oħra nintaxxaw dawk il- ħwejjeġ u prodotti li l-familji jridu jixtru biex jipprovdu l-aħjar edukazzjoni għal uliedhom.", "Iċ-ċavetta fl-edukazzjoni, kif jgħidu l- għalliema li tkellimna magħhom fl-aħħar snin, huwa investiment serju, ta' veru, fil-kwalita' ta' l-edukazzjoni tagħna biex intejbuha, Sur President.", "F'din il-ħidma rridu nkunu msieħba sħaħ tal-gvern, l-għalliema u l-mexxejja tagħhom, il-ġenituri, ir-riċerkaturi akkademiċi fl-Universita' u l-kunsilli lokali.", "Gvern Laburista ġdid se jieħu ħsieb li jagħti prijorita' reali lill- edukazzjoni.", "Se naħdmu biex intejbu l-kwalita' tat-tagħlim u tar-riżorsi li għandhom l- iskejjel.", "Għal dan il-għan, fost affarijiet oħra, se nintroduċu sena ġdida ta' reception jew ta' transizzjoni bejn il-kinder u l-primarja biex nassiguraw pedamenti mill-aqwa ta' tagħlim lit-tfal fis-sena ta' wara u nxejnu l-illiteriżmu.", "Se niżguraw li t-tagħlim tal-primarju jkollu aktar prestiġju u jingħata dejjem aktar importanza.", "Se nimmiraw biex fis-settur edukattiv pubbliku, ras għal ras, nonfqu fuq kull student daqskemm jonfqu l- iskejjel privati u tal-knisja.", "Se nimmiraw biex in-numru tat-tfal fi klassijiet primarji ma jaqbiżx il-25 tifel u tifla.", "Se nsaħħu t-tagħlim tax- xjenza, it-teknoloġija u l-informatika fil-livelli kollha.", "Se nimmiraw għal żieda ta' mill-inqas ta' 15% fil-gradwati tal-matematika, xjenza u teknoloġija.", "Se noħolqu sixth form ġdid reġjonali f'Malta.", "Lill-istudenti se nagħtuhom, fl-aħħar tas-sena, il-kotba biex iżommuhom.", "Fl-oqsma soċjali bħal fl-oqsma l-oħra l-impenn tagħna se jkun dak li nwettqu dak li nwegħdu u li nagħmlu d-differenza.", "(Onor. Membri; Hear, hear)", "M'aħniex se nkunu sforzati naġixxu minħabba l-konvenjent elettorali bħal fil-każ ta' ġimgħa ilu tal-Prim Ministru attwali u tal-gvern tiegħu.", "Għamilna xhur twal nikkonsultaw mas-saffi kollha tas-soċjeta' Maltija biex nifhmu x'inhuma l-isfidi u l-problemi u l-opportunitajiet.", "Bħalma għadni kif semmejt fil-qasam ta' l-edukazzjoni, il-proposti tagħna huma misluta u mfassla skond dak li smajna, dak li rajna, dak li studjajna milli ġie propost lilna.", "Fl-aħħar mill-aħħar id-direzzjoni li jista' jagħti kull gvern, Sur President, tirnexxi jew le, tkun kredibbli jew le skond kemm dak li jistqarr u jwettaq il-gvern ikun immexxi minn sens ta' sinċerita', minn sens ta' kompetenza, minn sens ta' trasparenza u minn sens ta' ġenwinita'.", "Jien ma nafx kif iċ-ċittadini u l-familji Maltin u Għawdxin jistgħu jieħdu bis-serjeta' l-wegħdi u l-operat tal-gvern meta jibqgħu jsirulhom minn sena għal sena wegħdi li ma jitwettqux u dan isir bl-iktar mod sfaċċat.", "Diġa' semmejt il-wegħda li saret ġimgħa ilu dwar programm nazzjonali għal screening kontra l-mard tal-kanċer fis-sider, li dwaru la hemm riżorsi u lanqas biss jafu l-ispeċjalisti involuti.", "Imbagħad kellna l-wegħda, ġimgħa ilu, li se jibnu sptar għall-annimali.", "Ġew għandi voluntiera fil-qasam ta' l-indukrar ta' l-annimali biex jgħiduli li sal-lum kull ħaġa li twegħdu fis- snin li għaddew f'dan il-qasam baqgħet fuq l-ixkaffa.", "Smajna lill-Prim Ministru jerġa' jwiegħed proġett liema bħalu biex jikkontrolla l-għargħar li jiġri bejn Birkirkara u l-Imsida kull meta tagħmel ix-xita.", "L-istess ħaġa kienet tiġi mwegħda bl-akbar pompa kull sena bejn l-1989 u l-1993 mill- Perit Michael Falzon, dak iż-żmien ministru tal-public works, u kien mar jgħum fid-drenaġġ tal-Balluta niftakar.", "Minn dak iż-żmien 'il hawn baqa' ma sar xejn ħlief li Tonio Fenech, Segretarju Parlamentari, meta kien sindku ta' Birkirkara għamel is-sireni fit-toroq.", "Ġejna qisna fi żmien it-Torok meta jkunu ġejjin il-Furbani, u meta jdoqqu s-sireni kulħadd irid iżur mill- wied ta' Birkirkara għax ġej l-għargħar.", "Ħalli nsemmi xi proġetti oħra li tħabbru kemm-il darba fl-aħħar snin u baqgħu ma sarux.", "Il-crafts village f'Ta' Qali, il-proġett tal-White Rocks, il-bini mill-ġdid ta' Bieb il-Belt, l-iżvilupp fis-sit tat-Teatru Rjali l- Belt, l-iżvilupp tal-Baċir Nru. 1 f'Bormla, l-iżvilupp ta' Forti Sant Iermu, l-iżvilupp tal-bus terminus ġdid f'Bieb il-Belt, il-bini ta' lukanda fix-xatt tal-Birgu, l-iżvilupp tal-Maċina fl-Isla, l-għeluq ta' l- inċeneratur fl-isptar, it-tined f'Ħaġar Qim milqut fl-Imnajdra, il-golf courses, il-proġett Connections, il-lift tal-Belt, iċ-ċentru komunali f'Għawdex, l-impjanti tad-drenaġġ f'Għawdex, in-naħa ta' Fuq ta' Malta u fin-naħa ta' isfel ta' Malta, l-immodernizzar tal-biċċerija f'Għawdex, yacht marina fix-Xemxija, park għall-familji f'Wied il-Għajn, servizz tat- trasport bil-baħar bejn l-ibliet tal-Kottonera, u oħrajn.", "Imma qtajt nifsi, Sur President, u nieqaf hawn.", "Ħalli issa nsemmi wħud mill-proġetti fejn damu snin twal qabel ma lestew dak li kellhom ilestu, jew sal-lum għadhom ma lestewx, waqt li nefqu l- miljuni aktar milli qalu li se jonfqu.", "Fuq quddiem nett, l-Isptar tal- Qroqq, il-mollijiet ta' l-Imġarr u ċ-Ċirkewwa, il-pont ta' Manwel Dimech, il-proġett ta' Chambrai, ir-rijabilitazzjoni tat-toroq u l-bankini fil-Belt Valletta, il-pavimentar fit-Triq Merkanti l-Belt u l-Imdina, il-bypass ta' San Pawl il-Baħar li għadha sal-lum nofs leħja, it-triq ta' Ħal Far, it- triq f'Għawdex mir-Rabat għal San Lawrenz u mill-Imġarr għar-Rabat, u oħrajn.", "Mhux ta' b'xejn, Sur President, li fl-aħħar snin assistejna għal sparpaljar enormi ta' riżorsi.", "Mhux ta' b'xejn l-ex ministru tal-finanzi Nazzjonalista John Dalli kiteb dan l-aħħar, per eżempju, li ma jistax jifhem kif il-Prim Ministru attwali ffirma l-ftehim li ffirma ma' SKANKSA fuq l-isptar għas- somma li ffirma meta hu, Dalli, kien diġa' ffirma ftehim ieħor għal somma ħafna inqas.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Fl-aħħar snin fuq proġetti tal- gvern ntnefqet is-somma astronomika ta' aktar minn Lm191 miljun iżjed milli l-gvern qal li se jonfoq fuqhom.", "Kif jgħid l-Prim Ministru attwali, l- affarijiet ma jsirux b'kumbinazzjoni.", "L-inkompetenza ripetuta li rajna tiġri bil-miljuni fl-aħħar snin ma tiġrix b'kumbinazzjoni, Sur President.", "Għalhekk hu nkwetanti ħafna r-rapport li ħarġet l-Għaqda Ewropea Transparency International dan l-aħħar.", "Din hija għaqda li fir-rapporti tagħha tkejjel kif tkun qed tiżdied jew tonqos l-korruzzjoni fil-pajjiżi differenti Ewropej u oħrajn.", "Għal Malta din is-sena r-riżultati ta' l- investigazzjoni tagħha jpoġġuna fl-istess keffa tal-miżien, bħal Laos, l- Bhutan, Belize, l-Macao, Papua New Guinea u t-Thailand.", "Ir-rapport ipoġġina ma' dawn il-pajjiżi għax jgħid li aħna kellna bħalhom, u se nikkwota:", "\"A significant worsening in perceived levels of corruption in 2007.\"", "Kellna tħassir sinifikattiv fil-livelli magħrufa ta' korruzzjoni matul is- sena 2007.", "Mhux qed jgħidu l-Partit Laburista dan issa, qed tistqarru Transparency International li hi deskritta bħala koalizzjoni globali kontra l-korruzjoni u li r-rapport tagħha se inpoġġih, bil-permess tiegħek Sur President, fuq il-mejda tal-Kamra.", "Jagħmel ħażin il-Prim Ministru attwali jibqa' jippretendi li qisu xejn m'hu xejn.", "Matul din l-aħħar sena tqajmu mill-oppożizzjoni Laburista u minn oħrajn numru ta' każi li dwarhom il- gvern u l-ministri tiegħu baqgħu ma tawx spjegi serji.", "Ħalli nsemmi wħud minnhom.", "L-ex deputat u ex President tal-Partit Nazzjonalista Frank Portelli sostna l-konvinzjoni tiegħu kif fil-bini ta' l-isptar Mater Dei seħħet korruzzjoni liema bħalha f'forma ta' commissions.", "Il-Ministru Ċensu Galea ġie rekordjat jgħid ma' oħrajn fl-Awtorita' dwar it-Trasport (ADT) li kienet taqa' taħtu li kien hemm fiha brimba ta' abbużi li ma seta' jagħmel xejn biex jeqridha.", "U skond l-ex kap ta' l-ADT, Gianfranco Selvaggi l- istess nies li kienu jmexxu l-ADT fi żmien ir-recordings għadhom hemm sal- lum.", "Żewġ impjegati ta' l-ADT jinstabu ħatja ta' tixħim fil-qorti.", "Wieħed minn dawn it-tnejn kien canvasser tal-Ministru Mugliett u l-Ministru indaħal biex it-tnejn iżommu l-impjieg tagħhom kontra l-fehma tal-kap eżekuttiv u tac-chairman ta' l-ADT.", "Wara, l-istess Ministru ġie fil- parlament u qal li d-deċiżjoni li jinżammu dawk li xaħħmu kienet kollettiva.", "Imbagħad ġie skopert racket sħiħ fl-Awtorita' Marittima.", "Inħarġu liċenzji ta' sewqan għal fuq il-baħar u għaddew eluf ta' liri minn taħt.", "Racket ieħor li nstab għaddej fl-istess awtorita' kien fil-mod kif l- irmiġġi tal-jottijiet jgħaddu minn id għal id.", "Imbagħad kellna kuntratt ta' tindif fil-qrati u fl-uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari għall-ġustizzja, l-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici.", "Dan il-kuntratt ingħata lill-kumpanija ta' persuna misjuba ħatja ta' traffikar ta' drogi u akkużata li rnexxielna xxaħħam żewġ imħallfin.", "Il- Ministru Ninu Zammit, f'anqas minn sentejn wara li applika, ingħata kumpens ta' xi Lm70,000 fuq esproprijazzjoni ta' strippa art li ħadhulu fl-1989 quddiem il-villa tiegħu skond regolamenti li bdew japplikaw fl-2002, 13-il sena wara li tteħditlu l-art.", "Familja oħra li l-art tagħhom tteħditilhom ħafna qabel għadhom jistennew u oħrajn ngħataw kumpens ħafna anqas.", "F'Għawdex għal darba wara l-oħra kuntratti ewlenin ta' asfaltar u rranġar ta' toroq kollha jgħaddu mill-istess kuntatti u jibqgħu jingħataw lill- istess nies li jibqgħu jtawlu x-xogħol u jitħallsu ħafna aktar milli jkun ippjantat.", "Ġie għad-dawl racket ta' tixħim fl-għoti tal-pensjoni ta' l-invalidita' mid- dipartiment tas-sigurta' soċjali.", "Ċertu Mario Camilleri, canvasser prim tal- Ministru Giovanna Debono u uffiċjali fil-ministeru ta' Għawdex jinqabad f'każ serju ta' falsifikazzjoni ta' ċertifikat ta' l-iskola.", "Dan serva biex persuna tingħata mpjieg mal-gvern meta ma kienx jistħoqqilha.", "Fl-aħħar tliet snin il-ministeru ta' Għawdex kellu l-akbar numru ta' każi ta' promozzjonijiet li ġew ikkontestati u twaqqgħu.", "Sadanittant ir-rapport ta' l-inkjesta mill-awditur ġenerali dwar kif il-ministeri jixtru l-biljetti ta' l-ajru tagħhom baqa' mhux ippubblikat minkejja s-sejħiet ripetuti ta' l- ex ministru John Dalli biex dan isir.", "Għaqda ta' periti bin-nies tekniċi u bl-uffiċċju b'kollox li fih għandu sehem il-ministru Mugliett tieħu, taħt isem ieħor, ix-xogħol ta' konsulenza fuq il-bini u l-irranġar ta' proġetti ewlenin, bħall-proġett fjask fuq il- pont ta' Manwel Dimech.", "Fil-ministeru ta' Gatt, direttur tax-xandir nazzjonali (PBS) ħa sehem fid-diskussjonijiet dwar skedi ta' programmar fuq it-TV nazzjonali meta kumpannija fejn kienet imdaħħla t-tifla tiegħu kienet qed tistinka biex tieħu kuntratt ewlieni fi ħdan l-iskeda.", "Ħarġu fil-beraħ abbużi finanzjarji serji fil-kunsill lokali tal-Mosta meta kien immexxi mill-partit Nazzjonalista.", "L-ex sindku De Martino ammetta li kien jaf bl- abbużi u li baqgħu għaddejja.", "Fil-ministeru ta' Gatt kellna liċ-chairman tal-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma, il-perit Michael Falzon, jinjora l-kodiċi ta' etika għad-diretturi fuq bordijiet tal-gvern u ma stqarrx li kellu sehem f'kumpannija fejn kien imdaħħal imprenditur kbir li min-naħa tiegħu għandu kuntratti tajba mal-korporazzjoni.", "Għal dawk li jafu x'inhu għaddej fil-pajjiż dawn il-każi li semmejt huma, kif jgħidu, the tip of the iceberg.", "(Onor. Membri: Hear, hear) U semmejt biss każi li qamu f'din l-aħħar sena.", "Mhux ta' b'xejn li transparency international tatna ċ-ċertifikat li tatna!", "Sadanittant minflok jieħu passi biex irażżan dawn l-affarijiet rajna lill-Prim Ministru attwali jiddefendi u jilqa' għall-autogoals, għat-taħwid, għall-abbużi, l-inkompetenza, l- arroganza tal-ministri tiegħu.", "U kellu x'jilqa'!", "Ħdejh, għal xi żmien biex jilqa', mhux lil xi Michael Mifsud kellu bżonn bħalma kellu fil-kunsill nazzjonali Nazzjonalista, imma naħseb lil Gian Luigi Buffon, għax kellu x'jilqa' u għad baqagħlu x'jilqa'!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Imma forsi sab li m'għandux alternattiva, la fl-aħħar snin baqa' mwikki bil-ministri kollha, ħlief wieħed, li ħallielu ta' qablu u ma għamilx reshuffle.", "Għalhekk ukoll rajna, la baqa' bihom, staġnar enormi fl-ideat, fit-twettiq u fis-sens ta' direzzjoni ta' dan il-gvern.", "Għalhekk ukoll li l-poplu jrid il-bidla.", "Jidher li l-partit Nazzjonalista induna b'din il-problema, u problema kbira, għax fl-aħħar kunsill nazzjonali tal-partit Nazzjonalista, barra milli qagħdu jiżvogaw fil- ħamallaġnijiet, tal-partit Nazzjonalista ppubblikaw ktieb kollu stampi u ritratti.", "Żgur qam il-belli liri.", "Tħares lejn tibqa' impressjonat.", "Semmewh \"Insaħħu s-suċċess flimkien\".", "Imma ħaġa stramba f'dan il-ktieb kollu stampi, kollu proġetti ma jidhirx ritratt wieħed ta' xi ministru attwali.", "Qed jgħidu li jridu jsaħħu flimkien imma \"fil-flimkien\" ma jridux lill-ministri.", "Allura ġibt kopja ta' dan il-ktieb u se nqiegħedha fuq il- mejda tal-Kamra.", "Il-Prim Ministru attwali u l-partit li jmexxi qed jistħu juru l-wiċċ tal-ministri.", "Forsi għalhekk iddejqu bil-poster li għamilnielhom, bil-poster ta' \"Ftit ħafna, tard wisq\" għax kien hemm l-uċuh tal-ministri.", "Imma bir-rispett kollu, il-problema hi tal-Prim Ministru attwali għax ma kellux il-kuraġġ jagħmel reshuffle tal-ministri.", "Għandna gvern għajjien, staġnat, nieqes mill-ideat, imnawwar minn ġewwa bil-klikek u mħassar fl-aġir tiegħu mill-ħbieb tal-ħbieb.", "Dan il-budget tal-ftit ħafna, tard wisq jerġa' jagħti xhieda ta' dan.", "Hu budget tal-ftit ħafna għax ma jipprovdi xejn biex jilqa' għall-aqwa sfidi li għandu l-poplu tagħna fil-ġlieda kontra l-għoli tal-ħajja, fil-qasam ta' l-edukazzjoni, fl-inkoraġġiment għax-xogħol, fil-ġlieda kontra l- inkompetenza, kontra l-korruzzjoni, kontra l-abbużi u kontra l-ħela ta' flus il-poplu.", "Nerġa' ngħid mhux ta' b'xejn li l-poplu deċiż favur il- bidla, bidla li tkun ippernjata fuq il-prinċipji tat-trasparenza, tal- kontabilita' u ta' l-effiċjenza fit-tmexxija tal-gvern.", "Bidla li ma tkunx iddettata minn opportuniżmu u konvenjenza elettorali, imma minn pjan maħsub skond it-talenti u l-ħiliet tal-Maltin u l-Għawdxin biex jibni pjan b'politika skond iċ-ċirkostanzi u l-ħteġijiet tagħna bħala poplu.", "Bil-pjan għal bidu ġdid il-partit Laburista qiegħed joffri strateġija sħiħa ta' kif din il-bidla tista' titwettaq.", "Wara l-elezzjoni li ġejja bi gvern Laburista ġdid imexxi minni se nkunu qegħdin nimmiraw li l-ekonomija tagħna terġa' tikber bir-rata reali ta' bejn 4% u 6%.", "Nagħmlu dan billi nippromwovu l-ħidmiet teknoloġiċi ġodda, l- industrija u s-servizzi relatati magħha, it-turizmu u l-kummerċ intern.", "Sejrin nimmodernizzaw u nsaħħu s-setturi kruċjali tal-politika soċjali, fl- edukazzjoni, fis-saħħa u fl-ambjent, waqt li nirriformaw il-ħarsien soċjali biex b'hekk nassiguraw sistema ġdida sostenibbli u tajba ta' pensjonijiet.", "Se nkunu qed naċċertaw li t-tmexxija tal-gvern tkun serja u effiċjenti ħalli neqirdu l-ħalla li fl-aħħar snin waslet biex it-taxxi jizdiedu bla qies u ta' xejn b'xejn.", "Se nistinkaw biex bis-sħubija tagħna fl-Unjoni Ewropea niksbu l-aqwa vantaġġ finanzjarju u ekonomiku għal pajjizna, mhux kif ġara din is-sena inħallsu l-miljuni, imma nħallu miljuni li kien tagħna jintilfu.", "Filwaqt xieraq matul il-kampanja elettorali li jmiss se nkunu qegħdin fuq il-bazi tal-pjan għal bidu ġdid inxandru l-programm ta' ħidma ta' gvern Laburista ġdid, programm ta' ħidma li jservi bħala kuntratt għas-snin li ġejjin bejn il-poplu Malti u Għawdxi min-naħa u l-Partit Laburista fil- gvern min-naħa l-oħra.", "Aħna fhimna x-xenqa tal-Maltin u l-Għawdxin għal bidla.", "Il-bidla li rridu nipproponulhom se tkun waħda trankwilla li tħares 'il quddiem billi twarrab kulma huwa mgħawweġ, imma fejn hemm dritt tgħid li hu dritt u ssaħħu.", "Aħna ta' din in-naħa tal-Kamra, Sur President, nistgħu nidħku forsi u nitbissmu anqas minn ħaddieħor.", "Dak li ngħidu jista' jinħass iebes wisq meta ninsistu li rridu nibqgħu ngħidu l-verita' għax ma rridux akkost ta' kollox li nidħku bin-nies.", "Jiena kburi li ninsab imdawwar fil-partit Laburista, b'team ta' nies li għandhom talenti u rieda u esperjenza wiesgħa u Ilkoll deċizi li niġbdu ħabel wieħed ħalli lil dan il-pajjiz nagħtuh il-futur li jixraqlu.", "Il- bidla trankwilla li se nwettqu trid tinħass u se tinħass bħala ħidma kollettiva min-nies, minn sħabi u jien, magħqudin f'ideal wieħed, idejal li nerġgħu mmexxu, b'amministrazzjoni effiċjenti u nadifa.", "Qed inwiegħdu li jiġri x'jiġri se nibqgħu qrib il-familji Maltin u Għawdxin f'aspirazzjoni tagħhom għal ħajja aħjar.", "Li se nwiegħdu hu, li rridu nagħmlu u nibqgħu nagħmlu d-differenza għal aħjar fil-ħajja tal-Maltin u l-Għawdxin, għax dak li nwegħdu se nwettquh.", "Se nibqgħu nzommu fuq quddiem nett il-valuri tax- xogħol, ħarsien u dinjita' ħalli b'hekk nibnu soċjeta' moderna u ġusta, soċjeta' fejn kulħadd jista' jaspira għal dak li jistħoqqlu, jaspira għal dak li jista' u jistħoqqlu jikseb bil-merti tiegħu, bit-talenti tiegħu, jiġifieri xogħol u familja u dar u futur ta' ħajja aħjar għalih, għalija u għal uliedhom, Sur President.", "Soċjeta' fejn iċ-ċittadini kollha se jsibu sfog xieraq għal ħidmithom mingħajr id-diskriminazzjoni, l-inġustizzji u l- preferenzi tal-klikek li sal-lum għadhom joħonqu l-inizjattiva fostna.", "Gvern Laburista ġdid imexxi minni se jzomm fuq quddiem nett il-ħtieġa li ma nħallu lil ħadd jaqa' lura għax ħadd m'huwa għar-rimi.", "Ninsabu lesti għall- isfida, Sur President, tiġi meta tiġi.", "U minn hawn, il-lejla qed inwiegħed lil Maltin u l-Għawdxin kollha li meta jasal il-waqt, jalla ma jdumx, biex il-kuntratt tagħna magħhom għal bidla jitwettaq se nwettquh imbagħad bl- akbar kuraġġ.", "Se nwettquh sa l-aħħar bl-akbar kuraġġ, bl-akbar fiduċja, bl- akbar rieda, bl-akbar kalma, u fuq kollox, Sur President, b'sens sħiħ u b'sens ġenwin ta' għaqda nazzjonali.", "Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra d-dokumenti li rriferejt għalihom aktar kmieni fid-diskors tiegħi:", "Kopja ta' dokument imsejjaħ \"Ħidma tal-Gven - Għalik u għall-familja tiegħek – insaħħu s-suċċess flimkien – xogħol, edukazzjoni u ambjent\";", "Kopja ta' dokument maħruġ fl-2007 minn Transparency International intitolat Persistent corruption in low-income countries requires global action;", "Kopja ta' Memo OPS/06/2004 dwar bejgħ ta' stationery u uniformijiet fl- iskejjel;", "Tagħrif dwar in-numru ta' familji li bbenefikaw mill-allowance tat- tfal u n-nefqa fuq l-allowance tat-tfal bejn 1997 u 2006 flimkien ma' l-istima u n-nefqa attwali fuq l-allowance tat-tfal bejn l-1992 u l- 2006;", "Estratt mir-rapport intitolat \"Evolution of the Family in Europe 2007\" maħruġ mill-Institute for Family Policies;", "Kopja ta' żewġ artikoli li dehru fil-ħarġa \"Il-Ġens\" tas-6 ta' Jannar 2007 u f'\"The Times\" tat-8 ta' Jannar 2007 dwar l-ex Kummissarju għat- Tfal Ms Sonia Camilleri;", "Kopja ta' statistika maħruġa mill-Eurostat dwar l-impjiegi fil-pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropea u f'pajjiżi oħra bejn l-1994 u l-2005;", "Kopja ta' News Release maħruġa mill-Eurostat fl-20 ta' Marzu 2007 dwar tassazzjoni fl-Unjoni Ewropea u f'pajjiżi oħra bejn l-l995 u l-2005;", "Estratt mir-rapport maħruġ mill-Fond Monetarju Internazzjonali fit-12 ta' Lulju 2007 dwar Malta – Staff Report for the 2007 Article IV Consultation; Estratti mill-gazzetta The Sunday Times tat-23 ta' Settembru 2007 dwar il-familja Maltija u kopja ta' artikolu mis-sit elettroniku timesofmalta.com tat-13 ta' Ottubru 2007 intitolat Many Voters Still Undecided; u", "Kopja ta' statistika maħruġa mill-Eurostat dwar l-early school leavers u studenti li spiċċaw il-kors fil-levell ta' edukazzjoni għola u studenti li gradwaw fix-xjenza u t-teknoloġija fil-pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropea u pajjiżi oħra bejn l-1994 u l-2006.", "MR SPEAKER: Nirringrazzja lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni tad-diskors tiegħu, u nitlob lill-crew tal-PBS biex jirtiraw mill-Kamra.", "Il-crew tal-PBS irtira mill-Kamra", "Fit-8.26 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata", "MR SPEAKER: Insejjaħ issa lill-Viċi Prim Ministru biex, jekk jogħġbu, iressaq l-aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "TONIO BORG: Sur President, nipproponi l-aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tlieta, 23 ta' Ottubru 2007, fid-9.00 a.m. b'din l-aġenda:-", "Mozzjonijiet", "Estimi ta' dħul u nfiq tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ għas-sena finanzjarja Otubru 2007 – Diċembru 2008.", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li jimplimenta miżuri ta' l-estimi - Tieni Qari.", "Kumitati Permanenti", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Istituzzjonijiet Finanzjarji - umitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Reġistru Ċentrali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Amministrazzjoni Pubblika - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Awtorita' Maltija dwar l- iStandards u Diversi Liġijiet - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet dwar il-Komunikazzjoni - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet dwar ir-Riżorsi ta' l- Enerġija - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Ratifika ta' Pattijiet bejn Malta u l-Istati Uniti ta' l-Amerika fuq l-Imbarkazzjoni ta' Bastimenti - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it-Tlieta, 23 ta; Ottubru, 2007 fid-9.00 a.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fit-8.28 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "SKOLA MARIA REGINA – XOGĦOL MINN PERSUNA RTIRATA", "27936.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, u li rtira matul din is- sena, xorta waħda baqa' jingħata xogħol wara l-ħin fl-iskola ta' Maria Regina tal-Blata l-Bajda?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-persuna konċernata mhux impjegata ma' l- iskola Maria Reġina tal-Blata l-Bajda.", "Bħal ħafna personnel irtirat ieħor tagħti servizz imħallas bis-siegħa fil-provvediment tal-klassijiet ta' filgħaxija għall-Adulti kif isir f'diversi ċentri.", "EŻAMI TAL-JUNIOR LYCEUM", "27937.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 27603, jista' l-Ministru jgħid kemm qagħdu għall-eżami lokal b'lokal?", "Jista' jgħid ukoll kemm għaddew minn kull suġġett?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif mitlub qed jiġi verifikat u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.", "VAKANZI GĦALL-GĦALLIEMA", "27938.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 27638, jista' l-Ministru jgħid minn 393 individwu kemm daħlu?", "Jista' jagħti din l- informazzjoni wkoll skond is-suġġett li għalih applikaw?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Peress li t-tagħrif mitlub għadu qed jiġi verifikat tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "SISTEMA TAS-CVA", "27966.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Qabel ma ġiet introdotta s-sistema tal-CVA fil-Belt jista' l- Ministru jgħid jekk sarx feasibility study?", "Jekk fl-affermattiv, tista' kopja ta' dan l-istudju titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ninsab infurmat li qabel ġiet introdotta s-sistema tal-CVA il-Cabinet Committee for National Projects kien qabbad team ta' nies biex isir studju fuq l-introdużżjoni ta' miżuri vari fil-penisola tal- Belt u l-Furjana.", "Il-feasibility tal-CVA kienet saret bħala parti min dan l- eżerciżżju.", "Kopja ta' dan ir-rapport tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni fis- seduta waqt il-ħin tat-tqegħid ta' karti.", "CRUISE LINER TERMINAL", "27967.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: B'referenza għall-proġett tal-cruiseliner terminal jista' l- Ministru jgħid f'liema stadju waslu x-xogħlijiet fuq l-power station l- qadima, l-ferry terminal building u t-triq l-ġdida għall-cruiseliner terminal?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ninsab infurmat li d-disinn u l-istima preliminari tat-triq li tgħaqqad Triq Diċembru 13 mal-Cruiseliner Terminal huma lesti.", "Il-permess meħtieg mill-MEPA għall din it-triq huwa approvat ukoll.", "It- triq hija waħda minn diversi toroq li ser ikunu ffinanżjati minn fondi ta' koezjoni.", "L-applikażżjoni għal dawn il-fondi ġiet sottomessa lill-PPCD sabiex hekk kif ikun ikkonfermat li l-abbozz huwa tajjeb, l-applikazzjoni tintbagħat lill-Kummissjoni Ewropea.", "KAROZZI TAL-LINJA", "27968.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jgħid x'kien il-patronaġġ tal-karozzi tal-linja għas-snin 2006 u 2007 u d-dħul għal kull sena separatament?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ninsab infurmat li l-patrunaġġ bejn Ottubru ta' l- 2005 u Settembru ta' l-2006 kien ta' 29,817,385 passiġġier, filwaqt li bejn Ottubru 2006 u Settembru 2007 l-patrunaġġ kien ta' 31,854,025, jiġifieri kien hemm żieda ta' 6.83% mis-sena ta' qabel.", "Fir-rigward tad-dħul mill-bejgħ ta' biljetti, bejn Ottubru ta' l-2005 u Settembru ta' l-2006 l-ammont kien ta' Lm6,575,271, filwaqt li bejn Ottubru 2006 u Settembru 2007 id-dħul kien ta' Lm7,035,884, jiġifieri kien hemm żieda ta' 7.01%.", "PARK AND RIDE", "27969.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Fir-rigward tal-Park and Ride jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa kapitali sal-lum u kemm hemm postijiet ta' parkeġġ?", "Meta beda jiffunzjona?", "X'kienet l-occupancy rate?", "Kemm kienet n-nefqa rikorrenti sal- lum inkluż pagi ta' ħaddiema u s-servizz tal-minibusesseparatament?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ninsab infurmat li n–nefqa kapitali sa llum kienet tammonta għall-Lm788,065.", "Fil-Park and Ride ta' Hornworks Crownworks ditch hemm madwar 850 parkeġġ u fl-estenżjoni l-ġdida hemm madwar 250 parkeġġ.", "Il-Park and Ride ta' Hornworks and Crownworks ditch beda jopera fis-sitta ta' Novembru 2006 u l-estenżjoni bdiet topera fit-tnax ta' Settembru 2007.", "L-Awtorita' dwar it-Trasport iżżomm statistika dwar l-użu tal-minibus.", "L- occupancy rate tvarja skond il-ħin tal-ġurnata.", "Għaldaqstant matul ġurnata tipika, l-użu tas-servizz ikun ta' 116 passiġier għal ħabta tas-0730.", "Dan jonqos għal massimu ta' 102 passiġier għal ħabta tat-0830, jkompli jinżel għal 30-35 passiġġier kull nofs siegħa bejn id-0930 u l-1200.", "In-numru ta' passiġieri jinżel għal 10 kull nofs siegħa bejn 1200 u 1600.", "Is-servizz jerġa jaqbad għal xi 1630 u jibqa għaddej b'massimu ta' 30 passiġġier kull nofs siegħa, sa 1900.", "Wara 2100 l-ebda passiġier ma juża s-servizz tal- minibus.", "Din l-istatistika tirrapreżenta x-xahar ta' Ġunju 2007.", "Fir-rigward ta' l-infiq kurrenti, l-ispiza fuq security kienet tammonta għall-Lm28,165, filwaqt dik fuq trasport bil-minibuses kienet tammonta għall Lm97,436.", "Skeda dettaljata ta' l-ispejjeż tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni fis-seduta waqt il-ħin tat-tqegħid ta' karti.", "TOROQ ARTERJALI - UPGRADING", "27970.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jgħid liema huma t-toroq arterjali li ġew upgraded matul is-sena 2006 u 2007 u x'kienet in-nefqa tax-xogħlijiet?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ir-risposta tingħata f'seduta oħra.", "PACE GRASSO GROUND - ŻVILUPP", "27971.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jgħid x'sar mill-iżvilupp propost għall-ground Pace Grasso?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ninsab infurmat li qed jiġi preparat Environment Planning Statement (ESP).", "Hu mistenni li dan jitlesta fi ftit ġimgħat oħra u mbagħad jiġi sottomess għall-konsiderazzjoni tal-MEPA.", "OECD – APPLIKAZZJONI", "28007.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid meta Malta applikat biex issir membru ta' l-OECD u fiex jinsabu l-proċeduri biex dan iseħħ?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Malta applikat biex tidħol membru ta' l-OECD fis-27 ta' Lulju 2005.", "Il-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea li ma kienux diġa membri ta' l-OECD fl-2004, kollha applikaw biex jissieħbu.", "Hemm indikazzjoni li l-applikazzjonijiet tal-pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropea biex jissieħbu fl-OECD li ma kienux diġa membri ta' l-istess organiżżazzjoni fl-2004 ser jieħdu ż-żmien peress li diġa numru ta' pajjiżi membri ta' l-OECD esprimew l-opinjoni li l-pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropea isiru membri gradwalment u mhux kollha flimkien.", "Sadanittant, Malta applikat ukoll biex tiġi kkunsidrata bħala osservatur fil-kumitat dwar il-kompetizzjoni fit-30 ta' Awissu 2007.", "SKOLA ĠUŻE' D'AMATO - TRASPORT", "28008.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru jivverifika jekk ir-rotta li mill- Fgura twassal lill-istudenti fl-iskola Ġuże' D'Amato f'Raħal Ġdid u lura hux qed tmur pjuttost tard jew tard ħafna meta tispiċċa l-iskola biex l- istudenti jmorru lura lejn id-dar?", "Jekk jirriżulta li huwa hekk, jista' jsir xi ħaġa fl-interess tat-tfal ħalli din is-sitwazzjoni ma tibqax?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-iskola tispiċċa fis-2.15pm u li t- trasport kollu, li jinkludi it-trasport tal-Fgura, jkun telaq sas-2.30pm.", "MCAST - NUQQAS TA' FAĊILITAJIET", "28009.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Minħabba li rċevejt numru ta' ilmenti minn numru ta' studenti u ġenituri ta' tfal li qed isegwu kors ta' l-IT fl-MCAST ma' xi waħda mill-kumpanniji li qed jiffru dan l-istess kors f'isem l-MCAST, li għandhom spazju ristrett kif ukoll nuqqas ta' faċilitajiet, jista' l- Ministru jara fiċ-ċirkustanzi x'inhu possibbli li jsir ħalli din is- sitwazzjoni tiġi mtejba?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-kumpaniji li joffru korsijiet fl-IT lil studenti ta' l-MCAST għandhom ftehim ma l-MCAST u mal-Ministeru ta' l- Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika li jinkludi diversi kondizzjonijiet fosthom fuq l-ispazju u l-faċilitajiet.", "Informat ukoll li l-MCAST jara li dawn il-kundizzjonijiet qegħdin jiġu segwiti.", "L-ilment ta' l-Onor.", "Membru qed jiġi investigat waqt iz-zjarat li jsiru lil dawn il-kumpaniji.", "QORMI - SINJALI TAL-PARKEĠĠ", "28049.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jgħid meta beħsiebhom jitlestew is-sinjali tal- parkeġġ fi Triq Mons Gerald Frendo, f'Hal Qormi li għadha kemm inbniet riċentement mill-ADT?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant illi wara li nbniet din it-triq mill-Awtorita' tat-Trasport, il-kunsill kien f'taħditiet ma l-istess Awtorita' (TMU) biex titbiddel il-flow tat-traffiku f'din it- triq.", "Din il-proposta ġiet approvata u x-xogħol qed isir f'dawn il-ġranet hekk kif jippermetti t-temp.", "QORMI - BINI TA' BANKINA ĠDIDA", "28050.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Minisru jgħid jekk tistax issir il-bankina ġdida fil-parti l-ġdida ta' Triq il-Wied f'Hal Qormi(biswit il-Klabb tal-Boċċi San Gorġ) minħabba li għadha qatt ma nbniet u r-residenti qed jgħaddu minn inkonvenjent kontinwu?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant illi saret ispeżżjoni fuq is-sit.", "Ser issir stima ta' xogħlijiet neċessarji sabiex tiġi kunsidrata sabiex tiġi nkluża fil-pjan ta' xogħol tas-sena d- dieħla.", "ĦADDIEMA LI ĦADU SICK LEAVE", "28051.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO PRECA staqsiet lill-Ministru għar- Riżorsi u Infrastruttura: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-kriterji li bihom jintgħażlu l-ħaddiema tad-dipartiment tiegħu li jkunu morda biex eventwalment il-mard tagħhom jiġi verifikat mit-tobba tad-Dipartiment?", "Jista' jgħid per eżempju l-għala fis-sezzjoni tar-riżorsi umani t-tabib dejjem jintbgħat għand l-istess nies filwaqt li ħaddiema oħra qishom 'il fuq mil-liġi?", "Jista' jissottometti lista tal-ħaddiema ta' din is-sezzjoni ta' l-aħħar sentejn li turi kemm ħadu sick leave il-ħaddiema ta' din is- sezzjoni u għand min marru t-tobba msemmija?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninsab infurmat illi l-Ministeru għar-Riżorsi u l- Infrastruttura jagħmel użu minn kumpanija privata ta' tobba li tiġi mitluba żżur il-ħaddiema kollha li rraportaw morda f'xi wieħed mid-Dipartimenti tal- Ministeru.", "Rigward il-proċedura ta' kif jitbgħat it-tabib, jien infurmat li ġurnata qabel jintgħażel dipartiment partikolari u kull impjegat li jirrapporta sick jintbgħatlu t-tabib.", "Dan jgħodd ukoll għas-sezzjoni tar-riżorsi umani fejn hawn taħt wieħed isib lista tal-ħaddiema minn 1-26 u kemm utilizzaw sick fl-aħħar sentejn, kif ukoll kemm intbgħat it-tabib lil kull wieħed u waħda minnhom.", "Din it- tabella turi b'mod ċar li l-ispezzjonijiet mit-tobba jsiru b'mod regolari mingħajr diskriminazzjoni u li għaldaqstant ħadd mill-ħaddiema ma huwa 'l fuq mil-liġi.", "[pic] [pic]", "SWIEQI - TRIQ JOSEF KALLEYA", "28052.", "L-ONOR.", "ROBERT ARRIGO staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jieħu konjizzjoni ta' petition li qed tintbagħat separatament fuq Triq Josef Kalleya, Swieqi, liema residenti huma mħassbin fuq ċerti punti, u li jistgħu jkunu mplimentati waqt ix-xogħol fuq l-istess triq?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li x-xogħol fuq din it-triq nbeda f'dawn il-ġranet u x-xogħol mistenni jkun lest sa l-aħħar ta' din is-sena.", "MELLIEĦA - TRIQ GĦAR U CASA", "28053.", "L-ONOR.", "ROBERT ARRIGO staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jara li l-garages li hemm fit-Triq Għar u Casa, Mellieħa jibqgħu tali?", "Mid-dehra din it-triq hi ppjanata biex tkun mgħollija u s-sidien ta' dawn il-postijiet miġbura fil-petizzjoni li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, se jiġu mċaħħda mill-garages tagħhom, għalhekk dawn qed jitolbu l-ħarsien tagħhom u li l-livell tat-triq tibqa' li hi.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li responsabbilta' tal-livelli u l-linji ta' toroq bħal dawn hija f'idejn il- MEPA.", "Sadattant ninsab infurmat li fil-ġimgħat li għaddew saru diversi laqgħat fuq is-sit imsemmi bejn ir-residenti, l-kuntratturi u rappreżentanti ta' l- ADT.", "F'dawn il-laqgħat ġew diskussi diversi diffikultajiet imqajma mir- residenti u saru proposti biex jitnaqqas l-inkonvenjent tar-residenti ta' dawn it-toroq.", "PEMBROKE - SLIPWAY", "28054.", "L-ONOR.", "ROBERT ARRIGO staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' l-Ministru jinfurmani jekk hemmx data biex jibda x- xogħol fuq il-famuża slipway f'Pembroke?", "Jekk iva, meta beħsiebu jibda x- xogħol?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninsab infurmat li d-diskussjonijiet bejn il-MEPA u t- Taqsima tax-xoghlijiet għadhom għaddejjin.", "Hekk kif jinħarġu l-permessi, l- Ministeru jkun f'pożizzjoni li jibni l-imsemmija slipway.", "WHITE ROCKS COMPLEX", "28055.", "L-ONOR.", "ROBERT ARRIGO staqsa lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru jinfurmani jekk hemmx pjanijiet għal kumpless White Rocks f'Pembroke?", "Jekk iva, xi pjanijiet hemm u jekk tistax issir xi ħaġa biex il-post jitnaddaf?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.", "SKOLA TA' PEMBROKE", "28056.", "L-ONOR.", "ROBERT ARRIGO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru jinfurmani meta se jibda ix-xogħol fuq l-iskola ta' Pembroke, hekk kif ġiet mħabbar dan il-proġett?", "Kemm se jiswa lill-gvern ċentrali?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li jonqos li formalita' minn naħa tal-MEPA biex ikun jista' jibda x-xogħol.", "BIĊĊERIJA - CUTTING AND DEBONING PLANT", "28057.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 27945, jista' l- Ministru jgħid kemm fil-fatt hu n-numru ta' ħaddiema li jaħdmu f'dan l- impjant u x'ħiliet għandhom?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Ninsab infurmat li x-xogħol ta' cutting and deboning isir minn biċċiera tas-sengħa u n-numru ivarja skond id-domanda li tiġi stabbilita għal kull qatla.", "FUND FOR GOOD CAUSES", "28058.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' issa l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 27278, 27799 u 27930 u jgħid matul din is-sena liema għaqdiet u proġetti ġew iffinanzjati mill-fund for good causes li ġej mill-lotteriji?", "Liema għaqdiet oħra ġew mgħarrfa li se jingħataw fondi u x'inhuma l-proġetti ffinanzjati?", "Fuq liema kriterji ġew magħżula l-għaqdiet u l-proġetti?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "QTUGĦ TA' DAWL", "28059.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' issa l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 27236, 27802 u 27929 u jgħid mill-bidu tas-sena sal-lum kemm kien hemm każi ta' qtugħ ta' dawl f'Malta u f'Għawdex, bid-dati, bit-tul ta' ħin u lokalita' b'lokalita'?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "AUSTRALIA HALL", "28060.", "L-ONOR.", "ROBERT ARRIGO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet il-kawża li l-gvern fetaħ kontra l-Malta Labour Party dwar il-proprjeta' ta' l-Australia Hall u l-ex Raffles f'Pembroke?", "X'azzjoni qiegħda tittieħed biex jiġi żgurat li ma ssirx aktar ħsara f'dawn il-binijiet li huma skedati?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li t-taqsima proprjeta' tal-gvern ma fetħet l-ebda kawża kontra l-Malta Labour Party dwar il-proprjeta' ta' l- Australia Hall u l-ex Raffles f'Pembroke.", "Rigward l-aħħar parti tad- domanda ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-proprjeta' in kwestjoni hija mogħtija b'ċens perpetwu u għaldaqstant kwalunkwe ħsara hija r- responsabilita' ta' l-utilista.", "REĠISTRAZZJONI TA' FLUS", "28061.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 27810, jista' l-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 27923 u jgħid kemm ġew depożitati flus fl-iskema tal-Gvern u x'għamel il-Gvern biex isir jaf għaliex l-iskema ma tqisetx attraenti biżżejjed biex tiġbed iżjed depożiti?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant illi l-ammont li ġie reġistrat kien ta' Lm69 miljun.", "Il-gvern seta' għamel l-iskema ħafna aktar attraenti kieku ma għamel l-ebda penali, pero' dan ma kienx ikun ġust fil-konfront ta' min dejjem ħallas it- taxxi.", "Il-Gvern ta' l-opportunità biex wieħed jirregolarizza ruħu, hemm min għażel li jieħu l-opportunità u hemm min le.", "Għal Gvern l-istorja tieqaf hemm.", "NURSING AIDS", "28062.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 27558 u jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra lista ta' nursing aids Għawdxin li hemm Malta bis-seniority, bid-data tal-appointment tagħhom fil-grad ta' nursing aid u bil-post tax-xogħol tagħhom?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l- informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u se titpoġġa fuq il-mejda tal- Kamra ladarba tkun lesta.", "SERVIZZ BIL-BAĦAR BEJN MALTA U GĦAWDEX", "28064.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm inbiegħu biljetti mill-Gozo Channel għas-servizz bil-baħar bejn Malta u u Għawdex xahar xahar minn April 2007 'il hawn lill-passiġġieri residenti f'Għawdex bla vettura; passiġġieri residenti f'Għawdex bil-vettura; passiġġieri residenti Malta u passiġġieri barranin bla vettura; u passiġġieri residenti Malta u passiġġieri barranin bil-vettura?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni fis-seduta waqt il-ħin tat-tqegħid ta' karti.", "GĦAWDEX - TRATTAMENT TAD-DRENAĠĠ", "28066.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 27524 dwar l-impjant għat- trattament tad-drenaġġ u għall-istqarrija għall-istampa Nru. 1419 maħruġa fil-25 ta' Settembru fejn tat tagħrif dwar l-istess proġett, tista' jekk jogħġobha l-Ministru tgħidli kemm tħallsu flus b'kollox kull sena s'issa fuq dan il-proġett?", "Lil min tħallsu?", "Kemm hu l-ammont ta' fondi kommessi s'issa għan-nefqa u għadhom ma tħallsux?", "Għal xiex huma kommessi dawn il- fondi u meta ġew kommessi?", "Meta mistenni jitħallsu u lil min?", "X'ammonti għadhom iridu jiġu kommessi?", "Għal xiex għad iridu jiġu kommessi l-flus?", "X'invoices hemm li ġew ipproċessati u għadhom ma tħallsux?", "X'invoices hemm li għadhom ma ġewx ipproċessati?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Peress li l-informazzjoni għadha qed tinġabar risposta tingħata f'seduta oħra.", "KUMPLESS NINU CREMONA - SIĠAR TAL-PALM", "28068.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l- Ministru tgħidli fejn tħawwlu s-siġar tal-palm li nqalgħu mill-kumpless Ninu Cremona?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Jiena nfurmata li s-siġar tal-palm li nqalgħu mill- Kumpless Ninu Cremona ġew imħawwla fl-iskola l-ġdida tal-Ħandaq, Malta.", "Meta jitlesta l-progett tal-Kumpless Ninu Cremona, il-Foundation for Tomorrow Schools ser tieħu ħsieb il-landscaping kollu ta' l-istess kumpless.", "GOZO CHANNEL - VJAĠĠI BEJN L-MĠARR U SA MAISON", "28069.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm- il vjaġġ bir-ritorn sar mill-Imġarr għal Sa Maison xahar b'xahar minn Ottubru 2006 sal-lum?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni fis-seduta waqt il-ħin tat-tqegħid ta' karti.", "GĦAWDEX - BIĊĊERIJA", "28070.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l- Ministru tgħid meta mistennija toħroġ it-tender għall-istallazzjoni ta' servizzi u apparat fil-biċċerija?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Jiena nfurmata li it-tender għall-istallazzjoni ta' servizzi u apparat fil-biccerija mistennija tigi ppublikata fi ftit granet ohra.", "VJOLENZA DOMESTIKA", "28086.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 27011, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm mill-162 rapporti ttieħdu passi mill- pulizija u tressqu l-Qorti l-persuni in kwestjoni?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat tagħrif aġġornat dwar dan is-suġġett li jien tajt bit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 27667.", "PRODUZZJONI TAL-FROTT", "28087.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 27864 u jgħid kemm kienet il-produzzjoni tal-frott kollu li jitkabbar fil-gzejjer tagħna f'dawn l-aħħar ħames snin?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant hija kif indikata fit-tabella hawn taħt.", "Din ma tinkludix l-informazzjoni li diġà tajt għal mistoqsija parlamentari 27700.", "|2002 |2003 |2004 |2005 |2006 | |Kg |Kg |Kg |Kg |Kg | |1,514|808,8|886,8|1,164|1,239| |,961 |08 |87 |,422 |,599 |", "ATTARD - SISTEMA TAD-DRENAĠĠ", "28091.", "L-ONOR.", "JOSEPH CASSAR staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 27855 li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu, jista' jara jekk tistax ssir sistema ta' drenaġġ f'Zebbug Road, Attard (mill-bidu taghha li tmiss ma' Triq l-Imdina, il-parti li taqsam Triq in-Nutar Zarb u l-bicca sa fejn l-iskola Thai Lakin) u dan għaliex jgħaddu minnha għarar kbar meta tkun xita qliel b'konsegwenza li r-residenti tal-lokal ma jkunux jistgħu joħorgu minn djarhom?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li bħalisssa qed issir studju taż-żona kollha sabiex tinstab solużżjoni dejjiema.", "Ix-xogħol huwa maħsub li jsir matul is-sena dieħla.", "KONT TAD-DAWL U L-ILMA", "28093.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Tista' l-Korporazzjoni għas- Servizzi ta' l-Ilma tibgħat il-kont ta' l-ilma u d-dawl lill-persuna, li d- dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, f'isimha wara li żewġha miet f'Awissu li għadda u wara li nfurmat lill-korporazzjoni fl-24 ta' Settembru, 2007?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninsab infurmat li l-każ imsemmi mill-Onor.", "Interpellant ġie solvut.", "Il-Kont ġie reġistrat kif intalab mill- konsumatur.", "AĠĠUSTAMENT TA' KERA", "28095.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li d-Dipartiment ta' l-Artijiet jaġġusta l-kera tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, wara li romlot fit-2 ta' Awissu, 2007?", "ONOR.", "TONIO BORG: L-aġġustament tal-kirjiet ta' postijiet residenzjali issir mid-Dipartiment ta' l-Akkomodazzjoni Soċjali.", "Għaldaqstant l-Onor.", "Membru huwa mitlub jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru kkonċernat.", "AWTORITA' TAD-DJAR – ĦRUĠ TA' CHEQUE", "28096.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għall-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru tara li jitmexxa l-każ li d- dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, ta' ħruġ ta' cheque fuq skema ta' rranġar ta' dar mill-Housing Authority peress li din trid tħallas lil min għamel ix-xogħol?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħti parir lill- persuna ndikata li tmur it-taqsima tal-customer care ta' l-Awtorita tad- Djar biex tinghata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.", "APPLIKAZZJONI JO:L/0047/1999", "28097.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid fiex waslet l- applikazzjoni JO: L/0047/1999?", "ONOR.", "TONIO BORG: L-Onor.Interpellant hu mitlub jispeċifika għal liema applikazzjoni qiegħed jirreferi, peress li l-għalqa in kwistjoni hija mikrija in solidum lil numru ta' nies, li xi wħud minnhom għamlu talbiet diversi fuq l-istess art.", "BDIL TA' SAQAF", "28098.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għall-Familja u tas- Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru tara li jsir x-xogħol ta' bdil ta' saqaf tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, peress li qalulhom li se jsir u għadu ma sarx?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Ninsab infurmata li x-xogħol li rrefera għalih l- Onor. Interpellant hu programmat li jsir kmieni s-sena d-dieħla.", "RAĦAL ĠDID - WIED BLANDUN", "28100.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid f'Wied Blandun, Raħal Ġdid/Fgura x'tip ta' żvilupp qiegħed isir?", "Jekk hemmx permessi għal xi tip ta' bini?", "Jekk iva, x'tip huwa?", "X'inhu l-pjan tal-gvern għal Wied Blandun, Raħal Ġdid/Fgura?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħtini dettalji biżżejjed biex inkun nista' nifhem għal xiex qiegħed jirreferi.", "RAĦAL ĠDID – ŻEBRA CROSSING FI TRIQ GĦAJN DWIELI", "28102.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jara li l-lights ta' zebra crossing fi Triq Għajn Dwieli, Raħal Ġdid in-naħa t'isfel, jinxtegħlu peress li dawn ilhom bil- ħsara għal dawn l-aħħar xhur?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li n-nies tal-MSD (garage tal-Gvern tal-Marsa) jduru dawn id-dwal darbtejn fil-gimgħa.", "Bħalissa dawn qed jaħdmu u huwa diffiċli ħafna li ħsarat jdumu ma jissewwew x-xhur.", "GĦAXAQ - TRASPORT GĦAL STUDENTI", "28103.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru jara li jsir van minflok xarabank peress li x-xarabank ma jidħolx għall-istudenti ta' Triq Telleritu, Triq San Ġorġ u n-naħa ta' fuq ta' Ħal Għaxaq?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Tlabt li l-ilment jiġi investigat.", "SIGURTA' SOĊJALI - ARRETRATI", "28104.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għall-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru tagħti informazzjoni jekk anzjan li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, hux se jieħu arretrati ta' flus nieqsa tul is-snin?", "Jista' jiġi nformat bl-aħħar żviluppi?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħti parir lill- persuna ndikata li tmur l-uffiċċju distrettwali tad-dipartiment tas- sigurta' soċjali tal-lokalita' tagħha biex tingħata l-informazzjoni u l- għajnuna meħtiega.", "SIGGIEWI: TRIQ DUN MANWEL ZAMMIT – SISTEMA TAD-DRENAĠĠ", "28106.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO PRECA staqsiet lill-Ministru għall- Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l- Ministru jgħid jekk is-sistema tad-drenaġġ fi Triq Dun Manwel Zammit fis- Siġġiewi tnaddfitx wara li far id-drenaġġ nhar il-Ħadd 14 ta' Ottubru, 2007 u daħal saħansitra f'xi basements ta' djar?", "Jista' jgħid x'se jsir biex jiġi assigurat li din is-sitwazzjoni ma tirrepetix ruħha?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninsab infurmat li wara li nhar il-Ħadd l-14 t' Ottubru, id-drenaġġ far fi Triq Dun Manwel Zammit, Siġġiewi, il-mejn tat- triq kollha tnaddaf nhar it-Tlieta 16 t'Ottubru u minnu ittellgħet ġebla kbira.", "Is-sitwazzjoni issa ġiet lura għan-normal.", "INLAND REVENUE – DĦUL MIT-TAXXI", "28111.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 27988 u jagħti informazzjoni dwar id-dħul (income) ta' persuni għas-snin 2005 u 2006 f'dawn il-kategoriji: Persuni single; persuni miżżewġa pero' li jiddikjaraw joint declaration u miżżewġa li jiddikjaraw separate declaration u dan f'income brackets segwenti u ċioe -", "Minn 0 sa Lm 4,500; Lm 4,500 sa Lm 6,000; Lm 8,000 sa Lm 10,000; Lm 10,000 sa Lm 12,000; u Lm 12,000 'il fuq.", "Kemm kien id-dħul totali ta' taxxa (income tax) mill-kategoriji ta' persuni fuq indikati għall-istess perijodu 2005 u 2006?", "Jista' jgħid ukoll kemm kien hemm dħul, income tax revenue, minn dawn il- kategoriji ta' taxpayers għas-snin 2006 u 2007 għal -", "A) banek; u", "B) partnerships u limited liability companies?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant illi d-dħul (income) u taxxa (income tax) għas-sena 2005 mill-kategoriji msemmija kien kif muri f'tabella 1 li tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni fis- seduta waqt il-ħin tat-tqegħid ta' karti.", "Id-Dipartiment tat-Taxxi Interni għadu għaddej bix-xogħol fuq is-sena 2006 u għalhekk għalissa mhux qiegħed f'pożizzjoni li jagħti l-figuri kompleti.", "Id-dħul ta' income tax għas-snin 2006 u 2007 sas-16 ta' Ottubru 2007 għal kategoriji msemmija huma kif murija f'tabella 2 li tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni fis-seduta waqt il-ħin tat-tqegħid ta' karti.", "Noti", "i) L-ammonti ta' taxxa huma ta' pagamenti li saru fil-lira Maltija biss.", "ii) Pagamenti ta' 'partnerships' jiġu allokati fuq diversi individwi li jkunu jiffurmaw il-'partnership'.", "MALTA SHIPBUILDING - TIMBER CARRIERS", "28113.", "L-ONOR.", "MICHAEL ASCIAK staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 25439 u jinforma lill-Kamra jekk kienx hemm xi żvilupp fuq il-flus dovuti msemmija fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari 5564 tas-6.05.04?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 25439.", "RAMLA L-ĦAMRA - MATERJAL PUBBLIĊITARJU", "28117.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm ħallset il-MEPA biex għamlet ir-riklami (fuq gazzetti lokali kollha inkluż fuljett separat stampat bil- kulur f'The Sunday Times, u fuq websites lokali fost mezzi oħrajn) dwar il- permessi li ħarġet għar-Ramla l-Ħamra PA 07902/05 u PA 05138/02?", "Kif inqasmu dawn ir-riklami lill-kumpaniji differenti?", "Kemm tħallset il- kumpanija/i li ppreparat il-materjal (ritratti, disinn ta' riklami, preparazzjoni ta' materjal għall-internet) għal dan il-materjal publiċitarju?", "Kemm kien hemm impjegati tal-MEPA li ħadmu fuq dan il-materjal pubbliċitarju, u biex jiktbu ittri lill-ġurnali u ittri f'websites dwar dan il-permess?", "Kemm-il siegħa ta' xogħol iddedikaw biex ħadmu fuq dan il- materjal?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Ninsab infurmat li l-Awtorità ta' Malta dwar l- Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) ħallset LM 881.46 (€2,053.25) biex għamlet link minn fuq żewġ websajts għall-websajt ta' l- l-Awtorità ta' Malta dwar l- Ambjent u l-Ippjanar (MEPA).", "Dawn il-links kienu f'għamla ta' banners fuq il-websajt www.di-ve.com u www.timesofmalta.com.", "Skond l-istħarriġ tal- MEDIAWAREHOUSE, apparti il-websajt www.gov.mt, dawn iż-żewġ portals igawdu l-akbar għarfien fost il-pubbliku.", "Dan kien il-kriterju li fuqu kienet ibbażata l-għażla.", "L-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) ma għamlet l-ebda reklamar ieħor konness ma' dan is-suġġett.", "Ix-xogħol kollu konness mad-disinn, ritratti, tħejjija ta' materjal fuq l- internet, ittri u artikli sar miż-żewġ uffiċjali fl-Uffiċċu għar- Relazzjonijiet Pubbliċi.", "Peress li dan huwa x-xogħol tagħhom, wieħed ma jistax jikkwantifika kemm-il siegħa kienet iddedikata għal dan ix-xogħol għax dan sar flimkien ma' xogħol iehor.", "SPTAR MATER DEI – KUNTRATT TAS-SIGURTA'", "28122.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm qed jitħallas il-kuntrattur li qed jopera l-kuntratt tas-sigurta' fl-Isptar Mater Dei ras għal ras kull siegħa servizz?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant illi l-kuntrattur li qed jopera l-kuntratt tas-sigurtà fl-Isptar Mater Dei qed jitħallas Lm2.35+VAT kull siegħa għal dan is-servizz.", "DINGLI - TRIQ IL-LIEDNA", "28124.", "L-ONOR.", "JOSEPH CASSAR staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jara jekk li Triq il-Liedna, Dingli tiġi mogħtija t-tarmak u dan għax qed tkun ta' inkonvenjent serju għan-nies tal-lokal?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-triq imsemmija mhix inkluża fil-programm ta' bini ta' toroq residenżjali għall- perjodu 2006-2008 u għalhekk hija meqjusa li taqa' taħt ir-responsabbilta' tal-Kunsill Lokali kkonċernat.", "CITTADINANZA MALTIJA", "28131.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid fiex waslet l- proċedura għall-għoti ta' ċittadinanza Maltija tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li l-applikazzjoni li qiegħed jirreferi għaliha l-Onor.", "Interpellant għadha qed tiġi pproċessata.", "Malli tittieħed deċiżjoni dwar dan il-każ, il-persuna kkonċernata tiġi mgħarrfa biha minnufih.", "ARMI TA' AIRSOFT", "28132.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhi l- raġuni li armi airsoft li jiġu mportati f'Malta skond il-liġi u li peress li dawn uħud minnhom ma jkollhomx serial number mhumiex qegħdin jiġu reġistrati mal-weapons officer meta dawn mill-manifattura stess ma jkollhomx serial number għax huma toys?", "Jara li ladarba dawn ġew mportati skond il-liġi għandhom allura jiġu reġistrati billi l-istess awtorita' u cioe' l-Weapons Office tal-Pulizija huma stess jagħmlu serial number fuqhom?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi skond il-liġi kull arma impurtata jeħtieġ li jkollha s-serial number sabiex tkun reġistrata.", "L-armi airsoft huma kkunsidrati bħala armi tan-nar skond il-liġi ta' l-armi.", "Peress li wħud minn dawn l-armi ma jkollhomx serial number, dawn mhux qed jiġu reġistrati.", "Qatt ma kienet il-proċedura li l-pulizija tittimbra numru fuq armi tan-nar.", "TRASPORT PUBBLIKU – ROTTA 110", "28133.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru ġentilment jikkonsidra li terġa tibda ssir l- karozza tal-linja 110 li kienet titlaq minn Birzebbugia kull siegħa (filgħodu) tidħol iż-Żejtun biex itella' l-istudenti tal-Junior College, Msida u kienet twaqqafhom eżatt ħdejn il-Junior College?", "Billi issa nbidlet ir-rotta tal-bus 110 u qed tgħaddi minn St Luke's hux infurmat l- Ministru li l-istudenti tal-Junior College qed jaslu tard għal-lezzjonijiet apparti li din qed twaqqafhom ix-xatt ta' l-Imsida u allura la jibda l- maltemp iridu jimxu sal-Junior Collega f'toroq fejn ikun hemm ħafan widien ta' ilma?", "Billi l-istudenti tal-Junior College issa qed jitilgħu mal-bus 75 ta' l-Isptar jafx li ġieli din il-karozza tkun mimlija bl-istudenti tal- Junior College bil-konsegwenza li ma jkun hemm post għal passigieri ta' l- Isptar San Luqa?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ninsab infurmat li bħalissa qed isiru diversi ħinijiet sabiex jakkomodaw id-domanda u l-esiġenzi ta' l-istidenti.", "Il- ħinijiet qed isiru:-", "Birżebbuġia Rotta 110 6.00am Birżebbuġia Rotta 110 6.30am Marsaxlokk/Żejtun Rotta 110 7.00am Birżebbuġia Rotta 110 7.45am Żejtun Rotta 110 7.45am", "Wara dawn il-ħinijiet ir-rotta issir kull siegħa mid-9.00 ta' filgħodu 'l quddiem.", "Fir-rigward li l-karozza tal-linja qed twaqqafhom ix-xatt ta' l-Imsida, jien infurmat li l-istudenti qed jieqfu fi Triq Bordin, li tiġi kantuniera bogħod mill-Junior College.", "Jien infurmat ukoll li l-problema tar-Rotta 75 kienet qed iseħħ fil-bidu t' Ottubru iżda wara li ġew irranġati l-ħinijiet hawn fuq imsemmija, din il- problema ġiet solvuta.", "MĠARR – TISWIJA TA' TOROQ", "28134.", "L-ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO staqsa lill-Ministru għall- Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jikkunsidra li jirrikkmanda li jingħata wiċċ xieraq lil Triq l-Iskorba, Triq l-Imqades u Triq is-Saqwi, fl- Imġarr peress li dawn qegħdin fi stat ħażin ħafna?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-toroq imsemmija huma diġa' nklużi fil-programm ta' toroq għall-perjodu 2006-2008.", "BDIEWA U RAĦĦALA - ĦSARAT ESTENSIVI", "28135.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru tal-bdiewa u raħħala li rrappurtaw ħsarat estensivi kawża tal-maltemp li ħakem il-gżejjer f'dawn l-aħħar jiem f'Malta u Għawdex separatament?", "Jista' jgħid ukoll kemm hija kkalkulata f'ċifra ta' flus globali l-ħsara rrappurtata u x'passi ttieħdu biex jiġu kumpensati l-bdiewa u r-raħħala in kwestjoni?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Ninsab infurmat li ma saru ebda rapporti ta' ħsarat kawża tal-maltemp li kien hawn fl-aħħar ġranet.", "DELEGAZZJONIJIET MIS-SENEGAL", "28136.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' delegazzjonijiet mis-Senegal li żaru Malta matul dawn l-aħħar għaxar snin sena b'sena?", "Jista' jgħid ukoll kemm kien in-numru ta' delegazzjonijiet Maltin li żaru Senegal matul dawn l-aħħar għaxar snin sena b'sena?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Matul dawn l-aħħar għaxar snin żaru Malta żewġt Ambaxxaturi mis-Senegal biex jippreżentaw il-kredenzjali tagħhom.", "L- Ambaxxatur Mame Balla Sy kien żar Malta f'Jannar 1999, u kellu laqgħat mal- Prim Ministru, l-Ispeaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti u d-Deputat Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin.", "L-Ambaxxatur Momar Gueye kien żar Malta f'Mejju 2003, u kellu laqgħat mal-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u uffiċċjali mill-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin.", "Kien hemm uffiċċjal Malti li żar is-Senegal f'Ġunju 2006, biex jattendi l- laqgħa preparatorja għall-Konferenza ta' l-EU u l-pajjiżi Afrikani fuq l- Immigrazzjoni u l-Iżvilupp li kellha ssir fil-Marokk fl-istess xahar.", "WORKING PERMITS", "28137.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt inħarġu working permits għal ċittadini Senegaliżi f'Malta matul dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Minn mindu l –KXT ħadet ir-responsabbilita' tal-hrug tal-permessi tax-xogħol (1 ta' Awwissu 2005), il-KXT ħarġet permess wieħed biss għal ċittadin Senegaliż fl- 2006 u li ġie mġedded fl-2007.", "MOSTA – ROAD HUMPS FI TRIQ IL-MIDBAĦ", "28148.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jgħid x'inhu jżomm milli jsiru sleeping policemen mill-ġdid fi Triq il-Midbaħ, Mosta u li din terġa' ssir one way biex jiġu evitati inċidenti serji peress li din it-triq tintuża ħafna mit-tfal li jiffrekwentaw il-Museum?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ninsab infurmat li minn riċerka li saret fir- records tat-Taqsima għall-Immaniġjar tat-Traffiku irriżulta li r-road hump li għaliha qed tirreferi din il-mistoqsija parlamentari kienet ġiet approvata mit-Taqsima għall-Immaniġjar tat-Traffiku fit-23 ta' Novembru 1998.", "Iżda meta tali road hump inbniet mill-kunsill lokali, din ma kienitx skond il-kriterji maħruga mit-taqsima.", "Għaldaqstant il-kunsill ingħata strużżjonijiet sabiex titneħħa tali 'road hump' izda sal-lum din ma reġgħetx ġiet implimentata skond il-kriterji meħtiega mit-taqsima.", "B'referenza għal one-way fi Triq Midbaħ, it-taqsima nfurmat lill-kunsill lokali diversi drabi sabiex din it-triq issir one-way kif approvata w ikun hemm biss ix-xarabank tar-rotta bil-contraflow.", "KORDIN GRAIN TERMINAL", "28162.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru jagħti lista tal-persuni li qed jitħallsu mill-Kordin Grain Terminal Co. Ltd.?", "X'inhi l-kariga ta' kull individwu u x'salarji u benefiċċji jgawdi kull wieħed minnhom?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Lista ta' l-impjegati tal-Kordin Grain Terminal, bis- salarji tagħhom tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni fis-seduta waqt il-ħin tat-tqegħid ta' karti.", "L-impjegati kollha ta' KGT bħala benefiċċju għandhom medical insurance.", "KORDIN GRAIN TERMINAL", "28163.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru jagħti lista tas-safar li sar f'dawn l-aħħar tmien snin miċ-chairman u kull individwu ieħor konness mal-Kordin Grain Terminal Co. Ltd.?", "Jista' jgħid f'liema pajjiżi sar is-safar u kemm ġiet tiswa kull safra?", "Jista' jgħid jekk jintbgħatx rapport ta' kull mawra barra lill-MIMCOL?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "KORDIN GRAIN TERMINAL", "28164.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Billi l-Kordin Grain Terminal ġie mibni bil-ħsieb li jintuża għat-transhipment tal-qmuħ, jista' l- Ministru jgħid xi kwantitajiet ta' qmuħ ġew maħżuna kull sena dawn l-aħħar tmien snin għal dan l-iskop?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninsab infurmat li dawn l-aħħar tmien snin ġewwa Kordin Grain Terminal ġew maħżuna għat-transhipment tal-qmuħ dawn l-ammonti kull sena :", "Sena Kwantita' metric tonnes", "2000 8,078.120 2001 25,468.190 2002 29,474.285 2003 94,544.435 2004 6,585.000 (fire incident at KGT) 2005 39,358.920 2006 12,444.880 2007 65,454.855 (1 Jan to 21 October 2007)", "KORDIN GRAIN TERMINAL", "28165.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-bord tal-Kordin Grain Terminal Co. Ltd., qattx ikkunsidra li jkun ta' benefiċċju għal pajjiżna li jsir hedging with future contracts għall-qmuħ li nimpurtaw?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant illi l-Kordin Grain Terminal la jixtri u lanqas jimporta qmuħ.", "KORDIN GRAIN TERMINAL", "28166.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-MIMCOL qattx ġibdet l-attenzjoni tiegħu għal konflitt ta' interess li seta' kellu ċ-chairman tal-Kordin Grain Terminal Co. Ltd., billi kien ukoll iċ-chairman tal-Federated Mills Co. Ltd u kien jimporta u jbiegħ lill- kumpannija tiegħu innifsu għal tmien snin sħaħ?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-MIMCOL qatt ma' ġibdet l-attenzjoni tiegħi fuq xi fatt simili probabli għaliex ma' hemm l- ebda konflitt ta' interess peress illi l-Kordin Grain Terminal, kontra għal dak li qed jallega l-Interpellant, la qatt biegħet u lanqas qatt ma xtrat ċereali.", "Il-Federated Mills Plc, tixtri l-qamħ hi stess għaliha kif jagħmlu wkoll il- feed mills l-oħra ta' Malta.", "Kull ma jsir mill-Kordin Grain Terminal hu li 'storage' ta' kull ċereali impurtat.", "QORMI – TAPPIERA ANTIKA FI TRIQ IL-BLATA", "28172.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk tistax tinbidel it-tappiera antika tad-drenaġġ li hemm fi Triq il- Blata, f\"Hal Qormi quddiem ir-residenza li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament minħabba li din hija miksura u qed jitilgħu ħafna ġrieden fit- triq minn ġo fiha?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninsab infurmat li t-tappiera tad-drenaġġ li hemm fi Triq il-Blata f'Ħal Qormi ser tinbidel fil-ġranet li ġejjin.", "MEPA - AVVIŻ TA' INFURZAR", "28186.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju wasal il-proċess ta' l- avviż ta' infurzar mill-MEPA li d-dettalji dwaru qed jinbagħtu separatament?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET", "BIL-MIKTUB", "TNEĦĦIJA TA' ARBLU TAD-DAWL", "W420.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru jara li x- xogħol li kellu jsir żmien ilu sabiex jitneħħa arblu tad-dawl li huwa perikoluż u li huwa meħtieġ li jitneħħa sabiex isir xogħol ta' kostruzzjoni fil-post li qed jingħata separatament?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninsab infurmat li mir-records tal-Enemalta ma' saret l- ebda talba sabiex l-arblu msemmi jitneħħa ħalli jsir xogħol ta' kostruzzjoni fis-sit imsemmija.", "Il-propjetarju tal-post għandu japplika lil Enemalta Customer Care fuq formola aposta.", "TAĦRIĠ TA' L-GĦALLIEMA", "W424.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru jgħid matul din is-sena 2007 x'investiment sar fit-taħriġ ta' l-għalliema?", "X'sar differenti mis-snin ta' qabel jekk kien il-każ?", "Kemm kienet l-ispiża marbuta mat-taħriġ ta' l- għalliema f'dawn l-aħħar tlett snin?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li matul is-sena 2007 it-taħriġ ta' l- għalliema kien jikkonsisti f'dan li ġej :", "Sessjoni Professjonali wara l-ħin ta' l-iskola ; Taħriġ annwali f'Lulju u Settembru (Inset Courses); Workshop tal-Kunsill ta' l-Ewropa; Kors tal-BTEC; Kors tal-basic skills għall-għalliema tal-Form 1; Malta Writing Programme, Konferenza tad-Diversita'; Seminar - Social, Emotional, Behaviour Competence & Difficulties (SEBCD), u", "Let me Learn.", "Id-Dipartiment tal-Kurrikulu kompla bil-proċess ta' taħriġ u titjib tal- għalliema u nieda għall-ewwel darba l-kors tal-basic skills.", "Saru wkoll konferenzi mill-Universita' ta' Malta, waħda fuq id-Diversita' kif ukoll Seminar li kien iġib l-isem ta' \"First European Conference on Social, Emotional, Behaviour Competence & Difficulties\", li l-Ministeru ta' l- Edukazzjoni, Żgħażagħ u Xogħol u d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni għenu biex jitwettqu.", "Fl-aħħar tlett snin l-ispejjeż marbuta mat-taħriġ tal-għalliema kienu hekk :-", "2005 - Lm105,228 2006 - Lm105,873 2007 - Lm121,906.", "DIVIŻJONI TA' L-EDUKAZZJONI - KONT TAT-TELEFON", "W428.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: Jista' l-Ministru jgħid kemm ilu ma jitħallas il- kont tat-telefon tad-Divizjoni ta' l-Edukazzjoni?", "Meta kien l-aħħar kont li ġie mħallas?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-aħħar kont tat-telefon li d-Divizjoni ta' l-Edukazzjoni ħallset kien fis-17 ta' Settembru 2007 u kien ikopri l- perjodu Ġunju u Lulju 2007.", "LIFTS FL-ISKEJJEL", "W429.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru jgħid kemm twaħħlu lifts u f'liema skejjel twaħħlu minn wara l-elezzjoni ta' l-2003 sal-lum?", "Kemm intnefqu fuq kull lift separtament, min huwa l-kuntrattur li għamel ix-xogħol?", "Jista' jgħid ukoll kemm hija garanzija fuq kull wieħed u min iħallas għas- servicing tagħhom?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif mitlub se tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni fis-seduta waqt il-ħin tat-tqegħid ta' karti."]} {"filename": "20070423_516d_par.doc", "date": "2007-04-23", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Uffiċjali u Rivedut) L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 516 It-Tnejn, 23 ta' April, 2007 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 516 It-Tnejn, 23 ta' April, 2007", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.02 p.m.", "Talba", "Seduta Nru. 516", "It-Tnejn, 23 ta' April, 2007", "WERREJ", "MINUTI 641", "KUNSENS GĦAL ATTI 641", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 641", "TQEGĦID TA' KARTI 648", "MOZZJONIJIET", "ESTIMI TA' DĦUL U NFIQ TA' L-AWTORITA` MARITTIMA TA' MALTA GĦAS-SENA 2006-2007 650", "AĠĠORNAMENT 671", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 675", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 515 li saret fit-18 ta' April, 2007 ġew konfermati.", "KUNSENS GĦAL ATTI", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): Ninforma lill-Kamra li l-President ta' Malta għoġbu jagħti l-kunsens tiegħu għal:", "Att Nru V ta' l-2007 - Att ta' l-2007 dwar il-Ġustizzja Amministrattiva.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "OPM - KIRI TA' VANNINJIET U TRAKKIJIET", "24394.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm inkrew vannijiet u trakkijiet bid-driver u mingħajr, mill-ministeru u enti oħra li jaqgħu taħtu matul is- sena 2006 sal-lum, xahar b'xahar, u jgħid l-ispiża x'kienet f'kull każ u mingħand min saret il-kirja?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (Segretarju Parlamentari) (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra Tabelli A u B għar-rigward ta' l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u l-Ministeru tal-Finanzi rispettivament u li jagħtu l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.", "KPMG STUDY", "24675.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Leo Brincat) staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 24554 u jqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra kopja ta' l-istudju li kien ikkummissjona huwa stess bl-isem ta' Assessment of the Macro Economic Impact of the Rationalisation of Scheme Boundaries minn KPMG?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura) (f'isem il- Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent): Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-rapport li qed jirriferi għalih huwa parti minn dossier li ntuża fil-proċess biex il-kabinett seta' jasal għal deċiżjoni.", "M'hijiex prattika li l-analisi u l-alternattivi li jkunu kkunsidrati fil-proċess tad- deċiżjoni tal-kabinett isiru pubbliċi.", "AĠENZIJI TA' REKLAMAR", "24509.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: Jista' l-Ministru jagħti lista ta' aġenziji ta' reklamar użati mill-Ministeru u enti oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul is-snin 2005 u 2006 separatament?", "Jista' jgħid x'kienet l- ispiża f'kull każ?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi): Peress li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar, tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "AĠENZIJI TA' REKLAMAR", "24510.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jagħti lista ta' aġenziji ta' reklamar użati mill- Ministeru u enti oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul is-snin 2005 u 2006 separatament?", "Jista' jgħid x'kienet l-ispiża f'kull każ?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin): Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi matul l-2005 l-aġenziji ta' reklamar użati mill-ministeru tiegħi kienu dawn:", "Ministeru:", "AIM Services Ltd Lm 507.99 MPS Ltd Lm 982.98 Total Lm 1,490.97", "Forum Malta fl-Ewropa:", "Executive Services Ltd Lm 260.00 Water Melon Media & Communication Lm 3,174.20 Circle Communications Lm 141.60 JP Advertising Lm 3,211.78 AIM Services Ltd Lm 228.57 Total Lm 7,016.15 Fir-rigward ta' l-2006, nirriferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt fil-mistoqsija parlamentari numru 21396.", "AĠENZIJI TA' REKLAMAR", "24511.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' l-Ministru jagħti lista ta' aġenziji ta' reklamar użati mill- Ministeru u enti oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul is-snin 2005 u 2006 separatament?", "Jista' jgħid x'kienet l-ispiża f'kull każ?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura) L-aġenziji ta' reklamar użati mill-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura u l-enti li jaqgħu taħtu matul l-2005 u l-2006 kienu kif jidher fit-tabelli li qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Dawn it-tabelli ma jinkludux l-aġenziji użati barra minn Malta għall-promozzjoni tat-turiżmu lejn pajjiżna.", "AĠENZIJI TA' REKLAMAR", "24512.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jagħti lista ta' aġenziji ta' reklamar użati mill-Ministeru u enti oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul is-snin 2005 u 2006 separatament?", "Jista' jgħid x'kienet l-ispiża f'kull każ?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni): Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant.", "AĠENZIJI TA' REKLAMAR", "24513.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' l-Ministru jagħti lista ta' aġenziji ta' reklamar użati mill-Ministeru u enti oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul is-snin 2005 u 2006 separatament?", "Jista' jgħid x'kienet l-ispiża f'kull każ?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: L-lista ta' aġenziji ta' reklamar użati mill-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura matul is-snin 2005 u 2006 hija kif jidher hawn taħt:", "|Se|Isem |Amm|Skop | |na|ta' |ont| | | |l-Aġen|Lm | | | |zija | | | |20|PBS |1,5|Kampanja edukattiva | |05| |41.|kontra r-rimi ta' | | | |30 |skart illegali | | |Media |1,9|Kampanja edukattiva | | |Link |82.|kontra r-rimi ta' | | |Commun|40 |skart illegali | | |icatio| | | | |ns | | | | |Bonaci|944|Kampanja edukattiva | | |Media |.00|kontra r-rimi ta' | | |Entert| |skart illegali | | |ainmen| | | | |t | | | | |Joseph|1,7|Misraħ TV (Kampanja | | |Vella |67.|edukattiva kontra | | | |64 |r-rimi ta' skart | | | | |illegali) |", "|Se|Isem |Amm|Skop | |na|ta' |ont| | | |l-Aġen|Lm | | | |zija | | | | | | | | |20|Cliché|400|Kampanja edukattiva | |06|Media |.00|kontra r-rimi ta' | | | | |skart illegali | | |Bonaci|1,8|Kampanja edukattiva | | |Media |88.|kontra r-rimi ta' | | |Entert|00 |skart illegali | | |ainmen| |(Kollox Ma' Kollox | | |t | |TV) | | |Execut|472|Artiklu favur | | |ive |.00|ir-restawr tal-wirt | | |Servic| |storiku ta' pajjizna| | |es | |- Flimkien Magazine | | |Abilit|76.|Kampanja edukattiva | | |y |70 |kontra r-rimi ta' | | |Public| |skart illegali | | |ations| | |", "Ebda dipartiment jew enti li jaqgħu taħt il-Ministeru għar-Riżorsi u l- Infrastruttura ma għamel użu minn xi aġenzija ta' reklamar matul is-snin 2005 u 2006.", "AĠENZIJI TA' REKLAMAR", "24514.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Jista' l- Ministru jagħti lista ta' aġenziji ta' reklamar użati mill-Ministeru u enti oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul is-snin 2005 u 2006 separatament?", "Jista' jgħid x'kienet l-ispiża f'kull każ?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru għal Għawdex): Il-Ministeru għal Għawdex u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu ma għamlux uzu minn aġenziji ta' reklamar fis-sena 2005.", "Rigward is-sena 2006, nirriferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li ngħatat fil-mistoqsija parlmentari numru 21401.", "ĦAŻ-ŻABBAR - TELEPHONE BOX", "24707.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Stefan Buontempo) staqsa lill- Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru jara li t-telephone box li tinsab fil-kantuniera ta' Triq il-Baħrija, Ħaż-Żabbar titneħħa minn postha jew toħroġ 'il barra, jiġifieri ma tibqax mal-ħajt ta' residenza privata, u dan minħabba inkonvenjenza kbira li qed tikkaġuna lir-residenti tal-madwar?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (f'isem il-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni): Il-Ministeru tiegħi mhux responsabbli għal-xogħol fuq telephone boxes.", "AWTORITA' TAD-DJAR – DĦUL MINN BEJGĦ TA' POSTIJIET QODMA", "24708.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Stefan Buontempo) staqsa lill- Ministru għall--Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru tgħid kemm daħħlet flus l-awtorita` tad-djar, mill-bejgħ ta' proprjeta`, tal- postijiet qodma ta' l-istess awtorita`, sena b'sena mis-sena 2000 s'issa?", "Kemm hu n-numru ta' units f'kull sena?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA (Ministru għall-Familja u Solidarjeta' Soċjali): It- tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant hu kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.", "ISLA - ĊINT FI TRIQ ARKATI", "24709.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Stefan Buontempo) staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'passi ħadu l-għassa tal-pulizija ta' Bormla mas-sidien ta' ħajt, li hu ċint li jinsab fi Triq Arkati l-Isla u jħares għal fuq ix-xatt ta' l-Isla, liema ċint jinsab f'kondizzjoni mill-aktar ħażina u għalhekk hu ta' periklu għall-persuni li jkunu għaddejjin minn taħt?", "ONOR.", "TONIO BORG (Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern): Minn spezzjoni li saret fuq il-post, il-ħajt imsemmi ma ġiex identifikat.", "Għaldaqstant, ġentilment nissuġġerixxi lill-Onorevoli Interpellant jagħtini aktar tagħrif dettaljat, preferibbilment billi jindika dan il-ħajt fuq site plan.", "PROPRJETA` TAL-GVERN – ARTIJIET ONLINE", "24710.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Stefan Buontempo) staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhu l-ħsieb tal-gvern li l-artijiet li jaqgħu taħt id- diviżjoni tal-proprjeta` tal-gvern ikunu online?", "Meta hu mistenni li jibda l-proġett?", "Meta mistenni li jitlesta?", "Kemm se jiġi jiswa?", "ONOR.", "TONIO BORG: Huwa l-ħsieb tal-Gvern li meta jiġi attwat il-programm LEMIS jistudja l-possibilita` li ċerta informazzjoni dwar il-proprjeta` tal- gvern titpoġġa online.", "Is-sejħa għall-offerti għall-proġett LEMIS għadha qed tiġi valutata u għaldaqstant mhux possibbli li nagħti risposta dwar meta mistenni jibda, meta se jitlesta u kemm se jiswa l-proġett.", "ISLA - ĊINT FI TRIQ L-ARKATI", "24711.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-ministeru tiegħu jirranġa ċ-ċint li jinsab fi Triq Arkati l-Isla, liema ċint iħares għal fuq ix-xatt ta' l-Isla u jinsab f'kondizzjoni diżastruża?", "Dan biex ikun eliminat kull periklu mill-aktar fis possibbli.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jagħmel il- mistoqsija tiegħu lill-ministru kkonċernat.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jista' l-Ministru jgħid meta se tiġi rranġata dik il-parti storika fuq il-mina li minn Bormla tagħti għal Birgu, fejn hemm il-married quarters ta' San Nikola?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Jekk m'iniex sejjer żball l-area li qed isemmi l-Onor.", "Interpellant tinsab fejn sar il-ġnien Kottonera.", "Dan l-aħħar mort hemmhekk ma' xi periti u nista' ngħid li hemm ċertu xogħol li se jiddaħħal fil- programm tal-manutenzjoni tas-swar.", "Irrid ngħid li tfassal programm biex issir il-manutenzjoni tal-critical points ta' dawn is-swar.", "Pero` mbagħad hemm areas oħra li jidhru li huma perikolużi, bħal dik l-area li qed isemmi l-Onor.", "Mizzi, li fuqhom irridu nagħmlu x-xogħol li jenħtieġ qabel xogħol ieħor.", "Imma jkolli ngħid li tant hemm xogħol ta' restawr xi jsir fil- Kottonera - m'ilux mort nara x-xogħol li jrid isir fil-Birgu, hemm dak il- foss u tibqa' sejjer għan-naħa tal-Kalkara - li b'dak kollu li sar s'issa għadna lanqas biss ħakkejna, biex ngħid hekk, il-qiegħ tal-borma.", "Imma rrid ngħid li l-area li qed isemmi l-Onor.", "Mizzi hija mdaħħla fil-programm tal- manutenzjoni tas-swar u x-xogħol għandu jsir.", "Pero` ovvajment irridu nimxu bi programm ta' prijoritajiet.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Nixtieq niġbed l-attenzjoni tal-Ministru li fl-area nsemmija – jien qed nirriferi eżatt għal fejn hemm St Nicholas Married Quarters, inti u dieħel għal fuq il-mina – hemm parti tal-bini li hija imminenti li taqa' u nitilfu parti minn dan il-bini storiku.", "Hekk kif tagħmel maltempata oħra din il-parti tal-bini taqa' u barra li, kif għedt, nitilfu parti minn bini storiku, jistgħu wkoll imutu xi nies li jkunu għaddejjin minn hemm.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nista' ngħid li din l-area li qed isemmi l-Onor.", "Mizzi kont mort nispezzjonaha, u bgħatt anke l-perit jiċċekkja wkoll u qiegħda mdaħħla fil-programm ta' xogħlijiet ta' restawr.", "TAQSIMA PROPRJETA' TAL-GVERN – TALBA GĦAL BIĊĊA ART", "24712.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Stefan Buontempo) staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li t-taqsima proprjeta` tal-gvern iwieġbu għat-talba li għamel persuna minn Ħaż-Żabbar li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament rigward biċċa art?", "ONOR.", "TONIO BORG: Fil-jiem li ġejjin it-taqsima proprjeta` tal-gvern se twieġeb l-ittra ta' l-1 ta' Marzu 2007 li għamel referenza għaliha l-Onor.", "Interpellant.", "ITS - MINIMUM ENTRY REQUIREMENTS", "24825.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Leo Brincat) staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-minimum entry requirements għall-ITS?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Kopja tal-prospectus tal-korsijiet li joffri l-ITS se titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "MCAST - STUDENTI LI JISPEĊJALIZZAW FL-INFORMATIKA", "24827.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Leo Brincat) staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: Jista' l-Ministru jgħid jekk jeżistux arranġamenti simili għal li hemm fil-qasam ta' l-inġinerija biex studenti fl-MCAST li jispeċjalizzaw fl-informatika jkunu jistgħu jkomplu l- istudji tagħhom fl-istess suġġetti fl-Universita` ta' Malta?", "U jekk iva, x'inhi l-proċedura u x'inhuma l-kriterji applikabbli?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-materja hi soġġett ta' diskussjonijiet bejn l- entijiet konċernati.", "BILJETTI TA' L-AJRU GĦAL DELEGAZZJONIJIET MINISTERJALI", "24828.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Leo Brincat) staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Mill-bidu tas-sena 2006 sal-lum, meta l- Prim Ministru mexxa delegazzjonijiet ministerjali barra l-pajjiż f'pajjiżi oħra fejn ma ttirx dirett l-Air Malta, jista' jgħid minn fejn inqatgħu l- biljetti ta' l-ajru tiegħu, kif intgħażlet l-aġenzija ta' l-ivjaġġar konċernata u x'kien il-prezz tal-biljett ta' kull vjaġġ speċifiku?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Prim Ministru): Risposta tingħata f'seduta oħra.", "BILJETTI TA' L-AJRU GĦAL DELEGAZZJONIJIET MINISTERJALI", "24829.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Leo Brincat) staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern: Mill-bidu tas-sena 2006 sal- lum, meta l-Viċi Prim Ministru mexxa delegazzjonijiet ministerjali barra l- pajjiż f'pajjiżi oħra fejn ma ttirx dirett l-Air Malta, jista' jgħid minn fejn inqatgħu l-biljetti ta' l-ajru tiegħu, kif intgħażlet l-aġenzija ta' l- ivjaġġar konċernata u x'kien il-prezz tal-biljett ta' kull vjaġġ speċifiku?", "ONOR.", "TONIO BORG: It-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant hu kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.", "BILJETTI TA' L-AJRU GĦAL DELEGAZZJONIJIET MINISTERJALI", "24830.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: Mill-bidu tas-sena 2006 sal-lum, meta l-Ministru mexxa delegazzjonijiet ministerjali barra l-pajjiż f'pajjiżi oħra fejn ma ttirx dirett l-Air Malta, jista' jgħid minn fejn inqatgħu l-biljetti ta' l- ajru tiegħu, kif intgħażlet l-aġenzija ta' l-ivjaġġar konċernata u x'kien il-prezz tal-biljett ta' kull vjaġġ speċifiku?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Saru zewġ titjiriet fejn ma ntużatx l-Air Malta.", "Il- biljetti ġew maqtugħin mit-Tristar Travel u mill-Planit Travel li kellhom l- orħos offerta bil-prezz ta' Lm1026 u Lm2170 rispettivament.", "BILJETTI TA' L-AJRU GĦAL DELEGAZZJONIJIET MINISTERJALI", "24831.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Leo Brincat) staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Mill-bidu tas-sena 2006 sal-lum, meta l-Ministru mexxa delegazzjonijiet ministerjali barra l-pajjiż f'pajjiżi oħra fejn ma ttirx dirett l-Air Malta, jista' jgħid minn fejn inqatgħu l-biljetti ta' l- ajru tiegħu, kif intgħażlet l-aġenzija ta' l-ivjaġġar konċernata u x'kien il-prezz tal-biljett ta' kull vjaġġ speċifiku?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (Ministru għat-Turiżmu u Kultura): Kien hemm vjaġġ wieħed li jammonta għal Lm592, taxxi nklużi, li nqata' mingħand Amphora Travel wara li nġiebu żewġ kwotazzjonijiet.", "OPERATURI TURISTIĊI", "24853.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' l-Ministru jagħti l-istatistika ta' dawn l-operaturi turistiċi fl- inħawi ta' San Pawl il-Baħar, Buġibba, Qawra u Xemxija msemmija hawn taħt:", "Lukandi (ammont ta' sodod, kategorija b'kategorija); ristoranti; bars; appartamenti self catering; servizz ta' karozzi tal-kiri; sea sports; skejjel ta' l-Ingliż; ċentri ta' għaddasa; u operaturi oħra?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant hija kif tidher fit-tabelli li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.", "Fir-rigward l-informazzjoni mitluba fuq servizzi ta' karozzi tal-kiri, sea sports u skejjel ta' l-Ingliż, ninforma lill-Onor. interpellant li dawn il- liċenzji jinġabru minn awtoritajiet oħra.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Bartolo, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Peress li qed nitkellem dwar l-inħawi ta' San Pawl il-Baħar, Buġibba, Qawra u Xemxija fejn hemm kategoriji ta' lukandi li qed jiffaċċjaw problemi serji, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi inizjattivi li qed jiġu maħsuba biex dawn il-lukandi, speċjalment il- lukandi 3-star, jiġu mgħejjuna jiffaċċjaw l-isfidi li għandhom?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: B'mod ġenerali, li nista' ngħid hu li hemm rapport dwar il-lukandi 3-star mal-pajjiż kollu, pero` naturalment meta titkellem dwar is-settur tat-3-star l-iktar li tolqot hija l-area ta' San Pawl il-Baħar, Buġibba u l-Qawra.", "Ir-rakkmadazzjonijiet li hemm f'dak ir- rapport qed naħdmu fuqhom b'kollaborazzjoni mal-MHRA, u 'l quddiem inkun f'pożizzjoni li nindika x'tip ta' għajnuna, anke loġistika, wieħed jista' jagħti li dan is-settur.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Il-Ministru jaf, għax anke jien ġieli ġbidtlu l- attenzjoni diversi drabi, li minkejja r-regolamenti ġodda li saru dwar it- timeshare, għad għandna problemi serji fi Triq it-Turisti u Triq it-Tamal fejn il-biċċa l-kbira ta' l-operaturi barranin, li jiġu hawn għal ftit ġimgħat u allura ma jimportahomx mill-ħsara li jagħmlulna u r-reputazzjoni ħażina li tikseb Malta minħabba l-imġiba aggressiva tagħhom, għadhom jaggredixxu lit-turisti biex ibigħulhom it-timeshare.", "Jista', jekk jogħġbu, il-Ministru jgħid x'passi qed jittieħdu biex kemm jista' jkun naqtgħu dawn l-abbużi li bla dubju qed jagħmlulna ħsara mat-turisti?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nibda biex inwieġeb b'mod frank billi ngħid li naqbel ma' l-Onor.", "Interpellant li dan huwa aġir li jagħmel ħsara lill- industrija tat-turiżmu, u jiena, wara l-aħħar komunikazzjoni mingħandu stess, tkellimt direttament maċ-chairman ta' l-awtorita` tat-turiżmu u anke ma' l-enforcement section tagħna preċiżament fuq dan il-qasam.", "Fil-fatt, wara dik il-komunikazzjoni ta' bejnietna, aħna ħriġna stqarrija oħra għall- istampa fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet, li naf li dehret f'xi sezzjonijiet ta' l-istampa, fejn qed tingħata t-twissija finali ta' l-uniku pass li fl- aħħar mill-aħħar fadlilna nagħmlu jekk ma jkunx hemm aġir li jagħmel ġieħ lill-industrija, jiġifieri l-pass li inti b'regolamenti tipprojbixxi mhux it-timeshare bħala attivita` ekonomika importanti fil-qasam tat-turiżmu, li nafu li tikkontribwixxi għal mill-inqas 10% ta' l-industrija kollha, imma li jsir bejgħ tagħha billi jkun hemm ġiri u tlajjar – u nuża l-kelma \"tlajjar\" mhux bi żball, imma apposta – fit-toroq.", "Naturalment, l-industrija tat-timeshare tagħmel l-insistenza li jkollha ċerta liberta` topera għax hija l-parti mhux biss ta' l-10% - illum hemm minn jikkalkolaha iżjed – imma l-parti li hija iktar permanenti.", "Min jieħu timeshare, jekk ħa allokazzjoni għal 20 sena - l-argument m'hemmx għalfejn noqgħod nirrepetih jien – se jużaha żgur hu, jew qraba inkella ħbieb tiegħu.", "Li qed nagħmlu aħna huwa li immedjatament nżidu s-sorveljanza u żewġ spetturi speċifikament ġodda biex iservu ta' deterrent.", "F'mistoqsija parlamentari li mingħalija se tkun imwieġba fis-seduta tal-lejla jew ta' għada hemm anke d-dettalji ta' multi varji fejn qed ngħidu li se nieħdu anke partijiet minn bonus biex nibdew ninforzaw dejjem b'mod iktar effettiv.", "Jekk anke dawn iż-żewġ spetturi ġodda ma jwasslux għal riżultati oħrajn, l-uniku pass li jifdlilna nagħmlu huwa li t-timeshare hija attivita` leġittima u tibqa' għaddejja, pero` mhux il-promozzjoni tagħha fit-toroq bil-mod kif qed isir bħalissa.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Jiena naqbel kompletament mal-Ministru li din hija attivita` li għandna bżonnha għat-turiżmu u bl-ebda mod ma rrid ninftiehem li għandna naqtgħu t-timeshare għax tkun ġennata.", "Imma l-imġiba ta' ċerti operaturi, nerġa' ngħid, barranin li jiġu hawn - għax informat li l-Maltin huma prudenti – uħud minnhom milli jidher pinġuti iktar mix-xogħol tal- Caravaggio, qed tagħmlilna l-ħsara!", "M'hemmx dubju li qed jagħmlulna l- ħsara.", "Dawn imorru fuq it-turisti u b'mod aggressiv jibdew jistaqsuhom: Are you British?", "Are you going to buy a timeshare?", "Dan żgur li ma jagħmilx sens!", "Anke għall-industrija tat-timeshare nnifisha, għax naf ukoll li għandna lukandiera li parti mid-dħul importanti tagħhom ġej proprju mit- timeshare.", "Jiena naf li marru uffiċjali fi Triq it-Turisti, tkellmu ma' nies li jaħdmu f'lukandi fl-inħawi u qalulhom: Intom lesti titilgħu tixhdu u tgħidu li rajtu dawn it-touts joħolqu dawn il-problemi?", "Dawn qalulhom: Isma', aħna lesti li noffrulkom biex toqogħdu hawn, fil-lobby, tħarsu 'l barra mill- ħġieġ u tarawhom jagħmlu hekk, imma m'aħniex lesti li nitilgħu nixhdu.", "Dawn bilfors iridu jitilgħu jixhdu huma?", "Jekk ikun hemm tliet uffiċjali min- naħa tal-MTA ma jkunux jistgħu jixhdu u jipproċedu huma?", "Hemm bżonn bilfors parti oħra biex tixhed u jsaħħaħ il-każ?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Naturalment ir-regoli ta' l-evidenza fil-qorti huma dejjem l-istess, iktar ma jkollok prova iktar aħjar, u jekk jixhdu in- nies li jkunu raw l-aġir direttament isservi ta' ġid għalina wkoll.", "Nifhem id-diffikulta` ta' min qiegħed f'dak il-qasam li forsi ma jkunx irid jinvolvi ruħu b'daqshekk mod dirett, anke minħabba l-kuntatt frekwenti magħhom.", "Pero` aħna se nżidu l-uffiċjali, u jekk ikun hemm uffiċjali biżżejjed li jaraw b'għajnejhom l-aġir illegali u jixhdu, ix-xhieda tagħhom evidentement hija valida wkoll.", "Pero` trid tkun xhieda ta' persuna, uffiċjal jew mhux, li jkun ra b'għajnejh u sema' b'widnejh l-aġir li jkun qed isir l-ilment dwaru.", "Jiġifieri ma jistax uffiċjal imur l-qorti u jgħid li jaf għax ċempillu tal-lukanda, għax skond ir-regoli normali, anke fil- liġi, dik jgħidulha hearsay evidence.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Jiena naf fiċ-ċert, u anke nista' nikkomunika dan privatament, li hemm lukandiera li lesti jistiednu lill-uffiċjali li suppost jagħmlu dawn l-ispezzjonijiet joqogħdu fil-lobby minn fejn jaraw dan l-aġir abbusiv u jkunu jistgħu jmorru fuq il-post, u jaqbduhom red- handed.", "Il-problema tal-managers f'dawn il-lukandi hi li mhux l-ewwel darba li l-istess timeshare touts li huma aggressivi u jagħmlu din il-ħsara jkunu guests tagħhom fil-lukanda.", "Allura huma stess ma jkunux jistgħu jieħdu passi.", "Jiġifieri din il-problema li nħoss li għandna anke fl-industrija turistika, li l-istess industrija turistika kultant tirreaġixxi anke b'kontradizzjoni!", "Min-naħa waħda trid tbigħ it-timeshare, kultant anke b'dan il-mod, u min-naħa l-oħra tifhem li dawn qed jagħmlu l-ħsara lil- lukandi u lill-isem tad-destinazzjoni ta' pajjiżna.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ma nsib l-ebda diffikulta`.", "Jekk hemm min irid joffri faċilita` bħal din, aħna lesti nagħmlu kull użu minnha.", "Naturalment jiena nifhem ukoll li l-lukandiera jista' jkollhom interess f'ċertu sens konfliġġenti, li huwa l-konflitt fit-timeshare industry innifisha.", "It- timeshare industry fiha nnifisha hi li tippromwovi parti mit-turiżmu - it- turiżmu l-iktar viċin, dak li jissejjaħ permanenti, għalkemm il-frażi m'hijiex preċiża – pero` naturalment iktar ma l-aġir isir b'mod irresponsabbli iktar issir ħsara lill-istess turiżmu.", "Allura rridu nieħdu l- vantaġġ mingħajr l-iżvantaġġ.", "L-uffiċjali ta' l-awtrita` determinati li jagħmlu kull sfroz possibbli biex ikunu ta' deterrent, u jkunu disposti jużaw dawn il-faċilitajiet.", "Jekk wara dan kollu jibqa' ma jirnexxilniex, l- unika triq li jibqgħalna hi li t-timeshare jinbiegħ b'mod ieħor.", "Wieħed jista' joqgħod f'uffiċċju jew inkella jista' wkoll jorganizza demonstrations fil-lukandi stess.", "Jekk m'hemmx bżonn inkunu daqshekk riġidi billi jkun hemm aġir responsabbli mir-rappreżentanti, tant aħjar.", "Jekk aħna bil-parti tad-deterrent tagħna ngħinu għal aġir responsabbli, tant aħjar.", "Imma jekk ebda sistema m'hu se taħdem, dak li għedna pubblikament intennih hawnhekk!", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Se nibqa' fuq l-istess qasam, imma issa b'daqsxejn aċċent differenti.", "Jidher li wieħed mis-swieq promettenti li jista' jkollna, jekk naħdmuh tajjeb, huwa s-suq ta' l-Iskandinavja.", "L-Iskandinavi għad għandhom opinjoni tajba ta' Malta.", "Isibuna rħas, ħlief għall-prezz tat- titjira, għax titjira minn Oslo għal Malta hija daqs vaganza ta' ħamest ijiem fi Praga kollox inkluż, u dik tpoġġina fi żvantaġġ.", "Issa li fix-xhur li ġejjin se jkollna żewġ logħbiet football importanti tal-kampjonat Ewropew kontra n-Norveġja, hemm xi ċans li nużaw fondi biex nippromwovi lil Malta fin-Norveġja peress li l-profil tagħna mhux daqshekk magħruf, u nieħdu l-okkażjoni biex fuq, per eżempju, l-isports channel u TV2, li jinqabad nazzjonalment, nippromwovu lil Malta speċjalment fil-belt ta' Bergen?", "Qed ngħid hekk għax meta t-team tan-Norveġja jmur jilgħab barra minn pajjiżu jivvjaġġaw miegħu madwar 400 supporter, u nzerta li nofs il- players tat-team huma minn Bergen.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-ewwelnett jalla li t-turiżmu mill- Iskandinavja jerġa' jikber, għax jiena, bħal ħafna ta' l-eta` tiegħi, niftakar fl-epoka meta t-turiżmu kien qawwi mis-suq Skandinavu.", "Pero` rrid nieħu l-opportunita` mill-mistoqsija ta' l-Onor.", "Bartolo biex ngħid li parti kbira mill-isforz li qed nagħmlu bħalissa għat-tkabbir li jmiss fil- qasam tal-low-cost, biex ngħid hekk, hija preċiżament li nagħmlu offerta u sejħa li twassal għal-low-cost carriers mill-pajjiżi Skandinavi.", "Dan huwa proċess li m'huwiex faċli, trid tħabbat ħafna bibien, trid tagħmel ħafna offerti u tiddiskuti ħafna.", "Ikun hemm min jgħidlek: Nagħmilha, imma skond x'rotot oħra tagħtini magħha.", "Naturalment qegħdin f'dan l-istadju.", "Mingħajr ma ngħid ħafna rrid naċċenna li qed nipprovaw ħafna li nsaħħu ħafna iktar – għax element minnu diġa` hemm – it-turiżmu mill-pajjiżi Skandinavi.", "Naturalment, is-suġġeriment speċifiku għall-belt ta' Bergen u l-appell tagħna għan-Norveġiżi marbuta ma dawn il-logħbiet li semma l-Onor.", "Bartolo, ngħaddih lil-uffiċjal responsabbli mill-marketing fl-awtorita` tat-turiżmu.", "MTA – KAMPANJI PUBBLIĊITARJI", "24854.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' l-Ministru jgħid minn Settembru 2006 sal-lum x'tip ta' kampanji pubbliċitarji u promozzjonali saru u x'fondi nefqet fuqhom l- Awtorita` Maltija tat-Turiżmu fir-Renju Unit, fil-Ġermanja, fi Franza, fl- Olanda, fl-Iskandinavja u fi Spanja?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant hija kummerċjalment sensittiva u għaldaqstant ma nħossx li għandha tingħata.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Tqegħid ta' karti.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Rapport tal-Bord ta' Inkjesta dwar il-valutazzjoni ta' l-M.V. Maltese Falcon tal-kumpannija Sea Malta;", "Annual Financial Statements għas-sena 2006 maħruġa mit-Teżor skond artikolu 65 ta' l-Att ta' l-1962 dwar l-Amministrazzjoni Finanzjarja u l-Verifika; u", "Tagħrif dwar aġenziji ta' reklamar li għamlu użu mis-servizzi tagħhom l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u l-Ministeru tal-Finanzi u dipartimenti u enti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta` tal-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi matul l-2005 u l-2006, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 24507 li ngħatat f'seduta numru 515 tat-18 ta' April 2007.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar aġenziji ta' reklamar li għamlu użu mis-servizzi tagħhom il-ministeru u dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responabbilta` tal-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern matul l-2005 u l- 2006, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 24508 li ngħatat f'seduta numru 515 tat-18 ta' April 2007;", "Tagħrif dwar biljetti mixtrija mill-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern minn aġenziji ta' l-ajru b'riferenza għal delegazzjonijiet mmexxija mill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern matul l- 2006, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 24829;", "Tagħrif dwar applikazzjonijiet għal visa li ġew rifjutati bejn Settembru 2006 u Frar 2007, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 24997 li ngħatat f'seduta numru 515 tat-18 ta' April 2007;", "Tagħrif dwar ħlasijiet fuq mobile phones mill-Ministeru għall- Ġustizzja u l-Intern u mid-dekasteru u enti li jaqgħu taħt ir- responsabbilta` tal-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l- Intern, bejn Jannar u Marzu 2007, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 24949.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Kopja tal-prospectus għall-programmi ta' studju full-time fl-Istitut għall-Istudji Turistiċi għas-sena 2007/2008, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 24825; u", "Tagħrif dwar staff full-time u part-time fil-Fondazzjoni għas-Servizzi Edukattivi fis-sena skolastika 2006-2007, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 25003.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Zammit Dimech.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal- Kamra:", "Tagħrif dwar aġenziji ta' reklamar li għamlu użu mis-servizzi tagħhom il-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura u dipartimenti u enti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta` tal-Ministru għat-Turiżmu u Kultura matul l- 2005 u l-2006, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 24511;", "Tagħrif dwar operaturi turistiċi fl-inħawi ta' San Pawl il-Baħar, Buġibba, Qawra u Xemxija, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 24835;", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Censu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar aġenziji ta' reklamar li għamlu użu mis-servizzi tagħhom il-ministeru u dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responabbilta` tal- Ministru għall-Kompetittivita` u Komunikazzjoni matul l-2005 u l-2006, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 24512;", "f'isem il-Ministru ta' l-Affarijiet Rurali u l-Ambjent inqiegħed fuq il- mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru: 104 ta' l-2007 – Regolamenti ta' l-2007 li jemendaw ir-Regolamenti dwar l-Ogħla Livell ta' Residwi ta' Pestiċidi fi Prodotti li joriġinaw minn Annimali; u", "Avviż Legali Nru: 106 ta' l-2007 – Regolamenti ta' l-2007 dwar ir- Reġistrazzjoni ta' Attivitajiet fil-Maniġġjar ta' Skart; u", "f'isem il-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq inqiegħed fuq il-mejda tal- Kamra:", "Avviż Legali Nru: 105 ta' l-2007 – Regolamenti ta' l-2007 dwar Aċċess Kontrollat ta' Vetturi f'Ċerti Żoni.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Cristina.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar bordijiet/kummissjonijiet maħtura mill-Ministeru tal- Familja u Solidarjeta` Soċjali matul l-2006, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 24506 li ngħatat f'seduta numru 515 tat- 18 ta' April 2007;", "Tagħrif dwar bejgħ ta' postijiet ġodda mill-Awtorita` tad-Djar bejn l- 2000 u Marzu 2007, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 24706 li ngħatat f'seduta numru 515 tat-18 ta' April 2007; u", "Tagħrif dwar ħlasijiet fuq mobile phones mill-Ministeru għall-Familja u Solidarjeta` Soċjali u mid-dekasteru u enti li jaqgħu taħt ir- responsabbilta` tal-Ministru tal-Familja u Solidarjeta` Soċjali, bejn Jannar u Marzu 2007, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 24944 li ngħatat f'seduta numru 515 tat-18 ta' April 2007; u", "Tagħrif dwar dħul għall-Awtorita` tad-Djar minn bejgħ ta' proprjeta` tal-postijiet qodma ta' l-istess Awtorita`, bejn l-2000 u l-2007, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 24708.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Mozzjonijiet.", "Il-Ministru għall-Kompetittivita` u Komunikazzjoni.", "MOZZJONIJIET", "ESTIMI TA' DĦUL U NFIQ TA'", "L-AWTORITA` MARITTIMA TA' MALTA GĦAS-SENA 2006-2007", "MR SPEAKER: Il-Ministru Galea, jekk jogħġbu jressaq il-mozzjoni.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Sur President, nipproponi:", "Illi l-Kamra tapprova l-Estimi ta' Dħul u Nfiq ta' l-Awtorita` Marittima ta' Malta għas-sena finanzjarja mill-1 ta' Ottubru 2006 sat- 30 ta' Settembru 2007 skond l-Att dwar l-Awtorita` Marittima ta' Malta, Kap. 352.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Nixtieq infakkar lill-Kamra li d-diskussjoni fuq din il- mozzjoni għandha tieħu seduta waħda, bil-ħin jinqasam indaqs bejn il- kelliema tal-gvern u l-kelliema ta' l-oppożizzjoni, bil-winding-up ikun għan-naħa tal-gvern.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Sur President, fl-introduzzjoni għal dan id-dibattitu se nipprova nagħmel ftit riferenza għal xi punti li jaqgħu taħt ir- responsabbilta` ta' l-awtorita` marittima ta' Malta.", "Imbagħad wara li nisma' l-kummenti min-naħa ta' l-oppożizzjoni, nispera li nkun f'qagħda li nirrispondi għal xi wħud mill-kummenti li se tagħmel l-oppożizzjoni.", "L- awtorita` marittima ta' Malta hija awtorita` – din hija xi ħaġa li rripetejtha kemm-il darba – li għandha r-responsabbilta` li tagħmel il- managing tal-portijiet ta' pajjiżna.", "Għandha wkoll ir-responsabbilta` li tara li s-settur tal-merchant shipping jimxi 'l quddiem, jiżviluppa u jkompli jwessa' il-ħidma tiegħu.", "Imbagħad għandha d-direttorat li huwa responsabbli mill-yachting.", "Apparti dawn it-tliet direttorati għandha wkoll il-corporate office li bażikament tista' tgħidlu direttorat ieħor.", "Dan l-uffiċċju jieħu ħsieb li jara xi proġetti kapitali tkun qiegħda tagħmel l-istess awtorita` marittima, li fil-maġġoranza tagħhom ikunu qegħdin jiġu mpoġġija fuq quddiem bil-ħidma ta' dan l-uffiċċju.", "Wieħed jista' jħares lejn is-sena finanzjarja li ħafna minnha diġa` għaddiet - mill-1 ta' Ottubru sal-ġurnata tal-lum - b'ċertu ottimiżmu.", "Madankollu xorta jibqa' jkun hemm proġetti li wieħed jixtieq li jkunu lesti fil-ħidma ta' l-istess awtorita` marittima.", "Fuq quddiem nett hemm ix-xogħol marbut mar-riforma fil-portijiet.", "Hawnhekk m'għandi l-ebda dubju li minkejja l-passi li diġa` għamilna, u forsi aktar 'il quddiem jkolli l- okkażjoni li nitkellem dwar uħud minn dawn il-passi li għamilna, xorta jibqa' l-ħtieġa li jkollna riforma aktar kompleta fil-prattiċi tax-xogħol tal-portijiet tagħna.", "Nispera li fil-ġranet li ġejjin inkunu kkonkludejna dawn l-istess diskussjonijiet ħalli jiġi assigurat li l-benefiċċji jiġu akkwistati.", "Fil-fatt, diġa` ġew akkwistati uħud minn dawn il-benefiċċji matul is-sena li għaddiet grazzi għar-riformi li saru, b'mod partikolari f'dan ir-rigward.", "Issa anke bil-bidla ta' l-operatur tal-Port il-Kbir, se nkunu f'qagħda li dawk il-benefiċċji jintlaħqu aktar.", "Sur President, dawn il-benefiċċji jistgħu jinqasmu f'żewġ livelli differenti.", "Waħda m'hemmx dubju hija dik li t-throughput fil-Port il-Kbir żdied matul is-sena li għaddiet.", "L-investiment li sar u li huwa ppjanat li jkompli jsir matul ix-xhur li ġejjin huwa ferm akbar mill-investiment totali li għamel l-operatur li kien imexxi l-portijiet ta' pajjiżna matul iż-żmien li għadda.", "M'għandix dubju wkoll li dawn il-bidliet fil- merkanzija li tgħaddi mill-awtorita` marittima u l-ħidma li hija marbuta mal-portijiet tagħna qegħdin iwassluna f'sitwazzjoni fejn anke minn żmien għall-ieħor ikollna diffikultajiet u konflitti fl-użu tal-Port il-Kbir.", "Naturalment dan il-port huwa wieħed mill-isbaħ portijiet li hawn fid-dinja, pero` minkejja s-sbuħija tiegħu, xorta waħda għandu l-limitazzjonijiet tiegħu.", "Dan il-port għandu r-restrizzjonijiet naturali tiegħu li l-ebda ministru naħseb mhu se jirnexxilu jkabbarhom jew iwessagħhom.", "Madankollu kull ministru responsabbli minn dan is-settur għandu l-obbligu li jassigura li l-Port il-Kbir ikun f'qagħda li jintuża bl-aktar mod effiċjenti mill- operaturi differenti li jagħmlu użu mill-Port il-Kbir.", "Tradizzjonalment l-akbar ħidma tal-Port il-Kbir kienet marbuta mat-tarznari fuq naħa waħda u mal-vapuri militari fuq in-naħa l-oħra.", "Illum nafu li dawn iż-żewġ attivitajiet naqsu fin-natura u d-daqs tagħhom, għalkemm xorta waħda għadhom jidħlu xi ftit.", "Issa ma' dan iż-żewġ użi tradizzjonali hemm żieda sostanzjali, l-aktar f'dawn l-aħħar ftit xhur, ta' vapuri merkantili li qegħdin jidħlu fil-port il-Kbir li kienet waħda pjuttost sostanzjali.", "Magħha qegħdin naraw ukoll żieda fin-numru ta' cruise liners tat-turisti li qegħdin jidħlu fil-portijiet tagħna, l-aktar fiż-żmien ta' bejn April u Ottubru.", "Jekk ikolli l-okkażjoni nagħti wkoll id-dettalji ta' l-iżviluppi li seħħew f'dan ir-rigward, b'mod partikolari f'dak li huwa cruise lining.", "Sur President, nafu li saru investimenti kbar mill-awtorita` marittima fis- snin li għaddew fuq dan il-qasam partikolari.", "Ittieħdu wkoll deċiżjonijiet politiċi li permezz tagħhom il-faċilitajiet marbutin mal-cruise lining fil- port il-Kbir għaddew mingħand l-awtorita` marittima għal għand il-privat.", "Naturalment il-privat kompla jibni b'mod qawwi fuq is-suq li kien diġa` beda tal-cruise lining.", "Dan għamel investiment li llum kulħadd qiegħed jitkellem dwaru għaliex kienu faċilitajiet meħtieġa għall-iskop tal-cruise lining.", "Issa dawn il-faċilitajiet huma fuq l-art u se jkun jista' jgawdihom mhux biss it-turist li jiġi f'pajjiżna imma se nkunu nistgħu ngawduhom aħna wkoll.", "Dawn il-faċilitajiet setgħu jsiru wara li min qed jopera l-istess inħawi għamel investimenti kbar.", "U li kieku dawn l- investimenti kellhom isiru mill-awtorita` marittima jew mill-gvern, kienu jdumu ħafna iktar biex isiru għaliex kulħadd jaf bil-limitazzjonijiet ta' l- investimenti li jistgħu jsiru min-naħa tal-gvern.", "Naturalment wieħed irid issa jkompli jibni fuq dawn l-investimenti.", "Għedt ukoll li l-corporate office ta' l-awtorita` marittima huwa responsabbli mill-proġetti kapitali li huma marbutin ma' din l-istess awtorita`.", "Fuq quddiem nett ta' dawn il-proġetti matul is-sena li għaddiet tkompla x-xogħol fuq il-maritime trade centre li fih hemm żewġ setturi differenti li jridu jsiru minn dan iċ-ċentru.", "Wieħed jista' jgħid li ċ- ċaqliq tal-ħaddiema ta' l-awtorita` marittima mid-diversi postijiet għal dan iċ-ċentru huwa komplut.", "Forsi jkun hemm min jgħid li domna xi ftit jew li nkella nfaqna ammont ta' flus sabiex għamilna dan il-pass.", "Veru li sar dan investiment, pero` permezz ta' dan l-investiment l-awtorita` marittima llum għandha faċilitajiet li bihom tista tuża' l-uffiċini differenti li għandha taħt saqaf wieħed.", "Minbarra l-iskop li jkun hemm dawn il- faċilitajiet taħt saqaf wieħed, hemm ukoll l-intenzjoni li dawn l-uffiċini ma jintużawx biss mill-awtorita` marittima imma ukoll mis-settur privat li huwa wkoll marbut mal-qasam marittimu.", "L-idea hija li dan iċ-ċentru għandu jservi ta' post li minnu l-attivitajiet marittimi Maltin ikunu jistgħu jsiru.", "Matul is-sena li għaddiet kellna ammont ta' kritika, u probabbilment se jkollna wkoll il-kritika anke llejla stess fuq ix-xogħol li huwa marbut ma' dan iċ-ċentru.", "L-għan prinċipali tagħna kien dak li jkollna ċentru wieħed li minnu noperaw, u nistgħu ngħidu li dan il-għan intlaħaq.", "Numru ta' snin ilu kien hemm deċiżjonijiet ta' l-istess gvern sabiex jinbnew dawn l- uffiċini ħalli dawk l-uffiċini li kienu qegħdin iservu bħala ċentru tal- merchant shipping directorate jgħaddu lill-organizzazzjoni internazzjonali tar-RAMPAC.", "B'hekk ir-RAMPAC tkun tista' titlaq mill-uffiċini tagħha li qegħdin f'Manoel Island minħabba li dawk l-inħawi jridu jgħaddu f'idejn l- iżviluppatur li se jiżviluppa dawk l-inħawi.", "Fil-ġimgħat li ġejjin dawn se jkunu fil-qagħda li jittrasferixxu l-operat tagħhom għal dak li qabel kien l-uffiċċju tal-merchant shipping directorate f'post ċentrali fil-portijiet tagħna.", "Din id-deċiżjoni ttieħdet mill-gvern sabiex organizzazzjoni internazzjonali bħar-RAMPAC ikollha l-uffiċċji tagħha qrib il-port il-Kbir, li huwa ċ-ċentru tal-ħidma merkantili f'pajjiżna.", "Sur President, illejla qiegħed nagħmel riferenza għall-ħidma li tagħmel l- awtorita` marittima fil-corporate office, u żgur li rrid nagħmel riferenza għax-xogħol li wħud minnu ilu għaddej għal numru ta' snin fiċ-Ċirkewwa u fl- Imġarr Għawdex.", "Wieħed jista' jgħid li ninsabu fl-aħħar fażi tal-bini tal- faċilita` fil-Port il-Kbir.", "Min jgħaddi mix-xatt u mill-port ta' l-Imġarr forsi jaħseb li m'hemm xejn, imma nispera li fil-ftit ġimgħat li ġejjin inkunu f'qagħda fejn l-eluf ta' passiġġieri li jaqsmu bejn Malta u Għawdex, kif ukoll dawk it-800,000 karozza li jaqsmu bejn Malta u Għawdex, jirrealizzaw l-investiment li sar hemmhekk.", "Għall-ewwel darba fl-istorja ta' dan il-pajjiż se jkollna sitwazzjoni fejn ix-xogħol marbut mal-port ta' l-Imġarr f'Għawdex se jkun spiċċa.", "B'hekk se jkollna l-faċilitajiet neċessarji għad-dispożizzjoni u kumdita` tal-passiġġieri u tal-vetturi li jagħmlu dan it-traġitt bejn Malta u Għawdex.", "Naturalment jibqa' x-xogħol li jrid isir fiċ-Ċirkewwa, liema xogħol diġa` nbeda fis-snin li għaddew.", "Tajjeb ngħidu li fiċ-Ċirkewwa kien hemm irdim ta' kważi 11,000 metru kwadru ta' baħar.", "Il-parti l-kbira ta' din il- faċilita` qiegħda tintuża bħala parkeġġ għal dawk in-nies li jkunu sejrin u ġejjin minn Għawdex kif ukoll minn Malta.", "Minbarra dan kien hemm ukoll l- estensjoni ta' 90 metru tal-moll il-qadim.", "Din l-estensjoni ta' 90 metru fil-moll il-qadim wasslet sabiex innaqqsu b'mod sostanzjali n-numru ta' okkażjonijiet fejn il-vapur ta' Għawdex ma jkunx jista' jopera mill-Imġarr għaċ-Ċirkewwa, jiġifieri n-naħa ta' l-hekk imsejħa north quay.", "Fil-fatt kien wisq inqas in-numru ta' drabi fejn kien hemm bżonn li l-vapur jopera mis-south quay għax l-investiment li sar wassal sabiex ikun hemm faċilitajiet aħjar.", "Dak li qabel fiċ-Ċirkewwa kien moll wieħed, illum sar f'żewġ mollijiet fejn ikunu jistgħu jittrakkaw u jintrabtu żewġ vapuri fl- istess ħin.", "Dan se jservi sabiex il-kumpannija li tipprovdi s-servizz bejn Malta u Għawdex tkun f'qagħda li tista' tħaffef il-proċess fil-ġarr tal- passiġġieri u tal-vetturi bejn iż-żewġ gżejjer.", "Sur President, b'riżultat ta' dawn l-investimenti rajna wkoll li n-numru ta' passiġġieri li jinġarru bejn Malta u Għawdex kompla jiżdied.", "Żgur li dawn il-faċilitajiet qegħdin jgħinu f'dan ir-rigward u nistenna li matul is- snin li ġejjin inkunu f'qagħda li nżidu n-numru ta' passiġġieri u ta' vetturi li jaqsmu bejn iż-żewġ gżejjer.", "Issa f'dan l-istadju m'aħniex qegħdin fis-sitwazzjoni li nitkellmu fuq it-tielet berth fiċ-Ċirkewwa għax diġa` għandna berth 1 u berth 2 fin-north side u mbagħad għandna berths oħra differenti fis-south quay.", "Hemm ukoll il-bażi fiċ-Ċirkewwa li minnha jista' eventwalment jinbena t-tielet berth li m'huwiex intenzjonat, u qatt ma kien intenzjonat, li jintuża mill-Gozo Channel.", "Madankollu ma neskludix il-possibilita` li meta jiġi żviluppat it-tielet berth, inkunu f'qagħda li l-moll taċ-Ċirkewwa ma jintużax biss għat-traġitt ta' bejn Malta u Għawdex.", "Matul iż-żmien li għadda l-awtorita` marittima ssottomettiet quddiem l- awtorita` ta' l-ippjanar applikazzjonijiet għall-permess ta' żvilupp marbut mal-faċilitajiet ta' cruise liners fin-naħa ta' l-Imġarr.", "Huwa maħsub li dawn jinbnew 'il barra mill-breakwater ta' l-Imġarr ġewwa Għawdex ħalli l- komunita` kummerċjali Għawdxija tkun tista' tgawdi mill-fatt li xi vapuri tat-turisti, minbarra l-possibilita` li jankraw fl-inħawi tal-Port il-Kbir, ikollhom iċ-ċans li jankraw ukoll fl-inħawi tal-port ta' l-Imġarr ta' Għawdex.", "U għalkemm m'hemm l-ebda paragun f'dak li huwa daqs bejn dan il- port u l-Port il-Kbir, xorta waħda jibqa' wieħed mill-isbaħ portijiet li għandna madwarna.", "Dan il-port għandu wkoll l-attrazzjonijiet tiegħu, u nista' ngħid li wara ħafna taqtigħ il-qalb, wara ħafna diffikultajiet f'dak li huwa l-ippjanar tat-terminal, irnexxielna nibnu terminal mingħajr ma nħassru kważi xejn mill-veduta li hemm fil-port ta' l-Imġarr.", "Naturalment dawn il-faċilitajiet iridu jkomplu jiġu studjati min-naħa ta' l- awtorita` marittima u l-awtorita` ta' l-ippjanar b'tali mod li nkunu f'qagħda li nużaw dawn il-pylons li jankraw magħhom il-vapuri ġewwa Għawdex.", "Irrid ngħid li dawn m'humiex berths imma pylons.", "Fil-fatt ġieli jkun hemm okkażjonijiet fejn niġi kkwotat li semmejt erba' berths għal cruise liners f'Għawdex.", "Imma dawn m'humiex berths imma pylons, li permezz tagħhom ikun jista' jankra vapur wieħed at one go, possibbilment żewġ vapuri f'daqqa 'il barra mill-port il-Kbir.", "Naturalment dawn huma żviluppi li jridu jkomplu jsiru matul iż-żmien li ġej.", "Hemm imbagħad ukoll żviluppi oħra ntenzjonati li jsiru fid-diversi breakwaters u mollijiet.", "Kważi kważi llum diġa` ġew finalizzati għal kollox l-istudji fuq il-mollijiet u l-breakwaters ħalli mbagħad inkunu nistgħu naraw kif se nagħmlu l-investimenti meħtieġa fuqhom.", "Il-mollijiet għandhom bżonn tal-maintenance, imma l-aktar li għandhom bżonn huma l- breakwaters li kważi qatt ma raw maintenance minn meta nbnew!", "Wara snin ta' użu saritilhom ammont ta' ħsara li teħtieġ investiment ta' miljuni ta' liri sabiex tissewwa.", "Nispera li nkunu f'qagħda li nikkonkludu parti minn dawn l-iżviluppi neċessarji u li jkunu ffinanzjati mill-istess Unjoni Ewropea, bħalma nistenna li t-terminal li baqa' jinbena fiċ-Ċirkewwa ikollna parti minnu li tiġi ffinanzjata mill-Unjoni Ewropea.", "B'hekk nassiguraw li l-faċilitajiet mhux inkunu bnejniehom darba u ninsewhom, imma naraw li nkunu f'qagħda li nagħmlu l-aħjar użu possibbli minnhom.", "Sur President, aktar qabel għamilt riferenza għad-direttorat tal-portijiet.", "Il-portijiet jagħmlu l-handling ta' eluf ta' vapuri kull sena.", "Dawn il- vapuri jidħlu direttament fil-portijiet tal-Belt u ta' Marsaxlokk kif ukoll ikun hemm numru ta' vapuri oħra li ma jidħlux fil-portijiet tagħna imma jingħataw s-servizzi li jkollhom bżonn barra mix-xtut tagħna, fil-bunkering areas u f'postijiet oħra.", "Dawn il-faċilitajiet ta' l-awtorita` marittima jintużaw bħala sapport u għajnuna għal dawn il-vapuri.", "Ta' kull sena nagħmlu mad-9,000 operazzjoni fuq vapuri li jinkludu servizzi fuq vapuri li jġibu l-merkanzija kif ukoll għajnuna oħra li tingħata lill-vapuri sabiex dawn ikunu jistgħu jidħlu u joħorġu mill-portijiet tagħna.", "Per eżempju, il- ġimgħa li għaddiet kellna diffikulta` sabiex indaħħlu cruise liner fil-port minħabba l-maltemp, u fil-fatt dan spiċċa ma daħalx fil-port.", "Kellna wkoll problemi oħra ta' vapuri minħabba l-maltemp għax, kif nafu, il-Port il-Kbir m'huwiex port faċli sabiex tidħol fih u trid ċerti manuvri.", "Jiena kelli diversi okkażjonijiet li nkun fuq vapuri li jkunu deħlin fil- Port il-Kbir u l-manuvra li trid issir sabiex iddaħħal il-vapur fil-port m'hijiex waħda faċli.", "Fil-fatt ikollok bżonn ta' l-għajnuna tal-piloti u tat-tugboats.", "Ladarba semmejt il-piloti, nixtieq nieħu l-okkażjoni sabiex nagħti l-awguri tiegħi lill-koperattiva tal-piloti għax nhar it-Tlieta li għadda inawgurat l-uffiċċji ġodda tagħha li qegħdin fil-Port il-Kbir.", "Li dawn ikollhom uffiċċju suret in-nies minn fejn joperaw huwa importanti ghax dawn huma grupp ta' nies professjonali u jagħmlu l-aħjar tagħhom sabiex il- vapuri li jkunu deħlin fil-portijiet tagħna ma jkollhomx diffikultajiet.", "Ikolli nistqarr li minn żmien għal ieħor ikollna diffikultajiet ma' operaturi oħra fil-portijiet tagħna li jippretendu li l-harbour master għandu jawtorizza d-dħul ta' xi vapur li ma jkunx permissibbli minħabba l- maltemp.", "Madankollu l-piloti tagħna jafu meta għandhom jissugraw li jdaħħlu vapur fil-port.", "Sur President, ġieli kellna okkażjonijiet fejn minħabba l-maltemp ma jħallux lil xi vapur jidħol fil-port għax ikun hemm ir-riskju ta' ħajjet il- passiġġieri kif ukoll ir-riskju fuq ħajjithom.", "Għalhekk il-piloti, l- awtorita` marittima u l-harbour master għandhom id-dover li jassiguraw ruħhom li m'hemm l-ebda riskji ħalli mhux noqogħdu nibku wara li ssir xi traġedja.", "Matul dawn il-ħmistax għaddejna minn numru ta' traġedji f'pajjiżna, u allura l-awtorita` marittima tagħmel ħilitha kollha sabiex tevita li jkun hemm traġedji.", "Sfortunatament xorta waħda jibqa' jkun hemm diffikultajiet u inċidenti, pero` kemm jista' jkun, huwa d-dover tagħna li naraw u nassiguraw ruħna li dawk it-traġedji nnaqqsuhom u nevitawhom.", "Id-direttorat tal-portijiet huwa wkoll responsabbli minn numru ta' regolamenti u leġislazzjonijiet li daħlu fis-seħħ.", "Dawn ir-regolamenti u leġislazzjonijet għandhom x'jaqsmu b'mod partikolari ma' opri tal-baħar li għandhom ċertu power.", "Ovvjament l-għan ta' dawn ir-regolamenti huwa li jassiguraw ukoll is-sigurta`.", "Sfortunatament għal darba oħra erġajna smajna b'inċident ieħor fejn fih weġġgħu żewġt aħwa barranin wara li wżaw apparat tal-baħar li kellu high power.", "Meta l-gvern idaħħal fis-seħħ regolamenti marbutin ma' l-użu ta' dawn l-opri tal-baħar ma jagħmilhomx b'kapriċċ.", "Anzi jagħmilhom għax jaf li jekk dak li jkun m'huwiex trained fuq dawn l-opri tal-baħar, ikun qiegħed jissogra li jkisser u jħarbat l- attivita` tiegħu aktar milli jaqla' xi ħaġa tal-flus minn dik l-attivita` kummerċjali li jkun qiegħed jagħmel.", "Sur President, matul dawn l-aħħar sitt xhur id-direttorat tal-merchant shipping kompla jibni fuq dak li kien seħħ matul is-sena finanzjarja li għaddiet.", "Kif nafu, pajjiżna għandu waħda mill-akbar bnadar kummerċjali marittimi fid-dinja, u allura ma stajniex nibqgħu f'qagħda li niġu akkużati li aħna xi bandiera ta' konvenjenza.", "Pajjiżna ma setax jibqa' fil- pożizzjoni li jiġi akkużat li jifforma parti mill-black list tal-memorandum of understanding ta' Pariġi.", "Bażikament dawn huma regolamenti li bihom jiġu ikklasifikati l-vapuri u l-bnadar merkantili internazzjonali.", "Għalhekk b'għan preċiż u speċifiku konna ġejna f'dan il-parlament sabiex nagħmlu l- commitment politiku li nbiddlu l-leġislazzjoni marbuta mal-merchant shipping.", "Dan għamilnieh sabiex il-leġislazzjoni tagħna - mhux biss fuq il- karta imma anke fil-prattika - tkun waħda that meets the international requirements ta' l-IMO u l-livelli ta' l-Unjoni Ewropea.", "Hawnhekk nieħu din l-okkażjoni biex ngħid li permezz ta' l-awtorita` marittima, f'dak li għandu x'jaqsam ma' attivita` kummerċjali marittima internazzjonali, dejjem ibbażajna l-ħidma tagħna fuq l-international maritime organisation.", "Fi 15-il ġurnata oħra jerġa' jkollna hawn Malta lis- segretarju ġenerali ta' l-IMO li għal darb'oħra se jkun qiegħed fostna fejn grupp ta' studenti internazzjonali minn xi 20 pajjiż ieħor fid-dinja se jkunu qegħdin jiggradwaw bħala avukati postgraduates fil-liġi marittima internazzjonali.", "B'hekk issa se jkollna madwar 400 avukat madwar id-dinja li jkunu ħadu l-edukazzjoni postgraduate tagħhom fl-international maritime law institute ta' pajjiżna.", "Dan se jiġri għax il-gvern ta' pajjiżna, bis- sapport ta' l-awtorita` marittima, baqa' jgħin lill-international maritime law institute b'mod li llum dan l-istitut mhux biss għandu s-sapport ta' Malta, tal-gvern u ta' l-awtorita` marittima imma għandu wkoll, b'mod partikolari, is-sapport ta' l-għaqdiet internazzjonali.", "Fil-fatt, kull sena l-istitut ikollu battikata biex wieħed jassigura li dawk li jixtiequ jiġu f'pajjiżna jkollhom il-possibilita` li jagħmlu dan.", "Matul ix-xhur li għaddew imxejna ħafna.", "Nista' ngħid li b'riżultat tal- bidliet leġislattivi u bid-deċiżjonijiet li ħadna f'dan il-parlament u fl- awtorita` marittima kellna numru ta' vapuri li tneħħew mill-istess awtorita` marittima.", "Fil-fatt kellna rifjut ta' reġistrazzjoni ta' vapuri li ma kenux jikkwalifikaw għal reġistrazzjoni taħt il-bandiera Maltija minħabba ż-żmien tagħhom u minħabba raġunijiet oħrajn ta' safety.", "Fil-fatt dawk il-vapuri kienu s-sors prinċipali ta' problemi li kienu qed jikkawżaw dannu irreparabbli lill-bandiera Maltija, pero` mbagħad is-sena li għaddiet u din is-sena erġajna żidna u qegħdin on the way li nerġgħu nilħqu l-ammont ta' 27 miljun tunnellata li jkunu reġistrati taħt il-bandiera Maltija.", "Għadna ma wasalniex hemmhekk, pero` mexjin lejn dik id-direzzjoni u jien m'għandix dubju li s-serjeta` u d-dedikazzjoni ta' l-awtorita` Maltija f'dan ir-rigward se twassal biex ikollna dawn ir-riżultati pożittivi.", "Issa nixtieq nagħti daqqa ta' għajn ħafifa lejn il-yachting centres directorate.", "Nafu li bażikament għandna żewġ tipi ta' ċentri tal-yachting f'pajjżna li huma amministrati mill-awtorita` marittima.", "Qed nirriferi għal dak ta' Ta' Xbiex u dak ta' Għawdex u mbagħad naturalment hemm iċ- ċentri tal-yachting privati.", "Id-diffikulta` li għandu l-pajjiż tibqa' li m'għandniex biżżejjed faċilitajiet biex naqdu l-bżonnijiet kollha tan-nies li għandhom opra tal-baħar.", "Fil-fatt ħafna huma dawk li jixtiequ li jkollhom berthing facilities f'xi port ta' pajjiżna.", "Din il-problema m'hijiex marbuta mal-yachts il-kbar jew ma' yachts jew cabin cruisers aktar elaborati imma hija problema marbuta ma' opri tal-baħar iżgħar fid-daqs.", "Tajjeb li wieħed jgħid li llum taħt l-awtorita` marittima għandna reġistrati aktar minn 16,000 opra tal-baħar li fil-fatt kollha, b'xi mod jew ieħor, iridu li jkollhom faċilitajiet ta' berthing u faċilitajiet minn fejn wieħed ikun jista' jniżżel u jtella' l-opra tiegħu, żgħira jew kbira.", "Dawn huma diffikultajiet li niltaqgħu magħhom minn żmien għal ieħor.", "Minbarra dan għandna r-realta` l-oħra ta' eluf ta' Maltin li bir-raġun kollu jippretendu li għandhom jużaw ix-xtut tagħna għal one hundred and one different uses, pero` b'mod partikolari għandhom il-pretensjoni u d-dritt li jużaw il-bajjiet u x-xtut tagħna għall-għawm.", "Għalhekk hemm il-konflitt ma jaqta' xejn bejn il-ħteġijiet ta' min għandu d-dritt li jmur jgħum fil- baħar, kemm jekk huwa Malti kif ukoll jekk huwa turist, u d-dritt ta' dawk li għandhom opra tal-baħar.", "Ladarba dawn iħallsu dak li suppost iħallsu ovvjament għandhom jagħmlu użu minn din l-opra tal-baħar.", "Pero` diversi nies jużaw il-mollijiet tagħna mhux biex imorru xi dawra huma imma biex permezz ta' l-opri tal-baħar tagħhom jagħtu servizzi lit-turisti kif ukoll lill-Maltin.", "Hawnhekk nixtieq nagħmel riferenza żgħira għal dawn l-operaturi ta' l-opri tal-baħar.", "Jien nifhem li bniedem li jkun għamel investiment u nefaq eluf kbar ta' liri bir-raġun jippretendi li jkollu l-qligħ xieraq tiegħu.", "Pero` hawnhekk irridu nifhmu li kull operatur tal-baħar, b'mod partikolari meta jiġi biex jipprovdi s-servizzi tiegħu, għandu jkun ċert li jagħti t- tagħrif neċessarju biex min ikun se juża l-opri tal-baħar ma jissograx iż- żejjed.", "Nixtieq nagħmel riferenza wkoll għad-drittijiet ta' min juża dawn il-bajjiet, u hawnhekk ikun tajjeb li wieħed ifakkar li matul iż-żmien ġew stabbiliti numru sostanzjali ta' l-hekk imsejħa swimmer zones.", "Kull sena numru ta' kunsilli lokali jitolbu li jkun hemm jew estensjoni tas-swimmer zones eżistenti jew inkella estensjoni ta' siti differenti li jiġu dikjarati bħala swimmer zones.", "Naturalment hawnhekk trid tagħmel evalwazzjoni ta' fejn u kif se tagħlaq biex tagħmel swimmer zone.", "Hawnhekk nixtieq nagħmel appell lill-għawwiema, b'mod partikolari lil dawk li jaħsbu li jistgħu jiksru r-regolamenti li huma marbutin mas-swimmer zones stabbiliti.", "Nafu li permezz tas-swimmer zones inkunu qegħdin nirrestrinġu l-possibilita` ta' użu ta' l-istess żoni mill-opri tal-baħar, pero` ladarba dawn huma stabbiliti, lil dawk li għandhom opri tal-baħar nitlobhom biex issa li qed noqorbu lejn l-istaġun tas-sajf, ma jkunux huma stess li jesponu ħajjet in-nies għall-periklu.", "Naturalment swimmer zone tkun indikata b'mod ċar u jkun jista' jaraha kulħadd.", "Fil-fatt, ikollok b'mod ċar fejn ikun hemm swimmer zone u fejn le.", "Għalhekk qabel ma nikkonkludi l-introduzzjoni tiegħi rrid nagħmel appell dwar il-ħtieġa li nassiguraw li dak li huwa ta' l-għawwiema nħalluh għall-għawwiema u dak li huwa ta' l-oħrajn inħalluh għall-oħrajn.", "Pero` fl-istess ħin, kemm l- għawwiema u kemm l-oħrajn iridu jassiguraw li jkun hemm rispett reċiproku ta' wieħed lejn l-ieħor, inkella nkunu qed ngħaddu minn sogru żejjed li sfortunatament jista' jħalli – bħalma ħalla aktar minn darba fil-passat – vittmi innoċenti.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sur President, illum issorprendejt ruħi għax naħseb li l- poplu Malti u Għawdxi qed jistenna riforma fil-portijiet.", "Qed ngħid dan għax matul is-sena tgħidx kemm tanbru fuq ir-riforma fil-portijiet, fuq kif se jorħsu t-tariffi fil-portijiet, kif se jgawdi l-konsumatur u kif se nintlew bix-xogħlijiet.", "Ghalhekk bir-raġun li llum din ħallewha low profile.", "L-ewwelnett dawn neħħew l-operatur ta' qabel, daħħlu wieħed ġdid u ma nbidel xejn.", "Dan mhux jien qed ngħidu imma kulħadd, u kulmin għandu x'jaqsam mal-portijiet jafu dan.", "Per eżempju, isiru ħafna wegħdi fil-vojt li ma jinżammu qatt u għandna kumitati li ma jwasslu għalxejn u ma jkun hemm l-ebda riżultat, l-ebda roħs u l-ebda tibdil.", "Kollox jibqa' kif kien u kulħadd jgħaffeġ, imma għamilna pakkett!", "Neħħejna ċerti piżijiet u tajniehom lil kuntrattur ieħor.", "Dik hi r-riforma!", "U tant hemm taħwid fir-rati li l-operaturi tal-portijiet qed isejħulhom Malta tax.", "Anke l-MMA spiċċat biex tilfet kull kredibilita` fil-qasam li hija stess qed topera.", "Per eżempju, ir-regolatur tal-qasam marittimu spiċċa regolatur fuq il-karta biss.", "Ġejna mwiegħda bidla fil-prattiċi antiki fil-portijiet, imma baqa' ma sar xejn f'dan ir-rigward.", "Issa ġiet imwaqqfa l-kumpannija l-ġdida VGT, imma spiċċajna biex il-poplu Malti u Għawdxi qed jieħu l-piż fuqu għax kellu joħroġ flus għal xi tally clerks li suppost hemm ftehim biex din il-kumpannija tkun responsabbli għalihom, imma issa se tħallas l-MMA minn flus il-poplu Malti!", "U issa diġa` qed tagħmel it- telf!", "Dawn l-affarijiet ma tantx jawguraw tajjeb.", "Għalhekk bir-raġun li l-ministru llum ma tantx jitkellem fuq ir-riforma fil- portijiet.", "Hawnhekk nixtieq nirriferi għal gazzetta lokali, li żgur li m'hijiex Laburista, fejn ingħad li \"Minister adamant on December solution\".", "Dan ingħad għax il-ministru kien qal li f'Diċembru kienu se jsolvu l-problema.", "Minkejja dan, il-problemi mhux talli ma ssolvewx talli żdiedu u morna għall-agħar!", "Dan mhux jien biss ngħidu imma qed tgħidu wkoll l-FOI.", "Barra minn hekk, jien se nikkwota minn gazzetta oħra li m'hijiex Laburista, fejn ingħad li: \"Port reform delay has gone too far\".", "Mela llum qed niskopru aktar u aktar kemm dan il-gvern Nazzjonalista qed jaġixxi l-istess f'kull qasam.", "Qed iwiegħed u ma jwettaqx, jgħid mod u jsir mod ieħor, jpinġi l-affarijiet sbieħ li se jkollna ġenna ta' l-art, u mbagħad nispiċċaw b'konfużjoni li ma titwemminx!", "Għal dan il-gvern ir- riforma fil-portijiet kienet tfisser li tieħu over kumpannija u mbagħad isiru l-affarijiet u jkollna ġenna ta' l-art!", "Jien mill-bidu kont ngħid li veru li rridu nbiddlu l-prattiċi, veru li hemm bżonn li l-affarijiet jinbidlu, pero` r-riforma tal-portijiet mhux hemm tieqaf!", "Biex verament fil-portijiet tagħna jkollna aktar xogħol, aktar introjtu u aktar nies jaħdmu, irridu nutilizzaw kull rokna tal-portijiet tagħna, imma minn dan kollu m'għamilna xejn.", "Peress li aħna ma tantx għandna artijiet, dawk l-artijiet ta' madwar il-port irridu nutilizzawhom b'mod serju.", "Per eżempju, art li setgħet intużat b'mod serju hija dik li hemm ħdejn iċ- ċentru marittimu.", "Stajna nsibu postijiet oħrajn għall-uffiċini.", "Ta' min kienet din l-idea?!", "Biex issa spiċċajna li art importanti bħal dik għamilnieha uffiċini, u dawn nofhsom huma vojti!", "Dan biex ma nsemmix li issa l-MMA se tibda tagħmel bargaining ħalli tibda tikri.", "Ir-rwol ta' l-MMA huwa li tibni l-bini u mbagħad tibda tfittex ħalli tara lil min se tikrih?!", "Jew inkella kien hemm xi interessi ta' xi ħadd fl-MMA stess li jsir il- bini ħalli jkollu sehem ukoll fil-borma u mhux veru li dan qagħad jara l- interessi tal-MMA?!", "Kif se jikruh issa dak il-bini vojt li hemm hemmhekk?!", "Sur President, fir-riforma tal-portijiet mhux parti waħda hemm, għax minbarra li tiżviluppa kull rokna tal-portijiet trid tara li din tiżviluppaha kif għandek tiżviluppaha.", "U m'għandekx tiżviluppa fl-interess personali ta' xi ħadd li jara biss kif hu u sħabu se jagħmlu kemxa flus!", "Nerġa' ngħid li kienet ġennata li għamlu l-uffiċini hemmhekk.", "Kieku hemmhekk ġie żviluppat mod ieħor, il-qasam marittimu kien jagħti aktar kontribut.", "L-uffiċini setgħu jiġu żviluppati x'imkien ieħor.", "L-oqsma kollha tal-MMA qed niġbruhom flimkien, imma mhux li tiġborhom flimkien jgħodd imma li jaħdmu flimkien.", "Qed ngħid dan għax sfortunatament dawn ma jaħdmux flimkien, u jien persważ minn dan.", "Tant hu hekk li bejniethom dawn huma kelb u qattus, u mhux billi jiġu jagħtu wieħed x'jifhem li l-affarijiet mexjin sewwa.", "Dan m'hu veru xejn!", "Sur President, dan l-aħħar għamilt mistoqsija dwar jekk kienx hemm xi ħadd fil-kuritur li kien qed jargumenta fuq il-moll taċ-Ċirkewwa, u fir-risposta qaluli li ma kienx hemm.", "Issa jien smajt ir-recording, u nista' ngħid li kien hemm ħafna għajjat, kliem ħażin u xi nies joffendu lil xulxin.", "Ta' min jgħid ukoll li kien hemm żewġ persuni għoljin fl-awtorita`.", "Jiġifieri jekk dan m'huwiex diżgwid, ma nafx x'inhu!", "Dawn huma affarijiet li ma jitwemmnux, u kulħadd jaf li huwa inutli li tipprovaw tingannaw lill-poplu billi tgħidu li l-affarijiet mexjin sew.", "Dan m'hu veru xejn, u kulħadd jaf li fl-awtorita` kull qasam huwa għal rasu!", "Dan m'għandux ikun.", "U hemm nies li huma kapaċi – dawn jistgħu jkunu Nazzjonalisti jew Laburisti - li jaqilgħu fuq rashom għax hemm il-klikek li jagħmlu pjaċiri lil xulxin.", "Aktar 'il quddiem insemmi aktar fuq dawn l-affarijiet.", "Per eżempju, fil-proġett taċ-Ċirkewwa hemm min qed ibill subgħajh ukoll.", "Mela l-poplu Malti qed ibati għax qed joħroġ aktar flus u l-ħbieb tal-ħbieb jibqgħu jgawdu!", "Per eżempju, fuq l-ispiża tal-mollijiet taċ-Ċirkewwa u ta' l-Imġarr matul is-snin kien hemm mill-inqas erba' verżjonijiet.", "Fl-1999 il- Ministru Zammit Dimech kien qal li l-proġett tal-mollijiet kellu jiġi jiswa inqas minn Lm8 miljuni, fl-2001 il-Ministru Ċensu Galea kien qal li l- proġett tal-mollijiet kellu jiġi jiswa Lm12-il miljun, fl-2002 l-istess ministru kien qal li l-proġett tal-mollijiet kellu jiġi jiswa Lm13-il miljun u fl-2005 l-awtorita` marittima qalet li l-proġett tal-mollijiet ta' l-Imġarr u taċ-Ċirkewwa għandu jiġi jiswa Lm14.5 miljuni!", "Imbagħad fl-2006 il-Ministru Ċensu Galea kien iġġustifika ż-żieda fl-ispiża billi qal li meta jkollok tibdil fil-pjanti bilfors li l-ispiża tkun differenti.", "Għalhekk f'Ottubru tas-sena l-oħra kont għamilt mistoqsija dwar l-ispejjeż u l-ministru kien qalli li l-ispejjeż huma stmati li jkunu madwar Lm14.55 miljuni.", "Kien qal ukoll li għad trid toħroġ it-tender, jiġifieri l-istima ta' Lm14.55 ma kenitx ċara!", "Issa llum jien nistaqsi: Veru li l-ispiża tielgħa Lm19-il miljun?", "Qed nistaqsi dan biex forsi fl-aħħar jgħiduli eżatt kemm se tkun!", "Issa ħalli nsemmi ftit id-dati tat-tlestija ta' dan il-proġett.", "Mill-inqas kien hemm tmien verżjonijiet, jekk mhux disgħa!", "Mela fl-2001 il-Ministru Galea kien qal li dan il-proġett se jkun lest sa nofs l-2003, fl-2002 l- istess ministru kien qal li se jitlesta fl-2004, f'Lulju ta' l-2004 kien qal li l-proġett kien se jkun ridimensjonat, u f'Awissu tas-sena 2004 il- Ministru Zammit Dimech qal li ma jemminx li l-proġett tal-mollijiet ikun fuq skala li oriġinarjament kien tfassal fuqha.", "Fil-11 ta' Settembru ta' l- 2004, il-Prim Ministru Lawrence Gonzi kien qal li parti mill-proġett ta' l- Imġarr f'Għawdex se titlesta fl-2005, waqt li l-parti tal-proġett fiċ- Ċirkewwa se titlesta fis-sena 2006.", "Fis-27 ta' Settembru tas-sena 2004 il- Ministru Galea kien qal li m'huwiex f'pożizzjoni li jagħti dettalji preċiżi dwar il-proġett tal-mollijiet taċ-Ċirkewwa u ta' l-Imġarr.", "Imbagħad, fis-16 ta' April ta' l-2005 il-Prim Ministru Lawrence Gonzi biddel għal kollox il-verżjoni li kien ta seba' xhur qabel u qal li t- terminal tal-passiġġieri fl-Imġarr Għawdex għandu jitlesta sa l-2006, waqt li x-xogħol fuq it-terminal taċ-Ċirkewwa jibda x'ħin jitlesta x-xogħol fuq it-terminal ta' l-Imġarr.", "Fit-12 ta' April ta' l-2006 il-Ministru Galea kien qal li l-miri tad-dati stabbiliti biex ikun lest il-proġett tat- terminal ta' l-Imġarr f'Għawdex qegħdin jintlaħqu u jżid li qatt ma ngħatat data fissa dwar meta se jkun lest il-proġett tal-mollijiet.", "Fil-fatt, kellu jħabbar data ġdida dwar meta għandu jitlesta x-xogħol fuq it-terminal ta' l-Imġarr Għawdex f'Marzu tas-sena 2007.", "Sur President, Marzu ta' l- 2007 għadda, imma l-proġett huwa lest?!", "Issa dan meta nfaqna dawn il-flus kollha!", "Xbajna nisimgħu fuq dan il-proġett u l-poplu litteralment huwa mxebba' kemm dan il-gvern se jdum jidħak bih!", "Issa smajna li l-vapuri mhux se jkunu jistgħu jaħdmu fit-terminal il-ġdid ta' l-Imġarr għax hemm xi ippjanar ħażin fil-proġett u jaħsbu li jkollhom ibiddlu jew il-bastimenti jew inkella l-proġett.", "Jien ma nistax nifhem kif l-MMA tħalli affarijiet bħal dawn isiru meta suppost qed tagħti eżempju kif isiru l-affarijiet u tkun hija stess li tidħol f'dawn il-problemi.", "Qalulna wkoll li t-terminal taċ-Ċirkewwa mhux se jkun bħal dak ta' l-Imġarr, u qed jaraw kif jistgħu jużaw xi fondi mill-Unjoni Ewropea biex jinbena dan it- terminal.", "Kemm se tħallas minnhom l-awtorita` marittima u minn fejn se jġibu dawn il-flejjes kollha?", "Mid-dehra għadna qed ngħixu fiż-żmien ta' money no problem!", "Jien nistaqsi lill-ministru biex jgħidilna iswed fuq l- abjad x'inhuma l-pjanijiet konkreti dwar meta se jinfetaħ it-terminal ta' l- Imġarr li suppost kellu jinfetaħ sa l-aħħar ta' Marzu, kif ukoll dak taċ- Ċirkewwa.", "U hawn jien nistaqsi: Mela dan mhux proġett wieħed kien?", "Jew issa qed naqsmuh u nistennew xi sentejn oħra biex ikollna l-proġett lest?!", "Dawn huma affarijiet li ma jitwemmnux!", "Minkejja li suppost hemm min jagħti l-eżempju u juri kemm huwa professjonali, qegħdin insibu li l-affarijiet spiċċaw b'dan il-mod.", "Id- dati qatt ma nżammu, il-ħin kollu jbiddlu l-proġett, l-ispiża dejjem togħla u l-poplu jħallas!", "U min hu responsabbli politikament għal dawn in- nuqqasijiet u min hu responsabbli fl-awtorita` jibqa' għaddej qisu m'hu xejn, basta minn hawn u minn hemm idaħħal il-flus fil-but!", "Hekk mexjin l- affarijiet!", "Per eżempju, jien illum ħadt gost li saret riferenza għall- vapuri tal-passiġġieri li jmorru Għawdex.", "Xi sitt snin ilu kienu daħku bija meta kont għamilt il-proposta biex ħaġa bħal din jikkonsidrawha, imma llum m'għadhomx jidħku bija imma qed jipproponuha wkoll!", "Dawk iridu jkunu l- viżjonijiet, u l-affarijiet m'għandhomx isiru bl-addoċċ.", "Issa ħalli nsemmi xi ħaġa importanti ħafna li għandha x'taqsam mas- sigurta`.", "Kontra qalbi jkolli ngħid li għandna problema serja ta' sigurta` fil-portijiet ta' pajjiżna.", "Hemmhekk hemm problemi serji - u jafu bihom - għax ħafna minn dawn il-problemi huma tort ta' min huwa responsabbli fl- awtorita` marittima.", "Jafu li qed isiru ċerti affarijiet, jafu li hemm nuqqasijiet kbar u ma jeħdux passi.", "Per eżempju, waqt konferenza li saret barra minn Malta fl-2004 il-ministru huwa kkwotat li qal li fejn jidħlu r- regolamenti on port security irridu nimxu ma' l-Unjoni Ewropea u rridu naraw li nkunu ebsin.", "Pero` dan mhux bil-paroli biss irridu ngħiduh, imma rridu nwettquh bis-serjeta`.", "Niftakar li kien hemm proposta li kienet ilha ġejja minn żmien il-gvern Laburista biex f'dak li għandu x'jaqsam ma' sigurta` jkun hemm amalgamazzjoni bejn l-MMA u d-dipartiment ta' l- avjazzjoni ċivili.", "Din kienet ġiet imwiegħda minn dan il-gvern, imma minn dan kollu ma sar xejn.", "Imma issa ħalli nsemmi x'inhu jiġri fil-portijiet tagħna f'dak li għandu x'jaqsam ma' sigurta` u xi problemi serji u inkwetanti għandna.", "Ħalli nibda mill-yacht marinas.", "Fil-yacht marinas tal-Gżira u ta' l-Imsida, li huwa responsabbli għalihom il-gvern, wara s-7.00 p.m. jidħlu yachts baxx baxx min-naħa ta' Marsamxett – dawn ma jkunux rawhom mit-turretta - biex jieħdu d-dawl u l-ilma b'xejn u jħottu dak li għandhom iħottu.", "Ħadd ma jirrapporta lill-awtoritajiet li jidħlu dawn il-yachts mingħajr permess.", "Dawn ħadd ma jaf bihom u ħadd ma jaf x'qed isir għax hemmhekk ma jkun hemm ħadd!", "Din il-ħaġa qed issir regolarment, u dan hu dak li qed jiġri fil- portijiet tagħna.", "L-awtorita` marittima taf li fil-yacht marinas hemm telqa kbira, hemm nuqqas kbir ta' sigurta`, ħadd ma jissorvelja xejn, u kollox jinsab mitluq għal riħu.", "Għalhekk jien nisfida lil min hu responsabbli biex jgħidli jekk huwiex veru li wara dawk il-ħinijiet ikunx hemm xi ħadd min-naħa ta' l-awtorita`.", "Lin-nies neħħewhom minn hemmhekk.", "Qabel kienu jirrapportaw lill-Valletta radio bil-VHF u jinformawhom li jkun daħal yacht – din mhux l-ewwel darba li għamiltha jien ukoll, għax ma jarawhx - imma llum x'inhu jiġri?", "Xejn!", "Illum min jidħol bil-yacht jaf fi x'ħin għandu jidħol fil-yacht marina ħalli jieħu d-dawl u l-ilma b'xejn, imbagħad jerġgħu jitilqu filgħodu kmieni.", "Din x'serjeta` hi?!", "Dawn huma affarijiet tal-biki!", "Issa nixtieq insemmi wkoll lil dawk in-nies li jiġu hawn Malta bil-yacht, jibqgħu hawnhekk u jġiegħlu lil ħaddieħor jagħmel l-istess.", "Pero` ta' min jgħid li l-yacht marina tinsab f'sitwazzjoni tal-biki.", "Hemm ħmieġ kbir, tkissir u telqa.", "Il-pompi tat-tifi tan-nar f'każ ta' emerġenza ma jaħdmux, fire extinguishers misruqin, il-kaxxi fejn ikun hemm il-fire extinguishers u affarijiet ta' security huma mkissrin, u kaxxi tad-dawl imkissrin u mqaċċtin!", "Forsi hawnhekk ikun hawn min jaħseb li qed nesaġera, imma aktar 'il quddiem se npoġġi xi ritratti fuq il-mejda tal-Kamra li juru dan kollu li qed insemmi.", "Dawn huma affarijiet tal-mistħija!", "Per eżempju, it-toilets u x-showers li jintużaw mis-sidien tal-yachts li jiġu Malta kif ukoll il- bibien tagħhom huma mkissrin.", "Fil-latrina jkun hemm l-urina ma' barra u taħt is-sink li hemm fl-uffiċini, u fejn ikun hemm id-drain, issib xi barmil!", "Wieħed jista' jara wkoll skart u ħmieġ kbir fejn jinġabar iż-żejt.", "Kif irridu nattiraw it-turiżmu?!", "Jew inkella hemm xi skop biex inkissru l- yacht marinas, u bl-iskuża tal-privatizzazzjoni dawn nagħtuhom lil xi ħadd tal-qalba bi ftit flus?!", "B'dawn l-affarijiet qed nagħmlu ħsara kbira lil pajjiżna.", "Kif għedt aktar qabel, jien se nqiegħed xi ritratti fuq il-mejda tal-Kamra, u nissuġġerixxi lill-press biex titlob il-permess ħalli dawn tkun tista' tarahom.", "Din hija sitwazzjoni tal-biki, u mbagħad niġu hawnhekk u noqogħdu niftaħru!", "Ara jekk jafx bihom il-poplu Malti u Għawdxi dawn il-ħneżrijiet kbar li qed isiru!", "Illum semma wkoll li hemm ħafna yachts qed jistennew biex jagħtuhom il- berths.", "Imma jistenna skond min ikun l-individwu, għax hemm advisor mal- Malta Maritime Authority li kien qiegħed fuq berth temporanju u issa ħa waħda permanenti.", "Meta għamilt domanda parlamentari fejn staqsejt min jagħtihom il-ministru lagħabha tal-fidil u qal li ma jafx li hemm wieħed mill-advisors ta' l-awtorita` li kien qiegħed fuq berth temporanju u issa qabeż għall-permanenti.", "Dan qabeż xi 600.", "Nista' nagħtik ismu wkoll jekk ma tridx temmen.", "Hekk isiru l-affarijiet fejn jidħlu tal-qalba.", "Issa se nsemmi fatt ieħor li huwa theddida fejn tidħol is-sigurta` tal- kosta u l-portijiet tagħna.", "Fil-ġurnal \"The Malta Independent\" il-ministru kiteb artikolu ntitolat \"Driving substandard shipping out\", u fil-gazzetta \"In-Nazzjon\" fl-artikolu \"Meħtieġa responsabbilta` akbar fis-sigurta` tal- baħar\" ġie rrapportat li: \"Fl-intervent tiegħu matul il-konferenza l- Ministru Ċensu Galea qal li l-laqgħa tal-ministri qed tibgħat messaġġ politiku internazzjonali qawwi li l-bastimenti ta' livell baxx huma ta' theddida serja fl-industrija tal-baħar.", "Il-gvern Malti jiddikjara u qed jipprattika konċett ta' tbaħħir ta' kwalita` fuq linji rikjesti mill- organizzazzjoni marittima internazzjonali biex jinkoraġġixxi u jiffaċilita l-adozzjoni ġenerali ta' l-ogħla livell fi kwestjonijiet li jikkonċernaw is- sigurta` marittima kif ukoll il-prevenzjoni u l-kontroll tat-tniġġis fil- baħar mill-bastimenti\".", "Sur President, tgħidx kemm konna niftaħru f'dan il-parlament li mhux qed nirreġistraw bastimenti 'l fuq minn 25 sena, imma issa f'daqqa waħda qed nirreġistraw dawk il-bastimenti.", "Mistoqsija parlamentari li għamilt jien kienet tgħid: \"Jista' l-Ministru jgħid għaliex qed jiġu reġistrati vapuri jew tankers li għandhom 'il fuq minn 25 sena?\"", "Mela l-ewwel għamlu kruċjata biex ma nirreġistrawx bastimenti ta' 'l fuq minn 25 sena u qagħdu jiftaħru biha, u issa fir-risposta għal dik il-mistoqsija qal hekk: \"Jien informat li hija prattika ta' l-awtorita` marittima ta' Malta li tirreġistra vapuri ta' mhux iktar minn 25 sena.", "Madanakollu jeżistu ċirkostanzi fejn sidien li għandhom diversi bastimenti oħra li diġa` jtajru jew se jtajru l- bandiera Maltija, kien ikollhom ifittxu bandiera oħra sabiex jirreġistraw bastimenti tagħhom ta' l-eta` ta' 25 sena jew iktar.", "Għaldaqstant f'każijiet bħal dawn l-awtorita` tikkonsidra l-possibilta` li tirreġistra vapuri ta' l-eta` ta' 25 sena jew aktar.", "Dawn il-konsiderazzjonijiet bl- ebda mod ma jnaqqsu mill-kontrolli meħtieġa.", "Fil-fatt l-awtorita` dejjem issostni sistema fejn bastimenti ta' 25 sena jew iktar ikunu soġġetti għal spezzjonijiet riġidi saħansitra qabel ma dawn jiġu aċċettati għar- reġistrazzjoni.\"", "Kulħadd jaf li l-verita` hi li meta jmorru biex jirreġistraw bastimenti ta' 25 sena u iktar min hu responsabbli mir-reġistrazzjoni tal-bastimenti jirrifjuta.", "Meta jmorru għand l-aġenti dawn jiġu reġistrati.", "Dan mhux jien qed ngħidu, l-aġenti kollha qed jgħiduh.", "Dik hi l-verita`.", "Ħokkli dahri ħalli nħokklok dahrek!", "L-awtorita` marittima jafuha, iċ-chairman jafha, imma mid-dehra għandu l-faħam miblul għax ma ħax passi kontrieha.", "Jaf b'dan li qed ngħid jien għax l-aġenti qalulu, u mhux wieħed jew tnejn qalulu.", "Immur jien biex nirreġistra għand aġent u ma jirreġistrahulix, u mbagħad ngħaddih lill-ħabiba ta' xi ħadd u tirreġistrahuli!", "Iċ-chairman jaf, u jekk tiġri diżgrazzja għandu r-responsabbilta`.", "Hekk qed jiġri, u l- aġenti kollha jafu!", "Ħadd ma ċaħad din il-verita` li qed ngħid jien.", "Din hija r-realta`.", "Filli konna qed niftaħru li ma nirreġistrawx bastimenti li għandhom 'il fuq minn 25 sena, u f'daqqa waħda bdejna nirreġistrawhom għax imorru għand xi ħadd partikolari!", "Meta jkun aġent ieħor ma jirreġistrahomx.", "Għalhekk dik l-aġenzija jkollha ħafna bastimenti x'tirreġistra għax trid tmur għandha bilfors biex tirreġistrahomlok.", "Ħaddieħor ma jirreġistrahomx dawk it-tip ta' bastimenti!", "Sur President, bastimenti bħal dawn ikollhom nuqqasijiet kbar li jkunu theddida għall-portijiet tagħna.", "Jekk xi ħadd qed jaħseb li jien qed nivvinta li dawn il-bastimenti jkollhom nuqqasijiet kbar u li ma jsir xejn dwarhom, nitolbu jisma' x'tgħid din l-ittra mill-Malta Maritime Authority tas-17 ta' April ta' din is-sena.", "M'iniex se nsemmi l-isem tal-bastiment.", "Din tgħid hekk:", "\"A copy of the ship's safety inspection report has been lodged with the master of the vessel.", "Your office is requested to confirm rectification of the GMDSS printer prior to commencement of operation.", "A copy of the service report is to be submitted to this office.", "Also within one month, rectification of all other items listed hereunder.", "Please also revert with your detailed comments on each item identified during the captioned inspection and measures adopted to prevent re- occurrence.\".", "Dan xorta baqa' jaħdem dan il-bastiment.", "Trid insemmilek kemm hawn affarijiet imsemmija?", "Hawn 35 item.", "Ħalli nsemmi xi ħaġa minnhom li hija serjissima.", "Crew members are to be familiar with GMDDS operations.", "F'każ ta' emerġenza dawn iridu jkunu jafu x'għandhom jagħmlu.", "Imma dawn lanqas jafu!", "Ħalli nibda nsemmi l-lista li hawn.", "Railings port and starboard to repair.", "Fore peak ladder lower end to fix.", "Bowsing in tackles for both lifeboats to be provided.", "Plug position on lifeboats to be marked.", "Imbagħad hemm fuq is-seamen Wadi El Jaber Safa and Agib Hazim are to be in possession of a Tanker Familiarization Training certificate ukoll.", "Fire doors are not to be blocked open.", "Weather tight doors and hatches seals to repair.", "Medical locker expired medicines to be renewed.", "Fire and solas training manuals are to be available in crew's mess. ventilation of crew's toilet to repair, u ħafna difetti oħra.", "Jekk noqgħod insemmihom lanqas nispiċċa tant kemm hawn!", "Dan issa ġara!", "Fis-17 ta' April intbagħtet din l- ittra, mhux xi 20 sena ilu!", "Dawn il-bastimenti huma reġistrati u jbaħħru b'detriment u periklu għall-portijiet tagħna u għal pajjiżna.", "Din hija xi ħaġa tal-biki.", "Ma nistgħux inħallu dawn l-affarijiet isiru!", "Imma l-agħar waħda u l-iktar ħaġa li hija theddida veru għas-sigurta` tal- portijiet tagħna hija l-mod kif dawn il-bastimenti qed jiġu mmaniġġjati.", "Fl-aħħar tas-sena l-oħra ħareġ bastiment minn port min-naħa ta' isfel ta' Malta u baqa' dieħel l-art.", "Kienu fis-sakra, imma kollox baqa' mistur mill- MMA.", "Ftit iktar minn sena ilu bastiment ieħor baqa' dieħel fil-fish farm, imma dan baqa' mistur ukoll.", "Għaliex ġraw dawn l-affarijiet?", "L-MMA taf kemm qed isiru abbużi minn baħħara mhux ikkwalifikati b'mod speċjali minn cadets li jiġu minn Georgia, li lanqas jafu fejn hi l-poppa u l-pruwa tal- bastiment, u fi żmien sitt xhur dawn imorru Georgia u jiġu lura bħala chief officer!", "Dawn affarijiet tal-biki u tal-mistħija!", "Qegħdin fil-periklu għax ħafna minnhom qed iħaddmu tankers taż-żejt.", "F'din is-sitwazzjoni qegħdin!", "Jien xbajt nisma' b'każi bħal dawn u l-maritime authority ma tisma' xejn u ma tkun taf b'xejn!", "Din hija theddida serja għall-kosta tagħna.", "Ħafna minnhom dawn qed jaħdmu fuq bastimenti li jtajru bandiera Maltija.", "Apparti minn dan, hemm il-logħba li jgħidu li huma offshore biex ma jħallsux t-taxxa u fuq l-istess bastiment il-ħaddiema Maltin u oħrajn ikunu meqjusa bħala ħaddiema normali, qishom qed jaħdmu fuq l-art.", "Din x'taħwida hi?", "Serjeta` ta' xejn u safety ta' xejn!", "Is-sitwazzjoni tal-biki!", "Imbagħad peress li jħallsuhom bi ftit flus, dawk jirranġaw ma' xi ħadd fl- awtorita` marittima biex iħalluhom jidħlu, biex jiġi endorsed iċ-ċertifikat bil-periklu kollu li tista' tiġri xi diżgrazzja kbira għall-kosta tagħna.", "Dawk jibqgħu għaddejjin, u l-Maltin li huma kapaċi, kwalifikati u b'esperjenza jaqilgħu fuq rashom, jaraw kif jagħmlu biex itajruhom ħalli jdaħħlu lil dawn il-barranin li mhumiex kwalifikati.", "Nerġa' ntenni li mhumiex kwalifikati u lanqas għandhom is-sea experience.", "Praspura wara l- oħra nisimgħu fuq dawn il-bastimenti, u jibqgħu misturin!", "Aħna suppost nipproteġu lill-baħħara Maltin.", "Għalfejn noqogħdu niftaħru bl- iskola marittima meta mbagħad qed insibu li qed iqaċċtu lill-Maltin minn kullimkien u jdaħħlu nies mhux kwalifikati, li ħadd ma jridhom, biex iħallsuhom bi ftit liri?", "Il-kumpanniji mhux qed jaraw li jkollhom servizz tajjeb u li jkollhom safety, imma qed iħaddmu n-nies b'mod degradanti, b'numru ta' sigħat u b'kondizzjonijiet li ma jitwemmnux.", "Dawn l-affarijiet ma jistgħux jiġu aċċettati.", "Hawn nitlob lill-occupational health and safety authority biex tmur ħalli tara eżatt kif inhi s-sitwazzjoni fuq dawn il- bastimenti, b'mod speċjali dawk li jagħmlu l-bunkering.", "Meta jkun hemm xi ħadd mill-crew Malti, jekk isibulu l-bieba tat-tank miftuħa, jagħmlulu plejtu biex taparsi juruh li qed jagħmlu l-affarijiet sew.", "Imma lista bħal dik, ta' 35 ħaġa li fiha xi nuqqas, dik tibqa' għaddejja għaliex ma tkunx Malti!", "M'għandhomx jgħaddu, lanqas jekk ikunu Maltin, l-ebda waħda.", "Imma qed ngħid dan biex nuri f'liema sitwazzjoni ninsabu u dawn l-affarijiet li qed insemmi nista' nġib il-provi tagħhom!", "Ma nistgħux inħalluhom sejrin dawn l-affarijiet!", "Sfortunatament il-poplu Malti u Għawdxi ma jkunx jaf x'inhu jiġri għax dawn huma affarijiet li jkunu jafuhom dawk li jkunu involuti direttament.", "Il-bqija taf meta ssir taf bihom?", "Meta tiġri xi diżgrazzja, jekk issir taf bihom, għax bħalma semmejt, dak li ħareġ u baqa' dieħel l-art għax marlu t-tmun, u l-ieħor li baqa' dieħel fil-fish farm għax raqad minħabba l-kondizzjonijiet ta' xogħol li għandu, dawk ma smajniex dwarhom u dwar każijiet oħra li kien hemm!!", "Dawk ma jissemmewx!", "Dik hija theddida serja wkoll għall-portijiet tagħna.", "Iżda l-ikbar theddida li kulħadd huwa konxju li pajjiżna qiegħed f'riskju kbir tagħha hija t-tniġġis taż-żejt.", "Il-ministru stess kemm-il darba qal li t-tniġġis taż-żejt huwa riskju kbir għal pajjiżna.", "Noqogħdu niftaħru li għandna s-civil protection, li għandna l-maritime authority, imma x'inhi verament is-sitwazzjoni?", "Tal-biki!", "Is-civil protection kienu ġabu mijiet ta' eluf ta' liri f'pompi u affarijiet hekk, imma llum kollox huwa ġġammjat!", "Allaħares ikollna xi diżgrazzja għax jekk niġu bżonnhom ma jaħdmux!", "Ħadd ma jsemmihom dawn l-affarijiet.", "Meta aħna konna fil-gvern konna tajna prijorita` lill-qasam marittimu minħabba t-tniġġis.", "Infatti konna ppjanajna biex nagħmlu sezzjoni apposta u konna għamilna contingency plan.", "Ġibna dawk l-opri tal-baħar apposta biex jekk ikollna xi diżgrazzja bħal din aħna nkunu nistgħu nilqgħulha.", "Imma x'inhu jiġri issa?", "Il-gvern jiftaħar li kollox miexi sew, imma jien nistieden lill-MMA jgħidulna jekk dak li qed ngħid jien huwiex veru!", "Nitlobhom imorru jiftħu l-containers tas- civil protection quddiem il-pubbliku u juruna jekk il-pompi humiex veru ġġammjati.", "Juruna l-affarijiet kollha tal-fire section li hemm fil- marinas.", "Għandhom jagħmlu open day u juru dawn l-affarijiet ħalli l-poplu Malti jkun jaf x'hemm, mhux bil-paroli imma bil-fatti.", "Sur President, jien kont semmejt li kien hemm vetturi li kienu qalbulhom il- makna minn petrol għal diesel.", "Inti għamilt rapport, imma fir-rapport m'għedtlix li ma kenitx inġiebet quotation mingħand ħaddieħor.", "L-individwu mar fejn kien isewwi l-karozza hu, u ma kienx hemm quotation mingħand ħaddieħor.", "Imma apparti dik, kien hemm il-każ tal-karozza ta' konsulent mal-maritime authority li tiswa Lm20,000.", "It-tifel tiegħu kien qed isuqha fis-sakra u kissirha, u tawh karozza oħra.", "Ma nafx x'sar minnha l-karozza l- oħra.", "Għandi r-ritratt tagħha li nagħtihulkom ukoll.", "Din mhux minn flus il- poplu?!", "Ma jimpurtax, basta tkun wieħed tal-klikka!", "Illum reġgħu ssemmew il-proġetti ta' l-Unjoni Ewropea.", "Kemm se ndumu niftaħru bihom!", "Imma jien nistaqsi lill-ministru biex isemmili wieħed biss li tlesta u li l-pajjiż qed igawdu minnu, għax safejn naf jien ħlief problemi ma nqalgħux.", "Proġett wieħed wara l-ieħor ifalli, tenders jerġgħu joħorġu, falliment wieħed wara l-ieħor.", "Jien nistaqsi lill-MMA kemm tiflaħ tħallas għal dawn il-proġetti.", "Hawn irrid infakkar li dawn il-proġetti mhux qed jitħallsu kollha mill- Unjoni Ewropea għax hemm persentaġġ minnhom qed jitħallas mill-poplu Malti.", "M'hemmx ippjanar serju!", "Nixtieq nistaqsi wkoll x'qed jiġri fuq il-proġetti Vessel Traffic Management and Information System (VTMIS) u Vessel Testing System (VTS) għax qed ikun hemm kollox moħbi.", "Daħħalna nies ġodda u tajniehom it-taħriġ.", "Għalhekk nistaqsi kemm se niffrankaw minn dawn is-sistemi u x'kordinament qed ikollna.", "Imlejna Malta u Għawdex bir-radars u ħadd ma jafx x'qed jiġri.", "Xi ħaġa li suppost tkun pożittiva qed tispiċċa midfuna u minsija.", "Suppost li din is-sistema kellha tibda taħdem minn Jannar.", "Jistgħu jgħidulna kif qed taħdem eżatt, għax minkejja dawn ir-radars kollha, ħadd ma jaf x'inhu jiġri?!", "Kulħadd dieħel u ħiereġ u jagħmel li jrid!", "Nerġa' ngħid u nisfidakom tmorru l-yacht marina wara s-7.00 ta' filgħaxija u tarawhom deħlin u ħerġin!", "Għall-ewwel ma ridtx nemmen u allura mort jien biex nara b'għajnejja, għax kieku ma kontx nitkellem.", "Ħadd ma kien hemm, u m'hu qed ikun hemm ħadd.", "Qed jiġu jħottu u jgħabbu mingħajr ma jkellimhom ħadd!", "Saħansitra darba minnhom anke żiemel ġabu b'yacht.", "Żiemel, mhux ċajt!", "Qed tidħak għax taf, għax issemmiet, u mhux darba ssemmiet!", "U għalhekk tidħku, għax forsi jkun ta' xi ħadd ta' ġewwa.", "Probabbilment ta' ġewwa kien!", "Din hi s-sitwazzjoni li jinsabu fiha l-portijiet tagħna!", "Kif kont qed ngħid, is-soltu tgħidx kemm idoqqu trombi fuq ir-riforma fil- portijiet, imma llum żammew low profile għax l-affarijiet mhux kif qalu.", "Il-poplu Malti ma gawda xejn għadu.", "Ma raħsulux l-affarijiet, anzi hemm konfużjoni.", "(Interruzzjonijiet) Huma jgħidu li qed issir ir-riforma, jgħidu biss.", "Imma llum ma tantx semmewha, insewha!", "Is-sitwazzjoni hija dik li hi llum.", "L-awtorita` marittima qiegħda fi stat diżastruż bħalma qiegħed fih il-pajjiż.", "Nerġa' ngħid li mhux billi noqogħdu niftaħru, niġu ndoqqu t- trombi u ngħidu li l-affarijiet mexjin sew u li l-maritime authority qed tieħu l-affarijiet bis-serjeta`, u mbagħad meta niġu għall-fatti nindunaw f'liema sitwazzjoni jinsabu l-portijiet tagħna u f'liema sitwazzjoni jinsabu l-proġetti li hija responsabbli minnhom l-awtorita` marittima!", "Jidher ċar li kien hemm proġetti li ma kellhomx isiru, imma intnefqu ħafna flus biex xi ħadd minn tal-klikka jbill subgħajh!", "Tal-klikka kollha jbillu subgħajhom!", "Dik hija s-sitwazzjoni, u mbagħad jpinġu li l-affarijiet mexjin sew!", "Il-yacht marina qed ikissruha biex imbagħad jagħtuha lil xi ħadd bażużlu!", "M'hemmx triq oħra, għax kif jista' jkun tħalliha f'dik is- sitwazzjoni tal-biki?!", "Sur President, jien qed nistenna li issa jgħidulna speċifikament kemm se jiswa l-proġett taċ-Ċirkewwa, jekk hux se jiġi jiswa Lm19-il miljun, jew viċin, ħalli l-poplu Malti jkun jaf.", "Wara kollox minn but il-poplu Malti ġejjin dawk il-flus!", "L-aħħar ħaġa li rrid nitlob minn qalbi hija biex il- gvern jagħti kas dawk in-nies kapaċi li hemm fil-maritime authority, nies kwalifikati, hu x'inhu l-kulur politiku tagħhom.", "Dawk huma nies li kapaċi jġibu 'l quddiem il-qasam marittimu u verament jistgħu jġibu 'l quddiem lil pajjiżna.", "Qegħdin tagħtuhom bis-sieq!", "Ma nafx għalfejn qegħdin tagħtuhom bis-sieq biex jibqgħu jirrenjaw erbgħa min-nies!", "Din is-sitwazzjoni ma tistax tibqa' sejra, u l-partit Laburista jwiegħed li kulmin għandu rieda tajba, kulmin hu kapaċi, hemm postu fil-maritime authority u se jsib min jgħinu biex jaħdem għal qalbu ħalli l-portijiet tagħna verament ikunu portijiet li jagħmlu ġieħ mhux lil pajjiżna biss, imma lill-Mediterran kollu bil-mod kif jimxu l-portijiet u bil-mod kif jaġixxi min imexxihom.", "Mr Speaker, nitlob il-permess tal-Kamra biex inqiegħed fuq il-mejda tal- Kamra d-dokumenti li semmejt.", "MR SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Ħamsa u tletin ritratt li juru l-istat li jinsabu fihom diversi postijiet li jaqgħu taħt l-amministrazzjoni ta' l-Awtorita' Marittima ta' Malta.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Jose' Herrera.", "ONOR.", "JOSE' HERRERA: Kif inħobb nagħmel is-soltu meta nitkellem fuq l- estimi, qabel ma nidħol fis-sustanza tas-suġġett nixtieq nagħmel xi osservazzjonijiet dwar l-estimi nfushom.", "L-iskop li wieħed jeżamina l- estimi huwa biex jara jekk il-parlament għandux jivvota favur dak propost mill-ministru biex din l-awtorita` tkun tista' tiffunzjona.", "Fil-fatt hemm ftit awtoritajiet li niddibattu l-estimi tagħhom fil-parlament.", "Is-soltu niddibattu biss id-dekasteri rispettivi tad-diversi ministeri u l- awtoritajiet u l-entijiet l-oħra governattivi jkunu jiffunzjonaw fi ħdan ministeru partikolari, u allura l-finanzjament jittieħed mill-istess ministeru.", "Pero` hemm ċerti entijiet li tant huma importanti li l- parlament iħoss li għandu jżomm il-kontroll fuq dawk l-estimi.", "Waħda minn dawn l-awtoritajiet hija l-awtorita` marittima li matul iż- żmien, fl-opinjoni umli tiegħi, evolviet forsi fl-iktar enti governattiva importanti.", "Din l-awtorita` ma tantx ilha teżisti, forsi ilha teżisti għal dawn l-aħħar 18-il sena jew 20 sena, tiffunzjona tramite tliet direttorati separati, kull wieħed minnhom b'funzjonijiet ben deskritti, u matul iż- żmien l-importanza tagħha dejjem qed tikber.", "Malta hija pajjiż marittimu, u allura suġġett li għandu x'jaqsam mal-marittimu huwa suġġett indispensabbli għall-ekonomija tagħna.", "Għalhekk huwa importanti li l-parlament iżomm ir- riedni f'idejh ta' l-estimi ta' awtorita` bħal din.", "Bħas-soltu nagħti daqqa t'għajn żgħira lejn ċerti kwestjonijiet jew ċerti rqaqat fl-estimi relattivi u nistaqsi xi domandi u nesprimi xi riżervi tiegħi.", "Dan huwa l- mument li wieħed jiddiskuti fuq kwestjonijiet bħal dawn.", "Kif dejjem ngħid – u dan ngħidu mhux biss meta niġi niddibatti dwar l- estimi ta' din l-awtorita`, imma anke meta meta niddibatti dwar estimi oħra – ħafna drabi, bid-dovut rispett lil min iħejji dawn l-estimi, ma jkunx preċiż, anzi jkun 'il bogħod ħafna mill-preċiżjoni.", "Dan huwa inkwetanti, għax jekk il-parlament ma jkollux stampa ċara ta' dak li hu proġettat li għandu jiġri, ta' dak li kien proġettat li kellu jsir u ta' dak li hu attwali, il-parlament ma jistax jikkontrolla l-estimi u n-nefqa.", "Is-sena l-oħra kelli opportunita` li nikkritika dan is-suġġett b'ċerta feroċita`, pero` l-iskuża li ngħatat kienet li ġiet introdotta sistema ġdida ta' konteġġjar minħabba xi regolamenti, u allura kien hemm dawk l-iżbalji.", "Pero` din hija t-tieni sena bis-sistema ta' awditjar updated, u allura wieħed kien jippretendi li nkunu iktar preċiżi.", "M'hemmx xi volum kbir ta' estimi, hemm xi seba' paġni dwar l-estimates of revenue and expenditure, u wieħed malajr idawwar il-paġni u jara x'riżervi hemm.", "Fl-ewwel paġna naraw, per eżempju, li s-sena l-oħra kien hemm proġettat li din is-sena suppost kien se jkollna telf sostanzjali ta' Lm1.7 miljun meta fil-fatt kellna surplus ta' Lm101,000.", "Jiġifieri l-estimi qegħdin żmerċ b'Lm1.85 miljun.", "Mhux qegħdin nitkellmu fuq il-ministeru tat-trasport jew il-ministeru ta' l-edukazzjoni fejn għandek budget ta' Lm40 miljun, Lm50 miljun, Lm60 miljun, imma qegħdin nitkellmu fuq enti governattiva jew aġenzija governattiva li għandha budget ta' Lm3 miljuni, Lm4 miljuni jew Lm5 miljuni.", "Allura jekk tmur żmerċ b'Lm1.85 miljun naturalment huwa żball kbir.", "Is-sena l-oħra kelli raġun ngħid li ma kontx qiegħed f'pożizzjoni li nanalizza sew l-estimi, u ma kontx f'pożizzjoni li nagħti l-kontribut tiegħi għax l-estimi ma kontx qed nemminhom.", "Din is-sena ġejna hawnhekk u qed ningħata raġun, għax morna żmerċ bi kważi Lm2 miljuni.", "Hemm ħaġa oħra li dejqitni.", "Ladarba għamilna daqshekk qligħ, kif ma kellniex appropriation xejn lill-gvern?", "Hemm ministeri li jikkontribwixxu, hemm ministeri li jieħdu, hemm dawk li jkollhom deficit, hemm dawk li jkollhom surplus, u f'dan kellna surplus, pero` appropriation lill-gvern ma kellniex.", "Kif ilmenta l-Onor.", "Joe Mizzi b'ċerta feroċita` - u għamel sew fl-opinjoni tiegħi - hemm ċerti konsulenzi żejda u hemm sparpaljar ta' flus.", "Jien se nitkellem fuq figuri, u jkolli ngħid li naqbel miegħu perfettament li hemm sparpaljar kbir ta' flus fit-treġija ta' din l-aġenzija.", "Meta qegħdin nitkellmu fuq kumpannija li għamlet surplus ta' Lm100,000 - qegħdin nitkellmu fuq ammont żgħir - wieħed kien jimmaġina li l-operating expenses jiġu minimizzati.", "Pero` s-sena l-oħra kien hemm stmat li dawn l-operating expenses se jkunu Lm1.6 miljun, u s-sena l-oħra għedt li konna qegħdin nagħmlu forecast żbaljat biex imbagħad ikollna s-surplus biex naħdmu.", "U hekk hu, għax l-actual expenditure kienet ta' Lm1.147 miljun.", "Jiġifieri morna żmerċ b'Lm0.5 miljun f'operating expenses.", "Mela qgħadna attenti d- doppju, irriżervajna ħafna flus extra biex jekk din is-sena niġu u nisparpaljaw, ngħidu li kellna forecast ta' Lm1.6 miljun!", "Meta qed ngħidu Lm1.1 miljun bħala operating expenses diġa` huma ħafna meta tikkomparahom ma' x'tiswa din l-enti.", "Pero` din is-sena qegħdin nerġgħu nagħmlu forecast għas-sena d-dieħla ta' operating expenses ta' kważi l-istess ammont, jiġifieri ta' kważi Lm1.6 miljun.", "L-istess argument li kont qajjimt is- sena l-oħra nerġa' nqajmu din is-sena.", "Hemm ħaġa oħra li tinkwetani.", "Iktar 'il quddiem meta se naqra l-annual report of activities se jirriżultali li għal dawk li huma yachting activities, jiġifieri berthing, attrezzajna iktar berths, attrezzajna iktar pontoons u t-talba hija dejjem akbar.", "Qegħdin ukoll nipproġettaw sabiex inkabbru din it-tip ta' attivita' kummerċjali anke fil-gżira Għawdxija.", "Allura suppost li l-yachting f'Malta hija industrija li qiegħda tiffjorixxi u li fiha sejrin 'il quddiem ħafna.", "Hekk suppost!", "Meta naraw l-estimi tas- sena l-oħra nsibu li kellna forecast ta' kważi Lm600,000 bħala ntrojtu, imma mbagħad l-actual kien ħafna inqas minn hekk.", "Fil-fatt is-somma kienet ta' Lm430,000.", "Din is-sena, minkejja li żidna l-berthings, il-pontoons u anke żidna xi ftit it-tariffi, il-forecast naqqasnieh minflok ma żidnieh.", "Mela suppost li s-sena d-dieħla se mmorru aħjar għax għandna aktar berths, u ġejna niftaħru fuq kemm hawn nies li jridu jiġu bil-yachts tagħhom hawnhekk u ħsibna anke għas-super yachts!", "Imma mbagħad il-forecast huwa ta' kważi Lm130,000 inqas mill-forecast tas-sena l-oħra!", "Din hija xi ħaġa li ma nistax nifhimha.", "Ma nistax nifhem kif tkabbar l-investiment u l-industrija biex imbagħad il-forecast li tagħmel, minflok ma jkun aktar, ikun inqas minn dak li kellek is-sena ta' qabel!", "Ikolli ngħid li dan it-tip ta' forecast qiegħed jinkwetani.", "Sur President, punt ieħor li xtaqt insemmi huwa fuq il-kwestjoni ta' l- uffiċini l-ġodda.", "Hawnhekk se nerġa' insemmi dak li qal l-Onor.", "Joe Mizzi fuq il-kwestjoni ta' l-isparpaljar tal-flus.", "Proprju fl-aħħar paġna ta' l- estimi qiegħed jiġi stmat li għal din is-sena, in-nefqa f'buildings, f'office furniture and equipment se tkun ta' Lm2,170,000.", "Jekk, per eżempju, tħares lejn l-impairment of fixed assets tinduna kif hawnhekk ukoll morna żmerċ għax il-valur tal-fixed assets huwa baxx ħafna.", "Mela allura għandek kumpannija li qiegħda tiġġenera surplus ta' Lm100,000.", "Huwa minnu li din il-kumpannija għandha surplus, imma xorta waħda l-attivitajiet l-oħra huma under the Lm4 or Lm5 million bracket.", "Issa din il-kumpannija diġa' għandha l-uffiċini tagħha, pero' f'daqqa waħda issa se tinvesti f'uffiċini ġodda li se jiġu jiswew 'il fuq minn Lm2 miljuni.", "Din is-somma hija kważi daqs nofs il-valur ta' l-attivita' kummerċjali kollha tagħha.", "Għalhekk għandu raġun l-Onor.", "Joe Mizzi meta qalilna li f'din l-aġenzija hemm l-isparpaljar tal-flus.", "Li kieku għandek ir-roads department li qiegħed jagħmel investiment ta' Lm40 jew Lm50 miljun u mbagħad jonfoq Lm2 miljuni, wieħed jifhimha.", "Imma jekk jien għandi ħanut tal-grocer li minnu qiegħed naqla' Lm20,000 fis-sena u mmur ninvesti f'uffiċini ġodda li jiswew Lm20,000, ma naħsibx li nkun qiegħed nagħmel xi ħaġa sensata.", "U dan lanqas huwa xi nvestiment infrastrutturali jew xi nvestiment f'reklami għal Malta.", "Dan l-investiment m'huwiex qiegħed isir biex ikollna aktar pontoons, imma huwa nvestiment kapitali ta' aktar minn Lm2 miljuni f'office equipment, furniture and buildings!", "Dawn huma kwestjonijiet ta' pura amministrazzjoni.", "Hawnhekk ikolli ngħid li għandi r- riservi tiegħi fuq kemm dawn l-affarijiet qegħdin isiru bil-għaqal.", "Sur President, hemm ukoll aspetti pożittivi li jien inħobb nitkellem fuqhom.", "Imma dak li qiegħed jinkwetani mill-aspett fiskali rrid insemmih ħalli l-ministru forsi jkollu ċ-ċans li jirrispondi fuqhom.", "Irrid insemmi xi ħaġa fuq il-kwestjoni tal-yachts li diġa' semmejtha xi ftit ilu.", "Per eżempju, f'paġna 11 tar-rapport nistgħu naraw li sar investiment qawwi f'pontoons fl-Imġarr Harbour.", "Fil-fatt qiegħed jingħad hekk: \"Three pontoons sections have been completely refurbished.", "These were used to replace other sectors which required attention.\".", "Jekk tkompli taqra r- rapport tara xi sforz għamlet l-aġenzija sabiex timmultiplika l-ispazju għal berthing tal-yachts.", "Naturalment din hija xi ħaġa tajba, imma meta mbagħad tara l-multiplikazzjoni ta' l-ispazji u tal-pontoons u tqabbilhom ma' l-estimi li qiegħda tipproġetta, issib li minflok tipproġetta aktar 'il quddiem, qiegħda tipproġetta aktar lura.", "U allura bilfors li trid tistaqsi jew tikkritika dawk l-estimi, l-aktar meta morna żmerċ b'aktar minn Lm1 miljun.", "Ovvjament wieħed irid jikkritika wkoll it-terminal taċ-Ċirkewwa u ta' l- Imġarr Għawdex għax minn sena għal sena dejjem ngħidu li dalwaqt se jitlesta, imma fir-realta' dam aktar milli suppost.", "Din hija kritika li nagħmlu kull sena u li baqgħet tippersisti sal-lum.", "Issa wieħed irrid jinnota wkoll xi ħaġa pożittiva.", "Il- maritime security compliance department huwa xi ħaġa ġdida għax ilu jiffunzjona biss għal dawn l-aħħar sentejn.", "Imma fuqu għandna rapport dettaljat ħafna u qiegħed jindikalna li dan id-dipartiment qed jiffunzjona kif imiss.", "Naturalment din hija xi ħaġa pożittiva u ta' min wieħed isemmiha hawnhekk ukoll.", "Madankollu l-aktar ħaġa li jiena ħadt pjaċir biha kienet dik fuq il-kwestjoni tal-ports directorate fuq ir-reġistrazzjoni tal-vapuri.", "Hawnhekk ukoll qiegħed nieħu pjaċir ninnota li sejrin tajjeb.", "Bażikament jiena nagħmel ix-shadowing tas- servizzi finanzjarji u tal-kwestjonijiet fuq il-marittimu mill-aspett finanzjarju, u naturalment l-aktar parti li tinteressani hija l-kwestjoni relatata ma' l-aspett finanzjarju.", "Fil-verita', l-aspett finanzjarju hija l-kwestjoni tar-reġistrazzjoni tal-vapuri.", "Illum ir-reġistrazzjoni tal-vapuri hija industrija f'industrija.", "Min-naħa tiegħi m'iniex se noqgħod ngħid li din l-industrija ma tantx tiġġenera flus.", "Diġa' għedt li l-awtorita' marittima ma tat xejn lill-gvern għax meta nitkellmu fuq din l-industrija, m'aħniex qegħdin nitkellmu fuq miljuni kbar ta' liri.", "Allura forsi dak li jkun jgħidlek li din il-parti minn tliet direttorati fi ħdan l-awtorita' ma tantx għandha importanza.", "Fil-verita' l- fatti juru mod ieħor.", "Fl-opinjoni tiegħi l-kwestjoni tar-reġistrazzjoni tal-vapuri llum saret industrija primarja.", "Dan mhux qiegħed ngħidu għall- ammont ta' flus li din l-industrija tiġġenera direttament lill-kaxxa ta' Malta jew lill-awtorita' marittima, imma minħabba l-foreign direct investment li ġġib din it-tip ta' attivita' kummerċjali.", "Dan l-investiment ma jidhirx, u jekk naqra l-estimi m'iniex se nsib dan l-investiment.", "Fil- verita' min qiegħed fil-prattika privata, bħal per eżempju, avukat jew accountant, jirrealizza li l-industrija tar-reġistrazzjoni tal-vapuri llum ma baqgħetx aktar niċċa imma saret industrija primarja.", "Naturalment din għandha importanza tremenda u nkalkolabbli għal pajjiżna.", "Sur President, darba jiena kont għamilt xi mistoqsijiet parlamentari fejn irriżultali li għandna 'l fuq minn 6,000 ruħ impjegat b'mod dirett u indirett f'dan il-qasam.", "Għandek ukoll 9% tal-GDP li llum jiddependi mis- servizzi finanzjarji u f'dan is-settur għandek tkabbir ta' 30%.", "Mela r- reġistrazzjoni tal-vapuri hija indispensabbli għal Malta.", "Barra minn hekk, Malta tinsab fit-top five ta' l-aqwa bnadar tad-dinja.", "Xi minn daqqiet konna t-tielet post, xi minn daqqiet konna fis-seba' post u llum qegħdin fl- aqwa ħamsa.", "Ovvjament din hija xi ħaġa promettenti ħafna, aktar u aktar meta wieħed jiftakar li matul dawn is-snin kienet saritilna ċerta kritika minn pajjiżi oħra fuq il-bandiera tagħna.", "Xi minn daqqiet kienet kritika f'waqtha u kritika kostruttiva, pero` xi minn daqqiet kienet kritika li saret taħt iċ-ċinturin bħalma kellna fil-kwestjoni ta' l-Erika.", "Din is-sena sirna nafu li l-qrati Franċiżi eżonoraw kompletament lil pajjiżna minn dik il-kwestjoni.", "Il-partit Laburista kien ukoll ħareġ stqarrija fejn għedna li l-gvern u l-awtorita` ma kellhom l-ebda ħtija f'din il-biċċa xogħol għaliex dejjem imxew kif suppost.", "Madankollu kien hemm ċerta kritika li għal tul ta' żmien, il-bandiera ta' Malta kienet qiegħda tiġi interpretata bħala bandiera ta' konvenjenza, li konna laxki wisq, li konna qegħdin nitwikkew b'ħafna vapuri antiki jew li ma kellhomx ix-double hull imma kienu bis-single hull, u allura kienu perikolużi.", "Insomma, kienu qegħdin jgħidu li aħna konna qegħdin nitwekkew bir-raċanċ kollu.", "Issa parti minn dik il-kritika kienet ġusta għax kien minnu li aħna konna nirreġistraw dawk it-tip ta' vapuri.", "Tant hu hekk li f'daqqa waħda l- industrija tagħna splodiet 'il fuq.", "Sur President, irridu nifhmu li l-industrija tar-reġistrazzjoni tal-vapuri f'pajjiżna bdiet waħedha fl-1973, fejn dak iż-żmien kellek ftit eluf ta' tunnellaġġ.", "Din l-industrija baqgħet tissaħħaħ grazzi għall-entrepreneurs Maltin li għarfu jisfruttaw dan il-qasam.", "Fl-aħħar tat-tmenijiet, għall- ewwel darba konna ħloqna qafas legali sabiex nirregolaw lil din l- industrija, imma xorta waħda konna laxki.", "Fil-fatt jekk inħarsu lejn iċ- charts li għandna quddiemna naraw li f'dak il-perjodu li fih konna laxki, dejjem konna telgħin 'il fuq b'rata fenomenali.", "Imma mbagħad kien wasal il- mument li nieħdu l-passi meħtieġa sabiex indaħħlu aktar serjeta` fil- pajjiż.", "Kien il-gvern Nazzjonalista li ħareġ b'abbozz ta' liġi f'waqtu u li bih irnexxielu jkattar is-serjeta` u s-sigurta` imma fl-istess ħin iħalli ċerta leeway u inizjattiva ħalli dan l-investiment ikompli jiġi attirat lejn pajjiżna.", "Irridu ngħidu wkoll li l-partit Laburista dejjem ivvota favur il-gvern f'dawn l-affarijiet ħalli b'hekk nuru front wieħed.", "Fil-fatt urejna serjeta` f'din l-industrija li hija sensittiva u li tirrikjedi stabbilita` politika u stabbilita` fil-policies sabiex tattira dan it-tip ta' l-investiment.", "Madankollu darba minnhom kont ġejt f'din il-Kamra u wrejt it-tħassib tiegħi minħabba li t-tunnellaġġ beda nieżel.", "Fil-fatt wara Ottubru ta' l-2002, fejn kellna tunnellaġġ ta' 128,365,332, bdejna neżlin ftit ftit.", "Dan kien iż-żmien li fih għamilna r-riformi, u meta għadda ftit aktar żmien, it- tunnellaġġ baqa' nieżel.", "Imbagħad f'daqqa waħda erġajna bdejna telgħin 'il fuq.", "U dan qiegħed ngħidu sabiex nurikom kemm morna tajjeb f'din iċ- ċirkostanza għax irnexxielna nirriformaw il-qafas legali tagħna, fejn tajnieh dehra aktar serja u ħlisna mill-imbarazz, u xorta waħda bdejna telgħin 'il fuq.", "Tant hu hekk li bejn Ottubru 2005 u Settembru 2006 ilħaqna l-peak bħala tunnellaġġ li qatt kellha Malta.", "Fil-fatt il-peak bħalissa huwa ta' 129,691,025.", "Għalhekk mhux biss irkuprajna dak li tlifna matul is-snin imma anke rnexxielna nerġgħu nġibu t-telf u ngħaddu l-peak li kellna f'Ottubru ta' l-2002.", "Min-naħa tiegħi nikkritika dak li huwa negattiv u dak li fuqu jkolli xi riservi, pero` fl-istess ħin, inkun irrid insemmi dak li huwa tajjeb.", "Issa rrid infakkar f'affarijiet oħra.", "Sur President, din is-sena u s-sena ta' qabel ma kenitx sena faċli għar- reġistrazzjoni tal-vapuri f'Malta u f'pajjiżi oħra li joperaw l-istess tip ta' attivita` bħall-Greċja u Ċipru.", "Dan għax kien hemm lobby qawwi u ċerti riżoluzzjonijiet li għaddew mill-parlament Ewropej, fejn minħabba l- kwestjoni tat-tniġġis, riedu jagħmlu regolamenti li jmorru lil hinn mir- regolamenti internazzjonali fuq dak li jikkonċerna vapuri reġistrati fl- Unjoni Ewropea.", "B'hekk, jekk ikun hemm kwestjoni fuq tniġġis, il-multi jkunu aktar ħorox u d-diriġenti tal-vapur u l-kaptan jiġu esposti personalment għal ċerti penali.", "Dan wassal għall-għoli fl-assigurazzjoni fuq il-vapuri reġistrati taħt bandiera Ewropea.", "Għalhekk ma kienx jaqbillek aktar li tirreġistra l-vapur tiegħek f'pajjiż Ewropew meta kont tista' tmur f'pajjiż ieħor bħalma huwa l-Panama.", "B'dan il-mod konna qegħdin nitilfu mis- suq.", "Kelli okkażjoni oħra fejn għedt li l-gvern Malti u l-gvernijiet tal- Greċja u ta' Ċipru kienu ħadu pożizzjonijiet ebsin ħafna, u naħseb li għall- ewwel darba wżaw il-veto tagħhom.", "Il-partit Laburista ħadem ukoll fuq din il-kwistjoni għax għalina l- interess tal-pajjiż jiġi l-ewwel u qabel kollox.", "Wieħed ma jridx jieħu jew jakkwista vantaġġ politiku minn xi ħaġa bħal din.", "Anzi aħna ħadna pożizzjoni serja kif ħadna wkoll pożizzjoni serja fuq il-kwestjoni tat- tassazzjoni u fuq l-emendi li ressaq l-Onor.", "Tonio Fenech dan l-aħħar fuq il-liġijiet finanzjarji.", "Kif għedt aktar qabel, jiena nagħmel ix-shadowing tal-kwestjonijiet finanzjarji u kont għedt bla tlaqliq li din kienet l-aqwa liġi li ressaq il-gvern Nazzjonalista minn kemm ilu fil-gvern.", "Fil-fatt, naħseb li bl-għajnuna u bl-approvazzjoni ta' l-oppożizzjoni, il-gvern salva lill-industrija tas-servizzi finanzjarji f'Malta b'dik il-liġi li għaddejna ftit tal-ġimgħat ilu.", "Il-partit Laburista qiegħed juri sens ta' maturita` u sens ta' kawtela f'dawn il-kwestjonijiet.", "U ħafna drabi bħala partit fl- oppożizzjoni niġu kkritikati li nkunu konfrontali żżejjed.", "Ħafna nies jaħsbu li l-gvern u l-oppożizzjoni qatt ma jaqblu fuq xejn u li dejjem insibu l-opportunita` sabiex nikkritikaw lil xulxin, speċjalment meta niġu f'din il-Kamra.", "Hawn min jaħseb li aktar ma tikkritika u aktar ma taqbel qatt fuq xejn, aktar se tiggwadanja xi vantaġġ politiku!", "Fl-opinjoni umli tiegħi dawn is-setturi sensittivi huma l-futur ta' pajjiżna.", "U se ngħid għaliex.", "Għalkemm l-industriji tradizzjonali, bħalma huma l-fabbriki u ż-żoni industrijali huma importanti, il-verita` hi li din l-industrija qiegħda tiċkien u mhux tikber.", "Dan minħabba li l-mano d'opera f'pajjiżi oħra bħaċ-Ċina, il-Korea u t-Tuneżija tant hija rħisa li aħna qatt ma nistgħu nikkompetu magħhom.", "Għalhekk aħna rridu nirrivedu l- istrateġija tagħna dwar l-ekonomija tal-pajjiż, xi ħaġa li diġa` qiegħed jagħmel il-partit Laburista.", "L-oppożizzjoni qiegħda tgħid li minn ekonomija bbażata primarjament fuq il-mano d'opera u fuq il-manifattura - li rridu nippreservawha xorta waħda - qegħdin insiru pajjiż li jista' joffri lilu nnifsu bħala ċentru ta' eċċellenza għal dawn it-tip ta' servizzi.", "Sur President, kif spjegajt aktar qabel, is-settur finanzjarju huwa settur li qiegħed jitkattar.", "Fil-fatt qiegħed jikber bi 30% fis-sena, u jidher li sejrin tajjeb fih.", "Dan grazzi wkoll għall-partit Laburista, għax jekk il- partit Laburista f'oqsma daqstant sensittivi juri attitudni konfrontali, dak li jkun ma jinvestix hawnhekk.", "Aħna qegħdin nitkellmu fuq nies li jiġu f'pajjiżna sabiex jinvestu flushom.", "Issa forsi dan jagħmluh minħabba li noffru benefiċċju ta' taxxa, benefiċċji amminstrattivi u costs li huma irħas ħdejn pajjiżi oħra.", "Madankollu dawn in-nies, jekk se jinvestu f'pajjiżna, irid ikollhom is-serħan tal-moħħ li m'hemmx xi politika konfrontali bejn iż-żewġ partiti politiċi.", "Lanqas ma jridu li jkun hemm xi politika trawmatika u ta' l-iskossi, fejn jekk jinbidel il-gvern, allura kollox se jinbidel miegħu.", "Jiena ngħid li anke mill-bankijiet ta' l-oppożizzjoni l-partit Laburista qiegħed jagħti l-kontribut tiegħu sabiex jixpruna lil din it-tip ta' attivita` kummerċjali.", "L-aħħar ħaġa li rrid ngħid huwa li filwaqt li llum is-settur finanzjarju qiegħed jikkontribwixxi 9% għall-ekonomija tal- pajjiż, fi żmien erba' jew ħames snin oħra dan mistenni li jikber għal 21% ta' l-ekonomija tal-pajjiż.", "Mela hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq industrija li għada pitgħada se tkun prattikament is-salvawomu ta' l-ekonomija ta' pajjiżna.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: Le) La m'hawnx iktar rimarki nsejjaħ lill-Ministru Galea biex jekk jogħġbu jagħmel il-winding up.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Sur President, xtaqt nibda billi nirringrazzja liż-żewġ kelliema ta' l-oppożizzjoni għall-kummenti tagħhom fuq dan ir-rapport.", "Nirringrazzjahom għax ma tistenniex li jkollok diskussjoni fuq liġi bħal din mingħajr ma jkun hemm xi tip ta' kritika.", "Mill-banda l-oħra xtaqt nirringrazzjahom għax stajt napprezza d-differenza assoluta bejn il-mod ta' kif xi ħadd jitkellem f'din il-Kamra.", "Ovvjament mhux se jirnexxili nbiddel il-karattru ta' xi ħadd f'dibattitu wieħed.", "Imma issa wieħed irid jipprova jmur għas-sustanza tad-diskorsi li saru hawnhekk.", "Naħseb li kull wieħed minna kellu opportunitajiet mhux żgħar sabiex f'din il-Kamra naraw eżattament dak li ried jingħad minn ħaddieħor.", "U fl- opinjoni tiegħi, kull wieħed jew waħda minna li daħlu f'din il-Kamra għadda minn dawn it-tip ta' sitwazzjonijiet.", "L-Onor.", "Joe Mizzi ġab miegħu xi siltiet minn gazzetti lokali, u jien għamilt l-istess ħaġa.", "Issa jiena qatt m'għedt li ż-żewġ gazzetti lokali bl-Ingliż, li kkwota minnhom l-Onor.", "Mizzi, kienu gazzetti pro-Labour.", "Madankollu jkun hemm messaġġi, bir-raġun kollu, li jkunu favur il-partit Laburista.", "Kellna siltiet f'gazzetti lokali bl-Ingliż bħal per eżempju, \"Delay in Port Reform\" tat-3 ta' Jannar ta' din is-sena, \"Quay side operations\" tas-6 ta' Frar u \"Port reform long overdue\" tal-5 ta' Marzu.", "Imbagħad kien hemm silta oħra li għalkemm ma kenitx marbuta direttament mar-riforma fil-portijiet, kienet marbuta ma' setturi oħra ta' din l-attivita`.", "Din is-silta kienet iġġib it-titolu \"Wind in the sails\".", "Sur President, fl-introduzzjoni tiegħi għedt li se nagħmel riferenza għar- riforma fil-portijiet.", "Madankollu kont nistenna li se jkun hemm xi reazzjonijiet imma min-naħa ta' l-oppożizzjoni ma smajna xejn ġdid.", "Smajniehom jitkażaw ruħhom għax il-gvern ilu jwiegħed din ir-riforma fil- portijiet għal numru ta' snin imma sal-lum għadu ma wettaqhiex.", "Huwa minnu li r-riforma kompleta fil-portijiet għadna ma wettaqnihiex.", "U jiena nkun l- ewwel wieħed li nagħmel din l-ammissjoni, kemm f'dan il-parlament kif ukoll barra minn din il-Kamra, u ngħid li għadna ma lħaqniex wieħed mit-targets importanti li kien hemm bżonn li nagħmlu.", "Ilni nirrepeti dan id-diskors ħafna drabi f'dan il-parlament u se jkolli nerġa' nirrepeti partijiet minnu llejla wkoll.", "Kemm-il darba għamiltha ċara li r-riforma fil-portijiet m'hijiex riforma li tikkonċerna biss lill-operatur fil-portijiet ta' pajjiżna.", "Din m'hijiex riforma li permezz tagħha operatur A jispiċċa milli jopera u minfloku jidħol operatur B. Dak ma kienx l-iskop tar-riforma u mhu se jkun qatt dak l-iskop, u min-naħa tiegħi nibqa' nirrepeti li dak m'huwiex l-għan tagħna.", "L-operatur li kien jopera fil-portijiet tagħna għamilha mpossibbli li jerġa' jiġi kkonfermat.", "Qabel Lulju tas-sena li għaddiet, meta kellna l- proċess ta' tendering għall-operatur fil-portijiet ta' pajjiżna, l-operatur li kien jagħmel ix-xogħol fil-Port il-Kbir iddeċieda minn jeddu, mingħajr ma qallu ħadd, li hu ma jkunx parti mit-tendering process.", "Għalhekk il- cargo handling company li kienet topera l-handling tal-cargo fil-portijiet tagħna ma tefgħetx it-tender tagħha.", "Fil-fatt, din il-kumpannija, bħal tant oħrajn li tħajru imma mbagħad ma komplewx fil-proċess tagħhom, iddeċidiet li ma tagħmel l-ebda offerta għal dan il-proċess ta' tendering li kien meħtieġ sabiex jiġi kkonfermat l-operatur li kellna jew inkella sabiex ikollna operatur ġdid fil-cargo handling.", "Anke li kieku l-gvern kellu l- ħsieb - li ma kellux ħsieb ħażin – li jaqbad il-Cargo Handling Company u ma jagħtihiex il-kuntratt, bħalma allega għal diversi drabi l-Onor.", "Joe Mizzi u l-membri l-oħra ta' l-oppożizzjoni, il-gvern xorta ma setax iwettaq dik ix-xewqa tiegħu għax il-Cargo Handling Company Limited ma tefgħetx it- tender tagħha f'dan il-proċess.", "Dan irridu ngħiduh biċ-ċar ħalli kulħadd ikun jaf kif inhuma l-affarijiet.", "Dan jafuh is-sidien tal-Cargo Handling Company Limited bħalma jafuh kulmin għandu ftit serjeta` fl-operat tal-portijiet tagħna.", "Veru li s-sid tal- kumpannija għamel tender ma' ħaddieħor bħala parti mill-consortium, pero` il-Cargo Handling Company Limited ma tefgħetx it-tender tagħha.", "Għalhekk ma kienx il-każ li l-gvern elimina lil dak l-operatur.", "Dan wera sfiduċja fih innfisu u fil-kapaċitajiet tiegħu li b'xi mod jopera fil-portijiet b'mod effiċjenti.", "Din kienet xi ħaġa li ma skantajtx biha għax wara kważi 30 sena fil-cargo handling ġewwa l-portijiet, dan l-operatur ma kienx kapaċi jipprova jikkompeti ma' min kien għadu prinċipjant f'dan il-qasam!", "Min kellu esperjenza ta' 30 sena ma kellux il-kapaċita` li jipprova jikkompeti mal-prinċipjanti kollha li setgħu joħolmu li jikkontestaw għal dan ix-xogħol partikolari!", "Illum l-Onor.", "Mizzi staqsiena x'fisser billi l- kuntrattur A inbidel u minfloku għandna l-kuntrattur B, u qalilna li dan ma fisser xejn għax il-portijiet tagħna fil-konfużjoni kienu u fil-konfużjoni baqgħu.", "Naturalment wieħed jista' jiġi hawnhekk jew imur x'imkien ieħor u joqgħod jgħid li l-konfużjoni li kellna hemm kienet u hemm baqgħet.", "Madankollu r- realta` m'hijiex daqshekk faċli sabiex tispjegaha lin-nies.", "Fil-fatt, waħda mill-ftit affarijiet tajbin li qal l-Onor.", "Mizzi kienet dik li l-pubbliku in ġenerali ma tantx jinteressah dan is-settur.", "Il-pubbliku in ġenerali m'huwiex informat fuq dan is-settur u lanqas huwa espost għall- informazzjoni dwar dan is-suġġett.", "L-Onor.", "Mizzi bbaża d-diskors tiegħu billi pprova jbella' lill-pubbliku ċerti affarijiet li aktar 'il quddiem se nweġibhom ukoll.", "Mela f'Lulju tas-sena li għaddiet, minflok l-operatur li ma kkontestax, daħlet kumpannija oħra li bdiet topera fil-Port il-Kbir, u wieħed jista' jistaqsi x'commitments kien hemm u x'commitments se jkompli jkun hemm għaż-żmien li ġej.", "Dan staqsiena wkoll jekk kienx hemm xi riżultat - żgħir, kbir, negattiv jew pożittiv - f'dawn id-disa' xhur li għaddew minn meta bdiet topera din il-kumpannija l-ġdida.", "L-ewwelnett, il-commitments ta' l-investiment fil-Port il-Kbir diġa` saru matul id-disa' xhur li għaddew.", "Dawn kienu investimenti li jqarrbu t-tliet kwarti ta' miljun lira li mhux qiegħed jagħmilhom il-gvern jew l-awtorita` marittima imma qiegħed jagħmilhom l-operatur il-ġdid.", "Ovvjament, l- operatur jaf li għandu bżonn jagħmel dawn l-investimenti jekk kemm-il darba jrid ikun kompetittiv fis-servizzi li jagħti f'Malta, fil-Mediterran u f'inħawi oħra tad-dinja li fihom jista' jkun qiegħed jopera.", "Barra minn hekk, hemm il-commitment li fis-snin li ġejjin isiru investimenti li jlaħħqu s-somma ta' Lm7 miljuni.", "L-Onor.", "Mizzi qalilna wkoll li din il- kumpannija diġa` qiegħda tagħmel it-telf.", "Issa jiena ma naf bl-ebda kumpannija fid-dinja li qiegħda tistabbilixxi lilha nnifsha, li tkun nefqet Lm700,000 u li se tkompli tonfoq miljuni ta' liri oħra matul il-tliet snin li ġejjin u li tibda tagħmel il-qligħ fl-ewwel xahar tagħha!", "Sur President, jien m'għandix dubju li din il-kumpannija għamlet il- proġetazzjonijiet tagħha, u naħseb li ma kienx il-ħsieb tagħha li l-qligħ jibda jsir mill-ewwel ġurnata!", "Li kieku kellha tagħmel il- proġettazzjonijiet tagħha sabiex tagħmel il-qligħ mill-ewwel ġurnata, it- tariffi ma kenitx tnaqqashom bil-5% kif diġa` għamlet!", "Din il-kumpannija bdiet l-operat tagħha minn port li sfortunatament kien mitluq u kważi mejjet.", "Issa dan ma kienx tort ta' l-awtorita` marittima jew tort tal- gvern, imma l-port tħalla kważi mejjet mill-operatur li kien qiegħed jaħdem fil-portijiet tagħna.", "Fl-ewwel disa' xhur minn mindu beda jaħdem l- operatur il-ġdid diġa` irnexxielu jżid b'50% in-numru ta' trailers li jaħdmu fil-Port il-Kbir.", "Fil-fatt, in-numru ta' trailers tela' minn 300 għal 450 kull ġimgħa, jiġifieri żieda ta' 150 trailer!", "Dan ir-riżultat inkiseb wara li l-kumpannija għamlet ċerti investimenti sabiex terġa' tqajjem lill-port tagħna.", "Il-Port il-Kbir kien għadu għaxi, u għalhekk kien possibbli li jerġgħu jagħtuh ftit ta' nifs ġdid, kif fil-fatt sar.", "Hemm ukoll id-diffikultajiet marbutin mal-mod ta' kif kienet qiegħda tiġi stabbilita t-tariffa tal-ħlasijiet li kienu jsiru f'pajjiżna.", "Hawnhekk kelli diversi opportunitajiet matul is-snin sabiex nipprova nispjega kif is- sistema tat-tariffi li jitħallsu mill-portijiet tagħna kienet waħda kkumplikata ħafna.", "Madankollu wasalna ma' wħud mill-operaturi sabiex jiġi garantit li jinqatgħu ċerti spejjeż.", "L-Onor.", "Joe Mizzi għamel riferenza għall-FOI, imma ma semma xejn fuq iċ-Chamber of Commerce, u għalhekk se nsemmiha jien u se nsemmi wkoll lil dawk il-persuni li jagħtu s-servizzi tagħhom fil-portijiet tagħna.", "Kemm jekk inhuma rappreżentati mill-FOI, kemm jekk inhuma rappreżentati mill-GRTU u kemm jekk inhuma rappreżentati miċ-Chamber of Commerce, kollha għandhom sehem x'jagħtu fir-riforma tal- portijiet, u dawn in-nies ukoll iridu jassiguraw li l-biċċa tagħhom tingħata.", "Iridu jaraw li ma jħallux lill-membri tagħhom jipprovaw jaħtfu dak li kien naqqas l-ieħor.", "Nistgħu ngħidu li kellna d-diffikultajiet, il-problemi u anke protesti, pero` bil-mod il-mod, dawn ukoll fehmu dak li ridna nwasslu aħna.", "Naturalment jibqa' l-eċċezzjoni, u ma naħsibx li l-eċċezzjoni se nkun jien li jirnexxili nnaqqasha jew inbiddilha!", "Il-commitment huwa li r- riforma fil-portijiet tkompli ħalli tolqot lil kulħadd.", "Fuq quddiem nett tar-riforma hemm il-port workers.", "Dawn għandhom sistema ta' xogħol li diversi drabi kont ikkritikajtha fil-passat u għadni nikkritikaha sal-lum.", "Issa din hija parti integrali mill-bidla li trid issir fit-tħaddim tal- portijiet.", "L-Onor.", "Joe Mizzi u l-membri l-oħra tal-Kamra jafu li r- rappreżentanti tal-port workers - minn union waħda li spiċċat sfaxxat – għaddew f'idejn union oħra.", "B'hekk x'ħin ġejna għad-deċiżjonijiet finali tad-diskussjonijiet li kellna, dak li konna ddiskutejna qabel ma' xi wħud minnhom, kellna nerġgħu nibdew niddiskutuh mill-ġdid.", "Sur President, naf li qegħdin xhur lura minn meta kellna nilħqu ċerti targets, pero` il-commitment jibqa' dak li ssir din ir-riforma u li jsiru dawn il-bidliet.", "Nispera li ma jiġux ippreġudikati sitwazzjonijiet li verament qegħdin fl-aħħar mumenti tagħhom.", "Ikolli ngħid li aħna avvanzajna ferm fid-diskussjonijiet mal-union tal-port workers u nispera li nkunu f'qagħda li nikkonkludu mingħajr ma nkunu ta' dannu għal ħadd.", "Meta qiegħed ngħid dan, qiegħed ninkludi wkoll lill-foremen ta' l-istess ħaddiema għax dawn ukoll għandhom sehem x'jagħtu fil-ħidma tar-riforma fil-portijiet ta' pajjiżna.", "Importanti li nifhmu li mill-iċken sa l-ogħla ħaddiem fil- portijiet tagħna għandu sehem attiv x'jagħti lejn il-bidliet meħtieġa fil- mod ta' kif għandu jaħdem dan il-port.", "L-Onor.", "Mizzi għamel riferenza wkoll għat-tally clerks.", "Dawn il-ħaddiema ġew impjegati ma' l-awtorita` marittima mill-1 ta' Jannar.", "Issa min kien jimporta l-affarijiet f'pajjiżna kien iħallas Lm2 fuq kull container, imma llum dan qiegħed jiffrankahom.", "L-importatur se jiffranka dawn iż-Lm2 fuq kull container u mhux il-kumpannija li bdiet topera fil-Port il-Kbir.", "Dawn huma realtajiet li jafhom l-Onor.", "Mizzi u jafhom kulħadd.", "Naturalment fil- bidu għamilt riferenza għall-koperattiva tal-piloti u se nerġa' insemmihom hawnhekk.", "Din il-koperattiva għalqet erba' snin, u b'mod serju din il- koperattiva fehmet li kien hemm bżonn ta' bidla fl-operat tagħha.", "Min-naħa tiegħi ilni disa' snin responsabbli minn dan is-settur, u nista' ngħid li għamilt l-ewwel ħames snin niddiskuti xi strike jew xi theddida ta' strike min-naħa tal-piloti!", "Illum għaddew erba' snin minn meta bdiet din il-koperattiva, u bi ftehim ma' kulħadd, dan it-theddid ta' l-istrikes spiċċa.", "Dan għax korp serju jaf x'inhuwa l-aħjar interess ta' l-istess korp u ta' l-istess industrija.", "Fil- fatt hemm agreement bejn l-awtorita` marittima u l-koperattiva tal-piloti li jispeċifika b'mod ċar x'danni jridu jitħallsu mill-koperattiva tal- piloti jekk kemm-il darba dawn ifettlilhom jagħmlu xi strike jew jieħdu azzjoni industrijali li ma tkunx ġustifikata.", "Ovvjament hawnhekk m'aħniex qegħdin ngħidu li dawn ma jistgħux jagħmlu strike jew inkella ma jistgħux jieħdu azzjoni industrijali, imma l-azzjoni industrijali trid tkun waħda ġustifikata u li tagħmel sens.", "Ma jistax ikun li dawn jieħdu azzjoni industrijali fuq politika.", "Naħseb li l-akbar inkwiet li għandha l- oppożizzjoni fuq ir-riforma tal-portijiet ta' pajjiżna mhux dak li qalilna l-Onor.", "Mizzi, imma huwa li l-oppożizzjoni qiegħda tirrealizza li mhux se jirnexxilha tuża aktar lil dawn in-nies għal skopijiet ta' strikes.", "Sur President, fil-fatt diġa` matul dawn id-disa' snin li għaddew kien diffiċli ferm li dawn in-nies jintużaw għal skopijiet ta' strikes politiċi.", "U jekk wieħed iħares lura lejn dawn id-disa' snin u jara li ma ġara xejn, żgur li għandna dan il-fatt storiku importanti.", "Matul id-disa' snin li għaddew il-portijiet tagħna prattikament m'għaddew mill-ebda azzjoni industrijali, li fl-istorja ta' pajjiżna huwa achievement kbir.", "Forsi ħafna jinsewh dan, jew inkella konvenjentement jipprovaw iwarrbuh.", "Imma min-naħa ta' l-oppożizzjoni jafu li aktar ma jkun hemm nies serji li jmexxu lil dawn il-ħaddiema u aktar ma jkun hemm nies serji li jafu x'inhuma l-bżonnijiet tal-ħaddiema, aktar se jkun diffiċli li jagħlqu l-port minħabba xi erba' ħaddiema!", "Kulħadd jaf x'jistgħu jkunu l-konsegwenzi jekk jingħalaq il-port!", "Kollha kemm aħna nafu x'jistgħu jkunu l-problemi li jinħolqu, u forsi dan huwa wieħed mill-biżgħat li għandha l-oppożizzjoni.", "Nerġa' ngħid li l- commitment tagħna kien, għadu u se jibqa' li r-riforma fil-portijiet tagħna tkun konkluża.", "Imma fuq dan is-suġġett se nieqaf hawnhekk ħalli ma nippreġudikax l-aħħar fażi tad-diskussjonijiet.", "F'ħin minnhom imbagħad l-Onor.", "Mizzi biddel it-ton tiegħu.", "Sfortunatament ibbaża d-diskors tiegħu bl-istess mod ta' kif ħafna minna l-Maltin iħarsu jew jipprovaw iħarsu b'mod politiku partiġġjan żbaljat lejn l-affarijiet.", "Fil-fatt, fid-diskors tiegħu rrepeta għal ma nafx kemm-il darba kif hemm ċerti nies li qegħdin igawdu fl-awtorita` marittima.", "Qalilna li hemm uffiċjali ta' l-awtorita` marittima u nies oħra li huma qrib ta' l- awtorita` marittima li sejrin igawdu.", "Ir-responsabbilta` politika ta' kull wieħed minna hawn ġew hija dik li jekk xi ħadd jaf lil xi persuna li hija qrib l-awtorita` marittima jew qrib il-ministeru, jaqbad u jagħti l- informazzjoni li għandu.", "Dan għandu jagħmlu mhux billi jiġi f'din il-Kamra u jgħid l-affarijiet fl-ajru bħalma għamel l-Onor.", "Mizzi!", "Fil-fatt dan ġie hawnhekk u qalilna li t-tali qiegħed jagħmel ċerti affarijiet sabiex minnhom igawdi hu stess.", "Hawnhekk għandna nkunu responsabbli sabiex min jaf b'xi ħaġa żbaljata, joħroġ u jgħid li t-tali persuna għandha interessi personali jew għandu sehem xi jgawdi minn dawk id-deċiżjonijiet li qiegħed jieħu.", "Sur President, hija verament allegazzjoni serja u żbaljata li tiġi hawnhekk u tallega li xi uffiċjali pubbliċi għandhom interessi f'ċerti deċiżjonijiet tagħhom għax għandhom xi interess finanzjarju.", "Għalhekk, jekk jien għandi xi informazzjoni fuq xi każ simili, għandi d-dover li nkun ċar fuq dak li qed ngħid u nsemmi l-ismijiet tal-persuni kif ukoll l-interessi li hemm fin- nofs.", "Żgur li m'għandix niġi hawnhekk u nipprova nfiehem lin-nies affarijiet li huma barra minn lokhom!", "Biżżejjed li min-natura tiegħu pajjiżna jibbaża ħafna fuq ix-xnigħat li jisma'!", "Min jafni mill-qrib jaf li kemm-il darba tkellimt dwar kif ħafna drabi, l-akbar televiżjoni u l- akbar gazzetta li għandna f'pajjiżna huma r-\"radju xnigħat\".", "Jekk xi ħadd irid iwassal xi aħbar ma' l-erbat irjieħ ta' Malta, m'għandux għalfejn iġib l-aħbar fuq il-gazzetta jew fuq it-televiżjoni imma għandu joħroġ barra, isib ħanut tax-xorb jew ħanut tal-kafe' u jgħid lil xi ħadd dik l-aħbar li jrid iwassal!", "U sakemm mill-Belt nasal il-Mellieħa, dik l-aħbar tkun diġa` waslet qabli l-Mellieħa!", "Għalhekk nerġa' ngħid li aħna l-politiċi għandna r-responsabbilta' li mhux niġu hawnhekk u nipprovaw inbellgħu lill-pubbliku Malti dawn l- allegazzjonijiet.", "Jekk nafu b'ċerti affarijiet, niġu hawnhekk u ngħiduhom, imma mbagħad x'ħin noħorġu barra minn din il-Kamra nirrepetuhom ħalli dik il-persuna li tissemma tkun tista' tieħu l-passi neċessarji fil-konfront tagħna, u mhux ninqdew bl-immunita` parlamentari!", "Min-naħa ta' l- oppożizzjoni smajna wkoll għal darb'oħra l-istorja fuq it-terminals taċ- Ċirkewwa u ta' l-Imġarr Għawdex.", "Fil-fatt stajt naqbad għaxar minuti mid- diskors ta' l-Onor.", "Mizzi u minfloku nġib ir-recording tad-diskors tiegħu li għamel is-sena li għaddiet!", "Kulma biddel kienet is-sena, għax illum qegħdin fl-2007 u d-diskors l-ieħor kien fis-sena 2006!", "Min-naħa l-oħra, dak li għedt jien fl-1998 u fl-2000, dak li qal il-Ministru Zammit Dimech u dak li qal il-Prim Ministru huma ripetizzjoni ta' l-istess ħaġa, ripetizzjoni żbaljata u barra minn lokha.", "Ripetizzjoni ta' l-istess ħaġa, żbaljata u mhux korretta għas-sempliċi raġuni li kull wieħed minna f'din il-Kamra, jekk ma jafx, għandu jinvestiga u jiċċekkja l-affarijiet.", "Għandu jara x'hemm lest fit-terminal ta' l-Imġarr Għawdex.", "Dak li għedt fl-introduzzjoni tiegħi se nerġa' nirrepetih.", "Bħalissa qegħdin fl-aħħar fażi tal-kostruzzjoni ta' dak it-terminal li huwa xi ħaġa mibdula għal kollox minn dak li kien propost l-ewwel darba fl- 1994/1995.", "Jekk m'iniex sejjer żball, fit-12 ta' Awissu 1998, l- oppożizzjoni kienet qalet li se jkun hemm investiment fuq it-terminals ta' l-Imġarr Għawdex u taċ-Ċirkewwa li jkun jaqbeż l-Lm40 miljun.", "Li kieku aħna kellna naslu għall-ispiża ta' Lm19-il miljun li semma l-Onor.", "Mizzi, xorta waħda nkunu għadna ma lħaqniex nofs l-ispiża li semmiet l- oppożizzjoni fl-1998!", "Naturalment dak iż-żmien konna biss ftit ġranet 'il bogħod mill-elezzjoni ġenerali, u allura l-aktar ħaġa importanti kienet li l-oppożizzjoni tbella' lin-nies li kienet se tonfoq Lm40 miljun fuq dawk it- terminals, xi ħaġa li kienet 'il bogħod ħafna minn dak li fil-fatt ġara u minn dak li se jiġri fil-portijiet taċ-Ċirkewwa u ta' l-Imġarr Għawdex.", "Għalhekk il-committment għal darba oħra huwa wieħed ċar.", "Aħna ridna nisseparaw il-passiġġieri mill-vetturi u ridna nagħtu wkoll faċilitajiet diċenti u suret in-nies.", "Meta qiegħed tagħmel stima trid tqabbel like with like, u fost affarijiet oħra, trid tqabbel l-ispiża miżjuda.", "Ħalli nsemmi element wieħed biss li żied b'mod mibdul għal kollox il-pjanti oriġinali.", "Fil-pjanti oriġinali tat-terminal ta' l-Imġarr Għawdex ma kienx maħsub li jkun hemm parking spaces kif hemm illum.", "Fil-fatt kienet l-awtorita` ta' l- ippjanar li talbet - forsi wieħed jgħid imponiet - li jkun hemm car park li jakkomoda 200 karozza.", "Naturalment meta ġejna biex nibnu dan il-car park kien hemm bżonn li jsiru l-pedamenti, u se jkolli nirrepeti xi ħaġa li forsi ftit huma dawk li jafuha.", "Uħud mill-kolonni tal-pedamenti li hemm fil-car park ta' l-Imġarr Għawdex huma twal 27 metru, jiġifieri għandek għaxar sulari tul f'dawn il-pedamenti.", "Naturalment dawn ma jidhrux, u allura jkun hemm min jipprova jagħti l-impressjoni li ma sarux jew li nkella ħadd ma jafx x'ġara minnhom.", "Jiena nista' ngħid li dawn il-pedamenti saru għax kien hemm il-ħtieġa li jsiru meta saru l-bidliet fil-pjanti oriġinali.", "Wieħed jista' jirriferi għal affarijiet oħra li ntqalu f'din il-Kamra.", "Kien hemm riferenzi ntenzjonati li jiżgwidaw lil min qiegħed jismagħna jew lil min għada se jkun qiegħed jaqra l-gazzetti ħalli jara x'intqal f'din is- seduta.", "Waħda minn dawn ir-riferenzi kienet dwar il-portijiet tagħna.", "L- Onor. Mizzi beda jaqbad xi parti minn diskors li għamilt jien x'imkien u jaqilbu ta' taħt fuq.", "Beda jipprova jagħti l-impressjoni li mhu qed isir xejn minn dak li hemm miktub.", "Imbagħad nibdew ngħidu affarijiet li m'humiex flokhom u li m'humiex ġusti.", "L-Onor.", "Mizzi tkellem ukoll fuq is-sigurta` fuq il-vapuri.", "Qalilna li meta jien kont qiegħed barra l-pajjiż, kont tkellimt fuq il-bżonn li jkun hemm security u safety standards ta' l-ogħla kwalita`.", "Hemm bżonn li l-awtorita` marittima tkun il-ħin kollu timxi mar- regoli ta' l-IMO u ta' l-Unjoni Ewropea.", "Imma skond l-Onor.", "Mizzi mhu qiegħed jiġri xejn minn dan!", "Sur President, 15-il ġurnata oħra f'pajjiżna se jkun hawn is-segretarju ġenerali ta' l-IMO, u naħseb li dan se jkun qiegħed jistenna lill-Onor.", "Mizzi sabiex jgħidlu li l-gvern Malti m'huwiex qiegħed jimxi ma' dawn ir- regolamenti!", "Bħal dak li qallu ma nafux li kull darba li tipprova taħrab mir-responsabbilta' tiegħek bħala pajjiż, malajr se ssib lil min jiġbidlek widnejk!", "U dan bir-raġun kollu!", "Dawn huma fatti li nafuhom aħna bħala membri ta' din il-Kamra.", "Li ma jafux dawn l-affarijiet huma n-nies in ġenerali, u għalhekk nipprovaw inbellgħulhom affarijiet differenti.", "L- awtorita` marittima, f'isem il-gvern Malti, għandha l-commitment li tibqa' tħares is-sigurta` u li tibqa' tagħmel dak kollu neċessarju sabiex il- bandiera Maltija ma tibqax fil-black list.", "Meta ġejt responsabbli ta' dan is-settur kien fl-1998, li dak iż-żmien kien qiegħed taħt gvern Laburista, u dakinhar kont sibt li l-bandiera ta' Malta kienet ikklassifikata fil- black list.", "Ma kenitx xi ħaġa faċli, għax dak iż-żmien ma kienx hemm ħbieb tad-direttur jew inkella ħbieb tal-ħbieb!", "Min-naħa ta' l-oppożizzjoni tipprova tgħidilna li dawn l-affarijiet ma jiġrux meta jkun hemm gvern Laburista!", "Naturalment l-esperjenzi tagħna lkoll huma ħafna differenti minn hekk!", "Fl-1998 il-bandiera Maltija kienet fil-black list, u għamilt snin sħaħ ta' sagrifiċċju personali - imma aktar u aktar l-uffiċjali ta' l-awtorita` marittima - sabiex niggarantixxu li l-bandiera Maltija, bil-mod il-mod, b'diffikultajiet u b'deċiżjonijiet iebsa, naqtgħu mill-bandiera Maltija ċerti vapuri li kellhom isem ħażin.", "B'hekk stajna naslu f'pożizzjoni fejn mill-black list tlajna għall-grey list u fl-aħħar, irnexxielna nitilgħu għall-white list.", "Imma dan nibqgħu ma nirrikonoxxuhx.", "Din m'hijiex xi ħaġa importanti li nirrikonoxxuha, għax jekk nagħmlu hekk, inkunu qegħdin nagħmlu disservice lejn dan il-gvern u lejn dan il-pajjiż!", "Kif nafu r- realtajiet huma differenti.", "Nerġa' ngħid li s-sagrifiċċji li għamilna b'dawk id-deċiżjonijiet li ħadna sabiex naqtgħu ċerti vapuri, illum qegħdin jagħtu l-frott tagħhom.", "L-Onor.", "Herrera għamel ukoll riferenza għal dan il-fatt, pero` kien daqsxejn aktar informat jew kien aktar raġel maċ-ċifri meta ġie biex jitkellem fuq ir-reġistrazzjoni tal-vapuri f'pajjiżna.", "Fil-fatt l-Onor.", "Herrera qalilna li pajjiżna kellu l-ogħla livelli ta' tunnellaġġ fis-sena 2000 għax kellna madwar 28 miljun tunnellata.", "Imbagħad bdejna neżlin bil- mod il-mod u sa l-2004 inżilna għal 24 miljun tunnellata.", "Illum, sa l- aħħar ta' Marzu, għandna 26.3 miljun tunnellata ta' vapuri li huma reġistrati taħt il-bandiera Maltija.", "Jekk wieħed iħares lejn l-aħħar tliet snin isib li kellna żieda ta' kważi 3 miljun tunnellata, pero` xorta dan m'huwiex biżżejjed.", "Dan qiegħed jiġri għax is-sidien tal-vapuri qegħdin jifhmu li ladarba l-bandiera Maltija hija taħt il-white list, huma wkoll jistgħu jibbenefikaw.", "Sur President, l-Onor.", "Mizzi għamel diversi riferenzi anke fuq ir-radar.", "Bħal dak li qallu issa se nġibu xi dettalji tas-sistema tas-sigurta` ta' pajjiżna fuq xi stazzjon tat-televiżjoni, u forsi ngħidu wkoll lin-nies kif għandhom jagħmlu ħalli jiskappaw mis-sigurta` ta' pajjiżna!", "Fil-fatt fid- diskors tiegħu l-Onor.", "Mizzi qalilna li l-jottijiet qegħdin jidħlu f'pajjiżna minn taħt is-swar tal-Belt u jistaħbew hemmhekk.", "Issa safejn naf jien il-jottijiet m'humiex xi ġrieden li jinżlu u jitilgħu mas-swar!", "Pero` anke hawnhekk, jekk l-Onor.", "Mizzi jaf b'xi yacht li daħal f'pajjiżna bil-mod li daħal, għandu r-responsabbilta' li llejla, qabel jasal id-dar, jgħaddi din l-informazzjoni lill-kummissarju tal-pulizija ħalli dan jara li ma jkunx hemm min jabbuża b'dan il-mod.", "Fl-aħħar qalilna wkoll li anke żiemel daħal fuq wieħed minn dawn il-jottijiet.", "Jien ma nafx jekk dan iż- żiemel huwiex qiegħed itellaq ukoll fil-korsa tal-Marsa!", "Imma anke hawnhekk, jekk l-Onor.", "Mizzi jaf b'xi żiemel li daħal fil-yacht marina, nitolbu jgħaddilna l-informazzjoni li għandu, għax hija fir-responsabbilta` tiegħu li jgħaddi informazzjoni bħal din.", "Saru wkoll riferenzi għal persuni minn Georgia, fejn l-Onor.", "Mizzi qalilna li għandna persuni ta' din in-nazzjonalita` li qegħdin jiġu hawn Malta mingħajr liċenzja u mingħajr it-taħriġ neċessarju sabiex ikunu jistgħu joperaw f'pajjiżna.", "Issa, sabiex bniedem jiġi aċċettat bħala crew member fuq xi vapur reġistrat f'Malta, hemm proċess sħiħ li jrid jgħaddi minnu.", "Għalhekk nistieden lill-Onor.", "Mizzi, sabiex għal darb'oħra, jekk jaf b'xi ħaġa li aħna ma nafux biha, jgħaddi l-informazzjoni li għandu u mhux noqogħdu ngħidu l-affarijiet bit-tama li taqa' fuq xi ħadd li ma jkunx informat b'dak li jkun qiegħed jiġri.", "Nerġa' ngħid li l-Onor.", "Mizzi għandu d-dover li jiġi u jispjega l-affarijiet kif inhuma realment.", "Sur President, għal darb'oħra nerġa' nirrepeti li l-awtorita` marittima matul is-sena li għaddiet irnexxielha tkompli miexja b'mod pożittiv u kompliet tibni fuq dak li għamlet matul is-snin li għaddew.", "Fil-bidu għamilt riferenza għaż-żidiet li qegħdin isiru fl-operat kollu fil-Port il- Kbir, b'mod partikolari f'dawk li huma l-cruise liners li qegħdin jiġu jżuruna.", "Bħal-lum tieħu gost tara l-port mimli b'dawn il-cruise liners.", "Nista' ngħid ukoll li ma niħux gost li jkolli nintervjeni minħabba problemi ta' fejn se jorbtu l-cruise liners u l-bastimenti kummerċjali kif ukoll bastimenti oħrajn.", "Madankollu, meta qiegħed tagħti l-ħajja lill-Port il- Kbir u lill-portijiet l-oħra, tibda tara li dawn qegħdin verament jaqdu l- iskop prinċipali tagħhom.", "L-awtorita` marittima ma nistgħux inqisuha fuq riżultat ta' ġimgħa partikolari.", "L-awtorita` marittima ma titqiesx b'dak li jiġri f'jum partikolari jew inkella meta l-affarijiet jibdew jitgawdew u jintmessu mill- pubbliku in ġenerali.", "Huwa minnu li l-pubbliku in ġenerali ma tantx ikollu informazzjoni dwar l-attivitajiet ta' kuljum tas-settur merkantili u marittimu.", "Madankollu għandna mijiet u eluf ta' ħaddiema li jaqilgħu l- għajxien tagħhom minn dan is-settur li għandu sehem qawwi fl-ekonomija ta' pajjiżna.", "Għalhekk nawgura li meta niġu biex niddiskutu r-rapport ta' l- awtorita` marittima matul is-sena d-dieħla, inkunu f'qagħda li għal darb'oħra nerġgħu ngħidu li kellna riżultati pożittivi li minnhom ma jibbenefikax xi uffiċjal fl-awtorita` marittima imma jibbenefika l-pajjiż kollu u kulmin jaħdem f'dan il-qasam!", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Se nqiegħed il-mistoqsija fuq il-mozzjoni kif imressqa u moqrija mill-Ministru għall-Kompetittivita` u l-Komunikazzjoni.", "Il-mistoqsija hija li l-Kamra tapprova l-estimi tad-dħul u l-infiq ta' l- awtorita` marittima għas-sena 2006/2007.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "Billi ntalbet votazzjoni l-Kamra ġiet sospiża fid-9.00 p.m. u rriżumiet 20 minuta wara.", "MR SPEAKER: Se nerġa' npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi li l-Kamra tapprova l-estimi tad-dħul u l-infiq ta' l-awtorita' marittima għas-sena 2006/2007.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mario Galea, jekk jogħġbu, jinforma l-Kamra dwar l- arranġament tal-pairing.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Sur President, għan-naħa tal-gvern se jiġu paired l- Onor. Francis Agius, l-Onor.", "Michael Frendo, l-Onor.", "Franco Galea u l-Onor.", "George Pullicino.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sur President, għan-naħa ta' l-oppożizzjoni se jiġu paired l-Onor.", "Joseph Debono Grech, l-Onor.", "Gavin Gulia, l-Onor.", "Alfred Sant u l-Onor.", "Karmenu Vella.", "VOTAZZJONI NRU.", "189", "FAVUR : 30", "L-Onor.", "|Abela Anthony|Fenech Antonio | |Agius David |Galea Censu | |Arrigo Robert|Galea Louis | |Asciak |Galea Mario | |Michael | | |Azzopardi |Gatt Austin | |Frederick | | |Azzopardi |Gonzi Lawrence | |Jason | | |Borg Tonio |Gonzi Michael | |Cassar Joseph|Mifsud Bonnici | | |Antoine | |Cristina |Mifsud Bonnici | |Dolores |Carmelo | |D'Amato Helen|Mugliett Jesmond | |Dalli John |Puli Clyde | |de Marco |Pullicino Orlando| |Mario |Jeffrey | |Debono |Vassallo Edwin | |Giovanna | | |Deguara Louis|Zammit Ninu | |Falzon Joseph|Zammit Dimech | | |Francis |", "KONTRA : 25", "L-Onor.", "|Abela Carmelo |Farrugia | | |Angelo | |Abela Joseph |Farrugia | | |Michael | |Agius Chris |Farrugia Noel| |Bartolo Evarist |Galdes | | |Roderick | |Brincat Joseph |Herrera Jose'| |Brincat Leo |Mangion | | |Charles | |Buhagiar Charles |Mizzi Joe | |Buontempo Stefan |Parnis Silvio| |Caruana Justyne |Refalo Anton | |Chircop Karl |Sammut Joseph| |Coleiro Preca |Vassallo | |Marie Louise |Adrian | |Cuschieri Joseph |Vella George | |Dalli Helena | |", "Il-mozzjoni għaddiet u l-Estimi tad-Dħul u Nfiq ta' l-Awtorita` Marittima ta' Malta għas-sena finanzjarja mill-1 ta' Ottubru 2006 sat-30 ta' Settembru 2007 skond l-Att dwar l-Awtorita` Marittima ta' Malta, Kap. 352, kienu approvati.", "MR SPEAKER: Sar il-ħin.", "Il-Viċi Prim Ministru, jekk jogħġbu, iressaq l- Aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "TONIO BORG: Nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tlieta, 24 ta' April 2007 fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Kriminali - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza li tneħħi l-Kontroll tad-Djar - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Kumpanniji - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta (Emenda Nru 2) - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Foster Care - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income - Tieni Qari; u", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Organizzazzjonijiet Volontarji – Kumitat.", "--------------------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili (Emenda Nru 2) - Kumitat Permanenti.", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili (Emenda Nru 2) - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Reġistru Ċentrali - Kumitat Permanenti; u", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Hawn rimarki?", "L-Onor.", "Charles Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Sur President, ġeneralment fl-aġġornament inħarsu lejn affarijiet li jkollhom x'jaqsmu mal-lokalita' jew id-distrett tagħna, u jiena se nsemmi tliet bżonnijiet li jolqtu r-residenti mill-qrib.", "L-ewwel bżonn li hemm hu dak li tiġi rranġata u estiża s-sistema prinċipali tad-drenaġġ fit-triq Anton Falzon f'Ħal Luqa.", "Dwar dan għamilt mistoqsija parliamentari u l-Ministru qal li qed jistenna l-permess tal-MEPA.", "Il- problema hi li jkollok overflow ma kull ħalba xita.", "Nispera li x-xogħol li hemm bżonn isir matul is-Sajf.", "It-tieni punt li xtaqt niġbed l-attenzjoni fuqu u li hu importanti hu dak li hemm bżonn ta' dar ta' l-anzjani fir- reġjun tas-Siggiewi u Ħaż-Żebbuġ.", "Hemmhekk għandna an ageing population, u ħafna anzjani qed jgħixu waħedhom.", "Għalhekk hemm il-bżonn li jkun hemm dar ta' l-anzjani li toffri l-wens lill-anzjani u fl-istess ħin dawn ikunu jistgħu jibqgħu qrib il-familji tagħhom.", "Bħalma rrimarka kemm-il darba l- Onor. Silvio Parnis, il-bżonn għad-djar ta' l-anzjani qed jinħass ħafna.", "It-tielet punt li rrid nagħmel hu fuq il-bżonn li l-gvern jirrikonsidra d- deċiżjoni tiegħu fuq il-polyclinic ta' Ħal Qormi sabiex din tkompli tiftaħ wara l-5.00 pm. Hemmhekk għandek binja konsiderevoli li fiha ntefqu ħafna flus, u għalhekk hu tal-mistħija li din il-binja tagħlaq wara l-5.00 pm b'detriment għas-servizz primarju tas-saħħa għax in-nies li jistgħu jagħmlu użu minnha ma jkunux jistgħu jagħmlu dan wara l-5.00 pm. Din il-klinika għandha tgħin lir-residenti Qriema u tnaqqas mix-xogħol li jkollna fl- isptar għax taġixxi ta' klinika anke għar-reġjuni ċentrali ta' Malta, speċjalment fil-weekend meta hu aktar diffiċli biex issib practitioner.", "Jiena naħseb li rridu nirrivalutaw il-politika tal-polyclinics min-naħa tal- gvern għax saru l-iżbalji f'dan ir-rigward.", "Dawn għandhom ikunu strument importanti ħafna fil-qasam tas-saħħa sabiex dan il-qasam joffri servizz aktar komprensiv.", "F'dan l-aġġornament ridt nieħu l-okkażjoni wkoll biex naffronta punt ta' kritika li sar lejja reċentament minn ċerti setturi tal-media - il-media Nazzjonalista ovvjament u l-alleati tagħhom - li jintużaw bħala stoppini biex il-partit Nazzjonalista jinqeda bihom.", "Din ma kinitx xi kritika fuq xi press release li noħroġ fuq il-varji suġġetti li nikkumenta dwarhom.", "Anzi dawk nieħu gost bihom, għax b'hekk jingħataw ir-risposti li nixtieq u l- poplu jkun informat kif suppost.", "Il-kritika li saret anqas ma kienet fuq xi stqarrija kuntrarja għal xi ħniżrija bħal dik li saret fuq l-art tal-Qawra, Sur President, fejn kellna dikjarazzjoni li din kienet ġejja lura għand il- gvern u issa jidher li din l-art, li tiswa bejn Lm 10 miljuni u Lm15-il miljun, intilfet kompletament minn taħt il-kontroll tal-gvern Malti.", "Minħabba f'hekk issa se jkollna nidħlu f'kawża li ma tispiċċa qatt b'riskju li biċċa patrimonju Malti jintilef minħabba inkompetenza jew traskuragni tal-gvern.", "Imma le, mhux fuq din kienet il-kritika, Sur President!", "Kienet fuq xi ħaġa li m'għandhiex x'taqsam mal-politika imma għandha x'taqsam mal-professjoni tiegħi, dik ta' nutar.", "Bħallikieku l-membri parlamentari taż-żewġ naħat mhux kollha għandhom il-professjoni tagħhom u jipprattikawha!", "Hemm min għandu appointments ma' entijiet governattivi ta' eluf ta' liri fis-sena mogħtijin fuq il-platt u hemm min jipprattika l-professjoni tiegħu b'mod leġittimu, u jiena hekk nagħmel u hekk għamilt f'dawn l-aħħar 26 sena!", "Dawn qed jattakkaw il-professjoni tiegħi b'mod li jimplikaw li fil-prattika tagħha hemm xi konflitt ta' interess, u jiena ma nistax nifhem kif jistgħu jorbtu dawn iż-żewġ affarijiet.", "Jiena f'dan il-Parlament dejjem għedt dak li kelli ngħid, u hekk nibqa' nagħmel.", "Jiena qatt ma kelli konflitt ta' interess fuq il-professjoni tiegħi la mal-partit u lanqas fuq xi ħaġa oħra, għax dejjem għamilt distinzjoni ċara tar-rwoli.", "Allura dawn kif setgħu qabdu fuq skrittura li għada privata u ħarġu jattakkaw fuqha?", "Għax il-konvenju tal-Jerma kull ma għadu mar hu għand l- uffiċċju ta' l-Inland Revenue - basta bid-data protection - Sur President!", "Jiena m'għandix x'naħbi, imma li jipprovaw jimplikaw li hemm xi kunflitt mal-politika tal-partit jew fil-konfront ta' dak li għedt m'hu veru xejn, u hu argument bażwi għax il-kritika dwar l-inkompetenza tal-gvern fis-settur tat-turiżmu hija xi ħaġa li għedtha kemm-il darba u nibqa' ntennijha, anke għax il-fallimenti huma miktuba iswed fuq l-abjad.", "Sur President, hawnhekk għandna ħafna professjonisti - u kellna fil-passat u ovvjament se jkollna fil-futur - li għandhom kull dritt li jipprattikaw il-professjoni tagħhom.", "Fil-professjoni tiegħi - meta jiġi xi ħadd jixtri jew ibigħ proprjeta' - l-obbligu tiegħi hu li nħares lejn it-titolu ta' dik il-proprjeta' u ma jinteressanix x'se jagħmel minnha dak li jkun.", "U jiena ma nsemmix ismijiet għax nirrispetta l-kunfidenzjalita' tal-klijenti, Sur President!", "Imma x'jagħmel jew ma jagħmilx minnha jiddependi mill-permessi li jagħtuh l-istituzzjonijiet tal-gvern.", "Pero' jekk jiġi klijent l-uffiċċju tiegħi għal biċċa xogħol, l-obbligu tiegħi huwa li nagħtih l-aħjar servizz li nista'.", "Sur President, min jaf kemm-il liġi għaddejna, bħal per eżempju kontra l- kriminalita' u d-droga, u wara li napprovawha mill-Parlament, uħud mill- istess membri parlamentari li jkunu vvutaw favuriha, imorru fil-qorti biex jiddefendu lil dawk in-nies li aħna ridna nikkastigaw u jipprovaw jeħilsuhom mill-miżuri u l-penalitajiet ta' dik l-istess liġi.", "Allura dan huwa konflitt ta' interess, Sur President?", "Le!", "Ovvjament huwa xi ħaġa aċċettabbli għax dawn ikunu qed jipprattikaw il-professjoni tagħhom kif titlob il-liġi, u hawnhekk qed jaqdu d-dmir politiku tagħhom lejn is- soċjeta'.", "Kellna nies famużi ħafna li laħqu l-ogħla karigi, li kienu magħrufin li għamlu dan ix-xogħol, u sewwa għamlu!", "Sur President, qed ngħid dan mhux għax irrid niskuża ruħi għax ħaddieħor għamel hekk.", "Xejn minn dan!", "Li qed ngħid hu li d-distinzjoni bejn il- prattika professjonali u dak li inti tgħid politikament hija netta, u allura dan l-attakk hu personalizzat.", "Tajjeb li wieħed jistaqsi fiex jikkonsisti konflitt ta' interess, u jkun aħjar li jagħmlu diskussjoni dwar dan.", "Kieku jiena kont ministru u nkompli nagħmel ix-xogħol notarili, hemmhekk veru jkollok konflitt ta' interess dirett.", "Kieku qiegħed ministru u għaddej b'xogħol f'xi entijiet li jien għandi b'xi mod interess fihom mingħajr trasparenza ta' xejn, jista' wkoll ikun ikkunsidrat bħala konflitt ta' interess.", "Għalhekk, Sur President, min irid jitkellem fuq il-konflitt ta' interess imissu jħares lejn dawn.", "Jekk irridu nibdew ngħidu x'inhu l- konflitt ta' interess u x'wieħed għandu jagħmel u ma jagħmilx, lili mhux se jdejjaqni.", "Jekk xi ħadd irid jattakkani personalment, jagħmel hu, imma mhux se jbeżżagħni, u mhux se noqgħod lura milli nikkritika lill-gvern fejn għandi nikkritikah.", "Jien nisfida lill-media Nazzjonalista u l-esponenti tagħha li jekk iridu jikkritikawni, iġibu l-provi fuq l-art tal-Qawra li ħadd ma jitkellem fuqha, ħlief il-partit Laburista.", "Mill-bqija kulħadd omerta', anke fuq il- gazzetti u fuq uħud mill-media.", "Fuq dik ma jitkellmux, u anqas jitkellmu fuq il-press releases li nagħmlu!", "Dawn ma jitkellmux fuq il-qagħda ekonomika reali, fuq il-qagħda ta' l-edukazzjoni u r-riżultati li qed ikollna u fuq il-qagħda fit-turiżmu u l-inkompetenza li hawn tirrenja.", "Dawn kontinwament ngħiduhom u nibqgħu ngħiduhom, u fuq dawn għandha tirrispondina l-media nazzjonalista!", "Issa jekk iridu jiftħu l-battalja fuq livell personali, il-battalja tinfetaħ, imma ara ma jkun hemm ħadd min-naħa l-oħra li jibki għax jaqla' xi attakk personali hu!", "Sur President, jiena m'għandi xejn x'niddefendi, u ngħid dan bl-iktar mod apert.", "Dak li nagħmel fix-xogħol tiegħi professjonali qed nagħmlu għax għandi dritt nagħmlu bħal kull professjonist, kull avukat u kull perit li qiegħed f'dan il-Parlament.", "Ma hemm ebda konflitt ta' interess, qatt ma kelli konflitt ta' interess u qatt m'hu se jkolli konflitt ta' interess.", "Fejn ikun hemm konflitt ta' interess jien kapaċi niddikjarah, u ma niddejjaq xejn niddikjarah, imma d-dritt li jiena neżerċita l-professjoni tiegħi hu dritt leġittimu li jiena neżerċitah.", "Min irid jitkellem fuq il- konflitt ta' interess aħjar jara xi jkun qed jagħmel hu!", "Jekk iridu jikkritikawni, jikkritikawni fuq dak li ngħid politikament, kemm fuq dak li nistqarr fil-Parlament u kemm fuq dak li ngħid pubblikament barra mill- Parlament.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Silvio Parnis.", "ONOR.", "SILVIO PARNIS: Sur President, il-ħin li jkollna fl-Aġġornament ikun tajjeb li jintuża anke biex insemmu u niflu il-problemi li jkun hemm fid- distrett tagħna.", "Naħseb li kull wieħed minna jiltaqa' mal-kostitwenti - u din hija xi ħaġa li hija normali li ssir – u jisma' l-ilmenti tagħhom, u għalhekk ħassejt li għandi nressaq ftit ilmenti tan-nies li xi kultant ma jkunx faċli li ssolvihom b'xi mistoqsija parlamentari, b'xi ittra f'xi dipartiment jew inkella b'xi ħaġa oħra.", "Għalhekk nieħu din l-okkażjoni biex inressaq it-talbiet tal-familji tagħna fid-distrett biex inkunu nistgħu nagħtu ħajja aħjar lir-residenti li fl-aħħar mill-aħħar ikunu eleġġewna f'dan il-Parlament għaliex jemmnu li aħna nistgħu nkunu t-tarka għalihom.", "Nemmen ukoll li f'dan il-Parlament, irridu nagħtu servizz tajjeb lil dawk li jersqu lejna u fil-fatt, f'dawn il-kważi disa' snin li ili fil- Parlament, fl-Aġġornamenti dejjem ipprovajt insib il-ħin biex niddefendi lil din il-familja kbira tar-raba' distrett.", "Sur President, wieħed mill-ilmenti li xtaqt nqajjem hawnhekk għandu x'jaqsam man-nies ta' Joanne Gardens f'Ħal Tarxien.", "Meta kont qed inżurhom u niltaqa' magħhom indunajt kemm, bl-għaqal u bil-ħidma tagħhom, dawn bnew djar li huma, biex ngħid hekk, palazzi żgħar tal-familji tagħna.", "Jidher pero' li fil-laqgħa li kellhom fil-kunsill lokali ta' Ħal Tarxien – nieħu din l-okkażjoni biex minn hawnhekk insellem lill-kunsill lokali ta' Ħal Tarxien li jaħdem ħafna biex jagħti l-aħjar servizz li jista' liċ-ċittadini - ir-residenti ta' Joanne Gardens ilmentaw ħafna mill-istorbju li qiegħed ikun hemm f'dik l-area u li mhux qed iħalli lir-residenti jgħixu ħajja komda fil-kwiet.", "Filwaqt li nifhmu li ż-żgħażagħ li jkun hemm hemmhekk għandhom kull dritt li jiddevertu, nifhmu wkoll li r-residenti għandhom dritt għall-mistrieħ u għall-kwiet fid-djar tagħhom.", "Fil-laqgħa tal-kunsill lokali li semmejt aktar qabel jidher li ntlaħaq xi ftehim, u l-Pulizija se jibdew jagħmlu r-ronda, pero' ovvjament jekk dawn iż-żgħażagħ ikunu qed jagħmlu l-istorbju, se jieqfu kif jaraw il-Pulizija.", "Allura minn hawn nixtieq niġbed l-attenzjoni biex id-drittijiet tal-familji ta' Joanne Gardens jiġu rispettati, speċjalment id-dritt tal-privatezza u tal-kwiet f'darhom, u fl-istess ħin nifhmu li ż-żgħażagħ jitħallew jiddevertu, imma mingħajr ma jdejqu lil ħaddieħor.", "Apparti dan, aktar 'il quddiem jiena bi ħsiebni nressaq petizzjoni fuq Triq l-Isqajjaq ġewwa Ħal Tarxien, petizzjoni li bħalissa qegħda b'idejn dawn ir-residenti.", "F'din it- triq jgħixu numru sostanzjali ta' nies, u dawn qed jilmentaw mill-istat ħażin ta' dan l-isqaq u anke għaliex meta tagħmel ix-xita, qed ifur id- drenaġġ u joħorġu ntejjen kbar.", "Area oħra fejn hemm xi problemi hi Għajn Dwieli ġewwa Raħal Ġdid.", "La darba semmejt lir-Raħal Ġdid, nieħu din l-okkażjoni biex nifraħ lill-kunsilliera kollha li telgħu u nirringrazzja lill-kunsilliera kollha li ħadmu fl- amministrazzjoni lokali preċedenti, inkluż is-sindku.", "Insellem ukoll lis- sindku l-ġdid li għadu żagħżugħ u li naf li huwa lest li jaħdem u jagħti s- servizz kollu li jixraq liċ-ċittadini ta' Raħal Ġdid.", "Meta konna qed induru flimkien ma' sħabna u l-leadership tal-partit ġewwa Raħal Ġdid kellna ħafna lmenti dwar l-area sabiħa ta' Għajn Dwieli, fejn hemm Wied Blandun li jagħmel parti mill-kunsill lokali tal-Fgura.", "Hawnhekk nixtieq li l-gvern jibda jieħu ħsieb dan il-wied u ma jħalliehx fi stat ta' abbandun billi jgħin lill-kunsill lokali biex dan il-wied jiġi mnaddaf u rranġat u jinbidel f'area rikreattiva.", "Sur President, qiegħed ngħid dan għax id-djar li hemm ġewwa Wied Blandun iħarsu għal dan il-wied tant sabih u l-ftit open spaces li għandna ġewwa l- lokalita' ta' Raħal Ġdid għandna nsaħħuhom u nagħtuhom l-importanza tagħhom.", "Fil-fatt, meta kont sindku hemmhekk, konna ħdimna f'dan is-sens u konna għamilna d-dwal, il-bankijiet u l-bankini.", "Apparti hekk, ftehemna mal- gvern ċentrali ta' dak iż-żmien biex għamilna t-tarmac.", "Illum, Sur President, wasal il-mument li nagħtu aktar importanza lil din l-area billi l-gvern ċentrali jgħin b'mod finanzjarju ħalli Wied Blandun nagħtuh dehra aħjar.", "Apparti hekk, tajjeb li nagħtu importanza lis-siti preistoriċi li hemm ġewwa dan il-wied, waħda minnhom fi Triq il-Vittmi tal-Ħaddiema fejn kienu nstabu xi oqbra.", "Ikun tajjeb li dan il-wirt storiku nieħdu ħsiebu u niftħuħ għall-pubbliku.", "Anke fejn il-Knisja ta' Sant'Antnin hemm siti importanti ta' storja antika fejn anke nstabu xi fdalijiet preistoriċi li għandna nagħtuhom importanza.", "Barra dawn, f'Raħal Ġdid għandna l-Ipoġew ta' Ħal Saflieni u t-Tarxien Temples li llum huma magħrufin ħafna u ċertament li anke l-barranin jafu bihom, kultant aktar mill-Maltin.", "Meta kont sindku, konna ħdimna mal-gvern ċentrali ta' dak iż-żmien biex l-Ipoġew tajnieh l-importanza li kien ħaqqu.", "Nixtieq li kemm jista' jkun l-iskejjel tagħna jieħdu lit-tfal f'dawn it- tempji li għandna sabiex nagħmluhom aktar familjari magħhom u l-gvern għandu jagħmel iżjed pubbliċita' permezz tal-magazines li jqassmu fuq il- linja nazzjonali ta' pajjiżna lil dawn it-tempji mat-turisti li jkunu ġejjin lejn Malta.", "Sur President, ngħaddi biex nitkellem fuq il-kindergarten ta' Raħal Ġdid li kien fi Triq Brittannja u li ngħalqet.", "Fil-ħin tal-mistoqsijiet parlamentari jiena tkellimt u staqsejt lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni fejn wasalna u meta se tiftaħ din l-iskola, u dan dejjem wieġeb li m'hemm l-ebda pjanijiet għaliha.", "Pero' f'dawn l-aħħar ġranet kellmuni ir-residenti u qaluli li din l-iskola qiegħda titnaddaf u jien nistaqsi lill-Ministru Louis Galea, u nixtieq li jkolli tweġiba: X'se jsir minnha din l-iskola?", "X'tip ta' żvilupp se jsir f'din l-iskola?", "Nixtieq li nkunu nafu, aħna bħala deputati fuq ir-raba' distrett, u jiena bħala ex-sindku fuq Raħal Ġdid, x'qed isir minn din l-iskola tal-kindergarten fi Triq Brittannja u Triq Ninu Cremona.", "Sur President, meta jiena niġi f'dan il-Parlament, inkun qed inwassal il-leħen tal-poplu Malti u tan-nies tar-raba' distrett, u għalhekk mhux sew li nitħalla nparla fix-xejn għax inkella nkun qed naħli l- ħin taż-żewġ naħat u nkunu qed nidħku bin-nies li eleġġewna f'dan il- Parlament.", "Sur President, nagħlaq dan l-intervent tiegħi billi għal darb'oħra nitlob it-tweġibiet għall-ħafna mistoqsijiet li għamilt, rigward Joanne Gardens, Triq l-Isqajjad, Għajn Dwieli u Wied Blandun u anke x'se jsir fuq l-iskola li semmejt.", "Ftit ilu semmejt il-Knisja ta' Sant'Antnin, u hawn żgur li nixtieq insellem lil persuna li m'għadux magħna u li tant ħadem mal-ħabsin u mal-foqra, Patri Leopoldo Tabone.", "Kif għedt diġa', nixtieq li nagħtu iktar importanza l-Ipoġew u t-tempji ta' Ħal Tarxien li huma wirt ta' eluf ta' snin tal-poplu Malti.", "Aħna għandna nħeġġu l-istudenti tagħna biex iżuru dawn il-postijiet u anke nagħtu aktar pubbliċita' lil dawn iż-żewġ siti storiċi.", "Jiena nerġa' nistaqsi jekk il-gvern huwiex se jgħin biex il-ġnien ta' Wied Blandun - li jagħmel mal-kunsill lokali tal-Fgura imma li jgawduh ħafna min-nies ta' Raħal Ġdid - jitranġa billi forsi anke jagħmel partnership mal-kunsill lokali ta' Raħal Ġdid.", "Nerġa' nistaqsi x'se jsir minnha l-iskola fi Triq Brittannja qrib Triq Ninu Cremona.", "Jekk se tiftaħ, meta se tiftaħ, u jekk din hux se tiftah bħala skola, x'inhuma l-pjanijiet tal-gvern dwarha?", "Sur President, kif diġa' għedt, aħna l-membri parlamentari għandna d-dmir li nwasslu dawn l-ilmenti u l-poplu tagħna għandu dritt li jkun jaf x'se jsir minn dawn it-talbiet li qed jagħmel.", "Jiena nemmen li politiku fil- Parlament għandu jkun politiku qrib il-poplu u għandu jagħti dak li verament jixraq lill-poplu tagħna u mhux ikun membru parlamentari biex jilbes il-ġlekk biss!", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hi aġġornata għal għada t- Tlieta 24 ta' April, 2007 fis-6:00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fid-9.50 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "ĦLAS TA' KERA PENDENTI", "24860.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru tara li jsir arranġament ma' l- inkwilin li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, biex jibda jħallas il-kera pendenti li għandu ma' l-awtorita' tad-djar?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Il-kera mill-persuna ndikata hi dovuta lid- dipartiment ta' l-artijiet u għalhekk l-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jirriferi l-mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "KONT TAD-DAWL U L-ILMA", "24861.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru jara li jsir arranġament ma' l-inkwilin li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, biex jibda jħallas bin-nifs il-kont pendenti tad-dawl u l- ilma u hekk jerġa' jingħatalu dan is-servizz?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Il-persuna li saret riferenza għaliha għandha tagħti għall-elettriku u l-ilma konsumat f'ħames postijiet differenti.", "Hemm ukoll kawża fil-qorti mibdija mill-korporazzjoni għas-servizzi ta' l- ilma li għadha pendenti.", "Minkejja dan, jekk din il-persuna tikkuntattja s-sezzjoni tal-credit control tal-korporazzjoni ikun jista' isir arranġament biex isir programm ta' ħlas biex is-servizzi ta' l-ilma u l-elettriku jiġu ristorati.", "SERVIZZ TA' MOBILE PHONES", "24948.", "L-ONOR.", "JOSEPH DEBONO GRECH staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu f'kontijiet ta' mobile phones fil-ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 separatament u xahar b'xahar?", "Jista' jgħid kemm kienet in-nefqa fuq prepaid top-up mobile cards fil- ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 separatament xahar b'xahar?", "Jista' jgħid jekk l-uffiċjali ntitolati għal mobile phones fil-ministeru, dekasteru u enti tiegħu għandhomx ceiling fuq mobile phone imħallas mill- gvern u f'każ li hemm ceiling, kemm hu separatament u jekk inqabiżx minn xi uffiċjal matul Jannar, Frar jew Marzu 2007?", "F'każ li fl-affermattiv, jista' jgħid x'inhi r-raġuni li nqabeż is-ceiling?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Tweġiba tinghata f'xi seduta ohra.", "SERVIZZ TA' MOBILE PHONES", "24949.", "L-ONOR.", "JOSEPH DEBONO GRECH staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm tħallsu f'kontijiet ta' mobile phones fil-ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 separatament u xahar b'xahar?", "Jista' jgħid kemm kienet in-nefqa fuq prepaid top-up mobile cards fil- ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 separatament xahar b'xahar?", "Jista' jgħid jekk l-uffiċjali ntitolati għal mobile phones fil-ministeru, dekasteru u enti tiegħu għandhomx ceiling fuq mobile phone imħallas mill- gvern, u f'każ li hemm ceiling, kemm hu separatament u jekk inqabiżx minn xi uffiċjal matul Jannar, Frar jew Marzu 2007?", "F'każ li fl-affermattiv, jista' jgħid x'inhi r-raġuni li nqabeż is-ceiling?", "ONOR.", "TONIO BORG: Il-ħlasijiet għal kontijiet ta' mobile phones u top-up cards li saru fix-xhur indikati huma kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.", "Dwar is-ceiling, għandu jingħad illi dan jitqies fuq bażi annwali, u għaldaqstant huwa wara l-aħħar tas-sena li wieħed jista' jgħid jekk dan inqabiżx jew le.", "SERVIZZ TA' MOBILE PHONES", "24950.", "L-ONOR.", "JOSEPH DEBONO GRECH staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu f'kontijiet ta' mobile phones fil-ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 separatament u xahar b'xahar?", "Jista' jgħid kemm kienet in-nefqa fuq prepaid top-up mobile cards fil- ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 separatament xahar b'xahar?", "Jista' jgħid jekk l-uffiċjali ntitolati għal mobile phones fil-ministeru, dekasteru u enti tiegħu għandhomx ceiling fuq mobile phone imħallas mill- gvern, u f'każ li hemm ceiling, kemm hu separatament u jekk inqabiżx minn xi uffiċjal matul Jannar, Frar jew Marzu 2007?", "F'każ li fl-affermattiv, jista' jgħid x'inhi r-raġuni li nqabeż is-ceiling?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "SERVIZZ TA' MOBILE PHONES", "24957.", "L-ONOR.", "JOSEPH DEBONO GRECH staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jgħid f'każ li xi uffiċjal mill- ministeru, dekasteru jew enti tiegħu qabeż is-ceiling allokat għall-mobile marbut mal-pożizzjoni tiegħu, itteħdux passi fil-konfront ta' dawn l- uffiċjali matul Jannar, Frar jew Marzu 2007?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "SERVIZZ TA' MOBILE PHONES", "24958.", "L-ONOR.", "JOSEPH DEBONO GRECH staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' l-Ministru jgħid, f'każ li xi uffiċjal mill-ministeru, dekasteru jew enti tiegħu qabeż is-ceiling allokat għal mobile marbut mal- pożizzjoni tiegħu, ittieħdux passi fil-konfront ta' dawn l-uffiċjali matul Jannar, Frar jew Marzu 2007?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Mill-kontijiet tal-mobiles tas-sena 2007 li s'issa rċieva l-ministeru u l-enti li jaqgħu taħtu, kien hemm uffiċjal wieħed li qabeż il-kwota.", "L-uffiċjal konċernat ta spjegazzjoni u raġunijiet validi meta ġie avżat f'dan ir-rigward.", "XIRI TA' MOBILE PHONES", "24959.", "L-ONOR.", "JOSEPH DEBONO GRECH staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk inxtrawx mobile phones ġodda fil-ministeru, dekasteru jew enti tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007, u f'każ li fl-affermattiv, kemm-il mobile inxtara, b'liema prezz separatament u għal min kienu?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Fir-rigward ta' l-uffiċċju tal-prim ministru, matul ix-xhur ta' Jannar u Marzu 2007 inxtara mobile phone wieħed għall-prezz ta' Lm65 għall-użu uffiċjali tas-segretarju permanenti ewlieni, minflok ieħor li ma setax jissewwa.", "Fir-rigward tal-ministeru tal-finanzi, qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.", "FONDAZZJONI GĦAL SERVIZZI EDUKATTIVI", "25003.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-istaff full-time u part-time separatament tal-fondazzjoni għas-servizzi edukattivi?", "X'ħidma qed titwettaq matul din is-sena skolastika u fejn?", "Kemm ipparteċipaw studenti u ġenituri?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif mitlub se jitpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "MCAST - DIPLOMA IN MASONRY HERITAGE SKILLS", "25004.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li studenti li qed jagħmlu d- diploma in masonry heritage skills fl-MCAST meta jispiċċaw dan il-kors hemmx il-possibilita` li jiġu mpjegati ma' Heritage Malta?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Kemm is-sena li għaddiet kif ukoll din is- sena Heritage Malta sponsorjat numru ta' apprentisti minn fost l-istudenti li jkunu qed isegwu l-kors ta' l-MCAST imsemmi.", "Heritage Malta diġa' impjegat persuni li segwew dan il-kors u kemm-il darba tinħass il-ħtieġa bażata fuq ix-xogħol u r-riżorsi għad-dispożizzjoni ta' din l-aġenzija, Heritage Malta lesta wkoll li żżid l-impjegati f'dan is- settur.", "SPECIAL EDUCATION BUDGET", "25005.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-ministeru jew id- divizjoni ta' l-edukazzjoni jingħatawx rendikont tal-budget special education li jammonta għal Lm216,000?", "Jekk fl-affermattiv, jista' ipoġġi r- rendikonti għat-tlett snin li għaddew fuq il-mejda tal-Kamra?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Skond ftehim ta' April ta' l-1996, id-diviżjoni ta' l- edukazzjoni tirrifondi 60% tal-pagi li l-Eden Foundation tħallas fit- tmexxija ta' ċerti programmi tagħha.", "Skond dan il-ftehim, l-Eden Foundation tibgħat rendikont tal-pagi li tkun ħallset lid-diviżjoni ta' l- edukazzjoni.", "DIPLOMA IN JOURNALISM STUDIES", "25006.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li d-diploma in journalism studies mhux ikkonsidrat bħal korsijiet oħra u allura ma jistgħux ikomplu għal degree, anzi jkollhom jibdew mill-ġdid?", "X'inhi r- raġuni għal dan u għall-fatt li credits u extra credits ma jgħoddux ukoll?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Id-diploma in journalism studies huwa kors ta' studju li kien maħsub u mfassal bi qbil ma' l-istitut tal-ġurnalisti u l- fondazzjoni Tumas Fenech.", "Il-kors huwa part-time matul il-ġurnata minħabba l-impenji ta' dawn it-tip ta' ħaddiema fuq ix-xogħol u jieħu sentejn.", "Il-kwalifiki mitluba biex persuna tagħmel Baċċellerat huma differenti, iżda min jibda l-kors li jwassal għal Baċċellerat fil-Kommunikazzjoni wara li jkun spiċċa l-kors tad-diploma in journalism studies, ikun eżentat li jsegwi dawk il-units komuni li jkun segwa b'suċċess fid-diploma, skond il- provvedimenti tar-regolamenti ta' l-Universita'.", "MCAST - DIPLOMA IN MASONRY HERITAGE SKILLS", "25007.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx possibilita` li studenti sponsorjati mir-restoration unit tal-works division u li qed jagħmlu diploma in masonry heritage skills fl-MCAST jiġu mpjegati ma' l-istess unit wara li jlestu l-kors tagħhom?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Kull ingaġġ ta' ħaddiema fis-settur pubbliku jsir wara sejħa għall-applikazzjonijiet.", "INCOME TAX REFUNDS", "25008.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jikkonsidra li ċekkijiet ta' rifużjoni mill- income tax dwar studenti li jattendu skejjel privati u li normalmaent jinħarġu fuq il-missier, jibdew joħorġu kemm fuq il-missier kif ukoll fuq l- omm ħalli jkunu jistgħu jissarfu minn xi ħadd minnhom u mhux bilfors mill- missier biss u dan speċjalment fejn iż-żewġ persuni jkunu qed jaħdmu u allura jħallsu t-taxxa?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "KAWZI KOSTITUZZJONALI", "25031.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 23835 dwar it-tul ta' żmien raġonevoli biex tinstema' u tiġi deċiża kawża, kif provdut fil-kostituzzjoni u l-Konvenzjoni Ewropea, dan jiddependi minn min tkun komposta l-qorti kostituzzjonali?", "Hemm xi provvediment fil-liġi (speċjalment fil-kostituzzjoni) li jikkontempla dewmien eċċessiv skond kif u minn min tkun komposta l-qorti kostituzzjonali?", "ONOR.", "TONIO BORG: B'riferenza għall-ewwel parti tal-mistoqsija, ninsab informat illi ġeneralment iż-żmien li ddum kawża biex tiġi deċiża ma jiddependix minn kif tkun komposta qorti kolleġġjali, għalkemm il- komplessita' tal-każ, id-doveri ġudizzjarji l-oħra li jkollhom l-Imħallfin komponenti dik il-qorti, u ċirkostanzi oħra jistgħu jinċidu fuq dan iż- żmien.", "B'riferenza għat-tieni parti tal-mistoqsija, m'hemmx dispożizzjoni ta' liġi kif indikat mill-Onor.", "Interpellant.", "FONDI MILL-UNJONI EWROPEA", "25040.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jgħid Malta kemm irċeviet għajnuna finanzjarja u għajnuna oħra mill-pajjiżi barranin kollha, kemm Ewropej u kemm m'humiex mill-1964 sal-lum u dan in forza ta' protokolli finanzjarji u kull ftehim ieħor bilaterali u kull inizjattiva oħra politika mill- gvernijiet rispettivi?", "Għal liema skop intużaw dawn il-fondi u ċioe' f'liema proġetti ġew applikati f'kull każ matul l-istess perijodu?", "Kemm irċevejna pre-accession funds mill-Unjoni Ewropea u kemm irċevejna fondi mill-2003 sa l-2006 mill-Unjoni Ewropea u għal liema proġetti ntużaw l- istess fondi?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "QABDA TA' ĦUT", "25041.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien it-tunnellaġġ tal-qabda tal- ħut lokali reġistrata fl-ewwel tliet xhur tas-sena xahar b'xahar separatament?", "Jista' jipprovdi l-istess tagħrif għall-istess perijodu għall-aħħar ħames snin sena b'sena?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: It-tunnellaġġ tal-qabda tal-ħut lokali reġistrat fl-ewwel tliet xhur tas-sena bejn l-2002 u l-2007 kien kif jidher hawn taħt:", "|Qabda (tunnellati) | | |200|200|200|200|200|200| | |2 |3 |4 |5 |6 |7 | |Jann|43 |18 |46 |21 |43 |29 | |ar | | | | | | | |Frar|35 |15 |31 |12 |18 |23 | |Marz|16 |38 |28 |31 |22 |37 | |u | | | | | | |", "PRODUZZJONI TA' BAJD FRISK", "25042.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien it-tunnellaġġ tal-produzzjoni lokali ta' bajd frisk reġistrat matul l-ewwel tliet xhur tas-sena?", "Jista' jipprovdi l-istess tagħrif għall-istess perjodu għall-aħħar ħames snin sena b'sena?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Il-produzzjoni lokali ta' bajd frisk tiġi kkalkulata skond l-ammont ta' sussidju li jingħata kull xahar lill- produtturi.", "Dan għaliex is-sussidju jingħata abbażi tal-produzzjoni ta' bajd li ssir fuq ir-razzett.", "Din hija l-istatistika miġbura li tindika l-produzzjoni ta' bajd (f'tużżani) matul l-ewwel tliet xhur ta' dawn is-snin:", "|2007 |(tinġabar sa | | |l-aħħar t'April) | |2006 |1,805,921 | |2005 |1,609,772 | |2004 |1,535,095 | |2003 |1,726,625 |", "L-informazzjoni għas-sena 2007 hija ta' Jannar u Frar biss minħabba li l- produtturi għandhom ċans sa l-aħħar ta' April biex jirrapportaw l- informazzjoni tal-produzzjoni ta' Marzu.", "MAGĦLEF LOKALI", "25043.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien it-tunnellaġġ ta' magħlef lokali reġistrat matul is-sena 2006?", "Jista' jipprovdi l-istess tagħrif għall-istess perijodu għall-aħħar ħames snin sena b'sena?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Il-produzzjoni tal-magħlef lokali hija f'idejn operaturi privati.", "QABDA TA' ĦUT", "25044.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l- Ministru tgħid kemm kien it-tunnellaġġ tal-qabda tal-ħut lokali reġistrata fl-ewwel tliet xhur tas-sena f'Malta xahar b'xahar separatament?", "Tista' tipprovdi l-istess tagħrif għall-istess perijodu għall-aħħar ħames snin sena b'sena?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Peress li l-mistoqsija tikkonċerna l-Malta, l-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jirriferi l-mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "PRODUZZJONI TAL-FAQQIEGĦ", "25045.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien it-tunnellaġġ tal-produzzjoni lokali tal-faqqiegħ matul l-ewwel tliet xhur tas-senaa?", "Jista' jipprovdi l-istess tagħrif għall-istess perjodu għall-aħħar ħames snin sena' b'sena?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Il-produzzjoni tal-faqqiegħ hija f'idejn azjendi kummerċjali.", "PRODUZZJONI TAL-ĦAXIX FRISK", "25046.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien it-tunnellaġġ tal-produzzjoni lokali tal-ħaxix frisk matul l-ewwel tliet xhur tas-sena?", "Jista' jipprovdi l-istess tagħrif għall-istess perijodu għall-aħħar ħames snin sena' b'sena?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Il-produzzjoni attwali tal-ħaxix hija f'idejn operaturi privati.", "MARDA TA' L-ECZEMA", "25063.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Peress li hawn ħafna każi ta' eczema li huma severi u kroniċi; u peress li dawn il-pazjenti għandhom bżonn ħafna kura u assistenza u mediċini li jridu jieħdu kuljum; u peress li dawn il-pazjenti m'humiex eliġibbli skond ix-schedule V tal-lista ta' mard kroniku, tista' l- Ministru tara li in vista tat-tbatija ta' dawn in-nies din il-marda tiġi miżjuda fix-schedule V biex ikunu ntitolati għall-għajnuna?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Nassumi li l-Onor.", "Interpellanti qed tirriferi għat-tieni parti ta' l-iskeda ħamsa ta' l-att dwar is-sigurta' soċjali, li telenka l-mard u l-kondizzjonijiet li dwarhom tingħata għajnuna medika bla ħlas skond kif provdut fl-artikolu 23 ta' l-imsemmi att.", "Jekk dan hu l-każ, nitlobha tirriferi l-mistoqsija tagħha lill-ministru konċernat.", "ĦADDIEMA GĦAWDXIN FIS-SEZZJONI TAD-DRENAĠĠ", "25064.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: B'riferenza għall-formoli ta' bidu ta' impjieg li qed jintbagħtu lill-ħaddiema Għawdxin li kienu fis-sezzjoni tad-drenaġġ u llum ġew posted f'diversi lokalitajiet mal-kunsilli lokali, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk dawn il-ħaddiema hux se jkollhom tibdiliet fil- kondizzjonijiet ta' l-impjieg tagħhom jew jekk hux se tiġi affettwata s- seniority tagħhom peress li l-formola li qed jintalbu jimlew hija dwar bidu ta' impjieg?", "ONOR.", "TONIO BORG: Il-ħaddiema li kienu detailed mal-korporazzjoni għas- servizzi ta' l-ilma ġewwa Għawdex ġew assenjati mal-kunsilli lokali Għawdxin wara li l-assenjar tagħhom mal-korporazzjoni ġie revokat.", "Malli saret ir-revoka, dawn, bħala ħaddiema tal-gvern, ġew trasferiti fuq il- kotba tad-dipartiment għall-gvern lokali sabiex ikunu jistgħu jiġu assenjati mal-kunsilli lokali Għawdxin.", "Il-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma kienet bagħtet lill-istess ħaddiema l-formola tal-korporazzjoni għax-xogħol u taħriġ tat-tmiem ta' l- impjieg magħha.", "Il-formoli li rċevew il-ħaddiema riċentement huma biex jindikaw il-bidu ta' l-impjieg (engagement form) mad-dipartiment għall- gvern lokali b'effett minn meta sar it-trasferiment.", "Dan ifisser li kull ma sar kien biss l-aġġustar ta' l-isem ta' l-employer għal skopijiet tal- korporazzjoni għax-xogħol u taħriġ.", "Dan ifisser ukoll li dawn il-ħaddiema tal-gvern m'hu se jitnaqqsilhom xejn mill-kondizzjonjiet inerenti li dejjem kellhom mal-gvern, inkluża s-seniority.", "GĦAWDEX - PROĠETT TAT-TERMINAL", "25065.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għall- Kompetittivita' u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'kienet l-ispiża totali s'issa tal-proġett tat-terminal f'Għawdex?", "Jista'jagħti breakdown ta' l-ispejjeż?", "Min esegwixxa x-xogħol?", "X'kienu l-varjazzjonijiet mill- pjanti oriġinali u meta saru dawn il-varjazzjonijiet?", "X'kienet id- differenza fl-ispiża bejn ix-xogħol kif kellu jsir oriġinarjament u x- xogħol li sar skond il-varjazzjoni?", "Meta se jitlesta x-xogħol?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Filwaqt li nirriferi lill-Onor.", "Interpellanti għat- tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 24372 li ngħatat fit-13/03/07, l- informazzjoni l-oħra għadha qed tinġabar u tingħata aktar 'il quddiem.", "SKEJJEL SEKONDARJI - EARLY SCHOOL LEAVERS", "25066.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm early school leavers mill-iskejjel sekondarji ta' Għawdex kull sena separatament għal dawn l-aħħar ħames snin; jindika r-raġuni, is-sess u l-eta'?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mhux magħruf kemm huma l-kazi fejn l-eżenzjoni ntalbet biex tiffaċilita' xogħol għas-sajf qabel ritorn għal xi kors post- sekondarju.", "QRATI - RIKORSI", "25067.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Peress li diversi Għawdxin li jiġu msejħa biex iservu bħala ġurat iridu jippreżentaw rikors biex jiġu eżentati fir- reġistru tal-qorti Malta, peress li ħafna mir-rikorsi jkunu ta' persuni li jkollhom problemi mediċi u huwa ta' inkonvenjent kbir għalihom biex dawn ir- rikorsi jippreżentawhom Malta, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk huwiex possibbli li terġa' tibda s-sistema li dawn ir-rikorsi jiġu ppreżentati fir-reġistru tal-qorti Għawdex?", "ONOR.", "TONIO BORG: Rikors biex persuna tiġi eżentata milli sservi ta' ġurat għandu, skond il-liġi, jiġi ppreżentat quddiem il-qorti kriminali.", "L-atti, inklużi rikorsi ta' ġurati, quddiem il-qorti kriminali għandhom, skond il-liġi, jiġu ppreżentati fir-reġistru tal-qrati ta' ġurisdizzjoni kriminali ta' Malta.", "Il-liġi ma tipprovdix mod ieħor.", "Dawn ir-rikorsi qatt ma kienu jiġu ppreżentati fir-reġistru tal-qrati ta' Għawdex kif qed tissuġġerixxi l-Onor.", "Interpellant.", "QRATI - TRIBUNAL TAL-QSIM TAL-WIRT", "25068.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm każi pendenti quddiem it-tribunal tal-wirt?", "Jista' jgħid kemm minnhom huma ta' partijiet Għawdxin?", "ONOR.", "TONIO BORG: B'kollox hemm 15-il kawża pendenti quddiem it-tribunal tal-qsim tal-wirt illi waħda minnhom marret deżerta.", "Minn dawn il-kawżi pendenti jirriżulta li hemm żewġ kawżi li huma ta' partijiet Għawdxin.", "ĦAŻ-ŻEBBUĠ - LAMPI PUBBLIĊI", "25077.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru jara li Mdina Road, Ħaż-Żebbuġ il-lampi pubbliċi jitħaddmu peress li ilhom bil- ħsara u mitfija għal dawn l-aħħar ħamest ijiem?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Il-provvista ta' l-elettriku għat-triq imsemmija hija tajba, pero' ir-responsabbilta' tal-lampi f'din it-triq m'hijiex ta' l- Enemalta.", "TRIQ TA' ĦAL FAR", "25078.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġie jiswa x-xogħol ta' l-aħħar fażi tat-triq ta' Ħal Far li saret permezz tal-fondi ta' l-Unjoni Ewropea?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ix-xogħol fuq il-kostruzzjoni tat-triq imsemmija tlesta f'Diċembru ta' l-2006 u bħalissa għaddej xogħol ta' snag works, verifikazzjoni ta' numru ta' testing results u qed jiġu ffinilizzati l- final bills tax-xogħlijiet.", "L-awtorita' dwar it-trasport tkun f'pożizzjoni li tikkonferma l-ammont finali tax-xogħlijiet in kwestjoni meta x-xogħol fuq il-final bills imsemmija jkun lest.", "PIXXINA NAZZJONALI", "25079.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru jgħid min huma l-periti mqabbda jagħmlu xogħol fil-pixxina nazzjonali?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-kunsill Malti għall-isport qed jagħmel użu mill- perit Johan Farrugia fuq bażi ta' retainer.", "MEPA - BINI TA' FARMS TA' L-ANNIMALI", "25080.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' l-Ministru jara jekk hux possibbli li l-ħlas għad- drenaġġ f'każ ta' applikazzjoni lill-MEPA għal bini ta' farm ta' l-annimali jitneħħa peress li dawn it-tip ta' farms mhux permissibbli jużaw il-main tad-drenaġġ, iżda jridu jagħmlu fossa?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Il-ħlas li qiegħed jirriferi għalih l-Onor.", "Interpellant diġà tneħħa.", "TARZNA - TANK CLEANING STATION", "25081.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk it-tank cleansing farm tal-Malta Dockyard f'Ricasoli għadux jintuża?", "Jekk fl-affermattiv, kemm-il darba ntuża matul dawn l-aħħar ħames snin, kull sena separatament?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: It-tank cleaning station ġewwa Ricasoli għadu jintuża mill-Malta Shipyards.", "F'dawn l-aħħar ħames snin sar dan l-użu mit-tank cleaning station:", "Fis-sena 2002 daħlu 20 vapur direttament ġewwa t-tank cleaning station filwaqt li 71 vapur ġewwa l-Malta Shipyards għamlu użu mill-istess faċilitajiet sabiex jeħilsu miż-żjut u jnaddfu t-tankijiet.", "Fis-sena 2003 daħlu 11-il vapur diretti u 57 mill-Malta Shipyards.", "Fis-sena 2004 daħlu disgħa vapuri diretti u 55 mill-Malta Shipyards.", "Fis-sena 2005 daħlu sebgħa vapuri diretti u 55 mill-Malta Shipyards.", "Fis-sena 2006 daħlu 11-il vapur diretti u 46 mill-Malta Shipyards.", "ĦADDIEMA TAS-SETTUR PUBBLIKU", "25082.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk impjegat fis-settur pubbliku jistax japplika biex jiġi seconded għal xogħol ta' segretarju eżekuttiv mill-kunsilli lokali?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Il-vakanzi li jinħolqu ta' segretarju eżekuttiv qegħdin jimtlew wara sejħa ta' applikazzjonijiet miftuħa għall-pubbliku.", "Għaldaqstant, impjegati fis-settur pubbliku m'għadhomx jiġu sekondati ma' kunsilli lokali sabiex iwettqu dmirijiet ta' segretarju eżekuttiv.", "QORTI TAL-FAMILJA", "25085.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal- Kamra tagħrif dwar kemm saru applikazzjonijiet għall-medjazzjoni fil-qorti tal-familja mill-2004 sal-lum?", "Kemm saru medjazzjonijiet fiċ-ċentru tal- medjazzjoni mill-2004 sal-lum?", "ONOR.", "TONIO BORG: In-numru ta' applikazzjonijiet għal medjazzjoni li daħlu fil-qorti ta' Malta mill-2004 sas-16 ta' April 2007, kemm bħala ittri kif ukoll bħala noti, huma kif indikat fit-tabella hawn taħt:", "|Sena |Ittri |Noti | |2004 |1,034 |459 | |2005 |878 |446 | |2006 |969 |353 | |2007*|268 |95 |", "*sas-16 ta' April.", "Rigward il-qorti ta' Għawdex, ninsab informat kif ġej:-", "|Sena |Applikazzjoni| | |ijiet | | |(rikorsi/noti| | |/ittri) | |2004 |96 | |2005 |93 | |2006 |92 | |2007 |18 |", "Irid jingħad li sas-17 ta' April, dan it-tip ta' proċeduri ma jikkonċernawx biss talbiet għal separazzjoni personali, iżda jinkludu wkoll kull tip ta' eventwalita' komtemplata fl-avviżi legali 396/2003 u 397/2003.", "Sal-lum kienu reġistrati għaxar każi ta' medjazzjoni fiċ-ċentru tal- medjazzjoni għal Malta.", "AWTORITA' TAD-DJAR - SUSSIDJU", "25086.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru tara li jitmexxa l-każ ta' sussidju mill-awtorita' tad-djar ta' persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Fit-28 ta' Marzu 2007 l-awtorita' tad-djar informat lill-persuna konċernata bil-miktub bil-lista tax-xogħlijiet u l- istima tas-sussidju approvati proviżorjament.", "L-ammont tas-sussidju dovut jiġi determinat wara li ssir il-verifika tal- means test.", "UFFIĊĊJU TA' L-AVUKAT ĠENERALI - RIĊERKA", "25087.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: B'riferenza għall-ittra annessa, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid fiex waslet ir-riċerka ta' l-uffiċċju ta' l-avukat ġenerali u x'irriżulta minn din ir-riċerka?", "ONOR.", "TONIO BORG: L-uffiċju tiegħi għamel riċerki estensivi u komplessi dwar il-materja iżda dawn ir-riċerki kienu inkonklussivi.", "Din ir-riċerka kienet tinvolvi kuntratti antiki ħafna li jirrigwardaw nies mejta u l-eredi tagħhom li huma wkoll illum mejta.", "Ir-riċerki kienu jirrikjedu li wieħed jirrisali għal żmien sa qabel twaqqaf ir-reġistur pubbliku.", "Għalhekk s'issa ma tista' tinġibed ebda konklużjoni dwar il-pożizzjoni legali.", "RAĦAL ĠDID – ĦAJT FI TRIQ IL-ĦIDMA", "25088.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' l-Ministru jara li jittella' ħajt fejn instabu l-oqbra fi Triq il-Ħidma, Għajn Dwieli, Raħal Ġdid, peress li dejjem ikun hemm nies li jitfgħu żibel u biex jiġi protett dan is-sit?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jiġbed l- attenzjoni tal-kunsill lokali rispettiv ħalli tiġi wżata l-proċedura li ġiet stabbilita mill-MEPA f'każi bħal dawn.", "PENSJONI", "25089.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru tara li jitmexxa l-każ ta' persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li qed tistenna li tieħu l- pensjoni wara li spiccat mix-xogħol f'Diċembru li għadda?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Il-persuna ndikata ġiet informata bil-miktub mid- dipartiment tas-sigurta' soċjali dwar il-każ tagħha.", "BENEFIĊĊJI SOĊJALI", "25090.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru tara li jitmexxa l-każ ta' persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li tinsab f'separazzjoni u m'għandha l-ebda dħul?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Il-persuna ndikata ġiet informata bil-miktub mid- dipartiment tas-sigurta' soċjali dwar il-każ tagħha.", "PENSJONI", "25091.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru tara jekk anzjana li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, għandhiex dritt għall-pensjoni?", "Jekk le, tista' tgħid jekk hemmx xi rimedju li tħallas xi bolol biex tkun tista' tikkwalifika?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Il-persuna ndikata ġiet informata bil-miktub mid- dipartiment tas-sigurta' soċjali dwar il-każ tagħha.", "PENSJONI", "25092.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru tara li jitmexxa każ dwar pensjoni ta' persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, peress li din qed tistenna risposta?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Il-persuna ndikata ġiet informata bil-miktub mid- dipartiment tas-sigurta' soċjali dwar il-każ tagħha.", "GLOSTER GLADIATOR \"FAITH\"", "25095.", "L-ONOR.", "MICHAEL ASCIAK staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Huwa possibbli li l-Gloster Gladiator \"Faith\" li hemm fil-mużew tal-gwerra f'Sant Iermu jingħata fuq permanent loan u bi ftehim ta' programm ta' restawr tiegħu lill-Malta aviation museum foundation f'Ta' Qali?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "PKU COOLER", "25096.", "L-ONOR.", "MICHAEL ASCIAK staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' l-Ministra jara għalfejn il-preparazzjoni PKU Cooler qiegħed out of stock?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Il-preparazzjoni PKU Cooler mhux qiegħed out of stock.", "GĦALLIEMA TA' L-INGLIŻ", "25117.", "L-ONOR.", "MICHAEL ASCIAK staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru jgħid jekk għalliema li jgħallmu l- Ingliż lil studenti barranin fuq bażi part-time fl-iskejjel liċenzjati apposta, jaqgħux taħt ir-regolamenti ta' għalliema part-time li jekk jgħallmu aktar minn 15 fil-ġimgħa jkollhom id-drittijiet ta' full-time pro- rata?", "Jekk fl-affermattiv, x'inhuma d-drittijiet tagħhom?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-avviż legali 60 ta' l-1977 li jirregola l- kondizzjonijiet ta' l-impjieg ta' min ikun fl-impieg fi skejjel privati jikklassifika l-ħaddiema f'żewġ kategoriji:- għalliema u ħaddiema oħrajn.", "Dan l-avviż legali ma jiddistingwix bejn skola u oħra, dan ifisser li japplika kemm għall-iskejjel akkademiċi kif ukoll tal-lingwi, fejn l- għalliem ikun meħtieġ li jkollu l-warrant ta' għalliem.", "Sigħat tax-xogħol ta' għalliem huma; part-time sa 15-il siegħa fil-ġimgħa u full-time sa 27 siegħa fil-ġimgħa.", "Sigħat tax-xogħol ta' ħaddiema oħrajn huma part-time sa 24 siegħa fil- ġimgħa u full-time sa 44 siegħa fil-ġimgħa.", "Biex part-timer ikun intitolat għall-benefiċċji kollha ta' full-timer pro- rata, ikun irid jissodisfa zewġ kondizzjonijiet kif elenkati f'avviż legali 427 ta' l-2002:-", "a) ikun l-impjieg prinċipali (li minnu titħallas il-kontribuzzjoni tas- sigurta' soċjali); u", "b) jaħdem mhux inqas minn medja ta' 20 siegħa fil-ġimgħa, u f'każ fejn il- liġi tipprovdi l-massimu tal-ħin tax-xogħol tal-ħaddiem part-time inqas minn 20, il-medja tkun ta' 14-il siegha. (l-iskop ta' din ta' l-aħħar kien biex igawdu wkoll l-għalliema fl-iskejjel u l-ħaddiema fil-manifattura ta' ġojjellerija).", "ĦAL-LIJA - VILLA FRANCIA", "25119.", "L-ONOR.", "MICHAEL ASCIAK staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Billi Villa Francia f'Ħal-Lija tħalliet lill-Gvern ta' Malta biex isservi ta' residenza uffiċjali tal-prim ministru, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk wara li jsiru x-xogħlijiet neċessarji hijiex se tintuża għal dan l-iskop?", "Jekk le, x'se jsir minnha?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "SIS FOR ALL", "25136.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm qamet lill-Gvern Malti l-ispiża biex Malta issieħbet fis-SIS for all?", "Jista' jgħid kemm se tkun l-ispiża biex Malta wara tissieħeb fis-SIS II?", "ONOR.", "TONIO BORG: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jirriferi għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 24051.", "Malta tissieħeb fis-SISoneForALL meta jkunu konklużi l-preparamenti kollha tekniċi u amministrattivi neċessarji u wara li jiġi assigurat mill- Kummissjoni Ewropea li lħaqna l-livelli stabbiliti.", "Kif diġa' għidt fit- tweġiba hawn fuq imsemmija, ħafna mill-ispejjeż li se jintnefqu għal din is- sistema kienu xorta waħda se jintużaw biex inkunu nistgħu ningħataw aċċess għas-SIS II.", "MTA - BOTTLE SHOPS", "25167.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Fl-aħħar ħames snin, jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm bottle shops li qabel kienu liċenzjati mid-dipartiment tal-kummerċ u li mbagħad bdew ikunu liċenzjati mill-awtorita' Maltija għat-turiżmu?", "X'rekwiżiti jkollu stabbiliment biex jagħmel trasferiment bħal dan?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Fl-aħħar ħames snin l-awtorita' tat-turiżmu ma kella ebda liċenzja ta' bottle shop peres li din il-kategorija ma teżistix.", "L-eqreb kategorija ta' liċenzja hi li tbiegħ xorb alkoħoliku li jrid jiġi kkunsmat fil-ħanut.", "Dawn it-tip ta' liċenzji li kienu joħorġu mill-kummissarju tal-pulizija u mhux mid-dipartiment tal-kummerċ, għaddew għand l-awtorita' tat-turiżmu fis-sena 2002.", "Sabiex persuna tkun tista' topera ħanut fejn jiġi kkunsmat xorb alkoħoliku, l-awtorita' titlob li ssir applikazzjoni ġdida ma' l-istess awtorita'.", "SPTAR MATER DEI – DIRECT ORDER", "25177.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 24856 u jgħid jekk fl-aħħar sena ngħatax xi direct order relatat ma' l-IT ta' l- isptar Mater Dei?", "Jekk fl-affermattiv, liema kumpannija ngħatat dan id- direct order u liema parti tas-servizzi fl-isptar se jkunu moqdija b'dan id- direct order?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-Onor Interpellant huwa mitlub jirriferi għat- tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 24856.", "LIĠI TAL-KONSUMATUR", "25181.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każi li ttellgħu l- qorti taħt il-liġi tal-konsumatur mis-sena 2001 'il hawn?", "Jista' jagħti l- lista ta' dawn l-okkażjonijiet li turi n-numri ta' każi, it-tip ( taħt liema artiklu tal-liġi), kemm instabu ħatja u kemm kienet il-penali meta nstabu ħatja?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jirriferi għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 24804.", "AVVIŻ LEGALI TAL-PREZZIJIET", "25183.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każi mill-2001, li ttellgħu l-qorti għaliex kienu qed jiksru l-avviż legali 283 ta' l-2002 tal- prezzijiet (price indications)?", "Kemm minnhom instabu ħatja u kemm kienet il-piena?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jirriferi għat- tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 24802.", "UNFAIR COMMERCIAL PRACTICES", "25185.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk saritx konsultazzjoni pubblika rigward kif il-gvern beħsiebu jimplimenta d-direttiva ta' l-unfair commercial practices?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jirriferi għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 24800.", "MEPA", "25187.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu mill-MEPA biex issir ġustizzja ma' dawk li ġew imċaħħda mid-drittijiet tagħhom, speċjalment minħabba li tkun ingħatat informazzjoni żbaljata?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub ikun aktar ċar u jispeċifika d-dettalji tal-mistoqsija tiegħu.", "ĦAL TARXIEN - DAR ASPINALL", "25188.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 24835 u r- risposta li ngħatajt għaliha dwar Dar Aspinall f'Ħal Tarxien, peress li ġejt mitlub nindika l-indirizz ta' din id-dar, jista' l-Viċi Prim Ministru jinnota li din tinsab fi Triq Paola, Ħal Tarxien fejn qabel kien hemm l- għassa tal-pulizija, sabiex tkun tista' tiġi devoluta lill-kunsill lokali?", "ONOR.", "TONIO BORG: Skond l-arkivji tat-taqsima proprjeta' tal-gvern, il- proprjeta' li qed jirriferi għaliha l-Onor.", "Interpellant mhix tal-gvern.", "BREEDING PROGRAMME", "25191.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 24906, jista' l- Ministru jgħid fiex wasal dan il-programm?", "Jista' jgħid kemm kien l-ammont ta' għasafar ta' l-għana li rnexxilhom jiġu mrobbija s'issa skond l-ispeċi differenti tagħhom?", "Jista' jagħti indikazzjoni kemm hu l-ammont ta' għasafar li s'issa jistgħu jintefgħu fis-salvaġġ minn dan il-programm?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Dan il-proġett issa wasal fit-tieni sena tiegħu.", "Ir-riżultati miksuba s'issa huma għas-sena li għaddiet u għalhekk ir- riżultati huma parzjali.", "Ta' min iżid li l-ispeċi jinsabu fl-aqwa kondizzjonijiet possibbli u l-programm jirrikjedi dedikazzjoni u kapaċità fit-trobbija ta' l-għasafar kif ukoll riċerka u esperimentazzjoni, speċjalment fl-ispeċi tal-ġojjini, l-isponsuni u taż-żebbuġ.", "L-Onor.", "Membru diġà ġie mistieden iżur dan il-programm.", "Dan il-proġett m'huwiex maħsub biex l-għasafar li jitfaqqsu fil-magħluq jintelqu fis-selvaġġ.", "KAĊĊA U INSIB", "25192.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 24905, jista' l- Ministru jwieġeb id-domanda kif suppost, cioe' li jpoġġi fuq il-mejda tal- Kamra kopja tal-korrispondenza uffiċjali li ntbagħtet mill-Unjoni Ewropea lill-Gvern Malti dwar l-infringements relatati mal-kaċċa u l-insib?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "SAN ĠILJAN - TRIQ ALFRED GAUCI", "25210.", "L-ONOR.", "ROBERT ARRIGO staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jinformani jekk il-linji sofor fi Triq Alfred Gauci, San Ġiljan humiex bil-permess ta' l-awtorita' dwar it-trasport peress li qegħdin jagħtu fastidju kbir lir-residenti?", "Hemm xi tip ta' arranġament li jista' isir biex ir-residenti jkunu jistgħu jgħixu aħjar?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Minn riċerka li saret fir-records tat-taqsima għall-immaniġjar tat-traffiku, irriżulta li m'hemm l-ebda approvazzjoni għall-yellow lines.", "It-taqsima kienet informat lill-kunsill lokali San Ġiljan li tali yellow lines m'għandhomx approvazzjoni fid-19 ta' Jannar.", "INSIB GĦALL-GĦASAFAR TA' L-GĦANA", "25213.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' l-Ministru jikkonferma jekk fl-aħħar tas-sena 2007 humiex se jerġgħu jinfetħu l-liċenzji ġodda għall-insib ta' l-għasafar ta' l-għana, kif kien imwiegħed mill-Gvern Nazzjonalista f'ittri personalizzati mibgħuta lin-nassaba?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Ninsab infurmat li liċenzji ġodda għall-insib fuq l-għasafar tal-għana ilhom ma jingħataw sa minn Lulju 2002.", "L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jispeċifika għal liema korrispondenza qiegħed jirriferi.", "REĠISTRAZZJONI TA' MNASAB", "25214.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' l-Ministru jagħti dettalji kif qed isir il-proċess tar-reġistrazzjoni ta' l-imnasab li tħabbret dan l-aħħar b'avviż legali u li l-gvern huwa obbligat li jagħmel skond il-ftehim li għandu ma' l-Unjoni Ewropea?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Il-kumitat Ornis ħatar sotto-kumitat biex jistudja liema hu l-aħjar mod kif dawn is-siti għandhom jiġu rreġistrati.", "Id- dettalji jingħataw meta s-sotto-kumitat ikun għamel ir-rakkmandazzjonijiet tiegħu lill-kumitat Ornis.", "REĠISTRAZZJONI TA' MNASAB", "25215.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Fir-rigward tar-reġistrazzjoni ta' l-imnasab, jista' l- Ministru jgħid x'għandu wieħed jagħmel biex jassigura li l-imnasab tiegħu jidhru li huma reġistrati?", "Jista' jgħid sa meta hemm żmien biex l-imnasab jiġu reġistrati u x'se tkun il-pożizzjoni ta' dawk li jkunu jixtiequ jagħmlu xi mnasab wara li jintemm il-perijodu tar-reġistrazzjoni?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jirriferi għat- tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 25214.", "DEPOŻITANTI TAL-BICAL", "25294.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jgħid meta huwa maħsub li jiġi effetwat ħlas ieħor lid-depożitanti tal-Bical u kumpanniji oħra?", "B'mod partikolari, jista' jara għala persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, għadu qatt ma tħallas lura ċenteżmu meta l-ammont li kien iddepożita, u li allura jrid jitħallas lura, huwa wieħed żgħir ħafna?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "ST.", "LUKE'S - FOOD INTOLERANCE TEST", "25338.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' l-Ministru jgħid jekk f'St. Luke's isirx food intolerance test magħruf bħala anti gladian test-IgG?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: It-tissue transglutaminase antibody testing qiegħed isir minflok l-anti gliadin antibodies skond DH circular no. SLH/57/06.", "REĠISTRAZZJONI TA' KAROZZI SECOND HAND", "25340.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-policy dwar ir- reġistrazzjoni ta' karozzi second hand li jinxtraw minn pajjiżi ta' l- Unjoni Ewropea?", "Jista' jgħid kemm hu l-ħlas għar-reġistrazzjoni ta' dawn il-karozzi skond it-tipi differenti?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: L-Onor.", "Interpellanti hija mitluba tirriferi l- mistoqsija tagħha lill-ministru konċernat.", "DIRETTUR ĠENERALI", "25341.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-kwalifiki - u f'liema qasam huma - tal-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li qegħda tokkupa l-pożizzjoni ta' direttur ġenerali fid-diviżjoni tal- konsumatur u l-kompetizzjoni?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: L-Onor.", "Interpellanti hija mitluba tirriferi l- mistoqsija tagħha lill-Prim Ministru.", "POST TA' DIRETTUR ĠENERALI", "25342.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm uffiċjali applikaw għall-post ta' direttur ġenerali fid-diviżjoni tal-konsumatur u kompetizzjoni?", "Jista' jgħid kull wieħed u waħda mill-applikanti xi kwalifiki u esperjenza għandhom?", "Jista' jgħid jekk sarx short-listing ta' dawn l- applikazzjonijiet?", "Jekk iva, jista' jgħid min ġie short-listed?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: L-Onor.", "Interpellanti hija mitluba tirriferi l- mistoqsija tagħha lill-Prim Ministru.", "MRIEĦEL - KLIEB JIĠRU BARRA", "25343.", "L-ONOR.", "MICHAEL ASCIAK staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jistgħu l-pulizija jaraw għalfejn l-Imrieħel, in- naħa ta' Ħal Qormi (ħdejn il-ħotba) hemm ħafna klieb jiġru li qed ikunu ta' periklu għan-nies li jkun hemm għaddejjin biex imorru jaħdmu fl-għelieqi tagħhom?", "Jistgħu jaraw ukoll li s-sid jorbot dawn il-klieb ħalli ma jdejqu lil ħadd?", "ONOR.", "TONIO BORG: L-ilment imressaq qiegħed jiġi nvestigat."]} {"filename": "20071112_587d_par.doc", "date": "2007-11-12", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Uffiċjali u Rivedut) L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 587 It-Tnejn, 12 ta' Novembru, 2007 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 587", "It-Tnejn, 12 ta' Novembru, 2007", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.02 p.m.", "Talba", "Seduta Nru. 587", "It-Tnejn, 12 ta' Novembru, 2007", "WERREJ", "MINUTI 238", "KUNSENS GĦAL ATTI 238", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 238", "TQEGĦID TA' KARTI 245", "MOZZJONIJIET", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA DIVERSI LIĠIJIET LI JIRRIGWARDAW MATERJI KRIMINALI (L-Ewwel Qari) 246", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR L-AMMINISTRAZZJONI TA' L-ADDOZZJONI (L-Ewwel Qari) 246", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JIMPLIMENTA MIŻURI TA' L-ESTIMI (It-Tieni Qari)", "BUDGET MEASURES IMPLEMENTATION BILL (Second Reading) 247", "AĠĠORNAMENT 268", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 272", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB 281", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 586 li saret fis-7 ta' Novembru, 2007 ġew konfermati.", "KUNSENS GĦAL ATTI", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): Ninforma lill-Kamra li l-President ta' Malta għoġbu jagħti l-kunsens tiegħu għal:", "Att Nru XXIV ta' l-2007 - Att dwar ir-Ratifika ta' Pattijiet bejn Malta u l-Istati Uniti ta' l-Amerika fuq l-Imbarkazzjoni ta' Bastimenti.", "Att Nru XXV ta' l-2007 - Att dwar l-Approprjazzjoni (2008).", "Att Nru XXVI ta' l-2007 - Att dwar it-Tieni Approprjazzjoni (2007).", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "NEFQA FUQ SERVIZZ TA' L-INTERNET", "26138.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joe Debono Grech) staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Kemm kienet in-nefqa fuq is-servizz ta' l- internet provdut fir-residenzi ta' l-uffiċjali tal-ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul Jannar, Frar u Marzu 2007 separatament uffiċjal b'uffiċjal u xahar b'xahar?", "Min hu l-ISP f'kull każ separat?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (Segretarju Parlametari) (f'isem il-Prim Ministru u Minsitru tal-Finanzi): Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra tabella bl- informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant.", "REATI KRIMINALI MINN IMPJEGATI FIS-SETTUR PUBBLIKU", "27497.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Justyne Caruana) staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Kemm hemm impjegati fis-settur pubbliku li din is-sena tressqu l-qorti fuq reati kriminali?", "F'liema dipartiment jew ministeru kienu u x'kariga kienu jokkupaw?", "X'kienet in-natura tar-reat li kienu akkużati bih?", "Dawn ġew sospiżi jew għadhom fl-impjieg normali tagħhom pendenti l-proċeduri li għaddejjin?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra tabella li turi l-informazzjoni mitluba mill- Onor. Interpellant.", "TAXXI INTERNI - TALBA MINN PERSUNA", "28194.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Stefan Buontempo) staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jara li t-talba li saret quddiem id-dipartiment tat-taxxi interni minn persuna mill-Isla, li d- dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, tkun milqugħa?", "X'inhi r-raġuni li d-dipartiment tat-taxxi interni għadu ma weġibx għal din it-talba?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi lill-applikant lid-dipartiment konċernat.", "KIRI TA' KAROZZI", "28231.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joe Debono Grech) staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Ġew mikrija jew leased karozzi għall-użu tiegħu bħala ministru minn Jannar 2007 sal-lum?", "F'każ li fl-affermattiv, x'tip ta' karozza nkriet jew ġiet leased?", "Kemm hi r-rata li biha nkriet jew ġiet leased il-karozza kull ġurnata u għal kemm żmien?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Matul iż-żmien imsemmi ma ġiet mikrija jew leased l-ebda karozza għall-użu tiegħi.", "OPERATIONAL PROGRAMME ONE", "28561.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Charles Buhagiar) staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja ta' l-operational programme one?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-operational programme one jinsab fuq diversi websites tal-gvern, inkluż dik tad-dipartiment ta' l-informazzjoni u tal-ministeru tal-finanzi.", "EZENZJONIJIET MILL-VAT", "28579.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 21801, kemm kien hemm applikazzjonijiet għall-eżenzjonijiet mill-VAT?", "Jista' jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra lista ta' dawn l-għaqdiet jew persuni?", "Kemm kien l-effett finanzjarju wara kważi sena jew inkella l-istima li kienet saret?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li kien hemm 11-il applikazzjoni għall- eżenzjonijiet mill-VAT għall-qasam kulturali.", "L-għaqdiet u persuni li għamlu t-talbiet fuq imsemmija mid-data tad-diskors tal-budget għall-2007, huma dawn: Educational Theatre Productions – żewġ applikazzjonijiet; Fondazzjoni Patrimonju Malti - waħda; Fondazzjoni Wirt Artna - waħda; Gen Verde - waħda; St Agatha's Historical complex - waħda; Danish Ballet - waħda; Soċjetà Filarmonika Sliema - waħda; drama Troupes - waħda; The Gozo Cathedral - waħda u Din l-Art Ħelwa - waħda.", "L-impatt negattiv ma jistax jiġi kkwantifikat għax is-soċjetajiet ma jibagħtux denunzji dwar dan id- dħul.", "NEFQA TA' FONDI MILL-UE", "28615.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Charles Mangion) staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari 27704 u 28372, kif intnefqet is-somma ta' Lm136,262,989.62 li Malta rċeviet mill-Unjoni Ewropea u għal liema proġett?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għal mistoqsija parlamentari 28742.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: X'kienet tgħid ir-risposta tad-domanda li rriferieni għaliha?", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Din ir-risposta hija dwar il-fondi li rċevejna mill-EU ta' Lm136,262,989.62 li kienu lump sum u budgetary compensation u ta' Lm6,311,854 li kienu advanced payments, filwaqt li l-bilanċ ta' Lm17,994,614 kien relatat ma' proġetti li qegħdin fit-tabella annessa, li turi wkoll kull programm li bbenefika minnhom.", "PREPAID TOP-UP MOBILE CARDS", "28268.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joe Debono Grech) staqsa lill- Ministru għal Għawdex: Kemm kienet in-nefqa fuq prepaid top-up mobile cards fil-ministeru, dekasteru u entitajiet li jaqgħu taħtha minn Jannar 2007 sal- lum separatament u xahar b'xahar?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru għal Għawdex): L-informazzjoni mitluba mill-Onor. interpellant hija kif ġej: F'Jannar - Lm9; fi Frar - xejn; f'Marzu - Lm20; f'April - xejn; f'Mejju - Lm21; f'Ġunju - Lm10; f'Lulju - Lm10; f'Awissu - Lm10; f'Settembru - Lm15 u f'Ottubru - Lm17.", "It- total huwa ta' Lm112.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Possibbli fil-ministeru u d-dekasteru ta' Għawdex kollu intefqu dawn l-ammonti biss?", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq l-ammont ta' flus li persuni jonfqu biex jagħmlu top-up fuq il-prepaid mobile cards tagħhom.", "Per eżempju, fl-uffiċċju tiegħi hemm min jieħu Lm20 fix-xahar u mbagħad ġieli jagħmlu top-up ta' dak l-istess ammont.", "L-ammonti li hawn fir-risposta huma dawk li kellhom bżonn iżjed mill-ammont normali li jingħataw.", "Almenu jien hekk qed nifhimha.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Fil-mistoqsija li saritilha l-ministru ntalbet tagħti rendikont ta' l-infiq kollu li sar fil-ministeru, dekasteru u entitajiet li jaqgħu taħtha fuq prepaid top-up mobile cards għal kull xahar minn Jannar 2007 sal-lum.", "Dan ifisser li l-ministru kellha tagħti rendikont ta' l- infiq kollu li sar fuq top-up cards għal kull xahar.", "Ma jidhirlux is- Segretarju Parlamentari li jekk f'Jannar intefqu biss Lm9 u fi Frar ma ntefaq xejn, hemm xi ħaġa li m'hijiex sewwa?", "Wara kollox, x'inhi r-raġuni li l-ministru għal Għawdex m'hijiex qiegħda hawnhekk?", "Din tinsab imsiefra fuq xogħol tal-gvern?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Safejn naf jien il-Ministru m'hijiex imsiefra.", "Fil- każ ninforma ruħi u nagħti t-tweġiba lill-Onor.", "Interpellant, pero` l- mistoqsija fhimtha li trid tgħid kemm sar infiq in eċċess ta' dak li s- soltu jingħata.", "ONOR.", "JOE MIZZI: M'hemmx miktub \"in eċċess\"!", "Min qed jgħid li din hekk tiftiehem ladarba l-ministru m'hijiex qiegħda hawn?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Veru li l-ministru m'hijiex qiegħda hawn, pero` d- domanda hekk inftehmet.", "Fil-każ niċċekkja u nkun nista' nagħtih risposta aħjar.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Kif jista' jgħid li l-mistoqsija nftehmet hekk jekk il- ministru m'hijiex qiegħda hawn!", "Jien m'iniex idjota u lanqas in-nies li qed jisimgħuna m'huma idjoti!", "Ma noqogħdux induru mal-lewża!", "Hawnhekk qegħdin fl-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż, mhux biex ngħaddu ż-żmien bin- nies!", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Mr Speaker, dan kien kumment jew domanda?", "MR SPEAKER: Onor. Mizzi, għamel il-mistoqsija jekk jogħġbok.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Ma naħsibx li jien idjota jew il-poplu huwa idjota!", "MR SPEAKER: Għamel id-domanda tiegħek Onor. Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Qed nistaqsih jekk jaħsibx li jien idjota u jekk il-poplu għandux dritt ikun jaf kemm intefqu flus fir-realta`!", "Għax ir-risposta qed tindika li l-affarijiet m'humiex ċari.", "Allura jien m'għandix dritt nagħmel il-mistoqsija?", "Għalhekk nerġa' nsaqsi: Għaliex m'hijiex qiegħda hawn il- ministru responsabbli minn Għawdex?", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Sur President, l-ewwelnett ħadd m'hu qed jgħajjar lil ħadd u ħadd m'hu qed jalludi dawn it-tip ta' doni lil naħa jew lil oħra, għax f'din id-dinja kulħadd jista' jigdeb, pero` kulħadd għandu d-dritt li jifhem.", "Issa hawnhekk id-domanda kienet tiftiehem - għallinqas jien hekk fhimtha wkoll - dwar l-infiq li sar f'kull xahar meta persuna għamlet top- up fil-card tagħha.", "Jiġifieri bniedem ikollu ammont u mbagħad dak l-ammont jagħmel top-up tiegħu.", "Fl-opinjoni tiegħi l-infiq li sar għal top-up fuq dak l-ammont qiegħed imniżżel hawnhekk, jiġifieri għal dak li huwa in eċċess ta' dak li jingħata b'mod normali.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, apparti li dak li qed jisħaq dwaru s- segretarju parlamentari ma naqbilx miegħu, jiena staqsejtu wkoll fejn tinsab il-ministru għal Għawdex għax il-mistoqsija ta' wara din ukoll tikkonċerna lilha.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Jista' jkun li l-Ministru għandha xogħol ieħor jew inkella qiegħda fit-triq u għadha ma waslitx, pero` m'għandix l- informazzjoni f'idejja.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sur President, nerġa' ntenni fuq ir-ruling li kont ingħatajt hawnhekk dwar id-dover tal-ministri.", "Ir-ruling li ngħata qed jiġi njorat.", "Jien qiegħed nitlob il-protezzjoni tiegħek u nixtieq inkun naf xi protezzjoni se tagħtini.", "Diġa` tajt ruling inti f'din il-kwestjoni imma minkejja dan, ir-ruling qed jiġi abbużat, u għalhekk qed nitolbok biex tipproteġini u għallinqas tindikali kif se tipproteġini.", "MR SPEAKER: Onorevoli, ir-ruling ingħata u ngħata fis-sens li kull membru għandu l-istess dover u obbligu.", "Issa qegħdin fl-istadju tal-mistoqsijiet parlamentari, inti għamilt domanda u qiegħed jirrispondi s-segretarju parlamentari.", "Issa s-segretarju parlamentari qiegħed jgħid li jista' jirriferi d-domanda tiegħek lill-ministru għal aktar informazzjoni ulterjuri.", "Jekk m'intix sodisfatt b'din il-kwalita` ta' risposta, sta għalik.", "L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, ir-responsabbilta` tiegħi qed nerfagħha u r- ruling li tajt int mhux qed niksru jew immur kontra tiegħu.", "Għalhekk tlabt il-protezzjoni tiegħek.", "Jien ma tlabtx il-protezzjoni kontra tiegħi għax qed nikser l-etika.", "Għalhekk nerġa' nitlob il-protezzjoni tiegħek.", "Naf x'ruling tajt inti, pero` minkejja li qed jirrispondi s-segretarju parlamentari, jiena għandi dritt nagħmel mistoqsijiet supplimentari relatati.", "Imma jekk ma ningħatax risposta, għax il-ministru m'hijiex hawn .....", "MR SPEAKER: Iva, għandek id-dritt tagħmel id-domandi supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Imma xorta bla risposta qed nibqa'!", "Dan huwa litteralment question time fejn isiru mistoqsijiet biss u ma jingħatawx risposti!", "Dan il-ħin huwa question time without answers!", "Mr Speaker, jiena ma naċċettahiex din is-sitwazzjoni.", "Għaldaqstant nixtieq niġbidlek l- attenzjoni li m'hawnx quorum.", "MR SPEAKER: Peress li hawn talba għall-quorum is-seduta hija sospiża għal ħames minuti.", "Fis-6.14 p.m. is-seduta ġiet sospiża u rriżumiet ħames minuti wara.", "MR SPEAKER: Peress li issa hawn quorum, is-seduta tista' tkompli.", "XIRI TA' MOBILE PHONES", "28269.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joe Debono Grech) staqsa lill- Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid jekk inxtrawx mobile phones ġodda fil-ministeru, dekasteru u enti tagħha minn Jannar 2007 sal-lum?", "F'każ li fl-affermattiv, kemm il-mobile phone nxtara, b'liema prezz separatament u għal min kienu?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru għal Għawdex): L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant hija kif ġej:", "Minn Jannar sal-lum fil-ministeru nxtraw erba' mobile phones bil-prezz ta' Lm80-il wieħed għall-head, private secretariat, għad-direttur għas-servizzi korporattivi, għaċ-chief information officer u għall-użu ta' l-iskola primarja tar-Rabat.", "KIRI TA' KAROZZI", "28270.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joe Debono Grech) staqsa lill- Ministru għal Għawdex: Min huma l-uffiċjali li kellhom karozza mikrija jew leased fil-ministeru, dekasteru jew enti tagħha minn Jannar 2007 sal-lum u kemm hi r-rata li biha tinkera jew tiġi leased l-karozza kull ġurnata?", "X'ċilindrata għandha l-karozza f'kull każ separtament?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru għal Għawdex): L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoggi fuq il-mejda tal-Kamra.", "KIRI TA' KAROZZI", "28271.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joe Debono Grech) staqsa lill- Ministru għal Għawdex: Ġew mikrija jew leased karozzi għal użu tagħha bħala ministru minn Jannar 2007 sal-lum?", "F'każ li fl-affermattiv, x'tip ta' karozza inkriet jew ġiet leased?", "Kemm hi r-rata li biha nkriet jew ġiet leased il-karozza kull ġurnata u għal kemm żmien?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru għal Għawdex): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li ma gewx mikrija jew ġew leased karozzi għall-użu tiegħi bħala ministru minn Jannar 2007 sal-lum.", "MANUTENZJONI TA' KAROZZI", "28272.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joe Debono Grech) staqsa lill- Ministru għal Għawdex: Kemm swiet il-manutenzjoni tal-karozza tagħha bħala ministru u s-second car separatament minn Jannar 2007 sal-lum?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru għal Għawdex): L-ispiża għall- manutenzjoni tal-karozza tiegħi bħala ministru minn Jannar 2007 sal-lum kienet ta' Lm233.10.", "Minn dawn, Lm94.57 tħallsu bħala routine service.", "Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li m'għandix second car.", "XIRI TA' KAROZZI", "28273.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joe Debono Grech) staqsa lill- Ministru għal Għawdex: Inxtraw karozzi ġodda għall-użu minn uffiċjal jew għal użu ġenerali fil-ministeru, dekasteru u enti tagħha minn Jannar 2007 sal-lum?", "F'każ li fl-affermattiv, għal min kienu jew għal liema skop intużaw?", "X'tip ta' karozza nxtrat, x'inhu l-prezz tagħha u x'ċilindrata għandha?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru għal Għawdex): Ma nxtrawx karozzi ġodda għall-użu minn uffiċjal jew għall-użu ġenerali fil-ministeru u d- dipartimenti li jaqgħu taħti minn Jannar 2007 sal-lum.", "PIXXINA NAZZJONALI", "28674.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 28211, liema kumpannija hija responsabbli mit- tindif tal-pixxina nazzjonali?", "Meta ngħata l-kuntratt?", "Kemm kien hemm kumpanniji li tefgħu l-offerti?", "Kemm tiswa l-offerta li ngħatat għal din is-sena sħiħa?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi): Il-kumpannija responsabbli hija Gafa Saveway Ltd.", "Il-kuntratt ingħata fit-28 ta' Marzu, 2007.", "Għal dan it-tender kien hemm ħames kumpanniji li tefgħu l-offerti tagħhom.", "Ir-rata ta' kull siegħa hija ta' Lm 1.97,8.", "IT – FLASH FOR BEGINNERS", "28675.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Meta se jibda l-kors part- time ta' l-IT li jismu Flash, beginners and advanced?", "Hemm xi courses oħra part-time li għadhom ma bdewx?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi): Id-dipartiment tat-teknoloġija fl-edukazzjoni ħareġ l- applikazzjoni għall-courses kollha fil-15 ta' Ottubru, 2007.", "Dawn il- courses ilhom jiġu organizzati għal dawn l-aħħar disa' snin.", "L-għalliema kollha ta' l-Istat u ta' l-iskejjel kollha privati jistgħu jagħmlu użu minn dan is-servizz b'mod volontarju.", "Il-course Flash for Beginners jagħmel parti mil-lista sħiħa tal-courses provduti mid-dipartiment.", "L-għalliema jistgħu japplikaw online fuq http://skola.gov.mt/courses/default.shtml.", "Għal aktar dettalji u informazzjoni dwar dawn il-courses wieħed jista' jidħol fuq il-link provdut.", "Jien informat ukoll li għal din is-sena il-courses se jibdew fl-aħħar ġimgħa ta' Novembru, bil-kondizzjoni li jkun hemm numru sostanzjali ta' applikazzjonijiet għall-courses partikolari.", "STAFF TA' L-ISKEJJEL JAĦDEM FI BRUSSELS", "28699.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Kemm hemm membri mill- istaff ta' l-iskejjel, jiġifieri għalliema, assistenti kapijiet, kapijiet u uffiċjali edukattivi, li jinsabu fuq xogħol kemm bħala tradutturi fi Brussell u kemm fuq secondment ma' ministeri?", "F'kull każ minn liema livell ġejjin, mill-primarja, sekondarja jew sekondarja ogħla?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi): Peress li t-tagħrif mitlub għadu ma wasalx, tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "SKEJJEL – TRANSFERS TA' GĦALLIEMA", "28700.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Saru xi transfers ta' għalliema mid-dipartiment għal ġo l-iskejjel?", "Dawn it-transfers ġew imwaqqfa u mibdula biex tiġi aġevolata xi qariba tal-ministru li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?", "Liema proċedura ntużat f'dawn it- transfers?", "Din il-proċedura hija skond in-norma li tintuża s-soltu, jiġifieri by seniority, hekk kif maqbul ma' l-MUT?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi): Il-posting ta' l-għalliem konċernat sar biss biex jiġu aġevolati l-istudenti konċernati.", "SKOLA ĠUŻE BONNICI - ŻJARA EDUKATTIVA MINN STUDENTI", "28701.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jikkonferma l-Ministru li fit-30 ta' Ottubru, 2007, grupp ta' studenti mill-iskola primarja Guze' Bonnici ta' Ta' Sliema għamlu żjara edukattiva fil-Palazz ta' l-Inkwiżitur, ġewwa l-Birgu, fejn kien għaddej xi xogħol ta' żebgħa u kien hemm inċident fejn iż-żebgħa nxterdet fuq it-tfal?", "X'inhi r-raġuni li x-xogħol ma waqafx fil-ħin li bdiet iż-żjara?", "X'kumpens se jieħdu l-ġenituri li se jkollhom jixtru ħwejjeġ ġodda, inkluż l-uniformijiet?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi): Informat li fit-30 ta' Ottubru, 2007, grupp ta' studenti għamlu zjara edukattiva fil-Palazz ta' l-Inkwizitur ġewwa l-Birgu.", "Din iż-żjara kienet ibbukkjata minn jiem qabel u l-iskola ma kellha l-ebda informazzjoni li kien għaddej xi xogħol ta' żebgħa fuq il-post.", "Jien infurmat li numru ta' tfal iċċappsu biż-żebgħa u li l-uniformijiet, basktijiet u żraben li ċċappsu kienu se jiġu kompensati jew bi flus jew bl-istess oġġetti fuq imsemmija.", "Saret lista bl-ismijiet tat-tfal u kull oġġett li ċċappas, biex dan li għidt jkun jista' jitwettaq.", "INTERNET – SERVIZZ TA' CHILDNET", "28702.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Minn mindu beda s-servizz ta' Childnet, kemm-il rapport ressqet l-Aġenzija Appoġġ lill-pulizija rigward abbużi fuq l-internet?", "X'passi ttieħdu mill-pulizija dwar dawn ir- rapporti?", "Kemm kien hemm persuni li tressqu quddiem il-qorti minħabba dan ir-reat gravi?", "X'sentenzi ngħataw mill-ġudikatura?", "ONOR.", "TONIO BORG (Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern): Bejn Jannar u Settembru ta' din is-sena l-pulizija rċeviet 29 rapport mill- aġenzija Appoġġ dwar rapporti li kienu waslu għandha permezz tal-hotline 179 fuq allegati abbużi ta' tfal fuq l-internet.", "Wara li dawn ir-rapporti kollha ġew investigati mill-pulizija, ma rriżultax li kien hemm lok għal proċeduri kriminali.", "KAŻI TA' SERQ", "28746.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Kemm-il serqa ġiet irrappurtata mill- ministeru, dekasteru u enti li jaqgħu taħtu matul l-ewwel għaxar xhur tas- sena?", "Kemm jammontaw f'ċifra ta' flus globali l-oġġetti misruqa?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Bejn Jannar u Ottubru 2007 fid-dipartiment jew entitajiet fid-dekasteru tiegħi ġew irrappurtati ħames serqiet b'valur globali ta' Lm278.40.", "KAŻI TA' SERQ", "28747.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Kemm-il serqa ġiet irrappurtata mill-ministeru, dekasteru u enti li jaqgħu taħtu matul l-ewwel għaxar xhur tas-sena?", "Kemm jammontaw f'ċifra ta' flus globali l-oġġetti misruqa?", "ONOR.", "TONIO BORG: It-tweġiba li jien tajt għal mistoqsija parlamentari 27659 għadha tgħodd.", "KAŻI TA' SERQ", "28748.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Kemm-il serqa ġiet irrappurtata mill-ministeru, dekasteri u enti li jaqgħu taħtu matul l-ewwel għaxar xhur tas-sena?", "Kemm jammontaw f'ċifra ta' flus globali l-oġġetti misruqa?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi): Matul l-ewwel għaxar xhur ta' din is-sena fid-diviżjoni ta' l- edukazzjoni ġew irrapportati 12-il serqa u l-oġġetti misruqa jammontaw għall-valur ta' Lm3,412.", "Fl-universita` ta' Malta ġew irrapportati żewġ serqiet li jammontaw għal Lm443 u fl-MCAST ġiet irraportata serqa waħda li tammonta għal Lm7,462.32.", "KAŻI TA' SERQ", "28749.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita`: Kemm-il serqa ġiet irrappurtata mill-ministeru, dekasteru u enti li jaqgħu taħtu matul l-ewwel għaxar xhur tas-sena?", "Kemm jammontaw f'ċifra ta' flus globali l-oġġetti misruqa?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil- komunita'): L-informazzjoni għadha qed tinġabar.", "Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "KAŻI TA' SERQ", "28750.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Kemm-il serqa ġiet irrapportata mill-ministeru, dekasteru u enti li jaqgħu taħtu matul l-ewwel għaxar xhur tas-sena?", "Kemm jammontaw f'ċifra ta' flus globali l-oġġetti misruqa?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni): Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "KAŻI TA' SERQ", "28751.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għall-Kompetittivita` u Komunikazzjoni: Kemm-il serqa ġiet irrappurtata mill-ministeru, dekasteru u enti li jaqgħu taħtu matul l-ewwel għaxar xhur tas-sena?", "Kemm jammontaw f'ċifra ta' flus globali l-oġġetti misruqa?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għall-Kompetittivita` u Komunikazzjoni): Matul l-ewwel għaxar xhur tas-sena ġew irrapportati tliet serqiet mill-Malta Maritime Authority.", "L-oġġetti misruqa jammontaw għas-somma globali ta' ftit inqas minn Lm78.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru Ċensu Galea.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: F'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Lista tal-kumpanniji/enti tal-medja li rappreżentanti tagħhom akkumpanjaw lill-Prim Ministru fiż-żjara tiegħu fl-Awstralja, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 28770;", "f'isem il-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar bordijiet fid-dekasteru li għalih hu responsabbli l- Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 28764;", "f'isem il-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunita`, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 346 ta' l-2007 – Regolamenti ta' l-2007 li jemendaw ir-Regolamenti dwar l-Elezzjonijiet tal-Kumitat ta' l-Appelli;", "f'isem il-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l- Informazzjoni, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar impjegati li kienu ma' l-Malta Air Traffic Services Ltd mill-2002 sa l-2006, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 28866; u", "f'isem il-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq, inqiegħed fuq il-mejda tal- Kamra:", "Avviż Legali Nru 345 ta' l-2007 – Regolamenti ta' l-2007 li jemendaw ir-Regolamenti dwar il-Piżijiet, Dimensjonijiet u Tagħmir tal-Vetturi bil-Mutur.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Ngħaddu għal stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "ONOR.", "TONIO BORG (Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern): Mr Speaker, nitlob il-permess tal-Kamra biex inressaq mozzjoni ta' l-Ewwel Qari ta' abbozz ta' liġi.", "MR SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "MOZZJONIJIET", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA DIVERSI LIĠIJIET LI JIRRIGWARDAW MATERJI KRIMINALI", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, nipproponi l-Ewwel Qari ta' l-abbozz ta' liġi msejjaħ \"Att ta' l-2007 li jemenda Diversi Liġijiet li jirrigwardaw Materji Kriminali\".", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA (Ministru għall-Familja u Solidarjeta` Soċjali): Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att ta' l-2007 li jemenda Diversi Liġijiet li jirrigwardaw Materji Kriminali\" ikun moqri l- Ewwel Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri l-Ewwel Darba", "MR SPEAKER: Il-Ministru Dolores Cristina.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Mr Speaker, nitlob il-permess tal-Kamra biex inressaq mozzjoni ta' l-Ewwel Qari ta' abbozz ta' liġi.", "MR SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR", "L-AMMINISTRAZZJONI TA'", "L-ADDOZZJONI", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Mr Speaker, nipproponi l-Ewwel Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att ta' l-2007 dwar l-Amministrazzjoni ta' l-Addozzjoni\".", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hija li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att ta' l- 2007 dwar l-Amministrazzjoni ta' l-Adozzjoni\" ikun moqri l-Ewwel Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri l-Ewwel Darba.", "MR SPEAKER: Ngħaddu issa għall-Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JIMPLIMENTA MIŻURI TA' L-ESTIMI", "BUDGET MEASURES IMPLEMENTATION BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mis-7 ta' Novembru 2007.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "MR SPEAKER: Aktar rimarki?", "Il-Ministru Zammit Dimech.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (Ministru għat-Turiżmu u Kultura): Mr Speaker, huwa pjaċir tiegħi nagħmel dan l-intervent dwar l-Att li jwassal biex nimplimentaw diversi miżuri li jelenka l-budget għas-sena d-dieħla anke għax huwa budget ieħor li jagħti messaġġ mill-iktar pożittiv fl-oqsma tat- turiżmu u l-kultura.", "Għalhekk naħseb li din id-diskussjoni hija opportunita` tajba biex nerġgħu nħarsu lejn dak li qed ikollna f'pajjiżna fir-rigward kemm tat-turiżmu kif ukoll tal-kultura, u x'inhuma wħud minn dawn il-miżuri varji li l-budget jipproponi f'dan ir-rigward.Ħalli nibda mill-qasam tat-turiżmu.", "L-ewwelnett irrid ngħid li ċifri li għadhom kemm ġew ippubblikati mill- United Nations World Tourism Barometer, li għandhom id-data tat-3 ta' Ottubru imma li fil-fatt ħarġu fil-ġranet li għaddew, huma għalija interessanti ħafna għax juru li fl-ewwel tmien xhur ta' din is-sena s- settur turistiku f'Malta mhux biss kiber kif nafu li kiber, imma kiber aktar u b'rata akbar mill-medja ta' l-Ewropa u aktar mill-medja tan- nofsinhar ta' l-Ewropa u dik li l-barometru jirriferi għaliha bħala l- Ewropa Mediterranja.", "Qed ngħid hekk għax meta nħarsu lejn dan il-barometru naraw li filwaqt li l-medja Ewropea tat-tkabbir fil-qasam turistiku hija ta' 4.2% u dik ta' l-Ewropa tan-nofsinhar u ta' l-Ewropa Mediterranja hija ta' 6.7%, f'Malta bejn Jannar u Awissu s-settur turistiku kiber b'7.6%.", "Mela anke jekk nagħmlu paragun ma' l-aħjar rata li hawn f'dan il-barometru li hija r-rata għall-area Ewropea fil-Mediterran, li hija r-rata ta' 6.7%, ir-rata tat-tkabbir ta' Malta hija anke superjuri għaliha.", "Irrid ngħid ukoll li dan l-istess rapport tal-United Nations World Tourism Barometer jindika li hemm żewġ fatturi li fl-2008 se jkollhom impatt fuq l- espansjoni tat-turiżmu fl-Ewropa.", "Forsi huwa xieraq li nirriferi direttament għal dak li jgħid ir-rapport fuq dawn l-impatti li qed nirriferi għalihom.", "Nikkwota mir-rapport fejn jitkellem dwar ir-reġjuni speċjalment b'riferenza għall-Ewropa.", "Ir-rapport tal-World Tourism Organisation, li hija l-iktar organizzazzjoni importanti fil-qasam tat- turiżmu internazzjonalment, jgħid dawn il-preċiżi kelmiet:", "\"Factors impacting on regional performances through 2008 include the expansion of the Schengen zone.\".", "Imbagħad l-istess rapport jirriferi wkoll għall-impatt li se jkun hemm permezz tat-tkabbir tal-euro zone.", "U hawnhekk jagħmel riferenza ċara anke għal Malta fejn jgħid:", "\"Furthermore, Malta and Cyprus will adopt the euro in January 2008 expanding the euro zone to fifteen countries\".", "Mela, skond din l-organizzazzjoni internazzjonali, żewġ fatturi li għandhom impatt pożittiv fil-qasam tat-turiżmu huma l-fattur ta' dik l-hekk imsejħa llum fl-Unjoni Ewropea bħala l-area Schengen, l-area li inti tgħaddi minn pajjiż għall-ieħor li qegħdin fil-konfini tax-Schengen mingħajr ma trid tagħmel ebda kontroll fil-fruntiera, għax ladarba tidħol f'Schengen area inti tibqa' għaddej fil-kumplament tal-pajjiżi Schengen l-oħrajn daqslikieku qed tivvjaġġa minn belt għal oħra fl-istess pajjiż, u ugwalment ta' impatt pożittiv it-tkabbir taż-żona ewro.", "Naturalment wieħed mill-ewwel jirrealizza li hawnhekk qed nitkellmu dwar żewġ fatturi pożittivi li Malta qed tipparteċipa fihom it-tnejn, għax nafu li Malta qed tkun parti minn dan it-tkabbir taż-żona Schengen u, kif jgħid l-istess rapport b'riferenza għal Malta kif ukoll għal Ċipru, mill-1 ta' Jannar tas-sena d-dieħla aħna se jkollna l-ewro bħala l-munita nazzjonali.", "Hawn wieħed irid ifakkar li Malta tkun parti miż-żona ewro għax, kontra dak kollu li qalulna min-naħa ta' l-oppożizzjoni, kontra dak kollu li ġie ppreżentat lilna bl-aktar mod orkestrat bħala kritika min-naħa tal-partit Laburista, Malta fil-fatt ikkwalifikat għal darba, darbtejn, tlieta bl- unuri mill-eżamijiet kollha li mhux aħna għamilna għalina nfusna, imma li saru biex issir verifika totali bl-iktar mod oġġettiv fuq il-performance ta' Malta.", "Kien stabbilit li l-ekonomija tagħna verament illum hija waħda soda, li l- finanzi tagħna verament huma fis-sod, li Malta qed tagħmel dak kollu meħtieġ skond il-convergence criteria ta' l-Unjoni Ewropea u allura Malta kkwalifikat b'dawn l-unuri kollha biex tkun parti miż-żona ewro b'effett mill-1 ta' Jannar tas-sena d-dieħla.", "Huwa rilevanti wkoll għalija l-fatt li dan mhux qed ngħiduh aħna imma, skond l-istess analiżi tal-World Travel Organisation, huwa meqjus bħala wieħed minn żewġ fatturi pożittivi li qed jgħin fit-tkabbir tat-turiżmu, l-iżvilupp taż-żona Ewro u t-tkabbir ta' l- area Schengen, żewġ żviluppi li nerġa' nfakkar li Malta qed tipparteċipa fihom it-tnejn.", "Għalhekk dak li ġie ppubblikat minn dan il-World Tourism Barometer jikkonferma li s-settur turistiku f'Malta għaddej minn sena pożittiva, u dan qed jiġri b'riżultat tal-miżuri li ħa l-gvern.", "Meta ngħid \"ħa l-gvern\" mhux li ħa l-gvern waħdu, imma li ħa l-gvern flimkien ma' l-awtorita` Maltija tat-turiżmu u li ħadna flimkien ma' l-istakeholders.", "Jien insellem lill-istakeholders, lil kull min jaħdem fl-awtorita` tat-turiżmu u lil kull min jagħti l-ħidma tiegħu favur din l-industrija, għax it-turiżmu huwa settur li jekk naħdmu fih flimkien ikollna l-ħsad tal-frott li llum qed ikollna b'riżultat daqshekk pożittiv, u jekk ikollok parti taħdem kontra oħra, naturalment ikollok riżultati negattivi.", "Ir-riżultati pożittivi li kellna fl-ewwel tmien xhur komplew b'żieda rekord f'Settembru fejn kellna l- aħjar riżultat għal dak ix-xahar fl-istorja tat-turiżmu f'Malta.", "Jien mhux qed nitkellem bħala l-aħjar Settembru fl-aħħar sitt snin, imma qed nitkellem fuq l-aħjar Settembru minn mindu kellna rekord ta' ċifri ta' turiżmu f'pajjiżna.", "Għalkemm m'għandniex ċifri ta' l-uffiċċju nazzjonali ta' l-istatistika llum għandna indikaturi minn dawk li jissejħu passenger movements fl-ajruport internazzjonali ta' Malta.", "U minn dak li jirriżultalna kemm għar-rigward ta' Ottubru kif ukoll għar-rigward ta' l-ewwel 11-il jum ta' Novembru, għandna riżultati inkoraġġanti u pożittivi ħafna fil-kalkolu ta' passenger movement li huwa kalkolu preċiż, għax fir-realta` huwa headcount.", "M'huwiex survey-based imma huwa r-riżultat ta' ċifri attwali ta' kemm ikunu qed iġorru l-ajruplani kollha li jinżlu Malta jew li jitilqu minn Malta.", "Meta naraw il-passenger movement tax-xahar kollu ta' Ottubru u l-ewwel 11-il jum ta' Novembru r-riżultati jkomplu jagħtuna sodisfazzjon kbir u huma nkoraġġanti ħafna.", "Naħseb fattur li ma nistgħux ma nagħrfuhx immedjatament huwa li filwaqt li sa Ottubru jista' jsir l-argument li qegħdin nitkellmu fuq tkabbir fuq sena, l-2006, li kienet sena diffiċli, meta nitkellmu fuq riżultati li jidhru pożittivi għax-xahar ta' Novembru, hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq paragun bejn Novembru 2007 u Novembru 2006, fejn Novembru 2006 diġa` kellu tkabbir fuq is-sena ta' qabel.", "Kif il-membri f'din il-Kamra li jsegwu l- qasam tat-turiżmu jiftakru tajjeb, tajjeb nemfasizza li t-tkabbir konsistenti fiċ-ċifri tat-turiżmu kien beda mix-xahar ta' Novembru tas-sena li għaddiet meta bdejna nħossu l-effett tad-deċiżjoni li ħa dan il-gvern favur l-introduzzjoni ta' diversi linji ta' l-ajru low cost f'pajjiżna għax l-ewwel titjiriet ta' Ryanair lejn Malta li kienu minn Luton u minn Pisa kienu saru fil-31 ta' Ottubru 2006.", "Mela llum qed nitkellmu fuq riżultat li bl-Ingliż ngħidulu growth on growth, qed inkabbru fuq it-tkabbir li kellna sena ilu.", "M'iniex qed nitkellem hekk għax qed nara ċ-ċifri ta' l-ewwel 11-il jum ta' Novembru u nieqaf hemm, imma qed nitkellem hekk għax jien, li nżomm kuntatt bl-iktar mod regolari ma' l-istakeholders kollha, mal-lukandiera, ma' operaturi turistiċi, ma' aġenti ta' l-ivvjaġġar, ma' nies li jaħdmu f'airlines differenti, ma' nies li jaħdmu f'din l-industrija - il-ħin kollu ddedikat għaliha - naf li dawn jitkellmu bl-iktar ton pożittiv favur pajjiżna u favur dak li Malta llum qed jirnexxilha takwista.", "Irrid ngħid li dan huwa dak li qed jirriżultali li qed jingħad fuq Malta mhux biss min-nies li jaħdmu fil-qasam tat-turiżmu f'Malta imma anke min-nies li jsegwu t-turiżmu b'mod internazzjonali.", "Bħalissa għaddej wieħed mill-ikbar avvenimenti fil-qasam tat-turiżmu fil- kalendarju annwali, il-World Travel Market, li jsir dejjem bejn wieħed u ieħor dan iż-żmien ġewwa Londra.", "Din l-attivita` bdiet fil-ġranet li għaddew u se nattendi għaliha minn għada filgħodu, pero` diġa` ħadna inizjattiva li l-Ħadd filgħaxija sar avveniment fejn Malta kienet qed tospita numru konsiderevoli ta' kittieba dwar it-turiżmu minn diversi partijiet ta' l-Ingilterra u li għandhom interessi oħrajn marbuta mal-qasam tat-turiżmu.", "U meta tisma' r-reazzjonijiet ta' dawn in-nies li jsegwu bl- iktar mod professjonali l-qasam tat-turiżmu mhux biss f'Malta imma f'destinazzjonijiet li jikkompetu magħna llum jifirħulna għas-suċċess fenomenali li Malta, b'riżultat tad-deċiżjonijiet għaqlin li ħadna, konna kapaċi nirreġistraw b'mod partikolari matul din is-sena.", "Sur President, anke jekk nieqaf f'Ottubru u ma nżidx ix-xahar ta' Novembru fejn għandek tkabbir fuq tkabbir, din is-sena mhux biss hija aħjar mill- 2006 imma hija żgur l-aħjar sena fl-aħħar sitt snin, u jekk ir-riżultati pożittivi jkomplu kif qed ikun indikat lilna fil-ġimgħat u fix-xhur li ġejjin naħseb li din se tkun sena anke aħjar minn hekk.", "Imma għalissa ma rridx nispekula iżjed għax nippreferi nara ċ-ċifri b'mod konkret jaslu f'idejna u li jkunu analizzati bl-iktar mod oġġettiv minn kulħadd.", "Pero` żgur għandna konferma xahar wara l-ieħor li qed ikollna almenu – forsi iktar minn hekk - l-aħjar sena fl-aħħar sitt snin.", "L-impatt ta' l-espansjoni taż-żona Schengen u tas-sħubija ta' pajjiżna fiż- żona ewro mistenni jġib iktar żvilupp fis-settur turistiku.", "Dawn huma żviluppi li jkomplu jagħtu raġun lill-politika tal-gvern preżenti li, minkjja l-pariri kollha li kellna bil-kuntrarju, ħa ħsieb biex Malta tissieħeb fl-Unjoni Ewropea.", "Wara li sirna parti mill-Unjoni Ewropea m'għedniex dak huwa t-tmiem tat-triq li konna qegħdin fiha imma naħseb kulħadd jiftakar l-espressjoni li anzi, dik hija l-bidu ta' triq ġdida, bidu ta' triq ta' opportunitajiet ġodda.", "U dawn iż-żewġ żviluppi li jolqtu lill-qasam tat-turiżmu, jiġfieri li nipparteċipaw fiż-żona Schengen u li nkunu fiż-żona ewro, ikomplu jfissru mhux biss ġid ekonomiku ġenerali għal pajjiżna imma jkomplu jfissru t-tkabbir dirett tas-settur tat-turiżmu f'pajjiżna.", "X'ġara fil-qasam tat-turiżmu sa Settembru?", "Nieqaf sa Settembru għax huwa l- aħħar xahar li dwaru għandna ċ-ċifri u l-istatistika kollha b'mod uffiċjali mill-uffiċċju nazzjonali ta' l-istatisitka.", "Infakkar ftit ċifri li għalija huma importanti ħafna.", "L-ewwelnett, bejn Jannar u Settembru ta' din is- sena żaru Malta 969,572 turist li huwa 9% iktar mill-istess perijodu tas- sena l-oħra.", "Għalija rilevanti wkoll li fl-istess perijodu t-turisti li żaru pajjiżna nefqu Lm366.8 miljun jew Lm19.9 miljuni iktar mill-ewwel disa' xhur tas-sena l-oħra.", "Meta taraha fit-totalita` tagħha din hija żieda ta' 80,000 turist fuq l-istess perijodu li kellna s-sena li għaddiet.", "Nerġa' ngħid sa l-aħħar ta' Settembru noqogħdu fuq iċ-ċifri mill-uffiċċju nazzjonali ta' l-istatistika, pero` l-passenger movements għax-xahar kollu ta' Ottubru u sal-bieraħ mill-ajruport internazzjoanli ta' Malta qed ikomplu jindikaw iktar żieda anke għax-xahar mhux biss ta' wara, imma mill- forward bookings għax-xhur li ġejjin.", "Tajjeb nerġa' nfakkar lil dan il-parlament minn fejn kellna wħud mill-ikbar żidiet.", "Kellna żieda mir-Renju Unit waħdu ta' 35,744 turist u mill-Irlanda 11,191.", "Nieqaf għal mument fuq dawn iż-żewġ ċifri - li bejniethom qegħdin nitkellmu fuq kważi 47,000 turist minn dawk it-80,000 żieda li għandna bħala total - għax nifhmu li min ipprova jagħmel l-argument li llum iż- żieda li naraw f'pajjiżna hija biss żieda ta' studenti li jiġu f'Malta biex jitgħallmu l-Ingliż m'huwiex qed isegwi l-fatti kollha u jitkellem b'mod oġġettiv dwar il-qasam tat-turiżmu f'pajjiżna.", "Kieku jagħmel hekk ma naħsibx li jikkalkola li t-turisti li qed ikollna bl-ikbar żieda mir-Renju Unit jew mill-Irlanda jew mis-swieq Amerikani, bħala fost dawk li jiġu Malta biex jitgħallmu l-Ingliż!", "Naturalment hemm żieda minn swieq oħrajn bħalma hija ż-żieda inkoraġġanti ħafna mill-Iskandinavja u ż-żieda minn Spanja.", "Bla ebda dubju, parti minn dik iż-żieda tista' tkun għat-tagħlim tal-lingwa Ingliża u m'hemm xejn ħażin li dik in-niċċa tat-turiżmu nkabbruha bħalma nkabbru niċeċ oħrajn, pero` żgur li meta nitkellmu fuq żieda fil-qasam tat-turiżmu ma nistgħux ngħidu li hija dovuta għal xi raġuni waħda partikolari, imma l-verita` hija żieda b'riżultat ta' diversi deċiżjonijiet tal-gvern.", "U kieku kelli nerġa' nagħti l-fatturi prinċipali li qed iwasslu għal dawn ir-riżultati pożittivi kollha nfakkar li kellna d-deċiżjoni favur l-introduzzjoni tal-low cost carriers, id-deċiżjoni li ninvestu iktar miljuni ta' liri favur marketing bl-aktar mod aggressiv u bl-iktar mod konsistneti favur il-prodott Malti, favur pajjiżna, speċjalment fis-swieq li niddependu minnhom, u anke li llum nużaw metodi ġodda kif nagħmlu dak il-marketing, inkluż il-metodu elettroniku.", "Għalija dawk huma żewġ deċiżjonijiet importanti ħafna, u magħhom inżid id- deċiżjoni li verament nagħmlu minn pajjiżna destinazzjoni li hija event oriented is-sena kollha.", "Min jipprova jsegwi x-xena kulturali u artistika kollha li pajjiżna llum qed joffri kemm bit-talent Malti, bl-avvenimenti, bl-ispettaklu li nipproduċu aħna stess u anke b'dak kollu li aħna assoċjajna ruħna miegħu, jiġifieri talent ta' fama internazzjonali li ta wirjiet Malta b'range ta' gosti li tolqot lil kulħadd, isib li llum Malta hi fuq il-mappa ta' dawn l-avvenimenti internazzjonali.", "Malta tidher bħala l-post li tiġi ġewwa fih anke biex tattendi avveniment jew ieħor, u naħseb dan huwa pożittiv ħafna.", "U dan huwa wieħed mill-metodi prinċipali u kruċjali kif inti tattira aktar turisti lejn dan il-pajjiż.", "Li għalija huwa mbagħad sinifikanti - u dan naħseb li dejjem irridu nfakkruh - huwa li apparti ż-żieda ta' 80,000 turist regolari li ġew f'pajjiżna, qed ikun hemm żieda inkredibbli - żieda fenomenali fl-opinjoni tiegħi - ta' passiġġieri li żaru Malta abbord cruiseliners.", "Fil-fatt sa Settembru, sa l-istess xahar li kont qed nitkellem fuqu għar-rigward ta' turisti regolari, żaru Malta 367,705 passiġġier, jiġifieri 63,433 aktar milli kellna cruiseliner passengers fl-istess perijodu s-sena li għaddiet, li mil-lat perċentwali jfisser ukoll 21% aktar.", "Dawn it-367,705 passiġġier ma ngħodduhomx man-numru li tkellimt dwaru qabel, jiġifieri mad-969,572 turist, għar-raġuni li hemm definizzjoni internazzjonali li tiddefinixxi turist regolari bħala dak li jqatta' mqar lejl wieħed f'dik li tissejjaħ land-based accommodation.", "Ir-raġuni hi li internazzjonalment, bħalma wara kollox nindunaw li jiġri wkoll f'Malta, nabbinaw il-konċett ta' turist ma' bniedem li mqar għal lejl wieħed juża akkomodazzjoni li joffri l-pajjiż fuq l-art tiegħu.", "Qed nagħmel din l-enfasi għax ikun hemm cruiseliners - mhux ħafna imma jkollok uħud - li jdumu iktar minn ġurnata waħda fil-pajjiż.", "Anke jekk dawk fil- fatt raqdu f'Malta għax qegħdin fil-Port il-Kbir tagħna, il-fatt li huma ma użawx akkomodazzjoni fuq l-art, jiġifieri lukanda, guesthouse jew appartament, ma ngħodduhomx mat-turisti regolari.", "Ngħoddu mat-turisti regolari biss lil dawk il-cruiseliner passengers li jkunu għamlu dak li jissejjaħ cruise and stay, jiġifieri jkunu ġew Malta biex jaqbdu l-cruise minn hawnhekk, għaddew mill-ajruport internazzjonali tagħna, marru ġewwa lukanda u allura raqdu fuq l-art ta' Malta u mbagħad qabdu l-cruise wara, jew bil-maqlub jew it-tnejn f'salt meta ġew lura wżaw l-akkomodazzjoni.", "Dan nenfasizzah għax ikun hemm min jaħseb, forsi b'mod ġenwin xi kultant, li aħna qed ngħoddu fiċ-ċifra ta' din iż-żieda ta' turiżmu li qed naraw f'pajjiżna ż-żieda li hemm ta' cruiseliner passengers ukoll.", "Ma ngħodduhomx flimkien imma nagħtuhom it-tnejn għax għalija t-tnejn huma ta' sinifikat ekonomiku kbir.", "Bħalissa min jinżel fil-Port il-Kbir ma jistax ma jarax il- famuż cruiseliner li jismu \"The World\" li huwa cruiseliner b'konċett totalment differenti anke kif jitmexxa, għax dak inbena biex min irid jew għandu l-mezzi biex ilaħħaq ma' dak it-tip ta' lussu, ikollu proprjeta` tiegħu u jkollu l-indirizz fuq dak il-cruiseliner.", "\"The World\" jaħdem billi min ikun residenti hemmhekk ikollu kabina fuqu li jużaha meta jrid.", "Allura dak huwa vapur li matul is-sena jdur mad-dinja kollha, ma jiqafx ġurnata waħda fil-pajjiż fejn jidħol, imma jagħmel numru ta' ġranet.", "Naturalment, is-sidien ikollhom l-iskeda ta' fejn qed imur, u meta u jekk iridu jaqbdu ajruplan, imorru jużaw l-akkomodazzjoni li hija proprjeta` tagħhom, jagħmlu hemmhekk iż-żmien li jdum f'dak il-port jew jibqgħu jivvjaġġaw miegħu u mbagħad jiżbarkjaw f'port ieħor.", "Kulħadd jagħmel l- għażliet li jrid għax il-konċett huwa li qisha lukanda fil-baħar fejn il- kabini mhux mikrija bil-ġranet imma huma proprjeta` tas-sidien relattivi.", "Dan huwa fenomenu ġdid interessanti ħafna u huwa ta' interess anke għal Malta li \"The World\" ġie f'pajjiżna mhux biss issa, imma fil-fatt kien ġie qabel ukoll.", "Pero` min ikun hemm fuq dak il-cruiseliner fil-fatt ma ngħodduhx mat-turisti regolari, għalkemm m'għandi ebda dubju li huma nies li meta jżuru pajjiżna huma ta' interess konsiderevoli.", "Sur President, qed nitkellmu dwar miżuri varji fil-budget fil-qasam tat- turiżmu u tal-kultura.", "Allura ma jistax jonqos li nfakkar li f'dan il- budget il-gvern qed jivvota s-somma rekord ta' Lm16.8 miljuni għas-settur tat-turiżmu.", "Qed nivvotaw Lm10.5 miljuni biex l-awtorita` Maltija għat- turiżmu tkompli bil-ħidma tagħha.", "Din hija żieda ta' Lm2.5 miljuni fuq kemm kien allokat lill-awtorita` s-sena li għaddiet.", "Qed ngħid żieda ta' Lm2.5 miljuni, biex inkun preċiż - punt ieħor li jqum f'diversi diskussjonijiet - għax jekk inħarsu lejn il-budget tas-sena li qegħdin fiha nsibu li l- allokazzjoni kienet ta' Lm8 miljuni.", "Jekk naraw imbagħad l-iżviluppi li kien hemm matul din is-sena huwa fatt li meta l-gvern ra li l-finanzi diġa` kienu qed jagħtu riżultati pożittivi matul is-sena, anke qabel ġejna hawnhekk biex inħabbru l-budget ta' l-2008, u meta rajna li kien hemm ħtieġa li nkabbru l-marketing favur it-turiżmu fil-pajjiż, fil-fatt kienet saret diskussjoni ma' l-awtorita` Maltija dwar it-turiżmu, u għalhekk anke din is-sena l-gvern kien ta lill-awtorita` Lm1 miljun addizzjonali fuq l-allokazzjoni.", "Mela l-MTA din is-sena użat mhux biss it-Lm8 miljuni li kellha vvotati, imma għamlet il-każ, u għax kien hemm finanzi tajbin u minn fejn il-gvern seta' jagħmlu mingħajr ma jimpinġi b'xi mod fuq xi inizjattivi oħra jew fuq il-poplu Malti, il-gvern kien f'pożizzjoni li matul is-sena jalloka Lm1 miljun ieħor lill-awtorita`.", "Imma anke jekk nieħu l-allokazzjoni ta' l-awtorita` kif riveduta f'sens tekniku minn Lm8 miljuni għal Lm9 miljuni, il-fatt li hawnhekk ġie preżentat budget fejn qed nitkellmu mhux fuq Lm9 miljuni imma fuq Lm10.5 miljuni - mela anke fuq ir-reviżjoni hija żieda addizzjonali oħra - ifisser kemm il-gvern qed iħares lejn is-settur tat-turiżmu bl-akbar serjeta`, bl- akbar impenn, u kif dan kapaċi nagħmluh għax it-tmexxija tal-finanzi ta' pajjiżna hija f'idejn sodi.", "Interessanti wkoll għalija li qed nitkellmu fuq somma rekord ta' Lm5 miljuni għall-iżvilupp tal-prodott turistiku, inkluż l-investiment fil-faċilitajiet tas-siti storiċi, żvilupp tal-bajjiet u l-proġett ta' Bugibba li fuqu se jinbeda x-xogħol fil-bidu tas-sena d- dieħla.", "Nixtieq nieħu l-opportunita` llejla nagħmel parentesi fuq ereżija oħra.", "Irrid inkun ċar fil-kliem tiegħi.", "Iktar minn ereżija hija eżempju ta' diżonesta` politika sfaċċata oħra li rajt fil-ġurnal elettroniku maħruġ mill-partit Laburista \"Malta Star\" fil-ġranet li għaddew.", "L-ewwelnett se nibda bil-prinċipju li għamilt min jaf kemm-il darba f'diversi diskussjonijiet fuq it-turiżmu f'dan il-parlament, u kollegi tiegħi għamlu l-istess argument.", "Min jaf kemm-il darba ġejt f'dan il-parlament ngħid: Ejja ma nħarsux biss lejn il-vot mogħti lill-ministeru għat-turiżmu u kultura, imma ejja naraw il-voti mogħtija lill-ministeri kollha fil-pajjiż.", "Għax, fl-aħħar mill-aħħar, m'hemm ebda ċenteżmu Malti, jew anke ċenteżmu ta' l-ewro mill-1 ta' Jannar, minfuq fuq l-ambjent li mhuwiex ukoll ta' ġid għall-qasam tat-turiżmu, għax ambjent iktar nadif, ambjent li jagħtina saħħa akbar, huwa ambjent iktar nadif għal kull Malti, u huwa ambjent iktar nadif kif jilqa' lil kull viżitatur li jkun hawn fostna.", "Mela jien nista' nħares lejn dak il-vot kollu.", "Ġejt diversi drabi f'dan il-parlament u tajt l-eżempju tal-flus li jkunu vvotati lill-ministeru li għandu responsabbilta` għat-trasport.", "Għedt u nerġa' ngħid illejla li m'hemm l-ebda ċenteżmu mogħti lil dak il-ministeru li mhuwiex ukoll ċenteżmu offrut għall-prodott turistiku, għax kull triq ġdida, kull triq li ssir aħjar, kull triq li twasslek b'mod iktar faċli minn parti għall-oħra tal-pajjiż, hija triq għall-kumdita` tal-poplu Malti.", "Jekk neħodha fil-livell ta' sewwieqa, bla ebda dubju qegħdin nitkellmu ferm iktar u kważi b'mod esklussiv, għalkemm mhux għal kollox, fuq sewwieqa Maltin milli barranin, pero` qed nitkellmu wkoll fuq titjib tal-prodott Malti li minnu jgawdi t-turist u li minnu Malta hija ppreżentata aħjar lit- turist.", "F'dawn id-diversi eżempji li tajt dejjem inkludejt il-ministeru għar- riżorsi u infrastruttura - li ormai għandi esperjenza personali tiegħu, u ngħid dan b'sodisfazzjon personali - għax m'hemm ebda proġett ta' tisbiħ tal-pajjiż jew ta' titjib ta' l-infrastruttura fejn nivvotaw dawk il- miljuni kollha li huwa ta' ġid għall-poplu Malti u li jservi ta' ġid għat- turisti li jiġu jżuruna.", "Meta kont ministru responsabbli għar-riżorsi u l- infrastruttura u b'sodisfazzjon ħadt ħsieb li jsir il-proġett tal-promenade minn San Ġiljan sal-fortizza f'Tas-Sliema, naħseb huwa ovvju li kont qed nolqot il-prodott turistiku tal-pajjiż.", "Huwa ovvju għax, tagħmilha fejn tagħmilha, tkun qed tolqot il-prodott turistiku tal-pajjiż, imma anke f'dan il-każ qegħdin nitkellmu fuq żona li hija waħda mill-iktar żoni turistiċi ta' Malta.", "Dak huwa promenade li jsir mill-ministeru għar-riżorsi u l- infrastruttura, ma jsirx mill-ministeru tat-turiżmu, imma mir-riżultat tal- proġett tgawdi l-industrija tat-turiżmu.", "Qed nerġa' nfakkar f'dan il-prinċipju bażiku, u qed ngħid dan fil-kontest ta' dak li qalet il-Malta Star fil-ġranet li għaddew, għax fid-diskors tal- budget, meta kien qed jagħti diversi eżempji tat-titjib tal-prodott li joffri pajjiżna, il-prim ministru semma fost oħrajn proġett tal-promenade mad-dawra ta' l-Għadira li se jitwettaq is-sena d-dieħla mill-ministeru għar-riżorsi u l-infrastruttura.", "Pero` ġimgħat wara l-preżentazzjoni tal- budget, l-Onor.", "Bartolo għamilli domanda jekk jien - bħala ministru għat- turiżmu nwieġeb f'din il-Kamra mhux bħala ministru ta' oqsma oħra - nafx bi proġetti għall-Għadira.", "U billi dak li huwa ppjanant għall-Għadira f'livell ta' ministeru tat-turiżmu, mhux ta' ministeri oħrajn, huwa għas- sena 2009 fejn nibdew il-proġett biex dik il-bajja jkollha l-istatus ta' blue flag, allura weġibt li għas-sena d-dieħla m'hemmx proġetti għall-bajja ta' l-Għadira mill-ministeru għat-turiżmu u kultura.", "Jien weġibt b'mod korrett, b'mod sinċier u kif suppost inwieġbu, għax tant ma nweġbux għar-rigward ta' ministeri oħrajn li meta ssir domanda li evidentement tkun tirriferi għal ministeru ieħor ngħidu: \"Nitlob lill- Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat\".", "Għandna template, għandna frażi preċiża li nużaw bl-iktar mod regolari fil- ħajja parlamentari, kemm ilni nsegwi dan il-parlament jien - u naf li kienet tintuża anke qabel - irrispettivament minn min ikun hawn fil-gvern.", "Imma din it-tweġiba li tajt, Alla jbierek, nispiċċa naraha wżata taħt heading li jien u l-awtorita` Maltija dwar it-turiżmu qed nikkontradixxu lill-prim ministru!", "Bir-rispett kollu, dawn huma affarijiet pwerili jew, agħar minn hekk, ta' diżonesta` politika sfaċċata, għax il-prim ministru jiġi hawnhekk jitkellem għan-nom tal-ministeri kollha, u aħna, meta nwieġbu l-mistoqsijiet parlamentari tagħna, nwieġbu għar-rigward tal-ministeru speċifiku li nkunu qed nitkellmu dwaru.", "Issa, anke jekk din it-tradizzjoni parlamentari bażika mhux qed napprezzaw kif taħdem, allura hawn min irid jgħawweġ il-verita` magħrufa l-ħin kollu!", "Naturlament jien weġibt lill-Malta Star illejla stess.", "Irrid ngħid li waslitli l-informazzjoni mill-uffiċċju tal-komunikazzjoni fil-ministeru tiegħi li t-tweġiba se jinkluduha f'dan il-ġurnal elettroniku fil-ħarġa ta' għada, mhux tal-lejla.", "S'hemmhekk nifhem, imma nispera li jifhmu l-verita` u li ma nkomplux nipprovaw nibnu xi storja fejn m'għandniex storja, għax ministru jwieġeb fuq id-dekasteru tiegħu, il-prim ministru jitkellem fuq il- programm kollettiv tad-dekasteri kollha u tal-ministeri kollha flimkien, u mbagħad tweġiba ta' x'se jiġri f'dekasteru wieħed tiġi ttimbrata bl-iktar mod sensazzjonali qisha kontradizzjoni ta' dak li qal il-prim ministru meta dik il-parti partikolari tirriferi għall-promenade, kelma li, inċidentalment, fil-mistoqsija parlamentari ma ddaħħlitx.", "Kieku rajt il-kelma promenade naħseb, anke bl-esperjenza li għandi tal- ministeru preċedenti, ma kont inwieġeb xejn u ngħid: \"Nirriferi l- mistoqsija lill-ministru konċernat\".", "Imma la saret ir-riferenza għall- Għadira tassumi - dejjem jekk hawn xi ftit ġenwinita` bejnietna, mqar kultant, jekk mhux dejjem – li l-mistoqsija hija fuq il-bajja u mhux fuq il- promenade.", "Ma ġara xejn!", "It-tweġiba ngħatat u qed nagħtiha hawnhekk illejla wkoll.", "Jekk xi ħadd ħa żball ġenwin għandu jkun raġel biżżejjed li dak l-iżball jagħraf li għamlu minflok ma noqogħdu nipprovaw noħolqu l- istejjer tal-fantaxjenza fuq ministru jew ieħor!", "Ladarba qed nitkellmu fuq proġetti kont nistenna mill-partit Laburista, mill-ġurnali elettroniċi u mill-kelliema tal-partit Laburuista, mhux li jgħidu x'qed tgħid parti jew parti oħra minn gvern dwar proġetti varji li nagħmlu għall-ġid ta' pajjiżna, imma kont nistenna li xi ħadd jilqa' l- isfida li għamilt f'dan il-parlament u li għamilt ġranet wara permezz ta' stqarrija fil-media fejn ippubblikajt dak kollu li għedt hawnhekk, u erġajt irrepetejtu, biex ma jkunx biss fir-records t'hawnhekk imma jkun anke fi stqarrija ċara li kulħadd jista' jsegwi.", "Hemmhekk jien għedt lill-partit Laburista biex naraw daqsxejn kemm huma qed jgħidu l-verita` fuq ħaġa oħra.", "Fost il-punti tal-programm tal-partit Laburista għall-qasam tat-turiżmu, jekk ikun fil-gvern, qed jgħidu li se jagħtu artijiet pubbliċi fl-area ta' Buġibba, fl-area ta' San Pawl il-Baħar, fl-area tax-Xemxija u f'dawn iż- żoni tal-pajjiż b'rati favorevoli lil xi entrepreneurs turistiċi għal żvilupp ta' lukandi ġodda.", "Jien għamilt il-homework li kont nippretendi li jagħmel il-partit Laburista imma li evidentement m'għamilx, u mort għamilt il-verifika biex nara x'artijiet pubbliċi hemm f'dawn l-inħawi.", "Jirriżultali li l-artijiet pubbliċi li hemm f'dawn l-inħawi huma jew barra dak li hu dikjarat għall- iżvilupp f'dan il-pajjiż jew diġa` mikrija għal skopijiet agrikoli.", "Irriferejt anke għal pjanti preċiżi maħruġa mil-lands department ta' dawn iż-żoni in kwestjoni, u poġġejt – anke jekk huma ma semmewhiex – anke l- pjanta ta' l-area madwar il-Forti Campbell li fiha jista' jsir żvilupp turistiku, imma lanqas ta' lukanda.", "Hawn indikazzjoni marbuta mal-pjanti li jien indikajt f'dan il-parlament biex turi l-areas fejn huma mikrijin.", "Allura jien għamilt sfida biex il-partit Laburista jgħidli liema huma l- areas li jrid jagħti, biex jgħidli kif irid jagħtihom u b'liema kondizzjonijiet, għax anke kieku kien hemm art pubblika kien ikollu problemi oħrajn, mhux l-inqas il-problema li jgħidilna kif se tingħata art b'kondizzjonijiet favorevoli li tkun qed tikkompeti ma' żvilupp li għamlu entrepreneurs oħra fil-qasam ta' l-industrija tat-turiżmu u li għamluh bi flushom u bl-għaraq ta' ġbinhom.", "Għax dawn qed jgħidulna li se jagħtu l- artijiet b'xejn, jew kważi b'xejn!", "Dan hu dak li qed tgħidu intom bħala wegħda speċifika ta' xi tridu tagħmlu jekk tkunu fil-gvern, u allura l- poplu għandu jkollu dritt ikun jaf x'inhu t-tip ta' homework li qed tagħmlu fuq dak li qed twiegħdu, għax inkella nibdew nikkonkludu li nisimgħu ħafna kliem, imma huma kliem fl-ajru, kliem li ma jfissru xejn!", "Imma s'issa għadni bla tweġiba, u jien dan li nippretendi mill-partit Laburista u mill-mezzi ta' komunikazzjoni tiegħu.", "Iżda huma mhux biss ma jirrispondux għal din l-isfida li qed nagħmel, imma issa qed jipprovaw joħolqu storja li ma teżistix.", "Dakinhar urejthom il-pjanti u ppubblikajthom fil-media wkoll biex żgur l-oppożizzjoni ma jkollhiex għalfejn tħabbel rasha kif tagħmel il-homework li suppost tagħmel waħedha.", "Jien se nqegħedhom fuq il-mejda tal-Kamra u nistedinhom, anzi nisfidahom għal darb'oħra, jgħidulna kif se jwettqu din il-wegħda li qed jagħmlu, u jgħidulna liema huma l-artijiet, x'inhuma l-kondizzjonijiet, ħalli nkunu nafu!", "X'qed jipproponu?", "Żvilupp fejn ma tistax tiżviluppa, żvilupp li jimpinġi fuq art li llum qed tintuża għal skop agrikolu li allura jesproprjawha u tibda tintuża għal skop mhux agrikolu?", "Ma naħsibx li lukanda tikkwalifika bħala żvilupp għal skop agrikolu!", "X'qed jgħidu eżatt meta jitkellmu dwar dak li huma jsejħulu - naturalment b'illużjoni kbira - \"bidu ġdid\", ma nafx, imma rrid inkun naf.", "Jien qbadt wegħda waħda, qed nagħmel il-mistoqsija tiegħi darba, darbtejn, tlieta u erba' darbiet fuqha, u llum iktar minn qatt qabel se ninsisti għat-tweġiba, speċjalment wara li naqra l-artiklu in kwestjoni fil-Maltastar, fejn ipprovaw jgħidu li jien ikkontradixxejt dak li qal il-prim ministru, xi ħaġa li jien m'għamiltx.", "Kieku fid-diskors tal-budget kien hemm x'imkien miktub li l-ministru se jagħmel hekk u jien ngħid li mhux se nagħmel hekk, naħseb kien ikollhom storja interessanti.", "Imma li l-prim ministru jitkellem fuq x'se jsir bħala ħidma mill-ministeri kollha, kif jagħmel il- prim ministru, imbagħad ministru jagħti tweġiba fuq il-parti tiegħu, u dik il-parti nipprovaw neħduha bħala tweġiba għal kollox, dawn huma tattiċi Ii jirrikorri għalihom jew min ma jkunx serju jew min ikun naturalment maqbud fil-paniku ta' l-istess miżuri mħabbra fil-budget li ġie ppreżentat f'din il-Kamra għas-sena d-dieħla, li huma verament ta' fejda għall-poplu Malti kollu.", "Dan huwa budget ta' fejda għall-oqsma ekonomiċi kollha li stajna nippreżentawh f'din il-Kamra għax jibni fuq dak li llum nistgħu naħsdu flimkien, mhux il-gvern waħdu, imma l-gvern ma' l-istakeholders fil-qasam tat-turiżmu, fil-qasam industrijali b'mod ġenerali, ma' operaturi oħra fis- servizzi finanzjarji u mal-poplu kollu.", "Wara l-proċess ta' konsultazzjoni ġenwina li saret fit-tfassil ta' dan il-budget il-gvern seta' jiġi hawnhekk u jgħid: Aħna ħdimna, aħna għamilna wkoll numru ta' sagrifiċċji flimkien, issa dan huwa l-frott, u ejja naħsduh flimkien.", "U ladarba qed nitkellmu fuq miżuri tal-budget, naħseb li jixraq ukoll nirriferi anke għal dak li qed nipproponu bħala miżuri konkreti li nkomplu nibnu fuq dak li għamilna fil- qasam tal-kultura.", "Hawnhekk ukoll il-budget isemmi miżuri speċifiċi li jidħlu fis-seħħ bħala mod ieħor kif il-gvern juri kif aħna rridu ninvestu iktar fit-tessut - għalija huwa tessut - artistiku u kulturali ta' pajjiżna.", "L-ewwelnett għandna ħafna biex niftaħru, għax dan huwa pajjiż li mhux biss għandu 7,000 sena ta' storja, imma huwa pajjiż li żżur fejn iżżur tiltaqa' ma' min jagħti mit-talent, mill-enerġija u mill-ħila tiegħu f'qasam jew ieħor ta' l- arti u tal-kultura.", "Allura huwa pożittiv li ninkoraġġixxu u ninvestu iktar f'dan ir-rigward.", "Nitkellem dwar miżuri speċifiċi.", "Il-ħlas tal-VAT fuq il- kiri ta' spazji għall-attivitajiet artistiċi u kulturali, kif ukoll fuq id- dħul għall-mużewijiet, esebizzjonijiet artistiċi, kunċerti u teatri - b'esklużjoni biss taċ-ċinema għax naturalment nagħrfu li dan huwa l-iktar ġeneru kummerċjali minn dawn kollha - se titniżżel għal 5% mit-18% tal-lum.", "Mela, waħda mill-miżuri li dan il-parlament huwa mitlub li jivvota speċifikament favur tagħha hija li tonqos il-VAT fuq il-kiri ta' l-ispazji għall-attivitajiet artistiċi u kulturali kollha kif ukoll id-dħul għall- mużewijiet, esebizzjonijiet artistiċi, kunċerti, teatri, rappreżentazzjonijiet ta' drama, rappreżentazzjonijiet ta' koreografija, jew rappreżentazzjoni bħal tal-bieraħ filgħaxija fejn kont qed nagħti l- patroċinju tiegħi għal attivita` mtella' mis-soċjeta` filarmonika f'Ħaż- Żebbuġ f'Malta.", "Qed ngħidu li r-rata tal-VAT fuq dawn l-attivitajiet kollha li jirriflettu l-ħidma ta' eluf ta' nies f'pajjiżna li jimpenjaw ruħhom f'dawn l-oqsma se tinżel għal 5% minn 18%.", "Nista' nagħmel il- mistoqsija fuq miżura, miżura.", "Forsi għandi nagħmilha darba fil-bidu b'mod ġenerali.", "Allura l-oppożizzjoni se tivvota favur jew se tivvota kontra dan l-Att li jipproponi dawn il-miżuri speċifiċi?!", "Issa mhux qed nitkellmu fuq l- approvazzjoni ta' l-estimi ta' ministeru ministeru fi proċess ta' diskussjoni fuq il-budget bħala policy ġenerali tal-gvern u fuq l-emenda li jressqu fuq il-vot ta' kull ministru biex fil-munita preżenti - pero` l- emenda saret anke bl-ewro, għax naturalment qed nitkellmu mill-1 ta' Jannar tas-sena d-dieħla - biex titnaqqas il-lira Maltija jew l-ekwivalenti tagħha f'ewro mis-salarju tal-ministru, imma qed nivvotaw fuq l-Att li jimplimenta b'mod preċiż, b'mod konkret, b'mod dettaljat, il-miżuri li joffri l-budget favur il-poplu tal-pajjiż.", "Waħda minnhom din.", "L-oppożizzjoni se tivvota favur jew se tivvota kontra?!", "Sur President, se neżentaw ukoll mill-ħlas tal-VAT kull taħriġ fl-arti sakemm dan ikun qiegħed jingħata minn organizzazzjonijiet akkreditati mir- reġistru għall-akkreditazzjoni fit-taħriġ ta' l-arti.", "Anke hawn, għandna diversi għaqdiet, istituzzjonijiet, soċjetajiet ċivili li huma impenjati fit-taħriġ ta' l-arti.", "Jien nimmeravilja ruħi dejjem bl-għadd ta' persuni, bl-għadd ta' entitajiet li niltaqa' magħhom u l-impenn tagħhom f'dan ir- rigward.", "Qed ngħidu li jrid ikun hemm proċess ta' akkreditazzjoni ħalli mhux kulmin jgħidlek li qed jagħti t-taħriġ fl-arti, għandek tieħu l-kelma tiegħu qisu ma ġara xejn, imma dawk kollha li jkunu akkreditati - aħna nakkreditaw bi proċess serju – jiġu eżentati mill-ħlas tal-VAT għal dak it- taħriġ li jingħata f'qasam jew ieħor ta' l-arti.", "L-oppożizzjoni se tivvota favur jew kontra din il-miżura speċika?!", "Qed ngħidu wkoll li wasal iż-żmien li ninċentivaw il-produzzjoni tal-film Malti.", "Illum il-film hu forma artistiska fih innifsu, huwa forma artistika li tabbina fiha forom oħra ta' arti, il-forma ta' disinn, il-forma ta' kulur, il-forma ta' kif inti twassal messaġġ.", "Hija forma artistika relattivament iktar ġdida mill-pittura għax tirrifletti użu ta' medium li m'ilux stabbilit daqs l-użu tal-pittura, pero` huma forma artistika li qed issir aktar u aktar importanti.", "Għandna nibdew nippromwovu din il-forma artistika mqar bil-mod il-mod.", "Ejja nirrikonoxxu wkoll li hawn min diġa` b'sagrifiċċji kbar ipproduċa films Maltin.", "Hemm min ipproduċihom fuq skala kummerċjali bħalma rajna fis-cinemas Maltin bi produzzjonijiet bħal \"Anġli\" u bħal \"Qerq\", biex nagħti żewġ eżempji minn żewġ djar ta' produzzjoni differenti.", "Dan l-aħħar kellimni persuna li ilu jipproduċi films u jikteb kotba, u nammira anke dak li għadu jipproduċi fl-eta` avvanzata tiegħu.", "Qed nirriferi għal Elio Lombardi.", "M'hemm xejn ħażin li nirrikonoxxu anke talent bħal dan f'dan il-parlament, biex inkun tajt eżempju, għax naturalment trid toqgħod attent li ma teskludix.", "Dan huwa eżempju fost oħrajn, li jipproduċi wkoll.", "Hemm min hu interessat li nibdew noħolqu wkoll il-film Malti artistiku, dak li jissejjaħ iċ-cinema d'arte.", "Fix-xahar li ġej jidhirli hawn l-golden night film festival ta' Malta, fejn ikollok produzzjonijiet li teknikament jissejħu amateur film productions.", "Ikunu amateur għax isiru minn delettant, imma ħafna mix-xogħlijiet li naraw f'festivals bħal dak ikunu produzzjonijiet ta' l-ogħla livell u ta' kalibru artistiku mill-aqwa.", "U hawn qed ngħidu ejja nibdew noħolqu fond li minnu nistgħu nagħtu għajnuna, li nagħmlu skemi kif tagħti dik l-għajnuna, kif tagħti iktar taħriġ, kif tinċentiva.", "Se nibdew b'somma ta' Lm100,000.", "L- oppożizzjoni se tivvota favur jew kontra miżura bħal din?!", "Qed ngħidu wkoll li hemm bżonn jinħoloq fond għall-arti biex jgħin l- iżvilupp artistiku u kulturali ta' pajjiżna.", "Kumpanniji li jagħtu għajnuna finanzjarja lill-għaqdiet kulturali li għandhom rikonoxximent, li ma jaħdmux bi qligħ, li jistgħu wkoll jirċievu mill-fond għall-arti li se jitwaqqaf, ikunu jistgħu jnaqqsu dawn l-għotjiet mid-dħul taxxabbli.", "Din hija emenda speċifika fil-liġi ta' l-income tax, għax inti trid iddaħħal il- prinċipju fil-liġi tat-taxxa dwar donazzjonijiet li jsiru b'regoli, sa livell li jiġi stabbilit bil-capping li, insomma, trid tagħmel biex tirregola proċeduri bħal dawn b'mod li huwa għaqli u b'mod li jagħmel sens.", "U wara li ndaħħlu l-proċeduri li jkun hemm bżonn, waħda mill-miżuri għall- implimentazzjoni speċifika tal-budget li issa hija l-liġi li għandna għad- diskussjoni quddiemna, hija preċiżament biex dawn id-donazzjonijiet ikunu eżentati mid-dħul taxxabbli.", "Dan ifisser li l-kumpanniji - u l-kumpanniji dejjem ikollhom rata ta' taxxa ta' 35% - awtomatikament għandhom inċentiv qawwi biex huma jagħtu dawn id-donazzjonijiet għax jafu li fuq dawk id- donazzjonijiet se jiffrankaw dawk il-35% fir-rata ta' taxxa li hija r-rata stabbilita għall-kumpanniji u għas-soċjetajiet kummerċjali.", "Irridu dan l-inċentiv li hija emenda speċifika fil-liġi tat-taxxa u allura hija koperta fl-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna?!", "Nerġa' nfakkar li issa mhux qed niddiskutu s-salarji tal-ministri b'xi mod simboliku fuq policy tal-gvern, imma qed niddiskutu l-miżuri speċifiċi tal-budget u kif dawn iservu biex nagħtu lill-poplu dak li l-poplu jistenna minna lkoll, mhux min-naħa tal-gvern.", "Imma l-oppożizzjoni x'se tagħmel?!", "Qed ngħidu wkoll li l-kumpanniji li jagħtu għajnuna jew scholarships lill-artisti Maltin se jkunu intitolati jnaqqsu dawn l-għotjiet mid-dħul taxxabbli sa massimu ta' Lm8,000.", "Qed ngħidu wkoll li persuni impjegati fis-settur pubbliku u li jkunu qegħdin jaħdmu b'mod semi-professjonali fl-oqsma kreattivi se jkunu jistgħu jitolbu leave mingħajr ħlas għal żmien definit biex jiżviluppaw jew jaħdmu fuq proġetti artistiċi.", "Niġi għal miżura oħra msemmija f'dan il-budget dwar l-orkestra nazzjonali li jien bil-qalb kollha nieħu pjaċir nerġa' nagħmel enfasi fuqha.", "L- orkestra nazzjonali llum il-ġurnata tagħmilna kburin ilkoll bħala Maltin - dan mhux diskors ta' naħa jew oħra - li nħarsu lejn l-iżvilupp fenomenali li qed isir fil-qasam artistiku u kulturali tal-pajjiż, żvilupp li jinkludi li naraw l-orkestra nazzjonali dejjem teċċella fuqha nfisha.", "Illum teċċella mhux biss f'Malta imma anke meta hemm elementi minn ġo ħdanha jipparteċipaw f'kunċerti barra minn Malta u jkollna l-akbar kliem ta' tifħir favur il-mużiċisti tagħna, fil-parti l-kbira minnhom żgħażagħ, mużiċisti impenjati li jagħrfu l-valur veru tal-mużika, u li jagħtu dak il- ħin u dik id-dedikazzjoni kollha tagħhom.", "Kieku kelli mmur għall-parabbola famuża: \"Tatejk it-talent u t-talent mhux ħbejtu u dfintu fl-art imma t-talent tiegħek kattartu, imxejt bih 'il quddiem, tajt valur ta' dik il-fiduċja li jien urejt fik\", dan żgur jgħodd għall-membri kollha ta' l-orkestra nazzjonali tagħna.", "Naħseb li dan għandu jkun il-messaġġ miż-żewġ naħat tal-Kamra.", "L-orkestra nazzjonali tatna dawk ir-riżultati, u llum qed turina x'kapaċi ssarraf.", "Jien sejjaħtilha diversi drabi bħala d-djamant fil-kuruna ta' dan id-dekasteru fil-qasam tal-kultura b'mod partikolari, u issa jixraq li nagħmlu investiment addizzjonali fl- orkestra nazzjonali tagħna.", "Qed inżidu l-vot ta' l-orkestra nazzjonali b'Lm130,000 sabiex intellgħuha għal dak li jissejjaħ il-livell filarmoniku, li jfisser li minn 45 mużiċist intellgħuha għal 70 u fuqhom.", "Allura s-sena d-dieħla naraw il-proċess kollu jsir biex l-orkestra ssir waħda filarmonika kif jixraq lil pajjiżna.", "Pajjiżna qed jinvesti bil-kbir f'ħafna proġetti ta' infrastruttura.", "Diġa` tkellimt dwar ir-rabta bejn l-infrastruttura u t-turiżmu, u issa qed ngħid li minn issa 'l quddiem 0.25% ta' l-ispiża ta' kull proġett kapitali jew infrastrutturali għandhom jintnefqu fuq xogħlijiet ta' l-arti, infrastruttura marbuta ma' l-oqsma kreattivi, jew fuq proġetti oħra kreattivi.", "Ippermettili nieħu l-opportunita` ta' din id-diskussjoni biex insellem lill-komunita` kreattiva kollha ta' pajjiżna, l-artisti kollha ta' pajjiżna.", "Il-bieraħ filgħaxija mort nara esebizzjoni interessanti ħafna mtella' minn Ġużeppi Schembri bit-tema \"White Chapel in White\" għax ħoloq ambjent fil-Mużew ta' l-Arti fejn il-varji pitturi li jippreżenta hemmhekk kollha b'varjazzjonijiet fuq il-kulur abjad li mil-lat artisitku huwa kulur interessanti ħafna, u dawn il-kwadri flimkien joħolqu ambjent ta' kappella u b'messaġġ li hu jrid jagħti permezz ta' dik il-wirja.", "Ikun hawn ħafna wirjiet ta' l-arti li jkolli l-unur u x-xorti li ninawgura jew nattendi.", "Illum il-proċess kreattiv tant kiber li l-gvern konxjement żied l-ispazji għall-esebizzjonijiet artistiċi, u l-ispazji ma jiġux bix-xejn.", "Hawnhekk nerġa' nsemmi St James Cavalier li sa ftit snin ilu kien printing press, mentri llum huwa ċentru permanenti għall-esebizzjoni tax-xogħlijiet ta' l- arti.", "Fil-ministeru li nuża jien stess, l-Auberge d'Italie, hemm dawk il- kurituri kollha li kienu jitħallew vojta fejn llum għandek esebizzjoni ta' l-arti waħda wara l-oħra u bil-bookings deħlin għas-sena d-dieħla.", "Xi kultant ikollna nużaw is-sular ta' fuq ukoll, u dan juri li l-proċess kreattiv fil-pajjiż kiber.", "Għaldaqstant irrid insellem lill-artisti kollha u ngħidilhom li aħna nirrikonoxxu x-xogħol kbir li jagħmlu u li għandna rispett kbir għall-kreattivita` tagħhom.", "Għalija soċjeta` mingħajr kreattivita`, mingħajr xogħlijiet ta' oriġinalita`, mingħajr espressjoni artistika kontemporanja qawwija, hija soċjeta` li żgur tkun nieqsa ħafna minn dak li għandha bżonn ikollha, minn dak il-livell ta' sodisfazzjon uman fil-ħajja li wieħed ikollu f'pajjiż li huwa żviluppat ekonomikament.", "U għax aħna żviluppati ekonomikament illum inħarsu ferm iktar minn qatt qabel lejn il-forom kollha ta' l-arti u nagħtu l-inkoraġġiment lill-forom kollha ta' l-arti, sew jekk hi koreografija, jekk hija mużika, jekk hija arti viżiva, jew jekk huma forom oħra ta' espressjoni.", "Dawn qed jimirħu u qed jimirħu bil-kbir bħala riżultat ta' din il-politika miftuħa ta' gvern li jemmen b'qalbu u bis-sinċerita` kollha fl-arti u fil-kultura.", "Lil dawk irridu nagħtuhom iktar inkoraġġiment.", "Dan apparti l-proġett ta' artists village li rridu nwettqu.", "Il-pjan tagħna hu li jinħoloq fl-area ta' l-Ospizio fil-Furjana, u allura jkollok post fejn tista' tara kważi laboratorji ħajjin, diversi artisti jagħmlu u jipproduċu x-xogħlijiet, jesebixxu, jidħlu f'diskussjoni ma' studenti ta' l- arti, ma' nies oħra li jkunu qegħdin iżuru l-esebizzjoni, ma' artisti li jiġu minn barra minn Malta u jieħdu sehem magħhom.", "Aħna rridu noħolqu dan l-ispazju għax dak li nagħmlu anke hawnhekk fil-qasam ta' l-arti u l- kultura u fil-qasam ta' dawn l-avvenimenti regolari, huwa mhux biss parti mill-investiment li qed nagħmlu favur l-istil ta' ħajja ġdida li llum drajna ngħixu, imma qed nagħmluh ukoll favur it-turiżmu f'pajjiżna għax dan kollu qed iservi bħala kalamita għal iktar tkattir tat-turiżmu lejn Malta.", "Mr Speaker, nitlob il-permess biex inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra d- dokumenti li għamilt riferenza għalihom waqt id-diskors tiegħi.", "MR SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Pjanti ta' żewġ siti fl-inħawi ta' San Pawl il-Baħar immarkati S.S. 4678 u 4478 maħruġa mill-Estate Management Department; u", "Żewġ pjanti ta' sit fl-inħawi tal-Mellieħa mmarkati S.S. 4479 u 4480 maħruġa mill-Estate Management Department.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Karl Chircop.", "ONOR.", "KARL CHIRCOP: Sur President, proprju f'dawn il-ġranet fejn il-poplu jiddiskuti l-effetti tal-budget li ġie mgħoddi minn din il-Kamra ftit ġimgħat ilu, wieħed ikollu feedback mod iktar ċar ta' x'impatt ħalla dan il- budget fuq il-poplu, u fl-opinjoni tiegħi u ta' ħafna, il-fatt li l-gvern ma sejjaħx elezzjoni qabel il-festi tal-Milied huwa l-ikbar sinjal ċar daqs il-kristall li effettivament dan il-budget ma ħalliex ir-riżultati mixtieqa mill-gvern innifsu, anke min dak li qegħdin juru l-polls u s-surveys li qed ikollhom tan-naħa l-oħra.", "Huwa fatt magħruf li matul dawn l-aħħar snin il- partit Nazzjonalista fil-gvern litteralment għasar il-bwiet tal-familji Maltin u Għawdxin b'tali mod u manjiera li qed iħossu li ma jistgħux ilaħħqu ma' l-għoli tal-ħajja sfrenat.", "Veru tara nies li joħorġu jiddevertu u jmorru jieklu, pero` meta wieħed jitkellem mal-familji jsib li effettivament ħafna familji qegħdin litteralment daharhom mal-ħajt, li kif iħallsu kont jirċievu ieħor, u kif iħallsu dak jirċievu ieħor.", "U sejrin hekk tant li lanqas qed jibqgħalhom flus biex ifaddlu ħalli jkunu jistgħu jagħmlu tajjeb għall-futur u għal li jista' jinqala'.", "Sur President, dan mhux qed ngħidu jien biss, imma jgħiduh l-figuri li ġew ippubblikati minn entitajiet uffiċjali tal-gvern, b'mod speċjali l-bank ċentrali, kif se jkolli l-opportunita` niddiskuti minn hawn u ftit ieħor.", "Meta l-prim ministru qara l-budget tiegħu u qal li l-ħajja roħsot, għalija kienet ta' stagħġib kbir għax dakinhar stess kont għadni kif ftaħt e-mail ta' stqarrija maħruġa mill-NSO fejn uriet biċ-ċar li din is-sena l- harmonized price index kien żdied minn 104.62 f'Settembru ta' l-2006 għal 105.81 f'Settembru ta' din is-sena, jiġifieri żieda ta' kważi punt perċentwali.", "Il-fatt li l-prim ministru tal-pajjiż jiġi jgħid li l-ħajja roħsot meta dakinhar stess l-NSO jgħid li l-harmonized price index għola hija ħaġa li ma tagħmilx ġieħ għall-intelliġenza tal-poplu tagħna.", "Sur President, tajjeb ngħidu wkoll li l-ħajja tant żdiedet b'rata aċċellerata li jien fil-ħajja ta' kuljum tiegħi, bħala tabib u anke bħala deputat, qed ikolli dejjem aktar każi soċjali li verament iġibulek ħniena u jkun diffiċli wkoll biex issolvilhom il-problemi tagħhom.", "Sfortunatament jidher ċar li l-gvern qisu stenbaħ issa proprju għax qegħdin fuq l-għatba ta' elezzjoni ġenerali.", "Dik il-ġimgħa stess li tħabbar il-budget jien akkwistajt lista ta' prodotti mingħand supermarket fl-area ta' fejn noqgħod jien li turi li l-prodotti baqgħu jogħlew sa dik il-ġimgħa stess.", "U l- Lm1.50 żieda, li l-gvern qal li hija aktar milli wriet li kien hemm bżonn l- formula tal-COLA, biex jagħti x'wieħed jifhem kemm taħarqu qalbu għall- familja tal-ħaddiema, effettivament se tingħata minn Jannar li ġej.", "Jiġifieri, sfortunatament, ma ngħatatx żieda għall-għoli tal-ħajja sfrenata li seħħet u għadha qed isseħħ proprju din is-sena.", "Apparti dan kollu wieħed irid jara x'effetti se jkollha din iż-żieda fuq il- bwiet tal-familji Maltin u Għawdxin għax nafu li effettivament din se tkun żieda żgħira li żgur mhijiex se tagħmel tajjeb u mhux se tkun biżżejjed għall-isplużjoni fil-prezzijiet li trid u ma tridx se sseħħ kif tidħol l- ewro, speċjalment f'dak li għandu x'jaqsam ma' servizzi.", "Kif kont qiegħed ngħid, żgur li ħafna familji Maltin u Għawdxin qed isibuha diffiċli ħafna biex ilaħħqu mal-prezzijiet ta' ċerti prodotti li jogħlew minn żmien għall- ieħor.", "Imbagħad għandek prodotti jew servizzi oħrajn li ma tistax tgħaddi mingħajrhom, fosthom il-mediċini.", "Kif jaf kulħadd, hawn Malta l-prezzijiet tal-mediċini qegħdin madwar 6% ogħla mill-medja tal-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea.", "Jien għandi diversi pazjenti li, għax għandhom il-fakulta` li jsiefru Sqallija b'mod regolari, qegħdin iġibu minn hemmhekk ċerti mediċini li jridu jeħduhom ta' kuljum għax qed isibu prezzijiet ferm u ferm aktar favorevoli.", "Per eżempju, mediċini li jittieħdu biex ibaxxu l-cholesterol qegħdin kważi nofs prezz tal-prezz li jinstabu għall-bejgħ ġewwa pajjiżna.", "Waħda mill-problemi kbar li l-poplu Malti u Għawdxi qed ikollu jiffaċċja b'mod regolari u li naqqret is-sors ta' l-għajxien tal-maġġoranza kbira tal- familji tagħna hija proprju dik tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma.", "Nerġa' nsemmi każ ta' żewġt aħwa li joqogħdu flimkien ġewwa l-Marsa, li t-tnejn għandhom diżabilita`, li meta taħdem il-kont tad-dawl u l-ilma tagħhom issib li matul dawn l-aħħar 12-il xahar se jkunu ħallsu b'kemm jiswew Lm400 f'konsum ta' dawl u ilma.", "Iżda sfortunatament is-sussidju li ngħataw għal disgħa xhur - jiġifieri se jkunu ħallsu madwar Lm300 dawl u ilma - huwa ta' Lm27.44.", "Effettivament huwa pwerili s-sussidju li tant u tant jiftaħru bih tan-naħa l-oħra u jgħidulna li hawn madwar 27,000 familja li jieħdu dan is- sussidju!", "Huwa sussidju ċkejken li meta taħdmu lanqas biss ilaħħaq għal iktar minn 3% jew 4% tal-konsum.", "Ma ninsewx li parti sostanzjali minn dak is-sussidju, jiġifieri fil-każ ta' dawn it-tnejn min-nies li semmejt, parti mis-Lm27.44 m'huwiex qiegħed bħala sussidju dirett fuq il-konsum.", "Kulma hemm bħala sussidju dirett fuq il-konsum huwa Lm1.86 bħala rata sussidjata fuq l-ilma u għandek tnaqqis mis-surcharge ta' Lm9.20, li b'kollox jiġu madwar Lm11 minn Lm27, għax il-kumplament huwa sussidju fuq il-kera ta' l-arloġġ u tad- dawl.", "Allura meta wieħed jikkonsidra dawn il-fatturi kollha jsib li s- sussidju fuq il-konsum ta' l-ilma kif ukoll it-tnaqqis mis-surcharge ilaħħaq rata ta' 3% tal-konsum, rata baxxa ħafna li kważi lanqas tiġġustifika x-xogħol eżaġerat li qed jieħu d-dipartiment tas-sigurta` soċjali biex ikun jista' jaħdem dawn is-sussidji.", "Infatti matul dawn l-aħħar xhur kelli nipprova ngħin għexieren ta' familji li għandhom problemi soċjali, problemi ta' persuni b'diżabilita` fi ħdanhom li lanqas biss ikunu ħadu dawn il-vouchers.", "Wara ħafna taħbit joħorġuhomlhom u ssib li s-sussidju huwa ftit ħafna u żgur li ma jissodisfax ix-xewqat u l-bżonnijiet ta' dawn il-familji.", "Wara kollox l- iskop ewlieni u aħħari tas-sussidju huwa biex jgħin lil dawn il-familji li jikkonsmaw iktar dawl u l-ilma minħabba d-diżabilitajiet li għandhom.", "Ma ninsewx li persuna b'diżabilita` fil-qafas ta' sidirha li tkun tbati minn problemi respiratorji u tkun trid tuża l-positive pressure ventilator - li hija tip ta' makna li tintroduċi iktar ossiġnu fit-tratt respiratorju b'mod pożittiv għall-gwadan ta' dak il-pazjent – tikkonsma iktar dawl minn ħaddieħor, għax dan ikun għaddej kontinwament sajf u xitwa.", "Apparti minn hekk, dawn in-nies se jkunu qegħdin iħabbtu wiċċhom ma' l-għoli ta' ħajja ġenerali bħal kull wieħed u waħda minna li m'għandniex bżonnijiet speċjali.", "Huwa fatt magħruf li l-poplu tagħna huwa wieħed mill-iktar popli ntaxxati fi ħdan l-Unjoni Ewroepa, u fl-istess ħin il-ħaddiema Maltin u Għawdxin kellhom waħda mill-iktar żidiet baxxi fil-pagi tagħhom fost il-ħaddiema tal- pajjiżi membri fl-Unjoni Ewropea.", "Hemmhekk wieħed jista' japrezza kemm il- familji tagħna qalgħuha ħażin minn dan il-gvern li tista' tgħid ma ħallielhom l-ebda flus fil-but li jkunu jistgħu jużawhom b'ċerta flessibilita`.", "Nista' nsemmi lista sħiħa ta' taxxi li ddaħħlu matul dawn l- aħħar snin taħt din l-amministrazzjoni.", "Fost l-oħrajn, kellna żidiet ripetuti fuq l-ikel, il-ħwejjeġ, iż-żraben, ix-xorb u t-tabakk, id-dawl u l- ilma, il-fuel, affarijiet relatati mal-maintenance tad-djar, affarijiet relatati mal-qasam tas-saħħa u l-kura personali, affarijiet relatati mat- trasport u mal-komunikazzjoni, affarijiet relatati mar-rikreazzjoni u mal- kultura, u żieda fil-VAT minn 15% għal 18%.", "Dan il-gvern kompla firex il-VAT fuq 400 prodott ġdid, rabat il-prezz tal- petrol u d-diesel mal-prezz internazzjonali taż-żejt liema prezz sfortunatament qed ikun rivedut kull xahar.", "Daħħal l-eco-tax, għolla n- noll tal-karozzi tal-linja, daħħal sisa ta' 3% fuq l-ispejjeż kollha inkluż il-kiri relatati mas-servizzi tal-mobile telephones, żied il-passenger depature tax kemm-il darba għal kull vjaġġ li jibda minn Malta, għolla n- nollijiet tal-Gozo Channel, għolla l-prezz taċ-ċilindri tal-gass, għolla t- tariffi tat-telephones, għolla l-prezz tal-ħobż u għolla l-prezz tal- pitrolju.", "Lista interminabbli li tirriżulta f'dan kollu li qed ngħid, li l- poplu Malti taħt dan il-gvern ġie magħsur bħal sponża li llum il-ġurnata ġibtuha qoxqox.", "Issa f'dan il-budget il-gvern reġa' raxx ftit ilma biex forsi din l-isponża jerġa' jagħtiha daqsxejn ħajja u jerġa' jneffaħha, imma persważ li jekk u allaħares qatt jerġa' jitla' fil-gvern, l-istess partit se jerġa' jibda jagħsar dan il-ftit li jkun baqa' fl-isponża.", "Sfortunatament jekk wieħed jagħti daqqa t'għajn lejn tabella tas-savings ratio li akkwistajt mill-Bank Ċentrali, wieħed isib li sas-sena 2004 is- savings ratio kien niżel drastikament għal 1%, fis-sena ta' wara kien reġa' ttella', b'mod artifiċjali jkolli ngħid, għal 5.8% minħabba r- ripatrijazzjoni tal-flus li l-Maltin kellhom mġemmgħin barra minn Malta u li kienu mħeġġin iġibu lura fi xtutna.", "Iżda il-figura tas-savings ratio għas-sena 2006 ma ġietx ippubblikata għar-raġuni li s-savings ratio reġa' niżel.", "Reġa' ġie kważi żero, tista' tgħid.", "Jiġifieri hemmhekk wieħed japprezza b'mod iktar fattwali kemm il-poplu tagħna huwa magħsur tant li llum minn kull Lm100 li jaqla' m'hu qed iġemma' litteralment xejn.", "Il-Ministru tat-Turiżmu Francis Zammit Dimech ftit qabel smajtu jirriferi għat-tessut tat-turiżmu ġewwa pajjiżna.", "Jien mhux it-tessut tat-turiżmu ġewwa pajjiżna jinkwetani imma jinkwetani t-tessut soċjali għax minn hemmhekk trid tibda biex ikollok verament familji fis-sod kif iridu jbellgħu r-ross bil-labra tan-naħa l-oħra!", "Illum il-ġurnata t-tessut soċjali huwa imgerrem minn dawn il-fatti li għadni kemm semmejt, u fl- opinjoni tiegħi u ta' ħafna, anke ta' wħud mis-soċjologi ewlenin li għandna f'pajjiżna, l-effetti negattivi li qed ikollna fil-ġenerazzjoni preżenti u li se jkollna fil-ġenerazzjonijiet futuri qed iseħħu minħabba żewġ raġunijiet prinċipali.", "L-ewwelnett għandek żieda allarmanti fir-rata ta' separazzjonijiet, u l- fatt li iktar minn 40% tal-wild ġdid li jkollna f'pajjiżna huwa f'single parent families.", "Imbagħad għandek il-problema l-oħra tat-tnaqqis fis- sostenn li n-nanniet kienu joffru lin-neputijiet tagħhom għax huma stess għandhom ċerti obbligi finanzjarji li għad iridu josservaw, u għalhekk ma jistgħux jibqgħu jieħdu ħsiebhom bħalma kienu jagħmlu qabel għax iridu jibqgħu jaħdmu.", "Konsegwentement m'għadhomx f'qagħda daqstant komda li jkunu jistgħu jieħdu ħsieb in-neputijiet tagħhom.", "Dawn l-effetti kollha qed iwasslu biex il-familji żgħażagħ Matlin u Għawdxin li għadhom qed irabbu qed ikunu iktar marsusin.", "L-istess argument wieħed jista' janalizzah minn diversi angoli, fost l- oħrajn, id-dejn tad-djar Maltin u Għawdxin li żdied b'mod allarmanti wkoll.", "Insibu li filwaqt li fis-sena 2001 il-household debt kien ilaħħaq għal 29% tal-prodott gross domestiku, fl-2006 – ħames snin wara –tela' għal 53%, jiġifieri kważi rdoppja.", "Filwaqt li l-household debt fl-2001 kien proprju ta' 45% tad-disposable income, fis-sena 2006 tela' għal 74.4%.", "Il-familji tagħna qed iżidu d-djun tagħhom għal żewġ raġunijiet prinċipali li llum nafuhom.", "L-ewwelnett żieda stratosferika fil-prezzijiet tad-djar u tal- housing units, imbagħad għandek, kif għadni kemm semmejt, żieda in ġenerali fil-prezzijiet l-oħra ta' konsum ta' kuljum.", "U jekk il-gvern, ikun min ikun, mhuwiex se jittekilja din il-problema bl-iktar mod head-on, il- problemi li għandna tant se jkomplu jfaqqsu li wisq nibża' li se jkollna problemi li żgur, u mhux forsi, qatt ma nkunu nistgħu noħorġu minnhom.", "Proprju issa għax għandna x-xabla ta' Demokle qiegħda fuqna u qegħdin proprju lejlet l-elezzjoni ġenerali, il-gvern uża l-eżerċizzju ta' dan il- budget biex jipprova jagħti daqsxejn ta' solljev lil dawn il-familji li hu stess għoġbu jagħsar u jqaxqax matul dawn l-aħħar snin.", "Fl-opinjoni tiegħi u anke ta' ħafna, wieħed mill-ikbar benefiċċji soċjali li dan il-gvern ma ndirizzax b'mod għaqli – u se ngħid għalfejn – huwa proprju ċ-children's allowance.", "Jekk qabel kien hawn benefiċċju soċjali li jwieżen lill-familji Maltin u Għawdxi li kellhom il-kuraġġ u għad għandhom il-kuraġġ iġibu t- trabi fid-dinja, kien proprju ċ-children's allowance.", "Imma nsibu li x- xabla ta' Demokle tal-partit Nazzjonalista waqgħet proprju fuq dan il- benefiċċju soċjali, u fuq medda ta' għaxar snin il-partit Nazzjonalista naqqas in-nefqa fuq iċ-children's allowance bi kważi Lm50 miljun.", "Jekk naraw x'kienet in-nefqa taċ-children's allowance fl-1997, jiġifieri Lm20.5 miljuni, u nikkalkulaw it-tnaqqis sena b'sena minn din il-figura, proprju sa din is-sena li qegħdin fiha, insibu li comprehensively, f'daqqa t-tnaqqis jammonta għal Lm47.2 miljuni.", "Illum il-ġurnata dan il-gvern għoġbu jerġa' jżid in-nefqa fiċ-children's allowance b'Lm5 miljuni u qed jippretendi li l-familji Maltin u Għawdxin iċapċpulu u jgħidulu grazzi.", "Qiegħed jippoża ta' xi benefattur speċjali meta nafu li f'termini ta' children's allowance dan il-gvern ħadilhom Lm10, u issa qed jagħtihom Lm1 lura lill-familji ta' ġenerazzjonijiet sħaħ ta' tfal Maltin u Għawdxin!", "Dan li jfisser, għax jekk qabel ħadilhom Lm50 miljun, issa qed jagħtihom Lm5 miljuni lura!", "Dan li jfisser dan il-benefiċċju li tant smajna dwaru, Sur President!", "U ma ninsewx li matul dawn l-aħħar għaxar snin kellek ġenerazzjonijiet sħaħ ta' tfal Maltin li ġew maqtugħin kompletament minn dan il-benefiċċju u li effettivament żgur li din kienet miżura li ma niżlitx tajjeb ma' dawn it- tfal kollha.", "Għaldaqstant irrid nerġa' nenfasizza li llum il-ġurnata m'għadux il-każ li nippretendu li nitmejlu bin-nies b'mod faċli daqshekk.", "Illum il-ġurnata kulħadd jaf jagħmel is-somom, grazzi għal-livell tajjeb ta' edukazzjoni li ngħataw iż-żgħażagħ u l-familji tagħna matul dawn is- snin.", "Għalhekk ħafna minn dawn il-familji fiehmu li inutli issa jiġi l- gvern u jerġa' jagħtihom Lm1 lura mill-Lm10 li ħadilhom matul l-aħħar għaxar snin!", "Jien ngħid li l-motto li ħriġna bih aħna fuq dan il-budget ta', too little, too late, l-iktar li jista' jiġi applikat huwa proprju għall-benefiċċju taċ- children's allowance, għax hemmhekk wieħed jara kemm qed nagħtuhom lura ftit ħafna minn dak li ħadnielhom u proprju tard ħafna għax, kif diġa` semmejt, meta ddaħħal il-means test fuq iċ-children's allowance fl-1995 kellek madwar 16,000 familja li kienu tilfu l-benefiċċju.", "Apparti minn hekk, hemm argumenti soċjoloġiċi ta' kif se tingħata din iż-żieda li wieħed tajjeb jidħol fihom.", "Għalkemm kulħadd se jibbenefika minn dawn il-Lm5 miljuni żieda f'termini ta' children's allowance kif hemm iddikjarat proprju fl-ispeech tal-budget, familji li jaqilgħu iktar se jkunu qed jieħdu persentaġġ akbar f'żieda fiċ-children's allowance.", "L-istess eżempju li ppubblika l-prim ministru ma' l-ispeech tiegħu juri biċ- ċar li familji li jaqilgħu madwar Lm7,000 se jkollhom żieda ta' 33% fiċ- children's allowance tagħhom, u familji li jaqilgħu Lm10,000 se jkollhom żieda ta' 100%.", "Mela tajba din!", "Lil dawk li jaqilgħu iktar se nagħtuhom it-tripplu żieda ta' dawk li jaqilgħu inqas f'termini perċentwali!", "Dawn huma affarijiet li ma jagħmlux sens!", "Wara li jkollok gvern li jittraskura għal għaxar snin ġenerazzjonijiet sħaħ ta' tfal Maltin u Għawdxin f'dak li għandu x'jaqsam ma' dan il-benefiċċju, li meta kien introdott minn gvernijiet Laburisti fis-snin sebgħin kien intenzjonat biex iwieżen l- ispejjeż li jkollhom il-familji - u l-iskop aħħari ta' dan il-benefiċċju għadu l-istess - kif qed terġa' tiddaħħal din iż-żieda, sfortunatament qed tiġi mdaħħla fuq termini soċjalment rigressivi.", "U r-raġuni hija li dawk li l-aktar għandhom bżonn dan is-sostenn mhux qed jingħataw biżżejjed sostenn.", "Hawnhekk ukoll wieħed jista' japprezza t-taħwid madornali li għandu dan il- gvern li tilef il-boxxla anke f'dak li għandu x'jaqsam ma' raġuni soċjali ta' għalfejn tinħareġ ċerta għajnuna soċjali biex inkunu nistgħu nindirizzaw problemi li l-aktar li jkunu qed jiffaċċjaw familji fil-bżonn.", "Imma sfortunatament, kif qed tingħata din iż-żieda fiċ-children's allowance, il-gvern proprju qiegħed iwieżen aktar lil dawk li l-inqas għandhom bżonn.", "U r-raġuni hija waħda.", "Dan il-gvern l-aktar li għasar kien lill-faxx tan-nofs tas-soċjeta`, u issa li ġejja l-elezzjoni u jrid iħabbat il-bibien ta' dawn il-familji biex jitlobhom il-vot irid jerġa' jibda jfuħ magħhom.", "Din hija r-raġuni ewlenija!", "Sur President, żieda dejjem hija żieda, u wieħed ma jistax isejħilha ħażina, imma kif se tiġi mħaddma issa fil-każ taċ-children's allowance se jkun hemm problemi akbar għax se tkun qiegħda toħroġ differenzi akbar fost il-familji Maltin u Għawdxin.", "Għalhekk irrid nappella minn qalbi sinċerament biex dan il-gvern, meta jagħmel xi ħaġa, mhux jagħmilha b'mod reattiv kif issa drajnieh jagħmel, imma jippjanaha bl-aktar mod soċjalment għaqli, jippjanaha fuq terminu twil ta' snin ħalli fl-aħħar mill-aħħar dawn il-benefiċċji nużawhom bħala għodda ta' investiment soċjali għax hemmhekk inkunu nistgħu verament nieħdu l-frott meħtieġ tagħhom.", "Sfortunatament dan huwa eżerċizzju politiku proprju għax waslet l-elezzjoni, u kif qed jingħataw dawn iż-żidiet żgur li mhux qed ikunu mmirati għal dawk in-nies li l-aktar għandhom bżonnhom.", "Hemmhekk se jibqgħu problemi soċjali kbar u dawn il-familji li diġa` qegħdin lura se jitħallew jaqgħu aktar lura.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Michael Asciak.", "ONOR.", "MICHAEL ASCIAK: Sur President, meta titkellem fuq abbozz ta' liġi li se jdaħħal fis-seħħ il-miżuri tal-budget daqshekk viċin wara li tressaq il- budget, hemm it-tendenza li ż-żewġ naħat tal-Kamra jispiċċaw jgħidu l- istess affarijiet.", "Fil-fatt hekk qed jiġri għax diġa` smajt ħafna repetizzjoni tad-diskorsi li saru.", "Imma kultant ir-repetizzjoni hija neċessarja u għandha l-valur tagħha wkoll.", "L-oppożizzjoni qiegħda tgħid li issa wasalna għall-elezzjoni ġenerali u allura l-gvern wara li għamel erba' snin jissikka qiegħed jiftaħ idejh biex ikun jista' jixtri l-vot tal-poplu Malti.", "Din hija r-realta` kif taraha l-oppożizzjoni, pero` ma jfissirx li hija realta` attwali.", "Dan il-gvern issa qiegħed jaħsad dak li żera'.", "Jien dejjem għedt - u hija storja li ma tistax tmur kontriha - li l-pajjiżi ġodda li jidħlu fl-Unjoni Ewropea iridu jħallsu prezz.", "Inti għandek ekonomija li hija protetta – f'kull pajjiż, tista' tkun l-Ingilterra, tista' tkun l-Italja – u f'daqqa waħda tiftaħ il-bibien u l-irwiefen tal- kummerċ għal dak il-pajjiż li jrid jikkompeti f'dinja li m'għadhiex protetta.", "Jiena dejjem għedt – anke qabel dħalna fl-Unjoni Ewropea – li l- ewwel ftit snin fl-Unjoni Ewropea kienu se jkunu diffiċli, u fil-fatt hekk ġara.", "Fil-fatt, jekk tħares lejn l-istatistika tal-gvern stess tara li l- unika sena fejn naqas l-ammont ta' nies jaħdmu kienet fl-2004 li hija s- sena li dħalna fl-Unjoni Ewropea.", "Wieħed jifhimha din għax ikollok monopolji antiki li spiċċaw.", "Ovvjament meta l-gvern Malti nnegozja d-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea ħares 'il quddiem kemm jista' jkun biex jipproteġi dawn is-setturi u jagħtihom ċans jirriformaw ħalli jkunu jistgħu jikkompetu b'mod iktar faċli.", "Ejja ngħiduha kif inhi.", "Il-kompetizzjoni hija tajba, u jien kontra l- monopolji kważi f'kollox ħlief f'ċertu affarijiet żgħar, fejn f'pajjiż żgħir bħal Malta ma jagħmilx sens li jkollok proċess ta' kompetizzjoni.", "Pero` fil-bidu kien dejjem ċar – bħalma ġara f'pajjiżi oħra – li se jkollok shortfall.", "Fil-fatt, kif diġa` għedt, l-2004 kienet l-unika sena fejn naqas in-numru ta' nies jaħdmu.", "Minn dak iż-żmien 'l hawn in-numru ta' nies jaħdmu baqa' tiela', pero` ma baqax tiela' sal-livelli li kienu fl- 2003, jiġifieri 138,000 ruħ.", "Fil-fatt, fl-2004 niżel għal 137,000, imma minn dak iż-żmien 'l hawn in-numru ta' nies jaħdmu baqa' jiżdied kull sena b'mod li m'huwiex proporzjonali mas-snin kif kien qabel, imma kien hemm żieda kull sena.", "Sa Ġunju ta' din is-sena kellna 140,000 ruħ jaħdmu.", "Il-partit Nazzjonalista kien jaf bih dan, u qatt ma ħbejnieh.", "Intqalu ħafna affarijiet qabel ma sar ir-referendum.", "Ovvjament il-partit Laburista kien dejjem jippriedka li se taqa' d-dinja meta nidħlu fl-Unjoni Ewropea, imbagħad wara li dħalna għamel il-U-turn bħalma għamel f'ħafna affarijiet oħra.", "Konna nafu li se jkun hemm perijodu ta' diffikulta` u ma bżajniex, imma indirizzajnieha din id-diffikulta`.", "Għalhekk insostni li dan m'huwiex budget għax waslet l-elezzjoni.", "Dan huwa l-budget li hu għax il-gvern tant mexa b'mod serju li mill-2004 'l hawn irnexxielu idaħħal lil pajjiżna fl- ewro.", "Il-fatt li se nidħlu fiż-żona ta' l-ewro fl-1 ta' Jannar li ġej huwa ċertifikat mill-Unjoni Ewropea li l-ekonomija, il-finanzi u l-budget tagħna huma fis-sod.", "Mhux biss se jernixxilna nidħlu fiż-żona ta' l-ewro, imma rnexxielna nidħlu fiż-żona tax-Schengen.", "Din importanti minkejja li l- oppożizzjoni ftit jitkellmu fuqha.", "Tajjeb ngħidu li l-gvern Malti irnexxielu, b'effett minn ftit ġimgħat oħra, jibda jżarma l-fruntieri bejn il-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea u Malta.", "Dak ifisser li bniedem li jmur f'dawn il-pajjiżi, la jkun ippreżenta l- passaport f'Malta, ma jridx joqgħod jerġa' joqgħod fil-queue biex juri l- passaport f'dawn il-pajjiżi.", "L-agreement ta' Schengen - u jien irrid nifraħ lill-gvern Malti li rnexxielu f'qasir żmien jikseb dan il-vantaġġ għal pajjiżna – se jagħti vantaġġi kbar lill-Maltin u l-Għawdxin kollha.", "Se nibdew bil-fruntieri tal-baħar.", "Illum jekk tmur Sqallija bil-baħar għandek madwar siegħa sakemm tgħaddi mill-passport control.", "Ħalliha li dawn bil-kemm iħarsu lejn il-passaport u tibqa' għaddej, għax lanqas biss jittimbrawh, pero` trid toqgħod fil-queue biex jaraw il-passaport!", "L-ewwel li se jitneħħew huma l-kontrolli fuq l-ivvjaġġar bil-baħar.", "Allura, kif nidħlu fiż-żona ta' Schengen minn hawn u ftit ġimgħat oħra, fejn għandu x'jaqsam ma' trasport bil-baħar, bħal meta naslu Sqallija, ma jkun hemm bżonn nippreżentaw xejn.", "Jista' jkun hemm xi nies li l-pulizija Taljana jkollha suspett fihom fuq attivita` kriminali li jistgħu jiġu mitluba biex jippreżentaw id-dokumenti.", "Pero` nies bħali u bħalek li jkunu fuq dawn il-vjaġġi normali jkunu jistgħu jaqbdu u jidħlu fil-portijiet Taljani mingħajr problemi ta' xejn.", "Fi ftit xhur oħra dan il-vantaġġ se jiġi estiż ukoll għall-ivvjaġġar bl-ajru.", "Ħafna drabi meta tkun bejn ajruport u ieħor titlef ħafna ħin toqgħod tistenna biex terġa' tgħaddi mit-timbrar tal-passaport.", "Dan kollu se jispiċċa ladarba Malta tidħol fl-agreement ta' Schengen fejn l-ivvjaġġar se jkun ħafna iktar faċli għalina l-Maltin ħlief f'dawk il-pajjiżi li m'humiex membri ta' Schengen, bħall-Ingilterra.", "Dan kollu huwa frott ta' dak li għedna li se naħsdu, bħalma huwa frott it-€850 miljun f'dawn is-seba' snin li ġejjin li rnexxielna nġibu għax aħna membri ta' l-Unjoni Ewropea.", "Kieku ma konniex membri ta' l-Unjoni Ewropea dawn it-€850 miljun ma konniex narawhom b'nemes!", "Dan kollu huwa frott ta' l-ippjanar tal-partit Nazzjonalista fil-gvern.", "Wieħed mill-frott importanti huwa li minn hawn u xahar u nofs ieħor Malta se ssir membru ta' l-euro zone.", "Li ssir membru tal-euro zone jfisser li l- finanzi tal-pajjiż sejrin tajjeb u li l-budget tal-pajjiż huwa bbilanċjat.", "Nafu li hemm il-kriterji ta' Maastricht li jisforzaw lill-gvern, ikun min ikun il-gvern, immexxi mill-partit Nazzjonalista jew mill-partit Laburista, li mill-mument li nidħlu fiż-żona ta' l-ewro tidħol dixxiplina fiskali u ekonomika importanti għall-pajjiż għax il-gvern tal-ġurnata ma jistax jibqa' jilgħab bil-budgets u jidħol f'dejn bħalma kien isir fil-passat.", "Nafu li meta spiċċa Dr Alfred Sant mill-gvern id-dejn fil-pajjiż kien ta' Lm150 miljun.", "Illum dak it-tip ta' dejn ma jistax isir għax il-Bank Ċentrali Ewropew ikun qed jgħasses il-politika fiskali tal-gvern Malti.", "Jiġifieri jekk ġabet ħaġa tajba l-ewro ġabet il-fatt mil-lum 'il quddiem se jkun hemm id-dixxiplina fil-finanzi.", "Kieku l-ekonomija f'pajjiżna miexja ħażin kieku l-gvern ma kienx ikun jista' jiftaħ idejh daqskemm fetaħ f'dan il-budget.", "Ir-raġuni li l-gvern fetaħ idejh hija proprju għax l-ekonomija sejra tajjeb.", "Naħseb aħna wieħed mill-ftit pajjiżi fl-Unjoni Ewropea li għandna growth fil-GDP ta' 3.6%.", "Il- parti l-kbira minnhom ikunu 1% jew 2%, imma ftit huma l-pajjiżi li jkollhom dan it-tip ta' tkabbir fl-ekonomija tagħhom.", "Appuntu l-gvern seta' jieħu dawn il-miżuri li ħa għax l-ekonomija sejra tajjeb.", "Mhux se noqgħod nirrepeti għax għadna kemm għamilna diskussjoni twila dwar il-budget u kulħadd qal li kellu jgħid, pero` tajjeb li nsemmu ż-żieda fiċ-children's allowance, ir-review tal-bands tat-taxxa li laqtu ħafna nies, iż-żieda ta' Lm1.50 għall-għoli tal-ħajja u ħafna żidiet oħra li ngħataw lill-familji, lill-pensjonanti li ħadu ż-żieda kollha, u l-miżura li meta wieħed jilħaq l- eta` tal-pensjoni jista' jibqa' jaħdem u jieħu l-pensjoni sħiħa.", "Dawn huma kollha miżuri li kieku pajjiżna ma kienx miexi 'l quddiem bid- dixxiplina ta' l-ewro li diġa` qegħdin taħtha, ma kienx ikun possibbli li jsiru, lanqas kieku ridna.", "Hawnhekk naraw is-serjeta` tal-gvernijiet, għax qabel il-gvernijiet setgħu jilagħbu bil-munita u jidħlu fid-dejn, imma llum ma jistgħux jagħmluha iżjed.", "Hawnhekk se tidħol serjeta` fil-budgeting u għalhekk ngħid li l-Labour party se jkollu l-problemi.", "Jien m'iniex profeta imma nissuspetta - jista' jkun li għandi żball - li għalkemm ir- riżultat ta' l-elezzjoni jkun close, il-Labour party se jitlifha din l- elezzjoni u se jitlifha għax m'għandux kredibilita`.", "Il-Labour party m'għandux kredibilita` minħabba l-mod kif jitkellem.", "Tilef il-kredibilita` fil-passat għax għamel ħafna U-turns.", "Sa ċertu punt kulħadd jagħmel xi U- turn fil-ħajja, pero` ma tistax tagħmel U-turn wara l-oħra!", "Ibda minn xiex trid, kunsilli lokali, Unjoni Ewropea, l-ewro, kull ħaġa li saret, kien hemm U-turn fuqha!", "Ma tistax tagħmel dawn il-U-turns kollha u żżomm il- kredibilita` mal-poplu.", "Il-poplu Malti ma jsibx lill-partit Laburista kredibbli, u dik hija l-problema bażika tal-partit Laburista.", "Jien ilni ndur djar minn Jannar li għadda u n-nies jgħiduli li huwa partit li l-politika tiegħu ma tatx frott u m'hijiex kredibbli.", "Pero` jekk il- Labour party jitla' fil-gvern se jkun marbut bid-dixxiplina finanzjarja tal- ewro bħalma jkun marbut kull gvern, u jekk il-pajjiż jaqla' Lm20 il-pajjiż irid jonfoq Lm20, u ma jistax jonfoq Lm25 u jtella' d-dejn.", "Irid bilfors ikun marbut, give or take 1%, li jibbilanċja l-budget tiegħu.", "Skond kalkolazzjonijiet li għamel il-ministru tal-finanzi bil-wegħdiet li qed jagħmel il-Labour party li jnaqqas is-surcharge fuq il-kontijiet tad-dawl u l-ilma, li minnha l-Enemalta qed iddaħħal madwar Lm30 miljun, u li jneħħi l- income tax fuq l-overtime, li minnu l-gvern qed idaħħal ammont sostanzjali wkoll, il-kaxxa ta' Malta se jkollha shortfall ta' Lm115-il miljun.", "Jien nixtieq inkun naf kif u minn fejn se jiġi budget ibbilanċjat b'dan ix- shortfall ta' Lm115-il miljun!", "Xi ħaġa trid ittir!", "Il-kap ta' l- oppożizjzoni qal li Lm15-il miljun se jiġu jiswew.", "Il-miżura tas-sussidju fuq is-surcharge biss se tiġi tiswa Lm15-il miljun, imma anke jekk huma Lm15-il miljun biss, li m'humiex, irrid inkun naf minn fejn se jiġu dawn il- Lm15-il miljun.", "L-aħħar li kien fil-gvern il-Labour party kien tela' wara li għamel ċerti wegħdiet, fosthom li jneħħi l-VAT, imma minflok daħħal is- CET.", "Kellu jdaħħalha bilfors, għax jekk tneħħi xi ħaġa trid iddaħħal xi ħaġa oħra minflokha.", "Qal li se jneħħi l-cash registers, u dawn baqgħu hemm!", "(Interruzzjonijiet) Le, għedtu jew tajtu x'tifhmu li se jitneħħew il-cash registers!", "Għalhekk irbaħtuha l-elezzjoni ta' l-1996 u għall-ebda raġuni oħra!", "L-elezzjoni ta' l-1996 irbaħtuha għax you tricked the people into thinking li se jitneħħew il-cash registers, u l-cash registers ma tneħħewx!", "Pero` dik kienet l-intenzjoni, dak kien il-messaġġ!", "Fiċ-ċirkostanzi jien, bħala ċittadin, nistaqsi lil-Labour party minn fejn se jġib il-flus għal dawn il-miżuri li qed isemmi li se jnaqqsu l-flus mill- kaxxa ta' Malta.", "Se terġa' ssir xi forma ta' taxxa bħas-CET?", "Issa ma tistax, pero` l-VAT tista' titla'.", "Ma nafx x'se jagħmel il-Labour party, pero` hija option.", "Jista' jerġa' jibdel l-income tax bands il-Labour Party.", "M'hu qed jgħid xejn issa, pero` it's an option!", "L-istipendju ta' l- istudenti se jerġa' jintmiss?!", "Fuq dan hemm silenzju kbir.", "Jekk m'huwiex se jintmiss nieħu gost li tgħidu li mhux se tmissuh, għax meta l-Labour party kien fil-gvern bejn l-1996 u l-1998 fil-fatt neħħa l-istipendju ta' l- istudenti.", "Mela jien bħala ġenitur li għandi t-tfal tiegħi waslu biex jidħlu l-universita` nixtieq inkun naf x'se jagħmel il-Labour party.", "Jekk se jħallih, so well and good!", "Sur President, nerġa' ngħid li jekk il-Labour party jagħmel dawk il-miżuri jrid idaħħal it-taxxi minn x'imkien ieħor.", "Mela hawn irridu noqogħdu attenti għax il-Labour party diġa` kien fil-gvern u tefa' l-ekonomija ta' Malta fl-inkwiet.", "Tant hu hekk li spiċċajna b'dejn ta' Lm150 miljun, u jekk idaħħal il-miżuri li qed isemmi jrid iġib it-taxxi minn x'imkien ieħor.", "Niftakru l-famużi 33 taxxa li kien għamel il-Labour party.", "Mela jekk il- Labour party iżomm il-wegħdiet li qed jagħmel, bħala ċittadin irrid nistenna li f'daqqa waħda se nsib numru ta' taxxi indiretti biex jagħmlu tajjeb għax-shortfall li l-ministru tal-finanzi qed jikkalkula li huwa Lm115-il miljun.", "Lili kif se jolqotni dan?", "Jien nista' nafda lil-Labour party jekk ma jridx jgħidli minn fejn se nagħmlu tajjeb għal din ix- shortfall?!", "Tajjeb li tgħid li se tagħmel l-affarijiet, pero` trid tgħidli kif se tagħmel tajjeb għax-shortfall, għax inkella m'iniex se nissogra naħtaf iċ-ċirasa li ddendilli u meta jitla' gvern Laburista nispiċċa nħallas qares għaliha!", "Il-Labour party huwa silenzjuż fuq din.", "Hawn caveat serju, Sur President!", "Hawnhekk irrid infakkar lil-Labour party li l-partit soċjalista Franċiż tilef l-elezzjoni presidenzjali għax qabel l-elezzjoni, il-kandidat Segolène Royal kienet għamlet ħafna wegħdiet, ovvjament bil-blessing tal- partit tagħha.", "Pero` meta ġejna għas-si u n-no quddiem l-elettorat Franċis, kull darba li l-kandidat li jirrappreżenta l-blokk politiku tal-partiti fuq iċ-ċentru lemin ġo Franza poġġa lil Segolène Royal on the spot biex tgħid minn fejn kienet se ġġib il-finanzi, din kienet toqgħod iddur mal-lewża, kif qed jagħmel il-Labour party illum, u ovvjament il-poplu Franċiż ma kien impressjonat xejn.", "U hekk se jiġri lil-Labour party illum, għax qiegħed jgħidilna li se jnaqqas, pero` bis-sistema ta' l-ewro mhux qed jgħidilna minn fejn se jġib id-differenza.", "U qegħdin nitkellmu fuq zero sum game, jiġifieri li tnaqqas minn naħa trid iżżidu fuq oħra!", "Il-Labour party għandu tendenza wkoll li jinqata' mir-realta` għax isemmi affarijiet li lanqas jekk irid jagħmilhom ma jista' jagħmilhom.", "Per eżempju, jien mill-ewwel xammejtha stramba li l-Labour party kien qed jikkritika lill-gvern għax għamel il-VAT fuq l-edukazzjoni.", "Fil-fatt m'hemmx VAT fuq l-edukazzjoni, u diġa` għednieha din, pero` hemm VAT fuq affarijiet li jistgħu jintużaw għall-edukazzjoni u jistgħu jintużaw għal affarijiet oħra b'rata li konna nnegozjajna ta' 5%.", "Hija rata li hija imposta mill-kummissjoni Ewropea, imma mhux il-gvern Malti jiddeċiedi fuq dawn l-affarijiet.", "Sa ċertu punt wieħed jifhimha, għax jien nista' nixtri mejda u ngħid li rridha biex it-tfal tiegħi jagħmlu l-homework fuqha u nitlob lura l-VAT ta' l-edukazzjoni.", "Jiġifieri wieħed jifhem li l-kummissjoni Ewropea trid taqta' linja x'imkien.", "Biss li l-Labour party joħroġ jgħid li din il-VAT se jneħħiha hija waħda mill-ikbar ħmerijiet li jista' jagħmel għax dik mhijiex materja tal-gvern Malti.", "X'inhu vatable u x'mhuwiex m'hijiex materja tal-gvern Malti.", "Jista' jinnegozja, pero` ma jistax jiddeċiedi.", "Dik hija deċiżjoni tal-European Commission.", "U għalhekk jien inħobb nuża l-kelma \"dysfunctional\" fejn jidħol il-Labour party.", "Il-kelma \"dysfunctional\" forsi tidher kelma diffiċli, pero` f'dan il-każ tfisser partit li ma jistax jaħdem, mhux se jiffunzjona tajjeb, m'hemmx ingranaġġ.", "Jista' jkollok familja, jista' jkollok organizzazzjoni, jista' jkollok business, u jista' jkollok azjenda disfunzjonali.", "Fl-opinjoni tiegħi l-partit Laburista huwa disfunzjonali, mhuwiex qed jingrana, mhuwiex qed jaħdem, għax dawn huma żbalji that shout out.", "Min hu intiż f'dan ix-xogħol u min jaf l-affarijiet mill-ewwel jinduna bihom.", "Huma żbalji li f'dan il-livell, fil-livell tal-kap ta' l-oppożizzjoni, qatt ma misshom saru, għax jekk jaf l-affarijiet tiegħu kulma jrid jagħmel hu li jċempel l-uffiċċju ta' l-Unjoni Ewropea f'Malta u jistaqsi.", "Jien m'għandix dubju li jekk irid jiksibha l-informazzjoni.", "Għandhom deputati fil- parlament Ewropew ukoll, u huwa faċli biex jiksbuha.", "Il-fatt li m'għamluhiex juri li they are trying to take people for a ride.", "Qed jipprovaw jidħqu bin-nies!", "Għalhekk qed nitkellem fuq din in-nuqqas ta' kredibilita`.", "Meta jiġi biex jagħżel min se jerġa' jkun fil-gvern, il- poplu Malti irid iħares lejn il-kredibilita` tal-mexxejja li għandu quddiemu, u m'għandix dubju li Dr Gonzi jirbaħ ħafna fuq Dr Alfred Sant f'dik li hija kredibilita`.", "Il-kap ta' l-oppożizzjoni ħareġ bil-famuża saying \"Who dares wins\".", "Din għedtha diġa`, u nerġa' ngħidha.", "Who dares wins hija l-motto ta' l- ispecial air service Ingliż li hija parti mill-armata Ingliża.", "Min jissogra jirbaħ fiha l-verita` tagħha, imma dejjem jekk il-kalkolu jkun imkejjel, dak li ngħidulu bl-Ingliż \"a calculated risk\", u mhux jekk taqbad u tagħmel l-affarijiet bl-addoċċ, għax meta tagħmel hekk tispiċċa tagħmel xi froġa.", "Jekk jien ngħid who dares wins u naqbeż minn fuq il-palazz u nipprova niddendel għal ġot-tieqa mingħajr ma jkolli safety harness bħalma jagħmlu ta' l-SAS, biex nuża l-istess eżempju, il-propabbilta` hi li nibqa' nieżel sat-triq u nikser għonqi.", "Mela who dares wins, dejjem jekk il-kalkolu jkun imkejjel; a calculated risk!", "Il-Labour party qed jgħid who dares wins.", "Pero` f'dawn l-aħħar snin, mhux f'dawn l-aħħar ħames snin biss, il-ħamsa ta' qabilhom u ta' qabilhom, min veru għamel a calculated risk biex itejjeb il-kwalita` tal-ħajja tal-Maltin u l-Għawdxin kollha?", "Fi żmien il-Labour party, meta d-demokrazija f'pajjiżna kienet mhedda - mhux il-Labour party tal-lum għalkemm għad hemm xi ftit li kienu preżenti dak iż-żmien - min kien il-partit li ddefenda u ssogra?", "Kien il-partit Nazzjonalista.", "Immur pass qabel dak.", "Biex sirna indipendenti, min kien il-partit li ġġieled għall-indipendenza f'pajjiżna b'ruħu u b'ġismu, bi snienu u anke b'ħafna tbatija personali?", "Kien il- partit Nazzjonalista!", "Meta ġejna biex indaħħlu l-kunsilli lokali min kien il-partit li wera fiduċja u ssogra jagħmel l-esperiment tal-kunsilli lokali?", "Kien il-partit Nazzjonalista.", "Biex nidħlu fl-Unjoni Ewropea, min kien il-partit li verament issogra?", "Veru li sogru kkalkolat, imma kien sogru, għax anke wara li dħalna kien hemm il-problemi x'niffaċċjaw fl-ekonomija.", "Min kien dak il- partit li ssogra u rebaħ?", "Kien il-partit Nazzjonalista.", "Min kien dak il- partit li kellu l-viżjoni li jissogra biex jasal ħalli f'pajjiżna ndaħħlu l- ewro?", "Min kien dak il-partit li ssogra meta għamilna l-agreement ta' Schengen u biex ntejbu l-ekonomija tagħna u nirbħu €850 miljun f'għajnuna?", "Kien il-partit Nazzjonalista, għax kieku kien għall-partit Laburista dan ma kien jissogra xejn!", "Kieku ma ssograjniex fuq din l-issue ta' l-Unjoni Ewropea - għax kien fiha sogru - kieku llum għadna bil-Lm1.5 miljuni li kien semma l-Labour party meta kien fil-gvern bejn l-1996 u l-1998, u ħafna mill-proġetti li għandna madwarna, ħafna miż-żieda fl-impjiegi u ż-żieda fil-prodott gross domestiku konna narawha biss fil-films u noħolmu biha, imma ma konna narawha qatt b'mod attwali!", "Jekk kien hemm xi ħadd li ssogra u ssogra b'mod kalkolat ma kienx il-Labour Party, għax dan bil-qiegħda fuq ix-xatba kien u bil-qiegħda fuq ix-xatba baqa', u qagħad jitfa' t-tadam minn fuq ix-xatba u jgħajjarna.", "Aħna tal-partit Nazzjonalista għamilna x-xogħol kollu, u allura jekk hemm xi ħadd li ħaqqu jerġa' jkun elett f'din l-elezzjoni li ġejja huwa l-partit Nazzjonalista.", "Nirringrazzjak, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Carmelo Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Mr Speaker, huwa interessanti li fid-diskussjoni dwar l-implimentazzjoni tal-miżuri tal-budget ippreżentat mill-gvern Nazzjonalista, tan-naħa l-oħra iktar qed jiddiskutu proposti tal-partit Laburista milli l-proposti li ppreżenta l-gvern stess.", "Dan nieħdu pjaċir bih għax ifisser li l-proposti tagħna qed jaslu u l-poplu qed jifhem iktar il-proposti li qed iressaq il-partit Laburista għall-konsiderazzjoni ta' l- elettorat Malti.", "Għaldaqstant ma nafx jekk għandix nimxi fuq id-diskors li ppreparajt jew nagħti r-reazzjoni tiegħi għad-diskorsi li smajna llejla.", "Per eżempju, il-Ministru Zammit Dimech fl-intervent tiegħu staqsa x'se tagħmel l-oppożizzjoni fuq l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna meta kien qed isemmi miżuri li jitkellmu dwar il-kultura u l-isport.", "L-ewwelnett ngħidlu li l-miżuri msemmija fil-budget dwar il-kultura u l- isport ma jissemmewx fl-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna għax dawk se jidħlu b'avviżi legali kif spjega s-segretarju parlamentari Tonio Fenech.", "Pero` aħna bħala partit diġa` għamilna l-proposti tagħna fuq il-kultura u l- isport, u jekk kien hemm xi ħadd li kiteb dawk il-miżuri fil-budget naħseb li aħna bħala partit għandna mertu li qajjimna diskussjoni fuq l-aspett kulturali u sportiv, għamilna l-proposti tagħna diġa` bil-miktub xhur ilu, u l-gvern issa ressaqhom fil-budget ukoll.", "Lill-Ministru Zammit Dimech ngħidlu wkoll li l-oppożizzjoni se tagħmel bħalma għamlet kull oppożizzjoni oħra, inkluż l-oppożizzjoni Nazzjonalista, meta tressqu leġislazzjonijiet ta' dan it-tip, u allura m'għandux għalfejn joqgħod jinkwieta x'se tagħmel l-oppożizzjoni.", "Smajna wkoll diskussjoni li ħaditna lura fis-snin.", "Jien iktar nippreferi li nħares 'il quddiem milli lura, pero` ċerti kummenti ma nistax inħallihom għaddejjin.", "Per eżempju, dejjem jgħidulna li gvern Laburista ta' sena u nofs daħħal ma nafx kemm-il taxxa.", "Imma nixtieq nistaqsi kemm minn dawn il- famużi taxxi neħħa gvern Nazzjonalista, pero` magħhom jagħmlu lista wkoll ta' kemm taxxi u tariffi u affarijiet oħrajn żdiedu mill-1998 sal-lum taħt amministrazzjoni Nazzjonalista!", "Naħseb li r-risposta toħroġ waħedha, għax minn dawk il-famużi taxxi li jgħidu li daħħal gvern Laburista bejn l-1996 u l-1998 ma neħħew xejn, imma biddlu l-isem jew qed jidħlu minn x'imkien ieħor.", "L-Onor.", "Karl Chircop semma parti mil-lista twila li ma tispiċċa qatt.", "Daħħlu taxxi ġodda, tariffi u elf ħaġa oħra li lill-poplu Malti u Għawdxi għakksuh iktar finanzjarjament!", "Sur President, qed jikkritikawna fuq il-U-turns, meta l-income tax kienet waħda mill-iktar affarijiet li l-partit Nazzjonalista kien jikkritikana fuqha.", "Kienu jsemmu l-bolla balla u affarijiet oħra, u llum jekk naraw id- dħul tal-gvern mill-income tax insibu li huwa wieħed mill-ogħla dħul tiegħu!", "Jekk naraw is-sigurta` soċjali, il-bolla balla, din saret bomba sħiħa li l-ħaddiem Malti qed ikollu jħallas.", "Dawn mhux U-turns?", "Nistieden lill-Onor.", "Asciak jgħidilna jekk dawn humiex U-turns!", "L-Onor.", "Asciak qal ukoll li m'għandniex kredibilita`.", "Allura huma għandhom kredibilita` meta nisimgħu lill-prim ministru u esponenti oħrjan tal-partit Nazzjonalista jgħidulna li qed jirnexxielhom jikkontrollaw jew addirittura jnaqqsu l- għoli tal-ħajja?", "Staqsu lill-ħaddiema tal-VF u fabbriki oħrajn li spiċċaw barra minħabba li għalqu l-fabbriki tagħhom dwar il-kredibilita` tal-gvern!", "Dawn kienu irċevew ittra mingħand il-kap Nazzjonalista ta' dak iż-żmien fejn qalilhom li bis-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea x-xogħol tagħhom kien iggarantit.", "Mur ara ssibx dawn il-fabbriki llum jew jekk għalqux!", "Sur President, nistgħu nistaqsu lill-kaċċaturi dwar il-kredibilita` tal- gvern wara li kienu wegħduhom li xorta jistgħu jkomplu jipprattikaw id- delizzju tagħhom meta jridu, minkejja s-sħubija tagħna fl-Unjoni Ewropea u minkejja li kienu jafu x'jgħidu d-direttivi ta' l-Unjoni Ewropea.", "Staqsu liż-żgħażagħ dwar il-kredibilita` tal-gvern li kienu qalulhom li taħt il- Labour Party lanqas dawra bil-karozza ma tista' tmur.", "Kienu bagħtulhom ittri fejn tkażaw għax gvern Laburista għolla l-petrol u d-diesel.", "Għidulhom liż-żgħażagħ li bgħattulhom l-ittri jekk hijiex kwestjoni ta' kredibilita` jew le l-fatt li l-partit Nazzjonalista fil-gvern għolla dawn l-affarijiet ukoll!", "Dawn huma fatti għax intbagħtu ittri fid-djar biex jipprovaw jgħidulna li dawn l-affarijiet ma kenux se jiġru, imma fil-fatt ġraw taħt il-partit Nazzjonalista!", "Nistieden lill-esponenti tal-gvern jgħidulna x'kien jgħid il-partit Nazzjonalista qabel kull elezzjoni dwar minn fejn kien se jġib id-dħul tiegħu u issa jridu li aħna ngħidu minn fejn se nġibu d-dħul tal-gvern biex niffinanzjaw il-proposti li qed nagħmlu.", "L-ewwelnett mhux se jqumu Lm115- il miljun - l-ammont li b'xi mod jew ieħor bażwar il-gvern biex jaqdi l- programm li sar fuq il-PBS il-ġimgħa li għaddiet – imma, kif qal il-kap ta' l-oppożizzjoni, l-erba' proposti tagħna bejn wieħed u ieħor se jiġu LM15-il miljun.", "Imbagħad biex jitfgħu d-dubji jibdew jistaqsu: Allura biex jiffinanzja dan kollu l-gvern Laburista x'se jagħmel, se jerġa' jmiss il- bands ta' l-income tax?", "Jibdew jiżirgħu ħafna biża'!", "Jien diġa` rċevejt telefonati, per eżempju, dwar x'qed jingħad f'ċerti istituzzjonijiet edukattivi fuq l-istipendji.", "Anke l-kelliem ta' qabli staqsa jekk il-partit Laburista hux se jerġa' jaqbad ma' l-istipendji.", "Le, il-partit Laburista diġa` għamilha ċara, qiegħda miktuba iswed fuq l-abjad fuq id-dokument tagħna dwar l-edukazzjoni li l-istipendji mhux se jintmissu.", "Se jibqgħu hemmhekk.", "Din mhux qed ngħidha jien bid-diskors imma qiegħda miktuba fid-dokument tagħna.", "Id-dokumenti tagħna jifluhom, pero` huma choosy ħafna x'jikkwotaw.", "Ċertament hemm min għandu intenzjoni li jaqbad ċerti diskussjonijiet bla bażi ta' xejn u jitfa' ċerta biża' li l- gvern Laburista se jagħmel hekk u se jagħmel ħaġa oħra.", "Tajjeb li bħala politiċi nikbru ftit!", "Il-gvern u l-partit Nazzjonalista – li huma ħaġa waħda fl-aħħar mill-aħħar – qed jagħmlu ħafna enfasi fuq il-budget b'reklami 'l hemm u reklami 'l hawn, jibagħtu leaflets b'ħafna kuluri sbieħ fid-djar tan-nies biex jipprovaw jispjegaw x'fih il-budget.", "Naraw billboards li jgħidu budget fis- sod u familji fis-sod u reklami fuq www.budget 2008.com.mt il-ħin kollu għaddejjin fuq ir-radios.", "Wasalna f'dan l-istat ta' paniku sħiħ tant li l- gvern qed jipprova, b'kull mezz possibbli, ifakkar lin-nies fil-budget.", "Kieku qed jibgħat, bħalma bagħat fid-djar, leaflets biex jinforma lin-nies x'fih il-budget, tifhimha.", "Naturalment mit-taxxi tiegħi u tiegħek, Sur President, qed jibagħtu dan il-leaflet mimli kuluri u b'ħafna diskors!", "Pero` mbagħad naraw il-billboards - li wkoll sar mit-taxxi tiegħi u tiegħek, Sur President – bil-kliem \"budget fis-sod\".", "X'informazzjoni fih dan?!", "M'hemm l-ebda informazzjoni, imma sempliċement għandek il-website biex tagħmel ir-reklam b'mod komplut.", "Qed jagħmlu dan l-għagħa biex jipprovaw iqabbdu l-budget, għax fl-aħħar mill-aħħar in-nies draw li tal-partit Nazzjonalista budget is-sena kollha.", "Għada naraw x'se jinqala'!", "Forsi togħla xi tariffa minn naħa, jogħla xi noll minn x'imkien ieħor!", "Taxxi deħlin minn awtorita` jew oħra bl-iskuża li issa l-gvern m'għandux x'jaqsam ma' l-awtoritajiet!", "Imma jekk tara fuq min jgħabbu l-ispejjeż dawn l-awtoritajiet, ċertament issib li huma l-familji u n-negozji.", "Il-gvern Nazzjonalista jipprova jitbiegħed minnhom, pero` żgur li hemm l-id tal-gvern warajhom għal diversi raġunijiet.", "L-ewwelnett għax l- awtoritajiet jirrispondu lill-gvern, u t-tieni nett għax l-awtoritajiet huma maħtura mill-gvern.", "U jien m'għandi l-ebda dubju li l-gvern ikun informat minn qabel dwar dak li l-awtoritajiet ikunu se jagħmlu.", "Pero` jekk naraw meta sirna konxji tas-sitwazzjoni finanzjarja ta' pajjiżna, ma nistgħux naħarbu l-fatt li kien proprju fl-1995, wara l-famuż memo ta' l-ex-ministru tal-finanzi John Dalli, li kienet xegħlet il-bozza ħamra dwar il-finanzi pubbliċi.", "Huwa qerq min-naħa ta' ċerti kelliema tal- partit Nazzjonalista li jipprovaw jaħbu dan u qisu bejn l-1996 u l-1998 sar sfreġju fil-finanzi tal-pajjiż.", "Mhux veru, għax l-isfreġju beda minn qabel, għax jekk għas-sena 1996 id-deficit tal-pajjiż kellu jkun ta' madwar Lm32.9 miljuni spiċċa biex kien kważi Lm95 miljun, tliet darbiet aktar minn dak proġettat.", "Mhux ta' b'xejn allura li l-ex-ministru tal-finanzi John Dalli fl-1995 qal: Il-finanzi tal-pajjiż ħarbu minn idejna bħala partit, u rridu naraw x'se nagħmlu.", "Il-prim ministru qallu: Tħabbel rasek xejn, nagħmel elezzjoni.", "U għamel elezzjoni f'Ottubru ta' l-1996 mingħajr ma ppreżenta l-budget biex ma toħroġx l-istampa reali tal-finanzi tal-pajjiż.", "Imbagħad bil-wiċċ tost kollu jiġu jgħidu li l-partit Laburista ħaffer il- ħofra, il-famuża ħofra!", "Sirna konxji mill-qagħda ħażina fil-finanzi tal-pajjiż minn qabel l-1996, u naħseb li mhux biss id-deficit kien tliet darbiet aktar, imma anke d-dejn kiber fuq li kiber.", "Illum jgħidulna li dak kien kollu investiment.", "Naturalment inti ma tistax tagħmel jew tagħti minn dak li ma jkollokx, u jekk il-pajjiż ma kienx qed jiġġenera ġid, naħseb wieħed kellu jkun aktar kawt.", "M'iniex qed ngħid li ma kellux isir investiment.", "Kellu jsir l- investiment li kien meħtieġ bla dubju ta' xejn, imma min kien imexxi l- pajjiż dak iż-żmien kellu joqgħod aktar attent kif jitmexxew il-finanzi pubbliċi.", "Illum qed jgħidulna li l-finanzi huma fis-sod.", "Jien nitfixkel hawnhekk u nistaqsi: Kienu fis-sod qabel l-elezzjoni jew saru fis-sod issa?", "Għax jekk kienu fis-sod qabel l-elezzjoni, allura llum il-finanzi ma nafx għalfejn qed jgħidulna li reġgħu qegħdin fis-sod.", "Jekk qegħdin fis-sod illum u mhux qabel l-elezzjoni, allura dak iż-żmien kienu qegħdin iqarrqu bil-poplu Malti u Għawdxi.", "Qed jgħidulna li llum għandna ċertifikat ta' l-Unjoni Ewropea, pero` l-istess Unjoni Ewropea tgħidilna li lħaqna ċerti kriterji minħabba l-one-offs għax il-gvern ipprivatizza u biegħ ċerti assi.", "Imma ladarba biegħhom, m'għadhomx aktar tiegħu!", "Allura l-istess Unjoni Ewropea twissina noqogħdu attenti, għax għalkemm ilħaqna l-kriterji ta' Maastricht biex wieħed jidħol fiż-żona ewro, wasalna għalihom, bħala pajjiż, minħabba bejgħ ta' assi pubbliċi li sar dħul ta' darba minnhom.", "Għalhekk huwa importanti wkoll li l-gvern jispjega, permezz ta' statistika, kemm għandu dejn li ma jidher imkien, imma li qed jagħmel tajjeb għalih huwa stess gvern.", "U se nsemmi eżempju prattiku fil-qasam ta' l- edukazzjoni.", "Nafu li hemm arranġament bejn il-bank APS u l-FTS, il- fondazzjoni għall-iskejjel ta' għada, fuq proġetti għall-iskejjel.", "Safejn naf jien sal-lum hemm bejn Lm10 miljuni u Lm15-il miljun li nbidlu f'self permezz ta' faċilita` li hemm bejn l-APS u l-FTS.", "Tajjeb li jsiru dawn il- proġetti fl-iskejjel – m'iniex se noqgħod nerġa' nidħol f'dan l-argument kollu għax għamiltu kemm-il darba - pero` importanti li jgħidulna għax ma jidher imkien li huwa l-gvern li qed jagħmel tajjeb għalih.", "Jekk jinqala' xi ħaġa, l-APS bank se jdur fuq il-gvern biex jieħu l-ħlas dovut lilu.", "Pero` min jaf – u tajjeb li jkollna lista tagħhom dawn – kemm hemm self ieħor li qed isir permezz ta' entitajiet oħrajn, mhux direttament mill- gvern, li l-gvern ikollu jagħmel tajjeb għalihom bla dubju ta' xejn, għax inkella x-xogħol ma jkunx jista' jibqa' għaddej.", "Mhux ta' b'xejn dan huwa budget ta' ħażen politiku, ngħidlu jien, fejn qed jagħti ftit lura mill-ħafna li l-gvern Nazzjonalista ħa fis-snin ta' qabel.", "Biex insemmu eżempju, ta' kull Lm100 li l-familji ħallsu qed jingħataw Lm10 lura.", "Imbagħad jgħidulna familji fis-sod, meta ninsabu minn taħt b'Lm90.", "Ċertament il-gvern ma jistax jaħrab mill-fatt li dan huwa budget li fil- ħsieb tiegħu hemm l-elezzjoni ġenerali.", "Kumbinazzjoni l-pajjiż jirpilja meta toqrob l-elezzjoni!", "Hawn Malta hekk jiġri, ikun min ikun fil-gvern!", "L- ewwel nagħmlu tliet snin, erba' snin nissawtu, imbagħad fl-aħħar sena ta' qabel l-elezzjoni ngħidu: Issa rkuprajna, is-sagrifiċċji li għamilna bħala pajjiż irkuprajniehom, allura issa se nagħtu ftit lura minn dak li ħdimna għalih.", "Dan huwa l-messaġġ!", "Imma kumbinazzjoni f'dan il-pajjiż dejjem nirkupraw qabel jew fl-aħħar sena tal-leġislatura.", "Importanti mhux li tirkupra, imma kif tirkupra!", "Saru programmi fuq il-mezzi tal-komunikazzjoni - fuq ix-xandir pubbliku biex tgħaxxaqha - fejn jagħmlu mistoqsijiet dwar sostennibilita` ta' proposti tal-partit Laburista.", "Jien nistaqsi wkoll: Kemm huwa sostenibbli l-budget li ppreżenta l-gvern?", "Issa f'daqqa waħda qed jibda jqassam, kif għedna!", "Se jqassam ftit mill-ħafna li ħa, imma xorta waħda qed jibda jqassam xi ftit.", "Tant hu hekk li issa l-gvern se jipprova jdur għar- riżervi tal-bank ċentrali.", "U għalhekk tajjeb nitkellmu ftit fuq is- sostennibilita` tal-budget li ġie approvat minn din il-Kamra għas-sena d- dieħla.", "Il-gvern ma qalilniex li kellu f'moħħu li se jdur għar-riżervi, hekk imsejħa żejda, minħabba d-dħul ta' l-ewro, li se jkollu l-bank ċentrali.", "\"Żejda\" within inverted commas, naturalment.", "L-Onor.", "Asciak ipprova jitfa' dubju dwar x'jista' jagħmel gvern Laburista fl-eventwalita` li jirbaħ l-elezzjoni ġenerali u jimplimenta l-proposti tiegħu.", "Naturalment dan l-istess diskors jista' jingħad fuq il-partit Nazzjonalista jekk, u allaħares qatt, jirbaħ l-elezzjoni ġenerali li jmiss.", "Għax bl-istess mod jista' jerġa' jgħolli taxxi u tariffi oħrajn u jerġa' jbiddel id-direzzjoni, għax jgħidilna li hemm bżonn nagħmlu sagrifiċċji biex nibqgħu fil-parametri tal-euro zone.", "Tajjeb li l-gvern jiċċara ftit il-pożizzjoni tiegħu dwar ir-riżervi tal-bank ċentrali, għax issa jidher li m'għandux fejn idur aktar ħlief għall-assi ta' l-istess bank ċentrali.", "Mingħajr ma nidħol f'aktar dettall fuq dan il-punt, naħseb li din hija diskussjoni li għandha tittieħed b'mod serju min-nies li jifhmu, 'il bogħod minn esiġenzi politiċi, ta' naħa jew ta' oħra, għax fl-aħħar mill-aħħar qed nitkellmu fuq pajjiżna.", "U għalhekk huwa importanti li din il- materja tiġi ttrattata bl-akbar serjeta`.", "Pero` tajjeb li nitkellmu ftit fuq is-sostennibilita` ta' dan il-budget, u nispera li xi preżentatur fuq il-PBS jaċċetta li jagħmel xi programm fuq is- sostennibilita` ta' l-istess partit.", "Qed ngħid dan ukoll għax id-dħul tal- gvern huwa msejjes fuq dak li huwa proġettat.", "Hawnhekk għandna projections, jiġifieri l-gvern ippreżentalna budget fuq kemm se jonfoq u kemm hu maħsub li jdaħħal, u hemm ċerti projections li huma questionable ħafna.", "Per eżempju, ċaqlaqna t-tax bands, pero` fl-istess ħin huwa maħsub li l-gvern idaħħal madwar Lm25 miljun aktar mill-income tax is-sena d-dieħla.", "Qed ngħidu li se nagħtu iktar lill-familji Maltin, pero` fl-istess ħin se ndaħħlu Lm25 miljun aktar mill-income tax.", "L-istess fuq il-VAT.", "Jekk niftakar tajjeb, id-dħul mill-VAT proġettat għas- sena 2008 se jkun ta' Lm10 miljunI aktar milli l-gvern qed jaħseb li se jdaħħal matul is-sena li ninsabu fiha.", "Jekk dan ma jiġrix, ċertament il- gvern ikollu jara minn fejn se jdaħħal id-dħul tiegħu.", "Il-partit Nazzjonalista jkollu jwieġeb għal dan, għax fl-aħħar mill-aħħar qed nitkellmu fuq projections ta' dħul biex jagħmel tajjeb għal dak li l-gvern Nazzjonalista stess qed jgħid li se jagħti għas-sena d-dieħla.", "U din diġa` maqrusin fuqha.", "Infakkar li qabel l-elezzjoni ta' l-1996 il-ministru tal- finanzi ta' dak iż-żmien kien għamel projections għoljin mid-dħul tal-VAT, u dan ħareġ ċar fid-diskussjoni fil-public accounts committee fejn l-istess dipartiment tal-VAT u l-istess persuni li kienu responsabbli milli jagħmlu projections tal-VAT kienu qalu li d-deċiżjoni li l-projections tal-VAT jogħlew ma tteħditx minnhom imma minn xi ħaddieħor.", "In-nies responsabbli mill-projections tad-dħul mill-VAT qalu: Il-partit Nazzjonalista fil-gvern qabel l-1996 għamel projections ta' dħul mill-VAT aktar għoljin.", "Aħna konna għednielu li l-projections tagħna huma f'ċertu livell u l-ministru – naturalment ma jistgħu jippuntaw subgħajhom lejn ħadd iktar, jekk dawn ikunu diretturi, bilfors il-ministru għamilha din – għolla l-projections tiegħu għax kien qed jaħseb li se ndaħħlu iktar mill-VAT.", "U ma joqogħdux jgħidulna li ma daħħlux iktar mill-VAT għax il-partit Laburista kien qed jgħid li se jneħħi l-VAT.", "Sakemm kellek liġi, dik il- liġi kellha tiġi osservata mill-bidu sa l-aħħar.", "Għaldaqstant, jien nistaqsi jekk issa hux qed jiġri l-istess ħaġa, jiġifieri li l-projections li qed jagħmel il-gvern hux qed ikunu għoljin biex kemm jista' jkun inġibu l-boċċa qrib il-likk?", "Għalhekk noqogħdu nagħmlu projections għoljin anke fejn jidħol id-dħul mill-VAT?!", "U għalhekk tajjeb nistaqsu kemm huwa sostenibbli l-budget li ppreżenta l-gvern stess u li għadda minn dan il-parlament ftit tal-jiem ilu.", "Pero` rridu nħarsu wkoll lejn kemm żdied il-piż tat-taxxi mill-aħħar sena ta' gvern Laburista fl-1998 – ħalli neħduha kollha – u llum.", "Il-figuri juru li l-partit Nazzjonalista fil-gvern altru milli naqqas il-piż tat-taxxi, anzi żied fuq li żied il-piż tat-taxxi fuq il-familji Maltin u Għawdxin kollha!", "Nitkellem ftit fuq l-overruns li qed jiġru f'kull proġett.", "Li jkollok proġett li jmur bi ftit 'il fuq wieħed jista' jifhimha, imma li kull proġett jispiċċa b'ħafna eluf ta' liri – uħud minnhom anke miljuni ta' liri aktar – wieħed ma jistax jifhimha.", "Per eżempju, jgħidulna li jsiru testijiet fuq proġetti ta' toroq.", "Allura dejjem ma joħorġux tajbin it- testijiet?", "Dejjem wara li jibda x-xogħol jinqalgħu l-problemi?!", "F'kull proġett ta' ċerta portata dejjem jinqalgħu xogħlijiet li ma jkunux maħsuba?!", "Dan qed jistaqsuh in-nies tat-triq, mhux jien.", "M'iniex perit u ma nifhimx f'dawn it-tip ta' xogħlijiet, pero` ma' kulmin titkellem jistaqsik: Dawn x'qegħdin jagħmlu?!", "M'hemmx nies esperti li jagħmlu l- analiżi tagħhom sew?!", "F'kull proġett dejjem jinqala' xi ħaġa?", "Jew hija xi ħaġa premeditata biex kuntrattur \"A\" u mhux \"B\" jieħu l-kuntratt ħalli jibda x-xogħol, imbagħad wara tiżdied is-somma bl-iskuża li jkunu saru testijiet oħrajn, jew inkella nkunu sibna xi affarijiet li ma konniex ħsibna għalihom, u allura mbagħad titla' l-ispiża?!", "Dawn huma l-mistoqsijiet li jistaqsu n-nies tat-triq.", "Għandhom raġun jistaqsu dawn l-affarijiet?", "Għandhom raġun jaħsbu dawn l-affarijiet?", "Jien ngħid li bħala taxpayers għandhom kull dritt li jkunu jafuhom, u nispera li jkollna assigurazzjoni li l-affarijiet mhux qed jiġru b'dan il-mod.", "Dan biex ma nsemmix il-persentaġġ li qed jieħdu kumpanniji ta' periti jew dawk li suppost qed jissorveljaw ix-xogħlijiet.", "Naturalment iktar kemm titla' s- somma, dawn aktar se jitħallsu.", "Għaldaqstant tajjeb naħsbu – bħala pajjiż qed ngħid – biex dawn l-affarijiet ma nħalluhomx isiru, jiġifieri li ma jkunx hemm interess dirett li s-somma tiżdied fuq dak il-kuntratt, għax ovvjament min qed jissorvelja x-xogħol ikollu interess li tiżdied ħalli jieħu aktar dħul għalih.", "Tajjeb li nħabbtu rasna flimkien fuq dan il-punt ħalli min suppost jissorvelja x-xogħol jara li x-xogħol isir sew, u mhux is- somma tispiċċa dejjem tiżdied b'konsegwenza li anke d-dħul tagħhom – ladarba jkun hemm dak il-ftehim u l-arranġament – jiżdied ukoll.", "Sur President, anke dwar il-proposta tal-partit Laburista li nnaqqsu s- surcharge bin-nofs, in-naħa tal-gvern dejjem jistaqsu minn fejn se nġibu l- flus biex nagħmlu tajjeb għal din.", "Jien nixtieq nistaqsi lill-partit Nazzjonalista fil-gvern din id-darba minn fejn ġab il-flus biex is- surcharge m'għolietx għax, skond huma, dan l-aħħar kellha titla' 'l fuq minn 70% jew qrib it-80%.", "Pero` l-gvern qal li mhux se jgħolliha għax se jagħmel tajjeb għaliha l-gvern Nazzjonalista stess.", "Minn fejn ġabhom il- flus?", "U allura, bl-istess mod, mhux anke l-partit Laburista fil-gvern se jagħmel l-istess ħaġa li jalloka flus apposta għal dan il-għan?", "Tajjeb li nsemmi hawnhekk li dan l-aħħar ġejna informati mill-Ministru Cristina li hemm madwar 28,186 familja li qed igawdu mill-benefiċċju għall- enerġija, jiġifieri għajnuna fuq is-surcharge.", "L-ammont li ġie vvotat għal din il-miżura għal din is-sena li ninsabu fiha kien ta' Lm3.3 miljuni.", "Anke hawnhekk, minn fejn ġabuhom il-flus?", "Lilna jistaqsu?!", "Għax ma jistaqsux lilhom infushom minn fejn ġabu dawn it-Lm3.3 miljuni!", "Issa hemm aktar, għax naturalment kellhom isiru aktar allokazzjonijiet.", "Nafu li qabel kien hemm madwar 13,000 familja li ma kienu jħallsu xejn bħala surcharge.", "Issa li ġara kien li żdiedu aktar familji, pero` dawk li kienu ma jħallsu xejn issa bdew iħallsu parti mis-surcharge.", "Jien kelli każ ta' single parent family li marret lura fid-dħul tagħha, u meta rċeviet l-ewwel kont wara li twaqqfitilha din l-għajnuna, irċeviet il-vouchers ta' madwar Lm4, pero` talbuha lura l-ħlas tas-surcharge ta' qabel.", "Jiġifieri din il-familja partikolari altru milli bbenefikat, anzi marret lura!", "MR SPEAKER: Sar il-ħin.", "Se tibqa' in possession?", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Iva, se nibqa' in possession.", "MR SPEAKER: Insejjaħ lis-segretarju parlamentari biex, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tlieta, 13 ta' Novembru, 2007 fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li Jimplimenta Miżuri ta' l-Estimi - Tieni Qari (Kont.).", "-----------------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Istituzzjonijiet Finanzjarji - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Ligi dwar ir-Reġistru Ċentrali -Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Amministrazzjoni Pubblika - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Awtorita' Maltija dwar l- iStandards u Diversi Liġijiet - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet dwar il-Komunikazzjoni - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Awtorita' tad-Djar - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Antoine Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI: Mr Speaker, mhux l-ewwel darba li f'dan il- parlament tkellimt dwar il-professjoni medika Maltija.", "Tkellimt diversi drabi kemm meta kont nifforma parti mill-oppożizzjoni Nazzjonalista kif ukoll matul gvernijiet Nazzjonalisti.", "Jiena dejjem emmint li l-maġġoranza kbira tat-tobba Maltin huma nies responsabbli li jistħoqqilhom il-fiduċja tal-pubbliku Malti u għalhekk dejjem iddefendejt il-professjoni medika ta' pajjiżna, naturalment għax nemmen li l-poplu tagħna japprezza li l- maġġoranza tat-tobba tagħna huma nies affidabbli.", "Mr Speaker, wara 50 sena naħdem bħala general practitioner u anke wara li dħalt f'dan il-parlament l-ewwel darba fl-1976, qatt ma bjażimajt u qatt ma ppruvajt imħammeġ xi kollega tabib tiegħi, anke jekk politikament ma naqbilx miegħu.", "Dan l-intervent tiegħi f'dan l-aġġornament huwa aktar motivat mill-fatt li jien nipprattika l-professjoni ta' tabib milli għax jien membru parlamentari.", "Il-ġimgħa l-oħra d-deputat Laburista u ex- ministru tas-saħħa l-Onor.", "Michael Farrugia, ħareġ press release intitolata \"Fil-Migrazzjoni minn San Luqa għal Tal-Qroqq, is-saħħa tal-pazjent għandha tiġi l-ewwel u qabel kollox\".", "L-Onor.", "Farrugia għandu dritt jesprimi l-opinjoni tiegħu dwar kif qiegħda ssir il-migrazzjoni u għax hu tal-fehma li din kellha ssir aħjar milli qiegħda ssir.", "Jiena m'għandi ebda intenzjoni li noqgħod nikkonfrontah fuq hekk, iżda l-Onor.", "Farrugia m'għandu l-ebda dritt li, jew għax hu nformat ħażin jew biex jagħmel propaganda politika irħisa, jipprova jakkuża u jitfa' dell ikrah fuq ħaddieħor, anzi jipprova jħammeġ l-integrita` u l- professjonalita` ta' wieħed mill-aqwa konsulenti li għandna f'pajjiżna fil- preżent.", "Paragrafu mill-press release ta' l-Onor.", "Farrugia jgħid hekk, u se nikkwota kelma b'kelma:", "\"Huwa inaċċettabbli li fl-ewwel interventi mediċi fuq pazjenti li saru fl-Isptar tal-Qroqq, nhar it-Tnejn, 5 ta' Novembru, 2007, ma tteħdux il-prekawzjonijiet kollha neċessarji f'każ ta' komplikazzjoni waqt l- interventi li saru.", "M'huwiex aċċettabbli li f'każ ta' komplikazzjoni u l-bżonn ta' operazzjoni urġenti, it-teatri ta' l-isptar f'Tal-Qroqq ma kenux funzjonabbli, tant li kien hemm ambulanza biex f'każ ta' kumplikazzjoni l-pazjent jittieħed l-isptar San Luqa biex isirlu intervent kirurgu neċessarju.", "Bħalma jafu l-awtoritajiet tas-saħħa, f'każijiet simili kull sekonda hija prezzjuża u tista' tfisser ħajja jew mewt\".", "Mr Speaker, f'isem it-tobba Maltin noġġezzjona bil-qawwa kollha għal dan l- attakk insensat u qarrieqi li l-Onor.", "Farrugia għamel rigward il-Prof.", "Albert Fenech.", "Jiena, forsi aktar minn ħaddieħor f'din il-Kamra, nirribella għal dan l-attakk fuq il-professjoni medika.", "Qed ngħid hekk għax f'dan il- parlament jien l-uniku tabib li għadu preżenti u li jiftakar minn xiex għaddiet il-professjoni medika 30 sena ilu meta fil-pajjiż kellna l-partit Laburista fil-gvern.", "Dak kien żmien ikrah għal pajjiżna u għadni niftakarni nipprova niddefendi lit-tobba Maltin, lill-ispeċjalisti u lill- professuri tant tajba li kellna.", "Niftakarni nipprova niddefendi l- professjoni medika kontra l-impożizzjoni, kontra d-dispotiżmu, kontra l- arroganza, kontra l-intimidazzjoni u kontra l-kattiverja ta' gvern li kien ħalef li jeqred f'attakk frontali l-professjoni medika Maltija.", "F'din l-istess Kamra, mill-bankijiet tal-faċċata, bħala oppożizzjoni flimkien ma' sħabi ppruvajna nsalvaw lil pajjiżna mit-traġedja li gvern Laburista daħħal lill-pajjiż fiha.", "Għax hija verament traġedja li jkollok gvern Malti li biex jilħaq l-iskop tiegħu pprefera jkeċċi l-aħjar tobba u speċjalisti Maltin minn pajjiżna.", "Kellna eżodu sħiħ ta' l-aħjar speċjalisti u tobba, u minflokhom ġab oħrajn minn barra l-pajjiż, li l-kwalita` professjonali ta' xi wħud minnhom kienet ferm nieqsa.", "U meta ngħid hekk, qed inkun ferm riservat fil-ġudizzju tiegħi għax l-ereżiji li twettqu fil- qasam mediku f'dawk iż-żmenijiet ma kenux jingħaddu.", "Mr Speaker, dawn huma avvenimenti li ġraw 30 sena ilu u li jiena żgur ma nista' ninsa qatt, iżda sal-lum għandi s-sodisfazzjon li ddefendejt mill- aħjar li stajt lit-tobba Maltin u lill-professjoni medika.", "Għadni niftakar l-intervent li għamilt f'din il-Kamra fejn urejt kemm il-poplu Malti kien qiegħed ibati minħabba l-aġir tal-gvern Laburista u fejn tlabt biex tinstab soluzzjoni għal dak l-inkwiet li konna fih, iżda kien kollu għal xejn.", "Kienu żmenijiet ferm diffiċli għax kienu żmenijiet ta' gvern Soċjalista li l-kredu tiegħu kien \"Might is right\".", "Mr Speaker, għadni niftakar lil marti, Alla jaħfrilha, tgħidli kemm-il telefonata anonima rċeviet wara d-diskors tiegħi u m'hemmx għalfejn ngħid fejn bagħtuha u ma bagħtuhiex!", "U dan għax jien iddefendejt mhux biss lit- tobba Maltin iżda aktar u aktar importanti minn hekk, kont qiegħed nispjega personalment it-tbatijiet li l-poplu tagħna kien għaddej minnhom b'kapriċċ ta' gvern Laburista li kien jgħodd ruħu omnipotenti.", "U lill-Onor.", "Farrugia, li fil-press release qal li s-saħħa tal-pazjent għandha tiġi l-ewwel u qabel kollox, ngħidlu: Jalla hu u l-partit tiegħu fil-preżent verament jemmnu dan.", "Jien nassigurah li gvern Laburista ta' 30 sena ilu ġie jitmellaħ għal kollox mis-saħħa tal-pazjenti u ma qagħadx jara jekk din is- saħħa tiġix l-ewwel u qabel kollox.", "Fil-fatt, bl-aġir tiegħu, kisser u ġab fix-xejn is-servizzi mediċi tajba u l-iskola medika li kellna.", "Fi kliem ieħor ġab rebus sħiħ fil-qasam tas-saħħa.", "Mr Speaker, irriferejt għall-gvern Laburista ta' 30 sena ilu, u għalkemm wieħed jammetti li s-sitwazzjoni attwali hija differenti minn ta' dak iż- żmien, ma jistax jilludi ruħu għax bl-allegazzjonijiet ta' l-Onor.", "Farrugia, il-bottom line huwa l-istess.", "Fejn jidħol il-gvern fir-rigward ta' meta u kif għandhom isiru l-coronary angiograms?", "Min irid jiddeċiedi meta għandhom isiru u kif għandhom isiru?", "Żgur mhux il-gvern, jew il-Prim Ministru Gonzi jew il-Ministru Deguara.", "Din hija biss responsabbilta` tal- konsulent u tal-kap tad-dipartiment tal-kardjoloġija.", "Mela l-attakk ta' l- Onor. Farrugia kien biss fuq il-Prof.", "Albert Fenech bħala membru tal- professjoni medika.", "Forsi huwa l-ewwel minn sensiela ta' attakki fuq membri oħra tal-professjoni medika.", "Għalhekk nerġa' ngħid li hemm ċerta analoġija bejn dak li qed jiġri issa u dak li wettaq gvern Laburista 30 sena ilu kontra t-tobba Maltin.", "Altru li m'huwiex bidu ġdid kif qegħdin iwiegħdu lill-poplu Malti.", "Naħseb li huwa aktar reċiklaġġ ta' politika mmuffata Soċjalista!", "Ejjew naraw il-fatti kif veru huma u mhux kif ipprova jpinġihom l-Onor.", "Farrugia.", "X'inhuma dawn l-interventi mediċi li saru fl-isptar tal-Qroqq nhar it-Tnejn, 5 ta' Novembru, 2007 u li għalihom irrifera l-Onor.", "Farrugia?", "Dawn huma coronary angiograms li d-dipartiment tal-kardjoloġija, taħt is-superviżjoni tal-Prof.", "Albert Fenech, għamlu iktar minn 20,000 matul dawn l-aħħar 12-il sena.", "Kontra dak li allega l-Onor.", "Farrugia ttieħdu l-prekawzjonijiet neċessarji kollha għall-proċeduri tal-qalb li qed isiru preżentement fl-isptar Mater Dei, proċeduri li kienu ilhom ippjanati minn tliet xhur ilu.", "Mhux veru li jkun hemm xi teatri ta' l-operazzjonijiet standby matul dawn il-proċeduri li ilhom isiru f'St. Luke's Hospital.", "Biżżejjed insemmi li madwar 2,200 proċedura bħal din isiru kull sena.", "Skond il-Prof.", "Fenech, fl- aqwa sptarijiet, kemm fir-Renju Unit kif ukoll fl-Amerika, qatt ma jkun hemm surgical theatre standby waqt li jsiru l-angiograms.", "Mhux veru li waqt intervent kien hemm xi pazjent f'Mater Dei Hospital li kellu bżonn ta' xi blood transfusion.", "Fil-Mater Dei kien hemm riserva ta' demm lest f'każ ta' emerġenza.", "X'kien ir-riżultat ta' dawn l-interventi mediċi?", "Dan jgħiduhulna l-istess pazjenti li fuqhom saru dawn il-coronary angiograms.", "Pazjent li kien operat nhar it-Tnejn li għadda fl-Isptar Mater Dei stqarr li kontra dak kollu li seta' ngħad, il-kummenti bħal dawk ta' l-Onor.", "Farrugia jagħmlu biss ħsara lill-professjoni medika u jnisslu biża' bla bżonn fost il-pubbliku.", "Dan il-pazjent faħħar lit-team mediku kollu mmexxi mill-Prof.", "Fenech u qal li dawn ħadu ħsieb sa l-inqas dettall.", "Dan il- pazjent stqarr testwalment li kollox baqa' kif kien qabel.", "Qal li d- dedikazzjoni li ra snin ilu fl-isptar San Luqa rah issa wkoll mit-team mediku mmexxi mill-Prof.", "Fenech.", "Wara kollox, hemm xi ħadd li jista' jiddubita mill-kapaċitajiet professjonali u mill-integrita` tal-Prof.", "Albert Fenech?", "Mhux se noqgħod ninċensa lil ħadd.", "Lill-professur Fenech ftit nafu personalment.", "Sirt nafu darba żgur għax ftit ta' snin ilu anke jien kelli bżonn ta' angiogram iżda nafu ħafna permezz tal-feedback li nirċievi mill-klijenti tiegħi li jkunu ħadu trattament taħtu.", "Nista' ngħid bl-akbar sinċerita` li ma ltqajt ma' ħadd li qal nofs kelma kontra l-Prof.", "Fenech dwar it-trattament li hu kien irċieva minn għandu.", "Naħseb li ħaġa bħal din jista' anke jikkorroboraha l-Onor.", "Farrugia fost il-klijentela tiegħu.", "Mr Speaker, l-isbaħ u l-aqwa ċertifikat li jista' jkollu l-Prof.", "Fenech insibuh fil-gazzetta \"The Times\" ta' nhar il-Ġimgħa, 9 ta' Novembru, 2007 f'forma ta' ittra mill-Prof.", "Carmel Mallia, professur u konsulent li kien chairman tad-dipartiment tal-mediċina, konsulent ieħor magħruf għall- integrita` u l-professjonalita` tiegħu, tabib ieħor ben emeritu, integru, li wkoll għamel unur lill-professjoni medika.", "Il-professur Mallia kiteb biex jirribatti dak li ntqal mill-Onor.", "Farrugia.", "Il-Prof.", "Mallia qal hekk fuq il-Professur Fenech:", "\"I was appalled at the political insensitivity displayed in the recent unprofessional criticism levelled at one of our most successful and respected physicians.", "It was a significant gain for the Department of Health in Malta to be able to recruit the services of Prof. Fenech in the late 1980s, when he was already an established consultant cardiologist in the British National Health Service.", "The Department of Cardiology in Malta, as it exists today, is entirely to his credit.\".", "Kieku ma kienx għall-Professur Fenech, kieku lanqas għandna dan id- dipartiment tal-kardjoloġija f'pajjiżna.", "Se nkompli nikkwota:", "\"He has built a very efficient department and surrounded himself with a group of extremely dedicated medical and paramedical staff.", "Prof. Fenech is a person who leads by example.", "For him, and all his team, patient's safety invariably comes first and foremost and he is not the type of person to jeopardise this for some cheap propaganda stunt\".", "U allura kif tista' temmen l-allegazzjoni ta' l-Onor.", "Farrugia li l- Professur Fenech kellu xi skop biex jagħmel hekk minħabba partiġġjaniżmu politiku?", "Inkompli nikkwota:", "\"He is a foremost advocate of patients' rights, which is mostly why our Department of Cardiology has achieved the successes it did over a relatively short time\".", "Il-Prof.", "Mallia jispiċċa din l-ittra billi kompla qal hekk:", "\"I know that Prof. Fenech does not require any personal accolades, but it is shameful that a person of such high and professional integrity should be the subject of unfair criticism.", "Any politician of whatever party, especially a potentional Minister for Health, ...\"", "- bħalma qed jispera li jsir l-Onor.", "Farrugia –", "\"... should support and cultivate assets within the various government departments, and Prof. Fenech most certainly is one of these assets.\".", "Dan huwa l-Professur Albert Fenech skond il-Professur Mallia, li kien clinical chairman tiegħu meta l-Professur Fenech beda x-xogħol tiegħu f'Malta.", "Mr Speaker, is-saħħa tal-pazjent tiġi l-ewwel u qabel kollox.", "Dan għandu jkun mhux bil-kliem biss jew f'xi press release mill-Onor.", "Michael Farrugia!", "Nistaqsi: X'kien il-veru skop ta' din l-istqarrija ta' l-Onor.", "Farrugia?", "Kemm kien ġenwin l-Onor.", "Farrugia meta għamel din l-istqarrija?", "Possibbli m'għaddilux minn moħħu li bl-istqarrija li hu għamel kien se jallarma lill-pubbliku?", "Ma setax jaħseb li xi pazjent minn tiegħu li kien qed jistenna biex jagħmel il-coronary angiogram kien se jżidlu aktar tensjoni milli seta' jkollu?", "U jekk l-Onor.", "Farrugia kien persważ min- nuqqasijiet li seta' kien hemm skond il-fehma tiegħu, ma kellux xi mod ieħor kif jgħin biex dawn in-nuqqasijiet jisparixxu mingħajr ma jallarma lill-poplu peress li s-saħħa tal-pazjent għandha tiġi l-ewwel u qabel kollox?", "Jekk veru ried, kif stqarr, li s-saħħa tal-pazjent tiġi l-ewwel u qabel kollox, ma setax mar ikellem lill-Professur Fenech u jgħidlu l- opinjoni tiegħu dwar 'l hekk imsejħa nuqqas ta' prekawzjonijiet?", "Wara kollox, Sur President, naħseb li l-Onor.", "Farrugia, fiż-żmien meta hu kien ministru tas-saħħa, kellu xi okkażjoni li jitkellem mal-Professur Fenech, għax f'dak il-perijodu l-Prof.", "Fenech xorta kien jagħmel dawn l- angiograms kif kien jagħmel qabel, għadu u baqa' jagħmel wara.", "L-Onor.", "Farrugia m'għamel xejn biex jivverifika dak li qal li jemmen, li s-saħħa tal-pazjent tiġi l-ewwel u qabel kollox.", "Mhux talli m'għamel xejn minn dan, talli jumejn wara l-ewwel stqarrija, ħareġ stqarrija oħra fejn qal li l- gvern irid iġorr ir-responsabbilta` jekk irid ikompli jagħmel muntaturi perikolużi ta' propaganda rħisa.", "Iddeskriva l-ewwel intervent mediku fl- isptar Mater Dei bħala gimmick għall-benefiċċju tal-propaganda tal-gvern.", "X'wiċċ tost għandhom ċerti nies u x'ipokrezija!", "Għax f'din l-istess press release l-Onor.", "Farrugia qal hekk:", "\"Madanakollu m'huwiex fl-interess nazzjonali li l-polemika tkompli u dan b'rispett lejn l-integrita` tas-servizzi tas-saħħa u lejn il- fiduċja li huma għandhom igawdu mill-poplu.", "Jekk il-gvern Nazzjonalista jrid ikompli jagħmel muntaturi perikolużi ta' propaganda rħisa fuq suġġett li huwa ta' att ta' gravita`, affarih, u jġorr ir- responsabbilta` hu\".", "Din hija ipokrezija grassa, Mr Speaker!", "Joħloq polemika hu stess għal xejn b'xejn u mbagħad jgħid li m'huwiex fl-interess nazzjonali li l-polemika tkompli.", "L-interess nazzjonali jitlob li ma tallarmax lill-pubbliku għal xejn b'xejn.", "Lill-Onor.", "Farrugia nirreferih għall-editorjal li deher illum f'gazzetta bl-Ingliż ta' kuljum li ġiet intitolata \"Saving Lives is no Gimmick\".", "Dik hi l-verita`!", "Il-gimmick qiegħda f'moħħ l-Onor.", "Farrugia, imma l-Professur Fenech, bix-xogħol li qed jagħmel, żgur li m'huwiex qed jagħmel gimmicks.", "Jiena, bħal ħafna tobba oħra u bħall-maġġoranza tal-poplu Malti, inħossni diżgustat bl-atteġġjament ta' l-Onor.", "Farrugia, aktar u aktar meta tqis li huwa tabib li għandu prattika privata kbira u li diġa` kien ministru tas-saħħa u qiegħed jaspira biex jerġa' jkun.", "Mr Speaker, għal darb'oħra, f'isem il-poplu Malti, irrid nuri s- solidarjeta` tiegħi mal-Professur Fenech u ngħidlu \"grazzi\" mill-qalb tax- xogħol fejjiedi li diġa` ta lill-poplu Malti fis-snin li għaddew u jiena persważ li se jkompli jagħti fis-snin li ġejjin.", "Nesprimi l-fiduċja totali fih u f'tant tobba u speċjalisti oħra li l-professjoni medika għandha biex tkun kburija bihom.", "Dawn huma l-affarijiet li t-tobba u l-ispeċjalisti tagħna li dejjem għamlu unur lil pajjiżna jridu jkomplu jagħtu x-xogħol tagħhom favur il-poplu Malti.", "Huwa tajjeb ukoll li naqra mill-press release l-istatement li għamel il-professur Fenech għall-istqarrija ta' l-Onor.", "Farrugia.", "Naħseb li l-aħħar żewġ sentenzi juru l-iskop preċiż li kellu l- Onor. Farrugia.", "Il-professur Fenech jgħid hekk:", "\"I am proud of the safety record of my department and I challenge anyone to produce figures concerning safety, efficacy and professionalism that are better than those experienced locally.", "It would have been better for whoever made these allegations not to undermine their natural intelligence and integrity by making cheap politically-based allegations based on misinformation\".\"", "Din hi l-verita`, Mr Speaker, u allura jiena nerġa' ntenni s-solidarjeta` u l-fiduċja tiegħi fil-professur Albert Fenech, fit-team li għandu u f'dawk it-tobba, professuri u konsulenti Maltin li żgur huma ta' unur għall- professjoni medika Maltija u li tant qed jagħmlu ġid għall-poplu Malti.", "Mr Speaker, fl-aħħarnett nitlob il-permess biex inqiegħed kopja ta' l-ittra tal-Prof.", "Mallia, li rriferejt għaliha qabel, fuq il-mejda tal-Kamra.", "MR SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI: Inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra:", "Artiklu mill-ġurnal elettroniku timesofmalta.com tal-Ġimgħa 9 ta' Novembru 2007 intitolat \"Unfair criticism of cardiologist\".", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada t-Tlieta 13 ta' Novembru, 2007 fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mis-segretarju parlamentari.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "MEMBRI FUQ BORDIJIET", "28764.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 28018 u 28529 u jagħti l-lista ta' membri fuq bordijiet li hemm fid-dekasteru tiegħu?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni fis-seduta waqt il-ħin tat-tqegħid ta' karti.", "OPERATIONAL PROGRAMME ONE", "28765.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 28561 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' l-Operational Programme One?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant li r-risposta ngħatat fil-mistoqsija parlamentari 28561.", "DĦUL TA' L-ENEMALTA", "28766.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 28578 u jgħid x'inhu d-dħul ta' l-Enemalta għas- sena 2006?", "Jista' jgħid x'kienet l-ispiża totali għall-Enemalta għall- produzzjoni u d-distribuzzjoni ta' l-elettriku għas-sena 2006?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "FTEHIM FUQ IL-PREZZIJIET", "28767.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-ftehim dwar il-prezzijiet li l-Gvern iffirma ma' importaturi sa Marzu 2008?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "FTEHIM KOLLETTIV MAN-NURSES", "28768.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' l-Ministru jgħid kemm-il ftehim kollettiv sar man- nurses u l-midwives mill-1988 sal-lum?", "Kemm minnhom saru mill-Malta Union of Midwives and Nurses?", "Kemm kienet il-paga ta' enrolled nurse u ta' staff nurse fl-1988 u kemm hi llum?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Mill-1998 sal-lum saru erba' Ftehim Kolletiv.", "Tlieta minnhom saru mill-MUMN.", "| |1988 |2007 | |Enrolled |Lm2575 |Lm6767 | |Nurse | |* | |Staff |Lm2962 |Lm7287 | |Nurse | |** | |(BSc) | | |", "* Il-paga bażika ta' Enrolled Nurse (massimu ta' Skala 55) ** Il-paga bażika ta' Staff Nurse (massimu ta' Skala 9).", "MEDIĊINA STALEVO", "28769.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 28572 u jgħid kif jista' wieħed jiġġustifika l-fatt li persuni ntitolati għall- mediċina Stalevo għal nies li jbatu bil-Parkinson's Disease qed ikunu nfurmati mill-ispiżerija ta' l-isptar li din il-mediċina, li tiswa madwar Lm30 lil kull persuna fix-xahar (Lm15.06 kull pakkett), qed ikunu out of stock?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Stalevo ġie ntrodott fuq bażi protocol regulated f'Mejju 2007 u għaldaqstant id-Dipartiment tas-Servizzi Farmaċewtiċi tal- Gvern beda jixtri din il-mediċina għall-pazjenti partikolari skond il- protokol stabbilit.", "Minħabba żieda fin-numru ta' pazjenti ntitolati kien hemm nuqqas temporanju.", "Fid-29 ta' Ottubru daħlet il-kunsinna ta' Stalevo u din tqassmet l-Ispiżerija tal-Isptar (OPD), Għawdex GGH u l-SVPR l-għada.", "DELEGAZZJONI FL-AWSTRALJA", "28770.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 27827, 27386, 28161, 28436 u 28566 u jgħid min kienu l-membri kollha tad- delegazzjoni li akkumpanjatu l-Awstralja u min kienu l-ġurnalisti u rappreżentanti tal-media li telgħu miegħu?", "Huwa minnu li fosthom kien hemm ta' Where's Everybody?", "X'arranġamenti finanzjarji saru dwar l- akkumpanjament u l-vjaġġi u akkomodazzjoni u ikel tal-ġurnalisti li kellu miegħu?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Il-membri li ffurmaw parti mid-delegazzjoni fl- Awstralja kienu żewġ uffiċjali mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru, 10 rappreżentanti mill-qasam tal-media u produzzjoni viżiva, kif indikat fil- lista li tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni fis-seduta waqt il- ħin tat-tqegħid ta' karti, u uffiċjal tas-Sigurtà.", "Fuq vjaġġi u akkomodazzjoni, il-Gvern kopra l-ispejjeż tal-vjaġġ u lukandi filwaqt li l-ikel ġie kopert direttament mir-rappreżentanti tal-media stess sakemm ma kienx hemm xi stediniet partikolari.", "DELEGAZZJONI FL-AWSTRALJA", "28771.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 27828, 27385, 28160, 28434 u 28565 u jgħid x'kienet in-nefqa totali taż-żjara tiegħu u tad-delegazzjoni fl-Awstralja, inkluż il-passaġġi ta' l-ajru, etc?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "RABAT - TRIQ EMM.", "VITALE", "28772.", "L-ONOR.", "JOSEPH CASSAR staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jassigura li l-problema li ilha minn 1991 fi Triq Emmanuele Vitale, r-Rabat Malta u cioe' li l-bankina qiegħda 'l isfel mill- livell tat-tarmak tat-triq u dan b'konsegwenza li din is-sitwazzjoni hija ta' periklu kbir għas-sigurta' tar-residenti, tiġi solvuta?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ninforma lill Onor. Interpellant li meta jsiru xogħlijiet ta' bini ta' toroq dawn isiru skond il-livelli li jiġu maħduma u mogħtija mill-MEPA.", "MESSAĠĠIERA FL-ISPTAR", "28773.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li l-messaġġiera fl-isptar li jinsabu fi skala 17, jkunux jistgħu fil-ġejjieni qarib joqogħdu għal xi eżami intern jew interview ħalli javvanzaw fil-grad tagħhom?", "U jekk fl-affermattiv, jista' jindika meta dan mistenni jsir?", "U jekk hux se jkun sempliċi interview jew anke internal exam wkoll?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Skond il-ftehim mal-Unions tal-1994 persuni fil-grad ta' messaġġier jibdew fi skala ta' salarju nru.18 u jitla' għal skala ta' salarju nru.", "17 wara ħames snin ta' servizz sodisfaċenti.", "Il-grad ogħla ta' wara dan huwa dak ta' Senior Messenger li jimtela skond paragrafu 2.2 ta' l-istess ftehim indikat hawn fuq.", "Il-proċedura biex jimtlew il- postijiet fil-grad ta' Senior Messenger tinbeda mill-Uffiċju tal-Prim Ministru.", "MALTIN JAĦDMU F'ISTITUZZJONIJIET BARRANIN", "28774.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għalll-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid jekk għandux tagħrif dwar kemm hemm ċittadini Maltin jaħdmu f'dawn l-istituzzjonijiet:", "Gnus Maqgħuda New York; Gnus Maqgħuda Ginevra; Missjonijiet f'pajjiżi terzi tal-Ġnus Maqgħuda; Fond Monetarju Internazzjonali; UNESCO; OSCE; WTO; u OECD (għalkemm napprezza li Malta għadha mhix membri sħiħ sal-lum)?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Minn tagħrif miġbur, iżda dan ma jistax ikun definittiv, jirriżulta li hemm tmintax-il Malti jaħdmu f'istituzzjonijiet barranin maqsumin kif ġej:", "Ġnus Magħquda New York 3 Ġnus Magħquda Geneva 2 Missjonijiet f'pajjiżi terzi tal-Ġnus Magħquda 6 Fond Monetarju Internazzjonali 4 UNESCO 2 OSCE 1 WTO xejn OECD xejn FTEHIM BEJN MALTA U L-ISTATI UNITI", "28775.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid jekk ġewx iffirmati Extradition and Mutual Legal Assistance Treaties ma' l-Istati Uniti?", "Jekk ġiex konkluż Tax Information Exchange Agreement ma' l-istess pajjiż?", "Jekk ġiex konkluż ftehim bejn in- National Oceanic and Atmospheric Administration ta' l-Istati Uniti u Malta fil-kontest tal-Globe Programme?", "X'inhi l-pożizzjoni ta' Malta dwar Air Services Agreement ma' l-Istati Uniti?", "Fhiex waslet it-talba ta' Malta għal Home Port Status għal Malta Shipyards ma' l-Istati Uniti li fiha kellha sehem l-ambaxxata Maltija ta' Washington DC?", "U jekk min-naħa Amerikana kienx hemm xi kondizzjonijiet biex l-affarijiet jimxu 'l quddiem?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "TA' XBIEX - TLAJJAR", "28776.", "L-ONOR.", "ROBERT ARRIGO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Ċertu triqat f'Ta' Xbiex għadhom ikunu frekwentati minn nisa għal tlajjar, jista' l-Ministru jinfurmani l-miżuri li ttieħdu biex dawn ir-residenti jkunu jistgħu jgħixu bil-kwiet, f'ambjent normali u jistgħu joħorġu bil-familji tagħhom?", "Jistgħu jkun hemm rondi minn pulizija minn barra d-distrett u użu tal-mobile police station f'dawn l- inħawi?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi kemm il-Pulizija tad-Distrett kif ukoll ta' l-Iskwadra ta' kontra l-vizzji, regolarment jagħmlu spezzjonijiet fl-inħawi msemmija u kull fejn jirriżulta li jkun hemm xi abbuż jittieħdu dawk il-passi kollha skond il-liġi.", "Infurmat ukoll illi b'riżultat ta' dawn l-ispezzjonijiet matul din is-sena il-pulizija ħarġet 122 akkuża quddiem il-Qorti fuq tlajjar għall-prostituzzjoni fl-inħawi msemmija mill- Onor. Interpellant.", "MTA - PROMOZZJONIJIET", "28783.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' l-Ministru jgħid matul is-sena 2007 fl-Awtorita' Maltija tat-Turiżmu kemm ingħataw promozzjonijiet, x'kienu dawn il-promozzjonijiet u min kienu l-persuni li ngħataw dawn il-promozzjonijiet?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat illli matul is-sena 2007, fl- Awtorita' tat- Turiżmu ingħataw tmien promozzjonijiet biex jimtlew dawn il- pożizzjonijiet:", "Financial Controller Head Research Head Communications & PR Divisional Secretary Segment Manager MICE Manager Quality Assurance Manager Legislation, Licensing & Contributions Manager Tourism Services Providers Development", "MTA - IMPJEGATI", "28784.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' l-Ministru jgħid l-Awtorita' Maltija tat-Turiżmu kemm daħħlet nies jaħdmu magħha matul is-sena 2007, f'liema pożizzjonijiet, kemm minnhom full time, kemm part-time u f'kull każ x'kien il-metodu tar- reklutaġġ?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat illi l-Awtorita' tat-Turizmu daħħlet għaxra minn nies jaħdmu magħha matul is-sena 2007.", "Il- pożizzjonijiet li ġew impjegati fihom u l-metodu tar-reklutaġġ kienu kif jidher hawn taħt:", "Pozizzjonijiet:", "2 Diretturi għall-uffiċini ta' l-MTA barra minn Malta 1 Manager 1 Assistant Manager 6 Executives", "Metodu tar- Reklutaġġ:", "2 Diretturi għall-ufficini ta' l-MTA barra minn Malta, Manager, Assistant Manager u 5 Executives - Applikaw minn avviż fuq il-gazzetti.", "1 Executive – Applika mill- ETC.", "Ir-reklutaġġ ta' dawn in-nies sar wara li ngħata permess mill - R.R.A.G. Dawn l-għaxar persuni kollha ġew impjegati fuq bażi full time.", "MANUTENZJONI TA' DAR", "28785.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru tgħidli jekk anzjana armla li toqgħod waħedha f'dar mimlija umdita' u b'saqaf imxaqqaq perikoluż għandhiex bżonn il-kunsens tas-sid biex tapplika ħalli l-gvern jirranġalha l-post fejn toqgħod?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Ninsab infurmata li biex persuna tapplika taħt l- iskema 5 ta' l-Awtorita' tad-Djar, għall-irranġar ta' djar mikrija mill- privat, l-Awtorita' ma titlobx il-kunsens tas-sid.", "DISPOSABLE NAPPIES", "28786.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru tivverifika lmenti li qed jasluli ta' spiss minn għadd ta' ġenituri ta' persuni diżabbli li d-disposable nappies li qed jingħatawlhom mill-gvern għax huma intitolati għalihom huma ta' kwalita' ħażina u mhux qed iservu l-iskop tagħhom?", "Jistgħu jittieħdu l- passi meħtieġa biex id-disposable nappies ikunu ta' kwalita' tajba?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li s-Servizz ta' l-Inkontinenza, li permezz tiegħu persuni b'diżabilita' jingħataw disposable nappies, jaqa' taħt ir-responsabbilta' tad-Dipartiment għall- Anzjani u Servizzi fil-Komunita'.", "Għalhekk nitolbu jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.", "PENSJONI MILL-ARMATA", "28787.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jivverifika jekk l-armla, li isimha qed jintbagħat separatament li żewġha għamel snin jaħdem fl-Armata hix intitolata għall-pensjoni mill-Armata?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jien infurmat li peress li r-raġel li kellha l- armla, li ismu qed jintbagħat separatament, serva għal perjodu ta' sena u sitt ijiem, l-armla mhix intitolata għall-pensjoni mill-Armata.", "KERĊEM - SKOLA PRIMARJA", "28799.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għal Għawdex: Peress li qed ikun hemm diversi lamenteli minn ġenituri ta' studenti li jattendu l- iskola primarja ta' Kerċem minħabba nuqqas ta' purtinara fl-iskola, tista' l-Ministru tispjega għaliex inħolqot din is-sitwazzjoni u x'inhu maħsub li jsir biex tissolva din is-sitwazzjoni?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Ninsab infurmata li l-iskola ta' Kerċem kellha żewġ purtinari li wieħed minhom rtira.", "Wara li ġie allokat ieħor minfloku s- sitwazzjoni ġiet lura għan-normal.", "Minn diversi spezzjonijiet li saru ma jidhirx li għandu jkun hemm lok ta' ilmenti.", "INĊINERATURI", "28800.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid kemm hi l-ispiża ta' kuljum biex jitħaddmu l-inċineraturi ta' l-isptar u l-biċċerija u tagħti breakdown ta' l-ispejjeż?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill- Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella annessa.", "|Inċine|Spiża|Breakdown ta' | |ratur |ta' |spejjeż | | |kulju| | | |m | | | | |Fuel |Dawl |Caustic| | | | |u |Soda | | | | |ilma |Solutio| | | | | |n | |Sptar |Lm8.6|Lm8.66|Lm |Lm | |Ġenera|6 | | | | |li | | | | | |Biċċer|134.5|120.50|5.50 |8.50 | |ija |0 | | | | |Total |143.1|129.16|5.50 |8.50 | | |6 | | | |", "BIĊĊERIJA – CONTAINER FREEZER", "28801.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid jekk biex inkera l-container freezer li hemm il-biċċerija ħarġitx tender jew le?", "Jekk fl-affermattiv, tista' tgħid min tefa' t- tender u l-offerta relattiva u min ħa t-tender?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Jiena nfurmata li l-container freezer li hemm il- biċċerija fix-Xewkija nkera permezz ta' quotations mid-ditti kif jidhru fl- iskeda ta' hawn taħt:", "| |Kera |Trasport minn| | |kull |Malta għal | | |jum |Għawdex u | | | |Vice Versa | |Anthony |Lm 30 |Lm 102 kull | |Falzon & | |vjaġġ | |Sons Ltd | | | |Attrans |Lm |Lm 200.60 | |Ltd |25.96 |kull vjaġġ | |FAPI |Lm |Lm 100.30 | |Motors Ltd|18.88 |kull vjaġġ |", "L-offerta ngħatat lid-ditta FAPI Motors Ltd li kellha l-orħos offerta.", "POSTIJIET VAKANTI", "28802.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista` l-Ministru jgħid kemm kien hemm sejħiet għall- applikazzjoni biex jimtlew vakanzi fid-dekasteru kollu tiegħu f'dawn l- aħħar tlett snin?", "Kemm kien hemm applikanti għal kull post?", "Kemm minnhom kienu nisa u kemm minnhom irgiel?", "X'kienet l-eta` tagħhom?", "Jista' jagħti s- sess u l-eta` tal-persuna magħżula?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "CUMNIJA TAL-BIĊĊERIJA", "28803.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid kemm-il darba kellha titbiddel iċ-ċumnija ta' l- inċineratur tal-biċċerija u meta?", "Kemm kienet l-ispiża kull darba?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Ninsab infurmata li ċ-ċumnija ta' l-inċeneratur tal- biċċerija nbidlet fis-sena 2005 bi spiża ta' Lm16,470 li tinkludi post combustion chamber u water softing equipment.", "POSTIJIET VAKANTI", "28804.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għall- Kompetittivita' u Komunikazzjoni: Jista` l-Ministru jgħid kemm kien hemm sejħiet għall-applikazzjoni biex jimtlew vakanzi fid-dekasteru kollu tiegħu f'dawn l-aħħar tlett snin?", "Kemm kien hemm applikanti għal kull post?", "Kemm minnhom kienu nisa u kemm minnhom irgiel?", "X'kienet l-eta` tagħhom?", "Jista' jagħti s-sess u l-eta` tal-persuna magħżula?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "ĦADDIEMA TA' L-ITS", "28818.", "L-ONOR.", "ROBERT ARRIGO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru jinfurmani bil-pożizzjoni tal- ħaddiema fil-ITS li huma fuq kuntratt ta' tlett xhur jew iżjed li jiġġedded, jew li m'għandhomx job description?", "Xi ħsibijiet hemm?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-Gvern qed jieħu l-passi biex il-ħaddiema b'kuntratt fl-ITS ikollhom post fuq bazi indefinita fis-settur pubbliku.", "Il-ħaddiema konċernati ser jiġu informati bid-dettalji fi zmien qasir.", "VALLETTA MASTER PLAN", "28819.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 28618 u jgħid jekk il-masterplan għall-Belt huwiex lest?", "Jekk fl-affermattiv, jista' jpoġġi kopja tiegħu fuq il-mejda tal-Kamra?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninsab infurmat illi l-Master Plan għal Belt Valletta ser ikun finallizzat għal Jannar 2008", "JUNIOR COLLEGE", "28820.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: Jista' l-Ministru jara x'inhi r-raġuni li l- istudenti Group 4 l-ewwel sena tal-Junior College għadhom mill-bidu tas- sena akkademika mingħajr għalliem tal-IT fil-livell intermediate?", "Meta se jintbagħat dan l-għalliem biex l-istudenti ma jibqgħux imċaħħda min għalliem ta' l-IT?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "PTA U ADT - INSPECTORS", "28821.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 28681 u jgħid jekk hemmx xi relazzjoni bejn l-inspectors tal-PTA u l-ADT?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ninsab infurmat li l-unika relazzjoni bejn l- inspectors ta' l-ADT u l-PTA hija li t-tnejn jagħmlu xogħol ta' infurzar fuq xogħol skedat tax-xarabanks.", "L-inspectors tal-PTA huma impjegati mill- Assoċjazzjoni tat-Trasport Pubbliku filwaqt li t-Transport Assistants huma impjegati mill-Awtorità dwar it-Trasport.", "HSBC CALL CENTRE", "28828.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Fir-rigward tal-call centre tal-HSBC f'Għawdex, jista' l-Ministru jgħid, u fejn hemm bżonn jintavola l- ftehim iffirmati dwar is-segwenti:", "Ri-arranġamenti li l-Gvern għandu mal-HSBC?", "X'benefiċċji, assistenza ngħata l-HSBC dwar il-call centre u jekk dawn il- benefiċċji japplikawx għal ħaddieħor?", "Il-ħaddiema li ser ikunu ngaġġati se jkunu kollha Għawdxin u ħaddiema ġodda jew HSBC jista' jkollha ħaddiema miċ-ċentri li għandha f'Malta?", "Kemm jammontaw il-grants jew għajnuna li rċevew l-HSBC għal dan iċ-ċentru?", "Kemm-il darba l-HSBC ma jonorawx l-obbligu tagħhom li jħaddmu 50 ruħ, x'se jkunu l-konsegwenzi għal HSBC?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "ĦLAS LIL SKANSKA", "28829.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk Skanska tħallsitx l-ammont kollu dovut lilha fuq il-Mater Dei mill-kuntratt iffirmat?", "Jikkonferma li r- retention money tħallset ukoll?", "Meta sar il-handing over ta' l-isptar?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "GĦAQDA KULTURALI MALTIJA- TALJANA", "28830.", "L-ONOR.", "MICHAEL ASCIAK staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jara jekk hux possibli li l-Għaqda Kulturali Maltija - Taljana \"Club Italia - Malta\" tinstabilha sede akbar milli għandha fi Blk 2A, Gżira Complex, Gżira għaliex dan sar żgħir wisq għall-bżonnijiet ta' l-għaqda msemmija?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li fil-viċinanza tal-post attwali li għandha l-Għaqda Kulturali Maltija-Taljana m'hemm l-ebda proprjeta' tal- Gvern li mhix mikrija.", "TARZNA – ĦADDIEMA BARRANIN", "28831.", "L-ONOR.", "MICHAEL ASCIAK staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid għalfejn fit-tarzna hemm il-bżonn ta' ħaddiema frustiera li jiddaħħlu jaħdmu minn barra l-ħaddiema normali tat-Tarzna?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi għall-aħħar paragrafu tat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 28464.", "SPTAR SAN LUQA - SECURITY GUARDS", "28832.", "L-ONOR.", "MICHAEL ASCIAK staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' l-Ministru jindika x'se jsir mill-ħaddiema tas- security li kienu ġewwa St Lukes Hospital?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi għat-tweġiba tiegħi għall-mistoqsija parlamentari 24935 (Seduta 514).", "MALTA ENTERPRISE - INĊENTIVI", "28833.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 28744 u jgħid kif tqassmu l-inċentivi mill-Malta Enterprise Corporation matul din is-sena?", "Kemm kien l-ammont ta' dawn l- inċentivi?", "Liema kienu l-kumpaniji li rċevewhom?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "ATTARD - XOGĦLIJIET", "28835.", "L-ONOR.", "DAVID AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jgħid x'fadal xogħol x'isir u meta hu mistenni jitlesta x-xogħol fi Triq it-Taħħan u Triq iż-Żahar f'Ħ'Attard?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-ADT qed tistenna l-esproprjazzjoni meħtieġa fi Triq iż-Żahar biex imbagħad tkun tista' tagħlaq ix-xogħlijiet.", "Ix-xogħlijiet li setgħu jsiru fi triq it- Taħħan saru.", "UNIVERSITA' – GIAN PIETRO CALIARI", "28837.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 28734 u jgħid jekk l-Universita' ta' Malta għandhiex rabta ma' Gian Pietro Caliari li jgħid li huwa Professur ta' l-istess Universita' (Ref: http://www.gianpietrocaliari.eu/?page_id=2)", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li ma jeżisti l-ebda kuntratt jew rabta ma' l- Universita' fir-rigward tal-persuna imsemmija.", "PUSSESS TA' OĠĠETTI PROJBITI", "28838.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 27890 u 28736, jista' l-Prim Ministru jgħid f'kull każ x'passi ttieħdu mill-Kummissarju tal-VAT u mill-Kontrollur tad-Dwana?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li kull meta d- dwana tiltaqa' ma xi importazzjoni/esportazzjoni ta' oġġetti llegali jew ipprojbiti li jistgħu jiksru liġijiet oħra barra dawk tad-dwana, dawn jiġu riferuti lill-pulizija għal aktar stħarriġ.", "Id-dwana hija konxja ta' każ wieħed li ġie riferut lill-pulizija u rriżulta li kien hemm dan it-tip ta' ksur.", "Fejn għandhom x'jaqsmu il-liġijiet tad- Dwana u l-VAT, peress li l-ammont ta' taxxa nvoluta kien baxx, il-każ ġie magħluq għat-terminu ta' l-artikolu 63 ta' l-Ordinanza tad-Dwana.", "Il-Kontrollur tad-Dwana huwa awtorizzat sabiex jiġbor il-VAT fuq dawk il- każijiet fejn ikun hemm oġġetti projbiti għall-ivvjaġġar bl-ajru.", "PROVVISTA BAXXA TA' L-ELETTRIKU", "28854.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru jara li l- Enemalta tinvestiga għaliex anzjana, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separtament, qed ikollha provvista baxxa ħafna ta' l-elettriku fir- residenza tagħha tant li electrical equipment qed jintefa'?", "Billi din il- mara qiegħda taħt kura medika u jkollha bżonn tuża apparat ta' l-elettriku b'konessjoni mal-kundizzjoni medika tagħha possibli ssir spezzjoni fl-iqsar żmien possibbli u jittieħdu l-passi li hemm bżonn biex is-sitwazzjoni tiġi rimedjata?", "Possibbli jiġi nnutat li din l-anzjana ġabet l-electrician li ċċertifika li l-ħsarat mhumiex min-naħa tagħha iżda min-naħa ta' l- Enemalta?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "SOLAR WATER HEATERS", "28857.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 28405 u 28738 u jgħid għaliex l-Enemalta qed tagħti tlett xhur biss ċans minn mindu jitwaħħal servizz ġdid biex il- familji jwaħħlu solar water heaters ħalli jkunu jistgħu jibbenefikaw minn refund fuq il-meter tad-dawl u l-ilma?", "Ma jaħsibx li koppji żgħażagħ li jkunu qed jirranġaw d-dar fejn joqogħdu ikollhom bżonn servizz tad-dawl minn qabel ma jidħlu fid-dar tagħhom u ma jkunux jistgħu jwaħħlu s-solar water heater minn qabel?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "SELF-EMPLOYED – NI CONTRIBUTIONS", "28858.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex is-self-employed mhux qed jingħataw l-opportunita' jħallsu l-bolol tas-sigurta' soċjali li ma tħallsux qabel is-sena 2007?", "Jista' wara kollox jiġi kkunsidrat li tingħata din l-opportunita'?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant illi Skond l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali, persuna li taħdem għal rasha tista' tħallas arretrati ta' kontribuzzjonijiet tas-sigurta' soċjali dovuti sa massimu ta' ħames snin b'lura.", "UŻU TA' KAROZZA MINN DIRETTUR", "28860.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' l-Ministru jgħid jekk id-direttur tad-dipartiment, li d-dettalji tiegħu qegħdin jintbagħtu separatament, hux intitolat għall- użu tal-karozza bix-xufier jew mixtrija għalih?", "F'dan il-każ din il- policy qegħda tiġi osservata?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninsab infurmat li d-Direttur tad-Dipartiment li qiegħed jirreferi għalih l-Onor.", "Interpellant huwa ntitolat bħal kull Direttur ieħor ta' Dipartment tal-Gvern, għal karozza fully expensed għall- użu personali tiegħu.", "Waqt il-qadi ta' dmirijiet uffiċjali, id-Direttur jista' jagħmel użu minn karozza li tkun misjuqa minn xufier.", "Din hi policy li minn dejjem kienet titħaddem fid-Dipartimenti li jiffurmaw id-Diviżjoni tax-Xogħlijiet u dik tas-Servizzi.", "BAĊIR NRU.", "1", "28861.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jgħid jekk sarx xi progress fir-rigward ta' Dock 1?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi għar- risposti mogħtija fit-3 ta' Ottubru, 2007 u fis-17 ta' Ottubru, 2007.", "L- Outline application qiegħda tiġi kkunsidrata l-MEPA u n-negozjati mal- konsorzja qegħdin ikomplu.", "BORMLA - SKOLA G.DESPOTT", "28862.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jara li jsir xi ħaġa sabiex it-triq ta' madwar l- iskola G. Despott, Bormla ma tibqax tegħreq ma' kull ħalba xita?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-ADT bidlet parti mis-sistema ta' l-istorm water culvert peress li kien hemm sadd konsiderevoli.", "F'dan l-aħħar żmien ġiet imwaqqfa unit ta' maintenance li qed tieħu ħsieb dawn il-culverts.", "ĊITAZZJONIJIET PENDENTI", "28863.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi s-sitwazzjoni meta sid ta' karozza jmut u jkun hemm numru ta' ċitazzjonijiet pendenti?", "Min hu responsabbli għalihom?", "Jew dawn imutu miegħu?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ninsab infurmat li meta sid ta' karozza jmut il- karozza tiġi trasferita għal fuq l-eredi.", "Jekk ikun hemm ċitazzjonijiet pendenti l-Awtorita' dwar it-Trasport għandha l-obbligu li meta jsir trasferiment tiġbor il-ħlas għal dawk iċ-ċitazzjonijiet (pendenti) li jkunu ġew imdaħħla fis-sistema komputerizzata tagħha.", "Dan isir a bażi tal- Leġislazzjoni sussidjarja 65.23.", "ĦADDIEMA TAL-GVERN - SICK LEAVE", "28864.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jgħid għal kemm ġranet sick fuq full pay u half pay huma ntitolati l-ħaddiema tal-gvern?", "Jista' jgħid jekk jgħoddx l- istess għall-ħaddiema li huma pensjonabbli (daħlu qabel 1979)?", "X'jiġri meta persuna tkun marida għal perijodu twil ta' madwar 3 u 4 xhur u għalxiex tkun intitolata?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Is-Sick Leave tal-ħaddiema tal-gvern hija elenkata fis-sezzjonijiet 4.3.4. u 4.3.5. tal-Public Service Management Code.", "ĦADDIEMA TAL-GVERN - SICK LEAVE", "28865.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Familja u tas- Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru tgħid għal kemm ġranet sick fuq full pay u half pay huma ntitolati l-ħaddiema tal-gvern?", "Tista' tgħid jekk jgħoddx l-istess għall-ħaddiema li huma pensjonabbli (daħlu qabel 1979)?", "X'jiġri meta persuna tkun marida għal perijodu twil ta' madwar 3 u 4 xhur u għalxiex tkun intitolata?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi l- mistoqsija tiegħu lill-Prim Ministru bħala l-Ministru responsabbli mis- Servizz Pubbliku.", "MALTA AIR TRAFFIC SERVICES", "28866.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-Malta Air Traffic Services Ltd mill- formazzjoni tagħhom sal-lum?", "Meta u kif saret is-sejħa għal kull impjieg?", "Kemm applikaw f'kull każ, u kif saret l-għażla finali? jista' jgħid fejn kien l-impjieg preċedenti ta' dawk magħżula?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni fis-seduta waqt il-ħin tat-tqegħid ta' karti.", "ELECTRIC CARS - REĠISTRAZZJONI", "28874.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa l-ħlas ta' reġistrazzjoni ma' vetturi tat-tip battery driven electric cars li jkunu importati f'Malta?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi għar- risposta tal-mistoqsija parlamentari 28725, li ngħatat f'seduta oħra.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET", "BIL-MIKTUB", "FREEPORT - ARTIJIET", "W433.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid l- artijiet li kienu maħsuba biex ikunu parti mill-Freeport ġewwa Bengħajsa, Kalafrana limiti ta' Birzebbugia u issa l-Freeport u l-gvern jidhrilhom li m'għadx hemm il-bżonn aktar tagħhom, meta se jiġu rilaxxati u mgħoddija lura lill-persuni konċernati?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jindika l-artijiet li qed jirreferi għalihom.", "PROPRJETAJIET", "W434.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-proprjetajiet li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament, humiex proprjeta' tal- gvern jew Joint Office?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi skond l-arkivji tat-Taqsima Proprjeta' tal-Gvern (inklużi dawk tal-Uffiċċju Konġunt) il-proprjetajiet indikati mill-Onor.", "Interpellant m'humiex tal-Gvern."]} {"filename": "19940315_242d_par.doc", "date": "1994-03-15", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Uffiċjali u Rivedut) IS-SEBA' PARLAMENT Seduta Nru. 242 It-Tlieta, 15 ta' Marzu, 1994 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati Malta Prezz Lm1 IS-SEBA' PARLAMENT Seduta Nru. 242", "It-Tlieta, 15 ta' Marzu, 1994", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.11 p.m.", "Talba", "Seduta Nru. 242", "It-Tlieta, 15 ta' Marzu, 1994", "WERREJ", "MINUTI 74", "PETIZZJONI 74", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 75", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA 82", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-KOSTITUZZJONI TA' MALTA", "CONSTITUTION OF MALTA (AMENDMENT) BILL", "Kumitat 82", "AĠĠORNAMENT 105", "MISTOQSIJIET IMWIEĠBA BIL-MIKTUB 109 MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 241 li saret fl-14 ta' Marzu, 1994, ġew konfermati.", "PETIZZJONI", "MR SPEAKER (L-Onor.", "Lawrence Gonzi): L-Onor.", "George Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mr Speaker, f'isem nurmu ta' uffiċjali amministrattivi anzjani fis-servizz pubbliku nixtieq inressaq għall- attenzjoni tal-Kamra petizzjoni ffirmata minnhom, li jien informat li bagħtu kopja tagħha lill-Membri ta' din il-Kamra.", "Dawn huma kollha uffiċjali amministrattivi anzjani li għandhom 'il fuq minn 15-il sena esperjenza, kienu daħlu fis-servizz fl-1976/1977 b'eżami kompetittiv u għandhom record tajjeb mas-servizz; ħafna minnhom kienu anke acting heads of department.", "Fit-23 ta' Jannar 1992 uħud minn dan il-grupp ta' uffiċjali amministrattivi li kienu daħlu fis-servizz fl-istess żmien ingħataw promozzjoni għal assistent kap.", "Dan kien fi żmien meta l-Gvern diġa' kellu f'idejh ir-rapport tar-riforma tas-Servizz Ċivili li suppost kellu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 1991, u meta skond dan il-ftehim il- post ta' assistent kap kien se jiġi abolit.", "Barra minn hekk, kif għidt, il- ftehim suppost li ġie fis-seħħ mill-1 ta' Jannar 1991.", "Dan il-grupp ta' uffiċjali amministrattivi anzjani ħassew li dan kien kontra l-interess tagħhom, u għalhekk kitbu lill-Gvern li mhux biss ma rrispondihomx, imma lanqas biss acknowledgement ma bagħtilhom.", "L-union min-naħa tagħha qaltilhom li m'għandhiex x'taqsam magħhom għaliex din fil-fatt ma kenitx qed tħares l-interessi tagħhom.", "Minkejja li talbu biex jiltaqgħu mal- Kumitat tal-Kabinett inkarigat mir-riforma fiċ-Ċivil, dawn ma kellhom l- ebda risposta tajba.", "Imbagħad dawn għamlu protest ġudizzjarju biex ikunu jistgħu jinqatgħu minn ma' l-union f'din il-kwestjoni.", "Issa qed iġibu l-każ għall-attenzjoni tal-Kamra għaliex wara li ġara dan kollu, mir-riforma rriżulta li l-grad ta' assistent kap ġie abolit u allura l-post li ħadu sħabhom ma jistgħux jeħduh iktar 'il quddiem, u filwaqt li l-oħrajn daħlu fi skala ħamsa huma qegħdin fi skala sebgħa.", "F'din il- petizzjoni qed jispjegaw eżatt il-pożizzjoni tagħhom u għaliex qed iħossu li ġew diskriminati f'din il-kwestjoni.", "Huma qed jaraw li ma jistgħux jilħqu l-grad li laħqu sħabhom għaliex filwaqt li l-oħrajn ġew assimilati fi scale five, huma se jibqgħu fi scale seven.", "GĦalhekk iħossu li din il- Kamra għandha tinnota l-pożizzjoni anomala li ġew fiha u tara jekk tistax b'xi mod issib mezz kif tirranġa din il-kwestjoni.", "Jien informat ukoll li dawn ressqu l-każ tagħhom quddiem il-Kummissjoni għall-Investigazzjoni ta' l-Inġustizzji, pero' s'issa għad m'hemm ebda eżitu.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "UNIVERSITA' - ALLOWANCE", "16554.", "L-ONOR.", "JOE CILIA (f'isem l-Onor.", "Joe Mizzi) staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Liema huma dawk il-ħaddiema ġewwa l- Universita' li qed jirċievu xi forma ta' allowance tul din is-sena?", "(a) Ta' xiex qed jieħdu din l-allowance? (b) Kemm hi din l-allowance? (c) Min awtorizza din l-allowance?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI (Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani): Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista li turi l-allowances li qegħdin jitħallsu lill-istaff ta' l-Universita'.", "L-allowances huma approvati bl-awtorita' tal-Kunsill.", "LUKANDI - KLASSIFIKAZZJONI", "16075.", "L-ONOR.", "JOE CILIA (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: B'referenza għal mistoqsija parlamentari numru 15180 u t-tweġiba tagħha, kemm matul l-1993 u din is- sena s'issa kien hemm lukandi li ma żammewx l-istandards skond il- klassifikazzjoni tagħhom?", "Liema kienu?", "Kien hemm lukandi li wara twissija ma rranġawx is-sitwazzjoni?", "Kien hemm lukandi li tniżżlu klassifikazzjoni?", "Liema kienu?", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO (Segretarju Parlamentari) (f'isem il-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): Spezzjonijiet ta' lukandi biex jigi żgurat li l- istandard tal-klassifikazzjoni tagħhom qed jinżamm isiru prattikament kuljum.", "F'bosta okkażjonijiet jinstabu nuqqasijiet u l-management jingħata ordni biex dawn in-nuqqasijiet jiġu rranġati.", "Isiru follow-up inspections u l-każ jibqa' jiġi segwit sakemm l-ispetturi tal-Bord jikkonfermaw li dawn in-nuqqasijiet fil-fatt ġew irranġati.", "Billi l-ispezzjonijiet isiru ta' kuljum u nuqqasijiet instabu ta' spiss, mhux possibbli li nagħti n-numri ta' dawn il-każi u liema lukandi kienu.", "Fl-1993 ma kienx hemm każi fejn, wara t-twissijiet mill-Bord, ma rranġawx, u għalhekk ebda lukanda ma tilfet il-klassifikazzjoni.", "PULIZIJA - SORVELJANZA F'KENNEDY GROVE", "16076.", "L-ONOR.", "JOE CILIA (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jordna li ssir aktar sorveljanza mill-Pulizija tat-Traffiku, speċjalment il-Ħadd wara nofsinhar fit-triq ħdejn Kennedy Grove peress li qed ikun hemm konfużjoni sħiħa fit-traffiku, minħabba l-mod kif qed jiġu pparkjati l-vetturi minn nies li jagħmlu picnics hemmhekk?", "Mill-1 ta' Jannar sal-lum saru ċitazzjonijiet għar-raġunijiet mogħtija f'din il-mistoqsija?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru għall-Intern u Żvilupp Soċjali): Spiss ikun hemm Pulizija tat-Traffiku fil-post indikat mill-Onor.", "Interpellant.", "Jien informat li se jittieħdu passi biex patrols f'dawn in-naħat isiru aktar spissi.", "Mill-1 ta' Jannar sal-lum ma sarux ċitazzjonijiet f'din il-lokalita'.", "SPTARIJIET - KAŻIJIET TA' MARD TAS-SIDER", "16089.", "L-ONOR.", "JOE CILIA (f'isem l-Onor.", "Reno Calleja) staqsa lill- Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Billi l-Interpellant huwa mgħarraf li reġgħet tfaċċat bil-kbir il-marda tas-sider u li tfaċċa mikrobu li qed ikun reżistenti għall-mediċini li sal-lum kienu jintużaw kontra din il-marda, x'inhu jagħmel id-Dipartiment tas-Saħħa biex iżomm ruħu nformat u kif qed jgħasses is-sitwazzjoni?", "Tfaċċaw xi każi ta' mard tas-sider f'dawn l-aħħar tliet snin f'Malta?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għal mistoqsija parlamentari numru 11030.", "Biex naġġorna l-figuri, it-total għall-1993 kien ta' 24.", "Mill-analiżi li qed issir ġo laboratorji barra minn Malta minn żmien għal żmien, fuq pazjenti hawn Malta, ma jidhirx li daħlet ir-resistant strain ta' Tuberkolożi.", "Id-Diviżjoni tas-Saħħa qed tissorvelja regolarment is- sitwazzjoni u qed issaħħaħ l-isforzi dwar tilqim tat-tfal kontra din il- marda fil-programmi, fl-iskejjel u fiċ-Ċentri tas-Saħħa.", "Kull każ ta' Tuberkolożi jiġi investigat, inkluż fil-persuni kuntatti mal-każ.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "George Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mr Speaker, jien ma nafx għandix permess nitkellem, pero' nħoss li mistoqsija bħal din taf toħloq xi ftit ta' allarm.", "Bil- permess tal-Ministru nixtieq li wieħed jissolleva l-fatt illi minkejja li hemm strains li veru huma reżistenti għall-kura tradizzjonali, biex iserraħ moħħ il-poplu, wieħed irid jgħid ukoll li hemm ħafna antibijotiċi ġodda li huma assolutament effettivi fuq il-mikrobi li jeżistu.", "GĦalhekk ma rridux immorru bl-idea li se jiġi xi tip ta' mard tas-sider li mhux se jkun jista' jitfejjaq.", "Barra minn hekk, wieħed irid jgħid ukoll li din hija marda li qatt - nerġa' ngħid qatt - ma nqatgħet kompletament minn pajjiżna.", "Ovvjament kien hemm żmenijiet meta tbaxxiet l-inċidenza tagħha imma sfortunatament minn żmien għal żmien jerġa' jkollna outbreaks f'postijiet differenti.", "Pero', bil-permess tal-Ministru, nixtieq inserraħ moħħ il-poplu li ma għandux ikun hemm xi allarm jew paniku li hawn xi marda li ma titfejjaqx fil-każ tal-mard tas-sider.", "KUMPANNIJI RUSSI - XIRI TA' PROPRJETA'", "16090.", "L-ONOR.", "JOE CILIA (f'isem l-Onor.", "Reno Calleja) staqsa lill- Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jagħti lista tal-persuni jew kumpanniji Russi li ħadu l-AIP f'dawn l-aħħar sentejn?", "Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-proprjetajiet li xtraw?", "ONOR.", "JOHN DALLI (Ministru tal-Finanzi): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li skond artiklu 5(5) ta' Att Numru XXXVII ta'1974, jiġu ppubblikati kull perjodu ta' tliet xhur listi ta' permessi maħruġa taħt din il-liġi, li turi l-isem u l-kunjom tax-xerrej, il-post tar-residenza tiegħu, deskrizzjoni tal-proprjeta' immobbli, u n-numru relattiv ta' l-AIP.", "Għaldaqstant l-informazzjoni li qiegħed jitlob l-Onor.", "Interpellant toħroġ minn dawn l-imsemmija listi.", "BIRZEBBUGIA : TRIQ IĊ-ĊIEF - GĦALQA", "16136.", "L-ONOR.", "JOE CILIA (f'isem l-Onor.", "Reno Calleja) staqsa lill- Ministru għas-Sigurta' Soċjali: Jista' l-Ministru jikkonferma li l- għalqa li hemm fi Triq iċ-Ċief, fil-Housing Estate, Birżebbugia se tingħata għall-bini mill-Gvern?", "Jekk iva, għaliex tbiddel il-pjan meta kellha tiġi triq li tgħaddi minn din l-għalqa u torbot ma' fejn il-knisja?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI (f'isem il-Ministru għas-Sigurta' Soċjali): Fil-preżent qed jiġi studjat l-użu ta' din l-art.", "QRATI - SENTENZI SOSPIŻI", "16168.", "L-ONOR.", "JOE CILIA (f'isem l-Onor.", "Reno Calleja) staqsa lill- Ministru tal-Ġustizzja: Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw sentenzi sospiżi lill-akkużati li nstabu ħatja minn mindu ġiet introdotta din il- liġi, sena b'sena?", "Kemm ingħataw probations lill-akkużati fis-sena 1993?", "Kemm minn dawk li ngħataw suspended sentence kienu reċidivi?", "Kemm minn dawk li ngħataw probation is-sena li għaddiet kienu reċidivi?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (f'isem il-Ministru tal-Ġustizzja): Is-sentenzi sospizi li ngħataw minn mindu ġiet introdotta l-liġi huma s-segwenti:", "|31.5.91 sa Dicembru, |194 | |1992 | | |1993 |177 | |1994 | 15 |", "Fl-1993 ingħataw 309 probations, fost dawn kien hemm 9 reċidivi.", "Is-sena li għaddiet ingħatat probation lil 33 persuna li kienu recidivi.", "ŻURRIEQ - TELEPHONES", "16169.", "L-ONOR.", "JOE CILIA (f'isem l-Onor.", "Reno Calleja) staqsa lill- Ministru għat-Trasport u Kommunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid għaliex f'Wied iż-Żurrieq ilhom aktar minn ġimgħa bla linji tat-telephone?", "Jaf il-Ministru li anke l-għassa ta' Wied iż-Żurrieq kienet bla linja?", "Meta f'postijiet bħal dawn imur il-cable jew jiżviluppaw xi ħsarat kbar, għaliex ix-xogħol ma jinbediex mill-ewwel?", "Meta se jitlesta x-xogħol biex ir-restaurant, l-għassa u anke l-coin-box jingħataw linja?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (f'isem il-Ministru għat-Trasport u Kommunikazzjoni): Ninsab informat li l-Korporazzjoni Telemalta ħadet il-passi meħtieġa mmedjatament sabiex issewwi l-ħsarat li kien hemm fil-cable f'Wied iż- Żurrieq fejn kellu jinbidel madwar kilometru ta' armoured cable fuq l- arbli.", "Is-servizz tat-telefon fl-għassa tal-pulizija reġa' ġie għan-normal nhar il-Ġimgħa 18 ta' Frar, 1994 filwaqt li s-servizzi l-oħra tlestew sat-Tlieta 22 ta' Frar, 1994.", "ŻURRIEQ - TELEPHONES", "16170.", "L-ONOR.", "JOE CILIA (f'isem l-Onor.", "Reno Calleja) staqsa lill- Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid jekk hux veru li l- ħaddiema ta' Telemalta kellhom bżonn il-koperazzjoni tal-ħaddiema ta' Enemalta in konnessjoni ma' ħsarat li żviluppaw fis-sistema tat-telephone f'Wied iż-Żurrieq?", "Veru li din il-koperazzjoni damet ġranet sħaħ ma waslet?", "Jekk hu hekk, għaliex ġara dan?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON (Ministru għall-Ambjent): Tweġiba tingħata f`seduta oħra.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cilia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE CILIA: Bħalissa fit-telgħa taċ-ċimiterju qed ikun hemm nofs it- triq fi dlam ċappa.", "Jista' l-Ministru jagħti raġuni għalfejn qed ikun hemm dan id-dlam ċappa kuljum?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Ma nafx assolutament x'inhi r-raġuni li nofs it- triq ta' ħdejn iċ-ċimiterju qed tkun fid-dlam.", "Wieħed irid jagħmel rapport lill-foreman tad-distrett biex jittieħdu l-passi.", "VALLETTA - FTUĦ TA' PIZZERIJA TAĦT IL-BIBLJOTEKA", "16263.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Saret xi oġġezzjoni mill-Bibljoteka Nazzjonali għall-ftuħ ta' pizzerija taħt il-bini tal-Bibljoteka meta qed jiżdied il-periklu għall- post fejn għandna tant dokumenti imprezzabbli?", "Kif twasslet din l-oġġezzjoni lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar biex ma toħroġx il-permess għall-ftuħ ta' din il-pizzerija?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Saret oġġezzjoni mid-Direttur, Bibljoteki u Arkivji dwar il-possibilita' ta' pizzerija taħt il-bini tal-Bibljoteka.", "Din l-oġġezzjoni biex ma jinħarġux permessi għal catering establishment saret bil-miktub u ttieħdet bl-idejn lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Evarist Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Jista' jkun li l-oġġezzjoni ttieħdet wara li x- xogħol kollu kien kważi sar?!", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Ugo Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: M'iniex informat hekk.", "MINISTERI - IMPJEGATI QRABA TA' MINISTRI", "16264.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Prim Ministru: Issa li l- Gvern ippubblika l-Kodiċi ta' Etika għall-Ministri u Segretarji Parlamentari, jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm impjegati fis- Segreterjat ta' Ministri u Segretarji Parlamentari li huma qraba ta' Ministri u Segretarji Parlamentari?", "Fid-dawl ta' paragrafu 23 ta' dan il-Kodiċi, x'inhi l-pożizzjoni ta' dawn l-impjegati?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Prim Ministru): Ninsab informat li fl-aħħar ta' Frar 1994 b'kollox kien hemm disa' persuni li kienu qed jaħdmu f'segretarjat privat ta' Ministru jew Segretarju Parlamentari li jiġu minnu.", "Persuna waħda biss minnhom qiegħda bil-kuntratt definit.", "Fejn hu possibbli dawn l-impjegati se jingħataw xogħol alternattiv jew il-kuntratt ma jiġix imġedded.", "SERQ TA' DAWL U ILMA - SPEZZJONIJIET", "16265.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Tul l-1993 kemm saru spezzjonijiet lokalita' b'lokalita' dwar serq ta' dawl u ilma f'Malta u f'Għawdex?", "Min jiddeċiedi fejn għandhom isiru l-ispezzjonijiet fuq liema kriterji jagħżel, f'liema lokalitajiet isiru jew ma jsirux spezzjonijiet?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li n-numru ta' spezzjonijiet li saru fl-1993 mill-Korporazzjoni Enemalta dwar serq ta' elettriku kien ta' 2338 u dawn huma mqassmin hekk:", "|Attard |46 | |Baħrija |1 | |Balzan |34 | |B`Kara |100 | |Birżebbuġia |20 | |Buġibba |72 | |Burmarrad |5 | |Ċirkewwa/Armier |2 | |Cospicua |45 | |Fgura |34 | |Floriana |22 | |Għargħur/Magħtab |11 | |Għaxaq |2 | |G`Manġia |1 | |Gudja |9 | |Gżira |57 | |Ħamrun |37 | |L-Iklin |11 | |Kalkara |3 | |Lija |7 | |Luqa |34 | |Marsa |26 | |Marsascala |20 | |Marsaxlokk |3 | |Mellieħa |39 | |Mġarr/Manikata |9 | |Mqabba |4 | |Mosta |95 | |Mrieħel |9 | |Msida |86 | |Naxxar |66 | |Paola |49 | |Mtarfa |11 | |Bir id-Deheb |1 | |Qawra |36 | |Qormi |139 | |Qrendi |2 | |Rabat |126 | |Ricasoli |1 | |San Ġwann |42 | |St Paul's Bay |98 | |Santa Lucia |29 | |Senglea |74 | |Siġġiewi |83 | |Sliema |108 | |St Julians/St |111 | |Andrews | | |Ta` Qali |1 | |Valletta |125 | |Żabbar |41 | |Żebbuġ |149 | |Żejtun |54 | |Żurrieq |28 | |Selmun |1 | |Paceville |54 | |Tarxien |5 | |Pieta` |4 | |Ta` Xbiex |36 | |Xemxija |1 | |Swieqi |2 | |Santa Venera |7 | |Dingli |3 | |Xagħra |1 | |Victoria |1 | |Sannat |1 | |Marsalforn |1 | |Xlendi |2 | |Nadur |1 | |Total |2338 |", "L-ispezzjonijiet isiru fuq rapporti li joħorġu skond il-programm komputerizzat.", "Isiru spezzjonijiet fuq rapporti oħra li jaslu għand il- Korporazzjoni.", "Il-ħaddiema għandhom l-ordni li jekk jintbagħtu fuq spezzjoni u jsibu l- post magħluq, l-ispezzjoni xorta tkun trid issir fuq l-eqreb bieb, biex hekk ikun żgurat li x-xogħol ikun sar.", "Isiru spezzjonijiet f`ċerti żmenijiet tas-sena f`postijiet kummerċjali bħal Buġibba, Marsascala, Mellieħa, Sliema, Paceville u postijiet oħra.", "Hawn l-ispezzjonijiet isiru triq triq.", "Isiru wkoll spezzjonijiet fuq ċerti postijiet kummerċjali mifruxin ma' Malta u Għawdex, bħal farmhouses, ħwienet tal-laħam, super u mini markets, ħwienet li jbigħu l-linef u ħwienet oħra.", "L-ispezzjonijiet isiru fuq diversi kriterji u mingħajr l-ebda eċċezzjoni ta' postijiet jew lokalitajiet.", "Jien informat li fis-sena 1993, il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma għamlet madwar 10,000 spezzjoni dwar suspetti ta' serq ta' ilma.", "Dawn l- ispezzjonijiet saru lill-konsumaturi domestiċi, kummerċjali, agrikoli, turistiċi u ndustrijali.", "Il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma għandha sezzjoni tal-Water Audit li hi ddedikata biex tieħu ħsieb il-kontroll fuq l-użu llegali ta' l- ilma.", "L-għażla tal-postijiet fejn isiru l-ispezzjonijiet isir bi tliet modi:", "(i) mis-sistema komputerizzata, fejn jiġu ndikati konsumaturi b'konsum suspettuż.", "(ii) minn rapporti li jidħlu lill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma fosthom permezz ta` telefonati, korrispondenza, meter readers u dipartimenti governattivi.", "(iii) permezz ta' sistema at random f`lokalitajiet fejn ikun hemm suspett ta' abbuż potenzjali ta' serq.", "UNIVERSITA' - MOBILITY PROGRAMMES TA' L-EU", "16266.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Prim Ministru: X'passi ħa l- Gvern s'issa biex l-istudenti lokali jgawdu mill-Mobility Programmes ta' l- Unjoni Ewropea fid-dawl tal-kritika li għamel il-Kunsill ta' l-Istudenti Universitarji li l-istudenti Maltin tħallew barra mill-programmi li kellha s'issa l-Unjoni Ewropea, anke għall-pajjiżi mhux membri sħaħ tagħha?", "X'passi se jittieħdu biex l-istudenti Maltin jibbenefikaw minn programm li l-UE qed tfassal issa f'dan il-qasam?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Nitlob lill-Onor Membru jagħmel din il- mistoqsija lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Rizorsi Umani.", "IRZIEZET - MAJJALI BLA PERMESS", "16374.", "L-ONOR.", "JOE CILIA (f'isem l-Onor.", "Salvu Sant) staqsa lill-Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd: Nirreferi għar-rapporti fil-gazzetti tal- 25 ta' Frar, 1994 fejn l-Administrative Law Enforcement Unit għamlet raid fuq tlett irziezet li kienu qed irabbu l-majjali bla permess.", "Jista' l-Ministru jgħid fejn kienu dawn l-irziezet, in-numru ta' majjali li kien hemm f'kull razzett u l-mod kif ġew distrutti l-majjali f'kull każ?", "Peress li ssemma wkoll li preżenti kien hemm il-veterinarju Dr. A. Gruppetta, fil-każi bħal dawk ta' Ħaż Żebbuġ u ż-Żejtun (Strejnu Street) liema tabib kien preżenti?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON (f'isem il-Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-irziezet kienu fl-inħawi ta' l- Imqabba.", "In-numru ta' majjali f'kull razzett kienu 59, 56 u 165 rispettivament.", "F'dawn it-tliet każi l-majjali nqatlu fil-post, ġew distrutti permezz ta' applikazzjoni ta' kimika u mirduma ż-Zurrieq.", "Fil-fatt fuq bażi ta' esperjenza, is-Servizz Veterinarju biddel il-policy u issa flok il-majjali jittieħdu l-biċċerija qed jiġu distrutti fuq il-post meta dan ikun possibbli.", "Din is-sistema frankat ħafna traġitt u naqset l- użu ta' ħafna ħaddiema, barra li l-azzjoni qiegħda tkun iżjed effettiva.", "Dwar it-tielet paragrafu għandi ngħid li t-tabib responsabbli għal-Law Enforcement ta' l-industrija tal-majjal huwa Dr Gruppetta, li ħa ħsieb l- attivita' fuq kull farm illegali li nstab ħlief dak taż-Zejtun, fejn fl- assenza ta' Dr Gruppetta għax kien imsiefer, l-attivita' tmexxiet minn Dr C.L. Vella, il-Kap tas-Servizz Veterinarju.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "George Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Jista' l-Ministru jgħidilna għaliex fil-każ taż- Żejtun, kuntrarjament għal dak li jsir f'każijiet oħra, il-ħnieżer ma nqatlux, anzi ttieħdu u eventwalment reġgħu ġew mogħtija lis-sid biex jerġa' jkompli f'dan ir-razzett?", "MR SPEAKER: Il-Ministru għall-Ambjent.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jekk dak li qed jgħid l-Onor.", "Membru fuq il-każ taż-Żejtun hux veru ma nafx, pero' minn din it-tweġiba fhimt li l-Ministru biddel il-policy u minflok qed jittieħdu l-Biċċerija qed jiġu distrutti fuq il-post.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "George Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Ninforma lill-Ministru li l-każ ta' Ħaż-Żebbuġ fejn il-ħnieżer ġew maqtula fuq il-post ġara wara l-każ taż-Żejtun.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Michael Falzon.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Fil-każ taż-Żejtun il-ħnieżer ma nqatlux fuq il- post.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Qabel kienu jittieħdu u jinqatlu.", "Forsi ma kenux jinqatlu on the spot, imma xorta kienu jinqatlu.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Onestament ma nafx nirrispondi iktar minn dak li hawn fit-tweġiba uffiċjali tal-Ministru ta' l-Agrikoltura u Sajd u għalhekk tista' ssir mistoqsija bil-miktub.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Ma nafx għaliex qed ikun hawn dan il-ħafna ħabi wara dan il-każ taż-Żejtun.", "Hija xi ħaġa stramba li bniedem jiġi ttrattat b'mod assolutament differenti minn ħaddieħor, jitressaq il-qorti ħafna iktar qabel kulħadd, jingħata l-probation u wara erbat ijiem jerġa' jingħata l-permess u jroddulu lura l-ħnieżer li kienu ħadulu.", "Dan ifisser li bilfors li għandu ħafna ħbieb.", "MR SPEAKER: Il-Ministru Falzon.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien ma nafx iktar milli naf bħala Membru ta' din il-Kamra.", "Saru ħafna mistoqsijiet fuq dan il-każ u safejn naf jien dejjem kien il-Ministru ta' l-Agrikoltura u Sajd li ta t-tweġibiet għalihom.", "MR SPEAKER: Mistoqsija supplimentari, l-Onor.", "Salvu Sant.", "ONOR.", "SALVU SANT: Fil-każ taż-Żejtun il-ħnieżer ħaduhomlu f'Lulju u minflok kif għamlu f'każijiet oħra, jiġifieri nħarqu fuq il-post, ittieħdu f'post li ma nafux fejn.", "Dan il-bniedem reġa' applika għall-permess f'Awissu, il-permess ħareġ fid-9 ta' Settembru mentri l-ħnieżer iddaħħlu fir-razzett fit-3 ta' Settembru, tressaq malajr il-Qorti...", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Kien jaf li se jirranġa.", "ONOR.", "SALVU SANT: ... u kulma weħel kien biss suspended sentence għal sitt xhur.", "Din hi l-istorja kollha.", "Jien appellajt lill-Prim Ministru biex jinvestiga dan il-każ.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien m'għandi xejn x'inżid mat-tweġiba li tajt.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Karmenu Vella, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Nixtieq inkun naf x'inhi r-risposta li ta l- Ministru dwar iż-żewġ raids li saru fuq iż-żewġ irżiezet ġewwa l-Imqabba fejn il-majjali kienu ntefgħu f'barriera minflok inħarqu.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Dak li qed jistaqsi l-Onor.", "Vella huwa preċiżament dak li diġa' ndikajt.", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Nixtieq inkun naf għalfejn il-majjali ntefgħu fil- barriera minflok ma tawhom lil xi istitut, eċċ., bħala karita' għax dawn il- majjali ma kenux morda.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien nerġa' nsemmi l-policy li semma l-Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd fit-tweġiba li qrajt, cioe' li nstab li huwa aktar vantaġġjuż li l-qtil tal-majjali jsir fuq il-post stess.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet issa għadda.", "Tqegħid ta' karti.", "L-Onor.", "Ugo Mifsud Bonnici.", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra:", "Lista ta' studenti fil-korsijiet mgħallma taħt it-Technician Apprenticeship Scheme, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari numru 16434; u", "Informazzjoni dwar studenti full-time fi skejjel post-sekondarji, sena b'sena, mill-1984 sal-lum, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari numru 16435.", "MR SPEAKER: Il-Ministru tal-Finanzi.", "ONOR.", "JOHN DALLI (Ministru tal-Finanzi): Inqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra:", "Kopja tar-Rapport Annwali ta' l-Awditur għas-sena 1992.", "Kopja ta' dan ir-rapport se titqassam lill-Onor.", "Membri.", "MR SPEAKER: Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal- Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-KOSTITUZZJONI TA' MALTA", "CONSTITUTION OF MALTA (AMENDMENT) BILL", "L-Ordni għal Kumitat ġie moqri.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor.", "Charles Mangion, President tal-Kumitati, jippresjedi.", "Ikompli mill-14 ta' Marzu, 1994.", "Klawsola 7 - Sostituzzjoni ta' l-artikolu 101 tal-Kostituzzjoni.", "(Kont.)", "Clause 7 - Substitution of section 101 of the Costitution.", "(Cont.)", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "John Attard Montalto.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: L-ewwel kumment li xtaqt nagħmel huwa li ladarba l-Gvern iddeċieda li jneħħi l-ewwel sitt klawsoli u jdaħħal din il- klawsola bħala section 101A tal-Kostituzzjoni, kien jagħmel iżjed sens li kieku dan il-Bill kollu kemm hu ġie rtirat u minfloku sar Abbozz totalment differenti.", "Il-Gvern qed isostni li din il-kummissjoni trid tkun waħda kostituzzjonali u allura meta wieħed jara li d-doveri, l-obbligi u l- funzjonijiet issa ġew radikalment mibdula, wieħed bilfors jistaqsi.", "Qed nuża l-kelma \"radikalment\" għax ingħatat l-impressjoni illi t-tibdil kien biss wieħed żgħir mentri fil-fatt kien wieħed li biddel kompletament il- parti essenzjali ta' l-Abbozz kif kien propost.", "Nibda billi nirreferi għall kompożizzjoni tal-kummissjoni.", "Ladarba l- funzjonijiet issa huma differenti u tbiddlu b'mod radikali, wieħed kien jistenna illi l-kompożizzjoni tirrifletti iżjed il-funzjonijiet ġodda.", "Qed ngħid hekk għax peress li l-kummissjoni, fi kliem il-Ministru stess, hija waħda high powered, il-funzjonijiet issa waqgħu into a low gear - biex inkompli nuża l-metafora - mentri l-kompożizzjoni baqgħet kif kienet oriġinarjament.", "Il-President baqa' bħala chairman u jidher li għalkemm il- Gvern għamel lill-President bħala chairman l-intenzjoni kienet li probabbilment in-numru ta' seduti li se jippresjedi jkun żgħir għax hemm prevvist illi meta jkun assenti ċ-chairman għandu jmexxi l-laqgħa d-deputy chairman li jkollu l-vot oriġinali u l-casting vote.", "Wieħed għandu jiftakar li l-intenzjoni oriġinali tal-Gvern ma kenitx li l-President tar- Repubblika jkun iċ-chairman ta' din il-kummissjoni, imma li ċ-chairman ikun il-President tal-Qorti.", "Għalkemm il-kompożizzjoni tbiddlet biex il-Pprim Imallef ma jibqax ic-chairman, il-probabilia' hija illi l-laqgħat fil- maġġoranza tagħhom kienu se jiġu preseduti mill-Prim Imħallef li jkollu żewġ voti, jiġifieri wieħed għalih u l-casting vote f'każ li jiġu ndaqs.", "Min-naħa ta' l-Oppożizzjoni, l-idea għaliex m'għandux ikun hemm l-acting prim imħallef hija proprju illi, speċjalment issa bil-funzjoni kompletament u radikalment mibdula, wieħed isibha diffiċli biex jgħaddi ġudizzju fuq nies li jkunu qegħdin jaħdmu flimkien, fl-istess soċjeta' - wara kollox hija soċjeta' wkoll - u għaldaqstant l-Oppożizzjoni pproponiet u qiegħda tipproponi illi għandu jkun prim imħallef irtirat.", "Jiena niftakar li meta konna qegħdin niddiskutu Abbozz Numru 54 barra minn dan il-Parlament bejn ir-rappreżentanti tal-Gvern u ta' l-Oppożizzjoni kien sar suġġeriment min- naħa ta' l-Oppożizzjoni - anke f'dak l-istadju, jiġifieri mhux biss hawnhekk u qed ngħid dan biex wieħed jara l-konsistenza tagħna - illi l- membri tal-kummissjoni għandhom ikunu mħallfin jew maġistrati rtirati għax dawn ma jsibuhiex daqstant diffiċli meta jiġu biex jaraw jekk hemmx ħtieġa illi mħallef jew maġistrat li jkun għadu jipprattika jiġi investigat.", "Din l-idea li aħna kkommunikajna lin-naħa l-oħra apparentement ma sabet soljev imkien.", "Kien proprju għalhekk li f'dan l-istadju ressaqna emenda fis-sens li l-prim imħallef li jikkostitwixxi l-kummissjoni għall-amministrazzjoni tal-ġustizzja jkun wieħed irtirat.", "Fl-emenda tagħna ħallejna barra anke lill-Avukat Ġenerali, mentri fil- Bill ippreżentat mill-Gvern, kif ukoll fl-emenda li ressaq il-Ministru jidher li l-Avukat Ġenerali se jkun fuq il-kummissjoni.", "Bl-ebda mod ma rridu nitfgħu xi dell fuq il-kapaċitajiet legali ta' l-Avukat Ġenerali preżenti, iżda wieħed bilfors irid jgħid illi, kif jaf kulħadd, għalkemm il- kariga ta' l-Avukat Ġenerali hija stabbilita wkoll bil-Kostituzzjoni, ħafna drabi fil-prattika din il-pożizzjoni tista' tiġi abbużata.", "L-abbuż li jista' jsir mill-Avukat Ġenerali ma jsirx b'mod konxju imma jista' jkun li l-Avukat Ġenerali biex ipaxxi lil xi ħadd, biex jaqdi iżjed il-funzjonijiet tiegħu u biex ikun iżjed Kattoliku mill-Papa, imur oltre.", "Meta jiena niddiskuti ħafna affarijiet ma' l-Avukat Ġenerali preżenti, anke b'mod amichevole - għax jiena ħabib ta' l-Avukat Ġenerali preżenti - b'ċajta jgħidli li meta hu jipprepara r-risposti għall-press releases li jagħmel għall-Ministru, ikunu ħafna iżjed potenti milli kif jispiċċa jagħmilhom il- Ministru għax he tones them down.", "Din hija ċajta imma fil-fatt wieħed jara kif il-pożizzjoni ta' l-Avukat Ġenerali f'pajjiżna m'hijiex waħda strettament indipendenti mill-poteri tal-pajjiż u għaldaqstant huwa evidenti u ovvju illi min ikun qed jokkupa l-kariga ta' l-Avukat Ġenerali ħafna drabi huwa portavoce legali ta' l-eżekuttiv.", "Niftakru li meta Edgar Mizzi kien Avukat Ġenerali tar-Repubblika kulħadd kien jgħid li l-Prim Ministru huwa Mintoff u l-Viċi Prim Ministru huwa Edgar Mizzi.", "Huwa veru li ħafna drabi peress li l-Avukat Ġenerali jrid jagħti lill-Gvern l-aspett legali ta' dak li jkun qed jiġri, irid jidħol ukoll fl-aspett u l- mentalita' politika - għalkemm mhux paartiġġjana - imma dan ifisser illi r- rappreżentanza tiegħu ma tkunx waħda indipendenti imma tista' tagħti lok illi bejn id-deċiżjoni li tieħu u d-deċiżjoni li tittieħed ikun hemm influwenzi illi ma jidhrux.", "Il-Ministru mhux se jmur fuq l-Avukat Ġenerali u jgħidlu biex jivvota ħalli dak l-imħallef jiġi dixxiplinat jew biex dak l- avukat niġbdulu widnejh.", "Jiena konvint li dawn l-affarijiet ma jsirux jew m'għandhomx isiru.", "Ħafna drabi wieħed ikun irid jaġġevola u jidħol mingħajr ma jrid fl-ambitu u fil-ħsieb ta' the government of the day u għalhekk ma jidhrilniex li l-avukat ġenerali għandu jkollu postu f'din il- kummissjoni.", "Huwa importanti ħafna li wieħed jirreferi għal żewġ membri eletti għal żmien erba' snin mill-imħallfin tal-qrati superjuri.", "Għall- istess mod kif aħna argumentajna dwar il-prim imħallef, qed nargumentaw dwar ir-rwol ta' imħallef f'dak li qed nipproponu.", "Aħna jidhrilna li jkun ħafna iżjed faċli illi persuna li tkun irtirata tiġbed l-attenzjoni għan- nuqqas ta' imħallef ieħor milli persuna illi tkun f'dak il-ħin u mument tpoġġi fuq il-bank tal-ġudikatura.", "Anke bl-oppost nargumenta.", "Huwa ovvju illi kif għandek ċertu mhux tilwim miftuħ imma adntipatija fost għaqda, jiena konvint illi f'kull Kabinett ikun hemm ministri li jkunu ippikati għal xulxin u li fost il-ġudikatura jkun hemm imħallfin ippikati għal xulxin.", "L-istess fost il-maġistratura.", "Fejn kien hemm l-argument li huwa diffiċli biex imħallef jew maġistrat sedenti jkun indipendenti fil- ġudizzju tiegħu meta qed iqis il-każ ta' kollegi, jista' jagħti l-każ l- oppost.", "Mhux talli forsi ma jistax ikun indipendenti b'mod pożittiv imma jista' jagħti l-każ illi d-deċiżjoni tiegħu ma tkunx indipendenti b'mod negattiv.", "Dawn huma affarijiet mil-lewn id-dinja, nafu l-umanita' x'inhi, nafu x'inhuma d-difetti ta' ħafna individwi u għaldaqstant biex nipprovaw neliminaw kemm jista' jkun il-pika li teżisti jew il-prudenza żejda li mbagħad tirriżulta f'nuqqas ta' ġustizzja, l-argument tagħna kien li jkun aħjar li l-imħallfin fuq il-kummissjoni ma jkunux sedenti.", "Kif jaf kulħadd, f'dan il-każ wieħed m'għandux isib problemi.", "L-istess argument japplika għall-maġistrati, imma fil-każ tal-maġistratura jista' jkun hemm problema biex wieħed isib maġistrati rtirati biżżejjed minn fejn jagħżel.", "Fil-fatt jekk wieħed josserva l-policy li xtaq jimplimenta l-Ministru Fenech, il-problema ma tibqax għaliex ladarba l-idea tal-Ministru kienet li maġistrat ma jiġix elevat għal imħallef, allura meta l-maġistrati jirtiraw il-proċess normali jkun li jkollna maġistrati irtirati.", "Il-problema hija li sakemm ħafna minnhom jilħqu dik l-eta', jien konvint li dik il-policy tkun tbiddlet għaliex m'għandix dubju li sa dak iż-żmien ikun hemm bidla fl- Amministrazzjoni.", "Imma ma rridux nargumentaw b'dan il-mod, irridu nargumentaw li huwa possibbli li fost il-maġistratura preżenti jkun hemm dawk li, kif issuġġerixxa l-kollega u għalliem tiegħi, l-Onor.", "Mifsud Bonnici, jirtiraw u l-pensjoni tagħhom tiġi awmentata biex tkun ekwivalenti għall-paga li kellhom qabel ma rtiraw.", "Dwar iż-żewġ membri, jiġifieri l-membru magħżul mill-Prim Ministru u l- membru l-ieħor magħżul mill-Kap ta' l-Oppożizzjoni, wieħed jista' jgħid li l-idea tagħna minn dejjem kienet li għandhom ikunu żewġ persuni li ma jkunux magħżula mill-professjoni legali.", "Wieħed jista' jargumenta wkoll li huwa tajjeb li jkollok element lajk biex minn naħa waħda jirrappreżenta lill-Gvern u lill-Oppożizzjoni u min-naħa l-oħra jara l-affarijiet mhux mill-punto di vista ta' professjonist.", "F'dan il-każ meta n-numru huwa f'minoranza, l-argument li huma ma jkollhomx il-kwalifiki ma jreġix.", "Għaliex?", "Għandhom ikunu preżenti proprju għaliex m'għandhomx il-kwalifiki, sabiex il-poplu jkollu rappreżentant tiegħu evidentement magħżul b'mod matur - u minn dan m'għandix dubju - imma fl-istess ħin ma jkunx avukat, maġistrat irtirat, imħallef, prokuratur legali jew nutar.", "B'dan il-mod verament inkunu qed nattwaw dak li kontinwament nisimgħu min-naħa l-oħra, jiġifieri t-trasparenza; għax f'dan il-pajjiż għandna nagħmlu dizzjunarju għal-lingwaġġ Nazzjonalista u din hija waħda mill-kliem li reċentement ġiet addottata mill-Gvern u tintuża minn kull Ministru u minn kull deputat f'kull speech li jagħmlu.", "It-trasparenza ma tidħolx meta għandek kumitat ta' disa' avukati - għaliex l-imħallef, il-Prim Imħallef u l-Avukat Ġenerali huma kollha avukati - u ladarba l-Gvern ma jridx jinserixxi l- kwalifika li ż-żewġ persuni magħżula mill-Gvern u mill-Oppożizzjoni ma jkunux professjonisti, ifisser li hemm potenzjal li jkunu avukati.", "Għaldaqstant jekk verament irridu kummissjoni li jkollha ċertu trasparenza għall-poplu in ġenerali - mhux għall-imħallef, għall-avukat jew għall- maġistrat - f'din il-kummissjoni għandu jkun hemm persuni li huma lajċi.", "Il-kritika prinċipali li kienet saret mill-kelliema tal-Gvern dwar il- Workings of the Law Court Commission kienet tirrigwarda l-fatt li f'din il- kummissjoni l-maġġoranza tal-membri ma kenux legali.", "Jien mhux se niddejjaq ngħid b'mod apert li ma naqbilx li f'kummissjonijiet li jkollhom x'jaqsmu ma' kif wieħed għandu jżid l-effiċjenza tal-qorti u kif wieħed għandu jamministra jew jagħmel suġġerimenti dwar dan il-qasam, għandu jkun hemm maġġoranza lajka.", "Sfortunatament dawk iż-żmenijiet meta kienet saret il-Workings of the Law Court Commission kienu żmenijiet eċċezzjonali.", "Imma anke l-eċċezzjoni ma tistax teħodha mingħajr ma tara x'kien qed jiġri f'dawk iż-żmenijiet.", "Meta konna qed niddibattu din il-liġi fis-Second Reading u anke issa fl-istadju tal-Kumitat irrimarkawlna jekk irridux set- up bħal dak tal-Workings of the Law Court Commission.", "Jien b'mod apert ngħid li aħna ma rridux li jerġgħu jiġu dawk iż-żmenijiet, imma lanqas irridu ż-żmien meta l-Partit Nazzjonalista beda jilgħab il-logħba politika fil-qrati għaliex meta jiġri hekk, imbagħad dak li jiġri jkun drastiku u jkun effett ta' dak li jkun ġara.", "Jien ngħid li ż-żewġ partiti għandhom ikunu maturi u ma jerġgħux iħarsu lura lejn dawk iż-żmenijiet.", "Meta l- Partit Laburista waqqaf il-Workings of the Law Court Commission kien qed jirreaġixxi għall-fatt li bl-iżjed mod miftuħ il-qorti kienet qed tiġi wżata b'mod li kien hemm tfixkil għall-amministrazzjoni kollha.", "(Interruzzjonijiet) Se nagħti eżempju wieħed, il-każ meta 70 avukat dehru quddiem l-imħallfin biex jintimidawhom.", "Aħna konna ngħixu f'dawk iż- żmenijiet u nafu kif intom - fost l-oħrajn int kont l-iżjed wieħed attiv - kontu tużaw il-qorti b'mod politiku.", "Dik kienet dejjem il-bużillis tal- Partit Nazzjonalista u għalhekk il-qorti tinsab fl-istat li tinsab fih illum.", "Jekk tara l-ispeech tiegħek stess - u issa nikkwotalek minnu - tinduna li dak li kont tikkritika dak iż-żmien qed tagħmlu int stess.", "Sfortunatament f'dawk iż-żmenijiet ipprovajtu tagħmlu minn kollox biex tqajmu gwerra politika fil-qrati.", "Nammetti li r-rimedji li ntużaw kienu drastiċi, imma jien għandi l-guts li nammetti - u int għandu jkollok il- guts li tammetti wkoll - ...", "L-isfortuna hija li jien qed ngħidlek ċar u tond li ma naqbilx ma' kumitat li jkollu maġġoranza lajka u int m'għandekx il-kuraġġ li tgħidli li taqbel li għandu jkun hemm rappreżentanza lajka fil- kummissjoni għall-amministrazzjoni tal-ġustizzja għaliex kieku emendajtha.", "(Interruzzjonijiet) L-Onor.", "Borg qed jgħid li jista', imma jien ngħidlu li \"jista'\" ma tfisser xejn għaliex aħna ma nagħmlux liġijiet biex \"jista'\" jkun hemm ....", "Jekk verament irridu li jkun hemm it-trasparenza ...", "Ir- rispett ta' l-opinjoni fejn wieħed jaqbel ma' l-idea li għandek huwa kbir u n-nuqqas ta' rispett fejn ma naqblux ma' ideat tiegħek huwa kbir ukoll.", "Dik hija d-differenza.", "Aħna qed ngħidulek - u anke int taqbel magħna - li jekk verament trid li jkun hemm it-trasparenza - kelma li wżajtha xi 17-il darba fl-ispeech tiegħek għaliex għoddejthielek - u jkollha l-fiduċja tal- poplu ....", "Wara kollox ma tridx li din il-kummissjoni jkollha biss il- fiduċja - li m'għandhiex - tal-professjoni legali għaliex il-Kamra ta' l- Avukati ma tantx qed tagħtik palata f'din il-biċċa xogħol allavolja you have bent backwards biex tikseb l-appoġġ tagħha.", "Imma l-problema hija li intom daħħaltu lill-President tal-Kamra ta' l-Avukati u aħna daħħalna avukat tal-Kamra ta' l-Avukati fil-proposti tagħna, pero' l-Kumitat tal- Kamra ta' l-Avukati ma tantx jagħti backing lill-Partit Laburista.", "Jien ngħid ċar u tond li l-Kumitat tal-Kamra ta' l-Avukati huwa maqsum u fih hemm membri li huma iżjed leali lejn il-Partit Nazzjonalista milli lejn il- professjoni u qed jipprovaw jaqdu lilek u lill-partit tiegħek kemm jista' jkun mill-koxxa, hemm President li bir-rieda tajba kollha tiegħu sfortunatament ħafna drabi jsib ruħu f'minoranza, hemm membri li tant iħossuhom qishom ħuta barra mill-ilma illi sfortunatament min minnhom kien jitkellem b'mod apert, bħall-Avukat Refalo, spiċċa tant diżilluż - u ma tistax tgħid li l-Avukat Refalo huwa Laburist - li lanqas ħareġ - u dan kien wieħed mill-iżjed persuni li kien jipparteċipa - ...", "Minkejja dan, aħna fil-proposta tagħna għidna li għandu jkun hemm avukat li jirrappreżenta lill-Kamra ta' l-Avukati, u hawnhekk ngħid ħaġ'oħra.", "Illum il-Kumitat ma jirrappre-żentax il-veduti ta' l-avukati tal-qorti.", "Min kien preżenti għall-general meeting straordinarju tal-Kamra ta' l-Avukati jew sema' dak li ntqal jew qara dak li ġara, jinduna li l-Kumitat illum m'huwiex iżjed rappreżentattiv ta' dak li jaħseb il-body politic ta' l- Avukati.", "Imma ħalli mmur għall-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna għaliex iddevjajt.", "Kif spjega l-kollega tiegħi, in-numru li għażilna għall- kompożizzjoni tal-kummissjoni veru li m'huwiex bil-fart.", "Pero' għalkemm in- numru kif ippreżentat fl-Abbozz huwa bil-fart, il-probabilita' hija li l- President mhux se jippresjedi bir-riżultat li attwalment ikun hemm an even number of members.", "Il-kwalifiki m'iniex se nidħol fihom għaliex jidhru li huma l-kwalifki normali rekwiżiti meta għandek kummissjoni ta' din in- natura, imma nixtieq nidħol f'dak li għandu x'jaqsam ma' paragrafu (b) ta' subklawsola 7 (6) li jaqra hekk:", "\"Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu (a) ta' dan is-subartikolu, il- Kummissjoni għandha tirreferi lill-Kumitat għall-Avukati u Prokuraturi Legali (hawn aktar 'il quddiem f'dan is-subparagrafu msejjaħ \"il-kumitat \") kull kwestjoni li tirrigwarda l-imġieba ħażina ta' avukat jew prokuratur legali fl-eżerċizzju tal-professjoni tagħhom .....\".", "Jekk wieħed jara l-paragrafu ta' qabel, isib li dan jgħid hekk:", "\"Il-Kummissjoni għall-Amministrazz-joni tal-Gustizzja għandha f'kull żmien ikollha Kumitat għall-Avukati u Prokuraturi Legali li jkollu dik il- kompożizzjoni, dawk il-funzjonijiet, dawk is-setgħat u dmirijiet li jistgħu jiġu assenjati lilu b'liġi.\".", "Mela hawnhekk hawn referenza għall-kumitat ta' l-avukati u prokuraturi legali, hawn referenza għal dak li hija mġieba ħażina fil-professjoni u iżjed 'il quddiem, f'paragrafu (e) ta' subklawsola 7 (11), jingħad li fost il-funzjonijiet tal-kummisjoni hemm il-formulazzjoni ta' kodiċi jew kodiċijiet ta' etika li jirregolaw l-imġieba professjonali ta' membri ta' dawk il-professjonijiet.", "Hawnhekk huwa evidenti li jrid ikollok rabta bejn dawn is-subklawsoli għaliex meta inti qed titkellem fuq imġieba ħażina ta' avukat jew prokuratur legali fl-eżerċizzju tal-professjoni tagħhom u meta iżjed 'il quddiem qed nitkellmu fuq formulazzjoni ta' kodiċi jew kodiċijiet ta' etika li jirregolaw l-imġieba professjonali tagħhom, wieħed għandu jorbotha ma' ksur ta' dan il-kodiċi.", "Inti ma tistax tirreferi għal imġieba ħażina fil-professjoni in vacuum.", "Biex tikser regola, irid ikollok ir- regolamenti, u ksur ta' regola ta' mġieba ħażina, huwa ksur tal-kodiċi jew kodiċijiet ta' etika.", "Allura huwa ħażin li tagħmel klawsola li hija wiesgħa u tgħid \"kull kwestjoni li tirrigwarda l-imġieba ħażina ta' avukat jew prokuratur legali fl-eżerċizzju tal-professjoni tagħhom\" mingħajr ma torbot li dan irid ikun ksur ta' regola tal-kodiċi ta' etika.", "Inkella għalfejn ikollok kodiċi ta' etika meta jista' jkollok ksur ta' regoli li m'humiex fil-kodiċi ta' etika?", "Għalhekk jien nipproponi li paragrafu (b) ta' subklawsola 7 (6) nemendawh biex indaħħlu l-ksur tal- kodiċi ta' etika kif indikat f'paragrafu (e) ta' subklawsola 7 (11).", "Din hekk għandha tkun u l-ħabib tiegħi l-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici qed jipprepara emenda speċifika għaliha.", "Paragrafu (b) ta' subklawsola 7 (6) ikompli jgħid:", "\"... u, ħlief f'każ ta' appell, il-Kummissjoni ma għandhiex taġixxi xort'oħra fuq dik il-kwestjoni ħlief wara li tkun irċeviet u skond il- konklużjonijiet tal-Kumitat f'dik il-materja.", "B'dana li meta rapport tal- konklużjonijiet tal-Kumitat ma jkunx għadu ġie ppreżentat lill-Kummissjoni fi żmien xahrejn mill-jum meta l-kwestjoni tkun tressqet l-ewwel darba quddiem il-Kumitat, jew f'dak il-perjodu ieħor jew perjodi oħrajn li l- Kummissjoni tista' tippermetti, li fl-ebda każ, ħlief għal raġunijiet eċċezzjonali ħafna, ma għandhom jissuperaw l-erba' xhur, il-Kummissjoni għandha minnufih tinvestiga l-kwestjoni u taqtagħha hi nnifisha.\".", "Dan ifisser li jekk min-naħa tal-kumitati jkun hemm nuqqas ta' deċiżjoni, il-kummissjoni nnifisha hija marbuta li tinvestiga l-każ, u dan mhux iżjed tard minn erba' xhur wara li tkun tressqet oriġinarjament.", "Jien nipproponi wkoll - u nixtieq inkun naf jekk il-Ministru jaqbilx miegħi - li jekk hawnhekk qed nirreferu għall-perjodu bħala l-perjodu ta' preskrizzjoni, allura għal dawk l-affarijiet li għandhom element ta' negliġenza, il- preskrizzjoni għandha tkun ekwivalenti għal dak iż-żmien li fih wieħed jista' jfittex għad-danni.", "Meta ddiskutejtu l-Workings of the Law Court Commission dwar kwestjonijiet .....", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru Fenech.", "ONOR.", "JOE FENECH: Biex ma nħawdux affarijiet, kemm il-kwestjoni tan- negliġenza għad-definition ta' miscoduct u kemm ....", "Nixtieq li tillimita ruħek għal dak li għandna hawnhekk.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Jekk se nagħmluha f'Abbozz Nru. 54 ma nitkellimx fuqha f'dan l-istadju.", "Hawnhekk qed ngħidu li l-kummissjoni tista' taħtar dawk il-kumitati l-oħra biex jgħinuha f'kull ħaġa li taqa' taħt il-funzjonijet tagħha, imma din hija wiesgħa wisq.", "Ħalli nispjega ruħi.", "Jekk aħna għandna kumitat għall-avukati u prokuraturi legali apposta li xogħlu se jkun ....", "Allura nippreżentaw emenda biex ngħidu li fejn diġa' hemm kumitati eżistenti ....", "(Interruzzjonijiet) Le, din mhijiex ċara.", "F'paragrafu (ċ) ta' subklawsola 7 (6) qed ngħidu:", "\"Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu ta' qabel dan ...\".", "ONOR.", "JOE FENECH: L-Abbozz ta' Liġi jgħid li l-kwestjonijiet ta' materja ta' l-avukati, il-kummissjoni għandha tibgħathom lill-kumitat għall-avukati u prokuraturi legali u hi marbuta bid-deċiżjoni ta' l-avukati.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Imma b'din m'hemm xejn li jżomm il- kummissjoni milli taħtar kumitati oħrajn.", "(Interruzzjonijiet) Le, m'hiex inutli.", "(Interruzzjonijiet) Mhux għalhekk jien qed ngħid li fiha loophole?", "Meta qed ngħidu \"bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu ta' qabel dan\" mhux qed ngħidu ċar u tond li ma tistax taħtar kumitati analogi għal dawk li jeżistu taħt il-liġi.", "Inti tista' tagħmel kumitat ieħor u dan il-kumitat jista' ma jkollux il-funzjoni tal-kumitat oriġinali ta' l-avukati imma jista' jagħti parir differenti lill-kummissjoni meta l- kummissjoni hi marbuta ma' dak il-kumitat oriġinali.", "Jien insostni li għandna nagħmluha ċara - jekk mhux b'emenda almenu issa waqt li qed niddiskutu - li l-kumitati li jistgħu jiġu maħtura bl-ebda mod ma jinfliġġu kumitati eżistenti jew kumitati ....", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: Hawn provvediment speċifiku li jgħid x'jiġri f'każ ta' dixxiplina fuq l-avukati u mbagħad hemm provvediment ġeneriku li jgħid li tista' taħtar kumiati.", "M'hemmx dubju li ma tistax taħtar kumitati li b'xi mod imorru kontra l-provvediment speċjali li jirregola l-materja speċifika tad-dixxiplina ta' l-avukati.", "Naħseb li dawn huma n-normi ta' interpretazzjoni li huma aċċettati minn kulħadd.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Nagħtu każ li jkun hemm kumitat speċifiku wieħed li jiġi appuntat biex jara ...", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru Fenech.", "ONOR.", "JOE FENECH: Fuq il-kwestjoni li kumitati li jistgħu jsiru ma jistgħux jindaħlu f'materja ta' avukati naqblu, biss m'aħniex naqblu li hemm bżonn emenda biex tiċċara dan il-punt.", "Din qed ngħidha biex tkun fid- debate.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Jista' jagħti l-każ li wieħed jagħmel kumitat biex jissindika l-operat tal-kumitat għall-avukati u prokuraturi legali?", "ONOR.", "JOE FENECH: Jekk jagħmlu dan, ikunu qed jagħmluh inutilment għax jirrapporta x'jirrapporta fuq il-kumitat għall-avukati, ma jistgħux jindaħlu fiha.", "L-iktar li jstgħu jagħmlu - kif għandhom dritt dejjem - hi rakkommandazzjoni lill-Ministru biex jibdel il-liġi.", "M'hemmx għalfejn jagħmlu kumitati biex issir ...", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: GĦaldaqstant jien nissuġġerixxi li għandna nagħmluha ċara li l-kumitati l-oħra li jistgħu jinħatru ma jistgħux ikunu kumitati analogi għal umitati oħrajn li diġa' huma maħtura.", "(Interruzzjonijiet) Le, mhux inutli.", "Il-problema m'hhiex waħda akkademika u tista' tiġri.", "Skond il-liġi għandek kumitat ta' l-avukati li qed jirrakkommanda affarijiet li l-kummissjoni tista' ma taqbilx magħhom u taħtar kumitat ieħor li jirrakkommanda l-affarijiet b'mod differenti.", "GĦalkemm dan il-kumitat m'għandux is-saħħa legali tal-kumitat oriġinali ...", "(Interruzzjonijiet) X'jiġifieri ma tistax?", "Mhux l-ewwel darba li sar hekk.", "THE CHAIRMAN: Onorevoli, il-cross debates ma jistgħux jiġu segwiti u ma jiġux recorded.", "L-Onor.", "Attard Montalto.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Naf li l-kummissjoni hija marbuta, imma jekk il-kummissjoni trid tagħmel pressjoni tista' tagħmel dak li qed ngħid.", "Fit-twettiq tad-dmirijiet tagħhom il-membri tal-kummissjoni u ta' xi wieħed mill-kumitati tagħha għandhom jaġixxu skond il-ġudizzju individwali tagħhom u m'għandhomx ikunu soġġetti għad-direzzjoni jew kontroll ta' xi persuna jew awtorita' oħra.", "Mr Chairman, issa se ngħaddi għall-funzjonijiet tal-kummissjoni.", "L- ewwel żewġ funzjonijiet huma li tissorvelja l-ħidma tal-qrati superjuri u inferjuri u li tagħmel dawk ir-rakkommandazzjonijiet meħtieġa lill- Ministru responsabbli mill-ġustizzja dwar ir-rimedji li fil-fehma tagħha jistgħu jwasslu għal ħidma aktar effiċjenti ta' dawk il-qrati.", "Subklawsola 7 (12) (b) tgħid li l-kummissjoni jkollha l-funzjoni li \"tagħti parir lill- Ministru responsabbli għall-Ġustizzja dwar kull ħaġa li għandha x'taqsam ma' l-organizzazzjoni ta' l-amministrazzjoni tal-ġustizzja.\".", "Evidentement il-funzjoni tal-kummissjoni hija indikattiva sabiex l-affarijiet jimxu b'iżjed effiċjenza u ma jidhirx li wieħed jista' jikkritika dan il-qasam tal-funzjoni.", "Paragrafu (c) jgħid li l-kummissjoni jkollha l-funzjoni \"li tagħti parir lill-Prim Ministru dwar kull ħatra li għandha issir skond artiklu 96, 98 u 100 ta' din il-Kostituzzjoni\" u hawnhekk ir-referenza hija għad-dritt tal- ġudikanti u meta jkun hemm in-nuqqas taċ-chief justice.", "Kif diġa' għidt fis-Second Reading, il-ħatra ta' ġudikant tista' ssir b'diversi modi.", "F'dan il-każ il-kummissjoni qed tingħata l-funzjoni li tista' tagħti parir - meta mitlub - lill-Prim Ministru.", "Jidher li din hija ħaġa li wieħed m'għandux jirrakkommanda.", "GĦaliex?", "Jidher ċar li jekk il-Prim Ministru ma jitlobx il-parir tal-kummissjoni u meta llum nafu li n-numru tal-membri huwa stabbilit u jiġi pubblikat permezz ta' regolamenti .....", "Il- funzjoni tal-kummissjoni tant hija trasparenti li qisha hi ħġieġa bla funzjoni ta' xejn u l-unika ħaġa jew mottiv għaliex dan il-konċett iddaħħal fil-liġi hu biex taparsi jkollha l-funzjoni li qed tagħti parir lill-Prim Ministru.", "Il-kliem \"meta hekk mitluba\" ifisser li dan huwa fid- diskrezzjoni tal-Prim Ministru u \"tagħti l-parir\" ifisser li l-parir tagħha jista' jew ma jistax jittieħed.", "Forsi huwa diffiċli biex wieħed isib kompromess fuq din il-ħaġa.", "(Interruzzjonijiet) Jekk il-Prim Ministru ma jitlobhiex il-parir jista' jappunta minn rajh; jekk jitlob lill-kummissjoni biex tagħtih il-parir, din għandha tagħtih dak il-parir.", "Jekk imbagħad isegwix jew le ma' dak il-parir, m'huwiex marbut ....", "(Interruzzjonijiet) Imma mbagħad skond il-liġi tista' tissindikah?", "Jekk, per eżempju, il-Prim Ministru ma joqgħodx ....", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE FENECH: Il-Prim Ministru huwa marbut bil-parir li tagħtih.", "Hawnhekk qed jingħad li għandu dritt li jitlob parir, mhux li l-parir li jagħtuh jew li hu jagħti lil ħaddieħor huwa marbut ....", "Il-Prim Ministru m'huwiex marbut li jitlob parir, imma l-kummissjoni hija marbuta li jekk jitlobha parir trid tagħtihulu.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Attard Montalto.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Nagħtu każ li niddeċiedu li huwa marbut, skond l-istess liġi m'huwiex sindikabbli.", "Allura l-funzjoni tagħha hija diluted tripplament; hija diluted li tista' ma tintalabx; hija diluted li tista' tagħti l-parir u l-Prim Ministru ma jagħtix kas ta' dak il-parir u hija diluted għaliex jekk ma jagħtix kas ta' dak il-parir m'huwiex sindikabbli.", "(Interruzzjonijiet) Kien ġie diskuss jekk għandhiex tkun il- kummissjoni li tappunta lill-imħallfin.", "Forsi għadna ma wasalniex għal dak l-istadju, imma jekk verament dak li ngħidu hawn ġew u li tant niftaħru bih dwar il-ħtieġa li l-poteri għandhom ikunu indipendenti u separati, bilfors li dan l-ikbar poter għandu jkun separat.", "Dan qed ngħidu across the board għaliex naf li Membri miż-żewġ naħat tal-Kamra ma jaqblux li għandha tkun il-kummissjoni li tappunta lill-imħallfin - qed nitkellem bl-iżjed mod miftuħ - imma jekk verament irridu li l-poteri jkunu indipendenti minn xulxin, l-iżjed funzjoni importanti, jiġifieri l-ħatra ta' mħallef m'għandhiex tkun f'idejn l-eżekuttiv.", "GĦaliex inħallluha f'idejn l- eżekuttiv, jekk aħna nemmnu f'din it-teorija u qed nitkellmu akkademikament?", "Evidentement kull eżekuttiv jappunta persuni ben visti għalih u jekk wieħed jara l-persuni appuntati - naturalment mhux kollha - jifhem dak li qed ngħid.", "GĦalhekk huwa importanti li wieħed isib nies li jkollhom karattru sod biex meta jiġu appuntanti jinsew minn ikun appuntahom, jinsew l-opinjonijiet tagħhom u ma jkunu xejn ħlief imħallfin.", "Min-naħa l-oħra jidher li ftit huma l-partiti politiċi - u hawn għandna nkunu onesti - li huma lesti u disposti li jirrinunzjaw għal dan id- dritt.", "Kieku verament temmnu li s-separazzjoni tal-poter għandha tkun b'mod li ma jkunx hemm din ir-rabta bejn l-eżekuttiv u l-ġudikatura, kontu tipproponu li tkun il-kummissjoni li tinnominahom u ssir b'mod li mhux tkun marbuta li tagħti biss parir jekk tkun mitluba, imma li dak il-parir bilfors irid jiġi segwit.", "(Interruzzjonijiet) Biex inkunu onesti għandna ngħidu li din lanqas kienet fil-Bill li pproponejt li kellu jkun entrenched.", "Ftit huma l-partiti politiċi - hawn qed inkun veritier - li huma lesti u disposti - dan qed ngħidu mhux għal Malta biss - li jirrinunzjaw għal dan id-dritt.", "Jekk verament irridu nkunu oġġettivi u jekk verament nemmnu fis-separazzjoni tal-poteri bilfors li wieħed irid isib soluzzjoni biex jaqta' d-deċiżjoni u s-selezzjoni ta' l-imħallfin mill- Eżekuttiv.", "GĦalkemm din hija evidenti, ftit huma dawk li jridu jirrinunzjaw għal dan id-dritt u għal dan il-poter.", "Mr Chairman, dwar il-formulazzjoni ta' kodiċi ta' etika li jirregola l- imġieba tal-membri tal-ġudikatura rrid ngħid li s-suġġeriment li għamilt għal dak li għandu x'jaqsam ma' l-avukatura, nerġa' nagħmlu għal dak li għandu x'jaqsam mal-ġudikatura.", "Meta nirreferu għal subklawsola 7 (11) (f) - naħseb li għandna nippreżentaw emenda biex inkunu konsistenti u nixtieq inkun naf jekk in-naħa l-oħra tkunx lesta li taċċettaha - ....", "Ħalli nirrepeti għax forsi l-Ministru ma fehemx dak li kont qed ngħid peress li kien qed jitkellem ma' l-Onor.", "Tonio Borg.", "Jekk aħna se nippreżentaw emenda għal dak li għandu x'jaqsam ma' mġieba ħażina min-naħa ta' l-avukatura biex din tiġi definita bħala ksur tal-kodiċi ta' etika jew xi regolament tal- kodiċi ta' etika, allura jien inħoss li għandna nagħmlu l-istess għall- ġudikatura.", "(Interruzzjonijiet) Se nispjega.", "Dwar il-ġudikatura skond subklawsola 7 (11) (f) il-kummissjoni għandha l-funzjoni:", "\"li tiġbed l-attenzjoni ta' kull imħallef jew maġistrat fuq kull ħaġa, fil- qorti li fiha hu jkun ipoġġi, li ma tkunx konduċenti għal funzjonament effiċjenti u xieraq ta' dik il-Qorti, u li tiġbed l-attenzjoni ta' kull imħallef jew maġistrat għal xi aġir li jista' jolqot il-fiduċja li għandu minħabba l-kariga tiegħu, jew għal xi nuqqas minn naħa tiegħu li jimxi skond xi kodiċi jew kodiċijiet ta' etika li jkun japplika għalih;\".", "Fil-każ tal-ġudikatura din qed inwessgħuha għaliex ovvjament il-funzjoni hija li tiġbed l-attenzjoni biss u allura qed tagħti inqas imma qed tipprova tkopri kull aspett.", "Jiena kont qed nissuġġerixxi li peress li se jkollhal-funzjoni li tiġbed l-attenzjoni biss ...", "Pero, aħna mhux se nagħmlu emenda kif se nagħmlu f'dak li għandu x'jaqsam ma' mġieba ħażina ta' l-avukati, biex l-attenzjoni tinġibed meta jkun hemm ksur tal-kodiċi ta' etika u mhux għal ...", "Paragrafu (f) naħseb li huwa wiesa' wisq.", "Ngħaddi issa għal paragrafu (e) li jittratta dwar il-funzjonili fuq il- parir tal-kumitat għall-avukati u prokuraturi legali tifformula kodiċi jew kodiċijiet ta' etika li jirregolaw l-imġieba professjonali ta' membri ta' dawk il-professjonijiet.", "L-emenda li se nippreżenta hija fis-sens li ssir referenza għal dan il-kodiċi.", "Din ippreparahieli l-Onor.", "Mifsud Bonnici u hija għal paragrafu (b) ta' subklawsola (6) li tgħid hekk:", "\"K\" Emenda għal paragrafu (b) tas- subklawsola (6)", "Wara l-kliem \"l-imġieba ħażina\" daħħal il-kliem \"bi ksur tal- provvedimenti ta' xi kodiċi ta' etika.\".", "\"K\" Amendment to paragraph (b) of subclause (6)", "Immediately after the words\" concerning the missconduct\" insert the words \"in breach of the provisions of any code of ethichs.\".", "ONOR.", "JOE FENECH: Din ma nistax naċċettaha.", "Jiena qed ngħidlek li hemm definizzjoni ta' \"imġieba ħażina\" f'Abbozz Nru. 54 u għalhekk din trid issir hemmhekk; hawnhekk trid tħalli l-funzjoni kif inhi.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Dwar id-dixxiplina msemmija f'paragrafu (g) b'distinzjoni għal dak li hemm f'paragrafu (f), wieħed irid jgħid li l- pożizzjoni tal-Kamra ta' l-Avukati fuq din hija dik li elenkaw fil-press release.", "Meta jiena tlabt biex ikolli bil-miktub il-pożizzjoni tal-Kamra ta' l-Avukati sabiex inkun naf eżatt x'inhi l-pożizzjoni tagħhom, ġejt informat li ma nistax nirreferi għall-press release u mill-press release li ħarġet il-Kamra ta' l-Avukati jidher ċar li għal dak li għandu x'jaqsam ma' l-avukati qed jgħidu li huma jħossu li se titnaqqas l-indipendenza u l- professjonalita' ta' l-avukatura b'konsegwenzi negattivi serji għaċ- ċittadin Malti u jħossu li l-avukatura qed titpoġġa f'sitwazzjoni fejn tista' ssib ruħha akkużata b'imġieba ħażina mingħajr ma tingħata definizzjoni ċara u speċifika ta' l-istess, u b'hekk jistgħu jinkisru d- drittijiet fundamentali ta' l-avukat u l-prinċipju ta' l-awtoġestjoni.", "Meta qed nitkellmu fuq il-funzjoni \"li teżerċita, skond kull liġi, dixxiplina fuq avukati u prokuraturi legali fit-twettiq tal-professjoni tagħhom\", u meta wieħed mill-ilmenti huwa li d-definizzjoni ta' \"imġieba ħażina\" hija wiesgħa wisq, bl-emenda li intavoljat huwa evidenti li issa \"imġieba ħażina\" tirreferi għal ksur tal-kodiċi ta' etika.", "Għalhekk jiena intavolajt l-emenda u jekk hemm bżonn terġa' titressaq meta nkunu qed niddiskutu Abbozz Nru. 54 għaliex il-liġi stess tagħmel referenza għal \"imġieba ħażina\".", "Jekk Abbozz Nru. 54 jagħmilx referenza jew le għal dan niddiskutuha meta niddiskutu dak l-Abbozz, imma ladarba hemm qbil li f'Abbozz Nru. 54 għandu jkun hemm dan il-proviso, jiena nissuġġerixxi - forsi wieħed jista' jagħti żmien biex ikun hemm ċerta konsultazzjoni - li anke hawnhekk għandha tidħol bħala emenda bil-mod kif ressaqtha.", "(Interruzzjonijiet) Inti qed tgħid li ma taqbilx imma aħna se nressqu l- emenda u mbagħad jekk tridu vvotaw kontra tagħha.", "(Interruzzjonijiet) Imma jekk l-Onor.", "Borg qiegħed viċin ħafna tal-Ministru, speċjalment f'dawn iż-żmenijiet hekk kritiċi, mhux aħjar jagħtih parir li jkun aħjar jekk tiżdied din ukoll?", "Hemm referenza speċifika.", "Subklawsola 7 (12) kif proposta fl-emenda tgħid li:", "\"Il-Kummissjoni għall-Amministrazz-joni tal-Ġustizzja għandha ta' kull sena tagħmel rapport lill-ministru responsabbli għall-ġustizzja dwar l- attivitajiet tagħha matul is-sena kalendarja ta' qabel, u għandha f'kull żmien meta hekk jidhrilha xieraq jew kif jista' jitlob l-istess ministru, tagħmel rapport lill-imsemmi ministru fuq xi materja partikolari.\".", "Jien ma naqbilx ma' dan għaliex jiena ngħid li l-kummissjoni għall- amministrazzjoni tal-ġustizzja għandha tagħmel rapport lill-Ministru kull sena, il-Ministru jkun obbligat li jpoġġih fuq il-Mejda tal-Kamra u jkun hawn ġurnata għal dibattitu dwar dan ir-rapport.", "Aħna hawnhekk niddibattu affarijiet li huma ta' natura ekonomika, bħal per eżempju l-Water Services Corporation u l-Malta International Airport.", "Allura għaliex m'għandux il- Parlament darba fis-sena jagħmel dibattitu fuq ir-rapport tal-kummissjoni għalll-amminsitrazzjoni tal-ġustizzja?", "Dan ir-rapport il-Ministru għandu jpoġġih fuq il-Mejda tal-Kamra u mbagħad għandu jkun hemm session waħda tal- Parlament għal dibattitu dwar dan ir-rapport.", "Dan li għandu jsir jekk jekk verament irridu nuru li dak li qed isir qed isir bil-miftuħ.", "Jista' jagħti l-każ li jkun hemm żewġ rapporti, wieħed ikun dettaljat u l-ieħor ikun anqas dettaljat u forsi wieħed ikun jista' jiddibatti t-tieni rapport biex jekk ikun hemm xi affarijiet li fihom infushom huma dibattibbli - forsi persuna tkun ġiet investigata u nstab li ma kellhiex tort, allura minflok li jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport ta' l-investigazzjoni, jitpoġġew il-konklużjonijiet biex inkunu pożittivi - wieħed jiddiskutihom.", "Imma jiġri x'jiġri, aħna naqblu li dan ir-rapport għandu jiġi dibattut fil- Parlament u almenu l-Ministru jkun obbligat li jpoġġih fuq il-Mejda tal- Kamra.", "Subklawsola (13) ta' l-istess klawsola kif inhija proposta mill-Ministru tgħid hekk:", "\"Is-setgħat tal-President taħt kull liġi, dwar is-surroga ta' l-imħallfin u l-maġistrati u dwar tqassim ta' dmirijiet ta' l-imħallfin u l-maġistrati għandhom jitwettqu fuq il-parir tal-ministru responsabbli għall-ġustizzja, b'dan illi l-ministru għandu fl-għoti ta' dak il-parir lill-President, jaġixxi skond ir-rakkomandazzjoni li tkun saritlu mill-Prim Imħallef:", "Iżda meta l-Prim Imħallef jonqos milli jagħmel rakkomandazzjoni lill- ministru, u f'kull każ, meta l-ministru jqis li jkun hekk xieraq, il- ministru jista' jagħti parir lill-President, b'dak il-mod, li fiċ- ċirkostanzi, hu jidhirlu xieraq:", "Iżda wkoll, illi, f'dak il-każ il-ministru għandu jagħmel stqarrija dwar dak il-fatt fil-Kamra tad-Deputati mhux aktar tard mis-sitt seduta li tiġi minnufih wara li jkun ta dak il-parir lill-President.\".", "Meta konna fis-Second Reading aħna għamilnieha ċara li hemm distinzjoni netta bejn is-surroga u t-tqassim tad-dmirijiet u għamilnieha ċara wkoll li l-pożizzjoni tagħna dwar dawn iż-żewġ funzjonijiet hija differenti.", "Per eżempju, aħna ma naqblux li t-tqassim tad-dmirijiet ta' l-imħallfin u l- maġistrati jkun kif inhu indikat f'dan l-Abbozz, ikun min ikun il-Prim Imħallef u bl-ebda riflessjoni fuq dak preżenti.", "U se ngħid għaliex ma naqblux.", "Nieħdu l-eżempju tal-Qorti fejn ikun qed jippresjedi l-Prim Imħallef.", "Skond din il-liġi l-Prim Imħallef jista' jagħżel min joqgħod bil- qiegħda fuq il-bank ta' l-appell miegħu.", "Hawn ma ninsewx li l-funzjoni tal- Qorti ta' l-Appell trid tkun l-iżjed waħda ta' responsabilita', imma min- naħa l-oħra min ikun qiegħed jiġġudika jrid ikollu r-rispett tal-partijiet u l-għażla tiegħu m'għandhiex tkun determinata mill-persuna li tkun qed tippresjedi; dan huwa punt kardinali.", "It-tieni nett aħna lanqas naqblu li fil-Qrati Kostituzzjonali il-Prim Imħallef jiddeċiedi fejn għandu jitpoġġa mħallef, se mai din imissha kienet funzjoni tal-kummissjoni waħedha.", "Jekk intom tridu tagħmlu kummissjoni, dik il-funzjjoni jmissha ngħatat lill-kummissjoni għaliex għalxejn noqogħdu niġu hawnhekk u nħambqu fuq l-entrenchment u fuq ħafna affarijiet simili, imbagħad meta niġu għall-funzjoni proprja L-ewwel noqogħdu ngħidu li l- funzjoni tal-kummissjoni dwar l-amministrazzjoni tfisser li tagħti parir dwar l-effiċjenza tal-qorti u tara li l-affarijiet jimxu b'mod iżjed amminstrattivament abbli, imbagħad meta niġu għal xi ħaġa partikolari u tanġibbli, tneħħiha mir-realm tal-kummissjoni u tagħtiha lill-Prim Imħallef!", "Hawnhekk nara kemm il-Gvern ħadem din il-liġi verament qisha bizzilla, u meta ngħid \"il-Gvern\" inkun qed nirreferi għall-Partit Nazzjonalista, għax l-iskop tal-Partit Nazzjonalista kien li permezz ta' din il-liġi jibqa' jikontrolla l-qrati.", "Mhux veru li ried jagħmel din il- kummissjoni għal amministrazzjoni aħjar tal-qrati.", "Hu ried jassigura li meta jkun hemm tibdil fil-gvern, ir-riedni f'dak li għandu x'jaqsam mal- qorti jibqgħu f'idejh, u jekk wieħed jistudja l-kompożizzjoni u l- funzjonijiet ta' din il-kummissjoni, speċjalment kif kienu indikati fl- ewwel Abbozz li l-Gvern riedu entrenched - u żgur li riedu entrenched; il- Gvern kien jaf x'qed jagħmel u ried li jekk 'il quddiem jaqa' fl- Oppożizzjoni, il-qorti xorta tibqa' f'idejh permezz tal-kummissjoni - ...", "Aħna nafu x'qed ngħidu.", "(Interruzzjonijiet) M'hemmx għalfejn spjegazzjoni għalik!", "Se tfiehem lili!", "M'hemmx bżonn ngħidu li anke dan il-poter kieku kien entrenched ...", "Aħna nafu li sena u nofs oħra l-Prim Imħallef se jirtira u se tagħmlu ieħor ġdid.", "Fil-qrati diġa' ssemma min se jkun, għalkemm ma nafx jekk hux veru jew le.", "Nista' ngħidilkom minn hawnhekk li dan li qed jissemma m'huwiex ex-Laburist; meta jkun imħallef ma nirreferix għalih skond il-politika li jħaddan iżda ngħid li hu \"ex-Laburist\" jew \"ex- Nazzjonalist\".", "Kieku din ġiet entrenched, id-deċiżjoni dwar min joqgħod f'liema qorti kienet tkun f'idejn il-Prim Imħallef.", "U jekk il-Prim Imħallef ma jkunx abbli biżżejjed biex jinsa min innominah, ir-riedni tal- poter mhux f'idejkom kien ikun?", "Din kienet waħda mir-raġunijiet għaliex ma ridniex l-entrenchment, għax ridna naraw kif se taħdem din il-kummissjoni.", "GĦalhekk aħna kontra li tiġi entrenched u vvotajna kontra, għax mhux intom biss kontu tafu x'qed tagħmlu, imma anke aħna konna nafu x'qegħdin nagħmlu.", "Aħna pprovajna naslu fuq punti individwali li ħassejna u għadna nħossu li huma ta' ġid mingħajr ma jintrabat ħadd, speċjalment aħna għax ir- rabta fuqna kienet se taqa'.", "Aħna ridna li l-ewwel naraw kif se timxi din il-kummissjoni u jekk bil-prova taż-żmien naraw li verament qed timxi tajjeb, wara numru ta' snin, ngħidu aħna għaxar snin, wieħed jikkonsidra jekk il-liġi għandhiex tiġi entrenched.", "Rigward subartiklu (13) nerġa' ngħid li aħna kontra l-fatt li t-tqassim tad-dmirijiet isir mill-Prim Imħallef.", "Dwar is-surrogi wieħed jista' jifhem li f'ċerti ċirkostanzi eċċezzjonali, ngħidu aħna għax imħallef ikun fuq vaganza, is-surrogi jsiru mill-Prim Imħallef.", "Imma meta jkun hemm surrogi ta' ċerta importanza fejn ikun involut, per eżempju, imħallef f'kawża fl-appell li jrid ikun hu li jiddeċiedi l-kawża, wieħed irid joqgħod attent lil min jagħti dawn is-surrogi.", "GĦax hemm surrogi u surrogi; jista' jiġi surrogat imħallef flok imħallef ieħor tas-Sekond' Awla li jkun imsiefer fuq holiday - li għandu dritt jieħu - u tista' tkun surroga f'Qorti Kostituzzjonali fejn jistgħu jiġu deċiżi materji ta' importanza kbira, saħansitra anke deċiżjoni dwar min se jkun fil-gvern f'każ ta' elezzjoni.", "GĦalhekk wieħed ma jistax jagħmel blanket clause u jħalli anke s-surrogi f'idejn il-Prim Imħallef.", "GĦalhekk aħna opponejna ...", "(Interruzzjonijiet) Kieku jkunu f'idejn il-kummissjoni jkun aħjar!", "Ħalli naqra subartiklu (14) u mbagħad ngħid x'kontu għidtu intom dwar klawsola simili.", "Subartiklu (14) jgħid hekk:", "\"Il-kwistjoni jekk il-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja tkunx qdiet validament xi funzjoni mogħtija lilha bi jew skond din il- Kostituzzjoni ma għandhiex tiġi eżaminata minn ebda qorti.\".", "Meta kontu qed tiddibattu klawsola simili, kontu ħriġtu qatta' bla ħabel kontra tagħha għax għidtu li ma taqblux ma dan it-tip ta' klawsoli.", "Skond l-ispeech li kien għamel is-shadow minister fuq il-ġustizzja, l-Onor.", "Guido De Marco, fl-10 ta' Frar 1981, u l-ispeech li kien għamel l-Onor.", "Fenech, li llum huwa l-Ministru tal-Ġustizzja - u m'iniex se noqgħod nikkwotahom għax dawn huma diskorsi twal - jidher li l-Oppożizzjoni Nazzjonalista kienet kontra klawsola ta' din in-natura.", "(Interruzzjonijiet) Qed nirreferi għat-twaqqif tal-Workings of the Law Courts Commission.", "Intom kontu kontra l-prinċipju, u l-eżempju li nġab mill-Onor.", "De Marco kien dak tal-PSC.", "Veru li minn dak iż-żmien 'l hawn ġie deċiż li jekk ċerti deċiżjonijiet ikunu jinvolvu materja li għandha x'taqsam mal-Kostituzzjoni, il-Qorti għandha dritt tissindikahom.", "Imma kif inhi proposta, jekk wieħed jissindika l-qadi ta' xi funzjoni mogħtija lilha, anke jekk ikun hemm allegazzjoni li qed tolqot xi dritt fundamentali, wieħed dejjem jista' jagħti eċċezzjoni u jagħmel referenza għal kawża maqtugħa ...", "Allura għaliex ma nagħmluhiex ċara minn issa - kif spjega l-Onor.", "Borg - li din il-kummissjoni ma taffettwax id-drittijiet fundamentali?", "THE CHAIRMAN: Niġbdilkom l-attenzjoni li cross-debates ma jiġux rekordjati.", "Hemm aktar rimarki?", "Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE FENECH: Fil-fatt l-Onor.", "Attard Montalto rrepeta dak li ntqal il-bieraħ u li kont diġa' rrispondejt dwaru kemm fis-Second Reading kif ukoll fil-kummenti li għaddejt il-bieraħ.", "Pero' l-Onor.", "Membru għamel żewġ kummenti ġodda.", "Huwa ssuġġerixa li l-imħallfin jibdew jiġu appuntati mill-kummissjoni u forsi din m'hijiex idea ħażina u 'l quddiem wieħed jista' jikkonsidraha, una volta jara kif jaħdmu l-affarijiet anke fil- perspettiva tas-soċjeta' żgħira tagħna.", "Is-sistemi li semmejt il-bieraħ, jiġifieri s-sistema ta' Ċipru fejn l-imħallfin jiġu appuntati mill-bank ta' l-imħallfin, u s-sistema ta' l-Italja fejn hemm karriera ta' maġistratura għax isiru b'eżami, m'humiex adatti għas-soċjeta' żgħira tagħna u allura m'għandhomx jiġu konsidrati.", "Pero' jekk din il-kummissjoni, għada pitgħada, tiġi entrenched, wieħed ikun jista' jikkontempla l-possibilita' li semma l-Onor.", "Attard Montalto.", "L-Onor.", "Membru qal li permezz ta' l-emenda li ressaqt qed isir tibdil kbir.", "Diġa' spjegajt u se nerġa' nispjega li mhux veru li hawn tibdil kbir, anzi hawn biss tibdil żgħir ħafna.", "Veru li tneħħew diversi klawsoli ta' l-Abbozz, imma dawn kienu l-klawsoli li kellhom x'jaqsmu ma' l- entrenchment u tneħħew għar-raġuni li m'għadhomx applikabbli, una volta l- Oppożizzjoni hija kontra l-entrenchment.", "Veru li l-iktar klawsola importanti, li kienet tikkontempla l-proċedura f'każ ta' indirizz qudddiem din il-Kamra għar-rimossjoni ta' mħallef se tiġi trasportata għal Abbozz Nru. 54 ...", "Dan l-Abbozz kellu żewġ klawsoli importanti, waħda li temenda artiklu 97 tal-Kostituzzjoni, li jistabbilixxi l-proċedura li trid tiġi segwita f'każ ta' indirizz ta' din il-Kamra, u l-klawsola l-oħra li qed niddiskutu issa, li tittratta dwar il-kompożizzjoni ta' din il-kummissjoni kostituzzjonali.", "Il-verita' hi li din il-klawsola ftit li xejn qed tiġi emendata u l-unika emenda li hemm għandha x'taqsam ma' l-entrenchment ukoll, dwar id-dixxiplina ta' l-imħallfin.", "Billi dik kienet tista' tirrifletti fuq emenda li tista' tiġi konsidrata bħala emenda kostituzzjonali għal section 97, li hija entrenched, il-Gvern deherlu li m'għandux jieħu r-riskju - anke jekk dik l-emenda tiġi approvata - li jkun hawn kummissjoni mwaqqfa b'liġi ordinarja, li tista' tinfliġġi pieni fuq il- ġudikatura minħabba nuqqasijiet ta' membri tal-ġudikatura, u din il- kummissjoni tista' tkun tmur kontra l-indipendenza tal-ġudikatura mill- eżekuttiv u mil-leġiżlattiv.", "Jiġifieri l-verita' hi li kien hemm biss tibdil żgħir għall-Abbozz kif propost oriġinarjament; it-tibdil kellu jsir bilfors minħabba li l-Oppożizzjoni ma riditx l-entrenchment.", "It-tieni punt li semma l-Onor.", "Attard Montalto kien li bħall-Onor.", "Mifsud Bonnici, hu ma jaqbilx mal-mod kif qed jiġi propost li tkun komposta l- kummissjoni.", "Nirrepeti li hu kien qed jaqbel dwar din il-parti sa l-aħħar mument li ddiskutejna dan l-Abbozz barra dan il-Parlament; hu kien wieħed min-nies li kienu qed jiltaqgħu miegħi għan-nom ta' l-Oppożizzjoni.", "L- ewwel wieħed li kien qabel kien il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, imma mbagħad it- tliet membri l-oħra li ġew regolarment jiddiskutu magħna qablu li l- kummissjoni tkun komposta eżattament kif qed jiġi suġġerit.", "Nerġa' ngħid li l-uniku punt li ma qbilniex dwaru kien jekk din il-kummissjoni għandhiex tiġi entrenched jew le.", "Kif diġa' għidt, l-Onor.", "Membru ssuġġerixxa li din il-kummissjoni għandu jkollha l-funzjoni li tappunta l-imħallfin u jien ngħid li fil-futur wieħed jista' jieħu in konsiderazzjoni din il-possibilita' biex ikompli jsaħħaħ l-indipendenza tal-ġudikatura mill-eżekuttiv u mil-leġiżlattiv.", "Naturalment biex isir dan irid ikun hemm l-assigurazzjoni li din il- klawsola tkun entrenched u tiġi entrenched minn qabel ħalli żgur ma jkunx hemm influwenzi jew miżuri li jistgħu jaffettwaw l-indipendenza tal- ġudikant.", "Din hija xi ħaġa li wieħed irid jaraha fil-futur u għalxejn niddiskutuha issa għax din il-klawsola m'hiex se tkun entrenched.", "Il-kelliem tan-naħa l-oħra qal ukoll li fl-opinjoni tiegħu l-membri ta' din il-kummissjoni għandhom ikunu mħallfin u maġistrati rtirati.", "Dwar dan diġa' spjegajt il-bieraħ u għidt li kieku kellna naddottaw dan il-konċett mil-lum m'hemmx biżżejjed maġistrati rtirati biex jikkomponu l-kummissjoni.", "Kif għidt, fid-diskussjonijiet li kellna l-Oppożizzjoni kienet qablet dwar il-kompożizzjoni tal-kummissjoni kif proposta.", "Barra minn hekk, din il- proposta hija l-istess bħal dik li kienet approvata oriġinarjament mis- Select Committee, li ma kienx ippropona li jiġu appuntati mħallfin u maġistrati rtirati fuq din il-kummissjoni.", "L-Onor.", "Membru qal li fl-opinjoni tiegħu għandha ssir emenda għal paragrafu (b) ta' subartiklu (6) ta' dan l-artiklu biex niddefinixxu \"misconduct\" daparti ta' l-avukati.", "Jiena għidtlu li nkun propens li naċċetta proposta simili jekk din issir f'Abbozz Nru. 54, fejn hemm id- definizzjoni ta' \"misconduct\" iżda hawn ma tantx nistgħu ngħiduha għax m'hiex f'postha minħabba li qed nitkellmu fuq il-funzjoni tal-kummissjoni.", "Minħabba li l-kummissjoni se tkun marbuta li taċċetta l-kodiċi ta' etika li tagħmel il-Kamra ta' l-Avukati u billi naqblu lkoll li fl-ebda kodiċi ta' etika ma tista' ddaħħal u tindika kull każ ta' ksur ta' etika jew misconduct, meta niġu biex niddiskutu Abbozz Nru. 54, huwa importanti li nistabbilixxu xi klawsola ġenerika biex tolqot ċerti każijiet li ma jkunux fil-kodiċi ta' etika.", "Fil-fatt meta l-Kamra ta' l-Avukati kellmitni fuq dan il-punt - għax kienu huma stess li qalgħu dan il-punt - jien għidtilhom li jiena ppreparat inneħħi d-definizzjoni ta' \"misconduct\" minn fejn qiegħda fl-Abbozz Nru. 54 għax huma, quite rightly, hemmhekk riedu jibdluha għax qalu li f'dak il-każ jista' jkun hemm diversi każi ta' misconduct illi l-kumitat ma jikkonsidrahomx bħala misconduct, mentri l- kummissjoni tikkonsidrahom bħala misconduct f'każ ta' appell.", "Dan il- provvediment se jibqa' dejjem għax dak li l-kumitat għall-avukati maħtur taħt il-kummissjoni ma jikkonsidrahx bħala ksur ta' kodiċi ta' etika, jista' jiġi kkonsidrat bħala ksur ta' kodiċi ta' etika mill-kummissjoni.", "F'kull każ jien għidtilhom li jiena ppreparat li nneħħi d-definizzjoni ta' \"misconduct\" minn fejn qiegħda u nagħmel \"breach of the code of ethics\" basta jkun hemm a generic clause inkluża fil-kodiċi ta' etika li tolqot lid- diversi każijiet li żgur ma jistgħux jiġu elenkati speċifikament fil- kodiċi ta' etika.", "GĦalhekk inkunu propensi li niddiskutu xi emenda simili f'Abbozz Nru. 54 fejn hemm id-definizzjoni ta' \"misconduct\" u fejn wara kollox il-Kamra ta' l-Avukati talbet - quite rightly - li tinbidel din id- definizzjoni u ssir \"ksur tal-kodiċi ta' etika\" una volta huwa l-kumitat li se jiddiskuti każijiet ta' misconduct ta' l-avukati.", "L-Onor.", "Membru semma wkoll li fl-opinjoni tiegħu l-fakulta' li l-Prim MIinistru jista' jitlob xi parir dwar il-ħatra ta' l-imħallfin, ma għandha ebda rabta u lanqas għandu jkollha, sakemm il-ħatra ta' l-imħallfin tibqa' kif inhi.", "Huwa importanti - u għandha ċertu rabta u responsabilita' morali - li jekk il-Prim Ministru jiddeċiedi li jitlob l-opinjoni tal- kummissjoni dwar ħatra ta' l-imħallfin, għandu joqgħod fuq dik l- opinjoni, sakemm ma jkunx hemm xi raġunijiet gravi għaliex ma joqgħodx.", "Hemm ukoll l-obbligu legali tal-kummissjoni li tagħti dan il-parir lill- Prim Ministru jekk tkun mitluba.", "Intqal ukoll li r-rapport li tagħti l-kummissjoni lill-Ministru tal- Ġustizzja għandu jiġi dibattut kif jiġi dibattut ir-rapport ta' xi korporazzjonijiet, u ma nafx liema korporazzjoni semma.", "Din hi kummissjoni kostituzzjonali, u la r-rapport tal-PSC u lanqas ir-rapporti ta' kummissjonijiet kostituzzjonali oħrajn ma jiġu dibattuti hawnhekk.", "Ir- rapport għandu jservi biex jagħti pariri lill-Ministru u lill-Gvern u biex dawn jaraw li l-affarijiet jiżvolġu kif suppost u kif kien intiż meta ġiet konċepita din il-kummissjoni.", "Fl-aħħar l-Onor.", "Membru reġa' rrepeta dak li ntqal il-bieraħ, li s- surrogi u l-assenjazzjoni ta' doveri ma għandhomx ikunu f'idejn il-Prim Imħallef imma f'idejn il-kummissjoni sħiħa u l-bieraħ spjegajt għaliex ma naqblux ma' dan.", "Illum tana raġuni ftit serja għaliex għandu jsir hekk.", "Huwa kważi ried jgħid li bil-persuna li l-Gvern se jappunta bħala Prim Imħallef meta jispiċċa l-Prim Imħallef preżenti, il-Gvern ikollu rasu mistrieħa li dan il-Prim Imħallef jibda jagħmel is-surrogi u jassenja d- doveri tal-qorti kif irid hu, anke jekk dak iż-żmien ma jkunx għadu fil- gvern.", "Dan kollu jimplika - anzi nistgħu ngħidu li ntqal ċar - li jkun hemm korruzzjoni.", "Jekk wasalna f'dan l-istat li nissuspettaw li l- ġudikatura tippresta ruħha għal din il-korruzzjoni, naħseb li wasal iż- żmien li nagħmlu xi ħaġa drastika.", "Allaħares wieħed jantiċipa, anke fl- anti-camera ta' moħħu, li dawn l-affarijiet jistgħu jsiru u nispera li l- Onor. Membru qatt ma ħolom li jista' jipprova jagħmilhom kieku jkollu l- poter f'idejh.", "Allavolja nafu li meta l-Partit Soċjalista kien fil-gvern mhux b'xi prim imħallef kien jisserva, imma kien jabbuża fl-assenjazzjoni tad-doveri ta' l-imħallfin u bis-surrogi li kienu jsiru.", "F'16-il sena rajna taqlib ta' mħallfin waqt kawżi kostituzzjonali, rajna qorti kostituzzjonali ma tiġix kostitwita, rajna qrati mingħajr imħallfin għax neħħewlhom l-assenjazzjoni tax-xogħol li kellhom, u rajna minn kollox.", "GĦalhekk aħna qed nagħmlu dan għax ma rridux inħallu dawn l-affarijiet isiru mingħajr ma wieħed jagħti rendikont.", "Allura qed ngħidu li din il- funzjoni għandha ssir mill-Prim Imħallef li jirrappreżenta lill-ġudikatura u li huwa l-kap tal-ġudikatura; għandi nifhem li jintgħażel l-aktar bniedem idoneu, imbagħad tħalli f'idejh u tgħid li qed torbot lill-Gvern, mhux moralment biss imma anke billi għamilnieh accountable, li jekk ma jaqbilx ma' dak li jkun qed isir irid jagħti rendikont lill-Parlament u lill- pubbliku u jgħid għaliex ma qabilx u aġixxa mod ieħor.", "Allura niġu f'sitwazzjoni li int qed torbot lill-Gvern li jekk ma jaqbilx irid jagħmel irid ikollu raġunijiet gravissimi biex hu ma joqgħodx għar- rakkommandazzjonijiet li jagħmel il-Prim Imħallef dwar l-assenjazzjoni ta' doveri u dwar is-surrogi fil-kawżi.", "Fil-fatt jien nista' ngħid li dan isir regolarment u kif jissuġġerixxu l-imħallfin.", "Illum stess anke huma jafdaw din il-funzjoni f'idejn il-Prim Imħallef li jagħti r-rakkommandazzjonijiet lill-Ministru meta jkun hemm bżonn.", "U jien ngħid: Min hu dan il-baħnan ta' prim imħallef li se jippresta ruħu għal dawn l-affarijiet - u llum hemm ukoll il-kontroll mill-kummissjoni u kontroll kostituzzjonali għax jekk jabbuża b'mod serju jisir indirizz hawn biex jitkeċċa - meta jaf li l- Gvern tal-mument b'sempliċi maġġoranza jista' jiġi hawn u jibdel il- funzjonijiet ta' din il-kummissjoni b'mod li din ir-responsabilita' jerġa' jeħodhielu minn idejh?.", "B'danakollu l-Onor.", "Membru ssuġġerixxa li dan li qed isir fil-fatt qed isir għal dawn ir-raġunijiet moħbija biex ikun jista' jsir dan l-abbuż ħalli meta din in-naħa tmur fl-Oppożizzjoni jibqa' jkollha xi poter biex tagħmel dawn l-affarijiet!", "L-Onor.", "Attard Montalto kkonkluda billi tkellem fuq subartiklu (14) u qal li l-ispokesmen tal-Gvern fuq dan il-qasam meta kienu fl-Oppożizzjoni kienu għamlu kritika għal xi section simili rigward il-Workings of the Law Courts Commission.", "(Interruzzjonijiet) Jien qed nitkellem sotto correzzione, imma ma nafx li kien hemm section simili għall-Workings of the Law Courts Commission.", "Pero' ma tagħmilx sens li jkollok kummissjoni kostituzzjonali ta' importanza ta' din il-kwalita', bħalma, per eżempju, hija l-PSC u kummissjonijiet kostituzzjonali oħra ta' portata, u taqbad u tgħidilhom li dak li jkunu qalu huma m'intix se tagħti kasu għax se tmur il-qorti, mentri jekk huma jabbużaw jew ma jsegwux ir-regoli kostituzzjonali billi jissalvagwardaw id-drittijiet tal-bniedem u d-dritt għal fair hearing, allura jkollok dritt li tikkontesta quddiem il-Qorti Kostiutzzjonali qualsiasi deċiżjoni li tkun ittieħdet jekk ikun hemm ksur tad-drittijiet kostituzzjonali ta' l-individwu.", "Mr Chairman, jekk m'hemmx aktar rimarki, nista' nieqaf hawn u s-Sedja tpoġġi din il-klawsola għall-vot.", "THE CHAIRMAN: Hemm iktar rimarki?", "L-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Jiddispjaċini ninnota li l-Ministru ma rrispondiex b'mod li jissodisfa u lanqas jidher propens li jikkonsidra kritika li ssir minn din in-naħa, pero' xorta waħda huwa dmir tagħna li l- kritika nagħmluha.", "Allura ma' dak li diġa' ntqal, nixtieq inkompli nżid ħwejjeġ illi l-Ministru ma daħalx fihom u issa nistenna li l-Ministru jirrealizza li jrid jagħti iktar attenzjoni serja għal dak li jingħad mill- Oppożizzjoni, għax l-Oppożizzjoni m'hiijex se tirrassenja ruħha għal trattament superfiċjali kif kellha s'issa mill-Ministru tal-Ġustizzja.", "Nibda b'referenza għal paragrafu (e) ta' subartiklu (1) ta' l-emenda mressqa mill-Ministru rigward l-eta' ta' nies li jistgħu jiġu maħtura mill- Prim Ministru u mill-Kap ta' l-Oppożizzjoni, li hija ta' 45 sena, rrid ngħid li ma nafx x'inhi r-raġuni li ġiet stabbilita din l-eta'.", "Imma l- Ministru spjega li din l-eta' ġiet ispirata minn suġġeriment li sar mis- Select Committee.", "Jien nirrispondih li l-Gvern ma kienx aċċetta dak li ġie suġġerit mis-Select Committee fil-mument li sar.", "(Interruzzjonijiet).", "Mhux ir-rakkommandazz-jonijiet ma qablux fuqhom.", "Jien naf x'jien ngħid.", "Is-Select Committee kien qabel imma l-Partit fil-gvern ma kienx qabel ma' dak li ġie suġġerit mis-Select Committee.", "Jien dak li qed ngħid.", "(Interruzzjonijiet) L-unika raġuni li l-Ministru qed iġib għall- kwestjoni ta' l-eta' hija li snin ilu kienet ġiet suġġerita din l-eta'.", "Fl-opinjoni tiegħi din l-eta' hija baxxa wisq għal kummissjoni bħal din li tittratta l- mod kif l-imħallfin u l-maġistrati...", "(Interruzzjonijiet)", "Apparti l-kwalifika ta' l-eta', biex persuna tiġi maħtura f'din il- kummissjoni trid tkun tgawdi r-rispett tal-pubbliku u tkun magħrufa għall- integrita' u l-onesta' tagħha.", "Kif nistgħu naqbdu u nagħtu lin-nies dawn iċ-ċertifikati?", "Mhux aħjar li dawn l-affarijiet ma ndaħħluhom xejn?", "Aħna kif nistgħu f'liġi nagħmlu li meta wieħed jiġi biex jaħtar persuna f'din il- kummissjoni jrid jara li din tkun tgawdi r-rispett ġenerali tal-pubbliku u tkun magħrufa għall-integrita' u l-onesta' tagħha?", "Allura tista' tikkontesta jekk persuna hiex idonea jew le skond dawn il-kwalifiki?", "GĦalfejn indaħħlu dawn l-affarijiet?", "Hija responsabilita' tal-Kap ta' l- Oppożizzjoni u tal-Prim Ministru li jaħtru nies li jidhrilhom li jkunu xierqa għal dik il-funzjoni.", "Imma m'huwiex mod tajjeb li nagħmluha tassattiva li l-persuna xierqa jrid ikollha dawn il-kwalifiki għax allura wieħed jista' jipprova jikkontesta jekk il-persuni maħtura għandhomx dawn il-kwalifiki jew le.", "Subparagrafu (i) ta' paragrafu (a) ta' subartiklu (4) kif propost fl- emenda jgħid hekk:", "\"jekk tkun Ministru, Segretarju Parlamentari, Membru tal-Kamra tad-Deputati jew membru ta' awtorita' ta' Gvern lokali; \".", "Jien naf li din l-iskwalifika diġa' hi użata f'parti oħra tal- Kostituzzjoni.", "Imma bi gvern lokali x'nifhmu?", "Kunsill lokali huwa gvern lokali?", "X'aħna ngħidu?", "Bi gvern lokali xi jrid jintendi l-Gvern?", "Jista' xi ħadd jispjega x'għandu f'moħħu l-Gvern?", "Jien qed nistaqsi jekk bi gvern lokali rridux nifhmu local government authority.", "Jien naħseb li kunsill lokali ma jikkwalifikax bħala awtorita' ta' gvern lokali.", "Jekk hu hekk, nistaqsi għal liema raġuni kunsillier ma jistax ikun fuq din il- kummissjoni.", "(Interruzzjonijiet) GĦall-istess raġuni li ma jistax ikun fuq il-kummissjoni Membru tal-Parlament?", "Membru tal-Parlament għandu l-poter leġislattiv, Segretarju Parlamentari u Ministru għandhom ukoll il-poter eżekuttiv, imma kunsillier ma għandu xejn minn dan.", "(Interruzzjonijiet) Jekk se nitkellmu fuq kunsilli lokali, almenu għandna ngħidu \"kunsill lokali\" u ma ngħidux \"awtorita' ta' gvern lokali\".", "Il-kunsilli lokali m'humiex gvernijiet lokali.", "Fuq dan ma għandux ikun hemm dubju.", "Paragrafu (a) ta' subartiklu (5) jgħid hekk:", "\"Meta persuna timla vakanza maħluqa minn membru tal-Kummissjoni għall- Amministrazzjoni tal-Ġustizzja li ma jibqax membru għal xi raġuni, ħlief dik ta' l-iskadenza tal-perjodu tal-kariga tiegħu, dik il-persuna għandha tokkupa l-kariga għaż-żmien mhux skadut tal-kariga ta' dak il-membru li jkun issostitwixxa.\".", "Ma jidhirlix li meta jkun hemm vakanza u tiġi eletta persuna oħra, din il- persuna għandha tibqa' biss għaż-żmien li kien fadlilha dik il-persuna li ssostitwiet.", "GĦaliex ma tibqax għal erba' snin?", "(Interruzzjonijiet) Il- kontinwita' tax-xogħol tinduċi li mhux kulħadd jispiċċa fl-istess żmien.", "M'hemm l-ebda vantaġġ li kulħadd jispiċċa fl-istess żmien.", "Per eżempju, mill-Employment Commission għadhom kif spiċċaw tlieta, minflokhom ġew maħtura tlieta oħra filwaqt li tnejn oħra baqgħu fil-kariga li kellhom.", "(Interruzzjonijiet)", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Joe Fenech.", "ONOR JOE FENECH: X'kontinwita' ta' xogħol trid iżżomm?", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNIĊI: Dan ma jkunx ta' vantaġġ għall- kwestjonijiet li jkunu qed jiġu ttrattatti?", "Jekk per eżempju, jkun fadal l-aħħar tliet xhur, ma jidhirlix li hemm xi raġuni għaliex wieħed għandu jservi għal tliet xhur u mhux għal erba' snin u jiġi maħtur jew elett bis- sistema li tistipula l-liġi.", "Paragrafu (b) ta' subartiklu (5) jgħid hekk:", "\"Meta membru jkun ġie rikużat jew ikun astjena, il-President li jaġixxi skond il-ġudizzju tiegħu nnifsu biss, jaħtar bħala membru sostitwit...\".", "Meta membru jkun rikużat jew jastjeni, għandu jkun il-President li jagħmel is-surrogi?", "GĦax dawn se jkunu surrogi.", "GĦaliex ma jkunx il-korp jew il- persuna li tkun ħatret jew eleġġiet lil dak il-membru, li taħtar lis- sostitwit?", "THE CHAIRMAN: Onor. Joe Fenech.", "ONOR.", "JOE FENECH: Wieħed ikun propens li jagħmel hekk imma din saret biex ma tkunx cumbersome għax inkella trid toqgħod tlaqqa' lill-imħallfin biex tgħidilhom li jridu jaħtru membru flok xi ħadd ieħor.", "X'raġuni hemm?", "Jekk hemm xi raġunijiet speċjali għaliex din għandha ssir, wieħed jaċċetta s-suġġeriment.", "Imma l-iskop hu li tiffaċilita l-mod kif isiru l- affarijiet.", "Jekk il-President se jaġixxi, lil wieħed mill-imħallfin li hemm irid jagħżel.", "GĦalhekk trid tiffaċilita l-metodu ta' l-għażla biex tkun tista' ssir b'mod spedit mingħajr il-ħtieġa li toqgħod issejjaħ lill- korp ta' l-imħallfin biex jeleġġu membru ieħor fuq il-kummissjoni għax dak li kien hemm se jastjeni.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNIĊI: Normalment f'elezzjoni ma jkunx hemm is- sostituti?", "ONOR.", "JOE FENECH: F'din ma jkunx hemm sostituti.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNIĊI: Normalment hekk isir biex meta jkun hemm astensjoni jkun hemm is-sostituti u awtomatikament jidħol is-sostitut.", "Paragrafu (ċ) ta' subartiklu (5) jgħid li meta ma ssirx ħatra jew elezzjoni ta' membri fil-kummissjoni, il-President jaġixxi u jaħtar lill-membri hu.", "Jien jidhirli li m'huwiex konsiljabbli li jsir hekk.", "Jekk l-imħallfin ma jagħmlux elezzjoni biex jaħtru żewġ membri fil-kummissjoni, l-President jagħżel żewġ imħallfin.", "Il-Kamra qed tistenna wkoll li meta l-korp ta' l- imħallfin ikun iddeċieda li ma jagħmilx l-elezzjoni peress li ma jridx jieħu parti f'din il-kummissjoni, il-President għandu jaqbad żewġ imħallfin u jaħtarhom hu fuq il-kummissjoni.", "Il-kummissjoni bilfors trid tiffunzjona bil-koperazzjoni tas-setturi nvoluti.", "L-istess nistgħu ngħidu għall- maġistrati.", "Jekk dawn ma jkunux iridu jieħdu parti fil-kummissjoni, ma naħsibx li l-President għandu jaqbad żewġ maġistrati u jpoġġihom fuq il- kummissjoni xorta waħda.", "Jekk il-bank tal-ġudikatura ma ħax parti fl- elezzjoni, kif għandna nippretendu li dawn iż-żewġ imħallfin li ġew magħżula mill-President se jaċċettaw in-nomina tal-President u jmorru kontra d-deċiżjoni ta' sħabhom?", "Jien inħoss li ma għandniex nagħmluha hekk.", "Aħna ma rridux inġibu lill-President f'din il-pożizzjoni għax dan se jkollu l-obbligu li awtomatikament jagħmel il-ħatriet kontra l-volonta' u r- rieda espressa ta' l-imħallfin, tal-maġistrati, tal-Prim Ministru u tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni, għax paragrafu (e) jikkontempla l-ħatriet tal-Prim Ministru u tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "Ma nistax nifhem għaliex fl-aħħar ta' paragrafu (b) ta' subartiklu (6), hemm dak il-\"close quote\".", "Ma nafx jekk dan għandux xi tifsira jew inkella hux żball għax jien narah żejjed.", "Subartiklu (10) jgħid li min jaħtar membru tal-kummissjoni għandu l-jedd li jneħħi dak il-membru mill-kariga tiegħu.", "Imma dan jista' jneħħih biss f'każ ta' inkapaċita' jew għal xi raġuni oħra.", "Ma jidhrilkomx li min jaħtar membru għandu jkollu l-liberta' li jneħħi lil dak il-membru minflok ma norbtuh li jista' jneħħih f'ċerti ċirkostanzi biss?", "Dan ikun ifisser illi meta l-korp jew il-persuna li jkun ħatar il-membru jneħħi lil dak il- membru, jista' jkun hemm kontestazzjoni għax ma jkunux jissussistu ċ- ċirkostanzi kontemplati f'dan is-subartiklu.", "Din għandna nevitawha u għandna nħallu f'idejn min jeleġġi u jaħtar dak il-membru.", "La oriġinarjament dan kellu dritt jeleġġih, għandu jkollu d-dritt li jneħħih u mhux nagħtu ċans li jkun hemm kontestazzjoni għax ma jkunux sodisfatti ċ- ċirkostanzi kollha kontemplati f'dan is-subartiklu.", "Issa ħalli ngħid xi ħaġa dwar subparagrafu (11) (f).", "Meta bil-Malti ngħidu \"il-qorti li fiha hu jkun ipoġġi\" nkunu qed nittraduċu \"sits\" bl- Ingliż.", "Is-soltu aħna ngħidu \"jippresjedi\" mhux \"fejn ipoġġi\".", "Fejn għandna \"l-aġir li jista' jolqot il-fiduċja li għandu minħabba l-kariga tiegħu\" dik hija traduzzjoni mill-Ingliż.", "Jien naħseb li din il-frażi fit- test Malti rridu nbiddluha.", "L-agħar ħaġa hija meta niġu għat-traduzzjoni bl-Ingliż għax il-kelma \"effect\" trid tiġi \"affect\".", "F'subklawsola (13) qed ngħidu li ma naqblux assolutament li meta l-Prim Imħallef jagħmel surroga jew assenjazjoni - diġa' għidna li ma naqblux li jagħmilhom hu - il-Ministru jista' ma jaċċettahiex.", "ONOR.", "JOE FENECH: Normalment il-kelma \"jippresjedi\" tapplika għal qrati fejn għandek imħallef wieħed imma fejn għandek kulleġġ ta' mħallfin, jippresjedi normalment il-President; l-oħrajn ikunu qed ipoġġu miegħu fil- Qorti ta' l-Appell.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Veru, li ma jkunux jippresjedu imma ma ngħidux \"ipoġġu\" żgur.", "ONOR.", "JOE FENECH: Għandek raġun u jkun aħjar jekk insibu kelma iktar adatta.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Rigward subklawsola (13) aħna għidna li ma naqblux li s-setgħat tas-surrogi u l-assenjazzjoni tad-dmirijiet ikunu f'idejn il-Prim Imħallef, kif jingħad hawn, u għidna wkoll li jekk se jkunu f'idejn il-Prim Imħallef, il-Ministru m'għandux jagħmel dawk is-surrogi jew l-assenzjazzjonijiet jekk il-Prim Imħallef jastjeni milli jagħmilhom - hawn kontemplat \"jonqos milli jagħmilhom\" - b'mod li l-Ministru jmur kontra l- assenjazzjoni tad-dmirijiet jew is-surroga.", "Hawn miktub li l-Ministru jrid jagħti spjega \"minnufih\" tad-deċiżjoni tiegħu.", "M'hawn xejn minnufih.", "Il- liġi tikkontempla sitt seduti tal-Parlament u m'hemm l-ebda raġuni għaliex jekk din is-setgħa tibqa' kif inhi, l-istqarrija m'għandhiex issir fl-ewwel seduta parlamentari li jkun imiss.", "(Interruzzjonijiet) Jien kont qed ngħid li jekk il-Ministru se jibqa' jarroga dan id-dritt li jmur kontra d- deċiżjoni tal-Prim Imħallef, m'hemm l-ebda raġuni għaliex ma għandux jagħmel l-istqarrija u jagħti ġustifikazzjoni fl-ewwel seduta tal-Parlament li jkun imiss u mhux iħalli sitt seduti oħra.", "(Interruzzjonijiet) Imma meta dan isir f'perjodu meta l-Parlament ma jkunx qed jiltaqa', x'jiġri?", "Għaliex jekk irid jiġġustifika ruħu mal-pubbliku, l-istqarrija ma jippubblikahiex mill-ewwel?", "Immaġina ż-żmien ta' l-elezzjoni meta l- Parlament ikun xolt, l-iktar mument delikat!", "ONOR.", "JOE FENECH: Aħna naqblu li nagħmluha hekk.", "Wara kollox aħna ma noġġezzjonawx għal dak li huwa raġjonevoli.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Issa nixtieq li xi ħadd jispjegali għalfejn hemm dawk l-inverted commas kollha f'subartiklu (14).", "Hemm xi raġuni partikolari?", "ONOR.", "JOE FENECH: Le, m'hemmx.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Ngħaddi għall-aħħar argument rigward l- ispjega tal-Gvern raġuni għaliex, skond l-emendi li qed isiru issa, neħħa minn dan l-Abbozz ta' Liġi l-funzjoniijet li kien hemm rigward id- dixxiplina ta' l-imħallfin u l-maġistrati.", "Huwa qal ukoll li din ir-raġuni hija bbażata fuq il-fatt li jista' jkun li xi ħadd jgħid li jekk il- kummissjoni ma tkunx entrenched - u allura b'sempliċi maġġoranza tista' anke tbiddel il-kompożizzjoni ta' din il-kummissjoni - wieħed jista' jgħid li hemm xi ħaġa li tmur kontra dak li hu provdut f'artiklu 97 tal- Kostituzzjoni, jiġifieri tkun unconstitutional.", "Din l-ispjegazzjoni li qed iġib il-Gvern ma tikkonvinċinix mhux għax m'hijiex hekk imma għax lanqas nemmen li l-Gvern irid jagħmel hekk.", "Din hija skuża tal-Gvern.", "Il- Gvern, għal xi raġuni li aħna ma nafux x'inhi, iddeċieda li jirrinunzja għal dak li kien jipproponi dwar il-kontroll fuq il-kondotta ta' l- imħallfin u l-maġistrati.", "Għaliex?", "Għax ladarba din il-liġi b'sempliċi maġġoranza tista' tinbidel, b'sempliċi maġġoranza dak li l-Gvern illum ma jagħmilx f'din il-liġi, eventwalment jista' jidħol.", "ONOR.", "JOE FENECH: Imma mbagħad il-liġi tista' tkun anti-kostituzzjonali.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Issa ħalli naraw jekk tkunx anti- kostutuzzjonali abbażi ta' l-iskuża li qed iġib il-Gvern.", "Artiklu 97 tal- Kostituzzjoni jgħid hekk:", "\"Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet ta' dan l-artikolu, imħallef tal-Qrati Superjuri għandu jivvaka l-kariga tiegħu meta jagħlaq l-eta' ta' ħamsa u sittin sena.\".", "ONOR.", "JOE FENECH: Mhux għal dik il-parti qed nirreferu.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Mela ma nafx għal liema parti.", "ONOR.", "JOE FENECH: Mela ma tafx!", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Ħalli naqra subartiklu 97 (2) li jgħid hekk:", "\"Imħallef tal-Qrati Superjuri ma għandux jitneħħa mill-kariga tiegħu ħlief mill-President wara indirizz mill-Kamra tad-Deputati ...\".", "L-Abbozz ta' Liġi kif kien oriġinarjament proprju jipprovdi li jekk il- kummissjoni għall-amministrazzjoni tal-ġustizzja ma tirrakkommandax it- tneħħija ta' mħallef, il-Kamra ma tistax tneħħih.", "Hekk kien jipproponi l- Abbozz ta' Liġi.", "ONOR.", "JOE FENECH: Dan li qed tgħid se jibqa' fl-Abbozz ta' Liġi Nru. 54.", "Jien għall-aħħar parti kont qed nirreferi.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Issa niġu għall-aħħar parti, imma rridu nieħdu l-artiklu biċċa biċċa.", "Subartiklu 97 (2) tal-Kostituzzjoni jkompli jgħid hekk:", "\"... wara indirizz mill-Kamra tad-Deputati li jkollu favur tiegħu l-vot ta' mhux anqas minn żewġ terzi tal-membri tagħha u li jitlob għal dik it- tneħħija minħabba inkapaċita' ippruvata li jaqdi l-funzjonijiet tal-kariga tiegħu (kemm jekk għal mard korporali jew mentali jew għal xi raġuni oħra) jew imġieba ħażina ippruvata.\".", "Mela dejjem il-Kamra trid tiddeċiedi u mhux min jipprova l-imġieba ħażina.", "L-imġieba ħażina trid tiġi pprovata għall-Kamra u mhux għal ħaddieħor.", "Allura liema parti ta' dan is-subartiklu jista' jikkozza ma' dan l-Abbozz?", "ONOR.", "JOE FENECH: Jien konvint li l-ħabib tiegħi fehem ir-raġunijiet li tajna.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Le, jien ma fhimtx.", "ONOR.", "JOE FENECH: Jekk xi ħadd jinterpreta li dik hija l-unika miżura li tikkontempla l-liġi bħala miżura dixxiplinari, jiġifieri t-tkeċċija ta' imħallef minħabba imġieba ħażin, ma tistax tikkontempla miżura dixxiplinari oħra b'mod ieħor, jiġifieri mhux permezz ta' din il-Kamra - ngħidu aħna ma tistax twaħħlu piena jew tgħidlu biex ma jerġax - għax jekk inti timponi fuq imħallef piena differenti minn dak li hemm kontemplat fil-Kostituzzjoni u minn korp differenti minn dak kontemplat fil-Kostituzzjoni, li huwa l- Parlament, faċilment jista' jiġi nterpretat li qed tmur kontra l- Kostituzzjoni.", "Il-Kostituzzjoni tinkontempla metodu dixxiplinari wieħed b'korp partikolari u ma tistax tikkostitwixxi miżuri differenti ta' dixxiplina minn korp ieħor jekk ma temendax il-Kostituzzjoni.", "Jekk dan il- korp differenti ma jkunx entrenched, dan jista' jikkrea inċertezza f'moħħ l- imħallef jew il-maġistrat għax ikun jista' jinbidel minn kull Gvern b'mod li jkun ta' detriment għal dak l-imħallef.", "Ergo lil dak l-imħallef tkun neħħejtlu l-indipendenza tal-ġudizzju tiegħu.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Meta l-Gvern jagħmel din id-dikjarazzjoni jkun qed jabdika mid-dritt tiegħu li jesiġi illi mħallef jimxi sewwa u li ma jistax jagħmel ħwejjeġ li għalkemm ma jiġġustifikawx it-tneħħija, xorta ma jistax jagħmilhom.", "ONOR.", "JOE FENECH: Aħna għalhekk ridna l-entrenchment imma intom ma triduhx.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Jien mhux qed ngħid li għandna nagħmlu l- entrenchment imma qed ngħid li din hija pożizzjoni li l-Gvern qatt ma jmissu aċċettaha.", "Bil-mod kif qed jitkellem il-Ministru qed jgħid illi l- Gvern ma jista' bl-ebda mod jindaħal fil-mod kif jimxu l-imħallfin jekk l- aġir tagħhom ma jkunx jiġġustifika t-tneħħija tagħhom.", "Din hija teorija perikoluża ħafna u l-Gvern missu qatt m'aċċettaha, ladarba l-Kostituzzjoni tgħid illi mħallef jista' jitneħħa minn din il-Kamra biss u f'ċerti ċirkostanzi biss u ergo mħallef jista' jagħmel li jrid.", "(Interruzzjonijiet) Hekk qed jgħid il-Gvern.", "ONOR.", "JOE FENECH: Jekk jagħmel li jrid iġġibu hawn u tkeċċih.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Jien qed ngħid li jista' jagħmel kulma jrid barra dawk l-affarijiet li jiġġustifikaw it-tkeċċija tiegħu.", "Il- pożizzjoni ta' l-imħallfin hekk hi?", "ONOR.", "JOE FENECH: Aħna qed ngħidu li jekk tagħmel dan li qed tissuġġerixxi int, ikun faċli ħafna li jiġi interpretat li huwa ksur tal- Kostituzzjoni u allura ma tkunx tista' tagħmlu.", "U dan l-imħallfin iridu jiddeċiedu li hu hekk.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Jekk iridu jistgħu jiddeċiedu hekk, imbagħad nilleġislaw wara li jiddeċiedu mod ieħor!", "Imma jien nixtieq naf liema mħallef se jgħid li liġi li tgħid li ma jistax iġib ruħu ħażin u li jekk iġib ruħu ħażin ikun dixxiplinat minn kummissjoni, tmur kontra l- Kostituzzjoni.", "Liema mħallef se jgħid hekk?", "Ħadd ma jgħid hekk.", "ONOR.", "JOE FENECH: Dan ma jgħidx hekk imma jgħidlek biex tibdel il- Kostituzzjoni.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Li mħallef jiġi dixxiplinat minn kummissjoni li fiha jkun hemm ir-rappreżentanti tiegħu stess hija ...", "ONOR.", "JOE FENECH: Dan jgħidlek biex tibdel il-Kostituzzjoni b'dak il-mod u mbagħad tkun korretta.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Ebda qorti m'hi se tgħid hekk!", "U jekk mhux hekk se nerġgħu niġu għall-argument li m'għandniex niddixxiplinaw lill-imħallfin għax dik tista' tkun inġerenza fuq l-imparzjalita' u l- indipendenza tagħhom.", "Il-Gvern jista' jkompli jtenni dan l-argument kemm irid għax mill-Oppożizzjoni qed jiġi kkalkolat li din hija skuża mhix ġustifikata għall-irtirata li għamel il-Gvern dwar il-kondotta tal- maġistrati u ta' l-imħallfin.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Lino Spiteri.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Mr Chairman, jien ma rridx nidħol bejn it-toga u min jilbisha imma se jkolli ngħid li ma naqbilx ma' l-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici li qed jgħid li fuq din il-miżura l-Gvern se jabdika mid-drittijiet tiegħu.", "Hija xi ħaġa ġdida li l-Gvern jabdika mid-drittijiet tiegħu!", "Rigward il-kontest tal-qorti - li issa qed niddiskutuha fit-tul u qed niddiskutu affarijiet li jien persważ li huma ta' importanza fundamentali imma mhux għall-poplu kollu - fejn jinteressa lill-poplu, l-iżjed punt li għandna niddiskutu ma ntmissx min-naħa tal-Ministru u l-appoġġ li kellu.", "Dan kollu li qed niddiskutu u dan id-dettall kollu li qed indaħħlu hawnhekk huwa dwar kif il-proċess tal-liġi kif applikat mill-qrati - mhux mill- eżekuttiv - se jkun wieħed tali li wieħed, f'ċerti każi, jkun jista' jittama li jieħu ġustizzja f'ħajtu.", "Dan huwa l-punt prinċipali tad- diskussjoni fuq il-liġi u meta hawnhekk qed jippilota din il-liġi Ministru li wara ħames snin ta' Gvern fejn ma kienx Ministru tal-Ġustizzja, inħatar Ministru tal-Ġustizzja u l-ewwel dikjarazzjoni tiegħu kienet li se jagħti lilu nnifsu ċans ta' sena biex lill-qrati jġibuhom mhux jimxu kif suppost - mhux bl-għaġġla imma mill-banda l-oħra żgur li mhux bil-pass li tradizzjonalment indara f'dan il-pajjiż; mhux neċessarjament tort ta' l- imħallfin imma żgur li mhux tort tal-poplu - imma jitjiebu b'mod li l- metafora li qed nuża - li l-poplu jifhem li l-qrati qegħdin hemmhekk għalih - jibda jkollha sens, ikolli ngħid li f'din id-diskussjoni erudita - li qed nipprova nsegwi b'ċertu interess imma jkolli nistqarr li bosta drabi qiegħda 'l fuq mill-ilma li jien imdorri ngħum fih - m'hemm xejn li dwarha n-naħa tal-Gvern offriet tama lil din in-naħa ta' l-Oppożizzjoni - għax in- naħa tal-Gvern trid toffri dan il-komfort mhux l-Oppożizzjoni - u allura permezz tagħna u permezz ta' din il-Kamra lill-poplu kollu ...", "Wara li mhux biss għaddiet l-ewwel sena tar-responsabilita' tal-Ministru Fenech rigward dak li jsir fil-qrati imma għaddiet ukoll it-tieni sena, għadu ma ġiex imwettaq it-target li hu stess kien qiegħed għalih innifsu u għadu ma tressaq xejn li juri li minbarra li għadda dak iż-żmien kollu, qisu se jgħaddi ħafna iżjed żmien sakemm fil-fatt jiġi mwettaq.", "Il-kwestjoni tal- qrati qisha sewwa sew il-kwestjoni ta' l-arretrati li għandu jiġbor il- Gvern fil-qasam finanzjarju, fejn dawn minflok li jonqsu, qed jiżdiedu.", "L- ammont ta' każi serji - mhux il-frivolitajiet li misshom ġew deċiżi fi ftit ġranet minn meta tressqu l-qorti - minflok li jonqsu qed jiżdiedu.", "Jien nittama li - wara li issa forsi nieħdu division, jekk se neħduha llum, jekk le ma jimportax għax għada nkunu nistgħu nsegwu dan id-dibattitu bit- tkomplija ta' interess li qed nuru - meta titkompla din id-diskussjoni fil- Committee stage, il-Ministru jsib il-ħin li jidħol f'dan il-qasam ħalli l- poplu jsib ftit komfort u jifhem ftit iżjed x'qiegħed jagħmel l-istess Ministru u x'qed tagħmel din il-Kamra biex timbottah ħalli jagħmel dak li suppost għandu jagħmel.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Ix-xogħol pendenti li hemm fil-qorti iżjed se jiżdied għax jibda jkollna lill-President tal-Qorti, żewġ imħallfin u żewġ maġistrati li jitilfu x-xogħol normali tagħhom biex jagħmlu x-xogħol tal-Ministru.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE FENECH: Ħalli nibda nirrispondi dak li qal l-Onor.", "Spiteri.", "Għall-kuntrarju, din il-liġi, flimkien ma' l-emendi kbar li hemm fil-Liġi tal-Proċedura, hija ntiża eżattament biex isir dak li qal hu u biex il- kawżi jsiru b'mod aktar spedit.", "Illum jekk imħallef jiddeċiedi li sentenza - kif kellna fi żmien il-Gvern Laburista - tibqa' għaddejja għal seba' snin m'hemmx mod kif tista' tgħidlu biex jaqtagħha.", "Aħna ridna li din il- kummissjoni tkun kif inhi biex meta mħallef jagħmel xi ħaġa li m'għandux jagħmilha, tgħidlu li dan huwa abbuż.", "Jiġifieri ma jkunx hemm għalfejn tmur quddiem il-Kummissjoni Ewropea biex din tiddeċiedi li m'intix qed tieħu d-drittijiet tiegħek għax l-imħallef ma ddeċidiex il-kawża wara seba' snin.", "Onor. Spiteri, din qed issir biex ikun hemm aktar speditezza u biex tkun tista' tikkontrolla lill-imħallef għal abbużi li għalkemm forsi ma jwasslux għal tkeċċija, iwasslu biex tinġibidlu l-attenzjoni.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Lino Spiteri.", "ONOR.", "LINO SPITERI: L-Onor.", "Fenech qed ikompli jasserixxi u jtenni l- asserzjoni li fil-każ li qed jirreferi għalih kien hemm xi abbuż mill- imħallef jew imħallfin in kwestjoni.", "Din l-akkuża li qatt ma saret għandu jirrepetiha bl-aktar mod ċar u mhux jgħidha in passing hawnhekk.", "Ġaladarba m'hawn ħadd li jirrespinġiha, irrid ngħid li din hija akkuża politika fuq il-ġudikatura.", "Il-Ministru ma kellux il-guts li jagħmel din l-asserzjoni barra dan il-Parlament u jien persważ li jekk jagħmilha, l-imħallfin in kwestjoni forsi ma jkollhomx guts jirrisponduh kif inhuma l-affarijiet.", "Jien nitlob lis-Sinjorija Tiegħek biex ma tħallix asserzjoni bħal din għaddejja f'din il-Kamra.", "ONOR.", "JOE FENECH: Jien se nerġa' nirrepeti dak li għidt għax il-ħabib tiegħi, li jaf li hemm sentenza f'dan is-sens, ma jmissux qam jitkellem kif tkellem.", "L-imħallfin ikkundannaw lill-imħallef u qalulu li kien anti- kostituzzjonali għax dam seba' snin ma ta s-sentenza.", "Dan missu qal li jmisshom qablu li tkun entrenched ħalli l-parti li llum m'hijiex koperta, jiġifieri d-dixxiplina fuq il-ġudikatura - fuq affarijiet li ma jwasslux għal tkeċċija - tkun koperta biex ikun hemm kontroll ta' ċerti abbużi li jistgħu jsiru.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Lino Spiteri.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Għalkemm jien m'iniex legali, din qatt ma smajtha għax id-deċiżjoni ta' l-Appell mhux fuq abbuż kienet imma min iddeċieda skanta - u kellu raġun - bin-numru ta' mħallfin li ma ttekiljawx il- kwestjoni.", "Dik kienet is-sentenza mhux li kkonfermaw li kien hemm xi abbuż.", "Ġaladarba l-Ministru qed jekwipara deċiżjoni fl-Appell ma' konferma ta' abbuż u ġaladarba l-Ministru tal-Ġustizzja qiegħed jerġa' jasserixxi f'din il-Kamra li l-imħallef in kwestjoni kien ħati ta' abbuż, x'żammu milli jeżerċita l-poteri li tagħtih il-Kostituzzjoni - mingħajr il-ħtieġa ta' ebda emendi - u jressaq mozzjoni f'din il-Kamra biex jittieħdu l-passi li għandhom jittieħdu dwar l-imħallef u ma joqgħodx iġib l-iskuża li l- imħallef issa jirtira?", "ONOR.", "JOE FENECH: Il-ħabib tiegħi jaf li dan ma jwassalx għal hekk.", "Minbarra l-fatt li hija l-ewwel darba fl-istorja legali li saret riforma komprensiva, qed jitħejja l-Abbozz ta' Liġi - u nispera li sal-ġimgħa d- dieħla tiġi ppubblikata - biex jemenda l-Kodiċi ta' Proċedura.", "Nispera li l-Onor.", "Spiteri jaf li din hija r-risposta li qed jipprova jagħti dan il-Gvern għall-problema serja tad-dewmien fil-qrati.", "Dwar dak li qal il-ħabib tiegħi nixtieq nirrispondi fil-qosor fuq il- kwalifika ta' l-eta' ta' 45 sena u affarijiet l-oħra.", "Aħna dehrilna li dik il-kwalifika għandna neħduha mill-kwalifiki simili li kien hemm fis-Select Committee.", "M'hemmx raġuni partikolari għaliex għażilna dawn u mhux oħrajn; jekk tiġi suġġerita xi ħaġa oħra, wieħed ikun jista' jikkonsidraha.", "Nixtieq niġbidlu l-attenzjoni li l-emenda ta' l-Oppożizzjoni dwar il- kompożizzjoni tal-kummissjoni, ma tagħmilx sens għax intqal li għandu jiġi appuntat Prim Imħallef jew imħallef irtirat u jien ma nafx min se jappunta imħallef irtirat.", "Jien diġa' spjegajt li l-awtorita' governattiva lokali li qed nirreferu għaliha hija l-kunsill lokali.", "Aħna dehrilna li dak huwa kriterju ieħor għaliex għandha tkun skwalifika.", "Issemma wkoll li wieħed li jimla vakanza għandu jservi għaż-żmien li jkun fadal.", "Ir-raġuni li tajt hija biex il- membri jispiċċaw flimkien u jerġgħu jiġu rikomposti flimkien u m'hemm ebda raġuni partikolari ħlief din.", "Ma jidhirlix li hawn kwestjoni ta' kontinwita' u jekk ikun hemm xi każ pendenti, naturalment irid jerġa' jinstema' mill-kummissjoni ġdida kif jiġri llum.", "Illum surroga ta' mħallef trid tinstema' mill-ġdid ħlief għal dawk il-provi li jkunu diġa' nġabru.", "Il-kelliem ta' l-Oppożizzjoni semma wkoll ir-rikuża tal-President trattata f'subklawsola (5) (b).", "THE CHAIRMAN: Onor. Fenech, niġbidlek l-attenzjoni għall-emenda tal- proviso ta' subklawsola (13).", "ONOR.", "JOE FENECH: Iva, Mr Chairman, se nipproponi din l-emenda:", "\"L\" Fit-tieni proviso tas-subartikolu (13) ta' l-artikolu 101A li hemm fil-klawżola 7 kif proposta fl-emenda \"F\", minflok il-kliem \"il-ministru għandu jagħmel stqarrija\" għandhom jidħlu l-kliem \"il-Ministru għandu jippubblika minnufih fil-Gazzetta avviż dwar dak il-fatt li fih jagħti r- raġunijiet tiegħu għal dik l-azzjoni, u għandu jagħmel stqarrija\" u minflok il-kliem \"mis-sitt seduta\" għandhom jidħlu l-kliem \"mit-tieni seduta\".", "\"L\" In the second proviso to subsection (13) to section 101A in clause 7 as proposed in amendment \"F\", for the words \"he shall make a statement\" there shall be substituted the words \"he shall immediately publish in the Gazzette, a notice of that fact together with the reasons therefor, and he shall make a statement\", and for the words \"sixth sitting\" there shall be substituted the words \"second sitting\".", "THE CHAIRMAN: Sar il-ħin.", "Biex inkomplu d-diskussjoni fuq dan l-Abbozz irridu l-permess tal-Kamra.", "Fid-9.00 p.m. il-Kamra rriżumiet.", "PERMESS TAL-KAMRA", "ONOR.", "JOE FENECH: Nitlob il-permess sabiex il-Kamra terġa' tmur f'Kumitat sakemm tintemm id-diskussjoni fuq klawsola 7 u fuq l-emendi għaliha.", "MR SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "L-ordni għal Kumitat ġie moqri.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor Charles Mangion, President tal-Kumitati, jippresjedi.", "THE CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l-emenda \"L\" kif imressqa mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"L\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi l-emenda \"K\" kif imressqa u moqrija mill- Onor. Attard Montalto.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "L-emenda \"K\" ma għaddietx.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi l-emenda \"J\" kif imressqa u moqrija mill- Onor. Karmenu Mifsud Bonnici.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "L-emenda \"J\" ma għaddietx.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi l-emenda \"I\" kif imressqa mill-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "L-emenda \"I\" ma għaddietx.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi l-emenda \"Ħ\" kif imressqa mill-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "L-emenda \"Ħ\" m'għaddietx.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi l-emenda \"Ġ\" kif imressqa mill-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "L-emenda \"Ġ\" m'għaddietx.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi l-emenda \"F\" kif imressqa mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "L-emenda \"F\" għaddiet.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 7 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "THE CHAIRMAN: Hawn qbil li din id-division tittieħed minn hawn u għaxar minuti oħra?", "(Onor. Membri: Iva)", "Billi ntalbet votazzjoni fid-9.07 p.m. il-Kumitat ġie sospiż u rriżuma fid- 9.17 p.m.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 7 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "THE CHAIRMAN: Ninforma lill-Kumitat li l-Onor.", "George Bonello du Puis, l- Onor. Richard Muscat u l-Onor.", "Francis Zammit Dimech huma paired ma' l- Onor. Joe Brincat, l-Onor.", "Reno Calleja u l-Onor.", "Dom Mintoff.", "VOTAZZJONI NRU.", "93", "FAVUR : 31", "L-Onor.", "|Bonnici Josef | |Bonnici Michael | |Borg Tonio | |Cassar Joe | |Cuschieri Louis | |Dalli John | |Debono Giovanna | |Deguara Louis | |De Marco Guido | |Falzon Michael | |Fenech Adami Eddie | |Fenech Joe | |Frendo Michael | |Galea Ċensu | |Galea Louis | |Galea Mario | |Gatt Lawrence | |Gauci Borda Lino | |Hyzler George | |Mifsud Bonnici Antoine | |Mifsud Bonnici Ugo | |Muscat Claude | |Psaila Savona Joseph | |Refalo Louis | |Refalo Michael Angelo | |Rizzo Naudi John | |Spiteri Carm Lino | |Tabone Anton | |Vella John | |Zammit Ninu | |Zammit Stanley |", "KONTRA: 28", "L-Onor.", "|Abela Wistin | |Attard Montalto John | |Bartolo Evarist | |Borg Carmel | |Brincat Leo | |Buhagiar Charles | |Buhagiar Louis | |Cilia Joe | |Debono Grech Joe | |Farrugia Michael | |Farrugia Noel | |Gatt George | |Grech Edwin S | |Mangion Charles | |Micallef Freddie | |Mifsud Bonnici Karmenu | |Mizzi Joe | |Moran Vincent C. | |Muscat Philip | |Nicholl Tony | |Portelli Alfred | |Refalo Anton | |Sant Alfred | |Sant Salvu | |Schembri Adami Sandro | |Spiteri Lino | |Vella George | |Vella Karmenu | | |", "Klawsola 7, kif emendata, għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill- Abbozz ta' Liġi.", "Fid-9.20 p.m. il-Kamra rriżumiet u l-President tal-Kumitati rrapporta progress u talab il-permess sabiex il-Kumitat jerġa' jiltaqa'.", "MR SPEAKER: Jekk jogħġbu, il-Viċi Prim Ministru jressaq l-aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO: Nipproponi l-aġġornament tal-Kamra għal nhar l- Erbgħa, 16 ta' Marzu fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:-", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta - Kumitat (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Attivitajiet Kummerċjali Internazzjonali ta' Malta - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jirrikonoxxi Trusts - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Servizzi ta' Investiment - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kummerċ Bankarju - t-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Amministrazzjoni tat-Taxxa - t-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar it-Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Segretezza Professjonali - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi kontra Insider Dealing - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Edukazzjoni - Kumitat (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi kontra Money Laundering - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar ir-Reġistrazzjoni ta' Artijiet - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar iż-Żwieġ - it-Tielet Qari; u", "Abbozz ta' Liġi dwar Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja - it-Tieni Qari.", "Mr Speaker, jekk il-Kamra taqbel, nipproponi li tittieħed biss kwarta mill-Aġġornament.", "MR SPEAKER: Il-Kamra taqbel li ma titteħidx nofs siegħa sħiħa għall- Aġġornament?", "(Onor. Membri: Iva) Rimarki, jekk jogħġobkom?", "Il-Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd.", "ONOR.", "LAWRENCE GATT (Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd): Mr Speaker, illum fuq l-aġenda dehret mistoqsija parlamentari numru 16374 li għamilli l-Onor.", "Sant in konnessjoni ma' raid fuq tliet irziezet li jrabbu l-majjali.", "Ir-risposta li kont ippreparajt taha l-Ministru Falzon għax sfortunatament fil-bidu tas-seduta ma kontx preżenti, pero' nixtieq nikkorreġi xi affarijiet li ntqalu hawn ġew biex nagħti stampa ċara ta' kif inhuma l-fatti.", "Fil-fatt bħalissa għandna l-problema tat-trobbija illegali tal-majjali li ilha sejra żmien twil.", "Jien kemm-il darba avżajt pubblikament li dawn l- affarijiet ma nippermettuhomx u ma nittollerawhomx.", "GĦidt ukoll li se nieħdu l-passi biex naqbdu lil dawn in-nies u li jekk naqbduhom se nikkonfiskaw kollox u nieħdu l-majjali kollha li jkun hemm fuq il-post, minbarra li dawk li naqbdu jkollhom jitilgħu l-qorti talli jkunu kisru l- liġi.", "Aħna sibna xi farms li kienu qed irabbu l-majjal bla permess, wieħed minnhom fiż-Żejtun.", "Bħalma jsir f'kull farm ieħor, meta ġejt informat bih bgħatt lill-veterinjarji u lill-Pulizija biex jivverifikaw jekk huwiex farm illegali.", "Il-majjali ttieħdu minn hemmhekk għall-biċċerija, inqatlu l- biċċerija u wara, l-istess sid applika biex jiġi mogħti permess għal trobbija ta' bhejjem fuq dak il-farm li minn dejjem kien farm tal-bhejjem.", "Il-veterinarji raw il-każ u sabu li dan kellu d-dritt jieħu l-permess u allura ħarġulu l-permess.", "Kien hawn complaint minħabba li tawh il-majjali malajr u qalu li kien hemm xi ħaġa li ma saritx bil-ġustizzja u li kien hemm xi ħaġa tinten.", "Il-fatt li tawh il-majjali malajr, hemm raġuni għalih ukoll.", "Minn meta bdejna nagħmlu r-ristrutturazzjoni ta' l-industrija tal-majjal naqqasna ħafna mill-majjalli li kien fil-farm ta' Kemmuna u ħloqna erba' multiplier units, tlieta f'Malta u wieħed f'GĦawdex, fejn il-friegħ tal-majjaliet imorru għand il-produtturi biex minnhom jerġa' jkollhom il-friegħ għall- qatla.", "Billi dan ix-xogħol ried isir malajr u ma stajniex nistennew, u billi wieħed minn dawk li ħadu t-tender tal-multiplier unit kellu l-majjali u ried ineħħihom malajr, dan sab lil dak taż-Żejtun li konna għadna kif qtilnielu l-majjali tiegħu u rranġa biex ibigħlu dawn il-majjali.", "Biex il- proċess ta' tibdil ta' l-industrija tal-majjal jimxi malajr u biex ma nżommux lill-KPM, il-Koperattiva tal-Produtturi tal-Majjal, milli tkompli x- xogħol tagħha, il-veterinarji tawh permess jagħmel dan.", "Dan li ħa t- tender għall-multiplier unit kien mgħaġġel ħafna għaliex barra li s- sistema trid tibda taħdem malajr, kellhom jitilgħu l-Amerika u jagħżlu l- majjaliet u l-ifħla.", "Fil-fatt dawn marru u l-majjaliet u l-fħula diġa' ġew Malta u allura kellna nagħtu l-permess malajr biex l-industrija timxi mingħajr dewmien.", "Qalulna wkoll li l-majjal li nstab fir-razzett taż-Żejtun mhux veru li ġie maqtul.", "Jien personalment ma rajthomx, imma meta l-Onor.", "Salvu Sant baqa' jgħid li dawn ma ġewx maqtula imma reġgħu marru fl-istess farm, jien ġegħelt lill-veterinarju prinċipali, Dr Vella, jagħmel statement dwar kulma sar fuq dak il-farm punt b'punt, data b'data u ħin b'ħin u dan l-istatement bgħattu bil-posta lill-Onor.", "Salvu Sant biex jara x'ġara u ma ġarax.", "Jekk jidhirlu li dan mhux veru, jien lest nagħmel inkjesta biex nara jekk hijiex il-verita' jew le.", "Biss illum stess sibt persuna li hi membru tal-Kumitat u li għandha x'taqsam mal-KPM, li għandha interss kbir li ma jkunx hawn illegal farms f'Malta, li qaltli li hi personalment rat dawn il-majjali maqtula.", "Jiġifieri l-Onor.", "Sant ma jistax jibqa' jgħid li dawn ma ġewx maqtula.", "Kien hawn ukoll min staqsa għaliex dan il-majjal ma nagħtuhx għall-ikel.", "Ir-raġuni hija li dawn qed jitrabbew bla permess, ma nafux minn fejn ġew, ħafna minnhom ikollhom ħafna ħmieġ u jitimgħuhom minn kollox u għalhekk ma nissograwx nagħtuhom għall-ikel għaliex ma nafux kif trabbew u m'għandna l- ebda kontroll fuqhom.", "U jekk m'humiex tajbin għalija u għal ħaddieħor, lanqas huma tajbin għall-istituti.", "Jiġifieri mhux qed nagħtuhom proprju bħala prekawzjoni minħabba s-saħħa.", "GĦandna wkoll il-problema li fost dawk li għandhom il-permess hemm min ikollu aktar mill-kwota tiegħu u biex ma nħallux dan isir, dawk li jkollhom aktar mill-kwota - barra 2% minnhom - il- KPM qed teħodhomlom, għaliex issa l-industrija qiegħda f'idejha, u hi toqtolhom u tagħtihom lill-istituti.", "Fil-fatt għadni kif rajt ittr - ġabhieli l-Onor.", "Michael Bonniċi - mid-Dar tal-Provvidenza li fiha qed jirringrazzjawh tal-majjali li ġew mogħtija; majjali li minflok li ħadna aħna jew il-Koperattiva jew minflok li ġew meqruda, ġew mogħtija lill- istitut.", "Dawk nafu fejn trabbew u nafu kollox fuqhom għaliex għandna rapport sħiħ dwar il-farm minn fejn ġew.", "Il-problema kienet li s-sid in kwestjoni kellu iżjed mill-kwota tiegħu.", "Jekk ma nagħmlux hekk tant ikollna majjal żejjed li jispiċċa jinbiegħ bix-xejn u min investa l-eluf kbar ta' liri f'din l-industrija jispiċċa biex ikollu jarmi kollox.", "GĦalhekk dawk li jinstabu jrabbu l-majjal illegalment, jitteħdulhom il- bhejjem u ma nagħtuhom lil ħadd imma neqirduhom.", "Mr Speaker, rigward il-mod kif jinqatlu, irrid ngħidli qabel konna neħduhom il-biċċerija, noqtluhom u mbagħad jew naħarquhom jew nitfgħuhom x'imkien ieħor li jkun taħt il-kontroll tagħna.", "Issa rajna li minflok nużaw dan il-metodu, ikun aħjar li meta jkun hemm numru kbir ta' majjal, neqirduhom fil-farm stess imbagħad jew jindifnu jew jittieħdu x'imkien mejta u lesti.", "B'hekk ma noqogħdux inġorruhom mill-biċċerija għal post ieħor.", "Rajna li din is-sistema hija aħjar.", "Dik hija l-istorja kollha dwar il-famuż farm taż-Żejtun.", "Jien sirt naf b'dan il-każ minn kelliema tan-naħa l-oħra - nixtieq nirringrazzjahom talli informawni - u mill-ewwel ħadt il-passi meħtieġa.", "Veru li t-tobba l-ewwel qalu li ma sabux il-farm imbagħad sabuh pero' mill-ewwel ħadt il-passi neċessarji, bħalma nagħmel dwar kull rapport li jkolli, biex it-trobbija illegali tal-majjali tinqata'.", "Wara kollox jien informat li mbagħad dawn imorru jbigħhom lis-sidien tal-ħwienet tal-laħam li jbigħu dan il-majjal bi prezz baxx bil-konsegwenza li jistgħu jwaqqgħu l-industrija.", "Fuq kollox ma tkunx taf xi kwalita' ta' laħam hu.", "Aħna ma nistgħux intellgħu lil dak jew lill-ieħor il-qorti jekk ma jkollniex provi.", "Mhux billi jiġu jgħidulek li t-tali jew it-tali qed jagħmel hekk pero' jekk ma jkollokx provi ma tista' ttella' lil ħadd il-qorti.", "Nispera li xi darba xi ħadd jiġi quddiemi u jindikali min huma dawn in-nies u lil min qed ibigħu ħalli nkunu nistgħu nieħdu l-passi neċessarji.", "Jien lill-farms navżahom pubblikament li jekk insiru nafu b'xi attivita' illegali mill-ewwel nieħdupassi.", "Aħna nformati - għalkemm għadna ma nafux in-numru eżatt - dwar x'farms illegali baqa' u dawn se nirrejdjawhom.", "Għalhekk min qed irabbi illegalment qed ikun avżat pubblikament.", "Ħafna minnhom diġa' nafu bihom u għad immorru għalihom u neħduhom ħalli ma nkissrux industrija li bdiet wara l-marda ta' l-African Ssiewine Fever.", "Il-Gvern ta' qabel kien ħa l-passi neċessarji u issa aħna qed nagħmlu ħilitna kollha biex din l- industrija li tinsab fuq saqajha u hija waħda mill-aħjar industriji li hawn u tinsab miexja smoothly u skond il-policy tagħna, tkompli miexja 'l quddiem.", "Din l-industrija għaddejna f'idejn il-koperattiva għaliex nemmnu li ħadd daqs min hu involut fix-xogħol ma jista' jippjana u jmexxi x- xogħol tiegħu.", "Din hi l-policy tagħna li qed titħaddem ukoll dwar it- trobbija tal-baqar.", "Dawn għandhom il-koperattiva tagħhom, għandhom il- fabbrika tal-ġwież u issa se jieħdu l-fabbrika tal-ħalib f'idejhom.", "Lil dawk li jrabbu l-majjali tajniehom il-bookings u tajniehom il-farm ta' Kemmuna.", "Issa se nagħtuhom il-farm li hemm l-GĦammieri u qed ngħinuhom biex jimxu 'l quddiem u jmexxu huma stess il-koperattiva tagħhom.", "Anke l- bookings tal-majjali, jiġifieri dwar min joqtol u kif joqtol, qegħdin f'idejhom għaliex aħna nemmnu li min għandu sehem fl-industrija jista' jippjana x'inhu l-aħjar għalihom.", "Aħna kuntenti ħafna b'dak li qed tagħmel il-KPM u ngħinuha ħafna bil-policies tagħna.", "Nista' ngħid li għadhom kif inġabu majjali ġodda mill-Amerika biex jinbidel id-demm tal-merħla kollha, l-istess kif sar fl-industrija tal-baqar.", "Ġabu l-majjaliet u l-ifħla u għall-ewwel darba f'Malta għandna razzett ta' l-ifħla biss biex nassiguraw li jkunu first-class.", "Dan qed nagħmluh sabiex l-industrija tagħna timxi 'l quddiem.", "Il-koperattiva ġabet ukoll razez ġodda mill-Amerka u aħna qegħdin ngħinuhom kemm jista' jkun.", "Hawnhekk irrid nagħmel punt ieħor, Mr Speaker.", "L-Onor.", "Evarist Bartolo fil-Joint Committee bejn il-Parlament Malti u dak Ewropew qal li l-MSU għamlet rapport fejn qalet li l-biedja f'Malta tispiċċa jekk aħna nidħlu fl- Ewropa u din imbagħad reġa' qalha fil-gazzetta ta' nhar ta' Ħadd \"Kull Ħadd\".", "Jien irrid ngħidlu li dan m'hux veru.", "L-ewwelnett dan huwa operations review li jien tlabt lill-MSU - huma qalu li l-MSU għamlu rapport u qed iġibuh qisu xi serial fil-gazzetta ta' nhar ta' Ħadd, u jagħmlu sewwa u jien ma ninkwetax - biex tħejjilna.", "Aħna tlabna lill-MSU biex tindaga dwar x'jaħsbu fuqna l-koperattivi, bdiewa u raħħala li huma klijenti tagħna u xi jridu li aħna nirranġaw fix-xogħol tagħna.", "U l-MSU ħejjiet dan ir-rapport.", "Issa r-rapport qabel ma ġie għandna mar għandhom, u dawn huma affarijiet li kienu jiġru qabel u għadhom jiġru llum.", "Kulma fih dan ir-rapport huwa x'qalu l-klijenti tagħna fuqna; hemm min faħħar ċerti affarijiet u hemm min maqdarhom.", "Kien hemm min qal li n-nies imorru kmieni l-biċċerija u li l-Pitkalija n-nies joħorġu qabel il-waqt.", "Jien ħadt gost b'dawn il-kummenti u issa se nagħmel studju fuq kull punt li ħareġ sabiex nirranġaw l-affarijiet.", "Qalu, per eżempju, li meta l-laboratorji tagħna jiġu biex jagħmlu t-testijiet tal-ġwież jgħidulhom mnejn ġie dan il-ġwież ...", "Din m'hijiex xi ħaġa sabiħa u ma kontx naf biha.", "Minn dan ir-rapport tgħallimna ħafna imma nerġa' ngħid li dan ir-rapport għamlitu l-MSU fuq talba tiegħi sabiex naraw il-klijenti tagħna x'jaħsbu fuqna u mhux kif qal l-Onor.", "Bartolo fil-gazzetta, li l-MSU għamlet rapport li fih qalet li l- biedja tispiċċa jekk aħna nidħlu fil-Komunita'.", "Dan m'hu minnu xejn; ir- rapport qiegħed għandi, qed nistudjah u qed niltaqa' ma' l-uffiċjali u d- diretturi kollha fid-dipartimenti konċernati sabiex nipprovaw nirranġaw l- iżbalji kollha li jirriżulta li hemm.", "Aħna m'aħniex perfetti u għalhekk ordnajt li jsir dan ir-rapport.", "Li l-biedja tispiċċa jekk nidħlu fil- Komunita' kien kumment ta' l-Għaqda Bdiewa Progressivi u jien ngħid li dawn għandhom dritt li jesprimu l-opinjoni tagħhom.", "L-MSU rrapportat dan fl- istudju tagħha għaliex tniżżel eżatt dak li jgħidulhom u l-Onor.", "Bartolo kkwota dan bħala fatt li rriżulta mir-rapport li għamlet l-MSU.", "Dan m'hu veru xejn; huwa sempliċement kumment wieħed mill-ħafna kummenti li għamlet l-Għaqda Bdiewa Progressivi.", "Dawn għandhom dritt għall-ħsieb tagħhom - għalkemm jiena ma naqbilx magħhom u 'l quddiem nipprovaw kemm m'għandhom raġun, imma dik hija l-idea tagħhom u għalhekk tniżżlet fir-rapport.", "Jiġifieri l-MSU mhux veru li għamlet studju li minnu rriżulta li l-biedja tispiċċa jekk nidħlu fl-Unjoni Ewropea.", "L-Onor.", "Bartolo immisgwidja lill- Joint Parliamentary Committee u lill-qarrejja tiegħu fil-gazzetta meta għamel dak l-istatement.", "Huwa żgur li dan f'idejh kopja tar-rapport għaliex qegħdin joħorġuh fil-gazzetta kelma b'kelma u aħna nieħdu gost b'dan għaliex aħna ma nibżgħux mill-kritika u nixtiequ nkunu nafu fejn sejjer ħażin ħalli nirranġawh.", "Dak kien l-iskop tagħna meta tlabna li jsir dan l-istudju.", "Mr Speaker, hemm ħafna xi tgħid fuq il-kwestjoni u mhux dwar dan ir- rapport biss.", "L-industrija tal-majjal irranġajnieha, biddilna ħafna mill- apparat li kien hemm, għamilna apparat ġdid u daħħalna electronic grading machine li bħala qatt ma kien hawn f'Malta.", "Illum is-sistema m'hijiex li jiġi wieħed, jara l-majjali b'għajnejh u jgħid liema jkun grade A, liema jkun A1 u liema jkun grade B għax ħafna drabi l-għajnejn ma jarawx il- majjal biss imma jaraw is-sid ukoll.", "Qed ngħid dan għax ikun hawn min jimxi bil-grazzja u tat-tali joħroġ bħala majjal grade A1 u ta' ħaddieħor joħroġ bħala grade C. Jien ma kontx kuntent b'din is-sistema u bqajt sa ma ġibt l-electronic grading machine għal dan l-iskop.", "Din il-machine tidħol fil-majjal u tagħtik il-grade, il-weight u n-number tiegħu.", "B'hekk ħadd ma jista' jgħid li xi ħadd daħak bih.", "Aħna b'dan il-mod irridu nimxu.", "Il- bejgħ tant żdied li fejn qabel kienu joqtlu 1,700 majjal, illum f'Malta u Għawdex b'kollox qed noqtlu 2,300 majjal fil-ġimgħa.", "Il-prezz żidnieh ukoll għax min irabbi kien ħaqqu żieda fil-prezz tal-majjal li jipproduċi.", "Illum nistgħu ngħidu li għandna industrija li miexja kif suppost timxi.", "Fil-biċċerija għamilna market hall u nfaqna Lm1 miljun għall-bżonnijiet ta' kull min jużaha.", "Mr Speaker, jien ridt nieħu dawn il-ftit minuti biex nikkorreġi l-idea li kien hawn.", "Barra minn hekk saruli ħafna domandi li ridt nikkjarifika t- tweġiba li tajt għalihom.", "L-Onor.", "Sant issa għandu wkoll statement iffirmat dwar il-kwestjoni ta' trobbija ta' majjal mingħajr permess u iżjed minn daqshekk ma nafx x'nista' nagħmel.", "Issa jekk dan jidhirlu li mhux tajjeb, allura jien inkun lest li nagħmel inkjesta wkoll.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar l-Erbgħa, 16 ta' Marzu, 1994 fis-6.00 p.m. bl-agenda kif kommunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET IMWIEĠBA BIL-MIKTUB", "IRZIEZET - MAJJALI BLA PERMESS", "16375.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd: Issa li dawn l-aħħar snin kellna mill-inqas ħames każi ta' trobbija ta' majjali bla permess, jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu kontra min xtara u biegħ il-majjali minn dawn l-irziezet?", "Liema kienu dawn il-ħwienet?", "ONOR.", "LAWRENCE GATT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l- investigazzjonijiet qeghdin isiru mill-Administration Law Enforcement u s'issa ma jidhirx li kien hemm xi evidenza soda li tista' tintuza biex tigi akkuzata xi persuna.", "MALTA U ISRAEL - FTEHIM", "16376.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l- Affarijiet Barranin: Jista' l-Viċi Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal- Kamra il-ftehim li sar bejn Malta u Israel?", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant ghat-twegiba tieghi ghall-mistoqsija parlamentari numru.", "16307 tas-Seduta 237.", "POMPI TAL-PETROL - ŻIDIET", "16377.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Issa li skada ż-żmien ta' meta kull petrol station kellha timxi skond il-ftehim milħuq ma' Enemalta meta ngħatat l-aħħar żieda s-sena l-oħra, jista' l- Ministru jikkonferma li kollox sar skond il-ftehim?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li l-Korporazzjoni Enemalta qed tieħu l-passi kollha meħtieġa biex il-ftehim imsemmi jkun osservat minn kulħadd.", "SKEJJEL - TECHNICIAN APPRENTICESHIP SCHEME", "16434.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Meta twaqqfet it-Technician Apprenticeship Schemme?", "Kemm daħlu studenti sena b'sena f'din l-iskema?", "Kemm minn daewn l-istudenti kienu rġiel u kemm nisa kors b'kors?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: It-Technician Apprenticeship Scheme twaqqfet fl-1990 u l-ewwel dħul fl-Iskema sar f'Jannar ta' l-1990 kif jidher fl- istatistika li poġġejt fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is- Seduta..", "Fil-preżent, din l-ewwel \"entry\" qiegħda tiġi \"trade tested\".", "SKEJJEL - POST-SEKONDARJI", "16435.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: JIsta' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar kemm kien hemm studenti full-time f'dawn l-iskejjel post-sekondarji sena b'sena, kors b'kors u nisa jew irġiel mill-1984 'il hawn (a) Giovanni Curmi Higher Secondary School (b) Precision Engineering Centre (c) Sir Hannibal Scicluna School for Secretarial Studies (d) Guże' Micallef College of Agriculture (e) Art and Design Centre (f) Nautical School (g) Pre Vocational School (h) School of Hairdressing and Beauty Therapy?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "ENEMALTA - XIRI TA' ŻEJT", "16436.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Prim Ministru: F'gazzetta tal- Ħadd tas-27 ta' Frar, 1994 f'intervisti li ta l-Prim Ministru ġie kkwotat li qal li x-xiri taż-żejt mhux se jibqa' monopolju ta' Enemalta.", "Dan ifisser li barra x-xogħol ta' 'bunkering' li diġa' hu magħruf li se jingħata lill-privat ix-xiri taż-żejt se jingħata wkoll lill-privat?", "Jekk fl-affermattiv, jista' l-Prim Ministru jispjega kif se jsir dan u x'kontroll se jkun hemm fil-prezz tax-xiri taż-żejt?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Fl-intervista msemmija, kont qed nitkellem fuq bazi `long term' bil-ħsieb tal-politika tal-Gvern dwar is-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea.", "Dan ifisser li min jipprovdi ċerti servizzi, bħal dawk ipprovduti minn Enemalta, ma jistax jibqa' jkollu l-monopolju.", "Il-Gvern iżomm, iżda, il- funzjoni regolatorja.", "RAĦAL ĠDID - TISWIJA TA' TRIQ KAMPANELLA", "16437.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Wara li ġie mmarkat 'leakage' ta' ilma fi Triq Kampanella, Raħal Ġdid, tħaffret it- triq u dan instab li ma kienx minnu.", "Jista' l-Ministru jordna li t-triq terġa' tiġi rranġata?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: F`każi bħal dawn hemm arranġamenti bejn il- Korporazzjoni għas-Servizzi ta` l-Ilma u d-Dipartiment tat-Toroq, biex dan ta` l-aħħar jieħu ħsieb jara li jerġgħu jingħalqu sewwa l-ħofor li jkunu nfetħu.", "Peress li dan huwa xogħol estensiv ħafna, u biex isir sewwa jirrekjedi nies mħarrġa għal dan ix-xogħol, jista` jkun li f`xi każi jittieħed ftit taż-żmien biex ix-xogħol isir.", "Tajt struzzjonijiet biex it-triq imsemmija tiġi rranġata.", "RAĦAL ĠDID - CLINIC SESSION TA' L-OFTALMIJA", "16441.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jinvestiga għaliex il-Clinic Session ta' l- Oftalmija tas-17 ta' Frar fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta' Raħal Ġdid ġiet imħassra mingħajr l-ebda avviż bir-riżultat li l-pazjenti li kellhom appuntament kellhom jintbagħtu d-dar mingħajr ma ġew invistati?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nixtieq ngħarraf l-Onor.", "Membru li l-'Clinic Session' ta' l-Oftalmija tas-17 ta' Frar fil-fatt ma ġietx ikkanċellata.", "Kienet dik tas-16 ta' Frar li fil-fatt kienet ikkanċellata u dan minħabba l- fatt li l-Oftalmoloġista li kien imissu jagħmel din il-'Clinic' kien irrapporta marid u ma kienx possibbli li jintbagħat oftalmoloġista ieħor mill-Isptar.", "F'ċirkostanzi bħal dawn, iċ-Ċentru tas-Saħħa ma jkunx jaf li t-tabib ikun marid sakemm dan jirrapporta marid u dan ġieli jkun viċin il-ħin li fih suppost tibda l-'Clinic'.", "Kif jiġi stabbilit li l-'Clinic' se tiġi ikkanċellata, l-'staff' taċ-Centru tas-Saħħa jċempel lil dawk in-nies li għandhom appuntament biex jgħarrfuhom b'dan.", "L-Onor.", "Membru japprezza li jista' jkun hemm nies li jkunu diġa' telqu mid-dar jew li ma għandhomx 'telephone' li inevitabbilment jispiċċaw imorru ċ-Ċentru tas-Saħħa u jsibu li l-'Clinic' ġiet ikkanċellata.", "SPTAR SAN LUQA - REFURBISHMENT COMMITTEE", "16442.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi tibdil fil- kompożizzjoni tar-Refurbishment Committee ta' l-Isptar San Luqa?", "Kif inhu kompost fil-preżent inkluż iċ-Chairman?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Filwaqt li s'issa ma kien hemm ebda tibdil fil- kompożizzjoni tar-'Refurbishment Committee' ta' l-Isptar San Luqa, nista' ngħid li fi żmien qasir il-funzjoni ta' dan il-Kumitat se tgħaddi f'idejn struttura oħra li se tiġi fdata bil-'Management' ta' l-Isptar.", "SPTAR SAN LUQA - PEST CONROL UNIT", "16443.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jikkonferma li x-xogħol li għandu x'jaqsam ma' pest control fl-Isptar San Luqa issa ġie mogħti lill-kumpannija privata?", "Jekk fl-affermattiv, dan sar wara sejħa għat-tenders?", "Liema kumpannija ġiet mogħtija l-kuntratt?", "Fiex jikkonsisti l-kuntratt u kemm se tkun in-nefqa?", "X'se jiġri mill-Pest Control Unit tad-Dipartiment tas- Saħħa?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: 1.", "Nikkonferma li x-xogħol li għandu x'jaqsam mal-'Pest Control' fl-Isptar San Luqa issa ġie mogħti lill-kumpannija privata wara sejħa għall- 'tenders'.", "2.", "Il-kumpannija hija 'Comtec'.", "3.", "Il-kuntratt jikkonsisti li ssir 'fumigation' fl-Isptar kollu, kull meta jkun hemm bżonn.", "4.", "In-nefqa hija Lm1,910 fis-sena.", "5.", "Il-ħaddiema li kien hemm fil-'Pest Control Unit' se jibqgħu jaħdmu fl- Isptar San Luqa fuq xogħol ieħor.", "SPTAR ZAMMIT CLAPP - FTUĦ TA' LABORATORJU MEDIKU PRIVAT", "16444.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jispjega x'kienet il-ħtieġa li l-Isptar Zammit Clapp japplika biex jiftaħ laboratorju mediku privat?", "Min applika għal-liċenzja għan-nom ta' dan l-Isptar?", "Min se jkunu l-persuni li se jkunu responsabbli għal dan il-laboratorju u x'inhuma l-kwalifiċi tagħhom?", "It-testijiet u l-analiżi li se jsiru f'dan il-laboratorju se jkunu bi ħlas għall-pazjenti ta' l-istess sptar?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Kien meħtieġ li ssir applikazzjoni għall-permess ta' laboratorju għaliex l-Isptar Zammit Clapp jitqies bħala sptar privat skond kif determinat għall-fini ta' kontroll mid-Diviżjoni tas-Saħħa.", "L-applikazzjoni saret minn Dr. Lawrence Manche.", "Il-laboratorju jitmexxa xjentifikament minn Dr Manche, li għandu esperjenza ta' 40 sena f'dan ix-xogħol, mgħejjun minn analisti kwalifikati u 'technicians' li rċevew ukoll taħriġ f'dan il-qasam mid-Diviżjoni tas- Saħħa.", "Fil-laboratorju jsiru 'quality control' u saret ukoll spezzjoni regolari mill-Professur Maurice Cauchi mgħejjun minn Dr Malcolm Micallef.", "Kulħadd jinstab sodisfatt bir-riżultat ta' dan il-laboratorju li jikkollaboraw tajjeb anke meta mqabblin ma' l-esperjenza klinika.", "Sar ukoll 'feasability study' dwar l-effiċjenza ta' dan il-laboratorju u irriżulta li dan huwa mmexxi tajjeb.", "Il-pazjenti ma jħallsu xejn għat-testijiet li jsiru u s'issa m'hemmx ħsieb li jsir ebda xogħol bi ħlas privat.", "AJRUPORT - PROTEZZJONI LILL-ĦADDIEMA MID-DIFTERITE", "16445.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Billi ġie rrapportat tkabbir fin-numru ta' każi ta' Difterite fir-Russja, l-Ukraina u l-Alġerija, ma jidhirlux il-Ministru li dawk l- uffiċjali kollha fl-Airport u postijiet oħra li jistgħu jiġu f'kuntatt ma passiġġieri li jaslu Malta minn dawn il-postijiet għandhom jiġu mogħtija l- protezzjoni neċessarja?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Id-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika qed jirrakomanda li dawk il-persuni li waqt xogħolhom jiltaqgħu ma' numru konsiderevoli ta' barranin jitlaqqmu għal kontra d-Difterrja.", "Dan jinkludi ħaddiema li jaħdmu l-Port jew jitilgħu fuq vapuri, kif ukoll dawk li jaħdmu fl- Ajruport.", "Għalissa t-tilqim mhux indikat li jingħata lil dawk kollha li jiġu f'kuntatt każwali ma' turisti jew nies li jivvjaġġaw.", "TELEMALTA - GENERAL MANAGER", "16446.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Kommunikazzjoni: Jista' l-Ministru jikkonferma li l-Awtorita' ta' Telemalta beħsiebha tabbolixxi l-post ta' General Manager u fl-istess ħin se toħloq ħames postijiet ġodda ta' Heads of Department, liema postijiet se jkunu fuq bażi ta' kuntratt għal tliet snin?", "Jista' l-Ministru jgħid x'se jiġri mill-persuna li fil-preżent qed tokkupa l-post ta' General Manager?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-informazzjoni ta' l-Onor.", "Interpellant mhix korretta.", "RABAT/BAĦRIJA - ĊIMITERJI", "16482.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Fejn waslu l-pjanijiet tal-Gvern sabiex jiġu żviluppati ċimiterji fir-Rabat u l-Baħrija?", "Billi dawn l-iżviluppi kulma jmur qed ikunu aktar mistennija miċ-ċittadini tal-kommunita' Rabtija, jista' jara li jiġu approvati x-xogħlijiet u l-permessi meħtieġa?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: S'issa m'hemmx pjanijiet li jsir ċimiterju fil- Baħrija.", "Fir-Rabat qiegħed jiġi kkonsidrat pjan sabiex jinbena ċimiterju ġdid.", "F'dan ir-rigward nirreferi l-Onor.", "Interpellant għall-mistoqsija parlamentari numru 10144.", "BUSKETT - DRENAĠĠ", "16483.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: X'ġara mit-talbiet ta' residenti tal-Buskett biex dawn jiġu mogħtija servizz ta' drenaġġ?", "Meta huwa maħsub li jibdew jitwettqu x-xogħlijiet ta' l-estensjoni ta' drenaġġ għal dawn l-inħawi?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: M`għandi xejn x`inżid mat-tweġiba li tajt għall- mistoqsija parlamentari numru .", "9083 (Seduta 123).", "MELLIEĦA - DRENAĠĠ", "16484.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: X'konsultazzjonijiet saru mid-Dipartiment ta' l-Ambjent u l-Bdiewa tal- Mellieħa dwar l-impjant tad-drenaġġ li se jiġi żviluppat fil-Mellieħa?", "Il-Ministru jirriżultalu li x-xewqa tal-bdiewa Mellieħin hija li jsaqqu l- uċuh tar-raba' b'ilma naturali minflok b'dak ta' l-impjant?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Kif diġa għidt fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 14739 (Seduta 213), il-Gvern għadu ma għamilx konsultazzjoni mal-bdiewa Mellieħin dwar l-iżvilupp ta` l-impjant tar- riċiklaġġ ta` l-ilma ta` drenaġġ li hu proġettat li jsir fiċ-Ċumnija limiti tal-Mellieħa.", "Id-Dipartiment ta` l-Ambjent u Dipartimenti oħra nvoluti se jiġu kkonsultati mill-Awtorita` ta` l-Ippjanar, li qiegħed jipproċessa l- applikazzjoni tad-Dipartiment ta` Drenaġġ ta` dan il-proġett.", "Id- Dipartiment ta` Drenaġġ s`issa għamel il-Project Description Statement mitlub minnu mill-Awtorita`.", "Naturalment kulħadd jista` jagħmel sottomissjonijiet lill-Awtorita` ta` l-Ippjanar li trid tipproċessa l- applikazzjoni relevanti bħal kull applikazzjoni oħra għal żvilupp.", "Jekk jirriżulta li x-xewqa tal-bdiewa Mellieħin hija li ma jridux l-ilma li se jipproduċi dan l-impjant, huma mhumiex se jkunu kostretti li jeħduh.", "Biss irid jingħad li l-indikazzjonijiet tad-Dipartiment ta` l-Agrikoltura huma li kull ilma li jista` jiġi pprovdut - dejjem ta` kwalita` tajba għat- tisqija - ikun aċċettat u meħud mill-bdiewa.", "Mill-esperjenza tal-proġett ta` l-irrigazzjoni mill-ilma li joħroġ mill-impjant ta` Sant`Antnin, jirriżulta li għalkemm ġeneralment il-bdiewa għal bidu jirreżistu li jkollhom dan l-ilma, wara jibdew ifittxuh u jagħmlu minn kollox biex ikollhom minnu.", "Madankollu l-indikazzjonijiet huma li hemm oqsma oħra li jkunu lesti jieħdu l-ilma ta` l-impjant ta` Ċumnija, jekk dan ma jittieħidx mill-qasam ta` l-Agrikoltura.", "Dejjem jibqa` l-prinċipju li jekk ħadd ma jieħu dan l- ilma, l-għan primarju ta` l-impjant hu dak li jsaffi d-drenaġġ u b`hekk jitħares l-ambjent.", "MELLIEĦA - RIĊIKLAĠĠ TAD-DRENAĠĠ", "16485.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Ma jħossx il-Ministru li kemm-il darba jiġi żviluppat ir- riċiklaġġ tad-drenaġġ fil-Mellieħa, dan jista' jaffetwa serjament l- attivita' ta' l-industrija tat-Turiżmu f'dan il-lokal?", "Ma jħossx il-Ministru li billi dawn l-inħawi huma fost l-aktar prime sites f'pajjiżna li jista' jiġi żviluppat proġett Agrituristiku, jkun aktar meqjus jekk isiru aktar studji mill-Gvern dwar l-impatt ta' dan il-proġett?", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Kieku l-Onor Membru jagħti r-ragunijiet li donnhom wassluh għall-konkluzjonijiet tiegħu nkun f'qagħda li nwiegeb din il-mistoqsija.", "Kif inhi msawra d-domanda hi ipotetika.", "Jidher li l-Onor Membru u jien għandna tifsira differenti tal-kuncett ta' l-agroturizmu.", "Diga' kelli okkazjoni ngħid li l-agro-turizmu hu suq u mhux progett u li fi kwalunkwe kaz minħabba d-daqs ta' pajjizna u l-għamla tas- settur agrikolu dan jista' biss ikun suq marginali ħafna.", "TURIŻMU - TNAQQIS TA' TURISTI", "16486.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Liema kienu dawk is-swieq li rreġistraw nuqqas ta' numru ta' turisti f'Jannar u Frar meta pparagunati ma' l-istess xhur tas-sena l-oħra?", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: L-istatistika mitluba mill-Onor Interpellant hi definita għax-xhar ta' Jannar izda għadha provizorja għax- xhar ta' Frar.", "Għalhekk se nwieġeb għal-dak li għandu x'jaqsam max-xhar ta' Jannar.", "Il-pajjizi li minnhom gew inqas turisti f'Jannar 1994 paragunat ma' Jannar 1993 kienu dawn:", "|PAJJIŻ |1993 |1994 |% | |ALGERIJA |28 |13 |-53.6 | |KROAZJA |104 |52 |-50.0 | |DANIMARKA |697 |623 |-8.2 | |EGITTU |155 |142 |-8.4 | |ĠAPPUN |117 |109 |-6.8 | |LIBYA |3788 |3622 |-4.4 | |MAROKK |54 |22 |-59.3 | |PAKISTAN |42 |17 |-59.5 | |PORTUGALL |135 |72 |-46.7 | |SPANJA |82 |78 |-4.9 | |SLOVENJA |36 |26 |-27.8 | |JUGOSLAVJA |79 |50 |-36.7 |", "In-numru totali ta' turisti li gew Malta f'Jannar 1994 laħaq 42,727, zieda ta' 13.7% jew 5,154 meta ipparagunat ma' Jannar 1993.", "BAJJA TAL-ĠNEJNA - NUQQASIJIET", "16487.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: X'konsultazzjonijiet u rakkomandazzjonijiet saru mid- Dipartiment tat-Turiżmu lid-Dipartiment għall-Ambjent dwar in-nuqqasijiet li jeżistu bil-Bajja tal-Ġnejna l-Mġarr sena b'sena matul dawn l-aħħar 5 snin?", "Jista' l-Ministru jwieġeb l-istess mistoqsija fir-rigward tal-Bajja ta' Għajn Tuffieħa, Golden Bay, Fomm ir-Riħ u l-Bqija ta' bajjiet u xtut ta Malta Ghawdex aċċessibbli għal polu Malti u turisti?", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: F'dawn l-aħħar ħames snin ma jidhirx li kien hemm konsultazzjonijiet formali u rakkomandazzjonijiet bejn id- Dipartiment tat-Turizmu u dak ta' l-Ambjent dwar nuqqasijiet f'bajjiet u xtut hlief rakkomandazzjoni mis-Segretarjat tat-Turizmu biex tittella' grada u b'hekk vetturi ma jkunux jistgħu jinzlu fuq il-bajja ta' Għajn Tuffieħa.", "WIED IL-GĦAJN - TISWIJA TA' TRIQ IL-ĦARRUB", "16561.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li tiġi rranġata Triq il-Ħarrub, f'Wied il-Għajn flimkien ma' bosta toroq oħra li qed jiġu rranġati fl- inħawi?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li fi Triq il-Ħarrub, Wied il-Għajn u l-inħawi tagħha għad m`hemmx żvilupp biżżejjed u lanqas ma hemm servizzi.", "Għaldaqstant mhux il-każ li din it-triq tiġi asfaltata għalissa.", "BELT VALLETTA - KAROZZI LIĊENZJATI", "16562.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm karozzi liċenzjati li jidħlu fil-Belt Valletta u kemm minn dawn huma ta' residenti tal-Belt Valletta?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Id-Direttorat tal-Liċenzji u Testijiet ta' vetturi jaqa' taħt il-Ministeru għat-Trasport u Kommunikazzjoni.", "BELT VALLETTA - KUNSILL LOKALI", "16563.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jaħseb il-Ministru li l-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta għandu jingħata konċessjoni mill-Pulizija għall-\"reserved parking\" għal żewġ karozzi maġemb l-uffiċċju tal-Kunsill, jiġifieri fi Triq Zekka?", "Jaħseb l-istess Ministru li dak il-post li kien riżervat għar-Reġistratur ta' l-eżamijiet għandu jingħata lill-Kunsill fuq imsemmi ladarba dan il- Kunsill qiegħed juża l-istess uffiċini?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li l-Bord għall-Kontroll tat- Traffiku stabbilixxa 'policy' li ebda Kunsill Lokali ma għandhu jingħata 'reserved parking area' u informa lid-Direttur tad-Dipartiment tal-Kunsilli dwar dan.", "Kwalunkwe spazju fejn hemm 'parking' permess quddiem Uffiċċji tal- Kunsilli Lokali għandu jitħalla liberu għall-bżonnijiet tal-pubbliku ġenerali, inklużi anzjani jew persuni b'diżabilita' li jkunu jeħtieġu xi servizzi li joffru l-Kunilli Lokali.", "VALLETTA - \"PARKING TICKETS\"", "16564.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm saru \"parking tickets\" fil-Belt Valletta f'Jannar u Frar, 1994?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li l-Pulizija tal-Belt, Valletta ħarġu dawn il-'parking tickets' fil-Belt, Valletta:", "Jannar 1994 - 1095 Frar 1994 - 1091", "VALLETTA - GABBANI F'PUTIRJAL", "16566.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Kommunikazzjoni: Jista' l-Ministru jagħti permess lis-sidien tal- gabbani f'Putirjal, barra Bieb il-Belt Valletta biex iħottu x-xogħol tagħhom matul il-ġurnata biex ma jibqgħux ibatu minn deċiżjoni li ttieħdet dan l-aħħar?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Diġa' saru arranġamenti bi qbil bejn l- Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku u s-sidien tal-gabbani, biex bejn is- 2.30 u t-3.30 p.m. dawn ikunu jistgħu jidħlu ħdejn il-gabbani tagħhom f'Putirjal biex iħottu x-xogħol tagħhom.", "Għal dan l-iskop lil dawn is- sidien se tinħarġilhom \"card\" li turi li għandhom permess jagħmlu dan.", "Għalkemm il-\"cards\" għadhom qed jitħejjew, l-arranġamenti msemmija bdew iseħħu fl-aħħar gimgħa ta' Frar.", "BELT VALLETTA - BEJJIEGĦA TAL-MONTI", "16567.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Issa li madwar Bieb il-Belt tneħħew il-vetturi privati, dawn se jaffettwaw lill-bejjiegħa tal-Monti ta' nhar ta' Ħadd u fil-festi?", "Hemm xi ħsieb li l-Monti jitneħħa mill-foss ta' San Ġakbu fil-Ħdud u festi?", "Jekk iva, fejn hemm il-ħsieb li jiġi trasferit u meta?", "Se jsiru xi konsultazzjonijiet mal-bejjiegħa qabel dawn jiċċaqilqu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-arranġamenti tat-traffiku li bdew iseħħu fl-'area' ta' Bieb il-Belt, Valletta fil-21 ta' Frar 1994 ma japplikawx għal Ħdud u Btajjel Pubbliċi.", "Il-Pulizija ma għandha l-ebda ħsieb li l-Monti ta' nhar ta' Ħadd u Btajjel Pubbliċi jitneħħa mill-Foss ta' San Ġakbu.", "INDUSTRIJI", "16568.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Kemm hawn industriji kompetittivi f'Malta u kemm hawn industriji mhumiex kompetittivi f'Malta?", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Jista' l-Onor.", "Membru jekk jogħġbu jindika liema sfera ta' kompetittivita għandu f'rasu - perezempju sportiva, produttiva, kulturali eċċ.", "ISLA - DRAINS TA' L-ILMA FI TRIQ IT-TARZNA", "16610.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' jingħad jekk fi Triq it-Tarzna, l-Isla hemmx ħsieb li jinbidlu d- drains ta' fejn imur l-ilma tax-xita minħabba li meta tagħmel ix-xita m'humiex ilaħħqu ma' l-ammont kbir ta' ilma?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Tlabt lid-Dipartiment tad-Distretti tat-Taqsima tax-Xogħlijiet jinvestiga l-ilment ta` l-Onor.", "Interpellant peress li l- culverts ta` l-ilma tax-xita fit-Triq it-Tarzna jistgħu jkunu miżduda.", "LOTTERIJA NAZZJONALI", "16611.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba s'issa t-tieni premju tal-lotterija cioe' Lm20,000 ma ntrebaħx?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ninforma lill- Onor. Interpellant li saru 10 lotteriji li fihom kien hemm premju ta' Lm20,000.", "Dan il-premju ma ntrebahx 4 darbiet.", "VALLETTA - MANUTENZJONI TA' TROMBA TAT-TARAĠ FI TRIQ L-IFRAN", "16612.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent:", "Jista' l-Ministru jgħid jekk it-tromba tat-taraġ fl-appartament 80, Old Bakery Str, Valletta hux se tiġi rranġata minħabba li l-parti ta' fuq tinsab fi stat perikoluż?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Għaddejt din it-talba lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta` Djar għall-azzjoni meħtieġa.", "POSTIJIET STORIĊI - GWIDI TAD-DIPARTIMENT", "16634.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Hemm postijiet storiċi fejn jkun hemm gwidi tad-dipartiment stess li jdawwru n-nies ma' l-esebiti, jekk jintalbu biex jagħmlu dan?", "F'liema postijiet storiċi teżisti din il-faċilita'?", "Kemm fil-fatt hemm nies mad-dipartiment li jistgħu jagħmluha ta' gwidi ta' postijiet storiċi?", "Dawn huma ristretti għal xi post partikolari?", "Jagħmlu xi kors speċjalizzat?", "Kemm idum?", "Meta sar l-aħħar kors?", "Kemm qagħdu għalih u kemm għaddew?", "Meta se jsir kors ieħor?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Il-mużewijiet u postijiet storiċi fejn hemm kustodji/gwidi tad-Dipartiment tal-Mużewijiet biex jgħassu l-esibiti u jdawru wkoll lill-viżitaturi jekk jintalbu jagħmlu dan huma: il-Mużew ta' l- Arkeoloġija, il-Mużew ta' l-Arti, il-Mużew tal-Gwerra u l-Armerija fil-Belt Valletta, il-Mużew ta' l-Antikitajiet Rumani, il-Katakombi ta' San Pawl u l- Mużew tax-Xjenza Naturali, ir-Rabat, is-sit ta' San Pawl Milqi, Burmarrad, l-Ipoġew ta' Ħal Saflieni (malli jerġa' jinfetaħ għall-pubbliku), is-sit tat-tempji megalitiċi, Ħal Tarxien, Għar Dalam, Birżebbuġa, il-Palazz ta' l- Inkwiżitur u l-Mużew Marittimu, il-Birgu, is-sit tat-tempji megalitiċi, Ħaġar Qim.", "F'Għawdex hemm din l-istess faċilita' fil-mużewijiet ta' l- Arkeoloġija, tax-Xjenza Naturali u tal-Folklor, ir-Rabat u fil-Mitħna ta' Kola u s-sit tat-tempji megalitiċi tal-Ġgantija, ix-Xagħra.", "Bħalissa hemm 72 kustodji/gwidi mad-Dipartiment tal-Mużewijiet, 53 f'Malta u 19 f'Għawdex.", "Dawn mhumiex ristretti għal xi post partikulari, iżda jiġu ippustjati f'mużewijiet u siti differenti skond kif ikun imisshom fuq bażi ta' roster.", "Din is-sistema titħaddem regolarment, b'eċċezzjoni ta' erba' kustodji/gwidi (wieħed għal raġunijiet ta' saħħa, u t-tlieta l-oħra minħabba li jużaw il-karozza privata tagħhom biex imorru fuq is-sit fejn huma ippustjati, peress li dan mhux milħuq mit-trasport pubbliku.", "Ma jsirx kors speċjalizzat għall-kustodji/gwidi.", "Dawn jidħlu mad- Dipartiment tal-Mużewijiet permezz ta' eżami pubbliku fil-Malti, l-Ingliż, lingwa oħra barranija u l-istorja ta' Malta.", "Min jgħaddi minn dan l-eżami, irid joqgħod ukoll għal intervista biex tiġi mistħarrġa aħjar l-abbilta' tal-kandidat, partikolarment fl-istorja ta' Malta in ġenerali u fil- konoxxenza tiegħu dwar is-siti arkeoloġiċi, postijiet storiċi u l-esibiti fil-mużewijiet.", "Dawk li jgħaddu miż-żewġ partijiet ta' l-eżami u jiġu impjegati mad-Dipartiment jingħataw hand-outs b'informazzjoni sħiħa minn żmien il-preistorja sa l-epoka moderna.", "Dan bil-għan li jtejbu t-tagħrif tagħhom u jkunu aġġornati sewwa fix-xogħol tagħhom.", "Jiġu mħajjra wkoll li jkomplu jistudjaw.", "L-aħħar eżami li sar biex jiġu impjegati 17-il kustodji/gwidi ġodda mad- Dipartiment kien f'Marzu ta' l-1992.", "Għal dan l-eżami qagħdu 120 kandidat u għaddew 21.", "MONUMENTI/POSTIJIET STORIĊI - RESTAWR", "16635.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Matul din is-sena finanzjarja kemm hi s-somma vvotata għar- restawr ta' monumenti u postijiet storiċi?", "Liema huma dawk il-monumenti u postijiet storiċi li se jiġu restawrati matul din is-sena?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Is-somma ivvotata lid-Dipartiment tal- Mużewijiet għal din is-sena finanzjarja għar-restawr ta' dak il-bini storiku u monumenti li għalihom huma responsabbli hija ta' Lm80,000.", "Huwa ppjanat li din is-sena jsir xogħol ta' restawr u riabilitazzjoni fuq il- kumpless tal-katakombi palaeo-Kristjan f'Daħlet id-Dejr, ir-Rabat, fuq il- katakombi misjub riċentement tal-Barrani, limiti taż-Żejtun, l-Ipoġew ta' Ħal Saflieni u ċ-Ċittadella u l-Ġgantija f'Għawdex.", "Għandu jsir ukoll xi xogħol preliminari fil-Palazz ta' l-Inkwiżitur, il-Birgu.", "VAPURI - REĠISTRAZZJONI TAĦT IL-BANDIERA MALTIJA", "16636.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Kommunikazzjoni: Meta xi ħadd japplika biex jirreġistra vapur taħt il- bandiera Maltija, issir spezzjoni fuq il-vapur biex jiġi żgurat li jaqa' taħt il-liġijiet internazzjonali?", "Minn min isiru?", "Matul l-1993 u fl-ewwel xahrejn ta' din is-sena kien hemm vapuri li s- sidien tagħhom talbu li jiġu reġistrati f'Malta iżda ma ġewx aċċettati?", "Liema kienu dawn?", "X'kienu r-raġunijiet għal dan ir-rifjut?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Qabel bastiment ikun rreġistrat Malta waħda mis-soċjetajiet Internazzjonali ta' klassifikazzjoni rikonoxxuti trid l-ewwel tikkonferma lir-Reġistratur li l-vapur hu \"seaworthy\".", "Sussegwentement, biex jinħareġ iċ-ċerifikat anke proviżorju tar- registrazzjoni, li bih il-bastiment ikun jista' jbaħħar, l-istess soċjeta' trid tikkonferma li l-vapur għandu ċ-ċertifikati validi kollha mitluba skond id-diversi konvenzjonijiet internazzjonali.", "Ma tinżammx statistika ta' kemm vapuri li s-sidien tagħhom talbu li jkunu reġistrati f'Malta u ma ġewx aċċettati fir-Reġistru Malti.", "Ir-raġunijiet għal dan ir-rifjut jistgħu jkunu diversi bħal per eżempju jekk il-bastiment ma jkunx \"seaworthy\" jew jekk il-vapur ma jkunx eliġibbli li jkun reġistrat skond kif provdut fl-Att dwar il-Bastiment Merkantili.", "RAĦAL ĠDID/ĦAL TARXIEN/SANTA LUĊIJA - TISWIJA TA' TOROQ", "16637.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: B'referenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 16325, dwar liema toroq se jingħataw it-tarmac u ssirilhom manutenzjoni f'Raħal Ġdid, Ħal Tarxien u Santa Luċija matul is-sena finanzjarja li qegħdin fiha, jista' l-Ministru jelenka liema huma t-toroq in kwestjoni?", "Il-Ministeru m'għandu l-ebda pjan ta' xogħlijiet u jaħdem biss skond l- esiġenzi?", "Jaf il-Ministru li n-numru ta' toroq f'dan il-kuntest li ilhom abbandunati s-snin f'dawn il-lokalitajiet huma numerużi?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Mhux possibbli li ssir lista tat-toroq kollha ta` Raħal Ġdid, Ħal Tarxien u Santa Luċija għal meta dawn ikunu jeħtieġu manutenzjoni għax dan isir skond il-bżonn.", "Bħalma diġa' għidt fi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 15703 (Seduta 226) qed isir studju mill-MSU u d-Dipartiment tat-Toroq biex tinħoloq sistema li tidentifika l-prioritajiet għal xogħlijiet ta` asfaltar u resurfacing ta` toroq.", "Meta din is-sistema tibda taħdem sewwa, wieħed ikun jista` jindika aħjar liema toroq ikunu jeħtieġu asfalt jew resurfacing, skond prioritajiet.", "FORZI ARMATI - MEMBRI MĦARRĠA FIR-RADARS", "16744.", "L-ONOR.", "WISTIN ABELA staqsa lill-Prim Ministru: Kemm hemm membri ta' l-AFM li ngħataw taħriġ fl-operazzjonijiet ta' dawn ir-radars?", "Kemm hemm membri ta' l-AFM li ngħataw taħriġ ta' manutenzjoni teknika fuq dawn ir-radars?", "Jekk iva, għal dawn iż-żewġ tipi ta' taħriġ, fejn sar u minn min sar?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab informat li `Warrant Officer', sitt NCOSs u Gunner tal-Forzi Armati bejn il-21 ta' Frar u l-4 ta' Marzu 1994 ngħataw taħriġ fl-operazzjoni tal-Coastal Radars f'korsijiet li tmexxew mill-Malta Drydocks Corporation, l-aġenti lokali tal-manifatturi, Racal- Decca Marine.", "Dawn it-tmien membri tal-Forzi Armati ta' Malta li kkwalifikaw fuq il- Coastal Radars qegħdin fil-preżent jorganizzaw korsijiet għal Radar Operators oħra sabiex jiżdied in-numru ta' dawk kwalifikati biex iħaddmu dan l-apparat.", "Żewġ tekniċi tal-Forzi Armati ta' Malta għandhom jattendu kors ta' għaxart' ijiem dwar Manutenzjoni fuq il-Bridgemaster Radar fl-istabbiliment tar-Racal-Decca Marine, f'Surrey, l-Ingilterra, f'Ġunju jew Lulju ta' din is-sena.", "TRAFFIKU - INTRODUZZJONI TAL-BREATHALYZER", "16745.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: F'liema stadju waslu l-pjanijiet tal-Gvern għall-introduzzjoni obbligatorja ta' l-użu tal-breathalyzer?", "X'inhuma l-fehmiet tal-Bord għall- Kontroll tat-Traffiku għal dan?", "Hemm xi raġuni għaliex din għadha ma ġietx introdotta?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ir-regolamenti meħtieġa qed jiġu konsidrati mill- Ministeru.", "VETTURI - ĦRUĠ TA' DĦAĦEN VELENUŻI", "16746.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Kommunikazzjoni: Xi studji saru mid-Dipartiment tat-Trasport biex isir magħruf (a) għaliex u (b) kif jista' jiġi kkontrollat l-ħruġ ta' fumes velenużi mill-exhaust tal-vetturi speċjalment karozzi tal-linja u dawk li jużaw id-diesel?", "Kien hemm kollaborazzjoni mad-Dipartiment ta' l-Ambjent dwar dan?", "Se tiġi mfassla xi policy biex din il-ħaġa tinqered mhux biss minħabba l-ħsara ambjentali iżda wkoll minħabba l-ħsara għas-saħħa?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Id-Dipartiment tal-Liċenzji u Testijiet qiegħed jikkordina mad-dipartimenti u konsulenti konċernati biex minn din is-sena jibdew isiru testijiet fuq vetturi kummerċjali u tat-trasport pubbliku fuq standard ta' l-Ewropa bil-għan li jkollna aktar sigurta' fit- toroq u tnaqqis fit-tniġġis ta' l-arja.", "GĦAWDEX - TISWIJA FI TRIQ ID-DAĦLA TAD-DABRANI", "16768.", "L-ONOR.", "KARMENU BORG staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jieħu l-passi kollha meħtieġa sabiex jitkomplew it-tiswijiet ta' triq id-Daħla tad-Dabrani, Marsalforn, liema triq hija murija aħjar fil- pjanta li qed tintbagħat under separate cover u li kienet ġarrbet ħsarat kbar fil-maltempata li laqtet lill-Gżejjer Maltin fid-19 ta' Novembru tas- sena l-oħra?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Diġa ttieħdu passi u jien informat li d- Dipartiment tad-Distretti tat-Taqsima tax-Xogħlijiet se jkompli t-tiswijiet tat-Triq id-Daħla tad-Dabrani, Marsalforn fi żmien qasir.", "QORMI - TRASPORT MILL-HOUSING ESTATE TAL-ĦANDAQ", "16796.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jordna li jiġi provdut trasport mill- Housing Estate tal-Ħandaq, Qormi, għat-tfal ta' l-iskola San Bastjan, Ħal Qormi?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: L-istudenti li joqogħdu fil-Housing Estate tal-Ħandaq m'għandhomx distanza mill-iskola biżżejjed li tawtorizza lid- Dipartiment jipprovdilhom trasport.", "LOGĦOB TAL-PAJJIŻI Ż-ŻGĦAR - ĦLAS TA' XOGĦOL", "16797.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura: Jista' l-Ministru jikkonferma li l-ħaddiema tal-Gvern li ħadu ħsieb ix-xogħol ta' preparazzjoni għal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar se jitħallsu extra?", "Jekk iva meta se jirċievu l-ħlas relattiv?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Jien informat li l-ħlasijiet dovuti għal xogħol `extra` in konnessjoni mal-logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar saru kollha u ma fadalx kontijiet pendenti.", "QORMI - TISWIJA TA' ST GEORGE'S STREET U ST GEORGE'S JUNCTION", "16798.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jordna li ssir tiswija diċenti tas-segwenti toroq f'Ħal Qormi, ċioe' St George's Street u St George's Junction?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Tlabt lid-Dipartiment tad-Distretti tat-Taqsima tax-Xogħlijiet jara x`jista` jagħmel dwar l-ilment ta` l-Onor.", "Interpellant.", "FORZI ARMATI - PENSJONI LILL-JOSEPH DARMANIN, ID 299254 (M)", "16799.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Prim Ministru: Peress li Joseph Darmanin ID 299254 (M) ex-suldat kellu jirċievi l-pensjoni tas- Servizz madwar sena ilu, jista' l-Prim Ministru jgħid meta se tinħareġ din il-pensjoni?", "Huwa xieraq li wara dan id-dewmien kollu l-pensjoni tinħareġ kemm jista' jkun malajr?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab informat li saru l-arranġamenti meħtieġa biex il-pensjoni ta' l-individwu konċernat toħroġ, fl-aħħar ta' Marzu 1994.", "Sussegwentement, il-pensjoni tista' tiġi riveduta b'awment li jirrifletti żieda fil-paga b'riżultat t'assimilazzjoni definittiva ta' individwi li kienu fuq \"personal salary scale\" fl-Armata.", "SPTAR SAN VINCENZ DE PAULE - OVERTIME WAQT L-ELEZZJONIJIET TAL-KUNSILLI LOKALI", "16800.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Prim Ministru: Fl-aħħar elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali f'Ħal Luqa, minn ordna lill-ċerti ħaddiema jidħlu overtime dak inhar ta' l-elezzjoni f'St Vincent de Paule?", "Għand min rrapportaw dawn il-ħaddiema meta daħlu għax-xogħol?", "Dan l-overtime kien approvat minn qabel mill-SNO, jew dawn l-individwi ġew imsejħa mingħajr l-ebda awtorita', minn xi individwu li kellu interess dirett fl-elezzjonijiet?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: L-Onor.", "Interpellant għandu jagħmel id- domanda tiegħu lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali.", "SPTAR SAN VINCENZ DE PAULE - TQASSIM TA' SAHRA", "16801.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jikkonferma li x-xogħol overtime f'San Vincenz de Paule, Luqa jitqassam b'mod ġust u mhux kif qiegħed jiġri bħalissa fejn ċertu nurses li mill-elezzjoni sal-lum qatt ma ħadmu fil- Wards u fl-istess waqt qed jiġu preferuti għall-overtime kemm fl-outing organizzati għal pazjenti, kif ukoll għal overtime normali?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ix-xogħol ta' l-'overtime' fir-Residenza San Vincenz de Paule qed jitqassam kemm jista' jkun l-istess u skond il-bżonn tal-ġurnata.", "Meta jkun hemm xi attivita' ta' 'entertainment' għall-anzjani jkun hemm bżonn ta' xi 'helpers'.", "Dawn il-'helpers', li numru minnhom huma 'nurses', jidħlu fl-'off duty' jew jibqgħu wara l-ħin normali tad-'duty' tagħhom.", "Dawn l-attivitajiet fejn jirrikjedu 'helpers' ma humiex spissi u għalhekk ma jkunx hemm numru ta' sigħat ta' 'overtime' kbir.", "Imbagħad jekk tinqala' l-ħtieġa li l-Amministrazzjoni jkollha bżonnhom għall- 'overtime' fis-Swali, dawn jiġu mgħajta wkoll.", "Pero' l-'overtime' ta' dawn in-'nurses' ma jkunx aktar minn ta' sħabhom.", "Barra minn hekk dawn in-'nurses' li jagħmluha ta' 'helpers' kollha jaħdmu fis-Swali.", "Dawk li ma jaħdmux fis-Swali huma żewġ impjegati 'nurses' li huma nkarigati mill- 'Entertainment' kif spjegat fid-dettal fil-mistoqsija parlamentari numru 15830.", "ENEMALTA - TNEĦĦIJA TA' WIRES", "16815.L-ONOR. CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari numru 16510?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Nikkonferma li Enemalta qed titlob ħlas għax- xogħol imsemmi.", "Madankollu fil-preżent il-proċedura qiegħda tiġi riveduta biex fejn ma jkunx ġustifikat il-ħlas ma jsirx.", "ATTARD - TISWIJA TA' TOROQ", "16816.", "L-ONOR.CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari numru 16509?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Diġa' ġiet ippreparata pjanta mid-Dipartiment tat- Toroq, b`konsultazzjoni mad-Direttorat ta` l-Ippjanar, li turi x`jista` jsir biex il-lokalita` msemmija tkun tista` tiġi rranġata b`mod li jsir parking aktar bl-ordni u jonqos il-periklu eżistenti.", "SIĠĠIEWI - RAMPI FI TRIQ ĦAL KBIR", "16817.", "L-ONOR.CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari numru 16508?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nirreferi l-Onor.", "Membru għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 16508 li ġiet imwieġba fis-Seduta 240 fid-9 ta' Marzu 1994.", "SPTARIJIET - INFERMIERA PART-TIME", "16818.", "L-ONOR.CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari numru 16507?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nirreferi l-Onor Membru għst-tweġiba mogħtija għall- mistoqsija parlamentari numru 16507 li ġiet imwieġba fis-Seduta 240 fid-9 ta' Marzu 1994.", "TFAL LI JBATU MILL-MARDA \"SPINA BIFIDA\" - GĦAJNUNA LILL-FAMILJI", "16841.", "L-ONOR.CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas-Sigurta' Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern jagħtix xi tip ta' għajnuna lill- familji li għandhom tfal ibatu bil-marda \"spina bifida\"?", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Il-familji li ghandhom tfal taht is-16-il sena li jbatu bil-marda \"Spina Bifida\" ghandhom dritt ghall-Allowance tat-Tfal Handikappati bir-rata ta' Lm3.25c fil-gimgha, liema ghajnuna tkun inkluza fiċ-cheque ta' l-allowance tat-tfal.", "Meta l-istess tfal ikollhom 16-il-sena, din l-allowance tigi mibdula f'Pensjoni ghal Persuni Handikappati, bir-rata ta' Lm20.79c fil-gimgha, kemm-il darba jissodisfaw il-'means test' stabbilit bl-Att dwar is-Sigurta' Socjali (kap 318).", "DROGI - DRUG ADDICTS", "16853.", "L-ONOR.", "JOE DEBONO GRECH staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jagħti in-numru ta' każi ta' drug addicts rrapportati li qegħdin jieħdu kura neċessarja sena b'sena għas- snin 1991, 1992 u 1993?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mhux ċar liema informazzjoni jixtieq l-Onor.", "Membru.", "Figuri dwar persuni trattati diġa' ingħataw fil-mistoqsijiet parlamentari li ġejjin:", "Numru 12029, 12102, 11404, 11142, 08646, 12101, 13984.", "PULIZIJA - KAŻI TA' STUPRU", "16854.", "L-ONOR.", "JOE DEBONO GRECH staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid sena b'sena għas-snin 1991, 1992, 1993 in-numru ta' każi ta' rapes?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li fl-aħħar tliet snin ġew irrapportati dawn in-numri ta' 'rapes':", "1991 5 1992 5 1993 5", "DIPARTIMENT TAS-SAĦĦA - MARD", "16855.", "L-ONOR.", "JOE DEBONO GRECH staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jagħti n-numru ta' mard trasmess permezz ta' sess barra l-AIDS sena b'sena għas-snin 1991, 1992 u 1993?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "DIPARTIMENT TAS-SAĦĦA - TWELID ILLEĠITTIMU", "16856.", "L-ONOR.", "JOE DEBONO GRECH staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Kemm kellna twelid illeġittimu għas-snin 1991, 1992 u 1993 sena b'sena?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel il- mistoqsija tiegħu lill-Ministru responsabbli għall-Istatistika Nazzjonali fuq it-Twelid.", "DIPARTIMENT TAS-SAĦĦA - TWELID ILLEĠITTIMU", "16857.", "L-ONOR.", "JOE DEBONO GRECH staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jagħti sena b'sena 1991, 1992 u 1993 kemm kellna twelid illeġittimu ta' tfal taħt l-eta'?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel il- mistoqsija tiegħu lill-Ministru responsabbli għall-Istatistika Nazzjonali fuq it-Twelid.", "DIPARTIMENT TAS-SAĦĦA - TQALA TA' MINORENI", "16858.", "L-ONOR.", "JOE DEBONO GRECH staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kellna \"Teenage Pregnancies\" għas-snin 1991, 1992, 1993 u 1994 sena b'sena?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel il- mistoqsija tiegħu lill-Ministru responsabbli għall-Istatistika Nazzjonali fuq it-Twelid.", "MALTA/LIBJA - MIXED COMMISSION", "16889.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kull meta suppost li tiltaqa' il-Mixed Commission bejn Malta u l-Libja?", "Meta saru l-aħħar żewġ laqgħat tal-Kummissjoni, fejn saru u min mexxa id- delegazzjoni Maltija?", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO: Il-Ftehim ta` Hbiberija u Koperazzjoni bejn Malta u l-Libja jipprovdi ghal laqghat kull sitt xhur.", "Mill-1987 'l hawn il- Kummissjoni Mhallta ltaqghet 13-il darba.", "L-ahhar zewg laqghat saru f`Dicembru 1991 go Tripli u dik ta` Settembru 1993 gewwa Malta.", "Fi Tripli id-delegazzjoni kienet mmexxija mill-Onor.", "Ministru John Dalli.", "Fil-laqgha f`Malta saru diskussjonijiet bejn il-Vici Prim Ministru, il-Prof.", "Guido de Marco u s-Segretarju ta` l-Industrija Libjan, l`E.T. Azouz Al Talhi filwaqt li x-xoghol fid-delegazzjoni tmexxa mill-Ministru John Dalli.", "DIPARTIMENT TAT-TAXXI INTERNI - SUBMISSIONS GĦALL-VAT", "16890.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm kellu \"submissions\" il-Gvern għall-VAT White Paper?", "X'kienu il-punti ewlenin?", "Kemm ġew mill-pubbliku u kemm mill-korpi kostitwiti?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ninforma lill- Onor. interpellant li kien hemm 14-il \"submission\" lill-Gvern għall-VAT White Paper maqsumin hekk:-", "Pubbliku 9 Korpi Kostitwiti 1 Dipartimenti tal-Gvern u Korpi Parastatali 4", "Il-punti ewlenin li jidhru li qed iħassbu l-pubbliku u kull min tikkonċernah l-amministrazzjoni tal-VAT huma dawn:", "1.", "X'arranġamenti se jagħmel il-Gvern biex jirrifondi l-ħlas tad-Dazju fuq \"Stock\" ta' materjali li diġa' ġie importat jew li se jiġi importat sa' l- aħħar ta' Dicembru 1994.", "2.", "Jekk hux se jkun hemm mezz għall-ħlas lura tat-taxxa tal-VAT f'każi ta' \"Bad Debts,\" serq u \"Short Shipments\"minn barra.", "3.", "Talba mill-Kummissjoni Nazzjonali għall-Persuna B'Diżabilta' biex tiġi emendata l-Liġi bil-għan li jiġu eżentati mill-VAT il-mezzi kollha mekkaniċi, eċċ li jintużaw minn persuna b'diżabilta'", "4.", "Kien hemm talbiet minn setturi varji biex il-Gvern jirrifondi it-taxxa tal-VAT imħallsa fuq spejjeż sabiex wieħed ikun jista' jissuplixxi materjal u/jew servizz eżentat mill-VAT.", "5.", "Jekk hux se jkun hemm ftehim ta' koperazzjoni bejn id-Dipartiment tal- VAT u t-Taxxi Nterni fuq it-Taxxa tad-Dhul.", "6.", "Kif se tolqot it-taxxa tal-VAT lit-\"Travel Agents\" u \"Tour Operators\".", "Liema parti tas-servizz li jingħata minn dan is-settur se jiġi ntaxxat bil- VAT.", "7.", "Rakkomandazzjoni biex tinħareġ riċevuta lill-konsumatur fil-każjiet kollha kif ukoll biex jintużaw \"Cash-Registers\" fil-ħwienet kollha.", "DIPARTIMENT TAS-SAĦĦA - OFFERTA GĦALL-PATHOLOGY OVERSEAS SAMPLE TESTING", "16908.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Rigward ir-risposta numru 16026, kemm kienu l-prezzijiet tat- testijiet individwali ta' l-offerta magħżula?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "MALTA/GĦAWDEX - ĦWIENET LIĊENZJATI", "16914.", "L-ONOR.", "LINO SPITERI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Skond l-aħħar figuri disponibbli kemm hawn retail shops liċenzjati (a) f'Malta, (b) f'Għawdex?", "Jekk hu possibbli jista' l-Ministru jagħti \"breakdown\" bil-ġeneru?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ġejt mgħarraf li l-informazzjoni kif qed jitlobha l- Onor. Membru ma teżistix fuq kompjuter iżda tinsab fuq reġistri fl-Għases differenti.", "Biex tinġabar tinvolvi ħafna xogħol u ħin u għaldaqstant tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "SKEJJEL - ĦADDIEMA TA' ST.", "PATRICK'S", "16918.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jgħid għaliex ċerti ħaddiema li jaħdmu f'St. Patrick's School għadhom ma ħadux iż-żieda ta' l-għoli tal-ħajja għal din is-sena?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Nagħti tweġiba f'xi Seduta oħra.", "BORMLA - DJAR GĦAL-ANZJANI", "16919.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għas-Sigurta' Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni dwar il-post magħruf bħala r- Rest ġewwa Bormla fejn snin ilu n-nies li joqogħdu fil-flats f'parti minn dan il-bini msemmi nħarġu minn hemm ħlief għal waħda anzjana?", "Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni ta' din l-anzjana peress li din tkun l-aktar għand bintha minħabba mard, kif ukoll lil din diġa' serquha xi tlett darbiet?", "Din se tingħata post alternattiv jew dan il-post ta' din l-anzjana mhux se jittieħed biex ikun bħala parti mill-bini għall- anzjani?", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: L-applikazzjoni ta' l-anzjana msemmija qed tigi kkonsidrata flimkien ma' applikazzjonijiet ohra simili.", "BORMLA - DAR GĦALL-ANZJANI", "16920.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid jekk hux minnu li l-postijiet li jagħmlu parti mill-bini magħruf bħala r-Rest ġewwa Bormla u li ġew vakati, humiex se jgħaddu f'idejn il-Gvern biex jagħmlu parti minn dar għall- anzjani?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninforma lill-Onor.", "Membru li għadu ma ġiex deċiż fejn se ssir id-Dar ta' l-Anzjani f'Bormla, jiġifieri jekk hux fil-bini magħruf bħala r-Rest jew xi mkien ieħor.", "Dwar jekk hux minnu li l-postijiet li jagħmlu parti minn dan il-bini ġewx vakati, u jekk humiex se jgħaddu f'idejn il-Gvern, nitlob lill-Onor.", "Membru jagħmel mistoqsija lill-Ministri konċernati.", "REĠISTRATURI TAŻ-ŻWIEĠ - ĦLAS", "16921.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jweġibni għall-mistoqsija parlamentari numru 16515 u ċioe' \"Għaliex ir-Reġistraturi taż-Żwieġ ilhom ma jitħallsu ħames xhur?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ninforma lil Onor. Interpellant li l-pagamenti lir- Reġistru taż-żwieġ isiru kull tliet xhur.", "Rigward il-pagamenti imsemmija mill-Onor.", "Membru, jiġifieri dawk tal-perjodu Ottubru/Dicembru 1993, ninformaħ li dawn issa tħalsu u d-dewmien fil-ħlas kien dovut għal-fatt illi fil-bidu tas-sena, filwaqt illi t-Teżor kellu xogħol addizzjonali biex jingħalqu l-kotba tas-sena l-oħra u jinfetħu l-kotba ta' din is-sena, id- Dipartiment tar-Reġistru Pubbliku kellu xogħol addizzjonali fuq statistika nazzjonali li riedet tinħadem mill-aktar fis-possibbli.", "AWTORITA' TAD-DJAR - APPARTAMENTI", "16922.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI staqsa lill-Ministru għas-Sigurta' Soċjali: Jista' l-Ministru jweġibni l-mistoqsija parlamentari numru 16516 u ċioe' \"Peress li f'\"Il-Mument\" tas-27 ta' Frar, 1994 f'paġna 5, is- Segretarju Parlamentari għad-Djar ġie kkwotat li qal li \"matul l-1993 kien hemm 50 appartament li ħarġu għall-bejgħ u 400 appartament li ngħataw f'forma ta' kera lil dawk li kellhom raġunijiet soċjali\", jista' l-Ministru jispjega dwar dawn l-\"400 appartament li ngħataw f'forma ta' kera\" u jgħid meta ħarġu, meta ngħataw u f'liema lokalitajiet jinsabu?\"", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: M'ghandi xejn xi nzid mar-risposta li diga' tajt ghall-mistoqsija parlamentari numru 16,516 fis-Seduta Nru 238 tas-7 ta'Marzu 1994.", "DIPARTIMENT TAD-DWANA U SISA - OVERTIME TAL-ĦADDIEMA", "16923.", "L-ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Skond l-Estacode tas-Servizz Pubbliku, il-Heads of Branch, Inspector II u Inspector I fid-Dipartiment tad-Dwana u Sisa, huma ntitolati li jagħmlu l- overtime nhar ta' Ħadd u fil-Festi Pubbliċi jagħmlu overtime li normalment isir minn uffiċjali ta' rank iżgħar.", "Jekk fin-negattiv, għaliex qed jabbużaw mill-Estacode?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Nixtieq ninforma lil Onor. Interpellant li ma jsir ebda overtime mill-Heads of Branch u l-Inspectors II.", "Meta dawn jidħlu għax-xogħol barra l-ħin normali ta' l-uffiċju, li jistgħu wkoll ikunu fil- Hdud u l-Festi Pubbliċi, jkunu qed jaħdmu l-40 siegħa fil-gimgħa billi dan hu meħtieġ biex jikkontrollaw in-nies tagħhom għax id-Dipartiment jibqa sejjer 24 siegħa kuljum il-ġimgħa kollha.", "L-Inspector I intitolati għal ħlas ta' overtime meta dan isir u għalhekk ma jkun hemm ebda ksur ta' l-Estacode."]} {"filename": "20070130_488d_par.doc", "date": "2007-01-30", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Uffiċjali u Rivedut) L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 488 It-Tlieta, 30 ta' Jannar, 2007 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 488", "It-Tlieta, 30 ta' Jannar, 2007", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.02 p.m.", "Talba", "Seduta Nru. 488", "It-Tlieta, 30 ta' Jannar, 2007", "WERREJ", "MINUTI 279", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 279", "TQEGĦID TA' KARTI 284", "MOZZJONIJIET", "RATIFIKA TAL-FTEHIM DWAR IL-KONVENZJONI FUQ IS-SIGURTA` NUKLEARI 290", "AĠĠORNAMENT 309", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 314", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 487 li saret fid-29 ta' Jannar 2007, ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "ĦAL-LUQA - TRIQ ĠUŻEPPI ELLUL", "22828.", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI (f'isem l-Onor.", "Clyde Puli) staqsa lill- Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Il-Ministru jikkonferma li Triq Ġużeppi Ellul, f'Ħal-Luqa, kienet se ssir mill-gvern ċentrali mingħajr ma l- kunsill lokali joħroġ ċenteżmu?", "Jikkonferma li l-kunsill lokali ta' Ħal- Luqa beda x-xogħol fuq l-istess Triq Ġużeppi Ellul wara li din diġa' kienet ikkonfermata li kellha ssir mill-gvern ċentrali?", "Huwa veru li l- kunsill qiegħed iħallas ix-xogħol fuq din it-triq mill-fondi tiegħu?", "X'kienet ir-raġuni li ngħata mill-kunsill lokali ta' Ħal-Luqa biex dan qed jonfoq flus allokati lilu fuq proġett li kien se jħallas il-gvern?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT (Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq): Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għal mistoqsija parlamentari 23376.", "UFFIĊJALI INTITOLATI GĦALL-UŻU TA' VETTURA", "22975.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Chris Agius) staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Liema huma dawk il-ħaddiema taċ-ċivil li huma ntitolati għal karozza?", "Kemm spiċċaw ħaddiema f'dan il-grad tul dawn l-aħħar ħames snin u kemm minnhom baqgħu jgawdu minn din il-karozza anke meta spiċċa?", "X'tip ta' karozza kienet f'kull każ u s-sena ta' reġistrazzjoni għal kull karozza?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (Segretarju Parlamentari) (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-ħaddiema fis- servizz pubbliku li huma ntitolati għall-karozza huma dawk li jaqgħu fil- kategorija taċ-ċirkolari MFC 5/98.", "Dwar it-tieni u t-tielet parti tal-mistoqsija, qed inpoġġi fuq il-mejda tal- Kamra tabella bl-informazzjoni relatata.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jista' s-segretarju parlamentari jaġġornani dwar il- kuntatti u l-verifiki li kellu jagħmel hu stess dwar l-għalqa Ta' Kola fir- Rabat u l-iżvilupp tagħha?", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Naħseb li jiena u l-Onor.", "Interpellant għandna bżonn niltaqqgħu iżjed forsi nitolbu biex tinqata' l-kawża li għaddejja preżentement fil-qorti u li sfortunatament qiegħda tieħu daqstant fit-tul, għax kieku x-xogħol li kien diġa' ġie approvat li jsir fuq is-sit li qed jirriferi għalih, anke jekk f'forma temporanja, ikun jista' jinbeda.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Għandi nifhem li l-gvern għamel xi sottomissjonijiet bil-għan li ċerti xogħlijiet urġenti jsiru fuq din l-għalqa u dawn ma ġewx aċċettati mill-qorti, jew din it-talba ma saritx?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Il-prim ministru kellu l-idea li hemmhekk għandu jingħata surface u mbagħad jerġa' jingħata surface ieħor fuqu biex l- ewwelnett isalva dak li hemm skavat s'issa u fl-istess ħin il-post ikun jista' jintuża min-nies tal-lokalita'.", "Imma meta ġejna biex nibdew dan ix-xogħol, uħud mir-residenti riedu jibqgħu għaddejjin bil-kawża - fil-fatt ma ridux jiffirmaw karta li tajthom u li kienu qalu li se jiffirmaw - u m'aċċettawx li jsir ix-xogħol.", "Tajjeb li ngħid li wħud minn dawn in-nies huma l-istess li riċentament kellhom x'jaqsmu mal-bar area tal-Manoel Theatre.", "Jekk imbagħad eventwalment tinqata' is-sentenza, ix-xogħol ikun jista' jsir qabel l-istaġun tas-sajf, imma naturalment dan jiddependi mill-Qorti li tiddeċiedi dwar il-kawżi li hemm pendenti.", "SINJALI U TABELLI TAT-TOROQ", "23244.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joe Mizzi) staqsa lill- Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: X'inhu l-ammont tan-nefqa għas- sinjali u tabelli tat-toroq tal-gvern għas-sena 2005 sa Ottubru 2006?", "Dawn ħarġu bit-tender jew b'direct order?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Inteprellant hija kif tidher hawn taħt:", "2005", "Direct Order Lm247.951.00 Tender Lm 15,000.00 Total Lm262,951.00", "2006 (sa Ottubru)", "Direct Order Lm136,365.00 Tender Lm85,290.00 Total Lm221,655.00", "Id-direct orders ingħataw lil Koptasin biss li hija koperattiva tal-gvern.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Dawn it-tenders ikopru wkoll l-ispiża addizzjonali ta' Lm9 miljuni mal-fondi tal-protokoll Taljan għat-toroq u arterji oħra li saru?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Naħseb li l-Onor.", "Interpellant irid idaħħak.", "L- ammont ta' Lm9 miljun hija gidba ta' l-oppożizzjoni u għada se nagħmel press conference biex nuri li din hija verament gidba.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jista' l-Ministru jispjega għaliex hija gidba u li d- dikjarazzjoni ta' l-Oppożizzjoni hija falza?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Mhux se ngħid kollox, pero' ħa ngħid fatt wieħed.", "Il-protokoll Taljan kien ta' €30 miljun, li jittraduċu għal bejn Lm12.5 miljun u Lm13-il miljun.", "Biss biss, id-differenza ta' bejn Lm13 miljun u Lm19 miljun hija ta' Lm6 miljun u mhux ta' Lm9 miljuni kif qed jgħid il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "GĦARGĦUR - TRIQ SANTA KATERINA", "23249.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 22954, jista' il-Ministru jgħid jekk il-gvern għandux il-ħsieb li jirrevedi d-deċiżjoni li jillima l- aċċess għal Triq Santa Katerina fil-Għargħur minħabba l-inkonvenjent ikkawżat għar-residenti, għall-bdiewa, kif ukoll għall-impjegati tal-kamra tan-nar billi teknikament kull karozza li tidħol biex tipprovdi servizz għandha r-riskju li taqla' ċitazzjoni?", "Il-Ministru jikkonferma dak li ġie rrappurtat fil-media u cioe' li d-deċiżjoni ġiet meħuda fuq livell ta' Kabinett?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Nirrferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għal mistoqsija parlamentari 13758.", "Sadanittant dan il-każ reġa' tressaq quddiem l-ombudsman mir-residenti.", "S'issa m'għadx hemm deċiżjoni.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Brincat, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Għandi nifhem li l-gvern m'huwiex se jieħu pożizzjoni dwar l-inkonvenjent għar-residenti ta' Triq Santa Katerina fil-Għargħur qabel ma tinqata' d-deċiżjoni min-naħa ta' l-ombudsman?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: M'iniex qed ngħid hekk fir-risposta, u ma neskludi xejn.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Il-Ministru investiga s-sitwazzjoni dwar Triq Ħal Farruġ, li mis-Siġġiewi tagħti għal Ħal-Luqa, u li hi mlaqqma bħala t-Triq taċ-Ċaqnu, fejn qed jirriżulta li numru ta' karozzi qed jgħaddu wrong side, inklużi karozzi tal-korp tal-pulizija li jkunu qed jaqdu dmirijiethom għad- detriment li jinħolqu ċirkostanzi ta' aċċidenti li jistgħu jkunu anke fatali?", "X'rimedji hemm biex din is-sitwazzjoni tiġi rimedjata?", "Il-Ministru jikkonsidra li din it-triq tingħata prijorita' iktar milli ngħatat f'dawn ix-xhur u s-snin li għaddew?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Filwaqt li napprezza li din it-triq għandha l- ħsarat li ssemmew, wieħed irid jikkonsidra li m'hijiex l-unika triq f'Malta li għandha tali ħsarat u ma jistax ikun u ma jagħmilx sens li fil- programmazzjoni tagħti l-istess prijorita'.", "L-Onor.", "Interpellant japprezza li bħalissa għaddej programm estensiv ta' xogħlijiet ta' toroq, kemm arterjali kif ukoll residenzjali.", "Għalkemm għal dawk li jgħaddu minnha, kull triq hija prijorita', naħseb li din it-triq għandha wkoll alternattivi għaliha, mhijiex l-iktar triq importanti u naħseb li hija pjuttost triq sekondarja.", "Kif irrispondejt anke f'mistoqsija li saritli l-ġimgħa l-oħra, huwa diffiċli biex wieħed jikkonsidra li jsir xogħol estensiv fuq din it-triq, pero' naraw kif wieħed jista' jirrimedja billi jagħmel extensive patching.", "GĦAWDEX - SPIŻA FUQ FUEL", "22877.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Matul is- sena 2006, tista' il-Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa tal-fuels tal- Ministeru għal Għawdex u tad-dipartimenti, dekasteru u enti li jaqgħu taħt il-ministeru?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (Segretarju Parlamentari) (f'isem il-Ministru għal Għawdex): In-nefqa ta' fuels fil-ministeru tiegħi u entijiet li jaqgħu taħtu fl-2006 kienet kif murija fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "NEFQA FUQ SERVIZZI TAT-TELEPHONE", "22878.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u l-Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid matul is-sena 2006 kemm kienet in-nefqa globali għal użu tas-servizzi tat-telephones fil- ministeru, dipartimenti, dekasteri u enti li jaqgħu taħt il-ministeru?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: It-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant hu kif jidher fit- tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.", "NEFQA FUQ KIRI TA' KAROZZI", "22879.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid matul is-sena 2006 kemm kienet in-nefqa globali għal kiri ta' karozzi u vetturi fil-Ministeru, dipartimenti, dekasteri u enti li jaqgħu taħt il-ministeru?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent): In-nefqa globali għal kiri ta' karozzi u vetturi fil-ministeru għall- Affarijiet Rurali u Ambjent u entijiet li jaqgħu taħtu kienet ta' Lm73,410 fl-2006.", "Fil-każ tal-MEPA in-nefqa kienet ta' Lm117,723 filwaqt li għall- WasteServ Malta Ltd in-nefqa kienet ta' Lm3,772.80.", "NEFQA FUQ SERVIZZI TAT-TELEPHONE", "22880.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' il- Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa globali għall-użu tas-servizzi tat- telephones fil-ministeru tagħha u entijiet li jaqgħu taħtu fl-2006?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru għal Għawdex): In-nefqa globali għall-użu tas-servizzi tat-telephones fil-ministeru għal Għawdex u l- entijiet li jaqgħu taħtu fl-2006 kienet kif murija fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "NEFQA FUQ MOBILE PHONES", "22881.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Kemm kienet in-nefqa globali tal-mobile phones fil-ministeru u l- entijiet li jaqgħu taħtu fl-2006?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO (Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent): Matul l-2006, in-nefqa globali f'mobile phones fil-ministeru tiegħi u l-entijiet li jaqgħu taħtu kienet ta' Lm29,931.49 fl-2006.", "Fil-każ tal-MEPA in-nefqa kienet ta' Lm16,217 filwaqt li għall-WasteServ Malta Ltd in-nefqa kienet ta' Lm9,758.36.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: X'inhi r-raġuni li d-deboning plant fil-biċċerija għadu magħluq minkejja li għaddiet sena minn mindu l-gvern qal li dan kellu jinfetaħ?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Sur President, m'għandix din l-informazzjoni quddiemi.", "Għaldaqstant nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel mistoqsija bil-miktub u jingħata l-informazzjoni.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jista' jgħidli wkoll għaliex l-inċineratur il-ġdid għadu ma bediex jitħaddem?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Kif diġa' kelli okkażjoni nispjega pubblikament drabi oħra, kien tqabbad kumitat tekniku inter-ministerjali biex jeżamina s- sitwazzjoni u dan b'mod unanimu ssuġġerixxa li f'dan l-impjant isir aġġustament tekniku biex fih inkunu nistgħu niddisponu kemm mill-iskart ta' l-annimali, kemm minn materjal ieħor li jkun ġej minn sptarijiet, kif ukoll minn materjal li jkun ġej minn attivita' industrijali farmaċewtika.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: X'kienu r-raġunijiet li qabel ma kienx ġie approvat li fil-biċċerija tal-gvern ikun hemm ukoll bċejjeċ tal-bnedmin mal- fdalijiet ta' l-annimali wara l-qatla?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Wieħed irid jifhem li fl-2003, il-pjan nazzjonali għal dak li għandu x'jaqsam ma' l-immaniġġjar ta' l-iskart f'pajjiżna, kien diġa' identifika li f'pajjiżna hemm bżonn faċilitajiet bħal dawn.", "Ġaladarba din il-faċilita' setgħet tiġi sfruttata ħalli l-ispiża rikorrenti għall-gvern tkun inqas u l-outlay kapitali li l-gvern effettivament ikun qiegħed jagħmel b'mod sħiħ għall-immaniġġjar ta' dan l-iskart tkun inqas, il-gvern deherlu li jagħmel sens jekk il-faċilitajiet f'pajjiżna jkunu massimizzati biex jagħtuna l-istess riżultati b'infiq ħafna inqas għat- taxpayer Malti.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Min kienu dawn ix-xjentisti li wara li nfaqna Lm4.5 miljuni ħarġu bl-opinjoni li biex niffrankaw il-flus, għandna niġbru flimkien il-fdalijiet ta' l-annimali ma' fdalijiet oħra ġewwa l-biċċerija biex hemmhekk jinħarqu fl-inċineratur?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Għalkemm m'għandix l-ismjiet ta' dawn in-nies, nista' ngħid min kienu l-ministeri involuti f'dan il-kumitat inter- ministerjali li tqabbad min-naħa tal-gvern.", "Dawn kienu mill-management efficiency unit fid-dipartiment tas-saħħa, mill-ministeru tal-finanzi kif ukoll mill-ministeru għall-affarijiet rurali u ambjent.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Din il-prattika veterinarja tiġi wżata wkoll f'istituzzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea u hija permessa?", "F'każ li l- inċineratur għall-annimali jkun jagħmel parti mill-istruttura tal- biċċerija, hija prattika veterinarja li dawn l-affarijiet jiġu eliminati biex tiġi salvagwardjata s-saħħa tal-bniedem u mhux minħabba kwestjoni ta' taxxi?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Nassigura li l-Onor.", "Interpellant li s- salvagwardji kollha neċessarji għal dak li għandu x'jaqsam ma' food safety ittieħdu u jibqgħu jittieħdu.", "Biex ikollok impjant bħal dan, irid ikollok entraturi li jkunu diversifikati skond il-materjal li jiġi trattat fihom.", "Aħna rridu l-ġid tan-nazzjon mhux biss in kwantu li ma jintefqux flus żejda, imma li jkun hemm serħan ir-ras u garanzija li l-proċess ikun wieħed san u jagħmel sens.", "Għaldaqstant nikkundanna lil kulmin jipprova jdaħħal dubju dwar dan il-proċess, għax fl-aħħar mill-aħħar dawk li jkunu qegħdin ibatu jkunu l-istess stakeholders li huma involuti fil-qasam tal- produzzjoni u l-ipproċessar tal-laħam għall-konsumatur Malti.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: X'inhi r-raġuni li ġie deċiż - kemm minnu bħala l- ministru responsabbli mill-awtorita' kif ukoll il-MEPA - li l-fdalijiet tal- bnedmin kif ukoll ta' l-annimali jiġi maħruqin fl-inċineratur tal- biċċerija?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Hemm proċess li jissejjaħ Integrated Pollution Prevention and Control (IPPC), li jikkonsisti f'applikazzjoni biex il-MEPA tagħti l-permess biex issir din l-attivita', u jien informat li l-Wasteserv għamlet l-applikazzjoni f'dan is-sens sabiex il-MEPA tassigura li l- processing neċessarju jsir kif suppost.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Filwaqt li pajjiżna ilu jistenna erba' snin biex jinfetaħ sptar ġdid u ilu jonfoq daqstant miljuni mir-riżorsi tal-poplu, għaliex għadu ma nstabx rimedju kif jiġi stabbilit inċineratur li fih jiġu maħruqin fdalijiet umani li jirriżultaw minn operazzjonijiet u miżuri oħra kirurġiċi?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Kif diġa' spjegajt, id-direzzjoni ta' l- istrateġija nazzjonali għall-immaniġġjar ta' l-iskart kienet diġa' tagħti l- gwida għal x'tip ta' faċilitajiet għandu jkollu pajjiżna.", "Dan il-gvern ħaseb li jipprovdi l-istess faċilitajiet imma b'inqas spejjeż rikorrenti u inqas spejjeż kapitali.", "Nittama li l-gvern ma jiġix ikkundannat għax wasal biex jagħmel dan il-pass biex ikollna l-istess faċilitajiet imma b'inqas spejjeż għaċ-ċittadin li fl-aħħar mill-aħħar iħallas it-taxxi għall-Istat Malti.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jista' jispeċifika kemm se jiffranka l-poplu b'din il- miżura li qed jirriferi għaliha l-Ministru?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: M'għandix il-figuri hawnhekk, pero' nassigura lill-Onor.", "Interpellant li t-tnaqqis huwa wieħed sostanzjali.", "Jekk jagħmilli mistoqsija bil-miktub inkun nista' ngħaddilu d-dettalji kollha.", "NEFQA FUQ KIRI TA' KAROZZI", "22882.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni: Kemm kienet in-nefqa globali għall-kiri ta' karozzi u vetturi fil-ministeru tiegħu l-entijiet kollha li jaqgħu taħtu fl-2006?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni): In- nefqa totali fuq kiri ta' karozzi fil-ministeru tiegħi u l-entijiet li jaqgħu taħtu matull-2006 kienet ta' Lm25,435, maqsumin kif ġej:", "| | | | |Amount| |Minister's Private |Lm6,79| |Secretariat |9 | |Office of the |Lm4,26| |Parliamentary |8 | |Secretary | | |Office of the |Lm2,19| |Permanent Secretary|7 | |Dept. of Corporate |Lm | |Services |948 | |Consumer and |Lm5,94| |Competition |5 | |Commerce Division |Lm2,89| | |3 | |Civil Aviation |Lm | |Dept. |195 | |Malta Maritime |Lm2,19| |Authority |0 | |Malta |Lm | |Communications |0 | |Authority | | |Malta Standards |Lm | |Authority |0 | |Total |Lm25,4| | |35 |", "Irrid ngħid ukoll li l-Malta Standards Authority u l-Malta Communications Authority m'għandhomx ħlasijiet ta' kiri għax fil-fatt għandhom il-karozzi tagħhom.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Peress li hija l-prattika ta' dan il-gvern li ħafna proġetti li jippjana jaqgħu lura, jista' il-Ministru jinformani jekk waqax lura l-proġett ta' embellishment u ristrutturar taċ-ċentru f'Ta' Qali crafts village?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "CENSU GALEA: Kif ġie rrapportat f'ġurnali lokali, fil-jiem li ġejjin hu mistenni li l-ministeru għall-iżvilupp urban u t-toroq joħroġ it-tenders neċessarji biex imbagħad dan ix-xogħol ikun jista' jinbeda.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Hemm xi time frame previst meta fil-fatt se jiġu finalizzati x-xogħlijiet?", "ONOR.", "CENSU GALEA: Din tkun parti mill-kondizzjonijiet li se jkollha t- tender li għamilt riferenza għaliha.", "PROSTITUZZJONI", "23144.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Kemm tressqu persuni l-qorti fuq reati konnessi ma' prostituzzjoni s-sena l-oħra?", "X'kien ir- reat u x'weħlu f'kull każ?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern): Matul l-2006 kien hemm 102 persuna li bejniethom tressqu l- qorti 730 darba fuq akkużi ta' tlajjar għall-skop ta' prostituzzjoni, filwaqt li sitt persuni oħra tressqu l-qorti fuq akkużi li għexu minn qligħ ta' prostituzzjoni.", "Il-pieni mogħtija fil-każi deċiżi kienu jinkludu priġunerija, sentenza sospiża, multa u twiddiba.", "GĦALLIEMA", "23145.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Kemm hawn teachers impjegati llum?", "Fejn jaħdmu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi): Informat hekk:", "|Skejje|Primar|Sekonda|TOTAL | |l |ji |rji | | | | | | | |Stat |947 |2316 |3263 | |Tal-Kn|331 |762 |1093 | |isja | | | | |Privat|225 |259 |484 | |i | | | |", "SKEJJEL PRIVATI - MIŻATI", "23146.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Kemm hawn skejjel privati f'pajjiżna?", "Kemm minnhom għollew il-miżata tagħhom is-sena l-oħra u b'kemm?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: F'pajjiżna hawn 31 skejjel privati.", "Ħdax minnhom għollew il-miżati tagħhom skond kif titlob il-liġi.", "Tagħrif dwar din iż- żieda se titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "SKEJJEL – NUMRU TA' STUDENTI", "23147.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Kemm hawn tfal jattendu l- iskejjel f'pajjiżna?", "F'liema skejjel imorru?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-total ta' studenti li jattendu l-iskejjel huwa ta' 62,340, li 38,291 minnhom jattendu skejjel tal-gvern, 16,735 jattendu skejjel tal-knisja u 7,314 jattendu skejjel privati.", "SINGLE PARENT FAMILIES", "23148.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Kemm hawn single parents f'pajjiżna u kemm hawn tfal jgħixu ma' single parent families?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali): L-ebda enti li taqa' taħt id-dekasteru tiegħi ma żżomm din l- istatistika.", "Id-dipartiment tas-sigurta' soċjali jżomm statistika dwar il- persuni li qed jirċievu l-allowance tat-tfal.", "Skond din l-istatistika hawn 7,013 persuna klassifikata bħala single parent li qed jirċievu allowance ta' 10,193 tifel u tifla.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-Mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru Louis Galea.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjieg): Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Lista li turi l-konsulenti/kumpanniji ta' konsulenti li għamel użu minnhom il-Ministeru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjieg u dipartimenti u enti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta` tal-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjieg, matul l-2006, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 23267;", "f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi nqiegħed fuq il-mejda tal- Kamra:", "Tabelli li juru l-għadd ta' persuni impjegati mas-Servizz Pubbliku maqsuma f'irgiel u nisa, bi tweġiba għall-mistoqsija parlametnari numru 23238; u", "f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Ġustizzja u l-Intern inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Lista li turi l-konsulenti li għamel użu minnhom il-Ministeru għall- Ġustizzja u l-Intern u dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta` tal-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Ġustizzja u l-Intern, matul l- 2006, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 23266.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Sur President, f'isem il-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni nqiegħed fuq il-mejda tal- Kamra:", "Tagħrif dwar safar li sar minn delegazzjonijiet immexxija mill- Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l- Informazzjoni, matul l-2006, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 23217;", "f'isem il-ministru tal-Familja u Solidarjeta` Soċjali, inqiegħed fuq il- mejda tal-Kamra:", "Tabella li turi l-għadd ta' romol li qed jirċievu l-għajnuna soċjali, maqsuma skond il-lokalita`, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 23235; u", "f'ismi, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar safar li sar minn delegazzjonijiet immexxija mill- Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l- Informazzjoni, matul l-2006, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 23217.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura): Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar safar li sar minn delegazzjonijiet immexxija mill- Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura, matul l-2006, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 23221; u", "Lista li turi l-konsulenti/kumpanniji ta' konsulenti li għamel użu minnhom il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura u dipartimenti u enti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta` tal-Ministru għar-Riżorsi u l- Infrastruttura, matul l-2006, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 23271.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Anthony Abela.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Sur President, f'isem il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Lista li turi l-konsulenti/kumpanniji ta' konsulenti li għamel użu minnhom il-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura u dipartimenti u enti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tal-Ministru għat-Turiżmu u Kultura, matul l-2006, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 23269; u", "f'isem il-Ministru għal Għawdex inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:-", "Tagħrif dwar safar li sar minn delegazzjonijiet immexxija mill- Ministru għal Għawdex, matul l-2006, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 23215.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Jason Azzopardi.", "ONOR JASON AZZOPARDI (President tal-Kumitat Permanenti għall-Affarijiet Barranin u Ewropej): Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra 67 dokument maħruġa mill-Kummissjoni Ewropea li ġew approvati mill-working groups fi ħdan l-istess kumitat tiegħi u tliet dokumenti maħruġa mill- kummissjoni Ewropea (pipeline acquis) li ġew approvati wara l-analiżi mistħoqqa mill-kumitat permanenti dwar l-affarijiet soċjali:", "232.", "Green paper on applicable law and jurisdiction in divorce matters (COM (2005) 82);", "245.", "Proposal for a Council Directive on the supervision and control of shipments of radioactive waste and spent fuel (COM (2004) 716 final);", "513.", "Proposal for a Directive of the European Parliament and of the Council on the Placing on the market of Pyrotechnic Articles (COM (2005) 457);", "548.", "Communication from the Commission to the Council and the European Parliament on Strengthened Practical Cooperation - New Structures, New Approaches: Improving the Quality of Decision Making in the Common European Asylum System (COM (2006) 67);", "718.", "Proposal for a Council Regulation establishing a Rapid Response and Preparedness Instrument for Major Emergencies (COM (2005) 113);", "722.", "Proposal for a Council Decision authorising certain Member States to apply a reduced rate of VAT to certain labour-intensive services in accordance with the procedure provided for in Article 28(6) of Directive 77/388/EEC (COM (2006) 410);", "731.", "Proposal for a Council Regulation on the conclusion of the Fisheries Partnership Agreement between the European Community and the Islamic Republic of Mauritania (COM (2006) 506);", "732.", "Proposal for a Council Regulation on the conclusion of the Fisheries Partnership Agreement between the European Community and the Gabonese Republic (COM (2006) 454);", "733.", "Proposal for a Council Decision on the conclusion of the agreement in the form of an exchange of letters between the European Community and the Kingdom of Norway concerning adjustments of trade preferences in cheese undertaken on the basis of Article 19 of the Agreement of the European Economic Area (COM (2006) 553 final);", "734.", "Proposal for a Council Regulation fixing the fishing opportunities and associated conditions for certain fish stocks and groups of fish stocks applicable in the Baltic Sea for 2007 (COM (2006) 485);", "735.", "Proposal for a Regulation of the European Parliament and of the Council amending the common consular instructions on visas for diplomatic and consular posts in relation to the introduction of biometrics including provisions on the organization of the reception and processing of visa applications (COM (2006) 269 Final);", "736.", "Proposal for a Regulation of the European Parliament and of the Council on establishing a Community Code on Visas (COM (2006) 403);", "737.", "Proposal for a Council Framework Decision on certain Procedural Rights in Criminal Proceedings throughout the EU (COM (2004) 328);", "738.", "Second Commission Report based on Article 6 of the Council Framework Decision of 26 June 2001 on Money Laundering, the Identification, Tracing, Freezing, Seizing and Confiscation of Instrumentalities and the Proceeds of Crime (COM (2006) 72);", "740.", "Proposal for a Council Decision on the Conclusion, on behalf of the European Community, of an Amendment to the Convention on Access to Information, Public Participation in Decision Making and Access to Justice in Environmental Matters (COM (2006) 338);", "741.", "Communication from the Commission: Halting the loss of bio- diversity by 2010 and beyond – sustaining eco-system services for human well-being (COM (2006) 216 Final);", "742.", "Proposal for a Council Regulation amending Regulation (EEC) No 404/93, (EC) No 1782/2003 and (EC) No 247/2006 as regards the banana sector (COM (2006) 489);", "743.", "Proposal for a Council Regulation amending Regulations (EC) No. 894/97, (EC) No 812/2004 and (EC) No 2187/2005 as concerns drift nets (COM (2006) 511);", "745.", "Communication from the Commission to the Council, the European Parliament, the European Economic and Social Committee and the Committee of the Regions: A strategy for a Secure Information Society – \"Dialogue, partnership and empowerment\" (COM (2006) 251 final);", "746.", "Proposal for a Council Regulation amending Regulation (EC) No 1321/2004 on the establishment of structures for the management of the European satellite radio-navigation programmes (COM (2006) 261);", "747.", "Communication from the Commission to the European Parliament and the Council - Taking stock of the GALILEO programme (COM (2006) 272);", "749.", "Proposal for a Council Regulation amending Council Regulation (EC) No 876/2002 setting up the Galileo Joint Undertaking (COM (2006) 351);", "750.", "Proposal for a Regulation of the European Parliament and of the Council on common rules for the operation of air transport services in the Community (COM (2006) 396);", "751.", "Communication from the Commission: Annual report by the six European coordinators on the progress of certain trans-European transport network projects (COM (2006) 490);", "752.", "Report on the Implementation of the Entrepreneurship Action Plan (SEC (2006) 1132);", "753.", "Proposal for a Regulation of the European Parliament and of the Council on flavourings and certain food ingredients with flavouring properties for use in and on foods and amending Council Regulation (EEC) No 1601/91, Regulation (EC) No 2232/96 and Directive 2000/13/EC (COM (2006) 427);", "754.", "Communication from the Commission to the European Parliament and the Council on the International Health Regulations (COM (2006) 552 final);", "755.", "Proposal for a Regulation of the European Parliament and of the Council establishing a common authorisation procedure for food additives, food enzymes and food flavourings (COM (2006) 423 final);", "756.", "Proposal for a Regulation of the European Parliament and of the Council on food enzymes and amending Council Directive 83/417/EEC, Council Regulation (EC) No 1493/1999, Directive 2001/13/EC, and Council Directive 2001/112/EC (COM (2006) 425);", "757.", "Proposal for a Regulation of the European Parliament and of the Council on food additives (COM (2006) 428);", "758.", "Communication from the Commission to the Council and the European Parliament on better training for safer food (COM (2006) 519 final);", "759.", "Communication from the Commission towards an EU strategy on the Rights of the Child (COM (2006) 367 Final);", "760.", "Amended Proposal for a Regulation of the European Parliament and of the Council establishing a European Institute for Gender Equality and a Communication from the Commission to the European Parliament pursuant to the second sub-paragraph of Article 251(2) of the EC Treaty on the common position adopted by the Council with a view to adopting a Regulation of the European Parliament and of the Council setting up a European Institute for Gender Equality (COM (2006) 209 Final, COM (2006) 501);", "761.", "Proposal for a Council Directive amending Directive 92/84/EEC on the approximation of the rates of excise duty on alcohol and alcoholic beverages (COM (2006) 486);", "762.", "Amended Proposal for a Regulation of the Council and the European Parliament on mutual administrative assistance for the protection of the financial interests of the European Community against fraud and any other illegal activities (COM (2006) 473);", "763.", "Communication from the Commission to the Council, the European Parliament and the European Economic and Social Committee: Implementing the Community Lisbon Programme: Towards an Internal Market without tax obstacles (COM (2001) 582);", "764.", "Proposal for a Council Decision authorising the United Kingdom to Introduce Special Measures Derogating from Articles 21(1)(a) of Directive 77/388/EEC on the Harmonisation of the Laws of Member States relating to Turnover Taxes (COM (2006) 555);", "765.", "Proposal for a Regulation (EURATOM,EC) of the European Parliament and of the Council on the transmission of data subject to statistical confidentiality to the statistical Office of the European Communities (COM (2006) 477);", "767.", "Proposal for a Regulation of the European Parliament and of the Council amending Council Regulation EC 577/98 on the organisation of a labour force sample survey in the Community (COM (2006) 565);", "768.", "Proposal for a Regulation of the European Parliament and of the Council on the elimination of controls performed at the frontiers of Member States in the field of road and inland waterway transport (codified version) (COM (2006) 432);", "769.", "Communication from the Commission to the Council and the European Parliament: Thematic Programme on Cooperation with Industrialised and other High-Income countries under the Future Financial Perspectives (COM (2006) 25);", "770.", "Communication from the Commission to the Council, the European Parliament, the European Economic and Social Committee and the Committee of Regions.", "Towards a future Maritime Policy for the Union: A European Vision for the Oceans and the Seas (COM (2006) 275);", "771.", "Proposal for a Directive of the European Parliament and of the Council relating to the space for mounting the rear registration plate of two or three-wheel motor vehicles (Codified version) (COM (2006) 478);", "772.", "Proposal for a Directive of the European Parliament and of the Council on the identification of controls, tell-tales and indicators for two- or three-wheel motor vehicles (Codified version) (COM (2006) 556);", "773.", "Proposal for a Decision of the European Parliament and of the Council repealing Council Directive 68/89/EEC on the approximation of the laws of the Member States concerning the classification of wood in the rough (COM (2006) 557);", "774.", "Commission Working Document on the control of recognised organisations by the Commission and on the impact of the civil liability regime in accordance with Directive 94/57/EC (COM (2006) 588);", "778.", "Proposal for a Council Regulation concerning use of alien and locally absent species in aquaculture (COM (2006) 154);", "779.", "Green Paper on Energy Efficiency or Doing More with Less (COM (2005) 265);", "780.", "Proposal for a Council Directive adapting certain Directives in the field of energy, by reason of the accession of the Republic of Bulgaria and Romania (COM (2006) 533 final);", "781.", "Communication from the Commission to the Council and the European Parliament: Mobilising public and private finance towards global access to climate-friendly, affordable and secure energy services: The Global Energy efficiency and Renewable Energy Fund (COM (2006) 583);", "782.", "Communication from the Commission to the European Council: External energy relations – from principles to action (COM (2006) 590);", "783.", "Report from the Commission to the Council and the European Parliament on the borrowing and lending activities of the European Communities in 2005 (COM (2006) 597);", "784.", "Proposal for a Council Decision providing Community macro- financial assistance to Moldova (COM (2006) 579);", "785.", "Communication from the Commission – European Development Fund – Estimate of commitments and payments and of contributions to be paid by Member States for 2006 and 2007, and, forecast of commitments and payments for 2008 to 2011 (COM (2006) 612);", "786.", "Communication from the Commission to the Council and the European Parliament – The long-term sustainability of public finances in the EU (COM (2006) 574);", "787.", "Proposal for a Council Decision on a Community position within the EU-South Africa Cooperation Council on the amendment of the relevant Annexes to the Trade, Development and Cooperation Agreement (TDCA) between the European Community and its Member States, on the one part, and the Republic of South Africa, on the other part, to phase out and eliminate the duties on some automotive products into the TDCA (COM (2006) 561);", "788.", "Proposal for a Council Directive on mutual assistance for the recovery of claims relating to certain levies, duties, taxes and other measures (COM (2006) 605);", "789.", "Proposal for a Decision of the European Parliament and the Council establishing the European Statistical Governance Advisory Board (COM (2006) 599);", "790.", "Proposal for a Regulation of the European Parliament and of the Council amending Regulation xxx/2006 on medicinal products for paediatric use and amending Regulation (EEC) No 1768/92, Directive 2001/20/EC, Directive 2001/83/EC and Regulation (EC) No 726/2004 (COM (2006) 640);", "792.", "Proposal for a Regulation of the European Parliament and of the Council amending Regulation (EC) No .../... on nutrition and health claims made on foods (COM (2006) 607);", "793.Proposal for a Regulation of the European Parliament and of the Council amending Regulation EC No.../...on the addition of vitamins and minerals and of certain other substances to foods (COM (2006) 606);", "794.", "Green Paper on Detection Technologies in the work of Law Enforcement, Customs and other Security Authorities (COM (2006) 474);", "795.", "Proposal for a Council Decision approving the accession of the European Atomic Energy Community to the Convention on the Physical Protection of nuclear material and nuclear facilities (COM (2006) 518);", "797.", "Proposal for a Directive of the European Parliament and of the Council amending Council Directive 89/391/EEC, its individual Directives and Council Directives 83/477/EEC, 91/38/383/EEC, 92/29/EEC and 94/33/EC with a view to simplifying and rationalising the reports on practical implementation (COM (2006) 390 final);", "798.", "Communication from the Commission to the Council and to the European Parliament on \"Efficiency and Equity in European Education and Training systems\" (COM (2006) 481 final);", "800.", "Recommendation from the Commission to the Council on the approval of an agreement for cooperation in the peaceful uses of nuclear energy between the European Atomic Energy Community (Euratom) and the Government of the Republic of Kazakhstan (COM (2006) 617);", "801.", "Proposal for a Council Decision on the conclusion, by the Commission, of the agreement for co-operation between the European Atomic Energy Community represented by the Commission and the Government of the Republic of Korea in the field of fusion energy research (COM (2006) 578);", "Tliet dokumenti maħruġa mill-Kummissjoni Ewropea (pipeline acquis) kienu ġew scrutinised u cleared mill-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali:", "636.", "Proposal for a Directive of the European Parliament and of the Council on improving the portability of supplementary pension rights (COM (2005) 507 Final).", "725.", "Communication from the Commission to the Council on European policies concerning youth participation and information – Follow-up to the White Paper on New Impetus for European Youth: Implementing the common objectives for participation by and information for young people in view of promoting their active European Citizenship (COM (2006) 417); u", "726.", "Proposal for a Regulation of the European Parliament and of the Council establishing the European Globalisation Adjustment Fund (COM (2006) 91 Final).", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin, jekk jogħġbu, iressaq il-mozzjoni kif tidher fuq l-aġenda.", "MOZZJONIJIET", "RATIFIKA TAL-FTEHIM DWAR IL-KONVENZJONI FUQ IS-SIGURTA` NUKLEARI", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO (Ministru għall-Affarijiet Barranin): Sur President, inressaq il-mozzjoni li biha l-Kamra tad-Deputati:-", "Wara li kkonsidrat l-obbligu tar-Repubblika ta' Malta lejn il- Komunita` ta' l-Enerġija Atomika Ewropea li taċċedi għall-Konvenzjoni fuq is-Sigurta` Nukleari;", "Wara li kkonsidrat li, meta tiffirma l-Konvenzjoni fuq is-Sigurta` Nukleari bejn ir-Repubblika ta' Malta u l-Aġenzija Internazzjonali għall-Enerġija Atomika, Malta tingħaqad ma' 59 pajjiż li diġa` għandhom sehem minn din il-Konvenzjoni u għalhekk ikollha parti mill- komunita` internazzjonali li temmen fil-parteċipazzjoni tagħha li ttejjeb is-sigurta` nukleari;", "Wara li ħadet in konsiderazzjoni s-sotto-artikoli (1)(c) u (2)(b) ta' l-artikolu 3 ta' l-Att dwar ir-Ratifika tat-Trattati (Kap 304) u artikolu 3(2) ta' l-Att dwar l-Interess Nazzjonali (Setgħat Awtorizzati) (Kap 365);", "Tiddeċiedi li tawtorizza lill-Gvern li jirratifika l-ftehim dwar il- Konvenzjoni fuq is-Sigurta` Nukleari li sar bejn ir-Repubblika ta' Malta u l-Aġenzija Internazzjonali għall-Enerġija Atomika.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Min jissekonda?", "ONOR FRANCIS AGIUS: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Rimarki?", "Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin.", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Sur President, ir-riżoluzzjoni li għandna quddiemna qiegħda tinġieb skond ir-regoli li għandna fil-liġi tagħna ħalli ssir ir- ratifika ta' konvenzjoni ta' din in-natura.", "Fil-fehma tiegħi din m'hijiex xi konvenzjoni li se taqla' kontroversja politika kbira, pero` il-liġijiet tagħna jirrikjedu li ssir din il-proċedura meta għandek ratifika ta' konvenzjonijiet bħal din fejn ikun hemm ukoll involuti organizzazzjonijiet internazzjonali.", "Stajna għamilna din il-proċedura billi ppreżentajna din ir-riżoluzzjoni fuq il-mejda tal-Kamra u mingħajr l-ebda diskussjoni ta' xejn, pero` naħseb li d-dibattitu li se jkollna llum se jkun wieħed utli.", "Dan għaliex se jagħtina l-possibbilta` li nħarsu lejn issues ta' aspetti nukleari, b'mod partikolari għal dak li għandu x'jaqsam mas-sigurta` imma wkoll lejn l-issues li joħorġu mill-użu ta' enerġija nukleari u bil-mod ta' kif nixtiequ li d-dinja tagħna tkun irregolata fuq din il-materja partikolari.", "Dan it-trattat joħroġ direttament mill-ħidma ta' l-aġenzija internazzjonali dwar l-enerġija atomika.", "Din l-aġenzija hija dik tal-Ġnus Magħquda u li Malta ilha sa mill-1977 membru tagħha.", "Din hija aġenzija ta' importanza kbira u aħna konna attivi fiha għal ħafna affarijiet li diġa` ħadna benefiċċji minnhom.", "Madankollu niġi għal dawn l-affarijiet aktar tard fil- preżentazzjoni tiegħi.", "Fir-rigward tal-konvenzjoni fuq is-safety nukleari, naħseb li huwa importanti li nifhmu li din hija konvenzjoni li ġiet żviluppata fil-bidu tas-snin disgħin u li mbagħad ġiet adottata fl-1994.", "Il-Euratom aċċediet għal din il-konvenzjoni fis-sena 2000.", "Din hija konvenzjoni li segwiet ukoll l-interess internazzjonali li kien hemm wara l- inċident terribbli ta' Chernobyl u allura l-bżonn li ħassew il-pajjiżi b'mod internazzjonali sabiex flimkien jieħdu azzjoni ħalli jassiguraw is- sigurta` nukleari fl-użu ta' din l-enerġija importanti ħafna imma li hija wkoll enerġija li għandha l-perikli tagħha.", "Sur President, naħseb dak li jolqotna mill-ewwel dwar din il-konvenzjoni huwa l-mod ta' kif illum, l-ebda ħaġa li ssir f'pajjiż m'hija indipendenti minn dak li jsir f'pajjiż ieħor.", "Din il-konvenzjoni titkellem fuq kif is- sigurta` trid tiġi mħarsa b'mod partikolari għal dawk il-pajjiżi li għandhom il-power stations tagħhom li joperaw bl-enerġija atomika.", "Naturalment din is-sitwazzjoni ma teżistix f'pajjiżna u lanqas huwa previst li tkun teżisti.", "Madankollu xorta waħda għandna l-interess f'din il- konvenzjoni ħalli nirratifikawha.", "U dan għandna nagħmluh mhux biss għaliex huwa l-obbligu tagħna issa li aħna membri ta' l-Unjoni Ewropea, imma anke għaliex irridu li jkun hemm sigurta` nukleari fuq livell globali.", "Għalhekk irridu nkunu aħna wkoll li minkejja li ma nikkontribwux għal dan il-fattur, xorta waħda nagħmlu parti minn din il-komunita` internazzjonali u rridu nipparteċipaw fl-isforzi li tagħmel il-komunita` internazzjonali.", "Fl-opinjoni tiegħi l-interdipendenza hija fil-qalba tad-diskussjoni tar- raġuni li għaliha qegħdin niffirmaw din il-konvenzjoni.", "Fil-fatt din l- interdipendenza tinħass aktar u aktar illum li d-dinja qiegħda ssir aktar konxja mill-problemi fit-tibdil tal-klima.", "Din hija xi ħaġa li fis-snin tmenin il-gvern Malti kien ressaqha quddiem il-Ġnus Magħquda ħalli juri kemm hija importanti l-klima għan-nazzjonijiet.", "Issa llum kulħadd qiegħed jirrealizza li l-klima hija ta' importanza kbira u allura qiegħed jintwera ħafna aktar interess fid-dinja għal dak li għandu x'jaqsam ma' l-enerġija nukleari.", "Dan għaliex qiegħed jiġi realizzat li l-użu tal-fossil fuels qiegħed joħloq minnu nnifsu problemi ta' tniġġiż u li bih id-dinja qiegħda tisħon aktar.", "Għalhekk qiegħed ikun hemm ħafna pajjiżi li minħabba l- aspetti tas-sigurta` u ta' l-ambjent, qegħdin iħarsu lejn din it-tip ta' enerġija.", "Kif nafu l-fossil fuels għandhom il-problemi tagħhom minħabba ż- żieda li kien hemm fil-prezzijiet tagħhom u allura ħafna pajjiżi qegħdin jistaqsu jekk wasalx il-mument li huma jerġgħu jibdew jużaw l-enerġija nukleari.", "Diversi pajjiżi li qabel lanqas biss kienu jikkonsidraw l-idea li jerġgħu jmorru lura għal din it-tip ta' enerġija, illum qegħdin jaraw kif jistgħu jiżviluppawha huma wkoll ħalli jkollhom sigurta` fil-provvista tagħhom ta' l-enerġija u sabiex ikollhom ukoll enerġija affordable kemm għalihom kif ukoll għaċ-ċittadini tagħhom.", "U forsi huwa eżattament minħabba din is- sitwazzjoni li huwa aktar importanti li jkollna konvenzjoni globali li kemm jista' ikun tissalvagwardja l-pajjiżi internazzjonali u li toħloq livelli għolja ta' sigurta` fin-nukleari.", "Nafu li meta kien hemm l-inċident ta' Chernobyl ġew affettwati ħafna pajjiżi, mhux biss fejn sar l-inċident, imma anke f'ħafna pajjiżi li kienu ferm 'il bogħod minn fejn sar l-inċident.", "Allura hawnhekk għandek sitwazzjoni fejn anke pajjiżi li m'għandhomx power stations nukleari xorta waħda jistgħu jiġu affettwati minn pajjiżi oħra li għandhom minn dawn il-power stations u li forsi m'għandhomx l-aktar livelli għoljin li jista' jkollhom f'dan ir-rigward.", "Il-konvenzjoni tagħti bażi sabiex ikun hemm - skond kif tgħid il- konvenzjoni stess fil-preambolu tagħha - użu ta' l-enerġija nukleari li jkun sigur, regolat kif suppost u li jkun environmentally sound.", "Din il- konvenzjoni qiegħda tirrijafferma n-neċessita` li nippromwovu mad-dinja kollha livell għoli ta' sigurta` nukleari u titfa' responsabilita` kbira fuq dawk il-pajjiżi li għandhom stallazzjoni nukleari fit-territorju tagħhom.", "Għalhekk naħseb li kien pass importanti li aħna wkoll naderixxu għal din il-konvenzjoni għaliex tagħmel parti mill-kontribut tagħna fir- rigward tas-sigurta` nukleari fid-dinja.", "Aspett ieħor ta' dak li qegħdin nagħmlu hawnhekk huwa dak li aħna qegħdin ninsistu fuqu - din hija wkoll waħda mill-miri strateġiċi tal-politika barranija tagħna – jiġifieri dak li jkun hemm il-ħarsien tad-dritt internazzjonali jew kif inhuwa magħruf bl- Ingliż, the international rule of law.", "Sur President, min segwa d-diskors tas-segretarju ġenerali tal-Ġnus Magħquda fl-assemblea ġenerali – ta' qabel ta' l-aħħar - sema' l-enfasi li saret dwar l-importanza li d-dinja tkun irregolata b'tali mod li jkun hemm is-saltna tad-dritt fuq il-livell internazzjonali.", "Naħseb li s-saltna tad- dritt fuq livell internazzjonali hija saltna importanti ħafna li nħarsuha u huwa proprju dak li qiegħda tagħmel din il-konvenzjoni.", "Din il-konvenzjoni qiegħda tgħid li mhux kulħadd għandu sempliċement id-dritt li jkollu stallazzjoni nukleari u jagħmel li jrid f'dan ir-rigward mingħajr ma jagħti kas ta' l-effetti li jista' jħalli fuq il-pajjiżi l-oħra tad-dinja.", "Imma s- saltna tad-dritt internazzjonali tfisser li dawk il-pajjiżi li għandhom dawn it-tip ta' stallazzjonijiet iridu jħarsu lejn l-obbligi li għandhom lejn pajjiżi oħra.", "Għalhekk, permezz ta' dan il-qafas mondjali, qegħdin noħolqu international rule of law aktar b'saħħitha anke f'dan il-livell.", "Din hija waħda mill-miri strateġiċi fil-politika barranija tagħna u dan li qegħdin nagħmlu llum, minn dak il-lat, qiegħed ukoll jimplimenta l-miri partikolari tagħna.", "Fl-opinjoni tiegħi hija xi ħaġa tajba li nirriflettu fuq l-importanza li jkollna konvenzjoni li għandha x'taqsam mas-sigurta` nukleari u li jkollna regolamentazzjoni internazzjonali li tkun kemm jista' jkun b'saħħitha u serja.", "Importanti wkoll li din tkun qiegħda tesegwixxi dak li l-Ġnus Magħquda qegħdin jitolbu mingħand il-pajjiżi differenti fid-dinja.", "Jekk inħarsu lejn ix-xogħol ta' l-aġenzija internazzjonali dwar l-enerġija nukleari - li hija l-isponsor ta' dan it-trattat - naraw li din qiegħda tgħid li mhux m'għandux ikun hemm l-użu ta' l-enerġija nukleari, imma li min jagħmel użu minn din l-enerġija jrid jimxi ma' dak li jgħid id-dritt internazzjonali.", "Din l-aġenzija mhux se tindaħal dwar jekk għandux ikun hemm jew le l-użu ta' l-enerġija nukleari fil-pajjiżi.", "Dik hija deċiżjoni li l-pajjiżi stess jistgħu jagħmlu permezz tal-ġurisdizzjoni tagħhom u permezz ta' l-għażliet li jagħmlu f'pajjiżhom.", "Dik hija l-għażla tagħhom u jistgħu jagħmluha skond is-sistemi interni tagħhom, skond il-viżjoni politika tagħhom u skond l-għażliet politiċi li jagħmlu.", "Ovvjament hemm ċerti pajjiżi li jagħżlu li ma jużawx l-enerġija nukleari, mentri pajjiżi oħra, fosthom Franza, tawha importanza enormi.", "Kif għedt, dik hija għażla li għandu jagħmel kull pajjiż.", "Sur President, issa jekk pajjiż jagħżel li juża l-enerġija nukleari, allura jrid jimxi ma' dak li jgħid id-dritt internazzjonali.", "Din il-konvenzjoni li hija parti minn dak id-dritt, tirregola wkoll dan kollu.", "Kif għedt drabi oħra, l-importanza tagħha qiegħda dejjem tikber, kemm minħabba l- adozzjoni tal-protokoll ta' Kyoto fl-1997 u l-problemi ta' l-emissjoni tal- greenhouse gases, kif ukoll minħabba li l-fuel prices tal-fossil fuel qegħdin il-ħin kollu jogħlew 'il fuq.", "Kien hemm ukoll gvernijiet u pajjiżi oħra li qegħdin jgħidu li permezz ta' l-enerġija nukleari kien se jkollhom security of supply u sa ċertu punt, anke indipendenza tas-supply ta' l- enerġija tagħhom.", "Ovvjament dan ikabbar l-importanza tar-regolamentazzjoni fir-rigward ta' kwalunkwe ħaġa li għandha x'taqsam ma' l-enerġija nukleari.", "Naturalment hawn ukoll min qiegħed jiżviluppa l-enerġija nukleari mill- aspett militari.", "Issa Malta, bħala membru ta' din l-aġenzija, kienet waħda minn dawk il-pajjiżi li mill-ewwel ipprovat tagħti l-kontribut tagħha fuq livell internazzjonali għal dak li għandu x'jaqsam mal-weapons of mass destruction.", "Naturalment dan għamlitu għaliex riedet turi li l-enerġija nukleari trid tintuża għal skopijiet paċifiċi u mhux għal skopijiet militari.", "Tajjeb infakkru wkoll li wara l-inizjattiva li Malta ħadet fl- 1967 fuq il-liġi tal-baħar, xi ħaġa li nispera li tiġi kkommemorata kif jixraq, kien ħareġ it-trattat ta' l-1972 li jipprojbixxi li jkun hemm weapons of mass destruction fuq is-seabed, fuq l-ocean bed u fuq is-subsoil tiegħu.", "Naħseb li dak l-impenn li Malta ħadet ħalla r-riżultati tiegħu fuq il-livell internazzjonali u bħala pajjiż, il-kredenzjali tagħna f'dan il- qasam huma kredenzjali importanti u li jagħmlulna ġieħ fuq il-livell internazzjonali.", "Aħna ninsabu wkoll attivi - fil-kapaċita` tagħna - fil- konferenza dwar id-disarmament u nifformaw parti min-non-proliferation treaty.", "Naturalment nagħmlu wkoll ħidma f'dan il-lat u nsegwu bl-aktar mod assidwu dawn l-aspetti kif jiżviluppaw internazzjonalment.", "Waħda mill-affarijiet interessanti li Malta qiegħda tagħmel huwa dak li tenfasizza fuq il-punt li l-enerġija nukleari għandha tintuża biss mill- aspett paċifiku u li jkun hemm is-sigurta` neċessarja sabiex ma jkunx hemm ħsara la lil min juża dik it-teknoloġija u lanqas għalmin ikun viċin il- pajjiż li juża dik it-teknoloġija.", "Fil-fatt Malta, fil-ħidma tagħha fil- Ġnus Magħquda, qiegħda tallineja ruħha ħafna viċin mal-pożizzjoni ta' dik li jgħidulha n-new agenda coalition.", "In-new agenda coalition hija magħmula minn numru ta' pajjiżi, u dawk il-pajjiżi li varawha kienu l-Brażil, l- Eġittu, l-Irlanda, il-Messiku, in-New Zealand, is-Slovenja, is-South Africa u l-Isvezja.", "Illum is-Slovenja rtirat minn din in-new agenda coalition.", "Issa Malta kienet co-sponsor ta' numru ta' riżoluzzjonijiet li ġew intavolati min-new agenda coalition f'numru ta' sezzjonijiet riċenti fl- assemblea ġenerali li għandhom x'jaqsmu ma' issues nukleari.", "Naħseb li din hija xi ħaġa importanti li nenfasizzawha.", "U allura hija l-għażla tagħna li fuq livell ta' politika barranija naħdmu wkoll favur li jkollna dinja ħielsa mill-armi nukleari u li l-enerġija nukleari tintuża biss għal raġunijiet paċifiċi u li huma ta' vantaġġ għall-umanita`.", "Sur President, bħal kull ħaġa oħra teknoloġika, l-enerġija nukleari għandha tintuża għal skopijiet tajbin u mhux għal skopijiet qerrieda.", "Naħseb li huwa importanti li wieħed jispjega wkoll x'inhi l-pożizzjoni ta' Malta fin- new agenda coalition.", "Il-pożizzjoni li aħna qegħdin insostnu u li sostnejna regolarment u bl-aktar mod assidwu kienet dik - tant li f'Diċembru li għadda tajt struzzjonijiet sabiex Malta tissottometti t-talba lill-koordinatur tal-koalizzjoni – li aħna nibdew nifformaw parti minn dan il-grupp ta' pajjiżi.", "Fin-new agenda coalition hemm l-Irlanda u l-Isvezja, li t-tnejn huma membri ta' l-Unjoni Ewropea.", "Dan kien grupp ta' pajjiżi magħluq u għalhekk mhux neċessarjament se jaċċettaw membri ġodda magħhom.", "Wieħed irid jara d-deċiżjoni li jridu jagħmlu, imma aħna wrejna x-xewqa li jekk ikun hemm iċ-ċans li f'dan il-grupp tiġi ssostitwita s-Slovenja, allura aħna nkunu nistgħu nifformaw parti integrali minn dan il-grupp.", "Din ukoll hija espressjoni ċara ta' l-għażla ta' Malta favur il-fatt li t- teknoloġija nukleari għandha tintuża biss għal skopijiet paċifiċi u mhux għal skopijiet militari.", "Bħala parti mit-trattat tan-non-proliferazzjoni ta' l-armi nukleari hemm ukoll dawk il-pajjiżi li għandhom l-armi nukleari huma stess.", "Dawn il- pajjiżi qegħdin jitkellmu fuq l-importanza li nersqu lejn is-sitwazzjoni fejn l-enerġija nukleari tiġi utilizzata biss għal skopijiet paċifiċi.", "U allura, fi ħdan il-kuntest tal-konferenza dwar id-disarmament, wieħed jasal dejjem aktar li jnaqqas il-preżenza tan-nukleari bħala mezz militari fid- dinja.", "Naħseb li l-paċi u l-istabbilita` fid-dinja titlob li nagħmlu minn kollox sabiex ikollna użu paċifiku u b'saħħtu ta' din it-teknoloġija u b'sigurta` kbira minn min jiddeċiedi li jużaha.", "Pero` żgur li rridu nnaqqsu l-proliferazzjoni ta' l-armi nukleari fid-dinja.", "L-aktar każ ovvju ta' proliferazzjoni ta' armi nukleari huwa dak tal-Korea ta' Fuq li fuqu kien hemm il-kundanna mill-partijiet kollha ta' din il-Kamra.", "Kien hemm min għamilha ndividwalment u kien hemm min għamilha bħala parti mill-Unjoni Ewropea għaliex aħna ma rridux li jkun hemm xi ħaġa bħal din.", "U għalhekk hija x-xewqa tagħna li nkunu parti jew li nkomplu naħdmu mill- qrib man-new agenda coalition ħalli titnaqqas u titneħħa l-preżenza ta' l- armi nukleari mid-dinja.", "Malta bħala membru ta' l-aġenzija dwar l-enerġija atomika għandha aġenzija regolatorja nazzjonali li tieħu ħsieb l-issues dwar radjazzjoni.", "Din l-aġenzija tissejjaħ ir-radiation protection board, li ġie stabbilit fl-2003 sabiex inħarsu li jkollna s-sigurta` fl-użu nukleari u tar-radiation f'pajjiżna, avolja m'għandniex power station li tipproduċi l-enerġija b'dan il-mod.", "Madankollu nagħmlu użu minn apparat ieħor, l-aktar dak mediku, li jista' jħalli effetti ta' radjazzjoni f'pajjiżna.", "Għalhekk hemm il-protocols u diversi regoli dwar is-sigurta` li jridu jiġu mħarsa minn pajjiżna wkoll.", "Sur President, jekk wieħed jara l-programm ta' għajnuna teknika u koperazzjoni li ngħatajna mill-aġenzija atomika internazzjonali matul dawn l-aħħar snin, isib li ngħatajna dawn is-somom b'mod konsistenti.", "Fil-fatt bejn l-1999 u l-2002 kellna assistenza ta' ftit inqas minn $500,000 għal diversi aspetti, inklużi dawk l-aspetti li għandhom x'jaqsmu mat-terapija.", "Kellna kważi $700,000 fil-programm ta' l-2003 u l-2004, kważi $600,000 fil- programm ta' l-2005 u l-2006 u bqajna kważi fl-istess livell ta' assistenza anke bejn l-2007 u l-2008.", "Konsistentement pajjiżna gawda wkoll minn assistenza finanzjarja li għenitna sabiex insaħħu applikazzjonijiet ta' radjoterapija u fl-iżvilupp mhux biss ta' l-Isptar Boffa imma anke ta' l- isptar ta' St. Luke's bil-cardiology nukleari li jħares lejn diversi aspetti mediċi u anke ma' dawk li għandhom x'jaqsmu ma' ground water.", "Pajjiżna gawda wkoll mill-fatt li aħna naħdmu ma' din l-aġenzija u li aħna membri fiha.", "Din hija l-aġenzija internazzjonali dwar l-enerġija atomika u l-kompitu tagħha huwa dak li ssaħħaħ l-użu paċifiku ta' din it-teknoloġija u li tpoġġiha għas-servizz ta' l-umanita`.", "Malta m'hijiex biss membru ta' din l-aġenzija li qiegħda tagħmel ħafna xogħol siewi, importanti u li xi kultant huwa xogħol kontroversjali wkoll.", "Dan għax ikollha taqdi parti mill-mandat tagħha li huwa dak li tagħmel skrutinju u li tara li m'humiex qegħdin jinkisru r-regoli tat-trattat li jitkellem kontra l-proliferazzjoni tal-weapons of mass destruction.", "Nafu li dawn l-affarijiet kienu fil-qalba ta' kontroversja kbira fil-Lvant Nofsani, u li din l-aġenzija kienet u għadha sal-lum fil-qalba ta' dawk il- kontroversji.", "Imma Malta hija wkoll membru ta' dak li jissejjaħ il- wassenaar arrangement.", "F'dan l-arranġament hemm numru ta' pajjiżi li qegħdin jaħdmu flimkien sabiex jassiguraw li prodotti u teknoloġiji li jista' jkollhom dual use u li jkunu sensittivi, ma jkunx hemm it- trasferiment tagħhom.", "Dawn il-pajjiżi qegħdin jaħdmu flimkien sabiex iżidu l-viġilanza ħalli din ma ssirx.", "Sa ċertu punt, dan mhux biss qiegħed iħares l-interessi li ma jkunx hemm proliferazzjoni imma qiegħed iħares ukoll lejn is-sigurta`.", "Sur President, Malta hija wkoll membru ta' l-Australia Group, li huwa grupp informali u li pajjiżna jaħdem fi ħdanu wkoll.", "Il-pajjiżi f'dan il-grupp qegħdin jaħdmu flimkien sabiex ma jkunx hemm transhipments jew esportazzjoni ta' oġġetti li għandhom x'jaqsmu ma' armi kimiċi jew bioloġiċi u li allura jistgħu jkunu ta' ħsara enormi għall-bnedmin.", "Dan kollu qiegħed ngħidu għaliex dak li qed nagħmlu llum għandna nagħmluh u npoġġuh fil-kuntest ta' Malta li għandha l-politika barranija tagħha mpenjata fil-ħidma sabiex ikollna dinja mingħajr tkabbir ta' l-armi nukleari u li ma jkunx hemm it-tixrid ta' din it-teknoloġija f'dawk il- pajjiżi li sal-lum għad m'għandhomx din l-enerġija.", "Malta hija mpenjata f'dawn l-għaqdiet mhux biss bħala membru ta' l-Unjoni Ewropea u allura bħala parti mill-politika ta' l-Unjoni Ewropea dwar il-weapons of mass destruction, imma wkoll bħala parti mill-wassenaar arrangement u bħala parti mill-Australia Group.", "Għalhekk Malta hija mpenjata fuq diversi livelli u aktar tard se jkolli l-okkażjoni li nitkellem fuq livelli oħra li permezz tagħhom aħna qegħdin inkomplu l-ħidma tagħna sabiex id-dinja tuża t- teknoloġija nukleari favur il-bniedem u mhux kontrih.", "Fil-fatt f'Diċembru li għadda tajt l-istruzzjonijiet sabiex nikkomunikaw man-new agenda coalition ħalli naraw jekk hemmx il-possibilita` li nsiru membri ta' dik il-koalizzjoni.", "Dan għaliex pajjiżna diġa` qiegħed jaħdem magħha mill-qrib u ġieli konna wkoll co-sponsors għar-riżoluzzjonijiet tagħhom fil-Ġnus Magħquda.", "Il-messaġġ tagħna huwa li aħna rridu li t- teknoloġija nukleari tintuża għal skopijiet paċifiċi u ta' benefiċċju għall- umanita`.", "Issa meta jkun hemm dan l-użu, irid ikun hemm ukoll is-sigurezza skond l-ogħla livelli ta' sigurta` li jeżistu fid-dinja f'dak il-mument ħalli jiġu salvagwardjati mhux biss dawk il-pajjiżi li għandhom stallazzjonijiet nukleari, imma anke l-pajjiżi ġirien tagħhom.", "It-traġedja ta' Chernobyl u anke esperjenzi oħra għallmuna l-biża' enormi dwar kif l- effett ta' sitwazzjoni diżastruża tkompli tinxtered ma' kontinent sħiħ jew ma' parti sostanzjali minn dak il-kontinent.", "Għaldaqstant huwa importanti li jkollna qafas b'saħħtu tas-saltna tad-dritt internazzjonali ħalli nassiguraw li kulħadd iżomm mal-livelli ta' sigurezza fl-enerġija nukleari li hija tant importanti għas-sigurezza tagħna u anke għas-sigurezza ta' l- umanita` b'mod ġenerali.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Leo Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, bħala pajjiż m'għandniex armi nukleari u lanqas niddependu fuq l-enerġija nukleari u allura wieħed jista' faċilment jaħseb li din il-mozzjoni ftit li xejn tista' tolqotna mill-viċin.", "Fil- fehma tiegħi, min jargumenta b'dan il-mod ikun qiegħed jara biss sal-ponta ta' mnieħru u jkun qiegħed jgħaddas rasu fir-ramel.", "Bħala pajjiż żgħir u newtrali, mingħajr l-ebda ambizzjonijiet extra-territorjali, xorta waħda rridu nagħtu l-kontribut tagħna għal soluzzjonijiet transnazzjonali li huma meħtieġa sabiex ikunu indirizzati l-problemi maħluqa mit-theddida kemm tat- terroriżmu globali kif ukoll mill-proliferazzjoni ta' l-armi tal-qerda tal- massa, aktar u aktar meta jistgħu jimbtu ċirkostanzi fejn dawn iż-żewġ theddidiet jispiċċaw minsuġin flimkien.", "Minħabba li l-kawżi tal-konflitti u ta' l-instabilita` ma jistgħux jiġu ttrattati separatament, jiena tal-fehma li Malta għandha tilgħab rwol importanti u attiv fl-azzjoni kkonċertata u li hija mistennija min-naħa ta' kull membru tal-komunita` internazzjonali kif aħna llum, aktar u aktar issa li qegħdin fl-Unjoni Ewropea.", "Minkejja ċ-ċokon tagħna u minkejja l- limitazzjonijiet tar-riżorsi tagħna, fil-fehma tiegħi għandna nagħtu s- sehem sħiħ tagħna sabiex ma nibqgħux nifhmu biss dawn l-isfidi iżda noffru wkoll soluzzjonijiet għalihom.", "Il-Ġnus Magħquda u l-aġenziji tagħha li jħaddnu s-sistema multilaterali tas-sigurta` kollettiva jibqgħu l-aktar mezz effettiv sabiex nilqgħu nilqgħu għat-theddida tal-paċi u għat-theddida tas-sigurta' internazzjonali.", "Sur President, irridu nżommu wkoll f'moħħna li l-miżuri ta' diżarm waħedhom m'humiex se jwasslu għal dinja ħielsa mill-armi nukleari.", "Qiegħed ngħid hekk mhux biex inkun negattiv imma sakemm se jibqgħu jitfaċċaw stati u entitajiet oħra b'potenzjal ta' armi nukleari, allura se jkun qiegħed jitpoġġa f'riskju l-proċess kollu sabiex jiġi eliminati l-armi nukleari minn fuq wiċċ id-dinja.", "Ftit ilu laqtitni ħafna l-intervista li saret ma' espert tal-proliferazzjoni ta' l-armi nukleari, fejn lil dan l-espert staqsewh x'inhuma fil-fehma tiegħu l-akbar tliet theddidiet li qiegħda tiffaċċja d-dinja llum f'dan ir-rigward.", "Min-naħa tiegħu dan qalilhom - se nsemmihom fl-istess ordni kronoloġika li tahom - li għandek il-biża' li bi żball pajjiżi bħar-Russja u l-Istati Uniti, li lum qegħdin jikkolaboraw ħafna flimkien, iwaddbu nuclear missiles lejn xulxin.", "Imbagħad għandek it- theddida tal-Korea u ta' l-Iran li magħhom hemm stati oħra bħall-Pakistan, l-Indja u l-Iżrael u fl-aħħar it-theddida li forsi mhux kulħadd jitkellem dwarha imma li hija l-inqas waħda kontrollabbli, jiġifieri dik tat- terroriżmu nukleari.", "Fil-fatt, meta dan l-aħħar sar studju fuq dan is-suġġett, kien hemm diversi esperti li kienu tal-fehma li l-akbar theddida għall-pajjiżi bħall-Istati Uniti min-\"9/11\" sal-lum hija proprju dik ta' attakk terroristiku nukleari fuqha jew inkella fuq wieħed mill-alleati tagħha.", "Din hija xi ħaġa agħar għalina, mhux għaliex aħna alleati ta' l-Istati Uniti imma għaliex jistgħu jintlaqtu pajjiżi ġirien tagħna.", "Niftakar li madwar sentejn ilu kont attendejt konferenza organizzata mill-Parlament Ewropew u li għaliha konna mistednin bħala delegazzjoni Maltija.", "Din il-konferenza kienet interessanti u kienet indirizzata mill-ex-senatur Sam Nunn.", "Għalkemm illum huwa bniedem anzjan u rtirat, dan kien bniedem strumentali ħafna sabiex flimkien mas-senatur Richard Luger iqajjem kuxjenza dwar it-theddida li jistgħu jippreżentaw dawk l-armi nukleari li kien hemm fl-Istati ex- Sovjetiċi u li jistgħu jiġu ttraffikati fost individwi jew gruppi b'ambizzjonijiet terroristiċi aktar milli minn stati oħra.", "Dawn urew kif għalkemm illum il-gwerra bierda m'għadhiex teżisti, fil-kamp nukleari għad hemm il-hold-over tal-gwerra bierda.", "Dawn ħadmu bis-sħiħ taħt diversi presidenti iżda mhux kull president tahom l-istess appoġġ finanzjarju, materjali u morali daqskemm xtaqu huma.", "Fl-opinjoni tiegħi, minkejja li dawn kienu senaturi ndividwali u ġejjin minn orjentament differenti – fil-fatt wieħed kien demokratiku u l-ieħor repubblikan – xorta waħda rnexxielhom jinżlu fl-istorja talli qajmu kuxjenza dwar dik li qed tissejjaħ l-akbar theddida eżistenzjali li qegħdin niffaċċjaw illum.", "Kien ta' unur għalija meta kelli l-okkażjoni li nitkellem mas-senatur Sam Nunn għaliex minkejja l-eta` tiegħu wera li għad għandu luċidita` u viżjoni kbira kemm lejn l-implikazzjonijiet ta' dak li ġara fl-imgħoddi u anke għat- theddidiet reali li għadha qiegħda tiffaċċja llum u li sfortunatmaent ħafna minna għadna neħduhom for granted.", "Sur President, il-punt tat-tluq tagħhom huwa sempliċi u jirrepetuh diversi drabi fid-diskorsi tagħhom.", "Dawn jargumentaw u jgħidulek li huwa minnu li r-Russja u l-Istati Uniti m'għadhomx aktar għedewwa ta' xulxin, pero` għad hemm eluf ta' nuclear warheads ippuntati lejn xulxin fuq dak li wieħed isejjaħ hair trigger alert.", "Dan qiegħed ngħidu mhux biex inkun allarmista jew biex noħloq a worse case scenario imma sabiex nuri kif jista' jkollok traġedja terroristika jew traġedja aċċidentali u l-konsegwenzi fiż-żewġ okkażjonijiet ikunu ta' ċerta portata.", "Jekk tistaqsuni x'nara bħala l- aktar theddida fil-każ ta' l-Iran, ma nillimitax ruħi biss għall-biża' ta' l-iżvilupp ta' l-armi nukleari għaliex dan huwa żvilupp li ma nieħu gost bih imkien, imma l-biża' tiegħi huwa li dawn jistgħu jintużaw kontra xi stat ieħor, bħal per eżempju, l-Iżrael li mbagħad ma jkun irid xejn sabiex jirritalja bl-istess mod.", "Anzi hemm min jargumenta li l-Iżrael jista' jieħu azzjoni kontra l-Iran anke qabel ma l-Iran ikun żviluppa kompletament il-kapaċita` nukleari tiegħu.", "Hawnhekk qiegħed insemmi t-terroriżmu u rrid ngħid li għalkemm jista' jkun hemm xi terroristi li jisirqu, jixtru jew jakkwistaw materjal nukleari bħalma huwa l-plutonium jew il-highly enriched uranium, dawn kulma jistgħu jibnu huma biss devices nukleari krudi u mhux devices nukleari sofistikati.", "Pero` għalkemm dawn it-tip ta' armi ma jkollhomx l-explosive yield li għandhom armi nukleari militari sofistikati, xorta waħda jistgħu jirriduċu ruħhom f'bombi qawwija tal-qerda tal-massa.", "U naħseb li l-ħsieb ta' kull wieħed u waħda minna f'din il-Kamra huwa dak li nkunu lkoll kemm aħna kontra kull tieqa li minnha jistgħu jgħaddu dawk in-nies li qegħdin jippromwovu l-bombi tal-qerda tal-massa, sew jekk inhuma gvernijiet, individwi jew gruppi terroristiċi.", "Sur President, bl-ebda mod ma rrid inċekken it-theddida ta' dak li jista' jiġri fl-Iran u fil-Korea ta' Fuq, għalkemm irrid nitkellem b'mod pożittiv dwar xi żviluppi li seta' kien hemm f'dan ir-rigward.", "Madankollu l-aktar ħaġa li tinkwetani ġejja mill-fatt li min-naħa għandek l-Iran li huwa kommess li jeqred lill-Iżrael minn wiċċ id-dinja - xi ħaġa li aħna żgur ma nistgħux naqblu magħha, kif ma qbilniex ma' l-istatement li sar min-naħa tagħhom meta ħarġu bil-famuża holocaust denial – u min-naħa l-oħra, meta titkellem ma' l-esperti nukleari jgħidulek li l-akbar theddida la hija l- Iran u lanqas hija l-Korea ta' Fuq imma ġejja mill-għadu li ma tafx bih, li ma tafx min hu, li ma tafx minn fejn jista' jinbet u li ma tafx kemm hu kbir u kemm jista' jkollu saħħa.", "Ilna nafu mis-sajf ta' l-2002 li l-Iran kienet tefgħet għajnejha fuq programm nukleari.", "Issa dan qiegħed ngħidu mhux biex nuri li ċerta escalation fil-media għandna neħduha with a pinch of salt, imma rridu neħduha fil-kontest tar- rivalitajiet reġjonali li jkunu qegħdin jiżviluppaw madwarna.", "Ma rridux ninsew il-farsa ta' dak li ġara fl-Iraq, fejn sal-lum għadu ma ġiex ipprovat li l-Iraq kellhom armi tal-qerda tal- massa.", "Naturalment fl-imgħoddi ma ddejqu xejn milli jużaw armi kimiċi speċjalment kontra l-Kurdi.", "Sfortunatament dawn l-armamenti u materjal ieħor kienu ġew ipprovduti lilhom minn diversi pajjiżi tal-punent.", "Mil-lat pożittiv wieħed irid isellem lill-pajjiż ġirien tagħna, il-Libya, li mhux biss ħadet pass kuraġġuż meta xoljiet kull żvilupp nukleari li setgħet kienet qiegħda tikkontempla, imma li serviet wkoll ta' eżempju għal pajjiżi oħra li qegħdin joħolqu nkwiet u tensjoni fir-reġjuni rispettivi tagħhom.", "Idealment nixtieq nara l-Lvant Nofsani kompletament ħieles mill-armi nukleari, inkluż l-Iżrael, jekk irridu verament naraw il-paċi u l- istabbilita` fir-reġjun.", "Li jkun hemm pajjiżi ġodda li jiżviluppaw l-armi nukleari huwa fih innifsu perikoluż għaliex b'dan il-mod ikun qiegħed jikber il-periklu li jista' jiġi trasferit materjal nukleari lil gruppi terroristiċi.", "U aktar ma jkun hemm armi nukleari fid-dinja, aktar se jkun kbir ir-riskju li t-terroristi - ta' kwalunkwe nazzjonalita` - jakkwistawhom b'xi mod jew ieħor.", "Ftit ilu kellmuni xi studenti ta' l- universita` u staqsewni jekk personalment inħossx li n-non-proliferation treaty huwiex trattat b'saħħtu jew le.", "Ħdejn dak li kien qed jipprevedi l- president Kennedy, li sas-snin sebgħin kien jgħid li seta' jkollna madwar 25 stat nukleari, allura ngħid iva, illum il-qagħda hija aktar pożittiva minn dak li kien bassar.", "Pero` ma rridux ninsew li apparti mill-pajjiżi li hemm barra n-non-proliferation treaty, hemm ukoll il-ħames permanent nuclear weapon states.", "Dawn huma ċ-Ċina, Franza, il-Gran Brittanja, ir- Russja u l-Istati Uniti.", "Huwa importanti li l-istati kollha jiffirmaw dan il-protokoll adizzjonali għaliex dan jipprovdi għal spezzjonijiet aktar rigorużi mill-international atomic energy agency u għaliex dawn il-kontrolli jistgħu jrażżnu u jillimitaw it-trasferiment ta' dak li jissejjaħ id-dual use nuclear technology, fejn teknoloġija għall-użu ċivili tista' tinqaleb fi programmi ta' armamenti nukleari.", "B'mod parallel imbagħad hemm bżonn li l-konferenza dwar id-diżarm ta' Ġinevra tikkonkludi l-ħidma tagħha, l-aktar fejn jidħol l-hekk imsejjaħ fissile material cut-off treaty.", "Dan l-aħħar saru diversi diskorsi li kollha kienu pożittivi, u għalhekk inħoss li fuq suġġett makabru bħal dan, tajjeb li wieħed jenfasizza wkoll dak kollu li huwa pożittiv.", "Per eżempju, laqatni d-diskors riċenti tas-segretarju ġenerali l- ġdid tal-Ġnus Magħquda fejn tkellem dwar l-isfidi speċifiċi fil-qasam ta' l- armi nukleari li qegħdin jippreżentaw il-Korea ta' Fuq u l-Iran, kif ukoll fuq il-mod ta' kif il-kunsill tas-sigurta` addotta riżoluzzjonijiet importanti f'dan ir-rigward.", "Dawn ir-riżoluzzjonijiet hemm min jgħid li kienu ebsin, mentri oħrajn qalu li kienu xi ftit rotob, pero` dik hija xi ħaġa immaterjali.", "Dan kompla jgħid li xorta waħda hemm bżonn ta' impenn ugwali u ndaqs sabiex jissaħħaħ ir-reġim favur in-non-proliferazzjoni u d-diżarm fuq livell globali.", "Għaldaqstant il-messaġġ tiegħu kien wieħed ċar u qalilna li huwa minnu li l- Korea u l-Iran huma ta' problema, pero` mhux huma biss joħolqu problema.", "Jekk irridu nkunu onesti magħna nfusna – kompla jgħid - rridu nħarsu lejn kulħadd bl-istess mod mingħajr ma noqogħdu nqisu jekk l-uċuħ humiex suwed, sofor, bojod jew ħomor.", "Kien interessanti wkoll id-diskors li s-segrerarju ġenerali tal-Lega Għarbija Elmusa għadu kemm għamel f'Dabos waqt il-world economic forum tal-ġimgħa l-oħra.", "Elmusa ħeġġeġ sabiex ma jkun hemm l-ebda attakki fuq l-Iran minħabba l-programm nukleari tagħhom.", "Fi tmiem il-ġimgħa s-segretarju ġenerali ta' l-international atomic energy agency, Mohammed El Baradei, wera realiżmu kbir f'Dabos meta appella lill- partijiet kollha konċernati sabiex jieħdu dak li jissejjaħ t-time-out - li m'hu xejn ħlief cooling off period - ħalli permezz ta' dan il-waqfien, l- Iran twaqqaf l-enrichment programme tagħha filwaqt li l-Ġnus Magħquda tissospendi s-sanzjonijiet tagħha.", "Dan jgħodd aktar u aktar billi qabel ħames snin oħra, l-Iran, huma x'inhuma l-iskopijiet tiegħu, mhux se jkun f'pożizzjoni li jipproduċi armi nukleari.", "Għalkemm jiena kritiku ta' ċerti stqarrijiet, pożizzjonijiet u aġir min-naħa ta' l-Iran, naqbel ukoll ma' dak li qal ir-rebbieħ tal-premju nobel Baradei li attakk fuq l-Iran se jkollu konsegwenzi katastrofiċi.", "Sur President, proprju llum stess inġibditli l-attenzjoni dwar il-fatt li l- Iran irrisponda għall-proposta ta' Baradei, tant li qalet li hija lesta li tikkonsidra bis-serjeta` l-offerta tiegħu ta' tmiem il-ġimgħa.", "Saħansitra diġa` talab lir-Russja sabiex taġixxi bħala intermedjarja u talab mill-ġdid lir-Russja sabiex toħroġ bi proposti ġodda li permezz tagħhom tkun tista' tkompli bl-enrichment programme tagħha fuq it-territorju Russu aktar milli fuq it-territorju Iranjan.", "Dan huwa fattur interessanti għaliex filwaqt li r-Russja - li forsi kontra qalbha u anke forsi kaxkret saqajha - vvotat favur is-sanzjonijiet limitati kontra l-Iran fil-Ġnus Magħquda, xorta waħda għamlitha ċara li hi kienet qiegħda toġġezzjona għall-iżolament ta' l-Iran u ħalfet li se tkompli tassisti lil dan il-pajjiż sabiex jilħaq l-oġġettivi nukleari tiegħu, diment li dawn ikunu purament paċifiċi.", "Tajjeb infakkru li anke ftit tal-ġimgħat ilu, fl-Istati Uniti kien hemm proposti wiesgħa u mifruxa – hawnhekk qiegħed nitkellem għal famuż Baker/Hamilton report – fejn fost affarijiet oħra ħeġġew l-amministrazzjoni Amerikana sabiex minflok ma jkomplu jiżolaw il-pajjiżi bħas-Sirja u l-Iran, jaraw li jiftħu d-djalogu magħhom.", "Madankollu jidher li l-appell tagħhom waqa' fuq widnejn torox u għalhekk sinċerament nappella lill-komunita` internazzjonali u anke lill-amministrazzjoni Amerikana sabiex tibqa' tiżen din il-proposta.", "Dan għaliex jiena nemmen li l-iżolament jista' jwassal sabiex pajjiżi bħal dawn jirrikorru aktar għall-estremiżmu milli bil- maqlub.", "Għalkemm il-pożizzjoni uffiċjali Amerikana fuq l-Iran għadha taħt konsiderazzjoni, l-Istati Uniti tinsab kommessa li taħdem b'mod koperattiv flimkien ma' l-alleati tagħha fil-Golf Għarbi fir-rigward ta' din il- kwestjoni.", "Sur President, huwa minnu li fil-Golf Għarbi hemm preokkupazzjoni fuq l- Iran anke minn ċerti pajjiżi Għarab, fosthom il-ħbieb tagħna tas-Saudi Arabja u l-Kuwajt, li aħna se nżuruhom fi tmiem il-ġimgħa bħala foreign affairs committee, pero` il-preokupazzjoni tagħhom m'hijiex dwar l-hekk imsejħa theddida nukleari ta' l-Iran imma dwar il-mod ta' kif l-influwenza Shiita tagħhom qiegħda tinfirex kullimkien.", "Saħansitra din spiċċat infirxet ukoll ġewwa l-Iraq wara l-okkupazzjoni Amerikana.", "Jiena ngħid li jekk hemm xi ħadd fl-Iraq li ħareġ rebbieħ bl-okkupazzjoni Amerikana, la kienet l-Amerika u lanqas kien l-Iraq imma r-rebbieħ kien l-Iran, li qatt ma kellu influwenza qawwija ġo l-Iraq daqskemm għandu proprju fil-ġranet li qegħdin ngħixu fihom illum.", "Imma filwaqt li l-Amerikani kienu kawti ħafna u fl-istess ħin diplomatiċi fuq il-konsiderazzjonijiet tagħhom vis-a-vis l- Iraq, min-naħa l-oħra rridu nżommu f'moħħna li l-Iżrael mar jgħid on record li lest iwieġeb għall-ambizzjonijiet nukleari ta' l-Iran bil-mezzi kollha għad-dispożizzjoni tiegħu.", "Dan qiegħed ngħidu mhux biex nagħmel xi kundanni għaliex jien ġejt hawnhekk illum mhux biex nikkundanna lill-Iżrael jew lil xi pajjiż ieħor.", "Illum ġejt hawnhekk - u persważ li anke l-kollega tiegħi l-Ministru ġie bl-istess intenzjoni - sabiex nawgura li ssaltan id-diplomazija u l-pressjoni internazzjonali, aktar u aktar billi l-Iżrael qatt ma eskluda li jista' xi darba jirrikorri għall-istrikes militari kontra l-Iran.", "U qiegħed ngħid hekk għaliex bħala pajjiż fil-Mediterran aħna nsofru ħafna mill-fallout politiku u anke mit-tensjonijiet ġodda li jistgħu jinbtu jekk tiġri xi ħaġa simili.", "Għalkemm jiena ngħid li t-trattat tan-non-proliferazzjoni għamel ħafna ġid, irridu xorta waħda nsaħħu aktar idejn l-international atomic energy agency.", "Dan hemm bżonn li nagħmluh sabiex jissaħħaħ il-proċess u s- saħħa tagħhom ta' verifika u ta' kontroll.", "Importanti wkoll li apparti milli jkollna trattati simili, ikollna wkoll l- għodda u l-mezzi meħtieġa sabiex permezz ta' metodi strinġenti ta' verifika nkunu nistgħu nimplimentawhom.", "Anke bħala membri ta' l-Unjoni Ewropea, illum għandna dan l-impenn fuq skala multilaterali.", "Dan qiegħed ngħidu għaliex idealment, id-diżarm nukleari jaħdem biss jekk kemm-il darba jitħaddem fuq skala globali.", "Inkunu ferm aktar ikkonfortati li kieku dawk il-pajjiżi li għandhom armi nukleari, kellhom jieħdu azzjoni konkreta sabiex jirriduċu d-dipendenza strateġika tagħhom fuq dawn l-imberkin armi.", "Għalkemm ma narax kemm l-applikazzjoni nukleari f'kontest ċivili tagħmel sens għal pajjiżna, irridu xorta waħda nżommu f'moħħna dak li qalet l- istess IAEA.", "Fil-fatt din qalet ċar u tond li x-xjenza nukleari tista' tilgħab rwol importanti fl-iżvilupp ekonomiku u soċjali ta' ċerti pajjiżi.", "Per eżempju, ma rridux ninsew li l-enerġija nukleari tiġġenera 16% ta' l- elettriku dinji madwar 30 pajjiż, fosthom seba' pajjiżi li għadhom qegħdin jiżviluppaw, filwaqt li r-radjoloġija tintuża estensivament fil-ġlieda kontra l-kanċer.", "Naturalment jien m'iniex xi espert fuq il-materja nukleari, pero' minn dak li qrajt sibt li t-teknika nukleari saħansitra tintuża fi studju dwar iċ- child/man nutrition kif ukoll fil-ġlieda kontra ċerti nfezzjonijiet qerrieda.", "Għalhekk wieħed irid jagħmel distinzjoni ċara bejn applikazzjonijiet nukleari paċifiċi f'pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw u oħrajn li huma ferm aktar aggressivi u belliġerenti.", "Personalment nemmen li l-aħjar djalogu li jista' jsir f'dan ir-rigward huwa dak multilaterali.", "Din kienet xi ħaġa li l-ex-segretarju ġenerali tal-Ġnus Magħquda Kofi Annan ħadem ħafna favur tagħha meta tkellem dwar kif is-sigurta' kollettiva tista' titħaddem fil-prattika.", "Sur President, il-mozzjoni li għandna quddiemna llum hija l-aktar rilevanti għaliex dan il-protokoll addizzjonali qiegħed isegwi wara l-iskoperta ta' ċerti attivitajiet nukleari klandestini f'ċerti pajjiżi li jistgħu jwasslu għall-armi tal-qerda tal-massa.", "Dan il-protokoll mhux biss se jsaħħaħ idejn l-IAEA billi din tkun tista' testendi l-investigazzjonijiet tagħha lil hinn minn nuclear fuel cycle and collations, imma se tobbliga wkoll lil pajjiżi membri sabiex jagħmlu dikjarazzjonijiet estensivi dwar l- istazzjonijiet kollha li jistgħu jżommu materjal nukleari, avolja jekk ikunu fi kwantijiet żgħar.", "Barra minn hekk se jżommu wkoll fil-mira tagħhom dawk il-pajjiżi li mhux bilfors għandhom materjal nukleari imma li jistgħu jimmanifatturaw apparat nukleari jew ikollhom l-infrastruttura neċessarja sabiex jipproċessaw apparat simili.", "B'riżultat ta' dan il-protokoll addizzjonali, il-Kummissjoni Ewropea se tispiċċa bħala l-main interface bejn l-istati membri u l-IAEA.", "B'hekk se jiġi garantit ukoll li jkun hemm applikazzjoni uniformi tal-proviżjonijiet tal-protokoll addizjonali ma' l-Unjoni Ewropea kollha kemm hi bħala entita'.", "Fil-fatt il-Kummissjoni Ewropea għandha madwar 200 spettur kif ukoll iżżomm database estensiv li jiġbor fi ħdanu l-materjal nukleari ċivili kollu fi ħdan l-Unjoni Ewropea.", "Għalkemm it-theddid nukleari jista' jinbet minn kullimkien, jiena nemmen li l-akbar theddida għat-tixrid ta' l- armi nukleari tal-qerda tal-massa ġej minn dawk il-pajjiżi li ma sseħbux fin-non-proliferation treaty u li għandhom diversi attivitajiet nukleari li m'humiex issalvagwardati b'mod tajjeb.", "Il-komunita' internazzjonali għandha l-obbligu li tkompli żżid il-pressjoni fuq dawk l-istati b'attivitajiet nukleari sinifikanti u li għadhom ma ġabux fis-seħħ dan il-protokoll addizzjonali.", "Idealment il-komunita' internazzjonali għandha taħdem favur id-diżarm totali u f'dan il-kontest, bħala oppożizzjoni Laburista nagħrfu u nappoġġjaw inizjattivi bħal dawk meħuda mill-Brażil, mill-Eġittu, mill-Irlanda, mill-Messiku, min-New Zealand, mis-Slovenja, mill-Afrika ta' Isfel u mill-Isvezja f'Ġunju ta' l- 1998, meta dawn il-pajjiżi kienu waqqfu a new nuclear disarmament agenda, proċess li għandu jiġi sostnut u jitkompla.", "F'kontest Mediterranju nħoss li nkun qiegħed nonqos jekk, kemm f'ismi u kemm f'isem l-oppożizzjoni, ma nagħmilx appell lill-istati kollha tal-Mediterran sabiex mhux biss jirratifikaw dan it-trattat u l-protokolli tiegħu, imma li jirratifikaw ukoll l-istrumenti kollha eżistenti tad-diżarm, anke fil-kontest tal- konvenzjoni dwar l-armi kimiċi u bioloġiċi.", "Dan għaliex hemm diversi pajjiżi li filwaqt li huma kontra l-armi nukleari, xorta waħda għadhom ikaxkru saqajhom fuq il-konvenzjonijiet dwar l-armi kimiċi u bioloġiċi.", "Sur President, importanti li fid-dibattitu tal-lejla niddistingwu bejn is- salvagwardji tradizzjonali kontra l-armi nukleari kif ukoll li ma nħallux lill-media internazzjonali tikkondizzjonana għad-double standards li ta' spiss jiġu applikati f'dan id-dibattitu ferm topiku.", "Jien naħseb li hija x- xewqa ta' kull wieħed u waħda minna li niżguraw li l-uranium, b'mod partikolari, jiġi wżat strettament għal raġunijiet paċifiċi.", "Hemm tliet mezzi partikolari ta' kif l-ispezzjonijiet tas-siti nukleari jistgħu jservu ta' alert system li tipprovdi forma ta' twissija għall-użu ta' materjal nukleari li jmur lil hinn mill-attivitajiet paċifiċi.", "Per eżempju, għandek il-material accountability, fejn jiġu tackled it-transfers u l-flow ta' materjal f'kull faċilita' nukleari.", "Għandek ukoll is-sigurta' fiżika, li tirristrinġi l-aċċess għall-materjal nukleari f'siti partikolari.", "Imbagħad għandek dak li jissejjaħ il-containment and surveillance, li jinkludi l-użu ta' siġilli, automatic cameras u strumenti oħra li kapaċi jagħrfu movimenti jew tbagħbis b'materjal nukleari u billi tagħmel on site spot checks fuq livell intensiv u professjonali.", "Issa meta d-dinja kienet tistrieh biss fuq is-salvagwardji tradizzjonali, il-verifiki kienu jsiru biss abbażi ta' dikjarazzjonijiet formali ta' l- istati suspettati.", "Pero' mis-snin disgħin lil hawn, l-attenzjoni bdiet iddur fuq dak li ma kienx qiegħed jiġi ddikjarat.", "Biss, bla dubju ta' xejn, l-akbar riskju għall-proliferazzjoni ta' l-armi nukleari ġej minn dawk il-pajjiżi li m'humiex membri tan-non-proliferation treaty u li huma involuti f'attivitajiet nukleari li huma sinifikanti u li m'humiex salvagwardjati.", "Huwa f'dan il-kontest biss li jiena ninkwieta meta nisma' pajjiżi bħall-Iżrael jheddu lill-Iran bir-ritaljazzjoni għaliex sa ftit taż- żmien ilu, l-Iżrael la kien qiegħed jiċħad u lanqas jikkonferma jekk għandux armi nukleari.", "Għalkemm kulħadd jaf li dawn għandhom program simili li jmur lura s-snin, sa erbat ijiem ilu kienu qed jgħixu fi stat ta' limbu nukleari.", "Fil-fatt, il-ġurnalisti nvestigattivi kienu jħobbu jlaqqmu lill-Iżrael bħala a state of nuclear ambiguity, fejn la tgħid jekk intix stat non-nukleari u lanqas tiċħad li int stat nukleari.", "Tajjeb li wieħed jgħid li r-rettorika Iżraelita kontra l-Iran tmur lura għas-sena 2002, u s-suspett ta' azzjoni militari ilha għaddejja minn dak iż- żmien.", "Dakinhar l-Iżrael kien qiegħed jgħid li l-Iran kien se jkollu l- kapaċita' nukleari sas-sena 2005, xi ħaġa li fil-fatt ma avverietx ruħha.", "Tajjeb li wieħed jgħid li l-programm nukleari ta' l-Iran kien beda proprju taħt ix-Shah tal-Persja fl-1974", "u li mbagħad kien ġie sospiż wara r-rivoluzzjoni Islamika ta' l-1978 u l- 1979.", "Ix-Shah kien għamel riċerka fil-produzzjoni tal-fissile material iżda dawn l-isforzi kienu ġew sospiżi meta faqqgħet il-gwerra bejn l-Iran u l-Iraq.", "Il-programm nukleari kien ġie re-attivat fi żmien l-Ayatollah Khomeini fl-1984, pero' imbagħad l-affarijiet kienu reġgħu waqgħu lura wara li ċerti reactor sites Iranjani kienu ntlaqtu minn attakki bl-ajru mill- forzi Iraqini.", "Sur President, qiegħed ngħid dan kollu mhux biex nilgħabha ta' l-istoriku jew biex noħroġ l-iskeletri mill-armarju, imma għaliex meta nitkellmu dwar l-armi nukleari nafu li l-Golf Persiku u l-Lvant Nofsani għandhom identitajiet ġeografiċi separati imma li huma fundamentalment marbuta flimkien bħala reġjun wieħed jekk inħarsu lejhom mil-lenti purament politiku u militari.", "Min-naħa għandek id-dinamika tal-konflitt Għarbi, Palestinjan, Iżraelit u min-naħa l-oħra għandek is-superjorita' netta Iżraelita.", "Imbagħad għandek ukoll ir-rivalitajiet inter-Għarab u reġjonali li lkoll magħġunin flimkien jipprovdu impetus għal aktar proliferazzjoni ta' l-armamenti nukleari fl-inħawi li għadni kif semmejt.", "Jekk irridu nkunu fattwali rridu nammettu li l-programm nukleari Iżraelit imur lura lejn tmiem is-snin ħamsin meta ġiet żviluppata l-faċilita' nukleari f'Dimona ġewwa n-Negev.", "Ma rridux ninsew l-għajununa li dawn kienu rċevew mingħand il-Franċiżi u mill-Afrika ta' Isfel.", "Huwa mifhum li l-Iżrael nidiet nuclear alert kemm fil-gwerra tal-Yom Kippur ta' l-1973 kif ukoll fil-konflitt tal-Golf fl-1991.", "Dan jinkwetani għaliex il-gvern Iżraeljan għadu sal-lum ma jammettix formalment li għandu l-armi nukleari.", "Madankollu, dan l-aħħar il-prim ministru Olmert indika li dan huwa l-każ.", "Li jinkwetani huwa l-fatt li l-Iżrael m'huwiex membru tan-non- proliferation treaty, u b'hekk is-siti nukleari li jistgħu jeżistu fl- Iżreal se jibqgħu magħluqin u mhux se jkunu soġġetti għal spezzjonijiet u salvagwardji nukleari.", "Issa hawnhekk m'iniex qiegħed nagħmel xi kritika kontra Iżrael imma qiegħed inpoġġi biss il-kwadru sħiħ tas-sitwazzjoni.", "Illum jinħarġu ħafna kotba u studji dwar strateġiji militari ta' l-Iżrael imma mkien ma ssib imqar studju wieħed dwar kif l-armi nukleari jidħlu fil- ħsieb strateġiku Iżraelit kif ukoll fir-rwol tad-duttrina militari ta' l- Israeli Defence Force.", "Dan l-argument jinkwetani fuq żewġ livelli, l-ewwelnett għaliex sempliċi guesswork fuq suġġett jaħraq bħal dan huwa allarmanti.", "Pero' aktar allarmanti minn hekk huwa l-fatt li dan jagħti saħħa lill-argument li jistgħu jġibu ċerti stati allineati kontra l-Iżrael.", "Kien għalhekk li għamilt l-enfasi fuq is-saħħa nukleari ta' l-Iżrael u mhux għaliex ridt nattakka lilhom.", "Bid-diskors tiegħi ridt nuri li bis-saħħa nukleari tagħhom, l-Iżrael qegħdin isaħħu l-argumenti ta' l-għedewwa tagħhom, li jħossu - mhux qed ngħid li naqbel magħhom imma qed ngħid biss x'iħossu jew għallinqas x'jesprimu li jħossu – li huwa d-dritt tagħhom li jiżviluppaw armi nukleari bħala deterrent kontra l-arsenal nukleari Iżraelit.", "L- importanti – u li naħseb irridu naqblu fuqu f'din il-Kamra – huwa li ma nistgħux nippermettu iżjed il-kejl doppju, fejn min-naħa jkun hemm min jinjora l-akkwist Iżraelit ta' armi qerrieda tal-massa u min-naħa l-oħra jkun hemm min jopponi għas-sempliċi trasferiment paċifiku ta' teknoloġiji nukleari fil-pajjiżi terzi.", "Sur President, meta fl-1981 l-Iżrael kienu attakkaw ir-reattur nukleari fl- Iraq, ħafna kienu ħasbu li din kienet saret minħabba li l-Iżrael ma ridux li s-superjorita' nukleari tagħhom tiġi mittiefsa.", "Jista' jkun li l- programmi Iraqini kienu intiżi dak iż-żmien bħala konfront kontra l-Iżrael, imma fir-realta' kienu l-Iranjani l-aktar li soffrew mill-armi kimiċi Iraqini, li kellhom il-barka sħiħa tal-punent fil-famuża gwerra ta' tmien snin bejn l-Iran u l-Iraq.", "Ħalli nkun ċar u ma niġix ikkwotat ħażin.", "Jien qiegħed ngħid dan kollu sabiex nifhem il-fattur li seta' nissel il-ħtieġa fost l-Iranjani li għandhom ikunu responsabbli bl-aktar mod intensiv għad- difiża tagħhom.", "Diment li d-dinja tibqa' tagħlaq għajnejha għall-armi nukleari Iżraeliti, aktar se jkun diffiċli sabiex ċerti pajjiżi, fosthom l- Iran innifsu, ikollhom fidi li r-reġimi ta' l-armi nukleari qegħdin jiġu ttrattati b'mod ugwali.", "Fil-fehma tiegħi dan huwa l-fattur li qiegħed iżomm lil ċerti pajjiżi Għarab milli jkaxkru saqajhom sabiex jiffirmaw il- chemical weapons convention minkejja n-nuqqas ta' konvinzjoni tagħhom dwar l-utilita' ta' dawn it-tip ta' armamenti fiż-żmenijiet tal-lum, fejn it- teknoloġija hija ħafna aktar avvanzata milli kienet fil-passat.", "Ma rridux ninsew għal kollox li l-chemical warfare dejjem kienet titqies bħala the poor man's atomic bomb.", "Madankollu lanqas irridu nħallu li l- Lvant Nofsani jiddomina d-dibatittu tagħna.", "Kemm il-ministru kif ukoll jiena pprovajna nħarsu lejn din il-problema minn perspettiva globali, u għaldaqstant inkun qiegħed nonqos minn dmiri jekk f'dibattitu bħal dan ma nsemmix ir-reġjuni kollha li għandhom x'jaqmsu ma' l-enerġija nukleari.", "Fost dawn il-pajjiżi hemm reġjun li ftit li xejn nitkellmu dwaru fil-media - kemm lokali kif ukoll barranija – u dan huwa l-Amerika t'Isfel.", "Huwa veru li sa nofs is-snin disgħin l-alleati Sud-Amerikani, bħalma huma l- Amerika t'Isfel, l-Arġentina u l-Brażil kienu abbandunaw il-programmi nukleari tagħhom u ffirmaw in-non-proliferation treaty filwaqt li ftiehmu li joħolqu a nuclear weapon-free zone.", "Madankollu llum hemm l-għajdut li wħud minn dawn il-pajjiżi jistgħu jibdew il-programm nukleari tagħhom mill- ġdid, u dan jista' jkollu konsegwenzi negattivi peress li jista' jwassal sabiex jiftaħ feriti antiki bejn avversarji tradizzjonali u qodma.", "Min-naħa l-oħra lanqas nistgħu naħsbu ħażin f'kulħadd, għaliex jekk nieħdu pajjiżi bħal Brażil, inisbu li għalkemm f'Mejju li għadda inawguraw l-ewwel uranium enrichment plant tagħhom, avolja saritilhom ċerta pressjoni internazzjonali sabiex ma jagħmlux hekk, huma ġabu raġunijiet validi għaliex qalu li m'għandhomx ambizzjonijiet nukleari imma jridu biss l- indipendenza tagħhom fil-qasam ta' l-enerġija kif ukoll l-energy security.", "Naħseb li llum kulħadd jaqbel li hi kif inhi d-dinja, kbira kemm hi kbira l- inċertezza globali fil-qasam ta' l-enerġija, l-energy security hija xi ħaġa li qiegħda fuq l-agenda ta' kull pajjiż, inkluż tagħna.", "Issa mhux qed ngħid li aħna se nibdew inħarsu lejn l-enerġija nukleari, imma qiegħed ngħid li llum l-energy security telgħet fuq l-agenda internazzjonali ta' kull pajjiż, kemm dawk li huma oil producing countries kif ukoll ta' dawk li m'humiex.", "U hawnhekk toħroġ faxxa oħra ta' pajjiżi li għada pitgħada jistgħu jiżviluppaw forza nukleari.", "Meta nitkellmu dwar pajjiżi bħall-Brażil u l-Argentina - dawn ma semmejthomx bl-addoċċ – inkunu qegħdin nitkellmu fuq pajjiżi li l-esperti jqisuhom bħala pajjiżi potenzjali li jkollhom poter nukleari f'mod moħbi u prudenti.", "Dan qiegħed jingħad fis-sens li dawn il-pajjiżi għandhom l- expertise u għandhom ħafna mit-teknoloġija biex isiru nukleari, imma li għal mument qegħdin iżommu pass lura legalment u politikalemnt milli jagħmlu din il-qabża l-kbira 'l quddiem.", "Wieħed ma jridx jinsa bil- perikolu li ħolqu kemm il-Korea ta' Fuq kif ukoll l-Iran meta l-ewwel iddeċidew li jibqgħu legali f'għemilhom u li mbagħad, ftit qabel ma ħadu l- pass 'il quddiem, bdew jheddu li jirtiraw min-non-proliferation treaty.", "B'hekk inħoloq element ġdid ta' inċertezza fid-dinja.", "Naturalment din hija xi ħaġa li lili tinkwetani għaliex turi kemm huma fraġili ċerti brejkijiet fil-qasam nukleari.", "Billi jien niffirma ftehim u mbagħad inqum l-għada filgħodu b'burdata differenti u ngħid li minn dak kollu li għedna m'hemm xejn u li qiegħed nerġa' nikkonsidra jekk nibqax aktar marbut man-non-proliferation treaty juri li r-rabta ma' dan it-trattat tista' tkun rabta ċoff.", "Jekk pajjiż jiddeċiedi li jmexxi għal rajh u jiġi jaqa' u jqum mill-konsegwenzi u mir- reazzjoni li jkun qiegħed joħloq fil-komunita' internazzjonali, dan jista' jreġġa' l-arloġġ lura billi joħloq instabbilita' ġdida li forsi kellna moħħna mistrieħ li kienet intgħelbet u twarrbet.", "Jien illum ma ġejtx hawnhekk biex nikkritika lill-Iżrael, lill-Iran, lill-Brażil jew lill- Arġentina imma qiegħed hawnhekk biex nuri kemm huwa fraġli li żżomm ċerti brejkijiet fil-qasam nukleari.", "Konċett li fl-opinjoni tiegħi ma ngħatax attenzjoni biżżejjed kien dak li tqanqal mis-segretarju ġenerali ta' l-IAEA nnifisha xi ftit taż-żmien ilu meta appella għal dak li ssejjaħ partnership globali ta' l-enerġija nukleari.", "Din hija xi ħaġa li jekk m'iniex sejjer żball anke stati kbar bħall-Istati Uniti kienu appoġġaw bħala prinċipju.", "Il-ħsieb ewlieni wara dan il-partnership kien dak li tiġi pprovduta t-teknoloġija meħtieġa u dik li tissejjaħ in-nuclear fuel assistance lil ċerti pajjiżi, filwaqt li tiġi mminimizzata u mrażżna l-proliferazzjoni nnifisha.", "Għalkemm hawnhekk forsi se niddevja xi ftit mill-mozzjoni, irrid ngħid kemm huwa importanti l- kontroll ta' ċerti teknoloġiji sensittivi u tad-dual purpose permezz ta' l- hekk imsejjaħ nuclear suppliers group.", "Fir-rigward tas-sanzjonijiet ninsab xi ftit xettiku għaliex kif urietna l- istorja matul is-snin - sa minn żmien is-sanzjonijiet li kien hemm fuq ir- Rhodesia – is-sanzjonijiet jafu jaħdmu u jafu ma jaħdmux.", "Għalhekk in-naħa tagħna dejjem saħqet u se tkompli tisħaq favur is-soluzzjonijiet aktar imxaqilbin lejn is-soluzzjonijiet paċifiċi, diplomatiċi u non-militari.", "L- akbar għodda għandhom ikunu multilaterali permezz tal-Ġnus Magħquda u permezz ta' l-aġenziji tagħha.", "Hemm bżonn li nimpenjaw ruħna aktar fit- triq diffiċli sabiex nagħlqu kemm jista' jkun il-loopholes tan-non- proliferation treaty innifsu.", "M'hemm l-ebda reġjun fid-dinja li nistgħu neħduh for granted li ma jista' jkollu qatt in-nukleari u żgur ma rridux ninsew li akbar ma tikber id-domanda globali għall-enerġija aktar se tkun attraenti l-atomic power bħala bażi ta' l-enerġija.", "U b'hekk jikber l-għadd ta' theddid li l-proliferazzjoni tista' ġġib magħha.", "Sur President, l-agħar ħaġa hija meta jkollok sitwazzjoni bħal dik li evolviet fl-Iran, fejn l-IAEA f'ċerti ċirkostanzi ġiet f'sitwazzjoni fejn ma kenitx f'qagħda li tikkonferma jekk il-programm nukleari ta' dak il- pajjiż - jew ta' pajjiżi oħra – kienx verament programm ta' natura paċifika jew le.", "Din hija xi ħaġa li tħassibna lkoll, huma x'inhuma s-sentimenti politiċi tagħna.", "El Baradei qal xi ħaġa nkwetanti meta qal li 16 mit-28 reattur taħt kostruzzjoni nukleari huma kollha f'pajjiżi jew foqra jew inkella li qegħdin jiżviluppaw.", "Ovvjament wieħed jippretendi li r-riżorsi tagħhom jiġu strumentalizzati b'mod aktar kostruttiv milli f'din id- direzzjoni nkwetanti.", "Is-sitwazzjoni ottima u ideali hija dik li jkollok teknoloġija nukleari nnovattiva, li fiha nnifisha tkun sigura, li tkun proliferation resistant u li tkun ekonomika finanzjarjament.", "B'dak li qed nivvotaw għalih illum, il-pajjiżi kollha li għandhom armamenti nukleari se jkunu soġġetti għal spezzjonijiet għal għarrieda.", "Huwa ironiku u nkwetanti li filwaqt li l-international atomic energy agency żiedet sostanzjalment it-taħriġ tagħha fin-nuclear security training f'madwar 88 pajjiż, l-għadd ta' inċidenti ta' traffikar illeċitu ta' armi nukleari jiżdied b'aktar minn 100% f'dawn l-aħħar tliet snin, b'mod speċjali qrib u fuq il-fruntieri ta' pajjiż u ieħor.", "Tajjeb li wieħed ikun jaf li hemm madwar 93 stat li bħalissa qegħdin jipparteċipaw fl-IAEA illicit trafficking database.", "Irrid ukoll infaħħar inizjattvia oħra, dik tal- global initiative to combact nuclear terrorism, li kienet saret fil-Marokk f'Ottubru li għadda u li għaliha kienu pparteċipaw diversi stati, fosthom l- Istati Uniti u l-Federazzjoni Russa, li t-tnejn għandhom in-nukleari.", "Dan il-pass kien intlaqa' tajjeb għaliex qiegħed jiġi meqjus bħala l-ewwel pass - modest kemm huwa modest – għal approach komprensiv lejn il-ġlieda kontra dan it-tip ta' terroriżmu.", "Fil-fehma tagħna din kienet xi ħaġa mistennija ħafna.", "Sur President, minn 9/11 lil hawn, it-theddida ta' terroriżmu nukleari kibret u mhux ċkienet, tant li saret aktar akuta.", "Il-kuxjenza dwarha infirxet aktar, kif infirxet ukoll il-ħtieġa u l-bżonn ta' koperazzjoni internazzjonali aktar intensiva fil-qsim ta' l-intelliġenza, fl-identifikar ta' siti vulnerabbli għal attakki simili, kif ukoll dwar il-bżonn ta' security u detection programmes li sal-lum jew ma ħadmux jew inkella mxew pass żgħir wisq.", "Issa hemm min jgħidlek li b'ħafna strutturi nistgħu nkunu qegħdin inżidu l-proċess burokratiku nnifsu, u minflok ma nħaffu ċerti affarijiet aktar inkunu qegħdin intaqqluhom.", "Pero' jiena ngħid li kemm jekk neħduhom f'iżolament u anke jekk neħduhom kollettivament, dawn kollha huma inizjattivi li jixirqilhom appoġġ sħiħ.", "Irrid ngħid ukoll li filwaqt li l-istand tal-Ġnus Magħquda wriet li dwar l- Iran anke ċ-Ċina u r-Russja kienu unanimi mal-partners ewlenin tal-kunsill tas-sigurta', sondaġġ li sar dan l-aħħar fl-Iran innifsu juri li għalkemm l- Iranjani - bħala poplu - jemmnu fi programm nukleari, jinsabu kommessi sabiex iżommu lil pajjiżhom in line man-non-proliferation treaty.", "Dan huwa sinjal pożittiv, aktar u aktar meta ħerġin aħbarijiet li juru li fl-Iran hemm ċerti elementi li mhux neċessarjament qegħdin fuq l-istess linja li ttieħdet mill-Presidenza Iranjana fl-istatments pubbliċi li saru dan l- aħħar.", "Min-naħa l-oħra, inqisu daqstant ieħor pożittiv dak li għadu kif ħareġ fl-aħbarijiet proprju llum, fejn filwaqt li d-dinja kollha kellha għajnejha mitfugħa fuq il-pjani ġodda Amerikani fir-rigward ta' l-Iraq, l- Istati Uniti u l-Korea ta' Fuq mhux biss kienu ingaġġati f'taħdidiet sigrieti fil-magħluq f'Berlin sabiex forsi jsolvu din il-kobba mħabbla ta' l-armi nuklerari fil-Korea ta' Fuq, imma nħareġ statement – li qiegħed quddiemi wkoll - mill-aġenzija ta' l-aħbarijiet Ċiniża proprju llum stess, fejn jingħad li l-foreign minister Ċiniż ħabbar li s-six- party talks immirati sabiex isolvu l-kwesjtoni nukleari tan-North Korea mistennija li jitkomplew f'Bejing fit-8 ta' Frar, 2007, jiġifieri fi żmien ġimagħtejn oħra.", "Sur President, dan il-pass huwa wieħed inkoraġġanti għaliex kulħadd jaf li l-aħħar round ta' negozjati li kien hemm f'Diċembru - xahrejn wara li l- Korea ta' Fuq bdiet ittella' t-temperatura mhux ħażin u tagħmel it- testijiet nukleari - ma kienu waslu għall-ebda forma ta' breakthrough.", "Illum iċ-Ċiniżi għamluha ċara li t-taħdidiet mistennija jiffokaw fuq diskussjoni aktar intensiva dwar kif il-partijiet ikkonċernati, flimkien mal-Korea ta' Fuq, ikunu jistgħu jimplimentaw b'mod konkret dak li jissejjaħ \"The September 19 statement\".", "Dan m'hu xejn ħlief dikjarazzjoni politika min-naħa tal-Korea u min-naħa tal-partijiet l-oħra nvoluti fit- taħdidiet sabiex ikun hemm bħala għan aħħari d-denuclearisation tal-Korea.", "Mela l-għan aħħari huwa dak li jkun hemm iż-żarmar ta' l-armamenti nukeari fil-Peninsula tal-Korea.", "Dan qiegħed ngħidu għaliex għalkemm il-Korea forsi huwa pajjiż 'il bogħod minna, aħna nixtiequ li naraw nuqqas ta' tensjoni bejn il-Korea ta' Fuq u l- Korea t'Isfel u nixtiequ naraw ukoll li fl-Asja, bħar-reġjuni l-oħra, issaltan il-paċi u l-istabbilita'.", "Dan huwa pass pożittiv għaliex wera li filwaqt li kien hemm ċerta tensjoni għaddejja f'reġjuni oħra, bħalma huwa l- Iraq, kienu għaddejjin affarijiet pożittivi bejn l-Amerikani u l-Koreani f'pajjiż terz.", "Issa jidher li hemm donnu l-qbil, u dawk il-famużi six- party talks se jerġgħu jiġu rijattivati għaliex qisu li l-partijiet ikkonċernati qablu li dawn kienu u għadhom mekkaniżmu effettiv sabiex forsi tiġi riżolta l-problema nukleari tal-peninsula Koreana, anke jekk il- proċess jibqa' wieħed gradwali, fit-tul u kompless.", "Ovvjament ħadd mhu qiegħed jagħti x'jifhem li din se tkun xi ħaġa li se ssolvi ruħha għada jew pitgħada.", "Imma għallinqas għandek bażi fuqhiex tibni, u naħseb li din m'hijiex kwestjoni ta' statement li forsi ħarġuha ċ-Ċiniżi u allura tawha slant li taqbel lilhom.", "Il-bieraħ iċ-chief negotiator Amerikan Christopher Hill qal ċar u tond dan il-kliem:", "\"North Korea's commitment to give up its nuclear weapons was strong and Washington would not allow other issues including a dispute over UNDP money to undercut a nuclear deal.\".", "Christopher Hill deher konvint li l-Korea ta' Fuq hija kommessa b'mod sod sabiex tirtira l-armi nukeari tagħha.", "Bħalissa wkoll hemm tilwima għaddejja fi ħdan il-United Nations Development Programme dwar xi fondi Koreani li ġew iffriżati f'xi banek tal-Macau.", "Pero' in-naħa Amerikana qiegħda tgħid li mhux se tħalli din it-tilwima tfixkel jew ixxekkel l- impenn Korean sabiex javvanzaw fuq din il-kwestjoni ta' l-armi nukleari.", "U għalhekk nawgura li bħalma jkun hemm eżitu pożittiv fuq il-kwestjoni ta' l- Iran, ikun hemm ukoll eżitu pożittiv fuq il-kwestjoni tal-Korea ta' Fuq.", "Dan kollu jġibna lura għal dak li bdejt bih, jiġifieri l-importanza tad- djalogu.", "Naħseb li l-Ewropa qiegħda tagħmel il-parti tagħha u qiegħda tħeġġeġ lill-potenzi l-oħra, bħall-Istati Uniti, sabiex jirrikorru għad- djalogu anke vis-a-vis pajjiżi bħall-Iran u s-Sirja.", "Pero' nerġa' ngħid li s-Sirja m'hijiex stat b'ambizzjonijiet nukleari.", "Jiena nemmen li kemm jekk dawn il-pajjiżi qegħdin jaħsbu sabiex jiżviluppaw l-armi nukeari bħala deterrent u kemm jekk qegħdin jaħsbu li jużawhom bħala biċċa għodda li biha jkunu jistgħu jibbilanċjaw il-poter fir-reġjun, huwa importanti li jkun hemm djalogu għaliex meta titkellem, hemm aktar ċans li ssib triq komuni jew soluzzjoni jew xi forma ta' kompromess.", "Ma nixtieqx intawwal aktar, imma rrid nerġa' ngħid li dawn huma affarijiet pożittivi u nawgura li fil-ġranet li ġejjin ma jkunx hemm affarijiet li jerġgħu jaqilbu kollox ta' taħt fuq.", "Madankollu persważ li l-membri kollha ta' din il- Kamra se jkunu unanimi favur dawn l-iżviluppi pożittivi, u għalhekk ma jonqosni xejn aktar xi ngħid ħlief li min-naħa tiegħi nuri s-soledarjeta' sħiħa tagħna għal din il-mozzjoni li qiegħed iressaq il-Ministru ta' l- Affarijiet Barranin.", "Napprezza l-fatt li teknikament seta' poġġiha fuq il- mejda tal-Kamra u konna nagħmlu biss diskussjoni formali qasira.", "Fl- opinjoni tiegħi naħseb li din kienet xi ħaġa tajba u għalkemm forsi dak li jkun jaħseb li suġġett bħal dan ma jolqotniex mill-viċin, jiena naħseb li t- theddida nukleari tolqot lil kulħadd mill-viċin.", "Sur President, naħseb li kienet xi ħaġa għaqlija, anke min-naħa tal-gvern, li nqeda b'din l-opportunita' sabiex ikollna seduta sħiħa ddedikata lil dan is-suġġett.", "Dan għaliex kif nafu ma tantx ikollna opportunita' li niddiskutu l-affarijiet barranin daqskemm nixtiequ fil-plenarja.", "Barra minn hekk, din hija xi ħaġa li tolqot lil kulħadd mill-viċin għaliex ma tolqotx biss reġjun jew pajjiż partikolari imma tolqot il-paċi, is-sigurta' u s- sliem ta' kull ċittadin li jgħix fid-dinja ta' madwarna.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Michael Asciak.", "ONOR.", "MICHAEL ASCIAK: Sur President, illum għandna quddiemna r-ratifika tal-gvern ta' Malta għall-convention on nuclear safety.", "Irrid nibda mill- ewwel billi ngħid li naqbel ħafna ma' dak li qalilna l-Onor.", "Brincat meta tkellem fuq il-kwestjoni tas-sigurta' internazzjonali għal dak li għandu x'jaqsam mal-perikolu nukleari.", "Illum rajna prudenza kbira fis-sitwazzjoni ta' l-akbar żewġ pajjiżi li għandhom armamenti nukleari, jiġifieri ta' l- Istati Uniti u r-Russja.", "Illum nafu li r-relazzjoni bejn dawn iż-żewġ pajjiżi hija waħda warm ħafna u għalhekk ma narawx li hemm xi perikoli f'dan it-tip ta' armamenti nukleari bejniethom.", "Madankollu feġġ il-periklu fl-Iran u fil-Korea ta' Fuq, u allura hemmhekk wieħed reġa' qiegħed jara theddida għad-dinja permezz ta' armamenti nukleari.", "Fil-każ ta' l-Iran u tal-Korea ta' Fuq irridu noqogħdu attenti - kemm l- Ewropa kif ukoll l-Istati Uniti u l-kumplament tad-dinja żviluppata – li ma nagħmlux l-iżball tattiku fejn nimbottaw lill-pajjiżi Għarab sabiex jingħaqdu flimkien fuq ċerti issues li fuqhom jaraw li għandhom jingħaqdu flimkien.", "In-naħa ta' l-Ewropa u ta' l-Istati Uniti għandhom it-tendenza li jħarsu lejn il-pajjiżi Għarab bħala komunita' waħda.", "Nafu wkoll li l- biċċa l-kbira tal-pajjiżi Għarab huma musulmani u allura naħsbu li dawn il- pajjiżi kollha għandhom l-istess interessi.", "Madankollu r-realta' m'hijiex dik li wieħed jaħseb.", "Il-fatt hu li l-pajjiżi Għarab kollha għandhom interessi differenti, bħalma kellhom wara kollox il-pajjiżi Ewropej qabel l- ewwel u t-tieni gwerra dinjija.", "Għalhekk, meta nkunu qegħdin nitkellmu u naġixxu fil-konfront ta' dawn il-pajjiżi musulmani, irridu noqogħdu attenti li ma nkunux aħna, li minħabba n-nuqqas ta' prudenza nġiegħluhom jingħaqdu flimkien kontra l-pajjiżi tal-punent.", "Sur President, jiena ninsab kompletament kontra li nibnu din l-atmosfera u dan ix-xenarju ta' konfront bejn il-pajjiżi ta' l-Ewropa, ta' l-Istati Uniti u ta' pajjiżi oħra żviluppati mal-pajjiżi Għarab.", "Allura wieħed irid dejjem jiġġustifika il-kritika tiegħu u jieħu l-azzjoni tiegħu dejjem b'mod prattiku u jieħu dejjem każ b'każ.", "Irrid inżid ngħid li mhux il-pajjiżi musulmani kollha huma pajjiżi Għarab.", "Fil-fatt dik li kienet il-Persja u li llum nafuha bħala l-Iran, m'hijiex meqjusa bħala pajjiż Għarbi.", "Ħafna nies jaħsbu li pajjiż musulman huwa awtomatikment pajjiż Għarbi, imma dan m'huwiex minnu.", "Ir-reliġjon musulmana hija ħafna iktar mifruxa minn hekk u l-Iran, bil-kontra ta' l-Iraq, m'huwiex pajjiż Għarbi.", "L-istess ħaġa nistgħu ngħidu għall-Indoneżja, li huwa l-akbar pajjiż musulman u għall- Malasja.", "Naħseb li wieħed irid jipprova jikkontrolla dawn is-sitwazzjonijiet każ b'każ u jrid iżomm f'moħħu li fil-Lvant Nofshani diġa' hemm potenzi, bħall- Iżrael, li għandhom l-armamenti nukleari.", "Għalhekk wieħed irid jibni relazzjoni u jagħmel diskussjonijiet one to one mingħajr ma jimbotta lir- reġjun kollu fi stat ta' difiża ta' xi pajjiż partikolari jew inkella kontra xi pajjiż partikolari.", "Importanti li meta wieħed jiddiskuti dawn il- pajjiżi ma jiġrix dak li ġara fl-ewwel gwerra dinjija.", "Jekk niftakru fl- ewwel gwerra dinjija naraw li kien hemm chain reaction li kienet bdiet bl- assassinju tad-Duka Ferdinand f'Sarajevo.", "Li ġara kien li qatlu l-prinċep li ried jitla' fuq it-tron ta' l-imperu Awstrijak u f'daqqa waħda l- Ġermanja allinejat ruħha ma' l-Awstrija.", "B'hekk Franza allinejat ruħha ma' pajjiż ieħor u f'temp ta' ftit ġranet, kien hemm chain reaction, fejn il- pajjiżi kollha spiċċaw allinejati kontra xulxin.", "Naturalment din ġabet magħha l-ewwel gwerra dinjija.", "Għalhekk irridu noqogħdu attenti fil-konfront tal-Lvant Nofsani ħalli ma jkunx hemm dik it-tip ta' tattika li tista' twassal għal xi chain reaction simili.", "Wieħed irid jieħu l-miżuri kollha sabiex jillimita l- proliferazzjoni ta' l-armi nukleari għaliex nafu li dawn l-armi jistgħu jintużaw mhux biss mill-pajjiżi stati imma jistgħu jaqgħu f'idejn gruppi radikali u estremisti jew fundamentalisti, li mbagħad jużawhom għall- iskopijiet terroristiċi tagħhom.", "Illum jgħidu li bomba nukleari tista' tinbena faċilment minn individwu jekk dan ikollu l-equipment neċessarju.", "Fil-fatt niftakar f'każ partikolari fi New York fejn persuna lestiet il- blueprint ta' bomba nukleari u poġġietha fuq l-internet!", "Daqshekk huwa faċli llum sabiex tibni bomba nukleari.", "Għalhekk importanti li nżommu quddiem għajnejna l-fatt li dawn l-armamenti jistgħu jiġu wżati għad- detriment ta' l-umanita' in ġenerali.", "Il-konvenzjoni li għandna quddiemna llum ma titkellimx fuq l-armamenti nukleari.", "Pero' ridt nagħti ftit ta' l-informazzjoni sabiex inkompli ma' dak li tkellem fuqu l-Onor.", "Leo Brincat meta ddeskriva s-sitwazzjoni ta' l- armamenti fid-dinja.", "Issa l-konvenzjoni li għandna quddiemna llum hija l- convention on nuclear safety li ma tittrattax armamenti nukleari imma tittratta biss l-użu nukleari fil-power stations.", "S'issa f'Malta m'għandniex waħda minn dawn il-power stations, pero' dan ma jfissirx li fil- futur mhux se jkollna xi ħaġa simili.", "Illum hawn ħafna power stations nukleari żgħar li jistgħu jinbnew, pero' m'huwiex l-intenzjoni tal-gvern li jkollu waħda minn dawn il-power stations.", "Irridu dejjem inżommu f'moħħna li f'dawn l-affarijiet never say never, pero' kulħadd jaf bl-iżviluppi kbar li qegħdin isiru fit-teknoloġija nukleari.", "Sur President, s'issa t-teknoloġija nukleari li tintuża hija dik li tirrigwardja l-qasma ta' l-atomu jew tal-mollekula f'żewġ elementi differenti, dik li jgħidulha n-nuclear fission.", "Kemm il-bombi nukleari, kemm l-armamenti nukleari kif ukoll il-power stations nukleari jaħdmu fuq il-konċett tan-nuclear fission li, kif għedt, jaqsmu l-atomu - li huwa radjoattiv - sabiex tinkiseb l-enerġija li toħroġ minn dik il-qasma.", "Tajjeb ngħidu li bħalissa qiegħed isir esperiment fin-naħa t'isfel ta' Franza li rebħet id-dritt li tibni l-ewwel power station nukleari li ma tiddependix minn din it-tip ta' teknoloġija li għadni kif semmejt.", "Fil- fatt l-enerġija nukleari tista' tiksibha kemm billi taqsam l-atomi jew il- mollekuli fi tnejn jew inkella billi tgħaqqad żewġ mollekuli u żewġ atomi flimkien sabiex jagħmlu materja terza.", "L-enerġija żejda li toħroġ tintuża sabiex iddawwar it-turbini.", "Dan it-tip ta' żvilupp nukleari li għadu fi stadju bikri ħafna jissejjaħ in- nuclear fusion.", "Hemm differenza bejn in-nuclear fission u n-nuclear fusion.", "Fil-fatt l-enerġija miksuba min-nuclear fission tħalli residue ta' materjal radjo-attiv.", "Il-power stations nukleari fihom infushom huma magħmulin mit-teknoloġija u jagħtu enerġija nadifa ħafna.", "Din l-enerġija hija ħafna iktar nadifa mill-ħruq tal-hydrocarbons u l-fossil fuels.", "L- unika problema kbira bil-power stations nukleari li jużaw", "il-fission bħala alternattiva nukleari hija x'se tagħmel bir-residue li jibqagħlek tal-materjal radjoattiv.", "Dan għaliex meta taqsam il-molekula, iż- żewġ molekuli l-ġodda se jkunu wkoll radjoattivi.", "B'hekk ikollok il- problema ta' x'se tagħmel b'dan l-iskart radjoattiv.", "Hawn bosta teoriji ta' kif tista' teħles minn dan il-materjal tossiku.", "Fil-fatt hemm min jgħidlek li tista' titfgħu f'laned kbar u mbagħad titfa' kollox fil-baħar Atlantiku.", "Hawn min jgħidlek ħaffer ħofra kbira u itfa' kollox f'dawn il-ħofor u hawn min jgħidlek sabiex tibni chambers taċ-ċomb u itfa' kollox f'dawn iċ- chambers.", "Fir-realta` din il-problema m'hijiex waħda sostenibbli biex issolviha u llum jew għada bilfors se jkollok tiffaċċja l-problema x'se tagħmel b'dan l-iskart radjoattiv.", "Is-sistema l-ġdida li qiegħda tiġi żviluppata - dik li ngħidulha n-nuclear fusion - m'għandhiex minn dawn il-problemi, jew almenu fuq il-karta jidher li m'għandhiex problemi.", "Dan għaliex ma tħallix skart radjoattiv jew inkella ma tħallix fi kwantitajiet kbar bħalma jħalli n-nuclear fission.", "B'hekk inkunu nistgħu nipproduċu enerġija nadifa, enerġija sostenibbli u enerġija li ma tħallix skart radjoattiv.", "Kif nafu, il-prezz tal-fossil fuels fid-dinja qiegħed dejjem tiela' 'l fuq u llum jew għada s-supply ta' dan il-fuel irid jispiċċa.", "Għalhekk nisperaw li dan l-esperiment li qiegħed isir fi Franza jħalli l-frott meħtieġ ħalli jkollna din it-tip ta' enerġija li tkun tista' tibda tiġi prodotta bi prezz relattivament irħis u li ma jħallix inkwinament radjoattiv jew tip ta' inkwinament ieħor fl- ambjent ta' madwarna.", "Sur President, dan l-iżvilupp, li kif għedt qiegħed isir fi Franza, jista' jdum 40 jew 50 sena oħra, pero` jekk dan l-esperiment ikun suċċess, m'għandix dubju li Malta tista' tkun waħda mill-pajjiżi li tinteressa ruħha f'impjant bħal dan.", "Inkella tista' tidħol fi sħab ma' pajjiż ieħor viċin tagħna ħalli tkun tista' tipproduċi l-enerġija b'dak il-mod.", "Ir-riżorsi li nużaw bħalissa m'humiex se jibqgħu għal dejjem u għad irid jasal iż-żmien fejn ikollna ninvestu f'mezzi oħra ta' teknoloġija.", "Nafu li l-enerġija mir- riħ u mix-xemx għadhom lura ħafna u ma jistgħux jintużaw fuq skala kbira.", "U allura jalla jasal iż-żmien li nkunu nistgħu nipparteċipaw f'dan it-tip ta' enerġija nukleari.", "Ovvjament meta jasal dak iż-żmien Malta tkun iffirmat din il-konvenzjoni.", "Nafu li aħna rridu niffirmaw din il-konvenzjoni anke minħabba l-obbligi tagħna bħala membri ta' l-Unjoni Ewropea, u jeħtieġ li l-pajjiżi kollha ta' l-Unjoni Ewropea jiffirmaw din il-konvenzjoni on nuclear safety.", "Ir- responsabbilta' tagħna għan-nuclear safety taqa' taħt l-occupational health and safety authority.", "Ovvjament ħafna jaħsbu li Malta m'hijiex f'perikolu għaliex m'għandniex power stations nukleari.", "Pero` kif qal tant tajjeb l- Onor. Leo Brincat, għandek is-sensors radjoattivi li nużaw fil-kura tas- saħħa, bħalma huma l-x-rays, il-gamma cameras u ħafna materjal ieħor radjoattiv li jintuża fl-isptarijiet tagħna fil-kura tas-saħħa.", "Imbagħad għandek ukoll materjal ieħor li jista' jiġi wżat mill-protezzjoni ċivili jew mill-armata għal skop investigattiv.", "Ovvjament f'dan il-każ m'iniex qiegħed nirreferi għal xi armi nukleari imma għal użu ta' investigazzjoni.", "Sur President, nafu li jeżistu numru ta' vapuri li jbaħħru bl-enerġija radjoattiva u li dawn il-vapuri ta' spiss jgħaddu viċin l-ibħra Maltin.", "Għalkemm nafu li l-gvern Malti dejjem jeżiġi li fl-ibħra Maltin m'għandhomx jidħlu vapuri li jġorru armamenti nukleari, nafu wkoll li ħafna drabi dawn il-vapuri ma jagħtux dik l-informazzjoni.", "Illum il-ġurnata m'hemmx għalfejn li jgħaddu vapuri tal-gwerra biss minn ħdejn l-ibħra tagħna.", "Illum għandek numru ta' vapuri merkantili li jistgħu jaħdmu b'enerġija nukleari u għalkemm dawn għadhom f'numru żgħir, xorta waħda teżisti r-realta` li jista' ikollok aċċident fuq vapur jew sottomarin fil-viċinanzi tagħna u li jista' jkun ta' perikolu għalina.", "Ngħiduha kif inhi, illum jgħaddilek vapur 25 mil 'il barra minn Malta u jkollu reattur nukleari bil-ħsara, dan l- istess vapur se jinkwina l-baħar ta' madwaru, u ovvjament dak l-inkwinament jista' jolqot lill-ibħra Maltin.", "Għalhekk tajjeb li nżommu f'moħħna dan il- perikolu potenzjali u tajjeb ukoll li jkollna awtorita` Maltija li tieħu ħsieb li tagħmel il-kuntatti jekk kemm-il darba jinqalgħu dawn it-tip ta' aċċidenti kemm fil-baħar kif ukoll fl-ajru.", "Almenu jkollna contact point jew point of reference li nkunu nistgħu nikkomunikaw miegħu.", "Sur President, jiena ma tantx fadalli ħafna xi ngħid fuq din il-materja u għalhekk nista' ngħaddi l-kelma lill-ministru ta' l-affarijiet barranin.", "L- uniku punt li rrid nagħlaq fuqu huwa dwar l-użu ta' mezzi radjoattivi għall- investigazzjonijiet ta' mard fil-bniedem.", "Din il-kura qiegħda ssir dejjem aktar komuni u ssir billi tinjetta lin-nies b'materjal żgħir radjoattiv ħalli mbagħad tkun tista' tuża r-radiation counters sabiex tinvestiga mard tal-qalb, gamma radiation detection units u anke scintillation units.", "Ovvjament meta nużaw din it-teknoloġija noqogħdu attenti ħafna li ma nagħtux doża qawwija żżejjed ta' radjoattivita` għaliex inkella nkunu qegħdin nagħmlu aktar ħsara milli ġid.", "Allura wieħed irid joqgħod attent meta jagħmel użu minn din il-kura.", "Kif għedt, l-użu tar-radjoattivita` f'din il-kura qiegħed isir dejjem aktar komuni f'pajjiżna, bħalma qiegħed isir fil-kumplament tad-dinja, u dan il-mezz huwa xi ħaġa ta' min ifaħħru.", "Imma xorta wieħed irid joqgħod attent fl-użu ta' dawn il-materjali u jrid ikollu l-punti ta' kuntatt u għajnuna oħra anke minn pajjiżi viċini fl- Unjoni Ewropea ħalli jekk allaħares qatt ikun hemm problema jew inkella xi overdose jew ikun hemm xi problema b'dawn il-makni ta' radjoattivita`, wieħed ikun jista' jintervjeni b'miżuri magħrufa, ipprovati u li jkunu jissalvagwardaw is-saħħa mhux biss ta' l-individwi milquta imma anke tan- nies fil-periferija.", "Nirringrazzjak.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Jekk m'hawnx aktar rimarki, insejjaħ lill-Ministru Frendo sabiex jagħmel il- winding up.", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Sur President, naħseb li llum kellna diskussjoni interessanti ħafna u wriet li l-firxa tal-ħidma ta' l-affarijiet barranin hija xi ħaġa importanti għall-ħajja tagħna ta' kuljum.", "Ħadt gost nisma' lill-Onor.", "Leo Brincat jitkellem fuq id-diversi aspetti li semma fir- rigward tal-proliferazzjoni ta' l-armamenti tad-distruzzjoni tal-massa, b'mod partikolari l-aspetti nukleari.", "Il-kollega tiegħi l-Onor.", "Michael Asciak semma wkoll punti importanti dwar is-sigurta` fl-użu ta' dawn il- materjali fid-diversi aspetti tal-ħajja tagħna.", "Wieħed mill-affarijiet li ggwadanjajna mill-programmi ta' l-aġenzija internazzjonali dwar l-enerġija atomika kienet il-preparazzjoni u t-taħriġ li ngħataw il-ħaddiema tad- dipartiment tal-protezzjoni ċivili f'dak li għandu x'jaqsam mar- radjoattivita`.", "Din hija xi ħaġa li toħroġ direttament mill-ħidma li jagħmel il-ministeru ta' l-affarijiet barranin u fil-fatt kien hemm persuni - u għad hemm - fi ħdan il-ministeru li ddedikaw il-ħin tagħhom f'dawn l-inizjattivi.", "U b'hekk aħna stajna nagħmlu użu minn dawn il-programmi.", "Kellna diversi programmi ta' bejn wieħed u ieħor nofs miljun dollaru kull programm u jekk m'iniex sejjer żball, qegħdin diġa` fil-ħames programm.", "Nistgħu ngħidu li għalina dan kien ta' vantaġġ.", "Fil-fatt mhux biss qgħadna nitkellmu fuq konċetti u affarijiet bħal dawn, imma ħadna l-possibbilta` li ġiet offruta lilna.", "B'hekk min qiegħed juża r-radjoterapija fl-isptar Boffa jew juża s- sistema medika tagħna qiegħed jibbenefika minn dan ix-xogħol li sar ma' l- aġenzija internazzjonali dwar l-enerġija atomika.", "Kif għedt, din l- aġenzija tatna l-assistenza finanzjarja tal-programmi li għamilna ħalli ntejbu l-faċilitajiet li għandna hemmhekk.", "Sur President, dan huwa użu tajjeb tat-teknoloġija u tax-xjenza.", "Ix- xjenza, bħal kwalunkwe ħaġa oħra, tista' tintuża għal skopijiet tajbin u tista' tintuża wkoll għal skopijiet ħżiena.", "Ix-xjenza tista' tintuża sabiex ittejjeb il-kondizzjoni tal-bniedem u tista' tintuża sabiex tagħmel il-ħsara lill-bniedem meta jinqala' il-każ.", "L-Onor.", "Leo Brincat tkellem fuq – u jien se ningħaqad miegħu – l-iżviluppi nteressanti ħafna li rajna fin-North Africa, meta l-Libja għamlet dikjarazzjoni u stqarret li se twaqqaf il-programmi kollha li għandhom x'jaqsmu man-nukleari.", "Fil-fatt il- Libja se twaqqaf kwalunkwe weapon of mass destruction.", "Din hija xi ħaġa importanti anke għas-sigurta` tar-reġjun tagħna għaliex aktar ma jkollna reġjun ħieles mill-armi nukleari u mill-armi tad-distruzzjoni tal-massa, aktar ikollna sigurta` fil-pajjiż.", "Irridu nifhmu li llum, bl-użu tal-missili ballistiċi u bl-iżvilupp tat- teknoloġija tal-missili, jekk titwaddab arma nukleari fil-Lvant Nofsani jew fil-Golf innisfu, pajjiżna jista' jiġi affettwat b'mod dirett.", "Dan għaliex illum ir-range ta' dawn il-missili u t-teknoloġiji li jintużaw fihom ifisser li anke aħna qegħdin within range ta' min jista' juża' dawn il- bombi nukleari.", "Għalhekk dak li jiġri madwarna huwa ta' importanza kbira għalina.", "Madwarna llum m'għadux ifisser iċ-ċentru tal-Mediterran imma sar ifisser il-Golf, sar ifisser il-Middle East u jista' jfisser aktar 'il bogħod minn hekk.", "U apparti l-effett indirett li jistgħu jħallu fuqna dawn l-armamenti, aħna nistgħu nintlaqtu wkoll direttament peress li qegħdin ukoll within range ta' dawn l-armamenti.", "Sur President, nifhem li l-issue ta' l-Iran hija importanti ħafna għaliex hemm bżonn li jinstab bilanċ fir-reġjun kollu.", "Din hija sitwazzjoni perikoluża u hija sitwazzjoni ta' insigurta` u instabilita`.", "Għalhekk bħal kulħadd ieħor, aħna nixtiequ li l-Iran ikun aktar integrat fil-komunita` internazzjonali.", "Kif nafu l-Iran huwa pajjiż kbir, bi storja kbira u b'ċivilta` kbira, u għalhekk huwa importanti li jifforma parti mill- komunita` internazzjonali bl-aktar mod normali ħalli hu wkoll ikun jista' jagħti l-kontribut tiegħu għall-istabbilita` fir-reġjun.", "Sfortunatament għadna naraw sal-lum stess traġedji kbar ġewwa l-Iraq u qegħdin naraw ukoll diviżjoni settarja bejn ix-Shiiti u s-Sunni.", "Din id-diviżjoni hija waħda storika u qisha għaddejja mill-perijodu storiku li minnu għadda l- Kristjaneżmu anke fil-kontinent tagħna.", "Qegħdin f'sitwazzjonijiet ta' konflitt li lkoll kemm aħna rridu naħdmu sabiex nagħtu l-kontribut tagħna ħalli kemm jista' jkun nissuperawhom.", "Bla dubju ta' xejn nemmen li l-koperazzjoni u l-assistenza tal-pajjiżi kollha flimkien ta' dak ir-reġjun hija xi ħaġa importanti mmens.", "Huma x'inhuma l-pajjiżi, jekk humiex is-Sunni jew ix-Shiiti, jekk humiex fil- parti tan-north jew inkella fil-parti tas-south tal-Middle East, huwa essenzjali li kulħadd jgħin lil xulxin għaliex l-istabbilita` f'dik l-area hija ta' ġid għall-pajjiżi kollha ta' dak ir-reġjun u għall-kumplament tad- dinja.", "Min-naħa tagħna nawguraw li jkun hemm sbokki diplomatiċi.", "Malta dejjem appoġġjat ix-xogħol li kien qiegħed isir u li għadu jsir mill-Unjoni Ewropea.", "Barra minn hekk, f'mument minnhom kien hemm tliet pajjiżi mill- Unjoni Ewropea li kienu qegħdin jaħdmu flimkien mas-segretarju ġenerali tal- kunsill tal-ministri ta' l-Ewropa Javier Solana sabiex jipprovaw jiġbdu lill-Iran ħalli jsegwi aktar il-pożizzjonijiet li għamlitilha l-IAEA, l- aġenzija internazzjonali ta' l-enerġija atomika.", "Sur President, hawnhekk se nerġa' indur għal dak li għedt fil-bidu tad- diskors tiegħi, billi ngħid li Malta għandha tagħti appoġġ sħiħ għall- ħarsien ta' l-international rule of law.", "Aħna nemmnu fil-multilateraliżmu hekk kif inhuwa bbażat fuq l-international rule of law u kif inhi espressa b'mod partikolari mill-Ġnus Magħquda, kemm fl-assemblea ġenerali kif ukoll fil-kunsill tas-sigurta`.", "Fl-opinjoni tiegħi din hija t-triq li fuqha għandna kunsens bejnietna f'din il-Kamra.", "Hawnhekk ma naħsibx li qiegħed ngħid affarijiet li m'għandniex kunsens fuqhom.", "Kulħadd jaqbel li l- multilateriżmu huwa t-triq tal-paċi u ta' l-istabbilita`.", "Għalhekk anke fil-kontest ta' l-Iran, qegħdin nitkellmu fuq kif wieħed għandu jimxi ma' l- international rule of law.", "Huwa importanti li kulħadd jagħmel l-almu tiegħu dwar dan il-pass.", "Naturalment aħna nagħmlu parti mill-komunita` internazzjonali għaliex nemmnu fid-dritt internazzjonali.", "Fil-fatt amministrattivament diġa` implementajna r-riżoluzzjoni 1737 tal-kunsill tas-sigurta` tal-Ġnus Magħquda li għaddiet fit-23 ta' Diċembru, 2006.", "Din il-ġimgħa stess, u allura tliet ġimgħat qabel ma jagħlaq iż-żmien sabiex tkun tista' tagħmel ir-rapport dwar l-implementazzjoni tar-riżoluzzjoni, se nkunu qegħdin nippubblikaw l-avviż legali li bih se nkunu nistgħu nagħmlu regolamenti taħt is-sanctions board tagħna u li bih se nkunu nistgħu, b'mod legali, nattwaw dik ir-riżoluzzjoni tal-kunsill tas-sigurta`.", "L-avviż legali tagħna jirrifletti u jimxi mal-linji ta' dik ir-riżoluzzjoni tal-kunsill tas-sigurta`.", "Dan huwa l-pass li għandna nagħmlu sabiex inżommu mal-legalita` internazzjonali, pero` filwaqt li nagħmlu dan il-pass irridu nappellaw ukoll sabiex tkun id-diplomazija li tirbaħ.", "Hemm bżonn li fir-rigward ta' l-Iran u l-komunita` internazzjonali nsibu s-soluzzjoni għal din il-kwistjoni u li permezz tagħha tippermetti lill-Iran sabiex taħt kondizzjonijiet internazzjonali ikun jista' jagħmel użu mill-enerġija atomika għal skopijiet paċifiċi.", "Min-naħa tagħha, l-Iran għandu jserraħ moħħ il-komunita` internazzjonali billi jara li t-trattat tan-non- proliferazzjoni jiġi osservat.", "Sur President, naħseb li dan il-punt huwa importanti mhux biss f'dan il-każ partikolari imma huwa importanti fid-dinja kollha.", "Dan it-trattat ma nistgħux inħalluh għaddej mingħajr ma nagħtu kasu għaliex huwa trattat li għal pajjiżna, u għal pajjiżi żgħar oħra li qatt ma jistgħu jaspiraw li jkunu f'xi sitwazzjoni partikolari, jista' jkun ta' salvagwardja.", "Għan-nom ta' Malta u tal-gvern Malti nħoss li minn din l-okkażżjoni għandi nirriafferma l-appoġġ tagħna għall-proposti li ġew ippreżentati fis-6 ta' Ġunju, 2006 lill-Iran mir-rappreżentant għoli ta' l-Unjoni Ewropea, Javier Solana.", "Dawn il-proposti li kellhom l-appoġġ mhux biss ta' l-Unjoni Ewropea imma anke ta' pajjiżi oħra jistgħu jiftħu t-triq għal relazzjoni ġdida ma' l-Iran.", "B'dawn il-proposti jista' ikun hemm żvilupp ta' light water reactor plants għall-elettriku ta' l-Iran.", "Nafu li l-Iran huwa produttur kbir tal- fossil fuels, pero` fil-futur, meta dawn il-fossil fuels ma jkunux aktar available, l-Iran se jkollu bżonn ta' din it-teknoloġija.", "B'dan il-mod ikun qiegħed jassigura li l-komunita` internazzjonali jkollha moħħha mistrieħ li d-dritt internazzjonali u l-legalita` internazzjonali hija salvagwardata.", "Il-fatt li din il-materja baqgħet għaddejja hija sitwazzjoni diffiċli.", "Malta tinstab għaddejja bil-ħidma tagħha permezz tal-politika komuni barranija għas-sigurta` ta' l-Unjoni Ewropea, u l-kontribut tagħna dejjem kien favur li nipprovaw naslu għal soluzzjonijiet diplomatiċi.", "Dan għaliex, kif nafu, soluzzjonijiet militari f'sitwazzjonijiet bħal din iħallu konsegwenzi koroh, tal-biża' u ta' inkwiet kbir.", "Żgur li huwa diffiċli sabiex tara kif jistgħu jirrisolvu ruħhom l-affarijiet.", "Kull meta wieħed fittex li jagħmel biss soluzzjoni militari, dejjem sab li l-affarijiet iridu jmorru wkoll għad-diplomazija u għad-djalogu.", "Allura d-djalogu għandu jkun it-triq tagħna f'din il-materja, u nappellaw lill-Iran sabiex skond il-konklużjonijiet miftiehma fil-kunsill tal-ministri ta' l- affarijiet barranin ta' l-Unjoni Ewropea, li aħna tajna wkoll il-kunsens għalihom, tittieħed l-opportunita` min-naħa ta' l-Iran ħalli tfittex soluzzjoni negozjabbli.", "Sur President, pajjiżna dejjem segwa d-dritt internazzjonali u dejjem mexa mat-twemmin tiegħu fuq kif il-multilateraliżmu - kif espress fil-Ġnus Magħquda - huwa t-triq li fuqha għandna nimxu.", "Minbarra li attwajna r- riżoluzzjoni 1737 - fejn ovvjament il-gvern kellu kontroll dirett fuqha - issa din il-ġimgħa stess għandna nippubblikaw l-avviż legali li permezz tiegħu jkunu jistgħu jsiru r-regolamenti fl-interess nazzjonali.", "Dawn se jkunu regolamenti fuq sanzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti fir-rigward tar- repubblika Islamika ta' l-Iran.", "Aħna se nibqgħu nittamaw li dawn is- sanzjonijiet ma jkunux ta' ħajja twila imma li għal din is-sitwazzjoni tinstab soluzzjoni diplomatika.", "Malta wkoll għandha responsabilitajiet oħra u se tkompli tagħmel minn kollox sabiex tkun tista' tagħti servizz lill-komunita` internazzjonali ħalli ma jkunx hemm proliferazzjoni ta' armi ta' mass destruction.", "Din hija riżoluzzjoni li tipprojbixxi l-provvista, il-bejgħ jew it-trasferiment ta' l-armi nukleari billi jintużaw bastimenti u ajruplani li jtajru l- bandiera tagħna.", "Fir-rigward ta' dawn il-bastimenti li jġorru l-bandiera Maltija aħna dejjem konna attivissimi sabiex nassiguraw li din tkun flotta ta' l-aqwa kwalita`.", "Min-naħa tagħna bqajna ntejbu l-kwalita` tal-vapuri li jġorru l-bandiera Maltija.", "Bqajna ntejbu l-kwalita` tal-vapuri li jġorru l-bandiera tagħna.", "Naturalment kellna xi diffikultajiet f'din il- ħidma għaliex ir-reġistru tant kiber li kellna bżonn insaħħu r- regolamentazzjoni tagħna.", "Ridna nsaħħu l-implimentazzjoni ta' l- ispezzjonijiet li nagħmlu aħna stess u tal-fatt li nibagħtu l-inspectors tagħna sabiex jiċċekkjaw dawn il-vapuri.", "Bqajna naħdmu tajjeb u wrejna li anke pajjiż żgħir m'għandux ikollu diffikulta` sabiex ikollu reġistru kbir.", "Tant hu hekk li l-bandiera tagħna llum ħarġet mil-lista s-sewda u marret għal-lista l-bajda tal-Paris Memorandum.", "Allura llum Malta tinsab rikonoxxuta minn kulħadd bħala bandiera serja ħafna.", "Sur President, f'dan ir-rigward qegħdin ukoll f'diskussjonijiet mal-gvern ta' l-Istati Uniti ħalli flimkien nagħmlu ftehim ta' koperazzjoni flimkien sabiex nissoprimu l-proliferazzjoni ta' l-armi tad-distruzzjoni tal-massa, is-sistemi tal-ġarr tagħhom u materjal ieħor relatat miegħu permezz tal- baħar.", "Ħafna drabi dan huwa magħruf bħala x-shipboard agreement, pero` huwa aktar minn hekk għaliex jinvolvi kooperazzjoni bejn żewġ stati, xi ħaġa li l-Ġnus Magħquda nnifisha u anke l-politika tan-non-proliferazzjoni internazzjonali u Ewropea titlob li jkun hemm.", "Fil-fatt għandu jkun hemm aktar koperazzjoni bejn il-pajjiżi nfushom ħalli b'hekk inkunu nistgħu nindirizzaw din il-problema serja għax ħafna drabi bilfors iridu jużaw il- baħar sabiex ikunu jistgħu jiżviluppaw din it-teknoloġija, jew inkella sabiex jesportawha jew jimpurtawha.", "Għalhekk il-mezzi tal-baħar huma importanti ħafna u Malta, b'reġistru li huwa wieħed mill-akbar reġistri tad-dinja, għandha responsabbilta` f'din l- affari.", "Min-naħa tagħna m'aħniex nibżgħu minn din ir-responsabbilta` u bħala pajjiż dejjem ħadnieha bl-akbar serjeta'.", "Tant hu hekk li bħalissa qegħdin fl-aħħar fażijiet sabiex inkunu nistgħu niffirmaw dan il-ftehim bejn il-gvern ta' l-Istati Uniti u r-Repubblika Maltija ħalli nagħtu l- assistenza lil xulxin u nagħmlu l-almu tagħna kollu fir-rigward ta' bastimenti li jkunu qegħdin itajru l-bandiera tan-nazzjonalita` ta' kull wieħed minn dawn il-partijiet.", "Kif għedt, se jkun hemm koperazzjoni bejn l- awtoritajiet taż-żewġ pajjiżi sabiex inkunu nistgħu nikkontrollaw l-abbuż mill-ibħra għal dak li għandu x'jaqsam mat-trasport tal-weapons of mass destruction.", "Naħseb li din hija xi ħaġa tajba li se tkompli ssaħħaħ l-immaġini tal- bandiera Maltija u se tkompli turi kemm din hija bandiera serja u kemm Malta huwa pajjiż b'vokazzjoni marittima.", "Se tkompli turi li din il- vokazzjoni pajjiżna mhux biss jaqdiha imma jaqdiha b'mod li dejjem jagħti l- importanza massima lis-saltna tad-dritt internazzjonali.", "Naħseb li ladarba dan il-ftehim jiġi ffirmat u ffinalizzat, se jkun pass ieħor li Malta tkun ħadet favur dawk li ma jridux li jkun hemm proliferazzjoni ta' armi nukleari jew ta' armi ta' distruzzjoni massiva fid-dinja.", "Dawn iridu jagħtu l-kontribut tagħhom sabiex ikollna aktar sigurta` fil-ħajja tagħna u dan għall-ġid tal-familji tagħna u għall-ġid tan-nazzjonijiet tagħna.", "Sur President, din ir-riżoluzzjoni li għandna llejla tatni l-okkażjoni sabiex niġbor id-diversi affarijiet li għamilna fuq perjodu ta' żmien u li għadna qegħdin nagħmlu sabiex nagħtu l-kontribut tagħna kontra l- proliferazzjoni tal-weapons of mass destruction.", "Fil-fatt Malta taħdem fl- Australia Group, fil-conference on disarmament, fil-Wassenaar arrangement, fi ħdan l-Unjoni Ewropea, fil-kunsill tas-sigurta` tal-Ġnus Magħquda u taħdem ukoll ma' pajjiżi oħra sabiex nassiguraw li anke permezz tal-baħar, ma jkunx hemm abbuż minnu.", "Aħna rridu nassiguraw li jkun hemm sitwazzjoni fejn nagħmlu l-kontrolli kollha sabiex inkunu nistgħu nissuprimu lil min irid jagħmel il-proliferazzjoni ta' l-armi nukleari jew ta' l-armi tad- distruzzjoni tal-massa.", "Sur President, naħseb li dan kollu juri kemm aħna konsistenti fil-ħidma tagħna bħala pajjiż żgħir, pajjiż li jemmen fil-paċi, pajjiż li jemmen fl- istabbilita`, pajjiż li dejjem ta servizz lill-umanita` in ġenerali bil- fatti u bl-ideat li ħareġ dwar qiegħ il-baħar bħala patrimonju komuni ta' l- umanita`.", "Pajjiżna wkoll ħa l-inizjattiva li wasslet sabiex ikun hemm ftehim dwar kif qiegħ il-baħar m'għandu qatt jintuża bħala bażi għall-armi nukleari u armi li jkunu ta' distruzzjoni massiva.", "Dan huwa kontribut li nagħtuh permezz tal-politika barranija tagħna, kontribut li nagħtuh b'serenita` kbira u li jsib il-kunsens taż-żewġ naħat ta' din il-Kamra.", "Dan huwa kontribut li jkompli jsaħħaħ l-immaġini ta' Malta bħala pajjiż serju u bħala pajjiż li miegħu hemm marbutin inizjattivi internazzjonali ta' valur kbir.", "Jiena nemmen li dan li qegħdin nagħmlu llum, permezz ta' l- approvazzjoni ta' din ir-riżoluzzjoni, se tkun ħaġra prezzjuża oħra fil- mużajk li Malta ħadmet favur il-paċi u l-istabbilita` u kontra l- proliferazzjoni ta' l-armi tad-distruzzjoni tal-massa li jwassal għal sigurta` akbar fl-użu tajjeb tax-xjenza nukleari għall-ġid ta' l-umanita`.", "Nirringrazzjak.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Issa se ngħaddi sabiex npoġġi l-mistoqsija fuq il-mozzjoni kif imressqa u moqrija mill-Ministru Frendo.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "THE DEPUTY SPEAKER: Sar il-ħin u għalhekk insejjaħ lill-Ministru Frendo sabiex jekk jogħġbu jressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Sur President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar l-Erbgħa, 31 ta' Jannar, 2007 fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:-", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Ġustizzja Amministrattiva - Kumitat (Kont);", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Organizzazzjonijiet Volontarji - Tieni Qari (Kont);", "Abbozz ta' Liġi li Jimplimenta Miżuri ta' l-Estimi - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda diversi liġijiet - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta (Emenda Nru 2) - Tieni Qari; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta - Kumitat.", "--------------------------------", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att tal-Bank Ċentrali ta' Malta - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili (Emenda Nru 2) - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Reġistru Ċentrali -Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi tal-Liġijiet tal-Pulizija - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili (Emenda Nru 2) - Kumitat Permanenti.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Jason Azzopardi.", "ONOR.", "JASON AZZOPARDI: Sur President, nixtieq nieħu dawn il-ftit minuti li ġejjin sabiex nirrapporta dwar iż-żjara li għamel il-kumitat li nippresjedi jien il-ġimgħa l-oħra f'Ruma.", "U biex kulħadd ikun jaf xi programm intens kellna, se nagħti rendikont tal-laqgħat kollha li kellna u tal-punti saljenti li tqajmu.", "Kellna diskussjonijiet ma' diversi personalitajiet u trattajna suġġetti li huma ċertament ta' importanza kbira u li jimmeritaw ħafna riflessjoni.", "Sur President, bi pjaċir ngħid ukoll li inċidentalment dan l-istess kumitat llejla għadu kemm żamm il-101 laqgħa, u huwa l-ewwel kumitat parlamentari li laħaq dan it-threshold.", "Nista' ngħid li 80% ta' dawn il-laqgħat saru taħt iċ-chairmanship tiegħi u minn hawn nieħu l-okkażjoni biex nirringrazzja pubblikament lill-membri kollha ta' dan il-kumitat - għax iċ- chairman huwa importanti, imma waħdu ma jista' jagħmel xejn u kif dejjem ngħid, kulħadd huwa importanti, pero` ħadd m'hu indispensabbli, u j'Alla jkun hawn aktar li jemmnuha din - kemm tan-naħa tal-gvern kif ukoll tan- naħa ta' l-oppożizzjoni, għas-sens qawwi ta' sagrifiċċju.", "Nirringrazzja wkoll lill-membri fi ħdan il-working groups li naħdmu flimkien biex nagħmlu skrutinju ta' l-abbozzi ta' liġijiet li ġejjin mill-Unjoni Ewropea u biex nuru lil min ma jridx jisma' – m'hawnx aktar injorant minn dak li ma jridx jisma' – li l-kumitat ta' l-affarijiet barranin miexi b'ritmu qawwi ħafna u b'ħidma sfiqa, kemm fil-kwantita` kif ukoll fil-kwalita`.", "Ta' dan inrodd ħajr pubblikament lil kull wieħed mill-membri ta' dan il-kumitat, li tista' tgħid qed jiltaqa' kull ġimgħa.", "Proprju issa għadni kif kelli laqgħa ppreseduta minni li għaliha attenda l- ambaxxatur Ġermaniż u ddiskutejna l-prijoritajiet tal-presidenza Ġermaniża.", "Qabel kelli laqgħa oħra għall-ewwel darba ma' trade delegation minn Hong Kong, bbażata fi Brussell, li fiha ddiskutejna kif Malta tista' tapprofitta ruħha biex tiffoka fuq niċeċ partikolari ġewwa Hong Kong u viċeversa.", "Dan huwa rwol ta' dak li jgħidulu diplomazija parlamentari, xi ħaġa li għamilna wkoll f'Ruma l-ġimgħa l-oħra.", "Fil-fatt l-ewwel laqgħa li kellna f'Ruma kienet eċċezzjonali – dan kien il-kumment ġenerali tal-membri kollha tad- delegazzjoni – fejn iltqajna mas-Senatur Guglio Andreotti, fl-uffiċċju tiegħu ġewwa s-senat, u ddiskutejna t-trattat kostituzzjonali, l-aħħar żviluppi u l-Lvant Nofsani.", "Andreotti qalilna ċar u tond li l-Ewropa - din hija xi ħaġa li jiena nemmen fiha fermament u fil-fatt erġajt għedtha fil-kumitat - taf u tifhem il-problemi tal-Lvant Nofsani iktar mill-Istati Uniti.", "Qalilina li l-Unjoni Ewropea tista' taġixxi b'mod iktar ħieles u liberu, mhux imxekkel, mill-Istati Uniti, għax m'għandhiex dak il-lobby qawwi Lhudi li għandha l-Istati Uniti.", "Allura l-Ewropa għandha spazju ta' manuvrar iktar mill-Istati Uniti.", "Tkellimna dwar l-aħħar żviluppi fix-xena politika Taljana u b'mod partikolari tkellimna wkoll dwar l-OSCE, l-organizzazzjoni tas-sigurta` u koperazzjoni fl-Ewropa.", "Jien ħadt gost nisma' lis-Senatur Andreotti, bniedem ta' aktar minn 80 sena, b'intelliġenza u luċidita` eċċezzjonali, jirrakkonta episodji, xeni u kwotazzjonijiet ta' diversi nies ta' 40 jew 50 sena ilu, qishom ġraw il-bieraħ.", "F'din il-laqgħa kull wieħed minna baqa' impressjonat u grat lejn Andreotti li għadu jipparteċipa fil-laqgħat ta' l- assemblea parlamentari ta' l-OSCE, li jiena chairman tad-delegazzjoni Maltija.", "Hu faħħarna ħafna għax fil-ħarifa li għaddiet irnexxielna nlaqqgħu l-konferenza li tant tkellimna dwarha, l-assemblea parlamentari ta' l-OSCE, li ġiet Malta u għall-ewwel darba pparteċipat il-Libja flimkien ma' pajjiżi oħrajn.", "Is-Senatur Andreotti faħħar ħafna l-impenn li ħadt jien bħala rappreżentant tal-parlament Malti u qal li Malta għamlet tajjeb li ħadet inizjattiva bħal din.", "Hu qal ukoll li l-konferenza kienet waħda eċċezzjonali u fil-fatt kienet l-akbar konferenza li qatt organizzat l- OSCE.", "Fil-Farnesina, il-ministeru ta' l-affarijiet barranin, kellna laqgħa mas- sotto segretarju responsabbli mill-affarjiet Ewropej, li huwa l-viċi deputat tal-Ministru D'Alema, responsabbli speċifikament fuq l-affarijiet Ewropej, fejn ġie diskuss it-trattat kostituzzjonali, x'qiegħda tagħmel l- Italja u x'inhi l-intenzjoni tagħha.", "Jiġifieri tista' tgħid li ddiskutejna l-pożizzjoni ta' kull pajjiż vis-a-vis it-trattat, fejn D'Alema esprima ottimiżmu kawt dwar żblokk fil-futur qarib.", "Ovvjament ma stajniex nonqsu milli nsemmu għal darb'oħra il-problema ta' l-immigrazzjoni llegali u kemm huwa importanti li ż-żewġ pajjiżi jkomplu jaħdmu iktar flimkien sabiex din il-problema tkompli tiġi miġġielda fuq diversi fronti, mingħajr ma ninsew l- aspett umanitarju u soċjali.", "Għedna li għall-futur hemm żewġ direzzjonijiet, ix-short term, fejn ikollok sistema ta' kontroll bħal Frontex, u l-long term fejn isir ftehim ta' żvilupp ta' koperazzjoni ma' transit countries u mal-pajjiżi ta' l-oriġini, sabiex dawn l-immigranti ma jkollhomx għalfejn jitilqu.", "Jien dejjem ngħid li lil dawn il-persuni rridu ngħinuhom biex ma jkollhomx għalfejn jitilqu minn pajjiżhom għax b'hekk inkunu qegħdin nindirizzaw il-kawża u mhux l-effett.", "Tkellimna wkoll dwar ir-riżoluzzjoni tal-parlament Ewropew biex jirrevedi r- relazzjonijiet tiegħu mal-Libja in vista tal-każ tan-nurses Bulgari.", "Spjegalna kif l-Italja, bħal Malta, hija kontra l-piena tal-mewt u qbilna li rridu nħallu spazju għal diskussjonijiet u għal manuvrar ta' negozjati.", "Kif jgħidu l-Ingliżi, let us not burn our bridges.", "Aħna ma rridux naħarqu l-pontijiet tad-djalogu għax nemmnu li b'realiżmu politiku għandha tirbaħ il-loġika u allura għandha tintwera ħniena biex ma jseħħux dawn it-tip ta' eżekuzzjonijiet għax aħna kontra l-piena tal-mewt, tiġi minn fejn tiġi.", "Kellna working lunch intensiv f'Palazzo Madama mas-Senatur Lamberto Dini, li huwa ċ-chairman tal-kumitat ta' l-affarijiet Ewropej u ddiskutejna diversi kwestjonijiet, fosthom il-każ tan-nurses Bulgari ġewwa l-Libja, it- trattat kostituzzjonali u l-euro.", "Dini, li hu bankier ta' reputazzjoni mondjali, ikkummenta b'mod pożittiv kif l-euro se ġġib stabbilita` f'pajjiżna u faħħar il-progress li Malta qiegħda tagħmel biex tkun tista' ddaħħal l-euro f'Jannar tas-sena d-dieħla.", "Tkellimna fuq l-immigrazzjoni llegali, fuq l-Iraq, fuq l-Afghanistan, fuq il-missjoni Taljana ġewwa l- Afghanistan u ġewwa l-Libanu u dwar dak li qed jiġri fil-Lvant Nofsani.", "Bi pjaċir ngħid li s-Senatur Dini laqa' l-istedina tiegħi biex aktar tard din is-sena jżur pajjiżna flimkien ma' delegazzjoni tal-kumitat.", "Kellna wkoll laqgħa tajba ħafna ma' l-Eminenza Tiegħu l-Kardinal Bertone, is-segretarju ta' l-Istat tal-Vatikan, fl-uffiċċju privat tiegħu.", "Qabel xejn urejtu l-apprezzament u r-ringrazzjament tal-poplu Malti għall-għażla għaqlija ta' l-Isqof ta' Għawdex u l-Arċisqof il-ġdid ta' Malta u għedtlu li ntlaqgħu tajjeb mill-poplu Malti.", "Lill-Eminenza Tiegħu l-Kardinal Bertone informajnieh dwar l-attivitajiet varji li għandhom il-membri parlamentari fil-fora Mediterranja, fosthom l-assemblea parlamentari tal- Mediterran.", "Hu qalilna li l-Papa preżenti jixtieq juża s-solidarjeta` bħala mod prattiku biex iqarreb id-distanzi bejn il-kulturi ġewwa l- Mediterran u b'mod paritkolari semma ċ-childcare.", "Semma żewġ inizjattivi partikolari u talabna biex nippromwovuhom fost il-pajjiżi Musulmani li qegħdin madwar il-baċin tal-Mediterran.", "Tkellem ukoll dwar l-inizjattiva Med-Child, fejn żewġ ċentri speċjalizzati tal-pedratija, wieħed f'Genoa u l-ieħor fil-Vatikan, imbarkaw fuq programm biex iħarrġu personnel mill-pajjiżi tal-Mediterran li huma Musulmani biex jikkuraw tfal li jkunu ġejjin minn dawk il-pajjiżi.", "Fl-istess waqt il- Vatikan waqqaf research centre li qed jispeċjalizza in very rare paediatric diseases.", "Qalilna wkoll li l-universita` Gregorjana tal-Vatikan qed torganizza course desinjat speċifikatament għaċ-ċittadini Musulmani u li dan qed jattira interess kbir.", "Qalilna wkoll li l-universita` tal-Vatikan qiegħda tikkollabora ma' l-universita` tal- Kajr.", "Aħna ħeġġiġna lill- Eminenza Tiegħu jwassal it-tislijiet tagħna lill-Qdusija Tiegħu l-Papa u wrejnieh ix-xewqa kbira tagħna li l-Papa jżur pajjiżna, naturalment meta l- aġenda tiegħu tkun tippermetti.", "L-għada kellna laqgħat twal mal-kumitat ta' l-affarijiet barranin u mal- kumitat ta' l-affarijiet Ewropej tal-kamra tad-deputati ġewwa Montecitorio fejn tkellimna fuq ir-relazzjonijiet eċċellenti bejn iż-żewġ pajjiżi fuq livell governattiv, irrespettivament min kien fil-gvern - kemm f'pajjiżna kif ukoll fl-Italja - u għedna li nixtiequ ħafna li tissaħħaħ il- koperazzjoni fuq livell parlamentari wkoll.", "Dwar dan kien hemm qbil, u nista' ngħid li aċċettaw l-istedina tagħna li fil-futur qarib jżuru pajjiżna.", "Tkellimna fuq diversi affarijiet, kemm ta' interess lokali kif ukoll ta' interess internazzjonali, u ovvjament ma setgħetx tonqos id- diskussjoni dwar kif l-immigrazzjoni llegali qed tolqot lil pajjiżna.", "Kellna mbagħad laqgħa mal-Prof.", "Vincenzo Scotti ġewwa l-link campus f'Ruma stess.", "Dan il-campus ta' l-universita` ta' Malta huwa storja ta' suċċess.", "Biżżejjed ngħid li f'temp ta' ftit snin, fejn qabel kienu jattendi 23 student, illum qegħdin jattendu ftit inqas minn 1,000 student.", "Dawn jieħdu korsijiet speċjalizzati li jvarjaw, fosthom ta' marketing, intelligence u security, anke ta' masters.", "Kellna diskussjoni tajba ħafna u overview ta' x'qed tagħmel l-universita`.", "Il-Prof.", "Scotti laqa' wkoll l-istedina tiegħi biex fit-18 ta' April jiġi Malta u jindirizza l-kumitat tiegħi.", "L-għada kellna laqgħa ma' l-Onor.", "Gianfranco Fini, li ftit tas-sigħat qabel kien għadu kif kellu laqgħa ma Condoleezza Rice, is-segretarju ta' l-istat Amerikan.", "Kienet laqgħa tajba ferm, kienet informali u allura ma nistax ngħid fid-dettall dak li ġie diskuss imma kien hemm atmosfera ta' ħbiberija sinċiera.", "Lill-Onor.", "Fini ili nafu ħafna.", "Lil Malta jħobbha, huwa ħabib personali tal-ministru għall-affarijiet barranin Michael Frendo u flimkien iddiskutejna varjeta` ta' temi, fosthom il-Lvant Nofsani, il-Libanu, l- Unjoni Ewropea, it-trattat kostituzzjonali u diversi affarijiet li nassigura lill-Kamra li kienu ta' interess u ta' utilita` kbira għall- membri.", "Nagħlaq bl-aħħar punt tiegħi dwar il-laqgħa emozzjonali li kellna mal- Qdusija Tiegħu l-Papa.", "Irrid ngħid li kien sens ta' umilta`, pero` ta' kburija fl-istess ħin, li ntlaqgħet it-talba tiegħi li d-delegazzjoni Maltija tkun fuq ta' quddiem fl-udjenza ta' l-Erbgħa.", "Fil-fatt konna fl- ewwel ringiela, u l-Qdusija Tiegħu l-Papa sellmilna hekk kif daħal u qabel ma ħareġ, u dam jitkellem magħna għal numru ta' minuti konsiderevoli, ħa interess dwar dak li għednielu u tkellem fuq Malta b'mod pożittiv.", "Semma ż- żjara li kellu miegħu riċentement il-Prim Ministru Lawrence Gonzi b'mod pożittiv ferm u qal li kienet utli.", "Talabni inselli għall-Prim Ministru u għall-poplu Malti kollu.", "Qalli li l-poplu Malti huwa ferm għal qalb il- Papa u li għalkemm il-Papa ma jistax jikkommetti ruħu dwar meta jista' jiġi jżurna, ċertament Malta qiegħda f'għajnejn u f'qalb il-Qdusija Tiegħu l- Papa.", "Diversi membri tal-delegazzjoni tkellmu miegħu, min fuq ħaġa u min fuq oħra, u nirringrazzja 'l Alla li rnexxielna jkollna laqgħa tajba ħafna li fissret ħafna għal kull wieħed minna.", "Sur President, ovvjament fl-aħħar tas-sena noħroġ rapport annwali u nagħti rendikont ta' ħidmietna, imma ħassejtni fid-dmir li appena nirritornaw lura, nirrapporta, anke f'isem sħabi, dwar iż-żjara daqstant importanti li l-kumitat għall-affarijiet barranin kellu ġewwa Ruma.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Jeffrey Pullicino Orlando.", "ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO: Sur President, madwar tliet ġimgħat ilu ġejt avviċinat minn numru ta' kostitwenti mill-Imtarfa li ġibduli l- attenzjoni għall-fatt li fil-lokalita` tagħhom kien qed isir xi xogħol mill- housing authority.", "Dan il-proġett huwa siewi ħafna għas-soċjeta` Maltija imma sfortunatament ix-xogħol kien qed isir biswit sit ta' importanza kbira arkeoloġika.", "L-għada stess jien żort dan is-sit flimkien ma' dawn ir- residenti, u għalkemm m'iniex arkeologu, mill-ewwel kien evidenti li dak li qaluli huwa minnu.", "Diġa` kien sar xi aġġustament fl-ippjanar ta' dan il- proġett, imma t-tħassib ta' dawn ir-residenti kien jirrigwardja area ċentrali li deher li kien hemm element ta' inċertezza fuq il-valur tagħha.", "Din l-area kienet partikolarment karatterizzata minn għar.", "Jien dħalt ġo dan l-għar li jagħti għal ġo chamber u dan iċ-chamber jinsab imdawwar b'dak li deherli li huma rock-cut tombs ta' ċerta antikita`.", "Fil-passat jidher li kienu saru xi xogħlijiet biex jitħaffru wartime shelters li żbruffaw ġo dan li deherli li kien tomb ta' ċertu valur storiku.", "Ovvjament jien ma qgħadtx fuq l-impressjoni tiegħi għax m'iniex espert, għalkemm għajn għall-wirt storiku għandi għax huwa ħafna għal qalbi, imma rajt kif għamilt biex l-ewwelnett dħalt f'rapporti miktuba minn storiċi magħrufa, fosthom Dr. David Trump, li kiteb fid-dettall dwar dan is- sit uniku f'pajjiżna.", "Fil-fatt sibt li fl-1972, fi studji li kiteb Dr. Trump, għamel riferenza għal dan is-sit fl-Imtarfa bħala a city of the dead.", "U minn riċerka li għamel dan il-famuż arkeologu deherlu li dan kien sit uniku, sit li kien litteralment miżgħud bi fdalijiet minn żmien il- bronż, żmenijiet Puniċi, żmenijiet Rumani u miżgħud bi fdalijiet bħalma huma cart ruts, tombs u grain silos.", "Nista' ngħid li minn dawn l-istudji tgħallimt ħafna dwar dan is-sit.", "Kelli l-okkażjoni wkoll li naqra studju ieħor li sar mill-istoriku Annetto Antonio Caruana, li waqt li kienu qegħdin isiru ċerti xogħlijiet mill- Ingliżi biex jibnu l-barracks ta' l-Imtarfa kien qiegħed b'mod regolari jinvestiga dan is-sit, u dak li sab wassal biex jagħmel l-istudju li ppubblika fl-1898.", "Dan kollu jwassalni biex nappella lill-awtoritajiet kollha konċernati, li forsi jista' jkollhom id f'xi żvilupp li għandu jseħħ f'din iż-żona fil-futur, biex kemm jista' jkun inkunu sensittivi għal dan is-sit għax jidher li huwa uniku f'pajjiżna u huwa sit li forsi għadna lanqas investigajnieh b'mod adatt.", "U ta' min joqgħod attent ħafna li ma mmorrux bi żvista jew forsi b'nuqqas ta' ħsieb niddistruġġu dan il-wirt uniku u storiku li wieħed jista' jsib fiż-żona ta' l-Imtarfa.", "Kelli kuntatti mad-dipartiment tal-mużewijiet - napprezza dak kollu li għamlu miegħi meta raw li kont involut f'din is-sitwazzjoni - partikolarment ma' Dr Nathaniel Cutajar, li huwa l-kuratur tad-dipartiment tal-mużewijiet, u ġie f'idejja wkoll ir-rapport li ġie kkummissjonat mid- dipartiment tal-mużewijiet, partikolarment mis-sovrintendenza, u li ġie miktub mill-assistent kuratur, Dr Mark Anthony Mifsud.", "Fost il-ħafna punti li hemm f'dan ir-rapport - għax m'għandix il-ħin li nidħol fil-punti kollha tiegħu – laqatni wieħed partikolari.", "Dan jitkellem dwar din l-area partikolari li seta' ma kienx hemm il-ħsieb li tiġi protetta b'mod adegwat, l-area ċentrali ta' dan il-plot, u f'dan ir-rapport, Dr. Mark Anthony Mifsud qal hekk:", "\"The central track gives access to a cave mouse which also leads into the wartime shelter.", "This cave also bears features suggesting a funerary function and considerable antiquity.", "This cave, and the features within it, are significant archaeological features and warrants protection and preservation.\"", "Bażikament dan kien l-għar li dħalt fih jien, u Dr. Mifsud aċċertani li l- impressjoni li ħadt kienet waħda korretta, u cioe' li dan is-sit kien ta' ċertu valur u tajjeb li naraw x'nagħmlu biex nipproteġuh.", "Imbagħad anke rajt il-pjanti li ġew ippreżentati mid-ditta ta' periti li qed tieħu ħsieb dan il-proġett.", "Għalkemm il-pjanti urew li kien se jitħalla aċċess għal din l-area partikolari ta' dan is-sit, sfortunatament ma kienx ċar bl-ebda mod - la għalija u lanqas għan-nies involuti fis-settur ta' l-arkeoloġija - kif dan is-sit se jiġi protett.", "Għalhekk minn hawn nappella, bl-insistenza ta' Dr. Nathaniel Cutajar, li jkun hemm forma ta' statement min-naħa ta' l- iżviluppaturi li jagħmilha ċara li dan is-sit mhux biss jitħalla aċċess għalih, imma anke jiġi protett, u apparti minn hekk, anke forsi jiġu nkorporati xi forma ta' landscaping works li għandhom isiru f'din iż-żona bħala parti mill-finishing tal-proġett kollu.", "Sur President, se jkolli nagħlaq għax il-ħin qiegħed jagħfas, imma nkun qed nonqos jekk ma nurix l-apprezzament tiegħi għall-understanding u l- koperazzjoni li sibt, b'mod partikolari mill-Ministru Dolores Cristina, li taħtha jaqa' dan il-proġett.", "Xtaqt insemmi wkoll il-kuntatti li għamilt maċ-chairperson ta' l-awtorita` tad-djar, is-Sinjura Marisa Micallef.", "Nerġa' ntenni li ngħatajt gwida u għajuna kbira minn Dr Nathaniel Cutajar, il-kuratur tal-mużewijiet, u napprezza wkoll l-għajnuna li ngħatatli min- naħa ta' l-uffiċċju tal-prim ministru u anke l-impenn li ntwera min-naħa ta' uffiċjali tal-MEPA.", "Last but not least, kif jgħidu l-Ingliżi, xtaqt nirringrazzja b'mod partikolari u nfaħħar l-impenn li wrew ir-residenti li ġibdu l-attenzjoni mhux tiegħi biss, imma anke ta' l-uffiċjali kollha nkarigati minn dan il-proġett, għall-possibilita` li kienet se ssir ħsara lil dan il-wirt storiku uniku.", "Nagħmel appell ukoll li l-eżempju li taw dawn ir-residenti jiġi kkupjat minn residenti oħra li forsi jistgħu jiġu ffaċċjati b'sitwazzjonijiet simili, għax dan is-sens ta' civic duty ta' min wieħed ifaħħru u jinkoraġġih.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada l-Erbgħa, 31 ta' Jannar, 2007 fis-6.00 p.m. bl-agenda kif komunikata mill-Ministru għall-Affarijiet Barranin.", "Fid-9:30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "DJAR/HOUSING UNITS", "23149.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru tgħid kemm hawn djar/housing units vojta u fejn?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Ebda dipartiment jew ente taħt id-dekasteru tiegħi ma jżommu l-istatistika mitluba.", "SAFAR UFFIĊJALI", "23215.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l- Ministru tgħid kemm qamet kull safra, spejjeż kollha nklużi, matul l-2006 fejn kienet involuta hi, safra b'safra?", "Meta sar dan is-safar?", "Kemm damu ljieli?", "Fejn kienet id-destinazzjoni?", "Min kienu l-uffiċjali li akkumpanjawha u x'karigi għandhom?", "Ta' kemm stilel kienu l-lukandi li marru fihom għal akkomodazzjoni f'kull safra separatament?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: L-informazzjoni mitluba hi kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.", "WSC - ĦADDIEMA", "23216.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta se jibdew jitħallsu tal-grad il-ġdid il-ħaddiema tal-korporazzjoni għas- servizzi ta' l-ilma li fis-sajf li għadda ħadu promotion?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Fis-sajf li għadda nħareġ biss ir-riżultat ta' l- intervisti li saru lil min applika.", "Madanakollu s'issa għadhom ma ngħatawx il-ħatriet uffiċjali u allura ħadd għadu ma ġie appuntat fi grad ogħla li jġib miegħu żieda fis-salarju.", "SAFAR UFFIĊJALI", "23217.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm qamet kull safra, spejjeż kollha nklużi, matul l-2006 fejn kien involut hu, safra b'safra?", "Meta sar dan is-safar?", "Kemm damu ljieli?", "Fejn kienet id- destinazzjoni?", "Min kienu l-uffiċjali li akkumpanjawh u x'karigi għandhom?", "Ta' kemm stilel kienu l-lukandi li marru fihom għal akkomodazzjoni f'kull safra separatament?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.", "SAFAR UFFIĊJALI", "23219.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm qamet kull safra, spejjeż kollha nklużi, matul l-2006 fejn kien involut hu u s-segretarju parlamentari separatament, safra b'safra?", "Meta sar dan is-safar?", "Kemm damu ljieli?", "Fejn kienet id-destinazzjoni?", "Min kienu l-uffiċjali li akkumpanjaw lilu jew lis-segretarju parlamentari u x'karigi għandhom?", "Ta' kemm stilel kienu l-lukandi li marru fihom għal akkomodazzjoni f'kull safra separatament?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jirriferi għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 18898.", "Filwaqt li l-kumplament ta' l- informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata f'seduta oħra.", "MALTA SHIPYARDS - ĦADDIEMA BARRANIN", "23220.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 22974 u jgħid min huma l-persuni barranin li għandhom top posts fil-Malta Shipyards?", "X'inhu s-salarju u l-benefiċċji l- oħra li għandhom?", "Jista' jgħid x'esperjenza għandhom u xi kwalifiki fis-CV tagħhom?", "Jista' jgħid x'inhi r-raġuni li ngħatat ittra lill-ħaddiema tat-tarzna dwar possibbilta' ta' xogħol b'shift mis-7.00 a.m. sas-7.00 p.m. u mis-7.00 p.m. sas-7.00 a.m.?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "SAFAR UFFIĊJALI", "23221.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' l-Ministru jgħid kemm qamet kull safra, spejjeż kollha nklużi, matul l-2006 fejn kien involut hu, safra b'safra?", "Meta sar dan is-safar?", "Kemm damu ljieli?", "Fejn kienet id-destinazzjoni?", "Min kienu l- uffiċjali li akkumpanjawh u x'karigi għandhom?", "Ta' kemm stilel kienu l- lukandi li marru fihom għal akkomodazzjoni f'kull safra separatament?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Qed inpoggi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.", "GĦAJNUNA SOĊJALI", "23235.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm romol li għandhom anqas minn 60 sena li jgħixu f'Ħaż-Żabbar, il-Fgura u Wied il-Għajn u li qed jirċievu l-għajnuna soċjali mid-dipartiment tas-sigurta' soċjali?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: It-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.", "ĦAL TARXIEN - PJAZZA AGATHA BARBARA", "23236.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 22509, dan ifisser li l- pjazza Agatha Barbara se tibqa' fl-istat li hi b'detriment għat-tfal li jattendu l-iskola Maria Goretti ġewwa Ħal Tarxien?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Din il-pjazza, skond il-MEPA, hija mmarkata bħala sport facilities, għaldaqstant mhux skemata bħala triq.", "TOBBA", "23237.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 22539 u jgħid jekk inbidlitx il-policy li tobba li jkunu għadhom kemm iggradwaw iridu jagħmlu sentejn jaħdmu mal-gvern qabel jirċievu l-warrant?", "Jekk din il-policy ma nbidlitx, jista' jgħid jekk f'din l-aħħar sena kienx hemm tobba li tħallew jitilqu minkejja li kienu għadhom ma tawx is-sentejn servizz?", "Jekk kien hemm, min approvalhom il-permess biex jitilqu u abbażi ta' liema proċedura ngħatat din l-awtorizzazzjoni?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Tobba li jiggradwaw mill-universita' ta' Malta iridu jagħtu sentejn servizz bħala house physicians mal-gvern qabel jingħataw il- warrant mill-kunsill mediku ta' Malta.", "Tabib jista' jagħżel li ma jagħmel ebda servizz f'Malta, imma li jikseb il- warrant minn pajjiż ieħor.", "Dan hu possibbli f'pajjiżi fejn il-kors mediku Malti huwa rikonoxxut mill-kunsill mediku ta' dak il-pajjiż.", "Il-liġijiet ta' l-Unjoni Ewropea dwar il-mobilita' jippermettu li tabib jitlaq immedjatament minn meta jiggradwa mingħajr ħtieġa ta' awtorizzazzjoni.", "SERVIZZ PUBBLIKU - ĦADDIEMA", "23238.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hawn persuni jaħdmu mal-gvern?", "Jista' jagħti breakdown tal-gradi tagħhom u kemm hemm nisa u kemm irġiel?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Fil-preżent hawn 29,256 persuna mas-servizz pubbliku – 11,223 huma nisa filwaqt li 18,033 huma rġiel.", "Qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra żewġ skedi, waħda għan-nisa u oħra għall-irġiel li juru n-numru ta' impjegati f'kull grad.", "TRIQ LI TAGĦTI GĦAĊ-CHADWICK LAKES", "23239.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 22540 u jgħid meta ddaħħlet it-trejqa li twassal għaċ-Chadwick Lakes bħala parti mix- xogħlijiet tat-toroq finanzjati mill-Protokoll Taljan?", "Min iddeċieda li din it-trejqa għandha tinkesa bit-tarmac?", "Jista' jgħid kemm sewa dan ix- xogħol u kemm kien it-tul ta' tarmac li ngħata?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ix-xogħol fuq it-triq li tagħti għaċ-Chadwick Lakes waqt il-proġett ta' toroq tal-Protokoll Taljan kien limitat għall- parti żgħira tat-triq li tmiss mat-triq prinċipali u dan sar minħabba li l- livelli tat-triq prinċipali nbidlu u għalhekk kien neċessarju li jiġu pparreġġjati l-istess livelli.", "Dan ix-xogħol ma kienx wieħed ta' dimensjoni kbira u għalhekk l-ispejjeż konċernati kienu żgħar ħafna.", "Hija prassi li meta tiġi rikostruwita triq jiġu anke kostruwiti partijiet żgħar minn toroq illi jinfdu għal ma' l- istess triq u dan minħabba r-raġuni relatata ma' livelli hekk kif imsemmija fis-suespost.", "It-tul ta' din it-tagħqida hija ta' madwar 60 metru u l- ispejjeż ma jaqbżux Lm3,000.", "MCAST", "23240.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru jgħid jekk hux minnu li l-kumpless ta' skejjel li hemm fin-Naxxar, jiġifieri l-iskola sekondarja, l-ex- opportunity centre u l-MCAST l-art se tinbiegħ lill-privat u tingħata għall- bini?", "Jekk fin-negattiv, x'se jiġri minn dawn l-iskejjel?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Le.", "Ir-risposta hija fin-negattiv.", "KONSULENTI", "23266.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti lista ta' konsulenti jew kumpanniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-ministeru tiegħu, inklużi l-enti kollha li jaqgħu taħtu, għamel użu minnhom matul is-sena 2006?", "Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet?", "ONOR.", "TONIO BORG: Il-konsulenti li ngħataw xi forma ta' remunerazzjoni jew ħlas fil-ministeru u d-dekasteru tiegħi huma dawk li jidhru fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.", "KONSULENTI", "23267.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru jagħti lista ta' konsulenti jew kumpanniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-ministeru tiegħu, inklużi l-enti kollha li jaqgħu taħtu, għamel użu minnhom matul is-sena 2006?", "Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif mitlub se jitpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "KONSULENTI", "23268.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jagħti lista ta' konsulenti jew kumpanniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-ministeru tiegħu, inklużi l-enti li jaqgħu taħtu, għamel użu minnhom matul is-sena 2006?", "Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jirriferi għat- tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 20019.", "Magħha nżid:", "|Konsule|Servizz |Ħlas | |nt | | | | |Konsulenza: |Lm | |KPMG |rapport dwar |12,980 | | |il-Libja | |", "KONSULENTI", "23269.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' l-Ministru jagħti lista ta' konsulenti jew kumpanniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-ministeru tiegħu, inklużi l-enti kollha li jaqgħu taħtu, għamel użu minnhom matul is-sena 2006?", "Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l- informazzjoni mitluba.", "KONSULENTI", "23270.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jagħti lista ta' konsulenti jew kumpanniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-ministeru tiegħu, inklużi l-enti li jaqgħu taħtu, għamel użu minnhom matul is-sena 2006?", "Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l- ħlasijiet?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.", "KONSULENTI", "23271.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' l-Ministru jagħti lista ta' konsulenti jew kumpanniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-ministeru tiegħu, inklużi l-enti li jaqgħu taħtu, għamel użu minnhom matul is-sena 2006?", "Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l- ħlasijiet?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.", "BORMLA - SPEZZJONI F'RESIDENZA PRIVATA", "23382.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru tgħid meta mistennija ssir l- ispezzjoni mill-ħaddiema tad-dipartiment ta' l-akkomodazzjoni soċjali fil- fond li jinsab f'Bormla?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Skond l-applikazzjoni pendenti li għandha mad- dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali l-persuna ndikata, instab li l- persuna ma toqgħodx fl-indirizz indikat u għalhekk l-Onor.", "Interpellant għandu jagħtiha parir tavviċina, malajr kemm jista' ikun lit-taqsima tal- customer care tad-dipartiment biex temenda l-applikazzjoni tagħha.", "AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA", "23384.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru tgħid x'passi ħa d-dipartiment ta' l-akkomodazzjoni soċjali biex single parent b'tarbija waħda mill-Isla li tgħix ma' seba' persuni oħra, li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, tieħu post alternattiv?", "X'tama hemm li t-talba tagħha tkun milqugħa?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: L-applikazzjoni qed tiġi kkonsidrata flimkien ma' oħrajn simili.", "MINISTERU GĦAL GĦAWDEX - NEFQA KAPITALI", "23398.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 22319 dwar nefqa kapitali tal- ministeru tagħha, tista' l-Ministru tgħidli xi trasferimenti ta' flus saru minn item għal ieħor matul l-2006?", "Għaliex ma ntnefqux il-flus fuq l-item fejn kienu vvotati?", "Għaliex kien hemm il-bżonn ta' aktar flus fuq items oħrajn?", "Fuqhiex intużaw il-flus li ġew trasferiti?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Malli l-informazzjoni tkun miġbura, ir-risposta titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "DEPOŻITI U SELF MILL-BANEK", "23400.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienu d-depożiti u s-self mill- banek f'Għawdex fl-aħħar ta' Diċembru 2005 u fl-aħħar ta' Diċembru 2006?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "GĦAWDEX - BEJGĦ TA' PROPRJETA'", "23403.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'kien id-dħul tal- gvern mill-bejgħ ta' proprjeta' f'Għawdex kull sena mill-1999 sal-lum?", "Kemm kien in-numru ta' irċevuti ta' pagamenti kull sena?", "ONOR.", "TONIO BORG: Id-dħul tal-gvern mill-bejgħ ta' proprjeta' f'Għawdex kull sena mill-1999 sal-lum kien kif jidher hawn taħt:", "|1999 |Lm197,583| |2000 |40,359 | |2001 |27,673 | |2002 |323,205 | |2003 |778,898 | |2004 |55,216 | |2005 |314,099 | |2006 |193,702 | |2007* |1,500 |", "In-numru ta' irċevuti ta' pagamenti għall-kiri ta' proprjeta' f'Għawdex kull sena mill-1999 sal-lum kien kif jidher hawn taħt:", "|1999 |4,301 | |2000 |4,134 | |2001 |3,806 | |2002 |4,068 | |2003 |4,636 | |2004 |4,142 | |2005 |3,916 | |2006 |3,819 | |2007* | 401 |", "*sad-29 ta' Jannar.", "GOZO CHANNEL", "23404.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 22322 dwar il-Gozo Channel Co. Ltd, jista' jekk jogħġbu l-Ministru jgħidli jekk in-numri li tani taħt rati sussidjati jinkludux xi kategoriji ta' passiġġieri minbarra passiġġieri residenti f'Għawdex?", "Jekk fl-affermattiv, min huma dawn il-kategoriji u kemm kien in- numru tagħhom xahar xahar għall-istess perjodu?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Il-figuri li ngħataw fit-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 22322 taħt rati sussidjati jinkludu biss il-passiġġieri residenti f'Għawdex.", "GĦAWDEX - XOGĦLIJIET", "23405.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 22082 dwar tenders għal xogħol f'Għawdex li ngħataw lil road construction ltd., tista' l-Ministru tgħid x'kienet l-ispiża totali u finali ta' kull tender?", "Tista' tgħidli l-istess kumpannija x'tenders ħadet kull sena mill-1997 sa l-2001?", "X'kien il-valur oriġinali tagħhom u kemm kienet l-ispiża totali finali ta' kull tender?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Malli l-informazzjoni kollha tkun miġbura, titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "SERVIZZ BL-AJRU BEJN MALTA U GĦAWDEX", "23406.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l- Ministru tgħidli jekk itteħditx xi deċiżjoni mill-gvern biex jerġa' jibda jitħaddem xi servizz ta' l-ajru bejn Malta u Għawdex?", "X'sar s'issa minn meta waqaf is-servizz tal-helicopter biex jerġa' jibda jitħaddem servizz bl- ajru?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Il-gvern qed jieħu l-miżuri neċessarji sabiex is- servizz ta' l-ajru bejn Malta u Għawdex jissokta kemm jista' ikun malajr.", "Wara li dan is-servizz twaqqaf, il-gvern appunta kumitat ad hoc sabiex dan jirrakkomandalu l-għażliet dwar it-tipi ta' servizz li jistgħu jiġu adottati.", "Dan ir-rapport tlesta u qiegħed għall-konsiderazzjoni tal-gvern.", "IMPJEGATI", "23424.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 23013 u 23099 u jgħid kemm għandu impjegati l- ministeru?", "Kemm hemm minnhom on loan u minn liema post ġejjin?", "Kemm hemm bil-kuntratt?", "Kemm hemm li għandhom allowance u x'tip ta' allowance?", "Kemm hemm min għandu mobile, karozza, ħlas tat-telephone tad-dar u kemm għamlu overtime matul l-2006?", "X'inhuma l-gradi ta' kull impjegat?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: In-numru ta' impjegati fil-ministeru tiegħi (li jinkludi wkoll id-direttorati bin-nies tagħhom) hu 81.", "M'hemm ħadd li hu on loan, 20 impjegat bil-kuntratt filwaqt li 21 huma b'secretariat agreement.", "Rigward il-mistoqsijiet l-oħra, l-Onor.", "Interpellant hu riferut għall- guidelines on the employment of staff for ministers secretariat kif approvat mill-kabinett.", "PENSJONI TAL-WENS", "23426.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru tara li jitmexxa każ ta' persuna li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, biex idur b'missieru?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Il-persuna ndikata ġiet informata bil-miktub mid- dipartiment tas-sigurta' soċjali dwar il-każ tagħha.", "WIED IL-GĦAJN - SEZZJONI TAD-DRENAĠĠ", "23431.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 23091 u jgħid għaliex meta jispiċċaw ħaddiema minn mad-drainage section ta' Wied il-Għajn ma jġibux nies oħra flokhom?", "Hemm ħsieb li jidħlu nies oħra?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Il-korporazzjoni tqassam in-nies tagħha fl-outstations tagħha skond il-ħtiġijiet tal-korporazzjoni nnifisha.", "Fil-każ li rrifera għalih l-Onor Interpellant, il-korporazzjoni ma tħossx li għandha għalfejn iżżid in-numru attwali ta' impjegati li jaħdmu fil- pumping station ta' Wied il-Għajn.", "HAŻ-ŻABBAR - TRIQ WIED IL-GĦAJN", "23440.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jgħid meta mistennija ssir Triq Wied il-Għajn, Haż-Żabbar - il-parti li tinsab bejn Triq is-Santwarju u Triq il-Kunvent – peress li xejn ma tinsab fi stat tajjeb bin-numru ta' karozzi li qed jgħaddu, aħseb u ara meta jiżdiedu l-karozzi minħabba l-irranġar tal-bypass il-ġdida, u dan b'konsegwenza li kollha se jkollhom jgħaddu minn din it- triq?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "BENEFIĊĊJI SOĊJALI", "23455.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru tara għaliex il-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, tnaqqsulha l-benefiċċji soċjali u dan b'detriment għall-għajxien tagħha?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Il-persuna ndikata ġiet informata bil-miktub mid- dipartiment tas-sigurta' soċjali dwar il-każ tagħha.", "TRIQ TA' WIED IL-GĦAJN", "23457.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jgħid meta mistennija tiġi rranġata t-triq l- antika ta' Wied il-Għajn, jiġifieri minn Ħaż-Żabbar għal Wied il-Għajn?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Marbut ma' l-istudji li qed isiru bħalissa fuq l- iddisinjar mill-ġdid tal-bypass ta' Wied il-Għajn, qed naraw il- possibbilta' li t-triq l-antika ta' Wied il-Għajn, jiġifieri minn Ħaż- Żabbar għal Wied il-Għajn, tintuża bħala rotta għad-devjazzjoni tat- traffiku waqt ix-xogħlijiet.", "Għalhekk bħalissa qed isiru l-istejjem ħalli tkun magħrufa l-ispiża tax-xogħlijiet li jridu jsiru biex tiġi rranġata t- triq l-antika ta' Wied il-Għajn.", "TALBA GĦAL XIRI TA' FOND", "23459.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru tara x'passi se jittieħdu biex tiġi rimedjata s-sitwazzjoni ta' familja li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li għamlet talba biex tixtri l-fond tagħha?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Minn riċerka li għamlet l-awtorita' tad-djar irriżulta li l-persuna ndikata għandha assi li l-valur tagħhom jeċċedi l- ammont stabbilit biex persuna tikkwalifika għas-sussidju taħt l-iskema Sir Sid Darek.", "PULIZIJA - RAPPORTI TA' SERQ", "23463.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew imwettqa serqiet matul Novembru 2006?", "Jista' jikklassifika s-serq?", "Jista' jgħid kemm ġew solvuti serq matul l-istess perijodu?", "ONOR.", "TONIO BORG: Matul Novembru 2006 il-każi ta serq li ġew irrappurtati lill-pulizija kienu kif jidher hawn taħt, filwaqt illi matul l-istess xahar il-pulizija solviet 48 każ ta' serq li f'31 minnhom diġa' nbdew proċeduri kriminali quddiem il-qorti.", "|Hold up |10 | |Pick Pocketing |46 | |Snatch & grab | 7 | |Serq minn dgħajjes| 5 | |Serq ta' dgħajjes | 1 | |Serq ta' karozzi |51 | |Serq minn karozzi | | | |227 | |Serq minn | | |residenzi |52 | |Serq minn |26 | |barijiet/lukandi | | |Serq minn fabbriki| 1 | |Serq minn ħwienet |30 | |Serq ieħor |314 |", "PULIZIJA - RAPPORTI TA' REATI", "23464.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew imwettqa reati matul Novembru 2006?", "Jista' jikklassifika r-reati?", "Jista' jgħid kemm ġew solvuti reati matul l-istess perijodu?", "ONOR.", "TONIO BORG: Matul Novembru 2006 ir-reati li ġew irrappurtati lill- pulizija kienu kif jidher hawn taħt, filwaqt illi matul l-istess xahar kien hemm 62 persuna misjuba ħatja ta' reati kriminali.", "|Against morals/honour| 4 | |– family | | |Arson | 7 | |Attempted offences |95 | |Bodily harm |94 | |Computer misuse | 2 | |Damage | | | |220 | |Drugs | 9 | |Forgery | 6 | |Fraud | | | |13 | |Illegal immigration |10 | |Prostitution | 5 | |Sexual offences | 5 | |Theft | | | |770 | |Threats and private | 4 | |violence | | |Trafficking of | 1 | |persons | | |Violence against | 7 | |public officers | |", "PULIZIJA - RAPPORTI TA' SERQ", "23465.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew imwettqa serqiet matul Diċembru 2006?", "Jista' jikklassifika s-serq?", "Jista' jgħid kemm ġew solvuti serq matul l-istess perijodu?", "ONOR.", "TONIO BORG: Matul Diċembru 2006 il-każi ta' serq rappurtati lill- pulizija kienu kif jidher hawn taħt, filwaqt illi matul l-istess xahar il- pulizija solviet 35 każ ta' serq li f'24 minnhom diġa' inbdew proċeduri kriminali quddiem il-qorti.", "|Hold up | | | |2 | |Pick Pocketing | 77| |Snatch & grab | | | |7 | |Serq minn | | |dgħajjes |5 | |Serq ta' | 40| |karozzi | | |Serq minn |202 | |karozzi | | |Serq minn | 58 | |residenzi | | |Serq minn | 22 | |barijiet/lukand| | |i | | |Serq minn | 8| |fabbriki | | |Serq minn | 36 | |ħwienet | | |Serq ieħor |293 |", "PULIZIJA - RAPPORTI TA' REATI", "23466.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew imwettqa reati matul Diċembru 2006?", "Jista' jikklassifika r-reati?", "Jista' jgħid kemm ġew solvuti reati matul l-istess perijodu?", "ONOR.", "TONIO BORG: Matul Diċembru 2006 ir-reati rrappurtati lill-pulizija kienu kif jidher hawn taħt, filwaqt illi matul l-istess xahar kien hemm 14- il persuna misjuba ħatja ta' reati kriminali.", "|Against | 1| |morals/honour - | | |family | | |Arson | 16 | |Attempted offences | 78 | |Bodily harm | 81 | |Computer misuse | 2| |Damage |239 | |Drugs | 8| |Forgery | 5| |Fraud | 15 | |Illegal immigration| 5| |Sexual offences | 3| |Theft |750 | |Threats and private| 8| |violence | | |Violence against | 7| |public officers | |", "MEMBRI TAL-KORP TAL-PULIZIJA", "23467.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm tneħħew mis- servizz fil-korp tal-pulizija membri, f'kull grad, wara proċeduri quddiem il-kummissjoni dwar is-servizz pubbliku, mill-1999 sal-lum?", "Jista', għal kull każ ta' tkeċċija, jgħid ta' liema akkużi kienu nstabu ħatja u għalhekk ġew imkeċċija?", "ONOR.", "TONIO BORG: It-tagħrif mitlub huwa kif jidher hawn taħt:", "| |Spett|Surġe|Kuntist| | |ur |nt |abbli | |Tneħħew |- |- |12 | |mis-servizz | | | | |wara li kienu | | | | |għaddew | | | | |proċeduri | | | | |kriminali u | | | | |nstabu ħatja | | | | |Tneħħew |2 |1 |2 | |minħabba | | | | |l-interess | | | | |pubbliku | | | | |Tneħħew |- |- |1 | |mis-servizz | | | | |wara li kienu | | | | |għaddew | | | | |proċeduri | | | | |skond | | | | |ir-regolamenti| | | | |tal-kummissjon| | | | |i dwar | | | | |is-servizz | | | | |pubbliku | | | | |(proċedura ta'| | | | |dixxiplina) | | | |", "MEMBRI TAL-KORP TAL-PULIZIJA", "23468.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'piena, li ma tkunx tkeċċija, ingħataw membri tal-korp tal-pulizija quddiem il-kummissjoni dwar is-servizz pubbliku u fuq liema akkużi ngħatat dik il-piena mill-1999 sal- lum?", "ONOR.", "TONIO BORG: It-tagħrif mitlub huwa kif jidher hawn taħt:", "|Akkuża |Piena | |Traskuraġni ta' |Lm50 multa u | |xogħol; telf ta'|twissija ta' | |reputazzjoni |tkeċċija | |Traskuraġni ta' |Twiddiba | |xogħol; | | |diżubbidjenza | | |ta' ordnijiet; | | |telf ta' | | |reputazzjoni | | |Nuqqas ta' |Twiddiba | |indafa; | | |traskuraġni ta' | | |xogħol; telf ta'| | |reputazzjoni | | |Traskuraġni ta' |Multa ta' tlett| |xogħol; telf ta'|ijiem paga | |reputazzjoni | | |Diżubbidjenza |Sospensjoni ta'| |ta' ordnijiet; |ħamest ijiem | |telf ta' |bla paga u | |reputazzjoni; |twissija ta' | |korruzzjoni |tkeċċija | |Traskuraġni ta' |Sospensjoni ta'| |xogħol; telf ta'|ġurnata bla | |reputazzjoni |paga | |Diżubbidjenza |Sospensjoni ta'| |t'ordnijiet; |jumejn bla paga| |telf ta' | | |reputazzjoni; | | |korruzzjoni | | |Diżubbidjenza |Sospensjoni ta'| |ta' ordnijiet; |tlett ijiem bla| |dħul f'postijiet|paga | |b'liċenzja; | | |korruzzjoni; | | |simulazzjoni ta'| | |mard; telf ta' | | |reputazzjoni | | |Traskuraġni ta' |Ċanfira iebsa | |xogħol; | | |diżubbidjenza | | |ta' ordnijiet; | | |kondotta | | |insubordinata | | |jew oppressiva; | | |simulazzjoni ta'| | |mard; kondotta | | |ta' preġudizzju | | |għal bon ordni | | |Diżubbidjenza |Multa ta' | |ta' ordnijiet; |jumejn paga | |telf ta' | | |reputazzjoni; | | |korruzzjoni | | |Ksura ta' |Multa ta' | |fiduċja; telf |ħamest ijiem | |ta' reputazzjoni|paga |", "URBAN CONSERVATION AREA", "23469.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid jekk hux se jiġu aġġustati l- boundaries tal-UCA fil-pjani lokali li ħarġu fit-3 ta' Awissu li għadda, wara li rriżulta li hemm diversi anomaliji li hemm bżonn jiġu kkoreġuti?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jispeċifika għal liema anomaliji qiegħed jirriferi."]} {"filename": "20071025_571d_par.doc", "date": "2007-10-25", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Uffiċjali u Rivedut) L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 571 Il-Ħamis, 25 ta' Ottubru, 2007 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 571", "Il-Ħamis, 25 ta' Ottubru, 2007", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.00 p.m.", "Talba", "Seduta Nru. 571", "Il-Ħamis, 25 ta' Ottubru, 2007", "WERREJ", "MINUTI 448", "TQEGĦID TA' KARTI 448", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "KUMITAT TA' PROVVISTA - ESTIMI ĠENERALI 2008", "IT-TIENI JUM STABBILIT", "MINISTERU TA' L-EDUKAZZJONI, ŻGĦAŻAGĦ U IMPJIEGI 449", "AĠĠORNAMENT 482", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 483", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB 489", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 570 li saret fil-25 ta' Ottubru 2007 kienu konfermati.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): Skond il-mozzjoni ta' proċedura numru 307 ta' l-10 ta' Ottubru, 2007 il-ħin tal-mistoqsijiet ta' din is-seduta ma jitteħidx u l-mistoqsijiet kollha li dehru fuq l-aġenda qed jingħataw tweġiba bil-miktub.", "Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru Louis Galea.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi): Sur President, f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi, inqiegħed fuq il- mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar in-nefqa fuq petrol mid-dekasteru li għalih hu responsabbli l-Prim Ministru bejn Jannar u Marzu 2007, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 26184;", "f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar in-nefqa fuq petrol mid-dekasteru li għalih hu responsabbli l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern bejn Jannar u Marzu 2007, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 26185;", "f'isem il-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Kopja tar-rapporti annwali ta' l-Awtorita` ta' Malta dwar it-Riżorsi għas-snin 2004-2005 u 2005-2006, u rapporti annwali tal-Kunsill Konsultattiv dwar l-Industrija tal-Bini (BICC) għall-istess snin, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 28031;", "Lista li turi l-proġetti mwettqa mill-kumitati ta' riabilitazzjoni tal- Belt Valletta u l-Furjana, tal-Kottonera u ta' l-Imdina matul l-2006 u 2007, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 28034; f'isem il-Ministru għal Għawdex, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar in-nefqa fuq petrol mid-dekasteru li għalih hi responsabbli l-Ministru għal Għawdex bejn Jannar u Marzu 2007, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 26188;", "f'isem il-Ministru għas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunita`, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar in-nefqa fuq konsulenti u/jew kumpaniji ta' konsulenza mid-dekasteru li għalih hu responsabbli l-Ministru għas-Saħħa, l- Anzjani u Kura fil-Komunita` bejn Jannar u Marzu 2007, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 26177 li tweġiba għaliha ngħatat fis-Seduta Nru 569 ta' l-24 ta' Ottubru 2007; u", "f'isem il-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l- Informazzjoni, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar rapporti kummissjonati mid-dekasteru li għalih hu responsabbli l-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni bejn Jannar u Marzu 2007, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 26186.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal- Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "KUMITAT TA' PROVVISTA", "ESTIMI ĠENERALI 2008", "IT-TIENI JUM STABBILIT", "MINISTERU TA' L-EDUKAZZJONI, ŻGĦAŻAGĦ U IMPJIEGI", "L-ordni għall-Kumitat ġie moqri", "FIL-KUMITAT", "L-Onor.", "Mario de Marco, Viċi President tal-Kumitat, jippresjedi", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Illum il-Kumitat għandu quddiemu l-voti tal-ministeru ta' l-edukazzjoni, żgħażagħ u impjiegi.", "Nixtieq ninforma lill-Kumitat li skond il-mozzjoni numru 307 ta' l-10 ta' Ottubru, 2007 il-ħin tad-diskussjoni tal-lum huwa ta' erba' sigħat u għandu jinqasam indaqs bejn kelliema tal-gvern u kelliema ta' l-oppożizzjoni, bl- aħħar nofs għall-gvern.", "Jekk jogħġbu, il-Ministru jressaq ir-riżoluzzjonijiet tiegħu.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, nipproponi:", "VOT 28 - MINISTERU TA' L-EDUKAZZJONI, ŻGĦAŻAGĦ U IMPJIEGI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn €112,597,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 28 - Ministeru ta' l- Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l- Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2008.", "VOT 29 - EDUKAZZJONI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn €124,535,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 29 - Edukazzjoni, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2008.", "VOT 30 - RELAZZJONIJIET INDUSTRIJALI U TA' L-IMPJIEGI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn €1,707,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 30 – Relazzjonijiet Industrijali u ta' l-Impjiegi, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2008.", "VOT 31 - LIBRERIJI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn €1,339,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 31 – Libreriji, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2008.", "VOT IV - MINISTERU TA' L-EDUKAZZJONI, ŻGĦAŻAGĦ U IMPJIEGI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn €34,920,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot IV - Ministeru ta' l- Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l- Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2008.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Carmelo Abela", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Sur President, nipproponi din l-emenda:", "VOT 28 - MINISTERU TA' L-EDUKAZZJONI, ŻGĦAŻAGĦ U IMPJIEGI", "Personal Emoluments", "Item 11 - Holders of Political Office", "Ħassar iċ-ċifra \"€38,044\" u ssostitwixxi minflok iċ-ċifra \"€38,041\"", "Delete the figure \"€38,044\" and substitute therefor the figure \"€38,041\"", "Sur President, il-partit Laburista jinsab lest biex imexxi lil dan il- pajjiż.", "F'dan iż-żmien fl-oppożizzjoni ħdimna fuq pjan li konvinti li se jagħti bidu ġdid lil dan il-pajjiż.", "Aħna dak li nwiegħdu nwettquh.", "Nafu wkoll li wara ħafna konsultazzjonijiet u wara ħafna diskussjonijiet, il- \"Pjan Għal Bidu Ġdid\" li fassalna huwa fl-interess tal-pajjiż.", "We deliver, Sur President!", "Il-mira tal-partit Laburista hija li jkollna edukazzjoni ta' kwalita` għal kulħadd.", "Il-mistoqsija hi kemm dan il-budget se jqarreb biex kulħadd jibbenefika mhux biss minn edukazzjoni imma anke edukazzjoni ta' kwalita`.", "Mhux biżżejjed li l-gvern jgħid li qed jonfoq il-miljuni.", "Irid jgħid u juri bl-evidenza f'hiex qed jissarrfu dawn il-miljuni f'termini ta' riżultati edukattivi.", "Ma jistax jibqa' jkollna policy edukattiva mhux ibbażata fuq l-evidenza.", "Dan qed ngħidu fuq l-esperjenza ta' pajjiżi oħra, speċjalment pajjiżi Skandinavi, li huwa magħruf li kellhom suċċess kbir fil- qasam edukattiv u li bnew il-politika edukattiva tagħhom fuq l-evidenza.", "Sur President, li kieku kellek tistaqsini x'inhi l-aktar ħaġa għażiża għalija, bla tlaqliq inwieġeb: Iż-żewġ uliedi.", "Fid-diskors tal-budget tiegħu, il-prim ministru uża xi kliem ta' rettorika biex jipprova jmiss il- qlub tan-nies.", "Dan nista' nifhmu, pero` nifhem anqas meta l-politiċi jinqdew b'filmati u b'ritratti ma' tfal ta' etajiet differenti għal xi photo opportunity.", "F'dan il-każ qisu d-data protection ma tidħolx.", "Naturalment meta jien tlabt li nippreżenta numru ta' kotba fi skola sekondarja mingħajr ma jkun hemm media preżenti, xi ħadd mill-ministeru ordna lill-kap ta' l-iskola biex din il-preżentazzjoni ma ssirx.", "Ma jimpurtax.", "Anke għalina, uliedna huma l-mimmi ta' għajnejna u l-qalba tal-familji tagħna u għalhekk aħna rridu l-aħjar għalihom u rridu nagħtuhom l-aqwa futur.", "Għalhekk bħala partit fassalna pjan għall-qasam ta' l-edukazzjoni li se jagħti bidu ġdid lil dan il-pajjiż.", "Bidu ġdid ma jfissirx li tħott dak li jkun għamel ta' qablek.", "Żgur li fil-qasam ta' l-edukazzjoni dan ma jagħmilx sens, aktar u aktar għax fin-nofs hemm it-tfal.", "Imma żgur li t- tiġdid huwa bżonnjuż, u dak hu li gvern Laburista se jwettaq.", "Nerġa' ngħid li dak li aħna nwiegħdu, inwettquh.", "Mhux hekk biss, imma mmorru għas- sustanza, mhux għal dak li jidher minn barra, kif qed isir illum, imma mmorru għall-qalba tal-ħteġijiet edukattivi.", "Il-flus fil-qasam ta' l- edukazzjoni għandhom ikunu vvotati u allokati skond prijoritajiet u ħteġijiet edukattivi.", "Filwaqt li huwa tajjeb li n-nefqa tkun sostnuta għax dan huwa ta' ġid għall-pajjiż u għaċ-ċittadini tiegħu, iżda fl-istess ħin irridu nassiguraw li n-nefqa tkun indirizzata b'mod partikolari fejn l- aktar li huwa meħtieġ.", "Pero` mhux hekk biss.", "Huwa neċessarju li l-impenn li jkun sar fid-diskors tal-budget jinżamm.", "Dan mhux qed jiġri, u se nagħti eżempju bil-vot kapitali.", "Il-Prim Ministru, kemm fid-diskors tal-budget u kemm fid-diskors li smajna l-bieraħ, tkellem fuq dawn l-aħħar tliet snin, u jien ħadt dawn l-aħħar tliet snin.", "Anke din hija nota li qisu l-gvern irid inessina li ilhom 20 sena fil-gvern bl-eċċezzjoni ta' sena u nofs!", "Imma ħalli nieħdu dawn l- aħħar tliet snin u nibda mis-sena 2006, fejn il-vot kapitali kien maħsub li jkun ta' aktar minn €16,633,000, mentri fil-fatt in-nefqa attwali kienet ta' €13,928,000, differenza ta' aktar minn €2,705,000 jew 16.26%.", "Din is- sena l-vot allokat kien ta' €39,858,000 u n-nefqa hija maħsuba li se tkun €18,756,000, jiġifieri differenza ta' aktar minn €21 miljun, li jfisser li aktar minn 52% ma ntnefqux.", "Naturalment in-nefqa għas-sena d-dieħla kif ipproġettata fil-budget hija stmata li tkun ta' €34,920,000.", "Dan ifisser li għas-sena d-dieħla l-gvern qed jivvota fil-vot kapitali għall-qasam edukattiv €4,938,000 anqas minn dak li kien ivvotat għal din is-sena, 14.14% inqas.", "Qabel semmejt dawn iċ-ċifri jien għedt li l-importanti mhux li noqogħdu niftaħru kemm qed nonfqu, imma li l-impenn li jkun ħa l-gvern fis-sena ta' qabel jinżamm.", "Ħaġa oħra li nsibu f'dan il-budget huma żidiet f'allokazzjonijiet finanzjarji, u se nsemmi l-eżempji, fosthom l-Universita`, il-junior college u l-MCAST.", "Nibda bl-Universita`.", "L-allokazzjoni finanzjarja għall- Universita` hija ftit ħafna u tard wisq għall-gvern li jinsab fl-aħħar ġranet tiegħu.", "Meta wieħed iqis il-bżonnijiet kbar li għandha l- Universita`, wieħed ma jistax ma jaqbilx ma' dan li qed ngħid.", "Dan stqarru l-istess rettur f'intervista f'\"The Sunday Times\" ta' Ġunju 2007.", "Fost affarijiet oħra, ir-rettur ta' l-Universita` qal li f'din is-sena finanzjarja li ninsabu fiha l-Universita` se tispiċċa bi Lm800,000 in the red.", "Dan il-bżonn ilu magħruf sa minn snin ilu meta l-gvern kellu f'idejh rapport li għamel numru ta' suġġerimenti dwar l-iffinanzjar ta' l- Universita`.", "Minn dan kollu l-gvern ma kkonsidra xejn.", "Għall-grazzja t'Alla n-numru ta' studenti kiber, iżda dan ma kienx korraborat b'żieda fl-allokazzjoni b'rabta ma' kemm żdiedu l-istudenti.", "Allura huwa dubjuż dak li ntqal fid-diskors tal-budget li l-Universita` tkompli ssostni numru ta' korsijiet ġodda li se tiftaħ.", "Forsi tajjeb hawnhekk ikollna spjega wkoll liema huma dawn il-korsijiset il-ġodda u kemm huwa stmat li se jqumu.", "Il-gvern ukoll ma jistax jiddistakka ruħu mill- amministrazzjoni ta' l-Universita`, kemm minħabba li qed jalloka l-flus hu u kemm minħabba li l-kunsill, fil-maġġoranza tiegħu, huwa maħtur minnu filwaqt li għandu rappreżentant tiegħu li huwa rettur.", "Fil-fatt il-gvern huwa responsabbli fl-amministrazzjoni ta' l-Universita`.", "Dan huwa differenti minn dak li jiġri fis-senat li jieħu ħsieb naturalment l-aspett akkademiku.", "X'insibu fl-Universita` fil-preżent, Sur President?", "Fakultajiet m'għandhomx flus biex jiffunzjonaw fl-affarijiet bażiċi tagħhom, u dan issa ilu jiġri għal diversi snin.", "L-Universita` m'għandha l- ebda pjan ta' kif tagħmel evalwazzjoni u awditjar intern kemm għall-aspett akkademiku kif ukoll għal dak amministrattiv, u dan huwa nuqqas serju anke fil-kuntest ta' mobilita` ta' l-istudenti u ta' l-akkademiċi.", "M'hemmx pjan ċar u miri eżatti fil-proċess ta' internazzjonalizzazzjoni ta' l-istess universita`, kif ukoll m'hemm l-ebda pjan biex akkademiċi li huma speċjalizzati fil-qasam tagħhom jingħataw taħriġ pedagoġiku biex ikunu jistgħu jgħallmu aħjar lill-istudenti tagħhom.", "Dan huwa żvilupp internazzjonali li ma bdejniex naħsbu fuqu.", "Iż-żieda li qed jipproponi l-gvern għas-sena d-dieħla fl-Universita` trid tagħmel tajjeb ukoll għal ftehim ġdid li għad irid isir bejn l-Universita` u r-rappreżentanti tal-ħaddiema, l-MUT u l-UMASA.", "X'inhi r-raġuni li għal darb'oħra l-allokazzjoni finanzjarja għal-librerija ta' l-universita` sparixxiet?", "Insibu allokazzjoni għat-twaqqif ta' fakulta` ta' l-ICT.", "Din hija xi ħaġa pożittiva, u l-partit Laburista kien semma t-twaqqif ta' din il-fakulta` fl-istqarrija ta' viżjoni dwar l-ICT li ġie approvat f'Jannar ta' din is-sena u kien anke diskuss flimkien mar-rappreżentanti ta' l- istess Universita`.", "Minkejja l-espansjoni fil-korp akkademiku fejn fetħu posts ta' lecturers ġodda, dawn litteralment qed jiġru fil-kuriduri jew jaħdmu mid-dar għax m'hemmx spazju għalihom fl-universita`.", "Dan naturalment juri nuqqas ta' ippjanar fit-tul matul l-aħħar snin.", "Minkejja li sar xi progress, hemm ħafna nies demoralizzati u diżappuntati għax ilhom snin li applikaw għall- promozzjoni u hemm dewmien eżaġerat.", "Barra minn dan, teżisti nuqqas ta' trasparenza u dubji fl-għoti tal-promotions jew promotions li jkunu tailor- made bħal, per eżempju, il-call għall-post ta' operations manager finance fejn wieħed jinduna li jistgħu japplikaw għalih żewġ persuni biss!", "Fir- realta` hija persuna waħda biss li tista' tingħata din il-pożizzjoni.", "Il- ħaddiema fl-universita` huma wkoll demoralizzati minħabba li hemm tkaxkir tas-saqajn fejn jidħol il-collective agreement.", "Fl-Universita` nsibu wkoll infrastruttura dgħajfa, laboratorji mhux mgħammra biżżejjed, librerija mhux attrezzata għar-riċerka serja u sitwazzjoni fejn l-istudji fil-livell post-graduate huma mhedda.", "Għandek nuqqas ta' lecturing rooms adegwati u lecturing rooms li huma ffullati.", "Hemm il-problema wkoll ta' nuqqas ta' parkeġġ.", "Dan kollu juri b'mod ċar in- nuqqas ta' ippjanar serju u fit-tul f'dawn l-aħħar snin.", "Eżempju ieħor huwa li sular sħiħ li kien maħsub għall-farmakoloġija u li kellu jkun attrezzat b'laboratorji ngħata lil oħrajn b'konsegwenzi serji għall-istess dipartiment tal-farmakoloġija.", "Dan ifisser li l-investiment li sar, anke investiment ta' Lm100,000 f'apparat li nxtara apposta, m'huwiex qed jiġi utilizzat.", "Sur President, bil-bidla fir-rettorat, kulħadd ħa l-impressjoni li kien se jkollna bidla fil-mod kif l-Universita` tiġi amministrata.", "Sal-lum l- Universita` għadha mingħajr pjan strateġiku u ma tafx fejn hi sejra f'diversi oqsma.", "Jista' jagħti l-każ li dan il-pjan huwa magħruf fost l- amministraturi imma m'huwiex magħruf fost il-komunita` edukattiva ta' l- istess Universita`.", "Kien hemm wegħda oħra mill-amministrazzjoni l-ġdida, li se tagħmel l-organizzazzjoni akkademika ta' l-Universita`.", "Ir-rettur il- ġdid kien stqarr li jrid jeżamina bis-serjeta` l-istituti u l-programmi fantażmi li hemm.", "Mhux talli ma sarx hekk, talli komplew ifaqqsu oħrajn f'dawk li ħafna qed iqisu rigali personali.", "L-Universita` ta' Malta m'għandhiex katalogu ta' l-istudji, waħda mill-ftit universitajiet mingħajru, u dan minkejja li dan huwa meħtieġ anke skond standards Ewropej.", "Hemm ukoll il-ħsieb li fl-universita`, hekk kif tgħaddi l-elezzjoni ġenerali, jiżdiedu l-fees għall-korsijiet part-time ta' filgħaxija.", "Dan kollu jista' jirrifletti fil-kwalita` ta' esperjenza edukattiva li qed jieħdu l-istudenti tagħna, u dan naturalment huwa ħażin.", "Fid-diskors tal-Prim Ministru l-bieraħ fl-Universita` li miss fuq fuq l- aspett edukattiv, dan nesa jsemmi li l-partit Laburista fil-gvern kien għamel Universita` aċċessibbli għal kulħadd u mhux għal min għandu l-flus biss.", "Hekk kienet l-Universita' qabel is-snin 70, aċċessibbli biss għal min kellu l-flus!", "Nesa wkoll isemmi li kienu twaqqfu fakultajiet ta' l- edukazzjoni, ta' l-inġinerija, ta' l-ekonomija u l-management.", "Dawk ma semmihomx!", "Ngħaddi issa, Sur President, għaIl-proposti tagħna, bħala partit Laburista, fuq l-Universita`.", "Aħna rridu li jkollna Universita` li tkun tajba mhux biss fejn jidħol it-tagħlim imma li jkollha l-qasam ta' riċerka msaħħaħ sew.", "Qed ngħidu li se ninvestu fil-laboratorji u fil-librerija u nimpenjaw rwieħna li l-problema ta' iffullar waqt il-korsijiet tispiċċa.", "Irridu universita` li toffri korsijiet permezz ta' distance u on-line learning.", "Se nwaqqfu wkoll allokazzjoni finanzjarja, jiġifieri ta' Lm1 miljun, għal min irid ikompli bl-istudji avvanzati tiegħu.", "Is-sistema ta' l-istipendji se tinżamm, jgħid x'jgħid kulħadd.", "Taf x'missu qal ukoll il-Prim Ministru l- bieraħ fid-diskors tiegħu?", "Missu qal li l-wegħda ta' stipendji sħaħ ma nżammitx u b'hekk għall-maġġoranza ta' l-istudenti l-istipendji tnaqqsu, u dan minkejja li l-wegħda fil-programm elettorali kienet li jżidu l- istipendji!", "Niġi issa għall-Junior College.", "Anke hawn il-prinċipal ilu s-snin jokrob għal aktar fondi li reġgħu ma waslux.", "Dan ifisser li l-Junior College se jkollu jerġa' jnaqqar mill-fondi ta' l-istess Universita` għall-ispiża rikorrenti tiegħu.", "Il-bini eżistenti kien maħsub li jilqa' fih madwar 1,200 student, mentri llum insibu madwar 3,000 student li jinsabu f'periklu serju.", "Fid-diskors tal-budget qed jingħad li se ssir estenzjoni fil-bini tal-Junior College, imma aħna nistaqsu: Fejn se ssir din l-estenzjoni?", "Inħoss li hawnhekk il-gvern qed jillapazza biss.", "Hemm bżonn ta' sixth form ieħor kif qed nipproponu fil-proposti edukattivi tal-Pjan għal Bidu Ġdid tal-partit Laburista.", "Infakkar ukoll li f'sena u nofs, il-gvern Laburista nefaq Lm140,000 sabiex jirranġa u jimmodernizza l-laboratorji fil-Junior College.", "Dawn saru fl-1997 u għadhom jinġiebu fil-pubblikazzjonijiet tal- Junior College sal-lum, u għalhekk qed insemmiha.", "Anke din, il-Prim Ministru naqas milli jikkwotaha, pero` fil-pubblikazzjonijiet tal-Junior College din dehret mill-inqas fi tliet edizzjonijiet, inkluża l-aħħar waħda.", "Ngħaddi issa biex nitkellem dwar l-MCAST, Sur President, u tajjeb li nibqa' ntambar fuq l-importanza ta' l-edukazzjoni teknika u vokazzjonali.", "Dan ngħidu għax l-edukazzjoni teknika u vokazzjonali m'hijiex xi ħaġa inferjuri, u l-iżball kien li l-iskejjel tas-snajja' ġew magħluqa.", "Kien meħtieġ li jiġu riformati u aġġornati għaż-żmenijiet tal-lum u ta' għada, imma naturalment hemm differenza bejn li tirriformahom u taġġornahom għal li tagħlaqhom!", "U llum jinħass vojt kbir fil-livell sekondarju fejn tidħol l-edukazzjoni teknika u vokazzjonali.", "Minn dan l-aspett, il-pjan Laburista jitkellem ċar li l-edukazzjoni teknika u vokazzjonali tidħol fil-livell sekondarju kollu, bil-possibbilta` li s-settur sekondarju jaħdem flimkien ma' l-MCAST ħalli b'hekk dawk l-istudenti li jagħżlu li jistudjaw l- edukazzjoni teknika u vokazzjonali jkollhom il-possibilta` - u nħeġġuhom - li jkomplu jistudjaw fl-MCAST wara li jagħlqu 16-il sena.", "Fil-fatt, mhux aħna biss qed ngħidu hekk, imma anke John Bencini, president ta' l-MUT, f'intervista li ta, fejn semma li hemm bżonn li naħsbu għal dawk l-istudenti li jinsabu fil-livell sekondarju u li naturalment iħossu l- ħtieġa li jistudjaw u jsegwu edukazzjoni teknika u vokazzjonali.", "Hawnhekk infakkar li l-istess rapport tal-Matsec li għandu quddiemu l-gvern isemmi wkoll li għandu jkun hemm eżamijiet fil-livell tekniku u vokazzjonali bħal dawk li għandek fl-\"O\" level, jiġifieri meta student jagħlaq is-16-il sena.", "Nieħu gost u napprezza x-xogħol li qed iwettaq il-Malta Qualifications Council li qed jagħti valur lill-oqsma vokazzjonali.", "Naturalment hemm bżonn ħidma oħra li jkun hemm opportunitajiet ta' studji fil-qasam vokazzjonali anke f'eta` ta' anqas minn 16-il sena.", "Sur President, irridu nassiguraw li l-MCAST ikun aċċessibbli għal kulħadd u li jingħataw ir-riżorsi ħalli jkun hemm tagħlim ta' kwalita`.", "Anke hawn hemm bżonn li nħaddmu politika ta' flessibilita` kemm mal-lecturing staff kif ukoll ma' l-istudenti kollha.", "Dan ifisser li l-MCAST għandu jkun istituzzjoni edukattiva li fost miri oħra jagħti t-tieni ċans liż-żgħażagħ.", "Hemm bżonn niftħu aktar il-bibien u mhux nagħlquhom.", "Irridu wkoll insaħħu l- iskemi ta' apprendistat.", "Fl-MCAST insibu titubar u tkaxkir tas-saqajn fejn jidħlu l-collective agreements.", "Hemm ukoll il-kuntratti ta' l-istaff ta' l- MCAST, u dan jikkuntrasta ma' kif isiru ċerti ħatriet bħal, per eżempju, taċ-chief administration officer, li huwa post ivvintat u ma kienx maħsub meta għaddejna l-emendi fl-Att dwar l-Edukazzjoni.", "Dan deher ċar ukoll fl- MCAST Link ta' Autumn 2007 fejn naturalment għandna preżentazzjoni taċ- chief administration officer li, kif għedt, huwa post ivvintat biex il- Ministru Galea jaqdi mill-aħjar lin-nies tiegħu, u hekk għamel fl-MCAST!", "Din is-sena sar sforz biex jidħlu l-istudenti kollha li wrew interess u xewqa li jkomplu l-istudji tagħhom fl-MCAST.", "Dan reġa' ma seħħx u mhux l- istudenti kollha daħlu, u din żgur mhux l-ewwel sena li żgħażagħ baqgħu barra.", "Filwaqt li kulħadd jgħid kemm huwa essenzjali li kulħadd ikompli bl- istudji tiegħu, fl-istess ħin għandna din ir-realta` li mhux kollha jirnexxielhom jidħlu fl-MCAST.", "Nistaqsi għalfejn din is-sena biss sar dan l- isforz u daħlu aktar studenti mis-soltu meta naturalment din hija storja ripetuta f'dawn l-aħħar snin.", "Fid-diskors tal-budget, il-prim ministru qal li rridu nagħtu lill-poplu tagħna l-għodda biex jaħtfu l-opportunitajiet kollha li għandhom quddiemhom.", "Ir-realta` hi li erġajna rajna studenti li ma daħlux fl-MCAST biex ikomplu l-istudji tagħhom.", "Dwar il-campus il-ġdid ta' l-MCAST, gvern Laburista mhux biss ikompli din l-inizjattiva imma jmexxi 'l quddiem dan il-proġett sa l-aħħar.", "Naturalment aħna nieħdu pjaċir b'dan l-investiment, Sur President.", "L-ITS hija l-unika istituzzjoni edukattiva li ma ssemmietx fid-diskors tal- budget.", "Dan huwa messaġġ sinifikattiv fih innifsu, u allura l-mistoqsijiet joħorġu waħedhom, Sur President.", "X'inhu l-ħsieb tal-gvern fuq l-ITS?", "Tajjeb wieħed jgħid li hawnhekk teżisti inċertezza kbira dwar il-futur ta' l-ITS.", "Dan se jiffunzjona bħala entita` indipendenti?", "Jekk iva, għandu mingħajr ebda dewmien jingħata status uffiċjali.", "Tajjeb li wieħed jgħid li l-livell ta' tagħlim fl-ITS huwa wieħed tajjeb u hemm il-ħtieġa li jespandi, iżda jien nistaqsi jekk hemmx dan il-ħsieb min-naħa tal-gvern.", "Din hija opportunita` oħra li jiġu jistudjaw studenti barranin li jħallsu għall-kors tagħhom.", "Tajjeb li nbena ITS ġdid f'Għawdex għal studenti Għawdxin, imma x'tip ta' investiment hemm il-ħsieb li jsir għall-ITS ġewwa Malta?", "Nistaqsi wkoll jekk hemmx il-ħsieb li tinbena hotel school f'Malta biex l-istudenti ta' l-ITS ikunu jistgħu jingħataw aktar taħriġ.", "Naturalment għandu jsir kull sforz biex l-ITS jibqa' jżomm rabta qawwija mas-settur turistiku biex ikun jista' jkompli jindirizza l-ħteġijiet ta' l- industrija ewlenija f'pajjiżna.", "Ngħaddi issa biex nitkellem fuq l-edukazzjoni pprovduta mis-settur privat.", "Bħala partit Laburista, aħna nemmnu li għandu jkun hemm spazju u kull opportunita` għas-settur privat.", "Nemmnu wkoll li l-gvern u l-privat għandhom jaħdmu flimkien.", "Għalhekk nagħtu appoġġ u nkomplu dak li nbeda f'dan il-qasam, anke dak li ġie mħabbar fl-istess budget li għandna quddiemna.", "Ngħaddi issa kumment dwar l-inizjattiva My Potential II u nistaqsi x'inhi r-raġuni li studenti li għażlu li jagħmlu kors part-time fl- Universita` ta' Malta – naturalment marbut ma' l-IT – ma kwalifikawx għar- rebate bħal studenti oħrajn li jistudjaw fil-privat.", "Fil-privat jikkwalifikaw, imma fl-Universita` ta' Malta le!", "Jien din inqabbilha ma' sitwazzjoni fejn il-gvern jagħti ċ-children's allowance lil dawk li jwelldu fi sptar privat imma mhux lil dawk li jwelldu fi sptar pubbliku.", "Hawnhekk irrid nieħu din l-opportunita` wkoll biex insellem lil dawk kollha li jagħtu edukazzjoni f'pajjiżna, inkluż dik mogħtija mill-knisja, mill-iskejjel indipendenti u minn istituzzjonijiet privati oħrajn.", "Nassigurahom li l-partit Laburista japprezza x-xogħol tagħhom fil-qasam ta' l-edukazzjoni.", "L-istess pjan Laburista dwar l- edukazzjoni jitkellem fuq l-edukazzjoni provduta mis-settur privat u jisħaq li għandu jkun hemm kollaborazzjoni sabiex naħdmu flimkien.", "L-għan tagħna hu li fl-aħħar mill-aħħar ikollna edukazzjoni ta' kwalita` għal kulħadd.", "Issa se nitkellem fuq l-ambjent fiżiku fl-iskejjel.", "Naturalment dan huwa l- aktar li jidher għax hemmhekk hemm lok fejn wieħed jieħu ritratti u filmati, u hawnhekk il-gvern jeċċella!", "Pero` nfakkar li din hija l-istess politika fuq l-ambjent fiżiku fl-iskejjel li l-partit Laburista kien ilu jitkellem fuqha sa mill-bidu tas-snin disgħin.", "Jien niftakar lill-kollega tiegħi, l-Onor.", "Bartolo, dejjem jisħaq fuq il-ħtieġa li ntejbu l-ambjent fiżiku fl-iskejjel.", "Aħna bħala partit Laburista mhux biss tkellimna imma wettaqna bil-fatti.", "Infakkar li sa l-1998, wara biss sena u nofs fil-gvern, il-vot kapitali għal xogħlijiet fl-iskejjel kien ta' aktar minn Lm7.8 miljuni.", "Infakkar ukoll li fl-aħħar sena ta' gvern Nazzjonalista ta' qabel l-1996, il-vot kapitali għal xogħol fl-iskejjel kien biss ta' Lm1.5 miljuni.", "Dan ifisser li gvern Laburista f'sena u nofs żied l-allokazzjoni kapitali għal xogħol fl-iskejjel b'aktar minn ħames darbiet komparat mas-somma allokata mill-partit Nazzjonalista.", "Pero` anke hawnhekk ilni sena waħda wara l-oħra nistaqsi jekk nistgħux inkunu nafu x'inhu l-master plan li qed taħdem fuqu l-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada.", "Il-ministru kien ħabbar, fl-aħħar mill-aħħar, li l-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada għandha master plan – dak iż-żmien dan kien qed jiġi diskuss mid-diviżjoni – li kellu jkun diskuss fil-Parlament wara li jkun ippubblikat, imma minn dan kollu ma sar xejn.", "Għalfejn dawn is-sigrieti kollha?", "Għalhekk wieħed bilfors ikollu jistaqsi jekk aħniex nimxu fuq dan il-master plan jew inkella jekk dan hux qed jinbidel skond l-eżiġenzi distrettwali tal-ministru, kif rajna proprju fis-snin li għaddew.", "Il-ministru kien qal li dan il-pjan se jpoġġih fuq il-Medja tal-Kamra, u jien nistiednu biex illum jagħmel dan.", "Diġa` għadda ħafna żmien minn meta qal hekk, Sur President.", "Naturalment aħna nieħdu gost li x-xogħol fl-iskejjel qed isir, imma hemm bżonn ukoll li nkunu nafu fuq liema pjan qed timxi l-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada.", "Qalulna li issa se jitwaqqfu l-kulleġġi u allura l-pjan qed jinbidel minħabba l-kulleġġi, imma huwa importanti li nkunu nafu fuq liema pjan mexjin, jekk wara kollox jeżisti dan il-pjan.", "Barra minn hekk, kull meta nagħmel mistoqsijiet parlamentari dwar dettalji ta' xogħol li qed tagħmel il-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada, b'mod jew ieħor ir-risposta għal dak li nkun qed nistaqsi ma tingħatax, u għandi eżempji ta' mistoqsijiet parlamentari fejn qed jiġri dan.", "Barra minn hekk, anke l-bieraħ, fid-diskors tal-prim ministru ssemma l-investiment li qed isir fl-iskejjel.", "Kif għedt diġa` aħna nieħdu gost b'dan l-investiment.", "Dan qal li se jpoġġi fuq il-Medja tal-Kamra lista u dettalji ta' xogħlijiet li kellhom isiru u li saru fl-iskejjel.", "Pero` meta staqsejt għal din il- lista, jidher li għada ma tpoġġietx.", "Qisu anke l-Prim Ministru hawnhekk qed jiddejjaq jippubblika dawn l-affarijiet u ma nafx għalfejn, fl-aħħar mill- aħħar!", "Forsi jekk joħroġ xi ħaġa minn dawn il-mistoqsijiet, nerġgħu nfakkru jew ikollna eku ta' irregolaritajiet li ġew ipprovati li saru?!", "Dan mhux għajdut jew perċezzjonijiet.", "Ġie ipprovat li saru irregolaritajiet fil-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada wara inkjesta maġisterjali u anke wara li għamel l-investigazzjoni tiegħu l-awditur ġenerali.", "Jien ma neskludix li dawn għadhom isiru.", "F'kull diskors tal-budget qed ikollna lista żgħira ta' xi skejjel fejn se jkun se jsir xi bini sostanzjali.", "Fid- diskors tal-budget insibu, fost oħrajn, li ftit ġimgħat oħra se nibdew nibnu skola primarja f'Pembroke.", "Issa jien din insejħilha saga għax ilna għaddejjin fuq skola ġdida f'Pembroke mill-inqas mis-sena 2001, fejn l- Onor. George Pullicino kien mar Pembroke hu stess u ħabbar b'ħafna pompa li kien ġie identifikat il-post fejn kienet se tinbena din l-iskola.", "Barra minn hekk, kellna stqarrija maħruġa mid-DOI fl-2003 fejn il-Ministru Louis Galea qal li jinstab ħerqan li jara din l-iskola tinbena, l-ewwelnet għax jaf kemm hi meħtieġa għal-lokalita` ta' Pembroke u l-lokalitajiet l- oħra viċin, u t-tieni għax din se tkun l-ewwel skola primarja li se tinbena kompletament mill-Fondazzjoni ta' l-Iskejjel ta' Għada.", "Qal ukoll li għalhekk hu konvint li malli joħorġu l-permessi mill-MEPA u jitlestew il- pjanti finali, il-fondazzjoni se tibni skola primarja ġdida fi żmien qasir u ta' l-ogħla livell.", "Hemm ħemel mistoqsijiet parlamentari jidhirli mill- Onor. Robert Arrigo li għadhom isiru anke sa din il-ġimgħa jew il-ġimgħa li għaddiet dwar din l-imbierka skola ta' Pembroke!", "Barra minn hekk, insibu li fid-diskors tal-budget li ressaq il-prim ministru bħala ministru tal- finanzi fil-31 ta' Ottubru 2005 issemma l-bini ta' l-iskola ta' Pembroke.", "Mhux hekk biss, imma fil-budget speech ta' Ottubru 2006, jiġifieri l-budget li kien ippreżentat għal din is-sena li ninsabu fiha, reġa' semma l-iskola ta' Pembroke.", "Naturalment ma setax jonqos li jsemmiha lejlet elezzjoni!", "Għalfejn qed insemmi dan kollu, Sur President?", "Qed insemmi dan kollu għax hawnhekk tidhol kwestjoni ta' kredibilita`.", "Ilna mill-inqas seba' snin nitkellmu fuq skola ġdida f'Pembroke.", "Meta se tasal?", "Xi darba naturalment tasal, imma jistgħu jgħidulna meta se tibda eżatt din?", "Kwestjoni ta' kredibilita`, Sur President.", "Fid-diskors tal-budget tissemma wkoll l-iskola primarja ta' Marsaxlokk u anke hawnhekk hawn sensiela ta' mistoqsijiet parlamentari fuq is-sala ta' l-iskola primarja ta' Marsaxlokk.", "Ma smajna xejn fuq is-sala ta' l-iskola tal-Junior Lyceum ta' Santa Luċija, li wkoll hi skola ġdida li għad m'għandhiex sala b'konsengwenza li kull meta tkun ix- xita, l-istudenti ma jkollhomx fejn jagħmlu attivita` fiżika u sportiva.", "Barra minn hekk, għat-tieni sena konsekuttiva, ssemma l-immodernizzar tal- Junior Lyceum tal-Ħamrun u l-bini ta' skola ġdida fil-Mosta.", "Anke hawn tidħol kwestjoni ta' kredibilita` għax ilna żmien nisimgħu fuq l-iskola l- ġdida tal-Mosta!", "Għal mistoqsijiet parlamentari li saru f'Mejju ta' l-2004, il-Ministru wieġeb:", "\"Qed isir ix-xogħol ta' permessi u pjanti fuq skola ġdida fiż-Żokrija, limiti tal-Mosta\" U hemmhekk ukoll kien semma l-iskola ta' Pembroke.", "Kienet ukoll ħarġet kompetizzjoni fl-2003 fejn daħlu ma' l-14-il proposta għall-bini ta' din l- iskola minn periti li ssottomettew il-proposti tagħhom.", "F'mistoqsija parlamentari li ġiet imwieġba f'Ottubru ta' l-2004, jiġifieri issa għalaqna tliet snin, ġejna nformati li fit-2 ta' Settembru 2004 id-direttur tal- kuntratti ħareġ letter of acceptance għat-tender tad-design brief għall- iskola sekondarja taż-Żokrija, Mosta lill-Perit Joseph Bondin & Associates.", "Jiġifieri anke hawnhekk saga oħra ta' proġetti li suppost twettqu, ilhom li bdew, u fil-verita` għadhom fuq l-ixkaffa.", "Din hi kwestjoni ta' kredibilita` għax ma jistax ikun li inparlaw biss, imma fl-aħħar mill-aħħar irridu nwettqu.", "Issa jiena se nagħmel punt żgħir fuq il-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada.", "Jidher li hemmhekk hemm persuna waħda li jiddetta u jiddeċiedi kollox hu għax, kif jgħid hu stess, dan ma' jibża' minn ħadd, la mill- ministru u lanqas mis-segretarju permanenti.", "Dan jagħmel li jgħid hu, jiddeċiedi hu, u naturalment imur kontra dak li jgħidlu ħaddieħor.", "Għandna problema fil-preżent, Sur President, fejn xogħlijiet li huma meqjusin bħala xogħlijiet żgħar jew xogħlijiet minuri li jiġu mitluba mill-iskejjel qed jibqgħu fuq l-ixkaffa, u naturalment ir-requests għalihom dejjem jiżdiedu.", "Min-naħa l-oħra, il-maintenance section tħalliet mitluqa u m'għandhomx biex jagħmlu x-xogħlijiet huma.", "Mhux hekk biss, imma ċerti ħaddiema magħżula qed jagħmlu xogħol għal din il-fondazzjoni u kif għedt diġa`, jidher li persuna waħda qed tmexxi u tiddeċiedi kollha hi.", "U dan jidher li qed isir bil-barka tal-ministru għax dan jafu kulħadd, u għalhekk nissoponi li l-Ministru jaf ukoll b'dan kollu!", "Mhux hekk biss, Sur President, imma qed ikollna sitwazzjonijiet fejn partijiet minn xogħlijiet li jkunu ngħataw b'tender u għalhekk ikunu xogħlijiet li jsiru mill- kuntrattur privat, qed isiru mill-bennejja, electricians, plumbers, bajjada u welders li tqabbad il-fondazzjoni jew inkella li qegħdin fil-maintenance section stess, u dan meta l-kuntrattur privat forsi jkun tħallas għal xogħol li ma jkunx għamel hu.", "Għedt ukoll li qed ikun hemm ċerti obbligazzjonijiet u attivitajiet li din il-fondazzjoni qed tagħmel tajjeb għalihom, u hawnhekk naturalment jidħlu eżiġenzi distrettwali tal-ministru.", "Anke fejn ġew stallati diversi lifts f'diversi skejjel, ma sar l-ebda pjan għall-manutenzjoni tagħhom u nafu li din il-manutenzjoni tiswa mhux ħażin.", "Ara ma taħsbux li ċerti lifts li ġew stallati ftit tax-xhur ilu ma jiġrilhomx il-ħsara!", "Fil-fatt, uħud minnhom aktar ikunu bil-ħsara milli le.", "Għandek każijiet oħra fejn ikollok tenders maħruġa mill-fondazzjoni li mhux qed jiġu segwiti għall-quality control and assurance, u hawnhekk nagħti eżempju bit-tqegħid tar-roof membrane fuq ċerti skejjel li suppost iservi almenu għaxar snin u li fil-verita` ħafna minnu beda jinqala' wara sentejn u x-xogħol kollu li jkun sar qed litteralment itir mar-riħ.", "Nitkellem ftit issa fuq l-allokazzjoni finanzjarja.", "Hawnhekk għandna konferma oħra ta' kemm il-gvern bid-diskors ifajjar iċ-ċifri bl-addoċċ, pero` mbagħad meta tqabbel budget ma' l-ieħor issib affarijiet li ma jagħmlux sens.", "Fid-diskors tal-budget għas-sena d-dieħla, il-prim ministru qal li qed jalloka s-somma rekord - naturalment kollox rekord għalih - ta' Lm102 miljuni.", "Pero` tajjeb naraw x'qal il-prim ministru bħala ministru tal- finanzi fid-diskors tal-budget għal din is-sena li ninsabu fiha, fejn qal li matul din is-sena se jinvestu s-somma globali ta' aktar minn Lm121 miljun.", "Mhux hekk biss!", "Imma fid-diskors tal-budget tas-sena 2006 qal li għal dik is-sena in-nefqa se tkun ta' Lm108 miljuni.", "Allura dan dejjem bir- rekords?!", "Anke hawn, Sur President, din hija kwestjoni ta' kredibilita`, basta nsemmu li din hija nefqa rekord!", "Dan huwa taħwid fil-figuri u nixtieq li jkollna spjega ta' x'ġara, għax qed ngħidu li għas-sena d-dieħla se jkollna allokazzjoni ta' Lm102 miljuni, għal din is-sena suppost infaqna Lm121 miljun, u għas-sena li għaddiet kellna Lm108 miljuni.", "Safejn naf jien, Lm102 miljuni hija l-anqas waħda mit-tliet figuri li semmejt.", "Allura fejnu ir-rekord?!", "Meta ngħid dan kollu, Sur President, mhux qed ngħid li n-nefqa mhix waħda sostanzjali, pero` ejja ma nidħqux bin-nies għax ilna wisq nidħqu bin-nies!", "Hawnhekk nixtieq nagħmilha ċara li l-partit Laburista fil- gvern se jkompli jsostni n-nefqa fl-edukazzjoni u għandna stqarrija ċara mill-mexxej tal-partit Laburista Dr. Alfred Sant fejn, f'laqgħa li kienet saret mal-UĦM, dan qal, u se nikkwota minn stqarrija uffiċjali:", "\"Minkejja l-problema finanzjarja li għandu pajjiżna, l-impenn tal- partit Laburista jibqa' dejjem dak li jsostni u jkabbar l-investiment fl-edukazzjoni.\".", "Hekk se nagħmlu, Sur President, u aħna dak li nwiegħdu, inwettquh.", "Sur President, ngħaddi issa għall-aktar ħaġa li nħoss li hija importanti f'dan is-settur, l-edukazzjoni fil-klassi.", "Ma jiswa xejn li noqogħdu nsebbħu l-iskejjel tagħna jekk ma nagħtux kas ta' x'jiġri fil-qalba ta' l- edukazzjoni, jiġifieri dak li jsir fil-klassi.", "Għalhekk il-Prim Ministru fid-diskors tiegħu għamel tajjeb li qal:", "\"...iżda s-suċċess fl-edukazzjoni ma jitkejjilx biss mill-faċilitajiet li jeżistu jew jinbnew\".\"", "Ovvjament ma tistax ma taqbilx ma' dan, imma fl-istess waqt li taqbel ma' dan, ma tistax ma tinkwetax dwaru.", "Ħalli naraw x'fih il-budget dwar dan.", "Hawnhekk tajjeb nirrimarka li fil-budget mhux biss id-diskors moqri mill- prim ministru bħala ministru tal-finanzi iżda wkoll l-estimi finanzjarji li jħollu u jorbtu x'inizjattivi jittieħdu.", "Minkejja dawn l-aħħar tliet budgets ippreżentati mill-Prim Ministru Gonzi bħala ministru tal-finanzi u minkejja li l-partit tiegħu ilu 20 sena fil-gvern b'eċċezzjoni ta' sena u nofs, għad għandna sistema edukattiva fejn l-appoġġ madwar tfal vulnerabbli għadu dgħajjef wisq.", "Dan mhux tort ta' l-għalliema, u hawnhekk ta' min jiftaħ parenteżi u jgħid li l-għalliema ħaqqhom kull tifħir għax-xogħol kollu li qed jagħmlu.", "Ħafna minnhom jagħmlu l-mirakli fil-ġurnata tax- xogħol tagħhom, Sur President.", "Ovvjament dan li qed ngħid mhux tort ta' l-għalliema kif ipprova jgħid il- bieraħ il-prim ministru imma hu proprju tort tiegħu bħala prim ministru u tort tal-ministru Louis Galea.", "Dan l-appoġġ għat-tfal vulnerabbli huwa kruċjali jekk irridu li verament nagħtu edukazzjoi ta' kwalita` għal kulħadd, u aħna bħala partit nisħqu li l-edukazzjoni ta' kwalita` għandha tkun għal kulħadd biex ħadd ma jaqa' lura għax nemmnu bis-serjeta` li ħadd m'hu għar-rimi.", "Huwa kruċjali wkoll li jkollna programmi intensivi maħsuba għal dawk it-tfal u l-familji tagħhom - jekk ikun meħtieġ - li jkunu waqgħu lura, u minn dawn għad għandna ħafna sfortunatament.", "Jinkwetana l-fatt li għandna 40% li mhux qed jgħaddu mill-eżami tal-junior lyceum kif ukoll jinkwetana l-fatt li għandna numru ta' studenti li mhux qed jersqu għal dan l-eżami.", "Ninkwetaw li hemm għalliema fil-livell sekondarju li jgħidu li hemm xi klassijiet fil-junior lyceum li mhux se jgħaddu jew lanqas jersqu għal xi eżami tas-SEC.", "Tajjeb ngħidu – u dan kulħadd jafu – li hawnhekk tiftaħ u tagħlaq il-bieb kemm trid, u ejja ma nidħkux bin-nies għax il-partit Nazzjonalsita daħak bin-nies ħafna drabi!", "Il-Prim Ministru Gonzi quddiem il- cameras qal li l-budget sar fuq dak li qallu l-poplu.", "Allura mhux ta' b'xejn li l-budget li għandna quddiemna fil-qasam edukattiv qed jikkastiga u ma jaħsibx għal dawk li huma bla leħen, it-tfal li qed jaqgħu lura fis- sistema edukattiva tagħna.", "Nagħmilha ċara pero` li dawn m'humiex minsija mill-partit Laburista, u fil-pjan tagħna qed nagħtu l-aqwa importanza u attenzjoni lis-settur primarju, fosthom l-introduzzjoni ta' dik li qed insejħulha reception class, li hija sena ġdida li tidħol bejn it-tieni sena tal-kindergarten u l-ewwel sena tal-Year 1.", "X'inhu l-iskop għal din is-sena extra?", "Din is-sena ġdida bejn it-tieni sena tal-kindergarten u l-ewwel sena tal-primarja għandha sservi bħala transizzjoni bejn l-edukazzjoni formali u dik informali, kif kien ġibed l- attenzjoni għaliha l-istess kurrikulu minimu nazzjonali fl-1999.", "Din is- sena għandha tgħin biex nikkumbattu l-illitteriżmu ħalli kulħadd ikollu bażi soda sa mill-bidu ta' l-edukazzjoni obbligatorja.", "Permezz ta' din is- sena ġdida, l-istudenti kollha jimmaturaw aktar u aħjar minħabba l- edukazzjoni li jirċievu u allura jkunu preparati aktar biex ikomplu l- istudji tagħhom f'livell sekondarju.", "Għandha sservi wkoll għall-eżami tal- junior lyceum - sakemm jibqa' dan l-eżami – u li huwa magħruf bħala l-11 plus fejn kulħadd jagħmel dan l-eżami meta jagħlaq l-eta` ta' 11-il sena u mhux qabel.", "Hija wkoll politika ddikjarata tagħna fil-pjan tagħna għall-edukazzjoni li nnaqqsu n-numru ta' studenti f'kull klassi.", "Fil-pjan qegħdin insemmu li ma tkunx aktar minn 25 student.", "Nafu li llum, anke bi ftehim li ġie ffirmat f'Lulju li għadda, ġie konfermat li dan ma jistax jaqbeż il-30.", "Il-politika dikjarata tagħna hija li dan m'għandux ikun aktar minn 25.", "Kellna statistika li tindika dan, u jekk ikun meħtieġ dan in-numru ta' 25 lesti li nkomplu nnaqqsuh skond il-ħtiġijiet anke għax nafu li l-birth rate f'pajjiżna dejjem qed tonqos.", "Dan kollu nagħmluh għal ġid ta' l-istudenti kollha.", "Kif għedt u nibqa' ngħid, aħna rridu l-kwalita` u rridu li ħadd ma jaqa' lura, u għalhekk se nagħmlu minn kollox biex nipprovdu l-għodda kollha meħtieġa u l-ambjent neċessarju biex nilħqu l-kwalita` fl- edukazzjoni li qed nimmiraw għaliha.", "Barra minn hekk, meta wieħed jara l-pupil/teacher ratio meta mqabbla mal- pajjiżi membri fl-Unjoni Ewropea, pajjiżna jinsab t-tielet l-ogħla fl- Unjoni Ewropea.", "Jekk irridu li aktar studenti jkomplu l-edukazzjoni tagħhom wara li jagħlqu s-16-il sena, bilfors irridu nieħdu ħsieb dawk l- istudenti li qed jaqgħu lura.", "Ta' kull sena qed ikollna wisq tfal, eluf ta' studenti, li mhux qed ikomplu l-edukazzjoni tagħhom wara l-edukazzjoni obbligatorja, u dan ma jagħmlilniex ġieħ.", "Hawnhekk tajjeb li nagħti ħarsa lejn l-aġenda ta' Lisbona, u peress li aħna pajjiż membru ta' l-Unjoni Ewropea ma nistgħux ma nħarsux lejn kif pajjiżna jitqabbel ma' pajjiżi oħrajn fejn jidħlu miri edukattivi li kull pajjiż membru jrid jilħaq sas- sena 2010, u mhux sas-sena 2015.", "Jidher li anke hawnhekk, il-gvern qata' qalbu li jilħaq il-miri sas-sena 2010.", "Sfortunatament - u dan ngħiduh b'għafsa ta' qalb għax qegħdin nitkellmu fuq uliedna li suppost, kif qal il- prim ministru, huma l-mimmi ta' għajnejna – pajjiżna għad fadalu x'jaqdef.", "Il-bieraħ, waqt id-diskors tal-prim ministru, kont diżappuntat meta beda jitkellem b'ċertu mod fuq il-qasam edukattiv, jitfa' ċifri 'l hemm u ċifri 'l hawn u jħallat ħaġa ma' oħra, idaħħal il-politika partiġġjana u jaqbeż minn suġġett għall-ieħor.", "Kultant tistenna aħjar, imma mbagħad tgħid: X'tista' tistenna aħjar?", "Qal li pajjiżna l-aktar li qed jirkupra vis-a-vis pajjiżi oħra fl-Unjoni Ewropea.", "Qed jgħid hekk, imma nafu li sfortunatament għadna fl-aħħar post. Jekk inqabblu lilna nfusna ma' pajjiżi oħra li daħlu magħna fl-Unjoni Ewropea, jiġifieri dawk li daħlu magħna tliet snin u nofs ilu, naraw li anke dawn qegħdin qabilna sew, u wieħed jista' jara l-figuri li ħarġu mir-rapport tal-kummissjoni \"Progress towards the Lisbon Objectives in Education and Training\" fejn meta tqabbel il-pajjiżi ġodda li daħlu magħna ssib li dawn huma avvanzati, u f'ħafna każi ħafna iktar minna.", "Imnalla qed nirkupraw b'rittmu mgħaġġel skond il-prim ministru!", "Jekk naraw l-early school leavers, per eżempju, insibu li għandna rata ta' 41.7% meta mqabbel ma' l-average fl-Unjoni Ewropea ta' 15.3%.", "Il-mira ta' l- Unjoni Ewroepa sas-sena 2010 hija ta' 10% u kif għedt, il-gvern diġa` qata' qalbu li jilħaq din il-mira sas-sena 2010, u fid-diskors tal-budget qed jgħidilna li issa rridu nilħquha sas-sena 2015 fejn 85% taż-żgħażagħ li jagħlqu s-16-il sena jkomplu l-edukazzjoni tagħhom.", "Mira oħra ta' l-Unjoni Ewropea hija dik li 85% ta' dawk li għandhom mill-anqas 22 sena ikollhom edukazzjoni sekondarja għolja.", "Malta laħqet il-50.4% meta l-average fl- Unjoni Ewropea huwa ta' 77%.", "Fejn tidħol l-edukazzjoni għall-adulti, jiġifieri għal dawk bejn 25 u l-64 sena, matul is-sena li għaddiet Malta laħqet il-5.5% meta l-average fl-Unjoni Ewropea huwa ta' 9.6%, u l-mira ta' l-istess Unjoni Ewropea għas-sena 2010 hija ta' 10%.", "Rigward korsijiet marbuta max-xjenza, is-sena li għaddiet kellna 200 student li kienu qed jagħmlu tali korsijiet fl-Universita`, filwaqt li skond l-aġenda ta' Lisbona rridu nżidu għal 15%.", "Malta qiegħda b'1.4% biss!", "Hawnhekk x'qed isir biex bis-serjeta` jkollna iktar studenti li jistudjaw ix-xjenza?", "Il- Prim Ministru f'\"The Malta Independent\" ta' Settembru 2007 ġie kkwotat li qal hekk:", "\"Students should be encouraged to study sciences and IT.\".", "Il-Prim Ministru mbagħad ġie kkwotat li qal li huwa mportanti li nużaw is- sistema ta' l-istipendji biex ninkoraġġixxu aktar studenti jistudjaw suġġetti tax-xjenza, ta' l-IT u ta' l-inġinerija.", "Jien ngħid too late, għax kien hemm bżonn nibdew qabel.", "Meta student ikun dieħel l-Universita` ma tistax, b'mod jew b'ieħor, tikkonvinċih jew tbiddillu l-għażliet tiegħu meta jkun fuq l-għatba ta' l-Universita`.", "Hemm bżonn li s-suġġett tax- xjenza jidħol sa mil-livell primarju u mhux nibqgħu nittitubaw b'dan is- suġġett tant importanti.", "Il-gvern qed iħalli li dawn is-suġġetti tax-xjenza u l-IT ma jiġux studjati bis-serjeta` fil-livell primarju.", "Aħna, bħala partit Laburista, qed ngħidu li l-ħtieġa fil-qasam tax-xjenza se jingħata prijorita` mil-livell primarju.", "Għandna sezzjoni sħiħa li titkellem fuq l- istudju tax-xjenza u hemm proposti oħrajn marbuta mal-livell sekondarju fejn kulħadd ikompli jistudja, anke b'mod ġenerali, ix-xjenza.", "Naturalment dawk li jispeċjalizzaw fix-xjenza m'hemmx għalfejn li jistudjaw ix-xjenza b'mod ġenerali.", "Ngħid xi ħaġa wkoll dwar il-proposti li għandna fil-qasam post-sekondarju u terzjarju ta' għajnuna u nċentivi mill-gvern.", "B'hekk tista' tilħaq l-għan li aktar studenti jkomplu jistudjaw jew inkella jitħajru jistudjaw is- suġġett tax-xjenza.", "Il-pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropea jridu wkoll inaqqsu n-numru ta' persuni ta' 15-il sena li jkunu illitterati b'20%.", "Malta ma tatx statistika dwar dan, pero` jeħtieġ li l-illitteriżmu neħduh bis-serjeta`.", "Meta suppost il-prim ministru kien qed jisma' lin-nies f'Kastilja, kien hemm min qallu li għad hemm problema kbira ta' illitteriżmu fl-iskejjel.", "Sur President, aħna rridu li pajjiżna jkun ma' l- aqwa fl-Ewropa għax hekk jistħoqqlu l-poplu Malti.", "Dan ir-riżultat li b'għafsa ta' qalb semmejt fejn tidħol l-aġenda ta' Lisbona, mhux tort ta' l- għalliema, imma tort tan-nuqqas ta' politika u politika li tagħmel sens tal- gvern preżenti.", "Is-sustanza tgħodd, Sur President!", "Filwaqt li l-ambjent skolastiku tajjeb li jkun mill-aħjar, finalment li jgħodd hu s-sustanza, it- titjib li jsir fil-livell ta' klassi u kif tingħata l-edukazzjoni.", "Hawnhekk nixtieq nagħmel riflessjoni żgħira fuq l-illitteriżmu.", "Hemm bżonn li naħdmu bħala pajjiż biex nifhmu x'infissru meta ngħidu llitteriżmu u x'nifhmu meta ngħidu ħiliet bażiċi.", "It-tweġiba trid tkun marbuta mar- realta` li qed ngħixu fiha llum u fil-futur.", "Dak li kien aċċettabbli sa ftit żmien ilu mhux neċessarjament għadu validu fiż-żmien tal-lum meta ta' spiss nisimgħu u ngħidu li qed ngħixu f'dinja globalizzata.", "Hemm min jitkellem fuq il-kunċett ta' litteriżmu funzjonali, jiġifieri li persuna tista' taqdef għal rasha.", "Skond iċ-ċensiment li sar fl-2005 insibu li għandna 2,330 persuna taħt it-30 sena li ma jafux jaqraw u jiktbu, u dan dejjem skond il-metodu ta' kif issir il-mistoqsija mill-NSO.", "Jiena laqtuni kummenti li kien għamel Fr. Edgar Busuttil – li hu ġiżwita li jaħdem ħafna f'dan il-qasam u nixtieq insellimlu minn hawnhekk – f'Awissu ta' din is- sena mal-ġurnal \"The Times\", proprju dwar il-figura ta' dawk li huma illitterati.", "Dan staqsa dwar kemm jgħidu l-verita` n-nies meta jiġu mistoqsija jekk jafux jiktbu u jaqraw.", "Staqsa mistoqsijiet, per eżempju, dwar x'qed isir fuq l-assenteiżmu.", "Staqsa wkoll dwar l-istress ta' l-eżamijiet u l-ġirja biex inlaħħqu mas-sillabi.", "Dawn huma problemi li ilhom snin u li għadna nitkellmu fuqhom, u ftit li xejn jidher li qed isir dwarhom.", "Tkellem ukoll fuq l-importanza li npoġġu lit-tfal fiċ-ċentru tal-ħidma tagħna.", "Niftakru li dawk li jaqgħu lura huma dawk li għandhom l-inqas opportunitajiet u għalhekk hu importanti li nevitaw il-problema ta' l-illitteriżmu sa mill- bidu ta' l-esperjenza edukattiva.", "Naturalment il-partit Laburista jaqbel ma' dawn il-kummenti li għadda Fr. Busuttil, u dak hu li qed nipproponu fil- pjan tagħna għall-qasam ta' l-edukazzjoni.", "Iżda l-isfortuna hi li għal darb'oħra l-gvern qed jarmi ġenerazzjoni oħra ta' studenti li waqgħu lura.", "M'hemm xejn tanġibbli biex dan ma jibqax jiġri u biex nipprovaw nirbħu lura xi studenti, filwaqt li tibqa' l-mistoqsija dwar x'se nagħmlu b'dawk li ħarġu mis-sistema edukattiva tagħna biex nagħtuhom għall-inqas it-tieni ċans.", "Sur President, jidher ukoll li l-Fondazzjoni għas-Servizzi Edukattivi qed tisfaxxa ftit ftit.", "Tista' tgħid li hija l-unika istituzzjoni tal-gvern li kienet qed taħdem ma' studenti u familjari tagħhom anke għax kienet qed tingħata r-riżorsi, meta nafu li d-dipartiment dawn ir-riżorsi ma kellux.", "L- estimi fihom ftit li xejn fondi li jistgħu jmorru biex jgħinu lit-tfal li qed jaqgħu lura.", "L-aktar li għandhom bżonn huma l-anqas li qed jingħataw, mhux biss f'sens ta' riżorsi finanzjarji imma anke f'sens ta' attenzjoni.", "L- estimi preżenti jinjoraw kompletament id-direttorati l-ġodda u l-kulleġġi.", "Fl-applikazzjonijiet li kien hemm għal diretturi ġenerali – li safejn naf għadhom ma ġewx appuntati pero` hawnhekk nista' nkun żbaljat - ħadd ma kien jaf min qed japplika għal dawn il-postijiet ta' żewġ diretturi ġenerali, għalkemm kulħadd kien kważi ċert min kien se jiġi magħżul.", "Jidher li l-kurrikulu minimu nazzjonali ġie njorat kompletament u ma jissemma xejn fid-diskors tal-budget, u hawnhekk qed nitkellmu fuq il-qalba ta' l-edukazzjoni.", "Għal darb'oħra l-allokazzjoni finanzjarja ġiet imnaqqsa u għandna n-National Curriculum Council li jinsab moribond.", "Il-kurrikulu minimu nazzjonali ħareġ fl-1999 u review ta' xi twettaq ma saritx.", "Infakkar li l-kurrikulu minimu nazzjonali kellu t-titlu ta' \"Inwelldu l-Ġejjieni Flimkien\".", "Għadna nistennew biex inwellduh dan il-ġejjieni flimkien, Sur President, għax evidenza ta' xi twettaq minn dan il-kurrikulu m'għandniex.", "Hekk qed jitmexxew is-sistemi edukattivi moderni f'dan il-pajjiż!", "Tmien snin ta' stennija!", "Il-punt kruċjali tal-kurrikulu huwa li jinbidlu l- prattiċi fil-klassi, u l-enfasi kellha titwarrab mill-eżamijiet u tmur fuq l-iżvilupp ħolistiku tat-tfal, f'dak li huwa soċjali, f'dak li huwa fiżiku u f'dak li huwa emozzjonali u konjittiv, jiġifieri fejn jidħol anke l- intellettwali.", "Il-ftehim mal-MUT wasal tard wisq għal dan il-gvern, u nistaqsi kemm se ndumu nittamaw li jkollna tibdil.", "Qed ngħid dan għax il-gvern dejjem sab xi skuża hawnhekk, daqqa għax qed jibdel l-istrutturi u daqqa għax m'hemmx ftehim mal-MUT.", "Issa xi skuża se jġib ġaladarba hemm dan il-ftehim?!", "Kemm se jgħaddi żmien biex permezz tal-ftehim iffirmat naslu fil-livell t'isfel ħalli verament jinbidel l-istil tat-tagħlim b'risq it-tfal?", "Ħati ta' dan kollu mhux l-għalliema, imma l-gvern!", "Li huwa żgur huwa li l-għalliema u l- uffiċjali tad-diviżjoni ta' l-edukazzjoni qatt ma kellhom moral daqshekk baxx.", "Dan l-aħħar kompliet tiġi murija l-isfiduċja sħiħa tal-ministru ta' l- edukazzjoni fl-istess diviżjoni ta' l-edukazzjoni.", "Anke f'diskorsi li jagħmel, mhux darba u tnejn, il-messaġġ kien wieħed ċar: Għandna bżonn ġenerazzjoni ġdida.", "Hawnhekk nixtieq nagħmel parentesi oħra fejn nirringrazzja u nsellem lil Dr. Cecilia Borg li waslet biex tirtira u nsellem u nirringrazzja ukoll lill- persuni kollha li jaħdmu fid-diviżjoni ta' l-edukazzjoni u lill-għalliema li jagħtu dak kollu li jistgħu biex jedukaw lil uliedna.", "Aħna, min-naħa ta' l-oppożizzjoni, għandna fiduċja sħiħa fl-għalliema u fl-edukaturi kollha u mill-gvern se naħdmu spalla ma' spalla magħhom biex il-mira tagħna li nipprovdu edukazzjoni ta' kwalita` għal kulħadd, nilħquha.", "Fi tmien snin tlestew ħafna dokumenti validi li pero` ma ġewx implimentati.", "U hawn nistaqsi: X'ġara mir-rapport tal- guidance & counselling?", "Dan kellu jiġi ppubblikat fis-sajf li għadda.", "Nistaqsi wkoll: X'ġara mir-rapport tal-Matsec u x'ġie implimentat minnu?", "Dan l-aħħar kellna l-problemi marbuta mar-revision of papers u mal- pubblikazzjoni tar-riżultati.", "Il-pjan Laburista jitkellem dwar li l- istudenti għandhom ikollhom id-dritt li jaraw il-karta ta' l-eżami tagħhom meta dawn ma jgħaddux.", "Mhux talli ma ġietx imsaħħa l-istruttura tal-Matsec kif kien issuġġerit f'dan l-istess rapport, talli n-nies naqsu, u għandek tliet persuni minn sitta li huma meqjusa bħala kolonni li fuqhom jistrieħ il-bord tal-Matsec, li jew spiċċaw jew qed jaħdmu b'ħin ridott.", "X'ġara mir- rapport tal-Junior Lyceum u l-Common Entrance Exam?", "Dan ir-rapport li kkummissjona l-ministru stess ilu x-xhur quddiem il-ministru.", "Għaliex ma ġiex ippubblikat?", "Tgħid fih xi proposti li l-gvern qed jiddejjaq minnhom issa li waslet l-elezzjoni?", "F'oqsma oħra importanti ma sarx taħriġ u se nsemmi, per eżempju, l- assessjar informattiv u kontinwu, il-level descriptors, portfolios, eżamijiet school-based, l-iżvilupp professjonali fil-kindergarten u l- bullying.", "Min għandu t-tfal jaf jistaqsi x'ifissru dawn l-affarijiet .", "Dawn kollha jwasslu sabiex l-edukazzjoni li tingħata lil uliedna tkun aħjar.", "It- tort hu tal-gvern li naqas milli jipprovdi r-riżorsi għal dawn l-affarijiet li semmejt.", "Seħħ rigress f'dawn l-aħħar snin fuq is-servizzi peripatetiċi fil-qasam tal-PSD, tal-mużika, l-arti, drama u l-PE.", "Kellna falliment ta' proġetti bħat-teknoloġija mill-Form 1 sal-Form 5 għal kulħadd.", "Kellek it- team ta' activity teachers fejn flok team ta' 250 spiċċajna b'xi 17.", "Kellna wkoll il-kwestjoni ta' kif ġew maħtura l-guidance teachers fejn l-MUT talbet inkjesta u l-gvern baqa' ċass quddiem din it-talba.", "Tajjeb li l-ministru jara kif qed jinħatru l-facilitators ġewwa Għawdex fejn żmien il-fewdu għadu fl-aqwa tiegħu!", "Dwar il-kwestjoni tas-saħħa u sigurta` fl-iskejjel kien hemm numru ta' suġġerimenti minn persuni li tqabbdu apposta biex jagħmlu inkjesta interna wara mewt ta' student fl- iskola.", "Kemm ġew implimentati minn dawn is-suġġerimenti, speċjalment fejn jidħol l-impjieg ta' persuni li huma kwalifikati u li għandhom esperjenza f'oqsma speċifiċi marbuta mas-saħħa u sigurta` fl-iskejjel?", "Tajjeb nitkellmu wkoll fuq l-għoli ta' prezzijiet u ħlas tal-VAT fejn tidħol l- edukazzjoni u li l-ġenituri qed ikollhom jiffaċċjaw u jħallsu biex jixtru ċerti kotba, uniformijiet u ħwejjeġ oħra.", "Din qed tkompli tgħaffeġ familji li l-aktar għandhom dħul baxx, u dan qed ngħidu f'kontest ta' budget li warrab għal kollox l-għoli tal-ħajja.", "Apparti dan, fl-istess waqt li l-prim ministru jibqa' jgħid li m'hemmx VAT fl-edukazzjoni, il-ministru tiegħu joħroġ struzzjonijiet sabiex tingħata riċevuta tal-VAT mill-iskejjel.", "Naf li minbarra kriżi f'ċerti ħatriet - bħal per eżempju, fit-team ta' tmexxiija għax informat li għandna madwar 11- il post ta' kap nieqes f'Malta u Għawdex - illum għandna problemi fejn jidħlu għalliema kemm fil-livell primarju kif ukoll ta' ċerti suġġetti bħax- xjenzi, matematika, Ingliż u ICT.", "Ili żmien nirċievi telefonati dwar problemi ta' għalliema kemm fil-livell sekondarju kif ukoll dak post- sekondarju.", "Insemmi per eżempju l-computer studies fl-iskola sekondarja ta' Ħal Qormi fejn jidher li m'hemmx għalliem tal-computer studies għall- istudenti tal-Form 5, b'konsegwenza li l-istudenti qed ikollhom jibqgħu wara l-ħin biex jagħmlu tajjeb għal dan it-telf, u dan meta se jiffaċċjaw l- eżamijiet minn hawn u ftit żmien ieħor.", "Il-finanzi għall-iskejjel dejjem qed jitnaqqru, u ta' dan ma jaħtux l- għalliema imma jaħti l-gvern li bejn VAT, għoli tal-ħajja, tnaqqis ta' allokazzjoni u żidiet f'responsabilitajiet, dejjem qed inaqqar il-finanzi għall-iskejjel.", "Għas-sena d-dieħla, il-gvern mar lura għal kemm kien intefaq fl-2006 u b'hekk l-iskejjel iridu jaraw kif se jkampaw b'din l- allokazzjoni finanzjarja.", "Hawnhekk qed ibatu t-tfal minħabba li jkollhom diffikultajiet biex jixtru l-affarijiet li jistgħu jintużaw fil-klassi.", "Nerġa' ngħid li dan tort tal-prim ministru u tal-ministru u mhux tal- għalliema li ħafna minnhom qed jagħmlu sagrifiċċji personali.", "Is-servizzi ta' appoġġ huwa kważi ineżistenti, fosthom dawk ta' psikoloġi, social workers u counselling.", "Hemm biss żewġ psikologi edukattivi għal popolazzjoni studenteska ta' iktar minn 65,000.", "Dwar is-psychological service, ta' min jgħid li kien hemm servizz li xi ħadd għażel li jeqirdu meta kienu qorbu għal ftehim.", "Għalfejn ġara dan?", "Issa li s-servizz se jinxtara se jkollna garanzija li se jkun aħjar minn dak li kien qed jiġi provdut meta s-servizz kien tal-gvern?!", "Meta l-Prim Ministru suppost kien qed jisma' n-nies, qalulu li hemm waiting list twil tistenna.", "Dawn mhux numru, imma tfal li għandhom bżonn l-għajnuna malajr kemm jista' jkun.", "U għal dan mhux l-għalliema jaħtu imma jaħti l- gvern li raqad għal snin sħaħ meta kien jaf li teżisti din il-problema tas- servizzi ta' appoġġ u li ma faqqsitx il-bieraħ.", "Għal numru ta' snin waqajna lura f'dawn is-servizzi li suppost kienu qed jiġu provduti lill-istudenti, l-iktar dawk li huma fil-bżonn.", "Allura mhux ta' b'xejn li fid-diskors tal- budget il-Prim Ministru qalilna li se jibdew dawn is-servizzi ta' appoġġ.", "Sur President, fl-edukazzjoni l-gvern qed ikun diżonest u qed jidħak bil- poplu.", "Bis-sistema ta' kulleġġi qed jgħid li se mmorru għal sistema komprensiva, u dan mingħajr ma jgħid fejn irid jasal.", "Biex issir din il- bidla hemm bżonn bidla fil-mentalita` u ħafna preparazzjoni bis-serjeta` jekk verament irridu l-ġid għat-tfal kollha billi nipprovdu edukazzjoni ta' kwalita` għal kulħadd.", "Dik hi l-mira tal-partit Laburista.", "Il-gvern irid ikollu viżjoni ċara, mhux qisu kollox ad hoc!", "Hemm bżonn ta' pjan konkret u li juri b'mod miftuħ il-policy tiegħu.", "Tajjeb ngħid li pajjiżna llum għadu mingħajr pjan strateġiku għall- edukazzjoni tul il-ħajja, u dan wara seba' snin li l-Unjoni Ewropea ħabbret li għandu jkollna dan il-pjan!", "Kien sar seminar li kien suċċess u l-gvern waqaf hemm.", "Dan ifisser li anke f'dan il-qasam mexjin fil-għama u kollox ad hoc.", "Ninsabu f'sitwazzjoni ta' edukazzjoni mingħajr direzzjoni.", "L- esperti edukattivi jgħidulek li hemm rabta intima bejn l-edukazzjoni obbligatorja u l-edukazzjoni tul il-ħajja; waħda għandha effett fuq l-oħra, Sur President.", "Nagħmel kumment qasir fuq l-edukazzjoni għal persuni b'diżabilita`, speċjalment dik intelletwali, li għal darb'oħra qed jaqgħu lura għax, bil-fatti, jinsabu minsijia mill-gvern.", "Fid-diskorsi tal-budget, mhux biss ta' din is-sena imma anke tas-snin ta' qabel, smajna ħafna diskors, pero` ma wasalna mkien.", "Il-prim ministru qalilna fid-diskors tal-budget ta' din is-sena li s-soċjeta` Maltija trid tassigura opportunitajiet indaqs għal kull settur tas-soċjeta` Maltija.", "Dan mhux qed jiġri, u mhux se jiġri, għax dan il-budget ma jagħti l-ebda direzzjoni minkejja d-dmugħ tal-kukkudrilli u l-paroli kollha ta' l-istess prim ministru.", "No more failures, Sur President!", "Din hija l-mira tagħna bħala gvern Laburista!", "Irridu li kulħadd jirnexxi, u konvinti li dan jista' jsir biss jekk ikollna l-kuraġġ u l-viżjoni li nwettqu r-riformi meħtieġa biex l-edukazzjoni li tingħata tkun ta' kwalita` għal kulħadd.", "Aħna bħala Partit Laburista lesti għal din l-isfida li se nirbħu lkoll flimkien bħala pajjiż.", "Ngħaddi biex nitkellem fuq l-oqsma taż-żgħażagħ u l-isport, u hawnhekk nixtieq insellem u nawgura lill-kollega tiegħi, l-Onor.", "Justyne Caruana, li s-soltu tagħmel dan l-intervent imma li sfortunatament tinsab indisposta.", "Il-partit Laburista anke fil-qasam taż-żgħażagħ u l-isport aġġorna l- politika tiegħu.", "Aħna qed inpoġġu liż-żgħażagħ fiċ-ċentru ta' l-attenzjoni tagħna fil-ħidma politika kollha.", "Il-pjan għaż-żgħażagħ tagħna sar b'konsultazzjoni wiesgħa ma' ħafna żgħażagħ u ma' gruppi li ltqajna magħhom.", "Il-partit Nazzjonalista kien jgħid li dawn il-pjani li qegħdin nippubblikaw huma vojta, mentri mbagħad jirriżulta li wħud minnhom dehru kelma b'kelma f'dan il-budget, u dan ċertament hu ta' sodisfazzjon għall- Onor. Caruana u għalija li ħdimna fuqhom.", "Fil-fatt, jekk naraw id-diskors tal-Prim Ministru bħala ministru tal- finanzi hemm imsemmi programm estensiv ta' taħriġ għal matul il-ħajja, programm għaż-żgħażagħ, speċjalment għal dawk li jitilqu kmieni mill-iskola biex itejbu l-prospetti tagħhom tax-xogħol, u l-estenzjoni ta' sena f'bolla kontributorja għal min jiftaħ negozju.", "Dawn il-proposti jinsabu wkoll fil- pjan tagħna bħalma jinsabu ħafna proposti oħrajn.", "Fid-diskors tiegħu, il- prim ministru qal li se jalloka Lm30,000 għall-Kunsill Nazzjonali taż- Żgħażagħ.", "Nixtieq l-ewwelnett nistaqsi fejn tinstab fl-estimi din għax ma rajthiex.", "Ovvjament hija xi ħaġa tajba li qed tiġi allokata din is-somma, u fil-pjan tagħna din il-proposta insibuha wkoll taħt is-sezzjoni \"żgħażagħ fil-komunitajiet lokali\".", "L-istess dwar il-proposta ta' l-għajnuna fil-qasam tad-djar.", "Nafu kemm żgħażagħ jitkellmu magħna fuq il-problema li jkollhom meta jiġu biex jixtru l-ewwel dar tagħhom.", "Anke hawnhekk insibu l-ewwel kunċetti dwar għajnuna għall-qasam taż-żgħażagħ proprju fil-pjan taż-żgħażagħ li qbilna fuqu bħala partit Laburista wara diskussjoni wiesgħa.", "Aktar kmieni din is-sena komplejna niżviluppawhom b'erba' proposti oħrajn li permezz tagħhom it- taxxa ta' 3.5% tal-boll fuq l-Lm30,000 se tiżdied għal Lm50,000 bħalma qed naraw f'dan l-istess budget, u se nagħtu wkoll grant fi flus ta' 10% fuq proprjeta` ta' Lm50,000.", "Dan ifisser Lm5,000 cash f'idejn iż-żgħażagħ tagħna.", "Hemm ukoll proposti oħrajn li m'għandix iċ-ċans nidħol fihom minħabba in-nuqqas ta' ħin.", "Sur President, ngħaddi issa biex nitkellem fuq ir-rata ta' qgħad fost iż- żgħażagħ li hija inkwetanti ħafna għalina.", "Hemm bżonn li naraw x'nagħmlu biex ngħinu liż-żgħażagħ li jixtiequ jidħlu fid-dinja tax-xogħol f'eta` meta huma qed jippruvaw jieħdu l-istat tagħhom u jibnu familja.", "Għalhekk huwa importanti li nagħtu kas aktar ta' dawk iż-żgħażagħ li jinstabu qiegħda.", "Irridu naraw ukoll li l-impjiegi tagħhom ikunu impjiegi kemm jista' jkun stabbli u mhux nikkuntentaw li qed isibu xogħol part-time.", "Aħna jinkwetana l-fatt li għandek numru ta' żgħażagħ li ma jistgħux jidħlu fid- dinja tax-xogħol minħabba li huma illitterati, semi-illitterati jew inkella mingħajr ħiliet bażiċi, u għalhekk huwa importanti li naraw x'għajnuna nistgħu nagħtuhom biex jidħlu fid-dinja tax-xogħol.", "Fil-pjan tagħna nsibu wkoll riferenza għall-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fil-ħajja pubblika u l- promozzjoni tal-kunċett taċ-ċittadinanza attiva.", "Qed nagħtu attenzjoni partikolari lill-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ bħala organu uffiċjali - u nispera li jibqa' organu uffiċjali u mhux jintuża bħala għodda politika – sabiex ikun hemm rappreżentanza taż- żgħażagħ f'pajjiżna.", "Qed nitkellmu fuq kunsill lokali taż-żgħażagħ u rappreżentanti taż-żgħażagħ f'livell ta' teħid ta' deċiżjonijiet anke fil- kunsill reġjonali għal Għawdex.", "Aħna rridu li ż- żgħażagħ tagħna jirnexxu kollha kemm huma ħalli ħadd ma jibqa' lura.", "Bħala partit nemmnu li ż- żgħażagħ għandhom ħafna enerġija pożittiva u li huma importanti biex pajjiżna jimxi 'l quddiem.", "L-għan ta' dan id-dokument tal-partit Laburista huwa li ngħinu liż-żgħażagħ isiru rġiel u nisa aħjar u jsiru ċittadini li se jkollhom it-tmun ta' pajjiżna f'idejhom aktar 'il quddiem.", "Dawn huma l- wegħdiet tagħna, u aħna tal-Labour dak li nwiegħdu, nwettquh Sur President.", "Fejn jidħol is-settur ta' l-isport, il-gvern reġa' ħa minn proposti li kienu pubblikati mill-partit Laburista.", "Naturalment aħna nieħdu pjaċir li fl-aħħar mill-aħħar il-gvern ukoll qed jiċċaqlaq fejn jidħol l-isport.", "Hawnhekk infakkar li l-ministru Galea s-sena li għaddiet kien fqir ħafna meta tkellem dwar l-isport, u fil-fatt lil dawk li kienu qed jittammaw li jisimgħu xi ħaġa fuq l-isport ikkonslahom billi qalilhom li bil-kappell li kellu kien qed isellem!", "Issa din is-sena jgħidilna li l-kappell kiber xi ftit.", "Aħna nafu li n-nies involuti fil-qasam ta' l-isport la kienu kuntenti b'dak li qal il-ministru u anqas ma kienu kuntenti bl-apatija ta' dan il- gvern fil-qasam sportiv.", "Fil-fatt niltaqa' ma' nies li proprju jistaqsu dwar min hu responsabbli min-naħa tal-gvern għall-isport!", "Aħna ħadna gost li wara l-pubblikazzjoni tad-dokument tagħna dwar l-isport u l-kultura, anke l-gvern iċċaqlaq.", "L-ewwelnett saret laqgħa ta' djalogu fil-Malta Trade Fair Grounds fejn hemmhekk l-isportivi ltaqgħu mal- ministru.", "Aħna bħala partit ħriġna stqarrija biex nesprimu s-sodisfazzjon li għallinqas kien irnexxielna intellgħu l-isport 'il fuq fl-aġenda politika ta' pajjiżna.", "Skond ma ġie rrapportat fil-gazzetti, intqal li minn din il-laqgħa ħarġu diversi punti interessanti fuq l-isport u deher biċ-ċar kif l-isport verament jinstab fuq l-aġenda tal-gvern.", "F'din l-istess laqgħa ntqal ukoll li se tiġi mnedija strateġija nazzjonali għall-isport kif fil- fatt ġara.", "Naturalment din l-istrateġija ħadna gost biha u kif ngħidu bl- Ingliż, better late than never.", "Din waslet proprju wara li aħna bħala partit konna ppubblikajna l-pjan tagħna dwar l-isport li fuqu kellna response pożittiv ħafna.", "Infakkar li l-istrateġija li l-Kunsill Malti għall-iSport kellu jagħmel kellha toħroġ mil-liġi ta' l-isport stess li għaddiet mill-Parlament fis- sena 2002, jiġifieri kellhom għaddew erba' jew ħames snin.", "Bħala oppożizzjoni dinamika u kostruttiva, inħossuna sodisfatti ħafna li konna ta' xprun biex il-gvern jirrealizza li dan il-qasam ta' l-isports għandu jiġi indirizzat.", "Fil-fatt, fid-diskors tal-budget insibu proposti dwar tnaqqis ta' massimu ta' 100 ewro mid-dħul taxxabbli fuq miżati għall- attivitajiet sportivi, rifużjoni ta' VAT imħallsa minn għaqdiet sportivi rikonoxxuti fuq l-ispejjeż li jkunu għamlu fil-faċilitajiet sportivi tagħhom u programm fl-iskejjel kollha biex tfal u żgħażagħ - hi x'inhi l- abbilta` tagħhom - jieħdu sehem fil-programm ta' attivita` fiżika.", "Insibu wkoll proposta fejn kumpanniji privati li jappoġġjaw finanzjarjament għaqdiet sportivi jew events sportivi nazzjonali u internazzjonali se jkunu jistgħu jnaqqsu l-għotjiet finanzjarji mid-dħul taxxabbli.", "Qed jingħad ukoll li l-gvern irid jissieħeb ma' l-employers privati biex flimkien itejbu l-iskemi biex l-impjegati li jiddistingwu ruħhom f'xi dixxiplina sportiva jkunu jistgħu jsegwu aħjar programmi ta' taħriġ meħtieġa għall- parteċipazzjoni f'kompetizzjonijiet nazzjonali u internazzjonali.", "F'dan il- kuntest, jien nistieden lil dawk li qed jisimgħuni sabiex jiftħu d-dokument tagħna \"Pjan għal bidu ġdid\" u jsibu li dawn l-inizjattivi kollha li ttieħdu fil-budget għas-sena d-dieħla huma inizjattivi li ħriġna bihom aħna fl-istqarrija ta' viżjoni dwar l-isport, li wħud minnhom huma kważi kważi kelma b'kelma.", "Naturalment aħna nieħdu gost b'dan għax irridu l-ġid ta' l- isport, imma min-naħa l-oħra ninkwetaw meta naraw, per eżempju, li kull sena qed tagħlaq il-pixxina nazzjonali.", "Hemm ukoll it-telqa fil-korsa taż- żwiemel ta' Xħajma, Għawdex u hemm nuqqas ta' faċilitajiet f'Għawdex fejn jidħlu l-waterpolo u l-ibburdjar.", "Apparti dawn, hemm il-proġett ġewwa l-Marsa li ilna għaddejjin bih snin.", "X'se jiġri minnu dan?", "Hemm ukoll il-bini tat-tielet ċentru sportiv f'Malta li kien ilu mwiegħed żmien twil.", "Rigward allokazzjonijiet ta' fondi, morna lura għal sentejn ilu, fejn issa għandna Lm400,000 wara li din is-sena kellna Lm200,000 biss.", "Il-Kunsill Malti għall-Isport qed ikollu żieda ta' madwar Lm30,000 u naturalment irid jagħmel tajjeb għar-recurrent expenditure tiegħu.", "Pero` tajjeb li niġbed l-attenzjoni li fejn tidħol ir- reġistrazzjoni ta' l-għaqdiet sportivi għadna ma bdejniex, u hemm bżonn li nibdew malajr kemm jista' jkun.", "Fejn jidħol id-doping mhux biżżejjed nirratifikaw il-konvenzjonijiet imma hemm bżonn nagħmlu xi ħaġa anke fejn tidħol l-enforcement section, għax anke hawnhekk għadna ma bdejniex.", "Sur President, f'dan id-dibattitu elenkajt il-proposti waħda waħda u qabbilthom ma' dak li qed nipproponu aħna fejn jidħol l-isport u ż- żgħażagħ.", "Din hija prova ċara ta' kemm il-kritika li għamlu n-Nazzjonalisti meta ħriġna bil-proposti tagħna kienet infondata u bla bażi.", "Tant hu minnu li issa qed jippreżentaw l-istess punti lill-poplu bħala budget ta' qabel l- elezzjoni, budget li l-partit Nazzjonalista qed iserraħ tant fuqu għall- elezzjoni li ġejja.", "Min se jipprova jiġi hawn jew barra u jgħid li l- proposti tal-gvern ilhom lesti joqgħod attent u jiftakar ftit fit-tajn li ntefa' fuq il-proposti tagħna meta ħriġna bihom.", "Jekk isir dan ikun ifisser illi tan-Nazzjonalisti dejjem tajjeb u tagħna dejjem ħażin!", "Bla dubju ta' xejn, dan huwa mod skorrett ta' kif issir il-politika.", "Il-fatt jibqa' li għandna gvern għajjien u bla ideat, tant li qagħad jistenna lilna noħorġu b'dawn l-ideat wara li hu ilu 20 sena fil-gvern.", "Iva, Sur President, għandna gvern tal-ftit ħafna u tard wisq, li xejn ma jixraq lill-poplu li jrid il-bidla u qed jagħraf il-partit Laburista bħala gvern alternattiv serju, trasparenti u kontabbli.", "Grazzi.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Karl Chircop.", "ONOR.", "KARL CHIRCOP: Sur President, f'dawn l-għaxar minuti li għandi rrid nerġa' mmiss xi temi li fil-fatt iddiskutejna fl-estimi ta' l-ETC nhar it- Tlieta.", "Irrid ukoll nerġa' nenfasizza – kif qal l-Onor.", "Carmelo Abela – li dan il-gvern jinħass b'mod l-aktar ċar li huwa gvern għajjien u li tilef kull ħeġġa li joħloq linji ta' politika ġodda fis-suq tax-xogħol li jirriflettu l-bżonnijiet ta' pajjiżna u li joħolqu opportunitajiet ġodda fejn għandna l-aktar il-problemi.", "Irrid nenfasizza li l-aktar tkabbir li sar f'figuri tax-xogħol huwa proprju fis-settur tal-part-timers.", "Il-gvern missu ilu li ħaseb għal dan il-fenomenu li sa ċertu punt jgħin biex tiżdied il-flessibilita` tas-suq tax-xogħol imma sfortunatament, fit-tessut ta' l- awtoritajiet li għandna biex jieħdu ħsieb il-kondizzjonijiet tax-xogħol ta' dawn il-ħaddiema, qed naraw ħafna tkaxkir tas-saqajn.", "Irrid nirrepeti dak li għidt nhar it-Tlieta li f'pajjiżna bħalissa hawn aktar minn 26,000 ħaddiem li l-uniku dħul finanzjarju tagħhom ġej mix-xogħol part-time.", "Huwa fatt magħruf li ħafna minn dawn l-employers – ma tistax tgħid l- employers kollha – qegħdin jisfruttaw lil dawn il-ħaddiema b'tali mod li kważi kważi titkexkex.", "Naraw kif anke l-istess gvern jirrikonoxxi li hemm abbuż ma' dawn l-impjegati, iżda sfortunatament l-unika soluzzjoni li offra l-partit Nazzjonalista fil-gvern għal dawn il-ħaddiema hija li jirrikorru għat-tribunal industrijali fejn hemmhekk, kif jaf kulħadd, hemm tkaxkir tas- saqajn bil-kbir.", "Mhux talli hemm tkaxkir tas-saqajn, talli meta dan it- tribunal jispiċċalu t-terminu tiegħu u jerġa' jiġi mġedded jew jinbidel, jgħaddu xi erba' xhur biex il-backlog li diġa` hemm jiżdied.", "Fl-istess ħin għandna wkoll il-forza tas-suq tax-xogħol li qed toħloq dawn l-inġustizzji kollha mal-part-timers u li se żżid id-domanda għal dan it- tribunal.", "Sfortunatament, il-gvern kulma għamel huwa li ħareġ stqarrija mid- DOI fejn lill-ħaddiema qalilhom li jistgħu jmorru fit-tribunal.", "Sur President, hu kruċjali li s-snien ta' dan it-tribunal iridu jerġgħu jiġu msinna, fost l-oħrajn billi nżidu n-nies li jaħdmu fl-MEA u nżidulhom il- fondi.", "Fl-istess ħin ukoll, hu importanti li dan it-tribunal jitħaddem b'mod aktar effiċjenti, u jekk xi ħadd jispiċċalu t-terminu, dan jiġi ri- appuntat mill-ewwel jew inkella ndaħħlu nies ġodda minflokhom malajr kemm jista' jkun.", "Jiena nifhem li dan it-tribunal strettament ma jaqax fil- kompitu tal-ministru Louis Galea, imma l-problema hija tali li kif inhu maqsum bħalissa x-xogħol bħala dekasteri, bilfors wieħed ikollu jagħmel rimarka dwar dan proprju meta qed niddiskutu dan il-ministeru.", "Ma ninsewx li ħafna ħaddiema bħalissa, anke minħabba r-ristrutturar li qed isir, qed jispiċċaw jitilfu xogħolhom.", "Għandna ħafna ħaddiema żgħażagħ li diġa` intrabtu, per eżempju, biex jieħdu loan biex ikunu jistgħu jibnu darhom u bħalissa jinsabu għaddejjin minn martirju għax il-banek ma jkunux iridu jkomplu josservaw il-kuntratt.", "Il-partit Laburista diġa` ħaseb għal dan u qegħdin inwiegħdu lill-ħaddiema żgħażagħ li kemm-il darba jitilfu xogħolhom, ikollhom moratorium ta' sena fuq il-ħlas tal-loan sabiex forsi jsibu xogħol alternattiv.", "F'dan il-budget ma jissemma proprju xejn dwar din l-eventwalita`.", "Smajna lill-prim ministru jgħid li weġġa' meta kellna kumpanniji kbar li spiċċaw għalqu, imma sfortunatament s'hemmhekk biss wasalna!", "Aħna qegħdin nagħtu garanziji ta' iswed fuq l-abjad li jkun min ikun l-impjegat u tkun liema tkun il-kumpannija, dak l-impjegat mhux se jitlef il-jedd li jibqa' b'dik il-loan mal-bank li jkollu għal sena sħiħa.", "Dwar il-kwestjoni ta' Għawdex, ngħid erba' kelmiet.", "Diġa` kelli ċans li nitkellem dwar din il-problema u issa f'daqqa waħda rajna serje ta' proposti f'dan il-budget li nispera u nawgura li jkunu ta' suċċess biex il- problema li hemm fis-suq tax-xogħol f'Għawdex titranġa.", "Imma dawn is-serje ta' proposti u inizjattivi qed iseħħu tard wisq għax il-fenomenu tal-qgħad ma splodiex f'daqqa imma ilna tliet snin bil-qagħda ta' 700 bla xogħol f'Għawdex.", "Dan huwa record għal Għawdex, u sfortunatament il-gvern issa stenbaħ għax ġejja l-elezzjoni!", "Għalhekk aħna qegħdin ngħidu li dan huwa budget ta' opportuniżmu politiku għax m'hu veru xejn li hemm ir-rieda biex l-affarijiet isiru bis-serjeta`.", "Sfortunatament, b'eżempju wieħed wara l- ieħor, qegħdin naraw kif dan huwa gvern li qiegħed ikun reattiv wisq fil- politika tiegħu.", "Fil-fatt l-ewwel iħalli l-problemi jikbru b'mod li jkunu se jisplodu ma' wiċċna u mbagħad jara x'jagħmel b'ħafna panic stations biex isolvi l- problema!", "Kemm hu aħjar li aħna nkunu nistgħu naħsbu minn qabel għal dawn l- affarijiet ħalli ma nħallux il-problema tikber daqstant!", "L-istess ħaġa qed issir, per eżempju, fil-kwestjoni tal-parteċipazzjoni femminili fis-suq tax- xogħol.", "Kemm ilna nisimgħu dwar il-problema li Malta għandna t-tieni l- inqas rata ta' parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol fl-Unjoni Ewropea?", "Snin kbar!", "Pero` kien proprju f'dawn l-aħħar tliet budgets li l- gvern beda jiċċaqlaq dwar dan, u sfortunatament tant bdejna tard li l- istess figuri ta' l-ETC juru kif il-gvern falla f'dan il-qasam tant importanti.", "Jekk verament nemmnu li l-ekonomija tagħna trid tlaħħaq mal- kompetittivita` ta' ekonomiji ta' pajjiżi oħrajn li huma kompetituri tagħna rridu nindirizzaw din is-sitwazzjoni.", "Sfortunatament wieħed mill-ikbar setturi li qegħdin infallu fih huwa proprju dan il-qasam tal-parteċipazzjoni femminili fis-suq tax-xogħol.", "Anke hawn, Sur President, hawn eżempji iswed fuq l-abjad.", "Naraw kif, per eżempju, il-voti għaċ-childcare centres tnaqqsu għas-sena d-dieħla u fil- fatt diġa` għedt li jekk inħarsu lejn il-voti 5474 u 7007, naraw li dawn tnaqqsu bejn Lm50,000 u Lm70,000.", "Dan m'għandux ikun u għandna naħdmu bis- sħiħ biex intejbu dawn is-sitwazzjonijiet jekk verament nemmnu li pajjiżna irid jimxi 'l quddiem billi jkun kompetittiv anke fis-suq tax-xogħol kif jixraq lill-familji Maltin u Għawdxin kollha.", "Grazzi.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joe Abela.", "ONOR.", "JOE ABELA: Sur President, proprju f'dawn l-għaxar minuti li għandi, se nitkellem fuq il-koperattivi li l-vot tagħhom jaqa' taħt il-ministeru ta' l-edukazzjoni.", "Jiena naħseb li jagħmel ħafna sens għal diversi raġunijiet li dan il-qasam jaqa' taħt dan il-ministeru.", "L-ewwelnett għax nemmen li l-koperattivi għandhom ikunu strument effettiv biex nedukaw lin- nies fuq kif isir in-negozju.", "Dan huwa mudell differenti ta' kif isir negozju, imma huwa mudell tajjeb ħafna li s-soċjeta` għandha bżonnu.", "F'pajjiżna ilna nħaddmu dan il-mudell għal diversi snin u ħaddimnieh b'mod tajjeb.", "Forsi beda b'response għas-sitwazzjoni ta' faqar li kien hawn f'pajjiżna u beda fost l-aktar oqsma li kienet tħaddan l-ekonomija tagħna dak iż-żmien, jiġifieri l-biedja u aktar tard is-sajd.", "Illum il-moviment koperattiv iħaddem miegħu diversi koperattivi f'oqsma differenti ta' l-ekonomija.", "Fil-fatt il-maġġorparti tal-koperattivi fi ħdan il-moviment koperattiv huma koperattivi tal-ħaddiema.", "Ħafna minnhom ġejjin minn oqsma differenti bħat-turiżmu, il-media, is-servizzi finanzjarji u ovvjament l-maġġorparti tagħhom qegħdin fil-biedja.", "Il-moviment tal- koperattivi jħaddan madwar 48 koperattiva u bejniethom għandhom aktar minn 4,000 membru.", "Huwa importanti ħafna li l-moviment koperattiv ikompli jikber u jinfirex f'oqsma ġodda, filwaqt li dawk l-oqsma li huma l-backbone tal- moviment koperattiv ikomplu jiġġeddu.", "U din, Sur President, hija l-problema li għandu fih il-moviment koperattiv, u nħoss li hija sfida prinċipali għall-istituzzjonijiet li jmexxu l-moviment koperattiv f'pajjiżna, prinċipalment il-bord tal-koperattivi li għandu rwol regolatorju, il-fond ċentrali u l-Apex li xogħolha hu li tippromwovi l-mudell koperattiv.", "Il- fond ċentrali għandu rwol li jiffinanzja proġetti fi ħdan l-istess moviment bl-iskop li l-moviment koperattiv ikompli jikber u jissaħħaħ.", "Sur President, meta ġejna biex nissieħbu fl-Unjoni Ewropea saru ċerti żbalji fis-sens li l-membri fi ħdan il-moviment ta' l-aktar żewġ oqsma importanti tiegħu ma kenux ippreparati kif suppost, u hawn qed nirreferi għall-bdiewa u s-sajjieda.", "Dawn ġew imwebbla li jistgħu jilqgħu għal kompetizzjoni permezz ta' sussidji, imma kif jaf kulħadd, fl-ekonomija tas- suq is-sussidji m'għandhomx ħajja twila.", "Is-sussidji jingħataw għal ċertu ammont ta' żmien u wara li jgħaddi dak iż-żmien jaqgħu s-sussidji u wieħed irid jikkompeti ma' l-oħrajn.", "Issa l-isfortuna li għandna fil-moviment koperattiv hija li għandna diversi koperattivi li llum qegħdin jilqgħu għall-kompetizzjoni bil-metodi ta' 20, 30 jew anke ta' 40 sena ilu.", "Din hija sfortuna kbira għax allaħares ma nkomplux insostnu l-agrikoltura tagħna u allaħares naslu f'sitwazzjoni fejn ma jkollniex settur tas-sajd tagħna.", "Kemm il-koperattivi tal-produtturi tal-majjal u kemm dawk tat-tiġieġ qed jiffaċċjaw sfidi kbar, u minflok dawn il-bdiewa jagħrfu kif jingħaqdu flimkien biex jikkompetu aħjar qed jispiċċaw mifrudin bejniethom minħabba l- konflitti li jkollhom.", "Ħafna drabi l-istituzzjonijiet koperattivi ma jkunu jistgħu jagħmlu xejn quddiem sitwazzjoni fejn il-bdiewa stess ma jkunux iridu jingħaqdu b'konsegwenza li l-element ta' sfida jisfaxxa fix-xejn.", "Eżempju ċar ta' dan huwa l-każ li ġara fil-koperattiva tat-tjur fejn ħafna bdiewa xtaqu li jingħaqdu bejniethom għax għarfu li fl-għaqda hemm is-saħħa u b'hekk jistgħu jikkompetu aħjar, imma l-moviment koperattiv sab ruħu bla leadership skills u expertise li tant hemm bżonn biex dawn in-nies ikunu jistgħu effettivament jimxu 'l quddiem fil-mumenti ta' kriżi li jkollhom.", "Allura hawnhekk nasal għall-punt ta' kif nistgħu nrawmu din it-tip ta' kultura fil-moviment koperattiv.", "U proprju fl-iskejjel tagħna għandna l- proġett Scoops, proġett li jiena naħseb li huwa validu ħafna u li pero` ma jistax jibqa' jaħdem fil-livell li qiegħed jaħdem bħalissa.", "Sur President, jekk nemmnu serjament f'soċjeta` imprenditorjali u jekk nemmnu li fost iż- żgħażagħ tagħna rridu nrawmu dan l-ispirtu ta' negozju u ta' riskju, jeħtieġ li nagħmlu xi ħaġa aktar milli fil-fatt qed nagħmlu fl-iskejjel tagħna biex il-proġett Scoops ikompli javvanza 'l quddiem.", "Waħda mill- problemi li għandna hija li dan il-proġett qiegħed jitħalla kif kien oriġinarjament u qatt ma ġie revised.", "Qatt ma saru l-aġġornamenti li hemm bżonn isiru biex l-ewwelnett dan jirrifletti aħjar il-ħteġijiet ta' l- istudenti llum u t-tieninett biex il-proġett ikompli jevolvi u mhux jistaġna f'xi kompetizzjoni jew f'xi wirja darba kultant.", "Sur President, l-għalliema kemm-il darba qalulna li l-ħin allokat għall- iScoops mhux biżżejjed.", "Mhux biżżejjed li jkollhom il-break biex ikunu jistgħu jagħmlu x-xogħol li jkun hemm bżonn biex jorganizzaw koperattiva.", "Naħseb li hemm bżonn li l-moviment koperattiv u l-ministeru jitkellmu ftit dwar kif itejbu dan il-proġett, speċjalment fil-low achieving schools.", "Ovvjament, aħna ma nixtiqux li jkollna studenti li jfallu fis-sistema, u għalhekk għallinqas ejja nagħtuhom xi ħaġa differenti li biha jkunu jistgħu jirnexxu.", "Il-koperattivi lill-istudenti jagħtuhom ħafna aktar affarijiet minn sempliċi ideat ta' kif jagħmlu n-negozju.", "Nemmen li jkun tajjeb li hawnhekk anke l-għalliema jingħataw taħriġ apposta dwar dan, u fil-fatt il- moviment koperattiv għandu diversi kuntatti li bihom wieħed jista' jħarreġ lill-għalliema tagħna.", "Imbagħad xi ngħidu għall-MCAST, Sur President?", "Hemmhekk hemm vojt kbir, u proprju hemmhekk hemm qasam fejn l-istudenti, wara li jkunu tgħallmu u tħarrġu fis-snajja' u fl-expertise tagħhom, ikunu jistgħu jiżviluppaw in- negozju tagħhom fuq il-mudell ta' koperattiva flok mudell ta' kumpannija.", "Jiena nħoss li dan huwa possibbli u jista' jsir.", "Irid ikun hemm aktar motivazzjoni u rridu nsibu s-soluzzjonijiet.", "Ma nemminx li dan huwa impossibbli, Sur President!", "Aħna għandna għalliema li diġa` huma dedikati u li għandhom l-esperjenza f'dan il-proġett, u kulma rridu nagħmlu hu li l- proġett ma nħalluhx fl-istess sitwazzjoni li kien meta beda imma rridu nġedduh ħalli jirrifletti aħjar il-ħteġijiet li għandu llum il-moviment koperattiv.", "Jiena nemmen li b'rieda tajba nistgħu naslu biex inwettqu dan li qed ngħid u nemmen li anke fi ħdan id-dipartiment ta' l-edukazzjoni hemm din ix-xewqa li l-proġett Scoops jevolvi b'xi ħaġa ħafna aħjar, mhux biss fuq livell sekondarju u mhux biss fuq livell ta' MCAST.", "Fil-fatt, għamilna żmien kellna diploma fuq il-koperattivi fl-Universita` imma sfortunatament din waqfet.", "Veru li l-Professur Godfrey Baldacchino, il- persuna li kienet tmexxi l-kors tal-koperattivi fl-Universita`, m'għadux aktar f'Malta, imma ma naħsibx li għandna nwaqqfu din l-inizjattiva minħabba dan il-fatt.", "Naħseb li għandu jkun hemm preżenza fl-Universita' tal-moviment koperattiv, b'mod partikolari meta llum għandna l-koperattiva tas-servizzi finanzjarji u l-koperattiva tal-media – li tmexxi Capital Radio - li proprju ħarġu mill-Universita`.", "Jiġifieri anke hemmhekk għandna fejn joħorġu koperattivi ġodda u għandna eżempji ċari kif joħorġu koperattivi ġodda.", "Jiena nemmen li jekk flimkien naraw kif insibu s- soluzzjonijiet, finalment dak ikun għall-ġid ta' kulħadd.", "Grazzi.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Grazzi.", "Skada l-ħin disponibbli għall-oppożizzjoni u l-ħin kollu li fadal huwa tal-gvern.", "L-Onor.", "David Agius.", "ONOR.", "DAVID AGIUS: Sur President, għal darb'oħra minn meta sirt membru ta' dan il-Parlament, sejjer nagħti l-kontribut tiegħi fuq id-diskussjoni dwar dan il-ministeru li jinkludi fih l-edukazzjoni, iż-żgħażagħ u l-isport.", "Xtaqt nibda dwar aspett li huwa importanti u li kif qal il-kollega l-Onor.", "Carmelo Abela, forsi dan l-aħħar qed nagħtuh aktar importanza, u hawnhekk qed nirreferi għall-isports.", "Nafu li poplu sportiv huwa poplu b'saħħtu u fejn ikun hemm poplu sportiv, ikun hemm pajjiż b'saħħtu.", "Poplu attiv, li jittrenja, li jimxi, li jiġri u li jilgħab – u mhux biss joqgħod jara ċ- Champions League - huwa poplu li kapaċi jaħseb u huwa poplu li jkollu mentalita` aħjar minn ta' ħaddieħor.", "Għalhekk jiena nemmen li rridu nkomplu noħolqu kultura sportiva, fejn nuru li l-isport huwa bżonnjuż u mhux ħela ta' ħin.", "Għalhekk hu tajjeb li illum għandna l-istrateġija nazzjonali għall- isport, u anke f'dan il-budget - il-ħames wieħed ta' dan il-gvern - għandna paġna u nofs iddedikati lil dan il-qasam.", "Naħseb li jekk immorru lura fl- istorja ta' dan il-Parlament, ftit insibu budgets li kellhom kważi żewġ paġni ddedikati għall-isports.", "Sur President, hu tajjeb li anke hawnhekk naraw kif l-isport huwa mezz kif niġbdu t-turiżmu sportiv lejn pajjiżna, u proprju f'dawn l-aħħar snin kellna r-Rolex Middle Sea Race u tant attivitajiet sportivi oħra li jinġibdu lejn pajjiżna.", "Apparti hekk, illum permezz ta' ċittadinanza Maltija, il-barranin jistgħu jilagħbu fit-timijiet tagħna.", "Hawnhekk insemmi lil Rebecca Brincat Thoresen li llum qed tilgħab fil-Ġermanja u li hija ċittadina Maltija.", "Għandna ċittadini Maltin li jilgħabu f'pajjiżi barranin u li qed jagħmlu suċċess u unur lil pajjiżna u hawnhekk insemmi lil Michael Mifsud.", "Għandna sportivi tajbin ħafna bħal William Chetcuti, Carol Galea, it-team nazzjonali tar-rugby, ta' l-isnooker, u tajjeb li nsemmi r- riżultati tajbin li dan l-aħħar ġibna fil-football.", "Dawn irridu nutilizzawhom biex fl-iskejjel tagħna jkollna dik li tissejjaħ il-kultura sportiva, u għalhekk hemm bżonn li dawn it-top sportsmen u sportswomen tagħna jmorru fl-iskejjel u jitkellmu mat-tfal tagħna sabiex din il-kultura sportiva tkompli tikber f'pajjiżna.", "Għandna wkoll iż-żgħażagħ u t-tfal b'diżabilita` li pparteċipaw dan l-aħħar fl-iSpecial Olympics li saru fiċ-Ċina.", "Dan kollu hu tajjeb u nieħdu pjaċir li naraw miżuri effettivi f'dan il-budget li semmihom il-kollega tiegħi l- Onor. Carmelo Abela u qal li dawn sibniehom fil-Pjan għal Bidu Ġdid tal- partit Laburista.", "Ma ġara xejn!", "X'hemm ħażin f'dan?", "L-isports huwa tajjeb, u jekk hemm xi ħaġa tajba, hi ta' min hi, nwettquha.", "Jekk hemm bżonn programmi fl-iskejjel tagħna biex it-tfal u ż-żgħażagħ, hi x'inhi l- abbilta` tagħhom, jieħdu sehem f'attivita` fiżika u b'hekk nikkumbattu l- obeżita`, ejja nagħmluhom.", "Irridu naraw li l-edukazzjoni tagħna taħseb għal dan.", "Għandna l-Kunsill Malti għall-Isport - mhux se nidħol fix-xogħol kbir li jagħmel – u nafu li numru ta' proprjetajiet ingħataw, anke permezz ta' dan il-Parlament, lil diversi istituzzjonijiet u organizzazzjonijiet sportivi.", "Issa min tajnieh proprjeta` tajnihielu, imma min m'għandux proprjeta`, min m'għandux post fejn jittrenja jew inkella jittrenja f'post li huwa tal-gvern, għandna ngħinuh.", "Għandna nkomplu nagħtu għajnuna diretta lil dawn l-organizzazzjonijiet.", "Sur President, illum għandna skejjel li huma tajbin u li għandhom faċilitajiet sportivi aħjar.", "Jekk tmur f'San Benedittu tieħu pjaċir tara l- iskejjel armati tajjeb, pero` issa ma rridux inħalluhom hekk.", "Ma rridux inħalluhom magħluqin u kif jitilqu t-tfal, jispiċċa kollox.", "Irridu li fl- iskejjel tagħna nintroduċu afternoon games, fejn jekk hemm bżonn, nutilizzaw il-faċilitajiet tajba u moderni li għandna f'ħinijiet ta' wara l- iskola.", "Dawn il-faċilitajiet jistgħu jiġu wżati fil-weekends biex jsiru attivitajiet organizzati mill-kunsilli lokali flimkien ma' l-iskejjel tagħna.", "Naħseb li huwa importanti li ma nħallux lit-tfal tagħna moħħhom biss fil-homework u fil-privatijiet, imma rridu wkoll inkomplu nsaħħu fihom il-kultura sportiva u nużaw l-iskejjel tagħna anke wara l-ħinijiet ta' l- iskola, speċjalment f'dawk il-lokalitajiet fejn hemm skejjel b'faċilitajiet sportivi tajbin b'gyms u anke bit-turf.", "Kważi kważi, Sur President, jiena u l-Onor.", "Abela ngħiru, għax fi żmienna ma konniex noħolmu li nilagħbu fuq it-turf għax biex tilgħab logħba football kont tqatta' l-qalżiet!", "Tassew naħseb li huwa importanti li nibqgħu nutilizzaw dawn il-postijiet sportivi li għandna fl-iskejjel tagħna wara l-ħinijiet ta' l-iskola.", "Nixtieq ukoll li f'Malta jkollna a national day of sports.", "Ili ngħidha, u naħseb li rridu naslu għaliha.", "Bħalma konna kapaċi norganizzaw in-Notte Bianca, żgur li aħna kapaċi norganizzaw ġurnata fejn it-68 kunsill lokali jingħaqdu ma' l-organizzazzjonijiet sportivi biex jagħmlu ġurnata dedikata kompletament għall-isports b'mod li minn filgħodu sa filgħaxija naraw jiġu prattikati tipi differenti ta' sports, fosthom football u basketball.", "L-importanti li kulħadd ikun kemm jista' jkun attiv f'din il-ġurnata nazzjonali ta' l-isport għall-poplu Malti u Għawdxi.", "Din irridu norganizzawaha u rridu norganizzawaha tajjeb, jiġifieri rridu nibdewha mill- villaġġi tagħna u b'mod massiv, mhux biex nikkompetu imma biex nipparteċipaw, u naħseb li din hija importanti, Sur President.", "L-isports huwa dwar fair play, u rridu nitgħallmu nitilfu u nirbħu.", "Dan il-Parlament għandu t-team tiegħu, ġieli nirbħu u ġieli nitilfu.", "U nafu nitilfu, Sur President!", "(Interuzzjonijiet) Iva, ġieli tweġġa' wkoll, pero` l-verita` hi li l-isports iġiegħlek tkun kapaċi titlef u tirbaħ, u dak huwa importanti għal ħajjitna.", "Jiena mhux se noqgħod insemmi l-miżuri li hawn dwar l- isports għax nafu x'inhuma u anke għax irrid nitkellem fuq il-qasam taż- żgħażagħ.", "Rigward iż-żgħażagħ u x-xogħol naħseb li huwa importanti li fl-iskejjel tagħna għandna l-IT.", "Tletin sena ilu biex kont tmiss kompjuter kont toħroġ l-għaraq, u llum għandna tfal li huma kapaċi fl-IT, u rridu nkomplu nsostnu dan.", "Hu għalhekk li għandna kumpanniji ġejjin hawn Malta bħal Smart City, Lufthansa Technik u l-call centres, għax għandna żgħażagħ kapaċi li rridu nkomplu nsostnuhom.", "Rigward l-edukazzjoni u ż-żgħażagħ, illum dawn għandhom l-Universita` miftuħa għalihom u hemm il-programmi Erasmus u Young Enterprise.", "Hemm ukoll l-MCAST li proprju għada, 26 ta' Ottubru, hija d- data tal-fondazzjoni tiegħu għax dan kien magħluq u ftaħnieh, u issa hemm eluf ta' żgħażagħ jieħdu l-edukazzjoni tagħhom fih.", "Mhux hekk biss, Sur President, imma għada min irid fost l-istudenti jista' joħroġ għall-elezzjoni tal-kunsill studenti ta' l-MCAST.", "Din hi xi ħaġa li fi żmieni ma kontx tagħmilha għax il-kunsill kien magħluq.", "Iż-żgħażagħ jieħdu pjaċir bl-ambjent, u f'dan il-budget għandna diversi miżuri dwar l- ambjent, dwar il-kultura, dwar is-saħħa, dwar it-toroq, dwar l-anzjani, dwar l-annimali u dwar iċ-childcare centres.", "Għandna wkoll il-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ li qed jagħmel xogħol imprezzabbli.", "Jekk l-Onor.", "Carmelo Abela jmur fuq il-vot 5483, il- National Youth Programme, isib fejn huma it-Lm30,000 għaż-żgħażagħ u s-Lm6,000 l-oħra tal-National Youth Council.", "Aħna nieħdu pjaċir bix-xogħol, l-impenn u l-politika tal-National Youth Council bħalma nieħdu pjaċir ukoll bil-liġi dwar l- organizzazzjonijiet volontarji li għaddiet u li fihom jipparteċipaw ħafna żgħażagħ.", "Ċertament iż-żgħażagħ jieħdu pjaċir bit-tnaqqis fit-taxxi u forsi ħuthom iżgħar se jgawdu mill-miżura taċ-children's allowance għal kulħadd.", "Iż- żgħażagħ jieħdu pjaċir ukoll li għandhom gvern li qed iħares lejn il-futur u llum qed jagħtihom futur fl-Ewropa.", "Ħaddieħor ma riedx jagħtihom dan il- futur imma ried itihom futur fi Svizzera fil-Mediterran.", "Illum għandna sitt oqsma li qed nimmiraw għalihom għall-eċċellenza, fosthom l-edukazzjoni.", "Iż- żgħażagħ tagħna jafu l-importanza li dan il-gvern jagħti lejn l- edukazzjoni.", "F'ittra li kien hemm f'\"The Times\", żewġ żgħażagħ mill-Mosta, Kevin u Rita Vella, qalu li l-Prim Ministru qalilna:", "\"Judge me on what I do, not for what I say.\".", "Bla dubju ta' xejn, iż-żgħażagħ jieħdu pjaċir li l-poplu Malti u Għawdxi qed jiġġudika lil dan il-gvern fuq dak li għamel u mhux biss fuq dak li jgħid.", "Fil-ġranet li ġejjin - aħbar tajba għaż-żgħażagħ u l-isportivi – apparti li se jkollna l-partita tal-football bejn il-players anzjani ta' l- Italja u l-Ingilterra, ġejjin ukoll il-Juventus f'Malta u se jilagħbu kontra t-team tal-Belt Valletta.", "Il-fatt huwa li qed jiġu teams kbar f'pajjiżna, l-ewwel ġew il-Milan u issa se jiġu l-Juventus, u dan qed jagħmlilna unur kbir.", "Dan huwa aspett ta' turiżmu sportiv li jibbenefika lil pajjiżna.", "L-oppożizzjoni qaltilna li dan huwa l-budget \"ta' ftit ħafna tard wisq\", imma jiena naħseb li dan huwa budget tal-grazzi ħafna li qed jgħid il-poplu Malti u forsi tal-ftit wisq min-naħa ta' l-Oppożizzjoni.", "X'qed taħseb l-oppożizzjoni?", "Li l-gvern huwa għajjien u li tilef il-ħeġġa?", "Naħseb li huma ta' l-oppożizzjoni li ddejqu għax aħna ma ddejjaqniex niggvernaw!", "Anzi l-viżjoni tagħna hija li nkomplu mmexxu lil dan il-pajjiż 'il quddiem b'ġenerazzjoni żagħżugħa u b'saħħitha taħt gvern immexxi mill- Prim Ministru Gonzi.", "Grazzi.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Grazzi L-Onor.", "Jason Azzopardi.", "ONOR.", "JASON AZZOPARDI: Sur President, hemm ħafna xi tgħid, pero` f'dawn l- għoxrin minuta li ġejjin xtaqt nitkellem ftit dwar il-kisbiet ta' l- Universita` ta' Malta u l-Kunsill Malti għall-Kwalifiki f'dawn l-aħħar ħames snin u hemmhekk se norbot ftit ma' dak li qal l-Onor.", "Carmelo Abela meta semma t-trade schools u l-bidliet li saru f'dak ir-rigward.", "Fl- Universita` ta' Malta hemm storja ta' suċċess li qed tirrepeti ruħha.", "In- numru ta' studenti fl-Universita` kompla jiżdied matul dawn l-aħħar snin, tant li minn total ta' 8,300 fl-2003 tlajna għal 10,131 din is-sena.", "Kien hemm żieda qawwija wkoll fin-numru ta' studenti li għażlu li jkomplu jistudjaw f'livell ogħla wara li jieħdu l-ewwel grad.", "Fil-fatt, in-numru ta' studenti post-graduate żdiedu minn 1,500 fl-2003 għal 2,190 illum.", "Kienet reġistrata wkoll żieda qawwija fin-numru ta' gradwati li l- Universita` tagħti lill-pajjiż minn sena għal sena.", "Din is-sena mistennija jiggradwaw 2,400, u f'dawn l-aħħar ħames snin l-Universita` se tkun tat 'il fuq minn 9,300 gradwat, li 3,300 minnhom huma fil-livell post-graduate.", "L-ammont ta' gradwati f'kull qasam ta' studju, inkluż kummerċ, edukazzjoni, arkitettura, social work, xjenza u informatika kien fattur ewlieni għall- iżvilupp ekonomiku u soċjali tal-pajjiż, kif kulħadd jista' jara u jmiss b'idejh.", "Kompliet tiżdied il-varjeta` ta' korsijiet bl-introduzzjoni ta' korsijiet ġodda f'oqsma varji, partikolarment fil-livell post-graduate, biex b'hekk komplew jiżdiedu opportunitajiet ġodda ta' studju u speċjalizzazzjoni li jservu l-bżonnijiet differenti tal-pajjiż.", "L- Universita` kienet minn ta' quddiem nett fost universitajiet Ewropej li laħqet ftehim ma' universitajiet prestiġjużi oħra biex ikunu żviluppati flimkien magħhom programmi ta' studju li jwasslu għal joint degrees, fejn il-grad ikun mogħti mill-Universita` ta' Malta flimkien ma' universita` jew grupp ta' universitajiet barranin.", "Sar ftehim ma' universitajiet prestiġjużi internazzjonali biex ikunu żviluppati u mogħtija flimkien ma' l- Universita` tagħna programmi internazzjonali li jwasslu għall-grad ta' masters.", "Dawn il-korsijiet ta' l-ogħla livell mistennija mhux biss li jipprovdu okkażjonijiet uniċi għall-istudenti Maltin iżda għandhom jattiraw numru sostanzjali ta' studenti barranin.", "Kellna wkoll investiment qawwi mhux biss fl-infrastruttura iżda anke fir- riżorsi umani fl-Universita` u anke fil-faċilitajiet.", "Biex twettaq dan kollu, l-Universita` kompliet tagħmel investiment qawwi f'riżorsi umani b'impjiegi ġodda u bl-iżvilupp professjonali ta' l-akkademiċi li ngħataw għajnuna biex ikomplu jistudjaw lejn l-ogħla grad kemm f'Malta kif ukoll barra.", "Ingħatat għajnuna lill-istaff akkademiku biex jattendu konferenzi internazzjonali u tat opportunitajiet ta' esperjenzi fl-universitajiet oħra permezz ta' skemi ta' staff exchanges.", "Fost il-proġetti ta' nefqa kapitali li saru f'dawn l-aħħar snin, insibu l-bini ta' laboratorji u uffiċċji ġodda fil-bini tax-xjenza u uffiċċji ġodda għall-ħaddiema fl-amministrazzjoni.", "Huwa maħsub li jkun hemm binja ġdida bl-aktar teknoloġija avvanzata minn fejn se tibda taħdem il-fakulta` l-ġdida ta' l-ICT.", "Saħħaħna wkoll l- amministrazzjoni u tejjibna s-sistema tar-regolamenti.", "Bl-introduzzjoni ta' regoli ġodda li armonizzaw l-amministrazzjoni ta' korsijiet ta' studju fil-fakultajiet kollha, qarribna aktar l-operat fl- Universita` ta' Malta lejn l-operat ta' l-aħjar universitajiet internazzjonali.", "L-introduzzjoni ta' state of the art computer system għall- immaniġġjar ta' l-informazzjoni dwar il-korsijiet u l-istudenti ġabet lill- Universita` fuq livell indaqs jew aħjar minn ħafna universitajiet oħra anke fl-amministrazzjoni akkademika tagħha.", "Din is-sistema tat aċċess online lill-istudenti għar-records tagħhom u lill-istaff akkademiku għall- informazzjoni dwar l-unitajiet ta' studju tagħhom u l-istudenti reġistrati għalihom.", "Din is-sistema iffaċilitat il-komunikazzjoni bejn l- amministrazzjoni, l-istaff akkademiku u l-istudenti u ovvjament qed tiffaċilita l-amministrazzjoni tal-korsijiet mogħtija minn aktar minn fakulta` waħda.", "Sur President, saħħaħna t-teknoloġija ta' l-informazzjoni u komunikazzjoni fl-Universita`.", "Fil-fatt, l-Universita` ta' Malta kienet minn ta' quddiem nett fl-użu ta' dawn it-teknoloġiji ġodda u għandna numru kbir ta' servizzi diġitali u ta' l-internet kemm mil-laboratorju ta' l-Universita` kif ukoll online.", "Apparti li l-faċilita` tal-wi-fi hija mifruxa sew fuq il-campus, l- Universita` qed tibni mezzi oħra ta' tagħlim bħal programmi ta' distance learning u faċilitajiet ta' video conferencing li qed jintużaw f'numru li qiegħed dejjem jikber ta' korsijiet.", "Din is-sena twaqqfet ukoll il-11-il fakulta`, dik tat-teknoloġija ta' l-informazzjoni u l-komunikazzjoni, li toffri kors fuq tliet snin fil-grad ta' Bachelor (Honours) u li fih jistgħu jintgħażlu numru ta' suġġetti innovattivi.", "Dan il-kors li nfetaħ f'Ottubru ta' din is-sena li qegħdin fiha diġa` laħaq numru kbir sew ta' studenti.", "U hawnhekk tajjeb nirriflettu ftit.", "Filwaqt li aħna l-partit tal-ftuħ, ħaddieħor hu l-partit ta' l-għeluq, għax ħaddieħor kien jagħlaqhom il- fakultajiet!", "Il-ħbieb tagħna tan-naħa l-oħra neħħew l-istipendji u riedu lill-istudenti jiddejnu, filwaqt li aħna żidniehom.", "Ħaddieħor ma tax boroż ta' studju filwaqt li aħna nagħtuhom, speċjalment f'livell ta' masters u anke Ph.D. Tieħu gost tiltaqa' ma' familji, kif nagħmel jiena regolarment, fejn il-ġenituri jkunu ferm grati li t-tfal tagħhom ibbenefikaw minn din l- għotja għax mingħajrha ma setgħux imorru jistudjaw barra.", "Dawn jgħidulek: grazzi lill-gvern, grazzi lill-ministeru u grazzi lill-Prim Ministru għax bl-għajnuna ta' dawn il-boroż ta' studju, it-tfal tagħna qed ikomplu jistudjaw.", "Din hi l-karatteristika ta' dan il-gvern, li aħna l-partit tal- ftuħ u l-partit ta' l-aċċessibilita` ta' l-Universita`.", "Jien diġa` għedt li din is-sena se jiggradwaw 2,400 student, u dan meta f'Mejju ta' l-1987 kien hemm inqas minn 800 student fl-Universita`.", "Dan juri li din is-sena se jiggradwaw tliet darbiet aktar minn kemm kien hemm studenti fl-1987!", "Ngħaddi biex nitkellem ftit fuq il-proġetti ma' l-Unjoni Ewropea.", "Il-valur totali tal-proġetti kien ta' madwar – qed nirriferi għall-ammont li ħadu r- riċerkaturi ta' l-Universita` tagħna - €8.7 miljuni, u f'dawn l-aħħar ħames snin kien hemm madwar 150 proġett.", "Dawn huma proġetti dwar kull qasam ta' riċerka, minn inġinerija għall-arti, mix-xjenza għall-ekonomija.", "Fl- aħħar erba' snin, l-Universita` laqgħet 'il fuq minn 1,000 student barrani fuq bażi full-time, mbagħad hemm il-programm Erasmus.", "Mis-sena 2001, numru konsiderevoli ta' studenti ta' l-Universita` tagħna pparteċipaw fl-Erasmus.", "Fl-2001 kien hemm 130 student - biex ma noqgħodx insemmi s-snin kollha – u dawn baqgħu jiżdiedu għal 150 student li kellna s-sena l-oħra.", "It-total hu ta' 600 student li qed jiżdiedu sena wara l-oħra, u dan kollu kien ikun impossibbli kieku l-poplu għażel li jmur għall-politika ta' \"Svizzera fil- Mediterran\".", "Sur President, għada s-26 ta' Ottubru, jaħbat l-anniversarju ta' meta l- partit Nazzjonalista tilef l-elezzjoni f'Ottubru ta' l-1996 favur il-partit Laburista.", "Ħdax-il sena ilu tela' fil-gvern il-partit Laburista bl-istess mexxej li hemm illum u bl-għajta – dażgur li żammha dik il-wegħda – li jiffriża l-applikazzjoni ta' Malta għal sħubija fl-Unjoni Ewropea, bil- konsegwenza li ffriża l-ġejjieni ta' eluf ta' studenti.", "Hemmhekk il-partit Laburista, biex iżomm il-wegħda li għamel, kien l-argużin tal-ġejjieni ta' tant nies f'pajjiżna.", "Irridu nfakkru li m'għaddewx wisq snin, 11-il sena, u min jaf kif konna nispiċċaw kieku bqajna mexjin f'dik it-triq politika li l-Onor.", "Alfred Sant qatt ma nidem minnha.", "Fil-fatt, il-partit Laburista għadu sal-lum jgħid li ma ddispjaċiehx minn dik l-għażla u qatt ma jgħid li kien żbaljat anzi jgħid li kieku jista', jerġa' jagħmel l-istess għażliet.", "Dawn l-affarijiet irridu nfakkruhom, Sur President, biex nuru li dan huwa partit li għadu ma nbidilx!", "U se nitkellem fuq bidla jew le meta nitkellem fuq l-iskejjel tas-snajja'.", "Tajjeb insemmu wkoll il-proġetti konġunti li kien hemm mill-Universita' ta' Malta ma' universitajiet barranin.", "Hawnhekk il-messaġġ li rrid inwassal hu li l- universita` tagħna tant akkwistat expertise, viżibilita`, kredibilita` u serjeta` li llum l-Universita` tagħna hija riċerkata biex tidħol fi skambji, ftehim u anke f'ġemellaġġi, bħal, per eżempju, l-eqdem universita` fiċ-Ċina.", "Dan sinjal ċar li hemm fiduċja fl-universita' tagħna anke mill-barranin.", "Sur President, ngħaddi issa għat-tieni parti tad-diskors tiegħi fejn irrid nitkellem ftit fuq il-Kunsilli Malti għall-Kwalifiki.", "Dan il-kunsill twaqqaf fl-aħħar ta' Diċembru ta' l-2005 bl-għan prinċipali li jaħdem fuq l- iżvilupp ta' qafas nazzjonali tal-kwalifiki u li jissorvelja t-taħriġ u ċ- ċertifikazzjoni li jwasslu għall-kwalifiki fi ħdan il-qafas nazzjonali tal- kwalifiki.", "X'inhi l-viżjoni tiegħu?", "Dan qed jara li l-kwalifika vokazzjonali Maltija kif ukoll l-operat kollu ta' l-edukazzjoni u taħriġ ikunu ta' kwalita` għolja u jilħqu faxex aktar wiesgħa tal-popolazzjoni tagħna.", "Irridu li l-edukazzjoni vokazzjonali tikber u tissaħħaħ mhux biss fl-ewwel livelli tal-qafas nazzjonali imma wkoll fil-livelli ta' edukazzjoni ogħla jew professjonali.", "Dan il-kunsill beda l-ħidma tiegħu f'Jannar ta' l-2006 fejn tnieda l- proċess ta' konsultazzjoni li spiċċa f'Mejju ta' din is-sena.", "F'Ġunju ta' din is-sena ħabbar il-qafas nazzjonali tal-kwalifiki kif maqbul mal- partijiet kollha inkluż l-industrija, it-trade unions, istituzzjonijiet ta' edukazzjoni, organizzazzjonijiet ta' studenti u għaqdiet mhux governattivi.", "Il-bieraħ, l-24 ta' Ottubru, dan il-kunsill nieda passaport kumulattiv li l- individwu se jkollu l-opportunita` li jiġbor fih it-tagħlim formali u informali kollu fil-livell tal-qafas nazzjonali tal-kwalifiki.", "Dalwaqt jiġi ffirmat l-ewwel protokoll bejn dan il-kunsill u l-Institute of Tourism Studies (ITS) marbut mal-qafas nazzjonali tal-kwalifiki.", "Hawnhekk tajjeb ngħid li l-ITS issemma proprju mill-Onor.", "Carmelo Abela fejn qal li dan il- gvern jeħtieġ jibgħat aktar messaġġ ċar dwar x'inhi l-viżjoni tiegħu għal dan l-istitut.", "Il-Kunsilli Malti għall-Kwalifiki rebaħ ukoll – dan huwa messaġġ ta' fiduċja u rikonoxximent ta' serjeta` - id-dritt li jikkordina proġett għall- Kummissjoni Ewropea dwar il-qafas Ewropew tal-kwalifiki, u huwa wkoll imsieħeb f'żewġ proġetti oħrajn ta' livell Ewropew li permezz tagħhom qed nieħdu esperjenza u viżibilita` għal Malta f'dan il-qasam hekk importanti.", "Dan il-kunsill qed ifassal ukoll politika dwar il-valutazzjoni ta' l- edukazzjoni formali u mhux formali biex nies li għandhom talenti u esperjenzi validi ta' xogħol jinħarġilhom ċertifikat ta' kompetenza fis- settur tagħhom, għax il-pajjiż għandu bżonn ikun jaf x'inhuma l-ħiliet tal- popolazzjoni, mhux biss ta' dawk li nkisbu permezz ta' edukazzjoni formali imma wkoll ta' dawk miksuba permezz ta' esperjenza f'qasam partikolari.", "Sur President, nixtieq issa nagħmel riferenza għall-Pjan għal Bidu Ġdid li tant qed isemmu u jikkwotaw tal-partit Laburista u li qisu l-magna carta ta' tant sekli ilu, fejn fih jingħad:", "\"Jeħtieġ qafas edukattiv li joffri programmi vokazzjonali u tekniċi li mhux biss jirrispondu għall-ħteġijiet li jevolvu kontinwament fid- dinja tax-xogħol imma wkoll li dawn il-programmi jkunu ta' l-ogħla livell u ta' l-aqwa kwalita`.\".", "Dan il-qafas edukattiv li l-partit Laburista qed jgħid li għandu bżonnu l- pajjiż diġa` tnieda u dan qed jiggarantixxi programmi ta' l-ogħla livell u ta' l-aqwa kwalita`.", "Fil-Pjan għal Bidu Ġdid jingħad ukoll:", "\"Accreditation of prior learning and accreditation of prior experimental learning\"", "F'Diċembru li ġej il-Kunsill Malti għall-Kwalifiki se jippubblika abbozz ta' politika ta' akkreditazzjoni ta' tagħlim formali u mhux formali u kif għedt diġa', tnieda l-passaport kumulattiv biex jintlaħaq dan il-għan.", "Kwotazzjoni oħra mill-pjan Laburista:", "\"Dan il-qafas edukattiv li jiġbor it-twettiq tal-programmi vokazzjonali u akkademiċi\".", "Sur President, dan diġa` tfassal u ġie maqbul ma' l-imsieħba soċjali kollha f'Ġunju ta' din is-sena.", "Jiġifieri l-Pjan għal Bidu Ġdid huwa skadut u m'huwiex aġġornat!", "Dan il-pjan huwa maqtugħ minn dak li qed jiġri fil- pajjiż.", "Kwotazzjoni oħra tgħid hekk:", "\"Ikun meħtieġ ukoll li jissaħħu l-foundation courses sabiex jgħinu lill-istudenti jiksbu l-ħiliet bażiċi.\".", "Dan il-Kunsilli Malti għall-Kwalifiki diġa` ppubblika ktieb dwar id- deskrizzjonijiet tal-ħiliet bażiċi li għandhom isaħħu t-tagħlim tal-ħiliet bażiċi.", "Kwotazzjoni oħra tgħid hekk:", "\"L-MCAST, b'kollaborazzjoni sħiħa ma' l-ETC, għandu joffri wkoll opportunitajiet ta' tagħlim li jwasslu għal titjib fil-kompetenzi bażiċi\".", "Dan diġa` qed iseħħ.", "Per eżempju, hawnhekk nista' nsemmi l-ETC basic employment certificate jew il-foundation courses ta' l-MCAST.", "Din is-sena daħlu 700 student over and above li daħlu s-sena l-oħra fil-foundation courses kollha f'kull istitut fl-MCAST.", "Dan huwa messaġġ ċar ta' fiduċja tal-poplu, ta' l-edukaturi u ta' l-istudenti u żgħażagħ fl-MCAST.", "Għalkemm dan id-dokument li tkellimt dwaru - il-Pjan għal Bidu Ġdid - jitkellem dwar kwalita` fit-tagħlim u taħriġ, fil-verita` m'hemmx proposti la kif dan jista' jintlaħaq u lanqas b'liema mezzi u strutturi l-kwalita` fl- edukazzjoni tista' titjieb.", "Il-gvern, permezz ta' dan il-ministeru, diġa` poġġa l-istrutturi f'posthom u dawn diġa' bdew jagħtu l-frott, u bħala eżempji nista' nsemmi n-National Commission for Higher Education, il-Malta Qualifications Council kif ukoll ir-riforma fid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni bil-ħolqien tal-Malta Education Directorate.", "Qabel nagħlaq id-diskors tiegħi, irrid nagħmel kumment żgħir fuq dak li qal l-Onor.", "Abela fuq it-trade schools.", "L-Oppożizzjoni qed turi kemm m'hijiex au courant ma' dak li verament qed jiġri fl-MCAST u kemm kienet qabża kbira ta' kwalita` li jingħalqu t-trade schools u li fetaħ l-MCAST li aħna bdejnieh mix-xejn fl-2001 għax il-partit Laburista kien għalqu.", "Kif għedt diġa`, aħna l-partit tal-ftuħ, u din hi d-differenza bejn iż-żewġ partiti!", "Huma jagħlqu, aħna niftħu, huma jxekklu, aħna nkattru!", "Dik hi d-differenza bejn iż-żewġ partiti; viżjoni kruċjali, Sur President!", "Meta l-Onor.", "Carmelo Abela qal li huwa ħażin li t-trade schools għalqu, ixxokkjani għax dan juri li kemm hu u kemm l-oppożizzjoni ma fehmux li t-trade schools sfortunatament kellhom stigma marbuta mal-fatt li l-istudenti li jattendu dawn l-iskejjel kienu l-falliment tas-sistema edukattiva tal-pajjiż.", "L-istudenti li kienu jattendu t-trade schools kienu jkunu limitati fit- tagħlim li jingħataw, kemm fl-akkademja u kemm fis-snajja'.", "X'differenza mill-MCAST!", "Fl-MCAST ukoll hemm korsijiet għal plumbers u għal hairstylists li ma tantx se jieklu minn fuqi u l-Onor.", "Galea!", "Anke l-mastrudaxxi jeżistu llum fl-MCAST u jgawdu minn struttura professjonali li ġiet ukoll rikonoxxuta mill-Unjoni Ewropea tant li dan il-kulleġġ rebaħ premju Ewropew għall-eċċellenza fit-taħriġ vokazzjonali.", "Jiġifieri jagħmel ħażin il- partit Laburista li jerġa' jilmenta b'nostalġija l-għeluq tat-trade schools u jkun tajjeb jekk il-partit Laburista jgħid jekk hux se jiftaħ mill-ġdid dawn l-iskejjel għax dak ikun messaġġ ċar li dan irid ireġġa' lura l-arloġġ tas-sistema edukattiva ta' pajjiżna.", "Fl-MCAST illum għandek 4,000 student full-time u 5,000 student part-time f'100 kors full-time.", "L-MCAST qed jagħmel ħafna ġid u qed joħloq sinerġija tajba ħafna ma' l-industrija u mal-bżonnijiet tal-pajjiż.", "Dan huwa wkoll messaġġ ċar mill-edukaturi u mill-għalliema.", "Minn hawn insellmu l-għalliema ta' l-Universita`, l-għalliema ta' l-MCAST u l-istaff akkademiku kollu.", "Kumment ieħor li rrid ngħaddi huwa dwar l-iżball kbir li għamel il-kap ta' l-oppożizzjoni fejn wera kemm m'huwiex preparat u kemm huwa superfiċjali fid-diskors tiegħu meta nhar it-Tnejn ippropona li n-nefqa ras imb'ras fuq l-istudenti ta' l-iskejjel ta' l-istat għandha tiġi ta' l-inqas pari passu man-nefqa li l-gvern jagħmel ras imb'ras fuq l-istudenti ta' l-iskejjel tal- knisja u tal-privat.", "Dan żball, biex ma ngħidx gidba, Sur President, għax il-gvern diġa` qiegħed jonfoq aktar ras imb'ras fuq l-istudenti ta' l-iskejjel ta' l-istat milli qed jonfoq fuq l-istudenti ta' l-iskejjel tal-privat u tal-knisja.", "Jekk niftakar tajjeb – jikkorreġini l-Onor.", "Ministru – il-gvern qed jinvesti Lm1,300 ir-ras fuq l-istudenti ta' l-iskejjel ta' l-istat u madwar Lm 800 fuq dawk tal-privat.", "Din prova li fuq suġġett li tkellem fuqu nhar it-Tnejn il-kap ta' l-oppożizzjoni, he was shooting from the hip kif iħobb jagħmel, u b'hekk wera li m'huwiex preparat!", "Dak huwa messaġġ ċar ta' nuqqas ta' serjeta` min-naħa tal-kap ta' l-oppożizzjoni li qed jaspira li jerġa' jkun prim ministru meta dan jagħmel dikjarazzjoni tant fallaċi.", "Jiena nispera li dan kien żball ġenwin u ma riedx jiżgwida jew għamilha b'malizzja.", "Grazzi.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru Louis Galea.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, waħda mill-affarijiet sbieħ li jkun fih id-dibattitu dwar il-qasam ta' l-edukazzjoni huwa li jagħtik ftit il- feeling li ż-żewġ naħat tal-Kamra qegħdin f'tellieqa biex il-membri kollha li qed jieħdu sehem jwasslu għall-aħjar żviluppi fil-qasam ta' l- edukazzjoni.", "Ċertament huwa pożittiv li tisma' sew naħa u sew oħra jesprimu l-ħerqa tagħhom dwar min għamel l-aktar, min għandu l-aħjar proposti u min irid jagħmel l-iktar ġid.", "Naħseb li għal pajjiż tagħna u għall-poplu Malti u Għawdxi din hija karatteristika tajba li għandna ngħożżuha u nibnu fuqha.", "Naturalment irridu nkunu wkoll nies kapaċi nagħmlu analiżi ta' din it- tellieqa u analiżi tal-membri tat-timijiet li qed jieħdu sehem fiha sabiex naraw b'liema strateġiji qed jikkompetu u x'inhi l-performance tagħhom biex jilħqu l-miri li jkunu stabbilew.", "Sur President, huwa f'dan il-kontest li rrid ngħid grazzi lil sħabi li tkellmu f'dan id-dibattitu, l-Onor.", "David Agius u l-Onor.", "Jason Azzopardi li ħadu parti ta' spjegazzjonijiet ta' proposti li jaqgħu taħt dan il- ministeru.", "Ngħid grazzi wkoll lill-Onor.", "Karl Chircop li l-bieraħt lura għamilt miegħu żewġ seduti filgħodu u filgħaxija niddibatti l-punt li kien qed jitkellem fuqu llejla fil-qasam tax-xogħol meta ddiskutejna l-estimi ta' l-ETC.", "U grazzi oħra lill-Onor.", "Joseph Abela li ħassejt li tkellem tajjeb ħafna fuq il-qasam tal-koperattivi u għamel punti validi li rridu nkomplu nsegwuhom.", "B'mod partikolari rrid ngħid grazzi lill-ħabib tiegħi l- Onor. Carmelo Abela li huwa l-kelliem ewlieni fil-qasam ta' l-edukazzjoni, ta' l-isport u taż-żgħażagħ tal-partit Laburista u li hu jsegwini u jien insegwih, qisna d-dellijiet ta' xulxijn!", "Jiena nieħu gost ħafna li għandna din il-kollaborazzjoni bl-iskop li nippruvaw, bejn it-teżi u l-anti-teżi, noħolqu sinteżi favur l-edukazzjoni.", "Naturalment, meta qed nitkellmu fuq l-edukazzjoni u niġu hawn biex ngħidu x'wettaqna, x'se nwettqu u x'se ninvestu, bilfors wieħed irid irodd is- salib u jgħid li x-xemx ma telgħetx magħna!", "Aħna qegħdin nibnu fuq dak li għamel ta' qabilna.", "Apparti dan, dak li qed nagħmlu m'aħniex qed nagħmluh waħedna.", "Fil-qasam ta' l-edukazzjoni, taż-żgħażagħ, ta' l-isport u tax- xogħol hawn il-poplu kollu li qed jieħu sehem.", "Allura bilfors irrid ngħid grazzi minn qalbi lil dawk kollha li b'xi mod ikkollaboraw biex nimxu 'il quddiem f'dan il-qasam.", "Grazzi lil dawk l-eluf kbar ta' ommijiet u missirijiet li joqogħdu ma' l-eluf ta' ulied li hawn f'dan il-pajjiż biex b'sagrifiċċju u mpenn jaraw li dawn jimxu 'il quddiem fl-edukazzjoni u t- taħriġ.", "Irrid ngħid ukoll grazzi lil dawk kollha li jgħallmu fl-iskejjel f'Malta u Għawdex, lill-kapijiet ta' l-iskejjel u lill-ħaddiema ta' l- iskejjel li jwettqu din il-vokazzjoni u l-missjoni fundamentali li hija ta' ġid kbir għall-poplu tagħna.", "Aħna lkoll ma konniex naslu li kieku ma kellniex madwarna uffiċjali u kapijiet fl-awtoritajiet edukattivi nazzjonali tagħna, fid-diviżjoni, fid- dipartimenti li hemm fid-diviżjoni, fid-dipartimenti li hemm fil-ministeri, fil-Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada, fil-Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi, fl-Universita`, fl-MCAST, fl-ITS, fil-Kunsill Malti għall- Isport, fl-Awtorita` dwar is-Sigurta`' u s-Saħħa fuq il-Post tax-xogħol, fl- istituzzjonijiet privati ta' l-edukazzjoni u fl-istituzzjonijiet tal- knisja.", "Dawn kollha ma stajniex naħdmu mingħajrhom.", "Ma stajniex nirreġistraw il-ħidma u nwettqu l-politika tal-gvern fl-oqsma ta' l- edukazzjoni, ta' l-eżamijiet, ta' l-isport, tax-xogħol, tal-libreriji u ta' l-arkivji, u lil dawn kollha jien irrid ngħidilhom pubblikament grazzi u napprezza ħafna l-ħidma li huma jagħmlu.", "Naħseb hija wkoll okkażjoni tajba li nsellem u nirringrazzja persuna partikolari, Dr. Cecilia Borg, li hija d-direttur ġenerali ta' l- edukazzjoni li qiegħda proprju fuq l-għatba ta' l-irtirar tagħha wara aktar minn 40 sena dedikazzjoni bħala għalliema u li telgħet from the ranks.", "Din ġejja minn familja ta' edukaturi, u wara karriera tajba u ħabrieka, f'dawn l-aħħar snin ippresediet proprju meta konna qegħdin insawru s-sistema edukattiva ta' dan is-seklu l-ġdid li dħalna fih.", "Issa din waslet biex tgħaddi l-baton f'din ir-relay race lil ħaddieħor, u rrid insellmilha, naprezza l-ħidma tagħha u nirringrazzja lilha u lill-familja tagħha, Sur President.", "Fl-istess waqt, ma rridx nagħlaq din l-introduzzjoni ta' ringrazzjamenti bla ma ngħid grazzi minn qalbi lill-unions tal-ħaddiema li jaħdmu f'dan il-ministeru bħall-UHM, il-GWU u unions oħra.", "Pero` n'hemmx dubju li meta tkun fil-ministeru ta' l-edukazzjoni, il-union li hija protagonista f'dan il-kamp hija l-MUT, li mhux biss naħdmu magħha kontinwament imma li proprju naħdmu b'mod kostruttiv, u fil-fatt tajna lill-poplu tagħna ftehim fuq ir-riforma edukattiva li huwa ftehim importanti ħafna għall-għalliema u importanti ħafna għas-settur ta' l- edukazzjoni.", "Li kieku kelli nanalizza d-diskors li sar min-naħa ta' l-oppożizzjoni, nikkonkludi li din qaltilna li mhux qed isir biżżejjed għax għandna partijiet mis-sistema edukattiva tagħna li għadhom dgħajfa u rridu nsaħħuhom.", "Jiena ngħid, Sur President, li huwa l-gvern stess li huwa konxju li għad fadal aktar x'inwettqu.", "Huwa dan il-gvern li kien l-ewwel wieħed li ftit tas-snin ilu poġġa bħala mira mill-aktar ambizzjuża edukazzjoni ta' kwalita` għal kulħadd biex uliedna jirnexxu lkoll.", "Ngħidu dan għax irrid li l-Kamra tifhem li l-gvern m'huwiex xi gvern li qiegħed jistrieħ fuq ir- riżultati li kiseb għall-pajjiż.", "Il-gvern jaf kemm il-ħidma fl-edukazzjoni hija kontinwa u dinamika u l-ħin kollu trid taġġusta għar-realtajiet ġodda li d-dinja ġġib magħha.", "Aħna konxji li għad jonqos xogħol x'isir.", "Dażgur li konxji!", "Kieku m'aħniex konxji ta' kemm għad fadal x'isir ma konniex nimpenjaw ruħna u ġisimna biex inġibu evoluzzjoni tas-sistema edukattiva ta' pajjiżna, Sur President.", "Nerġa' ngħid li x-xemx ma telgħetx issa u aħna qed nibnu fuq dak kollu li għamlu il-gvernijiet ta' qabilna, bit-tajjeb u l-ħażin tagħhom.", "Ix-xogħol tagħna huwa li ntejbu s-sitwazzjoni.", "Id-diskors ta' l-oppożizzjoni huwa diskors li jirrikjedi ċerta analiżi għax f'din il-Kamra rridu nifhmu eżatt x'inhija l-viżjoni, x'inhija l-politika u x'inhija l-istrateġija li aħna qed nitkellmu fuqha, u rridu nkunu nafu x'qegħdin ngħidu u dak li qegħdin ngħidu x'ifisser.", "Li kieku kelli naqbad id-diskors tan-naħa l-oħra, naqsmu fi tliet partijiet.", "F'parti minnhom l-oppożizzjoni qaltilna li mhux qed isir biżżejjed, anzi f'ċerti mumenti anke qalet li sejrin lura.", "Fit-tieni parti qaltilna wkoll li għandha l-provi li aħna sejrin lura u għamlet riferenza għal din il-famuża aġenda ta' Lisbona, u f'parti oħra tad-diskors tkellmu fuq xi proposti li huma qed jagħmlu għall-ġejjieni.", "Ikun tajjeb għalhekk, Sur President, li nagħmel analiżi ħafifa ta' dawn it-tliet partijiet tad-diskors ta' l-oppożizzjoni Laburista.", "Dwar l-ewwel parti tad-diskors, jiena nixtieq li anke meta nkunu qed niddiskutu l-budget - naf li m'huwiex faċli - l-oppożizzjoni ma taqax għat- tentazzjoni li tkun partiġġjana, speċjalment fl-edukazzjoni.", "Qed ngħid dan għax il-kelliem ta' l-oppożizzjoni qal li dak kollu li sejjer ħażin fl- edukazzjoni mhux tort ta' l-għalliema imma tort tal-prattiċi li jkun hemm fl-iskejjel.", "Issa l-prattiċi ħżiena ta' l-iskejjel taf min jaħti għalihom skond l-Onor.", "Carmelo Abela?", "Il-ministru u l-gvern, Sur President!", "Issa aħna dejjem ngħidu li the buck stops here, u l-poplu jiġġudika.", "Il-poplu qed jara l-affarijiet, qed jisma' lil kulħadd u għandu 80,000 minn uliedu qed imorru fl-iskejjel, u m'hemmx ċertifikat aktar awtentiku mill-fatt li uliedek jiġu lura mill-iskejjel, imorru għall-eżamijiet, jġibu r-riżultati ta' l-eżamijiet u jimxu 'l quddiem, jidħlu fid-dinja tax-xogħol, jaqbdu l- karriera tagħhom u jieħdu l-istatus tagħhom.", "Issa x'inhi l-impressjoni li nieħdu meta nisimgħu lill-Onor.", "Abela jitkellem kif tkellem illejla?", "Kantaliena sħiħa ta' siegħa u tliet kwarti fejn qisu għandek xi ħadd quddiemek li qed jagħmillek analiżi tal-problemi li hemm, u li once li jieħu l-isteering f'idejh, se jsib is-soluzzjonijiet mill-ewwel!", "Dik l-impressjoni li jtik id-diskors sempliċistiku tiegħu!", "Qisu l-problemi li qed isemmi huma problemi li faċilment issolvihom.", "Ċertament ma kienx hemm l-apprezzament tal-komplessita` tal-proċess edukattiv u tat- trasformazzjoni ta' sistema edukattiva li qed ngħadduha mis-seklu 20 għas- seklu 21.", "M'hemmx l-apprezzament ta' x'jiġifieri tittrasforma s-sistema edukattiva mis-sistema ta' chalk and talk għas-sistema ta' l-informatika u tal-komunikazzjoni.", "Kieku hemm dan l-apprezzament min-naħa ta' l-Onor.", "Abela, kieku ma jitkellimx hekk!", "Inwelldu l-ġejjieni flimkien.", "U kif wellidna ġejjieni flimkien għas-sistema edukattiva, Sur President!", "Naħseb li tajjeb li malajr malajr nagħtu daqqa t'għajn l-ewwelnett lejn x'qed nipproponu f'dan il-budget.", "Veru li fid- diskors tal-budget tal-prim ministru hemm imsemmi l-investiment ta' Lm102 miljuni fl-edukazzjoni, u veru wkoll li hemm il-figuri differenti li semma l-Onor.", "Abela fil-budgets ta' l-2005 u l-2006.", "Pero` jekk wieħed jaqbad l- estimi u jagħsarhom, isib li l-gvern se jinvesti fl-edukazzjoni tal-poplu Malti u Għawdxi Lm124.9 miljuni, u hawnhekk qed ngħodd biss il-voti li huma relatati direttament ma' l-edukazzjoni u li jaqgħu fil-ministeru tiegħi u fil-ministeru għal Għawdex.", "Hawnhekk donnu kulħadd jinsa li taħt il- ministeru għal Għawdex, is-servizz edukattiv kollu jiswa Lm7 milijuni.", "Kulħadd jinsa li minbarra dak li qed nivvotaw fl-estimi għall-bini u modernizzar ta' skejjel aħna għandna arranġamenti finanzjarji mal-Bank APS biex inkunu nistgħu ninvestu iktar, u huwa stmat li għas-sena d-dieħla se nonfqu Lm4.5 miljuni oħra barra l-fondi li hemm fl-estimi.", "Meta dawn ngħodduhom, naraw li l-gvern qiegħed jinvesti Lm125 miljun għall- edukazzjoni.", "Issa hawn m'iniex qed ninkludi aktar minn Lm700,000 li hemm taħt il-ministeru ta' l-Onor.", "Austin Gatt fil-qasam tat-teknoloġija ta' l- informatika, li jirrigwardaw l-e-learning u l-ICT academic programmes, li huma l-fondi li dak il-ministeru joħroġ biex aħna nkunu nistgħu nibagħtu studenti f'istituzzjonijiet privati ħalli jitħarrġu fl-IT.", "M'iniex qed ninkludi wkoll - imma hija wkoll edukazzjoni - aktar minn Lm200,000 li l- gvern jonfoq biex iħarreġ lill-Pulizija tiegħu u aktar minn Lm700,000 li l- SDO, fl-uffiċċju tal-Prim Ministru, jonfoq biex iħarreġ lill-ħaddiema tal- gvern.", "M'iniex qiegħed ninkludi kważi Lm300,000 li huma dedikati biss għar- riċerka tal-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija, u m'iniex qed ninkludi Lm557,000 li bejn il-ministeri kollha nonfqu taħt il-line item tat- taħriġ tal-ħaddiema.", "Li kieku kelli ngħodd dawn, qed nonfqu mal-Lm127 milijun fl-edukazzjoni u taħriġ, għax meta nanalizza l-estimi, ma nanalizzax biss x'għandi jien.", "Aħna gvern wieħed u nanalizza l-gvern kollu, Sur President.", "Mela rridu nitilqu minn dan il-punt.", "L-Onor.", "Abela qalilna li d-direttorat u l- kulleġġi qegħdin jiġu injorati.", "Le, m'humiex injorati!", "Araw l-estimi li hemm tas-salarji fid-diviżjoni ta' l-edukazzjoni u ssibu li hemm żieda sostanzjali li se tkun dedikata biss biex inkunu nistgħu ningaġġaw in-nies li hemm bżonn ħalli nagħmlu l-ewwel fażi tar-riforma li aħna fassalna, għaddejna liġi minn dan il-Parlament dwarha, u għamilna ftehim fuqha.", "Din hija riforma li tirrikjedi ċertu investiment sostanzjali kif se nispjega aktar tard.", "Tan-naħa l-oħra reġgħu semmewlna li l-vot kapitali ma ntefaqx kollu.", "Irrid ngħid li fuq din il-kwestjoni li l-vot kapitali tas-sena l-oħra ma ntefaqx kollu ħriġna stqarrija wara li tkellem il-kap ta' l-oppożizzjoni, fejn spjegajna li aħna konna konxji li jekk il-flus ma ddaħħalhomx fil-budget għall-2007 ma kontx tista' tibda tippjana n-nefqa tagħhom taħt il-fondi ta' l-Unjoni Ewropea, għax jekk ma jkunx imdaħħal il-vot, skond ir-regoli la tkun tista' tagħmel commitment, la tippjana u lanqas toħroġ tenders, u affarijiet oħra bħal dawn.", "Nafu x'ġara Sur President, għax diġa` ġie spjegat dan.", "Il-proċess biex il-kummissjoni ta' l-Unjoni Ewropea tapprova l- programmi ta' 27 pajjiż - u aħna konna minn ta' l-ewwel li lestejnieh dan il-proċess - ħa aktar żmien milli stennejna.", "Aħna għandna ħafna affarijiet lesti u għandna numru ta' tenders li diġa` marru għand id-dipartiment tal- kuntratti biex l-awtoritajiet kompetenti, qabel jinħarġu t-tenders, jagħtu l-approvazzjoni tagħhom.", "L-Onor.", "Abela kien għal kollox inġust meta beda jgħid li dan il-gvern u f'dan il-budget ma ħadniex ħsieb lit-tfal vulnerabbli u lit-tfal li jaqgħu lura.", "Jekk il-gvern, bis-sistema statali tiegħu, jagħmel xi ħaġa li lanqas il-knisja bl-iskejjel tagħha ma tagħmel u li lanqas l-iskejjel privati ma jagħmlu, hu li jinvesti l-miljuni l-kbar minn flus il-poplu biex proprju jieħu ħsieb lit-tfal vulnerabbli u li jistgħu jaqgħu lura, Dan jagħmlu bil- politika ta' edukazzjoni inklussiva u bil-fondazzjoni għal servizzi edukattivi u tant inizjattivi oħrajn.", "Aktar tard inpoġġi fuq il-Mejda tal- Kamra l-mod ta' kif wasalna għal din in-nefqa ta' kważi Lm125 miljun u d- dettalji l-oħra li kont qiegħed nitkellem fuqhom.", "Tajjeb li npoġġi fuq il- Mejda tal-Kamra wkoll l-istqarrija li ħriġna dwar ir-raġunijiet għax il-vot kapitali ta' l-2007 ma ntefaqx kif xtaqna.", "Il-kelliem ta' l-oppożizzjoni qalilna wkoll li mhux il-flus u l-bini kollox, imma r-riżultati li verament jgħoddu.", "Dażgur li r-riżultati jgħoddu!", "Min qatt qal li aħna qegħdin niffokaw fuq il-bini biss, Sur President?", "Min qatt qal li għax nonfqu l-flus qed nakkwistaw?", "Dażgur li nirriċerkawhom ir-riżultati!", "Ħafna mir-riżultati jidhru u oħrajn forsi ma jidhrux.", "Ħafna mir-riżultati huma riżultati li jafhom kulħadd.", "Oħrajn huma riżultati li jistgħu jinteressaw ruħhom fihom dawk biss li jkunu qegħdin isegwu.", "Issa jiena se nsemmi xi riżultati, imma mhux se ngħid kollox għax se npoġġi xi tables li ġibt mid-dipartiment fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Kif jistgħu jgħidu li ma nġibux riżultati jekk il-ħidma tal-gvern wasslet biex in-numru ta' studenti li jmorru f'korsijiet post-sekondarji, vokazzjonali u fl-Universita` irdoppja mill-1994 'l hawn?", "Minn 11,000 tela' aktar minn 22,000!", "Dak riżultat jew mhux?!", "Jekk aħna ngħidu li l-parteċipazzjoni tan-nisa fil-livell ta' l-Universita` telgħet għal kważi 60%, dak riżultat jew mhux?", "Taf kemm kienet fl-1983 meta kienu l-Laburisti fil-gvern? 36%!", "Meta mbagħad reġgħu kienu fil-gvern fl- 1996, din kienet 53% u issa qegħda 60%.", "Jekk aħna bl-iskema ta' l- ischolarships tal-gvern irnexxielna nagħtu 86 scholarships għal MAs u għal PhDs, dawk mhux riżultati?", "Jekk aħna ngħidu li n-nies - mhux it-tfal jew l- istudenti biss - kollha li rreġistraw għal \"O-level\" tela' minn 2,800 fl- 1999 għal 7,900 fl-2006 u għall-\"A-level\" tela' minn 1,721 fl-1999 għal 2,550 fl-2006, dawk mhux riżultati?", "Fl-1997 kellna 3,528 studenti ta' 16-il sena li kienu joqogħdu għas-SEC u fl-2007 kellna 4,457.", "U għall- żdiedu Matsec ukoll.", "Dawn mhux riżultati?!", "Dan m'huwiex sinjal importanti li f'għaxar snin ikollok żieda ta' 21% f'dawk li jirreġistraw biex jagħmlu l-eżami ta' l-\"O- level\"?", "Anke fir-riżultati morna 'l quddiem, fejn kellna żieda ta' studenti ta' l-eta` ta' 16-il sena li għaddew fl-\"O-level\" bi gradi minn 1 sa 5 f'sitt suġġetti jew aktar u li hu ċċertifikat kredibilissimu u li jiftaħlek il-bibien kollha tad-dinja tax-xogħol u ta' aktar studju.", "Dan m'huwiex riżultat tajjeb?", "Mhux riżultat tajjeb ukoll li 60% tal-kandidati għall-eżamijiet tal-Matsec jikkwalifikaw kull sena?", "Qalilna li 40% ma jgħaddux mill-eżami tal-Junior Lyceum.", "Imma jgħaddu aktar minn 60%, Sur President!", "Hawnhekk tajjeb infakkru li fi żmienhom, fl-1982, għaddew 16% u fl-1985 għaddew 32%.", "Illum qed jgħaddu 60%!", "Dan riżultat jew mhux riżultat?!", "L-Onor.", "Carmelo Abela qalilna li fl-edukazzjoni inklussiva m'għamilna xejn, imma jiena hawnhekk għandi lista ta' sitt faċċati li tani s-Sur George Borg - li huwa l-kordinatur tan-network ta' l-iskejjel speċjali u ta' l- edukazzjoni inklussiva - ta' l-inizjattivi li ttieħdu f'sentejn u ta' dak li qed jiġi propost għas-sena d-dieħla.", "Allura kif dan qed jgħid li f'dan is-settur sejrin lura u m'hawnx riżultati?", "Fl-edukazzjoni inklussiva għandna 2,073 student li qed jirċievu appoġġ speċjali permezz ta' 1,605 learning support assistants li qabel konna ngħidulhom facilitators.", "Kif jista' jgħid li aħna mhux qed nagħtu kas ta' l-istudenti vulnerabbli u l- istudenti li jaqgħu lura?", "Kif tista' tgħidha?!", "Kważi m'hawn imkien fid- dinja li jonfqu l-flus li nonfqu f'Malta fuq tfal bi bżonnijiet speċjali fejn il-biċċa l-kbira minnhom nagħtuhom appoġġ wieħed għal wieħed.", "Iridu riżultati oħra ta' kemm ħadna sehem fil-programmi ta' l-Unjoni Ewropea?!", "Mhux se noqgħod insemmi l-Comenius u l-Leonardo.", "Wieħed mill- proġetti fejn waqajna lura huwa dak biex inġeddu l-laboratorji tax-xjenza, tat-teknoloġija u tal-lingwi.", "Aħna ġejna hawnhekk bħal-lum sena u l-gvern ried li jiddedika Lm1.5 miljuni biex inġeddu l-laboratorji tagħna.", "Issa dak ix-xogħol għadna ma bdejniehx imma x-xogħol biex nibdewh sar.", "Għadna ma bdejniehx għar-raġuni li spjegajt li l-kummissjoni ta' l-Unjoni Ewropea, fil-proċess kollu dettaljat, kontabbli u trasparenti - kif iħobbu jgħidu huma - ta' kif isiru l-affarijiet riedet tagħti l-approvazzjonijiet meħtieġa.", "Illum qegħdin fis-sitwazzjoni fejn għandna t-tender li qiegħda għand id-dipartiment tal-kuntratti għal vetting.", "Fit-2 ta' Ottubru kitbulna biex jitolbu spjegi u jsiru xi korrezzjonijiet li issa se jsiru mid- dipartiment konċernat, u nittama li nkunu nistgħu nimxu 'l quddiem.", "Imma l-Oppożizzjoni trid tapprezza li jiena għandi proċeduri li rrid insegwihom.", "Tajjeb infakkru li meta xi uffiċċjali ma segwewx dawn il- proċeduri, inqala' putiferju u ddaħħlu l-Pulizija u saret inkjesta bil- maġistrat.", "Dawn anke marru għand l-awditur ġenerali għax xi uffiċjali fil- Fondazzjoni għal-Iskejjel ta' Għada ma osservawx ir-regolamenti, u dan meta mkien ma nstab li kien hemm xi korruzzjoni jew li sar xi ħaġa bi skop ta' qligħ għal xi ħadd.", "Instab biss, Sur President, li nkisru r-regolamenti finanzjarji li ċertament hu ħażin, u li jaf li jiena m'appoġġjajtx, għax id- deċiżjonijiet li ħa l-bord ta' l-FTS, hu ħadhom.", "Issa jekk l-Onorevoli jaf xi ħaġa oħra jgħidha, imma jien ma jirriżultalix li l-Fondazzjoni għall- Iskejjel ta' Għada m'hijiex miexja punto e virgola mar-regolamenti finanzjarji.", "U kieku m'hijiex, kieku l-Oppożizzjoni tkun taf u kienet tgħid, għax jekk ikun hemm sifja f'għajn l-FTS, din issir travu fil-media Laburista!", "Ngħaddi issa biex nitkellem fuq il-kwestjoni ta' l-illitteriżmu, u naqbel miegħu li fuq l-illitteriżmu aħna ma nkejlux biss jekk wieħed jafx jikteb u jaqra.", "Hemm dak li ngħidulu litteriżmu li fid-dinja tal-lum hu meħtieġ biex tkun tista' taħdem u tgawdi l-ħajja.", "Issa jiena niftakar kemm kienu jgħajruna dawn għax kienu jgħidu li kellna 12% illiteriżmu.", "U hawnhekk tajjeb ngħidilhom li fl-aħħar ċensiment li ħareġ irriżulta li 7.2% biss huma illiterati.", "Mhux talli niżlet ir-rata ta' illitteriżmu, talli meta tara r-riżultati skond l-etajiet, joħroġ biċ-ċar li huma t-tfal u żgħażagħ li l-iżjed gawdew mis-sistema edukattiva taħt gvernijiet Nazzjonalisti għax għandhom rata ta' illitteriżmu mill-aktar baxxa.", "Fil-fatt, fost iż- żgħar nett hemm 1.7%, sa 29 sena 2.4%, u malli nibdew telgħin għal ġenerazzjonijiet soċjalisti tas-snin 70 u 80, hemmhekk l-illitteriżmu jitla' għal 9.3% u 11.1%!", "Hemm hi t-12%, Sur President!", "U anke 19.3%.", "Dawk huma r-riżultati li qegħdin nitkellmu fuqhom, Sur President!", "L-Onor.", "Abela qalilna li l-bibien ta' l-MCAST huma magħluqa, imma jekk hawn xi partit - kif qal l-Onor.", "Jason Azzopardi – li m'għandux jitkellem fuq bibien magħluqa ta' l-istituzzjonijiet edukattivi għaż-żgħażagħ Maltin huwa l-partit Laburista!", "Nifhem li l-Onor.", "Carmelo Abela għadu żgħir u ma jafx jew ma għex l-istorja politika li għixt jien, li m'iniex l-ixjeħ, imma dalwaqt insir l-ixjeħ f'din il-Kamra, Sur President!", "L-ewwelnett mhux veru li huma ġabu l-Universita` b'xejn.", "Dik ġabha l-gvern Nazzjonalista ta' Borg Olivier.", "Fl-1969 u 1970 jien kont fil-kunsill rappreżentattiv ta' l- istudenti, u dak iż-żmien konna niġġieldu ma' Borg Olivier mhux biex ikollna Universita` b'xejn imma biex jagħti l-grants, li wara ngħataw taħt Fenech Adami.", "Imma dak iż-żmien Borg Olivier kien qalilna li grants ma jistax jagħti għax konna għadna nsiru indipendenti, u li seta' jagħmel hu li jagħmel l-Universita` b'xejn, u fl-1970 hekk għamel.", "Sur President, jien kont l-Universita` meta ridna nħallsu biex nidħlu.", "Mhux li ridna nħallsu xi dinja, imma missieri kellu jmur jieħu ġurament u jgħid li l-qligħ tiegħu ma kienx biżżejjed biex iħallasli ħalli mmur l- Universita`, u jien ġejt eżenti milli nħallas.", "Imma missieri kellu jmur joqgħod jikxef għajnu, u kien fl-1970 li l-gvern Nazzjonalista ta' Borg Olivier neħħa dak ix-xifer ta' barriera.", "Fis-snin sebgħin u tmenin nafu x'ġara.", "Meta Borg Olivier neħħa l-miżati u jiena kont spiċċajt mill-ewwel kors tiegħi, konna 400 student fl-Universita'.", "Wara li huma għamlu 17-il sena fil-gvern, fis-snin sebgħin u tmenin, taf kemm ħallew studenti fl- Universita`? 800!", "Żieda ta' 400 biss fi 17-il sena!", "Imbagħad tlajna aħna fil-gvern - ħalli n-nies jaraw min jiftaħ il-bibien – u minn 800 telgħu għal xi 10,000.", "Fl-MCAST, minn 1,500 student meta fetaħ fl-2001 illum għandna 4,700, u jekk Alla jrid għada niċċelebraw l-ewwel foundation day tal-MCAST.", "Jiena ridt li l-MCAST jitwieled u jibda jikber, u hekk ġara.", "Beda b'1,500 student f'45 kors b'sitt istituti u llum hemm 4,700 student b'aktar minn 100 kors f'disa' istituti bejn Malta u Għawdex.", "Dawn m'humiex riżultati wkoll?", "Qalilna li mhux kulħadd daħal l-MCAST.", "Stenna ftit, għax naħseb lanqas meta jkun hu ministru mhux se jidħol kulħadd, Sur President!", "L-Onor.", "Abela jaqbel li jekk ikun hemm 1,000 student iridu jagħmlu l-kors ta' hairdressing, iddaħħalhom?!", "Kellna 600 li applikaw għal kors ta' hairdressing.", "X'nagħmlu?", "Nibnu skola tal-hairdressing għal 600?!", "X'se tagħmel b'dawk iż-żgħażagħ li jiġu għandek biċ-ċertifikat tal-first diploma u tan-national diploma tal-hairdressing u jgħidulek li ma jistgħux isibu xogħol?", "Dawn ma tridx tiggwidahom?", "Min ried isir plumber, mastrudaxxa, electrician u ma kellux \"O-level\", xorta daħal għall-foundation course.", "U veru sar sforz, Sur President, għax ma tistax ma tagħmilx sforz meta għandek dawn iż-żgħażagħ kollha li jridu jkomplu bl-edukazzjoni tagħhom.", "Kieku m'għandix applikazzjonijiet deħlin ma nagħmilx sforz, imma meta l- president tal-bord tal-gvernaturi, is-Sur Pawlu Attard, ra dak il-queue ta' żgħażagħ u ta' ġenituri jmorru magħhom l-MCAST biex jidħlu, ġie għandi u qalli li rridu naraw x'se nagħmlu.", "Il-gvern żied l-ispiża rikorrenti - tellagħha għal Lm5 miljuni – u żied ukoll l-ispiża għall-vot kapitali.", "Ikkommettejna ruħna mhux li niftħu Sixth Form ġdid imma li nagħmlu MCAST ġdid għax l-ispectrum tal-korsijiet li ż-żgħażagħ tagħna se jfittxu skond l- esiġenzi tas-suq se jkunu iżjed fl-MCAST milli fis-Sixth Form.", "Jekk wieħed jitkellem fuq l-ispecial needs fl-MCAST, isib li għandna aktar minn 90 student li qed nagħtuhom appoġġ speċjali.", "Erġajna qegħdin nagħtu special support lil dawk li jkollhom bżonn affarijiet speċjali waqt l- eżami.", "Għandna 277 basic skill students li huma defiċjenti f'ċerti aspetti ta' litteriżmu, u l-ewwel ħaġa li nagħmlu hu li dawn insaħħuhom.", "Għandna wkoll sitwazzjoni kritika li qed tevolvi.", "X'jiġri minn dawk iż-żgħażagħ statemented wara li jagħlqu 16-il sena?", "Hawnhekk erġajna ftaħna l-pathway course taħt l-MCAST, imma dik mhux is-soluzzjoni permanenti.", "Fil-fatt, matul din is-sena li għadna kif bdejna, diġa` qegħdin naħsbu fuq soluzzjoni sostenibbli, serja u kredibbli li tgħin tassew lil dawn iż-żgħażagħ sabiex jekk għandhom potenzjal ta' ħiliet, dan ikunu jistgħu jiżviluppawh.", "Ngħaddi issa biex nitkellem fuq l-adulti li jieħdu sehem fl-edukazzjoni tul il-ħajja, u ngħid li din hi area li fiha mxejna ħafna 'il quddiem.", "Għandna 18,000, u l-biċċa l-kbira minnhom huma nisa, anke jekk hemm numru ta' irġiel ukoll.", "Irrid ngħid ukoll li bejn is-sena 2001 u s-sena 2007, permezz tal-Fondazzjoni għall-iSkejjel t'Għada, investejna Lm26.5 miljuni, u għas- sena d-dieħla qed nipprospettaw żieda fin-nefqa ta' Lm6 miljuni, li jwassal għal investiment totali ta' Lm32.5 miljuni.", "L-Onor.", "Abela qalilna li kulma qed nagħmlu huwa li nsegwu fuq il-passi li beda il-partit Laburista fil- gvern li nefaq ħafna flus fil-qasam kapitali ta' l-edukazzjoni.", "Dan għadu żgħir u ma jafx l-istorja, Sur President!", "Meta teżamina l-vot kapitali ta' bejn l-1971 u l-1987 u tgħodd kollox, dan ma jitlax għal aktar minn Lm2 miljuni.", "Kien hemm snin fejn il-gvern Laburista ivvota Lm100,000 jew Lm37,000 biss.", "Immaġina kif irridu ntellqu fl-aġenda ta' Lisbona b'investiment kapitali ta' taħt il-Lm100,000!", "Qabel l-1996 kienu jgħidulna kemm hemm bżonnijiet.", "Dażgur li kien hawn ħafna bżonnijiet!", "Imma trid tibda minn x'imkien!", "Niftakar lill-Ministru Ugo Mifsud Bonnici fil-kabinett jistaqsi minn fejn se nibdew.", "Veru li stajna għażilna li nibdew mill-iskejjel ta' l-edukazzjoni obbligatorja, imma konna nħallu l-Universita` tistenna.", "U tajjeb li l-Onor.", "Abela jara x'kien qed jitlob l-iżvilupp soċjali u ekonomiku ta' pajjiżna?", "Allura f'dak il-perijodu kien hemm voti kapitali ta' miljuni kbar ta' liri fl- Universita` għax il-gvern Laburista ta' qabilna, fi 17-il sena, m'għamel xejn fl-Universita` li nbniet mill-gvern Nazzjonalista ta' Borg Olivier.", "Fi żmienhom mhux talli m'għamlu xejn, talli għalqu l-Polytechnic u ħarbtu l- Universita` għax qasmuha fi tnejn.", "Laqqmu waħda l-antika u l-oħra l-ġdida, u lanqas naf x'taħwid ieħor ġabu!", "Kif jista' jgħidilna li ma nvestejniex fl- edukazzjoni qabel l-1996?", "Dażgur li nvestejna!", "Imbagħad tela' l-partit Laburista u f'sentejn ivvota Lm16-il miljun.", "Tajjeb li l-Kamra tifhimha din, għax minkejja li jsemmu l-irregolaritajiet ta' l-FTS, għas-Lm16-il miljun li nefqu tal-Labour bejn l-1996 u l-1998 ma nsibu xejn, filwaqt li għal aktar minn Lm20 miljun li nefqet l-FTS, tista' tmur u tmiss b'idejk dan l-investiment!", "Tmur Pembroke u tara l-Junior Lyceum Sir Adrian Dingli mibni mill-ġdid.", "Tmur Ħal Kirkop u tara l-kulleġġ San Benedittu.", "Tmur Ħal Qormi u tara l-kulleġġ Sant' Ignazio.", "Tmur Bormla u tara l-kulleġġ Santa Margerita.", "Tmur Wied il-Għajn u tara li l-iskola rduppjat.", "Tmur il-Junior Lyceum tal-Ħamrun u tara fejn qegħdin ninvestu.", "Tmur Santa Tereża fl-Imrieħel u tara fejn qed nestendu.", "Hemm qegħdin l- aktar minn Lm20 miljun li nefqet l-FTS, Sur President!", "Nisfida lil kulħadd biex jgħidli what was the value for money għas-Lm16-il miljun tal-Labour?", "B'Lm16-il miljun tibni ħames skejjel ġodda bil-kalkolu tagħna.", "Imma xi ħadd ra l-valur ta' ħames skejjel ġodda fi żmienhom?!", "Dan hu l-mod ta' kif wieħed irid janalizza l-affarijiet.", "Dwar it-twettiq tan-national curriculum, aħna għamilna riċerka biex naraw xi twettaq.", "Huwa veru li dan ma ppubblikajtux imma rajnieh, u nafu li mit- targets li kien hemm fl-istrategic plan, 22% biss ma twettqux fil-milja tagħhom.", "Ħafna mill-affarijiet saru meta saret review ta' l-implementation tan-national curriculum, l-ewwel biex jagħmlu review ta' l-azzjonijiet dwar il-prinċipji tan-national curriculum, u mbagħad review ta' l-implementation ta' l-actions.", "Forsi nikkonsidra li nippubblikah dan l-istudju, Sur President.", "Irrid infakkar li dan li qegħdin nagħmlu, qegħdin nagħmluh b'riforma.", "Għandna proċess li issa beda jiġi mplimentat biex insaħħu l- Awtorita' Edukattiva Nazzjonali, biex niffokaw aħjar fuq il-kwalita` u l- istandards biex inkunu nistgħu nwasslu s-servizzi li noffru bl-aħjar mod u biex l-iskejjel tagħna ninsġuhom b'manjiera aktar effettiva fis-sistema tal- kulleġġi.", "Huwa ovvju li mhux il-bini biss qegħdin nagħtu kas.", "Aħna fil-fatt qegħdin inwettqu diversi miżuri fil-livell ta' l-edukazzjoni obbligatorja bl-iskop li nkunu nistgħu naslu.", "Aħna għamilna l-costings tal-miżuri tar-riforma li huma meħtieġa u dawn jirriflettu ruħhom fil-ftehim li sar ma' l-union tat- teachers u li jiswew aktar minn Lm5 miljuni.", "Dawn ma tistax twettaqhom kollha f'sena, lanqas kieku l-gvern jagħtik il-flus biex tagħmilhom għax xorta trid iż-żmien.", "Din is-sena, bejn wieħed u ieħor, qed nivvotaw l-ewwel Lm1 miljun fil-vot rikorrenti biex inkunu nistgħu nagħmlu l-passi li għandna bżonn nagħmlu, u dawn irridu nagħmluhom, Sur President, bl-iskop li nġibu titjib fil-kindergarten.", "Diġa` qed nitħaddtu mal-fakulta` ta' l- edukazzjoni biex jibda l-kors tad-diploma u imbagħad il-kors tal-B.A. tal- kindergartens.", "Irridu nsaħħu wkoll it-tagħlim fil-livell primarju u sekondarju.", "Saret biċċa xogħol importantissima marbuta mal-kurrikulu u ma' l-evalwazzjoni tal- level descriptor għas-suġġetti kollha.", "Qed ngħallmu x-xjenza fil-livell primarju diġa` u sar ukoll eżami.", "Mid-dehra ħadd ma induna li sar eżami tax- xjenza fil-Year 4!", "Dan kien eżami child friendly biex we don't put the kids off the science subjects.", "Ittieħdu miżuri favur it-tisħiħ ta' l-iżvilupp professjonali ta' l-għalliema bil-verifika tal-kwalita` b'eżerċizzji tal- performance management programme ta' l-għalliema u bl-audit ta' l-iskejjel, u tant affarijiet oħra.", "Apparti hekk, bl-inizjattiva u bil-koperazzjoni tal- ministeru tal-Ministru Austin Gatt, daqt jibda jagħti l-frott tiegħu l- kuntratt li permezz tiegħu se nikru l-computers biex inkunu nistgħu nagħtu lill-iskejjel tagħna the latest fit-teknoloġija tal-hardware tal-computers, u nittamaw li hawnhekk niftħu l-bieb biex eventwalment nibdew proċess - diġa` bdejnieh għax l-iskejjel ġodda kollha bil-Wi-Fi – fejn l-iskejjel kollha jkollhom kemm il-Wi-Fi kif ukoll l-interactive whiteboard u anke għodda oħra meħtieġa tal-komunikazzjoni awdjo-viżiva.", "Hemm bosta xi ngħid dwar dan, pero` naħseb li s'issa diġa` tajt indikazzjonijiet biżżejjed li r- riżultati qegħdin hemm u qed inkomplu nġibuhom.", "L-Onor.", "Carmelo Abela tkellem dwar il-guidance and counselling, u hawnhekk ngħidlu li r-rapport wasal u se npoġġih fuq il-Mejda tal-Kamra llum stess.", "Jien ovvjament nixtieq ngħaġġel aktar, pero` niddependi minn diversi ċirkostanzi.", "Tassew qed nieħu gost li llum se npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra rapport tajjeb ħafna li mexxa s-Sur Manuel Debono flimkien ma' Stephen Camilleri, Joseph Galea u Dorianne Gravina u li kkummissjonajt jien sabiex ikollna idea ċara ta' fejn se mmorru fil-qasam tal-guidance.", "Hawnhekk aħna antiċipajna l-affarijiet għax fil-ftehim li għandna ma' l-union ta' l- għalliema qed ngħidu li l-counselling services u l-carrier guidance services ma jibqgħux imħawdin flimkien taħt guidance and counselling imma jinqasmu u jispeċjalizzaw.", "Fl-Universita`, li tkellem tajjeb fuqha l-Onor.", "Jason Azzopardi, nafu li għandna l-Kummissjoni għall-Edukazzjoni Ogħla li qiegħda tagħmel xogħol li forsi għadu ma kisibx biżżejjed għarfien pubbliku daqs ċertu xogħol ieħor.", "L-aktar ħaġa urġenti fl-Universita` hija li jkollna up and running struttura u mekkaniżmu maqbul u tajjeb ta' kif se nassiguraw il-kwalita` u ta' kif se nakkreditaw il-programmi ta' l-istudji.", "Dan importanti għax issa m'għandniex l-Universita` ta' Malta biss imma għandna l-MCAST, l-ITS, l- Universita` ta' Londra li miftiehma mat-tali kumpannija, l-Universita` ta' l-Leicester li miftiehma mat-tali kumpannija u universitajiet ta' postijiet oħrajn.", "S'issa fil-pajjiż m'hawnx mekkaniżmu biex ngħidu li dawn il-korsijiet li jingħataw fil-privat, korsijiet li jiswew l-eluf ta' liri, ikunu ta' kwalita` sabiex nagħtu serħan il-moħħ lil min jidħol għalihom.", "Jien x'se nagħżel bħala ministru ta' l-edukazzjoni?", "Xi prijorita` se nagħti, Sur President?", "Jien jidhirli li din hija l-prijorita` li għandi nagħti, u anke għall-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni Ogħla, din hija l- prijorita`, u fuq dan qed taħdem.", "Dażgur li jien naqbel mal-kelliemi ta' l- oppożizzjoni dwar kemm għad hemm xogħol li jrid isir fl-Universita` u dwar kemm għad irridu naħdmu!", "Imma ma tistax tpoġġi l-aspetti kollha li semma l- Onor. Abela f'posthom jekk qabel ma jkollokx post u qafas li se jorbotlok l- assigurazzjoni tal-kwalita` u l-akkreditazzjoni tal-programmi, ħaġa li aħna għadna batuti fiha u li għad irridu nirranġaw.", "Issa veru li l-Universita` stajna ma tajnihiex dak kollu li għandha bżonn, imma jrid jirrikonoxxi l-Onor.", "Abela li minn vot ta' Lm11.3 miljuni din is- sena, dan tellajnieh għal Lm12.9 miljuni.", "Issa dan ma jinkludix kemm in- nefqa li tista' tiġi kkawżata minħabba l-ftehim kollettiv li jista' jkun hemm mal-unions u kemm il-vot ta' l-MCAST.", "Il-gvern dejjem hekk ħadem; jimxi bil-budget, u meta jsir collective agreement jimpenja ruħu biex jonorah.", "U sejrin nonorawhom il-collective agreements li jridu jsiru fl- MCAST u fl-Universita`.", "Irrid ngħid hawnhekk li dawn il-collective agreements qed nimxu fuqhom u, jekk Alla jrid, inkunu nistgħu naraw il- frott tagħhom dalwaqt.", "L-Onor.", "Carmelo Abela qalilna storja sħiħa dwar l-iskola ta' Pembroke u rabat kollox ma' l-issue tal-kredibilita`.", "Aħna għal din l-iskola ħriġna t- tender, sar id-disinn ta' l-iskola, it-tender ġiet aġġudikata, intagħżel il- kuntrattur u issa l-affarijiet qegħdin ftit imwaħħlin għand il-MEPA, u nispera li fi żmien qasir jiġu solvuti wkoll.", "Fuq tal-Mosta ħadna ftit fit- tul għax kien hemm l-idea li wieħed jipprova jesperimenta fid-disinn ta' l- iskola, u allura kien hemm min ġietu l-idea li nagħmlu an international tender għad-design.", "Issa dan id-disinn intagħżel u beda jinħadem, ħarġet it- tender u ġiet aġġudikata.", "Dan ifisser li għandna żewġ skejjel bil- kuntratturi magħżula u dawn qed jistennew l-ordni biex jibdew ix-xogħol, ordni li aħna nistgħu ntuha biss meta l-MEPA toħroġ il-permessi tagħha.", "Qabel x'kien jiġri?", "Iġġib il-permess u mbagħad tibda l-proċess.", "Hekk almenu meta joħroġ il-permess, inkunu nistgħu nipproċedu mill-ewwel.", "Sur President, l-Onor.", "Abela m'għandux jibqa' jgħidha din li jiena naħdem għad-distrett tiegħi, anke jekk jiena mhux se niddejjaq nagħmel il-ġid fid- distretti tiegħi għax jiena nirrappreżenta lilhom u nagħmel il-ġid lill- kostitwenti kollha, kemm nazzjonalisti u kemm laburisti.", "Apparti dan, jekk l-Onor.", "Abela jara l-lista ta' skejjel li ħdimna fuqhom, jara li missejna lil Malta u Għawdex kollha.", "Issa mhux tort tiegħi jekk qed issir sala fis- Siġġiewi, fl-Imqabba, f'Ħal Safi u f'Marsaxlokk, imma hemm kellhom isiru għax f'dawn l-iskejjel ma kienx hemm swali.", "Jiena m'iniex se mmur nagħmel sala f'San Bastjan f'Ħal Qormi u f'postijiet oħra fejn diġa` hemm sala, Sur President!", "Lanqas hu fair li l-Onor.", "Abela jirriferi għall-general manager tal- Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada bħala one-man show meta, tistaqsi lil min tistaqsi, Nazzjonalisti u Laburisti, dawn jagħtuk ċertifikat li l- persuna hija waħda idonea għaż-żmenijiet tagħha, persuna li ċċaqlaq ix- xogħol u li twettqu.", "Hawnhekk irrid nirringrazzja lill-bord li jmexxi s-Sur Ray Fenech, kollha kemm huma, Sur President.", "Lis-Sur Charles Farrugia il- general manager, lill-periti, lill-financial comptroller u l-impjegati kollha ta' l-FTS għax lil dan il-pajjiż tawh rigal kbir meta tawh il- immodernizzar ta' l-iskejjel u l-iskejjel ġodda.", "Ngħaddi issa biex nitkellem fuq il-famużi miri ta' Lisbona, Sur President.", "Mur immaġina x'kienu jagħmlu l-gvernijiet Laburisti kieku kellhom ma' saqajhom il-miri ta' Lisbona!", "Dawn anqas biss riedu jidħlu għal dawn il- miri għax lill-Ewropa ma riduhiex għax ħasbu li din se tiblagħna.", "Hawnhekk tajjeb ngħidu li dawn il-miri ġew stabbiliti fis-sena 2000 u hemmhekk bdew jaħdmu fuqha l-pajjiżi l-kbar bħall-Ġermanja, filwaqt li aħna dħalna fl- 2004.", "Apparti dan, ħalli tan-naħa l-oħra jitkellmu fuq il-mira ta' Lisbona, pero` m'għandhomx jitkellmu kif qed jitkellmu.", "U dan għax, l-ewwel nett, dan li kkwota minnu l-Onor.", "Abela huwa survey, u Malta tant hi żgħira li s- sample tas-survey li jieħdu għalina jaf ikollu varjazzjonijiet akbar minn ta' postijiet oħra.", "Pero' ma noqgħodx nidħol f'dan l-argument għax il-poplu mhux se jifhmu.", "Imma, per eżempju, skond is-survey, fl-aħħar snin l-Isvezja marret lura fuq it-target ta' early school leavers.", "Xorta qiegħda aħjar minna, imma naqset.", "Allura għax skond is-survey l-Isvezja naqset b'xi 2% jew 3%, is-sistema ta' l-edukazzjoni f'dan il-pajjiż sejra lura?!", "Se nkun prużuntuz daqshekk li ngħid li sejra lura?!", "Arahom it-tables, Onor. Abela, għax fid-dinamika tas-sistemi edukattivi għandek l-ups u d-downs u trid tagħraf tinterpretahom ukoll.", "Jien m'iniex se noqgħod nidħol f'dawn id-dettalji kollha għax ma nlaħħaqx, pero` aktar 'il quddiem se npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra table li turi biċ-ċar dan li qed ngħid.", "L-oppożizzjoni b'diżonesta` ma ssemmix il-partijiet pożittivi li joħorġu dwar Malta f'dak ir-rapport.", "Jekk dawn iridu jkunu kredibbli, iridu jsemmu l-affarijiet pożittivi wkoll, ħalli mbagħad jikkritikaw l-affarijiet negattivi u jgħidu kemm għadna lura.", "Dawn m'għandhomx jieħdu l-atteġġjament li jaqtgħu qalb in-nies!", "Il-gvern x'jista' jagħmel iżjed milli qed jagħmel?", "Jinvesti jista', u l-Onor.", "Abela jaf li l-investiment tagħna bħala perċentwal tal-GDP hu wieħed tajjeb.", "X'jista' jagħmel aktar il-gverm?", "Jimbotta u jimbotta u jimbotta!!", "L-Onor.", "Abela min-naħa l-oħra qed jaqta' qalb ħafna nies.", "Sur President, irrid ngħid ukoll li apparti d-definizzjonijiet kollha li wieħed jista' jagħti, wieħed isib li anke fuq l-early school leavers, aħna tlaqna minn rata ta' 53.2% u niżżilnieha b'11% f'erba' snin għal 41.7%.", "F'dik li hija l-mira ta' studenti f'edukazzjoni sekondarja ogħla, aħna tlaqna b'rata ta' 40.9% fl-2002 u wassalniha għal 50.4%, jiġifieri għollejnieha b'10% f'erba' snin.", "Issa l-figuri ras imb'ras li għandna f'idejna - mhux tas-survey – juru li 64% taż-żgħażagħ qegħdin ikomplu l- iskola post-sekondarja, u għalhekk dan juri li dawn it-targets se nkomplu ntejbuhom.", "Fix-xjenzja, fil-matematika u fit-teknoloġija, jekk wieħed jara minn fejn tlaqna, wieħed jinduna li kellna żieda ta' 12.3% fl-ammont ta' studenti meta l-medja ta' l-Unjoni Ewropea hi ta' 3.4%.", "Fil-qasam ta' l- edukazzjoni vokazzjonali, din tellajnieha minn 20.4% għal 55%, żieda ta' 35% u dan seħħ bis-saħħa ta' l-MCAST li llum għandu 4,700 student.", "Dawn huma r-riżultati li wieħed irid jifhem u jinterpreta, Sur President!", "Ngħaddi issa - mhux se jkolli ċans nidħol fid-dettall – biex ngħid kelma fuq il-proposti tal-partit Laburista.", "Issa jien dawn narahom tajjeb, u ma nattakkax kif jagħmel il-partit Laburista.", "Jien ma mmurx fuq il-Labour u ngħidlu li kollox ħażin, li kollox sejjer lura!", "Issa, Sur President, 80% tal-proposti li għandhom dawn jew diġa` saru jew qed isiru jew inkella qegħdin fil-pipeline u mhux għax, kif qed jgħidu huma, ħareġ il-Pjan għal Bidu Ġdid.", "Apparti dan, il-kap ta' l-oppożizzjoni - il-kollega tiegħi semmieha din - qalilna li waħda mill-proposti tagħhom hi dik li jonfqu ras għal ras għall-istudenti fl-iskejjel tal-gvern daqskemm jonfqu fl-iskejjel tal-knisja u privati.", "Diġa` nonfqu ħafna iktar ras għal ras!", "Allura xi proposta qed jagħmel dan, Sur President?", "Xi proposta qed jagħmel?!", "Dawn qed jgħidu wkoll - proposta li qed jtambruha ħafna - li se jżidu sena bejn il-kindergarten u l-livell primarju.", "M'għandix iċ-ċans noqgħod nispjega fid- dettal il-konsegwenzi ta' xi ħaġa bħal din.", "Imma tafu xi tfisser din?", "Żgur li dan hu l-aħjar metodu biex il-miri li qegħdin isemmu – biex it-tfal jagħmlu transition u jimmaturaw aktar – jilħquhom?", "Dawn qed jgħidu li din se jagħmluha għal kulħadd, imma hawn ħafna tfal li din it-transition m'għandhomx bżonnha.", "Ma nafx min minn hawn ġew għandu n-neputijiet jew tfal żgħar mexjin regolari mill-kindergarten għall-primary u dawn trid bilfors iżżommhom sena lura għax fl-opinjoni \"tal-gran alla tal-partit\" dawn iridu sena żejda biex jimmaturaw!", "Aqta' kemm se nilħquha l-aġenda ta' Lisbona bil-Labour fil-gvern jekk dawn itawlu b'sena oħra l-proċess ta' l- edukazzjoni obbligatorja!", "Jafu x'qed jgħidu dawn?", "Jafu kemm trid klassijiet u għalliema biex tagħmilha?", "Din se jagħmluha fl-iskejjel kollha, f'tal- gvern, f'tal-Knisja u f'tal-privat?", "Kif se tinħadem din?", "Nafu kemm se tiswa?", "Jekk tiswa' għall-argument Lm2 miljuni, saret analiżi biex naraw jekk dawn iż-Lm2 miljuni hux aħjar nużawhom biex inkomplu nsaħħu l- kindergarten u biex ninvestu aktar fis-sistemi obbligatorji kif qed jagħmel dan il-gvern?", "Hemm tant u tant dubji u mistoqsijiet oħrajn marbuta ma' din l-idea, Sur President!", "L-oppożizzjoni qalulna li jridu jsaħħu x-xjenza fil-primarja u fis- sekondarja, imma din aħna diġa` bdejnieha u rridu nkomplu nibnu fuqha.", "Qalulna wkoll li se jagħmlu Sixth Form reġjonali ġdida, imma aħna diġa` għandna Sixth Form reġjonali fin-north.", "Fil-fatt, veru li l-Giovanni Curmi higher secondary school tagħmel revision courses, imma għandna mijiet ta' studenti li qed jagħmlu l-full MATSEC course u mijiet li qed jagħmlu l-\"A- Level\" courses.", "Qalulna wkoll li se jillimitaw in-numru ta' studenti fil- klassijiet għal mhux aktar minn 25 tifel jew tifla.", "Dawn analizzaw x'hemm?", "Jafu li l-biċċa l-kbira tal-klassijiet diġa` qegħdin taħt il-25?!", "Jafu bil- konsegwenzi ta' l-impatt ta' din id-deċiżjoni fuq it-tfal u fuq iż-żewġ klassijiet li preżentament maqsumin bejn l-A u l-B?", "Biex din taħdimha trid iġġib frakass sħiħ!", "Jekk wieħed jersaq lejha din l-idea nissuġġerixxi li jkun hemm attenzjoni kbira, li ma jmorrux jagħmlu xi diżastru għax xi ħadd iqum filgħodu u jgħid li minn għada jrid li jsir hekk!", "Sur President, jiena nissuġġerixxi li tal-Labour jaħsbuha sew din mhux biss għax il-bulk tal-klassijiet ta' l-iskejjel ta' l-istat huma diġa` taħt il- 25 imma anke għax m'hawnx teachers biex tħaddem din is-sistema.", "Fil-fatt, aħna kkunsidrajnieha din u l-MUT ġiet titlobhielna, imma aħna ma aċċettajnihiex għax mhix fl-interess tas-sistema edukattiva fiċ-ċirkostanzi tal-lum.", "La hemm biżżejjed teachers u f'ċerti skejjel lanqas hemm biżżejjed spazju biex tagħmel dawn il-klassijiet żejda.", "Hemm skejjel tal-gvern fejn hemm spazju, pero` fl-iskejjel tal-Knisja u tal-privat m'għandhomx dawn l- ispazji.", "Din kienet waħda mill-punti forti li l-MUT riedet fl-agreement li daħħalna sakemm urejnieha bil-fatti u l-figuri li dan ma kienx possibbli.", "Sur President, aħna għandna l-vantaġġ għax aħna pajjiż żgħir u għandna klassijiet ta' 10, ta' 11 u ta' 14, u allura ideat bħal dawn wieħed irid jikkonsidrahom sew.", "L-oppożizzjoni qalulna li se jħallu lill-istudenti jżommu l-kotba.", "Jafu x'timplika din?", "Hawn min f'din il-Kamra kien fl-iskejjel tal-gvern u kellu t-text books li jagħtihomlu l-gvern u fl-aħħar tas-sena jagħtihomlu lura, u hawn min kien fl-iskejjel privati u xtara t-text books hu.", "Jistgħu tal- Labour jgħiduli x'interess u x'użu kellhom it-text books wara li tkun għaddiet is-sena?", "Jafu dawn x'inhi l-ispiża tat-text books?", "Jien tlabt l- informazzjoni u qaluli li biex tixtri t-textbooks għal student wieħed tal- Form 2 trid kważi Lm200.", "Issa aħna biex niffrankaw fl-aħħar tas-sena neħduhom lura u dawk li ma jibqgħux f'kondizzjoni tajba nibdluhom.", "Issa aħdmuha ftit kemm se tiġina jekk se jkollna nonfqu xi Lm 150 fis-sena għal 16,300 student li għandna fil-livell sekondarju!", "Lm1.7 miljuni fis-sena!", "L- ispiża tal-kotba għal student fil-primarja on average tiġi Lm33 fis-sena u għandna 16,000 student fil-primarji; jiġifieri jiġu Lm0.5 miljun oħra.", "Jiġifieri dawn qed jgħidu li fiż-żmien tal-lum, meta għandna din is- sistema, dawn lesti jonfqu Lm2 miljuni fis-sena biex it-tfal iżommu l-text books biex forsi xi wħud minnhom jużawhom is-sena ta' wara.", "Nafu dan il- bidu ġdid x'inhu, Sur President?!", "Għalhekk jien naħseb li l-partit Laburista għandu jmur back to the drawing board.", "Kien ikun ħafna aħjar kieku laqa' l-istedina tiegħi ta' sentejn ilu, li jiġi miegħi fuq il-mejda ħalli r-riformi naħdmuhom flimkien.", "Ma ġara xejn.", "Dik l-istedina ma ġietx aċċettata, pero` kieku ħdimna flimkien, konna naħdmu l-affarijiet ħafna u ħafna aħjar.", "Min-naħa tal-gvern ma kienx hemm atteġġjament li ma rridux naħdmu flimkien ma' l-oppożizzjoni fil-qasam ta' l-edukazzjoni.", "Sur President, aħna għandna l-viżjoni tagħna u għandna l-programm tagħna kif inwettqu dik il-viżjoni.", "Il-prim ministru ppreżenta budget għall- familji u qed jgħinhom mhux biss b'dan l-investiment ta' Lm125 miljun fl- edukazzjoni imma qed jgħinhom biċ-children's allowance, bir-riforma fil- qasam tat-taxxa billi jagħti tax credit lil dawk li jibagħtu t-tfal fl- iskejjel privati, biex ifittxu d-djar tagħhom u qed jgħinhom ukoll billi qed jinċentiva x-xogħol u joħloq l-impjiegi.", "Dan hu li jrid il-poplu tagħna, Sur President, mhux l-ideat li fuq il-karta jistgħu jidhru sbieħ imma li meta tanalizzahom u tibda tidħol fil-fond, issib li se jaqilgħulek aktar problemi milli jsolvulek jew li jkun hemm rimedji ferm aktar effettivi!", "Aħna nemmnu, Sur President, li qegħdin noffru lill-poplu Malti u Għawdxi inizjattivi ġodda, inizjattivi li huma ta' viżjoni, ta' strateġija tajba u li qed iħallu r-riżultati.", "Dawn qed jagħtuna rata ta' tkabbir f'dan il- qasam aktar mill-medja tal- pajjiżi fl-Unjoni Ewropea u din se nsarrfuha mhux biss f'aktar kwalita` fl- edukazzjoni ta' kulħadd, mhux biss f'aktar xogħol u impjiegi, imma anke se jirnexxilna nagħmlu pass 'il quddiem biex nilħqu dik il-mira ambizzjuża li uliedna jirnexxu lkoll.", "Grazzi, Sur President.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Għandi nifhem li l-Ministru għandu xi dokumenti li jrid iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Statistika dwar l-edukazzjoni matul is-snin;", "Tagħrif dwar l-għadd ta' studenti fl-Universita` bejn l-1983 u l-2007;", "Tabella li turi l-infiq tal-Gvern fuq l-edukazzjoni; u", "Rapport intitolat \"Career guidance policy for schools\" maħruġ f'Ottubru 2007.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Skada l-ħin tad-diskussjoni fil-Kumitat tal- Provvista.", "Il-mistoqsija hija l-emenda għall-Vot 28 kif imressqa mill-Onor.", "Carmelo Abela.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Skond il-mozzjoni ta' proċedura Nru. 307 ta' l-10 ta' Ottubru din id-division tittieħed minn hawn u ħames minuti oħra.", "Billi ntalbet votazzjoni l-Kumitat ġie sospiż fid-9.30 p.m. u rriżuma ħames minuti wara.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Se nerġa' npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi l- emenda għal Vot 28 kif imressqa mill-Onor.", "Carmelo Abela.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Mario Galea.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Ninforma lill-Kumitat li għan-naħa tal-gvern se jiġu paired l-Onor.", "David Agius, l-Onor.", "Francis Agius, l-Onor.", "Tonio Borg, l- Onor. Lawrence Gonzi, l-Onor.", "Jesmond Mugliett, l-Onor.", "Clyde Puli u l- Onor. George Pullicino.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Ninforma lill-Kumitat li għan-naħa ta' l-oppożizzjoni se jiġu paired l-Onor.", "Evarist Bartolo, l-Onor.", "Justyne Caruana, l-Onor.", "Karl Chircop, l-Onor.", "Marie Louise Coleiro Preca, l-Onor.", "Joe Debono Grech, l- Onor. George Vella u l-Onor.", "Karmenu Vella.", "VOTAZZJONI NRU.", "198", "FAVUR : 23", "L-Onor.", "|Abela Carmelo |Farrugia Noel | |Abela Joseph |Galdes | | |Roderick | |Agius Chris |Gulia Gavin | |Brincat Joseph|Herrera Jose' | |Brincat Leo |Mangion | | |Charles | |Buhagiar |Mizzi Joe | |Charles | | |Buontempo |Parnis Silvio | |Stefan | | |Cardona Chris |Refalo Anton | |Cuschieri |Sammut Joseph | |Joseph | | |Dalli Helena |Sant Alfred | |Farrugia |Vassallo | |Angelo |Adrian | |Farrugia | | |Michael | |", "KONTRA: 27", "L-Onor.", "|Abela Anthony |Frendo Michael| |Arrigo Robert |Galea Censu | |Asciak Michael|Galea Franco | |Azzopardi |Galea Louis | |Frederick | | |Azzopardi |Galea Mario | |Jason | | |Cassar Joseph |Gatt Austin | |Cristina |Gonzi Michael | |Dolores | | |D'Amato Helen |Mifsud Bonnici| | |Antoine | |Dalli John |Mifsud Bonnici| | |Carmelo | |de Marco Mario|Pullicino | | |Orlando | | |Jeffrey | |Debono |Vassallo Edwin| |Giovanna | | |Deguara Louis |Zammit Ninu | |Falzon Joseph |Zammit Dimech | | |Francis | |Fenech Antonio| |", "L-emenda m'għaddietx.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi:", "VOT 28 - MINISTERU TA' L-EDUKAZZJONI, ŻGĦAŻAGĦ U IMPJIEGI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn €112,597,000 titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 28 - Ministeru ta' l- Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l- Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2008.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Din id-division tittieħed minnufih, skond l-istess mozzjoni ta' proċedura u bl-istess ftehim tal-pairing.", "VOTAZZJONI NRU.", "199", "FAVUR : 27", "L-Onor.", "|Abela Anthony |Frendo Michael | |Arrigo Robert |Galea Censu | |Asciak Michael|Galea Franco | |Azzopardi |Galea Louis | |Frederick | | |Azzopardi |Galea Mario | |Jason | | |Cassar Joseph |Gatt Austin | |Cristina |Gonzi Michael | |Dolores | | |D'Amato Helen |Mifsud Bonnici | | |Antoine | |Dalli John |Mifsud Bonnici | | |Carmelo | |de Marco Mario|Pullicino | | |Orlando Jeffrey | |Debono |Vassallo Edwin | |Giovanna | | |Deguara Louis |Zammit Ninu | |Falzon Joseph |Zammit Dimech | | |Francis | |Fenech Antonio| |", "KONTRA : 23", "L-Onor", "|Abela Carmelo |Farrugia Noel | |Abela Joseph |Galdes Roderick | |Agius Chris |Gulia Gavin | |Brincat Joseph|Herrera Jose' | |Brincat Leo |Mangion Charles | |Buhagiar |Mizzi Joe | |Charles | | |Buontempo |Parnis Silvio | |Stefan | | |Cardona Chris |Refalo Anton | |Cuschieri |Sammut Joseph | |Joseph | | |Dalli Helena |Sant Alfred | |Farrugia |Vassallo Adrian | |Angelo | | |Farrugia | | |Michael | |", "Ir-Riżoluzzjoni taħt Vot 28 għaddiet.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi:", "VOT 29 - EDUKAZZJONI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn €124,535,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 29 - Edukazzjoni, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2008.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt il-Vot 29 għaddiet.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi:", "VOT 30 - RELAZZJONIJIET INDUSTRIJALI U TA' L-IMPJIEGI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn €1,707,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 30 – Relazzjonijiet Industrijali u ta' l-Impjiegi, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2008.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt il-Vot 30 għaddiet.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi:", "VOT 31 - LIBRERIJI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn €1,339,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 31 – Libreriji, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2008.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt il-Vot 31 għaddiet.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi:", "VOT IV - MINISTERU TA' L-EDUKAZZJONI, ŻGĦAŻAGĦ U IMPJIEGI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn €34,920,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot IV - Ministeru ta' l- Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l- Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2008.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt il-Vot IV għaddiet.", "Fid-9.44 p.m. il-Kamra rriżumiet u l-Viċi President tal-Kumitat irrapporta li r-Riżoluzzjonijiet taħt Voti 28, 29, 30, 31 u IV tal-Ministeru ta' l- Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impieg ġew approvati mill-Kumitat ta' Provvista.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Ministru Louis Galea, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal għada l-Ġimgħa, 26 ta' Ottubru 2007, fid-9.00 a.m. b'din l-aġenda:-", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "1.", "Kumitat ta' Provvista - Estimi Ġenerali 2008", "It-Tielet Jum", "Voti tal-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent.", "MR SPEAKER: Il-Kamra hija aġġornata għal għada l-Ġimgħa, 26 ta' Ottubru 2007, fid-9.00 a.m. bl-aġenda kif komunikataa mill-Ministru.", "Fid-9.45 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "OPM - NEFQA FUQ PETROL", "26184.", "L-ONOR.", "JOE DEBONO GRECH staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq petrol mill- Ministeru, dekasteru u enti tiegħu, ta' l-uffiċjali biss, (eskluż l-użu ġenerali) separatament matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007?", "Jista' jgħid liema uffiċjali huma ntitolati għal petrol imħallas mill-gvern fl- istess perijodu?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma Iill-Onor.", "Interpellant li l-Uffiċjali li huma ntitolati għal petrol imħallas mill-Gvern huma dawk l-uffiċjali li qiegħdin fuq Performance Agreement u uffiċjali oħra li għandhom speċifikament fil-kuntratt ta' l-impjieg tagħhom li huma ntitolati għal dan il-benefiċċju.", "Fir-rigward tan-nefqa fuq petrol matul ix-xhur ta' Jannar u Marzu 2007, l- informazzjoni hi skond it-tabella li tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni fis-seduta waqt il-ħin tat-tqegħid ta' karti.", "NEFQA FUQ PETROL", "26185.", "L-ONOR.", "JOE DEBONO GRECH staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kienet in- nefqa fuq petrol mill-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu, ta' l-uffiċjali biss, (eskluż l-użu ġenerali) separatament matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007?", "Jista' jgħid liema uffiċjali huma ntitolati għal petrol imħallas mill-gvern fl-istess perijodu?", "ONOR.", "TONIO BORG: L-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant hi kif tidher fit-tabella li tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni fis- seduta waqt il-ħin tat-tqegħid ta' karti.", "MITI - RAPPORTI", "26186.", "L-ONOR.", "JOE DEBONO GRECH staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk ġewx ikkummisjonati rapporti fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 u f'każ li fl-affermattiv, jista' jgħid x'kien l-għan/skop ta' kull rapport separatament, minn min sar u jekk sewa flus kemm kienet l-ispiża separatament?", "Jista' jgħid jekk hemmx minn dawn ir-rapport li ġew konklużi?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni fis-seduta waqt il-ħin tat-tqegħid ta' karti.", "NEFQA FUQ KONSULENZI", "26187.", "L-ONOR.", "JOE DEBONO GRECH staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq servizzi ta' konsulenti ( kemm servizzi minn individwi jew kumpaniji) fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul ix-xahar ta' Jannar, Frar u Marzu 2007?", "Jista' jagħti d-dettalji ta' min kienu l-konsulenti u kemm tħallsu kull wieħed separat, x'tip ta' servizz taw u min approva t-tali spiża f'kull każ separat?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "NEFQA FUQ PETROL", "26188.", "L-ONOR.", "JOE DEBONO GRECH staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa fuq petrol mill-Ministeru, dekasteru u enti tagħha, ta' l-uffiċjali biss, (eskluż l-użu ġenerali) separatament matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007?", "Tista' tgħid liema uffiċjali huma ntitolati għal petrol imħallas mill-gvern fl-istess perijodu?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant hija kif murija fit-tabella li tpoggiet fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni fis- seduta waqt il-ħin tat-tqegħid ta' karti.", "NEFQA FUQ SERVIZZ TA' L-INTERNET", "26189.", "L-ONOR.", "JOE DEBONO GRECH staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq is- servizz tal-internet provdut fir-residenzi tal-uffiċjali tal-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul Jannar, Frar u Marzu 2007 separatament uffiċjal b'uffiċjal u xahar b'xahar?", "Jista' jgħid min hu l-ISP f'kull każ separat?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Ninsab infurmat li s-servizz kollu ta' l-internet lill-uffiċjali fil-Ministeru u d-Dipartimenti tiegħu huwa pprovdut mill- Malta Information Technology and Training Services Ltd (MITTS) u kopert mill-Kuntratt għas-Servizzi 2007.", "Fil-każ ta' l-Awtorita' ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, in-nefqa għas-servizz ta' l-internet għall-ewwel tliet xhur ta' l-2007 kienet ta' Lm118.38 għad-Direttur Ġenerali u għaċ-chairman.", "Fiż-żewġ każi s-servizz kien ipprovdut mill-Maltanet.", "Fil-każ tal-WasteServ Malta Ltd, in-nefqa kienet ta' Lm145.62 għaċ- Chairman, CEO, Operations Executive, Contracting Executive u Administration Executive.", "Is-servizz kien ipprovdut mill-MaltaNet u mill-Keyworld.", "MRA/BICC", "28031.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tar- rapport annwali għas-snin 2005 u 2006 tal-Malta Resource Authority u tal- Kunsill Konsultattiv dwar l-Industrija tal-Bini (BICC)?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ir-Rapporti Annwali għas-snin 2005 u 2006 ta' l- Awtorita' ta' Malta dwar ir-Riżorsi (MRA) u tal-Kunsill Konsultattiv dwar l- Industrija tal-Bini (BICC) tpoġġew fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni fis- seduta waqt il-ħin tat-tqegħid ta' karti.", "BIRGU - TORRI TA' L-ARLOĠĠ", "28032.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju wasal il-proġett tal- bini tat-torri ta' l-arloġġ fil-Birgu?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninsab infurmat li kien ħareġ il-permess ta' l-outline development mill-MEPA għar-rikostruzzjoni mill-ġdid tat-Torri ta' l-Arloġġ fil-Birgu (PA838/05).", "Din is-sena ġiet sottomessa applikazzjoni ġdida għar- rikostruzzjoni ta' l-Arloġġ full development (PA 3601/07).", "Sadanittant qabel ma jinbena t-torri u jsir il-pavimentar tal-pjazza, l- Ministeru għadu qed jistenna konferma bil-miktub mill-Kunsill Lokali li fil- pjazza mhux ser ikun hemm aktar parkeġġ kif maqbul mal-Kunsill.", "Din id- deċiżjoni għandha tirrifletti referendum li kellu jsir fil-lokalita' tal- Birgu sabiex id-deċiżjoni tittieħed favur l-għażla tar-residenti.", "CVA - ĦLASIJIET", "28033.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jgħid kemm qiegħed jitħallas l-operatur tas-CVA kull xahar għas-servizz li qiegħed jipprovdi?", "Jista' jgħid x'persentaġġ ta' flus hu dovut li jiġbor mid-dħul ta' kull xahar?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ninsab infurmat li l-operatur tas-CVA jista' jitħallas sa massimu ta' Lm808,336 (inkl.", "VAT) fis-sena.", "Dan l-ammont jitħallas fix-xahar, skond kemm l-operatur ikun ġabar flus li għalihom ikunu ħarġu l-kontijiet:", "65% fil-15 ta' kull xahar; 25% meta' l-operatur tas-CVA jkun ġabar mill-inqas 85% ta' l-ammont dovut; u 10% meta' l-operatur tas-CVA jkun ġabar mill-inqas 95% ta' l-ammont dovut", "KUMITATI TAR-RIJABILITAZZJONI", "28034.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' l-Ministru jagħti l-lista ta' proġetti mwettqa mill- kumitati ta' rijabilitazzjoni matul is-snin 2006, 2007, inkluż l-ispiża fuq kull proġett?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Infakkar li l-policy tat-twettiq ta' proġetti fl-areas tal-Belt Valletta u l-Floriana, Il-Kottonera u l-Imdina inbiddlet fis-sens li dawn qed jiġu mfassla u attwati mill-Ministeru.", "Fost dawn il-Proġetti hemm il-pavimentar ta' l-Imdina, il-pavimentar ta' diversi toroq fil-Belt Valletta, il-Barrakka ta' Fuq, l-ġnien Kottonera, il-ġnien ta' Ħastings u tal-Mall u diversi xogħlijiet ta' restawr eċċ.", "Il-lista ta' proġetti mitluba mill-Onor.", "Interpellant tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni fis-seduta waqt il-ħin tat-tqegħid ta' karti.", "SOKKORS TAS-SALINI", "28035.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 21634, jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju wasal it-tħammil tal- bottleneck li hemm fis-Sokkors tas-Salini?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninsab infurmat li t-tħammil tal-bottleneck li hemm fis- Sokkors tas-Salini għadu fl-istadju tal-permessi tal-MEPA.", "L-applikazzjoni għal permess tal-MEPA għal dawn ix-xogħlijiet qegħda f'istadju ta' konsultazzjoni ma' partijiet interessati f'din iż-żona.", "Fil-fatt il-MEPA irċeviet oġġezzjonijiet fosthom mill-Kunsill Lokali tan-Naxxar u mill-ADT.", "BYPASS TA' SAN PAWL IL-BAĦAR - XOGĦLIJIET", "28036.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: B'riferenza għax-xogħlijiet tal-bypass ta' San Pawl il-Baħar, jista' l-Ministru jgħid:", "i) jekk inbnewx xi ġibjuni bħala parti mix-xogħol u jekk fl-affermattiv x'inhi l-capacity tagħhom?", "ii) kemm ġew jiswew ix-xogħlijiet sal-lum?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-ġibjuni li nbnew bħala parti mix-xogħol imsemmi hawn fuq huma:", "Erba Mwieżeb roundabout – Ġibjun -Volum 112m3", "Erba Mwieżeb ma' Triq Burmarrad – Ġiebja (Sump) - Volum 91m3", "Xemxija roundabout (ta' Fuq) – Ġibjun - Volum 274m3", "Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, il-pagamenti li ġew iċċertifikati fuq dan il-proġett huma ta' Lm2,427,412.31 (sa Interim Numru 6)", "AFM - RI-INGAĠĠ TA' SULDATI", "28195.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm spiċċaw suldati mill-armata, u wara reġgħu kienu ngaġġati bħala suldati fl-istess armata?", "Is-snin li jkunu għamlu qabel jigu kkonsidrati wara r-ri-ingaġġ jew jibdew jgħoddu mill- ġdid?", "Fl-aħħar snin, kien hemm xi każ fejn ingħaddewlhom flimkien, jew kollha kellhom jibdewlhom mill-bidu?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "ZABBAR - BUS SHELTER", "28196.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jgħid meta hu mistenni li jitbiddel il-bus shelterta' l-inħawi ta' Saint Peter's f'Ħaż-Żabbar, għax qed ikun ta' inkonvenjenza għal kulmin juzah?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Jien infurmat li l-ADT għandha bus shelter ġdid ordnat mingħand Faces LTD.", "Infurmat ukoll li l-ADT waħħlet bus shelter mill- qodma sabiex il-passiġġieri jkollhom ilqugħ sakemm jiġi pprovdut il-bus shelter il-ġdid.", "GALLERIJI TA' L-INJAM", "28197.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa l-budget ivvutat għall- iskemi tal-bdil jew manutenzjoni tal-galleriji ta' l-injam mill-MEPA?", "Jista' jgħid liema huma l-fondi mill-MEPA li se jintużaw għal dan l-iskop?", "Kemm hu mistenni li jdum il-proċess biex l-applikanti jirċievu l-għajnuna minn din l-iskema?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Ninsab infurmat li l-fondi vvutati għall-iskemi ta' bdil jew manutenzjoni tal-galleriji ta' l-injam mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) huma Lm60,000.", "Jekk it-talba mill- pubbliku taqbeż is-somma msemmija, hemm diġa' ftehim mal-Ministeru tal- Finanzi biex dan l-ammont ikun rivedut.", "Il-perjodu ta' l-ipproċessar jiddependi minn kemm jidħlu applikazzjonijiet.", "HAMRUN JUNIOR LYCEUM - XOGĦLIJIET", "28198.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru jgħid meta ser jitkompla x-xogħol mibdi fil-Junior Lyceum tal-Hamrun marbut ma' titjib fl-ambjent fiżiku ta' l-iskola?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li x-xogħol mibdi fl-iskola Junior Lyceum tal- Ħamrun qed jipproċedi kif maqbul mal-Kap ta' l-Iskola.", "HAMRUN JUNIOR LYCEUM - TECHNICIANS", "28199.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Minħabba li wasluli numru ta' ilmenti dwar nuqqas ta' technicians fl-iskola Junior Lyceum Boys tal-Hamrun, jista' l-Ministru jgħid kemm hemm technicians fil-preżent li qed jidħlu għax-xogħol u kemm suppost huwa l-full compliment?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li fil-preżent f'din l-iskola hemm żewġ technicians.", "Se jsiru arranġamenti biex jintbagħat technician ieħor.", "MCAST - INTERVIEWS", "28200.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru jgħid min hija l-persuna li tqabbdet mill-MCAST biex tkun bħala external member waqt l-interviews li jsiru mill- kulleġġ?", "X'inhi r-raġuni li jkun hemm din il-persuna waqt dawn l- intervisti?", "Kif ġiet magħżula u kemm qed titħallas?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "MCAST - COUNSELLOR", "28201.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru jgħid x'inhu r-rwol tal-counsellor ġewwa l-MCAST?", "Min ġie magħżul u meta?", "Xi kwalifiki għandha din il- persuna u kif sar il-proċess ta' l-għażla?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "MCAST - XOGĦOL TA' PERSUNA", "28202.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru jgħid x'inhu x-xogħol tal-persuna, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, ma' l-MCAST meta din taħdem full-time ma' l-MPO?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "MRIEĦEL JUNIOR LYCEUM - GĦALLIEM", "28203.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru jgħid meta ser jintbgħat għalliem ta' l-Ingliż li ilu nieqes sa mill-bidu tas-sena skolastika fil-Junior Lyceum tal-bniet ta' l-Imrieħel?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li fil-preżent m'hemm ebda nuqqas ta' għalliem/a ta' l-Ingliż fl-iskola konċernata.", "PERMESS GĦAL XIRI TA' CAB", "28214.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li għalkemm il-persuna, li d- dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li kien applika taħt l- indirizz li qed jidher separatament għall-permess biex jixtri cab li d- dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament biex jużah għall-hire services 13-il sena ilu baqa' qatt ma ngħata tweġiba ċara mill-ADT minkejja li sa ftit xhur ilu kkonfermawlu li l-każ kien għadu qed jiġi pproċessat u li l- file kien għadu eżistenti?", "Minkejja li jmur lura għal żmien il-Public Transport Authority, l-applikant stqarr miegħi li l-Pulizija kienu kitbu lill-PTA nhar is-7 ta' Settembru 1994 permezz ta' ittra li r-referenza tagħha qed tidher separatament mibgħuta mill-Msida Police Office, liema ittra rajt kopja tagħha, jista' l-Ministru jagħti indikazzjoni meta din l- applikazzjoni hi mistennija tiġi deċiża u jekk diġa' ġiet deċiża jgħid għaliex l-applikant qatt ma ġie mgħarraf b'dan?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "DAY CENTRE GĦALL-ANZJANI", "28215.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO PRECA staqsiet lill-Ministru tal- Familja u Solidarjeta' Soċjali: B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari 24818 u 25647 u għat-tweġibiet relattivi, tista' l-Ministru tgħid f'liema stadju jinsab il-proġett ta' l-awtorita' tad-djar li jikkonsisti f'kumpless residenzjali ta' 60 appartament u block ta' 21 unit maħsub biex jiġi allokat lil persuni anzjani jew bi bżonnijiet speċjali u li skond it- tweġiba tal-Ministru li ngħatat fis-7 ta' Mejju 2007, għandu jinkludi wkoll day centre għall-anzjani, child day care centre, 85 garaxx kif ukoll landscaped area?", "Tista' tgħid f'liema area tas-Siġġiewi dan il-kumpless huwa ppjanat u tqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra l-pjanti ta' dan il- kumpless?", "Tista' tgħid meta huwa ppjanat li dan il-kumpless jitlesta u jkun fully operational?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Ninsab infurmata li l-proġett ta' l-Awtorita' tad- Djar li rreferiet għalih l-Onor.", "Interpellanti hu ppjanat fuq art fi Triq l- Imdina, kantuniera ma' Triq it-Tabib Nikol Zammit, is-Siġġiewi.", "Ninsab infurmata wkoll li dan il-proġett qiegħed fl-istadju ta' proċessar preliminari mill-MEPA u l-iżvilupp u l-ippjanar tiegħu f'aktar dettal ser isir meta jinħarġu l-permessi meħtieġa.", "GĦAWDEX - EURO ASSISTANTS", "28216.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari 27825 u 27950 u għar- risposti relattivi, jista' l-Prim Ministru jgħid kif intgħażlet dik l- impjegata partikolari mit-tmien EAs magħżula kif intqal f'mistoqsija parlamentari 27498?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "ADT - EŻAMI TAS-SEWQAN", "28217.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jgħid kemm resqu nies għall-eżami tas-sewqan mit- 12 ta' Mejju 2004 sat-30 ta' Settembru 2007?", "Kemm minnhom għaddew mill- ewwel test?", "Kemm weħlu mill-ewwel test?", "Kemm weħlu mit-tieni test?", "Kemm weħlu mit-tielet test?", "Kemm weħlu mir-raba' test?", "Kienx hemm persuni li resqu għat-test aktar mir-raba' u mill-ħames darba u jekk iva, kemm kienu dawn il-persuni?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ninsab infurmat li resqu 26,624 persuna għall- eżami tas-sewqan mit-12 ta' Mejju 2004 sat-30 ta' Settembru 2007 li minnhom 6149 għaddew mill-ewwel test, 4089 weħlu mill-ewwel test, 2007 weħlu mit- tieni test, 942 weħlu mit-tielet test, 385 weħlu mir-raba' test, 146 weħlu mill-ħames test, u 96 weħlu mis-sitt test u aktar.", "ADT - IRTIRAR TA' APPLIKAZZJONI", "28218.", "L-ONOR.", "ROBERT ARRIGO staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jikkonsidra serjament li jiġi rtirat il-każ b'applikazzjoni li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, liema applikazzjoni ġiet sottomessa mill-ADT bi pjanta proposta ta' traffic flow fix-xatt ta' Qui-Si-Sana mill-perit li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "ĦAL FARRUĠ - PROĠETT", "28219.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO PRECA staqsiet lill-Ministru tal- Familja u Solidarjeta' Soċjali: Taf il-Ministru li l-proġett li kien sar mill-gvern ċentrali f'Ħal Farruġ, jiġifieri madwar il-blokki ta' l- appartamenti l-ġodda għadu ma tlestiex, partikolarment fl-area ta' Blk G fejn hemm il-ħwienet li kienu nkrew mill-gvern?", "Tista' tgħid għaliex dan ix-xogħol ma tlestiex meta hemm inkonvejenti kbar u riskji bla ħtieġa għas- saħħa tar-residenti li jagħmlu użu mill-uniku ħanut tal-merċa li hemm fl- akwata?", "Tista' tgħid meta dan ix-xogħol se jitlesta?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Ninsab infurmata li l-proġett ta' landscaping li rreferiet għalih l-Onor.", "Interpellanti, għalkemm hu finanzjat mid- Dipartiment tal-Bini u Tiswija tad-Djar, qed jiġi esegwit mill-Kunsill Lokali ta' Ħal-Luqa.", "Ninsab infurmata wkoll li kien hemm xi problemi bejn il-Kunsill u l- kuntrattur li mistennija jiġu diskussi, flimkien mad-Dipartiment imsemmi, fil-ġranet li ġejjin bl-iskop li jiġu risolti u x-xogħol ikun jista' jitkompla u jitlesta.", "PERSUNI LI JBATU MID-DIMENTIA", "28220.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO PRECA staqsiet lill-Ministru tas- Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' l-Ministru jgħid x'faċilitajiet qed jingħataw mill-istituzzjonijiet tas-saħħa tal-gvern għal dawk li jbatu mid-dimentia?", "Dawn il-pazjenti qegħdin jingħataw il-mediċina Exclon b'xejn?", "Jekk le, x'qed jingħataw bħala għajnuna?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Pazjenti bid-dementia jingħataw il-kura u l- attenzjoni personali li jinħtieġu skond in-natura u l-gravita' tal-marda tagħhom.", "Il-mediċina msemmija mill-Onor.", "Interpellant mhijiex fuq il- formularju u għalhekk ma tistax tingħata b'xejn.", "ĦAL FARRUĠ - BINI TA' FABBRIKI", "28221.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO PRECA staqsiet lill-Ministru għall- Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l- Ministru jgħid fiex waslu l-oġġezzjonijiet li kienu ressqu r-residenti minn Ħal Farruġ dwar il-fatt li qed jingħataw permessi għall-bini ta' fabbriki prattikament mad-djar tagħhom?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.", "ĦAL QORMI - CULVERT", "28222.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' l-Ministru jara li l-culvert li jinsab fi Triq il- Milied kantuniera ma' Triq l-Imsaġar f'Ħal Qormi li jifforma parti mill- bypass ta' l-Imrieħel (taħt il-bridge) jiġi mnaddaf għaliex jinsab miżdud bil-ħmieġ u l-ilma tax-xita qed jidħol għand ir-residenti li jgħixu fil- madwar?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninsab infurmat li għalkemm Triq il-Milied li qiedgħa kantuniera ma' Triq l-Imsaġar f'Ħal Qormi li tifforma parti mill-bypass ta' l-Imrieħel (taħt il-bridge) ma tagħmilx parti mit-triq arterjali, ittieħdet azzjoni sabiex il-culverts ta' l-inħawi jiġu mnaddaf.", "KORSIJIET TA' SNAJJA'", "28223.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO PRECA staqsiet lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma dawk l- opportunitajiet għal żgħażagħ li spiċċaw l-iskola sekondarja u li m'għandhomx ħeġġa għal studji akkademiċi, iżda jixtiequ jsegwu korsijiet fi snajja', iżda li m'għandhomx kwalifiki biex jidhlu fl-MCAST, jigifieri dawk iż-żgħażagħ li qabel kienu jsegwu korsijiet minn eta' iżgħar fl-iskejjel tas-snajja?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li żgħażagħ bħal dawn jiġu aċċettati fl-MCAST fil-Foundation Course ta' l-Istitut għall-Inġinerija tal-Bini u Kostruzzjoni fin-Naxxar, jew inkella fl-ITS fi snajja relatati mat-Turiżmu.", "MSIDA - RUE D'ARGENS", "28226.", "L-ONOR.", "ROBERT ARRIGO staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 28000, il-parti msemmija ta' Rue D'Argens hija biswit showroom, dik il-parti ta' fuq fejn titla' b'rampa u tiġi fi triq ma tinfidx li hija wżata mir-residenti biss.", "Din it- triq fl-Imsida hija post ideali għall-parkeġġ għar-residenti biss.", "Għaldaqstant tista' l-ADT tikkunsidra li dan il-post isir parkeġġ għar- residenti biss?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ninsab infurmat li t-Taqsima għall-Immaniġjar tat- Traffiku tifhem li t-triq li għaliha tagħmel referenza din il-mistoqsija parlamentari jisimgħa 'Upper Rue D'Argens Street'.", "It-Taqsima ma tapprovax li jkun hemm toroq fejn isir parkeġġ mir-residenti biss iżda t-taqsima tikkunsidra talbiet għal 'Controlled Residential Parking Schemes'.", "Minn riċerka li saret fir-records tat-taqsima rriżulta li ma kien hemm l- ebda talba mill-kunsill lokali Msida għal Controlled Residential Parking f'din it-triq.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET", "BIL-MIKTUB", "MEWT TA' STUDENT - RAPPORT", "W432.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 27911, filwaqt li niġbed l-attenzjoni tal-Ministru li l-mistoqsija oriġinali ma kenitx marbuta ma' proċeduri li għaddejjin fil-qorti b'rabta mal-mewt ta' student, minħabba li kien hemm numru ta' rakkmandazzjonijiet ġenerali, nixtieq nistaqsi liema minnhom ġew implimentati?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li ttieħdu l-passi rakkomandati."]} {"filename": "20041203_198d_par.doc", "date": "2004-12-03", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Uffiċjali u Rivedut) L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 198 Il-Ġimgħa, 3 ta' Diċembru, 2004 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 198 Il-Ġimgħa, 3 ta' Diċembru, 2004", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.02 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "198", "Il-Ġimgħa, 3 ta' Diċembru, 2004", "WERREJ", "MINUTI 906", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 906", "TQEGĦID TA' KARTI 914", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "MOZZJONI BIEX IL-KAMRA TMUR F'KUMITAT TA' PROVVISTA", "GĦALL-KONSIDERAZZJONI TA' L-ESTIMI ĠENERALI TA' SPIŻA GĦAS-SENA 2005 -", "IT-TIENI JUM IMĦOLLI KOLLU GĦALL-GVERN 915", "AĠĠORNAMENT 940", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 940", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB 952", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 197 li saret fl-1 ta' Diċembru, 2004 ġew konfermati.", "KUMITATI PERMANENTI", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): Nippreżenta l-Minuti konfermati ta' laqgħat minn 1 sa 14 ta' l-istess kumitat li saru bejn l-4 ta' Ġunju, 2003 u t-3 ta' Novembru, 2004.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "ŻGĦAŻAGĦ LI PPARTEĊIPAW FI PROGRAMMI TA' L-UE", "7236.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impieg: Jista' il-Ministru jgħid kemm żgħażagħ Maltin ipparteċipaw f'xi wieħed mill-programmi ta' l-Unjoni Ewropea miftuħa għaż- żgħażagħ u studenti bħal Socrates, Youth u Leonardo fis-snin 2003 u 2004 (s'issa)?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għall-Kompetittivita' u l-Komunikazzjoni) (f'isem il-ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impieg): Informat li t- total ta' parteċipanti żgħażagħ bejn 15 u 25 sena li bbenefikaw mill- programm Youth mill-2003 sal-1 ta' Settembru, 2004 kien ta' 574.", "Informat ukoll li f'kull azzjoni f'dawn is-sentejn, ħadu sehem daqshekk :", "|Azzjoni |TOTAL|TOTAL |TOTAL | | |2003 |Sa l-1 | | | | |ta' | | | | |Settembru| | | | |2004 | | |Skambji |239 |209 |448 | |ta' | | | | |żgħażagħ | | | | |Servizz |1 |3 |4 | |volontarju| | | | |Ewropew | | | | |Inizjattiv|53 |26 |79 | |i | | | | |miż-Żgħaża| | | | |għ | | | | |Miżuri ta'|23 |20 |43 | |Appoġġ | | | | |Total |316 |258 |574 |", "F'dawn il-figuri ma jissemmiex in-numru sostanzjali ta' żgħażagħ Maltin li pparteċipaw fil-programm Youth fi skambji multilaterali organizzati minn għaqdiet f'pajjiżi oħra u mħallsa mill-aġenziji tal-pajjiż fejn ikunu qed jintlaqgħu iż-żgħażagħ.", "Dan għaliex dawn iż-żgħażagħ ma japplikawx għall- fondi fl-aġenzija Maltija imma japplikaw għalihom l-għaqdiet barranin.", "SAĦĦA MENTALI", "7237.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess tar- riforma tas-saħħa mentali?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem il-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil- Komunita') Ninsab informat li r-riforma fil-qasam mentali ilha tiġi implimentata b'mod inkrimentali għal numru ta' snin.", "Is-servizzi mentali issa qed jinfirxu fil-komunita' biex jgħinu aktar il-pazjenti fl- integrazzjoni tagħhom fis-soċjeta'.", "ATT DWAR IL-GWARDJANI PRIVATI U LOKALI", "7238.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern: Billi l-Att dwar il-Gwardjani Privati u Lokali, Att Numru 389, f'artiklu 25(a) tiegħu, kemm fit-test Malti u Ingliż, jitkellem dwar \"multa ta' mhux iżjed minn Lm10,000 u priġunerija għal żmien ta' mhux iżjed minn sena, jew dik il-multa u priġunerija flimkien\" u f'artiklu 25(b) jitkellem dwar \"multa ta' mhux iżjed minn Lm2,000 u priġunerija għal żmien ta' mhux iżjed minn sitt xhur, jew dik il-multa u priġunerija flimkien\", u billi huwa ferm evidenti li l-leġislatur, f'kull liġi, dejjem jagħti għażla lil-leġislatur bejn multa u ħabs fl-ewwel ipotesi u mbagħad, se mai, jimponi l-multa u priġunerija flimkien, u billi huwa ferm evidenti li hawn si tratta ta' lapsus tat-tipografija li minflok il-kelma \"jew\" intużat \"u\" (għax inkella ma kienx jagħmel sens li tintuża l- kelma \"flimkien\"), jista' il-Ministru jieħu dawk il-passi neċessarji sabiex dan jiġi emendat mill-aktar fis?", "ONOR.", "TONIO BORG (Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l- Intern): Il-punt legali sollevat mill-Onor.", "Membru jixraq studju aktar akkurat u occorrendo tiġi ntavolata l-emenda debitament meħtieġa.", "HERITAGE MALTA - ŻJARAT FIL-MUŻEWIJIET", "7239.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid kemm nies żaru l-mużewijiet jew siti tal-Heritage Malta din is-sena u s-sena l-oħra, b'ċifri għal kull mużew jew siti?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (Ministru għat-Turiżmu u Kultura): Qed inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Leo Brincat, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Jista' l-Ministru jagħtina ħjiel ta' kif fil-prattika se taħdem l-absorption taċ-ċentru tar-restawr taħt Heritage Malta?", "Il- personnel taċ-ċentru se jiġi rolled-over u jsir parti minn Heritage Malta jew se jżomm ċertu rwol distint kif inhu fil-preżent?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Naturalment għadu ftit prematur biex wieħed jagħti dettalji li għad iridu jitħaddmu mil-lat tekniku kollu, pero' li jkun hemm rwoli distinti m'hijiex fiha nnifisha diffikulta' għax wara kollox irridu niftakru li Heritage Malta diġa' tirrappreżenta t-tmexxija ta' diversi mużewijiet u dawn għandhom l-istruttura tagħhom ta' kif jitmexxew.", "Jiġifieri għandek kuraturi differenti, għandek nies responsabbli differenti, għandek ukoll sistema ta' accountability u għandek sistema ta' tmexxija ġenerali u ta' policy għal dawk l-entitajiet varji li hemm fiha.", "Jien se nipproċedi fuq dak li tħabbar fid-diskors tal-budget u nitlob lill- management efficiency unit fi ħdan l-uffiċċju tal-prim ministru, tanalizza fid-dettall ir-rwoli ta' l-MCR u kif dawk ir-rwoli jkunu nkorporati fi ħdan Heritage Malta.", "Imbagħad skond l-indikazzjonijiet preċiżi li ningħataw fir- rapport li jsir minn din il-unit, il-gvern jipproċedi.", "ITS - STUDENTI", "7240.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impieg: Jista' il-Ministru jgħid kemm iggradwaw studenti mill- Institute for Tourism Studies fl-aħħar sena akkademika?", "Kemm applikaw biex jidħlu fis-sena akkademika l-ġdida?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impieg): Informat li n-numru ta' studenti li ggradwaw mill-Institute of Tourism Studies fl-aħħar sena akkademika, jiġifieri f'Diċembru 2003, kien ta' 136.", "Informat ukoll li n-numru ta' studenti li applikaw biex jidħlu fl- FTS fis-sena skolastika l-ġdida huwa ta' 325.", "MTA - REGOLAMENTI MAĦRUĠA GĦALL-BARS", "7241.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid jekk ir-regolamenti li l-Malta Tourism Authority ħarġet dan l-aħħar fil-konfront tal-bars, li fost oħrajn jinkludu l-obbligu li jkun hemm coffee machine, staff evacuation exercise darba fis-sena, toilet facility għall-irġiel u nisa b'mera b'dawl appożitu, iridux ikunu osservati minn kull bar, irrispettivament mid-daqs tiegħu jew le?", "Jekk dan huwa l-każ, l-MTA ħadet in konsiderazzjoni li jista' jiġri li l-karattru tipiku tal-bar tradizzjonali u żgħir fiċ-ċentru tar-raħal Malti jiġi mnaffar jew imnaqqar?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li r-regolamenti li ħarġet l-awtorita` dan l-aħħar, b'avviż legali 175 ta' l-2004, jirregolaw il- catering establishments kollha, jiġifieri r-ristoranti, snack bars, kiosks u bars.", "Fir-rigward tal-bars, ir-regolamenti jirrikjedu standards bażiċi.", "Ma jidhirlix li l-osservanza ta' dawn ir-regolamenti għandhom b'xi mod inaffru jew inaqqru l-karattru tipiku tal-bar tradizzjonali Malti.", "Anzi l- awtorita` se toħroġ plakki apposta li jidentifikaw il-bars tipiċi Maltin.", "Dawn il-plakki jitwaħħlu fuq il-faċċata ta' barra tal-bar biex it-turist ikun jista' jidentifika l-bars li huma tradizzjonali Maltin.", "Dawn, fuq kollox, huma parti mill-kultura tagħna.", "AFFARIJIET BARRANIN - SAFAR", "9007.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin: Jista' il-Ministru jinformani kemm kienet in- nefqa globali tas-safar matul l-ewwel disa' xhur tas-sena 2004 tal- ministeru u tad-dipartimenti, entitajiet, awtoritajiet, korporazzjonijiet, eċċ., li jaqgħu taħt il-ministeru tiegħu?", "Jista' jinformani kemm hu kkalkulat li se titla' din l-ispiża sa l-aħħar tas-sena?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Barranin): Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għall-mistoqsija parlamentari 9156.", "Huwa diffiċli li dan il-ministeru jagħti stima ta' l-ispiża għas-safar sa l- aħħar tas-sena minħaba li n-natura tax-xogħol ġieli tirrikjedi attendenza f'laqgħat barra minn Malta fuq avviż ta' ftit żmien.", "PRODUTTURI TAL-LAĦAM FRISK TAL-FENEK", "9008.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent: Jista' il-Ministru jagħtini breakdown tal-laqgħat li organizza l-ministeru matul l-ewwel disa' xhur tas-sena biex iżomm kuntatt u monitoring meħtieġ tal-produzzjoni u l-importazzjoni mal- produtturi u l-proċessuri tal-laħam frisk tal-fenek?", "Min kienu l-uffiċjali għoljin responsabbli minn dawn il-laqgħat u x'rapporti kkummissjonaw u x'rakkmandazzjonijiet għamlu għall-ilmenti mressqa mill-produtturi u proċessuri in kwestjoni?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent): Ninsab informat li l-uffiċjali tad-diversi taqsimiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-ministeru jkollhom laqgħat kontinwi mal-produtturi u proċessuri tal-laħam frisk tal-fenek skond il-ħtieġa.", "L-uffiċjali responsabbli minn dawn il-laqgħat huma uffiċjali agrikoli u xjentifiċi kif ukoll assistenti diretturi u diretturi skond is-settur rispettiv.", "MINISTERU GĦALL-IŻVILUPP URBAN U T-TOROQ - SAFAR", "9009.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' il-Ministru jinformani kemm kienet in- nefqa globali tas-safar matul l-ewwel disa' xhur tas-sena 2004 tal- ministeru u tad-dipartimenti, entitajiet, awtoritajiet, korporazzjonijiet, eċċ., li jaqgħu taħt il-ministeru tiegħu?", "Jista' jinformani kemm hu kkalkulat li se titla' din l-ispiża sa l-aħħar tas-sena?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (f'isem il-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq): In-nefqa globali tas-safar matul l-ewwel disa' xhur tas-sena 2004 tal-ministeru u tad-dipartimenti, entitajiet, awtoritajiet, korporazzjonijiet, eċċ., li jaqgħu taħt il-ministeru għall-iżvilupp urban u t-toroq kienet tammonta għal Lm33,560.25.", "Huwa stmat li bejn Ottubru u Diċembru ta' din is-sena se jintefqu Lm10,837.99 oħra fuq safar, jiġifieri l-ispiża totali sa l-aħħar tas-sena hu kkalkulat li tavvicina l- Lm44,398.51.", "BAJD/ĠBEJNIET U RIKOTTA FRISKA", "9010.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent: Jista' il-Ministru jagħtini breakdown tal-laqgħat li organizza l-ministeru matul l-ewwel disa' xhur tas-sena biex iżomm kuntatt u monitoring meħtieġ tal-produzzjoni u l-importazzjoni mal- produtturi tal-bajd, il-ġbejniet u rikotta friska?", "Min kienu l-uffiċjali għoljin responsabbli minn dawn il-laqgħat u x'rapporti kkummissjonaw u x'rakkmandazzjonijiet għamlu għall-ilmenti mressqa mill-produtturi u proċessuri inkwestjoni?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent): Ninsab informat li l-uffiċjali tad-diversi taqsimiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-ministeru kellhom laqgħat mal-produtturi tal-bajd, il- ġbejniet u rikotta friska.", "L-uffiċjali responsabbli minn dawn il-laqgħat huma uffiċjali agrikoli u xjentifiċi, kif ukoll assistenti diretturi, u diretturi skond is-settur rispettiv.", "FAMILJA - SAFAR", "9011.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill-Ministru tal-Familja u tas-Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tinformani kemm kienet in-nefqa globali tas-safar matul l-ewwel disa' xhur tas-sena 2004 tal-ministeru u tad-dipartimenti, entitajiet, awtoritajiet, korporazzjonijiet, eċċ., li jaqgħu taħt il-ministeru tagħha?", "Tista' tinformani kemm hu kkalkulat li se titla' din l-ispiża sa l-aħħar tas-sena?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA (Ministru tal-Familja u tas-Solidarjeta' Soċjali): Ninsab informata li l-ammont globali minfuq bejn Jannar u Settembru 2004 kien ta' Lm34,663.", "Ninsab infurmata wkoll li hu kalkolat li bejn Ottubru u l-aħħar tas-sena se jintefqu madwar Lm10,000.", "PRODUTTURI TA' L-GĦASEL", "9012.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent: Jista' il-Ministru jagħtini breakdown tal-laqgħat li organizza l-ministeru matul l-ewwel disa' xhur tas-sena biex iżomm kuntatt u monitoring meħtieġ tal-produzzjoni u l-importazzjoni mal- produtturi ta' l-għasel?", "Min kienu l-uffiċjali għoljin responsabbli minn dawn il-laqgħat u x'rapporti kkummissjonaw u x'rakkmandazzjonijiet għamlu għall-ilmenti mressqa mill-produtturi u proċessuri in kwestjoni?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent): Ninsab informat li l-uffiċjali tad-diversi taqsimiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-ministeru jkollhom laqgħat mal-produtturi ta' l- għasel.", "L-uffiċjali responsabbli minn dawn il-laqgħat huma agrikoli u xjentifiċi kif ukoll assistenti diretturi u diretturi skond is-settur rispettiv.", "ENEMALTA", "9029.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika: Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8351 u jgħid kemm kien it-telf tal-korporazzjoni Enemalta sena b'sena mill-1994 sa din is-sena?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika): Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, skond l-istatistika, fl-1994 u fl-1995 l- Enemalta kienet għamlet profitt, fl-1996 kienet għamlet telf, dan baqa' jiżdied u fl-1998 reġgħet għamlet profitt għal tliet snin wara xulxin.", "Imbagħad it-telf reġa' beda jonqos.", "Jista' il-Ministru jagħti indikazzjoni ta' x'setgħet kienet ir-raġuni għal dan it-tibdil?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Speaker, minn dak li qal l-Onor.", "Mizzi jidher li meta l-partit Nazzjonalista kien fil-gvern l-Enemalta għamlet profitt u meta huma kienu fil-gvern, l-Enemalta għamlet it-telf.", "(Interruzzjonijiet) Jien qed nirrepeti biss dak li smajt.", "Peress li m'għandix l-informazzjoni quddiemi, nitlob lill-Onor.", "Mizzi jagħmilli domanda bil-miktub ħalli nkun nista' nagħtih risposta ħafna aktar analizzata milli nista' nagħtih bħalissa.", "XGĦAJRA - SKOLA PRIMARJA", "9075.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impieg: Jista' il-Ministru jgħid meta se jinħatar kap ġdid għall-iskola primarja tax-Xgħajra minħabba li l- kap preżenti mhux qed jidħol għax-xogħol għar-raġunijiet personali?", "X'inhi r-raġuni li l-assistent kap li kien hemm ftit taż-żmien ilu tneħħa?", "Jaf li fil-preżent hemm għalliema li hija senior li filwaqt li qed tgħallem qed tieħu ħsieb l-iskola hi?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem il-Ministru għall-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impieg): Informat li diġa' ntbagħtet persuna biex tmexxi l-iskola tax- Xgħajra fl-assenza tal-kap ta' l-iskola.", "RAPPORT TA' RODERICK CHALMERS", "9087.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impieg: Jista' il-Ministru jgħid kemm ġie jiswa r-rapport ta' Roderick Chalmers?", "Kemm tħallsu l-membri kollha, inkluż min serva ta' konsulent, għal dan ir-rapport?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem il-Ministru għall-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impieg): Informat li r-rapport ta' Roderick Chalmers ġie jiswa Lm10,831.", "Informat ukoll li l-membri kollha, inkluż minn serva ta' konsulent għal dan ir-rapport, tħallsu hekk :", "Roderick Chalmers - Nil Prof. Rev. Peter Serracino Inglott - Nil Mr Jacques Sciberras - Lm5,027(inc.VAT) Mrs Ann Marie Thake - Lm2,050(inc.VAT) Riċerka u analiżi - Lm3,573 Stationery, Photocopies, Binding - Lm181 Total - Lm10,831(inc.", "VAT).", "MCAST - MECHANICAL INSTITUTE", "9090.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjieg: Jista' il-Ministru jgħid x'makkinarju u riżorsi għandu l-mechanical institute ta' l-MCAST għad- diversi korsijiet li għandu?", "Jista' jgħid ukoll meta nxtara dan il- makkinarju?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem il-Ministru għall-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impieg): Informat li l-makkinarju nxtara minn Settembru 2003 s'issa, ħlief xi ftit oġġetti li kienu ttrasferiti minn Umberto Calosso u t- Technical Institute.", "L-istitut għandu l-makkinarju u r-riżorsi kollha meħtieġa għad-diversi korsijiet.", "XIRI TA' PROPRJETA' MILL-BARRANIN", "9106.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 8466 li oriġinarjament saret lill-Viċi Prim Ministru u jgħid jekk tinżammx statistika ta' proprjeta' mibjugħa lill- barranin?", "Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid matul din is-sena, xahar b'xahar, kemm kien hemm proprjeta' li nxtrat minn barranin?", "Jista' jgħid ta' liema nazzjonalita' huma u kemm hu l-valur ta' dawn il-postijiet, xahar b'xahar?", "ONOR.", "TONIO BORG (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li n-numru ta' permessi li ngħataw lill- persuni barranin biex jixtru proprjetà immobbli f'Malta mill-1 ta' Jannar, 2004 sal-31 ta' Ottubru, 2004 u l-valur ta' l-istess proprjetà immobbli qed jingħataw fit-tabella A li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.", "Iċ- ċittadinanza tax-xerrejja tidher fit-tabella B li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.", "In-numru taċ-ċittadini hu akbar minn numru tal-permessi minħabba li għall-istess permess ikun hemm aktar minn persuna waħda b'ċittadinanza differenti.", "DJAR - KIRI TA' POSTIJIET PRIVATI", "9121.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill-Ministru tal-Familja u tas-Solidarjeta' Soċjali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 8353, tista' il-Ministru tgħid jekk dak li ntqal fit-tweġiba japplikax ukoll għal rigali taħt forma finanzjarja u li xi drabi tilħaq l- eluf?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: It-tweġiba hi fl-affermattiv.", "AWTORITA' TAD-DJAR - MANUTENZJONI", "9145.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Stefan Buontempo) staqsa lill- Ministru tal-Familja u tas-Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tara li jiġu rranġati l-ħsarat li hemm fil-gallarija tal-post tal-gvern fl-Isla li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Għaddejt it-talba ta' l-Onor.", "Interpellant lid- dipartiment tal-bini u tiswija tad-djar għall-azzjoni meħtieġa.", "AWTORITA' TAD-DJAR - MANUTENZJONI", "9147.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Stefan Buontempo) staqsa lill- Ministru tal-Familja u tas-Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid jekk il-gvern għandux ħsieb li jirranġa l-partijiet komuni, bħal turġien miksurin, fi Blocks A, B u C, Dockyard Terrace, Senglea?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Jiena nformata li d-dipartiment tal-bini u tiswija tad-djar diġa' approva dan ix-xogħol u dan se jsir fil-futur immedjat.", "XIRI TA' ŻEJT", "9350.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika: Jista' il-Ministru jgħid kif jispjega l-fatt li pajjiżi oħra ta' l-Unjoni Ewropea bħal Spanja, il- Ġermanja u l-Italja, jixtru kwantitajiet kbar ta' żejt mil-Libja filwaqt li Malta ma tagħmilx dan?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jien nformat li pajjiżi oħra bħal Spanja, l-Italja u l-Ġermanja qegħdin jixtru żejt mhux raffinat u qegħdin jirraffinawh f'raffineriji tagħhom stess li għandhom il-kapaċita' jnaqqsu ħafna s- sulphur content fil-prodott finali.", "Malta m'għandhiex dawn ir- raffineriji.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Brincat, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Billi Malta qatt ma kellha dawn ir-raffineriji u għalhekk kull meta kienet tixtri ż-żejt mil-Libja kienet tagħmel użu minn raffineriji oħrajn, il-gvern m'għażilx din l-option għal raġunijiet ta' kwalita' ta' containment ta' sulphur content jew għax forsi ma jkunx kompetittiv li jkompli jirrafina ż-żejt mixtri crude min-naħa Libjana f'raffineriji ta' pajjiżi terzi?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Speaker, nibda bil-premessa li l-ewwelnett jiena m'iniex espert taż-żejt u meta aħna l-politiċi nibdew nidħlu f'dawn id- dettalji nkunu qed nidħlu fi kpiepel li lanqas jiġuna.", "Li naf hu li meta konna nixtru ż-żejt crude, kien ikun hemm ħafna logħob dwar kif dan iż-żejt crude jiċċaqlaq mil-Libja biex imur fin-north ta' l-Italja fejn jiġi raffinat b'għażliet bejn raffinerija u oħra - kultant mhux fuq bażi ta' raffinerija - kif jiġi shipped, min jagħmel ix-shipping tiegħu, kemm tħallas għax-shipping u iktar minn hekk, il-waste li joħroġ mir-raffinar, li jibqa' ta' min ikun bagħat il-crude u min ibiegħ dak il-waste.", "Ma naħsibx li llum li deħlin fis-sena 2005, tajjeb li noqogħdu nirrakkontaw stejjer ta' min kien jinnegozja l-waste bejn l-1981 u l-1987!", "Naħseb lanqas ta' min wieħed joqgħod jirrepeti l-istejjer tal-problemi bejn min kien imexxi s-Central Bank u min kien ħadlu l-poteri minn taħt idejh biex jinnegozja d-differenzi fil-currencies u l-istess persuna kienet tinnegozja l-waste taż-żejt!", "Ladarba pajjiżna għandu bżonn iż-żejt raffinat, l-aktar ħaġa faċli għal pajjiżna hi li jixtri ż-żejt raffinat.", "Minn din is-sena aħna bdejna nixtru - bdejna s-sena l-oħra imma l-qalba saret aktar din is-sena - light sulphur fuel oil, li għandu 0.1% sulphur oxide.", "Aħna nixtruh CIF jew FOB imma preferibbilment CIF biex ikun delivered hawn Malta.", "Il-problemi ta' raffinar, ta' min iġorru fuq il- vapur, ta' min jieħu l-waste, ta' min jinnegozja l-waste, ta' min jinnegozja l-flus bejn id-dollaru u l-lira Maltija, ta' meta tixtrih crude mil-Libja u tbiegħu l-Italja u forsi tixtrih mill-Iran u tibgħat lil xi ħadd l-Iran biex jixtri kontra l-Libja, jiġifieri dak it-taħwid li kien jiġri bejn l-1983 u l-1987, aħjar nħalluh warajna.", "Aħna llum nixtru mingħand kumpanniji rinomati internazzjonalment.", "Il-main suppliers tagħna huma t-Total Fina u t-Trafigura li huma żewġ international companies kbar.", "Dawn jagħmlu d-delivery tiegħu hawn Malta u ma nidħlux la fil-problemi jekk nieħduhx crude, la jekk jirraffinawhx f'Genova, fi Franza jew fi Sqallija - minn xi ħabib tagħna - la jekk nixtruhx bid-dollaru u nġibuh Malta u xi ħadd jilgħab bid-dollaru u Malta, u lanqas x'jiġri bil- waste wara r-raffinar.", "Aħna nġibu ż-żejt bi prezz dikjarat minn qabel u jiġi delivered fil-generating plants tagħna.", "Naħseb li bl-atmosferma li għandna Malta, fejn kulħadd qisu kelb u qattus u malli wieħed jieħu deċiżjoni, l-ieħor lest li jigdmu, l-aktar ħaġa faċli huwa li tgħid li t-Total Fina u t-Trafigura jġibulna vapur żejt, dan jiġi delivered f'pajjiżna u nixtruh CIF Malta.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Għalkemm m'għandix kopja tad-diskors tal-budget quddiemi, jekk niftakar sew waħda mill-proposti hi li biex l-issue tax-xiri taż-żejt ma tibqax tiġi politiċizzata, hemm il-ħsieb ukoll li l-Enemalta jew il-gvern iwaqqaf kumitat li jkun jinkludi nies esperti, fosthom nies b'background ekonomiku u anke rappreżentant tal-Bank Ċentrali.", "Fil-fatt meta sar hedging, tajjeb jew ħażin, min-naħa tal-gvern Laburista, hu kien mexa proprju fuq dawn il-linji li kien ikkonsulta kemm lill- ekonomisti u anke lill-Bank Ċentrali.", "Dan ifisser li bis-set-up li qed jikkontempla li jagħmel 'il quddiem il-gvern għax-xiri taż-żejt, m'huwiex jeskludi l-option ta' hedging?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Naħseb li jien nibqa' dejjem nikkwota l-ħabib tiegħi l-Onor.", "Brincat li meta biddilt naqra l-linja, kien qalli li jieħu gost meta ministru jkun prattiku.", "Jiena tant jiena prattiku li hemm diġa' kumitat, ir-risk management committee, hemm ekonomista u hemm ukoll persuna li taħdem fil-Bank Ċentrali li bdew limitatament jagħmlu ftit hedging u ftit currency hedging.", "Jiena nista' nantiċipalu lill-Onor.", "Brincat, ladarba qajjem din id-domanda, li l-ġimgħa d-dieħla jiena se nikteb lill- oppożizzjoni biex tinnomina persuna jew aktar - kemm jidrilha hi - sabiex tipparteċipa fil-hedging committee ta' l-Enemalta biex żgur naqtgħu darba għal dejjem il-kwestjoni tal-hedging - kemm ta' currency kif ukoll ta' żejt - mill-element politiku.", "Dan m'hu xejn aktar minn strument finanzjarju.", "Min jipparteċipa fih m'għandux id-doni li jaqtagħha dejjem, kultant se jmur tajjeb u kultant se jmur ħażin.", "Barra l-elementi ta' hedging għandek ukoll elementi ta' options, ta' risk taking, ta' insurances fuq l-options u affarijiet oħra.", "Nixtieq li darba għal dejjem f'dan il-pajjiż nikbru kemm kemm, li ċerti affarijiet noħorġuhom mill-ambitu politiku u ntellgħuhom fejn għandna ntellgħuhom.", "Jiġifieri jiena qed nantiċipa li l-ġimgħa d-dieħla se nitlob lill-oppożizzjoni biex jekk hi tixtieq ...", "Naturalment tista' tinjorana kif għamlet ħafna drabi fuq ħafna talbiet li għamilna.", "Tista' tiġi titmellaħ mill-bżonnijiet tal-pajjiż kif għamlet fuq ħafna affarijiet li għandhom jmorru 'l bogħod mill-politika.", "Imma jiena nieħu paċenzja u se nerġa' nistedinha anke f'dan il-każ, biex jekk verament tixtieq li darba għal dejjem noqtlu dawn...", "(Interuzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom inżommu l-ordni.", "Ikkonkludi Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Onor. Farrugia, ħu paċenzja, żewġ minuti oħra se jitkellem il-Prim Ministru u min jaf kemm-il darba se tinterrompih.", "Almenu tinterrompix lili wkoll.", "Jiena ħa nipprova nagħmel dan il-pass ukoll biex nieħdu paċenzja bikom u nistiednukom sabiex tinnominaw lil xi ħadd.", "Probabbilment tgħiduli le, imma f'dak il-każ m'hemmx x'tagħmel!", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal tqegħid ta' karti u nsejjaħ lill-Viċi Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Żewġ pjanti li juru proprjeta' biswit il-baħar fil-Ponta tal-Balluta u fil-Ponta tad-Dragonara li, skond indikazzjonijiet li għandha t- taqsima proprjeta' tal-gvern, hija privata, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari 9490.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar linji ta' l-ajru barranin li joperaw minn u lejn Malta, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari 9434.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar tibdil f'tariffi tal-kumpannija Gozo Channel bejn April 2003 u Novembru 2004, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari 9353,", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Cristina.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Mr Speaker, f'isem il-Ministru tas-Saħħa, l- Anzjani u Kura fil-Komunita', inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar tibdil f'tariffi/drittijiet li sar minn dipartimenti u entitajiet fid-dekasteru tal-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil- Komunita' bejn l-2002 u l-2004, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari 9354.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "MOZZJONI BIEX IL-KAMRA TMUR F'KUMITAT TA' PROVVISTA GĦALL-KONSIDERAZZJONI TA' L-ESTIMI ĠENERALI TA' SPIŻA GĦAS-SENA 2005 - IT-TIENI JUM IMĦOLLI KOLLU GĦALL-GVERN", "MR SPEAKER: Skond il-ftehim milħuq nistieden issa lill-impjegati tal-PBS jidħlu fil-Kamra sabiex jitrażmettu dirett fuq it-televiżjoni d-diskors tal- Prim Ministru.", "L-impjegati tal-PBS daħlu fil-Kamra u bdew jaqdu d-dmirijiet tagħhom.", "MR SPEAKER: Nistieden ukoll lill-photographers u lill-cameramen li jirrapreżantaw lill-istampa sabiex jidħlu fis-sala sabiex jieħdu ritratti u filmati għal ftit tal-minuti.", "Illum il-Kamra għandha quddiema l-kontinwazzjoni tad-diskussjoni fuq il- mozzjoni biex il-Kamra tmur f'kumitat ta' provvista għall-konsiderazzjoni ta' l-estimi ġenerali ta' spiża għas-sena 2005.", "Skond il-mozzjoni ta' proċedura numru 159 tas-16 ta' Novembru 2004 is-seduta tal-lum għandha tintemm fit-8:30p.m. u d-diskors ikun eżenti mil-limitu ta' ħin għad- diskorsi.", "Nistieden għalhekk issa lill-Prim Ministru sabiex jibda d- diskors tiegħu.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Grazzi, Mr Speaker.", "Huwa privileġġ għalija li din is-sena għandi l-opportunita' li nindirizza din il-Kamra fl-għeluq ta' din il-parti tal-fażi tal- preżentazzjoni tal-budget għas-sena d-dieħla.", "Nhar l-Erbgħa tal-ġimgħa li għaddiet, l-24 ta' Novembru, jien ġejt quddiem dan il-parlament u f'isem il- gvern li jiena mmexxi ressaqt il-budget għas-sena d-dieħla għall- approvazzjoni ta' dan il-parlament u stedintu, u anke stedint lill-poplu tagħna, sabiex flimkien inġeddu lil pajjiżna.", "Mr Speaker, dan huwa budget li jipproponi nefqa sabiex tkopri 'l fuq minn 72 inizjattiva mingħajr ma ngħodd il-81 inizjattiva oħra li huma koperti mill-pjan nazzjonali ta' impjiegi.", "Huwa budget li qed jipproponi żieda ta' Lm15.5 miljun aktar fil-pensjonijiet u fil-qasam tal-welfare f'pajjiżna, qed jipproponi żieda ta' Lm6 miljuni aktar fil-qasam tas-saħħa, qed nipproponi nefqa ta' Lm13 miljuni aktar għall-qasam ta' l-edukazzjoni, qed jirdoppja għas-sena d-dieħla n-nefqa li kellna din is-sena fil-qasam ta' l- ambjent, pero' huwa budget ukoll li qiegħed jipproponi li l-gvern inaqqas l- ispiża rikorrenti tiegħu għas-sena d-dieħla b'Lm7.5 miljuni, jiġifieri qed jippropni li jnaqqas l-ispiża tiegħu għas-sena d-dieħla bi 3.2%.", "Dan huwa budget li joffri sfida għalina u għall-poplu tagħna, imma joffrilna wkoll opportunita' li nġeddu lil pajjiżna ħalli nibnu fuq dak it- tajjeb kollu fuq dak is-sod li għandna ħalli nkomplu nimxu 'l quddiem bħala pajjiż.", "M'hemm xejn li fl-imgħoddi qatgħalna qalbna, m'hemm xejn li qed jaqtgħalna qalbna llum u m'hu se jkun hemm xejn li jaqtgħalna qalbna fil- futur.", "Sur President, it-tiġdid jiġi jekk nagħrfu li għandna l-punti t-tajbin tagħna u nagħmlu ħilitna sabiex dawk il-punti nsaħħuhom għall-ġejjieni biex jibqgħu tajbin, pero' jiġi wkoll jekk ikollna l-kuraġġ u s-sinċerita' li nagħrfu fejn huma l-punti dgħajfa tagħna bħala poplu u bħala pajjiż u nindirizzawhom mingħajr ma noqogħdu nduru mal-lewża imma mmorru dritt għall- punt; l-Ingliżi jgħidu we face reality in the eye, jiġifieri nħarsu lejn ir- realta' f'wiċċha mingħajr ma noqogħdu nduru mal-lewża.", "It-tiġdid hekk biss jista' jseħħ u allura kont qiegħed nittama li din l- istedina ta' tiġdid fil-fatt tiġi milqugħa anke mill-Kap ta' l- Oppożizzjoni.", "Issa ħalli nkun ċar.", "Jien ma stennejtx li l-bieraħt lura l- Kap ta' l-Oppożizzjoni jqum u jgħid li jaqbel mal-gvern - jien nirrispetta u nirrikonoxxi l-funzjoni tiegħu bħala kap ta' l-oppożizzjoni li jikkritika lill-gvern, jimbottah u jixprunah jagħti l-ideat tiegħu u l-alternattivi - imma stennejt analisi oġġettiva ta' l-istampa kif inhi u proposti li jkunu analizzati sew, serji u konkreti u stennejt ukoll li hu wkoll bħali jħares lejn ir-realtajiet tad-dinja ta' madwarna, jirrikonoxxi l-fatti, jifhem l- isfidi u l-opportunitajiet li għandna quddiemna u kif għedt diġa', jipproponi suġġerimenti kredibbli u prattiċi u li jkunu analizzati sew.", "Wara li segwejt id-diskors tiegħu ta' nhar l-Erbgħa rrid ngħid li ħriġt iddiżappuntat.", "Jidher ċar li hu jbiddel il-pożizzjoni tiegħu kif jaqbillu għall-opportuniżmu politiku.", "Malli tidħol fl-analisi tiegħu tibda tinduna li hija żbilanċjata u f'aspetti minnha hija skorretta kompletament.", "Kif se ngħid aktar 'il quddiem, waħda mis-soluzzjonijiet li qiegħed jipproponi għal pajjiżna - l-aktar waħda importanti - għandha konsegwenzi diżastrużi.", "U fuq dan nidħol fid-dettall aktar 'il quddiem ħalli nkompli b'din l- introduzzjoni għax inħoss li għandi nagħmilha.", "Qabel xejn ngħid lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni li għalkemm ma naqbilx ma' l- ideat u l-argumenti tiegħu - u se nagħmel ħilti f'dan id-diskors biex inkisser l-argumenti kollha li hu ressaq quddiem din il-Kamra jumejn ilu - jiena lilu personali nirrispettah u għar-rigward tiegħu personali dawn l- argumenti bl-ebda mod ma jnaqqsu mir-rispett li jien għandi lejh bħala persuna u anke fil-funzjoni tiegħu bħala kap ta' l-oppożizzjoni.", "Madankollu se navżah li se nattakkalu bl-aħrax l-argumenti kollha li hu poġġa quddiem din il-Kamra, imma qabel nagħmel dan xtaqt insemmi xi ftit punti importanti.", "L-ewwel punt huwa li jiena nista' nagħmel l-istess kif għamel hu waqt id- diskors tiegħu, jiġifieri li assolutament ngħawweġ iċ-ċifri, nikkwota dak li jaqbilli u nikkwota t-tajjeb u nevita dak li huwa ħażin, pero' jidhirli li jekk il-gvern li jiena mmexxi jagħmel hekk, ikun qed jagħmel żball.", "Jien naħseb li ma naslu mkien jekk nagħmlu hekk u naħseb li pajjiżna ma jirbaħ xejn b'daqshekk.", "Iż-żmien li pajjiżna għandu huwa prezzjuż u kull ġurnata li tgħaddi tiswa għalina lkoll; tiswa f'sens ta' xogħol u f'sens ta' inizjattivi ta' kif nistgħu nsaħħu lil pajjiżna.", "Żgur li m'għandniex ħin x'naħlu u allura naħseb li għandi nevita dak l-istil ta' logħob biċ- ċifri u bl-argumentazzjoni u mmur għall-punti li jidhirli li huma importanti.", "It-tieni punt li xtaqt insemmi huwa li żgur li f'dak li smajt fid-diskors tal-kap ta' l-oppożizzjoni bi tweġiba għad-diskors tal-budget hemm ħafna fejn ma naqblux, pero' hemm ħaġa waħda li hija pożittiva.", "Naħseb li l-punt tat-tluq kemm ta' din in-naħa kif ukoll tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni – li nassumi li hija l-pożizzjoni ta' l-oppożizzjoni - huwa komuni bejnietna.", "Jiena smajtu fid-diskors tiegħu jirrepeti diversi drabi li pajjiżna għandu sfida ta' kompetittivita' u l-Kamra taf li fid-diskors tal-budget jiena wkoll enfasizzajt li l-isfida ta' pajjiżna hija l-kompetittivita' u mhux talli enfasizzajt dak talli fassalna flimkien budget li fil-medda ta' l- inizjattivi li qiegħed jipproponi jindirizza preċiżament dan il-punt, il- kompetittivita' tagħna bħala poplu.", "U għal min ikun qiegħed isegwi ngħid li kompetittivita' tfisser li jekk aħna għandna l-prodotti tagħna nbigħu aħna l-prodotti tagħna minflok ħaddieħor, jiġifieri min jixtri jixtri mingħandna u mhux jixtri mingħand ħaddieħor, it-turisti jiġu għandna mhux imorru għand ħaddieħor, li aħna nġibu u nirbħu dan lejn pajjiżna għaliex noffru prodott aħjar, noffruh irħas u nkunu aktar effiċjenti u produttivi.", "Qed nispjega dan għaliex in-nies ħafna drabi jisimgħuna nużaw din il-kelma imma mhux kulħadd jifhem eżattament x'aħna ngħidu.", "Issa din hija faċli tgħidha imma l-kompetittivita' tiġi billi aħna verament naħdmu iżjed, nipproduċu iżjed u nagħmlu iżjed b'inqas flus ħalli nkunu nistgħu nbigħu dak is-servizz u nirbħu l-kompetizzjoni u l-klijenti ħalli jixtru minn pajjiżna.", "Din hija l-issue tal-kompetittivita' u naħseb li fuq x'inhi l-isfida għal pajjiżna, iż-żewġ naħat qed naqblu li hija l- kompetittivita'.", "Li żgur m'aħniex naqblu - u hemm oċean jaqsam iż-żewġ naħat - hija dwar it-toroq għas-soluzzjonijiet biex nirbħu din il- kompetittivita' għal pajjiżna.", "Kif għedt, il-gvern diġa' fassal budget u ressaq diversi miżuri u inizjattivi li l-iskop tagħhom huwa proprju sabiex intejbu l- kompetittivita' tagħna.", "Il-ġudizzju li għadda Dr. Sant fid-diskors tiegħu nhar l-Erbgħa fuq dawn l-inizjattivi huwa kollu negattiv; ma sab xejn, lanqas fullstop, comma jew xi ħaġa oħra tajba f'xi ħaġa li għamel il-gvern.", "Ma għażel l-ebda waħda biex b'xi mod jew b'ieħor fid-diskors tiegħu jgħid li hija hija tajba jew li għandna bżonn insaħħuha.", "Għalih, kulma pproponejna għall-ġid ta' dan il-pajjiż huwa kollu negattiv; ikkritika kull inizjattiva li ħriġna biha u ma għoġbu assolutament xejn, anzi mhux talli ma għoġbu xejn, talli wasal biex iddeskriva dan il-budget bħala kummiedja qarsa.", "Issa dawn l-aġġettivi ta' l-Onor.", "Sant jiena niggustahom u ma neħodhomx bis-serjeta'; m'iniex dilettant assolutament tal-kummiedji u dawn l-aġġettivi nħallihom għalih.", "It-tielet punt li xtaqt nagħmel huwa li nistaqsi jekk għandux raġun l-Onor.", "Sant.", "U min se jgħaddi dan il-ġudizzju fuq min għandu raġun?", "Il-gvern jew Dr. Sant?", "Issa aħna nieħdu vot fl-aħħar ta' dan id-dibattitu, pero' l- poplu tagħna jsegwi mill-istazzjonijiet tat-televiżjoni u tar-radju u meta sema' d-diskors ta' Dr. Sant nhar l-Erbgħa li għadda u jisma d-diskors tiegħi llum jibda jistaqsi min minna t-tnejn għadnu raġun.", "Ħalli nissuġġerixxi jien x'għandu jagħmel dan il-parlament u x'għandu jagħmel il- poplu Malti.", "Minflok joqgħod fuq dak li ngħid jien u minflok joqgħod fuq dak li qed jgħid Dr. Sant għaliex ma joqgħodx fuq dak li qalu n-nies ta' hemm barra, jiġifieri n-nies li għandhom ir-riedni ta' pajjiżna f'idejhom u dawk li jħaddmu l-eluf kbar ta' nies.", "Meta aħna niġu hawnhekk u ngħidu li hawn 137,000 persuna jaħdmu bi qligħ fit-turiżmu, fil-hotels u fil-fabbriki tagħna ...", "Għax ma noqogħdux attenti u nisimgħu x'qalu fuq dan il-budget dawk in-nies li jħaddmu dawn l- eluf ta' nies li fl-aħħar tax-xahar jagħtuhom il-pagi?", "Għax ma noqogħdux attenti u nkellmu lil min ħareġ il-flus minn butu u nvesta l-miljuni tal- liri biex ikollu l-hotels, il-fabbriki, il-ħwienet, u anke dawk is-self- employed u nisimgħu x'qalu huma fuq dan il-budget ħalli l-ġudizzju la ngħadduh aħna bħala gvern u lanqas jgħaddih il-Kap ta' l-Oppożizzjoni?", "U l-poplu tagħna jaqra l-gazzetti u jsegwi l-aħbarijiet u allura jaf li mmedjatament wara li nqara l-budget nhar l-Erbgħa tal-ġimgħa li għaddiet ħarġet stqarrija mill-korpi kostitwiti f'pajjiżna li huma l-kamra tal- kummerċ, il-federazzjoni ta' l-industrija, l-assoċazzjoni ta' min iħaddem f'pajjiżna, u l-Malta hotels and restaurants association li hija organizzazzjoni li tiġbor fiha s-sidien tal-lukandi u r-restoranti f'pajjiżna, kif ukoll il-GRTU.", "U f'din l-istqarrija, li kienet l-ewwel reazzjoni tagħhom għall-budget nhar l-Erbgħa filgħaxija, huma rrikonoxxew li l-gvern ħa diversi inizjattivi u rrikonoxxew li dan il-gvern huwa determinat biex jindirizza d-deficit ta' pajjiżna u huwa nkoraġġit bl- inizjattivi tal-gvern sabiex jaqta' l-abbużi u faħħru lill-gvern għall- inizjattivi kollha li ħadna.", "Aktar 'il quddiem se npoġġi kopja ta' din l- istqarrija fuq il-mejda tal-Kamra sabiex wieħed ikun jista' jivverifika dak li qiegħed ngħid, apparti li ftit wara li ħarġet din l-istqarrija, fil- ġranet ta' wara ħarġu stqarrijiet separati differenti mill-korpi kostitwiti kollha li qalu u kkonfermaw dan kollu li qiegħed ngħid separatament.", "Se npoġġi wkoll fuq il-mejda tal-Kamra kopja ta' stqarrija li ħarġet l- MHRA, jiġifieri waħda minn dawn l-assoċazzjonijiet li għandha x'taqsam mat- turiżmu, l-aktar settur importanti.", "Iż-żewġ naħat naqblu li l-qasam tat- turiżmu huwa qasam importanti li miegħu jħaddem eluf kbar ta' nies direttament u ndirettament, miegħu jiddependu l-bdiewa tagħna għall-bejgħ fil-lukandi tal-prodott li huma jipproduċu, jiddependu l-furnara u jiddependu wkoll kwantita' kbira ta' nies.", "U x'qalulna?", "Ħalli nikkwota l- kliem li hawn f'din l-istqarrija ħalli naraw x'qalulna.", "Dawn qalu hekk: \"budget excellent for the tourism industry\".", "U se ngħidha bil-Malti wkoll: Budget eċċellenti għall-industrija tat-turiżmu.", "(Onor. Membri: Hear, hear) U allura l-poplu tagħna li qed isegwi jgħid: Kif jiġi Dr. Sant hawnhekk u jara kollox ikrah imbagħad min qiegħed iħaddimni u qed jagħini l- paga kull l-aħħar tax-xahar, min jaf li jiddependi s-suċċess tiegħu għaliex is-suċċess tiegħu jgawdu minnu l-ħaddiema kollha u l-familji tagħhom, qed jgħid prosit lill-gvern?", "Jiena l-ġudizzju nħallih f'idejn il-poplu imma huwa ġudizzju li mportanti li jsir.", "Nirrepeti li n-nies li qegħdin jgħidu hekk huma l-istess nies li jistimulaw l-ekonomija tagħna, li jġibu l- kompetittivita' għal pajjiżna, li jħaddmu l-mutur ekonomiku u jiddependu mill-ħaddiema tagħhom, mill-kapaċita' tal-ħaddiema, mit-taħriġ tal-ħaddiema u minn kull siegħa xogħol li jagħtu l-ħaddiema.", "Naturalment hawnhekk jista' jkun hawn min jgħidli li l-unions ma qalux l- istess ħaġa, imma l-unions lanqas ikkritikaw il-budget imma kkritikaw il- miżuri.", "Il-unions ferħulna li qed nattakkaw l-abbużi, ferħulna li qed nagħmlu l-attakk biex innaqqsu l-ispiża tal-gvern, ferħulna għall-inċentivi li qed nagħtu biex inħarrġu lill-ħaddiema, ferħulna għall-Lm5 miljuni li qed nivvotaw - somma rekord li qatt ma ġiet ivvotata - sabiex l-ETC tkun tista' tieħu inizjattivi fil-qasam tax-xogħol u ferħulna għall-inizjattivi li qed nagħtu sabiex nistimulaw l-ekonomija tagħna.", "Naturalment il-unions imbagħad tkellmu fuq l-affarijiet li jolqtu direttament lill-ħaddiema, u jiena hawnhekk nerġa' nagħmel il-punt li għamilt f'okkażjonijiet oħrajn.", "Jien nifhem il-pożizzjoni tal-unions u nifhem li l-unions qegħdin hemm b'funzjoni, bħalma l-oppożizzjoni qiegħda hawn b'funzjoni, u f'demokrazija tajjeb li jkollna unions b'saħħithom u li jagħmlu l-parti tagħhom, pero' fl- aħħar mill-aħħar iż-żmenijiet inbidlu b'mod qawwi u għalhekk għedt li rridu nħarsu lejn ir-realta' dritt f'għajnejha u nagħrfu li jekk min iħaddem jimxi 'l quddiem jimxu 'l quddiem ukoll il-ħaddiema, filwaqt li jekk min iħaddem imur lura, imorru lura l-ħaddiema.", "U allura m'hijiex kwestjoni ta' ġlieda tal-klassi u li \"dawk\" għal rashom u \"aħna\" għal rasna; qegħdin ilkoll fl-istess dagħjsa u jew se naqdfu 'l quddiem kollha kemm aħna jew inkella se mmorru lura.", "Hawnhekk se nerġa' ngħid li l-messaġġ irid ikun li filwaqt li għandna nagħrfu r-realta' ta' pajjiżna u nagħrfu fejn aħna b'saħħitna, irridu nagħrfu wkoll fejn hemm bżonn nirranġaw, fejn irridu nerfgħu parti mill-piż u fejn irridu nagħmlu ftit tas-sagrifiċċju.", "Irridu nagħrfu wkoll li dan qed nagħmluh għall-ġid tagħna stess u mhux għall-ġid ta' xi ħadd.", "M'hemmx rebbieħ jew tellief f'dan l-eżerċizzju.", "Min qed jirraġuna li rebħu l- employers u tilfu l-ħaddiema qed jiżbalja u qed iwassal messaġġ ħażin, għax meta jirbaħ min iħaddem ikun qed jirbaħ il-ħaddiem ukoll filwaqt li meta jitlef min iħaddem, ikun qed jitlef il-ħaddiem.", "Għax imbagħad għalhekk naraw is-sensji f'pajjiżna u jkollna fabbriki u postijiet tax-xogħol, għax jitilfu l-kompetittivita'.", "Imbagħad ikun hemm min jiġi jgħid li ntilfu l- postijiet tax-xogħol għax ma konniex kompetittivi imbagħad jibdew jaraw kif kieku għamilna \"hekk\" u kieku baxxejna l-prezz u kieku rebaħ il-kuntratt, kieku dik il-fabbrika partikolari għadha għaddejja u dawk il-mijiet tan- nies baqgħu jaħdmu f'dik il-fabbrika u jirċievu l-pagi.", "Ir-raba' punt li rrid huwa dwar fejn il-Kap ta' l-Oppożizzjoni qal li l- isfidi li għandna quddiemna huma kollha tort tal-partit Nazzjonalista.", "Huwa qal li \"xejn ma nbidel, Dr. Gonzi għadu l-istess bħal ta' qablu.", "Dan il-gvern ilu mill-1987 u dawn il-problemi kollha huma tort ta' dan il-gvern li ilu hemm mill-1987\".", "Mr Speaker, jien naċċetta t-tort li għandna demokrazija b'saħħitha, pulizija serja, parlament dinjituż, naċċettta t- tort li fil-vit għandna ilma kemm irridu u suret in-nies, naċċetta t-tort li għandna ajruport internazzjonali kif jixraq, naċċetta t-tort li għandna settur privat li għandu n-nies biex jaħdem, naċċetta t-tort li għandna xandir liberalizzat, li għandna l-kunsilli lokali, li għandna sistema ta' telekomunikazzjoni tajba, mobile phones kemm irridu u internet għall- kulħadd.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Iva naċċettaw aħna t-tort li għandna t-tobba jaħdmu Malta u mhux itturufnati, li għandna 20,200 ruħ jaħdmu bi qligħ aktar milli kellna fl-1987, li għandna 34,500 aktar jaħdmu fis-settur privat u fil-qasam tas-servizzi, li għandna 12,000 student l-universita' u mhux 700, naċċetta, iva, it-tort li m'hemmx parrinijiet biex tistudja fl- universita' tagħna.", "Naċċetta t-tort ukoll li għandna l-MCAST u l-kulleġġ vokazzjonali u naċċetta t-tort li ħlejna l-flus biex kabbarna l-universita' u l-iskejjel tagħna.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Iva, tort tagħna li għandna power station ġdida, li għandna vapuri ġodda għall-Gozo Channel u li issa nistgħu ngħidu li għalaqna l-Magħtab u l-miżbla tal-Qortin.", "Iva, tort tagħna li nistgħu napprezzaw il-wirt storiku ta' pajjżna, tort tagħna li m'aħniex nitkellmu dwar ġenerazzjonijiet Soċjalista, tort tagħna li ma rridx inħokklok dahrek biex tagħtini telefon jew biex tagħtini television tal-kulur.", "Huwa tort tagħna li m'għandniex xi disco f'Sant Anġlu, li għandna l-anzjani f'San Vinċenz li qed jgħixu b'mod dinjituż għaliex għandna djar ta' l-anzjani, ċentri ta' matul il-jum, is-servizz tat- telecare u servizzi oħra.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Huwa tort tagħna li għandna freeport li jħaddem il-mijiet tan-nies, tort tagħna li aħna poplu rispettat mad-dinja kollha u mhux poplu kkonsidrat għaċ-ċikkulata u għat- toothpaste.", "Huwa tort tagħna li aħna ċittadini Ewropej, li d-deċiżjonijiet fl-Unjoni Ewropea li jolqtuna jittieħdu bina preżenti madwar il-mejda.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Il-Viċi Prim Ministru għadu ġej mil-laqgħa li kellu proprju l-bieraħ biex ikun madwar mejda fejn biex tittieħed deċiżjoni hemm bżonn il-kunsens ta' Malta.", "Iva, Sur President, tort tagħna dan!", "Dan huwa l-gvern li mexxa l-pajjiż mill-1987.", "Huwa tort tagħna li għamilna 15- il sena fil-gvern?", "Ma tarax!", "Il-poplu Malti jaf jagħżel, dik hija l- verita'!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Il-poplu Malti jaf jagħżel u allura jekk qed jgħid li ma nbidel xejn il-poplu tagħna jgħidlu mn'Alla li ma nbidel xejn.", "U nbidel darba għal 22 xahar u saret froġa f'dan il-pajjiż!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Issa ħalli niġi għall-punti li għamel Dr. Sant.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni beda bl-analisi tiegħu u wasal għall-konklużjoni li l-pajjiż huwa għarkubtejh; għaks u staġnar kullimkien u qiegħed ipinġi kollox iswed.", "Skond Dr. Sant aħna gvern inkompetenti u ma nafux x'aħna nagħmlu, skond hu d-deficit qiegħed jikber u m'aħniex qed insibu rkaptu tas- sitwazzjoni.", "F'din il-ħaġa m'hemm xejn ġdid għax din hija kantaliena li drajna nisimgħuha mingħandu.", "Dan huwa mument importanti li qed ngħixu fih.", "Fl-1 ta' Mejju tlaqna f'avventura ġdida għal pajjiżna u għandna nkunu kollha kemm aħna entużjażmati biex din l-avventura nsarrfuha għal pajjiżna.", "Hija avventura li poġġietna ma' popli oħrajn Ewropej li għandhom kwalita' ta' ħajja li rridu nimmiraw għalina u għandna nagħmlu minn kollox biex niksbuha.", "Dr. Sant qed jgħidilna li għandna bżonn ngħidu l-verita'.", "Issa ħalli naraw meta qed jgħidilna li għandna bżonn ngħidu l-verita' hux qed jgħid il- verita'.", "Għax huwa faċli li tgħid dan, pero' imbagħad trid tfittex ħalli tara daqsxejn jekk l-affarijiet humiex kollha suwed kif qiegħed ipinġi hu.", "Jien m'iniex qed ngħid li kollox huwa ward u żahar, qatt m'għedt dan u m'iniex qed ngħidu issa, anzi jien ngħid li rridu nispjegaw il-fatti lill- poplu tagħna mingħajr ma nżidu l-morr u lanqas l-ħelu ħalli ngħidulu l- affarijiet kif inhuma.", "Naturalment l-istampa la hija kollha sewda u lanqas hija kollha bajda; hemm sinjali li huma pożittivi għal pajjiżna, pero' hemm sinjali li huma negattivi u aħna rridu nitfgħu għajnejna kemm fuq it-tajjeb għax it-tajjeb irridu nsostnuh inkella jitlaq, kif ukoll fuq il-ħażin, fuq dak li qed iffixkilna u fuq l-affarijiet li għandna bżonn inbiddlu.", "Dan għaliex malli nindirizzaw dawn, it-tajjeb kollu li għandna jikber u jifjorixxi iżjed u allura rridu ngħidu l-affarijiet kif inhuma.", "Issa ħalli nibda b'dak li huwa negattiv.", "Issa nista' nagħmel lista ta' affarijiet imma kieku kelli niġbor kollox, naħseb li dan jorbot ftit ma' l- introduzzjoni li għamilna, kemm Dr. Sant kif ukoll jien, jiġifieri jorbot ma' dak li kont qed insemmi - il-kompetittivita'.", "Bla dubju ta' xejn hemm pajjiżi oħrajn li huma viċin tagħna li aħna ntellqu magħhom li f'dawn l-aħħar snin saru u qed ikomplu jsiru aktar kompetittivi.", "U allura huwa fatt li ħdejn dawn il-pajjiżi pajjiżna ma baqax kompetittiv daqskemm kien qabel.", "U fost dawn il-pajjiżi hemm numru ta' pajjiżi li qabel konna nirriferu għalihom bħala ta' wara l-purtiera tal-ħadid li kellhom straitjacket tal-ħadid u li llum saru qishom għasfur li ħareġ minn gaġġa u għadejjin bi żvilupp enormi.", "(Interruzzjonijiet) Iva, dawn huma l-pajjiżi ta' Abel.", "Issa dawn il-pajjiżi bħalissa għadejjin bi żvilupp enormi, għandhom potenzjal enormi u fejn qabel ma konniex nikkonsidrawhom bħala kompetizzjoni għal pajjiżna u lanqas biss konna ngħodduhom u nsemmuhom għaliex kienu wara l-purtiera tal-ħadid, illum ma ngħidux hekk.", "Illum, għal dak li għandu x'jaqsam mat-turiżmu, jekk per eżempju tħares lejn kif qed jiżviluppaw il-Litwanja u s-Slovenja u l-investiment li qed ikollhom, tara li dawn issa huma kompetituri tagħna.", "U din hija verita' li ma nistgħux naħarbu minnha bħalma hija verita' wkoll li fil-qasam tal- manifattura qed jiġrilna bħal pajjiżi oħrajn.", "Jiena ma nafx min minnkom kellu ċans il-bieraħ isegwi l-pre-budget statement ta' Gordon Brown, iċ- chancellor of the exchequer ta' l-Ingilterra fejn waħda mill-affarijiet li semma kienet proprju l-kompetizzjoni sfrenata li ġejja minn pajjiżi bħalma huma ċ-Ċina.", "U l-Ingilterra li hija l-aktar pajjiż li għandu ekonomija li mxiet 'il quddiem u għandha riżultati li tista' tiftaħar bihom, qed tirrikonoxxi li qed titlef il-kompetittivita' tagħha fil-qasam tal- manifattura b'mod partikolari f'ċerti settturi li qed imorru lejn pajjiżi oħrajn fl-imbiegħed.", "U l-bieraħ il-ministru tal-finanzi Ingliż Gordon Brown qal li hemm bżonn ninvestu iżjed fit-teknoloġija u fir-riċerka biex l- Ingilterra jkollha kumpanniji u individwi li jagħmlu riċerka fl-iżvilupp fit-teknoloġija.", "Issa aħna fil-budget li annunzjajna għas-sena d-dieħla tajna importanza kbira lit-teknoloġija u r-riċerka għax nirrikonoxxuha bħala aspett fejn pajjiżna jista' verament jimxi 'l quddiem.", "U din hija realta'.", "Imma issa jew se noqogħdu nidħku bil-poplu tagħna u ngħidulu li se nkomplu nissussidjaw u ngħinu lil dawn il-fabbriki ..", "Imma nissussidjawhom biex xiex?", "Biex jirbħu l-kompetizzjoni bis-sussidju?", "Kien hemm żmien fejn kellna nagħmlu hekk, imma llum aħjar inkunu ċari għax inkella nkunu qed nidħku bin-nies.", "Ma nistgħux nibqgħu nagħtu dak il- bastun li nsejħulu sussidju sempliċement biex fabbrika jew negozju li ma jistgħu qatt ifendu għal rashom jibqgħu hawnhekk għax fl-aħħar mill-aħħar dak is-sussidju se joħroġ mit-taxxi tagħna.", "U meta niġu hawn u nikkritikaw lill-gvern - u nagħmlu sew li nikkritikaw lill-gvern – u ngħidulu biex jaqta' mill-ispejjeż u mill-infiq u jnaqqas l-ispiża u l-preżenza tiegħu ma nistgħux fl-istess ħin ngħidulu biex ikompli jissussidja affarijiet li qatt ma jistgħu jirbħu dik il-kompetizzjoni.", "Il-gvern irid jiġi nkorraġit, xprunat u mbuttat biex jitfa' fuq dawk is-setturi fejn aħna nistgħu nirbħu.", "U jirriżulta bla dubju ta' xejn - u naħseb li dwar dan naqblu ż-żewġ naħat - li għandna setturi li jistgħu jikbru u li għandhom potenzjal enormi, għandna ħafna affarijiet tajbin u l-ħaddiema tagħna inġenerali huma kapaċi jitgħallmu, għandhom it-talenti u jiddedikaw irwieħhom għalkemm issib ftit 'l hawn u 'l hemm - għalhekk ngħid li mhux kollox abjad imma lanqas huwa kollox iswed - li jirrifjutaw assolutament li jifhmu r-realta' tal-mument li qegħdin fih.", "U allura ngħid iva, għandna problema ta' kompetittivita' imma jew se nindirizzawha bis-serjeta' jew inkella se noqogħdu nduru mal-lewża u nidħku bin-nies.", "Jien u l-gvern tiegħi m'aħniex disposti nagħmlu hekk imma aħna disposti li nindirizzaw din il-problema, nidħlu għaliha u nipproponu s-soluzzjonijiet għal pajjiżna.", "Issa rrid pero' nsemmi wkoll il-pożittiv.", "Waħda mill-affarijiet li tinkwetana bħala gvern huma n-nies jirreġistraw għax-xogħol.", "Jiena dejjem ngħid li anke jekk ikun hemm persuna waħda ġenwina li qiegħda tirreġistra għax-xogħol tinkwetani u għalhekk jien irrid nara li nkomplu naħdmu u nistimulaw l- ekonomija tagħna għaliex il-postijiet tax-xogħol ma jaqgħux mis-sema, mhux bħal meta tiżra' siġra u tmur taqta' l-frott.", "Il-postijiet tax-xogħol jinħolqu billi verament tirbaħ il-kompetizzjoni u tkun post attraenti għall-investiment.", "B'hekk jiġi l-investiment kemm lokali kif ukoll barrani u nimirħu u nitilqu niġru.", "Allura l-qgħad f'pajjiżna jonqos jekk inkunu verament determinati li nieħdu deċiżjonijiet diffiċli għaliex id-deċiżjonijiet diffiċli fl-aħħar mill-aħħar iwasslu sabiex jinstabu dawk il-postijiet tax-xogħol, mhux il-ħafna kliem sabiħ u tidwir tad-diskors u ċifri kkwotati 'l hawn u 'l hemm li meta tagħsarhom ma tasal imkien.", "Huwa dan li jġibilna x-xogħol f'pajjiżna.", "Issa anke fuq dan għandna problema, pero' kemm hi kbira l-problema tal- qgħad f'pajjiżna?", "Jien se npoġġi fuq il-mejda tabella li turi l-aħħar ċifri tal-qgħad f'pajjiżna skond il-labour force survey.", "Skond dan is- survey Malta għandha rata ta' qgħad ta' 5.8% għalkemm ir-reġistru ta' l-ETC juri li r-rata tal-qgħad hija ta' 5.2%.", "Imma ħalli nieħu l-5.8% u nqabbilha ma' dik tal-25 membru ta' l-Unjoni Ewropea.", "Ir-rata tal-qgħad tal-pajjiżi membri flimkien hija ta' 9.1% filwaqt li ta' dawk il-pajjiżi li qegħdin fiz-zona ta' l-euro ir-rata hija ta' 8.9%.", "Issa dawn huma pajjiżi li għandhom żvilupp u tkabbir ekonomiku akbar minn tagħna.", "Per eżempju, ir- rata tal-qgħad tal-Ġermanja hija ta' 9.7%, ta' Franza hija ta' 9.6%, ta' l- Italja hija ta' 8.3%, u tar-Renju Unit li għandu tkabbir ekonomiku u qed jagħmel ħiltu biex ikun kompetittiv hija ta' 4.9%.", "Imbagħad naraw li l- Istati Uniti għandhom rata ta' qgħad ta' 5.5% u l-Ġappun għandu rata ta' qgħad ta' 4.8%.", "Xi rrid ngħid b'dan kollu?", "Irrid ngħid li iva, għandna problema ta' qgħad u nirrikonoxxuha u qed nagħmlu ħilitna biex nippruvaw nindirizzawha, imma ma rridux ngħidu li għandna xi diżastru u naqtgħu qalb in-nies.", "Qed ngħidu li għandna ekonomija li għandna bżonn nistimulawha iżjed, li assorbiet f'din ir-rata tal-qgħad numru sostanzjali ta' nies li kellhom jispiċċaw mill-post tax-xogħol minħabba proċessi ta' ristrutturazzjoni, ekonomija li qiegħda tassorbi fi ħdana ż-żgħażagħ kontinwament li ħerġin fid-dinja tax- xogħol, u għandna 5.8% qgħad f'pajjiżna.", "Problema hija problema u nagħmlu ħilitna biex nindirizzawha, pero' lanqas irridu ngħidu li għandna xi diżastru.", "U rrid inżid aspett ieħor, Mr Speaker.", "Dr. Sant għandu ħabta jitfa' dubji fuq iċ-ċifri.", "Kemm ili f'dan il- parlament, fit-tliet pożizzjonijiet li kont fihom - jien kont in-naħa l- oħra, kont fejn qiegħed int Mr Speaker, u issa qiegħed fuq din in-naħa, jiġifieri għandi togħma ta' l-inħawi kollha ta' dan il-parlament – dejjem smajt lil Dr. Sant d-dubji fuq iċ-ċifri.", "U għandu ħabta li meta ċ-ċifri jkunu negattivi għall-gvern, jemminhom kollha, filwaqt li meta jkunu pożittivi ma jemminhomx u jgħid li huma mbagħbsa!", "(Onor. Membri: Hear, hear) In-negattiv mhux imbagħbas, pero' l-pożittiv huwa mbagħbas!", "Jien naħseb li s-serjeta' lejn il-poplu tagħna titlob ħafna iżjed mingħandna.", "Iċ-ċifri m'humiex vanġeli, qegħdin hemm biex jiġu analizzati u huma strument biex jgħinuna nagħmlu analisi u naqbdu r-riga biex inkejlu u naraw fejn sejrin tajjeb u fejn sejrin ħażin, u fejn inkunu sejrin tajjeb naraw kif nistgħu nsaħħuħ u fejn inkunu sejrin ħażin naraw kif nistgħu nirranġawh.", "Issa ħalli nfakkar lil Dr. Sant u anke ngħid lill-poplu tagħna dwar meta aħna niġu bir-rendikont quddiem dan il-parlament ta' x'għamilna matul is-sena li għaddiet u kif qed nipproġettaw għas-sena d-dieħla.", "Aħna l-ewwelnett accountable lejn dan il-parlament u nagħmlu eżerċizzju mhux biss għall-budget imma anke matul il-bqija tas-sena li jippermettilna nanalizzaw verament dak li qed jirrapporta l-gvern.", "Jeżisti mbagħad l- awditur ġenerali li għandu funzjoni pubblika biex jara li l-affarijiet ikunu qed isiru sew, għandna wkoll il-public accounts committee fejn l- oppożizzjoni għandha ċ-ċans kollu li tikkontesta kwalunkwe ċifra u anke tagħmel rapporti li jidhrilha li għandha tagħmel, u issa ma' dan kollu hemm ukoll xi ħaġa ġdida li qabel ma kellniex.", "Illum aħna membri fl-Unjoni Ewropea u għalhekk irridu nagħmlu bħalma jagħmlu l-kumplament tal-pajjiżi membri l-oħra, jiġifieri rridu naqbdu dawn iċ-ċifri li qed nippreżentaw u nibagħtuhom lill-Unjoni Ewropea u ngħidu lil sħabna l-pajjiżi l-oħrajn x'inhuma r-riżultati s'issa ta' dak li qed jagħmel il-gvern u x'qed jipproponi biex jindirizza l-isfidi li aħna għandna quddiemna.", "U waħda mill-isfidi li aħna għandna l-ewwel u qabel kollox għalina bħala poplu u anke għax irridu nagħtu rendikont ta' l-affarijiet tagħna, huwa d- deficit.", "Kif qed nindirizzaw id-deficit u x'qed nagħmlu biex jitnaqqas dak id-deficit?", "Illum kont qed naqra l-aħbar li ħarġet fejn qed jingħad li l- Unjoni Ewropea qiegħda tieħu passi kontra l-Greċja għaliex din ma rrapportatx b'mod tajjeb iċ-ċifri għas-snin 1999 u 2000.", "U allura dwar dawn il-ħafna dubji li qed jiżra Dr. Sant fuq iċ-ċifri jien ngħidlu: Ħalli ngħidlek x'nagħmlu?", "Hawn dawn l-istrutturi kollha f'pajjiżna u jiġġudikaw huma jekk iċ-ċifri tagħna u r-riżultati li qegħdin nakkwistaw humiex jirrispettaw l-istampa vera ta' l-affarijiet kif inhuma.", "U naħseb li għandna biżżejjed mekkaniżmi biex jiggarantixxu lill-poplu tagħna li jkollu stampa ċara sakemm hu possibbli.", "U naturalment dejjem ngħid \"sakemm hu possibbli\" għaliex dawn huma estimi u meta tippreżenta estimi jfisser li tkun qed tagħmel stima dwar dak li tkun qed tipproġetta għas-sena ta' wara; kemm se tkun l-ispiża u kemm se jkun id-dħul.", "Ovvjament mhux dejjem tkun mija fil-mija għaliex int ma tkunx taf x'se jiġri, ma tkunx taf il-prezzijiet taż-żejt x'se jkunu u ma tkunx taf x'se jiġri fil-Mediteran.", "J'Alla ma jiġri xejn għaliex sakemm ma jiġri xejn aħna mmorru 'l quddiem, imma ma tistax tkun taf.", "U fil-fatt waħda mill- problemi ta' dan il-proċess ta' budget li għandu pajjiżna huwa li aħna niġu hawnhekk bil-budget f'Novembru biex jingħalaq sa l-aħħar tas-sena għaliex is-sena finanzjarja tagħna hija dik, pero' nibnu kollox fuq iċ-ċifri li jkunu daħlu sa Settembru.", "Issa li jiġrilna huwa - u ġrat ħafna drabi lil gvernijiet differenti - li inti f'Settembru tagħmel il-kalkoli ta' kif se tagħlaq is-sena sal-31 ta' Diċembru, imma dak ikun kalkolu u allura inti dejjem għandek dik il-varjazzjoni.", "Ma tantx suppost ivarja, pero' dejjem għandek varjazzjoni u għalhekk lill-poplu tagħna m'għandniex ngħidulu li dan huwa vanġelu.", "Aħna nirrapportaw bl-iktar mod possibbli biex il-poplu tagħna jifhem x'inhuma r-riżultati tal-ħidma politika tal-gvern, fejn irridu mmorru minn hawn u x'inhuma l-isfidi li għandna quddiemna.", "Wieħed mill-punti li għamel Dr. Sant kien preċiżament dwar il-qagħda finanzjarja tal-gvern.", "Huwa jsostni li sejrin lura u għajjarna inkompetenti u ma nafx kemm titli oħra.", "Issa qed jgħid ukoll - għax kont qed nisimgħu l-bieraħ waqt id-diskors li għamel fil-mass rally – li se joħroġ lin-nies fit-toroq.", "Jien naħseb li hi ftit politika ta' l-imgħoddi li toħroġ lin-nies fit-toroq, Mr Speaker.", "Naħseb li m'għadux iż-żmien li aħna nindirizzaw l-isfidi ta' pajjiżna billi noħorġu n-nies fit-toroq, issa huwa ż-żmien li nispjegaw lin-nies tagħna u ngħidulhom \"din\" hija l-qagħda ta' pajjiżna, ejjew flimkien naħdmu bl-inqas impatt possibbli u b'mod ġenwin.", "Lil dan il-pajjiż inħobbuh kollha kemm aħna, għandna toroq u opinjonijiet differenti imma ejjew nużaw l-istrutturi tagħna b'diskussjonijiet fil-parlament biex inħabbtu l-ideat ma' xulxin, pero' ma naħsibx li se nsolvu xi ħaġa billi noħorġu lin-nies fit-toroq.", "Din hija xi ħaġa li tfakkarna sfortunatament fi żmenijiet li kollha kemm aħna nixtiequ li nwarrbuhom mill-memorji tagħna.", "Dr. Sant qed jgħid ukoll li dħakna bin-nies.", "Issa din hija waħda mill- akkużi li lili verament dejqitni u bir-rispett kollu lejh ma nniżilhiex.", "Din li jakkużana li dħakna bin-nies ma tinżillix.", "Jiena rrid hawnhekk infakkar lil Dr. Sant li sena u nofs ilu kien qed jgħid li sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea se ġġibilna Lm1 miljun.", "Aħna konna għedna li se nġibu Lm100 miljun u jien għadni sal-lum ma nistax nifhem kif mill-Lm100 miljun tajjar żewġ zeros minnu u ġabhom Lm1 miljun.", "Illum jaf - għaliex hemm iċ-ċifri ppubblikati fil-kotba li ppubblikajna - li din is-sena li qegħdin nagħlqu, bejn flus mill-Unjoni Ewropea u flus mill-Italja rċevejna Lm51 miljun, filwaqt li s-sena d-dieħla se nirċievu Lm75 miljun.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Fejn hu dan il-Lm1 miljun?", "Mela faqqas?!", "Mela min daħak b'min, Mr Speaker?", "(Onor. Membri: Hear, hear) Nerġa' ngħid: Min daħak b'min, Mr Speaker?", "Sena u nofs ilu dan kien qed jgħid lill-poplu tagħna li mhux veru li se nġibu Lm100 miljun imma li se nġibu Lm1 miljun.", "Hemm qegħdin imniżżlin, imma mhux imniżżlin biss għaliex dawk jissarrfu fi proġetti u f'sussidji.", "Ejjew insemmu l-proġetti kollha li qegħdin nagħmlu b'dawk il-flus.", "Issa biex niftehmu u nkunu għedna kollox, dan jikkrejalna xi ftit tal-problema ukoll għaliex il-pajjiż għandu l-obbligu li jekk l-Unjoni Ewropea tagħtih Lm10, hu jkun irid joħroġ Lm3 jew Lm4 minnhom.", "Jiġifieri parti mill-ispiża rridu noħorġuha aħna biex nagħmlu l-proġett.", "U hekk għandu jkun; lili ma ddejjaqnix ir-regola imma dawk il-miljuni hemm qegħdin u huma miljuni li jsarrfu fi proġetti li finalment ingawduhom aħna u parti minnhom se jmorru għall-bdiewa tagħna.", "Dr. Sant qabad mal-biedja u 'l quddiem insemmi xi ħaġa.", "Mela s-sussidju li jieħdu ma għoddux?!", "Dawn x'affarijiet huma?!", "Allura s-sussidju li jitħallas b'ċekkijiet f'idejn il-bdiewa tagħna, għal Dr. Sant ma jgħoddx?!", "Dan huwa sussidju mogħti apposta mill-Unjoni Eworpea biex il-prodott Malti jkun jista' jikkompeti.", "U allura meta rbatna l- argument kollu mal-kompetittivita', din hija xi ħaġa li għandna ngħidu prosit tagħha għaliex huwa l-prodott Malti li jirbaħ u dan il-gvern se jkompli jgħid li l-prodott Malti huwa l-aħjar prodott.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Aħna li rridu nagħmlu huwa li nirriorganizzaw ftit iktar lilna nfusna u nimmodernizzaw l-istrutturi li għandna.", "Dwar dan ngħid xi ħaġa oħra iktar 'il quddiem.", "Imma jien nerġa' nagħmilha l-mistoqsija: Min daħak b'min, Mr Speaker?", "Dawn huma flus li finalment se jkabbru u qegħdin ikabbru l-ekonomija tagħna għaliex mingħajr dan l-investiment inutli nparlaw fuq il-kompetittivita' jew ninvestu u mmorru verament għall-kompetizzjoni f'pajjiżna u nużaw l- istrutturi ta' l-Unjoni Ewropea.", "Wara kollox din hija waħda mir-raġunijiet ewlenin għalfejn aħna dħalna fl-Unjoni Ewropea għaliex l-Unjoni Ewropea trid li l-pajjiżi membri tagħha kollha jimxu 'l quddiem.", "Dan huwa prinċipju importanti għaliha u tinkwieta meta pajjiż ikun sejjer lura u għax dak il- pajjiż ma jkunx qed ilaħħaq ma' l-oħrajn tgħinu finanzjarjament biex ilaħħaq.", "Dan huwa l-prinċipju kollu.", "U l-Unjoni Ewropea tkun trid tara li dawk il-flus li qed tinvesti fil-pajjjiż effettivament ikunu qegħdin jirrendu f'titjib fil-kwalita' tal-ħajja tal-pajjiż u fi proġetti li jagħmlu sens.", "Issa parti minn dawn il-miljuni se jmorru għand Louis Galea bħala ministru responsabbli mill-edukazzjoni u mix-xogħol biex iħaddem numru ta' proġetti li se jkunu ndirizzati għat-taħriġ tal-ħaddiema u għal dawk in-nies qiegħda.", "Dawn se jkunu preċiżament biex ikun hemm miżuri attivi ħalli l-ħaddiema tagħna u dawk li qegħdin jirreġistraw għax-xogħol, isibu l-postijiet tax-xogħol.", "U parti minn dawk il-flus se jmorru għal dak li huwa msejjaħ programm ta' inklużjoni.", "U xi tkun \"inklużjoni\"?", "L-Unjoni Ewropea tirrikonoxxi li fil-pajjiżi kollha hemm familji u individwi li minħabba problemi soċjali u minħabba ċerti ċirkostanzi li jsibu rwieħhom fihom, jinqatgħu lura; min minħabba problema ta' droga, min minħabba li jkun single parent, min minħabba problemi fil-familja u min minħabba mard.", "Ikun hawn dawn is-sitwazzjonijiet ta' gruppi ta' nies fejn jinħoloq il- periklu li jintefgħu lura u allura joħorġu bi programm li jgħidulu pjan ta' inklużjoni soċjali, jiġifierli li ddaħħal lil kulħadd u jekk jista' jkun ma tħalli lil ħadd barra.", "Issa huwa veru li ma tistax tagħmel il-mirakli u li ħadd m'hu perfett, pero' li inti jkollok pjan u inizjattivi speċifiċi għal dawn in-nies, huwa tajjeb.", "U pajjiżna għandu għaliex issa huwa membru fl- Unjoni Ewropea u ridna nagħmlu dan il-programm.", "Fil-fatt għamilnih, ippubblikajnih u issa rridu nimplimentawh.", "U hemm numru ta' proġetti apposta u anke hemm il-flus iddedikati sabiex jgħinu lil pajjiżna jwettaq dan il-programm.", "Mr Speaker, Dr. Sant qalilna li aħna nkompetenti, li ma nafux x'se nagħmlu u li l-kwestjoni tad-deficit m'aħniex insolvuha għaliex dan qed ikompli jikber.", "Ħalli ngħidlek x'se nagħmel.", "Ħa nerġa' nqabbel - din għamiltha darba meta kelli l-privileġġ li dan id-diskors nagħmlu f'ċirkostanza differenti wkoll - kif għamilt xi tliet snin ilu.", "Issa jien se nagħtih erba' xhur vantaġġ, Mr Speaker, għax jien ili prim ministru tmien xhur u se nqabbel ir-riżultati li kellna fit-tmien xhur tiegħi mmexxi dan il-gvern - li huma tmien xhur mibnijin fuq xogħol li l-gvern għamel mill-elezzjoni li għaddiet – mar-riżultati li kien akkwista l-gvern tiegħu sa l-aħħar tas- sena 1997.", "Qed nagħtih sena sħiħa Labour fil-gvern u jieħu paċenzja imma lill-poplu rridu nfakkruhielu din għaliex dan kien prim ministru.", "Hawnhekk faċċata tiegħi hawn min kien ministru fil-gvern u kellhom iċ-ċans kollu jwettqu l- politika tagħhom.", "Jiġifieri dak li llum qed jippriedkawlna kellhom iċ-ċans kollu li jħaddmuh għax kienu ministri u kellhom il-poter li jmexxu lill- pajjiż u jieħdu d-deċiżjonijiet.", "Mela ejjew inqabblu like with like - jien tmien xhur prim ministru u hu 12-il xahar prim ministru - u naraw ir- riżultati li akkwistajna.", "Mela jien ġejt hawnhekk l-Erbgħa tal-ġimgħa li għaddiet u fid-diskors tiegħi tal-budget ħabbart li d-deficit niżel għal Lm94 miljun u li dak l- iżbilanċ ifisser 5.2% minn dak li nipproduċu bħala l-pajjiż, jiġifieri 5.2% tal-prodott gross domestiku.", "Ma kienx faċli biex naslu sa hawn, pero' l- mira li poġġejna fil-budget tas-sena li għaddiet għal din is-sena lħaqniha bid-diffikultajiet kollha li kellna niffaċċjaw.", "Dawn id-diffikultajiet ma kenux żgħar għaliex f'Mejju u f'Ġunju kellna niltaqgħu mal-ministri u nitlob il-kooperazzjoni tal-ministri u nipprovaw flimkien insibu l-formoli ta' kif taqta' minn \"hawn\" u tiffranka minn \"hemm\" u qlajna l-kritika u lanqas naf kemm affarijiet oħra bil-problema taż-żejt b'kollox.", "Imma ġejna hawnhekk fl-aħħar tas-sena u għedna li konna se nagħlqu din is-sena b'Lm94 miljun deficit.", "Issa ejjew inqabblu dan ma' x'kien qal fil-verita' Leo Brincat - li qiegħed faċċata tiegħi – meta kien ministru tal-finanzi fil-gvern ta' Dr. Sant f'Novembru 1997.", "Hawnhekk għandi d-diskors tal-budget li nqara fil-5 ta' Novembru 1997, 12 il-xahar sħaħ tal-partit Laburista fil-gvern iwettqu l- politika tagħhom.", "Issa jien se naqra testwalment mid-diskors li kiteb Leo Brincat bħala ministru tal-finanzi f'isem il-prim ministru Dr. Sant.", "Se naqra kelma b'kelma ħalli ma nbiddel xejn.", "Kien qal hekk:", "\"Fl-1997 konna qed inbassru żbilanċ fil-fond konsolidat ta' Lm82.6 miljun.", "Il-gvern kien ta tagħrif dwar dan l-iżbilanċ meta f'Jannar li għadda ressaq l-estimi għal din is-sena.", "Sfortunatament dan l- iżbilanċ mhux talli ma kienx sostenibbli, iżda mistenni jitla' għal Lm121 miljun wara li taqta' l-Lm4.2 miljun dħul minn self barra u dan għal diversi raġunijiet.\".", "Taf xi jfisser dan, Mr Speaker?", "Ifisser li wara sena li kienu fil-gvern, jieħdu d-deċiżjonijiet u jwettqu u jħaddmu l-politika tagħhom huma mingħajr ma jindaħlilhom ħadd, jiġi hawn Leo Brincat fl-1997 - mhux l-1950 jew l- 1955 qed insemmi imma seba' snin ilu – u jgħidilna \"skużawna imma ħadna żball, bdejna s-sena u mmirajna għal Lm82 miljun imma spiċċajna s-sena b'Lm121 miljun\".", "Dan huwa żball ta' Lm39 miljun.", "Mela min hu nkompetenti, Mr Speaker?", "Min jiġi hawn u jgħid li lħaqna l-mira li għamilna għal din is- sena u naqqasna d-deficit għal Lm94 miljun, jew min jiġi hawn u jgħidilna li qed nagħmlu kollox ħażin meta fi żmien li kien hu din in-naħa kien għamel ammissjoni ta' żball monumentali u qal li minn Lm82 miljun spiċċa b'deficit ta' Lm121 miljun?", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "Mr Speaker, ma rridx intawwal fuq dan il-punt, imma aħna konna avżajnihom għaliex dan kien ir-riżultat tat-neħħija tal-VAT u ta' l-introduzzjoni tas- CET u tad-diversi miżuri oħrajn li webbsu rashom li riedu jagħmlu u li llum irrikonoxxew li kien żball għaliex qalu li issa hemm il-VAT u li l-VAT se tibqa'.", "Imma erħilha r-raġuni; il-kwestjoni hi l-issue ta' l-inkompetenza.", "Dr. Sant lilna qed jgħajjarna inkompetenti u dan meta lħaqna l-miri, mela hu x'inhu mar żball b'Lm39 miljun fuq kalkolu ta' Lm82 miljun f'sena waħda?!", "Ħalli niftehmu, Mr Speaker, jien nerġa' ngħid li ma jfissirx li għax ilħaqna t-target għal pajjiżna għad-deficit ta' din is-sena allura m'għandniex problemi u kollox ward u żahar u issa m'għandniex għalfejn ninkwetaw.", "Lanqas xejn ma jien qed ngħid hekk għaliex Lm94 miljun deficit xorta huma problema u mazzra għal pajjiżna u xorta jikkrejaw problemi għat- tkabbir ekonomiku ta' pajjiżna, u rridu nkunu determinati li dak id-deficit innaqqsuh, mhux għall-wiċċ ħaddieħor imma għalina, għall-ekonomija tagħna u għall-familji tagħna.", "Huwa importanti li dak id-deficit innaqsuh għaliex iktar kemm innaqqsuh iktar nilliberaw riżorsi biex inkunu nistgħu niddedikawhom għall-edukazzjoni, għall-ambjent, għas-saħħa, għall-anzjani u għall-bdiewa tagħna.", "Dawk ir-riżorsi li nilliberaw għal dawn l-affarijiet inkunu nistgħu nitfgħuhom f'affarijiet oħra u jkunu jistgħu huma stess joħolqu l-ġid.", "Għalhekk huwa b'sodisfazzjoni li jine niġi hawn u ngħid li lħaqna t-target tad-deficit għal pajjiżna għal din is-sena, pero' bil- kondizzjoni li b'daqshekk m'aħniex qed inserrħu rasna u m'aħniex kuntenti b'din il-performance għax nemmnu li nistgħu u għandna nagħmlu ħafna iżjed.", "Dr. Sant jargumenta li rnexxielna nilħqu dan id-deficit billi pposponejna l- ispiża kapitali.", "Jiġifieri dan qed jgħid lin-nies li aħna lħaqna l-Lm94 miljun għax kien hemm ammonti ta' flus li missna nfaqna din is-sena u minflok poġġejnihom fuq l-ixkaffa u ma nfaqnihomx u li kieku nfaqnihom konna naqbżu l-Lm94 miljun.", "Jiddispjaċini ngħid li Dr. Sant m'huwiex korrett f'din it-teżi tiegħu.", "Il-posponiment tal-kapital effettivament kien biss ta' Lm5 miljun u nispjega għaliex.", "L-Lm14 miljun infiq inqas fil-Mater Dei effettivament kellu jagħmel tajjeb għad-Lm9 miljun li aħna nfaqna għal \"Dar Malta\" u t-tnaqqis l-ieħor, il- kapital ta' Lm8 miljun li ma ġiex mill-protokoll Taljan, ma tgħoddux għaliex meta nonfquhom dawk Lm8 miljun neħduhom lura.", "Il-verita' hi li fl- ispiża totali li kellna naħsbu għal din is-sena kellna nieħdu ħsieb għal affarijiet li ma konniex qed nikkalkolawhom fil-bidu tas-sena u li kieku ma ġrawx, jien kien ikolli iktar sodisfazzjon għax kont niġi hawn u ngħid li mhux talli lħaqna l-mira talli l-mira tejjibniha u minflok Lm94 miljun d- deficit kien ikun ta' Lm84 miljun.", "U x'kienu dawn l-affarijiet?", "L-ewwelnett fl-estimi għal din is-sena kien hemm ippjanat li suppost kellhom jidħlu Lm2 miljun mill-eko-kontribuzzjoni, pero' l-eko- kontribuzzjoni daħlet tard fis-sena 2004 u prattikament ma rrendiet xejn.", "Jiġifieri dawn iż-Lm2 miljun kellna nagħmlu tajjeb għalihom minn x'imkien ieħor.", "Kellna wkoll nonfqu Lm4 miljun iżjed minn dak li konna stmajna għall-mediċini, għall-isptar tagħna u mhux għall-garża li semmilna Dr. Sant il-bieraħt lura!", "Kellna nonfqu wkoll Lm1 miljun iktar milli kien ikkalkolat għas-sussisdu tal-karozzi tal-linja.", "Barra minn hekk kellna dħul inqas ta' Lm5 miljun minn dazji ta' importazzjoni u r-raġuni għal dan hija sempliċi; mill-1 ta' Mejju f'daqqa waħda kien hemm ċaqliqa qawwija - li mbagħad stabbilizzat ruħha - ta' importazzjoni ta' prodotti li ġejjin minn pajijżi Ewropej.", "U ladarba fl-1 ta' Mejju sirna membri taru d-dazji u kien hemm kalkolu ta' Lm5 miljun inqas.", "Mr Speaker, meta tgħodd dan kollu ssib li l-verita' hi li kellna nassorbu spejjeż ta' miljuni ta' liri li ma kenux maħsuba għal din is-sena u li mhux se jirripetu ruħhom is-sena d-dieħla u li allura ngħidu iva, l-Lm94 miljun huma netti skond it-target li stabbilixxejna għalina nfusna.", "Se ngħid issa żewġ kelmiet dwar punt ieħor li semma Dr. Sant dwar l-ispiża u d-dħul rikorrenti.", "Ħalli nibda biex ngħid xi tfisser spiża u dħul rikorrenti.", "Spiża u dħul rikorrenti ifissru li dawn mhux se tonfoqhom darba imbagħad ma terġax tonfoqhom.", "Ħalli nagħti eżempju.", "Il-miljuni li qed nonfqu fl- isptar il-ġdid, malli jitlesta m'aħniex se nerġgħu nonfquhom għaliex m'aħniex se nibnu sptar ġdid kull sena u allura dak jissejjaħ kapital, pero' imbagħad hemm l-ispiża rikorrenti li tiġri sena wara sena bħal, per eżempju, l-pagi, il-pensjonijiet u l-edukazzjoni li trid taħseb għalihom kull sena.", "Issa Dr Sant qal – u ma nafx minn fejn ikkalkolha; ippruvajt nifhem imma ma fhimtx kif qed jagħmel l-argument - li d-differenza bejn dħul u ħruġ rikorrenti fl-2003 jew fl-2004 kienet ta' Lm14 miljun deficit.", "Jiġifieri għamel l-argument li bejn dak li nonfqu b'mod regolari u dak li ndaħħlu b'mod regolari, bħall-income tax eċċ. konna qegħdin Lm14 miljun minn taħt.", "Issa kieku kien hekk, Mr Speaker, konna ninkwetaw pero' qed jgħid issa, fis-sena li qegħdin fiha, l-Lm14 miljun saru Lm38 miljun u għall-2005 dawn se jiżdiedu b'4%.", "Jien nirripeti li dan mhux minnu.", "Mr Speaker, anke hawn jiddispjaċini ngħid li Dr. Sant qed jidħak bin-nies.", "Il-gvern għamel surplus rikorrenti, jiġifieri daħħal iżjed milli ħareġ Lm15.6 miljun meta mqabbla mas-sena 2003, fejn dakinhar kellna deficit rikorrenti, mhux ta' Lm14 miljun kif qal hu, imma ta' Lm1.5 miljun.", "Fil- fatt meta kien prim ministru hu, id-deficit rikorrenti kien ta' Lm53 miljun.", "Lm53 miljun kien qed jonfoq iżjed milli jdaħħal!", "Dak iż-żmien veru konna qegħdin nissellfu biex nieklu!", "Illum, nissellfu, imma nissellfu biex nagħmlu tajjeb għal dan id-deficit u biex ninvestu, mhux ninvestu biex nieklu.", "Immaġina familja li għandha l-paga li m'hijiex qed isserviha.", "Fi żmien Dr. Sant kienet tissellef biex bil-paga tiekol.", "Aħna mhux hekk, aħna qegħdin nissellfu biex ninvestu, qisna familja qegħdin nissellfu biex ninvestu f'vann ħalli nkunu nistgħu noħorġu u nbigħu l-prodott tagħna.", "U dak il-vann allura jrendilna u xi mument il-flus li aħna qegħdin nissellfu jiġu lura għaliex dak huwa investiment għall-familja, il-familja Maltija.", "U jekk tieħu l-istess eżempju ta' familja u tużah għall-pajjiż tibda tinduna li s-self li aħna qegħdin nagħmlu huwa self ta' investiment li jrendi għal pajjiżna.", "Għall-2005 il-gvern qed jipprevedi li jagħmel surplus - jiġifieri li jdaħħal iżjed milli joħroġ fuq ir-rikorrent - ta' Lm14 miljun.", "Jekk inneħħu mir-rikorrent il-flus kollha li se nirċievu mingħand l-Unjoni Ewropea u mill-protokoll Taljan, allavolja li skond ir-regoli ta' l-Unjoni Ewropea dawn ma tistax taqtagħhom barra imma trid tgħoddhom mad-dħul rikorrenti tiegħek - u se npoġġi fuq il-mejda tal-Kamra dokument li jagħti din l-ispjegazzjoni kollha – insibu li effettivament is-sena d-dieħla se jkollna surplus, jiġifieri dħul iżjed milli ħruġ, ta' Lm61 miljun.", "Jekk mill-Lm61 miljun inneħħi l-flus ta' l-Unjoni Ewropea u tal-protokoll Taljan, allura s-sena d-dieħla s-surplus se jkun ta' Lm14 miljun.", "U naħseb li dan għandu jinkoraġġina għall-futur.", "(Onor. Membri: Hear, hear).", "Dr. Sant fil-ġranet ta' qabel għamel l-argument - u nnottajt li dan l- argument qabżu nhar l-Erbgħa; naħseb li nduna li kien qed jagħmel froġa – li l-gvern se jżid il-piż tat-taxxi b'Lm50 miljun.", "Wara, fuq programm li kellna flimkien fuq l-RTK u anke fuq programmi oħra - u l-Onor.", "Tonio Fenech kien preżenti - spjegajna u għedna li għalkemm id-dħul tal-gvern għas-sena d-dieħla qed jidher ħafna ikbar minn dak li kellna għal din is- sena, hemm ċerti raġunijiet li wieħed għandu jispjegahom.", "L-ewwelnett irridu niftakru li meta s-sena l-oħra żidna l-VAT minn 15% għal 18%, peress li r-return tal-VAT issir tliet xhur b'lura, il-gvern ma gawdiex id-dħul ta' din iż-żieda għal 12-il xahar sħaħ, imma gawdiha biss għal disa' xhur.", "Is-sena d-dieħla se jkollna 12-il xahar sħaħ bit-18% u allura meta tqabbel id-dħul tal-VAT kif qed jirriżulta fl-għeluq ta' din is- sena u d-dħul tal-VAT kif qed jirriżulta s-sena d-dieħla tinduna li hemm żieda.", "Pero' r-raġuni m'hijiex għaliex il-gvern se jgħolli t-taxxa imma għaliex filwaqt li din is-sena kellna biss disa' xhur bi 18%, is-sena d- dieħla se jkollna 12-il xahar bit-18%.", "Imbagħad kien hemm oħra din is-sena li effettwatna.", "Peress li fl-1 ta' Mejju, minħabba s-sħubija tagħna fl-Unjoni Ewropea, żarmajna s-sistema ta' dazju li kienet teżisti qabel - qabel kont timporta oġġett u tħallas id- dazju fuqu malli jidħol fid-dwana u issa dik spiċċat u qed tiġi mħallsa meta tbigħ, bejn wieħed u ieħor madwar tliet xhur tard - ġara li fl-estimi ta' din is-sena kien ikalkolat - dan kien ippjanat jiġifieri dawn il- figuri ma ssoprendewniex - li dħul mill-VAT kien se jintefa' lura.", "L-Onor.", "Mangion għamel dan l-argument ma nafx f'kemm-il post u għalkemm ipprovajna nispjegawlu x'inhi l-pożizzjoni preċiża, hu kompla jtambar l-istess argument il-ħin kollu.", "Imma issa ejjew inkomplu nqabblu.", "Il-Labour fil-gvern kelhom diversi problemi.", "Imma x'kienu s-soluzzjonijiet tagħhom?", "Ħalli nieħdu waħda minnhom; dik dwar il-pitrolju.", "Issa din ħelwa wisq.", "Kulħadd sema' lil-Onor.", "Sant jgħid \"X'għarukaża, din anti soċjali!", "Kif biex tattakka l-abbuż tagħmel din il-miżura u ttella' l-prezz tal- pitrolju għall-prezz tad-diesel?", "Imissek attakkajt l-abbuż!\"", "Issa ħalli naqra x'kien qal l-Onor.", "Leo Brincat fil-5 ta' Novembru 1997.", "Qed titbissem hux Leo?", "Mhux Leo imma Afred Sant, hu kien il-Prim Ministru tal- gvern Laburista li kellna dak iż-żmien.", "Imma ħalli naqra x'kien qal fuq il- pitrolju.", "Huwa kien qal hekk:", "\"L-abbuż li qed isir mill-industrija minn dan il-prodott qed inaqqas il-cost effectiveness tal-produzzjoni tiegħu għall-Enemalta meta tqabblu ma' l-ispejjeż tal-produzzjoni tad-diesel.", "Kien għalhekk li nħasset il-ħtieġa li dawn iż-żewġ prodotti jkollhom prezz ekwu għall- konsumatur billi l-prezz tal-pitrolju jitla' immedjatament għal 17c5.\",", "Dan kien il-prezz tad-diesel ta' dak iż-żmien.", "Issa tridu tispjegaw lill- poplu Malti għaliex dakinhar meta kontu fil-gvern din kienet tajba u issa li intom fl-oppożizzjoni din m'hijiex tajba.", "(Interruzzjonijiet) Imbagħad jiġi l-Kap ta' l-Oppożizzjoni u jgħid li aħna dħakna bin-nies.", "Dħaktu bin- nies intom!", "Jew dħaktu bin-nies dakinhar jew qed tidħku bin-nies illum!", "Fejn hi l-konsistenza?", "Fejn hi l-kredibbilta'?", "Għalhekk il-kredibilita' tintilef, għax ma tistax titkellem kif jaqbillek.", "Dan huwa d-difett il- kbir ta' l-oppożizzjoni, li skond id-daqqa tiżfen u skond ir-riħ il-qażba tixxejjer.", "Ma jistgħux jqumu fuq saqajhom u jieħdu pożizzjoni u jgħidu \"hekk\" sew għall-pajjiż, għamilna \"hekk\".", "Misshom qalulna li qed nikkuppjawhom!", "Ara daqsxejn l-oppożizzjoni li għandna lllum!", "Imbagħad kellhom il-problema l-oħra tat-tariffi tad-dawl u l-ilma.", "Għal min jiftakar, dakinhar il-prezz taż-żejt kien qed jorħos mhux jiżdied, fil-fatt kien USD12 kull barmil mhux USD50 kull barmil kif inhu llum.", "U kif solvewha?", "Ħalli nerġgħu nqabblu like with like u nerġa' ngħid li qed inqabbel tmien xhur Prim Ministru ma' 12-il xahar sħaħ tal-Labour, jiġifieri tajthom erba' xhur vantaġġ.", "Jien nirrikonoxxi li kellhom problema imma trid tara kif issolviha l-problema u l-ewwel li trid tagħmel huwa li tagħraf il-problema mbagħad tasal għas-soluzzjoni.", "U l-gvern Laburista ta' dak iż-żmien li kellu din il-problema kif iddeċieda?", "Qabad ir-rati u għadda b'romblu minn fuq kulħadd, m'hemmx anzjan jew middle class.", "U joqogħdu attenti l-middle class u l-anzjani għax qed jistad.", "Dawn in-nies iridu jiftakru meta kellu l-poter f'idejh, meta kien qed jikkmanda hu u seta' jiddeċiedi kif iddeċieda.", "U jridu jiftakru għax dan irid jerġa' jipprova jkun hawn biex jiddeċiedi.", "U x'garanzija għandu l-poplu li ma jerġax jiddeċiedi bħalma ddeċieda dakinhar?", "(Onor. Membri: Hear, hear) Diġa' għandna l-prova.", "U kif kien iddeċieda?", "Kien iddeċieda billi żied ir-rati bl-addoċċ.", "U aħna x'għamilna?", "Aħna għamilna persentaġġ li jfisser li aktar kemm tuża elettriku u ilma aktar il-persentaġġ jitla'.", "Pero' għedna wkoll li jekk il- prezz taż-żejt jorħos u l-ispiża ta' l-Enemalta tilħaq il-livell li ġie stabbilit allura f'dak il-każ is-surcharge, kif qed insejħulha, tispiċċa.", "Imma tiegħu ma kenitx hekk, tiegħu sabbatha mal-bieb tad-dar u jiġri x'jiġri u jorħos jew ma jorħosx il-prezz taż-żejt xorta ridt tibqa' tħallasha għax hekk iddeċieda.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Tefa' l-piż kollu fuq il-poplu Malti!", "Aħna mhux hekk għamilna, aħna għedna li ma rridux nitfgħu l-piż kollu fuq il-poplu Malti u nofs il-piż - anzi ftit aktar minn nofsu - se nerfgħuh aħna.", "Aħna qegħdin nipproġettaw li s-sena d- dieħla, jekk l-affarijiet jibqgħu kif inhuma, l-Enemalta titlef madwar Lm16 miljun, u minn dawn Lm8.5 miljun għedna li se nerfgħuhom aħna.", "Irridu ngħidu lill-poplu tagħna li hemm affarijiet x'tirranġa fl-Enemalta u l- poplu ma jistax jirranġahom hu imma jrid jirranġahom il-gvern.", "U aħna lesti li nidħlu għal dan il-piż għalkemm huwa diffiċli imma hemm bżonn li dan isir u hemm bżonn nirriorganizzaw lilna nfusna biex il-ħela, l- ineffiċjenza u s-serq ma jħallashomx il-konsumatur.", "Allura rajna x'kejl se nużaw biex nerfgħu parti minn dan il-piż fuq spallejna u għamilna l-kalkolu u għedna li nofsu nerfgħuh aħna u n-nofs l-ieħor tfajnih fuq spallejn il- poplu tagħna u għamilna dan bi dwejjaq għax irrid ngħid li ma teħux pjaċir li fuq servizz essenzjali li minnu tiddependi l-kwalita' tal-ħajja tan-nies titfa' dan il-piż, imma kulħadd irid jerfa' biċċa u l-gvern refa' l-ikbar biċċa.", "Kif diġa' għedt, fis-soluzzjoni tagħhom, huma għamlu taxxa fuq kull bieb filwaqt li aħna rbatna kollox mal-konsum.", "Hu ma qagħadx jagħti kas kif tolqot 'l hawn u 'l hemm filwaqt li aħna eżentajna 11,000 każ soċjali, probabbilment jitilgħu għal 13,000 u għedna minn qabel li dawn mhux se jħallsu surcharge.", "Hu ma tax kas l-industrija, il-ħanut iż-żgħir u t- turiżmu u qabad u fajjar bl-eluf kbar ta' liri filwaqt li aħna ntroduċejna s-sistema ta' capping għax fhimna li jekk qegħdin nippruvaw nindirizzaw il- kompetittivita' ta' pajjiżna bilfors kellna nagħmlu hekk biex nagħtuhom ħarira vantaġġ u anke biex nipproteġu l-postijiet tax-xogħol u l-pagi tal- ħaddiema.", "Aħna qegħdin nagħtu sussidju ndirett lit-turiżmu u lill-fabbriki biex ngħinuhom jipproteġu l-postijiet tax-xogħol.", "Fil-fatt dakinhar li ressaq dawn il-proposti f'Novembru ta' l-1997, kien hemm min minn tiegħu stess li kien bil-qiegħda hemmhekk li qallu li tilef il-boxxla soċjali.", "Ara aħna wżajna l-boxxla soċjali biex naslu għad-deċiżjonijiet tagħna.", "Id- deċiżjonijeit li ħadna huma skond il-boxxla soċjali li tmexxina.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "Qalilna li għandu d-dubji fuq kif ħdimna dawn il-figuri u semma lill- awditur ġenerali.", "X'ħin irid u x'ħin jogħġbu jaqbad u jitfa' kollox għand l-awditur ġenerali, m'għandniex inkwiet, imma jagħmilha hu mhux inkun il- messaġġier tiegħu jien!", "Jien m'iniex messaġġier tiegħu, jekk irid jagħmilha hu u jerfa' r- responsabbilta' hu u jekk jogħġbu, jekk isejjaħ xi seduta x'imkien, din id- darba jiġi mhux ma jiġix; jiġi jagħmel l-argument tiegħu ħalli nisimgħu u nkunu nistgħu niżnu.", "Jien se npoġġi żewġ dokumenti fuq il-mejda tal-Kamra dwar il-kalkolazzjonijiet tar-rati tad-dawl u ta' l-ilma u dwar kif se tiġi rregolata l-kwestjoni tas-surcharge għas-sena li ġejja.", "U allura, Mr Speaker, dakinhar għamlu żball imma l-mistoqsija tqum: Tgħallmu minn dan iż- żball oħxon li għamlu dakinhar?", "Inbiddlu l-affarijiet?", "Biddluha l-politika tagħhom?", "Saru aktar sensittivi?", "Saru jiżnu iżjed l-affarijiet u janalizzawhom ftit iżjed?", "Ir-risposta tiegħi wisq nibża' li hija le u se ngħid għaliex.", "F'dawn il-ġranet Dr. Sant qal li għandu xi proposti xi jressaq u semma sitta.", "Waħda minnhom hija d-deprezzament tal-lira.", "Issa ma noqogħdux nilagħbu bid-diskors - deprezzament, żvalutar u devalwazzjoni jekk tgħasarhom tfisser li l-lira tiġi tiswa 10% inqas.", "Hawnhekk f'idejja għandi karta ta' Lm2.", "Skond hu, biex nirranġaw pajjiżna u nsiru aktar kompetittivi, din tiġi tiswa Lm1.80.", "Din hi l-proposta li qed iressaq.", "Din hija stramba u qed ngħid hekk għaliex ftit taż-żmien ilu ppubblikaw dokument dwar kif tirriġenera l-ekonomija ta' pajjiżna.", "Jien fittixt għal proposta bħal fid-dokument għar-riġenerazzjoni ekonomika ta' pajjiżna li approvaw fil-konferenza ġenerali tagħhom u li qegħdin jiddiskutuh kullimkien allavolja jgħidu li d-dokument tagħhom imma mhux tagħhom, donnu li m'hemmx paternita' tiegħu dan id-dokument, u ma sibt xejn; ħareġ biha out of the blue f'dawn l-aħħar 15-il ġurnata.", "Issa hu jaf li din hija kwestjoni delikata u meta żżellaqha b'dan il-mod għandha perikli kbar għall- pajjiż minħabba li jista' jkun hemm min jispekula fuq il-lira u allura jgħid \"ara x'inhu ġej hawn, ħa naqbad Lm100 noħroġha barra minn Malta malajr kemm jista' jkun imbagħad ibagħbagħsli r-rata u nerġa' nġibha lura u f'daqqa waħda nkun għamilt profit\".", "Hu jafu dan u jkien bdejt nistaqsi lili nnfisi minn fejn ġew dawn l-istudji kollha li wassluh għaliha.", "Ħalli ndur malajr fuq il-proposti l-oħra għax lanqas irridu jgħidli li għamel sitt proposti proposti u qbadt ma' waħda biss.", "Ħalli naqbad mal-ħamsa l- oħra għax li hu tajjeb tajjeb u li hu ħażin ħażin.", "Semmielna l-accrual accounting u spjega x'inhu.", "Aħna għandna sistema f'pajjiżna li kultant tagħlaq is-sena u ssib il-kontijiet fil-kexxun, jiġifieri ma tiddikjarax li għandek tagħti dawk il-flus u allura meta tgħid li għalaqt is-sena b'\"din\" iċ-ċifra ma tkunx taf preċiż għax ma tafx x'kontijiet hemm fil-kexxun li jridu jitħallsu s-sena d-dieħla.", "Ir- risposta tagħna hija li llum il-gvern jagħmel rendikont sħiħ tal-kontijiet pendenti li jagħlaq bihom il-gvern u li jkunu jridu jiġu nkorporati fid- deficit ta' dak li jgħidulu l-gvern estiż.", "Illum m'għadniex bħal qabel, ngħoddu biss il-gvern imbagħad ċerti entitajiet lanqas biss ngħodduhom u allura jistgħu jagħmlu dejn kemm iridu u jistgħu jagħmlu deficit kemm iridu għax ma ngħodduhomx.", "Illum, bir-regoli ta' l-Unjoni Ewropea dan mhux possibbli.", "Jekk għandek entitajiet li jilħqu ċerti regoli trid tgħodd id- deficit tagħhom ma' l-istampa sħiħa tal-pajjiż u skond ir-regoli ta' l- Unjoni Ewroepa aħna nkunu rridu nippreżentaw il-figuri tagħna skond dak li jgħidulha l-metodoloġija ta' ESA95, jiġifieri din ta' l-accrual accounting qegħdin inħaddmuha u nwettquha għalkemm irridu niżviluppawha iżjed.", "Huwa faċli li tgħidha imma għad hemm pajjiżi oħrajn li ilhom jippruvawha u għadhom mhux qed jirnexxilhom iħaddmuha.", "Aħna għad irridu nirfinaw din is-sistema pero' għamilniha ċara fil-laqgħat li kellna mal-ministri u mal-permanent secretaries li rridu nkunu nafu preċiż l-istampa x'inhi, irrid inkun naf x'kontijiet hemm pendenti u anke ppruvajna nagħlqu din is-sena billi lill-ministeri kollha nkoprulhom l- ammonti li għandhom jagħtu għall-utilities ħalli jibdew is-sena d-dieħla clean u mhux jibdewha mill-ewwel b'mazzra ta' kontijiet arretrati tas-sena ta' qabel fuq spallejhom.", "Dr. Sant qalilna wkoll biex nikkontrollaw l-ispiża rikorrenti u għamel il- proposta li jekk naqtgħu barra l-ispiża soċjali, is-saħħa u l-edukazzjoni il-gvern għandu jissettja target li l-ispiża rikorrenti tiegħu jnaqqasha bi 3%.", "Jien diġa' spjegajt u poġġejt dokument fuq il-mejda tal-Kamra li t- target tal-gvern huwa li jnaqqas l-ispiża rikorrenti tiegħu bi 3.2% u se npoġġi tabella biex nagħti spjegazzjoni ta' x'inhi l-mira tagħna għas-sena d-dieħla, jiġifieri din proposta li qegħdin fil-fatt nimplimentawha.", "Qalilna wkoll li jrid jaqta' l-operat tal-gvern, imbagħad semma l-MEPA u l- FTS.", "Jiena naċċetta li fil-MEPA hemm affarijiet li rridu nirranġaw biex nagħmlu din l-awtorita' aktar effiċjenti, pero' jekk qed jissuġġerili li mmorru lura għaż-żmenijiet ta' meta kien ikollna disco f'Sant Anġlu, ta' meta konna naraw sur mibni fi żmien il-kavallieri f'daqqa waħda jinfetaħ biex tgħaddi triq, ta' meta kien jiġi rraġunat li fejn jaqbel inqabbel u fejn irrid nibni nibni biex dan kollu nkunu kkuntentajna n-nies, ngħidlu li m'iniex lest li nagħmel dan.", "Jekk m'għandniex il-kuraġġ morali li lil min għandu dritt ngħidulu li għandu dritt u lil min m'għandux dritt ngħidulu li m'għandux dritt – u ħafna mill-garr li tisma' fuq il-MEPA ġej min-nies li nqabbdu jibnu fejn mhux suppost għalkemm hemm ukoll garr ieħor li rridu nindirizzawh - ...", "Jien nirrikonoxxi li l-MEPA hija strument ekonomiku importanti u nirrikonoxxi wkoll li hemm x'tirranġa, pero' ma naqbilx li jiġi xi ħadd u jissuġġerixxi li nqaċċtu u nneħħu l-MEPA u mmorru lura għaż- żmenijiet ta' l-imgħoddi.", "Jien nifhem is-suġġeriment ta' Dr. Sant fejn qed jgħidli biex fejn nista' namalgama u nevita l-irduppjar u ngħidlu iva, hawnhekk qed naqblu u effettivament ħadna l-ewwel inizjattiva - nispera li ma tkunx l-aħħar - fil-konsolidazzjoni taċ-ċentru tar-restawr mal-Malta heritage.", "Jien naħseb li hija loġika u tagħmel sens u naħseb li qed inġibu sinerġija kif għandna nġibu u anke nġibu effiċjenza aħjar u nieħdu valur aħjar għall-flus li qegħdin nivvutaw u għalhekk jien lest li dik it-triq nimxiha; nagħmlu l-affarijiet bil-għaqal u bis-sens imma lest li nimxiha.", "Dr. Sant semma wkoll il-proġetti reġjonali u l-proġetti bi sħubija mal- kunsilli lokali.", "Il-gvern miexi bi programm - u ftaħarna bihom matul is- sena u għalhekk m'għandhiex tkun ta' sorpriża għal Dr. Sant - ma' numru ta' kunsilli fejn b'kooperazzjoni magħhom u billi qsamna l-flus bejnietna - cost sharing - saru diversi proġetti ta' embellishment.", "Mela Dr. Sant ma jafx li tlesta proġett sħiħ f'Paceville fil-bajja ta' San Tumas u li hemm proġetti oħrajn għaddejjin, f'Dawret il-Gzejjer f'Buġibba, fil-kumpless tak- Mitħna tax-Xarolla, fil-pjazza ta' Ħal Safi, fix-Xagħra u fuq diversi xogħlijiet ta' restawr fil-Kottonera, fil-Belt Valletta u fl-Imdina?", "Jaf li għaddej xogħol estensiv relatat mal-prevenzjoni ta' l-għargħar fil- Marsa, f'Ħal Qormi u f'Burmarrad u hemm proġetti oħrajn għaddejjin grazzi għall-ħidma ta' ħaddiema tal-gvern?", "U għax kellna r-riżultati tajbin ittieħdet deċiżjoni mill-Kabinett li din is-sena nivvutaw somma flus li d- diviżjoni tax-xogħlijiet ilha ma jkollha bħalha preċiżament biex jinvestu f'makkinarju għax huwa investiment tajjeb li qed irendilna u qed jagħtina xogħol tajjeb skond il-budget u on time.", "Allura lil Dr. Sant ngħidlu li ma ħarġilniex b'xi proposta ġdida li ssorprendietna; din hija proposta tajba li diġa' qed inwettquha.", "Semma mbagħad il-bżonn ta' pakkett ta' inċentivi għall-manifattura.", "Mr Speaker, il-budget għandu numru ta' miżuri li huma preċiżament inċentivi għall-manifattura fil-linja fejn aħna nistgħu nagħmlu żviluppi; fir- riċerka, fl-innovazzjoni, fit-teknoloġija u fil-farmaċewtika.", "Hemm ukoll inċentivi biex jgħinu lis-self-employed iż-żgħar biex ikunu jistgħu l- profitti minflok iħallsu t-taxxa fuqhom jerġgħu jinvestuhom lura fin- negozju tagħhom.", "Waħda minn dawn l-inizjattivi għas-self-employed hija li se nagħmlu terminu ta' żmien fejn l-ammonti pendenti fuq VAT u affarijiet oħra jkunu jistgħu jitħallsu u jiġu ffrankati l-multi kollha.", "Din hija nċentiva lis-self-employed biex ninkorraġġuhom jaħdmu u allura ngħid iva, qed nagħtu inċentivi għall-manifattura u jekk għandkom ideat tiddejqux tgħidulna bihom.", "Veru li għandna ċerti regoli li rridu nsegwuhom għax illum membri ta' l-Unjoni Eworpea, imma nistgħu nħaddmu ftit rasna u nużaw il-kapaċita' tal-moħħ li għandna f'din il-Kamra kollha kemm aħna għall-ġid ta' pajjiżna u noħorġu b'inċentivi.", "Per eżempju, waħda mill-problemi li għandna - qed inħares lejn id-deputati Għawdxin – hija li nixtiequ ħafna li ninċentivaw lil Għawdex imma għandna l- problema li hemm sistema ta' inċentivi li tgħid li l-massimu ta' għajnuna li tista' tagħti hija ta' 40% ta' ċertu proġett.", "Ġralna li matul is-snin dejjem tajna 40% lil kulħadd u allura jekk illum irridu ninċentivaw xi ħaġa iżjed u nagħtu xi ħaġa iżjed lil Għawdex ma nistgħux għax irridu nagħtu kollox lil kulħadd.", "U allura l-analisi li trid issir illum hija biex nagħżlu lil dawk is-setturi fejn naqblu li huma tajbin ħafna għal Għawdex u nagħtuhom l-inċentivi kollha filwaqt li lil għaddieħor ma nagħtuhx l- inċentivi kollha imma nagħtuh parti minnhom u ngħidulu li jekk jiġi Malta se jieħu \"hekk\" u jekk imur Għawdex se jieħu \"daqshekk\".", "Imma rridu nħaddmu rasna b'dan il-mod u mhux noqogħdu nitmellħu b'xuxlin u ngħidu ħafna diskors li ma jfisser xejn.", "Imbagħad semma s-sitt proposta - l- iżvalutar.", "Hawnhekk Dr. Sant għamel il-proposta tad-deprezzament.", "Jien nipprova nkun fair miegħu għax importanti, imma huwa mportanti wkoll li huwa jifhimni għax irrid nikkonvinċih li għandu żball kbir u rrid nikkonvinċih li min qed jagħtih il-pariri qed jagħtihomlu ħżiena.", "Hu kap ta' l-oppożizzjoni u jifhem f'dawn l-affarijiet iżjed minni u allura nissorprendi ruħi kif iħalli lilu nnifsu jaqa' f'din in-nassa.", "Issa f'dan l-aħħar ġranet żied biċċa qed jgħid li mhux f'daqqa imma fuq sena, sentejn.", "Il-bieraħ smajtu jitkellem fuq it-television u lil dawk li kellu quddiemu jxejru l-bnadar qalilhom biex ma jidħlux fin-nassa tan-nies li jibdew ibeżżgħuhom.", "Jien qabbadt lil min jifhem f'dawn l-affarijiet u tlabthom jgħiduli kieku llum, 3 ta' Diċembru, fuq din in-naħa hawn Dr. Sant prim ministru u ħabbar dan x'kien ikun l-effett tagħha.", "Tlabthom jagħmluki analisi ta' xi tfisser u kif tolqot lill-anzjani, lill-pensjonanti u lill-middle class.", "U ħadt xokk għax ir-riżultat ta' l-analisi li saritli kien li meta taqbad il-prodotti li nimportaw minn pajjiżna skond il-household budgetary survey u allura tista' tgħid koppja anzjana teħel \"hekk\", single parent teħel \"hekk\", koppja miżżewġa b'tarbija waħda teħel \"hekk\" ...", "Meta tawni r-riżultati jien twaħħaxt għax il-proposta tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni hija drammatika, m'hemmx mod ieħor kif ngħidha.", "Mr Speaker, tfakkarni fil-kontijiet tad- dawl u ta' l-ilma fejn bil-gaffa mingħajr studju ta' xejn qaċċat u daħal għaliha għax hekk tah il-parir xi ħadd biex jagħmel.", "U se npoġġi dawn ir- riżultati fuq il-mejda tal-Kamra ħalli kulħadd ikollu l-okkażjoni janalizzahom u jarahom.", "Minn dawn jirriżulta li l-medja – m'iniex se noqgħod ngħid anzjan, mara tad-dar, single parent jew unemployed - kull familja titlef Lm14.77 kull ġimgħa, jiġifieri titlef Lm767 f'sena mingħajr biss ma tkun indunat.", "Għax hu x'qed jgħid?", "Jiddepprezza l-lira.", "U xi tfisser tiddepprezza l- lira?", "Ma tgħid lil ħadd?", "Ma tafx li ma tistax tagħmilha?", "Ma tafx li jekk tagħmel proċess ta' depreciation, b'xi mod jew ieħor tbagħbas fir-rati, trid tħabbru fil-gazzetta tal-gvern?", "U tgħid fuq medda ta' sena, sentejn?", "Kieku llum inti prim ministru ħriġt avviż fejn tgħid li se tiddepprezza l- lira Maltija.", "Tajjeb!", "Mela l-miljunarji x'jagħmlu?", "Jaqbdu l-miljuni tagħhom, jitfgħuhom illejla stess barra minn Malta, idawruhom fi sterlina jew f'dollari jew f'euros, joqogħdu jistennewk sakemm jgħaddu l-ewwel tliet xhur, sitt xhur jew sena, malli tkun niżżiltha fejn kellek tniżżilha jaqbdu dawk il-miljuni u jerġgħu jġibuhom lura, imma dawk il-miljuni jkunu kibru b'10% jew bl-ammont li tkun iddepprezzajt.", "Hekk irridu?", "Nagħmlu sinjuri lil min hu sinjur u nkissru lil min hu dgħajjef f'pajjiżna?", "Hekk se nġibu l-kompetittivita' f'pajjiżna?", "(Onor. Membri: Hear, hear) Din x'serjeta' hi?", "X'serjeta' hi din li tagħmel proposta bħal din li malli titkellem fuqha tibda ddaħħal il-flieles fl-imħuħ tan-nies?", "Ma tafx il-periklu ta' dan it-tip ta' argument u kemm hu mportanti f'pajjiżna li noqtluh dan l- argument u ngħidu lin-nies li mhux se niddepprezzaw?", "Aħna għandna munita f'pajjiżna li dejjem żammet ir-rittmu tagħha, hija b'saħħitha u kostanti, ma kellhiex xokkijiet u m'hemm ebda raġuni li tiġġustifika dan kollu.", "Mr Speaker, jien għadni semmejt ċifra waħda tal-medja kif se tintlaqat imma f'idejja għandi figuri li jġibulek għajnejk wara widnejk.", "Per eżempju, familja b'wild wieħed titlef Lm17.75 fil-ġimgħa, b'żewġ ulied titlef Lm17.91 fil-ġimgħa, bi tlieta titlef Lm17.10 fil-ġimgħa u b'erba jew iktar titlef Lm18.91 fil-ġimgħa.", "Taf xi jfisser dan?", "Dan ifisser li familja b'erbat itfal titlef il-valur ta' kważi Lm1,000 f'sena.", "Għal min hu pensjonant taf xi tfisser din?", "Tfisser li f'ġimgħa l-pensjoni tiegħu tkun tnaqqritlu b'Lm99.95, il-pensjonanti f'pajjiżna jkunu tilfu Lm517 fis-sena mill-pensjoni tagħhom biex jixtru dawk l-affarijiet li sadanitant ikunu għolew u jridu jkampaw magħhom.", "Ħalli nkompli nagħti l-figuri.", "Mr Speaker, persuna waħedha titlef Lm9.27, jiġifieri Lm500 fis-sena, koppja miżżewġa titlef Lm16.40 f'ġimgħa, jiġifieri Lm852 fis-sena, filwaqt li xi ħadd li jkun miżżewwġ u għandu l-annullament jew id-divorzju u reġa' żżewweġ din se teffettwah Lm10.37 fil-ġimgħa.", "Ara x'għandu x'jaqsam l- erbat ijiem leave!", "Ma' l-erbat ijiem leave qabad magħhom, ma qabadx ma din!", "U fejn huma l-unions?", "Fejn huma l-esperti tal-unions biex jagħtuhom il-pariri?", "Fejn hu d-diskors tal-unions li għal din il-proposta l-gvern għandu mill-ewwel jagħlaq il-bieb?", "Ħalli issa nieħdu l-middle class.", "U min huma l-middle class?", "Dawk li jaqilgħu bejn Lm4,000 u Lm6,500?", "B'din il-miżura dawn kienu jitilfu Lm14.34 fil-ġimgħa.", "Jew forsi l-middle class huma dawk li jaqilgħu bejn Lm6,500 u Lm9,900?", "Dawn kieku skond Dr. Sant, jitilfu Lm18.66 fil-ġimgħa, jiġifieri Lm970 fis-sena.", "Jew forsi l-middle class huma dawk li jaqilgħu iżjed minn Lm9,900?", "F'dak il-każ dawn se jitilfu Lm23.80 fil-ġimgħa, jiġfieri Lm1,237 fis-sena.", "Din hi s-soluzzjoni ta' Dr. Sant?", "Dawn huma l- proposti konkreti li għandu Dr. Sant għall-kompetittivita' f'pajjiżna?", "Hekk irridu nġibu lil pajjiżna fuq saqajh?", "Li kont minnu kont malajr kemm jista' jkun nagħmel irtirata fuq din u ngħid ċar u tond li din m'hijiex idea tajba, li ma taħdimx u li bl-ebda mod ma twassalna fejn nixtiequ naslu.", "Fil-fatt b'kumbinazzjoni - ix-xitan m'għandux ħalib u jrid jagħmel il- ġbejniet - illum għadhom kemm bagħtuli rapport li deher fuq l-internet.", "Dan huwa rapport ta' laqgħa tal-world economic forum li saret fil-3 ta' Ġunju ta' din is-sena u li kumbinazzjoni t-titolu tagħha huwa \"Currency Depreciation is no substitute for sound policies.", "To make decisions based on just the exchange rate is short sighted and costly.\"", "Fost affairjiet oħra fir-rapport jingħad li \"forcing currencies to depreciate ....\" ninnutaw li dawn qed jużaw il-kelma tiegħu mhux qed jużaw il-kelma \"devaluate\" \"... to make exports more competitive in world markets was nothing but a short term solution which imposed an unfair tax on consumers while depreciating the currency, made exports more competitive and imports more expensive, effectively subsidising exporters through taxing citizens.", "This is not a good idea.\"", "Din m'hijiex idea tajba Dr. Sant!", "Imma ħalli nkompli għax il-ħin għaddej.", "Semma wkoll il-manifattura.", "Jien spjegajt li l-manifattura hija problema u hemm aspetti tagħha li għandna nindirizzawhom u hemm bżonn nagħmlu ħilitna biex nagħmluha iktar kompetittiva.", "Aħna għandna fiduċja fil-manifattura u jekk l-investituri tagħna u s-sidien tal-fabbriki tagħna jkomplu jitfgħu r- riżorsi tagħhom fuq ir-riċerka, l-innovazzjoni, it-tisħiħ, il- kompetittivita', il-valur miżjud u l-valur tal-prodott tagħhom, aħna fiduċjużi bħala gvern u lest li ngħinu bil-massimu possibbli biex nitilqu nimirħu fil-qasam tal-farmaċewtika u fl-oqsma kollha.", "Jien ħadt pjaċir nisma' il-bieraħ fuq l-aħbarijiet li l-MCAST u ċ-chairman tal-Malta enterprise ffirmaw ftehim biex isir taħriġ apposta għat-tip ta' ħaddiema li għandna bżonn għan-niċċa tal-farmaċewtika u hemm ukoll niċeċ oħrajn li rridu naħdmu biex immexxuhom 'il quddiem.", "Dr. Sant imbagħad għamel l-argument fuq il-leave u ġabilna t-tabella li tgħid \"Kellek ħin għall-familja llum?\"", "U r-risposta hija iva, kelli ħin għall-familja llum.", "Huwa tajjeb insemmu wkoll pero' li kien dan il-gvern li għadda l-liġi l-ġdida dwar ix-xogħol u li daħħal prinċipji ġodda ta' flexi-time, ta' protezzjoni għall-part-time, introduċa l-parental leave u l-maternity leave.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Il-familja għalina hija l- iktar ħaġa għażiża u se jiġi jgħidli hu?", "Il-familja hija l-iktar ħaġa għażiża għalina u aħna għaddejna u tajna drittijiet kbar biex ngħinu lill- familja żżewweġ ir-responsabilitajiet tagħha mad-dinja tax-xogħol u għas- sena d-dieħla qed inħabbru - xi ħaġa li kumbinazzjoni ħabbarha wkoll Gordon Brown il-bieraħ - investiment fis-servizzi taċ-child care.", "L-Ingilterra qed jagħtu importanza lil dan is-servizz għax qed jgħidu li fuq medda ta' għaxar snin fl-Ingilterra għandhom din iċ-challenge u aħna wkoll ħabbarniha fil-budget tagħna u jekk il-Bambin irridu nimxu hekk ukoll.", "Fuq it-turiżmu – li huwa pilastru importanti - qalilna li l-qagħda marret għall-agħar.", "Veru li kellna l-problemi u d-diffikultajiet li wħud minnhom kienu tort tagħna partikolarment tort tal-mod kif in-nies xi kultant ma jagħtux kas l-affarijiet li għandna, in-nuqqas ta' ndafa f'pajjiżna, ix- xufier tat-taxi u tal-karozza tal-linja kif imorru mat-turist – m'iniex qed nirriferi għal kulħadd, imma huma l-eċezzjonijiet li jispiċċaw jinħassu iktar minn orħajn - pero' kellna wkoll problemi oħrajn li kienu barra mill- kontroll tagħna u li kienu qed jiġru minħabba dak li qed jiġri madwarna.", "Irrid ngħid ukoll li għalkemm għandna l-problemi lanqas għandna npinġu li qisna telgħin telgħa u kollox ġej kontrina; bdejna naraw ftit sinjali li qed nirkupraw.", "U l-aħħar ċifra ta' Ottubru – Dr. Sant kien jafha imma kkwota biss sa Settembru – turi li meta mqabbel ma' Ottubru tas-sena li għaddiet kien hemm żieda ta' 16.7% fuq l-ammont ta' turisti li ġew.", "Forsi hawnhekk ikun hawn min jgħidli: Imma allura se tibni kollox fuq dan?", "Dażgur li le, imma huwa sinjal tajjeb u jekk tara r-riżultati li akkwistajna din is-sena f'dak li għandu x'jaqsam mat-turiżmu għal konferenzi – settur li tajnih importanza f'dan il-budget għax se ninċentivawh billi lill-operaturi li jorganizzaw dawn il-konferenzi nagħtuhom refund ta' parti mill-VAT li jħallsu – issib li din is-sena kellna madwar 200 konferenza organizzata hawn Malta li bejniethom ġabu 55,000 delegat u li d-dħul minnhom kien jammonta għal Lm19 miljun.", "Dan ifisser żieda ta' bejn 5% u 7% fid-dħul fuq is-sena 2003.", "Dan huwa sinjal tajjeb li jinkorraġina u aħna li nagħtu kas li nanalizzaw u nieħdu l-pariri mbagħad nieħdu d-deċiżjonijiet tajna kas u għedna li dan settur jista' jikber u għandna bżonn inkomplu ninċentivawh.", "Mhux ta' b'xejn li Winstin Zahra qal li dan budget eċċezzjonali għat-turiżmu għax din hija biss biċċa għax il-bqija hemm diversi inizjattivi oħrajn li qegħdin nieħdu.", "Għal dak li għandu x'jaqsam ma' servizzi finanzjarji qal li sejrin lura.", "X'sejrin lura?", "L-indikazzjonijiet li għandna fis-servizzi finanzjarji huma kollha pożittivi; 29% żieda fuq l-equity fl-istock exchange f'dawn l-aħħar 12-il xahar, 1,762 kumpannija ġdida rreġistrata skond l-informazzjoni mill- financial services authority u l-collective investment schemes f'pajjiżna sat-30 ta' Settembru bejniethom kellhom Lm433 miljun bħala net asset value.", "Imbagħad kompla jsemmi diversi ċifri li m'għandix għalfejn noqgħod nidħol fihom, pero' kelma malajr fuq il-qasam tal-biedja u s-sajd.", "Diġa' semmejt il-qasam tal-biedja u s-sajd imma rrid ngħid li l-vlaur tal- bejgħ ta' frott u ħaxix matul is-sena 2002 għal 2003 kien ta' Lm7.83 miljuni, jiġifieri għas-snin 2002 u 2003 kien hemm żieda marġinali ta' 0.2% u allura dak li qal hu m'huwiex korrett.", "Għalih, meta jagħmel il-kalkoli, is-sussidji li nħallsu lill-bdiewa ma jgħoddhomx.", "Fil-fatt id-dħul tal- bdiewa matul l-2003 kien ta' iktar minn Lm8 miljuni u d-dħul tal-bdiewa meta tieħu l-perijodu minn Lulju sa Settembru ta' din is-sena u tqabblu ma' Lulju sa Settembru tas-sena li għaddiet issir li d-dħul tal-bdiewa mgħodud fih is-sussidju, żdied bi 17%.", "Issa dan mingħajr ma nsemmu li sa l-2013 Malta se tkun qed tirċievi Lm77 miljun biex il-bdiewa nkunu nistgħu mmexxuhom 'il quddiem, u Lm15 miljun oħra minn issa sa l-2006 għal dak li nsejħu l-pjan għall-iżvilupp rurali fejn hemm diversi proġetti fosthom il- proġett li jrid isir għall-moderniżżazzjoni tal-makkinarju li għandna għall- grading station fil-pitkalija li jgħin biex il-prodott Malti jkun jista' jilħaq il-livelli u jkun jista' ikun kompetittiv.", "Ħalli issa ngħid kelma fuq Għawdex.", "Diġa' semmejt lil Għawdex pero' rridu noqogħdu ftit attenti.", "Din li waqt li nkunu qegħdin ninnegozzjaw ma' xi ħadd taqbdu u tfajru biex wara kollox tagħmlu pjaċir lil min qed jinnegozja ma tistax tibqa' ssir.", "Lili xi ħadd irid jispjegali kif ikolli ittra mingħand waħda minn dawn il-kumpanniji li tgħidli li lesti li jiġu għax huwa proġett huwa tajjeb, jaqbdu jitkellmu fuq is-sussidji u tlett ijiem wara li tikteb din il-kumpannija lura u tgħid li minn dak li għedna m'hemm xejn għax ma jistax ikun li taħdem is-sistema tal-helicopter u hemm bżonn is-sussidji.", "Ara x'affarijiet dawn!", "Jien għandi ittra bil-miktub mingħand dawn in-nies li tgħidli li dan huwa proġett tajjeb u li jistgħu jagħmlu l-flus minnu, titkellmu intom fuq is- sussidji u tlett ijiem wara jċemplu u jgħiduli li bis-sussidji jridu jaħdmu.", "Dawn x'affarijiet huma?", "U dawn id-dokumenti jekk tisfidawni lest nippubblikahom ħalli tkunu tafu x'intom tagħmlu!", "Titkelmu fuq Għawdex u minflok qed tgħinu lil Għawdex qegħdin tneħħulu t-tapit minn taħt saqajh!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Hekk qegħdin tagħmlu!", "Rigward is-saħħa l-Kap ta' l-Oppożizzjoni semma l-garżi u s-sutures.", "Jien insemmilu l-fatt li ġimgħa ilu l-UNESCO poġġiet lil Malta fl-ewwel post mid- dinja kollha bħala l-pajjiż li għandu l-inqas mortality rate fost it-tfal taħt il-ħames snin u dan meta f'pajjiżna – u dan ngħidu bi kburija kbira – lanqas għandna l-abbort għax pajjiżi oħra li ġew fit-tieni, fit-tielet, fir- raba' u fil-ħames post meta jkollhom tarbija li jgħidu li għandha xi difett jagħmlu abvbort.", "Imma aħna le u dan il-fatt kburin bih iż-żewġ naħat.", "U allura l-kapaċita' ta' pajjiżna li nilħqu l-livelli ta' saħħa jiġġudikawh mhux il-garża li qed isemmi Dr. Sant.", "Kelma żgħira fuq il-patt soċjali mbagħad nibda nersaq bil-mod il-mod għall- għeluq.", "Għal darba oħra jien nerġa' nesprimi l-apprezzament tiegħi ta' l- imsieħba soċjali kollha, il-unions u dawk li jirrapreżentaw lil min iħaddem, għall-isforzi li għamlu f'erba' xhur u nofs ta' laqgħat.", "Dan mhux biss napprezzah imma nifhem li kull wieħed għandu s-settur li jirrappreżenta u nifhem ukoll li dak li stennejna ma kienx faċli u ried sforzi qawwija minn kulħadd, pero' nispera li jifhmu lili u lill-gvern.", "Il- gvern għandu responsabbilta' lejn il-poplu; ma nistgħux nibqgħu niddiskutu u nduru, induru u nduru biex forsi jista' jkun xi darba naslu.", "Kull ġurnata tiswa u jekk jien nista' bħala gvern intejjeb il-produttivita' u l- kompetittivita' ta' pajjiżna billi nnaqqas erbat jiem vaganzi - kif qed jgħidulna l-esperti – u anke nipproteġi u nżid il-postijiet tax-xogħol, allura jien tajt iċ-ċans għad-diskussjoni, pero' issa nerfa' r- responsabbilta' tad-deċiżjoni.", "U jien u l-gvern ninsabu konvinti li meta nħarsu f'għajnejn il-poplu tagħna, il-poplu tagħna jifhimna.", "Veru li neħħejnilu erbat ijiem holidays, imma jekk infehmuh – u dan qed jgħiduh l- esperti mhux jien jew Dr. Sant - li dan hu kontribut ieħor li flimkien qegħdin nagħmlu biex inġeddu lil pajjiżna ħalli nsiru kompetittivi, jien konvint li l-poplu tagħna dan il-piż jerfgħu magħna.", "U allura nibqa' ngħid li kienet deċiżjoni li kien hemm bżonn li tittieħed.", "Mr Speaker, imbagħad Dr. Sant fl-aħħar parti tad-diskors tiegħu għamel l- allegazzjonijiet tas-soltu.", "Diġa' kien hemm it-tweġibiet bi stqarrijiet pubbliċi minn Jesmond Mugliett għall-punt li għamel dwar il-kwestjoni tal- Where's Everybody? u minn Louis Galea - ħalli nara nġibhiex żewġ din - għall-iben it-tifla tat-tieni mara tan-nannu ta' missier il-mara ta' Louis Galea ...", "(Onor. Membri: Hear, hear) Pero' meta poġġejt lil ħuk chairman tal-Kordin grain terminal addio t-tifel tal-mara ta' ....", "(Onor. Membri: Hear, hear).", "Imma what's good for the goose is good for the gander u jrid ikollok miżuri li tapplikahom int meta tiġi biex tapplikahom għal ħaddieħor.", "Sakemm l-għażla tkun tajba għandek tagħmilha dik l-għażla u m'għandniex aħna nikkundannaw lin-nies u nitfgħu t-tajn u nċappsu lil dak li jkun.", "Ir-riżultat ta' dan taf x'inhu Dr. Sant?", "Li nies tajbin rikonoxxuti minn kulħadd bħala l-aqwa esperti, meta tħabbtilhom il-bieb jgħidulek \"Ħallini bi kwieti\".", "Hekk ġrali jien ukoll, Mr Speaker.", "(Interruzzjonijiet) Avviċinajt lil xi ħadd għaliex hu espert u kulħadd jirrikonoxxih bħala espert u minħabba din it-tip ta' strateġija politika li hija maħmuġa u li ma twassal imkien ħlief għal ħsara lil pajjiż ...", "Aħna pajjiż ċkejken u ma nistgħux naffordjaw li nies tajbin jitwarrbu billi sempliċement inċappsu lil kulħadd bl-addoċċ.", "B'hekk inkunu qed nitilfuhom u jkun qed jitlef il-pajjiż.", "Imma issa ħalli ninsa lil Dr. Sant u nwarrab l-argumenti tiegħu - dik kienet iċ-ċirasa ta' fuq il-kejk ta' Dr. Sant.", "Jien nerġa' ngħid li se nibqa' nisma' u niżen u fejn hu tajjeb ngħid li huwa tajjeb, naħtfu u nagħmlu, pero' fejn hu ħażin ngħid ċar u tond li huwa ħażin u r-raġunijiet għalfejn hu ħażin mingħajr ma noqgħod lura mid-diskors għaliex aħjar nitkellmu ċar ta' rġiel bejnietna.", "Jien ma' Dr. Sant dejjem hekk tkellimt u hekk beħsiebni nkompli nitkellem, ċar daqs il-kristall, sija meta nkunu qegħdin hawnhekk u anke meta forsi niltaqgħu u nieħdu kikkra kafe jew xi ħaġa oħra.", "Imma issa fl-aħħar parti ta' dan id-diskors ejjew flimkien inħarsu 'l quddiem u nsemmu ftit affarijiet li Dr. Sant ma semmiex fid-diskors tiegħu bħal per eżempju, li dan huwa budget li qed jagħmel attakk qawwi fuq l- abbużi f'pajjjiżna.", "Qed nippruvaw naqtgħu dawn l-abbużi u nippruvaw naraw li kulħadd jifhem ir-responsabbilta' li jħallas it-taxxi u l-VAT għaliex meta jisraq lill-gvern ikun qed jisraq lil ħaddieħor li jkun qed jagħti l- kontribut tiegħu.", "Ma semma xejn Dr. Sant lanqas dwar il-miżura li se nintroduċu għal dawk li wirtu l-proprjeta' u li kieku ħallejna l-affariijet kif inhuma kien ikollhom iħallsu 35% fuq id-differenza tal-prezz bejn dak li ddikjaraw fid- denunzja u dak li se jkunu qed ibigħu u issa se nkunu qed nagħtu ċans lil kulħadd - sija lil min se jbigħ u anke lil min mhux se jbigħ - li jerġa' jmur lura u jara daqsxejn xi ddikkjara fid-denunzja, jirrevedi dik id- dikjarazzjoni li għamel, iħallas boll ta' 5% imbagħad 'il quddiem meta jiġi biex ibigħ, iħallas il-35% fuq il-profitt li jkun qed jagħmel.", "Imma b'hekk ma nkunux poġġejnih fi żvantaġġ għaliex dak iż-żmien li kien iddikjara fid- denunzja ma kienx jaf b'din il-miżura.", "Imma minn dan ma semma xejn Dr. Sant.", "U fejn hi l-middle class allura?", "Għaliex it-tajjeb Dr. Sant ma jsemmihx.", "Ma semma xejn lanqas fuq il-81 miżura li se tkun qed titħaddem bil-pjan nazzjonali għall-impjiegi, fosthom l-inċentivi għan-nisa biex jidħlu fid- dinja tax-xogħol.", "Kif ħabbart, waħda mill-inċentivi hija li mara li tirritorna għax-xogħol se nagħtuha sena mingħajr ma tħallas income tax u inċentiva oħra hija li koppja li t-tnejn jaħdmu part-time se jkollhom iċ- ċans li t-tnejn li huma jħallsu 15% taxxa.", "Imma minn dan, Dr. Sant ma semma xejn.", "Kif jista' ikun budget toħroġlu l-iebes u t-tajjeb ma toħorġulux?", "L-istampa trid tara sħiħa!", "Biex il-poplu tagħna jgħaddi ġudizzju trid tagħtih l-istampa kollha; trid tagħtih il-morr imma trid ukoll tagħtih il-ħelu.", "U l-poplu mbagħad ikun jista' jiżen u jgħid: iva, se jkolli nħallas ftit iżjed f'pitrolju, pero' jekk il-mara tiegħi terġa' toħroġ taħdem se tagħmel sena mingħajr ma tħallas income tax u f'radda ta' salib inkun erġajt ġibthom lura il-flus li nkun ħallast għall-pitrolju!", "(Onor. Membri: Hear, hear) U anke fuq il-pitrolju rrid ngħid li min huwa l-inqas li jiflaħ, sa Marzu li għadda se nkunu wiżinnih u se nkunu tajnih Lm12 għax nifhmu li hemm min fis-soċjeta' tagħna li ma jiflaħx għal ċerti piżijiet.", "Mr Speaker, hemm bejn wieħed u ieħor 22 miżura li jinkludu miżuri biex niġbdu lejn pajjiżna xogħol ġdid f'pajjiżna.", "Per eżempju, insemmi l- warehousing li toffri potenzjal ta' xogħol għal ċerta kategorija ta' nies.", "Dan għaliex aħna nifhmu li nistgħu nitkellmu - u nagħmlu sew li nitkellmu - fuq edukazzjoni u taħriġ u li għandna bżonn nies li joħorġu mill- universita' gradwati, pero' dan il-gvern huwa attent li ma jagħmilx l- iżball li għax mingħalina nġibu l-fabbriki tal-farmaċewtika – li huwa tajjeb ħafna - se nkunu qed insolvu l-problema ta' kulħadd.", "Hemm min fost il-ħaddiema tagħna li l-livell ta' edukazzjoni tiegħu ma tlaħħaq bl-ebda mod għal dawn il-livelli li d-dinja u l-opportunitajiet tal-lum qegħdin jirrikjedu.", "U allura konsistentement irridu nħaddmu rasna biex niġbdu lejn pajjiżna tip ta' xogħol, investiment u nizjattivi li jassorbu fihom dak li ngħidulu low skilled labour.", "Xorta nħarrġuhom, xorta ninvestu, pero' irridu nipprovdu postijiet tax-xogħol għal-low skilled labour.", "U dan mhux faċli għax għal dak it-tip ta' xogħol illum hawn ħafna pajjiżi oħrajn li qed jikkompetu, pero' nistgħu ndawwru għall-vantaġġ tagħna ċerti affarijiet, bħal-lokazzjoni ta' pajjiżna li qegħdin fiċ-ċentru tal- Mediterran u allura ħriġna b'idea ta' inizjattivi biex niġbdu lejn pajjiżna servizzi ta' warehousing.", "Dr. Sant ma semma xejn lanqas dwar l-industrija għall-films.", "Din ukoll hija esperjenza li matul is-snin uriet li għal ħafna raġunijiet Malta għandha potenzjal.", "Jiena ma nifhimx biżżejjed fis-suġġett, pero' jgħidu li Malta għandha klima tajba, għandha kuluri sbieħ u għandha l-ideal għall- industrija tal-films.", "U għalhekk aħna se nippruvaw ninċentivaw kemm jista' ikun din l-industrija għaliex tħaddem ħafna nies u ddawwar fl-ekonomija tagħna kwantita' kbira ta' flus.", "Mr Speaker, huwa nteressanti kif fid-diskors ta' Dr. Sant l-ambjent kien assenti, it did not feature anywhere.", "Jien u l-gvern insemmu l-ambjent bħala pilastru mit-trepied li fuqu rridu nibnu l-ġejjieni tagħna u l- ambjent għall-kap ta' l-oppożizzjoni assenti, lanqas biss jeżisti!", "Aħna ngħidu li l-ambjent huwa essenzjali.", "Huwa inutli li noqgħodu nitkellmu fuq żvilupp fit-turiżmu u li nġibu t-turisti hawn jekk it-turist meta jiġi hawn jara l-ħmieġ u jekk m'aħniex kapaċi niddeċiedu x'se nagħmlu bl-iskart f'pajjiżna.", "Il-problema ta' l-iskart mhux li tiġbru, dik hija l-parti faċli, allavolja anke hemmhekk għandna d-difetti.", "Nerġa' ngħid li l- problema ta' l-iskart f'pajjiżna m'huwiex li niġbruh imma x'se nagħmlu bih ladarba jinġabar.", "Fejn se titfgħu?", "Wara bieb min?", "Titfgħu wara bieb xi ħadd?", "Jew tittrattah u tipprova tara kif in-nies idderrihom biex minflok jixtru oġġett jixtru ieħor?", "Per eżempju, oġġett li huwa diffiċli biex tittrattah huwa baskett tal-plastik.", "Għaliex m'għandniex aħna lin-nies tagħna ngħidulhom biex ma jixtrux baskett tal-plastik imma jixtru minflok baskett tal-karta?", "U aħna qed nagħmlu l-eko-kontribuzzjoni ħalli min iwebbes rasu u jixtri baskett tal-plastik ikollu jħallas talli jkun tana battikata biex dak il-baskett tal-plastik ma narawhx fis-centre strip tal- Furjana aħna u għaddejjin imkaħħal ma' xi pjanta imma nittrattawh u naraw x'se nagħmlu bih.", "Mhux sew dan?", "(Onor. Membri: Hear, hear) Mhux hekk għandna nagħmlu?", "Allura għaliex ħriġtu kontra din l-idea?", "Imma mhux sew dan?", "L-Irlanda, wara li ntroduċew l-eco-contribution fuq il-basktijiet tal- plastik il-bejgħ tal-basktijiet tal-plastik niżel b'90% f'sena u minflok jintużaw basktijiet oħrajn li huwa faċli iżjed biex jiġu trattati għall- iskart.", "Hawn huma l-isfidi l-kbar li għandna quddiemna u għax nemmnu f'dan, kif jgħidu bl-Ingliż, we are putting our money where our mouth is u lill-qasam ta' l-ambjent, wara ħafna ġbid - kien hemm min jiflaħ jiġbed in- naħa l-oħra – tajnih flus extra tant li għas-sena d-dieħla kważi għandu d- doppju ta' dak li kellu s-sena li għaddiet, u xorta lanqas hu biżżejjed għaliex għad irridu naraw kif nistgħu ntejbu f'dan il-qasam.", "Lanqas ma semma xejn Dr. Sant fuq l-importanza li qed nagħtu lill-Malta heritage, l-investiment ta' eluf kbar ta' liri biex nirranġaw il-Ġgantija.", "U jien tkellimt daqsxejn biex nara pajjiżna jistax itejjeb id-dħul tal-belt kapitali tiegħu u ħarġu l-kanuni kollha!", "Iva, lanqas aħna kapaċi naħdmu ftit bejnietna flimkien b'mod tajjeb u b'mod intelliġenti - ma jimpurtax, jekk idea hija ħażina nbiddluha ma jkun ġara xejn - biex dan il-ġmiel ta' pajjiż li aħna għandna, nibżgħu għalih?!", "Mr Speaker, jien veru jinkwetani l- fatt li xi kultant it-turist japprezza iżjed il-ġmiel ta' dan il-pajjiż minna.", "Irridu nagħmlu sforz flimkien - għalhekk \"flimkien inġġeddu lil pajjiżna\" - biex dan il-pajjiż il-ġmiel tiegħu nagħmluh isbaħ milli hu għax għandu affarijiet li ma ssibhom imkien iżjed fid-dinja.", "U meta nsiefru - għall-grazzja ta' Alla llum qed isiefru kwantitajiet kbar ta' nies - jiġu lura Malta u jgħidu \"kemm hu sabiħ pajjiżna, m'hawnx isbaħ minnu\", u jkunu siefru u marru f'pajjiżi oħrajn li għandhom ħafna iżjed riżorsi milli għandna aħna.", "Imma dan kollu għal Dr. Sant mhux importanti għax ma semma xejn.", "Imma għal din in-naħa dan huwa importanti ħafna għax l-istampa trid taraha sħiħa, imbagħad tkun tista' tgħid jekk hija pittura sabiħa jew le.", "U aħna fejn irridu neħduh lil dan il-pajjiż?", "Fejn nixtiequ narawh sejjer dan il- pajjiż?", "Jien se nikkwota biċċa żgħira mill-introduzzjoni li qrajt meta ppreżentajt il-budget lil dan il-parlament.", "Jien għedt li l-gvern immexxi minni jara lil pajjiżna mġedded f'medda ta' ħames snin.", "Qed nagħmlu programm ta' ħames snin u dak li hu tajjeb illum iridu nagħmluh aħjar sa l- 2010 filwaqt li dak li għandu bżonn jinbidel irridu nbiddluh ukoll sa l- 2010.", "Imbagħad għedt li r-riżultat se jkun pajjiż li jkollu ekonomija b'saħħitha li tiġġenera aktar impjiegi u mpiegi aħjar, more and better jobs, qagħda finanazjarja li tippermetti aktar żvilupp f'pajjiżna, biex minflok il-piż nitfgħuh fuq id-deficit, l-investiment nitfgħuh fuq l- affarijiet li jrendu għal pajjiżna, qafas soċjali li jkun sostenibbli li jiggarantixxi l-ġejjieni b'sistema l-ewwelnett tas-saħħa li tibqa' tkun ta' l-ogħla livell u sistema ta' l-edukazzjoni li tkun ta' kwalita' u li tagħti l-aħjar lil uliedna u wkoll b'sistema ta' pensjonijiet li nkunu mhux biss iggarantixxejna s-sostennibilita' imma tkun sistema li tagħti pensjonijiet adegwati għal min joħroġ bil-pensjoni, 15, 20 sena oħra.", "Illum diġa' hemm min qiegħed jintlaqat bl-ikrah għaliex min illum għandu paga bejn Lm7,000 u Lm8,500, malli joħroġ bil-pensjoni jieħu biss madwar Lm4,000.", "Diġa' qed tinħass illum din aħseb u ara 'l quddiem x'inhu ġej.", "Imbagħad jiġi Dr. Sant jgħidilna biex ma nagħmlu xejn u ma mmissu xejn u nħallu kollox kif inhu għax m'għandniex problema.", "M'għandniex problema?!", "Għandhom problema l-ġenerazzjonijiet li ġejjin, u min jidħol fil-politika jrid jerfa' s-salib bit-tajjeb u l-ħażin kollu tiegħu li jaħseb għall- ġenerazzjonijiet li ġejjin u mhux sa l-elezzjoni li ġejja.", "Aħna ta' din in- naħa m'aħniex inħarsu biss sa l-elezzjoni li ġejja imma qed inħarsu 'il hinn mill-elezzjoni li ġejja u qed inħarsu għall-poplu tagħna.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Is-sodisfazzjon tagħna huwa li meta jasal iż-żmien li nispiċċaw - u jasal iż-żmien li l-poplu Malti jagħmel għażla differenti u jagħżel lil xi ħaddieħor - inħarsu lura u ngħidu li għamilna biċċa xogħol tajba għal dan il-pajjiż.", "Fil-bidu ta' dan id-diskors jien semmejt ma nafx kemm-il ħaġa li għamilna matul il-15-il sena li għamilna fil-gvern u jien stess jien u nniżżilhom bdejt nitbissem u ngħid \"imma kif biddilnih dan il-pajjiż!\"", "Malta fl-2004 hija differenti minn Malta ta' l-1987.", "U x'hemm isbaħ fil-politika li tkun tista', meta jasal iż-żmien li tispiċċa, tgħid iva, ħallejt pajjiż isbaħ u aħjar milli sibtu?", "Dak huwa s-sodisfazzjon!", "Is-sodisfazzjon mhux li tirbaħ l-elezzjoni, is-sodisfazzjon huwa li tara li l-pajjiż ħallejtu isbaħ milli hu u aħjar milli sibtu meta l-poplu jkun tak il-fiduċja tiegħu!", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "Allura, Sur President, il-gvern irid li l-poplu tagħna jħossu kburi f'pajjiżu.", "Aħna rridu li fi żmien ħames snin inkunu għamilna qabża ta' kwalita' fil-ħajja tagħna, sa żmien sentejn oħra nkunu ġibna l-qagħda finanzjarja tal-finanzi ta' pajjiżna fuq sisien sodi u nkunu nistgħu anke nieħdu d-deċiżjonijiet tagħna, jekk ikun hemm bżonn u skond iċ-ċirkostanzi, jekk ningħaqdux fiz-zona ta' l-Euro.", "U nieħdu d-deċiżjoni dwar x'proċess għandu jwassalna f'dak il-mument jekk il-Bambin irid fil-ġimgħat li ġejjin.", "Fi żmien sentejn oħra rridu wkoll inkunu wettaqna r-riformi fil- pensjonijiet, fis-saħħa u r-riformi fl-edukazzjoni.", "F'dawn il-ħames snin li ġejjin irridu naraw li r-rata tal-parteċipazzjoni ta' l-irġiel u tan- nisa - speċjalment tan-nisa - f'pajjiżna tkun kibret, imma rridu li dan isir f'qafas fejn jinstab il-bilanċ bejn ir-responsabilita' lejn il-familja u lejn ix-xogħol.", "Se nkunu qed inħarsu bir-reqqa lejn kif jinstab dan il- bilanċ.", "F'dawn il-ħames snin li ġejjin irridu nkomplu nittrasformaw l- ekonomija tagħna billi nġedduha u nimmodernizzawha.", "Se mmorru għas-setturi fejn hemm il-valur miżjud, se nsaħħu t-turiżmu, il-wirt storiku u kulturali tagħna u se ningranaw l-iżvilupp ekonomiku ma' l-iżvilupp fl-ambjent li nikkunsidrawh element importanti għall-kwalita' tal-ħajja tal-familji tagħna u ta' min iżur lil dawn il-gżejjer.", "F'din l-ewwel sena ta' dan il-pjan se nkunu nvestejna flus il-poplu proprju f'dawn il-prioritajiet.", "Aħna konvinti li l-flus tat-taxxi tan-nies li xħetna fl-inizjattivi kollha li semmejna se jsarrfu f'ġid għall-pajjiżna u għall-familji tagħna.", "Għaliex kif għedt qabel, x'hemm isbaħ milli tara lil pajjiżek miexi 'l quddiem fejn kulħadd isib il-wens u l-opportunita' li jikber?", "X'hemm isbaħ milli nkunu tajna lill-familji tagħna ġejjieni fejn l- aspirazzjonijiet, ix-xewqat, l-ambizzjonijiet tagħna lkoll inkunu nistgħu nilħquhom u nkunu nistgħu naslu fejn nixtiequ naslu u li naraw lil pajjiżna jasal fejn irid jasal?", "Ħalli niftehmu, din m'hijiex xi ħaġa faċli u jien l-ewwel wieħed li f'isem il-ministri, is-segretarji parlamentari u d-deputati ta' din in-naħa – u nirringrazzjahom għall-appoġġ u għall-inkoraġġiment kontinwu li jagħtuni - ngħid li din m'hijiex triq faċli, pero' il-baħri ta' veru huwa l-baħri fil- maltemp!", "Il-kapaċita' tagħna - u wżajt din l-espressjoni f'post ieħor – m'hijiex li naqtgħu qalbna meta r-riħ jonfoħ kontrina, imma li nagħmlu bħall-qlugħ u nużaw' ir-riħ li ġej minn kontra biex nimxu aktar mgħaġġel.", "Dik għandha tkun il-kapaċita' ta' pajjżna.", "U m'iniex qed niskopri l- Amerika, m'hijiex xi ħaġa ġdida.", "Pajjiżna rnexxielu jirbaħ tul is-sekli kollha allavolja kellu kollox kontrih, inkluż li kien kolonja u ma kellu xejn.", "U araw x'għandna llum.", "Dan għaliex kollha kemm aħna ħaddimna rasna u wżajna l-kapaċita' li tana l-Bambin biex inkunu nistgħu nsarrfu dik il- kapaċita' f'titjib għalina u għal pajjiżna.", "Allura m'hemm xejn li għandu jaqtalgħna qalbna, irridu biss dejjem infittxu ma' xulxin dak li jinteressa lil pajjiżna u mhux lilna personali.", "L-ewwel il-bżonn tal-pajjiż.", "U allura aħna rridu pajjiż modern, kapaċi jikkompeti u kapaċi joffri livell ta' għajxien għoli għal kull wieħed miċ-ċittadini tagħna.", "Aħna rridu li jkollna soċjeta' fejn kulħadd ikollu l-post tiegħu, kulħadd ikun jista' jikkontribwixxi.", "Aħna rridu li nkunu kburin li aħna Maltin, kapaċi nfendu għal rasna.", "Dak huwa li rridu u dak huwa li se nkunu qegħdin nagħmlu fix- xhur u fis-snin li ġejjin.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra d-dokumenti li rriferejt għalihom fid-diskors tiegħi:", "Tabella li tagħti tagħrif dwar il-kontroll fin-nefqa tal-Gvern bejn l- 2004 u l-2005;", "Tabella intitolata \"Id-Dinja Madwarna – Impjiegi\" li tagħti tagħrif dwar ir-rata ta' qgħad f'diversi pajjiżi bejn l-2003 u l-2005;", "Tagħrif dwar il-qagħda finanzjarja ta' Malta bejn l-2003 u l-2005;", "Statistika dwar konsum u rati ta' l-ilma u l-elettriku;", "Kopja ta' stqarrija għall-istampa maħruġa mill-Malta Hotels & Restaurants Association (MHRA) bit-titlu \"Budget Excellent for the Tourism Industry\";", "Statistika dwar l-impatt ta' diversi miżuri fuq il-familji;", "Tagħrif dwar aġġustamenti fil-prezzijiet tal-fuel; u", "Stqarrija għall-istampa maħruġa mill-Malta Chamber of Commerce and Enterprise, il-Malta Federation of Industry, il-Malta Employers Association, il-Malta Hotels and Restaurants Association u l-GRTU intitolata \"Budget 2005 – Preliminary Reactions\" maħruġa fl-24 ta' Novembru 2004.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Nirringrazzja lill-Prim Ministru tad-diskors tiegħu, nirringrazzja wkoll lill-crew tal-PBS u nitlobhom biex jirtiraw mill-Kamra.", "Il-crew tal-PBS irtira mill-Kamra.", "MR SPEAKER: Issa se npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi l-mozzjoni numru 81 imressqa mill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi fis-seduta ta' l-24 ta' Novembru, 2004 biex il-Kamra tmur f'Kumitat ta' Provvista għall- konsiderazzjoni ta' l-Estimi Ġenerali ta' Spiża għas-sena 2005.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MR SPEAKER: Skond il-mozzjoni ta' proċedura nurmu 195 tas-16 ta' Novembru, 2004 id-division tittieħed minn hawn u ħames minuti oħra.", "Billi ntalbet votazzjoni l-Kamra ġiet sospiża fit-8:31p.m. u rriżumiet ħames minuti wara.", "MR SPEAKER: Se nerġa' npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi l-mozzjoni numru 81 imressqa mill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi fis-seduta ta' l-24 ta' Novembru, 2004 biex il-Kamra tmur f'Kumitat ta' Provvista għall- konsiderazzjoni ta' l-Estimi Ġenerali ta' Spiża għas-sena 2005.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mario Galea.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Mr Speaker, għan-naħa tal-gvern se jiġu paired l- Onor. John Dalli, l-Onor.", "Tony Abela u l-Onor.", "Louis Deguara.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Għan-naħa ta' l-oppożizzjoni se jiġu paired l-Onor.", "Evarist Bartolo, l-Onor.", "Karmenu Vella u l-Onor.", "Silvio Parnis.", "VOTAZZJONI NRU.", "65 FAVUR: 31", "L-Onor.", "|Agius David |Galea Franco | |Agius Francis |Galea Louis | |Arrigo Robert |Galea Mario | |Asciak Michael |Gatt Austin | |Azzopardi |Gonzi Lawrence | |Frederick | | |Azzopardi Jason |Gonzi Michael | |Borg Tonio |Mifsud Bonnici | | |Antoine | |Cassar Joseph |Mifsud Bonnici | | |Carmelo | |Cristina Dolores |Mugliett Jesmond| |D'Amato Helen |Puli Clyde | |de Marco Mario |Pullicino George| |Debono Giovanna |Pullicino | | |Orlando Jeffrey | |Falzon Joseph |Vassallo Edwin | |Fenech Antonio |Zammit Ninu | |Frendo Michael |Zammit Dimech | | |Francis | |Galea Censu | |", "KONTRA: 27", "L-Onor. | | | |Abela Carmelo |Farrugia Angelo | |Abela Joseph |Farrugia Michael| |Agius Chris |Farrugia Noel | |Brincat Joseph |Galdes Roderick | |Brincat Leo |Gulia Gavin | |Buhagiar Charles |Herrera Jose' | |Buontempo Stefan |Mangion Charles | |Cardona Chris |Mizzi Joe | |Caruana Justyne |Refalo Anton | |Chircop Karl |Sammut Joseph | |Coleiro Marie |Sant Alfred | |Louise | | |Cuschieri Joseph |Vassallo Adrian | |Dalli Helena |Vella George | |Debono Grech Joe | |", "Il-mozzjoni għaddiet.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Nitlob lill-Viċi Prim Ministru sabiex jekk jogħġbu jressaq l-Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, nipproponi l-aġġornament tal-Kamra għal għada s-Sibt, 4 ta' Diċembru, 2004 fid-9:00a.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "1.", "Kumitat ta' Provvista - Estimi Ġenerali 2005", "L-Ewwel Jum Stabbilit", "Voti tal-Ministeru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impieg", "Infakkar lill-Kamra li skond il-mozzjoni ta' proċedura numru 159 tas-16 ta' Novembru, 2004 il-ħin tad-diskussjoni fuq dan il-ministeru m'għandux jieħu aktar minn erba' sighat bil-ħin tal-mistoqsijiet ma jitteħidx iżda l- mistoqsijiet jidhru xorta fuq l-aġenda u kollha jingħataw tweġiba bil- miktub u l-ħin ta' l-interruzzjoni tax-xogħol jiżdied b'nofs siegħa.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada s-Sibt, 4 ta' Diċembru, 2004 fid-9:00a.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fit-8.38 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "TEKNOLOĠIJA TA' L-INFORMATIKA - TAXXI", "9353.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 8890 u 9254 u cioe jgħid liema kienu t-taxxi, tariffi jew miżati li ddaħħlu jew ġew riveduti - kemm jekk għolew kif ukoll jekk raħsu - minnu, mid-dipartimenti jew mill-awtoritajiet, istituzzjonijiet u aġenziji li jaqgħu taħtu minn April 2003 sal-lum?", "Jista' jindika wkoll kemm kienu qabel ma għolew u kemm saru wara li għolew?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-mejda tal- Kamra iktar kmieni fis-seduta.", "SAĦĦA - TAXXI", "9354.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l- Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 8889 u 9255 u cioe' jgħid liema kienu t-taxxi, tariffi jew miżati li ddaħħlu jew ġew riveduti - kemm jekk għolew kif ukoll jekk raħsu - minnu, mid-dipartimenti jew mill-awtoritajiet, istituzzjonijiet u aġenziji li jaqgħu taħtu minn April 2003 sal-lum?", "Jista' jindika wkoll kemm kienu qabel ma għolew u kemm saru wara li għolew?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-mejda tal- Kamra iktar kmieni fis-seduta.", "DOUBLE DECKERS BIT-TURISTI", "9404.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Jista' il-Ministru ġentilment jikkonferma li fil-ġranet li għaddew ġew Malta b'xi turisti żewġ double deckers minn pajjiż fl-Unjoni Ewropea u għamlu madwar ħamest ijiem xogħol f'Malta?", "Jekk hu hekk, minn liema pajjiż ġew u kemm kellhom passiġġieri?", "Kif jispjega li filwaqt li double deckers li ġew minn pajjiż ieħor jistgħu jaħdmu Malta, u sitt double deckers ta' żewġ sidien tal-coaches Maltin li ilhom Malta għal madwar għaxar snin għadhom s'issa ma nħarġilhomx il- permess meħtieġ biex ikunu jistgħu joperaw f'pajjiżna meta hawn suq turistiku għalihom?", "Hemm impenn min-naħa tal-gvern biex din is-sitwazzjoni tiġi rimedjata?", "Jista' ġentilment iwieġeb dawn il-mistoqsijiet waħda waħda?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Jien informat li operaturi Ewropej ta' servizzi għall-ġarr stradali ta' passiġġieri li jridu joperaw servizzi okkażjonali u servizzi regolari speċjali lejn u minn Malta m'għandhom bżonn l-ebda permess speċjali, sakemm il-vetturi wżati huma koperti b'liċenzja internazzjonali ta' operatur u b'liċenzja tal-komunità, bħalma m'għandhom bżonn l-ebda permess operaturi simili Maltin li jridu joperaw servizzi bħala dawn lejn il-pajjiżi kollha msieħba fl-Unjoni Ewropea.", "Peress li dawn ma jenħtieġu l-ebda permess biex jidħlu Malta, allura m'għandhomx għalfejn jiddikjaraw lil xi awtorità f'Malta minn fejn ġew jew kemm għandhom passiġġieri.", "Madankollu dik l-informazzjoni tkun reġistrata fuq logbook apposta li jrid jinġarr kontinwament fil-vettura u li jrid jintwera mix-xufier meta mitlub li jagħmel dan minn uffiċjal li jispezzjona waqt spezzjoni teknika li tista' issir fit-triq jew jekk il-vettura titwaqqaf minn pulizija jew minn gwardjan lokali.", "Għalkemm kif diġà ingħad vetturi bħal dawn m'għandhomx bżonn ta' permess speċjali li jidħlu Malta, xorta waħda dawn iridu jkunu konformi mal- liġijiet ta' pajjiżna, inklużi dawk dwar piżijiet, dimensjonijiet u tagħmir.", "Jien informat ukoll li coaches barranin b'turisti barranin ilhom is-snin jiġu Malta.", "Il-kwestjoni ta' l-open top buses li nġiebu Malta hi differenti, għaliex dawn il-vetturi la kienu jikkonformaw mar-regolamenti meta ddaħħlu Malta u lanqas jikkonformaw mar-regolamenti li hemm illum.", "Jien informat li l- awtorità qiegħda tevalwa l-politika tagħha dwar l-użu ta' dawn il-vetturi fid-dawl ta' dawn iċ-cirkostanzi ġodda.", "VETTURA TAL-GVERN", "9405.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid x'kienet qed tagħmel vettura tal- gvern - dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - fi triq prinċipali fil-Mellieħa, f'nofs il-lejl nhar is-27 ta' Novembru 2004, f'liema ħin kienu rekbin fiha raġel u mara?", "Jista' jgħid fuq liema xogħol tal-gvern kienet qed tintuża din il-vettura?", "Jista' jgħid jekk din il-vettura kenitx awtorizzata mill-fondi tal-pubbliku li tintuża f'dawk il-ħinijiet u jekk iva, għal liema skop?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab informat li l-vettura indikata ma kenitx fuq xogħol uffiċjali fil-ħin u l-jum imsemmi.", "Il-każ qed jiġi investigat. .", "EU - RAPPREŻENTANT PERMANENTI MALTI", "9406.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin: Jikkonferma l-Ministru li l-vettura li tintuża mir-rappreżentant permanenti Malti fi Brussell hijiex waħda bullet proof?", "Jista' jgħid ukoll kemm swiet din il-vettura u x'inhi r-raġuni li hu l-uniku ambaxxatur fl- Unjoni Ewropea, fost il-pajjiżi kollha, li għandu din it-tip ta' vettura?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Nirriferi lill-Onor.", "Membru għall mistoqsija parlamentari 7409.", "ĦAMRUN - TRIQ IT-TRAMM", "9427.", "L-ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jgħid jekk ix-xogħol biex tiġi rranġata Triq it-Tramm, il-Ħamrun, jaqax taħt ir-responsabbilta' tal-gvern ċentrali, u jekk fl-affermattiv jistax jgħid meta ser jinbeda x-xogħol fuq din it- triq?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ninsab informat li t-triq imsemmija taqa' taħt ir-responsabbilta' tal-gvern ċentrali.", "Infatti t-tender għall-bini ta' din it-triq ħarġet aktar kmieni din is-sena u ġiet aġġudikata fil-ġranet li għaddew.", "Bħalissa qed issir il-kordinazzjoni neċessarja qabel ikun jista' jibda x-xogħol.", "ĦAMRUN - TRIQ ĠDIDA FI TRIQ VILLAMBROSA", "9428.", "L-ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jgħid meta se jinbeda x-xogħol biex tiġi rranġata Triq Ġdida fi Triq Villambrosa, il-Ħamrun, li tibda minn Triq Villambrosa u tispiċċa fi Triq il-Liċeo?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: It-tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "VALLETTA - CUSTOMER CARE SERVICE", "9429.", "L-ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l- Anzjani u l-Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi żvilupp dwar il-post li kellu jiffunzjona bħala customer care centre fil- Belt Valletta?", "Ittieħdet xi deċiżjoni finali f'dan ir-rigward?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li deċiżjoni finali rigward il-customer care centre għadha ma tteħditx.", "PUBLIC PRIVATE PARTNERSHIP SCHEME - DAR GĦALL-ANZJANI", "9430.", "L-ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l- Anzjani u l-Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid jekk ġietx magħżula xi dar privata ta' l-anzjani oħra biex tagħti servizz taħt il- public private partnership scheme wara li l-bord ta' l-għażla kien iffinalizza r-rapport tiegħu?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: S'issa l-għażla għadha ma saritx.", "HOME/HELP CARE", "9431.", "L-ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l- Anzjani u l-Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' households li qegħdin preżentament jirċievu s-servizz tal-home/help care?", "Minn dan in-numru kemm hemm households li fihom hemm aktar minn persuna waħda li qed tirċievi dan is-servizz?", "Kemm hemm persuni bi bżonnijiet speċjali li qed jirċievu dan is-servizz?", "Kemm hemm persuni li preżentament qed jistennew dan is-servizz?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li n-numru ta' households li preżentament qed jirċievu s-servizz tal-home help huwa ta' 2,347.", "Minn dawn hemm 572 households li fihom hemm aktar minn persuna waħda li qegħdin jibbenefikaw minn dan is-servizz u 104 li huma persuni b'diżabilita'.", "24 household ġew approvati mill-bord u mistennija jibdew jirċievu s-servizz filwaqt li 40 applikazzjoni qegħdin jiġu pproċessati.", "SVPR - CUSTOMER CARE UNIT", "9432.", "L-ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l- Anzjani u l-Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi żviluppi ġodda dwar il-ftuħ mill-ġdid tal-customer care unit f'San Vincenz de Paule?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-customer care unit f'San Vinċenz de Paule bħalissa qed ikun miftuħ nhar ta' Tnejn filgħodu u nhar ta' Erbgħa wara nofsinhar.", "DIPARTIMENT TAD-DRENAĠĠ - ĦAŻ-ŻEBBUĠ", "9433.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika: B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 9351, jista' il-Ministru jgħid meta se jsir dan ix-xogħol u meta se jitlesta?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'xi seduta oħra.", "LINJI TA' L-AJRU BARRANIN", "9434.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni: B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 9310, jista' il- Ministru jgħid min huma s-46 linja ta' l-ajru u s-sena ta' meta bdew joperaw?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra lista ta' l- ismijiet tas-46 linja ta' l-ajru.", "Rigward is-sena ta' meta bdew joperaw huwa diffiċli li nsibu meta linji ta' l-ajru, li ilhom joperaw żmien twil, bdew fil-fatt joperaw minħabba li nkunu rridu mmorru lura fir-rekords tagħna għal ħafna snin.", "Għalhekk dawk il-linji ta' l-ajru li ilhom ħafna joperaw huma mniżżla bħala li ilhom joperaw aktar minn għaxar snin.", "ŻEJTUN - TRIQ TAL-BARRANI - TRAFFIC LIGHTS", "9437.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: B'riferenza għal diversi mistoqsijiet parlamentari tiegħi, jista' il- Ministru ġentilment jikkonferma li t-traffic lights fi Triq Tal-Barrani (ħdejn il-junction li tgħaqqad triq tal-Barrani maż-Żejtun) qed isiru mill- gvern?", "Meta hemm ħsieb li jitlestew dawn it-traffic lights?", "Kemm se jiġu jiswew?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ix-xogħlijiet konċernati fil-proġett imsemmi qed isiru kollha mill-gvern.", "Dawn ix-xogħlijiet huma previsti li jitlestew fi żmien ħames ġimgħat oħra u se jiġu jiswew madwar Lm45,000.", "TISBIĦ TA' WIDIEN", "9438.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 9263, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent u li issa ġiet riferuta lilu, u cioe' jgħid liema huma l-widien li hemm ħsieb li jsir tisbiħ tagħhom?", "Jista' jgħid meta se jinbdew dawn il- proġetti, każ każ, u meta hu maħsub li jiġu mitmuma?", "Jista' jgħid ukoll humiex se jinġiebu jew jingħataw fondi mill-Unjoni Ewropea f'dan ir- rigward?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Jien informat li fil-preżent tekniċi mit-taqsima tax- xogħlijiet qegħdin jaħdmu fuq proposti ta' titjib u tisbiħ fuq Wied Rmiedi u Wied Ċampra, li jinsabu f'Ħ'Attard, u fuq Wied is-Sewda ġewwa Ħal Qormi.", "Ix-xogħol fuq il-widien ta' Ħ'Attard se jifforma parti mill-programm ta' xogħol tat-taqsima tax-xogħlijiet tas-sena 2005.", "Għaddej ukoll xogħol preparattiv in konnessjoni mal-proġett tal-ftuħ mill- ġdid tal-parti tal-wied ta' Burmarrad li tinsab mirduma, cioe il-fergħa tal- wied minn Għajn Riħana sa Kennedy Grove.", "Dan qiegħed jitqies bħala wieħed mill-proġetti ewlenin tat-taqsima tax-xogħlijiet għas-sena d-dieħla u qiegħed jiġi ppjanat li x-xogħol fuqu jsir bejn il-bidu ta' Marzu u l-aħħar ta' Settembru 2005.", "Dan ix-xogħol mhux ser ikun iffinanzjat minn xi fondi mill-Unjoni Ewropea, għalkemm ta' min ifakkar li l-Unjoni Ewropea pprovdit mal-euro miljun għal xogħol relatat mal-ħsarat kaġunati mill-għargħar matul is-sena 2004.", "MTA", "9439.", "L-ONOR.", "FRANCO GALEA staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jagħti breakdown dettaljat ta' kif l-MTA se tinvesti t- Lm8 miljun li ġew allokati lilha fil-budget għas-sena 2005?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li l-estimi finanzjarji ta' l-awtorita' Maltija għat-turiżmu għad iridu jkunu diskussi u approvati mill- bord ta' l-awtorita'.", "Dettalji jingħataw iktar 'il quddiem u ssir diskussjoni fil-Parlament qabel ma jkunu approvati.", "WIED IL-GĦASEL - GĦAR", "9441.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 9384, jista' il-Ministru jara li jiġu spezzjonati l-viċinanza ta' barriera u proprjeta' ta' kuntrattur f'dan is-sens?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li s-sovrintendenza tal- patrimonju kulturali qed tieħu ħsieb li jsiru spezzjonijiet skond il-bżonn fl-inħawi tal-varji barrieri u proprjeta' ta' kuntratturi li jinsabu fiz- zona ta' Wied il-Għasel.", "Dawn l-ispezzjonijiet se jsiru f'koperazzjoni ma' uffiċjali tal-MEPA.", "L- ewwel minn dawn l-ispezzjonijiet se ssir fil-jiem li ġejjien.", "KONT TAD-DAWL U ILMA", "9445.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika: Jista' il-Ministru jara li jsiru arranġamenti mal-persuna – dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - biex tħallas il-kont tad-dawl u ilma gradwalment (Lm50 fix- xahar) peress li tinsab fi proċess ta' separazzjoni mar-raġel u tgħix biss bl-assistenza soċjali?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'xi seduta oħra.", "KAŻ TA' DAWL U ILMA", "9448.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika: Meta jiġu biex jintalbu ħlasijiet għall-kontijiet tad-dawl u ilma l-korporazzjonijiet u l-gvern qed jagħtu kas fejn il-posta jeħodha r-raġel li ma jgħix id-dar u allura l-mara ma tkunx taf li qed jiġu l-kontijiet, ma tkunx taf li ma tħallsux u lanqas ma tkun taf b'avviż li jekk ma tħallasx se jaqtgħulha d-dawl u l-ilma, bħal fil-każ ta' persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'xi seduta oħra.", "KONTIJIET PENDENTI TAD-DAWL U L-ILMA", "9450.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika: Jista' il-Ministru jgħid x'arranġamenti qed isiru mal-banek biex min għandu kontijiet pendenti tad- dawl u l-ilma jissellef mill-bank biex iħallas il-kontijiet?", "X'arranġamenti se jagħmlu l-banek ma' dawk il-persuni li jifilħu jħallsu biss sa ċertu livell għax jgħixu bl-assistenza soċjali?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'xi seduta oħra.", "SURCHARGE FUQ ID-DAWL U L-ILMA", "9453.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika: Meta l-gvern stabilixxa s- surcharge fuq id-dawl u l-ilma, b'liema mod ikkalkola l-prezz taż-żejt?", "F'liema żmien u b'liema valur tad-dolllaru kkalkola li nxtara dan iż-żejt?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'xi seduta oħra.", "PULIZIJA - Ħ'ATTARD - BARS", "9461.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid liema huma dawk il-bars ġewwa Ħ'Attard li għandhom il-permess tal-pulizija sabiex jibqgħu joperaw wara l-11.00 p.m.?", "ONOR.", "TONIO BORG: Kif diġa' kelli l-okkażjoni ngħid, il-liċenzji tan- negozju msemmija m'għadhomx jinħarġu mill-pulizija, għaldaqstant nissuġġerixxi lill-Onor.", "Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill- ministru konċernat.", "GHAWDEX - NIES BOARDED-OUT", "9464.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' il- Ministru tirrispondi mistoqsija parlamentari 9334 u cioe tgħid kemm ġew boarded-out Għawdxin sena b'sena mill-1998 sal-lum?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Ninsab informata li l-informazzjoni mitluba mill- Onor. Interpellant hi kif murija fit-tabella hawn taħt:", "|1998|1999|2000|2001|2002|2003 |2004| |21 |20 |6 |26 |46 |41 |21 |", "RAĦAL ĠDID - SKOLA PRIMARJA", "9468.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: Jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra jekk hux qed issir ħsara fl-iskola primarja ta' Raħal Ġdid bid-dħul ta' l-ilma tax-xita kull meta jkun hemm maltempata?", "Jista' jinforma lill-Kamra x'sar is-sena l-oħra u din is-sena biex din il- ħsara ma tkomplix isseħħ fil-konkos tas-soqfa u fis-suffetti tas-sala u tat- taraġ?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-ħsara li kien hemm fil-membrane tal- bejt issewwiet għas-sodisfazzjon ta' l-iskola.", "DJAR - APPARTAMENT TAL-GVERN", "9469.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tal-Familja u tas- Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tara li jitmexxa l-każ ta' lift f'appartament - dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament - peress li wieħed mill-inkwilini għandu diżabilita'?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Ninsab informata li l-awtorita' tad-djar m'għandha ebda applikazzjoni taħt Skema V għal stallar ta' lift fil-post indikat mill-Onor.", "Interpellant.", "KAŻ TA' KONT", "9470.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika: Jista' il-Ministru jara li jiġi investigat kont ta' familja - dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - li qabel kien ikun Lm80 u issa tela' għal Lm379?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'xi seduta oħra.", "DIPARTIMENT TA' L-ARTIJIET", "9471.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jara li jitmexxa l-każ ta' file li jinsab il-lands department - dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi wara li saret sejħa għall-offerti fil-każ indikat mill-Onor.", "Membru, fid-29 ta' Novembru 2004 ħarġet l-ittra li biha ġiet aċċettata l-unika offerta.", "RESERVED PARKING", "9472.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Jista' il-Ministru jara li jsir ir-reserved parking space li l- persuna - dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - ilha li applikat għalih ix-xhur?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Min riċerka li saret fir-records tad-direttorat ta' l-immaniġġjar tat-traffiku rriżulta li m'hemm l-ebda applikazzjoni għal reserved parking for disabled mill-persuna konċernata.", "BIĊĊERIJA - ĦMIEĠ", "9473.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 9031, jikkonferma l- Ministru li ħiereġ ilma maħmuġ u jinten fil-biċċerija?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Ninsab informat li ma jidhirx li hemm xi problemi ta' sadd fid-drainage system, għalhekk ma nistax nifhem kif seta'niżel ilma maħmuġ u jinten f'Albertown.", "LAPSI - REVERSE OSMOSIS PLANT", "9474.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 9219 u cioe' jgħid x'inhu l-valur tal-ħsara li saret fl-impjant tar-reverse osmosis f'Lapsi kaġun tal-maltemp ta' dawn l- aħħar ġranet?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jien informat li l-valur tal-ħsara li saret fl- impjant tar-reverse osmosis f'Lapsi kaġun tal-maltemp hi ta' madwar Lm6,550.", "COACHES DOUBLE DECKERS BARRANIN", "9475.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jispjega kif qegħdin jinħarġu l-permessi għal coaches double decker barranin sabiex joperaw f'Malta b'turisti barranin, meta l-istess permess ma jinħariġx lill-operaturi Maltin?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba mogħtija għal mistoqsija parlamentari 9404.", "ADT - SPEED GUNS", "9476.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jgħid jekk l-ADT xtratx speed guns?", "Jekk fl- affermattiv, kemm inxtraw u x'inhu l-prezz ta' kull waħda?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Jien informat li l-awtorità dwar it-trasport ta' Malta xtrat speed gun wieħed biss, Laser 500, għall-prezz ta' Lm1,699.", "Għalih inxtara wkoll tripod għal prezz ta' Lm176.", "BIRKIRKARA - NAXXAR ROAD - ZEBRA CROSSING", "9477.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Jista' il-Ministru jara li jinxtegħel id-dawl u/jew jissewwew il- bozoz mitfija li hemm fiż-zebra crossing li hemm fi Triq Naxxar, Birkirkara viċin il-pompa tal-petrol Falzon?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: It-tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "SENIOR MANAGER PHILATELY", "9482.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika: Jista' il-Ministru jgħid jekk il-post ta' senior manager philately għadux vakanti?", "Jista' jgħid kemm kienu l-applikanti u xi kwalifiki ntalbu?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'xi seduta oħra.", "REGOLAMENTI DWAR VETTURI BIL-MUTUR", "9483.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jikkjarifika jekk persuna li ħadet il-liċenzja fis-sewqan f'April 2003 u tkun ħallset kontravenzjoni ta' Lm10 dwar ipparkjar fuq double yellow line jitnaqqsulhiex il-punti minħabba f'hekk, peress li skond Regolament 34 tar-Regolamenti ta' l-2002 dwar il-vetturi bil-mutur, meta l-kontravenzjoni mhijiex waħda mill- offiżi elenkati fis-6th Schedule, Regulation 341 tad-Driving Offences Codes S.L.65.18?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex jagħmel din il- mistoqsija lill-ministru konċernat.", "FESTI FIL-WEEKENDS", "9484.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid kif se jintlaqat ħaddiem li jaħdem bix-shift mill-festi li neħħa l-gvern għall-weekends?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Bħalissa qed naħdem fuq l-emendi meħtieġa fil-liġi u fir-regolamenti li għad iridu jiġu pubblikati.", "It-tagħrif mitlub isir pubbliku meta jiġu pubblikati dawn l-emendi.", "MEDITERRRANEAN CONFERENCE CENTRE - INKONVENJENT", "9485.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'passi qed jittieħdu biex jieqaf l-inkonvenjent li qed jiġi kkaġunat lir-residenti ta' Triq Sant'Ursola u Triq Old Wells il-Belt mill-Mediterranean conference centre?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi l-pulizija tieħu passi kif meħtieġ kull meta jkun hemm xi lmenti.", "Dwar x'miżuri qed jittieħdu minn min imexxi dan iċ-ċentru, nissuġġerixxi lill-Onor.", "Membru jagħmel il- mistoqsija lill-ministru konċernat.", "MEDITERRANEAN CONFERENCE CENTRE - INKONVENJENT", "9486.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid x'rimedji qed joffri l-Mediterranean conference centre għall-ħsejjes ta' airconditions u inkonvenjent ieħor lir- residenti ta' Triq Sant'Ursola u Triq Old Wells, il-Belt Valletta?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li Dar il-Mediterran għall- konferenzi ħarġet tender pubblika skond il-proċeduri finanzjarji għal xiri ta' apparat modern għal dak li għandu x'jaqsam ma' air-conditioners.", "Il- proċess qiegħed fi stadju ta' evalwazzjoni.", "Dan sar sabiex tkun riżolta din il-problema f'dawn l-inħawi.", "Għar-rigward ta' l-inkonvenjent l-ieħor, nitlob lill-Onor.", "Interpellant ikun iktar speċifiku.", "SERVIZZ PUBBLIKU - OFFICERS IN CHARGE", "9487.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Peress li xi xhur ilu sar eżami għal senior messengers fiċ-ċivil, jista' il-Prim Ministru jgħid jekk għandux il-ħsieb li jsir eżami għal officers in charge tal-minor staff, peress li ħafna jispiċċaw boarded out u/jew bil-pensjoni, għax hemm nuqqas tagħhom?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab informat illi m'hemmx ħsieb li jinżamm l- eżami ta' officer-in-charge minor staff fil-futur qarib.", "EU - STATE AID", "9488.", "L-ONOR.", "KARMENU VELLA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid kemm hi l-istate aid li ġejja mill-Unjoni Ewropea li ngħatat lill-importaturi jew lil dawk li jużaw il-qamħirrun u xgħir, u kif ġew allokati l-ammonti lil kull wieħed minnhom?", "Għaliex din l-għajnuna ma ngħatatx lill-importaturi jew lil dawk kollha li jużaw dawn il-prodotti?", "Jista' jikkonferma jekk ngħatax xi ammont ikbar ta' state aid lil xi importaturi iżjed milli kien juża l-istess importatur sakemm kienet teżisti l-Medigrain?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-għajnuna - temporary state aid - li qed tingħata għal xgħir u qamħirrum tlaħħaq għal euros 2,928,500 li ġiet allokata hekk: euros 1,984,604 - qamħirrum u euros 922,717– xgħir.", "L-għajnuna ngħatat lill-applikanti skond l-ammont ta' l-applikazzjoni, iżda fil-każ ta' oversubscription, l-għajnuna ġiet allokata skond kemm l- applikanti storikament xtraw mill-Medigrain.", "Kulħadd seta' japplika u l- għajnuna ngħatat skond kriterji approvati mill-kabinett u bi trasparenza.", "SWATAR BIRKIRKARA - TOROQ", "9489.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Jista' il-Ministru jgħid meta hemm ħsieb li jsiru t-tiswijiet neċessarji fit-toroq segwenti: Triq Giuzeppa Xuereb, Swatar Birkirkara; Triq is-Sisla, Swatar Birkirkara; Triq Giuzeppa Psaila, Swatar Birkirkara?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: It-tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "XTAJTIET PRIVATI", "9490.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 9386, jista' il-Viċi Prim Ministru jissottometti pjanta fid-dettal li tindika liema partijiet tal-ponta tal-Balluta u l-ponta tad-Dragonara huma proprjeta' privata?", "ONOR.", "TONIO BORG: Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra żewġ pjanti li juru proprjeta' biswit il-baħar fil-ponta tal-Balluta u fil-ponta tad-Dragonara fejn l-indikazzjonijiet li għandha t-taqsima proprjeta' tal-gvern s'issa huma li din il-proprjeta' aktarx hija privata.", "PROĠETTI KAPITALI - MONITORING BOARD", "9491.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 9288, jista' il-Ministru jagħti l-ismijiet tal-membri tal-kumitat li jissorvelja l- proġetti kapitali?", "Jista' jagħti wkoll id-dati li fihom iltaqa' dan il- kumitat matul din is-sena?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Kif diġa' għedt fir-risposta għal domanda 9288 dan il-monitoring board, li mhuwiex stabilit fuq bażi uffiċjali, huwa magħmul minn membri tas-segretarjat tiegħi u mill-uffiċċju tas-segretarju permanenti.", "Ma narax il-ħtieġa li nagħti l-ismijiet ta' dawn l-uffiċjali peress li dawn jinbidlu skond il-proġetti u l-materja li tkun qed tiġi diskussa.", "Kif diġa' għedt fir-risposta ta' qabel dawn jiltaqgħu fuq bażi regolari, diversi drabi kull ġimgħa.", "PULIZIJA - SERQ", "9492.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew imwettqa serqiet matul Novembru 2004?", "Jista' jikklassifika s-serq?", "Jista' jgħid kemm ġie solvut serq matul Novembru 2004?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi matul Novembru 2004 il-każi ta' serq li ġew rapportati lill-pulizija kienu kif jidher hawn taħt, filwaqt li matul l-istess xahar il-pulizija solviet 175 każ ta' serq. |Hold ups |6 | |Pick pocketing |55 | |Snatch & grab |8 | |Serq minn dgħajjes |10 | |Serq ta' dgħajjes |3 | |Serq ta' karozzi |71 | |Serq minn karozzi |312 | |Serq minn residenzi |58 | |Serq minn |45 | |bars/lukandi | | |Serq minn xtajtiet |2 | |Serq minn fabbriki |8 | |Serq minn ħwienet |46 | |Serq ieħor |243 |", "PULIZIJA - REATI", "9493.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew imwettqa reati matul Novembru 2004?", "Jista' jikklassifika r-reati?", "Jista' jgħid kemm ġew solvuti reati matul Novembru 2004?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi matul Novembru 2004 il-każi ta' reati li ġew rapportati lill-pulizija kienu kif jidher hawn taħt, filwaqt li matul l-istess xahar kien hemm 122 persuna li ġew misjuba ħatja ta' reati kriminali.", "|Against morals/honour of|2 | |family | | |Arson |4 | |Attempted offences |105 | |Bodily harm |75 | |Computer misuse |3 | |Administration of |1 | |Justice etc | | |Damage |281 | |Drugs |11 | |Forgery |5 | |Fraud |24 | |Illegal immigration |5 | |Prostitution |3 | |Sexual offences |5 | |Theft |867 | |Threats and private |9 | |violence | | |Violation of places of |1 | |confinement | | |Violence against public |5 | |officers | |", "PULIZIJA - RIŻENJA TA' MEMBRI", "9494.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm irriżenjaw membri tal-korp tal-pulizija minn Ottubru 2003 sa l-aħħar ta' Novembru 2004?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li minn Ottubru 2003 sa l-aħħar ta' Novembru 2004 kien hemm 89 membru tal-korp tal-pulizija li rriżenjaw.", "PULIZIJA - RIŻENJA TA' MEMBRI", "9495.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm irriżenjaw membri tal-korp tal-pulizija minn Ottubru 2002 sa l-aħħar ta' Ottubru 2003?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li minn Ottubru 2002 sa l-aħħar ta' Ottubru 2003 kien hemm 55 membru tal-korp tal-pulizija li rriżenjaw.", "PULIZIJA - RIŻENJA TA' MEMBRI", "9496.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm irriżenjaw membri tal-korp tal-pulizija minn Ottubru 2001 sa l-aħħar ta' Ottubru 2002?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li minn Ottubru 2001 sa l-aħħar ta' Ottubru 2002 kien hemm 48 membru tal-korp tal-pulizija li rriżenjaw.", "KURUNAZZJONI TAL-KWADRU TA' MARIJA IMMAKULATA - BOLOL", "9497.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika: Peress li s-sena d-dieħla f'Bormla se tkun imfakkra ġrajja storika ta' l-inkurunazzjoni tal-kwadru ta' Marija Immakulata, jista' il-Ministru jgħid x'inhi l-possibbilta' li din il-ġrajja storika tkun imfakkra bi ħruġ ta' bolla kommemorattiva?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi l-mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat", "MEPA - PERMESSI", "9498.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Qabel ma l-awtorita' ta' l-ippjanar u l-ambjent toħroġ il- permess għall-bini tiċċekkja jekk il-bini jistax jitla' peress li l-inħawi jkunu kollha tafal, bħal fil-każ ta' applikazzjoni PA4436/04 fi Triq Isouard f'San Pawl il-Baħar?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Ninsab informat li PA 4436/04 hija applikazzjoni għal żieda ta' żewġ sulari fuq bini eżistenti.", "F'dan il-każ, u fuq siti simili ġewwa l-iskema ta' l-iżvilupp, l-awtorita' ta' Malta dwar l-ambjent u l-ippjanar (MEPA) ma titlobx studji ġeoloġiċi iżda tara li l-iżviluppi proposti huma konformi mal-liġi ta' l-ippjanar.", "Il-permess ta' l-iżvilupp ma' jeżonorax il-perit inkarigat milli jiżgura l-istabilita' tal-bini propost.", "PULIZIJA - ĦANUT TAX-XORB", "9499.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jara jekk il-pulizija tistax tivverifika rapporti li qed jasluli li l-ħanut tax-xorb Pantheon fi Triq il-Ħġejjeġ f'San Pawl il-Baħar, qed jibqa' miftuh ħinijiet twal matul il-ġurnata u l-lejl b'inkonvenjent għall-ġirien ta' l-inħawi?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li l-pulizija qed tieħu l-passi meħtieġa.", "ĦAL FAR - TRAFFIKU", "9502.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 9293, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika u li issa ġiet riferuta lilu, u jirrispondi l- parti li taqa' taħt ir-responsabbilta' tiegħu u cioe' jara li ssir xi ħaġa fl-entratura li tagħti lejn iz-zona industrijali ta' Ħal Far u r-race track peress li qed ikun hemm konfużjoni ta' traffiku li jista' ikollha konsegwenzi koroh?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Il-ġeometrija ta' din il-junction se tiġi rranġata bħala parti mill-proġett ta' Triq Ħal Far (phase 3).", "L-entratura lejn iz-zona industrijali se ssir f'forma ta' T-junction.", "Dan il-proġett mistenni jibda fit-tieni kwart tas-sena 2005.", "Sadanittant saru sinjali tat-traffiku sabiex tiġi mtejba din il-junction anke temporanjament sakemm jibda x-xogħol.", "SPTAR MATER DEI - INTERESSI", "9503.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l- Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid jekk is-somma ta' l-ispiża ta' l-isptar Mater Dei tinkludix l-interessi li jridu jitħallsu?", "X'inhi l- istima ta' kemm għandhom ilaħħqu dawn l-ispejjeż?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel il- mistoqsija lill-ministru konċernat.", "WIED GARNAW - BINI TA' ĊINT", "9505.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 6929, jista' il-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess ta' proċeduri li nbdew xhur ilu, u dan sabiex filwaqt li jiġu magħrufa s-sidien legali tas-sit jiġu avżati jnaddfu l-post u jibnu ċint skond il-liġi?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Ninsab informat li s-sid ta' l-art għadu ma ġiex identifikat.", "Sadanittant se nitlob lill-awtorita' ta' Malta dwar l-ambjent u l-ippjanar (MEPA) jużaw il-provvedimenti ta' Art 55(A) tal-liġi għall- ippjanar ta' l-iżvilupp għal dan il-każ.", "BORMLA - MONUMENT", "9506.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Peress li fi Pjazza G Gulia f'Bormla ser jinbena monument li jfakkar l-inkurunazzjoni ta' l-Immakulata, jista' il-Ministru jara li jitwaqqa l- kruha ta' bieb ta' dock 1, u l-istess entratura titkompla bħal parti l-oħra bil-ħadid?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Pjazza Gavinu Gulia tagħmel parti mill-brief ta' riġenerazzjoni ta' baċir 1.", "Ta' min jgħid li dan daħal fil-proċess ta' konsultazzjoni pubblika imniedi mill-MEPA.", "Hu mifhum li l-applikazzjoni tal- bini tal-monument u l-iżvilupp u r-riġenerazzjoni ta' din l-arja ssiru b' mod integrat.", "BORMLA - PJAZZA P. VASSALLO", "9507.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika: Wara li tlesta x-xogħol fi Pjazza P. Vassallo, Bormla, jista' il-Ministru jgħid x'inhi l-possibbilta' li din il-pjazza tkun mixgħula fil-ġranet tal-festa li jilħqu l-qofol tagħhom nhar it-8 ta' Diċembru?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jien informat li d-dwal tal-pjazza msemmija ma jaqgħux taħt ir-responsabbilta' ta' l-Enemalta", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB", "DIPARTIMENT TA' L-EDUKAZZJONI - GĦALLIEMA", "121.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: Jista' il-Ministru jispjega l-anomalija apparenti fil-każ ta' persuni - dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament - li f'Settembru 1999 daħlet bħala għalliema fid-dipartiment ta' l-edukazzjoni (salary scale 9 u bħalissa qed tgħallem fl-iskola sekondarja tar-Rabat, Malta) meta sa dakinhar kienet senior pharmacist salary scale 7, mentri ex- kollega tagħha - dettalji dwarha wkoll qed jintbagħtu separatament - bħala senior pharmacist scale 7 u li kienet junior ta' l-ewwel persuna fis- servizz u l-mertu, fit-23 ta' Settembru 2004 ddaħlet bħala għalliema fid- dipartiment ta' l-edukazzjoni fl-iskola sekondarja tas-subien ta' l-Imtarfa u tħalliet iżżomm is-salarju u l-iskala tagħha, cioe' scale 7?", "Jarax il- Ministru li hawn si tratta ta' maladministrazzjoni jew diskriminazzjoni fil- konfront ta' l-ewwel persuna?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li l-persuna indikata mill-Onor.", "Interpellant bdiet taħdem mad-diviżjoni ta' l-edukazzjoni f'Settembru ta' l- 1999 u kienet ġiet appuntata għalliema fil-25 ta' April 2000.", "Informat ukoll li f'April 2000, jiġifieri meta din il-persuna ġiet appuntata għalliema, kien hemm fis-seħħ il-provvedimenti ta' l-Estacode paragrafi 2.2.2.2 u 2.2.3 li dakinhar kienu jiġu interpretati bħala li jfissru li mpjegat ma jistax jeċċedi l-massimu ta' skala bażika fil-grad il- ġdid.", "F'Settembru ta' din is-sena, ġiet il-persuna l-oħra indikata mill-Onor.", "Interpellant.", "Fil-każ ta' din il-persuna, li wkoll kienet tokkupa kariga u skala simili bħal persuna l-oħra, il-paragrafi ta' l-Estacode indikat hawn fuq ġew applikati fil-każ tagħha skond kif titlob Ċirkolari MPO62/01 datata 24 ta' Lulju 2001."]} {"filename": "20060606_394d_par.doc", "date": "2006-06-06", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Uffiċjali u Rivedut) L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 394 It-Tlieta, 6 ta' Ġunju 2006 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 394", "It-Tlieta, 6 ta' Ġunju 2006", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.02 p.m.", "Talba", "Seduta Nru. 394", "It-Tlieta, 6 ta' Ġunju 2006", "WERREJ", "MINUTI 526", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 526", "TQEGĦID TA' KARTI 531", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA 532", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-KODIĊI KRIMINALI (IT-TIENI QARI) 532", "CRIMINAL CODE (AMENDMENT) BILL (SECOND READING) 532", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-ĠARR STRADALI", "INTERNAZZJONALI TA' MERKANZIJA (IT-TIENI QARI) 550", "INTERNATIONAL CARRIAGE OF GOODS BY ROAD BILL (SECOND READING) 550", "AĠĠORNAMENT 552", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 557", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 393 li saret fil-5 ta' Ġunju, 2006 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "KONSULENTI", "18588.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joe Debono Grech) staqsa lill- Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm konsulenti għandu fil-ministeru u l-kumplament tad- dekastertu li qegħdin jieħdu xi forma ta' remunerazzjoni jew ħlas?", "Jista' jgħid x'tip ta' konsulenza qegħdin jagħtu?", "Min huma u x'inhu l-ammont ta' remunerazzjoni jew ħlas li qegħdin jingħataw għal dan is-servizz?", "Min ingaġġahom?", "Min awtorizza dan l-ingaġġ u għal kemm żmien?", "ONOR.", "TONIO BORG (Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern): Il-konsulenti li qegħdin jieħdu xi forma ta' remunerazzjoni jew ħlas fil- ministeru u l-kumplament tad-dekasteru tiegħi huma dawk li isimhom jidher fit-tabella li qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.", "SPONSORSHIPS", "18589.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joe Debono Grech) staqsa lill- Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hemmx xi membri fil-private staff u l-kumplament tad- dekasteru tiegħu sponsorjati mill-istess ministeru għal xi tip ta' studju, kemm Malta kif ukoll barra minn Malta?", "Kemm hemm u min huma?", "Xi grad għandhom?", "Kemm hi l-ispiża u min awtorizzaha?", "ONOR.", "TONIO BORG: M'hemm l-ebda uffiċjal mis-segretarjat tal-ministeru, dak tas-segretarju parlamentari u dak tas-segretarjat permanenti li qegħdin jiġu sponsorjati mill-ministeru għal xi tip ta' studju kemm Malta kif ukoll barra minn Malta.", "Madankollu l-ministeru jikkontribwixxi madwar Lm26,000 kull sena lill-institute of forensic studies fl-universita' biex ikunu jistgħu jinżammu korsijiet ta' studju u taħriġ dwar kriminoloġija.", "L-informazzjoni dwar dipartimenti taħt id-dekasteru tiegħu hija kif ġej:", "|Dipartimen|Grad |Tip ta' | |t | |Studju | |Pulizija |3 |Liġi | | |Surġent| | | |i | | |Qrati |1 Clerk|B.Ed.(Hons| |tal-Ġustiz| |) | |zja | | | | |1 Clerk|Dip in | | | |Public | | | |Admin | |Avukat |1 Jun. |Masters in| |Ġenerali |Leg. |Mar. Law | | |off. | |", "L-uffiċjali hawn fuq imsemmija jieħdu s-salarju normali tagħhom mid- dipartiment.", "KAROZZI UFFIĊJALI", "18590.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joe Debono Grech) staqsa lill- Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-karozza uffiċjali tiegħu bħala ministru u s-second car humiex government-owned jew mikrija?", "Kemm huma mikrijin kuljum, bil- VAT b'kollox?", "F'każ li huma government-owned, jista' jgħid kemm kienet l- ispiża għall-manutenzjoni jew repairs ta' l-imsemmija karozzi matul is-sena 2004/2005?", "Jista' jgħid jekk matul l-2004/2005 keriex xi karozza għall- użu tiegħu temporanjament u kemm inkriet kuljum?", "Jista' jagħti l-istess informazzjoni għall-uffiċċju tas-segretarju parlamentari?", "ONOR.", "TONIO BORG: In-nefqa fuq manutenzjoni kif ukoll ir-rata ta' kiri tal- karozza uffiċjali u s-second car hi kif jidher fit-tabella hawn taħt:", "| |2004 |2005 | |Minis|Officia|Govt. |Lm370.|Lm1,72| |ter |l car |owned |50 |8.77 | | |Second |Govt. | | | | |car |owned |109.16|92.26 | |Parl.|Officia|Govt. | | | |Sec. |l car* |owned | | | | |Second |Govt. | | | | |car** |owned |2,288.|416.15| | | | |43 | |", "*From 1.1.04 to 19.5.04 parl sec made use of a hired car as an official vehicle - daily rate Lm11.80. **From 1.1.04 to 31.12.04 parl sec made use of a hired car as a second vehicle - daily rate Lm9.44. **From 1.1.05 to 2.6.05 parl sec made use of hired car as a second vehicle - daily rate Lm9.44. **From 1.7.05 to 31.10.05 parl sec made use of hired car as a second vehicle daily rate Lm8.", "UNIFORMIJIET", "18591.", "L-ONOR.", "JOE DEBONO GRECH staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-membri tal-private staff tiegħu li m'humiex messaġġiera, ingħatawx xi uniformi", "jew ħlas għall-uniformi matul l-2004 u 2005?", "Kemm telgħet l-ispiża u min awtorizzaha?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nista' ngħid li fejn jidħlu uniformijiet tal-private staff li m'humiex messaġġiera fl-2004 ma nfaqna xejn, waqt li fl-2005 saret nefqa ta' Lm463.50 – speċifikament fil-każ ta' ħames membri nisa fis- segretarjat privat - liema nefqa ġiet awtorizzata mis-segretarju permanenti fil-ministeru.", "PRIVATE STAFF", "18592.", "L-ONOR.", "JOE DEBONO GRECH staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' private staff li hemm mal-ministeru?", "Kemm minnhom huma uffiċjali pubbliċi u kemm minnhom huma b'xi forma ta' kuntratt?", "X'inhu s-salarju u x'inhi l-allowance tagħhom?", "X'benefiċċji oħra qegħdin jieħdu?", "Jista' jgħid kemm minn dawn huma mid-distrett elettorali tiegħu?", "Jista' jagħti lista bl-isem, l-indirizz u l-identity card tagħhom?", "Jista' jagħti l-istess informazzjoni għall-uffiċċju tas-segretarju parlamentari?", "ONOR.", "TONIO BORG: In-numru ta' uffiċjali li bħalissa qed jaqdu d-doveri tagħhom fis-segretarjat privat tiegħi jammonta għal 22, waqt li l-uffiċjali li attwalment huma ngaġġati fis-segretarjat privat tas-segretarju parlamentari jammontaw għal disgħa.", "L-uffiċjali fis-segretarjat tiegħi ġejjin minn dawn is-setturi: 16 mis- servizz pubbliku, tlieta minn azjendi li fihom il-gvern għandu sehem u tlieta mis-settur privat.", "L-uffiċjali fis-segretarjat privat tas- segretarju parlamentari ġejjin minn dawn is-setturi: ħamsa mis-servizz pubbliku, tnejn minn azjendi li fihom il-gvern għandu sehem u tnejn mis- settur privat.", "Tajjeb jingħad li l-uffiċjali kollha li qed iservu kemm fis-segretarjat tiegħi kif ukoll f'dak tas-segretarju parlamentari, ġew ingaġġati b'kuntratt kif provdut fid-dokument imsemmi aktar 'l isfel, b'salarju, allowances u benefiċċji oħra li jirċievu skond kif indikat fid-dokument \"engagement of staff for ministers' secretariats\", maħruġ f'Mejju ta' l- 2003.", "Ma narax li għandi nagħti informazzjoni dwar dettalji personali sakemm ma ningħatax raġuni valida għala tali informazzjoni qed tintalab.", "OVER-61", "18593.", "L-ONOR.", "JOE DEBONO GRECH staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm uffiċjali hemm fis-segretarjat privat u l-kumplament tad-dekasteru tiegħu li għandhom 'il fuq minn 61 sena?", "Jista' jgħid min huma dawn l-uffiċjali?", "X'kariga għandhom u kemm ilhom jokkupaw tali kariga?", "Dawn qegħdin impjegati fuq bażi full-time jew part-time?", "X'salarju u benefiċċji oħra għandhom?", "ONOR.", "TONIO BORG: L-uffiċjali fid-dekasteru tiegħi li għandhom 'il fuq minn 61 sena huma dawk li isimhom jidher mit-tabella li qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.", "WORKS DIVISION", "18827.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' il-Ministru jgħid kemm ħaddiema tal-works ittellgħu quddiem bord dixxiplinarju s-sena l-oħra?", "Jista' jgħid għal liema raġuni?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura): Fis-sena 2005 tressqu 189 impjegat tat-taqsima tax-xogħlijiet quddiem bordijiet ta' dixxiplina fuq:", "|Abbuż mis-sick-leave | 90| |Abbandun ta' dmirijiet | 15| |Assenza mhux awtorizzata| 55| |Assenza mhux awtorizzata| 2| |ta' jum | | |Assenza mhux awtorizzata| 4| |ta' aktar minn jum | | |Diżubbidjenza | 2| |Ksur/nuqqas t'osservanza| 7| |ta' regolamenti | | |Mġieba | 4| |aggressiva/arroganti/vjo| | |lenti | | |Negliġenza | 5| |Produzzjoni baxxa | 5|", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Il-Ministru lest jikkonsidra li jsejjaħ laqgħa għal dawk il-bdiewa li għandhom raba' biswit il-proġett għar-riabilitazzjoni tal- wied ta' Burmarrad?", "Ma", "jaħsibx li jekk jeżistu xi diffikultajiet, dawn għandhom jiġu mistħarrġa ħalli l-bdiewa jkollhom l-inqas inkonvenjent possibbli?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, biex kulħadd ikun jaf fuqiex qegħdin nitkellmu se nagħti daqsxejn ta' rendikont.", "F'xi żmien kien hemm wied li jibda minn ħdejn it-triq, fejn hemm il-knisja ta' Burmarrad, jaqsam ir- raba' u jibqa' sejjer għal fejn hemm l-iżbokk tas-Salini.", "Snin twal ilu – qed ngħid għal madwar 40 jew 50 sena ilu - dan il-wied kien jieħu r-run-off water kollu li kien jinżel min-naħa ta' Wied il-Għasel, jiġifieri minn Ħad- Dingli, fejn hemm Wied Liemu, għaċ-Chadwick Lakes u jibqa' nieżel għal Għajn Riħana, taħt il-Mosta, jaqsam Burmarrad u jasal sas-Salini.", "Dan kien jieħu r-run-off water li ma kienx jipperkola għal ġo l-aquifer ta' dik il-catchment area ta' diversi kilometri kwadri, li hija magħrufa bħala l- catchment ta' Wied il-Għasel.", "Biż-żmien dan il-wied tant imtela' bil-ħama u bin-naqal, jiġifieri dawk it-trabijiet li jinżlu ma' l-ilma, li prattikament il-watercourse sparixxiet.", "Ovvjament il-bdiewa tal-lokal komplew għattew il-ftit li kien baqa' mill- wied l-antik u bdew jużawh bħala raba', bil-konsegwenza li l-ilma kollu li jinżel mill-catchment area ta' Wied il-Għasel jispiċċa f'dak il-magħqad ta' Burmarrad.", "Naturalment dan bilfors jikkaġunalek ħsarat fil-prodott li jitkabbar f'dik l-area.", "Għaliex qed ngħid hekk?", "Għaliex l-ilma żejjed li jinżel bħala run-off jgħerriqlek dik l-area kollha u mhux l-ewwel darba, b'mod partikolari fl-2003 meta kellna l-aħħar għarar, li dik l-area ġiet prattikament għadira waħda.", "Allura l-ministeru ħaseb biex isib soluzzjoni għal din il-problema billi jerġa' jifforma l-wied għax ġara li tant niżel naqal u ħama, li dawk l-areas li kienu baxxi telgħu bl-ammont ta' terrapien li niżel fihom.", "Allura kellu jsir survey - flimkien mal-ministeru ta' l-agrikoltura - biex naraw il-livelli l-iżjed baxxi fejn ir-run-off water kollu li jinżel mill- catchment area ta' Wied il-Għasel, ikun jista' jibqa' sejjer by gravity lejn is-Salini.", "Wara li sar dan is-survey ġiet stabilita l-aħjar rotta minn fejn tista' tgħaddi l-watercourse il-ġdida, bl-inqas spejjeż u l-inqas ħsara għall-uċuħ tar-raba'.", "Irrid ngħid ukoll li fejn kien hemm il- watercourse l-antika, hemm ċerti areas li nbnew is-serer fuqhom u allura l- livelli ġew mgħollija u dawn is-serer se jkollhom jiżżarmaw.", "Issa dan l- aħħar ġie nnotat permezz ta' l-esperti li meta tagħmel ix-xita u jkollok kurrent ta' l-ilma, dan isib il-passaġġ tiegħu b'mod naturali, jibda jserrep 'l isfel u jindikalek hu stess l-aħjar korsa minn fejn għandek tagħmel il-watercourse.", "Wara li sar is-survey ġew ivverifikati l-livelli kollha u ġie ddisinjat – anke ħadna ħsieb li nippubblikaw id-dettalji fil- gazzetta tal-gvern - minn fejn se tgħaddi l-watercourse il-ġdida li se tgħaqqad l-catchment area ta' Wied il-Għasel kollha mas-Salina.", "Fid-disinn oriġinali, parti mill-watercourse il-ġdida diġa' kellha service road maġenbha.", "Peress li fil-bidunett wieħed mid-designers ippropona li jkun hemm service road f'dan il-wied, deher ċar u ovvju li din is-service road ma kellhiex għalfejn issir.", "Għax wara kollox meta inti għandek watercourse li l-qiegħ tagħha jkun pavimentat b'tali mod, ġo dik l-area tkun tista' iddaħħal gaffa żgħira biex tiġbor l-imbarazz.", "Għalhekk it-triq li kienet ġiet proposta tneħħiet b'tali mod li se tittieħed l-inqas area teknikament neċessarja.", "Din il-cross-section li se tkun wiesgħa madwar 12- il metru - kif inħadem il-proġett ta' l-għarar ta' Wied il-Kbir li qiegħed bejn Ħal Qormi, il-Marsa u jibqa' sejjer lejn il-Menqa - u għolja xi 1.8 metres, hija suffiċjenti biex tieħu r-run-off water kollu li jinżel minn Wied il-Għasel.", "Nerġa' ngħid li hemmhekk niżel ammont kbir ta' naqal kontra l-ħamrija t- tajba u din se terġa' tiġi riċiklata.", "Din il-ħamrija se niġbruha u se npoġġuha fl-area tal-Magħtab biex tiġi wżata f'postijiet oħra.", "Nikkalkulaw li hemmhekk għandna madwar 75,000 metru kubu ta' ħamrija mirduma.", "Dan huwa ammont sostanzjali u huwa għaqli li jerġa' jiġi utilizzat f'postijiet oħra.", "Ix-xogħol kollu fuq din il-watercourse kif ukoll it-taħmil tal-ħamrija qed isir permezz tal-ħaddiema u ta' l-inġenji tal-works division.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Il-Ministru jaħseb li huwa matur li d-dipartiment jagħmel laqgħa mal-bdiewa ta' l-inħawi - jew almenu jikkonsidra li jirrikkommanda lid-dipartiment ta' l-agrikoltura sabiex jiltaqa' mal-bdiewa - ifehemhom x'inhuma l-inizjattivi u l-proġetti li se jwettaq ħalli qabel jibdew ix-xogħlijiet, dawn in-nies ikollhom idea ta' x'inhu jsiru u x'inhu ġej?", "Għax kif qed jgħid il-Ministru, ħafna drabi l-periti jkunu qegħdin jagħġnu dak li jħossu huma u dan mhux dejjem ikun prattiku għall-bdiewa u għall-biedja nnifisha, Sur President.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Fil-fatt jiena tkellimt ma' numru ta' bdiewa u fissirtilhom dan fi kliemi stess.", "Informat ukoll li meta l-uffiċjali ta' l- agrikoltura, flimkien mat-technicians tal-works division, kienu fuq il-post biex jiddeterminaw ir-rotta minn fejn għandha tgħaddi l-watercourse, huma tkellmu ma' bosta bdiewa.", "Madanakollu ma nsib l-ebda problema li nerġa' nitkellem ma' dawk il-bdiewa li għadni ma tkellimtx magħhom, Sur President.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jista' il-Ministru jgħid x'inhu l-pjan għall-widien li rrifera għalihom hu stess li, peress li m'humiex riabilitati, qed joħolqu ċertu impatt?", "Għal liema raġni l-massimu tal-catchment li jilqa' Wied Qlejgħa tħalla jiġi sparpaljat, tant li dan il-wied illum qiegħed fi stat ta' diżastru ambjentali?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: L-Onor.", "Membru jaf li saru kilometri sħaħ ta' tindif, ta' tisħiħ u ta' manutenzjoni, programm li fuq kollox għadu għaddej.", "Per eżempju, bħalissa qed jerġa' jinbeda x-xogħol fuq il-wied ta' l-Isqof, li jinsab lejn tal-Virtu' u se ssir il-manutenzjoni tiegħu u hemm diversi widien oħra li fuqhom għaddej xogħol ta' manutenzjoni.", "Irrid ngħid li f'dawn il-widien hemm bżonn ta' riċensjonijiet, kif kienu jagħmlu missierijietna.", "Dawn huma speċi ta' għadajjar żgħar, magħqad fejn jinżel l-ilma tax-xita u jinġabar ġo fihom u b'hekk tkun qed tagħti ċans biex l-ilma jipperkola minn ġol-blat u jkollok ir-recharging ta' l-aquifer.", "B'dan il-mod lill-bdiewa tkun qed tgħinhom biex meta jtellgħu l-ilma, ikollhom iżjed x'jippumpjaw!", "Anke n-naħa ta' Wied Qlejgħa, huwa ppjanat li ssir il-manutenzjoni regolari u għandna bżonn nifhmu li pajjiżna għandu bżonn ikollu grupp ta' nies apposta li jkunu armati b'inġenji apposta biex kontinwament jagħmlu l- manutenzjoni tal-widien.", "Din m'hijiex xi ħaġa li ssir biss għal xi sentejn jew tlieta.", "Fejn għandek ir-raba' u hemm ħitan tas-sejjieħ, dawn huma suġġetti, speċjalment meta jkollok il-pressa ta' l-ilma ġejja minn wara, li jaqgħu u għalhekk trid regolarment tagħmel il-manutenzjoni tagħhom.", "Anke l- widien li hemm taħt il-Girgenti qegħdin induru u nista' ngħid li prattikament qegħdin induru l-widien kollha u għal dan il-għan twaqqaf unit apposta li hu magħmul minn perit u minn nies oħra tekniċi.", "Dawn qegħdin iduru l-widien kollha, qed jaraw li x-xogħol ta' manutenzjoni jsir b'tali mod illi ma jkissirx l-ekoloġija u l-ambjent tal-post u li l-widien jerġgħu jiġu fl-istat kif kienu qabel.", "Dan il-unit qed jistudja dwar dawn il-widien, peress li ċerti widien jitfgħu għal ġo l-abitat u wieħed minnhom huwa l-wied ta' San Ġiljan, li jiżbokka lejn San Gwann u l-Gżira, fejn għandek l-ilma li jiġi minn ġor- raba' tal-Kappara u minn ħdejn l-universita', pero' biż-żmien kien hemm areas minn fejn tgħaddi l-korsa ta' l-ilma li nbnew u allura l-watercourse ġie mblukkat.", "Allura dan il-unit qed jistudja kif jerġa' jiftaħ mill-ġdid il-watercourse minn fejn jgħaddi l-ilma u qed joħroġ bi proposti ħalli nagħmlu dan ir-relief f'ċerti postijiet li huma lokalizzati.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Il-Ministru jaf li f'dan it-tip ta' xogħol hemm alternattivi aktar sostenibbli mill-konkos u li jħallu inqas impatt fuq l- ambjent rurali, fuq is-sistema ġeoloġika, idroloġika u ekoloġika u għalhekk nitolbu jikkonsidra li jorganizza seminar nazzjonali fejn jiġu mistiedna esperti sabiex niddefinixxu liema hu l-aktar mod sostenibbli li bih nistgħu nwettqu dawn ix-xogħlijiet ta' riabilitazzjoni.", "U dan fis-sens li niffukaw iktar fuq politika nazzjonali illi tqarrab l-għanijiet taż-żewġ naħat f'dan ir-rigward u li nagħtu l-massimu tal-ħarsien veru fejn għandu x'jaqsam ma' l-ilma ġieri, mas-sistema idroloġika, mal-flora u l-fawna u ma' dak kollu li jagħmel il-kampanja tal-pajsaġġ tal-gżejjer.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, l-Onor.", "Farrugia qed jeħodni madwar erba' snin ilu meta konna noqogħdu nitkellmu fuq il-ħitan tal-widien!", "Jiena nfakkar li meta saru c-Chadwick Lakes, kellna inġinier stabilit li kien jismu O'Chadwick u fl-1890, jiġifieri 116-il sena ilu, iddisinja ċ-Chadwick Lakes.", "Meta għamel il-watercourse f'dawn in-naħat għamel użu mill-ġebla Maltija, jiġifieri uża r-riżors naturali tagħna, ġebla li tiflaħ għal dak it-tip ta' passaġġ ta' ilma u tiflaħ għal dak it-tip ta' erosion.", "Meta inti għandek il-watercourse, għandek il-ġnub, għandek l-embankments magħmulin mill-ġebla, allura hemmhekk inti għandek l-inqas reżistenza għall- flow tar-run-off water.", "U l-proġett taċ-Chadwick Lakes, bħalma jaf kulħadd, ħadem għal snin twal imma ovvjament għamel żmien meta ma kenitx issir manutenzjoni tiegħu.", "X'qegħdin nagħmlu issa?", "Meta tibni watercourse, bħal kull ħaġa oħra trid tibniha fuq pedament, jiġifieri taħt l-embankment trid tagħmel struttura li tieħu n-negative bending tal-ġnub, tal-pressa min-naħa tal-ħamrija biex tagħmel struttura solida li mbagħad ninfurrawha bil-ġebel tal-franka.", "U jekk wieħed jara x- xogħol li sar fil-watercourse minn Ħal Qormi għal Marsa u lejn il-Menqa, isib li saru precast units biex jilqgħu l-pressure tal-materjal mill-ġnub.", "Pero' il-faċċata fejn għandek l-ilma baħar għamilnih bil-ġebel tal-franka, forma ta' talut, fejn il-ġebla minflok titla' vertikali titla' at an angle.", "Dan il-qtugħ tal-ġebel sar mill-barriera tal-gvern li hemm f'Tar- Robba u anke għamilna modifikazzjoni fil-makna biex dan il-ġebel ikun jista' jitqatta' mill-ewwel fit-talut.", "Permezz ta' din is-sistema għandek il-ġnub li huma mibnijin b'mod solidu, b'mod tajjeb, għandek precast unit f'forma ta' \"T\" bil-maqlub li tieħu n-negative bending u quddiemha, fejn l- istruttura tmiss ma' l-ilma, ġie nfurrat bil-ġebel u dan il-ġebel ġie inclined at an angle.", "Jiena nemmen li bħalma O'Chadwick iżjed minn mitt sena ilu ħareġ bl-idea li l-watercourse tkun infurrata bil-ġebla tal- franka, ix-xogħol li qed nagħmlu issa għandu jsir ukoll b'dan il-mod.", "L-Onor.", "Farrugia qed jgħid li meta saret il-manutenzjoni fiċ-Chadwick Lakes, intużaw il-gabjuni u bħala perit jiena ma naqbilx ma' dan il-mod.", "Gabjuni huma gaġeġ tal-firdiferru li ġew importati minn barra, tpoġġew fil- post, imtlew bil-ġebel u ġew qishom gaġġa.", "Issa minn ġo din il-ġebla jista' jgħaddilek l-ilma wkoll.", "Mela x'inhu d-difett tagħhom?", "Il-metall tal-gaġġa se jkun daqqa espost għall-arja u daqqa espost għall-ilma, naturalment għax tkun għamlet ix-xita.", "Allura dak il-metall jibda jissaddad, tiżdied ir-rata ta' oxidisation, ifaqqagħlek u jiġri li l- materjal li jkun hemm ġewwa l-gaġġa, joħroġlok.", "Allura mbagħad trid terġa' tagħmel il-manutenzjoni ta' kollox.", "Bħala perit nemmen li kemm-il darba x- xogħol isir bis-sengħa li kienu jużaw missirijietna u dawn il-watercourses nagħmluhom bil-materja prima ta' pajjiżna, li hija l-ġebla u tużaha b'dettall u skond is-sengħa - jiġifieri ma tħallix il-fili miftuħin - bħalma għamilna fil-Marsa, bħalma se nagħmlu f'Burmarrad u bħalma għamel O'Chadwick iktar minn 116-il sena ilu, ix-xogħol għandu jservi għal snin sħaħ u jaqdi l-funzjoni tiegħu.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-Mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti u nsejjaħ lill-Viċi Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar infiq fuq kiri ta' karozzi fil-ministeru, dipartimenti u enti oħra taħt ir-responsabbilta' tiegħi, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari 19258;", "f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi nqiegħed fuq il-mejda tal- Kamra:", "Avviż Legali 130 ta' l-2006 – Regolamenti ta' l-2006 li jemendaw regolamenti dwar il-kuntratti pubbliċi (emenda nru.", "2);", "Avviż Legali 131 ta' l-2006 – Regolamenti ta' l-2006 li jemendaw regolamenti dwar akkwisti pubbliċi ta' enti li joperaw fis-settur ta' l-ilma, l-enerġija, trasport u servizzi postali (emenda nru.2); u", "f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi nqiegħed fuq il- mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar persuni barranin jaħdmu illegalment matul l-2005, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 18927; u", "Tagħrif dwar infiq fuq kiri ta' karozzi fil-ministeru u d-dipartimenti taħt ir-responsabbilta' tal-ministru ta' l-edukazzjoni, żgħażagħ u impjiegi, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 19262", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Louis Deguara.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita'): Mr Speaker, f'isem il-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni nqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar infiq fuq kiri ta' karozzi fil-ministeru, dipartimenti u enti oħra taħt ir-responsabbilta' tal-ministru għall-investiment, industrija u teknoloġija ta' l-informazzjoni, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari 19261;", "f'isem il-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar toroq li għadu għaddej ix-xogħol fuqhom, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari 19468; u", "f'isem il-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali nqiegħed fuq il-mejda tal- Kamra:", "Kopja ta' rapport mid-dipartiment tal-bini u tiswija ta' djar, datat 17 ta' Mejju, 2006 bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 19487.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Mozzjonijiet?", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Ordnijiet tal- Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-KODIĊI KRIMINALI", "CRIMINAL CODE (AMENDMENT) BILL", "L-Ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "Ikompli mill-5 ta' Ġunju, 2006.", "MR SPEAKER: Ikompli s-Segretarju Parlamentari bid-diskors tiegħu.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI (Segretarju Parlamentari): Mr Speaker, f'dan l-abbozz ta' liġi saru ħafna proposti tajbin.", "Qiegħed ninnota li ż-żewġ naħat tal-Kamra jirriferu għal dawn il-proposti tajbin pero' ma ngħatatx spjegazzjoni biżżejjed fil-fond ta' x'inhuma dawn il-miżuri tajbin.", "Għalija l-att kollu huwa wieħed tajjeb u se nagħmel ftit ta' l-enfasi fuq dawn il-miżuri li l-ministru elenka fil-bidu tad-diskors tiegħu iżda li mbagħad ma ġewx rikaċċati mid-diversi kelliema taż-żewġ naħat tal-Kamra.", "Kif kont bdejt ngħid il-bieraħ l-istatistika qiegħda turina li l-ammont ta' kumpilazzjonijiet pendenti li għandna fil-preżent żdiedu b'51% mill-2003 sa l-aħħar ta' April ta' din is-sena.", "Fil-fatt il-kumpilazzjonijiet pendenti żdiedu minn 1,292 għal 1,950.", "Dan ifisser li fis-sistema legali ta' kif wieħed jisma' x-xhieda fl-istadju tal-kumpilazzjoni qed ikun hemm ċerti intoppi u proprju sabiex inneħħu dawn l-intoppi qegħdin nippreżentaw numru ta' emendi.", "Irridu nneħħuhom għaliex l-akbar dritt fundamentali li għandu ċittadin ta' pajjiżna f'dawn iż- żmenijiet huwa dak li jkollu proċess legali li ma jdumx fis-sistema akkużatorja tagħna.", "Sfortunatament jekk wieħed jabqad u janalizza dawn l- 1,950 kumpilazzjoni pendenti jsib li ħafna minnhom m'humiex dawk li saru riċentment imma ilhom li saru s-snin twal.", "Saħansitra hemm uħud minnhom li jmorru lura għal disa' u għaxar snin pendenti.", "Allura aħna jidhrilna li ċ- ċittadin għandu dritt fundamentali għal proċess ġust u proċess li jsir malajr kemm jista' jkun.", "F'din id-dimensjoni aħna qegħdin ngħidu li hemm bżonn li wieħed jagħmel dawn it-tliet passi li nħossu li huma importanti u li hemm qbil ġenerali fuqhom.", "L-ewwel ħaġa fil-kumpilazzjoni hija meta l- atti jiġu rinvjati.", "Issa xi jfisser li l-atti jiġu rinvjati?", "Is-sistema tal-qorti hija li tisma' lix-xhieda u wara li tismagħhom tibgħat il-proċess lill-avukat ġenerali.", "Min-naħa tiegħu dan jarah u jgħid jekk ix-xhieda nstemgħux kollha jew inkella jekk jonqosx li jittella' xi xhud ieħor.", "Wara li jirċievi dan il-file, l-avukat ġenerali jerġa' jibgħatu lura l-qorti.", "Dan il-proċess jidher sempliċi pero' minħabba l-volum ta' xogħol u minħabba d-diversi intoppi li jkun hemm, jieħu ħafna ħin.", "Jieħu l-ħin minħabba li jrid jintbagħat il-qorti u jerġa' lura mingħand l-avukat ġenerali u - din hija l-aktar ħaġa importanti - nsibu intopp għaliex il-maġistrat, meta jirċievi l-atti, huwa jkun qiegħed f'pożizzjoni li jiffissa s-seduta, jiġifieri li jappunta ġurnata sabiex jinstemgħu x-xhieda jew tinġieb il- prova li jkun irid l-avukat ġenerali.", "Illum dan qiegħed ifisser li ħafna drabi jew ix-xhieda ma jirċevux il- karta, jew l-imputat ma jirċevix il-karta jew inkella xi xhud min-naħa tal- prosekuzzjoni ma jirċevix din in-notifika.", "Għalhekk nispiċċaw b'kumpilazzjonijiet li jdumu sena jew sentejn quddiem maġistrat mingħajr ma jsir xejn.", "Allura aħna qegħdin ngħidu li l-maġistrat, qabel jibgħat l-atti lill-avukat ġenerali jaħtar ġurnata mill-ewwel, liema ġurnata tkun ta' bejn xahar sa xahar u nofs u li din il-ġurnata jkun jaf biha kulħadd, jiġifieri kemm l-avukat tad-difiża ħalli ma jkunx hemm raġuni għalfejn il-kawża ma ssirx u l-istess ħaġa għall-imputat.", "Għalhekk ħrabna mill-problema tan- notifika ta' dak l-imputat għaliex issa jkun jaf bil-ġurnata minn qabel.", "Anke l-prosekutur jista' jagħmel il-pjan minn qabel u jkun jonqos biss li wieħed jara l-atti li jiġu mingħand l-avukat ġenerali.", "Nerġa' ngħid li din hija miżura sempliċi ħafna pero' ninsab ċert li se trendi aktar proċessi ta' kumpilazzjonijiet maturi u li jsiru aktar malajr.", "Mr Speaker, punt ieħor li sfortunatament qed jissarraf f'ħela ta' ħin fil- qorti ġej mill-fatt li x-xhieda li jkunu nstemgħu fil-proces verbal - jiġifieri fil-mument meta l-pulizija tibda tinvestiga mingħajr ma taf min wettaq id-delitt – ħafna drabi jerġgħu jinstemgħu mill-ġdid fl-istadju tal- kumpilazzjoni.", "Allura jkollok xi 20 xhud li jkunu taw ix-xhieda tagħhom u mbagħad ikollhom jerġgħu jinstemgħu mill-ġdid fil-qorti.", "Dan ifisser telf ta' ħin għall-qorti, għall-avukati, għall-prosekutur u anke għax-xhieda nfushom.", "Għalhekk qegħdin naqilbu dan il-proċess billi ngħidu li x-xhieda m'għandhomx bżonn jerġgħu jinstemgħu kollha.", "Tixhed darba biżżejjed, pero' jekk id-difiża tagħmel talba sabiex jerġa' jitressaq xhud partikolari, lil dak ix-xhud tkun tista' tagħmillu xi mistoqsijiet fil-kontro-eżami.", "Għalhekk dak ix-xhud biss mill-20 jitla' sabiex jixhed u allura b'din it- tieni miżura qegħdin nerġgħu nagħtu aktar ħin lill-qorti.", "Dawn iż-żewġ miżuri huma miżuri ta' organizzazzjoni pero' huma wkoll miżuri li qegħdin jipprovaw jagħmlu proċess aktar veloċi.", "Wieħed jistenna li se jkun hemm marked improvement fl-ammont ta' proċessi ta' kumpilazzjonijiet pendenti.", "Pass ieħor importanti li qegħdin nagħmlu fl-istadju tal- kumpilazzjoni jirrigwarda lit-tfal.", "Bħala ministeru ħadna diversi passi sabiex nipproteġu l-interessi tat-tfal, fosthom li llum - il-qorti in kollaborazzjoni mal-ġudikatura - hemm maġistrata waħda li tisma' l-kawżi fejn it-tfal ikun sar delitt fuqhom jew li jkunu b'xi mod involuti f'delitt.", "Dan għamilnieh sabiex kemm jista' jkun dawn il-proċessi jkunu veloċi.", "Fis-sena 2003 kienu ġew numru ta' persuni jgħiduli li ħafna mit- tfal li jixhdu fil-kumpilazzjonijiet ma jkunux jistgħu jingħataw il-kura neċessarja sabiex joħorġu mit-trawma li jkunu għaddew minnha.", "Fil-fatt għandna tfal li issa ilhom sitt snin jew tmien snin jistennew sabiex jingħataw dan it-trattament ħalli jixħtu dak li għaddew minnu wara daharhom.", "Mr Speaker, quddiem dan il-fatt iddeċidejna li nagħmlu miżura sabiex ma jkollniex każijiet bħal dawn fil-futur u l-miżura li qegħdin nipproponu hawnhekk hija waħda sempliċi.", "Fil-fatt qed ngħidu li meta t-tfal jersqu l- qorti jixhdu darba waħda.", "Li jiġri huwa li jkun hemm ix-xhieda tagħhom u l- kontro-eżami permezz ta' audio visual recording.", "Illum diġa' għandna tfal li jixhdu permezz tal-video conferencing, jiġifieri t-tfal ikunu f'kamra separata minn fejn ikun hemm l-imputat billi jagħtu x-xhieda tagħhom fuq television screen u jkunu anke jistgħu jwieġbu għall-mistoqsijiet li jsirulhom.", "Illum għandna l-avvanz modern ta' audio visual u allura x- xhieda tat-tfal qiegħda tkun protetta u diretta, qiegħda tkun b'mod u manjiera li kulħadd jista' jibqa' japprezza l-komportament tat-tfal waqt ix- xhieda tagħhom.", "Barra minn hekk, ix-xhieda tagħhom hija preservata u l- aktar ħaġa importanti hija li wara li jagħtu x-xhieda tagħhom, it-tfal jistgħu jibdew jingħataw il-kura li għandhom bżonn.", "Għalhekk b'dawn it- tliet miżuri żgur li qegħdin nagħmlu pass kbir 'il quddiem fuq il- proċedura li għandna llum.", "Pass ieħor importanti hija l-proċedura marbuta mal-ġuri.", "Il-bieraħ diġa' kelli l-opportunita' li nitkellem fuq dan il-punt li nistgħu naqsmuh f'żewġ direzzjonijiet prinċipali.", "L-ewwel direzzjoni hija li issa l-avukat tal- prosekuzzjoni u l-avukat tad-difiża se jkollhom bil-liġi d-dritt li qabel ġurat jieħu postu fuq il-bank tal-ġurati, isirulu xi mistoqsijiet bil- ġurament.", "Dawn huma intenzjonati mhux biex wieħed joqgħod jistaqsi fuq il- ħajja partikolari ta' xi ħadd imma huma intenzjonati sabiex jekk ġurat għandu preġudizzju fuq xi ħaġa, toħroġ mill-ewwel.", "Per eżempju, każ klassiku huwa ta' bniedem li jkunu serquh.", "Jekk dan jiġi magħżul bħala ġurat fi proċess fejn l-imputat huwa akkużat b'serq, ovvjament dak il-ġurat ma tistax tgħidlu li huwa bniedem li m'għandux preġudizzju kontra min hemm fil-bank ta' l-imputati.", "Din il-miżura se tgħaqqadna ma' diversi pajjiżi oħra li għandhom il-jury system bħal tagħna, li ħadna mill-1815 meta kien hemm il-piraterija.", "Fil-bidu aħna konna daħħalna din is-sistema għar-reati gravissimi iżda mbagħad maż-żmien, il-ġuri ġie estiż fuq kollox u allura, b'dawn il-mistoqsijiet se nkunu qegħdin nagħmlu pass ieħor 'il quddiem.", "Pass ieħor rigward il-ġuri huwa li l-ġurati mhux se jibqgħu aktar bis- sistema tal-lum.", "Is-sistema preżenti hija li ġurat jiġi magħżul għal xahar sħiħ mentri s-sistema li qegħdin nipprovaw indaħħlu - u hemm artiklu fil- liġi apposta - hija li l-ismijiet tal-ġurati jitilgħu għal kull ġuri li jkun se jsir.", "Jiġifieri għal kull ġuri, indipendentement mix-xahar li fih ikun se jsir il-każ, titla' selezzjoni ta' ġurati apposta.", "Allura hawnhekk għandna miżura oħra li qiegħda tattakka l-mod ta' kif isir il-proċess ta' l- għażla u b'hekk ikollna għażla ferm akbar ta' ġurati.", "It-tieni sieq importanti ta' din il-liġi hija dik li fiha qegħdin nipproteġu ferm aħjar lil vittmi ta' reat.", "F'mument minnhom smajt lill-ministru jgħid li din il- liġi qisha kodiċi ta' miżuri bl-intenzjoni li tiddefendi aħjar lill-vittmi tar-reat.", "Dan huwa pass verament importanti għaliex qiegħed jerġa' jagħti lill-vittmi tar-reat ċerti drittijiet li qabel ma kellhomx.", "Fil-fatt qabel il-vittma tar-reat kienet tixhed u mbagħad tinxteħet 'il barra.", "Anzi kien hemm diversi każijiet fejn il-vittma tar-reat lanqas biss kienet titressaq il-qorti sabiex tixhed mentri llum il-ġurnata, il-vittma tar-reat għandha dritt li tkun preżenti għall-każ.", "Dawn l-erba' miżuri huma kollha importanti.", "L-ewwelnett f'kull kawża kriminali fejn jirriżulta li l-vittma tar-reat batiet xi ħsara, il-maġistrat fis-sentenza jista' jikkundanna lil dak l-imputat sabiex iħallas id-danni.", "U din hija qabża kbira ta' kwalita'.", "Oriġinarjament il-konċett daħal fis-suspended sentence u kien hemm żmien meta bħala avukati tal-vittmi ta' reat kien ikun hemm interess li l-imputat jeħel suspended sentence ħalli l-akkużat ikun jista' jiġi kkundannat sabiex iħallas id-dannu ċivili.", "Allura jekk l-akkużat iħallas id-dannu ċivili ma jkollokx bżonn li tgħaddi mill-problema li trid tagħmel kawża ċivili għad-danni fil-prim'awla tal-qorti ċivili.", "Mr Speaker, meta saret ir-riforma tal-probation konna daħħalna fiha wkoll dan il-konċett u allura ġejna f'sitwazzjoni fejn fil-probation u fis- suspended sentence l-liġi tippermetti li tillikwida d-danni dovuti lill- vittma tar-reat.", "Issa qegħdin ngħidu li fi kwalunkwe reat u indipendentement mill-piena jekk hijiex suspended sentence jew probation il- qorti għandha dritt li tikkundanna lil dak li jkun għad-danni ċivili.", "Din hija miżura li l-ewwelnett se tagħmel ġid dirett lill-vittma tar-reat u se tagħmel ġid ukoll lill-qorti għaliex se tiffranka lill-qorti kawża oħra ulterjuri.", "Issa ħafna drabi fit-tieni kawża kien isir ħafna xogħol doppju għaliex jerġgħu jinstemgħu x-xhieda, jerġa' jkun hemm l-analiżi tal-prova u jerġa' jkun hemm ġudizzju ieħor.", "Allura mhux l-ewwel darba li minħabba fil- grad tal-prova jkollok ġudizzji li huma kontra xulxin, jiġifieri fil-qorti kriminali jkollok ħtija mentri fil-qorti ċivili ma jkollokx u bil-kontra.", "L-ewwel miżura importanti għall-vittma tar-reat tirrigwarda l-likwidazzjoni tal-kumpens.", "Ħafna drabi din hija l-aktar ħaġa faċli u se nagħti eżempju ta' dak li qed ngħid.", "Per eżempju, xi ħadd kissirli l-mutur u jiena nuri l- irċevuti ta' l-ispare parts u tax-xogħol li jkunu saru fuqu l jkunu jammontaw għal Lm300.", "Issa kultant insibu li l-vittma tar-reat tant tkun qattgħet ħin tixhed fil-kawża kriminali li taqta' qalbha u tkun tippreferi tinsa li tieħu dawk il-flus lura milli toqgħod taħli l-ħin tiela' u nieżla l-qorti.", "Allura b'dan li se nagħmlu se nagħtu xi ħaġa konkreta ħafna lill- vittmi tar-reati.", "It-tieni pass importanti għall-vittma tar-reat huwa li meta l-imputat ma jkollux mezzi finanzjarji sabiex iħallas għad-danni, tidħol fis-seħħ skema ta' ħlas għall-vittmi tar-reat min-naħa tal-fondi ta' l-istat.", "Din hija xi ħaġa revoluzzjonarja, pass kbir fiċ-ċivilita' tagħna u hija għotja fil-valur tad-drittijiet taċ-ċittadini tagħna.", "Hawnhekk smajna ħafna fuq id-drittijiet fundamentali tal-bniedem pero' ma tajniex biżżejjed enfasi lid-drittijiet fundamentali tal-protezzjoni liċ- ċittadini tagħna.", "Issa b'din il-liġi li għandna quddiemna se nkunu qegħdin nagħtuhom sentenza ta' veru għaliex inutli li lin-nies ngħidulhom li għandhom dritt iżda mbagħad meta jiġu għas-si u n-no jsibu li dak id-dak id- dritt m'huwiex qiegħed irendilhom dak li kienu qed jippretendu minnu.", "Illum qegħdin indaħħlu l-kumpens fi kwalunkwe delitt u qegħdin indaħħlu wkoll din l-iskema tal-kumpens anke fejn l-imputat m'għandux minn fejn iħallas għad-danni.", "Ovvjament se jkun hemm min jargumenta jekk il-pajjiż għandux jibda jħallas ukoll talli xi ħadd ikkommetta delitt.", "Ir-risposta hija le għaliex fuq din il-linja għamilna emenda wkoll.", "B'din l-emenda - fl-imputati tal- kumpilazzjonijiet kollha u l-imputati fil-ġurijiet – se ndaħħlu sistema li jekk dak li jkun jinstab ħati se jkollu jħallas xi ħaġa tal-flus għall- ispejjeż tal-kawża.", "Infakkar li meta l-istat jipproċedi kontra imputat ikun qiegħed iċaqlaq il-makkinarju kollu tiegħu għaliex għandek il- pulizija, ix-xhieda tal-pulizija, il-maġistrat, l-uffiċjali tal-qorti, l- uffiċjali u l-avukati ta' l-avukat ġenerali li kollha se jiċċaqilqu.", "Imbagħad meta mmorru għall-ġuri l-ispejjeż jitilgħu ferm aktar għaliex għandek il-ġurati u l-ispejjeż kollha marbuta magħhom kif ukoll l-ispejjeż marbuta mad-dewmien wara l-ħinijiet normali.", "Allura qegħdin indaħħlu sistema fejn jekk bniedem instab ħati f'kumpilazzjoni jew inkella nstab ħati f'ġuri, għandu jħallas ammont fiss ta' flus.", "Issa aħna m'għandniex il-ħsieb li noqogħdu naqbdu kull każ u naraw kemm intnefqu fuqu għaliex inkella nidħlu fi kwestjonijiet oħra.", "Li qegħdin nagħmlu hawnhekk huwa li nistipulaw ammont fiss li jrid jitħallas minn min instab ħati f'dik il-kumpilazzjoni.", "Dawn il-flus se nużawhom sabiex nissodaw il-fond li minnu se jitħallsu l-vittmi tar- reati fejn l-imputat ma jkollux biex iħallashom.", "Għalhekk dawn it-tliet miżuri marbutin flimkien huma pass kbir 'il quddiem.", "Jiena ilni 20 sena l-qorti bħala avukat u ħafna drabi kont immiss it-tbatijiet li jgħaddu minnhom dawn in- nies meta jmorru l-qorti.", "Kont nara jiena stess kif f'ċerti mumenti jsibu lilhom infushom mingħajr l-ebda forma ta' dinjita', jitilfu flushom u ħinhom u xi kultant, anke ma jiġux stmati korrettement mill-qorti.", "Fil-fatt jekk jissejħu sabiex jixhdu fid-9.00 ta' filgħodu, x'aktarx qabel is-1.00 ta' wara nofsinhar ma jixhdux jew inkella, jekk forsi xi ħadd jillarga jlaqqat multa.", "Pero' issa b'dawn it-tliet miżuri li huma marbutin mal-ħlas tad-dannu u mal-ħlas ta' l-ispejjeż tal-kawża, se nkunu qegħdin nagħmlu pass importanti favur iċ-ċittadin.", "Aħna għandna d-dmir li nipproteġu lil dik il-persuna wkoll bħalma għandna d-dmir li nagħmlu sistema akkużatorja fejn kulħadd ikun preżunt innoċenti qabel ma jinstab ħati.", "Issa hawnhekk irrid ngħid li bl-ebda mod m'hu se tintmess il- preżunzjoni ta' l-innoċenza f'din il-liġi.", "In-nies li jkunu fuq il-bank ta' l-imputati huma innoċenti u se jibqgħu hekk fi kwalunkwe stadju sakemm ikun hemm sentenza ta' ħtija.", "Pass ieħor importanti għall-vittma tar-reat huwa meta tiġi biex tieħu l- affarijiet tagħha lura.", "Meta l-oġġetti jiġu esibiti l-qorti, il- proprjetarju tagħhom, jiġifieri l-vittma, irid jgħaddi minn kalvarju sabiex jeħodhom lura.", "L-agħar sitwazzjoni hija meta kulħadd ikun qiegħed jaqbel li l-vittma għandha tieħu l-oġġetti tagħha lura u xorta waħda tibqa' tistenna żmien twil qabel ma teħodhom lura.", "U fejn qabel forsi bniedem kien jistenna, illum ma jistax jagħmel hekk, speċjalment fuq ċerti oġġetti.", "Per eżempju, jekk għandek azjenda u xi ħadd seraqlek il-computers kollha li kellek fiha, għandek l-interess li ġġib dawk il-computers illum qabel għada mhux biss sabiex tkun tista' tkompli bix-xogħol tiegħek imma anke għaliex aktar ma jgħaddi ż-żmien, aktar l-apparat tiegħek se jiġi outdated minħabba t-teknoloġija avvanzata.", "Għaldaqstant jekk jgħaddi ħafna żmien qabel ma terġa' tieħu l-oġġetti lura ssib li jkollok terġa' tarma kollox mill-ġdid.", "Is-sistema tagħna kienet li min jagħmel rikors ikun qiegħed dejjem għat- telgħa għaliex irid ikun hemm l-avukat tad-difiża, il-prosekuzzjoni u anke l-qorti li ma jsibu l-ebda oġġezzjoni għal dan.", "Issa qegħdin naqilbu kollox bil-kontra u qed ngħidu li l-vittma tar-reat għandha d-dritt tieħu l-oġġetti tagħha lura u hija l-eċċezzjoni biss fejn ma teħodhomx lura.", "Qlibna kompletament l-impostazzjoni u b'dan il-mod il-vittmi tar-reati se jingħataw il-possibilita' mill-ewwel sabiex l-oġġetti tagħhom jeħduhom lura.", "Ovvjament dan isir wara li tkun lesta l-analiżi fuqhom, jiġifieri wara li jittieħdu r-ritratti, il-kejl, il-piż u dak kollu li jkun hemm bżonn isir.", "Pass ieħor importanti li qegħdin nagħmlu huwa marbut mal- proċessi verbali.", "Sfortunatament għandna numru mhux ħażin ta' proċessi verbali pendenti u minkejja l-fatt li għamilna numru ta' miżuri hawnhekk li naqqsu l-ammont ta' proċessi verbali ġodda, irridu nikkonstataw li l-ammont ta' proċessi verbali li baqa' pendenti l-qorti huwa ta' ċertu portata.", "Fil-fatt mill-2003 sa l-aħħar ta' April ta' din is-sena t-tnaqqis kien biss ta' 2%, jiġifieri minn 1,688 proċess verbal pendenti fl-aħħar ta' April ta' din is-sena kellna 1,660 proċess verbal pendenti u dan minkejja li mis-sena 2003 sas-sena 2005 kellna tnaqqis ta' 21% fil-proċessi verabli introdotti fil-qorti.", "Din hija wkoll indikazzjoni ta' ċerta entita` u diversi drabi ssir il-kritika fil-gazzetti u f'din il-Kamra għaliex dawn il-proċessi verbali qed idumu daqshekk.", "Għalhekk qegħdin nagħmlu emenda importanti hawnhekk u qed ngħidu li wara li jgħaddu 60 ġurnata - għax skond il-liġi l- qorti għandha tagħlaq kull proċess verbal fi żmien 60 ġurnata, pero` nafu li sfortunatament daqqa għal raġuni u daqqa għal oħra, xi drabi minħabba li esperti idumu biex jagħmlu r-rapport tagħhom, ikollok proċessi verbali li jdumu iktar minn 60 ġurnata - parti li jkollha interess għandha dritt tagħmel rikors biex tkun tista' tintervjeni fil-proċess verbal.", "B'dan l-intervent wieħed jipprevedi li se nagħmlu differenza għax ċerti drabi l-proċessi verbali jkunu qishom pitturi ta' natura morta.", "Jiġifieri qegħdin hemm pero` m'għandhomx ħajja u qisu ħadd m'għandu interess li jimbuttahom biex jispiċċaw.", "Per eżempju, każ klassiku huwa ta' persuna anzjana li tkun f'darha u l-Bambin isejħilha b'mod naturali, jissejjaħ il- maġistrat u jsir il-proċess verbal għaliex is-sid ta' dak il-post ikollu interess biex jieħu lura dak il-fond.", "Pero' jrid jibqa' jistenna sakemm dan il-proċess verbal jingħalaq.", "Ħadd ma jkollu interess li jingħalaq malajr dan il-proċess verbal.", "Allura tgħaddi sena, sentejn u dan il-post ikun għadu magħluq, jinġabar it-trab fih.", "Sadanittant jista' jkun hemm xi ħadd li jixħet il-bieb 'il ġewwa, jidħol ġewwa, jagħmillek il-ħsara u l- persuna li għandha interess issib li għandha jdejha marbuta.", "Għalhekk qegħdin nerġgħu nagħmlu pass ieħor importanti 'l quddiem sabiex iċ- ċittadini tagħna jieħdu d-drittijiet li għandhom.", "Kieku kelli nagħmel analiżi ta' din il-liġi ngħid li din hija liġi li qed tagħti iktar drittijiet fil-konkret liċ-ċittadin tagħna u għalija din hija importanti ħafna.", "It-tielet u l-iktar sieq importanti f'dan l-abbozz ta' liġi hija marbuta ma' numru ta' delitti ġodda.", "L-ewwelnett għandek id-delitti għal raġunijiet li għandhom x'jaqsmu ma' razza jew reliġjon.", "It-tieni tibdil fir-reati huwa marbut man-nies li jiktbu fil-gazzetti li jitressqu l-qorti minħabba malafama.", "Qegħdin inneħħu l-odjożita` li dawn jistgħu jiġu kkundannati l-ħabs.", "Veru li xi drabi", "meta taqra ċerti artikli fil-gazzetta jista' jkun hemm min ikollu sentiment tant qawwi kontra min kitbu li jgħid li ħaqqu l-ħabs għal dak li kiteb.", "Pero` naħseb li fis-soċjeta` demokratika tagħna, fl-eżerċizzju tad-dritt ta' l-espressjoni naħseb li huwa tajjeb li, limitatament għall-kawżi tal- malafama li huma marbutin ma' l-istampa, il-parti tad-delitt li tikkundanna lil dak li jkun għall-ħabs għandha titneħħa barra.", "Jiġuni f'moħħi diversi mumenti fl-istorja ta' pajjiżna meta ġurnalisti sabu ruħhom fil-ħabs għaliex kienu qed jagħmlu xogħolhom u dan kien fi żmenijiet meta kien ferm iktar diffiċli biex isir dan ix-xogħol.", "Dan huwa importanti ħafna li jsir.", "Delitt ieħor li qegħdin nagħfsu fuqu huwa marbut ma' trafifkar ta' nies għal skop ta' prostituzzjoni.", "Hawnhekk qegħdin ngħidu li m'huwiex biss delitt li taqbad Maltin u tbigħhom barra minn Malta għal skop ta' prostituzzjoni, imma anke l-fatt li ġġib persuni minn barra minn Malta għal skop ta' prostituzjzoni hawhekk huwa delitt.", "Dawn id-delitti li qegħdin nelenkaw hawnhekk huma kollha ġodda u se jidħlu fil-kodiċi tagħna.", "Irrid ngħid li dan l-abbozz ta' liġi ħa r-ruħ - hawnhekk qed jieħu l-laħam – meta bdejna niddiskutu l-white paper \"Lejn ġustizzja aħjar u eħfef\".", "Permezz ta' dik il-white paper qajjimna ħafna diskussjoni li minnha slitna diversi partijiet li nħossu li huma neċessarji li jidħlu fis-soċjeta` tagħna l-ewwelnett biex wieħed dejjem isostni s-sistema akkużatorja tagħna u t-tieni nett biex jipproteġi d-dinjita` tal-persuni li huma involuti fil- proċess kollu.", "L-ewwelnett il-vittma tar-reat - is-suġġett passiv tar-reat mhux is-suġġett attiv – li huwa s-suġġett passiv tar-reat ikollu dinjita` ferm iktar minn qabel.", "Qabel kien stmat bħala xhud daqs ħaddieħor, qisu kważi irrelevanti, li l-proċess jista' jimxi mingħajru.", "Illum dak huwa l- ewwel dritt fundamentali li qed jissoda.", "It-tieni dritt fundamentali li qed jissoda huwa dak ta' l-imputat stess, cioe' li l-imputat ikollu a trial within a reasonable time.", "Sfortunatament meta tkun taħdem kuljum il-qorti mhux dejjem tara l-aspett minn barra u dak li forsi huwa aċċettabbli għall-avukati u għall-operaturi tal-qorti, li kawżi ta' kumpilazzjonijiet idumu s-snin, minn barra m'huwiex aċċettabbli għal diversi raġunijiet.", "L-ewwelnett għax is-soċjeta` għandha interess li l-proċessi jsiru b'mod veloċi, jiġifieri jekk xi ħadd ikkommetta delitt għandu jsirlu proċess mingħajr dewmien, isirlu b'mod fair, bil-garanziji kostituzzjonali kollha li hemm fil-liġi, imma jsir b'veloċita`.", "It-tieni nett l-istess imputat - u din hija l-iktar ħaġa importanti - ħati jew innoċenti, irid jgħaddi mill-proċess tal-qorti kemm jista' jkun fi żmien qasir.", "Ħafna drabi d-dewmien ikun raġuni fundamentali li tikkrea inġustizzja.", "Hemm nies li huma ħatja ta' ħaġa jew ħatja ta' għaxra, pero` tant idumu l-qorti biex tinqata' l-kawża tagħhom li tiżdied inġustizzja kontra tagħhom.", "Għalhekk importanti ħafna li qegħdin nissodaw il-proċess kriminali permezz ta' din il-liġi.", "Il-proċess kriminali ma jistax jiġi kkalkolat biss minn min jiddefendi l-imputat.", "Min jiddefendi lill-imputat huwa vuċi importanti fis-soċjeta`, pero` l- kriterju fundamentali biex tkejjel jekk liġi hijiex tajba jew le hija billi tisma' l-partijiet kollha fis-soċjeta`.", "U dak hu li għamilna fil-white paper \"Lejn ġustizzja aħjar u eħfef\" u wara dak ix-xogħol ressaqna fil- Parlament dan l-abbozz ta' liġi li jien ċert li se jsib l-approvazzjoni taż- żewġ naħat tal-Kamra fl-istadji kollha tiegħu.", "Grazzi.", "Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Mario Galea.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Mr Speaker, nistqarr li nħossni kemmxejn umli li nqum nitkellem wara avukat abbli bħalma hu l-kollega tiegħi l-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici.", "M'iniex avukat, imma ġej minn mill-caring profession.", "Ħdimt 12-il sena fl-emerġenza ta' l-Isptar San Luqa u kemm-il darba rajt vittmi ta' reati.", "Naħseb li huwa importanti li jitkellmu nies li m'humiex avukati għax importanti li jkun hawn taħlita ta' opinjonijiet waqt li dan il-Parlament qed isawwar dan id-dibattitu.", "Għamlu sew l-avukati li tkellmu fuq il-punti legali, fuq id-drittijiet ta' l-akkużati, fuq il-preżunzjoni ta' l-innoċenza sakemm l-akkużat jiġi misjub ħati jew innoċenti.", "Ċerti avukati għamlu sew - mhux qed ngħid għall-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici - li ħadu din il-pożizzjoni, imma hemm naħa oħra tal-munita li hija importanti u n-nies hemm barra jitkellmu fuqha.", "In-naħa l-oħra tal-munita tirrigwarda d-drittijiet tal-vittmi.", "F'dan ix- xenarju kollu tar-reati, barra l-akkużati, hemm il-vittmi u l-familji tal- vittmi u aħna qegħdin hawn, bħala rappreżentanti tal-poplu, biex nirrappreżentaw lis-soċjeta` kollha kemm hi.", "Kultant nibża' li ninsew wisq jew ma nagħtux importanza biżżejjed għalxiex qegħdin hawn.", "Fl-aħħar mill- aħħar aħna qegħdin hawn nirrappreżentaw lill-eluf li jkunu vvotawlna.", "Huwa importanti wkoll li ninsew li aħna deputati tal-partit Nazzjonalista jew deputati tal-partit Laburista, ninsew li aħna avukati jew li m'aħniex avukati u meta nitkellmu hawn għandna dejjem inżommu f'moħħna li aħna rridu nwasslu fil-Parlament il-vuċi ta' l-eluf ta' nies li hemm barra.", "Karl Marx li kien kritiku ħafna tad-demokrazija darba qal: Din id-demokrazija li qed tiftaħru biha m'hi xejn, id-demokrazija fl-aħħar mill-aħħar m'hi xejn ħlief id-dritt tal-poplu li jagħżel lil min se joppressah għall-ħames snin li ġejjin.", "Ovvjament m'huwiex hekk u forsi l-iżball ta' Karl Marx huwa li m'apprezzax kemm żviluppat u kemm tista' tiżviluppa din id-demokrazija.", "Huwa importanti ħafna li meta niġu biex nitkellmu jekk jista' jkun nagħtu kwalita` lid-demokrazija.", "Darba anke lil Churchill ikkritikawlu s-sistema tad-demokrazija parlamentari u Churchill qalilhom hekk: \"Democracy is probably one of the worst systems of governance, but could somebody come with a better solution?\"", "Id-demokrazija m'hijiex l-aħjar mod kif tiggverna imma jista' jiġi xi ħadd b'soluzzjoni aħjar?", "Pero` bit-tip ta' liġijiet li ngħaddu nistgħu nlaħħmu d-demokrazija proprju billi nagħtu kas ta' dak li jrid il-poplu.", "F'dawn l-aħħar snin għamilna diversi leġislazzjonijiet fejn min iħossu oppressat, min iħoss li għandu gvern inġust, min irid mod kif jikkontesta deċiżjoni tal-gvern jista' jagħmel dan.", "Għandna l-ombudsman, għandna sistema ta' ġudikatura awtonoma, għandna kummissjoni li tinvestiga l-inġustizzji u l-korruzzjoni, għandna l-public service commission li hija ta' fiduċja u għandna l-kunsilli lokali li jieħdu deċiżjonijiet viċin iċ-ċittadin.", "Dawn huma kollha għodod li twaqqfu fi snin riċenti u anke mhux daqstant riċenti li komplew żviluppaw is- sistema demokratika tagħna.", "Bil-mod kif nilleġislaw u x'nilleġislaw inkunu qegħdin inlaħħmu iktar id-demokrazija għax essenzjalment bħala rappreżentanti tal-poplu nkunu qegħdin inwasslu l-vuċi tagħhom fil- Parlament u nissodisfaw l-aspirazzjonijiet tagħhom.", "Jien sinċerament nemmen li b'dawn l-emendi qegħdin inwasslu l-vuċi ta' ħafna nies hemm barra li huma inkwetati bl-inċidenza ta' ċerti delitti u qed jitolbu minna bħala rappreżentanti tal-poplu biex inkunu iktar ebsin magħhom - għax meta tkun iktar iebes ma' min jinstab ħati jista', mhux bilfors, iservi ta' deterrent - u nagħmlu dak kollu li tippermettilna l-liġi għax meta qegħdin niddijljaw ma' xi ħadd li huwa akkużat b'reat serju rridu nibqgħu nilagħbu fil-parametri tal-liġi.", "Imma l-poplu hemm barra dak li qed jistenna minna bħala rappreżentanti tal- poplu.", "Għalhekk ngħid li meta qed niddiskutu dawn l-emendi qegħdin bis- serjeta` nilħqu u nilqgħu għall-aspirazzjonijiet tal-poplu.", "Hemm prinċipju ieħor li ma xtaqtx ninsa.", "Politiku serju għandu dmir li jmexxi mhux jitmexxa, irid ikollu viżjoni u jrid ikun jaf fejn hu sejjer.", "Ma tistax tkun serju u tgħid: Illum jaqbilli ngħid hekk biex nintgħoġob ma' dawk li huma akkużati u pitgħada ngħid xi ħaġa oħra biex nintgħoġob mal- vittmi.", "Bħala politiċi jrid ikollna mhux biss sens ta' viżjoni imma kapaċita` li mmexxu iktar milli nitmexxew u mhux ninġarru mill-kurrent u nipprovaw nintgħoġbu minn kulħadd.", "Fl-aħħar mill-aħħar irridu nagħmlu dak li huwa sewwa.", "Meta nkunu qegħdin nilleġislaw irridu nieħdu in konsiderazzjoni x'iridu n-nies, x'inhuma jgħidu n-nies u x'inhuwa jinkwetahom.", "Meta nkunu qegħdin nemendaw il-Kodiċi Kriminali ma nistgħux - u nagħmlu żball kbir u mn'Alla din il-Kamra mhijiex komposta mill-avukati biss imma hawn taħlita minn kulħadd - inħarsu biss lejn id-drittijiet ta' l- akkużati.", "Huwa importanti li tħares lejn id-drittijiet ta' l-akkużat għax hemm jidħlu anke prinċipji bażiċi tad-demokrazija, imma rridu nagħtu kas ukoll il-vittmi tar-reat.", "Sfortunatament minkejja diversi żviluppi li seħħew fil-passat mhux daqshekk 'il bogħod, fejn ħadna diversi miżuri biex inħarsu d-drittijiet tal-vittmi, naħseb li kien għad fadal x'isir u dawn l-emendi qegħdin jindirizzaw dan in- nuqqas.", "Kif diġa' għidt hemm id-drittijiet tal-vittmi u hemm il-familji tagħhom.", "B'dawn l-emendi qegħdin inħarsu l-interessi ta' dik il-koppja anzjana li ġiet attakkata, li ġiet misruqa, qegħdin nipprovaw nindirizzaw id-drittijiet tal-vittmi ta' hold-up u d-drittijiet ta' dak it-tifel jew tifla li sfaw vittma ta' abbuż sesswali.", "Naħseb li meta qed nagħmlu dan inkunu qed nagħtu iktar kwalita` lis-sistema demokratika tagħna għax qed nagħtu kas l-aspirazzjonijiet tan-nies, dak li jħossu n-nies u dak li jridu n-nies.", "Ħafna drabi meta l-poplu jkun ixxukkjat minħabba xi każ ta' pedufilja jew xi attakk fuq l-anzjani tisma' dan il-kumment: Irridu nkunu nuru id iktar iebsa man-nies li jkunu akkużati b'dawn ir-reati.", "Dan li qed nipprovaw nagħmlu f'dan l-abbozz ta' liġi.", "Illum qed nipprovaw nindirizzaw din il-problema, imma - u hawnhekk se nkun ftit kritiku għal xi kummenti li saru mill-Oppożizzjoni – l-problema ta' l- attakk fuq l-anzjani ma tindirizzahiex billi ġġib ritratt front page fuq il- gazzetta \"l-orizzont\" jew fuq xi gazzetta oħra ta' xi koppja anzjana li ġiet misruqa u msawta u tipprova tużahom u ddaħħalhom fil-logħba politika partiġġjana.", "Meta tagħmel hekk tkun qed tilgħab bl-emozzjonijiet tan-nies, imma ma tkun solvejt assolutament xejn.", "Jekk hemm każ ta' rape jew ta' abbuż sesswali fuq it-tfal ma tirranġa xejn billi ġġibhom fuq il-gazzetta u tgħid: Għarukaża fiex wasalna!", "M'iniex qed ngħid li m'huwiex importanti li nibqgħu nġibuhom fil-gazzetti u li nibqgħu noħolqu sensittivita` dwar il-kruha ta' dawn ir-reati.", "Meta jkun hemm hold-up li jħalli vittmi bħalma ma kien ħalla l-każ ta' hold-up fil-bank fejn pulizija safa maqtul billi ġġibhom fuq il-gazzetta u tgħid: \"Ara fiex wasalna!\" ma tkun qed issolvi xejn għaliex meta nagħmlu emendi kif qed nagħmlu llum naħseb li nkunu qegħdin nindirizzaw din il-problema.", "Il-poplu kontinwament qed jgħidilna biex inkunu iktar iebsa man-nies li jinstabu ħatja ta' dawn ir-reati gravi, fosthom attakki fuq koppji anzjani, hold-ups, rapes, pedufilja u oħrajn.", "Fl-aħħar mill-aħħar aħna rridu nkunu iktar iebsa, kull wieħed u waħda minna għandna r-responsabilita` li nkunu iktar iebsa għax Ċikku l-poplu hemm barra ma jista' jagħmel xejn biex ikun iktar iebes ma' dawn in-nies, imma aħna l-65 membru li hawn hawn ġew nistgħu nagħmlu xi ħaġa.", "Għandna l-poter li nagħmlu xi ħaġa u allura għandna r-responsabilita` li nagħmlu xi ħaġa għax in-nies hemm barra jistgħu biss jgħidulna biex inkunu iktar iebsa ma' dawn in-nies.", "Aħna qegħdin nipprovaw nagħlqu t-toqob kollha fil-liġi biex kemm jista' jkun mhux biss inkunu iktar iebsa imma nieħdu miżuri li fl-aħħar mill-aħħar għandhom iwasslu biex jipproteġu lis-soċjeta`.", "Aħna qed ngħidu li jekk xi ħadd jinstab ħati ta' wieħed minn dawn ir-reati serji, jerġa' jirrepeti r-reat u jerġa' jkun akkużat fi żmien għaxar snin, fl-ewwel tliet xhur wara li jiġi akkużat ma jistax jingħata l-liberta` proviżorja.", "Jiġifieri jekk jien kont ħati ta' attakk fuq anzjani, ġejt misjub ħati, mort il-ħabs u fi żmien għaxar snin nerġa' nirrepeti dak ir- reat, fl-ewwel tliet xhur ma ningħatax il-liberta` proviżorja.", "Pero` jekk jien niġi misjub ħati ta' reat serju, appellajt minn dik is-sentenza u nerġa' nirrepeti r-reat nista' ningħata l-bail għax għad hemm l-appell pendenti.", "Imma qed ngħidu li xi ħadd li s-sistema ġudizzjarja tagħna sabitu ħati ta' reat serju, ikkastigatu, appellaha, tilef l-appell ukoll u fi żmien għaxar snin jerġa' jagħmel reat ieħor serju, fl-ewwel tliet xhur ma jistax jingħata l-liberta` proviżorja, ħlief jekk ikun hemm raġuni gravi.", "F'dak il-każ l-avukati tiegħu jistgħu jagħmlu appell fil-qorti superjuri u jekk ikollu raġunijiet serji jista' jingħata l-bail.", "Qed nagħmlu xi ħaġa ħażina hawn?", "We are infringing xi dritt ta' xi akkużat b'daqshekk?", "Dan mhux xi anġlu nieżel mis-sema!", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq nies li f'perjodu ta' għaxar snin kienu diġa` nstabu ħatja ta' reat serju mill-qorti u reġgħu ġew akkużati fuq reat serju.", "Wieħed jista' jgħid li l-pulizija tista' takkużak għalxejn, imma anke f'dawn il-każijiet hemm mod ta' redress għax qed ngħidu li jekk ikun hemm raġuni serja l-avukati tiegħu jistgħu jitolbu l-bail quddiem il-qorti superjuri u jekk ikun hemm raġunijiet validi jingħata l-bail.", "B'daqshekk qed niksru xi dritt ta' xi akkużat?", "Jekk xi ħadd instab ħati ta' reat serju u probabbli tilef l-appell ukoll u rrepeta xi reat serju fi żmien għaxar snin aħna, bħala deputati tal-poplu, barra d-dritt ta' l-akkużat m'għandniex ukoll id-dmir li nipproteġu lill-eluf ta' membri tas-soċjeta` li huma ġenwini, li huma innoċenti u li qed jistennew lilna li nagħmlu xi ħaġa biex nipproteġuhom?", "M'għandniex nassiguraw li dik il-persuna ma tingħatax bail għal tliet xhur biex żgur ma jkunx hemm xi attentat li tiġi mbagħbsa x-xiehda?", "Qed nagħmlu xi ħaġa ħażina?", "Naħseb li kieku kellna mmorru Bieb il-Belt u nistaqsu lin-nies jekk jaqblux fuq din l-emenda, dawn jgħidulna li tliet xhur m'humiex biżżejjed.", "Kif qal l-Onor.", "Adrian Vassallo dawn jgħidulek biex tagħmluhom iktar minn tliet xhur.", "M'aħniex qed ngħidu li jekk inti ġejt akkużat għall-ewwel darba li għamilt attakk fuq anzjani jew hold-up ma tistax tingħta bail għall-ewwel tliet xhur, qed nitkellmu fuq nies li diġa` nstabu ħatja ta' reat serju.", "Qed ngħidu wkoll li jekk dawn ikollhom appell pendenti din ma tapplikax għalihom u jingħataw il-bail xorta waħda.", "Sinċerament naħseb li m'aħna qed nagħmlu xejn ħażin u nerġa' ngħid qed li qed inħallu a means of redress għax dan jista' jmur quddiem il-qorti superjuri u għal raġunijiet gravi jingħata l-bail.", "L-Oppożizzjoni qed tgħid li ma taqbilx magħhom u jekk fhimt sew – subject to correction – qalu li jekk jitilgħu huma jikkoreġuhom.", "Allura aħna qed nagħmlu ħażin li nagħmlu emendi ġodda biex il-proċeduri kriminali jitħaffu iktar?", "Dawn huma l-affarijiet li jikkritikaw in-nies.", "In-nies iridu li jsiru dawn l-affarijiet u jistaqsu għaliex vittma ta' reat għandha tistenna żmien twil biex jinqata' l-każ tagħha.", "Qed nagħmlu ħażin li qed nipprovaw inħaffu l-proċeduri?", "Għaliex l- Oppożizzjoni m'hijiex qed taqbel magħna?", "Nixtieq li nkun naf fejnma taqbilx magħna.", "Aħna qed nagħtu drittijiet ġodda u importanti lill-vittmi.", "Per eżempju, miżura importanti li hija ta' vantaġġ għall-vittmi tgħid li fis-sentenza tagħha l-qorti tkun tista' tordna ħlas ta' danni lill-vittmi f'kull kundanna għar-reat.", "Għadha kif kellmitni persuna li t-tifla tagħha ta' madwar 14-il sena fl-aħħar elezzjoni kienet għaddejja xxejjer il-maktur ta' l-Ewropa, kien għaddej carcade, xi ħadd waddab flixkun u laqatha f'wiċċha.", "Il-plastic surgeon dam kważi erba' sigħat joperaha bil-lejl, farrkulha wiċċha u għandha nofs snienha mfarrkin.", "Il-persuna li waddbilha dan il-flixkun instab ħati mill-qorti xi xahar u nofs ilu.", "Wara li ilha mill-aħħar elezzjoni ġejja u sejra l-qorti din issa trid terġa' tibda proċeduri l-qorti biex tfittex lil din il-persuna għad-danni.", "B'din l- emenda fil-liġi qegħdin ngħidu li l-qorti tista' tordna lil min jinstab ħati li jħallas kumpens raġjonevoli lill-vittma.", "Dan jevita ħafna hassle li trid terġa' tmur tagħmel kawża ċivili wara li tkun inqatgħet il-kawża l- oħra.", "Ħalli nieħdu eżempju ta' xi ħadd li jkun qala' daqqa ta' ponn, sofra danni u daħal fi spejjeż ta' eluf ta' liri fi treatment u telf ta' xogħol.", "Mr Speaker, kif kienet is-sitwazzjoni sal-lum, f'dan il-każ jittieħdu passi kriminali mill-pulizija, dak li jkun jinstab ħati u mbagħad wara l-vittma trid terġa' tiftaħlu kawża ċivili għad-danni.", "Illum dak nistgħu nevitawh għax qed ngħidu li l-qorti tista' tiddeċiedi li tagħti kumpens f'dik il-kawża kriminali u b'hekk nevitaw ħafna hassle żejjed għall- vittma.", "Apparti dan, sal-lum kumpens lill-vittmi tar-reat kien jingħata ex gratia lill-persuni li jsofru danni waqt il-qadi pubbliċi ta' dmirijiethom jew lill-persuni li jsofru danni minħabba atti llegali magħmula minn persuni pubbliċi, bħal trattament ħażin mill-pulizija.", "Issa, Mr Speaker, b'dawn l- emendi li qed nagħmlu, il-ministru tal-ġustizzja se jingħatalu d-dritt li jniedi skema biex vittmi ta' reati serji u vjolenti jingħataw kumpens mill- istat f'każijiet fejn l-aggressur ma jkunx jista' jitħarrek jew ma jkunx f'pożizzjoni li jħallas id-danni lill-vittma.", "Din hija wkoll miżura favur il-vittmi ta' xi att kriminali.", "Mr Speaker, din il-liġi qed tagħmilha aktar faċli biex il-vittma tieħu lura l-oġġetti misruqa lilha.", "Kif kien qed jispjega l-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici, għalkemm kulħadd kien jaqbel li jekk oġġetti misruqa jkunu qegħdin esebiti fil-qorti jew fil-kustodja tal- presekuzzjoni tal-pulizija, għandhom jingħataw lura lil sidhom imma ma kienx hemm proċess faċli biex dan isir.", "Issa qed nagħmluha aktar faċli lill- vittma biex tieħu lura l-oġġetti li jkunu ġew misruqa.", "Fil-fatt qed jiġi propost li jekk ikun hemm provi li l-oġġetti esebiti jappartjenu lill- vittma tar-reat, dawn għandhom jingħataw lura lill-vittma irrispettivament jekk l-akkużat jaqbilx jew le.", "Joġġezzjona kemm joġġezzjona l-akkużat, jekk ikun ipprovat li dawk l-oġġetti huma tal-vittma u li dawk ittieħdu f'reat kriminali, allura dawn jingħataw lura.", "Mr Speaker, dritt ieħor favur il-vittma hu li tfal taħt is-16-il sena jixhdu darba biss bil-video conference u ma jkollhomx għalfejn jerġgħu jitilgħu l-qorti sakemm ma jkunx hemm xi raġuni serja.", "Ħdejja għandi l- kollega tiegħi, Dr. Joe Cassar, u ċertament jaf jitkellem b'aktar abilita` dwar dawn l-affarijiet.", "Ħafna drabi tfal li jkunu abbużati sesswalment jitilgħu jixhdu.", "Jien iltqajt ma' każijiet bħal dawn u l-psikjatra tagħhom jgħidlek li aħjar ma jitilgħux il-qorti jixhdu kontra min ikun ħati li jabbuża minnhom sesswalment għaliex it-trawma li jridu jgħaddu minnha fil- qorti tkompli tkissirhom.", "Allura aħna qed nieħdu miżuri biex nagħmluha aktar faċli li dawn it-tfal jixhdu darba biss permezz tal-video u ma jkollhomx għalfejn jiġu wiċċ imb'wiċċ ma' min ikun abbuża minnhom u jgħaddu minn trawma psikoloġika oħra.", "Mr Speaker, meta nagħmlu dan, inkunu qed naqdu dmirna għax veru li fl-aħħar mill-aħħar, it-tfal li ġew abbużati għandna bżonnhom jixhdu fil-qorti imma qabel kollox, għandna nħarsu d- drittijiet u s-saħħa mentali tagħhom u nevitaw li nagħmlu aktar ħsara milli ġid!", "Mr Speaker, qed ngħidu wkoll li persuni li ġabu nies minn barra minn Malta għal skopijiet ta' prostituzzjoni għandhom jitqiesu li wettqu reat.", "Din hija xi ħaġa li n-nies huma inkwetati fuqha.", "Per eżempju, jien inkwetat bl-ammont ta' Russi li hemm f'Wied il-Għajn u ma niddejjaqx ngħid li ġbidt l-attenzjoni tal-pulizija diversi drabi.", "Irrid ngħid ukoll li l-pulizija jieħdu l-passi u jagħmlu r-raids, imma tagħmel kemm tagħmel raids, xorta jiċċaqilqu u jmorru f'post ieħor.", "Dan juri li meta ġbidt l-attenzjoni tal- Kummissarju – li rrid insellimlu għax-xogħol li jagħmel – jew tal-pulizija, dawn dejjem ħadu passi.", "Imma fl-aħħar mill-aħħar, jagħmlu kemm jagħmlu l- pulizija, min qed jaqla' l-eluf tal-liri mill-prostituzzjoni billi jġib Russi jew nies oħra minn barra l-pajjiż, dejjem se jsib mezz kif jaħrab mil- liġi.", "Għalhekk issa qed niffaċilitaw ix-xogħol tal-pulizija għax qed ngħidu li persuna li ġġib persuni minn barra għal skopijiet ta' prostituzzjoni, tkun ħatja ta' reat.", "Kulħadd jaf li uħud minn dawn ir-Russi mhux veru jiġu hawn biex jistudjaw.", "Ma rridx inkun razzist għax hawn Russi tajbin u oħrajn li huma inqas tajbin bħalma hawn Maltin tajbin u oħrajn inqas tajbin imma m'hemmx dubju li hawn nies li jġibu dawn it-tfajliet minn barra minn Malta għal skopijiet ta' prostituzzjoni u allura qed nagħmlu sew li mil-lum 'il quddiem, dan l-att jibda jiġi meqjus bħala reat.", "Qed ngħidu wkoll li l- Kummissarju tal-Pulizija se jkollu d-dritt li jirtira l-liċenzja ta' stabbiliment għal perjodu ta' tliet xhur jekk jinstab li qed jintuża għall- prostituzzjoni.", "Hawnhekk nixtieq nagħmel mistoqsija lill-ministru.", "Jiena nifhem li l-Kummissarju tal-Pulizija jkun jista' jirtira l-liċenzja ta' l-istabbiliment wara li l-qorti taqtagħha li l-istess stabbiliment intuża għal raġunijiet ta' prostituzzjoni pero` xtaqt li l-ministru jikkonfermaha.", "Jekk inhu hekk, din hija wkoll miżura importanti għax aħna rridu nagħmluha aktar diffiċli għan-nies li jiksru l-liġi b'dan il-mod.", "Nerġa' ngħid li billi noqogħdu nitkażaw m'hu se nirranġaw xejn u għalhekk hu importanti li ngħaddu emendi bħal dawn sabiex kemm jista' jkun nagħmluha aktar diffiċli għal dawn in-nies biex joperaw.", "Ngħid \"jista' jkun\" għaliex sfortunatament, tagħmel x'tagħmel, il-kriminalita` u r-reati se jibqgħu għax dawn bdew ma' l-umanita` u probabbli jispiċċaw magħha wkoll.", "Mr Speaker, qed nagħmlu miżura oħra importanti li diġa` tkellem fuqha l-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici, cioe` t-tneħħija tal-piena tal-ħabs f'każijiet ta' libelli kontra l-ġurnalisti.", "Naħseb din hija xi ħaġa tajba għaliex dan huwa pajjiż li jiftaħar li kulħadd għandu dritt għal-liberta` ta' l- espressjoni pero' mhux dejjem hekk kien.", "Jiena m'għandi l-ebda intenzjoni li nerġa' mmur lura fil-passat pero' kulħadd jaf minn xiex għaddejna f'dan il-pajjiż u kulħadd jaf li jista' jkun li jkollok politiċi li ma jħarsux id-drittijiet tad-demokrazija.", "Meta f'dan il-pajjiż kellna theddida għad-demokrazija, kien hawn ġurnalisti li ntbagħtu l-ħabs għaliex qdew dmirhom u rrapportaw ċerti affarijiet.", "Filwaqt li wieħed dejjem jappella lill-ġurnalisti biex ikunu prudenti u ma jabbużawx mil-liberta` ta' l-espressjoni, naħseb li fl-aħħar mill-aħħar huwa importanti li nħarsu d-drittijiet tal-ġurnalisti biex jekk jista' jkun, nagħmluha aktar diffiċli għall-politiċi inqas tajba, li jibagħtu l- ġurnalisti l-ħabs għaliex ikunu qed jagħmlu d-dmir tagħhom.", "Qed ngħidu wkoll li f'każijiet ta' reat kontra persuni jew proprjeta` – kif kellna dan l-aħħar – li jkunu motivati totalment jew in parti minħabba razza jew reliġjon, il-pieni jogħlew minn grad sa tnejn.", "Din hi importanti għax bħalissa hawn public outcry dwar dan u ħafna nies qed jgħidu li rridu nkunu aktar iebsa man-nies li mhux biss ikunu xenofobiċi imma li jaslu biex jagħmlu attakki terroristiċi.", "Li jkollok xenofobija hija fenomenu li qed jolqot lill-Ewropa kollha u hija xi ħaġa li tinkwetana imma dik irridu niġġieldulha bl-edukazzjoni pero` jekk imbagħad ikollok nies li lesti jwettqu attakki terroristiċi kontra nies li jgħinu jew jitkellmu favur id- drittijiet ta' l-immigranti irregolari, allura dik hija ħaġa serja.", "Mr Speaker, dan huwa mostru li nibet f'pajjiżna u importanti li bħala membri parlamentari nieħdu l-miżuri kollha neċessarji kontra nies li jinstabu ħatja ta' dawn ir-reati li kien hemm kontra l-Ġiżwiti, kontra l- avukata li toffri s-servizzi professjonali tagħha lill-immigranti irregolari u kontra l-ġurnalista Daphne Caruana Galizia u l-familja tagħha.", "Dawn kollha sfaw vittmi ta' reati terroristiċi li kien marbutin mal- mibgħeda razzjali li sfortunatament qed tinbet f'pajjiżna.", "Mr Speaker, għandu jkollna zero tolerance ma' dawn in-nies li jinstabu ħatja ma' dawn it-tip ta' reati u anke ma' dawk li għandhom il-websites u li joqogħdu jieħdu gost imorru jagħmlu l-meetings f'Ħal Safi u jxandru l-ħdura razzjali.", "Dawn in-nies iridu jħossuhom iżolati u rridu nwasslulhom il- messaġġ li huma l-Maltin irregolari fostna għax il-maġġoranza assoluta tal- Maltin ma taqbilx u ma tissimpatizzax magħhom.", "Dan il-messaġġ tagħna jrid ikun ċar u rridu nitkellmu b'vuċi waħda li ma' dawn in-nies m'għandu jkun hemm l-ebda ħniena għax dan huwa mostru li qed jinbet f'pajjiżna u rridu nimxu miegħu b'id tal-ħadid.", "Aħna qed ngħidu li naqblu mal-liberta` ta' l-espressjoni u wieħed għandu dritt jgħid li huwa inkwetat bl-immigranti irregolari imma m'għandu l-ebda dritt jaħraq il-bieb ta' Daphne Caruana Galizia għax tikteb favur id- drittijiet ta' l-immigranti irregolari.", "Jien nitkellem favur id-drittijiet ta' l-immigranti irregolari u n-nies li jitkellmu kontra dawn in-nies għaliex qatt ma marru f'postijiet bħal-Liberia u ż-Zimbabwe biex ikunu jafu bit-tbatija li jgħaddu minnha dawn in-nies.", "Meta tmur tgħix xahar hemmhekk, tkun taf x'jiġifieri u jiena dejjem għidt u nerġa' ngħid li kieku jien kont ċittadin f'dawn il-pajjiżi, kont inkun lest li naħrab anke jekk naf li hemm persentaġġ qawwi li negħreq u mmut, għaliex kollox aħjar milli tibqa' f'dak il-pajjiż.", "Min jitkellem kontra l-immigranti għax hu komdu jgħix f'pajjiż bħal Malta.", "Ovvjament aħna rridu nħarsu d-drittijiet tal-poplu tagħna għax aħna pajjiż żgħir b'mezzi limitati u qed nipprovaw indaħħlu l-konċett ta' shared responsibility mhux biss fl-Unjoni Ewropea imma anke fil- Commonwealth, u dan billi nieħdu miżuri legali u inizjattivi oħrajn fil- parametri tal-liġi u mhux immorru naħarqu l-bieb jew nagħmlu attakki terroristiċi fuq in-nies li jgħinu lill-immigranti!", "Għalhekk huwa importanti li nkunu ebsin man-nies li jkunu ħatja li xerrdu ċerta mibgħeda razzjali jew li jkunu ħatja ta' reati bħal dawn.", "Imbagħad qed titressaq l-emenda dwar ix-xhieda tal-kompliċi.", "Illum ix- xhieda tal-kompliċi hija ammessibbli biss jekk tkun korroborata imma bl- emendi li qed jiġu proposti, qed titneħħa l-ħtieġa tal-korroborazzjoni għalkemm il-qorti se tkun obbligata li tagħti warning lill-ġurati sabiex dawn iżommu f'moħħhom li x-xhieda mogħtija f'dak il-każ ma tkunx korroborata.", "Biex nispjegaha aħjar, aħna qed ngħidu li jekk, per eżempju, jien kont involut f'reat u niddeċiedi li nikxef u ngħid li Peppi u Ċikku kienu miegħi, jekk dik ix-xhieda ma tkunx korroborata, ma kenitx tgħodd imma issa b'din l-emenda, dik tgħodd pero` l-qorti trid tagħti warning lill- ġurati biex joqogħdu attenti għax din ix-xhieda ma kenitx korroborata.", "Ovvjament l-avukati mhux se jieħdu pjaċir biha għax bħalma s-suċċess tat- tobba jitkejjel fuq kemm ifejqu l-pazjenti, is-suċċess ta' l-avukati jitkejjel fuq kemm jirnexxielhom jilliberaw nies.", "S'intendi wieħed jista' jgħid li rridu noqogħdu attenti għax jista' jkun hemm xi ħadd li qed jigdeb imma jiena ngħid li fl-aħħar mill-aħħar hemm il-qorti li meta tkun qed tindirizza lill-ġurati, tista' titkellem fuq il-kredibilta` ta' ċertu xhieda.", "Apparti minn hekk, hemm il-kapaċita` tad-difiża li tiddiskredita dak ix-xhud li qed iħawwad.", "Naħseb Ii din il-miżura ta' korroborazzjoni m'għadha teżisti mkien fl- Ewropa.", "Anzi, fl-Ingilterra l-liġi kienet tgħid li l-qorti trid tagħti warning - kif qed nagħmluha aħna issa – u anke dik neħħew.", "Jiġifieri we are not reinventing the wheel fl-aħħar mill-aħħar.", "Din saret u qed issir u hu pprovat li kienet suċċess għax li kieku ma kienx hekk, ma kien jitkisser l- ebda ċirku tal-mafja – niftakruha l-affari tal-pentiti fl-Italja - għax ħafna drabi wieħed ikun hemm li jkollu l-kuraġġ li jikxef lil sħabu u li wara ovvjament jingħata l-istate protection.", "Allura ma naħsibx li qed nagħmlu xi ħaġa ħażina li qed nagħtu l-għodda lill-pulizija biex dawn ikunu jistgħu jkissru ċ-ċirku ta' kriminalita`.", "Aħna qed nieħdu miżuri ebsin, Mr Speaker.", "Darba Martin Luther King qal li l-liġi m'hijiex poeżija u qiegħda hemm għal dawk li huma bla qalb.", "Allura meta aħna nkunu qed nagħmlu l-emendi fil-liġi, dejjem irridu nżommu f'moħħna lil dawk li huma bla qalb u nħarsu d-drittijiet tal-vittmi.", "Meta Tony Blair dan l-aħħar kien qed jindirizza d-delegati tal-partit tiegħu, qalilhom hekk: We are stronger when we are on the side of the people.", "U jiena ngħid li dan il-Parlament ikun aktar b'saħħtu meta jilleġisla favur in-nies għax in-nies iriduna nkunu iebsa ma' min jabbuża u jriduna nħarsu d- drittijiet tal-vittmi.", "Seneca darba qal: If a man does not know to which port he is sailing, no wind is favourable.", "Jekk persuna ma tafx fejn trid tasal, tibda tilmenta li l-ebda riħ m'hu tajjeb għaliha u naħseb li aħna ma nistgħux ingergru li r-riħ mhux favorevoli għax nafu fejn sejrin, Mr Speaker.", "F'Jannar ta' l-2005 konna ħriġna l-white paper \"Lejn ġustizzja eħfef u aħjar\" u b'dawn il-miżuri li qegħdin nieħdu, qed naqbdu dawk il-proposti u ndaħħluhom fis-seħħ biex nagħtu aktar drittijiet lill-vittmi u biex fuq kollox inkunu iebsa ma' min ikun akkużat li għamel ċerti reati serji u jkun hemm relapse għax kif għidt fil-bidu – u nagħlaq biha – d-dmir tagħna huwa li nħarsu d-drittijiet ta' l-akkużat imma għandna dritt sagrosant li nħarsu lis-soċjeta`.", "Jekk ma nħarsuhiex aħna lis-soċjeta`, min se jħarisha?", "Aħna għandna dritt nagħmlu dan għax il-maġġoranza assoluta tal-Maltin huma nies li jobdu l-liġi, huma nies li jimxu mal-liġi, huma nies li ma jagħmlux ħsara u għalhekk għandna r-responsabilita` u d-dmir li nipproteġuhom.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joe Cassar.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Mr Speaker, jiena ma xtaqtx nirrepeti ħafna affarijiet pożittivi li saru pero` minħabba n-natura tax-xogħol tiegħi, xtaqt ngħid ftit kelmiet fuq ċerti klawsoli f'din il-liġi li għalija huma breathtaking u li bihom il-gvern tagħna qed jersaq dejjem aktar lejn iċ-ċittadin.", "Din hija liġi li fiha ħafna affarijiet li ħafna minna kienu ilhom jistennew ħafna u jkun tajjeb li wieħed jirringrazzja lill-ministru u lill-gvern li dawn l-affarijiet qegħdin quddiem dan il-Parlament biex niddibattuhom u biex fl-aħħar mill-aħħar ngħadduhom bħala liġi.", "L-ewwel punt li xtaqt nisħaq fuqu – l-Onor.", "Mario Galea tkellem fuqu b'ċerta qawwa u naqbel miegħu perfettament – hu l-aggravju f'każ ta' delitt motivat razzjalment.", "Dan l-abbozz ta' liġi jgħid li f'każ ta' reati kontra persuna jew proprjeta` li jkunu motivati totalment jew in parti abbażi ta' ostilita` lejn grupp minħabba razza jew reliġjon, il-pieni jogħlew minn grad sa tnejn.", "Jiena nemmen li f'soċjeta` moderna u f'soċjeta` li tħaddan ir-Reliġjon Kattolika fil-Kostituzzjoni tagħna fejn l-imħabba lejn għajrna hija xi ħaġa importanti, din il-parti tal-liġi rridu napprezzawha u napprovawha.", "Ma jistax ikun li f'dan il-pajjiż nisimgħu b'affarijiet fejn ikollna nies li jimponu l-idea razzjali tagħhom fuq il-poplu Malti u Għawdxi.", "Din l-emenda hi essenzjali u għal darb'oħra turi li dan il-gvern jaf jaqbad il-barri minn qrunu u jieħu l-affarijiet bis-serjeta`.", "It-tieni ħaġa li xtaqt nitkellem fuqha hija dik il-parti fl-abbozz ta' liġi li titkellem fuq persuni li għandhom problema ta' dipendenza u bħala psikjatra li naħdem ma' dawn in-nies, din ovvjament tinżilli għasel.", "Qed nirriferi għal section 21 li tħares lejn l-Ordinanza dwar il-Professjoni Medika u professjonjiet li għandhom x'jaqsmu magħha.", "Biex nagħti ftit background tagħha, fl-1999 kienet ġiet emendata l-liġi b'tali mod li l-użu tad-droga għal raġunijiet personali ma jkollhiex piena mandatorja ta' ħabs.", "Ta' min ifakkar li f'dan il-perjodu, kien hemm reżistenza kbira għal din il- miżura min-naħa ta' l-Oppożizzjoni u dawn huma affarijiet importanti għax mhux qegħdin nitkellmu fis-seklu 14 imma qegħdin nitkellmu fl-1999 u qegħdin nitkellmu fuq xi ħaġa li hija tant essenzjali u tant importanti għan-nies li jbatu minn din il-problema.", "Jiena ngħid \"ibatu\" għax aħna nafu li min għandu problema tad-droga, għandu kondizzjoni li taqa' taħt problema ta' saħħa mentali.", "Fil-fatt fir-raba' verżjoni riveduta tal-manual ta' l- American Psychiatric Association li jissejjaħ \"The diagnostic and statistical manual of diseases\" jingħad ċar u tond li l-problema ta' dipendenza hija problema li taqa' taħt saħħa mentali.", "Dan juri, Mr Speaker, li din il-parti tal-liġi hija importanti ħafna għax qed tagħmel differenza fuq dawk in-nies li qegħdin jagħmlu sharing tad-droga.", "Mr Speaker, sar ħafna homework mill-Kumitat ta' l-Affarijiet Soċjali – li min hawn insellmilhom - li għal diversi xhur iltaqgħu mad-drug forum li kien presedut mill-President ta' Malta.", "Dan kien forum li ta ħafna pariri siewja lill-Kumitat ta' l-Affarijiet Soċjali li fid-9 ta' Jannar ta' din is- sena ppreżenta r-rapport tiegħu u kkonkluda li għandu jipproponi li jsir rivalutazzjoni ta' Kapitlu 101 fis-sens li l-piena minima ta' sitt xhur priġunerija ma tibqax tassattiva f'każ ta' sharing u l-ġudikant għandu jkollu diskrezzjoni limitata minn parametri ċari stabbiliti bil-liġi.", "Għalhekk f'dan l-abbozz ta' liġi qed jiġi propost li wara li l-qorti tikkonsidra ċirkostanzi speċifiċi ta' kull każ, sharing ta' droga f'ammonti żgħar ma jibqax kastigat b'piena mandatorja ta' ħabs bħal fil-każ ta' traffikar.", "Hawnhekk verament għandna għalfejn nirringrazzjaw lill-gvern li għal darb'oħra poġġa lill-pazjenti jew lin-nies bi problema ta' saħħa mentali f'pożizzjoni fejn issa jistgħu jibbenefikaw minn din il-liġi u ma nibqgħux nittrattawhom iktar ta' kriminali li għal ħafna minna li naħdmu f'dan il-qasam kienet xi ħaġa ta' tbatija imma minn issa 'l quddiem, nibdew nittrattawhom ta' nies bi problema u li nistgħu ngħinuhom.", "Ovvjament il- liġi tgħid ċar u tond li dawk li jittraffikaw id-droga għandhom jiġu kkastigati kif suppost u anke din hija xi ħaġa importanti.", "Punt ieħor li xtaqt insemmi tirrigwarda klawsola 17 fejn qed ngħidu hekk:", "\"... iżda wkoll meta x-xhud ikun minuri taħt is-16-il sena u tinġieb bi prova reġistrazzjoni b'audio u bil-video ta' xhieda ta' minuri, il- minuri m'għandux jinġieb biex jiġi eżaminat viva voce kemm-il darba l- qorti ma tordnax li jsir xort'oħra għal xi raġuni li toriġina wara d- data meta dak il-minuri jkun ta x-xhieda tiegħu u l-qorti tqis li dan ikun fl-interess ta' l-amministrazzjoni tal-ġustizzja u l-kxif tas- sewwa.\".", "Bażikament din hija xi ħaġa importanti ħafna, speċjalment għalina li naħdmu mal-vittmi ta' l-abbuż, fosthom mat-tfal.", "Sfortunatament sakemm ħarġet din il-liġi, dawn it-tfal kien ikollhom jgħaddu minn ċirkostanzi fejn mhux l- ewwel darba - għall-ġid tas-saħħa mentali tagħhom - aħna stess konna ngħidu li ma jkunx xieraq li huma jitilgħu jixhdu quddiem il-perpetrator.", "Naf ukoll li ħafna maġistrati u mħallfin li naħdmu", "magħhom anke f'dan il-qasam, ħassew il-bżonn li l-Kodiċi Kriminali jinbidel b'tali mod li jkun dejjem favur il-vittmi żgħar.", "Naħseb li lkoll kemm aħna rridu nipprovaw napprezzaw - forsi għalina huwa diffiċli li napprezzaw - kemm huwa diffiċli għall-vittmi li jitkellmu kontra dak li jkun qiegħed jivvittimizzahom.", "Mr Speaker, naħseb li aħna ma napprezzawx biżżejjed id-diffikulta' kbira li jsibu dawn it-tfal żgħar li jridu jmorru quddiem qorti u jitkellmu kontra l- ġenituri tagħhom stess.", "Forsi trid taħdem magħhom sabiex tapprezza aktar id-diffikulta' li jsibu dawn it-tfal.", "Ħafna drabi meta nisimgħu ċerti stejjer aħna taqbadna ċerta rabja u nkunu rridu nagħmlu ħafna affarijiet iżda r-realta' tat-tfal li jgħaddu minn dawn l-esperjenzi hija realta' differenti ħafna minn tagħna.", "Hija realta' li tpoġġihom wiċċ imb'wiċċ ma' diffikultajiet kbar u ma' sitwazzjonijiet fejn huma stess xi kultant jibdew iħossuhom guilty għaliex iridu jitkellmu kontra dik il-persuna li tiġi minnhom, kontra dik il-persuna li kienet tgħallimhom, li kienet is- superjuri tagħhom jew forsi li kienet ħabib tagħhom.", "Allura din hija parti mil-liġi li se tkun xi ħaġa importanti ħafna u nemmen li kulmin jaħdem fil- qasam tat-tfal, se jħares lejn din il-parti tal-liġi bħala xi ħaġa essenzjali u importanti.", "Ħaġa oħra li xtaqt insemmi għaliex, fl-opinjoni tiegħi, hija xi ħaġa importanti hija kif se tiġi emendata l-ordinanza dwar il-qirda tal-kummerċ fil-prostituzzjoni.", "Din hija xi ħaġa li saħqu fuqha l-membri kollha li tkellmu fuq dan is-suġġett għaliex hija xi ħaġa li fiż-żmien tagħna qiegħda tirrita lil ħafna persuni.", "Hawnhekk mhux se nsemmi nazzjonalita' waħda għaliex naħseb li hemm ħafna aktar minn nazzjonalita' waħda involuta f'dan il-każ.", "Nemmen li dawn huma persuni b'diffikultajiet kbar u li anke f'pajjiżhom stess ma sabux xorti.", "Sfortunatament dawn in-nies xi kultant isibu lil min jabbuża minnhom u jużahom għall-prostituzzjoni.", "Ġejjin minn fejn ġejjin, dawn in-nies huma wkoll vittmi u għalhekk, min qiegħed jużahom għandu jieħu dak li ħaqqu.", "Punt ieħor li xtaqt insemmi huwa dwar l-inkjesti maġisterjali.", "Naħseb li huwa importanti li f'każi fejn l-inkjesti maġisterjali ma jkunux inbdew mill-avukat ġenerali jew inkella mill-pulizija, il-maġistrat inkwerenti ma jkunx jista' jibda l-inkjesta mingħajr il-permess tal-prim imħallef.", "Naħseb li din hija xi ħaġa li wieħed irid iħares lejha wkoll.", "Ovvjament jien m'iniex xi bniedem tekniku fuq dawn l-affarijiet imma naħseb li din hija xi ħaġa pożittiva.", "Kif għidt fil-bidu, ma rridx noqgħod nirrepeti dak li diġa' ntqal minn ħaddieħor u nagħlaq id-diskors tiegħi billi ngħid li, fl-opinjoni tiegħi, dan l-abbozz ta' liġi se jġiegħel lill-vittmi tar-reat iħossu li qiegħed jiġri xi ħaġa favur tagħhom għaliex jekk din il-liġi tgħaddi, kif jiena ċert li se tagħmel, se jingħata kumpens lill-vittmi ta' reati kriminali.", "U din hija xi ħaġa li kif nafu, sal-ġurnata tal-lum kienet tiġi mogħtija b'ex gratia.", "Pero' dan l-abbozz ta' liġi se jbiddilha b'tali mod li dawk in-nies li kienu vittmi ta' reati kriminali, issa se jiġu kumpensati kif inhu xieraq.", "Din hija xi ħaġa li jiena ċert li se tressaq liċ-ċittadin ferm aktar viċin tas-sistema legali tagħna u fejn wieħed issa se jħossu li l-liġi, fl-aħħar mill-aħħar qiegħda hemm sabiex tiddefendih u sabiex tagħtih kumpens tar-reat li jkun sofra.", "Mr Speaker, mill-ġdid nerġa' nifraħ lill-gvern ta' l-abbozz li qiegħed iressaq quddiem din il-Kamra u nemmen li ż-żewġ naħat tal-Kamra għandhom ikunu pożittivi sabiex jaqblu ma' dan l-abbozz ta' liġi.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Jekk m'hawnx aktar rimarki, insejjaħ lill-Viċi Prim Ministru sabiex jgħaddi għall- winding up.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, sa ċertu punt ħadt gost li ħadna ħames seduti jekk mhux aktar fuq dan l-abbozz ta' liġi għaliex huwa abbozz importanti ħafna.", "Kif qalu diversi kelliema dan huwa abbozz li jinkludi diversi emendi li ħafna minnhom ma qajmux xi dibattitu kontroversjali f'din il-Kamra, ħlief xi wħud li issa se nitkellem dwarhom.", "Ħadt gost ukoll li anke f'dan id-dibattitu saru xi suġġerimenti għal provvedimenti ġodda li se jiġu kkonsidrati fl-istadju tal-kumitat.", "Jiena ddiskrevejt dan l-abbozz fuq kollox bħala charter tad-drittijiet tal-vittmi tar-reati.", "Diversi kelliema semmew il-kwestjoni tal-kumpens tal-vittmi li jistgħu jitħallsu d- danni li jkunu sofrew anke fil-kawża kriminali minflok ma jagħmlu kawża ċivili.", "Issemma wkoll kif il-vittma tista' titlob li l-inkjesti li jkunu damu aktar minn xahrejn, tixhed fihom hi stess jew ittella' lix-xhieda fihom hi u li min jisirqulu l-affarijiet u jiġu esibiti fil-qorti se jsibha aktar faċli sabiex jirtira dawk l-oġġetti mill-qorti.", "Dawn huma kollha proposti li ħafna minnhom qatt ma smajna bihom mentri oħrajn kienu jeżistu imma issa qed nagħtuhom bażi legali b'saħħitha.", "Semmejna wkoll ir-reati ta' mibgħeda razzjali li diġa' kien reat fil-Kodiċi Kriminali u issa qed nagħmluh bħala aggravju f'każ li inti, bi skop ta' mibgħeda razzjali tagħmel il-ħsara fuq il-proprjeta' jew fuq il-persuna.", "Dan qiegħed insemmih għaliex fl-introduzzjoni ma kellix ċans.", "Din kienet xi ħaġa meħtieġa in vista li ffirmajna wkoll ċerti trattati internazzjonali li għandhom x'jaqsmu kontra d-diskriminazzjoni razzjali.", "Ħadt gost ħafna li fuq il-kwestjoni tax-sharing hawn il-qbil bejn iż-żewġ naħat u personalment nixtieq nara aktar emendi fil-liġi tad-droga.", "Per eżempju, jiena verbalment kont għidt ukoll ma' l-Onor.", "Gulia li l-gvern qiegħed jikkonsidra li jilqa' proposta oħra li m'hijiex fl-abbozz imma li nistgħu niddiskutuha fl-istadju tal-kumitat.", "Din il-proposta għandha x'taqsam ma' meta jkollok każ ta' żgħażagħ taħt is-16-il sena li jkollhom pussess biss ta' droga għall-użu personali tagħhom.", "F'dan il-każ hemm bżonn li dawn jittellgħu bilfors il-qorti?", "Meta tkun l-ewwel darba ma nistgħux nagħmluha li l-pulizija tagħtihom twissija?", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq first time offenders li jkunu taħt is-16-il sena u li jinstabu fil-pussess ta' ċerti drogi għall-użu personali tagħhom u mhux għal traffikar.", "Madanakollu qiegħed nieħu gost li għallinqas qegħdin naqblu bejnietna fuq il-kwestjoni tax-sharing.", "Ovvjament irridu ngħidu li huwa faċli li titkellem fuq ix-sharing pero' meta tiġi biex tagħmel l- abbozz ssibha diffiċli sabiex tara eżattament x'inhu.", "Min-naħa tagħna pprovajna nagħmlu definizzjoni kemm jista' jkun aċċettabbli ħalli tispiċċa din il-kwestjoni li fejn ikollok tnejn min-nies li jaqsmu ftit tad-droga bejniethom, inqisuha bħala traffikar u allura nibagħtuhom bilfors il-ħabs.", "Naturalment il-piena ta' ħabs se tibqa' pero' mhux se tkun ta' bilfors.", "Din l-emenda għaddejniha mill-Kumitat ta' l-Affarijiet Soċjali tal-Kamra sabiex kemm jista' jkun ikollna consensus wiesa' dwar din il-proposta.", "Mr Speaker, jien m'iniex se nidħol fil-kontroversja ta' min biddel jew ma biddilx il-ħsieb tiegħu.", "Huwa ovvju li l-gvern mill-bidunett kien jemmen li wara l-esperjenza ta' dawn is-snin fuq il-liġi tad-droga, kien hemm il- bżonn li nagħtu aktar diskrezzjoni lill-maġistrati u lill-imħallfin.", "Għalhekk nitbissem ftit meta nismagħhom jgħidu li l-gvern qiegħed jisfiduċja lill-maġistratura meta proprju aħna qegħdin inwessgħu - fil-każ tax-sharing żgur - d-diskrezzjoni tal-maġistrati.", "Kellna sitwazzjoni fejn - uħud minnhom saru taħt il-gvern Laburista u oħrajn saru taħt il-gvern Nazzjonalista - bdejna ngħidu li fil-każ tat-traffikar ma tistax tagħtih probation.", "Allura dan ifisser li l-gvern u l-Oppożizzjoni, li dak iż- żmien kienu qablu li f'każ ta' traffikar trid tmur il-ħabs bilfors, għamlu din il-liġi għaliex ma kellhomx fiduċja fil-maġistrati?", "Hawnhekk qiegħed nipprepara l-argument għall-affarijiet l-oħra li dwarhom ġejna akkużati, fosthom dawn it-tliet emendi li qajmu kontroversja.", "Pero' għaliex dak iż-żmien kien hemm il-liġi li tgħid li fil-każ tat-traffikar il-maġistrat bilfors irid jibgħatek il-ħabs, anke jekk huwa traffikar ta' ftit droga jew sharing, u issa qed inbiddluha, ifisser li dakinhar ma kellniex fiduċja fil-maġistrati?", "Aħna kellna diversi inċidenti ta' Maltin u anke ta' barranin li nqabdu fl-airport b'ammonti żgħar ta' droga għall- użu personali tagħhom meta dak iż-żmien il-liġi kienet tgħid li ġaladarba tinqabad fl-airport bilfors trid tmur il-ħabs jekk tinstab ħati.", "Mela jekk ninqabad bl-istess ammont ta' droga f'Paceville mhux bilfors immur il-ħabs pero' jekk ninqabad bl-istess ammont ta' droga fl-airport, bilfors immur il-ħabs.", "Dik il-liġi saret u l-Oppożizzjoni tant qablet magħha li meta pprovajna nbiddluha vvotat kontra b'division.", "Allura dakinhar l- Oppożizzjoni ma kellhiex fiduċja fil-maġistrati?", "Jien qatt m'għamilt dik l- akkuża u għidt li għandna nagħtu diskrezzjoni lill-maġistrati għaliex f'dan il-każ hekk tirrikjedi l-ġustizzja.", "Irrid infakkar xi ħaġa lill-Onor.", "Herrera għaliex huwa kien l-aktar wieħed voċiferuż fil-kritika tiegħu - tant li kienet qisha se tasal l-aħħar tad- dinja – fuq dawn il-famużi tliet emendi.", "Smajna lill-Oppożizzjoni tgħid li kienet se tivvota favur l-abbozz fit-Tieni Qari imma meta niġu għall- istadju ta' kumitat, se tivvota kontra dawn it-tliet emendi b'division.", "Infakkru li l-memorja tiegħu hija qasira ħafna fuq il-mod ta' kif jivvota f'dan il-Parlament għaliex meta konna ressaqna l-liġi fejn f'każ ta' importazzjoni ta' droga għall-użu personali biss - mill-Maltin jew mill- barranin - ma kellekx tmur bilfors il-ħabs imma nħalluha f'idejn il- maġistrat sabiex jiddeċidiha, l-Onor.", "Herrera vvota kontriha b'division.", "Jiena kont esibejt f'dan il-Parlament kif fil-votazzjoni tiegħu, l-Onor.", "Herrera kien ivvota kontra imma mbagħad f'artiklu li kiteb fil-gazzetta \"The Times\" tkellem fuq kemm kienet liġi tajba dik il-liġi li hu stess ivvota kontra tagħha!", "Allura jekk dik kienet tajba meta hu vvota kontriha, aħseb u ara kemm huma tajbin dawk il-liġijiet li vvota favur tagħhom!", "Għaldaqstant qabel ma nagħmlu ħafna xenati f'dan il-Parlament u noqogħdu nittimbraw ċerti proposti bħala proposti faxxisti, għandna nqisu ftit kliemna.", "Mr Speaker, irrid inwieġeb għal xi kritika li saret mill-Oppożizzjoni u għal xi kummenti u talbiet għal kjarifiki li saru minn din in-naħa tal- Kamra.", "L-Oppożizzjoni qiegħda toġġezzjona għaliex fl-abbozz ta' liġi qegħdin ngħidu li f'dawk il-każijiet rari - veru huma rari għaliex forsi saru xi tlieta biss kemm ilni avukat - fejn inkjesta maġisterjali ssir mhux fuq talba tal-pulizija jew ta' l-avukat ġenerali imma ssir fuq talba ta' xi ħaddieħor, qabel maġistrat jaqbad u jagħmel inkjesta jrid jitlob il- permess tal-prim imħallef.", "Li kieku għidna li l-maġistrat irid jitlob il- permess tal-ministru kont nifhem il-kritika ta' l-Oppożizzjoni imma hawnhekk qed nagħmlu dan l-għaġeb kollu għaliex irid jitlob il-permess tal- prim imħallef, li huwa l-ogħla membru tal-ġudikatura.", "Kien hemm min ippropona li minflok il-maġistrat ikollu bżonn il-permess tal- prim imħallef, ikun il-prim imħallef li jassenja liema maġistrat għandu jagħmel l-inkjesta.", "Irrid ngħid li din il-proposta tagħti lok għal abbużi kbar għaliex jien nista' nagħmel rapport fit-tali ġurnata meta jkun hemm maġistrat partikolari ħalli jkun hu li jieħu ħsieb l-inkjesta u b'hekk inkunu nistgħu niżviluppaw inkjesti all'italiana, li huma xi ħaġa differenti għaliex il-maġistrat Taljan għandu modi differenti ta' kif imexxi inkjesta mill-maġistrat Malti li huwa l-ġudikant.", "Allura nistgħu nispiċċaw b'inkjesti a' la Di Pietro fejn f'daqqa waħda nies jiġu investigati mingħajr ħadd ma jaf għalfejn.", "Għallinqas fl-Italja jagħtuk l- avviso di garanzia pero' f'Malta, Alla jbierek tista' titlaq b'inkjesta u l- persuna li qed tiġi ndagata lanqas biss tiġi nformata li qed tiġi ndagata.", "Jiġifieri huwa perikoluż li neqirdu dan il-poter u naqbel ma' kulmin qal li dan il-poter għandu jibqa' kif inhu, pero' għandha tibqa' fil-parametri tal-liġi.", "Il-liġi tipprovdi li sabiex inkjesta ssir irid ikun hemm ċertu serjeta' fir- reat u mhux għaliex tnejn ħabtu b'karozza ssir inkjesta maġisterjali.", "It- tieni rikjesta huwa li l-inkjesta ssir mhux sabiex nagħmlu a fishing expedition imma sabiex tiffriża sitwazzjoni kif inhi ħalli tkun tista' tagħmel l-investigazzjoni meħtieġa.", "Per eżempju, isir reat ta' qtil u l- maġistrat imur fuq il-post sabiex ikejjel u jagħmel il-pjanta tal-post.", "Inkella miet xi ħadd f'inċident tat-traffiku u allura l-maġistrat jagħmel l- isketch ta' l-inċident u jaħtar l-esperti fuq il-każ.", "Inkjesta ssir mhux għaliex sempliċiment tikteb ittra u hemm liġijiet oħra sabiex issir inkjesta.", "Allura filwaqt li l-gvern bl-ebda mod ma jrid inaqqas dan id- dritt li ssir inkjesta anke mhux fuq talba ta' l-avukat ġenerali jew il- pulizija, irridu naraw li nevitaw l-abbużi.", "Jiena lest li nikkonsidra kwalunkwe emenda sabiex dan l-abbuż ma jsirx, jiġifieri m'iniex marbut partikolarment mal-provvediment kif qegħdin nipproponuh, basta l-iskop tal- leġislatur jiġi sodisfatt.", "It-tieni kwestjoni li qajmet kontroversja - u l-Oppożizzjoni qalet li trid tivvota kontra tagħha fl-istadju ta' kumitat - hija dwar ir- restrizzjonijiet li qegħdin indaħħlu rigward l-għoti tal-liberta' proviżorja għar-riċedivi, jiġifieri lil dawk in-nies li mhux qed jikkommettu reat serju wieħed imma li qegħdin jikkommettu diversi reati serji.", "F'dan l-abbozz qed nipproponu li fil-każ ta' reati serji biss ikun hemm din ir-restrizzjoni.", "Insibu wkoll id-definizzjoni ta' x'inhu reat serju fl-iSkeda D ġdida li qed nagħmlu mal-kodiċi.", "F'din l-iskeda għandek il-każi ta' reati li jġorru magħhom piena ta' aktar minn disa' snin ħabs u allura qegħdin verament nitkellmu fuq reati serji.", "F'din il-lista nsibu omiċidju, tentattiv ta' omiċidju, stupru aggravat, kull tip ta' reati li għandhom x'jaqsmu ma' l-abbuż sesswali fuq it-tfal, pedofelija, serq bi vjolenza, feriti ta' natura gravi – jiġifieri li tagħti daqqa ta' sikkina jew b'oġġett li jaqta' lil xi ħadd - u fl-aħħar qed inżidu wkoll attakki fuq l-anzjani.", "Dawn huma reati serjissimi u nsibu d-definizzjoni – għaliex talabhieli l-Onor.", "Adrian Vassallo - tagħhom fl-iSkeda D.", "Mr Speaker, ma nafx x'ma qalux fuq dawn il-famużi restrizzjonijiet u saħansitra qalu li ksirna l-Kostituzzjoni u diversi trattati.", "L-Onor.", "Herrera sejħilha proposta faxxista!", "Li qegħdin nipproponu f'dan l-abbozz huwa li jekk xi ħadd jagħmel hold-up u jinstab ħati ta' dak il-hold-up anke fl-appell, jekk fi żmien għaxar snin minn mindu jsibuk ħati bl-appell terġa' tikkommetti hold-up ieħor, għal dawk it-tliet xhur - mhux għal tliet snin - il-preżunzjoni tkun li ma tistax tieħu pledge.", "Aħna qed ngħidu preżunzjoni għaliex anke fl-abbozz għidna li f'dawk it-tliet xhur, l- imputat jista' japplika mill-ewwel ġurnata għal-liberta' proviżorja quddiem l-imħallef tal-qorti kriminali, li min-naħa tiegħu jista' jagħtih biss il- liberta' proviżorja jekk ikun hemm raġunijiet gravi.", "Dan qiegħed ngħidu għaliex l-Onor.", "Jason Azzopardi staqsieni jekk ir-rikors fil-qorti kriminali jistax isir mill-ewwel ġurnata jew inkella minn meta tieqaf il- kumpilazzjoni.", "Ir-rikors jista' jsir fil-qorti kriminali mill-ewwel ġurnata.", "Irrid ngħid ukoll li dawn it-tliet kondizzjonijiet bl-ebda mod ma jistgħu jippreġudikaw id-dritt ta' l-imputat - jekk jidhirlu li l-pulizja tellgħatu b'arrest b'mod illegali – li japplika mal-maġistrat sabiex jinħeles mill- arrest.", "Dan għaliex hawnhekk m'aħniex qegħdin nittrattaw aktar fuq bail imma qegħdin nittrattaw arrest li sar b'mod illegali.", "Ħalli nipprova nispjega b'mod sempliċi dak li qed nipprova ngħid.", "Aħna kellna l-każ ta' TW versus Malta li ġie deċiż f'April ta' l-1989 kontra Malta fejn il-Qorti Ewropea ġibditilna l-attenzjoni li f'pajjiżna, meta jidher għall-ewwel darba l-imputat quddiem maġistrat u l-imputat jidhirlu li l-arrest tiegħu kien illegali, dan m'għandux mezz ta' kif jitlob li jinħeles mill-arrest.", "U għalhekk wara li tlifna dik is-sentenza konna ntroduċejna artiklu 574A li s-subartiklu (6) tiegħu jgħid hekk:", "\"If the court finds that the continued detention of the person charged or accused is not founded on any provisions of this Code or of any other law which authorises the arrest and detention of the person in custody, it shall unconditionally release that person from custody.\".", "Għaldaqstant dik mhux se tiġi mittiefsa u jekk hemm xi dubju dwar dan, nistgħu nagħmlu emenda fl-istadju tal-kumitat sabiex din tkun aktar ċara.", "Meta l-arrest ikun sar b'mod illegali u l-pulizija ttella' lil xi ħadd illegalment taħt arrest, bħal per eżempju, meta tkun żammitu aktar minn 48 siegħa jew inkella meta ma kienx hemm għalfejn ittellgħu b'arrest fl-ewwel lok, allura f'dak il-każ il-qorti tal-maġistrati se żżomm dan il-poter li tindaga dwar jekk l-arrest kienx legali jew le, pero' meta niġu għall- pledge qegħdin nagħmlu restrizzjoni ta' tliet xhur.", "Anke l-kawża ta' TW versus Malta tgħid – issa f'dan il-każ mhux qiegħed nittratta l-kwestjoni tal-pledge imma l-kwestjoni ta' xi ħadd li jiġi akkużat quddiem il-qorti tal-maġistrati u huwa jgħid li l-arrest tiegħu sar b'mod illegali – li l- indagat m'għandux rimedju fl-ewwel ġurnata sabiex jinħeles.", "Allura dak ir- rimedju li daħħalna fl-2002 wara s-sentenza ta' TW versus Malta se nżommuh anke f'dawn il-każi ta' reati serji.", "Subartiklu (7) ta' artiklu 574A jgħid hekk:", "\"If the court does not find cause to release unconditioned the person charged or accused it may nevertheless release that person from custody on bail.\".", "Mr Speaker, dak huwa t-tieni każ.", "Mela l-arrest m'huwiex illegali u l- qorti se tidħol fit-tieni kwestjoni ta' jekk għandhiex tagħti bail jew le.", "F'dak il-każ aħna se nindaħlu u se nindaħlu mhux għaliex m'għandniex fiduċja fil-maġistratura.", "Meta l-gvern Laburista kien għamel l-emenda fil- liġi tad-droga, fejn kien qal li għall-ewwel 20 ġurnata tal-kumpilazzjoni, f'każ li xi ħadd jiġi akkużat bit-traffikar tad-droga, ma jistax jingħata pledge b'mod assolut, allura dakinhar ma kellhomx fiduċja fil-maġistratura?", "Qatt ikkritikajnihom aħna u għidna li huma ma kellhomx fiduċja fil- maġistratura?", "M'għamilna xejn minn dan għaliex dakinhar kellhom l-għajta tal-poplu li kienu qed jitkażaw meta jaraw ċerti nies akkużati bit- traffikar tad-droga jinħelsu ma' l-ewwel ġurnata.", "Allura min jilleġisla u l-gvern, kif għandu d-dmir li jagħmel b'reazzjoni għall-opinjoni pubblika, kien għamel il-liġi.", "Huwa minnu wkoll li dik il-liġi aktar tard kienet ġiet iddikjarata li tmur kontra l-konvenzjoni Ewropea bħalma ġiet iddikjarata li tmur kontra l- konvenzjoni Ewropea dik il-liġi li kienet ilha teżisti f'Malta għal 120 sena, fejn meta xi ħadd jiġi akkużat bi qtil ma jistax jingħata pledge.", "Allura f'dak il-każ, għal 120 sena l-leġislatur ma kellux fiduċja fil- maġistratura?", "Ma naħsibx li dan kien il-każ imma hija kwestjoni ta' kif tipprova tagħmel il-parametri fid-diskrezzjoni ta' maġistrat.", "Anzi filwaqt li f'dawk iż-żewġ liġijiet li semmejt ma setax jingħata pledge u ġew dikjarati li jmorru kontra l-konvenzjoni Ewropea għaliex kienu projbizzjonijiet assoluti tal-pledge, f'dan il-każ mhux qed nagħmlu projbizzjoni imma qegħdin nirrestrinġu d-diskrezzjoni.", "U allura f'dan il- każ din id-diskrezzjoni għadha hemm.", "Apparti l-fatt li filwaqt li ż-żewġ liġijiet l-oħra li ġew dikjarati kontra l-Kostituzzjoni fil-każ ta' Pullicino u fil-każ ta' Godfrey Ellul kienu japplikaw anke l-ewwel darba li tiġi akkużat, din il-liġi li qed nagħmlu llum ma tammontax għal projbizzjoni assoluta ta' l-għotja tal-liberta' proviżorja imma hija biss restrizzjoni u tapplika biss fil-każ tar-riċedivi, jiġifieri f'każ ta' persuni li jkunu deħlin u ħerġin il-ħabs.", "Allura lilna jsejħulna faxxisti għaliex qed ngħidu li persuna li abbużat sesswalment mit-tfal jew inkella li attakkat anzjan, tinstab ħatja u mbagħad terġa' tiġi akkużata bl-istess reat it-tieni darba u ngħidu li għal tliet xhur hemm moratorium fl-għoti tal-pledge, ħlief bil-permess speċjali tal-qorti kriminali?!", "B'din qed nagħmlu xi ħaġa li qed tikser il- preżunzjoni ta' l-innoċenza?", "Kulħadd jaf ilaħlaħ griżmejh bil-preżunzjoni ta' l-innoċenza!", "Huwa veru li fil-Kostituzzjoni hemm il-preżunjoni ta' l- innoċenza, imma allura jekk inġebbdu l-argument tal-preżunzjoni ta' l- innoċenza suppost il-ħabs ma jkun hemm ħadd qed jistenna l-ġuri, suppost il- ħabs ikun hemm biss persuni kundannati mill-qrati.", "Mentri aħna nafu li fil- ħabsijiet kollha tad-dinja teżisti sezzjoni fil-ħabs fejn ikun hemm persuni li għalkemm għadhom ma ġewx misjuba ħatja, ma ngħatawx il-liberta` provviżorja għax il-qorti jidhrilha li huma perikolużi, jew jistgħu jerġgħu jagħmlu reati oħrajn, jew m'għandhomx rabtiet ma' Malta u jistgħu jaħarbu u allura jibqgħu l-ħabs u hawn min għamel sentejn u anke tliet snin ħabs.", "Jien niftakar żmien meta anke fuq reati mhux daqshekk gravi bħal qtil, kien hawn min għamel sentejn, tliet snin il-ħabs jistenna biex isir il-ġuri.", "Jiġifieri allura din tmur kontra l-preżunzjoni ta' l-innoċenza?", "L- ewwelnett mhux id-difiża trid tipprova li l-imputat huwa innoċenti, imma hija l-prosekuzzjoni li trid tipprova li l-imputat huwa ħati.", "Tant hu veru li subartiklu (5) ta' artiklu 39 tal-Kostituzzjoni jitkellem dwar il- preżunzjoni ta' l-innoċenza u tant hija r-regola ta' l-evidenza li hemm eċċezzjoni għal dik il-preżunzjoni ta' l-innoċenza li tgħid li ċerti fatti partikolari jrid jipprovahom l-imputat.", "Jiġifieri jekk l-imputat jgħid li mhux ħati għax għandu liċenzja, mela għandu obbligu li dak il-fatt partikolari li qed jallega, cioe' li għandu liċenzja, jipprovah hu.", "Ara kemm il-preżunzjoni ta' l-innoċenza hija regola ta' l-evidenza.", "Huwa veru li jista' jkun hemm każijiet fejn persuna tiġi ttrattata ħażin fil-proċeduri legali u dak jammonta għal nuqqas ta' smigħ xieraq.", "Pero` hemm diversi sentenzi li jgħidu li mhux inċident wieħed irid ikun li jwassal għal dik l-infrazzjoni, imma trid tara l-kontest kollu tad-dritt tas-smigħ xieraq u tara jekk ġiex ivvjolat id-dritt tas-smigħ xieraq.", "Jiġifieri qed nuri li l-projbizzjoni li qed tiġi ssuġġerita m'hijiex assoluta.", "Jien se nistqarr ma' din il-Kamra li fil-proposta oriġinali kienet li jekk tiġi akkużat darbtejn, imbagħad biddiltha proprju biex kemm jista' jkun nillimitaw l-effett tagħha u għamiltha li jekk tiġi misjub ħati b'sentenza definittiva tal-qorti, imbagħad terġa' tittella'.", "Jiġifieri jekk jien għandi żewġ proċessi ta' hold-ups għaddejjin, din il- liġi ma tapplikax għax għadha ma nqatgħetx waħda minnhom.", "Tibda tapplika meta l-ewwel kawża tinqata' b'mod definittiv u mbagħad tiġi akkużat b'reat serju ieħor.", "Issa din il-lista mhix xi dogma tal-verita`.", "Jien ikkonsultajt mal- pulizija dwar x'jikkonsidraw li huma l-iktar reati gravi fil-Kodiċi Kriminali jew inkella fil-prattika.", "Dawn għamlu xi tliet listi, waħda ta' l-iktar reati li n-nies jittellgħu fuqhom, lista oħra ta' dawk l- affarijiet li huma jħossuhom iktar gravi u lista ta' dawk ir-reati li l- Kodiċi Kriminali jikkonsidra l-iktar gravi.", "U meta għaqqadna dawk il-listi flimkien ħriġna l-lista kif imniżżla fi Skeda D. Jien sinċerament ma nistax nifhem kif l-Oppożizzjoni l-ewwel tikkritikana li hawn il-kriminalita` u li hemm bżonn isir xi ħaġa, imbagħad proprju meta nagħmlu xi ħaġa li tagħti fiduċja lill-korp tal-pulizija ...", "L-ikbar frustrazzjoni li jkollu l-korp tal-pulizija ħafna drabi hija li wara li ma nafx kemm tkun ilha ssir investigazzjoni jtellgħuhom il-qorti u joħorġuhom bil-pleġġ mill-ewwel.", "Issa jien kemm-il darba għidt – u anke ktibt f'dan ir-rigward - li meta persuna, akkużata b'liema reat tista' tiġi akkużata, iddum wisq il-ħabs, imbagħad sta għall-qorti li tiddeċiedi x'inhu l-aħjar, cioe' jekk dik il- persuna għandhiex tibqa' l-ħabs jew jekk għandhiex tapplika l-prinċipju tal-liberta`.", "U jien stess ngħid li l-prinċipju tal-liberta` għandu jirbaħ f'dak il-każ.", "Fil-fatt anke l-Kostituzzjoni tgħid li jekk iż-żmien raġjonevoli ma jibqax iktar żmien raġjonevoli, dik il-persuna li qed tistenna l-ġuri l-ħabs imċaħħda mil-liberta` għandha tinħeles.", "Sfortunatament ġieli kellna każijiet fejn persuna tinżamm f'detenzjoni, tiċċaħħad mil-liberta` proviżorja u ż-żmien li tagħmel f'dak li jgħidulu arrest preventiv, jaqbeż addirittura l-piena massima li tista' tieħu f'każ li tinstab ħatja.", "Dawn il-miscarriages of justice m'humiex komuni, imma ġieli ġraw.", "Huwa ħażin li jiġru.", "L-Onor.", "Gulia staqsieni għaliex qed nipproponi din l-emenda meta jiena tant għamilt kawżi dwar id-drittijiet tal-bniedem!", "X'għandhom x'jaqsmu ż-żewġ affarijiet?", "Allura għax jien kont nagħmel il-kawżi biex il-pulizija ma ssawwatx lin-nies li qegħdin hemmhekk, iż-żgħażagħ inkapaċitati li kienu jiġu arrestati, għax jien kont nikkritika s-sistema li biha l-pulizija setgħet tarresta bla warrant, għax jien kont nagħmel kawżi kostituzzjonali kontra t-trattament ħażin ta' persuni arrestati u l-mod kif kienu jiġu arrestati, għax jien kont nagħmel kawżi minħabba li l-pulizija għalxejn b'xejn ma kenitx tagħti permessi ta' dimostrazzjonijiet lill-istudenti, allura b'daqshekk issa jien ma nistax nitkellem kontra li jinħelsu barra fit-triq persuni li għal darba, darbtejn ikkommettew reati serji?", "Dan x'argument hu?", "Min jargumenta b'dan il-mod, ikun qiegħed jagħti isem ħażin lil-liġi dwar id-drittijiet tal-bniedem u jibda jagħti l-impressjoni, li hawn tiġri fost in-nies, li human rights tfisser biss li noħorġu l-kriminali barra fit-toroq.", "L-Onor.", "Herrera u l- Onor. Gulia pprovaw jinbxuni għax qabel kont nagħmel il-kawżi tad- drittijiet tal-bniedem pero' jiena ma niddejjaq xejn li issa qed nipproponi din il-liġi fuq l-affarijiet kollha li għamilna f'dawn l-aħħar snin biex nikkontrollaw ċerti abbużi li saru fil-passat mill-pulizija u jistgħu jsiru anke llum, għax ħadd m'hu perfett.", "Infakkar lill-Onor.", "Gulia min kien il-ministru li ppropona li biex isir arrest bil-pulizija bħala regola trid mandat, li dak il-mandat joħroġ mill- maġistrat u mhux mill-pulizija kif kien isir qabel.", "Qabel il-warrant ta' l- arrest kien jinħareġ minn uffiċjal superjuri tal-pulizija lil uffiċjal inferjuri.", "Tista' taħseb x'garanzija kien fih!", "Illum biex isir is-search u biex isir l-arrest, il-mandat irid joħroġ minn awtorita` ġudizzjarja.", "Jiġifieri r-riformi li għamilna fil-qasam tal-bord ta' l-ilmenti tal- pulizija, fil-qasam tal-probation, biex dawk in-nies li verament għandhom iċ-ċans li jirriabilitaw ruħhom nagħtuhom dak iċ-ċans u nagħmlu l-community service, saru minn dan il-gvern.", "Il-kredenzjali ta' dan il-gvern - u modestia apparte, ngħid tiegħi ukoll – huma favur iż-żieda fid-drittijiet tal-bniedem, inkluż il-kodiċi legali ta' l-interrogazzjoni mill-pulizija, dwar kif għandhom jimxu mal-persuni arrestati, inkluż it-tfal taħt is-16-il sena li qabel kienu jiġu arrestati fl-assenza tal-ġenituri tagħhom.", "Dawn huma kollha affarijiet li għamilnihom aħna.", "Issa għax ilqajna t-talba tal- pulizija li talbuna bil-ħniena biex nagħmlu din l-emenda, l-Onor.", "Gulia qed jgħidilna li se jivvotaw b'division kontra tagħha, u l-ieħor għajjarna li hija proposta faxxista u li jekk jitilgħu huma se jneħħuha fi żmien sitt xhur.", "Allura nittama li ma jitilgħu qatt ħalli ma jneħħuhiex, imma anke kieku jitilgħu u jagħmlu din il-ħaġa, kulħadd irid jerfa' r-responsabbilta` tiegħu.", "Niġu għat-tielet proposta li l-Oppożizzjoni qed issib oġġezzjoni għaliha, għax irrid ngħid li mill-25 proposta dawn it-tlieta biss qajmu problema, u hawn qed nirriferi għall-korroborazzjoni tax-xhieda tal-kompliċi.", "Għandna liġi li tgħid li jekk tnejn marru jisirqu, wieħed jinqabad u jikxef lill- ieħor, biex dik ix-xhieda tal-kompliċi tintuża kontra l-ieħor li ħarab, biex tkun ammessibbli, trid tkun korroborata, jiġifieri xi ħadd irid jissapportjaha.", "Naturalment dak li jissapportjaha ma jridx ikun kompliċi ieħor imma jrid ikun xhud indipendenti.", "Issa jien naqbel li wieħed irid joqgħod attent qabel ma jaċċetta x-xhieda tal-kompliċi, imma li minn qabel tgħid li dik ix-xhieda tal-kompliċi m'hijiex ammessibbli, anke jekk temmnu ...", "Jekk għandi kompliċi li qed jixhed bil-għaqal, qed jixhed bil- prudenza, qed jixhed bil-galbu u qed temmnu ...", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, on a point of order.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jidhirli li skorra l-ħin allokat għall-Viċi Prim Ministru biex jagħmel il-closure,Sur President.", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru, jekk jogħġbu, jirregola ruħu.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, jien ħsibt li kien hemm ftehim li nkomplu għaddejin, imma fil-każ nikkonkludi u nibda fuq il-liġi l-oħra.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ikun hemm ftehim li nkomplu għaddejjin meta lilna jwaqqfuna kull darba li naqbżu l-40 minuta?", "ONOR.", "TONIO BORG: Qabel m'għidt lill-Ministru Mugliett li jista' imur, jien kelli l-assigurazzjoni min-naħa tagħhom li nista' nkompli.", "Issa jekk ma jridunix li nkompli fuq din, nista' naqbad nitkellem fuq il-liġi l-oħra.", "Pero` rrid ngħid li darba minnhom, waqt id-diskussjoni ta' din il-liġi stess, l-Onor.", "Joe Brincat kien wasal ħames minuti tard u jien għidt li għandna nissospendu sakemm jasal l-Onor.", "Brincat.", "Ma kienx hemm kelliema oħra ta' l-Oppożizzjoni, jiġifieri stajt qomt u kkonkludejt din il-liġi, kif kelli kull dritt li nagħmel.", "Jien nappella li ma nimxux b'dan il-mod, pero` jekk jibqgħu jinsistu, nagħlaq u nkompli fuq item ieħor, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Mr Speaker, fil-kuntest li għandna ministru tal-gvern li qalilna li b'maġġoranza ta' ħamsa jistgħu jirrumblaw u fil-kuntest tal- fatt li kull meta jitkellem kelliem ta' l-Oppożizzjoni jinsistu fuq l-40 minuta u mhux iktar, bir-rispett kollu, nitlob li l-Viċi Prim Ministru iżomm mar-regoli tal-Kamra.", "Huwa qabeż it-30 minuta u bir-rispett kollu, Mr Speaker, inti ma waqqaftux.", "(Interruzzjonijiet)", "Għandna l-whip tagħna li jista' jgħidilkom li ma kienx hemm ftehim li jista' jkompli jitkellem.", "ONOR.", "TONIO BORG: Ma kienx hemm ftehim bil-miktub.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, jiena kulma għedtlu lill-Viċi Prim Ministru hu li m'hemmx oġġezzjoni li naġġornaw qabel, imma ma ftehemniex li jkun hemm extension tal-ħin.", "(Interruzzjonijiet) Il-go-ahead tagħna kienet fis- sens li m'hemmx oġġezzjoni li naġġornaw qabel.", "ONOR.", "TONIO BORG: Jidhirli li d-diskors kien li jew inkompli jien jew inkella naġġornaw meta jispiċċa l-ħin, għax kieku ma kontx ngħidlu biex imur lill-Ministru Mugliett.", "Jiddeċiedu huma, ma nsib diffikulta` ta' xejn, Sur President.", "ONOR.", "ALFRED SANT: X'jiġifieri jew tkompli sa l-aħħar jew naġġornaw?", "Xi proposta hi din?", "Fil-każ ippreżenta l-liġi inti jekk il-Ministru Mugliett mhux hawn.", "Basta għandkom maġġoranza ta' ħamsa u lesti tirrumblaw minn fuqna!", "ONOR.", "TONIO BORG: L-unika ħaġa li qed ngħid hija li anke waqt id- diskussjoni fuq dan l-abbozz ta' liġi, kien hemm mument meta jien stajt qomt u għalaqt id-dibattitu għax ma ġiex biex jitkellem deputat minn tagħhom u ma kien hemm ħadd li ried jitkellem u, minkejja li għandna maġġoranza ta' ħamsa, xorta qgħadt bilqiegdħa nistenna lid-deputat tagħhom jiġi.", "Dik hi l-irġulija.", "Ma ġara xejn, darba tbati din in-naħa u darb'oħra tbati n-naħa l-oħra!", "Rigward id-diskors dwar irrumblar u mhux irrumblar, mhux veru li l- maġġoranza qatt qalet dan il-kliem.", "Dak li qal il-Ministru Gatt huwa li, kif dejjem ġara, anke fil-każ tal-kuntratt tal-Cottonera Waterfront, l- ewwel tiftiehem ma' ditta jew soċjeta` privata għan-negozjati u mbagħad tagħmel il-ftehim suġġett għall-approvazzjoni tal-parlament.", "Issa jista' jkun li l-approvazzjoni tal-parlament ma tiġix, kif ma ġietx meta pproponewh huma u tista' tiġi f'każ li jkollok maġġoranza ta' ħames deputati!", "ONOR.", "ALFRED SANT: Id-diskors kien ċar, Sur President:", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mario Galea.", "ONOR.", "MARIO GALEA: M'ilux - u l-Kap ta' l-Oppożizzjoni jista' jsibha fid- debate – aġġornajna għal madwar kwarta biex nistennew membru min-naħa tal- gvern jasal għax inqabad x'imkien.", "Kellna nistennew membru parlamentari tan-naħa tiegħek għal kwarta.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "ALFRED SANT: Mr Speaker, fuq dak li għadu kif qal, aħjar ikun koerenti l-whip tal-gvern.", "ONOR.", "MARIO GLAEA: Mr Speaker, kien membru parlamentari tan-naħa ta' l- Oppożizzjoni.", "Domna kwarta nistennewh.", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru, jekk jogħġbu, jikkonkludi.", "ONOR.", "TONIO BORG: Se nikkonkludi.", "Jien ngħid li l-kwestjoni tal- korroborazzjoni se tkisser is-solidarjeta` bejn il-kriminali, se tgħin lill- pulizija biex tkun tista' ttella' iktar kawżi kriminali quddiem il-qorti tal-maġistrati u se mai din se turi iktar fiduċja fil-maġistrati.", "Allura nirrakkommanda dan l-abbozz ta' liġi għall-approvazzjoni tal-Kamra għax se jsaħħaħ id-drittijiet tal-prosekuzzjoni u ta' l-avukat ġenerali kif ukoll id-drittijiet tal-vittmi tar-reati.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Se npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hija li l- Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Kodiċi Krimianli, Kap. 9\" ikun moqri t-Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tieni Darba.", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, nipproponi li dan l-Abbozz ta' Liġi jiġi ttrattat mill-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "MARIO GALEA: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Kodiċi Kriminali jiġi ttrattat mill-Kumitat Permanenti għall- Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-ĠARR STRADALI INTERNAZZJONALI TA' MERKANZIJA", "INTERNATIONAL CARRIAGE OF GOODS BY ROAD BILL", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, f'isem il-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq nipproponi t-Tieni Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi dwar Ġarr Stradali Internazzjonali ta' Merkanzija.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO (Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent): Mr Speaker, nissekonda.", "MR SPEAKER: Rimarki?", "Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, fil-liġi li għandha x'taqsam mar-ratifika tat-trattati għandna diversi provvedimenti dwar kif konvenzjonijiet internazzjonali jkunu jistgħu jiġu ratifikati fil-liġi tagħna.", "Ir-regola li aħna nadottaw bħala ratifika ta' konvenzjonijiet hija meħuda mis-sistema legali Ingliż, jiġifieri li aħna ma nadottawx il-monist approach imma d- dualist approach.", "Jiġifieri waqt li skond il-kostituzzjoni ta' ċerti pajjiżi fil-kontinent il-fatt li l-gvern jirratiifka trattat awtomatikament dak it-trattat isir parti mil-liġijiet tagħhom, aħna u anke l-pajjiżi Skandinavi segwejna l-eżempju Ingliż li meta tiġi ratifikata konvenzjoni, dik il-konvenzjoni ma ssirx parti mil-liġijiet ta' Malta ħlief jekk ikun hemm Att tal-Parlament.", "Ir-raġunament huwa li konvenzjoni għandha tirrispetta wkoll is-supremazija tal-Parlament tal-pajjiż, iktar u iktar fl- Ingilterra fejn m'għandhomx kostituzzjoni miktuba, u allura l-liġi tal- parlament hija meqjusa bħala l-liġi suprema.", "Aħna segwejna dak l-eżempju, cioe' l-fatt li gvern jirratifika liġi ma jfissirx li dik il-liġi ssir awtomatikament parti mil-liġi tal-pajjiż.", "Dan qed ngħidu biex nispjega għaliex il-gvern kellu jiġi f'dan il-Parlament biex jgħaddi r-ratifika ta' din il-konvenzjoni għax bħala regola l-gvern ma jiġix fil-Parlament biex jirratifika konvenzjoni.", "Min jaf kemm-il trattat ta' estradizzjonijiet jew konvenzjonijiet oħrajn li ma kellhomx bżonn li jinbidlu xi liġijiet ġew ratifikati mill-gvern Malti minkejja li ma ġiex f'dan il-Parlament.", "Jekk nieħdu s-sistema Amerikana nsibu li kull trattat irid jiġi mhux biss ratifikat fis-senat imma jrid jiġi ratifikat b'maġġoranza ta' żewġ terzi.", "Il-proċedura li qegħdin insegwu llum għall-konvenzjoni dwar il-kuntratt għall-ġarr stradali internazzjonali tal-merkanzija segwejnieha, fost oħrajn, fit-trattat dwar il-warfare kimika u anke fit-trattat ta' l-Unjoni Ewropea stess għax hemmhekk kellna nbiddlu partijiet mil-liġijiet tagħna.", "F'dan l-abbozz qegħdin ngħidu li l-konvenzjoni hija dik li ġiet iffirmata fl-1956 u l-protokoll tagħha fl-1978 u li l-ministru li se jkun responsabbli għal din il-konvenzjoni jkun il-ministru responsabbli għat- trasport stradali.", "Fil-klawsoli nnifishom hemm li l-gvern huwa awtorizzat minn dan il-Parlament li jirratifika din il-konvenzjoni u peress li din il- konvenzjoni tirregola l-ġarr stradali internazzjonali - jiġifieri għandek element ta' ġarr ta' merkanzija minn pajjiż għall-ieħor, mela ma tapplikax għall-ġarr intern - meta jiżdiedu stati kontraenti għal din il-konvenzjoni u meta l-istati jaċċedu għal dik il-konvenzjoni l-ministru jkun jista', b'ordni fil-gazzetta, jispeċifika dawk il-pajjiżi li minn żmien għal żmien ikunu stati marbutin bil-provvedimenti ta' din il-konvenzjoni.", "F'dik l- ordni l-ministru jrid jispeċifika wkoll minn liema data dak l-istat hu marbut b'dik il-konvenzjoni.", "Il-klawsola li jmiss għamilt riferenza għaliha qabel, jiġifieri malli tgħaddi din il-liġi kull klawsola li hemm fil-konvenzjoni ta' l- Internatioanl Carriage of Goods by Road, is-CMR, tkun parti mil-liġi ta' Malta.", "Jiġifieri l-qrati jkunu obbligati li jinfurzawha u din il-liġi tagħti drittijiet u obbligi li għandhom x'jaqsmu mal-ġarr tal-merkanzija u persuni li għandhom litigazzjoni fil-qorti jistgħu jagħmlu riferenza għall- konvenzjoni.", "Kieku m'għamilniex din il-liġi ma setgħux jagħmlu din ir- riferenza għall-konvenzjoni.", "Ġaladarba din il-konvenzjoni se ssir parti mil-liġi ta' Malta allura awtomatikament se jinħolqu obbligi u drittijiet kemm għall-persuna li ġġorr, kemm għas-sid tal-merkanzija kif ukoll għal dak li jirċievi l-merkanzija.", "L-aħħar klawsola fil-parti sostantiva ta' l-abbozz tgħid li l-ministru jista', wara konsultazzjoni ma' l-awtorita` - meta ngħidu awtorita` dejjem qegħdin nirriferu għall-Awtorita` ta' Malta dwar it-Trasport, l-ADT - jagħmel ir-regolamenti li jkun hemm bżonn biex iwettaq l-obbligi ta' Malta taħt din il-konvenzjoni.", "Jiġifieri apparti l-provvedimenti ta' din il- konvenzjoni se nagħmlu empowering section biex il-ministru jista' jimla l- vojt legali li jista' jkun hemm fl-implimentazzjoni ta' din il-konvenzjoni bis-saħħa ta' dawn ir-regoli.", "Dawn ir-regoli jistgħu jipprovdu kemm dwar il-ġarr stradali ta' merkanzija kif ukoll jistgħu jemendaw l-iskedi kollha li hemm ma' dan l-Att.", "Jiġifieri l-iskedi kollha li hemm ma' dan l-Att jistgħu jinbidlu b'sempliċi ordni fil-gazzetta tal-gvern.", "Din il-konvenzjoni tipprova ssolvi l-kwestjonijiet legali ta' obbligi u drittijiet li jistgħu jinqalgħu fil-ġarr internazzjonali tal-merkanzija u allura, kif għidt qabel, ma tapplikax għall-ġarr ta' merkanzija internament iżda – u nikkwota mill-konvenzjoni – tapplika biss fil-ġarr ta' merkanzija minn post wieħed għall-ieħor meta dawk il-postijiet qegħdin f'pajjiżi li huma stati kontraenti ta' din il-konvenzjoni.", "U din tapplika irrispettivament mir-residenza jew iċ-ċittadinanza tal-partijiet li jkunu s- sidien tal-vetturi jew inkella tal-merkanzija.", "Din il-konvenzjoni tapplika wkoll meta l-ġarr tal-merkanizja ma jsirx biss minn ditti privati iżda anke minn istituzzjonijiet governattivi, minn stati u minn organizzazzjonijiet governattivi wkoll.", "Pero` ma tapplikax f'ċerti każijiet biss.", "M'iniex se noqgħod insemmihom, imma fosthom hemm il-ġarr ta' l-għamara kif ukoll - b'mod makabru – il-funeral consignments, il-ġarr tal-mejtin u l-posta.", "Dawn m'humiex meqjusa bħala international carriage of goods by road.", "Din il-konvenzjoni tapplika għall-affarijiet kollha li huma kkonsidrati bħala merkanzija, ħlief dawn it-tliet affarijiet.", "Din il-konvenzjoni tirregola ċerti dmirijiet li għandu jkun hemm għal min iġorr u għal min jordna l-ġarr.", "Insibu dettalji dwar x'għandu jkun hemm fiha n-nota tal-konsenja, l-ismijiet u l-indirizzi.", "Dawn huma kollha affarijiet biex jipproteġu lis-sid tal-merkanzija, ħalli jingħata servizz tajjeb.", "Dawn l-affarijiet mhux se jibqgħu jiddependu mil-liġijiet ta' l- istati differenti iżda se jiġu armonizzati kemm jista' jkun.", "Dan huwa wkoll obbligu tas-sħubija tagħna fl-Unjoni Ewropea.", "Waħda mill-affarijiet pożittivi li qegħdin nesperjenzaw mil-lat tekniku legali bid-dħul tagħna fl- Unjoni Ewropea hija li aħna - li ma tantx kellna regoli li għandhom x'jaqsmu ma' dak li jgħidulu conflict of laws, liema liġi tapplika meta jkollok element barrani f'negozju jew fi transazzjoni, f'dan il-każ il-ġarr tal-merkanzija –qed ingawdu mid-diversi direttivi li għandha li jarmonizzaw dawn ir-regoli tal-private international law.", "Hawnhekk qegħdin narmonizzaw ir-regoli li għandhom x'jaqsmu f'każ li jkun hemm ġarr ta' merkanzija internazzjonali, allura dan l-element huwa pożittiv għax aħna kellna vojt fil-liġi tagħna.", "Per eżempju, fil-private international law konna niddependu kompletament mil-liġi Ingliża u bil-liġi Ingliża anke mingħajr kodifikazzjoni ...", "MR SPEAKER: Jekk jogħġbok, ikkonkludi.", "ONOR.", "TONIO BORG: Jiġifieri aħna konna niddependu dejjem mis-sentenzi Ingliżi - għax għad għandna r-regola li nistgħu nagħmlu riferenza għas- sentenzi Ingliżi fejn għandna vojt fil-liġi tagħna – imma issa qed nimlewh b'kodifikazzjoni li ġiet meħtieġa bid-dħul tagħna fl-Unjoni Ewropea, per eżempju, il-proper law of tort, il-proper law of contract.", "Hawnhekk fil- qasam tal-ġarr internazzjonali tal-merkanzija minflok niddependu minn biċċa leġislazzjoni 'l hawn jew 'l hemm qegħdin niddependu minn konvenzjoni internazzjonali li għaliha hemm diversi stati membri kontraenti tagħha, b'mod partikolari l-istati membri kollha ta' l-Unjoni Ewropea.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Viċi Prim Ministru għalissa jieqaf hawn u nitolbu biex, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tnejn, 12 ta' Ġunju, 2006, fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Ġarr Stradali Internazzjonali ta' Merkanzija - Tieni Qari (Kont);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att dwar Dazju tas-Sisa - Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali - Tielet Qari; u", "U xi aġenda oħra li tista' tiġi komunikata aktar tard.", "-----------------------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Servizzi ta' Impieg u Taħriġ - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Liġijiet dwar il-Protezzjoni tal-Konsumatur - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Intermedjarji fl-Assigurazzjoni - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Reġistru Ċentrali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Adozzjoni ta' l-Euro - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Kriminali - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "Il-Ministru George Pullicino.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Mr Speaker, illum se niddedika l-ħin ta' l- Aġġornament biex inwieġeb u nagħti l-verżjoni tal-fatti kif nafhom jien fuq il-każ li semma l-bieraħ il-Kap ta' l-Oppożizzjoni f'dan il-Parlament waqt il-ħin ta' l-Aġġornament.", "Hawnhekk qed nirriferi għall-każ ta' żvilupp fi Pjazza Sant'Anna f'Tas-Sliema.", "Skond kif irrapportat mill-media l-Kap ta' l-Oppożizzjoni l-bieraħ kellu laqgħa mar-residenti li qegħdin joġġezzjonaw għal dan l-iżvilupp u wegħidhom, bħala Kap ta' l-Oppożizzjoni, li se jkun qed jistħarreġ il-każ li ressqulu dawn l-istess residenti.", "Dan irriżulta wkoll mill-istqarrija li ħareġ il-partit Laburista.", "Jidher ċar li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni ma vverifikax il-fatti qabel ma ġie jitkellem f'dan il- Parlament.", "Fil-fatt ftit sigħat wara li ġiet ippreżentata lilu l-ittra, ġie fil-Parlament u bil-mod ikkulurit tiegħu ta pinzellata ta' ħmieġ u pprova jqajjem suspetti meta huwa evidenti li dan lanqas biss ivverifika l- fatti fuq dan il-każ.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom, m'hemmx interruzzjonijiet.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Mr Speaker, se nagħti ħarsa kronoloġika dwar kif żvilupaw il-fatti.", "L-ewwelnett l-applikazzjoni bin-numru 1176/2000 kienet approvata mill-MEPA fis-26 ta' Novembru ta' l-2001, jiġifieri aktar minn kważi ħames snin ilu.", "Irid jingħad li sakemm ingħata l-permess qatt ma kien hemm xi oġġezzjoni la mir-residenti u lanqas mill-kunsill lokali li kienet tindika li dan l-iżvilupp seta' jkollu impatt negattiv fuq il-ġirien jew inkella tqajjem xi punt minn dak li qed jingħad bħalissa.", "Fuq dan il- każ mill-2001 ma ssemma xejn għajr meta l-iżviluppatur beda x-xogħol fuq is- sit skond il-permess li nħariġlu fl-2001.", "Irrid ngħid li fit-12 ta' Mejju ta' din is-sena numru ta' residenti ltaqgħu mas-segretarju tal-bord tal- MEPA u matulha fissru l-oppożizzjoni tagħhom għall-iżvilupp primarjament għax skond huma l-faċċata ma kenitx qed tirrispetta l-linja uffiċjali u kienet se toħroġ 'il barra b'mod li kienet se tittieħed art pubblika.", "Dak huwa dak li r-residenti qegħdin jallegaw.", "Irrid ngħid li matul dik il-laqgħa s-segretarju tal-MEPA ta parir lir- residenti biex jiktbu liċ-chairman tal-MEPA u jiġbdu l-attenzjoni li l- pjanti kif sottomessi mill-applikant kien fihom informazzjoni żbaljata skond dak li kienu qegħdin ipoġġu l-każ tagħhom.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom, inżommu l-ordni.", "Ikompli l-Ministru.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Kuntrarjament għal dak li allega l-Kap ta' l- Oppożizzjoni mhux veru li l-parir li tat il-MEPA kien biss li s-soluzzjoni hi li jmorru l-qorti, anzi l-parir kien li b'mezzi legali għandhom jipprovaw iżommu l-iżvilupp milli jitkompla permezz tal-qorti sakemm il- MEPA tiddeċiedi jekk il-permess kellux ikun irtirat jew le biex jimxu mal- proċedura li hemm fil-liġi.", "Fil-15 ta' Mejju r-residenti kitbu liċ- chairman tal-MEPA, liema ittra waslet lill-MEPA l-għada s-16 ta' Mejju ta' l-2006.", "Irrid infakkar li f'dan il-Parlament fit-22 ta' Mejju jien irrispondejt mistoqsija parlamentari fuq dan il-każ, eżattament mistoqsija parlamentari 19124, fejn jien għidt li l-MEPA qed tinvestiga jekk hemmx lok biex ikun invokat artiklu 39A tal-liġi dwar l-ippjanar ta' l-iżvilupp.", "Fil-fatt aktar 'il quddiem se npoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tar- risposta tiegħi għal din il-mistoqsija parlamentari.", "Il-bieraħ il-Kap ta' l-Oppożizzjoni allega - u se nikkwota - li:", "\"Il-MEPA tibqa' għaddejja qisu ma ġara xejn.\".", "U dan anke wara l-oġġezzjonijiet tar-residenti, skond il-Kap ta' l- Oppożizzjoni.", "Pero' kif jagħmel is-soltu, il-Kap ta' l-Oppożizzjoni jħammeġ u jipprova jitfa' dell ikrah fuq kulħadd.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Ippermettili ftit, Ministru.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, on a point of order.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Mr Speaker, nitlob li l-Ministru jissostanzja l- allegazzjoni li għadu kemm għamel jew inkella jirtiraha.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Mr Speaker, fid-diskors tiegħi dan kollu se jiġi ċċarat u se nispjega għalfejn.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, on a point of order.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Mr Speaker, jekk inti lest li tħalli membru ta' din il- Kamra jinsulta lil ħaddieħor mingħajr ma jissostanzjaha, affari tiegħek pero` agħti ruling fuqha.", "MR SPEAKER: Ħadd m'għandu jinsulenta lil ħadd.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Dan għadu kemm qal \"is-soltu jħammeġ\" ..", "Din għadu kemm qalha in faciem curiae, quddiemek.", "Jew jissostanzjaha jew jirtiraha.", "Pero` jien irrid ruling fuqha din, Sur President.", "MR SPEAKER: Nitlob lill-Ministru biex jiċċara ftit il-pożizzjoni tiegħu.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Mr Speaker, il-bieraħ il-Kap ta' l-Oppożizzjoni qal li din hija \"xi ħaġa tinten\" u fl-opinjoni tiegħi dak il-kumment min- naħa tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni kien kumment ċar biex jitfa' dell fuq dan il-każ mingħajr ma effettivament jiċċara l-affarijiet.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, on a point of order.", "ONOR.", "ALFRED SANT: X'jaħseb hu affari tiegħu, imma x'naħseb jien affari tiegħi.", "Dan għadu kemm qal quddiemek, Mr Speaker, li bħas-soltu l-Kap ta' l-Oppożizzjoni jħammeġ.", "Din għadu kemm qalha.", "Jekk qal \"iħammeġ\" mhux x'jaħseb hu imma għandu fatti oġġettivi.", "Din għandu jissostanzjaha jew inkella jirtiraha.", "MR SPEAKER: Dan huwa diskors li m'għandux jingħad u jista' jingħad mod ieħor.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Mr Speaker, ħalli niċċara d-diskors.", "Il-Kap ta' l- Oppożizzjoni tefa' dell fuq dan il-każ bil-kumment tiegħu.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, on a point of order.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Qed nifhem sew li qed jitkellem b'mod differenti?", "Dak li qal se jittieħed minflok dak li qal qabel?", "Jiġifieri d-dell qed isemmih minflok dak li qal qabel?", "Dik jien lest li neħodha bħala li rtira d-diskors li qal.", "Imma dan irid jgħid li qed jgħid hekk minflok dak li qal qabel, mhux dak li qed jgħid issa qed iżidu ma' dak li qal qabel.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Jien kont ċar ħafna fid-diskors tiegħi.", "MR SPEAKER: Jidhirli li l-Ministru ċċara l-pożizzjoni tiegħu.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Jien għedt li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni tefa' dell ikrah fuq dan il-każ.", "Imma issa ħalli ngħidlu x'għamlet il-MEPA, Sur President.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Qed nifhem tajjeb li b'dak li għadu kemm qal issa, qed jissostitwixxi dak li qal qabel?", "MR SPEAKER: Jien hekk qed nifhem.", "Ikompli l-Ministru.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Ħalli ngħid x'għamlet eżattament il-MEPA.", "Fi żmien ġimgħa, eżatt minn meta rċeviet l-ittra, jiġifieri fil-laqgħa tal- bord tat-23 ta' Mejju, u fl-ewwel okkażjoni li kellu ċ-chairman tal-MEPA minn meta rċeva l-ittra, huwa tella' l-każ quddiem il-bord tal-MEPA.", "Dan il-bord tal-MEPA vvota disa' kontra ħadd li minn dak li ra rriżulta li prima facie, abbażi ta' l-informazzjoni li ta l-Perit Patrick Calleja, il- perit ta' l-iżviluppatur, teżisti biżżejjed evidenza li fuqha jista' jintuża artiklu 39A ta' l-Att dwar l-iżvilupp li permezz tiegħu, permess jista' jkun modifikat jew saħansitra revokat.", "Jien se nikkwota mill-minuti li wkoll se npoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.", "\"The board considered, with nine members voting in favour and none against, ...\"", "Irrid ngħid li fost id-disa' li vvotaw favur ir-rappreżentant ta' l- Oppożizzjoni ma kienx preżenti.", "\"... that prima facie there are grounds to consider applying Article 39A to modify or revoke development permit since the submitted plan indicated the existing building in respect to the first and second floor elevation over St. Anne Square are considered as being fraudulent as the plan is false, misleading or incorrect and having had a material bearing on which the Authority approved the application.\".", "Aktar 'il quddiem se npoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-minuti rilevanti.", "Irrid ngħid ukoll li wara din il-votazzjoni rrid niċċara li effettivament is-segretarju tal-bord kiteb ukoll lill-avukat ta' l- iżviluppatur biex jinformah li għandu 15-il ġurnata -skond kif jikkontempla artiklu 39A tal-liġi - biex jagħti l-verżjoni tal-fatti tiegħu.", "Issa rrid ngħid li l-bieraħ il-Kap ta' l-Oppożizzjoni tkaża fuq kif ikunu stmati ċ- ċittadini.", "Irrid ngħid li altru li aħna tajna d-drittijiet liċ-ċittadin fuq x'aċċess ikollu għall- informazzjoni.", "Hawnhekk tajjeb li nfakkar lil din il-Kamra li f'Lulju ta' l-1997, meta l-Kap ta' l-Oppożizzjoni kien prim ministru, kien naqqas l- aċċess għall-informazzjoni lill-MEPA.", "Tant hu hekk li jien, bħala deputat ta' l-Oppożizzjoni dak iż-żmien għamilt mistoqsija parlamentari biex nara EIA u l-ministru ta' dak iż-żmien, l-Onor.", "George Vella – issa dan huwa dritt li għandu kulħadd biex jara – ġegħilni mmur il-ministeru tiegħu, eskortat bejn tnejn min-nies, qisni se nisraq, biex nara EIA!", "Aħna tajna d-drittijiet ta' l-aċċess għall-informazzjoni u nibqgħu niddefendu dan id-dritt anke permezz ta' l-iskrutinju ta' l-audit officer li anke aħna waqqafna bil-liġi fl-2001.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Mizzi, on a point of order.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Dan qed jipprova jagħti l-impressjoni li meta konna fil- gvern ħloqna xi sarima lil xi ħadd.", "Dak li qed jgħid għamlu lili meta jien kont membru tal-bord fil-leġislatura l-oħra jiġifieri bejn l-1998 u l- 2003.", "Għalhekk jien ma nistax nifhem x'qed jgħid.", "Issa dan meta suppost għandna aktar trasparenza.", "MR SPEAKER: Ikompli l-Ministru.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Jien se nkompli ngħid ukoll x'kompliet tagħmel il- MEPA.", "Jien diġa` għidt illi effettivament intbagħtet ittra lill-avukat ta' l-iżviluppatur min-naħa tal-MEPA u din se npoġġiha fuq il-mejda tal-Kamra wkoll.", "Irrid ngħid ukoll li effettivament wara anke ntbagħtu ittri lil min għamel l-oġġezzjoni.", "Ikun tajjeb li ngħid ukoll li d-drittijiet ta' l- oġġezzjoni tajnihom aħna meta aħna konna fil-gvern u d-dritt li ċ-ċittadin komuni jagħmel oġġezzjoni fuq applikazzjoni, konna aħna li tajnih.", "Irrid inkompli ngħid illi altru milli l-MEPA m'għamlet xejn kif ġie allegat il-bieraħ f'din il-Kamra.", "Mhux talli hekk talli b'deċiżjoni tal-bord tal- MEPA deher avviż min-naħa tal-MEPA, f'paġna 17 tal-ġurnal \"The Times\" tal- 31 ta' Mejju, għal-laqgħa pubblika li se ssir nhar il-Ħamis, 8 ta' Ġunju.", "Mela mhux korrett dak li ġabet illum il-gazzetta maltastar.com, l-organu tal-partit Laburista, fuq il-website, fejn qalet li:", "\"Sant insisted that MEPA was going to hold this meeting simply because he raised this issue in Parliament\".", "Dan huwa mickey mouse!", "Il-laqgħa ilha avżata mill-31 ta' Mejju, l-avviż pubbliku deher fil-gazzetta \"The Times\" u l-Kap ta' l-Oppożizzjoni jiġi jgħid li l-laqgħa se ssir għax hu tkellem hawnhekk.", "Issa din jew hija fantaxjenza ta' moħħu jew inkella veru mickey mouse!", "Huwa ta' dispjaċir li dan il-Parlament jiġi ridott b'dan il-mod.", "Irrid ngħid li r-residenti wkoll ġew informati b'ittra li se ssir din il-laqgħa pubblika fil-miftuħ biex il-MEPA tisma' liż-żewġ naħat u tiddeċiedi.", "U dan mhux wara l-bibien magħluqa imma fil-miftuħ biex kulħadd iressaq il-każ tiegħu u ħadd ma jgħid li l-MEPA ddeċidiet wara l-bibien magħluqa.", "Mela altru minn dak li qal il- Kap ta' l-Oppożizzjoni li meta l-bieraħ l-Onor.", "Galea informah li l-avviż tal-laqgħa kien diġa` deher, hu qal li dan qed isir għax tkellem hu.", "Kieku l-Kap ta' l-Oppożizzjoni ċċekkja kien ikun jaf li l-affarijiet imxew b'mod mgħaġġel u li mkien ma kien hemm xi dewmien żejjed.", "Jien nistaqsi lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni: Kif tista' tkun aktar trasparenti minn hekk?", "Kif tista' tkun aktar trasparenti milli tagħmel laqgħa pubblika dwar il- każ, tisma' liż-żewġ partijiet u tiddeċiedi fil-miftuħ kif tgħidlek il-liġi f'artiklu 39A?", "Irrid ngħid li din l-informazzjoni kollha mhux qed ngħidha jien imma diġa` kienet informazzjoni pubblika.", "Irrid infakkar – forsi din ħarbitlu lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni – li fl-1 ta' Ġunju, fil-front page ta' \"L-Orizzont\" u tkompli f'paġna 2 – din se npoġġiha wkoll fuq il-mejda tal-Kamra - il-MEPA tispjega l-każ kollu x'ġara u tgħid dakinhar li se ssir laqgħa pubblika fit-8 ta' Ġunju.", "Issa l-Kap ta' l-Oppożizzjoni jew ma jaqrax \"L-Orizzont\" jew kien jaf biha u ġie hawnhekk fil-Kamra jgħawweġ l-affarijiet u ma jgħidx li l-affarijiet kienu diġa` fil-pubbliku!", "Se npoġġi fuq il-mejda tal-Kamra wkoll il-pożizzjoni tal-MEPA kif spjegata fl-istess ġurnata, jiġifieri fl-1 ta' Ġunju, fil-ġurnal \"The Times\" jiġifieri qabel ma tkellem il-Kap ta' l-Oppożizzjoni f'dan il-Parlament.", "Imbagħad f'paġna 7 tal-ġurnal \"The Malta Independent\" hemm spjegat il- pożizzjoni tal-MEPA u jingħad li se jkun hemm laqgħa u tispjega l- pożizzjonijiet kollha li kien hemm.", "Mela altru li xi ħadd iddeċieda għax il-Kap ta' l-Oppożizzjoni ġie", "jitkellem il-bieraħ!", "(Interruzzjonijiet) Hekk ikkwotatek il-maltastar.com il-bieraħ.", "(Interruzzjonijiet) Nieħu gost kieku kelli ċ-ċans li mmur nilgħab u ngħum mal-ħbieb oħrajn tiegħi.", "Irrid ngħid li b'dawn il-fatti kollha pubbliċi, bilfors ikolli nikkonkludi li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni ma żammx kelmtu mar-residenti meta qalilhom li se jinvestiga u minflok ġie fil-Parlament jisparla għax lanqas biss irrifera għall-fatti.", "Kieku ndenja ruħu jiċċekkja l-fatti kien jinduna li l-MEPA kienet aġixxiet u mhux baqgħet ċassa kif il-kap ta' l-oppożizzjoni allega l-bieraħ hawnhekk.", "Issa ħalli nagħmilha ċara.", "Dan kollu qed ngħidu mhux biex niddefendi lill-MEPA.", "(Interruzzjonijiet) Il-Kap ta' l- Oppożizzjoni qed jgħid li għandi n-nies tiegħi kollha hemm.", "Fil-MEPA hemm kandidati tal-Malta Labour Party u hemm deputat tal-Malta Labour Party impjegat tal-MEPA li jitkellem pubblikament fuq il-MEPA.", "Imma b'dak ma jsibx problema l-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "Jien niddefendi lill-MEPA għax hekk huma l-fatti.", "Meta ħassejt il-bżonn li niċċekkja l-affarijiet kont jien stess, mingħajr l-ebda talba, li tlabt li jsiru inkjesti.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom, inżommu l-kalma u l-ordni.", "Ikompli l- Ministru.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Mr Speaker, ma nistax nifhem għalfejn il-membri ta' l-oppożizzjoni isiru isteriċi kull meta minn din in-naħa nipprovaw nagħtu l-fatti tagħna.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Mizzi, on a point of order.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, m'hu veru xejn dak li qed jgħid għax meta tkellimt jien tgħidx kemm interrompa.", "MR SPEAKER: Ikompli l-Ministru.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Mr Speaker, ir-records tal-Kamra jipprovaw mod ieħor.", "Jidher ċar li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni qed jipprova jaqbad ma' kollox.", "Dan l-aħħar mingħalih li sab xi scoop u qal li l-kumpannija Informa għamlet xi konsulenza għall-uffiċċju nazzjonali ta' l-istatistika ta' Malta.", "Peress li l-fatti m'humiex importanti għall-Kap ta' l- Oppożizzjoni gie għaġġel u wara li bena storja taf xi nsibu?", "Insibu li l-Informa hija mhux kumpannija sussidjarja tal-partit Nazzjonalista li ħadet ix-xogħol ta' l-NSO imma hija kumpannija ibbażata fil-Lussemburgu.", "Din hija żelqa oħra tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni għax ġie jisparla, ma jissostanzjax l-affarijiet u joħroġ bħall-mickey mouse.", "Dan jagħmel allegazzjonijiet u jitfa' t-tajn mingħajr ma jissostanzja.", "F'ġieħ is-sewwa dan il-Parlament jixraqlu aħjar mill-atteġġjament ta' l-Oppożizzjoni, b'mod speċjali tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom, inżommu l-ordni.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Għal darba oħra l-Kap ta' l-Oppożizzjoni jgħajjar b'korruzzjoni imbagħad ma jissostanzjax.", "Il-fatti huma xorta oħra.", "Wara li jien għidt dan kollu u wara li esponejt il-fatti l-Kap ta' l-Oppożizzjoni m'hu se jagħmel l-ebda apoloġija.", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom, inżommu l-ordni.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Mr Speaker, il-Kap ta' l-Oppożizzjoni qatt m'għamel apoloġija għall-ħneżrijiet fil-permessi meta hu kien president tal- partit Laburista.", "Dawn il-ħneżrijiet saru fi żmienu meta l-permessi kienu joħorġu kulħadd jaf kif.", "(Interruzzjonijiet) Per eżempju, hawn nista' nsemmi l-ħneżrijiet meta ngħataw permessi biex fi Pjazza Sant'Anna, post prominenti f'Tas-Sliema, fejn kien hemm biċċa kiosk żgħir, inbena l-magic kiosk u bini ieħor.", "Fil-fatt hemm kundanna tal-kummissjoni fuq kif ingħataw dawk il-permessi u kif ingħataw lill-ħabib tal-partit Laburista.", "Dakinhar il-Kap ta' l-Oppożizzjoni li kien il-president tal-Malta Labour Party ma qal xejn.", "Illum taħarqu qalbu għal Tas-Sliema!", "Ara dakinhar, meta bi ħneżrijiet kbar, Pjazza Sant'Anna li kienet pjazza miftuħa ġewwa Tas-Sliema nbniet bil-permessi, ħneżrija ta' gvern Laburista, dakinhar Alfred Sant u sħabu ma fetħux ħalqhom.", "Dawn huma l-fatti, l-ixkora ta' korruzzjoni min-naħa tal-partit Laburista.", "Mr Speaker, jien nikkonkludi billi ngħid li huwa ċar ħafna, fl-opinjoni tiegħi, li dan huwa każ ċar ħafna ta' opportuniżmu politiku sfrenat bla mistħija tal-Kap ta' l-Oppożizjzoni li jrid jottjeni l-poter akkost ta' kollox.", "Jien m'għandix l-iċken dubju li finalment meta dan il-poplu jisma' l-istejjer kollha miż-żewġ naħat, jasal biex għal darb'oħra jikkundanna lill-partit Laburista u lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni, kif diġa` għamel, għal darba darbtejn.", "Mr Speaker, qabel nagħlaq nitlob il-permess biex inqiegħed id-dokumenti li rriferejt għalihom fid-diskors tiegħi fuq il-mejda tal-Kamra.", "MR SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Estratt mill-gazzetti \"l-orizzont\", \"The Times\" u \"The Malta Independent\" b'riferenza għall-iżvilupp fi Pjazza Sant'Anna, f'Tas- Sliema;", "Avviż li deher fil-ħarġa ta' \"The Times\" tal-31 ta' Mejju 2006 dwar laqgħa pubblika ta' l-Awtorita' Maltija dwar l-Ambjent u l-Ippjanar;", "Kopja ta' rapport li deher fil-gazzetta elettronika maltastar.com intitolat \"Sant calls for investigation\";", "Ittra mibgħuta mis-Sur Francis Tabone, Segretarju, Bord ta' l- Awtorita' Maltija dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, lil Dr Aldo Vella fit- 30 ta' Mejju 2006;", "Estratt mill-minuti ta' laqgħa tal-Bord ta' l-Awtorita' ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar; u", "Kopja tal-mistoqsija parlamentari 19124 dwar Pjazza Sant'Anna f'Tas- Sliema.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it-Tnejn, 12 ta' Ġunju, 2006, fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "PROĊEDURI DIXXIPLINARJI", "18828.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm pulizija u ta' liema rank ittellgħu quddiem bord dixxiplinarju s-sena l-oħra?", "Fuqhiex?", "ONOR.", "TONIO BORG: Matul is-sena l-oħra kien hemm spettur u żewġ kuntistabbli li għaddew proċeduri dixxiplinarji skond ir-regolamenti tal- kummissjoni dwar is-servizz pubbliku, prinċipalment fuq traskuraġni ta' xogħol, diżubbidjenza t'ordnijiet u ksur ta' fiduċja.", "Kien hemm ukoll 19-il surġent u 157 kuntistabbli li għaddew proċeduri ta' dixxiplina sommarja fuq ksur tat-Tielet Skeda ta' Kap 164.", "XOGĦOL BLA PERMESS", "18926.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid kemm persuni ttellgħu l-qorti s-sena l-oħra u din is-sena talli ħaddmu persuni oħra illegalment u x'weħlu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Matul l-2005 u din is-sena, l-ETC tellgħet il-qorti 120 każ ta' persuni li ħaddmu persuni oħra illegalment - minn dawn 76 każ għadhom pendenti - bil-qorti timponi multa fejn sabet ħtija.", "XOGĦOL BLA PERMESS", "18927.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid kemm persuni nqabdu jaħdmu illegalment is-sena l-oħra?", "X'xogħol kienu qed jagħmlu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif mitlub se jitpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "SERQ", "18928.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm affarijiet proprjeta' tal-korp tal-pulizija, insterqu s-sena l-oħra u din is-sena?", "ONOR.", "TONIO BORG: Matul is-sena 2005 ġiet irrapportata serqa minn residenza privata minn fejn, fost oġġetti oħra, ġiet irrapportata nieqsa uniformi ta' kuntistabbli mara.", "Matul din is-sena ġiet irrapportata nieqsa vettura li kienet ipparkjata l- Ħamrun - din instabet ftit tal-ħin wara u persuna tressqet il-qorti – u kien hemm ukoll każ ieħor fejn instabu nieqsa xi flus minn uffiċċju, liema każ ġie solvut u persuna tressqet quddiem il-qorti.", "SERQ", "18929.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm serqiet ta' affarijiet mill-qorti ġew irrapportati s-sena l-oħra?", "ONOR.", "TONIO BORG: Fil-perijodu indikat, l-ebda mpjegat jew membru tal- pubbliku ma rrapporta xi każ ta' serq mid-dipartiment tal-qrati u tribunali kriminali ta' Malta.", "KIRI TA' KAROZZI", "19258.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'kienet l-ispiża għall-kiri ta' karozzi matul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena mill- ministeru, dipartimenti u l-enti l-oħra taħt id-dekasteru tiegħu?", "Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perijodu għas-snin 2004 u 2005 separatament?", "ONOR.", "TONIO BORG: It-tagħrif mitlub hu kif jidher mit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.", "KIRI TA' KAROZZI", "19259.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Jista' il-Ministru jgħid x'kienet l-ispiża għall-kiri ta' karozzi matul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena mill-ministeru, dipartimenti u l- enti l-oħra taħt id-dekasteru tiegħu?", "Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perijodu għas-snin 2004 u 2005 separatament?", "ONOR JESMOND MUGLIETT: In-nefqa tal-ministeru u d-dipartimenti għall-2004 hija ta' April biss, jiġifieri minn meta twaqqaf dan il-ministeru.", "L- ispiza għall-kiri ta' karozzi matul l-ewwel erba' xhur tas-snin 2004 sa l- 2006 hi kif jidher hawn taht.", "| |2004 |2005 |2006 | |Ministe|Lm397 |Lm1,33|Lm2,106| |ru | |0 | | |Diparti| | | | |menti |131 |1,104 |1,433 | |ADT | 8,257| | | | | |17,541|20,208 |", "KIRI TA' KAROZZI", "19260.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid x'kienet l-ispiża għall-kiri ta' karozzi matul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena mill-ministeru, dipartimenti u l-enti l-oħra taħt id-dekasteru tiegħu?", "Jista' jipprovdi l- istess informazzjoni għall-istess perijodu għas-snin 2004 u 2005 separatament?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-informazzjoni mitluba hi kif ġej:", "|Sena |2004 |2005 |2006 | |Health |Lm2,680|Lm4,372|Lm5,848| |Div |.80 |.80 |.16 | |Dept. of | | | | |Elderly |2,761.6|571.94 |1,074.6| | |9 | |7 | |Medicine |Nil |Nil | | |Auth | | |622.05 | |Prim |Nil |Nil | | |Health | | |708.00 | |Care | | | |", "Dawn il-karozzi jiġu mikrija għal diversi użu, fosthom għall-ġarr ta' pazjenti mid-dar għall-isptar.", "KIRI TA' KAROZZI", "19261.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid x'kienet l-ispiża għall-kiri ta' karozzi matul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena mill-ministeru, dipartimenti u l-enti l-oħra taħt id-dekasteru tiegħu?", "Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perijodu għas- snin 2004 u 2005 separatament?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.", "KIRI TA' KAROZZI", "19262.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid x'kienet l-ispiża għall-kiri ta' karozzi matul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena mill-ministeru, dipartimenti u l-enti l-oħra taħt id-dekasteru tiegħu?", "Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perijodu għas-snin 2004 u 2005 separatament?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif mitlub se jitpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "KIRI TA' KAROZZI", "19263.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid x'kienet l-ispiża għall-kiri ta' karozzi matul l- ewwel erba' xhur ta' din is-sena mill-ministeru, dipartimenti u l-enti l- oħra taħt id-dekasteru tiegħu?", "Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perijodu għas-snin 2004 u 2005 separatament?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-ispiża għall-kiri ta' karozzi matul l- ewwel erba' xhur ta' din is-sena mill-ministeru għat-turiżmu u kultura, dipartimenti u enti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi, kienet ta' Lm27,388.62 filwaqt li l-ispiża għall-istess perijodu għas-snin 2004 u 2005 kienet ta' Lm28,136.94 u Lm28,622.67 rispettivament.", "POSTIJIET TA' DIVERTIMENT", "19404.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Issa li ġej is-sajf, evidentement b'influss akbar ta' studenti barranin, fosthom ta' studenti li jiġu biex jitgħallmu l-Ingliż, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hux se jsir xi ħaġa mill- awtoritajiet biex jissaħħaħ il-kontroll f'postijiet ta' divertiment?", "Il- kumitat li twaqqaf ħames xhur ilu, biex jara fost l-oħrajn kif l-aħjar li jirrivedi ċerti liġijiet ta' divertiment, meta se jasal fi tmiem l-inkarigu tiegħu?", "ONOR.", "TONIO BORG: Il-pulizija regolarment tagħmel ispezzjonijiet f'postijiet ta' divertiment sabiex ma jkunx hemm abbużi, inkluż dak ta' dħul ta' persuni taħt is-16-il sena f'dawn il-postijiet, kemm Maltin kif ukoll barranin.", "Il-kumitat presedut minn Dr J. Micallef-Stafrace għadu għaddej bl-inkarigu tiegħu.", "ĦRUĠ TA' VISAS", "19405.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Wara t-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 19105, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm minn dawk il-mijiet ta' Russi u Ukrajini li ġew Malta din is-sena u li applikaw għal visa, ġew biex jitgħallmu?", "Kemm minnhom applikaw u ngħataw visa biex jaħdmu?", "Kemm ġew rifjutati?", "ONOR.", "TONIO BORG: Matul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena ġew rifjutati 35 talba għal visa minn persuni ta' nazzjonalita' Russa u 20 talba għal visa minn persuni ta' nazzjonalita' Ukrena.", "Kif diġa' kelli okkażjoni ngħid fi tweġibiet preċedenti, ir-raġunijiet mogħtija għal talba ta' visa ma tinżammx taħt forma komputerizzata.", "ĦRUĠ TA' VISAS", "19406.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew Bulgari f'pajjiżna fl-ewwel erba' xhur ta' din is-sena?", "Kemm minnhom applikaw u ngħataw visa bħala studenti u kemm biex jaħdmu hawn?", "Kemm-il visa ġiet rifjutata?", "ONOR.", "TONIO BORG: Waqt li ninsab informat illi persuni ta' nazzjonalita' Bulgara m'għandhomx bżonn ta' visa sabiex jidħlu Malta, nista' ngħid li matul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena daħlu Malta 1,557 persuna ta' nazzjonalita' Bulgara u kien hemm tmienja li ġew rifjutati milli jidħlu Malta.", "SPORTS DAY", "19407.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid xi prekawzjonijiet ittieħdu nhar it-Tnejn 22 ta' Mejju, 2006 meta ġiet organizzata l-isports day fil- Marsa sports ground għall-klassijiet tal-year 5 u year 6 ta' l-iskejjel primarji minħabba s-sħana kbira li għamlet?", "X'għajnuna ngħataw dawk li kellhom bżonn?", "Jista' jgħid ukoll min kien preżenti mill-ministeru jew mid- diviżjoni ta' l-edukazzjoni?", "Minn min kienet organizzata din l-attivita'?", "Filwaqt li nħeġġeġ li jsiru aktar attivitajiet marbuta ma' l-isports, jista' wieħed jikkonsidra li f'ċirkostanzi bħal dawn, l-attivitajiet isiru f'xi kumpless sportiv ġewwa?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li bħala prekawzjoni, l-għalliema u t-tfal ġew mitluba minn qabel biex għal din l-attivita' li saret, jiġu bi kpiepel/brieret għax-xemx, nuċċalijiet tax-xemx u jġibu magħhom ilma x'jixorbu.", "Bħalma jsir drabi oħra, kienet preżenti ambulanza mgħammra b'nies kwalifikati - għalkemm dakinhar ma kienx hemm każi fejn kien meħtieġ l- użu tagħha – u kien hemm ukoll żewġ pulizija tat-traffiku kif ukoll żewġ pulizija tad-distrett biex jissorveljaw.", "Preżenti għal din l-attivita' kien hemm għalliema organizzaturi ta' l- isports u l-education officer tad-diviżjoni, peress li din l-attivita' kienet organizzata mis-sezzjoni sportiva tad-diviżjoni ta' l-edukazzjoni.", "Ta' min ifakkar illi dan il-jum partikolari nzerta wieħed mill-aktar sħan f'Mejju għal dawn l-aħħar snin.", "TAGĦLIM TA' L-INGLIŻ", "19408.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Peress li ta' kuljum fil-gazzetti qed jidhru reklami magħmula mill-iskejjel li jgħallmu l-Ingliż lil barranin li qed jorganizzaw korsijiet għal dawk li jixtiequ jsiru għalliema ta' l-Ingliż, jista' il- Ministru jgħid x'kontroll hemm mid-diviżjoni ta' l-edukazzjoni biex ikun żgurat li l-lecturers ikunu ta' livell għoli u li dawk li japplikaw ikollhom il-kwalifiki meħtieġa?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Meta skola liċenzjata tapplika lill-bord ta' sorveljanza għat-tagħlim tal-lingwa barranija biex tagħmel kors għal għalliema prospettivi, trid tibgħat kopja tal-programm dwar il-kors u fih tinkludi lil min ikun se jmexxi u jgħallem dak il-kors.", "Kull lecturer irid ikollu l-kwalifiki meħtieġa.", "Il-bord iħalli f'idejn l-iskejjel liċenzjati sabiex jagħżlu lil min jidhrilhom huma ħalli jsegwu l-kors.", "TAGĦLIM TA' L-INGLIŻ", "19409.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid s'issa matul din is-sena kemm- il skola li tgħallem l-Ingliż lil barranin organizzat xi kors għall- għalliema?", "Kemm qagħdu u kemm għaddew għall-kors?", "Dawn jingħataw xi forma ta' rikonoxximent mid-diviżjoni ta' l-edukazzjoni biex b'hekk ikunu jistgħu jgħallmu l-Ingliż lil barranin?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li seba' skejjel li jgħallmu l-Ingliż lil barranin organizzaw xi kors għall-għalliema prospettivi matul din is-sena - 93 qagħdu għall-kors li minnu għaddew 79 – u fi tmiem kull kors, l-iskola liċenzjata li torganizzah toħroġ ċertifikat lil kull għalliem prospettiv li jirnexxilu jtemm b'suċċess il-kors.", "Dan iċ-ċertifikat jiġi riferut għall- konsiderazzjoni tal-bord ta' sorveljanza għat-tagħlim tal-lingwa Ingliża bħala lingwa barranija mill-għalliem prospettiv meta dan japplika għall-EFL teaching permit.", "DAWL U ILMA", "19427.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid minn Jannar sa l-aħħar ta' Mejju, kemm lukandi f'Malta u Għawdex intalbu jħallsu l-kontijiet għall-konsum f'xi perijodu matul is-sena 2006 jew ġew imwissija li jaqtgħulhom is-servizz?", "Għal liema perijodu tas-sena 2006 ġew ordnati jħallsu?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jekk l-Onor.", "Interpellant qed jistaqsi għall-konsum tad-dawl/ilma, jien informat li kull lukanda tiġi mitluba tħallas il-kont fi żmien 45 ġurnata mill-ħruġ ta' l-invoice.", "PERMESSI TAX-XOGĦOL", "19428.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid matul din is-sena, kemm kien hemm applikazzjonijiet lill-korporazzjoni tax-xogħol u taħriġ biex barranin jingħataw permess jaħdmu?", "Kemm ġew aċċettati", "minnhom?", "Kemm ġew rikonsidrati applikazzjonijiet u ġew aċċettati wara li għall-ewwel kienu ġew rifjutati?", "X'raġunijiet kien hemm għar- rikonsiderazzjoni?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mill-ewwel ta' Jannar sal-5 ta' Ġunju, 2006 kien hemm 3,932 applikazzjoni lill-korporazzjoni tax-xogħol u taħriġ biex barranin jingħataw permess jaħdmu.", "Mill-każi li ġew proċessati ġew aċċettati 2,685 applikazzjoni, li minnhom 1,127 kienu renewals u 1,558 kienu ġodda.", "Mill-ġodda kien hemm 742 mill-Unjoni Ewropea, 329 temporary humanitarian protection, 20 asylum seekers, sitt rifuġjati, erba' third- country nationals li jiddependu minn EU national u 457 minn third-country nationals.", "Informat li m'għandniex rendikont ta' kemm applikazzjonijiet ġew rikonsidrati u aċċettati wara li għall-ewwel kienu ġew rifjutati, peress li din l-informazzjoni għada ma tinġabarx.", "PERSONAL AND SOCIAL DEVELOPMENT", "19429.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet li għalihom tħassru seminars internazzjonali fil-personal and social development għall-istudenti ta' form IV?", "Kemm ilhom isiru dawn is- seminars?", "Kemm kienu jibbenefikaw studenti minn dawn is-seminars?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nifhem li l-Onor.", "Kollega qed jirriferi għal seminars nazzjonali u mhux internazzjonali li kienu jsiru għall-istudenti tal-form IV fil-personal and social development.", "Informat li d-dipartiment tal-kurrikulu ħass li għalkemm il-kontenut ta' dawn is-seminars kien validu, il-fatt li l-istudenti u l-għalliema tagħhom jitilqu mill-iskola għal tlett ijiem sħaħ, kien meqjus ta' detriment fix- xogħol ta' kuljum tagħhom.", "Jirriżulta wkoll li ħafna skejjel qed jagħmlu programmi u sessjonijiet simili ħafna għal dawn is-seminars u għalhekk id-diviżjoni ta' l- edukazzjoni ħasset li jkun ħafna aktar għaqli jekk dawn is-seminars isiru fuq livell ta' skola jew ta' kulleġġ.", "REĠJUNI PERIFERIĊI U MARITTIMI", "19443.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Waqt li nirriferi lill-Ministru għad-diskors li għamlet lill-uffiċċju politiku tal- konferenza għal reġjuni periferiċi u marittimi li ltaqa' Għawdex fl-10 ta' Mejju 2006 - fejn hi qalet li Għawdex akkwista trattament speċjali mill- Unjoni Ewropea f'dokument anness mat-trattat ta' adeżjoni - tista' jekk jogħġobha tgħid xi trattament speċjali qed jakkwista Għawdex illum u se jakkwista fis-snin 2007-2013 permezz tad-dokument li rriferiet għalih?", "ONOR GIOVANNA DEBONO: Fl-10 ta' Mejju jiena m'għamilt l-ebda diskors lill- uffiċċju politiku tal-konferenza għar-reġjuni periferiċi u marittimi, pero' jiena indirizzajt lil dan l-uffiċċju politiku tas-CPMR fil-5 ta' Mejju, 2006 meta l-membri kollha ta' dan il-political bureau ltaqgħu Għawdex.", "Id-dokument li għamel riferenza għalih l-Onor Interpellant jirriferi għal ċirkostanzi fejn Malta tilħaq livell ta' żvilupp ekwivalenti għall-medja ta' 75% ta' dak ta' l-Unjoni Ewropea u l-livell ta' żvilupp f'Għawdex ma jilħaqx dan il-livell.", "Peress li kemm fil-preżent kif ukoll għas-snin 2007-2013 dan ma kienx il-każ, kemm Malta kif ukoll Għawdex se jibbenefikaw mill-ogħla livell ta' fondi mogħtija mill-Unjoni Ewropea.", "Kif kien il-każ f'dan il-perijodu ta' programmazzjoni, fil-perijodu li jmiss Għawdex se jerġa' jibbenefika minn 10% tal-fondi allokati għal Malta.", "PJAN TA' ŻVILUPP GĦAL GĦAWDEX", "19444.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 17834 dwar il-pjan ta' żvilupp għal Għawdex, tista' il-Ministru tgħid", "jekk l-implimentabilita' tal-miżuri proposti fil-pjan tiddependix mir- ristrutturazzjoni tal-ministeru għal Għawdex?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Ir-ristrutturazzjoni tal-ministeru għal Għawdex tkun ta' għajnuna fl-implimentabilita' tal-miżuri proposti fil-pjan ta' żvilupp għal Għawdex.", "SHUTTLE SERVICE", "19445.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' il- Ministru tgħid jekk il-kumitat dwar proġetti f'Għawdex ko-finanzjati mill- Unjoni Ewropea, qabilx li jitwarrab il-proġett ta' shuttle service bejn l- ajruport internazzjonali ta' Malta u ċ-Ċirkewwa, li skond rapport uffiċjali tal-prim ministru, dan il-kumitat kien identifika li għandu jsir?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħti aktar informazzjoni dwar ir-rapport uffiċjali tal-prim ministru li qiegħed jirriferi għalih f'din il-mistoqsija parlamentari.", "DIVE SITES", "19447.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' il- Ministru tgħid kemm-il dive site artifiċjali se jsiru f'Għawdex sa l-aħħar ta' l-2007 u fejn?", "Fiex se jkunu jikkonsistu?", "Meta hu maħsub li jitlestew u kemm se jiswew?", "Taħseb li jkun hawn bżonn ta' aktar dive sites artifiċjali minbarra dawk li se jsiru?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Il-ministeru għal Għawdex huwa responsabbli minn proġett immirat għat-titjib ta' l-industrija ta' l-għadds f'Għawdex li huwa ko-finanzjat mill-fondi strutturali ta' l-Unjoni Ewropea.", "Parti minn dan il-proġett tinkludi l-kreazzjoni ta' dive site artifiċjali fix-Xatt l-Aħmar li se tkun tikkonsisti f'żewġ vapuri li għadhom kif ġew akkwistati wara li l-proċess ta' tendering ġie ffinalizzat.", "Din il-parti tal-proġett se tiswa Lm61,950 u huwa ppjanat li l-vapuri jiġu mgħarrqa lejn l-aħħar ta' Lulju ta' din is-sena.", "Parti oħra minn dan il-proġett hija t-tħejjija ta' masterplan għall- industrija ta' l-għadds f'Għawdex li se jistabilixxi l-ħteġijiet u l- prioritajiet għall-iżvilupp u t-tisħiħ tagħha.", "SHUTTLE SERVICE", "19450.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' il- Ministru tgħid jekk kemm-il darba l-kumitat dwar proġetti f'Għawdex ko- finanzjati mill-Unjoni Ewropea, qabilx li jitwarrab il-proġett ta' shuttle service bejn l-ajruport internazzjonli ta' Malta u ċ-Ċirkewwa?", "X'kienu l- proġetti alternattivi li l-kumitat approva li għandhom isiru minfloku?", "X'kienet il-priorita' tal-proġetti alternattivi approvati mill-kumitat?", "Meta saret il-laqgħa li fiha ġie deċiż li jitwarrab il-proġett u minfloku ġew approvati proġetti alternattivi?", "ONOR GIOVANNA DEBONO: Il-proġetti alternattivi magħżula u prioritizzati mill-kumitat biex jiġu ko-finanzjati mill-fondi strutturali huma kif murija hawn taħt:", "*Bini ta' athletics track fil-korsa ta' Għawdex; *Immodernizzar ta' skejjel f'Għawdex; *Restawr tat-triq tax-Xlendi; *Titjib fit-Toroq tal-Ħniena, Sant' Antnin u Borg Għarib; *Immodernizzar tal-ġonna ta' Villa Rundle; *Ħolqien ta' l-esperjenza arkeoloġika u storika tax-Xagħra; u *Implimentazzjoni ta' niche web portal u strateġijia ta' sinjali", "Il-laqgħa saret fis-7 ta' April, 2005.", "GOZO CHANNEL", "19452.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid jekk il-kera li se jkollha tħallas il-Gozo Channel għall-użu tat-terminals u tal-parkeġġi taċ-Ċirkewwa u l- Imġarr, hix se tkun koperta b'public service contract?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li dalwaqt għandu jiġi ffirmat kuntratt ta' kera (harbour agreement) bejn l-awtorita' marittima u l-Gozo Channel għall-kera tat-terminals tal-passiġġieri, tal-marshalling areas u tal- parkeġġi fil-portijiet taċ-Ċirkewwa u l-Imġarr.", "Dan il-harbour agreement ma jiffurmax parti mill-public service obligation contract li l-Gozo Channel għandha bħalissa mal-gvern.", "FOOTBALL PITCH", "19458.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk kienx hemm xi żviluppi fid-devoluzzjoni ta' biċċa art biex flokha jsir pitch f'Bormla?", "ONOR.", "TONIO BORG: Jekk l-Onor.", "Membru qed jirriferi għal dik il-biċċa art magħrufa bħala Verdala playing field, nixtieq ninformah illi huwa mistenni li l-ftehim tal-kirja jiġi ffirmat fil-futur qarib.", "OVERSPEEDING", "19459.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm tħallsu multi f'kontravvenzjonijiet ta' overspeeding maqbuda mill-cameras f'Regional Road, l-Imrieħel u x-Xemxija mill-bidu ta' din is-sena?", "ONOR.", "TONIO BORG: Mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Mejju, 2006 tħallsu dawn l-ammonti fuq kontravvenzjonijiet ta' overspeeding:", "|Regional |Lm259,990| |Road | | |Mrieħel | | | |114,730 | |Xemxija | | | |33,910 |", "SOCIAL CASE", "19460.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid minn meta daħlet il-proċedura li persuna rikoverata f'St. Luke's, tibda tħallas 80% tad-dħul għax meqjusa bħala social case?", "Kif jiġi deċiż li persuna hi social case?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Il-proċedura li persuna rikoverata f'St. Luke's tibda tħallas 80% tad-dħul għax meqjusa bħala social case bdiet isseħħ fit- 3 ta' Jannar, 2004, skond L.N. 259 ta' l-2004, regolament ta' l-2004 dwar rati għal servizzi residenzjali ffinanzjati mill-istat, Att dwar is- Sigurta' Soċjali (Kap. 318).", "Meta persuna tiġi liċenzjata mill-isptar mill-konsulent tagħha u għal xi raġuni jew oħra din il-persuna tibqa' tokkupa sodda, tiġi dikjarata bħala social case.", "SKOLA ĠUŻEPPI DESPOTT", "19461.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid jekk il-pjanti għax-xogħol fl- iskola G. Despott ta' Bormla tlestewx?", "Jista' ipoġġi kopja tagħhom fuq il- mejda tal-Kamra?", "Meta se jibda x-xogħol u meta se jitlesta?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ma jidhirlix li għandi ndaħħal il-prattika li npoġġi pjanti bħal dawn fuq il-mejda tal-Kamra.", "Il-bidu u t-tmiem", "tax-xogħol jiddependi minn meta jiġi konkluż il-proċess tat-tendering u l- għoti tal-kuntratt.", "ĦADDIEMA F'LUKANDI", "19466.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid kemm ħaddiema kien hemm full- time u part-time fil-lukandi fis-snin 2003, 2004, 2005 u kemm hawn din is- sena?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: In-numru ta' ħaddiema full-time u part-time fil- lukandi u ristoranti fis-snin 2003, 2004, 2005 u fl-aħħar ta' Jannar 2006 hu kif ġej:", "| |Full |Part-Tim|Part-Timers| | |-Timer|ers |holding a | | |s |as a |full-time | | | |primary |job | | | |job | | |Dec-0|8,360 |3,876 |2,853 | |3 | | | | |Dec-0|8,332 |4,298 |2,935 | |4 | | | | |Dec-0|8,503 |4,740 |3,255 | |5 | | | | |Jan-0|8,427 |4,590 |3,262 | |6 | | | |", "L-aħħar statistika ppubblikata hi dik ta Diċembru 2005.", "MARKET SUPPORT", "19467.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari 19273 u 19389, jista' il-Ministru jgħid fiex waslu d-diskussjonijiet dwar l-iskemi msemmija mill- Kummissjoni Ewropea?", "Hemm xi ħjiel meta l-kummissjoni se tagħti d- deċiżjoni tagħha?", "Xi problemi jonqos jingħelbu biex il-kummissjoni tkun sodisfatta", "b'dawn l-iskemi bħala li huma permessi mir-regoli ta' l-Unjoni Ewropea?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Id-diskussjonijiet mal-Kummissjoni Ewropea għadhom għaddejin.", "TOROQ", "19468.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 19375 u jgħid matul din is-sena finanzjarja kemm toroq saru mill-gvern ċentrali, fejn, b'liema fondi u kemm swew?", "Min hu l-kuntrattur f'kull każ u kemm tħallas jew se jitħallas?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il- mejda tal-Kamra.", "AWTORITA' TAD-DJAR", "19478.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 19227, tista' il-Ministru tgħid jekk il-każ li rriferejt għalih u li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, ġiex ikkonsidrat mill-ġdid?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: L-awtorita' tad-djar qed tagħmel ir-riċerki meħtieġa biex tistabilixxi jekk il-każ li rrifera għalih l-Onor.", "Interpellant jikkwalifikax taħt l-iskema li dwarha saret it-talba.", "RESERVED PARKING", "19479.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Jista' il-Ministru jara li jiġu pprovduti ferm aktar reserved parking bays għal persuni b'diżabilita' għaliex minħabba f'hekk, ħafna minn dawn l-individwi li minħabba l-istess diżabilita' tagħhom jridu jattendu l- isptar ferm aktar ta' spiss mill-medja normali, qed jeħlu ħafna ċitazzjonijiet?", "Jista' jipprovdi l-faċilita' li kemm-il darba l-parking bays ipprovduti għal persuni b'diżabilita' jkunu diġa' mimlijin, dawn il- persuni jkunu jistgħu jipparkjaw f'parking bays oħrajn fil-grounds ta' l- isptar?", "ONOR JESMOND MUGLIETT: Minn ispezzjoni li saret fuq il-post minn ufficjali tat-taqsima għall-immaniġġar tat-traffiku, jirriżulta li fil-pjazza ta' quddiem St. Luke's hemm sitt postijiet riservati għal persuni b'diżabilità.", "Terġa', minn riċerka li saret fir-records tat-taqsima għall-immaniġġar tat- traffiku, jirriżulta li ma hemm l-ebda talba sabiex tali reserved parking jiżdied.", "Rigward il-possibbiltà li persuni b'diżabilità jużaw il-grounds ta' l- isptar, niġbed l-attenzjoni li tali grounds ma jaqgħux taħt il- ġurisdizzjoni ta' l-awtorità dwar it-trasport.", "PACE GRASSO GROUND", "19480.", "L-ONOR.", "ROBERT ARRIGO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 19365, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hux minnu li ilu ma jitħallas ċens mill- MFA fuq Pace Grasso ground madwar 13-il sena?", "X'passi se jittieħdu biex dan jitħallas?", "Fid-dawl tat-talbiet għar-riżenja ta' ċerti nies fl-MFA, għandux il-ground jingħata lill-kunsill lokali għal ġestjoni aħjar u fuq kollox għall-ħarsien tat-tfal tagħna?", "ONOR.", "TONIO BORG: Il-kirja ma' l-MFA għal Pace Grasso football ground skadiet fil-31 ta' Awissu, 1993.", "Minn dakinhar 'il hawn il-kirja ma ġietx imġedda.", "Illum il-ground huwa affettwat bi proġett tal-ministeru għall- iżvilupp urban u t-toroq.", "Informat ukoll illi s'issa d-dipartiment ta' l-artijiet ma kellu l-ebda talba mill-kunsill lokali jew xi ente oħra għall-kiri tal-ground.", "STREET HAWKERS", "19481.", "L-ONOR.", "ROBERT ARRIGO staqsa lill-Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jikkonsidra emenda f'section 30 ta' l- avviż legali ta' l-2006 fejn tgħid li street hawker għandu jkun 25 metru 'l bogħod u mhux 50 metru attwali minn xi ħanut ieħor?", "Jista' jinkludi wkoll li titneħħa l-kelma \"kull\" ħanut u minflok issir \"ħanut ta' l-istess ġeneru\"?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Il-proposta ta' l-Onor.", "Interpellant se tiġi studjata.", "EŻAMI TAL-PSIKOLOĠIJA", "19482.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li f'eżami tal-psikoloġija li sar nhar it-Tlieta, 30 ta' Mejju fl-universita' kien hemm bosta domandi li ma ġewx koperti fis-sillabu, la fil-lezzjonijiet u lanqas fuq il-kotba tal-kredti?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-proċedura li sseħħ fl-universita' matul eżami hi li lecturer/s responsabbli għall-eżami, ikunu disponibbli biex iwieġbu għal xi mistoqsija ta' kjarifika fuq il-karti ta' l-eżami.", "Għal kull study unit u kors hemm kordinatur u fl-aħħar mill-aħħar hemm il-kap tad-dipartiment responsabbli għall-kors.", "Hija proċedura li l-istudenti javviċinaw lil dawn in-nies meta jkollhom xi diffikulta'.", "Kien hemm eżami wieħed fil-psikoloġija nhar it-Tlieta, 30 ta' Mejju fl- universita'.", "Tliet lecturers kienu involuti fl-eżami msemmi u dawn it- tlieta kienu disponibbli matul l-eżami.", "Kien hemm studenta li riedet kjarifika fuq mistoqsija waħda li ngħatat dak il-ħin stess.", "It-tliet lecturers għandhom esperjenza fit-tagħlim u eżaminazzjoni tas-suġġett u assiguraw lill-kap tad-dipartiment li l-istudenti, sakemm attendew il- lectures u studjaw il-kotba involuti, kellhom ikunu kapaċi jwieġbu l-karti ta' l-eżami.", "Informat ukoll li hemm proċedura ċara fl-universita' għall-istudenti biex jiċċaraw id-diffikultajiet tagħhom u għalhekk għandhom jippreżentawhom lill- kordinatur ta' l-istudy unit u l-kap tad-dipartiment.", "WATER LEAK", "19483.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid għaliex l-ispettur sanitarju għan-naħa tal-Kottonera, ma ħax il-passi neċessarji biex tissolva l- problema ta' ilma/drenaġġ li dieħel fil-fond li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Waqt li l-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jirriferi għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 5291, nista' ngħid li s- sitwazzjoni għadha l-istess għajr għall-fatt li fit-12 ta' Awissu, 2004 ittieħed kampjun ieħor ta' l-ilma li qiegħed jinfiltra, liema kampjun reġa' indika l-probabbilta' li l-ilma in kwestjoni huwa ilma tal-vit.", "Dan wara li d-dipartiment ġie informat fis-26 ta' Lulju, 2004 mill-korporazzjoni għas- servizzi ta' l-ilma li saru testijiet neċessarji fl-akkwata indikata u ma nstab l-ebda leak fis-sistema ta' l-ilma eżistenti.", "Iċ-chief executive officer fi ħdan il-korporazzjoni għas-servizzi ta' l- ilma kien reġa' ġie informat b'dan kollu fis-26 ta' Awissu, 2004 wara li kien diġa' informat b'korrispondenza oħra datata Mejju 2004 u Lulju 2004.", "Il-persuna li għamlet l-ilment kienet ġiet informata b'dan kollu u minn dak iż-żmien 'il hawn qatt ma reġa' daħal l-ilment.", "Sussegwentement saret ispezzjoni oħra fis-6 ta' Ġunju 2006 minn uffiċjal ta' dan id-dipartiment, fejn ittieħed kampjun ieħor ta' l-infiltrazzjoni.", "Il-każ se jibqa' jiġi segwit.", "CARE AND REPAIR", "19484.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tara li l-awtorita' tad-djar tieħu l-passi neċessarji biex persuna minn Bormla li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament u li tbati minn depression, tibbenefika mill-iskema tal-care and repair minħabba li l-kamra tal-banju m'għadhiex tajba u l- faċċata tal-fond ma tinsabx f'kondizzjoni tajba?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: L-awtorita' tad-djar m'għandha l-ebda talba mill- persuna indikata biex tibbenifika mill-inizjattiva tal-care and repair, għalkemm ninsab informata wkoll li l-awtorita' ħadet nota tal-każ u fil- futur qarib mistennija tispezzjona l-fond u tivverifika jekk il-persuna konċernata tistax tibbenefika minn din l-inizjattiva.", "FOND BATTAL FL-ISLA", "19485.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tara li jiġi kkonsidrat li l-fond indikat separatament, li jinsab battal u fil-pjan terran, jingħata lil ċerta persuna b'diżabilita' serja?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: L-applikazzjoni qed tigi kkonsidrata flimkien m'oħrajn simili.", "APPARTAMENT TAL-GVERN", "19486.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid x'qed iżomm lill- awtoritajiet tal-kostruzzjoni u tiswijiet tal-gvern biex il-fond li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, jiġi rranġat u jitneħħew il- problemi strutturali li għandu?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Għaddejt l-ilment ta' l-Onor.", "Interpellant lid- dipartiment tal-bini u tiswija ta' djar biex jinvestigaw u jieħdu l-azzjoni meħtieġa.", "SPEZZJONI FUQ FOND", "19487.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Wara li saret ispezzjoni fil-fond li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, tista' il-Ministru tgħid x'ġie rrakkmandat?", "Jista' ġentilment jitpoġġa kopja taċ-ċertifikat fuq il-mejda tal-Kamra?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Waqt li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tar-rapport li rrifera għalih l-Onor.", "Interpellant, nista' nikkonferma li d- dipartiment tal-bini u tiswija ta' djar ispezzjona l-post biex jigi determinat ix-xogħol meħtieġ u dan ix-xogħol mistenni jsir mill-istess dipartiment fil-futur immedjat.", "Ninsab informata wkoll li d-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali qed jieħu passi biex il-familja konċernata tiġi pprovduta mill-aktar fis possibbli b'akkomodazzjoni alternattiva sakemm jitlestew ix-xogħlijiet."]} {"filename": "20051026_309d_par.doc", "date": "2005-10-26", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Uffiċjali u Rivedut) L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 309 L-Erbgħa, 26 ta' Ottubru, 2005 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 309 L-Erbgħa, 26 ta' Ottubru, 2005", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.01 p.m.", "Talba", "Seduta Nru. 309", "L-Erbgħa, 26 ta' Ottubru, 2005", "WERREJ", "MINUTI 280", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 280", "TQEGĦID TA' KARTI 280", "MOZZJONIJIET", "ESTIMI TA' DĦUL U NFIQ TA' L-AWTORITA' GĦAS-SAĦĦA U S-SIGURTA' FUQ IL-POST", "TAX-XOGĦOL GĦAS-SENA 2005-2006 280", "AĠĠORNAMENT 280", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 280", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 308 li saret fil-25 ta' Ottubru, 2005 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "BDOTI TA' L-AIR MALTA", "13194.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Marie Louise Coleiro) staqsa lill- Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm bdoti telqu minn ma' l-Air Malta minn meta ġie konkluż il-memorandum of understanding madwar sena ilu?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni): Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi għar- risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 13727.", "ATTIVITA' FIL-FREEPORT", "13349.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI (f'isem l-Onor.", "Franco Galea) staqsa lill- Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid liema huma s-soċjetajiet barranin li qabel kienu jagħmlu użu mis-servizzi li jagħti l-freeport u li fl-aħħar tliet snin ma baqgħux?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-informazzjoni mitluba għar-rigward tat-tliet snin ta' qabel il-privatizzazzjoni tinsab fit-tabella li qed inpoġġi fuq il- mejda tal-Kamra.", "SPIŻA GĦAT-TĦADDIM TAL-POWER STATIONS", "13784.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid x'kienet l-ispiża għall-Enemalta sabiex jitħaddmu ż-żewġ power stations mis- sena 2000 'il hawn?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Azzopardi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JASON AZZOPARDI: Mit-tabella li għadha kemm tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra jirriżulta li fis-sena 2000 l-ispiża biex jitħaddmu ż-żewġ power stations kienet ta' Lm43,696,000, waqt li s-sena l-oħra din telgħet progressivament għal Lm55,312,000.", "Il-Ministru qiegħed f'pożizzjoni jgħid jekk hux mistenni li l-ispiża tkun qabżet is-somma ta' Lm55 miljun għas- sena li tagħlaq f'Settembru 2005?", "MR SPEAKER: Il-Ministru", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Iva, indubbjament hekk se jiġri.", "Assolutament m'hemm l-ebda dubju li l-ispiża hija bil-bosta akbar minn hekk, Sur President.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Kemm kienet ikbar l-ispiża minn mindu l-power station qalbet għal-low sulphur fuel u x'inhi r-raġuni li l-bieraħ tħabbar li l- petrol se jogħla bi 3c meta fir-realta' qed jogħla bi kważi 4c?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Dwar l-ewwel parti tad-domanda ma nistax nagħti risposta definittiva għar-raġuni li l-prezz tal-low sulphur fuel u l-prezz tal-high sulphur fuel jiċċaqlaq b'mod differenti fis-suq u allura d- differenza ma tkunx dejjem l-istess.", "Jekk niftakar sew ix-xahar li għadda kien hemm differenza ta' madwar 13% jew 14%, pero' ovvjament din iċ-ċifra tvarja għax dan huwa l-prezz li ta' kuljum jiġi kkwotat fis-swieq internazzjonali.", "Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija jiddispjaċini ngħidlu lill-ħabib tiegħi li huwa skorrett, anke għax forsi ġie sgwidat peress li din l-informazzjoni skorretta tħabbret anke fil-gazzetti kollha - kemm The Times, l-orizzont, in-nazzjon u The Malta Independent - ħlief il-Business Today li qalet li l- prezz se jogħla bi 3c3.", "Dan ifisser jew li ma tawx kas ta' l-istatement li jien poġġejt fuq il-mejda tal-Kamra jew inkella ma kkwotawx minnu.", "Ħa nikkwota preċiż x'għedt fl-istatement tiegħi, Sur President.", "Ir-raba' punt f'paġna 3 jgħid hekk:", "\"Għalhekk il-gvern iddeċieda li jżid is-sisa fuq il-petrol bla ċomb u l-lead replacement petrol bi 3c (minbarra l-VAT) ...\"", "F'paġna 6 imbagħad jingħad hekk:", "\"Biex jikkumpensa għat-telf fid-dħul mis-sisa minn din l-iskema, is- sisa fuq l-LRP u l-petrol bla ċomb qed tiżdied bi 3 milleżmi kull litru (minbarra l-VAT) b'effett immedjat (miżjuda mat-3c li ssemmew qabel).\".", "Naħseb li hawnhekk kont ċarissimu, imma sfortunatament il-gazzetti ippikkjaw it-3c u ġabuha frontpage headline u n-nies ġew totalment sgwidati.", "Fil-fatt iż-żieda effettiva hi ta' 3c3 plus VAT u għalhekk ġara dak li ġara dalgħodu, Sur President.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet ikbar l-ispiża għall-Enemalta minn mindu qalbet minn high sulphur fuel għal low sulphur fuel?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Din iċ-ċifra nista' nagħtiha b'mod approssimattiv għax hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq miljuni ta' liri.", "(Interruzzjonijiet) Kont se ngħid Lm6 miljun mhux Lm4.5 miljun, pero' qed nitkellem mill- memorja.", "Naturalment dan huwa ammont li jaffettwa sostanzjalment il- finanzi ta' l-Enemalta, pero' ifisser ukoll titjib notevoli fl-ambjent ta' madwarna għax il-low sulphur fuel oil għandu ħafna inqas sulphur u jniġġes ħafna inqas mill-high sulphur fuel.", "Din ukoll waħda mir-raġunijiet prinċipali għaliex bqajna baxxi ħafna fir- rate of emissions li aħna permessi skond il-protokoll ta' Kyoto.", "U raġuni wkoll li ladarba għandna dawn is-savings kollha fuq l-emissions, we can trade them off u issa qed nistennew li ndaħħlu madwar Lm900,000 għax inbiegħuhom lil ħaddieħor li qiegħed iniġġes iktar minna.", "Naħseb li overall dan kien investiment tajjeb, anke għas-saħħa tal-poplu Malti, Sur President.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Ma jidhirlux il-Ministru li kien ikun investiment tajjeb kieku fil-power stations, b'mod speċjali fil-każ ta' Delimara, sar impjant apposta biex jitnaqqas it-tinġis ta' l-arja, kif madankollu kellu jsir għax kieku ma konniex nidħlu f'dawn l-ispejjeż kollha?", "Jaf il- Ministru li huma ħafna l-power stations li għadhom jużaw il-high sulphur fuel, kif kienu jużaw qabel, li għandhom sistema li tnaqqas it-tinġis ta' l- arja u fl-istess ħin ma jidħlux fi spejjeż żejda biex jużaw low sulphur fuel?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Il-power station ta' Delimara għandha tipi ta' burners differenti.", "L-għażla li mmorru għal low sulphur fuel oil hija għażla ta' x'tip ta' ambjent irridu.", "Riċentement sar studju u jiena ppreżentajtu quddiem l-MCESD għax meta beda jiżdied iż-żejt, waħda mill-options kienet jekk nistgħux immorru lura għall-high sulphur fuel oil.", "(Interruzzjonijiet) Iva, nistgħu.", "Il-problema bil-high sulphur fuel oil hi li biex inti tnaddfu qabel ma joħroġ, għandek capital cost ta' madwar Lm9 miljun għall-impjant li trid tagħmel u, agħar minn hekk, ir-recurrent cost biex tnaddaf huwa ta' circa Lm4 miljun jew Lm5 miljun fis-sena.", "Barra minn hekk, filwaqt li tkun qed tnaddaf tkun qiegħed tikkrea waste li allura joħloqlok problema oħra kbira biex tara x'se tagħmel bih.", "Jiġifieri kontra dak li aħna niffrankaw, li bl-amment mingħalija huwa ta' Lm6.5 miljun, għandna recurrent cost ta' Lm5 miljun - mingħajr ma naraw il- kapital – plus il-problema ta' x'se nagħmlu bl-ash u fejn se narmuh.", "Dan irridu nesportawh u ma nistgħux inħalluh Malta.", "Jiġifieri mil-lat finanzjarju biss lanqas jagħmel sens li naħarqu high sulphur fuel oil u hawn mil-lat ekonomiku qed nitkellem, mhux mil-lat ambjentali.", "Jekk irridu nistgħu nużawha l-power station ta' Delimara pero' ma jagħmilx sens li nużawha, l-ewwelnett għal raġunijiet ta' saħħa u t-tieni għax ekonomikament ma jagħmilx sens.", "Barra minn hekk - u din hija iktar importanti - l-emissions li aħna għandna llum minn din il-power station, huma totally within EU standards.", "Biex inlaħħqu emissions ġodda li jridu jiġu applikabbli sa 2010 jew 2012, għandna programm li se jibda mis-sena d-dieħla biex nibdew ninvestu f'equipment ġdid - kif del resto qed tagħmel id-dinja kollha - biex nilħqu l-istandards il-ġodda li deħlin fl-EU.", "(Interruzzjonijiet) Nista' ngħid x'inhi l-pożizzjoni ta' pajjiżi oħra li jaħarqu high sulphur fuel oil għax donnu li l-Onor.", "Mizzi għandu impressjoni ħażina, Sur President.", "Hemm direttiva li tgħid li l-istandard Ewropew huwa l-ħruq ta' fuel oil li għandu 0.5% sulphur, li huwa l-low sulphur fuel oil.", "Dik hija r-regola kullimkien.", "Id-direttiva tgħid ukoll li b'mod eċċezzjonali u taħt lista ta' salvagwardi – hemm xi tliet paġni fuq din fid-direttiva - il- Kummissjoni Ewropea tista' tagħti l-permess biex ikun hemm power stations li jaħarqu fuel oil li jkollu sa massimu ta' 2.5 jew 3.0 sulphur.", "B'mod eċċezzjonali dak li konna naħarqu aħna kellu 3.5 sulphur, jiġifieri kien diġa' over the limit.", "Irrid ngħid ukoll li l-permess fl-Unjoni Ewropea ma jingħatax għal power stations ġodda, imma jingħata fil-każ tal-power stations l-antiki u sar għal raġuni waħda, biex isalva lil dawk il-pajjiżi li għadhom jaħarqu l-faħam.", "Fl-Ewropa llum ħadd ma jaħraq high sulphur fuel oil.", "Veru li għandek pajjiżi li għadhom jaħarqu l-faħam u għalhekk saret id-direttiva biex issalva lil dawn it-tip ta' power stations.", "Jiġifieri l-pożizzjoni m'hijiex preċiżament kif qed jgħid l-Onor.", "Mizzi.", "Illum fl-Ewropa, b'mod eċċezzjonali ħafna, għad baqa' numru ta' power stations illi ilhom hemmhekk u jaħarqu l-high sulphur fuel oil - jew iktar minn hekk jaħarqu l-faħam - f'postijiet li m'humiex abitati.", "Illum impossibbli li ġġib permess għal xi power station kif għandna aħna f'biċċa gżira bħal tagħna biex taħraq high sulphur fuel oil.", "Jekk tkun x'imkien bħall-Italja u tmur Alla jaf fejn fil-miftuħ u taħraq il-faħam, hemmhekk tingħata permess.", "Overall, minħabba raġunijiet ta' saħħa, għamilna sew li qlibna minn high sulphur fuel oil għal low sulphur fuel oil u din il-bidla għamilniha qabel ma dħalna fl-Unjoni Ewropea u mhux għax konna obbligati mill-Unjoni.", "Meta konna barra mill-Unjoni stajna tlabna deroga għax il- power station tagħna hemmhekk kienet, pero' għal raġunijiet ta' saħħa għamel sew gvern Nazzjonalista li qaleb.", "Anke bil-prezzijiet tal-lum - aħseb u ara bil-prezzijiet ta' dak iż-żmien - ekonomikament ma tiġġustifikax li inti għandek għalfejn tmur għal high sulphur fuel oil meta d-differential bejn il-prezz tal-high sulphur fuel oil u l-low sulphur fuel oil f'sena u dak li inti tonfoq biex tiffiltra d- duħħan - hu u ħiereġ meta taħraq il-high sulphur fuel oil - u bil-problemi tal-waste li joħloqlok, żgur ma jagħmilx il-high sulphur fuel oil ekonomikament viabbli li taħarqu.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Allura ma jidhirx biċ-ċar li l-impjant ta' Delimara mhux tajjeb għaż-żmenijiet tal-lum u mhux kif kien jgħid Gvern Nazzjonalista, li għandu sistema inqas expensive u iktar effiċjenti?", "Barra minn hekk, jista' il-Ministru jgħidli x'inhu jagħmel għar-rigward ta' l- effiċjenza fil-qasam ta' l-enerġija?", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Sur President, li jiġi jgħidli li l-power station ta' Delimara ma nbnetx bil-ħsieb li 'l quddiem tkun effiċjenti, ma nafx kif tista' tgħaddilu minn moħħu.", "Il-power station ta' Delimara taħraq il-gass, kienet taħraq il-high sulphur fuel oil, għandha l-combined cycle, jekk irridu nistgħu nerġgħu naqilbuha għall-high sulphur fuel oil u jekk irridu nistgħu eventwalment naqilbuha għall-gass bil-pipeline minn Sqallija.", "Din il-power station hija adattabbli għal kull tip u anke preliminarjament, nafu li jekk nużaw il-liquid natural gas li lanqas biss kien jeżisti meta nbniet il-power station ta' Delimara, nistgħu naqilbuha wkoll.", "Fil-fatt nistgħu naħarqu kull tip ta' żejt u ma nafx jekk nistgħux naħarqu l-faħam ukoll, imma Allaħares bnewha bil-ħsieb li nerġgħu mmorru lura għall-faħam!", "Sur President, donnu jinsa l-Onor.", "Mizzi li l-power station ta' Delimara nbniet għax l-ewwel gvern Nazzjonalista kien previġġenti biżżejjed biex jibniha.", "Inbniet minkejja oppożizzjoni kbira u tkissir tal-bankijiet hawn ġew.", "Inbniet bl-oppożizzjoni Laburista tgħid li se taqa' id-dinja għax se tinbena power station f'Delimara u li se nċarċru demmna ...", "U l-power station inbniet, inbniet bl-iktar mod normali u serviet lil pajjiżna għax kieku mhux hekk, meta jkollna l-peaks tas-sajf ...", "Grazzi għall-politika ta' gvernijiet Nazzjonalista, il-peaks m'għadhomx ikunu fix-xitwa biss għax ekonomikament in-nies qegħdin aħjar u l-istandard of living għola u se jibqa' hekk minkejja li żidna t-tariffi, biex ma tqumx tgħidli li mhux se jibqa' hekk.", "(Interruzzjonijiet) Jiġi s-sajf u naraw jibqax hekk!", "Li kieku ma konniex previġġenti biżżejjed biex Delimara bnejniha bil-mod kif bnejniha, ma konniex kapaċi la nżidu industrijalment, la nsaħħu l-ekonomija u lanqas nagħtu power supply fid-djar.", "Imma niġi għat-tieni domanda li torbot ma' din, għax illum il-power station ta' Delimara hija effiċjenti.", "(Interruzzjonijiet)", "Saret allegazzjoni mis-segretarju esekuttiv tal-GRTU li qal li l-effiċjenza tal-power station tal-Marsa hija ta' 26% jew 27% u l-effiċjenza tal-power station ta' Delimara hija ta' 31%.", "Meta jiena staqsejt lill-inġiniera ta' l-Enemalta - jien ma kontx nafha din, imma mill-ewwel daqqitli bħala xi ħaġa stramba din - dawn tawni l-installed efficiency rating ta' makna ġdida.", "Għal xi raġuni li ma nafx nispjega, fid-dinja ta' l-elettriku meta makna tiġi stallata, ir-rating tagħha ma tkunx 100% - per eżempju, jekk tieħu l-installation date tal-power station tal-Marsa ssib li r-rating kienet ta' xi 33% jew 34% u llum, wara 30 sena, ir-rating hi 27%; jiġifieri meta tgħid 27mhux in relation to 100 imma in relation to 33 - I don't know why, stramba imma hekk hi.", "Illum lis-Sur Vince Farrugia, li probabbilment ġie sgwidat minn xi ħadd li qallu bla ma spjegalu l-istorja kollha, bgħattlu din it-table biex ma jkomplix jgħid dawn l-affarijiet.", "(Interruzzjonijiet) Almenu jien għal din kont qed nifhem.", "Issa jekk l-Onor.", "Interpellant kien qed jirriferi għal xi ħaġa oħra nitolbu jerġa' jistaqsini u forsi niftehmu aħjar, Sur President.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sur President, semmejtlu l-ippjanar biex nurih li dan ma sarx b'mod serju.", "Huwa fatt li l-Enemalta sal-lum għad m'għandhiex strateġija dwar l-enerġija u lanqas ma jagħmel sens li generators li suppost qegħdin hemmhekk biex jintużaw f'każ li jkun hemm xi emerġenza, ħafna drabi jintużaw biex jagħtu supply normali.", "Jiġifieri jidher ċar li ma kienx hemm ippjanar serju.", "Min-naħa l-oħra, jiftakar il-Ministru li meta kienet qed tinbena l-power station ta' Delimara kien intqal li mhux se jkun hemm bżonn aktar tal-power station tal-Marsa.", "Spiċċajna biex il-power station tal-Marsa baqgħet hemm.", "(Interruzzjonijiet) Imma qed nigdeb jew qed ngħid il-verita'?", "Meta semmejt l-effiċjenza fl-enerġija ma kontx qed nirriferi għall- effiċjenza tal-power station, għax tafu bin-nuqqasijiet u bl-ineffiċjenza kbira li hemm.", "Jien kont qed nirriferi għall-effiċjenza fl-użu ta' l- enerġija, anke fejn tidħol sħana, solar system jew xi enerġija minn x'imkien ieħor biex tnaqqas id-domanda mill-power stations.", "Jien dwar dan kont qed nitkellem, Sur President.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Basically l-Onor.", "Mizzi qed jgħid li l-combined cycles li qegħdin hemmhekk biex jilħqu l-peak demands, kultant jintużaw biex jibagħtu l-enerġija b'mod normali.", "Veru li jiġri dan imma l-maintenance ikun ippjanat regolarment, speċjalment fuq il-generators tal-Marsa.", "Nista' ngħidlek li fis-sajf kellna wieħed mill-main boilers tal-Marsa li għamel xahrejn ma jaħdimx għax kienu qed jagħmlu maintenance regolari fuqu.", "Xi ħadd ħassha din?", "Dik hi l-kapaċita' ta' l-ippjanar!", "Tneħħi boiler biex tagħmel il-maintenance, regolarment ikollok problemi 'l hawn u 'l hemm u tant għandna spare capacity b'riżultat ta' ippjanar tajjeb min-naħa tal- Ministru Ninu Zammit li kien in charge dak iż-żmien, li ħadd ma jħossha fil- peak demand.", "Dik hi l-verita'!", "U waħda mill-problemi li għandna hawn Malta hija li l-peak demands tagħna tant huma żgħar, pero' ippjanajna għalihom.", "Naturalment hemm cost that you have to carry.", "Issa dwar l- istrateġija, Sur President.", "Jiena spjegajt x'inhi l-istrateġija u ħriġna request for proposals biex nibdew inbiddlu l-power station tal-Marsa.", "Irridu l-ideat minn kumpanniji barranin u kumpanniji lokali, huma min huma, kif se nibdew inbiddlu din il- power station.", "Dwar medium to long-term bdejna d-diskussjonijiet ma' operaturi fir-reġjun - Sqallija, il-Libja, fejn ikun - biex naraw il- possibbilta' li nagħmlu pipeline għal Sqallija biex nġibu l-gass – il- bieraħ dan il-pipeline sejjaħtlu katusa - u biex naqbdu mal-European electricity grid.", "Hawn kumpannija Awstraljana li qiegħda tesplora l- possibbilta' li tagħmel liquid natural gas plant f'Malta, kemm għall-użu lokali kif ukoll għall-esportazzjoni ta' liquid natural gas.", "Naħseb li għandna biżżejjed strateġija għall-Enemalta.", "Mhux qed nitkellem għall- istrateġiji tar-resources authority fuq alternattivi - dawk jitkellem dwarhom xi darba oħra l-Ministru Ninu Zammit, li hu responsabbli mill-MRA – imma nerġa' ngħid li fejn tidħol l-Enemalta għandna biżżejjed strateġija.", "Qegħdin niddisinvestu mill-petroleum u ħa niddisinvestu eventwalment mill- gass biex nikkonċentraw biss fuq il-ġenerazzjoni u d-distribuzzjoni ta' l- enerġija.", "Strateġija hemm, mela m'hemmx u qegħdin nimxu magħha pass wara l- ieħor, Sur President.", "Irridu nibdew naraw - u ngħidha ċara u tonda biex mhux imbagħad jibdew iqumu l-irwiefen meta nibdew nieħdu d-deċiżjonijiet - jekk il-gvern għandux jibqa' jiġġenera l-elettriku kollu hu jew jixtrihx minn barra.", "Irridu naraw x'jaqblilna u rridu naraw ukoll jekk l-investiment li jrid isir biex indubbjament nagħmlu l-upgrading fil-power station tal-Marsa, li hija antika iktar minn dik ta' Delimara - eventwalment irridu nħarsu lejn Delimara wkoll - għandux isir kollu mill-gvern jew jekk għandux isir mill- gvern in partnership mal-privat.", "Dan kollu trid tarah, pero' fejn irridu mmorru nafu u ninsabu resqin, Sur President.", "Nerġa' nirrepeti li hemm request for proposals internazzjonali biex nibdew inbiddlu t-turbini li għandna fil-Marsa li jmorru lura sa l-1996 u bdejniha din.", "Il-kuntatti ma' operaturi fi Sqallija bdew isiru.", "Jiena bħalissa għandi ċ-chairman u l-financial controller imsefrin, parti mix-xogħol li qegħdin jagħmlu huwa proprju l-kuntatti f'konferenza internazzjonali ma' operaturi Sqallin biex naraw x'inhuma l-possibbiltajiet.", "Ħriġna notice to tender fl-EU journal biex inbiddlu s-sistema sħiħa ta' metering.", "Se mmorru għal dak li ngħidulu automated meter reading biex inbiddlu fuq numru ta' snin il-meters kollha ta' Malta u Għawdex, nagħmluhom elettroniċi, nagħmluhom jitrasmettu d-data jew permezz tal-linji tat-telephone jew permezz tal-linji ta' l-elettriku wkoll għax illum dan huwa possibbli.", "Inbiddlu s-sistema kollha ta' kif isiru l-kontijiet u kif isir il-qari ta' l-arloġġi, sistema li tkun tippermettilek li ddaħħal ħlas għal ħinijiet differenti u allura inti tibda tagħmel ħlasijiet irħas bil-lejl minn filgħodu.", "Tippermettilek li tbiddel il-ħlasijiet anke bil-ġranet u bix- xhur.", "Tippermettilek li tkun on-line mall-ewwel ma' kull klijent.", "Tippermetti lill-klijenti li jekk iridu jaqilbu għal sistemi li jippermettulhom iħallsu minn qabel ...", "Jiġifieri hemm ħafna affarijiet li qegħdin isiru u biċċa biċċa jkunu on-line.", "Allura l-istrateġija hi ċara, Sur President.", "Dwar demand reduction nemmen li baqa' ħafna x'isir, speċjalment il- kwestjoni ta' kultura.", "Il-building industry consultative council ilu ħafna żmien jagħmel rapporti dwar kif għandhom jinbnew djar li jkunu iktar energy- conservant.", "Isiru kampanji - għalkemm mhux biżżejjed - anke fuq livell ta' skejjel, dwar x'wieħed għandu jagħmel biex jikkonserva l-enerġija.", "Pero' sfortunatament il-kultura, il-metodu ta' kif naħdmu u kif ngħixu hi forsi l-iktar ħaġa diffiċli biex tbiddel, Sur President.", "Sfortunatament ukoll dak li huwa verament cheap ħafna drabi m'huwiex totalment apprezzat, kif jgħid il-Malti.", "U jekk hemm ħaġa li forsi wieħed jista' jagħmel hi li jibda joqgħod ħafna aktar attent ladarba d-dawl verament se jkun expensive.", "Nawgura li almenu din tkun l-unika ħaġa verament pożittiva f'sitwazzjoni verament diffiċli u iebsa għal kulħadd, pero' hija sitwazzjoni li rridu naffrontaw ilkoll b'wiċċna minn quddiem għal dak li għandu bżonn jiġri f'pajjiżna.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Peress li l-Ministru għamel eloġju sħiħ ta' kemm għandna power station tajba u kemm l-affarijiet huma ppjanati tajjeb, x'inhi r-raġuni li gvern Nazzjonalista jrid jonfoq Lm300 miljun oħra biex jagħmel power station oħra għax qed jgħid li hemm il-problemi?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Aħna m'għedniex li se nagħmlu power station oħra.", "Kulma għedna hu li se nibdew ir-refurbishment fuq il-power station tal- Marsa.", "(Interruzzjonijiet)", "Jiena u int konna qed nitkellmu fuq il-power station ta' Delimara u jiena għedtlek li diġa' ħriġna request for proposals biex nibdew il-proċess tar- refurbishment tal-power station tal-Marsa.", "U meta nbniet il-power station ta' Delimara, il-Ministru Ninu Zammit qatt ma qal li dik tal-Marsa m'għandniex bżonnha.", "Ir-realta' hi li ma pprevedejniex li l-gvern Nazzjonalista tant se jġib ġid lil dan il-pajjiż, illi d-domanda għall- elettriku kienet se tiżdied kif fil-fatt żdiedet mill-1989 sal-lum.", "U għalhekk li l-power station tal-Marsa baqgħet bżonjuża.", "Issa ċ-challenge m'hijiex li nagħlqu l-power station tal-Marsa imma li nbiddlu l-mod ta' kif taħdem, inġibulha equipment modern u iktar effiċjenti milli għandha biex dak li niġġeneraw ikun energy-clean, enerġija effiċjenti u enerġija li taqdi l-bżonnijiet tal-poplu Malti u ta' l-investiment li rridu nġibu lejn pajjiżna.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-Mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti u nsejjaħ lill-Aġent Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "TONIO BORG (Viċi Prim Ministru, Ministru tal-Ġustizzja u Intern): Mr Speaker, f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi nqiegħed fuq il-mejda tal- Kamra:", "Tagħrif dwar fondi wżati mill-programm pre-adeżjoni u faċilita` transitorja għall-2005 u tagħrif dwar fondi strutturali, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 15085;", "U f'ismi nqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' l-audit reports u financial statements tat-68 kunsill lokali, għall-perijodu bejn l-1 ta' April 2004 u l-31 ta' Marzu 2005.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Louis Galea.", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impiegi): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tabella li turi l-għadd ta' studenti li bdew isegwu korsijiet fl- Universita` ta' Malta, bejn l-2000 u l-2006, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari 14963; u", "Tagħrif dwar l-għadd ta' studenti li daħlu l-Universita` ta' Malta fis- sena akkademika 2005-2006, maqsuma skond il-kors, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari 14967.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar kumpanniji megħjuna mill-Malta Enterprise bejn l-1999 u l- 2005 biex waqqfu impriża f'Għawdex, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 14735.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Dolores Cristina.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA (Ministru tal-Familja u Solidarjeta` Soċjali): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar istallar ta' lifts fi blokki eżistenti tal-gvern bejn l- 2002 u l-2005, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 14935.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Ngħaddu għal stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet.", "Il-Ministru Louis Galea.", "MOZZJONIJIET", "ESTIMI TA' DĦUL U NFIQ TA' L-AWTORITA' GĦAS-SAĦĦA U S-SIGURTA' FUQ IL-POST TAX-XOGĦOL GĦAS-SENA 2005-2006", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Speaker, nipproponi:", "Illi l-Kamra tapprova l-Estimi ta' Dħul u Nfiq ta' l-Awtorita` għas- Saħħa u s-Sigurta` fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena finanzjarja mill-1 ta' Ottubru 2005 sat-30 ta' Settembru 2006 skond l-Att dwar l- Awtorita' għas-Saħħa u s-Sigurta' fuq il-Post tax-Xogħol, Kap 424.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Infakkar lill-Kamra li d-diskussjoni fuq din il-mozzjoni għandha tieħu seduta waħda, bil-ħin jinqasam indaqs bejn il-kelliema tal- Gvern u l-kelliema ta' l-Oppożizzjoni, bl-introduzzjoni u l-winding up isiru min-naħa tal-gvern.", "Insejjaħ lill-Ministru Galea.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Qegħdin nipproponu l-estimi għall-operat ta' l- Awtorita` għas-Saħħa u s-Sigurta` fuq il-Post tax-Xogħol wara li ftit tal- ġranet ilu kont poġġejt fuq il-mejda tal-Kamra r-rapport tal-ħidma ta' l- awtorita` għas-sena li għaddiet.", "Qegħdin inressqu dawn l-estimi proprju fil-ġimgħa li l-Unjoni Ewropea tiddedika għat-tema ta' saħħa u sigurta` fuq il-post tax-xogħol.", "Hawn Malta l-awtorita` qiegħda tfakkar din il-ġimgħa billi torganizza sensiela ta' attivitajiet, fosthom li jingħata l-ġieħ f'oqsma differenti lil dawk il-postijiet tax-xogħol li jkunu ddistingwew ruħhom fil-qasam ta' osservanza u ta' implimentazzjoni tar-regoli dwar is- saħħa u s-sigurta` fuq il-post tax-xogħol.", "F'dan il-Parlament matul din is-seduta se jkollna l-opportunita` li niffokaw fuq il-ħidma li ssir f'dan il-qasam u fuq kemm irridu naħdmu iktar biex nilħqu l-mira tal-liġi li konna adottajna kważi ħames snin ilu.", "L- iskop tagħha huwa li nassiguraw is-saħħa fiżika, psikoloġika u d-dimensjoni soċjali tal-ħaddiema kollha fuq il-postijiet tax-xogħol.", "L-ewwelnett irrid nirringrazzja minn qiegħ qalbi lill-impjegati u lill- uffiċjali kollha ta' l-awtorita` għall-impenn u għad-dedikazzjoni tagħhom matul din is-sena finanzjarja li għalqet u nawgura li anke s-sena finanzjarja li għadna kif bdejna tkun sena oħra ta' ħidma fejn ilkoll flimkien, taħt it-tmexxija tal-kap eżekuttiv tagħhom, jagħmlu l-aħjar li jistgħu biex dejjem nirreġistraw progress fil-mixja tal-ħaddiema tagħna u ta' l-imsieħba soċjali lejn l-osservanza u l-implimentazzjoni tar- regolamenti f'dan il-qasam.", "Nawgura li nkomplu nxettlu u nsaħħu l- mentalita` u l-kultura favur suġġett li huwa ta' importanza kbira għall- ħaddiema tagħna.", "Irrid nirringrazzja lil Dr. Mark Gauci, iċ-chief executive li għal sena oħra mexxa din l-awtorita` b'ħafna dedikazzjoni, impenn u kompetenza professjonali.", "Fl-aħħar iżda mhux l-inqas irrid nirringrazzja lill-membri tal-bord ta' l-awtorita` li ħadmu ħafna u rrid nagħmel ringrazzjament speċjali lil Dr. Joanna Drake li kienet chairperson għall-ewwel 31 xahar mit-twaqqif ta' din l-awtorita`.", "Nirringrazzjaha pubblikament għall- manjiera professjonali, serja u dedikata li hija wriet fit-tmexxija tal- bord f'perjodu formattiv ta' din l-awtorita` u f'perjodu fejn l-awtorita` riedet, bħal ħafna entitajiet u dipartimenti oħrajn pubbliċi, taħdem ħafna iktar mis-soltu biex tkun tista' titrasporta l-acquis communitaire ta' l- Unjoni Ewropea fil-qasam tas-saħħa u s-sigurta` fuq il-post tax-xogħol ġewwa pajjiżna.", "Din il-biċċa xogħol ma kenitx żgħira u llum għadna qegħdin naħdmu fuqha għax nafu li l-Unjoni Ewropea tagħti ħafna importanza lil dan is-settur.", "Dr. Joanna Drake illum ġiet magħżula bħala l-ewwel Maltija li qiegħda tmexxi r-rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea f'Malta u barra li nirringrazzjaha rrid nawguralha ħafna għall-kariga l-ġdida tagħha.", "Jien ċert li anke f'din il-kariga l-ġdida Joanna Drake se taqdi funzjoni bl- akbar kompetenza u professjonalita`, kif jitolbu d-dmirijiet tagħha.", "M'għandix dubju li dan se jkun ta' ġid kemm għal pajjiżna kif ukoll għall- Unjoni Ewropea.", "Nifraħ lil Roberta Messina, li hija ċ-chairperson il-ġdida ta' l-awtorita`, li jien fiduċjuż li se taqdi x-xogħol importanti tagħha bl-istess impenn u professjonaliżmu kif għamlet Joanna Drake.", "Din hija awtorita` tripartitika, li fiha naraw il-preżenza ta' l-employers, tal-unions u anke tad-dipartiment tax-xogħol.", "Minn qalbi rrid nirringrazzja lil dawn ir- rappreżentanti li ġejjin minn dawn is-setturi għall-impenn tagħhom f'dan il- qasam.", "Illum qegħdin nippreżentaw estimi ta' Lm300,000 li bihom din l-awtorita` trid taħdem għas-sena finanzjarja li dħalna għaliha.", "Bejn wieħed u ieħor qegħdin fuq l-istess livelli ta' snin oħrajn.", "Naturalment wieħed irid jiftakar ukoll li bil-ħidma ta' l-istess awtorita` hemm xi fondi oħrajn li ġejjin mill-Unjoni Ewropea u li l-awtorita` qiegħda tuża biex tkun tista' taħdem u tagħti riżultati aħjar.", "Taħt it-transitional facility l-awtorita` għandha għad-dispożizzjoni tagħha Lm171,000, li Lm26,000 minnhom inħarġu mill-gvern Malti, mentri l-bqija ġejjin mill-fondi ta' l-Unjoni Ewropea.", "L-awtorita` qed tuża dawn il-fondi matul dawn ix-xhur li qegħdin fihom bl-iskop li ssaħħaħ il-kapaċita` amministrattiva u ssaħħaħ l-istituzzjoni ta' l-awtorita` nnifisha ħalli tkun tista' twettaq id-doveri tagħha dejjem aħjar.", "Dawn il-Lm171,000, li huma apparti l-estimi li aħna konna approvajna s-sena l-oħra, se jkunu jistgħu jgħinu lill-awtorita` tilħaq aħjar il-funzjonijiet tagħha ta' spettorat, ta' taħriġ ta' ħaddiema, employers u esperti biex inkunu nistgħu nwasslu l-informazzjoni u l-messaġġi meħtieġa f'dan il-qasam.", "Dan huwa proġett li fih qegħdin imseħbin ma' entitajiet Awstrijaċi u m'għandix dubju li huwa proġett ta' ġid.", "Proġett ieħor li ma jaqax taħt l-aspett finanzjarju jirrigwarda l-qasam tas-sigurta` fl-industrija tal-kostruzzjoni.", "Dan huwa proġett li għalih l- awtorita` kisbet Euro 17,000 mill-kummissjoni permezz tas-senior labour inspectors committee u huwa ta' għajnuna biex inkunu nistgħu nassiguraw li l-informazzjoni u t-taħriġ f'dan is-settur ikunu jistgħu jinħadmu aħjar.", "Hemm ukoll għajnuna ta' Lm8,000 mill-aġenzija Ewropea għas-sigurta` u s- saħħa fuq il-postijiet tax-xogħol li ngħataw lil dawk li jissejħu l-focal points biex ikun hemm dejjem iktar informazzjoni u edukazzjoni dwar dan is- suġġett.", "Parti minnhom għandhom x'jaqsmu mal-materjal ta' informazzjoni dwar il-ħidma, il-miri u r-regoli f'dan il-qasam u parti biex ikunu jistgħu jsiru l-attivitajiet ta' din il-ġimgħa Ewropea dwar is-saħħa fuq il- postijiet tax-xogħol.", "Il-core business ta' l-awtorita` għandu x'jaqsam l-iktar mal-funzjoni li jkun assigurat kemm jista' jkun li l-ħaddiema f'kull post tax-xogħol u l- poplu in ġenerali f'postijiet oħrajn ikunu konxji kemm huwa importanti li aħna nagħrfu liema huma r-riskji għas-saħħa u s-sigurta` tagħna.", "Iktar kemm insiru konxji liema huma dawn ir-riskji iktar hemm possibbilta` li dawn nevitawhom billi nieħdu prekawzjonijiet - ħafna minnhom ta' sens komun - ta' għaqal.", "Jekk wieħed ikun informat bil-perikli potenzjali jkun jista' jieħu l-prekawzjonijiet billi jadatta l-ambjenti li fihom jaħdem u l-għodda li juża bl-iskop li jevita inċidenti.", "Din hija l-funzjoni prinċipali għaliex kif nafu l-liġi tpoġġi l-obbligu fundamentali għall-ħarsien tas- saħħa u s-sigurta` fuq il-postijiet tax-xogħol fuq min iħaddem u tagħti lill-awtorita` l-funzjoni ta' spettorat, ta' inforzar u ta' regolatur biex tara li dan qed isir.", "Mir-rapport wieħed jista' jara li matul din is-sena l-awtorita` għamlet spezzjonijiet ta' diversi postijiet tax-xogħol, ċertifikazzjoni ta' equipment u makkinarju li jintuża fuq il-postijiet tax-xogħol u anke ta' ċertu training li jkun sar.", "Irrid ngħid li l-awtorita` qiegħda tifrex network, nisġa ta' partnerships ma' entitajiet oħrajn pubbliċi bl-iskop li jkun hemm sinerġija bejn l-awtorita` u dawn l-entitajiet pubbliċi u 'l quddiem anke privati bl-iskop li jitwettqu d-dmirijiet li jispettaw lil min iħaddem.", "Il-filosofija ta' l-awtorita` l-ewwel u qabel kollox hija filosofija li tipperswadi, li teduka, li tgħin biex tinħoloq il-kuxjenza, li jiġu mħarrġa n-nies fuq il-postijiet tax-xogħol u li kemm l-employers u kif ukoll il- ħaddiema jifhmu x'inhuma d-doveri tagħhom.", "Għal dan l-iskop l-awtorita` qiegħda tilħaq memoranda of understanding ma' entitajiet lokali.", "Għall- finijiet tas-Seveso directive fejn jidħlu major hazards fil-qasam tal-land use planning intlaħaq il-memorandum of understanding mal-MEPA.", "Hemm ieħor mad-dipartiment tal-protezzjoni ċivili, ieħor mal-market surveillance directorate u ieħor mad-diviżjoni tal-konsumatur u tal-kompetizzjoni.", "Qed isir xogħol ieħor biex jintlaħqu partnerships oħrajn mad-dipartiment tas-sigurta` soċjali, mad-dipartiment tal-pulizija, ma' l-ETC, mat- transport authority u anke mal-MEPA f'oqsma oħra għax naturalment il- kompetenzi tal-MEPA huma varji u dan l-aħħar wieħed li qed nitkellmu fuqu huwa dwar ftehim aħjar fuq is-siti ta' kostruzzjoni.", "X'inhu l-memorandum of understanding?", "Dan huwa l-ftehim bejn l-awtorita` u l-enti pubblika konċernata bl-iskop li l-funzjonijiet ta' spettorati differenti – il-MEPA għandha l-funzjoni ta' spettorat tagħha, id- dipartiment tas-sigurta` soċjali għandu l-funzjoni ta' l-ispettorat tiegħu u l-awtorita` dwar it-trasport għandha l-funzjoni ta' l-ispettorat tagħha – imwaqqfin b'liġijiet differenti jikkordinaw il-ħidma tagħhom fl- ispezzjonijiet biex fejn ikun hemm aspetti li jolqtu s-saħħa u s-sigurta` fuq il-post tax-xogħol, allavolja jista' jkun spettur tal-MEPA, tal- protezzjoni ċivili, jew inkella ta' l-awtorita` dwar it-trasport, jekk hu jinnota aspetti li jolqtu kwestjonijiet ta' saħħa u sigurta` fuq il-post tax-xogħol, dan ikun jista' jikkomunika ma' l-awtorita` biex il-ħidma ssir b'iktar effettivita`.", "Il-prijoritajiet ta' l-awtorita` huma f'din l-ordni; l-ewwel u qabel kollox trid tinżamm u tiżdied u titqanqal kuxjenza fuq is-suġġett billi wieħed jeduka; it-tieni li jkun hemm l-inforzar tal-liġijiet u tar- regolamenti u li wieħed iżomm ir-regoli aġġornati u t-tielet li tinħoloq u tinżamm relazzjoni tajba anke ma' entitajiet lokali u dawk internazzjonali.", "Jien inqis li matul is-sena li għaddiet l-awtorita` ħadmet ħafna fuq dak li huwa tqanqil ta' kuxjenza, informazzjoni, edukazzjoni u taħriġ sew fuq livell ġenerali imma anke fuq livell speċifiku, bħalma saret il-ħidma mat- tfal ta' l-iskola, il-ħidma kbira li saret anke permezz tat-television u tar-radju f'diversi programmi u l-inizjattivi li saru permezz tal-ħidma mill-qrib mal-Ministeru għall-Kompetittivita` u l-Komunikazzjoni għall- businessmen iż-żgħar.", "Nafu li sar xogħol mas-self-employed f'erba' oqsma industrijali f'Malta fejn l-uffiċjali ta' l-awtorita` żaru lil dawn in- negozji ż-żgħar tas-self-employed u din il-ġimgħa saret ukoll l-awareness week.", "Is-sena li għaddiet l-awareness week kienet dwar is-settur tal-kostruzzjoni u matul din il-ġimgħa l-focus huwa fuq l-istorbju u l-ħsejjes li jistgħu jagħmlu ħsara.", "Infatti s-slogan ta' din il-ġimgħa kemm f'Malta kif ukoll barra huwa \"Stop that noise!\" u nafu li f'dan il-qasam qed isir ċertu xogħol kemm permezz ta' pubblikazzjonijiet u kif ukoll permezz ta' taħriġ f'Malta u f'Għawdex.", "L-awtorita` torganizza diversi korsijiet li jkun hemm domanda għalihom u nispera li nkunu nistgħu nsaħħu din il-funzjoni importanti li qegħdin nitkellmu fuqha.", "L-awtorita` identifikat dawk il-punti li huma ta' riskju partikolari.", "Kien hemm ċertu focus fuq is-settur tal-kostruzzjoni, focus ieħor fuq stallazzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-control of major accident hazards regulations ta' l-2003 u mbagħad kien hemm ċertu focus fuq postijiet tax- xogħol fejn jintuża ċertu materjal radjuattiv biex inġibu lin-nies iktar aware.", "Kellna l-opportunita` li norganizzaw dik li ssejħet the safety bus li kienet qiegħda ddur ma' diversi postijiet tax-xogħol.", "Naħseb li minn dan il-lat il-ħidma li saret qed tħalli l-frott u qed tagħmel lill- ħaddiema tagħna iktar konxji.", "Jiena nemmen li dan huwa wkoll il-qasam li l- awtorita` se tkompli taħdem fuqu matul is-sena li ġejja.", "Funzjoni oħra importanti ta' l-awtorita` hija l-inforzar tal-liġijiet.", "Nerġa' ngħid li l-awtorita' tħares lejn il-konċett ta' enforcement minn lenti ftit iktar wiesgħa milli normalment naħsbu.", "L-awtorita` tkun qed taqdi l-funzjoni ta' l-inforzar meta l-uffiċjali tagħha jżuru l-postijiet tax-xogħol, meta jkunu qed jagħmlu l-ispezzjonijiet, meta jiġbdu l- attenzjoni u meta jagħtu warnings.", "Il-politika li mxiet biha l-awtorita` sal-lum kienet il-politika li tinċentiva lill-postijiet tax-xogħol li jsegwu dawn ir-regolamenti.", "Naturalment kien hemm okkażjonijiet ukoll fejn il-persważjoni ma waslitx u allura kellhom jittieħdu l-passi permezz tal-qorti.", "Fil-fatt l-awtorita` jkollha diversi talbiet biex tinvestiga u jidħlu kwantita` ta' rapporti li wħud minnhom ikunu ta' natura informattiva, oħrajn ma jkunx fihom biżżejjed informazzjoni biex tkun tista' tiġġudika l-każ x'inhu u oħrajn li jkunu serji.", "L-awtorita` rnexxielha tinvestiga madwar 65% ta' l-ilmenti li ġew imressqa s-sena li għaddiet.", "Kif hemm spjegat fir-rapport sar ukoll xogħol li għandu x'jaqsam mal-kwestjonijiet fejn hemm radjazzjoni u naraw li bejn Ottubru 2004 u Settembru 2005, kellna total ta' 2,907 rapporti jew ċertifikati li ġew proċessati.", "Kien hemm 2,005 minnhom li kienu fuq lifts, 189 fuq boilers, 193 fuq forklift trucks, 267 fuq cranes u 253 fuq ħwejjeġ oħra.", "Fuq dan ix-xogħol, l-awtorita` għamlet 524 inspezzjoni.", "Sur President, jekk wieħed iħares lejn l-istatistika ta' l-inċidenti li għandhom x'jaqsmu mal-postijiet tax-xogħol inkluż feriti, fatalitajiet jew inkella mard, isib li l-istatistika tagħtina ċertu stampa.", "Wieħed mill- oqsma li l-awtorita` tħoss li għandna nżidu l-ħidma tagħna fuq huwa l-qasam li għandu x'jaqsam ma' mard li jista' jirriżulta minn xi post tax-xogħol.", "Jiena naħseb li l-awtorita` għandha raġun għaliex l-inċidenti li l- konsegwenzi tagħhom narawhom b'għajnejna faċli wieħed iżomm track tagħhom u allura wieħed jista' joħroġ b'rata ta' inċidenza.", "F'dan il-każ, l- istatistika li turi n-numru ta' każijiet fejn ikollna korrimenti jew fatalitajiet, qed turi li aħna qed inkunu aktar konxji u li l-awtorita` qed ikollha ċertu riżultati pożittivi fil-kuxjenza li qiegħda tqanqal.", "Pero` jiena naqbel ma' l-awtorita` li wieħed m'għandux jistrieħ biss fuq din it- tip ta' statistika imma hemm bżonn li nidħlu f'dik li ngħidulha l- epidemoloġija tal-mard li għandu x'jaqsam mal-postijiet tax-xogħol u li wieħed mhux dejjem jirnexxielu jidentifikah bħala mard konness mal-post tax-xogħol.", "Għalhekk tagħmel tajjeb li l-awtorita` tidħol f'dan il-qasam.", "L-awtorita' kellha x-xogħol tagħha fil-qrati fejn matul dan iż-żmien ġew deċiżi 57 każ filwaqt li għad hemm 43 każ pendenti u 60 każ ġdid.", "Irrid ngħid li fejn jidħol il-kamp leġislattiv l-awtorita` kompliet issegwi biex tara liema huma t-tibdiliet li jkun hemm bżonn fir-regolamenti jew inkella regolamenti ġodda, jew regolamenti li aħna rridu nadottaw f'pajjiżna għaliex ikunu parti mid-direttivi ta' l-Unjoni Ewropea.", "Bħalissa l- awtorita` qiegħda taħdem fuq id-direttiva li għandha x'taqsam mal- vibrazzjoni u mal-ħsejjes u anke ħwejjeġ oħra li għandhom x'jaqsmu ma' l- espożizzjoni tal-ħaddiema għal ċerti raġġi, per eżempju, raġġi tax-xemx.", "L-awtorita` għandha relazzjonijiet tajbin ħafna fuq livell internazzjonali mas-Senior Labour Inspectors Committee, ma' l-Advisory Committee for Safety and Health at Work, mal-European Agency for Safety and Health at Work u ma' l-International Labour Organisation għaliex l-awtorita` hija waħda miċ- ċentri kif hemm f'kull pajjiż ieħor u għandna wkoll il-kuntatt tagħna ma' l- International Atomic Energy Agency minħabba kwestjonijiet ta' materjal radjoattiv li jintuża f'diversi postijiet tax-xogħol.", "Hemm il-preżenza tagħna f'kumitati oħra tal-Kummissjoni Ewropea, bħalma huwa s-Social Questions Working Party u s-Seveso II Committee of Competent Authorities.", "Jien jidhirli li l-awtorita` qiegħda ssegwi l-mandat tagħha.", "Din hija awtorita` li qed taħdem bir-riżorsi li l-gvern qiegħed jagħtiha fiċ- ċirkostanzi tal-finanzi ġenerali tal-pajjiż u dan ikollna ċans niddiskutuh fil-ġranet li ġejjin meta l-gvern iressaq l-estimi tiegħu.", "Sabiex l-awtorita` tiżviluppa aktar, se jkollha bżonn ta' aktar riżorsi u jien nemmen li matul is-sena li qegħdin fiha, irridu naraw kif ngħinuha tikseb riżorsi umani oħrajn minn dawk li diġa` huma impjegati fis-settur pubbliku biex b'hekk inkunu nistgħu nispostjaw finanzi li diġa' qed jintużaw għal skopijiet oħrajn.", "Jekk nagħmlu dan l-ispostament, inkunu qegħdin nagħmlu aktar xogħol bl-istess fondi pubbliċi li diġa` qegħdin noħorġu.", "L-awtorita` għandha bżonn ir-riżorsi umani biex tkun tista' tħarriġhom u tinkorporahom fil-ħidma tagħha matul is-sena li qegħdin fiha u fis-snin li ġejjin.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joe Falzon.", "ONOR.", "JOE FALZON: Sur President, nibda biex mhux biss nirringrazzja lill- awtorita`, lill-bord u lill-ħaddiema kollha ta' l-awtorita` iżda wkoll ninkoraġġihom biex jimxu b'din il-politika li mexjin biha għax minkejja r- riżorsi u investimenti limitati li għandha din l-awtorita`, ir-riżultati huma pożittivi.", "Naturalment wieħed jibqa' jiddispjaċih għal dawk l-inċidenti li jinqalgħu fuq il-postijiet tax-xogħol, speċjalment dawk fatali fejn kellna 12-il każ fl-2003, 12 oħra fl-2004 u 6 każi fl-2005 bejn Jannar sa Settembru.", "Dawn it-Lm300,000 li topera bihom l-awtorita` huma investiment dirett fuq is- saħħa tal-ħaddiem ħalli jkollu serħan il-moħħ waqt il-ħin tax-xogħol.", "Irrid ngħid ukoll li huwa wkoll forma ta' investiment fis-saħħa tal-famijli Maltin u Għawdxin għaliex it-trawmi li jgħaddu minnhom il-familji involuti jkunu koroh ħafna.", "Dan ir-rapport, li huwa verament dettaljat, naraw li qed issir enfasi sħiħa fuq it-taħriġ għall-ħaddiema u biex tipperswadi lill- ħaddiema biex jaħdmu f'ambjent li jkun ta' ġid għalihom infushom.", "Kultant m'hijiex daqshekk faċli li tipperswadi xi ħaddiem li jkun ilu għal bosta snin jaħdem b'metodi tradizzjonali biex ibiddel dawk il-metodi imma hemm bżonn li nibqgħu nirsistu ħalli lil dak il-ħaddiem nipperswaduh u nevitaw li jitlef ħajtu jew iweġġa'.", "Sur President, is-settur tiegħi huwa l-kostruzzjoni u naturalment meta wieħed jitkellem fuq dan is-settur, mill-ewwel jiġuh f'moħħu diversi inċidenti fatali li seħħew jew minħabba li kien hemm makkinarju li ma kienx adattat għall-operazzjoni li tkun qiegħda ssir jew inkella minħabba nuqqas ta' ħila jew agħar minn hekk, minħabba traskuraġni tal-ħaddiema.", "Kif qal qabli l-Ministru Louis Galea, naħseb li l-awtoritajiet kompetenti għandhom rwol importanti x'jaqdu.", "Il-Ministru semma s-sinerġiji li hemm bżonn bejn dawn l-awtoritajiet u fosthom semma wkoll sinerġija li għandu bżonn ikun hemm bejn l-OHSA u l-MEPA fir-rigward tax-xogħlijiet ta' kostruzzjoni.", "Sur President, m'iniex se nidħol fix-xogħol per se tal-kostruzzjoni, pero` jien irrid ngħid li jweġġagħni l-fatt li f'ċerti siti ta' kostruzzjoni, ikun hemm perikli anke għall-pedestrians li s-soltu jkunu mdorrijin jgħaddu minn fuq il-bankini u dawn il-bankini jispiċċaw imkissra u anke eskavati minħabba x-xogħol li jkun qed isir.", "Apparti minn hekk, ġieli jkollok ukoll taqsam it-triq għaliex ikun hemm ħafna ostakli.", "Sur President, hija ħasra li prattikament f'kull lokalita` tara numru ta' siti li l-bankini tagħhom ikunu ostakolati b'tower cranes jew inġenji oħra li ma jkunux ta' ġieħ kemm għal dik il-lokalita` li fiha jkunu qegħdin isiru x-xogħlijiet u wisq iżjed għal dawk in-nies li s-soltu jgħaddu minn fuq dik il-bankina partikolari.", "Ilkoll kemm aħna hawn ġew sifirna u ltqajna ma' siti ta' kostruzzjoni fejn tara work practices tajba biex ma tiġix imxekkla b'xi mod jew ieħor dik iż-żona pedonali.", "Hawnhekk qed nitkellmu biss mill-bieb tas-sit 'il barra.", "X'jiġri ġewwa hija storja oħra.", "Naturalment hemmhekk trid tidħol iktar persważjoni, speċjalment għal ċerti ħaddiema.", "Jien naqbel perfettament li l-obbligu huwa fuq l-employer li jara li l-ħaddiema tiegħu jkunu konformi mal- leġislazzjoni dwar is-saħħa u s-sigurta` fuq il-post tax-xogħol.", "Forsi l- ewwel ma jiġuna f'moħħna huma l-postijiet ta' kostruzzjoni, pero` din is- sigurta` għandha tkun anke f'postijiet ta' manifattura, mhux biss il- manifattura in ġenerali iżda anke manifattura ta' prodotti li huma relatati mal-kostruzzjoni.", "Kemm-il darba smajna b'inċidenti – li ġieli jkunu fatali u ġieli ma jkunux pero` li dejjem setgħu jiġu evitati - li seħħew f'fabbriki jew fi plant yards li jkunu qegħdin jimmanifatturaw prodotti għas-servizz tal-kostruzzjoni.", "Sur President, naħseb kulħadd jaqbel ma' dak li nisbu f'paġna 19 ta' dan ir- rapport fejn qed jingħad li:", "\"Accident investigations carried out by the OHSA following an accident show that in many cases, employers did not carry out the required risk assessments and that many of these accidents could have been prevented by appropriate good practice.", "The Authority will continue to maintain the pressure to ensure that employers meet their legal obligations, and for a general improvement in the overall levels of workplace health and safety.\".", "Huw veru li ħafna minn dawk l-inċidenti setgħu faċilment ikunu evitati bi ftit iktar ħsieb.", "Il-Ministru spjega sewwa li jekk wieħed iħaddem rasu u jagħraf fejn qiegħed ir-riskju li jaħdem fih faċilment ikun jista' jevita inċident li jista' jolqot lilu, pero` iżjed u iżjed inċidenti li jistgħu jolqtu lil ħaddieħor.", "Jien nappella biex ċerti kondizzjonijiet li jinħarġu fil-permessi tal-MEPA, speċjalment dawk li jħarsu s-sigurta` tal-pubbliku in ġenerali u s-sigurta` tal-ħaddiema nfushom, b'mod partikolari fil- construction management report li xi kultant il-MEPA titlob għal major projects, għandhom jiġu mħarsa aktar fid-dettall.", "Dawk il-kondizzjonijiet huma rigorużi ħafna biex iħarsu lill-ħaddiema in ġenerali, pero` meta tmur fuq il-post tax-xogħol issib li sfortunatament ftit minn dawk il- kondizzjonijiet ikunu qegħdin jiġu osservati.", "Din hija ħasra għax dawn ifissru s-saħħa tal-ħaddiem Malti, kemm fiżika kif ukoll psikoloġika.", "U naturalment meta wieħed ikollu rasu mistrieħa li huwa mħares tajjeb fuq il- post tax-xogħol, ikun x'ikun, naturalment ix-xogħol iżjed joħroġ tajjeb.", "Nagħlaq billi ninnota li sa ftit taż-żmien ilu kont tara ħafna ħaddiema prattikament imdendlin mal-faċċati jiksu u jkaħħlu.", "Din ma kenitx prattika tajba, imma llum ħafna qalbu għas-sistema ta' scaffolding tajjeb li bih qed jiġu evitati ħafna inċidenti li kienu jiġru sa ftit żmien ilu.", "Jien nawgura lil din l-awtorita` biex tkompli miexja b'din id- determinazzjoni li għandha li tara li jibqgħu jiġu osservati dawn il-good practices mill-ħaddiema Maltin.", "Nirringrazzjak.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Marie Louise Coleiro.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Sur President, qabel ma nibda l-intervent tiegħi, xtaqt li ningħaqad mal-Ministru biex nagħti ħajr lil Dr. Joanna Drake.", "Minkejja li m'aħniex ta' l-istess fehma politika, irrid ngħid li Dr. Joanna Drake ħadmet bis-sħiħ fuq dan il-qasam.", "Kienet teknika u professjonali ħafna u nħoss li għandna nagħtuha ħajr għax-xogħol li għamlet bħala chairperson fl-awtorita` dwar is-saħħa u s-sigurta` fuq il-post tax- xogħol.", "Barra minn hekk, nixtieq nieħu l-opportunita` biex nawguralha u nifirħilha għall-ħatra l-ġdida tagħha u jien ċerta - issa se nitkellem bħala mara – li se tagħmel unur lin-nisa Maltin f'din il-ħatra ta' responsabbilta`.", "Nieħu l-opportunita` wkoll biex nawgura lill-ispiżjara Messina għall-ħatra tagħha bħala chairperson ta' din l-awtorita`.", "Min-naħa l-oħra nieħu l-opportunita` wkoll – għax darba f'sena biss ikollna din l-okkażjoni – biex nirringrazzja u napprezza l-ħidma li qed issir mill- impjegati kollha ta' l-awtorita`.", "Fil-fehma tiegħi, din in-naħa tal-Kamra tħoss li għandha tagħtihom apprezzament akbar għax meta wieħed jifli tajjeb dan ir-rapport u jara l-kummenti li saru jifhem li l-impjegati ta' l- awtorita` qed jagħmlu mirakli għax ir-riżorsi finanzjarji u umani tagħhom huma mill-inqas u fiċ-ċirkostanzi ta' restraints kbar ta' din ix-xorta qed jagħmlu ħafna u ħafna xogħol.", "Allura l-kritika u l-osservazzjonijiet tiegħi fl-intervent li se nagħmel mhux se jkunu indirizzati lejhom.", "Il- kritika u l-osservazzjonijiet tiegħi se jkunu marbutin mal-politika li qed jimxi biha l-gvern f'dan il-qasam.", "Qabel ma nibda fuq il-parti sostantiva tal-ħidma ta' l-awtorita`nieħu l- opportunita` biex insellem lil dawk il-familji kollha li sfortunatament matul is-snin sofrew xi telfa traġika minħabba li xi membru tal-familja tagħhom miet jew inkella sofra xi diżabilita` jew diffikulta` fis-saħħa tiegħu minħabba xi inċident fuq il-post tax-xogħol.", "Nieħu din l- opportunita` biex nuri s-solidarjeta` u s-simpatija ma' dawn il-familji.", "Kif kont qed ngħid, il-ħidma ta' l-awtorita` qed issir b'miraklu aktar minn kollox għax f'qasam daqshekk importanti, fejn hemm involuta l-ħajja u saħħa tal-ħaddiema Maltin u Għawdxin, ma tistax tmexxi b'dawn il-ftit riżorsi umani u finanzjarji u tlaħħaq ma' l-obbligi kollha li tistabbilixxi l-liġi lil din l-awtorita`.", "Fil-fehma tiegħi, il-politika tal-gvern f'dan il- qasam qed tfalli għax sfortunatament id-diffikultajiet finanzjarji li l- politika Nazzjonalista ġabet fuq pajjiżna tul is-snin qed ikunu riflessi f'dan il-qasam li jfisser il-ħajja jew il-mewt u l-kwalita` tal-ħajja tal- ħaddiema Maltin u Għawdxin fuq il-postijiet tax-xogħol.", "Hija sfortuna li l- gvern jasal biex jiftaħar li llum għandna qafas legali daqshekk kbir f'dan is-settur imma sadanittant ma jappoġġjahx bir-riżorsi finanzjarji u umani li tant għandu bżonn.", "Ma tista' tmexxi l-ebda qasam bix-xejn jew bil- ftit, partikolarment dan il-qasam li ilna nitkellmu fuqu s-snin.", "Nieħu l- opportunita`, kif nagħmel is-soltu, biex infakkar li l-ewwel organizzazzjoni li ħadmet tant bis-sħiħ fuq dan il-qasam kienet il-General Workers' Union.", "U minn hawnhekk insellem lil Turu Micallef, Alla jaħfirlu, u l-familja tiegħu għax kien wieħed mill-pijunieri fi ħdan il-General Workers' Union li tant kien jaħdem fuq il-qasam tal-health and safety.", "Kif għidt, ma nistgħux ninsistu li dan huwa qasam importanti u mbagħad ma nsostnuhx.", "Dan huwa qasam li ma jħallix konsegwenzi fuq il-ħaddiema mill- aspett soċjali biss, imma jħalli impatt qawwi fuq il-qasam ekonomiku ta' pajjiżna għax kull meta tweġġa' persuna ikun hemm telf ta' investiment f'dak li hu taħriġ li jkun ingħata fuq il-post tax-xogħol u jkun hemm spiża kemm mill-kaxxa ta' l-istat kif ukoll mill-fondi ta' l-istess post tax- xogħol ta' dak il-ħaddiem.", "Allura rridu nħarsu lejn il-qasam tal-health and safety fuq il-postijiet tax-xogħol bħala qasam li għandu dimensjoni ekonomika qawwja u dimensjoni soċjali kbira kemm fuq il-ħaddiem individwali, kemm fuq il-familji u kif ukoll fuq is-soċjeta` kollha in ġenerali.", "Jekk persuna li weġġgħet fuq il-post ta-xogħol spiċċat b'diżabilita` inti mhux biss trid tagħmel tajjeb għall-perjodu ta' l-injury imma trid tkompli ssostniha bis-servizzi kollha li hemm bżonn u ssostni l- famija tagħha biex tkun tista' tkompli miexja 'l quddiem f'ħajjitha bil- limitazzjonijiet li jkun ħoloq dak l-inċident.", "Bilfors irridu nindirizzaw dan il-qasam b'dan il-mod biex nifhmu kemm huwa importanti li l-gvern jinvesti fih.", "Sur President, huwa tajjeb li nagħmlu ħilitna kollha biex niksbu fondi mill- Unjoni Ewropea fid-diversi programmi jew permezz ta' programmi oħra li huma komplimentari għal ċerti programmi oħra li jista' jkollha l-Unjoni Ewropea, imma ma nistgħux niddependu biss mill-għajnuna li ġejja minn dawn l- istituzzjonijiet Ewropej.", "Nerġa' nenfasizza li huwa importanti li nagħmlu ħilitna kollha biex nakkwistaw dawn it-tip ta' fondi Ewropej, imma huwa importanti ħafna li l-gvern jinvesti bis-sħiħ ħalli dan il-qasam jimxi 'l quddiem.", "Sa mill-bidunett li ġiet quddiemna l-liġi dwar il-health and safety f'dan il-Parlament fis-sena 2000, minn din in-naħa tal-Kamra konna ġbidna l- attenzjoni - dak iż-żmien l-Onor.", "Gonzi kien Ministru għall-Politika Soċjali – li huwa importanti li mhux biss nagħmlu qafas legali wiesa' li jinkorpora ħafna aspetti, imma li nimplimentaw u ninforzaw dak li l-qafas legali jkun qed jobbligana nagħmlu, inkella mhux se naslu wisq.", "U fil- verita` dak li ġara.", "Niftakar li meta konna qegħdin nagħmlu din l-enfasi konna ġbidna l-attenzjoni wkoll għall-fatt li ċerti obbligazzjonijiet u responsabilitajiet li joħorġu mil-liġi tas-sena 2002 setgħu jwaddbu ċerti piżijiet fuq il-persuna li tkun qed tħaddem lin-nies.", "Irrid nagħmilha ċara li fuq din il-liġi ma kellniex diverġenzi politiċi, anzi kellna ħeġġa kbira biex nagħmlu l-aħjar liġi possibbli, imma l- Oppożizzjoni kienet ġibdet l-attenzjoni li mhux biżżejjed li nixtiequ nagħmlu l-aqwa u l-aħjar miżuri jekk ma jkollniex il-mezzi biex inwettquhom b'mod konkret.", "Konna għidna li għandna noqogħdu attenti li ma nwaddbux kollox f'saqajn l-employer li mbagħad ma jkunx f'qagħda li jerfa' ċertu piż.", "Sfortunatament ħames snin ilu, meta ġbidna l-attenzjoni għal dan il- fatt, kien hemm min kważi ried ipinġina li qisna ma ridniex l-aħjar sistema ta' saħħa u sigurta` għall-ħaddiema fuq il-postijiet tax-xogħol, iżda llum wieħed jista' jgħid li dak li konna qed ngħidu ġara fil-verita`.", "Iż-żmien tana raġun għax sfortunatament numru ta' employers għadhom m'humiex f'qagħda li jwettqu ċerti obbligi li joħorġu mil-liġi kemm għax forsi m'humiex konxji biżżejjed li b'dawn il-miżuri wieħed jista' jiffranka ċertu ammont ta' spejjeż, u kemm għax ċerti industriji llum m'humiex f'qagħda finanzjajra soda biżżejjed.", "Imma l-gvern stess sfortunatament is not leading by example u iktar 'il quddiem fl-intervent tiegħi nispjega dan li qed ngħid.", "Xtaqt nikkummenta fuq ir-rapport li tqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra u nħares lejn il-messaġġ li kitbet l-ex-chairperson ta' l-awtorita` Dr. Joanna Drake fejn elenkat erba' punti ewlenin.", "Fil-fehma tiegħi, jeħtieġ nieqfu u nistudjawhom għax huma indikattivi dwar x'għandu jsir biex il- health and safety authority tkun iktar sostnuta ħalli tkun tista' tilħaq l- għanijiet tagħha.", "Nibda bl-ewwel punt fejn iċ-chairperson qalet hekk:", "\"Firstly, the OHSA suffers from a number of operational limitations: for instance, a significant mismatch between its statutory-assigned functions and the resources assigned.\".", "Fl-introduzzjoni tiegħu l-Ministru, għalkemm ma qalhiex b'mod dirett, ta wieħed x'jifhem li l-awtorita` qed tbati minn operational limitations minħabba li m'għandhiex biżżejjed riżorsi umani u finanzjarji.", "Infatti qal li din is-sena l-gvern se jagħmel deployment ta' nies biex jintbagħtu fl- awtorita`.", "Fil-fehma tiegħi, dan mhuwiex biżżejjed.", "Inutli taqbad nies mis-servizz pubbliku u tpoġġihom fil-health and safety authority għax l- awtorita' mhux numru ta' ħaddiema biss għandha bżonn, imma nies imħarrġa u li jkunu speċjalizzaw fil-qasam tal-health and safety.", "Minħabba l-limitazzjonijiet li għandha l-awtorita` diġa` pprovat taħdem b'nies li jkunu qegħdin jispeċjalizzaw f'areas partikolari, imma naturalment it is falling short bix-xogħol kbir li hemm f'dan il-qasam għax m'għandhiex biżżejjed nies.", "Fir-rapport għandna indikazzjoni li mill-20 ruħ li għandha l-health and safety authority hemm biss 13 li jaħdmu fuq il-core activity tagħhom u jien għandi informazzjoni li minn dawn it-13 hemm biss tmien spetturi li jagħmlu l-monitoring tal-postijiet tax-xogħol u jsegwu l-inforzar li suppost tagħmel l-awtorita`.", "Sfortunatament meta wieħed iqis li f'Malta għandna madwar 32,500 post tax-xogħol u tmienja min-nies li jridu jagħmlu dan ix-xogħol kollu jfissru qatra f'oċean.", "Dan id-diskors għidnieh is-sena li għaddiet, probabbilment għidnieh is-sena ta' qabel u din hija it-tielet sena li qegħdin nerġgħu nirreġistraw dawn in-nuqqasijiet.", "Ma nistgħux nibqgħu nistennew u nikkuntentaw għax qed ikollna ċerta stabilita` fin- numru ta' inċidenti fuq il-postijiet tax-xogħol.", "Jidher li m'għandniex increase fir-rata ta' l-inċidenti fuq il-postijiet tax-xogħol, imma fil- fehma tiegħi dik m'hijiex biżżejjed.", "Għandna nibqgħu nimmiraw biex ikomplu jitnaqqsu u fuq kollox min jabbuża u ma jaqdix l-obbligi tiegħu jkun jista' jiġi regolat u ċċekkjat.", "Imma dan ma tistax tagħmlu bid-diskors biss imma tista' tagħmlu billi jkollok ir-riżorsa umana biex tkun tista' taħdem.", "U r- riżorsi umani f'dan il-qasam ma jistgħux ikunu nies li huma mħarrġin fuq affarijiet amministrattivi u m'humiex imħarrġin fuq il-qasam tal-health and safety.", "Irrid infakkar li l-kors għal diploma għall-uffiċjali tal-health and safety fl-universita` li twaqqaf mill-gvern Labursta fl-1996, baqa' jsir u baqgħu joħorġu nies li huma mħarrġa bħala uffiċjali tas-saħħa u sigurta`.", "Iżda l- awtorita` ma setgħetx timpjega nies li għandhom dan it-taħriġ universitarju minħabba li m'għandhiex finanzi u minħabba li fil-bidu ta' din is-sena l- Prim Ministru ffriża l-impjiegi mal-gvern.", "Nappella lill-gvern biex iħares lejn dawn il-fatturi.", "Ma jistax jieħu nies mis-servizz pubbliku biex jimla l-vakanzi li għandha l-awtorita` tas-saħħa u s-sigurta` għax din m'hijiex awtorita` li tista' tmexxiha b'nies li huma mħarrġa f'xogħol amministrattiv.", "Din hija awtorita` speċjalizzata li jrid ikollha nies imħarrġa, inkella nkunu qed nidħku b'xulxin u fuq kollox inkunu qed nidħku b'ħajjet il-ħaddiema Maltin u Għawdxin.", "Fil-fehma tiegħi, irridu noqogħdu attenti għax minkejja li l-awtorita` m'hijiex qed timpjega lil dawn il-persuni li ħadu d-diploma ta' uffiċjali fil-health and safety mill-universita` ta' Malta, dawn xorta qed isibu impjieg mal-privat bħala konsulenti.", "Ġibduli l-attenzjoni li rridu noqogħdu attenti għax il-proċedura ta' kif issir ir-recognition ħalli dawn il-persuni jkunu jistgħu jaħdmu f'dan il-qasam m'hijiex trasparenti għall- aħħar.", "Jeħtieġ li l-proċedura segwita mill-health and safety authority flimkien mal-unit tad-dipartiment ta' l-edukazzjoni speċjalizzat fuq dan it- tip ta' rikonoxximent tkun iktar trasparenti.", "B'dan il-mod nassiguraw li l- ewwelnett ma jkollniex abbużi u t-tieni nett li l-futur ta' l-istess individwi li jitolbu dan it-tip ta' rikonoxximent f'dan il-qasam ikun iktar miftuħ u jekk iridu jħarsu 'l barra minn xtutna f'dik li hija mobilita` ta' xogħol ikollhom iktar opportunita` biex jagħmlu dan.", "Sur President, jien inħoss li l-kwestjoni tar-riżorsa umana fl-awtorita` tas-saħħa u sigurta` hija urġentissima.", "Ma nistgħux niftaħru biss li għandna qafas legali li huwa wiesa' u li meta ġie komparat mal-membri l- oħra ta' l-Unjoni Ewropea, dan ġie minn ta' quddiem.", "Li jkollok liġi fuq il- karta imma dik il-liġi ma tkunx qed twettaqha in real terms għax għandek dawn il-constraints, allura qisek m'għandek xejn u l-affarijiet ma jistgħux imorru għall-aħjar.", "L-ex-chairperson ta' l-awtorita` fir-rapport tagħha qalet hekk:", "\"... the majority of OHSA's employees are detailed from civil service, and therefore remain in the proverbial \"limbo\".\"", "Hawnhekk għandna problema fejn għandna nies li minkejja d-dedikazzjoni kbira tagħhom - u nsellmilhom minn hawnhekk – jinsabu demotivati għax ma jafux fejn qegħdin għax huma ex-public officers u llum jagħmlu xogħol taħt il-kappa tal-health and safety authority.", "Hawnhekk nistaqsi - u nittama li l-ministru jagħti risposta - għaliex dawn in-nies ma ġewx ittrattati bħall- impjiegati oħra ta' aġenziji oħra fejn ġew mogħtija kuntratt u l-għażla jekk iridux ikunu impjegati ma' l-awtorita` jew jibqgħux mal-public service?", "Din ta' min jaraha ħalli ma jkunx hemm nies li jkunu qegħdin hemm biex idaħħlu l-income għall-familja tagħhom biss imma jkollhom qalbhom marbuta max-xogħol u mhux jispiċċaw demotivati minħabba dawn iċ- ċirkostanzi.", "Punt ieħor li semmiet l-ex-chairperson ta' l-awtorita` kien:", "\"... the OHSA is a small organisation with ample room for growth - if only there were the funds.\"", "Il-kwestjoni tal-flus terġa' tqum.", "Għandi informazzjoni li l-awtorita` ġieli kellha problemi biex toħroġ il-pagi, jiġifieri l-kwestjoni tal-fondi għal din l-awtorita` hija waħda mill-aktar serja, jiġifieri mhux biss hija limitata fl-attivita` tagħha.", "Għaldaqstant nappella lill-gvern biex jekk verament hu determinat li jtejjeb il-kwalita` tal-ħajja tal-ħaddiema Maltin u Għawdxin permezz ta' kondizzjonjiet aħjar fuq il-postijiet tax-xogħol, dan m'għandux jitqammel ma' din l-awtorita`.", "Qed nuża l-kelma Maltija apposta biex nagħmel l-enfasi li hemm bżonn fuq dan is-settur tant importanti li, nerġa' nirrepeti, għandu impatt ekonomiku u soċjali qawwi fuq il-ħaddiema, l-impjegati u l-familji tagħhom.", "Xi ħaġa oħra li ssemmiet mill-ex chairperson ta' l-awtorita` kienet:", "\"... the law regulating the OHSA needs to be amended to clearly delineate the respective roles of Board and Executive.\"", "Ma jistax ikollna sitwazzjoni fejn suppost għandna l-ġerarkija li taħdem hand in glove imma minflok ikunu qed jirfsu sieq xulxin.", "Il-liġi veru m'hijiex daqshekk ċara fuq ir-rwoli ta' dawn iż-żewġ entitajiet.", "Il-bord għandu jkun policy maker filwaqt li l-eżekuttiv bħal kull organizzazzjoni oħra, jeżegwixxi l-policy li tiġi deċiża.", "Għaldaqstant dawn it-tip ta' emendi m'għandhomx għalfejn idumu wisq sabiex jiġu quddiem il-Parlament ħalli l-awtorita' tkun tista' topera smoothly u ħadd ma jħossu li qiegħed jitlef iż-żmien jew li qed jiġi demotivat.", "Sur President, xtaqt nitkellem ukoll fuq dik il-parti fejn issemmew il- partnerships.", "Ġie rapportat li matul din is-sena l-awtorita' stabbilixxiet ċerti partnerships u meta tara l-elenku ta' min kienu dawn il-partnerships, issib li dawn huma kollha entitajiet governattivi u ma nsibu l-ebda entita' li magħha sar partnership li ġejja mis-settur privat.", "F'dan ir-rapport intqal ukoll li dawn il-partnerships kellhom l-għan li jikkreaw ċertu cost- effectiveness tar-riżorsi ta' l-awtorita'.", "Għalhekk nixtieq nistaqsi x'tip ta' partnerships saru u x'tip ta' xogħol kellhom dawn il-partnerships.", "Nixtieq nistaqsi wkoll jekk kienx hemm attentati sabiex jitwaqqfu partnerships ma' azjendi jew entitajiet mis-settur privat.", "Nispera li fil- winding up, il-ministru jagħtini risposta fuq din il-mistoqsija li għamiltlu.", "F'paġna 7 tar-rapport insibu l-priority actions u minnhom insibu ħamsa.", "M'hemmx dubju li aħna naqblu ma' dawn il-priority actions u żgur li m'hemmx diffikultajiet dwarhom, pero' xtaqt nistaqsi xi ħaġa fuq il-kwestjoni tar- riċerka.", "Safejn naf jien sal-lum il-ġurnata, l-awtorita' għad m'għandhiex sezzjoni tar-riċerka.", "Jiena nemmen li huwa importanti li l-awtorita' jkollha sezzjoni li tkun tista' tagħmel ir-riċerki tagħha u tkun tista' tidentifika trends ġodda li jistgħu jkunu qegħdin jiżviluppaw u tkun tista' wkoll tidentifika l-ħidma futura tagħha.", "Sur President, jiena nħoss li din m'hijiex awtorita' li għandha tibqa' biss taħdem b'mod kurattiv u b'mod reattiv.", "M'għandniex naħdmu b'tali mod li jekk jinqala' inċident nieħdu ċerti passi.", "Jiena nħoss li din hija awtorita' li minkejja li trid tibqa' tieħu ħsieb l-aspett kurattiv, trid tkun ukoll aktar proattiva u tkun hi li minn qabel tidentifika ċerti diffikultajiet li jistgħu jinqalgħu ħalli mbagħad tkun tista' tagħti l- għajnuna tagħha sabiex jipprevedu ċerti sitwazzjonijiet.", "Naturalment dan huwa proċess li jieħu ż-żmien u m'aħniex se naraw ir-riżultat tiegħu mil- lum għal għada, pero' fit-tul ta' żmien ikollna ċ-ċans li nipprevedu ċerti diffikultajiet.", "Ovvjament dan ma jkollux biss impatt soċjali pożittiv iżda jkollu wkoll impatt ekonomiku pożittiv.", "Fil-fehma tiegħi, f'din il-kwestjoni tar-riċerka hemm lok ukoll sabiex l- awtorita' tidħol f'patnerships u b'hekk tkun tista' tkabbar ir-riżorsi tagħha għaliex tkun qiegħda tidħol ma' ħaddieħor fuq ċertu tip ta' xogħol.", "U allura tkun tista' tagħmel aktar xogħol ta' dan it-tip.", "Ħalli nagħti eżempju ta' kif jista' jsir.", "F'dan il-Parlament meta nitkellmu fuq il- health and safety authority kemm-il darba semmejt il-proġett li kienet daħlet għalih il-General Workers' Union.", "Dan il-proġett kien sar b'fondi ta' l-Unjoni Ewropea flimkien ma' erba' trade unions oħra Ewropej.", "Il- proġett li sar kien fuq ir-repetitive strain injury u l-informazzjoni kollha nġabret minn fuq il-ħaddiema Maltin.", "F'dan il-Parlment għamilt appell sabiex il-health and safety authority titkellem mal-GWU ħalli tara x'kienu l-konklużjonijiet ta' dan is-survey u b'hekk tara x'tista' tagħmel f'dan ir-rigward.", "Dan is-survey li għamlet il- GWU jagħtina indikazzjoni dwar kategorija sħiħa ta' ħaddiema li qegħdin ibatu minn occupational disease.", "Issa li kieku aħna konxji ta' dawn l- affarijiet, inkunu nistgħu nilqgħulhom mill-bidu u b'hekk ma jkunx hemm il- ħtieġa li nidħlu fihom.", "Xtaqt insemmi xi ħaġa żgħira fuq kemm tista' tkun kbira l-problema tar-repetitive strain injuries.", "Sur President, hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq dik il-kategorija ta' ħaddiema f'pajjiżna li jaħdmu l-aktar fl-industrija tat-tessuti.", "Apparti dawn, ir-repetitive strain injury tista' tolqot ukoll lil dawk l-impjegati li jaħdmu fuq skrivanija u lil dawk il-ħaddiema li jkunu qed jagħmlu ċerta tip ta' xogħol ripetut għal ħin twil.", "Fil-fatt mill-istudju li sar f'pajjiżna, ġie stabbilit li l-aktar ħaddiema milquta minn din il- kondizzjoni huma proprju ż-żgħażagħ u nsibu li hemm madwar 61% li l-eta' tagħhom tvarja bejn is-16-il sena u l-25 sena.", "Joħroġ ukoll li hemm 30% minnhom biss li kienu ilhom impjegati għal aktar minn għaxar snin.", "Jiġifieri hawnhekk qegħdin naraw li din it-tip ta' injury ma tolqotx biss lil xi ħadd li jkun ilu snin kbar jaħdem imma tista' tolqot ukoll mill- bidunett.", "Affarijiet oħra li ħarġu minn dan l-istudju huwa li t-tobba m'humiex konxji ta' din il-problema.", "Ġie stabbilit li ħafna tobba m'humiex konxji ta' din it-tip ta' kondizzjoni u ġie enfasizzat li t-tobba tal-kumpanniji, aktar u aktar m'humiex konxji tagħha.", "U hawnhekk irrid niftaħ parentesi żgħira għaliex inħossni qiegħda nonqos lil dawk il-ħaddiema li ġieli tkellmu miegħi u li rrakkontawli ċerti sitwazzjonijiet li għaddew minnhom.", "Xi kultant qegħdin jinħolqu sitwazzjonijiet fil-fabbriki fejn ħaddiema jkunu żviluppaw kondizzjonijiet ta' saħħa relatati max-xogħol tagħhom u sfortunatament it-tobba tal-kumpannija - qiegħda nitkellem b'mod ġenerali - aktar iħarsu lejn l-interessi ta' min qiegħed iħallashom milli lejn l- interessi ta' dawk li jispiċċaw vittma ta' ċerti kondizzjonijiet!", "Sur President, naf b'każi fejn saħansitra l-ħaddiema spiċċaw tkeċċew wara li żviluppaw kondizzjonijiet ta' saħħa minħabba t-tip ta' xogħol li kienu qegħdin jiġu mogħtija!", "Dawn il-ħaddiema jiġu mogħtija s-sensja għaliex jgħidulhom li m'għadhomx tajba għal dak it-tip ta' xogħol!", "Fil-fatt jiena stess ġieli ħadt każijiet bħal dawn quddiem it-tribunal ta' l-industriji.", "Nixtieq nappella lit-tobba Maltin sabiex ikunu aktar konxji ta' dawn il- kondizzjonijiet fuq il-postijiet tax-xogħol u li jidentifikaw dawn l- occupational hazards li jistgħu jħallu effetti negattivi fuq is-saħħa tal- ħaddiema Maltin u Għawdxin.", "L-appell tiegħi nixtieq nagħmlu b'mod partikolari lit-tobba tal-kumpanniji.", "Ovvjament dawn iridu jħarsu l-interessi ta' min qiegħed iħallashom, pero' aktar minn hekk, għandhom ikollhom ir-responsabilita' morali lejn dawk il- ħaddiema u jħarsu lejhom mil-lenti professjonali ħalli jistabbilixxu l- verita'.", "M'hijiex ħaġa ġusta li ħaddiem li jkun ma jiflaħx, jiġi mġiegħel jidħol għax-xogħol xorta waħda minħabba li l-policy tal-kumpannija tkun li tissikka kemm tiflaħ sabiex ma tagħtix is-sick leave lil min ikun ħaqqu.", "Ovvjament min jiflaħ m'għandux jabbuża mis-sick leave u min-naħa tagħna rridu niġġieldu kontra dan it-tip ta' abbuż.", "Pero' dak li huwa marid ġenwinament, għandu jiġi kkonsidrat bħala każ ġenwin.", "Fatt ieħor importanti ħafna li ġie stabbilit f'dan l-istudju huwa li l- ħaddiema li jkunu żviluppaw kondizzjonijiet ta' repetitive strain injuries m'humiex konxji biżżejjed tas-sitwazzjoni li tkun ġiet ikkreata mill- ambjent tax-xogħol tagħhom.", "Pero' agħar minn hekk, min kien konxju tas- sitwazzjoni, ipprefera li ma jitkellimx u għażel li jkompli jaħdem u jtella' l-produzzjoni tiegħu aktar milli jħares lil saħħtu!", "Jiġifieri hawnhekk qegħdin naraw li għandna kultura miskina ħafna u allura aktar joħroġ il-bżonn li l-awtorita' żżid u tintensifika l-ħidma edukattiva tagħha.", "B'hekk kulħadd isir aware li l-ewwel is-saħħa u mbagħad il-flus.", "Nerġa' ngħid li minn dan l-istudju ħareġ ċar li kien hemm ħaddiema li ppreferew il-flus qabel saħħithom!", "Sur President, irrid ngħid ukoll li kien hemm każijiet ta' ħaddiema li minkejja li żviluppaw dawn il-kondizzjonijiet ta' saħħa fuq il-post tax- xogħol tagħhom, ippreferew li ma jirrapportaw xejn minħabba l-biża' li jitilfu l-impjieg.", "Allura hawnhekk naraw kemm huwa importanti li nanalizzaw dak li jista' jsir min-naħa ta' l-awtorita' tas-saħħa u s- sigurta' fuq il-post tax-xogħol ħalli flimkien mad-dipartiment ta' l- industrial relations, tingħata aktar protezzjoni lil dawn il-ħaddiema li minkejja l-injuries li jkunu qed jiżviluppaw, jippreferu ma jirrapportaw xejn minħabba l-biża' li jitkeċċew mix-xogħol tagħhom.", "U allura jibqgħu jsofru fis-skiet u jispiċċaw sabiex imorru lura f'saħħithom.", "Hawnhekk xtaqt nagħmel appell sabiex din tkun waħda mill-affarijiet li tittieħed in konsiderazzjoni fix-xhur li ġejjin.", "Din il-ġimgħa stess rajt l-istqarrija li ħarġet l-awtorita' tas-saħħa u s-sigurta' fuq il-post tax- xogħol bi tweġiba għal dak li kont semmejt jien xi ftit qabel.", "U għalhekk se nerġa' nsemmiha għaliex hija xi ħaġa li ġew qaluhieli l-ħaddiema stess, speċjalment dawk li jaħdmu fl-industrija tal-kostruzzjoni.", "Dawn il- ħaddiema jiġu mħallsa bil-minimum wage u lanqas biss jingħataw is-safety gear!", "Mhux talli hekk, imma qegħdin jiġu mitluba sabiex iħallsu minn buthom stess jekk iridu s-safety gear!", "U hemm ħaddiema li kif semmejt aktar qabel, jippreferu l-flus qabel saħħithom!", "Min-naħa l-oħra lanqas inlumhom ħafna lil dawn il-ħaddiema.", "Ma ninsewx li bosta minnhom huma missirijiet ta' familji u jridu jrabbu lit-tfal tagħhom bil- minimum wage.", "Issa llum nafu li l-minimum wage lanqas twasslek sabiex tixtri l-bżonnijiet ta' kuljum, aħseb u ara kemm se tmur beyond anything else ta' dak li huwa strettament neċessarju sabiex titma' lil uliedek.", "Allura żgur li dawn il-missirijiet mhux se jagħżlu lil saħħithom qabel il- bżonnijiet ta' uliedhom.", "Għaldaqstant nerġa' nappella lill-awtorita' tas-saħħa u s-sigurta' u nappella b'mod partikolari lill-gvern sabiex ikompli jsostni lil din l- awtorita' permezz ta' riżorsi umani u anke mil-lat ta' finanzi għaliex fix- xhur li ġejjin se jkun hemm bżonn ta' aktar monitoring u inforzar ta' l- obbligazzjonijiet li għandu l-employer lejn dawn il-ħaddiema.", "Jekk ma jsirx dan ikun kollu ta' xejn li noqogħdu ngħidu xi tgħid il-liġi!", "Jien naf xi tgħid il-liġi, pero' sfortunatament hemm min qiegħed jabbuża.", "Barra minn hekk, hemm ċirkostanzi finanzjarji ristretti fejn ħaddiem li qiegħed jgħix bil-paga minima u li bilkemm iwassal sabiex jitma lil uliedu, ovvjament mhux se joqgħod iqis saħħtu imma se jqis il-bżonnijiet ta' uliedu.", "Għaldaqstant irrid nagħmel enfasi sabiex ikun hemm aktar monitoring u aktar inforzar ta' l-obbligi fuq min suppost qiegħed iġorr l- ispejjeż għas-saħħa u s-sigurta' tal-ħaddiema Maltin u Għawdxin.", "Sur President, ħalli nerġa' naqleb ftit fuq il-kwestjoni tar-repetitive strain injury.", "Fl-opinjoni tiegħi, hemm bżonn li jkun hemm aktar awareness fuq l-erogonomics għaliex jekk ikollna din it-tip ta' awareness, bi programmi indirizzati lejn il-management, lejn il-ħaddiema nfushom u anke lejn ir- rappreżentanti tagħhom, allura aktar ikollna ċans li nevitaw ħafna minn dawn it-tip ta' injuries.", "Allura jiena nemmen li fost il-lista ta' programmi li l-awtorita' għandha tagħmel, trid iżżid ukoll an awareness campaign fuq dan il-qasam.", "B'hekk inkunu nistgħu nindirizzaw minn qabel ċerti sitwazzjonijiet li jistgħu jinqalgħu u nnaqqsu wkoll id- diffikultajiet fis-saħħa tal-ħaddiema.", "Ilkoll kemm aħna nafu li fis-sena 2002 l-awtorita' kienet organizzat seminar nazzjonali dwar l-istress fuq il-post tax-xogħol.", "Fil-fehma tiegħi, il-kwestjoni ta' l-istress fuq il-post tax-xogħol għandha tkun waħda mill-areas regolari li għandha tħares l-awtorita' tas-saħħa u s- sigurta' fuq il-post tax-xogħol.", "Għaldaqstant ma naħsibx li seminar nazzjonali li sar tliet snin ilu huwa biżżejjed fuq suġġett bħal dan!", "Hemm bżonn li jkollna xi ħaġa li tkun għaddejja b'mod regolari għaliex nafu li l- istress hija xi ħaġa mill-aktar komuni u nafu wkoll li huwa faċli ħafna li wieħed jaqbdu l-istress fuq il-post tax-xogħol.", "Fil-fatt xtaqt nagħmel riferenza għall-artiklu miktub minn Peter Matthew bl- isem ta' \"Stress at work, the legal implications\".", "F'dan l-artiklu jingħad li attwalment jintilfu madwar 360 miljun ġurnata ta' xogħol fl-Ingilterra, li jiġu jiswew madwar Stg 8 biljuni!", "Nofs dawn l-absences huma stress related.", "Qiegħda nsemmi dan kollu għaliex huwa importanti li nagħmlu r- riċerka fuq is-sitwazzjoni ta' pajjiżna.", "Jekk ma nkunux aħna stess li nidentifikaw ċerti sitwazzjonijiet, il-cost tas-sickness benefits u costs oħra se jkomplu jitilgħu.", "B'hekk aħna rridu nindirizzaw il-problema mill- għeruq għaliex b'hekk inkunu nistgħu niffrankaw ċerti flejjes li mbagħad inkunu nistgħu nużawhom f'affarijiet oħra.", "Sur President, xtaqt ukoll insemmi studju ieħor li sar fuq l-istress li jiġi kkawżat fuq il-post tax-xogħol.", "Dan l-istudju qiegħed jistabbilixxi dawn il-fatturi:", "\"Factors such as long hours, work load, uncertain expectations and very significantly lack of control over work tasks can lead to intense feelings of being unable to cope with such pressures.", "And if prolonged, this can lead to short as well long-term damage to physical as well as mental health.\".", "Hawnhekk qegħdin naraw li hemm diversi fatturi li jistgħu jikkreaw l- istress fuq il-post tax-xogħol u fil-fehma tiegħi, uħud minn dawn il- konsegwenzi huma serji ħafna, fis-sens li jista' jkollok problemi mhux biss fix-short-term imma anke fil-long-term.", "U din il-ħsara tista' tkun kemm fiżika kif ukoll mentali.", "Dan l-istudju li sar ukoll minn gvernijiet barranin jgħidlek li wieħed minn kull tliet ħaddiema fl-Ewropa - jiġifieri aktar minn 40 miljun ruħ - jirrapportaw li huma affettwati mill-istress fuq ix-xogħol!", "Jiġifieri m'aħniex qegħdin nitkellmu fuq xi ħaġa żgħira imma qegħdin nitkellmu fuq xi ħaġa li tidher li hija sostantiva.", "Allura, fil-fehma tiegħi, huwa importanti ħafna li nkunu nafu wkoll il-qagħda ta' pajjiżna għaliex b'dan il-mod inkunu nistgħu nivverifikaw kemm hija kbira din il-problema fost il- ħaddiema tagħna u allura nkunu nistgħu nindirizzawha.", "Sur President, dan kollu jista' isir billi jkollna research unit effettiv.", "Għalhekk nerġa' nagħmel enfasi fuq ix-xogħol ta' riċerka li l-awtorita' tista' tidħol għalih.", "Anzi rrid inħeġġeġ lill-awtorita' sabiex tidħol f'partnerships ma' organizzazzjonijiet tar-rappreżentanti tal-ħaddiema jew inkella anke ma' l-employers infushom jew entitajiet li jirrappreżentawhom ħalli b'dan il-mod ikun hemm aktar involviment tas-social partners f'dawn l- affarijiet.", "Jien ma narax għalfejn m'għandux ikun hemm dan kollu ladarba din hija awtorita' – kliem il-ministru stess - li hija tripartite, suppost is-social partners kollha qegħdin rappreżentati hemmhekk u allura nappella lill-bord sabiex jaħdem favur ir-research unit fl-awtorita' u jfittex ukoll li jagħmel partnerships ta' proġetti fuq riċerka u fuq aspetti differenti tas-saħħa u s-sigurta' tal-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol.", "B'hekk inkunu nistgħu nidentifikaw il-kobor tad-diffikultajiet u mbagħad inkunu nistgħu nidentifikaw ukoll x'jista' jsir sabiex nindirizzawhom.", "Fil-fehma tiegħi, għandna nkunu proattivi u mhux kurattivi fix-xogħol tagħna f'dan il-qasam.", "Studju ieħor li sar minn The Royal Society for the Prevention of Accidents jgħid li:", "\"In the UK as many as one in five people are suffering from high levels of work related stress.", "Over half a million workers take time off annually as a result of experiencing stress.", "High level of stress, whether caused by work or arising from other like stressing events, such as bereavement, divorce or money worries...\"", "- nittamaw li f'pajjiżna ma jkollniex stress kbir ikkawżat mill-problemi finanzjarji, pero' jidher li hekk se jkollna, l-aktar mill-piżijiet li l- gvern preżenti kompla jwaddab fuqhom il-bieraħ -", "\"...can lead not only to ill heath but can adversely affect concentration, information processing and the consistency of decision making.", "Workers experiencing high levels of stress may be more liable to commit errors in their work, whether slips, mistakes or violations, which in turn can lead to accidents.", "When monitoring for signs of stress, all health and safety professionals, managers and safety representatives should review accidents and near miss trends in their organizations to see whether these are associated with such signs.", "They should also consider the possible contribution of stress both occupational and non-occupational when investigating the causes of individual accidents.\".", "Dan l-istudju jkompli jistabbilixxi numru ta' benchmarks li bihom wieħed jista' jittestja l-kwestjoni ta' l-istress.", "Nemmen li għandna niffokaw fuq id- diffikultajiet li għandhom x'jaqsmu mas-sigurta' tal-ħaddiema tagħna u mhux niffokaw biss fuq dak li qegħdin jgħidulna minn barra.", "Per eżempju, din is-sena, il-European health and safetly week hija fuq il-ħsejjes.", "Din hija xi ħaġa importanti u hija xi ħaġa li f'pajjiżna ftit aħna konxji tagħha.", "Pero' m'għandniex inkunu marbutin biss ma' dak li jgħaddulna min- naħa ta' l-Unjoni Ewropea iżda rridu nkunu aħna li nfittxu x'inhuma l- occupational hazards li jistgħu jirriskjaw impatti negattivi fuq is-saħħa u s-sigurta' tal-ħaddiema tagħna.", "Sur President, xtaqt insemmi wkoll il-bżonn li l-awtorita' tesplora l- possibbiltajiet li tagħmel partnerships anke lil hinn minn xtutna.", "Xi ħaġa li ġiet f'idejja dan l-aħħar kien il-partnership li sar bejn l-Amerika u l- Irlanda, bl-isem ta' \"Landmark US/Ireland Health and Safety Agreement\".", "L- Amerikani żviluppaw sistema ta' voluntary protection programme bl-iskop li jimmotivaw il-postijiet tax-xogħol billi jiżviluppaw il-health and safety practices.", "Fil-fatt instab li fejn daħal dan il-programm b'mod serju, il- kwestjoni tas-sickness u l-injury rates niżlet b'50%!", "Għalhekk l-Irlandiżi għamlu ftehim ma' l-Amerikani sabiex dawn jgħinuhom ħalli jkunu jistgħu jdaħħlu dan it-tip ta' programm.", "B'hekk il-health and safety authorities taż-żewġ pajjiżi qabdu tmien kumpanniji fl-Irlanda u se jagħmlu pilot project sabiex jipprovaw idaħħlu dan il-voluntary protection programme.", "Fil-fehma tiegħi, dan huwa mod ieħor kif il-health and safety authority f'Malta tista' tmur lil hinn minn xtutna u tfittex partnerships, ħalli kemm fuq livell tekniku kif ukoll bħala fondi, inkunu nistgħu nkomplu niżviluppaw lil dan is-settur.", "Il-fondi huma xi ħaġa sabiħa u importanti wkoll, pero' jekk jirnexxilna nġibu għajnuna teknika, inkunu qegħdin niffrankaw il-flus u nkunu qegħdin inkomplu niżviluppaw lil dan il-qasam tant importanti għall-ħaddiema Maltin u Għawdxin.", "Xi ħaġa oħra li ridt insemmi hija marbuta mal-code of practices.", "Per eżempju, fl-Irlanda żviluppaw code of practices for the safe use of trains.", "Dawn m'humiex regulations per se li joħorġu mil-legal notices, pero' huma code of practices li l-awtorita' tal-health and safety tilħaq ma' numru ta' entitajiet u stakeholders fl-industrija.", "F'dan il-każ li qiegħda nsemmi, l- Irlanda għamlet code of practices fuq il-qasam tal-kostruzzjoni u naħseb li hawnhekk pajjiżna għandu bżonn ħafna ta' xi ħaġa simili.", "Fil-fatt jekk wieħed janalizza tajjeb in-numru ta' injuries li jkollna fuq il-postijiet tax-xogħol, insibu li l-industrija tal-kostruzzjoni qiegħda fuq quddiem nett fil-korrimenti u inċidenti.", "Waħda mill-affarijiet ta' prevenzjoni li l-Irlandiżi qegħdin jagħmlu hija proprju dan l-iżvilupp ta' code of practice fejn l-istakeholders ikunu responsabbli daqs l-awtorita' tal-health and safety għaliex ikunu żviluppaw flimkien dak il-code of practice.", "B'dan il-mod jintrabtu n-nies kollha li għandhom x'jaqsmu mas-settur u allura mhux biss tkun qiegħed tkabbar l- awareness imma tkun qiegħed b'mod indirett, twaddab ċerta responsabilita' fuq dawk l-entitajiet.", "Għalhekk is-suġġeriment tiegħu huwa li aktar 'il quddiem, l-awtorita' tħares ukoll lejn dan l-approach bħala waħda mill- inizjattivi li biha tkun tista' toħloq programmi adegwati ħalli nindirizzaw il-prevenzjonijiet.", "Sur President, xtaqt nagħmel ukoll riferenza għall-parti tar-rapport li titkellem fuq l-awareness building, information, education and training.", "Irrid ngħid li qiegħda nieħu gost li qiegħed isir dan l-enfasi fuq l- edukazzjoni u l-awareness fost it-tfal.", "Din hija xi ħaġa li kull darba li nitkellmu fuq il-health and safety inħobb insemmiha, pero' nixtieq nara aktar impenn min-naħa ta' l-awtorita' sabiex tinvolvi wkoll lill-għaqdiet taż-żgħażagħ f'ħaġa bħal din.", "F'dan il-Parlament niftakar li kont issuġġerejt l-involviment tal-boyscouts u l-girlguides.", "B'dan il-mod ikollok infiltration qawwija fejn mhux biss qiegħed tagħti taħdita jew urejt xi film jew inkella tagħtihom xi leaflet imma tkun qed tinvolvi lil dawn it-tip ta' għaqdiet u lill-membri tagħhom li huma mferxin ma' l- iskejjel ta' Malta u Għawdex kollha, ikollok nies li jkunu qegħdin fuq il- post u li jkunu qegħdin jgħinuk sabiex tkompli ssostni l-edukazzjoni.", "Allura, fil-fehma tiegħi, naħseb li għandna ninvolvu aktar lil dawn l-NGOs għaliex fl-isfera tagħhom, huma diġa' qegħdin jagħmlu ħafna xogħol ta' ġid fost it-tfal u ż-żgħażagħ.", "Għalhekk dawn jistgħu jkomplu jgħinuna niżviluppaw ċerti inizjattivi.", "Xtaqt nagħmel ukoll riferenza għal paġna 9 fejn qed nitkellmu fuq il-media initiatives.", "Hawnhekk l-awtorita' qiegħda tisqarr li min-naħa tagħha qiegħda tieħu ċerti inizjattivi sabiex twassal ċerta informazzjoni permezz ta' video clips u affarijiet bħal dawn.", "Imbagħad tibgħathom b'mod regolari lill-istazzjonijiet tat-televiżjoni, pero' dawn ma juruhomx.", "Fil-fatt il- kumment tagħha kien proprju hekk:", "\"... regrettably, most channels look upon the transmission of such announcements from an economic perspective, and do not transmit messages despite the OHSA request.\".", "Għalhekk xtaqt nagħmel appell minn hawnhekk lill-media.", "Huwa minnu li llum ma tagħmel xejn b'xejn, pero' għandha wkoll responsabilita' soċjali kbira u għaldaqstant nappella lill-media kollha sabiex terfa' wkoll ftit minn din ir-responsabilita' soċjali.", "Barra minn hekk, xtaqt nagħmel appell lill- gvern sabiex min-naħa tiegħu jagħmel użu aktar mill-istazzjon ta' l-istat, li wara kollox huwa funded mit-taxxi tan-nies.", "Fuq dan l-istazzjon għandu jkun għaddej b'mod regolari inizjattivi fuq programmi ta' health and safety.", "Sur President, niftakar li ftit tas-snin ilu fuq Channel 22 kien hemm programm għaddej b'mod regolari fuq il-health and safety.", "Ma nafx jekk dan il-programm għadux isir illum, pero' jiena nħoss li kemm fuq it-televiżjoni u kemm fuq ir-radju ta' l-istat għandhom isiru xi ħaġa simili u jittieħdu inizjattivi ta' programmi li tista' torganizza l-health and safety authority.", "B'hekk dan il-qasam ikun b'mod regolari qrib in-nies u mhux isiru programmi ta' darba f'sena jew inkella forsi nqassmu leaflet kultant żmien.", "Sabiex inbiddlu l-kultura, irridu noħolqu proċess li jkun kontinwu.", "Ma jistax ikollna proċess bl-iskossi għaliex inkella ma nkunux qegħdin nikkonvinċu lin-nies u żgur li ma jkollniex dak l-effett u r-riżultat li għandu jkollna f'dawn iċ-ċirkostanzi.", "Xtaqt nagħmel riferenza wkoll fuq paġna 10 fejn qiegħda tiġi rrapportata l- European Week.", "Hawnhekk intqal hekk:", "\"... information packs, including material produced by the authority and the agency have been sent to all persons and entities which are directly and indirectly involved in the construction industry.\".", "Sur President, hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq il-kampanja \"Stop that noise\".", "Issa jien ma nistax nifhem għalfejn qegħdin insemmu biss l- industrija tal-kostruzzjoni.", "Naf li l-industrija tal-kostruzzjoni hija waħda minn ta' quddiem nett għall-ħsejjes, pero' bir-rispett kollu, jekk wieħed iħares lejn printed information sheet li ħarġet l-istess European agency for safety and health at work insibu bl-aktar mod ċar li:", "\"around one-third of employees in Europe are exposed to potentially dangerous levels of noise for at least a quarter of their time at work, and it's not just those in industries, such as construction or manufacturing who are at risk, noise can be a problem in many working environments, from factories to farms, call centres to concert halls.\".", "Għaldaqstant ma nistax nifhem għalfejn intbagħtet din l-informazzjoni lil dawk kollha nvoluti fl-industrija tal-kostruzzjoni matul din il-ġimgħa ta' awareness fuq il-ħsara li ħsejjes żejda jistgħu jagħmlu fuq is-saħħa tal- bniedem.", "Allura nappella sabiex meta jkun hemm ħwejjeġ bħal dawn, nifirxuhom aktar u nindirizzawhom ukoll lis-setturi kollha li jistgħu jifformaw parti din it-tip ta' diffikulta'.", "Fil-fehma tiegħi, il-kwestjoni tal-ħsejjes għandha tittieħed bis-serjeta' mhux biss matul din il-ġimgħa partikolari.", "Hemm bżonn li ssir analiżi mhux biss fuq dak il-ħaddiem li qiegħed jaħdem fuq is-sit tal-kostruzzjoni ħalli naraw kif qed jaffettwawh il-ħsejjes tal-jiggers u makkinarji oħra, pero' għandna nanalizzaw l-inkonvenjent li jista' jinħoloq lil third parties ukoll.", "Nafu li ħafna mis-siti tal-kostruzzjoni jkunu qalb il-bini u allura jista' ikollok il-ġirien li jkunu qed ibatu minn dan l-istorbju wkoll.", "F'paġna 9 ta' dan ir-rapport intqal ukoll li l-awtorita' marret tagħmel information campaigns f'erba' main industrial estates ta' Malta.", "Jiena nixtieq inkun naf liema kienu dawn l-erba' industrial estates li l- awtorita' marret fihom sabiex tagħmel kampanji ta' informazzjoni.", "Sur President, xtaqt inkun naf x'inizjattivi qiegħda tieħu l-awtorita' sabiex tindirizza s-small businesses li huma sparpaljati ma' Malta kollha.", "Nixtieq inkun naf b'liema mod dawn in-nies qegħdin jiġu milħuqa mill- awtorita'.", "Hawnhekk nissuġġerixxi li l-awtorita' tinvolvi aktar u toħloq aktar partnerships mal-kunsilli lokali.", "Hemm bżonn li fejn jidħlu dawn it- tip ta' small businesses, speċjalment f'areas fejn għandek ħafna industrija, bħal, per eżempju, Ħal Qormi, fejn għandek areas kbar li huma semi-industrijalizzati, ikun hemm aktar diskussjonijiet mal-kunsilli lokali ħalli kemm jista' jkun ninvolvuhom aktar fl-iżvilupp ta' programmi ta' edukazzjoni fuq dawk li huma health and safety practices.", "Barra minn hekk, għandna nilqgħu wkoll għall-inċidenti li jseħħu fid-djar.", "Ma rridux ninsew dawk l-inċidenti li jseħħu waqt li jkun qiegħed isir ċertu xogħol fid-djar.", "Kellna każijiet fejn anke kien hemm fatalijiet ta' nies li jkunu qegħdin jagħmlu xi xogħol ta' kostruzzjoni ġod-dar tagħhom stess u li sfortunatament għaliex ma jkunux konxji tas-sigurta' tagħhom infushom, jispiċċaw sabiex iweġġgħu jew addirittura jitilfu ħajjithom.", "Għaldaqstant hawnhekk nara li l-awtorita' ma tistax tinsa lil dawn in-nies.", "Hemm bżonn ta' kampanji edukattivi fuq dan il-qasam, għandu jkun widespread kemm jista' jkun u għandna nużaw il-livelli kollha u l-istituzzjonijiet kollha li huma għad-dispożizzjoni tagħna sabiex inwasslu l-messaġġ.", "Naħseb li l- kunsilli lokali jistgħu jgħinu ħafna lill-health and safety authority sabiex tiżviluppa ċerti programmi edukattivi fuq il-livell komunitarju.", "Ħalli issa mmur għal paġna 19 fejn qed nitkellmu fuq prosecutions conducted by OHSA.", "Meta tqis il-każijiet pendenti u l-każijiet ġodda li hemm, insibu li hemm aktar mid-doppju ta' dawk li ġew ipproċessati.", "Meta tiffoka u tħares lejn dawk il-każijiet li għadhom fl-istadju ta' kompilazzjoni ta' evidenza bejn dawk li huma pendenti u dawk li għadhom ġodda, insibu li hemm biss 18 minn 103!", "Jiġifieri l-kumplament jidher li lanqas biss għadhom bdew jiġu pproċessati!", "U naħseb li din turi l-bżonn ta' aktar riżorsi umani fi ħdan l-awtorita'.", "Sur President, irridu niftakru li aktar ma jittieħed żmien sabiex jiġu pproċessati dawk li jkunu qegħdin jabbużaw u joħolqu riskji għas-saħħa u s- sigurta', forsi tagħhom infushom u anke għal ħaddieħor, aktar hemm iċ-ċans li l-abbuż jikber u jiżdied.", "Għaldaqstant hemm bżonn li jkun hemm a fast track system fuq dan il-proċess.", "Apparti l-bżonn li jkun hemm aktar nies li jaħdmu fuq dan ix-xogħol, hemm il-bżonn ukoll li naturalment, il-qrati tagħna jagħtu l-għajnuna tagħhom sabiex immexxu 'l quddiem il-każijiet li jiġu quddiemhom.", "Huwa minnu li qed jintqal li l-introduzzjoni ta' l- adminstrative fines jistgħu jkunu parti mis-soluzzjoni għal din il-problema", "bħala deterrent għal min jabbuża pero` nittama li mhux ġejjin xi multi amministrattivi fejn wieħed għax jiżbalja darba, jispiċċa jħalli paga ta' ġimgħa għand it-tribunal!", "Jeħtieġ li noqogħdu attenti għax il-but mhux ta' kulħadd jiflaħ l-istess.", "M'iniex qed ngħid li min jonqos m'għandux iħallas talli naqas pero` rridu noqogħdu attenti li ma nwaddbux lin-nies mitt sena lura u apparti d-deterrent inkunu ħloqna hardship iktar milli l-persuna tiflaħ għax imbagħad dik tiġi inġustizzja.", "Xi ħaġa oħra li ridt niġbed l-attenzjoni għaliha hija l-fatt li spiss niltaqa' ma' ħaddiema li jkunu spiċċaw mix-xogħol minħabba problemi ta' saħħa li jkunu żviluppaw fuq il-post tax-xogħol u ninnota nuqqas ta' awareness fuq id-drittijiet tagħhom.", "Mhux qed ngħid li għandhom isiru kampanji ta' pubbliċita` b'mod li kważi ninkoraġġixxu lin-nies jibdew jivvintaw ċerti affarijiet pero` fuq il-każi ġenwini, nixtieq li jkun hemm monitoring.", "Jiena per eżempju, ninnota l-każi ripetuti fuq nies differenti mill-istess kumpanniji u allura din tidher li hija trend.", "Wieħed mill-ewwel jissuspetta li hemm xi ħaġa f'dak il-post tax-xogħol li qed toħloq ċertu preokkupazzjoni fuq is-saħħa tal-ħaddiema li jaħdmu f'dak l-ambjent u dan jirrifletti nuqqas kbir ta' kuxjenza u responsabilita` fuq il-kumpannija involuta.", "Allura nħoss li l-health and safety authority, permezz tal-kampanji edukattivi tagħha, għandha mhux biss teduka lill-ħaddiema biex jifhmu x'inhuma d-drittijiet tagħhom, imma tagħmel ukoll monitoring sabiex meta jidħlu ħafna rapporti fuq l-istess kumpanniji, dawn jiġi segwiti b'aktar reqqa minn ħaddieħor.", "F'paġna 27 insibu li f'Ottubru tas-sena 2004 f'Amsterdam kien sar meeting tas-Seveso Committee of Competent Authorities u min attenda ġie meħud jara r-raħal ta' Enschede fejn fis-sena 2000, fabbrika tal-fireworks splodiet b'effetti devastanti.", "Hawnhekk nixtieq niftaħ parentesi fuq il-kmamar tan- nar.", "Jiena għamilt xi mistoqsijiet parlamentari u naf li l-kwestjoni tal- fireworks f'dan il-pajjiż as such ma taqax taħt ir-responsabbilita` tal- health and safety authority imma qed nieħu l-ispunt proprju minn dan ir- rapport.", "Jiena nappella lill-gvern biex ikollna skrutinju tajjeb ħalli ma' min jabbuża, ma jeħilx min hu serju.", "Veru li dan huwa xogħol li dejjem se jkun fih element ta' riskju pero` r-riskju jikber jekk ma jkollokx għajnejk miftuħin il-ħin kollu u ma jkollokx it-taħriġ meħtieġ biex taħdem f'dak il- qasam.", "Sur President, jiena nappella lill-gvern biex filwaqt li nibqgħu ngawdu s-sengħa u l-ħila ta' dawn in-nies li jaħdmu fil-kmamar tan-nar – sengħa antikissima li ġejja miċ-Ċiniżi – ma ngħaddux sajf bħalma għaddejna din is-sena b'dan id-dulur kbir ta' telf ta' ħajjiet.", "Kif qegħdin nitkellmu fuq is-Seveso Convention, xtaqt nistaqsi lill- ministru fiex wasalna fuq il-kwestjoni tal-Qajjenza fejn għandek high risk area għax għandek storage ta' gas u dan suppost jiċċaqlaq għal area li ma tkunx popolata u jkun hemm ċerti regolamenti li jiġu rispettati.", "Jiena kemm- il darba għamilt mistoqsijiet fuq din il-kwestjoni lill-Onor.", "Gonzi meta kien Ministru tal-Politika Soċjali u r-risposta dejjem kienet li dawn suppost jiġu moved għal post li jkun iktar safe.", "Imma dan meta se jsir?", "Sur President, xtaqt nistaqsi wkoll jekk il-qasam tal-health and safety telax fuq l-aġenda tal-MCSED?", "Kien hemm xi drabi li l-MCSED iddiskuta l- health and safety?", "Qed ngħid dan għax jiena nemmen li fuq dak il-livell għandu jkun hemm diskussjoni ħalli jkun hemm iktar impenn mill- istakeholders kollha biex il-politika tal-health and safety f'pajjiżna tkun imwettqa kif suppost.", "Ridt nagħmel riferenza għal tliet aspetti oħra li għandhom x'jaqsmu mal- health and safety li ġieli semmejthom f'din il-Kamra u li sfortunatament minn dan ir-rapport jidher li minkejja li semmejnihom diversi drabi, għad m'hemmx feedback.", "Per eżempju, il-kwestjoni tad-drogi fuq il-post tax- xogħol.", "Nafu li għandna l-aġenzija Sedqa imma il-health and safety authority qiegħda taħdem b' kordinament magħha?", "Hemm ukoll l-kwestjoni tal- mobbing u l-bullying fuq l-post tax-xogħol u niftakar li s-sena li għaddiet kont semmejtu dan il-punt u għidt li dan hu ta' periklu u niftakar li kont semmejt studju li kien sar mit-Taljani fejn kien ġie stabbilit li fl- Italja 1.5 miljun ħaddiem isofru minn mobbing fuq il-post tax-xogħol.", "Minkejja li ma kellhomx leġislazzjoni dwar dan, dawn kienu qegħdin jaraw kif jiżviluppaw leġislazzjoni u deterrenti kontra l-mobbing jew bullying fuq il-post tax-xogħol.", "Nixtieq nara li l-health and safety authority tidħol f'dan l-aspett u nappella lit-trade unions biex ikunu konxji ta' dan il-fattur li jagħmel effetti ħżiena ħafna fuq is-saħħa u sigurta` tal- ħaddiema.", "Permezz tal-collective agreements, l-unions għandhom jiddiskutu mal-management x'tip ta' deterrenti jistgħu jsiru kontra dan it-tip ta' hazard fuq il-post tax-xogħol.", "Is-sena li għaddiet kont semmejt ukoll il-kwestjoni tad-dangerous substances fejn għandek numru sostanzjali ta' postijet tax-xogħol fejn hemm irwejjaħ li jagħmlu ħafna ħsara lis-saħħa tal-ħaddiema fosthom l- isptarijiet, l-agrikolura u anke fil-hairdressing salons fejn għandek element ta' tossiċi fl-arja li min ikun qed jieħu nifs minnhom, ikun qed jagħmel ċerta ħsara lil saħħtu.", "Xtaqt nerġa' nagħmel riferenza għalihom bit-tama li l-awtorita` flimkien ma' entitajiet oħra fil-pajjiż, tipprova tidħol fi proġetti ta' riċerka ħalli nistabbilixxu aktar id-diffikultajiet għas-saħħa u s-sigurta` tal- ħaddiema fuq il-postijiet tax-xogħol bit-tama li nkunu nistgħu nidentifikawhom u mhux biss nipprovdu r-rimedju għalihom imma nipprevenuhom.", "Nirringrazzjak.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Michael Asciak.", "ONOR.", "MICHAEL ASCIAK: Sur President, nibda l-intervent tiegħi biex bħalma għamlu l-kelliema ta' qabli, nirringrazzja lil Dr. Joanna Drake għax- xogħol li għamlet bħala chairperson u wkoll nifraħ liċ-chairperson il-ġdid, l-Ispiżjara Messina.", "Jiena nixtieq nelenka ċertu punti.", "L-Onor.", "Coleiro semmiet il-kwestjoni tat- trade unions vis-à-vis il-pożizzjoni tal-ħaddiema.", "Dan hu punt importanti għaliex wieħed jistenna li l-unions ikunu fost l-ewwel mis-soċjeta` ċivili li jirrealizzaw l-importanza ta' dawn ir-regolamenti tas-saħħa u s-sigurta` fuq il-post tax-xogħol.", "Nafu li meta konna qed nilleġislaw din il-liġi, kien hemm support mill-partijiet soċjali kollha – jiġifieri kemm mill- unions u anke mill-employers – pero` jiena għadni daqsxejn xettiku f'dik li hija applikazzjoni tal-prinċipju.", "Kulħadd jgħid li jaqbel mal-prinċipju pero` meta mbagħad tiġi biex tapplika l-prinċipju fid-dinja tax-xogħol, wieħed jista' jsib ċirkostanzi li sfortunatament ma jirriflettux l-impenn verbali li jkun ingħata.", "Sfortunatament dan jiġi kemm mill-employers u kultant anke mill-unions.", "Kultant l-unions qegħdin jiddefendu ċertu ħaddiema minn xi charge jew ċitazzjoni li tkun ħarġet l-awtorita` jew is- safety officer li jkun hemm f'kumpanniji kbar li jkunu nqabdu ma jilbsux l- equipment li għandhom jilbsu.", "Meta nkun dieħel l-universita` u nħares lejn l-isptar Mater Dei li qiegħed jinbena hemm billboard kbir li fuqu hemm miktub \"No boots, No hat, No job\".", "Dan hu messaġġ importanti ħafna lill- ħaddiema li kulħadd irid jikkopera f'dan il-qasam.", "Sur President, irid ikun hemm attitudni ta' serjeta` għax jekk ma jkunx hemm din l-attitudni kemm minn min qed jaħdem, kemm minn min qed iħaddem u kif ukoll mill-unions li qed jirrappreżentaw u jiddefendu l-ħaddiema, allura wieħed ma jistax jgħid li wasalna għal dik li ngħidulna quantum leap fil-ħarsien ta' saħħa fuq il-postijiet tax-xogħol.", "Ovvjament jekk noqgħodu niddefendu l-ħaddiema li jkunu qalgħu charge għax inqabdu bla safety boots, bla helmet jew bla equipment li suppost jilbsu, aħna stess inkunu qegħdin nimminaw l-intenzjoni tal-liġi.", "Dalgħodu stess kelli argument ma' żewġ ħaddiema li kienu qed itellgħu l-planki ħdejn l-ispiżerija fejn naħdem għax ħadd minnhom ma kellu s-safety helmet.", "Għidtilhom biex jilbsu s-safety helmet imma meta tagħmel hekk ma tantx tirċievi kummenti pożittivi lura u dan juri li għad hemm ħafna xogħol x'isir biex titbiddel il-mentalita`.", "Jiena naħseb li l-awtorita` qed tagħmel il-mirakli bl-ammont ta' ħaddiema li għandha.", "Nassumi li fil-futur is-saħħa ta' l-ispettorat ta' l-awtorita` għandu jissaħħaħ ftit ftit u għalkemm dan qatt m'hu se jkun f'pożizzjoni li jispezzjona kull rikjesta ta' spezzjoni li tidħol, dak jibqa' l-għan aħħari.", "Sur President, meta jiena kont spettur ta' l-awtorita`, ġieli kienet tidħol complaint fuq spezzjoni ġo building site.", "Dawn il-building sites huma problematiċi ħafna u meta tmur fihom, tispiċċa taħli xi tlieta jew erba' sigħat biex tispezzjona l-lant kollu tax-xogħol u d-diversi nies li jkunu qed jaħdmu hemm.", "Jista' jkun hemm is-sub-contractors u dan jista' jippreżenta problema oħra għax jista' jkun li ma jkunx qed jieħu l- prekawzjonijiet li għandu jieħu u b'hekk jirrappreżenta periklu kemm għalih innifsu u kif ukoll għall-ħaddiema li jaħdmu ma' kuntratturi differenti.", "Il- liġi tobbliga anke lis-sub-contractors li jidħu għal ċerti piżijiet.", "Ġieli jċempillek xi ħadd u jgħidlek, per eżempju, li supermarket partikolari għandu waħda mill-ixkafef se taqa'.", "Dik hi wkoll ta' periklu għall-ħaddiem u wieħed irid jikkonsidra din it-tip ta' spezzjoni pero` s-sens komun jgħidilna li wieħed għandu jiffoka aktar fuq affarijiet li jirrapreżentaw ċertu periklu.", "Punt imsemmi fir-rapport miċ-chairperson huma dwar ir-responsabilitajiet għal terzi persuni għax-xogħol li jkun qed isir.", "Per eżempju, illum għaddejt minn triq dejqa f'Birkirkara u kien hemm xi ħaddiema li kienu qed itellgħu l-planki kollha mingħajr helmet u kien hemm il-warden li suppost kienet qed twaqqaf it-traffiku.", "Lili ħadd ma ġibidli l-attenzjoni li aħjar ma ngħaddix minn dik it-triq imma ngħaddi minn triq oħra.", "Jiena naħseb li l-local wardens u l-pulizija għandhom jirċievu struzzjonijiet biex f'każijiet fejn ikunu qed jagħmlu superviżjoni ta' dan it-tip ta' xogħol, dawn jipproteġu lit-terzi persuni mill-periklu tax-xogħol li jkun qed isir.", "Dan ma japplikax biss għal xogħol ta' bini u se nagħti eżempju tal-famuż xogħol ta' invjar li jsir fuq barra.", "Dan it-tip ta' xogħol jipproduċi ammont kbir ta' trab li huwa ta' periklu kemm għal min qed jaħdem u kif ukoll għal min ikun qed jgħix fil-viċin.", "Dan ix-xogħol jipproduċi ħafna trab irqiq immens li jkun taħt it-10 microns u jista' jwassal għal attakki immedjati ta' asthma għal dawk li jkunu predisposti.", "Illum tmur f'ċerti postijiet u tara lil kulħadd jobrox il-ħitan bla ebda rispett lejn dawk li jkunu fil-viċinanzi.", "L-Onor.", "Coleiro semmiet ukoll l-irwejjaħ li jista' jkun hemm fuq ċerti postijiet tax-xogħol.", "Irrid ngħid li dawn it-tip ta' rwejjaħ u kimiċi perikolużi u aġenti bioloġiċi li wieħed jiltaqa' magħhom fuq il-post tax- xogħol diġa` huma covered mil-leġislazzjoni tal-OHSA.", "Jeżistu liġijiet speċifiki għal chemical agents, biological agents, carcinogens u mutagens.", "Kull post tax-xogħol għandu jkollu safety officer sabiex jirrapporta lill- OHSA fuq dak li jkun qed jiġri.", "Mr Speaker, fil-ftit ħin li fadalli nixtieq nifraħ lil-OHSA għax-xogħol li tagħmel bir-riżorsi limitati tagħha.", "Ikun tajjeb li nirrealizzaw li din l- awtorita` ilha teżisti ħames snin u wieħed jista' jinnota li matul dan iż- żmien kien hemm tnaqqis sostanzjali ta' injuries fuq il-postijiet tax- xogħol.", "Naħseb li jekk wieħed iħares lejn it-tabella li hemm f'paġna 18 tar-rapport jinduna li fis-sena 2003, għal kull 100,000 ħaddiem kien hemm medja ta' 3,500 injury u fis-sena 2004 dawn l-injuries naqsu għal 2,975, jiġifieri f'sena naqsu b'500.", "Dan huwa tnaqqis sostanzjali li wieħed għandu jirrikonoxxi.", "F'paġna 18 insibu li fuq is-sena 2004, għall-istess perjodu li jkopri minn Jannar sa Ġunju kien hemm tnaqqis ta' 106 korriment fuq il-postijiet tax-xogħol.", "Fil-fatt jekk wieħed iħares lejn ir-rapporti tal-NSO u jikkompara Lulju/Settembru ta' l-2004 ma' Lulju/Settembru ta' l- 2005 isib li f'sena l-korrimenti fuq il-postijiet tax-xogħol naqsu b'171 u għal pajjiżna dan huwa ammont sostanzjali.", "Jien m'iniex qed ngħid li għandna nieqfu hemm jew li jien kuntent u lanqas m'hu qed ngħid li wieħed jista' jippretendi li għad jasal f'sitwazzjoni fejn dan in-numru jkun zero.", "J'Alla naslu f'dik is-sitwazzjoni għax ħadd ma jieħu gost meta jkun hemm xi korrimenti, speċjalment meta dawn ikunu jistgħu jiġu evitati b'daqsxejn sens komun.", "Pero` wieħed irid jifhem li anke jekk l-industriji l-kbar, bħal, per eżempju, il-power station u l- building sites, jibdew japplikaw rigorożament il-liġi dwar l-occupational health and safety xorta se jibqagħlek dawk l-inċidenti li ma tkunx tista' tipprevenihom jew li ma tkunx tista' taħseb għalihom għax sfortunatament kif tgħid kanzunetta partikolari \"Accidents will happen\".", "Pero` kemm jista' jkun wieħed irid ibaxxi n-numru tagħhom.", "Qabel nagħlaq id-diskors tiegħi rrid ngħid li l-awtorita` issa daħħlet il- leġislazzjoni kollha ta' l-Unjoni Ewropea.", "Fil-fatt din is-sena għamlet emendi għal dak li għandu x'jaqsam mas-Seveso directive.", "Hawnhekk nixtieq insemmi dak l-inċident li ġara ftit ilu meta fabbrika taż-żebgħa li qiegħda bejn Birkirkara u San Ġwann ħadet in-nar.", "Dan kien inċident li seta' wassal għal riperkussjonijiet kbar għan-nies li jgħixu fl-akwati.", "Għalhekk huwa importanti li din is-Seveso directive tiġi applikata.", "Jidhirli wkoll li ħarġet tip ta' green paper mill-awtorita` dwar xi regolamenti tal-ħoss għax fil-fatt din irċevejtha fuq l-internet.", "Nafu li r-regolamenti tal-ħoss huma importanti ħafna fuq il-postijiet tax-xogħol.", "Aħna l-Maltin ma tantx aħna magħrufin li aħna xi poplu kwiet jiġifieri l-ħoss inħobbuh pero` rridu nirrealizzaw li l-ħoss u l-vibrazzjoni żejda jistgħu jikkawżaw riperkussjonijiet serji meta jkunu kostanti fuq il-ħaddiem.", "Għalhekk nitlob il-koperazzjoni kemm tat-trade unions kif ukoll ta' min jimpjega fuq dan il-qasam.", "Jien nawgura liċ-chairperson u lis-set-up kollu ta' l- occupational health and safety authority li jkomplu għaddejjin bil-ħidma tagħhom ħalli dejjem naraw aktar frott f'dak li għandu x'jaqsam mas-saħħa tal-ħaddiem fuq il-post tax-xogħol.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Nitlob liIl- Ministru Louis Galea biex, jekk jogħġbu, jgħaddi għall-winding up.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Speaker, jien ma nixtieqx nibda d-diskors tiegħi hawnhekk illejla mingħajr ma nuri l-apprezzament tiegħi għall-kelliema kollha li ħadu sehem.", "Qed nirriferi għall-Onor.", "Joe Falzon u għall-Onor.", "Michael Asciak għan-naħa tal-gvern u għall-Onor.", "Marie Louise Coleiro għan- naħa ta' l-Oppożizzjoni.", "Din hija diskussjoni li fil-fehma tiegħi għandha tagħmel ħafna kuraġġ lill-occupational health and safety authority għax hija diskussjoni li tixhed consensus ġenwin dwar il-qafas legali u ta' regolamentazzjoni li huwa stabbilit kif ukoll consensus dwar l-impenn li qed turi l-awtorita`.", "Din hija xi ħaġa li nixtieq li nkomplu nibnu fuqha u nixtieq li ċ-chairperson, l-Ispiżjara Roberta Messina, li qed tismagħna hawnhekk illejla, tieħu nota ta' dak kollu li ntqal f'din il-Kamra miż-żewġ naħat ħalli fejn ikun hemm bżonn ittejjeb u tmexxi ċerti affarijiet 'il quddiem.", "Dan għandu jsir biex il-kummenti li saru hawnhekk b'mod kostruttiv inkunu nistgħu nittraduċuhom f'miżuri u fi programmi li jkunu ta' ġid għal kulħadd.", "M'hemmx dubju li jien naqbel ma' dak li qalet l-Onor.", "Marie Louise Coleiro meta qalet li l-impjegati ta' l-awtorita`, meta tqis il-limitazzjoni tar- riżorsi finanzjarji li għandhom, qed jagħmlu ħafna xogħol li ddeskrivietu bħala mirakli.", "Dan napprezzah u ngħid li jrid ikun hemm l-isforz tal-gvern li fil-mument li jkun jista' jgħaddi iktar riżorsi lill-awtorita` skond il- bżonnijiet tagħha biex tkun tista' twettaq il-miri li għalihom twaqqfet, dan jagħmlu.", "Aħna nafu x'inhu l-kwadru ġenerali tal-finanzi pubbliċi u nafu li l-gvern qed joqgħod attent biex kemm jista' jkun l-ispiża tintnefaq b'mod iktar effettiv.", "Per eżempju, nafu li ċerti riżorsi umani li hemm fis-settur pubbliku jistgħu jiġu detailed biex imorru fis-settur ta' l- occupational health and safety.", "Naturalment wieħed ikun irid iħarreġ dan il-personnel biex jiżviluppah fi spetturi u f'uffiċjali ta' l-occupational health and safety.", "Pero` naħseb li minn dik l-ispiża li l-poplu Malti diġa` qed jagħmel għall-operat tal-gvern nistgħu nidentifikaw riżorsi umani li jistgħu jiġu inkarigati minn xogħol li tagħmel l-awtorita`.", "F'dan ir-rigward irrid nieħu l-opportunita` biex ngħid li jekk dawk l- uffiċjali pubbliċi li llum qegħdin ma' l-awtorita` bis-sistema ta' detailing taħt il-provvedimenti tal-liġi jagħżlu li jsiru permanenti fuq il- kotba ta' l-awtorita`, aħna niċċekkjaw ma' l-Uffiċċju tal-Prim Ministru biex inkunu nistgħu nassiguraw li jekk m'hemmx xi ostakli li huma ta' xi sustanza partikolari, dawn ikunu jistgħu jagħmlu dan.", "Mr Speaker, issa se nitkellem ftit dwar il-kwestjoni tal-penali amministrattivi.", "Assolutament m'hemm l-ebda ħsieb li b'xi mod ikun hemm xi forma ta' penali amministrattivi li jkunu burokratiċi jew inkella li jżidu xi piż fuq min iħaddem.", "Il-penali amministrattivi li aħna rridu ndaħħlu s- sena d-dieħla huma maħsuba biex iservu ta' xprun u ta' inċentiv ħalli min iħaddem ikun jista' jottempora ruħu aktar mal-liġijiet.", "Kif intqal issa, il- liġi ilha li għaddiet ħames snin u l-awtorita` ilha li bdiet topera b'mod effettiv tliet snin.", "Għalhekk dawn kienu tliet snin li fihom ħdimna ħafna bil-proċess ta' gentle persuasion.", "Naħseb li issa l-learning curve għaddejniha, l-induction period għaddejnieh u issa rridu nidħlu f'fażi oħra, fażi li mingħajr ma wieħed jissalvaġġa naslu għall-punt li wara li wieħed ikun ġibed l-attenzjoni ta' employer, edukah, informah, inċentivah u tah iċ-ċans, nibdew nimxu bis-sistema li nibdew nirregolarizzaw.", "Jekk, per eżempju, lil dak li jkun inkun tajtu l-ewwel warning u nifformalizzah u nkun tajtu t-tieni warning u nifformalizzah, allura mbagħad ikun irid jiġi aċċettat minn kulħadd li jkun raġjonevoli li mat-tielet darba jiġi mwaħħal penali amministrattiva li jekk ma jħallashiex jew ma jottemporax ruħu mar- regolamenti, ikollhom jittieħdu l-proċeduri skond il-liġi.", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq penalitajiet amministrattivi fuq kontravvenzjonijiet li jibdew jiġu ripetuti.", "Fuq dan ix-xogħol diġa` saru ħafna preparamenti u l- ħsieb tiegħi hu li kmieni s-sena d-dieħla - wara li issa għalaqna anke l- perjodu ta' konsultazzjonijiet ma' kulħadd għaliex infakkar li fuq din ħriġna anke white paper - inkunu nistgħu nimxu.", "L-industrial estates li ssemmew huma l-industrial estates tal-Mosta, ta' Birkirkara, tal-Ħandaq u ta' Ħaż-Żebbuġ.", "Irrid ngħid ukoll li rigward il- kwestjoni taċ-ċertifikazzjoni u tar-reġistrazzjoni ta' kompetenza ta' persuni li jistgħu jitkellmu fuq dan is-suġġett, hemm proċess ta' diskussjonijiet għaddejjin bl-iskop li l-awtorita` tkun tista' taħdem fuq qafas ta' akkreditazzjoni ta' kompetenzi, kemm ma' l-awtoritajiet edukattivi kif ukoll mal-Malta standards authority.", "B'dan il-mod wieħed ikun jista' jkollu proċess aktar validu u kemm jista' jkun trasparenti ħalli jkun jista' jifhem eżattament l-ekwivalenza taċ-ċertifikati kif qiegħda tinħadem.", "Mr Speaker, l-Onor.", "Coleiro tkellmet fuq l-issue ta' l-istress.", "Naturalment din hija kondizzjoni li aktar qed tiżdied minħabba t-tip ta' ambjent u t-tip ta' soċjeta` li qegħdin ngħixu fiha.", "Pero` naħseb li għalkemm hemm riferenza en passant fil-liġi, wieħed irid japprezza li fil- kwestjonijiet ta' stress tidħol ħafna s-soġġettivita` u għalhekk m'huwiex faċli li wieħed jittrattaha sempliċement bħala materja ta' saħħa u sigurta` fuq il-post tax-xogħol.", "Din hija materja li hemm riferenza għaliha wkoll fir-regolamenti dwar il-kondizzjonijiet tax-xogħol.", "L-awtorita` nnifisha torganizza informazzjoni dwarha u naħseb li dan huwa suġġett li wieħed irid jibqa' jżommu quddiem għajnejh.", "Bħalissa l-awtorita` qiegħda taħdem fuq żewġ kodiċijiet ta' prattika u nittamaw li s-sena d-dieħla nkunu nistgħu inieduh.", "Fil-fatt wieħed għandu x'jaqsam mal-cranes u l-ieħor għandu x'jaqsam mal-fork-lift trucks.", "Irrid ngħid li m'huwiex aċċettabbli li min iħaddem jimponi fuq il-ħaddiema spejjeż ta' l-ilbies protettiv li jkollu bżonn biex jaħdem.", "Il-provvista ta' l-ilbies protettiv hija obbligu ta' l-employer.", "Naturalment il- ħaddiema huma fid-dover li jibżgħu għal dan l-ilbies protettiv għax m'hawn l-ebda provvista ta' ilbies protettiv li hija bla limitu.", "Per eżempju, wieħed li jaħdem fi sptar jingħata konsenja ta' l-uniformi tiegħu, konsenja ta' żraben u konsenja ta' ilbies protettiv għal sena jew għal sentejn - ma nafx għal kemm eżattament – mingħand l-employer tiegħu.", "Naturalment dawn iridu jservu għal ċertu perjodu u jrid ikun hemm raġunijiet validi biex wieħed jitlob ilbies protettiv iktar milli jkun intitolat għalih.", "Imma fil- limitu ta' dawn ir-raġunijiet validi li qed insemmi l-obbligu huwa ta' l- employer.", "Mr Speaker, inutli li wieħed igerger jekk ma jkunx kapaċi jissostanzja l- każijiet tiegħu.", "L-awtorita` tittratta l-informazzjoni li tirċievi, anke mingħand ħaddiema, b'mod konfidenzjali.", "Fil-fehma tiegħi, l-ebda ħaddiem m'għandu jiddejjaq jew iħossu inibit li jersaq għand l-awtorita` u jgħidilha li t-tali employer qed jitolbu l-flus biex jagħtih l-ilbies protettiv għaliex nafu li l-awtorita`, jekk ikollha l-fatti f'idejha, mhux se toqgħod lura milli tieħu l-passi kollha li jkun hemm bżonn.", "Mr Speaker, irrid ngħid ukoll li l-kmamar tan-nar - kif anke rriferiet għalihom l-Onor.", "Coleiro u membri oħrajn - ma jaqgħux taħt il-mansjoni ta' l-occupational health and safety authority imma jaqgħu taħt awtoritajiet kompetenti oħrajn.", "Naturalment din hija xi ħaġa li tinteressa lili u lill- gvern kollu u aħna nappellaw lil kulmin hu involut biex naħdmu ħalli kemm jista' jkun innaqqsu t-traġedji.", "Xi ħaġa li rrid ngħid ukoll hija li l-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali ma jiddiskutix direttament dan is-suġġett, għalkemm jien naħseb li jkun tajjeb li f'xi mument is-sena d-dieħla, nitolbu lil dan il-kunsill biex jisma' lill-awtorita` u jkun hemm diskussjoni.", "Fuq il-kwestjoni tal-Qajjenza l-ħsieb huwa li dak l-impjant tal-gass jiċċaqlaq minn hemmhekk.", "Hemm diskussjonijiet quddiem l-awtorita` ta' l- ippjanar u awtoritajiet oħrajn dwar problemi li jridu jiġu solvuti pero` malli dawn jiġu solvuti wieħed ikun jista' jagħmel dan il-pass.", "Ħadna nota ta' diversi affarijiet li ntqalu u allura nkomplu nimpenjaw ruħna biex il- ħidma ta' din l-awtorita` tibqa' titwettaq għall-ġid tal-ħaddiema Maltin.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-mistoqsija hi l-mozzjoni kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MR SPEAKER: Din id-division tittieħed minn hawn u 20 minuta oħra.", "Billi ntalbet votazzjoni l-Kamra ġiet sospiża fid-9.00 p.m. u rriżumiet 20 minuta wara.", "MR SPEAKER: Issa se nerġa' nqiegħed il-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi l- mozzjoni kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mario Galea.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Mr Speaker, għan-naħa tal-gvern se jiġu paired l- Onor. Ċensu Galea, l-Onor.", "Jesmond Mugliett, l-Onor.", "Lawrence Gonzi u l- Onor. George Pullicino.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, għan-naħa ta' l-oppożizzjoni se jiġu paired l-Onor.", "Leo Brincat, l-Onor.", "Joe Debono Grech, l-Onor.", "Alfred Sant u l- Onor. Karmenu Vella.", "VOTAZZJONI NRU.", "98 FAVUR: 30", "L-Onor.", "|Abela Anthony |Falzon Joseph | |Agius David |Fenech Antonio | |Agius Francis |Frendo Michael | |Arrigo Robert |Galea Franco | |Asciak Michael |Galea Louis | |Azzopardi |Galea Mario | |Frederick | | |Azzopardi Jason |Gatt Austin | |Borg Tonio |Gonzi Michael | |Cassar Joseph |Mifsud Bonnici | | |Antoine | |Cristina Dolores |Mifsud Bonnici | | |Carmelo | |D'Amato Helen |Puli Clyde | |Dalli John |Pullicino | | |Orlando Jeffrey | |de Marco Mario |Vassallo Edwin | |Debono Giovanna |Zammit Ninu | |Deguara Louis |Zammit Dimech | | |Francis |", "KONTRA: 25", "L-Onor. | | | |Abela Carmelo |Farrugia Michael| |Abela Joseph |Farrugia Noel | |Agius Chris |Galdes Roderick | |Bartolo Evarist |Gulia Gavin | |Brincat Joseph |Herrera Jose' | |Buhagiar Charles |Mangion Charles | |Buontempo Stefan |Mizzi Joe | |Caruana Justyne |Parnis Silvio | |Chircop Karl |Refalo Anton | |Coleiro Marie |Sammut Joseph | |Louise | | |Cuschieri Joseph |Vassallo Adrian | |Dalli Helena |Vella George | |Farrugia Angelo | |", "Il-mozzjoni għaddiet u l-estimi ġew approvati.", "MR SPEAKER: Insejjaħ lill-Aġent Prim Ministru biex, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tnejn, 31 Ottubru, 2005 fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Mozzjonijiet", "Estimi Ġenerali ta' spiża għas-sena 2006.", "Ninforma lill-Kamra li skond ftehim milħuq din is-seduta se tixxandar dirett fuq it-televiżjoni.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (Segretarju Parlamentari): Mr Speaker, inħoss li x- xogħol li sar sal-lum b'risq it-turiżmu, speċjalment it-turiżmu kulturali, f'areas fil-lokalita' tar-Rabat u ta' l-Imdina jistgħu jkunu upgraded sostanzjalment.", "Per eżempju, ilna żmien twil nitolbu biex il-kamra li hemm fl-area ta' quddiem id-Domus Ruman, li aħna r-Rabtin nafuha bħala x-Xagħra ta' Kola jew il-pitkalija, li kienet inbniet bejn l-1955 u l-1956 sabiex tagħti ċans li l-koperattiva tal-bdiewa jkollha l-uffiċċju tagħha meta l-pitkalija kienet ir-Rabat, titneħħa.", "Sfortunatament dan il-post qed jispiċċa mdawwar bis- siringi matul il-lejl, qed ikun fih ħafna ħmieġ u huwa diżutli għal kollox.", "Minkejja l-ħafna tentattivi li saru s'issa mid-deputati miż-żewġ naħat tal- Kamra li jikkontestaw fuq ir-Rabat, sabiex din il-kamra titneħħa, kull darba tinstab xi skuża biex ma titneħħiex.", "Jidher li saret applikazzjoni mal-MEPA sabiex dan isir pero' erġajna koppi peress li bħalissa qed isir xi xogħol fir-Roman Villa fl-Imdina u milli jidher din il-kamra qed tintuża biex ipoġġu xi għodod u affarijiet oħra ġewwa fiha.", "Għalhekk huwa maħsub li din il-kamra ma titwaqqax għalissa.", "Jiena nappella lill-ministeru tat- turiżmu, lir-rehabilitation centre u lill-Malta Heritage biex jieħdu l- passi neċessarji sabiex jitneħħew l-affarijiet minn ġo din il-kamra sabiex titwaqqa' mill-iktar fis possibbli.", "Imbagħad fl-istess lokalita' hemm il-problema tax-xagħra li fiha nnifisha tirrappreżenta għalqa sostanzjalment kbira.", "Filwaqt li l-kumplament tal- lokalita' huwa asfaltat u pulit, dan il-misraħ jinsab fi stat ta' abbandun u għalkemm ġie mnaddaf xi ftit minn żrar u ġebel li kien hemm fih, huwa żdingat totalment u huwa ta' detriment għar-residenti ta' l-istess inħawi li tinkludi Triq il-Karrijiet, Triq San Bartilmew, Triq Zondadari u Triq San Pawl.", "Ħafna mit-turisti li jitilgħu r-Rabat biex iżuru l-Imdina jispiċċaw jipparkjaw f'din l-għalqa b'tant konfużjoni meta ma jsibux jipparkjaw ħdejn il-bandli quddiem il-bieb ta' l-Imdina.", "Mr Speaker, minkejja li hemm min jgħid li taħt l-istess xagħra jista' jkun hemm xi remains Rumani, u probabbilment hemm, dawn m'hi se ssirilhom l-ebda ħsara jekk effettivament din il-fetħa tingħata cover ta' żrar, isirilha l- asphalting fuqha u tiġi kkontrollata sew bħala parking area.", "L-ewwelnett din tagħti idea ta' expense enormi fil-kuntest u fil-proporzjonijiet ta' kif narawhom aħna l-Maltin imma fl-istess ħin nemmnu li hemm l-utilita' li nagħmlu upgrading ta' din l-area.", "Nafu li kien hemm problemi dwar it-titlu ta' din l-istess art imma issa ilha żmien twil li ġiet dikjarata mill- President bħala proprjeta' tal-gvern.", "Naturalment baqa' xi problemi min- nies li kienu sidien ta' din l-art imma jekk aħna se noqogħdu niġu rikattati minn dawn il-persuni, se nispiċċaw biex ma nagħmlu xejn u nħallu l-post żdingat kif inhu.", "Sfortunatament f'din il-lokalita' sar nuqqas ta' xogħol mill-kunsill lokali tar-Rabat.", "Nafu li dan il-kunsill għad baqagħlu ammonti sostanzjali ta' flus f'idejh u ma użahomx bil-għaqal bħalma użawhom lokalitajiet oħrajn.", "Wieħed wisq jibża' li peress li baqa' biss sitt xhur għall-elezzjoni, is- sindku issa jibda jonfoq dawn il-flus bl-addoċċ a benefiċċju tal-politika tiegħu sabiex jipprova jtella' kunsill lokali ta' xejra Laburista fir- Rabat.", "Wieħed jiddubita wkoll dwar kif ingħataw ċerti tenders u kif intużaw fl-istess lokalita'.", "Ta' min jgħid li t-toroq fil-kontrada tal- Baħrija saru grazzi għall-Lm75,000 li vvota l-gvern ċentrali sabiex jitranġaw it-toroq fil-lokalita' tar-Rabat u mhux minnu li dawn saru mill- kunsill lokali ta' l-istess lokalita'.", "Hemm toroq oħrajn li kellhom bżonn jinbnew mill-ġdid li wkoll qegħdin isiru b'benefiċċju u bil-flus ta' l- istess lokalita'.", "Mr Speaker, bħalissa kulħadd qed jitkellem dwar is-sitwazzjoni tal- klandestini f'Malta.", "Effettivament għada l-Viċi Prim Ministru, il-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u jiena għandna mmorru l-Italja biex niltaqgħu ma' ministri Taljani u niddiskutu magħhom din il-problema.", "Allura wieħed japprezza li qed tingħata ċerta importanza għax-xogħol kontinwu li sar fid- diversi fora mill-Prim Ministru, mill-Ministru Michael Frendo u mill- Ministru Tonio Borg.", "Tant hu hekk li minkejja l-ħafna biżgħat li qegħdin jipproġettaw ċerti nies u l-estremiżmu li qed ikun hawn għad-detriment tal- poplu tagħna kollu, wieħed irid jgħid li matul dawn l-aħħar xahar u nofs ġew ripatrijati mijiet ta' klandestini li kienu f'pajjiżna.", "Dawn ġew min- North Africa u allura ma kkwalifikawx sabiex jingħataw il-political asylum.", "Minn hawnhekk nieħu l-opportunita' biex nirringrazzja lill-armata u lill- pulizija għax-xogħol siewi li jagħmlu sabiex jieħdu d-dettalji, il- fingerprints u jaħdmu flimkien maż-żewġ ministeri li semmejt, kif ukoll ma' l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, sabiex lil dawn in-nies inkunu nistgħu nibagħtuhom lura f'qasir żmien.", "Il-gvern daparti tiegħu qed jieħu l-passi kollha neċessarji biex jara li l- immigranti irregolari li jaslu f'pajjiżna jiġu trattati b'mod uman, li ma nħarsux 'l isfel lejhom u li jiġu stmati kif suppost minkejja li m'aħniex f'pożizzjoni li nagħtuhom ċerti kumditajiet li jintalbu minn ċerti non- governmental organisations.", "Wieħed miċ-ċentri li nbnew riċentement f'Ħal Far se jkun lest f'dawn il-jumejn li ġejjin u l-ġimgħa d-dieħla se nkunu nistgħu nittrasferixxu diversi immigranti irregolari li kellna nżommuhom ġol-pitch li jużaw l-armata f'Ħal Far stess peress li minħabba l-influss li kellna dan l-aħħar, ma stajniex inpoġġuhom f'post ieħor.", "Sadanittant il-gvern qiegħed ikompli jagħmel il-laqgħat sabiex mhux biss jipprova jippatrija lil dawn in-nies f'pajjiżi fejn m'għadx hemm l-inkwiet li kien hemm qabel imma jagħti wkoll iċ-ċans li dawn imorru lura f'pajiżhom mingħajr ma jkun hemm effetti negattivi fuqhom.", "Fil-fatt il-gvern jingħata garanziji daparti ta' l-ambaxxaturi, permezz ta' noti verbali jew garanziji oħrajn, sabiex in-nies li jiġu ripatrijati ma jiġux soġġetti għal diskriminazzjonijiet kontra tagħhom.", "Mr Speaker, daparti tiegħi nixtieq nirringrazzja b'mod speċjali lill- Ambaxxatur Eġizzjan għall-problema li kellna ftit tal-ġimgħat ilu li minkejja li kien għadu kif ippreżenta d-dokumenti tal-ħatra tiegħu lill- President u lill-Prim Ministru, mill-ewwel daħal għax-xogħol u għamel il- weekend magħna sabiex dawk l-immigranti li kienu daħlu miċ-Ċirkewwa, kif ukoll parti mill-oħrajn li kienu daħlu b'dgħajsa kbira l-ġimgħa ta' qabel, stajna nirripatrijawhom biss fi ftit ġranet.", "Mr Speaker, hawnhekk ikolli ngħid li f'ċertu ħin il-gvern kellu jieħu passi ta' emerġenza sabiex ikun jista' jlaħħaq ma' din is-sitwazzjoni li għandna quddiemna.", "Jekk wieħed jeżamina sew is-sitwazzjoni kif inhi llum, isib li mill-5,700 ruħ li ġew Malta f'dawn l-aħħar erba' snin, 'il fuq minn 3,700 minnhom ġew ripatrijati, jiġifieri ġew mibgħuta lura fil-pajjiż li huma kienu ġejjin minnu peress li dawn ma setgħux jikkwalifikaw la għal refugee status u lanqas għal humanitarian status, jiġifieri minkejja li ma jikkwalifikawx għal stat ta' refuġjat, minħabba fil-problema li jkun hemm fil-pajjiż tagħhom trid tagħtihom stat ta' umanitarji.", "Minn din in-naħa nassigura lill-poplu Malti li m'aħna qegħdin inħallu l- ebda bieb jew tieqa magħluqa biex kemm jista' jkun malajr l-applikazzjoni tagħhom tiġi pproċessata ħalli nagħtuhom l-istatus li jkun jistħoqqilhom u dawk li ma jikkwalifikawx jiġu ripatrijati u nużaw kull mezz possibbli, pero' within decent limits, sabiex nġibu d-dokumenti, ikollna d-dettalji ta' dawn il-persuni u nkunu nistgħu nirripatrijawhom lura lejn pajjiżhom.", "F'dan l-isfond aħna qegħdin napplikaw għal diversi programmi ta' għajnuna ta' emerġenza li tipprovdi l-Unjoni Ewropea f'dan il-kontest u filwaqt li nisperaw li nkunu nikkwalifikaw, xorta rridu nħarsu lejn din il-problema bħala waħda li tista' tieħu ċertu żmien qabel ma tiġi solvuta.", "Matul dan ix-xahar il-gvern ħareġ ukoll talba għall-ingaġġ ta' nies li kienu ma' l-armata jew mal-korp tal-pulizija, biex jerġgħu jiġu ingaġġati ma' dawn iż-żewġ korpi għan-neċessita' li hemm fost l-immigranti illegali.", "Wieħed irid jara kemm persuni se japplikaw fl-aħħar ta' dan ix-xahar ħalli nkunu nistgħu nagħtu servizz uman lil dawn in-nies.", "Ovvjament in-nies li qed japplikaw ikunu għalqu l-25 sena tas-servizz tagħhom u allura jkunu draw id-dixxiplina u fl-istess ħin ikollhom sens ta' maturita' fir- relazzjoni tagħhom bejn il-pulizija u s-suldati ma' l-istess klandestini.", "Mr Speaker, dan huwa wieħed mill-aħħar Aġġornamenti li se jkollna qabel il- festi tal-Milied li j'Alla ngawduhom mhux biss mal-familjari tagħna imma flimkien ma' kulmin ikun f'pajjiżna minkejja s-sitwazzjoni tiegħu kif daħal f'pajjiżna.", "Fuq kollox irridu nirrealizzaw li dawn in-nies ikunu ssugraw ħajjithom, ikunu lesti li jissagrifikaw kulma kellhom biex jipprovaw isibu ħajja aħjar għalkemm dan it-traġitt jista' jipperikolalhom ħajjithom, bħalma ġara din il-ġimgħa stess.", "Fil-fatt sfortunatament sal-lum għadna qegħdin insibu l-kadavri ta' immigranti li għerqu minħabba li d-dgħajsa li kienu fuqha nkisret bil-maltemp.", "Għalhekk irridu nkunu umani.", "Dan huwa fenomenu li ħadd ma xtaq li jiġi fuqna imma ladarba qiegħed fuqna, irridu naħdmu b'mod uman fir-relazzjoni tagħna ma' dawn in-nies.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joe Falzon.", "ONOR.", "JOE FALZON: Mr Speaker, nixtieq ningħaqad fil-ħsieb mal-kollega tiegħi, l-Onor.", "Anthony Abela.", "Minn hawn u ftit tal-jiem oħra l-Parlament se jkun qed jiddiskuti l-budget li naturalment huwa ta' ħerqa kbira għall- pajjiż kollu.", "Jien m'iniex se niddedika dan l-Aġġornament għad-diskussjoni tal-budget per se, pero' nafu li d-diskors fuq dan l-andament issa ilu magħna mhux ħażin.", "Mr Speaker, jien nixtieq norbot dan l-Aġġornament mal-mod kif il-pajjiż għandu jħares lejn l-isfidi tal-ġejjieni.", "Naturalment dawn huma sfidi li jpoġġu lill-bniedem fiċ-ċentru ta' kollox ħalli jkun jista' jħares lejn kif għandu jtejjeb il-kwalita' tal-ħajja tiegħu.", "Aħna l-politiċi għandna nfasslu qafas fejn il-kwalita' tal-ħajja tal-bnedmin tiġi l-ewwel u qabel kollox.", "Illum fl-estimi li konna qegħdin niddiskutu semmejna l-qasam tal- kostruzzjoni, pero' dan jorbot ħafna mal-mod ta' kif l-awtoritajiet iħarsu lejn dan il-pajjiż.", "Nixtieq nagħmel enfasi partikolari rigward il-MEPA li hija awtorita' importanti ħafna f'pajjiżna u li minnha jiddependi ħafna u ħafna xogħol.", "Naturalment marbut ma' din l-awtorita', kif isimha jġib magħha, insibu l-andament ta' l-ambjent f'pajjiżna, allura din l-awtorita' trid tkun l-ixprun tal-miri ekonomiċi ta' pajjiżna f'dak li huwa żvilupp, pero' mill-banda l-oħra trid tagħraf tpoġġi l-ambjent fuq quddiem nett fuq l-aġenda ta' dan il-pajjiż.", "U rrid ngħid li hija sfida interessanti għaliex il-MEPA dejjem tirnexxi skond kemm hija tagħraf il-bilanċ tal- ħteġijiet ambjentali - illum nafu li din hija sfida kbira għal pajjiżna - u l-isfidi ekonomiċi li jkunu għaddejjin minn żmien għal żmien.", "Dan l-aħħar f'din il-Kamra konna qed niddiskutu l-implimentazzjoni taċ- charter Ewropew għan-negozji ż-żgħar u s-self-employed.", "Din hija wkoll sfida interessanti min-naħa tal-MEPA li tittratta l-mod kif tfassal art li tkun tista' tesegwixxi l-implimentazzjoni ta' dan iċ-charter.", "L-Onor.", "Edwin Vassallo dejjem isemmi li rridu naħdmu b'mod imprenditorjali u jien naqbel miegħu.", "Aħna rridu naħdmu b'mod li kulħadd ipoġġi lilu nnifsu minflok dak l-imprenditorjat li qed jistenna l-permess tal-MEPA.", "Aħna rridu npoġġu lilna nfusna minflok dawk l-ambjentalisti li qed jistennew ċerti affarijiet mill-MEPA.", "Ninsab persważ li jekk naħdmu id f'id inkunu nistgħu nimxu 'l quddiem f'din il-missjoni għaqlija u jekk Alla jrid naslu f'dawn l-isfidi ta' taħbil il-moħħ li jrid ikollok ċertu forward planning biex tkun tista' twettaq dak il-pjan.", "Waħda mill-isfidi importanti illi l- MEPA għandha quddiemha hija li tippjana fis-sens li tantiċipa x'se jkun hemm fil-futur biex hi tkun tista' toħloq dawn il-forward planning policies ħalli jissarrfu f'ġid lill-poplu Malti.", "Qed ngħid dan mhux biss għaliex ikun hemm policies li jipprovdu żvilupp, imma għax dak l-iżvilupp jagħmluh b'tant armonija mal-kwalitajiet u l-ħteġijiet ambjentali tal-bniedem.", "Meta nsemmu l-ambjent irridu norbtu wkoll is-saħħa tal-bniedem għaliex din tiddependi wkoll minn kemm ikollna ambjent nadif u minn kemm ikollna kontroll fuq dak li huwa l-iżvilupp ta' l-ambjent.", "Meta l-MEPA tagħti permess għal xi proġett partikolari, ikun permess tal-bini, pero' meta jibda jintuża dak il-bini se jkollok ċerti emissjonijiet li trid toqgħod attent li ma jagħmlux ħsara lill-pajjiż u jinħoloq ġeneru ta' traffiku fuq iż-żoni ġodda li tkun ħloqt u allura hemmhekk trid tagħmel ukoll monitoring ta' dak l-ambjent.", "Kif qed insemmi l-MEPA nixtieq nagħmel riflessjoni żgħira fuq l-istate of the environment report li jiġi ppreżentat u nsostni kemm hu tajjeb illi l- pubbliku jipparteċipa f'dawn it-tip ta' rapporti.", "Huwa importanti li l- pubbliku jifhem xi jkun qed jiġri madwarna, x'inhuma r-riżultati, x'inhuma dawn it-tip ta' emissjonijiet li għandna fil-klima tagħna, x'inhu l-istat ta' l-ambjent rigward l-użu ta' l-art tagħna u l-miżbliet li jiġġeneraw b'riżultat ta' dak li jikkonsma l-poplu Malti u Għawdxi.", "Jiġifieri dawn huma kollha issues li jorbtu ma' xulxin u allura jien nistieden lill- pubbliku kollu jipparteċipa kemm jista' jkun f'kull konsultazzjoni pubblika li toħroġ il-MEPA għax naħseb li dan jawgura tajjeb biex ilkoll flimkien inkunu qegħdin insawru dawn il-policies għall-ġejjieni ta' pajjiżna.", "Naturalment il-policies jinbidlu minn żmien għall-ieħor u huwa tajjeb li wieħed jaġġornahom kemm jista' jkun malajr, għaliex meta jkollok tip ta' policies li m'għadhomx japplikaw huwa tajjeb li taġġornahom kemm jista' jkun malajr biex tagħmilha ħafna iktar faċli għal dawk in-nies li jridu jinvestu f'dan il-pajjiż.", "Naturalment l-investiment tagħhom irid ikun marbut ma' bini li jkun ġie ddisinjat skond il-policies li jkunu qegħdin isiru minn żmien għal żmien.", "Mr Speaker, se nġib eżempju biex jifhimni kulħadd.", "Kien hawn żmien meta s- settur tat-tessuti kien wieħed mill-industriji prinċipali ta' pajjiżna.", "Illum il-ġurnata dawn l-industriji qegħdin jiffaċċjaw il-problemi tagħhom, pero' qegħdin jinħolqu industriji ġodda li jridu fabbriki prattikament differenti għal kollox minn dak li jeħtieġ is-settur tal-manifattura.", "Per eżempju, nista' nsemmi s-settur tal-farmaċewtika fejn hemm bżonn ta' fabbriki jew ta' kumplessi li huma adattati għaż-żmenijiet tal-lum u għall- ġejjieni.", "F'dan il-każ ikun tajjeb li l-MEPA tagħraf tibdel il-policies tagħha u taġġornahom għaż-żmenijiet tal-lum.", "Jien persważ li l-MEPA lesta li tagħmel dan jekk kemm-il darba jiġu policy review papers fil-bord tal- MEPA li jiena u l-Onor.", "Joe Brincat nagħmlu parti minnu, pero' rridu naġġornaw il-policies tagħna kemm jista' jkun malajr biex inkunu fil-mira ta' l-investiment mhux biss lokali iżda wkoll barrani.", "Din hija l-ikbar sfida li tista' twieżen il-bilanċ tajjeb bejn l-isfidi ambjentali u ekonomiċi u pajjiżna jrid jindirizza dawn il-ħteġijiet.", "L-istess ngħid għas-settur tal-lukandi fejn ikun jeħtieġ li tiġbed ċertu tip ta' negozju lejn il-pajjiż u ma tistax tkun tard wisq biex twettaq dawn il-policies għax illum iż-żmien jiswa ħafna flus u dan jista' jfisser li l- investiment minflok ma jiġi f'pajjiżna jmur f'pajjiż ieħor.", "Irrid insemmi wkoll li f'dan l-isfond kbir ta' globalizzazzjoni u ta' kompetizzjoni kbira bejn il-pajjiżi, wieħed irid ikun aġġornat mal-policies u ma' dak li jkun qed jiġri f'pajjiżi barranin.", "Aħna għandna l-isfortuna li Malta hija pajjiż żgħir u allura l-isfidi u l-piżijiet fuq l-ambjent huma ħafna ikbar.", "Dan kulħadd jirrikonoxxih u allaħares ma neħdux ħsieb l-ambjent meta nkunu qegħdin nagħmlu policies bħal dawn fuq proġetti kbar.", "Mr Speaker, nixtieq nirriferi wkoll għall-proġetti kbar li hemm fil-major project scheme fi ħdan l-awtorita' ta' l-ambjent u l-ippjanar.", "Meta wieħed jara li fil-MEPA jidħlu 7,500 applikazzjoni f'sena li jaqgħu taħt il-major project scheme għandu jimla ruħu bil-kuraġġ u jgħid li f'Malta hawn min irid jinvesti, hawn min għandu fiduċja fis-setturi ekonomiċi u hawn min għandu potenzjal qawwi biex itejjeb lil dan il-pajjiż.", "Naturalment dan huwa potenzjal qawwi li mhux biss jiggwadanja minnu l-iżviluppatur, pero' jgawdu anke dawk it-trades li jġib miegħu dan ix-xogħol.", "Għalkemm f'Malta l-poplu huwa bieżel ħafna, irid jagħraf x'inhuma dawn l-isfidi ekonomiċi u ambjentali ħalli kulħadd ikun jista' jiġbed ħabel wieħed biex kemm jista' jkun nattiraw l-investiment lejn pajjiżna b'mod li dak li jkun iħossu kuntent bl-investiment li jkun qed jagħmel u jkollu rasu mistrieħa.", "Ninsab ċert li l-politika li qed iħaddem dan il-gvern tixpruna dawn it-tip ta' investimenti lejn pajjiżna u ssaħħaħ bil-bosta l-isfidi ambjentali ta' pajjiżna.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it-Tnejn 31 t'Ottubru, 2005 fis-6.00p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Aġent Prim Ministru.", "Fid-9.53 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "ĦADDIEMA TA' L-AIR MALTA", "13816.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm impjegati għandha l-Air Malta?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: In-numru ta' impjegati ma' l-Air Malta hu ta' 1,814.", "ĦADDIEMA TA' L-AIR MALTA", "14299.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jispjega kif sena ilu, l-Air Malta ħaddmet magħha 120 airport handler u 40 skrivan u sena wara qed tħejji skema biex dawn u ħaddiema oħra jingħataw l-option li jirtiraw qabel iż-żmien?", "Jista' jassigura li dan hu fl-aħjar interess tal- ħaddiem Malti?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-impjegati li saru tal-post kienu ilhom jaħdmu ma' l- Air Malta erba' snin fi gradi fejn kien hemm ħtieġa għalihom biex jiġi kkontrollat l-overtime għoli li kien qed jitħallas, waqt li l-iskema ta' irtirar kmieni se titnieda biss f'każi fejn hemm nies żejda li ma jkunx meħtieġ li jiġu sostitwiti jekk jirtiraw kmieni mix-xogħol.", "VULTAĠĠ BAXX FIS-SIĠĠIEWI", "14610.", "L-ONOR.", "CLYDE PULI staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: B'riferenza għall- mistoqsijiet parlamenteri 11159 u 11454, jista' il-Ministru jgħid meta se jitlesta x-xogħol fuq il-feeder u s-substation biex jittaffew il-problemi ta' vultaġġ baxx f'Ta' l-Għolja, Triq Ġdida fi Triq it-Tank, fis-Siġġiewi?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ix-xogħol fuq il-feeder tkompla billi diġa' twaħħlu l- arbli u huwa ppjanat li l-ġbid tal-linji li huwa estensiv, għandu jitlesta sa nofs Novembru u b'hekk il-problema tittaffa.", "Min-naħa l-oħra, ix-xogħol fuq is-substations ta' Triq Ġuże Delia u fl-iskola tal-gvern huwa mibdi.", "Huwa ppjanat li s-substation ġewwa l-iskola titlesta sa l-aħħar ta' din is- sena u b'hekk tissolva l-problema temporanjament u meta mbagħad is-sena d- dieħla titlesta s-substation fi Triq Guze Delia, ikollna soluzzjoni permanenti għall-akkwati kollha msemmija.", "KONSUM TA' L-ELETTRIKU", "14648.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: B'riferenza għall-ittra mibgħuta mill-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma lil ċerta persuna fejn l-istess korporazzjoni qed tistma li l-konsum ta' l-elettriku jammonta għal 13.5 units kuljum, jista' il-Ministru jgħid fuq liema kriterji hi bbażata din l-istima peress li mill-verifiki li saru jirriżulta li din il- persuna ma tużax aktar minn disa' units elettriku kuljum?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-istima tal-konsum ta' l-elettriku ta' 13.5 units kuljum hija bbażata fuq il-perijodu bejn it-2 ta' Novembru, 2004 u t-30 ta' April, 2005 fuq meter ġdid - kien hemm varjazzjoni fuq l-istima tal- konsum minħabba li l-qari li sar fit-30 ta' April, 2005 kien stima u mhux qari attwali – waqt li l-average ta' disa' units kuljum jirriżulta minn stima ta' konsum għall-perijodu bejn it-2 ta' Novembru, 2004 u l-15 ta' Lulju, 2005 meta sar il-qari tal-meter attwali.", "Il-kont li nħareġ qiegħed jiġi rivedut fuq disa' units kuljum u l- konsumatur se jiġi avżat b'dan permezz ta' ittra oħra.", "FILMS MIĠBUDIN F'MALTA", "14684.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 14454 u jgħid liema huma l-films miġbudin f'Malta - wara li daħlet fis-seħħ il-liġi l-ġdida li rat it- twaqqif ta' kummissarju tal-films - li bbenefikaw mill-inċentivi l-ġodda?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Sa mit-twaqqif ta' l-Att dwar il-Kummissjoni Ċinematografika li daħal fis-seħħ fil-15 ta' Lulju, 2005 inġibdu erba' produzzjonijiet, u cioe': \"Munich\" prodott minn Universal Pictures u Dreamworks, Blackbeard prodott minn kumpannija Ingliża Dangerous Films għall-BBC u National Geographic u Godspeed, żewġ produzzjonijiet prodotti minn kumpannija Ġermaniża Orange Pictures.", "Fil-preżent qed tinġibed fil- Mediterranean film studios produzzjoni Ġermaniża oħra, bl-isem ta' Die Pamir, tal-Polyphone Film għall-istazzjoni televiżiv ADR/Degeto.", "Minkejja li ġew approvati tliet applikazzjonijiet proviżorji, s'issa għadhom ma ngħataw l-ebda inċentivi minħabba l-fatt li l-ispiża li dawn il- produzzjonijiet għamlu f'pajjiżna għad trid tiġi vverifikata.", "KAMRA TA' L-AĦBARIJIET TAL-PBS", "14688.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li jinħatar kap tal-kamra ta' l-aħbarijiet tal-PBS?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għall-istqarrija 1474 tat-12 ta' Ottubru, 2005.", "KAMRA TA' L-AĦBARIJIET TAL-PBS", "14689.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid għaliex il-kamra ta' l-aħbarijiet tal-PBS ilha aktar minn sena mingħajr kap?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 14688.", "IMPRIŻI F'GĦAWDEX", "14735.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm- il kumpannija mill-1999 sal-lum ingħatat għajnuna mill-MDC/Malta Enterprise biex twaqqaf impriża f'Għawdex?", "X'inhu l-investiment totali ta' dawn il- kumpanniji?", "Kemm nies qed iħaddmu?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal- Kamra.", "DAY CENTRES", "13862.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn day-care centres?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Waqt li ninsab informat li f'Malta hawn 14-il day centre, nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex rigward in-numru ta' day centres f'Għawdex jirriferi l-mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "MEPA ENFORCEMENT NOTICES", "13863.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' enforcement notices tal-MEPA?", "Liema hi dik li ilha l-aktar li ħarġet u meta?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Ninsab informat li fil-preżent, it-taqsima ta' l- infurzar fi ħdan il-MEPA għandha 1,600 każ pendenti għal aktar investigazzjoni, 1,504 każ minħabba li hemm proċeduri oħra li għad iridu jiġu deċiżi, bħal applikazzjonijiet sanitorji u appelli pendenti u 2,922 każ biex tittieħed azzjoni diretta.", "Il-każ li jmur l-aktar lura f'Ghawdex hu ECF807/93, maħruġ fl-20 ta' April, 1993 filwaqt li l-aktar każ li ilu maħruġ f'Malta hu ECF12/93, maħruġ fit-2 ta' Jannar, 1993.", "KULLEĠĠ SAN BENEDITTU", "13864.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol fuq San Benedittu, f'Ħal Kirkop?", "Meta se jinfetaħ il-kulleġġ?", "Kemm hu maħsub li se tkun l-ispiża finali u kemm kienet tkun kieku x-xogħol mhux qed isir mill- fondazzjoni għall-iskejjel t'għada?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-ewwel fażi tax-xogħlijiet tal-bini ta' l-iskola sekondarja subien fil-Kulleġġ San Benedittu huwa lest u l-iskola fetħet fis-26 ta' Settembru, 2005.", "L-ispiża pproġettata għall-ewwel fażi hija ta' Lm2.65 miljun li tinkludi l- VAT u Lm0.3 miljun għat-tieni fażi.", "Din l-iskola nbniet fi żmien sentejn skond l-ispecifications u skond l- istima oriġinali ta' Lm3 miljun.", "ĊENTRU TA' MEDJAZZJONI", "13865.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhu x-xogħol li qed isir bħalissa fiċ-ċentru ta' medjazzjoni sabiex jiġi attirat aktar xogħol?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 13841.", "KULLEĠĠ SAN BENEDITTU", "13866.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid kemm kien jieħu iktar żmien il-bini tal-kulleġġ San Benedittu, f'Ħal Kirkop kieku ma sarx mill- fondazzjoni għall-iskejjel t'għada?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Huwa diffiċli li wieħed jgħid kemm kien idum il- proġett tal-bini ta' l-iskola ġdida sekondarja subien fil-Kulleġġ San Benedittu kieku ma kienx hemm il-fondazzjoni għall-iskejjel t'għada.", "Wieħed pero' jista jinnota illi:", "Kien hemm major refurbishment and upgrading programme ta' l-iskola Sir Adrian Dingli girls junior lyceum, fejn kien qiegħed jiġi pproġettat illi dan ix-xogħol li beda fl-1997/8 kellu jitlesta fl-2011 u fil-fatt l-iskola tlestiet fi żmien sentejn mill-FTS; u", "Kien hemm il-bini ta' skola ġdida f'Santa Lucija li damet 'il fuq minn seba' snin biex tlestiet, filwaqt illi din l-iskola sekondarja ġdida San Benedittu se tkun tlestiet f'inqas minn tliet snin u bi spiża ferm inqas.", "DĦAĦEN EĊĊESSIVI", "13867.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ċitazzjonijiet ingħataw mill-pulizija minħabba dħaħen eċċessivi minn vetturi fis-snin 2001, 2002, 2003, 2004 u 2005 sal-lum f'Malta u Għawdex?", "ONOR.", "TONIO BORG: It-tagħrif mitlub huwa kif ġej:", "|Sena |Ċitazzjonij| | |iet | |2001 |186 | |2002 |132 | |2003 |184 | |2004 |237 | |2005* | 95 |", "*sat-30 ta' Settembru.", "IKONOS", "14790.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid kif inxtara l-makkinarju awdjoviżiv ta' IKONOS?", "Ta' min hu?", "Ta' dak li kien l-MCR jew ta' fejn kien qed jintuża, jiġifieri istituti barranin?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Il-makkinarju awdjoviżiv ta' IKONOS inxtara bi proċess ta' tender.", "Il-makkinarju hu proprjeta' tal-pajjiż fejn hu stallat l-equipment.", "Wara l- konklużjoni tal-proġett hemm kondizzjonijiet marbutin mat-trasferiment tal- proprjeta' li jridu jiġu diskussi mal-Kummissjoni Ewropea.", "IKONOS", "14791.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm u min huma l-kumpanniji li ħarrku lill- MCR fuq dak li għandhom jieħdu minħabba IKONOS?", "X'inhu l-ammont ta' dawn it- talbiet?", "Jikkonferma li l-Unjoni Ewropea ma ħallsitx pagament ta' IKONOS?", "Sakemm ġie mġedded il-kuntratt?", "Min hu nkarigat minn IKONOS fil-każ li dan ġie mġedded?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Il-kumpannija lokali Forestals kienet bdiet proċeduri kontra dak li qabel kien l-MCR.", "Dan il-proċess ġie mwaqqaf għaliex intlaħaq ftehim bejn il-partijiet fuq l-ammonti li kellhom jieħdu minħabba IKONOS.", "L-ammont kien ta' Lm94,000.", "Il-kuntratt ta' IKONOS ġie mġedded b'xahrejn sas-7 ta' Frar, 2005 b'ittra formali ta' extension mill-Unjoni Ewropea, notata b'addendum to the contract, l-unika konferma uffiċjali.", "Waqt dan iż-żmien il-proġett kien fl- inkarigu ta' Dr J. Cannataci fir-rwol tiegħu ta' project leader ta' IKONOS.", "Mill-erba' pagamenti li kellhom isiru ma sarx il-first intermediate annual payment u s'issa lanqas il-forecast final payment.", "POSTIJIET BATTALA", "14930.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid x'inhi l-politika tal-gvern dwar postijiet battala?", "X'qed tagħmel l-awtorita' tad-djar f'dan ir- rigward?", "L-awtorita' għandha skema jew ħsieb li twaqqaf unit għax-xiri ta' proprjeta' vojta?", "Kemm hu l-budget f'dan ir-rigward?", "Għal liema tip u lokalita' mistennija tippjana l-awtorita' tad-djar?", "Min hu mistennni li jkun intitolat japplika biex ibigħ il-proprjeta'?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: L-awtorita' tad-djar qed tipproponi li talloka Lm3 miljun fl-estimi għas-sena finanzjarja 2005/2006 biex tixtri proprjeta' vojta, preferibbilment fil-qalba ta' l-irħula.", "L-awtorita' għadha qed taħdem fuq id-dettalji dwar din il-proposta.", "KIRI TA' APPARTAMENTI", "14931.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid jekk l-awtorita' tad-djar għandhiex skema biex tikri mis-settur privat?", "Meta twaqqfet din l-iskema?", "Min applika?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Permezz ta' avviż pubblikat f'ġurnali lokali f'Marzu ta' din is-sena, l-awtorita' tad-djar għamlet sejħa għall-kiri ta' appartamenti vojta għal perijodu ta' bejn ħamsa u għaxar snin.", "S'issa l-awtorita' irċeviet tliet offerti li qed jiġu pproċessati.", "ISTALLAR TA' LIFTS", "14932.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid kemm applikaw quddiem l- awtorita' tad-djar biex jibbenefikaw mill-iskema ta' stallar tal-lifts f'binjiet tal-privat fis-snin 2004/2005?", "Kemm kienet in-nefqa?", "Kemm ġie jiswa kull lift?", "X'għajnuna fi flus tat l-awtorita' għal kull lift?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: L-awtorita' tad-djar m'għandha l-ebda skema li tipprovdi għajnuna għall-istallar ta' lifts f'binjiet tal-privat.", "SHELTERED HOUSING", "14933.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid fejn wasal il-proġett ta' sheltered housing tal-Belt Valletta u l-Floriana?", "F'liema stadju jinsab ix- xogħol?", "Kemm ġie jiswa kull proġett?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Il-proġett ta' sheltered housing fil-Floriana tlesta u l-units ġew allokati b'kera.", "Il-proġett, inkluż l-akkwist ta' l- art tal-bini li floku tela' l-proġett il-ġdid, ġie jiswa Lm148,000.", "Proġett simili fi Triq Merkanti fil-Belt Valletta nbeda f'Awissu 2005, bi spiża li mistennija tilħaq il-Lm238,000.", "TAL-FTIEĦ, BIRKIRKARA", "14934.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid x'miżuri introduċiet l- awtorita' tad-djar fl-2004/2005 għall-bini ta' appartamenti ġodda li permezz tagħhom jonqos il-konsum ta' l-elettriku?", "F'liema lokalita' jinsabu?", "X'inhi n-nefqa?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: L-awtorita' tad-djar madwar sena u nofs ilu wettqet proġett pilota b'energy-saving features f'Tal-Ftieh, Birkirkara li jikkonsisti f'għaxar appartamenti u 13-il garaxx, bi spiża ta' madwar Lm22,500.", "Il-features jinkludu aperturi double-glazed, persjani, insulation fis-soqfa u l-ħitan, solar water heaters, sun pipes u photovoltaic panels.", "Kull proġett ġdid li nbeda minn din is-sena mistenni jkollu numru ta' energy-saving features li jinkludu aperturi double-glazed, persjani, bjar, insulation fis-soqfa u l-attrezzi neċessarji biex ikunu jistgħu jiġu stallati solar water heaters.", "L-awtorita' qed tistalla 80 solar water heater fl-appartamenti l-ġodda fi Triq Pietru Darmanin, Pembroke, bi spiża ta' Lm25,600.", "ISTALLAR TA' LIFTS", "14935.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid x'inhu l-programm ta' istallar ta' lifts fi blokki eżistenti tal-gvern?", "Kemm lifts ġew istallati, f'liema lokalita' u kemm ġie jiswa kull lift?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: It-tagħrif mitlub qed jitpoġġa fuq il-mejda tal- Kamra.", "PERCHED BEACH F'BUĠIBBA", "14937.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Kif jista' ikun li \"ma nħatrux periti\" għall-proġett ta' perched beach f'Buġubba meta diġa' hemm applikazzjoni quddiem il-MEPA?", "Min hu l-perit?", "Kif intgħażel u x'se jitħallas għas-servizzi professjonali tiegħu?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Il-perit responsabbli għall-applikazzjoni fir-rigward tal-bajja ta' Buġibba huwa Alfred Grech.", "Il-Perit Grech jaħdem b'mod regolari ma' l-awtorità tat-turiżmu fuq tip ta' xogħol speċjalizzat rikjest għal dan il-proġett u se jitħallas skond it-tariffa kif stabilita bil-liġi.", "Għall-proġett tal-bajja tar-ramel fil-Qawra għadu ma nħatarx perit.", "STUDENTI FL-UNIVERSITA'", "14963.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 14754 u jgħid kemm hemm studenti fl-universita` isegwu full-time course?", "Kemm minnhom bdew full-time course din is-sena akkademika?", "Jista' jgħid ukoll kemm huma l-istudenti Għawdxin, inkluż dawk li se jibdew din is-sena, li bħalissa qed isegwu full-time course fl-universita`?", "Jista' jgħid ukoll kemm kienu l-istudenti li bejn l-2000 u din is-sena applikaw biex jibdew kors ta':", "*Bachelor of Science (Business & Computing);", "*Bachelor of Science (Hons) Information Technology;", "*Bachelor of Science (Hons) - Biology, Chemistry, Mathematics, Physics, Statistics & *Operations Research, Computer Science;", "*Informatics Bachelor of Engineering (Hons); u", "*Bachelor of Education/ PGCE - Biology, Chemistry, Physics, Mathematics u Computer?", "Jista' jgħid minn meta beda jkun applikat it-test tal-mezzi u kemm studenti bbenefikaw b'dan il-mod?", "Fiex jikkonsisti t-test?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: In-numru ta' studenti li jattendu full-time course fl- universita' huwa ta' 6,818 - in-numru ta' studenti li bdew full-time course din is-sena huwa ta' 2,292 – li 653 minnhom huma Għawdxin.", "Tagħrif dwar in-numru ta' studenti li bdew isegwu l-korsijiet imsemmija fis-snin 2000- 2005 qed jitpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "It-test tal-mezzi beda jiġi applikat fis-sena 2000, bil-kriterju ġenerali li jekk id-dħul fil-familja ta' l-applikant ikun ta' anqas minn Lm4,000 fis- sena, it-talba tkun milqugħa.", "Iżda l-policy li stabilixxa l-bord hi li jekk l-istudent wara li jkun eżaminat kollox jipprova li tenħtieġlu għajnuna biex ikun jista' ikompli l-istudji tiegħu, il-każ ikun ikkonsidrat pożittivament.", "In-numru ta' studenti li bbenefikaw minn din l-għajnuna hu kif ġej:", "|Sena |Studenti | |2000/1 | 212 | |2001/2 | 228 | |2002/3 | 233 | |2003/4 | 245 | |2004/5 | 260 |", "STUDJI TERZJARJI", "14965.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 14755 u jgħid - anke jekk hemm bżonn ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra dettalji ta' kif inħadmu l-projections - kemm huwa maħsub li jkun hemm studenti li jkomplu l-istudji terzjarji fis-snin li ġejjin?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-mira ta' parteċipazzjoni ta' studenti fil-livell post-sekondarju, vokazzjonali u terzjarju tinħadem fuq bażi storika li turi li fl-aħħar sitt snin, in-numru ta' żgħażagħ li komplew l-istudju/taħriġ sa 19 il-sena tela' minn 31% fl-1999 għal 44% fl-2004 u fuq il-politika tal- gvern li qed isegwi l-miri ta' l-aġenda ta' Lisbona.", "STUDENTI UNIVERSITARJI", "14967.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 14756 u jgħid kemm studenti ġodda daħlu l-universita` din is-sena?", "X'inhuma l-korsijiet magħżula?", "Jista' jgħid kemm minnhom huma Għawdxin?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Skond l-applikazzjonijiet deċiżi s'issa, din is-sena daħlu 2,634 student fl-Universita' ta' Malta li minnhom 277 huma Għawdxin.", "Tagħrif dwar in-numru ta' studenti f'kull kors qed jitpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "INDUSTRIJA TAT-TJUR", "15011.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid x'kienet l-importazzjoni tat-tjur u/jew bajd tat-tiġieġ għall-industrija tal-poultry matul dawn l-aħħar ħames snin?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "INDUSTRIJA TAT-TJUR", "15012.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jinformana fil-preżent kemm hu n-numru ta' tjur?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Fil-preżent in-numru ta' tjur hu kif jidher hawn taħt :", "| |Malta |Għawdex | |Broilers |529,755 |169,085 | |Layers |492,728 |78,909 | |(pullet) | | |", "BDOTI TA' L-AIR MALTA", "15013.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' bdoti li ġew reklutati ma' l-Air Malta matul dawn l-aħħar għaxar snin?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "RIŻENJI MILL-AIR MALTA", "15014.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm bdoti u membri tal-crew ta' l-Air Malta rriżenjaw mix-xogħol matul dawn l- aħħar ħames nin?", "Jista' jagħti tagħrif dwar ir-reklutaġġ li sar fl-istess perijodu għall-istess karigi?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "ŻIEDA FIL-PREZZ TAL-FUEL", "15016.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jagħti breakdown ta' meta u b'kemm għola l-fuel minn Jannar ta' din is-sena?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "KAŻ TA' BIDWI", "15020.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jinformana x'passi qed jittieħdu biex bidwi li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, ikun jista' jaħdem ir-raba' sabiex ilaħħaq il-prodotti fis-suq bħal bdiewa oħra?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "SKOLA SIR LUIGI PREZIOSI", "15028.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid x'verita' hemm f'rapporti li wasluli li t-tfal kollha li jattendu form II ta' l-iskola Sir Luigi Preziosi ta' Pembroke, għandhom il-kotba tal-Malti u tal-ġeografija mqattgħin u maħmuġin?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Se nassigura li l-ilment jiġi mistħarreġ u jittieħdu l-passi meħtieġa.", "BORD TA' SORVELJANZA TAT-TAGĦLIM TA' L-INGLIŻ", "15029.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid kemm-il darba ltaqa' il- monitoring board tas-settur TEFL matul Jannar/Settembru 2005?", "Kemm-il skola żar bi spezzjoni dwar it-tagħlim ta' l-Ingliż fl-istess perijodu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li minn Jannar sa Settembru 2005 il-bord ta' sorveljanza tat-tagħlim ta' l-Ingliż bħala lingwa barranija ltaqa' sitt darbiet.", "Fl-istess żmien, kull meta ħass il-ħtieġa, il-bord żar l-iskejjel li jgħallmu l-Ingliż bħala lingwa barranija, inkluż skejjel ġodda li llum kollha għandhom liċenzja kif titlob il-liġi.", "KONT TA' L-ILMA", "15031.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Tista' il-korporazzjoni għas- servizzi ta' l-ilma twieġeb lil waħda persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li għadha mniżżla bħala li għandha kont pendenti ta' fond li effettivament biegħet erba' snin ilu?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Il-konsumatur ma informax lill-korporazzjoni li kien biegħ il-fond in kwestjoni u għaldaqstant l-account għadu jsejjaħ lilu.", "Il- korporazzjoni kkuntattjat lil dan il-konsumatur biex jgħaddi l- informazzjoni neċessarja ħalli dan it-trasferiment iseħħ.", "SKOLA PRIMARJA TAL-MELLIEĦA", "15033.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jivverifika jekk xi ħadd fl-iskola primarja tal-Mellieħa ordnax li t-tfal ta' klassi 5A m'għandhomx jitħalltu mat-tfal ta' klassi 5B waqt il-break u jekk din l-ordni verament ngħatat, titreġġa' lura għax huwa disedukattiv li dan iseħħ qalb it-tfal?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nirriferi l-Onor.", "Membru għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 15009.", "SKOLA PRIMARJA TAL-MELLIEĦA", "15035.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u lmpjiegi: Jista' il-Ministru jara li jittieħdu passi biex jieqaf ix-xogħol li għaddej fl-iskola primarja tal-Mellieħa minħabba t-trabijiet u r-riħa taż-żebgħa li qed iħarbtu l-edukazzjoni tat-tfal?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nirriferi l-Onor.", "Membru għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 15008.", "CROWNE PLAZA HOTEL", "15037.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 14819 u jgħid kemm hemm nies jaħdmu mal-lukanda Crowne Plaza?", "Sakemm huwa maħsub li l-lukanda tkompli topera u x'se jsir mill-ħaddiema tagħha?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "RETURNED MIGRANTS", "15038.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' il- Ministru tgħid x'kien in-numru ta' immigranti Għawdxin li ġew lura biex jissetiljaw f'Għawdex mill-1986?", "Kemm minnhom jaħdmu bi qligħ?", "Kemm minnhom jaħdmu għal rashom?", "Kemm minnhom għandhom ħaddiema magħhom u kemm?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel il- mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "MARDA TAT-TJUR", "15041.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' il- Ministru tgħid x'miżuri qed jittieħdu f'Għawdex sabiex jiġi aċċertat li ma tidħolx l-avian flu?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: F'Għawdex qegħdin jittieħdu l-istess prekawzjonijiet li qegħdin jittieħdu fuq livell nazzjonali.", "ENEMALTA", "15081.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid x'miżuri konkreti ttieħdu fl-aħħar sena fuq livell amministrattiv u livell ta' purchasing, biex jiġu indirizzati l-ineffiċjenzi u l-ħela fil- korporazzjoni Enemalta?", "X'cost savings saru?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "ENEMALTA", "15082.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid meta u minn min ġie stabilit li l-Enemalta għandha ħofra ta' Lm50 miljun?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "ENEMALTA", "15083.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid x'miżuri konkreti ttieħdu fl-aħħar xhur biex l-Enemalta tinvesti f'sorsi alternattivi ta' enerġija?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "IMPORTAZZJONI TA' PETROL U DIESEL", "15084.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid jekk sarx xi studju biex jiġi stabilit x'impatt se jkollu fuq il-bottom line tal- korporazzjoni Enemalta jekk u meta tiġi implimentata d-deċiżjoni li l- petrol u d-diesel jibda jiġi importat minn sorsi oħra barra l-Enemalta?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "PROĠETTI FFINANZJATI MILL-EU", "15085.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid x'se tkun il-kontribuzzjoni tal- gvern ċentrali u ta' l-Unjoni Ewropea dwar proġetti parzjalment iffinanzjati mill-Unjoni Ewropea matul din is-sena amministrattiva?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Il-fondi wżati mill-programm pre-adeżjoni u faċilita' transitorja jinsabu f'Tabella A li qed titpoġġa fuq il-mejda tal- Kamra.", "Rigward fondi strutturali, id-direttorat ta' l-awtorita' tal-pagament fil- ministeru tal-finanzi s'issa għamel ċertifikazzjoni waħda li saret fit-30 ta' Ġunju, 2005.", "L-ammonti ċertifikati u sussegwentement rimborsati mill- Kummissjoni Ewropea għal kull fond jinsabu f'Tabella B li qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "FLUCTUATION TAL-LIRA MALTIJA", "15086.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid x'konsiderazzjoni ngħatat jew se tingħata lis-suġġeriment ta' l-FOI li jkun hemm fluctuating peg mal-euro sabiex il-pajjiż ikun jista' jassorbi aħjar shocks internazzjonali?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-użu ta' fluctuation bands ta' l-ERM II ġie kkonsidrat sew qabel ma ttieħdet id-deċiżjoni f'April li għadda li l-valur tal-lira Maltija mal-euro jibqa' fiss.", "Ir-raġunijiet ġew spjegati fit-tul waqt konferenza stampa li ngħatat fit-30 ta' April u ma ġara xejn minn dakinhar 'il hawn li jinvalida dawk ir-raġunijiet."]} {"filename": "20070619_540d_par.doc", "date": "2007-06-19", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Uffiċjali u Rivedut) L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 540 It-Tlieta, 19 ta' Ġunju, 2007 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 540", "It-Tlieta, 19 ta' Ġunju, 2007", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.02 p.m.", "Talba", "Seduta Nru. 540", "It-Tlieta, 19 ta' Ġunju, 2007", "WERREJ", "MINUTI 743", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 743", "TQEGĦID TA' KARTI 752", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA 753", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-KODIĊI TA' ORGANIZZAZZJONI U PROĊEDURA ĊIVILI (EMENDA NRU.", "2) (It-Tielet Qari)", "CODE OF ORGANIZATION AND CIVIL PROCEDURE (AMENDMENT) (NO.", "2) BILL (Third Reading) 753", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-KODIĊI ĊIVILI (It-Tielet Qari)", "CIVIL CODE (AMENDMENT) BILL (Third Reading) 753", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR ISTITUZZONIJIET FINANAZJARJI (It-Tieni Qari)", "FINANCIAL INSTITUTIONS (AMENDMENT) BILL (Secong Reading) 754", "AĠĠORNAMENT 777", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 783", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB 783", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 539 li saret fit-18 ta' Ġunju, 2007 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "KONTIJIET TAD-DAWL U ILMA", "25488.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Chris Agius) staqsa lill- Ministru għall-Familja u Solidarjetá Soċjali: Kemm kienet in-nefqa f'kontijiet tad-dawl u ilma matul is-sena 2006 fil-ministeru u dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-ministru?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA (Ministru għall-Familja u Solidarjetá Soċjali): It- tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant hu kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.", "KIRI TA' GARAXX GĦALL-KAROZZA UFFIĊJALI", "25490.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Chris Agius) staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Matul l-2006 kien qed jinkera xi garaxx biex fih tinżamm il-karozza uffiċjali tal-Prim Ministru?", "F'każ li t-tweġiba hija fl-affermattiv, kemm kienet in-nefqa globali għal din il-kirja u fejn jinsab il-garaxx?", "ONOR.", "TONIO FENECH (Segretarju Parlamentari) (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Nikkonferma li l-uffiċċju tal-Prim Ministru jikri garaxx għall-karozza uffiċjali għall-prezz ta' Lm350 fis-sena.", "KIRI TA' GARAXX GĦALL-KAROZZA UFFIĊJALI", "25492.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Chris Agius) staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Matul l-2006 kien qed jinkera xi garaxx biex fih tinżamm il-karozza uffiċjali tal-Viċi Prim Ministru?", "F'każ li t-tweġiba hija fl-affermattiv, kemm kienet in-nefqa globali għal din il-kirja u fejn jinsab il-garaxx?", "ONOR.", "TONIO BORG (Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern): It-tweġiba hija fl-affermattiv.", "Il-garaxx jinsab fi Triq Saverio Buhagiar, B'Kara u n-nefqa għall-kirja fl-2006 kienet ta' Lm250.", "KIRI TA' GARAXX GĦALL-KAROZZA UFFIĊJALI", "25495.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Chris Agius) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Matul l-2006 kien qed jinkera xi garaxx biex fih tinżamm il-karozza uffiċjali tiegħu?", "F'każ li t- tweġiba hija fl-affermattiv, jista' jgħid kemm kienet in-nefqa globali għal din il-kirja u fejn jinsab il-garaxx?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi): Ir- risposta hija fin-negattiv.", "KIRI TA' GRAXX GĦALL-KAROZZA UFFIĊJALI", "25497.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Chris Agius) staqsa lill- Ministru ta' l-Affarijiet Barranin: Matul l-2006 kien qed jinkera xi garaxx biex fih tinżamm il-karozza uffiċjali tal-Ministru?", "F'każ li t-tweġiba hija fl-affermattiv, kemm kienet in-nefqa globali għal din il-kirja u fejn jinsab il-garaxx?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (f'isem il-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin): It- tweġiba hija fl-affermattiv.", "Din il-kirja kienet ta' Lm 467.50 fis-sena.", "KIRI TA' GARAXX GĦALL-KAROZZA UFFIĊJALI", "25498.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Chris Agius) staqsa lill- Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Matul l-2006 kien qed jinkera xi garaxx biex fih tinżamm il-karozza uffiċjali tal-Ministru?", "F'każ li t-tweġiba hija fl-affermattiv, kemm kienet in-nefqa globali għal din il-kirja u fejn jinsab il-garaxx?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (Ministru għat-Turiżmu u Kultura): Il- ministeru għat-turiżmu u kultura jikri garaxx wieħed li fih tinżamm il- karozza uffiċjali.", "Dan il-garaxx jinsab fil-lokalitá ta' San Ġwann u jinkera għall-ammont ta' Lm495 fis-sena.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Sur President, il-bieraħ f'diversi nħawi ta' Malta nqata' d-dawl.", "Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk irċeviex rapporti mingħand nies li għandhom konnessjoni mas-settur u l-industrija tat-turiżmu?", "X'ikkomunika ma' l-awtoritajiet konċernati bil-għan li f'ċirkostanzi bħal dawn il-ħsara tiġi rranġata kemm jista' jkun malajr?", "MR SPEAKER: Onorevoli, din id-domanda supplimentari m'għandhiex konnessjoni ma' dik oriġinali.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jiena nirrispetta dak li qed tgħid is-Sedja, pero' nittama li jkun hemm xi forma ta' stqarrija wara s-6.30 p.m. għax dawn l- affarijiet jinteressaw mhux biss lili imma lill-poplu Malti u Għawdxi kollu.", "Aħna niġu hawnhekk biex nirrappreżentaw lill-poplu u naħseb li għal affarijiet bħal dawn għandna ikunu ppreparati biżżejjed.", "NEFQA FUQ - HOSPITALITY", "25587.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joseph Debono Grech) staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Kemm kienet in-nefqa fuq kull tip ta' hospitality fil-ministeru, dekasteru u enti tagħha separatament u xahar b'xahar matul Jannar, Frar u Marzu 2007?", "Min ta l-approvazzjoni għal dan l- infiq f'kull każ separatament?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (f'isem il-Ministru għal Għawdex): L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.", "NEFQA FUQ HOSPITALITY", "25588.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joseph Debono Grech) staqsa lill-Ministru għall-Familja u Solidarjetá Soċjali: Kemm kienet in-nefqa fuq kull tip ta' hospitality fil-ministeru, dekasteru u enti tagħha separatament u xahar b'xahar matul Jannar, Frar u Marzu 2007?", "Min ta l- approvazzjoni għal dan l-infiq f'kull każ separatament?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: It-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant hu kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.", "NEFQA FUQ SAFAR UFFIĊJALI", "25589.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joseph Debono Grech) staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Kemm sewa flus is-safar, inkluż flights, subsistence allowance u accommodation, li fih kien involut il-ministru, inkluż l-uffiċjali li marru miegħu, globalment għal kull safra separata?", "Fejn kienet id-destinazzjoni u min akkumpanjah matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 separatament?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura): Bejn Jannar u Marzu ta' l-2007 kien hemm safra waħda fejn kont involut jiena.", "Jakkumpanjani kien hemm il-kap tas-segretarjat fil-ministeru għar-riżorsi u infrastruttura u d-direttur għall-enerġija mill-awtoritá Maltija għar- riżorsi.", "Din is-safra kienet destinata għal Brussels u ġiet tiswa b'kollox Lm 701.57ċ.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Peress li għandi nifhem li f'dawn il-laqgħat kien antiċipat l-argument tal-global warming, anke fid-dawl ta' dak li ġie kkomunikat mill-World Water Council permezz tal-mezzi tal-BBC, fejn ingħad li numru ta' impjanti li jirreċiklaw l-ilma tal-baħar, eċċetra, qed ikunu wkoll parti mill-problema, ir-rapporti li ġew sottomessi wara li saru dawn il-laqgħat jikkonfermaw li l-commitment qed jirrispekkja dawn it-tip ta' ideat li waslu għalihom ix-xjentisti?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: F'dawn it-tip ta' laqgħat kontinwament jidħlu l-aspetti li jirringwardaw is-security of supply, l-effiċjenza, ir-renewables, eċċetra.", "Meta dawn tagħmilhom flimkien, uħud minnhom jissarrfu fi global warming.", "Ġeneralment dejjem ikun hemm diskussjoni fuq dawn is-suġġetti li huma kollha relatati ma' xulxin.", "It-target li jkollna żieda fl-effiċjenza ta' 20% għall-2002 u tnaqqis ta' CO2 emissions, dawn huma kollha relatati waħda ma' l-oħra.", "Għax jekk inti għandek l-irranġar ta' l-effiċjenza dik qed tissarraf weħidha fi tnaqqis ta' emissions ta' C02.", "Anke fejn tidħol produzzjoni ta' l-ilma.", "Fejn l-ilma qed jiġi minn mezzi ta' desalination bħalma għandna f'pajjiżna, iżjed ma nsiru effiċjenti fil- produzzjoni ta' l-ilma, inqas ikollna bżonn ġenerazzjoni ta' l-elettriku u inqas ikollna bżonn importazzjoni ta' fuels, u għaldaqstant inqas ikollna emissions ta' CO2, NOX u SOX fly.", "Dawn huma suġġetti li regolarment jitqajmu meta tkun qed issir diskussjoni dwar l-enerġija.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Imma jeżisti xi kumitat interministerjali fejn dan it- tip ta' bidliet, dan it-tip ta' analisi, dan it-tip ta' rapporti, dan it- tip ta' konfermi jiġu analizzati biex pajjiżna ma jaqax lura f'dak li għandu x'jaqsam ma' riċerka dwar dak li hu meħtieġ biex inkunu minn ta' quddiem sabiex inħarsu l-inizjattivi favur il-problemi u l-impatt li l- bidla fil-klima jista' jkun li ġġib fuq il-gżejjer tagħna?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Naturalment min-naħa tal-ministeru tiegħi hemm il-Malta Resouces Authority u mbagħad hemm sezzjoni oħra tas-servizzi li qiegħda taħdem fuq energy performance in buildings.", "Dan ifisser li se nkunu iżjed effiċjenti.", "Allura awtomatikament se jkollna bżonn ta' inqas enerġija u se jkollna inqas emissions ta' C02 fly.", "Mela hawnhekk għandek sezzjoni li tħares lejn energy performance.", "Ħriġna legal notices, per eżempju, dwar kif għandu jsir il-bini, kif għandu jsir il-kontrabejt, it-tip ta' insulation li għandek tagħmel fil-ħitan li huma exposed għal barra u t-tip ta' glazing li għandek tuża.", "Jekk fil- faċċata għandek iżjed minn 20% ta' l-exposed area, tagħmel single glazing, fejn għandek bejn 20% u 40%, tagħmel double glazing u fejn għandek iżjed minn 40% tagħmel single plus added jew inkella triple manche.", "Imbagħad għandna affarijiet oħra bħar-renewables.", "Meta ngħidu \"renewables\", niġu għall-photovoltaic u għas-solar water heaters.", "Hemm sussidji li l- gvern ħareġ fl-aħħar żewġ budgets li bihom qed iżid il-penetrazzjoni tal- solar water heaters u l-photovoltaics fil-pajjiż.", "Imbagħad jekk inħarsu lejn is-solar water heaters irridu nagħmlu thrust kbar, għax meta inti qed tiffranka ċertu ammont ta' enerġija fil-proċess meta jkun qed jissaħħan l- ilma, qed issir żieda effiċjenti fil-produzzjoni ta' l-enerġija elettrika.", "Meta mbagħad wieħed jara kemm qed jiffranka bħala persentaġġ ta' konsum annwali, jirrealizza li jekk aħna nilħqu ċertu target, bħalma hemm f'Ċipru, b'dik il-penetrazzjoni ta' enerġija elettrika aħna nistgħu niffrankaw persentaġġi tajbin fl-użu ta' l-enerġija elettrika.", "Dawn huma affarijiet illi l-Malta Resources Authority qiegħda tistudja.", "Imbagħad għandek l-aspett ieħor ta' l-imtieħen tar-riħ.", "Sar studju li poġġejna fuq il-mejda tal-Kamra biex naraw jekk jistgħux isiru mtieħen fuq l-art, pero' imbagħad ġie konkluż li ma jaqbillekx.", "Għaldaqsant qed isir studju ieħor biex naraw jekk jaqbilx li dawn l-imtieħen, li jkunu ta' 5 megwatts u jkunu kważi għolja daqs iċ-ċumnija ta' Delimara, isiru fuq il- baħar biex b'hekk ikollna mix fis-supply tal-ġenerazzjoni ta' l-enerġija.", "Dawn huma affarijiet li ovvjament tagħmilhom il-Malta Resouces Authority.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: L-universita' hija rappreżentata f'dan il-kumitat?", "Jekk fl-affermattiv, min huma l-persuni jew il-fakultajiet li minn żmien għal żmien ikunu parti minn dan il-forum jew minn dan il-kumitat nazzjonali li qiegħed hemm biex ikollu dejjem pjanijiet ta' kontinġenza u pjanijiet sostenibbli f'dan ir-rigward?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ovvjament l-MRA m'għandhiex l-esperti f'kollox.", "Allura tagħmel networking ma' entijiet li huma stakeholders f'dawn is-suġġetti.", "Għandek il-fakulta' ta' l-enerġija, b'mod partikolari, li l-MRA prattikament tikkonsulta magħha.", "SAFAR UFFIĊJALI – KONTIJIET PENDENTI", "25590.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joseph Debono Grech) staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Hemm kontijiet pendenti mhux magħluqa jew flus minn subsistence allowance żejda mhux ritornati, fuq xi safar li sar matul Jannar, Frar jew Marzu 2007, fil- ministeru, dekasteru u enti tiegħu?", "F'każ li fl-affermattiv, min huma dawn l-uffiċjali u x'inhi r-raġuni?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: M'hemm l-ebda kontijiet pendenti mhux magħluqa jew flus minn subsistence allowance żejda mhux ritornati fuq xi safar li sar matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007.", "NEFQA FUQ SAFAR UFFIĊJALI", "25591.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joseph Debono Grech) staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Kemm sewa flus is- safar, inkluż flights, subsistence allowance u accommodation, li fih kien involut il-ministru, inkluż l-uffiċjali li marru miegħu, globalment għal kull safra separata?", "Fejn kienet id-destinazzjoni u min akkumpanjah matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 separatament?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007, jien sifirt darba waħda f'Jannar 2007.", "Mort Londra għal konferenza dwar it-teknoloġija ta' l-informazzjoni fl-edukazzjoni, liema safra qamet Lm654.98.", "NEFQA FUQ HOSPITALITY", "25592.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joseph Debono Grech) staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Kemm kienet in-nefqa fuq kull tip ta' hospitality fil-ministeru, dekasteru u enti tiegħu separatament u xahar b'xahar matul Jannar, Frar u Marzu 2007?", "Min ta l- approvazzjoni għal dan l-infiq f'kull każ separatament?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif mitlub se jitpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "RAMPA QUDDIEM BIEB", "26537.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Stefan Buontempo) staqsa lill- Ministru għall-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru tara li l- persuna mill-Isla, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li qatgħulu saqajh u jinsab f'wheelchair u l-fond li fih jabita jinstab f'taraġ, issirlu rampa sal-bieb tiegħu, għax ma jistax joħroġ mid-dar?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Għaddejt it-talba ta' l-Onor.", "Interpellant lid- dipartiment tal-bini u tiswija tad-djar biex jinvestiga.", "ZABBAR - SLEEPING POLICEMAN", "26538.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Stefan Buontempo) staqsa lill- Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jara li ssir sleeping policeman fi Triq iċ-Ċimiterju, Haz-Zabbar, idealment quddiem fond nru 10?", "Dan minħabba li f'din it-triq dejqa qed jgħaddu ħafna karozzi b'veloċita' qawwija li qed joħolqu bosta periklu għal min ikun miexi fl- imsemmija triq.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT (Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq): Minn riċerka li saret fir-records tat-taqsima għall-immaniġġjar tat-traffiku rriżulta li ma kien hemm l-ebda talba mill-kunsill lokali ta' Ħaż-Żabbar għal tali round topped road hump fi Triq iċ-Ċimiterju.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Filwaqt li t-toroq ġodda li qed isiru suppost għandhom iservu għal 25 sena, jista' l-Ministru jgħid jekk l-esperti nvestigawx il-problema li nħolqot fil-bypass ta' Ħaż-Żebbuġ peress li ċediet parti minnha?", "MR SPEAKER: Onorevoli, infakkrek li din id-domanda m'hijiex relatata ma' dik oriġinali.", "Il-Ministru.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: M'iniex aware għal liema parti tal-bypass qiegħed jirriferi.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Qed nirriferi għal dik il-parti tat-triq li mir-Rabat tinżel għal Ħaż-Żebbuġ u mhux minn Ħaż-Żebbuġ titla' għar-Rabat.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Issa nibgħat lill-esperti jiċċekkjaw.", "CARE AND REPAIR", "26539.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Stefan Buontempo) staqsa lill- Ministru għall-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru tara li l- anzjana Bormliża, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, tibbenefika mill-inizjattiva care and repair?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħti parir lill- persuna ndikata li tmur l-customer care ta' l-awtorita' tad-djar biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.", "FGURA - SPEZZJONI FUQ FOND", "26540.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Stefan Buontempo) staqsa lill- Ministru għall-Familja u Solidarjeta' Soċjali: B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 23701 fejn intqal li f'nofs Frar kellha ssir spezzjoni fil-fond fil-Fgura, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, mill-ħaddiema ta' l-awtoritá tad-djar, għaliex din sal-lum għadha ma saritx?", "Tista' tara li t-talba tkun milqugħa mill-aktar fis possibbli?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Niġbed l-attenzjoni ta' l-Onor.", "Interpellant li fit-tweġiba għal mistoqsija parlamentari 23701 m'għedtx li l-ispezzjoni kellha ssir f'nofs Frar.", "Ninsab infurmata li din l-ispezzjoni saret fis-6 ta' Ġunju, 2007.", "AKKOMODAZZJONI SOĊJALI", "26541.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Stefan Buontempo) staqsa lill- Ministru għall-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru tgħid jekk il-persuna minn Bormla, li d-dettalji dwar qed jintbagħtu separatament, għandux applikazzjoni quddiem d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali, u dan minħabba li fejn jgħix ser jagħlaqlu ċ-ċens temporanju, u hemm ċans li l-familja tiegħu tispiċċa fit-triq?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħti parir lill- persuna ndikata li tmur l-customer care tad-dipartiment għall- akkomodazzjoni soċjali biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.", "TAXXI INTERNI", "26542.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Stefan Buontempo) staqsa lill- Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: X'inhi r-raġuni li persuna minn l- Isla, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, ntbagħtlu kont mid- dipartiment tat-taxxi nterni ta' Lm49 meta dan is-sinjur qed jallega li m'għandu l-ebda kont pendenti?", "ONOR.", "TONIO FENECH (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Nitlob lill-Onor.", "Interpellant sabiex jirriferi lill-persuna għand id- dipartiment tat-taxxi nterni.", "INTEGRATED UTILITIES BUSINESS SYSTEM", "26558.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Leo Brincat) staqsa lill- Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Min huwa l-head ta' l-adjudication board ta' l-Integrated Utilities Business System tal-Water Services Corporation u ta' l-Enemalta?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni): Jien nfurmat illi l-Onor.", "Membru diġá jaf ir-risposta għal din id-domanda għax ħareġ stqarrija pubblika f'dan is-sens.", "SCIENCE LAB TECHNICIANS", "26560.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: B'riferenza għall- mistoqsija parlamentari 24251, jista' l-Ministru jgħid bejn min qiegħed il- ftehim imsemmi u jekk hemmx il-ħsieb li fiċ-ċirkostanzi tax-xogħol li s- Science Lab Technicians qed iwettqu l-ftehim jinbidel?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "FTEHIM KOLLETTIV", "26561.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Fil-preżent għaddejjin diskussjonijiet dwar xi ftehim kollettiv?", "Jekk fl-affermattiv, dwar xiex u ma' liema union għaddejjin dawn id-diskussjonijiet?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Hemm negozjati għaddejin dwar ftehim kollettiv mal-UĦM, MUT u UMASA rigward l-MCAST u l-universitá.", "WHISTLEBLOWER ACT", "26562.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Leo Brincat) staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Fiex waslu l-pjanijiet tal- gvern biex jintroduċi l-Whistleblower Act qabel ma tintemm din il- leġislatura?", "ONOR.", "TONIO BORG: Peress li din il-materja qed tiġi diskussa fi ħdan l- uffiċċju tal-Prim Ministru, nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel domanda lill-ministeru konċernat.", "AĠENZIJA FRONTEX", "26563.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Leo Bruincat) staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: X'kienet ir-reazzjoni tal- gvern Malti għal dak li ntqal fil-ġurnal \"The Sunday Times\" ta' Londra minn kelliema tal-Frontex li \"The responsibility to control the border rests with the EU Member States.", "Frontex just exists to enhance the co-operation of member states while doing that ...\"?", "ONOR.", "TONIO BORG: Huwa minnu li sa issa l-aġenzija Frontex m'għandhiex il- mezzi awtonomi tagħha u lanqas ma taqdi funzjoni ta' \"European Frontier Guard\", kif hemm il-ħsieb li ssir fil-futur.", "Il-funzjoni tagħha preżenti hi li tikkordina l-isforzi ta' l-istati membri, li jfisser li jekk dawn ma jipparteċipawx f'operazzjoni partikolari, dik l-operazzjoni ma ssirx.", "PROJECTIONS TAT-TURIŻMU", "26564.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: B'riferenza għal rapporti fejn ic-chief executive officer tal-MTA ġie rrappurtat li qal li huwa target tal-gvern li t-turiżmu ser jiżdied b'7% din is-sena, fi kliem ieħor b'78,000 turist, jista' jgħid jekk dan sarx skond kalkoli tal-Gvern innifsu permezz tal-Joint Ministerial Committee immexxi mill-prim ministru, l-inisteru u l-MTA?", "Fuq liema bażi nħadmu dawn il-projections meta l-indikazzjonijiet tas-suq juru l-kuntrarju?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-Onor.", "Interpellant qed jirriferi għal dak li ntqal fil-konferenza ġenerali annwali ta' l-awtoritá tat-turiżmu fejn dak li kien il-kap eżekuttiv ta' l-awtoritá kien stqarr li fl-opinjoni tiegħu ż-żieda fin-numru ta' turisti lejn Malta kellha tilħaq 7% sa l-aħħar tas-sena.", "Dik iċ-ċifra hija bbażata fuq numru ta' studji interni li jsiru ta' sikwit fi ħdan l-awtoritá.", "KULLEĠĠ SAN BENEDITTU", "26565.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Il-Ministru jikkonferma li dan l-aħħar fl-iskola sekondarja tal-Kulleġġ San Benedittu ġew impjegati jew trasferiti minn x'imkien ieħor persuni sabiex jagħmlu xogħol marbut b'mod esklussiv bħala security?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "AVJAZZJONI ĊIVILI - MT TAX", "26566.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru għall-Kompetittivitá u Komunikazzjoni: B'riferenza għall- mistoqsija parlamentari 26367, jista' l-Ministru jgħid kemm tħallset kull linja ta' l-ajru f'MT tax fl-ewwel erba' xhur ta' din is-sena?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jiċċara d-domanda.", "KAPIJIET TA' SKEJJEL - VAKANZI", "26567.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Kemm hemm vakanzi fil- kariga ta' kap ta' skola bħalissa?", "Jikkonferma li ħadd mill-assistenti kapijiet ma applika meta saret sejħa biex jimtlew dawn il-postijiet?", "Kemm hemm assistenti kapijiet li huma eleġibbli li japplikaw?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Hemm 11-il assistent kap li applika għall-kariga ta' kap ta' skola fl-aħħar sejħa li ħarġet biex jimtlew dawn il-postijiet.", "Bħalissa hemm 16-il assistent kap li jistgħu japplikaw għal kariga ta' kap ta' skola.", "SKEJJEL - ASSISTENTI KAPIJIET", "26568.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jikkonferma l-Ministru li f'laqgħa li saret dan l-aħħar għall-assistenti kapijiet intqal lilhom li jekk ħadd minnhom ma kien se japplika, id-diviżjoni kienet se taħtarhom direttament hi?", "Dan ma jmurx kontra l-ftehim ma' l-MUT?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: M'iniex informat li saret xi laqgħa dan l-aħħar għall- assistenti kapijiet fejn intqal lilhom dak allegat fil-mistoqsija.", "SENIOR CUSTOMS ASSISTANTS", "26626.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Leo Brincat) staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Billi huwa mifhum li senior customs assistants li wħud minnhom ilhom jagħmlu dan ix-xogħol għal aktar minn 20 sena se jkollhom joqogħdu għall-eżami kompetittiv biex javvanzaw minkejja li ilhom żmien jagħmlu xogħol u duties ta' fizzjal, jista' l-gvern jikkonsidra li dawn minflok joqogħdu għall-qualifying exam jew interviews kif normalment jiġri meta jiġu biex jimtlew ranks ogħla minn tagħhom bħal fizzjal li jkunu sejrin jilħqu inspectors?", "ONOR.", "TONIO FENECH (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Permezz ta' addendum li sar fil-5 ta' April, 2006 għall-klassifikazzjoni dwar il-klassi tad-dwana ta' l-1995, intlaħaq ftehim li senior customs assistants jingħataw opportunità ta' darba sabiex il-vakanzi ta' customs officer ikunu miftuħin għalihom biss billi joqogħdu għall-eżami kompettitiv.", "Dan l-eżami jikkonsisti f'eżami bil-miktub u intervista u tingħata kunsiderazzjoni xierqa għall-esperjenza, minkejja li ma jingħatawx marki speċifiċi għal snin ta' servizz.", "Il-vakanzi jimtlew skond l-ordni tal- mertu miksub.", "SAN ĠWANN: TRIQ ORTOLAN - WIRES TA' L-ELETTRIKU", "26629.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Leo Brincat) staqsa lill- Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid lill-Enemalta tieħu ħsieb li tneħħi l-ħafna wires ta' l-elettriku li hemm ma' ċerti residenzi fi Triq Ortolan, San Ġwann speċjalment dawk fil-kantuniera kif ukoll mal-gallerija tagħhom li jagħtu għal Triq Pelikan, San Ġwann?", "Dan minħabba d-dehra kerha li qed jagħtu lill- faċċata jew naħa ta' wara tar-residenzi tagħhom li t-tnejn jagħtu għal triqat ewlenin f'dawk l-inħawi ta' San Ġwann.", "ONOR.", "LOUIS GALEA (f'isem l-Onor.", "Austin Gatt) Minn investigazzjoni li saret jirriżulta li l-linji li tagħhom hija responsabbli l-Enemalta huma mgħoddijin kif titlob is-sengħa.", "ĦADDIEMA LI RRIŻENJAW", "26647.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Kompetittivitá u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid min kienu l-uffiċjali/ħaddiema li rriżenjaw u jew spiċċaw mix-xogħol fid-dipartimenti, ministeru, entijiet li jaqgħu taħtu mill-1 ta' Mejju, 2004 'l quddiem?", "Liema vakanzi mtlew u liema għadhom pendenti?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni): L- informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant għadha qed tinġabar u r- risposta tingħata f'seduta oħra.", "ĦADDIEMA LI RRIŻENJAW", "26648.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Min kienu l-uffiċjali u ħaddiema li rriżenjaw u/jew spiċċaw mix-xogħol fid-dipartimenti, ministeru, entijiet li jaqgħu taħtu mill-1 ta' Mejju, 2004 'l quddiem?", "Liema vakanzi mtlew u liema għadhom pendenti?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant.", "ĦADDIEMA LI RRIŻENJAW", "26649.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin: Min kienu l-uffiċjali u ħaddiema li rriżenjaw jew spiċċaw mix- xogħol fid-dipartimenti, ministeru, entijiet li jaqgħu taħtu mill-1 ta' Mejju, 2004 'l quddiem?", "Liema vakanzi mtlew u liema għadhom pendenti?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (f'isem il-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin): L- uffiċjali u ħaddiema li spiċċaw mix-xogħol fil-ministeru, fid-dipartimenti u entijiet li huma taħt ir-responsabbiltá tal-ministeru ta' l-affarijiet barranin huma kif ġej:", "Erba' ambaxxaturi, li spiċċalhom t-term of office tagħhom, Secretariat Officers, mal-bdil tal-ministru, sebgħa mill-MIC, u l-maġġor parti mal-bdil mill-MIC għall-Forum Malta fl-Ewropa, u 25 mill-corporate services.", "ĦADDIEMA LI RRIŻENJAW", "26650.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Min kienu l- uffiċjali u ħaddiema li rriżenjaw jew spiċċaw mix-xogħol fid-dipartimenti, ministeru, entitajiet li jaqgħu taħtha mill-1 ta' Mejju, 2004 'l quddiem?", "Liema vakanzi mtlew u liema għadhom pendenti?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (f'isem il-Ministru għal Għawdex): Peress li l- informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar, risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "ĦADDIEMA LI RRIŻENJAW", "26651.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Min kienu l-uffiċjali u ħaddiema li rriżenjaw u/jew spiċċaw mix-xogħol fid- dipartimenti, ministeru, entijiet li jaqgħu taħtu mill-1 ta' Mejju, 2004 'l quddiem?", "Liema vakanzi mtlew u liema għadhom pendenti?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "ĦADDIEMA LI RRIŻENJAW", "26652.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunitá: Min kienu l-uffiċjali u ħaddiema li rriżenjaw jew spiċċaw mix- xogħol fid-dipartimenti, ministeru, entijiet li jaqgħu taħtu mill-1 ta' Mejju, 2004 'l quddiem?", "Liema vakanzi mtlew u liema għadhom pendenti?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita'): L- informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant għadha qed tinġabar u se tingħata risposta f'xi seduta oħra.", "MTA - PROĊESS TA' RISTRUTTURAR", "26721.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' l-Ministru jagħti lista sħiħa tal- persuni u l-grad tagħhom li ntervistaw lill-impjegati ta' l-Awtoritá Maltija għat-Turiżmu fil-proċess ta' ristrutturar li sar mis-sena 2004 sal- lum?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-intervisti lill-impjegati ta' l-awtorità tat-turiżmu ta' Malta fil-proċess ta' ristrutturar li sar mis-sena 2004 sal- lum, saru minn senior manager ta' l-istess awtoritá li kien assistit minn senior executive, fil-preżenza tad-direttur jew head tad-dipartiment konċernat.", "RIMI TA' SKART", "26736.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Justyne Caruana) staqsa lill- Ministru għal Għawdex: Peress li bħalissa f'Għawdex hemm chaos kbir għax l- kuntratturi u dawk kollha nvoluti fis-settur tal-bini m'għandhomx fejn jarmu l-iskart tagħhom, x'passi qed jieħu l-gvern biex din is-sitwazzjoni tissolva?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (f'isem il-Ministru għal Għawdex): Permessi biex barrieri jintużaw għar-rimi ta' skart jinħarġu mill-MEPA.", "Għaldaqstant nitlob l- Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-ministru konċernat.", "PORT TA' L-IMĠARR", "26737.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Justyne Caruana) staqsa lill- Ministru għall-Kompetittivitá u Komunikazzjoni: X'inhi r-raġuni li l-moll Nru. 1 fil-port ta' l-Imġarr, Għawdex m'huwiex qed jintuża minkejja li x- xogħol huwa konkluż?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Ix-xogħol fuq il-moll nru 1 fil-port ta' l-Imġarr, Għawdex huwa konkluż u l-vapuri ilhom jorbtu miegħu għal ħafna żmien.", "PROĠETT TAT-TERMINAL F'GĦAWDEX", "26738.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Justyne Caruana) staqsa lill- Ministru għall-Kompetittivitá u Komunikazzjoni: B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 25065, jista' l-Ministru jgħid x'kienet l-ispiża totali s'issa tal-proġett tat-terminal f'Għawdex?", "Jista' jagħti breakdown ta' l- ispejjeż?", "Min esegwixxa x-xogħol?", "Jista' jindika l-varjazzjonijiet mill- pjanti oriġinali u meta saru dawn il-varjazzjonijiet?", "Jista' jgħid id- differenza fl-ispiża bejn ix-xogħol kif kellu jsir oriġinarjament u x- xogħol li sar skond il-varjazzjoni?", "Meta se jitlesta x-xogħol?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: L-ispiza totali (certified for payment) tal-proġett tat- terminal f'Għawdex sa l-aħħar ta' Marzu 2007 kienet ta' Lm3,828,098.98.", "Din hija maqsuma kif ġej:", "Civil Works (Polidano Brothers Ltd.) - Lm2,869,854.20;", "Finishing Works (Polidano Brothers Ltd.) - Lm295,513.03;", "Building Services (Central Power Installations Ltd.) - Lm195,776.45;", "Vertical Transportation (Titan International Ltd.) - Lm116,955.30;", "General Expenses (including, consultants' fees, MEPA permit fees, Enemalta fees, etc.) - Lm350,000.00.", "Il-pjanti oriġinali tat-terminal ta' l-Imġarr li saru mill-kumpannija tal- periti Coastal Management Co. Ltd (CMC Co. Ltd.) kienu ġew riveduti sostanzjalment mill-kumpannija tal-periti Bezzina & Cole fil-perjodu 2003- 2004.", "Il-varjazzjonijiet prinċipali bejn id-disinji oriġinali u dawk preżenti kienu:", "Il-bini preżenti tat-terminal sar fuq sular wieħed u mhux fuq tnejn kif kien oriġinarjament.", "Tibdil fil-gangways tal-ħadid sabiex jikkumplimenta l-bini tat-terminal li issa sar fuq sular wieħed.", "Żieda ta' rampa għad-dħul fil-marshalling area.", "Tibdil sostanzjali fuq id-disinn tat-toroq madwar il-port.", "Ix-xogħlijiet ibbażati fuq il-pjanti ta' Bezzina & Cole inbdew f'Lulju 2005.", "Wieħed jista jgħid li x-xogħol fuq it-terminal huwa kważi lest minn kollox.", "L-ispiża totali tkun tista' tingħata hekk kif jingħalqu l-kontijiet tax-xogħol.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "TONIO BORG: Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali 160 ta' l-2007 – Avviż ta' dħul fis-seħħ ta' ċerti disposizzjonijiet ta' l-Att dwar il-Ġustizzja Amministrattiva (Kap. 490);", "Avviż Legali 162 ta' l-2007 – Avviż ta' dħul fis-seħħ ta' l-Att ta' l- 2007 li jemenda l-Kodiċi tal-Liġijiet tal-Pulizija (Att Nru. III ta' l- 2007);", "f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi, inqiegħed fuq il-mejda tal- Kamra:", "Avviż Legali 153 ta' l-2007 – Direttiva mill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi għall-ħruġ ta' Lm15,000,000 5.7% Stock tal-Gvern ta' Malta 2012;", "Avviż Legali 154 ta' l-2007 – Direttiva mill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi għall-ħruġ ta' Lm15,000,000 5.9% Stock tal-Gvern ta' Malta 2015;", "Avviż Legali 155 ta' l-2007 – Direttiva mill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi għall-ħruġ ta' Lm10,000,000 5.2% Stock tal-Gvern ta' Malta 2020 (L-Ewwel Ħruġ);", "Avviż Legali 157 ta' l-2007 – Regolamenti ta' l-2007 li Jestendu l- applikabilità ta' Disposizzjonijiet dwar Kuntratti ta' Servizz għal Terminu ta' Żmien Fiss għal Servizz mal-Gvern;", "Avviż Legali 158 ta' l-2007 – Ordni ta' l-2007 dwar il-Konvenzjoni dwar l-Eliminazzjoni tat-Taxxa Doppja in konnessjoni ma' l-Aġġustament tal-Qligħ ta' Intrapriżi Assoċjati;", "Avviż Legali 159 ta' l-2007 – Ordni ta' l-2007 dwar Żona Fort Cambridge, Tignè bħala Żona Speċjali Msemmija; u", "Avviż Legali 161 ta' l-2007 – Direttiva mill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi għall-ħruġ ta' Lm4,438,400 Stock tal-Gvern bis-7%, 2017 (II).", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali 156 ta' l-2007 – Avviż ta' bidu fis-seħħ tar-Regolamenti ta' l-2007 dwar Kuntratti ta' Servizz għal Terminu ta' Żmien Fiss;", "Avviż Legali 164 ta' l-2007 – Avviż ta' bidu fis-seħħ tar-regolamenti ta' l-2007 li jemendaw ir-Regolamenti dwar Impjegati Part-Time;", "Descriptors of Key Competences in the National Qualifications Framework: Levels 1 to 3 maħruġ mill-Kunsill Malti għall-Kwalifiki;", "A National Qualifications Framework for Lifelong Learning: A Second Guide maħruġ mill-Kunsill Malti għall-Kwalifiki f'Ġunju 2007; u", "A Working Document – Valuing all Learning (Vol.", "1,2 u 3) - maħruġ mill- Kunsill Malti għall-Kwalifiki f'April 2007.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru għall-Kompetittivita` u Komunikazzjoni.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali 163 ta' l-2007 – Dangerous Substances (Notification) (Amendment) Regulations, 2007.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-KODIĊI TA' ORGANIZZAZZJONI U PROĊEDURA ĊIVILI (EMENDA NRU.", "2)", "CODE OF ORGANIZATION AND CIVIL PROCEDURE (AMENDMENT) (NO.", "2) BILL", "MR SPEAKER: Il-Ministru Ninu Zammit.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Sur President, f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern nipproponi t-Tielet Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili, Kap 12\" ikun moqri t-Tielet Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tielet Darba u għadda.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-KODIĊI ĊIVILI", "CIVIL CODE (AMENDMENT) BILL", "MR SPEAKER: Il-Ministru Ninu Zammit.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Sur President, f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern nipproponi t-Tielet Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "HELEN D'AMATO: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Kodiċi Ċivili, Kap. 16\", ikun moqri t-Tielet Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem.con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tielet Darba u għadda.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA", "L-ATT DWAR ISTITUZZONIJIET FINANAZJARJI", "FINANCIAL INSTITUTIONS (AMENDMENT) BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mit-18 ta' Ġunju, 2007.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT (Kap ta' l-Oppożizzjoni): Sur President, naħseb li d- diskussjoni fuq dan l-abbozz ta' liġi tagħtina ċans biex nitkellmu b'mod ġenerali kemm dwar is-servizzi finanzjarji kif ukoll dwar il-konċett ta' kompetittivita` fl-ekonomija tagħna.", "M'hemmx dubju li s-servizzi finanzjarji qed juru ruħhom kompetittivi fuq bażi internazzjonali u qed jagħtu riżultati għal Malta.", "Allura jkun tajjeb li nirriflettu għaliex qed jiġri dan u x'inhuma l-affarijiet illi qed jagħmluhom kompetittivi ħalli nkunu nistgħu ngħinu lil setturi oħrajn ta' l-ekonomija jipparteċipaw f'din il-kompetittivita` li għandhom is-servizzi finanzjarji u jgawdu mill-istess suċċess.", "L-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna sempliċement iservi - u sewwa jagħmel - biex ikompli jwitti t-triq ħalli s-servizzi finanzjarji jżommu r- ritmu li kisbu f'dawn l-aħħar snin u li qed jiksbu bħalissa.", "Għalhekk naħseb li jkun tajjeb li nenfasizzaw x'inhuma l-affarijiet li wasslu biex is-servizzi finanzjarji jimxu 'l quddiem kif qed jagħmlu.", "L-ewwelnett m'hemmx għalfejn ngħidu li hemm il-kunsens politiku favur illi s-servizzi finanzjarji jiġu mmexxija 'l quddiem.", "Dan huwa kunsens li ilu għaddej mis- snin sebgħin, għalkemm irranka l-aktar fi tmiem is-snin tmenin u s-snin disgħin, u huwa kunsens marbut mal-ħtieġa li l-framework leġislattiv ikun tajjeb u jkun tali li jippermetti spazju sħiħ ħalli fejn għandna vantaġġ kompetittiv fil-qasam tas-servizzi finanzjarji u fi swieq internazzjonali, dak il-vantaġġ nissalvagwardawh u nseddquh.", "Nemmen li din hija xi ħaġa illi qed issir ukoll bl-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna.", "Jien nibqa' niftakar f'dak li qalli rappreżentant tal-professjoni tas- servizzi finanzjarji, li huwa accountant magħruf, meta ltqajna miegħu dan l- aħħar.", "Dan qalli li matul dawn l-aħħar snin twettqu bejn 90% u 95% tal- proġetti li konna fassalna aħna u konna aspirajna aħna meta konna fil-gvern bejn l-1996 u l-1998.", "Fil-fatt aħna konna staqsejna lill-practitioners tas- servizzi finanzjarji biex iħarsu lejn il-preżent u l-futur u jaraw x'inhuma l-bidliet u l-miżuri ta' tisħiħ li kienu jipprevedu li jistgħu jsiru biex inkunu nistgħu mmexxu 'l quddiem lil dan is-settur.", "Dan qalli li r-rapport li kien sar dak iż-żmien – bħala partit fil-gvern ma kellniex ċans inwettquh - kien fih miżuri li bejn 90% u 95% tagħhom ġew imwettqa u li fuq il-bażi tagħhom seta' jkompli jespandi s-settur tas-servizzi finanzjarji.", "Naħseb li din hija xi ħaġa importanti.", "F'dan il-qasam irridu nħarsu 'l quddiem il-ħin kollu biex fejn naraw li għandna jew se jkollna vantaġġi kompetittivi, fir-rispett tar-regoli ta' l- Unjoni Ewropea u fir-rispett ta' regoli oħra li jkunu viġenti fi ħdan il- komunita` finanzjarja internazzjonali, immexxuhom 'il quddiem u nagħtuhom is-saħħa.", "L-importanti hu li nkunu kompetittivi b'mod li bl-aħjar talenti li għandna u bl-aħjar kondizzjonijiet li nistgħu noffru, inkunu qegħdin two steps ahead - jekk mhux three steps ahead - ta' x'qed joffru l-kompetituri tagħna ħalli nkunu nistgħu mhux biss ngħadduhom imma nikkonsolidaw u nsostnu s-settur tagħna.", "Din hija xi ħaġa li hemm bżonn li nibqgħu nisħqu fuqha.", "Per eżempju, jgħiduli - naħseb bir-raġun - li bħalissa għandna vantaġġ kompetittiv li qed jikkonsolida ruħu fis-sens li servizzi finanzjarji stabbiliti fil-Lussemburgu u fl-Irlanda qegħdin iħossu li aktar jaqblilhom jistabbilixxu ċerti oqsma tas-servizzi finanzjarji f'Malta milli fejn qegħdin fil-Lussemburgu u fl-Irlanda għax il-costs u r-riżultati huma ħafna aktar vantaġġjużi għalihom.", "Nemmen li wasal iż-żmien ukoll li nagħmlu studju ieħor li jħares 'il quddiem u li jkun imġedded minn darba għall-oħra biex niflu fejn u kif qed tinbidel l-istampa kompetittiva f'dawn l-oqsma tas-servizzi finanzjarji, u skond id-daqqa niżfnu.", "Niżfnu billi jkollna bidliet leġislattivi u bidliet operattivi, dejjem bit-trasparenza meħtieġa ħalli l-vantaġġ kompetittiv tagħna nżommuh u nsostnuh.", "Dan iwassalni biex inħares ftit lejn il-konċett ta' kompetittivita` fl- ekonomija tagħna kollha.", "Jien wieħed minn dawk li ma nemminx li għandna ngħidu li għandna setturi li nqisuhom bħala t-trabi tagħna u l-oħrajn inqisuhom bħala children of a lesser god, qishom it-tfal ta' allat inqas ixxurtjati u allura nħalluhom imutu bil-mod il-mod jew malajr malajr.", "Il- kompetittivita` hija xi ħaġa li trid tiġi salvagwardata u mħarsa fl-oqsma ekonomiċi kollha li minnhom nistgħu naqilgħu l-għajxien tagħna, pero` ma nemminx li dan qed jiġri.", "Nemmen li qed jiġri fis-servizzi finanzjarji u aħna nappoġġjaw l-isforzi li jsiru biex is-servizzi finanzjarji jkomplu jingħataw in-nifs, u hawnhekk nixtieq ngħid prosit lill-practioners li hemm.", "Waħda mill-problemi tas-servizzi finanzjarji waħedhom hija li m'għandhomx biżżejjed dak li jissejjaħ trickle-down effect.", "Dan ifisser meta jkollok settur ekonomiku li bil-ħidma tiegħu mhux biss qed joħloq xogħol tajjeb għal dawk li qegħdin jaħdmu fih imma madwaru jiġġenera wkoll ħidma ekonomika oħra li jkollha ċertu impatt u ċerta attivita` oħra li minnha jgħixu aktar nies.", "Matul dawn l-aħħar ħames snin ikkalkolajt li l-valur miżjud per capita ta' persuni li jaħdmu fis-servizzi finanzjarji żdied b'xi erba' darbiet u dan huwa fenomenali.", "Li f'erba' snin jew f'ħames snin il- valur miżjud għal kull ras impjegata fis-settur – għallinqas skond l- istatistika ta' l-NSO - jiżdied b'erba' darbiet hija xi ħaġa tajba ħafna.", "Pero` mbagħad meta tħares lejn kif dan il-ġid miżjud qed jidħol bil-mod il- mod fl-ekonomija ssib li ma tantx għandu l-effett li joħloq madwaru mewġ ieħor ta' ħidma ekonomika li minnha jibbenefika l-pajjiż.", "Din hija xi ħaġa li l-prim ministru u l-gvern tiegħu għadhom ma rrealizzawx għax iħarsu lejn il-figuri tat-tkabbir ekonomiku u jgħidu li sejrin tajjeb.", "Pero` dawn ma jirrealizzawx li biex tmur tajjeb bħala pajjiż huwa importanti li s-setturi kollha jmorru tajjeb, imma jekk settur wieħed jew żewġ setturi partikolari li jkunu qegħdin jitimgħu dan it-tkabbir ekonomiku u dawn is-setturi jkunu ristretti fl-impatt tagħhom fuq l-ekonomija u fuq il-ħajja tal-familji in ġenerali allura jiġri li fuq il-karta jkun jidher li jkollok tkabbir ekonomiku ftit jew wisq interessanti, imma down the line, għall-mistoqsija \"Int qed tgħix aħjar\", ħafna familji jgħidu li mhux qed jgħixu aħjar.", "Għalkemm huwa meħtieġ u kruċjali li s-servizzi finanzjarji jingħataw l-ispazju kollu meħtieġ biex jibqgħu kompetittivi u biex iwessgħu l-ħidma tagħhom, nerġa' ngħid, li t-trickle-down effect tagħhom u l-mod kif ikabbru l-ħidma ekonomika fil-pajjiż huwa limitat u l- konċett ta' kompetittivita` jrid jiġi estiż u jrid jiġi sostnut mal-firxiet l-oħra ekonomiċi.", "Ikun tajjeb li ngħid li ħafna mill-practitioners u ħafna min-nies li huma involuti fis-servizzi finanzjarji jifhmuha din il-ħaġa u jitkellmu magħna dwar il-ħtieġa li filwaqt li rridu nibqgħu nsostnu l-kompetittivita` tas- setturi tagħhom, il-pajjiż irid jirrifletti u jaħdem bil-kbir ħalli jkompli jsostni l-kompetittivita` fl-oqsma differenti l-oħra li minnhom, b'effett ħafna aktar wiesa' u mifrux, jiġi ġġenerat ix-xogħol u l-kompetittivita` right across.", "Allura jekk fis-servizzi finanzjarji jirnexxielna nkunu kompetittivi, għaliex mhux qed jirnexxielna nkunu kompetittivi f'setturi sħaħ ta' l-industrija u f'setturi sħaħ tat-turiżmu li huma l-pilastri ewlenin ta' l-ekonomija tagħna?", "Illum smajna bil-problema tal-kumpannija VF Malta u minn hawnhekk irrid nestendi s-simpatija u s-solidarjeta` tiegħi lill-ħaddiema, lill-managers u lill-uffiċjali kollha involuti f'dik il-kumpannija.", "Jien mhux se noqgħod inħares lejn l-imgħoddi jew lejn il-preżent imma nistaqsi: Fil-qasam ta' l- industrija x'inhu jsir u x'sar biex il-kompetittivita` f'dawn l-oqsma tiġi sostnuta?", "Jien wieħed minn dawk li ma nemminx li għandna naraw ċerti setturi bħala tfal privileġġjati u ċerti setturi oħrajn ma jimpurtax jekk imutu ħames snin, sitt snin jew għaxar snin oħra jew illum.", "Jien nemmen li dan huwa li qed jiġri.", "Hemm indifferenza sħiħa lejn il-mod kif numru sostanzjali ta' fabbriki qegħdin jiffaċċjaw kondizzjonijiet ta' kompetittivita` li m'humiex qegħdin jagħtuhom wisq ċans li jibqgħu fil- wiċċ.", "Jien ma nemminx lanqas li l-gvern qed jagħmel biżżejjed biex jirrifletti din is-sitwazzjoni u b'assoċjazzjoni sħiħa, b'partnership sħiħ u bi sħubija sħiħa mas-setturi industrijali involuti qed jara x'jista' jagħmel biex il-kondizzjonijiet li jwasslu għal kompetittivita` aħjar f'oqsma industrijali ewlenin li qed jagħtu impjieg lill-eluf ta' ħaddiema jiġu salvagwardati.", "Din qed nagħmluha fis-servizzi finanzjarji - u tajjeb li qed nagħmluha – imma fl-opinjoni tiegħi, m'aħniex qed nagħmluha fil-qasam ta' l-industrija.", "Huwa veru li l-IT hija tajba u mixtieqa, imma l-idea li setturi oħrajn nistgħu naħslu jdejna minnhom m'hijiex waħda tajba.", "Hemm bżonn li f'dak li għandu x'jaqsam mal-kompetittivita` fil-qasam industrijali mhux sempliċement nippubblikaw rapporti li jagħmlu ħafna proposti u jibqgħu fl- ajru, imma hemm bżonn ta' direzzjoni hands on li b'sens ta' inizjattiva, b'sens ta' deċiżjoni u bi ħsieb dwar kif l-affarijiet jistgħu jitwettqu jsir dak li hemm bżonn ħalli dwar ċerti fabbriki tagħna li qed jiffaċċjaw problemi ta' kompetittivita`, il-gvern ikun allinjat mal-problemi tagħhom, mal-ħsebijiet tagħhom u ma' l-intenzjonijiet tagħhom.", "Jiddispjaċini ngħid li l-feedback li qed ikollna u l-informazzjoni li qed taslilna hi li din it- tip ta' rabta bejn x'iħossu l-industriji, x'iħossu ċerti fabbriki u x'jista' jagħmel u x'qed jagħmel il-gvern ma teżistix.", "Hemm qtugħ qawwi bejn il-mutur li qed imexxi numru ta' fabbriki li jinsabu fi problemi u l- mutur min-naħa tal-gvern – wara kollox jekk hemm - li donnu ma jimpurtahx minn dak li numru ta' fabbriki qegħdin iġarrbu u jiffaċċjaw fil-qasam tal- kompetittivita` industrijali fuq bażi ta' swieq internazzjonali.", "L-istess ħaġa ngħid fuq il-qasam tat-turiżmu.", "Għandna gvern li kull meta jkollu ċ-ċans jiftaħar bir-riżultati miksuba u meta r-riżultati jidhru inqas interessanti jagħlaq ħalqu jew addirittura jipprova jwaħħal f'dak jew fl-ieħor mill-istaff amministrattiv, mill-istaff dipartimentali jew mill- istaff l-ieħor fil-qasam tat-turiżmu.", "Meta l-affarijiet imorru tajjeb jieħu l-kudos u meta l-affarijiet imorru ħażin ifarfar!", "Il-problema fundamentali għadha m'hijiex qed tiġi ffaċċjata.", "Hawnhekk qed nirriferi għall-mod kif dan il-pajjiż tilef il-kompetittivita` tiegħu fil-qasam tat- turiżmu.", "Jien nemmen li waħda mill-problemi qed tkun li mhux qed ikun hemm biżżejjed ħidma ħalli l-problema li għandna fil-prodotti li qed inbigħu tiġi ffaċċjata bis-serjeta`.", "Per eżempju, qed inkunu timidi żżejjed f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-għanijiet li rridu nilħqu fl-ekonomija turistika tagħna.", "Imbagħad il-mezzi li qegħdin noperaw huma mezzi limitati, imħawda u marbuta ma' relazzjonijiet pubbliċi ħafna drabi infantili.", "Dan biex ma nsemmix ukoll li m'għandniex direzzjoni strateġika.", "Sur President, rigward personnel strateġiku fil-qasam tat-turiżmu forsi jkun hemm kelliema oħrajn li jitkellmu dwar dan fiż-żmien li ġej ħalli naraw kif nistgħu ntejbu l-kompetittivita`, imma ċertament l-aktar ħaġa importanti f'dan il-qasam hi li jekk inti temmen - u aħna nemmnu - li t- turiżmu tagħna jista' jkun kompetittiv allura trid tfassal miri li jkunu miri ta' min jemmen li dan is-settur huwa kompetittiv.", "Aħna nemmnu li fir- realtajiet preżenti ma tistax timxi 'l quddiem mingħajr pjan.", "Aħna fassalna pjan u se nkunu lesti biex inwettquh malli nkunu lura fil-gvern.", "Pero` qegħdin nistennew li l-gvern innifsu, minn issa stess, ikollu l-pjan tiegħu għax pjan fil-qasam tat-turiżmu nisimgħu ħafna dwaru imma kull meta mbagħad toħroġ xi indikazzjoni dwar x'inhu dan il-pjan, ħlief tinwih u miri vojta ma nisimgħux.", "Aħna nemmnu li jekk f'dan il-qasam tabilħaqq irridu nkunu kompetittivi bħala settur turistiku internazzjonali, il-miri tagħna jridu jkunu ambizzjużi u jridu jkunu jgħoddu għaċ-ċirkostanzi li minnhom qed naħdmu.", "Aħna fassalna l-pjan tagħna bħala mira għaż-żmien li ġej li nilħqu ċ-ċifra ta' 1.6 miljun turist li jiġu Malta.", "Nemmnu li fuq dik il-bażi għandna nimmiraw biex l-ispiża turistika s-sena li għaddiet ta' Lm422 miljun - din hija l-istima ta' kemm nefqu t-turisti f'pajjiżna s-sena li għaddiet - intellgħuha mill-inqas għaċ-ċifra ta' Lm620 miljun fuq temp ta' erba' jew ħames snin.", "Jekk ma nfasslux targets bħal dawn ma nkunux nistgħu nimmobilizzaw il-mezzi meħtieġa biex il-kompetittivita` fil-qasam tat- turiżmu tabilħaqq insostnuha u mmexxuha 'l quddiem.", "Imbagħad inkunu qed nimplimentawha bis-serjeta`.", "Hemm diversi mekkaniżmi li bihom tista' twettaq partijiet minn din il-politika.", "Aħna diġa` qed nirriflettu fuqha din u qed nippreżentawha fil-qasam ta' kif tħejji proġetti ta' żvilupp reġjonali, imma fuq kollox l-għan irid ikun li nissalvagwardaw il-kompetittivita`.", "Sur President, quddiemna għandna abbozz ta' liġi li qed jindirizza l-kompetittivita` fil-qasam tas-servizzi finanzjarji imma rridu naħdmu bl-istess mod - ħaġa li mhux qed issir - fil- qasam industrijali u fil-qasam turistiku.", "Għalhekk jien naħseb li rridu nirriflettu wkoll fuq l-impatt tal-gvern fuq il-kompetittivita` ta' dan il- pajjiż.", "Hija ħaġa ċara li parti sostanzjali mir-raġuni għalfejn fl-aħħar snin tflina mill-kompetittivita` ġejja mill-gvern.", "Il-gvern jaħti li dan il- pajjiż tilef u qed jitlef il-kompetittivita`.", "L-ewwelnett għandna t-tmexxija u l-amministrazzjoni tal-gvern stess.", "Jien niltaqa', kif jiltaqgħu sħabi, ma' diversi mexxejja ta' azjendi u negozji u l-ilment ewlieni tagħhom huwa n-nuqqas ta' focus, in-nuqqas ta' follow- through, in-nuqqas ta' trasparenza, in-nuqqas ta' effiċjenza u n-nuqqas ta' kontabilita` fit-tmexxija tal-gvern.", "Meta dawn jitkellmu ma' membri ta' l- amminstrazzjoni ċivili jingħataw rendikont diverġenti ta' x'inhi s- sitwazzjoni li taffettwahom, jingħataw struzzjonijiet kontradittorji dwar dak li għandhom jagħmlu, jingħataw timetables dwar deċiżjonijiet li għandhom jittieħdu li ma jinżammux, jingħataw wegħdiet dwar dak li għandu jsir li ma jinżammux, u jintbagħtu mingħand Kajfa għal għand Pilatu u lura fuq kwestjonijiet li għandu jkun hemm xi ħadd li jgħidilhom iva jew le fuqhom.", "Dan biex ma nsemmix il-permessi, il-liċenzji u r-regolamenti mhux ċari u mhux trasparenti.", "Per eżempju saret privatizzazzjoni, pero` din għadha tiddependi mill-go-ahead ta' organizzazzjoni li hija dominata mill- gvern.", "Jgħaddu sena u sentejn, u ħadd ma jaf eżattament fejn wasal!", "Din it-tip ta' inċertezza u dan it-tip ta' taħwid fil-mod kif isiru l- affarijiet qed jikkontribwixxu bil-kbir għan-nuqqas ta' kompetittivita` ta' l-ekonomija tagħna.", "Issa qed nitkellem kemm bħala stat ta' fatt fl- amministrazzjoni qua amministrazzjoni u qed nirriferi wkoll għal dak li għandu x'jaqsam ma' politika u policies li suppost jitwettqu jew li suppost jiġu definiti mill-ministru.", "Il-feedback u l-informazzjoni li jkollna aħna hija li l-ministri tal-gvern jew ma jafux jew ma jimpurtahomx jew huma miġġeldin bejniethom jew addirittura m'humiex interessati li ċerti affarijiet isiru b'ċertu mod, sakemm ikun involut wieħed jew l-ieħor min- nies li huma taċ-ċirku tagħhom.", "Din hija xi ħaġa li mill-ġdid toħloq nuqqas ta' ċertezza sħiħa u ssostni klima ta' nuqqas ta' kompetittivita` li l- operaturi ekonomiċi jgħidulek biha għal darba tnejn.", "Kieku forsi din jgħidhielek wieħed, tgħid li dan ma wasalx għand il-ministru, imma meta din tismagħha mingħand nies li ma jafux lil xulxin u li m'għandhomx l-istess negozju fil-qasam industrijali u fil-qasam tat-turiżmu, tgħid li hemm xi ħaġa li l-gvern innifsu qiegħed jikkontribwixxi għaliha biex il- kompetittivita` ta' pajjiżna taqa' lura.", "Sur President, bħala partit għadna kemm spiċċajna proġett sħiħ dwar l- iżvilupp li jista' jsir f'Buġibba, pero` l-affarijiet li semmewlna n-nies assolutament ma temminhomx.", "Per eżempju, inħareġ permess min-naħa tal-MEPA – din id-darba wieħed ma jistax iwaħħal fil-MEPA – biex fil-ponta tal-Qawra jinbnew xi forma ta' mogħdijiet ħalli dawk li għandhom l-equipment tad- diving ikunu jistgħu jaslu sat-tarf tal-baħar, l-awtorita` tat-turiżmu kellha dan il-permess u kulma kien hemm involut kien in-nefqa ta' xi Lm70,000, pero` bejn is-sena 2001 u s-sena 2006 din m'għamlet xejn u issa l- permessi skadew.", "Issa jerġa' joħroġ il-Ministru Zammit Dimech u bħala proġett ġdid li jrid iwettaq – dan il-proġett missu wettqu ma nafx kemm-il sena ilu – huwa proprju dan.", "Jien ngħid li dan it-tip ta' inkuranza u dan it-tip ta' nuqqas ta' effiċjenza - u forsi aktar minn hekk - huma affarijiet li ġejjin min-naħa tal-gvern li, bir-rispett kollu, qegħdin inawru l-kompetittivita` ta' l-industrija u tat-turiżmu.", "Jien nittama li ma naslux fi żmien fejn anke s-servizzi finanzjarji jintlaqtu minn din il-problema.", "Per eżempju, waħda mill-akbar mistoqsijiet li jistaqsu membri li qed jirnexxu fil-qasam tas-servizzi finanzjarji hija jekk hux se jkollna l-ħila, bħala pajjiż, li nsostnu ċerta rankatura fil-mod kif inkunu effiċjenti meta niġu biex niffaċċjaw l-isfidi li ġejjin f'dan il-qasam.", "Nistgħu nibqgħu għaddejjin bl-eżempji.", "Nistgħu nsemmu, per eżempju, l-eżempju tal-portijiet.", "Ilhom ma nafx kemm-il sena jgħidulna li se jirriformaw il-portijiet biex inaqqsu l-ispejjeż ta' l- iskariġġ.", "Issa qed jerġgħu jgħidulna li waslu, imma suppost li waslu fil- bidu ta' Novembru tas-sena li għaddiet.", "In the meantime li ġara hu li x- xogħol li kienet tagħmel il-GWU bil-kumpannija Cargo Handling ġie trasferit lill-kumpannija kummerċjali, u dan huwa monopolu privat ieħor jekk irridu nħarsu lejha b'dan il-mod, u l-ispejjeż għadhom telgħin.", "Jekk inħarsu lejn il-mod ta' kif il-konsumatur qiegħed jintlaqat naraw li anke din għandha impatt fuq l-effiċjenza, fuq il-kompetittivita', fuq il- kontabilita' u fuq it-trasparenza.", "Minn Novembru li għadda suppost li s- sistema tal-mediċini – in-numru tal-mediċini naqas u l-prezz tagħhom għola - kellha ssir waħda trasparenti u l-affarijiet kellhom jinżlu 'l isfel.", "Dan l-aħħar kellna rapport, li m'hemmx dubju li ġie placed min-naħa tal- gvern, fil-gazzetta \"The Times\" fejn qalilna li se jsib soluzzjoni għal din il-problema sa l-aħħar tas-sajf jew matul is-sajf meta suppost li f'Novembru li għadda kienet diġa` nstabet is-soluzzjoni.", "Aħna nafu x'inhi waħda mill-problemi tal-mediċini.", "Il-problema hija li hemm imblokk kbir fil- kumitat imwaqqaf bejn il-privat u l-gvern ħalli jiffaċċja l-problema tal- mediċini.", "Għandek il-problema tan-nuqqas ta' mediċini u tal-prezz tagħhom u għandek imblokk li l-gvern qatt ma kellu l-ħila li jiffaċċjah b'xi mod jew ieħor, u allura qiegħed ibati l-konsumatur għax l-ispejjeż telgħin, l- ispejjes tal-ħajja telgħin, u telgħin ukoll l-ispejjeż fil-qasam tal- mediċini.", "Dan kollu qiegħed iħalli impatt fuq l-effiċjenza u fuq it-trasparenza tal- pajjiż.", "Kellna każ wara każ wara każ.", "Per eżempju, fil-qasam ta' l- industrija kien hemm - u nistaqsi x'sar minnhom - arranġamenti li kellhom isiru fuq kif se jiġu handled il-fliexken tal-plastik.", "Suppost li kien hemm arranġament ħalli meta jiġi importat ix-xorb minn barra jew inkella meta jsir ix-xorb hawn Malta fi fliexken tal-plastik, titħallas xi forma ta' levy u l-affarijiet jiġu ċentralizzati.", "Safejn naf jien dan l- arranġament kellu jidħol fis-seħħ matul is-sena li għaddiet, imma sal-lum għadha in abeyance u għadha pending.", "File wara file fejn l-affarijiet ma jiġux solvuti u jintefgħu fuq l-ixkaffa!", "Dan in-nuqqas ta' forward movement m'huwiex iseħħ biss f'qasam wieħed imma qiegħed jiġri across the board fl-affarijiet tal-gvern.", "Dan qiegħed isostni l-ineffiċjenza u n- nuqqas ta' kompetittivita' f'pajjiżna u minnufih jintrabat mat-tieni element li fih il-gvern innifsu qiegħed iżid man-nuqqas ta' kompetittivita' li qegħdin niffaċċjaw f'pajjiżna fis-setturi ekonomiċi ewlenien.", "Għandek it-taxxi!", "Pajjiżna għadda dawn l-aħħar snin minn rittmu dejjem jiżdied fil-piżijiet ta' taxxa li l-gvern poġġa fuq iċ-ċittadini u fuq l- impriżi.", "M'hemmx dubju dwarha din.", "L-istatistika turi li fl-aħħar tlieta, erba' snin, taħt it-tmexxija tal-Prim Ministru Lawrence Gonzi, il-piż ta' tassazzjoni fuq l-impriżi u fuq il-familji baqa' jiżdied b'rata ħafna iktar għolja mir-rata ta' tkabbir ekonomiku.", "Ir-riżultat huwa li bħala persentaġġ, f'dawn l-aħħar tlieta, erba' snin, il-proporzjon ta' taxxi mill- kejk tal-ġid nazzjonali żdied bil-kbir.", "Issa meta l-piż tat-taxxi qiegħed jiżdied b'dan il-mod, meta għandek aktar u aktar mill-proporzjon tal-kejk nazzjonali li qiegħed jittiekel u qiegħed imur għat-taxxi jfisser li qegħdin jiżdiedu l-piżijiet fuq l-industrija u fuq it-turiżmu.", "B'xorti tajba, is-servizzi finanzjarji ħelsu minnha s'issa, imma nista' nipprevedi żmien fejn il-gvern ikollu jdur - jekk jibqa' sejjer kif inhu sejjer - fuq is-servizzi finanzjarji billi jintaxxahom aktar ħalli jkun jista' jlaħħaq mal-bżonnijiet tiegħu.", "Għaliex ikollu jagħmel hekk?", "Ir-raġuni hija din.", "Għalkemm erba' snin ilu l-gvern kien qal li għandu l- finanzi tiegħu fis-sod, u bħalissa qiegħed niftakar fil-posters kbar \"Finanzi fis-Sod\" li konna naraw fit-toroq u li bihom kienu qegħdin jipprovaw jipperswaduna li d-dħul u l-ħruġ tagħhom kienu bilanċjati, fil- verita` kien qiegħed jiġri bil-maqlub.", "Fl-2003, 10.3% ta' l-ekonomija tagħna kienu mittiekla mid-deficit finanzjarju tal-gvern.", "Issa naf li l- gvern jgħid li parti minnha kienet ta' darba, pero` xorta jibqa' l-fatt li 10.3% kienet l-aktar ħofra enormi li pajjiżna qatt kellu fl-istorja tiegħu.", "Anke meta tqabbel din iċ-ċifra ma' kif ippruvaw ibażwru l-istatisitka għas- sena 1998 ħalli jgħidu li l-gvern Laburista kellu l-aktar deficit għoli, it- tbażwira ta' l-2003 kienet storikament ġabet l-aktar deficit kbir f'pajjiżna!", "Fl-istess żmien li kellna l-akbar deficit fil-finanzi pubbliċi, in-naħa tal- gvern kienu qegħdin jgħidulna li l-finanzi huma fis-sod.", "Imbagħad matul dawn l-aħħar tlieta, erba' snin, x'għamlu sabiex jilħqu mal-kriterji ta' l- Unjoni Ewropea f'Maastricht?", "Tejbu l-effiċjenza tal-gvern?", "Jekk ittejjeb l- effiċjenza tal-gvern tkun qiegħed f'pożizzjoni li ta' l-anqas tibbilanċja l- kotba u ta' l-anqas, għal kull lira li ddaħħal f'taxxa, tkun qiegħed tagħti lira lura f'servizz.", "U jekk tiffoka fuqha tkun forsi qiegħed tersaq sabiex tibbilanċja l-kotba mingħajr ma żżid il-piżijiet.", "Imma l-gvern Nazzjonalista m'għamilx hekk, anzi għamel bil-maqlub!", "L-awtoritajiet żdiedu bil-kbir u l-isparpaljar ta' fondi kompla tiela' 'il fuq.", "Hawnhekk ma nsemmux biss l-isptar f'Tal-Qroqq, fejn il-fondi tiegħu baqgħu telgħin għal Lm300 miljun bħala spiża, imma nistgħu nsemmmu proġetti oħra tal-gvern.", "Sur President, jekk inħarsu lejn l-aħħar tlieta, erba' snin fuq l-ispiża fil-proġetti tal-gvern insibu li din telgħet għal aktar milli stmata b'Lm191 miljun.", "Mela fejn kellu jkun hemm sforz sabiex inġibu l-finanzi lura fuq il-kriterji ta' Maastricht, fejn kull lira li jonfoq il-gvern tkun lira minfuqa tajjeb, l-isparpaljar baqa' għaddej bil-kbir.", "Per eżempju, kellna l-proġett ta' Dar Malta fi Brussell li s-somma tagħha kienet tlaħħaq Lm10 miljuni, jekk mhux Lm12-il miljun.", "Kellna proġett ieħor ta' Lm6 miljuni li ġew minfuqa fuq port fallut fi Brindisi.", "Quddiem din il-ħofra enormi li kellu l-gvern tlieta, erba' snin ilu, ma ħadimx ħalli jnaqqas l- ispiża tiegħu imma l-ispiża tiegħu baqgħet għaddejja b'rankatura.", "Għalhekk is-soluzzjoni tagħhom kienet dik li jżidu t-taxxi.", "Kellna l-VAT li minn 15% telgħet għal 18%.", "Kellna patafjun sħiħ ta' taxxi li baqgħu jiżdiedu.", "U dan huwa veru għax ir-rata ta' tkabbir ekonomiku kienet ħafna inqas matul dawn l-aħħar snin mir-rata li biha żdiedu it-taxxi diretti u indiretti.", "Kemm ilu Dr Gonzi bħala Prim Ministru - qablu kien hemm rankatura li kienet tixbaħha wkoll – f'dawn l-aħħar tlieta, erba' snin, it-tassazzjoni diretta u indiretta żdiedet kull sena b'Lm60 miljun.", "Illum it-tassazzjoni diretta u indiretta telgħet għal Lm240 miljun aktar milli kienet erba' snin ilu.", "U m'hemm l-ebda sinjal li dan qiegħed jaqa' lura b'xi mod jew ieħor.", "Allura x'ifisser dan kollu?", "Fuq bażi nominali – għax fuq bażi ta' accruals ma nafux x'inhu għaddej - jidher li d-deficit tnaqqas.", "Imma sabiex jiġri hekk il-piż ta' tassazzjoni fuq il-pajjiż kellu jiżdied b'mod enormi.", "Issa jekk żdied dan il-piż ta' tassazzjoni, x'ġara?", "Żdiedu wkoll l-ispejjeż fl- ekonomija, żdiedu l-ispejjeż tal-familji, żdiedu l-ispejjeż ta' l-impriżi u tnaqqset il-kompetittivita` tal-pajjiż.", "Dan m'iniex qiegħed ngħidu jien, imma mill-aħħar kejl li sar mill-istitut li jkejjel il-kompetittivita` tal- pajjiżi, ikkonkluda li s-sena li għaddiet Malta naqqset il-kompetittivita` tagħha vis-a-vis pajjiżi oħra membri ta' l-Unjoni Ewropea.", "Dan lilna jinkwetana għax kemm il-gvern u kemm aħna, bħala consent għandna ngħidu li wieħed mill-ewwel miri f'dak li għandu x'jaqsam mat-tkabbir ekonomiku, ma' kif noħolqu x-xogħol u ma' kif nagħtu rankatura lill-pajjiż huwa billi li nkomplu mmexxu 'l quddiem il-kompetittivita`.", "Imma minflok qiegħed jiġri bil-maqlub!", "Il-gvern qiegħed jaġixxi b'tali mod li qiegħed iżid il-piżijiet ekonomiċi u finanzjarji fuq l-impriżi u fuq il-familji.", "Din hija xi ħaġa tajba għall-gvern għax b'hekk jista' jgħid li l-miri ta' Maasrticht qegħdin nilħquhom.", "Imma bir-rispett kollu, dan m'huwiex l-aħjar mod li bih għandek tilħaq il-miri ta' Maastricht u l-miri ta' l-ewro.", "Tilħaqhom billi tnaqqas il-piżijiet tiegħek fuq l-ekonomija ħalli t- tassazzjoni ma tkomplix isservi ta' mażżra fuq l-azjendi tal-gvern.", "Issa l-gvern qiegħed jgħid li malli nispiċċaw l-isptar Tal-Qroqq mhux se jkollna problema għax se nnaqqsu f'daqqa waħda din l-ispiża kbira.", "Imma meta jgħid dan il-kliem ikun qiegħed jara sal-ponta ta' imnieħru, u forsi qiegħed jgħid hekk għax ġejja l-elezzjoni!", "Dan għaliex l-ispiża rikorrenti li se jkollna fil-qasam tas-saħħa rridu niffaċċjawha b'xi mod jew ieħor, u rridu niffaċċjawha b'mod razzjonali.", "Irridu niffaċċjawha billi l-ispejjeż tagħna jkunu maħduma b'mod effiċjenti u mhux bl-ineffiċjenza, billi jkunu maħduma b'mod trasparenti u mhux ħadd ma jaf x'inhu għaddej, u billi jkollna l-kontabilita` ta' l-affarijiet u mhux infarfru meta l-affarijiet imorru ħażin!", "U dan għandna nagħmluh ħalli ma nerġgħux induru fuq il-poplu u nżidulu t-taxxi.", "Minn hemm imbagħad jirriżulta t-taħwid f'moħħ il-prim ministru innifsu fir-rigward ta' l-inċidenza tat-taxxi.", "Sur President, ġimgħa ilu bqajt imbellah meta smajt li l-prim ministru għadu lanqas jaf li l-VAT għandha inċidenza qawwija fuq is-servizzi edukattivi!", "Lanqas jaf li l-VAT għandha inċidenza mhux żgħira fuq il- prezzijiet tal-housing, speċjalment għal dawk li jixtru l-ewwel darba.", "Naħseb li issa qiegħed jippretendi li ma jafx għax reġa' għamel ir- revision!", "Imma jekk lanqas dawn l-affarijiet bażiċi ma jaf bihom, u jkollu l-makna tal-propaganda tiegħu tgħid bil-maqlub, ara kemm in-nuqqas ta' attenzjoni fuq kif l-istruttura tat-tassazzjoni f'pajjiżna tista' u qiegħda taffettwa lill-kompetittivita`!", "Nerġa' ngħid li l-qasam tas-servizzi finanzjarji huwa l-inqas wieħed li forsi huwa maqbud minn dan l-ingranaġġ.", "Pero` s-servizzi finanzarji jitwieżnu meta nħarsu lejn l-ekonomija strateġika tagħna fuq l-ispektrum sħiħ ta' l-attivitajiet ekonomiċi li jkunu għaddejjin fil-pajjiż.", "Għalhekk irridu nifhmu li filwaqt li s-servizzi finanzjarji rridu nimbuttawhom 'il quddiem, pari passu magħhom irridu nkunu attenti sabiex inkomplu nagħtu n-nifs lil setturi importanti oħra.", "Il-gvern m'huwiex qiegħed jifhem – jew inkella ma jimportahx - li din it-tassazzjoni qiegħda tagħmel dawn il-piżijiet kollha fuq l-ekonomija tagħna u qiegħda tkun ta' dannu kbir għall-ekonomija u għall-futur tagħna.", "Jekk ma nkunux kompetittivi m'hemmx ċans li nimxu 'il quddiem fit-tellieqa tagħna ħalli ntejbu l-istandards tal-kwalita`, ta' l-għajxien u tal-ħarsien soċjali.", "Fil-qasam tal-ħarsien soċjali, jekk inħarsu lejn l-indikaturi tal-pjan ta' l-istrateġija ta' Lisbona, insibu li qegħdin naqgħu lura.", "Hemmhekk għandna bżonn li nonfqu aktar ħalli nkunu nistgħu nagħtu l-mezzi meħtieġa sabiex intejbu l-kwalita` ta' servizzi mogħtija fl-edukazzjoni, fit-teknoloġija u fir-riċerka.", "Ninsabu f'pożizzjoni li sabiex inlaħħqu ma' l-obbligi li jaqgħu taħt il-miri ta' Maastricht u ta' l-ewro, ikollna nżidu t- tassazzjoni, imma sabiex inżidu fuqhom għandna problema.", "Allura naħseb li l-gvern irid ikun ħafna iktar attent - li mhux qed ikun – għall-mod ta' kif hu qiegħed ikun waħda mill-mażżri li qiegħda żżomm lura l- kompetittivita` f'pajjiżna.", "U dan qiegħed jagħmlu b'ineffiċjenza ta' tmexxija, bin-nuqqas ta' trasparenza fit-tmexxija, bin-nuqqas ta' kontabilita` fit-tmexxija u fuq kollox, bil-piżijiet ta' tassazzjoni li jinsabu dejjem telgħin.", "Jiena nappella lill-gvern ħalli kif fuq is-servizzi finanzjarji hawn kunsens dwar kif għandna nimxu 'il quddiem ħalli nsostnu l- kompetittivita` u nżommu l-kompetittivita` fiż-żmien li ġej, fl-istess ħin il-gvern għandu jagħmel proposti fil-qasam ta' l-industrija, fil-qasam tat- turiżmu u fl-oqsma l-oħra tat-tmexxija tiegħu, ħalli tabilħaqq dawn l-oqsma li qiegħed insemmi jkunu kompetittivi.", "Sur President, f'dawn l-oqsma m'aħniex qegħdin inkunu kompetittivi, u l- akbar problema hija li l-gvern innifsu qiegħed ikun raġuni ewlenija għaliex m'aħniex qegħdin inkunu kompetittivi, mhux l-anqas bit-taxxi li qiegħed jimponi u jżomm fuq il-pajjiż.", "Naħseb wieħed mill-għanijiet tas-snin li ġejjin irid ikun dak li jekk fil-qasam tat-tassazzjoni ma jkollniex breaks ħalli t-taxxi ma jkomplux jiżdiedu, se nkunu qegħdin inkomplu nżidu l- problemi tal-kompetittivita` tagħna.", "Tir ewlieni għandu jkun dak li nnaqqsu l-piżijiet tat-taxxi fuq il-familji u fuq l-azjendi tagħna.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Il-Ministru Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Sur President, fil-ħin li għandi għad-dispożizzjoni tiegħi se nipprova nagħmel xi riferenzi għal-liġi li għandna quddiemna.", "Xtaqt nagħmel ukoll xi riferenzi għal diskorsi li saru f'din il-Kamra, b'mod partikolari għal dawk li saru l-bieraħ filgħaxija.", "Il-kap ta' l- oppożizzjoni għadu kif għamel riferenza għall-ftehim li kien hemm mal-port workers u għall-bidla li trid iġġib fis-sistema tal-portijiet tagħna.", "Jiena nerġa' nikkonferma li l-ftehim mal-port workers huwa finalizzat b'tali mod li qegħdin nippreparaw ukoll l-emendi meħtieġa għal-leġislazzjoni ta' pajjiżna li torbot dan is-settur.", "Fil-fatt il-bieraħ ippreżentajt il-mozzjoni ta' l-Ewwel Qari ta' l-abbozz ta' liġi dwar il-bidla ta' l-ordinanza.", "M'għandix dubju li r-riżultat aħħari ta' ftehim bħal dan ikun li jkollna traħħis fit-tariffi u traħħis fl- ispejjeż li jridu jsiru.", "M'għandix dubju li dan se jkun ta' kontribut siewi fit-tnaqqis ta' l-ispejjeż għall-industrija ta' pajjiżna u se jkun ta' kontribut siewi għal dawk il-bidliet meħtieġa li hemm bżonn li jsiru f'dan il-qasam matul is-snin li ġejjin.", "Ma setax jonqos li l-kap ta' l- oppożizzjoni jagħmel riferenza għall-fatt li tneħħa – skond hu – operatur li kien qiegħed jopera fil-port il-kbir bħal dan iż-żmien sena.", "Fir-realta` l-operatur in partikolari ma tneħħa xejn imma kien hemm bidding ta' tendering process fejn hu m'għamilx il-bidding tiegħu bħala l- organizzazzjoni kif kienet qabel.", "Dak il-bidder deherlu li ma kellux jibqa' jaħdem bħala l-kumpannija Cargo Handling Company Ltd. u lanqas biss issottometta xi forma ta' tender marbuta ma' dan il-kuntratt.", "Qiegħed ngħid dan il-kliem ħalli ħadd ma jiġi hawnhekk u jgħid li jien qiegħed nipprova nimmiżlidja lill-Kamra.", "Is-sid ta' dik il-kumpannija ngħaqad ma' ħaddieħor u l-bidding ta' dik il-kumpannija ma kienx meqjus bħala l-aktar wieħed vantaġġjuż għas-sistema tal-portijiet tagħna.", "Saret riferenza wkoll għall-kwestjoni tal-mediċini u li l-gvern m'għandux volonta` li jiddeċiedi.", "Il-kap ta' l-oppożizzjoni qalilna li waħda mid- diffikultajiet hija marbuta ma' problemi interni li hemm fi ħdan il- kumitat.", "Nista' ngħid li l-Kamra tal-Kummerċ ġiet informata xi ġimagħtejn ilu li jekk kemm-il darba se tibqa' bis-sitwazzjoni li konna qegħdin fiha, il-gvern kien se javvanza s-sistema ta' kif ikun hemm id-deċiżjonijiet marbutin ma' dawk il-kwestjonijiet li jistgħu jinqalgħu minn żmien għal ieħor.", "U dan proprju sabiex nassiguraw li nkunu nistgħu navvanzaw f'din il- kwestjoni tal-mediċini.", "Fuq dak li ntqal fir-rigward ta' l-istrateġija ta' Lisbona nista' ngħid li ma smajna xejn ġdid illejla.", "Għall-oppożizzjoni l-istrateġija ta' Lisbona tfisser biss riċerka, teknoloġija u innovazzjoni għax dawn huma l-punti li dejjem jissemmew.", "Anzi ma nafx kif ma ssemmietx ukoll iż-żieda tan-nisa fid-dinja tax-xogħol peress li s-soltu dan il-punt jissemma min-naħa l-oħra minħabba li Malta qiegħda lura meta mqabbla ma' pajjiżi oħra.", "Fir-realta`, l-isforz konkret u persistenti li qiegħed jagħmel il-gvern sabiex in-nefqa f'edukazzjoni, f'riċerka, f'innovazzjoni u f'żieda tan-nisa fid-dinja tax- xogħol żdied b'mod qawwi u konsistenti.", "Sur President, is-sena li għaddiet u s-sena ta' qabel kellna numru ta' inċentivi li l-intenzjoni tagħhom kienet proprju dik li jindirizzaw dawn is- setturi.", "Naturalment in-nefqa żdiedet, u m'għandix dubju li meta niġu biex niddiskutu l-budget tas-sena d-dieħla se nkunu f'qagħda li nerġgħu nallokaw aktar fondi għal dawn is-setturi partikolari.", "Naturalment dan ma jfisser xejn għan-naħa ta' l-oppożizzjoni għax għalihom l-aqwa li jiġu hawnhekk u jgħidu li fl-istrateġija ta' Lisbona qegħdin lura f'dawn is-setturi meta mqabblin ma' pajjiżi oħra.", "Madankollu l-isforz li qiegħed isir min-naħa tal- gvern huwa wieħed kbir.", "Dan nistgħu narawh billi sempliċement immorru sa l-universita` għax hemmhekk nistgħu naraw l-investiment qawwi li qiegħed isir f'diversi oqsma, uħud minnhom ġodda.", "Dan l-aħħar kien hemm id-deċiżjoni li titwaqqaf il- fakulta` ta' l-ICT fl-universita`.", "Dik hija d-differenza li teżisti bejn illum u dak iż-żmien li fih konna nitwerwru jekk xi ħadd ifettillu jimporta kompjuter - li dak iż-żmien kien ikun fih daqs nofs din il-Kamra – għax kien ikun se jtellef xi persuna mix-xogħol tagħha!", "Illum għandna t- teknoloġija ta' l-informazzjoni li hija għodda prinċipali u għodda qawwija.", "Jinsabu għaddejjin inizjattivi waħda wara l-oħra - min-naħa tal-gvern kif ukoll mis-settur privat - sabiex isir dak kollu possibbli ħalli dan is- settur ikompli javvanza.", "Sur President, nistgħu nitkellmu wkoll fuq il-farmaċewtika li għal darb'oħra kien hemm diffikultajiet kbar meta ġejna sabiex nibdew, imma xorta waħda bdejna u mxejna 'l quddiem.", "Avvanzajna, u l-parteċipazzjoni ta' dan is-settur fl-ekonomija ta' pajjiżna kibret u qiegħda tkompli tikber.", "Jiena għandi fiduċja li matul iż-żmien li ġej din l-istess sitwazzjoni se tkompli tikber fl-aħjar interess mhux tas-settur innifsu imma anke ta' l-ekonomija ta' pajjiżna.", "Dan is-sehem qawwi se jwassal sabiex ikollna ħolqien ta' aktar impjiegi u li permezz tagħhom se jkun hemm żieda fin-numru globali ta' persuni li qegħdin jaħdmu.", "Aħna ma niċċelebrawx meta jkun hemm xi kumpannija li tagħlaq, imma meta jiġri hekk din in-naħa tal-Kamra tibki u tipprova tgħin bl-aktar mod qawwi billi ssib xogħol alternattiv għal dawk il-ħaddiema li jkunu tilfu posthom.", "Il-ħidma tagħna hija primarjament indirizzata sabiex kontinwament jinħoloq ix-xogħol għax permezz tiegħu nkunu nistgħu ngawdu bħala pajjiż u nkunu nistgħu nassiguraw li l-livell ta' l-għajxien tagħna jkompli jitjieb għall-benefiċċju dirett tal-familji kif ukoll ta' l-ekonomija ta' pajjiżna.", "Naturalment, meta nitkellmu fuq kemm il-gvern ġabar aktar miljuni mis-snin ta' qabel kulħadd jinsa li dan ġara meta f'pajjiżna t-taxxi naqsu u mhux żdiedu.", "Għalhekk dan huwa indikatur fih innifsu ta' kemm żdied ix-xogħol, huwa indikatur fih innifsu ta' kemm qegħdin jitħallsu flejjes għal diversi xogħlijiet li jkunu saru u huwa indikatur ċar ta' kemm pajjiżna m'huwiex qiegħed imut b'nuqqas ta' xogħol imma jinsab għaddej b'rittmu qawwi f'xogħol marbut ma' l-ekonomija tagħna.", "Sur President, għedt ukoll li se nitkellem ftit fuq xi punti li qajjem il-bieraħ filgħaxija l-Onor.", "Herrera.", "Għal darb'oħra l-Onor.", "Herrera - forsi wara numru ta' house visits li għamel – ġie hawnhekk u għamel sensiela ta' allegazzjonijiet marbutin b'mod partikolari ma' l-awtorita` marittima.", "Dawn is-sensiela ta' allegazzjonijiet ipprova jgħaqqadhom mal-fatt li l-awtorita` marittima hija organizzazzjoni ta' ħidma fuq il-livell internazzjonali, u li allura hija organizzazzjoni li tipparteċipa fis-settur finanzjarju ta' pajjiżna.", "Li membru ta' din il-Kamra - ikun min ikun - jiġi f'dan il-parlament u jippreżenta l-fatti ma jdejjaqni xejn.", "Imma li jinkwetani huwa meta membru jiġi f'din il-Kamra u jispara dak li jiġi għal ilsienu f'dak il-mument partikolari u mbagħad ma jkunx lest li jerġa' jirrepetih barra minn din il- Kamra.", "Illum stess bgħatt it-transcript tad-diskors ta' l-Onor.", "Herrera lill- kummissjoni permanenti kontra l-korruzzjoni għax deherli li dawn l- allegazzjonijiet, uħud minnhom ġodda u wħud minnhom ripetuti, kienu jimmeritaw l-investigazzjoni ta' din il-kummissjoni.", "Dan għamiltu għax nemmen u dejjem emmint f'dawn l-20 sena li ilni f'dan il-parlament li meta bniedem jiġi f'din il-Kamra, għandu jkollu d-diċenza li jkun jaf il-fatti u li jkun lest jirrepeti dak li jkun qal anke barra minn din il-Kamra.", "Fid- diskors tal-bieraħ l-Onor.", "Edwin Vassallo qal lill-Onor.", "Herrera sabiex jekk huwa raġel joħroġ jgħid dawk l-affarijiet barra minn din il-Kamra.", "Imbagħad qam l-Onor Herrera u qallu li dak li qal fuq il-maritime authority kien se jgħidu barra minn dan il-parlament fil-mument propizju.", "Sur President, meta membru parlamentari, hu min hu, jiġi f'dan il-parlament u jgħid ċerti affarijiet, għandu jkollu d-diċenza sabiex dak li jgħid f'din il-Kamra jerġa' jirrepetih barra.", "L-idea li din il-Kamra hija xi refugium peccatorum, fejn dak li jkun jgħid li jfettilu u mbagħad jinqeda bl-iskuża tad-dritt tagħna bħala membri parlamentari li għandna l-protezzjoni tas- Sedja u li għandna l-privileġġ parlamentari, m'huwiex il-mod ta' kif aħna naġixxu hawnhekk.", "Matul is-snin kollha li ilni f'dan il-parlament qatt ma wżajt il-privileġġ parlamentari sabiex nipprova nċappas lil xi ħadd.", "U fl- istess ħin ma nistennix li jkun hemm xi ħadd li jipprova jinqeda bil- privileġġ parlamentari ħalli jgħid dak li jfettillu u joqgħod ixandru 'l hawn u 'l hemm bl-iskuża li huwa protett bil-privileġġ parlamentari.", "Il-privileġġ parlamentari aktar milli dritt huwa dover u m'huwiex xi dritt li għandna nabbużaw minnu.", "Il-privileġġ parlamentari m'huwiex l-għodda li permezz tagħha nużaw dan il-post sabiex mingħalina nċappsu lil Ċikku, lil Peppu jew lil Ġanni!", "Il-privileġġ parlamentari hija għodda li permezz tagħha aħna suppost li nerfgħu b'aktar responsabbilta` dak li nkunu qegħdin ngħidu.", "Dan jgħodd aktar u akar meta l-fatti jkunu differenti minn dak li attwalment ikun qed jingħad.", "Fid-diskors tiegħu tal-bieraħ l-Onor.", "Herrera qalilna li huwa qiegħed jagħmel riferenza għal dak li kien qal f'xi ħin jew ieħor f'dan il-parlament l-Onor.", "Joe Mizzi ftit tal-ġimgħat ilu.", "L-Onor.", "Joe Mizzi kien ġie u għamel xi allegazzjonijiet, naturalment bil- protezzjoni tal-privileġġ parlamentari.", "Fid-diskors tiegħu qalilna li min suppost kellu jaqbad il-brimba kien jifforma parti mill-istess brimba.", "Għalhekk sfidajtu sabiex joħroġ barra u jirrepeti dak li kien qal.", "Imma minn dakinhar diġa` għaddew kważi 15-il ġurnata u għadu ma qal xejn għax il- privileġġ parlamentari huwa kbir wisq sabiex naħarbu minnu u mmorru ngħidu l-affarijiet barra minn din il-Kamra!", "Hawnhekk ukoll tara l-mod qarrieqi ta' kif il-partit Laburista jaħdem.", "Jien għandi kopja ta' dak li qiegħda tgħid il-gazzetta \"Maltastar.com.\" tal-lum.", "Meta din il-gazzetta qiegħda tagħmel riferenza għal dak li qal l-Onor.", "Joe Mizzi qalet, fost affarijiet oħrajn, li jiena m'għamilt l-ebda espressjoni pubblika fuq l- allegazzjonijiet li kien hawn f'dan il-parlament.", "Imbagħad qalet ukoll dan li ġej:", "\"The minister has still not officially commented on the investigation but told a Sunday newspaper that he has referred the matter to the commission against corruption\".", "Sur President, jiena naf x'qiegħda tgħid il-gazzetta li għamlet riferenza għaliha l-'Maltastar.com\".", "Nista' ngħid li fl-ebda ħin, la jien u lanqas il- gazzetta \"Malta Today\" ma għedna li jien kont irriferejt sa nhar il-Ħadd li għadda il-każ lill-kummissjoni permanenti kontra l-korruzzjoni.", "Jiena għedt – u se nerġa' nirrepeti dak li għedt nhar il-Ħadd li għadda - li kont se nressaq il-każ quddiem il-kummissjoni permanenti kontra l-korruzzjoni.", "Pero` nhar il-Ħadd li għadda jien għedt li kont se nressaq il-każ quddiem din il-kummissjoni biex tkun tista' tinvestiga dak li ġie allegat f'dan il- parlament dwar ħruġ ta' liċenzji u affarijiet oħrajn bħal dawn.", "Hawnhekk għamlu bidla żgħira u minflok qalu \"kien se jressaq\" qalu \"ressaq\" biex issa għada, pitgħada jew ma nafx meta, jipprovaw ibellgħu lil dawk li jaqraw il-maltastar.com - bħalma għamlu fil-ġimgħat li għaddew - li jien kont għedt affarijiet li m'humiex korretti.", "Per eżempju, issa l- maltastar.com, l-istazzjonijiet tat-television tal-partit Laburista u xi oħrajn fi ħdan il-partit Laburista qegħdin jgħidu li fis-sena 2002 jien qarraqt u gdibt lil dan il-parlament.", "Għalhekk jien diġa` tlabt li l- affarijiet jiġu investigati min-naħa tiegħek, Sur President.", "Jien nerġa' nappella biex wieħed jaqra x'kienet il-mistoqsija li saret f'Ġunju jew f'Lulju tas-sena 2002 u x'kienet ir-risposta.", "F'dik il- mistoqsija ġie mistoqsi kemm kienu l-persuni li nqabdu mhux fuq il-post tax- xogħol, x'passi ttieħdu u x'tip ta' persuni kienu dawk li nqabdu.", "Ir- risposta għaliha kienet – din ma ġibthiex jien imma ġabuha d-diversi diretturi li jaqgħu taħt il-ministeru – li ma kien hemm l-ebda ħaddiem li ma kienx fuq il-post tax-xogħol.", "Imbagħad għax dehrilhom li fir-risposta li bagħtuli d-diretturi differenti, iffirmata mid-direttur tal-corporate services ta' dak iż-żmien, jien għedt xi ħaġa li ma kenitx f'postha, ġew hawnhekk u qalu li jien gdibt.", "Jien naħseb li jigdeb, li jipprova jqarraq b'din il-Kamra, bil-pubbliku u b'min ikun qed jisimgħu, huwa min jibqa' jsemmi naqriet żgħar ta' tape recordings li saru b'mod illegali, u dan minkejja d-diversi talbiet u sfidi li għamilt jien.", "Pero` fuq dan wieħed ikollu ċans jitkellem 'il quddiem, u m'iniex se noqgħod intawwal fuqu.", "Iżda hawnhekk wieħed jara l-qerq fil-mod kif jiġu recorded, mibgħuta u msemmija dawn il-biċċiet li jkun hemm fuq il- cassettes.", "Hawnhekk irrid infakkar lil din il-Kamra li jien sfidajt lill- partit Laburista biex ixandar il-cassettes sħaħ – ta' min igħid li dawn ġew recorded b'mod illegali - li fuqhom hemm il-konversazzjonijiet kollha u minn hawnhekk lill-partit Laburista nagħmillu l-istess appell.", "Dan id- diskors għedtu lill-ġurnalista ta' One News Charlon Gouder, għax ilhom xahrejn sħaħ isemmgħu n-naqriet, sentenza 'l hawn u sentenza 'l hemm ta' dawk il-cassettes.", "Pero` għall-partit Laburista l-verita` ma tiswa xejn u l- verita` tagħhom lanqas hija tajba biex wieħed joqgħod jitkellem dwarha fil- kantuniera ta' Strada Stretta!", "L-aqwa li mingħalina nċappsu lil dak u lill- ieħor!", "Sur President, nixtieq ngħid xi ħaġa rigward l-allegazzjoni li saret ħmistax-il ġurnata ilu mill-Onor.", "Joe Mizzi.", "Fil-fatt issa bgħatt dan il- każ quddiem il-kummissjoni permanenti kontra l-korruzzjoni biex jiġi investigat jekk huwiex veru jew le jekk kienx hemm xi ħadd li ħallas ...", "Pero`, anke hawnhekk jien deherli li kelli nuża prudenza sħiħa.", "Fil-fatt l- awditur intern ta' l-awtorita` marittima – mhux l-Onor.", "Joe Mizzi kif qal l-Onor.", "Jose` Herrera l-bieraħ filgħaxija - identifika li kien hemm xi diskrepanzi bejn il-liċenzji u n-numru ta' persuni li marru jagħmlu korsijiet u affarijiet bħal dawn.", "Dan ġibed l-attenzjoni taċ-chairman li għadda l-komunikat ta' dik is-sitwazzjoni lill-pulizija, informa wkoll lili li għadda l-każ lill-pulizija, l-investigazzjoni kienet għaddejja, u wara li ħadt parir mill-istess persuni li kienu qegħdin imexxu - mhux uffiċjali diretti imma anke min-naħa tal-pulizija – jien deherli li kont inkun qed nagħmel disservice lill-investigazzjoni kieku kelli nagħmel xi stqarrijiet.", "Kieku l-għada jew il-pitgħada li bdew l-investigazzjonijiet jien mort x'imkien u għedt li l-awtorita` marittima qed tagħmel investigazzjoni dwar allegati ħruġ ta' liċenzji tas-sewqan ta' dgħajjes mhux kif suppost, kont niġi akkużat li qed nindaħal fil-mod kif issir l-investigazzjoni jew li b'xi mod qed nipprova naħbi dak li kien qed isir.", "Għalhekk deherli li the best way forward kienet li nħalli lill-pulizija jinvestigaw u jaraw huma x'isibu fl-investigazzjonijiet tagħhom.", "Fil-fatt l-investigazzjonijiet tagħhom bejn wieħed u ieħor ġew konklużi nhar il-Ġimgħa li għadda, u meta kien hemm ċar x'kien qed jirriżulta mill-investigazzjoni preliminari, l- awtorita` marittima ħadet il-passi, issospendiet żewġ uffiċjali tagħha li allegatament huma involuti f'din is-sitwazzjoni u l-pulizija għadha qed tmexxi l-investigazzjonijiet tagħha.", "Ma kellna bżonn l-ebda partit Laburista u ma kellna bżonn l-ebda deputat minn din il-Kamra biex nibdew l- investigazzjonijiet tagħna dwar dak li beda jirriżulta.", "Nerġa' nirrepeti, li kien ikolli għalfejn nistħi kieku jien ċempilt lill- pulizija jew liċ-chairman ta' l-awtorita` marittima u għedtilhom biex ma jkomplux l-investigazzjonijiet.", "Pero` l-partit Laburista u l-Onor.", "Jose` Herrera l-bieraħ filgħaxija ġew hawnhekk b'numru ta' allegazzjonijiet.", "U fil-maltastar.com qed jingħad li l-Onor.", "Joe Mizzi se jkompli jxandar u jiżvela affarijiet marbutin ma' dan.", "Nispera li mhux se nkun hawnhekk biex nisma' lill-Onor.", "Mizzi, imma kemm-il darba l-Onor.", "Mizzi se jitkellem fuq dawn l-affarijiet kif qed jgħid ir-riklam tal-maltastar.com almenu għandu jkollu d-diċenza li dak li jgħid ikun lest li joħroġ barra u jirrepetih.", "Il-privileġġ parlamentari rigward abbużi u allegazzjonijiet għandna nneħħuh minn din il-Kamra.", "L-allegazzjonijiet li nista' nagħmel jien fil-konfront ta' xi ħadd m'għandhomx ikunu tali li jkollhom il- protezzjoni ta' din il-Kamra.", "B'dan il-mod kulħadd ikun jista' jibqa' jsemmi, jittradixxi u jidħak b'min ikun qed jismagħna biex mingħalih ikun jista' jitkellem b'ċertu mod u manjiera.", "Sur President, l-Onor.", "Herrera qalilna ħafna affarijiet marbutin ma' liċenzjar.", "Qalilna li għandna korruzzjoni istituzzjonalizzata u qal li jispera li ħadd ma jiġi f'pożizzjoni li ma jkunx jista' jaġixxi kontra dan.", "Ikun min ikun involut, il-pulizija għandha l-free hand li taġixxi fil- konfront ta' min ikun involut, taħdem skond il-liġijiet ta' pajjiżna u tassigura li jkun hemm il-ġustizzja neċessarja fil-konfront ta' dawk kollha li b'xi mod jew ieħor ikunu qegħdin jonqsu mid-doveri u mir- responsabbilitajiet tagħhom.", "Bil-mod kif tkellem l-Onor.", "Herrera l-bieraħ kważi kważi ried jgħid li r-regolamenti li daħħalna fl-2001 daħħalniehom biex nippreparaw it-triq għal dak li huwa allegat li ġara.", "Biex tagħmel dikjarazzjoni bħal dik ma nafx x'wiċċ irid ikollok!!", "Qalilna wkoll li meta tmur f'tieġ, meta tmur il-qorti, meta tmur f'ambaxxata u meta tmur ma nafx fejn, tinduna li kulħadd jibda jitkellem fuq il-korruzzjoni.", "Eżattament l- Onor. Herrera kien qal hekk:", "\"F'dawn l-entijiet ħlief korruzzjoni skjaċċanti li jaf biha kulħadd, li tqażżek, li kulħadd ipaċpaċ fuqha kull fejn tmur m'hemmx.", "Tmur tieġ, tmur ambaxxata, tpaċpaċ man-nies, tmur il-qorti, kulħadd ipaċpaċ u jgħid li ħlief korruzzjoni u abbużi skjaċċanti ma ssibx.\".", "Issa hawnhekk ikun tajjeb li wieħed jgħid ukoll li fil-qorti jsiru ħafna diskorsi kontra dak u kontra l-ieħor, anke min-nies li jkunu f'din il- Kamra.", "Imma apparti minn dan, lill-Onor.", "Herrera ngħidlu – hawnhekk ikun tajjeb li ngħid li qabel ma jien ġejt informat min-naħa taċ-chairman ta' l- awtorita` b'dak li sab l-awditur intern, ma kienx hemm persuni li ġew għandi b'xi forma ta' informazzjoni f'dan ir-rigward - li jekk dan huwa veru, ma jħossx id-dover li ħaġa bħal din jgħidha fil-pubbliku?", "Ma jħossx li ħaġa bħal din mhux iżommha fil-komma għal xi darba, bħalma qal li se jagħmel il-bieraħ filgħaxija meta intervjena biex iwaqqaf l-Onor.", "Edwin Vassallo, imma jitkellem dwarha fil-pubbliku?!", "Imma aħjar ma nkomplix nitkellem iż-żejjed!", "Sur President, imbagħad għamel riferenza għas-sajjieda ta' San Pawl il- Baħar għax l-Onor.", "Herrera kien jagħmel numru ta' sjuf hemmhekk.", "Qalilna li s-sajjieda jħossu l-arja b'subgħajhom u jkunu jafu jekk hux ġej maltemp, minn fejn ġej, jekk hux se jkollok baħar baxx u baħar għoli, imbagħad jorbtu u jivvjaġġaw bl-istint.", "Lanqas il-klandestini m'għadhom jivvjaġġaw bl-istint illum għax ikollhom xi GPS jew inkella xi forma oħra ta' komunikazzjoni!", "Imbagħad jiġi l-Onor.", "Herrera jgħidilna li s-sajjieda jivvjaġġaw bl-istint!", "Għadda ż-żmien li nagħmlu l-affarijiet bl-istint, għadda ż-żmien li dak li jkun jagħmel dawn l-affarijiet u jaħseb li jista' jidħaq bih innifsu!", "Meta tħabbru r-regolamenti dwar il-ħtieġa li jkun hemm il-liċenzjar, dak iż-żmien għal dawk li għandhom dgħajjes li għandhom kapaċita` ta' iktar minn 100hp, dak kien qed jiġri proprju għal żewġ raġunijiet prinċipali.", "L-ewwelnett illum għandna eluf ta' opri tal-baħar li fil-fatt għandhom aktar minn 100hp, u dan huwa ħafna 'l bogħod miż-żmien ta' meta l-Onor.", "Jose` Herrera kien jiġi f'San Pawl il-Baħar u s-sajjieda kienu jgħollu subgħajhom biex jaraw jekk hux ġej il-maltemp!", "Dak iż-żmien ma kienx hawn aktar minn nofs tużżana dgħajjes ta' dan it-tip, pero` llum għandna eluf!", "Dan x'ifisser?", "Ifisser li hemm min qed isuq dawn l-istess dgħajjes li m'għandux l-esperjenza ta' sajjied.", "Għalhekk dan mhux jitgħallem isuq dgħajsa jrid imma jitgħallem ir-regoli, jara minn fejn tista' tgħaddi u minn fejn ma tistax tgħaddi, jara xi jfissru d-dwal u jara xi jfissru l- bnadar li jkun hemm ħalli jkun jista' jagħmel safe navigation.", "Dan kellu bżonn isir biex nassiguraw li l-eluf ta' persuni li għandhom opri tal- baħar aktar minn 100hp ikunu kontinwament informati b'dak li jkun qed jiġri.", "Imbagħad għamel eloġju lilu nnifsu għax hu jaf jaqra u jistudja u affarijiet bħal dawn, u allura meta ġie biex japplika għal-liċenzja ma kellux problema biex iġib dik il-liċenzja.", "Pero` rrid ngħid li l-parti l- kbira tan-nies li marru għall-eżamijiet ma kellhomx problema biex iġibu l- liċenzja.", "Naturalment jista' jkun hemm xi wieħed 'l hawn u 'l hemm li ma setax iġib il-liċenzja, pero` wieħed irid jifhem li dgħajsa ta' dik il- kapaċita` u daqs ma tistax tħalliha f'idejn nies li m'humiex ippreparati.", "Imbagħad l-Onor.", "Jose` Herrera għamel żewġ riferenzi oħrajn - fil-fatt fl- istess ittra li bgħatt illum lill-kummissjoni permanenti kontra l- korruzzjoni tlabtha biex tinvestiga – li waħda minnhom hija marbuta ma' l- għoti tat-tenders tax-xogħlijiet li saru mill-awtorita` marittima.", "Per eżempju, l-Onor.", "Herrera qal li meta qal dawn l-affarijiet, għamlulu libell.", "Waħda mill-affarijiet ta' prinċipju fil-ħajja leġislattiva li almenu xi darba għallmuni kienet li meta jkun hemm affarijiet li b'xi mod huma sub judice toqgħod daqsxejn attent kif titkellem, aktar u aktar meta tkun involut fihom int. Pero` l-Onor.", "Jose` Herrera ġie hawnhekk, tkellem fuq dan il-libell u qed jipprova jagħti l-impressjoni li hu kien xi vittma – mhux jien kont għamiltulu l-libell, biex niftiehmu – ta' min għamillu l- libell!", "Pero` issa dan għandu jmur quddiem il-kummissjoni permanenti kontra l-korruzzjoni, jagħti d-dettalji kollha li jaf, jagħti l- ispjegazzjonijiet kollha li qed jagħmel riferenza għalihom u jwassal il- messaġġ ċar ta' x'inhu dak li suppost qed jallega li fil-fatt m'huwiex kif suppost isir, proprju biex jiġi assigurat li dak li qed jallega jkun investigat b'mod tajjeb u ċar, mhux minni bħala persuna li hija responsabbli politikament minn dan is-settur imma minn organizzazzjoni f'pajjiżna li safejn naf jien għandha r-rikonoxximent taż-żewġ naħat tal- Kamra.", "Sur President, mhux l-ewwel darba li saret riferenza dwar dak li huwa allegat li qed jiġri jew li ġara rigward reġistrazzjoni ta' vapuri ta' 'l fuq minn 25 sena.", "Jien kelli l-opportunita` li nagħti l-ispjegazzjonijiet neċessarji.", "L-Onor.", "Herrera jħoss li għandu jibqa' jinsisti u jagħmel ċerti allegazzjonijiet, u mingħajr ma nitkellem iż-żejjed fuq l-istess allegazzjonijiet ngħid li dan se jkollu opportunita` ċara li jmur u jispjega.", "Id-direttur responsabbli mill-merchant shipping f'pajjiżna għandu ċerti obbligi u responsabbiltajiet skond il-liġi, u l-liġi li ġiet emendata tagħti ċerti poteri dwar il-possibbilta` ta' reġistrazzjoni ta' vapuri ta' 'l fuq minn 25 sena.", "Fil-fatt hemm liġi li tamministra dan is-settur biex possibbilment nattiraw lejn pajjiżna numru ta' vapuri li jistgħu jkunu parti minn flotta li ma tkunx fil-limitu ta' 25 sena.", "B'hekk jistgħu jiġu attirati wkoll vapuri oħrajn lejn pajjiżna.", "Sur President, irridu niftakru li matul is-snin li għaddew il-bandiera Maltija għaddiet minn sitwazzjoni ta' blacklist.", "Dan kien eżattament fl- 1998 meta kien għadu kif spiċċa mill-gvern il-partit Laburista.", "Dak iż- żmien jien kont ġejt elett f'dan il-parlament għall-ewwel darba u kont responsabbli mis-settur marittimu.", "Nista' ngħid li dak iż-żmien kont sibt sitwazzjoni ta' blacklist fil-qasam ta' reġistrazzjoni tal-vapuri.", "Pero` b'ħafna sforzi, b'ħafna diffikultajiet u b'ħafna problemi - meta nitkellem fuq ħafna diffikultajiet, ħafna sforzi u ħafna problemi mhux qed nesaġera, anzi probabbilment qed inkun kawt iż-żejjed - wasalna biex bil-mod il-mod, bl-isforz kollettiv ta' Malta, u għal ħafna żmien ukoll bis-sapport tal- partit Laburista – pero` donnu li dan is-sapport issa beda jintilef, forsi anke għax il-kelliema ta' l-oppożizzjoni dwar il-qasam marittimu inbidlu - wasalna biex il-bandiera Maltija għaddiet minn taħt il-blacklist għal taħt il-whitelist.", "Jista' jkun li għal xi wħud dan l-achievement m'huwiex ta' sodisfazzjon u jista' jkun ukoll li għal xi wħud dan il-fatt huwa inkwetanti.", "Pero` aħna nibqgħu naħdmu biex nassiguraw li l-bandiera Maltija tkun taħt il-whitelist proprju biex jiġi assigurat li r-reġistrazzjoni taħt il-bandiera Maltija tibqa' tkun meqjusa bħala waħda mill-aħjar bnadar taħt l-Unjoni Ewropea u taħt ir-reġim ta' l-international maritime organisation.", "B'hekk, meta nkunu preżenti għal-laqgħat kemm tal-kunsill tal-ministri kif ukoll ta' l-IMO, inkunu f'qagħda li nkunu nistgħu ngħidu li bl-isforzi li għamilna neħħejna minn taħt il-bandiera Maltija ċerti vapuri li kienu qed jikkawżawlna l- problemi u li ma kenux denn li jibqgħu taħt il-bandiera Maltija.", "B'hekk issa qegħdin fil-whitelist.", "Naturalment b'dan l-isforz wasalna biex inkunu fil-qagħda li bis-serjeta` nbiddlu d-dehra kollha u l-mod kollu ta' kif iħares lejna s-settur marittimu internazzjonali.", "Nista' ngħid li s-sidien tal-vapuri Maltin, li huma ftit, pero` barranin li huma ħafna, għarfu l-isforzi li għamlet Malta, u wara li konna naqqasna miljuni ta' tunnellati li kienu reġistrati taħt il- bandiera Maltija, illum erġajna żidna b'mod sostanzjali t-tunnellaġġ tagħna.", "U nista' ngħid ukoll li hemm indikazzjonijiet pożittivi ħafna - almenu s'issa hekk jidhru l-affarijiet - li fi ftit żmien nistgħu wkoll nagħmlu żblokk qawwi f'dak li huwa settur ta' reġistrazzjoni ta' vapuri li sal-lum ftit li xejn kellna suċċess fih.", "Hawnhekk qed nitkellem dwar żblokk possibbli f'dak li għandu x'jaqsam ma' reġistrazzjoni ta' cruiseliners taħt il-bandiera Maltija.", "Sal-lum għandna ftit jew xejn vapuri reġistrati li huma cruiseliners taħt il-bandiera Maltija.", "Pero` hemm indikazzjonijiet li bix-xogħol li qegħdin nagħmlu nistgħu naslu biex fil-fatt inkunu f'qagħda li dak li huwa taħt il-bandiera Maltija nkunu nistgħu nagħmluh.", "L-Onor.", "Herrera għamel riferenza għall-iskip u pprova, bħal ħafna oħrajn, jirkeb fuq il-karru ta' attakki personali li qed isiru bħalissa li fihom qed jgħidu li mhux sewwa li l-ministru ma jkunx jaf ċerti affarijiet.", "Jien naf li l-Onor.", "Herrera ma kienx ministru, pero' nistieden lil kulmin kien ministru fid-dinja kollha u jgħidli jekk jistax ikun jaf jekk xi uffuċjal, x'imkien taħt il-kappa tiegħu, ikunx qed jagħmel xi ħaġa li ma tkunx preċiżament skond ir-regoli.", "U jekk jirritorna fuq il-cassettes li għamilt riferenza għalihom, wieħed malajr jinduna kemm huwa faċli li titkellem, pero` mbagħad huwa diffiċli li tipprova.", "F'dak il-każ partikolari, għax inqata' f'ċertu direzzjoni, kien hemm nies li marru l-qorti u sal-lum, sentejn u iktar wara li marru l-qorti, għadu lanqas irnexxielhom imsieken jiġbru mhux ix-xhieda ta' min qed issir l-azzjoni kontra tiegħu, imma xhieda tagħhom infushom.", "Qed ngħid dan għax jien niddubita jekk il- partijiet konċernati humiex b'xi mod qegħdin jippruvaw iħaffu jew inkella jtawlu jew inkella jġebbdu l-proċess.", "Issa dan huwa proċess li naturalment xi darba jrid jinqata', u kif ngħidu bil-Malti, xi darba ż-żejt verament irid jitla' f'wiċċ l-ilma.", "Naturalment dak iż-żejt kultant idum biex jitla', imma m'għandix dubju li fil-fatt xi darba dak iż-żejt se jitla' f'wiċċ l-ilma.", "L-Onor.", "Herrera qalilna li forsi jkun aħjar jekk immorru Casa Leone.", "Jiena ma naħsibx li ried jgħid Casa Leone fejn hemm il-ministeru, imma kien qed jgħid li fil-fatt ikun aħjar jekk inwarrbu minn din in-naħa u mmorru nistrieħu f'xi dar ta' l-anzjani.", "Jien, kemm-il darba nasal u jekk il- Bambin iżommni ħaj u jkolli bżonn dar ta' l-anzjani, nippreferi li mmur fid- dar ta' l-anzjani tal-Mellieħa li dan il-gvern, għalkemm veru wara numru ta' snin, iddeċieda li jkompli jibni.", "Dan kontra dak li kien iddeċieda l- Labour Party bejn l-1996 u 1998 li ma ssirx id-dar ta' l-anzjani tal- Mellieħa.", "Jien nippreferi li mmur hemmhekk għax in-nies li joqogħdu l- Mellieħa u n-nies li joqogħdu San Pawl il-Baħar il-parti l-kbira tagħhom nafhom, u naf ukoll xi jsarrfu.", "Allura nippreferi li mmur f'postijiet bħal dawn għax naf li huma irġiel iktar minn ħafna minna li qegħdin f'din il- Kamra.", "Dan biex ma nsemmix dak li qal l-istess l-Onor.", "Jose' Herrera xi ħmistax-il ġurnata ilu, kumbinazzjoni quddiem il-post li qed tinbena d-dar ta' l-anzjani fil-Mellieħa, u ċioe' fl-iskola primarja governattiva tal- Mellieħa.", "Naturalment nistgħu nibqgħu sejrin hekk dwar dawn il-punti, pero` ma naħsibx li huwa f'postu f'dan l-istadju.", "Hawn kellna allegazzjonijiet ċari li saru mill-Onor.", "Herrera li f'Malta wieħed jista' jirreġistra vapur li mhux suppost tirreġistrah jekk imur għand ċerti aġenti.", "Hu qal li dawn l-aġenti jirranġawlek a pagamento.", "Forsi xi darba l-Onor.", "Herrera f'din il-Kamra, barra minn din il-Kamra jew quddiem il-kummissjoni kontra l-korruzzjoni jiġi jgħidilna li ra l- pagamento jsir, jgħidilna wkoll lil min sar dan il-pagamento u min għamel dan il-pagamento.", "B'dan il-mod inkunu nistgħu bis-serjeta`, bħalma għamilna fil-każ ta' l-investigazzjoni dwar il-liċenzji, niġru wara xi ħadd u naraw u nassiguraw li ma jkunx hemm persuni li b'xi mod qegħdin jagħmlu dak li fil-fatt mhux suppost qegħdin jagħmlu.", "Nista' nibqa' sejjer waħda wara l- oħra dwar dawn l-allegazzjonijiet li għamel l-Onor.", "Herrera.", "Jiena nispera u nippretendi li kull min jiġi f'din il-Kamra bil-pożizzjoni diversa tiegħu, jiġi f'din il-Kamra biex jesprimi l-opinjoni tiegħu u mhux biex jużaha bħala skip.", "Dak li jkun irid jassigura li f'dak l-iskip ma jwaddab l-ebda tip ta' imbarrazz u l-ebda tip ta' ħmieġ għax kull wieħed minna l-65 membru ta' din il-Kamra għandna dover, għandna responsabbilta` mhux lejna nfusna, imma lejn dan il-poplu li bagħatna biex nirrapreżentawh f'dan il-parlament.", "U meta bagħatna nirrappreżentawh f'dan il-parlament, bagħatna hawnhekk biex naħdmu għall-interessi tiegħu.", "Bagħatna hawnhekk biex naħdmu għal dawk li huma l-ħteġijiet veri ta' pajjiżna.", "Ma bagħatniex hawnhekk biex nippruvaw ngħajru lil xulxin jew biex nippruvaw niġu mħammġu lil xulxin imma biex b'dinjita` u serjeta` naħdmu għall-interess ta' pajjiżna.", "Dawk minna li qegħdin jippruvaw jużaw il-parlament għal affarijiet oħrajn li m'humiex konnessi mad-dover tagħhom f'din il-Kamra nappellalhom, nistedinhom u nisfidahom jirrinunzjaw il-privileġġ parlamentari u joħorġu barra.", "Jekk hawn ġew ikunu se jgħidu affarijiet li m'humiex kapaċi jirrepetuhom barra mingħajr il-privileġġ parlamentari, allura aħjar jagħlqu ħalqhom u ma jitkellmux!", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, illum qed nitkellmu fuq xi kwistjoni finanzjarja u rrid nfisser li kull ħaġa li tnaqqas mill-finanzi fil-pajjiż m'hijiex suppost issir u hija illegali.", "F'dan il-parlament, apparti li nilleġislaw, aħna għandna l-obbligu li dak li hu ta' Ċesri nagħtuh lil Ċesri, u l-kumplament m'hemmx għalfejn ngħid l-istorja!", "Issa f'parlamenti ta' pajjiżi demokratiċi hemm regolamenti li qegħdin hemmhekk biex jagħtu faċilita` lill-membri parlamentari, li l-maġġoranza assoluta tagħhom huma nies responsabbli u magħżula mill-poplu biex jirrapreżentawhom, li jagħmlu safeguard lil min għandu raġun, lid-demokrazija, u lil dawk li m'għandhomx vuċi.", "U għaliex qed ngħid hekk?", "Għax kif kulħadd jaf, il-bniedem minnu nnifsu huwa egoist u kull min jgħix f'dinja jaf li jsiru abbużi min-nies ixxellerati.", "Ħafna drabi dawn in-nies ikunu kriminali jiġru fit-triq u joħorġu scot free.", "Mill-banda l-oħra mbagħad għandek nies onesti, nies li m'humiex kapaċi jigdbu jew nies li l-verita` ma jkunux jafu jfissruha.", "Dawn jispiċċaw ikunu l-vittma!", "F'pajjiżi demokratiċi bħal tagħna, nafu li ssir inġustizzja kbira ma' ċerti nies li fir-realta` ma jkollhomx tort u ma jkollhomx ħtija, imma jispiċċaw il-ħatja huma, u dan il-parlament, li huwa l-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż, anke lil dawn irid jipproteġi.", "Huwa għalhekk li fost ir-regolamenti hemm il- privileġġ parlamentari.", "Il-membri b'dan il-mod ikunu jistgħu jġibu għall- attenzjoni ta' min ikun jiggverna affarijiet li ma jkunux qed isiru skond ir-regoli.", "Dan għax jekk inti tmur tgħid ċerti affarijiet barra, minkejja li jkollok kull raġun u minkejja li inti tkun qed tgħid il-verita`, imma jista' jkun li legalment ma tistax tipprova dak li tkun qed tgħid, allura tinsab ħati ta' xi malafama.", "Fir-realta` dan ma jfissirx li inti qed tigdeb u ma jfissirx li inti m'intix tgħid il-verita`.", "Huwa għalhekk li f'parlamenti demokratiċi hemm din il-fakulta`.", "Wara kollox din hija fakulta` li ssaħħaħ id-demokrazija u tipproteġi lill-poplu, għax hija fakulta` li tippermetti li joħorġu affarijiet ħżiena li tagħhom ma jistgħux jinġiebu l-provi.", "Aħna nafu kemm spiċċaw nies vittmi politikament għax tkellmu u qalu l- verita`, anke jkunu ta' l-istess partit.", "Hawnhekk aħna qegħdin f'dinja, u għalhekk huwa importanti dan il-privileġġ!", "U ma fiha xejn ħażin li wieħed juża dan il-privileġġ jekk id-diskors tiegħu jkun meqjus, jkun qed jgħidu b'responsabbilta` u jkun konvint li qed jgħid il-verita`.", "Kieku m'hawnx din il-faċilita` f'dan il-parlament, kieku l-kriminali jkollhom riħ iktar u jagħmlu li jridu għax ikun aktar faċli għalihom li jingannaw lil xi ħadd u jibqgħu jirrenjaw.", "Fil-Parlament, għax hawn dan il-privileġġ, wieħed jista' jgħid il-verita` u jiġbed l-attenzjoni dwar, per eżempju, każi ta' l-użura.", "Biex tgħid dawn l-affarijiet barra jrid ikollok il-provi, u kulħadd jaf kemm hawn użura f'pajjiżna.", "Kulħadd jaf kemm hawn barunijiet tad-droga, imma biex tipprova l-affarijiet li tkun tafhom huwa diffiċili, u allura għalhekk jeżisti dan il-privileġġ.", "Mr Speaker, huwa fl-interess tad-demokrazija u tal-ġustizzja li jien bħala bniedem elett f'dan il-parlament li ħadt ġurament ta' fedelta` nuża dan il- privileġġ.", "Per eżempju, jiena darba kont ġejt f'dan il-parlament u semmejt li fl-awtorita` ta' l-ippjanar hemm abbużi.", "Kont għedt li persuna kellha pjanti falsifikati u ministru tal-lum li dak iż-żmien kien segretarju parlamentari kien allega li dak li kont qed ngħid jiena ma kenitx il- verita`.", "Dan beda jgiddibni u beda jgħid ħafna affarijiet, imbagħad meta kien hemm kawża privata l-qorti rriżulta li dan kien kollu veru.", "Issa kien dan l-istess ministru li kien qal li hu ggwida lil din il-persuna u qal lil din il-persuna kif għandha tagħmel!", "Dak iż-żmien lili kienu qaluli biex dawn l-affarijiet ngħidhom barra!", "Dakinhar ukoll kont għedt li persuna ta' integrita` involuta fil-MEPA kienu għamlulha frame-up.", "Qaluli le, anzi dik il-persuna għamlet frame-up hi u mhux għamluh lilha!", "Bil-qorti rriżulta wkoll li lil dik il-persuna kienu għamlulha frame-up, jiġifieri dak li għedt jien kien kollu korrett.", "Anke fil-kwestjoni tal-liċenzji tal-karozzi kont għedt li hemm abbużi.", "Dakinhar ukoll kont għedt affarijiet li rriżultaw veri.", "F'dan il-parlament jien kont għedt ukoll li apparti l-iskandlu kbir tal-liċenzji tal-karozzi, hemm awtorita` oħra li għandha skandlu simili, imma fuq skala ikbar.", "Il-ministru jaf li kont qed nirreferi għall-maritime authority imma ma nvestigax.", "Anke l-\"Malta Star\" li kkritika llum, ukoll darba kienet għamlet riferenza għal dan l-iskandlu, imma ma nvestigawx.", "Ma qalx lill-kummissjoni ta' kontra l- korruzzjoni biex tinvestiga dakinhar!", "Mela issa ħalli ngħid jien x'ġara.", "Mela waqt l-estimi ta' l-awtorita` marittima fit-23 ta' April jien kont ġbidt l-attenzjoni għall-ħneżrijiet u abbużi kbar li qed isiru minn din l- awtorita`.", "Kont semmejt, per eżempju, il-proġett taċ-Ċirkewwa kif f'daqqa waħda minn Lm14-il miljun spiċċa diġa` tela' għal Lm19-il miljun.", "Dakinhar kont għedt li hemmhekk hemm min qed ibill subgħajh.", "Semmejt ukoll, u urejt bil-provi, in-nuqqasijiet kbar li hemm fil-yacht marina ta' l-Imsida.", "Għedt li m'hemm l-ebda sigurta` u n-nies jidħlu kif iridu jieħdu l-ilma u jitilqgħu.", "Qed jiġru affarijiet li ma jitwemmnux!", "Kont semmejt ukoll abbużi dwar il-berthing.", "Minkejja li kien hemm 600 jistennew biex jieħdu berth temporanja kien hemm min fi ħdan l-awtorita` ta' l-MMA stess qabeż u ħa berth permanenti.", "Tajjeb ngħid ukoll, u jafu, li jingħataw berths bi ħlas, u jafu wkoll li bi ħlas jingħataw lil persuni oħra meta ma jkunx imisshom huma.", "Semmejt ukoll u wrejt id-dokumenti dwar nuqqasijiet kbar li għandhom dwar bastimenti.", "Jidher biċ-ċar li qed jiġu baħħara f'pajjiżna li m'għandhomx kwalifiki u esperjenza kif suppost, u qed nimpjegawhom a skapitu ta' baħħara Maltin oħra.", "Lill-ministru għedtlu li dawn se jwasslu biex ikollna xi diżastru f'pajjiżna.", "Tkellimnt ukoll dwar ir-reġistrazzjoni ta' bastimenti 'l fuq minn 25 sena u rriferejt għal mistoqsija parlamentari fejn kont staqsejt:", "\"Jista' l-Ministru jgħid għaliex qed jiġu reġistrati vapuri jew tankers li għandhom 'il fuq minn 25 sena?\".", "Din staqsejtha għalx filwaqt li l-Ministru Galea u l-gvern nazzjonalista ftaħru li qed idaħħlu s-serjeta` u mhux qed jaċċettaw li jiġu reġistrati bastimenti ta' 'l fuq minn 25 sena, fir-realta` jien sirt naf li kien hemm kumpanniji li kellhom bastimenti ta' 'l fuq minn 25 sena, ippruvaw jirreġistrawhom ma' l-MMA u ma rreġistrawhomlhomx, imbagħad marru għand aġenzija partikolari, u din irreġistrathomlhom!", "Minflok min hu responsabbli kien onest u investiga, fir-risposta l-ministru taf x'irrisponda?", "\"Jien informat li hija l-prattika ta' l-awtorita` marittima ta' Malta li qed tirreġistra vapuri ta' mhux iktar minn 25 sena.\"", "Mela qed jgħid li fil-prattika ma rreġistrawhomx dawk 'il fuq minn 25 sena.", "\"Madanakollu jeżistu ċirkostanzi fejn sidien li għandhom diversi bastimenti oħra li diġa` jtajru jew se jtajru bandiera Maltija kien ikollhom ifittxu bandiera oħra sabiex jirreġistraw basitimenti tagħhom ta' l-eta` ta' 25 sena jew iktar.", "Għaldaqstant f'każijiet bħal dawn l- awtorita` tikkonsidra l-possibbilta` li tirreġistra vapuri ta' l-eta` ta' 25 sena jew aktar.\".", "Tajba din!", "Mela niftaħru li l-bastimenti 'l fuq minn 25 sena ma nirreġistrawhomx, ngħidu li hija r-regola li ma nirreġistrawhomx, imbagħad għax xi ħadd kellu bastimenti u jrid jirreġistra ta' l' fuq minn 25 sena, biex ma jmurx jirreġistrahom ma' bandiera oħra, aċċettawhomlu!", "Mela minn banda ngħidu li huwa perikoluż, u mill-oħra ngħidu mhux perikoluż għax nirreġistrawhom!", "Tista' tifhimha din?!", "Mhux xi ħaġa tinten hemm fin-nofs!", "Dawn kif marru għand aġenti li ma rreġistrawhomx u għand aġenti partikolari oħra rreġistrawhom?", "Jien semmejt diversi każi oħra fl-awtorita` marittima fejn għedt li hemm intiena kbira, ħmieġ u abbużi serji.", "Dan kien fit-23 ta' April.", "Meta rrisponda l-Ministru Censu Galea fit-23 ta' April għal dak li għedt jien, l- Onor. Censu Galea qal hekk, u se nikkwota:", "\"Kien hemm allegazzjonijiet oħra u informazzjoni dwar dawn l- allegazzjonijiet li għadni qed niġborha b'mod partikolari fuq min jirreġistra vapuri ta' iktar minn 25 sena.", "Meta jkolli l-informazzjoni kollha nkun nista' fil-fatt niġi f'dan il-parlament u nagħti l- kummenti dwarhom, għax faċli tiġi hawn u tispara.\".", "Sur President, jien ma nistax nifhem għax dan l-isparar fil-vojt!\"", "Imbagħad ikompli hekk:", "\"Sur President, jekk dan il-parlament m'aħniex kapaċi nkunu rġiel magħna nfusna, hu aktar diffiċli li nkunu hekk barra minnu.\".", "Mela, qed jindika b'mod ċar li se jinvestiga dawk l-abbużi li semmejt jien, pero` fl-istess ħin qed jipprova jimplika li dak li qed ngħid jien m'huwiex minnu għax qed jgħid li jien qed nuża l-parlament!", "Sur President, il- Ministru Galea kompla jgħid li jiena sfortunatament ibbażajt id-diskors tiegħi bl-istess mod kif ħafna minna l-Maltin iħarsu jew jipprovaw iħarsu b'mod politiku, partiġġjan u żbaljat lejn l-affarijiet.", "Imbagħad kompla hekk:", "\"Fil-fatt fid-diskors tiegħu irrepeta għal ma nafx kemm-il darba kif hemm ċerti nies li qegħdin igawdu fl-awtorita` marittima.", "Qalilna li hemm uffiċjali fl-awtorita` marittima li huma qrib ta' l-awtorita` marittima li sejrin igawdu.\"", "Imbagħad qal li r-responsabbilta` politika ta' kull wieħed u waħda minna hawn ġew hija li jekk xi ħadd jaf lil xi persuna fl-awtorita` marittima qrib il-ministru, jaqbad u jagħti informazzjoni li għandu.", "Mr Speaker, jien fl-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż, għax inkun marbut bis-sigriet li ma nikxifx minn fejn jien ingħatajt l-informazzjoni u kollox, ġejt hawn b'responsabbilta`, u hekk għamilt!", "Hekk għamilt!", "Imma x'ġara?", "L-għada, fl- awtorita` marittima qam rebus fuq dak li għedt jien!", "Kulħadd jiġri minn uffiċċju għal ieħor, kulħadd jaħbat ma' l-ieħor, kulħadd jinkwieta u ma jafx x'se jagħmel!", "Intalab biex l-awditur jara l-affarijiet ħalli jaraw x'se jirrisponduni, u bdew jibżgħu.", "Dan kien, nerġa' ngħid, fl-24 ta' April, l-għada li tkellimt fl-estimi ta' l-awtorita` marittima.", "X'ġara?", "Fil-25 ta' April jiena rġajt tkellimt f'aġġornament u għedt li hemm brimba fil-maritime authority u jidher li l-brimba qiegħda fin-naħa ta' fuq u tibqa' nieżla 'l isfel.", "Għaliex qed ngħid hekk?", "Il-Ministru ma ġiex jagħtini l-informazzjoni fuq dak li għedt jien, u dan għax jidher biċ-ċar li kien hemm nies involuti li huma ħbieb tal-ministru Galea stess.", "Dak li huwa responsabbli, għax kien qed ixomm il-ħmieġ, ried itajru mill-uffiċċju kemm-il darba lil dan il-ħabib ta' Ċensu Galea, pero` kien l-istess ministru li personalment mar kontra din id-deċiżjoni u ta ordni biex jitħalla fl-uffiċċju hemmhekk kontra r-rieda tas-superjuri tiegħu.", "Dak ma qalux l-Onor.", "Ċensu Galea!", "X'ġara?", "Fil-30 ta' April l-Onor.", "Ċensu Galea tkellem fl-aġġornament u qal hekk:", "\"Il-ġimgħa li għaddiet kellna dibattitu dwar l-awtorita` marittima u f'dak id-dibattitu l-Onor.", "Joe Mizzi ġie hawnhekk u għamel sensiela ta' allegazzjonijiet li l-parti l-kbira tagħhom weġibthom fl-għeluq ta' l-istess dibattitu.", "L-Onor.", "Mizzi ħassu li ma ngħatax sodisfazzjon u għalhekk nhar il-Erbgħa li għadda għamel verżjoni fil-qosor tad- diskors li kien għamel dwar l-awtorita` marittima fid-dibatitu.\"", "Kif għedt, fl-aġġornament tal-25 ta' April erġajt instigajt għax kont naf li qegħdin jaħtfu lil xulxin fil-kurituri, jinkwetaw li ta' taħthom ma jgħidilhom xejn, l-awdituri bdew jindunaw li dak li għedt jien, u agħar milli għedt jien, kien jeżisti!", "Għalhekk erġajt tkellimt fl-aġġornament.", "Imbagħad, biex jipprova jisfidani u biex jipprova jwaqqafni reġa' bħas- soltu stedinni, u se nikkwota:", "\"...ikollu l-kuraġġ mhux jiġi jinħeba hawn ġew bil-privileġġ tal- parlament, imma joħorġu barra ħalli nkun nista' nieħu passi fil- konfront tiegħu bħalma ħadt fil-konfront tal-kap tiegħu u bħalma se nkompli nieħu fil-konfornt tal-persuni oħrajn irresponsabbli f'dan il- pajjiż.\"", "Il-ministru kkwota wkoll dak li għedt jien li l-brimba diffiċli biex taqbadha, iktar u iktar meta tiskopri li min suppost jaqbad il-brimba jkun parti mill-għanqbuta wkoll, u qal li din ħassha bi kbira u ħadha b'offiża.", "Jiena din għedtha, pero` jidher ċar li issa mhux min hu fuq huwa parti mill- għanqbuta tal-brimba, imma hu l-brimba u hu l-għanqbuta!", "Għaliex qed ngħid hekk?", "Infakkar li fit-28 ta' Mejju, waqt is-supplementary questions, kont qajjimt kwestjoni dwar tenders jew direct allocations mid-diversi ministeri.", "Jiena staqsejt jekk ingħatatx direct allocation dwar CCTV cameras fil-yacht marinas.", "Hu beda jgħid li ma jafx, u għax bqajt nippersisti, taf x'qalli?", "Qal hekk:", "\"L-Onor.", "Joe Mizzi huwa magħruf bħala l-bniedem li jipperpetwa l- gideb.\"", "Jiena ngħidlu li jiena magħruf li meta nkun naf il-verita` u nkun konvint ma nibża' minn ħadd li niġi nagħmel id-dover tiegħi bħala membru parlamentari!", "U l-ministru mhux se jbeżżagħni jekk jgħidli giddieb.", "U jista' jgħidli biex immur barra!", "Jien membru parlamentari, jien qed nagħmel xogħli, u f'dan il-parlament se nibqa' nagħmel xogħli.", "Jiena se nibqa' nikxef il-korruzzjoni u l-ħmieġ sakemm inkun għadni membru f'din il-Kamra.", "Anzi, issa se nkompli nuri l-affarijiet.", "Jiena kont naf li l-awdituri qed jiċċekkjaw, u l-iskop kien ċar.", "L-iskop kien li ma jinstab xejn, jiġi f'din il-Kamra u joqgħod jgħid li jiena giddieb u li immalfamajt.", "Minn dan kollu jien kont ċert, għax rajt anke ċertifikat falz, bil-firma photocopied.", "Naf x'jien ngħid, pero` bħala membru parlamentari ma stajtx inpoġġih fuq il-mejda tal-Kamra għax ma stajtx nikxef l-identita` tal- persuna li pprovdihuli.", "Jiena kont marbut li ma nitkellimx.", "Pero` rajt il- provi!", "Sur President, sirt naf ukoll li fl-uffiċċju tal-liċenzji ta' l-opri żgħar fl-Imsida spiċċaw iqattgħu l-files għal ġimgħa sħiħa.", "L-ewwel opportunita` li kelli ġejt f'din il-Kamra, u taf min qatta' l-files?", "Dak li hu in charge minn dak il-kbir ta' dak l-uffiċċju u persuna oħra mara!", "Dawn iż-żewġ persuni ilhom jabbużaw minn dak l-uffiċċju, ilhom jidħlu fis-sakra u jagħmlu li jridu, imma għax hu ħabib intimu ta' Ċensu Galea, ħadd ma jagħmlilhom xejn!", "Lanqas is-superjuri tiegħu, li jridu jtajruh minn hemm, ma kellhom is-saħħa li jneħħuh!", "Ċensu Galea żammu hemmhekk.", "Dawn huma l- affarijiet, apparti l-affarijiet l-oħra li kienu qed isiru b'abbuż!", "Sur President, jiena x'għamilt?", "Ġejt fil-ħin tal-mistoqsijiet u fis- supplementary questions, li huwa mument importanti għad-demokrazija għax tiskrutinja lill-gvern, urejt biċ-ċar dan l-ingann.", "Min informahom lil dak u lill-oħra biex iqattgħu l-files ġimgħa sħiħa qabel?", "Dawn kien hemm il- cleaner magħhom tiġbor il-files imqatta' f'boroż suwed.", "Il-cleaner m'għandhiex ħtija, kienet qiegħda hemmhekk, tagħmel xogħolha.", "Dawn il-boroż imbagħad irmewhom fl-iskip!", "Jiena staqsejt dwar min taha din l-ordni.", "Din il-mistoqsija għamiltha apposta ħalli l-affarijiet joħorġu fil-beraħ biex ma jsirux abbużi iktar.", "Staqsejt ukoll kif jista' jispjega li l-ammont ta' ċertifikati huwa ikbar mill-ammont ta' dawk li qagħdu għall-eżamijiet.", "Tlabtu jispjega mhux lili, imma lill-poplu, pero` dakinhar qam rebus u ma rrispondiex!", "Sur President, jiena dawn id-domandi għamilthom apposta f'ġieħ id- demokrazija.", "Dan kien fl-4 ta' Ġunju.", "Fil-11 ta' Ġunju, fil-ħin tal- mistoqsijiet supplimentari ,reġa' sfidani biex immur fil-pubbliku ħalli jieħu passi kontra tiegħi.", "Għaliex qalli hekk?", "Jiena għamiltlu mistoqsija jekk dawn humiex qed jieħdu l-flus għalxejn.", "Din il-mistoqsija kellha x'taqsam mal-mistoqsija oriġinali għax kellha x'taqsam mal-bord ta' l-MMA.", "Staqsejtu wkoll jekk jekk humiex qed jieħdu l-flus ta' xejn, u jekk jafx li hemm xniegħa li qed jieħdu Lm170 biex jieħdu ċertifikat!", "Fuq l-ewwel waħda qalli li qed jieħdu kif suppost, u fuq l-oħra qalli li ma jaf xejn fuqha.", "Dan qed jgħid li assolutament ma jaf b'xejn!", "Fil-weekend li għadda f'gazzetta lokali ntqal li fl-24 ta' Mejju ċ-chairman informa lill-ministru u lill-prim ministru dwar x'kien għaddej, dwar ir- rapport li sar lill-pulizija.", "Imbagħad fl-4 ta' Ġunju jew fil-11 ta' Ġunju, b'risposta għal mistoqsija supplimentari li għamiltlu, il-Ministru Ċensu Galea qalli li ma kien jaf b'xejn u qalli biex nagħmillu mistoqsija bil-miktub.", "Mr Speaker, mhux talli jien ma nabbużax mill-parlament, talli għandi l-provi li l-Ministru Ċensu Galea abbuża u qed jimmiżlijdja lill- Kamra bl-aġir tiegħu!", "Għaldaqstant issa qed inkunu nafu min hi l-għanqbuta u min hi l-brimba!", "Xi ħadd qiegħed taħt kontroll ta' xi ħadd, Mr Speaker!", "Tant hu hekk illi f'din il-gazzetta ntqal ukoll illi l-internal audit kienu diġa` nformaw uffiċjalment lill-pulizija xi tliet ġimgħat qabel għax raw li l-affarijiet kienu sejrin ħażin.", "U meta l-uffiċjali ta' l-audit office marru fl-uffiċċju u ssiġillaw il-lockers kienu għadhom ma daħlux il- pulizija, imma qabel ma ġew issiġillati l-lockers, xebgħu jitqattgħu files!", "Infakkar lill-Ministru Galea li meta jien issottomettejt il-mistoqsija f'dan il-parlament u ġejt imwaqqaf, hu qal li ma jaf xejn.", "Dakinhar stess, il-persuna li hija l-aktar responsabbli, marret fl-uffiċċju tiegħu qabel ma bdiet is-seduta tal-parlament!", "L-għada, din l-istess persuna, li hija ħabiba tal-ministru, reġgħet marret fl-uffiċċju tiegħu.", "Dawn l-affarijiet ma jgħidhomx il-Ministru Galea!", "Jgħid li ma jaf xejn!", "Kulħadd jaf x'saħħa kellha din il-persuna mal-ministru!", "Ta' fuqu ried itajru minn hemm għax kien ilu jxommhom l-affarijiet, imma kull meta pprova jneħħih, il-kelma tiegħu taqa'.", "Din l-uffiċjal jmur il-ministeru u jerġa' jsib ruħu hemmhekk mingħajr ma ħadd seta' jagħmillu xejn!", "Allura xi ħadd jista' jgħid li l- Ministru Galea m'għandux responsabbilta` fiha din?!", "Il-flus li qed jintilfu mhux tal-poplu Malti u Għawdxi kollu?!", "Imma l-agħar ħaġa mhux dik, Sur President!", "L-agħar ħaġa hi li bl-attitudni tal-gvern u bil-mod kif qed jiġu difiżi dawn l-abbużi, spiċċajna biex qisu kollox xejn m'hu xejn, il-korruzzjoni qisha m'hijiex korruzzjoni, u dan il- pajjiż spiċċa totalment!", "X'sibna taħt dan il-gvern?", "Il-pulizija ġew bribed, il-qrati ġew bribed, l-ADT ġiet bribed u l-MMA ġiet bribed!", "U dwar il-MEPA anke l-Isqof qal li l-flus jimxu minn id għal oħra!", "Imbagħad għax jiena nipprova niskrutinja sabiex ma jsirux dawn il-ħneżrijiet, jiġi l-prim ministru fl-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż u juża l-istanding orders biex iwaqqafni milli nsaħħaħ id-demokrazija!", "U niftakar li meta l-prim ministru kien speaker kien jagħmel minn kollox biex isaħħaħha d-demokrazija.", "L- istanding orders jgħidulek li tista' tirregola lilek innifsek, u aħna hekk konna qegħdin nagħmlu.", "Daħlet prassi li nirregolaw lilna nfusna billi nagħmlu s-supplementary questions.", "Dejjem kienu jsiru s-supplementary questions, u għalkemm ma kenux ikunu relatati mal-mistoqsijiet oriġinali, dejjem kienu jġu aċċettati.", "Tajjeb li meta kienet issir xi mistoqsija bażwija ma kenitx tiġi aċċettata jew meta l-informazzjoni tkun għadha ma nġabritx, il-ministru kien iħabbar li se jagħtiha aktar tard.", "Imma mbagħad ma tistax taċċetta dawn it-tip ta' risposti meta tkun taf li hemm il-ħmieġ.", "Mela fl-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż, il-post li minnu tiddependi d-demokrazija, il-post li suppost jagħti eżempju ħalli ssir ġustizzja ma' kulħadd, spiċċa biex issa qiegħed jiddefendi – bi skop jew mhux bi skop - lil min hu korrott u lil min qed jabbuża!", "U dawk li għandhom raġun u li għandhom kuxjenza qed jiġu minsijin!", "Dan ma jistax ikun, Mr Speaker, u għalhekk il-poplu qed iħossu diżilluż!", "Ara fiex wasalna!", "Għandek il-qorti li suppost qiegħda hemmhekk biex iżżomm il-ġustizzja u ġiet bribed!", "Għandek il-pulizija li suppost qiegħda hemmhekk biex iżżomm l-ordni u ġiet bribed!", "Issa l- parlament ukoll se jiġi bribed?!", "Nispera li le!", "U meta ngħid il-kelma \"bribed\" mhux qed nirriferi f'sens ta' flus.", "Imbagħad, wara kollox, ma nistax ngħid, għad m'għandi l-ebda garanzija!", "Imma mid-drittijiet li jissalvagwardaw id-demokrazija, mid- drittijiet li jekk wieħed jaf li hemm il-ħmieġ imma ma jistax iġib il-provi b'mod legali - jew għax trid tissalvagwardja lil xi persuna għax ġiet għandek bħala membru parlamentari jew għal xi raġuni oħra, ta' saħħa jew ta' safety - allura hekk le, ma naċċettawhomx dawn l-affarijiet!", "Jekk inti qed tuża l-poter tal-parlament b'mod sew biex toħroġ l-verita` u biex ma jsirux l-abbużi, hemmhekk kollox sew.", "Imma mhux imbagħad nibqgħu niddefenduhom, avolja qegħdin isiru l-abbużi!", "Il-Ministru jaf x'qed ngħid, għax hemm mijiet ta' persuni li ħadu bejn Lm170 u Lm200.", "(Interruzzjonijiet) Din m'hijiex partiġġjana!", "U se jkun hemm ...", "MR SPEAKER: Ippermettili Onor. Mizzi.", "L-Onor.", "Edwin Vassallo, on a point of order.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO: Mr Speaker, li kieku m'hawn ħadd fuq din in-naħa tal- Kamra, ngħid li m'hawn ħadd.", "Erġajt inqbadt hawnhekk bħalma nqbadt il- bieraħ, u demmi qiegħed ibaqbaq bħalma jbaqbaq ta' ħaddieħor.", "Ma jistax ikun ...", "ONOR.", "JOE MIZZI: Din point of order?", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO: Iva.", "F'isem id-demokrazija u mingħajr ma noqogħdu ninħbew wara l-privileġġ parlamentari, jekk dak li qed tgħid hawn ġew għandek il-provi tiegħu, għidu hemm barra.", "Imma ma jistax ikun Onor. Mizzi ...", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "JOE MIZZI: M'għandix bżonn lezzjonijiet mingħandek!", "Dan m'huwiex point of order, u din diġa` spjegajtha jien.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO: Jekk inti temmen fid-demokrazija, ħallini ngħid tiegħi.", "MR SPEAKER: Indirizza lis-Sedja jekk jogħġbok, Onorevoli.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Tiegħek qed tgħid, ma telliftekx!", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO: Jekk għandek provi għidhom barra.", "Imma ma jistax ikun li f'isem id-demokrazija parlamentari jagħmel bħalma għamel l-Onor.", "Jose' Herrera il-bieraħ, jiġi hawnhekk u jitfa' l-allegazzjonijiet.", "(Interruzzjonijiet) Aħna tad-demm u l-laħam!", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, dan m'hu point of order xejn!", "(Interruzzjonijiet) Anke s-Sedja ...", "(Interruzzjonijiet) (Għajjat)", "MR SPEAKER: Grazzi Onor. Vassallo.", "L-Onor.", "Mizzi jkompli bl-intervent tiegħu.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, kulħadd jaf bil-każ ta' Terinu tal-partit Nazzjonalista u dwar il-ġuramenti foloz!", "Jien qatt ma ħadt ġurament falz u qatt m'hu se nieħu ,għax m'iniex Nazzjonalist!", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom inżommu l-ordni għax inkella se jkolli nissospendi s-seduta.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mhux se jgħallimni l-istanding orders dak!", "Jiena nibqa' ngħid illi jiena responsabbli ...", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Onor. Vassallo, f'dan il-mument l-Onor.", "Mizzi huwa in possession u se jkompli bl-intervent tiegħu.", "Jiena dejjem nitlob biex dak li jkun ipoġġi d-diskors b'mod meqjus u jerfa' ir-responsabbilta`.", "L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jiena responsabbli, nuża d-debate tal-Kamra fl-interess tad-demokrazija, u m'hu se jbeżżagħni xejn id-diskors ta' l-Onor.", "Vassallo!", "Jien dak li għedt, għedtu b'responsabbilta`.", "Ħalli naraw kemm se jkun raġel la jirriżultaw l-affarijiet aktar 'il quddiem!", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Ma jistax ikun nibqgħu sejrin hekk.", "Qabel xejn inżommu l- kalma.", "(Interruzzjonijiet) On a point of order, l-Onor.", "Edwin Vassallo.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO: Mr Speaker, jekk qed jitkellem fuq ir- responsabbilta`, hu qiegħed ikun irresponsabbli.", "U nitlob lis-Sedja tagħti ruling jekk dak li qed jgħid hu huwiex fuq il-privileġġ parlamentari jew le u għandux dritt jibqa' jitkellem kif qed jitkellem.", "Għax jekk irrid nitkellem fuq il-point of order, dak li qed jgħid ...", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Ippermettili fit Onorevoli, issa għamilt il-punt tiegħek.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO: Dak li qed nitkellmu dwaru m'huwiex skond il-liġi?", "(Interruzzjonijiet) Le, m'intix!", "MR SPEAKER: Inżommu l-kalma jekk jogħġobkom.", "Il-liġi hi dik li għandna quddiemna, u aħna suppost li nitkellmu dwarha.", "Issa jkompli l-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mhux se jbeżżgħuni billi jippruvaw iwaqqfuni.", "Jien qed ngħid il-verita`, u l-verita` tweġġa' Mr Speaker!", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO: Ma tweġġa' xejn!", "ONOR.", "JOE MIZZI: L-Onor.", "Vassallo ġej jgħallimni!", "(Interruzzjonijiet) Jien kuljum inkun il-parlament u hu ma jkunx hawn.", "Allura ma kienx jaf x'kont qed ngħid qabel!", "(Interruzzjonijiet) U ddaħħakx nies!", "MR SPEAKER: Onor. Mizzi, indirizza lis-Sedja, u m'hemmx għalfejn dan il- cross debate u dan l-għajjat kollu.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, meta jien inqajjem point of order, taf kemm iwaqqfuni malajr!", "Imma jekk se jagħmel il-point of order biex jispjega l- affarijiet u mingħalih se jwaqqafni, mhux se jirnexxielu.", "(Interruzzjonijiet) Taf meta nieqaf jiena?", "Meta nkun kuntent li l-qrati ma jiġux bribed, li l-pulizija ma jiġux bribed, li l-ADT ma tiġix bribed, li l-MMA ma tiġix bribed u li l-MEPA ma tiġix bribed!!.", "Hemmhekk nieqaf, għax ngħid li fl-aħħar xi ħadd sab tarf.", "Imma jidher li dan il-ħmieġ huwa istituzzjonalizzat.", "(Interruzzjonijiet) Naf x'jien ngħid!", "(Interruzzjonijiet) U meta niġu f'dan il-parlament u xi ħadd jipprova jiddefendi biex ma jħallix lil min jitkellem u joħroġ dawn il-ħneżrijiet, ikun kompliċi Mr Speaker!", "U l-iktar li jkun kompliċi ...", "MR SPEAEKR: Jekk se tibqgħu sejrin hekk, se jkolli ninterrompi s-seduta.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Dażgur, għax qed nitkellem jien!", "MR SPEAKER: Mela kkonkludi jekk jogħġbok, Onor. Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Issa nikkonkludi, mela ma nikkonkludix, allavolja ħlieli l-ħin biex ma nibqax sejjer!", "Mr Speaker, hawnhekk inti għandek provi li l- ministru responsabbli mill-maritime authority, f'dan il-parlament - se nuża l-kelma tiegħu - gideb.", "Qal li ma kien jaf xejn u fil-gazzetta ta' nhar il- Ħadd intqal li fl-24 ta' Mejju kien jaf.", "F'din l-istess gazzetta ntqal li ministru kien jaf.", "Anke l-prim ministru kien jaf, u dakinhar ma tkellimx, anzi ipproġetih biex ma jirrispondix mistoqsijiet supplimentari oħra.", "Din theddida serja għad-demokrazija, Mr Speaker!", "U s-soltu jħobbu jikkwotaw l-editorjal u l-artikli mill-gazzetta \"The Times\".", "U fl-editorjal li kien hemm ta' din il-gazzetta \"ħallik mill- paroli\" \"fl-istanding orders\", \"f'ġieh id-demokrazija\" u \"fl-interess tal- poplu\", il-mistoqsijiet għandhom isiru.", "(Interruzzjonijiet) U hekk kien isir fil-prassi.", "Imma jidher li issa tant qed joħroġ ħmieġ, illi ma jaqblilhomx id-diriġenti!", "Dawn mhux mid-demokrazija jimpurtahom, imma mill- image!", "Fis-sustanza se nkunu nafu kemm se jkun hemm nies involuti f'din il- kwestjoni, u l-persuna perċimes, ħabiba tal-ministru responsabbli ...", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO: Mhux veru.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Niċċalinġjah jien.", "(Interruzzjonijiet) Din il-persuna kellha ordni biex titlaq mill-uffiċċju u ma telqitx għax hu qabeż għaliha!", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom, inżommu l-ordni.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Din hi s-sitwazzjoni, Mr Speaker!", "(Interruzzjonijiet) Issa jekk hawn provi li mhux ir-qrati biss għandna mbagħbsin, li mhux il- pulizija biss għandna mbagħbsin, jidher li hemm riħa tinten anke fl-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż għall-mod kif niddefendu dan il-ħmieġ, Mr Speaker!", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Jekk m'hawnx aktar rimarki, insejjaħ lis-segretarju parlamentari, l-Onor.", "Tonio Fenech, biex jagħmel il-winding up fuq il-liġi li għandna quddiemna.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Mr Speaker, inkun konservattiv ħafna jekk ngħid li jien ftit sorpriż bl-andament ta' fejn mar id-dibattitu fuq din il-liġi li suppost kienet dwar kif se jkollna sistema ta' pagamenti komuni sas-sena 2010, biex meta n-nies isiefru f'pajjiż ta' l-Unjoni Ewropea jkunu jistgħu jħallsu bid-debit card, biċ-cheque book u bl-account tagħhom, kellha tispiċċa iktar tiddiskuti l-Malta maritime authority u xebgħa allegazzjonijiet oħra!", "L-oppożizzjoni donnha issa daħlet fil-vena li tagħmel kontinwament dawn l-allegazzjonijiet f'din il-Kamra u ma tagħmilhomx barra biex ovvjament imbagħad ikunu jistgħu jieħdu l-passi ta' protezzjoni.", "Dawn l-allegazzjonijiet qed ikunu defamatorji u bl-ebda mod m'huma qed jiġu sostanzjati hemm barra.", "Qed jiġu f'din il-Kamra jitfgħu xebgħa allegazzjonijiet bi skuża li għandhom x'jaqsmu b'xi mod ma' din il- liġi.", "Pero` jien nixtieq nifhem kif sempliċement għax xi ħadd qal, b'mod kreattiv ħafna, li l-Malta maritime authority għandha x'taqsam b'xi mod mas-settur tas-servizzi finanzjarji, spiċċat saret id-dibattitu prinċipali ta' din il- liġi li qed niddiskutu hawnhekk.", "Fil-fatt il-Malta maritime authority lanqas biss taqa' taħt id-dekasteru tal-ministeru tal-finanzi!", "Jiġifieri lanqas tista' tgħid li wieħed qed jipprova jġebbed l-affarijiet u jaqbad ma' xi ħaġa li taqa' taħt dekasteru ta' liġi li qed tiġi diskussa.", "Jidher ċar li d-dibattitu serju fuq il-liġijiet ta' pajjiżna min-naħa ta' l- oppożizzjoni spiċċa, u m'hemmx interess!", "Issa bdejna nilagħbu l-logħba li nħarsu lejn l-elezzjoni ġenerali u għall-pubbliku hemm barra, u allura nibdew nużaw il-parlament għal kull skuża ħlief biex nitkellmu verament dwar il-liġijiet ta' pajjiżna!", "Meta nara li anke l-Onor.", "Alfred Sant fl- introduzzjoni tiegħu donnu ried jitkellem fuq din il-liġi imma mbagħad spiċċa huwa wkoll jiżvija kompletament minnha u tkellem fuq kollox taħt is- sema minbarra fuq il-liġi fiha nfisha, nitbissem!", "F'dan id-dibattitu tkellmu tliet kelliema ta' l-oppożizzjoni; l-Onor.", "Jose' Herrera, il-Kap ta' l-Oppożizzjoni u l-Onor.", "Joe Mizzi.", "Jekk bejniethom ħadu aktar minn sagħtejn, m'għamlux aktar minn għaxar minuti jitkellmu b'sustanza dwar din il-liġi!", "Forsi xi ħadd jista' jaqbad ir-recording u jkejjel kemm realment tkellmu dwarha!", "Għandi s-suspett li l-Onor.", "Jose' Herrera lanqas biss kien jaf fuqiex qegħdin nitkellmu, għax litteralment wera li lanqas kien qed jifhem il-kunċett għala qed nimplimentaw din il- liġi, u fejn se teħodna.", "Fil-fatt beda jgħid: Imma din kif qed timplimenta d-direttiva?", "Id-direttiva twessa' s-servizzi, u dak li qed tagħmel din il-liġi huwa li twessa' s-servizzi finanzjarji li jistgħu jiġu kontemplati u min jipparteċipa.", "B'hekk qed taffettwaha.", "U beda jgħid li dak li tkellem dwaru ma jirriflettix ruħu fil-liġi.", "Mhux ovvja!", "Jekk lanqas kien preżenti għall-introduzzjoni tiegħi biex jifhem il-kunċett tal-liġi u fejn din riedet twassal!", "Din riedet twassal għal dak li kont qed nitkellem dwaru għall-2010, u biex nagħmlu dan kellna nimplimentaw din il-liġi.", "L- importanti hu – u hawnhekk naqlgħalhom il-kappell lill-membri ta' l- opppożizzjoni - li almenu fuq il-liġijiet ta' servizzi finanzjarji, għalkemm ma jikkontribwixxu xejn meta jiġu għad-dibattitu fil-parlament bħalma għamlu llum, ma jopponux!", "Almenu jgħidu li dan hu fl-interess nazzjonali tal-pajjiż, u mmexxu.", "Pero` li mbagħad bil-wiċċ kollu jiġi l-kap ta' l-oppożizzjoni u jgħidilna li kien hemm xi accountant u qallu prosit, għax kienu ħarġu rapport li 90% sa 95% minnu twettaq, tajjeb ngħidlu li jekk dak ir-rapport twettaq minn xi ħadd, twettaq proprju minn gvern Nazzjonalista.", "Is-suspett tiegħi hu li ma kien hemm l-ebda accountant, għax il-kejl tan-90% sa 95% jużah f'kollox l- kap ta' l-oppożizzjoni, kemm jekk ikunu l-kunsilli lokali u kemm jekk f'ma nafx xiex!", "Jekk huma Nazzjonalisti 50% jew 45%, u jekk huma Laburisti 90% sa 95%!", "U issa ivvintajna isem ta' accountant!", "Forsi xi darba jgħidilna isem u kunjom dan l-accountant ħalli nkunu nistgħu nistaqsuh jekk rahx verament dan ir-rapport.", "Għax fil-verita` ħadd ma ra dan ir-rapport li jirriferi għalih il-kap ta' l-oppożizzjoni li jien kelli okkażjoni nitkellem estensivament dwaru meta kien semmieh l-ewwel darba, aħseb u ara kemm timplimentah!", "Iżda l-kap ta' l-oppożizzjoni llum fil-ħames minuti li tkellem fuq din il- liġi - ma tkellimx iktar minn daqshekk fuq din il-liġi - pprova jgħid li s- suċċess kollu li qed niksbu fis-settur tas-servizzi finanzjarji huwa grazzi għall-gvern Laburista bejn l-1996 u l-1998.", "Din hija l-ikbar ċajta li xi ħadd seta' ġie jagħmel u jgħid f'din il-Kamra!", "Nispera li qed jiċċajta l- kap ta' l-oppożizzjoni!", "Ma rnexxilix nidħak, għax kont naf x'qed jipprova jwassal għalih!", "Hija ħaġa li ma titwemminx li jiġi hawn u jipprova jieħu l- prosit għar-rivoluzzjoni li saret fis-settur tas-servizzi finanzjarji f'dawn il-15-il sena, u jgħid li kien grazzi għar-rapport li ħadd ma ra - baqa' moħbi, qatt ma ġie ppubblikat mill-partit Laburista - u ngħidu li 95% minnu twettaq.", "Dan ma jitwemminx għax il-politika tal-partit Laburista bejn l-1996 u l- 1998 dwar is-servizzi finanzjarji taf x'kienet?", "Li Malta ma tidħolx fl- Unjoni Ewropea biex, għall-iskop tas-servizzi finanzjarji, inkunu ġurisdizzjoni offshore.", "Hekk kienu jgħidulna.", "Kienu jgħidulna li jekk nidħlu fl-Unjoni Ewropea Malta ma tistax tkun offshore.", "Dawn kienu għadhom lanqas irrealizzaw li għamilna riforma li ħadet għaxar snin biex neħħejna l- offshore u daħħalna sistemi ta' leġislazzjoni li jpoġġu l-vantaġġi tagħna kollha onshore.", "Imbagħad iridu jgħidulna li fasslu xi politika li stajna nattwaw issa li dħalna fl-Unjoni Ewropea meta l-politika tagħhom kienet kompletament bil-maqlub!", "Lanqas riedu jidħlu fl-Unjoni Ewropea!", "Kif jista' jkun jgħidu li issa qed naqtgħu l-frott ta' dak li għamlu huma meta kellhom politika dijametrikament l-oppost?", "Lanqas Titwemmen!", "Lanqas nista' nifhem b'liema wiċċ jiġi l-kap ta' l-oppożizzjoni hawnhekk u jippreżenta ruħu bħala dak li lilu rridu ngħidu grazzi għal dak kollu li wettaqna!", "Jien qatt ma rajtu fin-negozjati li aħna għamilna fuq is-sistema ta' tassazzjoni li issa llum għaddejna f'dan il-parlament bi qbil miż-żewġ naħat tal-Kamra.", "Imma ma nafx li qatt għamel xi dokument il-kap ta' l- oppożizzjoni jew irrikkmanda kif kellhom isiru t-tibdiliet jew ta xi ideat.", "Appoġġjawna fil-Kamra u għaddejna leġislazzjoni kif kien hemm, imma żgur ma nistgħux ngħidu li kienu l-ixprunaturi ta' xi bidla f'dan is-sens.", "Allura jien ngħid li huwa tal-biki meta l-oppożizzjoni tiġi taħli sagħtejn ta' din il-Kamra biex jew tagħti mpressjoni li hija sfaċċatament illużjoni ta' l- oppożizzjoni li hija 'l bogħod ħafna minn dak li qatt jista' jitqies bħala verita`.", "U agħar minn hekk, sempliċement biex naqbdu ma' awtorita` li m'għandha x'taqsam xejn ma' din il-liġi ...", "ONOR.", "JOE MIZZI: Għandi point of order.", "ONOR.", "TONIO FENECH: U issa point of order!", "Ħallejtek tgħid kemm trid u jiena bqajt nisma'.", "Jien qed nitkellem fuq il-liġi u l-point of order tiegħek mhux se jkun fuq il-liġi!", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Ippermettili ftit, Onor. Fenech.", "X'inhu l-point of order, Onor. Mizzi?", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, jien qajjimt point of orders kemm-il darba u qatt ma qalu xejn.", "Jien qed inqajjem point of order biex niġbed l- attenzjoni li jien tkellimt fuq il-Malta maritime authority għax il- ministru tkellem fuqha.", "Mela jekk qed jgħajjar lili jrid jgħajjar lilu.", "It- tielet ħaġa hi ...", "ONOR.", "TONIO FENECH: Il-ministru tkellem għax tkellmu qabel fuqha!", "ONOR.", "JOE MIZZI: Bir-rispettu kollu, beda jirriferi għalija.", "Li kieku ma rriferiex għalija, ma kontx nitkellem.", "MR SPEAKER: Ippermettili ftit Onor. Mizzi.", "X'inhu l-point of order tiegħek?", "Fil-qosor, jekk jogħġbok, u indirizza lis-Sedja.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Jiena ma ndirizzajtx lilek biss.", "Jien indirizzajt lit- tliet kelliema li tkellmu.", "Naħseb huwa obbligu ta' ministru lejn dan il- parlament li jekk xi ħadd iqajjem punt fuq id-dekasteru tiegħu f'xi liġi, jiġi u jirrispondi.", "Dan juri biċ-ċar kemm dawk il-kummenti ma kellhom x'jaqsmu xejn ma' din il-liġi, għax kellu jiġi l-ministru responsabbli jirrispondi.", "Issa la għamiltu l-point of order, ħalli nagħmel il-winding up!", "MR SPEAKER: Ippermettili ftit, Onor. Fenech.", "Jekk hawn point of order, irrid nisimgħu.", "X'inhu l-point of order, Onor. Mizzi?", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, l-obbligu huwa li l-affarijiet isiru kif suppost.", "Jaf li kien hemm nuqqas ukoll.", "Kif qal l-Onor.", "Jose` Herrera l- bieraħ, il-liġi ma tressqitx kif suppost skond l-istanding orders.", "Jiġifieri jekk ngħidu li l-affarijiet għandhom isiru kif suppost, kollox għandu jsir kif suppost, mhux fejn jaqblilna!", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Ikompli s-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Mr Speaker, issa se mmur għal kummenti oħra li għamel il-kap ta' l-oppożizzjoni.", "Filwaqt li faħħar il-progress li qed isir fis- settur tas-servizzi finanzjarji, il-kap ta' l-oppożizzjoni pprova jagħti x'jifhem li donnu l-gvern kien qed jittratta l-oqsma ekonomiċi l-oħrajn f'dan il-pajjiż qishom xi tfal tat-tieni klassi.", "Sejħilhom \"children of a lesser god\"!", "Ma nistax nifhem għax qed jagħmel din it-tip ta' allegazzjoni, għax jekk hemm oqsma fejn il-gvern jitfa' l-miljuni ta' liri biex joħloq il-postijiet tax-xogħol żgur m'huwiex fil-qasam tas-settur tas- servizzi finanzjarji.", "Is-settur tas-servizzi finanzjarji kiber għax għamilna qafas leġislattiv li hu tajjeb, bnejna awtorita` li hija serja, ksibna l-kredibilita` fuq livell internazzjoanli u qed nippromwovu s- servizzi tagħna mhux bir-reklami imma bil-kuntatti li tmur fuq in-nies u ġġib ix-xogħol lejn il-pajjiż.", "Jekk inħarsu lejn is-setturi tal-manifattura u tat-turiżmu żgur li kulħadd jaqbel li huma dawn is-setturi li l-gvern jittratta b'mod ħafna iktar preferenzjali fil-budget tiegħu u nippumpjaw il-miljuni ta' liri.", "Jekk nibda biex nitkellem dwar is-settur tat-turiżmu kulħadd jaf l-isfidi kbar li għadda minnhom pajjiżna matul is-sena li għaddiet.", "Għalfejn niġu f'din il-Kamra nipprovaw nagħtu l-impressjoni li l-fatt li ma jiġux turisti f'pajjiżna huwa 100% tort tal-gvern?", "Bħallikieku meta tagħżel fejn se tmur, toqgħod tagħti kas x'qed jgħid il-Gvern Franċiż, Taljan, Ġermaniż, Ingliż biex tara jekk tmurx l-Ingilterra, Franza, il-Ġermanja jew l-Italja!", "Almenu meta nsiefer jien nistaqsi l-mara fejn tixtieq tmur, u nipprovaw nieħdu idea fejn it-tfal jieħdu gost meta mmorru nieħdu holiday.", "Żgur ma noqogħdux ngħidu jekk hemmx Sarkosy jew jekk hemmx ma nafx min fil-gvern f'dak il-pajjiż!", "Jekk nibqgħu nbigħu din l-impressjoni li t-turiżmu jġibu wiċċ ta' ministru f'xi gvern inkunu qed nidħku bin-nies!", "U hija daħka meta jiġi l-kap ta' l- oppożizzjoni f'din il-Kamra - u għamilha anke pubblikament - iwiegħed li meta jkun fil-gvern hu se jtella' n-numru ta' turisti għal 1.6 miljuni u se jtella' l-infiq għal Lm600 miljun minn Lm400 miljun fis-sena, u ma jgħidilniex inizjattiva waħda li hija waħda ta' kif se jagħmel dan!", "Jekk din m'hijiex gimmick oħra tal-partit Laburista fl-oppożizzjoni li jipprova jbigħ kollox biex jintgħoġob elettoralment, ma nafx x'inhi!", "Nistaqsi x'inhuma l-inijzattivi li qed jipproponi l-kap ta' l-oppożizzjoni fit- turiżmu li se jġibu qabża ta' kważi 400,000 turist fis-sena!", "Ara aħna din is-sena - għax is-settur tat-turiżmu ma nittrattawhx bħala children of a lesser god - barra li vvotajna l-fondi lill-MTA biex tkompli tagħmel il-marketing u biex tagħti s-support lit-tour operators, biex jiġu t-turisti f'pajjiżna ħriġna l-miljuni ta' liri biex ġibna l-low cost airlines, pero` b'bilanċ li ma nkissrux lil Air Malta, xi ħaġa li fuqha l- oppożizzjoni ftit li xejn titkellem.", "L-oppożizzjoni se żżid il-low cost airlines anke jekk dan ikun a skapitu ta' l-Air Malta?!", "L-oppożizzjoni għandha tqum u tgħid kif, u mhux titfa' l-figuri u ma tgħidx kif!", "Il-low cost airlines wegħduhomlna l-mijiet ta' eluf ta' turisti, imma basta nħalluhom jidħlu fir-rotot li huma importanti għall-Air Malta.", "Allura nneħħu r-rotot importanti għall-Air Malta, jidħlu l-low cost airlines biex iġibulna t-turisti, u sadanittant tispiċċa l-Air Malta!", "Imbagħad inkunu mhedda bil-low cost airlines għax ma jkollniex airline tagħna.", "Jekk dik hi l-istrateġija li se juża Alfred Sant biex iżid it-turiżmu ħalli jilħaq dawk il-miri, allura jgħidilna!", "Iżda l-istrateġija ta' dan il-gvern hija li ndaħħlu jdejna fil-but, kif għamilna u kif se nagħmlu, u nissupplimentaw l-għajnuna finanzjarja lill- MTA anke fi żmien meta nafu li għandna restrizzjonijiet fiskali ta' kemm nistgħu nagħmlu deficit għax sa l-aħħar ta' din is-sena ma nistgħux inżidu d-deficit.", "Allura meta nżid x'imkien irrid naqta' minn x'imkien ieħor, anke jekk joħroġ ftit demm minn x'imkien ieħor, għax it-turiżmu mhux biss m'huwiex settur li nittrattawh bħala a lesser child of I don't know what god li semma Alfred Sant, imma tassew inżommuh fuq wiċċ l-idejn u nipprovaw ninvestu ħafna iktar biex inġibu iktar xogħol f'dan il-pajjiż.", "U r- riżultati qegħdin narawhom.", "Kulħadd jaqbel li din ix-xitwa kienet ħafna aħjar milli kienet is-sena li għaddiet u d-differenza qed iħossuha l-lukandi kollha.", "Jibqa' jkun hemm lukandi li għadhom mhux qed iħossuha biżżejjed, imma forsi trid issir id- domanda jekk dawn il-lukandi humiex jagħmlu biżżejjed - jista' jkun hemm bżonn għajnuna mill-gvern - biex jattiraw iktar turisti lejhom ukoll, għax il-lukanda se jagħżilha t-turist, u t-turist se jagħżel lukanda li għal prezz li se jħallas se tagħtih is-servizz li jaspira għalih.", "Jekk iħallas għalih u ma jirċevihx, id-darba li jmiss jew ma jiġix Malta, jew jekk jiġi, jmur f'lukanda oħra, jew jekk jisma' xi ħaġa ħażina fuq dik il-lukanda ma jagħżilhiex mill-ewwel.", "L-istess rigward is-settur tal-manifattura, fejn il-kap ta' l-oppożizzjoni akkużana li għandna indifferenza sħiħa.", "L-ewwelnett jien nissimpatizza mal- ħaddiema tal-VF li ħabbret li mhux se tibqa' topera f'pajjiżna u allura se jkollha tittermina l-impjieg tal-ħaddiema f'din l-ażjenda.", "Aħna mhux biss nuru solidarjeta` bil-kliem imma l-gvern huwa kommess biex tramite l-ETC - kif ħdimna mill-viċin ma' dawk il-ħaddiema biex għeniehom kemm mal-banek, kemm fi problemi oħrajn u anke biex jerġgħu jintegraw fid-dinja tax-xogħol kemm jista' jkun malajr – jgħin lil kull ħaddiem li se jitlef postu fil-VF biex jintegra ruħu kemm jista' jkun malajr fl-ekonomija tagħna.", "Jien ninsab fiducjuż, u fiducjuż mhux bi bluff imma għax il-ħaddiema tad- Denim Services u tal-Llyods li għaddew mill-istess esperjenza sena u ftit xhur ilu, llum wieħed jista' jgħid li prattikament kollha reġgħu sabu post tax-xogħol għax l-ekonomija qed toħloq postijiet tax-xogħol ġodda.", "Fis- sena 2006 biss inħolqu 6,100 post tax-xogħol ġdid f'dan il-pajjiż, ritmu li qed narawh isostni ruħu anke din is-sena, u allura jien fiducjuż li ma ndumux ma nsibu postijiet tax-xogħol għall-ħaddiema tal-VF biex ikunu jistgħu jerġgħu jiġu integrati fid-dinja tax-xogħol.", "Dan juri li m'hu minnu xejn li hemm l-indifferenza!", "Hemm indifferenza meta ħdimna biex ġibna l-iSmartCity biex jinħolqu 5,600 impjieg ġdid għal dan il-pajjiż?", "Hemm l-indifferenza meta ħdimna biex il- Lufthansa Technik iżżid investiment ta' Lm50 miljun u toħloq 550 post tax- xogħol ġdid?", "Hemm l-indifferenza meta se jkompli jibker l-HSBC call centre?", "Hemm l-indifferenza meta l-Methode, il-Brandt, id-Dowty, id- Dedicated Micros, il-kumpanniji tal-farrmaċewtika kollha qegħdin jespandu?", "U dawn qed jespandu għax qed isibu l-appoġġ mill-gvern, appoġġ finanzjarju li s-settur tas-servizzi finanzjarji m'għandux f'dan il-pajjiż, anzi huwa settur li minn fuqu niġbru ħafna taxxi.", "Imbagħad jiġi hawnhekk il-kap ta' l-oppożizzjoni u jgħidilna li dan is-settur qisu tat-tfal l-iktar preferuti, waqt li s-setturi l-oħrajn huma of a lesser god!", "Ma nistax nifhmu dan l-argument!", "Imbagħad l-Onor.", "Sant reġa' qabad il-kantaliena li żidna l-piż tat-taxxi b'Lm60 miljun fis-sena.", "Pero` waqt id-diskors ħarbitlu ftit, għax f'mument minnhom kien se jgħid li żdiedu r-rati, imbagħad ġibidha lura u qal li żdied il-piż tat-taxxi għax jaf li r-rati tat-taxxi ma żdidux f'dan il- pajjiż.", "Anzi fl-aħħar budget naqqasna t-taxxi.", "Allura x'inhi r-raġuni li qed niġbru iktar taxxi?", "Hemm żewġ raġunijiet, u missu qalilna prosit il- kap ta' l-oppożizzjoni!", "Qed niġbru iktar taxxi l-ewwelnett għax l- ekonomija qed tikber, u t-tieni nett għax qed ninforzaw il-ġbir ta' taxxi aħjar, u messu qalilna prosit ta' dan u mhux ikkritikana.", "Il-kap ta' l-oppożizzjoni qabad ukoll ma' affarijiet li jien stagħġibt bihom, bħalma stagħġeb il-prim ministru.", "Qalilna li l-edukazzjoni mgħobbija bil-VAT meta kulħadd jaf li l-edukazjzoni m'għandhiex VAT.", "Staqsi lill- ġenituri li jibagħtu lit-tfal tagħhom fl-iskejjel privati jekk iħallsux VAT.", "Staqsu jekk fuq il-kotba hemmx VAT.", "M'hemmx!", "Għalhekk skantajt b'dan id-diskors tal-kap ta' l-oppożizzjoni xejn studjat.", "Per eżempju, l- awtorita` tad-djar għandha skema biex il-koppji żgħar jieħdu lura l-VAT fuq ix-xogħol li jagħmlu fl-ewwel dar tagħhom.", "Ma tafx biha din?!", "Dan huwa l- kap ta' l-oppożizzjoni li qed jipprova jipreżenta ruħu bħala l-kap li jrid imexxi dan il-pajjiż?!", "Jiddispjaċini ngħid li qabel ma jitkellem aħjar iħares sew lejn il-ħidma li qed iwettaq dan il-gvern għax naħseb li f'ħafna affarijiet mhux qed jinforma ruħu tajjeb.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-mistoqisja hija li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att li jemenda l-Att dwar l-Istituzzjonijiet Finanzjarji, Kap. 376\" ikun moqri t- Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tieni Darba.", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Mr Speaker, nipproponi biex dan l-abbozz ta' liġi jiġi riferut lill-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqisja hi li dan l-abbozz ta' liġi jiġi riferut lill- Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "David Agius.", "ONOR.", "DAVID AGIUS: Mr Speaker, bil-permess tal-Kamra nirrapporta li l- Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija għadda mill- istadju ta' Kumitat b'emendi.", "MR SPEAKER: Sar il-ħin.", "Il-Ministru Zammit, jekk jogħġbu, iressaq l- aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar l-Erbgħa 20 ta' Ġunju 2007 fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Awtorita' ta' Malta dwar ir- Riżorsi - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Organizzazzjonijiet Volontarji - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Amministrazzjoni Pubblika - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta (Emenda Nru 2) - Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income – Tielet Qari; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar iċ-Cittadinanza Maltija - Tielet Qari.", "--------------------------------", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Foster Care - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili (Emenda Nru 2) - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Reġistru Ċentrali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza li tneħħi l-Kontroll tad-Djar - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Kumpanniji - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Mediċini - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Istituzzjonijiet Finanzjarji - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "George Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Sur President, meta kien inżamm dibattitu f'dan il- parlament rigward politika barranija, jiena kont għamilt appell biex kemm jista' jkun ikun hemm iktar diskussjonijiet li jinvolvu dan il-parlament f'dik li għandha x'taqsam il-politika barranija.", "Mill-mod kif ġie milqugħ dak id-dibattitu fil-media lokali assumejt u ttamajt li l-ministru kien se jieħu l-okkażjoni biex l-ewwel ċans li jkun hemm jerġa' juża l-parlament ħalli d-dibattitu jsir pubbliku u jinġieb iktar għall-attenzjoni tal- pubbliku.", "Din, Sur President, hija trend, hija drawwa, hija xi ħaġa li qed tiżviluppa iktar u iktar fil-parlamenti tal-pajjiżi Ewropej.", "Per eżempju meta aħna nattendu għal-laqgħat ta' l-hekk imsejjaħ COSAC, li hija l-laqgħa tal-kumitat ta' l-affarijiet barranin tal-parlamenti ta' l-Unjoni Ewropea, illum qed isir ħafna aċċenn fuq l-involviment tal-parlamenti nazzjonali fid- deċiżjonijiet li jittieħdu fl-Unjoni Ewropea.", "U hemm min anke qed jgħid li dan il-COSAC, din l-istruttura li ilha mwaqqfa żmien twil, flok tibqa' tlaqqa' ġo fiha l-kumitati ta' l-affarijiet barranin tal-parlamenti nazzjonali tal-pajjiżi membri tibda tlaqqa' membri parlamentari mill-parlamenti nazzjonali flok membri biss mill-kumitati ta' l-affarijiet barranin.", "Hemm ukoll laqgħat li qed isiru li jindikaw kemm hu importanti l-parlament nazzjonali anke fi ħdan l-Unjoni Ewropea.", "Din repetutament qed tagħmel laqgħat parlamentari bejn il-parlament Ewropew u l- parlamenti nazzjonali.", "L-aħħar laqgħa li kien hemm kienet il-ġimgħa l-oħra dwar il-futur ta' l-Ewropa msejħa \"Flimkien, imma kif?\" jiġifieri \"Together, but how?\"", "Jien attendejt grazzi għas-Sinjorija Tiegħek li tippermettilna nattendu għal dawn il-laqgħat.", "Wieħed jara li l-aċċenn qed ikun fuq l-involviment aktar tal-parlamenti nazzjonali.", "Wieħed mis-sinjali qawwija li ngħataw fil-passat mhux 'il bogħod ħafna kien meta ġie msawwar it-trattat kostituzzjonali li għall-ewwel darba fih għandu protokoll dwar il-parlamenti nazzjonali.", "F'dan il-protokoll – u hawn qed nitkellmu fuq it-trattat kostituzzjonali li sar bi qbil mal-pajjiżi membri kollha fosthom is-soċjeta' ċivili, parlamenti nazzjonali u ħafna u ħafna għaqdiet oħra - ta rikonoxximent ġdid u saħħa ġdida lill-parlamenti nazzjonali għax fejn qatt ma kellhom saħħa, illum, allavolja t-trattat kostituzzjonali ma ġiex adottat, il-parlament nazzjonali diġa' għandu dritt li jirċievi l-leġislazzjonijiet kollha li toħroġ mill-Unjoni Ewropea biex fi żmien sitt ġimgħat jirreaġixxi għalihom.Tant hu hekk ukoll li hemm previst li jekk numru ta' parlamenti nazzjonali joġġezzjonaw għal dik il- leġislazzjoni fuq bażi li din tmur kontra l-kunċett tas-sussidjarjeta', hemm anke l-possibbilta' li l-kummissjoni tirtira dik il-leġislazzjoni.", "Sur President, għalfejn qed ngħid dan kollu?", "Qed ngħidu għax proprju jumejn oħra, fil-21 u t-22 ta' Ġunju ta' dan ix-xahar, se jkun hemm laqgħa importantissima għall-futur ta' l-Unjoni Ewropea.", "Dan se jkun il-kunsill Ewropew, l-ogħla organu ta' l-Unjoni Ewropea fejn il-kapijiet ta' l-istati membri, il-prim ministri, jiltaqgħu bejniethom.", "Issa għalfejn se jiltaqgħu din id-darba?", "Hemm aġenda pjuttost wiesa', pero' l-iktar ħaġa importanti li hemm fuq din l-aġenda din id-darba huwa l-futur ta' l-Ewropa, x'se jsir mill-Unjoni Ewropea, x'se jsir b'mod partikolari mill-abbozz tat-trattat kostituzzjonali li ġie msawwar mill-konvenzjoni li kienet tlaqqgħet sentejn ilu.", "Kif jafu ħafna nies, apparti li ġie ffirmat mill-pajjiżi membri kollha, jiġifieri mis-27, meta dan ġie biex jiġi ratifikat, jiġifieri mgħoddi finalment, ġie mgħoddi minn 18-il pajjiż.", "Imbagħad kien hemm erba' pajjiżi li qalu li huma interessati u lesti li jirratifikawh, pero' mbagħad kellek pajjiżi bħalma huma n-Netherlands u Franza li vvotaw kontra tiegħu.", "Il-pajjiżi l-oħrajn li baqa' mbagħad qalu li ma jinteressahomx li jkomplu għaddejjin b'din l-istorja kollha.", "Hawn irrid ngħid li kulħadd jaf li matul dawn l-aħħar snin u l-aħħar xhur kien hemm dibattitu qawwi u sħun f'dak li kien imsejjaħ perijodu ta' riflessjoni li fih il-pajjiżi membri ġew mitluba jirriflettu, jiddiskutu u joħorġu bi proposti kif wieħed seta' joħroġ minn dan l-inblokk li seħħ minħabba li t-trattat kostituzzjonali ġie mwaqqaf minn żewġ pajjiżi.", "Dan għax dan huwa trattat li kellu jiġi adottat b'mod unanimu.", "Issa d-dibattitu sar, u jien għedt anke fl-aħħar debate li sar f'dan il-parlament li f'pajjiżna dan id-dibattitu ma eżistiex.", "Dan ma eżista imkien.", "Il-gazzetti tagħna malli jkun hemm xi ħaġa li jistgħu jiġu xi fondi jew xi affarijiet bħal dawn tarahom jagħmlu headlines kullimkien, partikolarment mill- korrispondenti li għandna ġewwa Brussells, basta nippompjaw lill-gvern, imma f'dik li hija sustanza, f'dak li huwa ta' importanza mhux biss għall- pajjiżi imma issa anke għall-Unjoni Ewropea kollha, ma nsibu xejn, xejn u xejn!", "Fil-kumitat ta' l-affarijiet barranin ftit li xejn iddiskutejnieh.", "L-aħħar li kellna okkażjoni – u din m'iniex qed ngħidha biex niftaħar – kien meta ġibna persuna li ntroduċejtu jien lill-President tal-Kumitat, is-Sur Jo Leinen li huwa ċ-chairperson tal-kumitat kostituzzjonali tal-parlament Ewropew.", "Leinen huwa konoxxenza tiegħi antika, iltqajna f'Helsinki, u lil dan introduċejtu lill-Onor.", "Jason Azzopardi u ħajjartu biex inġibuh ħalli niddiskutu miegħu din il-kwestjoni fil-kumitat ta' l-affarijiet barranin.", "Dan ġie proprju ħmistax ilu u kellna diskussjoni intelliġenti.", "Mill-banda l- oħra pero', f'dan il-parlament xejn, assolutament silenzju li taqtgħu b'sikkina, u dan meta hawn qed nitkellmu fuq xi ħaġa daqshekk importanti għall-futur ta' l-Unjoni Ewropea!", "Issa bħalma taf int, Sur President, hawnhekk diġá rratifikajna l-abbozz tat-trattat kostituzzjonali meta ġie quddiem din il-Kamra.", "Aħna konna wieħed mit-18-il pajjiż li rratifikah.", "Għamilna dan u daqshekk, qisu l-perijodu ta' riflessjoni biex wieħed jerġa' jaħseb mill-ġdid fuqu lilna ma missna assolutament xejn.", "Min-naħa l-oħra ma ġietx inizjata ebda inizjattiva.", "Fuq bażi nazzjonali ma sar xejn u ovvjament il-poplu jisma' biss dak li jitimgħuh il-media.", "Kif għedt, qisu dak li qed jiġri madwarna, dak li qegħdin fih issa u dak li aħna parti minnu, li se jkolllu effett fuq il-futur tagħna, li se jkollu effett fuq id-destin tagħna bħala pajjiż f'din l-Unjoni Ewropea, ma jeżistix.", "Issa dan minkejja li bħalma għedt fl-aħħar laqgħa li għamilna, issa li qegħdin fiha, irridu naqdfu ma' ħaddieħor.", "Jekk se tegħreq din id- dgħajsa se negħrqu lkoll, jekk se jkollna attitudni negattiva se nibilgħuha aħna wkoll.", "Jekk aħna nistgħu nikkontribwixxu biex nirranġaw l-affarijiet, id-dover tagħna hu li nikkontribwixxu, pero' assolutament m'huwiex aċċettabbli li aħna noqogħdu bilqiegħda, b'idejna fuq żaqqna ma nagħmlu xejn, u nippretendu li l-affarijiet jiġu favur tagħna.", "Sur President, jumejn qabel dan id-dibattitu tal-kunsill daqshekk importanti kien ikun idoneu li il-prim ministru jagħmel stqarrija fil- parlament ħalli jgħid kif qed jaħsibha fuq il-proposti li hemm, kif huwa mxaqleb il-ħsieb tal-gvern.", "Il-gvern għandu jkun lest biex anke minn hawn jieħu l-kritika, jieħu mistoqsijiet u jagħmel spjegazzjonijiet.", "Imma dan ma sarx fil-parlament.", "L-unika ħaġa li rnexxieli nisma' kien meta b'kumbinazzjoni qlibt it-televiżjoni fuq NET News u rajt lill-ministru tagħna ta' l-affarijiet barranin mill-Lussemburgu jgħid xi ħaġa fuq x'inhuma r-red lines u mhux red lines!", "Għal min mhux imdorri b'din il- lingwa, r-red lines huma dawk l-affarijiet li l-gvern mhux lest li jċedi la nkunu fid-diskussjonijiet.", "Skużi, jien għandi naqleb fuq NET News biex inkun naf x'se jgħid il- ministru ta' l-affarijiet barranin tiegħi fil-laqgħa tal-kunsill?", "Din m'hijiex dikjarazzjoni uffiċjali imma intervista fejn tefa' żewġ items ħalli wieħed jimla l-ispazju.", "Dawn ir-red lines x'inhuma?", "Allura l-prim ministru f'isem il-Gvern Malti, f'isem il-parlament Malti se jmur hemm, jgħid li jrid u jiġbed il-linji fejn irid hu għax moħħu mistrieħ li hawnhekk, bħalma qalilna sieħbu Austin Gatt, għandu maġġoranza?!", "Se jagħmel hekk, imbagħad meta jiġi minn hemmhekk jgħidilna: Dan iddeċidejt, dan innegozjajt, dan ġibt u intom tridu taċċettawh għax għandna l-maġġoranza!", "Sur President, issa dan f'suġġett li fuqu llum hawn consensus!", "U jiena nista' nikkwota l-istess ministru ta' l-affarijiet barranin li fid- dibattitu qal li hawn consensus.", "Hawn consensus jew m'hawnx consensus?!", "Qegħdin ngħinukom jew mhux qed ngħinukom?", "Qegħdin naħdmu magħkom jew m'aħniex qed naħdmu magħkom?", "Jekk il-gvern ma jirrikonoxxix li f'dan il- qasam dħalna b'ruħna u ġisimna biex inġibu l-ġid għall-pajjiż, allura jew mhux qed jgħix jew jogħġbu jagħti impressjoni differenti!", "Dan qed ngħidu għax kemm jekk inhu f'konferenzi internazzjonali, kemm jekk inhu fil- kumitat ta' l-affarijiet barranin kif ukoll jekk hu bħal m'għamilna reċentement fuq l-immigrazzjoni illegali, aħna tajna spalla lill-gvern ħalli meta jmur quddiem ħaddieħor jippreżenta ruħu mhux bħala parti minn parlament Malti, imma bħala parlament Malti magħqud.", "Per eżempju, l-aħħar konferenza li rreferejt għaliha tal-future of Europe jiddispjaċini ngħid lanqas rappreżentant tal-gvern ma kien hemm.", "Issa jekk hijiex kwestjoni tal-finanzi tal-Kamra ma nafx, pero' m'hijiex xi ħaġa sabiħa.", "Fid-dossier li tawna u li ppreparawlna l-istaff segretarjali tal- Kamra - u nirringrazzjahom li tawna dossier rigward x'ġara u x'ma ġarax, x'għaddew u x' m'għaddewx - hemm x'qalu l-mexxejja kollha ta' l-Unjoni Ewropea ħlief x'jaħseb il-gvern Malti.", "Nemmen li kieku l-gvern Malti kien serju f'din il-kwestjoni, u kieku huwa veru dak li jgħid li jħoss li hemm consensus u li jrid jattwah, kien - jekk mhux pubblikament, fil-privat - jeħodna f'laqgħa li jekk hemm bżonn tkun magħluqa u jgħidilna dwar il- ħsibijiet tiegħu u jara x'naħsbu aħna fuqhom, kif se nimxu fuqhom, u fejn se naslu.", "Kien jara jekk hux se naċċettaw li jkun hemm tibdil f'din il- linja, jekk hux se naċċettaw li jitneħħa ċ-charter tad-drittijiet fundmamentali u jekk hux se naċċettaw li ma jkunx hemm ministru ta' l- affarijiet barranin ta' l-Ewropa.", "Se naċċettaw li jitneħħew l-innu u l- bandiera?", "Qed insemmi affarijiet hekk!", "Mhux tali hekk, talli bejn il-23 ta' April u 4 ta' Mejju l-president tal- presidenza Ġermaniża, Angela Merkel, bdiet konsultazzjonijiet u bagħtet questionnaire lil kull gvern.", "Dan il-questionnaire fih ħafna mistoqsijiet li fl-opinjoni tiegħi kien jagħmel bażi eċċellenti biex ikun hemm dibattitu - bħalma għedt jekk mhux pubbliku, għallinqas in confidence - ħalli naraw x'qegħdin naħsbu bejnietna aħna li nirrappreżentaw l-oppożizzjoni u l-gvern tal-ġurnata, imma bħala parlament.", "B'dan il-mod konna naraw b'liema ideat se jmur il-prim ministru ġewwa Brussels il-Ħamis u l-Ġimgħa.", "Qed ngħid li kellna nagħmlu hekk mhux biex nikkmandawh x'jagħmel, għax aħna m'għandiex is-saħħa li għandhom il-kumitat ta' l-affarijiet barranin tal-pajjiżi Nordiċi fejn lill-ministru jiddettawlu - u din qed ngħidha biex in-nies jifhmuni, mhux biex nagħmlu hekk – safejn għandu jinnegozja u ma jinnegozjax.", "Aħna m'għandiex dik is-sistema, imma nippretendi li għallinqas, anke per korteżija, kien ikellimna dwar kif aħna naraw din il-kwestjoni issa li suppost għandna consensus fuqha.", "Dan il-questionnaire li bagħtet Merkel biex tieħu idea ta' x'qegħdin jaħsbu l-kapijet ta' l-istati għandu prattikament 12-il mistoqsija, u jitkellem fuq ħafna affarijiet inkluż x'jaħsbu rigward jekk għandux ikun hemm l-artiklu li jagħti supremazija tal- liġi kostituzzjonali Ewropea fuq dik tal-pajjiż, jekk għandux ikun hemm iċ- charter tal-fundamental rights, jekk jaħsbux li għandu jerġa' jinfetaħ il- pakkett kostituzzjonali, jekk jaħsbux li għandu jkun hemm tibdil fit- trattat li jerġa' jibgħat is-sistema ta' kif jittieħdu d-deċiżjonijiet kif kienet qabel, u ħafna mistoqsijiet oħra.", "Sur President, jiena fid-dibattitu li kellna tlabt lill-ministru ta' l- affarijiet barranin biex jagħtina ħjiel ta' x'irrisponda l-gvern għal dan il-questionnaire, però l-gvern lanqas kellu d-diċenza jgħidilna fuq liema linja qed jaħseb.", "Aħseb u ara kemm ħadna fil-fiduċja tiegħu biex jiddiskuti magħna x'naħsbu jew ma naħsbux!", "Dan mhux sinjal tajjeb!", "Issa din m'hijiex xi ħaġa sigrieta, għax per eżempju jiena kapaċi ngħidlek kif se jinnegozja kull kap ta' stat ġewwa Brussels, x'lest li ma jaċċettax u x'lest li jaċċetta.", "Din l-informazzjoni faċli tiġborha għax hija oġġett pubbliku u m'hemmx sigrieti fiha.", "Allura fil-każ tagħna għalfejn din is- segretezza kollha, anke mal-parlament tagħna?!", "Jiena nista' ngħid per eżempju, x'riedet il-Polonja.", "Kulħadd jaf li hemmhekk hemm il-kwestjoni tas- sistema tal-votazzjoni.", "Imbagħad l-Ingilterra flimkien man-Netherlands u maċ-Ċeki ma ridux li jkun hemm charter tal-fundamental rights.", "Min-naħa l-oħra, Prodi qal ċar u tond li jekk hemm bżonn, hemm grupp ta' pajjiżi jimxu waħedhom 'il quddiem, l-oħrajn jibqgħu jistennew.", "Issa jiena f'din in-nofs siegħa m'għandix biżżejjed ħin għax fiha ridt nipprova niġbor dak kollu li jieħu s-sigħat biex tiddiskutih.", "Per eżempju, nista' ngħid x'riedu l-Franċiżi.", "Illum nafu kif Sarkozy mill-ewwel ried mini treaty, issa jrid amended treaty u qed jipprova jibdel il-pożizzjoni tiegħu.", "Gordon Brown ried li jekk jista' jkun jasal f'kompromess li b'dak li jmur quddiem il-pajjiż ma jkollux għalfejn ikollu referendum, public consultation.", "Dawn huma affarijiet li xejn m'hemm sigriet fihom, u ma kien ikun hemm xejn ta' barra minn hawn kieku l-prim ministru u l-ministru ta' l-affarijiet barranin tkellmu dwarhom f'dan il-parlament.", "Kellna, per eżempju, ir-riżoluzzjoni li ttieħdet fil-parlament Ewropew rigward ir-roadmap ta' x'se jiġri u ma jiġrix fil-proċess kostituzzjonali.", "Anke f'din, artiklu 13 tar-riżoluzzjoni jenfasizza l-importanza tad-djalogu bejn parlamenti nazzjonali u l-gvernijiet tagħhom, jiġifieri bejn il- parlament u l-gvern.", "Hawnhekk qegħdin nagħmlu kawlata sħiħa fejn il-gvern sar il-parlament.", "Id-distinzjoni bejn il-gvern u l-parlament m'għadhiex teżisti!", "Dan il-parlament m'huwiex il-gvern.", "Dan il-parlament qiegħed hawn biex jikkontrolla l-gvern, qiegħed hawn biex jiskrutinja x-xogħol tal- gvern, qiegħed hawn biex jagħti parir lil-gvern, u biex jekk ikun hemm bżonn jiċċensura l-gvern.", "Nerġa' ngħid, ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew li għaddiet b'maġġoranza enormi fis-7 ta' Ġunju b'469 vot favur u 141 kontra u b'disa' astensjonijiet, tgħid ċar:", "\"...emphasizes the importance of dialogue between national parliaments and their respective governments throughout the IGC...\"", "- jiġifieri matul il-konferenza li wieħed jittama se titwaqqaf biex jiġi drafted u miktub it-trattat il-ġdid - \"...and expresses its willingness to maintain close contact with the national parliaments during the forthcoming negotiating phase as well as with the committee of the regions ......\"", "Hawnhekk ukoll il-membri tal-parlament Ewropew qegħdin jgħidu li jridu jżommu l-kuntatt li jeżisti bejn il-parlament nazzjonali u l-gvern.", "Imbierek Alla, min-naħa l-oħra, tgħidx kemm kellna min igħid favur l-Unjoni Ewropea u kemm hemmhekk se nsibu l-ġenna ta' l-art u kemm se jkollna drittijiet, però llum dawn l-affarijiet ma jeżistux.", "Issa dħalna hemmhekk, u povru l-poplu li dawn l-affarijiet ma jafhomx għax m'għandhomx interess jgħiduhomlu!", "Hawnhekk jiena nistaqsi dwar x'hemm ħażin li l-gvern iżomm il- parlament informat.", "X'hemm ħażin li jkollu skrutinju mill-parlament u li jkollu djalogu mal-parlament kif hawn miktub hawnhekk?", "Dawn huma affarijiet li qegħdin jiġru.", "U meta ġie l-president tal-kummissjoni Barroso, ma ntqal xejn minn dan.", "Pinġejnielu kollox ward u żahar!", "L-affarijiet mexjin sew!", "Kien hemm tgergir biss pulit pulit fuq l-immigrazzjoni llegali, li ma mmorrux noborxuh lil dan!", "U jien lil tan-naħa l-oħra ngħidilhom: Min bħali jattendi b'mod regolari l-laqgħat ta' barra ma jafx kif jittrattaw dawn?!", "Tan-naħa l-oħra ma jafux li l-lingwa wżata tkun iktar ħarxa?!", "Tan- naħa l-oħra ħadu xokk għax il-kap ta' l-oppożizzjoni qal li jekk dawn mhux se jgħinuna, aħna jkollna naraw l-ewwel u qabel kollox l-interess nazzjonali!", "Il-\"purċinelli\" li jiktbu fil-gazzetti bl-Ingliż tgħidx kemm attakkaw lill-kap ta' l-oppożizzjoni għax qal hekk!", "Il-parlament Ewropew il- ħin kollu jikkritika lill-kummissarji!", "Il-parlament Ewropew il-ħin kollu jagħmel mhux theddid, imma jagħti ma nafx kemm-il twissija jekk jara li l- affarijiet ma jsirux!", "Min huma dawn?!", "Mela dawn xi gran Alla!!", "Mhux qed ngħid li għandek thedded lill-Unjoni Ewropea jew il-kummissjoni, però mbagħad mhux se noqgħod niddejjaq ngħidlu li telquna għal riħna!", "Sur President, hawn irrid ngħid li llum ħadt gost nisma' lil Barroso jitkellem x'imkien ieħor.", "Dan qal li issa ħass bis-serjeta' u fehem iktar il-piż enormi li qed jitgħabba fuq Malta, u hemm bżonn li dan il-pajjiż jiġi mgħejjun.", "X'tagħmel?", "Ma tibkix allura?!", "Il-Malti jgħid li jekk ma tibkix ma terdax!", "Hekk irridu nagħmlu, mela noqogħdu bl-ingwanti puliti!", "Ma nkellmuhomx dawn!", "Dawn mhux ta' kontra, għax int qed tipparteċipa u qed tidħol fit-tmexxija u fl-ispirtu ta kif għandha titmexxa l-Unjoni Ewropea fuq il-prinċipji li ffundat ruħha fuqhom.", "Tan-naħa l-oħra qabel dħalna ftaħru dwar kemm se jkollna demokrazija, kemm se jkollna sussidjarjeta', kemm se jkollna solidarjeta' u kemm se jkollna għajnuna!", "Allura x'fiha ħażin li dwar din il-ħaġa titlob l-għajnuna u tgħid li jekk inti mhux se tiġi mgħejjun se tara x'se tagħmel?!", "Allura noqgħod ma nagħmel xejn?", "Inkella jiġi Frattini jgħaddi ż-żmien bina, jgħid ħafna affarijiet, ma jagħmel xejn minnhom, imbagħad ma nitkellimx u minn fuq jattakkani!", "Kemm sirna ġwejjed issa!", "U jiena ngħidlu bl-akbar responsabbiltá: Qed nieqaf għal dik li hija s-sovranitá tagħna u qed nieqaf għad-dritt tagħna li niġu stmati.", "Mhux għax pajjiż żgħir jarmuna b'dan il-mod!", "Sur President, hawnhekk irrid nistaqsi: Xi stand se jieħu l-prim ministru meta jkun qiegħed ġewwa Brussells fuq il-kostituzzjoni Ewropea?", "X'inhuma r- red lines li semma l-ministru?", "Issa x'se nagħmlu, nistennew li l-affarijiet isiru żorba mbagħad jiġi hawn jgħidilna: Għax issa ddeċidejna hekk, u għamilna hekk u għamilna hekk?!", "Issa biex inkun ċar irrid ngħid li f'dan l- istadju mhux se jieħdu deċiżjonijiet.", "Ma rridx nagħti l-impressjoni ħażina li d-deċiżjonijiet se jittieħdu issa, pero' issa se jsir qbil – nisperaw li jsir - dwar x'linji għandhom jittieħdu biex ikun hemm forma ta' qbil ħalli mbagħad fl-IGC, li qed nittama li ssir fi żmien qasir, jiġu drafted dawn l- ideat li jalla jġibu consensus bejn il-membri kollha ħalli l-Unjoni tkompli miexja 'il quddiem.", "Sur President, forsi wieħed jistaqsi: Imma kieku dan ġie u għamel id- dibattitu, l-partit Laburista x'kien se jgħid?", "X'jista' jagħmillu?", "X'jista' jikkontribwixxi?", "Sur President, aħna ma kellniex iċ-ċans nitkellmu f'din il- kwestjoni.", "Ma kellniex ċans nagħmlu d-dibattitu, pero' jiena ngħid ħaġa waħda biss.", "Waħda mill-affarijiet żgur li l-partit Laburista għamel huwa li bl-onestá kollha, meta aħna aċċettajna t-trattat kostituzzjonali u vvotajna favur tiegħu, għamilna r-riżervi tagħna.", "Meta għamilniehom dak iż-żmien kulħadd stagħġeb!", "Kulħadd stagħġeb għax aħna għamilna r-riservi!", "Kemm kien hemm pajjiżi li eventwalment kellhom riżervi?!", "Kemm kien hemm pajjiżi bħan- Netherlands li qalu li kienu se jivvotaw kontra!", "Għaliex?", "Għax il-parlament ikollu iktar importanza fit-trattat kostituzzjonali.", "Il-Pollakki qalu li huma jistgħu jwaqqfu kollox għax iridu iktar saħħa għall-parlament tagħhom bħala votazzjoni.", "Dawn in-nies mhux riżervi għamlu?!", "Dawn in-nies mhux ħadu stand fl-interess ta' pajjiżhom?!", "Aħna m'għamilna xejn minn dan!", "Aħna tal-partit Laburista għidna li naqblu mat-trattat kostituzzjonali, ħadna parti fih, imma hemm ċerti affarijiet li ma naċċettawhomx, fosthom li nneħħu d-dritt tal-votazzjoni u li jkollok iċ-ċans ta' veto f'ċerti setturi.", "Per eżempju, irridu li t-trattat ġdid u mhux ġdid li għamlu, żgur ma jġibna bl-ebda mod li jkollna nnaqqru min-newtralita' ta' pajjiżna.", "Hemm ukoll il-kwestjoni tad-difiża fejn aħna ma naqblux li nkunu parti minnha, u hemm ħafna affarijiet oħra.", "Aħna għidna wkoll li jekk gvern preċedenti jkun qabel li jdaħħal lil Malta f'inizjattivi ta' politika li jippreġudikaw il- kondizzjonijiet tat-tmexxija minn dawn il-punti li semmejt, bħad-difiża u n- newtralitá, b'mod partikolari n-newtralitá u l-integritá tal-Kostituzzjoni ta' Malta, gvern Laburista jirtira bla dewmien minn din l-inizjattiva.", "Dawn l-affarijiet ħarġu f'dibattitu li kien sar hawnhekk.", "Dawn ma ntqalux b'theddid imma fi spirtu ta' konsultazzjoni u ta' qsim ta' ideat.", "Aħna konna għidna mill-ewwel li f'din il-linja l-partit Laburista, malli jkun fil-gvern, jirtira mill-European defence agency.", "Dan qed ngħidu biex il- prim ministru jiftakar ukoll f'dawn ir-riżervi.", "Sur President, jiena qed ngħid li fejn hemm affarijiet daqshekk serji ma nistgħux nibqgħu mexjin kif aħna.", "Aħna, per eżempju – u dan ngħidu mhux bi ftaħir –għidna pubblikament li aħna totalment wara l-gvern fil-kwestjoni ta' l-immigrazzjoni llegali.", "Din ma tqanżaħniex biex għidnieha, m'għamilnihiex bħala xi ħaġa biex nirbħu l-voti, m'għamilnihiex biex nidhru ħelwin mal-gvern, imma għidnieha għax nemmnuha.", "U fejn jidħol l-interess ta' pajjiżna aħna ma niddejqux ngħinu lin-naħa l-oħra, avolja min-naħa tagħna qatt ma rajna hekk minnhom!", "Fil-passat – u l-istorja ta min jaraha – kull meta kien ikollna problema bħala gvern ma' xi pajjiż barrani, in- nazzjonalisti kienu jmorru n-naħa l-oħra jxewxu lill-pajjiż barrani kontra Malta u mhux jingħaqdu magħna biex aħna niġġieldu l-barrani.", "Din hija fid- demm!", "Illum kellna dibattitu fuq is-sistemi finanzjarji.", "Meta kien hemm il- kwestjoni tat-twaqqif tal-liġijiet finanzjarji ta' pajjiżna lil John Dalli, li kien il-ministru responsabbli dak iż-żmien, kont għidtlu: Karmenu Mifsud Bonnici – u nsellimlu minn hawnhekk - taħseb li qed iġebbed?", "U l-Onor.", "Dalli kien qalli: Le, le, ara ma twaqqfuhx, għax qed jagħtina kontribut enormi biex dawn il-liġijiet ikunu kif nixtiquhom ikunu.", "Dan hu l-partit Laburista!", "Ejja nsemmuhom dawn l-affarijiet fejn aħna tajna kontribut, fejn aħna ħdimna, fejn aħna wrejna li issa rridu nagħtu għajnuna!", "Sur President, kultant tisma' ministru jgħidlek li f'ċerta linja għandna consensus.", "Il-consensus fejn hu?", "Għalfejn qed tuża l-consensus, biex lanqas tikkonsultaw ma' din in-naħa fi kwestjoni bħal din?!", "Jiena nerġa' ngħid li l-jumejn jew it-tlett ijiem li ġejjin, fil-21 u fit-22 ta' Ġunju, huma kruċjali għall-Unjoni Ewropea.", "Għax jistgħu jfissru jew blokk totali tal-progress ta' l-iżvilupp ta' l-Unjoni Ewropea, u jistgħu jfissru li jkollok l-Ewropa li tinqasam f'żewġ livelli, dawk li jridu jimxu 'l quddiem u dawk li jridu jżommu lura.", "Jista' jkollok l-Ewropa ta' two speeds, jew inkella dik li Jacques Delors ġieli sejħilha \"l-Ewropa tad- differenzazzjoni\".", "Hemm ukoll il-possibbiltá li minn intopp wieħed joħorġu ntoppi oħra.", "Pero' jiena dan ma nawgurahx.", "Hawn irrid ngħid li bħalma għidt fil-laqgħa li attendejt għaliha bl-isem: \"For the Future of Europe\", jekk kemm-il darba dawk il-pajjiżi li rratifikaw il-kostituzzjoni bejniethom ikomplu jinsistu li jimxu 'il quddiem, għandhom id-dritt jagħmluh.", "L-oħrajn, li għadhom sal-lum mhux lesti li jirratifikawha, jistgħu jistennew sakemm il-poplu tagħhom ikun iktar deċiż, sakemm jiddeċiedu li jingħaqdu ma' l-oħrajn, basta l-bieb jibqa' miftuħ għalihom.", "B'dan il-mod inkunu nistgħu nimxu 'l quddiem għal raġuni waħda biss.", "Meta t-trattat ta' Nizza ma ġiex aċċettat mill-Irlanda, l-Unjoni Ewropea ma qalitx li rridu nerġgħu nagħmlu reviżjoni tat-trattat ħalli nogħġbu lill-Irlandiżi.", "Kulma għamlu kienu diskussjonijiet magħhom ħalli fl-aħħar mill-aħħar waslu biex għamlu forma ta' protokoll li kien għas-sodisfazzjon ta' l-Irlandiżi.", "Dawn imbagħad aċċettaw it-trattat ta' Nizza.", "F'dan il-każ, żewġ pajjiżi, Franza u n-Netherlands, irnexxielhom iwaqqfu l-proċess kollu.", "U dan, kif għidt f'dak id-dibattitu li kien hemm ġewwa Brussell, huwa każ fejn the tail wags the dog, għax pajjiż kbir qiegħed jikkondizzjona blokk sħiħ ta' pajjiżi!", "Dan huwa d-denb li qed iferfer lill-kelb!", "Jiena nawgura u nifraħ anke lill-president Ġermaniża Angela Merkel li għaddset rasha u qalet li trid issib triq ta' ħruġ minn din il-ħaġa.", "Ma qalitx kif se noħorġu minnha, pero' għandha commitment kbir li qabel tispiċċa l-presidenza Ġermaniża ikun hemm xi forma ta' soluzzjoni, xi forma ta' way out minn dan l-impasse.", "Jiena nawgura li l-prim ministru tagħna jkun qiegħed hemmhekk jagħti l-kontribut tiegħu wkoll.", "Jiddispjaċini li ma nistax nikkummenta fuq dak li beħsiebu jgħid jew x'pożizzjoni se jieħu għax ma ħassx li għandu jikkonsulta ma' l-oppożizzjoni, però nawgura li l-eżitu jkun tajjeb.", "U meta għada pitgħada t-trattat il-ġdid jew it-trattat li għandna quddiemna mibdul – forsi b'xi forma jew oħra – jerġa' jiġi quddiem din il-Kamra jew quddiem il-poplu Malti, inkunu naqblu miegħu lkoll ħalli kif urejna solidarjetá u consensus ma' l-ewwel verżjoni, ikollna anke consensus fuq il-verżjoni li għada pitgħada trid toħroġ b'mod uffiċċjali.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada l-Erbgħa 20 ta' Ġunju 2007 fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "ĦLAS TA' SUSSIDJU", "26739.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet l-applikazzjoni li d- dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament dwar ħlas ta' sussidju?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Nitlob lill-Onorevoli Interpellant tagħtini dettalji biżżejjed biex inkun nista' nifhem għal xiex qegħda tirreferi.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB", "MSIDA RACING PIGEON CLUB – KONT TAD-DAWL", "W349.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru jara jekk il-kont li rċevew l-Msida Racing Pigeon Club ta' Triq l-Irmiġġ hux korrett, peress li s-surcharge mitlub huwa fuq 3 snin u dan meta s-surcharge ilu inqas?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-Enemalta għandha servizz ta' l-apposta u nitlob lill- Onor. Interpellant jagħmel kuntatt magħha."]} {"filename": "20041123_192d_par.doc", "date": "2004-11-23", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Uffiċjali u Rivedut) L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 192 It-Tlieta, 23 ta' Novembru, 2004 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 192 It-Tlieta, 23 ta' Novembru, 2004", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-9.02 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "192", "It-Tlieta, 23 ta' Novembru, 2004", "WERREJ", "MINUTI 581", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 581", "TQEGĦID TA' KARTI 587", "MOZZJONIJIET", "ESTIMI TA' DĦUL U NFIQ TA' L-AWTORITA' TAD-DJAR GĦAS-SENA 2004-2005 588", "AĠĠORNAMENT 610", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 615", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 191 li saret fit-22 ta' Novembru, 2004 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "ANZJANI - DĦUL FI DJAR RESIDENZJALI", "7189.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu anzjani fi djar ta' l-anzjani tal-gvern u f'St. Vincent de Paule fis-snin 2003 u 2004 (s'issa) possibbilment maqsuma skond id-dar jew l-isptar?", "ONOR.", "HELEN D'AMATO (Segretarju Parlamentari) (f'isem il-Ministru tas- Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunita'): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li f'St. Vincent de Paule daħlu 321 anzjan għas-sena 2003 u 210 anzjan għas- sena 2004 (s'issa).", "Fi djar ta' l-anzjani tal-gvern daħlu kif ġej:", "|Dar |2003 |2004 | |Bormla |14 | 39 | |Florian|13 | 7 | |a | | | |Gżira | 7 | 5 | |Mosta |14 | 8 | |Msida | 8 | 10 | |Mtarfa |20 | 21 | |Żejtun |124 | 24 | |Total |200 |114 |", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Stefan Buontempo, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO: Tista' s-segretarju parlamentari tgħidilna fiex jikkonsiti l-proċess biex anzjan jiġi sottomess f'waħda minn dawn id-djar?", "Jekk bniedem ikun jixtieq jidħol f'St. Vincent de Paule jrid japplika speċifikament biex jidħol fiha jew teżisti formula waħda u mbagħad jista' jintbagħat f'xi dar oħra ta' l-anzjani bħal dik ta' Bormla jew taż-Żejtun?", "MR SPEAKER: Is-segretarju parlamentari.", "ONOR.", "HELEN D'AMATO: Mr Speaker, persuna tista' tapplika kemm biex tidħol f'St. Vincent de Paule kif ukoll f'xi dar oħra ta' l-anzjani.", "Dan jiddependi mill-istat ta' dik il-persuna skond jekk ikunx aħjar għaliha li tidħol f'dar tal-gvern - forsi għax tkun għadha mobbli u indipendenti - milli tidħol ġewwa St. Vincent de Paule.", "Wara li l-persuna tapplika, isirilha medical check-up u jsir ukoll rapport minn social worker biex ikollna kemm il-qagħda fiżika u kif ukoll il-qagħda medika ta' dik il-persuna partikolari.", "Ġieli jkun hemm każijiet fejn persuna tapplika biex tidħol f'San Vinċenz imma wara li jsir il-medical report u s-social report, dik il-persuna tingħata alternattiva biex jekk ikun hemm post għaliha f'xi dar oħra, din tintegra ruħha tajjeb hemmhekk għax il-bżonnijiet tagħha jkunu jistgħu jiġu moqdija minn ġewwa dik id-dar partikolari.", "L-istess ħaġa jiġri meta persuna tapplika biex tidħol f'dar ta' l-anzjani pero' peress li l-qagħda tagħha ma tkunx tista' tiġi aġevolata hemmhekk, tintbagħat San Vinċenz.", "Jiġifieri bl-ebda mod m'aħna marbutin li dawn il-persuni bilfors iridu jintbagħtu f'post partikolari.", "Fil-fatt il-bord ta' allokazzjoni huwa magħmul mill-istess nies li jaraw kemm dawk il-każijiet ta' persuni li jmorru f'waħda minn dawn id-djar li semmejt, jiġifieri fil-komunita', kif ukoll dawk li jmorru San Vinċenz.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Buontempo.", "ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO: Tista' s-segretarju parlamentari tgħid - naturalment mingħajr ma ssemmi l-ismijiet tagħhom - minn min hu kompost dan il-bord?", "Tista' tgħid ukoll kemm hemm persuni applikanti li qed jistennew biex jidħlu f'waħda minn dawn id-djar ta' l-anzjani?", "MR SPEAKER: Is-segretarju parlamentari.", "ONOR.", "HELEN D'AMATO: Il-bord li jivvaluta l-applikazzjonijiet huwa kompost minn lay persons li jirrappreżentaw lill-pazjenti u m'għandhomx background ta' mediċina, minn tobba li jaraw il-kondizzjoni tal-pazjent u jivvalutaw iċ-ċertifikati mediċi, social worker li jirrapporta dwar il- qagħda soċjali tal-persuna u fuq dan il-bord għandna wkoll lis- supretendent kemm tad-dar ta' San Vinċenz kif ukoll ta' St. Luke's Hospital.", "Fil-fatt fl-isptar San Luqa dejjem ikollna madwar 60 social cases li jkunu lesti biex jidħlu ġewwa San Vinċenz.", "In-numru ta' nies fuq il-waiting list ivarja għax naturalment dejjem ikollok persuni deħlin u oħrajn ħerġin.", "Jidhirli li n-numru ta' persuni li jridu jidħlu f'San Vinċenz huwa ta' madwar 800 ruħ, pero' dan ma jfissirx li l-applikazzjonijet ikunu saru għax ikun hemm ċerta urġenza.", "Qed ngħid hekk għax ikun hemm minnhom li japplikaw biex sempliċement ikunu qegħdin fuq il-waiting list.", "Ġieli kellna nies li jkunu diġa' qed jiġu eżaminati u jirrifjutaw li jidħlu f'waħda minn dawn id-djar.", "Jiġifieri dawn ikunu applikaw sempliċement biex f'każ li jkollhom bżonn jidħlu, l-applikazzjoni tagħhom tiġi aċċettata mill-ewwel għax ikunu ilhom li applikaw.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joseph Falzon, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOSEPH FALZON: Tista' s-segretarju parlamentari tgħidilna x'inhu t-time-frame biex tinfetaħ id-dar residenzjali tal-Mellieħa peress li l- applikazzjoni biex din issir ġiet approvata riċentement mill-MEPA?", "MR SPEAKER: Is-segretarju parlamentari.", "ONOR.", "HELEN D'AMATO: Mr Speaker, riċentement il-MEPA ħarġet il-full development permits għad-dar tal-Mellieħa u bħalissa qed jinħarġu t-tenders biex dan il-proċess jitkompla.", "Hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq public private partnership fejn il-gvern se joħroġ tender to build, operate and transfer, fil-qosor magħrufa bħala BOT.", "Dan it-tip ta' proġett huwa kemmxejn innovattiv għal pajjiżna.", "Il-pjanti ta' din id-dar huma lesti u bħalissa qegħdin fil-proċess li niddiskutu biex min ikun se jitfa' it- tender għal dan il-proġett, ikun jaf eżattament x'qegħdin nistennew li jkollna f'din id-dar.", "Rigward it-time-frame, irridu nimxu bil-għaqal u nittama li ladarba jkunu aġġudikati t-tenders, id-dar tkun in operation fi żmien sentejn minn dan il- proċess.", "Pero' rridu nkunu b'saqajna ma' l-art biex il-proċess kollu jitlesta kif nixtiequh aħna.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Buontempo, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO: Filwaqt li niskuża ruħi ma' l-Onor.", "D'Amato għax peress li dan is-suġġett huwa verament għal qalbi qed nagħmel sensiela ta' domandi dwaru, tista' tgħidli x'inhi l-politika tal-gvern jew tad- dipartiment dwar dawk l-anzjani li ma jixtiequx imorru f'dar ta' l-anzjani imma jixtiequ jibqgħu jgħixu fil-komunita'?", "MR SPEAKER: Is-segretarju parlamentari.", "ONOR.", "HELEN D'AMATO: Nirringrazzja lill-Onor.", "Buontempo talli qed jagħtini dan iċ-ċans dalgħodu li nitkellem bla ħsieb dwar l-anzjani, li kif qal hu stess huwa suġġett għal qalbu u nassigurah li huwa ferm għal qalbi wkoll għax illum il-ġurnata l-anzjani saru parti mill-ħajja tiegħi ta' kuljum.", "Dan il-gvern ilu għal bosta snin imexxi l-politika li l-anzjani tagħna għandhom kemm jista' jkun fit-tul jibqgħu jgħixu fil-komunita' u biex dan ikun jista' jsir kellhom jittieħdu diversi inizjattivi, fost l-aktar komuni u popolari nsibu s-servizz tat-telecare.", "Fil-fatt bħalissa għandna madwar 8,000 abbonat li għandu dan is-servizz ġewwa daru u riċentment sar investiment qawwi min-naħa tal-Maltacom biex jinbidel l-apparat kollu li jirċievi t-telefonati u jsir upgrading tiegħu to a certain extent li nkunu nistgħu nżidu n-numru ta' nies li jistgħu jibbenefikaw minnu.", "Imbagħad għandna wkoll is-servizz tal-home help li minnu qed jibbenefikaw bosta anzjani.", "Dawn jingħataw daqqa t'id ġewwa darhom u fil-bżonnijiet tagħhom darba jew darbtejn fil-ġimgħa.", "Għandna każijiet fejn dan is- servizz jingħata tliet darbiet fil-ġimgħa.", "Dan is-servizz ma jingħatax biss lill-anzjani imma jingħata wkoll lil dawk il-familji li għandhom lil xi ħadd b'diżabilita'.", "Għandna 'l fuq minn 2,300 familja li qed jibbenefikaw minnu u biex inkomplu nsaħħuh madwar sena u nofs ilu beda jingħata l-leave u s-sick leave lill-part-time social assistants.", "Bħalissa qegħdin fil-fażi finali fejn qed nintroduċu wkoll reliever pool biex meta l-part-time social assistant tkun qiegħda on long leave jew long sick leave, inkunu nistgħu nibagħtu sostituta minflokha.", "Hawnhekk konna diġa' qegħdin nagħtu xi forma ta' sostituzzjoni imma din kienet tkun parzjali minħabba li konna rridu nżidu l-ħinijiet lill-part-time social assistants li diġa' kellhom is-sigħat tagħhom.", "Wieħed jista' jsemmi wkoll il-handyman service lfejn tingħata għajnuna lill-anzjani fid-djar tagħhom meta tinqatagħlhom xi bozza, jinstaddilhom is- sink, ikunu jridu jbiddlu s-serratura tal-bieb u ċekċik ieħor ta' kuljum.", "Apparti minn dan, għandna wkoll is-servizz ta' meals on wheels fejn l- anzjani tagħna jaslilhom l-ikel ġewwa d-djar tagħhom kull meta jridu u dan qed ikun issussidjat mill-gvern.", "Imbagħad għandna wkoll 14-il day centre mifruxa ma' diversi lokalitajiet li qed jgħinu lill-anzjani biex inaqqsu mis-solitudini tagħhom.", "Ta' min jgħid li waħda mir-raġunijiet għaliex ħafna mill-anzjani jkunu jridu jinġabru ġewwa xi residenza hija s-solitudini.", "Għalhekk jiena nħeġġeġ lil diversi kunsilli lokali biex jagħtu l-appoġġ tagħhom lill-anzjani billi jipprovdulhom trasport meta d-day centre ma jkunx jinstab fl-istess lokalita' tagħhom.", "Per eżempju, il-kunsill lokali ta' Ħal Safi jipprovdi servizz ta' trasport għad-day centre taż-Żurrieq u l-kunsill lokali tar- Rabat jipprovdi t-trasport għall-Imtarfa day centre.", "Nerġa' ngħid li dawn huma inizjattivi li jgħinu lill-anzjani tagħna jnaqqsu mis-solitudini tagħhom.", "Inizjattiva oħra li żgur se nitkellmu dwarha llum hija l-category 1 sheltered housing li huwa l-proġett li qed tagħmel il-housing authority ġewwa l-Furjana u proġett ieħor maħsub ġewwa l-Belt biex jgħinu lill- anzjani tagħna jibqgħu jgħixu fil-komunita'.", "PERSUNI LI GĦANDHOM IS-SERVIZZ TA' L-INTERNET", "7192.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Kompetittivita' u l-Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' persuni li għandhom is-servizz ta' l-internet f'pajjiżna mingħand kumpanniji reġistrati lokalment bħala internet service providers?", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI (Segretarju Parlamentari)(f'isem il-Ministru għall-Kompetittivita' u l-Komunikazzjoni): Jien informat li n-numru ta' persuni li għandhom is-servizz ta' l-internet f'pajjiżna huwa ta' 85,672.", "QRATI - KAWŻI", "7193.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien hemm kawżi għadhom mhux appuntati fis-17 ta' Awissu, 2004?", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI (f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u l-Intern): Ninsab informat li n-numru ta' kawżi mhux appuntati sas-17 ta' Awissu, 2004 kien ta' 926 u dawn huma mqassma kif ġej:-", "|Qorti |Ġudikant |Numru | | | |ta' | | | |kawżi | | | |mhux | | | |appuntat| | | |i | | | |sas-17/0| | | |8/2004 | |Appell |- |641 | |Prim |Imħallef G |172 | |Awla |Caruana Demajo | | |(Ċivili| | | |) | | | |Prim |Imħallef T Mallia|39 | |Awla | | | |(Ċivili| | | |) | | | |Prim |Imħallef R C Pace|49 | |Awla | | | |(Ċivili| | | |) | | | |Qorti |Imħallef R C Pace|18 | |tal-Fam| | | |ilja | | | |Qorti |Maġistrat D |5 | |tal-Maġ|Montebello | | |istrati| | | |(Ċivili| | | |) | | | |Tribuna|Dr J Bonniċi |2 | |l għal | | | |Talbiet| | | |Żgħar | | |", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Azzopardi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JASON AZZOPARDI: Jista' s-Segretarju Parlamentari jgħid kif jinterpreta dawn il-figuri stante li huwa evidenti li hemm ġudikanti li għandhom numru sostanzjali ta' kawżi mhux appuntati u ġudikanti oħrajn li m'għandhomx daqstant kawżi biex jiġu appuntati?", "MR SPEAKER: Is-segretarju parlamentari.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Mr Speaker, kull awla għandha l-problemi partikolari tagħha.", "Jekk nieħdu l-qorti ta' l-appell, per eżempju, huwa magħruf li minkejja l-isforzi kollha li saru - infakkar lil din il-Kamra li issa fil-qorti ta' l-appell m'hemmx biss tliet imħallfin imma hemm ħamsa li qed jaħdmu fiċ-ċivil u allura hemm żewġ kompożizzjonijiet tal-qorti ta' l- appell ċivili - xorta waħda n-numru ta' appelli qed jakkumulaw.", "Ovvjament minn dawn għandek appelli li huma ta' sustanza, jiġifieri huma tajbin fil- mertu u sfortunatament hemm ukoll numru ta' appelli li jsiru sabiex wieħed itawwal iż-żmien.", "Huwa magħruf bħala fatt li kawża fil-qorti ta' l-appell tieħu kważi tliet snin biex tiġi appuntata u din tħajjar lil ċerti nies li jkunu tilfu l- kawża li jintavolaw appell sempliċement sabiex jitilfu ż-żmien.", "Infatti jekk wieħed iħares lejn l-istatistika jsib li wara tliet snin li dawn il- kawżi jibdew jiġu appuntati, ikun hemm numru minnhom li jispiċċaw deżerti.", "Għaliex qed ngħid dan?", "Għaliex il-parti li tkun appellat ma tibqax aktar interessata peress li l-kawża tkun ġiet imqiegħda fuq il-lista għas-smigħ, allura dak li jkun jaqbad u ma jħallasx il-kawtela ta' l-appell u l-appell jispiċċa deżert.", "Wieħed irid jgħid ukoll li quddiem il-qorti ta' l-appell hemm track record tajba għaliex ladarba l-appell jiġi appuntat, fi tlieta jew erba' seduti jiġi deċiż, salv dawk il-każijiet illi jkunu jimmeritaw aktar attenzjoni u jkunu ktar komplikati.", "Fil-prim'awla tal-qorti ċivili hemm żewġ imħallfin li huma l-Imħallef Giannino Caruana Demajo u l-Imħallef Tonio Mallia.", "Dawn qed jaħdmu b'sistema li jħallu l-kawża timmatura qabel ma tiġi appuntata, jiġifieri l- ewwel jitolbu lill-partijiet biex iressqu b'affidavits ix-xiehda kollha tagħhom u meta jaraw li dawn ippreżentawhom, imbagħad jappuntaw il-kawża.", "Barra minn hekk, hemm minnhom li qed jaħdmu bis-sistema li kif tinqata' kawża minn dawk li għandhom fuq il-lista tagħhom, tiġi ntrodotta wkoll waħda minn dawn il-kawżi.", "Jiġifieri hawnhekk is-sistema wżata hija kompletament differenti minn dik użata minn ġudikanti oħrajn.", "Huwa veru li din il-ġimgħa l-Kamra ta' l-Avukati kitbet ittra lill-Prim Imħallef dwar din is-sitwazzjoni u fost affarijiet oħra talbet biex wieħed jipprova jsib triq sabiex l-imħallfin kollha jaħdmu bl-istess mod għaliex wieħed mill-ilmenti li diversi avukati jressqu - naturalment l-avukati huma l-operaturi prinċipali tal-qorti - hu li kull imħallef għandu s-sistema partikolari tiegħu ta' kif jaħdem.", "U dan ma tantx jgħin sabiex l-avukat ikun jista' jagħti s-servizz tiegħu fl-awli kollha fil-qorti.", "Għalhekk hemm bżonn li daparti tal-ġudikanti wieħed jikkonsidra li l-court diary system li hemm available - li ftit imħallfin jużaw - tibda tiġi wżata mill- imħallfin kollha kemm huma.", "Imma din hija deċiżjoni ta' l-imħallfin u naturalment tibqa' f'ħoġorhom.", "Mr Speaker, jien informat li l-Imħallef Ray Pace dalwaqt se jerġa' lura għax-xogħol.", "Dan l-imħallef ta servizz tajjeb ħafna fil-qorti imma minħabba l-fatt li matul ix-xhur tas-sajf għamel operazzjoni ta' ċerta gravita', hemm numru ta' kawżi li għadhom ma ġewx appuntati.", "Filwaqt li jien nawguralu li jerġa' jieħu saħħtu lura, ngħid ukoll li dan l-imħallef għandu f'idejh numru record ta' kawżi li jiġu deċiżi fis-sena.", "Fil-fatt in- numru ta' kawżi deċiżi fis-sena jaqbeż il-500 u meta dawn tikkomparahom mal- 200 kawża fis-sena li jaqtgħu ġudikanti oħra, issib li dan l-imħallef jagħmel ammont ta' xogħol kbir ħafna.", "Jien bl-ebda mod ma qed nipprova nċekken il-ħidma ta' l-imħallfin l-oħrajn, għax naturalment kulħadd jimxi bil-pass tiegħu, pero' give merit when merit is due.", "Jien informat li għall-kawżi li qegħdin quddiem il-Maġistrat Montebello ġew appuntati dawn il-ħamsa li semmejt u għal dawk li qegħdin quddiem it- tribunal għat-talbiet iż-żgħar ġie appuntat Dr. Joe Bonnici.", "MEPA - APPLIKAZZJONIJIET GĦAL BINI", "7194.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid x'applikazzjonijiet għal bini ġew approvati mill-MEPA fis-snin 2002, 2003 u 2004 (sal-lum)?", "Kemm kien hemm pendenti fl-aħħar tas-snin 2002, 2003 u 2004 (sal-lum)?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (Segretarju Parlamentari) (f'isem il-Ministru għall- Affarijiet Rurali u l-Ambjent): Ninsab informat li skond is-sistema ta' l- informatika tal-MEPA l-applikazzjonijiet li ġew approvati fis-snin imsemmija u l-ammont ta' applikazzjonijiet pendenti fl-aħħar ta' kull sena, huma kif murija fit-tabella annessa.", "|Sena |Każi |Deċiżjon|Deċiżjo| | |pendenti |ijiet |nijiet | | |fl-aħħar |(L-ewwel|(Recons| | |tas-sena |deċiżjon|iderati| | | |i) |on) | |2002 |2658 |5634 |675 | |2003 |3210 |4472 |655 | |2004 |3839 |3259 |425 | |(sal-lu| | | | |m) | | | |", "Ovvjament, l-Onor.", "Membru jrid iżomm f'rasu li l-ammont ta' applikazzjonijiet li jidħlu għand il-MEPA jvarja minn sena għal oħra.", "KANĊER TAT-THYROID", "7196.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunita': B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 6579 dwar in- numru ta' każijiet ta' thryoid cancer f'Malta mill-1987 'il hawn, jista' l- Ministru jaqsam in-numri mogħtija bejn l-irġiel u n-nisa?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunita'): Ninsab informat li l-inċidenza tal-kanċer tat-thyroid hi 250 fis-sess femminili u 55 f'dak maskili.", "PITROLJU", "7197.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika: Jista' l-Ministru jkun daqstant ġentili u jgħid kemm kien il-konsum tal-pitrolju fis-snin 2002, 2003 u 2004 s'issa?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika): Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l- informazzjoni mitluba.", "POSTIJIET TAD-DIVERTIMENT", "8597.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONDTEMPO (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien hemm ħwienet tax-xorb u/jew postijiet tad- divertiment li ngħalqu direttament mill-pulizija f'dawn l-aħħar erba' snin, mis-sena 2000 separatament, talli kisru l-liġi dwar bejgħ ta' alkoħol lil persuni minuri jew ħallew żgħażagħ taħt l-eta` jidħlu fil-post tagħhom?", "Liema kienu dawn il-postijiet u f'liema lokalita'?", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI (f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u l-Intern): Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li jien tajt għall-mistoqsija parlamentari 8595.", "PULIZIJA - IMMIGRANTI ILLEGALI", "8599.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-membri tal-korp tal-pulizija jingħatawx xi taħriġ speċjali biex jieħdu ħsieb l-immigranti illegali li jaslu f'pajjiżna u jinżammu taħt il-kustodja tal-pulizija?", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI (f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u l-Intern): Minn żmien għal żmien, il-membri tal-korp tal- pulizija jattendu diversi seminars u laqgħat oħra li jittrattaw din il- materja u minn dawn il-laqgħat tinkiseb esperjenza vasta f'dan il-qasam.", "Barra minn hekk, tul dawn l-aħħar tliet snin li ilha magħna din il- kontinġenza, il-membri tal-korp tal-pulizija akkwistaw l-esperjenza neċessarja kif wieħed għandu jittratta bl-aħjar mod din il-problema, kemm fl-interess ta' l-immigranti innifishom u kif ukoll dwar l-imġieba tal- membri tal-korp inkarigati mill-kustodja tagħhom.", "AFM - TAĦRIĠ LILL-MEMBRI BIEX JIEĦDU ĦSIEB IMMIGRANTI LLEGALI", "8600.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il- membri tal-Forzi Armati jingħatawx xi taħriġ speċjali biex jieħdu ħsieb l- immigranti illegali li jaslu f'pajjiżna u jinżammu taħt il-kustodja ta' l- Armata?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Ninsab informat li fil-konfront ta' l-immigranti illegali, ir-rwol prinċipali ta' l-armata huwa li tieħu ħsieb is-sigurtà tal-compound kif ukoll il-preparamenti ta' ikel u bżonnijiet oħra f'dak li jirrigwarda assistenza immedjata.", "Fejn il-ħtiġijiet huma aktar akuti, l-armata titlob l-intervent ta' dipartimenti/entitajiet oħra, bħall-ministeru tal-familja u solidarjetà soċjali, il-ministeru tas-saħħa, l-anzjani u kura fil-komunità u oħrajn.", "Barra minn hekk, peress li huma l-membri tal-forzi armati ta' Malta li jkunu l-ewwel kuntatt ma' dawn l-immigranti, l-armata dejjem ħadet ħsieb li tħarreġ lis-suldati tagħha kif għandhom jaġixxu ma' persuni li jkunu jeħtieġu l-għajnuna tant li minn żmien għal żmien, il-membri ta' l-Armata jattendu lectures fuq il-liġi internazzjonali f'diversi oqsma, inkluż l- għajnuna umanitarja.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "Insejjaħ lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA (Ministru għall-Familja u Solidarjeta' Soċjali): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar l-għadd ta' persuni li bbenefikaw minn units ta' l- Awtorita' tad-Djar bejn l-2000 u l-2003, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari 8825;", "Tagħrif dwar l-għadd ta' units li nbnew mid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar għall-Awtorita' tad-Djar bejn l-2000 u l-2004, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari 8826;", "Lista bl-ismijiet ta' professjonisti impjegati jew li jagħtu servizz lill-Awtorita' tad-Djar, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari 8828.", "F'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi, inqiegħed fuq il-mejda tal- Kamra:", "Lista tal-ministeri li ġarrew minn post għal ieħor wara li nħatar Kabinett ġdid fl-24 ta' Marzu 2004, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari 8867.", "F'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Analiżi ta' kawżi ċivili deċiżi mill-Qorti tal-Maġistrati ta' Malta, bejn Jannar u Ottubru 2004, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari 9095;", "Analiżi ta' kawżi deċiżi mill-Bord tal-Qbiela, Bord tal-Kera u Bord ta' l-Arbitraġġ, bejn Jannar u Ottubru 2004, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari 9097;", "Kopja ta' quotations li l-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin talbet għal sistema ta' sigurta', bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari 9225; Tagħrif dwar infiq fuq safar minn delegazzjonijiet ministerjali u safar minn uffiċjali fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal- Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern matul l-2004, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari 9229.", "F'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impieg, inqiegħed fuq il- mejda tal-Kamra:", "Lista bl-ismijiet ta' impjegati mal-Fondazzjoni Skejjel ta' Għada, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari 8615.", "F'isem il-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l- Informazzjoni, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar kontijiet pendenti li hotels, stabbilimenti industrijali, dipartimenti tal-gvern u konsumaturi domestiċi għandhom mal- korporazzjoni enemalta, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari 8865.", "F'isem il-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin, inqiegħed fuq il-mejda tal- Kamra: Tagħrif dwar persuni li għandhom 'il fuq minn 61 sena impjegati ma' kumpanniji, entitajiet u awtoritajiet fid-dekasteru tal-Ministru ta' l- Affarijiet Barranin, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari 8957.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet.", "MOZZJONIJIET", "ESTIMI TA' DĦUL U NFIQ TA' L-AWTORITA' TAD-DJAR GĦAS-SENA 2004-2005", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Mr Speaker, nipproponi:", "Illi l-Kamra tapprova l-Estimi ta' Dħul u Nfiq ta' l-Awtorita' tad- Djar għall-perjodu mill-1 ta' Ottubru 2004 sat-30 ta' Settembru 2005.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR JOSEPH FALZON: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Infakkar lill-Kamra li d-diskussjoni fuq din il-mozzjoni għandha tinqasam fuq żewġ seduti u l-ħin jinqasam indaqs bejn kelliema tal- gvern u kelliema ta' l-oppożizzjoni, bil-winding up għan-naħa tal-gvern.", "Rimarki?", "Il-Ministru Dolores Cristina.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Mr Speaker, meta niddiskutu l-estimi ta' l- awtorita' tad-djar dejjem ikollna listi twal ta' kelliema miż-żewġ naħat tal-Kamra.", "Għalkemm m'iniex ċerta kemm hemm kelliema min-naħa ta' l- oppożizzjoni, naf li min-naħa tagħna hawn xi sitta jew seba' kelliema li jridu jitkellmu u għalhekk se nibda biex nagħti daqqa t'għajn lejn il- punti essenzjali fl-estimi u lejn xi skemi, pero' mbagħad nirriserva r- right of reply u l-opportunita' wkoll li nkun nista' ngħid dawk l- affarijiet l-oħra li nixtieq ngħid.", "L-ewwelnett irrid nibda billi nirringrazzja liċ-Chairperson Marisa Micallef Leyson u membri oħra tal-bord - li llum jinsabu magħna għal dan id- dibattitu - għall-ħidma tagħhom matul is-sena li għaddiet.", "Nixtieq nirringrazzja wkoll b'mod partikolari lill-financial controller ta' dawn l- estimi li għandna quddiemna.", "Wieħed forsi ma japprezzax ix-xogħol li jkun sar biex tinġabar l-informazzjoni ta' dak kollu li jkun sar u ta' dak li jrid isir is-sena d-dieħla u din l-informazzjoni tiddaħħal f'estimi li jidhru pjuttost konċiżi.", "M'għandix dubju li bħal snin oħra se jkun hemm rimarki dwar x'suppost deher f'dan ir-rapport, liema stampi suppost ġibna u x'affarijiet imissna għidna.", "Naħseb li din is-sena r-rapport huwa xi ftit iktar dettaljat mis-soltu pero' m'għandix dubju li l-awtorita' tad-djar hija dejjem miftuħa għal suġġerimenti kostruttivi.", "Dan qed ngħidu għax naf li s-suġġerimenti u l-kritika li jsirulha taċċettahom u taġixxi fuqhom.", "Jien se nibda ftit billi nagħti daqqa t'għajn eżattament lejn paġna 38.", "Se nħares lejn l-estimi fil-qosor biex ninkwadra x-xenarju li llum qegħdin nitkellmu dwaru.", "Qed ngħid hekk għaliex m'għandix dubju li waqt li qegħdin niddiskutu l-estimi ta' l-awtorita' tad-djar il-kelliema kollha se jħarsu lejn l-aspett tal-housing minn angoli differenti.", "Jiena m'għandix dubju li llum se nsemmu l-amalgamazzjoni, ir-reviżjoni tal-liġi tal-kera, id- dipartiment ta' l-akkommodazzjoni soċjali u l-problemi ta' nies li għandna fuq il-lista għall-akkomodazzjoni soċjali.", "M'għandix dubju wkoll li se nsemmu wkoll problemi li niltaqgħu magħhom meta aħna bħala deputati nkellmu mhux biss lill-kostitwenti tagħna, imma anke nies oħra li niltaqgħu magħhom kullimkien, inklużi meta suppost qegħdin nieħdu gost bħal xi tieġ jew xi ħarġa.", "Per eżempju, jiena naf li l-Onor.", "Buontempo, kull fejn ikun, in-nies ikellmuh fuq problemi li jkollhom dwar il-housing.", "Mr Speaker, f'dawn ix-xhur li ilni ministru responsabbli mill-housing tgħallimt ħafna affarijiet.", "Waqt li nkun minn ta' l-ewwel li nammetti li għandna problemi fis-settur tal-housing, tgħallimt ukoll li mhux neċessarjament kull min jiġi għandna bi problema qed jgħidilna l-verita'.", "Jiena naħseb li dwar dan jaqbel miegħi wkoll l-Onor.", "Buontempo.", "Hu jagħmilli mistoqsijiet parlamentari u mhux l-ewwel darba li wara li nkun tajtu tweġiba xotta – għax it-tweġiba li toħroġ mid-dipartiment tkun li t- talba tal-klijent ta' l-Onor.", "Interpellant qiegħda tiġi konsidrata ma' talbiet simili - jkolli l-opportunita' li nagħtih ftit aktar informazzjoni dwar il-każ.", "Dan nagħmlu għaliex dejjem nesiġi li meta jkolli mistoqsija parlamentari niġbor ftit informazzjoni biex nara eżattament x'inhu r- rationale wara din il-mistoqsija.", "Dan qed ngħidu għax l-Onor.", "Buontempo jaf daqsi li ġieli jkollna tweġibiet li juruna li l-istampa ma tkunx ingħatat eżattament ċara għaliex min jiġi jkellimna mhux dejjem jgħidilna kollox u mhux dejjem jgħidilna l-affarijiet kif ikunu eżattament.", "Ħafna drabi l-ewwel reazzjoni tagħna tkun li mill-ewwel ngħidu \"miskin\" jew \"miskina\" pero' kultant niskopru li l-problema tkun għandna u mhux għand min ikun qiegħed ikellimna.", "Issa ħalli nħares ftit lejn l-estimi ta' l-awtorita' tad-djar.", "It-total tan-nefqa kapitali, jiġifieri n-nefqa soċjali fuq is-sussidji u n-nefqa rikorrenti tqarreb id-Lm9 miljun, preċiżament ftit iktar minn Lm8.7 miljun.", "Rigward id-dħul ta' l-awtorita' tad-djar, irrid nippreċiża li filwaqt li l-awtorita' tieħu kontribuzzjoni mill-fond konsolidat pero' tiġġenera ħafna mill-fondi tagħha.", "L-aħħar darba smajt liċ-chairperson titkellem u ddeskriviet l-awtorita' tad-djar bħala Robin Hood b'mod pożittiv, jiġifieri l-awtorita' tibni u tbigħ b'mod issussidjat biex wieħed ikun jiflaħ jixtri, pero' dan tagħmlu biex ikollha l-flus ħalli tibni għall- kiri għal min ma jiflaħx jixtri u tkun tista' tipprovdi skemi, inċentivi u inizjattivi li jgħinu lil dawk li għandhom bżonn.", "Wieħed irid ifakkar li l- awtorita' tad-djar ma tibnix u tbigħ jew tikri biss.", "F'dawn l-aħħar snin fil-kuxjenza soċjali ta' l-awtorita' tad-djar evolvew ħafna skemi u inizjattivi li għalkemm fihom spiża qegħdin jgħinu lin-nies.", "Kieku ma kenux dawn l-iskemi u dawn l-inizjattivi, kieku llum għandna nies li qed jgħixu fi djar substandard u għandna persuni b'diżabilita' li m'humiex qegħdin igawdu minn dak li qed igawdu.", "Aktar 'il quddiem ikolli wkoll l- opportunita' li nħares lejn dawn l-iskemi.", "Mr Speaker, jekk wieħed iħares lejn l-estimi tas-sena li għaddiet, isib li l-awtorita' tad-djar irnexxielha tilħaq il-miri tagħha kemm f'dak li huwa dħul u kif ukoll f'dak li hu nfiq, ħlief għal item wieħed li jirrigwarda l- ispiża għal programm ta' bini ta' appartamenti ġodda fejn kien hemm is- somma proġettata ta' Lm5.9 miljun u infatti n-nefqa kienet ta' Lm4.8 miljun għar-raġuni li x-xogħol fuq żewġ proġetti fl-Imtarfa ma nbediex.", "Fi proġett minnhom kien hemm sejba ta' fdalijiet antiki u allura waqaf ix- xogħol u fuq il-proġett l-ieħor dħalna fi problema legali li nittama li ssolvi ruħha ma ddumx.", "Dan ifisser li n-nefqa proġettata ma saritx kollha mhux għaliex l-awtorita' ddeċidiet li tixxaħħaħ jew li tiffranka.", "Dawn huma flus earmarked għal proġetti li għadhom ma bdewx imma li nittama li jibdew fi żmien qasir.", "Minkejja dan li qed ngħid, irrid nistabbilixxi wkoll li minkejja l-fatt li din is-sena n-nefqa kienet ta' Lm4.8 miljun, xorta kienet Lm0.5 miljun ogħla minn tas-sena ta' qabel, jiġifieri hawnhekk qegħdin naraw li l-awtorita' tad-djar dejjem qed iżżid fin-nefqa tagħha.", "Infatti jekk wieħed jara n-nefqa kapitali magħmula mill-awtorita' tad-djar mill-1998, jiġifieri medda ta' seba' snin – u ħadt din id-data għaliex hija benchmark li nista' naraha - isib li kien hemm nefqa kapitali ta' madwar Lm24 miljun u għas-sena d-dieħla hemm proġettata wkoll nefqa ta' Lm5.35 miljun.", "Din in-nefqa tinkludi fiha n-Lm0.5 miljun biex jiġu nstalllati l- lifts fil-blokok ta' l-appartamenti tal-gvern.", "Din in-nefqa sostanzjali li fit-total tagħha taqbeż il-Lm5.5 miljun tkopri akkwist ta' art u bini ta' appartamenti ġodda u l-infrastruttura li teħtieġ madwarhom.", "Mr Speaker, fl-estimi naraw ukoll nefqa li se tmur għall-attrezzament ta' uffiċċju għall-awtorita'.", "Fir-rapport jidher ukoll li l-awtorita' akkwistat fondi ġodda għaliha fi Triq Pietro Floriani, il-Furjana, viċin il- headquarters tagħha, biex tniffidhom ma' l-uffiċċji li diġa' għandha peress li qed inħossu l-bżonn li jkollna uffiċċji akbar in vista ta' l- amalgamazzjoni li qed nersqu għaliha mad-dipartimenti l-oħra.", "(Interruzzjonijiet) L-Onor.", "Buontempo bi tbissima qed jgħid li l ilna ħafna nisimgħu fuq din l-amalgamazzjoni.", "Jiena ngħidlu li ninsabu dejjem resqin viċin.", "Issa qegħdin naħsbu wkoll għall-ispazju li jkun jeħtieġ ladarba ssir din l-amalgamazzjoni.", "Mr Speaker, nixtieq inħares ukoll lejn in-nefqa soċjali.", "Kif diġa' għidt, fis-snin li għaddew l-awtorita' evolviet ukoll skemi u inizjattivi bi spiża sostanzjali.", "Fil-fatt, f'dawn l-estimi għandna spiża proġettata ta' Lm2.44 miljun għas-sena d-dieħla.", "Fil-qosor ħafna se nitkellem dwar l- iskemi ta' l-awtorita' għaliex il-kollegi tiegħi se jkollhom l-opportunita' matul is-seduta ta' dalgħodu u tal-lejla li jiffokaw fuq dawn l-iskemi.", "Irrid infakkar li bħalma għamlet is-sena li għaddiet, għal din is-sena wkoll l-awtorita' qed tipproġetta li tħallas s-somma ta' Lm285,000 bħala għajnuna lill-first time buyers.", "Min jixtri dar antika għandu sussidju ftit akbar pero' l-awtorita' tgħin ukoll lil dawk li jixtru dar għall-ewwel darba u jkunu jridu jirranġawha.", "Issa din is-somma ma tidhirx fl-estimi għas-sempliċi raġuni li l-awtorita' hija l-amministratur ta' din is-somma pero' attwalment hija skema ffinanzjata direttament mill-ministeru tal- finanzi.", "Mr Speaker, diġa' aċċennajt għar-rwol soċjali ta' l-awtorita'.", "Naf li hawn ħafna li jikkritikaw lill-awtorita' pero' nixtieq infakkar li mill-1999 'il hawn l-awtorita' daħlet f'ħafna spejjeż biex tgħin lil min għandu residenza u jrid jirranġaha u lil min qed jixtri dar għall-ewwel darba u għandu bżonn jirranġaha.", "L-awtorita' tgħin ukoll lill-persuni b'diżabilita' u lill-NGOs tagħna.", "Bl-iskemi l-ġodda l-awtorita' se jkollha ġġorr spiża akbar pero' dan qed tagħmlu dejjem bil-mira li tgħin lil dawk li l-aktar għandhom bżonn.", "Nista' nipprevedi minn issa li f'dan id-dibattitu se nisimgħu over and over again – u dan bir-raġun kollu - li r- riżorsi li għandna fis-settur tal-housing irridu nużawhom għal dawk li l- aktar għandhom bżonn.", "Fil-fatt l-awtorita' tagħmilha ċara li ma jistax ikun li jkollok persuni li jkunu gawdew minn skema darba u jibqgħu jiġu ripetetutament biex ikomplu jgawdu mill-fondi.", "Per eżempju, kellna bosta talbiet biex sidien ta' plots li kienu jaqgħu taħt il-home-ownership schemes jibbenefikaw mill-iskema tal-care and repair.", "Issa ovvjament l- awtorita' ma tistax tikkonsidra dawn it-talbiet għaliex għandek nies li diġa' gawdew drabi oħra, apparti l-fatt li l-care and repair scheme tindirizza ħafna units, djar u appartamenti li jkunu substandard.", "Fil-każ tal-home-ownership schemes qegħdin nitkellmu fuq units li nbnew fit- tmeninijiet u allura ma jistax ikun li jkunu substandard.", "Issa jekk xi ħadd mar joqgħod f'dar taħt il-HOS fl-1980 u llum għandu bżonn kamra tal- banju, irid japprezza li għandna nies oħra li qatt ma gawdew minn xejn u li l-income tagħhom illum m'huwiex għoli biżżejjed biex ikunu jistgħu jagħmlu dawn l-affarijiet u allura rridu naraw li jkollna firxa ta' benefiċjarji.", "Issa se nħares ftit lejn l-iskema tramite l-benefiċjarji.", "Nixtieq ngħid li meta qegħdin nitkellmu fuq sussidji fuq kera jew skemi ta' irranġar, fi tmien snin in-nefqa telgħet minn Lm9,000 għal Lm789,000, jiġifieri qegħdin nitkellmu fuq qabża enormi.", "Ma' dan l-ammont trid tingħadd ukoll in-nefqa ta' Lm30,000 fuq tiswija ta' appartamenti mikrija mill-gvern.", "F'dan il-każ l-awtorita' tieħu l-briga li jsir ix-xogħol pero' mbagħad il- flus jkunu rifużi mid-dipartiment tal-bini u tat-tiswija tad-djar.", "Kif diġa' għidt, jingħataw wkoll kważi Lm300,000 bħala għotjiet fuq l-ewwel residenza, jiġifieri hawn qegħdin nitkellmu fuq somom sostanzjali.", "Mr Speaker, is-settur tal-housing huwa bir bla qiegħ għaliex titfa' kemm titfa' fih qatt m'għandek biżżejjed.", "Dan jgħodd ukoll għal dak kollu li għandu x'jaqsam ma' l-affarijiet soċjali pero' rridu nkunu ftit pożittivi u naraw eżattament fejn qed naslu u fejn resqin.", "Jien ħadt gost li l-awtorita' tad-djar informatni li se tagħmel streamlining ta' l-iskemi eżistenti u ta' l-allokazzjonijiet li hemm biex dawn ikunu ħafna iktar ċari u ħafna iktar user-friendly u ma nikkomplikawx il-ħajja ta' dawk li diġa' għandhom biżżejjed komplikazzjonijiet f'ħajjithom.", "Per eżempju, għal skema 5, li tittratta għajnuna għal xogħlijiet ta' irranġar u titjib fi djar privati, din is-sena kellna żieda fil-benefiċjarji u minn 158 tlajna għal 170.", "L-istess ġara fir-rigward ta' skema 7 li tgħin lill-persuni b'diżabilita'.", "Din is-sena l- benefiċjarji minn din l-iskema minn 101 telgħu għal 132.", "Hawnhekk irrid nagħmel preċiżjoni żgħira – fil-fatt isiruli ħafna mistoqsijiet parlamentari fuq din il-kwestjoni - u ngħid li waqt li din l-iskema tindirizza l-bżonnijiet ta' persuni b'diżabilita', ma jfissirx li għaliex familja jkollha persuna b'diżabilita' tista' tapplika għal din l-iskema u bilfors tinstab eliġibbli għaliex jekk it-talba ma tkunx marbuta mad- diżabilita' tal-membru tal-familja, allura ma tkunx tista' tiġi milqugħa.", "Dan ma jfissirx li dik il-familja ma tistax tibbenefika minn skemi oħra u għalhekk huwa importanti li jsir streamlining ta' l-iskemi.", "Kull skema għandha l-parametri u l-kondizzjonijiet tagħha u naħseb li nagħmlu sewwa li naraw li kull japplika għal skema, jidħol fil-parametri tagħha, jaċċetta l-kondizzjonijiet u jobdihom.", "Waħda mill-iktar skemi popolari hija skema R li tittratta s-sussidju fuq kera ta' residenzi privati li m'humiex proprjeta' jew mikrija mill-gvern.", "F'dan il-każ kellna żieda sostanzjali ta' benefiċjarji li minn 408 telgħu għal 573.", "Aktar tard żgur se jkollna ħafna iktar xi ngħidu fuq il- benefiċjarji ta' din l-iskema għaliex dawn huma benefiċjarji li verament għandhom bżonn l-għajnuna.", "Skema S li kienet tittratta r-rifużjoni tal-VAT fuq l-ewwel dar ta' l- abitazzjoni tbiddlet daqsxejn għaliex għalkemm il-konċett baqa' l-istess, wessajnieh xi ftit u qegħdin ngħidu li għall-ewwel darba persuni single li jagħlqu t-30 sena jistgħu jibbenefikaw minn din l-iskema.", "Dan kollu juri li l-awtorita' qiegħda tħares lejn x'qed jiġri fis-soċjeta' tagħna għax jaf ikollok persuni single li jkunu jixtiequ li jkollhom il-proprjeta' tagħhom u allura l-awtorita' qiegħda tgħinhom ukoll.", "Dawn jistgħu jkunu single għal diversi raġunijiet fosthom li persuna ma tkunx tixtieq tibqa' tgħix mal-familja tagħha minħabba li jkun hemm xi problemi jew jista' jkun li persuna tkun trid issir sid ta' darha.", "Naħseb li hawn Malta magħrufin biżżejjed li dan il-konċett nippromwovuh kemm jista' jkun.", "Fil-fatt jekk wieħed iħares lejn l-iskemi l-oħra jsib li l-benefiċjarji kollha żdiedu.", "Hawnhekk ma nistax nonqos milli nsemmi skema B li tirrigwarda l-installazzjoni ta' lifts fi blokok tal-gvern u li minnha bbenefikaw madwar 180 familja.", "Fil-fatt ġew installati 21 lift, il- maġġoranza tagħhom kienu l-Belt, il-Furjana, il-Pieta', Birkirkara, il- Birgu, Bormla, Ħal Qormi u l-Marsa u l-ispiża kienet sostanzjali.", "Din l- iskema waqfet temporanjament f'Settembru li għadda pero' f'Jannar li ġej se jkun hemm skema li bejn wieħed u ieħor hija l-istess.", "Jiena qed noqgħod attenta kif nitkellem hawnhekk għaliex l-Onor.", "Buontempo kien għamilli mistoqsija supplimentari u jien għamiltha tal-brava ħafna, qbadtu ftit fuq kif poġġa l-mistoqsija li ma kenitx ċara biżżejjed u konsegwenza ta' dan, sibt ruħi fuq gazzetta fejn intqal li jiena ma nafx x'qed jiġri.", "Jien m'għandix pretensjoni li naf b'kulma qed jiġri u jekk hawn xi ħadd li jgħid li jaf kollox, ma naħsibx li huwa postu f'din il-Kamra.", "Din hija skema li verament tgħin lin-nies u bla dubju ta' xejn se tkompli għaddejja.", "Fil-fatt bħalissa għaddej ix-xogħol fuq 16-il blokk ieħor.", "Mr Speaker, l-inizjattiva tal-care and repair tibqa' waħda mill-iktar popolari, speċjalment issa li forsi lkoll qegħdin li iktar milli l-klijent jirrikorri għand il-housing, ikunu nies oħra li jgħinu lill-klijent jersaq għand il-housing authority u jista' jkun ukoll li tkun l-awtorita' stess li meta tkun qiegħda tipproċessa talbiet għal skemi oħra tirrealizza li dik it-tali talba tkun taqa' taħt il-care and repair scheme.", "Mr Speaker, qabel nagħlaq din il-preżentazzjoni qasira tiegħi, nixtieq insemmi inizjattiva oħra ġdida li hi partikolarment għal qalbi.", "U hawn qed nirriferi għall-inizjattiva tax-shared ownership.", "Din hija skema ġdida li hija proġettata biex tgħin nies li għandhom dħul verament baxx ta' inqas minn Lm4,000.", "Dawn huma nies li qegħdin fuq il-lista ta' l- akkommodazzjoni soċjali, nies li min jaf kemm-il darba ħolmu li jkunu sidien ta' darhom pero' s'issa qatt ma kellhom l-opportunita' li jagħmlu dan.", "Aħna identifikajna post partikolari u għalkemm għall-ewwel se jkun hemm ftit benefiċjarji minn din l-iskema pero' m'għandix dubju li se jkollha ħafna applikazzjonijiet għaliha.", "Irrid ngħid ukoll li l-iskema għax-xiri ta' appartamenti tal-gvern hija popolari ħafna pero' kultant ikollha t-tlugħ u l-inżul tagħha għaliex ġieli jkun hemm ħafna applikazzjonijiet, imma jgħaddi ftit żmien u donnu li l-applikazzjonijiet imajnaw pero' mbagħad jerġgħu jiżdiedu.", "Irrid ngħid ukoll li proprju ftit tal-ġimgħat ilu l-awtorita' tad-djar ħarġet avviż ta' djar għall-bejgħ u għal darb'oħra l-applikazzjonijiet kienu numerużi.", "Proprju llum kelli mistoqsija parlamentari ta' l-Onor.", "Stefan Buontempo dwar din l-iskema.", "Irrid ngħid li 55% tal-units for sale se jkunu riservati għal koppji miżżewġa jew dawk separati bit-tfal.", "Din hija innovazzjoni fejn qegħdin inħarsu lejn nies li jkunu għadhom kemm għaddew minn separazzjoni - speċjalment dawk li jkollhom it-tfal - u allura jkollhom bżonn l-għajnuna biex jersqu lejn ħajja ġdida.", "Imbagħad għandna 30% minnhom li huma għal koppji għarajjes, 10% għal persuni b'diżabilita' u 5% se jkunu allokalti lil persuni single li qabżu t-30 sena.", "L-awtorita' tad-djar hija konxja wkoll mill-bżonnijiet tal-NGOs tagħna, speċjalment dawk li huma marbutin mal-housing.", "Għal dan il-għan żiedet is- sussidju fuq il-kera ta' klijenti fi ħdan dawn l-organizzazzjonijiet li għandhom bżonn jiġu integrati fis-soċjeta' sa massimu ta' Lm700 fejn qabel kien ta' Lm600.", "Jiena naf li l-aġenzija Appoġġ hija grata ħafna għall- għajnuna li tingħata mill-awtorita' tad-djar.", "Ir-Richmond Foundation għandha appartamenti li tużahom għall-klijenti tagħha l-istess bħalma għandna għar-residenti ta' Dar Merħba Bik li tilqa' fiha vittmi ta' vjolenza domestika.", "Mr Speaker, l-awtorita' tad-djar għandha wkoll skema li permezz tagħha se tingħata għajnuna ta' Lm10,000 biex ikunu nstallati stairlifts għal postijiet li jintużaw mill-NGOs.", "L-awtorita' għaddiet somma ta' flus lill- YMCA li tipprovdi akkommodazzjoni lil min ikollu bżonnha for a short term.", "Dan għamlitu wkoll ma' Dar Merħba Bik li naf li dan l-aħħar daħlitilhom ukoll talba mingħand il-kummissjoni emigranti wara li kien hemm inċident ta' ħruq ġewwa l-Imsida.", "Mr Speaker, nixtieq ngħid xi ħaġa wkoll dwar sheltered housing li huwa proġett maħsub biex l-anzjani tagħna jkunu jistgħu jgħixu f'appartamenti li jkunu mibnija apposta għalihom.", "Fil-fatt l-awtorita' tad-djar diġa' ħadmet fuq dawn it-tip ta' proġetti fis-snin li għaddew.", "L-awtorita' qed tirrealizza wkoll li l-lifestyle hawn Malta qed jinbidel u fejn qabel kulħadd ried dar kbira bi tlett ikmamar tas-sodda, żewġt ikmamar tal-banju u b'waħda ensuite, illum it-talbiet qed ikunu differenti.", "Meta qegħdin nitkellmu fuq akkommodazzjoni soċjali, wieħed irid jara wkoll li ma naqbżux il-limiti tagħna u għalhekk l-awtorita' qiegħda tħares ukoll lejn il-bini ta' one-bedroomed jew two-bedroomed flats biex inkunu nistgħu nilqgħu aktar għall-ħteġijiet tal-klijenti tagħna.", "Nifhem li mhux kulħadd ikun irid one-bedroomed flat għax ikun hemm min irid jaħseb għal xi ħaddieħor tal-familja li jorqod għandu pero' l-awtorita' tad-djar qiegħda tipprova tagħmel l-aħjar użu mir-riżorsi li għandha u toqgħod attenta li jekk dak li jkun għalih ikun suffiċjenti appartament b'kamra tas-sodda waħda jew bi tnejn, ma tagħtihx flat bi three bedrooms.", "Mr Speaker, forsi iktar tard ikolli ċans nitkellem - jekk ma jitkellmux il- kollega l-oħra wkoll dwaru - fuq il-proġetti ta' urban renewal li qegħdin isiru.", "Bħalissa dawn it-tip ta' proġetti għaddejjin fl-Imsida, fil- Furjana u f'Bormla wkoll.", "Per eżempju, fl-Imsida hemm billboard kbira aħna u telgħin Regional Road li ssemmi 180 appartament għall-familji Maltin li se jibbenefikaw minnhom nies li jkunu ġew evicted minn djar substandard li se jaqgħu u jinbnew oħrajn ġodda minflokhom.", "Għandna wkoll proġetti simili għaddejjin fil-Furjana u f'Bormla li issa qabdu ritmu tajjeb ħafna u nittama li ma jdumux ma jkunu lesti.", "Hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq somom sostanzjali li l-awtorita' qiegħda dejjem toħroġ biex tgħin lil dawk li għandhom bżonn.", "Qabel nagħlaq ħalli nħalli lill-kollegi l-oħra jitkellmu, xtaqt ngħid li l- awtorita' tad-djar tipprovdi servizz ta' nutara ħalli nħaffu l-affarijiet għall-klijenti li jkollhom diġa' x'jagħmlu jew inkella ma tantx ikollhom moħħ joqogħdu jfittxu n-nutara tagħhom.", "Il-kuntratti ta' l-awtorita' tad- djar mal-klijenti tagħhom ma jsirux biss dwar bejgħ imma huma marbuta ma' affarijiet differenti.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Karl Chirkop.", "ONOR.", "KARL CHIRCOP: Mr Speaker, għal darba oħra għandna quddiemna l- estimi ta' l-awtorita' tad-djar u fid-diskors tiegħi se nipprova niffoka kemm jista' jkun fuq ir-responsabbilta' u r-rwol in ġenerali tal-gvern.", "Dan se nagħmlu għax għalkemm il-gvern huwa l-provider ta' l-awtorita' f'dak li għandu x'jaqsam ma' riżorsi umani u anke fondi, imma bil-politika żbaljata tiegħu, huwa stess qed jikkrea l-akbar problemi li għandha l-awtorita'.", "Fl-opinjoni tiegħi, din l-awtorita' għandha rwol importanti ħafna fl-operat tal-gvern, mhux biss mil-lat soċjali kif qalet il-Ministru Cristina, imma anke mil-lat ta' ippjanar ġenerali, jiġifieri ta' politika ta' housing għall-poplu Malti u Għawdxi kollu kemm hu.", "Irrid ngħid li rigward l-estimi nfushom ikolli ċans nagħmel ftit riferenzi aktar dettaljati aktar tard fl- intervent tiegħi, iżda kemm bħala l-kelliemi ewlieni tal-partit Laburista fuq dan il-qasam u kif ukoll bħala ċittadin Malti nixtieq nagħmel xi riflessjonijiet aktar wiesgħa fuq dan is-suġġett b'mod ġenerali.", "X'nifhmu biha meta nużaw il-kelma \"housing\"?", "Personalment jiġuni ħafna ħsebijiet f'moħħi u l-ewwel u qabel kollox ovvjament jiġini quddiem għajnejja l-aspett soċjali.", "L-għan li għandu jkollu kull gvern, hu ta' liema kulur politiku hu, huwa li jipprovdi ammont ta' housing units adegwat lill-poplu tiegħu u skemi ta' support soċjali f'ammont u anke fi kwalita' adegwata.", "Rigward l-aspett ta' social housing bilfors irrid infakkar fil-ħidmiet ta' diversi gvernijiet li ġew qabilna, speċjalment gvernijiet Laburisti tas-sebgħinijiet u tat-tmeninijiet għaliex dawn kienu gvernijiet li ħadmu bis-sħiħ biex iġibu 'l quddiem il-livelli ta' l- għajxien tal-familji tal-ħaddiema.", "Ir-raġuni ewlenija wara din il- politika kienet u għadha sempliċi: Kulħadd jaf illi l-benniena ta' kull bniedem hija proprju d-dar tiegħu.", "Huwa pprovat anke xjentifikament illi bniedem li jitrabba f'ambjent diċenti mhux biss għandu aktar ċans li jkun inqas dipendenti fuq benefiċċji soċjali imma għandu wkoll aktar ċans illi jimxi 'l quddiem f'ħajtu, jagħmel progress u jitla' aktar taraġ minn dawk tal-ġenerazzjoni ta' qablu.", "Saħansitra jkun kapaċi javvanza aktar fuq il- passi tal-familja jew inkella tal-ġenituri tiegħu stess.", "Allura hawnhekk qed naraw il-konċett kardinali ta' investiment soċjali.", "Barra minn hekk, meta nsemmi l-kelma \"housing\" jiġuni affarijiet oħra quddiem għajnejja, fosthom li huwa importanti illi l-gvern jippjana b'mod aktar wiesa' areas residenzjali sħaħ.", "Fi żmien gvernijiet Laburisti, b'mod speċjali dawk tas-snin sebgħin, kienet nibtet l-idea ta' housing estates.", "Illum għandna diversi housing estates mifruxin ma' Malta u Għawdex li fil- maġġor parti tagħhom twaqqfu taħt gvernijiet Laburisti u huma wkoll sempliċement appendiċi ta' rħula oħra illi kienu diġa' eżistenti.", "Ftit kien hawn esperimenti bħalma seħħ f'Santa Luċija fejn fl-aħħar tas-snin sebgħin kien beda jiġi kkreat raħal ġdid mill-bidunett.", "Dan kien esperiment illi nistgħu ngħidu b'ċertezza illi rnexxa sew.", "Naturalment kellek il- problema li f'Santa Luċija bdew ġejjin nies minn inħawi differenti fil- gżejjer tagħna bi problemi soċjali u anke b'identitajiet differenti, iżda bil-mod il-mod jidher ċar li l-popolazzjoni ta' dan ir-raħal omoġenizzat ruħha tajjeb ferm.", "Sfortunatament ma jistax jingħad l-istess għal irħula oħra.", "Pero' kellek housing estates oħrajn fejn il-maġġor parti tar- residenti l-ġodda kienu ġejjin mill-parti l-antika ta' l-istess raħal u f'dan il-każ ma tantx kien hemm problemi ta' taħlit ta' identitajiet differenti u awtomatikament kien hemm inqas konċentrazzjoni ta' problemi soċjali.", "Eżempju ċar huwa l-Gudja, il-post fejn noqgħod jien.", "Fortunatament ħafna nies li marru joqogħdu fil-housing estate tal-Gudja ġejjin minn familji Gudjani stess.", "Fil-fatt ir-rata ta' problemi soċjali fil-Gudja hija inqas minn ta' postijiet oħra.", "Per eżempju, il-vizzju tad- droga fil-Gudja ftit li xejn huwa eżistenti, għalkemm naturalment ma tistax teskludih kompletament.", "Min-naħa l-oħra kellek irħula oħrajn fejn kien hemm ħafna iktar taħlit u forsi konsegwenza ta' dan inħolqu aktar problemi soċjali milli nħolqu f'postijiet oħrajn.", "Minbarra dawn il-konċetti soċjali importanti li ta' min jagħti kashom - allavolja d-diskussjoni tagħna llum suppost li nżommuha aktar teknika - hemm affarijiet oħra li jiġu quddiem għajnejja meta nkunu qegħdin nitkellmu dwar il-qasam tal-housing u sinċerament inħossni qiegħed nonqos jekk f'dan l-intervent tiegħi ma nsemmihomx.", "Illum il-ġurnata kważi kulħadd jaqbel li bħalissa pajjiżna għaddej minn mument ta' ristrutturar u anke ta' provi kbar fuq il-poplu kollu kemm hu, provi ebsin li l-aktar li qed jinħassu u jinġarru huma proprju mill-familji tal-ħaddiema u minn dawk illi għandhom xi ħwienet jew negozji żgħar.", "Mr Speaker, fil-maġġor parti tiegħu dan huwa kollu tort tal-politika żbaljata tal-gvern tal-ġurnata.", "Forsi hawn min qed jistaqsi: Imma dan x'għandu x'jaqsam mal-housing?", "Fil-fatt sinċerament inħoss li għandu x'jaqsam ħafna għaliex wasal iż-żmien li l- awtorita' tad-djar ma tibqax tiffoka biss fuq ix-xogħol intrinsiku tagħha.", "Huwa tajjeb li tagħmel hekk u aħna minn din in-naħa tal-Kamra persważi li l- awtorita' tad-djar tagħmel xogħol siewi ħafna u minn hawnhekk irrid nieħu l- okkażjoni sabiex nifraħ lil dawk kollha li jaħdmu f'din l-awtorita'.", "Pero', fl-opinjoni tiegħi, naħseb li wasal iż-żmien li l-istess awtorita' tibda tinvolvi ruħha aktar f'ippjanar ta' politika aktar diretta ħalli nkunu nistgħu nindirizzaw il-problemi ewlenin li għandna f'dan il-qasam minn ħafna qabel ma jiġu ma' wiċċna.", "F'dan l-istadju ta' min isemmi x'inhuma dawn il-problemi.", "Mr Speaker, jien identifikajt żewġ problemi kbar ħafna fis-settur tal- proprjeta'; cioe' l-prezzijiet tal-proprjeta' privata li telgħin mas- smewwiet b'rata ħafna akbar minn dik li biha qegħdin jiżdiedu u l-ammont esaġerat ta' proprjeta' battala li għandna f'dan il-pajjiż.", "Jekk l- awtorita' jirnexxilha tidentifika aħjar x'qiegħed jikkaġuna dan kollu u tindirizza dawn iż-żewġ problemi fundamentali, allura nkunu nistgħu noħorġu niċċelebraw u nkunu nistgħu nserrħu rasna u norqdu raqda twila għaliex jekk issolvi dawn il-problemi ma tantx għandu jkollna oħrajn daqshekk kbar fil- futur previdibbli, għajr ovvjament każijiet soċjali li jibqgħu jinqalgħu minn żmien għall-ieħor u tagħmel x'tagħmel dejjem jibqgħu jinqalgħu peress li din hija n-natura tal-bniedem u anke tas-soċjeta' li ngħixu fiha.", "Għalhekk nixtieq nibda bl-ewwel problema tal-prezzijiet tal-proprjeta' fis- suq privat ħalli nevalwaw flimkien b'mod kostruttiv ta' x'ġara f'dan is- settur u dwar kif l-awtorita' tista'tindaħal fil-prezzijiet tas-suq privat.", "Issa żgur se jkun hawn min iweġibni li l-awtorita' ma tantx għandha saħħa tagħmel dan.", "Madankollu jekk dejjem qed ikollna aktar koppji li ma jifilħux jixtru l-proprjeta', kif nistgħu nippretendu li l- pressjoni tad-domanda għal housing projects ġodda se tonqos?", "Ma rridux ninsew li l-gvern qed isibha aktar diffiċli sabiex isib biċċiet ta' art li jkun jista' jiżviluppahom.", "Mr Speaker, sabiex inkunu nistgħu nifhmu aħjar dak kollu li qed iseħħ f'dan is-settur tajjeb li naraw ftit kif għolew il-pagi meta mqabbla mal- prezzijiet tal-proprjeta' privata matul dawn l-aħħar għaxar snin li fil- maġġor parti tagħhom kienu mmexxijin minn gvernijiet Nazzjonalisti.", "Illum il-ġurnata appartament medju ġebel u saqaf, bi tlett ikmamar tas-sodda qiegħed jinbiegħ madwar Lm40,000 meta l-medja tad-dħul annwali ta' familja huwa ta' Lm5,000 fis-sena.", "L-istess tip ta' proprjeta' għaxar snin ilu kienet tinbiegħ madwar Lm10,000.", "Jiġifieri f'temp ta' għaxar snin il- proprjeta' privata like for like żdiedet b'erba' darbiet.", "Min-naħa l-oħra l-paga medja għaxar snin ilu ma kenitx il-kwart ta' Lm5,000 iżda kienet madwar Lm3,500.", "Dan ifisser li filwaqt li matul dawn l-aħħar għaxar snin il-proprjeta' għoliet b'medja ta' erba' darbiet il-pagi tal-ħaddiema bilkemm irdoppjaw.", "B'mod iktar sempliċi ngħid li għal kull Lm1 li kien jaqla' ħaddiem għaxar snin ilu, illum il-ġurnata bilkemm qed jaqla' Lm2, pero' għal kull Lm1 li kien iħallas sabiex jixtri l-proprjeta' privata għaxar snin ilu, illum il-ġurnata jrid iħallas Lm4!", "Effettivament din hija s-sitwazzjoni li qed jaffaċċjaw iż-żgħażagħ u l-koppji tagħna.", "Ma' dan wieħed irid iżomm quddiem għajnejh il-problemi ta' inflazzjoni li jkollna. llum anke l-istess statistika li toħroġ mill-aħħar household budgetary survey tgħid ċar u tond li għal dak li għandu x'jaqsam mas-saving ratios, jiġifieri kemm il-familji Maltin għandhom saħħa li jġemmgħu minn dak li jaqilgħu, fl-1995 għal kull Lm100 li familja Maltija kienet taqla' kienet kapaċi tfaddal Lm10, illum il-ġurnata l-istess familja kapaċi tfaddal biss ftit aktar minn Lm1!", "Jiġifieri apparti l-problema ta' distakk li qed tinħoloq aktar fil-valur tal-proprjeta' privata ma' l-ammont li qed jaqilgħu l-ħaddiema, hemm ukoll il-problema in ġenerali ta' savings għaliex il-familji Maltin u Għawdxin qed isibuha aktar diffiċli sabiex jibqagħlhom dak id-disposable income li minnu jkunu jistgħu jġemmgħu xi ħaġa.", "Fid-dawl ta' dan kollu wieħed jibda japprezza aktar id-diffikultajiet li jħabbtu wiċċhom magħhom dawn il-koppji żgħażagħ.", "Jien ngħid li dawn il-koppji huma kuraġġjużi ħafna għaliex allavolja jafu li deħlin għal riskji kbar fiż- żweġijiet tagħhom - kulħadd jaf x'rata ta' separazzjonijiet għandna llum il- ġurnata - xorta waħda jixtiequ jixtru d-dar tagħhom.", "Pero' minħabba dan id- distakk enormi li jeżisti bejn dak li jaqilgħu u bejn kemm ġiet tiswa l- proprjeta' illum, żgur li ma jistgħux jagħmlu dan il-pass.", "Madankollu xorta waħda ssib min jagħmel dan il-pass u kieku ma jkunx hekk ħlief single-parent families jew nies li jpoġġu flimkien ma jkollniex fil-pajjiż.", "Dan qed ngħidu mingħajr ebda diżrispett lejn dawn il-familji, li ħafna minnhom ikunu spiċċaw f'din is-sitwazzjoni minħabba ċirkostanzi soċjali li ma jkollhomx kontroll fuqhom u mhux mill-għażla libera tagħhom.", "L- għarajjes u l-koppji li jkunu deħlin għal dan il-piż finanzjarju enormi u li x'aktarx ikunu se jibqgħu mdendlin bih għal għomorhom kollu għandhom ukoll il-problema tax-xogħol u n-nuqqas ta' ċertezza fil-qasam tax-xogħol.", "Dan kollu ma jistax ikun li ma jaffettwax ir-relazzjonijiet matrimonjali tal-koppji.", "Fl-istess ħin nafu li l-mara Maltija llum ma tantx għandha opportunitajiet ta' xogħol taħt dan il-gvern.", "Iżda xorta waħda trid tibqa' tfittex li taħdem għal tul esaġerat ta' żmien mill-ħajja produttiva tagħha.", "Fattur soċjali ieħor joħroġ mid-dokument intitolat \"the social situation in the European Union 2004 overview\" li ġie ppublikat mill-istess kummissjoni Ewropea fejn naraw li d-differenza bejn il-klassijiet ta' fuq u dawk ta' taħt f'Malta kompliet tiżdied taħt it-tmexxija ta' gvern Nazzjonalista.", "Illum nafu li r-ratio ta' bejn l-20% li l-aktar jaqilgħu u l-20% ta' dawk li l-anqas li jaqilgħu huwa ta' 4.5%, jiġifieri qegħdin fl-istess medja tar-Renju Unit.", "Mentri pajjiżi li huma kkonsiderati aktar well off minn Malta, bħall-Ġermanja, il-pajjiżi Nordiċi u l-Awstrija għandhom ratio li huwa ferm anqas u fil-fatt id-distakk bejn dawk ta' fuq u dawk ta' taħt f'dawn il-pajjiżi huwa ta' 3.2%.", "Għaldaqstant nemmen li wasal iż-żmien li fil-qasam tal-housing l-awtorita' tad-djar għandha tibda taħdem sabiex ixxejjen dan l-andament soċjali ta' dan il-gvern u tara kif tista' tintervjeni bis-saħħa tagħha fuq il-forzi tas-suq.", "Dan għandha tagħmlu sabiex jitnaqqas xi ftit id-distakk li qed jinħoloq bejn l-income medju tal-familji Maltin u l-prezzijiet tal- proprjetajiet privati.", "Sa ftit snin ilu konna nistagħġbu li f'pajjiżi bħall-Ġappun il-proprjeta' tant tqum il-flus li l-familji Ġappuniżi mhux talli jkollhom iqattgħu ħajjithom kollha bid-dejn, iżda jkollhom jgħaddu dan id-dejn fuq uliedhom.", "Fil-fehma tiegħi, jekk ma noqogħdux attenti se nibdew nimxu f'din id- direzzjoni.", "Dan il-fatt joħroġ mill-kwestjonijiet ta' house loans li qed ikollna.", "Sa ftit taż-żmien ilu kienu jingħataw house loans sa massimu ta' 25 sena; imbagħad telgħu għal massimu ta' 30 sena u issa saħansitra qed jissemmgħu house loans għal massimu ta' 40 u 50 sena.", "Sabiex tkompli tgħarraq din is-sitwazzjoni, din is-sena l-gvern preżenti għoġbu jdaħħal aktar taxxi viljakki fuq il-proprjeta' tal-ħaddiema.", "Dawn it-taxxi daħħalhom għal tliet darbiet.", "L-ewwel taxxa li ntroduċa kienet dik ta' 35% fuq il-wirt u taxxa oħra ta' 35% bħala capital gains tax.", "Fl- aħħarnett permezz ta' avviż legali 259 il-gvern daħħal il-konċett fejn qed jintaxxa b'5% il-proprjeta' sekondarja li jkollhom persuni li jiddaħħlu fid- djar ta' l-anzjani.", "Apparti dawn it-tliet taxxi diretti fuq il-proprjeta', il-gvern introduċa fattur ieħor li żgur ħalla l-effetti tiegħu fuq il-valur tal-proprjeta' privata.", "Din kienet il-famuża inizjattiva sabiex iġiegħel lill-Maltin jirripatrijaw l-investimenti privati li kellhom f'banek u ishma barranin.", "Dan il-fattur żgur li attribwixxa bil-qawwi sabiex ikkrea ammont ta' flus fiċ-ċirkolazzjoni u li ħafna minnhom ġew investiti fis-suq tal- proprjeta' lokali.", "Għalhekk kellna ħafna aktar domanda għal xiri ta' proprjeta' mis-snin ta' qabel.", "Mr Speaker, f'temp ta' sena kellna erba' fatturi li żgur attribwew sabiex il-prezz tal-proprjeta' jitla' 'l fuq b'mod ħafna aktar aċċellerat mill- pagi tal-ħaddiema tagħna.", "Saħansitra issa hawn min qiegħed jipproponi li mhux talli ma jkollniex wage freeze talli b'xi mod jew ieħor jitnaqqsu l- pagi tal-ħaddiema tagħna!", "Aħseb u ara kemm il-pagi se jiżdiedu bl-istess ritmu ta' inflazzjoni tas-suq tal-proprjeta' privata!", "Qed ngħid dawn l- affarijiet għaliex awtomatikament se jkun hemm aktar koppji li se jaqgħu barra mix-xibka u allura bilfors se jkollhom ifittxu l-għajnuna ta' l- awtorita' tad-djar.", "Dan huwa l-mod ta' kif il-gvern qiegħed jaħdem sabiex jinkoraġġixxi lill-Maltin ikunu sidien ta' darhom?!", "Kif qatt jista' jkun li l-għarajjes prospettivi jlaħħqu ma' din l-inflazzjoni fuq il-bini li wara kollox inħolqot minħabba irresponsabilita' kbira minn dan il-gvern?!", "L-akbar tieni problemi li qed tħabbat wiċċha magħha l-awtorita' tad-djar hija n-numru ta' postijiet battala u jekk m'iniex sejjer żball f'pajjiżna għandna madwar 19% tal-bini li huma postijiet battala.", "Meta wieħed jikkonsidra ċ-ċokon ta' gżiritna żgur li ma jagħmilx sens li nħallu dawn il- postijiet kollha vojta.", "Għalkemm l-awtorita' tad-djar, kemm fi żmien gvern Laburista u kif ukoll wara, ħadmet fuq proġetti ta' public private partnership sabiex tiġi indirizzata din il-problema, xorta waħda għadu jinħass in-nuqqas ta' enerġija u r-riżorsi neċessarji sabiex din il- problema kbira tiġi indirizzata bis-serjeta'.", "Fil-fehma tiegħi, din il-problema trid tiġi indirizzata mhux biss billi l- awtorita' tingħata aktar fondi iżda wkoll billi l-gvern jadotta diversi policies li bihom iħajjar aktar nies sabiex idaħħlu l-proprjeta' tagħhom fis-suq, forsi bi prezzijiet aktar diċenti.", "Awtomatikament inkunu qed nikkreaw aktar supply ta' proprjeta' u b'xi mod jew ieħor inrażżnu din ir- rata esaġerata ta' inflazzjoni li għandna fil-qasam tal-proprjeta'.", "Mr Speaker, apparti l-problemi li għandna fil-liġijiet tal-kera, dak li għadni kif semmejt żgur ma jgħinx sabiex xi ħadd li jkun għadu kif wiret dar jew inkella jkollu xi dar battala jitħajjar ibigħha.", "Wieħed żgur ma jistax jagħti tort lil dawn l-individwi għaliex jekk dak li jkun ikollu proprjeta' li minnha kien qed jaspira li jaqla' tant u l-gvern se jeħodlu minn dak l-ammont f'termini ta' taxxa, allura bilfors se jkollu joffriha fis-suq bi prezz għoli.", "Dan il-fattur awtomatikament qiegħed jattribwixxi biex naturalment is-suq tal-proprjeta' tagħna jkompli tiela' 'l fuq.", "Kulmin huwa midħla tas-suq tal-proprjeta' jaf sew x'qed ngħid, kif jaf l- istess partit Nazzjonalista li kellu ħafna reżistenzi fuq din il- kwestjoni mill-istess supporters tiegħu.", "Il-gvern irid jifhem b'mod urġenti li jrid joqgħod ferm attent meta jiġi biex jilgħab fiskalment ma' dan is-settur għaliex kulma jmur aktar qed isir distakkat mir-realta' soċjali tal-ħaddiema tagħna.", "Jiena nemmen li jekk il- gvern m'huwiex se jsolvi dawn iż-żewġ problemi aktar se tiżdied il-case load ta' l-awtorita' tad-djar għaliex se jkollok aktar familji u aktar koppji li ma jkunux jifilħu jixtru d-dar tagħhom.", "Ħalli ndur issa għar-rapport innifsu li jiena qrajtu b'attenzjoni kbira u għalhekk se nagħmel xi ftit kummenti dwar dak li hemm imniżżel fih.", "L- analiżi f'paġna 4 u 5 kienet waħda interessanti u tajjeb li neżaminaw daqsxejn ix-xejriet relatati mal-proviżjoni ta' l-assistenza tal-housing.", "Jidher ċar li f'ċerti lokalitajiet l-awtorita' ħadmet bis-sħiħ u ta' min ifaħħarha fejn tat l-assistenza tagħha permezz ta' skemi apposta lil min kellu bżonn jagħmel xi irranġar fil-proprjeta' tiegħu, kemm jekk kienet privata, tal-gvern jew fil-kera.", "Madankollu jidher ċar li hemm xejriet differenti bejn it-tliet areas li ġew studjati f'paġna 4 u 5 tar-rapport.", "Hawnhekk insibu li fiċ-ċentru ta' Malta l-akbar persentaġġ ta' benefiċjarji, li kien ta' madwar 25%, approfittaw minn sussidju fuq xogħlijiet ta' irranġar fuq djar privati u nsibuha fi skema 5.", "Mentri fil- Kottonera, l-akbar persentaġġ ta' benefiċċarji kienu dawk li bbenefikaw minn sussidji fuq irranġar ta' djar tal-gvern, fejn kellek 19% taħt skema W. L-istess ħaġa tista' tingħad għall-benefiċjarji li ġejjin mill-Belt Valletta u mill-Furjana fejn kellek 16% li bbenefikaw minn skema W. Dan kollu jista' jiġi interpretat fuq linji strettament soċjali għaliex nafu li f'dawn l-inħawi tal-gżejjer Maltin jeżisti konċentrament ferm aktar qawwi ta' faqar u allura għandek numru inqas ta' nies li huma sidien ta' darhom.", "Mr Speaker, qed jinkwetani l-fatt li wieħed ma jistax iqabbel dawn it-tliet żoni ma' xulxin biss fuq dawn it-tliet tabelli li għandna fir-rapport.", "Minn mistoqsija parlamentari 8870 li kont għamilt lill-Prim Ministru jirriżulta li filwaqt li fiċ-ċentru ta' Malta, jiġifieri Birkirkara, Ħal Qormi u l-Ħamrun, hemm ftit aktar minn 40,000 ċittadin li għandhom il-karta ta' l-identita', fil-Kottonera hemm madwar 10,000 u fil-Belt u l-Furjana għandek madwar 8,500 ruħ.", "Dan ifisser li s-sitwazzjoni soċjali fil- Kottonera u fil-Belt tista' tkun ħafna aktar gravi milli fil-fatt qed jindikaw l-istess tabelli.", "Per eżempju, jekk ikollna naraw skema W, fejn hawnhekk kellek madwar 400 applikazzjoni mit-tliet żoni, fiċ-ċentru ta' Malta għandek erba' darbiet aktar nies joqogħdu hemm.", "Dan ifisser li fil- Kottonera u fil-Belt kien hemm bejn wieħed u ieħor erba' darbiet aktar problemi fil-postijiet tal-gvern li kellhom bżonn l-attenzjoni mill-istess awtorita'.", "It-tieni punt li xtaqt naċċenna għalih huwa li l-maġġor parti tan-nies qed iħossu li b'xi mod jew ieħor is-sussidji għax-xiri ta' postijiet m'huwiex tajjeb biżżejjed.", "Nista' nimmaġina wkoll li tnaqqas kemm tnaqqas fil- prezz, xorta waħda se ssib nies li jibqgħu jgergru għaliex ikunu jippretendu - kif qalet il-ministru – li l-prezz li toffrilhom l-awtorita' ikun dejjem orħos.", "Pero' min-naħa l-oħra rridu noqogħdu attenti li l- prezzijiet u l-formoli ta' sussidji li tagħti l-awtorita' jkunu jirriflettu verament d-dħul attwali ta' dawn il-familji u mhux il-valur kummerċjali tal-proprjeta' in kwestjoni.", "Dan qed ngħidu minħabba r- raġunijiet li diġa' semmejt fejn anke tajt xi eżempju ta' kif il-pagi ma żdiedux daqskemm żdiedu l-prezzijiet tal-proprjeta'.", "Għalhekk l-awtorita' trid bilfors tagħti kas ta' dan id-distakk li nħoloq bil-politika żbaljata ta' dan il-gvern jekk trid verament tgħin aktar sabiex l-inkwilini jsiru sidien ta' darhom.", "Ma nistgħux nimxu ma' dawn in-nies b'riga kummerċjali ż- żejjed u naħseb li hemm lok fejn wieħed jista' jerħi ftit aktar sabiex jagħmel tajjeb għad-distakk li nħoloq fis-suq privat.", "Mr Speaker, l-istess ħaġa tista' tingħad fuq is-sussidju li jingħata fuq xiri ta' appartamenti ġodda li jkunu mibnija mill-istess awtorita'.", "Għalkemm it-tabella li għandna f'paġna 19 tindika b'mod assolut żieda ta' madwar Lm160,000 f'sussidju iktar mis-sena l-oħra, mhux bilfors ifisser li l-awtorita' qiegħda tgħin lix-xerrejja aktar minn qabel għaliex aktar ma jgħaddi ż-żmien l-awtorita' qed ikollha bilfors tgħolli l-prezzijiet tal- units.", "Naħseb li sabiex wieħed ikun jista' japrezza aħjar dan il-konċett tkun ħaġa tajba jekk l-awtorita' tipprovdilna tabella li tindika s-sussidju bħala perċentwali li ġie mogħti fuq kull unit is-sena l-oħra.", "Kwestjoni oħra li xtaqt inqajjem tirrigwarda l-follow-up ta' l-iskemi li qed toffri l-awtorita'.", "U hawnhekk xtaqt nistaqsi lill-awtorita' jekk għamlitx xi tracer studies ħalli tara jekk il-benefiċjarji humiex kuntenti bis-servizz li ngħataw u jekk għandhomx xi problemi.", "Fil-fehma tiegħi, naħseb li tkun xi ħaġa tajba jekk l-awtorita' ssaħħaħ il-follow-up tal- benefiċjarji tagħha.", "Wara kollox dawn huma klijenti tagħha u għalhekk ikun tajjeb li jsir assessment fuq il-livell ta' sodisfazzjon tal-klijenti ħalli jekk ikun hemm lok ta' titjib f'xi oqsma partikolari, dan ikun jista' jsir.", "Huwa importanti wkoll li ntejbu l-livell tal-customer care.", "Qed ngħid dan għaliex xi kultant jasluli ċerti stejjer li ma tantx jagħmlu ġieħ lill- istess awtorita', bħal, per eżempju, meta jkun hemm applikanti li jiġu ttekkiljati b'mod xott wisq.", "Semmejt il-kwestjoni tal-follow-up għaliex xi kultant qed jinħolqu diffikultajiet minħabba li l-inkwilini qed jesperjenzaw shortfall fl-ammont ta' sussidju li mingħalihom ikunu se jibbenefikaw minnu jew li jkunu jikkwalifikaw għalih.", "Proprju din il-ġimgħa smajt b'każ ta' inkwilina minn Bormla - u nista' nikkwotah għax għandi l-permess tagħha – bin-numru 153/2003 fejn din qed tikklemmja ma' l-awtorita' li ngħatawlha madwar Lm300 inqas f'sussidju li suppost kellha tieħu.", "Meta din il-persuna tkellmet mal- customer care nħolqot diffikulta' għaliex l-awtorita' baqgħet tinsisti li l-ammont mgħoddi lil din l-inkwilina kien wieħed ġust filwaqt li din l- inkwilina baqgħet ssostni li d-diskrepanza nħolqot peress li l-bejt tagħha huwa kbir ħafna.", "Mr Speaker, każ ieħor li nixtieq insemmi huwa dwar persuna li toqgħod Raħal Ġdid.", "Din il-persuna applikat għal residenza alternattiva u ġiet offruta appartament taħt il-livell tat-triq fil-Belt u appartament ieħor f'Bormla li meta marret tarah sabet xi squatters fil-post.", "Imbagħad għandna l- kwestjoni tal-lifts.", "Bħala tabib nagħmel ħafna viżti lill-pazjenti tiegħi u ovvjament ikolli wkoll visti f'appartamenti tal-gvern.", "U proprju l-ġimgħa l-oħra kont qiegħed nagħmel viżta fi Triq Ġan Anton Tanti, f'Ħal Tarxien, fejn beda jiġi nstallat lift fi blokk D. Dan ix-xogħol beda f'Diċembru li għadda u mbagħad waqaf ħesrem.", "Ma nafx jekk dan ġarax għar-raġunijiet li semmiet ill-ministru pero' jidher li l-kuntrattur waqa' lura ħafna fix- xogħol għad-detriment ta' l-istess residenti li joqogħdu f'dan il-blokk.", "Rigward l-estimi, xtaqt ngħid li meta wieħed jara t-tabella f'paġna 13, jinnota li din is-sena kien hemm tnaqqis ta' Lm140,000 fin-nefqa soċjali li jiġu tnaqqis ta' madwar 4% u meta wieħed iqis anke r-rata ta' inflazzjoni aċċellerata fis-suq tal-proprjeta`, jinduna li b'mod anke relattiv, dan it- tnaqqis fl-ispiża se jirriżulta ferm akbar.", "Nafu li kull sena jinqalgħu battibekki fuq kemm tkun l-istima fuq in-nefqa soċjali u kemm effettivament jintnefqu pero` ta' min ifakkar li għas-sena 2002-2003 in- nefqa soċjali kienet ta' Lm3.3 miljun, din is-sena kienet ta' Lm3.216 miljun u għas-sena d-dieħla n-nefqa soċjali hija stmata li se tkun ftit aktar minn Lm2.4 miljun.", "Ovvjament dawn huma kollha figuri li wieħed irid jinterpretahom anke minn aspett kronoloġiku sabiex jara x'ikun qiegħed jiġri.", "Fuq in-nefqa kapitali jidher li kien hemm xi slowdown fuq żewġ proġetti u allura bilfors jirriżulta li kien hemm xi tnaqqis pero` s-sena d- dieħla se npattu għalih għaliex in-nefqa kapitali se tkun madwar Lm 5.5 miljun u din hi xi ħaġa ta' min ifaħħarha.", "Kien hemm ukoll inqas bejgħ ta' proprjeta` minħabba dawn iż-żewġ proġetti li semmejt.", "Ta' min ifaħħar l-inizjattiva ta' l-awtorita' għall-proġett Equal fejn żgħażagħ jidħlu jistudjaw l-MCAST u jiġu provduti bil-proġett ta' sheltered housing.", "Għal dan il-proġett l-awtorita` se tkun qiegħda tuża l- fondi tal-European social fund pero` jiena nħeġġeġ lill-awtorita` biex tagħmel l-almu tagħha u ġġib dawn il-fondi ħalli ma jiġrilhiex bħalma ġralha l-ETC li aktar minn sena ilu ppreparat rapport fuq dak li għandu x'jaqsam ma' supported employment scheme, ir-rapport intbagħat fl-Unjoni Ewropea u sfortunatament s'issa l-ETC għadha ma bbenefikatx minn dawn il- fondi.", "Hu importanti li l-awtorita` tagħmel l-pressure fuq il-gvern u anke fuq min jista' jgħinha b'mod dirett mill-Unjoni Ewropea biex dawn il-fondi tkun tista' teħodhom mill-aktar fis u tapplikahom fl-interess ta' dawn iż- żgħażagħ.", "Mr Speaker, ma nixtieqx li din l-overview li tajt tiġi miftehma b'mod ħażin.", "Huwa importanti li l-gvern ikollu politika aktar wiesgħa fil-qasam tal-housing.", "Jekk aħna rridu li l-awtorita` tkun aktar effiċjenti, hemm bżonn li l-gvern jgħinha b'mod aktar wiesa'.", "Il-gvern ma jistax jippretendi li jpoġġi aktar pressjonijiet fuq koppji żgħażagħ li qed isibuha aktar diffiċli biex jaffordjaw li jkollhom il-proprjeta` tagħhom għax inkella l- caseload ta' l-awtorita` se tiżdied u mhux tonqos u l-awtorita` se jkollha aktar u aktar problemi li la jagħmlu ġid lilha u lanqas lis-soċjeta` Maltija.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Is-Segretarju Parlamentari Anthony Abela.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Sur President, jekk l-overview tal-kelliem ewlieni fuq il-housing authority kellha tkun dik li għadna kemm smajna, nispera li t- tieni kelliem ta' l-oppożizzjoni fuq il-housing ikun aktar konxju mir- realta` ta' madwaru f'dan il-qasam.", "Il-kelliem ta' l-oppożizzjoni semma ħafna affarijiet u pprova jalludi li l- affarijiet m'humiex qed isiru sewwa u għandhom bżonn jitranġaw mil-lum għal għada.", "Pero' naħsseb li nesa jsemmi li l-gvern Laburista kien joħroġ plots b'Lm400 li minnhom kienu jibbenefikaw il-kuġini, il-kuġini tal-kuġini u t-tfal tal-kuġini u mbagħad jekk iħallsu Lm4,000, setgħu jinnegozjaw kemm iridu.", "Dak qatt ma kien social housing.", "Għalkemm dawk il-plots kienu ngħataw lin-nies biex jibnu darhom u joqogħdu fihom, ma nafx kemm illum għadhom joqogħodu fihom l-istess nies li oriġinarjament kienu ħadu l-plots.", "Naħseb li kieku l-housing authority kellha tagħmel eżerċizzju biex tara għand min spiċċaw dawn il-plots, issib li forsi baqa' madwar 20% li oriġinarjament xtraw il-plots b'Lm400 u llum għadhom joqogħdu hemm.", "Dawn kienu jagħtu kuntratt ta' xogħol lil xi kuntrattur biex jibnilhom bl- Lm4,000, ineħħu l-ipoteka li kien hemm mal-Lands Department u l-għada jinnegozjawha.", "Pero' l-Onor.", "Chircop nesa jsemmihom dawn l-affarijiet għaliex forsi ġraw fi żmien gvern Laburista!", "Mr Speaker, illum quddiemna għandna l-estimi ta' awtorita` li f'dawn l- aħħar snin għamlet passi kbar, mhux biss fl-amministrazzjoni, imma anke fuq kif twassal u tgħin b'mod professjonali lin-nies li għandhom problemi soċjali.", "Aktar minn hekk, din l-awtorita` wirtet il-problemi ta' korpi ta' bini li nbew fi snin meta l-istandard tan-nies li kienu joqogħdu fid-djar provduti mill-gvern ma kienx daqstant għoli u kellha tiffaċċja problemi ta' infrastruttura li ma kinitx maħsuba għal installazzjoni ta' lifts u kumditajiet oħra.", "Pero` madanakollu ma qatgħetx qalbha u xorta ħadmet biex fejn hu possibbli ddaħħal dawn il-kumditajiet.", "Mr Speaker, nixtieq nispjega ftit kif inhi maqsuma n-nefqa soċjali ta' Lm3.216 miljun.", "Irridu ngħid li Lm1.886 miljun minnhom huwa sussidju lis- sidien fuq xiri ta' postijiet ġodda mibjugħa mill-awtorita`.", "Jiġifieri l- awtorita` tibni l-proprjeta`, tara kemm hi fis-suq imbagħad tagħti s- sussidju li jidhrilha li hu ġust skond il-parametri li jkunu ffissati sabiex in-nies ikunu jistgħu jilħqu dawn il-prezzijiet.", "Irrid ngħid li fil- konfront tas-suq privat, is-sussidju hu sostanzjali u dan jitla' għal eluf ta' liri u hija ħasra li hemm il-liberta` li bniedem jista' jinnegozja din il-proprjeta` wara ċertu żmien.", "L-awtorita` nefqet Lm415,000 fuq sussidju lill-inkwilini ta' postijiet tal- gvern, jiġifieri fl-għajnuna fil-ħlasijiet tal-kirjiet tal-postijiet tal- gvern.", "Dan ifisser li l-awtorita' qed tagħti sussidju fuq il-kera li hija dovuta lill-gvern.", "Barra minn hekk, kien hemm nefqa ta' ftit inqas minn Lm18,000 fuq ħlas u fidi ta' ċnus fejn in-nies li kienu akkwistaw plots mingħand il-gvern taħt il-home ownership scheme – mhux tal-BDA għaliex dawk kienu xi ħaġa oħra - biex jibnu dar għalihom taħt ċerti kondizzjonijiet bħalma kien it-tul ta' żmien li riedu joqogħdu fiha, ingħataw skemi 'l fuq minn dak li kienet tgħid il-legal notice li bihom setgħu jifdu l- proprjetajiet bi prezzijiet aħjar minn dawk li kien hemm fis-suq.", "Għandna vot ieħor, li kważi jlaħħaq it-Lm800,000 li jipprovdi għal sussidju fuq ħlas ta' kera u tiswijiet.", "L-iskemi kollha li qed insemmu dalgħodu swew Lm800,000 oħra, bħal skemi ta' għajnuna għal min għandu problemi fiżiċi, skemi ta' għajnuna fl-istruttura u skemi ta' għajnuna fi ħlas ta' kera lill- privat.", "Dan kien kollu żvilupp gradwali ta' l-awtorita` li minn żmien għal żmien kienet kapaċi tifrex il-mod kif taħdem, tħaffef il-piż minn fuqha biex tippreżenta postijiet għall-kiri lin-nies pero` fl-istess ħin għenet biex il-flus li n-nies joħorġu mill-but fi ħlas tal-kera jkun ammont realistiku.", "Hawnhekk nixtieq ngħid li jekk l-Onor.", "Membri tan-naħa l-oħra jixtiequ li n- nies b'ċertu dħul isibu iżjed postijiet għall-kera, jagħtuna statement of fact bil-miktub fejn jintrabtu li m'humiex se jerġgħu jdaħħlu r-requisition system li kien hemm qabel jew sistema simili f'dan il-pajjiż.", "(Interruzzjonijiet) Tistgħu tgħiduha kemm tridu imma aħna rriduha bil- miktub!", "In-nies ma jafdawx lill-partit Laburista u ma jemmnux li jekk jerġa jitla' fil-gvern, ma jdaħħalx din it-tip ta' sistema.", "(Interruzzjonijiet) L- Onor. Membru kien għadu żgħir biex jiftakar kif u lil min kienu jittieħdu l- postijiet fi żmien ir-requisition orders.", "Mr Speaker, irrid ngħid ukoll li qed jingħataw madwar Lm57,000 bħala sussidju fuq l-imgħaxijiet lill-benefiċjarji fuq diversi skemi u qed jingħataw ukoll għotjiet lil NGOs li jaħdmu f'dan is-settur.", "Nixtieq ngħid ukoll li l-awtorita` qed tibni appartamenti li se jingħataw b'kera.", "Nafu li hemm ammont ta' bini li huwa kważi lest u li se tgħaddihom lis-social housing sabiex din tkun tista' tikrih.", "Mr Speaker, nixtieq ngħaddi biex nitkellem fuq xi ħaġa differenti.", "Ir- rapport li għandna quddiemna fih 22 paġna fuq ix-xogħol kollu li sar mill- awtorita' u ta' dan inroddulha ħajr għax huwa xogħol tajjeb pero` nixtieq nitkellem fuq xi ħaġa li mhux kulħadd se jieħu pjaċir biha.", "Din hi xi ħaġa li jiena nemmen fiha u ma naħsbix li għandna nħalluha tipperpetwa ruħha kif sar sal-lum u hawn qed nirriferi għall-opportunita` li dak li jkun jagħmel in-negozju fuq il-proprjeta` li jkun kiseb mingħand l-awtorita`.", "Jiena nappella biex fl-iskemi ġodda ta' housing li toħroġ l-awtorita`, ma tippermettix li nies li jingħataw prezz sussidjat għad-djar tagħhom, jagħmlu n-negozju minn fuq dik il-proprjeta'.", "Jiena nemmen bis-sħiħ li jekk l-awtorita` tagħti sussidju lil xi ħadd fuq proprjeta`, jekk dan jiġi biex ibigħha matul ħajtu, l-awtorita' għandu jkollha dritt li tixtri lura dik il-proprjeta` billi tħallas lura l-prezz li bih tkun bigħet u tħallas ukoll ammont ta' imgħax li jiġi stabbilit skond l-interessi li jagħtu l- banek.", "Irridu ngħidu li llum in-nies jagħmlu l-kapriċċ li jixtru dar ta' Lm40,000 għax l-interessi fuq il-loans raħsu ħafna għax fejn qabel loan mal- bank kienet bit-8% interessi, illum fuq l-ewwel Lm30,000 loan - mingħajr ma tieħu sussidju tal-housing – il-bank jiċċarġjak 3% jew 3.5% interessi.", "Barra minn hekk, għandna l-APS Bank li jaħdem b'sistema ta' overdraft biex tiffranka l-imgħax fuq il-flus li tpoġġi matul ix-xahar.", "Dan ifisser li bl- istess pagament li kont inħallas jien 20 sena ilu fuq Lm15,000 loan – meta Lm15,000 kellhom valur ħafna aktar mil-lum - illum nista' nissellef Lm42,000.", "Jiena naħseb li m'hemm xejn ħażin li l-ministru flimkien ma' l- awtorita' jikkonsidraw bis-serjeta` li meta tinbiegħ proprjeta` bi prezzijiet issussidjati, għandu jkun hemm il-faċilita` favur l-awtorita' li jekk din il-proprjeta' tinbiegħ inter vivos - mhux f'każ li koppja tħassar koppja u jeħodha xi ħadd minnhom - ikun hemm din il-kondizzjoni li semmejt.", "Tajjeb li ngħidu li hu rari ħafna li xi ħadd ibigħ proprjeta` li tkun issusidjata bi prezz irħis u kulħadd jagħmel il-profitt minn fuq dawn il-proprjetajiet għaliex il-prezz tal-proprjeta' dejjem jitla'.", "Jiena nemmen li dan m'għandux iseħħ għax jew bniedem irid jixtri għax għandu bżonn u m'għandux mezzi jew inkella qed jixtri l-proprjeta` biex wara ftit tas-snin jagħmel il-qligħ minnha.", "Mr Speaker, jiena ngħid li l-housing authority għandu jkollha d-dritt li terġa' tieħu lura l-proprjeta` li tkun issussidjat u fejn il-housing tkun biegħet in shell form, wieħed jista' juru x'nefaq bl-irċevuti tal-VAT u dawn jitħallsu lura wkoll.", "Ma naħsibx li huwa sewwa li nipperpetwaw bis-sistema li bniedem jista' jagħmel il- profitt mill-housing soċjali.", "Illum il-gvern m'għadux joffri plots imma qed joffri appartamenti għax ma tantx għandna spazju f'dan il-pajjiż u għalhekk jeħtieġ li nużawh sewwa.", "Fil-fatt illum il-ftit plots li baqagħlha l- housing żviluppathom bħala maisonettes jew appartamenti sabiex tuża aħjar l- area li kellha.", "Naħseb li dan li qed ngħid għandu japplika wkoll għall- iskemi li għadhom kemm ħarġu.", "Fl-Imtarfa qed jitlestew 200 appartament u ma nafx ġewx allokati jew le, pero` naħseb li wieħed għandu jieħu bis- serjeta` li ma jitħallix isir negozjar minn dawn il-proprjetajiet bi profitt.", "Jiena nibqa' ngħid li l-housing authority m'hijiex qiegħda hemm biex tgħin lil xi ħadd jagħmel negozju mill-proprjeta` tagħha imma għandha tkun hemm biex tgħin lil min verament għandu bżonn, irrelevanti jekk ikunx mill-Kottonera, minn Birkirkara jew mill-Belt.", "Ladarba rridu ngħollu l- istandard ta' għajxien ta' dawn in-nies u rridu ngħinuhom isiru sidien ta' darhom permezz ta' l-iskema Equal fejn se jkollhom iċ-ċans jixtru bil- mod, dawn m'għandhomx jitħallew jinnegozjaw il-proprjeta' li jkunu ngħataw.", "Mr Speaker, qabel nagħlaq nixtieq nitkellem fuq l-installazzjoni tal-lifts f'ċertu postijiet.", "Jiena naf li l-awtorita` tiltaqa' ma' diffikultajiet meta tiġi biex tinstalla lifts fi blokok ta' appartamenti tal-gvern li għandhom iżjed minn 50 sena.", "Issemma blokk ta' appartamenti f'Ħal Tarxien fejn hu impossibbli li jiġi nstallat lift pero` rridu nħarsu lejn it-tajjeb li sar u mhux lejn il-ftit li ma sarx.", "Per eżempju, l-appartamenti ħdejn Dar il-Mediterran għandhom il-lifts illum u l-lifts fl-appartamenti tal- gvern fl-Imtarfa ilhom snin li saru.", "Ovvjament fil-maisonettes ma jsirux lifts għax m'hemmx in-neċessita'.", "L-ippjanar qed isir bil-għaqal u b'mod tajjeb pero` l-ispiża tal-gvern trid tittieħed jew mill-bejgħ jew mis- sovvenzjoni li jagħti l-gvern u minnha ma jirkurpa xejn ħlief li jekk in- nies jużaw dawn il-lifts b'mod responsabbli, allura l-bżonn ta' maintenance f'dawn l-areas jonqos.", "Mr Speaker, nagħlaq dan l-intervent tiegħi billi nawgura lill-housing authority biex tibqa' taħdem kif qiegħda taħdem u nispera li tkompli ssib il-koperazzjoni li ssib min-nies li jkollhom x'jaqsmu magħha għaliex ftit li xejn nisimgħu tgergir dwarha.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Stefan Buontempo.", "ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO: Mr Speaker, kont qed nisma' lill-Onor.", "Anthony Abela b'ċertu attenzjoni u meta semma l-passat qal li jiena kont għadni żgħir u allura ma niftakarx iż-żmenijiet meta ngħataw il-plots.", "Nammetti li jiena kont żgħir pero` naf li l-Onor.", "Abela jiftakar kif kienu jgħixu wħud minn ħutna l-Maltin u l-Għawdxin u kien grazzi għall-gvernijiet Laburisti tas-sebgħinijiet u tmeninijiet taħt l-ex-prim ministri Duminku Mintoff u Karmenu Mifsud Bonnici li dawn ingħataw saqaf għax qatt ma għadda minn moħħhom li xi darba seta' jkollhom saqaf fuq rashom.", "L-Onor.", "Dolores Cristina fl-introduzzjoni tagħha tkellmet fuq il-housing in ġenerali.", "Jiena naqbel magħha perfettament għaliex nifhem li l-problemi f'dan il-qasam qed jiżdiedu u l-housing authority ma tistax tkun is- soluzzjoni tal-problemi ta' kulħadd!", "Min-naħa l-oħra tajjeb li niftakru li l-iskop għat-twaqqif ta' l-awtorita' tad-djar fis-snin sebgħin kien li tkun awtorita' soċjali.", "Fl-introduzzjoni tar-rapport iċ-chairperson qed tgħid li l-awtorita' tad-djar kompliet tkun aktar soċjali u ta' għajnuna għal dawk in-nies li huma l-aktar vulnerabbli fis-soċjeta' tagħna.", "Allura skond dak li se nitkellmu fuqu llum għandna nsibu li l-awtorita' se tkompli tkun aktar soċjali u ta' għajnuna għal dawk li huma l-aktar vulnerabbli.", "Hawnhekk nixtieq nistaqsi: Min huma dawn in-nies u x'qed toffrilhom l- awtorita' tad-djar?", "Mr Speaker, minn rapporti li saru u mill-istatistika jirriżulta li f'dan il-pajjiż jeżistu ħafna nies li jridu jgħixu mis-servizzi soċjali u skond dak li qalet l-awtorita' tad-djar, din qed tgħin lil dawn in-nies.", "Pero' meta flejt dan ir-rapport sibt li dawn in-nies ma sabux is-solidjarjeta' min-naħa ta' l-awtorita' tad-djar!", "Ħalli nispjega ruħi aħjar.", "Id- dipartiment ta' l-akkommodazzjoni soċjali għandu quddiemu madwar 3,000 applikazzjoni ta' persuni li qed jistennew xi forma ta' akkommodazzjoni.", "Jien naqbel perfettament mal-ministru meta qalet li mhux kulmin japplika għandu dritt li jieħu post għaliex ilkoll nafu li jkun hemm min japplika għal xi post, ikollu dħul finanzjarju tajjeb u jippretendi li l-gvern tal- ġurnata jkun is-soluzzjoni għall-problema tiegħu!", "Imbagħad jiena bħala taxpayer nagħtih akkommodazzjoni li tiswa madwar Lm20,000 jew Lm30,000!", "Imma possibbli li minn dawn it-3,000 applikazzjoni, m'hemmx 30 każ li huma ġenwini?", "Jiena naħseb li hemm ħafna aktar minn hekk.", "X'qed tagħmel għal dawn il-każijiet l-awtorita' tad-djar?", "Ma rridx nesaġera u ngħid li hemm 3,000 każ pero' naf b'ħafna każijiet li ma jmorrux japplikaw mad- dipartiment ta' l-akkommodazzjoni soċjali għal diversi raġunijiet.", "Issib nies li forsi ma jkunux jafu bl-eżistenza tad-dipartiment, min għax huwa għażżien u min għal raġunijiet oħra.", "Imma l-awtorita' x'inhi tagħmel biex tkun ta' għajnuna għal dawk in-nies li huma l-aktar vulnerabbli?", "Naħseb li l-ministru taf li l-politika ta' l-awtorita' tad-djar m'għadhiex dik li tqassam postijiet bil-kera iżda li tbigħhom.", "Kemm-il proprjeta' ġdida tqassmet lil dawn in-nies matul is-sena 2004?", "Skond risposti li ngħataw għall-mistoqsijiet parlamentari, wieħed isib li għal din is-sena l- awtorita' m'għaddiet l-ebda appartament lid-dipartiment ta' l- akkommodazzjoni soċjali sabiex ikun jista' jingħata lil xi ħadd mill- applikanti!", "Din hija assurdita'!", "Irrid ngħid ukoll li l-għajnuna finanzjarja li tingħata mill-awtorita' dejjem qed tonqos mentri sabiex isir titjib fl-uffiċini ta' l-awtorita' ma nsibu l-ebda problema għall- finanzi!", "L-amalgamazzjoni tad-dipartimenti tal-housing ma' l-awtorita' tad-djar ilna nisimgħu dwarha mill-1987 - fil-fatt anke fis-sentejn ta' gvern Laburista konna ħdimna sabiex jiġu amalgamati pero' jien għandi dubju kbir kemm xi darba xi dipartiment jew xi diretturi jibdew jaqgħu taħt l-awtorita' tad-djar - u kellu wkoll jinxtara xi bini u kellhom jidħlu aktar impjegati.", "Jiena ma nistax nifhem kif dejjem nikkritikaw l-ammont kbir ta' ħaddiema li għandna fl-entitajiet ta' l-istat u rridu naraw kif se nnaqqsu madwar 1,000 ħaddiem, imbagħad sena wara sena l-awtorita' tad-djar tibqa' żżid l-impjegati tagħha!", "Apparti l-awtorita' tad-djar, għandna wkoll id-dipartiment għat-tiswija tal- postijiet tal-gvern u d-dipartiment ta' l-akkommodazzjoni soċjali li kollha għandhom l-impjegati tagħhom.", "Issa jien naqbel ma' din l-amalgamazzjoni pero' għaliex wara li nfaqna eluf kbar ta' liri u impjegajna aktar nies, għadna ma bdejna naraw l-ebda riżultat?", "L-awtorita' tad-djar timpjega 82 ruħ fuq bażi full-time li sebgħa minnhom qegħdin fuq il-customer care u 5 fuq bażi part-time u qed nivvotaw iktar flus sabiex nagħtuhom aktar faċilitajiet ħalli jkunu jistgħu jaħdmu aħjar, jirranġaw l-attrezzamenti ta' l-uffiċċji tagħhom u jkollhom aktar computers.", "Pero' li qed jiġri huwa li filwaqt li fuq il-mezzi tax-xandir qed nisimgħu u naraw fuq billboards kbar dwar l-għajnuna li qed toffri l-awtorita' tad-djar, skond dan il- ktejjeb qed ngħidu li marru 14,000 ruħ sabiex jipprovaw jieħdu servizz mill- customer care – allavolja skond mistoqsija parlamentari qed jgħidu li marru 12,000 ruħ imma 2,000 'l hawn u 2000 'l hemm mhux se tagħmel xi differenza f'dan il-kontest - u allura nistgħu ngħidu li għandna kważi 100 impjegat sabiex jipprovaw jiddefendu lil dawn l-14,000 ruħ li qed jitolbu xi tip ta' għajnuna mill-qasam tad-djar.", "Mr Speaker, fid-diskors tiegħi ma rridx inkun negattiv biss għaliex dak li hu tajjeb ma tistax tgħidlu ħażin u tajjeb li ngħidu l-verita' għaliex wara kollox il-poplu tellagħna f'din l-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż sabiex ngħidu l-verita'!", "U l-verita' turiha bil-fatti wkoll.", "Per eżempju, jien naqlagħlha l-kappell lill-awtorita' tad-djar u nifirħilha għax-xogħol li wettqet fl-appartamenti ta' Pembroke fejn sar xogħol ta' double glazing.", "Fil-fatt madwar ġimgħa ilu għamilt Aġġornament sħiħ nitkellem fuq dawn l- affarijiet bħall-enerġija u l-ambjent u għidt li dawn jistgħu jkunu ta' gwadann għal min se jibbenefika minn xi post ta' l-awtorita' tad-djar.", "Jiena nittama li dan it-tip ta' xogħol jiġi kkoppjat ukoll mis-settur privat.", "Affarijiet bħal dawn żgur li ma nistax nikkritikahom.", "Għal dak li għandu x'jaqsam ma' għajnuna lill-NGOs u l-proġett Equal, nieħu gost insemmihom għaliex huma kollha affarijiet tajbin.", "Pero' fejn l-awtorita' qed tersaq 'il bogħod mill-impenn soċjali tagħha, irridu ngħiduh mingħajr l-ebda tlaqliq ta' xejn.", "Niftakar li meta ġejt elett bħala deputat waqt id-diskors tiegħu l- President ta' dak iż-żmien, il-Professur Guido De Marco kien qal li l- politika tal-gvern fil-qasam tad-djar kienet se tkun fuq il-viċinanzi tad- djar fejn joqogħdu familji bi tfal ħalli dawn jikbru f'ambjent sabiħ u mingħajr periklu.", "Kien qal ukoll li kellha ssir reviżjoni sħiħa tal- liġijiet tal-kera u kellhom jingħataw inċentivi fuq il-ħafna djar vojta li kien hawn mxerrdin mal-pajjiż.", "Forsi hawn min qed jgħid li għandi nistenna sa għada peress li se jkollna l-budget, pero' issa ilna ħafna nistennew, nisimgħu u naqraw fuq il-mezzi tax-xandir dwar x'se jiġri fuq il- liġijiet tal-kera.", "Tajjeb li nfakkar wkoll li meta konna fil-gvern aħna konna ħtarna kummissjoni għar-reviżjoni tal-liġijiet tal-kera.", "Mr Speaker, jiena naf dwar l-impenn li qed turi l-Ministru Dolores Cristina f'dan ir- rigward pero' l-partit Nazzjonalista m'ilux fil-gvern għal dawn l-aħħar sena u nofs daqskemm ilni membru parlamentari jiena iżda ilu mill-1987 u l- pampaluni kbar li hemm fl-awtorita' tad-djar regolarment jiktbu fuq id-djar battala u dejjem iħalltu u jdaħħlu l-politika f'din l-affari.", "Iżda mill- 1987 'l hawn x'sar fuq it-30,000 post battal li għandna f'Malta?", "X'għandha mħejji l-awtorita' tad-djar għas-sena d-dieħla?", "Se jitjiebu l- iskemi?", "L-iskemi se jitjiebu ħarira u aktar 'il quddiem se nitkellem pożittivament fuq l-għajnuna ta' l-iskemi iżda issa ħalli nitkellem daqsxejn dwar l-infiq ta' l-awtorita' tad-djar għas-sena d-dieħla.", "In-nefqa ta' l-awtorita' tad-djar għas-sena 2004-2005 se tkun ta' Lm8.7 miljuni, jiġifieri 13% anqas mis-sena l-oħra.", "Allura kif nistgħu ngħidu li l-awtorita' tad-djar se tkompli tkun akar soċjali meta n-nefqa se tkun bi 13% inqas mis-sena l-oħra!", "Issa meta tqabbel din iċ-ċifra ma' dik ta' qabel l-elezzjoni li għaddiet fejn ġejna mwiegħda rebbiegħa ġdida nsibu li d-differenza hija ta' 17%.", "Sħabi ta' l-awtorita' tad-djar jistgħu jidħku kemm iridu, pero' dawn huma ċifri li ħadmuhom huma stess u jien qed nikkalkola fuq dak li tawni.", "Mr Speaker, irrid nitkellem ukoll dwar in-nefqa kapitali, in-nefqa soċjali f'sussidji u dwar in-nefqa rikorrenti.", "U se nibda proprju bin-nefqa kapitali, jiġifieri fejn jidħol programm ta' bini ta' appartamenti u djar ġodda, attrezzamenti ta' l-uffiċċju ta' l-awtorita', żieda fil-kompjuters ta' l-uffiċini u xiri ta' vetturi.", "U se nibda mix-xiri ta' vetturi.", "M'iniex qed nippretendi li l-awtorita' tad-djar ma jkollhiex karozzi biex taħdem bihom pero' m'huwiex ġust li min-naħa tissikka lil dawk in-nies bi dħul baxx u mbagħad tbigħ karozza wara ftit snin li tkun inxtrat!", "Jiena assolutament ma nifhimx fil-karozzi pero' ma nafx għalfejn inbiegħet il- karozza taċ-chairperson.", "Issa jien qed nippreżumi li se jkollna nivvotaw sabiex nixtru karozza oħra - u hekk għandu jkun għax iċ-chairperson għandu jkollha karozza - ta' Lm15,000.", "Issa hawn min jgħid: Allura nixtru karozza ta' Lm7,000?", "Jiena ngħid li kulħadd jagħmel skond dak li jħoss fil- kuxjenza tiegħu.", "Jekk l-awtorita' tħoss li għandha tixtri karozza ta' Lm100,000, tixtriha!", "Dan ifisser li fuq xiri ta' vetturi se jkun hemm żieda fuq is-sena l-oħra għaliex filwaqt li s-sena l-oħra nfaqna Lm9,000, din is-sena se nonfqu Lm15,000.", "Jien naqbel maż-żieda fin-nefqa tal-kompjuters għall-uffiċċji għaliex il- ħaddiema jridu jaħdmu.", "Fil-fatt is-sena l-oħra ntnefqu Lm10,000 fuq kompjuters u din is-sena se jintnefqu Lm40,000.", "Pero' qed nimpjegaw aktar nies, qed indaħħlulhom aktar faċilitajiet ħalli jaħdmu f'ambjent aħjar u mbagħad innaqqsu l-għajnuna lil dawk li suppost qed nikkonċentraw fuqhom minħabba li huma l-aktar vulnerabbli!", "Mr Speaker, nixtieq nitkellem ukoll dwar l-attrezzamenti ta' l-uffiċċju ta' l-awtorita' tad-djar u l-istorja marbuta max-xiri tal-bini fil-Furjana.", "Snin ilu dak il-bini kien inxtra mingħand ċertu ħu ministru ta' dak iż- żmien għal madwar Lm63,000.", "Dak iż-żmien kien iservi ta' klinika u sabiex jiġi rranġat kellu bżonn ta' refurbishment qawwi.", "Fil-fatt b'kollox ġie jiswa Lm100,000.", "M'iniex qed ngħid li ma kienx hemm bżonn ta' dawn l- uffiċċji pero' f'dan il-pajjiż ma naħsibx li l-affarijiet isiru kif suppost.", "Nittama li l-gvern means business meta jgħid li rridu nittekkiljaw dawn it-tip ta' problemi għaliex dawn ilna niffaċċjawhom għal snin kbar, jiġifieri ta' kif jinxtraw u ma jinxtrawx l-affarijiet, għalfejn jinxtara ta' dak u mhux ta' l-ieħor.", "Pero' m'għandiex il-ħsieb li nidħol f'dawn l-affarijiet għaliex m'għandix ħin biżżejjed.", "Jiġifieri minħabba din l-amalgamazzjoni l-awtorita' xtrat dan il-bini u għal din is-sena ġew ivvotati Lm130,000 għall-attrezzamenti ta' l-uffiċċini ġodda.", "M'iniex qed ngħid li sħabi, l-ex-kollegi ta' l-awtorita' tad-djar m'għandhomx jaħdmu f'ambjent sabiħ, anzi minn qalbi nixtieqilhom ambjent sabiħ fejn jaħdmu għaliex dik hija t-tieni dar tagħhom u qegħdin hemmhekk sabiex jagħtu kontribut lill-poplu u jgħinu fl-iżvilupp tal-pajjiż.", "Pero' ma jagħmilx sens li minn naħa ntejbu l-affarijiet fejn se naħdmu u min-naħa l-oħra nnaqqsu l-vot għan-nies li għandhom problemi soċjali!", "Mr Speaker, ħadt gost nisma' li fin-nefqa kapitali hemm ivvotati Lm5.3 miljuni sabiex ikopri l-akkwist ta' art, bini ta' appartamenti ġodda u l- infrastruttura meħtieġa għal dan il-bini.", "Imma ta' min jinnota li s-sena d-dieħla filwaqt li l-gvern se jonfoq iktar fuq dawn il-programmi ta' akkommodazzjoni, se jibni inqas appartamenti.", "Dan m'iniex qed ngħidu jien imma jirriżulta minn risposta li ngħatajt għal mistoqsija parlamentari 8818.", "Forsi tistaqsuni: Imma s-soluzzjoni hija li nkomplu nibnu l-appartamenti?", "Jien ngħid li s-soluzzjoni m'hijiex li nkomplu nibnu ħafna appartamenti.", "Mr Speaker, nappella biex verament nimpenjaw ruħna ħalli nittekiljaw il-problema tad-djar battala.", "Jien ilni nsegwi l-problema tal-housing għal bosta snin u għalkemm ikun hemm tibdil fil-gvern u fil-ministri, is-sitwazzjoni tibqa' l-istess u ma jitteħdux deċiżjonijiet.", "Il-partit Nazzjonalista fil-gvern tkellem ħafna fuq il- kwestjoni tad-djar battala, kif għamlu nies li regolarment jiktbu kontra l- partit Laburista u jmexxu l-awtorita` tad-djar u allura nistenna li l- gvern Nazzjonalista jimpenja ruħu fuq din il-kwestjoni.", "Ma nistgħux inkomplu nitkellmu biss u ma nieħdu l-ebda azzjoni xejn jew inkella l- azzjoni li nieħdu tant tkun żgħira li ma tinħassx.", "Mr Speaker, nixtieq nitkellem issa fuq in-nefqa soċjali f'sussidji għas- sena 2004-2005.", "Fl-estimi li ġew ippreżentati quddiemna nsibu li l-gvern ivvota Lm2.4 miljun, jiġifieri 24% inqas mis-sena l-oħra.", "Qed nagħmel enfasi li ċ-ċifra hija inqas mis-sena l-oħra għax dan it-tnaqqis juri nuqqas ta' impenn li se jinħass aktar 'il quddiem.", "Jiddispjaċini nitkellem b'dan il-mod imma bir-rata li mexjin fl-awtorita` kważi qed tersaq biex tiġi privatizzata.", "Ix-xogħol li qed tagħmel l-awtorita` tad-djar jista' faċilment isir b'inqas ħaddiema minn negozjant privat jew consortium privat.", "Illum skantajt meta smajt lill-Onor.", "Abela, bniedem ta' ċertu kalibru u intelliġenza, jgħid li dawk li jixtru postijiet tal-gvern għandhom jixtruhom bil-patt li ma jistgħux ibigħuhom imma għandha tixtrihom lura l- awtorita`.", "Min hu dak l-iblah li se jħallas Lm20,000 ta' post, imbagħad jagħtih rigal lill-gvern!", "Mela l-klijent huwa bank?", "L-Onor.", "Abela qed jgħid li jekk nixtri post b'Lm20,000 mingħand l-awtorita' u niġi biex nitlaq minn dak il-post, l-awtorita` għandu jkollha d-dritt li terġa' tixtri dak il-post bl-istess prezz.", "Veru li wieħed m'għandux jagħmel profitt minn fuq post li jkun ħa mingħand il-gvern, imma allura jħallas Lm20,000 biex jgħix 20 sena f'dik id-dar u mbagħad jerġa' jagħtihomlu lura!", "Dawn xi ħmerijiet huma?!", "Ħalli nkompli nitkellem fuq in-nefqa soċjali f'sussidji li għas-sena li ġejja se tkun 24% inqas mis-sena l-oħra u 27% inqas mis-sena ta' qabel l- elezzjoni.", "Jiġifieri l-awtorita` tad-djar se tagħti 27% inqas minn dak li wiegħdet qabel l-elezzjoni ġenerali li għaddiet, qabel il-famuża rebbiegħa ġdida.", "L-ex-kollegi tiegħi ta' l-awtorita` tad-djar kapaċi jagħmlu ftit kalkoli daqsi u aħjar minni u jafu li anke fejn jidħol sussidju lis-sidien fuq xiri ta' postijiet ġodda battala – jiġifieri l-awtorita` tibni djar u mbagħad tbigħhom bi prezzijiet bħal tas-suq privat u issa ngħid għaliex bħal tas- suq privat – din is-sena li ġejja l-awtorita` tad-djar se tnaqqas il-vot b'39%.", "Dan huwa s-sens soċjali li għandha l-awtorita' tad-djar?!", "Din hi l- awtorita' li trid taħdem għal dawk in-nies l-iżjed vulnerabbli?!", "Skond risposta għal mistoqsija parlamentari 3063 jirriżulta li s-sussidju fuq il-kera lill-inkwilini tal-postijiet tal-gvern jlaħħaq Lm440,000, jiġifieri se jonqos b'75%.", "Mr Speaker, fejn jidħlu każijiet soċjali l- għajnuna dejjem qed tonqos.", "Ħaġa li ma semmejtx hija li filwaqt li qed jonqos is-sussidju qed jogħlew il-famużi prezzijiet kummerċjali.", "L-Onor.", "Chircop tkellem fuq il-prezzijiet tal-proprjeta' mis-suq privat pero' ma nistgħux nikkompetu mas-suq privat!", "Jien ġieli offrejt l-għajnuna tiegħi lill-Onor.", "Gonzi meta kien Viċi Prim Ministru u għal darb'oħra qed ngħid f'din il-Kamra tar-Rappreżentanti li jien lest naħdem man-naħa tal-gvern għall-gwadann ta' dan il-pajjiż.", "Jien inħoss li l-awtorita` tad-djar m'hijiex tgħin lin-nies, imma qed tkisser ħafna koppji u r-raġuni nsemmiha iżjed 'il quddiem.", "Kif diġa` għidt, l-awtorita` tad-djar se tnaqqas 75% mis-sussidju fuq il- kera lill-inkwilini tal-postijiet tal-gvern.", "Aħna nammettu li kien hemm min ħa postijiet fi żmien il-gvern Laburista li ma kienx ħaqqu jeħodhom imma l-maġġoranza tan-nies li jgħixu f'postijiet tal-gvern u ħadu akkommodazzjoni way back in the seventies u li llum waslu għall-pensjoni, qatt ma kellhom dħul finanzjarju għoli.", "Apparti l-pensjonanti, hemm ukoll nies li d-dħul tagħhom huwa baxx, nies li jgħixu bir-relief u persuni separati.", "Għaldaqstant irridu naraw l-effett negattiv ta' dan it-tnaqqis li se jinħoloq fil-housing estates.", "Per eżempju, id-dipartiment tat- tiswija tal-postijiet tal-gvern dejjem inaqqas l-għajnuna u ftit iktar minn 24 siegħa oħra nkunu nafu kemm se jnaqqas iżjed.", "Jien ċert li hekk se jiġri, mhux għax xi ħadd qalli imma għaliex naf li fejn jidħol il-qasam soċjali l-partit Nazzjonalista fil-gvern jabbanduna kollox.", "Illum qed nitkellmu dwar l-estimi tal-housing authority u għada se naraw li anke fejn tidħol l-għajnuna lid-dipartiment għall-akkommodazzjoni soċjali – nittama li ma jkunx hekk – l-gvern qed juża l-id tal-ħadid ma' nies li huma vulnerabbli.", "Jien naqbel perfettament li l-abbużi jridu jinqatgħu u min jinganna għandna naqtgħulu rasu għaliex m'huwiex ġust li jipprovaw jingannaw a skapitu tiegħi u tat-taxpayers kollha.", "Imma rridu nikkonsidraw il-fatt ukoll li mhux kulħadd kapaċi jħallas u hemm persentaġġ qawwi minn dawk id-9,000 li jgħixu f'postijiet tal-gvern li ma jifilħux iħallsu ċerti kirjiet.", "M'iniex qed nirriferi għall-kirjiet ta' Lm10 u Lm15 li huma ħmerija!", "Minn hawnhekk irridu ngħallmu lill-poplu x'inhuma l- prijoritajiet.", "Naf l-impenn kbir li għandha l-ministru f'dan il-qasam u għalhekk qed ngħid li rridu ngħallmu lin-nies li meta jingħataw post mill- housing għandhom japprezzaw li ngħataw saqaf fuq rashom għall-ġid tagħhom, biex jużawh tajjeb u mhux għal skop differenti minn dak li għalih ikun tahulhom id-dipartiment.", "Issa niġi għall-iskemi ta' l-awtorita` tad-djar fejn jidher ċar li beħsiebha tikkonċentra aktar.", "Jien kuntent u nfaħħar l-impenn li għandha l- awtorita` għal din is-sena fejn se toħroġ Lm1 miljun għal dan il-għan.", "Jekk xi ħadd jistaqsini jekk Lm1 miljun humiex biżżejjed, ngħidlu li Lm1 miljun huma tajjeb ħafna u kieku kienu Lm2 miljun jew Lm3 miljun kien ikun aħjar.", "Jien kuntent li l-awtorita` se taħdem biex iżżid l-għajnuna permezz ta' l-iskemi.", "Imma għandna nagħmlu l-iskemi ftit aktar attraenti biex jibbenefikaw aktar nies minnhom u mhux nużawhom għall-iskop politiku tagħna.", "Huwa veru li ma nistgħux nagħtu lil kulħadd, imma nafu li minn dawk l-14,000 ruħ li marru biex jaraw jekk jistgħux jibbenefikaw minn dawn l-iskemi jkun hemm persentaġġ li jmorru biex jaraw x'jistgħu jiggwadanjaw mingħand il-gvern.", "Is-sena li għaddiet in-nefqa għall-iskemi li toffri l- awtorita` tad-djar kienet ta' Lm789,000 filwaqt li din is-sena se nivvotaw Lm1 miljun.", "Huwa importanti li naraw li minn dawn l-iskemi jibbenefikaw aktar nies li għandhom problemi soċjali u li huma l-aktar vulnerabbli u naf bl-impenn li għandha l-ministru f'dan ir-rigward.", "Jeħtieġ naħdmu iktar biex minn dawn l-iskemi jibdew jibbenefikaw gruppi fis-soċjeta` bħalma huma persuni b'diżabilita` u nies separati.", "Huwa veru li persentaġġ mill-bini li se tagħti l-awtorita' huwa allokat għall-persuni separati, imma qed ikun hemm ċerti kondizzjonijiet li huma ebsin għal dawn il-persuni.", "Kif tista' toffri appartament ġebel u saqaf lil persuna separata b'Lm20,000?", "Kif tista' l-kuxjenza ma tniggżekx?", "M'iniex qed nitkellem fuq każijiet li ma jkunux ġenwini, imma f'każ ġenwin, kif tista' toffri persuna separata appartament ġebel u saqaf b'Lm20,000 li biex tlestih jiġi jiswa xi Lm28,000 meta d-dħul tagħha huwa baxx?", "Irridu nuru iktar kuxjenza soċjali.", "Il- maġġoranza tal-familji Maltin huma tajbin, imma għandna familji li huma mfarrkin.", "Jekk naħdmu flimkien, gvern u oppożizzjoni, il-poplu se jgawdi.", "M'iniex qed ngħid dawn l-affarijiet biex nidher sabiħ u l-poplu jivvotali.", "Qed insemmi dawn l-affarijiet minn figuri li għandi quddiemi.", "Jekk il-gvern m'għadux jibni kif kien qed jibni u mhux se jibni ħafna s- sena d-dieħla, x'alternattiva għandhom il-koppji miżżewġa u l-għarajjes li ma jifilħux jixtru ħlief li jirrikorru għand is-settur privat?", "Illum impossibbli li ssib appartament bi tlett ikmamar tas-sodda għall-kiri b'inqas minn Lm120 jew Lm150 fix-xahar.", "Skond risposta li ngħatajt għal mistoqsija parlamentari li kont għamilt l-awtorita` ma tissussidjax iktar minn Lm140 fix-xahar.", "Veru li l-awtorita` m'għandhiex flus biex tissussidja lil kulħadd, imma jekk m'hijiex timpenja ruħha biex tibni u tikri, koppja li d-dħul tagħha jkun ta' Lm4,000 jew Lm5,000 fis-sena u allura ma tikkwalifikax biex tieħu xi post mill-housing department, l-unika alternattiva li għandha hija li tixtri mingħand is-settur privat.", "U nafu kemm huma l-prezzijiet għax-xiri u għall-kiri mis-settur privat.", "Il-poplu qed ikollu jissallab biex ilaħħaq ma' dawn il-prezzijiet.", "Mr Speaker, se nitkellem issa fuq in-nefqa rikorrenti.", "Din is-sena n- nefqa se tiżdied b'xi Lm40,000 peress li żdiedu l-impjegati fl-awtorita` tad-djar.", "Qed jiġu vvotati Lm120,000 għall-ħteġijiet ta' l-uffiċċji filwaqt li s-sena l-oħra din in-nefqa kienet tammonta għal Lm103,000.", "Issa se nitkellem fuq dħul minn bejgħ ta' proprjeta`.", "L-awtorita' tibni proprjeta' u toħroġha għall-bejgħ bi prezz kummerċjali li xi drabi jkun ogħla minn tas-settur privat u mbagħad il-gvern jissussidja dak il-prezz.", "Dan qed isir biex il-gvern jieħu political mileage u minflok jgħid li l-post jiswa Lm40,000, jgħid li jiswa Lm100,000 u jissussidjah għal Lm40,000 biex taparsi juri kemm hu kapaċi jagħti sussidju!", "Fl-aħħar mill-aħħar bikom infuskom tkunu qed tidħku għax iż-żgħażgħ qed jindunaw.", "Illum meta koppji żgħażagħ imorru japplikaw il-housing u jibdew jaraw l- affarijiet sew jispiċċaw ma japplikawx.", "Huwa importanti li dawn iż- żgħażagħ ikunu jafu għal xiex huma deħlin u jkunu jafu x'inhuma l- kondizzjonijiet li hemm stipulati - li milli jidher l-Onor.", "Anthony Abela ma jafhomx.", "Jien kontra kull min jinnegozja minn fuq proprjeta` tal-gvern, imma huwa importanti li dawn il-koppji żgħażagħ ikunu jafu għal xiex qed jiffirmaw għaliex wħud minnhom ma jkunux jafu u bl-eċitament li jkollhom jaqbdu u jiffirmaw bl-amment għax il-ħsieb tagħhom ikun li se jieħdu post tal-gvern.", "Jien ma naqbilx li għandna nerġgħu lura għaż-żmenijiet tal- passat, imma huwa importanti li dawn il-koppji żgħażagħ ikunu jafu x'jistgħu jeħlu jekk jiddeċiedu li jbigħu wara ħames jew għaxar snin u s- sussidju li jkunu jridu jagħtu u ċ-ċens li jridu jifdu fl-ewwel għaxar snin.", "Dawn l-affarijiet ħafna drabi ma jkunux jafuhom.", "Dawn l-applikanti jiftaħru li applikaw għand il-housing biex jieħdu post imma ma jkunux jafu x'jiġri jekk jiddeċiedu li jitilqu minn dak il-post.", "Huwa veru li l- awtorita' tbigħilhom il-post b'Lm20,000 jew Lm25,000, imma huwa importanti li tispjegalhom il-kondizzjonijiet li jkollhom.", "Dawn l-affarijiet għandna nispjegawhom fuq il-mezzi tax-xandir għall-ġid tal-poplu Malti u Għawdxi!", "Jien inħobb nispjega mhux biex nintgħoġob man-nies imma biex ngħid ir- realta` x'inhi.", "Min jieħu post tal-housing għandu jkun informat ukoll bil- kondizzjonijiet.", "Fejn jidħol bejgħ ta' appartamenti ġodda huwa stmat li l-gvern se jdaħħal madwar Lm5 miljun, jiġifieri 26% inqas mis-sena l-oħra.", "Dan juri biċ-ċar li l-awtorita' se tibni inqas units u dan jirriżulta wkoll minn mistoqsijiet parlamentari li għamilt lill-Onor.", "Pullicino.", "Nixtieq nistaqsi jekk l-awtorita' hijiex se tibni inqas units biex imbagħad ittejjeb l-iskemi.", "Qed jitnaqqsu l-voti a skapitu ta' dawk in-nies li jiġu bżonn l-awtorita` tad-djar pero' ma nistgħux nużaw l-awtorita` tad-djar biex nidhru sbieħ.", "L-awtorita` qed tnaqqas Lm1.8 miljun għal proġetti ġodda u għal dak li jirrigwarda bejgħ ta' postijiet li se jinbiegħu lill-inkwilini taħt id- diversi skemi, l-awtorita` qed tippjana li ddaħħal inqas minn Lm1 miljun fis-sena 2003-2004.", "Minn dawn il-figuri li għandi quddiemi jidher li l- gvern qed jippjana li jdaħħal 66% inqas f'kollox u jekk nibqgħu mexjin b'din ir-rata u jien nibqa' nitla' membru fil-Parlament u jibqa' l-partit Nazzjonalista fil-gvern lanqas nibqgħu nitkellmu fuq l-awtorita` għax ma tibqax teżisti.", "Imbagħad nistgħu nsibu erba' kuntratturi privati u nibdew inħarsu lejn il- privatizzazzjoni ta' l-awtorita` tad-djar!", "Mr Speaker, l-awtorita' qed tibgħat tgħid lil persuni li ilhom jgħixu f'postijiet tal-gvern mis-snin sebgħin li jekk jiddeċiedu li jixtru l-post fejn joqogħdu, dan jiswa Lm45,000.", "Skond kif inhuma l-liġijiet illum, sid privat ma jistax jaqla' lill-inkwilin mill-post u allura jitolbu prezz xieraq.", "Imma l-awtorita' ma tħarisx lejn dawn l-affarijiet!", "Intom tafu li jekk hemm it-tfal dawn il-units se jipprovaw iżommuhom huma.", "Għalkemm qed tgħidu li se tbiddlu l-liġi, mexjin bil-mod wisq u minflok mexjin b'kuxjenza soċjali, qiskom fis-sakra ma tafux fejn sejrin!", "Dawn l- affarijiet tridu tikkonsidrawhom u mhux taqbdu u tibagħtu stima ta' Lm45,000 għal post tal-gvern, kif bgħattu ta' dar f'Marsaxlokk u oħra f'Santa Luċija.", "Issa jekk ikunu pensjonanti, ma tafux li m'humiex se jixtruhom?!", "L-awtorita' għandha wkoll skemi biex l-inkwilini jkunu jistgħu jirranġaw il- post tagħhom.", "Forsi l-ħsieb tal-gvern huwa li għada pitgħada dik id-dar terġa' taqa' għandu pero' jrid juri ftit kuxjenza soċjali!", "F'paġna 5 insibu li minn Ottubru 1999, 445 applikanti bbenefikaw mill-iskema tax-xiri ta' proprjeta` tal-gvern.", "Qed jingħad ukoll li l-ammont ta' sussidju medju jammonta għal Lm10,284 u l-ammont totali ta' sussidju li ngħata minn Ottubru 1999 jammonta għal Lm3,137,782.", "Skond risposta li ngħatat għal domanda parlamentari 8869, mill-1999 sal- lum applikaw 1,267 persuna biex jixtru l-fond tagħhom u minn dawn ibbenefikaw 445 biss, jiġifieri 35% ta' dawk li applikaw.", "Imma 65% ta' dawk li applikaw ma bbenefikawx għaliex l-ewwel urejtuhom naħa tal-munita u mbagħad tajtuhom in-naħa l-oħra.", "Jiġifieri dawn il-65% li applikaw qagħdu jħallsu l-administration fee idaħħlu avukat, nutar u perit ...", "Hemm bżonn li jkun hemm iktar kuxjenza soċjali f'dawn l-affarijiet!", "Il-poplu qed jinduna li l-impenn tagħkom m'huwiex wieħed soċjali.", "Issa jekk tagħmel ftit kalkoli ssib li l-ammont totali ta' sussidju ma jiġix Lm3.137 miljun imma jiġi Lm4.5 miljun, jiġfieri hemm xi żball.", "Dan huwa żball li sar apposta jew mhux veru tajtu sussidju ta' Lm10,284 imma tajtu sussidju ta' Lm7,000 meta xi ħadd jiġi biex jixtri l-fond tiegħu?!", "Jekk tridu tigdbu, almenu oqogħdu attenti għax imbagħad il-figuri ma jaqblux!", "Fis-sena 2003 l-awtorita' tad-djar bigħet 314-il unit ġdid u d-dħul finanzjarju kien ta' Lm3.578 miljun.", "L-awtorita' qed tippjana li meta tiġi biex tbigħ il-proprjetajiet ġodda għas-sena 2004-2005 se tgħollihom b'60% ukoll!", "Mhux hekk biss, permezz ta' avviż l-awtorita' ħarġet 18-il proprjeta', li ħafna minnhom kienu f'Għawdex u li ma kenux ttieħdu, bi prezzijiet ogħla!", "Din hi l-kuxjenza soċjali!", "Se tgħollihom b'60% u dawn huma ġebel u saqaf!", "Mr Speaker, ta' min isemmi wkoll il-kondizzjonijiet.", "F'każ li bniedem jibbenefika mix-xiri ta' dawn il-proprjetajiet imma mbagħad ikun irid ibigħ lil terzi, wara li jkunu għaddew għaxar snin mid- data ta' l-akkwist, ikun irid iħallas is-somma ekwivalenti għad-differenza bejn il-prezz fis-suq miftuħ u l-prezz issussidjat.", "Oltre dan għandu jitħallas ammont addizzjonali li jirrappreżenta 15%, kull sussidju mogħti mill-awtorita' tad-djar fuq self mill-banek u l-ispejjeż mogħtija jew magħmula minnha anke jekk ma jkunux għaddew l-għaxar snin mid-data ta' l- akkwist, id-differenza bejn il-valur tal-fond, kif stmat minn perit ta' l- awtorita' tad-djar fid-data li fiha ntalab permess għall-bejgħ u l-prezz imħallas mill-benefiċjarju lill-awtorita' tad-djar.", "Dawn l-affarijiet ma jkunux jafuhom in-nies u ħafna żgħażagħ qed jinqabdu b'dawn l-affarijiet.", "Qed ngħid dawn l-affarijiet għaliex ħafna jiġu għandi l-uffiċċju biex jitolbuni l-għajnuna.", "Huwa veru li dawn ikollhom il-kuntratt u suppost jaqrawh imma huwa importanti li ċerti affarijiet jiġu spjegati lilhom.", "Il-ministru tkellmet ukoll fuq urban renewal li ma tfisser xejn ħlief slum clearance fejn bini substandard jiġi mwaqqa'!", "Fejn hi r-regeneration li dejjem niftaħru biha?!", "Skond dan il-ktejjeb li għandna quddiemna sar ftehim storiku - ħa nuża l-kelma tal-partit Nazzjonalista – mill-awtorita' ma' l- uffiċċju konġunt biex tittrasferixxi postijiet vakanti u substandard sabiex dawn jiġu riabilitati bl-iskop li jingħataw b'kera lill-applikanti mad- dipartiment għall-akkommodazzjoni soċjali.", "Imbagħad skond risposti li ngħataw għal mistoqsijiet parlamentari nsibu li kulma ngħataw kienu tliet postijiet!", "Dawn l-affarijiet imisshom isemmu n-naħa l-oħra!", "Nixtieq nistaqsi wkoll għalfejn waqfet l-iskema tal-lifts.", "Għaliex irridu nistennew sa sena oħra?", "Is-sena l-oħra kull lift li sar ġie jiswa Lm13,400.", "Għaliex din is-sena kull lift qed iqum Lm17,500?", "Dawn huma figuri li ħriġtu intom stess.", "Sentejn ilu biex jiġi nstallat lift kien iqum Lm12,457, is-sena l-oħra kien Lm13,400 u s-sena li ġejja se jqum Lm17,500.", "Għaliex qed jogħlew?", "Mr Speaker, irrid insemmi l-każ ta' ċertu Pawlu Formosa minn Pembroke – kien hu li talabni biex inressaq il-każ tiegħu - li jgħix f'post tal-gvern.", "Dan il-bniedem huwa persuna b'diżabilita' u l-mara tiegħu għandha kanċer.", "Tani d-dokumenti li juru li fil-post fejn joqgħod hu għandu jsir lift.", "Għaliex waqfet l-iskema tal- lifts?", "Kif diġa' għidt, il-policy tal-gvern Nazzjonalista hi li nagħmlu regeneration.", "Imma għaliex qed inkomplu b'politika li forsi kienet tajba fil-passat pero' li llum m'għadhiex tajba?", "Meta niġu biex nibnu madwar il- Port il-Kbir għaliex ma nagħmlux mix bejn bejgħ u kiri u mhux kirjiet biss.", "Għallinqas min ikun joqgħod f'dan il-bini ma jkunx ittimbrat bħala dak li jaqla' inqas minn Lm4,000 fis-sena.", "Hija xi ħaġa healthy li tħallat lin- nies!", "Fuq ix-sheltered housing irrid ngħid li l-appartamenti f'Capuccini Street fil-Furjana fejn miet Ricardo Cesare, kull unit ta' one bedroom se jiġi jiswa madwar Lm21,000.", "Din hija inizjattiva tajba imma rridu naraw kif se taħdem!", "U hawnhekk irrid insemmi l-bini ta' quddiem San Duminku fi Strada Merkanti l-Belt li ilu f'idejn il-housing mill-1996, minn żmien gvern Laburista u dalwaqt jagħlaq għaxar snin jistenna.", "Kif nistgħu naffordjaw nagħmlu dawn l-affarijiet?", "Mr Speaker, nixtieq issa nitkellem fuq il-konċett tax-shared ownership.", "Dan il-konċett assolutament m'huwiex se jaħdem bħalma jaħdem barra minn Malta.", "Min jikteb regolarment kontra l-partit Laburista f'\"The Times\" – għandu kull dritt jagħmel dan - irid joqgħod attent mill-pożizzjoni li għandu.", "Ħafna drabi aħna l-politiċi konna nħeġġu biex dak li jkun isir sid ta' daru.", "Issa qed noffru lil min għandu dħul ta' inqas minn Lm4,000 fis- sena biex jixtri nofs il-post li jkun jgħix fih.", "Jien nixtieq nistaqsi: F'dan il-każ l-awtorita' tad-djar qed tagħmel pjaċir lil min irid isir sid ta'daru jew qed tagħmel pjaċir lilha nnifisha?", "Jiena ma nistax nifhem kif min għandu dħul finanzjarju ta' inqas minn Lm4,000 jista' jitgħabba b'aktar djun u piżijiet!", "Dawn huma l-iżjed nies vulnerabbli u bi problemi soċjali u ma jifilħux iħallsu nofs il-prezz biex jixtru darhom!", "Hija ċara daqs il-kristall li din saret bi skop ħalli l-awtorita' tnaqqas minn fuqha nofs il-piż tal-proġett li tkun għamlet!", "Skond dak li kitbet iċ- chairperson – u nista' noqgħod nikkwota mill-gazzetti – dawn in-nies kirjiet iridu.", "Kif nistgħu ngħabbuhom b'dan il-mod?!", "Fejn hu l-impenn soċjali?", "Mr Speaker, nagħlaq dan id-diskors tiegħi billi kif għamilt fil-bidu nappella biex ikollna iktar kuxjenza soċjali u nagħtu l-għajnuna lil dawk li huma l-iżjed vulnerabbli.", "Nista' nassigurakom li f'dawn l-estimi li għandna quddiemna m'hemm xejn li juri l-kuxjenza soċjali u ż-żgħażagħ li jixtiequ li jkollhom post fejn joqogħdu, il-persuni b'diżabilita' u l-persuni separati li għandhom bżonn l- għajnuna ta' l-awtorita' tad-djar se jkomplu jitfarku aktar bin-nuqqas ta' impenn min-naħa ta' l-awtorita'.", "Inutli li toqogħdu ġġibu ritratti sbieħ ta' twieqi mibdula permezz ta' skemi mnedija mill-awtorita' u mbagħad f'sena ma jingħatax post wieħed biss biex jitqassam mid-dipartiment tal- housing!", "Hemm bżonn li l-iskemi tal-housing ikunu inidirizzati għal dawk in-nies li ma jifilħux jixtru jew jikru.", "MR SPEAKER: Ikkonkludi, jekk jogħġbok, Onorevoli.", "ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO: Mr Speaker, nagħlaq dan id-diskors tiegħi billi għal darba oħra ngħid lill-ministru li aħna rridu naħdmu magħhom għall- ġid tal-poplu għaliex ma rriduhx jegħreq u nappella biex tieqaf din il- politika fejn il-qasam soċjali u l-benefiċċji soċjali qed jiġu mogħtija l- ġenb.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Nitlob lill-Viċi Prim Ministru biex, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "F'nofsinhar id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "TONIO BORG (Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l- Intern): Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal-lejla t- Tlieta, 23 ta' Novembru 2004, fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:-", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Estimi tad-dħul u nfiq ta' l-Awtorita' tad-Djar għas-sena 2004-2005 - Kontinwazzjoni;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar it-Trasferiment ta' Artijiet tal- Gvern – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Arkivji Nazzjonali – Kumitat (Kont.); u", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Medjazzjoni – Tielet Qari.", "------------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili (Emenda Nru 2) - Kumitat Permanenti.", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Reġistru Ċentrali – Kumitat Permanenti.", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali – Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT (Kap ta' l-Oppożizzjoni): Mr Speaker, lejliet li jkollna l-istqarrija min-naħa tal-gvern fuq il-budget għas-sena d-dieħla ħassejt li tkun ħaġa xierqa li nagħmel rimarki fuq żewġ affarijiet li tqanqlu f'dawn l-aħħar xhur.", "Dawn kienu affarijiet li kien hemm dibattitu kbir fuqhom u ħafna mistoqsijiet dwarhom u naħseb li xieraq li nirriflettu fuqhom anke qabel l-istqarrija tal-budget b'sens ta' riflessjoni dwar eżattament x'ried jagħmel u x'ried jgħid il-gvern.", "Nifhem li dan il-gvern, bħal ta' qablu, huwa driven mill-ħtieġa li jipproġetta ċerta immaġini tiegħu nnifsu.", "Jiena nifhem li bħal kull gvern xi kultant iħoss il-bżonn li joħloq diversivi fil-pajjiż, imma min-naħa l- oħra naħseb li tajjeb li nistaqsu jekk l-affarijiet humiex qed isiru b'mod sewwa jew humiex isiru b'mod li jikkonfondu lin-nies.", "Fil-fatt in-nies jinsabu mħawda fuq diversi kwestjonijiet nazzjonali li tqanqlu fl-aħħar żmenijiet, jinsabu mdejqa bil-qagħda ekonomika u soċjali li qed jiffaċċjaw u hemm anke pressjonijiet kbar biex wieħed joħroġ jipprotesta fit-toroq u jagħmel ċerti manifestazzjonijiet li juru n-nuqqas ta' pjaċir b'dak li jinsab għaddej.", "Teżisti wkoll diżillużjoni fost il-klassi tan-nofs u fost il-klassi tal-ħaddiema b'dak li qegħdin jiffaċċjaw wara l-ħafna wegħdi kbar li sarulhom tad-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, finanzi fis-sod u gvern li se jkun qiegħed jaħseb tabilħaqq għall-futur ta' wlied il-ħaddiem u ta' wlied il-klassijiet tan-nofs.", "U f'din it-tip ta' konfużjoni li kienet għaddejja f'dan il-pajjiż kienu tqanqlu żewġ issues, dawn l-issues għadhom ħajja u wieħed jistaqsi għaliex tqanqlu bil-mod kif tqanqlu.", "Qed nitkellem issa fuq il-metodu u fuq l-għażla ta' l-issues li tqanqlu.", "L-ewwel waħda għandha x'taqsam mal-bini mill-ġdid ta' dak li kien it-teatru rjal.", "Fid-daħla tal-Belt għandna ħofra kbira li ilha hemm mill-1942, jekk mhux aktar, u gvern wara l-ieħor riedu jirranġawha.", "Naħseb li din hija l- akbar ġerħa tat-Tieni Gwerra Dinjija li għadha teżisti fl-Ewropa għax minn Sqallija sal-Greċja dik it-tip ta' ħerba rranġawha.", "Bejn l-1996 u l-1998 il- gvern Laburista pprova jiftaħ l-issues u konna tlaqna għal għonq it-triq biex nagħmlu private public partnership fuqha.", "Dakinhar kien qam diżgwid kbir u bħas-soltu kien hemm fermenti sħaħ organizzati min-Nazzjonalisti biex jipprovaw jagħmlu l-bsaten fir-roti fuqha, imbagħad ġara dak li ġara fl-1998 u allura ma stajniex inkomplu b'dak il-proġett.", "Wara li ġraw dawn l- affarijiet, intesa t-teatru rjal u l-ħtieġa li jerġa' jinbena.", "Madwar xahrejn u nofs ilu meta proprjament il-poplu kien qiegħed jistaqsi eżattament x'inhu għaddej fil-pajjiż, jekk hux veru li l-finanzi kienu qed jiżgarraw kif f'daqqa waħda bdew jgħidulna li kienu, qamet mill-ġdid l- istorja tat-teatru rjal.", "Issa l-gvern iddeċieda jew se jiddeċiedi - għaliex anke f'dan is-sens l-affarijiet m'humiex ċari - li jerġa' jinbena u li se jkun hemm il-parlament hemmhekk.", "Il-membri parlamentari minn din in- naħa żgur li ma ġewx konsultati.", "Intqal ukoll li qed jintnefqu l-flus biex il-konsulent, il-Perit Richard England jagħmel pjani u jippreżenta proposti u proġetti għal dan it-teatru.", "Wara li tħabbar dan, fost ċerti kwartieri qamet kontroversja sħiħa dwar għandux jinbena, jekk għandux jinbena kif kien fl-imgħoddi, jekk għandux jinbena bħala parlament jew għandux jinbena bħala teatru.", "Dan fil-qafas ukoll li kulħadd fehem – u anke jien hekk fhimt - li l-gvern kien qed jaħseb li se joħroġ il-flus u jibnih hu u l-ewwel qalulna li se jqum Lm20 miljun u mbagħad Lm18 miljun!", "Jien l-ewwel wieħed li staqsejt x'sens jagħmlu dawn it-tip ta' proposti u dawn it-tip ta' kontroversji.", "Dawn kienu maħsuba biex jiddevjaw l-attenzjoni mill-problemi kbar u l-isfidi kbar li għandu quddiemu pajjiżna?", "Jagħmel sens li ħaġa bħal din titqanqal b'dan il-mod?", "Jagħmel sens li fi żmien fejn fl-aħħar il-gvern qed jammetti li għandu problemi finanzjarji kbar, iqajjem kontroversja nazzjonali fuq għandniex nonfqu Lm20 miljun – u ma nafx minn fejn ġejjin dawn il-flus – fuq parlament, biex imbagħad ikollna s-soltu gazzetti li jagħmlu kontroversji sħaħ dwar għandux ikun stil Barry, għandux ikun opera house jew għandux ikun hemm il-parlament?", "Din l-issue kienet maħsuba biex in-nies jitilqu jiġru wara problema finta ħalli l-problemi u l- isfidi veri jiġu mwarrba?", "Din hi s-serjeta' li jrid jimxi biha dan il- gvern?", "Din qed inqajjimha bħala element ta' riflessjoni.", "Il-konklużjoni tiegħi ma tistax tkun mod ieħor ħlief li din il-ħaġa kienet diversiva.", "Kieku l-gvern ried jagħmel private public partnership kif ridna nagħmlu aħna - u ġejna kkritikati ma nafx minn kemm nies fuqha - seta' jitlaq minnufih għal għonq dik it-triq, jagħmel private public patnership biex jibni proġett li jitmexxa min-naħa privata u jkollu xi ħaġa pubblika fih.", "Din kienet ħaġa li kienu nqalgħu x-xjaten kollha kontra tagħha fl-1997 u fl- 1998.", "Imma bir-rispett kollu, din serjeta' ta' gvern, li fi żmenijiet fejn irridu niffaċċjaw diskussjonijiet fundamentali, joħloq ħaġa bħal din bħala diversiv u jagħti sinjal li lest jonfoq Lm20 miljun fuq proġett bħal dan?", "Fejn hu l-bilanċ ta' prioritajiet meta nafu bil-problemi finanzjarji li qed jiffaċċja l-pajjiż?", "Din hi l-ewwel riflessjoni li xtaqt nagħmel.", "It-tieni riflessjoni għandha x'taqsma ma' kontroversja u ma' propaganda oħra li mexxa l-gvern f'dawn l-aħħar żmenijiet dwar il-prezz taż-żejt.", "Issa hija ħaġa ċara li l-prezz taż-żejt internazzjonalment tela' u baqa' tiela'għal ċertu żmien b'mod qawwi.", "Kien hemm diversi fatturi li wasslu għal dik iż-żieda, fosthom it-talba enormi li ġejja min-naħa tar-Russja u min-naħa taċ-Ċina għax għandhom ekonomiji li qed jespandu bil-kbir, speċjalment iċ-Ċina, fatturi oħra li għandhom x'jaqsmu mal-gwerra ta' l- Iraq u l-impatt li qed ikollhom ċerti żviluppi fil-Lvant Nofsani fuq il- prospetti għall-produzzjoni taż-żejt u kellna wkoll ċertu ċaqliq li kien qed iseħħ fin-naħa ta' l-Amerika Latina.", "Barra minn hekk, kien hemm fatturi spekulattivi wkoll li kellhom x'jaqsmu ma' l-elezzjoni presidenzjali ta' l- Istati Uniti u fatturi oħra politiċi li fid-dinja globalizzata dejjem jibqgħu parti mill-mod kif wieħed jiġġudika l-konġuntura internazzjonali.", "Żgur li l-ebda partit politiku u l-ebda gvern Malti ma jista' b'xi mod jew ieħor jikkontrolla żviluppi bħal dawn.", "Huwa naturali li kemm l-enemalta, kemm in-naħa tal-gvern u kif ukoll in- naħa ta' l-oppożizzjoni del resto, konna qegħdin nivverifikaw, nimmoniterjaw u nissorveljaw kif qed tinbidel is-sitwazzjoni.", "Fil-bidu ta' Awissu saret stqarrija mill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi fejn qal - u din hija testwalment rekordjata - li l-prezz dejjem tiela' taż-żejt qed joħloq problema u l-gvern għandu l-obbligu – m'iniex qed nikkwota testwalment imma l-Onor.", "Gonzi qalha f'dan is-sens - jassorbi dik iż-żieda jew l-għoli tal-prezz taż-żejt fil-parametri ta' l-objettivi nazzjonali.", "Ta da intendere li jekk jibqa' tiela' l-prezz taż-żejt allura mbagħad irid jiġri xi ħaġa.", "Jiġifieri fil-bidu ta' Awissu, l-Onor.", "Gonzi, bħala ministru tal-finanzi u mexxej tal-gvern, kien qed jgħid lill-poplu Malti li se nagħmlu mill-aħjar tagħna biex nassorbu dik iż-żieda.", "Il-prezz taż-żejt baqa' tiela' wara dik id-dikjarazzjoni u mbagħad infetħet kampanja sħiħa min-naħa tal-gvern li l-prezz taż-żejt kien tela' wisq u ridna minnufih naraw kif se nilqgħu għal din iż-żieda.", "U nilqgħu għaliha billi l- konsumatur li huwa ċ-ċittadin, il-familji u anke l-kumpanniji, ikollu jġorr il-piż.", "Dik il-kampanja għadha għaddejja sal-lum u hija kampanja biex iddamdam f'moħħ in-nies li issa qbiżna Awissu, dħalna f'Settembru, il-prezz taż-żejt baqa' tiela' u allura fil-budget se nżidu l-prezz ta' l- elettriku.", "Fl-aħħar qalulna ta' l-elettriku biss u mhux tad-dawl.", "Imbagħad daħal ukoll il-punt li dan se jkun surcharge li se jkun jiddependi mill- prezz taż-żejt u taw ad intendere li meta l-prezz taż-żejt jerġa' jmur lura f'postu – ma nafux x'inhu f'postu f'dan il-kontest – s-surcharge tispiċċa.", "Din il-kampanja għadha għaddejja sal-lum.", "Imma issa jirriżulta li kien hemm element qawwi ta' spekulazzjoni fil-mod ta' kif il-prezz taż-żejt baqa' tiela' internazzjonalment u llum jirriżulta li l-prezz taż-żejt reġa' beda nieżel u din il-ġimgħa kien taħt il-livelli ta' l-ewwel ġimgħa ta' Awissu meta tkellem l-Onor.", "Gonzi u qal li l-gvern se jassorbi l-għoli tal-prezz taż-żejt.", "Minħabba f'dan jien nissottometti li lanqas jagħmel sens iktar li l-gvern jitkellem dwar żieda fil-prezz ta' l-elettriku.", "Jekk il-prezz tal-lum huwa inqas milli kif kien fil-bidu ta' Awissu meta l-gvern kien lest li jġorr hu dak il-piż, issa li waqa' taħt dak li kien f'Awissu ma baqax lok li jgħolli l-prezz ta' l-elettriku.", "Il-gvern irid ikun koerenti miegħu nnifsu u koerenti ma' dak li jgħid lill- poplu.", "Issa jekk għada l-gvern se jiddikjara li mhux se jkun hemm surcharge fil-prezz ta' l-elettriku minħabba dan li qed ngħid jien, inkunu għallinqas ġibna l-boċċa lejn il-likk, imma jekk se jħabbar surcharge, allura bir-rispett kollu, se jkun hemm inkoerenza oħra ma' dak li stqarr il- Prim Ministru stess fil-bidu ta' Awissu u jekk se jkun hemm il-ħsieb li jkun hemm surcharge irridu nkunu nafu fuq liema bażi tal-prezz taż-żejt se jagħmel dan is-surcharge.", "Liema hu l-prezz naturali u normali li se jiġi ssettjat bħala l-prezz li fuqu se jkun hemm surcharge?", "Qed ikun hemm ħafna diżgwid fost il-konsumaturi u anke fost l-azjendi dwar din il-materja.", "Din il-materja ġiet rolled mill-gvern għal raġunijiet ta' public relations mill- media qisha xi ħaġa li jrid iderrina biha u jagħmel x'jagħmel hemm bżonn li dan il-gvern jibqa' koerenti għaliex il-piżijiet fuq il-familji, fuq iċ- ċittadini u l-azjendi se jinħassu doppjament.", "Se jinħass it-toqol tal-piż u se jinħass ukoll is-sens ta' inċertezza li ddaħħal fil-pajjiż.", "Nemmen li anke f'din il-ħaġa jista' jkun hemm aġenda moħbija min-naħa tal- gvern billi jisserva bil-prezz taż-żejt, hu kif inhu, ħalli jgħatti l- ineffiċjenzi fl-enemalta li ilhom minn żmien żemżem.", "Bejn l-1996 u l-1998 konna fhimna li problema essenzjali ta' l-enemalta kienet li ma kellhiex middle management u top management strutturat tajjeb u li tabilħaqq iħares ''il quddiem.", "L-istess bħalma kien hemm fil-każ tal-water services corporation u aħna konna tlaqna biex għallinqas insolvu dik il-problema.", "Ħafna drabi kien qed jiġri li l-ineffiċjenzi ta' l-enemalta, bħall- ineffiċjenzi tal-korporazzjoni responsabbli mill-ilma, kienu qegħdin ikomplu jżidu l-piżijiet u l-ispejjeż tal-provvista ta' l-enerġija f'pajjiżna.", "Nittama li m'hemmx xi aġenda moħbija, u mhux daqstant moħbija, biex bl-iskuża ta' l-għoli fil-prezzijiet taż-żejt jogħlew it-tariffi ta' l- elettriku biex nerġgħu naħbu l-fatt li l-gvern mill-1998 'l hawn għadu m'għamel xejn biex jikkoreġi l-affarijiet f'dan il-qasam.", "Nerġa' ngħid, l-istess bħal dak li għandu x'jaqsam mal-bini mill-ġdid tat- teatru rjal, fil-kwestjoni tal-prezzijiet taż-żejt kellna media campaign, kellna kampanja ta' relazzjonijiet pubbliċi min-naħa tal-gvern li kompliet tiżra' l-inċertezza fil-pajjiż u ddaħħal mistoqsijiet kbar dwar kemm dan il- gvern, apparti mill-koerenza jew inkoerenza tiegħu, għandu direzzjoni ċara fil-qasam ekonomiku u soċjali.", "Id-direzzjoni ċara fil-qasam soċjali tfisser sens ta' ġustizzja soċjali biex jibbilanċja x'inhuma l-aħjar prioritajiet li huma fl-interess tal-familji Maltin u Għawdxin.", "Dawn kienu ż-żewġ riflessjonijiet li xtaqt nagħmel illum lejliet li jitħabbar il-budget mhux b'sens ta' jumping the gun imma b'sens li nagħmlu l-goalposts, nagħmlu x'inhuma l-linji li wieħed jistenna biex l-azzjoni tal- gvern tkun kalibrata fuqhom.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Noel Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, xtaqt nagħmel intervent dwar l-issue tal-kompetittivita' u dwar dak li l-gvern f'dawn l-aħħar xhur u ġimgħat kien qed jikkomunika kemm mal-korpi kostitwiti, kemm fl-MCESD u kif ukoll bħala metodoloġija tiegħu fil-preżentazzjoni dwar kif jeħtieġ li nilqgħu għall-isfidi tal-kompetittivita'.", "Inħoss li l-gvern qed jgħarraf lill-Maltin u lill-Għawdxin b'nofs verita' dwar l-issue tal-kompetittivita'.", "Jekk inħarsu lejn paġna 16 u 17 ta' \"The Times\" tal-lum u anke nagħtu ħarsa lejn dak li ġie komunikat minn \"L- Orizzont\" fir-rigward tar-rapportaġġ tagħha dwar il-mistoqsijiet parlamentari nsibu żewġ aspetti li jikkonfermaw dak li l-gvern Nazzjonalista qed jaħbi b'mod falz mill-poplu dwar l-issue tal- kompetittivita'.", "Nixtieq nagħmel riferenza għal dak li ġie rrapportat f'\"L- Orizzont\" dwar il-mistoqsija li l-ministru ta' l-affarijiet rurali wieġeb lill-Onor.", "Jason Azzopardi fejn dan qallu li kien hemm żieda fuq il-kwota taċ-ċanga.", "F'pajjiżna f'dawn l-aħħar snin ma kellniex kwota fuq l- importazzjoni taċ-ċanga imma fuq l-importazzjoni taċ-ċanga, jiġifieri tal- beef, tal-laħam aħmar, cuberoll, lucerto, fillets, sirloin eċċ, kellna biss 10c levy fuq kull kilo u ma kellniex kwoti.", "Minn hawnhekk nitlob lill-edituri kemm ta' \"L-Orizzont\" u kif ukoll ta' \"The Times\" biex dawn l-affarijiet li qed insemmi ma jħalluhomx iżolati imma jġibuhom għall-attenzjoni tal-qarrejja tagħhom u tal-pubbliku in ġenerali ħalli jekk għandna sfidi ġodda, dawn verament inkunu preparati għalihom.", "Ma jistax ikun li ċerti affarijiet nitfgħuhom taħt it-tapit biex imbagħad meta nkunu mexjin mingħalina fuq it-tapit xorta nsibu x'iniggiżna u x'jhedded il-kompetittivita' tagħna.", "Huwa importanti li dawn il-ġurnali jikkomunikaw mal-qarrejja tagħhom li f'pajjiżna qatt ma kellna kwota u jikkonfermaw ukoll id-dikjarazzjoni falza li qed jagħmel il-gvern Nazzjonalista permezz ta' din l-ogħla istituzzjoni fil-pajjiż.", "Nitlob ukoll lis-Sedja tivverifika dawn l-affarijiet għax mhux sew li anke fl- ogħla istituzzjoni tal-pajjiż isiru dikjarazzjonijiet foloz ta' din il- kwalita'.", "Nerġa' ngħid li f'pajjiżna qatt ma kellna kwota minn fejn inġibu ċ-ċanga tal-friża.", "L-importaturi tagħna li jimportaw dan il-prodott biex iqassmuh fir-restaurants, fil-butcher shops, fit-take aways u fil-lukandi qatt ma kienu marbutin ħlief b'eċċezzjonijiet meta d-dipartiment tas-servizz veterinarju jkollu oġġezzjoni għal importazzjoni minn ċerti pajjiżi minħabba l-kondizzjoni veterinarja, u dan biex tkun protetta s-saħħa tal- konsumaturi Maltin u Għawdxin u tal-miljun turist li jiġi f'pajjiżna.", "Skond il-Ministru Pullicino, illum mhux talli ma żdiditx l-importazzjoni taċ-ċanga minn dawn il-pajjiżi talli daħlet kwota u din il-kwota mhux żiedet dak li Malta kienet timporta imma niżlet l-importazzjoni għal 14.9%.", "Ħalli nsemmi każ partikolari.", "F'dawn l-aħħar snin l-imprendituri Maltin bdew iġibu l-laħam taċ-ċanga minn New Zealand, pajjiż li f'dawn l- aħħar snin kien magħruf għall-kwalita' għolja ta' beef li għandu għax fil- parti l-kbira l-għoġġiela tagħhom jirgħu u mhux jieklu meat and bone meal li kkawża l-marda tal-mad cow fuq il-baqra.", "B'dan il-mod il-konsumatur jaf li huwa safe għax dan il-pajjiż huwa magħruf ma' l-istituzzjonijiet kollha internazzjonali li għal dawn l-aħħar mitt sena qatt ma kellu l-marda ta' l- ilsien u d-dwiefer u qatt ma kellu l-marda tal-mad cow.", "Minħabba dawn ir- raġunijiet pajjiżna kien qed iħossu iktar trankwill u iktar komdu li jimporta ċ-ċanga tal-friża minn dan il-pajjiż.", "Storikament pajjiżna - u dan ġie konfermat anke f'dan il-Parlament – kien jimporta iktar minn 1,000 tunnellata minn dan il-pajjiż.", "Dan ifisser li llum il-ministru qed jagħmel dikjarazzjoni falza lill-poplu.", "Aħna minn din l-1,000 tunnellata nistgħu nġibu 149 tunnellata biss għax din hija l-kwota li tatna l-Unjoni Ewropea, pero' minkejja dan it-tnaqqis il-gvern qed jgħid li din hija żieda.", "Din m'hi xejn ħlief dikjarazzjoni falza u ninsisti li ningħata l- appoġġ f'dan il-Parlament biex dawn id-dikjarazzjonijiet foloz f'din l- ogħla istituzzjoni tal-pajjiż ma jkomplux isiru f'mument sensittiv meta se jitnaqqsu sebat ijiem vacation leave lill-ħaddiema, meta l-ħaddiema m'humiex se jibdew jitħallsu ta' l-ewwel erba' sigħat overtime u meta se nġiegħlu lil pajjiżna jagħmel dawk is-sagrifiċji kollha.", "Dawn is-sagrifiċċji qed tagħmilhom ukoll il-komunita' kummerċjali li skond ma jien informat permezz ta' mistoqsija parlamentari mill-Ministru Austin Gatt, sa l-aħħar ta' Novembru iridu jħallsu medja ta' Lm17.3 miljun arretrati f'kontijiet tad-dawl.", "Meta għandna l-poplu u l-komunita' kemm soċjali u imprenditorjali qiegħda tiffoka biex tifhem kif se ssib direzzjoni li tkun kompetittiva, dan il-gvern minn dan il-Parlament qed jagħmel dikjarazzjonijiet foloz b'dan il-mod.", "Imma l-gvern ma jħossx li m'huwiex dinjituż għal dan il-Parlament li jħalli dawn id-dikjarazzjonijiet foloz isiru permezz ta' mistoqsijiet parlamentari?", "Niġi għall-argument imqanqal f'\"The Times\" illum f'paġna 16 u 17 intitolat \"A bid to boost competitiveness\".", "Kif jista' jkun nagħtu boost lill- kompetittivita' tagħna jekk ma nfehmux lill-poplu l-problemi kollha li qed inawru l-kompetittivita'?", "Is-sebat ijiem leave li rridu innaqqsu lill- ħaddiema u l-erba' sigħat overtime mhux imħallsa qed inawru l- kompetittivita' tal-gżejjer tagħna jew is-sitwazzjoni li għandna ma' wiċċna li dawk il-prodotti u l-materja prima ta' l-ikel li ma nipproduċux lokalment bilfors irridu nissussidjawlhom il-prezzijiet għoljin tagħhom?", "Din hija issue li qatt m'għandha tinħeba.", "Jekk aħna verament irridu npoġġu rasna flimkien biex dan il-pajjiż nisfruttawlu strateġija li verament tindirizza l-kompetittivita' tagħna ma jistax ikun li nkomplu naħbu jew nagħmlu dikjarazzjonijiet foloz dwar dak li qed inawwar il-kompetittivita'.", "Mr Speaker, il-kwestjoni tal-laħam m'hijiex marbuta biss mad-dikjarazzjoni falza li għamel il-Ministru Pullicino meta qed jgħid li l-kwota żdiedet imma anke mal-fatt li pajjiżna għal raġunijiet ta' prezz kompetittiv jimporta laħam tal-baqra flok laħam ta' l-għoġol.", "Dan ifisser li minflok tmur f'restaurant jew f'butcher shop u hemmhekk bħas-soltu kont tixtri l- laħam tal-barri, il-cuberoll, il-lucerto, il-vitella, il-fillet jew is- sirloin, issa minħabba dak li nnegozja l-gvern qabel pajjiżna ssieħeb fl- Unjoni Ewropea, irid ikun laħam tal-baqra għax huwa orħos.", "Din il-bidla li rridu nerfgħu se tkun moħbija, għax il-poplu se jibda jixtri prodott inferjuri u fl-istess ħin iħallas prezz għoli għal dak il-prodott.", "In- natura fil-qasam taċ-ċanga tistabbilixxi li l-aqwa ċanga hija dik tal-barri għax dan maħluq purament biex jipproduċi l-laħam u l-baqra ġenetikament hija strutturata u maħluqa b'mod differenti.", "Mr Speaker, dawn l- affarijiet se jagħtu wkoll isem ħażin lil pajjiżna jekk ma ninvestux bis- serjeta'.", "Inutli li ngħidu li rridu nirristrutturaw it-turiżmu u nappellaw biex il-Maltin u l-Għawdxin joħorġu jieklu barra aktar biex jużaw ir- ristoranti tagħna meta aħna mbagħad nafu li l-mekkaniżmu li bih il-gvern għoġbu jiftiehem ma' l-Unjoni Ewropea se jġib piżijiet ġodda u se joħloq ċirkostanzi fejn il-prodott mhux se jkun daqstant ta' kwalita' bħalma kien fis-snin l-imgħoddija.", "Jiena nagħlaq billi ngħid li huwa importanti li l-mezzi tax-xandir tagħna ma jirrapportawx biss dak li qed igħid il-gvern imma jagħtu ċans ukoll li l- affarijiet joħorġu kif verament huma.", "Jiena nitlob lill-ġurnali f'pajjiżna biex dak li qed jiġi moħbi fir-rigward tal-kompetittivita' jiġi komunikat ħalli dan il-pajjiż, jekk se jagħmel deċiżjoni għal sfidi ġodda, jagħmilha kollha u mhux parti minnha kif qed jiġi sfortunatament komunikat mill-gvern bid-dikjarazzjonijiet tiegħu dwar il-politika tiegħu għall-kompetittivita'.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal-lejla, it- Tlieta, 23 ta' Novembru, 2004 fis-6:00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill- Viċi Prim Ministru.", "Fid-9:30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "PULIZIJA - IMMIGRANTI ILLEGALI", "8602.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid bħalissa kemm hawn immigranti illegali miżmuma f'pajjiżna?", "Kemm minnhom huma taħt it-18–il sena?", "Kemm minnhom huma miżmuma f'ċentri magħluqa u kemm hemm f'ċentri miftuħa?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi fil-preżent hawn 734 immigrant illegali li qed jinżammu mill-forzi tas-sigurta'.", "Minn dawn 25 qed jiddikjaraw li għandhom anqas minn 18-il sena.", "Informat ukoll illi kien hemm 750 immigranti oħrajn li ġew provduti akkomodazzjoni ġo open centres wara li ngħataw status ta' refuġjat jew status umanitarju.", "SKEJJEL - TFAL TA' IMMIGRANTI ILLEGALI", "8603.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm tfal ta' immigranti illegali li qed jattendu skejjel f'Malta bħalissa?", "Kemm huma subien u kemm huma bniet?", "F'liema skejjel qegħdin?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat hekk:", "TFAL TA' IMMIGRANTI ILLEGALI SENA SKOLASTIKA 2004/2005", "|Skejjel |Subien|Bniet|Total| |Primarji | | | | |B'Buġia |2 |1 |3 | |Floriana |3 |3 |6 | |Lija |5 |3 |8 | |Paola A |1 |1 |2 | |Paola B |1 |0 |1 | |Valletta |5 |3 |8 | |Żurrieq B |0 |2 |2 | |Skejjel | | | | |Sekondarji | | | | |Lily of the |0 |2 |2 | |Valley GSS | | | | |M'Assumpta GSS |0 |1 |1 | |Total |17 |16 |33 |", "FTS - ĦADDIEMA", "8615.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 8079, jista' il-Ministru jagħti l-ismijiet kollha ta' l-impjegati msemmija, bħalma kien ġara f'entitajiet simili?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-mejda tal- Kamra.", "AWTORITA' TAD-DJAR", "8825.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u tas- Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid kemm ibbenefikaw minn units ta' l-awtorita' tad-djar familji b'persuni b'diżabilita', separati, koppji, għarajjes u koppji miżżewġa fis-snin 2000, 2001, 2002, 2003 u 2004?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Ninsab informata li l-postijiet li ħarġu din is- sena għadhom ma tqassmux iżda dawn ġew riżervati kif ġej:", "55% għal koppji miżżewġa jew separati bit-tfal; 30% għal koppji għarajjes; 10% għal persuni b'diżabilita'; u 5% għal persuni single", "Ninsab informata wkoll li t-tagħrif dwar is-snin l-oħra indikati mill-Onor.", "Interpellant hu kif jidher fit-tabella li tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra iktar kmieni fis-seduta.", "AWTORITA' TAD-DJAR", "8826.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u tas- Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid kemm bena units id- dipartiment tal-manutenzjoni u l-bini tal-gvern fis-snin 2000, 2001, 2002, 2003 u 2004 li mbagħad ingħataw lill-awtorita' tad-djar?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Ninsab informata li t-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant hu kif jidher fit-tabella li tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra iktar kmieni fis-seduta.", "MEPA - DIPARTIMENT TAL-KOSTRUZZJONI U TISWIJA", "8827.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet quddiem il-MEPA mid-dipartiment tal-kostruzzjoni u tiswija tal-postijiet tal-gvern?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Ninsab informat li d-dipartiment tal- kostruzzjoni u t-tiswija tal-postijiet tal-gvern għandu disa' applikazzjonijiet pendenti quddiem il-MEPA.", "AWTORITA' TAD-DJAR", "8828.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u tas- Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid min huma l-avukati, nutara, periti, psychologists, social workers, research analysts u l- professjonisti kollha fi ħdan l-awtorita' tad-djar?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Ninsab informata li t-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant hu kif jidher fit-tabella li tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra iktar kminei fis-seduta.", "DIPARTIMENT GĦALL-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI", "8829.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u tas- Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid kemm hemm units fil-preżent għand id-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali li s-sid tagħhom huwa l- uffiċċju konġunt?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Ninsab informata li d-dipartiment għall- akkomodazzjoni soċjali għandu 15-il post ta' l-uffiċċju konġunt, iżda ebda wieħed minnhom m'hu tajjeb biex jiġi allokat.", "DIPARTIMENT GĦALL-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI", "8830.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u tas- Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid fil-preżent kemm hemm units għand id-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali li s-sid tagħhom hi l- awtorita' tad-djar?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Ninsab informata li l-awtorita' tad-djar għaddiet 270 post lid-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali.", "WIED INĊITA - QTATES - VETERINARJU", "8840.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid liema veterinarju ntgħażel sabiex jikkura l-qtates li nġarrew lejn Wied Inċita minn San Anton?", "Fuq liema kriterji ntgħażel?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Ninsab informat li l-gvern ma apponta l-ebda veterinarju peress li dawn il-qtates m'humiex fuq l-inventarju tal-gvern.", "ĠONNA PUBBLIĊI - QTATES", "8841.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid minn min tneħħew il-qtates mill-ġonna pubbliċi tal-barrakka ta' fuq fil-Belt u Romeo Romani f'Santa Venera?", "X'sar minnhom?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Ninsab informat li jidher li l-qtates li kienu l- barrakka ta' fuq telqu waqt li kien qiegħed isir ix-xogħol fuq il-barrakka peress li ma kien hemm ħadd min jitmagħhom.", "Il-ġnien Romeo Romano huwa responsabbilta' tal-kunsill lokali ta' Santa Venera.", "EDUKAZZJONI - RAPPORTI TA' SERQ", "8842.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 8305 u cioe' jgħid matul l-ewwel disa' xhur ta' din is-sena kemm-il serqa ta' oġġetti ġiet rapportata li saret fid-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt il-ministeru tiegħu kif ukoll minn fuq proġetti li għaddej bihom il-ministeru?", "X'kienu l-oġġetti misruqa u kemm jammontaw f'ċifra ta' flus globali?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nitlob lill-Onor.Membru jirriferi għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 8647.", "FINANZI - RAPPORTI TA' SERQ", "8843.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 8308 u cioe' jgħid matul l-ewwel disa' xhur ta' din is-sena kemm-il serqa ta' oġġetti ġiet rapportata li saret fid-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt il-ministeru tiegħu kif ukoll minn fuq proġetti li għaddej bihom il- ministeru?", "X'kienu l-oġġetti misruqa u kemm jammontaw f'ċifra ta' flus globali?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi għat- tweġiba li tajt għal mistoqsija parlamentari 8308.", "ENEMALTA - KONTIJIET TAD-DAWL", "8865.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 8476 u cioe' jgħid kemm hi ċ-ċifra ta' flus f'arretrati tal-kontijiet tad-dawl li l-korporazzjoni Enemalta għandha tiġbor?", "Jista' jgħid kemm hu n-numru ta' households u kemm hu n-numru ta' stabilimenti kummerċjali, ta' l-ikel, fabbriki, eċċ. separatament li għandhom arranġamenti sabiex iħallsu l-arretrati tal-kontijiet tad-dawl?", "Skond dawn l-arranġamenti ta' arretrati, kemm fil-fatt tammonta ċ-ċifra ta' flus globali li għandha titħallas il-korporazzjoni?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-mejda tal- Kamra aktar kmieni fis-seduta.", "TRASFERIMENT TA' MINISTRI/MINISTERI", "8867.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Wara li nħatar il-Kabinett il-ġdid, jista' il-Prim Ministru jgħid liema kienu dawk il-ministri u ministeri li ġarrew minn post għal ieħor?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: It-tibdil li sar minn post għal ieħor ta' ministeri wara li nħatar il-kabinett il-ġdid huwa kif jidher fit-tabella li tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra iktar kmieni fis-seduta.", "ŻVILUPP URBAN U TOROQ - MOBILE PHONES", "8927.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta' flus li tħallas fuq kontijiet ta' mobile phones bejn Jannar 2003 u Ottubru 2004 lill-impjegati fis-segretarjat privat tiegħu?", "Min huma l-impjegati li huma intitolati għal mobile phone fl-istess segretarjat?", "Xi grad għandhom?", "Kemm kienet l- ispiża għal kull mobile phone bejn Jannar 2003 u Ottubru 2004?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: L-użu ta' mobile phones fis-segretarjati privati tal-Ministru u tas-segretarjat parlamentari hu regolat minn guidelines approvati mill-kabinett dwar l-ingaġġ ta' impjegati f'dawn is-segretarjati.", "Dawn il-guidelines jipprovdu li l-kap tas-segretarjat, is-segretarju privat, l-assistent segretarju privat u l-communications co-ordinator huma intitolati għall-użu tal-mobile phone.", "F'ċerti każi jistgħu jkunu intitolati wkoll impjegati fil-grad ta' messaġġier kif ukoll xufiera tal- ministru jew tas-segretarju parlamentari.", "L-ammont totali ta' flus li tħallsu fuq mobile phones użati minn membri tas- segretarjat tiegħi bejn Jannar 2003 u Ottubru 2004 kien Lm7,599.07.", "Ma naħsibx li huwa l-każ li tingħata wkoll informazzjoni dwar l-ispiża għal kull mobile phone.", "FAMILJA U SOLIDARJETA' SOĊJALI - MOBILE PHONES", "8928.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru tal-Familja u tas- Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid kemm hu l-ammont ta' flus li tħallas fuq kontijiet ta' mobile phones bejn Jannar 2003 u Ottubru 2004 lill-impjegati fis-segretarjat privat tagħha?", "Min huma l-impjegati li huma intitolati għal mobile phone fl-istess segretarjat?", "Xi grad għandhom?", "Kemm kienet l-ispiża għal kull mobile phone bejn Jannar 2003 u Ottubru 2004?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l- użu ta' mobile phones fis-segretarjati privati tal-ministri u tas- segretarji parlamentari huwa regolat minn guidelines approvati mill-kabinet dwar l-ingaġġ ta' impjegati f'dawn is-segretarjati.", "Dawn il-guidelines jipprovdu li l-kap tas-segretarjat, is-segretarju privat, l-assistent segretarju privat u l-communications co-ordinator huma intitolati għall-użu tal-mobile phone.", "F'ċerti każi jistgħu jkunu intitolati wkoll impjegati fil-grad ta' messaġġier kif ukoll xufiera tal-ministru jew tas-segretarju parlamentari.", "L-ammont totali ta' flus li tħallas fuq mobile phones użati minn membri tas- segretarjat tiegħi bejn Jannar 2003 u Ottubru 2004 kien Lm700.99.", "Ma naħsibx li huwa l-każ li tingħata wkoll informazzjoni dwar l-ispiża għal kull mobile phone.", "SERVIZZ PUBBLIKU - SKRIVANI", "8930.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jagħti lista ta' kemm hemm skrivani mpjegati mal-gvern f'kull grad fil-preżent?", "Kemm kien in-numru ta' impjegati fl-istess gradi fis-snin 2002 u 2003?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab informat illi n-numru ta' impjegati fil- grad ta' skrivan fis-servizz pubbliku fl-aħħar ta' Ottubru ta' din is-sena kien ta' 1,849, fl-istess xahar fis-sena 2002 kien ta' 1,434 u fl-istess xahar fis-sena 2003 kien ta' 1,631.", "OPM - IMPJEGATI", "8955.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hemm impjegati ma' kumpanniji/entitajiet/awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li għandhom iktar minn 61 sena?", "Min huma?", "Kemm hemm minnhom li qegħdin b'xi forma ta' kuntratt jew huma konsulenti?", "X'remunerazzjoni u/jew allowance għandhom?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 8200.", "ĠUSTIZZJA U INTERN - IMPJEGATI", "8956.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm impjegati ma' kumpanniji/entitajiet/awtoritajiet li jaqgħu taħt id- dekasteru tiegħu li għandhom iktar minn 61 sena?", "Min huma?", "Kemm hemm minnhom li qegħdin b'xi forma ta' kuntratt jew huma konsulenti?", "X'remunerazzjoni u/jew allowance għandhom?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant hu kif ġej:", "Ċentru Malti ta' l-Arbitraġġ Is-Sur Godfrey Demarco, reġistratur*, Lm8,338 fis-sena, kif ukoll Lm520 petrol allowance + servizz tat-telefon Is-Sur Paul Crocetta, messaġġier*, Lm2,798 fis-sena.", "Akkademja tal-Pulizija Is-Sur Joe Gauci, kmandant, Lm5,715 fis-sena", "Kummissjoni Permanenti Kontra l-Korruzzjoni L-Imħallef Albert Manche, Chairman*, Lm7,472 fis-sena kif ukoll is-servizz ta' karozza bix-xufier, l-użu ta' mobile, servizz tat-telefon, gazzetti/gazzetti tal-Gvern.", "* Bla kuntratt.", "AFFARIJIET BARRANIN - IMPJEGATI", "8957.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin: Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm impjegati ma' kumpanniji/entitajiet/awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li għandhom iktar minn 61 sena?", "Min huma?", "Kemm hemm minnhom li qegħdin b'xi forma ta' kuntratt jew huma konsulenti?", "X'remunerazzjoni u/jew allowance għandhom?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: It-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant tpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra iktar kmieni fis-seduta.", "QRATI - INKJESTI MAĠISTERJALI", "9094.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew inizjati inkjesti maġisterjali matul din is-sena sal-15 ta' Ottubru u jgħid lil liema maġistrati ġew assenjati?", "ONOR.", "TONIO BORG: L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "QORTI TAL-MAĠISTRATI - KAWŻI", "9095.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew deċiżi kawżi ċivili fil-qorti tal-maġistrati (Malta) mill-1 ta' Jannar 2004 sal-15 ta' Ottubru 2004 u jagħti t-tagħrif maġistrat, maġistrat?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba minnu tinsab fis-sit www.justice.gov.mt taħt court statistics li tinsab f'court services.", "Ovvjament għandu jaċċessa għall-istatistika taċ- ċivil.", "F'dan is-sit hemm kemm ġew deċiżi kawżi ċivili fil-qorti tal- maġistrati (Malta) mill-1 ta' Jannar 2004.", "L-istatistika hija aġġornata sa l-aħħar ta' Ottubru 2004.", "Kopja qed tiġi annessa.", "QRATI - INKJESTI", "9096.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew konklużi inkjesti, maġistrat maġistrat, matul din is-sena?", "ONOR.", "TONIO BORG: L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "BORD TAL-QBIELA/KERA - KAWŻI", "9097.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew deċiżi kawżi mill-bordijiet tal-qbiela, tal-Kera u ta' l-arbitration bejn l-1 ta' Jannar u l-15 ta' Ottubru 2004 u jagħti t-tagħrif maġistrat maġistrat?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba minnu tinsab fis-sit www.justice.gov.mt taħt court statistics li tinsab f'court services.", "Ovvjament għandu jaċċessa għall-istatistika taċ- ċivil.", "F'dan is-sit hemm kemm ġew deċiżi kawżi mill-bord tal-qbiela, tal- kera u ta' l-arbitraġġ, maġistrat b'maġistrat, mill-1 ta' Jannar 2004.", "L-istatistika hija aġġornata sa l-aħħar ta' Ottubru 2004.", "Kopja qed tiġi annessa.", "QRATI - PERSUNI GĦADDEJJIN KUMPILAZZJONI", "9098.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm tressqu nies il- qorti, u jinsabu għaddejjin kumpilazzjoni, matul din is-sena sal-15 ta' Ottubru?", "ONOR.", "TONIO BORG: L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "ĊENTRU TA' L-ARBITRAĠĠ", "9099.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew riferuti każi liċ-ċentru ta' l-arbitraġġ?", "Kemm minnhom ġew hekk riferuti skond il- liġi jew b'mod volontarju matul din is-sena?", "Jista' jindika min kienu l- arbitri?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi sal-lum ġew riferuti b'kollox 24 każ liċ-ċentru ta' l-arbitraġġ.", "Minn dawn tmienja kienu riferuti skond il- liġi – tnejn kondominja u sitta kolliżjonijiet - u 17 fuq bażi volontarja.", "L-arbitri li semgħu dawn l-arbitraġġi kienu s-segwenti: Mr George Farrugia; Perit Joseph Ellul Vincenti; Dr George Abela, Imħallef Albert Manche, Dr Hugh Peralta; Dr Simon Micallef Stafrace (3); Dr Francesco Depasquale; Perit Anthony Fenech Vella (2), Perit Joseph J. Xuereb (2); Dr Tonio Ellul*; Dr Ann Fenech; Perit Joseph Cachia Fearne*; Dr Robert Mangion (2); Perit Anthony Stivala; Dr Louis Cassar Pullicino; Dr Anthony Ellul (3); Dr Edward Zammit Lewis; Dr J. Zammit McKeon; Dr Mark Chetcuti (2); u Mr Alex Mamo;", "* Maħtura miċ-ċentru skond il-liġi tal-kondominja qabel ma din ġiet emendata.", "L-oħrajn kollha kienu maħtura mill-partijiet, barra wieħed li kien maħtur miċ-ċentru fuq talba tal-partijiet.", "SPTARIJIET - TWELID TA' TRABI PERMEZZ TA' ĊESARJA", "9136.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jagħti statistika ta' kemm mit- twelid mibdija (induced births) fl-isptarijiet privati u pubbliċi jispiċċaw f'ċesarja?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Fis-snin 2002-2003, 15.5% mit-twelid reġistrati bħala mibdija (induced births) fl-ispartijiet privati u pubbliċi spiċċaw f'ċesarja.", "SAN PAWL IL-BAĦAR - ĠRIEDEN", "9138.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunita': Jistgħu l-awtoritajiet tas-saħħa jieħdu passi dwar il- ħafna ġrieden li jidhru fl-inħawi fil-bidu ta' San Pawl il-Baħar ħdejn il- pompi tal-petrol fejn jarma bejjiegħ tal-ħaxix?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Informat li ħaddiema mis-sezzjoni tal-pest control tad-dipartiment tas-saħħa pubblika għamlu t-trattamenti neċessarji għal kontra l-ġrieden bi tqegħid ta' velenu fi Triq Mosta, San Pawl il-Baħar, speċifikament fejn jarmaw il-bejjiegħa tal-ħaxix ħdejn il-pompi tal-petrol.", "Il-problema ser tibqa' tiġi segwita regolarment sakemm l-infestazzjoni tal- ġrieden tiġi taħt kontrol.", "Sussegwentement uffiċjali ta' dan id-dipartiment mir-reġjun tat-tramuntana ħadu l-passi neċessarji fuq żamma ta' akkumulu ġo għalqa fil-viċinanzi tal-post indikat li jista' jikkontribwixxi għat- tkattir ta' ġrieden fl-inħawi.", "FINANZI - STATISTIKA DWAR GĦAWDEX", "9140.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid x'tip ta' statistika dwar Għawdex qed tinġabar, separatament minn dik ta' Malta, għal finijiet ekonomiċi sabiex tkun ikkalkulata r-rata ta' tkabbir ekonomiku għal Għawdex bħala reġjun?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-uffiċċju nazzjonali ta' l-istatistika qiegħed iħejji statistika separata għal Malta u Għawdex dwar dawn is-suġġetti: Popolazzjoni; enerġija; użu ta' l-Art; ilma; trasport; skart; edukazzjoni; turiżmu; ekonomija (prodott gross domestiku); kultura u impjiegi.", "TKABBIR EKONOMIKU TA' GĦAWDEX", "9141.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm kien it-tkabbir ekonomiku għal Għawdex mis-snin 2000 sa 2003?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "SERVIZZ PUBBLIKU - ĦADDIEMA GĦAWDXIN", "9142.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hemm Għawdxin jaħdmu f'Għawdex mas-settur pubbliku u mas-settur privat?", "F'liema oqsma?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab informat illi hemm 2,915 Għawdxin fis- servizz pubbliku jaħdmu Għawdex.", "Dwar in-numru ta' Għawdxin mal-kumplament tas-settur pubbliku u mas-settur privat nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill- ministru konċernat.", "ART GĦAL SKOPIJIET RIKREATTIVI", "9165.", "L-ONOR.", "FRANCO GALEA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Fid-dawl tal-konċessjonijiet li jingħataw min-naħa tal- gvern għal skopijiet rikreattivi, bħal sports u scouts, peress li min talab l-art spjega għal xiex iridha, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il- gvern hux qed jagħmel hu impact assessment biex jasal jagħti l-proprjeta'?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li l-konċessjonijiet li jingħataw min- naħa tal-gvern għal skopijiet rikreattivi, bħal sports u scouts, huma amministrati mill-kunsill Malti sports.", "Għalhekk nitlob lill-Onor.", "Interpellant sabiex jirriferi t-talba tiegħu lill-ministeru ta' l- edukazzjoni, żgħażagħ u l-impjiegi.", "PEMBROKE - TRIQ FID-DAĦLA TA' SAN PATRIZJU", "9166.", "L-ONOR.", "FRANCO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Jista' il-Ministru jgħid jekk it-triq li tinsab fid-daħla ta' San Patrizju f'Pembroke hijiex issir mill-gvern ċentrali?", "Jekk le, ġiet approvata mill-ADT?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: It-triq imsemmija hija responsabbilta' tal- kunsill lokali.", "Għalhekk għal aktar informazzjoni l-Onor.", "Interpellant hu mitlub jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "KUNSILL MEDIKU", "9167.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid huwiex sodisfatt bit-tagħrif ġeneriku mogħti mill-Kunsill Mediku fir-rapport annwali tiegħu u li dwaru kien hemm ħafna kummenti fil-ġurnali?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-Ordinanza dwar il-Professjoni Medika u l- Professjonijiet li għandhom x'jaqsmu magħha (Kap 31) ġiet revokata bl-Att dwar il-Professjonijiet tas-Saħħa (Kap 464) li beda fis-seħħ fil-21 ta' Novembru 2003.", "Skond l-Ordinanza, il-Kunsill Mediku ma kienx tenut jippubblika rapport annwali.", "Ir-rapporti annwali li l-Kunsill Mediku ppubblika sas-sena l-oħra ġew magħmulin minnu minn rajh.", "Ma kienx obbligat jagħmilhom.", "Dawn ir- rapporti kien fihom fil-qosor dikjarazzjoni ta' l-attivita' tal-kunsill matul is-sena ta' qabel kull rapport.", "Skond l-Att, il-Kunsill Mediku għandu, fl-ewwel tliet xhur tas-sena, jippubblika rapport annwali li jkun fih dikjarazzjoni ta' l-attivitajiet imwettqa mill-kunsill matul is-sena ta' qabel (art 10 (4)).", "L-Att ġie fis- seħħ f'Novembru 2003 u għalhekk l-ewwel rapport annwali skond l-Att għandu jiġi ppubblikat bejn l-1 ta' Jannar u l-31 ta' Marzu 2005.", "KUNSILL MEDIKU", "9168.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid jekk jaqbilx li kif imwaqqaf il-Kunsill Mediku għandu membri li jagħmlu xogħol kemm investigattiv u kemm ġudizzjarju u jarax li minflok l-għamla attwali għandux ikollu sotto- kumitati separati, definiti bil-liġi biex imexxu ż-żewġ ħidmiet differenti?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Skond l-Att dwar il-Professjonijiet tas-Saħħa, il- Kunsill Mediku għandu s-setgħa li jinvestiga allegazzjonijiet dwar imġieba ħażina professjonali jew ksur ta' etika da parti ta' tabib jew ta' dentista.", "Din l-investigazzjoni l-kunsill jista' jagħmilha kemm wara ilment minn xi persuna kif ukoll minn jeddu.", "Minn din is-sena s-smiegħ ta' kull każ qiegħed isir minn sotto-kumitat kompost minn tliet membri, li fil- konklużjoni tas-smiegħ jissottomettu l-provi kollha lill-kunsill sħiħ u jkun il-kunsill sħiħ li jagħti d-deċiżjoni finali.", "Dan is-sotto-kumitat mhuwiex definit bil-liġi, iżda l-att imsemmi jagħti lill-kunsill is-segħta li fl-inkjesti jipproċedi permezz tas-sotto-kumitat (art 10 (2)).", "KUNSILL MEDIKU", "9169.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li l- Kunsill Mediku għandu jxandar, mingħajr dewmien, charter ta' drittijiet tal- pazjenti li jkun jista' jarah kull min ikollu xi ilment xi jressaq?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Fil-preżent il-Kunsill Mediku m'għandux ħsieb jippubblika charter ta' drittijiet tal-pazjenti.", "Infakkar lill-Onor.", "Interpellant li tali charter ġie mniedi mid-diviżjoni tas-saħħa għall-pazjenti fl-isptar San Luqa xi snin ilu.", "KUNSILL MEDIKU", "9170.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunita': Jaqbel il-Ministru li l-president tal-Kunsill Mediku għandu jkun elett mill-membri tal-kunsill u mhux bilfors ikun membru jew ex- membru tal-ġudikatura?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Skond l-Att dwar il-Professjonijiet tas-Saħħa mhux meħtieġ li l-President tal-Kunsill Mediku jkun membru tal-ġudikatura, fil- kariga jew irtirat.", "Huwa meħtieġ li jkun minn fost professjonisti legali (art 9 (a)).", "Hija ħaġa għaqlija li l-President tal-Kunsill ikollu esperjenza fil-prattika tal-liġi, b'mod partikolari fl-inkjesti kondotti mill-Kunsill.", "KUNSILL MEDIKU", "9171.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunita': Jikkonferma l-Ministru li jekk ikun hemm iktar membri mhux tobba fil-kunsill, dan isir aktar kredibbli?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Jista' jkun li jekk jkun hemm iktar membri mhumiex tobba fil-Kunsill Mediku, dan isir iktar kredibbli f'għajnejn xi wħud.", "B'danakollu jista' f'dak il-każ jiġri li l-kunsill ikun inqas effettiv u effiċjenti minħabba l-fatt li l-materji li jiġu diskussi u deċiżi mill- kunsill huma fil-parti l-kbira tagħhom ta' natura medika, u/jew relatati ma' tobba jew dentisti.", "Infakkar lill-Onor.", "Interpellant li bil-liġi dwar il-Professjonijiet tas- Saħħa, issa għall-ewwel darba fil-Kunsill Mediku hemm rappreżentanza tal- pubbliku.", "KUNSILL MEDIKU", "9172.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid għaliex min iressaq xi ilment ma jkollux il-jedd għal spjegazzjoni bil-miktub mingħand il-Kunsill Mediku wara li l-kunsill ikun ħa d-deċiżjoni li ma jissoktax b'xi inkjesta?", "Jaqbel li d-Data Protection Act tagħti d-dritt li min iressaq xi ilment ikun jista' jara noti mediċi tat-tabib in kwestjoni?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Il-liġi ma timponix lill-Kunsill Mediku li jagħti spjegazzjoni bil-miktub lil min ikun ressaq ilment li ma jiġix segwit b'inkjesta.", "B'danakollu hija l-prattika tal-kunsill li f'każijiet bħal dawn jagħti lil min ikun għamel l-ilment ir-raġunijiet li għalihom ikun iddeċieda li ma ssirx l-inkjesta.", "Skond id-Data Protection Act kull pazjent għandu dritt jara l-istorja medika tiegħu.", "RABAT - TRIQ SAN PAWL", "9176.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jistgħu jittieħdu passi biex jitneħħa l- inkonvenjent fi Triq San Pawl, ir-Rabat, Malta peress li hemm residenti f'din it-triq li minħabba kif taqleb it-triq u minħabba li l-ilma li jinġabar m'għandux mnejn jitlaq, kull darba li tagħmel ix-xitta kollox jaqleb għandhom, l-ilma jitla' fuq il-bankina u jidħol fl-ispralli u l- kantina tegħrqilhom b'inkwiet għalihom?", "ONOR.", "TONIO BORG: Bħalma jaf l-Onor.", "Interpellant, il-kunsilli lokali huma korpi statutorji ta' gvern lokali b'personalita' legali distinta u għalhekk nissuġġerilu jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-kunsill lokali konċernat.", "QRATI TA' GĦAWDEX - ĠUDIKANTI", "9185.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm intnefaq mill- qorti bħala allowance (mhux dak ta' trasport) fuq kull ġudikant f'Għawdex fis-snin 2002, 2003 u 2004 u liema huma l-ġudikanti ntitolati għal food and lodging allowance?", "ONOR.", "TONIO BORG: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "QRATI TA' GĦAWDEX - INKJESTI", "9186.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew introdotti inkjesti quddiem il-qorti ta' Għawdex fis-snin 2002, 2003 u 2004?", "Lil min ġew assenjati u f'liema ammont u kemm minnhom ġew mogħtija u mibgħuta lill- Avukat Ġenerali?", "ONOR.", "TONIO BORG: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "QRATI TA' GĦAWDEX - KAWŻI PENDENTI", "9187.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm kawżi ċivili pendenti quddiem il-qorti ċivili inferjuri u quddiem il-qorti ċivili superjuri ta' Għawdex?", "ONOR.", "TONIO BORG: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "QRATI TA' GĦAWDEX – KAWŻI PENDENTI", "9188.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm kawżi pendenti quddiem il-qorti ċivili ta' Għawdex (sede inferjuri u superjuri) li ilhom pendenti aktar minn għaxar snin u kemm hemm kawżi li ilhom pendenti aktar minn ħames snin?", "ONOR.", "TONIO BORG: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "QRATI TA' GĦAWDEX – KAWŻI PENDENTI", "9189.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm-il kawża li kienet ilha pendenti għal aktar minn ħames snin quddiem il-qorti ċivili ta' Għawdex/inferjuri u superjuri ġiet deċiża fis-snin 2003 u 2004?", "ONOR.", "TONIO BORG: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "QRATI TA' GĦAWDEX – KAWŻI DIFFERITI", "9190.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm kawżi differiti għas-sentenza fil-qorti ċivili ta' Għawdex (inferjuri u superjuri)?", "ONOR.", "TONIO BORG: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "ADT - SPEED CAMERAS", "9210.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jgħid kemm twaħħlu mill-awtorita' dwar it- trasport speed cameras u CCTVs f'toroq u junctions u fejn twaħħlu?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Skond ir-Regolamenti dwar il-Vetturi bil-Mutur, ir-responsabbiltà legali ta' l-issorveljar tal-veloċità tal-vetturi fit- toroq hi tal-pulizija u tal-gwardjani lokali, u min-naħa ta' l-awtorità dwar it-trasport la nxtraw u lanqas twaħħlu speed cameras u CCTVs f'toroq u junctions.", "Jien infurmat ukoll li l-awtorita' dwar it-trasport xtrat speed gun li għalkemm tirreġistra l-veloċità li biha tkun qed tinsaq vettura, la tirreġistra n-numru tal-vettura u lanqas ma tieħu ritratt tal-vettura.", "Din l-ispeed gun tintuża fil-proċess ta' iddisinjar ta' toroq u fit-tħejjija ta' miżuri dwar immaniġġjar ta' traffiku.", "TOROQ - KUNTRATTURI 9211.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jgħid x'sar mill-proposta li kuntratturi tat- toroq jiġu kklassifikati?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Bħalissa m'hemmx klassifikazzjoni ta' kuntratturi.", "Għadhom għaddejjin studji dwar sistema ta' klassifikazzjoni u opportunitajiet ta' taħriġ.", "Meta dawn jiġu konklużi wieħed jista' mbagħad jgħaddi sabiex jintroduċi din il-klassifikazzjoni.", "VETTURI SKRAPPJATI", "9212.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew skrappjati vetturi matul is-snin 2003 u 2004 (sal-lum)?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: L-ammont ta' vetturi li ġew skrappjati huwa kif jidher hawn taħt:", "|Sena |Ammont | |2003 |2,798 | |2004 up to |4,619 | |30/09/04 | |", "VETTURI - LIĊENZJI", "9213.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' vetturi li ma ġeddewx il-liċenzja matul is-snin 2003 u 2004 (sal-lum)?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: In-numru ta' vetturi li ma ġeddewx il-liċenzji huma kif jidhru hawn taħt:", "|Sena |Ammont | |2003 |35,516 | |2004 up |24,198 | |to | | |30/09/04 | |", "VETTURI ĠODDA", "9214.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' vetturi ġodda li ġew reġistrati matul is-snin 2000, 2001, 2002, 2003, 2004 (sal-lum)?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: In-numru ta' vetturi ġodda li ġew reġistrati matul is-snin huma dawn.", "|Sena |Ammont | |2000 |13,044 | |2001 |9,172 | |2002 |12,560 | |2003 |15,007 | |2004 |8,695 | |(30/09/04) | |", "VETTURI - PERSONALISED NUMBER PLATES", "9215.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jgħid kemm inxtraw number plates personalizzati tal-Lm500 minn meta ġew introdotti sal-lum?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: L-ammont ta' number plates personalizzati li jibdew minn Lm500 hu ta' 36.", "CCF - PUNCHING MACHINE", "9223.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 8979, jista' il-Viċi Prim Ministru jagħti tagħrif u/jew dettalji tas- software li jgħid li huwa outdated?", "Jista' jgħid x'assessment jew studju sar biex jistabilixxi li l-ispejjeż biex iżomm is-sistema tal-punching machine kienet kibret ħafna?", "B'kemm kibret l-ispiża?", "ONOR.", "TONIO BORG: Is-software għall-punching machine il-qadima huwa Inova Master/MS DOS.", "Dan kien inxtara fl-1997.", "Mill-assessment li sar irriżulta li din is-sistema kienet qed tiswa lid- dipartiment madwar Lm350 fis-sena għal cards u madwar Lm150 fi spejjeż ta' manutenzjoni u cartridges u karti.", "Barra minn hekk, din riedet tiġi estiża (upgraded) biex minn 256 user issir għall-400.", "Din is-sistema ma kienetx tipprovdi access control.", "L-ispiża biex titħaddem is-sistema l-ġdida hija ferm anqas u dan għaliex din taħdem b'sistema ta' FOB's li għalkemm jqumu daqs il-cards li kienu jintużaw qabel, iservu ferm aktar, minbarra li s-software għall-access control li ma kellhiex is-sistema l-qadima qiegħed fis-sistema l-ġdida.", "CCF - PUNCHING MACHINE", "9224.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 8979, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kienet swiet lill-faċilita' korrettiva ta' Kordin il-punching machine in kwestjoni?", "ONOR.", "TONIO BORG: Il-punching machine li kienet inxtrat fl-1997 kienet swiet Lm1,406.82.", "CCF - PUNCHING MACHINE", "9225.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 8979, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid min kien/u l-uffiċjali tal- faċilita' korrettiva ta' Kordin li talbu l-quotations inkwestjoni?", "Jista' ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-quotations kollha li ġew ippreżentati?", "Min għamel l-għażla u għaliex saret l-għażla tad-ditta/soċjeta' li pprovdiet l- apparat?", "ONOR.", "TONIO BORG: Wara li ġie deċiż li jinxtara apparat ġdid, id- direttur inkariga lid-dipartiment tas-sigurta' fil-faċilita' biex jiġbor il- quotations.", "L-għażla finali saret mid-direttur.", "Għalkemm din kienet l-orħos fost it- tlett quotations, din intgħażlet għax kienet taqdi l-funzjonijiet li għandu bżonn id-dipartiment.", "Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopji tal-quotations.", "ARTIJIET - PROĠETTI FILANTROPIĊI", "9227.", "L-ONOR.", "FRANCO GALEA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid mill-1987 sal- ġurnata tal-lum kemm ingħataw siti (mibnija u artijiet) biex jiġu żviluppati għal proġetti filantropiċi, bħal sport centres, scouts, boat and sailing clubs, u clubs oħra u kemm minnhom ġew effettivament imwettqin?", "Qabel ma jingħataw, il-gvern ra li l-partijiet kellhom finanzi biex il-proġetti jseħħu?", "ONOR.", "TONIO BORG: Kif diġa' għedt fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 9165, il-konċessjonijiet li jingħataw minn naħa tal-gvern għal skopijiet rikreattivi għal sport centres, scouts u clubs oħra huma amministrati mill-kunsill Malti għall-isports.", "Għalhekk nitlob lill-Onor.", "Interpellant sabiex jirreferi t-talba tiegħu lill-Ministeru ta' l- Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi.", "PULIZIJA - RAPPORTI TA' SERQ", "9228.", "L-ONOR.", "FRANCO GALEA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm turisti taħt it- 18-il sena għamlu rapporti fuq serq matul is-snin 2003 u 2004 u liema kienu l-għases fejn saru r-rapporti?", "ONOR.", "TONIO BORG: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "ĠUSTIZZJA U INTERN - SAFAR", "9229.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jagħti rendikont dettaljat tan-nefqa in konnessjoni ma' safar ta' delegazzjonijiet immexxija minnu matul is-snin 2003 u 2004 (sat-18 ta' Novembru 2004)?", "Jista' jagħmel breakdown għal kull safra?", "Jista' jagħti rendikont dettaljat tan-nefqa in konnessjoni ma' safar ta' delegazzjonijiet li ma kienx parti minnhom minn dekasteri li jaqgħu taħt il-ministeru tiegħu?", "ONOR.", "TONIO BORG: Għal dak li jirrigwardja safar ta' delegazzjonijiet immexxija minni u dawk tad-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi fl-2003, nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 4286, filwaqt li għal dak li jirrigwardja safar fl-2004 mid- dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi, nirreferih għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 8904.", "Rendikont tas-safar ta' delegazzjonijiet immexxija minni matul l-2004 tpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni fis-seduta.", "DWANA - DIGITAL CAMERAS", "9247.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid x'sar mit-93 digital camera li nqabdu mill-uffiċċju tad-dwana (seizure note nru.", "30/2004)?", "Meta se jingħataw lura lil sidhom?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Fil-preżent it-93 digital cameras li nqabdu mill- uffiċċju tad-dwana (seizure note numru 30/2004) jinstabu taħt il-kustodja ta' l-istess dwana biex 'il quddiem jiġu esibiti bħala corpus delicti ġewwa l-Qorti fejn mistenni jitressaq persuna in konnessjoni ma' każijiet ta' serq u kuntrabandu.", "SANTA VENERA - TRIQ KANONKU BONNICI", "9248.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Jista' il-Ministru jgħid meta hemm ħsieb li tiġi rranġata Triq Kanonku Bonnici, f'Santa Venera?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: It-triq imsemmija kienet ġiet asfaltata żmien ilu, imma peress li x-xogħol fiha kien sar ħażin, fil-preżent din it-triq qed tiġi nvestigata sabiex jiġi stabilit x'għandu jsir.", "IMPJIEGI - PERSUNI MILL-KOTTONERA", "9249.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm persuni residenti fil-Kottonera li jaħdmu l-Belt Valletta u l-Furjana?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Hemm 1,466 persuni residenti fil-Kottonera (Kalkara, Birgu, Isla u Bormla) li jaħdmu l-Belt Valletta u l-Florana.", "Ġejt informat li r-rekords ta' l-ETC huma skond l-indirizz ta' min iħaddem u mhux skond il-lokazzjoni tal-post tax-xogħol fejn qed jaħdmu l-impjegati.", "ADT – SERVIZZ TA' TRASPORT PUBBLIKU", "9250.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx statistika ta' dawk il-persuni li jagħmlu użu mit-trasport pubbliku bejn il-Kottonera u l-Belt Valletta?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra."]} {"filename": "20060516_385d_par.doc", "date": "2006-05-16", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Uffiċjali u Rivedut) L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 385 It-Tlieta, 16 ta' Mejju 2006 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 385", "It-Tlieta, 16 ta' Mejju 2006", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.03 p.m.", "Talba", "Seduta Nru. 385", "It-Tlieta, 16 ta' Mejju 2006", "WERREJ", "MINUTI 165", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 165", "TQEGĦID TA' KARTI 171", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA 172", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR L-INTERMEDJARJI FL-ASSIGURAZZJONI (IT-TIENI QARI) 172", "INSURANCE INTERMEDIARIES BILL (SECOND READING) 172", "ABBOZZ TA' LIĠI BIEX JEMENDA L-ATT DWAR DAZJU TAS-SISA (KUMITAT) 188", "EXCISE DUTY (AMENDMENT) BILL (COMMITTEE STAGE) 188", "AĠĠORNAMENT 192", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 196", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 384 li saret fil-15 ta' Mejju, 2006 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "SERVIZZ TA' L-INTERNET", "18477.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joe Debono Grech) staqsa lill- Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx uffiċjali fid-dekasteru tiegħu li għandhom is-servizz ta' l-internet fir-residenza tagħhom imħallas minn fondi pubbliċi, minbarra dak provdut mill-MITTS?", "Min approva s-servizz?", "Għal min qiegħed jiġi pprovdut u min hu l-ISP?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni): Jien u tliet uffiċjali oħra għandna s-servizz ta' l- internet fir-residenza tagħna provdut mill-Maltanet.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Leo Brincat, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, nixtieq nirriferi għall-privatisation tal-Maltacom li ħabbar il-Ministru l-bieraħ.", "Jidher li wara li jgħaddu tliet snin mill-iffirmar tal-ftehim tal-privatizzazzjoni, il-kumpannija se jkollha l-majority shareholding u se jkollha d-dritt li teżerċita d- delisting, fis-sens li l-ishma tal-Maltacom ma jibqgħux jiġu kkwotati fuq il-Borża ta' Malta.", "Nimmaġina li biex dan isir se jkun hemm bżonn ta' laqgħa ġenerali tax-shareholders.", "Jekk dan huwa l-każ, id-deċiżjoni tkun tista' tittieħed b'maġġoranza sempliċi jew b'maġġoranza kwalifikata?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jien informat li minn dan ix-xahar, se jidħol in vigore t-takeover code ta' l-Unjoni Ewropea li jipprovdi regolamenti dettaljati kemm dwar forced bids, kemm dwar delisting, kemm dwar regoli oħra, kemm dwar takeovers kif ukoll dwar xiri ta' pakketti sostanzjali ta' shares, mhux neċessarjament li", "għandhom x'jaqsmu mal-maġġoranza.", "Fir-realta', li kieku dan it-takeover code kien jeżisti llum, jien informat li l-kumpannija li tixtri ammont sostanzjali ta' shares, anke li m'humiex maġġoranza, tkun f'ċerta ċirkostanza obbligata tagħmel offerta lix- shareholders biex tixtri x-shares u jekk takkwista numru minnhom - m'iniex ċert dwar il-maġġoranza tagħhom, pero' safejn naf jien huma aktar minn 90% jew 95% tax-shares - tkun tista' tiddilistja.", "Jiġifieri, biex ngħid hekk, aħna li ma nixtequx bħala gvern, biex inkun ċar, naraw id-delisting u ma nixtequx illi ssir offerta lill-private shareholders biex jinxtraw ix- shares tagħhom, poġġejna lit-Tecom Investments f'pożizzjoni żvantaġġata vis- a-vis it-takeover regulations ġodda illi se jidħlu in vigore fi ftit tal- ġranet oħra, Sur President.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Billi nippreżumi li meta bdew isiru t-taħditiet preliminari l-issue tat-takeover mill-perspettiva Ewropea kienet għadha mhix in vigore, jew forsi għadha mhux daqshekk imminenti ...", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jiena bil-kontra ġejt informat - għax kont naf li t- takeover code kellu jidħol in vigore din is-sena - proprju riċentement u ma kontx naf aħniex se naslu biex nilħqu ftehim - qed nitkellem għal xahar u nofs, xahrejn ilu - qabel ma jidħol in vigore t-takeover code u tlabt il- posponiment ta' l-entry into date.", "Jiena ġejt informat mill-avukati li impossibbli li l-posponiment ta' l-entry into date titmexxa 'l quddiem għax id-data apparentement hija miftehma fl-acquis li huwa in vigore u allura hija inderogabbli.", "Għalhekk waqqaftek, Onor. Brincat, għax il-premessa hija żbaljata.", "Jiġifieri ma stajniex inċaqilquh.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Naħseb primarjament kienet jekk kenitx issue li qamet anke min-naħa tat-Tecom stess meta ġew biex jagħmlu n-negozjati mal-Gvern Malti.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Assolutament.", "Malli tlabnihom il-kondizzjoni aċċettaw immedjatament.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Fin-negozjati li saru, apparti mill-privatisation unit tal-Gvern Malti, kien hemm xi Maltin oħra li kellhom taħditiet jew negozjati mat-Tecom?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Il-Maltin l-oħra ffurmaw parti min-negotiating team tal- privatisation unit, headed mis-Sur Manuel Ellul u isimhom huwa ffirmat ukoll fir-rapport tar-rakkmandazzjonijiet - jidhirli li dan ir-rapport jien intavolajtu - li għamlet il-privatisation unit lill-gvern biex tasal għall- final bidder.", "Jiġifieri s-Sur Manuel Ellul kien il-head tan-negotiating team assistit – bl-amment se ngħid u nispera ma nħalli lil ħadd barra - mis-Sur Chris Grech li kien mexxa r-riforma ta' l-MTA, mis-Sur George Sammut li huwa partner speċjalizzat fl-IT f'PWC u mis-Sur Lawrence Zammit tal-MISCO.", "Lill-Analysys għenhom is-Sur Juan Borg Manduca li huwa l- principal ta' l-IT faculty fl-MCAST u fil-każ ta' Gartner, jisfuġġili l- isem ta' min eżattament ...", "Pero' dawn kienu u ovvjament imbagħad dħalt jien proprju fl-aħħar fażi nett u l-assistent personali tiegħi li daħal fin- negozjati f'dawn l-aħħar tliet ġimgħat.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Biss jien biex nifhem lill-Ministru sew u naħseb li fhimtu tajjeb, apparti minn dan is-sehem li kien hemm minn dawn il-persuni li semma, inklużi hu u s-segretarju personali tiegħu, ma kienx hemm laqgħat jew kuntatti separati li saru 'l hinn mir-realm tan-negotiating team?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ma nixtieqx ngħid li mill-bidu tal-proċess sa l-aħħar naf b'kull pass li sar.", "Li nista' ngħid hu li fil-fażijiet ta' l-aħħar, jiġifieri meta minn ħamsa ntgħażlu tnejn u bdew in-negozjati ma' dawn it- tnejn head on, jiġifieri ras imb'ras u saru l-presentations, eċċ., dan kien it-team li nnegozja.", "Ovvjament ma nistax neskludi li setgħu saru laqgħat ma' l-awdituri tal-Maltacom jew mal-management team tal-Maltacom, imma mil- lat ta' gvern dawn huma n-nies involuti u n-nies delegati mill-ministeru tiegħi biex jinnegozjaw.", "U nimmaġina li f'xi ħin kien hemm ukoll il-pariri ta' l-Attorney General.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Jiġifieri jekk qed nifhem sew, apparti mill-persuni li semma l-Ministru, kien hemm ċirkostanzi oħrajn li fihom uffiċjali fil- ministeru kellhom kuntatti separati mal-partners barranin, 'il hinn mill- ħidma tan-negotiating team?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jekk l-Onor.", "Interpellant ikun aktar speċifiku nkun nista' nagħtih tweġiba, Sur President.", "Nista' ngħidlek li anke jien personalment iltqajt diversi drabi man-nies tat-Tecom, li huma wkoll l- istess nies li qed imexxu l-proġett ta' SmartCity.", "Jiġifieri f'dak is-sens ir-risposta hija iva.", "Fis-sens ta' negozjati dawn kienu n-nies delegati biex jinnegozjaw.", "Jekk l-Onor.", "Brincat jixtieq jirriferi għal xi każ speċifiku dwar xi persuna speċifika, m'għandi l-ebda problema biex nirrispondih.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Napprezza l-overlap li hemm bejn l-interessi min-naħa tagħhom - mhux min-naħa tal-Gvern Malti - ma' SmartCity u dan il-proġett, imma li kont qed nistaqsi hu jekk kienx hemm kuntatti min-naħa ta' persuni, anke fil-ministeru, fil-kuntest tal-privatisation tal-Maltacom u mhux fil- kuntest tat-taħditiet li setgħu saru fir-rigward ta' SmartCity.", "Għax kelli rapporti - jistgħu jkunu skorretti għax jiena ma nħobbx nagħmel stat ta' fatt oġġett li nkun neċessarjament smajt bih - li kien hemm kuntatti bejn nies fis-segretarjat tal-ministru ma' dawn il-persuni li kienu interessati fil-Maltacom.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Dwar in-negozjati, ħlief għall-kuntatti awtorizzati lill-assistent personali tiegħi - għax hu l-policy head fil-ministeru - safejn naf jien ħadd ma kien involut mill-ministeru jew mis-segretarjat tiegħi.", "Pero' ovvjament, biex inkun qiegħed nagħmel the dot on the i's, communications people f'xi stadju, meta ġejna biex inħabbru, ikunu tkellmu magħhom fuq xi communications plan u tifhimha li s-segretarju tiegħi ma setax ma jkunx involut biex jagħmel l-appuntamenti.", "Pero' apparti dawn id- domestichezzi ta' kuljum, ħadd ma kien involut as far as I know f'dawn in- negozjati ħlief jien u l-assistent personali tiegħi.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: B'risposta għal mistoqsija li għamilt xi ġimgħat ilu, il- Ministru kien tani lista ta' kumpanniji oħrajn li fi stadju jew ieħor kienu qed jiġu kkonsidrati bħala prospective shareholders jew bidders għall- Maltacom.", "Li ħareġ ċar kien li l-unika kumpannija li tista' tissejjaħ a strategic partner hija dik li tidher li se tieħu l-Maltacom.", "Ma jidhirlux il-gvern illi l-fatt illi minn tant kumpanniji spiċċa b'għażla ta' kumpannija waħda biss u għażel - ma rridx ngħid li kellu jagħżel - l-unika kumpannija li serjament kienet tikkwalifika bħala strategic partner, setgħet dgħajfet in-negotiating powers tal-gvern?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ma nistax jien fuq livell ta' teorija ma naqbilx ma' sitwazzjoni ipotetika fejn għandek 20 bidder li jvarjaw mill-ikbar kumpannija tad-dinja tal-komunikazzjoni sa l-iżgħar kumpannija li tista' tinteressa ruħha.", "Pero' jekk inkun saqajja ma' l-art, id-diffikulta' li jiena dejjem kelli mill-bidunett u ġiet risposta biss meta wasalna għall- final bids, kienet proprju din.", "L-Onor.", "Brincat u jien, it-tnejn li aħna ma nħobbux inkunu assolutisti ħafna drabi, pero' x'inhu l-aħjar strategic partner għal dan il-pajjiż?", "Jekk tiġi d-Deutsche Telecom, kif tħares lejn Malta?", "Qed insemmi d- Deutsche Telecom, imma tista' tkun France Telecom jew diversi oħrajn.", "Jekk tiġi xi kumpannija kbira, aħna se nispiċċaw bħala ħolqa żgħira ġo kumpannija li għandha interessi ħafna iktar wesgħin minn dawk Maltin?", "Allura jaqbillek ikollok dawn it-tip ta' kumpanniji li jagħmlu l-bidding?", "Jew trid lil xi ħadd li dawn il-livelli pjuttost ma jilħaqhomx, pero' għandu n-know-how neċesssarju, kemm finanzjarju kif ukoll tekniku, li jista' minn Malta jibni strateġija reġjonali?", "Din id-diffikulta', Sur President.", "Issa fl-istadju tal-bidu, fil-pre-bids, minbarra t-Tecom kien hemm żewġ kumpanniji oħra - mhux se noqgħod insemmihom għax ma tefgħux bid, pero' naħseb li l-Onor.", "Brincat mill-ewwel jinduna għal min qed nirriferi – b'interessi reġjonali qawwijin.", "Allura f'dak l-istadju, il-gvern kien iffaċċat b'sitwazzjoni pjuttost tajba għax kellu tliet kumpanniji li m'humiex Maltin jew xi nies kbar, imma fir-reġjun fejn joperaw jew fl-area ta' l-operazzjoni tagħhom kienu serious players.", "It-tlieta li huma dehru li kellhom ukoll l-abilita' teknika, iżda wieħed minnhom kien għaddej minn perijodu finanzjarju diffiċli ħafna u fil-fatt kien se jibqa', ma jibqax, eċċ. eċċ. ...", "Meta ġejna għall-final bid, kien evidenti li ġejna f'sitwazzjoni fejn kellna investitur finanzjarju u wieħed illi huwa investitur strateġiku.", "Issa dan affettwa jew ma affettwax the final outcome, Sur President?", "Li l-gvern ftit li xejn kellu ma' min jinnegozja ħlief ma' persuna waħda, naħseb li jkolli naqbel ma' l-Onor.", "Brincat.", "Dan affettwa?", "Ma naħsibx li affettwa għax the final result hu għal kollox viċin dak li tlaqna biex nagħmlu.", "Allura jekk il-kwestjoni kollha tinkwadraha bħala aspettattiva, nasal biex ngħid li l-aspettattivi tal-gvern fl-aħħar mill-aħħar intlaħqu kollha.", "Konna nkunu f'pożizzjoni aħjar ta' negozjati li kieku flok wieħed kellna tnejn?", "Naħseb li r-risposta hija self-evident.", "Pero' ir-risposta hija daqstant self-evident meta tgħid: Jiena xi tlaqt biex nipprova nġib u fil-fatt x'ġibt?", "CABLE TELEVISION", "18478.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joe Debono Grech) staqsa lill- Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx impjegati fid-dekasteru tiegħu li jagħmlu użu mis-servizz tal-Melita Cable?", "Min huma?", "Kemm kienet l-ispiża bejn l-2004 u l-2005?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jien informat li l-ebda mpjegat fil-ministeru tiegħi ma jagħmel użu mis-servizzi tal-Melita Cable Television.", "SAFAR UFFIĊJALI", "18479.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joe Debono Grech) staqsa lill- Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm-il darba siefru l-membri tal-private staff tiegħu bejn l-2004 u l-2005 ?", "Fejn marru?", "X'kienet ir-raġuni?", "Kemm flus ingħataw għal kull safra?", "Kien hemm xi ħadd minnhom li siefer first-class jew business-class?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "KAROZZI UFFIĊJALI", "18480.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joe Debono Grech) staqsa lill- Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid jekk il-karozza uffiċjali tiegħu u s-second car humiex government-owned jew mikrija?", "Kemm huma mikrija kuljum l-imsemmija karozzi?", "F'każ li huma government-owned, jista' il-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża għall-manutenzjoni ta' l-imsemmija karozzi matul l-2004 u l- 2005?", "F'dan l-istess żmien inkriet xi karozza oħra għall-użu tiegħu temporanju?", "Kemm inkriet kuljum?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Il-karozza ufficjali hija government-owned u s-second car hija on lease Lm7.61 kuljum.", "L-ispiża għall-manutenzjoni u r-repairs tal-karozza uffiċjali fil-2004 kienet ta' Lm854 filwaqt li l-ispiża għas- sena 2005 telgħet għal Lm3,570.", "Fis-sena 2004 inkriet Mercedes għal tlett ijiem bil-prezz ta' Lm 88.50, waqt li fis-sena 2005 inkriet Mercedes għal ħamest ijiem bil-prezz ta' Lm147.50 fil-perijodu li l-karozza uffiċjali kienet għat-tiswija.", "MOBILE PHONES", "18481.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joe Debono Grech) staqsa lill- Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm mobile phones inxtraw għall-użu personali tal- membri ta' l-istaff fl-uffiċċju tiegħu matul is-snin 2003, 2004 u 2005?", "Kemm minn dawn is-settijiet inxtraw bi prezz 'il fuq minn Lm50, Lm100, Lm150 u Lm200?", "Jista' il-Ministru jikkonferma jekk kienx hemm xi membri mis-segretarjat privat tiegħu li f'dan il-perijodu xtraw iktar minn mobile set wieħed?", "Kemm-il wieħed inxtara u b'liema prezz?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: B'kollox fis-snin 2003, 2004 u 2005 inxtraw seba' mobile phones bi prezz average ta' Lm 187.", "Dawn il-mobile phones inxtraw skond il-provvedimenti tal-kondizzjonijiet tax-xogħol ta' l-uffiċjali fis- segretarjat tal-ministeri u segretarji parlamentari.", "Kopja ta' dawn il-kondizzjonijiet kienet tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra.", "MOBILE PHONES", "18482.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joe Debono Grech) staqsa lill- Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi membru mill-istaff privat tiegħu li għandu aktar minn mobile phone wieħed għall-użu uffiċjali tieġħu u iktar minn fixed line waħda fir-residenza tiegħu?", "L-ammont minfuq qabeż l-Lm400 matul l-2004 u l-2005?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Minkejja li hu għal kollox irrilevanti kemm linji tat- telefon għandha persuna, ninforma lill-Onor.", "Interpellant li tliet uffiċjali fis-segretarjat tiegħi għandhom iżjed minn mobile phone wieħed filwaqt li wieħed għandu wkoll żewġ linji fissi tat-telefon.", "L-ispiża qabżet Lm400 f'kull każ matul is-l-2004 u l-2005.", "TURISTI F'GĦAWDEX", "18707.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid kemm turisti qattgħu btala f'Għawdex fil-perijodu ta' bejn Jannar u April 2006?", "Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-aħħar ħames snin?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (Ministru għat-Turiżmu u Kultura): L-aktar statistika riċenti ta' turisti li qattgħu btala f'Għawdex tkopri l-perijodu bejn Jannar u Marzu 2006.", "It-total ta' turisti kien ta' 3,769.", "Fis-sena 2005, it-total ta' turisti li qattgħu btala f'Għawdex f'dan il- perijodu kien ta' 3,965.", "Statistika għas-snin preċedenti ma kenitx ippubblikata mill-uffiċċju nazzjonali ta' l-istatistika.", "L-istatistika dwar Għawdex ma tiġix ippubblikata xahar b'xahar mill- uffiċċju nazzjonali ta' l-istatistika iżda b'mod kumulattiv.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: X'inhi r-raġuni ta' din il-qabża?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Naturalment ma tistax tagħmel paragun tan- numru ta' turisti li jżuru l-pajjiż f'perijodu ta' tliet xhur biss, anke għax ġieli jinzerta l-Għid u ġieli le.", "Fil-fatt is-sena l-oħra l-Għid ġie f'Marzu.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Evarist Bartolo, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Sur President, lukandiera Għawdxin baqgħu mistagħġba meta raw din ir-risposta għax kien hemm qabża kbira fuq is-sena ta' qabel.", "Fil-fatt staqsewni fejn qed imorru dawn it-turisti peress li kemm huma u kif ukoll dawk li jikru l-irziezet, qalu li għandhom occupancy inqas minn tas-sena ta' qabel.", "Jista' il-Ministru jispjega l-qabża li tidher fl-istatistika?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-Onor.", "Interpellant irid japprezza li l- istatistika tinġabar mill-uffiċċju nazzjonali ta' l-istatistika skond l- informazzjoni li jagħtu l-istess turisti qabel ma jitilqu minn Malta.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Allura dawn it-turisti qegħdin jgħidu li qed imorru Għawdex meta attwalment m'humiex qegħdin imorru Għawdex?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Sur President, din l-istatistika tinżamm b'mod korrett u dan huwa ppruvat meta taraha fuq perijodu ta' sena.", "Naturalment l-istatistika m'hijiex relatata ma' xi proprjetajiet partikolari u dejjem irridu nużawha bħala gwida.", "Għalkemm ikolli nistqarr li meta l-istatistika turi xi tnaqqis, ħadd ma joħroġ jesprimi xi dubju min- naħa ta' l-oppożizzjoni dwar il-korrettezza taċ-ċifri, kif jien ma kellix dubju lanaqas li fl-ewwel tliet xhur ta' din is-sena, in-numru ta' turisti kien inqas mill-ewwel tliet xhur tas-sena l-oħra, Sur President.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Apparti mill-battibekki u l-battuti li nistgħu ngħaddu lil xulxin, l-istatistika qed turi qabża tant kbira fuq is-sena ta' qabel li l-lukandiera qegħdin jistaqsu fejn qegħdin imorru dawn it-turisti.", "Ġaladarba s-settur ta' l-akkomodazzjoni qed jgħidilna li għandhom level of occupancy inqas minn ta' qabel, sinjal li hemm xi ħaġa li ma treġix.", "Nistaqsi: Din l-informazzjoni tinġabar mill-NSO f'Għawdex speċifikament?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Safejn jien informat, il-metodoloġija hija dejjem ta' survey għax naturalment ma tistax tmur fuq kull turist u tistaqsih fejn ikun mar joqgħod.", "Id-diskrepanza li ġieli jkun hemm bejn l- istatistika li jagħti l-uffiċċju nazzjonali ta' l-istatistika u x'ikunu qed jgħidu l-lukandiera fuq livell ta' occupancy, trid taraha fil-kuntest ta' alternative accommodation.", "Napprezza li fil-kumment tiegħu, b'riferenza għal Għawdex, l-Onor.", "Bartolo qal li anke s-settur tal-farmhouses kien qed jirrapporta okkupanza inqas, imma jiena m'għandi l-ebda raġuni għalfejn niddubita miċ-ċifri miġbura mill-uffiċċju nazzjonali ta' l-istatistika.", "Naturalment kulħadd jixtieq li jkun hemm ħafna aktar turisti f'Għawdex, pero' ngħid ukoll li meta nżur Għawdex u nifhem il-ħteġijiet tiegħu, ma nistax ma ninnutax ukoll li l-proprjetajiet prinċipali tat-turiżmu għamlu - jew qegħdin fil- proċess li jagħmlu - applikazzjoni għal proġetti futuri fil-każ tal-proprjeta' tagħhom.", "Jiġifieri l-industrija tat-turiżmu ġewwa Għawdex qiegħda hi stess tara li hemm futur f'dan il-qasam.", "REĠISTRU TAX-XOGĦOL", "18708.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid kemm persuni kien hemm jirreġistraw għax-xogħol f'Għawdex matul il-perijodu ta' bejn Jannar u April 2006?", "Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perijodu għall-aħħar ħames snin?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi): Informat hekk :-", "|Sena|Janna|Frar|Marzu|Apri| | |r | | |l | |2002|510 |509 |501 |493 | |2003|565 |558 |558 |546 | |2004|639 |631 |620 |592 | |2005|737 |706 |702 |701 | |2006|722 |719 |693 | |", "Informat ukoll li ċ-ċifri għax-xahar ta' April 2006 għadhom ma ġewx ippubblikati.", "DROGA FIL-ĦABS", "18737.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Aġent Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' l-Aġent Prim Ministru jgħid kemm droga nqabdet fil-ħabs is-sena l-oħra u fl-ewwel erba' xhur ta' din is-sena?", "ONOR.", "TONIO BORG (Aġent Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern): Kien hemm 34 okkażjoni matul l-2005 meta nstab xi materjal suspettuż ġewwa l-ħabs, filwaqt li sa l-10 ta' Mejju ta' din is-sena kien hemm 13.", "Id-dipartiment ma jkollux informazzjoni dwar il-kwantita'.", "ŻWEĠIJIET", "18738.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Aġent Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' l-Aġent Prim Ministru jgħid kemm żweġijiet ġew irrapportati s-sena l-oħra u din is-sena, inkluż żweġijiet biċ-ċivil?", "ONOR.", "TONIO BORG: Fir-reġistru pubbliku ta' Malta u dak ta' Għawdex ġew reġistrati dawn iż-żweġijiet bejn l-1 ta' Jannar, 2005 u t-30 ta' April, 2006:", "| |Sena |Bil-Kni|Biċ-Ċi|Total| | | |sja |vil | | |Malta |2005 |1852 |336 |2188 | | |2006 | 594 |114 | 708| |Għawde|2005 | 115 | 43 | 158| |x | | | | | | |2006 | 14 | 9 | | | | | | |23 |", "BARRANIN F'MALTA", "18739.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Aġent Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' l-Aġent Prim Ministru jgħid kemm persuni barranin hawn jgħixu Malta legalment u minn liema pajjiż huma?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi fil-preżent hawn 17,611-il persuna ta' nazzjonalita' barranija li għandhom il-karta ta' l-identita' bħala residenti f'Malta, skond l-Att dwar il-Karta ta' l-Identita', Kap. 258 tal- Liġijiet ta' Malta.", "Minn dawn 9,568 huma minn pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropea.", "Dawn jinkludu l-konjugi/tfal ta' ċittadini Maltin, residenti permanenti, barranin li jaħdmu Malta bil-permess, oħrajn b'estensjoni tal- visa u studenti barranin, eċċ.", "Mhux bilfors li persuna b'karta ta' l-identita' fil-fatt tkun qed tgħix Malta.", "QBID TA' DROGA", "18740.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Aġent Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' l-Aġent Prim Ministru jgħid kemm droga nqabdet is-sena l-oħra u x'kienet?", "X'inqabad din is-sena?", "ONOR.", "TONIO BORG: L-ammont u t-tip ta' droga li nqabdet mill-pulizija matul l-2005 u bejn Jannar u April ta' din is-sena huwa kif jidher hawn taħt:", "|2005|Cocaine |6kg | | | |398.1g | | |Heroin |15kg | | | |487.2g | | |Cannabis |19kg | | |resin |662.86g | | |Cannabis |1kg | | |grass |886.6g | | |Cannabis |3 plants | | |plants | | | |Ecstacy |17,273 | | | |tablets | | |LSD |3 | | | |micro-dot| | |Amphetami|1kg | | |ne | | | |DHC |26 | | | |tablets | | |Dalmaine |10 | | | |tablets | | |Halcion |4 tablets| | |Valium |2 tablets| | |Tramal |1 tablet | | |Methadone|250ml |", "|2006|Cocaine |997.5g | |* | | | | |Heroin |1kg | | | |733.8g | | |Cannabis |30kg | | |resin |230.95g | | |Cannabis |19.5g | | |grass | | | |Ecstacy |355 | | | |tablets | | |Valium |2 tablets| | |DHC |68 | | | |tablets | | |BZP |70.5 | | | |tablets |", "*sa l-aħħar ta' April.", "STUDENTI BARRANIN", "18741.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn tfal barranin fl-iskejjel Maltin sal-livell sekondarju u minn liema pajjiż?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni) (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi): It-tagħrif mitlub se jitpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-Mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti u nsejjaħ lill-Aġent Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "TONIO BORG (Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern): Sur President, f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi nqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:-", "Avviż Legali 110 ta' l-2006 - Regolamenti ta' l-2006 li jemendaw ir- regolamenti dwar logħob minn distanza.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Sur President, aktar minn ħaġa oħra, nixtieq nagħmel riferenza għal rapport li hemm f'paġna 13 fil-ħarġa tal-lum tal-gazzetta \"The Malta Independent\" għal domanda parlamentari li saret mill-Onor.", "Noel Farrugia u li ġiet imwieġba mill-Ministru Jesmond Mugliett.", "Min għamel dan ir-rapport mhux biss ma kienx fidil lejn ir-risposta li ngħatat imma saħansitra vvinta wkoll affarijiet li ma jidhru mkien fir-risposta.", "Jien m'iniex wieħed li nħobb inqanqal ksur ta' privileġġi u lanqas inħobb nitlob lilek bħala Speaker sabiex tagħmel l-investigazzjonijiet neċċessarji.", "Tant hu hekk li f'19-il sena qatt m'għamilt talba bħal din, pero' illum qiegħed nitolbok sabiex tinvestiga dan ir-rapport partikolari.", "Għaldaqstant qed ngħaddilek kopja tal-paġna 13 ta' \"The Malta Independent\" tal-lum kif ukoll kopja tar-risposta parlamentari li ngħatat il-bieraħ mill- Onor. Jesmond Mugliett u nitolbok sabiex tieħu l-miżuri skond kif jidhirlek inti li huwa xieraq.", "MR SPEAKER: Naturalment is-Sedja tieħu nota ta' dak li ntqal u tagħmel appell għal darb'oħra sabiex il-media tkun fidila fir-rapporti tagħha.", "Il- Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Sur President, naħseb li dan m'huwiex każ ta' rapport li ma kienx fidil lejn dak li ntqal.", "Naħseb li kull wieħed minna f'din il- Kamra jista' jilmenta xi darba jew oħra li dak li jkun intqal hawnhekk ma jiġix irrapportat b'mod fidil.", "Fil-fatt xi kultant tagħmel nofs siegħa jew siegħa titkellem u jkollok biss żewġ linji ta' rapport u allura dak żgur ma jkunx rapport fidil lejn dak li tkun għedt.", "Madankollu hawnhekk għandna każ fejn ġew miżjuda affarijiet mar-risposta li ngħatat mill-Onor.", "Mugliett li qatt ma ntqalu minnu.", "U għalhekk qiegħed nitolbok sabiex tagħmel l- investigazzjonijiet neċċessarji.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Is-Sedja tieħu nota ta' dak li ntqal.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR L-INTERMEDJARJI FL-ASSIGURAZZJONI", "INSURANCE INTERMEDIARIES BILL", "L-Ordni għat-Tieni Qari ġie moqri Ikompli mill-24 ta' April, 2006 Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Evarist Bartolo huwa in possession u nitolbu jkompli bid-diskors tiegħu..", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Sur President, fl-aħħar diskussjoni li kellna fuq dan l-abbozz ta' liġi kont qiegħed nagħmel il-punt fuq il-ħtieġa li f'pajjiżna ndaħħlu l-ħarsien tal-konsumatur anke f'dan il-qasam ta' l- assigurazzjoni.", "Dan huwa servizz li qed jipprovduh il-kumpanniji ta' l- assigurazzjoni kif ukoll il-banek.", "Fil-fatt, il-qasam ta' l-assigurazzjoni qiegħed jiżdied ħafna u dawn qegħdin jagħmlu minn kollox sabiex jipprovaw iħajru aktar klijenti jitfgħu flushom fi skemi ta' investiment u fi skemi ta' assigurazzjoni kważi f'kull qasam tal-ħajja.", "Tant hu hekk li issa m'għadhomx isiru biss skemi ta' assigurazzjoni fuq il-proprjeta' u s-saħħa iżda anke f'oqsma oħra tal-ħajja.", "Ninsab kważi ċert li dak li qed jiġri f'pajjiżi oħra aktar avvanzati u akbar minna f'dan il-qasam, fejn banek u kumpanniji ta' l-assigurazzjoni joħorġu ħafna skemi u prodotti finanzjarji u ta' assigurazzjoni sabiex kemm jista' ikun iwebblu iżjed u iżjed nies ħalli jixtru dawn il-prodotti u dawn l-iskemi anke jekk dawn ma jkunux bilfors tajbin għalihom, jiġri wkoll f'pajjiżna.", "Sfortunatament f'pajjiżna għandna problema serja għaliex ftit għandna sforzi serji minn xi settur jew ieħor sabiex jaħsbu fl-interess tal- konsumatur.", "Għandna banek b'saħħithom ħafna u li qed jagħmlu profitti kbar fi żmien meta ħafna miċ-ċittadini jinstabu magħsura u fi żmien fejn l- ekonomija qiegħda tikber b'mod żgħir wisq.", "Madankollu l-banek ġmielhom jagħmlu profitti kbar, liema profitti żgur li m'għandhomx jittieħdu bħala xi indikatur ta' kemm sejra tajba l-ekonomija tagħna iżda għandhom jittieħdu biss fuq kemm sejrin tajjeb il-banek.", "Min-naħa l-oħra mill- awtoritajiet li għandna – bħar-regolatur u bħall-awtorita' għas-servizzi finanzjarji - ftit naraw sforzi min-naħa tagħhom sabiex jiftħu għajnejn il- konsumatur mill-prodotti u mill-iskemi li jkunu qegħdin jiġu offruti f'pajjiżna.", "F'pajjiżi barranin insibu li għandhom għodod differenti sabiex jieħdu ħsieb il-konsumaturi tagħhom.", "Għandhom il-gvern innifsu li jkollu dipartiment b'saħħtu tal-konsumatur, fejn mhux sempliċement jiddefendi l-ħarsien tal- konsumatur iżda jieħu wkoll l-inizjattivi sabiex kemm jista' ikun ma jħallix lill-konsumatur jinqabad fi skemi finanzjarji u ta' assigurazzjoni ta' ingann.", "Dawn ma jħallux li l-ewwel jinqabdu u mbagħad wara jaraw x'jistgħu jagħmlu imma jieħdu l-passi minn qabel.", "Barra minn pajjiżna għandna wkoll ġurnaliżmu u xandir li aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar qiegħed jiddedika parti mir-riżorsi tiegħu fuq rapportaġġ fil-qasam finanzjarju.", "Il-qasam finanzjarju qiegħed jikber fil-ħajja ta' kull pajjiż u allura l- ġurnali u l-mezzi tax-xandir qed iħossu l-bżonn li jagħmlu programmi fejn jispjegaw aktar il-mod ta' kif jaħdem dan is-settur.", "Dan għaliex għalmin ma jkunx ħa taħriġ jew edukazzjoni speċjalizzata fil-qasam tal-finanzi, faċilment jista' jiġi ngannat minn dak li jkunu qegħdin joffru istituzzjonijiet finanzjarji u għaqdiet ta' l-assigurazzjoni.", "Fil-fatt ħafna minn dak li joffru jirreklamawh b'mod seduċenti biex kemm jista' jkun jipprovaw jaqbdu l-klijenti imma mbagħad, lil hinn mill-qoxra tleqq tar- riklami, x'ħin tara l-iskemi nfushom issib li jkunu miktubin b'lingwaġġ li l-lajċi – dawk li ma jkunux tħarrġu u studjaw fil-qasam finanzjarju – ftit li xejn ikunu jistgħu jifhmuh.", "Sur President, min-naħa l-oħra f'pajjiżna m'għandna l-ebda sforz serju sabiex il-poplu Malti u Għawdxi jiġi edukat fil-qasam finanzjarju u b'hekk jifhmu iżjed il-mod ta' kif taħdem id-dinja finanzjarja.", "Għaldaqstant il- konsumaturi Maltin u Għawdxin huma aktar vulnerabbli sabiex jinqabdu fi skemi u prodotti ta' l-assigurazzjoni u ta' servizzi finanzjarji li minnhom jitilfu l-investiment u t-tfaddil li jkunu għamlu wara ħajja iebsa ta' xogħol.", "Nerġa' ngħid li f'pajjiżna la għandna regolatur, la għandna gvern, la għandna uffiċċju tal-konsumatur u lanqas għandna ġurnali jew mezzi tax- xandir li jistudjaw, josservaw u jissorveljaw x'ikun qed jiġri f'dan il- qasam ħalli jiftħu għajnejn il-konsumaturi qabel dawn ma jingidmu.", "F'kull pajjiż, inkluż f'Malta u Għawdex kellna u għad għandna persuni li ngidmu mill-iskemi u mill-prodotti li joffrulhom.", "Dawn ipenġuhomlhom bħala sbieħ ħafna u bħala xi ħaġa li se ġġibilhom ħafna flus, iżda mbagħad ftit wara jirriżulta li minflok ma kien investiment li ħalla ħafna flus, kien biss investiment li spiċċa faqqarhom mit-tfaddil li jkunu għamlu.", "Għaldaqstant naħseb li f'pajjiżna għandna bżonn - veru fiċ-ċokon u fil- limitazzjonijiet tagħna - li nagħmlu ħafna aktar sabiex ikun hawn protezzjoni u strutturi adegwati li jaħdmu favur iż-żieda tal-ħarsien tal- konsumatur.", "Dawn l-istrutturi għandhom idaħħlu għarfien fost il- konsumaturi sabiex ma jinqabdux bi prodotti li m'humiex adattati għalihom.", "Issa hawnhekk mhux qed ngħid li dawn il-prodotti bilfors iridu jkunu foloz b'mod ċar bħal ħafna prodotti u skemi li kultant jaslulna b'mod differenti permezz ta' l-e-mails u mezzi elettroniċi oħra min-Niġerja u minn pajjiżi oħra fejn hemm suspetti kbar ta' korruzzjoni.", "Li qed nirreferi hawnhekk huma għal affarijiet aktar fini minn hekk.", "Sur President, mhux l-ewwel darba li banek jew persuni li jaħdmu f'dan il- qasam iħajru Maltin u Għawdxin sabiex jinvestu fi skemi ta' assigurazzjoni u fi skemi ta' investiment – fejn suppost jiftħulhom għajnejhom sabiex ma jingidmux – li fl-aħħar mill-aħħar il-klijenti jispiċċaw jingidmu.", "Dan jagħmluh kemm banek, kemm stockbrokers u kemm konsulenti finanzjarji li jmisshom iġibu ruħhom aħjar.", "Ovvjament mhux se nċappas lil kulħadd bl- istess żebgħa u bl-istess kritika għaliex ma jkunx ġust, pero' jekk wieħed janalizza x'ġara anke fil-qasam ta' l-Arġentina u fil-qasam ta' skemi oħra, isib numru ta' persuni Maltin u Għawdxin li llum spiċċaw f'sitwazzjoni ħażina ħafna.", "Saħansitra naf anke b'persuni li spiċċaw bi breakdown ikrah minħabba li kienu tilfu t-tfaddil tagħhom ta' ħajja sħiħa wara li kien hemm min webbilhom jitfgħu flushom fl-Arġentina.", "Mhux hekk biss, imma kien hemm min webbilhom anke meta l-affarijiet kienu jidhru ovvji li l-Arġentina ma kenitx iżjed post tajjeb fejn tinvesti u allura spiċċajna b'ammont ta' persuni li tilfu ħafna u ħafna flus.", "Lanqas qiegħed ngħid biss għal dawn l-okkażjonijiet.", "Għalhekk hemm bżonn li min-naħa tar-regolatur u min-naħa ta' l-awtorita' tas-servizzi finanzjarji jittieħdu l-inizjattivi sabiex tissorvelja sewwa xi jkun qiegħed jiġri f'dan il-qasam ta' prodotti li jkunu offruti anke liċ- ċittadini Maltin.", "U fejn tara li jkun hemm prodotti li qed jiġu offruti li m'humiex ġusti u li m'humiex għall-ħteġijiet u għall-ġid tal-klijenti Maltin u Għawdxin jiftħulhom għajnejhom dwarhom.", "Nerġa' ngħid li fil-każ ta' pajjiżna l-konsumaturi tagħna huma vulnerabbli ħafna għaliex il-livell ta' financial literacy huwa baxx ħafna.", "Fil-fatt anke fis-sistema edukattiva formali tagħna ftit hemm mumenti fejn ngħallmu lill-istudenti tagħna fuq kif iħaddmu flushom u fuq kif jieħdu ħsieb il-finanzi tagħhom.", "Barra minn pajjiżna hemm min daħħal din is-sistema bħala parti mill-life skills u mill-ħiliet li għandek bżonn sabiex ikollok ħajja li fiha kemm jista' jkun ma tbatix.", "Allura minn naħa għandna livell ta' financial literacy baxx ħafna u min-naħa l-oħra għandna ġurnali u mezzi tax-xandir li ħafna drabi kulma jagħmlu huwa li jġorru r-reklami u l-istqarrijiet ta' dawn l-istituzzjonijiet ta' assigurazzjoni u ta' l-istituzzjonijiet finanzjarji.", "Dawn ma jkollhomx artikoli li janalizzaw, jinterpretaw u li jagħtu pariri fuq x'qed jiġri f'dan il-qasam.", "Għalhekk dan huwa nuqqas kbir f'pajjiżna.", "Sur President, nifhem li għandna ħafna mill-organizzazzjonijiet tagħna tax- xandir u tal-ġurnali li għandhom riżorsi limitati ħafna u li m'għandhomx persuni bil-ħiliet meħtieġa sabiex janalizzaw dawn l-affarijiet u jirrapportaw dwarhom.", "Pero' rridu naraw x'nagħmlu sabiex is-sehem tal- ġurnali u tal-media f'pajjiżna ma jservux biss ta' loudspeakers għall-ilħna b'saħħithom, li f'dan il-każ huma l-banek u l-kumpanniji ta' l- assigurazzjoni.", "Per eżempju, il-Ħadd li għadda kont qiegħed nara l- gazzetta \"Sunday Times\" ta' Londra fis-sezzjoni finanzjarja bl-isem ta' \"Money\".", "U proprju waħda mill-ġurnalisti ta' din il-gazzetta kienet qiegħda tinvestiga kif il-ħames l-akbar banek fl-Ingilterra kienu qed joħorġu ħafna prodotti bla siwi u li ma kenux adattati.", "Din il-ġurnalista sejħitilhom \"useless for an appropriate product\", li sempliċement iservu sabiex iżidu l-qligħ diġa' kbir u esaġerat tal-ħames banek prinċipali ġewwa l-Ingilterra.", "Dawn il-banek huma l-Barclays, in-NatWest u r-Royal Bank of Scotland, l-HSBC, l-HBOS u l-Bank of Scotland u l-Lloyds, li bejniethom din is-sena mistennija jagħmlu aktar minn ₤Stg.", "33 biljun fi qligħ.", "Barra minn hekk sas-sena 2015 dan il-qligħ mistenni jitla' għal madwar ₤Stg.50 biljun.", "Fir-rapport tagħha din il-ġurnalista qalet hekk u se nikkwota:", "\"The banks make a large chunk of their profits from costly insurance policies and premium accounts.\".", "Fir-rapport tagħha nsibu analisi sħiħa ta' x'inhuma dawn l-insurance policies u l-premiums accounts.", "Imbagħad il-ġurnalista Jessica Brown tikkonkludi r-rapport tagħha b'dan il-mod;", "\"The best way to avoid adding to their profits is to shun these products.\".", "Mela qiegħda tagħti parir lill-qarrejja sabiex ma jeħdux dawn il-prodotti għaliex mhux veru li qed isiru għall-ġid tal-klijenti u għall-ġid ta' min jixtri iżda jservu biss sabiex iżidu u jkabbru l-profitti tal-banek li diġa' f'pajjiżna huma esaġerati ħafna u qegħdin aktar jgħaffġu lill- klijenti u lill-konsumaturi Maltin.", "Għalhekk fil-fehma tiegħi aktar kemm jiżviluppa dan il-qasam finanzjarju - dan il-qasam ta' l-assigurazzjoni u l- qasam ta' servizzi u prodotti finanzjarji oħra - aktar għandna bżonn li nibdew nieħdu ħsieb tal-konsumaturi.", "B'hekk il-konsumaturi tagħna, li diġa' qed iħossuhom bla difiża f'oqsma oħra li huma inqas ikkumplikati fil- ħajja kummerċjali tagħna, jibdew jiġu difiżi anke fil-qasam finanzjarju.", "Sentejn ilu saret analiżi internazzjonali ta' kif f'diversi pajjiżi - fosthom pajjiżi ewlenin fl-Ewropa, inkluż Malta – jinħolqu sitwazzjonijiet li fihom il-konsumaturi jiġu ngannati.", "Dan l-istudju li sar fuq diversi pajjiżi kemm fl-Ewropa kif ukoll f'pajjiżi oħra bħall-Istati Uniti, il- Kanada u l-Awstralja, jirrikkmandaw diversi miżuri li għandhom jittieħdu għall-ħarsien taċ-ċittadini f'dan il-qasam.", "U fost ir-rakkomandazzjonijiet li għamlu hemm dik ta' dipartiment tal-konsumatur li janalizza l-prodotti finanzjarji u ta' l-assigurazzjoni li jkunu qed jiġu offruti.", "Dan id- dipartiment għandu jara jekk hemmx xi ngann f'dawn il-prodotti u jekk isib xi ħaġa suspettuża, għandu jiftaħ għajnejn il-konsumatur.", "Dan l-uffiċċju għandu jservi ta' post minn fejn iċ-ċittadini, qabel ma jintrabtu ma' xi prodott ta' l-assigurazzjoni jew ma' xi servizz finanzjarju, ikunu jistgħu jmorru għal parir b'moħħhom mistrieħ li l-parir li se jieħdu se jkun wieħed ta' ġid għalihom.", "Dan għaliex nafu li meta jkellmu lill-konsulent finanzjarju tagħhom, dan ikollu konflitt ta' interess għaliex ikollu l- interess li jbigħ dak il-prodott jew prodott ieħor simili tiegħu.", "Minbarra hekk l-uffiċċju tal-konsumatur għandu jipprovdi mezz ta' ħarsien għall- konsumatur billi minn żmien għal żmien joħroġ glossarju ta' kliem li jintuża f'dan il-qasam ħalli n-nies jifhmu għal xiex deħlin.", "Fil-fatt mhux l-ewwel darba li persuni jiffirmaw ftehim sabiex jidħlu għal xi skema ta' assigurazzjoni jew ta' servizz jew ta' prodott finanzjarju ieħor mingħajr ma jkunu fiehmu eżattament għal xiex deħlin.", "Issa min ikun qiegħed ibigħ dan il-prodott għandu l-interessi tiegħu u għalhekk ipinġilhom l-affarijiet sbieħ.", "Dak huwa r-reklamar, l-advertising u x- xogħol ta' min qiegħed ibiegħlek xi ħaġa.", "Issa f'pajjiżna ċ-ċans li tieħu parir indipendenti huwa ċkejken wisq, speċjalment nerġa' ngħid minħabba li r-regolatur rari jiftaħ ħalqu meta f'pajjiżna jkunu qegħdin jiġu offruti prodotti ta' dan it-tip.", "Ġieli kien hemm okkażjonijiet fejn ir-regolaturi ta' pajjiżna tkellmu xi ftit, pero' ġieli tkellmu tard wisq u allura tkellmu meta ħafna min-nies tagħna jkunu diġa' ingidmu.", "Dawn ir-rakkomandazzjonijiet li hemm f'dan ir-rapport tat-task force li ħarġet fuq il-consumer protection in finanacial services and insurance policies isemmi l-bżonn li fl-iskejjel u fl-istituzzjonijiet edukattivi jiżdied il-mument fejn it-tfal, iż-żgħażagħ u anke l-adulti jkomplu l- edukazzjoni tagħhom f'dan il-qasam anke permezz ta' korsijiet informali jew korsijiet ta' l-adulti.", "Dawn il-programmi ta' studju għandhom jiżviluppaw dak li jissejjaħ il-financial literacy fiċ-ċittadini għaliex aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar qiegħda tiżdied il-preżenza ta' kumpanniji finanzjarji jew ta' kumpanniji ta' l-assigurazzjoni fil-ħajja ta' kuljum.", "U allura hemm bżonn li ċ-ċittadini jkunu nformati aħjar għal xiex qegħdin jimpenjaw ruħhom anke billi jsiru aktar familjari mal-kliem li jintuża u ma' l-iskemi li jintużaw sabiex ikunu jistgħu tassew iħarsu l-ġid u l- interessi tagħhom.", "Rakkomandazzjoni oħra li tagħmel din it-task force hija dik li l-gvern jara li parti żgħira mill-qligħ li jagħmlu kumpanniji ta' l-assigurazzjoni, banek u kumpanniji oħra fil-qasam tas-servizzi finanzjarji tmur għall-fond ta' l-edukazzjoni tal-konsumaturi f'dan il-qasam.", "B'hekk il-konsumaturi ma jkunux ibbumbardjati biss b'reklamar u b'marketing favur dawn il-prodotti u servizzi finanzjarji imma jkun hemm ukoll proġetti ta' edukazzjoni u ta' awareness raising f'dan il-qasam.", "Huwa importanti li dan il-qasam jiġi żviluppat ħafna aktar milli huwa żviluppat għaliex nistgħu ngħidu li s'issa f'Malta l-ħarsien tal-konsumatur jeżisti f'livell dgħajjef ħafna.", "Rakkomandazzjoni oħra li saret hija dwar il-mezzi tax-xandir u tal-ġurnali, fejn ħafna drabi dawn iservu bħala mezz ta' reklamar u ta' promozzjoni ta' prodotti finanzjarji u ta' skemi ta' assigurazzjoni iżda ftit li xejn joffru pariri jew analiżi ta' dak li jkun qiegħed jiġi offrut fis-suq.", "Sur President, diġa' tajt l-eżempju ta' kif ċerti ġurnali ta' kwalita' fl- Ingilterra, bħalma huma l-\"Observer\" u s-\"Sunday Times\" diġa' qegħdin joffru dan is-servizz għall-qarrejja tagħhom.", "Dan huwa importanti li jagħmluh għaliex nafu li banek u kumpanniji kbar finanzjarji jifformaw parti sostanzjali mid-dħul li għandhom dawn il-gazzetti u l-mezzi tax- xandir.", "U allura huwa importanti ħafna li joffru servizz bħal dan fil- mument fejn qegħdin jinterpretaw, jinvestigaw u janalizzaw x'qed joffru dawn il-prodotti.", "B'dan il-mod il-pożizzjoni tagħhom ikunu qed jeħduha mal- qarrejja tagħhom u mhux ma' min qiegħed jirreklama magħhom.", "Ovvjament nafu li ftit huma dawk li lesti jigdmu l-id li titmagħhom.", "Nafu wkoll li l- banek u l-kumpanniji ta' l-assigurazzjoni jitimgħu u jipprovdu ħafna dħul għall-ġurnali u għall-mezzi tax-xandir.", "Allura dawn jistgħu - biex nuża kelma li tista' tinstema' goffa – jixtru lill-gazzetti jew lil mezzi tax- xandir għaliex meta jkollok daqshekk dħul li ġej mill-banek u mill- kumpanniji ta' l-assigurazzjoni, ma tantx tkun lest li tigdem l-id li tagħtik x'tiekol.", "Filwaqt li wieħed jifhem li l-gazzetti u l-mezzi tax-xandir iridu d-dħul tagħhom mir-reklamar u minn materjal ieħor ta' promozzjoni, huwa importanti wkoll li l-ġurnali joffru servizz ta' analiżi u servizz ta' interpretazzjoni lill-qarrejja tagħhom anke f'dan il-qasam.", "Pajjiżna għadu dgħajjef ħafna f'dan il-qasam u ġurnalisti speċjalizzati fil-qasam tar- rapportaġġ finanzjarju ftit li xejn jeżistu.", "Kultant ikollok xi opinjonista jew xi artikolista li jikteb fuq dan il-qasam imma ġurnalisti li jaħdmu full time u li huma professjonali f'dan il-qasam m'għandniex.", "Din hija xi ħaġa li wieħed jista' jifimha minħabba ċ-ċokon u l- limitazzjonijiet tar-riżorsi tagħna, pero' wieħed jawgura li fiż-żmien li ġej, mat-tibdil li jridu jagħmlu l-ġurnali f'pajjiżna, dawn iservu bħala watchdogs demokratiċi billi joffru wkoll il-pariri tagħhom f'dan il-qasam.", "Fil-fatt waħda mill-isfidi li għandhom il-ġurnali u l-mezzi tax-xandir f'pajjiżna għaż-żmien li ġej huwa dak li jservu ta' watchdogs demokratiċi u ta' strumenti li jħarsu liċ-ċittadini mill-abbużi politiċi u kummerċjali li jistgħu jsiru kontra tagħhom.", "Sur President, jiena nagħlaq id-diskors tiegħi billi noffri s-solidarjeta' tiegħi ma' dawk il-ġurnalisti, fosthom Daphne Caruana Galizia u Saviour Balzan, li fil-ġimgħat li għaddew sofrew minn attakki fuqhom min-nies li pprovaw jaħarqulhom id-djar tagħhom.", "Jiena ngħid li sabiex f'pajjiżna jkollna soċjeta' miftuħa u demokratika m'għandiex inħallu nies vjolenti, faxxisti u nażisti li jintimidaw u jitterrorizzaw lil dawk li jagħtu opinjonijiet differenti minn tagħhom.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joe Cassar.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Sur President, nixtieq ningħaqad mal-kollega tiegħi l- Onor. Evarist Bartolo sabiex nikkundanna jien ukoll l-aġir irresponsabbli u immatur li qiegħed isir fuq il-ġurnalisti li jagħtu servizz importanti f'dan il-pajjiż.", "Ilejla xtaqt inkompli ma' dak li qed jingħad fuq din il- liġi dwar l-intermedjarji ta' l-assigurazzjoni.", "Nibda billi nfakkar li s- sena 2005 rat numru ta' direttivi fl-Unjoni Ewropea, l-aktar dawk magħrufa bħala l-\"Market abuse directive\", il-\"Prospectus directive\" u l-\"Pensions directive\" mentri fis-settur ta' l-assigurazzjoni l-Unjoni Ewropea tat ħarsa lejn id-direttiva msejħa \"insurance mediation.", "Din il-liġi tikkonsolida r-regolamenti dwar l-intermedjarji ta' l-assigurazzjoni kollha u tinkludi emendi għas-settur finanzjarju kollu.", "F'dan il-kuntest tidħol l-Insurance Business Act.", "Inħoss li dawn l-emendi għandna bżonnhom għaliex illum li Malta daħlet fl- Unjoni Ewropea, fil-qasam ta' l-assigurazzjoni aħna miftuħin bħal pajjiżi oħra.", "Għalhekk l-għanijiet ta' dan l-abbozz ta' liġi huma tnejn.", "L-ewwel wieħed huwa dak li nikkonsolidaw l-attivitajiet ta' l-intermedjarji fl- assigurazzjoni li jseħħu f'Malta u sabiex ninkludu f'liġi waħda t-taqsimiet ġodda li huma bżonnjużi fid-dawl ta' l-iżviluppi kemm lokali u kemm internazzjonali fis-settur ta' l-assigurazzjoni.", "It-tieni għan ta' din il- liġi huwa li nimplimentaw id-direttiva 2002/92/EC tal-parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Diċembru, 2002 fuq il-medjazzjoni ta' l- assigurazzjoni, dik li hija magħrufa bħala d-direttiva tal-medjazzjoni ta' l-Unjoni Ewropea.", "Sur President, kif diġa' qal is-segretarju parlamentari, il-gvern dejjem ta widen lill-partijiet kollha konċernati għaliex dan huwa gvern li dejjem ħass li għandu jikkonsulta ma' min huwa fis-settur.", "Għal din il-liġi l- gvern ikkonsulta mal-partijiet kollha li huma nvoluti fis-servizzi finanzjarji, bħalma huma l-financial services consultation council, l- association of insurance agents, l-association of insurance brokers, il- Lloyds Malta limited u l-Malta insurance association.", "Dan l-eżerċizzju ta' konsultazzjoni sar mill-MFSA.", "Ta' min jgħid li s-serivzzi ta' l- assigurazzjoni f'dan il-pajjiż kibru sostanzjalment f'dawn l-aħħar snin u dan jirrifletti wkoll il-qagħda stabbli tal-pajjiż għaliex f'ambjent bħal dan normalment ikun hemm servizzi finanzjarji b'saħħithom.", "Fil-fatt fis- sena 2004 il-premium domestiku tal-kumpanniji ta' l-assigurazzjoni kien madwar Lm108 miljuni.", "Dan kien jikkonsisti f'Lm50.14 miljuni f'general business premiums, żieda ta' 8.6% fuq is-sena 2003 u jirrapreżenta wkoll 2.7% tal-prodott gross domestiku skond il-market prices.", "Kien hemm ukoll Lm57.68 miljuni fi premiums tal-life business, qabża sinifikanti ta' 22.5% fuq is-sena 2003 u li tirrappreżenta 3.2% tal-prodott gross domestiku.", "Ta' min ifakkar ukoll li s-settur ta' l-assigurazzjoni f'dan il-pajjiż jimpjega madwar 1,000 ruħ, 791 bħala full-timers u 158 bħala part-timers, jiġifieri 18% ta' l-impjiegi fis-settur finanzjarju kollu, li huwa perċentwal kbir mhux ħażin.", "Kif kulħadd jista' jara l-gvern huwa kommess li jħares b'serjeta' kbira lejn is-settur tas-servizzi finanzjarji għaliex jemmen li huwa settur li 'l quddiem jista' jiżviluppa ħafna aktar f'pajjiżna.", "Ifisser ukoll li l- gvern waħdu ma jista' jagħmel xejn, u fil-kamp ta' l-assigurazzjoni żgur li għandu bżonn l-integrita' u l-kompetenza tal-business leaders u ta' kull ħaddiem li jagħrfu u jaħtfu l-opportunitajiet li jiġu quddiemhom.", "Dan qed ngħidu għaliex xi kultant ninsew kemm huwa importanti l-qasam ta' l- assigurazzjoni.", "Aktar 'il quddiem se nibdew nisimgħu ħafna aktar fuq ir- responsabbilitajiet kbar li se jkollhom il-kumpaniji ta' l-assigurazzjoni f'pajjiżna għaliex malli nibdew niddiskutu l-liġi tal-pensjonijiet, dawn il- kumpaniji se jidħlu f'diskussjoni mal-gvern ħalli niżguraw li jagħtuna s- serħan il-moħħ li magħhom nistgħu ninvestu.", "Niftakar li meta kont ngħix fl- Istati Uniti kont nagħmel żjara kull sena lill-kumpanija ta' l- assigurazzjoni u tħoss li meta tmur għandhom tkun qisek mort għand xi ħadd importanti.", "Dan għaliex tkun sejjer tiddiskuti l-mod ta' kif se tinvesti l- futur tiegħek, li hija xi ħaġa essenzjali.", "Sur President, meta nitkellmu fuq l-assigurazzjoni ħafna minna għadna naħsbu biss fuq l-assigurazzjoni tal-karrozzi.", "Ovvjament hawnhekk m'aħniex qed nitkellmu biss fuq din il-parti ta' l-assigurazzjoni għaliex is-suġġett huwa ħafna akbar minn hekk.", "Pero' ladarba qegħdin insemmu l-karozzi nittama li din il-liġi forsi sservi ta' springboard ħalli jkollna leġislazzjoni serja li tindirizza l-problema ta' karozzi li m'humiex insured.", "Issa ħalli nitkellmu wkoll fuq il-konsumatur għaliex fl-aħħar mill- aħħar liġi bħal din trid ssir għall-ġid tal-konsumatur u li tkun consumer oriented.", "Dan huwa importanti ħafna għaliex jekk ninsew lill-konsumatur, il-kumpannija ta' l-assigurazzjoni ma tkunx effettiva.", "Għalkemm f'Malta m'hawnx ombudsman għas-servizzi finanzjarji, irridu ngħidu li għandna l- consumer complaints manager.", "Nixtieq infakkar li fis-sena 2005, 70% tal- complaints li daħlu fl-uffiċċju tiegħu kienu dwar l-assigurazzjoni, u dan jindika biċ-ċara għalfejn liġi bħal din għandha ssir.", "Il-consumer complaints manager għandu tliet funzjonijiet prinċipali.", "L- ewwel waħda hija dik li jinvestiga l-complaints li jsiru mill-konsumatur privat u li huma relatati mas-servizzi finanzjarji jew mat- transazzjonijiet, u t-tieni sabiex toffri edukazzjoni fil-qasam tas- servizzi finanzjarji li hawnhekk diġa' tkellimna dwarha.", "U t-tielet funzjoni hija dik li jwieġeb għall-mistoqsijiet li l-pubbliku jista' jkollu fuq servizzi finanzjarji.", "Hawnhekk nixtieq nitkellem ftit dwar l- assigurazzjoni fuq is-saħħa għaliex bħala tabib din hija xi ħaġa li tolqotni direttament.", "Fis-sena 2005 l-uffiċċju tal-consumer complaints intalab li jidħol f'diversi każi ta' assigurazzjoni fuq is-saħħa.", "Dan huwa suġġett delikat ħafna u m'huwiex faċli li wieħed jaqta' linja dritta u jgħid dan tajjeb u dan ħażin, għaliex kull każ huwa differenti.", "Ovvjament dan il-qasam ta' l-assigurazzjoni huwa forsi l-aktar wieħed li jolqot b'mod dirett – kollha jolqtu direttament għaliex anke l-assigurazzjoni fuq il- karozzi tolqot direttament – lill-bniedem għaliex jirrigwardja proprju s- saħħa tiegħu.", "U jiena nemmen li fejn tidħol is-saħħa, ma joqgħod xejn!", "Wieħed jifhem li l-assigurazzjonijiet dwar is-saħħa fl-aħħar mill-aħħar żgur li ma jsirux bl-intenzjoni li jagħmlu t-telf.", "Dawn joperaw f'forma ta' business, imma joffru serħan il-moħħ għall-persuna li tkun qiegħda tassigura ruħha magħhom.", "Madankollu f'dan il-qasam jidħlu ħafna komplikazzjonijiet, u xi kultant aħna t-tobba nħossu li kemm aħna u kemm il- pazjenti tagħna ma nkunux fdati minn dawn l-kumpaniji.", "F'dan it-tip ta' assigurazzjonijiet l-ewwel ħaġa li jagħmlu huwa li jistaqsuk ħafna affarijiet personali biex isiru jafu kollox fuqek.", "Niftakar li xi ftit tal-ġimgħat ilu smajt lill-Onor.", "George Vella jitkellem fuq dan is-suġġett.", "Huwa importanti li noqogħdu attenti li fejn tidħol assigurazzjoni nżommu ċerti dettalji għalina għaliex jekk il-bniedem ma jżommx mistur ċertu tagħrif dwar saħħtu tkun qiegħda ssir intrusion fuq il-privatezza tiegħu.", "Sur President, m'huwiex faċli li wieħed jaqbad jgħid li għandu z-zokkor jew li għandu l-cholesterol jew inkella jgħid x'tip ta' x-ray għandu bżonn jew inkella li għaddej minn xi dipressjoni ma xi ħadd li lanqas biss jafu.", "Irridu nżommu quddiem għajnejna li n-nies li jiġu bil-karta ta' l- assigurazzjoni għandna t-tobba ma jkunux jafu min qed jaqraha.", "Per eżempju, jien rajt nies li ppreferew ma jiġux assigurati għaliex kellhom il- biża li l-persuna li tkun se taqra l-karta tiġġudikahom fuq il-kondizzjoni li jkollhom.", "Allura importanti li l-kumpanniji ta' l-assigurazzjoni – u jiena naf li ħafna minnhom dan ix-xogħol jagħmluh b'delikatezza kbira – jifhmu l-fatt li xi kultant m'huwiex faċli li persuna tikxiflu l-aktar ħaġa privata tiegħu.", "Xi kultant ninsew li anke jekk persuna tmur għand ġinekologu u dan jiktbilha ċerti affarijiet fuq il-karta ta' l- assigurazzjoni tagħha, ikun qiegħed jikxef ċerti dettalji privati fuq dik il-persuna.", "Pero' l-iktar ħaġa li tweġġa' lill-konsumaturi hija meta ma jiġux emmnuti u meta jaħsbu li huma assigurati meta fil-fatt ma jkunu assigurati xejn.", "Dan jiġri wkoll meta jagħmlu perijodu fejn ikunu assigurati imbagħad ma jibqgħux, jew inkella meta jagħmlu perijodu twil ma jitolbux assigurazzjoni u mbagħad meta jkollhom bżonn xi ħaġa fil-kamp tas-saħħa mentali jgħidulhom li huma m'humiex koperti għaliex il-kondizzjoni tagħhom hija waħda kronika.", "Hawnhekk il-klijenti jħossuhom inġurjati u rrabjati, għaliex wara li jkunu ilhom iħallsu l-polza tagħhom għal perjodu twil, f'daqqa' waħda jgħidulhom li dik il-kondizzjoni hija kronika u allura m'humiex koperti.", "Hawnhekk irrid nagħmel parenteżi żgħira.", "Dan il-mard u dawn il-kondizzjonijiet huma kollha kondizzjonijiet relattivi.", "Wara kollox, jien min jien biex nilgħabha tal-profeta u ngħid li dipressjoni f'pazjent hija waħda kronika?!", "Jien min jien biex ngħid li eating disorder f'pazjent hija xi ħaġa kronika mentri marda oħra m'hijiex?", "Jien min jien biex inkun naf kemm ħa ddum kundizzjoni fuq it-tali persuna?", "U hawnhekk xtaqt nagħmel punt ieħor.", "Għalkemm din il-liġi qiegħda tittratta l-assigurazzjonijiet, nixtieq nagħmel appell sabiex f'dawk ċ-ċirkostanzi li jolqtu l-persuna b'mod dirett, bħalma hija l-assigurazzjoni fuq is-saħħa, naraw li nagħmluhom b'aktar delikatezza u b'aktar ħsieb.", "Sur President, irridu nifhmu li mhux kull telefonata fuq assigurazzjoni hija l-istess.", "Mhux kull telefonata hija fuq life policy, claim ta' serq minn dar jew claim fuq karrozza.", "Għaldaqstant dik il-persuna li qiegħda tieħu t-telefonata għandha tħares lil hinn mill-aspett ta' assigurazzjoni u għandha tiffoka fuq l-individwu.", "Fl-aħħar mill-aħħar kull liġi f'dan il- parlament niddiskutuha bil-għan li ngħinu kemm nistgħu lill-poplu Malti u Għawdxi.", "Din hija liġi li se tikkonsolida żewġ liġijiet flimkien u li se toffri iktar opportunitajiet sabiex dawn il-kumpanniji jkollhom aktar negozju.", "Hija liġi tajba li fl-aħħar mill-aħħar l-għan tagħha hu li tħares l-interessi ta' dawk li jieħdu kull tip ta' assigurazzjoni.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Jose Herrera.", "ONOR.", "JOSE' HERRERA: Sur President, m'għandix dubju li din il-liġi hija waħda valida u li għandna bżonnha f'pajjiżna.", "Aktar 'il quddiem beħsiebni nispjega għaliex fl-osservazzjonijiet li se nagħmel.", "Jiena qgħadt nisma' u osservajt kif dan id-dibattitu żvolġa ruħu wkoll b'mod ġenerali fuq is- servizzi finanzjarji.", "Ta' min jgħid li l-assigurazzjoni tifforma parti mis- servizzi finanzjarji, u aktar ma jgħaddi żmien aktar se jkun hekk.", "Apparti milli tinxurja saħħtek, il-karozza jew id-dar, l-insurances qegħdin jipprovdu wkoll skemi ta' investiment u għalhekk qegħdin jifformaw parti importanti u essenzjali mis-servizz finanzjarju Malti.", "Il-kollega tiegħi semma li hemm ma' l-elf ruħ - full-time u part-time –jaħdmu f'dan is- settur, imma jien insostni li hemm iktar minn hekk.", "Dan għaliex il-kollega tiegħi nesa jsemmi lil dawk li jagħtu konsulenza jew pariri, avukati u accountants.", "Dawn it-tip ta' nies m'humiex imniżżla bħala mpjegati tad- ditti ta' l-assigurazzjoni.", "Ma rridux ninsew li l-assigurazzjoni hija niche importanti ħafna għaliex timpjega ħafna nies u tifforma parti essenzjali mis-servizzi li joffri kwalunkwe pajjiż.", "Huwa importanti li f'Malta nsaħħu l-istrutturi tas-servizzi finanzjarji għaliex matul dawn l-aħħar 20 sena kellna gvern wara l-ieħor li stinkaw tabilħaqq sabiex lil Malta nipproġettawha bħala hub ta' eċċellenza fis- servizzi finanzjarji.", "Ovvjament din ma kenitx xi ħaġa faċli minħabba l- kompetizzjoni diretta u ħarxa minn ħafna pajjiżi, fosthom pajjiżi żgħar li kienu tradizzjonalment magħrufa għal dawn is-servizzi.", "Madankollu b'għaqal, b'abbilta' u bid-dħul ta' leġislazzjoni f'waqtha u bil-ħila ta' nies professjonali fis-settur privat, lil Malta irnexxielna nibdew nipproġettawha bħala hub finanzjarju.", "Issa mas-servizzi finanzjarji in ġenerali fil-pajjiż trid iddaħħal ukoll ċerti aspetti tas-servizz marittimu, bħar-reġistrazzjoni tal-vapuri u affarijiet simili.", "Meta ngħidu servizz finanzjarju ma nfissrux biss il-borża ta' Malta jew il-brokerage imma ukoll dawk is-servizzi li jinvolvu wkoll l-investimenti ta' kapitali.", "Illum dan is-settur huwa niche importantissimu f'Malta u fil-fatt jikkontribwixxi għal aktar minn 10% tal-GDP tal-pajjiż.", "Allura żgur li dan is-settur ma nistgħux ngħidulu aktar niche.", "Niftakar fl-1996 konna nitkellmu fuq dan is-settur bħala niche għaliex dak iż-żmien ridna noħolqu niċeċ oħrajn minn dawk tradizzjonali.", "Ridna nkunu nnovattivi u għalhekk kellna nesploraw is-settur tas-servizzi, u fost l-aqwa setturi tas-servizzi hemm dak finanzjarju.", "Pero' illum ma nistgħux insejħulu aktar niche għaliex is-settur finanzjarju sar settur ewlieni f'Malta.", "U għalkemm m'huwiex kbir daqs it-turiżmu, xorta waħda huwa akbar ħafna mis-settur ta' l-ispekulazzjoni ta' l-artijiet.", "Fil-fatt l-ispekulazzjoni ta' l-art huwa settur li jiġġenera mal-5% tal-GDP u ngħidulu settur importanti u kbir filwaqt li s-settur finanzjarju, li jiġġenera aktar mid-doppju, għadna nqisuh bħala xi ħaġa sekondarja u bħala niche għalkemm illum is-settur finanzjarju sar industrija kbira u ta' prijorita' fil-pajjiż.", "Għaldaqstant jekk Malta trid tibqa' tippromwovi lilha nnifisha bħala ċentru ta' eċċellenza hemm bżonn li jkollha qafas leġislattiv u legali serju.", "Sur President, l-istess ħaġa għamilna fil-kamp marittimu.", "Kemm ilni f'dan il-parlament għamilna xi tliet darbiet l-upgrading tal-leġislazzjoni marittima u dan għamilnieh bi qbil bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra.", "Issa fis- settur finanzjarju huwa importanti ħafna li jkollok il-ftehim bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra għaliex nafu li dan is-settur huwa wieħed delikat ħafna.", "Għax jekk kull darba li jinbidel il-gvern noqogħdu nimxu bl-iskossi u mingħajr ftehim f'settur daqstant importanti, żgur li qatt mhu se jiġi l- investiment lejn pajjiżna.", "Dan għaliex l-investitur dejjem jara fejn se jpoġġi flusu għal żmien fit-tul u mhux se jinvesti f'pajjiż tal-mickey mouse jew f'pajjiż li huwa banana republic, fejn illum għandek dittatur jew partit \"A\" u sitt xhur wara jkollok partit ieħor li jbiddel kollox.", "F'każijiet hekk, min jinvesti ma jkollu l-ebda sigurta' fuq xiex jistrieħ.", "Għalhekk nerġa' ngħid li huwa importanti ħafna li fis-settur finanzjarju, aktar milli f'setturi oħra, bħala gvern u oppożizzjoni nħaddnu politika ta' konsensus billi niskambjaw l-ideat.", "Għalkemm f'din il-Kamra m'hawn ħadd li huwa daqshekk tekniku fis-servizzi finanzjarji, kollha għandna l-ideat tagħna, jiena bħala avukat, Tonio Fenech bħala accountant, li probabbilment għandu ideat aħjar minn tiegħi, u n-Nutar Charles Mangion bħalha nutar.", "Jiġifieri hawn min għandu idea teknika, imma ħadd m'hu espert f'dan il- qasam.", "Ilkoll kemm aħna għandna l-esperjenza tagħna, pero' irridu nikkonsultaw ruħna.", "Il-parlament mhux suppost li jkun magħmul mill-esperti imma min-nies komuni u min-nies b'ideat.", "Naturalment għandna l-konsulenti tagħna li jagħtuna l- pariri.", "U fil-qasam tal-finanzi huwa tajjeb li wieħed jimxi man mano mal- pariri ta' l-esperti fid-diversi niċeċ tas-settur finanzjarju.", "Mela fid- diversi niċeċ li hemm fi ħdan is-settur finanzjarju - importantissimu għal pajjiżna - huwa tajjeb li wieħed jimxi man mano ma' l-esperti mingħajr suppervja biex wieħed jasal ukoll għal politika ta' konsensus ħalli b'hekk ma ngerrxux l-investiment minn pajjiżna.", "Jien illum m'iniex xi xiħ għaliex għad għandi 43 sena, pero' ilni f'din il-Kamra għal dawn l-aħħar għaxar snin u meta tkun ilek hawnhekk dan iż-żmien kollu kważi kważi tispiċċa wieħed mill-anzjani ta' din il-Kamra.", "Naturalment minn din l-esperjenza parlamentari tiegħi ħadt gost ninnota li fuq il-kwestjonijiet ta' dan il- ġeneru, irnexxielna nħaddnu politika ta' konsensus li hija xi ħaġa tajba, għaliex ninsabu mexjin 'il quddiem f'dan is-settur.", "Naturalment f'dan il- qasam ma tistax timxi 'l quddiem jekk ma jkollokx ukoll leġislazzjoni tajba fin-niche ta' l-insurances fi ħdan is-settur finanzjarju.", "Sur President, għalfejn qegħdin nagħmlu din il-liġi?", "Ħalli nkun fair ma' kulħadd.", "L-iskop tal-kunsill ta' l-Unjoni Ewropea u anke tal-parlament Ewropej m'huwiex biex sempliċement nippromwovu d-drittijiet tal-konsumatur għaliex dawn joħorġu b'mod indirett.", "L-iskop tad-direttiva 2002/92/EC tal- parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Diċembru, 2002 huwa sabiex ikollok freedom of establishment ta' l-intermediaries fl-assigurazzjoni.", "Din hija xi ħaġa li ilha ġejja mill-Unjoni Ewropea għaliex l-ewwel direttiva li kellna kienet saret fl-1992.", "U dak iż-żmien kienu għaddew id- direttiva tat-13 ta' Diċembru, 1976 sabiex jittieħdu ċerti miżuri to facilitate the effective exercise of freedom of establishment.", "Naturalment hawnhekk mhux se noqgħod naqra d-direttiva kollha, pero' dawn dehrilhom li dik id-direttiva ma kenitx eżawrenti biżżejjed u allura xi erba' snin ilu, reġgħu ħasbu li jagħmlu direttiva ġdida.", "Din id-darba kienet ferm aktar eżawrenti u fiha ferm aktar regolamenti sabiex tkun tista' tiġi addottata mill-pajjiżi membri kollha ta' l-Unjoni Ewropea.", "L-għan tagħha huwa dak li jkun hemm il-freedom of establishment minħabba li għandek il-freedom of movement of goods.", "Imbagħad ma' dan il-prinċipju beda dieħel ukoll il- freedom of services.", "Issa mal-liberta' irid ikollok servizzi liberi u jrid ikollok il-freedom of establishment.", "Din hija l-politika li tħaddan l-Unjoni Ewropea u ma jistax ikun li pajjiż ikun fl-Unjoni Ewropea jekk ma jemminx f'suq miftuħ, kemm f'dak li huwa bejgħ ta' kummerċ u merkanzija kif ukoll f'dawk li huma servizzi.", "Huwa inutli li wieħed jgħid li hemm il-Maltin li diġa' joffru s- servizzi.", "Ladarba dħalt f'dan il-blokk ekonomiku-politiku, taf li l- essenza tiegħu dejjem kienet il-free market economy.", "Mela l-iskop aħħari ta' din id-direttiva huwa dak li jiffaċilita l-intermedjarji ta' l- assigurazzjonijiet li jibdew jaħdmu f'Malta.", "Naturalment mat-tajjeb hemm ukoll il-ħażin.", "It-tajjeb huwa li din id-direttiva tatna l-ispunt sabiex aħna nagħmlu l-upgrading tal-liġi tagħna.", "Fil-fatt aħna qegħdin inħassru l- liġi l-antika u nagħmlu liġi kompletament ġdida.", "Fl-istess nifs ukoll wieħed ikollu jgħid li b'din il-leġislazzjoni se niffaċilitaw aktar il- possibilta' li brokers u aġenti barranin jibdew jiftħu l-uffiċċini tagħhom f'Malta.", "Issa nafu li f'dan is-settur hemm madwar 1,000 ruħ li jaħdmu b'mod dirett fih.", "Fl-insurance għandek il-kumpannija prinċipali li tkun l- insurance proprja u f'Malta għandna insurance waħda ta' dan it-tip, li hija l-Middle Sea, mentri f'pajjiżi oħra hemm ħafna insurances.", "Imbagħad ikollok l-aġent li fil-liġi kummerċjali mhux qiegħed jiġi repealed.", "Fil- liġi ċivili tagħna nsibu li n-normi tradizzjonali li joħorġu mill-liġijiet u anke mill-case law tagħna fir-rigward tar-relazzjoni kuntrattwali bejn min hu assigurat u min jassigura, għadhom validi u se jibqgħu viġenti.", "Sur President, l-aġent għandu dritt li jikkuntratta.", "Mela inti għandek l- aġent tiegħek f'Malta, liema aġent jista' jikkuntratta l-brokers.", "Fil-fatt meta tiftaħ kawża ma tistax tiftaħha kontra l-broker u lanqas tista' tiftaħha kontra l-aġent.", "Jekk ikun inxurjak il-broker xorta trid tħallih barra u trid tiftaħ il-kawża kontra l-aġent jekk dan jirrappreżenta lid- ditta barranija.", "Min-naħa tagħna ġieli ma neħdux riskju u naqbdu u nħarrku kemm l-aġent u kemm l-assigurazzjoni b'mod dirett permezz ta' kuraturi.", "Kif għedt f'Malta m'għandniex ħlief assigurazzjoni waħda iżda għandna numru sostanzjali ta' aġenti.", "Pero' l-aktar li għandna u kważi ssibhom f'kull triq huma dawn il-brokers li jiftħu very freely.", "Fil-fatt m'hemmx xi regolamentazzjoni serja dwarhom u kważi kulmin irid jaħdem b'mod pulit, illum sar jiftaħlek estate agency jew insurance brokerage.", "Hawnhekk m'iniex qiegħed nikkritikahom, u jekk hemm suq għalihom jalla jkollna miljun wieħed.", "Issa qegħdin jitħajru wkoll sabiex jiftħu bħala ship chandlers.", "Naturalment dan jiġġenera ħafna xogħol.", "Nieħu spunt minn dak li qal l- Onor. Evarist Bartolo u nagħmel parentezi żgħira, fis-sens li wieħed irid jagħti protezzjoni lill-konsumatur fil-mod li bih qed jiġu reklamati ċerti prodotti għaliex nies li m'humiex professjonisti qed imorru jbigħu ċerti policies, investment schemes u insurances bieb bieb.", "Issa min qiegħed ibigħ dawn il-prodotti huwa biss saleman, jiġifieri mpjegat ma' broker li ġieli lanqas ikun broker imma jkun kuntrattat minn broker ieħor!", "Mela jkollok l-aġent, il-broker u l-broker jissub-kuntratta wkoll lil nies oħra li jaħdmu mal-broker.", "Ara x'taħwid.", "Hawnhekk naf x'qed ngħid għaliex mill- professjoni tiegħi ltqajt ma' dawn l-affarijiet.", "Allura dawn is-salesmen idurulek bieb bieb u jbegħulek dawn il-policies bl-addoċċ.", "Għaldaqstant l- Onor. Evarist Bartolo għamel punt validu ħafna f'dan ir-rigward għaliex qegħdin jingidmu numru kbir ta' nies.", "Ħalli issa nerġa' niġi għas-suġġett tiegħi.", "Kont qiegħed ngħid li hekk kif tneħħi l-fruntieri tiegħek, inti tkun qiegħed tesponi lil pajjiżek għal kulmin jixtieq jibda jopera mix-xtut tagħna.", "Per eżempju, jista' ikollok managers jew brokers fl-Italja jew f'pajjiż ieħor li jiddeċiedu li jiftħu uffiċċju f'Malta.", "Nafu li f'Malta għandek livell kbir ta' insurances fuq il-vapuri.", "Fil-fatt għandna ħafna vapuri nxurjati mal-bandiera Maltija.", "Pajjiżna jinstab fir-raba' post tad-dinja bħala bandiera.", "Għalhekk żgur li għandhom interess li jiftħu l-uffiċini tagħhom f'pajjiżna jekk iridu jaħdmu fl-insurances.", "Għalkemm pajjiżna żgħir, xorta hawn ħafna xi jħajjar lil dak li jkun jagħmel dan it-tip ta' investiment.", "Kif qal tajjeb ukoll l- Onor. Joe Cassar, din il-liġi kellna ndaħħluha bilfors ħalli tkun diġa' f'postha meta niġu biex niddiskutu l-liġi tal-pensjonijiet, xi ħaġa li se nagħmlu fil-futur qarib.", "Allura tista' taħseb x'art verġni se jkollhom quddiemhom dawn l-assigurazzjonijiet.", "Se jkollok aktar minn 400,000 ruħ li b'xi mod jew ieħor iridu jidħlu f'assigurazzjoni minħabba l-pensjoni tagħhom.", "Mela jekk illum l-insurances f'pajjiżna jifformaw mat-18% tal- financial service package, ara x'persentaġġ se jkollhom meta dawn se jibdew jiddependu kollha kemm huma fuq il-pensjonijiet!", "Għaldaqstant irridu nitkellmu b'mod ċar.", "Huwa veru li meta jkollna din il- liġi jista' jkollok il-barranin li mill-Unjoni Ewropea jiġu kważi nstigati u mħajra sabiex jiftħu n-negozji tagħhom f'Malta.", "Naturalment din se tikkreja kompetizzjoni ma' dawk il-Maltin li jaħdmu f'dan is-settur.", "Li hemm tajjeb pero' huwa dak li għedt ftit tal-ħin ilu, jiġifieri li x-xogħol fl-insurances se jisplodi 'l fuq minħabba l-kwestjoni tal-pensjonijiet.", "Għaldaqstant kompetizzjoni u mhux kompetizzjoni, wieħed għandu jikkonkludi li s-settur ta' l-insurances se jisplodi 'l fuq.", "Għalhekk hija xi ħaġa għaqlija u tajba ħafna li qed nipproponu din il-liġi.", "Huwa minnu li qed nipproponu din il-liġi minħabba d-direttiva 2002/92/KE tat-9 ta' Diċembru u huwa minnu wkoll li l-iskop ta' dik id-direttiva huwa dak li tiggarantixxi aktar il-freedom of establishment, pero' the end result huwa li għandna biċċa leġislazzjoni tajba ħafna.", "Min-naħa l-oħra, huwa veru wkoll li l- liġi tagħna hija bejn wieħed u ieħor mera tad-direttiva.", "Naturalment aħna rari naqrawhom dawn id-direttivi għaliex tant ikun hemm li huwa mpossibli li nlaħħqu magħhom kollha.", "Fil-fatt ikollna madwar 1400 direttiva, pero' bħala membri parlamentari fi ħdan il-kumitat permanenti għandna l-fortuna li għandna segretarjat ta' nies esperti u research analysts li jagħmlu xogħol siewi, u ta' dan irrid nirringrazzjahom.", "Kif għedt huwa impossibli għalina d-deputati li naqraw dak l-ammont enomri ta' karti.", "Normalment li nagħmlu huwa li naqraw il-gist tad-direttiva ħalli wieħed ikun jista' jgħaddi l-kummenti tiegħu meta niġu biex nagħmlu l- eżerċizzju ta' skrutinju.", "Madankollu din id-darba ġietni l-okkażjoni li naqra d-direttiva kollha u nista' ngħid li bażikament il-liġi tagħna hija kollha kemm hi bħad-direttiva.", "Jiġifieri din il-liġi qiegħda tirrispekkja d-direttiva msemmija u d-direttiva hija waħda tajba għaliex qiegħda tikkrea serjeta` fejn forsi serjeta` ma kellniex.", "Sur President, huwa ħażin li f'pajjiż li suppost huwa ċentru ta' eċċellenza f'dan is-settur ikollok ħafna nies li jingidmu.", "Ħafna nies ingidmu minħabba n-nuqqas ta' professjonalita` u minħabba n-nuqqas ta' awtoritajiet regolatorji.", "Fil-qasam ta' l-insurances se jkollna awtorita' regolatorja li se jkollha ħafna poteri, kemm li tagħti pariri kif ukoll eżekuttivi.", "Din hija xi ħaġa li qabel ma kellniex.", "Per eżempju, l-Onor.", "Evarist Bartolo qalilna kif hemm ħafna nies li ngidmu u ftit snin ilu f'dan il- parlament għaddejna liġi - dan hu s-sabiħ li fil-qasam finanzjarju qegħdin naqblu bejnietna – sabiex nagħmlu l-upgrading tagħha.", "Illum ma tistax taqbad tkun broker u tibda tbigħ l-investimenti.", "Ftit tas-snin ilu għaddejna liġi li fuqha kelli xi oġġezzjonijiet għaliex deherli, anke minħabba l-lobbying ta' l-istess insurance brokers, li l-banek m'għandhomx jagħmluha ta' brokers fl-investimenti.", "Dan għaliex il-banek ikunu jafu l- partikolaritajiet u ċ-ċirkostanzi ekonomiċi u finanzjarji tal-klijenti tagħhom.", "U dan kien qed iġibhom f'pożizzjoni ta' vantaġġ fuq ħaddieħor.", "Fil-fatt, kif ikollok somma flus l-bank mill-ewwel tirċievi komunika mill- bank fejn jgħidlek li għandu dawn l-investimenti u jistaqsik jekk intix imħajjar tinvesti fihom.", "Għalhekk kien deherli li l-banek m'għandhomx jidħlu f'kompetizzjoni diretta ma' dawn il-brokers, aktar u aktar meta għandek żewġ banek biss u li allura setgħu jiddominaw is-suq.", "Allura kont ipproponejt private members bill u kien anke sar dibattitu fuqu.", "Ħalli nitkellem ċar u tond.", "Skond din il-liġi l-banek stess se jkunu jistgħu jidħlu f'dan il-qasam.", "Is-segretarju parlamentari qiegħed jgħidli li dan mhux minnu, pero' jien ninsab informat mod ieħor.", "Jiena nformat li kif ġejja din il-leġislazzjoni u jara between the lines, hemm ad intendere......", "U għalkemm din il-liġi hija tajba, xorta m'hijiex tgħid eżattament x'se jkunu r-regolamenti.", "Per eżempju, il-liġi qiegħda tgħid li l-ministru jista' jagħmel dawn ir-regolamenti, li l-awtorita' regolatorja tista' tagħmel dawn ir-regolamenti, li l-ministru jista' jagħmel dawn l- exemptions u li l-kumpanniji jridu jsegwu r-regolamenti li għad irid jagħmel il-ministru.", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamenatri, bil-permess ta' l-Onor.", "Herrera.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Sur President, tajjeb ngħid li r-regolamenti diġa' jeżistu fil-qafas tar-regolaturi f'pajjiżna u li dawn huma stabbiliti diġa' taħt il-liġijiet li qed jiġu sorpassati.", "Għalhekk mhux se jiġu eliminati għaliex se jidħlu taħt din l-istess liġi.", "Tajjeb infakkru li din il-liġi qiegħda tiġbor żewġ liġijiet diġa' eżistenti u li diġa' għandhom numru ta' regolamenti maħruġin taħthom.", "Allura l-kwestjoni tal-bank assurance xorta trid tibqa' irregolata taħt is-sistemi tal-liċenzjar għaliex l-operaturi jiġu liċenzjati mill-awtorita' kompetenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Herrera jista' ikompli bl-intervent tiegħu.", "ONOR.", "JOSE' HERRERA: Sur President, hawnhekk immur oltre minn hekk.", "Jiena mhux qed ngħid li din tidher iswed fuq l-abjad, għaliex din hija bħal kull leġislazzjoni oħra moderna li qed niffaċċjaw f'dawn l-aħħar snin.", "Jekk wieħed jara l-leġislazzjonijiet antiki, dawk li kienu jsiru fis-snin sittin, isib li kollha kienu jsiru bil-punto e virgola.", "Dawn kienu jikkontemplaw l-ipotesijiet kollha ta' dak li jista' jsir u dak li ma jistax isir, u bażikament kien ikollok liġi li tgħidlek x'inhi l-liġi.", "Illum minħabba li l-ħajja saret ferm aktar mgħaġġla minn qabel, ix-xogħol leġislattiv sploda 'l fuq u llum m'għadux aktar possibli li wieħed joqgħod jilleġiżla bl-istess mod u manjiera li kien isir qabel.", "Dan il-punt nifhmu, pero' xorta waħda ssir il-kritika okkażjonalment minn nies bħali, speċjalment meta tkun avukat imdorri b'sistema ta' liġi li kienet waħda pożittiva u mhux bħalma għandhom pajjiżi oħra.", "Pajjiżi oħra bħall-Ingilterra għandhom il-common law u għandhom il-case law, allura m'għandhom l-ebda punto e virgola.", "F'Malta għandna din it- tradizzjoni, fejn min ikun fil-kamp ġuridiku japprezza li aħna mdorrijin bi spoon fed laws.", "Il-kritika tagħna f'dan ir-rigward hija fuq meta l- ministru – m'iniex qiegħed nikkritika lilek għaliex din hija liġi tajba – jiġi fil-parlament u jgħid li jrid idaħħal ċerti riformi f'settur partikolari u jgħid x'inhuma l-linji gwida ta' kif għandu jagħmel ir- regolamenti u ta' kif għandu jilleġisla.", "Imbagħad jitlob lill-parlament sabiex jagħtih il-poter ħalli jkun jista' jagħmel dawk ir-regolamenti.", "Xi kultant din tista' tiġi aċċettata, pero` donnu li qiegħda ssir trend.", "Ikun hemm leġislazzjoni li rridu niffaċċjaw, speċjalment meta tiġi biex timplimenta d-direttivi ta' l-Unjoni Ewropea, fejn il-ministru jiġi f'din il-Kamra u jitlob li jingħata ċerti poteri sabiex ikun jista' jdaħħal xi regolamenti fuq xi aspetti partikolari.", "Allura meta membru parlamentari jiġi biex jikkritika ma jkunx jaf eżattament x'se jkunu dawk ir- regolamenti.", "Meta mbagħad isiru by legal notice jiżolqu u jkun impossibbli għalina d-deputati - għalkemm kollox jiġi mniżżel bħala papers laid fil- parlament – li nqajmu xi mozzjoni dwarha.", "Kif nafu kull deputat f'din il- Kamra, mill-inqas sa l-ogħla wieħed, għandu t-terminu ta' 20 ġurnata sabiex jagħmel mozzjoni u jiskrutinja dik il-biċċa leġislazzjoni.", "U allura fil- prattika din ma ssirx.", "Sur President, għalhekk qiegħed nistaqsi lill-ministru jekk dan huwiex minnu jew le.", "Nixtiequ jikkonfermali dan fil-parlament ħalli nserraħ moħħ dawk li jaħdmu f'dan is-settur ta' l-insurances.", "Fil-winding-up tiegħu nixtiequ jgħidilna li għalkemm qiegħed jingħata dan il-poter huwa mhux beħsiebu jiftaħ il-kummerċ għall-banek.", "Jekk se jiġri hekk se jkollna bħalma ġara ma' l-istock brokers u dawk li jaħdmu ma' l-insurances se jirvellaw.", "Meta għandek żewġ banek li jikkontrollaw l-informazzjoni kollha tal-poplu Malti, qatt ma jista' ikollok kompetizzjoni ġusta bejn l- istituzzjonjiet differenti.", "Mela nixtieq li l-ministru jew is-segretarju parlamentari jserraħ moħħ in-nies interessati f'dan is-settur u jgħidilna ċar u tond jekk dan hux se jseħħ jew le.", "Dik hija l-ewwel ħaġa li ridt ngħid, li l-leġislazzjoni tkun skeletru u mbagħad il-laħam irid jimtela bil- bye laws u bir-regolamenti li jridu jsiru.", "It-tieni punt li ridt inqajjem huwa li qabel ma kienx hemm wisq serjeta'.", "Mela għal dak li għandu x'jaqsam ma' l-istock brokers għamilna l-upgrading tal-liġi u sirna aktar serji.", "Ir-reklamar ikkontrollajnieh ukoll sa ċertu punt u din hija xi ħaġa tajba għaliex kif qalu tajjeb il-kollegi tiegħi kien hemm ħafna min ingidem mir-reklamar sfrenat li kien qed isir minn salesmen li jduru bieb bieb u ma' dawk li tmur għandhom fl-uffiċini tagħhom, nies li m'humiex kompetenti fil-materja u li jagħtu l-pariri bl- addoċċ.", "Barra minn hekk, nafu li l-Maltin m'humiex daqstant financially literate fuq il-qasam finanzjarju u allura spiċċajna b'ħafna nies li ngidmu.", "Issa fil-qasam ta' l-insurances qiegħed jiġri l-istess ħaġa.", "Kien hemm numru ta' insurances li fallew u nistgħu nsemmu per eżempju, lis-Sun Life Insurance li kienet falliet u magħha kien hemm ħafna nies li kellhom life policies.", "Anke meta din bdiet sejra lura kien għad hemm min baqa' jagħmel id-door to door salesmanship u n-nies baqgħu jinvestu f'din il- kumpannija!", "Żgur li din kienet nuqqas ta' serjeta'.", "Kien hemm ukoll numru ta' kawżi fil-qorti fuq brokers li fir-realta' ma jkunu brokers xejn.", "Jiġifieri tinvesti magħhom u meta mbagħad tmur tinforza l-polza tiegħek issib li ma tistax tinforzaha.", "Għaldaqstant huwa importanti li dan is- settur jiġi regolat.", "L-Onor.", "Joe Cassar ftaħar li hemm madwar 1,000 perusna li jaħdmu b'mod dirett f'dan is-settur.", "Issa ladarba ngħaddu din il-liġi se jidħlu fis- seħħ ir-reġistri tal-managers, tal-persuni li b'mod individwali jaħdmu u jmexxu dawn l-intermediaries, tal-kumpanniji lokali u anke ta' dawk barranin.", "L-aġenti se jiġu reġistrati mod u l-brokers se jiġu reġistrati mod ieħor.", "Qed ngħidu wkoll li sabiex issir broker trid tissodisfa ċerti kriterji u trid tkun a right and fitting person sabiex tkun aċċettat bħala manager.", "Qegħdin ngħidu wkoll li kumpannija ma jridx ikollha interessi fuq xogħol ieħor.", "Jekk inti broker irid ikollok indemnity fuqek ħalli jekk tiżbalja jkollok insurance oħra li tagħmillek l-indemnity tiegħek.", "Għalhekk hemm ħafna affarijiet tajbin f'kontroll effettiv u serjeta`.", "Pero` wieħed irid jgħid ukoll li hekk kif tiskatta din il-liġi, se jkollu jniggeż ftit dawn il-mijiet ta' salesmen li attwalment qegħdin jaħdmu bħala brokers.", "Sur President, inutli noqogħdu niftaħru li hemm madwar 1,000 ruħ jaħdmu f'dan il-qasam jekk imbagħad se ndaħħlu dawn it-tip ta' regolamenti.", "Jekk dawn iridu jiġu reġistrati se jkun hemm nofshom li jitqaċċtu 'l barra, u allura wieħed irid joqgħod attent fuq din il-kwestjoni.", "Is-serjeta' hija importanti, imma wieħed irid japprezza wkoll li aħna qegħdin ngħixu f'Malta.", "Kif għedt aktar qabel fid-diskors tiegħi, għandek numru ta' persuni li għandhom interessi differenti u m'għandhomx biss brokerage fl- insurance.", "Issa bil-liġi l-ġdida, jekk inti broker jew aġent fl-insurance ma tistax tagħmel xogħol ieħor.", "Per eżempju, jien ma nafx kif se tirrikonċilja din is-sitwazzjoni għaliex skond kif inhi l-liġi lanqas jista' jkollok kumpannija li tkun viċin kumpannija oħra.", "Kif se tirrikonċilja lill-kumpanniji ġganti f'Malta li huma brokers u li jagħmlu xogħol ieħor meta f'din il-liġi qed tgħid li sabiex tkun insurnace broker jew insurance agent trid tagħti assigurazzjoni li mhux biss il-kumpannija tiegħek m'għandhiex interessi f'ġeneru ta' negozju ieħor imma li l- kumpannija tiegħek lanqas qiegħda viċin kumpannija oħra li tagħmel tip ta' negozju ieħor!", "Jien nixtieq li din jikkjarifikaha s-segretarju parlamentari, għaliex il- maġġoranza ta' l-aġenziji ta' l-insurances f'Malta għandhom interessi ulterjuri.", "Wieħed irid japprezza wkoll li meta qed nitkellmu fuq pajjiżi kbar bħall-Italja, fejn għandek mal-50 miljun ruħ, il-kunċett huwa wieħed differenti minn meta qed nitkellmu fuq pajjiż żgħir bħal tagħna, li jlaħħaq ma' l-400,000 ruħ.", "U wieħed jibda jistaqsi kemm huwa vijabbli għalina.", "Huwa tajjeb li when you transpose l-leġislazzjoni minn direttiva Ewropea għal-leġislazzjoni Maltija tagħmel biss copy and paste u tirrispekkja kelma b'kelma dak li hemm fid-direttiva?!", "Wieħed irid jieħu s-sustanza ta' dik id- direttiva u jagħmilha applikabbli għar-realta` tal-pajjiż u mhux jeħodha kollha kelma b'kelma.", "Nista' ngħid li għandna din il-problema u li 90% ta' min qiegħed f'dan ix-xogħol ma jistax jikkwalifika biex jiġi reġistrat la bħala manager, la bħala aġent u lanqas bħala broker.", "Naturalment ma jikkwalifikax għaliex għandu interessi kummerċjali oħra jew għaliex għandu konnessjonijiet mill-qrib ma' kumpanniji oħra li jagħmlu ġeneru ta' negozju ieħor.", "U naħseb li din irridu narawha aħjar għaliex se taqla' ftit tal- polemika mhux ħażin.", "Sur President, ilni ngħid mhux ħażin u għalhekk se nagħmel il- konklużjonijiet tiegħi.", "Huwa minnu li kien wasal iż-żmien sabiex dan is- settur jerġa' jiġi ri-indirizzat.", "L-attivita' kummerċjali f'dan is-settur splodiet 'il fuq u se tkompli tisplodi minħabba l-kwestjoni tal- pensjonijiet.", "Dawn se jkomplu jżidu fl-importanza tagħhom anke minħabba l- bandiera Maltija fis-settur marittimu, li kif għedt hija r-raba' l-akbar fid-dinja.", "Dawn il-vapuri jiġu assigurati tramite l-aġenti u l-brokers hawn Malta.", "Għalhekk dan huwa suq li qiegħed jikber u li jinvolvi ammonti konsiderevoli ta' flejjes.", "Jekk irridu nkomplu nippromwovu lilna nfusna bħala hub finanzjarju ta' eċċellenza, fejn matul dawn l-aħħar 20 sena dan is-settur irnexxielu jiġi rispettat minn kulħadd, għandna naraw li jiġi regolat b'aktar finezza.", "Fl-aħħarnett nistieden lis-Segretarju Parlamentari Tonio Fenech sabiex jerġa' jeżamina aktar fid-dettal id- diversi klawsoli li hemm f'dan l-abbozz ta' liġi, li kif għedt aktar qabel, ittieħdu kważi kelma b'kelma mid-direttiva ta' l-Unjoni Ewropea.", "Fihom hemm ċerti anomaliji li bl-ebda mod ma jistgħu jiġu sorvolati fil-qafas ta' pajjiżna u għalhekk wieħed irid jerġa' jirrevedi dawk il-klawsoli ħalli jagħmilhom adattati għal pajjiżna.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "David Agius.", "ONOR.", "DAVID AGIUS: Sur President, quddiemna għandna liġi li rridu nidħlu fid-dettal fiha għaliex ghandha 'l fuq minn 115-il klawosla.", "M'għandix dubju li din il-liġi se tpoġġi lill-qasam finanzjarju ta' pajjiżna aktar fis-sod aktar u aktar meta ż-żewġ naħat tal-Kamra dejjem kienu favur li bħala pajjiż nassiguraw li din l-attivita` tkun regolata u serja.", "U fil- qasam ta' l-assigurazzjoni u ta' l-attivitajiet ta' l-intermedjarji fl- assigurazjzoni għandna nagħmlu l-affarijiet bis-serjeta'.", "Dawn għandna nagħmluhom bis-serjeta` jew aħjar inkomplu nagħmluhom bis-serejta` anke permezz ta' din il-liġi li llum għandna quddiemna.", "Bla dubju ta' xejn din il-liġi se tagħti aktar importanza lil dan il-qasam li fih jaħdmu ħafna persuni.", "Forsi dawk in-nies ta' l-eta` tiegħi u anke dawk iżgħar minni għandna nibdew naħsbu b'mod differenti minn dawk ta' qabilna, l-aktar għal mod ta' kif irridu naħsbu għall-eta' tal-pensjoni tagħna.", "Bla dubju ta' xejn din hija xi ħaġa li rridu nagħmluha sabiex ikollna livell ta' għixien aħjar għal meta niġu għaż-żmien ta' l-irtirar.", "Għalhekk jekk l- assigurazzjoni se tkun wieħed mill-pilastri tal-pensjoni tagħna, irridu naraw li jkollna leġislazzjoni li tirregola dan il-qasam f'pajjiżna.", "Meta wieħed jidħol fid-dettal ta' din il-liġi jsib li hemm ir- reġistrazzjoni jew l-iskrizzjoni għat-tmexxija tal-kummerċ bħala enti fl- assigurazzjoni, managers u brokers fl-assigurazzjoni.", "Fil-passat meta wieħed kien irid ibigħ polza ta' assigurazzjoni jew xi life policy kien imur għand kumpannija fejn il-manager tagħha kien jiddeċiedi jekk jaċċettakx jew le.", "Fil-fatt taqsima 3 ta' din il-liġi qiegħda hemmhekk sabiex nagħmlu din ir-reġistrazzjoni, li permezz tagħha se nkunu nafu min huma dawk il-persuni li għandhom il-fakulta` li jbigħu jew li jistgħu jaħdmu f'dan it-tip ta' assigurazzjonijiet.", "Issa hawnhekk importanti li nimxu mar-regoli u mad-direttivi ta' l-Unjoni Ewropea.", "Qegħdin ngħidu wkoll li se jkollna awtorita` kompetenti li għandha tistabbilixxi u żżomm reġistru ta' persuni li għandhom imexxu l-kummerċ ta' aġenti fl- assigurazzjoni, tal-managers ta' l-assigurazzjoni u tal-brokers fl- assigurazzjoni.", "F'dan l-att insibu wkoll x'tip ta' reġistri se jkollna.", "Se jkollna \"reġistru ta' l-aġenti\", \"reġistru tal-managers\" jew \"reġistru tal-brokers\", li jkun fihom dawk il-partikolaritajiet li l-awtorita` kompetenti tista', minn żmien għal żmien, b'regolamenti dwar l- intermedjarji fl-assigurazzjoni magħmula għall-", "fini ta' l-istess liġi tistabbilixxi, tal-persuni kollha li taħt dan l-att għandhom il-jedd li jkunu reġistrati fih u li japplikaw bil-mod stabbilit f'dak ir-regolament biex ikunu hekk reġistrati.", "Ħalli naraw x'inhuma l-kwalifiki sabiex wieħed ikun jista' jirreġistra u jkun kompetenti biex jidħol f'dawn ir-reġistri.", "Insibu li wieħed irid ikun persuna xierqa u idonea li tkun hekk reġistrata u li tiżgura direzzjoni tajba u prudenti tal-kumpannija.", "Dawn huma affarijiet li jeħtieg nagħmluhom għaliex qegħdin iħarsu l-konsumatur.", "Illum nafu li mhux biss għandna numru ta' persuni li jħabbtu l-bibien tan-nies sabiex ibigħu poloz ta' l- insurances imma għada pitgħada dan il-qasam se jieħu wkoll aktar importanza minħabba li l-pensjonijiet se jsiru parti mill-insurance.", "Naħseb li jkun tajjeb li jkollna l-mod ta' kif iċ-ċittadini tagħna jkunu mħarsa minn persuni li ma jkollhomx il-kompetenzi u l-kwalifiki neċessarji u li forsi ma jkunux idonei sabiex ibigħu dawn it-tip ta' assigurazzjonijiet.", "Sur President, xi ħaġa importanti li wieħed irid jara meta janalizza dan l- att hija li bħala pajjiż irridu mhux biss li jkollna sistema finanzjarja soda f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-insurance imma li anke lit-tfal tagħna, min meta jkunu żgħar, nedukawhom fil-qasam ta' l-insurance.", "Għandna nuruhom li l-insurance m'għandhiex biss x'taqsam mal-karrozzi u daqshekk, imma rridu nispjegawlhom b'mod intelliġenti l-importanza li ninxurjaw dawk l- affarijiet li huma għal qalbna u li ma noqogħdux lura fejn tidħol l- insurance.", "Kif jgħid il-Malti, \"xemx u xita Alla biss jaf meta\" u għalhekk huwa xieraq li nkunu nxurjati għal ċerti ċirkostanzi li jistgħu jseħħu għall-għarrieda fil-ħajja tagħna.", "M'għandix għalfejn intawwal fuq dan is- suġġett għaliex naħseb li ħafna minn dak li qalu l-kollegi tiegħi laqat il- punti kollha li joħorġu minn din il-liġi.", "Pero` tajjeb ngħidu li fl- iskejjel tagħna għandna nibdew nuru l-importanza li wieħed jibda jassigura ruħhu fuq diversi affarijiet u fl-istess waqt lil min jaħdem f'dan il-qasam inħarrġuh b'mod tajjeb.", "Meta wieħed jifli x'inhuma l-provvedimenti tad-diversi klawsoli ta' din il- liġi jifhem li dan huwa gvern, li flimkien ma' l-appoġġ min-naħa ta' l- oppożizzjoni, qiegħed jagħti importanza partikolari lil dan il-qasam sabiex verament inkunu nistgħu mmexxuh 'il quddiem.", "Għalhekk, meta qed nipproponu emendi għall-att dwar il-kummerċ ta' l-assigurazzjoni, għall-att tal- kumpanniji, għall-att ta' l-istituzzjonijiet finanzjarji, għall-att dwar is- servizzi ta' investiment u anke għall-att dwar l-awtorita` tas-servizzi finanzjarji ta' Malta, wieħed jibda jifhem li din il-liġi nħadmet b'ċertu għaqal.", "Sur President, sabiex tagħmel emendi f'numru ta' liġijiet oħrajn, trid tagħmel ċertu networking fil-liġijiet tagħna.", "Wara dan id-dibattitu l- abbozz ta' liġi se jiġi quddiem il-kumitat - li incidentalment immexxi jien – għall-konsiderazzjoni ta' l-abbozzi, fejn se nanalizzaw ukoll xi kritika li saret mill-oppożizzjoni u fejn ikun hemm bżonn isiru l-emendi meħtieġa Sur President, fl-aspett finanzjarju rridu nagħmlu x-xogħol b'serjeta`, u proprju fl-istadju ta' kumitat, naħseb li jkollna l-opportunita` nanalizzaw ftit aktar fid-dettall ċerti bidliet jekk ikun hemm il-bżonn.", "Pero` naħseb li din hija liġi tajba ħafna li se tkompli ssaħħaħ s-settur finanzjarju ta' pajjiżna.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Sur President, din il-liġi hija importanti ħafna minn diversi aspetti.", "L-ewwel aspett li nħoss li huwa l-aktar importanti huwa t-tiġdid tal-liġijiet kummerċjali f'pajjiżna.", "Fl-1921 f'din il-Kamra kien inbeda proċess ta' tiġdid tal-kodiċi tal-kummerċ li kien ġab il-liġijiet ta' pajjiżna fuq livelli ferm aktar avvanzati minn liġijiet oħrajn tal-kummerċ li kien hemm fl-Ewropa.", "Dan sar minħabba l- fatt li l-leġislaturi Maltin - li ħafna minnhom kienu avukati - kienu ħadu ħafna mid-duttrina u mill-ħsebijiet ta' ġuristi barranin fuq il-mod ta' kif għandu jsir il-kodiċi tal-kummerċ.", "B'dak il-kodiċi ta' kummerċ pajjiżna kien stabbilixxa ruħu bħala pajjiż avvanzat fil-kummerċ u dan kien sar proprju fil-mument meta f'pajjiżna kien hawn il-bidu tan-negozju li kien qiegħed jaqbad u jieħu l-għeruq tiegħu.", "Fil-fatt kien għalhekk li f'pajjiżna nħass il-bżonn li wieħed jirregolarizza u jagħmel il-liġi tal- kummerċ.", "Jekk tara l-kodiċi tal-kummerċ issib li l-ħsieb prinċipali tiegħu huwa li dawk in-nies li jaħdmu fil-kummerċ ma jaħdmux bil-liġi tal-ġungla, liġi li forsi ċerti drabi hija ddettata minn min għandu s-sopravvent fis-suq, imma jaħdmu b'liġi ddettata minn regoli fejn kulħadd irid jikkompeti b'ugwaljanza.", "Il-konċett tal-kompetizzjoni u ta' l-ugwaljanza sar iż- żiemel tal-battalja fl-Unjoni Ewropea.", "Ovvjament dan sar għaliex il- liġijiet kontinentali u dawk anglosassoni qablu t-tnejn fuq il-bżonn li dan jitpoġġa fuq pedestall ħalli wieħed iġib soċjeta' aktar ġusta.", "Dan kien ukoll pass aktar avvanzat fid-dimensjoni ta' kif wieħed iħares lejn il- konċett ta' dak li jissejjaħ kapitaliżmu.", "Sfortunatament wieħed irid jgħid li l-konċett tal-kapitaliżmu ngħata diversi xejriet u llum il-ġurnata aħna ffortunati li hemm insenjament ferm aktar avvanzat fuq x'inhuwa dan il- konċett li bih tħalli l-inizjattiva personali ċċaqlaq l-affarijiet 'il quddiem, toħloq ix-xogħol, toħloq il-ġid u taqla' is-setturi li qegħdin taħt fis-soċjeta' u ġġibhom 'il fuq.", "Il-konċett ta' kapitaliżmu - bir- riservi li għamel il-mibki Papa Ġwanni Pawlu II – u d-diversi liġijiet li saru fuq livell ta' Unjoni Ewropea saru għal żewġ raġunijiet prinċipali.", "L-ewwel raġuni kienet minħabba l-fatt li għandek il-cross frontier business li jsir minn pajjiż għall-ieħor u t-tieni raġuni sabiex l-operaturi, minn pajjiż għall-ieħor ikunu ugwali fl-offerti li jagħmlu lill-klijenti ta' pajjiż jew ieħor.", "Ħafna drabi din ma narawhiex imma per eżempju, belt fi Franza li qiegħda viċin il-fruntiera mal-Ġermanja u li tkun qed toffri xi ħaġa, toffriha wkoll għaċ-ċittadini Ġermaniżi li huma fl-akkwati tagħha.", "Apparti dawn iż-żewġ prinċipji fundamentali ġiet stabbilita wkoll regola uniformi fir-rigward ta' l-Unjoni Ewropea kollha.", "Min-naħa tagħna aħna ffortunati għaliex qegħdin nidħlu wkoll f'dan il-qafas tant importanti li permezz tiegħu se nġibu wkoll il-liġijiet tagħna f'uniformita` ma' dawk ta' l-Unjoni Ewropea.", "Issa din il-liġi titkellem b'mod dirett fuq il-broker, fuq dak li jidħol fil-kamp ta' l-assigurazzjoni bejn min jidħol għall-polza ta' assigurazzjoni u min qiegħed jieħu fuqu r-riskju marbut mal-polza ta' assigurazzjoni.", "Jekk inti taqbad il-kodiċi tal-kummerċ se ssib ukoll elenkati l-aġenti u n-nies li huma nvoluti f'dan is-settur partikolari.", "Dan l-abbozz ta' liġi qiegħed jaġġorna dak li għandna fil-kodiċi tal- kummerċ u qiegħed itellgħu f'livell ferm aktar 'il fuq għaliex filwaqt li l- kodiċi tal-kummerċ kien qed iħares lejn l-affarijiet minn dimensjoni purament lokali, hawnhekk qegħdin naqbżu l-fruntieri.", "Fuq dan il-kumment xtaqt nagħmel punt.", "Hemm bżonn li l-mentalita' tagħna tkun aktar miftuħa, fis-sens li hemm bżonn li nħarsu ftit aktar lejn id-dimensjoni ta' polza ta' assigurazzjoni li tiġi offruta lil ċittadini oħrajn ta' l-Unjoni Ewropea.", "Sfortunatament ninnota - nittama li qed nagħmel analiżi żbaljata - li min qiegħed joffri u min qiegħed jaħdem fis-settur ta' l-assigurazzjoni jħares wisq, kważi esklussivament, lejn is-settur Malti mingħajr ma jħares barra mill-fruntieri tagħna.", "Aħna llum nifformaw parti minn suq enormi iżda m'aħniex qegħdin nisfruttawh biżżejjed.", "Dan qiegħed jiġri għaliex in-nies li huma nvoluti fis-settur ta' l-assigurazzjoni sfortunatament għadhom m'humiex qegħdin jifhmu l-vantaġġi kbar li dawn għandhom quddiemhom.", "Jien inħobb inniggeż xi kultant u niftakar li lejn Lulju tas-sena l-oħra, konna ġejna fil-parlament u għamilna liġi apposta fuq is-settur ta' l- assigurazzjoni sabiex l-assigurazzjoni fuq il-ħajja niftħuha aktar.", "Ftaħniha b'mod u manjiera li żammejna binarji legali sodi, b'saħħithom u li jagħtu ħafna sigurta` għal min jaħdem fihom.", "Madankollu l-kumpanniji ta' l- assigurazzjoni - u nixtieq li għandi żball madornali u li jkun hemm min jikteb fil-gazzetti kontra dak li qed ngħid – m'humiex qed jieħdu l-vantaġġ ta' dik il-liġi li konna għamilna.", "U jkolli ngħid li f'ċerti mumenti, din il-Kamra qiegħda tkun aktar pronta biex tantiċipa dak li se jiġri fil-futur f'pajjiżna mill-operaturi stess li jaħdmu f'settur partikolari.", "Sur President, jiena smajt lill-Onor.", "Jose' Herrera jitkellem u rrid ngħid li ma kienx korrett fil-kritika tiegħu meta qal li qegħdin nieħdu wisq id- direttivi ta' l-Unjoni Ewropea ad litteram.", "Nista' nassigurah li d- direttivi varji ta' l-Unjoni Ewropea, qabel ma nittrasformawhom fil-liġi tagħna nieħdu ħsieb li nanalizzawhom u naraw li ndaħħlu biss dak li huwa strettament bżonnjuż u tajjeb għal pajjiżna.", "Għalkemm il-kritika hija tajba, pero` f'dan is-sens m'hijiex fundata.", "Meta wieħed iħares lejn dak li hemm fid-direttiva u jara kif daħħalnieha hawnhekk, isib li aħna qgħadna attenti sabiex nagħmlu dawn iż-żewġ affarijiet.", "Allura nerġa' ngħid li aħna daħħalna biss dak li għandu jidħol u li hu ta' ġid għalina b'mod u manjiera li jmexxi 'il quddiem lil dan is-settur.", "Irrid ngħid ukoll li dawn il- liġijiet ġodda xi kultant jingħatalhom timbru peġġorattiv minħabba li tingħata l-impressjoni li qisu kellna ndaħħluhom ta' bilfors.", "Dan huwa ħażin għaliex il-verita` hija li qed ndaħħluhom minħabba l-ġid li jkunu se jagħmlu lil pajjiżna.", "Din il-liġi se żżid ħolqa oħra fil-kullana tal- liġijiet tal-kummerċ u b'hekk se tagħti aktar saħħa lil dan is-settur ta' l- assigurazzjoni.", "Aħna bnejna settur ta' qligħ għal pajjiżna bbażat fuq is-servizzi finanzjarji.", "Din l-istrateġija nbdiet seba' snin ilu u llum qiegħda tagħti frott kbir għaliex aktar ma ċċaqlaqna fuq diversi setturi, aktar ġbidna operaturi lejn Malta.", "Din il-liġi hija wkoll waħda minn dawk l-iktar importanti u llum naħseb li wasal iż-żmien li ssir ir-reviżjoni tal-kodiċi tal-kummerċ.", "Ikolli nistqarr li jiena bdejt dan il-proċess fil-ministeru tal-ġustizzja u l-intern, fejn analizzajna l-kodiċi tal-kummerċ preżenti u d-diversi liġijiet ta' natura kummerċjali, bankarja u ta' assigurazzjoni.", "U ħsibna biex dawn il-liġijiet kollha ma jħalluhomx aktar imxerrdin f'kapitoli diversi imma ngħaqqduhom f'kodiċi wieħed.", "Il-vantaġġ ta' kodiċi wieħed huwa li inti jkollok uniformita` fl-interpretazzjoni u fid- definizzjonijiet tal-konċetti.", "It-tieni vantaġġ huwa li kulmin jopera fis- settur finanzjarju jsib il-liġijiet mill-ewwel għad-dispożizzjoni tiegħu.", "Issa forsi jkun hemm min jgħid li din se ġġib ħafna liġijiet kummerċjali flimkien u li llum huma speċjalizzati fis-setturi varji tagħhom.", "Madankollu inħoss li l-iktar importanti m'huwiex li jkollna xi preċiżjoni assoluta fil- prinċipji ta' x'suppost ikun hemm bħala liġijiet magħquda flimkien, imma li kulmin qed jopera fis-settur tal-kummerċ ikollu l-liġijiet għad- dispożizzjoni tiegħu.", "Sur President, dan huwa importanti għaliex sfortunatament ħafna mill- persuni li joperaw fis-settur legali ġew mgħallma kważi fuq il-livell ta' liġijiet ta' l-ikbar importanza, jiġifieri li l-ħames kodiċijiet prinċipali tal-pajjiż għandhom jiġu studjati b'mod tajjeb, mentri l-bqija tal-liġijiet jitqiesu ta' livell sussidjarju jew ta' livell inferjuri.", "Din il-kultura legali diffiċli biex tegħlibha, u allura aħjar li wieħed jirkibha milli jipprova jkissirha.", "Dan nistgħu nagħmluh billi ngħaqqdu d-diversi liġijiet ta' natura kummerċjali f'kodiċi wieħed u f'din it-triq, aħna bħala ministeru flimkien mal-ministeru tal-kompetittivita' qegħdin niltaqgħu sabiex nagħmlu kodiċi kummerċjali ferm aktar aġġornat u li jindirizza l- problema tad-definizzjonijiet.", "Sfortunatament, jekk ma noqogħdux attenti se nispiċċaw li l-istess kliem fil-liġijiet varji jieħdu sfumaturi partikolari fl-interpretazzjoni tagħhom, u dak huwa kontro indikat għat- tħaddim tal-qorti.", "Dan għaliex il-liġi trid mhux biss pubbliċita` imma wkoll, u forsi iktar, uniformita` kemm fl-applikazzjoni kif ukoll fl- interpretazzjoni tagħha.", "Għalhekk wieħed irid jgħid li din il-liġi dwar l-intermedjarji fl- assigurazzjoni hija ta' portata kbira għaliex se tirregola settur b'mod ġdid u b'mod differenti minn qabel billi se ddaħħal garanziji li qabel ma kienx hemm fis-settur.", "Ovvjament meta wieħed jara dan jibda jifhem kemm kienet xi ħaġa għaqlija li dħalna fl-Unjoni Ewropea u li permezz tagħha qed jirnexxielna nagħtu valur ekonomiku lil xi ħaġa li qabel ma kellhiex dan il- valur.", "U s-sigriet ta' soċjeta` li timxi 'l quddiem qiegħed proprju fil- fatt li jirnexxilha tagħti valur ekonomiku lil xi ħaġa li qabel ma kellhiex, mhux neċessarjament fis-sens materjalistiku.", "Il-fatt li trid tagħmel ir-reġistrazzjoni ta' min qiegħed fis-settur, il-mod ta' kif toħroġ il-liċenzja tagħhom u l-mod ta' kif qiegħed tħallihom joperaw ifisser li qed tagħtihom valur ekonomiku u ttellagħhom fuq livell ferm aktar importanti milli kellhom qabel.", "Qabel forsi konna nħarsu lejn l-otteniment tal-liċenzja u l-ksib ta' permessi, mentri issa qegħdin nagħtu aktar value added lil dan is-settur ekonomiku.", "Naturalment dan huwa importanti ħafna għaliex dan qiegħed jimxi id f'id ma' dak li qegħdin nagħmlu wkoll f'liġi oħra li bħalissa qiegħda fi stadju ta' kumitat.", "Irrid infakkar lill-Kamra li l-kodiċi ta' proċedura u organizzazzjoni ċivili qiegħda wkoll tiġi emendata u tinsab fi stadju ta' kumitat.", "Hawnhekk qegħdin indaħħlu għall-ewwel darba l-kunċett li liċenzja tista' wkoll tinqabad b'mandat ta' qbid.", "Allura tajjeb ngħidu li din l-emenda qiegħda wkoll tidħol ma' dik l-emenda li qed nagħmlu fil-kodiċi ta' proċedura.", "U ladarba qegħdin nitkellmu fuq l-aspett legali, irrid ngħid kemm huwa importanti li tagħti każ ta' dak li qed jiġri fis-settur finanzjarju u fis-settur tal-kummerċ.", "Trid tieħu ħsieb li s-settur tal- kummerċ torbtu ma' liġijiet aktar avvanzati milli għandna llum.", "Waħda mill- liġijiet li baqgħet tiġi kkritikata sal-bieraħ stess mill-Onor.", "Anġlu Farrugia kienet dik li permezz tagħha daħħalna l-possibilita' li tottjeni sentenza tal-qorti b'użu ta' ittra uffiċjali eżekuttiva.", "Il-bieraħ fuq dan il-punt il-ħabib tiegħi qalilna li fil-qorti qegħdin jonqsu l-kawżi, pero' nesa jgħidilna li x-xogħol legali fil-qorti qiegħed jiżdied.", "Qabel ġejt nitkellem hawnhekk rajt l-istatistika u sibt li bejn is-sena l-oħra u din is-sena x-xogħol fil-qorti żdied b'25%.", "Ovvjament dan żdied għaliex bl-ittra uffiċjali eżekuttiva li daħħalna rnexxielna nġibu bidla sħiħa fil-mod ta' kif taħdem il-qorti.", "Tajna spinta qawwija sabiex jingħataw b'aktar ħeffa sentenzi fuq ħafna debiti li huma taħt l-ammont ta' Lm5,000 u ġibna vantaġġ kbir fl-għoti tas-sentenzi fuq kwestjonijiet tal- kambjali.", "Dan wassal sabiex dawk l-inqaqar żgħar li qabel kienu jieħdu ħafna mill-ħin tal-qorti issa qed isiru b'din l-ittra uffiċjali, u jekk xi ħadd ma jweġibx l-ittra uffiċjali jfisser li għandu titolu eżekuttiv.", "Allura l-qorti qiegħed ikollha aktar ħin sabiex tkun tista' tagħti s- sentenzi tagħha.", "Donnu l-ħabib tiegħi mhux qiegħed jirrealizza li għalkemm naqsu l-ammont ta' kawżi, xorta waħda ma naqasx ix-xogħol legali.", "Mhux talli ma naqasx, talli żdied b'25%!", "Sur President, ħalli nagħmel ftit paraguni żgħar.", "Per eżempju, jekk wieħed jara x'kawżi hemm pendenti bħalissa fil-qorti jsib li fl-aħħar ta' April, quddiem it-tribunal għat-talbiet iż-żgħar kien hemm 1,551 mentri fl-istess perjodu s-sena l-oħra kien hemm 2,352.", "Dan juri li kien hemm tnaqqis ta' 51% fil-kawżi pendenti u allura dawk in-nies kollha li kienu qegħdin jistennew sabiex tingħatalhom sentenza, ħaduha ferm aktar malajr milli kienet qiegħda tingħatalhom qabel.", "Barra minn hekk, quddiem il-qorti tal- maġistrati llum hemm ma' l-1,381 kawża mentri s-sena l-oħra kien hemm ma' l- 1,584 kawża, tnaqqis ta' 15%!", "Jekk tqabbel il-kawżi li daħlu ma' dawk li ġew deċiżi ssib li għandek kambjament ukoll fil-ħin mogħti u allokat mill- ġudikanti sabiex jiddeċiedu l-kawżi.", "Jekk taqbad l-istatistika u tħares daqsxejn lejn dik tas-sena l-oħra ssib li 55% tal-ħin tal-ġudikant kien aktar mogħti lejn il-kawżi ġodda li jkunu deħlin, mentri 45% biss tal-ħin kien qiegħed jiġi allokat għall-għoti ta' sentenzi.", "Din is-sena l- persentaġġi nqalbu u nsibu li għandna 65% tal-ħin mogħti għal deċiżjonijiet, mentri 35% tal-ħin mogħti għall-kawżi ġodda.", "Ovvjament ma nixtieqx nintilef fuq is-settur tal-qorti, pero' xtaqt li kif għandi ftit tal-ħin nirribatti dak li ntqal u aktar 'il quddiem, jekk Alla jrid, se jkolli il-possibilita' li nidħol ferm aktar fid-dettal ta' dawn il- punti.", "Madankollu wieħed irid jirrealizza li bid-diversi liġijiet li qed isiru f'din il-Kamra, qegħdin inbiddlu s-settur sabiex indaħħlu aktar loġika u ħeffa.", "X'inhu l-iktar importanti, li jkollna ħafna kawżi pendenti l-qorti jew inkella li jkollna makkinarju li permezz tiegħu l-kawżi li jidħlu jinqatgħu aktar malajr?", "Nittama li kulħadd jaqbel li t-tieni oggettiv huwa l-aktar importanti.", "Xi kultant verament ma nkunx nista' nifhem il-kritika li ssir min-naħa ta' l-oppożizzjoni fuq dak li għamilna fil-qorti għaliex kulmin iħares lejn l-istatistika jinduna li l-affarijiet sejrin 'il quddiem.", "Ħalli issa niġi lura għas-suġġett li qed niddiskutu llum u se nipprova nagħlaq.", "Sur President, din il-liġi ta' l-assigurazzjoni hija tarġa oħra importanti ħafna u żgur li fl-istadju ta' kumitat se jkun hemm xi suġġerimenti jew xi limaturi li jistgħu jsiru.", "Pero` nistgħu ngħidu li din hija liġi li qiegħda terġa' tagħti lil pajjiżna imbuttatura kbira 'l quddiem sabiex aħna, bħala pajjiż, għal darb'oħra jerġa' ikollna settur intern fejn mhux biss nagħtu servizz f'pajjiżna - daqskemm jagħtu f'pajjiżi oħra l- assiguraturi - imma li nkunu nistgħu noffru s-servizzi tagħna liċ-ċittadini Ewropej barra mill-pajjiż, li jlaħħqu ma' l-450 miljun ċittadin.", "Il-qabża fil-kummerċ hija doppja, kemm fil-liġijiet interni kif ukoll f'dak li huwa offrut barra minn Malta.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Insejjaħ lis-Segretarju Parlamentari Tonio Fenech.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Sur President, bil-permess tal-Kamra, nixtieq li nissosspendu d-dibattitu fuq din il-liġi bid-diskussjoni titkompla għada ħalli nkunu nistgħu ngħaddu għall-istadju ta' kumitat dwar l-Att li jemenda l-Att dwar id-Dazju tas-Sisa.", "MR SPEAKER: Nifhem li hawn il-qbil li nissospendu ħalli ngħaddu għat-tieni item fuq l-aġenda.", "(Onor. Membri: Aye)", "Fit-8.40 p.m. id-diskussjoni fuq it-Tieni Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi dwar l- Intermedjarji fl-Assigurazzjoni ġiet aġġornata.", "ABBOZZ TA' LIĠI BIEX JEMENDA L-ATT DWAR DAZJU TAS-SISA", "EXCISE DUTY (AMENDMENT) BILL", "L-ordni għall-Kumitat ġie moqri", "FIL-KUMITAT", "L-Onor.", "Carmelo Abela, President tal-Kumitati jippresjedi.", "(Ikompli mill-15 ta' Mejju, 2006)", "Klawsola 2 – Tissostitwixxi r-Raba' Skeda li tinsab ma' l-Att prinċipali.", "Clause 2 – Substitution of the Fourth Schedule to the principal Act.", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Sur President, xtaqt niċċara xi ħaġa dwar l-emenda u ngħid għalfejn iż-żewġ noti ġew ippreżentati bl-Ingliż.", "Fil-fatt it-test hemmhekk huwa bl-Ingliż biss u allura m'hemmx għalfejn nagħmluh bil-Malti.", "Naħseb li din l-emenda nistgħu ngħadduha għal vot jekk l-oppożizzjoni m'għandhiex aktar kummenti x'tgħaddi.", "THE CHAIRMAN: Onor. Fenech, il-vot se jittieħed fuq klawsola 2 sħiħa għaliex għandna klawsola waħda bl-iskeda magħha.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Sur President, għandi emenda oħra li nixtieq inressaq u nixtieq nagħti r-raġuni għaliha.", "Bit-test li għamilna għollejna s-sisa fuq il-prodotti ta' l-enerġija u l-petrol li jintuża għax-xogħol ta' manutenzjoni u għat-testijiet fuq il-magni ta' l-ajruplani.", "U aħna nixtiequ li f'dawk li huma makni ta' l-ajruplani jibqa' jattira s-sisa fil-livell baxx oriġinali.", "Hemmhekk għandna niċċa ta' opportunita' f'dan in-negozju li qed issir diġa' f'pajjiżna u li effettivament ftit jinċidi fuq dak li huwa l-bejgħ ta' dan il-prodott.", "Allura l-gvern jixtieq jibqa' jżomm dan il-prezz fuq l-istess livell oriġinali.", "Għaldaqstant se nipproponi din l- emenda:", "\"B\" Fir-Raba' Skeda li tinsab fi Klawsola 2, fit-tieni kolonna, minflok il-kliem:", "|Fl-ewwel kolonna |Fit-tieni kolonna| |\"If used for air |\"Lm31.00 per 1000| |navigation between|litres\" | |Malta and Gozo\" | | |għandhom jidħlu | | |l-kliem: | | |Fl-ewwel kolonna |Fit-tieni kolonna| |\"If used for the |\"Lm31.00 per 1000| |following |litres\" | |purposes: \" | | |for air navigation| | |between Malta and | | |Gozo | | |for testing and | | |maintenance of | | |aircraft engines\".| |", "\"B\" In the Fourth Schedule in Clause 2, instead of the words", "|In the first |In the second | |column |column | |\"If used for air |\"Lm31.00 per 1000| |navigation between|litres\" | |Malta and Gozo\" | | |there shall be | | |replaced the words| | |In the first |In the second | |column |column | |\"If used for the |\"Lm31.00 per 1000| |following |litres\" | |purposes: | | |for air navigation| | |between Malta and | | |Gozo | | |for testing and | | |maintenance of | | |aircraft engines\".| |", "Sur President, permezz ta' din l-emenda qegħdin ngħidu li ma' l-air navigation between Malta and Gozo se ndaħħlu wkoll ix-xogħol li jsir for testing and maintenance of aircraft engines.", "U hawnhekk se nippreżentalek l-emenda ffirmata.", "THE CHAIRMAN: Onor. Fenech, għandek xi kummenti oħra x'tagħmel?", "ONOR.", "TONIO FENECH: Sur President, naħseb li l-ispjega li tajt kienet biżżejjed u mbagħad forsi nikkumentaw fuq il-klawsola in ġenerali.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "Insejjaħ lill-Onor.", "Charles Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Sur President, għandi żewġ punti li xtaqt nagħmel.", "Fil-fatt l-emenda li għandna qiegħda terġa' tnaqqas is-sisa għall-fuel li jintuża għan-navigation bejn Malta u Għawdex u anke għall-industrija tal- manutenzjoni u t-testing ta' aircraft engines.", "Fil-fatt din se terġa' tinżel kif kien propost oriġinarjament mill-gvern, jiġifieri minn Lm61 għal kull elf litru se", "terġa' tinżel għal Lm31 għal kull elf litru.", "Naħseb li hawnhekk il-gvern qiegħed jirrealizza li għalkemm il-proposta ta' din iż-żieda fis-sisa kien dak li jagħmel tajjeb għat-telf li se jkollha l-Enemalta, wieħed irid jikkumenta aktar fuqha għaliex qegħdin naraw li qiegħed ikollna proċessi ta' privatizzazzjoni li qed ikunu aktar ta' piż finanzjarju fuq pajjiżna milli qed jagħmlu ġid.", "Hawnhekk il-gvern qiegħed jammetti li fl-interess ta' Għawdex hemm bżonn li l-ispejjeż għal dan is-settur partikolari jitnaqqsu.", "Dan irridu nagħmluh jekk verament irridu nagħtu mbottatura lill- gżira Għawdxija li bħalma jaf kulħadd tbati mid-double insularity.", "Din hija xi ħaġa partikolari tal-gżira Għawdxija u hekk kif għandha l-vantaġġi tagħha, għandha wkoll l-iżvantaġġi.", "Hawnhekk donnu li l-gvern qiegħed jagħmel l-endorsing ta' dak li ilha tgħid l-oppożizzjoni, fejn aħna ilna ngħidu li anke dan is-servizz għandu bżonn ikun issussidjat fil-parametri u r-regoli preżenti.", "Għandna naraw li dan jiġi ssussidjat ħalli niffaċilitaw it-trasport u l-kommunikazzjoni bejn iż- żewġ gżejjer għaliex Għawdex għandha bżonn żewġ mezzi ta' trasport, dak tal- baħar u dak ta' l-ajru.", "Għalhekk dawn iż-żewġ mezzi ta' trasport għandhom jiġu ffaċilitati għall-ġid u għall-iżvilupp aħjar ta' l-ekonomija Għawdxija.", "Din hija xi ħaġa li ilhom jitolbu l-għaqdiet u l-operaturi kummerċjali Għawdxin u naħseb li hija xi ħaġa li hemm bżonn li l-gvern jikkonsidraha bis-serjeta` għaliex, bħalma nafu, is-servizz ġdid tal- helicopter - wara li l-gvern kien issospenda l-antik - ma qabadx minħabba l- ispiża qawwija li dan jinkorri sabiex wieħed jivjaġġa bejn Malta u Għawdex.", "Sur President, irridu nifhmu li l-internal transport huwa xi ħaġa vitali għal pajjiżna u għalhekk pajjiżna għandu jinsisti li jkun hemm konsiderazzjoni ta' dan il-fatt.", "Din hija xi ħaġa li nemmen bis-sħiħ li pajjiżna għandu jagħmel fl-aħjar interess tal-gżira Għawdxija.", "Naħseb li hawnhekk hawn qbil li l-iżvilupp ekonomiku ta' pajjiżna għandu jseħħ, pero' sabiex nagħmlu dan irridu ninsistu fuq il-partikolaritajiet ta' pajjiżna, jiġifieri li Malta hija maqtuha mill-mainland Ewropea u allura għandna ċerti spejjeż ta' trasport li pajjiżi oħra ta' l-Unjoni Ewropea m'għandhomx.", "Ovvjament dawn l-ispejjeż jikkontribwixxu sabiex iżidu l- prezz tas-servizz u tal-prodott Malti u jaffettwaw ukoll il-kompetittivita' tagħna, xi ħaġa li anke fit-termini ta' level playing field ma treġix.", "Pajjiżna huwa żvantaġġjat u jekk irridu niġu f'level playing field dan il- prinċipju jrid jiġi ndirizzat.", "Jiġi indirizzat billi t-trasport bejn Malta u Għawdex ikun issussidjat ħalli effettivament niffaċilitaw dan il-mezz ta' trasport kemm għall-qasam turistiku kif ukoll għal ħafna Għawdxin li jaħdmu f'Malta u li allura jkollhom jivvjaġġaw ta' kuljum bejn il-gżejjer.", "Naturalment dawn in-nies qegħdin ikunu kostretti li jużaw biss il-mezz tal- baħar għaliex il-mezz tal-helicopter huwa wieħed uneruż u bi spiża qawwija ħafna.", "It-tieni punt li xtaqt nagħmel huwa dak li l-gvern qiegħed jirrealizza li aħna rridu nfittxu n-niċeċ tagħna bħalma huwa dak tal-maintenance ta' aircraft engines.", "F'ċerti oqsma għandna l-manpower sabiex dan nagħmluh.", "Aħna għandna industrija żgħira imma naħseb li dan is-settur nistgħu niżviluppawh billi nesplojtjaw il-qagħda strateġika tagħna f'nofs il- Mediterran.", "Fil-fatt mill-pożizzjoni tagħna, kemm min-naħa ta' isfel kif ukoll min-naħa tan-North tal-pajjiż nistgħu nilħqu l-mainland Ewropea u lin- North Africa.", "B'hekk dan is-servizz jista' jiġi żviluppat aħjar bħala pajjiż fiċ-ċentru tal-Mediterran.", "U naħseb il-fatt li l-gvern reġa' għamel emenda sabiex inaqqas il-cost tal-fuel għal din l-industrija sabiex din l- industrija tkun tista' tiżviluppa huwa sinjal tajjeb.", "Ħafna drabi ngħidu li rridu niżviluppaw is-servizzi f'pajjiżna u mbagħad nintilfu fuq is- servizzi finanzjarji biss.", "Is-servizzi f'pajjiżna jistgħu jieħdu xejra ta' servizzi ta' trasport, ta' servizzi li nagħtu fuq numru ta' oil rigs u servizzi oħra marbuta ma' xogħol industrijali li jkun qed isir bejn l- Afrika ta' Fuq u l-Ewropa.", "Kif għedt għandna l-manpower sabiex niżviluppaw u nirfinaw l-iskills li għandna għaliex ċertament din hija industrija li tista' tikber aktar.", "Fir-rigward ta' l-iskeda kollha u taż-żieda fuq l-oqsma kollha tal-fuels minħabba l-proċess tal-liberalizzazzjoni nixtieq intenni dak li kien qal il- ministru Gatt meta konna qed nitkellmu fid-dibattitu dwar is-surcharge.", "Dakinhar il-ministru kien qal li l-ispiża kbira li għandha l-Enemalta meta timporta mal-miljun tunnellata metrika ta' fuel fis-sena sabiex taqdi l- bżonnijiet ta' fuel kemm għall-power station kif ukoll għall-konsum fil- pompi ġejja mill-fatt li din il-kwantita` hija kkonsidrata bħala waħda żgħira fis-swieq internazzjonali tax-xiri tal-fossil fuel.", "Minħabba f'hekk, l-ispiża tat-trasport tkun waħda għolja.", "Mela din hija waħda mir- raġunijiet li semma l-ministru għall-ispiża aktar għolja fix-xiri tal-fuel tagħna.", "It-tieni raġuni hija li l-kwantita` ta' żjut li tixtri l-Enemalta hija wkoll żgħira, u allura din ma jistax ikollha influwenza partikolari fis-suq.", "Issa llum għandna l-liberalizzazzjoni u din m'hijiex kwestjoni ta' prinċipju imma hija kwestjoni ta' x'jaqbel u x'ma jaqbilx lill-pajjiż fis- sitwazzjoni preżenti tal-prezzijiet tal-fuel.", "Nafu li l-prezzijiet tal-fuel illum huma instabbli u nafu wkoll li l-gvern preżenti m'għamel xejn sabiex jilqa' għal din l-instabbilita'.", "Hemm il- fatt ukoll li l-prezz għall-konsumatur Malti qiegħed dejjem jogħla bil- konsegwenzi kemm għall-qasam ekonomiku kif ukoll għall-qasam soċjali.", "Mela issa għandna dawn iż-żewġ fatturi li qed jikkontribwixxu over and above għaż-żieda fil-prezzijiet internazzjonali.", "Allura l-fatt li minflok operatur wieħed issa se jkollok tnejn jew massimu ta' tlieta li jidħlu għal dan ix-xogħol, kemm se jkollhom il-financial clout li għandha l-Enemalta?", "Dawn l-operaturi se jixtru bil-bulk daqskemm kienet tixtri l-Enemalta?", "Se jkollhom l-istess ordnijiet li kienet tagħmel l-Enemalta li trid tforni lill-pajjiż kollu?", "Sur President, aħna nkunu qed nagħmlu żball meta nieħdu ċerti deċiżjonijiet mingħajr ma napplikaw l-economies of scale bħalma japplikawhom pajjiżi ferm akbar minn tagħna.", "Effettivament 99.9% ir-riżultat ta' dan il-proċess ta' liberalizzazzjoni se jkun li l-prezz tal-fuel, fl-aħħar mill-aħħar se jogħla aktar għall-konsumatur u għall-industrija ta' l-avjazzjoni bil- konsegwenza li l-Airmalta se tiġi milquta aktar ħażin.", "Ir-raġuni hija waħda.", "Għaliex jekk diġa` għandna suq żgħir, u allura l-ammont li timporta entita` waħda huwa diġa` żgħir, u l-prezz tiegħu, kemm għat-trasport, kemm biex tixtrih, kif ukoll sabiex tieħu ċerti miżuri ta' forward buying se jkun limitat ħafna, allura kemm se jkun agħar meta dan is-suq se jinqasam?", "Fl-aħħar mill-aħħar rajna li ċerti sistemi li jirnexxu fi swieq ferm akbar minn tagħna, bħal per eżempju, fl-Ingilterra u l-Italja li għandhom mal-50 miljun ruħ, mhux neċessarjament se jirnexxu f'pajjiżna.", "Għalhekk huwa importanti li qabel ma tittieħed id-deċiżjoni jkollna studju serju - xi ħaġa li dan il-gvern ma jiddejjaqx li jagħmel għax f'sentejn nefaq Lm7 miljuni fuq esperti u konsulenzi - ħalli jaraw x'inhu l-impatt ekonomiku u soċjali fuq il-konsumatur fil-medium u l-long term u jaraw jekk il-pass li jkun se jittieħed huwiex se jkun ta' ġid għal pajjiżna.", "U fil-kuntest li qed tiġi proposta ż-żieda fuq is-sisa, din in-naħa diġa` ivvotat kontra u se tibqa' issostni l-pożizzjoni tagħha.", "Nirringrazzjak.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Tonio Fenech.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Sur President, ma nistax ngħid li ma nikkondividix dak li qal l-Onor.", "Charles Mangion fuq il-fatt li l-gvern irid jara li proprju fil-każ ta' Għawdex, li jbati mill-effett ta' l-insularita' doppja, bit- tibdiliet li nagħmlu ma nżidux il-piżijiet fuq l-operaturi li diġa' joperaw kemm bil-mezz tal-baħar kif ukoll b'dak ta' l-ajru.", "Tajjeb ngħidu li l- mezz tal-baħar ma biddilniehx imma ħallejnieh bir-rata ta' Lm29 għal kull 1,000 litru u fil-każ ta' l-ajru diġa' ippublikajna r-raba' skeda, u qed inressquha bħala d-dokument sħiħ, fejn r-rata ħallejniha Lm31 għal kull elf litru.", "Tajjeb ngħid li l-emenda li għamilna f'dan l-istadju kienet proprju marbuta mal-fatt li ridna nżidu ma' din l-istess kategorija attivita` oħra li qegħdin narawha tieħu ċertu interess.", "Dan huwa bażikament il-maintenance ta' l-ajruplani, fejn nafu li hawnhekk sar ukoll ċertu investiment li ma rridux niskoraġġuh.", "Għalhekk ħassejna li kellna nagħtu l-istess trattament ukoll lil dan is-settur sabiex proprju nassiguraw li dan ma jseħħx.", "Fuq it- tema ġenerali li tkellem l-Onor.", "Charles Mangion dwar il-liberalizzazzjoni nnifisha rrid ngħid li ma naqbilx miegħu.", "Dan għaliex m'huwiex minnu li l- liberalizzazzjoni f'pajjiżna ġabet effetti negattivi f'ċerti setturi, anzi naħseb li l-liberalizzazzjoni li għamilna fil-passat wasslet sabiex f'pajjiżna naraw ċertu tibdiliet fuq livell pożittiv u li fl-aħħar mill- aħħar gawda minnhom il-konsumatur.", "Sur President, jekk per eżempju, nitkellmu fuq il-liberalizzazzjoni tas- settur tat-telefonija u tal-kommunikazzjoni f'pajjiżna naraw li llum mhux biss għandna l-għażla imma kellna żviluppi teknoloġiċi li pajjiżna seta' jaspira għalihom.", "Naħseb li ħadd ma ried jara lil pajjiżna staġnat fit- teknoloġiji tal-passat, u f'dan is-sens anke bil-privatizzazzjoni tal- Maltacom - bil-kritika li forsi tista' ssir - wieħed irid jistaqsi din il- mistoqsija; Li kieku l-Maltacom ma ġietx ipprivatizzata b'mod li rabtet lilha nfisha ma' imsieħeb strateġiku kienet se tassigura li jkollha aċċess għat-teknoloġiji avvanzati li qed jiżviluppaw illum?", "Li kieku baqgħet f'idejn il-gvern, iżolata waħedha, dawn it-teknoloġiji kienu jridu jinxtraw mill-poplu Malti sabiex inkunu nistgħu nassiguraw li bħala pajjiż nibqgħu in the forefront.", "Pero` illum hemm min qed jassigura li dan l-investiment strateġiku jsir ħalli b'hekk pajjiżna jibqa' ikollu qafas ta' strutturi ta' servizzi ta' informazzjoni li huma mill-aktar avvanzati.", "Infakkar ukoll li l-liberalizzazzjoni wasslet għal roħs fil-prezzijiet tas- servizzi ta' telefonija ċellulari f'pajjiżna, ta' l-international line business u tad-diversi servizzi oħra ta' kommunikazzjoni.", "Il- liberalizzazzjoni fil-kummerċ żgur li wasslet għal għażla ħafna akbar ta' diversi prodotti u li wasslet anke għal ċertu kompetizzjoni fil-prezzijiet tagħhom.", "U allura naħseb li dan wassal anke għal titjib fil-kwalita` tal- ħajja tal-poplu Malti inġenerali u ta' l-attivita` kummerċjali fil-pajjiż li sostniet livell ta' impjiegi u livell ta' żvilupp.", "Għaldaqstant ma naqbilx ma' l-assessment li qed jagħmel l-Onor.", "Charles Mangion meta qalilna li l-liberalizzazzjoni f'pajjiżna kellu xi mpatt negattiv.", "Il- gvern qiegħed iħares b'mod pożittiv anke lejn il-liberalizzazzjoni tas- settur tal-fuels.", "Issa hawnhekk kien hemm min argumenta li jekk inti se tgħolli d-dazji se tkun qiegħed tieħu l-profitti li kienet tagħmel l- Enemalta.", "Pero' dan qed nagħmluh sabiex id-dazji li niġbru nerġgħu nagħtuhom lill-Enemalta u b'hekk nassiguraw li dak il-kontribut li kien qed isir mill-qligħ ta' l-Enemalta sabiex jiġu ssussidjati t-tariffi tad-dawl u l-ilma ma nitilfuhx.", "Li kieku nitilfuh kien ifisser li kien ikollna naraw minn fejn se nsibu Lm8 miljuni oħra ħalli nkunu nistgħu nissussidjaw it- tariffi ta' l-Enemalta.", "Ovvjament minn x'imkien dawn il-flus iridu jiġu; mill-Kaxxa ta' Malta, mit- taxxi tal-poplu Malti u Għawdxi jew minn x'imkien ieħor!", "Bilfors riedu jiġu minn x'imkien!", "Għalhekk dak li kien aċċettat bħala kontribut għall- kontijiet tad-dawl u l-ilma għandu jibqa' jkun hekk, u dan issa qed isir b'mod aktar sempliċi.", "Illum qegħdin nagħmlu dik li hija public service obligation sabiex il-flus li ndaħħlu minn dawn id-dazji hekk kif żdiedu, jgħaddu bħala public service obligation lill-Enemalta ħalli nkunu nistgħu niffinanzjaw il-każijiet soċjali, inżommu ma' l-obbligu tar-riserva ta' stock li għandna u sabiex inżommu rati aktar baxxi lill-konsumatur domestiku minn kemm tiswa realment il-ġenerazzjoni ta' l-elettriku għal din l-istess korporazzjoni.", "U b'din l-emenda li qed nipproponu biex tiġi approvata minn dan il-parlament se nkunu għamilna din il-bidla mingħajr l- ebda impatt negattiv fuq il-konsumatur.", "Dan għaliex il-prezzijiet li kienu l-", "bieraħ se jkunu l-prezzijiet tal-lum u se jibqgħu l-prezzijiet ta' għada peress li l-bidla li qed issir hija waħda interna.", "Sur President, jiena nemmen li l-gvern qiegħed jimxi b'għaqal kbir għaliex ovvjament aħna l-liberalizzazzjoni ma rriduhiex li twassal għal impatt negattiv fuq il-konsumatur.", "Min-naħa l-oħra jiena nħoss li l-mod ta' kif jistgħu jixtru l-operaturi privati jista' jwassal għal titjib.", "Hawn min jgħid li jista' jixtri aħjar mill-gvern għaliex jista' jassumi ċerti riskji, u allura se tidħol il-kompetizzjoni.", "Dan jista' jwassal għal varjeta` ta' prodotti differenti bi prezzijiet differenti u li jistgħu jkunu marġinalment irħas minn dawk li qed jiġu pprovduti llum.", "Madankollu dan irridu nħalluh f'idejn is-suq u rridu ngħidu wkoll li ħafna minn dawn il-prodotti nsibuhom orħos f'pajjiżna meta mqabbla ma' pajjiżi oħra fl- Unjoni Ewropea.", "Fuq din il-klawsola ma fadalli xejn aktar xi ngħid, u għaldaqstant naħseb li nistgħu ngħaddu għall-vot.", "Nirringrazzjak.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija emenda \"A\" kif imressqa fis-seduta tal-bieraħ mill-Onor.", "Tonio Fenech.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "L-emenda \"A\" għaddiet", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija l-emenda \"B\" kif tressqet illum mill-Onor.", "Tonio Fenech.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "L-emenda \"B\" għaddiet", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 2 u r-Raba' Skeda kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 2 u r-Raba' Skeda, kif emendata, għaddew u ġew ordnati biex isiru parti mill-Abbozz ta Liġi.", "Klawsola 1 u t-Titolu għaddew u ġew ordnati biex isiru parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Sur President, nipproponi li l-Kumitat jawtorizza lill-Iskrivan tal-Kamra sabiex jikkorreġi xi żbalji ta' l-", "ortografija u jagħmel ir-renumbering tal-klawsoli fejn ikun hemm bżonn.", "THE CHAIRMAN: Il-Kumitat jaqbel?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-Kumitat qabel li jawtorizza lill-Iskrivan tal-Kamra biex jikkorreġi xi żbalji ta' l-ortografija u jagħmel ir-renumbering neċessarju.", "Il-Kamra rriżumiet u l-President tal-Kumitat irrapporta l-Abbozz ta' Liġi mgħoddi b'emendi.", "MR SPEAKER: Sar il-ħin.", "L-Aġent Prim Ministru, jekk jogħġbu, iressaq l- Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "TONIO BORG: Sur President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar l-Erbgħa, 17 ta' Mejju 2006 fis-6:00 p.m. b' din l-aġenda :-", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Intermedjarji fl-Assigurazzjoni - Tieni Qari (Kont);", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att dwar Dazju tas-Sisa - Tielet Qari; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta - Tieni Qari.", "-----------------------------------", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Sigurta` Soċjali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Reġistru Ċentrali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Servizzi ta' Impieg u Taħriġ - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Liġijiet dwar il-Protezzjoni tal-Konsumatur - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Jason Azzopardi.", "ONOR.", "JASON AZZOPARDI: Sur President, se nitkellem fuq suġġett li m'huwiex pjaċevoli u li huwa sensittiv ħafna u hawn qed nirreferi għar-reat tal- pedufilja, reat li meta jiġi kommess iħalli feriti psikoloġiċi kbar li ħafna drabi joħorġu fid-dieher ħafna snin wara li l-vittma tkun sofriet l- abbuż sesswali.", "Irrid nitkellem dwar dan is-suġġett minħabba ċerti avvenimenti li seħħew dan l-aħħar f'pajjiżna li jagħtu lok għal riflessjoni profonda u serja dwar kif dan is-suġġett għandu jiġi trattat u kif din il- problema għandha tiġi miġġielda minn kull min jiġi f'kuntatt mat-tfal u maż- żgħażagħ.", "Sur President, jiena nħoss li fil-konfront tal-pedufilja għandu jkun hemm zero tolerance kemm mil-lat leġislattiv u kemm mil-lat amministrattiv.", "Per eżempju, jiena nemmen li wieħed ma jistax jimpjega f'ċertu xogħol bniedem li kien ġie misjub ħati ta' reat tal-pedufilja.", "Pero` dwar dan nitkellem aktar 'il quddiem.", "Irrid nammetti li l-avvenimenti ta' dawn l-aħħar ġranet li ħarġu fil-gazzetti lokali - inkluż l-editorjal ta' \"The Times\" tal-lum - jagħtu spunt għal riflessjoni.", "Jien nammetti li bqajt mibluh u iddiżappuntat ferm bl-attitudni kif irrapportata fil-gazzetti lokali tal- Malta Football Association rigward każ ta' pedufilja fil-ground ta' Pace Grasso f'Raħal Ġdid fejn kien grazzi għal Joe Gerada, iċ-chief executive tal-fondazzjoni tas-social welfare service, li dan il-każ ġie trattat.", "Jiena rrid ngħid li ġejt ikkuntattjat minn diversi ġenituri ta' studenti li jattendu l-iskola Ġuże` D'Amato li hija proprju round the corner mill- ground ta' Pace Grasso li jservi ta' ground ta' rikreazzjoni għat-tfal ta' din l-iskola u fejn ikollhom anke l-PE lessons, tournaments u attivitajiet oħra.", "F'din l-iskola hemm kważi 300 student b'żewġ btieħi żgħar għar- rikreazzjoni, u issa li l-MFA - skond kif intqal fil-gazzetta - waqqfet l- aċċess ta' l-istudenti ta' l-iskola Ġuże` D'Amato għall-ground ta' Pace Grasso, waqt il-ħin tal-break u waqt il-lezzjonijiet tal-physical education qed ikun hemm overcrowding esaġerat.", "Pero` dwar dan nitkellem aktar 'il quddiem.", "Madankollu rrid nagħmilha ċara li jiena għandi sens kbir ta' apprezzament għax-xogħol li tagħmel l-MFA fejn jidħlu nurseries u edukazzjoni sportiva tat-tfal, biex ħadd ma jaħseb li jiena b'xi mod għandi xi ħaġa kontra l-MFA.", "Anzi naf mill-viċin ħafna nies fi ħdan l-MFA li jagħmlu xogħolhom mill-qalb għax verament iħobbu l-football u jixtiequ jmexxuh 'il quddiem.", "Pero`, Sur President, hawnhekk l-MFA irrapportata li qalet:", "\"It has left it up to the public to conclude whether in a long life, if someone is found guilty only once of corrupting a minor, one should be labelled a paedophile\".\"", "Hawnhekk l-MFA qiegħda turi nuqqas ta' sensibilita` u ta' responsabbilta` għax bl-istess argument, jekk bniedem fi 80 sena qatel darba biss, mhux xorta qattiel ikun?", "Allura jekk se nużaw dan l-argument lingwistiku, min ikkommetta reat ta' pedufilja, anke jekk darba biss, xorta hu pedufilu.", "Pero` jien nixtieq immur 'lil hinn mis-semantika.", "Jiena nixtieq nifhem ftit il-mindset ta' assoċjazzjoni ewlenija fil-pajjiż u l-attitudni tagħha lejn dan il-każ, u ngħid li nifhem perfettament lil Joe Gerada meta jgħid li r-response ta' l-MFA kien shocking.", "Jiena nifhem ukoll kif il- Kummissarju tat-Tfal hija mħawda u konfuża bl-istand li ħadet l-MFA fuq dan il-każ u ma jistax ikun mod ieħor.", "Hawnhekk għandna groundsman li jkollu kuntatt regolari mat-tfal li ammetta li kkommetta r-reat ta' pedufilja fuq tifel ta' 13-il sena.", "Dażgur li l-ġenituri jinkwetaw.", "Bi dritt, allaħares le!", "Anke t-tfal jinkwetaw!", "Dan pedufilu u ma jistax ikun li l-MFA minn Jannar, stenniet sa l-aħħar tas-season!", "Irid ikun hawn zero tolerance fejn tidħol l-pedufilja u m'għandux ikun hemm kompromessi.", "Sur President, issa ħa niġi għal punt ieħor, ferm aktar gravi minn dan.", "Nikkwota minn \"The Times\" ta' l-Erbgħa, 10 ta' Mejju:", "The MFA has withdrawn the permit for the school to use the ground, saying it had to do so against its wishes.", "Nikkwota wkoll minn \"The Times\" tal-Ġimgħa 12 ta' Mejju:", "\"The association said it was barring the children's access to the school so that it would no longer be unjustly accused by Mr Gerada and those who supported him, and so that it would not enter into a controversy with those who choose to place the carriage before the horse.\"", "L-MFA qed tagħlaq l-aċċess għal dan il-ground, imma għandha dritt tagħmel hekk?", "Kien hawn min staqsa jekk l-MFA għandhiex titlu għal dak il-ground.", "Jien informat - u nispera u nittama li jiena nformat ħażin - mid- dipartiment ta' l-artijiet li t-titlu ta' kera ta' l-MFA hemmhekk skada f'Awissu ta' l-1993.", "Jiġifieri l-MFA qegħda tuża dak il-ground b'mere tolerance tad-dipartiment ta' l-artijiet.", "Meta fl-1997, il-Parlament kien għadda riżoluzzjoni li tikkonċerna l-għoti u t-trasferiment ta' faċilitajiet sportivi lill-MFA, il-ground ta' Pace Grasso ma ġiex inkluż.", "Apparti hekk, il-gvern ġustament ħafer arretrati ta' kera ta' kważi Lm20,000 li l-MFA kellha għall-użu tal-ground ta' Pace Grasso sa l-1993.", "Dan ifisser li mill-1993 sal-lum, l-MFA qed tuża l-ground b'mere tolerance u hu ħażin li din tagħlaq l-aċċess lill-iskola biex tevita li tidħol f'kontroversji.", "Din l-attitudni, din il-pika u din is-suppervja bla sens hi ħażina.", "Sur President, jiena nemmen li t-tfal li jattendu l-iskola sekondarja Ġuże` D'Amato ta' Raħal Ġdid għandhom dritt jużaw dak il-ground u mhux aċċettabbli li jkun hemm arranġamenti oħrajn la dan il-ground huwa proprjeta` tal-Lands Department u qiegħed bieb ma' bieb ma' l-iskola sekondarja.", "Lil hinn minn hekk, irridu nieħdu spunt minn dan l-episodju u nagħmlu riflessjoni dwar kif nittrattaw dan it-tip ta' każijiet fil-pajjiż.", "Per eżempju, jiena nħoss li kull min jinstab ħati ta' reat ta' pedufilja, għandu jiġi forzat jissottometti ruħu għal kura psikjatrika u għal kull tip ieħor ta' counselling possibbli.", "Dan għandu jkun obbligatorju Sur President, u tajjeb li nagħmel parentesi hawnhekk.", "Ftit tal-ġimgħat ilu għaddejna liġi f'dan il-Parlament fejn min jinstab ħati ta' vjolenza domestika jista' jiġi ordnat mill-Qorti biex jissottometti ruħu għal ċerta kura.", "Fil-pedufilja nemmen li din hija aktar u aktar meħtieġa.", "Nemmen ukoll – u din diġa` għidtha xi sentejn ilu f'dan il-Parlament – li għandu jkun hawn reġistru nazzjonali fejn b'mod kunfidenzjali jinżammu l-ismijiet, l- indirizzi u l-postijiet li jħobbu jiffrekwentaw dawk in-nies li jinstabu ħatja ta' pedufilja.", "Dan għandu jkun aċċessibbli biss għal ċerti għaqdiet bħal per eżempju l-Pulizija u s-social welfare agencies.", "Ejja ma noqogħdux ndaħħlu rasna fir-ramel.", "Fil-qrati tagħna dawn il-każijiet qegħdin jiżdiedu, u ngħid tajjeb.", "Ara xi ħadd ma jifhimnix ħażin, Sur President!!", "Huwa tajjeb li qegħdin jinqabdu dawn in-nies, pero` din hija indikazzjoni li hawn min għandu bżonn il-kura u għalhekk huwa importanti li we nip it in the bud.", "Ma ninsewx li vittma ta' pedufilja llum se jkun offender ta' pedufilja għada; hekk turi l-istatistika u hekk turi l-psikoloġija.", "Sur President, kif għidt fil-bidu, ċerti impjiegi m'għandhomx jingħataw lil min ikun ikkommetta reat ta' pedufilja.", "Min jikkommetti reat ta' pedufilja ma jistax jagħmel ċertu xogħol; hekk għandu jsir għax hekk jitlob il-ġid komuni, il-ġid suprem tat-tfal.", "Ma ninsewx li hemm konvenzjoni internazzjonali tad-drittijiet tat-tfal li Malta hija membru tagħha u f'żewġ artikli tagħha - l-artikli 19 u 31 – jingħad li l-pajjiż obbligat jagħti t-tfal l-opportunita` li dawn jieħdu gost 'il bogħod mill-biża' u mit-theddid ta' l-abbuż sesswali li hija xi ħaġa abborrenti għax tkun qed toqtol l-innoċenza tat-tfal f'eta` tant tenera.", "Sur President, din l-issue ma rridux narawha mill-aspett leġislattiv biss.", "Kulħadd irid jiġbed ħabel wieħed, inkluż għaqdiet li tant jagħmlu ġid fost iż-żgħażagħ tagħna, bħall- MFA, li jeħtieġ li juru aktar sensibilita` u sensittivita` fejn jidħlu dawn ir-reati ta' pedufilja.", "L-impjieg ta' persuna li jinvolvi kuntatt mat-tfal u li ġiet misjuba ħatja ta' reat bħal dan għandu jiġi terminat immedjatament u mhux tistenna ix-xhur biex tagħmel dan.", "Sur President, nerġa' ngħid li jiena għandi ammirazzjoni u napprezza ħafna x-xogħol utli u ta' fejda li tagħmel l-MFA ,pero` ħasra li dak ix-xogħol jiġi mtappan b'dikjarazzjonijiet mhux aċċettabbli fis-soċjeta` tagħna fl- 2006 bħal dik li qrajna l-ġimgħa l-oħra.", "Is-sensittivita` u s-sensibilita` għandhom ikunu l-guidelines li jimxu bihom l-MFA u għaqdiet oħrajn li jiġu f'kuntatt maż-żgħażagħ u mat-tfal tagħna.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Edwin Vassallo.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO (Segretarju Parlamentari): Sur President, ftit tal- ġranet ilu ppubblikajna rapport fi ħdan is-segretarjat - li jiena responsabbli minnu u li huwa parti mill-ministeru għall-kompetittivita` - biex nagħtu ħarsa lejn x'sar fil-konfront tas-self employed u s-sidien tan- negozji żgħar minn Ġunju 2005 sa Ġunju 2006.", "Dan ir-rapport isemmi it- targets li kellna u jgħid x'sar u x'ma sarx.", "Sena ilu ppubblikajna r-rapport ta' ħidma biex nuru x'se nkunu qegħdin nagħmlu din is-sena u issa għadna kemm ippubblikajna rapport ta' x'implimentajna minn dak ir-rapport ta' ħidma.", "B'dan qegħdin nikkonfermaw għal darb'oħra kemm il-gvern fir-rigward tas-self employed u s-sidien tan- negozji ż-żgħar qed jaħdem u kemm il-ħidma tiegħu se tkun ippjanata u se tkun imwettqa matul is-sena.", "Hi użanza - hekk għamilna għal dawn l-aħħar sitt snin – li aħna nippubblikaw sena wara sena x'se jkunu dawn l- objettivi, u rrid ngħid li din l-użanza tagħtini sodisfazzjon partikolari.", "Jiena issa ilni segretarju parlamentari għal dan is-settur kważi għal dawn l-aħħar seba' snin u ngħid b'sodisfazzjon li bnejna kultura u żviluppajna politika imprenditorjali li tpoġġi fuq quddiem nett mhux il-kummerċ bħala attivita` iżda lill-persuna li qed tagħmel dik l-attivita` kummerċjali.", "Sur President, permezz ta' dan il-programm nistgħu nuru x'wettaqna u kemm il-gvern huwa viċin is-self employed u s-sidien tan-negozji ż-żgħar.", "Aħna qatt ma kellna gvern bħal dan li sena wara sena juri eżattament kif qed jiżviluppa l-politika imprenditorjali tiegħu.", "Allura meta aħna fil-bidu tas-sena nippubblikaw pjan ta' ħidma, fl-aħħar tas-sena - bħal min qiegħed fin-negozju – irridu nagħlqu l-kontijiet u naraw fejn wasalna u fejn ma wasalniex fl-objettivi tagħna.", "Il-ħidma li għamilna hi ħidma tajba li turi li l-gvern għandu viżjoni u jaf fejn irid jasal.", "Bis-saħħa ta' dan, anke meta l-ekonomija tiffaċċja l-mewġ – għax aħna m'aħniex iżolati minħabba l- globalizzazzjoni - xorta waħda nibqgħu għaddejjin b'ċerta saħħa għax nafu fejn irridu naslu.", "Sur President, kważi sena ilu għedna li l-pjan ta' din is-sena se jkun li bl-iżvilupp ta' l-imprenditorja f'pajjiżna rridu nsostnu n-negozju u noħolqu l-impjiegi ġodda.", "U dan seħħ għax meta tara x'ġara bejn Novembru 2003 u Novembru 2004 u bejn Novembru 2004 u Novembru 2005, tara li kien hemm żieda fil-ħolqien ta' l-impjiegi.", "Il-ħidma tagħna qed tgħin biex tinħoloq klima tajba fejn l-attivita` kummerċjali tikber, tiddiversifika u tieħu l-opportunitajiet li jista' jkun hemm minkejja l-qagħda li tinsab fiha l-ekonomija globalizzata li bħalissa tinsab taħt shock minħabba ż- żieda fil-prezzijiet ta' l-enerġija.", "Sur President, nistgħu ngħidu li b'mod sodisfaċenti l-gvern huwa viċin is- self employed u n-negozji żgħar tagħna.", "Il-gvern wassalnieh fiż-żoni industrijali, wassalnieh biex ikun qrib ta' min qiegħed fin-negozju tramite laqgħat li jsiru u wassalnieh ukoll biex ikun qrib ta' min xi darba jaħseb li se jkollu l-attivita` kummerċjali tiegħu tramite l-iskejjel, kemm dawk post-sekondarji bħall-MCAST u l-Universita` u anke dawk primarji fejn din is-sena se jkollna l-ewwel proġett pilota li jistimola b'mod sistematiku d-diskussjoni fuq l-imprenditorija f'seba' skejjel tal- primarja, inkluż f'kulleġġ f'Għawdex.", "Sur President, qegħdin nieħdu ħsieb li nkunu qrib diversi għaqdiet tan- negozji minn kull xorta ta' negozji.", "Aħna niltaqgħu ma' koperattivi, ma' industriji stabbiliti, ma' assoċjazzjonijiet żgħar u anke ma' korpi kostitwiti stabbiliti.", "Organizzajna lilna nfusna b'mod li jkollna relazzjoni tajba mal-korpi kostitwiti li jirrappreżentaw lil min qiegħed fin-negozju u għamilna memorandum of understanding biex ikollna relazzjoni iktar stabbli u iktar organizzata mal-GRTU, mal-Kamra tal-Kummerċ, ma' l- FOI, ma' l-Employers Association u ma' l-Institute of Management.", "Aħna niltaqgħu mal-Car Importers Association, mar-Rent-A-Car Association, mal- FATTA, mal-Water Sports Association, ma' ta' l-APEX, ma' tal-used vehicles importers u mas-setturi kollha tan-negozju f'ħidma li mhix monopolju tas- segretarjat imma ħidma li hija mifruxa mal-ministeri kollha.", "Sur President, dan ir-rapport ta' ħidma se jkun is-suġġett ta' diskussjoni f'konferenza nazzjonali li għad trid issir u li se tlaqqa' l-istakeholders kollha li kienu parteċipi fl-implimentazzjoni ta' dan il-programm ta' ħidma.", "F'din il-konferenza se neżaminaw kull objettiv li twettaq taħt għaxar setturi differenti, kif varjaw minn xulxin, fejn kienu s-suċċessi, fejn kienu l-isfidi, fejn wasalna u fejn kellna d-diffikultajiet biex naslu.", "F'din il-konferenza nazzjonali se nkunu wkoll qegħdin naraw x'se jkunu l-objettivi li diġa` qegħdin nipproponu għas-sena li ġejja.", "Jiġifieri din il-konferenza se teżamina l-implimentazzjoni ta' dan il-programm ta' ħidma li l-qofol tiegħu jdur maċ-charter Ewropew għan-negozji ż-żgħar biex b'hekk nagħmlu qisu audit ta' x'għamilna u x'qegħdin nipproponu li nagħmlu, u nittamaw li anke joħorġu suġġerimenti sabiex fejn nistgħu ntejbu l-ħidma tagħna, intejbuha.", "Sur President, il-gvern għandu dik l-enerġija li sena fuq sena jersaq 'il quddiem u jkun jista' joffri lil dan is-settur daqshekk importanti politika ċara li tkompli tmexxi l-istess settur 'il quddiem u b'hekk toħloq l- impjiegi.", "L-aħħar appell tiegħi hu biex l-oppożizzjoni tgħidilna x'inhi l- politika tagħha fuq is-settur tan-negozji ż-żgħar.", "Ftit ilu ħarġet il-pjan ta' azzjoni rigward l-industrija u rrid ngħid li fuq dan il-pjan hemm bżonn li jkun hawn diskussjoni dwaru għax verament n'hemmx viżjoni fih.", "Jiena jiddispjaċini ninnota li ladarba m'hemmx dik il-viżjoni fuq pjan ta' azzjoni mmirat lejn l-industrija l-kbira, daqstant ieħor se jiġri fuq l- industrija ż-żgħira li se tkun qed tbati taħt il-partit Laburista.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada l-Erbgħa, 17 ta' Mejju 2006 fis-6.00p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Aġent Prim Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "PUSSESS U TRAFFIKAR TA' DROGA", "18742.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm persuni tressqu l-qorti s-sena l-oħra fuq reati konnessi ma' droga u ta' liema eta'?", "Fuq liema akkuża?", "Kemm ittellgħu l-qorti din is-sena?", "ONOR.", "TONIO BORG: L-iskwadra ta' kontra d-droga matul is-sena 2005 ressqet quddiem il-qorti 333 persuna fuq akkużi relatati ma' pussess ta' droga u 93 persuna oħra fuq akkużi relatati ma' traffikar ta' droga, bl-eta' tagħhom tvarja bejn il-15 u d-59 sena, 38 minnhom barranin.", "Informat ukoll li bejn Jannar u April ta' din is-sena tressqu 144 persuna quddiem il-qorti fuq akkużi relatati ma' droga.", "ART F'BIRKIRKARA", "18764.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jara x'jista' isir fil-każ li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?", "ONOR.", "TONIO BORG: It-taqsima proprjeta' tal-gvern għadha qed tikkonsidra t- talba ta' l-applikant li rrifera għalih l-Onor.", "Interpellant.", "L-art mitluba hi ta' daqs konsiderevoli u jrid jiġi studjat sew l-aħjar użu li jista' isir minnha.", "Bħalma jsir f'każi simili, meta tittieħed deċiżjoni l-applikant jiġi informat formalment.", "ĦAŻNA TA' GASS", "18765.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jagħti tagħrif dwar il-ħażna attwali ta' gass?", "Kemm isservi din il-ħażna?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jirriferi għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 1710, liema tweġiba tapplika wkoll", "għas-sitwazzjoni tal-gass.", "ĦAŻNA TA' DIESEL", "18766.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jagħti tagħrif dwar il-ħażna attwali ta' diesel?", "Kemm isservi din il-ħażna?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jirriferi għar- risposta ta' mistoqsija parlamentari 1710.", "ĦAŻNA TA' PITROLJU", "18767.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jagħti tagħrif dwar il-ħażna attwali ta' pitrolju?", "Kemm isservi din il-ħażna?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-Onor.", "Intepellant huwa mitlub jirriferi għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 1710, liema sitwazzjoni tapplika wkoll għall- pitrolju.", "KAŻI TA' MENINĠITE", "18912.", "L-ONOR.", "JOSEPH CASSAR staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid kemm każi ta' meninġite ġew irrapportati f'dawn l-aħħar erba' xhur?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Tagħrif dwar każi ta' meninġite irrapportati f'dawn l- aħħar erba' xhur hu kif ġej:", "|2006|Meningoc|Sept. |Other | | |occal |Meningococc|Bacteria | | | |al | | |Jann|0 |0 |1 | |ar | | | | |Frar|1 |2 |1 | |Marz|2 |3 |0 | |u | | | | |Apri|1 |3 |0 | |l | | | |", "WIED IL-BUSBIES", "18913.", "L-ONOR.", "JOSEPH CASSAR staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 17965 u jara li jsir xogħol b'urġenza f'Wied il-", "Busbies, il-Landrijiet fejn dan l-aħħar sfrundat it-triq?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Għalkemm it-triq imsemmija la hija arterjali u lanqas distributorja u allura ma taqax taħt ir-responsabbilta' tal-gvern ċentrali, xorta waħda d-direttorat għamel l-ispezzjonijiet meħtieġa u dan ix-xogħol issa se jiġi nkluż mal-lista ta' xogħlijiet li jridu jsiru, bix- xogħol issir skond il-prioritajiet li jirriżultaw.", "VJAL INDIPENDENZA FIL-MOSTA", "18968.", "L-ONOR.", "JOSEPH CASSAR staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Jista' il-Ministru jintervjeni biex tissolva l-problema li hemm fi Vjal Indipendenza, il-Mosta fejn parti mill-bankina hi mkissra jew taħt il- livell tat-triq?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Se jsiru l-ispezzjonijiet meħtieġa fit-triq imsemmija bil-għan li x-xogħol ikun jista' jiġi nkluż mal-lista ta' xogħlijiet li jridu jsiru.", "ŻJARA FIĊ-ĊINA", "19007.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Kif se tintgħażel id-delegazzjoni kummerċjali li se tkun qed takkumpanja lill-Ministru fiċ-Ċina għall-mixed commission meeting li jmiss?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Id-delegazzjoni kummerċjali ma tintgħażilx.", "L-Onor.", "Interpellant jaf li kull meta jien mexxejt delegazzjoni kummerċjali barra minn Malta, dejjem ħadt ħsieb li s-settur privat u enti tal-gvern jipparteċipaw f`dawn id-delegazzjonijiet.", "Dan qatt ma kien isir qabel u nista' ngħid li l-proċedura ta' l-għażla kif ukoll il-kunċett ta' delegazzjoni kummerċjali, bħala parti miż-żjara ministerjali, twaqqaf minni bħala ministru għall-affarijiet barranin.", "Il-kamra tal-kummerċ diġa' tinsab informata bil-pjan tal-ministeru għall- promozzjoni tal-kummerċ għat-18-il xahar li jmiss.", "Dan sar f'laqgħa apposta li l-ministeru kellu ma' l-uffiċjali tal-kunsill tal-kamra tal-kummerċ.", "Għad-delegazzjoni kummerċjali fiċ-Ċina beħsiebni nuża l-istess proċedura.", "WTO", "19008.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' il-Ministru jaġġornana dwar l-aħħar pożizzjoni tal-Gvern Malti fi ħdan l-Unjoni Ewropea dwar id-Doha round of trade talks?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Waqt li jkun f'postu li jsir aġġornament sħiħ fil- Kumitat tal-Kamra dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej - u se nara li dan isir - tajjeb ngħid ukoll li flimkien mal-membri l-oħra ta` l-Unjoni Ewropea, Malta qed tkompli ssostni li dawn n-negozjati għandhom jintemmu din is-sena b`konklużjonijiet bilanċjati.", "Wara l-iżviluppi ta' dawn l-aħħar xhur u speċjalment wara l-aħħar ta' April 2006, dawn in-negozjati daħlu f'fażi intensiva.", "Malta qed tkompli ssegwi mill-qrib id-diskussjonijiet u n-negozjati li qegħdin isiru, kemm fi ħdan l-Unjoni Ewropea kif ukoll fi ħdan l- organizzazzjoni dinija tal-kummerċ.", "KUNTATTI MA' L-IRAN", "19009.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' il-Ministru jgħid x'kuntatti diplomatiċi kellha Malta ma' l-Iran f'dawn l-aħħar xhur?", "X'suġġetti ġew diskussi?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: F'April li għadda, diplomatiku mill-Ambaxxata ta' l- Iran f'Pariġi talab li jiltaqa' ma' l-Ambaxxatur Malti f'Pariġi biex jispjega l-pożizzjoni ta' l-Iran dwar il-programm nukleari ta' dak il- pajjiż.", "Din il-laqgħa saret u d-diplomatiċi Maltin semgħu l-pożizzjoni ta' l-Iran dwar din il-materja.", "IRISL", "19010.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Minħabba l-kriżi ta' l-Iran, saru xi rappreżentazzjonijiet lill-Gvern Malti minn gvernijiet barranin dwar l-użu li l-Iranian shipping line qed tagħmel mill-freeport ta' Malta?", "Minn liema gvernijiet?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: L-ebda gvern barrani ma għamel rappreżentazzjonijiet formali mal-Gvern Malti dwar l-Iranian shipping line (IRISL), pero' din il- materja ssemmiet waqt laqgħat ma' uffiċjali minn pajjiż barrani.", "It-tweġiba li ngħatat kienet li l-użu tal-freeport mill-Iranian shipping line hija attivita` kummerċjali eżatt bħal dik ta' kumpanniji oħra simili u l-awtoritajiet Maltin huma impenjati jiġġieldu kull xorta ta' abbuż mill- ġarr ta' merkanzija, irrispettivament mil-linja li ġġorr il-merkanzija.", "Fil-freeport titħaddem ukoll is-sistema VACIS.", "KARTI TA' L-EŻAMI", "19011.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jinvestiga lmenti li wasluli mingħand studenti li qed jgħidu li kemm fil-każ ta' l-intermediate tas- systems of knowledge kif ukoll fl-A-Level tal-home economics and human ecology, kien hemm bosta mistoqsijiet li ma ġewx koperti fis-syllabus ittrattat fil-higher secondary?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li fl-eżamijiet tas-systems of knowledge fil- livell intermedju u fil-home economics and human ecology fil-livell avvanzat ta' l-eżamijiet tal-matsec, ma kienx hemm mistoqsijiet barra mis- sillabu.", "Is-sillabi tal-matsec ikunu ippubblikati mill-inqas sentejn qabel l-eżami u jintbagħtu f'kull skola post-sekondarja, minbarra li jidhru fuq il-website tal-matsec support unit.", "B'hekk l-iskejjel ikollhom ħin biżżejjed biex ifasslu l-kurrikulu tagħhom ħalli jkopru l-kontenut tas-sillabu.", "ŻJARAT UFFIĊJALI", "19012.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' il-Ministru jgħid xi żjarat għamel barra minn Malta f'April u Mejju?", "Ma' min iltaqa'?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jirriferi għad- diversi stqarrijiet uffiċjali maħruġa li jikkomprendu l-informazzjoni mitluba, stqarrijiet li qegħdin fuq il-website www.mfa.gov.mt u www.doi.gov.mt.", "HITAN TAS-SEJJIEĦ", "19014.", "L-ONOR.", "JOSEPH CASSAR staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentiari 18691, il-perijodu hu mill-1 ta' Mejju, 2004 sal-lum?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Rigward għajnuna għar-restawr ta' ħitan tas- sejjieħ minn fondi ġejjin mill-pjan ta' l-iżvilupp rurali 2004-2006, kien hemm 1,212-il applikant li fl-2004 tefgħu applikazzjoni preliminari u minn dawn ħadu l-għajnuna 711.", "L-applikanti l-oħra ma ħadux għajnuna jew għax ma ġabux id-dokumenti meħtieġa jew għax ma kenux eliġibbli.", "Fis-sena 2005 kien hemm total ta' 431 applikazzjoni, li 125 minnhom kienu estensjoni ta' l-applikazzjoni tas-sena ta' qabel u 306 kienu applikazzjonijiet ġodda.", "BLOKK APPARTAMENTI TAL-GVERN", "19033.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tara li jinżebagħ it-taraġ ta' block C, St Monica Street, Paola peress li jinsab fi stat ħażin ħafna?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Għaddejt l-ilment ta' l-Onor.", "Interpellant lid- dipartiment tal-bini u tiswija ta' djar biex jinvestigaw u jieħdu l-azzjoni meħtieġa.", "N.I. CONTRIBUTIONS", "19035.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tindaga jekk persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, ħalsetx bolol biżżejjed?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Il-persuna indikata ġiet informata mid-dipartiment tas-sigurta' soċjali dwar il-każ tagħha.", "FISHFARMS", "19040.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 18546 u jgħid kemm ħaddiema hemm mal-fishfarms, Maltin u barranin?", "Kemm attwalment hawn fishfarms u fejn qegħdin?", "Kemm hu stmat li ħallew revenue dawn il- fishfarms?", "X'inhu r-revenue li minnu gawda u qed igawdi l-pajjiż?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: In-numru ta' ħaddiema li hemm mal-fish-farms jidher fir-rapport annwali tal-ministeru għall-affarijiet rurali u ambjent, u cioe' 120 full-time u 160 part-time.", "Waqt li ma tinżammx informazzjoni dwar ħaddiema barranin involuti ma' dawn il-farms, tajjeb li l-Onor.", "Interpellant iżomm f'moħħu li tagħrif dwar ħaddiema huwa prerogattiva ta' l-ETC u mhux ta' dan il-ministeru.", "Farms ta' l-awrat u l-ispnott li minnhom tnejn biss huma operattivi, hawn:", "* Pesceculture de Malte, b'farms fil-Mistra, il-Gżejjer ta' San Pawl u l- Mellieħa, * Fish and Fish Co Ltd, il-Ħofriet, * Malta Fish Farming Ltd, barra l-Munxar u fil-Bajja ta' Birżebbuġa, * Aquaculture Development Ltd, is-Salina, * Sealand Ltd, il-Pwales u * Malta Mariculture Ltd, viċin Kemmuna.", "Farms tat-tonn li minnhom tlieta biss kienu operattivi s-sena l-oħra, hawn:", "* AJD 1 - barra l-gżejjer ta' San Pawl, * AJD 2 - parti mill-Malta Mariculture Ltd, * Melita Tuna Ltd - barra l-Munxar, flimkien mal-Malta Fish Farming, * Malta Tuna Trading - bi dritt il-Ħofriet, flimkien mal-Fish and Fish Co Ltd u * Mediterranean Tuna Ltd - barra s-sikka ta' Bengħajsa.", "Tagħrif dwar revenue iġġenerat mill-fishfarms għadu qed jinġabar.", "KUNSILLI LOKALI", "19046.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 18552 u jgħid kemm hi l-ispiża rikorrenti tal-kunsilli lokali meta tieħu in konsiderazzjoni l-kera ta' l-uffiċini, l-impjegati, is- servizzi kollha u l-impjegati fil-ministeru responsabbli mill- amministrazzjoni tal-kunsilli lokali?", "ONOR.", "TONIO BORG: L-informazzjoni għadha sal-lum qed tinġabar.", "ARBLU TAD-DAWL", "19048.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 18622, jista' il-Ministru jara li għallinqas l-arblu jinbidel għax qed ikerrah l-ambjent?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Waqt li nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 18622 li tgħid li l-arblu għandu jinbidel flimkien ma' xogħlijiet oħra, ċertament l-arblu mhux fi stat perikoluż u x- xogħol mhuwiex urġenti.", "ĦAŻNA TA' FUEL", "19049.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jagħti informazzjoni dettaljata dwar kemm-il darba ntużaw it-tankijiet ġewwa Kordin biex jinħażen il-fuel f'dawn l-aħħar għaxar snin?", "Jista' jgħid jekk kenitx twaħħlet is-sistema protettiva - fire protection - kif stipulat f'applikazzjoni PA5814/94?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "EDUKAZZJONI GĦALL-ADULTI", "19055.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid kemm kumpanniji privati reġistrati mal-ministeru jipprovdu taħriġ u edukazzjoni għall-adulti?", "Kemm impjegati full-time u part-time hemm magħhom?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: In-numru ta' kumpanniji privati reġistrati mal- ministeru u li jipprovdu taħriġ u edukazzjoni għall-adulti huwa ta' 102.", "In-numru ta' l-impjegati hu ta' 12 full-time u 252 part-time.", "STUDENTI BARRANIN", "19056.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Fid-dawl ta' dak li qalet l-association for private training providers li studenti minn pajjiżi li mhumiex fl-Unjoni Ewropea qed isibuha diffiċli jiġu jistudjaw Malta u qed jispiċċaw imorru f'pajjiżi kompetituri tagħna, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'passi se jitttieħdu biex jiġi ffaċilitat il-ħruġ tal-visas biex insaħħu dan il-qasam tant importanti?", "ONOR.", "TONIO BORG: Fil-preżent, studenti minn pajjiżi fejn hi meħtieġa l- visa li jkunu jridu jiġu jistudjaw Malta, jistgħu japplikaw sabiex jingħataw permess biex jiġu Malta ħalli jsegwu kors ta' studju.", "Talbiet minn studenti li jirriżulta li huma bona fide m'humiex jinżammu.", "AĊĊESS GĦALL-MUNXAR", "19057.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: X'passi se jittieħdu fid-dawl ta' l-ittra miftuħa indirizzata lill-Viċi Prim Ministru dwar dritt ta' aċċess fil-Munxar?", "ONOR.", "TONIO BORG: Saret laqgħa kordjalissima u pożittiva bejni, it-taqsima proprjeta' tal-gvern, il-pulizija u r-ramblers association fejn ġew diskussi l-problemi elenkati fl-istess ittra.", "Ġew indikati miż-żewġ naħat contact persons ħalli jiġi miġġieled aħjar l-abbuż li jista' ikun hemm, fejn jiġi mblukkat l-aċċess għall-pubbliku.", "AĠENZIJI GOVERNATTIVI", "19058.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid x'passi se jittieħdu mill-gvern dwar dak li qalet l-association for private training providers li aġenziji tal-gvern qed jikkompetu inġustament ma' kumpanniji privati lokali għall- fondi taħt il-European social fund?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "ASSOCIATION FOR PRIVATE TRAINING PROVIDERS", "19060.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid meta se jintlaqgħu t-talbiet urġenti ta' l-association for private training providers għal rikonoxximent għall-kwalifiki ta' korsijiet serji li jipprovdu dawn it-training providers?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Kif jaf l-Onor.", "Membru, illum hemm in vigore liġijiet li jistabilixxu kif isir ir-rikonoxximent ta' kwalifiki minn istituzzjonijiet edukattivi.", "It-training providers imsemmija jipprovdu korsijiet li jwasslu għall- kwalifiki barranin.", "Kwalifiki barranin maħruġa f'pajjiżi li huma parti minn xi ftehim ta' rikonoxximent reċiproku ma' Malta, huma rikonoxxuti minn Malta jekk ikunu rikonoxxuti mill-pajjiż li fih jinħarġu.", "Għaldaqstant ma jirriżultax li t-training providers li jipprovdu korsijiet serji u li l- kwalifiki li għalihom jippreparaw huma rikonoxxuti mill-pajjiż fejn jinħarġu, għandhom xi problemi ta' rikonoxximent.", "TGAWDIJA TAL-KAMPANJA", "19062.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Fid-dawl ta' dak li ntqal f'paġna 27 (3.1.7. marine and coastal environment) u paġna 34 (3.1.11 leisure and the environment) tas- sustainable development report, dwar aċċess għal min irid jimxi u jgawdi l- kampanja, x'passi se jittieħdu biex dawn ir-rakkmandazzjonijiet jitwettqu fil-prattika?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Jista' jingħad li wara l-konsultazzjoni wiesgħa li saret fuq l-istrateġija għall-iżvilupp sostenibbli, saret enfasi fuq il- bżonn li jitħares l-aċċess pubbliku f'zoni rurali u żoni viċin il-baħar.", "Filwaqt li din l-istrateġija ssostni t-twettiq tal-pjan ta' struttura u pjani lokali oħra li jindirizzaw din il-problema, ġew identifikati wkoll headline indicators and targets li jpoġġu obbligu dirett fuq l-awtoritajiet kompetenti biex titieħed azzjoni.", "Din l-azzjoni tiġi mfassla meta l-istrateġija tiġi adottata mill-gvern u allura l-kummissjoni nazzjonali għall-iżvilupp sostenibbli tkun tista' tibda proċess li jieħu ħsieb iħejji pjani ta' azzjoni għal kull priorità imsemmija fid-dokument.", "Dwar dawn il-pjani ta' azzjoni trid issir konsultazzjoni ma' dawk kollha involuti, inkluż it-taqsima tal-proprjetà tal-gvern li taqa' taħt il- ministeru tal-ġustizzja u intern.", "MALTA ENTERPRISE", "19067.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 18789, jista' il-Ministru jirrispondi t-tieni parti tagħha u jgħid min huma l-kumpanniji li ttenderjaw għal kull proġett u min rebaħ it- tenders?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-informazzjoni mitluba hi waħda pubblika u għaldaqstant kull offerta ġiet notifikata fl-uffiċini tal-Malta Enterprise u d-dipartiment tal-kuntratti.", "Bħalma diġa' ġie indikat b'risposta għall-mistoqsija 18789, għall-ewwel progett li hu mmirat dwar kif tizdied il-kompetittivita' tan-negozji permezz ta' l-istħarriġ, inħarġu żewġ offerti.", "L-ewwel offerta li taqa' direttament taħt ir-responsabbilta' tal Malta Enterprise, tkopri l- pubblikazzjoni ta' avvizi fil-ġurnali.", "Il-kumpanniji li xeħtu offerta huma:", "* BMS * Mediacoop * Logix * MAS Communications * JP Advertising * ANG * Communique Creative * Market Link", "L-offerta ntrebħet minn JP Advertising.", "It-tieni offerta, minħabba li taqbeż l-Lm20,000, taqa' taħt ir- responsabbilta' tad-dipartiment tal kuntratti – din tkopri t-taħriġ ta' l- impjegati – u l-kumpanniji li xeħtu offerta huma: * Malta University Services * Santucci & Brown/UHM * MISCO", "* Allied Consultants et Al * Future Focus et Al * PricewaterhouseCoopers * MIM", "L-offerta ntrebħet minn Allied Consultants et al.", "Għat-tieni proġett, dak li \"tħajjar it-twaqqif ta' negozji minn nies bla xogħol\", hemm meħtieġ li jinħarġu erba' offerti:", "L-ewwel offerta li taqa' direttament taħt ir-responsabbilta' tal-Malta Enterprise, tkopri programmi fuq it-televizjoni dwar it twaqqif tan- negozji.", "Il-kumpanniji li xeħtu offerta huma:", "* Drunken Angel Ent * Blaze Production * MPS Marketing Communications * 26th Frame Ltd * Audiovisual Plus * Studio Seven * DEE Media TV Ltd. * Monarch Ltd.", "L-offerta ntrebħet minn Audiovisual Plus.", "It-tieni offerta tkopri l-pubblikazzjoni ta' avvizi fil-ġurnali u fuq billboards, offerta li taqa' diretament taħt ir-responsabbilta' tal-Malta Enterprise.", "Il-kumpanniji li xeħtu offerta huma:", "* Market Link * ANG * Regency Advertising * MAS Communications * Aspects Communications * AG Ventures * BMS * JP Advertising * Peak Ogilvy Advertising * ES Events Services * Communique Creative", "L-offerta ntrebħet minn JP Advertising.", "It-tielet offerta tkopri t-taħrig ta' nies bla xogħol, bl-offerta taqa' taħt ir-responsabbilta' tad-dipartiment tal-kuntratti minħabba li taqbeż l- Lm20,000.", "L-offerta għadha kemm għalqet u bħalissa qiegħda tiġi evalwata u għaldaqstant ma nistax nagħti informazzjoni fuq din l-offerta.", "Ir-raba' offerta tkopri l-monitoraġġ tal-progett, offerta li taqa' direttament taħt ir-responsabbilta' tal-Malta Enterprise.", "Din l-offerta qiegħda fil-proċess li tiġi ppubblikata u għaldaqstant ma nistax nagħti aktar informazzjoni.", "URBAN IMPROVEMENT FUND", "19071.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid b'liema legal notice twaqqaf l- urban improvement fund tal-MEPA?", "Meta twaqqaf dan il-fund?", "Din id- deċiżjoni ttieħdet mill-bord tal-MEPA?", "Kemm inġabru flus f'dan il-fund sal- lum?", "Meta japplika dan il-fund u x'inhu l-iskop tiegħu?", "Hemm kriterji preċiżi kif jiġu kkalkulati l-kontribuzzjonijiet għal dan il-fund?", "Sal-lum intnefqu xi flus minn dan il-fund?", "Fuq liema proġetti?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: L-Att dwar l-Ippjanar ta' l-Iżvilupp jipprovdi għall-obbligi dwar l-iżvilupp li permezz tagħhom jistgħu jinġabru fondi bħala planning obligation.", "M'hemmx riferenza diretta fil-liġi għall-urban improvement fund jew skemi bħalha.", "L-urban improvement fund twaqqaf bl- approvazzjoni tal-bord tal-MEPA f'April 2005 meta ġiet approvata l-policy dwar il-kontroll ta' l-iżvilupp u gwida fid-disinn.", "Il-bilanċ f'dan il-fond fl-aħħar ta' Marzu ta' l-2006 kien jammonta għal Lm466,470.", "Sa dakinhar ma kienu ntnefqu l-ebda flus minn dan il-fond.", "Meta jkun hemm ħlas dovut għal nuqqas ta' parkeġġ u m'hemmx il-commuted parking scheme tapplika, din l-iskema u l-flus jiġu allokati għal dan il- fond sabiex jiffinanzja traffic management, titjib urban jew proġetti simili.", "Il-ħlas dovut għal kull parkeġġ nieqes huwa ta' Lm500.", "Sa l-aħħar ta' Marzu ta' l-2006 ma kienu ntnefqu l-ebda flus minn dan il- fond, għalkemm diġa' hemm xi proġetti li se jiġu ffinanzjati minn dan il- fond fuq talba tal-kunsilli lokali.", "WSC OFFICE CLERK", "19081.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 18559 u 18844 u jgħid kemm persuni applikaw għall-post ta' office clerk/office assistant skond ċirkolari 7/2006 tad-WSC?", "X'sar minn dawn l-applikazzjonijiet?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Il-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma rċeviet 26 applikazzjoni għall-post ta' office clerk/office assistant skond ċirkolari WSC7/2006.", "Fi żmien qasir għandhom isiru l-interviews.", "TĦAWWIL TA' SIĠAR", "19083.", "L-ONOR.", "JOSEPH CASSAR staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid kemm-il siġra taż-żebbuġ tħawlet f'dawn l-aħħar sentejn minn mindu Malta daħlet fl-Unjoni Ewropea?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Ninsab informat li min-naħa tas-sezzjoni tal-park, afforestazzjoni u restawr tal-kampanja tħawlu total ta' 436 siġra taż- żebbuġ u sa l-aħħar ta' Mejju għandhom ikunu tħawlu 1,000 siġra taż-żebbuġ oħra.", "Min-naħa tal-MELP tħawlu 3,921 siġra taż-żebbuġ fl-aħħar sentejn.", "SKOLA TA' L-AGRIKOLTURA", "19084.", "L-ONOR.", "JOSEPH CASSAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid kemm-il student iggradwa mill- iskola ta' l-agrikoltura f'Malta mit-twaqqif tagħha?", "Teżisti statistika dwar kemm minn dawn l-istudenti sabu mpjieg fil-qasam agrikolu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informazzjoni mgħoddija lili mill-MCAST tgħid hekk:", "|Course |2003-0|2004-0|2005-06 | | |4 |5 | | |ESTS |none |2 |none | |Foundation|6 |8 |in | | | | |progress| |First |8 |6 |in | |Diploma | | |progress| |National |none |none |in | |Diploma | | |progress|", "Studenti javvanzaw minn level-1 foundation għal level-2 BTEC first diploma u minn level-2 BTEC first diploma għal level - 3 BTEC national diploma.", "Gradwati tal-first diploma komplew il-kors ta' diploma fl-agrikoltura fl- Universita' ta' Malta jew bdew jagħmlu xogħol agrikolu mal-familja tagħhom.", "Gradwati fil-foundation ingħaqdu ma' l-industrija tal-catering."]} {"filename": "20041111_185d_par.doc", "date": "2004-11-11", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 185 Il-Ħamis, 11 ta' Novembru, 2004 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 185 Il-Ħamis, 11 ta' Novembru, 2004", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-9.11 a.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "185", "Il-Ħamis, 11 ta' Novembru, 2004", "WERREJ", "MINUTI 207", "TQEGĦID TA' KARTI 207", "MOZZJONIJIET", "MOZZJONI TAL-KAP TA' L-OPPOŻIZZJONI U L-ONOR.", "CHARLES MANGION DWAR", "IL-QAGĦDA EKONOMIKA 208", "AĠĠORNAMENT 240", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 244", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 184 li saret fl-10 ta' Novembru, 2004, ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): Skond il-ftehim milħuq bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra, il-ħin tal-mistoqsijiet m'għandux jittieħed.", "Għalhekk ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti u nsejjaħ lill-Viċi Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "TONIO BORG (Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l- Intern): Mr Speaker, f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impieg, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tabelli li juru l-għadd ta' studenti li qed jattendu l-Universita' ta' Malta mqassma skond id-diversi korsijiet, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari 8228;", "Tagħrif dwar l-għaqdiet sportivi li matul l-2004 talbu għal xi għajnuna finanzjarja, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari 8237.", "F'isem il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent, inqiegħed fuq il- mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar applikazzjonijiet pendenti li għandhom il-kunsilli lokali quddiem l-Awtorita' ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari 7152.", "F'isem il-Ministru għall-Familja u Solidarjeta' Soċjali, inqiegħed fuq il- mejda tal-Kamra:", "Tabella li turi l-għadd ta' talbiet li saru għall-pensjoni għall- invalidita' u l-għadd ta' dawk li ġew aċċettati bejn l-2001 u Awissu 2004, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari 7150;", "Tagħrif dwar l-għadd ta' persuni li qed jirċievu għajnuna soċjali, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari 7819; u", "Tabella li turi n-nefqa fuq għajnuna soċjali lil single parents bejn l- 2000 u Settembru 2004, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari 7820.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet.", "MOZZJONIJIET", "MOZZJONI TAL-KAP TA'", "L-OPPOŻIZZJONI U", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION", "DWAR IL-QAGĦDA EKONOMIKA", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Mr Speaker, nipproponi li:", "Din il-Kamra tar-Rappreżentanti tinnota:-", "Li n-numru ta' nies bla xogħol żdied konsistentement matul din is-sena u llum qabeż it-tmint elef ruħ;", "Li bin-nixfa fl-investiment dirett produttiv li seħħet fl-aħħar snin, l- opportunitajiet għal xogħol alternattiv għal min jitlef l-impjieg qegħdin dejjem jonqsu;", "Li għat-tieni kwart ta' din is-sena reġa' ġie reġistrat tnaqqis fil-prodott gross domestiku;", "Li ż-żieda fit-taxxi introdotti mill-gvern, primarjament iż-żieda fir-rata ta' VAT għal 18% u fuq oġġetti li sa l-1 ta' Mejju 2004 kienu eżenti mit- taxxa tal-VAT, qiegħda taffettwa bil-qawwa l-livell tal-prezzijiet, u tnaqqas id-dħul finanzjarju tal-ħaddiema, il-pensjonanti u l-familji tagħhom;", "Li s-settur turistiku kif ukoll dak tal-manifattura qed jiffaċċjaw problemi kbar minħabba t-tnaqqir sistematiku tal-kompetittivita' nazzjonali fi swieq internazzjonali;", "Li istituzzjonijiet internazzjonali bħalma huma l-World Economic Forum innota wkoll li Malta qed kull ma tmur titlef il-kompetittivita', fejn fl- aħħar sena 13-il pajjiż saru aktar kompetittivi minna;", "Li minkejja l-wegħdi kontinwi tal-Gvern, kemm id-deficit (li s-sena li għaddiet laħaq 9.7% tal-Prodott Gross Domestiku) kif ukoll id-dejn nazzjonali (li s-sena li għaddiet laħaq 71.1% tal-Prodott Gross Domestiku) qegħdin konsistentement jiżdiedu, tant li s-sitwazzjoni finanzjarja ta' pajjiżna qed dejjem tiddeterjora;", "Li din is-sitwazzjoni qed dejjem tagħfas fuq dawk is-setturi fis-soċjeta' li jifilħu l-inqas, bil-konsegwenza li ħafna ħaddiema u pensjonanti qegħdin iħossuhom aktar emarġinati u minsija, waqt li t-theddida fuq il-qafas tal- ħarsien soċjali fil-pajjiż m'hijiex tiġi ffaċċjata;", "Li l-Gvern Nazzjonalista jidher li ma għandu l-ebda pjan konkret u fattibbli biex joħroġ lill-pajjiż minn din is-sitwazzjoni;", "Għaldaqstant din il-Kamra:", "Tħeġġeġ lill-Gvern jippreżenta quddiem il-Kamra pjan ekonomiku li jagħti direzzjoni ċara dwar it-toroq li pajjiżna jrid jaqbad biex isaħħaħ il- kompetittivita' tiegħu u jġib investiment ġdid biex jinħolqu opportunitajiet ġodda ta' xogħol, mhux l-inqas f'reġjuni ta' Malta li qed jaqgħu lura bħal Għawdex u s-sud ta' Malta;", "TISTQARR il-konvinzjoni tagħha li dan il-pjan ekonomiku għandu jassigura t- tisħiħ tal-ħarsien soċjali tal-familji Maltin u Għawdxin, liema ħarsien jista' jkun iggarantit biss bi tkabbir ekonomiku mqassam b'ekwita' u ġustizzja soċjali.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Is-Sedja ġiet informata li bħalissa s-seduta m'hijiex qiegħda tixxandar.", "Insejjaħ lill-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, jien naħseb li għandna nkomplu xorta waħda.", "Niftakar li fl-aħħar budget, mhux ir-recordings kollha kienu ġew imxandra, pero' aħna xorta bqajna għaddejjin.", "Ma naħsibx li għandna niddependu jekk niltaqgħux jew le fuq xi ħsara teknika li tista' tinqala'.", "Naħseb li għandna nkomplu.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Mr Speaker, min-naħa ta' l-oppożizzjoni, m'aħniex qegħdin nipproponu li s-seduta tieqaf, pero' din hija mozzjoni ta' interess nazzjonali.", "Kif wieħed jista' jara, il-Kamra hija vojta u wisq probabbli, ħadd mill-ġurnalisti m'hu qiegħed isegwi dak li qegħdin ngħidu.", "Naħseb li l-poplu għandu dritt li jkollu aċċess għall-opinjoni tagħna, jiġifieri jekk hemm xi ħaġa li tista' tirranġa ruħha malajr, nistennew, u jekk il-ħsara ma nafux kemm se ddum, ovvjament inkomplu.", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Is-sena li għaddiet, waqt li jien kont qiegħed nindirizza lill-Kamra, xi ħadd għamel strike, pero' jien ma waqaftx nitkellem u ma kien hemm ħadd li qabeż għalija biex nieqaf sakemm wieħed jara x'ġara.", "Qiegħed ngħid dan biex noqogħdu attenti għax dan jista' jiġri darb'oħra, mhux li jsir strike biss imma anke li tinqala' ħsara teknika.", "Ma jistax ikun li dan il-Parlament jieqaf għax tinqala' ħsara teknika fit- trasmissjoni tar-radju.", "MR SPEAKER: Għadni kif ġejt informat li minn issa 'l quddiem, is-seduta qiegħda tiġi recorded.", "Għalhekk naħseb li nistgħu nipproċedu.", "Skond ftehim milħuq, id-diskussjoni fuq din il-mozzjoni għandha tieħu tliet seduti bil-ħin jinqasam indaqs bejn kelliema tal-gvern u kelliema ta' l- oppożizzjoni, bl-introduzzjoni u l-winding up għall-oppożizzjoni.", "Insejjaħ lill-Onor.", "Charles Mangion biex jibda bl-intervent tiegħu.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Mr Speaker, din il-mozzjoni li għadni kif qrajt għandha żewġ binarji, hija mozzjoni li m'hijiex xprunata minn xi preġudizzju politiku imma hija mnebbħa mill-interess nazzjonali, fiċ- ċirkostanzi li jinsab fihom pajjiżna llum.", "Ma nistgħux ma naċċettawx u ma nammettux il-verita' kif inhi.", "Il- konklużjoni ta' din il-mozzjoni hija pożittiva ħafna u fl-aħjar interess nazzjonali.", "Jidher ċar li l-ħsieb warajha m'huwiex li wieħed jagħmel ballun politiku mill-issue tal-qagħda ekonomika u soċjali f'pajjiżna imma li effettivament nindirizzaw il-problema, nidentifikawha u ninkoraġġixxu lill- gvern, li għandu l-mandat popolari u li għandu responsabbilta' lejn il- Maltin u l-Għawdxin kollha, biex jagħti pjan ta' direzzjoni dwar fejn irid iwassal lil pajjiżna, pjan ta' direzzjoni li jkun jixraq lil min qiegħed jinvesti, jiġifieri kemm lill-imprenditur lokali u kif ukoll lil dak barrani biex wieħed ikun jista' jikkalkola l-qliegħ li se jagħmel fuq l- investiment li jkun irid jagħmel.", "Din il-mozzjoni hija xprunata mill-fatt li għandna nikkommettu ruħna biex nipproteġu l-ħarsien soċjali li pajjiżna gawda minnu matul l-aħħar 50 sena, minn wara l-gwerra 'l hawn, il-ħarsien soċjali li nbena minn gvernijiet konsekuttivi, bit-tajjeb u bil-ħażin, u li dejjem kien imnebbaħ mill-għan li dak li qiegħed l-iktar 'l isfel fis-soċjeta' jiġi merfugħ 'il fuq u mgħejjun biex jimxi 'l quddiem.", "Dawn huma ż-żewġ għanijiet ta' din il- mozzjoni, li kif diġa' għidt, m'humiex imnebbħin minn xi preġudizzju politiku imma huma mnebbħin mir-responsabbilta' li l-oppożizzjoni tħoss li għandha lejn il-poplu.", "Anke jekk l-oppożizzjoni m'għandhiex il-mandat u allura ma tistax tieħu deċiżjonijiet eżekuttivi, għax demokratikament din ir-responsabbilta' qiegħda f'idejn il-gvern, ċertament li għandha d-dritt - liema dritt qiegħda teżerċitah bl-ikbar responsabbilta' - li tesiġi li l- gvern jirrikonoxxi din is-sitwazzjoni u jagħmel il-pjanijiet tiegħu.", "Illum m'aħniex qegħdin nitkellmu, bħalma forsi konna qegħdin nitkellmu sena ilu jew ftit iktar, dwar jekk Malta għandhiex tkun barra jew ġewwa l-Unjoni Ewropea.", "Illum dak il-fatt ġie deċiż b'mod definit u ġie rikonoxxut u aċċettat minn kulħadd.", "Dan il-fattur ikompli jesiġi biex aħna nfasslu t- targets u l-għanijiet tagħna.", "Waħda mill-affarijiet li rridu nagħmlu f'din ir-realta' ġdida li qegħdin fiha hi li nirrikonoxxu li Malta, bħall-25 pajjiż membri ta' l-Unjoni Ewropea, hija marbuta bl-iktar mod wiesa' ma' l-istrateġiji ta' Lisbona, li ġew adottati mill-pajjiżi Ewropej.", "Dawn huma strateġiji tajbin għax qegħdin jaraw li jinħolqu opportunitajiet tax-xogħol biex jiġi assigurat li sas-sena 2010, 70% tal-working poplulation tkun qiegħda taħdem f'impjieg fiss li jagħti sodisfazzjon lill-iżvilupp tal-personalita' umana, filwaqt li jaraw ukoll li jkun hemm inklużjoni soċjali.", "Dawn huma żewġ għanijiet wiesgħa li l-pajjiżi Ewropej kollha qegħdin jaqblu li jridu jersqu lejhom.", "Ovvjament, aħna, bħala parti minn din l-istruttura, irridu naħdmu wkoll f'dan l-ambitu.", "It-targets ta' Lisbona kienu ġew iffissati fl-1999 wara li l-Ewropa in ġenerali rat li l-iżvilupp ekonomiku fil-pajjiżi Ewropej kollha ma kienx qiegħed jikber bl-istess rata bħal tal-kontinent Amerikan.", "Ilkoll nafu li l-kontinent Amerikan għandu l-ikbar ekonomija fid-dinja u l-iktar munita dinamika.", "Għalhekk kien qiegħed isir dan il-paragun u bħala blokk ta' 25 pajjiż, huwa tajjeb li sar dak il-paragun għax meta wieħed jagħmel paragun ma' pajjiż ieħor, se jelimina dawk il-fatturi li m'għandux kontroll fuqhom għax ikunu fatturi li jaffettwaw lil kulħadd.", "Meta kien qiegħed isir il-paragun ma' l-Amerika - allavolja sar paragun ukoll mal-Ġappun, maċ-Ċina u mal-pajjiżi tal-Lvant Imbiegħed - il-fatturi tal-11 ta' Settembru, tas-SARS u dawk il-fatturi estranei li ħadd ma kellu kontroll fuqhom ġew eliminati biex ikun hemm a level playing field.", "Meta l- ekonomija mondjali qiegħda tiżviluppa imma l-ekonomija tagħna, li qiegħda fl-istess level playing field, qiegħda tiżviluppa inqas, allura rridu naraw x'qiegħed jiġri u għalhekk irridu nfassu t-targets tagħna fuq dan il- binarju.", "Mr Speaker, qiegħed ngħid dan biex kulħadd jifhem mill-ewwel li l-għan li qiegħda timmira għalih l-oppożizzjoni qiegħda tfasslu fil-kwadru tas- sitwazzjoni reali li jinsab fiha pajjiżna llum.", "Qegħdin nagħmlu dan għax issa li l-kwestjoni tas-sħubija fl-Unjoni Ewropea hija solvuta u ċertament għandu jkun hemm qbil unanimu li l-interess primarju u prattikament uniku, fiċ-ċirkostanzi li ninsabu fihom, huwa l-interess ta' pajjiżna.", "Meta wieħed iħares ftit lejn l-istrateġija ta' Lisbona u lejn fejn Malta trid tiffittja, jara li l-għan ewlieni hu li l-ekonomija Ewropea tkun a knowledge-based economy, jiġifieri ekonomija li tkun ibbażata fuq human resource imħarreġ u ppreparat tajjeb, fuq l-innovazzjoni u r-riċerka, fuq element ta' flessibilita' fis-swieq tax-xogħol u fuq kompetittivita' u liberalizzazzjoni sħiħa fil-qasam tal-kompetizzjoni.", "Dan huwa marbut mal- fatt li jridu jinħolqu opportunitajiet ta' xogħol li jwasslu biex il- parteċipazzjoni tal-labour force fid-dinja tax-xogħol titla' għal 70%.", "Bħalissa Malta għandha waħda mill-iktar participation rates baxxi ta' madwar 53% meta r-rati ta' pajjiżi oħra globalment huma ta' 60% u iktar.", "Allura skond il-miri ta' Lisbona - li kif diġa' għidt aħna marbutin magħhom - biex ikun hemm it-tisħiħ ekonomiku jeħtieġ l-użu effiċjenti tat- teknoloġija fl-oqsma kollha ekonomiċi - u allura dan jitlob tiġdid u taħriġ kontinwu dwar dak li jkun qiegħed jiżviluppa - tisħiħ fis-suq intern, tnaqqis fil-burokrazija, aktar effiċjenza, tisħiħ tas-swieq finanzjarji u l-ħolqien ta' dik li tissejjaħ European Enterprise, billi jkun hemm enfasi partikolari fuq l-SME's u fuq dawk li se jibdew negozji ġodda.", "Iktar ma jkun hemm nies li jibdew negozji ġodda, iktar ikun hemm iċ- ċans li jinħolqu opportunitajiet ġodda ta' xogħol.", "Ġeneralment minn kull mitt intrapriża ġdida li tinbeda, bejn 15% u 20% biss jirnexxu.", "Dan m'huwiex xi fenomenu limitat għall-pajjiżi Ewropej, imma jiġri anke fid- dinja Amerikana.", "Għalhekk hemm bżonn ta' iktar iffokar u tisħiħ ta' l- SME's.", "Barra minn hekk, dan kollu jrid jiġi nkwadrat fl-iżbilanċi li jeżistu bejn id-diversi reġjuni.", "Aħna qatt ma nistgħu nikkomparaw l-ekonomija tagħna ma' l-ekonomiji l-kbar bħal tal-Ġermanja, ta' Franza, ta' l-Italja jew ta' l-Ingilterra għax iċ-ċokon ta' pajjiżna, il-pożizzjoni ġeografika u l- livell ta' żvilupp ekonomiku u edukattiv tagħna huma kollha fatturi li jikkreaw l-iżbilanċ.", "Qiegħed ngħid dan għax din hija xi ħaġa li rridu nżommu quddiem għajnejna meta fi ħdan il-komunita' Ewropea nkunu rridu niddefendu l-interessi tagħna quddiem direttivi jew regoli li jkunu qegħdin jiġu esegwiti.", "Dan l-iżbilanċ, li huwa wkoll rikonoxxut mill-istrateġija ta' Lisbona, huwa fattur importanti għalina.", "Filwaqt li l-politika ta' Lisbona titkellem dwar dan l-iżvilupp ekonomiku b'mod ġenerali, tagħmel enfasi sħiħa fuq ir-rabta soċjali, mhux biss għal dak li għandu x'jaqsam mal-welfare imma għal dak li għandu x'jaqsam ma' dak l-aqwa riżors li ċertament għandu pajjiżna fiċ-ċirkostanzi, u ċioe' r-riżors uman.", "Hawnhekk jidħol il-ħolqien ta' skema ta' life-long learning –li persuna tibqa' dejjem titħarreġ fl-iskills tagħha – ta' taħriġ u strutturi neċessarji biex ikun hemm l-aħjar edukazzjoni ħalli mis-sistema edukattiva joħorġu żgħażagħ imħarrġa, biex ikun hemm school leavers mill-inqas u biex jiġi żviluppat kordinament ikbar bejn l-imprenditur u l-ħaddiem, jew ir- rappreżentanti tal-ħaddiema, ħalli jkun hemm armonija fis-suq tax-xogħol.", "Hemm bżonn ukoll tisħiħ tar-research and development b'tali mod li parti mill-ġid nazzjonali jkun allokat għall-iżvilupp ta' dan il-qasam pero' hawnhekk irridu nżommu quddiem għajnejna ċ-ċirkostanzi partikolari ta' pajjiżna.", "M'iniex qiegħed ngħid li m'għandniex nallokaw riżorsi għar- riċerka u nħeġġu r-riċerka, anzi dan għandu jkun parti mit-taħriġ u mit- tagħlim li rridu nagħtu liż-żgħażagħ tagħna, pero' ċertament li wieħed jifhem li dak li jistgħu jallokaw pajjiżi kbar bħall-Ingilterra, ma nistgħux nallokawh aħna.", "Allura mbagħad tidħol ir-rabta kollettiva tal- pajjiżi kollha biex ikun hemm l-iskambju ta' din it-teknoloġija, ta' dan l- iżvilupp u ta' din ir-riċerka.", "Din l-istrateġija titkellem dwar il-ħarsien soċjali, bħal, per eżempju, il- ħarsien tas-servizzi tas-saħħa bla ħlas, li llum huwa wieħed mill-pilastri aċċettati prattikament fil-pajjiżi kollha ta' l-Unjoni Ewropea, ovvjament fuq livelli differenti għaliex ta' min hu iktar avvanzat, ta' min hu inqas avvanzat u ta' min qiegħed fin-nofs.", "L-istrateġija tirriferi wkoll għas-sostenn ta' l-iskemi tal-pensjonijiet, is-sostenn tal-welfare soċjali b'mod in ġenerali u l-fatt li għandu jkun hemm iktar inklużjoni soċjali biex il-faqar soċjali ġġenerat minħabba qagħda ekonomika li qiegħda tiddetorja, jiġi indirizzat.", "L-aħħar rapporti jindikaw li f'pajjiżna l-faqar soċjali huwa ta' madwar 15%, li naħseb huwa għoli għal pajjiż li matul dawn l-aħħar 40 sena żviluppa ħafna fil-qasam soċjali.", "Qagħda ekonomika ħażina ġġib magħha problemi soċjali aggravati bħal meta l-missier ta' familja jitlef l-impjieg tiegħu, l-omm ma jkollhiex impjieg ieħor u l-iben jew il-bint ma jkunux jistgħu jsibu xogħol jew inkunu jaħdmu fuq bażi part-time.", "Dan kollu joħloq taħlit fis-soċjeta' li jaggrava s-sitwazzjoni tal-poverta' soċjali, li kultant tissejjaħ poverta' relattiva pero' li xorta qiegħda hemm.", "Dan huwa l-qafas li aħna għandna nieħdu bħala background meta niġu biex nagħmlu l-pjanijiet tagħna, anke dwar kif se niżviluppaw l-inċentivi għall- industrija, kemm lokali u kif ukoll esterna, għax il-Business Promotion Act illum saret a dead letter.", "Għalkemm din il-liġi ġiet approvata minn dan il- Parlament bi qbil, saret a dead letter għax ħafna mill-inċentivi jridu jinbidlu u iktar ma naqgħu lura biex nerġgħu nagħmlu dawk l-arranġamenti ħalli nkunu nistgħu nbigħu lil pajjiżna ma' pajjiżi oħrajn, iktar se niġu affettwati.", "Minbarra din l-istrateġija ġenerali ta' Lisbona, li prattikament torbot lill-pajjiżi Ewropew, li issa aħna nifformaw parti minnhom, ma nistgħux ninjoraw ir-realta' ta' dinja globalizzata ta' żviluppi li jiġru kontinwament fid-dinja ta' madwarna.", "Din hija l-ewwel perspettiva li fiha wieħed irid jaħdem.", "Irridu naraw ukoll - u dwar dan bilfors irid ikun hemm qbil - x'inhi s- sitwazzjoni reali ta' pajjiżna.", "Li noħorġu ngħidu li l-affarijiet qegħdin jieħdu xejriet pożittivi u li l-istatistika qiegħda tindika differentement, imbagħad l-operaturi li jaħdmu f'dak is-settur ikunu qegħdin jargumentaw u jitkellmu bil-maqlub m'hijiex xi ħaġa konduċenti biex wieħed ikun jista' jasal ħalli jara x'tip ta' pjan irid jattwa.", "Kieku għandna ekonomija li qiegħda tikber b'xi 5% jew 6% - kif kien espress f'xi budget ta' xi ftit snin ilu – kieku ċ-ċirkostanzi huma kompletament differenti, pero' meta għadna stat ekonomiku li mis-sena 2000 sal-lum, is-cycles tiegħu dejjem naqsu u huma agħar minn dawk ta' pajjiżi oħra kompetittivi, huwa inutli li noqogħdu ngħidu li l-affarijiet sejrin għall-aħjar, li l-Maltin għandhom ħafna mobile phones jew li ħafna nies għandhom is-servizz ta' l-internet.", "Dawn ix-xejriet huma iktar marbutin ma' tendenzi ta' moda li jiżviluppaw minn żmien għal żmien - għax is-soċjeta' tagħna hija waħda konsumista - pero' żgur li m'humiex l-indikaturi veri tat-tkabbir ekonomiku, ta' jekk hawnx ħolqien tax-xogħol, ta' jekk il-ħaddiem huwiex qiegħed jaqla' iktar flus u ta' jekk l-investitur huwiex qiegħed jagħmel iktar profitt u allura qiegħed iħares lejn il-pajjiż bħala l-aħjar post fejn wieħed jista' jinvesti.", "Kemm ilu fil-gvern il-partit Nazzjonalista ħoloq is-sitwazzjoni li għandna llum, speċjalment fil-qasam finanzjarju, li tħalli l-impatt tagħha fuq l- iżvilupp ekonomiku, għax ir-riżorsi tal-gvern qegħdin jiġu assorbiti biex jindirizzaw il-ħela ta' l-istess gvern, minħabba d-deċiżjonijiet li ħa.", "Illum l-ebda ħajt politiku ma jbiddel lil din ir-realta'.", "Dan m'aħniex qegħdin ngħiduh aħna biss.", "Kif jidher f'din il-mozzjoni, il-world economic forum, istituzzjoni internazzjonali li evalwat il-kompetittivita' ta' pajjiżna, innotat li mis-sena li għaddiet għal din is-sena, il-livell ta' kompetittivita', minflok tela' 'l fuq, niżel madwar 14-il post 'l isfel meta mqabbel ma' pajjiżi oħrajn.", "Pajjiżna huwa kkonsidrat bħala wieħed mill-inqas 15-il pajjiż attraenti minn madwar 105 pajjiżi, fejn wieħed għandu jinvesti.", "Hemm tliet fatturi prinċipali li jattribwixxu għal dan, l- ewwel fattur huwa li fl-aħħar snin l-investiment dirett produttiv naqas, it-tieni fattur huwa li l-gvern jonfoq b'ċertu irresponsabbilta' u t- tielet fattur huwa li l-investiment li jagħmel ma jkunx jindirizza il- prioritajiet, bħall-investiment ta' \"Dar Malta\", fejn minkejja li l-gvern għandu bżonn spazju ta' 2000 metru biex ikun jista' jopera, xtara d-doppju jew iktar mid-doppju, bi spiża doppja.", "Dan meta pajjiżi oħrajn ħafna ikbar minna, għaqqdu r-riżorsi tagħhom flimkien biex ikollhom ambaxxata waħda.", "Riċentement, f'Berlin, il-pajjiżi nordiċi ġabru ħames ambaxxati f'bini wieħed li jakkomoda lin-nies kollha li jkun hemm bżonn, liema bini ġie jiswa n-nofs ta' dik li ġiet tiswa \"Dar Malta\" sal-lum.", "Fir-rigward ta' l-investiment ta' Brindisi, fis-sena 2001 diġa' kien jidher li kien qiegħed iberraq, iżda l-gvern ma tax kas u baqa' għaddej jinvesti fih, bil-konsegwenza li riċentement tgħabbejna b'Lm4 miljuni minħabba djun li kienu committed ma' banek Taljani u minħabba l-fatt li l-gvern kellu jixtri x-shares tal-kumpannija falluta.", "Nista' nsemmi wkoll il-pastażata ta' Skanska, fejn il-ftehim li sar matul din il-ġimgħa jerġa' jikkonferma li mis-sena 2000 sas-sena 2004, minħabba n-nuqqasijiet tal-gvern Nazzjonalista, minkejja li kellu l-FMS u kellu cost auditors imqabbdin minnu, xorta ħalla l-ispiża tisplodi 'l fuq mingħajr l-ebda kontroll.", "Kif qal il-Prim Ministru stess, din l-ispiża telgħet minn Lm93 miljun għal Lm145 miljun,.", "Ċertament li dawn il-fatturi ma jagħtu l-ebda fiduċja.", "Min qiegħed iħares lejn dan il-pajjiż jgħid li aħna mġienen biex m'għandniex flus, mimlijin bid-dejn, għandna deficit li qiegħed dejjem jikber u nagħmlu x'nagħmlu ma nistgħux nsibu tarf tiegħu, it-taxxi qegħdin dejjem jiżdiedu u fl-istess waqt qegħdin nonfqu fuq il-kapriċċi.", "L-idea li nibnu l-opera house hija waħda minn dawk l-ideat brillanti li bihom naħsbu li nistgħu nkomplu nidħku bil-poplu.", "Jekk wieħed iħares lejn l-oqsma prinċipali ta' l-ekonomija, li huma l- manifattura, it-turiżmu, is-servizzi u n-negozju intern, insibu - u biex inkunu nafu fejn qegħdin irridu nqabblu lilna nfusna ma' pajjiżi oħrajn li huma kompetituri tagħna - li matul l-aħħar tliet snin, minkejja l-problemi tas-SARS u tal-11 ta' Settembru, f'kull pajjiż Ewropew, l-investiment żdied, fejn żdied b'ħafna u fejn żdied b'inqas.", "L-investiment f'pajjiżi membri ġodda, bħalna, żdied iżda f'Malta, l-investiment dirett bħala kontribut lejn l-ekonomija naqas, u dan minkejja l-fatt li l-gvern nefaq madwar Lm100 miljun fuq l-isptar Mater Dei għax kieku nneħħu dan naħseb li niġu kklassifikati wara l-Polonja.", "Dawn l-affarijiet m'humiex aċċettabbli.", "F'Settembru li għadda, il-Prim Ministru qal li l-investiment dirett barrani żdied b'Lm29 miljun.", "Allura dawn il-flus fejn marru?", "Jekk l-investiment żdied b'Lm29 miljun, wieħed jistenna li jara xi fabbrika ġdida li tgħid li għandna bżonn il-ħaddiema, jara xi lukanda, xi proġett, xi restawr tas-siti storiċi, li huma importanti għat-turiżmu, iżda sfortunatament ma rajna xejn minn dan.", "Mit-tieni quarterly review tal-Bank Ċentrali, f'paġna 38 joħroġ ċar li dawn id-Lm29 miljun kienu banking transfers, jiġifieri daħlu l-flus fil-banek minn barra u l-banek reġgħu bagħtuhom 'il barra.", "Dawn id-Lm29 miljun kienu sempliċiment electronic transactions tal-banek.", "Ir-rapport jgħid ċar u tond li dan l-investiment ġie billi daħlu l-flus fil-banek u reġgħu ħarġu 'l barra.", "Fil-fatt, meta l-flus jidħlu fil-banek u jerġgħu joħorġu, il- pożizzjoni tkun waħda negattiva.", "Jekk dan huwa l-approach ta' kif se nindirizzaw il-problemi, jiġifieri billi naqbdu figura f'iżolament, li m'għandha effett ta' xejn għax hija tranżazzjoni normali li jagħmlu l-banek u ndaħħluha bħala statistika u nipprovaw nippumpjawha bħala investiment, ċertament li għandna problemi kbar.", "Waħda mir-responsabbiltajiet tal-gvern hi li jammetti li l-problema qiegħda hemm u li definittivament trid tiġi indirizzata bis-serjeta'.", "Fir-rigward tal-qasam tax-xogħol, ħafna drabi nisimgħu kummenti li b'xi mod, ix-xogħol qiegħed jiżdied.", "Fl-istess waqt, kull labour force survey li joħroġ juri li ċ-ċifra ta' persuni jfittxu x-xogħol qiegħda madwar it- 13,000 u l-istatistika ta' persuni jirreġistraw għax-xogħol ma' l-ETC, li tinħareġ min-NSO, turi konsistentement li n-nuqqas ta' xogħol qiegħed jiżdied.", "Qiegħed ngħid \"konsistentement\" għax din l-istatistika turi tliet fatturi; li n-numru ta' żgħażagħ bla xogħol qiegħed jikber, kemm f'Malta u iktar u iktar f'Għawdex; li n-numru ta' persuni unemployed li għandhom iktar minn 45 sena qiegħed jiżdied u li n-numru ta' nies li ilhom ifittxu x- xogħol għal iktar minn sena qiegħed jiżdied ukoll.", "Għalhekk din il- problema qiegħda ssir problema ta' natura strutturali.", "Mr Speaker, barra minn hekk, hemm punt interessanti li jeħtieġ kjarifikazzjoni.", "Jumejn ilu rċevejna l-\"Malta in figures 2004\", li jagħti statistika għal kważi kull settur.", "Minn dan ir-rapport joħroġ b'mod ċar li l-problema tax-xogħol hija ħafna ikbar minn dik li tidher fl-istatistika ppubblikata.", "Per eżempju, f'paġna 19 insibu li fis-sena 2002 kien hemm 11,876 claim for short term benefits, for unemployment benefits and for special unemployment benefits, jiġifieri d-dipartiment irċieva 11,876 talba minn persuni li qegħdin ifittxu x-xogħol jew li huma bla xogħol.", "Stramba ħafna u allarmanti hija ċ-ċifra ta' 17,190 għas-sena 2003 – u qiegħed nirriferi għall-2003 għax il-figuri huma magħluqin u m'hemmx ċifri proviżorji – jiġifieri żieda ta' 5,300 talba għall-unemployment benefits fuq is-sena 2002.", "Dawn it-talbiet saru fl-istess żmien meta l-gvern kien kontinwament qiegħed jgħid li qiegħed jikkontrolla u jelimina l-abbużi.", "Jekk fl-2003 kien hemm iktar minn 17,000 talba għall-unemployment benefits, allura l-figuri li qegħdin jingħataw tan-nies qiegħda huma fittizji.", "X'imkien hemm xi ħaġa ma taqbilx għax jirriżultaw 4,000 claim iktar minn dawk ikkwotati fil-labour force survey.", "Jista' jkun li matul l-2003, il- gvern, konxjentement ħalla lil min jitlob għal dawn il-benefiċċji, peress li kienet waslet l-elezzjoni?!", "Xi ħaġa ġara għax il-fatt li bejn is-sena 2001 u 2002, it-talbiet baqgħu fuq l-istess livell u varjaw biss fi ftit mijiet, imbagħad fl-2003 żdiedu b'4,000, huwa inspjegabbli.", "Qabża bħal din, li dehret fl-aħħar ktejjeb ippubblikat min-NSO, hija allarmanti.", "It- talbiet għall-unemployment benefits lid-dipartiment tas-sigurta' soċjali, li kien taħt ir-responsabbilta' tal-Prim Ministru, dak iż-żmien Viċi Prim Ministru, huma l-ewwel fattur indikattiv.", "L-aħħar figuri tal-gvern dwar ir-revenue tal-fond konsolidat juru li d-dħul min-national insurance fl-ewwel disa' xhur tas-sena naqas b'madwar Lm2 miljun.", "Din hija indikazzjoni ċara li n-numru ta' nies bla xogħol qiegħed kontinwament jiżdied u jiġi entrenched fis-sistema ekonomika ta' pajjiżna, bil-konsegwenzi kollha li dan iġib miegħu.", "Il-persuni bla xogħol ifissru persuni li m'humiex qegħdin jikkontribwixxu lejn l-ekonomija tal-pajjiż u li qegħdin jagħmlu iktar demands fuq il-qafas soċjali.", "Nuqqas ieħor tal-gvern li rridu nagħtu kas meta nitkellmu dwar il-ħaddiema, li huma l-ikbar riżors li għandu pajjiżna, jikkonċerna l-edukazzjoni u l- iskills tal-ħaddiema.", "F'dan ir-rigward xbajna nisimgħu dwar kemm ir-riżors uman huwa l-iktar element importanti, dwar kemm irridu nsaħħuh u ntejbuh, pero' konsistentement qiegħed ikun hawn żgħażagħ li joħorġu mis-sistema edukattiva mingħajr l-iskills bażiċi u mingħajr \"O\" levels li huma l-basic requirements biex wieħed isib xogħol jew fil-qasam tal-manifattura jew fil- qasam tat-turiżmu.", "Illum l-\"O\" levels m'għadhomx xi ħaġa kbira għaliex l- avvanzi ekonomiċi u soċjali ġabu magħhom demands għal kwalifiki iktar għoljin.", "Mr Speaker, ilna żmien twil nisimgħu dwar l-importanza tar-riżors uman, pero', min-naħa l-oħra, f'paġna 12 ta' ''Malta in figures, 2004'', insibu li mill-25 pajjiż membru ta' l-Unjoni Ewropea, Malta għandha l-ogħla persentaġġ, kważi 50%, ta' early school leavers, jiġifieri żgħażagħ li jinqalgħu 'l barra mill-istream edukattiv mingħajr taħriġ, mingħajr preparazzjoni u allura bl-ebda mod m'huma se jsibu mpjieg li jissodisfahom jew jilqgħu għad-demands li jista' jkun hemm mill-industrija, mit-turiżmu u mill-oqsma l-oħra ta' l-istrutturi ekonomiċi.", "Fost il-pajjiżi membri, minbarra li għandna l-ogħla rata ta' early school leavers, għandha waħda mill-inqas rati ta' life-long learners, jiġifieri persuni li jibqgħu jitħarrġu u jibqgħu jinvolvu ruħhom fi training schemes.", "Meta nikkomparaw dawn il-figuri negattivi ma' dawk ta' pajjiżi oħrajn insibu li mill-pajjiżi membri, is-Slovenja għandha l-inqas rata ta' early school leavers u għandha waħda mill-iktar rati għoljin ta' żvilupp ekonomiku.", "L-Isvezja għandha l-ogħla persentaġġ ta' life-long learners, jiġifieri ħaddiema li jibqgħu jitgħallmu.", "Dan il-pajjiż għandu pagi u servizzi soċjali iktar għoljin minn ta' pajjiżna, filwaqt li għandu wkoll ekonomija li tiżviluppa u li hija wkoll dinamika.", "Pero' hemm rabta bejn l-iżvilupp edukattiv u l-iżvilupp ekonomiku.", "Il-paragun bejn pajjiżna u l-kumplament tal-pajjiżi membri m'għamilnihx aħna biss iżda għamlitu wkoll il-Kummissjoni Ewropea.", "Minn dan il-paragun irriżulta li fis-sena 2003, f'dak li huwa youth education attainment level, konna fil-25 post filwaqt li fil-business investment konna qabel ta' l- aħħar.", "Dawn huma l-fatti u għalhekk jeħtieġ li jkollna pjan dwar kif se tiżviluppa l-edukazzjoni, dwar l-għanijiet li rridu nilħqu, dwar id-demands li se jkollu bżonn pajjiżna fid-diversi oqsma ekonomiċi.", "L-ewwel li rridu nagħmlu hu li nidentifikaw x'manifattura rridu nimmiraw għaliha, li nlestu l-inċentivi biex inkunu nistgħu nikkompetu ma' ħaddieħor u nħajruh jiġi f'pajjiżna.", "L-ewwel li rridu nagħmlu hu li nibnu l-framework ta' kif se nagħmlu din id-drive, mhux niftħu ħafna ambaxxati kullimkien, imbagħad nagħlqu skoss minnhom għaliex dak ikun kollu ħela ta' flus.", "La għandna struttura dwar kif se nużaw l-ambaxxati bl-aħjar mod, la għandna pjan dwar kif se nġibu l-investiment lejn pajjiżna, la nafu xi bżonnijiet se jkollha l-industrija ta' pajjiżna fis-snin li ġejjin - għax din trid tkun marbuta ma' dak li rridu niżviluppaw - u lanqas nafu kif irridu niżviluppaw il- prodott turistiku u xi bżonnijiet ta' nies imħarrġa se jkollu dan is- settur.", "Dawn l-affarijiet m'hijiex qiegħda tgħidhom biss l-oppożizzjoni iżda jgħiduhom ukoll l-operaturi u l-istakeholders.", "Mr Speaker, sse nerġa' lura għall-qasam tal-manifattura u ninnota li bejn is-sena 2000 u s-sena 2003, il-bejgħ naqas b'Lm134 miljun.", "Għalhekk iktar kmieni fid-diskors tiegħi għidt li l-iżvilupp fl-edukazzjoni u t-taħriġ huwa marbut ħafna ma' l-iżvilupp ekonomiku għax il-figuri qegħdin jixhdu dan.", "F'dan l-istess perjodu, il-value added, jiġifieri dak il-valur li l- ħaddiema jikkontribwixxu lejn il-prodott u l-qligħ li effettivament jagħmlu, naqas b'Lm20 miljun jew b'5.5%.", "Konsistentement, il-profitt li jsir minn dan l-investiment naqas ukoll.", "Dawn huma fatturi indikattivi ċari ta' kif inhi t-trend.", "Ngħidu x'ngħidu dwar xejriet aħjar, dan huwa kollu kliem fil-vojt, kliem li ħadd ma jemmnu, la l-istakeholders li qegħdin f'dan is-settur u wisq inqas il-ħaddiema li tilfu l-impjieg tagħhom.", "Ta' min jgħid li f'perjodu ta' tliet snin kien hemm net loss ta' 3,000 impjieg fil-qasam tal-manifattura.", "Kien hemm uħud li għalqu kompletament għax ma setgħux jikkompetu u kien hemm oħrajn li għamlu proċess ta' ristrutturar u naqqsu numru ta' ħaddiema.", "Din il-figura m'hijiex ċajta iżda tirrifletti b'mod ċar li ma kienx hemm investiment dirett u produttiv biex jirrimpjazza dan it-telf ta' mpjiegi.", "Din hija t-trend ta' bħalissa.", "Tant hu hekk li l- aħħar figuri ppubblikati jumejn ilu juru li matul l-ewwel seba' xhur ta' din is-sena, l-esportazzjoni naqset.", "Mr Speaker, jien ma neħux gost insemmi dawn l-affarijiet imma nieħu gost kieku nkun nista' ngħid li l-qasam tal-manifattura tant qiegħed jikber, l- opportunitajiet ta' xogħol tant qegħdin jikbru li hemm moviment kbir ta' ħaddiema, li minnu nnifsu jista' joħloq problema, iżda b'mod pożittiv.", "Ikun ħafna aħjar kieku qiegħed nitkellem dwar dawn l-affarijiet, iżda lkoll nafu li dan ma jistax jiġi realizzat.", "Il-constituted bodies u l-unions kollha jaċċettaw dan il-fatt pero' huwa l-gvern Nazzjonalista biss li ma jridx jaċċettah.", "Bejn l-2000 u l-2003, l-investiment fil-manifattura naqas b'44%.", "Din hija indikazzjoni ċara li min qiegħed f'dan is-settur m'huwiex qiegħed iħares b'mod pożittiv lejn pajjiżna.", "Dan diġa' rajnih għax il-kumpanniji kbar li jesportaw diġa' qalu li l-kompetittivita' ta' dan il-pajjiż intilfet u bil- miżuri li qiegħed jieħu l-gvern, qiegħed iżid l-ispejjeż.", "Issa għandna tħabbira oħra, iż-żieda fil-prezz tad-dawl u l-ilma minħabba ż- żieda fil-prezz taż-żejt.", "Il-ġimgħa l-oħra fil-media Nazzjonalista smajna li l-prezz taż-żejt tela' għal $55-il barmil imma li sal-bieraħ niżel għal $49-il barmil ma smajna xejn.", "Smajna biss li l-prezz taż-żejt għola biex jiġu ġustifikati l-ineffiċjenzi tal-gvern.", "Il-gvern issa qiegħed jagħmel kampanja biex jiġbor madwar Lm26 miljun li hemm pendenti f'kontijiet tad- dawl u l-ilma.", "L-ewwel ma nagħtux kas ta' dawn l-affarijiet, imbagħad nagħmlu drive li trid tiġi esegwita immedjatament.", "Jien m'iniex qiegħed ngħid li l-kontijiet pendenti m'għandhomx jitħallsu imma ma nippretendix li għaliex istituzzjoni għandha s-saħħa, taqbad u tgħid li mill-1 ta' Diċembru se taqta' s-servizz tad-dawl ta' min ma ħallasx il-kontijiet !", "M'iniex qiegħed ngħid li l-korporazzjoni għandha tagħmel l-aġevolazzjonijiet, pero' nispera li f'ċerti każijiet, jingħataw il-konsiderazzjonijiet.", "M'iniex qiegħed ngħid li l-flus m'għandhomx jinġabru, pero' mhux l-ewwel nagħmlu ħafna storbju u kjass, imbagħad kollox jerġa' jiġi għal li kien.", "Dan in-nuqqas ġej mill-fatt li teżisti irresponsabbilta' kbira, ħadd ma jagħti kas u kulħadd iħalli kollox għaddej għax ħadd m'hu accountable.", "Dan narawh jiġri fl-oqsma kollha.", "Kemm ilna nitkellmu biex nikkontrollaw is- serq mill-konsum tad-dawl u l-ilma ?", "Ilna snin twal nitkellmu dwar dan f'kull dibattitu li jsir dwar l-Enemalta, iżda minkejja dan qatt ma sar xejn.", "Issa qegħdin nipprovaw nagħmlu xi ħaġa.", "Il-bini tal-power stations il-ġodda, li ilu għaddej sa mill-1992, għabbew lill-Enemalta b'dejn ta' iktar minn Lm200 miljun.", "Jien m'iniex qiegħed ngħid li dan l-investiment ma kellux isir, pero' llum qegħdin nirrealizzaw li l-investiment magħżul ma kienx l-aħjar wieħed, l-iktar wieħed effiċjenti u l-iktar wieħed environmental friendly.", "Għal dawn l-iżbalji se nħallsu issa, għax b'power stations inqas effiċjenti ovvjament se jiżdied il-konsum tal-fuel.", "Pero' ħadd m'hu accountable għal dawn l-iżbalji, bħalma ħadd m'hu accountable għall-iżbalji li saru fl-Air Malta u fl-Azur Air!", "Mr Speaker, ngħaddi issa biex nikkummenta dwar is-settur turistiku, fejn ma nistax ma nidħakx meta nisma' lill-ministru jgħid li fit-turiżmu hemm xejriet pożittivi għax kultant ikollna xahar fejn it-turiżmu jiżdied xi ftit.", "Jekk nieħdu an overall view insibu li bejn is-sena 2000 u s-sena 2003 – u qiegħed nuża dan il-perjodu ta' tliet snin għax l-istatistika u l- istimi huma magħluqin u definittivi, jiġifieri m'hemm xejn proviżorju - tlifna madwar 90,000 turist.", "Filwaqt li l-MHRA tgħid li għandna l- kapaċita' li nġibu f'Malta 500,000 turist ieħor, konsistentement qegħdin naraw li l-industrija tat-turiżmu qiegħda tmur lura.", "Huwa veru li inċidenti bħas-SARS huma fatturi li jinfluwenzaw lil din l- industrija, pero' biex naraw kemm dawn kellhom influwenza rridu nipparagunaw ma' pajjiżi ġirien.", "Fl-istess perjodu fejn aħna tlifna madwar 90,000 turist, it-turiżmu fl-Italja – li kienet iktar taħt theddida minħabba l-alleanza tagħha ma' l-Amerika - li kienet affettwata mill- istess kriżijiet internazzjonali li ħadd m'għandu kontroll fuqhom, kiber b'7%.", "Kompetitur qrib tagħna, minkejja l-kriżijiet kollha, żied il-qligħ u kabbar l-impjiegi fl-industrija, filwaqt li aħna tlifna t-turisti, naqqasna l-qligħ u tlifna l-impjiegi minn din l-industrija.", "Din it-trend ta' nuqqas ta' turisti, nuqqas ta' qligħ u telf ta' mpjiegi mill-industrija tat-turiżmu saret problema strutturali bħalma hu d-deficit nazzjonali.", "Dan huwa wieħed mill-pilastri ta' l-ekonomija ta' pajjiżna li qiegħed dejjem jiċkien u ta' kuljum qegħdin jagħlqu numru ta' lukandi biex jiġi mibdula f'appartamenti.", "M'iniex qiegħed ngħid li l-industrija tal- bini m'għandhiex tkun, pero' meta għandna rimpjazzjament ta' settur tant importanti, li joħloq bosta impjiegi permanenti, b'settur ieħor li huwa marbut ma' iktar attivita' ekonomika interna, ħadd ma jista' jbellagħhielna li t-turiżmu jidher li qiegħed jirpilja.", "Sfortunatament il-gvern huwa bla inizjattiva quddiem sitwazzjoni li ma tistax tibqa' tiġi injorata.", "Wieħed ma jistax ma jirrimarkax li l-investituri fil-qasam turistiku, li bejniethom għandhom riskju ta' investiment ta' iktar minn Lm500 miljun, jixirqilhom li jkollhom qligħ adegwat fuq dak l-investiment, filwaqt li jixirqilhom ukoll li jaraw lil din l-industrija tissaħħaħ ħalli jkunu jistgħu jħallsu l-commitments li għandhom mal-banek u jtejbu l-intrapriżi tagħhom, bħal-lukandi, eċċ.", "Minbarra din ir-realta' fil-qasam turistiku ma nistax ma nsemmix kif bil- miżuri li ħa l-gvern matul din is-sena, ġiet affettwata wkoll l- inflazzjoni.", "Fil-budget li għadda żidna l-VAT bi 3%, li skond wegħda fil- budget tas-sena li għaddiet, approvata mill-Kabinett Nazzjonalista, din iż- żieda kellha tmur f'fond tas-saħħa biex nassiguraw u ntejbu s-servizz tas- saħħa b'xejn.", "Effettivament, jumejn ilu kellna negazzjoni ta' dan l-għan għaliex il- gvern qal li mit-Lm12-il miljun li daħħal fl-ewwel tmien xhur ta' din is- sena minn fuq il-konsumatur Malti miż-żieda fil-VAT, is-servizz tas-saħħa m'hu se jgawdi xejn.", "Minbarra din iż-żieda ta' 3%, mill-1 ta' Mejju kien hemm impożizzjoni ta' 18% VAT fuq oġġetti li sa din id-data kienu eżentati minn din it-taxxa, fosthom items tal-mediċina bħal faxex, injections, eċċ., u impożizzjoni ta' 5% VAT fuq il-kotba, affarijiet edukattivi u affarijiet oħra ta' l-ikel.", "Dan kollu kkontribwixxa biex jippompja l-inflazzjoni 'l fuq.", "Minbarra dawn iż-żidiet fil-VAT ġiet introdotta wkoll il-famuża eco-tax, li daħlet bl-iktar mod imħawwad, xi ħaġa tipika fil-pjanijiet ta' dan il- gvern, fejn l-ewwel qalilna li kollox kien ippjanat, ġiet iffissata d-data ta' l-1 ta' Awissu bħala l-bidu fis-seħħ ta' din it-taxxa, imbagħad reġa' mar lura minn din id-data biex niddiskutu u sal-lum, jekk wieħed jistaqsi lil min qiegħed jiġbor l-eco-tax dwar kif taħdem is-sistema, ħadd ma jaf jgħid bl-eżatt.", "Min jiġbor din it-taxxa mingħand il-konsumatur ħaseb li din se taħdem b'mod simili għar-return tal-VAT imma meta marru fid- dipartiment sabu formoli ġodda.", "Il-bieraħ stess kien hemm xi ħadd li qalli li dawn il-formoli tant jitolbu dettalji li negozjant żgħir irid bilfors jingaġġa accountant biex ikun jista' jimlihom.", "Dan ifisser li l- administrative costs u l-burokrazija qegħdin ikomplu jikkontribwixxu biex inaqqru l-kompetittivita' meta suppost konna mwiegħda li l-eco-tax se tkun miġbura bl-iktar mod ħafif u effiċjenti biex ma tkunx ta' piż fuq is-self- employed iż-żgħar.", "Fil-fatt kont qiegħed nistenna li l-ministru responsabbli mis-self-employed jagħtina xi risposta, pero' b'kumbinazzjoni ħareġ ftit!", "Mr Speaker, ma' dawn it-taxxi kollha se jkun hemm iż-żieda fil-prezzijiet tad-dawl u l-ilma għax l-Enemalta ilha fi kriżi għal dawn l-aħħar 14-il sena.", "F'dan ir-rigward huwa tajjeb li ngħidu li bid-difetti kollha taż- żminijiet ta' amministrazzjoni Laburista, jekk wieħed iħares lejn l-estimi jsib li sa l-1988, l-Enemalta kienet korporazzjoni li kienet tikkontribwixxi flus lill-gvern.", "Sal-lum, l-Enemalta baqgħet il-main supplier tal-petrol, jiġifieri l-qligħ li jsir minn fuq il-petrol u ż-żejt għall-konsum ġenerali baqgħet tibqa' tibbenefika minnu hi wkoll Għall- kuntrarju ta' dak iż-żmien, meta l-Enemalta kienet tħalli l-flus, illum din il-korporazzjoni hija kważi falluta, kif qal il-Ministru stess.", "Il-konsegwenza ta' dan kollu hi li l-inflazzjoni se tiżdied.", "Fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena diġa' kienet 2.7%.", "Minkejja li l-għaġin u l-inbid roħsu, u kellna festa kbira għax bħal dak li qallu, kulħadd se jgħix bl- għaġin u bl-inbid, jekk nieħdu l-indiċi b'mod individwali nsibu li l- inflazzjoni fuq l-ilma tal-flixkien u l-luminata żdiedet b'9%, l- inflazzjoni fuq it-trasport u l-komunikazzjoni żdiedet b'5.6% u l-ispejjeż tas-saħħa żdiedu b'4.5%.", "Dan ta' l-aħħar ċertament li se jolqot lill-iktar nies dgħajfa, li huma l-pensjonanti u l-anzjani.", "Ma naħsibx li wieħed jista' jpatti għal dawn iż-żidiet billi jixrob l-inbid u jiekol l-għaġin!", "Hija sitwazzjoni tad-daħk li l-gvern jgħid li se jikkontrolla l-inflazzjoni għax l-għaġin u l-inbid se jorħsu, meta fir-realta' spiċċajna b'rata ta' inflazzjoni iktar għolja mill-average Ewropew.", "L-inflazzjoni qiegħda tikkontribwixxi wkoll għall-qagħda ekonomika kif elenkata fil-preambolu ta' din il-mozzjoni.", "The cherry on the cake hija l- qagħda finanzjarja tal-gvern, fil-fatt kull sena nagħmlu target ta' kemm se jkun id-deficit, imma fir-realta' dan dejjem jisplodi iktar 'il fuq.", "Minkejja li ħames snin ilu, il-gvern kien wegħidna li se jibda jaħdem on accrual basis, jiġifieri nkunu nafu eżatt x'inhi l-pożizzjoni finanzjarja tiegħu, xorta baqa' jaħdem on cash basis.", "Allura biex jikkontrolla d- deficit, il-gvern jiddeċiedi li ma jħallasx, bħalma għamel fil-każ tal- mediċini, fejn għandu jħallas xi Lm9 miljuni, apparti l-kuntratturi u l- affarijiet l-oħrajn kollha li l-gvern għadu ma ħallasx biex jgħid li b'xi mod ikkontrolla d-deficit.", "Pero' l-fatt hu li d-deficit huwa ta' madwar 7% tal-GDP filwaqt li din is-sena, id-dejn nazzjonali se jkun laħaq il-74% tal-ġid nazzjonali.", "Dan huwa fatt li jagħrfu kulħadd.", "Allura dan ikompli jitlob li naraw u naċċettaw bis-serjeta' din l-istampa reali.", "Dan il-pajjiż ma jistax jimxi 'l quddiem jekk ma jirrikonoxxix din l- istampa reali u ekonomika u jiena nisfida lill-gvern jekk għandux il- kuraġġ li jinnega li dan mhux veru.", "Għalhekk qed insostnu li jeħtieġ li jkun hemm pjan kif se jimxi 'l quddiem dan il-pajjiż u m'għandniex noqogħdu nisimgħu ġennati li l-gvern għandu l-ħsieb li jdaħħal il-munita euro sentejn oħra, imbagħad wara tisma' lil xi ħadd jgħidlek din se tidħol erba' snin oħra u issa qed jingħad li se tidħol fis-sena 2010, qisna qed nilagħbu t-tombla jew qed noborxu xi biljett tal-logħba ta' l-iscratchers u jkollna s-sena maġika.", "Dan ma jagħmilx sens u juri li l-gvern m'għandux pjan fejn irid jasal.", "Irrid ngħid ukoll li sat-8 ta' Novembru suppost il-gvern kellu jinforma lill-Unjoni Ewropea dwar kif se jindirizza d-deficit tiegħu.", "Jidher li bagħat xi ħaġa pero' f'dan il-pajjiż ħadd ma jaf x'bagħat.", "Aħna qed ninsistu li immedjatament l-ekonomija tingħata kick-start billi l-ewwelnett nibdew niffokaw fuq it-turiżmu billi ntejbu l-prodott tagħna bis-serjeta' speċjalment fejn jidħlu siti storiċi, infrastruttura u bajjiet.", "Per eżempju, l-isbaħ riżors naturali li għandu pajjiżna li huwa l-baħar, huwa kollu kontaminat!", "X'jiswew il-pools!", "M'iniex inmaqdar lil min jagħmel il- pools interni, imma aħna mdawrin bil-baħar u qed nispiċċaw b'baħar li ma nistgħux ngħumu fih!", "Dan qed jiġri għaliex ma investejniex biex nittrattaw id-drenaġġ u jekk iddur Malta tara l-influss tad-drenaġġ kullimkien.", "Jekk ma naqbdux il-prodott turistiku u ma nagħmlux target dates ta' meta tinbeda xi ħaġa u titlesta m'aħniex se nimxu.", "L-MTA trid tagħmel marketing mill-aktar aggressiv u mhux tifrex ħafna uffiċini mad-dinja kollha.", "Kien ikun iktar għaqli kieku dawk id-Lm9 miljun li ntnefqu f'uffiċini marru għall-marketing.", "Irridu nħeġġu wkoll lill-investitur privat u lill-public private partnership ħalli jikkontribwixxu għall-prodott turistiku għax hemm min hu lest li jgħin ħalli jsebbaħ u jtejjeb il-prodott.", "Il-gvern irid jagħmel analiżi ta' kemm qegħdin jiswew l-awtoritajiet li waqqaf.", "Sfortunatament għandna overlapping tal-kompetenzi f'ħafna awtoritajiet u dan qed joħloq burokrazija ġdida u żieda fl-ispejjeż.", "Hemm bżonn li dawn l-awtoritajiet jiġu streamlined għaliex wara kollox dawn suppost huma regolaturi u x- xogħol ta' regolatur huwa li jħaffef, li jgħin l-ekonomija u li jiddefendi l-interessi tal-konsumatur u mhux itawwal id-deċiżjonijiet u joħloq burokrazija kbira biex speċi juri s-saħħa tiegħu.", "Din il-mentalita' trid tinbidel għaliex lill-industrijalist u lill-investitur trid tgħinu biex jasal fejn irid jasal u mhux ikollna sitwazzjoni bħalma kellna fil-każ tal- karozzi elettriċi fejn risposta ta' ittra damet sentejn biex waslet mill- MDC u spiċċajna li dik l-istess kumpannija fetħet fabbrika fil-Ġermanja.", "Mr Speaker, jeħtieġ li immedjatament inkunu nafu pajjiżna x'għandu bżonn fil-qasam edukattiv.", "Dan jista' jsir billi jkun hemm diskussjoni sħiħa ma' l-operaturi kollha, ma' l-istakeholders kollha, ħalli nkunu nafu x'inhuma l- bżonnijiet futuri ta' pajjiżna u mbagħad nidderieġu liż-żgħażagħ tagħna biex jaslu għal dawk il-linji edukattivi neċessarji, ħalli meta huma jispiċċaw mill-iskola jsibu x-xogħol għax ikunu intiżi f'oqsma li jkun hemm bżonn il-ħaddiema għalihom.", "Ma jistax ikun li ċerti proġetti jispiċċaw white elephants, bħalma qed jiġri fil-każ tal-proġett tal-mollijiet t'Għawdex li l-ewwel kien se jiġi kbir tant u issa se jiċċekken u se jiġi jiswa aktar.", "Hija ħasra li kollox qed jitħalla jissaddad u jaqa' biċċiet meta l-uniku servizz li baqa' huwa dak tal-vapur.", "Aħna ma nistgħux naffordjaw lanqas għal ġurnata waħda li minħabba l-maltemp il-vapur ma jaħdimx għax dan jaffetwa ħażin ħafna il-gżira t'Għawdex li diġa' għandha l- problemi tagħha.", "Dawn il-proġetti jridu jitlestew f'target date.", "Il-proġett turistiku tal-White Rocks ġie mħassar mill-gvern u jiena ngħid li f'dan il-każ għamel sewwa għax dan kien spiċċa ċentru ta' spekulazzjoni.", "Imma ma nistgħux nimbarkaw fuq proġetti li suppost se jgħinu l-attivita' ekonomika ta' pajjiżna u ma nkunux nafu fejn se naslu u meta se jitwettqu.", "Illum qegħdin f'sitwazzjoni fejn il-gvern qed ibigħ dak li għandu biex idaħħal cash immedjat pero' dan qed jagħmlu mingħajr l-ebda skema, mingħajr l-ebda pjan u mingħajr ma ssir analiżi dwar kemm kien effettiv għall-ġid ekonomiku nazzjonali il-proċess ta' privatizzazzjoni sal-lum.", "U hawn nista' nsemmi l-każ tal-Mid-Med Bank li ġie mgħoddi lill-HSBC.", "M'iniex qed ngħid li l-HSBC m'għandhomx ikunu f'Malta u fil-fatt aħna konna tajna permess lill-Midland biex jiġu hawn, imma issa xorta bqajna b'bank wieħed.", "Huwa importanti li naraw x'kienu l-effetti tal- privatizzazzjoni tal-Maltapost u ta' l-airport.", "Inutli li ngħidu li l- gvern daħħal il-flus għax dawn kielhom fl-istess sena.", "Aħna qegħdin nitkellmu mhux biss biex nikkritikaw imma għax nemmnu li dak kollu li jsir – il-gvern jista' ma jaqbilx miegħu – irid isir bi pjan kordinat li jinvolvi lill-gvern fl-ispectrum tiegħu kollu u mhux f'settur wieħed jew ministeru wieħed.", "Dan huwa neċessarju ħalli l-operaturi jkunu jafu eżatt f'liema ambitu u f'liema parametri se jaħdmu u fejn iridu jaslu għax jekk ikollok il-pjan tkun tista' tevalwah minn żmien għal żmien.", "Barra minn hekk, jeħtieġ li nikkonfermaw lkoll flimkien li rridu nżommu u nsostnu l-welfare state li tant huwa essenzjali u li nbena minn gvernijiet konsekuttivi matul iż-żmenijiet.", "Dan aħna qegħdin nagħmluh billi qegħdin nipproponu din il-mozzjoni bl-aktar mod pożittiv u m'aħna nagħmluh għal ebda gwadann partiġġjan, imma qegħdin nagħmluh, kif aħna obbligati, fl- aħjar interess tal-familji Maltin u Għawdxin.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Louis Galea.", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi): Mr Speaker, smajt b'attenzjoni u rrid ngħid b'ċertu sens u anke bi pjaċir id- diskors ta' l-Onor.", "Charles Mangion.", "Meta tisma' dan id-diskors tgħid li hawn ħwejjeġ li l-kollega tiegħi qed jara u jinterpreta b'mod differenti milli jarahom u jinterpretahom il-gvern, jiġifieri m'aħniex qegħdin narawhom mill-istess lenti jew m'humiex l-istess fatti li naraw.", "Fil-fatt saret evalwazzjoni ta' l-iżvilupp tas-sitwazzjoni ekonomika b'mod differenti, imma mbagħad insib ukoll punti ta' konverġenza li l-gvern innifsu fi ħdanu jiddiskutihom, fosthom kwestjonijiet li għandhom x'jaqsmu mat-thrusts li rridu nagħmlu fl-ekonomija tagħna, fil-qasam ta' l- edukazzjoni, fil-qasam tat-turiżmu, fil-kontroll tad-deficit u dwar kif aħna se nħollu l-għoqod tal-burokrazija biex inġibu aktar sinerġija bejn l- awtoritajiet.", "Mr Speaker, parti minn dan id-diskors li smajna dalgħodu jsir ukoll fi ħdan il-gvern pero' l-gvern ma jibqax biss fil-livell ta' diskors imma jieħu wkoll azzjonijiet.", "Naturalment hemm differenza bejn li wieħed jitkellem u li wieħed irid jaġixxi.", "Fil-livell tad-diskors u tat-teorija l-affarijiet ikunu jidhru faċli imma fuq il-bank tal-prova wieħed jiltaqa' ma' ċerti realtajiet.", "Huwa faċli li l-oppożizzjoni titkellem fuq ir-realta', imma r- realta' trid taraha wkoll meta tipprova twettaqha fl-opra ta' kuljum li jwettaq il-gvern.", "Jiena ngħid li dan kien diskors interessanti f'ċertu sens, imma meta l- oppożizzjoni tipproponi mozzjoni li għaliha l-Parlament jiddedika tliet seduti, m'hijiex sempliċement mozzjoni għad-diskorsi u allura bilfors ikolli nistaqsi: X'inhu s-sens ta' din il-mozzjoni?", "Irrid infakkar li minn nhar it-Tlieta li għaddew, bl-estimi tal-korporazzjoni ta' xogħol u taħriġ, bdejna proċess ta' diskussjoni fuq estimi ta' korporazzjonijiet u l- budget nazzjonali fejn se neżaminaw għal kważi xahar u nofs sħaħ l-operat kollu tal-gvern u kif qed taħdem l-ekonomija fid-diversi setturi.", "Allura x'sens jagħmel li mbagħad tiġi l-oppożizzjoni u tfajjar din il-mozzjoni?", "F'dan il-kontest bilfors ikolli ngħid li din il-mozzjoni hija bla sens u l- oppożizzjoni hija bla sens li tressaqha.", "L-Onor.", "Mangion inkwadra l-bidu tad-diskors tiegħu billi qal li issa l- Unjoni Ewropea hija warajna.", "Imma rridu nfakkru lill-poplu tagħna f'dan il- proġett ta' l-Unjoni Ewropea li għalih ilna nissieltu snin sħaħ bil-partit Laburista kontra bl-iktar mod qawwi, bi tfixkil kbir għal dan il-proċess għaliex kieku għamilnieh b'consensus konna nakkwistaw iktar fi spazju ta' żmien inqas b'riżultati ħafna aħjar!", "Ta' min ifakkar li l-Unjoni Ewropea qiegħda warajna mhux b'kumbinazzjoni!", "Dan il-gvern, minkejja r-rebħa, minkejja l-kisba ta' dan il-proġett nazzjonali u ta' din il-viżjoni importanti li tat lil Malta sovrana drittijiet li qatt ma setgħet toħlom li jkollha - naturalment hemm il-piżijiet għax id-drittijiet iġibu magħhom id- dmirijiet ukoll - issa qed jgħid li dak huwa stadju li fetħilna l-bieb u issa x-xogħol tagħna huwa li nagħmlu suċċess kbir ta' Malta fl-Unjoni Ewropea.", "Aħna ilna ftit xhur membri ta' l-Unjoni Ewropea u rrid ngħid jien li għamel tajjeb l-Onor.", "Mangion li nkwadra l-mozzjoni billi beda b'apprezzament ta' l-aġenda tas-summit ta' Lisbona ta' l-Unjoni Ewropea u beda joħloq il- benchmarking ta' pajjiżna ma' dik l-aġenda.", "Dak hu li ġġib magħha l-Unjoni Ewropea għaliex issa għandna targets, proċessi, mekkaniżmi u evalwazzjoni ta' kif irridu naslu għal dawn l-istandards.", "L-Onor.", "Mangion qalilna li l-oppożizzjoni qiegħda tressaq din il-mozzjoni l- ewwelnett fid-dawl ta' din l-istrateġija ta' l-Unjoni Ewropea fis-summit ta' Lisbona u t-tieni nett fid-dawl ta' dak it-taqlib kbir li qed iseħħ fid- dinja minħabba l-globalizzazzjoni.", "Huwa beda billi qal li qed iressqu din il-mozzjoni fl-interess nazzjonali u jidhrilna li fuq l-interess nazzjonali għandna naqblu.", "Pero` walk your talk!", "Mhux ngħidu li għandna naqblu fuq dak li hu ta' interess nazzjonali u mbagħad nispiċċaw noħolqu ħajt bejnietna bid-difetti taż-żewġ naħat u m'aħniex kapaċi nsibu qbil almenu fuq punti ta' aġenda nazzjonali.", "Riċentement kien hemm artiklu interessanti tas-Sur J.G. Vassallo fil-Malta Independent li kien jismu \"consensus is not a dirty word\" u nissuġġerixxi lill-membri parlamentari jaqrawh.", "Dan huwa ġurnalista li dak li jkun mhux dejjem jaqbel ma' dak li jgħid jew ma' l-apprezzamenti li jagħmel, imma huwa bniedem intelliġenti u għandu spirtu liberu ta' ħsieb.", "Dan qal \"consensus is not a dirty word\" imma l-consensus ma jridx jiġi min-naħa tal-gvern biss iżda jrid jiġi wkoll min-naħa ta' l-oppożizzjoni u min-naħa tal-partijiet soċjali kollha kemm huma.", "Faċli niġu nitkellmu fil-Parlament fuq dawn l-affarijiet u jibqa' jsir l-appell!", "Il-Prim Ministru Lawrence Gonzi konsistentement jinsisti li l-problemi li għandu quddiemu l-pajjiż illum biex jagħmel shift fil-kwalita` u shift fil-paradigma biex jidħol fil-fażi li jmissu ta' żvilupp, ma jirrikjedux biss l-azzjoni tal-gvern waħdu.", "Bilfors irid il-forzi politiċi u l-partijiet soċjali miegħu, inkella ma naslux.", "La l-gvern, la l-oppożizzjoni u lanqas ħadd f'Malta m'għandu xi bakketta maġika għal dawn il-proċessi ta' żvilupp li jġibu magħhom problemi, diffikultajiet u żbalji.", "Meta l-gvern jagħmel apprezzament ibbażat fuq il-fatti ta' x'inhi s- sitwazzjoni ekonomika l-oppożizzjoni tgħidilna li aħna qed ngħixu l- illużjoni li f'Malta m'hawnx problemi jew li kollox sejjer tajjeb.", "Min qalilhom li għandna din l-illużjoni?", "Il-Prim Ministru Lawrence Gonzi tant elenka problemi li jrid jiffaċċja pajjiżna fil-qasam tas-saħħa, fl- edukazzjoni, fil-pensjonijiet, fil-portijiet, fil-qasam tad-deficit u f'oqsma oħrajn, li smajt min jgħid: Dan qed jenfasizza wisq il-lat tal- problemi li l-gvern qiegħed jattakka.", "Allura fejn hi din l-illużjoni?", "Aħna mkien m'għidna li qegħdin ngħixu f'ġenna ta' l-art.", "Min qed jgħidu dan ?", "Aħna qegħdin saqajna ma' l-art u nafu li hawn il-problemi, nafu li l- pajjiż għaddej minn żvilupp ekonomiku ta' ristrutturazzjoni f'suq Ewropew u f'suq globali li qiegħed iċaqlaq lil kulħadd, aħseb u ara lil din iċ- ċkejkna Malta, tikka ġo suq ta' miljuni u biljuni ta' nies!", "U dawn huma l- affarijiet li aħna qed nitkellmu fuqhom.", "L-oppożizzjoni ressqet din il-mozzjoni u ftehimna li nagħmlu tliet seduti fuqha.", "M'hemmx dubju li se jingħadu affarijiet interessanti minn kulħadd u nassigura lill-oppożizzjoni li l-gvern se jieħu nota tal-punti li tenfasizza u jipprova jislet minnhom il-ħwejjeġ li jistgħu jkunu wkoll ta' ġid.", "Imma x'inhuma l-premessi ta' din il-mozzjoni li għandna quddiemna?", "Jien se nitkellem fuq fatti wkoll.", "Faċli li toqgħod tgħid li l-qgħad qed jiżdied konsistentement, li d-deficit qed jiżdied, li qed togħla l-ħajja u li qed jiċkien il-gross domestic product!", "Huwa faċli li tikkritika b'din il- manjiera, pero` x'inhi l-evalwazzjoni li għamel il-gvern fuq dawn il- fatturi?", "Għadna kif għamilna jumejn nitkellmu fuq kwestjonijiet li għandhom x'jaqsmu mas-sitwazzjoni tax-xogħol u tal-qgħad.", "X'juru l-fatti, mhux minn xahar għall-ieħor, imma fuq firxa ta' snin?", "Il-fatti juru li l- livell tal-qgħad li għandna llum, meta tqabblu fuq firxa ta' snin, qiegħed f'livell ta' ċertu stabilita`.", "Per eżempju, il-figura ta' 7,382 ruħ jirreġistraw għax-xogħol taħt l-ewwel parti tar-reġistru f'Settembru hija inqas mill-figura fl-aħħar ta' kull sena ta' l-1998, l-1999 u l-2003.", "U jekk nieħdu l-perċentwali ta' 5.6% insibu li bqajna fuq l-istess livell għal ċertu numru ta' snin.", "Jekk inħarsu lejn il-labour force survey, l-istatistika ma turix dak li pinġa l- Onor. Charles Mangion.", "Fil-fatt konsistentement beda jsemmi l-figura ta' 13,000 ruħ qiegħda.", "Dan mhux veru għaliex il-labour force survey f'xahar wieħed biss wera l-figura ta' 13,000 fl-aħħar żmenijiet u fil-fatt dan l- istess survey juri li minn Ġunju tas-sena 2003 għal Ġunju tas-sena 2004 il- qgħad niżel minn 12,045 għal 11,529, li perċentwalment tfisser li minn 7.5% niżel għal 7.3%, mhux xi niżla 'l isfel daqskemm nixtiequha imma minn dan joħroġ ċar li mhux veru dak li qed isostnu ta' l-oppożizzjoni li l-qgħad qed jiżdied konsistentement.", "Ħalli nkun ċar biex ma jgħidux li qed ngħix f'illużjoni.", "Il-gvern jinsab preokkupat u ma jeħux gost li hawn 8,000 ruħ jirreġistraw għax-xogħol, anzi jrid jara li l-ekonomija tikber iktar u tassorbi iktar.", "Imma jekk in-numru ta' nies jaħdmu jipparaguna tajjeb ma' dawn l-aħħar snin u jekk ngħidu li għandna l-ogħla ċifra ta' self-employed li ġiet reġistrata għal ċertu numru ta' snin, dan m'huwiex sinjal tajjeb?", "Huwa veru li s-settur tal-manifattura, tal-produzzjoni diretta, qed inaqqas, b'settur iżid u l-ieħor inaqqas, imma s-settur tas-suq privat tas- servizzi jħaddem 53,312 persuna li hija l-ogħla ċifra ta' nies jaħdmu mill- 1997 u n-numru ta' self-employed huwa ta' 16,000.", "Is-settur pubbliku fl- aħħar snin naqqas 3,877 impjieg.", "Dawn m'humiex ċifri li juru li l-gvern m'huwiex konxju tas-sitwazzjoni.", "Il-gvern qiegħed jara x-xenarju diffiċli li semma l-Onor.", "Charles Mangion u bil-politika kostanti tiegħu, bir- riformi li qed jagħmel u bit-tibdil qiegħed iżomm sitwazzjoni fejn l- ekonomija, minkejja dawn id-diffikultajiet li semmejna, qiegħda tassorbi.", "Jiena ngħid li hemm ċerta kontradizzjoni fl-istatement li għamlet l- oppożizzjoni stess għaliex qed tgħid li l-qgħad qed jiżdied konsistentement u fl-istess ħin qed tgħid li qed jidħlu ż-żgħażagħ, qed jidħlu l-adulti u qed jidħlu dawk li jispiċċaw mix-xogħol fir-reġistru ta' dawk li qed ifittxu impjieg!", "Allura b'dan ir-raġunament mhux 8,000 suppost għandna jirreġistraw, imma xi 25,000 ruħ!", "Il-fatt hu li ż-żgħażagħ il-ġodda, dawk li jispiċċaw il-korsijiet tagħhom, dawk li jmorru mill-ewwel fuq is-suq tax- xogħol, l-adulti u l-ħaddiema li għaddejjin mill-proċess ta' ristrutturazzjoni mhux kollha qed imorru jirreġistraw għax-xogħol.", "Dan juri li minkejja d-diffikultajiet, minkejja l-proċess ta' ristrutturazzjoni u aġġustament, minkejja ċ-ċirkostanzi ġodda ta' postna fl-Unjoni Ewropea u s-suq internazzjonali, minkejja x-shedding tas-settur pubbliku u ta' setturi privati, l-ekonomija qiegħda tirreżisti.", "M'hijiex qiegħda tlebbet kif nixtiequha, imma żgur li qiegħda tirreżisti dan l-assalt li għandha minn dawn iċ-ċirkostanzi, qed jirnexxilha toħloq impjiegi u tassorbi l- ħaddiema l-ġodda u dawk li jitilfu x-xogħol minn naħa imma mbagħad isibuh naħa oħra.", "Il-ħaddiema tagħna mhux qed jintelqu u mhux qed jaqtgħu qalbhom li jsibu x-xogħol għax kieku r-rata ta' inattivita` hija ħafna ikbar minn dik li għandna llum.", "Allura meta għandna dan il-proċess ta' bidla, ta' ristrutturazzjoni għaddej u għandna dawn il-fatti li mhux qed ngħidhom jien – issa m'iniex qed insemmi mobile phones u internet - imma qed nikkwota ċ-ċifri tan-national statistics office u ta' l-ETC, joħroġ ċar li għandna ekonomija li qed tipprova tiġġieled mill-aħjar li tista' u qed issir iktar produttiva, xi ħaġa li tassew għandna bżonnha.", "Quddiem dawn is-sinjali ma nistgħux ngħidu li issa nistgħu nistrieħu, imma rridu nrabbu iktar fiduċja u iktar kuraġġ għax is-sitwazzjoni hija waħda ta' żvilupp li qed tħares 'il quddiem, li qed tisfrutta l-opportunitajiet u li se tgħaddi minn ċertu proċess.", "Għal dak li jirrigwarda l-investiment dirett, huwa veru li nixtiequ iktar investiment dirett minn barra, imma huwa fatt li fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena kellna Lm35.4 miljun f'investiment dirett.", "Huwa fatt li dan jaqbeż l-ammont ta' Lm6.1miljun investiment li sar f'sena sħiħa s-sena l- oħra u huwa fatt ukoll li dan huwa iktar mill-investiment kollu ta' Lm31 miljun li kien ġab il-gvern Laburista fl-1997 f'sena sħiħa.", "Nista' nibqa' nsemmi għaliex għandi l-figuri.", "Mr Speaker, il-prodott gross domestiku naqas pero` trid tispjega x'inhuma l- fatturi li kkontribwixxew biex il-ġid nazzjonali ma kompliex jikber.", "Hemm il-fattur tal-prezzijiet taż-żejt, hemm il-fattur li ċerti setturi ta' produzzjoni għaddejjin minn diffikultajiet u kellna wkoll nuqqas fin-numru ta' turisti li żaru pajjiżna s-sena l-oħra.", "Għalhekk il-gvern qed jaħdem ħafna biex jikkontrolla l-ispiża tiegħu.", "Issa niġi għall-inflazzjoni fejn jekk nieħdu l-aħħar snin insibu li l- inflazzjoni ċitata għal din is-sena ta' 2.57% hija r-raba' l-inqas rata f'dawn l-aħħar għaxar snin.", "Il- gvern qed jagħmel sforz kbir biex jikkontrolla d-deficit pero' fuq dan se jkollhom l-opportunita` li jitkellmu l-kollegi tiegħi għax jien ma baqagħlix ħin.", "Iżda issa jien qed nistenna li l-oppożizzjoni starts spelling things out u ma tistax tibqa' teħel fl-eżami ta' l-ispelling.", "Jekk intom qed tiltaqgħu mal-korpi kostitwiti rridu nafu kif qed tkellmuhom.", "Qed tkellmuhom bħala oppożizzjoni li texxejjer ma' kull sentiment u tikkommiżera ma' kull sentiment jew qed tkellmuhom bħala gvern alternattiv?", "X'inhuma s- soluzzjonijiet tagħkom?", "X'qed tgħidu fuq l-issues tas-saħħa, tal- pensjonijiet, ta' l-edukazzjoni u fuq is-sitwazzjoni tal-portijiet?", "Mhux tibqgħu titkellmu fl-arja u toħorġu dokumenti fejn tgħidu li tridu l-ġid għall-pajjiż.", "Dażgur li naqblu jekk tgħidu li tridu l-ġid għall-pajjiż!", "Jekk tridu li jkollna djalogu verament tajjeb you have to spell it out.", "Kif nafu, il-kontroversji politiċi ma jagħmlux ġid għax min jinvesti jħares lejn kollox, mhux lejn dak li jeżisti fil-pajjiż jew lejn dak li jagħmel il- gvern biss, imma jħares anke lejn dak li tgħid l-oppożizzjoni,.", "Aħna naraw li l-ekonomija hija wkoll kwestjoni ta' leadership.", "L-ekonomija m'hijiex tal-gvern biss imma hija tal-poplu kollu u hija ta' l-oppożizzjoni wkoll.", "L-oppożizzjoni għandha turi wkoll leadership fuq dawk l-issues fondamentali li rridu nidentifikaw bħala l-qofol ta' l-iżvilupp ta' l- ekonomija.", "L-oppożizzjoni ma tistax minn naħa waħda tgħid li għaliha l- interess nazzjonali jiġi l-ewwel, kif fetaħ d-diskors tiegħu l-viċi kap tal- partit Laburista u min-naħa l-oħra tgħid li xogħol l-oppożizzjoni huwa li tattakka!", "Tattakka kemm trid, pero` jekk trid tkun stakeholder kredibbli you have to spell out your proposals.", "Jekk aħna ilna fil-gvern, il-kap ta' l-oppożizzjoni ilu kap ta' l- oppożizzjoni snin twal ukoll.", "X'inhuma l-proposti?", "Nafu li l-proposti li ħema fis-sentejn li kienu fil-gvern ma tawx indikazzjoni ta' ħafna suċċess.", "Nikkonċedi li ma kellhomx iż-żmien kollu meħtieġ biex jaqbdu l-għeruq.", "Imma l-indikazzjonijiet minn kmieni bdew juru u issa li m'għandniex xi issue bħal ta' l-Unjoni Ewropea li fuqha kien hawn dak id-distakk kollu, iridu jiġu identifikati l-issues li fuqhom tiddependi l-ekonomija tal- pajjiż, u jekk l-oppożizzjoni trid, tista' tagħti kontribut.", "Pero' trid tagħti kontribut mhux bi stqarrijiet ġenerali li meta tagħsarhom ma ssibx sustanza fihom, imma bi proposti konkreti u b'ingaġġ fuq id-dettalji u bl- għajnuna ta' kif irridu naħdmu.", "Dan il-proċess m'huwiex faċli u jirrikjedi ħafna diskussjoni.", "Qatt ma kien hawn djalogu nazzjonali u mal-partijiet soċjali daqskemm hawn illum.", "Għad jonqosna biex naraw li jsir djalogu aħjar u li jagħti r-riżultati tiegħu.", "Fil-bidu tal-kariga tiegħu l-Prim Ministru Lawrence Gonzi kien għamilha ċara li l-prijoritajiet tiegħu kienu t-tkabbir ta' l-ekonomija, l-enfasi fuq it-turiżmu u l-ħidma ħalli ntejbu l-kompetittivita`.", "Huwa poġġa bħala miri ewlenin il-qagħda tal-finanzi tal-pajjiż, il-promozzjoni ta' l- investiment, it-titjib tax-xibka soċjali, l-investiment fl-edukazzjoni u t- tagħrif u t-tisħiħ ta' l-ambjent.", "Fuq dan qed jaħdem il-gvern kollu, flimkien ma' kull min irid jikkollabora.", "Jien nemmen li għaddejjin mid- diffikultajiet ta' l-iżvilupp, imma huwa żvilupp pożittiv, huwa żvilupp li qed iġib miegħu opportunitajiet biex lil pajjiżna nġedduh u nsaħħuh ħalli jkun jista' jiffaċċja u jaqta' l-frott ta' l-isfidi li aħna dħalna għalihom.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Edwin Vassallo.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO (Segretarju Parlamentari): Mr Speaker, meta naraw mozzjoni bħal din, aħna minn din in-naħa tal-Kamra nistaqsu: X'rilevanza għandha din il-mozzjoni ftit jiem qabel il-budget?", "X'motivazzjoni għandha l-oppożizzjoni biex tressaq mozzjoni bħal din?", "U immedjatament tiġini risposta.", "Forsi m'hijiex it-tweġiba t-tajba, imma jien nissuspetta li b'din il-mozzjoni dwar id-direzzjoni ekonomika, soċjali u politika ta' dan il-pajjiż l-oppożizzjoni trid iddaħħal l-inċertezza, trid tipprova tilgħab għall-gallarija u trid tipprova timmanipula ċerti fatti li ovvjament il- bażi tagħhom tkun realta` oħra.", "Kif qal l-Onor.", "Galea, il-gvern huwa konxju li mhux kollox miexi fuq ir- rubini.", "Żgur li m'aħniex ngħixu f'sitwazzjoni fejn hawn il-perfezzjoni.", "Pero` l-poplu Malti żgur li jaf li għandna gvern li qed jaħdem b'mod kollettiv.", "Imma x'inhi r-raġuni li n-naħa ta' l-oppożizzjoni ttanbar, anke permezz ta' mozzjoni bħal din, f'widnejn il-poplu Malti li dan il-gvern qed jgħix fl-illużjoni?", "Jien naħseb li hemm raġuni għaliex qed tagħmel dan qabel il-budget ta' Prim Ministru ġdid li qed jindika li bħala gvern, kollha flimkien b'saqajna ma' l-art, qegħdin nirrikonoxxu li għandna sitwazzjonijiet problematiċi.", "U dan ma ġarax għax ma ħdimniex, imma għaliex l-ekonomija u l-politika soċjali fl-Ewropa għaddejja minn ristrutturazzjoni kontinwa riżultat ta' diversi tendenzi li qed ibiddlu kontinwament kif issir il-politika u l-ekonomija f'dan il-pajjiż.", "Li kieku l-gvern qed jgħix f'illużjoni, li kieku l-gvern jemmen li kollox miexi fuq ir-rubini, kieku l-Prim Ministru, li għadu jilħaq, fost l- objettivi tal-ħidma tiegħu ma kienx isemmi li rridu nkabbru l-ekonomija.", "Kieku jemmen li għandna ekonomija b'saħħitha, il-Prim Ministru kien se joqgħod jgħid li rridu nkomplu nkabbruha?", "Kieku se joqgħod jgħid li rridu nagħtu attenzjoni partikolari lit-turiżmu?", "Kieku l-Prim Ministru se jgħid li għandna nfittxu nkomplu nibnu fuq ta' qabilna ħalli nkabbru l- kompetittivita` u nsaħħu l-qagħda tal-finanzi ta' dan il-pajjiż?", "Allura għalfejn lejliet il-budget l-oppożizzjoni qed tgħid li dan il-gvern qed jgħix f'illużjoni?", "Għandkom ir-raġunijiet tagħkom u l-opinjonijiet tagħkom.", "Min-naħa l-oħra tajjeb li tagħmlu mozzjonijiet bħal dawn għax jikxfu l- verita` u kif jgħid il-Malti, dak li jkun tagħrfu minn għemilu u mill-mod kif jitkellem.", "Qegħdin tagħmlu tajjeb li titkellmu ħalli mbagħad meta jasal il-mument il-poplu Malti jerġa' jwieżen f'idejn min l-aħjar li jafda ħajtu u l-ħiliet tiegħu.", "Mr Speaker, kuntrarjament għal dak li qed tgħid il-mozzjoni li għandna quddiemna, dan huwa gvern li qed jaħdem.", "Din il-mozzjoni qed tipprova tpinġi gvern li ma jimpurtahx, u fil-fatt l-iktar sentenza li laqtitni hija dik li tgħid: \"Li din is-sitwazzjoni qiegħda dejjem tagħfas fuq dawk is-setturi fis- soċjeta' li jifilħu l-inqas bil-konsegwenza li ħafna ħaddiema u pensjonanti qegħdin iħossuhom aktar emarġinati u minsija, waqt li t- theddida fuq il-qafas tal-ħarsien soċjali fil-pajjiż m'hijiex tiġi ffaċċjata;\".", "Ma nafux li mhux bilfors kulħadd jieħu l-istess slice tal-kejk li qed noħolqu?", "U ma nafux ukoll li jista' jkun hemm min jaqa' lura?", "Allura għalfejn qed nipprovaw ngħidu dan għall-gallarija filwaqt li qed noqogħdu nibku ma' min qed jibki u nieqfu hemm?", "Il-gvern ma joqgħodx jibki ma' min ikun qed jibki.", "Immaġinaw li kieku fil-casualty department it-tobba u n- nurses joqogħdu jibku ma' min ikun muġugħ!", "Ftit 'il bogħod minni hawn l- Onor. Michael Gonzi li huwa tabib.", "Immaġinaw lill-Onor.", "Michael Gonzi joqgħod jibki ma' kulmin jara jibki!", "Imma t-tobba ma jistgħux joqogħdu jibku mal-pazjenti tagħhom, anzi għandhom jagħtuhom anke aħbarijiet qarsa, bħal, meta per eżempju, jibagħtu lil xi pazjent tagħhom għal xi operazzjoni jew inkella jkollhom jgħidu lill-pazjent li jrid iweġġa' biex ifiq.", "L- oppożizzjoni għandha l-grazzja li m'għandha għalfejn tgħid lil ħadd li jrid iweġġa' biex ifiq u li tista' tagħmel huwa li tnewwaħ ma' min ikun qed jibki filwaqt li tgħid li se tagħmel politika tal-wens.", "Kif qal il- Ministru Galea, l-oppożizzjoni għandha l-grazzja li ma tiddeċidiex, pero' mbagħad min-naħa tiegħu l-gvern għandu r-responsabbilta' li jagħraf lil min ikun qed jibki, li jagħraf lil min ikun muġugħ u mbagħad, bħala tabib tajjeb, irid jiddeċiedi x'mediċina għandhom bżonn dawn il-persuni, allavolja xi kultant din il-mediċina taf tkun qarsa.", "L-oppożizzjoni għandha l-privileġġ kbir, li kif dak it-tabib jagħti xi pillola qarsa ż- żejjed, iddur fuq il-pazjent u tgħidlu: Qed tara x'tak it-tabib; pillola li hija qarsa ż-żejjed!", "Jew inkella meta l-pazjent jagħmel operazzjoni u jkun muġugħ, l-oppożizzjoni tgħidlu: Qed tara kemm inti muġugħ bl- operazzjoni li għamilt!", "Mr Speaker, l-oppożizzjoni qed tipprova tirbaħ billi toqgħod gallarija u ma tieħu l-ebda deċiżjoni.", "(Interruzzjonijiet) Jien naħseb li lanqas biss imorru għall-eżami ta' l-ispelling li ma jmorrux jieħdu xi żball!", "Ftit ilu, meta kont qed nara l-web page ta' l-oppożizzjoni, kont qed naqra dokument tal-kap ta' l-oppożizzjoni li kien jgħid –ma ġibtx dan id-dokument miegħi għax semmejtu bla ħsieb, imma din is-silta niftakarha għax laqtitni – illi \"din il-politika ma torbotx lill-oppożizzjoni Laburista\".", "Jien nistaqsi: X'jorbot lill-oppożizzjoni Laburista?", "L-oppożizzjoni tibża' tgħid fiex temmen!", "Mela biex tirbaħ il-voti tista' toqgħod tgħid fiex temmen?!", "Biex tirbaħ il-voti trid tilgħaq lil dak u lil ieħor!", "Hawnhekk se nirriferi għal dokument ieħor li l-oppożizzjoni qed tipprova tqanqal diskussjoni interna fuqu, u dan huwa ferm interessanti għax minnu joħroġ ċar li l-oppożizzjoni daqqa tgħid li jrid ikun hemm iktar kompetittivita' u daqqa tiftaħ idejha għal min jemmen fil-liberalizzazzjoni kummerċjali iktar mill-gvern Amerikan.", "F'waħda mill-paġni ta' dan id- dokument intom qed tgħidu li gvern Laburista se jżomm iżjed ir-riedni, se jindaħal iktar fl-affarijiet ta' l-istat u l-ekonomija se tkun tiddependi iktar minnu.", "Imma mhux diġa' rajna x'jiġri meta jkollna gvern li jkollu kollox f'idejh?", "Allura se treġġgħu l-arloġġ lura?", "Iddeċiedu f'liema dinja qegħdin tgħixu!", "Lilna tgħidulna li qegħdin fl-illużjoni, imma intom qegħdin fis-seba' illużjoni!", "Għidulna fiex temmnu!", "Illum għandna gvern li qed jaħdem.", "Qatt smajtu ministru ta' l-edukazzjoni jitkellem fuq ix- xogħol daqskemm qed jitkellem fuq ix-xogħol il-ministru preżenti?", "Aħna nemmnu li dik hija parti mir-ristrutturar li jrid jagħmel il-gvern.", "Jekk iċ-ċifra tas-self-employed żdiedet, dak ifisser li huwa l-gvern li ħaqqu prosit?", "Huwa r-ristrutturar ekonomiku li jitfa' xeħtiet u realtajiet differenti!", "Fix-xita toħroġ bil-ħwejjeġ tax-xitwa u fix-xemx toħroġ bil- ħwejjeġ tas-sajf.", "Għaliex huwa r-ristrutturar ta' l-ekonomija li jitfa' lil dawk il-persuni li jkunu qed ifittxu mpjieg skond fejn ikun hemm il-ħobża ta' kuljum.", "Bħalissa l-ekonomija qed tiftaħ iktar opportunitajiet għas-self-employed, pero' m'huwiex il-gvern, jien jew xi ħaddieħor li qed inżidu n-numru tas- self-employed.", "Mela aħna qegħdin nagħmlu t-tellieqa tal-ħmir?!", "Aħna l- membri tal-gvern qed naħdmu kollettivament, u l-Ministru Louis Galea huwa ministru tas-self-employed daqsi u l-Ministru Zammit Dimech huwa ministru tas-self-employed iktar minni!", "Mela aħna għandna xi kejk fejn kulħadd jagħżel slice u ma jħallix lil ħaddieħor imissu?!", "Meta tkellimt l-aħħar darba, jien għidt li se jintnefqu Lm6 miljun għat-toroq tal-Mosta u nista' ngħid li fil-Mosta, f'raħal twelidi, qatt ma ntnefqu Lm6 miljun għat-toroq.", "U dawn il-flus min se jgawdihom?", "Minkejja li forsi mhux se ssir it-triq tiegħi, ċertament l-istat ta' dawn it-toroq se jtejjeb il-kompetittivita' ta' dan il-pajjiż.", "Jekk il-Ministru Ċensu Galea qed jaħdem biex iġib riforma fil-portijiet, dan mhux qed ikisser proċeduri li saru fi żmienkom, inżammu minna għal ftit taż-żmien u llum qed inbiddluhom għax inħossu li hemm bżonn jinbidlu?", "Fuq dawn l-affarijiet ma tgħidu xejn!", "Jekk lilkom imissulkom xi wieħed mill-pets tagħkom, li forsi tista' tkun il-qattusa jew il-kelb favorit, toqomsu imma mbagħad meta tkun qed issir xi riforma ma tgħidu xejn!", "Għidulna xi ħaġa fuq ir-riformi u fejn tridu taslu!", "Għaliex, per eżempju, il-ħidma li qed jagħmel il-Ministru Ninu Zammit fil-pjazez ma ssemmuhiex?!", "Imbagħad jiġu jgħidulna li l-gvern qed jgħix fl-illużjoni!", "Jien naħseb li qed jgħix fl-illużjoni min ma jafx x'qed jagħmel il- Ministru Ninu Zammit!", "Darba sar plejtu sħiħ fuq l-għargħar, pero' llum kien hemm xi ħadd li faħħar ix-xogħol li għamel il-Ministru Ninu Zammit biex itaffi l-problemi ta' l-għargħar?!", "Issa ma neħodhiex bi kbira jekk tiġi l-Onor.", "Marie Louise Coleiro tgħidilna li m'hu qed isir xejn biex jiġu solvuti l-problemi ta' l-għargħar!", "Fil-fatt qed isir investiment biex jittaffew il-problemi kkawżati mill-għargħar u r-riżultati diġa' qed narawhom, imma l-mozzjoni ma tgħidilna xejn f'dan ir-rigward.", "Imbagħad jiġu jgħidu li dan il-gvern qed jgħix fl-illużjoni!", "U xi ngħidu għax-xogħol li qed jagħmel il-Ministru Pullicino?", "Issa hawnhekk irrid ngħid li xi kultant lanqas jien ma nifhem ix-xogħol li qed jagħmel il-ministru għall-ambjent minħabba li nkun qed nara l-affarijiet b'mentalita' oħra, imma ċertament kulħadd qed jara r-riżultati.", "Veru li l- eco-tax tista' tweġġa' imma fiha wkoll it-tajjeb tagħha.", "Imma n-naħa l- oħra tara kollox iswed!", "(Interruzzjonijiet) L-Onor.", "Mangion qed jilmenta li hawn ħafna mobile phones.", "Dan juri li aħna soċjeta' konsumista u la l- Maltin għandhom ħafna mobile phones, aħna ridna noħolqu infrastruttura għall-mobile phones.", "Fil-fatt kieku ma ħloqniex infrastruttura għall- mobile phones, kieku m'għandniex mobile phones u inutli li jkollok soċjeta' konsumista!", "Kieku ma nvestejniex f'airport ġdid, kieku llum m'għandniex l-airport li għandna u mhux billi għandna soċjeta' konsumista!", "U kieku ma investejniex f'power station ġdida, kieku llum żgur li m'għandniex ġenerazzjoni tajba tad-dawl.", "Imma intom ma ridtux li ninvestu f'power station ġdida, allavolja llum qed tgħidu li huwa tajjeb li sar dak l-investiment.", "Per eżempju, kieku m'aħniex fl-Unjoni Ewropea, kif ridtu intom, kieku llum m'għandniex ċertu direzzjoni li qed timbottana fuq quddiem nett u li qed twassalna biex nagħrfu iktar fejn nistgħu naqgħu lura.", "Intom ma ridtux tissieħbu fl-Unjoni Ewropea, imma mbagħad dawwartu l- fehma tagħkom.", "Mr Speaker, il-verita' hi li għandna oppożizzjoni tar-roundabouts u ma jistax ikollna oppożizzjoni bħal din jekk irridu nimxu 'l quddiem.", "Imbagħad xi ngħidu għall-ħidma li qed jagħmlu l-Ministru Austin Gatt, il- Ministru Tonio Borg u s-Segretarju Parlamentari Carmelo Mifsud Bonnici?", "Dawn mhux kollha qegħdin jaħdmu?", "Allura mhux il-gvern kollu qed jaħdem?", "Dan huwa gvern li miexi 'l quddiem u huwa konxju ta' kull ħaġa li m'hijiex sejra tajjeb.", "Jien nixtieq nistaqsi lin-naħa l-oħra: Intom xi tridu li jsir xi development plan?", "Il-gvern Laburista kien iħobb jagħmel pjani ta' żvilupp imma mbagħad kien jiksirhom huwa stess.", "Fi żmien gvernijiet Laburisti kienu jgħidu li l-industrija kienet sejra tajjeb.", "Pero' x'tip ta' industrija kellna?", "Konna nġibu t-televisions u l-fridges żarmati biex imbagħad narmawhom f'pajjiżna!", "(Interruzzjonijiet) Qed jgħidu li li kien hawn ix-xogħol.", "Insejtuha l-wage freeze fi żmien Dr Karmenu Mifsud Bonnici?!", "Ftit qabel l-elezzjoni erġajna smajna lill-viċi kap li kellkom dak iż-żmien iwiegħed il-wage freeze u għandkom dokument li fih ġie diskuss jekk meta terġgħu tkunu fil-gvern għandkomx tmorru lura għal- levies!", "Allura se treġġgħu l-arloġġ lura u tmorru għall-industrija ta' l- import licences?!", "Dawn l-affarijiet għidulu lill-poplu Malti u Għawdxi ħalli almenu jkun jaf fejn qiegħed!", "Imbagħad wara kollox min kien qed iħallashom il-levies u t-taxxi?", "Mr Speaker, nagħlaq dan id-diskors tiegħi billi ngħid li rridu noqogħdu attenti għax aħna mhux biss għandna bżonn pjan ta' żvilupp f'dan il-pajjiż imma għandna bżonn ukoll li nkunu konxji tal-problemi eżistenti u nagħrfu nindirizzawhom.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Gonzi.", "ONOR.", "MICHAEL GONZI: Mr Speaker, huwa dejjem tajjeb li f'ċerti mumenti waqt ir-ritmu tax-xogħol tal-gvern wieħed jieqaf ftit u janalizza s- sitwazzjoni ekonomika tal-pajjiż u, fil-fehma tiegħi, permezz ta' din il- mozzjoni qed nagħmlu proprju dan, għalkemm ovvjament fi ftit ġranet oħra rridu nerġgħu nindirizzaw dawn l-argumenti fil-budget.", "Huwa ferm stramb li f'dan il-pajjiż għandna żewġ naħat tal-Kamra li qed jaraw is-sitwazzjoni tal-pajjiż b'mod kompletament differenti.", "Aħna minn din in-naħa qed ngħidu li qegħdin stabbli u li ninsabu lesti biex nitilqu niġru filwaqt li n-naħa l-oħra qed tgħidilna \"doom and gloom\" u li kważi qegħdin fis-sitwazzjoni li kienet fiha l-Arġentina.", "Pero' f'pajjiżna m'hawnx social unrest, anzi miexi bil-kwiet.", "Huwa veru li kultant l- opinjonijiet ikunu wkoll konfliġġenti, imma dan qed isir dejjem biex pajjiżna jimxi iktar 'il quddiem.", "Ta' min jgħid ukoll li dawn l-argumenti u l-opinjonijiet qed jagħmlu lil pajjiżna demokratikament iktar b'saħħtu.", "Mr Speaker, irridu niftakru li mill-bidunett dan il-gvern ried isolvi l- problemi biex pajjiżna jibqa' kompetittiv ma' pajjiżi oħrajn.", "Kien wasal iż-żmien li riedu jittieħdu deċiżjonijiet ta' importanza kbira biex Malta tirbaħ il-kompetizzjoni mal-pajjiżi ġirien tagħna u dan ried isir kemm jekk konna ġewwa l-Ewropa kif ukoll kieku bqajna barra.", "Fil-fatt uħud minn dawn id-deċiżjonijiet diġa' ttieħdu, u oħrajn iridu jittieħdu jekk irridu li jkollna dik l-edge fuq pajjiżi oħra.", "Jekk ma naċċettawx dan il-punt, ikun kollu għalxejn li nkomplu nargumentaw.", "Imma jekk naċċettaw dan il- punt, allura nistgħu nargumentaw kif se naslu għall-għan aħħari li Malta tkun iktar kompetittiva u min għandu l-aħjar pjani biex dan iseħħ.", "Fil-bidu l-gvern ried li dawk l-entitajiet li kienu qed jaħdmu b'telf jew b'sussidju jdawru r-rotta għal waħda ta' gwadann.", "Dan seħħ billi saret ristrutturizzazzjoni ta' dawn l-entitajiet u saru iktar effiċjenti għaliex bdew jonfqu inqas fl-operat u permezz ta' tibdil fil-work practices bdew jaħdmu aħjar.", "Dan żgur li se jġib titjib fl-operat u fit-turnover, imma l- prezz ta' din ir-ristrutturizzazzjoni kien iċ-ċaqliq tal-ħaddiema, liema ħaddiema issa daħlu f'dawk il-postijiet tax-xogħol li forsi kieku ma saritx din ir-ristrutturizzazzjoni, kienu jeħduhom dawk li kienu unemployed għal ċertu żmien.", "Din ir-ristrutturizzazzjoni seħħet fit-tarzna, fil- Maltapost, fl-Air Malta u fil-PBS.", "Fl-opinjoni tiegħi, b'dan l-eżerċizzju pjuttost drastiku imma ekonomikament importanti, dawk il-flus li qabel kienu jiġu moħlija biex dawn l-entitajiet jibqgħu fuq saqajhom issa se jibdew jiġu channelled għal affarijiet iktar importanti.", "Jiena naqbel li d-deficit, li jnaqqar dawk il-flus li jkunu disponibbli biex il-gvern jagħmel l-investiment neċessarju, irid jiġi indirizzat ukoll u l-gvern qed jagħmel dan billi qed inaqqas mill-ispiża pubblika filwaqt li qed iżid l-effiċjenza fil-ġbir tat-taxxi.", "Nixtieq nikkwota minn paragrafu li qiegħed f'paġna 40 tal-quarterly review, liema paragrafu jgħid hekk:", "\"More recent information on the fiscal position shows that in the first five months of this year the deficit at Lm85.8 million was Lm18.8 million smaller than in the corresponding period of 2003 as revenue increases more rapidly than expenditure.\".", "Dan ifisser li għallinqas s'issa l-għan tal-gvern għall-perjodu tas-sena li qed jikkwota dan il-quarterly review qed jintlaħaq.", "Matul iż-żminijiet l-uffiċjali tal-bank ċentrali dejjem saħqu li l-poplu qed jonfoq iktar milli jiflaħ u t-taxxa tal-konsum hija waħda tali fejn iktar ma tikkonsma, iktar tħallas, u allura, fl-opinjoni tiegħi, din hija taxxa ġusta għax min jiflaħ l-iktar iħallas.", "Is-sitwazzjoni mondjali kellha wkoll xi effett fuq l-ekonomija tagħna, fosthom il-gwerra fl-Iraq, it-terroriżmu u l-qgħad f'ċerti pajjiżi Ewropej, li xi ftit jew wisq affettwaw anke s-settur turistiku ta' pajjiżna.", "Il- Libja issa fetħet il-bibien għad-dinja u għalkemm din hija xi ħaġa pożittiva għaliex issa għandna pajjiż ieħor li nistgħu ninvestu fih, pero' min-naħa l-oħra għandna kompetitur ieħor.", "Għalkemm aħna membri fl-Unjoni Ewropea xorta għad qed hemm ftit tal-biża' u għadna naħsbuha darbtejn qabel ma nagħmlu dak il-pass neċessarju biex naqbżu mill-fruntieri tagħna għal dawk tan-naħa ta' fuq ta' l-Ewropa, allavolja kif diġa' qal l-Onor.", "Vassallo qed ingawdu mill-fondi mill-Unjoni Ewropea u qed naraw il-frott tagħhom fl-istat tat-toroq tagħna.", "Pero' rridu niftakru li aħna ilna biss ftit xhur membri ta' l-Unjoni Ewropea u allura rridu nistennew sakemm naġġustaw ruħna mas-sitwazzjoni.", "Mr Speaker, meta naraw dan il-proċess kollu għaddej f'dan iż-żmien qasir –bħalissa qisna qegħdin niżviluppaw iċ-chess pieces tagħna qabel ma nidħlu fil-pjan ta' l-attakk – u meta naraw dan l-iżvilupp iseħħ bil-mod il-mod, wieħed jista' jargumenta li l-pajjiż bilfors irid jgħaddi minn xi kriżi qabel ma jkun jista' verament jirkupra.", "Imma fil-verita' x'qed jiġri?", "L- istatistika qed turina li l-qagħda tal-pajjiż sejra lura jew inkella l-fatt li għamilna dan kollu fi ftit taż-żmien juri livell stabbli jew saħansitra titjib?", "Illum il-qgħad jammonta għal 5.6%, jiġifieri qiegħed fl-istess livell li kien fl-1997, fl-1998, fl-1999 u qiegħed f'livell inqas minn dak li kien fl-2003.", "Dan juri li għalkemm il-pajjiż għaddej minn ristrutturizzazzjoni, xorta qed jiġu kkreati l-impjiegi neċessarji biex jassorbu lil dawk il-ħaddiema li jkunu ġew unemployed minħabba din l-istess ristrutturizzazzjoni.", "In-numru tas-self-employed ilaħħaq il-15,907 li huwa wieħed għoli meta mqabbel ma' dak tas-snin ta' qabel għax u fih innifsu dan huwa fattur importanti għax dawn is-self-employed jikkreaw jobs oħrajn.", "Il-livell tas- settur tas-servizzi huwa l-ogħla wieħed mill-1997 u jlaħħaq it-35,312, u l- istess nistgħu ngħidu għal-livell tas-settur tal-wholesale u tar-retail.", "Ix-shift ta' l-ekonomija fis-settur tas-servizzi jidher ċar u din hija prova ta' l-evoluzzjoni ta' l-ekonomija tagħna.", "Min-naħa l-oħra, is-settur pubbliku s'issa naqqas 3,877 impjieg.", "Fil-qasam ta' l-investiment sar ukoll titjib u fl-ewwel żewġ kwarti ta' din is-sena kien hemm foreign direct investment ta' Lm35.4 miljun kontra s-Lm6.1 miljun tas-sena l-oħra filwaqt li fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena l-investiment fil-manifattura laħaq it-Lm30.4 miljun, li tirrifletti żieda ta' 25% fuq is-sena li għaddiet.", "Dan juri wkoll titjib u allura ma tistax tgħid li f'pajjiżna għandna xi sitwazzjoni allarmanti!", "Fl-ewwel parti tas-sena l-gross domestic product growth naqas xi ftit, imma kif qal l-Onor.", "Galea, wieħed irid iħares lejn l-ekonomija globalment, jiġifieri hemm setturi li marru tajjeb filwaqt li hemm setturi li ma marrux tajjeb, bħas-settur tat- textiles.", "Fl-ewwel parti ta' din is-sena t-turiżmu kien batut, imma fis- sajf irkupra.", "Il-fatt li l-gvern qed jikkontrolla l-ispiża tiegħu biex inaqqas id-deficit jagħmel differenza fir-rendikont tal-GDP.", "Fil-fatt anke ż-żieda li kien hemm fil-prezz tad-diesel minħabba l-prezz taż-żejt tnaqqas il-GDP growth.", "Imma mbagħad fit-tieni kwart ta' din is-sena nsibu li kien hemm żieda ta' 2.3% fis-settur ta' l-agrikoltura u sajd, 1% żieda fis-settur tal- kostruzzjoni, 23.9% żieda fl-entitajiet finanzjarji u 7.6% żieda fl-exports and services.", "Allura kif nistgħu ngħidu li sejrin ħażin?!", "Illum ir-rata ta' l-inflazzjoni qiegħda 2.57%.", "Bniedem li m'huwiex intiż fl-ekonomija jgħid li ma jistax ikun illi l-inflazzjoni żammet daqshekk baxxa wara ż-żieda li kellna fil-fuel u ż-żieda ta' 3% VAT, imma dan juri li l-kompetizzjoni biss setgħet żammet l-inflazzjoni fil-livell li hi.", "Wieħed irid jikkonsidra li fl-1997 l-inflazzjoni kienet ta' 10%, fl-1998 kienet tammonta għal 2.95% u fl-2002 kienet tammonta għal 2.89%.", "Mr Speaker, irrid ngħid ukoll li mhux veru li s-servizzi soċjali tnaqqsu.", "L-ispiża fuq is-servizzi soċjali għadha hemm u ma nbidlitx, anzi llum hija iktar ġusta għax qed igawdu l-iktar dawk li verament għandhom bżonn.", "Issa nixtieq nagħti xi ftit indikaturi ekonomiċi li jagħtu indikazzjoni li pajjiżna miexi 'l quddiem u jwaqqgħu l-argument li pajjiżna sejjer lura.", "Per eżempju, il-flus depożitati fil-banek f'Settembru ta' l-2003 kienu jammontaw għal Lm2.7 billion filwaqt li f'Settembru ta' l-2004 kienu jammontaw għal Lm2.8 billion, jiġifieri żieda ta' Lm100 miljun.", "Fl-ewwel xhur ta' din is-sena dawk il-Maltin li siefru bil-cruiseliners żdiedu bi 21.7%.", "Ta' min jgħid ukoll li fl-ewwel disa' xhur ta' din is-sena 22.4% tal-Maltin siefru bl-ajru u sa Settembru ta' din is-sena kien hemm żieda ta' 1.9% fir-reġistrazzjoni ta' karozzi privati.", "Għal dawk li huma mobile telephone subscriptions kien hemm żieda ta' 7.6% u l-cable TV subscriptions żdiedu b'4.1%.", "F'Settembru n-numru ta' turisti li ġew Malta żdiedu b'6% u fl-ewwel disa' xhur tas-sena t-turisti żdiedu b'2.1%.", "Mr Speaker, meta wieħed jitkellem fuq l-ekonomija ma jistax juża retorika għax inkella mill-ewwel jinqabad f'gidba.", "Illum għandna l-istatistika u din ma jista' jmeriha ħadd.", "Jekk il-figuri qed juru andament pożittiv, wieħed għandu jirrikonoxxi dan il-fatt.", "Kulħadd jixtieq li pajjiżna jimxi iktar 'il quddiem, imma għandna nirrikonoxxu li dan il-gvern qabad il- problemi kollha, qiegħed isolvihom mingħajr skossi estremi u xorta waħda rnexxielu jirreġistra titjib.", "Aħseb u ara x'se jiġri meta l-affarijiet ikunu stabbilixxew ruħhom sew!", "Nikkonkludi billi ngħid li ħafna drabi lill-gvern nimmaġinawh xi entita' sopranaturali, bħallikieku qiegħed f'xi pjaneta oħra, imma fil-verita' l- gvern huwa aħna u l-poplu kollu.", "Irridu naċċettaw il-fatt li l-gvern huwa partner ta' kulħadd.", "Lill-partner tiegħek tagħtih dak li ħaqqu ħalli mbagħad huwa jkun jista' jagħtik dak li ħaqqek u ma tipprovax tisolħu, tisirqu jew tipprova timmaġina li ma jeżistix.", "Jekk tagħmel hekk, fl-aħħar dan se jinduna u tpattiha qares.", "Il-gvern irid jieħu ħsieb lili, lilek, lil ta' madwarna u lil dawk li ġejjin warajna, ħalli lkoll ngħixu kwalita' ta' ħajja tajba u flimkien inkunu kapaċi nassiguraw u niggarantixxu ħajja aħjar lil dawk li ġejjin warajna.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Mr Speaker, dalgħodu l-Onor.", "Galea sfida lill- oppożizzjoni to spell it out u qalilna biex ma nkomplux neqirdu u nnewħu.", "Fil-fatt jien hekk se nagħmel għax f'dan l-intervent tiegħi barra li se nitkellem esklussivament fuq il-kompetittivita`, se nagħfas ukoll fuq dak li qed jgħidu l-key players tas-soċjeta` Maltija.", "Jekk hemm issue importanti f'pajjiżna daqs id-deficit fiskali li nħoss li qed tiġi traskurata, din hija l-issue tal-kompetittivita` u dan minkejja li għandna ministru responsabbli għaliha, minkejja li għandna kumitat inter- ministerjali mmexxi mill-Prim Ministru, minkejja li għandna national competitiveness working committee fl-MCESD u minkejja li fis-settur privat hemm fondazzjoni li għamlet ħafna xogħol fejjiedi - qed nirreferi għall- foundation for national competitiveness li tikkollabora mal-World Economic Forum - biex tinġabar id-data meħtieġa dwar Malta għall-global competitiveness report.", "Bl-ebda mod ma rrid inkun partiġġan pero' nemmen li f'dan is-settur, mhux talli m'aħniex mexjin 'il quddiem talli saħansitra qed naqgħu lura.", "Dan qed ngħidu b'sens ta' responsabbilta' għax l-index imsemmi m'huwiex ibbażat biss fuq statistika uffiċjali tal-gvern iżda wkoll fuq input ta' madwar 100 corporate leaders u decision makers Maltin u Għawdxin li ġejjin minn ħafna intrapriżi, kemm lokali, u kif ukoll foreign-owned, kemm dawk export- oriented u kif ukoll mis-settur tal-lukandi u mis-settur tal-utilities.", "Għalkemm ir-rapport tal-World Economic Forum huwa wieħed inkwetanti, kienu ħafna dawk, inkluża l-oppożizzjoni, li ma kenux sorpriżi bih għax ħafna mill-osservazzjonijiet tiegħu ilna jsiru kemm f'din il-Kamra u kif ukoll barra minn din il-Kamra għal dawn l-aħħar snin.", "Dawn huma affarijiet li fuqhom l-istakeholders ilhom jiġbdu l-attenzjoni tal-gvern u jgħidu li mhux qed isir biżżejjed biex naqbdu l-barri minn qrunu fejn tidħol il- kompetittivita` ta' pajjiżna.", "Tajjeb li naraw flimkien x'kienu dawn l-ingredjenti li wasslu għal dan it- tnaqqir tal-kompetittivita` ta' Malta.", "Hawnhekk qed nuża l-kejl tal-World Economic Forum, jiġifieri m'huwiex xi studju tal-partit Laburista.", "L- ewwel ingredjent hu l-klima ta' riċessjoni fil-pajjiż; it-tieni huwa d- deficit strutturali tal-gvern, it-tielet ingredjent huwa t-tnaqqis fin- national savings rate, ir-raba' huwa l-infiq negliġibbli fuq riċerka u żvilupp, il-ħames huwa l-livell baxx ta' kollaborazzjoni bejn l-universita` u l-industrija f'dik li hija riċerka u s-sitt ingredjent huwa l-ħela fl- infiq pubbliku tal-gvern.", "Mr Speaker, fi stqarrija li ħriġt għall-istampa l-bieraħ aċċennajt għall- konfużjoni kbira li hemm min-naħa tal-gvern u każ tipiku hija l-istrateġija tal-gvern dwar l-ambaxxati.", "Meta konna deħlin fl-Unjoni Ewropea, ftaħna ambaxxati bl-addoċċ qisna qed niftħu l-ħwienet tal-McDonald's, anke f'pajjiżi li ma kenux lesti jirriċiprokaw.", "Ġimgħatejn ilu siefer il- President tar-Repubblika flimkien mal-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u qalu li kienu lesti jiftħu ambaxxata fil-Portugal fuq bażi ta' reċiproċita` u issa ġie l-Ministru Frendo li kkonferma r-rapporti ta' l-oppożizzjoni li l-gvern għandu f'moħħu pjan estensiv ta' razzjonalizzazzjoni għall- ambaxxati fil-Mediterran, fl-Ewropa u madwar id-dinja li jistgħu jwasslu saħansitra għall-għeluq ta' ħafna minn dawn l-ambaxxati.", "Dan hu eżempju tipiku tal-konfuzjoni fl-ippjanar tal-gvern Nazzjonalista.", "Għalkemm il-problema tal-kompetittivita` hija fl-aħħar mill-aħħar problema tagħna lkoll, huwa l-gvern li għandu jkun il-katalista f'dan kollu.", "Min jaħseb – kif kien hemm min ipprova jimplika – li aħna qed naqgħu lura fil- kompetittivita` għax m'għandniex economies of scale, għandu żball għax jekk wieħed jara l-index, isib li l-Finlandja, minkejja li hi ferm iżgħar mill- Istati Uniti, ġiet ikklassifikata bħala l-aktar pajjiż kompetittiv fid- dinja.", "Malta waqgħet lura f'dan l-indiċi għal żewġ raġunijiet.", "Filwaqt li aħna komplejna għan-niżla, pajjiżi oħra bħall-Ġappun, in-Norveġja u anke l- Ingilterra tejbu l-performance tagħhom f'dan il-qasam u konsegwenza ta' dan aħna nżilna 'l isfel fl-iskaluna.", "Meta nagħsru dan kollu, joħroġ ċar li għalkemm aħna l-politiċi nħobbu nitkellmu ħafna dwar il-ħolqien ta' knowledge-based economy f'pajjiżna, iċ-ċavetta tal-falliment tal-gvern huwa proprju n-nuqqas ta' impenn min-naħa tiegħu biex jagħti spinta effettiva lir-riċerka u lill-iżvilupp.", "Per eżempju, l-Irlanda rnexxilha timxi 'l quddiem għaliex dejjem tat spinta lir-riċerka u lill-iżvilupp, kemm permezz ta' kumpaniji indiġeni fil-pajjiż kif ukoll permezz ta' investiment dirett barrani li rnexxilha tiġbed matul is-snin lejn ix-xtut tagħha.", "Jiena wisq nibża' li l-falliment tal-gvern mhux ġej biss mill-policies tiegħu imma l-aktar falliment huwa li fejn tidħol il-kompetittivita`, lanqas għandu viżjoni ċara dwar fejn jixtieq jasal.", "Għalkemm napprezza li l- proposti tal-working group tal-MCESD m'għandhomx jittieħdu bħala vanġelu minn ebda amministrazzjoni, nemmen li jekk irridu dibattitu ħolistiku u b'saħħtu f'dan il-pajjiż, irridu niċċirkolaw il-proposti li ħarġu bihom f'Ġunju li għadda l-working group tal-kompetittivita` ta' l-MCESD għall- konsiderazzjoni tal-pubbliku Malti u Għawdxi.", "Jiena qrajthom dawn il- proposti u nħoss li għandi nisħaq dwar fejn inħossu li għandna nissodaw il- pożizzjoni tagħna.", "Dan se ngħidu fi spirtu kostruttiv u mhux biex inżeblaħ naħa jew oħra.", "Fost affarijiet oħra, dan il-working group jgħid li Malta l-aktar li taqta' figura ħażina huwa fejn tidħol l-innovazzjoni, ir-riċerka u l-iżvilupp u dan għaliex għandna livell baxx ta' spiża fuq research and development, għandna numru żgħir ta' patents li qed jiġu reġistrati f'Malta u għandna porzjon żgħir wisq tal-labour force tagħna li għandu skills xjentifiċi u teknoloġiċi, biex ma nsemmux l-iskills mismatching qawwi li jeżisti fil- pajjiż.", "Skond dan il-working group ta' l-MCESD - li wara kollox mhux kompost minn attivisti tal-partit Laburista imma mill-istakeholders ewlenin tal-pajjiż - dan qiegħed saħansitra jkisser il-ħolqa li żviluppaw pajjiżi oħrajn bejn l-iżvilupp ta' l-hekk imsejħa information society u l- abilita` li nkunu innovattivi minkejja ċerti passi pożittivi li l-gvern ħa fis-settur ta' l-information technolog -, għax aħna nitkellmu b'mod oġġettiv u mhux partiġġan.", "Filwaqt li f'dan ir-rigward, aħna nilħqu biss 65% tal-livell tal-15-il pajjiż li kien hemm fl-Unjoni Ewropea qabel Mejju ta' din is-sena, aħna s'issa lħaqna biss 80% ta' dawk li ssieħbu magħna din is-sena minkejja li l-maġġoranza tagħhom għadhom kif inqatgħu mill-ktajjen tal-komuniżmu.", "Jekk verament irridu nżommu mal-Lisbon agenda ta' l-Unjoni Ewropea, huwa importanti li nieħdu miżuri effettivi biex nilħqu dan l- għan iżjed u iżjed meta fid-dawl tal-Wim Kok Report li ġie diskuss fil- Kunsill Ewropew hemm proposta biex jibdew jiġu identifikati b'isimhom dawk il-pajjiżi li ma jilħqux ċerti targets.", "Dan qed ngħidu mhux biex inħammar wiċċ il-gvern imma waslitli informazzjoni li l-gvern Malti ma tantx jaqbel ma' din il-proposta, anzi jħoss li m'għandhiex tiġi aċċettata mill- Kummissjoni Ewropea nnifisha.", "Jiena nemmen li jekk irridu nirnexxu, hemm bżonn li l-kompetittivita`, ikun min ikun fil-gvern, tkun priorita` ewlenija tal-politika ekonomika tal-gvern tal-ġurnata.", "Jekk nagħmlu dan, ma nkunux sempliċement qed nagħmlu repositioning tan-negozji u ta' l- industriji tagħna, iżda nkunu qed ngħinu direttament biex insostnu u ntejbu l-livell tal-ħajja tagħna lkoll bħala ċittadini.", "Irridu nirrealizzaw li l- kompetittivita' m'hijiex biss għodda għat-tisħiħ ta' l-effiċjenza ekonomika iżda hija xi ħaġa li ttejjeb u ssaħħaħ il-fibra soċjali tagħna lkoll.", "Illum li ninsabu lejliet il-budget, nappella lill-gvern biex jagħti widen għal dak li qed jgħid dan il-working group ta' l-MCESD dwar il- kompetittivita` fejn qed jitolbu jirrevedi l-politika ta' tassazzjoni għas- settur turistiku, l-aktar fejn tidħol it-taxxa indiretta.", "Skond dan il- working group, billi t-turiżmu hu settur li hu very price sensitive, huwa stmat li tnaqqis ta' 1% fil-prezzijiet iżid l-attivita` bi 2.2%, xi ħaġa li għandna twassal għal żieda ta' 1.2% fl-income ġenerat f'dan is-settur.", "Fil- fatt ir-rapport ta' l-MCESD imur oltre minn hekk u jgħid li kieku kellha titnaqqas il-VAT fuq ir-ristoranti biex tiġi paragunabbli ma' dik ta' l- akkommodazzjoni, il-gvern veru jitlef Lm10 miljun fi dħul imma l-value added iġġenerat fl-industrija tat-turiżmu jikber b'madwar Lm12 miljun.", "Pero' jiena naħseb li apparti minn dawn ir-rakkommandazzjonijiet speċifiċi, jekk verament nemmnu fit-titjib tas-servizzi lill-pubbliku, huwa importanti li jkun hemm qabża fil-kwalita` tas-servizzi offruti mill- ministeri, mid-dipartimenti, mill-aġenziji u mill-entitajiet tal-gvern fis- settur pubbliku.", "Kif jgħid ir-rapport ta' l-MCESD, fl-Ingilterra biex isaħħu dan it-tip ta' servizz, isseparaw is-service delivery mill- kumplament ta' l-aspett tal-policy making taċ-ċivil u ssuġġettaw is-service delivery taċ-ċivil għal test li s-soltu jiffaċċjaw dawk li jibbenefikaw mill-kompetizzjoni tas-suq ħieles.", "Eżerċizzji dwar il-kompetittivita` ma jwasslu mkien jekk il-burokrazija ma tiġix indirizzata bis-serjeta` għaliex il-burokrazija mhux biss toħloq l-ineffiċjenza u opportunitajiet għall-korruzzjoni iżda biex tiġi megħluba b'mod effettiv, hemm bżonn li l- gvern u l-entitajiet tas-settur pubbliku jagħmlu eżerċizzju komprensiv u estensiv biex jiġu streamlined ċerti proċeduri u titneħħa ċertu burokrazija żejda, l-aktar fejn jidħlu attivitajiet kummerċjali.", "Mr Speaker, il-qrati Maltin għandhom isaħħu l-effiċjenza u t-trasparenza tagħhom, l-aktar fejn jidħlu deċiżjonijiet dwar business proceedings.", "Il- working group committee ta' l-MCESD qed jirrakkomanda li għandna nintroduċu sistema ta' benchmarks dwar il-costs, l-availability, il- kwalita` u l-effiċjenza fil-provvediment tas-servizzi infrastrutturali f'Malta paragunati ma' pajjiżi oħrajn ta' l-Unjoni Ewropea.", "Per eżempju, fejn jidħlu benchmarks dwar l-infrastruttura moderna, l-Irlanda għandha xejn anqas minn 46 indikatur ma' xiex tqabbel il-performance tagħha sena wara l-oħra.", "Dan kollu m'għandux isir b'mod iżolat iżda għandu jsir fi ħdan ta' qafas ta' pjan nazzjonali ta' żvilupp, xi ħaġa li dan il-gvern jitkellem ħafna fuqha iżda li dwarha ma sar xejn konkret.", "Għaliex qed ngħid hekk?", "Għaliex il-gvern Nazzjonalista filli kien kontra l-pjan ta' żvilupp u mbagħad wara li nduna li ħafna pajjiżi fl-Unjoni Ewropea għandhom pjan simili, fosthom l-Irlanda, iddeċieda li jagħmel pjan huwa wkoll, għalkemm sal-lum għadna ma nafux meta se jitwieled dan il-pjan u fuq liema medda ta' żmien se jkun mifrux.", "Dan ir-rapport ta' l-MCESD inqisu importanti ħafna għax jipproponi madwar 55 miżura li s-social partners jistgħu jikkonsidraw jekk verament iridu jagħtu spinta lill-kapaċitajiet produttivi tagħna u jiżviluppaw il-potenzjal tat-tkabbir ekonomika tagħna fit-tul.", "Dawn il-miżuri kollha għandhom iduru madwar il-politika tal-gvern tal-ġurnata, l-użu tar-riżorsi ta' pajjiżna, l-income distribution fil- gżejjer Maltin u Għawdxin u dak li jista' jsir b'mod konkret biex ikollna żvilupp sostenibbli.", "Għalkemm naf li se jkun hemm min jitkaża li jiena kkwotajt minn dokument intern ta' l-MCESD, inħoss li huwa fl-interess nazzjonali li jekk irridu nindirizzaw il-problema tal-kompetittivita` bis-serjeta`, għandha nagħmlu dan bla ħabi billi mill-kliem ngħaddu għall-fatti, iżjed u iżjed meta qed ngħixu fi klima ta' globalizzazzjoni u llum sirna nagħmlu parti integrali mis-suq ta' l-Unjoni Ewropea.", "Dawn il-kummenti qed ngħaddihom fl-isfond ta' dak li qed jiġri madwarna bħala pajjiż, primarjament minħabba li l-gap bejn l-Ewropa u l-Istati Uniti qiegħda tikber f'dan il-qasam filwaqt li l-Asja qed tagħmel passi ta' ġgant 'il quddiem.", "Nittama li l-gvern jieħu l-kummenti tiegħi fl-istess spiritu li għaddejthom sabiex inħarsu 'l quddiem flimkien flok inkomplu nħarsu lura u nitgerbu f'saqajn xulxin.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Jose` Herrera.", "ONOR.", "JOSE` HERRERA: Sur President, illum għamilt xi ħaġa li mhux soltu nagħmilha għaliex is-soltu filgħodu nkun impenjat fix-xogħol professjonali tiegħi pero` llum ġejt hawnhekk u qgħadt nisma' d-dibattitu għaddej.", "Fil-fatt ma tantx għandi ħin biex nitkellem u m'iniex xi wieħed li nħobb nipprepara d-diskors u naqrah pero` beħsiebni nirribatti ċertu kritika li saret fuq din il-mozzjoni.", "Għal dak li jirrigwarda statistika u kwestjonijiet dettaljati, ħadt pjaċir nisma lill-Onor.", "Charles Mangion li pinġa l-istampa kif inhi u sussegwentament ukoll lill-Onor.", "Leo Brincat li b'mod fin għamel kritika teknika fuq is-suġġett.", "Ħaġa li dejqitni ħafna f'dan id-dibattitu kienu l-kummenti ripetuti min- naħa tal-gvern li l-oppożizzjoni Laburista hija negattiva u li meta tipprezenta mozzjoni bħal din qed tipprova tapprofitta ruħha minn kollox u l-uniku skop li jista' jkun li għandha l-oppożizzjoni hija li tilgħab għall- gallarija u tipprova toħloq ħoss fejn m' għandux ikun hemm u tipprova toħloq paniku fejn ma jkunx hemm bżonnu Jiġifieri bażikament in-naħa l- oħra qed timplikaw li m'hemmx lok għal mozzjoni bħal din.", "Kuntrarjament għal dan kollu, meta wieħed janalizza daqsxejn il-performance ta' l- oppożizzjoni Laburista speċjalment f'dawn l-aħħar 15-il xahar, jinduna li l-kritika ta' l-oppożizzjoni u l-pożizzjonijiet li qed tieħu fuq ħafna issues ta' importanza nazzjonali hija kritika pożittiva u tirrifletti pożizzjoni matura.", "M'hu veru xejn li l-oppożizzjoni qed tipprova tfixkel jew li l-uniku skop tagħha hija li tipprova tilgħab għall-gallarija biex tirbaħ ċertu punti.", "Ir-realta` hi l-oppost.", "Forsi għall-ewwel darba, kemm ilhom jeżistu l-oppożizzjoni u l-gvern, qed ikollna oppożizzjoni li persistentement qed tipprova tikkopera mal-gvern biex intejbu lil dan il- pajjiż.", "X'inhu l-iskop ta' din il-mozzjoni?", "Il-Parlament tagħna għandu diversi funzjonijiet u għalkemm il-funzjoni ewlenija tiegħu huwa li jilleġisla pero` m'huwiex biss a legislative assembly imma huwa ħafna aktar minn hekk.", "Dan għandu r-responsabbilita` li jiskrutinizza l-infiq pubbliku u għandu d- dritt, permezz ta' l-instrument tal-mozzjoni, li jġib a konjizzjoni ta' dan il-Parlament, li huma d-debating forum prinċipali tal-pajjiż, ċerti issues ta' importanza nazzjonali.", "Għalhekk meta xi membru ta' din il-Kamra jressaq mozzjoni bħal din, ma jressaqhiex b'kapriċċ imma jressaqha għax verament ikun hemm xi ħaġa ta' interess nazzjonali.", "X'inhu jinkwieta lill-oppożizzjoni u għaliex il-Kap ta' l-Oppożizzjoni u l- viċi kap tal-partit Laburista deherilhom li għandhom iressqu din il- mozzjoni?", "Din m'hijiex xi mozzjoni twila għax hemm punt wieħed biss li minnu joħroġ kollox u cioe` t-tnaqqis fil-GDP.", "Il-fatt hu li l-GDP tagħna, flok m'hu qiegħed jikber kif għandu jkun, qed jonqos u dan hu inkwetanti għall-aħħar għall-oppożizzjoni.", "Għalhekk id-deputati ressqu din il- mozzjoni quddiem il-Parlament sabiex niddibattu din il-problema u nagħtuha l-exposure biex inġibu lill-gvern f'sensih.", "Hemm bżonn li l-gvern jiġi quddiem dan il-Parlament u jippreżenta pjan ta' kif se jqajjem l- ekonomija ta' dan il-pajjiż fuq saqajha għax din sejra lura, is-saħħa tal- lira Maltija sejra lura, l-unemployment qed jiżdied u l-qagħda finanzjarja tal-pajjiż m'hijiex aktar sostenibbli.", "Hemm bżonn li niddibattu dan il-pjan, nagħtu l-opinjoni tagħna fuqu u jkollna direzzjoni għax bħalissa m'għandniex direzzjoni u dawn l-affarijiet qed idejqu lill-oppożizzjoni.", "Aħna m'aħniex qed nilagħbu għall-gallarija imma qed nuru kemm aħna serji li qed niġu hawnhekk biex nikkontribwixxu wkoll għar-riġenerazzjoni ta' l-ekonomija ta' dan il-pajjiż.", "Tajna diversi eżempji matul dawn l-aħħar xhur kif l-oppożizzjoni qed tkun kostruttiva u fejn il-gvern mexa tajjeb jew kellu bżonn palata mill-oppożizzjoni fuq ċerti issues delikati li setgħu żbroffaw, minflok ma għamilniha tad- diffiċli u lgħabna għall-gallarija kif qed niġu kkritikati li qed nagħmlu llum, aħna kkoperajna mal-gvern u ħriġna stqarrijiet ta' solidarjeta` mal- gvern fuq ċerti issues.", "Per eżempju, meta dan l-aħħar il-gvern kellu jieħu ċerti pożizzjonijiet fejn jidħol is-settur tax-shipping – li huwa s-settur li l-iktar naħdem fih jien – u kellu jivvota fil-Kunsill tal-Ministri, aħna ma lgħabniex għall- gallarija fuq l-ekoloġija u l-ambjent għax aħna nafu li s-suq fis-settur merkantili huwa wieħed delikat ħafna u għandna kompetizzjoni sfrenata.", "Aħna nemmnu li dik hija niche market importanti għall-pajjiż u ħadna pożizzjoni bħal dik tal-gvern.", "L-istess għamilna fis-settur finanzjarju meta l-gvern qal minn qabel li se joġġezzjona għat-tax harmonization u qal ukoll li lest li jekk hemm bżonn juża l-veto tiegħu f'dan ir-rigward, aħna min-naħa tagħna flok ma qgħadna ngħidu li \"we warned you\", ħriġna stqarrijiet ukoll u għidna li naqblu mal-gvern għax jekk jiġri hekk, il- ħolma tal-financial hub f'Malta, tispiċċa.", "Aħna ma ġejniex hawn u ħloqna l- ostakli biex jisfaxxaw dawn in-niċeċ u jkun hawn aktar tensjoni ekonomika biex noqogħdu ngħidu kemm qed imexxi ħażin il-gvern imma qed nuru kemm aħna serji u qed nikkoperaw.", "L-istess ħaġa fuq il-kwestjoni ta' l-immigranti, il-Kap ta' l-Oppożizzjoni u l-Onor.", "Gavin Gulia wrew maturita` kbira.", "Dawn setgħu faċilment lagħbu għall-gallarija imma kienu prudenti anke fl- istqarrijiet li ħarġu u huma lesti jikkoperaw mal-gvern dwar kif se niffaċċjaw din il-problema.", "Il-proposta tal-konferenza nazzjonali fuq l- immigranti ġiet proposta ħafna drabi fejn ikun hemm il-parteċipazzjoni ta' kulħadd, inkluż il-partit Laburista biex b'mod solidali, naffrontaw din il- problema.", "Illum qed nagħmlu l-istess ħaġa.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni qed jgħid li għandna din il-problema u l-gvern għandu almenu jammettiha.", "Bir- rispett kollu, hija n-naħa tal-gvern li qed tilgħab għall-gallarija.", "In- nies m'humiex boloh daqskemm jaħsbu n-naħa tal-gvern, speċjalment illum meta huma ferm aktar emanċipati milli kienu xi darba u llum kapaċi jaħsbu ħafna aktar milli kienu jagħmlu xi darba.", "Inutli li n-naħa tal-gvern tiġi hawn tilgħab bil-figuri.", "Kieku tirrikonoxxu li l-qagħda ekonomika u fiskali tal-pajjiż m'hijiex tajba, tkunu qed turu sinjal ta maturita` u mhux tiġu hawn u tipprovaw tiġġustifikaw li kollox sejjer tajjeb.", "Kieku n-naħa tal- gvern ikkonċediet li verament għandna problemi serji, kien ikun aħjar.", "Wara kollox aħna m'aħniex qed ngħidu li l-pajjiż falla jew se mmutu bil- ġuħ.", "Allaħares hekk għax aħna pajjiż Ewropew u m'aħniex pajjiż tat-tielet dinja!", "Ma nistgħux inqisu li jkun hawn kriżi biss jekk ikollna n-nies imutu bil-ġuħ fit-toroq jew ikollna t-tallaba kif kellna fil-ħamsinijiet.", "Din il- kriżi li għandna f'pajjiżna hija kriżi relattiva skond il-livell tal- pajjiż.", "F'pajjiż bħal Malta, ċerti nuqqasijiet u tnaqqis f'ċertu livell u kwalita` ta' ħajja hija meqjusa bħala kriżi.", "Sfortunatament in-naħa tal-gvern m'hijiex tifhem dan għax għaliha jkun hawn kriżi biss kieku jkun hawn falliment totali.", "Dan m'hu veru xejn għax tnaqqis fil-kwalita` tal-ħajja hija kriżi ekonomika għal pajjiż li qed jaspira biex jimxi 'l quddiem.", "Hija ħaġa tajba li jkollok oppożizzjoni li tafferma dan il-punt u turi l-preokkupazzjoni tagħha fuq din il-kwestjoni.", "Kieku n-naħa tal-gvern ikkoperat magħna u forsi kienu jifhmu l-punti tagħna u jirrikonoxxu li hemm bżonn li jsir pjan għal dan il-pajjiż u u mhux jiġu hawn u jgħidulna li qed noħolmu, konna nimxu aħjar.", "Imma minn fuq qed jgħidu li aħna negattivi mentri fil-fatt huma negattivi.", "Aħna mhux qed ngħidu li l-pajjiż falla imma qed nelenkaw il-problemi li għandu dan il- pajjiż u l-inqas ħaġa li jistgħu jagħmlu n-naħa tal-gvern hu li jirrikonoxxuhom.", "Jiena u l-Onor.", "Charles Mangion qed niltaqgħu mal-korpi kostitwiti u l-ministru qalilna li xtaq ikun jaf x'qed ngħidulhom għax qed jaħseb li aħna qed insaħħnuhom kontra l-gvern pero` dan m'hu veru xejn.", "Anzi qed inkunu kordjali ħafna, qed nisimgħu u nifhmu l-kritika tagħhom, qed nitkellmu b'mod miftuħ magħhom u huma qed jagħmlu l-istess u fejn ma jaqblux, jgħidulna u aħna qed nipprovaw nispjegaw.", "Aħna qed niddiskutu ma' dawn in-nies, li wara kollox huma l-mutur ta' l-ekonomija ta' pajjiżna, sabiex inkunu nafu x'inhuma l-għeruq tal-problemi li qed jiffaċċjaw.", "Mozzjoni bħal din hija wkoll frott ta' dawn il-laqgħat li qed isiru.", "Dawn il-problemi mhux aħna qed noħolmuhom imma qed jirriżultaw mill-istatistika, pero` aktar minn hekk, jirriżultaw minn dak li jgħidulna n-nies involuti fl- ekonomija Maltija.", "Din kienet l-ewwel osservazzjoni ġenerali tiegħi fuq din il-mozzjoni.", "Aħna għandna tnaqqis fil-GDP, ir-rata tat-tkabbir ekonomiku tagħna hi baxxa ħafna – filwaqt li f'ħafna pajjiżi oħra din hi ferm aktar għolja – u l- investiment barrani huwa baxx ħafna u minkejja li dawn huma fatti, tiġi n- naħa tal-gvern u tgħidilna li mhux qed ngħidu l-affarijiet kif inhuma għax, per eżempju, it-turiżmu f'xahar partikolari żdied jew dik l-industrija partikolari żdiedet.", "Bir-rispett kollu, allaħares kull entita` kummerċjali tkun sejra ħażin għaliex kieku veru spiċċajna pajjiż tat-tielet dinja.", "Meta tanalizza stampa, ma tistax tanalizza l-istampa settorjalment billi tgħid li għandna ċerti setturi li sejrin tajjeb.", "Il-kritika tagħna tagħmel aktar sens għax aħna qed nikkritikaw b'mod komprensiv.", "Nikkonċedu li f'ċertu oqsma kien hemm xi avvanz pero` globalment morna ħażin.", "Għalkemm m'iniex il- kelliemi għan-naħa ta' l-oppożizzjoni fuq it-turiżmu, kelli okkażjoni nagħmel xi tletin domanda parlamentari fuq dan is-settur li jammonta għal terz mill-ekonomija Maltija u mir-risposti ħareġ li l-qligħ mit-turiżmu naqas sostanzjalment.", "F'Għawdex biss fl-aħħar seba' xhur il-qligħ mit-turiżmu naqas b'Lm700,000, kważi 22%.", "F'Malta l-porzjon huwa ftit inqas pero` huwa allarmanti wkoll.", "Iżda nonostante l-press releases tal-ministru tat-turiżmu li se jnaqqas l- ispiża, jirriżultali li kien hemm a mass migration ta' impjegati meta tbiddel il-ministru u miegħu ħa miegħu numru kbir ta' impjegati, lock, stock and barrel, fl-awtorita` biex jakkommodahom.", "Barra minn hekk, għalkemm tkellem kontra, daħħal kwantita` kbira ta' consultants on a part- time basis.", "Minn domandi parlamentari li għamilt jien, kxifna s-salarji u l-perks li għandhom u sirna nafu li n-nefqa ta' l-awtorita` konċernata żdiedet b'iktar minn 20% f'xi sena u nofs.", "Jiġifieri żidna l-ispejjeż ta' l-awtorita` u l-qligħ naqas.", "Allura hemm xi ħaġa x'imkien li m'hijiex iddoqq!", "Nikkonkludi billi ngħid li l-mozzjoni tagħna għandha tiġi abbraċċjata mill- gvern u għandu jkun responsabbli biżżejjed billi jneħħi s-suppervja tiegħu u jgħid li veru hemm bżonn li nibdew nippjanaw l-affarijiet iktar bis- serjeta` f'dan il-pajjiż.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, naħseb li din il-mozzjoni rridu neżaminawha anke fil-premessi tagħha, u kif qal l-Onor.", "Louis Galea, il- premessi li fuqhom hija bbażata u l-konklużjonijiet li qegħdin jingħataw mill-kelliema ta' l-oppożizzjoni m'humiex korretti.", "Jien smajt b'attenzjoni l-ftuħ ta' dan id-dibattitu mid-deputy leader tal- partit Laburista u mmarkajt premessa li ġiet miċħuda mill-Onor.", "Louis Galea u s'issa – veru li kien hemm ċerti spjegazzjonijiet min-naħa l-oħra li lili ma kkonvinċewnix – hemm asserzjoni li n-numru ta' nies bla xogħol żdied konsistentement matul din is-sena u llum qabeż it-8,000 ruħ.", "Il-kejl li dejjem ġie wżat biex wieħed jara kif sejra l-ekonomija meta wieħed iħares lejn il-figuri tal-qgħad huwa dak li nsibu fl-ewwel parti tar- reġistru, jiġifieri l-persuni li qed jirreġistraw għax-xogħol.", "Naf li hemm metodi ta' kejl oħrajn, fosthom ta' dawk li jixtiequ jaħdmu imma ma jirreġistrawx jew ta' nisa miżżewġa li forsi jixtiequ jaħdmu imma ma jirreġistrawx għax-xogħol.", "Pero` l-iktar kejl li dejjem nieħdu in konsiderazzjoni huwa tal-persuni li qegħdin jirreġistraw għax-xogħol.", "B'riferenza għall-ewwel parti tar-reġistru, f'Jannar ta' din is-sena kien hemm 8,061 persuna li qegħdin jirreġistraw għax-xogħol filwaqt li fl-aħħar ta' Settembru kien hemm 7,382, tnaqqis ta' 700 ruħ.", "Jien m'iniex kuntent b'din il-figura ta' 7,382 ruħ qiegħda u rridu nanalizzaw min huma dawn il- persuni li qed jirreġistraw għax-xogħol.", "Imma din iċ-ċifra hija inqas minn dik ta' Diċembru ta' l-2003, u kif qal il-Ministru Galea , hija inqas minn dik li kien hemm fit-tmiem tas-sena 1998.", "Jiġifieri meta naraw li ċ-ċifra tal-qgħad li tidher fl-ewwel parti baqgħet stabbli, anzi din is-sena niżlet, dan jindika li bl-affarijiet kollha li qed jiġru fid-dinja u fis- suq internazzjonali u bir-ristrutturizzazzjoni li qed nagħmlu f'pajjiżna, l- ischool leavers kif ukoll il-persuni li bdew jirreġistraw għax-xogħol minħabba l-early retirement schemes li kien hemm u anke dawk li saru redundant, is-suq tax-xogħol xorta qiegħed jassorbi dawn in-nies.", "Forsi wieħed jgħid li xorta waħda għad hemm in-nies li ilhom ħafna jirreġistraw.", "Dik hija problema tal-core unemployment.", "Pero` anke jekk nanalizzaw iċ- ċifra ta' dawn is-7,382, naraw li l-persentaġġ ta' dawk li ilhom ħafna jirreġistraw naqas ukoll fuq dawn l-aħħar xhur u snin.", "Jiġifieri anke hemm ġie reġistrat ċertu progress.", "Meta wieħed jara r-redundancies li kien hemm u l-placements ta' xogħol li nstabu u jqabbel s-sena 2003 u s-sena 2004 ma' l-1997 u l-1998 isib li fil- perjodu 1997 u l-1998 kien hemm 2,200 redundancy u 1,878 placement filwaqt li fis-sena 2003 u fis-sena 2004 kemm kien hemm 2,590 redundancy u 3,330 placement.", "Dan qed ngħidu biex nipprova kemm il-pajjiż qed jassorbi r- redundancies li hemm minkejja l-problemi li għad fadal.", "Ħaġa oħra li għadha ma ssemmietx f'dan id-dibattitu hija li minkejja dawn id-diffkultajiet kollha, il-gvern xorta waħda għadda liġijiet sabiex jipproteġi d-drittijiet soċjali tal-ħaddiema.", "Naħseb li dan huwa sinifikattiv meta tqis dawn id-diffikultajiet kollha anke ta' natura ekonomika, fejn it-tendenza tkun li wieħed ma jestendix id-drittijiet.", "Jien niftakar iż-żmenijiet ta' l-1981 u l-1982 meta fid-diffikultajiet ekonomiċi li kellna dak iż-żmien, li kienu ħafna ħafna ikbar minn dawk tal- lum il-qgħad – dejjem fuq l-ewwel parti tar-reġistru għax dak hu l-kejl li dejjem nieħdu in konsiderazzjoni – kien spara 'l fuq.", "Niftakar li bejn Diċembru ta' l-1980 u Diċembru ta' l-1981 kien hemm żieda fil-qgħad ta' kważi d-doppju u n-numru ta' dawk li jirreġistraw taħt l-ewwel parti kien tela' għal xi 10,000 ruħ.", "U r-reazzjoni kienet waħda goffa wkoll għaliex il-gvern kien għamel wage freeze u l-uniku mod kif wieħed seta' jiżdied fil-paga kien permezz ta' promozzjoni.", "Aħna m'għamilniex hekk, anzi riċentement, proprju madwar sena u nofs ilu, ftit qabel l-elezzjoni, għaddejna l-liġi l-ġdida dwar l-impjiegi u r- relazzjonijiet industrijali, liġi li damet tiġi dibattuta anke ma' l- imsieħba soċjali kollha qabel ma ġejna quddiem dan il-Parlament.", "Uħud minn dawn ir-riformi kienu riżultat ukoll tal-fatt li kellna nallineaw il- leġislazzjoni tagħna ma' dik ta' l-Unjoni Ewropea, pero` oħrajn ma kellhom x'jaqsmu xejn mad-dħul tagħna fl-Unjoni Ewropea.", "U l-fatt li wħud kellna ndaħħluhom bilfors għax konna se nidħlu fl-Unjoni Ewropea ma jnaqqas xejn mill-importanza tagħhom għaliex dawn xorta kienu fil-programm tal-gvern.", "Id-dħul tagħna fl-Unjoni Ewropea kienet ukoll għażla libera ta' din in- naħa tal-Kamra li llum ġiet konfermata mill-poplu kollu.", "Irrid insemmi li f'dik il-liġi ġew introdotti ċerti affarijiet li ma kenux jeżistu qabel, inkluż it-twaqqif tal-fond tal-garanzija, iż-żieda fil- protezzjoni tal-paga privileġġata tal-ħaddiema, jiġifieri dik il-paga li dwarha l-ħaddiem jirbaħ fuq kwalunkwe kreditur ieħor f'każ li l-fabbrika jew l-intrapriża tfalli, il-protezzjoni għal min jaħdem sigħat imnaqqsa, protezzjoni akbar għall-part-timers u protezzjoni akbar għal min jaħdem b'kuntratt fiss.", "Permezz ta' regolamenti konna daħħalna wkoll il-leave urġenti minħabba bżonnijiet familjari u l-leave għall-ġenituri.", "Daħħalna wkoll il-protezzjoni kontra l-vittimizzazzjoni u l-fastidju sesswali, il- protezzjoni akbar f'każijiet ta' tkeċċija, il-protezzjoni f'każ ta' sensji kollettivi, ħarsien f'każ ta' mergers ta' negozji biex ħadd ma juża l- merger sabiex ikeċċi lin-nies bla ġustifikazzjoni u l-protezzjoni f'każ ta' trasferiment ta' negozju ħalli ħadd ma juża t-twellija ta' negozju bl-iskop li jkeċċi lin-nies minn miegħu.", "Barra minn hekk, tajna wkoll iktar poteri lit-tribunal industrijali li jiddeċiedi kwestjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma' l-impjiegi tan-nies u lill-ħaddiem tajnieh id-dritt ta' l-appell minn deċiżjoni tat-tribunal industrijali fuq punt ta' liġi.", "Qabel kellna sitwazzjoni fejn ma kienx hemm dritt ta' appell meta t- tribunal industrijali jiddeċiedi kwestjoni dwar tkeċċija inġusta.", "L-uniku mod kif wieħed seta' jattakka dik id-deċiżjoni kien billi jagħmel kawża oħra quddiem il-qorti sabiex jattakka d-deċiżjoni li tkun ingħatat mit- tribunal industrijali, jekk il-ħaddiem iħoss li t-tkeċċija tiegħu kienet waħda inġusta.", "Illum fil-liġi jeżisti dritt ta' appell fuq punt ta' liġi biss.", "Ma tistax tappella fuq punt ta' fatt, imma għallinqas fuq punt ta' liġi hemm id-dritt ta' appell.", "Dawn jistgħu jidhru emendi żgħar imma huma emendi li f'ċirkostanzi partikolari jistgħu jagħmlu differenza kbira.", "Tajna wkoll funzjoni akbar u aktar effettiva lil-labour board.", "Konna tajna wkoll dritt ġdid lill-ħaddiema li jipprovdu servizzi essenzjali.", "Il-gvern flimkien ma' l-imsieħba soċjali kien ippropona u għadda liġi minn dan il- Parlament li fil-każ ta' ħaddiema li jaħdmu f'setturi essenzjali, il-gvern jindika liema huma l-karigi fis-servizzi essenzjali li ma jkunux jistgħu jagħmlu strike.", "Veru li b'dan il-mod il-gvern qiegħed jiggarantixxi li jagħti s-servizzi essenzjali a skapitu ta' limitazzjoni tad-dritt ta' l- istrike, pero` mbagħad ingħata d-dritt, li qabel lanqas biss kien jeżisti, li dawn il-persuni li qegħdin jipprovdu dan is-servizz essenzjali jtejbu l- kondizzjonijiet tagħhom billi jirriferu l-każ tagħhom lit-tribunal industrijali.", "Jiġifieri talli qiegħed tillimitalhom id-dritt ta' l- istrike xorta waħda ma tneħħilhomx id-dritt li jitolbu kondizzjonijiet aħjar.", "Dan juri li l-impenn soċjali tal-gvern, minkejja dak kollu li ġara, kemm f'Malta kif ukoll barra minn Malta, kien sod u baqa' għaddej.", "Ħalli ngħidu li għandna l-problemi, mingħajr ma nallarmaw lin-nies, imma li ngħidu li l-ħaddiema huma emarġinati la joħroġ mill-fatti murija minn din in-naħa tal-Kamra u lanqas mir-riformi soċjali li aħna daħħalna matul iż- żmien.", "Anzi jien ngħid li biċ-ċifri li semmejna hemm ukoll ottimiżmu kawt għal kif se nimxu 'l quddiem.", "Huwa veru li meta ekonomija tgħaddi minn ċertu tibdil u ċerta ristrutturizzazzjoni jista' jkun hemm min jilmenta – għax forsi mdorri f'ċerta kumdita` u f'ċerta ħela –meta noqorsuh ħalli nneħħu fejn hemm il- ħela, il-burokrazija żejda u ċerti prattiċi ħżiena li wħud jaħsbu li huma drittijiet.", "Imma l-gvern qiegħed jieħu ħsieb dawn il-problemi mingħajr ma jinsa d-dimensjoni soċjali.", "F'dawn l-aħħar ġranet kien hemm dibattitu sħiħ dwar jekk hux se jkun hemm żieda fit-tariffi tad-dawl u l-ilma minħabba ż-żieda fil-prezz taż-żejt.", "Il-gvern diġa` kkommetta ruħu li minkejja li ma jistax ikun li jogħla ż- żejt kif għola b'telf enormi għall-Korporazzjoni Enemalta – li ma tistax tassorbih kollu hi – xorta waħda b'dak li se jagħmel il-gvern m'għandhomx jintlaqtu ħażin il-persuni li ma jifilħux għal żidiet fil-piżijiet tagħhom.", "U l-gvern huwa kommess li jipproteġi dik is-safety net soċjali.", "Naħseb li wieħed ikun jgħix fil-fantasija jekk jippretendi li ż-żieda fil-prezz taż- żejt - li m'hija tort ta' l-ebda gvern Malti u ta' l-ebda partit politiku f'Malta, imma hija riżultat ta' dak li qed jiġri internazzjonalment, mhux biss bl-inkwiet politiku u bil-gwerer, imma anke biż-żieda fid-domanda li hemm minn kontinenti kbar li llum qed jiżviluppaw ħafna iktar industrijalment - għandha tassorbiha l-Enemalta biss jew inkella jimplika li dan l-assorbiment jista' jsir li kieku l-Enemalta taqta' l-ħela li għandha.", "Jien naħseb li l-Ministru Austin Gatt qiegħed jieħu deċiżjonijiet ebsin imma tajbin għar-rigward il-Korporazzjoni Enemalta.", "Jien illum stagħġibt meta l-Onor.", "Mangion skanta li issa qegħdin niġbru l-arretrati li għandna nieħdu.", "Il-verita` hija li l-kwestjoni ta' l-arretrati m'hijiex ta' din is- sena, imma ilha żmien twil għaddejja u ma jistax ikun li wieħed ikun indulġenti minħabba ż-żieda fil-prezz taż-żejt.", "Huwa ovvju li meta jkollok problemi ta' dan it-tip trid tieħu ċerti miżuri mentri forsi qabel konna naffordjaw li ma nagħfsux fuq il-ġbir ta' l-arretrati.", "Imma meta jkun hemm żieda fil-prezz taż-żejt li huwa kkalkolat li taqbeż it-Lm13 miljun fl- ispiża ta' l-Enemalta, wieħed għandu jieħu d-deċiżjonijiet neċessarji sabiex jiġbor l-arretrati.", "Pero` dan mhux qed isir bil-guffaġni jew bl-addoċċ.", "L-Onor.", "Mangion qagħad attent x'jgħid u qal: Jien m'iniex qed ngħid li l-arretrati m'għandhomx jinġabru.", "Imma allura x'qed tgħid?", "Jien informat li l-Korporazzjoni Enemalta tagħmel agreements mal-persuni li ma jkunux jistgħu jħallsu f'salt sabiex dawn iħallsu bin-nifs.", "Imma l-oppożizzjoni tipprova tilgħab il- logħba b'sieq waħda 'l hawn u sieq waħda 'l hemm għaliex trid li jkun hemm id-dixxiplina finanzjarja, imma meta mbagħad nieħdu dawn id-deċiżjonijiet ta' dixxiplina tibda tnewwaħ li qed nagħfsu lin-nies.", "Il-verita` hi li m'aħniex qed nagħfsu lin-nies, imma qed niġbru dak li huwa dovut lill-Korporazzjoni Enemalta.", "Dan ma jsirx b'mod salvaġġ.", "Imma int min int, għandek titli jew m'għandekx titli, kont min kont, jekk għandek kont tad-dawl u l-ilma trid tħallsu.", "Jekk ma tħallsux dawk in-nies li qed iħallsu l-kontijiet ta' l-ilma u l-Enemalta jispiċċaw qed jissussidja lil min bi traskuraġni jew għal xi raġuni jew oħra ma jħallasx il-kontijiet tad- dawl u l-ilma.", "Allura nispiċċaw li min ma jħallasx il-kontijiet tad-dawl u l-ilma l-flus jonfoqhom f'affarijiet oħrajn jew inkella – li huwa agħar – ma jqishomx bħala dejn tan-negozju tiegħu u jibda kważi kważi jgħid li n- negozju tiegħu qed jagħmel il-qligħ meta jkun qed jagħmel it-telf.", "Dak qed jagħti impressjoni ħażina ta' l-istat tan-negozju tiegħu u dawk li jkunu qegħdin iħallsu, ikunu qed jissussidjaw lil min ma jħallasx.", "It-tieni nett l-Enemalta, bl-interessi li tħallas fuq is-self li tieħu mill- banek, tkun qiegħda tissussidja mhux lil min ma jistax iħallas imma lil min jista' jħallas u ma jħallasx.", "M'huwiex aċċettabbli li xi ħadd jgħid li ma jista' jħallas xejn.", "Barra minn Malta huma ħafna iktar dixxiplinati fuq dawn l-affarijiet u addirittura trid tħallas biex ikollok id-dawl għaliex malli ma terġax tiċċarġja l-meter tiegħek jinqatagħlek id-dawl.", "Anzi aħna ma morniex f'dak l-estrem – għax jien rajt diversi agreements li tagħmel l- Enemalta ma' l-industrijalisti – imma naċċettaw li jħallsu ftit ftit.", "Imma xi ħaġa trid tħallas, ma tistax tinjora l-fatt li l-Enemalta għandha tiġbor mas-Lm17 miljun dejn minn fuq il-kontijiet tad-dawl u ta' l-ilma tagħha.", "U dan qed nagħmluh għax irridu nġibu iktar dixxiplina finanzjarja.", "Mr Speaker, il-gvern din is-sena se jkun naqqas id-deficit tiegħu għal inqas minn 6% u l-pjan hu li dan id-deficit jonqos għal Lm94 miljun.", "Dan qed nagħmluh biex ikun hemm id-dixxiplina finanzjarja u anke għax b'dan il- mod biss tista' tissaħħaħ l-ekonomija.", "Kontroll akbar tad-deficit ġie rifless ukoll fil-GDP tagħna.", "Jekk nikkontrollaw id-deficit aktar, inkunu qegħdin nassiguraw illi l-ekonomija tagħna tkun resilient, tkun kapaċi wkoll tiġġenera aktar impjiegi u dan irridu nagħmluh mhux biss billi nnaqqsu l-ispejjeż tagħna, imma wkoll billi niġbru dak li għandu jinġabar.", "Nagħlaq billi ngħid li bl-enforcement li sar is-sena li għaddiet inġabret is-somma ta' iktar minn Lm10.9 miljun mill-VAT, minn overpayments tas- servizzi soċjali, mit-tax compliance unit, mill-bolla tas-sigurta' soċjali u mill-FSS tax li kienu dovuti lill-gvern.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mario Galea.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Mr Speaker, kien hawn qbil bejn il-gvern u l- oppożizzjoni li s-seduta ta' dalgħodu titwal bi kwarta, jiġifieri jsir l- aħħar intervent ta' kwarta għan-naħa tal-gvern u mbagħad jittieħed l- Aġġornament wara.", "MR SPEAKER: La hawn qbil li l-ħin jitwal bi 15-il minuta, nista' nagħti l-kelma lill-Ministru Zammit sal-12.15 p.m. u mbagħad ngħaddu għall- Aġġornament.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura): Mr Speaker, nirringrazzja lilek u lill-Kamra kollha talli tatni dawn il-15-il minuta.", "Quddiemna għandna mozzjoni mill-oppożizzjoni li meta wieħed jaqraha, jinnota li hija mimlija kliem sabiħ li jdoqq għal widnejn ta' dak li jkun.", "Pero' meta wieħed jifliha sewwa jsib li din il-mozzjoni hija mibnija fuq ir-ramel għax ma tagħtix b'mod konkret il-proposti u l-miżuri alternattivi illi l-oppożizzjoni - kieku hija oppożizzjoni kostruttiva - setgħet għamlet.", "Huwa faċli li wieħed joqgħod jgħid li x'għandu jsir u x'm'għandux isir u mbagħad ma jgħidx b'mod konkret, b'mod tanġibbli, b'mod li tarah u b'mod li tmissu b'idejk, x'wieħed jista' jagħmel.", "Bil-kliem tista' tgħid li trid.", "Il-progress fil-pajjiż isir mill-mod kif jiġu mwettqa l-fatti.", "Qed ngħid dan kollu għax nerġa' ngħid li din il-mozzjoni tinstema' sabiħa pero' meta tagħsarha mkien ma ssib proposti ta' miżuri alternattivi min- naħa ta' l-oppożizzjoni.", "Mr Speaker, irrid infakkar ukoll illi aħna qegħdin ngħixu fi żmien meta l- gvern preżenti qed iwettaq programm ekonomiku li huwa bbażat fuq il- programm elettorali li l-maġġoranza tal-poplu Malti u Għawdxi aċċetta u vvota għalih fl-aħħar elezzjoni ġenerali.", "Tajjeb li ngħid ukoll li llum qegħdin ngħixu fi żmien meta b'mod konkret u b'mod li jista' jarah kulħadd, gvern Nazzjonalista qed iwettaq il-programm elettorali li wiegħed.", "Dan il- gvern m'huwiex qiegħed iparla fil-vojt, m'huwiex qiegħed idur b'ħafna kliem sabiħ imma xammar il-kmiem u b'mod viżibbli qiegħed iwettaq dak li wiegħed.", "U dan qed jagħmlu bil-għaqal, bi pjan u b'direzzjoni.", "Il-gvern qed jagħmel dan kollu għax kellu pjan imfassal bir-reqqa bl-iskop li f'pajjiżna jiġġenera x-xogħol u l-ġid.", "Dalgħodu wħud mill-membri ta' din il-Kamra, fosthom l-Onor.", "Tonio Borg, għamlu riferenza għal ċerti kwestjonijiet bħalma hija l-kwestjoni taż-żejt.", "Il-mod ta' kif għola ż-żejt huwa skoss għall-ekonomija mhux biss ta' pajjiżna imma tal-pajjżi kollha tad-dinja minħabba diversi fatturi.", "Allura pajjiżna jrid jadatta ruħu fiċ-ċirkostanzi biex jegħleb din il-problema.", "Irrid ngħid ukoll li l-gvern preżenti kellu pjan li ġie ppreżentat lill- poplu u l-poplu approvah fl-aħħar elezzjoni ġenerali tas-sena 2003.", "Min-naħa l-oħra qegħdin naraw il-mozzjoni ta' l-oppożizzjoni li qiegħda tipproponi li pajjiżna jkollu pjan ekonomiku.", "Jien irrid ngħid li dan il- pjan diġa' jeżisti u minkejja li quddiemna għandna din il-mozzjoni, ma rajna l-ebda pjan ekonomiku min-naħa ta' l-oppożizzjoni.", "L-oppożizzjoni ħarġet biss ktejjeb żgħir li jismu \"Lejn pjan ta' riġenerazzjoni ekonomika u soċjali\" li jġib id-data ta' Awissu 2004 u meta wieħed jaqra dan il- ktejjeb, jinnota li l-oppożizzjoni għadha ma sabitx saqajha.", "Fil-fatt f'paġna 11 u 12 ta' dan il-ktejjeb qed jingħad li waħda mill-miżuri li qegħdin jipproponu hi l-bżonn li jittieħdu ċerti azzjonijiet.", "Fost dawn l- azzjonijiet jissemma l-fatt li minflok il-gvern jgħaddi x-xogħol lill- kuntratturi privati, għandu jagħmel użu aħjar mill-ħaddiema tiegħu.", "Jiġifieri f'dan il-ktejjeb l-oppożizzjoni qiegħda tgħidilna li biex il- gvern jirranġa l-pjan ekonomiku tiegħu minflok jgħaddi x-xogħol lill- kuntratturi privat, għandu juża l-ħaddiema tiegħu.", "Jekk wieħed iħares lejn ix-xogħol li sar mill-ministeru ta' l-infrastruttura matul dawn l-aħħar sena u erba' xhur, isib li dan li ġie propost bdejna nagħmluh mhux minn Awissu ta' din is-sena, meta ħareġ dan il-ktejjeb, imma bdejna nagħmluh minn April tas-sena 2003.", "U dan qed ngħidu biex nuri kemm verament l- oppożizzjoni għadha ma sabitx saqajha u għadha ma saritx dik l-oppożizzjoni alternattiva.", "Dan huwa aspett wieħed biss.", "Jekk wieħed jara x-xogħol kollu li sar minn dan il-gvern f'dan il-qasam, jinduna kemm ma jagħmilx sens dak li qiegħed jingħad f'dan il-ktejjeb ta' l-oppożizzjoni.", "Mr Speaker, kulħadd jaf li minn sena u nofs 'l hawn is-sezzjoni tal-works division tal-public works bidlet il-mentalita' tagħha u l-kultura tagħha ta' kif isir ix-xogħol.", "Fejn qabel ix-xogħol kollu kien jiġi mogħti lill- kuntratturi, imxejna lejn pjan li kulħadd irid jagħti l-ġurnata tax-xogħol tiegħu.", "Għaldaqstant sar ir-ristrutturar fi ħdan il-works division u r- riżultat tiegħu kulħadd jafu.", "F'din l-aħħar sena rajna diversi proġetti jitlestew, fosthom il-proġett tal-Barrakka ta' Fuq, li tlesta bl-għajnuna tal-ħaddiema tal-works division u l-proġett ta' tisbiħ tax-Xarolla.", "Dawn qed insemmihom biex kulħadd ikun jaf kemm verament il-gvern preżenti ilu li ħa l-miżuri biex isaħħaħ l-aspett ekonomiku fit-totalita' tiegħu ta' pajjiżna.", "U nkompli nsemmi proġetti oħra, fosthom it-tisbiħ tal-pjazza ta' Ħal Safi, it-tisbiħ tal-pjazza ta' Paceville, it-tisbiħ ta' Dawret il-Gżejjer f'Buġibba u t-tisbiħ tal-bajja ta' San Tumas.", "It-totalita' ta' dawn il- proġetti tammonta għal miljuni ta' liri.", "U kif ġie mwiegħed minn gvern Nazzjonalista, dan ix-xogħol ta' ristrutturar sar permezz tal-ħaddiema tal- works division.", "B'hekk id-dipartimenti tal-gvern qegħdin isiru wkoll iżjed effiċjenti.", "Nista' nsemmi wkoll il-proġett ta' l-Imdina, fejn qed isir it-tibdil tal- pavimentar.", "Dan ix-xogħol ukoll qed isir bl-għajnuna tal-ħaddiema tal- works division.", "Xogħol ieħor kbir li sar minn dawn l-istess ħaddiema huma proġetti relatati mal-prevenzjoni mill-għarar.", "Kulħadd jaf bil-proġett kbir li sar in-naħa tal-Marsa, Ħal Qormi u li jibqa' tiela' sal-Buskett.", "Hemmhekk ġiet mibnija korsa ġdida ta' madwar mil tul, sar it-tindif tal- widien kollha u sar ukoll xogħol fuq il-korsa l-oħra ta' Burmarrad.", "Ta' min ifakkar li f'pajjiżna għandna żewġ korsi ta' l-ilma prinċipali, waħda ta' Wied il-Kbir li tisbokka bejn il-Marsa u Ħal Qormi u l-oħra ta' Wied il- Għasel li tisbokka f'Burmarrad.", "F'Burmarrad tnaddfu diversi widien, tnaddaf ukoll nofs il-kanal li huwa magħruf bħala s-Sokkorsu u x-xogħol qed jitkompla mill-ħaddiema tal-gvern.", "Is-sena d-dieħla se jsir ukoll il-bini mill-ġdid ta' korsa ta' l-ilma li tagħti minn Burmarrad għan-naħa tas- Salini ħalli b'hekk is-sistema kollha ta' widien tkun iffurmata mill-ġdid.", "Mr Speaker, dawn huma xogħlijiet li kollha saru mill-ħaddiema tal-gvern u dan sar mhux għax l-oppożizzjoni f'Awissu ta' din is-sena ħarġet tgħidilna li l-gvern għandu jutilizza aħjar ir-riżorsi tiegħu imma għax dan il-gvern fil-programm elettorali tiegħu kien diġa' ħaseb li jagħmel hekk.", "U x- xogħol inbeda wara l-elezzjoni ta' l-2003, jiġifieri ma qgħadniex nistennew li jasal Awissu ta' din is-sena.", "Mr Speaker, qed ngħid dawn l-affarijiet kollha għax jekk wieħed ikompli jaqra dan il-fuljett isib li l-oppożizzjoni sinċerament għadha ma sabitx saqajha.", "Fil-fatt f'dan il-fuljett insibu l-kliem: \"Użu aħjar tal- ħaddiema tal-gvern huwa possibbli\".", "Dażgur li huwa possibbli!", "U aħna mhux biss qegħdin ngħidu bil-kliem biss li dan huwa possibbli imma wrejna bil- fatti - għax kulħadd xammar u ta s-sehem tiegħu - li użu aħjar tal-ħaddiema tal-gvern huwa possibbli u tant hu hekk li ta r-riżultati fi proġetti li diġa' ġew imwettqa.", "Dan il-ktejjeb qed jgħid ukoll li għandu jkun hemm investiment iżjed fil- ħaddiema.", "Dan l-investiment fil-ħaddiema ilu li beda jsir permezz ta' training courses li saru lill-ħaddiema tal-works division u tal-workshops permezz tal-BICC.", "Fil-fatt se jibqgħu jsiru courses relatati mas-sengħa tal-bini tal-ħitan tas-sejjieħ, mal-mod ta' kif għandu jsir il-concreting u aspetti oħra relatati ma' l-industrija tal-kostruzzjoni.", "Mr Speaker, qabel ma nagħlaq din il-kwarta li għandi għad-dispożizzjoni tiegħi xtaqt nagħmel daqsxejn ta' osservazzjoni.", "Pajjiżna ilu 40 sena indipendenti u mill-1981 'l hawn niftakar lilek, Mr Speaker, u xi tnejn oħra f'din il-Kamra.", "Aħna pajjiż wieħed u wasal iż-żmien li nikbru flimkien.", "Fejn jidħol l-aspett ekonomiku trid tispiċċa l-mentalita' li għandna n-naħa ta' l-oppożizzjoni u n-naħa tal-gvern.", "Illum qegħdin ngħixu f'ambjent ieħor.", "Illum pajjiżna huwa wieħed mill-25 pajjiż li jifformaw l- Unjoni Ewropea u allura rridu nxammru flimkien u niġbdu l-istess ħabel.", "Jiena nemmen li bħalma l-pajjiżi l-oħrajn ta' l-Unjoni Ewropea jaħdmu fl- interess nazzjonali tagħhom, aħna wkoll irridu nitgħallmu naħdmu flimkien fl-interess ta' pajjiżna.", "Allura trid tispiċċa l-mentalita' li noqogħdu nimbxu lil xulxin u ntellfu lil xulxin għalxejn għax dan jissarraf f'nuqqas ta' effiċjenza fil-progress ta' pajjiżna.", "Għaldaqstant nagħlaq billi nappella li ladarba aħna qegħdin membri fl- Unjoni Ewropea, wasal iż-żmien li verament ningħaqdu, gvern u oppożizzjoni, biex fejn jidħol il-pjan ekonomiku - ħalliha li mbagħad noqogħdu nilletikaw bejnietna dwar min jagħmel l-ikbar ground tal-football u affarijiet simili - għandna nxammru u naħdmu flimkien għal interess wieħed, li huwa l- interess ta' Malta u Għawdex tagħna.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Insejjaħ lill-Viċi Prim Ministru biex jekk jogħġbu jressaq l-Aġġornament.", "F'12.16p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal- lejla, il-Ħamis, 11 ta' Novembru fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Mozzjoni ta' l-Oppożizzjoni dwar il-qagħda ekonomika fil-pajjiż – Kontinwazzjoni;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar it-Trasferiment ta' Artijiet tal- Gvern – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Arkivji Nazzjonali – Kumitat (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar it-Trusts – Tielet Qari; u", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Medjazzjoni – Tielet Qari.", "------------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili (Emenda Nru 2) - Kumitat Permanenti.", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Reġistru Ċentrali – Kumitat Permanenti.", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali – Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Edwin Vassallo.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO: Mr Speaker, bħalma nafu, ta' kull sena nippubblikaw il-pjan ta' ħidma fejn inniżżlu x'se jkunu l-objettivi tal- ħidma tagħna u kif se nkomplu niżviluppaw is-servizz li jagħti l-gvern lil min hu żgħir fin-negozju u lis-self-employed.", "Sentejn ilu l-objettiv prinċipali tal-pjan ta' ħidma taħt ir-responsabilita' politika tiegħi kien il-kompetittivita' b'innovazzjoni.", "Dak iż-żmien dan il-kliem ma kienx trendy politikament, ma kienx fil-kollezzjoni ta' kliem li jintuża politikament minn dawk li kienu intiżi fid-diskors ekonomiku u politiku ta' dan il-pajjiż, pero' barra minn xtutna kien diġa' beda jintuża mhux ħażin.", "Niftakar li \"kompetittivita' b'innovazzjoni\" kien motiv li konna bdejna nitkellmu fuqu għall-ewwel darba b'mod aktar frekwenti.", "Bl-istess mod, ftit ilu fil-bidu tal-ħidma tiegħi kont bdejt nitkellem fuq il-burokrazija u mbagħad kulħadd beda jitkellem fuqha.", "Meta nħares lura, nara li ħafna drabi bil-ħidma tas-segretarjat tiegħi dejjem konna kapaċi nkunu trend setters.", "Filwaqt li dejjem konna kapaċi nħarsu lejn il-passat biex nitgħallmu, fl-istess ħin konna kapaċi nipprevedu x'se jkun il-ġejjieni u x'se jkunu l-issues li fil-ġejjieni wieħed irid jisħaq fuqhom fil-ħidma tiegħu mas-self-employed u mas-sidien tan-negozji ż-żgħar jekk tassew irridu naraw differenza.", "Illum il-kliem \"innovazzjoni\", \"riċerka\" u \"kreattivita'\" huma fost l-iżjed kliem trendy u l-iktar kliem li jintuża.", "Ħafna drabi dawn il-miri u l- objettivi jitqanqlu min-naħa tal-gvern għax min-naħa ta' l-oppożizzjoni ma jitqanqlux meta din tkun qed tagħmel il-kritika tagħha, u għalhekk il- cavallo di battaglia ma kienx min-naħa l-oħra imma minn din in-naħa.", "Per eżempju, jien stess ikkritikajt lill-gvern fuq il-burokrazija u kont għidt li jekk irridu nimxu 'l quddiem, is-settur tan-negozji ż-żgħar mhux flus għandu bżonn imma li titnaqqas il-burokrazija.", "Sentejn ilu konna bdejna nitkellmu fuq kompetittivita' b'innovazzjoni u fil-laqgħat tagħna ta' kuljum bdejna ngħidu lil kulmin qiegħed fin-negozju li jekk irridu nirbħu f'suq li qed jikber u li qed isir iktar kompetittiv fejn m'għadekx iktar waħdek għaliex bħalek hemm għaxra oħra li qegħdin jaħdmu – u fl-aħħar mill- aħħar din tfisser \"kompetittivita'\" – trid tara kif tkun innovattiv u għalkemm tkunu taħdmu fl-istess settur, trid tkun differenti minn ta' ħdejk.", "Illum il-kompetittivita' mhux talli m'hijiex parti mill-jargon imma talli għandna ministeru li kważi huwa ddedikat għall-kompetittivita' biss.", "Mr Speaker, hija esperjenza verament sabiħa li llum tisma' liż-żewġ naħat tal-Kamra jaqblu fuq il-bżonn li pajjiżna jkun iktar kompetittiv, kreattiv u innovattiv, u fil-fatt jien ħadt pjaċir ħafna li m'għadniex nemmnu f'din il-politika aħna biss.", "Illum il-politika hija iktar xprunata mill-element ta' x'ikun għaddej mill-iżvilupp ekonomiku, u jekk qabel il-politika kienet tmexxi lill-ekonomija, illum hija l-ekonomija li qed tfassal il-politika.", "Is-Sinjorija Tiegħek għandek ħafna iktar esperjenza minni, anke f'din il- Kamra, u min jaf kemm fil-passat kien hawn politiċi f'din il-Kamra li kienu jaħsbu li jistgħu jiddeċiedu kif issir l-ekonomija.", "Illum il-mentalita' tal-politiku hija kważi l-oppost għax dan qed ifassal il-politika tiegħu skond l-irjieħ ta' fejn tkun qed tonfoħ l-ekonomija u skond il-prattiċi fil- kummerċ u għalhekk kontinwament irid jadotta politika li tagħmel sens għall- kummerċ.", "Mr Speaker, meta nħares lejn il-pjan ta' ħidma tas-segretarjat fi ħdan il- ministeru għall-kompetittivita' u l-komunikazzjoni ta' din is-sena, bil- pjaċir kollu nara li konna qegħdin fit-triq it-tajba meta l-objettiv prinċipali li tajna lil dan il-pajjiż fil-ħidma tagħna kien biex Malta tikber fl-Unjoni Ewropea u flimkien niffaċilitaw in-negozju.", "Dan hu l- iżjed meħtieġ li jsir illum, li kważi qegħdin lejliet il-qari tal-budget.", "F'dan il-ħin qed jittieħdu l-aħħar deċiżjonijiet fuq il-budget.", "Jekk verament irridu nikbru bħala pajjiż fi ħdan l-Unjoni Ewropea, allura rridu nkunu kapaċi nsarrfu s-sħubija tagħna fl-Unjoni Ewropea f'xi ħaġa reali, flimkien, jiġifieri mill-kbir saż-żgħir, mill-politiku sal-burokratiku u jrid ikun hemm kordinazzjoni u sinerġija b'saħħitha biex flimkien naċċertaw li niffaċilitaw in-negozju.", "Iktar ma jsir negozju, iktar ma jkun hawn attivita' kummerċjali b'valur miżjud u ta' kwalita', pajjiżna iktar jikber u iktar inkunu kapaċi nagħmlu l-flus.", "X'irrid ngħid bil-frażi \"valur miżjud\"?", "Per eżempju, min jaf kemm hemm sidien ta' restaurants li ma jistgħux jgħollu l-prezz ta' l-ikel li joffru minħabba li għandhom ħafna kompetizzjoni u mbagħad ikollok dak ir-restaurant li jkun qed jagħmel xi ħaġa totalment differenti minn ħaddieħor billi jkun qed ibigħ xi platt li ma ssibu mkien iktar, u allura għax dan ikun uniku jkun jista' jgħolli dak il-platt li jkun qed joffri.", "Mela f'dak il-każ dak għandu iktar value fil- qasam ta' l-ikel.", "Issa anke fix-xogħol tagħna, Mr Speaker, irridu naraw kif se ngħinu biex min qiegħed fis-settur tan-negozji ż-żgħar ikollu dan il-value added fil- qasam rispettiv tiegħu, irrispettivament minn jekk dan huwiex furnar, ħaddied, mastrudaxxa, mechanic, sprayer jew xi wieħed li jagħmel l- aluminium.", "Irridu naraw li kulħadd iħares lejn il-ħidma tiegħu u jara kif jista' jtejjibha.", "Qed ngħid dan anke għax fil-bidu tal-pjan ta' ħidma wieħed isib – u din irriferejt għaliha fid-dibattitu tal-bieraħ dwar l-ETC – riferenza għall- aġenda ta' Lisbona, li din aħna għamilnieha l-objettiv prinċipali tagħna.", "Fil-fatt fost affarijiet oħra din l-aġenda tgħid hekk:", "\"... making the European Union the most dynamic and competitive knowledge-based economy in the world.\".", "Ftit tal-ġranet ilu l-prim ministri tal-pajjiżi Ewropej iltaqgħu – fil-fatt fosthom kien hemm ukoll il-Prim Ministru ta' Malta – biex fost l-oħrajn jiddiskutu l-Lisbon agenda u kif se jagħmlu lill-Unjoni Ewropea the most dynamic and competitive knowledge-based economy in the world.", "Meta kont qrajt din il-frażi, jien mill-ewwel fhimt li jekk dan il-pajjiż irid jirbaħ u jikber, kulħadd irid jipprova jara kif jista' jagħmel din l-għajta bħala l-viżjoni tiegħu.", "L-inqas bniedem fiċ-ċivil għandu jkun jaf għal xiex irid jaħdem u x'inhu s-sehem li għandu jagħti biex permezz tal-ħidma tiegħu pajjiżna jkollu the most dynamic and competitive knowledge-based economy.", "Meta niġi biex nittraduċi l-frażi \"making the European Union the most dynamic and competitive knowledge-based economy in the world\", jien ma ngħidx \"nagħmlu mill-Unjoni Ewropea l-iktar ekonomija dinamika eċċ. eċċ.\" imma nittraduċiha b'din il-frażi \"nagħmlu minn pajjiżna l-iktar ekonomija dinamika u kompetittiva fid-dinja bbażata fuq l-informazzjoni\".", "Mr Speaker, minn dan it-tip ta' diskors, li huwa l-ideali għal min jismagħna, se niddedika t-tieni kwarta ta' dan id-diskors biex nispjega kif irridu nsarrfuh fil-prattika.", "Sur President, illum kulħadd jitkellem fuq riċerka, innovazzjoni u kreattivita`.", "Il-kelma \"informazzjoni\" tfisser tagħlim u ma tfissirx informatika biss.", "L-informatika hija tajba u ferm meħtieġa, pero` jekk irridu li jkollna informatika, hemm bżonn tat-tagħlim qabel.", "Kif se naċċertaw ruħna li kulmin hu self-employed u sid ta' negozju żgħir għandu l- aħjar tagħlim?", "M'iniex qed nirreferi għal xi dottorat f'xi ħaġa jew oħra imma qed nirreferi għall-informazzjoni li jeħtieġ li jkollu fuq is-settur tiegħu, fuq kif għandu jkun organizzat u fuq x'jitolbu minnu l-liġijiet għax il-liġijiet teħodhom bħala dixxiplina pero` fl-istess ħin tista' teħodhom bħala direzzjoni.", "Jekk wieħed jiġġieled il-liġijiet ikissruh, jekk jimxi magħhom, jgħinuh.", "Qed ngħid dawn l-affarijiet għax jiena wieħed li nemmen li r-riċerka u l-innovazzjoni m'humiex ristretti biss għal xi fabbrika tat-teknoloġija avvanzata kif ħafna jaħsbu u nagħmlu żball jekk naħsbu li r-riċerka u l-innovazzjoni għandhom ikunu biss f'dan is-settur.", "Mr Speaker, jiena nemmen bis-sħiħ li għall-kuntrarju ta' dan, ir-riċerka u l-innovazzjoni għandhom ikunu fattur importanti tal-mastrudaxxa, tal- ħaddied, tal-bejjiegħ tal-laħam, tal-biċċier, tal-framemakers u ta' min jaħdem fl-aluminium.", "Għandna ħafna nies li mhux biss jaħdmu fin-negozju tagħhom imma anke jfittxu u jaraw x'inhuma l-aħjar disinji, l-aħjar trends u l-aħħar ideat fil-qasam tagħhom u propju huma dawn l-affarijiet li rridu nixprunaw meta qegħdin nitkellmu fuq riċerka u innovazzjoni.", "Ħalli nagħti eżempju konkret biex nispjega ruħi aħjar.", "Bil-ħidma tal-Malta Standards Authority, f'dan il-pajjiż qegħdin inniedu kampanja ta' tagħrif u ta' implimentazzjoni fuq numru ta' standards biex wieħed iżomm magħhom bil-għan li jtejjeb il-mod ta' kif qed jaħdem.", "Meta se nkunu qed inkellmu lin-nies involuti fis-setturi tagħhom fuq x'jiġifieri standard, dawn jistgħu ma jeħdux pjaċir u jgħidu li dawn huma sikkaturi żejda.", "Fid-dibattitu tas-sħubija fl-Unjoni Ewropea li kellna ftit tax-xhur ilu, kienu jiġu anke nies barranin kontra l-Unjoni Ewropea u kienu jgħidu li m'għandniex nidħlu fl-Unjoni Ewropea proprju minħabba dawn il-ħafna standards u regolamenti li għandha l-Unjoni Ewropea.", "Min-naħa ma nistax ngħid li dan m'huwiex minnu għax hekk hu.", "Fil-fatt illum għandna l- istandard għall-bizzilla Maltija u dalwaqt se nagħmlu l-istandard għall- ġbejniet u għall-għasel.", "Se nagħmlu standards ukoll għal min hu beautician jew hairdresser biex ma jkollniex min jipprova kważi jilgħabha ta' tabib.", "Dawn isiru billi jkun hemm technical committee imwaqqaf fi ħdan l-MSA u f'dan il-kumitat ikun hemm nies esperti f'dak in-negozju partikolari u dawn jagħmlu l-istandards bħalma n-nies esperti fil-bizzilla għamlu l-istandards għall-bizzilla u dawk esperti fil-filogranu għamlu l-istandard għall- filogranu Malti.", "Dawn kienu l-ewwel żewġ standards li saru bil-ħidma tal- kunsill Malti għall-artiġjanat.", "Ikun hemm min jieħu pjaċir b'dawn l-istandards għax ikollu direzzjoni fuq xiex jimxi u li tipproteġih għax se jgħallmuh kif għandu jtejjeb il-ħidma tiegħu.", "Illum fis-2.00p.m. se ssir laqgħa fil-kunsill lokali ta' Raħal Ġdid fejn se nkunu qed niltaqgħu ma' dawk li jbigħu prodotti ta' l-ikel – jista' jkun confectioner, grocer, butcher – u għall-ewwel darba, uffiċjal minn tas- sanita` u uffiċjal minn ta' l-MSA se jkunu qed jispjegaw x'inhuma dawn ir- regolamenti li jservu biex jitnaqqas ir-riskju tal-kontaminazzjoni ta' l- ikel u għaldaqstant, min se jkun qed isegwi dawn ir-regolamenti, se jkollu garanzija li l-prodotti tiegħu jkollhom l-inqas probabbilta' ta' kontaminazzjoni.", "F'din il-laqgħa u f'laqgħa oħra li se ssir f'Tas-Sliema nhar it-Tnejn fis- 7:30 pm, se nkunu qed ngħinu lil dawn il-bejjiegħa fi ħwienet żgħar jifhmu x'inhu mistenni minnhom biex iżommu l-aħjar kondizzjonijiet ta' l-ikel li jbigħu, b'liema metodu rridu jbigħuh, kif iridu jżommu l-indafa fil-ħwienet tagħhom, kif iridu jiftħu u jagħlqu fridge u kif jieħdu t-temperatura.", "Dan kollu qed isir biex nassiguraw li kemm jista' jkun, jekk is-sena li għaddiet kellna 400 każ ta' food poisoning, din is-sena u fis-snin li ġejjin ikollna ħafna inqas.", "Meta qegħdin nitkellmu ma' dawn is-sidien li jkun għoġobhom jattendu dawn il-lagħqat, se nkunu qegħdin ngħinuhom jgħollu l-livell ta' kif jiġu handled il-prodotti li huma jbigħu.", "Mr Speaker, fih innifsu dan huwa l- iżjed element sempliċi u elementari ta' riċerka u innovazzjoni u minn hawn tibda r-riċerka u l-innovazzjoni tal-bejjiegħ tal-laħam, tal-bejjiegħ tal- ħaxix u ta' bejjiegħa oħra u minn hawn jibda l-ħsieb kif nagħmlu packing aħjar tal-prodott tagħna, kif nagħmlu labelling aħjar, kif jinżammu aħjar il-prodotti u kif il-ħanut jinżamm fi stat aħjar.", "Meta kellna laqgħa ma' l-assoċjazzjoni tal-bejjiegħa tal-laħam introduċejnilhom dan il-konċett u riċentement ġie ppubblikat ktejjeb apposta mill-MSA li se jinbiegħ lilhom għax huwa linja gwida għas-sigurta' ta' l-ikel fis-settur tal-bejgħ bl-imnut.", "Jista' jagħti l-każ li permezz ta' din it-tip ta' direzzjoni u iżjed informazzjoni, il-ħwienet tal-laħam isiru ħwienet tal-prodotti tal-laħam għaliex iżjed ma jsegwu din id- direzzjoni u din l-informazzjoni, il-ħwienet tal-laħam – u dan jgħodd anke għal dawk li jbigħu l-ħaxix – se jibdew jagħrfu li hemm iżjed prodotti x'jistgħu ibigħu milli dawk li ma jistgħux ibigħu.", "Se jkunu jistgħu jagħmlu self-regulation u meta jmur tas-sanita' – hawnhekk fejn naħdmu tajjeb mal- ministeru tas-saħħa u mad-dipartiment tas-sanita' – ma jibqax jagħmel xogħol ta' enforcement imma jsir is-sieħeb ewlieni ta' min irid itejjeb in- negozju tiegħu biex jara li jbigħ aktar.", "Għalhekk dawk il-ħwienet tal- laħam li jsegwu dawn id-direzzjonijiet se jkollhom kapaċita' akbar biex mhux biss jibqgħu jbigħu l-laħam taċ-ċanga u tal-majjal imma jkunu jistgħu jbigħu prodotti differenti magħmulin mil-laħam u li minnhom jistgħu jagħmlu l-qligħ tal-flus.", "Din hi l-politika tagħna, Mr Speaker.", "Aħna jimpurtana mill-ikbar negozju sa l-iżgħar wieħed.", "Aħna jimpurtana li meta nitkellmu fuq riċerka u innovazzjoni, ma nibqgħux nitkellmu biss fuq it- teknoloġija imma mmorru b'saħħitna kollha għand in-negozji ż-żgħar ħalli dawn itejbu l-mod ta' kif jagħmlu n-negozju tagħhom għaliex dan iwassal biex f'pajjiżna jkollna suċċess ekonomiku fuq livell nazzjonali u jkollna negozji żgħar sostenibbli.", "Fil-fatt dawn it-tip ta' lagħqat saru f'Birkirkara, f'San Pawl il-Baħar, il- Mosta, il-Belt, San Ġiljan, l-Isla, Birżebbuġa, Ħal Qormi, Raħal Ġdid u Tas- Sliema u bħalissa qed jintbagħtu l-inviti biex fid-19 ta' Novembru niltaqgħu wkoll ġewwa r-Rabat, Għajnsielem u x-Xewkija, Għawdex.", "Dan hu l- mod ta' kif qed nipprovaw inkunu disponibbli għal min hu żgħir fin- negozju.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Kamra hi aġġornata għal-lejla, il-Ħamis, 11 ta' Novembru 2004 fis-6.00 pm bl-aġenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "F'12.46p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "SEDQA - PERSUNI LI RRIKORREW GĦALL-GĦAJNUNA", "7147.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru tal-Familja u tas- Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tagħtina figuri li juru kemm kien hemm nies li rrikorrew għand is-Sedqa din is-sena biex tgħinhom jegħlbu l- problema tax-xorb tagħhom?", "Liema kienet l-iżgħar eta'?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Bejn Jannar u Ġunju ta' din is-sena rrikorrew 282 persuna għand l-aġenzija Sedqa għall-għajnuna minħabba l-problema ta' abbuż mill-alkoħol.", "L-iżgħar persuna kellha 16-il sena.", "POSTIJIET TA' DIVERTIMENT – XORB ALKOĦOLIKU", "7148.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk u kemm tressqu l-qorti sidien ta' ħwienet akkużati li servew xorb alkoħoliku lil minorenni din is-sena, sal-lum?", "ONOR.", "TONIO BORG: Matul din is-sena kien hemm erba' persuni li ttellgħu l-qorti mill-pulizija talli biegħu xorb alkoħoliku lil persuni ta' taħt is- 16-il sena.", "ŻGĦAŻAGĦ TAĦT L-ETA' - XORB ALKOĦOLIKU", "7149.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jindika n-numru ta' minorenni li nqabdu jixorbu kontra l-liġi din is-sena, sal-lum?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 7148.", "SIGURTA' SOĊJALI - PERSUNI BOARDED OUT", "7150.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru tal-Familja u tas- Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid kemm kien hemm persuni/ħaddiema li applikaw biex jiġu boarded out fis-snin 2001, 2002, 2003 u 2004 (s'issa)?", "Kemm minnhom fil-fatt ġew boarded out?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Ebda dipartiment jew entita' li jaqgħu taħt id- dekasteru tiegħi ma jżomm statistika dwar persuni/ħaddiema li applikaw biex jiġu boarded out minn fuq ix-xogħol.", "Tabella li turi l-informazzjoni dwar in-numru ta' talbiet li saru u talbiet li ġew aċċettati għall-pensjoni għall-invalidita' imħallsa taħt l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni fis-seduta.", "AKKOMODAZZJONI SOĊJALI - SQUATTERS", "7151.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru tal-Familja u tas- Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid id-dipartiment għall- akkomodazzjoni soċjali kemm għandu rapporti ta' squatters li għadhom ma ġewx konfermati, u kemm li ġew konfermati u mgħoddija lill-pulizija għall- azzjoni iżda għadhom mhux esegwiti?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Id-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali m'għandux rapporti li għadhom mhux konfermati dwar squatters.", "Kull rapport f'dan ir-rigward ġie mgħoddi lill-pulizija.", "MEPA - APPLIKAZZJONIJIET MILL-KUNSILLI LOKALI", "7152.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid x'applikazzjonijiet għandhom pendenti l- kunsilli lokali quddiem l-awtorita' ta' l-ippjanar?", "Meta saru u għalxiex?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni fis-seduta.", "QRATI - PERSUNI TAĦT PROBATION", "7817.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hawn persuni li weħlu probation f'dawn l-aħħar 20 sena u jagħti breakdown ta' kemm hawn persuni li weħlu aktar minn darba?", "ONOR.", "TONIO BORG: L-uffiċċju tal-probation twaqqaf fl-1 ta' Settembru 1994, b'hekk l-informazzjoni disponibbli hija minn dik id-data 'l quddiem u kif jidher hawn taħt.", "|Sena |Numru | |1994 |22 | |1995 |47 | |1996 |43 | |1997 |47 | |1998 |91 | |1999 |102 | |2000 |201 | |2001 |231 | |2002 |201 | |2003 |126 | |2004 |69 | |(sal-21/10/2004) | |", "Informat ukoll illi fi ħdan l-uffiċċju tal-probation 110 persuna ngħataw żewġ ordnijiet ta' probation, 40 persuna ngħataw tliet ordnijiet ta' probation, 15-il persuna ngħataw erba' ordnijiet ta' probation, ħames persuni ngħataw ħames ordnijiet ta' probation, u persuna waħda li ngħatat sitt ordnijiet ta' probation.", "QRATI - MOĦQRIJA FUQ ANNIMALI", "7818.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ittellgħu persuni l-qorti fuq reati konnessi ma' moħqrija fuq annimali?", "X'kien ir- reat?", "ONOR.", "TONIO BORG: Matul din is-sena ma kienx hemm persuni li ġew imressqa l-qorti fuq reati konnessi ma' moħqrija fuq annimali.", "GĦAJNUNA SOĊJALI - RELIEF", "7819.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Familja u tas- Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid kemm hawn persuni fuq ir- relief illum?", "Kemm huma single u kemm huma miżżewġa?", "Kemm hemm tfal jgħixu ġo dawn il-familji?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: It-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-tabella li tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni fis-seduta.", "GĦAJNUNA SOĊJALI - SINGLE PARENTS", "7820.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Familja u tas- Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid kemm ħareġ flus f'għajnuna soċjali l-gvern għal single parents għal dawn l-aħħar ħames snin?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: It-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-tabella li tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni fis-seduta.", "ETC - REĠISTRAZZJONI GĦAX-XOGĦOL", "7821.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid kemm inqatgħu persuni minn fuq l-ewwel parti tar-reġistru tad-diżimpjieg din is-sena u għaliex?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Minn Jannar sa Settembru 2004 inqatgħu 1,040 persuna minn fuq l-ewwel u t-tieni parti tar-reġistru.", "Minnhom 265 inqabdu jaħdmu u jirreġistraw, 518 irrifjutaw opportunita' ta' xogħol, filwaqt li 257 irrifjutaw opportunita' ta' taħriġ.", "ETC – REĠISTRAZZJONI GĦAX-XOGĦOL", "7822.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn persuni jirreġistraw għax-xogħol illum u li qatt ma ħadmu?", "Kemm ilhom jirreġistraw?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: In-numru ta' persuni li kienu qed jirreġistraw għax- xogħol fl-aħħar ta' Awissu fuq l-ewwel u t-tieni parti tar-reġistru u li qatt ma ħadmu kien 912.", "458 kienu ilhom jirreġistraw taħt l-20 ġimgħa, 188 kienu ilhom jirreġistraw minn 20 sa 52 ġimgħa u 266 kienu ilhom jirreġistraw minn 53 ġimgħa u 'l fuq.", "UNIVERSITA' - STUDENTI", "8228.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' studenti li qed jattendu l-Universita' ta' Malta?", "Jista' jgħid kif inhuma mqassma fil-korsijiet diversi?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: In-numru ta' studenti li qed jattendu l-Universita' ta' Malta hu 8,919.", "Lista ta' korsijiet tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni fis-seduta.", "UNIVERSITA' - STUDENTI", "8230.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid jekk teżistix struttura biex studenti prospettivi ta' l-universita' jingħataw pariri dwar liema kors ikun adattat għalihom?", "Jekk iva, kif taħdem is-sistema?", "Jekk le, ma jaħsibx il-Ministru li wasal iż-żmien li tiġi introdotta?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Fl-universita' jeżisti unit ta' l-istudents advisory services fi ħdan l-uffiċċju tar-reġistratur li xogħlu hu proprju li jaħdem sabiex studenti prospettivi ta' l-universita' jingħataw informazzjoni u pariri sabiex ikunu f'pożizzjoni aħjar li jagħżlu liema kors ikun l-aktar adattat għalihom.", "Ħidma li min-natura tagħha titqassam f'diversi inizjattivi, fosthom li tingħata għajnuna personali lil studenti prospettivi li jagħżlu li jiġu f'dan l-uffiċċju sabiex jiġu mogħtija informazzjoni u għajnuna għall-għażla tagħhom; l-istudents advisory services iżur l-iskejjel post sekondarji li jkunu jixtiequ jlaqqgħu l- istudenti biex jingħataw l-ewwel informazzjoni, jistaqsu xi mistoqsijiet filwaqt li jsiru konxji mis-servizzi offruti f'każ li jkunu jixtiequ jagħmlu użu minnhom; f'kollaborazzjoni mal-guidance and counselling unit tad-dipartiment ta' l-edukazzjoni qed jiġu organizzati laqgħat għall- istudenti tal-ħames sena tas-sekondarja.", "Dawn jigu milqugħa fl-universita' stess fejn jingħataw ċans jorjentaw ruħhom għal din ir-realta' filwaqt li jingħataw spjega tat-triq li jridu jimxu mis-sekondarja lejn l-universita' u l-punti importanti li jridu jżommu f'moħhom sabiex dan il-proċess iseħħ bl-aħjar mod; b'mod kontinwu tinġabar u tiġi adattata l-informazzjoni dwar kull kors li tkun qiegħda toffri jew se toffri l-universita'.", "L- informazzjoni tkun tinkludi tagħrif dwar l-istitut/fakulta' li joffri l- kors; il-professjoni li jwasslek għaliha l-kors, jekk hu l-każ; l- oġġettivi tal-kors; ir-rekwiżiti mitluba biex wieħed ikun jista' japplika u l-istruttura tal-kors.", "Din imbagħad tiġi disseminata f'diversi forom sabiex l-istudenti kollha jkunu jistgħu jaċċessawha.", "Fost affarijiet oħra din l-informazzjoni titqiegħed fuq il-website http://home.um.edu.mt/sas; titqiegħed fuq cd li titqassam lil kull għalliem tal-guidance u/jew counsellor f'Malta u Għawdex sabiex dawn ikunu jistgħu jagħmlu użu minnha ma' l-istudenti tagħhom; tiġi prodotta f'forma ta' leaflet li jitqassam mill-uffiċċju; regolarment issir riċerka estensiva mal-popolazzjoni tal- gradwati biex nifhmu aħjar ir-realta' li qed jiffaċċjaw wara li jitilqu mill-universita'.", "L-informazzjoni tvarja minn karrieri għal indikaturi oħra ta' opportunitajiet u kwalita' ta' ħajja tal-gradwati minn diversi korsijiet.", "Din l-informazzjoni hija għodda importanti, kemm għall- universita' kif ukoll għall-għalliema fl-iskejjel sekondarji u post- sekondarji fil-gżejjer Maltin, fejn tiġi mqassma.", "Il-unit qiegħed fil-bidu ta' proċess sabiex jinħoloq kuntatt akbar ma' entitajiet f'diversi setturi ta' l-impjiegi sabiex student li wasal biex jiggradwa jkun aktar espost għad-dinja tax-xogħol.", "HERITAGE MALTA", "8231.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid x'inhuma l-problemi prinċipali li qed iżommu lill- Heritage Malta milli topera kif suppost?", "Jikkonferma li hemm problemi ta' fondi?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-ewwel u qabel kollox għandna lkoll ngħoddu ħajr lil Heritage Malta għall-ħidma eċċellenti ta' din l- organizzazzjoni mwaqqfa b'għaqal mill-gvern preżenti.", "L-istess gvern qed jistħarreġ il-possibbilta` li jgħaddi aktar fondi lil Heritage Malta biex din tkompli tkattar il-ħidma u l-inizjattivi pożittivi tagħha.", "KUNSILL MALTI GĦALL-ISPORT - ĦADDIEMA", "8233.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' impjegati fi ħdan il-kunsill Malti għall-isport?", "Kif inhuma mqassma?", "Jista' jgħid ukoll kemm minnhom għadhom attivi f'xi sport?", "Min huma?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tieni parti tat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 7847.", "Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħti spjegazzjoni ta' x'irid ifisser meta jgħid \"attivi f'xi sport\".", "SKEJJEL TA' L-ISTAT - GĦALLIEMA", "8236.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid f'din is-sena skolastika kemm hemm għalliema ta' l-edukazzjoni fiżika fl-iskejjel ta' l-Istat?", "Kemm minnhom iridu jattendu aktar minn skola waħda?", "F'kull każ kemm huma għalliema rġiel u kemm huma nisa?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: F'din is-sena skolastika, jiġifieri 2004/2005, hemm 94 għalliem ta' l-edukazzjoni fiżika fl-iskejjel ta' l-Istat.", "Hemm żewġ għalliema li jridu jattendu aktar minn skola waħda.", "Informat ukoll li hemm 52 għalliema rġiel u 41 għalliema nisa.", "GĦAQDIET SPORTIVI", "8237.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid liema huma l-għaqdiet sportivi li f'din is-sena finanzjarja talbu għal xi għajnuna finanzjarja?", "Kemm talbu u għal liema skop?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif mitlub tpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni fis-seduta.", "ĊANGA/VITELLA - DAZJI", "8530.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jispjega lill-Kamra għaliex minflok spiċċat il-levy ta' 10c fil-kilo fuq il-laħam taċ-ċanga tal-friża, importat minn non EU countries, illum il-Maltin u l-Għawdxin qed iħallsu 12.8% dazju fuq il-valur tal-prezz tal-laħam, dazju ieħor ta' euro 176.8 fuq 100kg u tariff quota ta' 20% skond it-TARIC code 0202100010 tal-high quality frozen beef and veal?", "Jista' jinformana liema huma dawk il-cuts tal-beef and veal importati minn non EU countries li fuqhom il-konsumaturi, lukandiera, tar-ristoranti, eċċ. se jibdew iħallsu dawn it-taxxi indiretti fuq il-prodotti taċ-ċanga u tal-vitella?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "ĊANGA TAL-FRIŻA/VITELLA - DAZJI", "8531.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jinforma lill-Kamra kemm jammonta f'euros il-valur tad-dazji u tariffi fuq kull kilo laħam taċ-ċanga tal-friża u tal- vitella, importat illum minn non EU countries, varjeta' b'varjeta' skond l- importazzjoni storika li l-gvern innegozja ma' l-Unjoni Ewropea?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-informazzjoni meħtieġa qiegħda fuq id-DDS Website tal-Kummissjoni Ewropea. http://europa.eu.int/comm/taxation customs/dds/cgi-bin/tarchap?Lang=EN", "ĊANGA/VITELLA - DAZJI", "8532.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra kemm minn dazji u tariffi fuq l-importazzjooni tal-laħam taċ-ċanga u tal-vitella minn non EU countries (skond l-importazzjoni storika) se jissussidja l-Gvern Malti u kemm se tissussidja l-Unjoni Ewropea?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jindirizza l- mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "HIGH QUALITY BEEF", "8533.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jinformana kemm hu kkalkolat mill-Gvern Nazzjonalista li l-konsumatur lokali jrid iħallas għal 1,000 tunnellata high quality beef minn New Zealand, li storikament ikkonsma matul dawn l- aħħar snin?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Il konsumatur Malti għandu l-għażla ta' l-istess kwalita' ta' laħam u bl-istess kwantita' għal prezz orħos minn pajjiżi terzi oħra.", "Mill-1 ta' Mejju s'issa l-ebda importatur ma applika għall- kwota tal-high quality beef minn New Zealand.", "HIGH QAULITY FROZEN BEEF AND VEAL", "8534.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jispjega lill-Kamra għaliex minflok 10c levy fil-kilo fuq il-laħam taċ-ċanga tal-friża, importat minn non EU countries, illum il-Maltin u l-Għawdxin qed ikollhom iħallsu 12.8% dazju fuq il-valur tal-prezz tal-laħam, dazju ieħor ta' euro 304.1 fuq 100kg u tariff quota ta' 20% skond it-TARIC code 0202309010 tal-high quality frozen beef and veal?", "Jista' jinformana liema huma l-cuts tal-beef għall-konsumaturi, għal- lukandi, ristoranti, eċċ. li fuqhom se jibdew iħallsu dawn it-taxxi indiretti fuq il-prodott tal-ħajja ta' kuljum?", "Jista' jinforma lill-Kamra kemm minn din it-tariffa se jissussidja l-Gvern Malti u kemm se tissussidja l-Unjoni Ewropea?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "ZOKKOR - SUSSIDJU", "8535.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: B'riferenza għas-sussidji ta' euro 422 fuq tunnellata zokkor li l- gvern qed jissussidja bħala parti mill-prezz intern taz-zokkor ta' l-Unjoni Ewropea li huwa euro 770 kull tunnellata, jista' il-Ministru jinformana jekk id-differenza li jibqa', meta pparagunata mal-prezz taz-zokkor fis-suq internazzjonali, min se jkun qiegħed iħallsu, jekk hux l-Unjoni Ewropea jew il-konsumatur lokali?", "Jista' jinformana bl-istess sitwazzjoni li tirriżulta fuq prodotti oħra essenzjali għall-ħajja ta' kuljum, bħal ġobon, butir, qmuħ, ċereali, frott frisk, eċċ.?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 8326 rigward l-ewwel parti tal-mistoqsija tiegħu, u għall-mistoqsijiet parlamentari 8328, 8329 u 8331 rigward it- tieni parti.", "VETTURI - LIĊENZJI", "8678.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Jista' il-Ministru jgħid jekk f'dawn l-aħħar xhur kienx hemm żidiet fil-ħlas ta' liċenzji marbuta mal-vetturi?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Fl-aħħar xhur ma kien hemm l-ebda żieda fil- liċenzji tal-vetturi.", "S.STEEL – REVIŻJONI TAL-PENSJONI", "8679.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Familja u tas- Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid fiex waslet ir-reviżjoni tal- pensjoni ta' l-ex-ħaddiema ta' l-S.Steel?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 8213, liema tweġiba tapplika wkoll għall- pensjonanti li għamel riferenza għalihom l-Onor.", "Interpellant.", "BORMLA - IMMAKULATA KUNĊIZZJONI", "8680.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Peress li s-sena d-dieħla f'Bormla se jkun imfakkar iċ- ċentinarju ta' l-inkurunazzjoni tal-kwadru ta' l-Immakulata Kunċizzjoni, jista' il-Viċi Prim Ministru jikkunsidra bis-serjeta' li triq fiċ-ċentru ta' Bormla tissemma għal dan l-avveniment storiku?", "ONOR.", "TONIO BORG: Proposta ta' tismija jew bdil fl-isem ta' triq, skond Avviż Legali 176 ta' l-1995, trid toriġina mill-kunsill lokali konċernat u trid tiġi sottomessa għall-kunsiderazzjoni tal-kumitat għat-tismija tat- toroq li jagħmel ir-rakkmandazzjoni tiegħu lill-ministru responsabbli mill- pulizija.", "Dan il-kumitat diġa' irċieva proposta simili mingħand il-kunsill lokali ta' Bormla u qiegħed jikkunsidraha."]} {"filename": "20050518_269d_par.doc", "date": "2005-05-18", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Uffiċjali u Rivedut) L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 269 L-Erbgħa, 18 ta' Mejju, 2005 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 269 L-Erbgħa, 18 ta' Mejju, 2005", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.02 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "269", "L-Erbgħa, 18 ta' Mejju, 2005", "WERREJ", "MINUTI 406", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 406", "TQEGĦID TA' KARTI 415", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "DISKUSSJONI DWAR L-ISTRATEĠIJA TA' LISBONA – KONTINWAZZJONI 418", "AĠĠORNAMENT 445", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 451", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 268 li saret fis-17 ta' Mejju, 2005 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "MSIDA: TA' XBIEX ROAD – PARKING BAYS", "11922.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Billi fi Triq ta' Xbiex, kantuniera ma' Triq Antonio Bosio, Msida qed ikun hemm muturi pparkjati ġo parking bay ta' karozza, meta eżatt maġenb din il-parking bay hemm parking bay oħra apposta għal muturi li qed tkun vojta, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid għaliex il-forzi ta' l-ordni, jiġifieri l-wardens jew il- pulizija, għadhom ma waqqfux dan l-abbuż?", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI (Segretarju Parlamentari) (f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern): Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 7671.", "TRAFFIKAR TA' DROGA – KONFISKA TA' PROPRJETA'", "11923.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm persuni nstabu ħatja ta' traffikar ta' droga?", "X'weħlu l-barranin u x'weħlu l-Maltin?", "Billi l-liġi titkellem fuq konfiska f'każ li wieħed jinstab ħati ta' traffikar ta' droga, jista' jgħid kemm flus, bini u affarijiet oħra ġew konfiskati?", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI (f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern): Ninsab informat illi l-qorti fl-2004 sabet 44 persuna ħatja ta' traffikar ta' droga, 25 minnhom Maltin u 19-il barrani u dan skond kif jidher mil-lista li qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ALFRED SANT (Kap ta' l-Oppożizzjoni): F'dawn l-aħħar snin donnu kien hawn ċertu sentiment, immexxi 'l quddiem minn Sedqa, li t-traffikar u l-użu tad-droga ma kienx daqstant problematiku, aktar u aktar meta kkomparat ma' flaġelli oħra, bħall-konsum ta' stupefaċenti oħra, b'mod speċjali l-alkaħol.", "Issa qed nisimgħu li effettivament il-profitti mid- droga reġgħu telgħin u li għandna problema kbira ħafna, speċjalment fl-użu ta' l-eroina.", "Jista' is-Segretarju Parlamentari jgħidilna x'inhi eżattament il-pożizzjoni u l-evalwazzjoni tal-gvern fil-qagħda tad-droga, it-traffikar tagħha, l-użu tagħha u l-abbuż tagħha?", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Il-pożizzjoni tal-gvern hi li jikkumbatti kemm jista' l-użu u l-traffikar tad-droga.", "Naturalment f'kull mument u ħin għandek kurrenti differenti u l-pulizija ħafna drabi jirnexxielhom isibu, bl-intelligence tagħhom, qabdiet ta' droga - fil-fatt riċentement kellna qabdiet konsiderevoli - pero' ovvjament trid tikkumbatti l-ħin kollu u trid tipprova tifhem dak li jkun għaddej at groundwork level.", "Issa rigward x'qed tagħmel Sedqa, forsi jkun aħjar jekk twieġeb l-Onor.", "Dolores Cristina.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA (Ministru tal-Familja u Solidarjeta` Soċjali): Evidentement il-Kap ta' l-Oppożizzjoni qed jirriferi għall-aħħar rapport li sar min-national focal point wara li għall-ewwel darba nġabret l- informazzjoni mingħand l-istakeholders kollha, rapport li jagħti stampa ċara dwar l-użu tad-droga - safejn hu possibbli, għax lanqas tista' tgħid li hi stampa totali għal kollox – u li minnu joħroġ li għandna numru sostanzjali ta' persuni li jabbużaw mill-eroina.", "Ir-rapport huwa wkoll ibbażat fuq dawk il-persuni li qegħdin in treatment.", "Saret kritika għax ir-rapport ma jagħtix biżżejjed informazzjoni dwar dawk li ngħidulhom users but not abusers.", "Dik ma kenitx l-intenzjoni ta' dan ir- rapport, pero' naħseb li r-rapport jagħti indikazzjoni ċara ta' kif qegħdin fil-preżent għax ejja ngħidu li kien hawn bosta perceptions u misperceptions.", "Naħseb li għandna naraw dan ir-rapport bħala bidu ta' studji oħra u anke ta' tfassil ta' politika, għax fuq kollox dak hu l-għan tan-national focal point u tal-kummissjoni li għandna.", "Matul din is-sena dawn għandhom il-kompitu li jfasslu strateġija nazzjonali kontra l-abbuż u jippreżentawha biex il-gvern ikun jista' ifassal il-politika tiegħu.", "Li joħroġ żgur mir-rapport hu li fejn jidħlu persuni li qed jieħdu t- treatment għandna dik li ngħidulha qabda ta' abusers, li tipparaguna tajjeb ħafna ma' pajjiżi oħra.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Imma b'paragun ma' ħames snin ilu u ma' għaxar snin ilu, il-problema tad-droga - l-użu tad-droga u l-abbuż tad-droga - tiżdied qiegħda jew tonqos?", "Il-programmi preventivi kemm inrexxielhom inaqqsu l- użu tad-droga?", "Forsi l-Ministru ma tafx li Sedqa kienet tagħti briefings fejn tgħid li aktar kruċjali mill-problema tad-droga, hija l-problema ta' l-alkaħol u l- istess aġenzija kienet ippubblikat rapporti f'dan is-sens.", "Għadha dik il- pożizzjoni tal-gvern u ta' l-aġenziji tiegħu?", "Jew inbidlet issa u qed nirrikonoxxu li effettivament l-użu tad-droga qed isir ħafna iktar qawwi milli konna nimmaġinaw?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Nasal biex ngħid li r-rapporti ta' ħames snin u għaxar snin ilu la kienu komprensivi u lanqas xjentifiċi biżżejjed, pero' veru wkoll li għandna preokkupazzjoni qawwija dwar il-konsum ta' l-alkaħol, partikolarment minn dawk taħt l-eta'.", "Huwa proprju għalhekk li nhar it-Tnejn se nressaq memo f'cabinet committee dwar under-age drinking, dwar kif għandna nħarsu lejn il-leġislazzjoni preżenti u kif, fl-opinjoni tiegħi, din għandha tinbidel biex nagħtu iktar protezzjoni lil dawk li huma taħt l-eta'.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mario Galea, domanda supplimentari.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Ħa nieħu spunt minn dak li qed jgħid il-Kap ta' l- Oppożizzjoni, Sur President.", "Naturalment jekk tagħmel diversi programmi preventivi dawn se jkollhom effett, imma fl-aħħar mill-aħħar li jagħmel ħoss hu dawk il-każi ta' persuni li jinqabdu jabbużaw mid-droga, jew xi qabda ta' ammont ta' droga li tkun daħlet f'Malta jew każi ta' overdose.", "Ma taħsibx il-Ministru li diffiċli biex tkejjel eżatt ir-riżultat tal- programmi preventive, anke b'mod xjentifiku, anke jekk dawn ikunu suċċess?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Dak dejjem, għax kif qed jgħid l-Onor.", "Membru, is-suċċess ma tantx jiġi mkejjel u wieħed iktar iħares lejn in-negattiv.", "Pero' nieħu gost ngħid illi f'dawn l-aħħar snin - hawnhekk qed nitkellem b'mod u manjiera ġenwina - anke bis-saħħa ta' l-għajnuna ta' l-Unjoni Ewropea li tagħtina ċerti guidelines u anke fondi, qegħdin f'pożizzjoni li nagħmlu studji aktar profondi u allura qed inħarsu anke lejn setturi partikolari.", "U r-rapport li ħareġ dan l-aħħar iħares proprju lejn dawk il- persuni li qegħdin in treatment.", "Nafu li numru ta' nies jużaw id-droga imma mhux neċessarjament jabbużaw minnha, għalkemm fl-opinjoni tiegħi kull użu tad-droga huwa abbuż.", "Jiġifieri jkollok cohort ta' nies li diffiċli ħafna li jiġu ttraċċati, partikolarment fil-każ ta' dawk li qatt ma jersqu għall-programmi li nipprovdu tramite Sedqa u organizzazzjonijiet oħra non-governattivi u allura diffiċli ħafna biex issegwi lil dawn in-nies.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFED SANT: Nerġa' mmur fuq il-kwestjoni ta' prioritajiet.", "Qed jonqos jew qed jiżdied il-konsum tad-droga?", "X'inhi l-aqwa priorita' bħalissa, il-ġlieda kontra l-konsum ta' l-alkaħol jew kontra l-konsum tad- droga?", "Il-programmi preventivi fil-qasam tad-droga qed jirnexxu jew le?", "Il-konsum soċjali tad-droga qed jiżdied jew le?", "Għax jien informat li l- konsum soċjali qed jiżdied b'rata allarmanti ħafna.", "L-unika organizzazzjoni li baqgħet iżżomm il-bozza tixgħel l-aħmar f'dawn l-aħħar snin hija l-Caritas.", "Għax anke t-terminoloġija li qed tiġi wżata hija kundannabbli, użu vis-a-vis abbuż tad-droga.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Mela l-użu tad-droga mhux kollu abbuż!", "ONOR.", "ALFRED SANT: Bir-rispett kollu, il-Ministru l-ewwel iddaħħal it- terminoloġija \"użu tad-droga\" u \"abbuż tad-droga\" u mbagħad tgħid li \"l-użu huwa dejjem abbuż\".", "Iddaħħalha xejn mill-ewwel din it-terminoloġija allura!", "Għax jekk se nagħmlu distinzjoni bejn l-użu u l-abbuż tad-droga, daħħalnih diġa' il-feles hemmhekk.", "U dan hu li nixtieq nistaqsi effettivament jien għax minn hemm irridu nitilqu, Sur President.", "Il-prioritajiet kif qegħdin inpoġġuhom 'il quddiem?", "Qed inpoġġuhom 'il quddiem b'sens illi l-użu tad-droga - ħa nuża t-terminoloġija tal-Ministru - qed jiżdied?", "Allura l-programmi preventivi għadna naħdmu fuqhom kif konna naħdmu qabel?", "Qed jagħtu riżultati jew le?", "Taħseb il-Ministru li hemm bżonn inkunu ftit aktar b'saqajna ma' l-art biex inkunu nafu eżattament fejn ninsabu vis-a-vis għaxar snin ilu?", "Jekk qed tiżdied il- problema tad-droga, ejja ngħidu li qed tiżdied u qed issir aktar kritika milli kienet qabel.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: L-ewwelnett noġġezzjona għal dak li għadu kemm qal il-Kap ta' l-Oppożizzjoni għax jien użajt il-kelma \"użu\".", "Kulmin jaqra' ir-rapporti dwar il-konsum ta' l-alkaħol u dwar l-użu tad-droga jara li ssir distinzjoni proprju bejn l-użu u l-abbuż.", "Jekk nitkellmu fuq \"użu\" inkunu qed nirriferu għal dawk li ngħidulhom social users, bħalma għandek ukoll fl-alkaħol.", "Jiġifieri noġġezzjona ħafna għall-fatt li l-Kap ta' l- Oppożizzjoni qed jipprova jpoġġi kliem f'ħalqi għax ir-rapporti stess jagħmlu din id-distinzjoni.", "(Interruzzjonijiet)", "Jekk l-Onor.", "Sant qed jirriferi għar-rapport, jiena wkoll qed nirriferi għalih u nara d-distinzjoni bejn użu u abbuż.", "Biss nerġa' nirrepeti li kollox huwa abbuż, Sur President.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Tista' il-Ministru tagħmlilna distinzjoni bejn użu u abbuż tad-droga ħalli nifhmu aħjar?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Hawn min jagħmel użu mid-droga for social purposes - dawk li jgħidulhom anke weekend users - pero' ma jkunux abusers fis-sens li d-droga tieħu over ħajjithom u jkollhom bżonn ta' rehabilitation.", "(Interruzzjonijiet) Issa jekk lill-Onor.", "Sant din id- distinzjoni ma togħġbux, dik m'hijiex definizzjoni tiegħi imma hija definizzjoni li toħroġ mir-rapporti.", "Il-prioritajiet tagħna jibqgħu dejjem li jonqos l-użu ta' l-alkaħol kif ukoll tad-droga u l-programmi tagħna qed ikollhom suċċess għax, minkejja l- fatt li għandna numru ta' nies jagħmlu użu mid-droga u mill-alkaħol, xorta waħda bil-politika li qegħdin nużaw, anke permezz ta' programmi ta' prevenzjoni u ta' outreach fl-iskejjel, qed jirnexxielna li minn eta' żgħira almenu nwasslu l-messaġġ illi d-droga, l-alkaħol u sustanzi oħra m'għandhomx jiġu wżati.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jiġifieri l-Ministru tinsab sodisfatta li dawn il- programmi preventivi qed ikollhom l-effett li jnaqqsu l-konsum tad-droga jew il-potenzjal għall-konsum tad-droga - ħalli ngħid konsum flok użu - hux hekk?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Biex inkunu preċiżi, għandek użu tad-droga u konsum ta' l-alkaħol.", "Pero' jekk tistaqsi jekk iniex kuntenta biċ-ċifri ngħidlek li m'iniex, la meta jkollna nies fir-riskju ta' faqar, la meta jkollna nies jikkonsmaw l-alkaħol u lanqas meta jkollna nies jużaw id- droga.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Fuq stat ta' fatt issa ħalli naraw fejn qegħdin.", "Qed jiżdied l-użu, il-konsum u l-abbuż tad-droga jew qed jonqos?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Ir-rapport li ħareġ din il-ġimgħa juri li għandna bżonn inkunu with our feet on the ground u nieħdu ħsieb li ma jkollniex żieda f'dawk li qegħdin jabbużaw u jużaw.", "U aħna hekk se nagħmlu, Sur President.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Galea.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Nerġa' nieħu spunt minn dak li qed jgħid il-Kap ta' l- Oppożizzjoni u nistaqsi lill-Ministru jekk tafx b'xi pajjiż Ewropew ieħor fejn il-gvern jirrapporta li m'għandux problema tad-droga jew li rnexxielu jikkontrollaha.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Le, ma nafx pero' xorta ma nħossnix li nista' nuża din it-tip ta' ġustifikazzjoni, bir-rispett kollu.", "Għax jekk għandna 100 persuna li jużaw id-droga xorta għandna ħafna.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ħa nerġa' nirrepeti l-mistoqsija tiegħi, Sur President.", "F'dan il-pajjiż, skond il-gvern, qed jiżdied il-konsum, l-użu u l-abbuż tad-droga jew m'huwiex qed jiżdied?", "Din hi l-mistoqsija tiegħi, bħala stat ta' fatt issa.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Jiena għedtlek u nerġa' nirrepeti li għandna użu ta' droga li żgur m'aħniex kuntenti bih u ninsabu mħassbin dwaru.", "Issa jekk tgħidli biex nara r-rapporti ...", "(Interruzzjonijiet) Ir-rapporti li kienu joħorġu qabel m'humiex l-istess rapporti li qegħdin joħorġu llum u allura ma nistax nuża l-istess bażi.", "Jekk il-Kap ta' l-Oppożizzjoni jridni ngħidlu li r-rata qed tiżdied biex imbagħad niġi kkwotata li għedt hekk, m'iniex se nagħmilha għax m'għandix żewġ rapporti identiċi biex inkun nista' nikkompara.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jiġifieri qed nifhem li l-Ministru m'għandhiex deċiżjoni fuqha din?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Naħseb li hawnhekk iktar ġejja a battle of wits milli a battle of question and answer u allura m'għandix x'inżid mat- tweġiba li tajt, Sur President.", "TA' QALI – INĊIDENTI BEJN PARTITARJI U L-PULIZIJA", "12114.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm weġġgħu pulizija waqt l-inkwiet li nqala' wara l-logħba bejn Floriana u Valletta nhar is-Sibt 23 ta'April, 2005?", "Kien hemm pulizija li korrew serjament u se jkollhom jibqgħu barra mix-xogħol?", "Kemm nies ġew arrestati?", "X'akkużi nġabu kontrihom?", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI (f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern): Ninsab informat illi fl-inċidenti msemmija weġġgħu minn ta' lanqas żewġ membri tal-korp tal-pulizija, li wieħed minnhom kellu joħroġ bis-sick leave.", "Informat ukoll illi b'konnessjoni ma' dawn l-istess inċidenti, qed jittieħdu proċeduri kriminali kontra għaxar persuni.", "GĦAJNUNA LIR-RUGBY FOOTBALL UNION", "12115.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid x'għajnuna beħsiebu jagħti l-ministeru lit-team nazzjonali tar-rugby?", "Intalbet xi għajnuna mill-federazzjoni tar-rugby?", "Japprezza l-Ministru li biex lagħbu l-aħħar logħba kontra s-Serbia, kellhom iħallsu mijiet ta' liri għall-użu tal-ground?", "Japprezza li dan it-team għamel unur lil Malta u b'hekk jistħoqqlu kull għajnuna possibbli?", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi): Informat li talbiet għall-għajnuna minn għaqdiet sportivi għandhom isiru lill-kunsill għall-isport.", "Fil-fatt l-għaqdiet sportivi għandhom lista ta' skemi ta' assistenza u inċentivi maħruġa mill- istess KMS biex ikunu jistgħu japplikaw.", "Informat ukoll li l-istess kunsill diġa' offra għajnuna għal-logħba internazzjonali li jmiss.", "SKEJJEL INDIPENDENTI - SIXTH FORM", "12116.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi talba għall-ftuħ ta' sixth form mis-sena skolastika li jmiss - jew anke aktar 'il quddiem - minn xi skola indipendenti?", "Jista' jagħti d- dettalji rilevanti?", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi): Informat li ma saret l-ebda talba għall-ftuħ ta' sixth form minn xi skola indipendenti.", "VAT FUQ MATERJAL EDUKATTIV", "12117.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid x'kien id- dħul totali mill-VAT fl-ewwel tliet xhur ta' din is-sena?", "Kemm minn dan kien minn dħul tal-VAT impost fuq materjal edukattiv u dan skond l-istess liġi tal-VAT?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li d-dħul totali mill-VAT għall-ewwel tliet xhur ta' din is-sena kien ta' Lm45,441,947 li minnu ngħataw Lm8,211,754 f'rifużjoni u għaldaqstant id-dħul nett hu ta' Lm37,230,193.", "Id-dipartiment m'għandux informazzjoni dwar l-ammont miġbur fuq materjal edukattiv.", "SKOLASAJF", "12118.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid x'kontroll se jkun hemm biex jiġi assigurat li l-iskejjel kollha li joffru skola fis-sajf ikunu skond il-linji gwida tad-diviżjoni ta' l-edukazzjoni?", "Se jkollhom isiru xi ħlasijiet għal dan l-iskop?", "Se tiġi applikata l-VAT?", "Kulmin se joffri din l-iskola fis-sajf irid jinforma lid-diviżjoni, anke jekk tkun skola stabilita?", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi): Informat li min jorganizza skola tas-sajf u mhux diġa' liċenzjat bħala skola skond l-Att ta' l-Edukazzjoni, għandu jikseb ċertifikat ta' reġistrazzjoni mill-ministeru permezz tad-diviżjoni ta' l- edukazzjoni.", "Informat ukoll li l-programm għandu jkun skond il-kurrikulu nazzjonali u jkun immexxi minn persuni kwalifikati, filwaqt li l-bini wżat għandu jkun adatt kif jitolbu kriterji stabiliti, bid-diviżjoni ta' l-edukazzjoni tirriserva d-dritt li tispezzjona l-programmi u l-postijiet fejn isiru u li twaqqafhom jekk ikun meħtieġ.", "Ma jintalab l-ebda ħlas mar-reġistrazzjoni.", "INĊIDENTI FIL-VICTOR TEDESCO", "12119.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministu jgħid jekk itteħdux passi kontra dawk il-persuni li waddbu numru mhux ħażin ta' fliexken żgħar tal-plastik wara l-logħba bejn Senglea u Hamrun li saret fil-Victor Tedesco nhar is-Sibt 23 ta'April, 2005?", "Jista' jgħid ukoll kemm kien hemm pulizija fil-ground?", "Kemm minnhom kienu xogħol u kemm on extra duty bi ħlas?", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI (f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern): Ninsab informat illi in konnessjoni ma' l-inċidenti msemmija mill-Onor.", "Interpellant, il-pulizija bdiet proċeduri kriminali kontra erba' persuni.", "Informat ukoll li għal din il-logħba kien hemm dettaljati 15-il membru tal- korp tal-pulizija, li ħamsa minnhom kienu on extra duty bi ħlas.", "DĦUL FI DJAR TA' L-ANZJANI", "12358.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': B'riferenza għall- mistoqsija parlamentari 12028, jista' il-Ministru jagħtina l-istess informazzjoni għal Ħad-Dingli, Ħaż-Żebbuġ u Għawdex separatament?", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI (f'isem il-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita'): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li n-numru ta' dawk li għandhom talba pendenti sabiex jiġu akkomodati f'dar ta' l-anzjani huwa disgħa f'Ħad-Dingli, 20 f'Ħaż-Żebbuġ u tlieta f'Għawdex.", "Dawn it-talbiet jiġu milqugħa skond il-merti tagħhom, jiġifieri skond l- assessment mediku u soċjali.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jista' s-Segretarju Parlamentari jispjega x'inhuma l- guidelines kif isiru dawn l-assessments għax donnu li jvarjaw u jinbidlu l- ħin kollu?", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Ikolli ngħid li jeżistu guidelines, pero' l-Onor.", "Interpellant irid japprezza li m'humiex quddiemi u għalhekk nitlolbu jagħmel domanda bil-miktub ħalli jingħata l-informazzjoni li jrid.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, jiena qiegħed hawn nagħmel id-dover tiegħi u kien ikun aktar utli kieku kellha tkun hawn is-segretarju parlamentari responsabbli biex tkun tista' tweġibni u mhux noqgħod nagħmel mistoqsija bil-miktub.", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Mr Speaker, jiena bl-ebda mod ma rrid nixħet xi ombra fuq l-Onor.", "Mizzi u anke lest nagħtih linji gwida kif għandu jagħmel id-domandi parlamentari!", "Fil-fatt hawn ukoll l-Onor.", "Helen D'Amato u se nħalli f'idejha biex twieġbu hi.", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "HELEN D'AMATO (Segretarju Parlamentari): Niskuża ruħi għax inqbadt fuq xogħol ieħor, Sur President.", "L-Onor.", "Interpellant staqsa dwar il-linji gwidi ta' kif isiru l-assessments biex persuni jkunu jistgħu jidħlu f'dar ta' l-anzjani u nispjega.", "Hemm bord apposta biex jagħmel l-assessments u dan joqgħod fuq rapport mediku li jkun għamel it-tabib tal-klijenta stess li tkun qed tapplika.", "Aħna noqogħdu fuq dak ir-rapport fil-każ ta' persuni li jkunu se jidħlu f'St. Vincent de Paule.", "Pero' għal dawk il-persuni li jkunu jridu jidħlu fi djar oħra, s'issa s-sistema hi li jkun hemm ukoll assessment mediku minn rehabilitation team li jara li l-klijenta tkun tista' tiġi admitted ġo home u mhux ġewwa St. Vincent de Paule għax il-kriterji huma differenti.", "Imbagħad hemm is-social report u dan jista' jidħol f'ħafna affarijiet, jiġifieri mhux biss jekk il-persuna tkunx tista' tieħu ħsieb tagħha nnifisha mil-lat mediku imma anke aspetti bħalma huma s-social network li jkollha, il-family network li jkollha u s-sitwazzjoni li tkun tinsab fiha b'mod iktar wiesa'.", "BIĊĊERIJA – ĦLAS TA' OVERTIME", "12361.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jagħti breakdown tal-pagamenti li l-biċċerija għandha tħallas bħala overtime lill- ħaddiema?", "ONOR.", "FRANCIS AGIUS (Segretarju Parlamentari) (f'isem il-Ministru għall- Affarijiet Rurali u Ambjent): Ninsab informat li l-overtime ta' l- impjegati fil-biċċerija għad irid jiġi vverifikat mis-servizzi korporattivi - verifiki bħal dawn saru f'oqsma oħra tal-ministeru - u għalhekk m'iniex f'pożizzjoni li nagħti l-informazzjoni mitluba.", "SERVIZZ PUBBLIKU – RIŻENJI, TKEĊĊIJA U BOARDING-OUT", "12363.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm impjegati taċ-ċivil irriżenjaw, tkeċċew jew ġew boarded-out matul dawn l- aħħar ħames snin?", "Jista' jipprovdi l-informazzjoni għal Malta u Għawdex separatament?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): L-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-mejda tal- Kamra, għalkemm l-MPO ma żżommx informazzjoni separata fuq min ikun residenti f'Malta jew Għawdex.", "TIĠIEĠ TAS-SIMNA", "12364.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Skond il-kalkoli tal-ministeru, kemm huwa n-numru ta' tiġieġ tas-simna li jinqatlu minn proċessuri li huma konformi mar-regoli ta' l-Unjoni Ewropea?", "Kemm hi l-qatla fil-każ ta' proċessuri li għadhom m'humiex konformi 100% mar-regoli ta' l-Unjoni?", "ONOR.", "FRANCIS AGIUS (f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent): Peress li qed tittieħed azzjoni mill-awtoritajiet tas-saħħa kontra dawk il-proċessuri li m'għandhomx programm approvat mid-diviżjoni ta' l-affarijiet veterinarji, m'iniex f'pożizzjoni li nwieġeb din il- mistoqsija.", "PREZZ TAL-MEDIĊINI GĦAT-TJUR U L-BHEJJEM", "12367.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni: B'riferenza għall- mistoqsija parlamentari 12027, jista' il-Ministru jinformana jekk investigax x'ikkawża l-għoli tal-prezzijiet tal-mediċini għat-tjur u l- bhejjem matul l-aħħar għaxar xhur?", "Jista' jinformana bis-sitwazzjoni?", "ONOR.", "FRANCIS AGIUS (f'isem il-Ministru għall-Kompetittivita` u Komunikazzjoni): Jien informat li l-uffiċju tal-kompetizzjoni ġusta ma jeżerċitax price control fis-sens l-antik, iżda jinvestiga biss jekk jissuspetta li l-prezz fis-suq ta' prodott jew xi servizz partikolari ma jirrifletix kompetizzjoni ġusta minħabba xi ftehim restrittiv jew abbuż ta' dominanza.", "Filwaqt li l-uffiċċju ma wasallu ebda lment fir-rigward ta' dan il-prodott, madankollu se ninvestigaw l-ilment imressaq mill-Onor.", "Membru u f'dan is- sens napprezza jekk ikolli aktar informazzjoni dwar dan il-każ.", "KAŻ TA' PENSJONI", "12369.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tinvestiga kif persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, tista' tingħata l-pensjoni immedjatament?", "Din il-persuna hija eliġibbli għall-pensjoni mill-pajjiż fejn snin ilu kienet tgħix u taħdem?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Il-persuna indikata mill-Onor.", "Interpellant ġiet informata dwar il-każ tagħha bil-miktub mid-dipartiment tas-sigurta' soċjali.", "Mr Speaker, xtaqt inżid ngħid li qatt ma daħlet talba għal xi pensjoni mingħand il-persuna indikata, la minn hawn Malta u lanqas minn barra u għalhekk ikun aħjar jekk l-Onor.", "Noel Farrugia jiġbdilha l-attenzjoni f'dan is-sens.", "FGURA: TRIQ TAX-XEMX U L-QAMAR - ASFALTAR", "12410.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Stefan Buontempo) staqsa lill- Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jgħid meta huwa mistenni li jsir l-asfaltar ta' Triq tax-Xemx u l-Qamar, fil-Fgura u meta se ssir il-bankina ta' l-istess triq?", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI (f'isem il-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq): Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "FGURA: TRIQ TAX-XEMX U L-QAMAR – ARBLI TAD-DAWL", "12411.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Stefan Buontempo) staqsa lill- Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid meta se jsiru l-arbli tad-dawl fi Triq tax-Xemx u l-Qamar, fil-Fgura?", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI (f'isem il-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni): Jien informat li x-xogħol meħtieġ sar sitt xhur ilu.", "BORMLA – ISTALLAR TA' LIFT FI BLOCK APPARTAMENTI", "12412.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Stefan Buontempo) staqsa lill- Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid jekk fi block tal-gvern li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, hux mistenni li jiġi stallat lift?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Ninsab informata li l-awtorita' tad-djar ma rċeviet l-ebda talba għall-istallar ta' lift fil-block indikat.", "QRATI – IMĠIBA TA' ĊERTI MPJEGATI", "12413.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Stefan Buontempo) staqsa lill- Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'passi se jieħu fuq l-ittra annessa?", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI (f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant illi l-ittra msemmija ġiet mgħoddija lid-dipartiment konċernat għall-istħarriġ meħtieġ.", "EUROPEAN SPATIAL DEVELOPMENT PERSPECTIVE", "12431.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Roderick Galdes) staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 12188 u jgħid jekk il-ministeru jew id-dipartimenti fi ħdanu kellhomx diskussjonijiet mal-Kummissjoni Ewropea dwar il-European spatial development perspective?", "Jista' jgħid jekk ġewx sottomessi xi proposti jew proġetti marbuta ma' dan il-pjan?", "X'kienu jinkludu?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 12188.", "AIR SUPPLIES", "12432.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Leo Brincat) staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il- Ministru jgħid x'inhuma l-pjani tal-gvern dwar il-kumpannija Air Supplies?", "X'se jiġri mill-ħaddiema konċernati?", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI (f'isem il-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni): L-Air Malta se tbigħ 60% tal-ishma tagħha fil-kumpannija Air Supplies & Catering Co. Ltd.", "Il- proċess miexi skond kif ippjanat u t-transazzjoni hija ppjanata li tkun magħluqa sa Ġunju li ġej.", "Ir-relazzjoni bejn l-impjegati u l-kumpannija tibqa' miexja skond il-ftehim eżistenti.", "NI CONTRIBUTIONS", "12433.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Leo Brincat) staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Billi lil ċerta persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament qalulha li kien jonqosha 17-il kontribuzzjoni tan-national insurance biex tikkwalifika għall-pensjoni, tista' tħallas is-somma dovuta ħalli ma tiġix skwalifikata?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Ninsab informata li l-persuna indikata ġiet informata dwar il-każ tagħha bil-miktub mid-dipartiment tas-sigurta` soċjali.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "Is-Segretarju Parlmentari.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Sur President, f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern inqiegħed fuq il-mejda tal- Kamra:", "Avviż Legali Nru. 137 ta' l-2005 - Regolamenti ta' l-2005 dwar mard u kondizzjonijiet komunikabbli;", "Tagħrif dwar persuni ħatja ta' traffikar ta' droga, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 11923;", "f'isem il-Ministru għall-Kompetittivita` u Komunikazzjoni nqiegħed fuq il- mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru. 136 ta' l-2005 - Radio equipment and telecommunications terminal equipment and the mutual recognition of their conformity (amendment) regulations, 2005; u", "f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru. 138 ta' l-2005 - Plant quarantine (national certification scheme) regulations, 2005;", "Avviż Legali Nru. 139 ta' l-2005 - Avviż ta' bidu fis-seħħ tar- regolamenti ta' l-2005 dwar il-libertà ta' aċċess għal informazzjoni dwar l-ambjent; u", "Avviż Legali Nru. 140 ta' l-2005 - Regolamenti ta' l-2005 dwar skema kummerċjali tal-komunità Ewropea dwar l-emissjonijiet ta' gassijiet Serra.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Jason Azzopardi.", "KUMITATI PERMANENTI", "ONOR.", "JASON AZZOPARDI (President tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u Ewropej): Mr Speaker, nirrapporta li:-", "Erbatax-il dokument maħruġa mill-Kummissjoni Ewropea (pipeline acquis) ġew scrutinised u cleared mill-working groups fi ħdan il-Kumitat dwar l- Affarijiet Barranin u Ewropej;", "Erba' dokumenti maħruġa mill-Kummissjoni Ewropea (pipeline acquis) ġew scrutinised u cleared mill-working group fi ħdan il-Kumitat dwar l- Affarijiet Barranin u Ewropej wara li ġiet lifted il-parliamentary scrutiny reservation; u", "Dokument maħruġ mill-Kummissjoni Ewropea (pipeline acquis) kien ġie scrutinised u cleared mill-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali.", "Issa nqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "1.", "Proposal for a Decision of the European Parliament and of the Council laying down guidelines for trans-European energy networks and repealing Decisions No 96/391/EC and No 1229/2003/EC (COM (2003) 742 final);", "2.", "Proposal for a Directive of the European Parliament and of the Council on energy end-use efficiency and energy services (COM (2003) 739 final);", "3.", "Proposal for a Directive of the European Parliament and of the Council concerning measures to safeguard security of electricity supply and infrastructure investment (COM (2003) 740 final);", "17.", "Proposal for a Regulation on Conditions of Access to Gas Transmission Networks (COM (2003) 741);", "115.", "Proposal for a Directive of the European Parliament and the Council on a Community Air Traffic Controller Licence (COM (2004) 473) – Kontinwazzjoni;", "124.", "Communication - Modernising Social Protection for the Development of High-Quality Accessible and Sustainable Health Care and Long-Term Care: Support for the National Strategies using the \"Open Method of Coordination\" (COM (2004) 304);", "132.", "Proposal for a Directive of the European Parliament and of the Council introducing humane trapping standards for certain animal species (COM (2004) 532 final);", "133.", "Proposal for a Council Decision authorising Sweden to apply a reduced rate of taxation to electricity consumed by certain households and service sector companies in accordance with Article 19 of Directive 2003/96/EC (COM(2004) 852 final);", "134.", "Proposal for a Council Decision amending Decision 2000/256/EC authorising the Kingdom of the Netherlands to apply a measure derogating from Article 11 of the sixth Council Directive 77/388/EEC on the harmonisation of the laws of the Member States relating to turnover taxes (COM(2004) 854 final);", "135.", "Council Decision on the signing and conclusion by the European Community of the Convention on International interests in mobile equipment and its Protocol on matters specific to aircraft equipment, adopted jointly in Cape Town on 16th November 2001, (SEC (2002) 1308); 136.", "Proposal for a Council Decision on the accession of the Community to United Nations Economic Commission for Europe Regulation No 55 on Provisions concerning the approval of Mechanical Coupling components of Combinations of Vehicles, (COM (2005) 19);", "137.", "Proposal for a Regulation of the European Parliament and of the Council on Nutrition and Health Claims made on Foods, (COM (2003) 424);", "139.", "Proposal for a Council Decision amending Decisions 2001/507/EC and 2001/509/EC with a view to making UN/ECE Regulations 109 and 108 on Retreaded Tyres compulsory, (COM (2004) 774);", "146.", "Modified Proposal for a Council decision approving the conclusion by the Commission on behalf of the European Atomic Energy Community of an Agreement on a Multilateral Nuclear Environmental Programme in the Russian Federation and its protocol on claims, legal proceedings and indemnification (COM +2003) 289);", "149.", "Proposal for a Council Regulation on Financial and Technical measures to accompany (MEDA) the Reform of Economic and Social Structures in the Framework of the Euro-Mediterranean Partnership (Codified Version), (COM (2004) 77);", "150.", "Proposal for a Council Regulation on a Community Position in the Association Council on the Implementation of Article 84 of the Euro- Mediterranean Agreement establishing an Association between the European Communities and their member states, of the one part, and the Kingdom of Morocco, of the other part (COM (2004) 426);", "151.", "Proposal for a Council Decision on the Community Position in relation to the Establishment of a Joint Consultative Committee to be decided on by the Association Council established by the Europe Agreement between the European Communities and Romania (COM (2004) 677 Final);", "152.", "Communication from the Commission: European Development Fund (EDF) estimate of commitments and payments and of contributions to be paid by the member states for 2004 and 2005 and forecast of commitments and payments for 2006 to 2009 (COM (2004) 763 final); u", "153.", "Proposal for a Directive of the European Parliament and of the Council relating to emissions from air conditioning systems in motor vehicles and amending Council Directive 70/156/EEC (COM (2003) 492).", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "DISKUSSJONI DWAR L-ISTRATEĠIJA TA' LISBONA – KONTINWAZZJONI", "(Tkompli mis-17 ta' Mejju, 2005)", "MR SPEAKER: Rimarki?", "Il-Ministru Dolores Cristina.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Sur President, illum ninsabu fl-aħħar seduta mit- tlieta li kellna għad-diskussjoni fuq l-istrateġija ta' Lisbona.", "Il- kollegi taż-żewġ naħat tal-Kamra diġa' kellhom l-opportunita' li jitkellmu dwar ħafna aspetti ta' dan is-suġġett u għalhekk se nipprova nevita r- ripetizzjonijiet.", "Madankollu xtaqt li fil-bidu tas-seduta nfakkar daqsxejn l-għanijiet ewlenin ta' din l-istrateġija.", "Irrid ngħid li bħala ċittadini Maltin kif ukoll ċittadini Ewropej, flimkien ma' ċittadini oħra Ewropej, irridu nersqu lejn rati għolja ta' impjiegi aħjar u lejn tkabbir fl-ekonomija tal-pajjiż.", "Dan nagħmluh billi jkun hemm koeżjoni soċjali, billi jkun hemm tqassim ekwu tal-ġid li għandna u billi jkun hemm protezzjoni ambjentali.", "U naħseb li kif jgħidu l-Ingliżi, hawnhekk qegħdin naraw a tall order indeed!", "Ħalli issa nħares ftit lejn l-aġenda soċjali l-ġdida li ġiet ippreżentata mill-kummissjoni Ewropea proprju fil-bidu ta' din is-sena.", "Din l-aġenda qiegħda hemmhekk sabiex timmodernizza l-mudell soċjali ewropew proprju taħt din l-istrateġija li qed niddiskutu llum.", "L-aġenda qajmet ukoll xi kontroversji, u kien hemm ukoll min wera ċertu tħassib fuqha.", "Naħseb li għad hemm min forsi għadu jġorr ċertu tħassib minkejja l- kjarifikazzjonijiet li saru sabiex tiġi ċċarata l-pożizzjoni.", "U din ġiet iċċarata b'mod partikolari minħabba kontroversja li qamet u fejn smajna li f'Malta kien hemm min qiegħed jibża' li se jkun hemm l-aspett politiku li jaqa' taħt dak ekonomiku.", "Madanakollu, l-aġenda l-ġdida tikkonċentra fuq il-provvediment ta' impjiegi u ta' opportunitajiet indaqs għal kullħadd.", "Pero' irridu niżguraw ukoll li l-benefiċċji ta' l-Unjoni Ewropea li jinħolqu minn dawk l-impjiegi jaslu għand kull persuna fis-soċjeta' tagħna.", "Hawnhekk irrid ngħid li wieħed għandu jenfasizza li l-immodernizzar fis-suq tax-xogħol u fis-sistemi tal- protezzjoni soċjali qed jgħinu sabiex in-nies ikunu jistgħu jaħtfu l- opportunitajiet li jinħolqu mill-kompetizzjoni internazzjonali, mill- avvanzi fit-teknoloġija, mix-shifting trends tal-popolazzjoni u affarijiet bħal dawn.", "Pero' hawnhekk irridu dejjem naraw li kulma jsir f'dan il-qasam jibqa' jsir sabiex fl-aħħar mill-aħħar jasal għand iċ-ċittadin, u b'hekk dejjem titjieb il-kwalita' tal-ħajja, speċjalment ta' dawk li huma l-aktar vulnerabbli.", "Sur President, fil-qasir nista' ngħid li l-aġenda soċjali għandha żewġ prioritajiet orizzontali.", "Dawn il-prioritajiet huma aktar ħolqien ta' impjiegi aħjar kif ukoll il-ġlieda kontra l-faqar u opportunitajiet indaqs fis-soċjeta' tagħna.", "Issa rajna li fl-2001 kien hemm 15% taċ-ċittadini ta' l-Unjoni Ewropea li kienu f'riskju ta' faqar filwaqt li kellna 9% li kienu f'riskju persistenti ta' faqar.", "Din l-informazzjoni tinġabar ħalli nkunu nistgħu naraw is-saffi kollha tas-soċjeta' u b'hekk ikollna dejjem stampa ċara ta' kif is-soċjeta' tagħna hija maqsuma.", "B'hekk inkunu nistgħu naraw kif minn saff wieħed nibqgħu telgħin aktar 'il fuq.", "Naħseb li lkoll kemm aħna nafu li l-faqar jintiret matul il- ġenerazzjonijiet.", "Hawnhekk m'iniex qiegħda nitkellem biss fuq bażi ekonomika iżda anke fuq bażi soċjali.", "Għalhekk il-ħtieġa tagħna għandha tkun lejn il-ġlieda kontra l-faqar u kontra l-esklużjoni soċjali, liema ġlieda għandha tkun waħda aggressiva!", "Pero' milli jidher il-ġlieda s'issa ma kenitx aggressiva biżżejjed, u għalhekk qed naraw din ir-review fl- istrateġija ta' Lisbona.", "Il-kummissjoni Ewropea qiegħda tgħidilna li kull leġislazzjoni li toħroġ minn ħdanha għandu jkollha l-element soċjali, kif ukoll irid jitqies l-impatt tagħha fuq iċ-ċittadini tal-pajjiżi membri.", "F'Malta wkoll qed nieħdu sehem fl-open method of coordination, u allura qed naraw ukoll kif nistgħu nfasslu pjani ta' azzjoni u nagħmlu objectives, time tables u skedi sabiex dejjem nilħqu l-pjani tagħna.", "Sur President, hawnhekk imbagħad qed naraw xi ċaqliq - nisperaw li dan iċ- ċaqliq ikun wieħed ta' progress - mir-rapporti annwali li jridu jsiru minn dawn il-pajjiżi membri.", "L-oġġettivi huma tajbin, pero' irid ikollhom magħhom proġetti kif ukoll programmi u li ovvjament dawn irid ikollhom il- fondi meħtieġa.", "Jiġifieri hawnhekk qed nitkellmu dejjem fuq xi ħaġa li għandha forma ta' ċirku.", "Qegħdin naraw li dawn l-oġġettivi qed isibu għajnuna finanzjarja mill-kummissjoni ewropea.", "Din l-għajnuna ġejja fil-forma ta' fondi strutturali u bħala fondi soċjali ewropej.", "Narawha wkoll anke meta nħarsu lejn il-programm Progress.", "Naraw li dan qiegħed hemmhekk proprju sabiex joħloq l-impjiegi, kif ukoll programmi li huma ndirizzati lejn il-protezzjoni soċjali u lejn it-tneħħija ta' kull forma ta' diskriminazzjoni.", "Nerġa' ngħid li l-istrateġija ta' Lisbona għandha l-politika soċjali bħala l-pilastru ewlieni tagħha.", "U għalhekk nafu li l-mudell soċjali tagħna jrid jitfassal u jimxi b'mod u manjiera li joħloq xibka għal min hu l-aktar vulnerabbli, filwaqt li jgħin ukoll lil min jista' jersaq 'il quddiem sabiex ikun jista' jagħmel dan.", "Sur President, fil-pjan nazzjonali pajjiżna ntrabat ukoll ma' ċerti targets dwar l-inklużjoni soċjali, kontra l-faqar u dwar l-impjiegi.", "Aħna għamilna l-miri tagħna, u nazzarda ngħid li ċerti miri huma ambizzjużi.", "Issa ma naħsibx li hija xi ħaġa żbaljata li jkollok l-ambizzjoni sakemm tkun taf x'inhuma r-realtajiet preżenti.", "Hawnhekk xtaqt nikkwota ftit mir-rapport ta' Wim Kok meta kien qiegħed jitkellem fuq l-istrateġija ta' Lisbona.", "Dan ir-rapport sar f'Novembru tas-sena l-oħra u jġib l-isem ta' \"Facing the challenge\".", "U filwaqt li kien qiegħed jitkellem on growth and employment qal li: \"Not all member states start from the same position, especially those who have recently joined.", "For them the message needs to be more nuanced and calibrated, recognising the economic reality that they started from.", "And even if the statistical targets remain distant, if they have made significant progress they should be praised nevertheless.\"", "Nemmen li aħna rridu nagħrfu r-realtajiet tagħna, irridu naraw minn fejn bdejna, fejn qegħdin u rridu nkunu nafu eżattament fejn irridu mmorru.", "Meta s-sena l-oħra ġie mħabbar il-pjan nazzjonali dwar l-esklużjoni soċjali, konna elenkajna 12-il prijorita' li rridu naħdmu fuqhom fis-snin li ġejjin.", "Fil-fatt dawn diġa' qegħdin naħdmu fuqhom.", "Kien hawn ukoll min laqqam lil dan id-dokument bħala \"wish list\", pero' naf ukoll li min huwa ffokat fuq dan is-settur jaf eżattament x'qiegħed isir!", "Jaf ukoll li l-maġġoranza tal-proġetti msemmija f'dan id-dokument diġa' ġew imfassla, u minn hawn u ftit ieħor se narawhom jidħlu fil-fażi ta' implimentazzjoni.", "Huwa faċli ħafna li noqogħdu nikkritikaw bħalma fil-fatt smajt din il-ġimgħa hawnhekk, pero' naħseb li rridu nirrikonoxxu wkoll dak li sar.", "Jekk ma nagħmlux hekk, inkunu biss ċiniċi u pessimisti, u nitilfu wkoll il-ġlieda qabel ma din tkun bdiet!", "Sur President, jekk ma jagħmel xejn dan il-pjan nazzjonali, qiegħed jagħti stampa ċara tal-ħteġijiet li pajjiżna għandu bżonn.", "Anke hawnhekk kien hemm min ikkritika u qal li issa anke l-gvern qiegħed jammetti li f'pajjiżna hawn nies fir-risku tal-faqar.", "Pero' safejn naf jien ħadd ma kien qiegħed jinnega li f'pajjiżna hawn nies fir-riskju tal-faqar jew li għandna nies li huma aktar foqra minn oħrajn!", "Din hija xi ħaġa ovvja, u naħseb li kull pajjiż, anke l-aktar wieħed sinjur, għandu faxxa ta' nies li huma fil-faqar jew inkella f'riskju ta' faqar!", "Madankollu l-punt kruċjali li rrid nagħmel hawnhekk huwa li skond ir- riżorsi tagħna aħna dejjem nagħmlu mill-aħjar sabiex nieħdu ħsieb dawk li għandhom bżonn il-protezzjoni tagħna.", "Il-bieraħ kien hemm min ikkritika minħabba l-fatt li l-istatistika li ntużat kienet dik ta' ħames snin ilu.", "Skond il-metodoloġija stess tal-Eurostat, din għamlet użu mill-household budgetary surveys tas-sena 2000.", "U dan m'għamlitux fil-każ ta' Malta biss.", "Barra minn hekk, dan il-household budgetary survey m'huwiex xi eżerċizzju li jsir ta' kull sena.", "Għalhekk meta l-Eurostat titlob lill-pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropea sabiex jagħtuha dawk li jgħidulhom ad hoc modules fuq xi aspetti partikolari, dawn jingħataw, u minn fuq dak li jintalab jinħareġ ir-rapport.", "F'pajjiżna l-persentaġġ ta' nies fir-riskju ta' faqar huwa fl-istess livell medju tal-pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropea.", "Issa b'daqshekk mhux se ngħid li jiena kuntenta.", "Pero' kif għedt aktar kmieni, l-ebda pajjiż ma jirnexxilu jgħaddi mingħajr faqar u dan narah bħala xi ħaġa impossibli.", "Madankollu, xorta waħda nixtieq li pajjiżna jersaq viċin ħafna ta' dak li ngħidulu the zero level fil-faqar jew fl-esklużjoni soċjali.", "Mill-banda l- oħra, nieħu gost nara li Malta tinsab fl-għaxar post mid-29 pajjiż għal dak li għandu x'jaqsam ma' l-inklużjoni soċjali.", "F'dan l-aspett pajjiżna qalibha lill-pajjiżi bħalma huma Franza, l-Italja, il-Belġu u Spanja, li probabbilment dawn għandhom perception ta' kwalita' ta' ħajja ħafna aħjar minn tagħna!", "Pero' fejn tidħol l-inklużjoni soċjali, aħna morna aħjar minnhom.", "Sur President, aktar kmieni kont qiegħda nitkellem fuq il-prioritajiet tagħna u dawn dejjem se jibqgħu x-xogħol, l-edukazzjoni, il-protezzjoni soċjali u t-tneħħija tad-diskriminazzjoni.", "U hawnhekk se nħares ftit lejn ir-rata tal-parteċipazzjoni tan-nisa fid-dinja tax-xogħol.", "Aħna nafu li għandna rata baxxa ħafna f'dak li ngħidulu s-suq tax-xogħol formali, u għalhekk irridu naraw li nżiduha.", "Irridu nimxu b'politika fejn nagħmlu x- xogħol irendi, jiġifieri fuq il-kunċett ta' make work pay.", "F'Malta r-rata ta' nisa li jaħdmu bi qligħ hija ta' madwar 33% filwaqt li dik ta' l-Unjoni Ewropea hija ta' 55%.", "It-target li twaqqaf fl-istrateġija ta' Lisbona huwa dak li sas-sena 2010 nersqu lejn ir-rata ta' 60%.", "Pero' f'pajjiżna m'għamilniex mira daqshekk għolja, anzi għamilniha aktar baxxa għaliex nafu li l-kultura tagħna dwar in-nisa fil-qasam tax-xogħol hija differenti ħafna minn dik ta' bosta pajjiżi Ewropej oħra.", "Min-naħa l-oħra qegħdin nieħdu l-miżuri kollha sabiex naraw li din ir-rata tiżdied minn dik li hi bħalissa.", "Fil-qosor se nsemmi xi ftit minn dawn il-miżuri li qed jieħu l-gvern sabiex jiffaċilita' id-dħul tan-nisa fid-dinja tax-xogħol.", "Pajjiżna qiegħed jaħdem sabiex jipprovdi faċilitajiet għall-kura tat-tfal u li jkunu aktar aċċessibbli għal kulħadd.", "S'issa għadu m'għandniex regolamenti dwarhom, pero' x-xogħol jinstab miexi b'ritmu mgħaġġel ħafna.", "Fil-fatt, minn hawn u ftit ieħor se naraw ukoll il-leġiżlazzjoni dwar iċ-childcare facilities titressaq f'din il-Kamra.", "Għandna wkoll il-proġett ta' l-ESF, fejn se jingħataw miljun Euro sabiex ikollna centres fuq il-postijiet tax-xogħol.", "U kien hemm bosta entitajiet u korporazzjonijiet li talbu li jaraw x'inhu eżattament ix-xenarju ta' dan l-aspett.", "Rajna wkoll miżuri fiskali sabiex aktar nisa jkunu mħajra joħorġu jaħdmu.", "Dawn saru f'forma ta' tax exemptions għal sena u din il- miżura tħabbret fil-budget li għadda.", "Qegħdin naraw ukoll programmi mħejjija apposta għal dawk li jridu jakkwistaw xi ħiliet jew inkella jagħmlu xi training.", "Dawn qed isiru għal dawk li jridu joħorġu jaħdmu għall-ewwel darba jew inkella għal dawk li se jerġħu jidħlu lura fis-suq tax-xogħol.", "Sur President, xtaqt insmmi wkoll żewġ programmi oħra li huma għal qalbi ħafna.", "Wieħed minnhom huwa l-proġett pilota għall-ġenituri waħedhom.", "Dan qiegħed jindirizza lil dawk l-ommijiet li qed irabbu t-tfal waħedhom, u dawn in-nisa jkunu jistgħu jitħarrġu u jaħdmu wkoll.", "Imbagħad hemm l-ieħor bis-sehem ta' l-awtorita' tad-djar li qiegħed jgħin sabiex numru ta' żgħażagħ li jkunu ħerġin minn xi istituzzjoni jkunu jistgħu jiksbu kemm il- ħiliet tagħhom kif ukoll li jkollhom aċċess għall-akkomodazzjoni tagħhom.", "Naraw ukoll programmi ta' inklużjoni għal persuni b'diżabilita' u programmi li jindirizzaw l-illiteriżmu.", "Allura min qiegħed jgħid li dan huwa pjan ta' xewqat u li se jibqgħu fuq il-karta biss, jekk iħares lejn dawn l- affarijiet jinduna li qiegħed jiżbalja!", "Aħna qed nindirizzaw lil dawk li għandhom problemi ta' saħħa mentali, lill-vittmi ta' vjolenza domestika, lill-vittmi tad-droga, ta' l-alkoħol, lir-refuġjati u l-emigranti.", "Hemm il- fondi għal dawn il-proġetti, u diġa' hemm min qiegħed jaħdem fuqhom.", "Sur President, nagħlaq id-diskors tiegħi billi ngħid li dan il-pajjiż huwa tagħna lkoll, u jekk hemm il-miri rridu naħdmu lkoll kemm aħna flimkien sabiex nilħquhom.", "Dan għaliex fl-aħħar mill-aħħar irridu nkunu aħna li nagħrfu x'inhuma l-ħtiġijiet, il-ħiliet, ir-riżorsi, ix-xewqat u l- aspirazzjonijiet tagħna.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Chris Agius.", "ONOR.", "CHRIS AGIUS: Sur President, matul is-seduti li kellna ddedikati għall-istrateġija ta' Lisbona tista' tgħid li segwejt dak li ntqal mill- kelliema kollha, pero' fil-fehma tiegħi, l-aktar diskors li mpressjonani kien dak ta' l-Onor.", "George Vella.", "Id-diskors tiegħu laqatni ħafna għaliex kien wieħed mirqum u interessanti għall-aħħar.", "Fl-intervent ta' l-Onor.", "George Vella ħareġ biċ-ċar li l-interess ta' pajjijżna għandu jiġi l-ewwel u qabel kollox.", "Għandu jkollna pjan li jkun tailor-made għalina, u dan għaliex dak li jgħodd għal pajjiżi oħra mhux bilfors ikun jgħodd għalina!", "Dan ħareġ ċar anke minn dak li kellu xi jgħid Wim Kok, l-ex-prim ministru Olandiż, fejn dan ħeġġeġ li għandu jkun hemm pjanijiet nazzjonali.", "U żgur li kieku kellna nilħqu dawn it-targets li hemm fl-istrateġija ta' Lisbona, nagħmlu lil pajjiżna l-għejra ta' kulħadd!", "Sur President, m'hijiex skuża tajba dik li pprovaw jgħidu ħafna mill- kelliema tal-gvern meta qalu li aħna sseħibna bħala membri fl-Unjoni Ewropea s-sena l-oħra, mentri l-proċess sabiex jintlaqu l-miri ta' Lisbona kienu bdew snin qabel.", "Dan għaliex il-gvern preżenti ilu jmexxi lil pajjiżna għal ħafna snin u dejjem kellu għan uniku, dak li pajjiżna jsir membru sħiħ ta' l-Unjoni Ewropea.", "Aħna konna qed nippretendu li ladarba l- gvern kien qiegħed jipprepara ruħu għal dik it-triq, kien se jkollna kollox kif suppost!", "Pero' jidher li min-naħa tal-gvern qatt ma kien hemm pjanijiet sabiex imqar nersqu viċin it-targets ta' Lisbona, u llum wasalna f'sitwazzjoni fejn qegħdin 'il bogħod ħafna minn dawk it-targets!", "Ħafna mill-kelliema ta' qabli diġa' taw background dwar il-motiv ta' din l- aġenda ta' Lisbona.", "Semmew ukoll kif dan il-pjan kellu fi żmien għaxar snin jagħmel lill-Ewropa bħala", "\"the most competitive and dynamic knowledge driven economy in the world, capable of sustainable economic growth with more and better jobs and greater social cohesion.\".", "Li kieku l-Ewropa kellha tilħaq dawn it-targets, allura kellha tkun dik l- għaqda ta' pajjiżi li tlaħħaq ma' l-Amerika kif ukoll mal-pajjiżi ta' l- Asja!", "Il-fatt li l-Unjoni Ewropea bdiet taqa' lura mal-kompetitturi l-oħra - fosthom l-Amerika u ċ-Ċina – wassalha sabiex tagħmel dan il-pjan.", "Pero' issa li għaddew ħames snin u ninsabu f'nofs it-triq, qed naraw li t-targets jinsabu 'l bogħod wisq milli jintlaħqu.", "Fil-fatt se jkun kważi impossibbli li sa l-2010 nilħqu dawk it-targets, u għalhekk fi Frar li għadda, il- kummissjoni Ewropea ħasset il-bżonn li tipproponi verżjoni emendata għal din l-aġenda ta' Lisbona.", "Dan kien qed juri li l-Unjoni Ewropea ma kienx qed jirnexxilha tikseb ir- riżultati meħtieġa sabiex jintlaħqu l-objettivi li hemm fl-istrateġija ta' Lisbona.", "Issa pajjiżna kif qiegħed ilaħħaq mat-targets ta' Lisbona?", "L- aħħar overall results juru li Malta waqgħet lura f'ħafna mill-miri ta' Lisbona!", "Aħna l-Oppożizzjoni m'aħniex qed ngħidu hekk sabiex naqgħtu qalb il-ħaddiem li bħalissa diġa' jinstab għaddej minn diffikultajiet u dwejjaq kbar minħabba l-piżijiet li l-gvern għabba fuqu!", "Pero' bħala Oppożizzjoni għandna d-dmir li nuru u ngħidu l-verita' lill- poplu kollu.", "Il-poplu Malti dejjem wera li kien kapaċi jqum għall-isfidi li jiġu quddiemu u dejjem irnexxielu jegħlibhom u joħroġ b'suċċess.", "Ninsab ċert li jekk lil dan il-poplu nuruh it-triq u nagħtuh l-aħjar għodda sabiex ikun jista' jaħdem, jirnexxilu jagħmel minn pajjiżna, pajjiż kompetittiv.", "Min-naħa l-oħra jrid ikun hemm ir-rieda u l-impenn minn min suppost jurih it-triq it-tajba!", "Sur President, xtaqt nagħmel ftit kummenti dwar fejn jinstab pajjiżna mal- miri stabbiliti fl-aġenda ta' Lisbona ħames snin ilu, meta l-gvern Malti ta' dak iż-żmien kien ilu għal ħafna snin li suppost kien qiegħed jipprepara lil pajjiżna għas-sħubija fl-Unjoni Ewropea.", "Issa kemm ippreparajna sew għal din il-ħaġa hija kwestjoni oħra, u r-riżultati miksuba sal-lum żgur li jagħtu stampa ċara ta' kemm il-gvern Nazzjonalista verament ipprepara lil pajjiżna sabiex jintlaħqu dawn it-targets!", "Fl-aġenda ta' Lisbona tissemma l-kompetittivita' bħala l-aktar ħaġa kruċjali sabiex jintlaħqu dawn it-targets u jkollna ħolqien ta' aktar impjiegi, li mbagħad joħolqu aktar ġid għall-ekonomija sabiex din tkun tista' ssostni u tħares il-ġid komuni.", "F'pajjiżi oħra, fosthom l-Irlanda u l-pajjiżi Skandinavi, nsibu li l-gvernijiet tagħhom naqqsu l-piżijiet tat- taxxa kemm minn fuq il-ħaddiema kif ukoll minn fuq l-industrija!", "Dan għamluh sabiex jiżdied il-kummerċ.", "Pero' pajjiżna m'għamel xejn minn dan!", "Dan għaliex għandna gvern li l- uniċi ideat li għandu għad-dħul tiegħu huwa billi jintaxxa dejjem aktar lill-poplu sabiex ikun jista' jilħaq il-miri finanzjarji tiegħu.", "Pero' sabiex tkun kompetittiv jeħtieġu ħafna preparamenti.", "Fuq quddiem insemmi l- workforce, u li din tkun ippreparata għal dawk il-bidliet li jkunu qed iseħħu jew li jkunu seħħew fil-qasam tax-xogħol.", "Dak li kien jgħodd ħames snin ilu mhux bilfors għadu jgħodd għal-lum.", "Il-qasam tax-xogħol għadda minn bidliet kbar u kien jeħtieġ li jkollna aktar ħaddiema mħarrġa u aktar ippreparati, u ħaddiema li jibqgħu jiġu mħarrġa matul is-snin.", "Sur President, fatt inkwetanti ħafna f'pajjiżna huwa l-persentaġġ għoli ta' early school leavers, jiġifieri dawk l-istudenti li jieqfu mill-istudji tagħhom ta' eta' żgħira.", "Dawn huma dawk il-persuni fejn l-eta' tagħhom tvarja bejn it-18 u l-24 sena u li jkunu waqfu mill-istudji tagħhom sal- livell sekondarju jew anqas.", "Fil-fatt, 52% tal-persuni f'dan l-age bracket għandhom livell baxx ta' edukazzjoni.", "Meta mbagħad inħarsu lejn l-għaxar pajjiżi li daħlu magħna fl-Unjoni Ewropea, insibu li l-aktar rata għolja ta' early school leavers hija dik tal-Latvja, b'19.5%!", "Mentri fil-15-il pajjiż l-ieħor ta' l-Unjoni Ewropea nsibu li l-medja hija ta' 15.5%.", "Għalhekk ma teħodhiex bi kbira meta ssib li pajjiżna jokkupa l-ewwel post bl-akbar ammont ta' early school leavers!", "Dan imbagħad iwassal sabiex ikollok anqas ħaddiema li għandhom il-ħiliet meħtieġa għal dawk l-impjiegi li jkunu qed jinħolqu llum.", "Il-qasam tax-xogħol f'pajjiżna inbidel, kif wara kollox inbidel f'pajjiżi oħra madwar id-dinja.", "Illum ersaqna sabiex ikollna aktar impiegi li għandhom valur miżjud għoli u għalhekk imbagħad ikun jeħtieġ li jkollna ħaddiema mħarrġa fix-xjenza u fit-teknoloġija.", "Niftakru kemm kienet ħolqot impjiegi l-SGS, illum magħrufa aktar bħala l- S.T. Microelectronics, impjiegi li kienu jeħtieġu taħriġ kontinwu.", "Illum, uħud mill-ġurnali semmew kif l-S.T. Microelectronics għandha l- probabbilta' li tnaqqas n-numru ta' ħaddiema mill-fabbriki li għandha fl- Ewropa.", "La qiegħed insemmi l-S.T. Microelectronics, nixtieq insemmi investiment li qiegħed isir fiċ-Ċina u li ntilef mill-Ewropa!", "Din il- kumpannija ġganteska flimkien ma' kumpannija ġganteska oħra, il-Hynix, marru jinvestu fiċ-Ċina.", "U naħseb li kieku fl-Ewropa konna aktar kompetittivi, dan l-investiment żgur li kien isir fl-Ewropa!", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq investiment ta' $2. biljun!", "U fejn qabel konna nidħku meta naraw il-kliem \"made in China\", illum qed naraw li din offriet l-aħjar kondizzjonijiet u inċentivi sabiex dan l-investiment ġdid isir f'pajjiżha, investiment li se joħloq eluf ta' impjiegi.", "Tant huma kompetittivi li fil-fatt diġa' poġġew l-ewwel ġebla ta' l-impjant ix-xahar li għadda, u sa l-aħħar ta' din is-sena se jibdew jipproduċu.", "Din se tkun f'Wushi City, żewġ kilometri 'l bogħod minn waħda mill-akbar bliet li hemm fiċ-Ċina!", "Voldieri jekk irridu nlaħħqu ma' dawn il-pajjiżi rridu nkunu kompetittivi, u l-inċentivi li noffru jkunu jistgħu jikkompetu ma' dawk ta' dawn il-pajjiżi.", "Sur President, dan huwa l-mod kif tħajjar l-investiment, billi jkollok start-up li fi ftit ġimgħat jitlaq!", "Fl-Ewropa, b'mod partikolari f'pajjiżna, għadha teżisti ħafna l-burokrazija fin-negozjar, u dan qed iwassal sabiex nitilfu ċerti opportunitajiet bħalma tlifna fil-każ ta' Wushi City.", "Pajjiżna lanqas biss joħlom b'din l-effiċjenza!", "Pero' bħala pajjiż irridu naraw li nkomplu nnaqqsu l-burokrazija żejda li teżisti meta jkollna xi investitur li jitħajjar jiftaħ xi operazzjoni f'pajjiżna.", "Suppost li f'pajjiżna ħloqna l-Malta Enterprise sabiex ikollna one-stop shop li jkun aktar effettiv u neqirdu għal kollox il-burokrazija.", "U għalkemm forsi tjiebu xi ftit l-affarijiet, ikollna nammettu li għadna wisq 'il bogħod milli nilħqu dawk l-għanijiet.", "Ma tistax tħajjar investitur billi tagħmel ħafna konsultazzjonijiet u riċerki li jtawlu x-xhur, jekk mhux saħansitra s-snin, għaliex jispiċċa biex jaqta' qalbu u jmur jiftaħ x'imkien ieħor!", "Fil-fehma tiegħi dan il-każ ġara minn dik il-kumpannija - li tant għajjatna biha - li kellha tagħmel karozzi li jaħdmu bl-elettriku.", "Lil dawn naħseb li dejjaqnihom bil-ħafna red tape li ħloqnielhom, u b'hekk qatgħu qalbhom milli jiftħu hawnhekk.", "Sur President, minn statistika ppubblikata mill-NSO sabiex naraw kemm qed nikkompetu mal-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea, nsibu li anke l-government induced costs ta' pajjiżna huma ħafna ogħla mill-kumplament tal-pajjiżi l- oħra.", "U għalhekk kif tista' tiġbed investiment lejn pajjiżna?!", "Eżempju wieħed huwa l-prezz ta' l-elettriku għall-industrija fejn insibu li f'Malta huwa l-ħames l-ogħla minn fost il-25 pajjiż ta' l-Unjoni Ewropea!", "Fl-ewwel erba' postijiet hemm Ċipru, l-Irlanda, l-Italja u l-Belġju, imbagħad fil- ħames post Malta.", "Issa dan kien fis-sena 2002, aħseb u ara issa li ddaħħlet is-surcharge fuq l-elettriku kif ukoll 5% VAT fuqu!", "Naħseb li issa b'dawn iż-żewġ piżijiet sirna l-aktar pajjiż għoli għal dak li għandu x'jaqsam mal-prezzijiet ta' l-elettriku għall-industrija.", "Dan biex imbagħad ma nsemmix l-inċentivi li noffru f'pajjiżna, għaliex żgur li bħala pajjiż ma noffrux l-aħjar inċentivi.", "L-Irlanda - nitkellem fuq l- Irlanda aktar 'il quddiem - hija meqjusa bħala dak il-pajjiż li joffri l- aqwa investment incentive in the world for foreign investment u dan dejjem skond il-world competitiveness centre ta' l-Isvizzera.", "Fil-ftuħ ta' din id- diskussjoni, l-Onor.", "George Vella semma kif l-Irlanda rnexxiela toħroġ mill- problemi li kellha u kif minn pajjiż b'ħafna qgħad, b'investiment jitlaq 'il barra mill-pajjiż, b'inflation għolja u b'sistema edukattiva li ma bdietx tagħti riżultati, saret pajjiż li hija l-għejra ta' kulħadd!", "L-Irlanda ma qagħditx tistenna lill-Unjoni Ewropea sabiex tgħidilhom x'għandhom jagħmlu, iżda bdew bi pjan tagħhom ta' tliet snin fl-1987.", "Dan il-pjan nazzjonali semmewh \"A programme for national recovery\" u l-isem stess jurik x'kien l-għan ewlieni tagħhom.", "Dawn ibbażaw fuq l-edukazzjoni sabiex ikollhom a knowledge driven economy.", "Imbagħad meta raw li dak il- pjan kien qiegħed jirnexxi, bdew jagħmlu pjan wara l-ieħor, tailored-cut għall-bżonnijiet speċifiċi ta' pajjiżhom u rnexxielhom iressqu lejhom investiment ta' knowledge intensive business activity!", "Sur President, illum l-Irlanda tinstab fl-ewwel post tal-world ranking of the competittiveness factors ta' fejn jidħlu corporate tax u investment incentives.", "Jinstabu fit-tieni post fis-sistema edukattiva, fl-edukazzjoni terzjarja u fl-image and promoting Ireland abroad.", "Dan kollu għamluh meta f'inqas minn 20 sena ilu kienu pajjiż mifni bi problemi, pajjiż mifni bil- qgħad u pajjiż fejn in-nies bdew jitilqu minn pajjiżhom u jemigraw lejn pajjiżi oħra!", "Pero' għarfu x'għandhom jagħmlu u ħejjew programm maqtugħ għalihom.", "U llum il-ġurnata dawn irnexxew fl-intenzjonijiet tagħhom.", "Qiegħed nagħti dan l-eżempju sabiex nagħmel kurraġġ lil pajjiżna u ngħid li fejn hemm ir-rieda serja tista' tasal, basta jkollok programm maħluq appożitament għall-bżonnijiet u għall-kondizzjonijiet ta' pajjiżna.", "Ħalli issa nkompli daqsxejn dwar fejn ninsabu f'dak li għandu x'jaqsam ma' preparazzjonijiet ta' ħaddiema għall-kwalita' ta' impjiegi li qed jinħolqu llum.", "Illum il-ġurnata qed naraw domanda kbira għal ħaddiema speċjalizzati fix-xjenza u t-teknoloġija.", "Xi kultant nisimgħu min jgħid li dawk il- kumpanniji li jiġu f'pajjiżna qed isibu diffikulta' sabiex isibu gradwati f'dawn l-oqsma.", "Fil-fatt, jekk fl-Irlanda nsibu 24.2% minn kull 1,000 persuna ta' bejn l-20 u 29 sena li huma gradwati fix-xjenza u t- teknoloġija, f'Malta nsibu li dan ilaħħaq biss għal 3.1% minn kull 1,000 persuna!", "U Malta tinstab fl-aħħar post tal-gradwatorja għal dak li għandu x'jaqsam ma' gradwati fil-qasam tax-xjenza u t-teknoloġija!", "F'dan il-qasam naraw li anke dawk il-pajjiżi li ssieħbu magħna f'Mejju li għadda jinstabu ħafna aħjar minna.", "Fil-fatt ir-Repubblika Ċeka għandha rata ta' 6.4%, l-Estonja 8.2% u l-Polonja 9%.", "Kif għedt, Malta tinstab fl- aħħar post u dan meta llum għandna Universita' li nistgħu niftaħru li qed tilqa' ġo fiha ma' 8,000 student!", "Pero' qed nispiċċaw b'mismatch totali!", "Għalhekk hemm bżonn li jkollna ħidma u studju bejn l-Universita', l-MCAST, il-federation of industry, il-Malta Enterprise u kulmin huwa nvolut f'dan is-settur.", "B'hekk biss nistgħu ntejbu r-riżultati tagħna.", "Daqs xahar ilu l-istess kummissjoni Ewropea ħarġet komunikat li saħaq dwar l-importanza ta' l-universitajiet sabiex jintlaħqu l-miri ta' Lisbona.", "Fil- fatt, dan ir-rapport ikompli jgħid li;", "\"Although the average quality of Euro universities is rather good, they are not in a position to deliver their full potential to boost economic growth, social cohesion and more and better jobs.", "The commission invites national decision makers to set out measures that would enable universities to play a full role in the business strategy.\".", "Sur President, l-FOI ukoll ħarġet rapport fis-sena 2003 dwar it-targets ta' Lisbona u ta' dak li għandu jsir sabiex intejbu l-performance tagħna.", "U dakinhar qalet li;", "\"Proper utilisation of Malta's scarce human resources to ensure that the future requirements of the economy are matched by properly trained school leavers, and by reducing the mismatch between demand and supply of human resources for higher skilled jobs.'.", "Proposta li nsibu fid-dokument li ħriġna bħala partit Laburista dwar ir- riġenerazzjoni ekonomika u soċjali ta' pajjiżna hija dik fejn qed nipproponu li jkun hemm differenza bejn l-istipendji tagħna.", "Dan irridu nagħmluh sabiex noffru inċentivi lil dawk il-korsijiet, li wara kollox se jkollna bżonn għall-impjiegi futuri ta' pajjiżna.", "Nixtieq nagħti ħarsa wkoll lejn l-impjiegi li għandna f'dawn l-oqsma u x- share tagħhom mit-total employment.", "Jekk nieħdu l-impjiegi in the high and medium hi-tech manufacturing sectors u naraw kemm dawn jammontaw mit-total ta' impjiegi, insibu li f'pajjiżna dan jammonta biss għal 28.7%.", "Issa hemm pajjiżi li għandhom ammont anqas minn tagħna, pero' hemm ħafna li għandhom numru akbar minn tagħna.", "Se nieħu l-eżempju tal-pajjiżi Nordiċi, fejn hawnhekk insibu standard of living mill-aktar għoli, u allura żgur li m'għandhomx kondizzjonijiet anqas minn tagħna.", "Fl-Isvezja nsibu li għandhom 47.23% ta' l-impjiegi totali tagħhom li ġejjin minn dan il-qasam, il-Finlandja kważi 40%, id-Danimarka 43.21% u n-Norveġja 44.5%.", "Kif għedt dawn il-pajjiżi għandhom standard of living għoli u għandhom pagi għoljin ukoll.", "Sur President, nixtieq nikkumenta ftit ukoll fuq ir-research and development.", "Skond il-miri ta' Lisbona kull pajjiż għandu jinvesti 3% tal- GDP tiegħu fuq research and development.", "Illum, li ninsabu f'nofs il- perijodu ta' l-aġenda ta' Lisbona, insibu li fil-15-il pajjiż ta' l-Unjoni Ewropea jintefqu 2% għal dan il-għan, filwaqt li fl-Istati Uniti jintefqu 2.7% u fil-Ġappun jintefqu 3.12%.", "L-informazzjoni għal pajjiżna għadha m'hijiex available u din qed narawha fuq ħafna affarijiet oħra!", "Pero' nafu li f'dan il-qasam għadna lura ħafna sabiex nilħqu dik il-mira!", "Huma ftit wisq dawk il-fabbriki f'pajjiżna li għandhom an inhouse research and development department, u jekk m'iniex sejjer żball il-fabbrika Bexter – fabbrika li żort bħala membru ta' l-Oppożizzjoni – hija waħda minn dawk il- fabbriki li għandha dan it-tip ta' department, an inhouse R&D department.", "Fil-laqgħa li kien hemm tal-head of states li saret f'Marzu li għadda, sar aċċenn fuq l-importanza tar-riċerka u l-iżvilupp, xi ħaġa li pajjiżna qegħdin lura ħafna.", "Dan ir-rapport jgħid li:", "\"it is important to develop research, education and all forms of innovation insofar as they make it possible to turn knowledge into an added value and create more and better jobs.\"", "Għalhekk huwa żgur li b'impenn aktar serju f'dan il-qasam inkunu nistgħu niftħu aktar toroq għal investimenti ġodda.", "Studji juri li 40% tal-labour productivity growth jiġi minn infiq f'research and development, u mbagħad dan l-infiq ikollu spill over effects kbar fuq l-ekonomija.", "Sur President, fatt inkwetanti ieħor huwa marbut mal-qasam tax-xogħol, u qiegħed nirreferi għall-employment rate baxxa li għandna f'pajjiżna.", "L- employment rate hija n-numru ta' dawk li għandhom impjieg fl-eta' ta' bejn il-15 u 64 sena.", "Hawnhekk ninsabu kważi fl-aħħar nett fost il-membri ta' l- Unjoni Ewropea b'rata ta' 53.7%!", "Fuq quddiem nett insibu d-Danimarka b'rata ta' 75.9%.", "Imbagħad minn dawk il-pajjiżi li ssieħbu magħna nsibu li hemm ħafna wkoll li jgħadduna, fosthom Ċipru b'68.6% u r-Repubblika Ċeka b'65.4%!", "Li jkompli jinkwetak f'dan il-qasam huwa li fin-national action plan for employment li għadu kif ħareġ il-gvern, insibu li l-mira tal-gvern hija li sas-sena 2010 intellgħu dan il-persentaġġ għal 56.7%!", "Dan huwa ferm 'il bogħod mill-miri ta' Lisbona.", "U meta tħares lejn dawn il-ċifri mill-ewwel tasal għall-konklużjoni li hemm ħafna u ħafna x'irid isir sabiex pajjiżna jkun jista' jsir aktar kompetittiv u jkun jista' joħloq aktar impjiegi aħjar!", "Sur President, irid ikollna pjan li jagħti attenzjoni lill-fatti u lis- sitwazzjoni li jinsab fiha pajjiżna.", "Huwa inutli li noħolmu b'xi ħaġa li tkun impossibbli li nagħmluha.", "L-importanti hu li l-poplu ngħidulu l- verita`!", "Ilna nisimgħu snin sħaħ dwar kif pajjiżna sejjer fid-direzzjoni t- tajba, kif il-finanzi tagħna jinsabu fis-sod u li mhux se jkollna problema ta' nuqqas ta' impjiegi.", "Pero` l-fatti juru mod ieħor!", "Bħala Oppożizzjoni nemmnu fil-kapaċitajiet ta' dan il-poplu, u hekk kif fl-imgħoddi dan il- poplu rnexxielu jegħleb kull sfida b'rieda u b'impenn, hekk jista' jsir jekk ikollna gvern li jgħid il-verita' u gvern immexxi b'serjeta' sabiex nagħmlu minn pajjiżna suċċess ekonomiku kif wara kollox kien fil-passat.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Il-Ministru George Pullicino.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO (Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent): Sur President, ilna nitkellmu għal dawn it-tliet ijiem fuq l-istrateġija ta' Lisbona u għal dak li l-Unjoni Ewropea trid tasal għalih.", "L-Unjoni Ewropea qiegħda tirrealizza kif ilha tirrealizza għal snin twal li f'din id-dinja kbira għandha spazju li kulma jmur qiegħed jiċkien.", "F'dinja fejn ir- realta' ekonomika qiegħda totalment tinbidel, l-Unjoni Ewropea qiegħda dejjem tirrealizza li trid tagħmel lilha nnifisha, l-ewwel u qabel kollox, aktar kompetittiva sabiex tkun f'sitwazzjoni fejn l-impjiegi li kienet tiġġenera l-bieraħ tkun tista' tibqa' tiġġenerahom għada.", "Ippermettuli ngħid li r-realta' qiegħda tinbidel b'pass imgħaġġel, u biżżejjed nagħti eżempju wieħed għal dak li għandu x'jaqsam mal-produzzjoni agrikola.", "Din l-Unjoni Ewropea li sa ftit taż-żmien ilu kienet tipprovdi biżżejjed ikel kemm għaliha kif ukoll għall-kumplament tad-dinja, illum waslet f'sitwazzjoni fejn il-Brażil sa ftit tas-snin oħra, se jkun qiegħed jipproduċi biżżejjed laħam tal-majjal, taċ-ċanga u tat-tiġieġ daqskemm jipproduċu l-Istati Uniti u l-Kanada flimkien!", "Mela fi ftit tas-snin kellek dan l-iżvilupp ta' pajjiż li mix-xejn kiber u se jasal f'sitwazzjoni fejn se jkun jista' jipproduċi laħam daqskemm jipproduċu l-Amerika u l- Kanada.", "Dan huwa fatt wieħed fil-qasam tal-agrikolura li qiegħed ibiddel ix-xenarju ekonomiku kollu tal-pajjiż.", "Barra minn hekk qed tinħoloq sitwazzjoni fejn pajjiżi li sal-bieraħ konna nafuhom bħala pajjiżi tat-tielet dinja, qegħdin 'il ħin kollu jinsistu mal-world trade organisation sabiex ikun hemm liberalizzazzjoni totali tal-prodott agrikolu u b'hekk ikunu f'pożizzjoni li jkunu jistgħu jikbru u jiżviluppaw ekonomikament.", "Sur President, dawn il-pajjiżi qed jgħidu li huwa importanti li mmorru għal- liberalizzazzjoni tal-prodotti kollha, pero' huwa aktar importanti li mmorru l-ewwel fuq il-liberalizzazzjoni tal-prodotti primarji, bħalma huma l-prodotti agrikoli.", "Allura fil-kwadru ta' din l-istampa sħiħa, l-Unjoni Ewropea qed tgħid li din l-istrateġja ta' Lisbona ħadmet sa ċertu punt, pero' kien hemm ukoll fallimenti fiha.", "Għalhekk, issa qiegħda tara kif se tirrevedi l-istrateġija ta' Lisbona f'din ir-realta' ekonomika ġdida li qiegħda fiha d-dinja.", "Din l-istrateġija ta' Lisbona ġiet approvata erba' snin ilu bl-għan prinċipali jkun dak li fuq firxa ta' għaxar snin tagħmel l-ekonomija ta' l- Unjoni Ewropea waħda kompetittiva, ekonomija li toħloq ix-xogħol u tkattar l-għarfien b'mod ikkarraterizzat minn tkabbir - u mhux bi tnaqqis – kif ukoll li jkun hemm koeżjoni soċjali.", "Tajjeb li nifhmu li f'din id-dinja ekonomika ġdida, l-Unjoni Ewropea qiegħda tikkompeti ma' reġjuni li m'għandhomx standard u sistemi soċjali li għandha l-Unjoni Ewropea.", "Allura kif nistgħu ntejbu l-ammont ta' tkattir ekonomiku u fl-istess ħin inżommu l-pożizzjoni u s-sistemi soċjali li għandna f'dan il-pajjiż?", "Dan għaliex huwa faċli li noqogħdu nitkellmu fuq iċ-Ċina u ma nsemmux il-fatti kollha.", "Insemmi fatt wieħed biss, u nistaqsi kemm huwa ntitolat għal ġranet ta' vakanzi ta' xogħol ħaddiem Ċiniż meta kkomparat ma' ħaddiem fl- Unjoni Ewropea?", "Iċ-Ċina bħala pajjiż kbir u b'ħafna riżorsi għandu ħamest ijiem inqas f'vakanzi pubbliċi meta mqabbel mal-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea u ta' l-Istati Uniti!", "Mela allura l-Unjoni Ewropea qed tgħid li rridu nkabbru l-ekonomija tagħna, imma possibilment inżommu wkoll l-istandard soċjali li għandna.", "Hawnhekk importanti li nsemmi dan il-punt għaliex fuqu se niffoka d-diskussjoni tiegħu.", "U nistaqsi kif se nagħmlu sabiex ikollna tkattir ekonomiku imma fl- istess ħin nirrispettaw l-ambjent?", "L-Unjoni Ewropea hija ċertament l- istandard bearer għall-iżvilupp ambjentali fid-dinja!", "Mhux għaliex dan ma sarx minn pajjiżi bħall-Istati Uniti, imma ċertament li f'ħafna oqsma ambjentali l-Unjoni Ewropea avvanzat ħafna aktar mill-Istati Uniti.", "Effettivament rapport imħejji mill-kummissjoni Ewropea għar-rebbiegħa ta' din is-sena, ipprovda analiżi tal-progress li sar fl-implimentazzjoni ta' din l-istrateġija.", "Fil-fatt, il-kummissjoni Ewropea tammetti li għad fadal ħafna x'isir sabiex jintlaħqu l-miri stabiliti sas-sena 2010.", "Għaldaqstant intlaħaq qbil li jkun hemm reviżjoni ta' din l-istrateġija, bl-għan ewlieni tagħha jibqa' dak tat-tkabbir ekonomiku u tat-tkattir ta' l-impjiegi fl- Unjoni Ewropea kollha.", "Huwa importanti li wieħed jitkellem fuq kif l- Unjoni Ewropea trid tfittex li jkollha t-tkabbirr ta' l-ekonomija u t- tkattir ta' l-impjiegi fl-Unjoni Ewropea kollha.", "U dan huwa punt li pajjiżna jrid ikompli jisħaq fuqu jekk irridu nibqgħu bil-fehma li fl- Unjoni Ewropea ma jkunx hemm partijiet li huma super żviluppati mentri oħrajn ikunu sotto żviluppati.", "Sur President, il-kummissjoni għadha kif ħarġet rakkomandazzjonijiet għal- linja gwida tat-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi għall-perjodu 2005/2008.", "Dawn il-linji ta' gwida huma bażikament bbażati fuq tliet pilastri.", "L- ewwel pilastru huwa dak li l-Ewropa tattira l-investiment u x-xogħol, it- tieni pilastru huwa dak ta' riċerka u żvilupp, mentri t-tielet pilastru huwa li l-Ewropa tattira aktar nies għax-xogħol u sistemi soċjali moderni.", "Mela l-ewwel wieħed huwa dak li jitkattar l-investiment, it-tieni huwa dak li wieħed jagħraf jinvesti fir-riċerka u l-iżvilupp u t-tielet wieħed huwa dak li tħarreġ lin-nies sabiex ikunu jistgħu jidħlu fid-dinja tax-xogħol.", "Irrid ngħid li ħadt gost nisma' lill-Onor.", "Agius jitkellem fuq ir-riċerka u l-iżvilupp u jqabbel lil Malta fil-kategorija tal-pajjiżi membri fl-Unjoni Ewropea.", "Naħseb li jekk hemm xi ħaġa li għandha tkun ivvalutata fid- diskorsi li qed nagħmlu hawnhekk bħala deputati hija dik li kemm jista' ikun id-diskorsi tagħna nħalluhom 'il bogħod mid-diskorsi politiċi partiġġjani.", "Fil-fehma tiegħi naħseb li l-partit Nazzjonalista huwa l- inqas partit – mhux għax m'għandniex dnubiet - li jista' jiġi akkużat għal dak li għandu x'jaqsam mat-taħriġ ta' żgħażagħ f'pajjiżna.", "Dan qiegħed ngħidu għaliex kien tort tal-partit Laburista li s-suċċess ta' l-MCAST fis-snin sittin u fil-bidu tas-sebgħinijiet ġabu fix-xejn!", "Bl- għebusija tar-ras ta' xi ħadd, dik l-esperjenza pożittiva għalaqniha, mewwitniha u ħallejniha vojta!", "Li kieku qtilniha u pprovajna nissotitwuha b'xi ħaġa oħra tgħid fiha u ma fihiex, għax ta' l-anqas tkun ipprovajt tagħmel xi ħaġa, imma l-verita' hi li qtilna l-MCAST u ma ssostitwejniha b'xejn!", "Ir-riżultat kien li llum għandna sitwazzjoni fejn għad għanda nuqqas ta' ċerti żgħażagħ li huma mħarrġa fil-qasam tax-xjenza u t- teknoloġija.", "Sur President, ma rridux ninsew li f'pajjiżna ma kienx jiftaħ il-kors tal- baċċellerat fix-xjenza!", "Fis-snin tat-tmenijiet kien hemm perjodu fejn dan il-kors ma kienx jiftaħ.", "Jien kont wieħed minn dawk li meta ġejt biex nidħol fl-Universita' kont nieħu dan il-kors li kieku kien miftuħ, iżda sfortunatament f'dak il-perjodu kien magħluq.", "Għalhekk dik l-opportunita' għalija u għal dawk kollha tal-ġenerazzjoni tiegħi ma kenitx teżisti!", "Allura meta nitkellmu għall-pożizzjoni ta' pajjiżna fil-kategorija ta' nies imħarrġa fis-settur tax-xjenza u t-teknoloġija, rridu nifhmu u jkollna d- diċenza nammettu li dik il-pożizzjoni ġiet tort ta' l-assenza li kellna f'dak il-perjodu!", "Irridu nammettu d-dnubiet li għamel dan il-pajjiż ta' meta kellna esperjenzi pożittivi u bl-aġir tagħna qtilnihom!", "Illum il-ġurnata żgur li fil-qasam tar-riċerka qegħdin ninvestu, għad fadal aktar x'isir pero' ninsabu fit-triq it-tajba.", "Fil-fatt qatt ma nvestejna daqshekk fil-qasam ta' l-ETC, u dan qed narawh ukoll mill-esperjenza ta' l- MCAST fil-qasam ta' l-agrikoltura.", "L-ammont ta' studenti fl-MCAST li qed jitgħallmu suġġetti fuq l-agrikoltura għal din is-sena se jkun kważi rdoppja!", "Dan huwa settur fejn ħafna nies jaħsbu li qiegħed imur lura, imma naħseb li dan il-fatt qiegħed jawgura tajjeb għall-futur.", "Jidher li ż- żgħażagħ għandhom fiduċja f'dan is-settur, u mhux qed iħarsu lejh bħala settur li qiegħed imut iżda bħala settur li jista' jikber.", "Sur President, il-qasam ta' l-ambjent jidħol f'dan kollu għaliex kuntrarjament għal dak li ħafna drabi naħsbu, l-ekonomija m'hijiex f'konflitt perennali ma' l-ambjent!", "Anzi l-Unjoni Ewropea mhux biss titkellem fuq dan, iżda tippromwovi wkoll politika sħiħa dwar kif l-ambjent jintrabat direttament ma' l-iżvilupp ekonomiku.", "M'huwiex veru li jekk tgħolli l-istandards ambjentali se ttellef il-qasam ta' l-impjiegi, u dan rajnih ġo fabbriki f'pajjiżna.", "Kien hemm fabbriki li tejbu l-produzzjoni tagħhom għal standards ambjentali, u dawn urew kif l-impjiegi tagħhom mhux talli ma naqsux, anzi żdiedu peress li l-ordnijiet li kellhom żdiedu.", "U dan għaliex hemm barra hemm grupp ta' konsumaturi u ta' mexxejja ta' industriji kbar li meta jiġu sabiex jassessjaw minn fejn jixtru l-prodotti tagħhom, jassessjaw ukoll il-proċessi li bihom ikunu qed jipproduċu dawk il- fabbriki.", "Per eżempju, nista' nsemmi l-kumpannija tad-Dowty li tejbet il-proċessar kollu tagħha u tellgħetu għall-istandards Ewropej u standards internazzjonali.", "Din il-kumpannija mhux talli ma naqqsitx l-ammont ta' xogħol tagħha iżda talli żiditu!", "Fil-fatt huma stess jammettu li hemm barra hemm chief executives ta' kumpanniji kbar li meta jiġu sabiex jassesjaw minn fejn jixtru l-prodotti, jassessjaw ukoll f'liema fabbrika qed isir dak il-prodott u xi proċessi jintużaw minn dik il-fabbrika.", "U dan li qiegħda tgħid l-Unjoni Ewropea.", "Jien ħadt gost li pparteċipajt fil-laqgħa informali tal-ministri ta' l- ambjent li saret waqt il-perijodu tal-presidenza Olandiża, u s-suġġet li għażlu kien jismu \"Clean, Creative and Competitive\".", "Dan għaliex il- verita' hi li meta timxi abbażi ta' standards ambjentali tkun qiegħed iżżid il-kompetittivita' tiegħek u mhux tnaqqasha.", "Pero' anke biex tasal għal dan il-pass irid ikollok sens ta' kreattivita' ħalli tagħraf li tmur għal dawk il-proċessi li jaħlu anqas riżorsi u jkollhom anqas impatt fuq l- ambjent.", "Għalhekk trid il-ħsieb kreattiv ta' kif toħloq dawn is- soluzzjonijiet.", "Sur President, hawnhekk l-Unjoni Ewropea diġa' qed tinduna li għandha vantaġġi fuq l-Istati Uniti, per eżempju.", "Dan għaliex meta l-Unjoni Ewropea addottat il-proċeduri kollha neċessarji tal-protokoll ta' Kyoto u marret għall-emission mechanisms fil-qasam ta' l-enerġija, tat imbottatura lill-ekonomija Ewropea sabiex tmur għal sistemi ta' produzzjoni ta' enerġija aktar nadifa.", "Illum dik l-industrija Ewropea qed ikollha vantaġġ sabiex dak il-prodott ġdid li poġġiet fis-suq Ewropew tpoġġih ukoll fil- kumplament tal-pajjiżi tad-dinja.", "Huwa hawnhekk li fi ftit snin oħra, l-Unjoni Ewropea tibda tħoss il-vantaġġ ta' dan fuq il-kumplament tad-dinja.", "Għalhekk nistgħu nikkonludu li m'huwiex minnu li l-istandards ambjentali jistgħu jiġġeneraw il-ħsara.", "Anzi, sistemi u standards ambjentali jiġġeneraw opportunitajiet ekonomiċi ġodda, speċjalment f'dak li għandu x'jaqsam ma' teknoloġiji ġodda.", "Dan kollu qiegħda tarah ukoll iċ-Ċina.", "Ħadt gost naqra d-diskors li għamel il-ministru tal-finanzi Ċiniż xahrejn ilu fejn qal li huwa tajjeb li ċ-Ċina tinstab għaddejja b'pass qawwi ta' żvilupp, pero' trid toqgħod attenta għaliex l-impatt fuq l-ambjent taċ-Ċina m'huwiex sostenibbli!", "Ikompli jgħid li jekk mhux se joqogħdu attenti, se jispiċċaw li jkunu huma stess li jikkawżaw slow down fl-ekonomija taċ-Ċina!", "U dan għaliex huma stess qed jirrealizzaw li ma jistax ikollok avvanz qawwi fl-ekonomija li jħalli impatt qawwi fuq l-ambjent għaliex fl-aħħar mill-aħħar se jkollok toħroġ spiża akbar sabiex tnaddaf dak it-tniġġis!", "Fl-aħħar mill-aħħar tinduna li għandek spiża ħafna akbar, għaliex tkun qiegħed taħli r-riżorsi tiegħek sabiex tnaddaf dan it-tniġġis u b'hekk minħabba dan il-ħela, għada pitgħada tispiċċa f'pożizzjoni li tkunx tista' tibqa' issostni l-ekonomija tiegħek!", "Sur President, ippermettili nagħlaq b'dak li qed tgħid l-Unjoni Ewropea għal dak li għandu x'jaqsam ma' l-implimentazzjoni tal-prijoritajiet ta' din l-istrateġija ta' Lisbona għall-qasam ta' l-ambjent.", "Fil-pjan tat- teknoloġija ambjentali, l-Unjoni Ewropea qiegħda tgħid li għandna bżonn nidħlu għal miżuri ġodda fuq l-użu ta' market based instruments bħal per eżempju, l-eko-kontribuzzjoni fuq ċerta materjali.", "Għandek tgħarraf lin- nies sabiex jibdew jużaw materjali oħra, kif fil-fatt għamilna aħna meta ntroduċejna l-eko-kontribuzzjoni fuq il-basktiijet tal-plastik.", "Imbagħad kif inti tagħmel skemi – kif se jkollna aħna – ta' refund għal dak il- materjal li trid li jibda jintuża.", "Qed tgħidilna li jrid ikollna fondi speċjali għar-riċerka u l-iżvilupp fil-qasam ambjentali wkoll.", "U li rridu mmorru sabiex fis-settur pubbliku jkun hemm dak li jissejjaħ il-greening of public procurment.", "Dan ifisser li meta inti għandek uffiċjal f'xi dipartiment li qiegħed jixtri xi materjal, ma jarax biss il-prezz ta' dak l-oġġett imma jara wkoll l-impatt tiegħu fuq l-ambjent.", "Ħadt gost nisma' lill-Prim Ministru fil- bidu tas-sena waqt li kien qiegħed jagħmel il-launching tal-green leaders fil-ministeri tagħna jgħid ċar u tond li dan huwa biss il-bidu!", "Il-proċess irid iwassalna sabiex ikollna green procurment system fiċ-ċivil kollu.", "Bħalissa min irid jixtri karti rriċiklati jaf li l-prezz tagħhom għadu għoli, pero' jekk id-dipartimenti kollha tal-gvern jibdew jużaw dan il- materjal, il-prezz tagħhom jorħos.", "L-aħħar punt li għamlet l-Unjoni Ewropea kien fuq l-attenzjoni speċjali għall-azjendi żgħar fil-qasam ta' l- ambjent.", "Sur President, naħseb li din id-diskussjoni wasslet sabiex għal darba niddiskutu b'mod effettiv il-qagħda ta' pajjiżna fil-kumplament ta' l- Unjoni Ewropea u fil-kumplament tad-dinja, u allura ma nibqgħux naħsbu li aħna ċ-ċentru tad-dinja.", "Naħseb dak li għandna nagħmlu f'pajjiżna huwa l- ħtieġa ta' consensus akbar fuq il-prioritajiet ta' pajjiżna ħalli nifhmu x'tibdil għandu bżonn jagħmel pajjiżna sabiex ikun aktar kompetittiv kemm fl-Unjoni Ewropea, kif ukoll fil-kumplament tad-dinja.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Mario de Marco.", "ONOR.", "MARIO de MARCO: Sur President, qiegħed nisma' dan id-dibattitu fuq l-aġenda ta' Lisbona b'ċerta sodisfazzjon.", "Dan qiegħed ngħidu għaliex madwar xahar u nofs ilu, jien u l-Onor.", "Anġlu Farrugia konna morna Brussell sabiex nattendu għal laqgħa organizzata mill-parlament ewropew għar- rappreżentanti tal-parlamenti nazzjonali tal-pajjiżi msieħba fl-Unjoni Ewropea.", "Hawnhekk ġiet diskussa l-aġenda ta' Lisbona u dak li ġara wara ħames snin mil-launching tagħha.", "Ħaġa li ħarġet fid-diskussjoni li saret fi Brussell kienet li ħafna nies ħasbu li l-aġenda ta' Lisobna kienet xi ħaġa li tittratta biss lill-Unjoni Ewropea bħala istituzzjoni, meta fil-fatt it-twettiq tagħha kien jiddependi ħafna aktar f'istituzzjonijiet nazzjonali ta' l-imsieħba ta' l-Unjoni Eworpea!", "Għalhekk l-Unjoni Ewropea ħeġġet sabiex meta nerġgħu lura pajjiżna ssir diskussjoni fil-livelli kollha ta' dan il-parlament dwar l- aġenda ta' Lisbona.", "Fil-fatt il-ġimgħa l-oħra, il-kumitat ta' l-Affarijiet Barranin u Ewropej għamel tlett ijiem ta' diskussjoni ma' l-imsieħba soċjali dwar din l-aġenda, u hemmhekk rajna b'sodisfazzjon kif l-FOI, il- Malta Ttourism Authority, il-GWU, il-UĦM u diversi nies oħra jitkellmu b'ċertu sens ta' consensus fuq il-ħtieġa ta' implimentazzjoni ta' l-aġenda ta' Lisbona.", "U llum ninsabu hawnhekk fil-plenarju sabiex niddiskutu din l- aġenda.", "Sur President, huwa importanti ħafna li nifhmu x'inhi l-aġenda ta' Lisbona, għaliex ħafna nies jisimgħu biss il-kelma \"aġenda\" u jisimgħu l-isem kapitali ta' pajjiż, iżda ħadd ma jifhem xi tfisser għalih l-aġenda ta' Lisbona bħala ċittadin Malti!", "Importanti li nifhmu li fir-rebbiegħa tas- sena 2000 kien ingħata bidu għat-twettiq ta' programm ta' riforma ekonomika fl-Unjoni Ewropea, liema programm ta' riforma ekonomika għoġobhom isejħulu l-aġenda ta' Lisbona għas-sempliċi raġuni li dakinhar il-kapijiet ta' l- istati ta' l-Unjoni Ewropea - dak iż-żmien 15-il pajjiż - kienu qegħdin jiltaqgħu ġewwa l-kapitali tal-Portugal, f'Lisbona u b'hekk tawha dan l- isem.", "Dakinhar il-pajjiżi membri ġewwa Lisbona kienu stabbilew ċerti miri għat- tkabbir ekonomiku u għat-tkabbir ta' l-impjeigi li riedu jilħqu sas-sena 2010.", "Ftiehmu li kellhom jagħmlu s-swieq tax-xogħol aktar flessibbli, li jistimulaw l-innovazzjoni fl-Unjoni Ewropea, li jinkoraġġixxu lin-nies sabiex isiru aktar imprenditorjali, li jintefaq aktar fuq ir-riċerka u l- iżvilupp u li jsaħħu s-suq intern bejniethom biex ikun aktar effettiv.", "L- għan ewlieni ta' dan kollu kien sabiex ir-rata ta' tkabbir ekonomiku annwali tal-pajjiżi fi ħdan l-Unjoni Ewropea jikber minn 2.25% għal 3%.", "Din ir-rata kienet ugwali mar-rata ta' tkabbir ta' l-Istati Uniti.", "Sur President, dawn l-aħħar erba' snin ma kenux snin tajbin ħafna sabiex jintlaħqu l-għanijiet ta' Lisbona.", "Dan għaliex f'dan il-perjodu rajna l- kollass tal-bużżieqa tal-famużi dotcom companies, rajna skandli finanzjarji bħal dik tal-kumpannija Enron u rajna l-attakki terroristiċi tal-11 ta' Settembru, 2001 ġewwa l-Istati Uniti.", "Dawn kollha ħallew il-konsegwenzi tagħhom fuq l-ekonomiji mhux biss ta' l-Amerika iżda tad-dinja kollha!", "Rajna wkoll l-attakki terroristiċi ġewwa Madrid u fis-sena 2004 rajna wkoll it-tkabbir ta' l-Unjoni Ewropea.", "Dan it-tkabbir għamel l-akkwist ta' l- aġenda ta' Lisbona ftit aktar diffiċli għaliex daħlu fl-Unjoni Ewropea għaxar pajjiżi ġodda li għalkemm żiedu l-popolazzjoni tagħha b'20% pero' kabbru l-GDP tagħha relattivament aktar!", "Għalhekk beda jidher li l-għan li ngħollu r-rata ta' l-impjiegi għal 70%, kif huwa mmirat fl-aġenda ta' Lisbona, seta' jkun daqsxejn diffiċli sabiex jintlaħaq.", "Kien hemm xi wħud li bdew jagħmlu ċerti pronostiċi u jgħidu li din l-aġenda ta' Lisbona mhi xejn ħlief bużżieqa Ewropea oħra!", "Mill-banda l-oħra, numru ta' ekonomisti oħra bdew jgħidu li l-parti l-kbira tad- diffikultajiet ekonomiċi li l-Ewropa qed taffronta bħalissa huma dovuti prinċipalment għall-problema ekonomika li tinsab fiha l-Ġermanja wara li kien hemm l-unifikazzjoni tagħha.", "Issa jekk wieħed kellu jneħħi dan il-fattur tal-Ġermanja minn din l- equation kollha jinduna li fir-realta', il-performance ekonomika ta' l- Ewropa m'hijiex daqshekk ħażina.", "Wieħed irid jgħid ukoll li r-rata ta' tkabbir ekonomiku ġewwa l-Istati Uniti huwa dovut għall-fatt li l-Amerikani jaħdmu sigħat itwal milli naħdmu fl-Ewropa, għandhom anqas finanzi u għandhom rata ta' twelid ogħla minn dik Ewropea, grazzi għall-fatt li jaċċettaw aktar immigranti milli taċċetta l-Ewropa.", "Allura, billi ħaddiema Ewropej jaħdmu anqas minn ħaddiema Amerikani, se jkun hemm rata ta' tkabbir anqas minn dik Amerikana!", "Madankollu l-problema tibqa' li fl-Ewropa għandna rata ta' impjiegi li għadha baxxa wisq.", "Ma' dan hemm ukoll il-fatt li l-Ewropa qed tiffaċċja l- ġejjieni qarib tagħha bi sfidi esterni, riżultat tat-tkabbir ekonomiku taċ- Ċina kif ukoll dak ta' l-Indja.", "Kif qal tajjeb l-Onor.", "George Pullicino, fiċ-Ċina hemm differenzi sostanzjali bejn il-pagi li jitħallsu fl-Ewropa u dawk li jitħallsu fiċ-Ċina, pero' imbagħad ma nsibux distakk kbir fil- kwalita' tal-prodotti.", "Għalhekk fir-realta, ċerti kumpanniji jkun jaqblilhom li jmorru joperaw minn ġewwa ċ-Ċina.", "Qed naraw ukoll l- isplużjoni ekonomika ta' l-Indja, b'mod partikolari fis-settur tas-servizzi fejn qed naraw li ħafna off-shoring u out-sourcing qed imur lejn dan il- pajjiż.", "U allura l-Ewropa għandha taffronta dawn l-isfidi esterni li qegħdin jaffettwawha.", "Sur President, l-Ewropea, madankollu m'għandhiex biss sfidi esterni, iżda għandha wkoll sfidi interni.", "Dawn l-isfidi interni huma dovuti għall-fatt li l-growth rate tbaxxa minħabba li qed ikun hemm birth rate baxxa, u min- naħa l-oħra, il-life expectancy dejjem qiegħed jogħla minħabba l-livell ta' ħajja aħjar li qed jgħixu n-nies Ewropej.", "Pero' dan kollu xi jfisser?", "Ifisser li għandna nwarrbu l-aġenda ta' Lisbona?", "Ifisser li għandna nabbandunaw dawk il-miri li rridu nilħqu sa l-2010?", "Xejn minn dan.", "L- aġenda ta' Lisbona hija aktar importanti u meħtieġa issa milli qatt kienet qabel!", "Jekk ma nipprovawx inwettqu l-miri li hemm f'din l-aġenda, nkunu qegħdin inpoġġu fir-riskju s-sostenibbilta' tal-mudell soċjali kif nafuh fl- Ewropa.", "Jekk l-Ewropa ma jirnexxilhiex taddatta ruħha, timmodernizza u żżid ir-rata ta' tkabbir ekonomiku u ta' l-impjiegi tagħha b'mod mgħaġġel biżżejjed, se jkun impossibli li tkompli ssostni l-għażliet tal-valuri soċjali li għamilna s'issa.", "Kif intqal tajjeb fir-rapport ta' Wim Kok, l-istrateġija ta' Lisbona kienet u tibqa' l-aħjar rispons ta' l-Ewropa għall-isfidi varji li l-istess Ewropa qed tiffaċċja.", "Din l-istrateġija tirrappreżenta struttura ta' ambizzjoni u għanijiet neċessarji sabiex toħloq it-tkabbir u l-impjiegi li l-Ewropa teħtieġ.", "Pero' il-problema ta' l-istrateġija ta' Lisbona hija li saret vasta wisq sabiex tinftihem!", "Dan l-istess rapport jgħid li l-aġenda ta' Lisbona hija fuq kollox u konsegwentement fuq xejn!", "Kulħadd huwa responsabbli għat-twettiq ta' l-aġenda ta' Lisbona, u konsegwentement ħadd m'hu responsabbli għaliha!", "Fil-fatt fir-rapport insibu li;", "\"there is no single magic bullet that will deliver the higher growth and jobs that Europe urgently needs.\".", "Jiġifieri kulħadd għandu jaħdem individwalment, pero' irridu naħdmu wkoll flimkien sabiex titwettaq l-aġenda ta' Lisbona.", "Sur President, huwa meħtieġ li jkun hemm serje ta' inizjattivi u tibdil strutturali f'kull pajjiż.", "Jekk imbagħad dawn jiġu mplimentati simultanjament f'kull pajjiż membru, ikunu jistgħu jipprovdu l-forza neċessarja sabiex jiġi rilaxxat l-potenzjal li jeżisti fl-ekonomija Ewropea.", "Ovvjament, kull pajjiż imsieħeb fl-Unjoni Ewropea qiegħed jibda minn pożizzjoni differenti u għalhekk ma naħsibx li jkun ġust meta nipparagunaw pajjiż ma' ieħor.", "Dan għaliex kull pajjiż telaq minn aspett u starting grid differenti, u hawnhekk m'aħniex qegħdin f'tellieqa fejn kulħadd telaq mill-istess linja.", "Għalhekk jeħtieġ li nagħtu l- interpretazzjoni ta' l-għanijiet ta' Lisbona f'kontest nazzjonali u allura dawn il-paraguni li smajna f'dawn l-aħħar jumejn, fil-fehma tiegħi huma żbaljati.", "Madankollu naħseb li hemm ħames oqsma ta' prijorita' f'dawn il-policies fejn l-Unjoni Ewropea u l-istati membri jistgħu jagħmlu progress sabiex jassiguraw id-dinamiżmu ekonomiku tagħhom u dak ta' l-Ewropa.", "Kull pajjiż Ewropew se jibbenefika jekk l-Ewropa tmur 'il quddiem u għalhekk għandna niffokaw fuq dawn il-policies.", "Dawn huma t-twettiq ta' 'l hekk imsejjaħ knowledge based society u l-innovazzjoni, it-twettiq finali tas-suq intern u l-promozzjoni tal-kompetizzjoni u l-liberalizzazzjoni ta' dan il-qasam, u li tiġi stabbilita klima favorevoli għan-negozju u għall-intrapriża.", "Huwa importanti li jinbena suq ta' xogħol flessibbli u nklussiv, u fl-aħħar nett li jkun hemm promozzjoni rigoruża ta' l-istrateġija ambjentali ekonomika.", "Sur President, hemm pajjiżi individwali li jistgħu jiftaħru li sejrin tajjeb fi tnejn jew tlieta minn dawn il-priority areas, iżda ħadd ma jista' jiftaħar li sejjer tajjeb f'kollox.", "U aħna li nipprovaw nottjenu wieħed jew tnejn minn dawn l-għanijiet m'huwiex biżżejjed, iżda rridu naħdmu u nipprovaw nilħqu l-għanijiet kollha sabiex inkabbru l-produttivita' tagħna fl-Ewropa.", "Issa bħala pajjiż kif sejrin?", "F'din il-Kamra smajna ħafna gloom and doom, pero' ir-realta' m'hijiex din.", "Jekk naraw fil-qasam ta' l- innovazzjoni nsibu li għandna l-KBIC, jiġifieri Kordin Business Incubation Centre, fejn qegħdin iseħħu ħafna proġetti fil-qasam tiegħu.", "Qegħdin naraw il-Malta Enterprise li bħalissa qiegħda tospita l-European commission innovation relay centre.", "Rajna tiġi fis-seħħ il-busines promotion act matul il-leġislatura l-oħra, u qed naraw ukoll ir-reviżjoni kontinwa tagħha, għaliex fil-qasam tan-negozju qatt ma tista' tibqa' fejn qiegħed illum, iżda dejjem trid tħares lejn il-ġurnata ta' wara.", "Qegħdin naraw diversi legal notices għall-business promotion act u għall-Income tax act, fejn qed jingħataw aktar inċentivi fiskali u b'hekk jiġi nkoraġġit aktar ir-research and development.", "Qegħdin naraw żieda fil-qasam ta' l- aċċess għall-internet.", "Fil-fatt hemm target li jrid jintlaħaq, li huwa dak ta' 75% tal-households Maltin li jkollhom kompjuter, software għalih u li jkollhom aċċess għall-internet!", "Dan qed isir bis-saħħa ta' l-agreements li qed isiru bejn l-MIIT flimkien mal-Microsoft u l-HP.", "Fil-fatt huwa bis- saħħa tagħhom li qed naraw software legali jingħata bi prezz ridott lill- istudenti tagħna.", "Jekk inħarsu daqsxejn lejn il-famuż rapport, insibu li ħafna nies għoġobhom jikkwotaw biss dak li jaqbel lilhom u ma kkwotawx parti sostanzjali mil- Lisbon score card.", "Fil-fatt, f'paġna 17 ta' l-istess rapport li tittratta fuq l-innovazzjoni nsibu hekk;", "\"The report confirmed that the new member states are also making progress.", "Estonia and Malta joined the top 25 E-ready countries ahead of France.\".", "Jiġifieri Malta, pajjiż imsieħeb ġdid fl-Unjoni Ewropea mar qabel Franza fl- E-ready countries.", "U naħseb li din hija xi ħaġa li m'għandniex nistħu ngħiduha!", "Sur President, huwa importanti li f'pajjiżna naraw aktar kultura ta' intrapriża, u nixtieq nara aktar imprendituri Maltin.", "Il-problema hija li għandna nbiddlu l-kultura tagħna.", "Aħna pajjiż li mdorrijin bħala merchants, iżda issa hemm bżonn li nkunu aktar innovattivi.", "U bis-saħħa tal-website Europe information centre qed tintbagħat disseminazzjoni ta' informazzjoni fuq l-Unjoni Ewropea lill-SMEs.", "Pero' nixtieq nara aktar l- intervent tal-MIC f'dan il-qasam ħalli jfiehmu aktar lill-intrapriżi żgħar x'vantaġġi u x'fondi hemm aċċessibli għalihom.", "Huwa wkoll importanti li l- forum for Europe jiġi stabbilit illum qabel għada.", "Importanti wkoll li naġevolaw l-SMEs fil-preparazzjoni tal-proposti tagħhom għall-fondi mill-Unjoni Ewropea.", "Importanti li naqtgħu aktar mir-red tape u mill-burokrazija li teżisti sabiex jitwettaq u jiġi fformat negozju.", "Huwa importanti l-kunċett tal-one stop shop f'kull qasam.", "Naraw ukoll kif il-Malta Enterprise żviluppat programm ta' tliet snin fuq l- entrepreneurship u kif il-Malta Enterprise għamlet loan guarantee mechanism sabiex tgħin lill-intrapriżi żgħar.", "Imbagħad naraw li dawn il-garanziji huma counter guaranteed mill-European Investment fund.", "Hemm problema, li hija wkoll waħda kulturali, fil-qasam bankarju.", "Qegħdin naraw li l-banek huma aktar żviluppati f'dak li huwa debt financing, iżda għal dak li huwa risk financing ftit li xejn huma żviluppati!", "Allura dan ukoll qiegħed jaffettwa il-kwestjoni ta' l-innovazzjoni u l- entrepreneurship.", "Hemm ukoll il-kwestjoni tal- qasam fiskali.", "Qed naraw ukoll diskussjoni li qed issir fl-Ewropa dwar il-fatt jekk għandniex naddottaw il-flat rate tax.", "F'diversi pajjiżi, dan il-kunċett ta' flat rate tax qiegħed jiġi applikat kemm għall-korporazzjonijiet kif ukoll għall- individwi.", "Per eżempju, hemm numru ta' pajjiżi tal-lvant ta' l-Ewropa li qabdu u għamlu rata ta' taxxa ta' 20% lil kulħadd u mingħajr skaletta.", "Jiġifieri jkun hemm ċerta rata fejn ma tapplika l-ebda taxxa iżda malli taqbeż dik ir- rata kulħadd jibda jeħel 20%.", "U dan jgħodd kemm għall-kumpanniji kif ukoll għall-individwu.", "Dawn raw li din is-sistema għenet sabiex tiġi żviluppata l-ekonomija ta' varji pajjiżi.", "Madankollu ma jfissirx li din hija s- sistema ideali li pajjiżna għandu jadotta, pero' huwa utli li ssir diskussjoni fuq din il-materja.", "Qasam ieħor importanti fl-aġenda ta' Lisbona huwa dak tas-social inclusion.", "L-għan tagħha huwa li jkun hemm 70% tal-working population u li l- employment tan-nisa jiżdied għal 57% sas-sena 2005 u għal 60% sas-sena 2010.", "Hawnhekk qegħdin ngħidu li pajjiżna waqa' lura, imma fir-realta' ma naħsibx li huwa minnu.", "Dan għaliex jekk naraw il-male employment rate nsibu li r-rata ta' pajjiżna hija aktar għola mill-average ta' l-Unjoni Ewropea, jiġifieri taqbeż is-70%!", "Malta qiegħda qabel l-Irlanda, l- Isvezja, ir-Repubblika Ċeka, Spanja, il-Ġermanja, il-Greċja, il-Finlandja, Franza, l-Italja u qabel il-Belġju f'dan il-qasam.", "Sur President, li qiegħed ibaxxi l-average tagħna huwa meta ngħaqqdu r-rata ta' l-irġiel ma' dik tan-nisa għaliex għandna female employment rate baxxa ħafna.", "Ir-rata tal-female employment hija veru baxxa, pero' hemm diversi raġunijiet soċjali għalfejn in-nisa Maltin ma joħorġux jaħdmu.", "Il-fatt huwa li tradizzjonalment ħafna nisa Maltin jippreferu joqogħdu d-dar, u jrabbu t-tfal u jieħdu ħsieb il-familja.", "Issa forsi din hija xi ħaġa li m'hijiex ħażina għal kollox, għax imbagħad naraw li għandna kunċett ta' familja li ma ssibux barra minn Malta.", "Madankollu, xorta huwa importanti li n-nisa joħorġu jaħdmu.", "Huwa għal dan il-għan li l-gvern ta numru ta' inċentivi sabiex in-nisa joħorġu jaħdmu, fosthom legal notice li daħlet b'effett din is-sena, fejn dawk in-nisa li joħorġu jagħmlu part-time work jiġu ntaxxati bir-rata fissa ta' 15%.", "Huwa għalhekk li qed naraw aktar child care centres, li jammontaw għal madwar 40 f'dan il-pajjiż.", "Dawn l-inċentivi qed isiru sabiex jgħinu lin-nisa jmorru għax-xogħol.", "Barra l-affarijiet li qed jagħmel dan il-gvern sabiex jgħin lin-nisa jerġgħu jidħlu fid-dinja tax-xogħol, qed isiru affarijiet oħra għall-qasam edukattiv.", "Illum il-ġurnata 57% tal-popolazzjoni universitarja hija magħmula min-nisa, u in the long term se jkun hemm aktar nisa fil-kamp tax-xogħol.", "L-aktar ħaġa importanti fil-kamp tax-xogħol hija l-aspett ta' l-edukazzjoni.", "Fil- kampanja elettorali li kellu dan l-aħħar il-Prim Ministru Ingliż, Tony Blair, tambar ħafna fuq in-nota li l-aktar ħaġa importanti għall-Ingilterra kienet l-edukazzjoni.", "Dan ukoll huwa qasam importanti għal pajjiżna, u il- gvern Nazzjonalista nvesta ħafna fil-qasam edukattiv.", "Fil-fatt, f'Malta għandna 4.5% tal-GDP li ninvestuh fl-edukazzjoni, u dan huwa aktar għoli mill-average Ewropew.", "Sur President, ħalli issa nħarsu daqsxejn lejn il-kwestjoni taż żgħażagħ li qed ikomplu l-istudji tagħhom.", "Jekk inħarsu lejn żgħażagħ ta' 17-il sena li attendew fl-iskejjel insibu li fl-1999 dawn kienu jlaħħqu l-43%.", "Pero' fis-sena 2002 meta nfetaħ l-MCAST, dan il-persentaġġ żdied għal 45% u fis- sena 2004, meta l-MCAST stabbilixxa b'mod tajjeb, dan il-persentaġġ tela' għal 66%.", "Jekk naraw iż-żgħażagħ ta' 19-il sena li komplew bl-istudji tagħhom, insibu li għas-sena 1999 kien hemm 31%, mentri matul is-sena 2002, żdied għal 33% u matul is-sena 2004, dan tela' għal 44%.", "Jekk imbagħad naraw iż-żgħażagħ ta' 22 sena li komplew bl-istudji tagħhom, insibu li fis- sena 2004 kien hemm 47% li kienu qed jieħdu edukazzjoni terzjarja, u 26% kienu qed jattendu l-Universita'.", "Huwa importanti li wieħed jifhem li pajjiżna miexi 'l quddiem.", "Pero' dan ma jfissirx li ma baqax aktar x'irid isir, iżda ma rridux ninsew ukoll minn fejn tlaqna.", "Importanti li jkun hemm national action plan fuq l-aġenda ta' Lisbona, u dan għandu jsir fl-interess nazzjonali.", "Hawnhekk forsi naqbel ma' l-appell li għamlu l-Federation of Industries, jiġifieri li jkun hemm national action plan fuq l-aġenda ta' Lisbona għaliex dan huwa fl-interess ta' kulħadd.", "Naħseb li huwa importanti li jkun hemm kordinatur min-naħa tal-gvern sabiex tiġi implimentata din l-aġenda.", "Sur President, nikkonkludi billi ngħid li bħala politiċi aħna responsabbli, u għandna d-dmir li nissanaw il-fiduċja li għada se jkun aħjar mil-lum.", "Pajjiżi fl-Ewropa għandhom saħħa ekonomika u soċjali varji u r-riformi indikati fl-aġenda ta' Lisbona huma intiżi sabiex joħorġu l-potenzjal tagħhom u jisfruttaw dan il-pontenzjal għall-benefiċċju tagħna lkoll.", "Jekk ma nagħmlux hekk, inkunu qed nirriskjaw il-prosperita' futura tal-mudell soċjali ewropew.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Charles Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Sur President, naħseb li f'dawn it-tlett ijiem li għamilna niddiskutu l-aġenda ta' Lisbona ħarġu żewġ fatturi importanti.", "L- ewwel wieħed huwa dwar kif dawn it-targets ta' l-aġenda se jintlaħqu fuq livell ewropew, jiġifieri bħala 25 pajjiż.", "It-tieni fattur huwa dwar kif m'għandniex nifhmu li l-attivita' jew l-inizjattivi li jistgħu jittieħdu b'mod kollettiv se jsolvu l-problemi għal kull pajjiż individwali jekk dak il-pajjiż ma jiħux id-deċiżjonijiet u ma jimplimentax il-politika neċessarja sabiex ikun hu li jindirizza r-realtajiet li jkun qiegħed fihom.", "Hawnhekk xtaqt nagħti daqsxejn ta' indikazzjoni dwar ir-realta' ta' pajjiżna, u dan se nagħmlu mhux b'xi sens ta' malawgurju.", "Pero' meta kultant tisma' ċerti affarijiet bilfors ikollok tistaqsi ċerti mistoqsijiet u tgħid; Qegħdin ninqatgħu mir-realta'?", "Qegħdin nifhmu x'inhi r-realta'?", "Min għandu r-responsabbilta' li jnaqqas il-burokrazija żejda qiegħed jerfa' dik ir-responsabbilta'?", "Qiegħed ikun accountable għal dik il-burokrazija żejda?", "Illum il-ġurnata kulħadd jgħid li hemm burokrazija żejda u kif din qiegħda tolqot lill-kompetittivita'.", "Kulħadd jaqbel li din tista' sservi ta' mażżra għall-iżvilupp, kemm dak intern bħala negozju - għaliex meta tgħid kemm jimpatta l-iżvilupp ekonomiku fuq il-konsum, dak il-konsum jiddependi mill-purchasing power ta' kull individwu – kif ukoll dak tal- produttivita' u ta' l-esportazzjoni ta' servizzi u prodotti li noffru.", "Issa l-fatt li l-Ewropa fid-direttivi li toħroġ trid toqgħod attenta li ma tikkumplikax il-burokrazija b'tali mod li timmażżra lill-intrapriża u lill- entrepreneuship, huwa element importanti li fl-opinjoni tiegħi mhux qiegħed jiġi studjat bir-reqqa biżżejjed.", "Wieħed mill-elementi li kien hemm dwar l- aġenda ta' Lisbona u r-review tagħha kien proprju dan il-fatt, għaliex f'waħda mid-diskussjonijiet intqal li tnaqqis ta' 25% mill-burokrazija jista' jfisser tkabbir reali ekonomiku fil-GDPs ta' 1.4%!", "Din hija xi ħaġa li ilna nisimgħuha ħafna, u min għandu r-responsabbilta' - li huwa l-gvern - li jimplimentaha, sal-lum għadu ma semma xejn!", "Fil-fatt, meta titkellem ma' l-istakeholders u ma' l-operaturi jgħidulek li l-ikbar problema li għandhom hija d-dewmien sabiex tasal għal deċiżjoni u sabiex wieħed ikun jista' jimxi 'l quddiem.", "Sur President, hawn min din ir-realta' jinnegaha, pero' jien ngħidlu sabiex imur jitkellem ma' l-istakeholders, għaliex hemmhekk qiegħda r-realta'.", "Ir- realta' qiegħda meta titkellem man-nies li jridu jkunu huma li jinċentivaw u li jqanqlu l-attivita' ekonomika, u mhux il-gvern.", "Il-gvern għandu l- commitments tiegħu li lkoll nafuhom u nistgħu niddefenuhom.", "Allura hija r- responsabbilta' tal-gvern sabiex dawk il-commitments jagħmilhom b'tali mod li jkunu effiċjenti, effettivi u bl-inqas spiża.", "Din kulħadd jaċċettaha, pero' t-tkabbir ekonomiku veru jrid jiġi mill-investiment fis-settur privat.", "Għalhekk l-obbligu tal-gvern huwa li joħloq dak l-ambjent neċessarju sabiex jinċentiva lill-investiment.", "Meta llum titkellem ma' l- istakeholders jgħidulek ċar u tond li f'Malta ma baqax aktar kuraġġ sabiex tinvesti!", "Meta tistaqsi lill-banek għalfejn ma jagħtux credit lill- industrija tal-manifattura u lit-turiżmu jgħidulek li ma jħossuhomx komdi f'dawn l-oqsma għaliex il-prospetti tagħhom m'humiex sbieħ!", "Fil-fatt anke jekk wieħed jara l-aħħar rapport tal-bank ċentrali jinduna li l-kreditu tal- banek ma żdiedx fil-manifattura jew fil-qasam turistiku, iżda żdied l-aktar fuq il-home loans, jiġifieri fuq self lill-individwi sabiex jixtru djarhom.", "Issa hawnhekk m'iniex ngħid li din hija xi ħaġa ħażina, għaliex ċertament is-settur tal-kostruzzjoni minn dejjem kien in-nifs għall-attivita' interna tagħna.", "U naħseb li din hija xi ħaġa li għandna napprezzawha.", "Kien hemm każijiet fejn dan kien ġie kkritikat, u kemm-il darba ntqal f'dan il- parlament li m'għandniex inħajru lin-nies sabiex jinvestu fil-proprjeta' iżda għandu jkun hemm investiment f'oqsma oħra.", "Pero' l-ewwel u qabel kollox irid ikollok il-fiduċja fl-oqsma l-oħra sabiex inti jkollok investiment dirett lejhom!", "Hawnhekk hawn żewġ statistiċi li waħda minnhom tħabbret fid-9 ta' Mejju li għadda, u tittratta fuq il-goverment finance.", "Fl-ewwel faċċata tagħha qiegħed jiġi kkonfermat dak li l-partit Laburista ilu jgħid, jiġifieri li l- ispiża fis-setturi soċjali minn sena għal sena qiegħed jibqa' fl-istess perċentwali tal-prodott gross domestiku.", "Fil-fatt din l-istatistika tgħid li;", "\"Total security benefits during 2004 made up 11.2% of the GDP at current market prices which is exactly the same ratio reported for 2003.\".", "Dan huwa importanti li nsemmih għaliex jekk inti trid tagħti triq, trid ukoll tiffoka fuq il-prijoritajiet tiegħek.", "Ma nistgħux noqogħdu nisparaw fuq 20 oġġett sabiex imbagħad ma nolqtu l-ebda wieħed, imma rridu niffokaw fuq il-prijoritajiet tagħna!", "Lanqas qiegħed ngħid li nżommu u nsostnu l- welfare state m'hijiex xi ħaġa li għandna naħsbu fuqha.", "Din hija r- responsabbilta' sħiħa tal-gvern, u ta' kwalunkwe gvern, għaliex ma jistax ikun li ma ninkwetawx fuq il-fatt li l-faqar relattiv qiegħed jiżdied matul l-aħħar snin.", "Sur President, ħafna drabi dan il-gvern kif ukoll il-Prim Ministru beda jikkwota minn ċifri u jgħidilna kemm hawn mobiles fl-idejn, u ħafna affarijiet minn dawn, sabiex jagħti l-impressjoni li l-kwalita' tal-ħajja tjiebet!", "Issa hawnhekk m'iniex ngħid li l-livell ta' l-għajxien tagħna ma telax jew inkella li l-konsum ma żdiedx.", "Pero' irridu nkunu saqajna ma' l- art u nifhmu li l-faqar relattiv żdied ukoll u għadu qiegħed jiżdied bil- mod il-mod.", "Dan qiegħed jiżdied għaliex iż-żieda fix-xogħol mhux qiegħda tavvera u qed jiżdied il-faqar relattiv għaliex id-dħul tal-ħaddiem mhux qiegħed jiżdied.", "Statistika oħra riċenti kkonfermat li matul is-sena 2004, iż-żieda fid-dħul tal-ħaddiem globali żdiedet b'1% jew b'1.2% filwaqt li r-rata ta' l- inflazzjoni kienet kważi tmiss it-2.7%.", "Hawnhekk qiegħed nitkellem fuq il- ħaddiem in ġenerali, għaliex li kieku jkollna nisseperaw il-ħaddiem tas- settur puppliku minn dak tas-settur privat konna nsibu sitwazzjonijiet aktar inkwetanti!", "Għalhekk id-dħul m'huwiex qed ilaħħaq mar-rata ta' l- inflazzjoni.", "Allura hawnhekk diġa' għandek parti mill-ħaddiema, b'mod speċjali dawk li qegħdin fil-lower middle class – jien nobgħod nikkategorizza għax għalija kulħadd ħaddiem u kulħadd għandu jkollu l- istess drittijiet - li l-aktar qed jintlaqtu minn din il-problema, u għalhekk qegħdin joqorbu lejn il-linja tal-poverta u jitbiegħdu mil-linja ta' għixien diċenti.", "Din hija realta' li rridu napprezzawha, u fl-istess nifs ma rridux niġru u nilludu lilna nfusna li l-benefiċċji soċjali huma l-problema ta' dan il- pajjiż.", "Issa nerġa' ngħid li ma rridx niġi interpretat ħażin u li allura m'għandniex naħsbu dwar kif se nimmaniġġjaw servizz ta' saħħa aħjar!", "Ċertament management tajjeb u effiċjenti jeħtieġ li jkun hemm f'kull settur.", "Aktar 'il quddiem irrid insemmi wkoll lis-settur ta' l-edukazzjoni fejn fih għamilna l-istess infiq, iżda r-riżultati huma tal-biki!", "Sur President, dan ma jfissirx li m'għandniex naħsbu fuq kwestjonjiet ta' kif se nżommu u nsostnu l-livell preżenti tal-pensjonijiet!", "Mhux hekk biss, iżda naraw kif nistgħu ntejbuhom ħalli l-pensjonati tal-lum u ta' għada jkollhom garanzija ta' ħajja aħjar.", "Ċertament li dawn huma affarijiet li rridu naħsbu fuqhom, pero' min-naħa l-oħra ma rridux nisfukaw l-attenzjoni tagħna billi ngħidu li l-problema qiegħda biss f'dawn l-oqsma!", "U allura niġġustifikaw il-qtugħ minn dawk l-oqsma fejn hu l-aktar faċli li taqta' bl-iskuża li dawn qed ikunu ta' piż insostenibbli għall-pajjiż!", "Qiegħed nikkwota minn statistika li kkonfermat kif fuq medda ta' sentejn il- perċentwali tal-GDP allokata għat-total social security benefits baqgħet fuq l-istess livell.", "Imbagħad jekk wieħed imur lura fis-snin isib li dan il-fenomenu ftit jew wisq baqa' l-istess mill-1995 sal-lum.", "Jien inħobb ngħid li jekk ma nifhmux x'inhuma l-problemi reali, id-diskorsi fuq l-aġenda u fuq it-targets tagħha jibqgħu biss fuq il-livell ta' xewqat!", "Missier bla xogħol ma jista' jagħmel xejn ħlief li jkollu x-xewqa li jibgħat lill-ibnu fl-aħjar skola jew li jixtrilu dak il-ġugarell li tant jixtieq!", "Pero' jekk ma jkollux flus fil-but jew inkella ma jippjanax ħalli jkollu dħul regolari ma jkunx jista' jilħaq dawn l-għanijiet!", "Imbagħad ikun inutli li joqgħod jesprimi x'inhuma x-xewqat u l-viżjonijiet tiegħu!", "Sur President, l-għanijiet jagħtuk id-direzzjoni u fuq dan m'hemmx kontestazzjoni.", "Mela hawn xi ħadd li qiegħed jikkontesta l-valuri tat- targets li hemm fl-aġenda ta' Lisbona?", "Żgur li m'hawn ħadd għaliex dawn huma targets li jorbtu t-tkabbir ekonomiku mal-koeżjoni soċjali!", "Hawnhekk għandek l-aħjar żewġ elementi li forsi qegħdin jiddistingwu wkoll l-Ewropa minn kull kontinent ieħor fil-kumplament tad-dinja.", "Sa ċertu punt, l- Ewropa ddistingwiet ruħha minħabba l-fatt li bniet il-welfare state.", "Issa jista' jkun hemm nuqqas ta' qbil bejn partiti li għandhom ideoloġiji differenti dwar kif għandu jiżviluppa u ma jiżviluppax dan il-welfare state, pero' the underlying theme huwa li kulħadd jemmen fil-koeżjoni soċjali.", "Fil-fehma tiegħi din hija xi ħaġa li żviluppatha l-Ewropa u f'pajjiżna - fejn ħafna minnhom ġew influwenzati minn partiti soċjalisti demokratiċi ewropej - addattajna din il-politika li hija distinta minn, per eżempju, dik il-politika orjentata lejn il-kapitaliżmu Amerikan jew dak ta' l-Asja, li t-tnejn li huma għadhom ma laħqux il-koeżjoni soċjali kif nifmhuha aħna.", "Statistika oħra importanti li ħarġet fl-10 ta' Mejju tittratta l- international trade.", "Per eżempju, hawnhekk insibu li bejn Jannar u Marzu ta' din is-sena l-industrial supplies importati f'pajjiżna naqsu.", "Barra minn hekk, anke l-importazzjoni ta' capital goods naqset bi kważi Lm17-il miljun u fl-istess perjodu, jiġifieri bejn Jannar u Marzu, l-esportazzjoni niżlet b'Lm51 miljun!", "Għalfejn qiegħed insemmi l-esportazzjoni?", "Qed insemmiha għaliex l- esportazzjoni ta' prodotti u servizzi, bħalma huma t-turiżmu, ix-shipping u servizzi finanzjarji, kollha jissarfu fi dħul ta' munita minn barra l- pajjiż u li allura jarrekkixxu lill-pajjiżna.", "Dan id-dħul jipprovdi revenue ta' pagi għall-ħaddiema u aktar ma jikber id-dħul ta' munita barranija, aktar se jkollna revenue.", "Erbat ijiem oħra din il-munita barranija tista' tkun fil-maġġor parti tagħha bħala Euro, pero' tista' tkun ukoll munita oħra minn pajjiżi Ewropew li ma jkunux addottaw il-munita ta' l-Euro, bħal per eżempju, l-Isterlina.", "Imma din immaterjali, għaliex xorta waħda tibqa' munita barranija, u allura xorta waħda tibqa' importanti għalina.", "Anke f'dawn is-sentejn li qegħdin fil-mekkaniżmu ta' l-ERM 2, jibqa' importanti li jkollna d-dħul tal-munita' barranija sabiex inżommu u nsaħħu r-riservi tagħna.", "Dan qed ngħidu ħalli ma jkunx hawn xi ħadd li jaħseb li issa mhux se jkollna bżonnu dan!", "Sur President, kif kont qed ngħid, l-esportazzjoni miexja wkoll f'dik it- trend u rajna li anke s-sena l-oħra kien hemm tnaqqis fiha.", "Għalhekk żgur li din it-trend qiegħda tinkwieta lil kulħadd.", "F'dan ir-rigward irrid ngħid ukoll li hemm fatturi nazzjonali u oħrajn internazzjonali li jkunu qed iwasslu għal dan it-tnaqqis.", "Pero' meta qiegħed ngħid fatturi internazzjonali m'iniex qed nieħu l-istess attitudni li ħa l-Onor.", "Mario De Marco meta beda jsemmi l-international terrorism u dak li ġara fis-sena 2001!", "Dan għaliex dawk il-pajjiżi li l-aktar li ġew milquta minn dik it- traġedja, fosthom l-Istati Uniti, jidhru li ħarġu minn dik it-traġedja u żviluppaw ħafna aktar milli żviluppajna aħna u milli żviluppat il- kumplament ta' l-Ewropa!", "Jiġifieri dak il-fattur żgur li ma kienx kontribut pożittiv għall-kummerċ internazzjonali ta' dak iż-żmien, pero' ma rridux noqogħdu nwaħħlu aktar fih minħabba s-sitwazzjoni li ninsabu fiha!", "Dan irid jingħad ħalli niffokaw aktar fuq ir-realtajiet tagħna.", "Fl-istess waqt qed naraw li d- differenza bejn in-nuqqas fl-esportazzjoni u ż-żieda fl-importazzjoni qed twassal sabiex it-total imports jonqsu!", "Fil-fatt f'dawn l-ewwel tliet xhur it-total imports naqsu fuq is-sena li għaddiet, u t-trade gap kiber minn Lm77 miljun għal Jannar/Marzu 2004 għal aktar minn Lm109 miljuni!", "Sur President, l-imports tal-pajjiż jonqsu jew minħabba li jkollok ħafna prodotti li diġa' huma stokkjati fil-pajjiż u li ma jkunux ġew ikkonsmati jew inkella minħabba li d-demand għalihom tkun naqset.", "Kien għalhekk li bdejt b'dawn iż-żewġ aspetti għaliex ħassejt li huma importanti u li jagħtuna opportunita' sabiex niffokaw fuq ir-realtajiet tagħna u npoġġu l- aġenda ta' Lisbona fil-perspettiva reali tagħha.", "Din l-aġenda ta' Lisbona wieħed jista' jaqsamha f'sitt oqsma prinċipali, u tajjeb li dawn l-oqsma nżommuhom f'moħħna ħalli nipparagunaw ma' kif inhuma mexjin l-affarijiet magħhom.", "U fil-fatt dan jagħtina indikazzjoni dwar jekk hux qed ikollna riżultat pożittiv jew wieħed negattiv.", "Dawn is-sitt oqsma huma s-sitwazzjoni ekonomika ġenerali, l-impjiegi, l- innovazzjoni u r-riċerka, it-tibdil ekonomiku, il-koeżjoni soċjali u fl- aħħarnett l-ambjent.", "Is-sitt punti għandhom l-importanza relattiva tagħhom u bħalma diġa' għedt, is-sabiħ u r-rakkomandabbli ta' din l-aġenda huwa li jagħtu konsiderazzjoni importanti ħafna lill-koeżjoni soċjali bħalma jagħtu lill-ambjent.", "Din hija realta' li anke f'pajjiżna rridu nagħmlu planning dwarha.", "Ma rridux nitkellmu biss fuq it-trattat ta' Kyoto iżda għandna naraw li jekk l-ambjent qiegħed jitlob l-użu ta' sorsi alternattivi ta' enerġija, irridu nkunu aħna bħala gvern li noħolqu dawk l-inċentivi ħalli kemm jista' ikun isir użu minnhom.", "F'din il-Kamra nitkellmu ħafna fuq it-trasport pubbliku, u meta nirreferu għalih ma rridux ninsew li ninkludu kollox.", "It-trasport pubbliku m'huwiex biss il-karrozzi tal-linja iżda jinkludi wkoll kull mezzi oħra, kemm jekk inhuwa taxi u kemm jekk inhuwa bil-baħar.", "Għalhekk irridu nfasslu pjan għall-futur ħalli nedukaw lill-poplu sabiex jagħmel użu minn dan is- servizz.", "Pero' dan is-servizz jiġi wżat jekk ikun wieħed effiċjenti!", "Ovvjament, jekk ma jkunx effiċjenti mhux se jiġi wżat, u ninsab konvint li kemm ħaddiema u kemm individwi oħra jsibuha aktar faċli li jagħmlu użu minnu jekk ikun aktar effiċjenti.", "Fil-fatt, kulmin isiefer u jmur f'pajjiż li jkollu sistema ta' trasport pubbliku effiċjenti u jużah ma jħossx in- nuqqas tal-vettura personali tiegħu, anzi ħafna jippreferi juża t-trasport pubbliku għaliex huwa aktar effiċjenti mill-vettura tiegħu!", "Sur President, xtaqt niġi issa għall-qagħda ekonomika b'mod ġenerali.", "L- aġenda ta' Lisbona qiegħda tgħid li t-tkabbir ekonomiku ta' l-Ewropa għandu jkun ta' 3% iżda l-Ewropa kollha din ir-rata ma laħqitiex.", "Laħquha biss uħud mill-pajjiżi 'l ġodda, bħalma huma l-Estonja u l-Latvja.", "Matul is- sena l-oħra kien hemm il-Polonja li laħqet l-4% kif ukoll jidher li hemm ir- Repubblika Ċeka li wkoll qed tilħaq din il-mira u tiżboqha.", "Dan għaliex qed jaraw li qed ikollhom the right environment u investimenti qawwija f'diversi oqsma.", "Ovvjament qed jimplimentaw ukoll ir-riformi neċessarji fil-qasam edukattiv, liema qasam ma kienx ħażin f'dawn il-pajjiżi, kif ukoll riformi oħra ta' amministrazzjoni, good governance u effiċjenza.", "Sabiex ikollok good governance jrid ikollok tmexxija ħielsa mill- perċezzjoni u mir-realta' tal-korruzzjoni!", "Li kieku għandi l-fatti f'idejja kont nippreżentahom hawnhekk, pero' xorta waħda hemm perċezzjoni li fl-amministrazzjoni pubblika hemm ċertu element sostanzjali ta' korruzzjoni.", "Qiegħed ngħid hekk għaliex riċentement ġejt mistoqsi dwar dan minn reporter ta' l-istazzjon tar-radju u tat-televiżjoni nazzjonali tal-Portugall.", "Ovvjament fl-interess ta' pajjiżna weġibtu li anke l-Portugall m'humiex qegħdin f'sitwazzjoni daqshekk 'il bogħod minna, u lanqas għandhom sitwazzjoni feliċi ħafna.", "Pero' minħabba li jkollok a lack of good governance tispiċċa mingħajr accountability, u dan ukoll qiegħed jikkontribwixxi għal dan in-nuqqas li semmejna.", "Sur President, insibu li fl-aħħar tliet snin il-GDP per capita - jiġifieri kemm jipproduċi kull individwu - naqas.", "Fis-sena 2000, l-Unjoni Ewropea kellha rata medja tal-GDP per capita ta' 77.5% mentri għas-sena 2004 din ir- rata niżlet għal 71.7%!", "Barra minn hekk, huwa previst mill-convergence report u anke mir-rapport tal-kummissjoni li fil-futur dan se jkompli jinżel!", "Għaldaqstant, dawn il-fatti jirrikjedu inizjattiva immedjata f'dawk l-oqsma li għandna l-weaknesses fihom.", "Jekk imbagħad nieħdu l- labour productivity per person employed insibu li kien hemm tnaqqis ukoll.", "Fis-sena 1999, l-Unjoni Ewropea kellha rata medja ta' 95.2%, mentri għas- sena 2004 din ir-rata niżlet għal 84%!", "Mhux hekk biss, imma huwa previst li sas-sena 2006 dan jinżel għal 83.3%!", "Allura anke hawnhekk it-trend hija waħda negattiva.", "Jekk nieħdu d-dejn pubbliku wieħed isib li matul is-sena 2000 dan kien 57% tal-prodott gross domestiku, mentri sas-sena l-oħra dan laħaq ir-rata ta' 75% tal-GDP!", "Żdied bi kważi 20%!", "Għandna dan id-dejn kollu u xorta waħda l-infrastruttura tagħna tirrikjedi ħafna aktar investimenti kapitali!", "Madwar ġimgħa ilu tlabt lil xi ħadd sabiex jispjegali kif f'għaxar snin jintefqu Lm54 miljun fuq is-sistema tad-drenaġġ, u mbagħad jibda joqrob is- sajf u ma jkunx hawn bajja f'Malta li ma tkunx ikkontaminata bih!", "Allura fejn hija n-nefqa tajba ta' dawk il-flus u tal-ħidma li saret bihom?", "Issa m'iniex se noqgħod insemmi kemm intefqu liri matul dawn l-aħħar għaxar snin fit-toroq tagħna.", "Jien ngħid li mn'Alla kien il-protokoll Taljan, għaliex bis-saħħa tiegħu li qed naraw xi ftit tat-toroq li qed isiru!", "Pero' ma rridux ninsew li dan il-protokoll kien ġie mfassal fl-1979 u fl- 1980, jiġifieri taħt gvern Laburista li kien jiġi mlaqqam li jagħmel kollox ħażin!", "Madankollu l-fatti fuq kif seħħet din iż-żieda fid-dejn nazzjonali ħadd mhu qiegħed jistaqsi dwarha.", "Ħafna jgħidulek li dan ġara minħabba n- nefqa kapitali, pero' dan m'huwiex minnu!", "Għandna bżonn nefqa kapitali sabiex nirranġaw ix-xtajtiet tagħna!", "Għandna bżonn nefqa kapitali għat-trattament tad-drenaġġ u b'hekk ma nikkontaminawx il-baħar!", "Din in-nefqa li kellha ssir fl-1992, u kellha tkun madwar Lm14-il miljun, ma saritx, u llum din tiġi tiswa xi Lm40 miljun sabiex issir!", "Qiegħed insemmi dawn ir-realtajiet għaliex xi ħadd irid iġorrhom, u bħalma jaf kulħadd, matul dawn l-aħħar għaxar snin gvern Nazzjonalista kien qiegħed imexxi!", "Dik il-politika ta' tmexxija ma kienet ta' ħadd ħlief tiegħu!", "Sur President, it-tieni aspett huwa dak ta' l-employment.", "Hawnhekk wieħed isib li t-target ta' Lisbona huwa li sas-sena 2010 ikollna 70% li jkunu engaged fis-suq tax-xogħol.", "Dan l-għan huwa wieħed importanti għaliex jgħin fis-sostenn tal-koeżjoni soċjali.", "Madankollu pajjiżna għandu trend negattiva f'dan il-qasam ukoll.", "Mhux se noqgħod insemmi dak li diġa' ingħad dwar kif il-female unemployment f'pajjiżna huwa l-aktar wieħed għoli.", "U kif qal il-kelliem ta' qabli, jibqa' l-fatt li ħafna min-nisa Maltin jippreferu jieħdu ħsieb il-familja milli joħorġu jaħdmu.", "Fil-fehma tiegħi dan huwa fatt li rridu nirrikonoxxuh, u għandna nonoraw lil dawk in- nisa li jagħmlu dan is-sagrifiċċju.", "Min-naħa l-oħra, x'inhuma dawk il-faċilitajiet biex mara li tkun se titlaq lill-familja tagħha b'mod temporanju, ħa ngħid hekk, ikollha moħħha mistrieħ li fl-assenza tagħha se jkun hemm jieħu ħsieb ta' l-uliedha?", "Din hija xi ħaġa importanti, għaliex ma jistax ikun li sabiex mara toħroġ taħdem toħloq problemi soċjali minħabba li wliedha jkunu qed jiġġerrew barra fl-assenza tagħha!", "Suppost li matul dawn l-aħħar għaxar snin konna qed nippjanaw ħalli nkunu ppreparati għad-dinja globalizzata.", "Din m'hijiex kwestjoni għaliex Malta daħlet fl-Unjoni Ewropea, għaliex id-dinja ilha mill-1990 li bdiet tigglobalizza ruħha.", "Il-liberalizzazzjoni fil-kummerċ bdiet tikber minħabba pressjonijiet internazzjonali.", "Pero' mhux se noqgħod nidħol f'dan il-mertu, għaliex hija diskussjoni tal-world trade organisation u fuq livelli aktar internazzjonali.", "Ir-realta' hi li konna bdejna nisimgħu dwar il-bżonn ta' l-istrutturar sa mill-1988!", "Imbagħad fl-1989 konna għamilna l-levies sabiex nibdew nirristrutturaw l-industrija.", "Issa l-levies inġabru, intefqu u nħlew u r-ristrutturar suppost qed nibdewh issa!", "Jinbeda issa minn min jiflaħ għaliex imbagħad ħafna drabi l-problema tkun ħafna akbar!", "Għalhekk jidher li f'dan il-qasam hemm ukoll din it-trend u jidher li għas-sena 2006 mhux se jkun hemm xi titjib.", "Sur President, wieħed jinnota li fin-national plan for employment li ppubblika l-gvern hemm xi għanijiet sabiex in-nisa joħorġu jaħdmu aktar.", "Donnu hemm il-ħsieb li nagħmlu din l-infrastruttura sabiex tgħin lin-nisa ħalli jidħlu aktar fid-dinja tax-xogħol, pero' fl-opinjoni tiegħi, l-ewwel irid ikollok ix-xogħol, u mbagħad tkun tista' tagħmel dik l-infrastruttura!", "F'dan il-pjan wieħed jinnota wkoll li l-parteċipazzjoni ta' l-irġiel fid- dinja tax-xogħol se tkun qiegħda tonqos b'1% sas-sena 2010!", "U filwaqt li fl-2003 din ir-rata kienet ta' 73.3%, qed jiġi maħsub li sa l-2010 din tinżel għal 72.4%.", "Jiġifieri hemm din it-trend, pero' issa ma nafx jekk id- demografic trends u kif se jiżviluppaw, humiex ir-raġuni għal dan.", "It-tielet punt huwa dwar l-innovazzjoni, Mr Speaker.", "Filwaqt li nemmen li għandna bżonn ta' l-innovazzjoni, tar-riċerka u ta' l-edukazzjoni in ġenerali, irridu nifhmu wkoll ir-realta' kif inhi.", "Per capita u bħala perċentwali tal-prodott gross domestiku, pajjiżna jonfoq daqs il-medja Ewropea fil-qasam edukattiv.", "Il-medja Ewropea hija ta' 5% u ta' pajjiżna hija ta' madwar 4.5%, jiġifieri relattivament, f'termini nominali, nonfqu l- istess.", "Pero' ir-riżultati ta' pajjiżna huma ħafna u ħafna agħar minn dawk ta' pajjiżi Ewropej, għax filwaqt li l-EU average ta' żgħażagħ bejn it-18 u l-24 sena li jkollhom livell ta' upper secondary huwa ta' 70%, u dak ta' pajjiżna huwa ta' 47%.", "Barra minn hekk, għandna l-akbar livell ta' school drop-outs.", "Għalkemm in-numru ta' studenti fis-setturi terzjarji żdied - dan ħadd ma jista' jinnegah - in-numru ta' gradwati fix-xjenza u t- teknoloġija naqas.", "Fil-fatt niżel minn 3.9 għal 3.1 persons per thousand fuq perijodu ta' tliet snin.", "Għaliex qed insemmi dawn il-figuri, Mr Speaker?", "Għax min-naħa waħda għandna nfiq li huwa komparabbli ma' ta' pajjiżi oħra u min-naħa l-oħra r-riżultat huwa ħafna 'il bogħod minn dak ta' pajjiżi oħra.", "Dan ifisser inqas skills?", "Jekk żgħażagħ jitħajru jidħlu jaħdmu ġo fabbrika, per eżempju, isibuha diffiċli ħafna.", "Fil-fatt, f'pajjiżna għandna fabbriki li mexjin 'il quddiem u qegħdin jinvestu biex ikomplu mexjin 'il quddiem għax għandhom fiduċja f'Malta - jien mhux qed ngħid li kollox huwa ħażin, l-affarijiet irridu nibbilanċjawhom u narawhom fil-perspettiva proprja tagħhom - imma meta dawn ikollhom bżonn idaħħlu magħhom xi żewġ operaturi, tarahom jagħmlu interview lil xi 80 ruħ.", "Għax ħafna miż-żgħażagħ tagħna m'humiex kapaċi jaqraw sew bl-Ingliż, u jekk jidħlu jaħdmu ma' dawn il-fabbriki lanqas ikunu kapaċi jaqraw ċerti istruzzjonijiet.", "Issa hawn qed nirriferi għal dawk il-persuni li jkunu se jaħdmu fil-production line u mhux fuq xi worksheet jew fl-accounts, fejn ikollhom bżonn ta' aktar skola.", "Dan li jfisser ir-riżultat iktar negattiv fejn ta' pajjiżi oħrajn.", "U filwaqt li l-MCAST kien pass fid-direzzjoni t-tajba, irridu naraw ukoll il-problemi li jeżistu fil-livell sekondarju u fil-primarja.", "Irridu naraw għaliex it-trade schools, per eżempju, li veru kienu branded pjuttost b'mod negattiv, ma żviluppawx.", "L-idea kienet tajba, imma l-ħażin kien li dawn ma żviluppawx.", "Mela min ifalli fl-akkademja u jista' jkollu xi triq oħra permezz ta' dawn l-iskejjel, insejnieh għal perijodu ta' 10 jew 15-il sena.", "Ir-riżultat kien li m'għandekx nies bi skills.", "In-nuqqas ta' ippjanar iwassal biex ikollok nies li għandhom skills u kompetenzi kbar, fosthom nies mid-drydocks li forsi nsejħulhom \"żejda\" u kienu underemployed, li nassorbuhom fis-settur pubbliku u jkunu underemployed iktar għax ma nagħtuhom jagħmlu xejn meta nistgħu nutilizzawhom biex jgħinu fi skemi ta' apprentistat, fi skemi ta' taħriġ u fi skemi ta' snajja'.", "Naturalment, dawn għandhom snajja' kbar li jistgħu joffru lil żgħażagħ li m'għandhom xejn.", "B'naqra taħriġ kif jikkomunikaw, dawn ikunu jistgħu jaqdu dik il-funzjoni.", "Mela ejjew nużaw ir-riżorsi umani li għandna b'mod immedjat.", "U waħda mill-affarijiet li ċertament irridu nagħmlu immedjatament hi li naraw x'hemm bżonn isir fl-iskejjel primarji u sekondarji biex l-ewwelnett nħeġġu u nġiegħlu psikoloġikament lill-istudenti li jsiru jħobbu iktar is- suġġetti xjentifiċi, dawk li pajjiżna għandu bżonn illum u se jkollu bżonn fil-futur.", "Hawn min jikkritikana li din hjia approach utilitarja għas- sistema edukattiva.", "Jiena ngħid li din hija approach reali għax permezz tagħha nindirizzaw il-problemi ta' pajjiżna u fl-istess waqt lil dak iż- żagħżugħ nagħtuh aktar ċans isib impjieg li jkun ta' sodisfazzjon għalih.", "Jekk nemmnu li rridu nsaħħu u nkabbru t-turiżmu, għalfejn ma nkabbrux l- ITS, insaħħuha u nagħmluha aktar effiċjenti?", "Għax ma nagħmluhiex aktar relatata max-xogħol, u ngħidu liż-żgħażagħ tagħna li job fis-settur turistiku huwa sodisfaċenti u jagħtik futur?", "Jekk ċerti nies tgħidilhom biex jaqbdu l-linja ta' waiter, per eżempju, iħarsu lejk bħallieku dan ix- xogħol m'huwiex wieħed rispettabbli.", "Dan huwa parti mill-proċess li jeħtieġ li nibdew nagħmluh f'diversi oqsma fis-settur edukattiv.", "It- turiżmu huwa wieħed mill-aktar setturi li jista' joħloq impjiegi b'effett immedjat.", "Għax filwaqt li fil-qasam tal-manifattura trid iż-żmien biex tieħu riżultat, fit-turiżmu jkollok riżultat fi żmien relattiv qasir, jekk tieħu azzjoni.", "F'Settembru u Ottubru li għadda kellna r-rapport ta' Deloitte and Touche dwar kif se tiġi riformata l-MTA.", "U din mhux talli ma ġietx riformata, talli t-team li kien magħżul biex jimplimenta r-riforma, tneħħa xi xahar ilu.", "Dan qisek se tibni knisja, u malli l-kuntrattur jibda l-pedament u s- site preparation għaliha, tgħidlu li l-kuntratt spiċċalu.", "Jista' xi ħadd jimmaġina x'direzzjoni hi din?", "Għax din hija tal-biki.", "Dan ir-rapport kien jgħid - jekk qed niżbalja nikkoreġi ruħi - illi ċ-chairman m'għandux ikun eżekuttiv, allura inti jkollok separazzjoni miċ-chairman għall- managing director.", "Għaliex?", "Għax l-esperjenza ta' chairman eżekuttiv ma kenitx pjaċevoli.", "Mela ridna nagħmlu managing director jew CEO u chairman li jkunu separati fil-funzjonijiet tagħhom, u ħtarna chief executive officer.", "Jiena ma nafux lil dan l-individwu imma jekk ir-rapport talab li ssir riforma, il-gvern m'huwiex kapaċi jimplimentaha?", "Nistgħu aħna b'xi mod inkunu kredibbli u ngħidu: Quo Vadis?", "Quo Vadis suppost ngħiduha lill- gvern fil-miri tiegħu, u mhux sena wara li pajjiżna daħal fl-Unjoni Ewropea.", "Dan l-aħħar f'interview li saritlu, ċ-chief executive officer qal - qed nikkwotah għax ġie rrapportat fuq il-gazzetta u m'għandi xejn personali kontra tiegħu għax lanqas biss nafu - li rridu ntejbu l-prodott turistiku Malti.", "Issa ta' qablu qal hekk, u ta' qabel ta' qablu qal hekk ukoll.", "Allura kemm se ndumu ngħidu l-istess ħaġa u ma nimplimentawx programm biex naraw kif se ntejbu l-prodott turistiku Malti?", "Taf kif intejbuh, Mr Speaker?", "Billi nagħmlu xi bajja - għax din ukoll trid tiġi diskussa hawnhekk - u dik il-bajja mbagħad ngħadduha lill-privat.", "Mela nonfqu xi Lm0.5 miljun bi flus il-poplu, biex imbagħad dik il-bajja jeħodha l-privat għall-benefiċċju tiegħu.", "Issa jiena wieħed minn dawk li, biex ikun hemm l-investiment u tgħin lill- privat, nemmen fih mija fil-mija, imma jrid ikun hemm bilanċ ukoll.", "Allura dan l-innovattiv?", "Mhux kulħadd jaf li rridu ntejbu l-prodott?", "Ejja naraw x'inhuma r-raġunijiet li qed nitilfu mis-swieq tagħna filwaqt li t- turiżmu lejn il-Mediterran qed jikber.", "Dik hi l-ikbar problema li nara jien u xi ħadd irid jindirizzahieli!", "Mill-1995 it-turiżmu laħaq a stagnation point u ma ċċaqlaqx.", "Fl-1999 għamilna l-MTA, din ikkunsmat Lm45 miljun mill-fondi tal-poplu u t-turiżmu ma ċċaqlaqx.", "Dawn huma l- mistoqsijiet li rridu nindirizzaw.", "U nistgħu nitkellmu fuq it-targets ta' Lisbona, għax jekk ma naqbdux u nċaqilqu l-affarijiet, dawn se jibqgħu miri u xewqat.", "U nkunu l-pajjiż tax-xewqat.", "Imma l-poplu mhux dan irid.", "Il- poplu jrid riżultat, għax dak li hemm bżonn.", "U min m'huwiex kapaċi jagħti r-riżultat, għandu jwarrab, hu min hu, Mr Speaker.", "Dawn huma oqsma li jirrikjedu risposta.", "Imbagħad nitkellmu wkoll fuq l-economic reform.", "U jekk verament irridu nimbuttaw l-intrapriża, fost affarijiet oħra l-economic reform titlob li jkun hemm - din semmiha wkoll l-Onor.", "Mario De Marco - prodotti ġodda ta' finanzjament, venture capital, seed capital.", "Fl-1995 jew fl-1996 kien hawn seminar nazzjonali fejn il-gvern kien ikkommetta ruħu li jwaqqaf venture capital, imma ma sar xejn minn dan.", "Għamilna l-proċess ta' privatizzazzjoni bħala parti mir-riforma ekonomika.", "Ma kienx hawn każ wieħed ta' privatizzazzjoni li ta r-riżultat li kien imwiegħed.", "Jekk nieħdu l-HSBC, per eżempju, bir-rispett kollu lejn l-effiċjenza li daħħal il-management fil-parametri tad-drittijiet tal-ħaddiema lokali, naħseb li lil dawn għandna nimitawhom.", "Imbagħad titħallas tar-riżultat u l- effiċjenza li tiġi mitluba minnek.", "Dan huwa pass pożittiv, mela le.", "Pero' l-investiment dirett produttiv li kien imwiegħed meta aħna kkritikajna l- prezz baxx li bih nbiegħ, ma ġiex.", "Fejn rajna li kellna venture capital jew seed capital biex jgħin lill-industrija lokali jew inkella investiment barrani jew joint ventures?", "Issa qegħdin nitkellmu fuq il-privatizzazzjoni tal-Bank of Valletta.", "L- aħħar darba li tkellimt fuqha jiena għedt li s-settur bankarju f'ekonomija żgħira u fraġili bħalma hija tagħna, ma nistgħux nitilfu kull kontroll.", "Hawnhekk qed insemmi l-kontroll mhux fis-sens li toqgħod tindaħal fejn se jaħdem dak u fejn se jieħu transfer l-ieħor, għalkemm meta tkellimt f'dan ir-rigward l-impjegati tal-BOV għamlu dikjarazzjoni u qalu li l-gvern qatt ma jindaħlilhom.", "Forsi veru ma jindaħlilhomx biex iċaqilqu lin-nies minn hawn għal hemm, imma xorta waħda jsir dan it-tip ta' taħwid minħabba l- kulur ta' l-għajnejn.", "Ara ma jmorrux jaħsbu li ma nafux x'ikun qed jiġri!", "Imma dak in due course, u jiġi l-mument meta nindikawh bil-fatti u bid- dettalji.", "Imma l-punt m'huwiex dak.", "Il-punt hu li f'ekonomija żgħira u ċkejkna, jekk il-gvern ikollu element ta' influwenza ta' kulma għandu ċ-chairman hemmhekk, jista' jgħin - jekk ikollu l-ħsieb li jinizjala forma ta' venture capital - biex ikollu bank ma' min jista' jaħdem.", "Jiena ma nagħtihx tort.", "L-HSBC jikkonċernah il-qligħ li jagħmel għall-klijenti u għax-shareholders tiegħu.", "Dak hu xogħlu, xejn iżjed u xejn inqas!", "U dan qed jinħass b'mod ġenerali, Mr Speaker.", "Jekk nieħdu l-posta, Mr Speaker, insibu li kellna taħwida sħiħa u hawnhekk kellna wkoll proċess ta' privatizzazzjoni.", "Jiġifieri r-riformi li qed jagħmel il-gvern m'humiex maħsuba u qed jiġu mplimentati bl-addoċċ.", "Jekk nieħdu s-Sea Malta, per eżempju, m'għandna l-ebda garanzija dwar kif se jkunu assigurati r-rotot strateġiċi għan-negozju Malti.", "Il-ftehim li għamel dan il-gvern u l-prezz li se jħallas biex tinżamm linja, huwa temporanju u m'huwa effettiv xejn, Mr Speaker.", "Jenħtieġ, u nagħlaq hawn, li verament jibdew jittieħdu l-inizjattivi, biex nassiguraw li l-burokrazija tinqata' b'effett immedjat, li s-sistema edukattiva nkomplu nsaħħuha ħalli tilqa' għall-bżonnijiet li għandu pajjiżna llum, u li nagħmlu l-pakkett ta' inċentivi li se jispiċċa fis-sena 2008 fil-qasam tal-manifattura, u s'issa għadna ma nafux kif se nagħmlu.", "Irridu nieħdu inizjattiva biex l-ambjent verament insebbħuh, nirranġawh u nħeġġu lil min irid juża alternative sources of energy.", "Il-gvern irid jagħmel l-accrual accounting, irid jikkontrolla r-red tape u l-burokrazija u jdaħħal l-accountability.", "Irridu immedjatament nindirizzaw il-qasam turistiku b'mod serju li jagħti riżultat.", "Hemm ħafna affarijiet oħra li meta jiġi l-mument, nkunu nistgħu nħabbruhom waqt il-konferenza ġenerali u l-manifest tagħna għal qawmien ekonomiku u soċjali.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Il-Ministru Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għall-Kompetittivita` u Komunikazzjoni): Mr Speaker, fil-ftit ħin li fadal se nipprova nagħmel daqsxejn kummenti ġenerali.", "L-ewwelnett naħseb li kienet okkażjoni tajba fejn iż-żewġ naħat tal-Kamra kellhom l-opportunita' li jesprimu ruħhom fuq suġġett ta' importanza, mhux daqstant għall-isem tiegħu ta' Lisbon Agenda, imma għal dak li tinkorpora fiha bħala skopijiet.", "Fil-fatt, kif kellna ċans nisimgħu, din hija strateġija li permezz tagħha wieħed irid iħares lejn is-setturi kollha ta' l-attivita' ekonomika ta' pajjiżna.", "Kellna diskussjoni fejn ġiet imsemmiet l-edukazzjoni, ir-riċerka u l-impjieg, naturalment kull wieħed minna bil-perspettiva tiegħu.", "Il- linja ġenerali ta' l-oppożizzjoni x'aktarx hi, bħal dejjem, li dak li m'huwiex daqstant pjaċevoli huwa tort tal-gvern tal-ġurnata filwaqt li dak li b'xi mod għandu l-pożittiv fih, huwa riżultat ta' dak li għamlet jew suppost qed tagħmel l-oppożizzjoni f'pajjiżna.", "Madanakollu hemm element, anke fil-mod kif ġiet imposta l-pożizzjoni ta' l-Oppożizzjoni, li wieħed irid jagħmel riflessjoni dwaru.", "Diversi kelliema ta' l-Oppożizzoni qalulna li Gvern Nazzjonalista suppost kien ilu jaf li pajjiżna kien se jidħol fl-Unjoni Ewropea, u allura suppost kien ilu jaf liema triq kellu jaqbad biex iwassal għall-adduzzjoni ta' l- aġenda ta' Lisbona minn Malta bħala membru ta' l-Unjoni Ewropea.", "Jiġifieri m'hijiex skuża l-fatt li Malta daħlet fl-Unjoni Ewropea fl-1 ta' Mejju tas- sena li għaddiet meta mqabbla ma' pajjiżi oħrajn.", "Qalulna wkoll li pajjiżna mhux qiegħed lura biss meta mqabbel mal-15-il pajjiż li ilhom membri fl-Unjoni Ewropea, imma huwa wkoll lura meta mqabbel mal-pajjiżi l- oħra li bħalna daħlu fl-Unjoni Ewropea fl-1 ta' Mejju tas-sena li għaddiet.", "Madanakollu bilfors irrid nirrileva l-fatt li dawk il-pajjiżi fejn il- progress kien iktar mgħaġġel milli kien ta' Malta, anke jekk daħlu membri sħaħ ta' l-Unjoni Ewropea fl-1 ta' Mejju tas-sena li għaddiet, il-partiti prinċipali tagħhom kienu qed jaqblu li l-istess pajjiżi għandhom ikunu membri ta' l-Unjoni Ewropea.", "Allura x-xejra politika u l-ippjanar ekonomiku ta' dawk kollha li b'xi mod riedu juru interess biex imorru u jinvestu f'dawn il-pajjiżi, ma kellhom l- ebda problema biex ikunu jafu kemm il-gvern u l-oppożizzjoni f'dawn id- diversi pajjiżi kienu jaqblu fuq l-għan prinċipali illi l-pajjiż tagħhom ikun membru ta' l-Unjoni Ewropea.", "Sfortunatament għalina, sa wara r-riżultat tar-referendum, sa wara r- riżultat ta' l-elezzjoni li għaddiet, u kważi kważi sal-lum, f'pajjiżna għadna qegħdin nistaqsu: Imma Malta jaqblilha jew ma jaqblilhiex tkun membru sħiħ fl-Unjoni Ewropea?", "Jaqblilha jew ma jaqblilhiex timxi mal- parametri ta' unjoni li aħna bħala partit fil-gvern ilna nitħabtu biex naslu għalihom, filwaqt li l-Oppożizzjoni għadha tistaqsi jekk dan jagħmilx sens jew le?", "Nispera li fil-konferenza ġenerali li għamel riferenza għaliha l-Onor.", "Mangion ikollna pożizzjoni ċara almenu fuq din il- kwestjoni, u nkunu nafu preċiżament fejn aħna sejrin.", "U minn hemmhekk inkunu nistgħu naqblu mhux fuq id-dettall tal-politika tagħna, mhux fuq il- mod ta' kif nagħmlu kull pass tal-politika tagħna, imma fuq l-għan prinċipali, Mr Speaker.", "L-Onor.", "George Vella l-bieraħt lura qal li ma rridux strateġija ta' Lisbona għal Malta, imma rridu a Valletta Strategy li għandha tkun addottata minn dan il-gvern.", "Proprju b'waħda mill-bidliet li seħħet wara li sar il-mid- term review ta' l-istess strateġija ta' Lisbona, kull wieħed mill-25 membru ta' l-Unjoni Ewropea llum għandu l-possibilita' li jagħmel in-national action programm tiegħu, li hu differenti fid-dettall u fl-għan nazzjonali ta' kull wieħed minn dawn il-pajjiżi, proprju biex tingħata il-possibilita' li jkun hemm programm dettaljat dwar l-għanijiet fil-livell nazzjonali.", "Pajjiżna wkoll għandu, fl-erba' xhur li ġejjin, jippjana u jidħol f'iktar dettall permezz ta' diskussjoni li kemm jista' jkun maqbula bejn kulħadd, biex minn Ottubru ta' din is-sena 'l quddiem ikun jista' jibda jieħu iktar miżuri li jkunu ċari għal kulħadd.", "Naturalment uħud mill-miżuri li finalment se jiġu miftiehma li jittieħdu, jistgħu ma jkunux pjaċevoli għal mumenti partikolari.", "Allura l-Oppożizzjoni bil-mod tagħha tista' tgħid lill-gvern li fl-edukazzjoni m'għamlitx biżżejjed.", "Jiena ngħidilha li kieku pajjiżna baqa' bis-sistema edukattiva kif kellna sa ftit tas-snin ilu, li ma kenitx tipprovdi biex 10,000 student imorru l-universita' imma mijiet biss kienu jmorru, mur ara fejn konna nkunu llum f'dan il-kriterju meta mqabbel mar-realta' ta' l-Unjoni Ewropea!", "Kieku flok eluf baqgħalna ftit mijiet.", "Mur ara f'liema pożizzjoni konna nkunu kieku għadna nemmnu li l-edukazzjoni terzjarja sservi biss biex toħroġ iċ-ċertifikati li kienu jintużaw biex insorru l-inċova fihom, għalkemm illum l-inċova qiegħda tiġi fil-landi, u allura ċ-ċertifikati m'għadhomx jintużaw għal dan il-għan.", "Ara x'bidla saret fil-mentalita' ta' dan il-pajjiż f'dak li huwa investiment fl-edukazzjoni, Mr Speaker!", "Naturalment baqgħalna x'nagħmlu ħafna iktar, pero' irridu naraw kemm dan il-pajjiż mexa' 'il quddiem fl- aħħar ftit snin, kemm dan il-pajjiż irnexxielu jaddotta lilu nnifsu fil- qasam edukattiv, fil-qasam tat-teknoloġija ta' l-informazzjoni u fil-qasam tal-computers.", "Kien hemm wieħed mill-kelliema ta' l-oppożizzjoni li qal li m'huwiex biżżejjed li niftaħru kemm għandna computers fid-djar tagħna.", "Nispera li mhux se niġu f'pożizzjoni li ngħidu, bħalma kien qal membru parlamentari fil-passat dwar il-mobile phones, li hemm min jixtri computer biex iżejjen xi biċċa għamara.", "M'għandix dubju li min jixtri computer illum qed jixtrih bħala investiment għall-edukazzjoni tiegħu u bħala għodda li biha jitgħallem iktar.", "Nispera li nżidu n-numru ta' persuni li l- computer jixtruh biex ikunu jistgħu jagħmlu n-negozju bih.", "Pero' m'hemmx dubju li f'dan il-qasam imxejna u mxejna ħafna 'il quddiem, Mr Speaker.", "Naturalment, il-qasam tat-telekomunikazzjonijiet huwa settur li lanqas tista' tagħmel paragun miegħu.", "Kieku għamilna dan l-istess paragun mal- Lisbon Agenda erba' jew ħames snin ilu, il-benefiċċji kollha tal- liberalizzazzjoni fis-settur ma kinux jidhru.", "Dak iż-żmien kellna oppożizzjoni li kienet tgħidilna biex ma nagħmlux hekk, għax inkella nitilfu l-impjiegi u nbiddlu s-sitwazzjoni li pajjiżna jinsab fiha.", "Imma għall-grazzja t'Alla kull meta lliberalizzajna u biddilna l-mentalitajiet diversi, wasalna biex nagħmlu l-investimenti li taw riżultati.", "Mr Speaker, irridu nkomplu nibnu fuq il-pedamenti li għamilna matul is-snin li għaddew u rridu nkomplu nassiguraw li kulħadd jagħti s-sehem tiegħu.", "Ma jistax ikun li persuni li għandhom l-abbilita' li jipparteċipaw biex jgħinu fl-ekonomija ta' pajjiżna u biex jgħinu f'dak li qed jissejjaħ \"jobs for growth\", huma wkoll ma jagħtux is-sehem tagħhom.", "F'diversi dokumenti li kellna quddiemna insibu li dan il-pajjiż huwa fost l-iktar pajjiżi li on average nirtiraw kmieni mix-xogħol.", "U forsi wieħed jgħid: Imma dan minħabba l-fatt li aħna l-Maltin daqsxejn dgħajfa jew hemm xi raġunijiet oħrajn?", "Anke hawn, kull wieħed minna għandu r-responsabbilita' li jassigura li jekk kapaċi jagħti s-sehem tiegħu sa ċerta eta', m'għandux jipprova jirtira kmieni biex ikun jista' joqgħod f'xi pjazza jew biex forsi jibqa' jaħdem mingħajr ma jiddikjara d-dħul tiegħu.", "Naturalment kelli ċans żgħir nagħmel riferenza għall-programm nazzjonali.", "Fix-xhur li ġejjin se nkomplu nitolbu r-rakkomandazzjonijiet ta' kulħadd, kemm ta' l-organizzazzjonijiet fis-settur privat u anke fis-settur pubbliku.", "Kull wieħed minna għandu ċ-ċans li jwassal il-kummenti u l- proposti tiegħu.", "Naturalment meta wieħed ikun qed jagħmel dawn il-proposti jrid fl-istess ħin jirrealizza l-verita' tal-bidliet li jkunu qegħdin iseħħu.", "Diversi drabi tissemma l-kompetittivita' f'dan il-pajjiż.", "Matul ix-xhur li għaddew il-gvern kien impenjat biex jassigura li fil-portijiet tagħna jkun hemm bidliet radikali fis-sistemi tagħhom.", "Ma jidhirx li hemm xi volonta' kbira li twassal għal dawn il-bidliet la min-naħa ta' l-oppożizzjoni u lanqas min-naħa ta' waħda mill-akbar unions f'pajjiżna.", "Anzi dawn jgħidulna li qed nippruvaw nagħmlu dawn il-bidliet mhux għall-ġid tal- pajjiż, mhux għall-ġid ta' l-industrija u mhux għall-ħolqien ta' aktar xogħol, imma biex nippruvaw inkissru xi waħda mill-unions.", "Dan m'huwiex minnu Mr Speaker.", "Fejn hemm bżonn tal-bidliet, dawn iridu jseħħu għall-ġid ekonomiku u għall-ġid finanzjarju tal-pajjiż.", "F'dawn l-aħħar ġranet għadu kemm kellna kwestjoni oħra li wkoll tolqot il- kompetittivita' ta' pajjiżna.", "Qed nirriferi għall-kwestjoni ta' jekk il- ħaddiem f'xi wieħed mill-pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropea hux se jkollu d-dritt li b'għażla tiegħu jaħdem iktar minn tmien sigħat overtime fil- ġimgħa.", "Ir-risposta tan-naħa tal-gvern kienet ċara.", "Aħna se niġġieldu biex il-ħaddiema f'pajjiżna u fil-pajjiżi membri l-oħrajn ta' l-Unjoni Ewropea jibqgħalhom id-dritt li jiddeċiedu u jagħżlu huma.", "X'għamlu r- rappreżentanti fil-parlament Ewropew min-naħa ta' l-Oppożizzjoni?", "Meta ġew biex jivvotaw kien hemm min ħa żball, kien hemm min għolla subajh mod u min għafas buttuna b'oħra, pero' in-naħa tal-gvern kienet u għadha konsistenti.", "Aħna se nibqgħu niġġieldu biex il-ħaddiem Malti jkollu d-dritt li jaħdem, jipparteċipa, joħloq il-ġid ekonomiku u minnu ngawdu lkoll kemm aħna.", "Jidher ukoll li l-GWU fix-xhur ta' qabel il-kampanja elettorali u fil- kampanja ta' qabel ir-referendum lill-ħaddiem Malti kienet tgħidlu biex jibża' jidħol fl-Unjoni Ewropea għax se jkun il-gvern li jtellfu mid-dritt li jiddeċiedi hu jekk jagħmilx overtime.", "Jidher ukoll li meta din l-union ġiet biex tgħolli subgħajha, għollietu fid-direzzjoni fejn qalet li m'għandux ikun il-ħaddiem individwali li jiddeċiedi jagħmilx overtime jew le.", "U nistgħu nibqgħu sejrin hekk.", "Pero' bħala partit fil-gvern aħna għandna programm ta' ħidma li jrid iwassal biex iktar nies f'dan il-pajjiż jagħtu s-sehem tagħhom.", "Naturalment, biex is-sehem ta' kull wieħed minna jkun jista' jidher iktar ċar u b'mod iktar qawwi, issemmiet il-burokrazija.", "Dażgur li bħala gvern naqblu li jkun hemm bidla f'din is-sistema u li nnaqqsu l-burokrazija kemm jista' jkun biex niffaċilitaw il-possibilita' tan-negozju.", "Dażgur li naqblu li jkun hemm iktar faċilita' għall-possibilta' ta' start-ups f'dan il-pajjiż, imma fl-aħħar mill-aħħar jekk hemm burokrazija żejda li rridu nnaqqsu, m'huwiex biżżejjed li dan ikun dikjarat mill-prim ministru jew minn xi ministru, imma trid tkun il-mira prinċipali ta' kulmin f'xi fergħa ta' l-amministrazzjoni jew i tas-settur privat, għandu l-possibilta' li jieħu imqar l-iċken deċiżjoni.", "Jekk wieħed kellu jara l-proċeduri burokratiċi li suppost jiġu applikati, m'għandix dubju li on paper kollox jidher plain sailing.", "Pero' r-realta' hi li l-effett tal-ħidma ta' diversi individwi u ta' diversi organizzazzjonijiet jistgħu jwasslu biex anke jkun hemm ċertu dwejjaq.", "U l- gvern huwa determinat li dan inaqqsu fl-interess tas-soċjeta' Maltija kollha kemm hi.", "Ma nemmnux li nistgħu nimxu 'l quddiem bħala parti mill- istrateġija ekonomika u soċjali ta' pajjiżna billi nġelldu settur ma' ieħor.", "Irridu għall-kuntrarju niggarantixxu li kull wieħed minna jagħti s- sehem tiegħu bl-iktar mod b'saħħtu u mbagħad - ħalli ħadd ma jimmiżinterpreta l-affarijiet - jekk hemm setturi tas-soċjeta' li bis- serjeta' għandhom bżonn ta' l-għajnuna min-naħa ta' l-awtoritajiet, allura l-commitment tal-gvern ikun li jgħinhom.", "Kulmin għandu l-possibbilita' li jagħti s-sehem tiegħu m'għandux joqgħod jistenna li jkun ħaddieħor li jgħinu.", "B'hekk ilkoll flimkien nistgħu naslu biex niggarantixxu l-aħjar futur għal dan il-pajjiż.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Id-diskussjoni issa hija konkluża.", "Fid-9.00 p.m. intemmet id-diskussjoni fuq dan is-suġġett", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "TONIO BORG (Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern): Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tnejn, 23 ta' Mejju 2005, fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Vjolenza Domestika - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kummissjoni ċinematografika ta' Malta - Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Kriminali - Tielet Qari; u", "Xi aġenda oħra li tista' tiġi komunikata aktar tard.", "----------------------------------- Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Sħubija ta' Malta fil-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp - Kumitat Permanenti.", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Reġistru Ċentrali - Kumitat Permanenti.", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Bank Ċentrali ta' Malta - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Carmelo Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Mr Speaker, fil-ħin ta' l-aġġornament nixtieq nitkellem ftit fuq l-istat ta' l-ambjent eżistenti fin-naħa ta' isfel ta' Malta.", "Nixtieq nieħu spunt minn dak li ġie ppubblikat mill-MEPA dan l- aħħar - jidhirli l-bieraħt lura - fil-pjan lokali għan-nofsinhar ta' Malta.", "Fil-fatt dan issa huwa miftuħ għad-diskussjoni sabiex il-pubbliku in ġenerali, l-aktar dawk li joqogħdu hemm jew li jiffrekwentaw dawn il- postijiet, ikunu jistgħu jgħaddu l-kummenti tagħhom fuq dan il-pjan.", "Huwa tajjeb li ngħid li dan huwa l-aħħar pjan li ġie ppubblikat mill-MEPA.", "Niftakar li ftit tas-snin ilu meta kien inbeda l-proċess li jiġu riveduti l- pjani lokali, il-ħsieb kien li dawn jinħadmu u jiġu riveduti kollha f'daqqa.", "Jista' jkun li dan ma kienx possibbli minħabba li r-riżorsi umani huma limitati pero` l-għażla kienet li l-pjan tan-nofsinhar ta' Malta jkun l-aħħar wieħed li jiġi varat għad-diskussjoni bħala konsultazzjoni.", "Jien ma nieħu xejn bi kbir għax il-partit Nazzjonalista fil-gvern lin-naħa ta' isfel ta' Malta telaqha kompletament u li kieku ma kienx għal ftit nifs li ħadet bejn l-1996 u l-1998 - imbagħad kompla fuqu l-gvern Nazzjonalista għax ma setax iħalli l-affarijiet nofs leħja - ma konna ngawdu xejn f'dak li għandu x'jaqsam ma' titjib infrastrutturali.", "Investiment ieħor li rajna kien il-bini tal-power station li wkoll ġiet mibnija n-naħa ta' isfel ta' Malta bħalma ġara fil-każ ta' l-impjant tar- riċiklaġġ li l-gvern Nazzjonalista beħsiebu jkabbar imma dwar dan għad hemm kontroversja għaddejja.", "Nazzarda ngħid li l-partit Nazzjonalista lin-naħa ta' isfel ta' Malta anke f'dak li għandu x'jaqsam ma' voti qed jinsiha għaliex irrid infakkar li fl-aħħar elezzjoni tal-kunsilli lokali l-partit Nazzjonalista għażel li fil-Marsa u ż-Żejtun ma ssirx elezzjoni.", "Jiġifieri sa ċertu punt anke għall-voti qed jinsina, aħseb u ara biex jagħmel proġetti ta' fejda li minnhom igawdu ċ-ċittadini, li fl-aħħar mill-aħħar huma ċittadini bħal kull ċittadin ieħor f'dawn il-gżejjer.", "Pero` jien għandi tama oħra.", "It-tama tiegħi hi li dan il-pjan lokali ma jispiċċax bħalma ġralhom pjani lokali oħrajn li wħud minnhom ġew varati anke erba' snin ilu u għadhom forma ta' draft.", "Din id-diskussjoni għadha għaddejja, jew suppost għadha għaddejja, anke wara erba' snin u allura huwa importanti li kemm jista' jkun l-affarijiet isiru b'ċerta ħeffa.", "Mhux qed ngħid li d-diskussjoni ma ssirx, imma altru jkollok diskussjoni li tibda u taf meta tispiċċa fejn naslu għal deċiżjoni finali u altru diskussjoni tinbeda u ma tispiċċa qatt.", "X'qed jiġri issa, Sur President?", "Qed jiġri li għandna pjani lokali - jidhirli li tnejn minnhom biss ġew finalizzati, dak tal-portijiet u jidhirli xi pjan ieħor – li għadhom miftuħin għad-diskussjoni u fil-każ ta' wħud minnhom din ilha sejra għal madwar erba' snin.", "Trid tqis li l- proċess ma bediex erba' snin ilu imma beda aktar kmieni u allura dan jaħseb għall-bżonnijiet ta' seba', tmienja jew disa' snin ilu.", "Dan ifisser li meta jiġu approvati u konfermati dawn il-pjani lokali li huma miftuħin għad- diskussjoni, se jkunu diġa` skaduti.", "Għalhekk ladarba l-pjan lokali għan-nofsinhar ta' Malta fl-aħħar ġie varat għad-diskussjoni, it-tama tiegħi issa hi li ma jiġrilux bħalma ġralhom l- oħrajn, jiġifieri li tibda d-diskussjoni u ma tispiċċa qatt u allura nibqgħu fejn konna.", "Issa jien dan il-pjan ma rajtux fid-dettall pero` rajt dak li ġie mħabbar fil-mezzi tax-xandir.", "Imma ngħid jien x'ħareġ mid-draft tal-pjan lokali li ma konniex nafu qabel?", "Jekk wieħed jidħol fil-website tal-MEPA stess isib li dan id-dokument se jkollu diskussjoni fuq il- housing, it-trasport, it-turiżmu, ir-rikreazzjoni, ir-rural and urban conservation, is-social facilities, industry, commerce, infrastructure, quarrying and agriculture.", "Dawn huma l-oqsma li dan il-pjan lokali qed jittratta, oqsma li żgur in-naħa ta' isfel ta' Malta għandha bżonn ta' ħidma qawwija f'numru sew minnhom.", "Allura kellu jkun dan il-pjan li jgħidilna li fin-nofsinhar ta' Malta hemm bżonn ta' aktar faċilitajiet sportivi u ta' rikreazzjoni?", "Irrid infakkar li dawn l-affarijiet ilna nafuhom snin, imma minħabba pika ta' politika partiġjana bla sens, meta l-partit Nazzjonalista tela' fil-gvern fl-1998 abbanduna l-pjan soċjo-ekonomiku li kien sar għan-naħa ta' isfel ta' Malta, li kien hemm qbil dwaru bejn kulħadd inkluż il-partit Nazzjonalista li kien ipparteċipa f'ċerti laqgħat u li kien diġa` fassal x'inhuma l-bżonnijiet u l-ħidma li l-gvern irid iwettaq.", "Allura kien hemm bżonn nistennew li joħroġ għad-diskussjoni pjan lokali biex ngħidu li fin-naħa ta' isfel ta' Malta hemm ċerti bżonnijiet f'diversi postijiet?", "Jien noqgħod iż-Żejtun u fid- distrett tiegħi hemm ukoll Ħaż-Żabbar u Wied il-Għajn għallinqas s'issa, imma nafu li f'dawn il-postijiet hemm nuqqas kbir ta' faċilitajiet sportivi u rikreattivi.", "Per eżempju, Wied il-Għajn qed jikber b'rata qawwija u l- MEPA diġa` għandha studju dwar kif qed tikber il-popolazzjoni u kif se tkompli tikber tul is-snin.", "Dan diġa` kienu jafuh fl-1997 meta sar il-pjan soċjo-ekonomiku taħt gvern Laburista, imma jekk tmur Wied il-Għajn u tara x'faċilitajiet sportivi u rikreattivi hemm tinduna bin-nuqqasijiet kbar li jeżistu.", "Sur President, agħar minn hekk imbagħad teżisti l-ħtieġa għal titjib ambjentali għaliex hemmhekk hemm rata għolja ta' ċertu mard li huwa kkreat minħabba nuqqas ta' ambjent tajjeb.", "Nitkellmu fuq ambjent aħjar u fuq it- turiżmu meta nafu li n-naħa ta' isfel ta' Malta hija mifnija bi proġetti li kienu saru qabel u li qed ikomplu jagħmlu dannu lill-ambjent tal- lokalitajiet imsemmija.", "Allura meta nitkellmu fuq dawn l-affarijiet inkunu qed nidħku bin-nies?", "Nixtieq ngħid xi ħaġa wkoll fuq il-fish farms għax hemm il-ħsieb li dawn kollha jiġu n-naħa ta' isfel ta' Malta.", "Jien ftit taż-żmien ilu mort nimxi Delimara u stajt nara li m'huwiex veru li l-fish farms qegħdin 'il barra mix-xatt daqskemm igħidu li suppost għandhom ikunu.", "Fil-fatt jekk tmur Delimara tista' tara li qegħdin fil-port.", "Pero` jekk il-fish farms kollha se jiġu kkonċentrati f'post wieħed, jiġifieri n-naħa ta' isfel ta' Malta, il-baħar ta' hemmhekk se neqirduh.", "Imbagħad ngħidu li rridu t-turiżmu!", "Diġa` kellna każ is-sajf li għadda li kien semmih l-Onor.", "George Vella, kollega tiegħi fuq l-istess distrett, meta sarulu rapporti u kien hu stess li sab diffikulta` biex jirrapporta lil xi ħadd bid-diżastru li kien qed iseħħ quddiem għajnejh waqt li kien il-baħar.", "Sur President, kif nistgħu nitkellmu fuq it-turiżmu u fuq ambjent aħjar meta qed ngħidu li l-fish farms kollha se jiġu n-naħa ta' isfel ta' Malta?", "Jien nixtieq insemmi u nikkwota ftit minn stqarrija li ħarġet il-GRTU flimkien mal-Marsascala shop owners, li fiha qed jopponu ż-żieda ta' aktar fish farms fin-naħa ta' isfel ta' Malta speċjalment minħabba l-pollution li dawn iħallu u l-health hazard li se joħolqu.", "Fil-fatt din l-istess stqarrija tgħid li għal kull 1,000 tons of tuna, għandek bżonn 5,000 tons of feed u naturalment dan il-waste se jmur x'imkien.", "Huwa kkalkolat ukoll li bejn 20% u 25% ta' dan l-ikel qed imur f'waste u dan qed jispiċċa fil- baħar.", "Imbagħad ngħidu li rridu li n-nies igawdu l-baħar b'mod partikolari r-residenti taż-Żejtun, ta' Wied il-Għajn u tal-madwar li jiffrekwentaw il- baħar ta' hemmhekk!", "Imbagħad noħorġu ngħidu li rridu nagħmlu żona turistika!", "Min se jmur igħum f'dak il-ħmieġ?", "Is-sabiħa hi li lil dawk li għandhom il-ħwienet hemmhekk l-awtorita` tat-turiżmu ma tgħidilhomx li ladarba għandhom tant affarijiet li jitfgħuhom lura se tnaqqsilhom il-fees, imma qed tgħidilhom li ladarba huma meqjusin bħala żona turistika jridu jħallsu daqs l-oħrajn li għandhom ambjent aħjar minnhom.", "Naħseb li huwa importanti li ma nipprovawx nidħku bin-nies.", "L-ewwelnett għaliex ċerti affarijiet li ilna nafu li għandhom bżonn isiru, hemm bżonn li dawn isiru malajr kemm jista' jkun mhux noqogħdu nistennew diskussjonijiet waħda wara l-oħra u t-tieni nett m'għandniex noqgħodu nagħmlu kontradizzjonijiet fejn filwaqt li ngħidu li rridu ntejbu l-ambjent u rridu nagħmlu żona turistika, l-affarijiet negattivi nitfgħuhom in-naħa ta' isfel ta' Malta.", "Imbagħad xi ngħidu dwar it-toroq, Sur President?", "Bħalissa qed isiru bosta xogħlijiet fit-toroq, grazzi għall-protokoll Taljan u għal xi fondi li ġejjin mill-Unjoni Ewropea.", "Wara kollox wara l-wegħdi li saru li se nieħdu Lm100 miljun, imissna ma neħdux għallinqas laqxa minn hemmhekk!", "Imma jien nistaqsi: Kemm minn dawn il-fondi se jmorru għan-naħa ta' isfel ta' Malta biex isiru toroq li jinsabu fi stat ħażin?", "Ħaġa oħra li ta' min isemmi hija li f'ċerti postijiet fiż-Żejtun ċerti ġonna mdaqqsin fil-qalba tal-lokal inqerdu u qed joħorġu permessi kważi bl- addoċċ biex dawn jinbnew bil-konsegwenza li fiċ-ċentru taż-Żejtun se nispiċċaw b'ħafna maisonettes u garaxxijiet.", "Issa safejn naf jien il-MEPA stess tippriedka li trid tħares u tikkonserva l-qalba ta' l-ibliet u l- irħula, speċjalment dawk li huma antiki pero` fiż-Żejtun dan ma jeżistix għax biex sar il-bini li hemm fil-qalba, il-ftit siġar li kien hemm qerduhom.", "Allura fejn hi l-MEPA f'dawn l-affarijiet?", "Nixtieq inkun naf ukoll kif ingħataw ċerti permessi għax jien għandi d-dubji tiegħi.", "U hawn wieħed jistaqsi: Allura l-MEPA hija b'saħħitha mad-dgħajjef u dgħajfa ma' min hu b'saħħtu?", "Sur President, meta tara ċerti affarijiet bilfors hekk tgħid għax lil ċerti persuni li jkunu jridu jagħmlu żvilupp żgħir fid-dar tagħhom jaqilgħulhom fwiedhom, xi kultant anke biex jiftħu tieqa, u proġetti ta' ċerta entita` joħroġilhom il-permess tal-MEPA.", "Huwa għalhekk li n-nies jistaqsu u aħna bħala rappreżentanti tal-poplu dawn l-affarijiet qed inressquhom għall- attenzjoni ta' din il-Kamra għaliex ċerti affarijiet ma jinftehmux u nittama li xi darba jkollna tweġiba.", "Pero` l-aktar ħaġa importanti hi li jkun hemm impenn min-naħa tal-gvern tal-ġurnata biex in-naħa t'isfel ta' Malta ma jħallihx traskurat kif inhu.", "L-aħħar żewġ minuti li għandi nixtieq niddedikahom lill-ministru ta' l- edukazzjoni.", "Il-bieraħ dan qal li huwa importanti li nagħmlu kollox fil- perspettiva tiegħu.", "Jien naqbel ma' dan u ngħid li kieku kien serju – biex nuża din il-kelma - u jpoġġi l-affarijiet fil-perspettiva tagħhom, kieku l- ministru ta' l-edukazzjoni llum diġa` rriżenja.", "Jien fit-2 ta' Marzu kont ħriġt stqarrija wara żewġ rapporti li saru, wara inkjesta maġisterjali u wara rapport ta' l-awditur ġenerali u tlabt lill-ministru jirriżenja llum qabel għada.", "Issa għaddew xahrejn u nofs u l-ministru għadu lanqas biss iċċaqlaq biex jieħu dan il-pass li, ngħid jien, huwa sine qua non li jsir.", "Qed ngħid dan għax il-ministru ma jistax jinħeba wara subgħajh.", "Kif diġa` għedt, żewġ rapporti, inkjesta maġisterjali u rapport ta' l-awditur ġenerali diġa` tkellmu b'mod ċar - dan ħareġ ukoll b'mod ċar anke minn xiehda ġuramentata li ngħatat - li l-ministru kien jintervjeni personalment sabiex jagħti ċertu xogħol lill-kuntratturi, fost l-oħrajn, u kellu anke involviment ieħor.", "Dan ifisser li m'hemm l-ebda raġuni oħra għalfejn il-ministru ta' l- edukazzjoni m'għandux għalfejn jirriżenja minnufih, u nittama li ma joqgħodx jinħeba u jġib skużi oħrajn.", "Kieku konna f'pajjiż ieħor, inkluż pajjiżi oħrajn fl-Ewropa, fl-Unjoni Ewropea u fid-dinja fejn għandhom ċertu sens ta' demokrazija b'mod wiesa', min ikun responsabbli politikament, anke jekk ma jkunx ħati direttament hu, jirriżenja.", "Aħseb u ara meta jkun ħati huwa wkoll, anzi jkun hu li ċerti affarijiet imexxihom 'il quddiem.", "Għalhekk l-appell tiegħi huwa - għalkemm ma tantx għandi tama qawwija li se jinstema', biex inkun sinċier, għax din it-talba diġa` għamiltha xahrejn u nofs ilu - li l-Ministru Louis Galea għandu jirriżenja.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Chris Agius.", "ONOR.", "CHRIS AGIUS: Mr Speaker, fl-ewwel parti tad-diskors tiegħi nixtieq inkompli nitkellem fuq in-naħa ta' isfel ta' Malta.", "Sieħbi l-Onor.", "Abela tkellem fuq il-pjan għan-naħa ta' isfel ta' Malta, mill-Kottonera 'l hinn, għax il-Kottonera m'hijiex inkluża, pero' l-mod kif il-postijiet tan-naħa ta' isfel ġew abbandunati nemmen li seta' kien intenzjonat għaliex dawn in- naħat huma rinomati li għandhom maġġoranza Laburista.", "Iżda jien se nitkellem fuq in-naħat li jagħmlu parti mid-distrett tiegħi, b'mod partikolari l-Kottonera.", "Se nsemmi ftit areas fejn hemm telqa kbira li qed idejqu lin-nies u kif għadu kemm qal l-Onor.", "Abela donnu li għandna awtoritajiet tal-gvern li huma b'saħħithom mad-dgħajjef iżda dgħajfin ma' min hu b'saħħtu.", "Nixtieq nibda bil-lokalita` tal-Birgu fejn ftaħarna li se jkollna żvilupp biex lil din l-area nagħtuha upgrading.", "Saru l-appartamenti, saret il- marina, sar il-casino, pero` jkun tajjeb li ngħid kif ġew milquta r- residenti ta' dawk in-naħat u se nibda nsemmi dak li kien ġie mwiegħed.", "Min jaf l-area sew jaf li kien hemm mina li min-naħa tax-xatt tal-Birgu taqsam għan-naħa l-oħra li tħares lejn il-Kalkara.", "Din il-mina kienet tintuża minn ħafna nies li jmorru jimxu - inkluż jien - biex jaslu għan- naħa li tissejjaħ it-toqba li twassal sal-Kalkara.", "F'din il-Kamra ġejna mwegħdin li wara li jsir ix-xogħol din il-mina se terġa' tibda tkun aċċessibbli għar-residenti ta' dawk in-naħat, imma llum din saret car park u għalkemm tista' tgħaddi minnha trid toqgħod iddur mal-karozzi.", "Fil-fatt l-uniku aċċess li baqa' għan-naħa l-oħra tal-Birgu li tiġi faċċata tal- Kalkara huwa passaġġ ta' żewġ piedi, kemm tgħaddi persuna.", "Allura jien ngħid li hemm bżonn li min hu responsabbli jara li dak li ġie miftiehem fil- kuntratt jiġi attwat.", "Sur President, it-triq li mill-Kalkara tagħti għat-toqba tal-Birgu fejn hemm l-appartamenti lussużi kienet tħarbtet bil-maltemp xi sentejn ilu, imbagħad wara sena mitluqa - kif wara kollox sar fl-Isla - sar il-moll pero` din it-triq għadha fi stat diżastruż.", "Għalhekk nappella lill- ministru responsabbli biex igħaddi minn hemm ħalli jara x'perikli hemm f'din it-triq li jien ngħid li qed titħalla hekk għax tinsab fin-naħa ta' isfel ta' Malta, b'mod partikolari għax qiegħda fil-Kottonera.", "Dwar il-club tar-regatta tal-Birgu ilhom snin sħaħ isiru talbiet sabiex dawn ikollhom slip minn fejn iniżżlu d-dgħajjes.", "Saru anke mistoqsijiet parlamentari dwar dan.", "Fil-fatt jekk wieħed iħares daqsxejn lura jsib li ilhom isiru mistoqsijiet parlamentari minn qabel ma dħalt f'din il-Kamra fl- 1996, imma sal-lum dawn għadhom qed jagħmlu talbiet bil-miktub sabiex ikollhom biċċa slip li kulma tinvolvi huwa ftit xogħol.", "Donnu li dawn qed jitkellmu ma' ħajt li ma jridx jirrispondihom!", "La qed nitkellem fuq il-Birgu ma nistax ma nsemmix il-Forti Sant'Anġlu.", "Dan huwa maqsum f'żewġ partijiet; il-parti li llum hija okkupata mill- kavallier residenti, li għalija hija ġojjel għax hija miżmuma fi stat tajjeb u l-parti ta' isfel li ttieħdet mill-consortium.", "U hawn nixtieq nagħmel appell biex tmorru taraw din il-parti kif ġiet abbundunata.", "Din ġiet mibdula f'post li fih isiru l-abbużi meta suppost hija miftuħa għat- turisti.", "Xi tridhom imorru jaraw it-turisti hemmhekk?", "Għalhekk jien nappella biex il-Forti Sant'Anġlu li huwa ġojjell jiġi rranġat.", "Sur President, Bormla wkoll tinsab f'telqa assoluta.", "Bormla hija mdawra b'toroq arterjali li suppost huma responsabbilta` tal-gvern u qabel ma jsir il-proġett kellu jsir assessment fuq it-toroq biex jekk it-trakkijiet li kellhom jgħaddu minn hemm biex isiru x-xogħlijiet jagħmlu xi ħsara, din tissewwa.", "Illum it-toroq tal-Kottonera huma kollha mkissrin, għajr għat- triq li minn Għajn Dwieli tagħti għan-niżla ta' Bormla li saret minn fondi li ġew ivvotati mill-gvern għall-kunsilli lokali.", "Issa ħalli nsemmi xi ħaġa li qed tissemma' min-nies tal-Kottonera kollha u li xbajt nagħmel mistoqsijiet parlamentari fuqha.", "Snin ilu saru xi dwal fin-niżla ta' Għajn Dwieli li biex saru tħaffret it-triq u ma reġgħetx saret kif suppost.", "Għalhekk illum it-triq niżlet u kulmin jgħaddi minn hemm qed jistenna li jkisser il-karozza.", "Jien ili nagħmel mistoqsijiet parlamentari dwarha u l-poplu ilu jikteb lill-kunsill lokali sabiex din il- biċċa triq tiġi rranġata - hawn qed nitkellmu fuq tliet piedi triq - iżda kif qal l-Onor.", "Abela u kif għedt jien, dawn l-affarijiet qegħdin fin-naħa ta' isfel u allura għal dan il-gvern ma jimpurtax.", "Sur President, ix-xatt ta' l-Isla waqa' sentejn ilu u daqshekk ilha biex toħroġ it-tender, imma fl-aħħar ħarġet.", "Jumejn ilu għamilt mistoqsija parlamentari fejn irriżulta li l-kuntrattur li ħa t-tender għandu tmien ġimgħat ċans biex jagħmel dan ix-xogħol.", "Dan ifisser li sakemm jistlesta x- xogħol ikun daħal is-sajf sew.", "Dan m'huwiex il-mod kif għandhom jiġu trattati n-nies tan-naħa ta' isfel ta' Malta, għax għandna sezzjoni mill- poplu li qed tiġi trattata differenti għal kollox min-naħat l-oħra ta' Malta.", "Issa ħalli niġi għall-Kalkara u nsemmi l-Fortizza Ricasoli li ħalliet ħafna flus lil dan il-poplu bil-ġbid ta' żewġ films li saru hemmhekk.", "Din tinsab f'telqa assoluta u naħseb li biex temmen trid tgħaddi minn hemm għax huwa inutli li noqgħod ngħid x'telqa hemm.", "Trid tgħaddi minn hemm biex temmen!", "Il-bajja tar-Rinella, l-unika bajja ramlija li hemm fin-naħa ta' isfel ta' Malta min-naħa tal-port, għandha bżonn ta' upgrading ħalli n-nies ta' dawk l-inħawi jkunu jistgħu jgawduha.", "Ħalli niġi issa għat-triq li mill-Birgu tgħaddi minn quddiem il-kunvent tal- Kappuċċini tal-Kalkara u tibqa' sejra sejra għax-Xgħajra.", "Din it-triq ukoll hija mitluqa għax meta timxi fuqha tkun qisek miexi fuq wiċċ il-qamar u ilha hekk għal snin sħaħ.", "Safejn naf jien din hija triq arterjali li taqa' taħt ir-responsabbilta` tal-gvern u għalhekk nappellalu sabiex jieħu ħsiebha.", "Hekk isiru l-affarijet fin-naħa ta' isfel ta' Malta!", "Nagħmlu l- proġetti u l-istudji, imbagħad jibqa' ma jsir xejn.", "Għabbejna lill-kunsilli lokali b'ħafna responsabbiltajiet u naqqasnielhom il-fondi, biex tkompli tgħaxxaqha.", "Kif irridu nipprovaw inbellgħuha lin-nies li r- responsabbiltajiet huma fuq il-kunsilli lokali?", "Ejjew inkunu serji u nittrattaw lil dawn in-nies kif suppost għax wara kollox dawn iħallsu t- taxxi bħalma jagħmel il-kumplament tal-poplu Malti.", "Fil-Kottonera u fin- naħa ta' isfel ta' Malta l-partit Nazzjonalista għandu r-rappreżentanti tiegħu wkoll u għalhekk nappellalhom sabiex jaraw li dan ix-xogħol isir.", "M'huwiex biżżejjed li noqogħdu nagħmlu r-restawr għax in-nies ma jieklux bir-restawr biss.", "Għalhekk l-appell tiegħi hu li għalkemm ir-restawr huwa sabiħ, in-nies l-aktar li jridu huwa dak li jħabbtu wiċċhom miegħu kuljum.", "Fl-aħħar ftit minuti li għandi xtaqt indur fuq xi ħaġa oħra li qed iddejjaqni ħafna.", "Jien ġej mit-tieni distrett, area fejn hemm ħafna problemi soċjali u fejn għandna numru ta' nies li wara li jkunu qattgħu snin fil-faċilita` korrettiva ta' Kordin jispiċċaw isibu ruħhom fil- Kottonera.", "Ma nistax nifhem x'rabta hemm bejn il-Kottonera u l-persuni li jkunu servew snin fil-faċilita` korrettiva ta' Kordin.", "Hawn ma rridx ninftiehem li għandi xi ħaġa kontra dawn in-nies, anzi kulmin jafni jaf x'appoġġ nagħtihom u kemm nipprova ngħinhom kif nista'.", "Pero` x'qed isir ma' dawn in-nies?", "Dawn ikunu qattgħu żmien il-ħabs biex iservu sentenza li wara kollox trid isservi għal dak li jkunu għamlu.", "Hawn irrid ngħid li nissimpatizza mal-vittmi u nenfasizza li għandna ngħinuhom u nfehmuhom u naraw kif nistgħu ngħinuhom joħorġuhom mit-trawma li jkunu għaddew minnha wara li jkunu ġew abbużati jew misruqin.", "Iżda lil dawk li jsibu ruħhom magħluqin f'ċella għal numru ta' snin x'qed nagħmlu sabiex ngħinuhom joħorġu riformati u lesti ħalli jiffaċċjaw l-isfidi li hemm fil-ħajja?", "Jiena ngħid li m'hu qed isir xejn.", "Suppost isiru courses hemm ġew biex ngħallmuhom kif meta joħorġu barra jkunu jistgħu jsibu x-xogħol iżda wħud minnhom - jien ma ngħidx kollha - joħorġu minn hemm bl-ebda idea ta' x'se jagħmlu, mingħajr impjieg u mingħajr post fejn joqogħdu.", "Sur President, jien iltqajt ma' wħud li ħarġu mill-ħabs wara tlieta jew erba' snin u ngħataw post mill-housing jew forsi l-post kien għandhom u waqt li servew żmien il-ħabs baqa' għandhom, pero` dan ikun spiċċa mingħajr dawl.", "Huwa veru li meta joħorġu mill-ħabs jingħataw ir-relief, iżda dan huwa biżżejjed sabiex persuna li tkun ħarġet minn dan il-post tgħix b'mod tajjeb?", "Irridu naraw kif nistgħu ngħinu lil dawn in-nies biex il-ħin tagħhom ikun iktar impenjattiv ħalli meta joħorġu minn hemm ikollhom xi ħaġa x'jagħmlu u ma jdurux fuqhom il-loan sharks li jisilfuhom bil-goff sabiex jerġgħu jwaqqgħuhom għall-vizzju tad-droga u tas-serq.", "Sur President, jien ngħid li mhux fair għal dawn in-nies li jidħlu l-ħabs u jqattgħu is-snin hemm u dawn joħorġu mingħajr ma jkunu ngħataw l-ebda għajnuna u allura ma jkunux jafu x'se jaqbdu jagħmlu.", "Għalhekk nixtieq li dan l-appell jasal.", "Min jagħmel xi ħaġa ħażina għandu jħallas ta' għemilu, pero' jekk verament irridu soċjeta` aħjar, lil dawn in-nies irridu ngħinuhom biex meta joħorġu minn hemm ikunu jafu x'se jagħmlu u mhux jerġgħu jaqgħu fil-vizzju li jkun wassalhom sabiex iqattgħu dawk is-snin kollha magħluqin f'ċella.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it-Tnejn, 23 ta' Mejju 2005, fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "ĦAL-LUQA - TRIQ ĦAL QORMI", "12434.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx main tad-drenaġġ fil-parti ta' Triq Hal Qormi, Ħal-Luqa, faccata tal- ġibjun u skond il-pjanta annessa minħabba li kien hemm residenti li applikaw għal connection u ġew informati li main m'hemmx?", "Jekk dan il-main ma jezistix, jista' jgħid jekk hux se jsir bħala parti mix-xogħol ġdid fuq it-triq li qed isir bħalissa?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jien informat illi fit-triq imsemmija m'hemmx main tad- drenaġġ u n-numru ta' djar li m'għandhomx dan is-servizz huwa ftit ħafna, paragunat ma' l-ispiża tax-xogħol involut biex ikun estiż id-drenaġġ.", "Għalhekk din l-estensjoni mhijiex ikkonsidrata mill-korporazzjoni għas- servizzi ta' l-ilma bħala priorita' u mhux il-każ li dan ix-xogħol isir bħala parti mix-xogħol fit-triq imsemmija mill-Onor.", "Interpellant.", "KUNSILLI LOKALI – TERMINAZZJONI TA' KUNTRATT TA' IMPJIEG", "12438.", "L-ONOR.", "CLYDE PULI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk sindku għandux dritt jittermina kuntratt ta' impjieg mingħajr ma jkollu l-approvazzjoni uffiċjali tal-kunsill lokali?", "ONOR.", "TONIO BORG: L-ebda sindku m'għandu dritt jittermina kuntratt ta' impjieg mingħajr l-approvazzjoni tal-kunsill.", "Naturalment dan jgħodd fil- każ ta' kuntratti viġenti u mhux fil-każ ta' xi kuntratt li t-terminu tiegħu jkun skada.", "ĦAŻ-ŻEBBUĠ - KUNSILL LOKALI", "12439.", "L-ONOR.", "CLYDE PULI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jikkonferma li l-kunsill lokali ta' Ħaż-Żebbuġ qed ikollu problemi biex jiltaqa' f'seduta?", "Jista' jgħid x'inhi r-raġuni?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi l-kunsill lokali ta' Ħaż-Żebbuġ preżentement jinsab mingħajr segretarju eżekuttiv kif ukoll mingħajr deputat segretarju eżekuttiv.", "Qed isiru sforzi sabiex jinħatar aġent segretarju eżekuttiv sakemm il-kunsill jingaġġa s-servizzi ta' segretarju eżekuttiv skond il-liġi.", "GWARDJANI LOKALI - ĊITAZZJONIJIET", "12446.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm inħarġu ċitazzjonijiet mill-gwardjani lokali relatati ma' ksur tar- regolament/liġijiet ambjentali matul din is-sena u s-sena l-oħra?", "ONOR.", "TONIO BORG: L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra."]} {"filename": "19951115_473d_par.doc", "date": "1995-11-15", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Uffiċjali u Rivedut) IS-SEBA' PARLAMENT Seduta Nru. 473 L-Erbgħa, 15 ta' Novembru, 1995 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati Malta Prezz Lm1 IS-SEBA' PARLAMENT Seduta Nru. 473", "L-Erbgħa, 15 ta' Novembru, 1995", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament il-Palazz, il-Belt Valletta fis-6.05 p.m.", "Talba", "Seduta Nru. 473", "L-Erbgħa, 15 ta' Novembru, 1995", "WERREJ", "MINUTI 658", "MISTOQSIJIET TWEĠIBIET ORALI 658", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA 664", "MOZZJONIJIET", "Estimi ta' Dħul u Nfiq ta' l-Awtorita' tad-Djar gĦAs-sena finanzjarja", "mill-1 ta' Ottubru 1995 sat-30 ta' Settembru 1996.", "665", "AĠĠORNAMENT 685", "MISTOQSIJIET IMWIEĠBA BIL-MIKTUB 692", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 472 li saret fl-14 ta' Novembru, 1995 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET TWEĠIBIET ORALI", "VALLETTA - TRIQ SAN MARK - TISWIJA", "28165.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Sandro Schembri Adami) staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknoloġija: Jista' l- Ministru jordna li l-ħofor li hemm fi Triq San Mark, il-Belt Valletta - quddiem Delia ta' l-għamara - jimtlew kif imiss għax kull karozza li tgħaddi minn hemm qed tiġi esposta għall-ħsara, apparti li t-turisti ma jieħdux impressjoni tajba?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO (Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknoloġija): Jien informat li t-triq imsemmija mill-Onor.", "Interpellant ġiet imsewwija riċentement, imma r-responsabilita' għall-materja msemmija mill-Onor.", "Interpellant hija tal-Kunsill Lokali tal-Belt.", "MR SPEAKER (Onor. Lawrence Gonzi): L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Meta nagħmlu domandi simili kull darba qed niġu riferuti lill-kunsilli lokali li żgur m'għandhomx fondi biżżejjed biex jieħdu ħsieb it-toroq kollha.", "Qed ngħid dan għax ħafna drabi tgħidulna li main roads jaqgħu taħt ir-responsabilita' tal-kunsilli lokali.", "Jien ma naħsibx li dawn l-affarijiet jaqgħu taħt ir-responsabilita' tal-kunsilli lokali imma jekk inhu hekk żgur li mhux qed isir ix-xogħol neċessarju fihom.", "Tajjeb li wieħed jgħid ukoll li għalkemm hemm toroq li għalihom qed issir talba biex isirilhom xogħol ta' patching, dan mhux qed isir għax id- dipartiment li jkun mqabbad biex jagħmel xogħol speċifiku jkollu prijoritajiet oħra.", "Jista' l-Ministru jinvestiga biex jara li meta l- kunsilli lokali jitolbu biex isir xi xogħol, partikolarment meta jitolbu biex isir xi xogħol ta' patching, dan fil-fatt isir?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Mr Speaker, din hija kwestjoni li ilna niddiskutuha ħafna f'din il-Kamra.", "Fil-fatt il-kunsilli lokali huma responsabbli mit- toroq li qegħdin fil-lokalita' tagħhom waqt li d-Dipartiment tat-Toroq huwa responsabbli mit-toroq li huma arterjali u distributorji filwaqt li dawk it- toroq li jintużaw ħafna pero' fl-istess ħin m'humiex ikklassifikati bħala arterjali jew distributorji jaqgħu taħt il-kunsilli lokali stess.", "Issa kif tafu l-kunsilli lokali kellhom ukoll vote għal special needs u għalhekk meta jkun hemm toroq b'ċerti ħofor - bħal per eżempju Strada San Marco li ssemmiet fil-mistoqsija oriġinali - ix-xogħol isir mill-kunsill lokali nnifsu.", "Ir-responsabilita' tad-dipartiment hija primarjament għat-toroq li huma arterjali u distributorji, pero' dan għandu wkoll ir-responsabilita' ta' dawk it-toroq li għadhom qatt ma saru.", "Naturalment il-mistoqsija oriġinali ma kenitx indirizzata għat-toroq li għadhom qatt ma saru imma għal triq partikolari li fiha ħafna ħofor u jien ma nistax nagħmel mod ieħor ħlief li bl-iktar mod sinċier ngħid li din it-triq li ssemmiet fil- mistoqsija oriġinali ma taqax taħt ir-responsabilita' tad-Dipartiment tat- Toroq imma taqa' taħt ir-responsabilita' tal-kunsill lokali nnifsu.", "Kif nafu l-kunsilli lokali għandhom flus allokati lilhom u fil-fatt anke mill-affarijiet li ġew ippreżentati f'din il-Kamra rajna li hemm diversi kunsilli lokali li ħafna mill-flus m'utilizzawhomx.", "Imma dan huwa perijodu ta' transizzjoni - jien bl-ebda mod ma ngħid li qed nitfgħu t-tort fuq ħaddieħor - u għalhekk trid tagħti ċans li wieħed ikollu ċerta esperjenza biex l-affarijiet isiru kif suppost.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mr Speaker, jekk niftakar tajjeb kien sar xi ftehim li meta kuntrattur jlesti xogħol fit-toroq irid jerġa' jġib is-surface kif kien, imma dan fil-fatt mhux qed isir għax tara x-xogħlijiet isiru fit- toroq, tgħaddi l-għada u tkisser il-karozza, kif qed jgħid sieħbi stess fid- domanda tiegħu.", "Li nixtieq inkun naf huwa min irid jara li jsiru dawn l- affarijiet, jekk hux is-sindku, il-kunsill lokali jew il-ministeru.", "Li naf żgur huwa li jekk sewwieq ma joqgħodx attent kif jgħaddi minn dawn it- toroq jispiċċa jaħbat jew jitkisser.", "Din m'hijiex kwestjoni ta' politika imma hija kwestjoni ta' l-iktar oġġett li wieħed jippretendi li għandu jkollu.", "Anke mil-lat biex tevita l-inċidenti apparti t-taxxi u l-liċenzji li nħallsu, ma jaħsibx il-Ministru li wieħed għandu jkollu moħħu mistrieħ li għallinqas dak il-kanal jew dik il-ħofra ...?", "Jien nista' nsemmi t-triq tiegħi stess għax meta ġew ruxxmata ħaddiema biex jagħmlu xi xogħol f'din it-triq spiċċaw biex ħafru ħofra kbira.", "Jien ma nafx għalfejn għamlu din il-ħofra kollha - ma jinteressanix - imma kont nassumi li qabel ma l-ħaddiema jitilqu jimlew il-ħofra u jħallu t-triq lixxa.", "Imma x'lixxa lixxa!", "Dawn żiedu ħofra oħra mal-ħofor li kien hemm!", "Fl-opinjoni tiegħi, xi ħadd għandu jkun responsabbli minn dawn l- affarijiet.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Din hija waħda mill-ikbar uġigħ ta' rasijiet li għandu d-Dipartiment tat-Toroq", "għaliex .....", "(Interruzzjonijiet) Jien m'hux qed nirrispondi b'mod politiku.", "Qed nitkellem b'mod kif għandna nitkellmu f'din il-Kamra.", "Id- Dipartiment tat-Toroq m'huwiex id-dipartiment li jkisser it-toroq.", "Il- problema hi li jkun hemm ċerti servizzi li jkunu jridu jingħaddu minn ċerti toroq, għalkemm naturalment fejn jista' jkun aħna dejjem nissuġġerixxu li jingħaddu minn fuq il-bankini.", "F'każ minnhom fit-triq ta' Ħal-Luqa nsistejna li jingħaddu anke mill-għelieqi biex ma nkunux qed ngħaddu minn wiċċ it-triq.", "Jiġifieri qegħdin nipprovaw indaħħlu l-kultura li kemm jista' jkun ma ngħaddux minn wiċċ it-triq.", "Biex ngħid hekk, fil- fehma tiegħi dan huwa avvanz - għallinqas strutturalment - ta' kif għandna nittekiljaw dawn l-affarijiet.", "Fejn qabel kien responsabbli biss il- kuntrattur, minn ftit xhur ilu wara diskussjonijiet li saru anke mal- korporazzjonijiet li jagħmlu dan it-tip ta' xogħol, illum ir- responsabbilta' mhijiex biss tal-kuntrattur imma hija wkoll direttament tal- korporazzjoni involuta.", "Ħalli nagħti eżempju għaliex il-problema hija reali mhux ma teżistix.", "Kien hemm każ f'Tower Road f'Tas-Sliema fejn il-kuntrattur għamel trinka u meta għamel ir-reinstatement ma għamilhiex tajjeb u din ċediet u saret ukoll ta' periklu.", "Fil-fatt id-dipartiment lil dan il-kuntrattur ħadu l- qorti u l-kawża baqgħet għaddejja pero' waħda mill-affarijiet li laqtitna f'dak il-każ kien li d-dipartiment kien qed jaġixxi direttament mal- kuntrattur.", "B'riżultat anke ta' dan il-każ inbidlet is-sistema u llum hija l-korporazzjoni nnifisha li qed tieħu r-responsabbilta' li tara li r- reinstatement isir sewwa.", "Naturalment id-Dipartiment tat-Toroq fejn jara li r-reinstatement ma sarx sewwa jieħu l-azzjoni neċessarja u ġieli jkun hemm anke min jispiċċa l-qorti għaliex huwa essenzjali li nirresponsabilizzaw lil min jagħmel xogħol bħal dan li jrid jagħmel reinstatement tajjeb.", "Kien hemm improvement fil-mod ta' kif isir ir- reinstatement pero' ma kienx hemm improvement biżżejjed u ma kienx hemm improvement universali.", "Ċertament għad hemm postijiet li semma l-Onor.", "Membru fejn hemm bżonn naħdmu aktar biex nirranġaw din il-ħaġa.", "Dan huwa essenzjali għaliex inutli li nagħmlu t-tarmac u mbaħad ikollna problemi bħal dawn mal-kuntratturi tal-korporazzjonijiet.", "Jiena naħseb li progress sar pero' m'għandix dubju li baqa' ħafna x'isir.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "George Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mr Speaker, jien qed nitkellem dwar dak li jikkonċerna n-naħa t'isfel ta' Malta.", "Forsi min jagħmel xi ħaġa ħażina f'Tower Road jitla' l-qorti imma jiddispjaċini ngħid li n-naħa tagħna żgur li le!", "(Interruzzjonijiet) Le, mhux qed inkun politiku.", "Billi l- Ministeru jkellem lill-kuntrattur u jgħidlu biex ma jagħmilx hekk mhuwiex biżżejjed.", "Jaħseb il-Ministru li hemm bżonn li tidħol sistema li kuntrattur li jagħmel affarijiet bħal dawn jitpoġġa fi black book u ma jeħux kuntratti oħra f'dawk ix-xogħlijiet għal sena, sitt xhur jew whatever?", "Dan huwa l-unika mezz għax tkun qed tmiss il-but ta' min qed jagħmel il-flus.", "X'jiswa li toqgħod tammonih lill-kuntrattur li jkun għamel ix-xogħol jekk sa dak iż-żmien forsi jkunu ħabtu xi tliet karozzi u hu mhux obbligat li jħallsilhom l-ispejjeż!", "Jiena naħseb li billi ngħidu li fuq il-karta hemm dan il-ftehim .....", "Jiena nistieden lill- Ministru jdur dawra - jien ċert li l-Ministru jdur bħalma ndur jien - u jara jekk dan huwiex veru.", "GĦalkemm, ħalli nkun onest, jista' jkun li kien hemm xi improvement f'ċerti lokalitajiet bħalma qed isemmi hu - forsi għax qegħdin f'għajnejn in-nies u hemm aktar ministri jduru f'dik l-area - imma n-naħa tagħna m'hemmx daqstant ministri.", "Jekk tmur in-naħa ta' Wied il-GĦajn, iż- Żejtun u Ħaż-Żabbar issib li fejn isiru xi xogħlijiet ma l-ewwel xita li tagħmel jerġa' jinżel kollox u l-ħofor jerġgħu jidhru.", "Mela ejja nkunu prattiċi u nagħmlu miżuri li bihom inweġġgħu lil dak li jkun għax jekk ma jweġġax ikompli jagħmel l-iżbalji.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Mr Speaker, jien fl-eżempju li tajt semmejt Tower Road għax inzerta hekk u mhux għaliex tinsab f'Tas-Sliema.", "Naturalment id- Dipartiment tat-Toroq għandu uffiċjali tiegħu li għandhom il-briga li jduru dawn il-postijiet għax ma naħsibx li ministru għandu joqgħod imur jiċċekkja x-xogħol hu, għalkemm ngħid għalija meta jkolli l-okkażjoni dan nagħmlu wkoll għaliex huwa d-dover tiegħi.", "(Interruzzjonijiet) Mhux se nsegwi l- eżempju li semma' l-Onor.", "Membru.", "MR SPEAKER: Inkomplu.", "Onor. Du Puis jekk jogħġbok ħa nkomplu għax il- ħin għaddej u għad fadal iktar mistoqsijiet xi jsiru.", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Din m'hijiex kwestjoni ta' fejn tinstab it-triq għax hi fejn hi trid issir sew.", "Naħseb li minn dan il-lat veru kien hemm xi improvement imma kif diġa' għidt għad baqa' iktar xi jsir.", "Hawnhekk il- kunsilli lokali wkoll għandhom ir-responsabilita' li meta jsir xogħol fit- toroq tal-lokal tagħhom jaraw li x-xogħol isir sew.", "Per eżempju, meta jsir patching ta' ċerti toroq il-kunsilliera għandhom jiċċertifikaw li dak il- patching sar sew u dan ikun anke ta' sodisfazzjon għalihom.", "Din il-ħaġa ssir anke mid-Dipartiment tat-Toroq fir-rigward ta' patching tat-toroq prinċipali.", "Huwa tajjeb ukoll li nosservaw is-suġġeriment li semma' l-Onor.", "Membru, jiġifieri li jekk naraw li hemm nies li konsistentement qed jagħmlu xogħol ħażin nagħmlu xi forma ta' penali ħalli ma jingħatawx aktar xogħol.", "Dan wieħed irid jagħmlu skond ir-regolamenti u b'attenzjoni kbira speċjalment f'pajjiż żgħir fejn l-akkużi jiġu mill-istess naħa li tkun qed tilmenta għaliex għażilna lil dak u mhux lill-ieħor.", "Hemm tip ta' enforcement li għandna nikkonsidrawh b'attenzjoni kbira.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "George Gatt.", "ONOR.", "GEORGE GATT: Mr Speaker, kif naħseb li jaf il-Ministru min jagħmel xogħol ta' trinek fit-toroq l-ewwel irid jagħmel talba sabiex jingħata l- permess u meta jingħata l-permess irid ikollu insurance cover.", "Min jingħata x-xogħol ikun marbut jagħmel garanzija bankarja lit-Teżor u suppost meta ssir trinka imorru nies mir-Roads Department biex jaraw ix- xogħol u jekk ikun hemm xi trinka li tinżel b'nofs pulzier jew anke bi kwart ta' pulzier ikollha tiġi rranġata.", "Issa jien nixtieq inkun naf liema trinka f'Malta ma tinżilx b'nofs pulzier!", "Għal kemm-il wieħed bagħtu minn dawn il-kuntratturi sabiex jirranġawha?", "GĦalija bagħtu sitt darbiet għax għamilt trinka fit-triq tal-Joinwell u niżlitli kwart ta' pulzier u jien sitt darbiet mort nirranġaha.", "Li rrid ngħid hu li l-kuntrattur huwa obbligat li jkollu liċenzja tal-Pulizija u liċenzja mingħand il- korporazzjoni li tkun qed tagħtih ix-xogħol u jrid jagħmel garanzija bankarja u l-insurance.", "Dan ifisser li jekk kuntrattur jagħmel biċċa xogħol ħażina il-Gvern għandu kull mezz kif iżommu responsabbli u jġiegħlu wkoll jagħmel ix-xogħol tajjeb.", "Issemma wkoll il-patching tat-toroq u ntqal li dan qed isir tajjeb.", "Il- patching jiena narah daqskemm jarah ħaddieħor u nista' ngħid li dan ma jsirx tajjeb, speċjalment meta jsir mid-Dipartiment tat-Toroq.", "Għaliex?", "Għax il-Gvern m'għandux makkinarju biex jaħdem.", "Din ili ngħidha jiena.", "Kieku l-Gvern jixtri makkinarju biżżejjed biex jaħdem bih ix-xogħol isir ferm aħjar għax nafu li l-ebda kuntrattur m'għandu ħaddiema tajbin daqs kemm għandu l-Gvern.", "Jiena qed nalludi għall-ħaddiema li kienu jpoġġu l- kurduna u għal dawk li kienu jagħmlu l-patching bil-ballata.", "Meta tibda ssemmi l-antik ikun hawn xi erba' u jibdew jidħku, qisu jiena għandi xi mitt sena u huma għandhom xi għoxrin!", "Jiena 54 sena għandi, jiġifieri m'iniex xi wieħed xiħ!", "Jien nitkellem minn qalbi għax naf kif ix-xogħol kien isir.", "Il-Gvern għandu trakkijiet li biex tmur bihom minn post għall- ieħor trid taħli 30 gallun petrol.", "Għaliex il-Gvern m'għandux ikun armat b'makkinarju biex ix-xogħol tal-patching isir kif għandu jsir?", "Kieku l- Gvern għandu dan il-makkinarju jiena ċert li x-xogħol isir tajjeb.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON (Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani): Iktar ma' l-Gvern ikollu makkinarju iktar ikollu kontijiet ta' l-ispare parts!", "ONOR.", "GEORGE GATT: Allura tħalli x-xogħol isir ħażin!", "Il-Ministru Falzon qed jgħid li l-Gvern m'għandux bżonn makkinarju.", "(Interruzzjonijiet) Mhux hekk qed tgħid?", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom toqogħdux tiddibattu bejnietkom.", "Issir il- mistoqsija u tingħata t-tweġiba u mhux isir dibattitu bejnietkom.", "ONOR.", "GEORGE GATT: Jiena naf iżjed mill-Ministru li biex kuntrattur jiftaħ trinka jrid ikollu permess tal-Pulizija u jagħmel l-insurance u l- garanzija mat-Teżor.", "Allura jekk kuntrattur jagħmel trinka ħażina - nista' nkun jien - għandu jħallas għad-danni.", "Dan kulma rrid ngħidlu lill- Ministru.", "(Interruzzjonijiet) Jiena kont nagħmel xogħol ta' toroq imma issa m'għadnix.", "ONOR.", "CARMLINO SPITERI: Għax ma tiġix għad-domanda?", "ONOR.", "GEORGE GATT: Id-domanda għamiltha u jekk trid qum irrispondini inti.", "(Interruzzjonijiet) Iktar ma tinterrompini iktar nieħu fit-tul.", "Niġi issa għad-domanda l-oħra li rrid nagħmel lill-Ministru.", "Meta xi ħadd japplika għall-permess biex jibni dar u jkun hemm arterja li għadha ma nfetħitx u t-tali persuna tħallas ir-road contribution, taħt liema kriterju l-Gvern jiftaħ it-triq biex dik il-persuna tkun tista' tibda tibni?", "MR SPEAKER: Il-Ministru Michael Frendo.", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Mr Speaker, jiena nista' ngħid li d-Dipartiment tat-Toroq kemm-il darba, anke b'diffikultajiet, waqqaf xogħlijiet.", "Kien hemm okkażjonijiet ukoll fejn qal li ċerti permessi ma kellhomx jingħataw għax ma riedx li ċerti servizzi jingħaddu minn ċerti partijiet tat-toroq - partikolarment minn toroq arterjali - biex jissalvagwarda t-trasport f'pajjiżna.", "Jiena naħseb li d-dipartiment qed jagħmel sew li jwaqqaf ċerti xogħljiet u jitlob li jkun hemm iktar studju dwar minn fejn għandhom jgħaddu t-trinek.", "Kellna diversi diffikultajiet dwar dan.", "L-aħħar diffikulta' kienet dik fix-xogħol li sar fit-triq li tagħti għall-airport.", "Naturalment hemm ukoll ir-retention money.", "Dawn huma flus li jinżammu biex jekk wara ċertu żmien wieħed jinduna li ma kienx sar xogħol tajjeb dawn il-flus ikunu jistgħu jintużaw biex il-kuntrattur jirranġa x-xogħol li jkun għamel fil-bidu.", "Jien ma nafx kif l-Onor.", "Membru ntalab biex imur jirranġa trinka sitt darbiet.", "(Interruzzjonijiet) Jien m'iniex qed ngħidlek li m'huwiex minnu.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Gatt.", "ONOR.", "GEORGE GATT: Onor. Frendo, nista' nġib id-dokumenti hawnhekk u npoġġihom fuq il-Mejda tal-Kamra biex tkun tista' tarahom jekk ma tridnix ngħaddihomlok privatament.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Assolutament m'iniex qed ngħid li dak li qed jgħid l-Onor.", "Gatt m'huwiex minnu imma qed ngħid li jien ma nidħolx f'ċerti kwestjonijiet tad-dipartiment, pero' ma għandix dubju li kienu ħafna l- kuntratturi li nġibditilhom l-attenzjoni u li kienu mġiegħla jirranġaw ix- xogħol li kienu għamlu.", "Jien nikkontesta l-asserzjoni f'din il-Kamra li l-patching li qed isir fuq it-toroq arterjali qiegħed isir ħażin.", "Dan nikkontestah għax fl- opinjoni tiegħi l-patching qed isir bis-serjeta' u għal dan ix-xogħol id- dipartiment għandu ċertu apparat li qed jagħmel użu minnu.", "M'iniex qed ngħid li dan huwa l-aħjar apparat li wieħed jista' jkollu imma d- dipartiment għandu l-apparat neċessarju u qiegħed jagħmel patching tajjeb.", "Fil-fatt naħseb li hemm differenza kbira bejn il-patching li qed nagħmlu llum fit-toroq arterjali għall-mod kif kien isir qabel.", "Fuq kollox in- nies żgur li jarawha din id-differenza.", "Mr Speaker, l-Onor.", "Membru semma r-road contributions.", "Hija ħaġa sempliċi li lir-residenti mmorru ngħidulhom li l-flus li jidħlu mir-road contributions għandhom jintużaw direttament għat-toroq.", "Aħna lkoll nafu - mhux din in-naħa biss taf - li l-flus li jidħlu mir-road contributions imorru fl-Erarju Pubbliku u għalhekk mhux neċessarjament li l-flus li jinġabru jintużaw direttament għal skopijiet tat-toroq.", "Naħseb li sal-lum din kienet is-sistema li dejjem intużat u kif diġa' għidt din mhix kwestjoni li għax wieħed ikun ħallas il-kontribuzzjoni neċessarjament dik it-triq partikolari li jkun se jmur joqgħod fiha tkun se ssir mill- kontribuzzjoni li jkun għamel.", "Mr Speaker, il-Gvern għandu ħafna prijoritajiet u jrid iqis waħda m'oħra.", "Nafu li s-sena li għaddiet il-prijorita' tagħna kienet li nieħdu ħsieb il-problema kbira tad-drenaġġ li kien hawn f'dan il-pajjiż.", "Din il- problema ma ġietx b'kumbinazzjoni imma ġiet minħabba l-iżvilupp kbir li kellna u minħabba li l-ekonomija tagħna espandiet b'ritmu mgħaġġel.", "Din m'hix xi ħaġa ta' traskuraġni imma hija xi ħaġa li ġiet minħabba li mexjin b'ritmu ta' żvilupp ekonomiku mgħaġġel.", "Issa li dak il-proġett wasal biex jingħalaq qegħdin infittxu li s-sena li ġejja nkunu nistgħu nikkonċentraw iktar fuq dawn l-aspetti tat-toroq.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, billi fit-tweġiba għall-mistoqsija oriġinali l-Ministru qal li dawn ix-xogħlijiet qed ikunu riferuti lill- kunsill lokali, huwa possibbli li l-Ministru jinforma wkoll lill-kunsill lokali?", "Qed ngħid dan għax nemmen li l-ilmenti li aħna nressqu f'dan ir- rigward għandhom jitwasslu għall- konoxxenza tal-kunsilli lokali.", "Xtaqt li l-Ministru jispjegali wkoll x'inhi r-raġuni li filwaqt li ngħidu li għandha tingħata prijorita' lil ċerti toroq, jeżistu arterji prinċipali li matul dawn l-aħħar 30 sena qatt ma ngħataw tarmac.", "Forsi fil-ftit ħin li għandu l-Ministru jista' jinformana eżatt kif qed jiġu deċiżi l- prioritajiet fejn jidħol xogħol ta' toroq għaliex m'aħniex sodisfatti b'dak li qed jgħidilna l-Ministru.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Mr Speaker, naħseb li huwa ċar li ċerti talbiet jistgħu jsiru direttament lill-kunsilli lokali u ladarba r-responsabilita' ta' ċerti xogħlijiet fit-toroq taqa' f'idejn il-kunsilli lokali ma naħsibx li aħna bħala membri parlamentari ma nistgħux nirriferulhom ċerti aspetti.", "Jien ma nsib l-ebda diffikulta' li mistoqsijiet b'riferenza diretta għall- kunsilli lokali nirriferihom lill-kunsill lokali direttament involut anke biex niffaċilitaw ix-xogħol tal-membri parlamentari.", "Naturalment wieħed irid jifhem li dan iżid ix-xogħol fuq il-personnel fil-Ministeru tiegħi u fid-Dipartiment tat-Toroq u allura wieħed irid iħares anke lejn dak l- aspett.", "Naħseb li llum l-affarijiet huma ħafna iktar ċari milli kienu meta bdejna din id-diskussjoni.", "Jidher ċar li r-responsabilita' għall-manutenzjoni ta' toroq li m'humiex arterjali jew distributorji hija tal-kunsilli lokali imbagħad il-bqija tat-toroq jaqgħu taħt id-Dipartiment tat-Toroq.", "Id- distinzjoni hija netta u naħseb li huwa faċli li nimxu ma' dik il-linja.", "Meta niġu għal toroq arterjali naturalment kulħadd iħares lejn il-biċċa tiegħu u jgħid li hija arterja mportanti u jilmenta għaliex dik il-parti ma saritx u għaliex saret xi parti oħra.", "Il-verita' hi li hemm budget, hemm pezza li trid taqta' minnha u fil-fehma tiegħi fir-rigward ta' toroq arterjali trid tara liema huma l-iktar toroq li huma traffikużi.", "Per eżempju, jekk naraw ix-xogħol li qed isir bħalissa nsibu li qed isir xogħol fejn il-Bypass ta' Santa Venera tingħaqad ma' Triq il-Ġdida u mat-triq li tagħti għar-Rabat għax it-tarmac kien mogħti ħażin.", "Xogħol ieħor li żgur irid isir huwa dak ta' Regional Road minħabba li din it-triq għandha użu qawwi mill-karozzi.", "Post ieħor li żgur hemm bżonn li jsir huwa t-Triq Tal- Barrani li tiġi wżata ħafna u għandha bżonn li jsirilha wiċċ ġdid.", "Naturalment id-Dipartiment tat-Toroq iħares lejn dawn id-diversi aspetti, pero' l-iktar ħaġa li wieħed għandu jħares lejha fil-fehma tiegħi - din nagħmel enfasi fuqha - hija li għandha tingħata prijorita' lil dawk it- toroq li jsir ħafna użu minnhom biex kemm jista' jkun inżommuhom fl-aħjar stat.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "L-Onor.", "Joe Fenech.", "ONOR.", "JOE FENECH (President tal-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi) Nippreżenta l-minuti konfermati tal-wieħed u għoxrin laqgħa ta' l-istess Kumitat li saret fil-25 ta' Lulju 1995 u nirrapporta li l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar l-GĦajnuna lill-Industriji - Abbozz Nru 104 - l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili (Emenda nru 2) - Abbozz Nru 134 - u l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Uffiċċju tal-Posta - Abbozz Nru 105 - ġew mgħoddija b'emendi mill-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' karti.", "Il-Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Prim Ministru): Inqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra:", "Avviż Legali Nru 160 ta' l-1995 - Avviż ta' Bidu fis-Seħħ ta' l-Att ta' l-1995 dwar l-Ombudsman.", "MR SPEAKER: Il-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali.", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru għall-Iżvilupp Soċjali): Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra::", "Avviż Legali Nru 161 ta' l-1995 - Regolamenti ta' l-1995 dwar Liċenzi għal Kliniċi Mediċi Privati.", "MR SPEAKER: Il-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 156 ta' l-1995 - Regolamenti ta' l-1995 dwar Persuni b'Diżabilita' (Reġistrazzjoni u Appell);", "Avviż Legali Nru 157 ta' l-1995 - Ordni ta' l-1995 dwar l-Impieg ta' Persuni b'Diżabilita' (Persentaġġ Ġenerali);", "Avviż Legali Nru 158 ta' l-1995 - Ordni ta' l-1995 dwar l-Impieg Speċifikat ta' Persuni b'Diżabilita';", "Avviż Legali Nru 159 ta' l-1995 - Regolamenti ta' l-1995 dwar l- Impieg Part-time ta' Persuni b'Diżabilita';", "Lista ta' għalliema li ntagħżlu biex jgħallmu fil-Junior College, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 29265; u Tracer Studies għas-snin 1992 u 1993 maħruġ mill-Guidance : Counselling Services tad-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 29266.", "MR SPEAKER: Il-Ministru tal-Finanzi.", "ONOR.", "JOHN DALLI (Ministru tal-Finanzi): Inqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra:", "Dikjarazzjoni skond l-artikolu 21 ta' l-Att ta' l-1962 dwar l- Amministrazzjoni Finanzjarja u l-Verifika li turi l-qagħda tal-Kont Pubbliku mal-Bank Ċentrali ta' Malta sat-30 ta' Settembru 1995.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru ta' l-Intern.", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern): Inqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra:", "Persuni li rtiraw mill-Korp tal-Pulizija minn Jannar 1995 sal-lum, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 29526.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet.", "Il- Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd.", "MOZZJONIJIET", "Estimi ta' Dħul u Nfiq ta' l-Awtorita' tad-Djar gĦAs-sena finanzjarja mill- 1 ta' Ottubru 1995 sat-30 ta' Settembru 1996.", "ONOR.", "CENSU GALEA (Ministru għall-Ikel, Agrikolura u Sajd): Nipproponi:", "\"Illi l-Kamra tapprova l-Estimi ta' dħul u nfiq ta' l-Awtorita' tad- Djar għas-sena finanzjarja mill-1 ta' Ottubru 1995 sat-30 ta' Settembru 1996 skond l-Att XV ta' l-1976 dwar l-Awtorita' tad-Djar.\".", "MR SPEAKER: Min jissekonda, jekk jogħġobkom?", "ONOR.", "CARM LINO SPITERI: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Hemm rimarki?", "Il-Ministru.", "ONOR.", "CENSU GALEA: Mr Speaker, għar-raba' darba qiegħed inressaq għad- diskussjoni quddiem din il-Kamra l-vot li jikkonċerna l-Awtorita' tad-Djar.", "Dan huwa vot li kull meta jiġi diskuss f'din il-Kamra jqanqal ammont ta' diskussjoni fil-pajjiż u huwa vot li minn żmien għall-ieħor matul is-sena jsiru diversi kummenti dwaru għaliex jolqot lil kull persuna fil-pajjiż direttament jew indirettament għaliex kif nafu aħna kull persuna tixtieq li jkollha d-dar tagħha.", "Wieħed mill-obbligi ta' l-Awtorita' tad-Djar huwa li hija wkoll tgħin biex fil-pajjiż ikun hawn l-akbar numru ta' persuni li jkollhom dar deċenti u li jkunu jistgħu jgħidu li d-dar tagħhom hija ta' livell aċċettabli fl-1995 fuq l-għatba tas-seklu li ġej.", "Biex l-Awtorita' tad-Djar tagħmel dan kellha u għad baqagħlha bżonn l-għajnuna ta' dipartimenti oħra tal-Gvern li huma amministrati minnu kif ukoll l-impenn kontinwu kemm tas-settur privat kif ukoll ta' l-individwi li huma fil- privat.", "Dan qiegħed ngħidu għaliex l-ebda awtorita' tad-djar li tkun qed tamministra dan is-settur ma tista' hi waħedha tipprovdi għal kulħadd.", "Madankollu d-diversi dipartimenti flimkien mas-settur privat jistgħu jwasslu biex bid-diversi attivitajiet tagħhom inkunu nistgħu nipprovdu l- akbar għadd ta' djar possibbli.", "Kif taf din il-Kamra u kif ċertament jafu n-nies li qed jisimgħuna pajjiżna huwa wieħed mill-iktar pajjiżi li fih għandu ħafna nies sidien ta' djarhom u din hija ħaġa tajba ħafna u pass fid-direzzjoni t-tajba.", "Ċertament din kienet il-politka li fuqha ħadmet l-Awtorita' tad-Djar fis- snin li għaddew.", "Din se tibqa' waħda mill-miri ta' l-Awtorita' tad-Djar biex hi wkoll tkompli tgħin biex kemm jista' jkun iċ-ċittadini ta' pajjiżna jkollhom id-dar tagħhom.", "Fl-istess waqt irrid ngħid li l-Awtorita' tad- Djar hija wkoll konxja mill-fatt li għandha l-obbligi u r- responsabbiltajiet lejn dawk il-persuni li jista' jkun li minħabba problemi li jkunu ffaċċjaw matul il-ħajja tagħhom ma setgħux jaslu biex id-dar li joqogħdu fiha tkun tagħhom.", "Jekk wieħed jara x'ipprovat tagħmel l- Awtorita' tad-Djar is-sena li għaddiet - u iktar 'il quddiem ngħid x'biħsiebha tagħmel is-sena li ġejja - isib li l-Awtorita' tad-Djar flimkien mad-Dipartiment tad-Djar, mad-Dipartiment tal-Kostruzzjoni u mas- Sezzjoni tal-Maintenance tad-Dipartiment ta' l-Ambjent ħadmu bl-iktar mod konsistenti biex f'pajjiżna jkun hawn l-akbar numru ta' nies li jkollhom dar diċenti fejn joqogħdu.", "Minkejja dan kollu xorta waħda tibqa' s- sitwazzjoni fejn ikollok nies li mingħajr l-għajnuna iktar diretta ta' l- Awtorita' ma jkunx jista' jkollhom huma wkoll id-dar tagħhom.", "Id- direzzjoni ta' l-Awtorita' matul is-snin li għaddew u ċertament fis-snin li ġejjin se tibqa' tkun waħda li permezz tagħha l-ikbar numru ta' nies possibbli jkollhom dar suret in-nies anke jekk ikun hemm xi wħud li biex jagħmlu dan ikollhom bżonn ta' għajnuna iktar qawwija min-naħa tal-Gvern.", "Jiena qed ngħid dan għax wieħed irid iħares lejn dan is-settur tant importanti mhux mil-lat ristrett biss ta' x'inhu jsir fil-mument partikolari, għaliex ċertament kieku l-Awtorita' tad-Djar kellha taħseb biss x'għandha bżonn tagħmel issa fl-immedjat kienet tieħu deċiżjonijiet li forsi jkunu differenti minn dawk li effettivament ħadet.", "Madankollu l- Awtorita' tad-Djar bħala awtorita' responsabbli u li hija mmexxija minn nies li ma jħarsux biss għall-gwadann tal-lum imma jħarsu wkoll b'mod aktar importanti għall-politika long term f'dan il-qasam, riedet tara li filwaqt li tħares lil dawk kollha li sal-lum ibbenefikaw minn xi skema jew oħra ta' l-Awtorita' tad-Djar hi wkoll fl-istess ħin tfassal policies li huma short term, medium term u li jistgħu jwasslu wkoll għal long term ġewwa pajjiżna.", "Ċertament l-Awtorita' tad-Djar fis-snin li għaddew ħadmet u kompliet kontinwament taħdem fid-direzzjoni li ma ssibx soluzzjonijiet istantanji, ma ssibx is-soluzzjonijiet għaliex tkun ġejja xi ħaġa f'pajjiżna għall-immedjat imma ħadmet u ppjanat u qed tkompli tippjana biex verament l-ikbar numru ta' nies f'pajjiżna jkollhom il-faċilita' u l- possibilita' li huma wkoll ikollhom dar diċenti fejn joqogħdu.", "Dan ma jfissirx li l-Awtorita' tad-Djar għandha tkun responsabbli biex tipprovdi hi għal kull persuna f'pajjiżna għaliex - dan għidtu diversi drabi - ikun ifisser realment it-tmiem ta' l-Awtorita' tad-Djar u li hi qed tipprova timbarka fuq programm li ma jista' jiġi mwettaq qatt.", "Ngħid għaliex wkoll.", "F'pajjiżna għandna sitwazzjoni fejn bejn wieħed u ieħor għandna 2,400 żwieġ li jseħħ kull sena u kieku l-Awtorita' tad-Djar kellha tipprovdi biss għal dawn l-2,400 koppja jkollha bżonn mill-inqas Lm24 miljun fis-sena fi provvista ta' flus għal bini ġdid u kien ikun eżerċizzju li ma jistax ċertament jintlaħaq.", "L-eżerċizzju ta' l-Awtorita' tad-Djar fl- opinjoni tiegħi għandu jkun wieħed li permezz tiegħu verament iservi ta' support għal dawk li ma jistgħux jaslu waħedhom.", "Mr Speaker, nafu li fis-snin li għaddew l-Awtorita' tad-Djar indirizzat ruħha fid-direzzjoni li verament tara li dawk li għandhom bżonn ta' dar diċenti, dawk li għandhom in-nuqqasijiet li ma jistax ikollhom id-dar waħedhom hi tipprova tgħin biex ikun hemm il-provvista available fil- pajjiż għal dan l-iskop.", "U biex tagħmel dan riedet tara x'kienet is- sitwazzjoni mhux biss mil-lat ta' djar li huma direttament tagħha imma riedet ukoll tara x'hawn available fil-pajjiż u biex dak li hawn available f'pajjiżna jkun jista' jintuża għall-aħjar skop li hawn bżonn għalih mingħajr ma timponi ruħha ukoll.", "L-Awtorita' tad-Djar kellha wkoll tara x'kienu d-diversi kondizzjonijiet soċjali li għandna f'pajjiżna, jekk l-iskop oriġinali li fuqu twettqu l- liġijiet f'pajjiżna hux qed jintlaħaq illum inkella le u jekk kemm-il darba kienx wasal iż-żmien li jinbidlu x'affarijiet fil-liġijiet ta' pajjiżna.", "Din kienet missjoni li wieħed jista' jgħidilha li ma kenitx direttament u speċifikament waħda li għandha tappartjeni lill-Awtorita' tad-Djar imma bħala awtorita' li mhux biss trid toħloq u tivvinta soluzzjonijiet short term u trid bilfors tifhem u tagħraf x'inhuma l-bżonnijiet ta' dan il-pajjiż, kellha wkoll tara x'inhuma l-bżonnijiet li kellhom jinbidlu mil-lat leġislattiv.", "Jien nemmen li s-sena finanzjarja li għalqet fit-30 ta' Settembru, 1995 se tibqa' mfakkra bħala waħda mis-snin li fiha l-Awtorita' tad-Djar ħadmet b'konsistenza, ħadmet b'awtorita' u ħadmet fid-direzzjoni long term biex tagħti wkoll riżultati aktar pożittivi milli wieħed jista' jara fis-short term.", "Ċertament biex l-Awtorita' tad-Djar għamlet dan kellha mhux biss tħares lejn il-programm long term tagħha imma kellha wkoll tara x'kien hemm bżonn li jsir fl-immedjat.", "Jekk wieħed iħares lejn l-attivitajiet ta' l- Awtorita' tad-Djar matul is-sena li għaddiet wieħed jista' jagħraf li realment din kompliet fuq dak li kellha fis-short term programme tagħha biex - aktar 'l quddiem ngħid ukoll ix-xogħol immedjat li sar fl-1994/95 - tfassal il-programm li permezz tiegħu hi bħala awtorita' tibqa' tgħix u teżisti u wkoll fl-istess ħin tibqa' tiggarantixxi li tkun f'pożizzjoni li taqdi d-doveri tagħha għas-snin li ġejjin.", "Mr Speaker, waħda mid-diffikultajiet li l-Awtorita' tad-Djar riedet tiffaċċja matul l-1994/95 kienet proprju li tħares ukoll fil-bidu nett lejn dawk il-persuni li diġa' b'xi mod jew ieħor ibbenefikaw matul is-snin li għaddew.", "Riedet tara jekk kienx wasal iż-żmien li effettivament dawk il- Maltin li kienu bbenefikaw minn xi skema tagħha fis-snin mgħoddija, mill- 1976 sal-lum, jinbidlulhom xi wħud mill-kondizzjonijiet li kienu għamlu fil-kuntratti oriġinali.", "Dan it-tibdil li sar fil-kondizzjonijiet kien ta' benefiċċju għall-istess benefiċċjarji proprju bl-iskop li aktar 'l quddiem l-Awtorita' tad-Djar wara li tlesti mill-programm ta' xogħol tagħha f'dan ir-rigward tkun tista' tkompli tikkonċentra fuq l-attivitajiet ta' dawk in-nies li għandhom bżonnijiet immedjati.", "Wieħed mill-aspetti li l-Awtorita' tad-Djar diversi drabi fis-snin li għaddew ħarset lejh u riedet tara jekk verament kellhiex tbiddel il- pożizzjoni tagħha jew le kien jirrigwarda l-pożizzjoni ta' bejn wieħed u ieħor 8,000 benefiċċjarju li matul is-snin ħadu xi plot mingħand l- Awtorita' tad-Djar.", "Forsi wieħed jista' jaħseb li dawk il-persuni li effettivament kienu ħadu l-plot ma kellhomx problemi.", "Madanakollu l- membri ta' l-Awtorita' tad-Djar u l-persuni li kienu bbenefikaw matul is- snin li għaddew ċertament kienu jafu li r-realta' hija waħda differenti għaliex konsistentement matul is-snin l-imgħoddija l-Awtorita' tad-Djar imxiet bil-policy li l-importanti kien li tqassam dak li jiġi f'idejha.", "Ħafna drabi diversi plots kienu jiġu f'idejha mingħand il-privat mingħajr effettivament il-privat ikun tħallas, imma sfortunatament l-importanti kien li jitqassmu numru ta' plots, u li niftaħru bin-numru ta' plots li qassamna.", "Tajjeb li wieħed jirrimarka hawnhekk li aktar min-nofs il-plots li tqassmu, tqassmu bejn l-1981 u l-1987, f'liema perjodu l-Awtorita' tad- Djar ħarbet għal kollox mir-responsabbilta' tagħha li tuża bl-aħjar mod possibbli l-appartamenti li kien hawn fil-pajjiż u ħarbet ukoll mir- responsabbilta' tagħha li tkompli tibni biex tkun tista' taqdi d- diffikultajiet ta' dan is-settur li kien għad baqagħlu bżonn l-għajnuna.", "Ċertament llum l-Awtorita' tad-Djar mhijiex qiegħda tgħid li ma baqgħalniex problemi.", "Fit-tmien snin li għaddew, sena wara sena, ir-rapport ta' l- Awtorita' tad-Djar kien jindika li għad fadal numru ta' diffikultajiet u problemi li kienu hemm fis-snin ta' qabel ukoll u riedet tara li dawn il- problemi jonqsu.", "Jiena nemmen li l-politika ta' l-Awtorita' tad-Djar fis- snin li għaddew wasslet biex in-numru ta' problemi li kien hawn fil-pajjiż tnaqqsu u llum wieħed jista' jitkellem b'ċertezza dwar x'inhi l-problema fiha nnifisha u jista' jpoġġi jdejh fuq il-ferita u jara xi bżonnijiet hemm għas-snin li ġejjin.", "F'dan ir-rigward waħda mill-problemi kbar li kellha tiffaċċja l-Awtorita' tad-Djar fis-snin li għaddew kienet kwestjoni ta' mentalita'.", "L-Awtorita' kellha quddiemha t-talba kontinwa tagħna lkoll li biex insolvu l-problemi ta' xi ħadd ridna nagħtuh biċċa art biex ikun jista' jibni fuqha.", "Jiena konvint li min-naħa ta' l-Oppożizzjoni se nisma' kemm din kienet politika tajba u kemm kienet politika li wasslet biex ikollna aktar nies li għandhom id-dar tagħhom.", "Filwaqt li huwa veru li b'din il-politika kien hemm eluf ta' nies li waslu biex ikollhom id-dar tagħhom, huwa veru wkoll li din is-soluzzjoni wieħed kien qed jużaha bħala miżura short-term, miżura li permezz tagħha wieħed ma jippjana xejn imma jaqbad u jqassam dak li jkun ħa mingħand ħaddieħor, ħafna drabi mingħand il-privat.", "Jiena għidt aktar minn darba li għal kull ministru responsabbli minn dan is-settur partikolari din hija l-aktar politika konvenjenti u l-aktar politika li twasslek biex temmen li mingħalik tkun solvejt numru ta' problemi.", "Madanakollu fl-istess waqt li inti tkun qiegħed tiftaħar kemm qassamt, tkun qiegħed tinsa lil dawk il-persuni li l-aktar għandhom bżonn.", "Qed ngħid dan għaliex minkejja l-ftaħir kollu u minkejja d-diskors kollu li jista' jingħad dwar kemm ibbenefikaw nies mis-sistema tal-plots, illum għad baqgħalna każijiet ta' nies li ilhom jgħixu għal snin twal fl-istess kondizzjonijiet għaliex bid-dħul li kellhom ma setgħu jaslu bl-ebda mod li jibnu d-dar tagħhom.", "Filwaqt li l-Gvern kien qed jonfoq dawn il-flus biex iqassam dawn il-plots u minkejja l-fatt li f'April ta' l-1987 kien hemm xi dikjarazzjonijiet li l-problema tad-djar f'pajjiżna kienet ġiet solvuta, kien għad fadal numru sostanzjali ta' nies li kienu qegħdin jiffaċjaw id- diffikulta' li ma kellhomx soluzzjoni għal din il-problema.", "Wieħed jista' jgħid li llum, tmien snin wara dak iż-żmen, ikun kollu għal xejn li l-ministru responsabbli jikkwota dawn il-fatti pero' l- investiment minn flus il-poplu huwa investiment li jrid jagħti riżultati pożittivi.", "L-investiment li trid tagħmel l-Awtorita' tad-Djar, it-taxxa li tonfoq - għaliex fl-aħħar mill-aħħar l-Awtorita' qegħda tonfoq il-flus li ġejjin mit-taxxa ta' kull wieħed u waħda minna - trid tkun ċerta li qiegħda ssir fid-direzzjoni li għandha l-aktar bżonn.", "Fl-istess waqt li tagħmel dan l-Awtorita' kellha, għad baqgħalha sal-lum u naħseb li jibqgħalha fis- snin li ġejjin, id-dover li ma titkaxkarx mal-kurrent tat-talbiet popolari.", "L-Awtorita' għanda d-dover u r-responsabbilta' li f'dak li tagħmel tagħraf kif tqassam bl-aħjar mod possibbli dak li hawn available.", "GĦalhekk kull wieħed u waħda minna rridu nagħmlu analiżi jekk għandniex bżonn li f'pajjiżna nibqgħu bil-qagħda fejn id-djar tagħna jkomplu jikbru.", "Jekk wieħed iħares lejn il-kobor tad-dar u jgħaddi l-kumment li jekk ikollu jċekken id-dar tiegħu jkun qiegħed b'xi mod inaqqas mil-livell ta' l- għajxien tiegħu, ir-risposta min-naħa tiegħi tkun li f'ħajjitna hemm ferm aktar x'wieħed jagħmel milli sempliċement jgħix biex jibni u biex iħallas id-dejn fuq dak il-post.", "Kull wieħed minna għandu aktar x'jagħmel f'ħajtu milli sempliċement u kontinwament jaħdem biex iħallas id-dejn fuq id-dar tiegħu.", "U din mhijiex storja ta' dawn l-aħħar tmien snin kif qiegħda tipprova tgħid bl-aktar mod sempliċistiku l-Oppożizzjoni.", "Ir-realta' f'dan il-qasam turi li jekk verament irridu ntejbu l-livell ta' l-għajxien tagħna hemm bżonn li kull wieħed minna jara li l-għajxien tiegħu ma' jkunx biss marbut min-naħa tal-proprjeta' li jista' jkollu.", "F'dan ir-rigward, filwaqt li għandi għaliex nifhem li l-Awtorita' tad- Djar kienet taf bil-bżonn ta' din il-politika, għal snin twal minflok imxiet fuq il-politika li tagħti indikazzjoni, tagħti t-tagħrif meħtieġ u tgħallem lilna lkoll dwar x'għandna bżonn nagħmlu biex ikollna dar deċenti u suret in-nies imma mingħajr ma tkun esaġerata, disgrazzjatament bdiet tagħti plots li kienu ferm aktar milli wieħed kien isib fis-settur privat bi prezzijiet li kienu attraenti ferm għal dak iż-żmien imma min kien qed imexxiha kien qed jinsa li dan il-pajjiż għandu l-limitazzjonijiet tiegħu u kien qed jinsa li ma tistax issib soluzzjonijiet għal-lum u għal għada biss imma trid tħares għas-snin li ġejjin.", "Jekk wieħed iħares", "Mr Speaker, f'dan ir-rigward jekk wieħed jara kemm l-Awtorita' tad-Djar qassmet plots u għal mument jinsa n-numru ta' flats li nbnew, isib li din qassmet proprjeta' ta' 1.7 million square metres.", "Imbagħad jekk wieħed jara wkoll fejn inbnew dawn il-plots u jekk fil-pjan long-term wieħed kienx jista' jasal biex isib soluzzjonijiet aħjar, ċertament jinduna li anke llum wieħed jista' jgħid li s-soluzzjonijiet long-term huma differenti minn dawk li ntużaw fis-snin l-imgħoddija.", "Mr Speaker, qed ngħid dan għax l-Awtorita' tad-Djar qed tipprova tgħin lil min hu l-iktar fil-bżonn.", "Ċertament din l-Awtorita' kellha doveri differenti minn dawk li mxiet bihom fis-snin li għaddew.", "Wieħed jista' jara wkoll kemm l-Awtorita' tad-Djar ma mxietx sewwa fis-snin l-imgħoddija fil-mod ta' kif kienu qed isiru ċerti affarijiet.", "Ċertament illum l- Awtorita' tad-Djar hija differenti għal kollox minn dak iż-żmien għax qed tħares b'responsabilita', qed tippjana għall-futur u qiegħda kontinwament tara x'tista' tagħmel biex filwaqt li l-poplu jkompli jkollu dar diċenti fejn joqgħod, fl-istess ħin ma tkunx qiegħda tgħin biex tħarbat u tnaqqas minn dak li huwa l-wirt ta' kull wieħed minna li hu l-wirt nazzjonali.", "Hawnhekk ma rridux ninsew li l-wirt nazzjonali m'huwiex tagħna biss li qed ngħixu f'dawn iż-żmenijiet imma huwa wkoll tat-tfal tagħna u tat-tfal tat- tfal tagħna stess.", "Ċertament li f'dan ir-rigward l-Awtorita' tad-Djar, flimkien mad-Dipartiment tad-Djar, matul is-sena li għaddiet ħadmet b'responsabilita' fuq il-pjanijiet li kellha fis-snin l-imgħoddija u ma kienx ta' b'xejn li bdiet twettaq numru ta' kondizzjonijiet u ta' eżempji kif ukoll politika ċara - mhux partiġġjana - fl-interess ta' pajjiżna għax dak huwa wirt tagħna lkoll.", "Hawnhekk jien irrid nagħmel riferenza għan- numru ta' policies li twettqu matul is-sena li għaddiet u matul is-snin ta' qabel li jorbtu l-qasam tad-djar f'pajjiżna għas-snin li ġejjin.", "Dawn kienu numru ta' policies li ċertament se jħallu s-sinifikat tagħhom mhux biss f'dawn il-ħames snin imma se jibqgħu jiġu mħarsa u wżati wkoll fis- snin li ġejjin.", "Mr Speaker, jekk wieħed iħares lejn is-sena li għaddiet jinduna li l- Awtorita' tad-Djar bdiet kontinwament tara x'tista' tagħmel biex hi wkoll isservi ta' għajnuna ħalli dak li diġa' għandna nkunu nistgħu nużawh.", "Din l-Awtorita' riedet tkompli tara wkoll li dawk il-persuni li diġa' għandhom proprjeta' diċenti fejn jgħixu ma jkollhomx għalfejn jieħdu l-benefiċċju mingħand l-Awtorita' tad-Djar għax inkella jkun hemm persuni oħra li jkunu qegħdin jitilfu l-possibilita' tagħhom li jinqdew mill-istess Awtorita'.", "Ċertament waqt dan id-dibattitu se nisma' diversi kummenti, bħal per eżempju li l-Awtorita' tad-Djar saret iktar kummerċjali u li matul is-sena li għaddiet l-Awtorita' tad-Djar ma bnietx postijiet biex ikunu jistgħu jinkrew.", "Madankollu llum l-Awtorita' tad-Djar u d-Dipartiment tad-Djar it- tnejn ħadmu flimkien għax aħna rridu naslu f'sitwazzjoni fejn dawn iż-żewġ partijiet differenti li jaħdmu f'dan il-qasam jingħaqdu flimkien biex it- tifsira tal-politika tkun waħda li twassal għal sitwazzjoni li permezz tagħha jaħdmu flimkien fl-aħjar interess ta' dan is-settur.", "Fil-fatt l- Awtorita' tad-Djar, flimkien mad-Dipartiment tad-Djar, waslet biex tagħmel numru ta' kondizzjonijiet li dan il-pajjiż ikollu jimxi fuqhom fis-snin li ġejjin.", "Mr Speaker, waħda mill-policies li l-Awtorita' tad-Djar kompliet twettaq matul is-sena li għaddiet kienet dik li min jibbenefika mill-proprjeta' ta' din l-Awtorita' f'dak il-mument ma jridx ikollu proprjeta' oħra li minnha jkun qed jibbenefika mill-istess Awtorita'.", "Matul is-sena li għaddiet l- Awtorita' tad-Djar kompliet twessa' l-ħidma tagħha biex iktar u iktar skemi jgħaddu mingħand id-Dipartiment tad-Djar għal għand l-Awtorita' tad-Djar.", "Dan għamlitu biex hi wkoll issir awtorita' li verament tieħu ħsieb is- setturi kollha tal-qasam tad-djar f'pajjiżna.", "GĦall-kummenti li jista' jkun hawn, bħal per eżempju: Isma', għaliex l-Awtorita' tad-Djar ma qabditx u ħadet over ir-responsabilitajiet kollha tad-Dipartiment tad-Djar f'salt?, ċertament ir-risposta trid tkun: Isma', aħna rridu nagħmlu l- affarijiet b'mod serju u b'mod li ma nwaqqfux l-affarijiet min-naħa għall- oħra għax imbagħad il-konsegwenzi u d-diffikultajiet li jkollna nħabbtu wiċċna magħhom ikunu ikbar.", "Mr Speaker, l-Awtorita' tad-Djar kompliet ukoll toħloq il-kuxjenza li nistgħu ngħixu b'mod diċenti f'dar iżgħar minn dik li kellna sal-lum u dan għamlitu billi kompliet bil-policies tagħha li tibni iktar maisonettes.", "Fil-fatt l-Awtorita' għandha programm li jrid iwassal biex jinbnew iktar maisonettes u appartamenti.", "Jekk wieħed jara l-lista li għandna quddiemna f'dan ir-rapport isib li 1,538 appartament u maisonette li għandna pprogrammati qed jinbnew u prattikament iridu jkomplu jinbnew fuq art li wieħed jista' jgħid kienet mitluqa, abbandunata u ma kien qed isir l-ebda użu minnha fl-aħħar snin.", "Mr Speaker, din hija d-direzzjoni li permezz tagħha l-Awtorita' tad-Djar riedet tara li f'pajjiżna verament ikun hawn l-aħjar użu ta' l-art li għandna.", "Fil-fatt se nibnu 1,500 appartament u maisonette mingħajr ma nagħmlu ħsara lil dik l-art li ma kenitx milquta u dawn se nibnuhom fl- ispazji li diġa' kellna available liema spazji kienu mħarbtin u mitlubin qalb il-housing estates u d-diversi postijiet oħra li għandna f'pajjiżna.", "Fuq dan ir-rigward anke f'din il-Kamra ħafna drabi smajna kif diversi Membri ta' din il-Kamra jiġu hawnhekk joġġezzjonaw għax it-tali biċċa art li għal snin twal kienet abbandunata ...", "Per eżempju, f'Wied il-GĦajn hemm biċċa art li kienet ilha abbandunata għal snin twal bla ebda skop ta' xejn.", "Meta ġejna biex nibdew nibnu din il-biċċa art bdew iqumu l-irwiefen u l- protesti kollha għax bdew jgħidulna: X'għarukaża, sejrin tagħlqu lir- residenti li joqogħdu f'dawk l-inħawi!", "Ikun tajjeb jekk wieħed jgħid li dawn il-Membri jagħmlu dawn il-kummenti mingħajr ma jaraw jekk kemm-il darba jagħmilx iktar sens globali li l-ispazji li hemm vojta b'dan il-mod ikunu jistgħu jintużaw biex inkunu nistgħu naslu f'sitwazzjoni fejn iktar nies ikollhom dar diċenti.", "Eżempju ieħor ta' din il-politika - forsi huwa wieħed mill-ikbar eżempji li wieħed jista' jsemmi f'dan il-pajjiż ta' użu aħjar ta' art - huwa dak ta' erba' djar - wieħed jista' jsejħilhom hekk - ġo l-Imtarfa.", "Meta mort nara dawn id-djar kien hemm in-nies joqogħdu fihom imma madankollu kienu erbat idjar li kellhom bżonn biċċa xogħol kbira biex jiġu rranġati għall-iskopijiet ta' llum.", "Fil-fatt permezz ta' l-Awtorita' tad-Djar, b'investiment ta' iktar minn Lm1 miljun, minflok dawn l-erbat idjar illum fl-istess post hemm iktar minn 80 appartament u 90 garaxx u dan huwa mod aħjar ta' kif tagħmel l-aħjar użu mill-art mingħajr ma tkompli tkisser dak li diġa' huwa mhedded.", "L-Awtorita' tad-Djar flimkien ma' l- Awtorita' ta' l-Ippjanar kompliet taħdem - anke jekk kultant jien stess niltmenta minħaba t-tul taż-żmien - sabiex tfassal policies ħalli fis-snin li ġejjin inkunu nistgħu nużaw l-aħjar sistemi f'pajjiżna.", "Mr Speaker, hawn qegħdin f'sitwazzjoni fejn irridu nibdew mil-lum u nkomplu fis-snin li ġejjin.", "Jekk wieħed iħares lejn ix-xogħol li għandna programmat sabiex jinbnew appartamenti ma' Malta kollha ikun jista' jara li l-Awtorita' tad-Djar qegħda tipprova tilħaq il-pajjiż kollu kemm hu u qed tara kif tista' tagħmel biex tagħmel użu mir-riżorsi ta' pajjiżna fl-aħjar mod possibbli għal dawk li għandhom bżonn.", "Dan seta' jsir permezz tad- diversi skemi li l-Awtorita' ħadmet fuqhom matul is-sena li għaddiet u hawn ċertament se nisma' xi ilmenti minħabba li l-Gvern għolla l-kera u ma tax kas ta' min għandu bżonn l-għajnuna.", "F'dan ir-rigward ukoll l-Awtorita' tad-Djar is-sena li għaddiet kompliet timxi fuq il-passi li kienet bdiet fis-snin ta' qabel billi baqgħet tissussidja b'mod sostanzjali lil dawk il- persuni li qegħdin jgħixu fl-appartamenti tal-Gvern.", "L-Awtorita' tad-Djar hija konxja tas-sitwazzjoni preżenti li hawn fil-pajjiż u qed tieħu l-passi meħtieġa biex fis-snin li ġejjin numru kbir ta' Maltin ikollhom dar diċenti.", "Din fasslet pjan biex fis-snin li ġejjin tkompli tagħti ammonti kbar ta' sussidji f'diversi oqsma mhux biss fil-qasam tas-self u tal-kera ħalli aktar nies jingħataw il-benefiċċju li jgħixu f'darhom.", "Mr Speaker, jekk wieħed jara l-kritika li ssir min-naħa ta' l- Oppożizzjoni u anke minn xi nies oħrajn jinduna li l-Oppożizzjoni tħares biss lejn il-wiċċ tas-sitwazzjoni u tipproponi soluzzjonijiet li mill- esperjenza nafu bl-iktar mod evidenti li ma jaħdmux.", "L-Oppożizzjoni minflok ma tħares lejn kif timxi l-Awtorita' tad-Djar u tagħraf il-passi pożittivi li tagħmel, tgħid kontinwament li din saret kummerċjali u li mhux qed tonfoq biżżejjed meta fir-realta' nafu li qed tagħmel programm li se jkompli jwassal biex f'pajjiżna aktar nies ikollhom dar sura.", "L-Awtorita' tad-Djar matul is-sena li għaddiet ħarset lejn il-bidliet li għamilna fil-liġi tar-rekwiżizzjoni li permezz tagħha d-Dipartiment tad- Djar ma jistax jirrekwiżizzjona proprjeta' aktar.", "U hawn wieħed jista' jistaqsi: X'tip ta' soluzzjoni hi li d-Dipartiment tad-Djar ma jistax jirrekwiżizzjona?", "Fil-bidu għidt li l-Awtorita' tad-Djar waħedha jew il- Gvern waħdu ma jistgħux ikunu f'pożizzjoni li jsolvu din id-diffikulta' imma għandhom bżonn l-għajnuna kontinwa tal-privat.", "Jekk inkunu onesti magħna nfusna rridu nammettu li l-policies li ġew imħaddma għal snin twal f'dan il-pajjiż li permezz tagħhom eluf ta' proprjetajiet ġew rekwiżizzjonati minflok ma għenu biex ikun hawn soluzzjonijiet long-term taw soluzzjonijiet fl-immedjat u qatgħu qalb dawk li kellhom xi proprjeta' li b'xi mod jissograw li jħalluha fi stat li tista' tinkera jew tinbiegħ.", "Ninsab ċert li kull membru ta' din il-Kamra kif ukoll ħafna nies barra minn din il-Kamra għandhom esperjenzi ta' sidien li minħabba l-biża' li l- Gvern jirrekwiżizzjonalhom jew jeħdilhom darhom biex jagħtiha lil ħaddieħor qabdu u għamlu xi ħsarat biex dan ma jkunx jista' jsir.", "Ninsab ċert li min- naħa tas-sidien din is-sena se jerġa' jkun hawn fiduċja fil-Gvern li mhux se jeħdilhom l-proprjeta' tagħhom biex jgħaddiha lil ħaddieħor.", "Din kienet liġi li ġiet f'dan il-pajjiż fi żmien il-gwerra meta kien hemm bżonn ta' liġi simili, imma llum 46 sena wara li għaddiet il-gwerra m'għadx għandna bżonnha.", "Kien proprju għalhekk li s-sena li għaddiet l-Awtorita' tad-Djar flimkien mad-Dipartiment tad-Djar waslu għall-konklużjoni li dik il-liġi għandha titneħħa għaliex ma nistgħux nibqgħu nimxu b'liġijiet li jmorru kontra s-sens tal-proprjeta' meta għandna bżonn lil min għandu din il- proprjeta'.", "Se nemendaw il-liġijiet dwar il-kiri tad-djar - nitkellmu fuqha l-ġimgħa d-dieħla - u dan huwa pass ieħor fid-direzzjoni t-tajba sabiex wieħed jerġa' jibda jsib soluzzjonijiet għad-diffikultajiet li kellna u għal dawk li jista' jkun li għad baqagħlna fir-rigward ta' ċerti nies.", "Fl-istess waqt li l-Awtorita' tad-Djar kienet qed taħdem biex jindiblu dawn il- liġijiet ma qagħditx bil-qegħda u tefgħet ir-responsabbilita' kollha fuq il- privat biex dan isib is-soluzzjonijiet għad-diffikultajiet li jistgħu jinqalgħu.", "L-Awtorita' tad-Djar ma kenitx se toqgħod gallerija u toqgħod tħares lejn in-nies jipprovaw isolvu d-diffikultajiet waħedhom.", "Matul is- sena li għaddiet l-Awtorita' ħadmet bil-għan li tgħin lil dawk li l-aktar għandhom bżonn u pprogrammat numru ta' skemi.", "Filwaqt li l-Awtorita' tad- Djar kienet konxja dwar il-qagħda preżenti u dwar kif tista' tkun il-qagħda fil-futur riedet tagħti s-sehem tagħha biex għall-quddiem dawk li jkollhom il-possibilita' li jmorru jikru mingħand il-privat ikollhom l-għajnuniet neċessarji f'dan ir-rigward.", "Mr Speaker, jekk inħarsu lejn dak li ġara fix-xhur li għaddew insibu li l-Awtorita' tad-Djar ħadmet fuq l-iskema li permezz tagħha matul is-sena li ġejja trid tieħu over dawk il-ftit persuni li qegħdin jieħdu s-sussidju mingħand id-Dipartiment tad-Djar.", "Fl-istess ħin kompliet taħdem biex tara li bit-tibdil fil-liġi jkunu jistgħu jiġu mgħejjuna wkoll, permezz ta' skemi ta' sussidju, dawk li jkollhom l-kera.", "F'dan ir-rigward l-Awtorita' tad-Djar ma qalitx li se tagħti sussidju wieħed u toħroġ l-istess ammont ta' flus għal kull min jibbenefika minn din l-iskema, imma trid tagħti sussidju b'ammonti varji skond il-bżonn.", "Għall-ewwel darba l-Awtorita' tad- Djar rat li s-sussidju li jingħata - meta tgħaddi l-liġi mill-Parlament - irid ikun sussidju li permezz tiegħu l-persuni li jibbenefikaw ikunu marbutin mhux biss iktar mal-paga tal-kap tal-familja imma hemm ukoll varjazzjonjiet fis-sens li jekk għandek persuna waħedha, familja b'żewġt itfal jew familja b'aktar tfal l-Awtorita' tad-Djar qiegħda tara li l- għajnuniet ikunu differenti skond il-bżonnijiet li wieħed ikollu.", "L- Awtorita' tad-Djar riedet tara wkoll li dak li jitwettaq f'dan il-qasam ikun xogħol li verament ikompli jagħti sodisfazzjon u jkompli jħares lejn id-diffikultajiet ta' dawk il-persuni li l-aktar li għandhom bżonn.", "Mr Speaker, jiena naf li se jkollna ħafna kummenti dwar in-numru ta' applikanti għall-akkomodazzjoni soċjali.", "Ċertament wieħed irid iħares u jara x'inhuma l-bżonnijiet vera ta' dawn l-applikanti u x'inhu l-aħjar mod li bih l-Awtorita' tista' tgħinhom.", "Għalhekk l-Awtorita' approvat skema li permezz tagħha l-applikanti li għandhom bżonn ta' għajnuna iktar minn ħaddieħor għax għandhom djar li huma fi stat perikoluż jew mhux ta' livell li wieħed jixtieq meta qegħdin ftit 'il bogħod mis-seklu l-ġdid, jingħataw preferenza fuq kulħadd biex jingħataw l-għajnuna neċessarja min-naħa tal- Gvern biex isewwu l-ħsarat li għandhom jekk kemm-il darba l-ħsarat li għandhom huma ħsarat li jistgħu jissewwew.", "B'hekk, b'din l-għajnuna, tali applikanti jkunu jistgħu jtellgħu d-djar tagħhom għal-livell li jixraq fiż- żmenijiet tal-lum.", "Din hija skema li permezz tagħha numru sostanzjali ta' dawk il-persuni li l-iktar għandhom bżonn u li għandhom applikazzjoni pendenti mad-Dipartiment tad-Djar ikunu jistgħu jinqdew.", "Fl-istess waqt l-Awtorita' riedet tara wkoll li kemm jista' jkun isserraħ ras dawk il-persuni li b'xi mod kienu qed jibbenfikaw mill-iskemi li l- Awtorita' kellha fis-snin ta' qabel.", "Biex l-Awtorita' tkun tista' tgħin lil dawn l-persuni, fix-xhur li għaddew ħabbret żewġ skemi differenti li ċertament se jkomplu jgħinu biex iktar u iktar nies jkomplu jsiru sidien ta' djarhom u fl-istess ħin ma jibqgħux iktar dipendenti mix-xogħol li tagħmel direttament l-Awtorita' tad-Djar.", "Hawnhekk qed nagħmel riferenza għall-iskema li permezz tagħha wieħed jista' jifdi ċ-ċens fuq il-plot tiegħu.", "Fil-ġimgħat li għaddew kien hawn diversi kelliema f'din il-Kamra li kkritikaw l-iskema li kien hemm qabel għax realment ma kenux qed jifhmu x'qed tagħmel l-Awtorita' tad-Djar.", "L-Awtorita' tad-Djar kienet qed tgħin lill-persuni li l-parti l-kbira tagħhom kienu persuni li ma setgħux jifdu ċ- ċens tagħhom qabel numru ta' snin oħra.", "Issa b'din l-iskema tali persuni jkunu jistgħu jifdu ċ-ċens tagħhom illum b'rati ferm vantaġġjużi.", "Din hija skema li permezz tagħha l-Awtorita' tad-Djar se tnaqqas xi ftit mill-piż ta' l-amministrazzjoni ta' kuljum.", "Permezz ta' din l-iskema l-Awtorita' se tkun tista' tgħin lil dawk il-persuni li jkunu jridu jsiru sidien ta' darhom u għal kuntrarju tal-biża' li wriet l-Oppożizzjoni, mid-29 ta' Awissu 'l hawn - minn meta tħabbret din l-iskema - diġa' għandna 950 applikazzjoni ta' persuni li jridu jifdu ċ-ċens.", "Hawnhekk irrid ngħid - kif diġa' għidt qabel - li wħud minn dawn il-persuni jista' jkollhom id- diffikulta' li filwaqt li huma qegħdin jitolbu li jifdu ċ-ċens tagħhom, jista' jkun li l-Awtorita' ma tkunx tista' tagħtihom l-opportunita' li jagħmlu dan fl-immedjat għax fil-pajjiż għad baqagħlna 1,800 plot li sal- lum għadhom m'għaddewx għand l-Awtorita' tad-Djar.", "Madanakollu l-Awtorita' xorta waħda studjat kif tista' tirrimedja għal din il-problema u matul it- tliet snin li għaddew u anke għas-sena d-dieħla qed tivvota flus biex permezz tagħhom, hi wkoll bħala Awtorita' responsabbli għad-Djar iktar 'il quddiem tkun tista' tgħaddi dawn il-plots lil min verament ħadhom.", "Hemm ukoll il-kwestjoni ta' xiri ta' appartamenti ta' dawk li diġa' qegħdin jgħixu f'appartament tal-Gvern .", "L-Awtorita' tad-Djar ħasset il- bżonn li dak li kien jitħaddem fil-passat, illum jitħaddem b'mod differenti u b'mod li jagħmel iktar ġustizzja ma' l-inkwilini li qegħdin jgħixu fil-post u mal-kumplament taċ-ċittadini f'pajjiżna.", "Jista' jkun veru li dawn il-persuni li qegħdin jgħixu f'dawn l-appartamenti se jkollhom iħallsu ftit iktar flus milli kienu jħallsu dawk li fdew il-kera fis-snin l- imgħoddija, u diġa' kien hawn min ikkritika dan il-fatt, imma madanakollu l- Awtorita' tad-Djar riedet tara li filwaqt li tagħmel ġustizzja ma' l- inkwilini ta' dawn il-flats u appartamenti tagħtihom il-possibilita' li jsiru sid tagħhom, u b'hekk ma tkunx tista' tagħti kollox b'xejn, riedet tara wkoll li tagħmel ġustizzja mal-kumplament tat-taxpayers f'pajjiżna.", "Fl-aħħar mill-aħħar biex l-Awtorita' tkun tista' tagħmel investiment, trid ċertu ammont ta' flus u biex tagħmel dan ħadmet skema li permezz tagħha l- inkwilini jistgħu jsiru sidien ta' l-appartament tagħhom, u ħadmet skema fejn mhux biss għamlet ġustizzja ma' l-inkwilini imma anke ma' dawk li m'humiex benefiċċjarji.", "Meta tħares lejn dan il-programm ta' ħidma ta' l- Awtorita' tad-Djar tibda tifhem tagħraf li hija politika konsistenti li ġiet mfassla snin ilu li permezz tagħha l-Awtorita' riedet u għad trid tkompli taħdem fid-direzzjoni li tgħin lil min huwa l-aktar fil-bżonn, u hija politika li permezz tagħha mhux kulħadd jistenna li għandu dritt jieħu kollox b'xejn mingħand il-Gvern.", "Mr Speaker, il-politika ta' l-Awtorita' tad-Djar għas-snin li ġejjin hija politika li tgħin fis-sitwazzjoni ta' dawk li huma l-aktar fil-bżonn mingħajr ma tagħmel dannu.", "Biex tkun konsistenti mal-politika tagħha, l- Awtorita' tad-Djar riedet tara x'mezzi hemm li permezz tagħhom tista' tgħin u tagħmel użu minn dak li hawn fil-pajjiż.", "Kien proprju għalhekk li ftit ġranet ilu l-istess Awtorita' tad-Djar talbet lis-sidien li għandhom proprjeta' f'dan il-pajjiż u lesti li jbigħuha - jekk għandhom volonta' li jgħaddu dik il-proprjeta' lill-Awtorita' - biex dawn ikunu jistgħu jgħadduha ħalli tkun tista' tagħti s-sehem u l-għajnuna tagħhom lil dawk li għandhom bżonn.", "Fl-istess waqt tkun qed tgħin b'mod indirett biex il- policy tagħha li tagħmel użu minn dak li diġa' jeżisti u tagħmel użu minn dak li għamel ħsara lis-sitwazzjoni ġenerali ta' pajjiżna b'dan il-mod, l- Awtorita' tad-Djar tkun tista' tħares lejn il-proprjeta' li hawn available u vojta fil-pajjiż u tkun tista' tgħin lil dawk il-persuni lil dawk il- persuni li qed tħares biex tgħinhom.", "Kif għidt aktar kmieni, il-Liġi tal-Kera f'pajjiżna - liġi li għal snin twal kien hawn diskussjoni dwarha f'dan il-pajjiż - meta tgħaddi minn dan il-Parlament trid tħalli effett fuq il-politika ġenerali tal-housing f'pajjiżna u trid tħalli effett fuq il-mod ta' kif aħna lkoll nibdew naħsbu.", "Din il-liġi trid tħalli l-effett tagħha għax trid terġa' tistabbilixxi sitwazzjoni fejn mhux kulħadd bilfors iħares lejn il-bżonn li hu fl-immedjat, jew dak inhar li jiżżewweġ jew qabel ma jiżżewweġ jkollu d- dar tiegħu.", "Din tista' twassalna biex għan-numru ta' snin, skond iċ- ċirkostanzi partikolari ta' dak li jkun, nkunu nistgħu nagħmlu użu tal- proprjeta' li għandna u nagħmlu użu minn dak li diġa' hawn fil-pajjiż.", "Wieħed irid jifhem li filwaqt li għandna numru ta' persuni li għadhom qed jgħixu f'kondizzjonijiet mhux aċċettabbli għandna wkoll proprjetajiet li kienu vojta, għadhom vojta u ilhom vojta snin twal.", "Dan iwassal lill- Awtorita', lid-Dipartiment u lill-Gvern, biex jieħu miżuri li permezz tagħhom kull dar li hawn fil-pajjiż tkun użata possibilment għal skop ta' residenza u għal dawk il-persuni li d-dar tagħhom m'hijiex ta' livell aċċettabbli biex jkunu jistgħu jgħixu f'dar aħjar.", "Il-politika ta' l- Awtorita' tad-Djar għas-sena li għaddiet kienet politika li tkompli tfassal għas-snin li ġejjin u kienet politika li trid tkompli twassal mhux biss għas-sena li ġejja sakemm l-1,538 appartament jistgħu jinbnew, imma trid twassal biex il-ħidma ta' l-Awtorita' tad-Djar f'dan il-pajjiż tkun waħda li permezz tagħha kull wieħed minna jkollu dar diċenti u saqaf tajjeb.", "U kien proprju għalhekk li l-Awtorita' barra l-politika li tibni l- ġdid tibni maisonettes u appartamenti, kompliet b'mod intensiv li ssib l- iktar partijiet diffiċli li għandna f'pajjiżna li tħares il-postijiet li għandhom diffikultajiet ta' slums.", "GĦalhekk tmur hi b'dawn il-postijiet biex tipprova ssib soluzzjoni għal diffikultajiet li hemm f'dawn l-inħawi.", "Wieħed mill-proġetti li għamlet - u kompiet taħdem fuqu tul is-sena li għaddiet - huwa l-proġett ta' Bormla.", "Meta nħares lejn dan il-proġett, niftakar fl-ewwel darba li mort hemmhekk u rajt fuq il-ħajt ta' fuq nett dan il-kliem: \"meta taqa' hawnhekk, taqa' d-dinja.\"", "Mr Speaker, hemmhekk waqa' u minfloku hemm 40l appartament, li huma l-mera ta' kif għandhom ikunu l-appartamenti anke f'dawn l-inħawi ta' pajjżna imma d-dinja baqgħet iddur fid-direzzjoni li l-periti responsabbli ta' l-Awtorita' jaħdmu u jsibu iktar portijiet li għandhom bżonn ta' soluzzjoni anke minn dan il- lat.", "Wieħed jista' jgħid li l-Awtorita' tad-Djar fir-rapport tagħha għas- sena li ġejja m'għamlitx referenza għas-siti ġodda u mgħamlitx referenza għal sit wieħed partikolari li huwa ġdid, imma f'dan ir-rigward, l- Awtorita' qed taħdem fuq tlieta jew erba' siti oħra f'diversi inħawi ta' pajjiżna inkluż f'Bormla, fl-Imsida, fil-Furjana u fil-Belt, li wkoll trid tħares lejhom fis-snin li ġejjin.", "Diġa' qed tagħmel ċertu ammont ta' xogħol ta' preparazzjoni għal dawk l-inħawi u għad-domanda: \"għaliex ma semmejtuhomx?", "Ir-risposta hija sempliċi.", "Ma rridux li jkollna nies li taparsi jmorru joqogħdu f'dawn l-inħawi biex ikunu jistgħu jieħdu post ġdid mingħand il-Gvern wara li jkunu ġew mibnija l-postijiet, u ma rridux naraw li jkun hemm nies li taparsi ġarrew l-indirizz tagħhom minn fejn qegħdin illum għal fejn ikunu se jwaqqgħu.", "Irridu nkunu ċerti li n-nies li jieħdu proprjeta' minn dawn il-postijiet ikunu verament nies li batew matul is- snin li għaddew u mhux nies li konvenjentement jipprovaw jidħku bl- Awtorita' jew bil-Gvern, għax fl-aħħar mill-aħħar, il-flus ta' l-Awtorita' u l-flus li qegħdin infasslu għas-snea li ġejja huma flus li jridu jiġu mid- dħul li kull wieħed minna jrid iħallas.", "Quddiemna għandna Awtorita' li minn sena għal oħra qed taħdem bit-telf, u n-numru ta' flus li trid tara minn fejn iġġib qed ikompli jikber u jiżdied.", "GĦas-snin twal smajna kritika li l-Awtorita' hija waħda falluta, m'għandhiex biex tmantni lilha nnifisha u m'hijiex kapaċi tirrendi lilha nnifisha.", "Dan intqal mill-istess nies li jgħidulna kemm hemm bżonn li nżidu s-sussidji.", "Din hija kontradizzjoni li tgħid li trid tkompli żżid is- sussidji u fl-istess ħin tikkritika l-Awtorita' għax qed tagħmel iktar telf.", "Din hija Awtorita' li l-Gvern , minkejja li jaf li hija Awtorita' li minn sena għall-oħra għandha bżonn il-flus diretti, u minkejja li nafu li m'hijiex Awtorita' li xi darba tista' tiġi hawnhekk u tgħid: \"jiena din is- sena waqqajt ma nafx kemm il-100,000\" jew inkella m'hijiex Awtorita' li tista' xi ħin jew ieħor tiġi hawnhekk u tgħid: \"jiena issa għamilt Lm1 miljun fi qliegħ\", imma hija Awtorita' li l-Gvern irid ikompli jimbotta 'il quddiem għax permezz tas-sussidji qegħdin kontinwament ngħinu lil dawk il-persuni li għandhom bżonn f'dan il-pajjiż.", "Dan huwa settur li min jaħseb li nistgħu nsolvuh ikun qed jiżballja u jkun qed jagħmel żball jekk jaħseb li jista' jkun hemm xi mument partikolari li ma jkunx hemm x'individwu li jkollu xi bżonn partikolari.", "Dan huwa settur fejn il-Gvern kien, għadu u se jibqa' jagħti s-sehem tiegħu u huwa settur li fih il-Gvern tal-ġurnata se jkompli jinvesti u jkompli jinvesti fl-interess ta' pajjiżna u jinvesti fl-interess tan-nies li verament għandhom bżonn għax għandhom id- diffikultajiet, li forsi ma ppjanawhomx, u diffikultajiet li f'ċerti każi ġabuhom fuqhom infushom, imma madanakollu l-obbligu tagħna bħala ċittadini, bħala Gvern u bħala Awtorita' hu li ngħinu lil dawk il-persuni li verament għandhom bżonn.", "Filwaqt li nagħmlu dan, l-Awtorita' tad-Djar qed tkompli bil-politika tagħha li tgħin lil min għandu bżonn, u ma tgħinx lil dawk li b'xi mod jew ieħor jipprovaw jieħdu benefiċċji li m'humiex tagħhom.", "Grazzi.", "Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki.", "L-Onor.", "Alfred Portelli.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Mr Speaker, illejla qgħadt nisma lill-Ministru Ċensu Galea jagħmel id-diskors tiegħu u niżżilt xi noti biex inwieġeb għal dak li qal, fosthom fejn akkuża lill-Oppożizzjoni li bejn l-1981 u l-1987 hi ma mbarkatx fuq bini għal skop soċjali.", "IIlejla ġibt miegħi l-aħħar rapport ta' l-Awtorita' tad-Djar li kien sar taħt Gvern Laburista maħruġ fl- 1986.", "Minkejja d-diskors li għamel il-Ministru fuq il-plots - u jiena se ngħid dak li fil-fatt sar - meta wieħed jara l-ħidma li wettqet l-Awtorita' tad-Djar, f'paġna 12 isib li mill-1981 sa l-1985 saru kuntratti u konvenji ffirmati għal għoti b'ċens ta' artijiet taħt l-iskema ta' home ownership.", "Jiena se nibda fuq dawn, jiġifieri bejn l-1981 u l-1985 saru 2,236 kuntratt, u 1,558 konvenju li b'kollox iġibu 3,794.", "Imbagħad f'paġna 13 insibu bejgħ ta' postijiet tal-Gvern mill-Awtorita' tad-Djar bejn l-1979 u l-1986.", "Meta wieħed iħares lejn il-perijodu li semma' l-Ministru jiġifieri bejn l-1981 u l-1987 - jiena se nsemmi sa parti biss mis-sena 1986, għax m'hawnx inkluż ta' l-1987 peress li ma laħaqx ħareġ rapport ieħor wara dan mill-istess Gvern - isib li ħarġu 255 appartament u 646 dar f'Malta, 19-il dar u disa' appartamenti f'GĦawdex, jiġifieri b'kollox ħarġu 929.", "Jekk minnhom tneħħi l-100 dar li nbnew fl-1979 issib li fil-perijodu li qed jgħid il-Ministru li l-Gvern ma benix, il-Gvern fil-fatt qassam aktar minn 800 dar u flats, barra l-eluf ta' plots li semmejt.", "Meta wieħed jisma' lill-Ministru jitkellem jibda jaħseb li l-Housing Authority issa bdiet tbigħ, tissussidja u tagħmel skemi, imma fl-istess rapport ta' l-1986 insibu li l-Awtorita' għenet lill-familji u għarajjes biex jixtru kemm djar kif ukoll appartamenti battala ħalli jmorru joqogħdu fihom, kif ukoll ingħataw postijiet tal-Gvern b'kera.", "Fil-fatt il-Ministru għamel aċċenn għal dan għaliex issa għandu skema biex in-nies jixtru fejn ikunu qed joqogħdu.", "Dan qed ngħidu biex nuri li kien Gvern Laburtista li waqqaf l- Awtorita' tad-Djar fl-1976 - taħt Dr. Patrick Holland li ħadem ħafna f'dan il-qasam - u li baqa jħaddimha.", "Il-Gvern Laburista kien waqqaf ħaġa tajba meta waqqaf l-Awtorita' tad-Djar u hija ħaġa tajba li l-Gvern Nazzjonalista żammha mingħajr ma kissirha jew warrabha.", "Issa se nitkellem b'differenza għal dak li qed jiġri llum.", "Fir-rapport ta' l-Awtorita' tad-Djar taħt Gvern Laburista nsibu li din l-għajnuna ngħatat f'forma ta' sussidju fuq il-prezz ta' bejgħ - jiġifieri wkoll ġew sussidjati meta nbigħu - liema sussidju seta' jilħaq il-50% fuq il-prezz oriġinali - jiġifieri inbigħu anke sa nofs prezz - kif ukoll sussidju fuq ir-rata ta' imgħax fuq is-self li seta ttieħed biex jitħallas il-prezz tal-bejgħ.", "GĦamilt sew, Mr Speaker, li ġibt miegħi dan ir-rapport għaliex din l- akkuża diġa' għamilha darb'oħra l-Ministru imma meta għamilha kien wasal biex jispiċċa d-diskors tiegħu.", "Lill-Ministru issa drajtu; jara x'jaħseb li se tgħid l-Oppożizzjoni imbagħad biex jilqa' ruħu minn quddiem juri d- diffikultajiet li hemm u jammetti kemm il-kritika ta' l-Oppożizzjoni verament se tkun fuq fejn hemm id-difetti.", "L-iskop li għandi jien huwa uniku; li nagħmel kritika kostruttiva li minnha joħroġ il-ġid.", "Jiena nixtieq niret lill-pajjiż aħjar milli sibtu, nixtieq li wliedi jirtu lill- pajiż aħjar milli sabuh u nixtieq li wliedhom jirtu lill-pajjiż aħjar milli sabuh - dan huwa l-iskop li għalih jien qiegħed hawnhekk.", "Kont qed ngħid, Mr Speaker, x'għamel Gvern Laburista.", "Gvern Laburista ta wkoll sussidju fuq ir-rata ta' l-imgħax fuq is-self u jkun tajjeb li wieħed ifakkar li l-Gvern Laburista laħaq għamel skema li ma laħaq ħa ebda frott minnha.", "Wara li għamel din l-iskema ta' sussidju għal dawk il-persuni li bnew fuq art tal-Gvern jew xtraw post tal-Gvern - dawn kienu qed jibbenifikaw minn sussidju fuq ir-rata normali ta' 8%; min kien qed iħallas bit-2% u min kien qed iħallas bit-3% - Gvern Laburista fl-aħħar Budget tiegħu daħħal f'din l-iskema wkoll lil dawk li bnew fuq art tal-privat.", "Dan ifisser li Gvern Laburista ħaseb f'dawn in-nies billi daħħalhom fl-iskema ta' sussidju fuq ir-rata ta' l-imgħax tal-Lohombus Corporation.", "Mela b'hekk Gvern Laburista serraħ lil ħafna koppji żgħażagħ u koppji oħrajn li bnew jew xtraw il-post fejn joqogħdu.", "Allaħares ma saritx din l-iskema taħt il-Gvern Laburista.", "Sfortunatament il-Gvern Laburista ma laħaqx gawda minn din l-iskema għax l-effetti tagħha bdew jinħassu wara l-elezzjoni ta' l-1987.", "Per eżempju, jien sabni wieħed Nazzjonalist u qalli ċar u tond li gawda minn din l-iskema għax xtara flat tal-privat.", "Huwa tajjeb li wieħed jitkellem fuq il-kuxjenza tiegħu u dak li hu tajjeb jgħidlu tajjeb u dak li hu ħażin jgħidlu ħażin.", "Barra minn hekk xtaqt ukoll infakkar lill-Ministru f'dawk id-djar u appartamenti li bniet u qassmet l-Awtorita' bejn l-1981 u l-1987.", "Irrid infakkru wkoll li f'paġna 11 tar-rapport ta' l-Awtorita' maħruġ f'Ottubru ta' l-1986 hemm imniżżel li:", "\"Fis-snin li għaddew l-Awtorita' tad-Djar qassmet b'kera postijiet tal- Gvern, l-aktar appartamenti, f'diversi lokalitajiet f'Malta u f'Għawdex.", "Fil-preżent, ħaddiema tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet u oħrajn għaddejjin fuq xogħol ta' bini ġdid u rranġar ta' blokki sħaħ ta' kwartieri li kienu jintużaw sa ftit taż-żmien ilu mis-Servizzi Ingliżi f'Malta ...\".", "- hawnhekk qed infakkar x'għidna fl-1986, jiġifieri disa' snin ilu -", "\"... kif ukoll bit-twaqqiegħ u tiswijiet ta' kerrejiet u bini qadim f'dawn il-lokalitajiet\".", "Aħna dejjem imbarkajna fuq programmi kbar ta' kerrejiet u wieħed għandu fuqhiex jieħu eżempji.", "Per eżempju, għandna l-każ tal-mandraġġ fejn in- nies ma riedu joħorġu b'xejn għax kienu xewxuhom dawk li kienu kontra l- Gvern Laburista.", "Pero' llum il-ġurnata dawn raw kemm verament riedilhom il- ġid il-Gvern Laburista.", "Dan ix-xogħol kien qed isir fil-lokalitajiet li se nsemmi bejn l-1981 u l-1986.", "Fil-Belt kien hawn 64 post, f'Belt il-Ġmiel 22 post, f'Tal-Laqxija, Birkirkara 47 post, fil-Furjana tliet postijiet, fil-Gżira 55 post, fl-Isla 15-il post, fil-Kalkara 11-il post, f'Pembroke, f'St Andrews, St Georges u St Patricks 63, 26, 36, post rispettivament f'Ħal-Qormi 15-il post u f'Tigne' 86 post. Konna qed nirranġaw 443 post u b'kollox kien hawn aktar minn 1,300 unit.", "Qed ngħid dan biex lill- Ministru nġeddidlu l-memorja u nfakkru f'dan ir-rapport.", "Dan għidtu mhux biex noqgħod infakkar dak li sar qabel imma biex dak li hu tajjeb ngħidlu tajjeb.", "Per eżempju, kienet ħaġa tajba li ngħata sussidju lix-xerrejja.", "F'ċerti każi ngħataw Lm55 f'kull Lm100 biex wieħed ikollu fejn joqgħod.", "Dan ir-rapport ma tellajtux miegħi għalxejn għax minbarra n-notamenti li tagħmel trid iġġorr xi dokumenti wkoll.", "Aħna għamilna kulma stajna biex nużaw l-aħjar appartamenti diġa' eżistenti pero' bqajna nibnu, kif qal il- Ministru.", "Bħalma għidt, aħna tajna l-postijiet ta' Tigne', l-Imtarfa - din bdejniha aħna wkoll - Kalafrana u Ħal-Luqa.", "Issa erħilha li qabel il- Partit Nazzjonalista qatt ma qal li se joħroġ lin-nies ta' Tigne' u lil oħrajn anzi meta l-Onor Joe Cassar, li fl-1987 kien Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Housing - jien hawnhekk kont esebejt kopja ta' gazzetta, jidhirli li kienet \"In-Nazzjon\" - kien mar jara dawn il-postijiet tas- Servizzi Ingliżi minflok qal lin-nies li se joħroġhom minn hemmhekk, kien qalilhom li l-postijiet kien se jirranġahomlhom iżjed.", "Hekk kellu jkun illi wieħed ikompli jtejjeb.", "Gvern Laburista ma ħasibx biss għal żmien immedjat imma ħaseb ukoll għal dak li huwa long-term.", "L-ewwel jien għidt li bejn l-Awtorita' tal-lum u l-Awtorita' li twaqqfet fl-1976 hemm differenza għax mill-operat tal-Housing Authority jidher li din illum saret qisha aġenzija kummerċjali pero' fuq dan nitkellem iktar 'il quddiem.", "Minkejja l-fatt li l-Awtorita' tad-Djar tagħti sussidju fid- diversi skemi qed jiġri wkoll li n-nies qed iħossuhom magħfusin għax il- policy ġenerali tal-Gvern Nazzjonalista m'hijiex waħda tajba fejn jidħol il- ħarsien tal-paga tad-dħul ta' l-individwu u tal-familja.", "Ħafna nies qed isibuha iżjed bi tqila li jħallsu kirjiet għoljin.", "Jien mhux qed ngħid dan b'kapriċċ imma għax ikun hemm min jiġi jgħidlek, per eżempju, li għandu jagħti Lm500 lid-Dipartiment ta' l-Artijiet għax ma jiflaħx iħallas il- kera.", "Qed jiġri li lil ċerti nies il-kera tagħhom għolietilhom b'mod illi għax ir-reviżjoni ssir sentejn wara - din qed ngħidha għax tajjeb li nsibu irkaptu tagħha u tajjeb li wieħed jirranġa l-miżuri għaċ-ċirkostanzi tal- lum, qed tgħakkishom.", "Ħalli nsemmi każ wieħed għax m'huwiex possibbli li noqgħod insemmi d-diversi każi kollha li jiġu quddiemi.", "Kien hemm wieħed li ġietu sena tajba fl-overtime u għalhekk bl-overtime b'kollox il- paga telgħetlu mhux ħażin.", "Meta l-Housing Authority għamlet id-dover tagħha, qabdet l-iskema u ħarġet il-figura, dan ma baqax jagħmel overtime u allura ġara li meta kien qed jaqla' ma kienx qed iħallas il-kera relattiva u malli waqaflu d-dħul relattivament qawwi kellu jħallas kera għolja.", "Forsi hawn min jgħid li wieħed irid joqgħod bil-għaqal għax wara l-għaxar snin tat-tgawdija jiġu l-għaxar snin ta' l-għakx bħal ta' l- istorja.", "Wieħed irid jara sewwa għaliex qed jiġri hekk.", "Jiġu nies jgħiduli li qed ikollhom iħallsu l-kera bin-nifs mad-Dipartiment ta' l- Artijiet.", "Din m'hijiex sitwazzjoni sabiħa u huma diversi dawk li qed jiġu jgħiduli hekk.", "Barra minn hekk l-istess qed jiġri rigward is-sussidju tal- Lohombus.", "Qed jiġri li jkun hemm min qiegħed mhux ħażin u jiġi f'ċirkostanzi ħżiena għaliex jieqaflu l-overtime jew ma jkunx għadu jagħmel part-time job u jsib ruħu fl-istess ħaġa, bħalma semmejt diġa' rigward il- kera.", "Għalhekk wieħed irid isib xi forma ta' rimedju għal dan biex id- dipartiment governattiv ikun qed jagħti s-sehem tiegħu u l-inkwilin ma jkunx qed jiġi mgħaffeġ.", "Fid-diskors tiegħu l-Ministru għamel akkuża oħra għax qal li l- Oppożizzjoni tħares biss lejn wiċċ il-problema b'miżuri li ma waslux u bi proposti tal-passat li ma ħadmux.", "Jien nistiednu biex jara sewwa dak li qed tgħid u dak li ntrabtet li tagħmel l-Oppożizzjoni Laburista.", "Per eżempju, fid-dokumenti tiegħu l-Partit Laburista qal li jwaqqaf taqsima li tieħu ħsieb it-tiswija tal-postijiet tal-Gvern.", "Minn hawnhekk aħna bħala Oppożizzjoni għamilna suġġerimenti u kritika kostruttiva sabiex din it- taqsima ssir u fil-fatt saret.", "Allura għaliex ngħidu b'mod ġenerali li l- Oppożizzjoni kellha proposti li ma ħadmux meta dawn huma proposti tajbin?", "Waħda mill-ikbar proposti li għamilna kienet li nagħtu sussidju lil dawk li jikru mingħand il-privat biex postijiet battala jkunu jistgħu jinkrew.", "Din il-proposta ttieħdet ukoll mid-document of policy tal-Partit Laburista, kienet imniżżla fir-rapport tal-Housing Authority ta' qabel dan pero' għalkemm għadha ma twettqitx qiegħda tiġi proposta fir-rapport li qed niddiskutu llum ukoll.", "Huwa tajjeb li wieħed jgħid li għajnuna bħal din kienet titwettaq ħafna snin ilu taħt il-Gvern Laburista.", "Jien immarkajtha fir-rapport tal-Housing Authority li sar fl-1986 u jidhirli li qiegħda fih jew f'xi dokument ieħor li nħareġ fi żmien l-Amministrazzjoni Laburista pero' nixtieq nipprova niftakar il-post fejn sibtha biex il-Ministru jkun jista' jaraha wkoll.", "Minn dak li qal il-Ministru jidher - sabiex nipprova niġbor fil- qosor il-kritika tiegħi għad-diskors tiegħu - li hawn żewġ ammissjonijiet.", "Il-Ministru qal li hawn nies li m'humiex kapaċi jsibu fejn joqgħodu waħedhom u għalhekk qed isir eżerċizzju għalihom.", "Pero' minn dak li se ngħid li qed tagħmel il-Housing Authority ma jidhirx li qed twassal preċiżament għal dan il-għan jiġifieri biex ta' isfel nett jiċċaqilqu.", "L-aħħar punt li rrid ngħid fuq id-diskors tal-Ministru huwa li hu qal li biex il-Housing Authority tkun tista' tagħmel investiment ħolqot skema li biha tagħmel ġustizzja ma' dawn in-nies u jixtru l-appartamenti fejn joqgħodu.", "Issa l-Gvern Laburista diġa' kien qed jagħmlu dan.", "Jien diġa' spjegajt li l-verita' hija li l-Housing Authority iżjed moħħha biex tagħmel investiment milli biex verament taħseb għal dawk li waħedhom ma jistgħux ikollhom fejn joqgħodu.", "Issa wara li għamilt punti ta' kritika għad-diskors tal-bidu tal-Ministru se ngħaddi biex nikkritika r-rapport proprju tas-sena 1994/95 - jiġifieri għal dak li sar f'dawk is-snin - u għall-estimi għas-sena li ġejja.", "Waqt il-kritika kostruttiva tiegħi - kif għandi l-intenzjoni li nagħmel - fuq ħidmet l-Awtorita' tad-Djar, fuq id-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali u fuq il-policy tal-Gvern preżenti kif miġbura f'dan ir-rapport bilfors ikolli inħares lejn almenu - biex ma mmurx 'il bogħod - l-aħħar żewġ rapporti ta' qabel dan, jiġifieri dawk tas-snin 1992/1993 u tas-snin 1993/94 peress li l-Ministru għamel riferenza għalihom.", "Se nagħmel dan biex wieħed jislet tabilħaqq x'kien intrabat li jagħmel dan il-Gvern matul l-aħħar tliet snin li għaddew u jekk dak li ntrabat li jagħmel għamlux.", "Nixtieq infakkar ukoll - apparti l-ġid kbir li għamlu Gvernijiet Laburisti fil-qasam tal-housing soċjali - dak li beħsiebu jwettaq Gvern Laburista ġdid pero' dan nitkellem dwaru aktar tard.", "Jien se nibda billi nsemmi n-nefqa kapitali li saret mill-Awtorita' tad- Djar matul l-aħħar tliet snin.", "Għas-sena 1992/1993 l-Awtorita' qalet li se tonfoq Lm2,525,000 u nefqet biss Lm771,376.", "Mela dan ifisser li nefqet inqas milli nefqet fis-sena 1991/1992 meta nefqet Lm1,106,739.", "Fin-nefqa kapitali għas-sena 1992/1993 l-Gvern mar żmerċ u ma nefaqx is-somma ta' Lm1,753,624 fil-qasam soċjali tal-housing li huwa tant importanti .", "Ħalli nagħti ftit dettall li joħroġ minn dawn ir-rapporti.", "Għas-sena 1992/1993 ġiet ivvotata s-somma ta' Lm60,000 għal proġett ta' bini li jiffranka l- enerġija u ma ntnefaq minnu xejn.", "Għas-sena 1993/1994 reġa' ġie vvotat l- istess ammont u minnu ntnefqu biss Lm16,714.", "Reġa' ġie vvotat l-istess ammont ta' flus għas-sena 1994/1995 u minnu ma ntnefaq xejn lanqas.", "Jien nixtieq nistaqsi fiex wasal illum dan il-proġett wara dan iż-żmien kollu u wara li l-flus għalih ġew ivvotati tliet darbiet.", "Dan ifisser li s- Lm16,714 kienu biżżejjed biex dan isir u jitmexxa?", "Ta' min jara x'riżultat jista' joffri f'pajjiżna dan il-proġett.", "Mela għal diversi snin ġew ivvotati flus għall-istess proġett u m'għadx għandna riżultat finali tiegħu.", "Fis-sena 1992/1993 għal programm ta' bini ta' appartamenti u djar ġiet ivvotata s-somma ta' Lm1 miljun waqt li ntnefqu biss Lm418,417.", "Dan ifisser li l-Awtorita' marret żmerċ b'aktar minn Lm0.5 miljun u ma nefqitx Lm581,583.", "Ara kemm dan il-programm ta' bini ta' appartamenti u djar intefa lura!", "Rigward il-proġett ta' belt ġdida fl-Imtarfa li bdiha Gvern Laburista, għas-sena 1992/1993 l-Gvern Nazzjonalista kien ivvota Lm1,341,000 u nefaq biss Lm342,277.", "Din is-somma kważi hija Lm1 miljun inqas mill-istima - ma nafx kemm tista' tmur żmerċ b'aktar minn hekk - u ma ntnefqitx is-somma ta' Lm998,723.", "Ara kemm il-Gvern tefa' l-ħidma lura!", "Jien qed nikkwota dawn il-figuri mir-rapporti ta' l-istess Awtorita' tad-Djar biex nuri li l- ammonti ta' flus li kellhom jintnefqu u ma ntnefqux fil-programm ta' bini ta' appartamenti u djar ifisser li dan il-programm intefa' lura ħafna, ħafna drabi anke bin-nofs.", "Bħala nefqa kapitali għas-sena 1993/1994 l-Awtorita' vvotat is-somma ta' Lm4,201,000 u nefqet biss Lm1,994,174.", "Jiġifieri hawn reġgħet marret żmerċ ukoll, din id-darba b'aktar mis-sena ta' qabel għax marret żmerċ bis-somma ta' Lm2,206,826.", "Biex inqassar nislet żewġ eżempji importanti.", "Dwar il- programm ta' bini ta' appartamenti u djar l-Awtorita' qalet li se tonfoq Lm1.5 miljun u nefqet biss Lm723,760; marret żmerċ hawn ukoll b'aktar min- nofs għax ma nefqitx Lm776,240.", "Rigward il-proġett tal-belt fl-Imtarfa qalet li se tonfoq Lm2 miljun u nefqet Lm1,088,770, kważi n-nofs ta' dak li kienet stmat.", "Mela s'issa wrejt lill-Kamra u lill-poplu illi l-Awtorita' tad-Djar stmat mod u fil-fatt ir-riżultat juri li għamlet mod ieħor, skond dan li qed nikkwota minn dawn ir-rapporti ta' l-Awtorita'.", "Issa ħalli naraw jekk għamlitx l-istess għas-sena 1994/1995, x'se tagħmel għas-sena 1995/1996 u kemm għandna nemmnu fil-mira tagħha jew le.", "S'issa rajna li ma mxietx bir-ritmu li wiegħdet li se timxi meta ilha tmien snin taħt dan il-Gvern.", "S'intendi wieħed irid ifakkar illi l-Awtorita' tad- Djar, bħalma għidt diġa', twaqqfet mill-Gvern Laburista fl-1976.", "Dan il- Gvern ma setax ineħħiha għalkemm biddlilha kważi r-role kollu tagħha.", "GĦas- sena 1994/1995 fin-nefqa kapitali kien stima li se jonfoq is-somma ta' Lm5,233,000.", "L-Awtorita' kemm nefqet fil-fatt?", "Nefqet Lm3,228,007, jiġifieri ma nefqitx b'Lm2,004,993.", "Mela permezz tal-Housing Authority kull sena l-Gvern jgħolli ċ-ċifra tas-somom li jivvota biex jonfoq u kull sena jmur żmerċ fihom.", "Anke din is-sena l-ħidma f'dan il-qasam tant importanti tal-housing ma mxietx kemm kienet ippjanata u programmata li timxi.", "Nikkwota wkoll li għas-sena 1994/1995 il-Gvern qal li tant se jaħdem li se jonfoq is-somma ta' Lm2.5 miljun fil-programm tal-bini ta' appartamenti u djar ġodda, mentri mar żmerċ hawnhekk ukoll u nefaq Lm1,747,087.", "M'għamilx ix-xogħol li kellu jagħmel għax ma nefaqx Lm752,913, il-bqija tas-somma.", "Naturalment dan tefa' ħidmet l-Awtorita' lura.", "L-istess nista' ngħid għall-proġett ta' l-Imtarfa.", "Għas-sena 1994/1995 il-Gvern qal li se jaħdem ħafna u li se jonfoq Lm2 miljun u fil- fatt nefaq Lm942 ,059.", "Jiġifieri hawnhekk mar żmerċ ukoll b'aktar min- nofs, cioe b'Lm1,057,941.", "Dak li għadni kemm għidt kien jirriferi għan- nefqa kapitali.", "Issa niġi għan-nefqa soċjali f'sussidji.", "Jien qed nikkritika bl-aktar mod kostruttiv u qed nikkwota mill-aħħar tliet rapporti ta' l-Awtorita' tad- Djar biex nuri x'għamlet u x'suppost għamlet fl-aħħar tliet snin.", "Il-Gvern tgħidx kemm ilu jonfoħ din il-bużżieqa ta' nefqa soċjali f'sussidji meta m'għandux għalfejn.", "Gvern Laburista ta miljuni ta' liri f'sussidji b'ħafna skemi differenti kemm lil min kera, kemm lil min xtara u kemm lil min bena tal-Gvern u tal-privat.", "Fin-nefqa soċjali f'sussidji nsibu illi fis-sena 1992/1993 il-Gvern nefaq Lm3,212,213 waqt li għas-sena 1993/1994 stima li se jonfoq Lm3,098,000 u nefaq Lm2,676,755.", "Għas-sena 1994/1995 qal li se jonfoq f'sussidji b'Lm2,847,000 - inqas mill-istima tas-sena 1993/1994 - u nefaq Lm1,797,663.", "Mela mar żmerċ b'aktar minn Lml miljun hawnhekk ukoll.", "Tajjeb hawnhekk wieħed jara wkoll in-nefqa soċjali f'sussidji u jara kemm il-Gvern u l-Awtorita' tad-Djar marru żmerċ f'kull item illi vvotaw.", "Għalhekk hawnhekk irrid nikkwota min-nefqa soċjali f'sussidji.", "Il-Gvern fl- items kollha nefaq f'sussidji ferm u ferm inqas minn dak li qal li se jagħti barra f'wieħed minnhom, is-sussidju lil sidien ta' postijiet ġodda.", "Filwaqt illi vvota Lm600,000 għas-sena 1994/1995 f'sussidji diretti lil dawk illi ngħataw plots fil-ħarġiet ta' l-HOS huwa nefaq Lm452,865.", "Sussidji lill-inkwilini ta' postijiet tal-Gvern qal li se jonfoq Lm537,000 u nefaq Lm149,176; sussidji fuq fidi ta' ċnus qal li se jonfoq Lm142,000 u nefaq Lm72,867; sussidji fuq ħlas ta' ċnus qal li se jonfoq Lm73,000 u nefaq Lm60,747; sussidji fuq kera lill-inkwilini tas-settur privat - li tkellimt diġa' fuqha fis-sens illi din l-iskema kien diġa' għamilha l- Ministru fir-rapport preċedenti u ma ħaddimhiex - fir-rapport jintqal illi għas-sena 1994/1995 ivvota Lm100,000 u fil-fatt ma nefaq xejn minnhom.", "Jiġifieri qagħad jagħmel ħafna propaganda u fil-fatt baqa' ma ta xejn.", "L- istess rigward sussidju għall-inkwilini tas-settur privat biex jixtru darhom: Wiegħed li se jissussidja lill-inkwilini b'Lm135,000 u kulma ssussidja kienu b'Lm1,600.", "Fir-rigward tas-sussidju lill-inkwilini tas- settur privat biex jagħmlu tiswijiet fil-fond fejn joqogħdu wiegħed illi se jagħti sussidju ta' Lm150,000 mentri ta' Lm35,116.", "Fil-każ ta' sussidji fuq l-imgħaxijiet ta' self mill-Lohombus, peress illi n-nies daħlu wkoll f'rati ogħla, flok ħareġ is-somma ta' Lm300,000 kif kien qal ħareġ xi ħaġa fuq Lm183,139.", "Hawnhekk jien nistaqsi x'kienet ir-raġuni li hawn din id- diskrepanza kollha fin-nefqa soċjali f'sussidji.", "Jidher illi s-ceilings ta' l-iskemi m'humiex qed jirriflettu iċ-ċirkostanzi tal-ħajja tal-lum.", "Dawn għandhom jiġu rranġati għaliex inkella se jbatu ħafna nies.", "Ikkwotajt dawn iċ-ċifri kollha - u mhux qed nieħu pjaċir nikkwotahom - biex nuri fir- realta' x'qiegħed jiġri, kemm f'dawn l-aħħar tliet snin il-programm ta' bini u sussidji tħalla lura minn min huwa responsabbli; ċioe' il-Gvern, l- Awtorita' tad-Djar u anke mid-Dipartiment ta' l-Akkomodazzjoni Soċjali.", "Mela fl-aħħar tliet snin fin-nefqa kapitali l-Gvern qal li se jonfoq Lm11,959,000 u fil-fatt nefaq Lm5,993,557, jiġifieri ma nefaqx Lm5,965,443.", "Mr Speaker, jien qgħadt nieħu din il-biċċa xogħol naħdem dawn iċ-ċifri kollha minn fuq dawn it-tliet rapporti biex nuri li l-Gvern matul dawn l- aħħar tliet snin ma nefaqx b'aktar min-nofs li wiegħed.", "Dan ifisser li laqat ħażin ferm il-programm ta' bini tad-djar soċjali u l-belt ta' l- Imtarfa li forsi sal-lum kienet tkun lesta.", "Kieku bil-miljuni ta' liri li kien hemm ivvotati saret ħidma qawwija fuq il-belt ta' l-Imtarfa kieku din tlestiet.", "Għalhekk m'għandniex għalfejn niskantaw li l-Gvern qal li se jagħmel skema biex biha jiġu rranġati djar substandard li se tiswieh iktar minn Lm2 miljun.", "Huwa meħtieġ illi jkun hemm skemi fejn id-djar substandard jiġu megħjunin u dawk li huma fil-periklu misshom ilhom li saru.", "Parti minn din l-iskema li tidħol fi skemi oħra - għaliex partijiet ta' skemi oħrajn imissu din l-iskema wkoll - f'dawk li huma sussidji suppost illi kien baqa' flus għaliha ladarba kien hemm miljuni ta' liri f'sussidji li baqgħu ma ntnefqux fis-snin ta' qabel meta għandna tant nies li veru ma jifilħux la jibnu u lanqas jixtru u meta veru għad għandna nies illi għandhom bżonn l-għajnuna ta' l-Awtorita' tad-Djar għax waħedhom m'humiex kapaċi jimxu.", "Jien nixtieq li ma kien baqa' lanqas wieħed biss illi jrid jaqa' fuq il-Gvern.", "Imma issa huwa importanti illi waqt li anke l-Gvern jammetti - bir-raġun ikollu jammetti - illi hawn ħafna li waħedhom ma jifilħux jaslu, irridu naraw verament dak li qed jagħmel il-Gvern jew l- Awtorita' tad-Djar.", "Il-Gvern missu ilu li rah dan għax issa l-Partit Nazzjonalista ilu tmien snin fil-gvern.", "Ta' min ifakkar illi waqt illi fi żmien Gvern Laburista kien hemm lista ta' xi 2,700 applikazzjoni pendenti, taħt Gvern Nazzjonalista, mill-1987 'l hawn, għamlu żmien sa sentejn, tliet snin ilu illi telgħu għal xi 11,000 applikazzjoni quddiem id-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali, skond ma kien jgħidilna anke l-istess Ministru.", "Sar sewwa illi dawn ġew reshuffled u rranġati, tqassmu f'sezzjonijiet, iddaħħlu ġol-kompjuter u minn hemm irriżulta illi kien hemm xi 2,000 biss għar-raġuni li ħafna mill-applikazzjonijiet kienu dupplikati, tripplikati u naħseb anke għal għaxar darbiet biex telgħu għal 11,000 applikazzjoni, skond ma qalilna l-Gvern.", "Issa ġara illi minn sentejn 'l hawn dawn l-applikazzjonijiet baqgħu telgħin u nitkellem iktar 'il quddiem dwarhom sabiex jien inkompli nagħti xi ftit figuri oħra biex nuri d- differenzi illi hemm bejn dak li vvota l-Gvern u dak illi fir-realta' nefaq għaliex hawn mar assolutament żmerċ.", "Dawn il-figuri qed insemmihom għaliex jikxfu lill-Gvern kemm tefa' l-programm lura.", "Fin-nefqa rikorrenti għas-sena 1994/1995 insibu li ġew ivvotati Lm5,551,000 u ntnefqu Lm4,512,275.", "Hawnhekk jidher li dan ġara l-iżjed għax ma sarx ħlas ta' Lm1 miljun tal-VAT minħabba li ma sarx biżżejjed bini ta' djar u appartamenti li xorta huwa ħażin għax dan il-bini messu sar.", "Issa meta niġu għall-Vot tad-dħul minn bejgħ ta' proprjeta' tal-Gvern għas-sena 1994/1995, l-Awtorita' tad-Djar stmat li se ddaħħal Lm3,350,000 waqt li daħħlet Lm2,696,684.", "Jidher li mar żmerċ ħafna wkoll fil-bejgħ ta' appartamenti ġodda u fil-bejgħ ta' postijiet tal-Gvern lill-inkwilini taħt id-diversi skemi ta' l-Awtorita', anke fil-fidi taċ-ċens u f'bejgħ ta' bċejjeċ ta' art.", "Insemmi l-aħħar Vot biex almenu nkun lestejt minn ħafna numri.", "Jiddispjaċini għal min ikun qed jisma' li kellu jisma' ħafna numri, pero' ma stajtx ma nagħmilx hekk għax m'huwiex sew li nonqos mid-dover tiegħi u ma nagħmilx din il-kritika kostruttiva tiegħi proprjament fuq figuri mxandrin mill-istess Gvern u mill-istess Awtorita' tad-Djar fir-rapporti tagħha.", "L-aħħar Vot huwa dak tad-dħul.", "Il-Gvern qal li se jdaħħal Lm9,181,000 waqt li daħħal Lm4,461,261.", "Dan jidher li ġara għaliex l- Awtorita' tad-Djar stmat li se takkwista Lm5,831,000 self għat-twettiq tal- programm tagħha, speċjalment tal-bini tad-djar u għall-belt ta' l-Imtarfa, u minflok akkwistat self ta' Lm1,608,689.", "Ladarba l-Gvern tal-lum ġab lill- Housing Authority b'role qisha ta' aġenzija kummerċjali privata li tibni biex tbigħ u taqla' l-flus, tiskanta kif ma ħax ħsieb jonfoq il-flus allokati għal dan il-għan u s-self imsemmi għat-twettieq tal-programm!", "Mill-figuri li rajna żgur li nikkonkludu illi jew il-Gvern flimkien ma' l- Awtorita' huma ineffiċjenti bil-kbir għax ibassru somom kbar ta' flus imbagħad jonfqu ferm u ferm inqas fil-qasam soċjali tal-housing, f' bini ta' appartamenti, djar u sussidji, jew inkella jagħmel dan biex iqarraq, cioe' biex jagħti l-impressjoni li se jwettaq ħidma kbira u mbagħad fil- fatt ma jwettaqhiex.", "Issa l-Gvern Nazzjonalista ntebaħ li qiegħed lura, tatu rasu u għolla l-figuri għas-sena 1995/1996 fir-rapport li għadu kemm ippreżentalna.", "Issa se nemmnuh li dak li jwiegħed se jwettqu?", "Huwa kredibbli?", "Kif jista' jkun!", "Lil min tafu m'għandekx għalfejn tistaqsi għalih!", "Iżda tabilħaqq riesqa l-elezzjoni u nuri kif saru l-graphs fl- aħħar rapport tal-Housing Authority, kollox immirat għall-elezzjonijiet.", "Pero' meta niġu biex naraw x'wettaq matul is-sena 1994/1995 fir-rapport li tana nsibu l-kxif tal-faqar tal-ħidma li l-Awtorita' qalet li qiegħda twettaq.", "Mr Speaker, barra dak li diġa' għidt u l-biċċa xogħol li ħadt biex noqgħod nagħmel dawk il-paraguni kollha tal-figuri bl-intenzjoni li nuri kemm il-Gvern u l-Awtorita' wiegħdu li se jagħmlu programm ferm ikbar minn hekk u dan ma wettquhx, se niġi issa biex ngħid dwar il-programm ta' bini, jiġifieri kemm fil-fatt bniet u qassmet l-Awtorita'.", "Fl-estimi tar-rapport tas-sena l-oħra nsibu illi kulma ngħataw b'kera kienu fondi li kienu diġa' għand id-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali, cioe' 262.", "Fl-estimi għas-sena 1995/1996 qalulna li fis-sena 1994/1995 d-Dipartiment għall- Akkomodazzjoni Soċjali mill-postijiet li tbattlu alloka 262 fond b'kera.", "Issa meta nħarsu lejn l-estimi tas-sena ta' qabel insibu li fis-sena 1994/1995 id-Dipartiment alloka 396 fond b'kera.", "Jiġifieri din is-sena li qegħdin fiha l-Gvern alloka inqas fondi u inqas appartamenti milli alloka s- sena ta' qabel u hawnhekk qed nikkwota eżatt miż-żewġ rapporti.", "Fl- opinjoni tiegħi dan juri li inqas nies li joqogħdu f'postijiet tal-Gvern tħajru li joħorġu minnhom wisq probabbli għaliex qegħdin isibuha iżjed diffiċli li jagħmlu dan, fosthom minħabba nuqqas ta' għajnuna sabiex imorru f'post ieħor, minħabba l-għoli tal-ħajja u anke minħabba l-VAT li nfakkar li Gvern Laburista malli jitla' f'din l-Elezzjoni ineħħiha.", "Il-fatt li d- Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali din is-sena ta b'aktar minn 100 post inqas mis-sena ta' qabel juri li ma tbattlux appartamenti daqskemm tbattlu s-sena ta' qabel.", "X'inhi r-raġuni li ma tbattlux daqshekk appartamenti?", "GĦaliex l-inkwilini tal-Gvern ma għollewx l-istandard of living tagħhom b'mod li jkunu jistgħu jixtru post jew jibnu post ieħor?", "U mhux imbilli wieħed jgħid le, għaliex huma diversi r-raġunijiet imma fosthom hemm din.", "Il-Ministru fil-bidu tad-diskors tiegħu qal li se jilqa' ruħu minn qabel għal dak li ħaseb li aħna ta' l-Oppożizzjoni se ngħidu, imma jiena naf nagħmel hekk ukoll fuq kull paragrafu li hemm fir-rapport jew fuq dak li jista' jgħid għaliex wara dan iż-żmien kollu issa drajtu.", "Jekk il-Gvern se jgħid li dawn ma telqux minn dawn il-postijiet għaliex kellhom l-intenzjoni li jixtru l-post fejn joqogħdu - għaliex min joqgħod f'post b'kera kemm tal- Gvern kif ukoll tal-privat jista' jitħajjar jixtrih imma jrid jistenna s- snin - jien ngħid li l-inkwilini tal-Gvern ġralhom oħra.", "Ħafna minnhom qegħdin jaraw il-kirjiet ta' oħrajn li qegħdin isiru mijiet, minn ¥100 jew ¥200 għal ¥400 u ¥480, u allura jgħidu li aħjar jixtru l-post.", "Jiena m'hux se nistħi ngħid li kieku jien noqgħod fi flat tal-Gvern u l-Gvern jagħmilli kera ta' ¥480 jew ¥500 u qabel kelli kera li kienet anke erba' darbiet anqas, allura jaqbilli li l-post nixtrih jekk inti se tagħmel skema li verament taqbel għall-inkwilini.", "Jiena nieħu gost nisma' lill-Ministru fil-ħin allokat għalih iweġibni għal dan.", "Wieħed jara li l-postijiet ġodda li ħarġet l-Awtorita' tad-Djar f'dawn l- aħħar tliet snin ħarġithom kollha għall-bejgħ u fosthom kien hemm appartamenti li ħarġu bl-offerti.", "Il-Gvern qed jonfoħ ħafna biex jagħmel propaganda kbira u biex jidher li qed jaħdem ħafna mentri r-rapporti tiegħu stess jikxfuh.", "Infatti l-aħħar tliet rapporti tal-Housing Authority juru li dak li bniet fl-aħħar tliet snin ħarġitu kollu għall-bejgħ u ma ħarġet l- ebda post ġdid għall-kiri.", "Dawn il-figuri qegħdin fir-rapporti ta' l- Awtorita' tad-Djar għalkemm ma ħarġitx xi numru li jqawwi l-qalb lil xi ħadd, anke meta tħares lejn x'ħarġet għall-bejgħ.", "Fl-1983 ħarġet biss 51 appartament b'xiri li applikaw għalihom 450 ruħ, fl-1994 ħarġet 45 appartament b'xiri fl-Imsida u 40 dar b'xiri fl-Imtarfa li għalihom applikaw 358 ruħ u minkejja li fir-rapport kienet qalet li fl-1994 se toħroġ il-maisonettes dawn ma ħaġithomx qabel din is-sena.", "B'kollox, bejn maisonettes, djar u appartamenti, ħarġet 259 unit li għalihom applikaw 1,316-il ruħ.", "GĦalkemm dawn il-figuri mhux kollha qegħdin fir-rapporti, speċjalment fl-aħħar wieħed fejn m'hemmx kemm kien hemm applikanti, jien ħadt ħsieb li għal din is-seduta tal-lejla nġib ukoll in-numru ta' applikanti li kien hemm għall-aħħar ħarġiet li ma laħaqx ġie pubblikat għaliex is-sejħa għall-applikazzjonijiet kienet għadha miftuħa meta r- rapport ġie pprintjat.", "Mela l-units ġodda li qassmet l-Awtorita' tad-Djar fi tliet snin kienu 395 li għalihom kien hemm 2,124 applikazzjoni.", "Issa jiena nifhem li fosthom ikun hemm applikazzjonijiet li jkunu ta' l-istess nies, jiġifieri jista' jkun li jkunu applikaw fl-1993 u fl-1994 ukoll.", "GĦalfejn qed ngħid dan, Mr Speaker?", "GĦaliex Alla jbieriek il-Ministru fil-bidu tad-diskors tiegħu qagħad jgħid li bejn l-1981 u l-1985/1987 aħna waqafna mill-bini u jien qed nurih x'ħarġet bħala postijiet ġodda l-Housing Authority fi tliet snin skond dawn ir-rapporti.", "Issa jekk għandu xi figuri oħra li m'humiex fir-rapporti jista' jgħidhom.", "Jiena m'hux qed ngħid għal dawk li qegħdin jinbnew għaliex il-Ministru kull darba jgħid li telgħin \"hekk\" u telgħin \"hekk\" u wkoll għaliex anke b'dak kollu li telgħin xorta se jkun għadu 'l bogħod.", "GĦalhekk jeħtieġ li jittieħdu miżuri kbar biex insibu tarf ta' kif se nagħmlu użu reali minn dawk il-postijiet battala għaliex jekk ma tinstabx is-sistema proprja għaċ-ċirkostanzi tal-lum, jekk mhux se nsibu kif inħajru lill-privat li jikri dawn il-postijiet il- problema tkompli tikber.", "Il-Ministru diġa' ċeda l-armi u qal li mhux se jkun possibbli li l-Gvern isolvi l-problema waħdu.", "Dan huwa minnu.", "Gvern waħdu qatt ma jista' jkun kapaċi li jsolvi xi problema waħdu imma biex il- privat jgħinek l-ewwel irid ikollu fiduċja fik u trid tagħmillu l-miżuri adegwati sabiex tkun tista' tħajru għaliex hija verament ta' ħasra li għandna dan il-bini kollu li huwa vojt.", "Bħalma għidt fil-bidu, ir-rwol tal-Housing Authority dan il-Gvern biddlu mill-irwol li kellha taħt Gvern Laburista.", "GĦaliex?", "Huwa veru li llum saret iżjed kummerċjali u l-Ministru jgħidilna li meta l-units joħorġu bl- offerti, dawn joħorġu biex il-flus li jinġabru jmorru għal skopijiet oħra fil-housing imma mbagħad insibu li lanqas dak li l-Gvern qed iwiegħed għall- programm ta' bini u sussidju ma jkun qiegħed iwettqu.", "Hawnhekk qegħdin naraw li kulma ħarġet f'dawn it-tliet snin il-Housing Authority kienu b'xiri u wħud minnhom bl-offerti wkoll, imma żgur li dawn mhumiex għal dawk li la jifilħu jibnu, la jifilħu jixtru u lanqas jifilħu jħallsu kera għolja.", "Mela x'qiegħda tagħmel il-Housing Authority għal dawn it-tip ta' nies?", "X'qed jagħmel id-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali għal dawn in-nies?", "X'qed jagħmel il-Gvern bil-policies ġenerali tiegħu sabiex lil min qiegħed isfel nett itellgħu?", "Jidher li kulma qed jiġri huwa li dawk t'isfel nett se jibqgħu fil-qiegħ.", "L-affarijiet aktar huma mmirati għal dawk li qegħdin min-nofs 'il fuq milli lejn dawk li qegħdin 'l isfel.", "Ngħid ukoll li llum anke nies li qabel kienu jissejħu tal-klassi medja, biex ngħid hekk, lanqas jistgħu jaffordjaw li jkollhom kera għolja ħafna jew li jibnu jew jixtru.", "Wieħed irid jara anke t-twaqqigħ tal-kerrejiet, jekk dan huwiex miexi skond il-programm jew inkella huwiex kollox immirat għall-elezzjoni bħalma ġara, kif diġa' għidt, fl-1992.", "Jekk wieħed jikkonsulta l-graph li hawn, isib li fl-1991/92 l-bini u l-kirjiet għolew f'daqqa.", "Dan bħalma ammetta miegħi l-ex-Ministru George Hyzler wara diversi mistoqsijet parlamentari li għamiltlu li kien veru li Gvern Nazzjonalista ta ċ-ċwievet u għamel il- kuntratti s-Sibt, lejliet l-elezzjoni ta' l-1992, anke ta' postijiet li kienu għandhom lanqas inbnew.", "Dawn kont anke ppreżentajt id-dokumenti fuqhom.", "Jiġifieri ara x'mistħija u x'diżonesta'!", "Tagħti ċ-ċwievet ta' postijiet li lanqas kienu nbnew!", "Minn dan irid jistħi l-Onor.", "Asciak.", "Huwa minnu li l-Awtorita' għandha tkun ażjenda li tagħmel dak kollu possibbli biex ikollha l-flus sabiex tkun tista' twettaq il-programmi tagħha imma irridu niftakru li kull min jagħmel id-dejn - jagħmlu min jagħmlu, individwu, awtorita' jew korporazzjoni - dan id-dejn irid iħallsu.", "GĦalhekk l-Awtorita' għandha toqgħod attenta u meta tissellef għandha ssib l-aħjar skemi u sorsi ġodda minn fejn tista' tissellef b'rati inqas ta' imgħax.", "Wieħed għandu joqgħod attent ukoll fl-infiq li jkun qiegħed jagħmel.", "Anke l-Gvern għandu joqgħod attent li ma jberbaqx flus għas-safar fejn jintnefqu eluf kbar ta' liri biex imbagħad inħallu lil min jittewweb għaliex ma jkollux post fejn joqgħod.", "Il-Ministru Censu Galea laqa' ruħu wkoll - u nagħtih mitt raġun li jilqa' ruħu minn qabel minħabba n-nuqqasijiet kbar u naħseb li huwa wkoll qed jintebaħ .........", "(Interruzzjonijiet) J'Alla jkun hekk.", "Jien hekk nixtieq.", "Jien nixtieq li l-pajjiż ikollu riżultati tajbin.", "Dan hu li qiegħed ngħid għax jien ma niftaħar b'xejn.", "J'Alla l-pajjiż ikollu riżultati aħjar.", "Issa l-Partit Nazzjonalista ilu tmien snin fil-gvern.", "Dawn kienu jgħajruna li kien hemm xi 2,700 applikazzjoni pendenti fi żmien il-Labour fl-1987 li fil-fatt fi żmien il-Gvern Nazzjonalista telgħu għal 11,000 imbagħad xi sentejn u nofs ilu saret reshuffle ta' din il-lista u qalulna li kulma kien hemm xi 2,000 applikazzjoni pendenti.", "U Alla jbierek issa qegħdin insibu li din il-lista ta' applikanti għal post alternattiv reġgħat refgħat rasa 'l fuq u tiela' b'rata mgħaġġla!", "Hawnhekk se nikkwota mill-mistoqsija prlamentari nru 26943 li jien għamilt lill-Ministru Censu Galea u b'risposta qalli li fi Frar ta' l-1995 kien hemm 3,544 applikazzjoni.", "Din il-figura baqgħet tiela' f'Marzu fejn telgħat għal 3,615, baqgħet tiela' f'April fejn telgħat għal 3,638 u baqgħet tiela' f'Mejju fejn telgħat għal 3,732.", "L-għadd ta' nies li baqgħu japplikaw kull xahar għal post alternattiv quddiem id-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali jidher li baqa' jiżdied u resqin lejn l-4,000 applikant, jiġifieri kważi d-doppju ta' dawk li qalulna li kien hemm wara li għamlu aġġustament fil-lista.", "Issa m'hemmx skużi li dawn huma duplikati, triplikati jew kwadruplikati għaliex hemm il- computer pero' mhux veru li dan in-numru lill-Gvern qed iniggżu.", "Ma jidhirx li qed jinkwetah għaliex mhuwiex jimxi bis-serjeta'.", "GĦaliex kieku veru kien kuxjenzjuż u jara dawn l-applikazzjonijiet kollha telgħin, kieku jieħu miżuri ferm iżjed minn dawk li qiegħed jipproponi li jieħu.", "Il-fatt li dan in-numru huwa tiela' huwa riżultat tan-nuqqas ta' ħidma li wettaq meta ppjana dak li se jwettaq u li fil-fatt ma wettaqx.", "Jiġifieri dawn il- flus li bihom kellu jsir il-programm - u allura kieku l-ispiża tagħhom kienet tkun ferm inqas mil-lum għaliex illum il-Gvern bilfors qed ikollu jgħolli l-ispiża għaliex l-affarijiet baqgħu jogħlew, il-materjal baqa' jogħla u l-istess il-kuntratti ....", "Li ġara huwa li l-Gvern mingħalih se jimxi b'ritmu u fil-fatt mhu miexi b'ritmu xejn tajjeb għaliex li qed jiġri huwa li tant l-affarijiet u l-materjal għolew li bilfors kull awtorita' u kull korporazzjoni trid tgħolli l-figuri tagħha.", "Meta wieħed jara x'hemm f'dawn il-figuri ta' l-applikanti jsib din il-lista.", "Jekk nieħdu Frar 1995 naraw li hemm 3,544 applikant u minn dawn hemm fuq 500 li l-post tagħhom huwa fi stat perikoluż.", "Jiġifieri kif jista' jkun imbagħad il- Ministru jiġi hawn u ma jgħidx li aħna rridu nagħmlu xi ħaġa għal dawk li għandhom post fi stat perikoluż?", "Kif jista' jkun inġerrħuha li wara li l- Partit Nazzjonalista li ftaħar tant li se jagħmel il-mirakli meta kien fl- Oppożizzjoni u li issa ilu tmien snin fil-gvern li fi Frar kellna fuq 500 ruħ li l-post tagħhom kien fi stat perikoluż?", "Naturalment minn Frar 'l hawn dawn żdiedu u dan barra li hemm oħrajn li naturalment ma applikawx.", "Mela l-problema hija akbar.", "L-istess meta niġu għal dawk li għandhom postijiet substandard.", "F'din il- lista hemm aktar minn 660 ruħ li għandhom il-post tagħhom substandard.", "Nerġa' ngħid dawn huma nies li marru quddiem id-dipartiment għaliex meta wieħed imur għand in-nies jara x'għad baqa'.", "U l-Ministru qal li għad baqa'.", "Ma jistax ma jgħidx hekk għaliex jaf li aħna se ngħidu hekk u jaf li se ngħidulu l-verita' .", "Hemm fuq 600 oħra li għandhom raġunijiet mediċi, barra l-għarajjes u barra koppji separati.", "Mela fil-qasam tal- housing għandna sitwazzjoni li verament hija mwiegħra u jeħtieġ li jkun hemm mutur qawwi sabiex din il-problema titrażżan bis-serjeta'.", "Illum il- ġurnata f'dik il-lista għanda 153 li huma separati.", "Dawn il- figuri li semmejt huma meħudin mill-istess rapporti tal-Gvern.", "M'hawnx figura li ma ħadtiex minn xi rapport tal-Gvern għaliex kull rapport li stajt nieħu xi figura minnu flejtu.", "Issa x'inhu jagħmel il-Gvern għal dawn?", "Hu qalilna x'qed jagħmel għalihom bl-estimi ta' l-Awtorita' tad-Djar.", "Imma miexi fit- triq it-tajba jew le ladarba għad hemm dawn ir-riżultati diżastrużi?", "Mr Speaker, jiena tajt ħarsa lejn dak li qal li l-Gvern kien qed jgħid li se jwettaq fit-tliet snin li għaddew u qabbiltu ma' dak li fir-realta' wettaq.", "Minn dan wieħed jista' jara kemm kienet kbira id-differenza.", "Jiena semmejt ukoll in-numru ta' dawk li applikaw taħt l-iskema tax-xiri u meta inti jkollok dak in-numru ta' nies li qed japplikaw għall-postijiet b'xiri u anke bejgħ b'offerti - anzi jien ngħid speċjalment fejn jidħol bejgħ bl-offerti - wieħed irid jara eżatt xi jkun qed isir verament bi flus il-poplu u xi jkun qed isir mis-sussidju li l-inkwilin ikun qed jieħu mingħand l-Awtorita' tad-Djar.", "Aħna għandna nkunu kuxjenzjużi, serji u responsabbli biżżejjed li dak li hu tal-poplu nibżgħu għalih.", "Jiena għidt li kollox huwa ppjanat għall-elezzjonijet u jekk naraw il- figuri li għandna fir-rapport insibu li għal qabel l-elezzjoni ta' l-1992, il-Gvern bena 435 post u kienu applikaw għalihom 1,408.", "Imbagħad għas-snin 1993, 1994 u 1995 l-affarijiet reġgħu bdew neżlin.", "Issa għaliex riesqa l- elezzjoni, qegħdin naraw il-graph terġa' titla u qed nisimgħu lill-Ministru jgħid li se jinbnew madwar 1,500 appartament, maisonettes eċċ. Issa dawn hemm minnhom li suppost diġa' inbnew u huma lesti.", "Mela kollox huwa miexi għal viċin l-elezzjoni u meta wieħed jara żewġ paġni sħaħ ta' rati ta' sussidji ta' imgħax fuq self imħallas mill-benefiċċjarji ta' l-HOS plots u fuq rata ta' perċentwali ta' imgħax kif ukoll fuq dawk ta' Skema G u Skema H - jiġifieri dawk dwar l-inkwilini tal-Gvern u dwar inkwilini tal-privat - isib li ħafna minnhom qed jispiċċaw biex ikollhom rati għolja ta' imgħax - 6%, 6.5% u 7%.", "Meta imbagħad wieħed iħares lejn iż-żgħar - għaliex qalbek tmur hemm - isib li fejn jidħlu dawk li huma bil-0.5% m'hemmx min issellef b'dawn ir-rati; bit-2.5% u bit-3% hemm ftit.", "Dan juri li ż-żgħir m'huwiex qed jitħajjar għaliex se jibqa' isfel nett.", "Meta jien staqsejt dwar x'l-iktar li jista' jkun ir-riżultat, wasalt għall- konklużjoni li dawk li qegħdin mill-medja 'l isfel m'għadhomx jistgħu jlaħħqu mal-prezzijiet tal-lum.", "Imbagħad hemm oħrajn li għaliex żdiedilhom id-dħul waqgħu fi skema ta' persentaġġi ħafna ogħla u bħalma għidt hemm bżonn li wieħed jistudja sew dawn l-affarijiet.", "Huwa xieraq ukoll li wieħed jagħmel l-aħjar użu mill-art.", "Kulħadd jaf li pajjiżna huwa żgħir u dwar dan tkellimt ukoll fl-aħħar seminar li ġie organizzat mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar u għidt ċar u tond li aħna, bħala Oppożizzjoni, konxji milli wieħed jagħmel l-aħjar użu ta' art għaliex pajjiżna verament huwa żgħir, pero' għidt ukoll li mbagħad trid teduka lill- poplu sabiex wara li jifhem dan ikun jista' jagħti l-kontribut tiegħu biex dan ikun jista' jsir.", "Il-Ministru tkellem ukoll dwar bini ta' spazji li jkunu f'oqsma tad-djar.", "Qabel xejn nixtieq infakkar li l-Gvern s'issa - din qalha l-Ministru Ċensu Galea stess - għadu miexi fuq artijiet - m'iniex se nmerih jekk hux mija fil-mija - u fuq housing estates li nbdew taħt Gvern Laburista.", "Jiġifieri l-Gvern Laburista kien għamel mhux biss pjan immedjat iżda ppjana wkoll għal-long term.", "Mela d-diskors tal- Ministru Ċensu Galea jikxef illi Gvern Laburista ħadem ukoll fuq long term!", "(Interruzzjonijiet) Int qed tgħid inkredibbli.", "Jekk trid tista' tmur tarahom.", "Jien nistaqsi lill-Ministru jekk hux minnu jew le li l-housing estate f'taż-Żonqor f'Marsascala inbediex mill-Gvern Laburista.", "(Interruzzjonijiet) Issa jien qed ngħidlek dak li rrid ngħidlek u imbagħad inti għidli dak li trid tgħidli.", "Inti diġa' tkellimt qabli u wara jkollok ċans tweġibni wkoll.", "Jien nifhem li l-Ministru jibda jaqbeż imma jien hawnhekk niġi biex nagħmel kritika verament kostruttiva u ma noqgħodx ngħid li nista' ninbagħad ma xi ħadd li jkun qed jismagħni.", "Jien nagħmel il- kritika tiegħi b'mod li rrid li l-affarijiet imorru aħjar milli jkunu u milli wieħed ħaseb li se jkunu.", "L-affarijiet sejrin agħar.", "L-Onor.", "Borda staqsieni jekk illum hux aħjar jew agħar u jien ngħidlu li agħar għaliex tal-qiegħ qed jibqa' fil-qiegħ u tal-qiegħ mhux qed ilaħħaq.", "Jekk qabel tal-qiegħ kellu żewġ filati differenza illum għandu ħamsa.", "(Interruzzjonijiet) Jekk titkellem inti nieħu gost nisimgħek bħalma qgħadt nisma' lill-Ministru ħalli nkun nista nwieġbek ukoll.", "Mr Speaker, jien kont qed ngħid - billi jgħaddu r-rimarki m'humiex se jfixxkluni għaliex għall-grazzja t'Alla ili hawn - li l-Ministru Ċensu Galea qal li l-Gvern Laburista ma ħasibx long term filwaqt li Gvern Nazzjonalista qed jagħmel dan.", "Lill-Onor.", "Ċensu Galea ngħidlu li huwa ammetta bi kliemu stess illejla kemm verament il-Gvern Laburista kien qed jaħseb long term.", "Għaliex?", "Għaliex meta għamel housing estates ġodda, minkejja d-difetti - għaliex kull min jaħdem u jagħmel xi ħaġa jkollu difetti - kien qed jaħseb għal quddiem.", "Illum hemm difetti, mitt sena ilu kien hemm difetti u għada u pitgħada wkoll jkun hemm difetti.", "Il- maisonettes li ftaħar bihom il-Ministru nbnew fuq plots li għadhom ġejjin mill-Gvern Laburista u kieku ma kenux il-housing estates tal-Gvern Laburista li l-kritika qalagħha hu u mhux il-Gvern Nazzjonalista għaliex għamel dak li għamel kieku l-Gvern tal-lum ma kienx isib tant fejn jibni.", "(Interruzzjonijiet) Kulħadd kellu dritt.", "Daqs kemm tajt inti lis-sidien tal-plots li kienu tteħdulhom l-artijiet bil-BDA u nbiegħu b'Lm200 lin- nies, imbagħad inti ħriġthom bl-offerta, ġibt tagħhom Lm20,000 u lis-sid tajtu bir-rata ta' dakinhar tal-BDA's u ġie quddiemek u wara li ġie quddiemek ġie quddiemi ukoll.", "(Interruzzjonijiet) Tal-Ħandaq.", "Hux veru?", "Plots tal-BDA ħriġtuhom bl-offerti.", "Il-Ministru qed igħid li bniedem ma kienx jista' jitkellem.", "Mela ma tkellmux!", "Il-Ministru m'hijiex togħġbu l- kritika u qed jinqaras allura qed jisħon.", "Qed jinqaras għaliex jien qed ngħid il-verita'.", "Li kieku ma kenux il-housing estates li laħaq beda Gvern Laburista kieku ma kienx ikollu fejn jibni.", "Il-biċċa l-kbira ta' dawk li qassam il-Gvern Nazzjonalista mill-1987 'l hawn kienu fuq areas ta' Gvern Laburista.", "Jiġifieri hawnhekk il-poplu għandu jkun rikonoxxut ferm lejn Gvern Laburista li ħaseb daqshekk long term għalihom.", "Mr Speaker, jiena naqbel ma' l-iskemi ta' irranġar u titjib ta' postijiet - bħalma kien jagħmel ukoll Gvern Laburista - u naqbel ukoll dwar il- proġett ta' l-Imtarfa.", "Dwar dan il-proġett nixtieq nappella lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar - għaliex jiena responsabbli u għandi kuxjenza - biex fejn ikun hemm applikazzjonijiet għal bini ta' housing soċjali u għal arranġament u titjib, anke għal dak li huwa twaqqigħ u bini ta' kerrejjiet, jingħataw preferenza.", "Ħalli nsemmi eżempju wieħed.", "Rigward il- proġett ta' l-Imtarfa kien hemm kuntratturi li l-letter of acceptance biex jibnu block ingħatatilhom f'Novembru tas-sena l-oħra.", "Għalkemm dawn kellhom il-letter of acceptance ma setgħux jibdew għaliex la kellhom periti u lanqas kellhom il-permessi biex jibdew jibnu u kien hemm min dam sa Ġunju biex jibda.", "Hemm bżonn li l-Awtorita' ta' l-Ippjanar - il-Ministru f'okkażjoni minnhom smajtu wkoll jappella lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar biex toħroġ il-permessi ...", "Jien qed nuri kemm verament, fejn jidħol il- qasam soċjali, l-Awtorita' ta' l-Ippjanar għandha tagħmel l-almu tagħha sabiex tagħti preferenza lil dawn l-applikazzjonijiet.", "Rigward il-fatt fejn il-Gvern qed jgħid li se jibni ġo Pembroke, jien nixtieq infakkru li Gvern Laburista laħaq ta postijiet ġo Pembroke.", "Żgur li m'hijiex xi ħaġa ġdida meta qegħdin nisimgħu li l-Gvern se jiżviluppa Pembroke.", "Jien hawnhekk inħoss li għandi nfakkar li fil-bidu ta' l- Amministrazzjoni Nazzjonalista ġieli kien hemm flus ivvutati fil-budget għal Pembroke - dan jidher anke fl-istess rapporti tal-Housing Authority - imma mbagħad l-Awtorita' ħalliet lura dan il-proġett.", "MR SPEAKER: Onorevoli se jkolli ninterrompik għaliex sar il-ħin għall- Aġġornament.", "Tibqa' in possession?", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Iva, nibqa' in possession.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Portelli jibqa' in possession.", "Nitlob il-Viċi Prim Ministru jressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO (Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin): Sur President, kif isir f'okkażjonijiet simili kemm fil- Parlament tagħna kemm f'parlamenti oħrajn u kif sar fl-okkażjoni tal-viżita tas-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti Perez de Cuellar, b'konsultazzjoni ma' l-Oppożizzjoni, nhar il-Ġimgħa 17 ta' Novembru l-Kamra se tilqa' lill-Eċċellenza Tiegħu, il-President tar-Repubblika Taljana Oscar Luigi Scalfaro biex jindirizza lill-Kamra.", "Huwa maħsub li nhar il-Ġimgħa jkollna seduta fil-11.15 a.m. fejn fuq l- agenda jkun hemm l-Indirizz tal-President tar-Repubblika ta' l-Italja.", "Fil- 11.20 a.m. int Sur President - flimkien ma' l-Iskrivan tal-Kamra - tmur fis- Sala tal-Paggi sabiex tilqa' lill-President Scalfaro u takkompanjah sal- Kamra.", "Wara indirizz qasir minnek, inti tistiednu biex jindirizza lill- Kamra - indirizz li mistenni jieħu madwar 20 minuta.", "Imbagħad b'risposta għad-diskors ta' l-Eċċellenza Tiegħu, il-Prim Ministru l-Onor.", "Eddie Fenech Adami jagħmel diskors qasir.", "Hekk ukoll jagħmel il-Kap ta' l- Oppożizzjoni l-Onor.", "Afred Sant.", "B'kollox dawn id-diskorsi mistennija jieħdu madwar kwarta.", "Wara dan inti, Sur President, mitlub tissospendi s- seduta biex flimkien mal-President Scalfaro, l-Prim Ministru u l-Kap ta' l- Oppożizzjoni toħorġu mill-Kamra.", "Waqt li jippresjedi l-Viċi President jien nipproponi l-Aġġornament tal- Kamra għal nhar it-Tnejn bl-agenda normali.", "U forsi jkun aħjar li naqraha minn issa, Sur President, ħalli bil-permess tal-Kamra din tkun l-agenda għal nhar it-Tnejn mingħajr il-bżonn li jien fis-seduta ta' nhar il-Ġimgħa noqgħod naqraha.", "Għalhekk jien dak inhar nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tnejn, 20 ta' Novembru, 1995 b'din l-agenda:", "Mozzjonijiet", "L-Ewwel Qari ta' Abbozz ta' Liġi biex ikompli jemenda l-Kodiċi Ċivili, Kap 16.", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Estimi ta' Dħul u Nfiq ta' l-Awtorita' tad-Djar għas-sena finanzjarja 1995/1996 - Kontinwazzjoni;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Arbitraġġ - Kumitat (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Liġijiet dwar il-Kiri ta' Djar - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jħassar l-Att dwar it-Taxxa tad-Divertimenti - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Elezzjonijiet Ġenerali - it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta (Emenda Nru 1) - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta (Emenda Nru 2) - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Istampa - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar ir-Referendi - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Nomini mill-Oppożizzjoni - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Promozzjoni ta' Prodotti Lokali - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi biex ikompli jemenda l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income (Emenda Nru 2) - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar l-GĦajnuna lill-Industriji - it-Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili (Emenda Nru 2) - it-Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Uffiċċju tal-Posta - it-Tielet Qari;", "u xi agenda oħra li tista' tiġi komunikata aktar tard.", "Wara li nipproponi l-Aġġornament il-Kamra taġġorna mingħajr ma ssir il- mistoqsija.", "Kif diġa' ntqal fil-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal- Kamra dan il-programm se jkun abbażi ta' dak li sar fil-viżita tas- Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti Javier Perez de Cuellar.", "Ġie miftiehem ukoll li s-seduta tiġi mxandra mill-Public Broadcasting Services u għalhekk il-Kamra minn issa tagħti l-permess lill-membri li għandhom x'jaqsmu ma' dan ix-xogħol sabiex jidħlu ħalli jkunu jistgħu jagħmlu x-xogħlhom.", "Għalhekk, Sur President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar il- Ġimgħa, 17 ta' Novembru, 1995 fil-11.15 a.m. b'din l-agenda:", "Indirizz mill-President tar-Repubblika ta' l-Italja, l-Eċċellenza Tiegħu Oscar Luigi Scalfaro.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Hemm qbil fuq dan li għadu kemm ippropona l-Viċi Prim Ministru.", "(Onor. Membri: Iva)", "Rimarki?", "L-Onor.", "George Vella", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mr Speaker, xtaqt nieħu l-ħin ta' l-aġġornament ħalli nitkellem fuq suġġett li sfortunatament ilu jissemma f'dan il-Parlament u li minħabba fih kien hemm ħafna tbatija u skomdu kbir għal ċerti nies.", "Qed nitkellem fuq l-Impjant tar-Riċiklaġġ ta' l-Iskart Solidu ta' Wied il-Għajn li sfortunatament anke s-Sinjorija Tiegħek, għar-raġuni li tabita fil- viċinanzi, tiġi affettwata minnu.", "Din hija xi ħaġa li l-poplu ilu jbati minnha minħabba rwejjaħ u ntejjen u forsi anke minħabba l-ħsara li tista' tagħmel lis-saħħa, pero' m'hemmx dubju li jagħmel ħsara kbira wkoll lin- negozju ta' Wied il-Għajn kif ukoll lill-valur tal-proprjeta' u ta' l- artijiet li hemm hemmhekk.", "X'għamel il-Gvern s'issa, Mr Speaker fuq din il- kwestjoni?", "L-ewwel reazzjoni tiegħu kienet li jwaħħal fil-Gvern Laburista u jgħid li dan kien proġett tiegħu u allura responsabbli għalih hu.", "Jien hawnhekk ngħid - kif dejjem għidt - li anke l-air terminal kien proġett tal- Gvern Laburista, pero' dan il-Gvern biddel u għamel l-alterazzjonijiet kollha li deherlu li għandu jagħmel u llum jiftaħar li jaħdem tajjeb.", "Għalhekk jien ngħid li rigward l-Impjant ta' Sant'Antnin kieku ried ibiddel kien ibiddel u kieku ried jagħmlu aħjar kien jagħmlu aħjar.", "Jien inħoss li l-Gvern illum għandu jaċċetta r-reponsabilita' ta' dak li hu u ta' dak l- iskomdu kbir li qed joħloq.", "Mr Speaker, dan l-impjant kellu jaħdem mill-inqas 14-il siegħa kuljum u huwa maħluq biex jipprovdi għal 270 tunellata ta' skart kuljum.", "Meta beda jkun hemm ċertu tgergir fuqu, il-Gvern, permezz tal-Ministri tiegħu, beda jipprova jieħu n-nies bid-dgħajsa għaliex forsi dan jirrigwarda n-naħa ta' hemm isfel u allura ma tantx jimporta; nitfgħu kollox hemmhekk.", "Kull meta konna nagħmlu protesti u ngħidu x'qed jiġri, l-ewwel kien jipprova jinnega l-fatt li hemm l-irwejjaħ u mbagħad wara ċertu żmien qal li se jieħu l- miżuri.", "Pero' jien ngħid li kieku wieħed kellu jiddeskrivi dawn il-miżuri kien jiddeskrivihom bħala \"tad-daħk\" għaliex meta toħroġ bl-ideat li jiġu mħawwlin siġar jew li ssir purtiera jew li tagħmel xitla tixxeblek biex tilqa' l-irwejjaħ, naħseb li tkun qed tipprova ddaħħak lin-nies.", "Tbiddel il-kuntrattur u niftakru hawnhekk li l-Ministru Zammit Dimech iddikjara ċar li jekk kemm-il darba l-impjant jibqa jrejjaħ iwaqqaflu l- kuntratt.", "Dan baqa' għaddej, bdew jgħaddu ż-żmien bin-nies għaliex bdew iħaddmuh f'ċerti ħinijiet meta taparsi ma jinxtamx - bil-lejl - u bdiet titqanqal l-opinjoni pubblika.", "Jien niftakar li konna għamilna l-ewwel press conference fil-każin tal-Partit Laburista ta' Wied il-Għajn li mbagħad komplejniha bi protesta fejn kien hemm konkorrenza kbira ta' nies u daħlet ukoll l-Għaqda tar-Residenti ta' Wied il-Għajn u eventwalment daħal ukoll il-Kunsill Lokali.", "Sadanittant aħna, bħala partit, għidna li kien fl-interess ta' din l-area li l-biċċa ma tkunx partiġġjana u tlaqna l- affarijiet f'idejn il-kunsill lokali biex jieħu ħsieb hu u twaqqaf sotto- kumitat.", "Sadanittant kellna l-Environmental Technology Limited qed tħaddem dan l-impjant li suppost kienet taf x'inhi tagħmel.", "Fi Frar ta' din is- sena, minħabba l-imbuttar ta' dan il-kumitat, il-Gvern ħareġ tender biex jintagħżel konsulent ħalli jkun jista' jagħżel kuntrattur li jkun jista' jissupplixxi u jwaħħal dak l-apparat u jieħu l-miżuri kollha biex jiġu kontrollati l-irwejjaħ.", "Dan kellu wkoll il-brief li jgħin lill-Gvern janalizza s-sitwazzjoni preżenti, jiċċertifika x-xogħol li eventwalment isir meta jintgħażel il-kuntrattur li se jħaddimha fil-futur u anke eventwalment jagħmel monitoring u jiggarantixxi li l-miżuri li se jittieħdu jkunu effettivi.", "Dan kien imqassam f'ċerti fażijiet - m'iniex se nidħol fid-dettal hawnhekk - u nista' ngħid li din it-time frame diġa' ġiet imniżżla fil- kuntratt, jiġifieri l-fażi li fiha jsiru r-rapporti imbagħad jintgħażel kuntrattur u jibda jitwaħħal l-apparat u affarijiet oħra, diġa' spiċċat u m'għadhiex tiġi segwita.", "Jekk nimxu ma' dak li kien hemm ippjanat, suppost li sa l-aħħar ta' Jannar tas-sena d-dieħla, jiġifieri inqas minn xahrejn u nofs minn issa, kellu jiġi ċċertifikat ix-xogħol, jiġifieri jintgħażel kuntrattur, isir ix-xogħol, tittieħed deċiżjoni, isir it-tibdil meħtieġ u jsir il-handing over.", "Dan m'hux se jsir f'xahrejn u nofs u jidher li l- affarijiet se jintefgħu lura.", "Ta' min jgħid li kien intgħażel bħala konsulent tal-Gvern ditta ta' enġiniera konsulenti min-Netherlands, il-Grondmij Consulting Engineers, li eventwalment ippreżentat rapport f'Settembru li għadda.", "Fl-istess xahar rappreżentanti tagħha akkumpanjaw delegazzjoni lejn in-Netherlands fejn marru jaraw impjant bħal dak li kien qiegħed jirrakkomanda f'dan ir-rapport il-konsulent.", "Jien hawnhekk xtaqt ngħid li dan ir-rapport imissu ġie ppubblikat mill-ewwel ħalli l-poplu jkun jaf kemm kien qed jiġi trattat b'żebliħ u kemm kienu qed jgħaddu ż-żmien bih.", "GĦaliex ir-rapport jgħid ċar u tond li hemm ħafna affarijiet li jien personalment ma nistax nifhem kif kemm l-Environmental Technology Limited u l-esperti kollha li għandu l- Gvern jew li suppost għandhom interess f'dan l-impjant ma ndunawx bihom jew inkella jekk indunaw bihom ma ħadux miżuri elementari biex dawn l- affarijiet li jindika r-rapport għallinqas jiġu rranġati.", "Fi kliem ieħor jien ngħid li dan huwa rapport li litteralment għandu jħammar wiċċ il- Gvern, u jħammru fis-sens li meta fl-ewwel parti tar-rapport l-konsulenti jitkellmu fuq x'inhi r-raġuni għaliex hemm dawn l-irwejjaħ kollha, dawn immedjatament jidentifikaw x'inhuma s-sorsi prinċipali ta' fejn qiegħed jipproduċi l-irwejjaħ pero' huma żbaljati għaliex meta dawn il-konsulenti għamlu r-riċerka tagħhom, fir-rapport jitkellmu biss fuq ir-reazzjoni tan- nies ta' Wied il-GĦajn u ta' madwar l-area ta' l-impjant u ma ħadux konjizzjoni tat-tgergir tan-nies taż-Żejtun u ta' Ħaż-Żabbar li meta jkun qed jonfoħ ċertu riħ, ir-riħa ta' dan l-impjant xorta tasal hemmhekk.", "Fost affarijiet oħra dawn iddikjaraw mill-ewwel li ma setgħux jifhmu għaliex wieħed mill-filters l-aktar importanti kien ilu wieqaf żmien twil.", "Hawnhekk inħoss li l-Ministru li hu responsabbli għal min ta l-impjant għandu jispjega lill-poplu li bata għal dan iż-żmien kollu għaliex ma ttieħdu l-ebda miżuri biex dawn l-affarijiet jiġu rranġati.", "Mr Speaker, ir-rapport jitkellem ukoll fuq il-periklu li jista' jkun hemm minn ċerti mikrobi u minn ċertu moffa li tista' toħroġ minn dan l-impjant.", "Jgħid ukoll li meta għamlu l-inspection - u hawnhekk hi l-mistħija ta' min kien qed imexxi dan l-impjant - sabu li l-ventilazzjoni tar-reception pit, jiġifieri fejn jitwassal iż-żibel, kien ilu wieqaf u li l-biofilter li suppost isaffi l-arja kien vojt.", "Jiġifieri dan ukoll kien wieqaf u ma jaħdimx, bħalma kien il-filter tal-composting area.", "U hawnhekk jien nistaqsi: GĦaliex il-poplu ta' dawk in-naħiet tħalla jbati dawk l-irwejjaħ u dawk l-intejjen sempliċement għaliex kien hemm filter li ma kienx qed jitħaddem?", "Qalu wkoll fir-rapport li l-materjal li kien qed jiġi composted, li kien qed jiġi hemmhekk biex jitranġat ma kienx dak li suppost kellu jkun u qalu li s-sistema li biha jkun hemm it-tperriċ, fejn ikun hemm katusi biex iperrċu minn taħt il-materjal, ma kenux iddisinjati tajjeb.", "Dan il-konsulent qiegħed jgħidu u nispera li l-Ministru ma jiġix jgħid li anke dan iddisinjah il-Partit Laburista.", "Minħabba dan kien qed jiġri li kien qed ikun hemm imblukkar tat-tubi bil-materjal li jkun hemm jew inkella anke b'xi affarijiet tal-plastic, kien qed ikun hemm inqas kurrent ta' arja, inqas tperriċ tal-materjal, titla' aktar sħana u minħabba f'hekk allura jkun hemm ħafna aktar irwejjaħ.", "Dawn fl-opinjoni tiegħi huma affarijiet sempliċi li kull bniedem li suppost kien qiegħed hemm ġew imexxi dan l-impjant kien missu jafhom u ma kellux għalfejn jiġi espert min- Netherlands biex jgħidhomlna.", "Allura jien nibda niddubita jekk kienx hemm traskuraġni enormi sempiċement għaliex dan l-impjant qiegħed fis-south.", "Dan l-espert sab ukoll li dan il-materjal taż-żibel li jintefa' hemmhekk wara li jiġi mqatta' bil-makni biex jitranġat, ma kienx qed ikun imxarrab biżżejjed; din hija ħaġa sempliċi.", "Qiegħed jgħid ukoll li veru li jkun hemm aktar intejjen aktar ma l-materjal ikun imxarrab, pero' min-naħa l- oħra inqas ma jkun hemm tixrib - u qiegħed jirrapporta li f'ċerti postijiet l-materjal kien niexef qoxqox - il-composting aktar jieħu żmien.", "Issa jiena nistqsi: Dan ma kienx jixxarrab apposta, biex forsi ma joħorġux aktar irwejjaħ?", "Pero' mbagħad ir-rapport qed jgħid ukoll li s-sistema li biha jixxarrab il-materjal, jiġifieri l-pajpijiet li bihom isir spraying fuq dan il-materjal, ma kenitx qiegħda taħdem tajjeb lanqas.", "Ħalli nkompli ngħid x'qal aktar ir-rapport, Mr Speaker; dawn m'humiex xi affarijiet ta' barra minn hawn, affarijiet li jidhru.", "Ir-rapport ikompli jgħid li l-art fejn jinġabar u jimmatura l-compost, dak li jibqa' wara l- fermentazzjoni, niżlet u fiha qed jinġabar ċertu ilma li jkompli t-tranġit u jkompli jżid l-irwejjaħ.", "Ir-rapport qed jgħid ukoll li s-sistema ta' filters li hemm bħalissa tant fiha defiċjenzi, tant ma tiswiex u tant hija żgħira li ma tistax tittranġa.", "Wara li għamel din il-kritika kollha - li nerġa' ngħid għandha tħammar wiċċ min kien qiegħed imexxi hemm isfel li suppost jifhem u anke lil min hu responsabbli, f'dan il-każ il-Ministru li kull darba kien jiġi hawnhekkk u jgħid li qed jieħdu l-miżuri biex jitnaqqsu l-intejjen - dan għadda biex jagħti erba' options.", "Waħda minnhom hija li għandha tiġi rranġata s- sistema li hemm u biex isir dan - jiena m'iniex se noqgħod insemmi l-figuri li semma għaliex naħseb li dik hija xi ħaġa privata u m'iniex se niżvelaha - trid titkabbar ix-shed, tissewwa l-art, isiru pajpijiet u sistema ta' tixrib ġdida u anke biofilters għall-purifikazzjoni ta' l-arja ġodda, trid tinbena ċumnija ħalli l-intejjen jiġu sparati 'l fuq u jridu jsiru ħafna affarijiet oħra.", "Qal li tant hemm affarijiet ħżiena f'dan l-impjant li bena dan il-Gvern Nazzjonalista, li anke jekk isir dak kollu li qed jirrakkomandaw, il-kumpannija Grondmij xorta ma tiggarantix li ma jkunx hemm irwejjaħ.", "It-tieni option li qiegħed jirrakkommanda dan ir-rapport hija li jkun hemm sistema msejħa tunnel composting - dwar dan nitkellem aktar tard - fejn t-tranġit tal-materjal isir taħt ċerti tunnels mgħottija u jkun kollox ikkontrollat, anke l-arja li tidħol u l-arja li toħroġ.", "B'din is- sistema l-impjant tagħlqu kollu u jkollok il-ventilazzjoni tal-post - bħal speċi ta' air conditioning fejn ikun ikkontrollat f'dik li hija temperatura u anke ammont ta' arja - u jkun hemm bżonn ukoll ċumnija.", "It-tielet option li jitkellem fuqha r-rapport hija dik li hija msejħa anaerobic fermentation, jiġifieri jsir it-tranġit tal-materjal fil-magħluq mingħajr arja.", "GĦalkemm din is-sistema hija ħafna aktar expensive u tinvolvi ħafna aktar flus, għandha l-vantaġġ li tipproduċi dak li huwa msejjaħ biogas, jiġifieri methane u carbon dioxide li hu stess jista' jerġa' jiġi wżat għaliex jagħti l-enerġija.", "Hawn min jgħid li dawn it-tip ta' sistemi fil-fatt jagħtuk aktar enerġija milli titfa' ġo fihom.", "L-aħħar option li jitkellem fuqha r-rapport ovvjament hija li wieħed jikkonsidra li dan l-impjant jitneħħa minn fejn qiegħed kompletament u jiġi trasferit għal x'imkien ieħor.", "Fil-konklużjonijiet tiegħu r-rapport jiġbor dan kollu flimkien u jgħid li s-sistema li kienet imħaddma, apparti li ma kenitx raffinata ħafna, kienet ittraskurata ħafna, maintenance ma kien qed isirilha xejn u l-affarijet li forsi kienu jistgħu jiġu rranġati ma kienu rranġati xejn; infatti jgħid li ma kienx hemm good housekeeping, jiġifieri ma kenux qed iżommu l-affarijiet kif suppost.", "Kif għidt waħda mill-affarijiet li qiegħed jirrakkomanda dan il- konsulent hija li l-Gvern jaħseb fuq is-sistema tat-tunnel composting, fejn il-materjal wara li jiġi trattat u mqatta' jintefa' f'dawn it-tubi tal- konkos twal magħluqin li fihom ikollok l-arja u t-temperatura kontrollata u allura ma jkollokx irwejjaħ ħerġin minna għaliex l-irwejjaħ jiġu mgħoddijjin minn sistema li tiffiltrahom u jintremew minn ċumnija biex assolutament ma jkollokx irwejjaħ.", "Issa meta wieħed jisma' hekk, jgħid: \"GĦall-erwieħ, mela hemm sistema!\", imma rridu noqogħdu attenti għaliex wieħed irid iqis il-fatt li dawn il-konsulenti qegħdin jitkellmu fuq sistema kif taħdem f'pajjiż ieħor, fin-Netherlands, u safejn naf jien, id- delegazzjoni li marret ta' Netherlands biss rat.", "Allura hawnhekk ta' min wieħed jistaqsi: L-affarijiet hemmhekk huma bħal hawnhekk?", "Fi kliem ieħor, it-temperatura, il-klima hija bħal hawn jew hija differenti?", "Il- materjal li jarmu l-Maltin huwa l-istess bħall-materjal li jiġi mormi fin- Netherlands?", "Per eżempju, għalina l-karta hija biodegradable, nitfgħuha maż-żibel għaliex tikkonsma ruħha u titherra imma mir-rapport tal- konsulenti jirriżulta li fin-Netherlands il-karta m'hijiex konsidrata bħala li hija biodegradable u għandna tiġi magħżula għaliha ħalli ma timblokkax il-proċess tal-purifikazzjoni tal-materjal.", "Dan il-konsulent qed jgħid li jekk nużaw is-sistema tat-tunnel composting irridu noqogħdu attenti għaliex nerġa' ngħid li din is-sistema titħaddem l-aħjar f'temperaturi ta' 55 degrees centigrade u l-klima tagħna hija differenti u nafu li hawn Malta t-temperatura titla sewwa.", "Wieħed irid joqgħod attent ukoll rigward il-kompożizzjoni ta' l-iskart li diġa' semmejt bejn dak li hemm fin- Netherlands u li għandna hawn Malta.", "Ir-rapport jgħid ukoll li b'din is-sistema wieħed irid jara x'se jagħmel bil-ħama li tibqa' fil-liquid waste recycling plant.", "Ħalli nispjega x'irrid ngħid, Mr Speaker.", "Bħalissa ħdejn is-Solid Waste Recycling Plant ta' Sant'Antnin hemm l-impjant l-ieħor li kien bena l-Partit Laburista li jsaffi l-liquid waste li joħroġ mid-drenaġġ ħalli minnu jieħu l-ilma għat- tisqija.", "Dan iħalli fil-qiegħ ċerta ħama li jew tintrema jew kif isir bħalissa titħallat ma' l-iskart solidu ħalli tgħin biex it-tranġit isir aktar malajr.", "Bis-sistema tat-tunnel composting ma tkunx tista' teħles minn din il-ħama b'din is-sistema u allura qegħdin noħolqu problema oħra.", "Barra minn hekk, fil-konklużjoni tar-rapport, dan il-konsulent jagħmilha ċara li minkejja kollox b'dawn is-sistemi kollha din id-ditta ma tagħtix mija fil-mija garanzija li ma jkollna l-ebda rwejjaħ imma tgħid biss li tista' tiggarantixxi bejn wieħed u ieħor li f'95% taż-żmien tas-sena ma jkunx hemm irwejjaħ u jgħid li japplika dak li huwa magħruf bħala l- prinċipju msejjaħ \"alara\", jiġifieri as low as reasonably achievable, li jfisser li aħna rridu ntellgħu l-istandards sakemm huwa raġonevolment possibbli li wieħed jilħaqhom.", "Fi kliem ieħor, dan qiegħed jgħid li qiegħed iħalli marġinu li dak li hemm fil-kuntratt tat-tender li jitkellem ċar fuq l-iskop li jsir impjant li ma joħroġx irwejjaħ minnu, hu m'huwiex qed jintrabat li jkun mija fil-mija imma qed jgħid biss li ma jkunx hemm irwejjaħ f'ċertu persentaġġ ta' ġranet.", "Mr Speaker, jiena naf li meta saret iż-żjara fin-Netherlands il-bini li hemm madwar l-impjanti li raw m'huwiex bini abitabbli, jiġifieri dak li wieħed jista' jgħidlu critical objects jew sensitive objects, postijiet li huma sensittivi; housing estates, sptarijiet u skejjel fejn hemmhekk ir- riħa ddejqek.", "Madwar dan l-impjant li żaru hemm dawk li jsejħulhom less critical objects bħalma huma industrial areas, djar imxerrdin u rziezet.", "Issa wieħed jirraġuna li f'razzett diġa' għandek ċertu ammont ta' background odour, riħa fuq wara li biha ma tantx ixxomm ir-riħa l-oħra li tkun ġejja.", "Jiġifieri hawnhekk qegħdin nikkomparaw dak li qed jiġri barra mas-sitwazzjoni ta' hawn Malta.", "Jiena ngħid li anke fin-Nethelands, minkejja dan kollu, wkoll għadhom qegħdin ifittxu li jipperfezzjonaw is- sistema biex inaqqsu dak it-tgergir li hemm ta' dik il-ftit riħa li toħroġ minn dan l-impjant kif qed jiġi ssuġġerit li jsir f'dan ir-rapport.", "Jiġifieri jekk il-Gvern, jew min se jiddeċiedi, imur għal din is-sistema, jiena qed inwissi li jrid joqgħod attent għaliex ma tistax tqabbel il- kondizzjonijiet hawn Malta mal-kondizzjonijiet ġewwa n-Netherlands.", "Barra minn hekk, Mr Speaker, wieħed ma jridx jinsa li biex din is-sistema titħaddem, il-filters li qegħdin jiġu suġġeriti jridu jitħaddmu b'ċertu biċċiet ta' l-injam apposta, injam partikolari, li jintuża biex jiffiltra l- irwejjaħ u dak li joħroġ mill-fermentazzjoni.", "Issa hawnhekk irridu nikkonsidraw ukoll kemm għandna bżonn minn dan il-materjal, kemm se nżidu ma' l-ispiża, kemm irridu nimportaw minnu u fl-aħħar mill-aħħar x'se nagħmlu b'dan il-materjal ladarba jkun użat u m'għandniex x'nagħmlu aktar bih.", "Jiġifieri hawnhekk mhux la kemm għandna rapport, inwaħħlu fil- konsulent, ngħidu li dan irrakommandalna din l-option u nonfqu l-miljuni minn flus il-poplu basta taparsi nagħmlu xi ħaġa.", "Diġa' rajna li għaddejna minn din il-fażi fejn dan ir-rapport stess jikxef kemm kull Ministru li kien responsabbli għal dan l-impjant matul dawn ix-xhur kollha kien qed jagħmel cosmetic changes biss u ħalla lill-poplu mdejjaq u kkripat f'dak l- iskomdu u taparsi qed jagħmel xi ħaġa.", "Fil-fatt dan ir-rapport jikxef ċar li l-Ministru ma kien qed jagħmel xejn u jien minn hawnhekk qed inwissi li m'hux għaliex issa ġie konsulent u qed jirrakkomanda dan, nidħlu għal spiża - u forsi anke xi kumpannija tħaxxen xi naqra butha bil-miljuni li jridu jintnefqu - imbagħad ngħidu li għamilna li qalulna u dan xorta mhux qed jaħdem; ħalli kif jgħidu bl-Ingliż inkunu forewarned.", "Din is-sistema li qiegħda tiġi rakkomandata m'hijiex foolproof, għandha d-difettti tagħha u wieħed irid jistudja bis-serjeta' jekk din tapplikax għall-kondizzjonijiet li għandna hawn Malta.", "Barra minn dan, fir-rapport jissemma wkoll - għalkemm ma tantx issir ħafna enfasi fuqha - is-sistema msejħa anaerobic fermentation, li biha l- iskart jiġi ffermentat kompletament fil-magħluq, jiġifieri mingħajr arja - allura ma jagħmilx irwejjaħ - u li joħroġ minnu - taħt kontroll - huwa biss gass li jista' jew jinħaraq u ma jagħmel l-ebda ħsara lill-ambjent jew inkella wara li jiġi raffinat xi ftit jintuża biex bih toħloq l-enerġija.", "Hawnhekk qed nirreferi għall-biogas li huwa methane li jista' jintuża u li meta jinħaraq ma jikkontamina l-ambjent bl-ebda mod.", "Jien naf li din is- sistema tiswa l-flus; m'hemmx dubju li din hija sistema costly, pero' jekk kemm-il darba f'dan il-pajjiż irridu b'xi mod naħsbu 'l quddiem u nkunu moderni, irridu naraw xi studji aktar qegħdin isiru f'din il-linja ta' l- anaerobic fermentation ta' dak li huwa municipal house solid waste, jiġifieri l-iskart solidu u naraw in the long run jaqbilx li nagħmlu xi ħaġa bis-serjeta' u serja li biha ma ndejqux u ma nipperikolawx la l- kwalita' tal-ħajja u lanqas is-saħħa tal-poplu ikun fejn ikun dan l- impjant, kemm fis-south, kemm fin-north, kemm fin-nofs.", "Wieħed għandu jara bis-serjeta' li fejn f'dan il-pajjiż intajru dawn il-miljuni kollha, ħafna drabi fil-ħmerijiet, il-Gvern m'għandux għaliex ma jikkonsidax option moderna għaliex forsi tqum aktar miljuni.", "Jiena m'iniex qed nipprova ngħid x'għandha tkun l-għażla finali għaliex ma nafx u m'għandix dawk id-dettalji kollha f'idejja.", "Hemm rough estimates, pero' wieħed żgur li jrid jistaqsi jekk fl-aħħar mill-aħħar ikunx vale la pena li tonfoq ¥1 miljun, ¥2 miljun jew ¥3 miljun aktar imma jkollok xi ħaġa li tkun tista' tespandi kemm trid fiha.", "Ħadd ma qal li l-ammont ta' skart f'pajjiżna mhux se jiżdied; jien nawgura li ma jiżdiedx u nawgura wkoll li jkun hemm sistemi u skemi serji ta' kif ngħallmu lill-poplu jikkopera biex joħloq inqas skart u minbarra hekk anke jikkopera ma' l-awtoritajiet biex jagħżel l-iskart.", "GĦaliex waħda mill- problemi kbar - u nkunu onesti fuqha din, mhux bilfors inwaħħlu kollox fuq spellejn min qed imexxi l-impjant, biex inkun fair - li hemm fl-Impjant ta' Sant'Antnin hija li mhux veru li qiegħda ssir l-għażla ta' l-iskart fid- djar u huwa diffiċli biex l-għażla ssir fil-parti ta' l-impjant li tirċievi l-iskart.", "Dan jidħol fix-shredder, jibqa' għaddej u dawn il-ħafna plastics u affarijet simili qegħdin imorru mal-materjal li suppost jiġi ffermentat u jsodd is-sistema u jagħmel din il-ħsara kollha.", "Dan ma jiskolpix lil min qed imexxiha li ma kienx jgħid: \"Isma', din hija parti mir-raġuni.\"", "Din qatt ma qaluha, sempliċement naraw x'qegħdin nipprovaw nagħmlu, bħalma għidt fil-bidu, nidħku bin-nies u nħawlu ftit siġar, ngħidu li se nagħmlu purtiera u ndaħku lin-nies bina.", "Jiena qed ngħid li din is-sistema ta' l- anaerobic fermentation hija option li għandha tiġi konsidrata ma' l-oħra tat-tunneling għaliex għandna lil dan l-espert stess li qed jgħid li s- sistema kif inhi, tirranġa kemm tirranġa fiha, m'hux se nkunu solvejna l- problema, u nerġa' ngħid, mhux ta' min jaħli l-miljuni biex nibqgħu fejn aħna.", "Jekk wieħed jagħmel l-ispejjeż u jagħmilhom fl-interess tas-saħħa pubblika u anke tal-kwalita' tal-ħajja għandu jikkonsidra options li għallinqas hemm indikazzjoni li bla dubju jistgħu jkunu xi ftit aħjar.", "Issa wara li għidt dan kollu wieħed irid jirrifletti ftit fuq dak li għaddej bħalissa qabel ma ssir xi ħaġa.", "Il-materjal li qed jiġi prodott minn dan l-impjant, li nafu li qed ikun fih ċomb, batteriji u kollox, qiegħed jitħalla barra biex imbagħad jitqassam fl-għelieqi.", "Hawnhekk jien nistaqsi lill-Gvern: Qiegħda ssir analiżi dwar dan minn xi ħadd?", "Nafu kemm fih heavy metals, veleni u affarijiet oħra simili?", "Qed nagħmel dawn il-mistoqsijiet lill-Gvern għax aħna qed nitfgħu dan il-kompost fl-għelieqi mingħajr ma ħadd qed jgħidilna jekk fil-fatt huwiex tajjeb jew jekk jistax ikollu effett fuq il-prodotti tar-raba' li jiġu prodotti f'dik l-area.", "Jien m'iniex qed ngħid dan biex nallarma lin-nies imma għaliex, per eżempju, fin-Netherlands, fejn saret din il-viżita u fejn fil-fatt sar dan ir-rapport, insibu li minkejja s-sistemi kollha ta' kontrolli u minkejja li għandhom at source seperation - hemmhekk l-iskart beda jiġi magħżul mill- bidu - qed jgħidu li l-materjal tal-kompost li jipproduċu m'huwiex tajjeb għal ċerti prodotti tar-raba'.", "Allura aħseb u ara kemm m'huwiex tajjeb il- materjal tal-kompost tagħna li qed jiġi prodott taħt is-sistema primittiva li għandna bħalissa u li ma taħdimx għax l-affarijiet m'humiex kif suppost minħabba li la hemm filters, la hemm arja għaddejja, il-pajpijiet huma kollha mblokkati u l-art nieżla.", "Hawnhekk m'iniex qed inpinġi xi xena tal-ġudizzju imma qed nitkellem fuq dak li qrajt mir-rapport.", "Kieku kellu jiddependi minni kont nagħlaq dan l-impjant mil-lum għax hemmhekk kollox qed jitħaddem ħażin.", "GĦalhekk anke għar-rigward tal-kompost li qed joħroġ minn hemmhekk, ejjew ma nkunux boloh u nibżgħu mill-ħsara politika li tista' tiġri imma għandna ngħidu \"Isma', dan il-kompost m'hux tajjeb\" jew inkella \"dan il-kompost huwa ċċertifikat li hu tajjeb għar-raba'\".", "Fil- fatt insibu li fir-rapport stess daħal id-dubju ta' kemm il-kompost huwa tajjeb.", "Mr Speaker, nagħlaq billi ngħid li din il-problema li issa ilha s-snin mal-poplu tan-naħa t'isfel ta' Malta ...", "Hawnhekk m'iniex qed nidħol fil- kwestjoni li dan sar fis-south jew fin-north għax issa la qiegħed hemm, m'hemmx x'tagħmel.", "Imma l-ewwelnett aħna rridu nippontaw subgħajna lejn min ħalla lin-nies ibatu għal dawn is-snin kollha minkejja li f'dan ir- rapport stess insibu li li kieku ttieħdu ċerti miżuri għallinqas kienu jtaffu ftit minn dak id-dwejjaq u l-iskomdu kbir li għaddejna minnu.", "It- tieni punt li nixtieq nagħmel huwa li min hu responsabbli jrid jieħu deċiżjonijiet serji għax hemm miljuni kbar ta' liri x'jintnefqu u fejn intnefqu ħafna flus għandna nagħżlu sistema moderna, vijabbli u garantita biex għallinqas hemmhekk l-ambjent ma jibqax kontaminat kif inhu llum.", "Imbagħad l-aħħar option hija li l-impjant jittieħed minn dan il-post u jitpoġġa x'imkien ieħor.", "Kieku jien minn qalbi nixtieq ngħid biex jitneħħa dan l-impjant minn hemm ħalli għallinqas f'dan il-post innaqqsu waħda mill- problemi kbar li għandna - ssa ġej ir-reverse osmosis hemm isfel ukoll; dan tkellimt fuqu l-aħħar darba.", "Din ukoll hija option, pero' jien nirrealizza li jekk jitneħħa minn hemmhekk, wieħed irid jara fejn se jpoġġih.", "Imma fl-istess ħin xorta niġu f'sitwazzjoni fejn nistaqsu liema sistema se nħaddmu.", "Mr Speaker, jien minn qalbi nappella lill-Gvern biex jikkonsidra din il- problema bis-serjeta' għaliex din hija problema serjissima.", "F'pajjiż li qed jimxi 'l quddiem u jagħmel progress u jgħolli l-istandard of living tiegħu, irridu nedukaw lill-poplu bis-serjeta' pero' rridu wkoll nipprovdu dawk il-miżuri, li jqumu kemm iqumu miljuni ta' liri, għas-saħħa tal-poplu u għal biex nipproteġu l-ambjent - ambjent li huwa żgħir minħabba li l-art tagħna hija żgħira - ma naħsibx li għandu jkun hemm xeħħa min-naħa tal- Gvern.", "GĦandu jkun hemm ukoll serjeta' fl-għażla tas-sistema u mhux noqogħdu nħarsu lejn l-uċuh.", "Nispera li ma jidħlux barunijiet ġodda f'din il-kwestjoni wkoll!", "Aħna għandna naraw li nħaddmu dik is-sistema li hija ċċertifikata li hi l-aħjar u li tagħtina l-aħjar riżultati.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar il-Ġimgħa, 17 ta' Novembru, fil-11.15 a.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fid-9.33 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET IMWIEĠBA BIL-MIKTUB", "RAĦAL ĠDID - ĠNIEN SIR PAUL BOFFA - ŻBIR TA' SIĠAR", "28172.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jara li s-siġar li hemm fi Ġnien Sir Paul Boffa, quddiem 47, St. Joseph Str, Raħal Ġdid jinżabru u jitnaqqsilhom it-tul?", "ONOR.", "CENSU GALEA: Jien informat li skond il-programm taż-żabra, s- siġar li hemm fi Ġnien Sir Paul Boffa nżabru f'Mejju 1995.", "MALTA SHIPBUILDING CO.", "LTD - ĦADDIEMA LI ĠEW INGAĠĠATI MAD-DOCKYARD", "28173.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jara li n-nies tax-Shipbuilding Co. Ltd u li wħud minnhom kellhom għaxra jew 12-il sena servizz u aktar, u li issa tilfu s-servizz tagħhom u ġew ingaġġati mad-Dockyard, ma jitilfux il-benefiċċji kollha tal- pensjoni tagħhom daqslikieku ma ġewx trasferiti?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Nixtieq ninforma l-Onor.", "Membru li dawk l-impjegati tal-Malta Shipbuilding Co Ltd li ġew ingaġġati mal-Malta Drydocks m'huma se jitilfu l-ebda servizz mill-MSCL għal fini ta' benefiċċju tal-pensjoni.", "GĦAQDA MUDELLI TAL-KNEJJES", "28181.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid x'possibilitajiet hemm li l- Għaqda Mudelli tal-Knejjes ikollhom b'kera inqas żewġt ikmamar fil-Belt Valletta jew x'imkien ieħor?", "X'sar wara t-talba li saret?", "ONOR.", "CENSU GALEA: Id-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali ma jistax jalloka postijiet jekk mhux għal skop ta' abitazzjoni.", "TARXIEN - TRIQ DUN KARM SANT - TISWIJA", "28182.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsalill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: Jista' l-Ministru jgħid meta Triq Dun Karm Sant, f'Ħal Tarxien u l-area tagħha se titranġa sew?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: L-asfaltar ta' toroq ġodda jsir skond il- prijoritajiet li kienu bagħtu l-kunsill lokali u dawk tad-Dipartiment tat- Toroq, kif ukoll skond il-fondi disponibbli.", "PULIZIJA - ANITA BUGEJA - DĦUL MILL-ĠDID FIL-KORP", "28183.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsalill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jispjega għaliex Anita Buġeja Ex WPC 77 ma ġietx ikkonsidrata bħal ħaddieħor biex tidħol mill-ġdid fil-Korp tal-Pulizija wara li serviet lil Korp b'effiċjenza għal seba' snin, u dan wara li kellmet lill-uffiċjali għoljin tal-Korp li ma tawha l-ebda spjegazzjoni?", "ONOR.", "TONIO BORG: Filwaqt li nirriferi l-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba mogħtija ghad-domanda parlamentari numru 19248, ninformah li dan ma kienx l- uniku każ fejn talba simili giet rifjutata.", "KUMMISSJONI GĦAL MALTIN TA' BARRA - RIŻENJA TAL-PROFESSUR MAURICE CAUCHI", "29016.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jikkonferma li l-Professur Maurice Cauchi irriżenja mill-Kummissjoni għal Maltin ta' Barra?", "Jekk iva, għaliex ġara dan?", "Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kif inhi magħmula din il- Kummissjoni u kemm qed jitħallas kull membru tagħha inkluż is-Segretarju tagħha?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Il-Professur Maurice Cauchi irriżenja mill- Kummissjoni għall-Maltin ta' Barra permezz ta' ittra mibgħuta lili bid-data tat-30 ta' Mejju, 1994.", "Ir-raġuni uffiċjali li ta għar-riżenja tiegħu mill- Kummissjoni kienet minħabba \"pressjoni ta' xogħol\".", "Kif diġa' ġie ppubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern tas-6 ta' Jannar, 1995, fil-preżent il-Kummissjoni għall-Maltin ta' Barra li ġiet rikostitwita fil- 21 ta' Diċembru, 1994 hija magħmula mis-Sinjura Josephine Zammit Cordina bħala Chairperson, is-Sur Peter Darmanin bħala Deputat Chairman u mis- Sinjur Emanuel Abela, Dr Joe Calleja, is-Sur Joe Camilleri, is-Sur Emanuel Cassar, is-Sur Tony Cutajar, is-Sinjorina Marie Mifsud u s-Sur Laurence Zammit bħala membri.", "Is-Sur Noel Cini huwa s-Segretarju Eżekuttiv.", "Skond ittra mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru datata 6 ta' Awissu, 1991, il- ħlas approvat għal kull seduta li jattendu l-membri tal-Kummissjoni, huwa ta' Lm6.00 liċ-Chairperson u lid-Deputat Chairman u Lm5.00 lill-membri.", "Din l-ittra tapprova biss ħlas lill-membri li m'humiex impjegati fis- Servizz Ċivili.", "Barra minn hekk, billi preżentament is-sur Peter Darmanin huwa impjegat b'kuntratt bħala konsulent mal-Gvern, hu ma jitħallasx extra għas-seduti tal-Kummissjoni.", "VAT - VAT FUQ MATERJA PRIMA", "29017.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsalill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid għaliex qabel l-introduzzjoni tal-VAT materja prima għall- industrija, fil-biċċa l-kbira tagħha kienet eżentata mid-dazju, u dan mid- dinja kollha, u issa wara li ġiet introdotta l-VAT ġie impost dazju f'każ li l-materja prima tkun minn pajjiż barra l-Unjoni Ewropea?", "Għaliex qed jiġri dan meta l-istess Unjoni Ewropea għandha arranġament speċjali biex per eżempju ebda dazju ma jiġi impost fuq l-Italja meta timporta mill- Israel?", "Għaliex allura meta importaturi Maltin jimpurtaw prodotti mill- Israel jridu jħallsu l-VAT?", "Din l-impożizzjoni ġiet mill-Unjoni Ewropea?", "Jekk iva, għaliex Malta aċċettata qabel ma biss daħlet membru?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fl-1994 saret reviżjoni tat-tariffi tad-dazju li għaddiet minn dan il-Parlament.", "Din it- tariffa ġdida ma kienet impożizzjoni għal ħadd.", "AIR MALTA - AZZJONIJIET INDUSTRIJALI MILL-GWU", "29041.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 28226, jista' l- Ministru jgħid kemm damet sewwa tistenna t-titjira fit-Tuneżija biex tiġi Malta liema titjira seħħet meta kien hemm l-azzjoni industrijali kontra l- Air Malta?", "Jista' l-Ministru jieħu passi biex meta jinqalgħu kwestjonijiet simili, l- passiġġeri jiġu trattati tajjeb, aktar u aktar meta dawn ma jkollhomx tort fuq dak li jinqala' bejn il-Union u l-Air Malta?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-aktar titjira li damet, bejn Tunes u Malta waqt l- azzjonijiet industrijali kienet it-titjira KM 847 tal-15 ta` Ġunju, 1995, li ttardjat b`sebgħa sigħat u nofs.", "Waqt li l-Air Malta minn dejjem tittratta l-passiġġieri tagħha tajjeb, ittieħdu aktar passi biex fil-futur , meta jinħoloq xi dewmien simili, tiġi mplimentata proċedura automatika fejn jingħata ikel, xorb u jekk ikun hemm bżonn lukandi għall-passiġġieri li jintlaqtu minn dewmien anke jekk dan id- dewmien ma jkunx it-tort ta` l-Air Malta .", "BUSKETT - TRAFFIKU", "29042.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru issa jikkonsidra s-suġġeriment tiegħi biex it-traffiku jiġi pprojbit għal kollox mill-Buskett?", "Meta pajjiżi Ewropej tant huma kburin bil-ġonna u l-parks tagħhom, u meta Malta tant hija nieqsa minn dawn, jista' jikkonsidra s-suġġeriment tiegħi biex dan ikun post ta' mistrieħ?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Il-Ġnien tal-Buskett tradizzjonalment jaqa' taħt id-Dipartiment ta' l-Agrikoltura.", "Riċentement twaqqaf kumitat (li jinkludi rappreżentant mid-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent) biex jitfassal pjan komprensiv għal utilizzar aħjar ta' dan il-ġnien daqstant importanti.", "Dan il-pjan jista' jinkludi ukoll tibdil f'dak li huwa t-tqassim tat-traffiku preżenti, kif ukoll il-possibbilta' li dan jiġi projbit għal kollox kif qed jissuġġerixxi l-Onor.", "Interpellant.", "SPTAR SAN LUQA - SENIOR HOUSE OFFICER", "29111.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsalill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid min intgħażel bħala Senior House Officer fl-Isptar San Luqa?", "Veru li min intgħażel għadu jaħdem fl-Ingilterra?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Billi l-post ta' 'Senior House Officer' fl-Isptar San Luqa jista' jkun f'diversi dixxiplini nitlob lill-Onor.", "Interpellant jgħid għal liema 'Senior House Officer' qiegħed jirriferi.", "ĦABS ĊIVILI - PRIĠUNIERI LI JBATU BIL-MARD TAL-HEPATITIS", "29112.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsalill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm hemm priġunieri fil-Ħabs ta' Kordin li qed ibatu bil- marda tal-Hepatitis?", "Kemm minnhom għandhom l-istess marda li kellu t- traffikant tad-droga Brażiljan Queiroz?", "Hemm priġunieri b'din il-marda li ġew iżolati jew qed jitħalltu ma' priġunieri oħra?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant ghat-twegiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 28543", "SPTAR SAN LUQA - SALA ST.", "MICHAEL", "29239.", "L-ONOR.", "EDWIN S. GRECH staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jikkonferma li s-sala \"St. Michael\" fl-Isptar San Luqa li kienet infetħet din is-sena biex jinżammu fiha priġunieri li jkunu qed jinżammu taħt kura fl-isptar reġgħet ġiet imbattla u qed tiżżarma?", "ONOR LOUIS GALEA: Ninsab informat li l-informazzjoni li l-Onor.", "Interpellant għandu, hi kompletament żbaljata.", "UNIVERSITA' - INSTITUTE OF HEALTH CARE - KORS TAL-LABORATORY TECHNICIANS", "29240.", "L-ONOR.", "EDWIN S. GRECH staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid billi l-kors tal-Laboratory Technicians fl-Institute of Health Care huwa ppjanat li jispiċċa f'Mejju, 1996 u billi wkoll il-kuntratt li għamlu dawn l-istudenti jispiċċa sitt xhur wara li jispiċċa l-kors, jista' l-Ministru jgħid x'se jiġri minnhom dawn il- ħaddiema li bħalissa qed jagħmlu xogħol ta' technicians kwalifikati wara li jispiċċa dan it-terminu u l-ħruġ uffiċjali tar-riżultati?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Hemm żewġ korsijiet fil-'Medical Laboratory Science' fl-'Institute of Health Care' li jispiċċaw f'Mejju 1996.", "Wieħed li jwassal għal Diploma u l-ieħor għal ċertifikat.", "Dawk l-istudenti li jispiċċaw b'suċċess il-kors tad-Diploma jkunu eliġibbli li japplikaw għall-postijiet ta' 'Medical Laboratory Technicians' fid-Dipartiment tas-Saħħa meta toħroġ s-sejħa għall-applikazzjonijiet.", "Dwar l-istudenti tal-kors taċ-ċertifikat m'għandix x'inżid mat-tweġibiet tiegħi għall-mistoqsijiet parlamentari numri 28486 u 28498.", "LABORATORY TECHNICIANS - TAĦDIDIET MAL-UNION", "29241.", "L-ONOR.", "EDWIN S. GRECH staqsalill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid jekk fit-taħdidiet li qed isiru mal-Unions dwar il-Laboratory Technicians, dak li qed jipproponi dawn il-ħaddiema hux se jiġi milħuq, jiġifieri li l-iskala tagħhom tkun pparagunata ma' dik ta' l- enrolled nurses (jiġifieri Skala 13) tar-riforma?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: M'għandi xejn x'inżid mat-tweġiba li tajt għall- mistoqsija parlamentari numru 28486 dwar l-istess suġġett.", "SPTAR MONTE CARMELI - TMEXXIJA", "29242.", "L-ONOR.", "EDWIN S. GRECH staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Issa li l-Isptar Monte Carmeli ġie ddipartimentalizzat, jista' l-Ministru jispjega x'inhi l-proċedura li se tiggwida t-tmexxija tal-ħames dipartimenti li nħolqu, kemm mil-lat ta' pazjenti, kemm dak ta' l- infermiera u s'intendi dak tat-tobba u l-ispeċjalisti?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Kif diġa' informajt l-Onor.", "Membru, il-proċess li fih il-pazjenti jiġu ddentifikati biex jitqassmu fil-ħames dipartimenti fl- Isptar Monte Carmeli għadu kemm inbeda.", "Id-diskussjonijiet dwar il- proċedura tat-tmexxija ta' dawn id-dipartimenti għada qed tiġi finalizzata u għalhekk għadu kmieni wisq biex nagħti l-informazzjoni mitluba.", "SPTAR SAN LUQA - DIPARTIMENT TA' L-OUT-PATIENTS - VELLA JESMOND", "29243.", "L-ONOR.", "EDWIN S. GRECH staqsalill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jġib għall-attenzjoni ta' l-awtoritajiet kompetenti l- problema ta' pazjent li qed jattendi l-Out-patients ta' l-Oftalmoloġija (Vella Jesmond - ID 222467) fejn il-konsulent ppreskrivilu l-qtar Timoptol 0.5 Minims?", "Din il-mediċina ġiet awtorizzata mid-Drugs & Therapeutics Committee.", "Din il-mediċina skond l-ispiżerija hija out of stock.", "Minflokha ġie mogħti ppreparat ieħor bl-isem ta' Timotol li l-pazjent sab li hu allerġiku għalih.", "Billi bħalissa l-pazjent mhux qed jieħu ebda kura, jista' l- Ministru jara li l-awtoritajiet jirrimedjaw għal din il-problema?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ma jidhirlix li hu sewwa li jsiru mistoqsijiet u li jingħataw tweġibiet li bihom niżvela materja ta' konfidenzjalita' medika.", "Żgur li l-Onor.", "Membru għandu mezzi oħra u aħjar kif iressaq ilmenti li jinvolvi pazjenti.", "SPTAR SIR PAUL BOFFA - MOULD ROOM", "29244.", "L-ONOR.", "EDWIN S. GRECH staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm jiġi ġġenerat xogħol fil-Mould Room ta' l- Isptar Sir Paul Boffa?", "Kemm ġew magħmula moulds din is-sena?", "X'kienet in-nefqa kapitali u rikorrenti ta' dan il-unit fl-1994 u din is- sena?", "Jista' l-Ministru jgħid hux qed jitħarreġ Malti biex jibda jagħmel dan ix-xogħol?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li fil-'mould room' ta' l-Isptar Boffa jiġi ġġenerat ix-xogħol kollu neċessarju biex partijiet tal-ġisem li m'humiex morda jkunu protetti mir-raġġi.", "In-numru ta' 'individual patient fixtures' li saru bejn Jannar u Settembru ta' din is-sena kien 34, waqt li fl-istess perjodu saru 40 'individual ceraband shieldings'.", "Fil-perjodu rikjest in-nefqa kapitali kienet ta' Lm578, waqt li n-nefqa rikurrenti kienet ta' Lm536.", "S'issa ma kienx hemm rispons pożittiv għal sejħa biex tiġi mħarrġa u maħtura persuna lokali biex tagħmel dan ix-xogħol.", "SKEJJEL - GĦAWDEX - TRASPORT LILL-ISTUDENTI", "29264.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jgħid x'arranġamenti hemm f'Għawdex biex trasport ipprovdut mill-Ministeru ta' l-Edukazzjoni jwassal lill- istudenti lejn l-iskejjel tagħhom?", "Għaliex il-ġenituri qed ikollhom iħallsu t-trasport ta' wliedhom?", "X'se jiġri dwar il-flus li diġa' ħarġu l-ġenituri?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li l-arranġamenti preżenti huma l- istess bħal dawk tas-snin l-imgħoddija, jiġifieri li n-numru tal-buses jiġi determinat mit-Transport Authority wara li d-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni f'Għawdex jissottometti listi li jeħtieġu t-trasport għad-diversi skejjel tal-Gvern.", "L-istudenti ġew avżati mill-kapijiet ta'l-iskola konċernati li l-bus fares imħallsa minnhom sejrin jiġu rifonduti mill-Gvern permezz ta' l- istess kapijiet ta'l-iskola.", "Il-proċess tar-rifużjoni tal-flus imħallsa mill-istudenti ġa qiegħed jinħadem.", "SKEJJEL - JUNIOR COLLEGE ĠIAN FRANĠISK ABELA - GĦALLIEMA", "29265.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jekk jogħġbu jqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra lista ta' dawk kollha li applikaw biex jgħallmu fil-Junior College Ġian Franġisk Abela?", "Jista' l-Ministru jagħti wkoll il-kwalifiki ta' kull persuna li applikat?", "Jista' l-Ministru jagħti l-lista ta' dawk li ntagħżlu biex jgħallmu fil- Junior College?", "Jista' l-Ministru jgħid f'liema grad inħatru biex jgħallmu?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Il-lista ta' dawk li ntagħżlu biex jgħallmu fil- Junior College u l-grad li nħatru fih hija fil-lista li tpoġġiet fuq il- Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "Għal raġuni ovvja mhix il-prassi li tingħata informazzjoni dwar applikanti li ma ġewx magħżula.", "SKEJJEL - TAL-GVERN - TRACER STUDIES", "29266.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsalill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra t- tracer studies li saru dwar fejn qed jispiċċaw it-tfal li jattendu l- iskejjel tal-Gvern matul is-snin skolastiċi 1991-1995?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: It-Tracer Studies mitluba għas-somma 1992 u 1993 tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "It-Tracer Study għas-sena 1994 qed jiġi stampat filwaqt li dak għas-sena 1995 għadu qed jiġi kompilat.", "Hekk kif jitlestew, inkun f'pożizzjoni li nqegħdhom fuq il-Mejda tal-Kamra .", "SAN ĠILJAN - QASAM TAL-GVERN TA' SAN ĠORĠ", "29267.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid meta se jkunu jistgħu jsiru sidien ta' djarhom dawk li jgħixu fil-Qasam tal-Gvern ta' San Ġorġ f'San Ġiljan (Pembroke)?", "ONOR.", "CENSU GALEA: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġibiet li tajtu għall-mistoqsijiet parlamentari numri 19, 18121, 24606, 28938 u 28939.", "SPTAR SAN LUQA - QASAM DENTALI - MAKNA TA' L-X-RAY", "29268.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm ilha bil-ħsara l-makna ta' l-X-Ray fil-qasam dentali fl-Isptar San Luqa?", "Meta se tissewwa?", "X'qed isir minn dawk li għandhom bżonn jużaw dan il-makkinarju u ilhom ix- xhur jistennew u sadanittant jekk għandhom problemi dentali qed isiru agħar?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ġejt informat li l-'OPG' mhux apparat essenzjali biex wieħed jiddentifika ameljorament jew meta kondizzjonijiet dentali jkunu sejrin għall-agħar.", "Għal dan il-għan hemm tipi ta' X'Rays oħrajn.", "L- 'OPG' itik 'full view' li minnu tieħu opinjonijiet ġenerali iżda b'inqas dettal.", "L-iktar li jkun mitlub huwa mill-'iSchool Dental Clinic' għall- każijiet ta' 'orthodontics' - Ta' min jirrimarka li huwa rari ħafna li dawn il-każijiet ma jistgħux jistennew.", "Madankollu dawk li ilhom jistennew għall-'OPG' ġew imsejħa biex jekk hemm il-ħtieġa jittieħdulhom X'Rays alternattivi.", "Sadanitant ittieħdu l-passi biex is-servizz ta' l-'OPG' ikun jista' jingħata mill-aktar fis possibbli.", "UNJONI EWROPEA - SĦUBIJA TA' MALTA", "29269.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsalill-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid f'liema programmi kulturali xjentifiċi u teknoloġiċi ta' l-Unjoni Ewropea qed tieħu sehem Malta?", "Jista' l-Ministru jagħti rendikont dettaljat kif intnefqu l-fondi min- naħa Maltija f'dawn l-oqsma fl-aħħar tliet snin?", "X'inhuma l-proposti Maltin għall-ħidmiet f'dawn l-oqsma għall-1995 u 1996 u kemm flus se jintnefqu fuq kull proposta?", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO: Malta sal-lum setghet tippartecipa biss fil- programmi Mediterranji mnedija mill-Unjoni Ewropea u fil-fatt issottomettiet għadd ta' progetti jew issieħbet fi proġetti li ġew sottomessi minn pajjiżi oħra fil-programmi Med Campus, Med Urbs, Avicienne u Med Media.", "Numru minn dawn il-proġetti taħt kull wieħed minn dawn il- programmi ġew aċċettati mill-Unjoni Ewropea.", "Il-fondi għall- parteċipazzjoni f'dawn il-programmi ġew fil-parti l-kbira tagħhom mill- Unjoni Ewropea.", "Min ftit żmien 'il hawn sar possibbli li Malta tipparteċipa fil-programmi kollha tal-\"Fourth Framework Programme\" għal riċerka u żvilupp, u kif ukoll fil-programmi Socrates, Leonardo u Youth for Europe III.", "Malta qegħda tipprova tikseb parteċipazzjoni f'programmi oħra tal-Unjoni f'oqsma differenti inklużi l-Kultura u l-Media.", "Il-preparamenti għall-parteċipazzjoni effettiva Maltija fil-programmi li għadni kemm semmejt issa waslu kważi fl-aħħar tagħhom.", "Għalhekk, għalkemm għad ma stajniex nipparteċipaw s'issa izda fi żmien qasir huwa previst li nkunu nistgħu nibdew nipparteċipaw.", "Rigward il-flus li se jintefqu fuq kull proposta nixtieq ninforma lill- Onor. Interpellant li qegħdin isiru l-kalkoli meħtiega dwar il-finanzjar tal-parteċipazzjoni effettiva ta' studenti, għalliema, żgħażagħ, ħaddiema, xjentisti u persuni ohra Maltin f'dawn il-programmi u l-parti l-kbira tan- nefqa għal din il-parteċipazzjoni se tithallas mill-fondi pprovduti mill- Unjoni Ewropea stess taħt il-protokoll finanzjarju il-gdid bejn l-Unjoni Ewropea u Malta.", "SANT'ANDRU - BLOCK VI - SPEZZJONI TA' POSTIJIET", "29497.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jara li ssir inspection tal-postijiet fi Block VI, St. Andrews Housing Estate minħabba l-kondizzjoni ħażina li wħud mill-bjut jinsabu fihom?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Għaddejt it-talba lid-Dipartiment tal- Bini u Tiswija ta' Djar għall-azzjoni meħtieġa.", "GŻIRA - TRIQ E. GALIZIA - TISWIJA", "29498.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: Billi ġie kkonfermat li E. Galizia Str, Gżira mhix triq privata, jista' l-Ministru jgħid x'qed jistenna l-Gvern biex jirranġa din it-triq li tinsab fi stat żdingat ħafna?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Il-manutenzjoni tat-triq imsemmija hija r- responsabbilta' tal-kunsill lokali.", "TELEPHONES - KAŻ TA' KONT PENDENTI (TEL:316310)", "29499.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: Billi Ms. Fenech ta' 8, Conception Str, Gżira (Tel no. 316310) qiegħda tħallas ftit ftit il-kont pendenti tat- telephone, minkejja li hi lesta tikkonferma li m'għamlitx it-telefonati li allegatament saru, jista' l-Ministru jara li jiġi 're-connected' it- telephone tagħha għal raġunijiet umanitarji, billi hi u żewġha huma t-tnejn anzjani u ilhom sentejn mingħajr servizz tat-telephone?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Jiena nformat li s-servizz tat-telephone imsemmi mill-Onor.", "Interpellant kien ġie sospiż f'Marzu 1993 u mneħħi f'Ġunju 1993 minħabba arretrati ta' kontijiet.", "Fil-preżent is-Sur Fenech qiegħed iħallas l-ammont dovut b'pagamenti ta' Lm10 fix-xahar.", "Minħabba li ma jirriżultax li s-Sur Fenech għamel xi talba sabiex jingħatalu s-servizz tat-telephone lura fuq bażi umanitarja, din il-persuna hija ġentilment mitluba sabiex tagħmel talba uffiċjali għal-konsiderazzjoni tal-Korporazzjoni Telemalta.", "Ta' min jgħid li f'ċirkostanzi bħal dawn, il- Korporazzjoni dejjem ħadet ħsieb tilħaq xi forma ta' ftehim biex ttaffi t- tbatijiet lill-abbonati tagħha kemm-il darba jiġu pprovduti raġunijiet validi.", "PULIZIJA - MEMBRI LI RTIRAW", "29526.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li jservu fil-Korp tal- Pulizija li rtiraw mix-xogħol bl-eta' u kemm irriżenjaw matul din is-sena?", "X'karigi kellhom?", "ONOR.", "TONIO BORG: L-informazzjoni mitluba tqiegħdet fuq il-Mejda tal- Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "PULIZIJA/UFFIĊJALI - INĊIDENTI WAQT IX-XOGĦOL", "29527.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsalill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' pulizija/uffiċjali li sofrew xi inċident waqt li kienu qed iwettqu ħidmithom?", "X'għajnuna ingħataw?", "Kif tinsab illum il-kondizzjoni ta' saħħithom?", "ONOR.", "TONIO BORG: In-numru ta Pulizija/Uffiċjali li sofrew xi inċidenti mill-1 ta' Jannar, 1995 waqt li kienu qed iwettqu ħidmithom, kien tat-12.", "Filwaqt li s-\"sick leave\" ta' ħamsa ġie kkonsidrat bħala \"Special sick leave\", is-seba' l-oħra għadhom pendenti għal \"Injury's Board\".", "Dawn kollha baqgħu jieħdu l-paga normali.", "Tnejn minn dawn il-membri għadhom jieħdu l-kura filwaqt li l-għaxra l- oħra daħlu għax-xogħol normali.", "MTARFA - BYPASS - KANAL TA' L-ILMA", "29528.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsalill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: Billi l-kanal ta' l-ilma tax-xita li hemm fil-Bypass ta' l-Imtarfa huwa mblokkat bil-ħamrija u ħama oħra kawża ta' l- aħħar maltemp, jista' d-dipartiment jara li jsiru x-xogħlijiet meħtieġa u ċioe' jitnaddaf dan il-kanal biex l-ilma tax-xita jkollu fejn jgħaddi u ma jagħmilx ħsara lill-uċuħ tar-raba' u liċ-ċittadini li jippassiġġaw f'dawn l- inħawi tar-Rabat?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Tajt struzzjonijiet lid-Dipartiment tat-Toroq biex inaddaf il-\"culverts\" li jaqgħu taħt ir-responsabbilita' tiegħu.", "MTARFA - DAWL", "29529.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Billi matul dawn l-aħħar snin għamilt diversi interpellanzi sabiex jiddawwlu diversi lokalitajiet fl-Imtarfa fosthom il-Bypass u l-partijiet ta' l- entratura ta' l-Imtarfa minn Għajn Qajjed, jista' l-Ministru jinformani għaliex dawn it-talbiet ġew injorati?", "Jaf il-Ministru xi frustrazzjoni għandhom ir-residenti kawża ta' dawn in-nuqqasijiet?", "Jista' l-Ministru għaldaqstant ma jkomplix jabbanduna dawn it-talbiet u jirrimedja bix- xogħlijiet meħtieġa?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Il-proġetti biex jiddawwlu diversi lokalitajiet fl-Imtarfa fosthom il-Bypass u l-partijiet ta' l-entratura ta' l-Imtarfa min Għajn Qajjet għadhom qed jiġu kkonsidrati flimkien ma' proġetti oħra.", "RABAT - GĦAR BARKA - TRASPORT PUBBLIKU", "29530.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: B'riferenza għat-talbiet tiegħi f'isem ir- residenti ta' Għar Barka, ċioe' biex jiġi estiż is-servizz tat-trasport pubbliku għall-inħawi, jista' l-Ministru jinformani għaliex dan is-servizz għadu mhux jiffunzjona?", "Jista' l-Ministru jirrispetta ċ-ċirkostanzi taċ-ċittadini u jara li bżonnijiet ta' din ix-xorta ma jkomplux jitħallew abbandunati daqstant?", "Jista' l-Ministru jinvestiga l-ilment u jara li x-xogħlijiet u l- arranġamenti meħtieġa jsiru mmedjatament ħalli sal-festi tal-Milied dan is- servizz ikun estiż lir-residenti ta' Għar Barka, Rabat?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Jiena nformat li t-triq in kwestjoni hija diġa' relattivament wiesgħa u tippermetti li jgħaddu vetturi kbar, madanakollu hemm biċċa fil-bidu tat-triq li jkun aħjar li titwessa'.", "Peress li din m'hijiex \"scheme road\" u r-raba' huwa saqwi t-twessigħ irid jiġi approvat mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar qabel din l-art tkun tista' tiġi esproprjata.", "Madanakollu peress li l-estensjoni ta' dan is-servizz tirrekjedi ukoll tibdil fis-sistema tax-xogħol fuq il-venda tar-Rabat, l-Awtorita' dwar it- Trasport Pubbliku se tqajjem dan is-suġġett b'urġenza għad-diskussjoni fi ħdan il-Kumitat Konsultattiv dwar it-Trasport Pubbliku sabiex jintlaħaq ftehim temporanju dwar il-provvediment ta' dan is-servizz minkejja d- diffikultajiet imsemmija.", "XORB U SEWQAN ESAĠERAT - KAMPANJA EDUKATTIVA", "29531.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsalill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: Billi resqin lejn il-festi tal-Milied u l- Ewwel tas-Sena, jista' l-Ministru jara li jagħmel kampanja edukattiva fuq il-mezzi tax-xandir u l-gazzetti sabiex jitrażżan l-abbuż tax-xorb u s- sewqan esaġerat?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li bħalissa qegħdin isiru l-preparamenti biex tkun organizzata \"Road Safety Campaign\" f'nofs Diċembru 1995.", "MSIDA - TRIQ IL-ĠDIDA - QTUGĦ FIL-PROVVISTA TA' L-ELETTRIKU", "29555.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li f'partijiet ta' New Str, Msida fejn hemm ir-residenza numru 41, qed ikun hemm spiss qtugħ ta' dawl kif ukoll provvista ta' ilma mdardra?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li l-provvista ta' l- elettriku f'partijiet minn Triq il-Ġdida, Msida ġiet interrotta darba fil- ġimgħa għal tliet ġimgħat biex isir xogħol programmat konness ma' spustjar ta' linji tal-vultaġġ baxx.", "DIPARTIMENT TAS-SAĦĦA - APPLIKAZZJONI GĦAL KORS TA' NURSING AIDES", "29556.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Nirriferi għall-acknowledgement Ref.", "1604 - datata 13/4/95 Dipartiment tas- Saħħa dwar applikazzjonijiet għal course ta' Nursing Aides.", "Jista' l- Ministru jgħid fiex waslet din l-applikazzjoni?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-applikazzjoni li għaliha qed jirriferi l-Onor.", "Interpellant flimkien ma' applikazzjonijiet oħra għall-kors ta' 'Nursing Aides', qed jiġu pproċessati.", "Ninsab informat li l-applikanti se jiġu ntervistati fi żmien qasir.", "DIPARTIMENT TAS-SAĦĦA - KAŻ TAS-SUR MARTIN DEBONO", "29557.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jinvestiga l-każ tas-Sur Martin Debono ta' 72, Stuart Str, Gżira li se jkollu jistenna b'kollox tmien xhur (minn Ġunju '95) sakemm jagħmlulu l-operazzjoni tal-ftuq fl-Isptar San Luqa?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Iva.", "RAĦAL ĠDID - TRIQ ĦAŻ ŻABBAR - NUGRUFUN", "29571.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsalill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jara li jsir studju/stħarriġ ta' x'inhi l-kawża ta' ammont sostanzjali ta' nugrufun li qed isofru minnu xi residenti fl-inħawi ta' Triq Ħaż Żabbar, f'Raħal Ġdid u jara kif din is-sitwazzjoni tista' tiġi rrimedjata?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li minn spezzjonijiet li saru fl-inħawi ta' Triq Ħaż Żabbar, f'Raħal Ġdid ma setax jiġi determinat x'kienet il-kawża tan-nugrufun irrapportat mill-Onor.", "Interpellant.", "Se nkomplu bl-istħarriġ dwar il-materja.", "RAĦAL ĠDID - LUQA ROAD - SINJALI TAT-TRAFFIKU", "29572.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: Jista' l-Ministru jgħid x'possibilta' hemm li f'Luqa Road, Raħal Ġdid jsiru traffic lights fejn l-ispiżerija ta' Portelli b'pedestrian crossing u l-parti tat-triq id-dejqa ssir \"one-way\"?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Se nirriferi t-talba ta' l-Onor.", "Interpellant għall-konsiderazzjoni tal-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku.", "RAĦAL ĠDID - LUQA ROAD - ZEBRA CROSSING", "29573.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: Jista' l-Ministru jgħid x'possibbilta' hemm li ssir zebra crossing fejn il-Carter's Supermarket f'Luqa Road, Raħal Ġdid?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Se nirriferi t-talba ta' l-Onor.", "Interpellant għall-konsiderazzjoni tal-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku.", "TELEPHONES - SERVIZZI ĠODDA", "29574.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsalill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li r-residenti ta' \"Pomnuri\", Triq is-Silla, Marsascala b'riferenza AT4597/95 għadhom ma ngħatawx is-servizz tat-telephone li huwa meħtieġ ferm għaliha?", "X'inhi r-raġuni ta' din is-sitwazzjoni meta l-Gvern preżenti jiftaħar bis-\"service on demand\" tas-servizz telefoniku?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Jiena nformat li fil-preżent il-Korporazzjoni Telemalta qiegħda tesegwixxi xogħlijiet ta' estensjoni tal-\"cable network\" fl-inħawi msemmija mill-Onor.", "Interpellant.", "Huwa ppjanat li l- applikazzjonijiet kollha pendenti f'Wied il-Għajn (inkluż dik ta' l- applikant bir-referenza AT1479/95 u mhux AT4597/95) mistennija jiġu moqdija fil-bidu tas-sena d-dieħla.", "DIPARTIMENT TAS-SIGURTA' SOĊJALI - BENEFIĊĊJI SOĊJALI", "29575.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern jistax jieħu in konsiderazzjoni fil- kalkoli tal-pensjoni ta' l-irtirar fil-perjodu taż-żmien li persuni li jgħinu u jgħixu ma' l-anzjani (u possibilment jieħdu l-pensjoni tal-wens) jkollhom jieqfu mix-xogħol għal din ir-raġuni?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-Onor.", "Interpellant jaf li din l-Amministrazzjoni b'effett minn Jannar tal-1992 inkludiet il-Pensjoni tal-Wens mal-benefiċċji l-oħra li hemm taħt l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali.", "Din il-pensjoni kienet ngħatat sabiex persuna mhux miżżewġa jew persuna armla tkun tista' tieħu ħsieb il-ġenitur tagħha.", "Fis-subartikolu 3(a) ta' l-Artiklu 16 tal-liġi sar provvediment sabiex persuna li tkun qed tirċievi Pensjoni tal-Wens, għax qed tieħu ħsieb il- ġenituri tagħha, tkun intitolata wkoll għal kontribuzzjonijiet akkreditati kemm-il darba kienet persuna mpjegata jew taħdem għaliha nnifisha u minnufih qabel ma saret intitolata għal Pensjoni tal-Wens kienet:", "(i) ħalset total ta' 156 kontribuzzjoni; u (ii) kellha medja ta' kontribuzzjonijiet mħallsa jew akkreditati għall- inqas ta' 20 fis-sena.", "Dan il-provvediment tal-liġi ta assigurazzjoni lil persuna li tkun qed tieħu l-Pensjoni tal-Wens li meta tkun qed tiġi stmata l-pensjoni tal- persuna konċernata meta din tilħaq l-eta' ta' l-irtir il-perjodu kollu li kienet tieħu ħsieb il-ġenitur tagħha tkun intitolata għal kontribuzzjonijiet akkreditati kemm-il darba tissodisfa l-kundizzjonijiet mitluba fil-liġi.", "Għaldaqstant waqt l-istima tal-pensjoni għal Min Jirtira tal-persuna konċernata l-kontribuzzjonijiet akkreditati li persuna tkun ħadet bis-saħħa tal-Pensjoni tal-Wens huma validi u jiġu kkonsidrati waqt il-kalkolazzjoni tal-medja ta' kontribuzzjonijiet mħallsa jew akkreditati minn sena għal sena."]} {"filename": "20041206_201d_par.doc", "date": "2004-12-06", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Uffiċjali u Rivedut) L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 201 It-Tnejn, 6 ta' Diċembru, 2004 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 201 It-Tnejn, 6 ta' Diċembru, 2004", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.02 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "201", "It-Tnejn, 6 ta' Diċembru, 2004", "WERREJ", "MINUTI 1", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 1", "TQEGĦID TA' KARTI 9", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "KUMITAT TA' PROVVISTA", "ESTIMI ĠENERALI 2005", "IT-TIELET JUM STABBILIT", "MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN 9", "AĠĠORNAMENT 47", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 48", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 200 li saret fis-6 ta' Diċembru, 2004 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "ARTIJIET - APPLIKAZZJONIJIET GĦAL XIRI TA' PROPRJETA`", "7254.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern: Jista' l-viċi prim ministru jgħid kemm kien it- total ta' applikazzjonijiet taħt kull skema ta' xiri kif ukoll kemm ġew konklużi kuntratti u kemm daħħal flus il-gvern għal kull skema sa l-aħħar ta' Awissu 2004?", "ONOR.", "TONIO BORG (Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l- Intern): Ninsab informat illi t-total ta' applikazzjonijiet taħt kull skema maħruġa mill-uffiċċju konġunt dwar xiri u fidi ta' ċnus huwa kif ġej:", "Skema Numru ta' Applikazzjonijiet", "1996 1,520 1998 91 2001 (sal-5/10/2004) 3,294", "In-numru ta' kuntratti konklużi u d-dħul minnhom huwa kif jidher fit- tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Carmelo Abela): L-Onor.", "Azzopardi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JASON AZZOPARDI: Il-ministru huwa f'pożizzjoni li jislet xi konklużjoni għalfejn fl-1998 kien hemm daqstant diskrepanza fin-numru ta' applikazzjonijiet?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-viċi prim ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Sur President, hawnhekk m'għandix l-informazzjoni eżatta imma milli niftakar, din kienet tirriferi għal skema - li kien ħareġ il-ministru responsabbli mill-housing li kien ukoll responsabbli mill-joint office xi xahar qabel l-elezzjoni ta' l-1998 - li kellha closing date mentri l-iskema ta' l-2001 ma kellhiex closing date.", "Barra minn hekk, din l- iskema kienet tapplika biss għall-kirjiet u dan jispjega għaliex in-numru ta' applikazzjonijiet kien daqshekk baxx.", "Meta mbagħad ġejna biex nagħmlu l-iskema ta' l-2001, rajna x'ġara fl-1996 u fl-1998.", "Fil-fatt tgħallimna mid-difetti ta' dawk l-iskemi u lliberalizzajna b'mod li jistgħu japplikaw aktar nies kif fil-fatt qiegħed jiġri.", "UFFIĊĊJU KONĠUNT - EX-PROPRJETA` TAL-KNISJA", "7255.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern: Jista' l-viċi prim ministru jgħid kemm għad baqa' applikazzjonijiet biex jiġu proċessati taħt id-diversi skemi ta' xiri jew fidi ta' ex-proprjeta` tal-Knisja?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi l-qagħda ta' l-applikazzjonijiet sottomessi lill-uffiċċju konġunt taħt l-iskemi tas-snin 1996, 1998 u 2001 hija kif tidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.", "SAĦĦA - PAZJENTI LI NTBAGĦTU GĦALL-KURA BARRA MINN MALTA", "7256.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunita`: Jista' l-ministru jgħid kemm il-gvern ħallas għall- pazjenti Maltin biex jiġu kkurati barra minn Malta fis-snin 2002, 2003 u 2004 (s'issa)?", "Kemm-il pazjent ġie msiefer, għal liema pajjiżi u għal- liema tip ta' kura jew operazzjonijiet?", "ONOR.", "HELEN D'AMATO (Segretarju Parlamentari)(f'isem il-Ministru tas- Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunita`): Fis-snin imsemmija tħallsu l- ammonti:", "|Sena |Ammont | | |Imħallas | |2002 |Lm388,992 | |2003 |Lm429,583 | |2004(sa|Lm368,725 | |02/09/0| | |4) | |", "Numru ta' pazjenti li kellhom bżonn isiefru għall-kura kien:", "|Sena |No.ta'|Ingilt|Iżra| | |pazjen|erra |el | | |ti li | | | | |siefru| | | |2002 |230 |229 |1 | |2003 |240 |239 |1 | |2004(s|175 |174 |1 | |a | | | | |31/08/| | | | |04) | | | |", "Dawn il-pazjenti ntbagħtu għal investigazzjonijiet u operazzjonijiet speċjalizzati fil-moħħ, fid-dahar, fl-għadam, fl-għajnejn, fil-widnejn, fl- imsaren u fil-kliewi.", "Intbagħtu wkoll pazjenti għal trapjanti tal-fwied u tal-mudullun u tfal għal operazzjoni fuq il-qalb.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Azzopardi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JASON AZZOPARDI: Sur President, peress li skond din l-istatistika jidher li kien hemm pazjent kull sena li fil-perjodu ndikat intbagħat l- Iżrael filwaqt li l-oħrajn intbagħtu l-Ingilterra, tista' s-segretarju parlamentari tgħid, għal kull bon fini, x'tip ta' kura wieħed jingħata fl- Iżrael?", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Helen D'Amato.", "ONOR.", "HELEN D'AMATO: Sur President, biex inkun onesta ma nafx għal liema speċjalizzazzjoni ntbagħtu Iżrael il-persuni ndikati.", "Jien ġdida f'dan il- qasam u lanqas għandi l-esperjenza medika.", "Ħafna pazjenti jintbagħtu l- Ingilterra minħabba li jeżisti bilateral agreement ma' dan il-pajjiż.", "Din is-sistema ilha għaddejja għal bosta snin u dan it-tip ta' arranġament għen ħafna biex numru dejjem akbar ta' Maltin setgħu jintbagħtu l-Ingilterra biex jingħataw il-kura fi sptarijiet hemmhekk, sakemm l-ispeċjalizzazzjoni ma setgħetx tiġi moqdija ġewwa pajjiżna stess.", "SAĦĦA - OPERAZZJONIJIET TAL-QALB", "7257.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunita`: Jista' l-ministru jgħid kemm saru operazzjonijiet ta' l- hekk imsejħa heart bypasses fis-snin 2002, 2003 u 2004 (s'issa)?", "ONOR.", "HELEN D'AMATO (f'isem il-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil- Komunita`): Ninsab informat li d-data management unit fl-Isptar San Luqa għandu informazzjoni dwar l-operazzjonijiet kirurġiċi mis-sena 2002 sa' Ġunju, 2004 mis-surgical operations register ta' l-isptarijiet San Luqa u Karen Grech (SLH-KGH).", "In-numru ta' operazzjonijiet reġistrati ta' coronary artery bypass grafts (CABG), hekk imsejħa heart bypasses, fis-snin 2002, 2003 u Jannar sa Ġunju 2004 huma kif ġej:", "|Sena |Total ta' | | |CABG's | |2002 |397 | |2003 |476 | |2004 |262 | |(Jan-Ġun) | |", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Azzopardi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JASON AZZOPARDI: Is-segretarju parlamentari hija f'pożizzjoni li tindika, imqar approssimament, kemm tiġi tqumlu lill-gvern operazzjoni tipika ta' heart bypass?", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Helen D'Amato.", "ONOR.", "HELEN D'AMATO: Peress li f'din ir-risposta m'hawnx l-informazzjoni indikata u peress li bħalma diġa` għedt f'xi seduta oħra, jien la nħobb nispara 'l isfel u lanqas 'il fuq, m'iniex f'pożizzjoni li ngħid kemm tiġi tqum operazzjoni tal-bypass.", "Pero' jekk l-Onor.", "Interpellant jagħmel mistoqsija speċifika, m'għandix dubju li r-risposta tingħatalu.", "MALTACOM - SUSSIDJARJI", "7258.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika: Jista' l-ministru jgħid kemm hemm sussidjarji tal-kumpannija Maltacom?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika): Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jista' l-ministru jgħid kemm fir-realta` għad fadal attivi minn dawn is-sussidjarji?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: X'irid ifisser bil-kelma \"attivi\"?", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Ħalli nagħti eżempju.", "Kien hemm kumpannija li kienet tieħu ħsieb is-security u għalkemm isimha bħala kumpannija għadu jidher, fir-realta` din spiċċat.", "Meta lill-ministru qed nistaqsih kemm għad fadal kumpanniji sussidjarji li fil-verita` huma attivi mhux qed nirriferi għal każijiet simili imma għal dawk li fihom ix-xogħol ikun għadu għaddej.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jien staqsejt x'irid ifisser bil-kelma \"attivi\" għax hemm diversi definizzjonijiet tagħha.", "Jekk qed nifhem sew, l-Onor.", "Mizzi qed jistaqsini jekk dawn il-kumpanniji għadhomx qed jagħmlu trading.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Le, mhux f'dak is-sens.", "Jien qed nistaqsih kemm minn dawn il-kumpanniji li nħolqu biex jagħmlu ċertu tip ta' xogħol, fir-realta` għadhom jagħmluh peress li l-Maltacom issa ddeċidiet li terġa' tgħaqqad uħud mill-kumpanniji sussidjarji magħha.", "Jiġifieri kemm minn dawk is- sussidjarji li għadhom jeżistu fil-kotba, għadhom jiffunzjonaw fil- prattika?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Li nista' ngħid lill-Onor.", "Interpellant hu li jekk jara l-aħħar AGM li sar mill-Maltacom, fih għandu jsib rapport dettaljat dwar l-operazzjonijiet ta' kull waħda.", "Minnu żgur joħroġ ċar x'kienet il- funzjoni oriġinali ta' kull kumpannija u jekk din għadhiex teknikament tagħmel trading - naħseb li din hija l-aħjar kelma aċċettata fil-livelli kollha - jiġifieri if it's still a trading company or a non-operating company.", "Dan jirriżulta mid-dħul u l-ħruġ li jiġi rrapportat kull sena.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Azzopardi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JASON AZZOPARDI: Sakemm din id-domanda ma tkunx ta' preġudizzju għall-operat kummerċjali tal-kumpannija u fil-kontest tal-proċess ta' privatizzazzjoni li għaddej bħalissa fil-Maltacom, il-ministru huwa f'pożizzjoni li jgħid x'se jsir minnhom eventwalment il-kumpanniji sussidjarji tal-Maltacom?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ikun tajjeb li forsi nifhmu sew x'ifisser proċess ta' privatizzazzjoni.", "Dan ifisser li l-gvern ibigħ ix-shareholding tiegħu fil- Maltacom plc.", "Il-gvern m'għandu ebda ishma f'dawn il-kumpanniji sussidjarji.", "ENEMALTA/MALTACOM - VOLUNTARY RETIREMENT SCHEMES", "7259.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika: Sakemm dan ma jmurx kontra l- interessi kummerċjali tagħhom, jista' l-ministru jgħid jekk hux qed jiġu kkonsidrati voluntary retirement schemes għall-ħaddiema tal-korporazzjoni Enemalta u tal-Maltacom?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jien informat li l-korporazzjoni Enemalta qiegħda tagħmel human resource audit tad-diviżjonijiet tagħha u għadu prematur biex tgħid jekk hux se jiġi kkonsidrat l-irtirar taħt l-iskemi volontarji.", "Rigward il-Maltacom, nitlob l-Onor.", "Interpellant jirriferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 1130.", "AMBAXXATUR GĦAS-SLOVENJA", "9025.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru ta' l-Affarijiet Barranin: Jikkonferma l-ministru li l-persuna, li isimha qed jintbagħat separatament, se tinħatar ambaxxatur għas-Slovenja mill-1 ta' Jannar, 2005?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO (Ministru ta' l-Affarijiet Barranin): Le.", "KOMPETITTIVITA` U KOMUNIKAZJONI - SAFAR", "9108.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għall-Kompetittivita` u l-Komunikazzjoni: Jista' l-ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 8656 u jgħid kemm-il żjara barra mill- pajjiż għamlu l-uffiċjali tad-dipartimenti, awtoritajiet, entitajiet, eċċ., li jaqgħu taħt il-ministeru matul l-ewwel disa' xhur tas-sena u fuq liema oqsma?", "Kemm hi l-ispiża globali nvoluta?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għall-Kompetittivita` u l-Komunikazzjoni): Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant.", "KOMPETITTIVITA` U KOMUNIKAZZJONI - SAFAR", "9110.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill-Ministru għall-Kompetittivita` u Komunikazzjoni: Jista' l-ministru jirrispondi l- mistoqsija parlamentari 8657 u jgħid kemm-il żjara barra mill-pajjiż għamel hu u l-uffiċjali tal-ministeru matul l-ewwel disa' xhur tas-sena u x'oqsma kienu jispeċjalizzaw dawn iż-żjajjar?", "Kemm hija l-ispiża globali nvoluta?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li t-total taż-żjajjar barra mill- pajjiż li għamel il-ministru u l-uffiċjali tal-ministeru għall- kompetittivita` u komunikazzjoni matul l-ewwel disa' xhur tas-sena hu ta' 30.", "L-oqsma li fuqhom saru dawn iż-żjajjar kienu dawk li għandhom x'jaqsmu ma':", "Joint OECD Transport Research Transport Telecom and Energy - Council Meeting ECMT - Taskforce on Security and Terrorism in Transport TEN-T Projects Seminar Meeting of the Board of Governors IMLI ECMT - Group on Road Transport Euromed Transport Project Informal Ministerial Broadband Conference Competitiveness Council Meetings EIPA Training Programme Seminar - European Negotiations 30th CERP Plannary Meeting High Level European Policy Summit - Harnessing the Power of Enlargement Dutch Presidency - Short Sea Shipping Meetings Posidonia 2004 TTE Council Meeting Ten Financial Assistance Committee - Transport Sector Meeting Technical Working Party on the New Directive of Service Working Party on the Directive for the Provision of Services in the Internal European Charter Conference on Small and Medium Enterprises High level Group on Competitiveness and Growth Informal Competitiveness Council Meeting", "In-nefqa totali ammontat għal Lm18931.39", "AFFARIJIET RURALI U AMBJENT - SAFAR", "9112.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 8653, jista' l-ministru jinformani kemm hi l-parti li tħallset mill-Unjoni Ewropea?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l- Ambjent): L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f'seduta oħra.", "GĦAWDEX - SAFAR", "9113.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għal Għawdex: Tista' l-ministru tirrispondi mistoqsija parlamentari 8654 u tgħid kemm-il żjara barra mill-pajjiż għamlu l- uffiċjali tad-dipartimenti li jaqgħu taħtha matul l-ewwel disa' xhur tas- sena u fuq liema oqsma?", "Kemm hija l-ispiża involuta?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem il-Ministru għal Għawdex): Nirriferi lill- Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 8910.", "TRASFERIMENT TA' MINISTRI/MINISTERI", "9312.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 8867, jista' l-prim ministru jinformani kemm fil-fatt kienu l-ispejjeż tal- ġarr u ta' l-għamara ġdida li nxtrat u/jew inkriet?", "Saru xi alterazzjonijiet jew xogħlijiet oħra fil-postijiet il-ġodda u jekk iva, kemm ġew jiswew?", "ONOR.", "TONIO BORG (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Qed nipprovdi t-tagħrif mitlub dwar it-trasferiment tal-ministeru tal-finanzi mill-Auberge d'Aragon u House of Catalunya għal Cavalier House u Maison Demandols fil-Belt Valletta:", "Spejjeż ta ġarr Lm1,758 Xiri ta' għamara Lm3,003 Alterazzjoni/Xogħolijiet oħra Lm 242", "Rigward it-trasferiment ta' ministeri oħra, nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-ministri kkonċernati.", "PULIZIJA - PUSSESS U/JEW TRAFFIKAR TA' DROGA", "9416.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern: Jista' l-viċi prim ministru jgħid meta persuna taħt l-eta` ta' 18–il sena tiġi akkużata b'xi reat bħal dik ta' pussess jew traffikar ta' droga, quddiem liema qorti tidher, jekk hux dik tal-minorenni?", "Jekk iva, jista' jgħid x'inhu l-massimu tal-piena f'dik il-qorti?", "F'pajjiżna persuna ta' 15–il sena tista' teħel il- ħabs?", "Jekk iva, fejn tiġi skontata s-sentenza?", "ONOR.", "TONIO BORG: Persuna taħt l-eta` ta' 18-il sena tidher quddiem il- qorti tal-maġistrati bħala l-qorti tal-ġudikatura kriminali fejn tkun għalqet is-16-il sena, u quddiem il-qorti tal-minorenni meta tkun taħt dik l-eta` anke fil-każijiet ta' pussess u/jew traffikar ta' droga.", "Kemm il- qorti tal-minorenni u l-qorti tal-maġistrati tista' wkoll, skond il- kompetenza tagħha, taġixxi bħala qorti istruttorja fejn il-każ jispiċċa quddiem il-qorti kriminali.", "Skond il-kodiċi kriminali il-minorenni li jkun għalaq l-14-il sena iżda ma jkollux 18-il sena jeħel il-piena applikabbli għar-reat imnaqqsa bi grad jew tnejn.", "Il-massimu tal-piena fil-qorti tal- minorenni għalhekk hija disa' snin priġunerija f'każ ta' traffikar ta' droga u disa' xhur fil-każ ta' pussess.", "Il-piena ta' priġunerija tiġi skontata fil-youth offenders unit rehabilitation section tal-faċilita` korrettiva ta' Kordin.", "Dan hu unit awtonomu u mifrud mill-bqija tal-ħabs.", "PULIZIJA - QBID TA' DROGA", "9417.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern: Waqt li nifraħ lit- taqsima ta' kontra d-droga għas-suċċessi li għamlet matul din is-sena, jista' l-viċi prim ministru jgħid liema droga u f'liema kwantita` nqabdet s'issa din is-sena?", "F'liema nħawi?", "Kemm tressqu nies il-qorti fuq kazi ta' drogi din is-sena?", "Minn liema lokalitajiet kienu?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi matul din is-sena kien hemm 546 persuna li tressqu l-qorti fuq akkużi relatati mad-droga, filwaqt li l- ammont u t-tip ta' droga li nqabdet mill-pulizija huwa kif ġej:", "Cocaine 116 grms Heroin 740 grms Cannabis plants 293 plants Cannabis grass 2.347 kg Cannabis resin 35.560 kg Cannabis seed 2,281 seeds Cannabis joints 11 joints Ecstacy 5,853.5 tablets Amphetamine 69.4 grms Dalmain 4 tablets Methadone 1 lt", "Infomat ukoll li l-lokalitajiet involuti huma kif jidher fuq it-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Mario Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Sur President, il-mistoqsija li se nagħmel aktar hija assoċjata mar-risposta tal-mistoqsija preċedenti.", "Ma jaħsibx il-ministru li l-youth offenders unit fir-rehabilitation section għandha idealment tkun maqtugħa mill-faċilita` korrettiva ta' Kordin?", "Jikkonferma li ħafna pajjiżi oħrajn jużaw din is-sistema?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-viċi prim ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Sur President, huwa veru li hemm pajjiżi li għandhom istituzzjonijiet speċifiċi minflok joqogħdu jibagħtu liż-żgħażagħ ġewwa l- ħabs.", "Dan il-unit, li l-ftuħ tiegħu kien il-proġett prinċipali ta' dan il- gvern, huwa ħabs għalih, ir-reġim m'huwiex daqshekk iebes u fih programmi speċjali għaż-żgħażagħ - bħalissa hemm madwar 24 wieħed - li jkun hemm ġewwa fih.", "Ġeneralment ħafna miż-żgħażagħ japplikaw għall-programm ta' rijabilitazzjoni mill-problema tad-droga - dawn jistgħu jkunu qegħdin hemmhekk jew għax ikunu huma stess vittmi tad-droga jew inkella għax ikunu kkommettew reati oħra, bħal serq - lejn l-aħħar sentejn tal-piena tagħhom biex malli jispiċċaw il-programm ma jerġgħux jidħlu lura l-ħabs.", "Skond il- ħteġijiet ta' dak li jkun, hemm tliet istituzzjonijiet fejn dawn jistgħu jmorru u dawn jinsabu barra mill-ħabs.", "Wieħed minnhom huwa s-SATU li jinsab l-Imtaħleb u min imur fih ikollu programm anke biex joħroġ jaħdem, jiġifieri ma joqgħodx il-ħin kollu magħluq ġewwa.", "Imbagħad hemm l-istituzzjoni tal-Caritas li jinsab Baħar iċ-Ċagħaq, fejn ikollhom parti li jkunu ġewwa u parti li jkunu barra.", "Dan minkejja li jkunu qed jiskontaw is-sentenza għax bir-regolamenti ġodda tal-ħabs, il- fatt li jkunu qegħdin fi programm, awtomatikament, jitnaqqas mis-sentenza tagħhom, mentri qabel kien ikollok tagħmel ħafna petizzjonijiet lill- President biex jaħfrilhom għaż-żmien li għamlu fil-programm ta' rijabilitazzjoni.", "Jiġifieri l-fatt li qiegħed fil-programm, qisu qiegħed il-ħabs għal skopijiet ta' piena.", "Imbagħad hemm it-tielet istituzzjoni li hija dik ta' Santa Marija mmexxija mis-Sedqa fejn prattikament għandek ukoll l-istess reġim.", "Dawn huma kompletament barra mill-ħabs.", "Taħt ir-regolamenti tal-ħabs huwa possibbli wkoll li bil-kunsens tal- ministru jintbagħat xi żagħżugħ jew żagħżugħa li għalkemm ma jkollhomx il- problema tad-droga, ikollhom problemi oħrajn.", "Dawn rari jintużaw imma ntużaw f'żewġ każijiet, partikolarment ta' tfajliet li kienu ta' l-eta` tenera ta' 16-il sena, li weħlu sentenza qasira ta' ħabs - ta' xi xahar - u biex ma jagħmlux dak iż-żmien hemmhekk, marru f'post ieħor fejn hemm ċerta sorveljanza u jistgħu jagħmlu ċertu xogħol fil-komunita`.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Galea.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Huwa minnu li fir-realta` d-detenuti li jkunu fil- youth offenders unit ma jkollhom l-ebda kuntatt, fl-ebda ħin tal-ġurnata, mal-priġunieri l-oħrajn?", "Barra minn hekk, il-bieraħ iltqajt ma' tifel li għad għandu 13 jew 14-il sena u xi ħadd li jiġi minnu qalli li dan diġa` jinsab on probation mill- qorti fuq ħames serqiet.", "Jista' l-ministru jgħid fejn jintbagħtu tfal ta' din l-eta` jekk ikunu issentenzjati?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-viċi prim ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Dawk li jkunu detenuti fil-YOURS ma jkollhomx kuntatt mal-ħabsin barra l-YOURS pero' jkollhom kuntatt mal-ħabsin l-oħra ġewwa l- YOURS inkella jispiċċaw in a solitary confinement.", "L-interess tagħna hu li ma jitħalltux mal-hardened criminals imma li jitħalltu ma' l-oħrajn li hemm fil-YOURS, m'hemm xejn ħażin fiha.", "Qabel ma nirrispondi għat-tieni parti tad-domanda rrid ngħid li fil-ħabs bilfors irid ikollok unit għaż-żgħażagħ għax dawn ikollok minnhom - meta ngħid \"żgħażagħ\" qed nirriferi għal persuni ta' 20 jew 22 sena - li jkunu qegħdin jiskontaw sentenza ta' omiċidju volontarju.", "Dawk ma tistax tibgħathom barra mill-ħabs.", "Meta jkun hemm sentenzi ta' ħabs fil-konfront ta' persuni ta' 14-sena ...", "L-ewwelnett dawn il-każijiet, għalkemm ma rridx ngħid li ma jeżistux, huma rari ħafna.", "Għaliex?", "Għax il-qorti diġa` għandha l-poter - u għamilt riferenza għaliha - li f'każ ta' żgħażagħ tista' jew tinżel taħt il-minimum biex ma tagħtihx il-ħabs, jew inkella għalkemm ma tinżilx taħt il-minimum tnaqqas il-minimum b'żewġ gradi minħabba l-eta` ta' dak li jkun, u ħafna drabi jekk xi ħadd jispiċċa verament il-ħabs f'dik l-eta`, ikun minħabba li ripetutament ikun ingħata ċans u għal xi raġuni jew oħra jkun impossibbli li jinżamm x'imkien ieħor.", "F'dak il-każ dan xorta waħda jmur ġewwa dan il- unit.", "Fil-fatt skond ir-regolamenti tal-ħabs malli tidħol persuna taħt is-16-il sena, id-direttur irid javża lill-ministru wkoll.", "Din għamilniha biex ma jinsewx li din il-persuna tkun qiegħda hemmhekk.", "Fil-fatt din ikollha programm ta' riabilitazzjoni jew mill-problema tad-droga jew inkella mill- problemi li għalkemm ma jkunux relatati ma' droga, ikunu qed iġegħluha taqa' f'dawn l-iżbalji u f'dak il-każ il-ministru jista', wara li jitlob il- pariri, ineħħiha mill-ħabs u jpoġġiha x'imkien ieħor jekk ikun hemm xi ħadd li jkun lest li jaċċettaha.", "Irrid ngħid illi fiż-żewġ każijiet li kelli kien hemm - ħafna drabi dawn ikunu istituzzjonijiet reliġjużi - min aċċetta li dawn imorru magħhom.", "Jiġifieri dejjem ikun hemm soluzzjoni.", "Ma naħsibx li xi ħadd jieħu gost jara tfal ta' 14-il sena l-ħabs speċjalment meta ma jkunux fuq omiċidji imma fuq reati li għalkemm ikunu serji fil-konfront ta' l-eta' tagħhom, m'għandhomx iwasslu biex ikunu ġewwa istituzzjoni ta' ħabs.", "QRATI - PERSUNI AKKUŻATI B'PUSSESS/TRAFFIKAR TA' DROGA", "9418.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern: Jista' l-viċi prim ministru jgħid matul din is-sena s'issa kemm kien hemm persuni, rġiel u nisa separatament, li tressqu l-qorti u ġew akkużati b'pussess ta'droga jew bi traffikar ta'droga, u b'pussess u traffikar tad-droga?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li matul din is-sena, s'issa, kien hemm 410 persuni, li 353 minnhom kienu rġel u 57 kienu nisa, li tressqu l- qorti mill-pulizija fuq pussess ta' droga, filwaqt li n-numru ta' dawk imressqa l-qorti mill-pulizija fuq traffikar, liema akkuża tinkludi wkoll il-pussess, kienu 136, li 127 minnhom kienu rġiel u disa' nisa.", "CCF - PERSUNI LI QED JISKONTAW XI TIP TA' SENTENZA", "9419.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern: Jista' l-viċi prim ministru jgħid kemm hemm nies li qed jiskontaw sentenza ta' ħabs fil- faċilita` korrettiva ta' Kordin wara li nstabu ħatja fuq akkużi konnessi mad-droga?", "Jista' jagħti n-nazzjonalita` tagħhom?", "Kemm minnhom huma nisa?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi l-informazzjoni mitluba mill- Onor. Interpellant hija kif tidher fit-tabella hawn taħt:", "Sentenzjati fuq reati konnessi ma' droga", "|Nazzjonali|Irġie|Nisa| |ta' |l | | |Maltija |36 |1 | |Bulgara |1 |0 | |mir-Renju |3 |1 | |Unit | | | |Olandiża |3 |0 | |Taljana |1 |1 | |Libjana |26 |1 | |Tuneżina |1 |0 | |Torka |0 |4 | | | | | |TOTAL |71 |8 |", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Tqegħid ta' karti.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "TONIO BORG: Sur President, f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi nqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Dikjarazzjonijiet għas-sena 2003 magħmula skond paragrafi 48 u 49 tal- Kodiċi ta' Etika għall-Ministri u Segretarji Parlamentari.", "THE DEPUTY SPEAKER: Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "KUMITAT TA' PROVVISTA", "ESTIMI ĠENERALI 2005", "IT-TIELET JUM STABBILIT", "MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN", "L-ordni għall-Kumitat ġie moqri", "FIL-KUMITAT", "L-Onor.", "Carmelo Abela, President tal-Kumitat, jippresjedi.", "THE CHAIRMAN: Nixtieq ninforma lill-Kumitat li skond il-mozzjoni numru 159 tas-16 ta' Novembru, 2004 il-ħin tad-diskussjoni tal-lum huwa ta' tliet sigħat u dan għandu jinqasam indaqs bejn kelliema tal-gvern u kelliema ta' l-oppożizzjoni bl-aħħar nofs għall-gvern.", "Jekk jogħġbu, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin iressaq ir- riżoluzzjonijiet tiegħu.", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Sur President, nipproponi:", "VOT 48 - MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm11,100,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 48 - Ministeru għall-Affarijiet Barranin, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas- sena 2005.", "VOT XIV - MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm993,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot XIV - Ministeru għall-Affarijiet Barranin, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas- sena 2005.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "George Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Sur President, kif inhi l-konswetudni se nipproponi din l-emenda:", "VOT 48 - MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN", "Personal Emoluments", "Item 11 - Holders of Political Office", "Ħassar iċ-ċifra \"Lm14,875\" u ssostitwixxi minflok iċ-ċifra \"Lm14,874\".", "Delete the figure \"Lm14,875\" and substitute therefore the figure \"Lm14,874\".", "Sur President, din hija l-ewwel okkażjoni tiegħi mis-sħubija 'l hawn li se nitkellem fuq is-suġġett ta' l-affarijiet Ewropej.", "Pero` qabel nibda nixtieq nieħu l-okkażjoni biex f'ismi, u naħseb anke f'isem l-oppożizzjoni, nifraħ lill-ex-ministru Joe Borg li llum jokkupa l-post ta' kummissarju fl- Unjoni Ewropea.", "Nifraħ ukoll lill-ħames membri parlamentari li ġew eletti bħala membri tal-parlament Ewropew, tlieta minn din in-naħa u tnejn min- naħa tal-gvern kif ukoll lill-ministru stess li ħdimt miegħu fil- konvenzjoni bħala osservatur fil-parlament Ewropew.", "Dan jaf li għandi rispett personali lejh u li kemm il-vot li naqqastlu u anke l-kritika li se nagħmillu m'hijiex ovvjament indirizzata lejh personali imma lejn il- politika tal-gvern tiegħu.", "Fil-fatt jien nista' nikkritikah dwar dak li għamel ħaddieħor u li mhux bilfors hu responsabbli għalih hu imma qed iġorru hu, għalkemm forsi ma jaqbilx miegħu perfettament.", "Se nikkritikah dwar oqsma li mhux bilfors hu għandu say fihom issa imma li għandhom x'jaqsmu mal-politika Ewropea.", "Issa huwa l-waqt li nitkellmu dwar dawn l-affarijiet meta qed nitkellmu dwar il-politika Ewropea f'dan id-dibattitu.", "Dawn jinkludu kemm aspetti ta' amministrazzjoni tal-ministeru, u anke wkoll aspetti politiċi, mil-lat ta' policies, per eżempju.", "Qabel xejn, Sur President, il-pożizzjoni tal-partit Laburista, wara li l- poplu għamel għażla ċara fl-elezzjoni ta' April tas-sena 2003, kulħadd jafha bħalma kulħadd jaf x'kienet il-pożizzjoni qabel l-elezzjoni.", "Pero' hemm dikjarazzjonijiet wara l-elezzjoni li huma importanti ħafna u jkun tajjeb li wieħed ifakkarhom.", "Per eżempju, dikjarazzjoni li saret mill- mexxej tal-partit fil-parlament meta ġie approvat it-trattat ta' l-adeżjoni tgħid ċar li:", "\"Inwiegħed li l-oppożizzjoni taħdem qatigħ ħalli d-deċiżjoni li ħa l- poplu, kienet x'kienet, issa li ttieħdet, twassal għal futur aħjar minkejja kollox u sabiex dan isir fir-rispett tal-kisbiet nazzjonali li nistgħu niftaħru bihom; indipendenza, il-ħelsien, newtralita`, ġustizzja soċjali għaliex dawn kienu kisbiet tagħna l-Maltin u tagħna biss.\".", "Fuq dan kulħadd jaqbel.", "Dan kompla jgħid li fiż-żmien li għandna quddiemna, ejja nkomplu naraw kif nibnu fuq dak li sar u mhux inħottu.", "Jien se nitkellem b'dan l-ispirtu għaliex kif il-partit aċċetta u ammetta li hemm deċiżjoni demokratika tal-poplu, aħna rridu naħdmu ħalli nakkwistaw l-aħjar li nistgħu għal pajjiżna u nnaqqsu l-effetti negattivi kemm jista' jkun.", "Sur President, ma' dan irid jiżdied l-impenn meħud mill-partit fil- konferenza ġenerali tiegħu fejn qal li sew fl-oppożizzjoni u sew fil-gvern, hu jrid jaħdem bla heda ħalli b'kull mod u safejn ikun possibbli jagħmel ħiltu kollha sabiex ixejjen l-aspetti kollha negattivi li jista' jkollu l- pakkett li l-gvern Nazzjonalista ftiehem dwaru ma' l-Unjoni Ewropea u jara li l-ftehim ma' l-Unjoni Ewropea ma jkunx ta' żvantaġġ u ta' ħsara għall- poplu Malti u Għawdxi, speċjalment għall-ħaddiema.", "Fejn huwa tajjeb, Sur President, jien se ngħid kif jista' jitjieb u fejn hu ħażin ejja naqblu kif nistgħu nirranġawh jew nilqgħu kontra l-effetti ħżiena tiegħu.", "Jien minn hawn infakkar fil-wegħda li għamel il-partit Laburista f'dokument imsejjaħ \"Il-partit Laburista u l-Unjoni Ewropea għall- aħjar ġid tal-Maltin u Għawdxin\" li kien adottat mill-konferenza ġenerali.", "Fil-fatt dan igħid hekk:", "\"Il-partit Laburista jaf kemm huma stretti r-regoli u l-istrumenti burokratiċi ta' l-Unjoni Ewropea.", "Jemmen li minkejja kollox xorta jkun għad hemm lok li wieħed jiddiskuti mill-ġdid ma' l-Unjoni Ewropea sitwazzjonijiet li jistgħu jiżviluppaw aħna u napplikaw ir-regoli ta' l-Unjoni Ewropea u jkun jidher ċar li l-effett ekonomiku, soċjali jew ambjetali tagħhom ta' dawn il-miżuri se jkun wieħed negattiv fuq xi settur partikolari jew il-pajjiż in ġenerali\".", "Sur President, jekk jinħolqu sitwazzjonijiet bħal dawn inkunu lesti biex flimkien mal-gvern immorru niddefendu l-interessi tal-ħaddiema u tal-poplu Malti.", "Meta se nkunu fil-gvern wara l-elezzjoni li ġejja, hekk se nagħmlu.", "M'iniex se noqgħod nagħmel attakki personali fuq żbalji u nuqqasijiet.", "Il- poplu li qed iħoss, speċjalment dawk is-setturi li huma maqrusin illum, żgur li jitkellmu aħjar minni fuq dak li qegħdin iħossu u dak li jintlaqtu bih.", "Minkejja li hemm ħafna affarijiet xi tgħid se mmur direttament fuq il-punti li rrid nitkellem dwarhom għax il-ħin huwa ristrett ħafna.", "Fil-fatt se nibda mill-ewwel fuq l-aspetti amministrattivi tar-relazzjonijiet tagħna ma' l-Unjoni Ewropea u l-istaff Malti li hemm ġewwa Brussell.", "Se nagħmel sensiela ta' mistoqsijiet li nispera l-ministru jkollu ċans jirrispondi.", "Min jagħżilhom u kif jintagħżlu dawn?", "Min għandu l-aħħar say fl-għażla tagħhom?", "Il-Laburisti x'ċans għandhom?", "Il-prim ministru qal li mhux sew li nies kapaċi jitwarrbu minn ċerti pożizzjonijiet għaliex ikunu qraba ta' xi ħadd.", "U jien nistaqsi: Allura sewwa li nies kapaċi jitwarrbu sempliċement għaliex ikunu Laburisti?", "Jien informat, Sur President, li fi Brussell m'hemmx focusing biżżejjed dwar dak li jolqot lil Malta.", "Hemm persuni li jagħmlu l-monitoring tad- direttorati ġenerali differenti imma ħadd m'hu qed jiffoka direttament fuq setturi ta' interess partikolari għal Malta, bħalma hu t-turiżmu, per eżempju, u dwar kif nistgħu nintlaqtu minn xi direttivi.", "Aħna ċerti, Sur President, li dawk li qed jintbagħtu Brussell għandhom il- kompetenzi meħtieġa?", "Hawnhekk nixtieq nagħmel riferenza partikolari għal dawk imsejħin bħala technical attaches.", "Jien informat li hemm ċerti technical attaches f'ċerti suġġetti li n-knowledge tagħhom f'dak is-suġġett leaves much to be desired.", "Nixtieq nistaqsi wkoll kemm se jkun il- complement finali għal Dar Malta u kif se jintgħażel id-deputy permanent representative.", "Sur President, la qed insemmu Dar Malta rrid infakkar li dan kien dak li \"The Times\" sejħitlu \"political blunder of the first order\".", "Fil-fatt din tkompli tgħid li:", "\"The purchase of the building does indeed call for censor of the administration's decision.\".", "Din kienet l-opinjoni ġenerali ta' kważi kulħadd meta rajna li l-iċken pajjiż jixtri l-ogħla proprjeta`.", "Li tonfoq Lm10 miljun biex tixtri bini dilapidat li, kif ġie deskritt, has to be entirely re-developed, ma kienet xejn ħlief fanfarunata.", "Sur President, l-argument li n-naħa l-oħra evitat li taffronta kien dejjem - mhux min kienu n-nies, dak ma nidħolx fih jien – jekk fis-sitwazzjoni finanzjarja li qegħdin fiha bħala pajjiż nifilħux għal kapriċċ bħal dan.", "Infakkar li sal-lum il-prim ministru għadu ma qalilniex jekk aħniex se nkunu eżentati mill-ħlas tat-taxxa Belġjana fuq il-bini jekk partijiet mill- bini se jiġu mikrija lil ħaddieħor.", "Qal biss li Allaħares ikun hekk.", "Pero` jien naħseb li l-prim ministru jaf u mhux ma jafx.", "La qed nitkellmu fuq Dar Malta nixtieq nindirizza mistoqsija lill-ministru dwar il-policy fuq il-ftuħ, l-għeluq jew id-downgrading, biex ngħid hekk, ta' l-ambaxxati fl-Ewropa.", "Mhux se nitkellem fuq pajjiżi oħra għax se jitkellem il-kollega tiegħi iktar 'il quddiem.", "Pero` pajjiżna jiflaħ dawn l-ambaxxati kollha meta l-ministri ta' l-affarijiet barranin illum jiltaqgħu fuq bażi regolari fil-laqgħat fi ħdan l-Unjoni Ewropea u r- rappreżenetanti permanenti fil-COREPER jiltaqgħu kull ġimgħa, biex ma ngħidx kuljum?", "Nixtieq inkun naf x'inhi l-policy ħalli għallinqas inkunu nafu jekk aħniex se nibqgħu nżommu dawn il-postijiet miftuħin biex nippremjaw lill-ħbieb ħalli nagħmluhom ambaxxaturi jew inkella non-resident ambassadors b'dawn il- cushy jobs.", "Jien nistaqsi jekk il-ministru huwiex jagħmel auditing ħalli jara dawn l-ambaxxaturi humiex jagħtu value for money lil pajjiżhom.", "Sur President, ħaġa li nnotajt fl-estimi hija li m'hemmx vot għall-MIC.", "Ma jidher imkien li hemm vot għall-MIC u nistaqsi x'se jsir minnu dan.", "Dan għamel xogħlu bħala trumbetta ta' propaganda għall-politika tal-gvern?", "Issa x'se jiġri minnu?", "Nixtieq ukoll li l-ministru jispjega u jipprova jiġġustifika quddiem il- poplu, kif fis-sitwazzjoni finanzjarja li qegħdin fiha, qaxxarna u sallabna lix-xjuħ kollha ta' Malta biex f'sena niġbru Lm1 miljun minn fuqhom, imbagħad fl-estimi nsibu li l-gvern qed jipprogramma li biex iżomm il-konferenza tal-kapijiet tal-Commonwealth qed jivvota s-somma ta' Lm1.5 miljun għal jumejn!", "Apparti l-fatt li hemm Lm400,000 oħra għall-forum on Europe, allura jiġu Lm2 miljun għaż-żewġ konferenzi.", "Lill-ministru nixtieq nistaqsih jekk kemm-il darba jiġġustifikax li f'ġurnata nonfqu dak kollu li slaħna minn fuq l-anzjani kollha ta' Malta.", "Meta għamilna l-Euro-Med conference hawn Malta fl-1997 u l-ex-prim ministru kien xeba' jistaqsina kemm se tqumilna - din qamet madwar Lm0.25 miljun u l- ammont li ma ġbarniex minnhom kien ta' Lm10,000 biss - u ġejt hawn bir- rendikont, beda jgħajjat minn hawnhekk \"ma rridx naf!\".", "Għedtlu: Ma tridx taf għaliex taf li ġbarna l-flus kollha!", "Agħmlu bħalna!", "Dan kien gvern li kien għadu kemm tilef Lm0.75 miljun fuq l-organizzazzjoni ta' Crans Montana meeting li minnu Malta ma ħadet assolutament xejn.", "Sur President, jien m'għandix xi ngħid fuq l-MEPs għax jidhru li qegħdin jingranaw u ngħid li ħasra li ma jistgħux ilaħħqu ma' iktar kumitati fil- parlament Ewropew.", "Għadu kmieni, pero` jien inżomm għajnejja fuq il-ħidma tagħhom għaliex naħseb li ta' min jara x'inhuma jagħmlu.", "Hawnhekk nixtieq nifraħ - għaliex le - lill-gvern u lil kulmin kien involut biex akkwistajna anke s-sitt siġġu fil-parlament Ewropew.", "Pero` bħalma jaf il-ministru, fid- dokument li konna bgħatna lill-konvenzjoni dwar il-futur ta' l-Ewropa jien u l-Onor.", "Alfred Sant f'Mejju ta' l-2003, konna għedna eżatt:", "\"It is inconceivable how a national representation made up of only four members ....\"", "Dik il-ħabta fil-konvenzjoni kienu qed jgħidu li għandu jkollna erbgħa u mhux ħames membri –", "\"... in the European parliament could possibly cope with attendance at preliminary sessions, committees, meetings, etc. and be productive.", "The minimum representation of any member state in the European parliament, no matter what ceiling is placed on the total number of Euro MPs, should not be set less than six.\".", "Issa hawnhekk qegħdin nieħdu gost li dan ġie milħuq.", "Sur President, rigward il-kumitat ta' l-affarijiet barranin u Ewropej, kumitat ta' skrutinju tal-liġiijet ta' l-Unjoni Ewropea nifraħ lill-kollega tiegħi - dan qed ngħidu mhux għaliex qiegħed quddiemi għaliex diġa` kelli fin-noti biex ngħid dan - l-Onor.", "Jason Azzopardi għall-mod kif qed imexxih.", "Għandna ftit differenzi żgħar, imma mexjin u mexjin tajjeb.", "Ħasra li m'għandniex ħin iktar għaliex aħna lkoll part-timers.", "Irrid ngħid grazzi lir-research analysts li qed jagħmlu xogħol utli ħafna u b'mod partikolari s-segretarja Pauline Abela li nsibuha, biex ngħid hekk, f'kulma jkollna bżonn.", "Pero` f'dan il-kontest nixtieq li ma nħallux - dan diġa` esprimejnieh fil- kumitat - li l-burokrazija żejda fil-ministeri differenti tnaqqar miż-żmien ta' sitt ġimgħat li hemm bejn meta l-liġijiet jaslu fil-ministeri u qabel ma jiġu diskussi fil-kunsill tal-ministri rispettivi.", "Nixtieq ukoll li l- iskrutinju, apparti aspetti oħra, isir aktar fuq l-aspett ekonomiku u finanzjarju ta' ċerti liġijiet għaliex dan qed ikun nieqes.", "Pero` nara lok għal aktar diskussjoni mal-ministri differenti dwar materji li jkunu fuq l- aġenda tal-laqgħat tagħhom fil-kumitat rispettiv tagħhom, qabel jieħdu pożizzjonijiet fil-kumitati u fil-kunsilli rispettivi tagħhom.", "F'dan il-kontest nistaqsi jekk, bħala rappreżentant permanenti ġewwa Brussell, is-Sur Richard Cachia Caruana jistax jiġi quddiem il-kumitat kull tant żmien ħalli jirrelata lill-kumitat u nistaqsuh ċerti affarijiet.", "Dan huwa political appointee, pero` dan huwa bniedem li meta jfettillu lanqas lill-ġurnalisti ma jirrispondi imma jirrispondi lil min irid hu, daqqa iva u daqqa le.", "Għalhekk naħseb li għallinqas għandu jaqa' taħt ċertu skrutinju mill-kumitat ta' l-affarijiet barranin u Ewropej.", "Ħaġa interessanti li bdejna hija l-laqgħat konġunti ma' l-MEPs taż-żewġ naħat.", "Dawn huma laqgħat bżonjużi ħafna u ta' ġid.", "Il-problema hija li biex issib il-ġurnata u l-ħin biex niltaqgħu lkoll flimkien qed tkun problema kbira.", "Ta' min wieħed jibda jaħseb f'mod kif l-MEPs, bħala grupp jew inkella bħala individwi, jirrapportaw b'mod regolari dwar ħidmiethom fil-parlament Ewropew lill-parlament Malti jew inkella lill-kumitat ta' l- affarijiet barranin ħalli jkun hemm dik il-liaison, dik ir-rabta u dak il- linkage bejna u bejnhom.", "Issa nixtieq niġi għar-rwol tal-MEUSAC u nistaqsi: Dan għadu jintuża?", "Għaliex f'daqqa waħda m'għandna nisimgħu xejn fuqu.", "La nafu hux qed jiltaqa' u lanqas nafu jekk humiex qed isiru diskussjonijiet u konsultazzjonijiet serji u utli f'din l-istruttura.", "Jien irrid infakkar li l-partit Laburista, fil-konferenza ġenerali ta' Novembru ta' l-2003, ikkummenta anke fuq dan - u dan huwa konsistenti mal- politika tagħna - u konna għedna li l-Malta-EU steering and action committee u l-Malta-EU information centre m'għandhomx jibqgħu entitajiet ministerjali, iżda għandhom jinbidlu fi strutturi parlamentari li jirrispondu u jirrapportaw il-ħidma tagħhom direttament lill-parlament sabiex jingħataw il-leġġittimita` meħtieġa.", "Sakemm jibqgħu ministerjali dawn m'humiex parti mill-parlament.", "Barra minn hekk, għandha ssir diskussjoni dwar it-terms of reference ġodda li dawn l-entitajiet għandu jkollhom.", "Issa ħalli niġi għal issue oħra importanti, jiġifieri n-nuqqas ta' translators u interpreti fil-parlament Ewropew.", "Jien diġa` tkellimt f'dan il-parlament kif naħsibha dwar l-interpreti.", "Hawnhekk mhux qed nirriferi għat-translators imma għall-interpreti.", "Kien hemm min qabel miegħi u kien hemm min ma qabilx miegħi.", "Pero` dwar it-translators hija storja oħra.", "Din hija prova ċara tan-nuqqas ta' preparazzjoni tal-gvern għad-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, jgħid x'jgħid min qed iġib ir-raġunijiet biex jiġġustifika.", "Hija tal-mistħija li tlieta minn 16-il organizzazzjoni kkuntrattati qegħdin barra minn pajjiżna, eżattament ġewwa Ateni, ġewwa l- Lussemburgu u ġewwa l-Belġju.", "Dan ifisser li dawn lanqas ġew Malta kollha.", "Barra minn hekk, minħabba l-istat li qegħdin fih f'Marzu li għadda l-gvern irnexxielu jinnegozja deroga temporanja biex għat-tliet snin li ġejjin l- Unjoni Ewropea ma tkunx marbuta li tippubblika kollox bil-Malti.", "Din inħares lejha bħala xi ħaġa li tagħtini spunt għal xi ħaġa oħra.", "Dan huwa preċedent li juri li anke wara li ngħalqu n-negozjati u wara li kien hemm il-commitments miż-żewġ naħat u l-iffirmar tat-trattat ta' adeżjoni, saru trattattivi għal derogi ġodda għaliex irriżultaw ċirkostanzi serji u ġenwini.", "U jien hawnhekk ngħidlu: Sur Ministru, għaliex ma nużawx dan il-preċedent, naraw bejnietna fejn intlaqatna ħażin bit-trattat ta' l- adeżjoni u bil-ftehim li għamel il-gvern ma' l-Unjoni Ewropea u bħala delegazzjoni nazzjonali mmorru nfittxu li nakkwistaw derogi anke fuq affarijiet li laqtu ċar u bl-aktar mod lampanti ċerti setturi ta' l- ekonomija tagħna?", "Hawnhekk irrid insemmi ftit issues li rriżultaw mis-sħubija 'l hawn, pero` li mhux bilfors huma riżultat tas-sħubija.", "Dawn huma problemi li qed jitkellmu fuqhom anke sħabi, imma nixtieq insemmi xi wħud minnhom għaliex huma marbutin direttament ma' dak li konna nisimgħu qabel dwar il-prospetti li se ġġibilna s-sħubija u s-sitwazzjoni li qegħdin fiha llum.", "Nixtieq insemmi l-ewwel l-investiment, l-impjiegi u l-qgħad, Sur President.", "Kulħadd jaf x'ġenna ta' l-art konna mwegħdin li se jkollna meta nsiru membri sħaħ ta' l-Unjoni Ewropea u li kollox kien se jsolvi ruħu meta nsiru membri.", "Fiex qegħdin issa, Sur President?", "M'iniex se noqgħod niddeskrivi jien għax din in-naħa tkellmet ħafna drabi u tkellem il-kap ta' l- oppożizzjoni.", "Biżżejjed infakkar x'qal Robert Cardona fid-diskors taċ- ċelebrazzjoni tal-gradwazzjoni.", "Hawn qed nitkellem fuq settur li kellhom wegħdiet bl-għama.", "U dan mhux qed ngħidu biex niddenigra s-sħubija għax dak issa għadda, imma qed ngħidu biex nuri kemm kienu jbigħu affarijiet li kienu jafu li mhumiex eżatti, imma għamluhom sempliċement biex jakkwistaw il-voti kif se nsemmi iktar tard.", "Fid-diskors taċ-ċelebrazzjoni tal-gradwazzjoni ta' l-istudenti Robert Cardona qal li ħafna mill-istudenti li qegħdin jiggradwaw mhumiex isibu xogħol fil-qasam li kellhom f'moħħhom meta bdew il-kors tagħhom.", "U dan huwa s-settur li kienu jgħidulhom biex jistudjaw ħalli jkollhom opportunitajiet tal-ġenn.", "Forsi l-ministru jirrispondini li għadu kmieni.", "J'Alla għadna kmieni!", "Nieħu gost li kieku jinfetħu l-opportunitajiet, imma sal-lum dawn ma mmaterjalizzawx.", "Issa l-buzzword hija l-kompetittivita`.", "Huwa veru li din hemm bżonnha.", "Il- world economic forum, fil-global competitiveness report juri li pajjiżna dejjem jaqa' aktar lura fil-growth competitiveness index u fil-business competitiveness index.", "Il-gvern, li qabel l-elezzjoni beżża' lin-nies li l- partit Laburista fil-gvern se jiffriża l-pagi - tiftakruh lill-Onor.", "John Dalli, tiftakruhom jiġru bit-tape recorder ħdejn it-tfajliet tal-fabbriki jgħidulhom li aħna se niffriżaw il-pagi – issa qed jirrikkmanda huwa stess li hemm bżonn li jiġu ffriżati l-pagi ħalli nibqgħu fil-wiċċ.", "Pero` dawn mhux jgħidu li jiffriżaw il-prezzijiet.", "Le, jiffriżaw il-pagi!", "Meta indirizza l-kunsill tal-partit Nazzjonalista f'nofs Novembru, il-prim ministru kien irrapportat f\"The Times\" li qal hekk:", "\"It was time to freeze wages in the public sector since this was a necessary measure for the economy to grow.\".", "Dan ried ibellagħha anke lill-unions.", "B'min irid jgħaddi ż-żmien dan?", "Dan qalu qabel l-elezzjoni?", "Dawn huma kollha sitwazzjonijiet li qegħdin fihom illum.", "Issa nixiteq nitkellem ftit fuq is-sitwazzjoni finanzjarja.", "L-ewwel kellna min beda jgħid li se nidħlu fl-euro mill-aktar fis.", "Min qalha din illum m'għadux f'dan il-parlament għaliex ħa promotion.", "Imma nieħu gost li issa għallinqas qegħdin ngħidu li din se naslu għaliha jekk jista' jkun fl-2008, 2010 ħalli nilħqu nieħdu r-ruħ ħalli ma nagħmlux l-affarijiet bl-addoċċ, malajr kemm jista' jkun u jbati min qed jitgħaffeġ taħt il-miżuri li jkollhom jittieħdu ħalli nkunu nistgħu naqilbu l-munita ta' l-euro.", "Il-prim ministru tkellem dwar il-fondi mill-Unjoni Ewropea u bil-mod kif iffoka d-diskors tiegħu, kien qed jitkellem nofs veritajiet.", "Per eżempju, f'dan il-każ semma kemm irċevejna.", "Imma dan mank kellu d-diċenza jgħid kemm qed nibagħtu lura ħalli għallinqas ipinġi stampa ċara u l-poplu jkun jaf f'liema stadju qegħdin issa r-relazzjonijiet tagħna ma' l-Unjoni Ewropea.", "Mank semma, per eżempju, li għaz-zokkor biss qegħdin nonfqu Lm6 miljun iktar biex nixtru l-istess ammont li konna nixtru qabel.", "Dan konna ngħiduh qabel l-elezzjoni, imma rredikolawna, daħqu bina u qalulna li mhux veru.", "Niftakar lill-ex-prim ministru jistaqsini f'liema ktieb qrajtha din.", "U meta kont ngħidlu li din qiegħda fir-rapport tagħhom ta' Bari, kien jistaqsina jekk dawn humiex euros jew liri Maltin.", "Inħalli lill-poplu jirrifletti ftit fuq dan li ġara.", "Sur President, dawn il-flus ħerġin minn pajjiżna u jridu jingħaddu mal- bilanċ tal-pagamenti bħalma ġara, per eżempju, fil-kuntratt tat-tiġieġ li skond ma jien informat, ittieħed mit-Taljani u mhux mill-Maltin.", "Meta se nixtru dawn il-prodotti se nibagħtu flus barra minn pajjiżna.", "U jien nistaqsi wkoll: Fejn hu r-roħs tal-prezzijiet li suppost kellna ngawdu bi sħubija?", "Issa jew xi wħud qed iqarrqu u l-gvern jinsab rieqed u mhux qed iżommhom, jew inkella kienu jafu li qed ibigħu l-gideb.", "Niġi issa għall-qasam tal-mediċini, Sur President.", "Tgħidli: X'għandu x'jaqsam il-gvern?", "Jien ma ngħidx li huma ħżiena ċerti regolamenti li ddaħħlu minħabba l-Unjoni Ewropea għax huwa tajjeb li tirreġistra l- mediċini tiegħek u li jkollok kontroll fuqhom, imma x'inhu r-riżultat?", "Ir- riżultat huwa li ċerti prezzijiet jew splodew mas-smewwiet u ma jistgħux ilaħħqu magħhom ċerti nies, jew inkella tant daħlu spejjeż ta' reġistrazzjoni li ħafna aġenti ddeċidew li ma jġibuhomx iktar u qed ibati l- kosumatur.", "Ma kienx hemm negozjar tajjeb, ma kienx hemm affarijiet li jistgħu jipprevedu x'se jiġri.", "Għalhekk nappella lill-ministru biex jerġa' jmur jinnegozja fuq dawn l- affarijiet u b'wiċċu minn quddiem jgħidilhom li aħna pajjiż żgħir u qegħdin nintlaqtu ħażin b'dan il-mod, u allura għandhom jagħmlu minn kollox ħalli jtaffulna dawn il-problemi.", "B'hekk inkunu qegħdin naħdmu fl-interess tal- poplu.", "Niġu issa għall-fondi u l-programmi ta l-Unjoni Ewropea.", "Għalfejn dawk it- trumbetti kollha li rridu naħdmu attivament biex nakkwistaw il-fondi, imbagħad tliftu l-opportunita` u ma ggwadanjajtu xejn mill-programmi ambjentali tal-LIFE?", "Meta konna fil-gvern aħna, meta suppost konna ffriżajna l-applikazzjoni, ukoll ġibna programmi tal-LIFE u ġibna l-fondi u ħaddimnihom hawn Malta.", "Issa sirna membri, imbierek Alla, u ma ħadna xejn!", "Il-fatt ironiku huwa li l-ministru stess qal li kien hemm nuqqas ta' interess minħabba l-proċeduri kkomplikati ta' l-Unjoni Ewropea.", "Imma skużi, ridna nidħlu jew ma ridniex?", "Kapaċi nikkompetu f'dawn iċ- ċirkostanzi aħna?", "L-istess ġara fil-programm ta' l-Unjoni Ewropea in konnessjoni ma' l- immigrazzjoni illegali, il-programm ARGO.", "Bir-rispett kollu lejh, kif nista' nemmen lill-ministru li jiġi jgħidli Ii ma sibniex partner interessat, - mhux għall-Ministru Michael Frendo qed ngħid imma qed nirriferi għal dak ta' l-intern - fl-immigrazzjoni illegali?", "Meta nisma' dan nibda nrodd is-salib bix-xellug!", "Minn fost dawn il-pajjiżi kollha, l- Italja, Spanja u l-pajjiżi ta' l-Afrika ta' fuq li wkoll setgħu jkunu partners f'dawn il-programmi, Imbierek Alla aħna ma sibniex partner assolutament.", "U tlifnihom!", "Smajna wkoll mingħand Dr Joseph Mifsud, head ta' l-universita`, in konnessjoni mal-programmi ta' l-Unjoni Ewropea, li ma jkunux jistgħu jipparteċipaw iktar fi proġetti ta' riċerka u jużaw il-fondi li hemm available ta' l-Unjoni Ewropea għaliex l-universita` m'għandhiex flus biżżejjed.", "Bħalma tafu ċertu perċentwal trid tħallsu inti biex iġġib il- fondi.", "Id-daħqa qiegħda hawn; qed jgħid li qed tixxekkel ir-riċerka minħabba din l-inkompetenza u fil-kunsill tal-partit il-prim ministru jwiegħed li jrid jagħmel Malta ċentru tar-riċerka, żvilupp u innovazzjoni.", "U ejja!", "Issa qed indaħħqu d-dinja bina!", "L-universita` tinsab iġġammjata bla flus għaliex hemm amministrazzjoni ħażina u raġunijiet oħra għal din is- sitwazzjoni kollha, qed nitilfu l-fondi u l-prim ministru jrid jagħmel Malta ċentru tar-riċerka!", "Fuq il-kwestjoni ta' objective 1, nixtieq li l-ministru jgħidilna eżatt x'inhi s-sitwazzjoni għall-estimi 2007/2013.", "Qegħdin ngħidu li se niġu kkalkolati fuq l-istatus li konna fih bejn l-2000 u l-2002, pero` qed jaslu rapporti li nistgħu nibdew bħala objective 1 country għaliex inkunu għadna taħt is-75% ta' l-average, imma matul is-sitt snin jistgħu jagħmlulna phasing out.", "Dan huwa veru jew le?", "Qed nikkwota dak li ġie rrapportat li qal l-ispokesperson tal-kummissjoni Jacques Barrot li qal li l-fondi jitnaqqsu gradwalment matul dan il-perijodu ħalli nkunu qegħdin nagħmlu dak li jgħidulu statistical phasing out.", "Dan ifisser li ma nibqgħux nieħdu fondi taħt objective 1.", "L-istess fuq il-qasam ta' l-ambjent; iffirmajna bl-addoċċ u dħalna għal commitments li ma konniex nafu kif se nwettquhom.", "Jiddispjaċini ngħid li m'aħniex kapaċi nilħqu l-miri li dħalna għalihom!", "Jien nistaqsi: Għandek xi xamma, Sur Ministru, minn sħabek jew mill-Unjoni Ewropea jekk aħniex se niġu quddiem il-qorti Ewropea u neħlu xi multi, għaliex mhux se nkunu in time għal dak li dħalna għalih?", "Issa nixtieq nitkellem ftit ukoll fuq il-biedja.", "Kulħadd jaf kemm bellgħulhom ross bil-labra lill-bdiewa u qalulhom li se jkunu tajbin.", "Fid- diskors li għamel il-prim ministru stess pinġa lill-bdiewa li sejrin tajjeb ħafna.", "L-Onor.", "George Pullicino mhux hekk biss qal, imma qal li għaddejjin mir-rinaxximent, qisu ġej xi Leonardo da Vinci ieħor u xi Michelangelo ieħor fin-nofs.", "Mentri Peter Axisa – qed insemmih għax għalkemm huwa barra minn dan il-parlament huwa persuna pubblika li nafu kemm ħadem, kien favur u kemm attakkana f'ċerti laqgħat li kien ikollna biex iħeġġeġ lill-bdiewa jidħlu fl-Unjoni Ewropea - li Illum jirrappreżenta lill-assoċjazzjoni tal-bdiewa qal li qatt ma ra lill-bdiewa daqshekk iddiżappuntati u staqsa - u hawn hu l-importanti - jekk iż-żegħil li kien hemm qabel l-elezzjoni mill-awtoritajiet kienx biex jiġu akkwistati iżjed voti favur is-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea.", "Din hija akkuża li ma tantx hija sabiħa.", "Peter Axisa jallega li dak li kien ġie maqbul intrema barra mit-tieqa u li l-ministru tal-lum mhuwiex qed jintrabat bil-wegħdiet tal-ministru ta' qablu, jiġifieri ta' l-istess gvern.", "Sur President, il-bdiewa u l-produtturi għadhom qegħdin jitolbu li tiġi implimentata l-famuża klawsola tas-salvagwardja numru 37 tat-trattat ta' l- adeżjoni.", "Hawnhekk nistieden lill-ministru biex jgħid lill-bdiewa li bis- safeguard clause b'kollox xorta ma jista' bl-ebda mod jintroduċi frontier controls, jiġifieri bl-ebda mod ma jista' jipproteġi l-biedja Maltija u l- produtturi Maltin bil-moviment ħieles tal-prodotti li jistgħu jiġu minn barra.", "Dik hija ċara u tonda fil-klawosla u jekk baqgħu jdendluhielhom bħala karrotta u ma jispjegawhielhomx nistieden lill-minsitru jkun onest, bħalma qed inkun jien, u jgħidilhom li hemmhekk għandna problema.", "Mela jibqgħu jgħidulhom li b'dik il-klawsola se nsolvu l-problema!", "Lill-kollega tiegħi l-ministru ngħidlu li flimkien għandna nressqu l-każ quddiem il-kummissjoni f'isem il-bdiewa Maltin u Għawdxin.", "Il-biedja Maltija qed tbati u ħadet daqqa bis-sħubija.", "Mhux qed ngħidu li s-sħubija hija ħażina, imma ejja nirranġaw il-ħsara li qed issir.", "Fit-trattat kostituzzjonali hemm provvedimenti għall-aspett ekonomiku li jgħidu li jekk ikun hemm ċirkostanzi estenuanti l-Unjoni Ewropea tieħu l-każ in konsiderazzjoni u tagħmel dak li għandha tagħmel.", "Jien ngħid li għandna nressqu każ flimkien dwar il-biedja, bħala delegazzjoni nazzjonali, fejn ngħidu li l-bidwi Malti qed ibati minħabba ċ- ċokon, minħabba l-kondizzjonijiet tiegħu.", "Għandna nitolbu li nirrevedu l- ftehim li sar għax kien ħażin u llum qegħdin naraw li diġa` qed iħalli l- effetti ħżiena tiegħu.", "Dan qed ngħidu mhux għall-vanaglorja tiegħi jew tal- partit Labuirsta imma fl-interess tal-biedja Maltija għax il-bidwi qed ibati, il-produttur qed ibati u l-konsumatur ma ħa xejn!", "Riċentement kellna l-każ tal-qargħa bagħli fejn ta' Malta kien bl-80c-il kilo, ġie ta' barra bil-45c-il kilo għas-suq, ħalltu kollox u bdew ibigħuh għall- konsumtur bil-Lm1.20-il kilo.", "Huwa mportanti li nkunu nafuhom dawn l- affarijiet għax ħadd ma ħa xejn minn dan is-settur.", "Sur President, m'hemmx għalfejn nitkellem dwar l-immigrazzjoni illegali għax diġa` tkellem il-kollega tiegħi dalgħodu u hemm fejn wieħed jagħmel dibattitu kbir ħafna dwar il-kooperazzjoni li nistennew mill-Unjoni Eworpea.", "Minħabba s-sħubija ntlaqatna b'mod partikolari wkoll fejn jidħlu l-visas għal-Libjani.", "Din hija problema li ġiet b'effett dirett tas-sħubija, kif konna pprevedejna.", "Konna nafu li se jiġri hekk u nerġa' ngħid li hawnhekk il-gvern ma nnegozjax biżżejjed.", "Din setgħet kienet make or break, kienu jafu li din hija importanti, kienu jaf x'effett kien se jkollha fuq pajjiżna.", "X'ġara?", "Aċċettajniha u issa qegħdin nipprovaw inraqqgħu, inraqqgħu u nraqqgħu ħalli nipprovaw insewwu l-ħsara li għamilna.", "Naf li qed isiru tentattivi biex din il-problema tiġi solvuta.", "Fiż-żjara li kellna ġewwa l-Libja ma' l-Onor.", "Jason Azzopardi u l-kumitat kollu ta' l- affarijiet barranin ħdimna flimkien biex insibu soluzzjoni għal din il- problema, u qegħidn naħdmu fuq ix-xogħol li għamel il-ministru u fuq ix- xogħol li għamel il-ministru ta' l-intern u nawgura li ma ndumux ma naslu għax din hija ta' ħsara kbira għal pajjiżna.", "Issa ħalli nitkellem fuq issues li għadhom għaddejjin diskussjonijiet fuqhom u li bħala pajjiż irridu niddeċiedu x'pożizzjoni se nieħdu fir- relazzjonijiet tagħna ma' l-Unjoni Eworpea.", "Nibda l-ewwelnett bil-working time directive.", "Kulħadd jaf li din hija d-direttiva li tikkontrolla kemm ħaddiem jista' jagħmel sigħat ta' xogħol.", "L-ironija hija li meta dħalna fl- Unjoni Ewropea kienu jafu li din qiegħda hemm, kienet waslet for revision u mbagħad, għax il-grupp soċjalista fil-parlament Ewropew kien l-iktar wieħed li kien żamm iebes fuqha, in-naħa l-oħra bdew jgħajruna li sħabna l-iktar li jriduha, meta kienu huma li daħħluna fl-Unjoni Eworpea!", "Ħalli nagħmluha ċara din!", "Issa hemm revision u jidher li mhux se jkun hemm affarijiet daqshekk stretti fuqha.", "Din in-naħa - inħoss li l-gvern jaqbel ma' dan – se tibqa' tinsisti li l-liberta` ta' ħaddiem, li mingħajr pressjoni jaqbel u jiddeċiedi li jagħmel iktar minn 48 siegħa xogħol, għandha tibqa' fil- kompetenza ta' l-istati differenti.", "Kif diġa` għedt dwar ir-relazzjonijiet ta' l-Ewropa mal-Libja, aħna naqblu li għandha ssir kull miżura li tista' tittieħed biex ngħinu lil-Libja tintegra ruħha aħjar fil-politika Ewro-Mediterranja mnedija mill-Unjoni Ewropea.", "Nafu l-verżjonijiet u l-opinjonijiet differenti li jeżistu f'dak il-pajjiż.", "Aħna nemmnu li dejjem għandhom jissaħħu l-ewwel u qabel kollox ir-relazzjonijiet bilaterali tagħna magħhom, pero` rridu nkunu lesti li nirrispettaw kull deċiżjoni li jieħu l-poplu sovran Libjan u l-mexxejja tiegħu, kemm jekk jiddeċiedu li jidħlu fil-Euro-Med programme u kemm jekk jiddeċiedu li ma jidħlux.", "Aħna naħsbu li jkun jaqbel għar-reġjun kollu li jkunu hemmhekk, pero` dan sta għalihom.", "Bħalissa hemm il-kwestjoni tas-sħubija tat-Turkija.", "Jekk wieħed iħares ftit lejn il-lat storiku ta' dan isib li l-punent dejjem sab lit-Turkija li għenitu f'dak li għandu x'jaqsam mas-sigurta` u d-difiża ta' l-Ewropa.", "Per eżempju, fi żmenijiet diffiċli, meta kien hemm anke problemi ta' riġenerazzjoni ekonomika fl-Ewropa, speċjalment fil-Ġermanja, kienu t-Torok li ġew imħajra jmorru jgħinu ħalli jibnu - u bnew ħafna - l-ekonomija Ġermaniża speċjalment fis-snin sittin.", "Jien naħseb li jekk dan il-pajjiż applikant jemmen u japplika n-normi demokratiċi, inaqqas l-influwenza militari fuq il-parlament u fuq il-gvern tiegħu, jirrikonoxxi lil Ċipru u fih ikun hemm iktar ħarsien u rispett lejn id-drittijiet fundamentali tal- bniedem, ma narax għaliex l-Unjoni Ewropea għandha tħares b'mod differenti lejn l-applikazzjoni ta' dan il-pajjiż li kien magħhom fid-difiża matul dawn is-snin kollha.", "Wara kollox ma kien hemm problemi ta' xejn biex jiġu aċċettati pajjiżi ex-komunisti li kienu n-naħa l-oħra tal-purtiera tal- ħadid.", "Kif nifhimha jien u kif tifhem in-naħa tagħna, hawnhekk ma tidħolx il-kwestjoni tar-reliġjon u jekk humiex musulmani jew le.", "Ma rridux ninsew li miljuni kbar ta' musulmani integraw ruħhom tajjeb fl-Ewropa u din ħadmet u mxiet bihom.", "Issa ħalli ngħaddi biex nitkellem ftit fuq xi ħaġa oħra.", "Aħna naqblu ħafna mal-pożizzjoni li qed jieħu l-gvern fuq multi u reati fil-qasam marittimu minħabba dak li joħroġ mill-MARPOL convention fejn jista' jkollok kemm fines kif ukoll termini ta' ħabs għall-vapuri li jkunu jew mill-Unjoni Eworpea jew mhux mill-Unjoni Ewropea.", "Jien nemmen li l-Ministru Tonio Borg qiegħed fit-triq it-tajba.", "Ġie spjegalna fil-kumitat ta' l-affarijiet barranin - jien personalment, u naħseb li anke n-naħa tagħna naqblu - li għax tkun membru ta' l-Unjoni Ewropea m'għandekx tiġi penalizzat aktar milli kieku kont barrani.", "Rigward l-armonizzazzjoni ta' taxxi speċjali fl-Ewropa, speċjalment dik li hija corporate tax, aħna nemmnu – u naħseb li anke l-gvern qed jaħseb b'dan il-mod - li għandna nibqgħu ebsin fil-pożizzjoni tagħna kontra din l-istess armonizzazzjoni.", "Nemmen li l-gvern għandu jżomm b'kull mezz li dan il- qasam jiġi deċiż biss bl-unanimita`.", "Sur President, is-services directive, inizjattiva ta' l-ex-kummissarju Bolkestein għaċ-ċirkolazzjoni libera tas-servizzi fl-Unjoni Ewropea, hija l- iktar ħaġa importanti li hemm bħalissa.", "Dawn iridu jinkludu l-kultura, l- edukazzjoni, is-servizz tas-saħħa, is-servizzi marbutin mas-sistemi nazzjonali tal-protezzjoni soċjali, biex jiġu kummerċjalizzati, qisek qed tagħmel kummerċ b'mod kompetittiv f'kull prodott ieħor jew inkella merkanzija oħra.", "Dan huwa suġġett ikkomplikat ħafna u jkun tajjeb li l- gvern jiddiskutih lokalment fil-fora addattati qabel ma jieħu pożizzjoni dwaru fl-Unjoni Ewropea.", "L-istess irrid ngħid għal-leġislazzjoni msejħa REACH li għandha x'taqsam mar-reġistrazzjoni, l-evalwazzjoni u l-awtorizzazzjoni ta' kimiċi fil- prodotti kollha li mmissu u nikkonsmaw.", "Din hija xi ħaġa - u hawnhekk nagħmel nota ta' warning – li rridu minn issa nuru li aħna bħala pajjiż żgħir, din it-tip ta' leġislazzjoni tkissrilna n-negozju tagħna, tkisser ħafna SMEs u tgħolli l-prezzijiet ta' ħafna prodotti.", "Aħna ma nifilħux għal dawn it-tip ta' affarijiet għaliex m'aħniex bħall-pajjiżi kbar.", "Għalhekk ma rridux inħallu li b'din il-leġislazzjoni jiġrilna bħalma ġara fil-qasam tar-reġistrazzjoni tal-mediċini li għadni kif semmejt aktar kmieni.", "Irridu nuru li din is-sistema - sfortunatament din bil-maġġoranza kwalifikata tgħaddi - se tkun ta' dannu kbir għalina.", "Sur President, irrid insemmi xi ħaġa li hija aktar serja, u qiegħed nirriferi għall-parteċipazzjoni ta' pajjiżna fil-qasam tad-difiża.", "Dan l- aħħar l-Onor.", "Tony Abela għamel xi diskors dwar dan u l-ministru tkellem dwar il-parteċipazzjoni tagħna fil-European defence agency.", "Issa diġa` smajna li minn hemmhekk se jaslu sabiex iwaqqfu armed battle groups.", "Ma naħsibx li dan huwa fl-ispirtu tan-newtralita` u tan-non-allinjament ta' pajjiżna u fil-fehma tiegħi, qegħdin insalpaw qrib wisq tal-konċett tal- parteċipazzjoni f'alleanzi militari.", "Issa ssib min jgħidlek li din m'hijiex alleanza militari, li jista' jkun, pero' hemm ix-shades of grey.", "U allavolja l-iskopijiet għaliha huwa sabiex ikun hemm il-żamma ta' paċi pero' xorta waħda tibqa' kontra l-kelma tal-Kostituzzjoni!", "Irrid ngħid ukoll li min-naħa l-oħra, anke pajjiżi newtrali għandhom dritt li jagħmlu provvedimenti sabiex jieħdu ħsieb id-difiża tagħhom kif ukoll jieħdu miżuri sabiex jistabbilixxu miżuri bilaterali ma' organi militari ta' pajjiżi oħrajn għad-difiża tagħhom.", "Dan qed ngħidu ħalli nkun ġust fil- ħsebijiet tiegħti.", "Għalhekk naħseb li wasal iż-żmien li f'dan il-kontest nagħmlu diskussjoni serja u matura dwar il-provvedimenti kostituzzjonali tagħna.", "Mingħajr ħafna storbju u partiġjaniżmu għandna nanalizzaw bis- serjeta` x'qed nippretendu li nirċievu mingħand ħaddieħor f'każ li jkollna bżonn - għax fid-dinja qatt ma tista' tgħid x'se jiġri – kif ukoll irridu nkunu lesti u niddeċiedu x'lesti nagħtu bħala għajnuna lil ħaddieħor jekk dan ikollu bżonn l-għajnuna tagħna, dejjem fir-rispett tan-normi li aħna marbutin bihom fil-Kostituzzjoni tagħna.", "Rigward il-politika Ewro-Mediterranja ma naħsibx li għandi nieħu ħafna ħin fuqha għaliex din hija komuni għaż-żewġ naħat.", "Din hija politika li għandha storja kemm f'dan il-parlament kif ukoll fiż-żewġ partiti u llum il- ġurnata m'hemm l-ebda differenza bejnietna dwar kif inħarsu lejn il- politika Ewro-Mediterranja.", "Huwa l-pjaċir tiegħi li nikkollaboraw u naħdmu flimkien meta nkunu qegħdin f'dawn il-fora bħalma fil-fatt ġara riċentement, kemm waqt l-assemblea parlamentari Ewro-Mediterranja ġewwa Ateni kif ukoll meta nżammu l-ewwel laqgħat tat-tliet kumitati ġewwa Brussels.", "Għalhekk naħseb li din hija xi ħaġa li għandna nkomplu nagħmlu l- almu tagħna dwarha sabiex nuru l-għaqda ta' bejnietna fir-rigward tal- politika barranija.", "M'għandix dubju li l-kollega tiegħi, l-Onor.", "Leo Brincat se jkompli jiftaħ fuq dan is-suġġett.", "Per eżempju, hawnhekk nista' nsemmi wkoll it-twaqqif ta' l-assemblea parlamentari fi ħdan l-IPU, xi ħaġa li ilhom jaħdmu fuqha ħafna gvernijiet differenti.", "Sur President, xi ħaġa li ddispjaċieni ħafna dwarha hija li jkollok konferenza fuq l-Ewro-Mediterran mill-Mediterranean academy of diplomatic studies – huwa veru li din kienet għad-diplomatiċi – u lanqas biss jagħtuna invit!", "Jien ma rċevejtx invit - ma nafx jekk il-kollega tiegħi rċeviex wieħed - imqar sabiex nattendi għall-inawgurazzjoni tal-konferenza u nisma' d-diskors tal-ministru.", "Dan mhux qed ngħidu b'fastidju iżda qed ngħidu sabiex nuru ċertu qbil u unanimita` ta' l-anqas f'settur wieħed!", "Hemm ħafna fejn ma naqblux ma' xulxin pero' almenu fejn naqblu għandna nuru li naqblu!", "Xtaqt inħalli l-aħħar ftit minuti sabiex insemmi l-kwestjoni ta' l-irwol tal-parlament nazzjonali.", "Naħseb li rridu nżommu seduta sabiex nanalizzaw x'inhuma u x'se jkunu d-drittijiet tal-parlament nazzjonali aktar 'il quddiem.", "Dan sabiex naraw li d-drittijiet tal-parlament ngħożżuhom u naraw kif nagħmlu sabiex ma jiġux imnaqqra.", "Din il-kwestjoni tat-trattat kostituzzjonali ħallejtha għall-aħħar apposta għaliex ma naħsibx li din hija l-okkażjoni ġusta li nittrattawha.", "Kien għalhekk li missejt affarijiet ta' bread and butter u affarijiet ta' pounds, shillings and pence, dwar kif se nintlaqtu bil-miżuri tal-budget u x'ġara u ma ġarax f'dawn l-aħħar snin minħabba r-relazzjonijiet tagħna ma' l-Unjoni Ewropea.", "Għalhekk nerġa' nirrepeti li l-kwestjoni tat-trattat kostituzzjonali mhux se niddiskutih f'dan il-waqt Ii qed niddiskutu l-budget għaliex jixraqlu dibattitu aktar fit-tul.", "Bi pjaċir ninnota li dik il-ħafna għaġġla li kien qed juri l-prim ministru sabiex din l-issue tgħaddi malajr kemm jista' jkun minn dan il-parlament m'għadhiex tinħass daqshekk.", "Probabbilment il-pariri tajbin waslu fejn kellhom jaslu u kellhom l-effett tagħhom għaliex qed inħoss li m'għadx għandu dik il-premura li kellu qabel.", "Fil-fehma tiegħi, dik kienet premura ħażina u għalhekk l-ewwel ċans li kelli għamilt appell pubbliku waqt dibattitu f'St. James Cavalier.", "U lill-prim ministru għedtlu sabiex ma jgħaġġilx għaliex dan huwa suġġett serju.", "Barra minn hekk għad fadlilna sentejn sabiex nirratifikawh u allura għandna żmien sabiex inħallu d-dibattitu jsir u naraw l-opinjonijiet jiżviluppaw ħalli meta niġu biex nieħdu deċiżjoni neħduha b'mod serju u b'mod matur.", "Dan l-appell m'għamiltux sabiex nikkmanda lill-prim ministru iżda għaliex inħoss li ma jkunx ġust li oġġett serju bħal dan jiġi mgerbeb malajr, speċjalment meta beda jgħid li rridu ngħadduh qabel ma tispiċċa s-sena.", "Mela l-parlament Ewropew se jiddiskutih fis-17 ta' Diċembru, allura għalfejn kellna niġu qabel il-parlament Ewropew?", "X'se nieħdu b'daqshekk?", "Dan meta għandek il-biċċa l-kbira tal-pajjiżi li jridu r-ratifikazzjoni tagħhom għal Mejju jew Ġunju tas-sena d-dieħla!", "Bħala partit Laburista rridu li ssir diskussjoni kemm fil-pajjiż kif ukoll fi ħdan il-partit.", "Importanti li ssir diskussjoni serja u matura qabel ma niddikjaraw il- pożizzjoni tagħna.", "Dan ma jfissirx Ii m'għandniex opinjoni, pero' l- opinjoni għadha qed tifformola ruħha u ma jistgħux bħala partit demokratiku ta' fuq jgħidu x'jaħsbu huma u ma jimpurtahomx mill-oħrajn!", "Irridu li l- opinjoni titla' minn isfel u timmatura ħalli d-deċiżjoni li tittieħed tkun waħda li nkunu qbilna lkoll flimkien dwarha.", "Dan id-diskors diġa` esprimejtu darba oħra u anke ddikjarajtu f'waħda mill- laqgħat tal-presidenza tal-partiti soċjalisti Ewropej.", "Flimkien ma' pajjiżi oħra għamilniha ċara li għadna fi stadju fejn qed nifformaw opinjoni.", "Nemmen li għalissa la aħna favur u lanqas kontra u min jgħid li huwa favur jew kontra qiegħed jiżbalja għaliex l-opinjoni għadha qed tifformola u qed isiru studji serji u intenzjonati sabiex jiggwidaw u titfassal din l-opinjoni.", "Imbagħad f'data definita li titħabbar aktar 'il quddiem se jkollna opinjoni informata u nkunu nistgħu nesprimuha u naġixxu fuqha.", "Fl-aħħarnett irrid ngħid, kif għedt aktar kmieni fid-diskors tiegħi, li r- relazzjonijiet tagħna ma' sħabna tal-partiti soċjalisti fl-Unjoni Ewropea ma kienx xi xokk kulturali jew xi xokk ideoloġiku, anzi mill-ewwel integrajna magħhom għaliex jitkellmu l-lingwa tagħna u naqblu f'dak li ngħidu.", "U bħala partit Laburista, f'dan il-mument li ninsabu membri ta' l- Unjoni Ewropea rridu naraw x'irridu minn din l-Ewropa Ii kulma tmur dejjem qiegħda tiżviluppa.", "Jiena ngħid li dan huwa wieħed mill-aktar suġġeti importanti li qed jiġi diskuss fil-grupp soċjalista u fil-partiti soċjalisti Ewropej u llum il-ġurnata anke fi ħdan il-presidenza.", "Gruppi oħrajn waslu biex ipproduċew dokument li kien imfassal mill-high level group immexxi mill-ex-kummissarju Pascal Lami.", "Dan kien diskuss ukoll minn mexxejja tal-partiti u fosthom kien hemm il-mexxej tal-partit Laburista f'Madrid.", "Inċidentalment dan se nkomplu niddiskutuh nhar il-Ħamis meta se nkun fi Brussels sabiex nerġgħu naraw l-aħħar verżjonijiet tiegħu.", "Aħna rridu Ewropa li tkun ħafna aħjar minn dik li hi llum.", "Din l-istorja kollha!", "Irridu nirranġaw u naraw titjib li sfortunatament anke jekk wieħed iħares lejn ir-rapport ta' Pascal Lami jsib li l-introduzzjonijiet tiegħu huma dwar liema huma t-targets li ma ntlaħqux mingħajr ma jattribwixxi ħtijiet jew akkużi.", "Jissemmew kemm ma ġewx milħuqa targets ta' impjieg, tkabbir u ħolqien ta' opportunitajiet.", "Dawn huma l-fatti u jekk ma nħarsux lejn il- fatti u noqogħdu npinġu kollox ilellex ma nkunux nistgħu nsibu s- soluzzjonijiet!", "Il-partiti Soċjalisti qegħdin jagħmluha b'mod differenti u qed jaraw bl- aktar mod ċar u bla ebda passjoni x'inhuma n-nuqqasijiet ħalli nkunu nistgħu nattakkawhom.", "Għalhekk qegħdin ngħidu li l-ewwel u qabel kollox irid ikun hemm Ewropa b'ħafna aktar postijiet ta' xogħol u li jkunu ħafna aħjar għaliex il-qgħad huwa l-aktar problema li qed tifni l-Ewropa.", "Aħna rridu Ewropa li tkun kompetittiva għaliex jekk tqabbilha max-xlokk ta' l- Asja u ma' postijiet oħra mhux qed turi din il-kompetittivita`.", "Aħna rridu Ewropa - din qed naħdmu għaliha kemm mal-membri tal-parlament Ewropew kif ukoll fil-grupp tal-partiti Soċjalisti - li t-tmexxija ekonomika tagħha tkun aktar effettiva, ikollha politika ta' tkabbir u ta' ġid mibni fuq il- prinċipju tas-solidarjeta` u kompetittivita`.", "Irridu Ewropa li tippromwovi l-koeżjoni soċjali - dan huwa importanti - u li ttejjeb il-kwalita` tal- ħajja għal kulħadd u mhux għal ċerti kategoriji.", "Dan tagħmlu billi tħares l-ambjent, tħares id-drittijiet tal-konsumatur u fejn jiġu mħarsa l- libertajiet u d-drittijiet fundamentali tal-minoranzi.", "Aħna qegħdin inħarsu lejn Ewropa li jrid ikollha ruħ aktar soċjali u qed ngħidu li għalkemm f'ċerti okkażżjonijiet it-tkabbir ekonomiku huwa tajjeb, ma naċċettaw qatt li dan isir a skapitu tad-drittijiet soċjali u tal-ħarsien ta' dawk li l-aktar għandhom bżonn.", "Sur President, bħala grupp Soċjalista Ewropew dawn se jkunu l-prinċipji li se jmexxuna u se naħdmu sabiex naraw li ħafna minn dawn il-prinċipji jidħlu fil-pjan ta' ħidma tal-kummissjoni l-ġdida Ewropea, liema kummissjoni bdiet ix-xogħol tagħha ftit tal-ġranet ilu.", "Nirringrazzjak.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Leo Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, din is-sena l-ministeru għall- affarijiet barranin kien taħt tliet saltniet għaliex f'sena waħda finanzjarja kellna xejn anqas minn tliet ministri ta' l-affarijiet barranin!", "L-ewwel kellna ministru li telaq mill-kariga tiegħu għaliex laħaq kummissarju Ewropew.", "Ta' dan nifraħlu jien ukoll pero' xorta waħda se nikkritikah bħala ex- ministru ta' l-affarijiet barranin.", "Warajh kellna ministru li rriżenja mill-kariga tiegħu wara li kellu għadd ta' allegazzjonijiet u kontroversji u li fihom sab gambetti wkoll min-naħa ta' sħabu stess.", "Issa għandna bħala ministru lill-Onor.", "Frendo, li sa ftit xhur qabel kien qed jippresjedi b'ċertu għaqal u bilanċ il-kumitat għall- affarijiet barranin u Ewropej tal-parlament.", "Jien m'iniex sejjer nikkritika l-bidliet li saru fil-ministeri jew fil- ministri għax dawn kollha saru minħabba ċirkostanzi lil hinn mill-kontroll tagħhom.", "Li qiegħed jinkwetani huwa li ma deherx li kien hemm sens ta' kontinwita` fl-istil, fl-approach u f'ċerti każi anke fil-policies li bih ġie ndirizzat il-portafoll ministerjali tagħhom.", "Sur President, l-Onor.", "Borg, minħabba li għax huwa bniedem teknokratiku jew għaliex kien mogħmi bis-sħubija prospettiva ta' Malta fl-Unjoni Ewropea mexxa d-dekasteru tiegħu mingħajr ruħ politika, dak li l-Ingliżi jsejħulha one dimensional.", "Għalkemm fuq livell tekniku ma nixtieq bl-ebda mod inċekken il-kapaċitajiet tiegħu, pero' kontra qalbi jkolli ngħid li hu kien il-perċimes responsabbli għat-taħwid u d-diżorganizzazzjoni li saret fil- manpower deployment fil-ministeru, kif ukoll f'ħatriet b'riħa qawwija politika li saru matul is-sena.", "Jispikka l-aktar it-tferfix li bih fetaħ ambaxxati bl-addoċċ f'diversi bliet kapitali Ewropej mingħajr ma kien hemm il-ħtieġa u mingħajr ma applika politika ta' reċiproċita`.", "Fid-diskors tiegħi dwar il-budget tas-sena l-oħra kont għaddejt envelope magħluq lill-Onor.", "Joe Borg pero' għażel li jirritornah lura magħluq.", "F'dan l-envelope kont indikajtlu min kien se jgħaddi mill-eżami għal first counsellors!", "Meta wieħed iqis min kienu dawn il-magħżulin kif ukoll jiftakar li fi żmien l-Onor.", "Joe Borg l-eżami għall-korp diplomatiku li qabel kien jitmexxa mit-taqsima ta' l-eżamijiet tal-ministeru ta' l- edukazzjoni, issa beda jitmexxa mill-ministeru ta' l-affarijiet barranin, jasal għall-konklużjoni li dan il-ministru se jibqa' mfakkar għan-numru ta' ambaxxati li fetaħ bla ġustifikazzjoni, għall-postings li ta lil tal-klikka u għall-promozzjonijiet li ta lill-magħżulin!", "It-tieni wieħed kien l-Onor.", "John Dalli.", "Għalkemm dan spiċċa biss ftit ġimgħat fil-ministeru pprova jagħti dimensjoni aktar wiesgħa lill-brief tiegħu kemm billi juri anqas serviliżmu lejn Brussell kif ukoll billi fiż- żmien qasir li kellu pprova jiftaħ u jikkonsolida ċerti rabtiet li kellna ma' pajjiżi lil hinn mill-Unjoni Ewropea, l-aktar ma' l-Istati Uniti, iċ- Ċina u anke mad-dinja Għarbija.", "Kien ukoll beda proċess sabiex jirrivedi ċerti deċiżjonijiet żbaljati li kienu ttieħdu minn ta' qablu, bħal per eżempju, l-għeluq prospettiv ta' ambaxxati f'ċerti postijiet bħas-Sawdi Arabja, kif ukoll żamm lura l-ftuħ ta' l-ambaxxata fil-Marokk, liema ambaxxata ma kenitx waħda fattibbli.", "Kien l-istess ministru li bħala ministru tal-finanzi kien ta l-barka tiegħu sabiex tinxtara Dar Malta mingħajr ma kien jaf - dan fi kliemu stess waqt il-public accounts committee - li kien fiha d-doppju tad-daqs tal-ħteġijiet diplomatiċi u konsulari ta' pajjiżna fi Brussell.", "Jgħidu x'jgħidu, il- ministeru ta' l-affarijiet barranin fi żmien l-Onor.", "John Dalli se jibqa' mfakkar l-aktar għall-biljetti ta' l-ajru mixtrija mingħand il-ħbieb, għall- konnessjonijiet familjari tat-trasbord ma' kumpannija Iranjana u għall- konfoffi tal-gvern u tal-partit Nazzjonalista sabiex iqaċċtuh min-nofs!", "Tant hu hekk li ninsab informat li meta rriżenja mill-kariga tiegħu kien hemm ambaxxata partikolari li saħansitra organizzat party!", "It-tielet wieħed kien l-Onor.", "Michael Frendo li wiret żiemel li kien diġa` sfratta xi ftit.", "Hawnhekk ukoll ittieħdu deċiżjonijiet li ftit kienu jagħmlu sens.", "Dan qed ngħidu mingħajr ebda animu personali kontra l- ministru għaliex miegħu ħdimt u persważ li se nkompli naħdem b'mod eżemplari.", "Il-Ministru Frendo ħalla ħafna nies lampa stampa u mingħajr ebda sens ta' direzzjoni dwar kif għandhom jindirizzaw il-ħidma tagħhom.", "Minkejja li normalment il-karattru tiegħu huwa wieħed dħuli u ċivili, kemm ġewwa u kemm barra l-parlament, qed jingħad li fuq il-post tax-xogħol il- ministru spiss qed jiġrilu li kull ilma jaħsbu misħun.", "Saħansitra wasluli rapporti li l-approach tiegħu ma' ta' taħtu kien qed ikun ftit ortodoss u kultant anke daqsxejn goff.", "Dan l-istil żgur m'huwiex wieħed konsistenti ma' dak l-istil li drajnih bih kemm f'din il-Kamra u anke barra minnha.", "Nittama li ġejt informat ħażin pero' jekk dan huwa minnu, jista' jgħin biss - fil-fatt qed jgħidu li qed jgħin - sabiex tinħoloq tensjoni ġdida fost l- impjegati tal-ministeru.", "Biex tkompli tgħaxxaq l-affarijiet, jidher li l- assistent personali li ħatar il-ministru huwa bniedem li jħobb jiftaħar man- nies li fil-ministeru hu jikkmanda kollox!", "Fi żmien l-Onor.", "Frendo, apparti milli ra l-isem tal-ministeru jinbidel, ra wkoll bidla fil-kap tal- ministeru.", "Hemm allegazzjonijiet li hemm persuna oħra fl-EU directorate li qed tmexxi l-ministeru minn wara l-kwinti u mhux is-segretarju permanenti tal-ministeru!", "Il-ministru rrevoka ħatra ta' ambaxxatur għal-Libja wara li l-Libjani kienu diġa` ġew formalment avżati dwar din il-ħatra.", "L-Onor.", "Frendo kellu jġib lura Malta diplomatiku li ma kienx ingħata għarfien mill-gvern tal-pajjiż fejn kien ġie posted, jiġifieri l-Libja.", "Dan id-diplomatiku huwa l-istess wieħed li sena ilu kont ftaħt għajnejn il-Ministru Borg dwaru għaliex ma kienx sejjer tajjeb f'Tuneż, fejn kien posted qabel intbagħat il-Libja.", "Dan minħabba li ġewwa Tuneż kellu inċident ma' uffiċjal għoli tas-sigurta` Tuneżina u kont żvelajt kif dan id-diplomatiku kellu saħansitra jagħmel apoloġija formali lill-istess uffiċjal Tuneżin.", "Pero' minflok ma ġie recalled Malta - kif fil-fatt se jiġri issa - tawh posting għal-Libja fejn reġa' ħaqqaqha mill-ġdid.", "Il-Ministru Frendo kellu jiffaċċja wkoll allegazzjonijiet fil-konfront ta' diplomatiku Malti dwar harassment sesswali f'ambaxxata prominenti.", "Għalkemm din l-allegazzjoni forsi ma ġietx ipprovata, ir-rapporti dwarha saħansitra waslu għand il-komunita` Maltija u anke għand il-foreign office tal-pajjiż konċernat.", "Li qed nipprova ngħid hawnhekk huwa li l-ħsara xorta waħda saret bħalma saret ħsara lil pajjiżna meta għall-ewwel darba kellna foreign minister li kellu jirriżenja jew li ġie mġiegħel jirriżenja.", "Pero' ħalli niġu għal xi ħaġa aktar serja.", "Il-ministru kellu jseffaq wiċċu ma' l-allegazzjoni ta' irregolaritajiet u favoritiżmu fil-ħruġ ta' visas fl-ambaxxata tagħna ġewwa Beijing.", "Dawn kienu marbuta l-aktar mal-ħruġ ta' visas ta' l-hekk imsejħa studenti ta' l- Ingliż u li fil-fatt ma kienu studenti xejn għax il-biċċa l-kbira minnhom kienu ġejjin mir-reġjun ta' Fujian.", "Dawn mhux veru li huma studenti ta' l- Ingliż u saħansitra wħud minnhom qed jispiċċaw jidħlu l-Italja b'mod illegali!", "Il-ħaġa inkwetanti hija li f'dan kollu hemm bħala kompliċi diplomatiku Malti fl-ambaxxata ta' Beijing flimkien ma' travel agent partikolari Ċiniża, liema travel agent hija midħla sew ta' l-ambaxxata Maltija fiċ-Ċina.", "Sur President, hawnhekk għandi l-particulars ta' din it-travel agent Ċiniża pero' ma nħossx li huwa etiku li nippubblikahom.", "Madankollu bil-permess tiegħek nixtieq ngħaddi kopja lill-ministru ħalli jagħmel l-investigazzjoni tiegħu u għaldaqstant nitlob lill-messaġġier sabiex jgħaddi din l-ittra konfidenzjali lill-ministru.", "Dan qed ngħidu għaliex proprju l-bieraħ fuq Net television - mhux fuq Super One - kien hemm feature fuq dawn iċ-Ċiniżi li qed jiġu Malta biex suppost jitgħallmu l-Ingliż u mbagħad ħafna minnhom jispiċċaw jidħlu f'pajjiżi oħra b'mod klandestin.", "Nerġa' ngħid li dan il- feature kien fuq Net television u mhux fuq is-Super One u kien marbut ma' l-irregolaritajiet allegati min-naħa ta' diplomatiku Malti fl-ambaxxata tagħna ġewwa Beijing.", "Il-Ministru Frendo sab ruħu wkoll jara s-saga ta' Dar Malta tiġi minsuġa mingħajr ma seta' jkollu ebda say jew kontroll effettiv fuqha.", "Intrabat pubblikament li jiftaħ ambaxxata fil-Portugall fuq bażi ta' reċiproċita`.", "Dan wara li fl-imgħoddi l-gvern tiegħu stess irrifjuta li jimxi b'din il- politika u issa erbat ijiem wara - minħabba limitazzjonijiet finanzjarji li għandu l-pajjiż - jidher li se jniedi eżerċizzju ta' razzjonalizzazzjoni fid-diversi ambaxxati u missjonijiet diplomatiċi Maltin.", "Dawn saħansitra jistgħu jwasslu għall-għeluq ta' ambaxxati jew tnaqqis fil-personnel deployed barra l-pajjiż.", "Jekk jiġri dak li qed jissemma se nispiċċaw b'ambaxxati li jkollhom jagħlqu, liema ambaxxati m'ilhomx li fetħu xi ħamsa jew għaxar snin ilu iżda madwar sentejn jew tliet snin ilu biss.", "Per eżempju, qed tissemma li se tingħalaq l-ambaxxata ta' Budapest.", "Ma nafx jekk dan huwiex minnu u għalhekk qed nitlob lill-ministru sabiex forsi jilluminana ftit fil-ħin tal- winding up tiegħu.", "Iċ-ċansijiet li din l-ambaxxata se tagħlaq mhux biss huma minħabba li hemm biss erbgħa min-nies li għandhom jiġu catered for - kif qed jgħid tajjeb ħafna sieħbi l-kelliem għall-affarijiet ekonomiċi – iżda wkoll minħabba li s-Sinjorina Ella Strickland telqet mill-ambaxxata u marret fis-segretarjat tal-kummissarju Joe Borg filwaqt li qed jingħad li l- ambaxxatur Noel Buttigieg Scicluna qed ifittex sabiex jieħu pożizzjoni fi ħdan l-Unjoni Ewropea.", "Sur President, wieħed jittama li fl-intervent tiegħu, il-ministru jagħtina xi ħjiel dwar il-pjani tiegħu għall-ambaxxati, aktar u aktar għaliex l- estimi ma jirriflettu bl-ebda mod dan il-pjan ta' razzjonalizzazzjoni ta' l- ambaxxati, tant li hemm provvediment fl-estimi finanzjarji sabiex jintefqu madwar Lm600,000 fuq xiri ta' proprjeta` ġdida.", "Din qed neħodha li se tkun għall-ambaxxata tal-Portugall, pero' nista' nkun żbaljat.", "Għalfejn il- ministeru xorta waħda ma naqqasx l-estimi ta' infiq tiegħu fuq l-ambaxxati meta fl-istess ħin qed jipprova jippjana li jagħmel a rationalisation programme?", "Ir-risposta hija ovvja u jidher li dak li se jiġi ffrankat min- naħa se jkun jista' jintuża fuq affarijiet oħra u b'hekk il-ministeru jkun qed isib mezz tradizzjonali ta' kif jaħrab il-limitazzjonijiet finanzjarji li pprova jimponilu l-ministeru tal-finanzi f'dan il-budget.", "Minħabba l-ġiri żejjed li se jkun hemm lejn u minn Brussell l-infiq fuq l- ivvjaġġar se jiżdied b'40%.", "Jiġifieri s-somma se titla' minn Lm316,000 għal Lm441,000.", "Fl-estimi tal-budget hemm diversi items li jitolbu xi forma ta' spjegazzjoni.", "Għall-commonwealth heads of government conference il-gvern qed jivvota Lm1.5 miljun.", "Jista' l-ministru jagħtina konferma li meta mbagħad naslu lejn l-aħħar tas-sena mhux se jkollna talba għal nefqa supplimentari?", "Dan minħabba li qed jirriżulta li din is-somma hija an under estimation ta' l-ispiża nvoluta!", "Bħala partit Laburista mhux qed ngħidu li aħna kontra - la l-Onor.", "Sant u lanqas l-Onor.", "George Vella m'huma qed igħidu li huma kontra din il-konferenza - pero' naħseb li ċ- ċirkostanzi kienu jirrikjedu aktar għaqal qabel aċċettajna din il- konferenza.", "Issa l-gvern huwa committed u ġaladarba dan l-investiment se jkun ta' piż finanzjarju fuqna, nittama li l-gvern jieħu din l-opportunita` sabiex jieħu xi ħaġa lura.", "U dan billi jagħmel dak kollu possibbli sabiex jippromwovi lil Malta bħala ċentru turistiku u filwaqt li jkun hawn dawn id- delegati kollha f'pajjiżna jagħmel kuntatti għas-settur kummerċjali privat Malti ma' businessmen barranin li se jkunu preżenti f'din l-okkażjoni.", "Sur President, iċ-CHOGM, kif inhuwa spiss riferut għalih dan il- commonwealth summit, għandu jservi mhux biss biex il-gvern jidher ħelu mal- barranin imma wkoll bħala okkażjoni li m'għandhiex tintilef biex jitkattar it-turiżmu u l-investiment lejn pajjiżna.", "Dan huwa każ fejn in-networking jista' jrendi ħafna, apparti mill-prestiġju ta' l-avveniment innifsu.", "Fil-budget qed jiġu vvotati Lm400,000 għal dak li qed jissejjaħ forum for Europe.", "Jien fittixt fil-budget biex nara jekk hemmx xi ħjiel dwar x'ifisser dan il-line item.", "Hemm min jgħidlek li din hija konferenza imma xi ħaddieħor qalli li jista' jagħti l-kas li l-gvern beħsiebu jxolji l-MIC.", "Fil-fatt m'hemm l-ebda riferenza għall-MIC fil-budget u lanqas hemm Lm1 vvotata għalih u allura jista' jkun li l-gvern għandu l-ħsieb li minflok l- MIC joħloq a forum for Europe.", "Jien nittama li l-ministru jkun jista' jelabora dwar dan għax kif qal tajjeb l-Onor.", "George Vella, jekk naqbdu l- Lm400,000 li sejrin fuq il-forum for Europe u l-Lm1.5 miljun li sejrin għall-commonwealth conference - anke jekk ma taqbiżx il-Lm1.5 miljun - inkunu qed nitkellmu fuq Lm2 miljun meta l-pajjiż suppost li qiegħed iġewweż mill-aħjar li jista'.", "Filwaqt li wieħed jaqbel li għandna nibdew nikkontribwixxu xi ħaġa żgħira f'dik li hija overseas development aid, biex ngħinu lill-pajjiżi fil-bżonn li qed jiżviluppaw, ikun tajjeb li nistaqsu lilna nfusna kemm is-somma modesta ta' Lm30,000 li qed tiġi vvotata din is-sena, mistennija li tibqa' l-istess jew tikber fis-snin li ġejjin minħabba l-esiġenzi ta' l-Unjoni Ewropea.", "Dan qed ngħidu għax hemm indikazzjonijiet li l-kontribut tagħna 'l quddiem jista' jitla' għal wieħed anke ta' miljuni ta' liri fis-snin li ġejjin.", "Għalhekk jien nixtieq li dwar dan kollu jkollna wkoll spjegazzjoni min-naħa tal-ministru.", "Għalkemm l-ispiża m'hijiex daqstant sostanzjali, ikun tajjeb li l-ministru jgħidilna wkoll għalfejn qed jivvota madwar Lm25,000 għall-ambaxxata tagħna f'Baghdad bħalissa.", "Naħseb li kulħadd jistaqsi x'inhi l-loġika li jkollna ambaxxata f'Baghdad bħalissa meta skond l-aħħar rapporti tal-Herald Tribune, il-pajjiż jinsab litteralment lejliet gwerra ċivili aktar milli lejliet elezzjoni ġenerali.", "L-istess kif ma jagħmilx sens li nivvotaw kważi Lm100,000 għall-FAO and others meta fi żmenijiet ta' gvern Laburista u anke ta' gvern Nazzjonalista ta' l-imgħoddi, il-FAO, bħall-UNESCO fl- imgħoddi, kienu dejjem kompetenzi ta' l-ambaxxati f'Ruma u f'Pariġi u mhux kif qed jiġri llum, li jkollhom vot separat għalihom.", "U jien għalhekk nistaqsi mill-ġdid għaliex fiċ-ċirkostanzi tal-lum qed nidħlu għal dawn l- ispejjeż kollha u m'aħniex nagħmlu anke rationalisation anke f'din l-area.", "Issa se nitkellem ftit fuq il-voice of the Mediterranean.", "Fuq il-voice of the Mediterranean kollox jidher illi tħalla fid-dlam.", "U għalkemm il- ministru tal-lum jidher li m'għamel xejn biex iqajjem dan il-proġett mill- ġdid, nafu, għax kien weġibni l-Ministru Dalli meta kien ministru, illi bħala foreign minister kien tkellem mal-Libjani dwar il-possibilita` li jorbtu ma' dan il-proġett, proġett ġdid li jinvolvi saħansitra linkage ta' trażmissjonijiet bis-satellita.", "Għalhekk ikun tajjeb li nistaqsi x'follow- up sar min-naħa tal-Ministru Frendo dwar dan meta nbidel il-ministeru mingħand il-Ministru Dalli għal għand il-Ministru Frendo.", "L-istess dwar il-kumpanniji Amerikani fi Houston, Texas li avviċina l- Ministru Dalli ftit jiem qabel irriżenja, kumpanniji bil-potenzjal li jidħlu ġewwa l-Libja fosthom allegatament il-kumpannija kontroversjali Halliburton illi fl-Iraq belgħet il-laħma tal-kuntratti kollha.", "Jien sinċerament ma nafx.", "Filwaqt li nirringrazzja lill-Ministru Frendo talli tani konfidenzjalment l-ismijiet tal-kumpanniji li kien iltaqa' magħhom l- Onor. Dalli, sinċerament ma nafx għaliex il-Ministru Frendo kien għażel illi jagħtihomli konfidenzjalment u rrifjuta li jippubblikahom meta dawn kienu azjendi li naħseb kull wieħed minna jixtieq li jara miġbuda lejn pajjiżna ħalli jużaw lil Malta bħala bażi jew stepping stone għall- operazzjonijiet prospettivi tagħhom ġewwa l-Libja fis-snin u anke fix-xhur li ġejjin.", "Għalhekk minn hawn toħroġ mistoqsija naturali: Wara dawk il-kuntatti li għamel il-Ministru Dalli proprju ġimgħa qabel ma rriżenja, sar xi follow-up effettiv, mhux mill-Ministru Dalli imma mill-Ministru Frendo, biex wieħed jara jekk dawn jistgħux jiġu mħajra li jużaw Malta għal back-office operations prospettivi tagħhom fil-Libja kif ukoll biex jużaw lil Malta bħala country of domicile għall-familjari tagħhom waqt li jkunu ġewwa l- Libja?", "Wisq nibża' li ftit li xejn qed isir impenn effettiv f'dan ir- rigward.", "Dan qed ngħidu, kif diġa`għedtu fi stqarrija li kont ħriġt ftit xhur jew ġimgħat ilu, għax filwaqt illi Berlusconi, Schroeder, Blair u Chirac, u fil- ġranet li ġejjin anke l-prim ministru tal-Kanada, kollha marru l-Libja, b'għadd kbir ta' negozjanti u entrepreneurs jakkumpanjawhom, li huma lkoll interessati f'kuntratti fil-Libja, il-gvern Malti, Alla jbierek, frisk bħal ħassa, tant ħela l-enerġiji tiegħu kollha fuq il-kwestjoni tal-visa u ta' l- immigrazzjoni illegali, li fl-ebda delegazzjoni riċenti lejn il-Libja ma rajna jew lill-prim ministru jew lill-ministru għall-affarijiet barranin, itellgħu magħhom negozjant wieħed jew rappreżentant wieħed ta' xi korp kostitwit Malti jew Għawdxi.", "Jekk se nistennew il-bajtra taqa' f'ħalqna se nsibu li ninsabu tard wisq.", "Dan qed ngħidu għax filwaqt li l-Libja hija ġenwinament rikonoxxenti għal dak kollu li Malta għamlet magħha fis-sanzjonijiet u anke qabel is- sanzjonijiet, ir-realta` tal-lum tgħallimna li l-Libja qed tiftaħ pass ta' ġgant mal-key players ewlenin fl-hekk imsejħa dinja tal-punent bir- riżultat li jekk ma nkunux aggressivi u pro-attivi biżżejjed fl-approach tagħna nkunu qed nirriskjaw li nitilfu l-qâleb u l-ġbejna, aktar u aktar meta l-Libjani jidher li kellhom l-idea – dan jistgħu jikkonfermawh l-Onor.", "Jason Azzopardi, l-Onor.", "George Vella u oħrajn - li minħabba s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea kien se jkollna armonizzazzjoni tat-taxxi imposti fuqna bil-konswegwenza li f'għajnejhom konna qegħdin nitilfu l-attrazzjoni tagħna bħala ċentru għall-investiment Libjan.", "Din kienet perception żbaljata u għandi l-unur ngħid li kull wieħed minna, kemm min-naħa tal-gvern kif ukoll min-naħa tagħna bħala oppożizzjoni, għamilna l-interventi tagħna, iċċarajnielhom din il-perception żbaljata dwar Malta u ħriġna minn hemmhekk sodisfatti li bħala grupp wieħed tajna palata lil Malta biex il-Libja tibda tħares lejn Malta mingħajr din l-idea żbaljata li forsi seta' bellagħlhom xi ħadd li għandu xi aġenda ulterjuri.", "U nerġa' ngħid li kien grazzi għall-membri taż-żewġ naħat tal-Kamra fuq il- foreign and European affairs committee li din il-misconception sinċiera ġiet iċċarata mal-ħbieb tagħna Libjani.", "Sur President, irrid ngħid ukoll li nixtieq li fl-intervent tiegħu l- ministru jagħtina ħjiel dwar kif beħsiebu jagħmel repositioning kemm ta' l- MIC li aċċennajt għalih aktar kmieni – din aċċenna għaliha wkoll l-Onor.", "Vella – kif ukoll tar-rwol tal-MEUSAC u jgħidilna jekk huwiex sejjer jagħti widen għas-suġġerimenti ta' l-oppożizzjoni Laburista li kienu saru meta bdejna nieħdu sehem fil-kumitat għall-affarijiet barranin u Ewropej.", "Minkejja s-sehem li Malta jidher li qed tagħti fl-hekk imsejħa gwerra kontra t-terroriżmu qed inħoss li fir-relazzjonijiet bilaterali tagħna ma' l-Istati Uniti naqset xi ftit ir-rankatura li kien hemm u li laħqet il- quċċata tagħha bil-laqgħa ta' l-ex- ministru Dalli ma' Colin Powell.", "Wieħed jittama li l-ministru jagħtina ftit ħjiel dwar fejn verament wasalna dwar id-double taxation agreement ma' l-Istati Uniti għaliex kif nafha jien l- Amerikani jargumentaw li sta għal pajjiżna bħala gvern u għall-kumpanniji Amerikani interessati f'Malta biex jagħmlu l-lobbying dwar dan, għaliex il- gvern Amerikan, qua gvern Amerikan, ma tantx għandu interess li jerġa' jagħti ħajja ġdida lil dan id-double taxation agreement.", "Qed ngħid dan kollu wkoll għaliex għalkemm l-ex-ministru Dalli qal li kien qajjem din l- issue importanti ħafna għal pajjiżna fit-taħditiet mas-segretarju ta' l- Istat Amerikan Colin Powell, għadna sal-lum ma nafux verament x'intqal f'dik il-laqgħa ma' Colin Powell u x'kienet ir-reazzjoni uffiċjali ta' Powel dwar dan kollu ma' l-ex-ministru Dalli.", "Hemm diversi grey areas kemm amministrattivi kif ukoll ta' policy li jkun tajjeb li l-ministru jitfa' ftit dawl fuqhom.", "Per eżempju, x'kien l-eżitu ta' l-istrategic conference li organizza huwa stess in-house fil-ministeru malli laħaq ministru?", "Kellu feedback adegwat mis-senior staff members tiegħu?", "U jekk iva, din l-istrateġija ġiet jew qiegħda tiġi fformolata u implimentata?", "X'inhi l-pożizzjoni formali tal-gvern Malti dwar il-proċess ta' riforma fejn ħafna pajjiżi qegħdin jadvokaw għall-ġnus magħquda?", "Billi ngħidu li nemmnu fir-riforma ta' l-UN mingħajr ma nartikolaw l-ideat tagħna ma nkunu qegħdin naslu mkien.", "Hawnhekk irrid nirringrazzja lis-Sur Michael Bartolo, ex-ambaxxatur Malti, għall-preżentazzjoni interessanti ħafna li kien għamlilna fil-foreign and European affairs committee.", "Per eżempju, x'inhi l-politika tal-gvern Malti dwar il-pajjiżi tal-golf Għarbi?", "Hemm xi pjani li dawn jiġu indirizzati b'mod ħolistiku biex forsi niġbdu aktar kummerċ u investiment min-naħa tagħhom lejn pajjiżna?", "Fi żmien meta l-Onor.", "Dalli kien ministru għall-affarijiet barranin il-gvern amalgama flimkien il-portafoll tal-foreign affairs u l-investment promotion u naħseb li l-prim ministru ta' dakinhar kien ħa deċiżjoni għaqlija, kien min kien il-ministru għall-affarijiet barranin.", "Illum li dawn iż-żewġ setturi reġgħu nfirdu juri li l-gvern jidher li aktar huwa interessat li jakkomoda lil ċerti individwi fil-kabinett milli jindirizza l-ħteġijiet tal- pajjiż.", "Meta tfassal libsa skond il-ministru, minflok tpoġġi ministru fejn dan jista' l-aktar jaqdi lill-pajjiż b'mod effettiv tkun qed tirrikorri għal politika short-sighted u ddgħajjef l-effiċjenza amministrattiva tal- gvern bħala gvern.", "Jien fil-kritika tiegħi apposta qed inkun proattiv għaliex billi nitkellmu biss dwar ineffiċenzji u l-fallimenti ta' ċerti ministeri ma nkunu qed naslu mkien jekk ma noffrux viżjoni għall-ġejjieni.", "Ftit ilu waqt dibattitu l-Ministru Louis Galea kien qalilna \"spell it out\" u hekk qed nipprova nagħmel f'dan l-intervent tiegħi u hekk għamel tant tajjeb sieħbi l-Onor.", "George Vella.", "Din hija sfida li kull wieħed minna, speċjalment aħna l- kelliema ewlenin, għandna nilqgħu b'wiċċna minn quddiem.", "Ħalli nibda bir- relazzjonijiet bilaterali.", "Għalkemm illum il-Ministru Frendo qed ikollu opportunita` ta' networking fid-diversi laqgħat internazzjonali li qed jattendi, fosthom ta' l-Unjoni Ewropea u tal-Euro-Med, inħoss li r-relazzjonijiet bilaterali jistgħu jiġu indirizzati u żviluppati b'aktar impenn kif għamel meta, per eżempju, stieden lill-foreign minister tad-Danimarka biex jiġi Malta.", "Hekk għandu jsir fuq bażi reċiproka ma' foreign ministers oħrajn.", "B'hekk biss nistgħu nipproġettaw il-viżjoni tagħna mal-partners ewlenin barranin tagħna b'mod effettiv u mhux nillimitaw l-inkontri sempliċement għal bilateral meetings ta' malajr fil-konferenzi internazzjonali li nattendu.", "Il-pjan dwar l-ambaxxati għandu jkun pjan maħsub għat-tul għax illum la nafu min ippjana ċertu ftuħ ħali ta' ċerti ambaxxati, la nafu jekk kienx jeżisti pjan komprensiv dwar dan u lanqas nifhmu kif il-gvern qed jikkonsidra li jagħlaq ambaxxati li nfetħu sentejn jew tliet snin ilu.", "Minn hawn tinbet il-mistoqsija naturali: Mela dawn l-ambaxxati għalfejn infetħu in the first place?", "X'feasibility studies saru qabel ittieħdu dawn il- passi fl-imgħoddi?", "U hawn mhux qed nindirizza lill-Ministru Frendo għax dawn huma babies li sfortunatament wiret f'ħoġru mingħand ħaddieħor.", "Fis-snin li ġejjin il-ministeru għandu jiffoka r-riżorsi finanzjarji, loġistiċi u umani tiegħu fuq l-aktar high priority areas ħalli l-isforzi tal-ministeru jkunu kkonċentrati fejn huma l-aktar meħtieġa.", "Ikun hemm min jgħid li hekk sar meta Malta kellha quddiemha l-kisba tas-sħubija tagħha fl- Unjoni Ewropea, iżda llum anke nies fil-foreign office tax-xaqliba tal- gvern jgħidulek li dan sar a skapitu tar-relazzjonijiet tagħna ma' pajjiżi oħrajn, li jekk ma ġewx imwarrbin ġew ittraskurati.", "X'qed isir biex ir-relazzjonijiet kummerċjali u ekonomiċi tagħna jingħataw spinta 'l quddiem?", "Nittama li l-ministru ma jgħidilniex li huwa kuntent għax sempliċement għandu economic unit fil-ministeru, għax mill- informazzjoni li għandi dan il-unit qisu postman ta' letteratura ta' l- azjendi parastatali.", "Jirċevi din il-litteratura mingħand azjendi bħal Malta enterprise, imbagħad jgħaddiha lill-ambaxxati u kultant jattendi xi fiera 'l hemm u 'l hawn.", "Jien wisq nibża' li din il-unit - din ma ġietx imwaqqfa mill-Ministru Frendo - qed isservi biss biex toħloq jobs for the boys speċjalment għal dawk li qed jaħdmu bil-kuntratt u m'humiex proper civil servants.", "Nerġa' nistaqsi: X'qed isir biex ir-relazzjonijiet kummerċjali u ekonomiċi tagħna jingħataw spinta sew 'il quddiem?", "Qed nistaqsi dan għax għalkemm il-Ministru Frendo m'għadux responsabbli għall- investiment barrani, safejn naf jien, xorta huwa l-ministru responsabbli mill-external trade inkluż is-sehem tagħna fid-WTO.", "Jien inħoss li għandna nimmiraw li niżviluppaw partnerships ġodda u effettivi f'dawk ir-reġjuni li huma ta' aktar importanza għalina.", "Minn hemm imbagħad għandna ngħaddu biex nidentifikaw il-pajjiżi li magħhom għandhom jiġu żviluppati dawn il-partnerships.", "Per eżempju, bħalissa qed jiġuni f'moħħi mhux biss il-pajjiżi tal-golf imma anke l-Eġittu.", "Dan ta' l- aħħar huwa post li joffri potenzjal qawwi ekonomikament, politikament u anke kulturalment.", "Sfortunatament inħoss li sal-lum dan il-potenzjal ġie sotto-żviluppat.", "Dan qed ngħidu għaliex nemmen li bħala pajjiż m'aħniex nagħmlu bħal pajjiżi oħrajn u nużaw id-diplomazija ekonomika bħala l-overriding objective tagħna fir-relazzjonijiet barranin.", "L-istess nuqqas inħoss li jeżisti wkoll fir- relazzjonijiet tagħna mar-Russja, maċ-Ċina u mal-Ġappun, għalkemm dawn ir- relazzjonijiet forsi huma korretti, eżemplari u fir-relazzjonijiet tagħna magħhom m'hemmx diffikultajiet jew problemi partikolari.", "Jien napprezza li wieħed jieħu ż-żmien biex jiżviluppa demokrazija ekonomika iżda xi darba rridu nibdew, kif beda ħaddieħor.", "Kien f'dan il-kontest li jien tkellimt fuq il-Libja, il-pajjiż li kif jikkonfermaw sħabi laqagħna b'dirgħajh miftuħin meta żornih ftit jiem ilu.", "Għalkemm naf li fil-foreign office kien hemm min kemmex xofftejh meta l- foreign and European affairs committee tal-parlament immexxi mill-kollega tiegħi, l-Onor.", "Jason Azzopardi, kellu żjara ta' suċċess fil-Libja, ħadd m'għandu jdarras snienu b'dawn l-affarijiet.", "Dan il-kumitat għandu bżonn jimxi fuq l-istess eżempju taż-żjara fil-Libja meta s-sena d-dieħla se nżuru ċ-Ċina u l-Istati Uniti, jekk jippermettielna budgetarywise il-clerk of the House u l-kollega tiegħi, is-Sur Richard Cauchi.", "Għandna mmorru hemmhekk mhux sempliċement biex nagħmlu l-joyrides iżda biex nagħmlu kif jagħmlu kumitati ta' parlamenti oħrajn li jmorru hemmhekk l-ewwelnett bi briefings tal-ministru, kif kien għamel tant tajjeb il-Ministru Frendo qabel morna l-Libja.", "X'għamel il-Ministru Frendo qabel morna l-Libja fuq suġġeriment ta' l-oppożizzjoni?", "Għamlilna laqgħa bil-magħluq, tana briefing konfidenzjali, kellna ċans nikkjarifikaw ċerti punti li forsi aħna ġenwinament ma konniex aġġornati dwarhom u meta morna l-Libja, għax kellna l-informazzjoni kollha at our fingertips, ma kienx hemm distinzjoni bejnietna dwar min kien qiegħed fuq in-naħa tal-gvern u min kien qiegħed fuq in-naħa ta' l-oppożizzjoni.", "Qatt ma ħarġet veduta kontrastanti min- naħa tagħna, la min-naħa tal-gvern u lanqas min-naħa ta' l-oppożizzjoni.", "Tkellimna, nerġa' ngħid, bħala delegazzjoni Maltija.", "U jekk f'dan il- pajjiż irridu l-consensus hekk għandu jimxi l-foreign and European affairs committee, bħala kumitat wieħed li jirrappreżenta lill-Kamra bħala waħda sħiħa u mhux jirrappreżenta partit politiku jew ieħor.", "Irrid ngħid ukoll li biex dan il-kumitat jilħaq l-iskopijiet tiegħu mhux biss għandu jimxi kif mexa tajjeb s'issa kemm taħt l-Onor.", "Frendo kif ukoll taħt l-Onor.", "Azzopardi, imma għandu jimxi b'mod komplimentari mad-diplomazija li tkun qed issir mill-eżekuttiv tal-pajjiż ħalli nużaw l-għodda diplomatika ekonomika u l-għodda anke diplomatika parlamentari, sejħilha li trid, bħala mod komplimentari għall-ħidma intensiva li jkun qed jagħmel il-gvern tal- ġurnata.", "Jien inħoss li jekk il-budget tal-parlament jippermetti - forsi hawnhekk ukoll se jkolli ħarsa bl-ikrah min-naħa tal-clerk of the House - għandna nesploraw il-feasibility li mal-kumitat jiġi attached, apparti mir-research analysts, għallinqas diplomatiku wieħed jew tnejn li mhux biss ilestulna position papers dwar diversi issues, kif diġa` qed isiru sal-lum, imma jkunu jistgħu jlestu wkoll ċerti working documents li permezz tagħhom nistgħu nipprovokaw dibattiti stimulanti fi ħdan l-istess kumitat.", "B'hekk inkunu nistgħu ngħaddu għall-istadju li nibdew noħorġu bil-proposti u bl- inizjattivi proattivi tagħna bħala stimolu għad-dibattitu intern fil-pajjiż fuq l-affarijiet barranin.", "F'ġieħ il-kontabilita` u t-trasparenza naħseb li jkun tajjeb ukoll li kif stedinna diplomatiċi barranin bħall-Eċċellenza Tiegħu Ali Najem, l-ex- ambaxxatur Libjan u ex-ambaxxaturi Maltin bħal Michael Bartolo u diversi akkademiċi u esperti bħalma kellna ftit ilu fuq il-kostituzzjoni Ewropea, li sfortunatament m'attenda l-ebda ġurnalista mill-media lokali għaliha, għandna nistiednu fuq bażi regolari l-ewwelnett lis-Sur Richard Cachia Caruana, li kif qal tajjeb l-Onor.", "George Vella, Alla jbierek, dan m'huwa accountable lejn ħadd, kif ukoll l-ambaxxaturi Maltin residenti u mhux residenti ħalli ta' kull sena jagħtuna rendikont tal-ħidma tagħhom kif ukoll dwar il-pjani tagħhom għall-ġejjieni.", "B'dan il-mod naħseb li nkunu qegħdin inkejlu l-performance ta' kull ambaxxata u l-poplu jkun jista' jsir jaf aħjar x'inhi l-istoffa li għandhom jew m'għandhomx ċerti ambaxxaturi, kemm jekk qed nitkellmu dwar career diplomats u anke jekk qed nitkellmu dwar political appointees.", "Importanti wkoll li ma nibżgħux nindirizzaw issues jaħarqu bħal-Lvant Nofsani billi nġibu diplomatiċi Palestinjani u Iżraeliti jindirizzawna, kif naf li għandu f'moħħu li jagħmel iċ-chairman tal-foreign affairs committee, iżjed u iżjed meta bħalissa l-qagħda fil-Lvant Nofsani hija waħda fluwida.", "Ħadt gost il-bieraħ nidħol fl-internet u nara, per eżempju, ir- rapprochement li nibet mil-lejl għal nhar bejn l-Iżrael u l-Eġittu.", "Ħadt gost nara l-commitment li hemm min-naħa ta' Iżrael li tagħti ċans lill- Palestinjani li jniedu l-elezzjonijiet ġenerali tagħhom fil-liberta` kollha.", "Qed nara l-openness li bih se jkunu milqugħin osservaturi mill- OSCE min-naħa tal-parlament Ewropew jew tal-kummissjoni Ewropea u anke min- naħa tal-council of Europe.", "Għalhekk huwa mportanti li l-ministeru għall- affarijiet barranin ikollu grupp ta' nies ikkonċentrati u ffokati fuq l- issue tal-Middle East għax illum din tant qed tinbidel b'mod rapidu li naħseb lanqas l-internet innifsu m'hu jlaħħaq ma' l-iżviluppi li għaddejjin bħalisisa fil-kamp tad-diplomazija tal-Lvant Nofsani.", "Aktar kmieni jien semmejt id-diplomazija ekonomika, Sur President.", "Jien nemmen li l-korpi kostitwiti għandhom jiġu mitluba jagħtu l-ideat u l- impenn tagħhom sabiex jgħinu lill-gvern Malti jibni business plan, fil-veru sens tal-kelma, dwar kif jista' jagħti spinta lin-niċeċ tagħna f'oqsma kummerċjali partikolari.", "Anke l-konċett tal-public private partnerships, li mingħajr ma nikkritika lill-gvern inħoss li għadu ma qabadx biżżejjed f'pajjiżna, jista' jintuża anke lil hinn minn xtutna.", "U hawnhekk il-foreign office, għalkemm ma jaqax taħtu l-investment promotion, xorta jista' jservi ta' katalista biex dawn l-affarijiet jiġu mbottati 'l quddiem.", "L-istess għandna nagħmlu flimkien ma' l-istituzzjonijiet finanzjarji tal-pajjiż, li għandhom jiġu mistiedna jidħlu fil-proċess kollu.", "In-networking huwa importanti li jsir u importanti li jsir il-ħin kollu.", "Għalhekk kien pass pożittiv il-pass li ħa l-Ministru Frendo dan l-aħħar meta jidher li istituzzjonalizza n-networking mal-konsli tagħna barra l-pajjiż għal ħidma aħjar u aktar produttiva.", "Jien irrid insemmi area fejn nixtieq li l-gvern ikollu riżultati aħjar.", "Se nsemmi dan mhux biex nikkritika lill-gvern imma biex nuri li hemm bżonn sforzi aktar intensivi.", "Il-gvern ilu jistinka ħafna biex iġib xi ċentri internazzjonali ta' ċertu prestiġju f'Malta pero` s'issa ma kellux suċċess.", "L-ewwel rajna l-isforzi tiegħu biex iġib lejn pajjiżna l-Euro-Med foundation between cultures and civilisation, li spiċċa li se jitwaqqaf Lixandra fl-Eġittu, bħala l-Anna Lindh foundation, imbagħad kellna l- indikazzjonijiet ċari li ngħataw mill-kummissjoni Ewropea lill-RCC li l-EU border agency li xtaqna nospitaw f'Malta x'aktarx li tmur f'xi pajjiż ta' l- Ewropa tal-Lvant u issa jidher li nistgħu niltaqgħu ma' l-istess xorti biex nospitaw il-general fisheries commission for the Mediterranean li fiha huma interessati wkoll Spanja u l-Italja.", "L-istess jista' jingħad għal ċerti laqgħat li l-foreign ministry qed jipprova jirranġa.", "Wara li dawn saru suf l-attentati tal-foreign ministry biex ilaqqgħu lil Dr Fenech Adami bħala prim ministru mal-President Amerikan Bush, qabel dan ta' l-ewwel spiċċa mill-kariga tiegħu, issa ninsab informat li għalkemm Dr Fenech Adami se jżur Spanja f'Novembru tas-sena d- dieħla, il-gvern Spanjol diġa` għamilha ċara li kuntrarjament għax-xewqa tal-gvern Malti din iż-żjara ma tistax tiqies bħala waħda statali għaliex diġa` għandhom żjarat oħra ppjanati.", "Anke fir-rigward taż-żjara f'Malta tal-foreign minister Spanjol Moratinos, għalkemm il-gvern Malti xtaqu jiġi Malta għall-ftuħ ta' l-ambaxxata ta' Spanja, dan għamilha ċara li lest li jiġi Malta imma mhux se jkun jista' jiġi Malta għall-ftuħ ta' din l- ambaxxata.", "Sur President, irrid nagħlaq dan l-intervent tiegħi billi nagħmel riferenza għall-intervista li l-Ministru Frendo kien ta lil Anthony Manduca f'\"The Times\" ta' l-4 ta' Awissu, 2004.", "Dakinhar meta l-Onor.", "Frendo ġie mistoqsi x'inhuma l-prijoritajiet immedjati tiegħu bħala ministru għall-affarijiet barranin kien wieġeb li kellu l-ħsieb jagħmel qafas ta' oġġettivi strateġiċi għall-politika barranija ta' Malta.", "X'ifisser dan?", "Li l- Professur Guido de Marco, Dr. Joe Borg u l-Onor.", "John Dalli ma kellhomx direzzjoni fejn riedu jieħdu l-politika barranija ta' Malta?", "F'din l- intervista l-Onor.", "Frendo qal ukoll li għall-ewwel darba qed inħarsu lejn il-politika barranija tagħna bħala membri ta' l-Unjoni Ewropea.", "Dan mhux veru għax meta kien hemm Dr Joe Borg konna diġa` qed inħarsu lejn il- politika barranija bħala membri fl-Unjoni Ewropea u meta kien hemm l-Onor.", "John Dalli l-istess.", "Għalhekk jien ngħid li statement bħal dan - aktar milli noqogħdu ndaħħlu competition bejn min qed jaqdef l-aktar biex jimbotta lil Malta 'l quddiem, jekk hux ministru \"A\", ministru \"B\" jew ministru \"C\" – jiġġustifika bil- provi dak li kien jgħid il-partit Laburista, u cioe` li l-gvern Nazzjonalista qatt ma kellu pjani jew alternattivi konkreti għall-politika barranija ta' Malta ħlief li jdaħħal lil Malta fl-Unjoni Ewropea.", "Imma kif ilna nagħmluha ċara, dan huwa kapitlu magħluq u minkejja li kultant ikun hemm min jinbixna biex inreġġgħu l-arloġġ lura, aħna m'aħniex se nagħmlu dan.", "Il-pożizzjoni tagħna bħala partit, bħala grupp parlamentari, bħala eżekuttiv u anke bħala konferenza ġenerali hija waħda irrevokabbli u għalhekk l-impenn tagħna huwa wieħed, li kemm mill-bankijiet ta' l- oppożizzjoni u għada pitgħada mill-banijiet tal-gvern nipprovaw inġibu the best deal għal pajjiżna fi ħdan l-Unjoni Ewropea.", "Jien semmejt dawn l- istatements ta' l-Onor.", "Frendo għaliex dawn jitqiesu bħala kundanna għall- mod kif mexxew il-politika barranija l-ministri ta' qablu.", "Għaliex?", "Għax dawn l-istatements qed ipinġuhom bħala nies li ma kellhomx direzzjoni jew, jekk mhux direzzjoni, ma kellhomx viżjoni u ħila xierqa biex jaħsbu u jsawru politika b'saħħitha għal pajjiżna.", "Iżda forsi l-akbar konferma tat-telqa fl-affarijiet barranin tahielna l- prim ministru nnifsu fiż-żewġ diskorsi li għamel, kemm fid-diskors tal- budget u anke fid-diskors li għamel proprju nhar il-Ġimgħa meta wieġeb lill- kap ta' l-oppożizzjoni.", "Jekk wieħed jaqbad id-diskors tal-budget u d- diskors li l-prim minstru għamel nhar il-Ġimgħa jinduna li m'hemm l-ebda riferenza għall-ħidma ta' pajjiżna fil-qasam tal-politika barranija.", "Lanqas kellna kelma waħda li hi waħda dwar it-tisħiħ tar-relazzjonijiet tagħna mal- bqija tad-dinja, la mal-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea u lanqas mal-pajjiżi ġirien tagħna fil-Mediterran li m'humiex fl-Unjoni Ewropea, u dan minkejja lip-service li nisimgħu waqt ċerti żjarat li jsiru biex mingħalina niġbru xi ftit ġieħna.", "Huwa veru li r-realpolitik m'hijiex xi ħaġa li vvintaw il- Maltin, la l-Laburisti u lanqas in-Nazzjonalisti.", "Iżda huwa importanti li nkunu kapaċi li nħaddmuha fil-prattika kif kapaċi jagħmlu kemm pajjiżi akbar minna u anke pajjiżi iżgħar minna f'dan il-qasam tant delikat u kruċjali għal pajjiżna.", "Jekk verament irridu mmexxu lil pajjiżna 'l quddiem u nagħmlu mill- affarijiet barranin pilastru tal-politika tagħna għall-ġejjieni hemm bżonn li flimkien infasslu politika proattiva, politika dinamika u politika konsenswali - jekk mhux konsenswali fuq id-dettall, jekk mhux konsenswali fuq l-approach, jekk mhux konsenswali fuq l-istil, għallinqas konsenswali fuq il-linji gwida - ħalli lil pajjiżna nkunu nistgħu nimbottawh 'il quddiem mhux fl-interess ta' xi partit jew ieħor imma fl-interess ta' Malta tagħna.", "Nirringrazzjak.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Skada l-ħin disponibbli għall-oppożizzjoni u issa l-ħin kollu li fadal huwa għan-naħa tal-gvern.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Mario de Marco.", "ONOR.", "MARIO DE MARCO: Sur President, hemm min jaħseb li l-politika barranija hija suġġett ta' interess limitat u speċjalizzat, u naħseb li miżura ta' verita` f'dan hemm.", "Pero` l-politika barranija hija ħafna aktar minn daqshekk.", "Il-politika barranija hija fuq kollox il-ġebla angolari li fuqha jibbaża ruħha kemm pajjiż jgħix fil-paċi mal-ġirien tiegħu u kif pajjiż jista' jkun strument ta' paċi wkoll fil-qasam internazzjonali.", "Pero` hija wkoll il-kejl ta' miżura ta' kemm pajjiż għandu jiġi kkonsidrat minn stati oħra bħala pajjiż kredibbli, serju u konsistenti fil-politika u fil-ħsieb tiegħu.", "F'dan il-kontest wieħed jara li l-politka barranija mhux biss m'hijiex barranija għall-kotra tal-Maltin iżda hija essenzjali u kemm- il darba viċin il-ħajja tagħna ta' kuljum ħafna aktar milli wieħed jaħseb.", "Għadu kemm ġie ppubblikat ktieb dwar id-diplomazija ta' Malta minn wieħed mill-aqwa diplomatiċi li Malta qatt kellha f'dawn l-aħħar 40 sena.", "Qed nirriferi hawnhekk għall-ktieb ta' Victor Gauci.", "Jekk wieħed janalizza l- kontenut ta' dan il-ktieb isib li minnu joħorġu ċerti linji ġenerali ta' gvernijiet suċċessivi Maltin li għarfu jibnu fuqha l-politika estera tagħha.", "Dawn il-linji huma: Malta fin-Nazzjonijiet Uniti, Malta fl-Ewropa, Malta fil-Mediterran u Malta fil-Commonwealth.", "Sur President, fin-Nazzjonijiet Uniti Malta ma kenitx sempliċi preżenza ta' pajjiż sovran u indipendenti iżda mit-twettiq ta' politika ġdida fasslet konċetti seminali li taw, għadhom jagħtu u se jibqgħu jagħtu frott u ħidma anke fil-ġejjieni.", "Il-konċett ta' wirt komuni ta' l-umanita` fil-kontest tal-liġi tal-baħar mill-ewwel snin ta' l-indipendenza tagħna qiegħdet lil Malta fil-ħidma internazzjonali tagħha.", "Kienet Malta li avvanzat l-ideat dwar il-klima u dwar popolazzjoni avvanzata.", "Malta għamlet il-presidenza tagħha strument ta' riforma kif ukoll ippreżentat proposta għal kollox ġdida dwar trusteeship council.", "Il-ġimgħa li għaddiet ġie ppreżentat lis- segretarju ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti rapport intitolat \"A more secure world: Our share, the responsibility\".", "Dan ir-rapport jagħmel 101 rakkmandazzjoni li jekk jitwettqu jiġu indirizzati l-problemi ta' sigurta` ta' l-Istati kollha, jiġi assigurat li n-Nazzjonijiet Uniti jaħdem b'mod aktar aħjar u effiċjenti u jiġi msaħħah ukoll ir-rule of law internazzjonali.", "Il-premessa ta' dan ir-rapport hi li t-theddida għas-sigurta` kollettiva illum tbiddlet minn dik li kienet fl-1945, meta twaqqfu n-Nazzjonijiet Uniti.", "It-theddida għas-sigurta` illum m'għandhiex fruntieri nazzjonali.", "L-ebda pajjiż, kbir kemm hu kbir, b'saħħtu kemm hu b'saħħtu, insinifikanti kemm hu insinifikanti, ma jista' jiżola ruħu minn din it-theddida jew irendi ruħu invulnerabbli għal din it-theddida.", "Din il-problema għandha tiġi indirizzata fuq livell globali u reġjonali kif ukoll fuq livell nazzjonali.", "Mingħajr ma nidħol fil-merti ta' dawn l-proposti dettaljati huwa importanti li Malta tibqa' tagħti l-kontribut tagħha kif għamlet fil- passat f'dan il-qasam u tagħti sehemha biex tippromwovi s-sens ta' riforma li għaddejjin minnu n-Nazzjonijiet Uniti.", "F'Settembru tas-sena d-dieħla f'summit tal-kapijiet ta' l-istati, l-pajjiżi membri se jkunu qegħdin jirrevedu l-progress fl-implimentazzjoni tal-millennium declaration adottata fis-sena 2000.", "Dan ikun mument opportun biex huma jkunu jistgħu jaġixxu fuq uħud mill-aktar rakkmandazzjonijiet importanti ta' dan ir- rapport.", "F'artiklu li deher f'The Economist\" ta' din il-ġimgħa Kofi Annan qal: We all share responsibility for each other's security.", "Għalhekk għandu jkollna il-kuraġġ li nassumu dik ir-responsabilita`.", "Pero` Malta wkoll għarfet dejjem tibbilanċja l-osservanza bir-reqqa ta' dak li jitolbu n-Nazzjonijiet Uniti u l-interessi politiċi tagħha fil-qasam internazzjonali.", "Hekk għarfet tagħmel Malta fis-sanzjonijiet ordnati kontra diversi pajjiżi, inklużi pajjiżi ġirien tagħna.", "Dan għamilnih mingħajr ma ppreġudikajna l-interessi aktar wesgħin ta' buon vicinato.", "Jeħtieġ li nkomplu nsarrfu bil-għaqal din il-politika tagħna llum u għada.", "Huwa mportanti wkoll li nassiguraw il-preżenza ta' Maltin fin-Nazzjonijiet Uniti - dan l-aħħar kien sar diskors fejn ġejna informati li sfortunatament il-Maltin impjegati full-time man-Nazzjonijiet Uniti dalwaqt se jispiċċaw - għax dan igħin biex anke kif qal sew l-Onor.", "Leo Brincat qabel, inkomplu wkoll b'networking fi ħdan in-Nazzjonijiet Uniti.", "Dan iġibni, Sur President, għal Malta fl-Ewropa.", "Illum għandna l-fortuna li nittrattaw b'mod unit u bipartisan dwar Malta fl-Unjoni Ewropea.", "Pero' anke hawn, biex Malta tagħraf issarraf għaliha rilevanza politika aktar mid- daqs tagħha huwa importanti li nuru li Malta fl-Unjoni Ewropea għandha funzjoni partikolari li tmur lil hinn minn sempliċi sħubija, u cioe` dik li tressaq l-interessi tal-Mediterran li mingħajrhom is-sigurta` u l- istabilita` fl-Ewropa jistgħu jiġu ppreġudikati.", "U hawn għandna l-vantaġġ li l-politika Mediterranja sabet dejjem l-appoġġ ta' gvernijiet suċċessivi.", "Hawnhekk rajna veru l-consensus.", "Minkejja dan pero' mhux se jkun faċli għall-gvern Malti li jmexxi politika Mediterranja jekk ma jagħrafx isib pajjiżi oħrajn li magħhom għandna interessi komuni li flimkien għandna navvanzaw politika Mediterranja fi ħdan l-Ewropa.", "Huwa importanti li biex immexxu 'l quddiem din il-politika Mediterranja fl-Ewropa aħna stess għandna nkunu konvinti minnha.", "Wisq nibża' li ġieli naqgħu fi cliches u ma nippreparawx ruħna għas-sustanza.", "Għalhekk għandna nagħrfu nibnu pontijiet mhux biss fl-Ewropa iżda wkoll fil-pajjiżi tal-Mediterran u bejn il- Mediterran u l-Ewropa.", "F'dan il-kontest ir-rwol ta' Malta fil-proċess ta' Barċellona, li s-sena d-dieħla se jiċċelebra l-għaxar anniversarju tiegħu, jista' jkun determinanti partikolarment biex nassiguraw li anke n-North Africa ċentrali tkun rappreżentata fil-Euro-Med process, jiġifieri rridu nipperswadu lil-Libja li ssir membru fi ħdan dan il-proċess.", "Għandna nsegwu l-proposta Maltija għall-patt ta' stabilita` fil-Mediterran.", "Dan il-patt jista' jkun ir-rabta politika bejn il-membri ta' proċess ta' Barċellona u strument utli biex issir il-free trade area bejn l-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi tal-Mediterran li hi prospettata għas-sena 2010.", "F'dan il-kontest naħseb li fil-ministeru ta' l-affarijiet barranin għandu jkun hemm unit li b'kooperazzjoni ma' ministeri oħrajn, partikolarment dawk responsabbli għall-ekonomija ta' pajjiżna, jara kif dan il-free trade area se jaffetwawna u kif nistgħu nisfruttawh ukoll fl-interessi ekonomiċi ta' pajiżna.", "Għalhekk ir-rabta tagħna ma' politika Ewro-Mediterranja, kif Malta ppromwoviet f'Helsinki fl-1975, għandha torbot illum ukoll, iżda jeħtieġ impenn iktar inċisiv f'din id-direzzjoni.", "Bħala l-ewwel budget wara li Malta saret membru fl-Unjoni Ewropea għamel tajjeb il-prim ministru li fir-risposta tiegħu spjega dwar il-miljuni ta' liri li Malta qed tirċievi kif ukoll dwar miljuni oħra ta' liri prospettati li tirċievi aktar 'il quddiem b'riżultat tas-sħubija.", "Smajna li din is-sena ħadna Lm51 mill-Unjoni Ewropea u mill-protokoll Taljan u s-sena d-dieħla se nieħdu Lm75 miljun.", "Huwa mportanti pero' li sabiex iċ-ċittadin iħoss li din ir-rabta ma' l-Unjoni Ewropea m'hijiex biss waħda ta' ċifri iżda ta' attwalita` viċin il-ħajja ta' kuljum tiegħu, jeħtieġ li dawn il-proġetti li jsiru, grazzi għal dan il-kontribut, jiġu debitament senjalati.", "Irridu wkoll nassiguraw li l-Unjoni Ewropea tibqa' waħda viċin il-poplu.", "Irridu li ċ-ċittadini Maltin, sew jekk jissejħu imprendituri, bdiewa, negozjanti, pensjonanti, għalliema jew studenti jibqgħu jkunu jafu kif taħdem l-Unjoni Ewropea u kif din tkabbar il-ġid u l-interessi tiegħu.", "Hekk kif iċ-ċittadin jaf kif jorbot ma' l-istat ta' pajjiżna, hekk ukoll għandha tinbena dik in-network ta' relazzjonijiet bejn iċ-ċittadini Maltin u l-istrutturi Ewropej.", "Jekk ma nagħrfux nagħmlu dan l-Ewropa tibqa' 'l bogħod minn ħajjitna.", "Għalhekk huwa importanti li l-uffiċju tal-MIC ikompli jaqdi r-rwol importanti ta' informazzjoni oġġettiva li kien qed jaqdi fil-passat.", "Importanti wkoll li nagħrfu nisfruttaw il-varji fondi li huma soġġetti għall-approvazzjoni ta' proġetti individwali li jkunu għad- dispożizzjoni taċ-ċittadini u kumpanniji Maltin.", "Importanti li l-varji organizzazzjonijiet bħal Malta council for science and technology u l-Malta enterprise, li jieħdu ħsieb programmi bħal framework programme 6, ikunu koordinati bejniethom u jkun hemm aktar awareness miċ-ċittadini Maltin dwar x'joffru dawn il-programmi fl-interess tagħhom.", "Sur President, is-sena d-dieħla Malta se tospita wkoll il-commonwealth heads of government meeting.", "Din se tkun okkażjoni importanti li tressaq lejn pajjiżna madwar 50 kap ta' stat jew gvern, ministeri ta' l-affarijiet barranin kif ukoll dak li jissejjaħ il-peoples' forum, fejn il-vuċi tas- soċjeta` ċivili tingħata ċerta rilevanza.", "Dan huwa aspett pożittiv tal- Commonwealth fejn il-konċett tas-civil society jirċievi attenzjoni partikolari għaliex mingħajr ebda dubju hemm rabta bejn is-soċjeta` ċivili ħajja u enerġika u demokrazija b'saħħitha.", "Nemmen li l-parlament Malti għandu juri l-appoġġ kollu tiegħu lejn is-CHOGM u li nkunu rabta oħra 'l quddiem fejn il-pajjiżi tal-Commonwealth jagħtu l-kontribut tagħhom għat- tisħiħ ta' l-iżvilupp ta' l-edukazzjoni u tal-ġlieda kontra l-faqar u l- AIDS, marda li qed tifni l-pajjiżi ta' l-Afrika.", "Fil-fatt fl-Afrika hemm madwar 30 miljun ruħ infettati bl-AIDS.", "Fuq livell bilaterali, Sur President, nemmen li għad hemm ħafna x'isir biex nisfruttaw aktar ir-relazzjonijiet eċċellenti li jeżistu bejn Malta u ċ- Cina.", "Jien konvint li Malta tista' tkun pont għall-intrapriżi ta' manifattura Ċiniżi li jixtiequ jidħlu fl-Ewropa.", "Dwar ir-relazzjonijiet ta' Malta ma' l-Istati Uniti rrid ngħid li dawn għandna nkomplu naġevolawhom u nimbottawhom 'il quddiem, Sur President.", "Importanti li d-double taxation agreement li darba kellna ma' dak il-pajjiż jerġa' jiġi adottat.", "Dwar ir- relazzjonijiet ma' l-Awstralja ngħid li dawn għandna nkomplu nsaħħuhom u għandna nisfruttaw il-fatt li hemm tant nies li huma ta' oriġini Maltija li jgħixu fl-Awstralja.", "Fl-aħħarnett irrid nagħti l-fehma tiegħi dwar l-ambaxxati li għandna u l- ftuħ ta' oħrajn.", "Għalina kull ambaxxata tiswa ħafna flus.", "Dawn huma flus investiti tajjeb għax huma dedikati lejn ambaxxati li verament jaħdmu.", "Pero' għandna nifhmu wkoll xi rwol irridu nagħtu lill-ambaxxati tagħna u x'inhuma l-interessi li għandna nikkonsidraw meta niftħu ambaxxata.", "Hemm ambaxxati fejn l-impenn politiku huwa aktar prevalenti, iżda hemm oħrajn fejn l-input ekonomiku għandu jkun fattur ewlieni.", "Dan jipprospetta korp diplomatiku ippreparat, kemm mil-lat ta' relazzjonijiet internazzjonali kif ukoll mil-lat kummerċjali li għandu jifforma s-sinsla ta' dahar ta' kull ambaxxata fil-każijiet opportuni mħejjijin ukoll minn esperti oħrajn li fiċ- ċirkostanzi partikolari jista' jkun hemm bżonnhom.", "Sur President, huwa importanti wkoll li f'pajjiż tad-daqs tagħna, kif qal ukoll tajjeb l-kollega tiegħi l-Onor.", "Leo Brincat, l-ambaxxati jifhmu li l- ħidma tagħhom m'għandhiex tkun biss fuq ħidma politika bilaterali imma għandha tkun ukoll fuq ħidma kummerċjali.", "Din hija dimensjoni ġdida li anke pajjiżi oħrajn qed jagħtu lill-ambaxxati Maltin.", "Hemm bżonn li jkun hemm kooperazzjoni sħiħa bejn il-Malta enterprise u l-ambaxxati ta' pajjiżna.", "Hemm bżonn li l-ambaxxaturi jifhmu li meta jirnexxielhom iġibu x-xogħol għal Malta jkunu qed jagħtu wkoll element ta' suċċess għall- ambaxxati tagħhom stess.", "Nemmen li llum il-ftuħ ta' ambaxxata għandu jiġi wkoll regolat fil-ġeneralita` tal-każijiet fil-kontest tar-reċiproċita`.", "Barra minn hekk hemm bżonn li nagħtu aktar sens reġjonali lill-ambaxxati tagħna.", "Wieħed hawnhekk jista' jaħseb fl-ambaxxata tas-Saudi Arabia li tista' wkoll taqdi l-funzjoni reġjonali għall-Middle East kif ukoll fl- ambaxxata tagħna ta' Vienna li wkoll tista' taqdi impenn reġjonali.", "Sur President, is-suċċess tal-politika barranija ta' Malta tiddependi qabel xejn mill-gvern li jagħraf jindirizzaha b'mod għaqli u ppreparat.", "Tiddependi wkoll minn kif il-gvern u l-oppożizzjoni jagħrfu jagħmlu kemm jista' jkun mill-politika barranija tagħna waħda bipartisan u ta' consensus.", "Fil-fehma tiegħi, dan jitlob konsultazzjoni anke informali bejn gvern u oppożizzjoni.", "Pero' biex politika barranija tirnexxi jeħtieġ li nkomplu ninvestu f'korp diplomatiku li jkun ippreparat, li jagħraf il-ħidma tiegħu fl-interess kostanti tan-nazzjon, fejn id-diplomazija hija strument ta' politika bl-objettivi tagħha ċari u determinanti, fejn id-diplomatiku jagħti l-ħin kollu tiegħu għall-interess ta' Malta u tal-Maltin.", "Diplomatiku għandu jagħraf, Sur President, li qiegħed f'ambaxxata mhux biex jagħmel perijodu f'pajjiż barrani, iżda biex kif jagħmlu l-biċċa l-kbira tad-diplomatiċi tagħna jara kif il-preżenza tiegħu f'dak il-pajjiż tista` tissarraf fl-aħjar interess ta' pajjiżna.", "Dak li jagħmlu l-biċċa l-kbira tad-diplomatiċi hu li jaraw kif jistgħu jsarrfu ż-żmien fl-aħjar interess ta' pajjiżna.", "Dan kollox jagħmel mill-politika barranija politika li teffettwa l-ġid u l-futur ta' Malta u lil hinn minnha.", "Ix-xogħol tal-ministeru ta' l-affarijiet barranin huwa xogħol importanti ħafna għaliex huwa x-showcase ta' pajjiżna.", "Il-kredibilita`' ta' pajjiżna tiddependi mill-ministeru ta' l-affarijiet barranin u l-ħidma tiegħu.", "Meta aħna nafu li minn din il-kredibilta` tiddependi tant l-ekonomija ta' pajjiżna nifhmu kemm huwa importanti li mmexxu l-politika barranija bil- għaqal u li ssib appoġġ taż-żewġ naħat.", "Illum nistgħu niftaħru li l- politika barranija timxi fuq livell matur ħafna u fuq livell konsenswali.", "Ma naħsibx li llum il-ġurnata fil-livell ta' politika barranija għad hemm xi baħar jaqsam.", "Jien naħseb li fuq il-prinċipji sodi tal-politika barranija qed naqblu li Malta għandha tkun, kif inhi issa membru sħiħ ta' l- Unjoni Ewropea u li għandu jkollna politika barranija b'dimensjoni Mediterranja.", "Qed naqblu li dan għandu jkun il-punt ta' riferiment għal Malta fl-Ewropa, qed naqblu dwar ir-rwoli li għandhom ikollhom l-ambaxxati tagħna barra minn pajjiżna u qed naqblu wkoll fuq ir-rwoli li għandu jkollu diplomatiku f'pajjiżna.", "Allura meta naraw dan nistgħu ngħidu li verament għandna l- vantaġġ li nibnu politika li indipendentement minn min ikun fil-gvern tista' ssarraf ta' ġid għall-Maltin kollha.", "Nirringrazzjak.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Michael Asciak.", "ONOR.", "MICHAEL ASCIAK: Sur President, f'dan id-dibattitu din hija l-ewwel darba li hemm konkorrenza qawwija fl-attitudni tal-politika barranija bejn iż-żewġ partiti rappreżentati f'din il-Kamra.", "Jien dan inħobb insejjaħlu l- aħħar sur li waqa` fid-differenzi politiċi kbar li kien hemm bejn il- partiti politiċi Maltin.", "Naħseb li bħala poplu konna maturi wara l- indipendenza ta' pajjiżna li nilħqu kunsens politiku fil-politika nazzjonali u internazzjonali tagħna.", "L-ewwel kunsens politiku nistgħu ngħidu li kien intlaħaq fuq l-aspettattiva ekonomika tal-pajjiż.", "Wara kien intlaħaq ukoll kunsens politiku fuq l- aspettattiva soċjali, jiġifieri x'għandu jkun il-qasam soċjali u r-rwol li dan jilgħab fl-ekonomija ta' Malta.", "Imbagħad wara ftit kien hemm mixja oħra evoluzzjonarja li jinħoloq kunsens fl-aspettattivi neċessarji f'pajjiż biex tiġi esegwita d-demokrazija vera, u ż-żewġ partiti qablu li fil-pajjiż id-demokrazija ma terġa' tiġi qatt mhedda bħalma sfortunatament kienet għall-perijodu qasir ta' l-istorja tagħna.", "Ikun tajjeb li ngħid li qabel il-problema tal-foreign affairs kien hemm is- sur ta' l-edukazzjoni.", "Kien hemm differenza kbira bejn iż-żewġ partiti politiċi dwar dan pero` dak is-sur waqa' wkoll għaliex issa fuq l- edukazzjoni ma naħsibx li hemm differenza kbira bejn iż-żewġ partiti.", "Issa waqa` wkoll l-aħħar sur li kien dak tal-politika barranija, u ż-żewġ partiti politiċi, fl-aħħar mill-aħħar qegħdin jaqblu, tneħħi xi differenzi fid-dettalji, fuq x'għandha tkun il-pożizzjoni ta' Malta fil-konfront tal- ġirien tagħna u tal-kumplament tad-dinja.", "Pero' tajjeb li hawn nagħmel caveat.", "Fil-filosofija ngħidu li għal kull ħaġa li tiġri hemm kawża u hemm effett.", "Jien naħseb li f'dik li hija aspettattiva soċjali l-partit Laburista kien il-kawża prominenti tal-kunsens politiku li ntlaħaq fil- pajjiż.", "Pero` f'dik li hija demokrazija, f'dik li hija ekonomija, f'dik li hija edukazzjoni u issa wkoll f'dik li hija politika barranija naħseb li kien il-partit Nazzjonalista li kien qed jiġri bit-torċa f'idejh u kulħadd kien qiegħed jiġri warajh.", "Dan irrid ngħiduh for the record, record li ma waqax mis-sema', record li ħdimna għalih u li wasalna għalih għax konna nafu x'irridu u fejn sejrin.", "Ħafna drabi niġu kkritikati u jistaqsuna: Fejn huma l-miljuni li qed iġġibu mill-UE?", "Jien ngħid, for the record, li fis-sena 2005, l-UE se tagħtina Lm66 miljun li minnhom trid tneħħi l-kontribuzzjoni li tagħti Malta lill- UE, li hija ta' Lm22 miljun bejn wieħed u ieħor.", "Dan ifisser li fil-kaxxa ta' Malta, se jibqagħlna Lm44 miljun u issa nafu wkoll li fil-budget il- ġdid ta' l-UE, mis-sena 2006 'l hemm, aħna se nerġgħu nkunu taħt objective 1 financing li jfisser li se jkollna possibilita` li dawn l-ammonti ta' flus jibqgħu ġejjin għall-ewwel għaxar snin tagħna fl-UE.", "Sur President, hemm qegħdin il-miljuni għax l-UE temmen bil-konċett tas- solidarjeta` u temmen ukoll li għandha tgħin pajjiżi li huma inqas żviluppati mill-average tal-pajjiżi membri biex dawn ikunu jistgħu jilħqu dan il-livell.", "J'Alla li mhux għaxar snin oħra, imma ħafna qabel, nilħqu dan l-average għaliex fuq kollox, aħna li jinteressana hu li l-istandard of living tal-poplu tagħna jimxi 'l quddiem.", "Issa nixtieq niffoka wkoll fuq il-politika Mediterranja ta' Malta.", "Aħna pajjiż Mediterranju u għalhekk għandna vokazzjoni doppja bħala poplu; dik Ewropea u dik Mediterranja.", "Il-proċess ta' l-Euro-Med li semma l-Onor.", "Mario de Marco u kelliema min-naħa l-oħra, huwa proċess uniku li ilu fis- seħħ numru ta' snin u issa daħal sew fil-politika tan-neighbourhood policy ta' l-UE fejn il-pajjiżi ġirien ta' l-UE tingħatalhom l-għajnuna biex is- sistemi ekonomiċi, soċjali u politiċi tagħhom jiġu kemm jista' jkun jaqblu mas-sistemi ta' l-UE.", "Il-proċess ta' l-Euro-Med hu proċess importantissimu.", "Fil-Mediterran għandna diversi ċivilizzazzjonijiet antiki u kuntrarjament għal dak li jgħidu ħafna nies, hemm ħafna affarijiet li nistgħu nfittxu biex jgħaqqduna.", "Fil-politika barranija wieħed irid ifittex l-affarijiet li jgħaqqduk u mhux l-affarijiet li jisseparawk.", "Dan il-proċess ta' l-Euro- Med hu proċess importanti ħafna biex ikun hemm djalogu bejn iċ- ċivilizzazzjonijiet.", "Sur President, nafu minn dokument li aktar 'il quddiem se npoġġi fuq il- mejda tal-Kamra, li f'dan il-proċess ta' l-Euro-Med – fil-fatt fih hemm li sas-sena 2010 ikun hemm free trade area - l-UE, taħt żewġ programmi, tat ammont ta' flus mhux żgħir lill-pajjiżi tal-Mediterran biex jiżviluppaw.", "Nafu li taħt il-MEDA 1 ingħataw euro 3.4 biljun u taħt il-MEDA 2 ingħataw euro 5.35 biljun.", "Dan ifisser li l-UE f'dawn is-snin kollha se tkun ippompjat fil-baċir tal-Mediterran euro 9 biljun.", "Dan huwa ammont enormi u jekk wieħed iħares lejn kif inqasmu dawn il-flus tal-MEDA 1 u tal-MEDA 2, isib li l-Alġerija se tkun ħadet euro 160 miljun, l-Eġittu euro 417 miljun, il-Ġordan euro 130 miljun, il-Lebanon euro 70 miljun, il-Marokk euro 135 miljun, il-Palestina euro 54 miljun, is-Sirja euro 76 miljun, it-Tunezija euro 124 miljun u t-Turkija – li nawgura li f'Diċembru, il-kunsill tal- ministri jagħtiha l-go- ahead biex ftit ftit tibda tintegra ruħha fl-UE għal sħubija sħiħa - ingħatat euro 49 miljun.", "Dan minbarra programm multi- laterali fir-reġjun li ngħata euro 410 miljun.", "Hawnhekk qed naraw kemm bil- fatti l-UE tinteressaha minn dak li qed jiġri f'dan ir-reġjun.", "Iż-żjara tiegħi u ta' l-Onor.", "Vella fil-Libja, li għamilna taħt iċ-chairmanship tal- kumitat ta' l-affarijiet barranin – bħalissa dan il-kumitat għandu bħala chairman lill-Onor.", "Jason Azzopardi - mhux biss uriet kemm hemm għaqda fil- politika barranija tal-partiti politiċi Maltin imma anke enfasizzajna kemm hu importanti għal-Libja – għax fl-aħħar mill-aħħar id-deċiżjoni hija tal- Libja – li ma tibqax barra minn dan il-proċess, mhux għal Malta biss imma anke għall-kumplament tal-Mediterran kollu.", "Huwa mportanti li fil-Libja jkun hemm id-djalogu ħalli tintlaħaq deċiżjoni u dan il-pajjiż jinduna bl- importanza li dawn jidħlu f'dan il-proċess.", "Fil-fatt issa se jitwaqqaf il-Euro-Med parliament li se jiġbor taħtu mhux biss id-djalogu istituzzjonali bejn il-gvernijiet imma djalogu bejn ir- rappreżentanti tal-popli tan-naħa ta' fuq u n-naħa ta' isfel u anke djalogu bejn in-nies li huwa importanti.", "Nieħu gost li f'dan il-parlament - jien għandi unur li jien membru tiegħu - insibu ħafna chairmen li jiġu kemm min- naħa ta' l-Ewropa u kemm min-naħa tal-Lvant Nofsani u tan-North Africa u li l-lingwi uffiċjali f'dan il-parlament huma l-Għarbi, il-Lhudi, it-Tork, l- Ingliz u l-Franċiż.", "Li tisma' l-Għarbi jiġi mitkellem fil-parlament Ewropew juri kemm morna 'l quddiem fid-djalogu ma' dawn il-pajjiżi.", "Sur President, jien naħseb li l-Ewropa hija kulturalment ikkwalifikata biex tiddjaloga mal-pajjiżi tal-Mediterran ħafna aktar mill-Istati Uniti.", "Din se ngħidha straight and plain.", "Naħseb li issa mmaturajna u għax nikkritika pajjiż, ikun x'ikun, ma jfissirx li għandi xi ħaġa kontra tiegħu imma sempliċement ma nkunx naqbel mal-policy tiegħu.", "Naħseb li l-kultura ta' l- Ewropa u tal-Mediterran tibbaża ħafna fuq il-komunita`, il-virtu` u l- valuri kondivisi waqt li l-politika Anglo-Sassona għandha tendenza li tiffoka fuq l-individwalita` u fuq l-awtonomija personali u naħseb li f'din il-kwestjoni, aħna bl-istorja tagħna - ma ninsewx li ħafna pajjiżi tal- Mediterran bħal Spanja, Sqallija, Greċja u Malta għamlu żmien twil taħt l- Għarab - għandna kredenzjali ħafna aħjar biex niddjalogaw mal-pajjiżi tal- Mediterran.", "L-aħħar punt tiegħi huwa dwar il-problema tal-Lvant Nofsani.", "Naħseb li aħna, bil-valuri tagħna, nistgħu nindirizzaw aħjar din il-problema milli ġiet indirizzata s'issa kemm mill-Istati Uniti u kemm minn xi pajjiżi oħra li jaħsbu fuqha.", "Pero` huwa importanti li nneħħu d-double standards għax huwa ħażin li noqogħdu ngħidu li l-Iran għandha potenzjal nukleari u nikkundannawh meta fl-istess ħin ma nikkundannawx lill-Iżrael għall-istess raġuni.", "Jien qed ngħid dan mhux għax għandi xi tendenzi kontra l-Lhud, pero` rridu nitkellmu fuq x'nistgħu nagħtu lill-istat Lhudi biex ineħħi l- arma nukleari.", "Huwa importanti li ma nibqgħux bid-double standards u tkun l- Unjoni Ewropea, b'Malta fuq quddiem, li tara li l-problema tal-Lvant Nofsani tiġi solvuta darba għal dejjem.", "Qabel nagħlaq nixtieq nitlob il-permess biex inqiegħed xi dokument fuq il- mejda tal-Kamra.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata", "ONOR.", "MICHAEL ASCIAK: Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Dokument ta' informazzjoni intitolat \"Industrial and Private Sector Development Co-operation in the Euro-MED partnership - An overview of MEDA-funded co-operation activities\" imħejji mill-EuropeAid Co- operation Office.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Grazzi.", "Il-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin.", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Sur President, aħna bħala politiċi ta' din il-Kamra u tal-gvern tal-ġurnata, għandna responsabilita` kbira lejn pajjiżna, speċjalment f'dan il-mument partikolari, fejn qed nagħmlu politika barranija f'kontest ġdid ta' Malta bħala membru fl-Unjoni Ewropea.", "Għandna responsabilita` kbira lkoll għaliex il-pubbliku qed jitlobna biex niddiskutu, niftiehmu u fejn hemm l-interess nazzjonali, naħdmu flimkien.", "Jien għedt mill-ewwel - nispera li aġixxejt b'dan il-mod ukoll - li nemmen bis-sħiħ li dan hu mument partikolari fl-iżvilupp tal-politika barranija tagħna u li rridu nfittxu dak li jgħaqqadna.", "Irridu naraw li naħdmu għall- interess nazzjonali kemm jekk inkunu fil-gvern u kemm jekk inkunu fl- oppożizzjoni.", "Naturalment l-eżekuttiv jibqa' responsabbli għat-tmexxija tal- pajjiż imma rridu nfittxu kontinwament politika li tifrex il-konsultazzjoni fil-qasam tal-politika barranija.", "Forsi għaliex jien kont president tal- kumitat għall-affarijiet barranin u Ewropej, jien nemmen li dan huwa kumitat – u jien ipprovajt ukoll nagħti s-servizz tiegħi f'dan is-sens – li għandu sehem minn dan kollu.", "Sur President, irridu nifhmu li qegħdin noperaw f'dinja li għandha realtajiet ġodda, f'dinja fejn il-globalizzazzjoni m'hijiex xi ħaġa li qed tiġi ppjanata imma hija r-realta` tal-ġurnata.", "Qegħdin f'dinja fejn Malta tagħna, għall-ewwel darba wara li saret indipendenti fl-1964, qed tgħaddi mill-esperjenza fejn taqsam is-sovranita` tagħha ma' ħaddieħor biex issaħħaħ is-sovranita` tagħha.", "Fid-dinja tal-lum, għandek bżonn li tkun parti minn xi ħaġa sabiex ikollok il-forza u b'hekk inti tkun aktar sovran milli kieku sempliċement tibqa' waħdek.", "Qegħdin f'dinja fejn hawn bidliet ekonomiċi kbar, fosthom ir-realta` l- ġdida taċ-Ċina, li għaddejja b'ekonomija u bi żvilupp ekonomiku rampanti, u ta' l-Indja li qed taħdem biex taqbeż lill-Ġappun bħala forza ekonomika fid- dinja tal-lum.", "Din hija dinja li m'għadhiex aktar bipolar, dinja fejn għandna l-Lvant Nofsani li għadu għaddej f'konflitt - għalkemm għandna tamiet kbar - u dinja ta' fundamentaliżmu Islamiku, terroriżmu u gwerer.", "F'dan il-kontest, Malta li hija pajjiż żgħir - għalkemm imsaħħaħ bi sħubija fl-Unjoni Ewropea - irid jagħmel minn kollox biex jissaħħaħ bħala pajjiż, biex l-esperjenza ta' l-Unjoni Ewropea jagħmilha suċċess u biex ikun pajjiż li kapaċi jikkompeti internazzjonalment.", "Biex jagħmel dan, għandu bżonn il- forzi politiċi tiegħu kollha u għandu bżonn l-intelligenza u l-kontribut ta' kulħadd.", "Jien nixtieq nirringrazzja lill-membri ta' din il-Kamra tal-kontribut u tal- kritika tagħhom anke jekk forsi kultant ma tkunx ġusta pero` din hija parti mill-proċess li issa tgħallimnieh.", "Jien fil-bidu nett għedt li nixtieq li nidħol b'umilta` għal din ir-responsabilita` pero` m'għedtx li jien se nkun dgħajjef fix-xogħol tiegħi.", "L-Onor.", "Brincat l-ewwel qal li jien daqsxejn goff man-nies tal-ministeru u fl-aħħar ta l-impressjoni li jien daqsxejn arroganti għax għedt li x-xemx telgħet miegħi bħallikieku l-ministri ta' qabli ma kienu kapaċi jagħmlu xejn.", "Naħseb li min jafni u min segwa x-xogħol tiegħi, jaf li dan hu kliem fieragħ.", "Pero` rrid ngħid li l-fatt li tkun umli u li tipprova tagħmel ix- xogħol tiegħek bis-serjeta`, ma jfissirx li tkun dgħajjef fil-ħidma tiegħek fil-ministeru.", "Illum in-nies fil-ministeru jafu wkoll li jien nipprova nisma' u nagħti valur lill-opinjoni ta' kulħadd pero` naturalment fl-aħħar mill-aħħar huwa l-ministru li jrid iġorr ir-responsabilita` u huwa l- ministru li jrid jieħu d-deċiżjonijiet għax huwa qed jaġixxi fl-eżekuttiv u min hu parti mis-servizz ċivili jrid jimxi mad-direttivi politiċi li jingħataw għax dak huwa x-xogħol tiegħu wkoll.", "Li aħna niddiskutu l-miri strateġiċi ta' Malta għall-politika barranija f'dan il-mument, ma kenitx espressjoni ta' suppervja għax dan kien l- argument li għamel Lino Spiteri fl-artiklu tiegħu u li rrepetieh l-Onor.", "Leo Brincat hawnhekk.", "Dan kien sempliċiment mod kif wieħed li jkun għadu kemm ħa responsabilita` partikolari jistaqsi lilu nnifsu: Ejja nerġgħu naraw l-affarijiet fil-kontest li issa Malta hija membru ta' l-Unjoni Ewropeja.", "Nafu li aħna ilna membri ta' l-Unjoni Ewropeja ftit xhur u ninsabu għaddejjin minn esperjenza li fl-aħħar mill-aħħar, tipprepara kemm tipprepara għaliha, titgħallem biss meta tagħmilha.", "L-Unjoni Ewropea hija esperjenza ta' learning by doing.", "Huwa tajjeb li tipprepara imma tipprepara kemm tipprepara, trid tgħaddi mill-esperjenza biex verament titgħallem.", "Waħda mill-aktar affarijiet importanti li ħarġu minn dik il-laqgħa li kellna ta' l-uffiċjali għoljin, inklużi l-ambaxxaturi li ġew biex issir diskussjoni dwar dan - li mbagħad saret ukoll ma' l-ambaxxaturi mhux residenti fil-pajjiż - hija li d-diskussjonijiet iridu jibqgħu għaddejjin, u niddikjara minn issa li dawn jiena se neħodhom fil-kumitat ta' l- affarijiet barranin u Ewropej tal-parlament Malti biex anke hemmhekk ikun hemm id-diskussjonijiet fuq is-suġġett sabiex ikollna pożizzjoni kemm jista' jkun komuni.", "Jien napprezza li kulħadd jista' jkollu l-pożizzjoni differenti tiegħu imma għandna nagħmlu l-isforz għal consensus.", "Naturalment nieħu dan fil-kumitat wara li nieħdu fil-Kabinett u jkolli l-approvazzjoni tal-gvern għaliex dawn ikunu miri strateġiċi li wieħed ikun qed jaddottahom bħala l-miri tiegħu pero` l-proċess parlamentari huwa importanti ħafna wkoll għalija għaliex nemmen li dan huwa qasam fejn in-nies hemm barra qed jitolbuna nfittxu l-interess nazzjonali u fejn naħseb li diġa` qegħdin japprezzaw – jien napprezza dak li qalu l-membri ta' l-oppożizzjoni u anke l-kollegi tiegħi min-naħa tal-gvern li jaħdmu fi ħdan il-kumitat - li qed isir xogħol komuni li jkollu żgur u bilfors riżultati pożittivi għal pajjiżna għax meta n-nies jaraw, anke minn barra pajjiżna, li aħna kapaċi nitkellmu b'vuċi waħda, hija x'inhija l-opinjoni politika tagħna, allura mill-ewwel pajjiżna jerġa' jibda jieħu dak li jixraqlu anke għax juri li huwa pajjiż li dejjem qed jimmatura fil-politika tiegħu.", "Jien m'għandix dubju li dan huwa dak li jixtieq il-pubbliku Malti u l-gvern u dan huwa fl- istil ta' dak li jemmen fih il-partit Nazzjonalista fil-gvern.", "Sur President, jien naħseb li l-linja ġenerali tal-miri strateġiċi tagħna huma ċari għax huma marbuta mar-realtajiet tagħna.", "Minn hemm għandna nibdew.", "Ir-realta` tagħna huma dawk ta' pajjiż żgħir, ta' pajjiż newtrali, ta' gżira, ta' pajjiż membru ta' l-UE, ta' pajjiż Mediterranju, ta' pajjiż Ewropew, ta' pajjiż membru tal-Commonwealth u ta' pajjiż li għadda minn esperjenza ta' kolonjaliżmu.", "Dawn huma affarijiet li lilna jsaħħuna.", "Dawn huma affarijiet li jagħtuna l-karattru tagħna bħala pajjiż.", "Minn hemm irridu nibdew biex niżviluppaw il-miri strateġiċi tagħna għaliex irridu nibdew minna nfusna.", "X'inhuwa dak li lilna jagħtina vantaġġ fuq ħaddieħor fil-kompetizzjoni tan-nazzjonijiet?", "X'inhuwa dak li lilna jsaħħaħna?", "Huma dawn l-elementi kollha flimkien li jagħtuna rwol fil-Mediterran, fl-Ewropa, fl-UE, fil-Commonwealth u fil-UN, rwol biex aħna nagħmlu lil pajjiżna ekonomikament aktar b'saħħtu.", "Dawn huma linji ġenerali li aħna qed napplikaw u qed napplikawhom bis-serjeta` u mhux qed napplikawhom billi sempliċement ngħidu: Issa qegħdin fl-UE u ħa nimxu mar-riħ.", "Aħna ma nimxux mar-riħ.", "Il-prim ministru stqarr kemm il-darba li aħna mhux nimxu mar-riħ imma nagħżlu t-triq tagħna.", "Issa jekk nutilizzaw ir-riħ favur tagħna għal dan tant l-aħjar.", "Għalhekk huwa importanti li jkollna quddiem għajnejna l-miri strateġiċi tagħna.", "Jien nista' nitkellem mill-esperjenza diretta tiegħi ta' ftit xhur.", "Qabel dħalna fl-UE, konna ngħidu li Malta se jkollha l-vuċi tagħha madwar il-mejda u llum qed nesperjenzawha din.", "Per eżempju, ftit jiem ilu l-viċi prim ministru kien qed jitkellem fuq l-issue tax-ship- source pollution fil-kunsill tal-ministri fi Brussels, fejn ħa u għamel il- pożizzjoni ta' Malta ċara.", "Aħna ma rridux għax ma nemmnux li hija politika tajba għall-Ewropa li tagħmel diskriminazzjoni bejn il-vapuri li huma reġistrati taħt bnadar ta' l-UE u vapuri li m'humiex.", "L-Onor.", "George Vella ġustament qal li din hija l-pożizzjoni ta' l-oppożizzjoni wkoll u ta' dan jien nirringrazzjah għaliex dawn il-messaġġi jaslu.", "Iva, Sur President, dan juri li l-gvern għandu s-support komplet ta' dan il-parlament.", "Għaliex ħadna din il-pożizzjoni, Sur President?", "Ħadna din il-pożizzjoni għax meta inti titkellem fuq il-bnadar internazzjonali u tgħid li se tikkastiga l-bnadar ta' l-UE, li jiġri hu li l-kumpanniji se jitilqu dawk il-bnadar u jsibu bnadar oħrajn.", "Meta niftakru li aħna rridu naħdmu fl- Ewropa - biex ma nħallux li jiġri bħalma ġara fil-każ tal-Prestige fejn kien hemm tant tniġġis u tant diffikultajiet - kif nistgħu noħorġu b'din is- soluzzjoni meta l-Prestige kien reġistrat taħt il-bandiera tal-Bahamas u mhux ta' l-Unjoni Ewropea!", "Malta flimkien mal-Greċja u ma' Ċipru żammet il-pożizzjoni tagħha u aħna nisperaw – u dan qed jidher diġa` - li bil-mod il-mod din il-pożizzjoni tieħu l-post tagħha.", "M'għandix dubju li fl-Unjoni Ewropea naslu għal soluzzjonijiet li mbagħad ikunu tajbin.", "Din hija l-istess ħaġa bħall-working time directive li dwarha kellna konsultazzjonijiet.", "Ma naħsibx li hija xi ħaġa sigrieta li jien kelli konsultazzjonijiet u telefonati minn foreign ministers oħrajn li tkellmu fuq il-working time directive u ħadna l-pożizzjoni ta' xulxin.", "Fil-fatt il- pożizzjoni tagħna - li nzertat bħall-pożizzjoni tar-Renju Unit - hija li l- ħaddiem li volontarjament irid jaħdem iktar sigħat mit-48 siegħa, ikollu l- għażla li jagħmel hekk.", "U ħadt gost nisma' lill-Onor.", "Vella jgħid li anke l-oppożizzjoni taqbel ma' din il-pożizzjoni.", "Dan huwa dak li jfisser meta konna ngħidu li jkollna l-vuċi tagħna madwar il-mejda ta' l-Unjoni Ewropea.", "Dan ifisser li aħna kapaċi nieħdu l-pożizzjonijiet u nagħtu l-kontribut tagħna.", "Iktar minn hekk, jien nistqarr li meta jkun hemm diskussjonijiet fuq aspetti ta' politika barranija fil-kunsill tal-ministri nagħżel li niffoka fuq ċerti areas għax ma nemminx li pajjiżna jista' jinfirex mas-suġġetti kollha li hawn fid-dinja, jew li aħna għandna l-kapaċita` u r-riżorsi li nindirizzaw kull issue, imma għandna l-kapaċita` u r-riżorsi li nagħtu l- kontribut tagħna f'ċerti issues li huma ta' importanza għalina b'mod strateġiku.", "U min hawn fir-reġjun tagħna li ma jemminx li hemm bżonn ikun hemm il-paċi fil-Lvant Nofsani?", "Min hawn fir-reġjun tagħna li ma jridx l- istabilita`, l-iżvilupp u l-prosperita` f'dan ir-reġjun, li ma jifhimx li fid-dinja rridu niġġieldu kemm nifilħu lit-terroriżmu, li m'huwa qatt ġustifikabbli?", "Pero` rridu niġġieldu wkoll l-għejjun tiegħu, dak li jista' jikkawża t-terroriżmu.", "Nafu li sakemm tibqa' din il-ferita kbira tal-konflitt bejn l-Iżraeljani u l-Palestinjani se jibqa' jkun hemm il-konflitt fid-dinja.", "Din hija problema li wasal iż-żmien li jkun hemm soluzzjoni għaliha darba għal dejjem.", "Aħna ma nemmnux – u bħala pajjiż esprimejna ruħna f'diversi fora – bl-inevitabilita` li dejjem ikun hemm konflitt f'dak ir-reġjun.", "Nemmnu li hemm il-possibbilta` ta' paċi, u nemmnu dan mhux għaliex aħna idealisti, imma għax naraw x'ġara f'postijiet oħrajn.", "Meta tara li l-Irlanda ta' fuq waslu biex jieħdu l-peace process fit-tarf tiegħu u waslu biex jagħlquh, meta tara li fl-Ewropea stess il-Ġermanja u Franza, l-Ingilterra u l- Ġermanja, Malta u l-Ġermanja, Malta u l-Italja u tant pajjiżi oħrajn li konna fi gwerra kontra xulxin, u llum qegħdin madwar l-istess mejda naħdmu flimkien, għaliex ma jistax ukoll ikun hemm il-possibbilta` li jkun hemm paċi bejn iż-żewġ stati tal-Palestina u ta' l-Iżrael, li jgħixu flimkien, li jirrispettaw lil xulxin u li anke jaħdmu flimkien ekonomikament għall- iżvilupp tal-poplu tagħhom?", "M'hemm l-ebda raġuni għaliex għandna ngħidu li hemm xi inevitabilita` ta' konflitt f'dak ir-reġjun.", "Min-naħa tagħna aħna dejjem sostnejna u komplejna nsostnu t-teżi ta' l- importanza li l-proċess tal-paċi hemmhekk jerġa' jingħata s-saħħa.", "Fil- fatt fl-aħħar dikjarazzjoni li ħarġet mill-kunsill Ewropew ta' l-istati, jiġifieri tal-kapijiet ta' l-istati u tal-gvernijiet, Malta tat kontribut u biddlet it-test tad-dikjarazzjoni.", "U biddlet it-test għaliex konna f'kuntatt ma' diversi rappreżentanti tal-Palestinjani u mid-diskussjonijiet ħareġ ċar li kien importanti li ma nagħfsux biss fuq l-elezzjonijiet lokali għaliex jista' jkun li mhux l-elementi moderati jirbħu l-elezzjonijiet lokali.", "Jekk irridu li l-moderati verament jissaħħu f'dak ir-reġjun, irridu nagħfsu fuq l-elezzjonijiet leġislattivi in ġenerali.", "Issa l- avvenimenti superseded anke dik il-pożizzjoni għax ġie nieqes Yasser Arafat u hemm bżonn l-elezzjonijiet presidenzjali.", "Pero` fl-4 ta' Awissu se jkun hemm l-elezzjonijiet leġislattivi wkoll u naħseb li permezz ta' dak il- proċess hemm aktar ċans li jkun hemm leadership li jista' jwassal għall- paċi.", "Aħna tajna l-kontribut tagħna madwar il-mejda u żammejna sod fil- pożizzjoni tagħna.", "Sur President, Malta żammet u qed iżżomm il-pożizzjoni fil-Ġnus Magħquda li tibqa' membru, anzi li tibqa' rapporteur tal-kumitat dwar l-inalienable rights tal-poplu Palestinjan.", "Huwa tajjeb li ngħidu li anke hemmhekk, fil- voti interni li saru – issa naturalment wieħed irid imur ukoll fil-plenarja – Malta żammet il-vot tagħha favur li dan il-kumitat jibqa' mwaqqaf.", "F'dan ingħaqdet magħna wkoll Ċipru.", "Fil-fatt l-Unjoni Ewropea – għax l-Unjoni Ewropea hija għaqda ta' pajjiżi li jirrispettaw anke l-opinjonijiet diversi – irrispettat ukoll din il-pożizzjoni u l-presidenza għamlet stqarrija f'dan is-sens.", "Dan ifisser li nistgħu nkunu effettivi meta nkunu serji u ffokati fuq dak li qegħdin nagħmlu.", "Sur President, fil-każ tal-pajjiżi tal-Mediterran iktar qrib l-interess tagħna huwa l-iżvilupp u l-kontinwita` tar-relazzjonijiet mal-ġirien immedjati tagħna, jiġifieri l-Libja, it-Tuneżija u l-Italja.", "Fil-verita` jien nemmen li ma' dawn il-ġirien immedjati tagħna u anke ma' ġirien oħrajn, fosthom l-Eġittu u l-Alġerija li magħhom għandna relazzjonijiet storiċi ta' Maltin li għexu u ħadmu hemmhekk, għandna nfittxu li jkollna konsultazzjonijiet politiċi regolari biex niżviluppaw il-politika tagħna f'dan ir-reġjun u biex niżviluppaw ir-relazzjonijiet ekonomiċi tagħna.", "Waħda mill-miri strateġiċi ta' dan il-ministeru m'hijiex biss li naġixxu u li nkunu effettivi politikament fil-Mediterran, fl-Ewropa u fil- Commonwealth, imma li nkunu kapaċi nagħtu wkoll saħħa ekonomika lir- relevanza politika tagħna.", "Jien naqbel assolutament ma' min qal – din hija l-pożizzjoni li jien nemmen ħafna fiha – li għandna nagħmlu użu sħiħ min-network tagħna kollu ta' l- ambaxxati u tal-konsulati biex insaħħu l-preżenza tagħna u anke d-dinja tal- kummerċ.", "Naturalment ir-relazzjoni politika u ekonomika li għandna mal- Libja hija ta' importanza partikolari għal Malta.", "Peress li issa sirna membri ta' l-Unjoni Ewropea, minħabba r-regoli li jeżistu, aħna kellna nintroduċu l-visas fir-relazzjonijiet ta' bejnietna.", "Għalhekk qed naħdmu biex niffaċilitaw dan il-metodu ħalli nassigraw li jibqa' għaddej bl-aktar mod faċli l-moviment ta' persunui biex isir il-kummerċ u biex jissaħħu r- relazzjonijiet kulturali u edukattivi bejn iż-żewġ pajjiżi.", "Dan hu x-xogħol li qegħdin nagħmlu.", "Jien naħseb li sar ħafna xogħol diġa`, anke mill-Ministru John Dalli u mill-Ministru Joe Borg li kien beda t-triq għad-diskussjonijiet biex dan iseħħ.", "Aħna sempliċement qed inkomplu fuq ix- xogħol ta' ħaddieħor.", "Għaliex ix-xemx ma titla' ma' ħadd, imma aħna rridu nibnu fuq ix-xogħol ta' xulxin.", "Huwa importanti li aħna nkomplu naħdmu f'din il-vena.", "Jien għamilt l-ewwel żjara bħala ministru ta' l-affarijiet barranin fil-Libja, wara kien hemm iż-żjara importantissima tal-prim ministru, il-viċi prim ministru u jien akkumpanjajthom ukoll, meta kellna l- laqgħa mal-Kurunell Ghaddafi li wkoll saħħet ir-relazzjonijiet li għandna, u nieħu gost ukoll nara li mbagħad kien hemm laqgħa tal-kumitat tal-kamra dwar l-affarijiet barranin u Ewropej li kienet ukoll suċċess.", "Hawnhekk nixtieq ngħid li jien ħadt il-briga u forsi anke r-riskju, ħalli nkun għedtha, li għall-ewwel darba – ma nafx jekk qattx ġrat - iddeċidejt li nagħmel briefing konfidenzjali tal-membri kollha tal-kumitat tal-Kamra dwar l-affarijiet barranin u Ewropej.", "L-Onor.", "Leo Brincat qed jgħid li dan sar fuq suġġeriment ta' l-oppoizzjoni.", "Hija ħaġa tajba li niġġieldu għall- paternita` tagħha din għax turi li hija ħaġa tajba u naf li fil-fatt saret.", "Jien kont diġa` kellimt lill-president ta' dak il-kumitat u kont offrejt għax kienet ta' interess għalina.", "Jiġifieri we were like-minded f'din il- ħaġa, ejja npoġġuha hekk, għax diġa` kont għedt li nħoss li din għandna nagħmluha u għandha ssir.", "Jien naħseb li din l-esperjenza veru tat ir-riżultat u turi li għalkemm huwa tajjeb li nikkritikaw lil xulxin f'din il-Kamra u nieħdu l- pożizzjonijiet tagħna għax dik hija l-politika, meta aħna nkunu rridu naħdmu flimkien għall-interess nazzjonali, kapaċi nagħmluh u qegħdin nagħmluh.", "Nispera li jkollna l-okkażjoni li nagħmluh anke f'affarijiet oħrajn.", "Sur President, jien nemmen li r-relazzjoni tagħna mal-Libja hija importanti għalina, pero` nemmen li hija importanti wkoll għal-Libja.", "Naħseb il-ħbieb tagħna l-Libjani jieħdu gost jekk imorru ħafna industrijalisti u kummerċjanti.", "Il-kummerċjanti tagħna ilhom imorru, jiġifieri hemm raġuni storika għaliex qed immorru aħna u ma neħdux delegazzjoni kbira ta' kummerċjanti, għaliex il-kummerċjanti tagħna diġa` għandhom kuntatti kbar fil-Libja u l-kummerċjanti li qed imorru issa ma' xi delegazzjoni qed jiġu ntrodotti għall-ewwel darba.", "Jiġifieri hemm raġuni għal dan, għalkemm dejjem importanti li naħdmu biex insaħħu d-dinja kummerċjali f'dak is-suq.", "Pero` huwa importanti wkoll għal-Libja għaliex il-Libja taf li Malta għandha vuċi fl-Unjoni Ewropea li mhux biss huwa ġar tagħha imma jifhem anke l-pożizzjoni politika u l-iżvilupp li qed isir hemmhekk f'dan il- mument.", "U diġa` tajna diversi provi ta' dan.", "Tajna diversi provi billi f'lealta` sħiħa għal sħabna fl-Unjoni Ewropea ssuġġerejna u tajna pariri biex l-affarijiet isiru b'mod li l-Libja tkun tista' tiġi mdaħħla iktar fil- komunita` internazzjonali b'mod mill-iktar dinjituż.", "Għaliex id-dinjita` hija importanti għall-pajjiżi kollha, u aħna nemmnu li għandna nħarsu d- dinjita` tal-pajjiż ġirien tagħna u għandna nuru rispett għall-opinjonijiet tagħhom.", "Per eżempju, aħna nieħdu gost ħafna kieku l-Libja tidħol fil-Euro-Med għax nemmnu li għandha funzjoni x'tagħti f'dak il-proċess.", "Pero` nifhmu li din hija deċiżjoni li għadha qed tinħema, li fil-Libja hemm min jaqbel u min ma jaqbilx, u trid tkun deċiżjoni ta' dak il-poplu.", "Pero` nemmnu li hemm funzjoni Mediterranja għal-Libja, li bħalma Malta huwa pajjiż Ewropew u Mediterranju l-Libja huwa pajjiż fl-Afrika u fil-Mediterran u jista' jagħmel ukoll din id-dual function bħalma qed nagħmlu aħna f'dan il-qasam.", "Sur President, huwa importanti li nħarsu lejn il-ġirien kollha tagħna fin- nofsinhar tal-Mediterran.", "Jien nixtieq nikkjarifika punt li l-Onor.", "Brincat isemmih diversi drabi - ma nafx eżattament kif żviluppa, għalkemm għandi ħjiel ta' kif seta' żviluppa – li aħna lesti niftħu ambaxxati fuq livell ta' reċiproċita`.", "Ikkwotawni li għedt hekk u se nieħu l-okkażjoni biex nikkjarifika l-punt.", "Jien għedtha għar-rigward tal-Portugall mhux bħala politika ġenerali tagħna li niftħu l-ambaxxati għax xi ħadd jiftaħ hawnhekk.", "Bil-budgetary constraints li għandna ma naħsibx li din nistgħu ngħiduha bħala regola.", "Pero` jien nagħti importanza kbira għall-pajjiżi tan-nofsinhar ta' dan ir-reġjun li huwa kemm Ewropew u kemm Mediterrranju għax din hija r-realta` tagħna wkoll.", "Huwa f'dan il-kontest li jien għedt li se nirreċiprokaw il-ftuħ ta' l-ambaxxata fil-Portugall, mhux għaliex dan huwa l-prinċipju li qegħdin nimxu bih.", "Aħna għandna budgetary constraints bħala pajjiż żgħir li żgur kulħadd jifhimhom.", "Bħalma wieħed jista' jifhem li fil-kontest tal-miri strateġiċi tagħna, fil-kontest li aħna nkunu effettivi, fil-kontest li aħna nkunu qed nagħmlu x-xogħol tagħna fl-Ewropa u fil-Mediterran u biex immexxu l-politika tagħna barranija, aħna rridu wkoll inkunu frugal u nkunu qed nagħmlu minn kollox biex nimmassimizzaw ir- riżorsi tagħna.", "Għalhekk qegħdin inħarsu bl-aktar mod attiv biex nirreġjonalizzaw ċerti ambaxxati tagħna ħalli nkunu iktar effettivi b'ambaxxati li jkollhom iktar nies f'ċerti postijiet li jistgħu jilħqu kapitali oħrajn.", "Kif għedt lill- Onor. Brincat f'risposta għal mistoqsija parlamentari li kien għamilli, din qed nagħmluha b'attenzjoni.", "Ma nixtieqx ngħid fejn se nagħlqu jew fejn se niftħu għaliex irridu nagħmluha b'attenzjoni u b'sensittivita` partikolari għax qatt m'huwa sempliċi li tgħid li m'għandekx bżonn ambaxxata f'post. Din hija xi ħaġa li trid tagħmilha b'mod sensittiv, trid tagħżel il-mument u trid tispjega anke l-pożizzjoni tiegħek.", "Pero` m'għandniex niġu kkondizzjonati jekk inkunu ħadna deċiżjoni u nkunu rridu nbiddluha.", "Ma nistgħux ma nbiddlux deċiżjoni għas-suppervja.", "Għax l-ewwel jakkużawk li inti supperv, imbagħad mill-banda l-oħra jakkużawk li m'intix supperv.", "Hawnhekk mhux is-suppervja għandha tmexxina imma għandu jmexxina dak li naħsbu li huwa ta' ġid għal pajjiżna.", "Allura rridu nirreġjonalizzaw l- ambaxxati tagħna u rridu nkunu preżenti fil-kapitali fejn nistgħu nkunu bir- riżorsi tagħna.", "L-Onor.", "George Vella staqsa: Ladarba qed nonfqu daqshekk flus fi Brussels għandna bżonn dawn l-ambaxxati kollha fid-diversi kapitali Ewropej?", "Din hija mistoqsija ġusta li ssir.", "Ċerti nies qed jgħidu: Ladarba se jkollna diversi nies fi Brussels – ftit iktar minn 60 persuna għax staqsewni x'inhuwa l-complement finali li se jkollna fi Brussels - u technical attaches li jintgħażlu mill-ministeri, se jkollna bżonn dawn l-ambaxxati fid-diversi kapitali?", "Iva, huwa importanti li fejn nistgħu, fil- limitazzjonijiet tagħna, ikollna wkoll preżenza fil-bliet kapitali Ewropej.", "Qed ngħid hekk għaliex filwaqt li Brussels huwa importantissimu għall- koordinament tal-politika Ewropea biex aħna nagħmlu lobbying anke fuq dak il-livell, ma rridu ninsew qatt li ħafna pożizzjonijiet fil-politika ta' l- Ewropa, mhux barranija, fi kwalunkwe deċiżjoni li tittieħed fi Brussels il- pożizzjoni fil-kapitali hija importantissima.", "Għax huwa mill-kapitali li joħorġu l-pożizzjonijiet tal-pajjiżi fid-diversi kumitati ta' l-Unjoni Ewropea.", "Allura rridu nagħmlu n-networks tagħna hemmhekk.", "Minn dan il-lat jien nixtieq li nutilizzaw kemm jista' jkun mhux biss in-network ta' ambaxxati li wħud minnhom ikunu reġjonali, imma anke n-network tal- konsulati tagħna.", "Sur President, m'huwiex dejjem faċli li tagħmel dan għaliex f'ħafna pajjiżi l-konslu onorarju m'huwiex dejjem meqjus bħala dak li jista' jagħmel ukoll xi xogħol politiku, anzi jħarsu lejh bħala l-persuna li qiegħda tagħmel ix- xogħol ekonomiku u kummerċjali.", "Imma fejn nistgħu rridu naraw li kemm il- konsulati onorarji tagħna u kemm l-uffiċjali mill-ambaxxati reġjonali jattendu ċerti laqgħat ħalli jgħinuna niksbu l-informazzjoni li jkollna bżonn.", "Qed nirriferi, per eżempju, għall-briefings li jsiru qabel il-laqgħat bħalma huma l-general affairs and external relations council jew councils oħrajn u għall-briefings li jsiru qabel il-kunsilli Ewropej fid-diversi kapitali.", "Jeħtieġ li aħna jkollna n-nies preżenti hemmhekk biex jieħdu dawk il-briefings u jirrapportawhom lilna biex meta nidħlu fil-kamra ta' l- Unjoni Ewropea jkollna diġa` quddiemna pattern ta' kif naħsbu li ħaddieħor se jiddeċiedi fuq ċerti issues.", "Din hija xi ħaġa li nagħmluha aħna wkoll għaliex aħna nagħtu briefings lill-ambaxxaturi fuq il-pożizzjoni li nkunu se nieħdu fuq ċerti issues.", "Naturalment id-deċiżjoni finali tittieħed hemm ġew, imma b'dan il-mod ikollok ħjiel ta' kif qed iħarsu lejn l-affarijiet id-diversi pajjiżi.", "Allura naħseb li huwa importanti li nagħmlu użu minn dawn ir-riżorsi kollha li għandna.", "Ladarba tkellimna fuq Brussels, biex nasal għall-punti li semma l-Onor.", "Vella, it-technical attaches huma dawk li jirrappreżentaw il-ministeri pero` jaħdmu fi ħdan l-ambaxxata tagħna, anzi r-rappreżentanza permanenti tagħna fi Brussels għall-Unjoni Ewropea.", "Għaliex?", "Għaliex is-sistema li l- gvern għażel li jimxi biha hija li jkunu l-line ministries li jmexxu l- politika tagħna fl-Unjoni Ewropea.", "Allura jekk hija materja li għandha x'taqsam ma' l-agrikoltura, huwa l-ministeru responsabbli mill-agrikoltura li jrid isegwi dik il-materja u li jrid jassigura li jġib l-aħjar pożizzjoni għal Malta.", "L-ambaxxata tagħna fi Brussels tagħmel ix-xogħol ta' koordinament permezz tar-rappreżentant permanenti tagħna, u dan jirrapporta lill-ministru ta' l-affarijiet barranin, jiġifieri m'huwiex korrett li ngħidu li m'huwa responsabbli lejn ħadd, kif kien hawn min ikkummenta waqt il-preżentazzjoni tal-kollegi tagħna ta' l-oppożizzjoni.", "Jien nemmen li din hija sistema tajba għalkemm forsi wieħed irid isib mod kif jirraffinaha.", "Ma ninsewx li għadna qed ngħaddu minn din l-esperjenza u rridu nkunu kapaċi naraw ir-riżultat tagħha u kif nistgħu ntejbuha.", "M'għandix dubju li bħal kwalunkwe ħaġa oħra hemm fejn intejbu, hemm affarijiet li nistgħu nirranġaw u hemm affarijiet li rridu nagħmlu assessment tagħhom kontinwament.", "La qed nitkellmu fuq assessments nixtieq ngħid li mis-sena d-dieħla se nibdew proċess li bih nagħmlu mhux biss assessments ta' x'jagħmlu l-ambaxxati u anke l-konsulati onorarji, imma se nagħmlu l-objectives għal kull ambaxxata u kull konsulat.", "B'hekk inkunu nistgħu nagħmlu assessment ta' dak li qed jagħmlu in vista ta' dawk l- objectives.", "Dawn l-objectives ma rridux insawruhom waħedna imma rridu nsawruhom ukoll b'diskussjonijiet iktar wesgħin mal-Malta enterprise, mal-MFSA u mal-Malta tourism authority, biex insemmi tlieta.", "Irridu wkoll naraw kif dawn l- ambaxxati tagħna jistgħu jagħtu aktar servizz integrat biex jiġbdu investiment dirett, aktar turiżmu u aktar attivita` fis-servizzi finanzjarji.", "Dan huwa wieħed mill-aktar punti ċari li ħarġu mil-laqgħa li kellna dwar il-miri strateġiċi, u cioe` li rridu nintegraw ix-xogħol tagħna fuq il-livell kummerċjali wkoll max-xogħol ta' l-ambaxxati.", "Il-fatt li l-Malta enterprise taqa` taħt ir-responsabilita` ta' ministeru ieħor ma jagħmel differenza ta' xejn għaliex aħna naħdmu kontinwament b'mod mill-iktar koordinat u koerenti mal-Malta enterprise u l-ministeru li jmexxi l-kollega tiegħi l-Onor.", "Austin Gatt għal mira waħda.", "Naħdmu wkoll flimkien ma' ministeri oħrajn, fosthom il-ministeri responsabbli mill- attivitajiet tas-settur finanzjarju u tat-turiżmu.", "Jiġifieri din hija xi ħaġa li tagħmel parti mill-funzjoni u mill-miri strateġiċi tagħna biex nutilizzaw bl-aħjar mod l-ambaxxati u anke l-konsolati onorarji tagħna.", "Irridu noħolqu din is-sistema ta' objectives li naturalment nagħmluhom waħda waħda għax irridu nagħmluhom f'konsultazzjoni ma' l-ambaxxati u ma' l- ambaxxaturi biex dan il-proċess ikun owned minn min ikun irid jattwah.", "Allura din hija waħda mill-attivitajiet li aħna se nindirizzaw għas-sena d- dieħla.", "Sur President, punt ieħor li semmejna bħala punt li nħossu li huwa fil- qalba tal-bini strateġiku tal-politika barranija tagħna huwa li Malta dejjem kienet favur id-dritt internazzjonali u r-rispett tar-rule of law internazzjonalment.", "Fil-fatt dan jirrifletti anke dak li sar minn ta' qabilna, jiġifieri qed immur lura għall-1964 mindu sirna pajjiż indipendenti.", "Aħna minn dejjem kellna inizjattivi partikolari, fosthom l- inizjattiva dwar il-liġi dwar tal-baħar, dik dwar il-common heritage of mankind, inizjattivi diversi dwar il-klima u diversi inizjattivi oħra li Malta ħadet internazzjonalment anke fil-Ġnus Magħquda.", "F'dan il-kontest ipprovajna noħorġu linja, u meta tara dawn l-inizjattivi tinduna li wieħed diġa` kien qed iħares lejha bl-aktar mod serju.", "Dan ifisser li Malta dejjem kienet favur li tiżviluppa d-dritt internazzjonali pubbliku, is-saħħa tal- liġi u l-livell internazzjonali, u allura li jkun hemm rispett ta' l- international rule of law.", "Fil-fatt dan kien ukoll parti mid-diskors li l- prim ministru għamel fil-Ġnus Magħquda meta attenda għall-assemblea ġenerali ta' New York.", "Nammetti li fil-verita` kien hemm min ħadilna the carpet from under our feet.", "Għaliex?", "Għax Kofi Annan ħareġ b'din it-teżi immedjatament u għamilha ċ-ċentru ta' dak li qed jgħid.", "Din qed ngħidha b'ċertu sens ta' umoriżmu għaliex huwa tajjeb li Malta ssegwi dik il-linja.", "Aħna minn dejjem konna konsistenti favur id-dritt internazzjonali u r- rispett tar-rule of law internazzjonalment.", "Dan għamilnih u sostnejnih konsistentement anke meta kien hemm advisory opinion ta' l-ICJ fuq il- barriera, fence jew wall - skond f'liema naħa tkun qiegħed għax l-Iżrael isejjaħlu ħaġa u l-Palestinjani jsejħulu ħaġa oħra - fejn qalet bl-aktar mod ċar li dan mhux qiegħed skond il-liġi għax qiegħed mibni fuq art li ma tappartjenix għal Iżrael.", "Aħna konna minn ta' quddiem nett li ħadna pożizzjoni favur dik id-deċiżjoni tal-qorti u ħaditha wkoll l-Unjoni Ewropea kollha b'mod assolut u unanimu.", "Konna wkoll minn ta' quddiem nett anke fid-diskussjoni interna dwar dan.", "Naħseb li huwa ċar li konsistentement imxejna b'dan il-mod u naħseb li din hija linja li tagħmel sens għal pajjiżna.", "Sur President, jien nemmen ukoll li m'għandniex nittraskuraw il- Commonwealth.", "Ħafna drabi wieħed iħares lejn il-Commonwealth bħala xi ħaġa gustuża, bħala xi ħaġa li toħroġ mill-esperjenza storika ta' grupp ta' pajjiżi li kienu b'xi mod parti mill-imperu Ingliż għalkemm illum hemm ukoll membri bħall-Mozambique li ma kenux parti mill-imperu Ingliż.", "Hemm ħafna metodi kif tiddeskrivih dan.", "Min irid ibaxxih igħid li huwa club ta' l-ex-skjavi.", "Imma ma naħsibx li dan huwa l-mod kif tiddiskrivi l- Commonwealth.", "Il-Commonwealth huwa esperjenza komuni ta' diversi pajjiżi li għandhom tradizzjonijiet simili - inkluż dan il-parlament li huwa bbażat u fformolat fuq il-mudell ta' Westminster - minkejja li għandhom id- diverġenzi tagħhom.", "Aħna m'għandniex il-common law.", "Anzi aħna kburin li kellna l-liġijiet tagħna qabel ma ġew l-Ingliżi f'pajjiżna.", "Imma għandna ċerta affinita` ma' dawn il-pajjiżi, u Malta tagħna ma tista` ċċedi xejn.", "M'għandhiex iċċedi n-networking li jagħtik il-Commonwealth, anzi għandha timmassimizza fuq dak in-networking.", "Sur President, irrid ngħid li huwa importanti ħafna li dawn l-esperjenzi li nieħdu mill-Commonwealth inkunu nistgħu wkoll nutilizzawhom f'fora oħrajn.", "Ħalli nagħti eżempju.", "Ir-rilevanza ta' pajjiżna fil-qasam internazzjonali hija wkoll rilevanza on the ground.", "Jien konsistentement mal-prinċipju li diġa` esprimejt f'din il-Kamra nħoss li kemm jista' jkun għandna nfittxu l- consensus.", "Kif jaf l-Onor.", "Brincat, jien anke ċempiltlu biex ngħidlu li konna se nipproponu nies anke min-naħa ta' l-oppożizzjoni biex possibilment ikunu osservaturi fl-elezzjonijiet Palestinjani.", "Ġew ismijiet oħrajn u tajnihom il-metodu kif ukoll ipoġġu isimhom f'dan il-pool.", "Issa jintgħażlux jew le hija ħaġa oħra, imma diġa` wrejna konsistentement, issa bħala pajjiż, li aħna mhux nitkellmu biss imma anke lesti nagħtu l-kontribut tagħna on the ground fil-proċess ta' l-elezzjonijiet Palestinjani.", "X'vantaġġi kellna hawnhekk?", "Kellna vantaġġi li fost in-nies li konna qed nipproponu kellna nies li kellhom esperjenza ta' election monitoring għan- nom tal-kunsill ta' l-Ewropa.", "Kellna wkoll esperjenza ta' min għamel election monitoring fil-Commonwealth.", "Allura dawn l-esperjenzi kollha jkomplu jżidu r-rilevanza ta' pajjiżna anke fil-proċessi ta' paċi fil- Middle East għaliex ħaġa torbot ma' oħra.", "Fil-Commonwealth insibu wkoll pajjiżi kbar bħall-Kanada, l-Indja u l- Pakistan li reġa' sab triqtu lejn il-Commonwealth għalkemm bħalissa għandu d-diffikultajiet tiegħu wkoll.", "Il-Commonwealth huwa wkoll post fejn nistgħu nisfruttaw swieq importanti.", "Għandna industriji tagħna li jesportaw għal ħafna pajjiżi tal-Commonwealth.", "Lil dawn l-industriji u lil min diġa` infiltra f'dawn is-swieq iriduhom bħala eżempju biex l-industriji tagħna jkunu jistgħu jieħdu l-okkażjoni tas-CHOGM u rridu nagħtuhom l-aspett kummerċjali ta' dan, għax kif nafu qabel is-CHOGM ikun hemm ukoll il- business council tal-Commonwealth u jkun hemm il-possibbiltajiet ta' kuntatti kummerċjali kbar.", "Irridu li lill-industrija tagħna, biex aħna nivvalorizzaw dak li nagħmlu politikament, nagħtuha wkoll is-slant kummerċjali.", "Bla dubju ta' xejn għandna min hu kapaċi jidħol f'dawk is-swieq.", "Nisperaw li l-exposure kbira li se jkollha ċ-CHOGM fil-Commonwealth kollu jfisser li l-ġurnalisti kollha li se jiġu – u qed nistennew li din id-darba jiġu ġurnalisti mill-media internazzjonali Ewropea u media internazzjonali oħra – jagħtu exposure tant kbira lil pajjiżna li jkun jista` jgawdi wkoll mis-suq turistiku tiegħu billi nisfruttaw din l-okkażjoni wkoll.", "Jiġifieri anke l-Commonwealth għandu x'jagħtina.", "Il-fatt li l-president tal-fondazzjoni tal-Commonwealth huwa Malti, ex-president ta' Malta, hija wkoll xi ħaġa li mhux biss tagħmlilna unur imma tagħtina wkoll opportunitajiet ta' exposure għal pajjiżna li aħna rridu nisfruttaw bis-sħiħ.", "Sur President, nixtieq nikkjarifika punt li ssemma miż-żewġ kelliema fuq il- forum on Europe.", "Irrid ngħid li forsi dak l-item fil-budget deher out of the blues.", "Għaliex?", "Għax fil-verita` dak huwa r-riżultat ta' proċess ta' ħsieb li ilu jinħadem u li wasalna wkoll biex nattwawh fil-bidu tas-sena d- dieħla.", "B'dan il-proċess irridu naraw x'ta l-MIC, naraw il-funzjoni tal- MEUSAC u naraw ukoll funzjonijiet oħrajn fosthom il-funzjoni dwar il-fondi Ewropej.", "Mhux qed nirriferi għall-fondi Ewropej li jieħdu l-gvernijiet, imma għall-fondi Ewropej li huma available għas-settur privat, li għallinqas fl-assessement li qed nagħmel jien ma nħossx li hawn biżżejjed exposure għalihom.", "Dan mhux għax irridu nieħdu x-xogħol tas-settur privat, għax dak għandu jsir mis-settur privat, imma l-proċess ta' educating the market, jiġifieri li s-setturi kollha jifhmu li hemmhekk hemm opportunitajiet ta' madwar 400 programm irid isir mis-settur pubbliku.", "Allura l-forum on Europe, li huwa working title, huwa din l-organizzazzjoni li fiha rridu norbtu l-MIC, il-MEUSAC u l-proċess tal-fondi biex nagħtu aktar pubbliċita` u tagħrif dwar il-fondi li jistgħu jiġu utilizzati mis- settur privat.", "Ovvjament din qed insejħulha forum on Europe għax għandha rabta kbira mas-soċjeta` ċivili.", "Jien għadni nispera li anke din tista` tkun okkażjoni.", "Sur President, illum smajt diversi statements li lili laqtuni, fosthom dak ta' l-Onor.", "Brincat meta rrifera għad-deċiżjoni li Malta tidħol fl-Unjoni Ewropea bħala deċiżjoni rriversibbli.", "Fil-fatt hija deċiżjoni li ħadna bħala pajjiż f'referendum - skond il-Malta labour party din ħadniha fl- elezzjoni, nistgħu naċċettaw il-verżjonijiet kollha – u issa din hija deċiżjoni tat-triq li qabdet Malta.", "Statement ieħor li laqatni kien dak ta' l-Onor.", "George Vella li qal li rridu nirrispettaw bis-sħiħ il-klawsoli ta' newtralita` ta' pajjiżna.", "Imbagħad qal li l-pajjiżi jistgħu wkoll jagħmlu arranġamenti, naturalment fir-rispett sħiħ tal-klawsola tan-newtralita`, biex jieħdu ħsieb id-difiża tagħhom bħala pajjiż u anke biex Malta tkun tista` tikkontribwixxi hija stess u kompla jgħid li għandna niftħu dibattitu u nagħmluh bl-iktar mod serju.", "Jien naħseb li b'dibattiti serji fuq materji bħal dawn pajjiżna jgawdi biss jista` u mhux jinħolqulu xi diffikultajiet.", "Dan huwa ftuħ li nħoss li għandi ninnotah, Sur President.", "Imma nispera wkoll li bħala proċess ta' parti mill-forum of Europe anke l-Malta labour party bħala parti mis-soċjeta` ċivili jsib postu fih għax huwa ġust u tajjeb li nsaħħu l-kumitat ta' l-affarijiet barranin u Ewropej fil- parlament tagħna għax irridu li l-istituzzjoni parlamentari kollha tieħu saħħa ġdida f'pajjiżna.", "Issa li qegħdin fl-Unjoni Ewropea l-parlament tagħna sar aktar importanti minn qatt qabel għax aħna bħala pajjiż parti mill-Unjoni Ewropea rridu li l-parlamenti nazzjonali nżommuhom b'saħħa li tagħtihom il-kostituzzjoni li fil-fatt ġiet iffirmata fid-29 ta' Ottubru, 2004.", "Allura li l-Malta labour party isib postu fil-forum on Europe hija xi ħaġa ġdida li veru li mhux qed tibni fuq dak li kien hemm qabel imma forsi tista` tkun ukoll l-okkażjoni li wieħed jiċċaqlaq mill-pożizzjoni li kellu qabel il-Malta labour party.", "Sur President, nixtieq nagħlaq billi nagħmel riferenza għal avveniment li għandu importanza kbira għal Malta u għall-Ewropa u li jien kelli x-xorti u l-privileġġ li nifforma parti minnu.", "Hawnhekk qed nirriferi għall-iffirmar tad-dokument tal-konvenzjoni Ewropea kif ukoll għall-kostituzzjoni Ewropea li ġiet iffirmata fid-29 ta' Ottubru li għadda.", "Issa l-pajjiżi kollha se jgħaddu mill-proċess ta' ratifika u naturalment hemm iċ-ċans li l- kostituzzjoni Ewropea tibqa`, kif jiena ngħid biċ-ċajt, ritratt sabiħ fuq id-desk ta' dawk li ffirmawha jew inkella ssir realta`.", "Jien naħseb li dak li ġara fil-partit Soċjalista Franċiż ftit tal-ġranet ilu diġa` qed juri li mexjin lejn din il-kostituzzjoni li l-Ewropa għandha bżonn u li lil Malta tagħtiha s-sitt siġġu għal dejjem.", "Fil-fatt anke jekk tidħol it-Turkija aħna nibqgħu dejjem b'sitta u ma niġu qatt b'inqas.", "Din hija kostituzzjoni li tirrikonoxxi gżira li fuqha hemm il-belt kapitali u din il-kostituzzjoni tiġi ratifikata u ssir id-dokument bażiku li tassigura li l-Ewropa tibqa` mhux biss Ewropa tal-popli imma Ewropa ta' l-istati.", "Din hija kostituzzjoni li tagħmel limitu fuq kemm jista` jingħata poter lill-Unjoni Ewropea u ssaħħaħ anke l-pożizzjoni ta' l-istati fl-Unjoni Ewropea.", "Veru li din hija kostituzzjoni li toħloq is-sitwazzjoni ta' iktar effiċjenza u hemm ċerti deċiżjonijiet li jittieħdu bil-qualifying majority voting, imma d- deċiżjonijiet kruċjali jittieħdu b'unanimita`.", "Allura dan huwa bilanċ li huwa ta' vantaġġ għal Malta.", "Jien nixtieq nagħmel appell sinċier, Sur President, biex il-Malta labour party jaħsibha sew, imma jaħsibha b'mod li jasal għal soluzzjoni għax ma jistax jibqa` imdendel f'din id-deċiżjoni li jrid jieħu.", "Jista` jkollu bżonn iż-żmien biex ikellem lin-nies tiegħu għax naturalment lin-nies tiegħu, li tgħidx kemm qallhom affarijiet qabel dħalna fl-Unjoni Ewropea, wieħed irid jagħtihom l-ispjegazzjoni li hemm bżonn jagħtihom.", "Imma jien kont naħseb li l-kostituzzjoni kienet se tkun iċ-ċans biex il-Malta labour party ibiddel il-politika tiegħu, pero` ma kenitx.", "L-iffirmar tal-kostituzzjoni kien il-mument li l-Malta labour party seta` definittivament jgħid li ħa deċiżjoni li aċċetta li Malta tkun parti mill- Unjoni Ewropea u qed jaħdem għaliha.", "Jien nemmen li huwa ta' importanza kbira li l-Malta labour party jieħu din id-deċiżjoni bis-serjeta` kif qal li qed jeħodha l-Onor.", "Vella.", "Aħna qegħdin hawn biex infittxu li kemm jista` jkun f'dan il-pajjiż ikun hawn il-consensus fuq materja ta' din l- importanza kbira.", "Ir-responsabilita` qiegħda fuqna daqskemm qiegħda fuqhom.", "Il-pożizzjoni tagħna hija ċara u bħalma aħna ċari fil-miri strateġiċi tagħna bħala pajjiż Ewropew, pajjiż Mediterranju, pajjiż membru tal-Commonwealth, pajjiż b'rilevanza u b'politika ġdida għax huwa membru ta' l-Unjoni Ewropea u allura b'saħħa ekonomika li qed tiżviluppa minħabba dik ir-rilevanza politika tiegħu, il-poplu Malti qed jistenna wkoll li jkun hemm kjarezza fil-pożizzjoni tal-Malta labour party fuq il-kostituzzjoni Ewropea.", "Jien nittama li din il-kjarezza tkun li l-Malta labour party ikun favur ir-ratifika ta' dik il-kostituzzjoni.", "Nirringrazzjak.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Grazzi.", "Skada l-ħin tad-diskussjoni fil-Kumitat ta' Provvista`.", "Il-mistoqsija hi l-emenda kif imressqa u moqrija mill-Onor.", "George Vella għall-Vot 48.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Din id-division tittieħed minn hawn u ħames minuti oħra skond il-mozzjoni ta' proċedura numru 159 tas-16 ta' Novembru 2004.", "Billi ntalbet votazzjoni l-Kumitat ġie sospiż fid-9.30 p.m. u rriżuma ħames minuti wara.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Se nerġa' npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi l- emenda għal Vot 48 imressqa mill-Onor.", "George Vella.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Nistieden lill-whips biex jinformaw lill-Kamra bl- arranġament dwar il-pairing.", "L-Onor.", "Mario Galea.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Sur President, ninforma lill-Kamra li għan-naħa tal- gvern se jiġu paired l-Onor.", "David Agius, l-Onor.", "Louis Deguara, l-Onor.", "Tonio Fenech u l-Onor.", "George Pullicino.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Grazzi.", "L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sur President, għan-naħa ta' l-oppożizzjoni se jiġu paired l-Onor.", "Evarist Bartolo, l-Onor.", "Karl Chircop, l-Onor.", "Joe Debono Grech u l-Onor.", "Karmenu Vella.", "VOTAZZJONI NRU.", "69", "FAVUR: 26", "L-Onor. | | | |Abela Carmelo |FarrugiaMichael | |Abela Joseph |Farrugia Noel | |Agius Chris |GaldesRoderick | |Brincat Joseph |Gulia Gavin | |Brincat Leo |Herrera Jose' | |Buhagiar Charles|MangionCharles | |Buontempo Stefan|Mizzi Joe | |Cardona Chris |Parnis Silvio | |Caruana Justyne |Refalo Anton | |Coleiro Marie |Sammut Joseph | |Louise | | |Cuschieri Joseph|Sant Alfred | |Dalli Helena |Vassallo Adrian | |Farrugia Angelo |Vella George |", "KONTRA : 29", "L-Onor.", "|Abela Anthony |Galea Franco | |Agius Francis |Galea Louis | |Arrigo Robert |Galea Mario | |Asciak Michael |Gatt Austin | |Azzopardi |Gonzi Lawrence | |Frederick | | |Azzopardi Jason |Gonzi Michael | |Borg Tonio |Mifsud Bonnici | | |Antoine | |Cassar Joseph |Mifsud Bonnici | | |Carmelo | |Cristina Dolores|Mugliett Jesmond| |D'Amato Helen |Puli Clyde | |De Marco Mario |Pullicino | | |Orlando Jeffrey | |Debono Giovanna |Vassallo Edwin | |Falzon Joseph |Zammit Ninu | |Frendo Michael |Zammit Dimech | | |Francis | |Galea Censu | |", "L-emenda m'għaddietx.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Issa se npoġġi l-mistoqsijiet fuq il-voti tal- ministeru għall-affarijiet barranin.", "Il-mistoqsija hi:", "VOT 48 - MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm11,100,000 li titħallas mill-fond konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 48 - Ministeru għall-Affarijiet Barranin, kif dettaljata fl-abbozz ta' l-estimi ġenerali ta' nefqa għas- sena 2005.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt Vot 48 għaddiet.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi:", "VOT XIV - MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm993,000 li titħallas mill-fond konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot XIV - Ministeru għall-Affarijiet Barranin, kif dettaljata fl-abbozz ta' l-estimi ġenerali ta' nefqa għas- sena 2005.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt Vot XIV għaddiet.", "Fid-9.38 p.m. il-Kamra rriżumiet u l-Viċi President tal-Kumitat irrapporta li r-Riżoluzzjonijiet taħt Voti 48 u XIV tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin ġew approvati mill-Kumitat ta' Provvista", "MR SPEAKER: Sar il-ħin.", "Il-Viċi Prim Ministru, jekk jogħgbu, iressaq l- Aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "TONIO BORG: Sur President, nipproponi l-aġġornament tal-Kamra għal għada t-Tlieta, 7 ta' Diċembru, 2004 fid-9.00 a.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "1.", "Kumitat ta' Provvista - Estimi Ġenerali 2005 Ir-Raba' Jum", "Voti tal-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada t- Tlieta, 7 ta' Diðembru, 2004 fid-9.00 a.m. bl-aġenda kif komunikata mill- Viċi Prim Ministru.", "Fid-9.38 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "CCF - PRIĠUNIERI", "9420.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Vici Prim Ministru jgħid kemm hemm nies fil- faċilita` korrettiva ta' Kordin għaliex ma ngħatawx pleġġ fuq akkużi konnessi mad-droga?", "Ta' liema nazzjonalita` huma?", "X'inhi l-eta' ta' l- iżgħar wieħed u dik ta' l-akbar wieħed?", "Kemm hemm nisa akkużati?", "ONOR.", "TONIO BORG: L-informazzjoni mitluba hi kif jidher hawn taħt::", "Persuni taħt arrest preventiv fuq reati konnessi mad-droga", "|Nazzjonali|Irġie|Nisa | |ta' |l | | |Taljana | 1 |0 | |Libjana | 9 |0 | |Torka | 0 |1 | |Maltija | 9 |1 | |TOTAL |19 |2 |", "Hemm priġunieri oħra li bħalissa qegħdin iservu sentenza fuq xi reat u għandhom każi oħra fuq droga u li m'għandhomx pleġġ fuqhom.", "L-iżgħar priġunier għandu 18-il sena filwaqt li l-akbar wieħed għandu 75 sena.", "QORTI TA' L-APPELL KRIMINALI - KAWŻI", "9421.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm kawżi ta' l-appell pendenti quddiem il-qorti ta' l-appell kriminali?", "Kemm minnhom jinvolvu Maltin u kemm barranin?", "F'kull każ jista' jgħid kull wieħed kemm ilu jistenna biex jiġi deċiż l-appell?", "Kull wieħed minnhom qed jiskonta sentenza ta' ħabs?", "Jekk le, kemm hemm li huma barra jistennew is-sentenza ta' l-appell?", "ONOR.", "TONIO BORG: L-informazzjoni mitluba hija s-segwenti:", "Qorti ta' l-Appell Kriminali Appell Superjuri (minn ġurijiet) Hemm 38 appell pendenti quddiem din il-qorti; Hemm 28 persuni Maltin u għaxar persuni barranin involuti.", "Dawn l-appelli ġew introdotti fis-snin:", "|199|199|199|200|200|200|200|20| |7 |8 |9 |0 |1 |2 |3 |04| |1 | 0 | 2 |3 |2 |5 |9 | | | | | | | | | |16|", "Hemm persuna li appellat minn sentenza ta' priġunerija sospiża u għalhekk mhijiex arrestata.", "Hemm ukoll żewġ persuni li appellaw minn deċiżjoni preliminari.", "Dawn diġa' kienu qegħdin fuq ħelsien mill-arrest pendenti l-ġuri u baqgħu hekk pendenti l-appell preliminari.", "Il-35 l-oħra kollha qegħdin jiskontaw is-sentenza ta' ħabs inflitta fuqhom.", "Qorti tal-Appell (Inferjuri) Hemm 126 appelli pendenti minn deċiżjonijiet tal-qrati tal-maġistrati.", "122 persuna huma Maltin waqt li erba' persuni huma barranin.", "Dawn l-appelli ġew introdotti kif ġej: 13 fis-sena 2003, u 113 fis-sena 2004.", "Għaxra minn dawn il-persuni qed jiskontaw is-sentenza ta' ħabs inflitta fuqhom, għalkemm appellaw minnha.", "Waqt li 116–il persuna oħra s-sentenza kontra tagħhom ġiet sospiża pendenti l-appell.", "L-informazzjoni dwar il-qorti tal-maġistrati (Għawdex) hija s-segwenti:", "Appelli kriminali pendenti quddiem il-qorti ta' l-appell kriminali (inferjuri) hemm 17.", "Kollha kemm huma jinvolvu Maltin.", "Minn dawn, appell wieħed biss jinsab differit għas-sentenza u ilu hekk differit mill-5 ta' Novembru 2004.", "Ħadd minn dawn m'hu qed jiskonta sentenza ta' ħabs.", "Hemm wieħed li qiegħed barra jistenna s-sentenza ta' l-appell."]} {"filename": "20050201_230d_par.doc", "date": "2005-02-01", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Uffiċjali u Rivedut) L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 230 It-Tlieta, 1 ta' Frar, 2005 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 230 It-Tlieta, 1 ta' Frar, 2005", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6:02 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "229", "It-Tlieta, 1 ta' Frar, 2005", "WERREJ", "MINUTI 412", "PETIZZJONI 412", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI 412", "TQEGĦID TA' KARTI 418", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JIMPLIMENTA MIŻURI TA' L-ESTIMI (KUMITAT)", "BUDGET MEASURES IMPLEMENTATION BILL (COMMITTEE STAGE) 419", "AĠĠORNAMENT 444", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 451", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 229 li saret 31 ta' Jannar, 2005 ġew konfermati.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): Insejjaħ lill-Onor.", "Anton Refalo biex iressaq il-petizzjoni li għaddielna l-bieraħ.", "PETIZZJONI", "ONOR.", "ANTON REFALO: Bħalma jaf kulħadd, il-Malta Dairy Products ilha topera għal mhux inqas minn 55 sena fil-gżira Għawdxija.", "Iżda dan l-aħħar il-ħaddiema li jaħdmu hemmhekk irċevew notice biex jew jiddeċiedu li jmorru jaħdmu Malta jew inkella jitħallsu n-notice money u jispiċċaw mix-xogħol.", "Naħseb li l-mod kif qegħdin jiġu ttrattati dawn il-ħaddiema huwa kontra l- liġi.", "Sur President, għalhekk ippermettili biex f'ismi, f'isem l-Onor.", "Justyne Caruana u f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia nippreżentalek petizzjoni ffirmata minn numru ta' ħaddiema mpjegati tal-Malta Dairy Products ġewwa x-Xewkija biex forsi l-gvern jiftaħ għajnejh u jara kif b'xi mod lil dawn il-ħaddiema jħallihom jaħdmu Għawdex kif għandhom kull dritt jagħmlu.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Ngħaddu issa għall-mistoqsijiet.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "XOGĦOL TA' TOROQ FIT-TIENI DISTRETT", "9600.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Stefan Buontempo) staqsa lill- Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jgħid xi proġetti għandu l-ministeru għar-rigward ta' toroq u żvilupp urban għal Bormla, l-Isla, il-Birgu, il-Kalkara, il-Fgura, Ħaż-Żabbar u x-Xgħajra?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT (Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq): Il-lista ta' toroq pproġettati li jsiru permezz ta' kuntratti li hemm bejn l-ADT u l- kunsilli lokali tinkludi:", "|Lokalit|Triq |Tul | |a' | | | |Bormla |Santa Liena |100m | | |Għajn Dwieli |240m | | |Ġdida |150m | | |Immakulata |150m | |Senglea|Dawret Ix-Xatt |360m | | |Vittmi | 60m | | |tal-Gwerra | | | |Kurċifiss | 75m | | |San Lawrenz | 65m | | |San Ġużepp |295m | | |Parti miż-żewġ |190m | | |mini | | |Żabbar |Sqaq Ġanton | 75m | | |Triq il-Berebies| 75m | | |L-Għakrux |200m | | |Sant Antnin |150m | | |Lia |100m |", "It-tenders li nħarġu din is-sena direttament mill-ADT jinkludu:", "|Lokalit|Triq | | |a' | | | |Fgura |Ix-Xemx u | 130 m | | |il-Qamar | | | |Triq il-Merhba | Road | | |c/w Triq |Works | | |Is-Summien | | | |Triq il-Misk | Road | | | |widening|", "Tenders li se joħorġu direttament mill-ADT huma dawn:", "|Żabbar |Triq |culvert| | |is-Santwarju | | |Kalkara/|Triq Gardiel |road | |Vittorio|Tax-Xewk |works | |sa | | | | | | | |Senglea |Triq it-Tarzna |Repair | | | |works |", "ĦAL QORMI - CULVERT", "9950.", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI (f'isem l-Onor.", "Clyde Puli) staqsa lill- Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari 4060, 5259 u 9837, jista' il-Ministru jikkonferma li l- awtorita' dwar it-trasport qed isserraħ ras ir-residenti ta' Triq l-20 ta' Jannar, Triq Gorg Borg u Triq Mifsud Ellul, kollha f'Ħal Qormi, li dan il- culvert ma jippreżenta l-ebda periklu meta nafu li l-ilma minn dan il- culvert jiżbokka f'xi residenzi?", "Jista' jikkonferma jekk dan il-culvert jgħaddix minn taħt bini eżistenti?", "Jista' ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l- pjanti ta' dan il-culvert?", "Meta tnaddaf l-aħħar dan il-culvert?", "Dan il- culvert jippreżenta xi periklu lir-residenti?", "X'assigurazzjoni jista' jagħti l-Ministru biex iserraħ ras l-istess residenti?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ninsab informat li l-għargħar fl-area msemmija huwa riżultat tas-sistema naturali tal-qlib ta' l-ilma fil-viċinanzi tal- Wied ta' Ħal Qormi.", "L-awtorita' dwar it-trasport irċeviet rapport dwar l- għargħar viċin dan il-culvert darba waħda biss, jiġifieri fil-maltempata tal-15 ta' Settembru, 2003.", "Kif diġa' kien ikkonfermat f'mistoqsija parlamentari preċedenti, dan il- culvert għaddej minn taħt residenzi li nbnew wara li kien tlesta l-culvert.", "Għalhekk jidher li r-responsabbilta' tar-residenzi msemmija għandha tiġi attribwita' lill-periti responsabbli minn dan il-bini.", "Biss l-ADT m'għandhiex pjanti eżatti ta' minn fejn għaddej dan il-culvert.", "Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tindif tal-culvert huwa responsabbilta' tal-kunsill lokali.", "TA' QALI PITKALIJA", "10236.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent: Jista' il-Ministru jinformana kemm se jkunu l-ispejjeż għall- bdiewa sabiex jagħmlu tajjeb għall-ispiża ta' grading u packing station fil- pitkalija ċentrali?", "Minn fejn se jibdew jinqatgħu dawn l-ispejjeż li jridu jħallsu l-bdiewa?", "Kemm se jkunu l-ispejjeż għall-bdiewa li jiggrejdjaw u jippakkjaw il-ħaxix u dawk li jagħmlu l-istess fil-każ tal- frott?", "ONOR.", "FRANCIS AGIUS (Segretarju Parlamentari)(f'isem il-Ministru għall- Affarijiet Rurali u Ambjent): Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat- tweġiba tiegħi għall-mistoqsija parlamentari 9572.", "Is-sitwazzjoni għadha bħalma kienet dakinhar.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Peress li la l-bdiewa, la l-oppożizzjoni u lanqas ħadd m'għandu informazzjoni dwar kemm se tkun l-ispiża meħtieġa għal dan il- grading u packing station, jista' il-gvern jagħtina ħjiel kemm se tkun din l-ispiża li naturalment imbagħad tkun trid tgħaddi fuq il-konsumatur?", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "FRANCIS AGIUS: Mr Speaker, il-mistoqsija tirriferi għall-ispejjeż ta' l-operat ta' grading u packing station.", "Qed isiru diskussjonijiet sew mal-bdiewa kif ukoll mal-pitkala, iżda fil-pożizzjoni li qegħdin bħalissa ma nistax nagħti aktar informazzjoni minn hekk.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jista' is-Segretarju Parlamentari jgħidilna meta jaħseb li se jkun f'pożizzjoni li jagħtina dan it-tagħrif?", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "FRANCIS AGIUS: Mr Speaker, fit-taħditiet li hemm għaddejjin mal- konsorzju tal-pitkala qegħdin jissemmew x'inhuma l-operating costs, għalkemm nista' nikkonferma li l-gvern se jkompli jassorbi għal numru ta' snin ammont sostanzjali mill-ispejjeż matul iż-żmien ta' transizzjoni.", "F'dan l-istadju naħsbu li ż-żmien li fadal biex nikkonkludu jista' jvarja xi ftit minn xahar għal xahrejn, pero' nittamaw li jkun hemm qbil bejn il- gvern, il-bdiewa u r-rappreżentanti tagħhom u l-pitkala sabiex tinħadem formula li tkun aċċettabbli għal kulħadd.", "BUSKETT – ENOTEKA NAZZJONALI", "10237.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jinformani għaliex il-kunsill lokali ta' Ħad- Dingli qatt ma ngħata ċ-ċavetta tal-mużew ta' l-inbejjed Maltin li hemm fil- Buskett sabiex it-turisti jkunu jistgħu jżuru dan il-post?", "ONOR.", "FRANCIS AGIUS (f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent): Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba tiegħi għall- mistoqsija parlamentari 10234.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Imma x'inhi r-raġuni li l-kunsill lokali ma ngħatax iċ-ċavetta biex sakemm isiru l-iżviluppi neċessarji, dan il-mużew ta' l- inbejjed Maltin jkun jista' jkompli jopera?", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "FRANCIS AGIUS: Id-dipartiment ta' l-agrikoltura tefa' applikazzjoni quddiem il-MEPA biex issir enoteka nazzjonali sabiex tibda tintuża għall-promozzjoni ta' inbejjed Maltin u Għawdxin.", "Għaldaqstant hemm il-ħtieġa li dan il-post - u allura anke ċ-ċwievet – jibqa' f'idejn il- gvern ċentrali.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Imma x'hemm ħażin jekk sakemm isiru l-iżviluppi neċessarji, il-post in kwestjoni jitnaddaf sabiex it-turisti kif ukoll dawk is-soċjetajiet li jorganizzaw ħarġiet kulturali u edukattivi għat-tfal ikollhom iċ-ċans jarawh?", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "FRANCIS AGIUS: Mr Speaker, ikun aħjar jekk il-ħarsien ta' l- affarijiet li hemm f'dan il-mużew jibqa' f'idejn il-gvern ċentrali.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, m'iniex qed ngħid li dan il-mużew m'għandux jibqa' f'idejn il-gvern ċentrali, imma sakemm il-gvern jiddeċiedi x'se jagħmel bih - peress li ilu mill-2001 jgħid li se jagħmel xi ħaġa u sadanittant dan il-post jinsab magħluq u qed iħammrilna wiċċna għax jinsab fi stat ta' degradazzjoni u anke nfestat bil-ġrieden - hemm ċans li almenu jikkonsidra li jerġa' jiltaqa' mill-ġdid mal-kunsill lokali ta' Had-Dingli biex dan il-post ma jitħalliex abbandunat?", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "FRANCIS AGIUS: Mr Speaker, f'dan l-istadju għaddejjin it- taħditiet ma' kull min huwa involut fl-ipproċessar ta' l-inbid, nies li għandhom in-know-how u li nemmnu li jistgħu jagħtu kontribut u għalkemm m'hijiex eskluża għal kollox il-proposta ta' l-Onor.", "Interpellant, sakemm il-ħsieb jibqa' li l-biċċa l-kbira ta' l-enoteka tkun immexxija bi qbil bejn l-għassara, se nibqgħu bl-istess policy li mexjin biha bħalissa.", "BUSKETT – ENOTEKA NAZZJONALI", "10238.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-mużew ta' l-inbejjed fil- Buskett jinbidel f'attrazzjoni turistika?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura) (f'isem il- Ministru għat-Turiżmu u Kultura): Ninsab informat li l-mużew li rrifera għalih l-Onor.", "Interpellent huwa taħt il-ħarsien tat-taqsima tal- vitikultura u l-enoloġija fi ħdan il-ministeru għall-affarijiet rurali u ambjent.", "Hemm il-ħsieb li dan il-post jingħata rwol aktar xieraq meta titwaqqaf l- enoteka nazzjonali Maltija.", "SUSSIDJU LIL BDIEWA", "10239.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent: Jista' il-Ministru jinformana bit-tibdil li sar dwar il-ħlas ta' sussidju li qed jingħataw il-bdiewa għall-ħxejjex u frott li jipproduċu?", "ONOR.", "FRANCIS AGIUS (f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent) Ninsab informat li wara diversi laqgħat ma' rappreżentanti tal- bdiewa, kien sar suġġeriment biex jinbidel il-metodu li bih kien qiegħed jiġi kkalkulat is-sussidju fuq il-ħaxix u l-frott.", "Dan il-metodu kien ibbażat kemm fuq il-piż kif ukoll fuq il-valur tal-prodott, bl-iskop li jiġi skoraġġit li jiddaħħlu prodotti ta' kwalità baxxa biex jikkwalifikaw għas-sussidju - dak li bl-Ingliż insejħulu dumping - u fl-istess ħin il- bdiewa jiġu mħajra jkabbru prodotti ta' kwalità tajba.", "It-tibdil issuġġerit kien li ma jibqax jiġi kkunsidrat il-valur tal-prodott iżda s-sussidju jiġi kkalkulat biss fuq il-piż tal-prodott ta' kull bidwi.", "Dan is-suġġeriment intlaqa' wara li ġie kkunsidrat li fil-ġimgħat li ġejjin se jiġu introdotti sistemi ta' grading, ippakkjar u spezzjonijiet.", "Id-dħul ta' prodotti inferjuri fil-pitkalija se jkun minimu.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jista' is-Segretarju Parlamentari jgħidilna kemm jammonta dan id-dumping li qed isemmi?", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "FRANCIS AGIUS: Mr Speaker, m'għandix din l-informazzjoni u għalhekk nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel mistoqsija bil-miktub.", "Pero' minn evalwazzjoni mhux kwantitattiva imma kwalitattiva, kien hemm complaints min-naħa tal-bdiewa u mill-1 ta' Ottubru bdejna nużaw din is- sistema.", "Ta' min jgħid ukoll li finalment il-gvern qiegħed joħroġ l-istess somma ta' flus.", "Jiġifieri fir-rigward ta' sussidju m'aħniex qed nixxaħħu għax huwa l- mod kif jitqassmu l-flus li huwa differenti.", "Jiġifieri qabel il-bidwi kien jista' jieħu ammont ta' flus fuq ċertu prodott f'ċertu żmien u din tvarja.", "Issa jieħu skond il-piż u din m'għandhiex tvarja.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jiġifieri d-dumping li jsir ikollu inqas piż jew iktar?", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "FRANCIS AGIUS: M'għandux x'jaqsam jekk id-dumping ikollux inqas piż jew iktar.", "Fil-bidu l-ħsieb kien li aħna nippromwovu dawk il-prodotti li jkunu ta' kwalita', jiġifieri li jkunu graded.", "Għalhekk kienet parti bbażata kemm fuq il-piż kif ukoll fuq il-valur li jġib il-prodott għax naturalment il-valur li jġib il-prodott ikun jirrifletti l-kwalita' tal- prodott, kif inhi s-sistema tal-pitkala.", "Pero' b'dan il-mod kien qed jiġri li għal ċertu biegħa ma kienx qed ilaħħaq ċertu valur.", "Allura fuq talba u wara pressjoni min-naħa tal-bdiewa ħsibna li t-tibdil issuġġerit ikun fuq il-piż tal-prodott, kif diġa' għedt fit-tweġiba.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Dan ifisser li l-gvern biddel il-prattika fil- pitkalija ċentrali?", "Għax normalment il-prezz jiddettah il-volum ta' xogħol li jidħol u mhux il-kwalita'.", "Inti jista' jkollok ġidra sabiħa ħafna pero' jekk ikollok kwantita' mhux ħażin bħalha, il-prezz se jitbaxxa.", "Imbagħad jista' jkollok ġidra kerha ħafna imma jekk ma jkollokx kwantita' kbira minnha, il-prezz se jogħla.", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "FRANCIS AGIUS: Iva, nerġa' ngħid li se nagħtu sussidju skond il- piż.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Meta ngħidu li l-gvern se jagħti sussidju skond il- piż x'irid ifisser biha?", "Għax inti dejjem skond il-piż li jkun daħal se tħallas.", "Jekk illum daħlet 20 tunnellata u għada se jidħlu 60 tunnellata, illum ta' dawk l-20 tunnellata se tħallas u l-għada tas-60 tunnellata.", "Allura jista' is-Segretarju Parlamentari jgħidli x'inbidel?", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "FRANCIS AGIUS: Mr Speaker, qabel is-sussidju kien ibbażat kemm fuq il-piż kif ukoll fuq il-valur tal-prodott.", "Issa se jkun biss fuq il-piż.", "It-tweġiba hija ċara.", "It-tibdil suġġerit kien li s-sussidju jiġi kkalkulat biss fuq il-piż tal-prodott.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jiġifieri issa l-prodott m'huwiex se jiġi graded?", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "FRANCIS AGIUS: Mr Speaker, il-valur ta' prodott li hu tajjeb diġa' se jġib valur għoli.", "Aħna hawnhekk qed nitkellmu fuq sussidju.", "Is- sussidju qabel kien qed jinħadem fuq il-valur u fuq il-piż, imma issa se jinħadem biss fuq il-piż.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Imma dan ifisser li jekk bidwi jdaħħal ġidra li ma fihiex valur u jdaħħal ġidra ta' valur, is-sussidju li se jieħu huwa l- istess għax skond il-piż.", "Dan li qed ngħidu?", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "FRANCIS AGIUS: Mr Speaker, il-grading ifisser li dawk il-prodotti li m'humiex ta' kwalita' m'humiex se jidħlu fil-pitkalija.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT (Kap ta' l-Oppożizzjoni): Imma allura jista' jispjega kif isir il-grading?", "Dan isir skond il-piż, skond id-daqs, skond il- kwalita' jew skond analisi tal-kontenut ta' ċertu tip?", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "FRANCIS AGIUS: Il-grading isir skond il-prodott.", "Jekk prodott jista' jitħassar malajr, il-grading isir fuq il-mod kif jidher l-oġġett.", "Il- kwalita' tal-prodott hija importanti.", "Għandna ukoll sistema fejn in-nies qegħdin jiġu trained kif għandu jsir il- grading - kemm jista' jkun dan se jagħmluh il-bdiewa stess – ħalli malli jaqtgħu l-prodott mill-għalqa tagħhom ...", "Għax ħafna drabi jekk prodott tmissu għal aktar minn darba jista' jiħżien aktar malajr.", "Allura f'ċerti każijiet il-grading irid isir mill-bidwi stess.", "Il-grading station ma tistax tagħmel il-grading tal-prodotti kollha li jidħlu fis-suq, għax kieku żgur li jkollna bottleneck u ma jkollniex sistema ta' flow tajba fil- pitkalija.", "Allura ċerti prodotti se jiġu graded fil-pitkalija imma ħafna minnhom iridu jiġu graded minn qabel.", "M'għandniex il-ħiseb li nneħħu s-sistema tal-pitkala pero' irridu ntejbuha, fis-sens li l-pitkal jrid jesebixxi l-prodott tiegħu ħafna iktar minn dak li qed jiġi esibit illum.", "Jiġifieri hemm sistema sħiħa ta' din ir-riforma fejn qed ninvolvu lir-rappreżentanti tal-bdiewa, ir-rappreżentanti tal- pitkala u l-gvern, b'dan ta' l-aħħar jibqa' l-major shareholder f'dan il- consortium li jrid imexxi l-pitkalija.", "Ħafna drabi l-mod kif isir il-grading huwa xi ħaġa suġġettiva ħafna u issa se jsir b'mod ħafna aktar professjonali għax peress li kien sar ftehim maċ- CIHEAM u ma' l-istitut ta' Bari, qed nieħdu l-pariri mingħandhom rigward din is-sistema.", "Għax anke pajjiż bħall-Italja li ilu membru ta' l-Unjoni Ewropea għal żmien twil – nieħdu ċ-ċentru ta' Fasano, minn fejn ġejjin dawn l-esperti - kien riċentement li daħħlu din it-tip ta' sistema.", "Jiena nemmen li din hija bidla ta' kultura għall-bdiewa u għall-pitkala li trid issir bil-mod u gradwalment.", "Fil-bidu kellna l-ħsieb li ladarba rridu nagħtu s-sussidju, dan nagħtuh skond il-valur u mhux biss skond il-piż biex kemm jista' jkun nevitaw id- dumping u allura nkunu qed nagħtu s-sussidju fuq dak kollu li jidħol mingħajr diskriminazzjoni.", "Il-bdiewa din ma riduhiex u pprotestaw fuqha u allura erġajna qed nagħtu s-sussidju skond il-piż.", "Pero' ħafna bdiewa qegħdin japprezzaw kemm huwa importanti l-grading u diġa' qegħdin jagħmlu l- grading tal-prodott.", "Huwa dak li nixtiequ aħna finalment għax dejjem ngħidu li ħafna drabi l-prodott fil-pitkalija ma jkunx ippreżentat sewwa, kif suppost jiġi ppreżentat il-prodott Malti.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, is-Segretarju Parlamentari qed jgħidilna li l-grading huwa bbażat fuq valur, fuq daqs, fuq visual inspection u ma nafx fuqhiex aktar.", "Imma l-grading huwa b'xi mod jew ieħor aġġornat għall-bżonnijiet ta' Malta?", "Għax jekk iġġibli grading ta' tuffieħa skond ma jiġri fin-north ta' l-Italja mod u jekk imbagħad iddaħħal tuffieħa ta' Belludja skond il-grading tan-north ta' l-Italja, mhux se jkun jagħmel sens għax it-tuffieħa ta' Belludja minnha nnifisha hija żgħira.", "Allura x'inhuma the objective dimensions tal-grading kif applikati hawn Malta u kif inhuma mbagħad relatati mas-sussidju?", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "FRANCIS AGIUS: Nirringrazzja lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni li qajjem dan il-punt għax hemm bżonn li wieħed jispjega kif isir il-grading u għal liema oġġettiv isir.", "L-ewwelnett irrid ngħid li fil-pitkalija jidħlu prodotti lokali u għalissa se nżommu ma' din il-linja.", "Dan ma jfissirx li ma jistgħux 'il quddiem jidħlu prodotti ta' barra.", "Jiġifieri s-sussidju huwa marbut mal-prodott lokali, Sur President.", "Jekk qed nitkellmu fuq it-tuffieħ ta' Belludja, ovvjament huwa t-tuffieħ ta' Belludja Malti.", "Jekk qed nitkellmu fuq il-ħass, per eżempju, għandek it-texture, għandek il-crispiness tiegħu u ovvjament kemm jidher li huwa frisk, skond il-weraq kif ikun magħmul u ffurmat.", "Jiġifieri kull prodott għandu l-parameters tiegħu.", "Jekk nitkellmu dwar il-patata l-istess, għandek il-forma u t-texture tagħha.", "Jiġifieri hemm numru ta' fatturi li mbagħad jiġu kkomunikati lill-bdiewa biex huma wkoll ikunu jistgħu jagħmlu l-grading skond il-parametri eżatti ta' kif wieħed jagħmel grading ta' kull prodott.", "Għax lill-bdiewa jista' jsirilhom training ta' kif jagħmlu dan il- grading u mbagħad il-valur ikun marbut mal-grade finali li jkun ingħata.", "Ovvjament ma jistax isir spezzjonar fuq kulma jidħol fil-pitkalija pero' isir fuq samples li jittieħdu mingħand bdiewa u pitkala differenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti u nsejjaħ lill-Ministru Ninu Zammit.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru tar-Riżorsi u Infrastruttura): Sur President, f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l- Intern, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar l-ikel provdut lill-immigranti illegali f'Malta li huma taħt il-kustodja tal-Pulizija, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 10270.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal- Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JIMPLIMENTA MIŻURI TA' L-ESTIMI", "BUDGET MEASURES IMPLEMENTATION BILL", "L-ordni għall-Kumitat ġie moqri.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor.", "Carmelo Abela, President tal-Kumitat, jippresjedi.", "Klawsola 13 – Sostituzzjoni ta' l-Ewwel, it-Tielet u r-Raba' Skedi ta' l- Att prinċipali (Kont.)", "Clause 13 – Substitution of the First, Third and Fourth Schedules to the Principal Act (Cont.)", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT (Kap ta' l-Oppożizzjoni): Sur President, ħalli nkomplu ftit fejn ħallejna l-bieraħ.", "Jekk fhimt tajjeb l-Onor.", "Tonio Fenech kien qed igħid li fuq is-sisa se titrikkeb il-VAT.", "Jista' jispjega x'inhi l-policy tal-gvern fuq din il-ħaġa għax kull darba qegħdin jgħidu li se jdaħħlu sisa ta' X% u mbagħad wara nirrealizzaw li on top of that ikun hemm 18% VAT ukoll.", "Naħseb li l-gvern aħjar ikun trasparenti dwar il-politika tiegħu vis-a-vis s-sisa u l-VAT għaliex qed indaħħlu feles ġdid issa fejn qed indaħħlu s-sisa u on top of that qed inżidu l-VAT!", "Min-naħa jgħidu li jridu jnaqqsu l-piż tat-taxxi fil-pajjiż u jżidu l- kompetittivita` u ħafna bluff fuq leave u mhux leave u mbagħad il-bieraħ staqsejt lill-ministru dwar kemm se jiżdied f'perċentwali l-piż minħabba s- sisa plus il-VAT u dan ma jafx!", "Il-gvern irid ikun ċar fuq kif qed jiggwida l-piżijiet tat-taxxi.", "Qed jitkellmu fuq sisa li għalkemm tidher ta' xi 3%, 4% jew 5%, qed tgħolli l-prezz b'iżjed minn hekk għax on top of that qed tiġi applikata l-VAT.", "X'inhi l-policy tal-gvern fuq din il-ħaġa?", "THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Naħseb li din m'hijiex kwestjoni ta' policy iżda hija kwestjoni tal-prattika ta' kif taħdem is-sistema tal-VAT u tas-sisa.", "Is-sistema tas-sisa tidħol mal-prodott kif jiġi importat mentri l-VAT tiżdied mal-prodott meta dan jiġi mibjugħ.", "Mela prodott jiġi importat u tiżdiedlu s-sisa u mbagħad il-VAT tiżdied fuq il-prezz finali.", "Din m'hijiex kwestjoni ta' policy iżda kwestjoni kif tinħadem is-sistema.", "Ma nistax nifhem għalfejn il-kap ta' l-oppożizzjoni qed isibha daqshekk bi tqila biex jifimha din.", "Kulħadd jaf kif taħdem il-VAT u s-sisa l-istess, Sur President.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Is-segretarju parlamentari qal li s-sisa tiġi ntrodotta fuq prodott importat.", "Dan ifisser li l-policy tal-gvern hija li s- sisa tinħadem fuq il-prodotti importati biss?", "ONOR.", "TONIO FENECH: Is-sisa tapplika għal diversi prodotti differenti.", "Fil-fatt din li daħlet fuq il-mobile telephony hija sisa u mhux marbuta ma' l-importazzjoni.", "Dak li għedt japplika fil-każ tal-fuel, per eżempju.", "Forsi l-kap ta' l-oppożizzjoni qed jipprova jagħti x'jifhem li l-gvern, b'xi mod, qed jipprova jaħbi kemm se jkun il-prezz finali tal-pitrolju għall-konsumatur.", "Dan mhux minnu għax f'paġna 18 fid-diskors tal-budget mhux biss għedna b'kemm se jiżdied imma għedna li se jiġi 34c4 kull litru.", "Dan juri li mhux veru li l-gvern qed jipprova jinganna lill-poplu billi jgħidlu li żied il-prezz bis-sisa u ma tahx il-prezz finali.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Aktar 'il quddiem nitkellmu fuq il-pitrolju u l-prezz li semma l-gvern imma ejja ħalli nistabilixxu xi ħaġa qabel dan għax is- segretarju parlamentari qiegħed ibiddel id-diskors.", "Skond dak li qal is- segretarju parlamentari, is-sisa tidħol mhux biss fuq prodotti importati biss imma anke fuq prodotti u servizzi lokali.", "Qed niftiehmu fuqha din?", "ONOR.", "TONIO FENECH: Tajt eżempju li s-sisa m'hijiex sistema ta' tassazzjoni għall-importazzjoni biss u fil-fatt semmejt dik tal-mobile telephony.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, imma kien is-segretarju parlamentari li semma s-sisa fuq l-importazzjoni u mhux jien!", "Għalhekk ma fhimtx u fittixt kjarifika.", "Jiġifieri issa qegħdin naqblu li l-gvern qed jara li s- sisa tista' tiġi applikabbli kemm fuq prodotti importati u kemm fuq prodotti lokali.", "Bażikament f'moħħ il-gvern, is-sisa kellha tkun xi flat rate jew percentage rate li tapplika fuq prodott li se jidħol għall-konsum.", "Qed niftiehmu?", "ONOR.", "TONIO FENECH: Jien tajtek dak l-eżempju fil-bidu għaliex konna qed nitkellmu speċifikament fil-każ tal-pitrolju.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Issa se nitkellem fuq dak li għandu x'jaqsam ma' kif tinħadem is-sistema.", "Jekk qed iddaħħal sistema ta' sisa plus VAT u qed tgħid li fuq prodott speċifiku se titlaq minn dak il-prezz - kif veru ntqal fil-budget speech li rrifera għalih is-segretarju parlamentari - allura dan ifisser li din se tkun capped jew le?", "Jekk il-prodott jogħla, kollox se jogħla 'l fuq miegħu?", "Jeħtieġ li l-gvern ikun ċar għaliex fil-budget speech li rrifera għalih is-segretarju parlamentari, ir-riferenza kienet li at this point in time dak se jkun il-prezz.", "Imma jekk jogħla l-prezz, kollox se jogħla?", "Jeħtieġ li l-gvern ikun ċar fuq din.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Is-sisa hi marbuta per 1000 litres u l-VAT titla' u tinżel skond il-prezz finali.", "Forsi l-kap ta' l-oppożizzjoni qed jirriferi għall-prezz tad-diesel li jitla' u jinżel skond is-suq.", "Jien ngħidlu li l- każ tal-pitrolju huwa l-istess.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: F'dak li għandu x'jaqsam ma' sisa bħala policy, il- gvern se jagħmilha dejjem f'rata fissa jew se jagħmilha bil-perċentwali f'ċertu areas?", "Fil-prodott li semmejt inti hemm flat rate, imma fuq prodotti oħra hemm percentage rate.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Jekk qed jirreferi għall-każ tal-pitrolju u għal dik il-lista li hemm fil-fourth schedule, din hija dejjem rata fissa u mhux perċentwali.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Qed nimxu ftit 'il quddiem.", "Jiġifieri hemm prodotti li fuqhom is-sisa hija flat rate fil-policy tal-gvern u hemm prodotti oħrajn fejn mhux bilfors hekk u għandna eżempji fejn mhux qed tkun hekk is- sisa.", "Qed niftiehmu jew le?", "THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Jien stess tajt l-eżempju tal-mobile telephony li fil- fatt hija 3%.", "Jiddependi mill-prodott.", "Fil-każ tal-fuel products, is- sistema tas-sisa adottata hija a flat rate per 1000 litres.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Mela l-policy tal-gvern hija li s-sisa fuq fuels se tkun flat rate u fuq prodotti oħra tista' tkun a percentage rate.", "Qed nifhem tajjeb?", "THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Il-policy tal-gvern hi li s-sisa japplikaha kif inhi l-aktar prattikabbli fil-każ tal-prodott jew servizz li nkunu qed nitkellmu fuqu.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Il-gvern għandu xi policy dwar kif is-sisa tidħol jew ma tidħolx fuq prodotti differenti?", "X'inhi d-decision rule li twasslek biex fuq it-telephony ikollok 3% sisa u fuq pitrolju jkollok flat rate?", "Hemm xi ħsieb warajha?", "Aħna qed nitkellmu fuq il-ħtieġa li dan il-pajjiż ikun kompetittiv u li ma ngħabbux l-ispejjeż fuqu kif qed jagħmel il-gvern il-ħin kollu.", "Tajjeb inkunu nafu kif qed jiġi deċiż kif jitgħabbew dawn l- ispejjeż.", "Dan li qed jagħmlu bħalissa hu li qed jgħabbu aktar spejjeż fuq il-pajjiż u dan għandu effett akbar mil-leave.", "Jekk ma tieħux ħsieb dan, m'għandekx għalfejn titkellem fuq il-kwestjoni tal-leave.", "Din hija xi ħaġa ċara.", "Jista' s-segretarju parlamentari jispjega fuq liema kriterji qed idaħħulha din il-ħaġa?", "Fuq ċerti prodotti qed tiddaħħal flat rate u mbagħad tgħabbulhom il-VAT ta' 18% u fuq prodotti oħra qed tgħabbulhom percentage rate u mbagħad tgħabbulhom il-VAT ukoll.", "Allura huwa tajjeb li nkunu nafu l-affarijiet u mhux fuq il-leave isemmulna il-1.2% għal 1.4% imbagħad fuq dawn l-affarijiet ma jgħidu xejn.", "Jien nistaqsi x'effett se jkollu dan kollu pero` nħalliha għal aktar 'il quddiem għax bħalissa qed nitkellem fuq dak li għandu x'jaqsam ma' kif qegħdin jagħmlu d-decision rules tagħhom.", "Jista' s-segretarju parlamentari jgħid kif qed jagħmlu d-decision rules tagħhom?", "Jista' jgħid x'inhu l-piż ta' dawn id-deċiżjonijiet fuq il-produttivita` tal-pajjiż?", "Dawn il- kalkolazzjonijiet għamiltuhom fuq tal-leave – għamiltuhom ħażin imma għamiltuhom – u naħseb li fuq dawn l-affarijiet għamiltuhom ukoll.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Naħseb diġa` għedt x'inhi l-policy tal-gvern meta jiġi biex jimplimenta s-sisa.", "Din hija l-prattiċita` ta' l-applikazzjoni tagħha u dan minħabba l-fatt li l-intenzjoni tagħna hi li meta napplikawha, tkun ta' l-inqas piż possibbli fuq l-operaturi.", "Nieħdu l-każ tal-mobile telephony.", "Kieku applikajna s-sisa b'rata fissa għat-telefonata kien ikun hemm problemi fuq numru ta' telefonati li jkunu mogħtijin b'xejn mill- operaturi.", "Kieku għamilna hekk, konna nwaħħlulhom sisa anke fuq dak li hu b'xejn.", "Allura s-sisa f'dak il-każ għamilniha bħala percentage rate ta' 3%.", "Li ma jagħmilx dan il-gvern hu li jqum filgħodu fil-budget u jiddeċiedi li jagħmel taxxa, per eżempju, fuq il-banek mingħajr ħadd ma jkun qed jistenniha kif kien għamel il-gvern Laburista fl-1998.", "Jekk tagħmel dawn l- affarijiet tbeżża' lil min jopera u jinvesti f'dak is-settur.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Apparti mill-polemika tal-banek li hemm ħafna x'tgħid fuqha, il-punt huwa dan.", "F'dak li għandu x'jaqsam mal-każ li għandna quddiemna, il-policy hi li timxi skond il-konvenjenza u l-prattiċita`.", "Għalfejn fuq id-diesel il-persentaġġ m'huwiex prattiku?", "Jekk is-segretarju parlamentari qed igħid li l-perċentwali hu aktar prattiku fuq il-mobile telephony, allura fuq id-diesel mhux aktar prattiku wkoll?", "ONOR.", "TONIO FENECH: In-normi internazzjonali huma li meta tapplika sisa fuq dan it-tip ta' prodotti, dejjem tapplikaha b'rata fissa u għalhekk għażilna li nagħmlu hekk.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Issa qegħdin indaħħlu parameter ġdid fid-diskussjoni tagħna u cioe`, in-normi internazzjonali.", "F'dak li għandu x'jaqsam mal- mobile telephony, x'inhuma n-normi internazzjonali?", "Jien informat li m'hemmx sisa fuq il-mobile telephony f'pajjiżi oħra.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Billi ma kienx hemm eżempji ta' din is-sistema allura l-gvern kellu jaħseb hu x'ikun applikabbli b'aktar mod prattiku u f'dak il-każ applikajna s-sistema tal-perċentwali.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jiġifieri f'dan is-setur, aħna qegħdin inkunu totalment innovattivi?", "Qegħdin ninnovaw fis-settur tat-taxxi u se nkunu l- ewwel pajjiż li ndaħħlu s-sisa fuq il-mobile telephony.", "Prosit!", "Qegħdin nagħmlu esperimenti ġodda.", "Qed nifhem tajjeb?", "Min-naħa qed igħidu li jridu jżidu l-kompetittivita` f'dan il-pajjiż u jridu jneħħu l-leave ħalli n-nies jipproduċu aktar, u min-naħa l-oħra qegħdin inżidulhom xi ħaġa li ħadd s'issa qatt m'għamel u cioe` jdaħħlu s-sisa fuq il-mobile telephony.", "Qed nifhem tajjeb?", "Tant m'hemmx mudelli fuq dan li għamluh bil-mudell tal- persentaġġ.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Ovvjament il-kap ta' l-oppożizzjoni se jifhimha kif jifhimha hu, pero` ma naħsibx li hija xi ħaġa ġdida għall-kap ta' l- oppożizzjoni li kultant jipprova jkun innovattiv f'dan il-qasam.", "Kulħadd jiftakar kif dan ipprova jivvinta sistema ta' tassazzjoni ġdida flok il-VAT u ħoloq is-sistema tas-CET li nafu li ħolqot rebus kbir fil-pajjiż.", "Aħna applikajniha bħala taxxa fuq settur żgħir ħafna u l-kap ta' l-oppożizzjoni applikaha fuq is-setturi kollha tal-poplu Malti u Għawdxi.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Mela qed naqblu li għandna innovazzjoni ġdida fit- taxxi billi ndaħħlu s-sisa b'perċentwali fuq il-mobile telephony?", "Qed naqblu fuqha din?", "Dan qed isir fi żmien meta suppost innaqqsu l-piżijiet fil-pajjiż.", "L-irrilevanzi se nneħħihom min-nofs u qed niffoka fuq il-ballun li għandna quddiemna.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Jekk il-kap ta' l-oppożizzjoni jrid issejħilha hekk, isejħilha hekk imma l-gvern għandu dritt li japplika s-sistemi ta' tassazzjoni u l-gvern iddeċieda li japplikaha b'dan il-mod.", "Nirrispetta l- fatt li lill-kap ta' l-oppożizzjoni forsi din m'għoġbitux pero` rridu ngħixu biha.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nista' ngħidlek li mhux lili biss m'għogbitx.", "Is- segretarju parlamentari qed jgħidilna biex ngħixu biha imma jrid jgħidilna kif!", "X'se jkun il-piż tagħha fuq l-ekonomija?", "Kemm se żżid l-għoli tal- ħajja?", "Tista' tagħtina l-workings tagħha.", "ONOR.", "TONIO FENECH: L-analiżi tal-gvern hi li billi dan il-prodott m'huwiex prodott essenzjali f'dik li hija kalkolazzjoni ta' l-għoli tal- ħajja u għalhekk minkejja li dan se jkollu impatt, ma naħsbux li se jaffettwa daqstant l-għoli tal-ħajja.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Skużi, aħna mhux fuq l-energy products li qegħdin fir- raba' skeda qed nitkellmu?", "ONOR.", "TONIO FENECH: Imma inti fuq il-mobile telephony staqsejtni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jiena fuq kollox qed nistaqsi.", "Qed nistaqsik x'inhuma l-piżijiet ta' dawn iż-żidiet fuq l-ekonomija.", "Tgħidlix li tar- raba' skeda m'għandhomx x'jaqsmu ma' l-ekonomija!", "Hemm il-leaded petrol, unleaded petrol, gas oil, biodiesel, heavy fuel oil, natural gas, liquid petroleum gas, methane, kerosene, electricity falling under CN Code 2716 u coal and coke.", "Skond is-segretarju parlamentari dawn m'għandhomx x'jaqsmu ma' l-għoli tal-ħajja u mal-produttivita`?", "ONOR.", "TONIO FENECH: Nixtieq niċċara li dawn m'humiex ġodda.", "Ħafna minn dawn ma ntmissux u huma l-istess rati li kien hemm is-sena l-oħra u s-sena ta' qabel.", "Dan sempliċement joħroġ minn skeda ġdida bl-update ta' fejn ikun inbidel.", "F'dan il-każ inbidlet ir-rata tal-pitrolju u kif spjegajt fl-emenda, ir- rata fuq il-fuel tal-vapuri tal-Gozo channel.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jien qed insemmilek xi affarijiet li qegħdin fl- iskeda għax inbidlu.", "Jiġifieri nbidel il-piż tagħhom inkella ma kellekx għalfejn toqgħod ittellagħhom hawn jekk baqgħu l-istess.", "Dawn se nerġa' nsemmihom: leaded petrol, unleaded petrol, gas oil, biodiesel, heavy fuel oil, natural gas, liquid petroleum gas, methane, kerosene, electricity u coal and coke eċċ. Dawn huma affarijiet li għandhom piż fuq l-ekonomija.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Dawn għandhom l-istess piż li kellhom is-sena l- oħra.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Grazzi, imma llum qed iżżidilhom il-piż!", "ONOR.", "TONIO FENECH: Illum żidna l-piż fil-każ tal-pitrolju biss!", "ONOR.", "ALFRED SANT: Le, skużi, mela l-leaded petrol mhux qed iżżiduh ukoll?", "ONOR.", "TONIO FENECH: Ir-rati tal-leaded petrol ma żidnihomx.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Mela għaliex daħħaltha hekk?", "ONOR.", "TONIO FENECH: Għax l-iskeda trid tbiddilha kollha kemm hi.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Mela ejja naħdmu hekk.", "X'inbidel fl-iskeda?", "ONOR.", "TONIO FENECH: Nerġa' nispjega li dak li nbidel minn din l-iskeda huwa l-kerosene u f'dak li għandu x'jaqsam man-navigation tajna rata irħas lill-vapuri tal-Gozo channel.", "ONOR.", "ALFRED SANT: X'inhu l-piż ta' dan kollu fuq l-għoli tal-ħajja?", "Għandek estimi?", "ONOR.", "TONIO FENECH: Diġa` spjegajt il-bieraħ li l-gvern, qabel ma ddeċieda din il-miżura, għamel stħarriġ biex jara l-impatt ta' din il- miżura u kemm fil-fatt il-pitrolju jintuża għall-konsum fid-djar tan-nies.", "Fil-fatt irriżulta li 35% tal-familji Maltin biss jużaw il-pitrolju f'darhom u minn dawn il-35%, hemm 37% minnhom li jużaw il-pitrolju biex isaħħnu d-dar.", "Billi l-gvern jirrikonoxxi li fost dawn, jista' jkun hemm persuni li għandhom bżonn jiġu kkumpensati minħabba li qegħdin fil-faxxa batuta tas-soċjeta` tagħna, aħna tajna kumpens ta' Lm14.", "Jien infakkar lill-kap ta' l-oppożizzjoni li fil-budget li ressaq l-Onor.", "Leo Brincat fl-1998, il-gvern tiegħu wkoll kien ħa l-istess deċiżjoni u dakinhar għolla l-prezz tal-pitrolju daqs il-prezz tad-diesel u r-raġuni li taw dakinhar kienet l-istess raġuni li dan il-gvern qed jagħti llum.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Leo Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, huwa veru li dakinhar għollejna l- prezz tal-pitrolju daqs il-prezz tad-diesel imma s-segretarju parlamentari mhux qed isemmi kemm-il darba żdied il-prezz tad-diesel mill-elezzjoni ġenerali sal-lum.", "It's a very unfair comment.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Dawn it-tip ta' diskussjonijiet dejjem hekk qed isiru.", "Jikkomparaw il-livell ta' prezz ta' tmien snin ilu mal-livell tal- prezz tal-lum u dan meta m'huwiex il-każ.", "Il-prezzijiet prevalenti llum huma ħafna iktar differenti mill-prezzijiet ta' dak iż-żmien.", "Dan kollu logħob bil-mirja.", "Jien se nkompli bil-punt tiegħi u l-punt tiegħi jibqa' dan.", "Jista' jgħidilna x'inhu l-impatt ta' dan kollu fuq il-kompetittivita` u l- produttivita` fil-pajjiż?", "Il-pitrolju ma jużawhx biss familji u anzjani li wħud minnhom naf bihom jien imma jużawh ukoll kumpanniji, lukandi u fabbriki tat-tiġieġ fost oħrajn.", "Jista' jgħidilna l-piż ta' dan kollu fuq il-produttivita` u l-kompetittivita` u x'kalkoli għamel il-gvern?", "Fuq il- leave għamilhom il-kalkoli u allura fuq din nassumi li għamilhom ukoll!", "Il-pitrolju jintuża mhux biss mill-familji imma jintuża wkoll fl-ekonomija, jintuża mil-lukandi u mill-fabbriki li jrabbu l-majjali u t-tiġieġ aktar u aktar fiż-żmenijiet tal-lum bil-kesħa li qed tagħmel!", "X'kalkoli għamel il- gvern fuq kemm dan se jaffettwa l-produttivita` u l-kompetittivita` tal- pajjiż?", "ONOR.", "TONIO FENECH: Sur President, naħseb li dan il-punt eżawrejnieh il- bieraħ.", "Domna siegħa niddiskutu dwaru u kien hawn kummenti minn diversi membri oħra mill-oppożizzjoni.", "Tajjeb li nfakkar li l-intenzjoni tal-gvern meta ddeċieda li ma jgħollix il-pitrolju bħalma kien qed jgħolli d-diesel kienet biex jassisti lil dawk il-familji li kienu qed jużaw il-pitrolju biex isaħħnu darhom.", "Illum jirriżulta li ftit huma dawk il-familji li jagħmlu dan u allura l- gvern m'għandux jibqa' mistenni li jissussidja dan il-prodott.", "Kif għedt il-bieraħ, nifhem li jista' jkun hemm setturi li kienu qed jużaw dan il- prodott għax rawh irħis.", "Mhux qed ngħid li kienu qed jagħmlu ħażin għax għamlu dan għax la l-gvern kien qed joħorġu bi prezz irħas, dawn gawdew minn dak iż-żmien sal-lum.", "Pero` min-naħa l-oħra hemm nies oħrajn li jikkompetu fl-istess settur li ma kenux qed jużaw il-pitrolju imma kienu qed jużaw prodotti oħrajn li għolew minħabba s-sitwazzjoni tas-suq.", "Fil-każ ta' l-elettriku, per eżempju, dawn intlaqtu mis-surcharge.", "Għaldaqstant il-gvern ma setax jibqa' jiddiskrimina a favur ta' min juża l- pitrolju.", "Ma naħsibx li f'suq ekonomiku u liberu fejn għandu jkun hemm kompetizzjoni ġusta, il-gvern għandu jħalli dan.", "L-unika raġuni għaliex il-gvern kien qiegħed jissussidja l-pitrolju kien minħabba l-konsum tiegħu mill-familji Maltin.", "Jekk kien hemm ħaddieħor li kien qed juża dan il-fuel għal raġunijiet oħra, infakkruh li l-għan tas- sussidju ma kienx dak.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, ħalli nerġa' nistaqsi l-mistoqsija tiegħi għax bir-rispett kollu ma ngħatajtx risposta.", "Il-gvern għamel impact study dwar it-tneħħija tal-leave fuq il-produttivita` tal-pajjiż u qalulna li jekk jitneħħew numru ta' ġranet leave, ikollna improvement fil- produttivita` ta' bejn 1.4% u 1.8%.", "Dan juri li sar studju u ma nidħolx fil- mertu jekk hux tajjeb jew ħażin f'dan l-istadju.", "Issa jiena naħseb li sar l-istess studju fuq iż-żieda tal-pitrolju li ċertament se jaffettwa faxex interessanti ta' l-industrija tal-produzzjoni f'Malta.", "Kif se tiġi affettwata l-produttivita` tal-pajjiż?", "Dan l-istudju sar?", "Jekk sar, x'inhuma r-riżultati tiegħu?", "Xejn aktar u xejn inqas!", "ONOR.", "TONIO FENECH: Nerġa' nirrepeti lill-kap ta' l-oppożizzjoni li l- istudju li sar kien jikkonċerna proprju s-settur li għalih il-pitrolju kien qed jiġi sussidjat, jiġifieri l-familji li kienu jużaw il-pitrolju biex isaħħnu darhom.", "Għaliex?", "Għax dik kienet ir-raġuni għaliex kien qed jingħata s-sussidju fuq il-pitrolju u mhux biex nissussidjaw xi operaturi ekonomiċi.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jiġifieri qed nifhem tajjeb jien li ma sarx impact study ta' din iż-żieda tal-pitrolju fuq il-produttivita`?", "Ma sarx dan?", "ONOR.", "TONIO FENECH: Jekk il-kap ta' l-oppożizzjoni jrid jikkonkludi dan, jikkonkludih.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Bir-rispett kollu, dan huwa stat ta' fatt.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Bir-rispett kollu nerġa' ngħid li l-gvern ma kellu l- ebda responsabilita` li jagħmlu dan għax l-iskop tal-politika tiegħu ma kienx dak li jissussidja l-pitrolju biex jużawh l-operaturi ekonomiċi.", "As simple as that!", "ONOR.", "ALFRED SANT: Mela l-gvern fuq il-leave għandu responsabilita` li jagħmlu dan!", "Sar jew ma sarx!", "Igħidilna li ma sarx!", "ONOR.", "TONIO FENECH: Jien kif nista' nagħmel impact study fuq xi ħaġa li l-operaturi mhux suppost qed jużaw?!", "ONOR.", "ALFRED SANT: X'jiġifieri mhux suppost jużaw!", "Mela l-prodott kien bil-kutrabandu!", "Issa aħjar ukoll!", "Mela kien kuntrabandu issa!", "Jiġifieri min kien qed juża l-pitrolju mhux suppost kien qed jużah!", "Min irabbi t- tiġieġ u kien qed juża l-pitrolju mhux suppost li kien qed jużah!", "Min għandu reverse osmosis plant u qed juża l-pitrolju mhux suppost jużah!", "Issa aħjar din!", "U l-bakeries!", "Kun koerenti Sur Segretarju Parlamentari!", "ONOR.", "TONIO FENECH: Jekk dak li jkun irid jużah, għandu kull dritt jużah u jekk irid, jibqa' jużah imma l-gvern m'għandu l-ebda obbligu li jissussidjah għal dak il-għan!", "ONOR.", "ALFRED SANT: Mhux dak l-argument!", "ONOR.", "TONIO FENECH: Dażgur li dak l-argument!", "ONOR.", "ALFRED SANT: Qed nistaqsik jekk sarx studju fuq l-impatt ekonomiku ta' din il-miżura bħalma sar fuq il-leave.", "Fuq il-leave domtu ttambru li għamiltu l-istudju u ilkom tgħidu bil-1.4% jew l-1.8%.", "Allura fuq din tal- pitrolju għamiltu jew m'għamiltuhx impact study?", "Igħidli li m'għamiltuhx u nkunu nafu li m'għamiltuhx!", "Toqgħodx iddur mal-lewża!", "ONOR.", "TONIO FENECH: Nerġa' nirrepeti lill-kap ta' l-oppożizzjoni li l- gvern għamel l-istudju tiegħu fis-settur li kien jikkonċerna dan is- sussidju.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Mela qed nifhem tajjeb.", "Ma sarx impact study fuq is- settur ekonomiku!", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Peress li s-segretarju parlamentari semma d-diesel, jista' dan igħidilna kemm għola d-diesel f'din l-aħħar sena u jekk hux se jkompli bis-sistema ta' aġġustament tal-prezzijiet fuq id-diesel u fuq fuels oħra?", "Jekk ma jogħliex id-diesel, se jibqa' kif inhu l-prezz?", "Jekk jorħos se jagħmel aġġustament ieħor bħalma għamel diġa`?", "ONOR.", "TONIO FENECH: Le, ma fadalx aġġustamenti x'isiru u l-prezz tad- diesel jitla' u jinżel biss jekk jitla' u jinżel il-prezz fis-suq internazzjonali.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Is-sitwazzjoni hija l-istess fuq fuels oħra?", "ONOR.", "TONIO FENECH: Safejn naf jien iva pero` m'iniex responsabbli minn dan is-settur.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jista' allura s-segretarju parlamentari jgħidilna daqsxejn x'aġġustamenti saru f'din l-aħħar sena u jgħidilna kif għola d- diesel u kif għola wkoll il-fuel li tuża l-Enemalta?", "ONOR.", "TONIO FENECH: Kieku kelli l-informazzjoni ma kont niddejjaq xejn li nagħtiha.", "Illum qegħdin niddiskutu l-elementi tal-liġi dwar il-miżuri tal-budget u qegħdin fir-raba' skeda u allura żgur li wieħed m'għandux jistenna li jkolli din l-informazzjoni fuqi.", "Allura jien nistieden lill- Onor. Joe Mizzi jagħmel din id-domanda lill-ministru responsabbli mis- settur.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Aħna nafu li l-Enemalta timporta wkoll id-diesel li jingħata lill-bastimenti u li fuqu hemm kondizzjonijiet speċjali.", "Jista' s- segretarju parlamentari jispjegalna eżatt x'miżuri se jittieħdu biex ma jkunx hemm min jabbuża u jagħmel kutrabandu minn fuq dan id-diesel?", "ONOR.", "TONIO FENECH: Kif ħabbarna fil-budget, is-sistema nbidlet u tajna d-dettalji.", "Illum kulmin jixtri d-diesel mill-Enemalta ma jixtrihx aktar duty-free imma wara li jixtrih u jħallas id-duty, jitlob refund lill- customs department u jekk ikollu dritt għalih – ikun operatur ta' vapur, per eżempju - jieħdu.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mela sewwa, dan issa jrid jitlob ir-refund.", "Allura x'jiġri jekk wieħed imur jagħti d-diesel lil dan il-bastiment u minflok 200 tunnellata, jieħu inqas imma jitlob refund fuq 200 tunnellata?", "Hemm xi sistema fejn wieħed jista' jkun jaf kemm wieħed ikun ħa eżatt?", "ONOR.", "TONIO FENECH: Huwa diffiċli biex hawnhekk nispjega l-proċeduri kollha tad-dwana pero` d-dwana għandha l-metodi u l-istrutturi tagħha sabiex tassigura li ma jkunx hemm abbuż mis-sistema.", "Jidher ċar li billi l- operatur irid iħallas id-duty, issa huwa aktar diffiċli li jsir abbuż f'dan is-sens.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jista' s-segretarju parlamentari jispjega d-differenza bejn is-sistema ta' qabel – dik li fiha kien hemm dak l-abbuż tad-diesel; hawnhekk nixtieq li jgħidilna wkoll kemm kien l-ammont li ġie ffrodat lill- gvern – u s-sistema li qed tintuża llum?", "ONOR.", "TONIO FENECH: L-ewwelnett il-fatt li nqabad juri li d-dipartiment għandu sistemi ta' kontroll biex jaqbad lil min jipprova jabbuża.", "Id-differenza bejn is-sistema preżenti u s-sistema ta' qabel hija li fil- passat min kien jagħmel il-frodi kien possibbilment il-bniedem li jwassal id-diesel u allura kien jibbenefika hu minn dak l-abbuż.", "Illum biex jabbuża mhux biss irid ikun hemm ftehim ma' sid il-vapur imma jrid ikun sid il-vapur li jitlob dan.", "Jien m'għandix dubju li s-sidien tal-vapuri mhux se joqogħdu jipprovaw jiffrodaw lill-gvern Malti għall-benefiċċju ta' l-individwu li kien qed jibbenefika qabel!", "Is-sistema fiha nnifisha tiskoraġġixxi dan anke għaliex aħna nafu li ħafna drabi l-kumpannija li topera l-vapur ma jkollhiex kuntatt dirett mad-distributuri li ħafna drabi jkunu differenti.", "Allura issa m'għadhiex sitwazzjoni ta' sempliċement firma fuq karta biex taparsi minn 20 ħadt 200 u li lill-kumpannija ma tiswiha xejn, imma jekk dik il- kumpannija se tiffirma li tkun ħadet 200, trid effettivament l-ewwel tħallas il-200 u mbagħad tagħmel il-claim u dan jista' joħloq problemi fil- cashflow tagħha.", "Agħar minn hekk, trid tiftiehem ma' dak li jwasslilha ż- żejt lill-vapur u s-sistema ssir ħafna aktar ikkumplikata u diffiċli.", "Il- ftehim issa jrid ikun bejn it-tnejn – il-kumpannija u dak li jwassal id- diesel - u mhux biss ikun involut dak li jwassal id-diesel.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mela s-segretarju parlamentari qed jgħid li xorta jista' jsir abbuż imma issa dan huwa aktar diffiċli minn qabel.", "Dan qal ukoll li l-kumpanniji huma serji u m'humiex lesti li jabbużaw.", "Mela qabel min kien jabbuża jekk kienu l-kumpanniji stess li jiffirmaw?", "X'differenza hemm?", "Mhux il-kumpanniji wkoll kienu qed jabbużaw la kienu qed jiffirmaw u kien ikun hemm il-firma tal-kaptan tal-bastiment?", "Xi problema se jkun hemm jekk ikun hemm bastiment 'il barra mit-territorial waters u joħroġ bastiment biex jagħtih id-diesel?", "X'inhi s-sitwazzjoni jekk joħroġ 'il barra mit-territorial waters?", "Hemm dawn il-kondizzjonijiet ukoll jew hemm xi differenza biex wieħed ikun jista' jagħti d-diesel lill-bastiment 'il barra mit-territorial waters?", "ONOR.", "TONIO FENECH: Jekk l-Onor.", "Mizzi għandu f'moħħu xi sistema li hija foolproof u li m'hemmx lok għal abbuż minnha, jien lest li nisma' dwarha biex naraw kif nistgħu nimplimentawha.", "Ir-realta` hi li għad irridu nsibu sistemi fid-dinja li huma perfetti u foolproof.", "Li hu ċert hu li bla dubju ta' xejn is-sistema kif inhi mħaddma llum tiskoraġġixxi u tnaqqas ħafna aktar il-possibilita` ta' abbuż għaliex filwaqt li qabel persuna setgħet tiffirma mingħajr ma' kellha ebda responsabilita`, illum min jiffirma jrid jidħol għal ħafna aktar responsabilita` għax l-ewwel irid iħallas għal dak id-diesel li jinxtara, li qabel kien duty-free.", "ONOR.", "JOE MIZZI: La s-segretarju parlamentari qal li l-abbuż jiġi mill- kumpannija li tissupplixxi l-fuel għall-bunkering u ladarba waħda mill- kumpanniji li tagħmel dan hija proprju sussidjarja ta' l-Enemalta, jista' jgħid għalfejn il-gvern ma ħariġx jgħid pubblikament x'ġara u ma ġarax f'dak il-każ ta' frodi li semmejt?", "B'kemm ġie ffrodat il-poplu Malti u Għawdxi u min kienu l-persuni nvoluti?", "ONOR.", "TONIO FENECH: Nista' nagħti assigurazzjoni lill-Onor.", "Joe Mizzi li l-operatur li kien inqabad kien operatur privat u ma kien hemm l-ebda involviment mill-gvern.", "Ikun tajjeb li ngħid ukoll li kif spjegajt il- bieraħ, id-diesel li kien inxtara duty-free fil-fatt ma kienx ġie wżat għaliex fl-operazzjoni li saret, dan ġie ssekwestrat u allura l-poplu Malti ma ġiex iffrodat għax dan ma laħaqx bigħu u għamel il-qligħ minnu.", "Dan il- fuel ġie ssekwestrat għax kien se jintuża għall-affarijiet li ma kenux intiżi li jużaw duty-free diesel.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Is-segretarju parlamentari qed igħid li operatur privat kien involut imma jien nistaqsi: Ta' min kien il-bastiment?", "Ta' kumpannija privata wkoll jew kien hemm kumpannija li għandha sehem fiha l-Enemalta jew il-gvern?", "Mhux fuq min akkwistah qed nistaqsi iżda min kien qed iqassam il- fuel għall-bunkering.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Is-sitwazzjoni hija ftit differenti minn kif qed jagħmel il-mistoqsija l-Onor.", "Mizzi għaliex fir-realta`, il-korporazzjoni Enemalta jew is-sussidjarja tagħha ma kenitx tagħti l-fuel direttament lill- vapur partikolari imma l-operatur kien jixtri l-fuel, jieħdu fid-depot li jkun awtorizzat li jbigħ duty-free fuel u mbagħad dan ibigħu lill-yachts jew vapuri li huma eliġibbli sabiex jieħdu d-duty- free fuel.", "F'dan il-każ il-fuel ma marx f'dak id-depot li suppost mar fih imma dan ħadu f'post ieħor u b'hekk inqabad li kien se juża' l-fuel għal skop differenti minn dak li għalih ingħata dak il-fuel.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Allura f'dan il-każ x'kien is-sehem tal-MOBC?", "ONOR.", "TONIO FENECH: Jien ma nafx jekk kenitx l-MOBC li tatu l-fuel imma jekk kienet l-MOBC, sempliċement tatu l-fuel b'bona fide li dan il-fuel kien se jużah għall-iskop li għalih tkun tatulu.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Allura għalfejn tkeċċa bniedem mill-MOBC jew għallinqas ġie sforzat li jitlaq wara dan il-każ?", "ONOR.", "TONIO FENECH: Sur President, m'iniex daqshekk informat dwar dak li qed igħid l-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: F'każijiet bħal dawn, huwa fl-interess tal-poplu li nkunu nafu r-realta` għaliex l-istorja m'hijiex ċara daqskemm qed jgħid is- segretarju parlamentari.", "Qed ngħid dan għax inġibdet l-attenzjoni biex il- gvern ħa l-passi u fil-fatt diversi ministri baqgħu jinnegaw li kien hemm dan l-abbuż għaliex kien għadu ma ħareġ xejn fiċ-ċar qabel ma saru xi interventi min-naħa ta' l-oppożizzjoni.", "Allura kif jista' jispjega s- segretarju parlamentari li ma kien hemm l-ebda kumpannija oħra involuta jew li ma kien hemm l-ebda persuna responsabbli minn entita` li għandu sehem fiha l-gvern?", "ONOR.", "TONIO FENECH: Nista' nserraħ moħħ l-Onor.", "Joe Mizzi li l-gvern kien ilu jagħmel monitoring tas-sitwazzjoni u meta kien il-mument propizju ħa azzjoni.", "Ovvjament il-gvern ma joqgħodx jgħid fil-pubbliku li jkun qed jagħmel monitoring dwar ċirku li jista' ikun illegali għax inkella dak iċ- ċirku jieqaf jopera.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Qed nifhem sew li s-segretarju parlamentari qed igħid li dawk li kienu qed jabbużaw inqabdu?", "ONOR.", "TONIO FENECH: F'dan il-każ partikolari, iva.", "ONOR.", "JOE MIZZI: M'hemmx każijiet oħra?", "ONOR.", "TONIO FENECH: Safejn naf jien, każ b'sustanza bħal dan, dan biss kien hemm pero` billi konna konxji li jista' jkun hemm lok għall-abbużi simili, ħadna din id-deċiżjoni.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sur President, nafu wkoll li hemm min jieħu l-fuel duty- free għax igħid li ħiereġ 'il barra mit-territorial waters u sejjer għal xi pajjiż ieħor, jitlaq għal xi żmien barra mill-port u jerġa' jidħol lura!", "Dawn l-abbużi ma nqabdux?", "Allura għad hemm lok ta' l-abbuż u m'hemmx biss l-abbużi li semma s-segretarju parlamentari biss.", "Naħseb li min jifhem fil- maritime u fil-yachting jaf sew x'qed ngħid u jaf li qed ngħid il-verita`!", "ONOR.", "TONIO FENECH: Jekk l-Onor.", "Mizzi għandu xi informazzjoni dwar xi ċirku illegali ieħor, jien napprezza jekk jgħaddili l-informazzjoni biex il- gvern jagħmel l-investigazzjonijiet meħtieġa.", "Nerġa' nirrepeti li d-deċiżjoni li ttieħdet fil-budget, ittieħdet proprju għaliex aħna konxji li s-sitwazzjoni kif kienet setgħet toħloq lok għall- abbuż u ma neskludix li kien hemm min ipprova u rnexxielu jabbuża mis- sistema u ma nqabadx!", "M'hijiex xi ħaġa ta' barra minn hawn li dan jiġri u għalhekk il-gvern ħa d-deċiżjoni li jbiddel kompletament is-sistema ta' kif ibigħ id-duty-free diesel.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Is-segretarju parlamentari qal li d-dwana għandha l- mezzi u qed tissorvelja dawn l-affarijiet.", "Allura kif dan issa qed jistaqsini jekk hemmx xi informazzjoni li nista' ngħaddilu?", "Allura lanqas jaf b'dawn l-affarijiet!", "Jekk id-dwana qiegħda tissorvelja, m'għandix għalfejn insemmihom jien l-affarijiet u suppost dawk li qed jabbużaw, inqabdu!", "Jista' jgħidilna x'tip ta' sorveljanza qed issir?", "Dan li qed jingħad li fil-każ tad-diesel kien xi każ wieħed li qabduh m'hu veru xejn!", "Kien hemm każi ta' bastimenti li ffirmaw li ħadu ċertu ammont ta' diesel meta fil-fatt ma ħadux.", "Forsi parti biss inqabdet fid-depot!", "Jistgħu jgħidulna kif id-dwana investigaw u kif skoprewh lil dan għax ma nafx kif wieħed jista' jiskoprih?", "ONOR.", "TONIO FENECH: Nerġa' ngħid li l-informazzjoni li donnu għandu l- Onor. Mizzi, jien m'għandix.", "Quddiem il-liġi l-Onor.", "Mizzi għandu obbligu li jekk jaf b'xi ċirku illegali, dan għandu jirrapporta lill-awtoritajiet kompetenti.", "Ma jistax jgħid li mhux se jirrapporta għax jippretendi li d- dipartiment konċernat jaqbad iċ-ċirku li jaf bih l-Onor.", "Mizzi!", "ONOR.", "JOE MIZZI: Nerġa' ntenni li dak li spjegajt jien, l-awtoritaijiet jafu bih u allura m'għandix għalfejn ngħidilhom!", "Is-segretarju parlamentari qal li l-awtoritajiet għandhom il-mezzi u jagħmlu l-monitoring.", "Mela allura suppost qed jagħmlu l-monitoring!", "Se jgħidulna x'monitoring qed jagħmlu?", "Wieħed jasal biex jagħti l-informazzjoni imma mbagħad jirriżultalu li meta jagħti l-informazzjoni, il-persuna li tkun involuta u l-ammonti ffrodati jiġu mistura għal xi raġuni.", "Bilfors il-poplu jitlef il-fiduċja!", "Hawnhekk intqalet storja ta' xi ħadd li kien qed iżomm il-fuel imma nerġa' ntenni, skond l-istejjer li ngħataw, li dik mhux l-istorja kollha u s- sistema tal-bunkering kienet ilha tiġi ffrodata għaliex kien jiġi ddikjarat li xi bastimenti kienu jieħdu ammont ta' bunkering mentri hemm bastimenti li dak l-ammont ta' bunkering ma jistax ikun li ħaduh għaliex kienu għadhom ġejjin minn postijiet oħra fejn ħadu l-bunkering ukoll u allura ma kellhomx fejn ipoġġuh dak il-fuel kollu.", "Ġew investigati dawn il-każijiet li qed insemmi jien?", "ONOR.", "TONIO FENECH: L-Onor.", "Mizzi qalli biex nispjega s-sistemi li għandhom il-kontrolluri tad-dwana, il-pulizija u l-istrutturi l-oħra li hawn fil-pajjiż.", "Kieku għandi bank li għandi d-deheb fih u għandi camera biex nissorvelja dak id-deheb, jiena ma ngħidlekx fejn qiegħda dik il- camera għaliex l-għada xi ħadd jista' jieħu azzjoni biex jevita dik il- camera u jisraq id-deheb.", "Ma tarax li jiena f'din il-Kamra se noqgħod nispeċifika l-proċeduri u s-sistemi ta' kif id-dwana tikkontrolla jekk hemmx abbużi jew le!", "Kieku kelli nagħmel hekk, min qed jismagħni jieħu l- ideat ta' kif se jdur mas-sistema biex ma jinqabadx!", "L-investigazzjonijiet jeżistu u tant jeżistu li nqabdet konsenja sinifikanti.", "Hawnhekk ikun tajjeb li niddistingwu li numru ta' trakkijiet li marru ġo depot li mhux suppost, huwa ħafna aktar serju minn sempliċement ammont li ġie ffirmat.", "Mhux qed ngħid li dak mhux serju wkoll.", "Biddilna s-sistema għaliex dak huwa serju imma dak huwa diffiċli ħafna biex taqbdu.", "Aħna biddilna s-sistema biex nagħmluha diffiċli għal min kien qed jopera dik it-tip ta' sistema biex ikompli jagħmel dan.", "Kieku mhux għax irrikonoxxejna li kien hemm l-abbuż, kieku ma biddilniex l- istruttura kollha kemm hi.", "Il-gvern qed jikkonferma li kien konxju li kien qed jiġri l-abbuż u ħadna l-azzjoni biex dan inwaqqfuh.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Is-segretarju parlamentari qed igħid li ma kienx hemm abbuż minn bastimenti li ffalsifikaw ċerti affarijiet għax niżżlu li ħadu ċertu ammont u fir-realta` ma ħadux daqshekk imma dan ħadu ieħor.", "Jien hekk qed nifhmu li qed igħid.", "Għalhekk nerġa' nistaqsih: Kemm-il każ ġie investigat fejn bastiment talab li jieħu diesel?", "Kemm ġew investigati każijiet ta' bastimenti li kienu ġejjin minn barra li kellhom il-fuel fuqhom u kemm iddikjaraw li ħadu fuel minn Malta?", "Hemm bastimenti li ħadu diesel aktar milli jesgħu t-tankijiet tagħhom jew inkella inqas?", "ONOR.", "TONIO FENECH: Nistieden lill-Onor.", "Joe Mizzi jagħmel mistoqsija parlamentari jekk irid dawn id-dettalji.", "Jien ma jkollix fuqi dawn it-tip ta' dettalji meta nkun qiegħed niddiskuti emendi tal-liġi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Qed niddiskutu emendi ta' liġi fejn hemm involut il- bunkering li jingħata lill-bastimenti.", "Hawnhekk ma jkunx hemm taxxa u sisa fuqhom filwaqt li l-poplu jħallas s-sisa.", "La l-poplu jħallas is-sisa għandu dritt li jara li ħaddieħor ma jiffrodahx għax jekk dan jiġri, ibati l-poplu u jbati l-pajjiż.", "Issa nafu li kellna każ ta' xi ħadd li ffroda u li l- ismijiet ta' dawn in-nies baqgħu mistura.", "X'inhi r-raġuni?", "Għaliex dawn l- ismijiet baqgħu mistura?", "Forsi dawn huma xi nies tal-qalba li l-partit Nazzjonalista huwa obbligat lejhom?", "Jekk is-segretarju parlamentari qed igħid li m'hemmx każijiet oħra ħlief dak il-każ li semma', jista' dan jaċċertani li ġew iċċekkjati l- bastimenti li ħadu d-duty-free diesel minn hawn Malta li meta tara kemm kellhom fuel fit-tankijiet qabel ma ġew Malta u tara kemm iddikjaraw li ħadu fuel minn Malta, tinduna li dak il-fuel kollu ma joqgħodx fit- tankijiet tagħhom?", "ONOR.", "TONIO FENECH: Sur President, jien nifhem ix-xewqa ta' aktar informazzjoni min-naħa ta' l-Onor.", "Joe Mizzi imma billi qed nitkellmu fuq il-fuel, ma jistax jippretendi li nkun encyclopedia fuq il-fuel u nispera li mhux se jistaqsini kif deher il-fuel fid-dinja fil-mistoqsija li jmiss!", "Dan ma jistax jippretendi li nagħti dan it-tip ta' dettalji meta jien m'għandix informazzjoni dwarhom.", "Nerġa' ngħid li m'għandi xejn x'naħbi mill- Onor. Mizzi u nistiednu jagħmel mistoqsija parlamentari biex jingħata r- risposti.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sur President, il-poplu jippretendi li jkun jaf min huma dawk li jabbużaw għax m'huwiex ġust li tifel ta' ħaddiem, għax jagħmel żball darba, jċappsulu ismu ma' kullimkien u mbagħad min iffroda l-pajjiż b'dan il-mod ma jsemmuhx.", "Jien nerġa' ntenni li s-segretarju parlamentari għandu l-obbligu li jippubblika l-ismijiet ta' dawk li kienu involuti.", "Dan irid jgħid ukoll kemm kien l-ammont ta' flus għax dawk flus il-poplu u hawnhekk tan-naħa l- oħra jridu juru ċerta dixxiplina ma' kulħadd u mhux ma' ċerti nies biss.", "Jekk is-segretarju parlamentari jidhirlu li m'għandux isemmih, allura se nispiċċa nsemmih jien.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Se nistaqsi ftit fuq xi dettalji dwar dak li għandu x'jaqsam ma' l-inland navigation between Malta and Gozo by vessels of a tonnage of 3,500 tons or more.", "Kif ġiet issettjata r-rata l-ġdida ta' Lm10.40 per 1,000 litres?", "Naf li s-segretarju parlamentari se jgħid li qabel din kienet Lm61 u issa għamilniha Lm10.40 imma jien qed nistaqsi għalfejn saret Lm10.40 u mhux figura oħra.", "Kemm se jkollu revenue minnha l- gvern?", "THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Ġiet issettjata minħabba l-kwestjoni li qamet fil- Gozo channel li kellha ttiċċarġja l-VAT fuq il-karozzi.", "Il-gvern daħal f'commitment li t-tariffi mhux se jogħlew u minħabba li issa kellha tiżdied il-VAT, il-Gozo channel ġiet mitluba tassorbi dik it-taxxa u biex din ma tagħmilx telf, għall-kategorija ta' transhipment bejn iż-żewġ gżejjer, raħħasna l-fuel.", "Kienet kalkolazzjoni sempliċi li mbagħad ittraduċiet ruħha fir-rata ġdida li ġiet applikata.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Dan ifisser li l-kalkolu ma kienx maħsub fuq il-punt li hemm bżonn ikun hemm xi forma ta' aġevolazzjoni għat-trasport marittimu bejn Malta u Għawdex imma huwa motivat biss mill-fatt li l-gvern kien qed jgħabbi ċerti piżijiet fuq it-trasport bejn Malta u Għawdex u allura ried jara kif se jagħmel biex inaqqas ċerti piżijiet oħra b'mod li jekwipara mal- piżijiet l-oħra li kien qed jagħmel fuq it-trasport bejn Malta u Għawdex.", "Din m'għandha x'taqsam xejn ma' xi forma ta' konsiderazzjoni dwar it- trasport marittimu bejn Malta u Għawdex.", "THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Naħseb li bil-maqlub!", "Il-gvern għamel din il-miżura biex ma jżidx il-piż tal-VAT li suppost kellha tidħol fuq il-karozzi li jaqsmu bejn iż-żewġ gżejjer għax konxji mill-element soċjali u ekonomiku importanti tat-trasport bejn iż-żewġ gżejjer.", "Minħabba f'hekk il-gvern iddeċieda li jassorbiha hu l-VAT u għamel dan billi raħħas il-fuel għall- Gozo channel.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Li ma nistax nifhem huwa dan.", "Jekk qed nirrealizzaw li hawn dawn il-piżijiet fuq it-trasport bejn Malta u Għawdex – nafu l- piżijiet li għandha l-Gozo channel – jagħmel sens illi nżommu sisa ta' Lm10.40c per 1,000 litre fuq dan it-trasport?", "Naqbel li s-sisa tkun zero fuq electric power generation, fuq fishing purposes as laid down by the department of fisheries u fuq usage by private pleasure seacraft for outbound voyages.", "L-aħħar waħda tfisser li jekk inti sinjurun u se titlaq barra minn Malta biex tagħmel vjaġġ, hemmhekk ma tħallasx sisa fuq il-fuel imma jekk inti se tivvjaġġa bejn Malta u Għawdex - minkejja li aħna ngħidu li suppost għandna politika reġjonali bejn Malta u Għawdex - hemmhekk qed inżommu Lm10.40c sisa għal kull 1,000 litres.", "Il-mistoqsija tiegħi hija f'dan il-kontest.", "Il-gvern dejjem jitkellem fuq kemm hemm piżijiet u li rridu nnaqqsu l-piżijiet.", "Allura għalfejn qed iżomm Lm10.40c per 1000 litres?", "Jien nissuġġerixxi li din titneħħa u li jagħmluha zero ukoll.", "Jien qed naraha eżorbitanti Lm10.40c!", "Is-segretarju parlamentari se jgħidli li kienet Lm61 u naqqasniha imma jien ngħidlu: Skużi, naqqastuha għax min-naħa l-oħra qed tagħmlulhom piżijiet oħra!", "Agħmluha zero għax anke f'kontest reġjonali tagħmel sens għax tkun qed tgħin lil Għawdex.", "THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Jien nissimpatizza mar-raġunament tal-kap ta' l- oppożizzjoni.", "Hija l-ħolma tiegħi li naslu f'livell f'dan il-pajjiż fejn ma jkollniex aktar bżonn ta' VAT u ta' income tax u ta' taxxi oħra u nkunu nistgħu nneħħu l-istrutturi kollha ta' tassazzjoni ħalli l-ekonomija tqum u n-nies igawdu iktar.", "Imma r-realta` hi li f'dan il-pajjiż irridu nsostnu s- servizzi soċjali, l-edukazzjoni u s-saħħa u biex nagħmlu dan il-gvern irid jiġbor ċertu ammont ta' revenue.", "Huwa faċli li wieħed jirrakkmanda li naqtgħu minn hawn u naqtgħu minn hemm pero` jien nissuġġerixxi li meta jsiru dawn is-suġġerimenti, wieħed jgħid ukoll kif se nikkumpensaw għal dak in-nuqqas ta' dħul tal-gvern jekk verament irridu nkomplu bil-programm ta' konsolidament fiskali sabiex il-finanzi tal-pajjiż ikunu fuq livell sostenibbli.", "Ikun tajjeb li ngħid ukoll li bit-tariffi tal-Gozo channel kif kienu emendati, is-sena li għaddiet żdied in-numru ta' nies u karozzi li qasmu bejn iż-żewġ gżejjer u dan juri li t-tariffi huma aċċettabbli għas-suq.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jiġifieri issa qed inħarsu lejn l-Għawdxin li għandhom bżonn dan is-servizz bħala suq biss!", "Kieku kien il-president tal- kamra tal-kummerċ li qed jitkellem hekk nifhimha imma li s-segretarju parlamentari jitkellem li l-Għawdxin qishom suq, hija interessanti.", "Huwa interessanti wkoll li qed nitkellmu fuq li ma nnaqqsux it-taxxi u mbagħad min-naħa l-oħra qed nitkellmu fuq li nnaqqsu l-leave.", "Il-punt jibqa' l-istess.", "M'hu veru xejn li qed jaġevolaw lil Gozo channel biha din.", "Dawn qegħdin sempliċement iżommuha fejn kienet għax kellha taxxa mod, żidulha t-taxxa min-naħa u qed inaqqsulha min-naħa l-oħra.", "Jiġifieri l- mistoqsija xorta tibqa' hemm.", "Jekk qed nitkellmu fuq il-Gozo channel bħala xi ħaġa reġjonali u ta' skop, għaliex ma żżidx it-taxxa fuq il-usage tal- private pleasure seacraft for outbound voyages?", "Qed ngħid hekk għax din zero qiegħda.", "Jiġfieri jekk jiena jew inti għandna yacht u se nsiefru biha, hemmhekk zero inħallsu imma jekk taqsam bejn Malta u Għawdex, hemmhekk għandek Lm10.40.", "Kif for pleasure purposes for outbound voyages qegħda zero u fuq li Għawdxi jiġi Malta qiegħda Lm10.40?", "Ma tagħmilx sens din.", "U s-segretarju parlamentari m'għandux jitkellem qisu l-president tal- kamra tal-kummerċ lanqas!", "THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Jien m'iniex hawnhekk biex nirrappreżenta l-kamra tal-kummerċ pero` kont nippretendi li l-kap ta' l-oppożizzjoni, bil- background finanzjarju tiegħu, jifhem x'irrid ngħid u cioe` li dak li qed juża l-vapur, jibqa' jużah għax jara li l-prezz huwa raġonevoli.", "Tant hu hekk li żdied il-patronaġġ.", "Tajjeb li nfakkar lill-kap ta' l-oppożizzjoni li dan il-gvern investa bil- kbir - 'il fuq minn Lm30 miljun - fuq tliet vapuri ġodda biex isostni dan is-servizz u jagħti servizz ta' kwalita`.", "Sar l-argument li din qiegħda Lm10 u għall-pleasure seacraft qiegħda zero.", "Jien infakkar lill-kap ta' l- oppożizzjoni li pajjiżna – naħseb jaqbel huwa wkoll – għandu jippromwovi anke l-attivita` marittima madwar il-pajjiż.", "Nafu b'dawk il-pleasure seacrafts kbar li jaqsmu fil-Mediterran u huwa fl-interess tagħna li nattirawhom lejn pajjiżna biex inbigħulhom il-fuel bla duty – kif ibigħulhom postijiet oħrajn – u allura l-korporazzjoni Enemalta tagħmel qligħ minn din l-attivita` biex anke tiffinanzja operazzjonijiet oħrajn.", "Jekk il-kap ta' l-oppożizzjoni jaħseb li lil dawn għandna ngħolluhulhom biex ma nibqgħux nattiraw dan it-tip ta' settur lejn pajjiżna, dan jista' jagħmel hekk meta jkun fil-gvern.", "Pero` aħna nemmnu li din hija attivita` interessanti għal pajjiżna li għandna nippromwovuha għax nafu li toħloq attivita` ekonomika f'pajjiżna li fl-aħħar mill-aħħar igawdi minnha kulħadd.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Qisna qed nitkellmu fuq Dr Jekyll u Mr Hyde f'daqqa waħda!", "Bir-rispett kollu, jien kont qed nitkellem biex innaqqsu s-sisa ta' Lm10.40c fuq il-Gozo channel.", "Kont qed ngħid li jagħmel sens li jekk qed nagħtu zero għall-private pleasure seacraft for outbound voyages, nagħtu zero lill-Gozo channel ukoll.", "M'għedtlux biex jgħolli s-sisa fuq il-private pleasure seacraft for outbound voyages!", "Din hija piż fuq il-mod ta' kif taħdem il-Gozo channel għax dawn qed ikollhom iħallsu din is-sisa.", "Dan igħidli li naqqasha minn Lm61 għal Lm10.40 imma dan mhux veru għax daħħlilhom taxxa oħra min-naħa l-oħra.", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq il-piżijiet li hemm fuq il-Gozo channel.", "L- argument li qed nagħmel jien huwa dan: Jekk fuq private pleasure seacraft for outbound voyages huma zero, kif fuq l-Għawdxin li jiġu Malta u fuq il- Maltin li jmorru lejn Għawdex fuq il-Gozo channel qegħda Lm10.40c kull 1,000 litru?", "Nistgħu mmexxu l-argument aktar 'il quddiem jekk hemm bżonn.", "Is-segretarju parlamentari qalilna li din tal-pleasure seacraft for outbound voyages qed jagħmluha biex inġibu x-xogħol lejn Malta.", "Prosit.", "Dak huwa l-punt, imma estendih ftit ieħor dan, Sur Segretarju Parlamentari.", "Jien inħares lejn dan li għandna quddiemna hawnhekk u nara li, per eżempju, is-sisa fuq il-harbour cruises inżammet l-istess, Lm61 per 1,000 litres.", "Issa skużi, jiena harbour cruise mort darba u mhux se nerġa' mmur darb'oħra naħseb.", "Il-harbour cruise qiegħda hemm għat-turisti li jiġu Malta, hux hekk?", "Mela dik hija xi ħaġa li suppost biha qed nipprovaw inżommu l- kompetittivita` tat-turiżmu.", "Min-naħa nduru fuq il-ħaddiema tagħna u ngħidulhom biex inaqqsu l-leave sabiex ikollna bejn 1.4% u 1.8% improvement fil-produttivita` u mbagħad ma nagħmlu xejn biex innaqqsu l-prezz li huwa l- aktar improvement li tista' tagħmel għall-kompetittivita`.", "Jekk fuq harbour cruise għandek sisa ta' Lm61 per 1,000 litres u qed inżommuha hekk, dan ifisser li l-attrazzjonijiet turistiċi tal-pajjiżi qegħdin huma wkoll iġorru l-piżijiet tat-taxxi u jsiru dejjem inqas kompetittivi.", "Trid testendih dan l-argument.", "Il-punt tiegħi kien sempliċi; mhux li nżidu s-sisa fuq private pleasure seacraft for outbound voyages imma għalfejn qegħdin inżommu din is-sisa fuq il-vjaġġi tal-Gozo channel.", "Il-Gozo channel tieħu lill-Għawdxin lejn Malta u lill-Maltin lejn Għawdex.", "Ma nistax nifhimha jien din.", "THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Nerġa' ngħid li napprezza l-argument li qed jagħmel il-kap ta' l-oppożizzjoni.", "Jien sempliċement infakkar ftit lill-kap ta' l- oppożizzjoni li fi żmienu din it-tariffa kienet Lm60 per 1,000 litres u hekk ħalliha.", "Kellu żewġ budgets biex jagħmel dan u xorta hekk ħalliha, anzi min-naħa l-oħra għolla t-tariffi tal-Gozo channel.", "Daqshekk kien jemmen dan fuq il-kompetittivita` ta' pajjiżna.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Fuq l-istess argument, nista' ngħidlu wkoll lis- segretarju parlamentari li l-persuni li kellhom bżonn trattament mediku f'Malta ma ġegħelnihomx iħallsu kif qed iġiegħelhom jagħmlu l-gvern!", "Dan il- gvern anke mill-ġebel irid joħroġ l-ilma u l-ħalib.", "Jekk hemm xi ħaġa tal- mistħija hija li l-Gozo channel issa qiegħda ġġiegħel lill-pazjenti minn Għawdex li jkollhom bżonn trattament f'Malta għax għandhom kondizzjoni medika kronika, iħallsu!", "Sopra corna bastonate – għax din verament hija xi ħaġa tal-mistħija – toħroġ stqarrija l-Gozo channel fejn tgħid: Imma żammejnielhom post fuq quddiem tal-queue.", "Hawnhekk żgur li għandu għalfejn jistħi bil-kbir il-gvern.", "Tal-mistħija wkoll hija li l-gvern lill-Gozo channel għabbiha b'vapuri li qed iqumu balla flus u għabbiha b'management u b'operazzjonijiet li qed ifalluha u jkomplu jfalluha u minħabba dan issa qed iduru fuq in-nies u dawk is-sagrifiċċji li saru fl-imgħoddi, qed jinħarqu kollha.", "Dik hi tal-mistħija.", "Jekk hemm xi ħaġa li l-gvern missu rranġa llum hija li minflok jekwipara l-piżijiet, inaqqashom.", "Għandek Lm10.40c fuq traġitti bejn Malta u Għawdex bil-Gozo channel meta mbagħad fuq private pleasure seacraft for outbound voyages qiegħda zero.", "Tajba din!", "Fuq tal-lussu zero u fuq xi ħaġa ta' ġid soċjali u ekonomiku għal Malta u Għawdex, hemmhekk iżommu s-sisa.", "U ejja!", "ONOR.", "TONIO FENECH: Il-kap ta' l-oppożizzjoni qed jirrifjuta li jifhem l- argument tal-gvern.", "Qed jibqa' jagħmel l-istess argument u allura jien għalxejn se noqgħod nirrepeti għaliex fuq il-pleasure seacraft huwa zero.", "Ħafna drabi mhux qed nitkellmu fuq dgħajjes Maltin imma fuq dgħajjes barranin u huwa tajjeb li lil dawn nattirawhom lejn pajjiżna biex jixtru l- fuel għax dawn joħolqu l-kummerċ.", "Jekk ma jiġux hawn, imorru pajjiżi oħrajn.", "Jekk se noqogħdu nagħmlu l-argumenti fuq is-saħħa, naħseb li bla dubju ta' xejn, il-gvern Nazzjonalista għandu biex jiftaħar anke f'Għawdex fejn għamel investiment kbir fl-isptar ġenerali.", "Pero` aħna qed niddiskutu fuq ir-raba' skeda li titkellem fuq il-fuels u l-emenda fuq il-pitrolju u naħseb li morna ftit 'il bogħod minn dan is-suġġett.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ma morniex 'il bogħod pero` se nieqaf fuq din.", "Fil- kontest li dan qed jinsisti li s-sisa jżommha, jien nistieden lis- Segretarju Parlamentari jispjegalna r-razzjonal warajha.", "Jista' jitkellem bħala president tal-kamra tal-kummerċ jekk irid jew jista' jitkellem bħala segretarju parlamentari, it's up to him.", "Apparti l-isptar sabiħ li għadu kemm semma f'Għawdex - li fir-realta` nofsu mhux qed jaħdem u hemm problemi kbar fih - jista' fil-kontest ta' dan li qed jippreżentalna llum fejn hawn sisa ta' Lm10.40c fuq 1,000 litru fuq il-fuel li tuża l-Gozo channel, jiġġustifika s-sistema li biha min għandu mard kroniku f'Għawdex u jrid jiġi l-isptar f'Malta, sa l-aħħar tas-sena li għaddiet kien jivvjaġġa b'xejn fuq il-Gozo channel u llum ikollu jħallas?", "X'inhu r-razzjonal warajha din?", "THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Ovvjament huwa diffiċli li nitkellem bħala president tal-kamra tal-kummerċ għax m'iniex f'dik il-pożizzjoni.", "Dwar l-argument kollu li qed jagħmel dwar il-Gozo channel, nistiednu jiddiskuti mal- ministru konċernat u dan forsi jista' jagħmillu xi mistoqsija parlamentari u jirrispondih dwar ir-razzjonal.", "Pero` jien nassigura lill-kap ta' l- oppożizzjoni li l-gvern fid-deċiżjonijiet li jieħu, jieħu l-qies ta' dak li jkun qed jagħmel.", "Tajjeb li nfakkar li r-residenti Għawdxin igawdu minn ħafna forom differenti ta' sussidji fuq il-qsim lejn Malta u għal diversi raġunijiet oħrajn.", "Dan għaliex il-gżira ta' Għawdex hija kkonsidrata li għandha żvantaġġi insulari proprju għax hija gżira iżgħar fil-gżejjer Maltin.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Charles Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Sur President, il-bieraħ konna qegħdin niddiskutu fuq il-każ tad-diesel li ma tħallsitx sisa fuqu u li kien qed jinbiegħ b'mod illegali u smajna li saret inkjesta u ttieħdu l-passi.", "Peress li issa jidher li anke fil-bunkering operations kien hemm dan l-element abbużiv u peress li s-sisa fuq il-gas oil baqa' l-istess, jiġifieri ta' Lm61, jista' s-segretarju parlamentari jgħidilna x'miżuri qegħdin jittieħdu biex dan l- abbuż ma jirrepetix ruħu?", "Nixtieq nistaqsi wkoll x'kontrolli ġew in place?", "Apparti minn hekk, meta wieħed iqabbel l-iskeda l-antika taħt l-istess att, isib li fil-każ tal-pitrolju, il-pitrolju wżat għall-elettriku li jaqa' taħt code 2716 kien eżenti kompletament minn kwalunkwe ammont ta' sisa.", "Issa jidher li fl-emendi l-ġodda ġiet introdotta 10c per megawatt – qed nippresupponi – għall-pitrolju li jintuża għal-produzzjoni tad-dawl.", "Kemm se jkollu dħul il-gvern minn dan?", "Barra minn hekk, jista' jgħidilna jekk dan huwiex piż addizzjonali fuq l-Enemalta li l-gvern qed jimponi u allura jekk l-increasing costs fuq il-produzzjoni tad-dawl ta' l-Enemalta hux qed jiġu kkawżati mhux biss minħabba – hawnhekk ikun tajjeb li ngħid li aħna ma nużawx crude oil imma nużaw fuel oil - ż-żieda fil-prezz tal-crude oil imma wkoll minħabba l-fatt li ġiet imposta s-sisa fuq il-pitrolju li jintuża?", "THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (Segretarju Parlamentari): Sur President, forsi l- Onor. Mangion m'huwiex konxju tal-fatt li l-cost, bit-10c per megawatt, huwa maħsub li jkun Lm200,000 u dan se tassorbih l-Enemalta.", "Dan intqal ukoll waqt il-diskors tal-budget.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Mela dan hu added cost li se tassorbih l- Enemalta.", "Anke f'Awissu l-prim ministru kien qal li jekk il-cost ikun sa ċertu ammont, l-Enemalta kienet se jassorbih imma mbagħad l-affarijiet inbidlu radikalment.", "Effettivament hawnhekk qed nimponu taxxa ġdida li l-implikazzjonijiet tagħha se jkunu żieda fin-nefqa tal-produzzjoni bil-konsegwenza li issa ż- żieda fl-ispejjeż fuq il-ġenerazzjoni tad-dawl mhux se jkunu biss dovuti minħabba ż-żieda fil-prezz tal-crude oil – u ejja ninsew għall-mument li f'Malta fuel oil nużaw u mhux crude oil u l-fuel oil m'għoliex bir-rati li qed jgħid il-gvern – imma anke minħabba din il-miżura li żiedet piż ta' Lm200,000.", "Din hija an added cost u d-djun kbar li għandha l-Enemalta huma kkawżati wkoll mill-introduzzjoni ta' din it-taxxa ġdida.", "THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Il-kummenti ta' l-Onor.", "Mangion ovvjament qed jiġu nnotati pero` nħasset il-ħtieġa li wieħed jissettja dan l-iskambju ta' entratura fuq l-Enemalta fil-kontest tas-sitwazzjoni totali ta' kif taħdem l-Enemalta.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Noel Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Sur President, jien nixtieq li l-gvern jispjega għalfejn poġġa spiża enormi fuq il-produzzjoni – qed nirriferi għaż-żieda fil-prezz tal-pitrolju - li tirrigwarda t-trobbija tal-flieles u dan minkejja li dejjem jgħid li jrid isostni l-kompetittivita`?", "Ladarba l-gvern jaf minn liema inkwiet għaddejja din l-industrija – irrispettivament minn jekk jagħtix kasha jew le – u jaf li din qed tagħmel telf li qed isofruh il-produtturi u l-familji tagħhom, għalfejn żidilhom il- cost tal-produzzjoni?", "Għall-produttur li jipproduċi 10,000 fellus, il-costs tal-pitrolju telgħu minn Lm600 għal Lm1,600 fis-sena.", "Din in-naħa tixtieq tkun taf għalfejn meta għandna dan l-argument tal-kompetittivita`, tpoġġa dan il-piż kollu fuq din l-industrija li diġa` għaddejja minn sitwazzjoni diffiċli.", "Jekk il-gvern jinsisti li jagħmel dan, għaliex dan il-piż almenu ma qasmux fuq perijodu ta' erba' snin minflok tefgħu kollu f'daqqa fuq dawn in-nies tax-xogħol?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Sur President, l-ewwelnett lill-Onor.", "Farrugia rrid inserraħlu moħħu li l-gvern jinteressah mid-diversi breeders f'Malta, issa jekk hux tal-bajd jew ta' ħaġa oħra m'huwiex rilevanti.", "Il-gvern tant jinteressah li ġġieled bis-sħiħ fil-laqgħat ta' adeżjoni tagħna fl-Unjoni Ewropea biex ikun hemm allokati fondi sabiex tingħata l-għajnuna lill-agro- industrija u l-breeders.", "Pero` l-Onor.", "Membru jrid japprezza li mhux kulħadd juża l-pitrolju u li s-sussidju fuq il-pitrolju kien qiegħed hemm għal raġunijiet soċjali.", "Fil-fatt lil dawk in-nies aħna se nissussidjawlhom il-prezz billi se jirċievu a one-off payment f'Marzu li ġej ta' Lm12.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jekk l-Onor.", "Abela hux qed jifhem il-punt li qed insostni ma nafx pero` dan jeżisti.", "Issa jekk dawn taw is-sussidju biex din l-industrija tagħmel l-upgrading u tkun kompetittiva u mbagħad biddlu l- istrateġija tagħhom għax jafu li dak li wiegħdu ma jistgħux iwettquh, hekk mod ieħor.", "Jiġifieri l-gvern l-ewwel wiegħed lil din l-industrija u industriji oħra li se jagħmel is-salvagwardji u llum jaf li għal raġunijiet tekniċi ma jistax japplika dawn is-salvagwardji.", "Mela dawn in-nies ma nzertawx dawk li se jieħdu Lm12 aktar u forsi se jonfqu Lm20 pitrolju f'sena imma nzertaw dawk il-familji li se jonfqu Lm1,000 aktar u se jieħdu Lm12 aktar biss.", "Dan huwa bżonn soċjali, Sur President għaliex jekk l-intrapriża tagħhom tfalli, dawn ikollhom imorru jirreġistraw għax-xogħol.", "Aħna nafu kif sejra l-industrija tat-tjur f'pajjiżna.", "L-oppożizzjoni ressqet mozzjoni f'Jannar tas-sena l-oħra u peress li tan-naħa l-oħra ma tawx kas, erġajna ressaqniha din is-sena.", "L- oppożizzjoni qiegħda tqis dan bħala impenn soċjali, għaliex hemm mhedda eluf ta' impjiegi full-time u part-time.", "L-industrija tikkonsisti f'ħafna affarijiet.", "M'hemmx il-breeder biss imma għandek lil tal-ġwież, lil min jimporta l-mediċini, il-mills, il-veterinarji, il-middlemen, id- deliverymen u l-processing plants.", "Jiġifieri hemm ċirku u mhux kemm taqbad u tgħid li dawn jabbużaw meta jużaw il-pitrolju kif qal is-segretarju parlamentari l-bieraħ.", "Hemm ċirkostanzi li rridu nivvalutawhom.", "Dawn iċ-ċirkostanzi m'aħniex ngħiduhom aħna.", "Id-dipartiment ta' l-istatistika stqarr li bejn ix-xhur ta' Lulju u Settembru tas-sena l-oħra, f'Għawdex biss, l-attivita` tal- livestock niżlet minn Lm455,000 għal Lm155,000.", "Il-punt tagħna hu li jekk se nkomplu ngħabbu dawn it-tip ta' spejjeż fuq dawn in-nies, meta l- industrija naqset il-bejgħ tagħha b'40%, dawn mhux se jifilħuhom.", "Issa meta l-gvern jaf dan kollu, għaliex at least ma jikkonsidrax li din il- balla ta' Lm1,000 jaqsamha fuq erba' snin kif il-gvern għamel fil-każ tal- leave?", "Biex ma jmurx ħażin il-ħaddiem u biex fl-istess ħin isostni l- argument tiegħu tal-kompetittivita`, il-gvern qabad u qal: Minflok se nnixxef Lm10 miljun f'salt – għax dawn flus li jonfquhom il-ħaddiema fl- ekonomija tagħna – se naqtagħhom ftit ftit.", "Mela allura l-gvern lil dawn li jużaw il-pitrolju fl-attivitajiet tagħhom għaliex mhux qed jittrattahom bl-istess mod?", "Wara kollox dawn qed joħolqu l-kummerċ u jekk aħna nħallu li tfalli industrija li f'pajjiżna tlaħħaq għal madwar 12 miljun euro, dawn il-flus se jevaporaw mill-ekonomija tagħna.", "Issa aħna ma konniex xħaħ biex nissussidjaw prodotti li ma nipproduċux, bħaz-zokkor.", "Aħna lanqas biss għandna art biżżejjed biex nipproduċuh dan.", "Illum pajjiżna m'għadux jonfoq euro 9 miljun fuq xirja ta' 35,000 tunnellata zokkor imma qed jonfoq euro 40 miljun.", "Mela dawk il-flus narmuhom il-baħar u mbagħad minn fuq min inġibuhom?", "Inġibuhom minn fuq min iħallas il-bolla, l-insurance, il-VAT u t-taxxi l-oħra u dawn qed jiffrankaw piż minn fuq dahar il-pajjiż għax mhux qed jirreġistraw.", "Sur President, l-argumenti ta' l-oppożizzjoni huma marbuta mhux biss mal- ġustizzja soċjali imma mas-sens komun ukoll.", "Aħna rridu nkunu nafu għaliex il-gvern daħħal f'rasu li jaqbad u jgħolli l-pitrolju b'dan il-persentaġġ fenomenali.", "Għax jekk fi żmienna, bejn l-1996 u l-1998, għollejnieh, żgur li m'għollejnihx daqshekk!", "Immaġina jkollok familja u tkun trid tagħmel attivita` ta' 24 siegħa fuq 24 siegħa għax dawn m'għandhomx leave u sick leave.", "Dawn iridu jisqu, jitimgħu u jsaħħnu t-tjur.", "Lil dawn il-gvern qalilhom: Jekk intom tkabbru 20,000 fellus, irrispettivament minn kemm mietulkom, issa għandkom Lm2,000 spejjeż fis-sena.", "Kemm se jibqagħlhom flus dawn in-nies meta tqis li dawn ma jaħdmux ġimgħa ta' 40 siegħa?", "Aħna qed ngħidu li qed jintilef 40% tal-produzzjoni u tan-naħa l-oħra qed jgħidu li qed jintilef 18%.", "Per eżempju, anke t-tender ta' l-isptar intilfet.", "Kieku l-gvern jisma' mill- oppożizzjoni, kien jgħid: Biex lill-pazjenti li hemm l-isptar niggarantixxilhom kwalita` ta' ħajja aħjar, nagħtihom laħam abjad frisk u mhux laħam iffriżat.", "Il-punt hu li din l-industrija li qed nitkellmu fuqha tipproduċi prodott frisk u mhux impurtat mill-Brażil, mit-Taiwan, miċ-Ċina jew minn xi pajjiż fejn il-kondizzjonijiet tal-ħaddiema m'humiex bħal tagħna.", "Meta aħna qed nitkellmu fuq il-pitrolju, qed nitkellmu fuq materja prima li aħna nimportaw u li għandha rabta soċjali għax minn fuqha jiddependu familji li jikkontribwixxu għall-ekonomija tagħna.", "Dawn in-nies la qed jieħdu l-leave minn fuq l-istat u lanqas qed jieħdu xi forma ta' benefiċċji soċjali u allura l-gvern irid jidħol aktar fil-fond ta' din is- sitwazzjoni għax mhux sew li jħalli dawn il-familji jġarrbu falliment totali f'dan il-pajjiż.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Din tal-falliment totali hija kwestjoni ta' opinjoni.", "Kieku l-gvern kellu jisma' mill-oppożizzjoni, kieku xi tlajna nagħmlu fil-gvern?", "Dawn iridu li jiggvernaw huma minkejja li jirrappreżentaw minoranza?.", "Kieku la dħalna fl-Unjoni Ewropea u lanqas għamilna xejn!", "Kieku għadna qegħdin nittewbu!", "Ovvjament l-affarijiet li qed isemmi l-Onor.", "Noel Farrugia se jiġu nnotati bis-serjeta` u fl-isfond li aħna rridu nkomplu ninnegozjaw ma' l-Unjoni Ewropea fuq il-budget tas-snin 2007-2014, ikun tajjeb li, jekk hemm bżonn, wieħed iwassal dawn it-tip ta' argumenti biex aħna nassiguraw li l-kummerċ fi ħdan dan is-settur jibqa' wieħed vijabbli għall-produttur Malti.", "Nassigura lill-Onor.", "Noel Farrugia li l-kummenti li qed jgħaddi llum qed jiġu nnutati kemm min-naħa tal-finanzi kif ukoll min-naħa ta' l- agrikoltura.", "Nassigura li m'hemm l-ebda intenzjoni min-naħa tal-gvern biex iħalli dan settur ifalli.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Il-gvern qed jifhem li din l-industrija tiflaħ spiża żejda ta' Lm1,000 ma' kull Lm600 li diġa` qed tħallas biex trabbi 10,000 fellus.", "Allura jien nistaqsi lill-gvern: Jekk jirriżulta li din l- industrija tilfet 40% kif qed tgħid l-oppożizzjoni u mhux 18.7% kif qed igħid il-gvern, il-gvern se jbiddel din it-tariffa awtomatikament fuq din l- industrija jew se jħalliha kif inhi?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: L-Onor.", "Farrugia għandu t-tendenza li jasal waħdu għall-konklużjonijiet.", "Dejjem jgħidilna li hu jifhem li se jsir hekk!", "Ejja ma nifhmu xejn minn issa u naraw kif se jkunu l-affarijiet u jekk verament hemm problema, naraw kif naffrontawha.", "Kemm jien u kemm l-Onor.", "Farrugia niġu minn distretti fejn dan it-tip ta' xogħol għandu ċerta importanza u ħadd minna ma jrid jara lil dan is-settur sejjer lura.", "Pero` l-Onor.", "Farrugia ma jistax jaqbad u jiddeċiedi x'se jagħmel il-gvern minn hawn u ftit ġimgħat oħra.", "L-ewwel irid ikun fuq din in-naħa biex jagħmel dan.", "Ma naħsibx li dan huwa l-post u l-mument fejn għandhom jittieħdu dawn it- tip ta' deċiżjonijiet pero` nassigurah li jekk ikun hemm problemi, il-gvern sejjer iħares lejhom bis-serjeta` u waqt li jtenni dak li qed jagħmel illum, ifittex dawk l-għejjun li bihom ikun jista' jgħin dawn is-setturi sabiex jibqgħu vijabbli.", "THE DEPUTY CHAIRMAN (Onor. Mario de Marco): L-Onor.", "Marie Louise Coleiro.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Bir-rispett kollu, din m'hijiex serjeta` min- naħa tal-gvern.", "Dak li qed igħid l-Onor.", "Noel Farrugia m'huwiex xi sigriet ta' Fatima.", "Il-gvern suppost jaf aktar mill-oppożizzjoni x'qed jiġri fis- settur u mhux jiġu l-kelliema ewlenin tal-gvern u jgħidulna li issa jaraw, wara li jiġu b'miżuri bħal dawn li jwaddbu lura lil dawn l-industriji.", "Apparti l-industrija tat-tiġieġ, hemm ukoll il-furnara li ntlaqtu minn din il-miżura.", "Wara li kien hemm insistenza sħiħa mal-furnara biex itejbu l- istandards tagħhom b'konsegwenza li numru sostanzjali ta' fran qalbu għal sistemi tal-pitrolju, l-ewwel kellhom daqqa għax tneħħa s-sussidju bil- konsegwenzi jispiċċaw fuq il-konsumatur, imbagħad għolielhom id-dqiq u wara għolielhom il-pitrolju.", "B'konsegwenza ta' dan, għandek furnara li b'xi mod jistgħu jassorbu dawn l-ispejjeż għaliex iddiversifikaw il-prodott tagħhom u ma baqgħux fuq il-ħobża biss, avolja anke dawn jgħidu li anke hemmhekk naqsilhom ix-xogħol.", "Pero` min-naħa l-oħra għandek furnara oħra li qegħdin at risk li jispiċċaw.", "Meta jispiċċa furnar ikun ifisser li nkunu tlifna xi ħadd li kien attiv ekonomikament.", "Dawn il-furnara huma a small family businesses li jħaddmulek minn wieħed sa tnejn min-nies u li qed jagħtu kontribut attiv lill-ekonomija tal-pajjiż, apparti li fil-fehma tiegħi għandhom ukoll dimensjoni soċjali.", "Dan bħal meta għandek grocer żgħir li jkun qiegħed f'kantuniera ta' triq, li l-anzjani u dawk in-nisa bit-tfal li m'għandhomx trasport jinqdew mingħandu.", "L-istess japplika għall- furnara u allura jien naħseb li din hija irresponsabbilta` grassa min-naħa tal-gvern.", "Dan huwa stil ta' tmexxija li, fil-fehma tiegħi, ma jixraqx lil pajjiż demokratiku, pajjiż li suppost qed immexxuh aħna biex naraw li ħadd ma jaqa' lura.", "Hekk kienu jgħidulna tal-partit Nazzjonalista fil-manifesti elettorali, li huma jaraw li ħadd ma jaqa' lura.", "Imma fil-verita` kulħadd kważi waqa' lura.", "Il-gvern Nazzjonalista jitkellem fuq il-bżonn tal- kompetittivita` u din iridu jżiduha fuq dahar il-ħaddiema imma sadanittant biex il-ħofra li sejjħulha ħrafa jipprovaw b'xi mod jew b'ieħor jgħattuha, qegħdin joborxu minn fuq dahar kulħadd speċjalment is-safef ta' isfel u tan- nofs.", "In-negozjant, il-produttur u l-industrijalist tista' forsi teħodlu u wara ċertu żmien jassorbi, jaqbad u jagħlaq il-bibien imma jekk jiġri dan, min se jbati?", "Se jbatu l-ħaddiema għax dawn jaf isiru importaturi u b'uffiċċju wieħed jiffunzjonaw u xorta, b'xi mod jew ieħor, jaqilgħu l- flus.", "Pero` l-ħaddiema li jispiċċaw bla xogħol m'għandhomx din l- alternattiva.", "Hija irresponsabbilta` kbira li wara l-priedka sħiħa li għamel il-kollega tiegħi fuq l-importanza ta' l-industrija tat-tiġieġ u ta' l-ipproċessar tal-laħam, jiġi s-segretarju parlamentari u jgħidilna: Issa naraw u jekk jirriżulta xi ħaġa, naffrontawha.", "X'jiġifieri!", "Mela x'assessments ekonomiċi u soċjali għamlu?", "Fil-budget speech smajna lill-prim ministru jgħidilna li l-miżura tal- pitrolju ttieħdet bl-iskop li jinqatgħu l-abbużi u l-kap ta' l-oppożizzjoni u l-Onor.", "Joe Mizzi tkellmu fuq dawn l-aspetti.", "Issa jien se nitkellem fuq tipi ta' abbużi oħra.", "Mela għax il-gvern m'għandux sinsla u mhux kapaċi jaqbad minn għonqu min qed jabbuża u jgħidlu li jrid iħallas, jaqbad u jgħolli l-prezz across the board.", "Pero` xorta fadal l-abbuż, Sur President.", "Jien mhux se nidħol f'dak li ntqal mill-kollega tiegħi, l-Onor.", "Joe Mizzi, imma se nitkellem fuq dak li meta tgħaddi mit-triq ixxommu.", "Jien ċerta li qed isir abbuż mil-light fuel oil li jitħallat mad-diesel u li għandu emissions ħafna iktar gravi fuq is-saħħa tan-nies mill-pitrolju mad-diesel għax dan għandu emissions kbar ta' sulphur.", "Issa x'se jiġri?", "Il-light fuel oil m'huwiex bħall-pitrolju li għandu użu ħafna aktar widespread.", "Ma tistax tgħid li għax m'għandekx sinsla, taqbad u tgħolli b'dak il-mod u tiġi titmejjel minn kulħadd għax l-aqwa li taqta' l-abbuż li wara kollox lanqas biss inqata' għax kif qed ngħid hemm din il-kwestjoni tal-light fuel oil li hija serjissima.", "Il-kwestjoni ambjentali u s-saħħa tan-nies għadha at risk b'mod sostanzjali.", "X'qed jagħmel il-gvern biex irabbi s-sinsla u min qed jabbuża minn dan it-tip ta' fuel, jaqbdu u jġibu f'sensih?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Fuq il-kwestjoni tal-furnara, ngħid li diġa` kien hemm diskussjonijiet ma' dawn in-nies u l-prezz ġie rranġat billi l-ħobża Maltija żdiedet b' żewġ ċenteżmi.", "Kif qalet l-Onor.", "Membru, ħafna minn dawn il-furnara llum ma jbigħux il-ħobż Malti biss imma jagħmlu ħafna affarijiet u jbigħuhom bi prezz differenti wkoll.", "Il-gvern, filwaqt li din id-darba daħal f'din id-diskussjoni, beħsiebu jaqta' l-price order li hemm fuq il- ħobż biex b'hekk dawn il-furnara 'l quddiem jimxu skond ma jipprovdi s-suq.", "Rigward l-abbuż mil-light fuel oil irrid ngħid li safejn naf jien il-gvern qiegħed jieħu l-passi kull fejn ikun hemm abbuż.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Marie Louise Coleiro.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Sur President, l-Onor.", "Abela semma punt li proprju kont se nsemmi cioe` l-liberalizzazzjoni tal-prezz tal-ħobż u l- gvern diġa` avżah dan.", "Jiġifieri issa se nispiċċaw at risk mod ieħor.", "Issa hawnhekk xi ħadd se jgħid: Din riedet tibqa' bil-levies?", "Pero` kważi kważi aħjar inkunu bil-levies u nħarsu l-impjiegi tal-ħaddiema tagħna milli jkollna dawn il-piżijiet tat-taxxi li għaffġu lil kulħadd u jkollna ħafna nies bla xogħol.", "Kif għamilna fis-settur ta' l-għaġin issa l-gvern se jilliberalizza s- settur tal-ħobż.", "Meta kien hawn il-liberalizzazzjoni ta' l-għaġin, min-naħa tal-gvern kulħadd kien qed jifraħ għax stajna nixtru l-għaġin Taljan b'nofs prezz.", "Imma l-ħaddiema li jaħdmu f'dan is-settur żgur ma ferħux għax wara snin kbar spiċċaw bla xogħol.", "Jien ma nafx jekk dawn il-ħaddiema u l- familji tagħhom ġewx għand tan-naħa l-oħra kif ġew għandna biex nipprovaw ngħinuhom ħalli jsibu x-xogħol pero` dawn żgur li ma ferħux bil- liberalizzazzjoni.", "Jien nittama li mhux se jiġrilna l-istess fis-settur tal- ħobż għaliex diġa` nafu x'inhu dieħel minn Sqallija.", "Per eżempju, nafu li mill-inqas deħlin 17-il trailer fil-ġimgħa ta' ħaxix frisk u povri l-bdiewa tagħna li jridu jikkompetu.", "L-istess ħaġa għall-ħalib frisk li dieħel jikkompeti mal-prodott Malti.", "Sur President, din mhix kwestjoni li ma rridux nikkompetu għax kieku għandna l-economies of scales ta' l-Italja, nikkompetu mela le!", "Imma aħna lanqas biss nibdew magħhom dawn!", "Jekk ikun hemm furnar fi Sqallja li jiddeċiedi li jidħol fis-suq Malti, dan b'furnata waħda jimliena b'ħobż għal ġimgħa u jeqred kemm għandna fran f'pajjiżna.", "Dawn l-ifran huma s-sors ta' l-għajxien ta' ħafna familji li jaħdmu l-ġurnata kollha ġo fihom għax illum m'għadhomx bħalma kienu xi darba fejn kienu jaħdmu sitta min-nies.", "Illum tnejn jew tlieta l-iżjed li jaħdmu f'dawn l-ifran u naf x'qed ngħid għaliex jien ġejja minn Ħal Qormi u allura midħla ta' dawn l-ifran.", "Ħafna fran ma jagħlqu qatt, lanqas bil- lejl, u tmur x'ħin tmur issib il-ħobż.", "Għalhekk lil dawn in-nies aħjar ngħidulhom li l-gvern se jġibhom fir-riskju li qegħdin fih dawk il-ħaddiema li jaħdmu jew li kienu jaħdmu fis-settur ta' l-għaġin jew inkella l-bdiewa, għax dawn se jispiċċaw jaqtgħu qalbhom li jikkompetu ma' l-affarijiet li ġejjin minn barra u li huma irħas għaliex il-produzzjoni hija ħafna akbar.", "Jien nistaqsi: X'tip ta' social impact assessment għamel il-gvern biex jara kif dawn il-miżuri li daħħal fil- budget se jolqtu l-produtturi li qed jipprovdu l-impjiegi lil dawn il- ħaddiema u lill-familji Maltin u Għawdxin?", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Leo Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, se nerġa' mmur lura fuq l-issue tal- prezz tal-pitrolju u l-ekwivalenza tiegħu mad-diesel.", "Għaliex qed ngħid hekk?", "Qed ngħid hekk għax meta kien qed iwieġeb għan-naħa tal-gvern is- Segretarju Parlamentari Tonio Fenech, dan żeffen fin-nofs bħala difensiva - kif jagħmel dejjem il-partit Nazzjonalista - il-budget li kien għamel il- gvern Laburista għas-sena 1998.", "Dakinhar veru li kien hemm price hike fil- prezz tal-pitrolju li ġie ekwivalenti piu` o meno għad-diesel imma wieħed irid jgħid kif kien il-livell tad-diesel dakinhar.", "Niftakar li l-kritika li kienet saret kemm mill-ex-ministru Josef Bonnici - dakinhar kien shadow minister ta' l-affarijiet ekonomiċi - u anke mill-Onor.", "Lawrence Gonzi, illum prim ministru, imma dak iż-żmien kien shadow minister tal-politika soċjali, kienet li konna se noqtlu x-xjuħ bil-bard.", "Issa apparti li dakinhar ma kellniex xitwa kiesħa daqskemm għandna din is- sena – għax skond ir-records l-aktar riċenti jidher li għandna l-aktar Jannar kiesaħ f'dawn l-aħħar 17-il sena - wieħed irid jifhem il-gravita` ta' dak li qed jagħmel dan il-gvern b'paraġun ma' dak li konna għamilna aħna fl-1998 billi jżomm f'moħħu d-differenzi li hemm fuq il-policy tal- gvern dwar id-diesel issa u fi żmienna.", "Dan il-gvern, bil-mod il-mod, qed iġib id-diesel piu` o meno in line mal-prezz tal-petrol u allura jekk aħna ġibna l-pitrolju daqs id-diesel, dan il-gvern qed iġib il-pitrolju daqs il- petrol!", "Huwa importanti li nagħmluh dan il-punt u huwa importanti li nfakkru lil min qed jismagħna li l-prezz tad-diesel illum lanqas biss tista' tqabblu mal-prezz tad-diesel li kien taħt gvern Laburista għaliex jekk m'iniex sejjer żball id-diesel għadda minn mill-inqas sebgħa jew tmien żidiet fil-prezz minn dakinhar.", "Jien qed ngħid dan kollu għaliex apparti mill-impatt li dan kollu kellu u qed ikollu fuq il-persuni anzjani, huwa inutli li noqogħdu ngħidu li ntlaqtu biss 36% jew 37% tas-soċjeta`.", "Irridu naraw min huma dawn it-37% tas-soċjeta`.", "Bla dubja ta' xejn dawn huma nies li għandhom mezzi limitati, nies li jiddependu fuq il-pensjonijiet, nies li parti sew mill-pensjoni tagħhom tmur fuq il-bżonnijiet tagħhom biex jixtru ħxejjex minħabba d-dieta tagħhom, u biex jixtru l-mediċinali li l-prezzijiet tagħhom dejjem jinsabu telgħin.", "Dawn huma kollha fatturi li rridu nikkonsidrawhom.", "Min-naħa l-oħra jien niskanta kif baqgħu siekta s-setturi tal-manifattura meta dawn kien għamlu tant kjass meta aħna żidna l-prezz tal-pitrolju bejn l-1996 u l-1998.", "Fuq paġna 3 ta' \"l-orizzont\" kien hemm miktub – għax jien ma nafx x'intqal waqt it-taħditiet bejn il-unions għax dawn inżammu konfidenzjali - li l-GWU ipproponiet li dawk il-kumpanniji li jagħmlu profitt jallokaw parti mill-profitti tagħhom għal dak li huwa riċerka u żvilupp li wara kollox huma l-ingredjenti ewlenin ta' l-istrateġija ta' Lisbona.", "Issa minkejja li l-GWU għamlet proposta li hija EU compatible għaliex qed tipprova tgħin biex l-industrija Maltija ssir aktar kompetittiva billi tonfoq iktar fuq l-R&D – anke għaliex f'dan is-settur aħna qegħdin lura - ir-reazzjoni tal-gvern kienet waħda banali.", "Fil-fatt dan qal li lest jagħmel allokazzjoni min-naħa ta' l-industrija għal fuq ir-riċerka u l- iżvilupp ta' Lm5 fis-sena għal kull ħaddiem li għandhom.", "Jekk nagħmlu computation ta' Lm5 għal kull ħaddiem li għandha l-industrija fuq bażi annwali nsibu li l-ammont tant hu miżeru li dan mhux se jgħin biex pajjiżna jiċċaqlaq 'il fuq min-naħa ta' isfel tal-klassifika ta' pajjiżi - skond il- world economic forum - li jonfqu fuq l-R&D.", "Għalhekk jien ngħid li għalkemm l-industrija privata ma tkellmitx kontra din il-miżura bħalma kienet għamlet fi żmienna, probabbilment għaliex dan kien budget li xaqleb ħafna aktar favur il-private enterprise milli lejn il- ħaddiema Maltin u Għawdxin, jien ngħid li din il-miżura se tolqot ħafna agħar lill-pensjonanti milli kienet laqtet il-miżura tagħna fl-1998 u dan għaliex il-prezz tad-diesel li miegħu ġie mqabbel il-pitrolju dakinhar żdied fil-prezz mill-inqas sebgħa jew tmien darbiet u dan għaliex il- politika tal-gvern Nazzjonalista hi dik li l-prezz tad-diesel iġibu progressivament in line mal-prezz tal-petrol.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Noel Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Sur President, ħalli nkomplu fuq il-punt tal- kompetittivita`.", "Aħna rridu nifhmu li l-ekonomija tagħna ma tgawdix dawk l- economies of scale li għandhom pajjiżi oħra għax aħna pajjiż żgħir u ftit li xejn għandna art u ovvjament dan ma jistax jinbidel.", "Dan jenfasizza għalfejn huwa punt sensittiv li l-gvern ikompli jżid l-ispejjeż fuq il- produzzjoni permezz ta' dawn it-taxxi indiretti u spejjeż oħra bħaż-żieda fil-prezz tal-pitrolju.", "Aħna nafu li l-produzzjoni ta' l-industrija diġa` naqset b'40% u dan qed ngħidu mhux biex sempliċiment nitfa' figura differenti minn dik tal-gvern.", "Il-gvern qed jgħid li din naqset bi 8.7%.", "Dawn il-kalkoli huma meħudin fuq spectrum wiesa' u mhux fuq sample.", "Per eżempju, f'Jannar ta' l-2003, il- proċessuri kienu jipproċessaw 120,000 tajra għal-laħam abjad u llum joqtlu 70,000 biss.", "Jekk wieħed iqis x'kien juża pajjiżna bħala materja prima f'dik li hija importazzjoni tal-bajda li minnha jfaqqas il-fellus isib li fis-sena 2003 importajna 6.9 miljun bajda u l-parent stock lokali - jiġifieri tiġieġ li jbidu l-bajd biex imbagħad ifaqqas il-fellus – kien ta' xi 600,000.", "Mir-riċerka li għamlet l-oppożizzjoni – nifhem li l-gvern għandu d-data li għandha l-oppożizzjoni għaliex aħna ġibniha mill-istituzzjonijiet governattivi – sibna li fl-2003 pajjiżna kellu produzzjoni ta' 7.5 miljun tajra.", "Issa minn dawn l-imports ta' dawn il-bajd li semmejt, 2% minnhom jinkisru, bejn 18% u 20% minnhom imutu waqt it-tfaqqis u xi 4% jew 5% minnhom imutu fil-farms.", "Għalhekk minn dawn ġew 6.2 miljun.", "Issa fis-sena 2004 ma kellniex il-parents stock u l-importazzjoni kienet ta' madwar 5.7 miljun.", "Jekk il-gvern mhux se jifhem li bid-deċiżjoni li ħa din l-industrija minn Lm600 pitrolju se tibda tħallas Lm1,600 u li mhux 18% qiegħda minn taħt imma 40%, allura għandna problema kbira.", "Jien mhux qed ngħid li għandna nitolbu s-sospensjoni tal-Kamra imma dawn l-affarijiet aħjar jiġu ċċarati issa.", "U jekk il-gvern qed jaħseb li dawn l-affarijiet qed nivvintahom jien qed jaħseb ħażin.", "X'qed nipprova ngħid, Sur President?", "Qed ngħid li jekk il-gvern ikkonkluda li din l-industrija tiflaħ din l- ispiża żejda tal-pitrolju għax qed titlef 18% biss, dan ikkonkluda ħażin għax fir-realta` din 40% qed titlef.", "Hemm bżonn li niċċarawha din għax ma jistax ikun li għandna figuri differenti.", "Jien napprezza x'qal il-kollega tiegħi, l-Onor.", "Anthony Abela, li jien u hu niġu minn distrett fejn mingħajr ma trid titkellem fuq dawn l-affarijiet imma dawn huma affarijiet importanti.", "Sur President, f'din il-Kamra għandna nitkellmu b'ċerta responsabbilta` meta nitkellmu fuq l-ikel, u f'dan il-każ fuq it-tiġieġ, u m'għandniex nitbissmu u nwaqqgħu dawn l-affarijiet għaċ-ċajt.", "L-industrija ta' l-ikel hija importanti għax wara kollox ebda tabib ma jfejjaq jekk ikun bil-ġuħ u ebda avukat ma jiddefendi n-nies fil-qorti jekk ma jkunx qed jiekol.", "Ma nistgħux inqisu l-kummerċ ta' l-ikel bħala xi ħaġa sekondarja.", "60% tal- kummerċ fid-dinja jinvolvi l-ikel u nofs il-paga tal-familja tintnefaq fuq l-ikel u x-xorb u allura meta aħna nkunu qed nitkellmu fuq dawn l-issues, inkunu qed nitkellmu fuq issues li huma l-bażi tas-soċjeta`.", "Kieku l- industrija tal-kosmetika f'salt wieħed sabet piż ta' Lm1,000 fuq kull Lm600 materja prima li kienet taħli, il-familji Maltin u Għawdxin setgħu faċilment jonfqu inqas għax din m'hijiex ħaġa essenzjali imma l-ikel huwa essenzjali u l-ebda soċjeta` ma tista' tgħaddi mingħajru.", "L-Onor.", "Anthony Abela u l-Onor.", "Marie Louise Coleiro għamlu l-argumenti tagħhom fir-rigward tal-liberalizzazzjoni tal-prezz tal-ħobż.", "Hawnhekk ma rridux ninsew li filwaqt li qed ngħidu li għandna l-liberalizzazzjoni, aħna rridu nimportaw kollox minn barra u diġa` qed naraw strains ġodda fuq il- kompetittivita` tagħna.", "Filwaqt li l-gvern qed jilliberalizza l-prezz tal- ħobż li jiġi mid-dqiq u allura jiġi mill-qamħ li jintaħan fil-mills tagħna, il-gvern mhux qed iħalli lil dak li jkun jimporta minn pajjiż li jkun qed ibigħ il-qamħ bi prezz irħas minn dak ta' l-Unjoni Ewropea għar-raġuni li jekk xi ħadd jagħmel dan, dan irid iħallas levy u dawn il-levies ġodda qed joħolqu constraint kbira fuq il-kompetittivita` tagħna.", "Sur President, il-poplu ma jafx li qabel aħna konna nimportaw 35,000 tunnellata zokkor - din hija d-domanda nazzjonali - mis-swieq internazzjonali u dawn kien jiswewna medja ta' euro 250 u llum din l-ispiża għoliet għal euro 720 minħabba li issa aħna marbutin li nixtru bil-prezz intern ta' l-Unjoni Ewropea.", "Apparti minn hekk il-gvern jiġbor it-taxxi fuq dan u b'hekk joħroġ euro 422 oħra fuq kull tunnellata.", "Meta aħna ngħidu li rridu niddefendu x-xogħol u allura rridu noqogħdu attenti għall-piżijiet li qed jaħkmu l-ekonomija tagħna, irridu dejjem inżommu f'moħħna din il- pressure li indirettament qiegħda fuq spallejn il-konsumaturi li tajjeb jew ħażin iridu jħallsu dik l-ispiża għax l-importatur se jgħaddiha fuqhom u li anke qed iħallsu bit-taxxi tagħhom għax il-gvern se jkollu jissussidja prodotti li ma nipproduċux bħalma hu z-zokkor.", "Jien nerġa' ngħid li dan mhux qed ngħidu b'sens ta' kritika anzi llum qed nieħu gost li qed nitkellem ma' sieħbi li trabbejna flimkien.", "Jien qed nitlob biex nagħtu widen lis-sens komun.", "Illum għandna gvern li raħħas l- inbid pero` għolla l-ilma tax-xorb kemm mill-vit kif ukoll mill-flixkun, għolla l-kafe`, għolla t-te, għolla l-luminati u għolla l-fruit juice.", "Dan il-gvern veru raħħas l-għaġin għax neħħa l-levy pero` mbagħad il-prezz tal- ġobon, tal-butir, tad-dqiq, tal-ħobż, tal-corned beef u tat-tonn taż-żejt għola.", "Jien ngħid lil tan-naħa l-oħra biex ineħħuha minn rashom li l-oppożizzjoni ma tafx x'qed tgħid jew qed tgħid xi ħaġa li kienet tapplika fl-imgħoddi u li issa m'għadhiex.", "L-oppożizzjoni qed titkellem fuq dak kollu li jolqot il-kompetittivita` tagħna.", "Jien nifhem l-aġenda tal-gvern li jrid isostni l- kompetittivita` imma dan irid jispjega l-poplu l-istrains kollha li hemm fuq il-kompetittivita` tagħna.", "Issa pajjiżna jrid jara kif se jsib dawk il- Lm35 miljun biex jissussidja l-laħam aħmar, il-ġobon u l-butir.", "Bħalissa s- sistema qiegħda tnixxef il-kompetittivita` tal-prodott li qed timporta u tnixxef iżjed il-kompetittivita` tal-prodott li qed tipproduċi lokalment.", "Dawn huma fatturi li ma jolqtux lill-faxex kollha tas-soċjeta` imma żgur jolqtu l-iktar lin-nies li jiddependu mill-benefiċċji soċjali, lill- pensjonanti, lill-ħaddiema li huma bil-minimum wage u lil dawk it-8,000 li għadhom ifittxu l-impjieg minħabba li sfortunatament ma jistgħux isibuh.", "Mhux faċli għalihom dawn li jmorru jaħdmu l-Lussemburgu, l-Ingilterra jew l- Italja.", "Aħna qegħdin nargumentaw f'ġieħ is-sewwa u mhux qed nitkellmu f'sens partiġjan imma qed nitkellmu favur is-sens komun.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Sur President, l-Onor.", "Brincat qal li huwa veru li meta hu kien ministru tal-finanzi kien hemm hike fuq il-prezzijiet tal- pitrolju u li l-gvern Nazzjonalista kien raħħashom wara li tela' fil-gvern pero` wieħed irid jara l-kontest politiku ta' dak iż-żmien u anke l- prezzijiet tal-fuels.", "Dak iż-żmien barmil żejt kien jinbiegħ USD12 filwaqt li din il-ġimgħa stess fuq l-aħbarijiet internazzjonali, xbajna nisimgħu li l-produtturi jridu jżommu l-prezz taż-żejt għal madwar USD50 sabiex jassiguraw li ma jkunx hemm glut u allura jkollhom jorħsu l-prezzijiet.", "Jekk wieħed jikkompara prezz ma' prezz isib li l-prezz ta' l-1998 huwa kważi 25% tal-prezz tal-jum.", "Dan qal li d-diesel u l-pitrolju kważi għandhom l-istess prezz u jien naħseb li dan għandu jkun informat li bil- mod kif tinħadem is-sistema tal-prezzijiet, id-diesel diġa` huwa ftit għola mill-prezz tal-pitrolju.", "Fuq dak li qal l-Onor.", "Noel Farrugia, wieħed jista' jibqa' jargumenta għal sena sħiħa u xorta m'aħniex se naqblu fuq il-viżjoni tagħna dwar kif il- pajjiż jittratta l-kompetittivita`.", "Li huwa importanti hu li l-pajjiż, imexxih min imexxih, ikun lest li jaffronta l-isfida li l-kompetittivita` toffri lill-Ewropa.", "L-isfidi tal-kompetittivita` li għandna llum ġejjin mill-fatt li f'dan il-one world market, ċerti pajjiżi qegħdin jaġixxu b'mod li wieħed bilfors irid joħloq sistema ta' protezzjoniżmu għall-Unjoni Ewropea minħabba li dawn faċilment jirbħu l-isfida fil-costs għax għandhom kondizzjonijiet wisq differenti minn dawk li l-Ewropa toffri lill-ħaddiema.", "Min-naħa l-oħra, jekk aħna nipproteġu dawn il-prezzijiet fil-konfront ta' l- Unjoni Ewropea, – il-biċċa l-kbira tal-kummerċ tagħna nagħmluh ma' dan il- blokk - dan jista' jfisser telf kbir ta' impjiegi fl-esportazzjoni u allura naslu fl-istadju li nkunu bil-wisq agħar minn dak li qed jalludi għalih l-Onor.", "Farrugia.", "L-Onor.", "Farrugia jaf għax igħix ir-Rabat bħalma ngħix jien u t-tnejn li aħna nħobbu mmorru nimxu mat-toroq, li minkejja ċ-ċifra ta' 8,000 ruħ li qed jirreġistraw, nafu li parti minn dan l-ammont tinkludi nies ma jaċċettawx kull tip ta' impjieg, parti oħra tinkludi nies għandhom 'il fuq minn 40 sena u minkejja li l-gvern ħa miżuri sabiex jipprova jagħti spinta lill-impjieg ta' dawn in-nies, xorta jibqa' diffiċli li ssibilhom xogħol u hemm parti oħra, xi 2000 ruħ li jkunu qed jaħdmu b'mod illeġittimu u jibqgħu jirreġistraw għax-xogħol.", "Dan minkejja x-xogħol li jsir mid- dipartimenti rispettivi sabiex jaraw li dawk li qegħdin jirreġistraw ma jkunux qed jaħdmu.", "Nagħlaq biex ngħid li llum kellna ripetizzjoni tad-diskors li ntqal diġa` fl-istadju tat-Tieni Qari.", "Sfortunatament minflok m'hu qegħdin inħarsu lejn klawsola wara l-oħra u niddibattu fuqha, tan-naħa l-oħra qegħdin jagħmlu interventi politiċi fuq il-politika kollha tal-gvern.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Karl Chircop.", "ONOR.", "KARL CHIRCOP: Sur President, hawnhekk qed niddibattu fuq iż-żieda fil-prezz tal-pitrolju fejn fil-fatt dan se jirdoppja b'daqqa ta' pinna u se jolqot ħażin ħafna mhux biss lill-industirja tat-trobbija tat-tjur u industriji oħrajn li kienu qed jużaw dan il-fuel bħala parti mill-proċess tagħhom, imma se jkun qed jolqot ħażin ukoll lis-settur soċjali.", "Aħna nafu kemm il-pitrolju għadu jiġi utilizzat minn faxex ta' nies fis-soċjeta` tagħna bħalma huma l-anzjani u familji tal-ħaddiema li ma jaffordjawx isaħħnu djarhom permezz ta' l-elettriku għax kulħadd jaf li l-elettriku huwa enerġija li tiswa l-flus speċjalment issa bis-surcharge ta' 17%.", "Kulħadd jammetti li għad hawn nies fis-soċjeta` tagħna li għad għandhom bżonn jużaw il-pitrolju għax ma jistgħux jaffordjaw mezzi oħrajn.", "Il- gvern ġab l-argument li qed jgħolli l-prezz tal-pitrolju u jagħmlu ekwivalenti għal dak tad-diesel biex jaqta' l-abbuż ta' dawk li kienu qed jabbużaw billi jħalltu l-pitrolju – li kien l-irħas fuel - mad-diesel.", "Pero` ma jistax ikun li b'din l-iskuża l-gvern jgħakkes lil dawk in-nies li għadhom jużaw il-pitrolju.", "Sfortunatament hawnhekk il-gvern qed jonqos u qed juri biċ-ċar li għandu nuqqas ta' sinsla.", "Jien kont nippretendi minn dan il-gvern li tant jiftaħar li huwa effiċjenti li jekk verament ried jiġġieled l-abbuż – u aħna minn din in-naħa dejjem għedna kontra l-abbuż - u fl-istess ħin jipproteġi l-interessi ta' dawk in-nies li semmejt, seta' faċilment ħareġ xi skema ta' sussidju biex dan il- pitrolju jibqa' jkun available bi prezz irħas għal dawn in-nies li għandhom bżonn.", "Sistema li wieħed jista' jaħseb fuqha hija, per eżempju, li dan is- sussidju jeħduh dawk in-nies li għandhom il-karta r-roża li diġa` għandhom diversi sussidji bħal sussidju fuq il-kontijiet tat-telephone, tad-dawl u ta' l-ilma.", "Ma nistgħux nifhmu kif il-gvern ma ħariġx xi forma ta' skema simili almenu għal dawk in-nies li għandhom il-karta r-roża.", "Kieku veru l- gvern kellu intenzjoni serja li jnaqqas l-abbuż imma fl-istess ħin ried juri li verament għad baqagħlu xi forma ta' kuxjenza soċjali, dan kien jimxi b'din is-sistema u wieħed kien jaċċetta din il-mossa fil-budget.", "Irrid ngħid ukoll bla tlaqliq ta' xejn li meta wieħed jikkonsidra din iż- żieda fil-prezz tal-pitrolju u kemm se tkun qed tolqot ħażin lil dawk li verament għandhom bżonnu u kif dan il-faxx tas-soċjeta` diġa` huwa mgħakkes minn dan il-gvern minħabba ż-żieda fenominali ta' taxxi - nafu li fis-sena li qegħdin fiha se jkun hawn żieda ta' 8.4% fit-taxxi li fil-parti l-kbira tagħhom se jkunu qegħdin jolqtu l-aktar ħażin lill-faxxa ta' taħt u tan- nofs li huma dawk il-faxex li jużaw il-pitrolju biex isaħħnu djarhom – wieħed jinduna kemm din il-miżura hija soċjalment inġusta.", "Nerġa' ngħid illi kieku l-gvern verament għad baqagħlu xi forma ta' kuxjenza soċjali, kien imissu ħareġ b'xi forma ta' sussidju fuq il-pitrolju lil dawk in-nies li għandhom il-karta r-roża sabiex dawn ikunu jistgħu jsaħħnu djarhom.", "Irrid ngħid li ħafna minn dawn in-nies li qegħdin nitkellmu dwarhom illum għandhom problemi soċjali kbar ma' wiċċhom.", "Dawn għandhom problemi kbar ta' xogħol u ta' għoli tal-ħajja meta jmorru jixtru l-affarijiet essenzjali u dan kollu hu riżultat tal-politika żbaljata u irresponsabbli ta' dan il- gvern.", "Naraw, per eżempju, kif għandna problema kbira fil-qasam tas-saħħa.", "Naraw kif il-prezzijiet tal-mediċini baqgħu telgħin u mediċini li suppost qed jipprovdihom il-gvern, qed ikunu ta' spiss out of stock.", "Dawn il- mediċini jiswew ħafna flus u qed ikollna medja ta' xahrejn jew tliet xhur fis-sena fejn dawn mhux qed ikunu available u allura l-pazjenti jkollhom imorru jixtruhom anke minħabba s-sistema li tieħu wisq żmien biex jinħarġu l-permessi speċjali sabiex jingħataw dawn il-mediċini.", "Fl-istess ħin nafu li ċerti aġenti, biex jiffrankaw li jirreġistraw mediċini minħabba r-regoli ġodda ta' l-Unjoni Ewropea, temmew l- importazzjoni ta' ċerti prodotti li forsi kienu jmexxu anqas minn oħrajn.", "Xi ġralu l-konsumatur minħabba dan?", "Il-konsumatur naqsitlu l-għażla mill- ispiżeriji privati u l-prezzijiet tal-prodotti li għadhom jidħlu għolew.", "Jiġifieri l-konsumatur naqsitlu l-għażla tal-mediċini li jiġu ordnati lilu mit-tabib u żdiedlu l-prezz tal-mediċini li jista' jixtri mill-ispiżeriji privati.", "Biex ikompli jitfa' l-melħ fuq il-ferita, il-gvern qed ikompli jiġi jaqa' u jqum kompletament mis-sitwazzjoni li għandna fl-isptarijiet u fil-polikliniċi.", "Minn hawnhekk irrid inrodd ħajr lill-istaff kollu ta' l- isptarijiet u anke tal-polikliniċi kollha tal-mirakli li jagħmlu biex itaffu xi ftit mill-problemi li jiltaqgħu magħhom ta' kuljum.", "Sur President, fl-isptar San Luqa kontinwament niltaqgħu mal-problema ta' nuqqas ta' staff.", "Per eżempju, għalkemm is-swali qed jilqgħu id-doppju tal-pazjenti li jesgħu, filgħaxija dawn jiġu managed b'żewġ nurses biss jew inkella b'nurse u nursing aide filwaqt li filgħodu, meta jkun hemm aktar workload, dawn iridu jiġu managed bi tlieta jew erba' nurses biss.", "Dan huwa ħażin speċjalment bħalissa meta nafu li hawn l-influwenza li żżidlek il-workload fuq l-isptar.", "Qegħdin naraw ħafna pazjenti li mis- swali tal-mediċini qed jiġu shifted għas-swali tal-kirurġija u swali ta' l- ENT u kif nafu, jekk tintroduċi mard infettiv f'dawn is-swali, tista' tkun qed tipperikola saħħet dawk il-pazjenti li jkunu għadhom kemm ħarġu minn xi intervent kirurġiku.", "Din hija s-sitwazzjoni preżenti fl-isptar San Luqa fejn bħalissa hemm madwar 1,200 pazjent.", "Nafu wkoll li dan il-gvern \"bravu tagħna\", se jkun nefaq madwar Lm250 miljun biex jibni sptar li se jkollu 650 sodda.", "U aħna għandna rebus sħiħ fl-isptar San Luqa meta nafu li hemm 1,200 sodda, aħseb u ara x'inhu ġej issa meta jiftaħ l-isptar il-ġdid li se jkollu biss nofs dak l-ammont ta' sodod!", "Ma jistax ikun li filwaqt li l-poplu qed jiġi ffaċċjat b'din is-sitwazzjoni ħażina, il-gvern jintaxxah fuq xi ħaġa li hija essenzjali għall-għajxien tiegħu.", "Hawnhekk qed nirriferi għall-kwestjoni taż-żieda fuq il-prezz tal- pitrolju li kif diġa` għedt, jiġi wżat minn dawk li l-inqas jifilħu jaffordjaw sistemi oħrajn biex isaħħnu d-djar tagħhom.", "Il-gvern għabba lil dawn in-nies b'piż doppju meta nafu li l-introjtu ta' dawn il-familji bil- mod il-mod qed jiġi mminat.", "L-istatisitka turina li s-savings ratio tal-familji Maltin u Għawdxin kollha kompla naqas b'mod drastiku.", "Naraw kif filwaqt li fl-1995, familja Maltija kienet iġġemma' Lm10 minn kull Lm100 li kienet taqla', issa lanqas biss qiegħda ġġemma' Lm2.", "Jien ngħid li hemm familji li mhux biss ma jġemmgħux dawn il-Lm2, imma lanqas biss qed isservihom il-paga biex ilaħħqu ma' l-ispejjeż ta' kuljum għall-affairjiet essenzjali.", "Irrid ngħid li dan kollu huwa għajb għal dan il-gvern u li kieku verament ried jiġġieled l- abbuż fil-kwestjoni ta' l-użu tal-pitrolju, missu għamel dan b'mod serju u missu attakka direttament fejn hemm l-abbuż u fl-istess ħin ħa ħsieb dawk il-faxex kollha fis-soċjeta` tagħna li kienu jużaw il-pitrolju sempliċiment biex isaħħnu djarhom għax ma jaffordjawx mezzi oħra.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Sur President, wieħed japprezza l-argumenti ta' l- Onor. Chircop pero` l-argumentazzjoni tiegħu ma taqbel xejn ma' l-argumenti li ġab il-partit tiegħu meta għamel il-budget ta' l-1998.", "Jekk wieħed iqabbel like with like wieħed ikollu jgħid: Dan huwa l-istess partit li fuq din in-naħa tkellem mod u fuq dik in-naħa qed jitkellem b'mod totalment differenti?", "Minkejja li dak iż-żmien il-prezzijiet kienu ħafna irħas minn dawk li huma llum, il-gvern ta' dakinhar xorta mar għal hike fuq il-prezzijiet.", "Issa dak iż-żmien ma kellux jagħmel dan għax ma kienx hemm l-abbuż li kien hemm dan l-aħħar fl-użu tal-kerosene u l-prezzijiet ma kenux bħal dawk tal-lum.", "Il-kwestjonijiet l-oħra li semma l-Onor.", "Membru naħseb li ma jaqgħu xejn fil-kontest ta' dak li qegħdin niddiskutu llum.", "Fuq is-saħħa jien ngħid li l-gvern tal-lum għamel passi kbar 'il quddiem u s-settur tas-saħħa f'pajjiżna jinsab f'rank tajjeb internazzjonalment.", "Il-gvern ovvjament se jkompli jaħdem biex jiftaħ l-isptar Mater Dei li eventwalment se jieħu post l-isptar San Luqa.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Sar il-ħin.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "Il-Kamra rriżumiet u l-Viċi President tal-Kumitat irrapporta progress u talab il-permess sabiex il-Kumitat jerġa' jiltaqa'.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Insejjaħ lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u l-Intern biex, jekk jogħġbu, iressaq l-aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "TONIO BORG (Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l- Intern): Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar l- Erbgħa, 2 ta' Frar 2005, fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li Jimplimenta Miżuri ta' l-Estimi – Kumitat (Kont); u", "Abbozz ta' Liġi dwar Arkivji Nazzjonali – Kumitat (Kont.). -----------------------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Kunsilli Lokali - Kumitat Permanenti", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Reġistru Ċentrali - Kumitat Permanenti.", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Sigurta` Soċjali - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Charles Buhagiar.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Mr Speaker, illum nixtieq nitkellem fuq ix- xogħlijiet li qed isiru fit-toroq arterjali ta' pajjiżna.", "F'dawn l-aħħar ġimgħat il-Ministru Jesmond Mugliett żar diversi minn dawn it-toroq u tkellem ħafna fuq ix-xogħlijiet li qed isiru fit-toroq arterjali permezz tal-fondi li ġew mill-protokoll Taljan.", "Filwaqt li huwa tajjeb li jsiru dawn ix-xogħlijiet u li wieħed jagħmel monitoring biex jara li l-fondi li hemm għalihom jintnefqu fiż-żmien stipulat, naħseb li bħala pajjiż m'aħniex qed nagħtu attenzjoni biżżejjed għal żewġ issues li fl-opinjoni tiegħi huma importanti ħafna.", "L-ewwel issue hija l-kwestjoni tat-traffic management konnessa max- xogħlijiet li qed isiru.", "Meta tagħmel xogħlijiet fuq toroq arterjali bħal dawn, għalkemm il-kuntratturi jintalbu biex jagħtu traffic management plan ta' kif se jimmaniġġjaw it-traffiku sakemm isiru x-xogħlijiet, minn dak li qegħdin naraw jidher ċar li dawn il-plans mhux qegħdin jiġu studjati bir- reqqa għall-konsegwenzi li jista' jkollhom.", "Illum qegħdin naraw li minħabba li qegħdin isiru ħafna xogħlijiet f'daqqa - jien ma nistax nifhem għalfejn qed isiru ħafna xogħlijiet f'daqqa għaliex l- istess ministru, f'diskors li għamel nhar il-Ħadd li għadda f'każin politiku qal li l-protokoll Taljan li qed jagħti l-funds għal dawn it-toroq ġie estiż għal xi sentejn oħra u allura minflok ma nlestu x-xogħlijiet fit- toroq sa Settembru tas-sena d-dieħla stajna faċilment għamilnihom fuq medda itwal ta' żmien u se ngħid għaliex - hemm parti ċentrali minn Malta li tinsab f'konfużjoni sħiħa ta' traffiku.", "Per eżempju, it-triq li tagħti minn Ħal Qormi għal Ħaż-Żebbuġ qed isiru x-xogħlijiet fiha, it-triq li tagħti minn Ħaż-Żebbuġ għas-Siġġiewi qed isiru x-xogħlijiet fiha, it-triq li tagħti minn Ħaż-Żebbuġ għar-Rabat qed isiru x-xogħlijiet fiha u t-triq li tagħti minn San Ġużepp tat-Tarġa għar-Rabat qed isiru x-xogħlijiet fiha wkoll u tinsab magħluqa.", "Allura dan kollu qed iwassal biex it-traffiku kollu ta' dawk l-inħawi li jkun sejjer min-north għas-south ta' Malta qed jgħaddi minn post wieħed, jiġifieri minn Ħ'Attard.", "Illum f'ċerti ħinijiet huwa impossibbli li t-traffiku jgħaddi minn Ħ'Attard b'ċertu ritmu, għax qed ikun hemm konfużjoni kbira u ħafna traffic jams bil- konsegwenza li t-traffiku qed jipprova jgħaddi minn toroq sekondarji li mhux suppost jgħaddi minnhom u qed ikun hemm ħafna taħwid fil-mod ta' kif qed jitmexxew l-affarijiet.", "Ma nistax nifhem kif, per eżempju, il-kunsill lokali ta' Ħ'Attard ma pprotestax għall-fatt li peress li t-traffiku kollu ġie ddevjat għal dan ir-raħal, qed joħloq inkonvenjent kbir għar-residenti.", "Apparti minn hekk, ħafna drabi t-traffiku jipprova jsib toroq oħra minn fejn jgħaddi.", "Per eżempju, jekk it-triq li minn Ħaż-Żebbuġ tagħti għar- Rabat illum hija magħluqa, it-traffiku qed igħaddi minn dik it-triq magħrufa bħala Triq it-12 ta' Mejju fil-limiti ta' Ħaż-Żebbuġ li qabel kienet tgħaqqad lil Ħaż-Żebuġ mar-Rabat, bil-konsegwenza li din it-triq li qabel kienet fi stat mhux ħażin, illum tfarrket.", "Għalkemm din it-triq suppost taqa' taħt ir-responsabilita` tal-kunsill lokali ta' Ħaż-Żebbuġ, is-sitwazzjoni li qiegħda fiha m'hijiex minħabba nuqqas ta' manutenzjoni imma minħabba l-ammont ta' traffiku li jgħaddi minn ġo fiha.", "Il-Ministru Jesmond Mugliett wiegħed lill-kunsill lokali ta' Ħaż- Żebbuġ li din it-triq se titranġa.", "Fil-fatt kien beda jsir ftit patching ta' kafkaf, imbagħad waqaf.", "Issa x-xogħol fuqha ilu wieqaf ftit ġranet mhux ħażin bir-riżultat li għandna din it-triq imfarrka.", "L-istess ġara fit-triq li tagħti minn Ħaż-Żebbuġ għas-Siġġiewi.", "Peress li fit-triq prinċipali li tgħaqqad Ħaż-Żebbuġ mas-Siġġiewi qed isiru x- xogħlijiet u ngħalqet, it-traffiku qed jgħaddi minn triq żgħira rurali li tgħaqqad lil Ħaż-Żebbuġ mas-Siġġiewi, dik il-famuża triq fejn fis-snin sittin fi żmien gvern Nazzjonalista kien se jsir bridge.", "Qabel ma saru x- xogħlijiet din it-triq il-qadima ngħatat kisja ta' żewġ pulzieri tarmac, donnhom ma ndunawx li mis-Siġġiewi jgħaddi traffiku tqil ħafna.", "Fl-akkwati tas-Siġġiewi, l-Imqabba u l-Qrendi għandna konċentrazzjoni kbira ta' barrieri tal-franka.", "Apparti minn hekk, hemm konċentrazzjoni ta' barrieri li fihom qed jintradam il-materjal li nieħdu mill-industrija tal- kostruzzjoni bil-konsegwenza li din il-famuża triq, li issa qed jgħaddi minnha traffiku tqil, tant hija dejqa li f'partijiet minnha x-xarabanks - anke l-public transport minn hemm irid jgħaddi - bilkemm iduru.", "B'konsegwenza ta' dan ġara li ż-żewġ pulzieri tarmac li ngħata diġa` spiċċa.", "Tant hu hekk li din it-triq tkissret kollha.", "Aktar preokkupanti minn hekk huwa l-fatt li l-parti tat-triq li tiġi fuq il- wied qed iċċedi.", "Dawn huma okkażjonijiet fejn tara n-nuqqas ta' ħsieb li qed isir meta jinfetħu dawn it-tip ta' toroq biex suppost ikun hemm an alternative traffic arrangement.", "Issa biex isalvaw din it-triq milli jkompli jiġrilha l-ħsara għamlu żewġ signs fit-tarf tat-triq biex il-heavy vehicles li jkunu sejrin lejn is-Siġġiewi ma jgħaddux minnha.", "U jien nistaqsi: Jekk il-heavy vehicles li jkunu sejrin lejn is-Siġġiewi ma jistgħux jgħaddu mit-triq prinċipali li kienu jużaw qabel u lanqas jistgħu jgħaddu mit-triq sekondarja, jista' xi ħadd jgħidli minn fejn se jgħaddi l- heavy traffic li jkun sejjer għas-Siġġiewi?", "Għax m'hemmx minn fejn jgħaddi ħlief minn dawn iż-żewġ toroq!", "Biex taparsi solvejna l-problema waħħalna żewġ signs fit-tarf tat-triq bil-kliem \"no heavy vehicles allowed\" u ħadd ma qalilhom minn fejn se jgħaddu.", "B'dan il-mod qed isiru l-affarijiet u dan juri n-nuqqas ta' serjeta` li bih qed nagħmlu x-xogħlijiet f'pajjiżna.", "Filwaqt li ngħid li għandna bżonn nagħmlu upgrading tat-toroq arterjali – irrid ngħid li qegħdin ħafna lura fix-xogħol – ngħid ukoll li dan irridu nagħmluh b'ċertu sens.", "Ma jistax ikun li naqbdu x-xogħlijiet kollha f'daqqa u ma nagħtux kas tal-konsegwenzi li qegħdin noħolqu.", "Barra minn hekk irridu nqisu l-inkonvenjent li qed noħolqu lix-xufiera li jużaw dawn it-toroq.", "Ma jistax ikun li għal xhur on end tippermetti li tingħalaq triq bil-konsegwenza li toħloq konġestjoni enormi tat-traffiku.", "Jien nistieden lil kulmin qed jismagħna biex imur sa ħdejn il-bieb il-ġdid ta' Ħaż-Żebbuġ, fit-tarf ta' fejn hemm Vjal il-Ħelsien għall-ħabta tas- 7.00 a.m. ħalli jaraw x'konfużjoni kbira ta' traffiku jkun hemm minħabba li t-toroq kollha huma magħluqin u huma channelled biex jgħaddu minn triq waħda.", "Il-konfużjoni u t-traffic jams huma xi ħaġa inkredibbli hemmhekk, fejn ħafna mill-ħaddiema biex jaslu għax-xogħol qegħdin jieħdu nofs siegħa iktar milli kienu jieħdu qabel.", "Dan m'huwiex sew, għax huwa inkonvenjent kbir u alllura rridu nibdew nagħtu kas li meta nagħmlu xogħlijiet fit- toroq, jekk jista' jkun nagħmluh b'inqas inkonvenjent.", "Sur President, dan juri nuqqas ta' ippjanar fil-mod kif isiru l-affarijiet u jekk irridu naraw kemm verament ma nafux nippjanaw ix-xogħol, nistgħu naraw ix-xogħol li qed isir bħalissa fit-tarf ta' Triq Sant'Anna l-Furjana ħdejn il-Bieb tal-Bombi.", "Peress li l-ġeometrija ta' din it-triq ma kenitx tajba biżżejjed, inħasset il-ħtieġa li tinqala' u terġa' ssir, imma allura kellna naqilgħuha proprju issa din it-triq?", "Dan meta nafu li t-triq alternattiva biex toħroġ 'il barra mill-Belt, li hija t-triq tax-xatt min- naħa ta' fejn l-imħażen ta' Pinto, ġiet magħluqa minħabba li t-triq li fetaħ il-Ministru Jesmond Mugliett xi tliet xhur ilu kellha terġa' tingħalaq għax waqa' l-ġebel fuqha u l-gvern ħareġ Lm70,000 sabiex jirranġaha!", "Din it-triq inbniet mill-konsorzju li qed jagħmel il- cruiseliner terminal, imma għaliex issa tkissret minħabba li waqa' l-ġebel fuqha se jirranġaha l-gvern!", "Insomma, f'dan il-pajjiż hekk isiru l- affarijiet.", "Mela t-triq li toħorġok barra mill-Belt min-naħa tax-xatt tal-Belt hija magħluqa, it-triq tal-Furjana li toħorġok mill-Belt għamluha one lane u tista' timmaġina x'konfużjoni qed tinħoloq lin-nies li jridu joħorġu mill- Belt fir-rush hour!", "Fil-fatt hemmhekk qed ikun hemm konfużjoni kbira u qed jinħolqu traffic jams kbar.", "Per eżempju, ma tawx kas lanqas li issa proprju huwa ż-żmien tal-karnival.", "Din it-triq iridu jgħaddu minnha l- karrijiet huma u ħerġin mill-Belt għaliex iż-żewġ toroq li jistgħu jgħaddu minnhom jew jinsabu magħluqin jew tant huma dojoq li l-karrijiet ma jgħaddux minnhom.", "Dan juri n-nuqqas ta' ippjanar għaliex ma kellux jinbeda x-xogħol fi triq fil-Furjana proprju meta t-triq li hi parallel magħha hija magħluqa wkoll u meta bħalissa huwa żmien il-karnival u Triq Santa Anna tintuża' f'parti miċ-ċelebrazzjonijiet ta' dawn il-festi.", "Dan juri biċ-ċar in-nuqqas ta' ppjannar u n-nuqqas ta' serjeta` fil-mod ta' kif isiru t- toroq.", "Sur President, punt ieħor li xtaqt nikkummenta fil-qasir fuqu huwa l-famuż proġett li qed jingħad li jrid isir fi Qui-si-Sana, f'Tas-Sliema, fejn xi snin ilu kien inħareġ development brief biex f'dik il-parti ta' Qui-si-Sana fejn hemm il-ġnien isir a multi-storey carpark.", "It-tender biex isir dan ix-xogħol jidhirli li ntrebħet minn C&F Schembri building contractors u milli nista' nifhem, wara n-negozjati li saru mal-MEPA, dan il-proġett, minn multi-storey carpark u kiosk żgħir li kellu jsir fejn illum hemm il- ġnien – fil-fatt il-bqija kellu jibqa' ġnien - f'daqqa waħda spiċċa biex hemm mostru ta' bini.", "Fil-fatt apparti l-multi-storey carpark spiċċajna b'7,000 square metres of tourist related facilities, jiġifieri hemmhekk jista' jkun hemm ukoll ħwienet, restaurants, eċċ. Mela hemmhekk filli ma kellna l-ebda żvilupp ħlief il-carpark innifsu u filli spiċċajna b'7,000 metru ta' żvilupp bħala parti minn dan il-proġett.", "Jien ngħid li n-nies li joqogħdu f'dik l-area għandhom raġun jagħmlu l- complaints għax hemm differenza bejn li tagħmel underground carpark u li timla kullimkien bl-iżvilupp.", "Għalhekk qegħdin jipprotestaw in-nies ta' Tas-Sliema.", "Per eżempju, ħafna mill-kunsilliera ta' hemhekk qed jgħidu: Intom urejtuna development brief li fih il-MEPA kienet qed tgħid li se jsir carpark mentri issa f'daqqa waħda tbiddel kollox u minflok carpark se jsir carpark plus development enormi.", "Sur President, dan kollu qed iwassal sabiex in-nies jgħidu li m'għandhomx fiduċja fil-mod ta' kif isiru l-affarijiet f'dan il-pajjiż.", "Issa mhux billi jiġi l-Ministru George Pullicino u jgħid li għandu fiduċja f'dan il- proġett u li dawn il-kuntratturi qatt ma kienu l-klijenti tiegħu.", "Jien ma nafx jekk kenux il-klijenti tiegħu jew le u ħadd ma staqsih jekk kenux.", "Li naf hu li hawn ministri oħra li huma periti li dawn kienu klijenti tagħhom.", "Pero' l-argument m'huwiex dak.", "L-argument huwa kif minn proġett mod inbidel fi proġett ieħor.", "L-ewwel saret public consultation fuq development brief mod u f'daqqa waħda dan ġie mibdul għal xi ħaġa totalment differenti.", "Dan kollu qed isir bi skop għaliex nafu wkoll li hemm ippjanat li fejn illum hemm ix-xatt ta' Tas-Sliema - proprju f'The Strand fejn hemm ħafna areas ta' parkeġġ u t-triq hija wiesgħa - il-parkeġġ se jiġi eliminat kollu minn hemmhekk b'konsegwenzi serji ħafna għal dawk l-istabbilimenti kollha li hemm, fosthom Marks & Spencer, BHS, Zara, Square Deal u ma nafx kemm iżjed.", "Minn hemmhekk se jeliminaw il-parking kollu u minflok qed jagħmlu dawn il-ħafna carparks.", "Se jagħmlu wieħed bħala parti mill-proġett li qed isir tal-MIDI u se jagħmlu wieħed fi Qui-si-sana, dejjem bl-idea li ntellgħu n-nies lejn dik in-naħa ta' Tas-Sliema.", "Pero` naħseb li bil-mod il-mod se neqirdu n-negozju li hemm fix-xatt ta' Tas-Sliema.", "Jien ċert li n-nies ta' Qui-si-sana ġew imqarrqa fil-mod kif tmexxew l-affarijiet.", "Għalhekk aħna bħala partit Laburista lil dawn in-nies lesti li nagħtuhom il- backing kollu minħabba l-mod kif ġew ittrattati.", "L-affarijiet ma sarux sew u minkejja dak kollu li qed jingħad mill-Ministru George Pullicino hemm bżonn li l-affarijiet jiġu rranġati.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Marie Louise Coleiro.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Fil-ħin li għandi nixtieq kważi kważi ningħaqad ma' dak li kien qed igħid il-kollega tiegħi, l-Onor.", "Buhagiar, imma nixtieq nitkellem fuq aspett ieħor.", "Dan il-gvern mhux biss m'huwiex kapaċi jippjana t-toroq, imma bħala gvern suppost għandu jkun responsabbli li jippjana l-fondi pubbliċi biex jassigura li jagħti kwalita` ta' ħajja aħjar lin-nies.", "U hawnhekk ukoll, dan huwa qasam fejn il-prioritajiet tal- gvern huma kompletament bil-maqlub għaliex filwaqt li m'għandux problema biex jonfoq Lm10 miljun f'ambaxxata fi Brussell, il-gvern Nazzjonalista għandu problema kbira sabiex jakkomoda familji batuti, li ħafna minnhom jgħixu bl-għajnuna soċjali, f'akkomodazzjoni soċjali.", "Il-gvern Nazzjonalista ma jivvotax flus biżżejjed biex jinbnew units li joħorġu għall-kiri u allura s-supply dejjem tkun limitata.", "Fil-fatt il- bieraħ fi tweġiba li ngħatat mill-Ministru Dolores Cristina għal mistoqsija parlamentari li kienet tolqot faxxa partikolari ta' nies fir-rigward ta' akkomodazzjoni soċjali, li huma s-single parents, ġie żvelat li f'dawn l- aħħar għaxar snin kulma ħarġu għall-kiri kienu biss 50 unit.", "Meta wieħed iħares lejn it-totalita` tal-units li l-gvern Nazzjonalista ħareġ matul dawn is-17-il sena tibqa' ċċassata kif gvern li tant saħaq u wiegħed fil- manifesti elettorali tiegħu li ħadd m'għandu jaqa' lura, ħalla tant nies jibqgħu lura proprju fil-qasam tal-housing soċjali.", "Mhux hekk biss imma b'kull rispett lejn l-istess dipartiment tas-social housing, ngħid li xejn ma jaspira fiduċja fiċ-ċittadini li jiġu bżonn dan id-dipartiment minħabba n-nuqqas ta' flessibilita` li teżisti.", "Per eżempju, jien naf b'każ fejn biex familja li għandha bżonn social housing ġiet ipproċessata l-applikazzjoni tagħha damet ix-xhur.", "Kull darba jistaqsu għal karta minn hemm, karta minn hawn u affarijiet oħra li ma jagħmlux sens!", "L-istess ngħid għan-nuqqas ta' sensittivita` li teżisti meta jitrattaw ma' ċerti każijiet u għall-mod kif ċerti każijiet ilhom hemm is- snin.", "Sur President, beħsiebni nsemmi ftit eżempji ħalli nissustanzja dan li qed ngħid, u fl-istess ħin nuri kif dan il-gvern għandu l-prioritajiet tiegħu bil-maqlub.", "Dan il-gvern il-fondi pubbliċi jużahom f'affarijiet li jista' jgħaddi mingħajrhom u ma jużahomx fejn l-aktar li għandu bżonn il-poplu.", "U sadanittant jibqa' għaddej biż-żieda ta' taxxi u piżijiet finanzjarji ġodda fuq kulħadd.", "Per eżempju, jien naf b' familji mifrudin li m'għandhomx akkomodazzjoni xierqa, fejn il-mara bit-tfal ikollha tmur tgħix mal-familja tagħha u r-raġel ikollu jgħix mal-familja tiegħu.", "Naf b'diversi każijiet ta' familji li ġew mifrudin proprju għaliex ma ġewx ipprovduti b'akkomodazzjoni soċjali u m'humiex f'qagħda li jqumu fuq saqajhom għaliex jgħixu bl-għajnuna soċjali.", "Dawn huma nies li lanqas xogħol m'għandhom.", "Li kieku tgħid għandhom ix-xogħol u dieħel ċertu dħul finanzjarju, allura mbagħad wieħed jista' jifhem u forsi jgħid li dawn, on their own steam, jistgħu jagħmlu daqsxejn ta' sforz.", "Pero` kif nafu llum ma nistgħux ngħidu li l-appartamenti li qed toħroġ għall-bejgħ l-awtorita` jistgħu jiġu ndirizzati lejn il-problemi ta' familji b'ċertu dħul.", "Qed ngħid dan għax illum meta qed toffri għall-bejgħ appartament li minkejja li huwa ssussidjat, jiġi jiswa Lm26,000 jew Lm30,000, żgur li mhux se jkun intenzjonat sabiex jindirizza l-problema ta' nies li qed jgħixu bl-għajnuna soċjali.", "Lin-nies li jgħixu bl-għajnuna soċjali u għandhom bżonn akkomodazzjoni xierqa u dinjituża biex irabbu l-familja tagħhom, hemm bżonn li tingħatalhom b'kiri bi prezz raġjonevoli.", "Per eżempju, jien naf b'nies li huma homeless li litteralment jiġru minn dar għall-oħra u dawn idumu x-xhur u s-snin sabiex jinqdew.", "Naf ukoll b'każ ta' familja li ilha li applikat għaxar snin.", "L-ewwel din kienet tgħix f'unit mimli bl-umdita` tant li t- tfal imtlew b'allerġiji u ażżma akuta eċċ. Mill-ewwel darba li applikaw 'l hawn żviluppat problema oħra ta' diżabilita` severa fejn wieħed mill-membri ta' din il-familja kellhom jaqtgħulu saqajh it-tnejn u allura llum huwa wheelchair bound meta f'din id-dar m'hemmx bieb wieħed li jista' jgħaddi minnu bil-wheelchair.", "Huwa inutli li hemm skema ta' l-awtorita` għaliex il- post m'huwiex diċenti biex tgħix fih, għalkemm dawn ilhom jgħixu fih għal għaxar snin.", "Naf b'każ ieħor li ilu għaddej 20 sena ta' mara separata li tgħix f'kerrejja.", "Jien personalment kont ħadtha biex naraw jekk din tistax tibbenefika għal skema li toffri l-awtorita` tad-djar biex il-post jiġi maintained imma l-istess uffiċjali ta' l-awtorita` jafu li dan m'huwiex post li tista' tagħmel upgrading fih għax saħansitra lanqas toilet ma jista' jkollu fejn suppost ikollu minħabba li l-post qiegħed taħt il-livell tat-triq u allura ma tistax tqabbad id-drenaġġ.", "Mela sadanittant dawn in- nies jibqgħu jittamaw u jibqgħu jgħixu fil-miżerja, imbagħad il-gvern li għandu l-flus għal ħafna affarijiet – bħal, per eżempju, għal xi sptar li lanqas se jakkomoda nofs dak li nakkomodaw illum u li se jiswih Lm250 miljun; biex imorru fil-bir tas-skieken għandna ħafna flus - għal dawn it- tip ta' każijiet li huma umanitarji u li jixirqilhom li l-problemi tagħhom jiġu indirizzati minn gvern serju, il-gvern Nazzjonalista, wara 17-il sena, għadu ma sabx il-fondi!", "Sur President, xtaqt insemmi eżempju ieħor ta' kif il-prijoritajiet tal- gvern Nazzjonalista huma bil-maqlub.", "Kif għedt, il-gvern isib il-flus għal xi ambaxxata ta' Lm10 miljun li stajna ngħaddu b'ħafna inqas imma mbagħad l- aġenzija Sapport, per eżempju, li suppost tagħti sapport lill-persuni b'diżabilita`, naqqset is-servizzi li kienet qed tagħti.", "Se nsemmi każ partikolari ta' żagħżugħ b'diżabilita` li jgħix ma' missieru armel u li jitwassal lura d-dar f'ċertu ħin meta l-missier ma jkunx għadu wasal lura mix-xogħol.", "Sakemm jiġi xi membru ta' l-aġenzija Sapport jilħqu jgħaddu xi tliet sigħat u dan it-tifel b'diżabilita` li m'għandu mobilita` ta' xejn irid jagħmel ta' l-inqas tliet sigħat waħdu.", "Għaliex?", "Għax l-aġenzija Sapport m'għandhiex flus u kellha tnaqqas is-sigħat ta' sapport lil dan iż- żagħżugħ u lil tfal u żgħażagħ oħra bħalu.", "Fil-każ ta' żgħażagħ b'diżabilita` ċerti level training centres m'humiex qed jilqgħu lil kulħadd fihom.", "Jien naf b'familji li qegħdin litteralment jissallbu biex ma jħallux it-tfal id-dar u qegħdin iħallsu madwar Lm90 fix- xahar biex dawn ikunu jistgħu jiġu meħuda f'postijiet oħra.", "In-nuqqas ta' sensittivita` ta' dan il-gvern huwa kbir u n-nuqqas ta' kuxjenza soċjali huwa enormi.", "Li ssib il-flus biex tagħmel il-lussu, imma mbagħad fejn għandek tant bżonn tikkonċentra għad-dinjita` u għall-bżonnijiet essenzjali tal-persuna ma ssibx, huwa nuqqas ta' kuxjenza soċjali flagranti!", "L-istess fil-kwestjoni tal-home helpers li jintbagħtu lill-anzjani.", "M'hemmx biżżejjed għaliex m'hemmx flus!", "Jien kelli każ ta' koppja anzjani, fejn ir-raġel għandu diżabilita` severa u huwa wheelchair bound kompletament, il-mara hija anzjana b'mard kroniku eċċ. u Alla jbierek meta għamlu applikazzjoni għal home helper qalulhom li m'hemmx għalfejn jibbenefikaw minn dan is-servizz.", "Dan għaliex hemm xebba li trid tqandel lil missierha u trid tieħu ħsieb lil ommha.", "Wara li kkontestajniha u laħqu għaddew ix-xhur, ikkonċedew helper għal sagħtejn fil-ġimgħa.", "Jista' jkun hawn min igħid li dan huwa tajjeb imma dan żgur m'huwiex skond il-ħteġijiet ta' din il-koppja anzjana b'dawn id-diffikultajiet kollha.", "Dan huwa skond id-deċiżjoni tad-dipartiment u ta' min iddeċieda minn fuq l-iskrivanija biex jgħidilha li l-helper trid tiġi t-tali ġurnata fit-tali ħin.", "Sur President, jekk irridu li l-anzjani jibqgħu fil-komunita` u għadna qed insibu ulied li jkunu lesti li jieħdu ħsieb lil ommhom u lil missierhom - wara kollox dawn qegħdin jiffrankaw lill-gvern bagatella liri, apparti l- fatt li qegħdin jgħinu biex il-ġenituri tagħhom jibqgħu fil-komunita` u nżommuhom ferħanin u mhux jintefgħu f'istituzzjoni - kif ma nagħtuhomx appoġġ lil dawn in-nies?", "Dawn huma nies li jkunu qed jagħmlu strain fuq saħħithom.", "Per eżempju, fl-isptar l-ebda nurse ma tqandel lil xi ħadd li huwa bedridden waħedha imma jkollha l-għajnuna ta' sħabha.", "Pero` Alla jbierek lil din il-familja, fl-ewwel attentat li għamlet sabiex tingħata l- home help, għax hemm xebba d-dar qalulha li m'hemmx għalfejn tingħata għajnuna!", "U li kieku mhux għax jien, l-ewwel waħda, rasi iebsa għaliex deherli li hemm każ umanitarju u komplejt ninsisti fuqu, kieku lanqas dawn is-sagħtejn ma tawha!", "Xi ħaġa li rrid ngħid ukoll hija li saħħa kkonċedejt sagħtejn, dawn għallinqas trid tagħtihom fil-ħin li huwa addattat u bżonjuż u mhux tiddeċiedi minn fuq l-iskrivanija, qisha take it or leave it!", "Dawn huma affarijiet li ma jagħmlux sens.", "Apparti minn dan jien naf b'anzjani oħra li għandhom bżonn home helpers u sal-lum għadhom ma ġewx mogħtija l-home help.", "Hemm ukoll familji li għandhom persuni b'diżabilita` u li għandhom l-għajnuna tal-home helpers li għandhom bżonn ta' ftit aktar sigħat jew anke reorganization tal-ħin ta' matul il-ġimgħa u sal-lum għadhom m'humiex moqdija għaliex m'hemmx biżżejjed home helpers.", "Dan għaliex għall-gvern Nazzjonalista kien hemm affarijiet tal-lussu li ġew qabel dan id-dipartiment tant importanti.", "Jiddispjaċini li jkolli nitkellem b'dan il-mod u nixtieq li konna f'qagħda li nistgħu nitkellmu differenti.", "Għax qegħdin fl-oppożizzjoni ma jfissirx li nieħdu gost indoqqu dawn it-tip ta' qniepen imma nixtieq li dan il- pajjiż jimxi fuq ir-rubini u jimxi b'mod sew ħalli flimkien inkunu nistgħu inkomplu ntejbuh.", "Pero' sfortunatament anke dak li kien hemm sew qed jisfronda bil-mod il-mod!", "Naf b'każ ieħor fejn f'daqqa waħda anzjani li marru għall-kura fl-isptar San Luqa bdew jiġu ffaċċjati biex jagħtu flejjes lura mill-pensjoni tagħhom.", "Jien din il-ġimgħa ddeċidejt li nitkellem ma' uffiċjal għoli tad- dipartiment tas-sigurta` soċjali u staqsejt għaliex qed jitolbu l-flus lura biex inkun naf x'inhuma l-kriterji u fuq liema bażi anzjan jew anzjana li jkunu għall-kura fl-isptar San Luqa qed jiġu mitluba li jagħtu persentaġġ mill-pensjoni tagħhom.", "Dawn l-ewwelnett qaluli li f'dan il-każ iridu jkunu social cases - jiġifieri ma jkunux hemmhekk għall-kura iżda jkunu qegħdin hemm għax minkejja li jistgħu jmorru d-dar ma jkollhomx min idur bihom - u jridu jkunu ilhom hemm madwar sitt xhur.", "Pero` Alla jbierek jien naf b'ruxxmata każijiet - għax xebgħu ġejjin nies għandi – fejn in-nies jgħiduli li l- anzjani kienu hemm għall-kura.", "Każ partikolari ieħor huwa ta' raġel li daħal għall-kura fl-isptar li sfortunatament spiċċa biex miet.", "Dan kien ilu marid xi tliet snin u kienet tieħu ħsiebu l-mara tiegħu fid-dar tagħhom sakemm kien tajjeb biex jibqa' d-dar, imma mbagħad kellu jmur l-isptar għax kien jiġi mogħti saħansitra l-antiobiotics intravenous permezz tad-drip u din hi xi ħaġa li ma setgħetx tingħatalu d-dar.", "Dan lanqas għamel tliet xhur hemmhekk u l-armla tiegħu ġiet mitluba tirrifondi somma mill-pensjoni li suppost kien ħa r-raġel tagħha dak iż-żmien.", "Dawn huma affarijiet li ma jagħmlux sens fejn id-dipartiment jgħid ħaġa u jkunu qed jiġru affarijiet oħra, imma nerġa' ngħid li wasalna f'din l- estremita`.", "M'huwiex biżżejjed li l-gvern Nazzjonalista qed iqaxxar ħajjin lil dawk l-anzjani li huma rikoverati fid-djar residenzjali.", "Issa qed naraw dawn l-affarijiet anke meta tidħol għall-kura l-isptar!", "Jiġifieri lil min qed jibża' li s-sistema tas-saħħa ġejja bil-flus, jien ngħidlu li diġa` ġiet bil-flus u diġa` għandna faxxa ta' nies li qed iħallsu għall-kura tagħhom fl-isptar San Luqa.", "Sur President, irrid insemmi wkoll ċertu taħwid, fil-fehma tiegħi, li jsir fl-ETC.", "Din m'hijiex l-ewwel darba li se nitkellem fuq dan f'din il-Kamra.", "Qed nirriferi għall-mod kif qed jinqatgħu n-nies minn fuq ir-reġistru tar- reġistrar.", "Naf b'każ ta' persuna b'obsessive compulsive disorder li jirreġistra bħala disabled.", "L-iskrivan lil dan kitiblu sabiex imur ħalli jkellmu u għax dan dakinhar qam ma jiflaħx u ma marx, għalkemm qalulu li jekk ma jmurx kienu se jaqtgħuh minn fuq il-lista tad-diżabilita` fil-fatt qatgħuh proprju minn fuq il-lista tar-reġistrar!", "Issa dan ma felaħx imur għax huwa bniedem b'diżabilita` u għandu kondizzjoni u fejn qabel kien jieħu s-social assistance, issa diġa` ilu erba' xhur jistenna l-ħniena għax din qatgħuhielu wkoll.", "Għal-lum se nieqaf hawn u nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar l- Erbgħa, 2 ta' Frar, 2005 fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "SUSSIDJU FUQ ID-DULLIEGĦ", "10240.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid għaliex il-bdiewa ma ħadux la 10c fil- kilo u lanqas 5c fil-kilo fuq id-dulliegħ kif ġie mwiegħed lilhom qabel ir- referendum u l-aħħar elezzjoni ġenerali?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Ninsab informat li s-sussidju li ngħata fuq il- frott mill-ministeru huwa ta' medja ta' 5ċ7 kull kilo, dan għaliex il-ħlas finali kien jiddependi fuq il-valur tal-prodott tal-bdiewa individwali u għalhekk kien hemm każi fejn xi wħud ħadu iktar jew inqas minn 5ċ7 kull kilo ta' frott.", "Nagħmel ukoll riferenza għat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari 10239.", "RABAT - GĦALQA TA' KOLA", "10241.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li jsir ix-xogħol neċessarju fuq l-għalqa ta' Kola fir-Rabat li tħalliet fi stat daqstant degredat, tant li qed toħloq inkonvenjent kbir lit-turisti minbarra lir-residenti tal-lokal meta fuq kollox pajjiżna ħallas Lm2 miljun sabiex akkwista din l-art?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li mhux l-art kollha, magħrufa bħala l-għalqa ta' Kola fir-Rabat, inxtrat mill-gvern.", "Din l-art, sit ta' interess arkeoloġiku, inqasmet f'ħames plots.", "Il-gvern xtara tnejn minn dawn il-plots wara li laħaq ftehim mas-sid.", "Il-plots l-oħra qed jiġu trattati mil-land arbitration board peress li s-sidien attwali ma aċċettawx il-prezz offrut mill-gvern.", "Meta din l-art tgħaddi f'idejn il-gvern tittieħed deċiżjoni dwar kif l- aħjar isir użu tajjeb minn dan is-sit, liema użu ma jridx ikun b'xi mod ta' dannu għall-arkeoloġija li hemm mirduma u protetta taħt wiċċ l-art.", "KOTTONERA - TRAFFIC IMPACT ASSESSMENT", "10263.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Jista' il-Ministru jgħid jekk it-traffic impact assessment għall- Kottonera sarx?", "Jekk iva, jista' ipoġġi kopja tiegħu fuq il-mejda tal- Kamra?", "Jista' jgħid jekk kienx hemm progress dwar l-underground car park propost għal Pjazza Santa Margerita, Bormla?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: It-tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "IMMIGRANTI KLANDESTINI", "10270.", "L-ONOR.", "FRANCO GALEA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'qed jingħataw jieklu u jixorbu bħala regola fuq bażi ta' jum b'jum l-immigranti klandestini fil-kustodja tal-qawwiet tas-sigurta' Maltin?", "Kemm hija stmata li tlaħħaq l-ispiża?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li l-ikel għall-immigranti klandestini li qegħdin taħt il-kustodja tal-pulizija jiġi ppreparat mill-kċina tal- pulizija u jvarja minn ġurnata għal oħra sabiex kemm jista' ikun l-ikel ma jkunx dejjem l-istess.", "Ikun ukoll ippreparat ikel għal dawk fuq dieta u għal dawk li huma veġetarjani.", "Ma' kull ikla jingħata wkoll ilma u frott.", "Barra minn dan, kull filgħodu jiġu wkoll servuti b'panina filwaqt li matul il-ġurnata jingħataw ukoll kafe' diversi drabi.", "Eżempju ta' l-ikel provdut fuq bażi ta' ġimgħa tpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra iktar kmieni fis-seduta.", "Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija ninsab informat illi l-ispiża sabiex ikun servut dan l-ikel fil-preżent hi stmata li tlaħħaq Lm470 kull ġurnata.", "Għal dak li jirrigwarda l-immigranti klandestini li qed jinżammu taħt il- kustodja ta' l-armata, nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi l- mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "RABAT : TRIQ RUDOLPH SALIBA - LEAKAGE TA' ILMA", "10284.", "L-ONOR.", "JOSEPH CASSAR staqsa lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jara li ssir spezzjoni mill-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma minħabba leakage ta' ilma li ilu ħiereġ għal ġimgħat fit-tarf ta' Triq Rudolph Saliba, kantuniera ma' Triq Ħal Bajjada fir-Rabat, liema leakage ilu jiġi rapportat minn nies ta' l-inħawi lill-kunsill u lill-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma għal xi żmien?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jien informat li l-korporazzjoni għas-servizzi ta' l- ilma ma rċeviet l-ebda rapport fuq il-każ imsemmi qabel is-27 ta' Jannar 2005.", "Mill-ewwel investigazzjonijiet li saru dakinhar stess ma rriżultax li kien hemm xi ilma ħiereġ, iżda biss li hemm roqgħa tarmac imxarrba.", "Il-KSI se tagħmel testijiet ta' detection biex jinstab is-sors ta' dan l-ilma.", "Ta' min jgħid ukoll li proprju xi ġimgħatejn ilu għadhom kif saru testijiet ta' rutina f'dik l-akkwata u ma rriżultax li kien hemm xi problemi ta' leakages.", "FLEUR-DE-LYS – ROAD PATCHING", "10287.", "L-ONOR.", "MICHAEL ASCIAK staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jikkunsidra li Fleur-de-Lys, quddiem il-knisja tal-Karmnu, tiġi patched up bħalma ġara aktar 'l isfel għaliex ħafna minnha sfrondat?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ninsab informat li x-xogħol ta' patching li kien sar fit-triq imsemmija mill-Onor.", "Interpellant kien jifforma parti mill- programm ta' xogħlijiet ta' manutenzjoni li qed jiġi mħejji mill-works division.", "L-awtorita' dwar it-trasport ta' Malta tikkunsidra wkoll li din il-parti ta' Fleur de Lys, quddiem il-knisja tal-Karmnu, tiġi kkunsidrata f'dan il-programm u għamlet rapport lill-works division biex b'hekk tkun tista' tiġi msewwija.", "FLEUR-DE-LYS - TRAFFIC LIGHTS", "10288.", "L-ONOR.", "MICHAEL ASCIAK staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jikkunsidra li f'żewġ lokalitajiet fi Fleur-de- Lys, Birkirkara jsru t-traffic lights, wieħed ħdejn il-każin tal-MLP u l- ieħor fil-junction salib ma' Psaila Street?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ninsab informat li l-awtorita' dwar it-trasport flimkien mal-MEPA qed teżamina l-possibbiltajiet ta' immaniġġar tat- traffiku fiz-zona li jinkludu wkoll il-junctions imsemmija mill-Onor.", "Interpellant.", "Dan qed isir sabiex titjieb il-flow tat-traffiku f'din iz- zona.", "SIRINGI TAL-JUVENILE DIABETICS", "10289.", "L-ONOR.", "MICHAEL ASCIAK staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jikkunsidra li l-labar tas-siringi tal-juvenile diabetics jerġgħu jibdew jiġu ta' ħxuna ta' 6mm minflok 8mm għaliex dawk ta' 8mm qegħdin ibenġlu lit-tfal?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba ta' domanda parlamentari 5835.", "GĦOTI TA' FLUS LILL-NGOs", "10290.", "L-ONOR.", "FRANCO GALEA staqsa lill-Ministru tal-Familja u tas- Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid kemm ingħataw flus mill- gvern matul l-2000 u l-2004 lill-għaqdiet mhux governattivi?", "Tista' tagħti rendikont ta' kemm ħadet kull organizzazzjoni, sena b'sena, bejn l-2000- 2004?", "Il-ministeru jitlob awditjar ta' kif intnefqu dawn il-flus?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Ninsab informata li t-tagħrif mitlub qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "RELAZZJONIJIET DIPLOMATIĊI", "10291.", "L-ONOR.", "FRANCO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin: Jista' il-Ministru jgħid x'tip ta' relazzjonijiet diplomatiċi għandha Malta mas-Somalja, Congo, eċċ. (pajjiżi msemmija)?", "Jista' jgħid jekk qattx saru kuntatti diplomatiċi ma' dawn il-pajjiżi biex immigranti klandestini ta' nazzjonalita' ta' dawn il-pajjiżi jiġu ripatriati lura?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Malta m'għandhiex relazzjonijiet diplomatiċi mas- Somalja u mal-Kongo, filwaqt li għad hemm diffikultajiet dwar kuntatti mas- Somalja fejn għal żmien twil lanqas kien hemm gvern ċentrali.", "Issa li spiċċat il-gwerra l-ministeru qed jikkunsidra li jagħmel kuntatt mal-Kongo fuq din il-materja.", "IMMIGRANTI ILLEGALI", "10292.", "L-ONOR.", "FRANCO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin: Jista' il-Ministru jagħti raġuni għaliex Malta għad m'għandhiex ftehim mal-Libja, simili għall-ftehim bejn il-Libja u l-Italja, biex jintbagħtu lura immigranti illegali li jkun stabilit li telqu mil-Libja?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Il-Libja qed tistudja abbozz ta' ftehim sottomess minn Malta fuq din il-materja.", "SKEJJEL TA' L-INGLIŻ", "10293.", "L-ONOR.", "JOSEPH CASSAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn skejjel li jgħallmu l-Ingliż lill-barranin registrati f'Malta?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-iskejjel liċenzjati sabiex jgħallmu l- Ingliż lill-barranin f'Malta u Għawdex jammontaw għal 43.", "SPIŻERIJI TAL-GVERN - PILLOLI OUT OF STOCK", "10294.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l- Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 10185 u cioe' ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra lista tal-pilloli out of stock mill-ispiżeriji tal-gvern?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 10185.", "FGURA FOOTBALL GROUND", "10295.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid fiex waslet id- devoluzzjoni ta' biċċa art maġenb il-ground tal-football fil-Fgura, u dan wara li kemm il-kunsill lokali tal-Fgura kif ukoll Fgura Utd.", "F.C. għamlu talba sabiex fuqha jsir synthetic pitch?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li kwalunkwe talba għal devoluzzjoni ta' proprjeta' tal-gvern lil xi kunsill lokali trid issir mingħand id- dipartiment tal-gvern lokali.", "Fl-istess waqt kwalunkwe talba biex issir allokazzjoni ta' proprjeta' lil xi għaqda sportiva trid tgħaddi mingħand il- kunsill Malti sports.", "Fuq il-każ in kwistjoni t-taqsima proprjeta' tal-gvern ma rċeviet l-ebda talba biex issir id-devoluzzjoni la mid-dipartiment tal-gvern lokali u lanqas mingħand il-kunsill Malti sports.", "B'riferenza għall-korrispondenza li ntbagħtet lit-taqsima mill-Fgura Utd football club ninsab informat li dan kien verbalment intalab sabiex jindika eżatt il-pożizzjoni u l-qies ta' l-art li ntalbet.", "SERVIZZI SOĊJALI - GĦAJNUNA GĦALL-MARD", "10298.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Familja u tas- Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid xi jrid ikun id-dħul ta' familja/ġuvni sabiex ikun intitolat għall-għajnuna għall-mard?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: It-test tal-mezzi għall-għajnuna għall-mard hu regolat mit-tieni parti tat-tieni skeda kif ukoll mis-seba' skeda ta' l-att dwar is-sigurta' soċjali.", "Peress li dan it-test irid isir fuq id-dħul tal- familja kollha li jkun jifforma parti minnha l-applikant, mhux possibbli li tingħata tweġiba speċifika li tkopri ċ-ċirkostanzi kollha finanzjarji ta' familja jew persuna.", "Jekk l-Onor Interpellant għandu xi każ speċifiku nitolbu jagħti parir lill-persuna konċernata li tmur fl-uffiċċju distrettwali tad-dipartiment tas-sigurta' soċjali li jkopri l-lokalita' fejn toqgħod biex tingħata l-informazzjoni meħtieġa.", "FGURA - LIBRERIJA PUBBLIKA", "10297.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid kemm ingħataw kotba mid- dipartiment ta' l-edukazzjoni lil-librerija pubblika tal-Fgura, sena b'sena mit-twaqqif tagħha?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-librerija tal-Fgura bdiet tiffunzjona f'Lulju 1980.", "S'issa d-dipatiment ta lil-librerija tal-Fgura 5,343 ktieb, imqassmin sena b'sena kif ġej:", "|1980 | 102 | |1981 | 116 | |1982 | 121 | |1983 |127 | |1984 |107 | |1985 |118 | |1986 |121 | |1987 |116 | |1988 |124 | |1989 |121 | |1990 |165 | |1991 |310 | |1992 |192 | |1993 | 96 | |1994 | 46 | |1995 |153 | |1996 |116 | |1997 |114 | |1998 |125 | |1999 |219 | |2000 | 51 | |2001 | 52 | |2002 |492 | |2003 |1376 | |2004 |663 |", "WIED BLANDUN - XOGĦLIJIET", "10296.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid kemm ilu ma jsir xi xogħol kwalunkwe f'Wied Blandun?", "Xi pjani għandu l-gvern għal dan il-wied?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Ninsab informat li parti minn dan il-wied tinsab fuq art li ġiet inkluża fil-pjan globali tal-park tal-Kottonera - Cottonera heritage park.", "Xogħol fuq dan il-wied għad irid jiġi identifikat ħalli jiġi kkunsidrat fil-programm ta' ħidma tal-unit parks, afforestazzjoni u restawr tal-kampanja (PARK).", "OPM – SAFAR UFFIĊJALI", "10299.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm siefru mpjegati tal-gvern, jew ta' xi entita' oħra li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu, li huma fil-grad ta' executive officer jew grad inqas, jew li għandhom salarju fi skala 14 jew inqas bejn Jannar 2003 sa Ottubru 2004?", "Fejn marru?", "Min awtorizza l- imsemmija safra?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l- informazzjoni għadha qed tinġabar, għaldaqstant risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "ĠUSTIZZJA U INTERN – SAFAR UFFIĊJALI", "10301.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm siefru mpjegati tal-gvern, jew ta' xi entita' oħra li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu, li huma fil-grad ta' executive officer jew grad inqas, jew li għandhom salarju fi skala 14 jew inqas bejn Jannar 2003 u Ottubru 2004?", "Fejn marru?", "Min awtorizza l-imsemmija safra?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi bejn Jannar 2003 u Ottubru 2004 fid-dekasteru tal-ġustizzja u Intern kien hemm okkażjoni waħda fejn clerk mill-uffiċċju tal-manager airport security flimkien mal-manager airport security attendiet workshop fi Slovenja.", "L-ispejjeż tat-titjiriet u għall- akkomodazzjoni ġew imħallsa mill-organizzaturi ta' dan il-workshop.", "L- attendenza kienet approvata mis-segretarju permanenti fil-ministeru tiegħi.", "BORMLA - SKOLA PRIMARJA", "10302.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 10178 u cioe' jistax jara li titnaddaf area ħdejn l-iskola primarja ta' Bormla li saret miżbla?", "Jista' jara li din il-ħofra li tħaffret snin ilu timtela' livell mal-ground ta' l-istess skola għal-livell oriġinali?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Rigward l-ewwel parti tal-mistoqsija jien informat li t-tindif ta' l-area imsemmija hija responsabbilta' tal-kunsill lokali ta' Bormla.", "Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija jien informat li dawn ix-xogħlijiet se jidħlu mal-proġetti ta' din is-sena, priferibbilment fi żmien li tispiċċa l- iskola biex ma jkunux ta' inkonvenjent għall-istudenti.", "AFFARIJIET BARRANIN – SAFAR UFFICJALI", "10303.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin: Jista' il-Ministru jgħid kemm siefru mpjegati tal-gvern, jew ta' xi entita' oħra li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu, li huma fil-grad ta' executive officer jew grad inqas, jew li għandhom salarju fi skala 14 jew inqas bejn Jannar 2003 u Ottubru 2004?", "Fejn marru?", "Min awtorizza l- imsemmija safra?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fil- ministeru u fid-dekasteri li jaqgħu taħtu kien hemm tliet uffiċjali li għandhom is-salarju fi skala 14 jew anqas li bejn Jannar 2003 u Ottubru 2004 siefru f'Bukarest, Dublin, Brussels, Strasburgu, Ateni u Karkovja.", "Is- safar tagħhom kien awtorizzat mis-segretarju permanenti fil-ministeru ta' l- affarijiet barranin.", "AFFARIJIET RURALI U AMBJENT – SAFAR UFFICJALI", "10305.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid kemm siefru mpjegati tal-gvern jew ta' xi entita' oħra li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu li huma fil-grad ta' executive officer jew grad inqas, jew li għandhom salarju fi skala 14 jew inqas bejn Jannar 2003 u Ottubru 2004?", "Fejn marru?", "Min awtorizza l- imsemmija safra?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Ninsab informat li n-numru ta' uffiċjali li siefru li huma fil-grad ta' executive officer jew grad anqas huwa ta' erbgħa.", "Dawn siefru lejn Edinburgh, Skozja; Ispra u Ruma, Italja; Brussell, Belġju; Cologne, Ġermanja, u ġewwa Belfast fl-Irlanda ta' Fuq.", "Dawn is-safriet ġew awtorizzati mis-segretarju permanenti fi ħdan il- ministeru.", "Min-naħa tal-MEPA kienu sitta (ħamsa impjegati X safra u impjegat 1 X erba' safriet) dawk l-impjegati li siefru bejn Jannar 2003 u Ottubru 2004.", "Dan is-safar kien lejn ir-Renju Unit (sitt darbiet), Ġermanja, Latvja u Repubblika Ċeka.", "F'kull każ is-safra kienet approvata mic-chairman tal- MEPA u mis-segretarju permanenti fi ħdan il-ministeru ta' l-affarijiet rurali u ambjent.", "Min-naħa tal-kumpanija Wasteserv Malta limited ma kien hemm l-ebda impjegat/a li huma fil-grad ta' executive officer jew grad inqas li marru fuq safar uffiċjali.", "EDUKAZZJONI, ŻGĦAŻAGĦ U L-IMPJIEGI – SAFAR UFFIĊJALI", "10306.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid kemm siefru impjegati tal- gvern, jew ta' xi entita' oħra li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu, li huma fil-grad ta' executive officer jew grad inqas, jew li għandhom salarju fi skala 14 jew inqas bejn Jannar 2003 u Ottubru 2004?", "Fejn marru?", "Min awtorizza l-imsemmija safra?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "QORMI - TRIQ IR-RAGĦAJ - BINI TA' ĊINT", "10307.", "L-ONOR.", "CLYDE PULI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u l-Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jara li s-sidien ta' plot 6, Triq ir-Ragħaj/Triq in-Nassab, Qormi josservaw il-liġi billi jibnu ċint mad-dawra tal-plot imsemmi u jżommu l-post nadif mingħajr aktar detriment għar-residenti ta' l-inħawi?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi l-pulizija għamlet stħarriġ u rintraċċat sid l-art imsemmija mill-Onor.", "Interpellant.", "Huwa ġie mwissi sabiex jibni lqugħ mad-dawra ta' din l-art.", "GĦAWDEX – SAFAR UFFIĊJALI", "10308.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' il-Ministru tgħid kemm siefru impjegati tal-gvern, jew ta' xi entita' oħra li taqa' taħt id-dekasteru tagħha, li huma fil-grad ta' executive officer jew grad inqas, jew li għandhom salarju fi skala 14 jew inqas bejn Jannar 2003 u Ottubru 2004?", "Fejn marru?", "Min awtorizza l-imsemmija safra?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Jien informata li kien hemm persuna waħda impjegata mal-ministeru fil-grad ta' executive officer jew fi grad inqas, li siefret fuq xogħol bejn Jannar 2003 u Ottubru 2004.", "Dan l-impjegat mar il-Ġermanja fuq l-awtorizzazzjoni tas-segretarju permanenti.", "ĦAL KIRKOP : TRIQ IL-FIERES - DAWL BAXX", "10320.", "L-ONOR.", "CLYDE PULI staqsa lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jindaga lmenti li qegħdin jasluli minn residenti ta' Triq il-Fieres, f'Ħal Kirkop dwar supply baxx ta' dawl mill-korporazzjoni Enemalta?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li risposta tingħata f'xi seduta oħra."]} {"filename": "20061212_477d_par.doc", "date": "2006-12-12", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Uffiċjali u Rivedut) L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 477 It-Tlieta, 12 ta' Diċembru 2006 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 477", "It-Tlieta, 12 ta' Diċembru 2006", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.02 p.m.", "Talba", "Seduta Nru. 477", "It-Tlieta, 12 ta' Diċembru 2006", "WERREJ", "MINUTI 600", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI 600", "MOZZJONIJIET", "ESTIMI TA' DĦUL U NFIQ TA' L-AWTORITA' DWAR IT-TRASPORT TA' MALTA", "GĦAS-SENA 2006-2007 610", "AĠĠORNAMENT 633", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 476 li saret fil-11 ta' Diċembru, 2006 ġew konfermati.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): Il-President ta' Malta għoġbu jagħti l- kunsens tiegħu għal:", "Att Nru XX ta' l-2006 - Att li jirregola l-Infurzar ta' Drittijiet ta' Proprjeta' Intellettwali.", "Qiegħed ukoll inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tweġiba għal mistoqsija parlamentari li saret mill-Onor.", "Adrian Vassallo lis-Sedja dwar sejħiet ta' quorum fis-seduti parlamentari bejn l-2002 u 2006.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "KIRKOP - POMPA TAL-PETROL", "21544.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Charles Buhagiar) staqsa lill- Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm ingħata petrol u diesel mill-pompa tal-gvern f'Ħal Kirkop?", "Liema dipartimenti jużaw il-faċilitajiet ta' din il-pompa?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni): Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi l-mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "VETTURI TAL-GVERN", "21887.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Anġlu Farrugia) staqsa lill- Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Għal liema raġuni kull dipartiment għażel li jixtri jew jikri tali karozzi?", "X'inhu l-prezz ta' kull vettura li tinsab maċ-ċivil u anke l-prezz mikri ta' kull karozza, il-mudell f'każ li mixtri u l-prezz ta' kirja jekk kemm-il darba tkun mikrija?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.", "RAĦAL ĠDID: TRIQ IL-KAMPANELLA - DRENAĠĠ", "21935.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Silvio Parnis) staqsa lill- Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 18626, ninforma lill-Ministru li fil-garage no. 293 fl-aħħar xita li għamlet reġa' daħal l-ilma peress li d- drain tal-gvern ma laħaqx ma' l-ammont ta' ilma li kien hemm.", "Jista' il- Ministru jara jistax isir rimedju?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Il-WSC qed tagħmel l-investigazzjonijiet neċessarji biex tinstab soluzzjoni għal din il-problema.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Fir-rigward ta' l-obbligi u d-direttivi biex pajjiżna jkun konformi man-nitrates directives u l-konformita' li dawn jirrikjedu, jista' il-Ministru jgħid jekk il-commitment tal-gvern, il-preparamenti u x- xogħlijiet li qed isiru humiex qed jindirizzaw dak li rridu nallineaw miegħu f'dan ir-rigward?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jiddispjaċini imma m'għandix din l-informazzjoni quddiemi, għaldaqstant nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel il-mistoqsija bil-miktub biex inkun nista' nagħtihielu.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Filwaqt li napprezza r-risposta tal-Ministru, huwa possibbli li dan it-tip ta' rwol jiġi analizzat aktar fil-fond biex każ li jirriżultaw ċerti diffikultajiet fihom wieħed iżommhom on track fis-sens li ma jħallix iż-żmien jgħaddi u jaqgħu lura kif ġara fir-rigward ta' direttivi oħra li jaqgħu taħt ministeri oħra?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ma jirriżultalix li s'issa hemm xi problemi f'dan ir- rigward, pero' jekk issir domanda bil-miktub il-Kamra kollha tkun taf jekk hemmx jew le problemi.", "SURCHARGE FUQ DAWL U ILMA", "22075.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Charles Mangion) staqsa lill- Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: B'riferenza għal mistoqsijiet parlamentari 21912 u 21240, jista' il- Ministru jagħti stima tas-surcharge impost biex jirrispondi għall- mistoqsijiet parlamentari 21645, 21644 u 21817?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi għat-tweġiba li tajt għal mistoqsija parlamentari 22078.", "MALTAPOST - ISHMA", "22126.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Jose' Herrera) staqsa lill- Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jispjega u jagħti dettalji dwar l-ishma tal-Maltapost?", "Jikkonferma li fil-maġġoranza tagħhom dawn jappartjenu lil-Lombard Bank?", "Jista' jgħid jekk l-azzjonisti oriġinali għadx għandhom interessi u jagħti dettalji?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Il-maġġoranża ta' l-ishma tal-Maltapost jappartjenu lill-Malta Government Investments Ltd, kif jidher hawn taħt:", "Azzjonisti Numru ta Ishma", "Gvern ta' Malta 425,000 (Ord A) Malta Gov.", "Investment Ltd 1,395,000 (Ord A) Redbox Ltd (Suss. ta' Lombard Bank Malta Ltd) 980,000 (Ord B)", "Numru Totali ta'Ishma 2,800,000", "F'Awissu ta' l-2006, Redbox Ltd, xtrat l-ishma tal-Maltapost plc mingħand Transend Worldwide Ltd, sussidjarja tan-New Zealend Post.", "It-Transend Worldwide Ltd. m'għandhomx iktar ishma fil-Maltapost plc u mhux minnu li l- Lombard Bank għandu l-maġġoranza ta' l-ishma fil-Maltapost.", "ĦAL QORMI - ŻBROFF TA' DRENAĠĠ", "22163.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Marie Louise Coleiro Preca) staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l- Informazzjoni: X'qiegħed isir jew għallinqas x'se jsir min-naħa tal- gvern dwar id-drenaġġ li qed joskula fil-bidu ta' Triq l-Għargħar, f'tarf ta' Triq il-Wied f'Ħal Qormi, li qed jikkawża mhux biss irwejjaħ u nsetti iżda qed ikun ta' detriment serju għal saħħet ir-residenti fl-area u għal kulmin jaħdem u jgħaddi mill-akkwata?", "Jista' jordna li jsiru spezzjonijiet fuq il-post fejn ir-residenti jiġu mistoqsija dwar dak li qed jiġri, u dan peress li huwa importanti li jindikaw eżattament il-post fejn dan il-leak ta' drenaġġ qed jiżbroffa u peress li uffiċjali li ma jkunux midħla ta' l-akwata tkun diffiċli li jidentifikaw il-post eżatt?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Il-WSC qed tagħmel l-investigazzjonijiet neċessarji fl- inħawi msemmija biex tkun tista tfassal soluzzjoni għall-problema.", "ISLA - TRIQ IL-PONTA", "22222.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Stefan Buontempo) staqsa lill- Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji dwar rampa żgħira li hemm fi Triq il-Ponta, kantuniera ma' Triq San Franġisk, Isla, li tant hi perikoluża li minn meta saret kienu irrapporti bosta inċidenti ta' persuni li kisru saqajhom?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT (Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-triq msemmija hija responsabbilta' tal-kunsill lokali ta' l-Isla.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jista' l-Ministru jgħid jekk ġiex investigat il-każ li ressaqtlu jien u cioe' l-isfrundar li reġa' seħħ fi tlett ibnadi tal- bypass ta' l-Imtarfa?", "Għandu xi rapporti mill-esperti Ġermaniżi, mill- esperti Maltin, minn konsulenti ta' l-ADT jew mill-ministeru dwar l- ispezzjoni li saret?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ftit wara li kienet saritli din il-mistoqsija bgħatt e-mail lil wieħed mill-esperti biex imur jiċċekkja dawn il-ħsarat li qed jallega dwarhom l-Onor.", "Interpellant u anke biex jitkellem miegħu dwar ir-rapport li konna għamilna fuq il-gabion walls, kif konna ftehmna.", "Hu rrispondieni li diġa' kienu saru xi investigazzjonijiet pero' wieħed irid jidħol fihom aktar fil-fond.", "Qalli wkoll li fil-ġimgħat li ġejjin għandu javviċina lill-Onor.", "Farrugia biex jitkellem miegħu.", "BORMLA - TRIQ MARJANU GERADA", "22370.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Stefan Buontempo) staqsa lill- Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Meta se jinbeda x-xogħol fuq Triq Marjanu Gerada f'Bormla, liema triq tinsab f'kondizzjoni ħażina?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li se ssir spezzjoni fuq din it-triq biex ikun determinat l-istat tagħha u liema entita' hi responsabbli sabiex tagħmel ix-xogħlijiet meħtieġa.", "ĦAŻ-ŻABBAR - TRIQ BARUMBARA", "22445.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Stefan Buontempo) staqsa lill- Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Meta se ssir Triq Barumbara f'Ħaż- Żabbar?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Din it-triq hija nkluża fil-lista ta' toroq li l- ADT se tibni sa l-2008.", "MĠARR - DAWL FIT-TRIQ", "22488.", "L-ONOR.", "FREDRICK AZZOPARDI (f'isem l-Onor.", "Joseph Cassar) staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 22356 u jgħid għala t-triq prinċipali li tagħti mill-Mosta għaż-Żebbiegħ, fl-Imġarr, qiegħda tkun ta' kuljum bla dawl f'dawn l-aħħar ġranet?", "Jista' il-Ministru jiżgura li din it-triq tiġi mdawwla peress li hija triq arterjali u importanti ħafna?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Is-sistema ta' street lighting fi triq li mill- Mosta tagħti għaż-Żebbiegħ ġiet installata mill-kuntrattur li bena l-istess triq.", "Parti mill-kuntratt illi l-ADT għandha ma' dan il-kuntrattur jispeċifika li dan ta' l-aħħar għandu garanzija ta' ħames snin, f'liema perijodu huwa obbligat li jsewwi l-ħsarat li jistgħu jinqalgħu.", "Bħalissa l- kuntrattur qed jagħmel l-investigazzjonijiet meħtieġa sabiex din il-ħsara tissewwa.", "Minħabba l-fatt li din il-ħsara ma nqalgħetx għall-ewwel darba minn meta nfetħet it-triq imsemmija mill-Onor.", "Interpellant, l-ADT mhux qed teskludi li tieħu l-passi dixxiplinari neċessarji jekk il-problema in kwestjoni tibqa' tippersisti.", "UFFIĊJALI TAD-DWANA", "22521.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Marie Louise Coleiro Preca) staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 22097 li tirriferi għat-tkeċċija li saret dan l-aħħar fuq żewġ uffiċjali tad-dwana minħabba li evadew il-ħlas ta' dazju u jgħid jekk humiex se jiġu prosekuti?", "Jista' jgħid jekk hemmx aktar uffiċjali tad-dwana li se jittieħdu passi dixxiplinarji kontra tagħhom in konnessjoni ma' dan il-każ?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): F'dan l-istadju m'inix f'pożizzjoni li nwieġeb għall-ewwel parti tal- mistoqsija.", "Dwar it-tieni parti, ninsab infurmat illi s'issa ma jirrizultax illi hemm xi uffiċjali oħra tad-dwana li huma mplikati fil-każijiet li rrifa għalihom l-Onor.", "Interpellant.", "AWTORITA' DWAR IT-TRASPORT PUBBLIKU - IMPJEGATI", "22536.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 22176, jista' il-Ministru jgħid x'salarju, allowances u perks oħra għandhom kull wieħed mill-uffiċjali msemmija?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Niġbed l-attenzjoni ta' l-Onor.", "Interpellant li għal raġunijiet ta' privatezza ma nħossx li għandhom jingħataw id-dettalji mitluba skond l-individwu.", "Madankollu ninfurmah li s-salarji, inklużi l- allowances, tal-uffiċjali msemmija huma marbuta man-natura tad-direttorat jew il-kariga li jokkupaw.", "Dawn is-salarji jvarjaw bejn Lm 14,117 u Lm 16,617.", "Il-perks jinkludu car allowance jew użu ta' karozza tal-kumpannija, mobile telephone u telephone tad-dar li jinkludi l-internet.", "Fuq is-salarju taċ-chief executive officer nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għal mistoqsija parlamentari 12687.", "ADT - PLANNING MANAGER", "22537.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 22175, jista' il-Ministru jgħid jekk il-planning manager fid-direttorat għat-trasport pubbliku għadux fl-impjieg ta' l- awtorita' dwar it-trasport?", "F'każ li m'għadux, jista' jgħid jekk dan irriżenjax jew intalabx li jitlaq?", "F'każ li rriżenja jew intalab jitlaq, jista' jgħid taħt liema kondizzjonijiet?", "Kemm-il sena kien fadallu biex jispiċċa bl-eta'?", "X'somma ta' flus ingħata dan l-uffiċjal?", "Huwa minnu li tħalla jibqa' juża karozza tal-kiri ta' l-awtorita' u l-mobile imħallas mill-awtorita'?", "Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid għal kemm tul ta' żmien?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ninsab infurmat li l-planning manager fid- direttorat għat-trasport pubbliku għadu mpjegat ma' l-awtorita' dwar it- trasport sat-3 ta' Jannar, 2007.", "Huwa kien talab lill-kap eżekuttiv biex jiġi kkunsidrat għal early retirement minħabba raġunijiet personali, liema talba ġiet milqugħa fuq deċiżjoni tal-bord.", "Il-planning manager kien fadallu sa Ottubru 2007 biex jispiċċa bl-eta'.", "Wara li l-ADT ħadet in konsiderazzjoni l-pendenzi kollha li kellu l-planning manager sad-data li jirtira, waslet għall-settlement ta' Lm10,000 ma' l-istess impjegat.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Il-Ministru kellu ċans jirriferi għal dak li staqsejtu l-bieraħ dwar l-upgrading u l-embellishment tal-bus terminus fil- Belt Valletta u jgħid kemm hija s-somma globali maħsuba għal dan il- proġett, irrespettivament mill-pjanti u mill-assessments li qegħdin fi stadju li jsiru?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Jidhirli li din weġibtha l-bieraħ u għedt li l- istima li għamilna fuq pjanti li kellna sa ftit tal-ġimgħat ilu kienet ta' bejn il-Lm160,000 u l-Lm200,000, pero' għedt ukoll li peress li dawn il- pjanti jistgħu jinbidlu, din m'hijiex stima preċiża.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jiġifieri jeżistu l-flus allokati għal dan il- proġett?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Iva.", "ADT - VETTURA BBK 969", "22538.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jgħid x'kien il- konsum ta' fuel, petrol jew diesel, tal-vettura bin-numru BBK 969 li qed isir użu minnha mill-awtorita' dwar it-trasport kull xahar mill-bidu tas- sena 'l hawn, kemm f'dak li hu konsum ta' fuel u spiża?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Din il-vettura ilha f'idejn l-ADT mill-5 ta' April ta' din is-sena.", "Il-konsum ta' fuel huwa kif muri hawn taħt:", "|April |Lm 33.02 | |Mejju |Lm 20.60 | |Ġunju |Lm 22.60 | |Lulju |Lm 60.56 | |Awissu |Lm 67.82 | |Settembr|Lm 60.64 | |u | | |Ottubru |Lm 94.48 | |Total |Lm359.72 |", "Fir-rigward ta' spiżi oħra, l-unika spiża marbuta ma' l-imsemmija vettura kienet dik tal-leasing li ammontat għall-Lm1,207.50 mill-5 ta' April sa l- aħħar t'Ottubru bil-Lm 5.75 kuljum.", "TOBBA", "22539.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' l-Ministru jgħid jekk inbidlitx il-policy li tobba li jkunu għadhom kemm iggradwaw iridu jagħmlu sentejn jaħdmu mal-gvern qabel jirċievu l-warrant?", "F'każ li ma nbidlietx, jista' il-Ministru jgħid jekk f'din l-aħħar sena kienx hemm tobba li tħallew jitilqu minkejja li kienu għadhom ma tawx is-sentejn servizz?", "Jekk iva, min approvalhom il-permess biex jitilqu u abbażi ta' liema proċedura ingħatat din l-awtorizzazzjoni?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (f'isem il-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil- Komunita'): L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant għadha qed tinġabar u għaldaqstant risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "TREJQA LI TWASSAL GĦAĊ-CHADWICK LAKES", "22540.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jgħid meta ddaħħlet it-trejqa li twassal għaċ-Chadwick Lakes bħala parti mix- xogħlijiet tat-toroq finanzjati mill-Protokoll Taljan?", "Min iddeċieda li din it-trejqa għandha tinkesa bit-tarmac?", "Kemm sewa dan ix-xogħol u kemm kien it-tul ta' tarmac li ngħata?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.", "BRAND MALTA", "22541.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid kemm kien l- ammont ivvutat għall-kampanja Brand Malta?", "Meta bdiet din il-kampanja u kemm hi mistennija ddum għaddejja?", "Liema aġenzija lokali ħadet ħsieb din il-kampanja u kif saret l-għażla ta' din l-aġenzija?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (f'isem il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura): Għas-sena 2006, il-gvern alloka Lm500,000 għall-proċess tal-branding.", "Dan jinkludi l- branding lokali u dak internazzjonali.", "Il-branding intern inbeda fil-bidu ta' din is-sena, b'kampanji edukattivi fost l-istakeholders fil-qasam tat- turiżmu, u tkompla b'kampanji edukattivi u pubbliċitarji madwar il-pajjiż u fil-media minn Ġunju 'l hawn.", "Għal dak li huwa branding estern, inbeda proċess sabiex titqabbad aġenzija internazzjonali tal-branding u r- reklamar, liema proċess issa wasal fl-aħħar fażijiet.", "Kien hemm ukoll numru ta' inizjattivi internazzjonali fejn il-branding ta' Malta beda jiddaħħal fil-kommunikazzjoni u l-pubbliċita'.", "Il-proċess tal-branding inbeda s-sena l-oħra u għandu jdum bejn tlieta u erba' snin.", "S'issa kien hemm żewġ aġenziji lokali li ħadmu fuq il-kampanji tal-branding intern.", "Dawn huma SWITCH u PEAK OGILVY.", "Dawn intgħazlu wara li saru requests for proposals fost aġenziji lokali u wara li saru numru ta' preżentazzjonijiet mid-diversi aġenziji li kienu ġew short-listed.", "FGURA - DRENAĠĠ F'RESIDENZA PRIVATA", "22580.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Stefan Buontempo) staqsa lill- Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-ebda health inspector ma għamel spezzjoni fil-fond li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, wara li anzjana mill-Fgura għamlet l- ilment tagħha minħabba d-drenaġġ li dieħel fir-residenza privata tagħha?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (f'isem il-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil- Komunita'): Ninsab infurmat li l-persuna riferuta għamlet ilment ma' dan id-dipartiment fit-28 ta' Novembru fejn qalet li għandha infiltrazzjoni ta' ilma.", "Fl-4 ta' Diċembru, 2006 sar kuntatt minn uffiċjali ta' dan id- dipartiment mal-mara ta' l-anzjan fejn ġejna infurmati li bħalissa mhux dieħel l-ebda ilma fir-residenza tagħhom.", "L-anzjan ġie ukoll fl-uffiċċju ta' Raħal Ġdid fl-4 ta' Diċembru fejn reġa' kkonferma dan u qal li l-ilma jidħol meta tagħmel ħafna xita qawwija.", "Għalhekk l-anzjan ġie mitlub li kif appena jidħol l-ilma, jinforma l-uffiċċju biex jibdew l-investigazzjonijiet neċessarji billi jittieħed kampjun ta' l-infiltrazzjoni.", "Fis-6 ta' Diċembru, uffiċjal ta' dan id-dipartiment aċċerta ruħu li ma hemm l-ebda sadd fil-main tal-gvern, kif ukoll li l-main huwa f'livell aktar baxx mill-infiltrazzjoni.", "CARE AND REPAIR", "22582.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Stefan Buontempo) staqsa lill- Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru tgħid għaliex sal-lum għadha ma tteħditx l-azzjoni meħtieġa biex anzjana Sengleana li tgħix fil-fond li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament u li kellha ssirilha spezzjoni fl-imsemmi fond biex tibbenefika mill-iskema care and repair, għadha ma saritilhiex l-imsemmija spezzjoni?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (f'isem il-Ministru tal-Familja u tas-Solidarjeta' Soċjali): Ninsab infurmat li l-ispezzjoni li rrifera għaliha l-Onor.", "Interpellant mistennija li ssir fid-19 ta' Diċembru, 2006.", "AKKOMODAZZJONI SOĊJALI", "22583.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Stefan Buontempo) staqsa lill- Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru tara li applikant mill-Hamrun li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li għandu applikazzjoni quddiem id-dipartiment tal-housing u li se jiġi mkeċċi dalwaqt minn fejn jabita, ikun ipprovdut post alternattiv?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (f'isem il-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali): L-applikazzjoni li għamel riferenza għaliha l-Onor.", "Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' oħrajn simili.", "AWTORITA' MALTIJA TAT-TURIŻMU", "22591.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' l-Ministru jagħti lista tal-persuni responsabbli mill-marketing u mis-segments fl-awtorita' Maltija tat-turiżmu u jgħid x'budget se jkollhom allokat għalihom fis-sena 2007?", "Jista' jgħid x'inhuma r-responsabbiltajiet speċifiċi tagħhom u x'riżorsi umani u finanzjarji se jkollhom biex jilħqu dawn il-miri?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (f'isem il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura): Wara l- proċess ta' re-engineering li sar fil-qasam tal-marketing ta' l-awtorita Maltija tat-turiżmu, il-programm ta' marketing fl-MTA issa ġie maqsum f'numru aktar wiesgħa ta' areas li huma:", "Żvilupp ta' swieq u segments Marketing services Riċerka Marketing internazzjonali Ospitalita' u relazzjonijiet pubbliċi", "Il-fondi allokati għal dawn l-areas ta' attivita jammontaw għal Lm3.83 miljuni.", "Ma' dawn wieħed irid iżid Lm1.1 miljuni li huma allokati sabiex jitmexxa n-network ta' uffiċini li l-MTA għandha barra minn Malta.", "Il-fondi se jintefqu f'numru ta' swieq permezz ta' reklamar li jinkludi wkoll reklamar mal-operaturi, parteċipazzjoni f'numru ta' fieri kemm ta' natura ġenerali kif ukoll ta' natura speċjalizzata, attivitajiet ta' relazzjonijiet pubbliċi kif ukoll sponsorship ta' attivitajiet internazzjonali li jiġġeneraw coverage pubbliċitarju għall-gżejjer Maltin.", "AIR MALTA - PASSENGER SEATS", "22592.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid matul is-sena 2005 kemm ipprovdiet passenger seats l-Air Malta fuq ir-rotot kollha li operat?", "Kemm huwa stmat li se tipprovdi passenger seats fuq ir-rotot kollha fis-snin 2006 u 2007?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.", "MTA", "22593.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' l-Ministru jgħid mill-budget ta' l- MTA 2006 u 2007 x'persentaġġ qed imur fuq reklamar u promozzjoni ta' Malta u Għawdex?", "X'persentaġġ qed imur fuq għajnuna lil-low cost airlines?", "X'persentaġġ qed imur fuq market support għat-tour operators?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (f'isem l-Ministru għat-Turiżmu u Kultura): Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "MEPA - WATER PARK/CARAVAN SITE", "22594.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' l-Ministru jara li jittieħdu l-passi kollha meħtieġa mill-MEPA u l-awtoritajiet konċernati biex l-iżvilupp mitlub f'applikazzjoni PA06361/06 għal water park u caravan site ma jintlaqtux ħażin il-bdiewa u s-sajjieda ta' l-inħawi u l-iżvilupp isir skond kriterji moderni li t-turiżmu jrid ikun sostenibbli, ambjentalment u kulturalment, u kompatibbli ma' l-interessi tal-bdiewa u s- sajjieda?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent): Nitlob lill-Onor.", "Interpellant josserva l-prassi maqbula f'din il-kamra dwar applikazzjonijiet pendenti quddiem il-MEPA.", "PULIZIJA - KAŻ DWAR ADOLOXXENTI", "22595.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li jiġi investigat rapport li biex l-adoloxxenti li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, ittieħdet lejn l-isptar Monte Carmeli ġiet eskortata bil-pulizija u kienet immanettjata?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern): Ninsab infurmat illi nhar il-21 ta' Novembru, 2006, il-psikjatra kuranti tal-persuna imsemmija, kien talab l-assistenza tal-pulizija ta' San Ġiljan sabiex il-pazjenta tiegħu tkun rekoverata fl-isptar Monte Carmeli stante li din kienet aggressiva ħafna.", "Il-pulizija għalhekk marret fir- residenza fejn taw l-assistenza tagħhom lill-żewġ social workers, qraba tal- pazjenta u l-attendants ta' l-ambulanza.", "Ma jirriżultax illi f'xi ħin intużaw il-manetti mill-pulizija.", "MULTA DWAR TAXXA TAD-DĦUL", "22596.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet li għalihom armla li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, weħlet multa dwar it-taxxa tad-dħul?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni personali ma tistax tingħata minħabba d-dispożizzjoni ta' segretezza fl-atti dwar it-taxxi.", "TA' XBIEX HOUSING ESTATE - STALLAZZJONI TA' LIFT", "22629.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Leo Brincat) staqsa lill- Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru tikkonsidra t-talba miċħuda għall-istallazzjoni ta' lift fi Block E2 Ta' Xbiex housing estate fid-dawl tad-deterjorament tal-kondizzjoni fiżika ta' inkwilin fil- fond li n-numru tal-file tiegħu qed jintbagħat separatament?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (f'isem il-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali): Ninsab infurmata li l-awtorita' tad-djar se terġa' tikkunsidra l-każ u se tibda billi tibgħat occupational therapist biex tassessja l-kundizzjoni ta' l-applikant.", "HOUSING AUTHORITY - STALLAZZJONI TA' LIFT", "22630.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Leo Brincat) staqsa lill- Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Il-housing authority għandha l- ħsieb li tirrikonsidra ċ-ċaħda tat-talbiet għall-istallazzjoni tal-lifts fi blokki fejn l-appartamenti jkunu kollha nxtraw mill-inkwilini?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (f'isem il-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali): Fejn l-appartamenti tal-gvern fi blokka jinxtraw kollha mill-inkwilini, l- awtorita' tad-Djar tqis dik il-blokka bħala proprjeta' privata u għalhekk m'hemmx ħsieb li l-awtorita' tirrikonsidra t-talbiet li rrifera għalihom l- Onor. Interpellant.", "KAŻ DWAR PENSJONI", "22631.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Leo Brincat) staqsa lill- Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru tirrimedja d- dewmien fl-aġġustament tal-pensjoni ta' persuni li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (f'isem il-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali): Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor.", "Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-dipartiment tas-sigurta' soċjali dwar il-każ tagħha.", "ĊITTADINANZA", "22633.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Kemm kien in-numru ta' persuni li ngħataw ċittadinanza din is-sena u minn liema pajjiż huma?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern): In-numru ta' persuni li ġew reġistrati jew naturalizzati bħala ċittadini ta' Malta matul din is-sena huwa kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Il-Ministru huwa f'pożizzjoni li jgħidli kemm hemm applikazzjonijiet pendenti u minn liema lokalitajiet ġejjin?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: M'għandix din it-tip ta' informazzjoni.", "SWATAR - WHITE LINE", "22634.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Leo Brincat) staqsa lill- Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 22418, ir-riferenza qed issir għall-ewwel nofs tat- triq biswit il-kulleġġ.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Minn spezzjoni li saret fuq il-post minn uffiċjali ta' l-awtorità dwar it-trasport ta' Malta fi Triq Swatar minn k/m Triq Sant' Andrija sa k/m Triq Indri Grima, liema sezzjoni tat-triq hija fl- ewwel nofs biswit il-kullegg, ma nstabu l-ebda linji bojod li jipprojbixxu parkeġġ.", "L-uniċi linji bojod li nstabu huma kif ġej:", "Dashed centreline abjad.", "Dashed linji ta' parkeġġ fil-ġenb tat-triq.", "FAĊILITA' KORRETTIVA TA' KORDIN", "22635.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Kemm hi l- popolazzjoni tal-ħabs illum?", "Kemm hemm nisa, kemm irġiel u kemm minnhom huma Maltin?", "Kemm minnhom qegħdin fuq arrest preventiv?", "Kemm huma repeated offenders u għal kemm?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern): Ninsab infurmat li fis-7 ta' Diċembru, 2006 kien hemm 382 persuna miżmuma fil-faċilita' korrettiva ta' Kordin.", "It-tagħrif dwar dawk sentenzjati, dawk taħt arrest u dawk li huma repeated offenders hu kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.", "MAĦFRIET PRESIDENZJALI", "22636.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm saru maħfriet presidenzjali din is-sena?", "X'kien ir- reat f'kull każ?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern): Ninsab infurmat illi l-maħfriet presidenzjali li ngħataw bejn Jannar u Novembru 2006 kienu kif ġej:", "49 Penali tal-qorti dwar returns tal-VAT mhux sottomessi jew sottomessi tard;", "2 Interdizzjoni ġenerali u perpetwa;", "1 Sospensjoni tal-liċenzja tas-sewqan;", "1 Tnaqqis fiż-żmien ta' sentenza sospiża;", "1 Sentenza tal-Qorti (persuna żbaljata).", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Għadni ma rċevejtx ir-ritratti skond kif moqrija fit- tweġiba li ta l-ministru riċentement.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ir-ritratti qegħdin fil-file u jekk l-Onor.", "Interpellant irid, nista' nurihomlu.", "QRATI - ATTI INDIĊENTI FIL-PUBBLIKU", "22637.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Kemm ittellgħu persuni quddiem il-qorti talli wettqu atti indiċenti fil-pubbliku din is- sena?", "Ta' liema sess kienu u x'eta' kellhom?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern): Bejn Jannar u Novembru ta' din is-sena kien hemm 94 persuna, li 49 minnhom huma rġiel u 45 nisa.", "Dawn tressqu l-qorti fuq akkużi li kienu jinkludu atti indiċenti fil-pubbliku.", "L-eta' tagħhom tvarja bejn il-15 u t- 72 sena.", "PERSUNI B'DIŻABILITA'", "22638.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Kemm hawn persuni b'diżabilita' reġistrati llum?", "Tista' tagħti breakdown tat-tip ta' diżabilita'?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (f'isem il-Ministru tal-Familja u Solidarjeta'): Skond ir-reġistru ta' persuni b'diżabilita' miżmum mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita', it-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant hu kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Hemm xi riferenza għall-etajiet tal-kategoriji differenti ta' persuni b'diżabilita'?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Le, jiddispjaċini imma m'għandix din l-informazzjoni.", "PERSUNI MWEĠĠA' KAWŻA TA' ARMI TAN-NAR", "22639.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm weġġgħu persuni kawża ta' armi tan-nar din is-sena?", "Kemm kienu aċċidentali u kemm b'att intenzjonat?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern): Bejn Jannar u Novembru ta' l-2006 ġew irrapportati lill-pulizija tmien każi li fihom kien hemm disa' persuni li sofrew feriti b'arma tan-nar aċċidentalment.", "Kien hemm ukoll każ ieħor, ukoll aċċidentali, fejn persuna tilfet ħajjitha.", "MSIDA", "22659.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Leo Brincat) staqsa lill- Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jara li jittieħdu passi biex ir-residenti ta' Trejqet Boxbox, Imsida jkunu jistgħu jaqsmu t- triq permezz ta' zebra crossing jew traffic lights kif ukoll fir-rigward tar-residenti ta' Triq Monsinjur Innoċenz Zammit, Imsida, li jkunu jridu jaqsmu għall-universita', aktar u aktar biilli s-subway ftit li xejn tintuża minħabba l-istat li qiegħda fih u l-abbużi li ġieli jiġru?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Minn spezzjoni li saret fuq il-post minn uffiċjali ta' l-awtorità dwar it-trasport ta' Malta rriżulta li m'huwiex rakkomandabbli li ssir pedestrian crossing minn ħdejn Trejqet Boxbox li taqsam il-bypass ghal dawn ir-raġunijiet:", "Il-bypass tieħu ammont ta' vetturi li jeċċedi l-limitu ghall-installazzjoni ta' pedestrian crossing.", "Minħabba l-85th percentile speed limit tat-triq m'hemmx tulijiet ta' vizibilità biżżejjed speċjalment għal vetturi li ħergin mill-mini ta' l- università fid-direzzjoni lejn il-Marsa.", "Ir-residenti ta' Triq Mons. Innocenz Zammit huma pprovduti bil-pedestrian underpass li hija l-aktar mod sikur ta' kif persuni jistgħu jaslu lejn l- università.", "MEPA - SKEMA TA' IRRANĠAR U TIBDIL TA' GALLARIJIET", "22660.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Stefan Buontempo) staqsa lill- Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid jekk l- iskema ta' irranġar u tibdil tal-gallarijiet tal-MEPA, għadhiex miftuħa?", "Jekk fl-affermattiv, min jista' japplika?", "Kemm jistgħu jibbenefikaw?", "Minn liema lokalita' jistgħu japplikaw?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent): L-iskema tal-MEPA għall-irranġar u t-tibdil tal-gallarijiet ta' l-injam m'għadhiex miftuħa.", "Din l-iskema għalqet fl-aħħar ta' Settembru 2006.", "Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li skemi bħal dawn jinħarġu b'mod regolari mill-MEPA u l-pubbliku jkun mgħarraf meta titħabbar l-iskema li jmiss.", "KORS TAL-EUROPEAN STUDIES", "22671.", "L-ONOR.", "FREDRICK AZZOPARDI (f'isem l-Onor.", "Jason Azzopardi) staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru jispjega għaliex filwaqt li bħalissa hemm is-suġġett tal-European Studies mgħallem f'livell ta' O Level, m'hemmx kors tal-B.Educ. jew PGCE fis- suġġett u għalhekk dan is-suġġett qed jiġi mgħallem minn min mhux kwalifikat fis-suġġett?", "Jista' jikkonsidra li jkun hemm kors tal-PGCE fil- European Studies?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi): Informat li l-fakulta' ta' l-edukazzjoni m'għandhiex ir-riżorsi biex tifforma għalliema f'dan il-qasam.", "Informat ukoll li is-suġġett jixrob minn għejjun differenti.", "Għalliem kwalifikat bi sfond fl-Istorja, l-Istudji Soċjali jew il-Ġeografija għandu jkun kapaċi jgħallem dan is-suġġett.", "SLIEMA - RESERVED PARKING", "22673.", "L-ONOR.", "FREDRICK AZZOPARDI (f'isem l-Onor.", "Robert Arrigo) staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 22447, il-każ huwa ġo Triq Howard Tas-Sliema, l- uniku każ li ħa deċiżjoni dwaru l-ombudsman.", "L-ombudsman għandu dritt huwa stess jagħti reserved parking u f'każ fl- affermattiv, b'liema legal notice jew liġi jista' ikun hemm iżjed każi fejn l-ombudsman jordna li jsiru reserved parking?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: It-twegiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-Mistoqsijiet għadda.", "Tqegħid ta' Karti?", "Mozzjonijiet?", "Il-Ministru Jesmond Mugliett.", "MOZZJONIJIET", "ESTIMI TA' DĦUL U NFIQ TA' L-AWTORITA' DWAR IT-TRASPORT TA' MALTA GĦAS-SENA 2006-2007", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Sur President, nipproponi:", "Illi l-Kamra tapprova l-Estimi ta' dħul u infiq ta' l-awtorita' dwar it-trasport ta' Malta, għas-sena finanzjarja mill-1 ta' Ottubru, 2006 sat-30 ta' Settemrbu, 2007 skond l-Att dwar l-Awtorita' tat-Trasport ta' Malta, Kap. 332.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Nixtieq infakkar lill-Kamra li d-diskussjoni fuq din il- Mozzjoni għandha tieħu seduta waħda, bil-ħin jinqasam indaqs bejn il- kelliema tal-gvern u l-kelliema ta' l-oppozizzjoni, bil-winding up ikun għan-naħa tal-gvern.", "Rimarki?", "Il-Ministru Mugliett", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Sur President, illum se niddiskutu l-estimi finanzjarji ta' l-awtorita' dwar it-trasport ta' Malta.", "Naturalment se niddiskutu wkoll l-operat ta' l-istess awtorita'.", "Se nevalwaw ukoll il- performance ta' l-awtorita' dwar it-trasport ta' Malta matul is-sena li għaddiet, filwaqt li se nagħtu ħarsa lejn il-programm li għandna għas-sena li ġejja.", "Din is-sena l-awtorita' dwar it-trasport ssemmiet ħafna u dan għaliex kienet qiegħda taqdi rwoli importanti.", "L-awtorita' għandha xogħlijiet li jmissu ma' kulħadd u fil-fatt rajna xogħlijiet fuq it-toroq residenzjali u proġetti infrastrutturali oħrajn li kienu anke ta' ċertu kobor.", "Matul dawn l-aħħar snin l-awtorita' imbarkat fuq programm kbir ta' bini ta' toroq, liema proġetti l-ewwel kienu finanzjati mill-protokoll Taljan u mbagħad anke mill-Unjoni Ewropea u mill-istess awtorita'.", "Naturalment, minħabba li Malta trid tagħti kont tar-regolamentazzjoni dwar it-trasport, għandek ħafna tibdil fil-proċeduri u allura, qegħdin il-ħin kollu noħorġu bil-legal notices.", "Ovvjament dawn għandhom impatt dirett fuq min jopera fil-qasam tat-trasport.", "Barra minn hekk l-awtorita' tinsab għaddejja bil-ħidma normali tagħha, fosthom l-immaniġġjar tat-trasport pubbliku, il-liċenzjar u l-ispezzjonar tal-vetturi, il-bini u l- manutenzjoni tat-toroq u l-immaniġġjar tat-traffiku.", "Illum kulħadd jammetti li f'dan il-pajjiż, l-immaniġġjar tat-traffiku qiegħed il-ħin kollu jkun ta' sfida ewlenija.", "L-awtorita' hija waħda mportanti ħafna għall-operat ġenerali tal-gvern għaliex hija waħda mill-aktar entitajiet mportanti f'dak li għandu x'jaqsam mal-finanzi tal-gvern.", "Fil-fatt din l- awtorita' ddaħħal id-dħul tagħha mit-taxxa tar-reġistrazzjoni, mill- liċenzji tas-sewqan u mil-liċenzji tat-triq.", "Sur President, dawn huma tliet revenue streams importantissimi.", "Jekk inħarsu lejn dak li nġabar lejn l-aħħar ta' Settembru, 2005 insibu li s- somma kienet tlaħħaq it-Lm33,556,000.", "Min-naħa l-oħra, fuq l-istess perjodu, din is-sena nsibu li s-somma telgħet għal Lm35,220,000 u allura nistgħu ngħidu li kellna żieda ta' kważi Lm2 miljuni, żieda li għamlet tajjeb għall-gvern u għall-pajjiż inġenerali.", "Tajjeb ngħidu wkoll li din iż-żieda ma ġietx minħabba xi żieda fir-rati tat-taxxa tar-reġistrazzjoni, tal-liċenzja tas-sewqan jew tal-liċenzja tat-triq.", "Anzi, f'ċerti affarijiet, b'mod partikolari dak li għandu x'jaqsam mal-VRT testing, il- gvern naqqas dak li kien jieħu hu u l-administrative charges tal- garaxxijiet li jagħmlu l-VRT testing ħalli kemm jista' jkun inżommu l- ispejjeż għall-konsumatur fl-istess livell.", "Sur President, l-awtorita' hija mportanti mhux biss għall-operat tal-gvern ċentrali imma anke għall-operat tal-gvernijiet lokali.", "Dan għaliex fis- sistema tar-renewal tal-liċenzji tal-vetturi, l-awtorita' tieħu ħsieb li tiġbor il-ħlas tal-multi f'isem il-kunsilli lokali.", "Li kieku m'hemmx din is-sistema, li l-awtorita' tħaddem mingħajr ma tieħu xejn għaliha, is- sistema tal-wardens li għandna fuq it-toroq tagħna, ma kenitx taħdem għaliex dak li jkun ma kienx ikollu l-mod ta' kif idur fuq min għandu jħallas il-multa.", "Minn din is-sistema l-pajjiż ġabar madwar Lm700,000 li ġew imqassma bejn il-kunsilli lokali differenti, naturalment skond kemm ikunu saru ċitazzjonijiet fid-diversi lokalitajiet.", "Sur President, imbagħad għandek dħul ieħor li jikkumplimenta s-sovvenzjoni li jagħti l-gvern.", "Dan id-dħul ġej minn xi charges amministrattivi u minn xi ħaġa li kien ippermetta l-ministeru tal-finanzi meta konna għaddejna l- liġi tal-\"K\" u l-\"Y\" plates.", "Minn hemmhekk kienu għaddew Lm150,000 lill- istess awtorita'.", "Dħul ieħor ġej mill-bejgħ ta' personalized number plates, li minnhom l-awtorita' iġġenerat madwar Lm1 miljun.", "Dan id-dħul kollu huwa importanti għaliex kif stajna naraw, fil-passat l-oppożizzjoni kienet tagħmel ħafna kritika fuq dawn l-entitajiet.", "Fil-fatt l- oppożizzjoni kienet tgħid li l-gvern dejjem jippompja aktar flus fihom u qegħdin isiru ta' piż fuq il-poplu biex imbagħad m'humiex jagħtu dak li hu mistenni minnhom.", "Fid-diskors tiegħi beħsiebni nuri kif l-operat ta' l-awtorita' huwa aktar minn sodisfaċenti.", "Is-sovvenzjoni għal din is-sena hija ta' ftit aktar minn Lm2 miljuni, u se tkun madwar Lm300,000 inqas mis-sena li għaddiet.", "Min-naħa l-oħra d-dħul li qegħdin nagħmlu din is-sena mill-operat huwa ta' madwar Lm300,000 aktar mis-sena li għaddiet.", "Barra minn hekk qegħdin inżommu l-infiq tagħna fl-istess livelli.", "Ma nistgħux ngħidu l-istess ħaġa fuq l-ispiża kapitali għaliex hawnhekk naraw differenzi kbar.", "Kif għedt, qegħdin inżommu l-ispiża rikorrenti fuq l-istess livelli tas-sena li għaddiet, b'sovvenzjoni inqas u bl-istess numru ta' mpjegati li kellna qabel.", "Issa hawnhekk wieħed irid iżomm quddiem għajnejh iż-żidiet fis- salarji ta' l-impjegati ta' l-għoli tal-ħajja u ż-żidiet li ħarġu wkoll mill-collective agreement.", "Minkejja dan kollu, l-ispiża rikorrenti naqset b'madwar Lm80,000 mis-sena ta' qabel.", "Jekk imbagħad naraw in-nefqa kapitali nsibu li fl-2005, fuq il-fond konsolidat, b'mod partikolari dak tat-toroq kellek Lm5 miljuni mentri s- sena li għaddiet kellna Lm7 miljuni.", "Imbagħad kellna wkoll il-protokoll Taljan, li minnu nfaqna s-somma ta' Lm12-il miljun.", "Għas-sena li ġejja se jkollna nfiq ta' Lm7 miljuni mill-fond konsolidat", "għall-budget lokali.", "B'dawn il-fondi se nagħmlu t-toroq residenzjali.", "Imbagħad se jkollna l-infiq kollu l-ieħor fuq il-proġetti ewlenin.", "F'dak li għandu x'jaqsam mar-relazzjonijiet industrijali ta' l-ADT, kien hemm il- ftehim kollettiv għall-ħaddiema tagħha, li kien iffirmat u mplimentat f'Ġunju, 2006.", "Dan ġab miegħu diversi tibdiliet, fosthom l-introduzzjoni tal-flessibilita' fil-ħin tax-xogħol, tibdil fil-ħinijiet tas-sajf tal- ħaddiema tal-gvern, żidiet fis-salarji u l-amalgamazzjoni tal-ħaddiema kollha taħt l-ADT.", "L-awtorita' bdiet tħares lejn kif se tikkonsolida lill- ħaddiema tagħha u bdiet tħares ukoll lejn il-prattiċi tax-xogħol ħalli kulħadd ikun jaf ċerti affarijiet marbutin max-xogħol tiegħu.", "L-awtorita' qiegħda tħares ukoll lejn kemm timpjega magħha ħaddiema.", "Fil- fatt din timpjega magħha madwar 306 ħaddiem.", "Naturalment entita' bħal din ma tistax taħdem jekk ma tinvestix fir-riżorsi umani.", "Din kienet sena fejn l-awtorita' nvestiet kemm fit-taħriġ ta' managers u kemm fit-taħriġ ta' assistent managers u diretturi.", "Tat training ieħor bħal dak li huwa l-euro linguistic programme u taħriġ fl-informatika għall-impjegati tagħha.", "Tat ukoll taħriġ lill-membri ta' l-istaff ta' l-enforcement unit sabiex dawn ikunu jistgħu jagħmlu ċertu testing, li aħna obbligati li nagħmlu llum li aħna pajjiż membru ta' l-Unjoni Ewropea.", "L-istess awtorita' tagħmel u tinvesti f'ċerti mpjegati tagħha billi tagħtihom tisponsorizza t-taħriġ u l- ispeċjalizzazzjoni tagħhom.", "Barra minn hekk, l-awtorita' tagħti l-isponsors anke lil dawk li m'humiex impjegati tagħha, b'mod partikolari lil dawk l- istudenti li qegħdin fl-istream tar-road design ġewwa l-universita'.", "Naturalment dawn jistgħu jkunu mpjegati potenzjali tagħha u għalhekk għandna l-obbligu li niżguraw li fil-pajjiż ikollna dawn in-nies speċjalizzati.", "Sur President, din is-sena l-awtorita' gawdiet ukoll minn dak l-investiment għaliex assorbiet magħha numru ta' studenti periti.", "Jekk inħarsu lejn kif inhuwa l-istaff complement insibu ċertu tnaqqis f'dipartimenti partikolari, bħal dak li huwa l-public transport authority u mbagħad tara żieda ta' dawn il-periti ż-żgħar fit- networking infrastructure.", "Allaħares ma jkollokx lil dawn il-periti telgħin għaliex kieku ma nkunux nistgħu nwettqu r-remit tagħna ta' proġetti fuq toroq residenzjali, proġetti ta' l-UE u proġetti ta' ppjanar għall-futur.", "Kellna sena fejn rajna wkoll ċaqliq fil-bord u minn hawnhekk nixtieq insellem lid-diretturi ġodda tal-bord u nirringrazzja lill-membri l-oħra li ma baqgħux magħna.", "Ovvjament l-awtorita' hija organizzazzjoni ħajja u li l-ħin kollu tevolvi u tinbidel.", "Tibdil ieħor li kellna matul din is-sena kien it-twaqqif ta' taqsima legali.", "Kien ilu jinħass il-bżonn tagħha, l- aktar wara ċerta kritika li kellna f'din il-Kamra fuq kemm inħallsu lill- konsulenti.", "Għalhekk ħassejna l-ħtieġa li nwaqqfu dan il-unit legali.", "Dan il-unit għandu responsabilitajiet diversi, fosthom dak li tħares lejn ir- responsabilitajiet legali u regolamenti li ġew ippubblikati din is-sena.", "Ħafna drabi dawn ir-regolamenti jkunu avvizi legali, li wħud minnhom ikollhom impatt qawwi fuq is-settur tat-trasport.", "B'kollox, din is-sena ġew mgħoddija 16-il regolament.", "Uħud minnhom li jirregolaw il-ġarr stradali tal-merkanzija perikoluża, li jirregolaw il-piżijiet u d-dimensjonijiet u oħrajn li jiċċertifikaw lil vetturi bil-mutur – dawl li jagħmlu l-VRT testing - li huma tajbin għat-toroq.", "Din kienet xi ħaġa importanti għaliex b'hekk stajna nagħmlu l-garaxxijiet on-line.", "Dan it-tip ta' involviment kien għaddej il-ħin kollu u li kieku ma kienx hekk, it-trasport Malti ma kienx jevolvi ma' dak li kien qiegħed jiġri fil-bqija tad-dinja.", "Irrid ngħid ukoll li din is-sena għaddejna żewġ liġijiet, l-ewwel wieħed li jemenda l-Att dwar it-Taxxi tar-Reġistrazzjoni tal-Vetturi ħalli nirregolarizzaw l-issues tal-karozzi self drive u chaffeur driven u l-oħra li kellha x'taqsam mas-CMR convention, xi ħaġa li l-pajjiż kien ilu jistenniha.", "Hawnhekk semmejt fuq fuq l-operat ta' l-ADT matul din is-sena.", "It-taqsima legali tgħin ħafna lill-istess awtorita', kemm sabiex tieħu pożizzjonijiet, kemm sabiex tirrappreżenta lill-awtorita' u kemm għad- diversi pariri, fosthom anke meta ħarġet it-tender tal-Vertical Connections li ġie ppubblikat illum.", "Naturalment l-issues legali marbutin ma' dan it- tender trid bilfors tevalwahom b'mod legali għaliex inkella dak it-tender jista' jaqa' minħabba xi defiċjenza legali.", "Sur President, xi ħaġa ġdida li ġiet introdotta mis-sena l-oħra lil hawn kien il-unit għall-affarijiet Ewropej li twaqqaf fi ħdan l-awtorita' dwar it-trasport.", "Dan il-unit huwa wieħed importanti għaliex il-pajjiż se jkollu l-opportunita' li jissottometti diversi proġetti.", "Dawn il-proġetti jistgħu jkunu bħal dak ta' l-INTERREG, programmi ta' riċerka jew proġetti ambjentali.", "Jista' ikollok anke sorsi bħan-Norwegian Funds u l-iSwiss funds.", "Dawn il-fondi jistgħu jkunu wkoll sostanzjali u għalhekk l- awtorita' għandha l-obbligu li tipprova tisfrutta dawn l-opportunitajiet li jkollha.", "Bi pjaċir ngħid li għandna numru ta' proġetti li qegħdin nipparteċipaw fihom u għalkemm f'dan il-unit hemm biss persuna waħda, din hija mgħejjuna mit-transport strategy department.", "Min-naħa tagħna qegħdin nipparteċipaw fi proġett ta' l-INTERREG u li minnu qegħdin ingawdu mill-finanzjament ta' Lm222,000.", "Għandna proġett ieħor li huwa dak taċ-CITUM u li minnu qegħdin nieħdu Lm20,000.", "Is-sabiħ ta' dawn il-proġetti ġej mill-fatt li l-awtorita' tkun qiegħda tikkollabora ma' stakeholders oħra.", "Per eżempju, fiċ-CITUM għandna l-kunsilli lokali tal- Belt Valletta u li aħna nagħtuhom xi fondi ħalli jikkollaboraw minħabba li bil-fondi tal-kunsilli lokali biss, dawn ma jkunux jistgħu jipparteċipaw f'dawn il-proġetti.", "Irbaħna proġett ieħor minn ta' l-INTERREG u li minnu pajjiżna se jgawdi s-somma ta' €95,000.", "Dan il-proġett huwa ntenzjonat sabiex jistabilixxi lil Malta bħala parti minn network ta' rotot għaċ- ċikliżmu li nsibu f'diversi pajjiżi fil-Mediterran.", "Ovvjament ikollok proġetti oħrajn ukoll, bħal dak tat-TEN-T, li jistgħu jiġu ffinanzjati mill- fondi strutturali.", "Eżempju ta' dan huwa l-intelligent traffic management system.", "Għandek ukoll affarijiet oħra li qegħdin in parallel minħabba l- finanzjament sostanzjali għat-trasport li ġej mill-Unjoni Ewropea.", "Per eżempju, kellna assistenza bilaterali mar-Renju Unit fuq il-proġett għat- taħriġ ta' l-eżaminaturi tas-sewqan.", "Gawdejna wkoll minn konsulenza minn barra sabiex niżguraw ruħna li għandna l-capacity building neċessarja sabiex nagħmlu proġetti nfrastrutturali ta' ċertu kobor, b'mod partikolari fit-toroq.", "Għaldaqstant irid ikollok unit li kapaċi jirrispondi u jħares lejn l-opportunitajiet.", "Xi kultant, imbagħad ikun irid jipparteċipa, jimplimenta u jattendi għal diversi laqgħat li jkunu qegħdin isiru.", "U allura rridu niżguraw li l-ADT tkun waħda minn dawk l-entitajiet benefiċċjarji li tgawdi minn dawn l-opportunitajiet ewlenin li qed igawdi minnhom il-pajjiż.", "Dan huwa evolviment sabiħ u nawgura li l-ADT tibqa' tieħdu bis-serjeta' għaliex dan huwa l-frame of mind li jrid ikollna sabiex nimxu 'l quddiem.", "Sur President, aktar qabel semmejt l-istess unit għall-affarijiet Ewropej u għedt li ħafna drabi, dan ikun mgħejjun mid-direttorat għall-istrateġija dwar it-trasport.", "Dan ukoll huwa direttorat importanti u nixtieq li jikber ħafna aktar.", "Hemm bżonn li t-trasport nistudjawh, nantiċipawh u jekk jista' jkun, niddirezzjonawh fejn nixtiequ aħna u mhux fejn ikun qiegħed jiċċaqlaq l-iżvilupp.", "Għalhekk huwa importanti l-commitment internazzjonali li għandna fil-European conference for ministers of transport, fil-United Nations u f'postijiet oħrajn.", "Importanti wkoll affarijiet oħra li qiegħed jagħmel it-transport strategy directorate.", "Per eżempju, waħda mill-affarijiet li rrikjedu minna mill-Unjoni Ewropea kienet li pajjiżna jibda jagħti l-istatistika dwar it-trasport u dwar l-inċidenti tat-traffiku.", "Riedu li din l-istatistika npoġġuha fuq il-GIS u b'hekk pajjiżna jibda jipparteċipa fil-fora ta' din l-istatisika ħalli nkunu nistgħu nqabblu l-affarijiet u nidentifikaw il-blackspots li għandna.", "Nistgħu ngħidu li llum għandna statistika eċċellenti li toħroġ kull tliet xhur.", "Din l-istatistika tagħtina l-informazzjoni dwar ix-xufiera, il-VRT testing, il-vetturi li huma newly licenced u fuq l-ownership.", "Għandna wkoll informazzjoni tajba fuq it-trasport pubbliku u anke fuq l-inċidenti tat- toroq.", "Illum nafu li l-inċidenti jiġu kklasifikati by type, by sex, by injury, by age group, by month u anke bil-villaġġ fejn ikun sar l-inċident.", "Ovvjament għandna wkoll statistika dwar it-tenders li jinħarġu.", "Din hija informazzjoni tajba għaliex ma tistax tippjana jekk kemm-il darba ma jkollokx statistika bħal din.", "Naħseb li ma nistgħux niddirezzjonaw it- trasport jekk ma nkunux nafu dak li qiegħed jiġri f'pajjiżi oħra u dak li ħaddieħor qiegħed jagħmel fuq il-problemi marbuta mat-trasport.", "Għalkemm dan il-unit huwa wieħed żgħir, nixtieq li 'l quddiem ikompli jikber.", "Għalissa se nieqaf hawnhekk u mbagħad inkun nista' niddiskuti d-direttorati l-oħra waqt il-winding up.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Charles Buhagiar.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Sur President, kien il-ħsieb tiegħi li f'dan id- dibattitu ma noqgħodx nitkellem fuq id-direttorat tat-toroq, pero' kelli nbiddel ftit il-ħsieb tiegħi minħabba ċerta nformazzjoni li ħarġet f'dawn l- aħħar ġranet f'din il-Kamra.", "Fl-opinjoni tiegħi, din l-informazzjoni wieħed għandu għalxiex jaħseb ftit fuqha.", "Meta nitkellmu fuq it-toroq ma nistgħux insemmu biss il-kwalita' tax-xogħol li jsir u li x-xogħol jitlesta fiż-żmien stipulat, imma waħda mill-affarijiet l-aktar importanti hija dik li x-xogħlijiet tat-toroq isiru mal-budget li jingħataw.", "Mill-informazzjoni li ngħatajna f'dan il-parlament ftit tal-jiem ilu jirriżulta li dan mhux qiegħed isir.", "Madwar sentejn ilu f'dan il-parlament konna qajjimna proprju dan il-każ fil-Public Accounts Committee, fejn konna tkellimna dwar dak li hemm bżonn isir sabiex din il-problema ta' l- overspending fuq kuntratti ta' toroq tiġi limitata kemm jista' ikun.", "Attwalment qiegħed jirriżulta li minkejja dak kollu li ntqal dakinhar, u minkejja dak kollu li qal l-awditur ġenerali fuq dak li kellu jsir sabiex din il-problema tiġi kkontrollata, fir-realta' ma sar xejn.", "Ovvjament din hija xi ħaġa nkwetanti ħafna u hawnhekk se nagħti ftit ta' l-eżempji fuq toroq li saru matul dawn l-aħħar sentejn u l-overspending esaġerat li sar fuqhom.", "Se nibda proprju bit-toroq tal-protokoll Taljan.", "Sur President, it-toroq li saru mill-protokoll Taljan kienu maqsuma fi tliet lottijiet.", "L-ewwel lot kellu jsir bejn żewġ kuntratturi u kellu jiġi jiswa Lm3,884,000.", "It-tieni lot kellu jsir bejn żewġ kuntratturi u kellu jiġi jiswa Lm3,180,000 u t-tielet lot kellu jiġi jiswa Lm3,544,000.", "Meta kienu ngħataw dawn il-kuntratti l-ministru qalilna li l-valuri tagħhom kienu qegħdin taħt il-budget tagħna b'Lm2 miljuni.", "Għalhekk il-gvern kien qiegħed iżomm Lm2 miljuni riservati għal dak li jista' jinqala waqt li jkun qiegħed isir ix-xogħol.", "Imbagħad il-ministru kien ħabbar li minħabba li t- tenders kienu taħt il-budget stipolat, il-gvern kien se jdaħħal żewġ toroq oħra.", "Fis-sena 2004 jiena kont għamilt mistoqsija parlamentari lill- ministru fuq dan is-suġġett.", "Fil-fatt f'mistoqsija 5486 kont staqsejt lill- ministru hekk:", "\"B'riferenza għall-iffinanzjar tax-xogħlijiet tat-toroq mill-protokoll Taljan, x'inhu l-perċentaġġ ta' ħlas li se jsir mit-Taljani?\"", "Il-ministru rrispondieni hekk;", "\"Ninsab informat li l-ammont disponibbli għall-iffinanzjar ta' xogħlijiet fit-toroq mill-protokoll Taljan huwa ta' €30 miljun, u ma' dawn m'huwiex maħsub li se jiżdiedu fondi oħra għal xogħlijiet li se jitwettqu taħt dan il-programm.\"", "Sur President, dawk il-€30 miljun kellhom iservu għax-xogħol kollu li kellu jsir mill-protokoll Taljan.", "Issa llum ħarġet l-informazzjoni ta' kemm verament ġew jiswew dawn it-toroq u issa se nikkwota mill-mistoqsija parlamentari 21843.", "Mela l-ewwel lot kellu jiġi jiswa Lm3,884,000 imma effettivament ġie jiswa Lm7,779,000.", "Dan ifisser li nfaqna d-doppju.", "It- tieni lot kellu jiġi jiswa Lm3,180,0000 imma ġie jiswa Lm4,922,000.", "Hawnhekk infaqna darba u nofs aktar.", "It-tielet lot kellu jiġi jiswa Lm3,544,000 imma fir-realta' ġie jiswa Lm6,700,000, jiġifieri kważi d- doppju wkoll.", "Fit-total ta' dawn it-toroq kellhom jiġu jiswew Lm13-il miljun imma spiċċaw ġew jiswew Lm19,403,000, jiġifieri darba u nofs aktar mill-budget inizjali.", "Apparti din is-somma, kellu jsir il-ħlas ukoll għall- esproprjazzjoni li kellha ssir u li kienet tammonta għas-somma ta' Lm1,322,000.", "Fl-opinjoni tiegħi din hija sitwazzjoni nkwetanti ħafna.", "Ma jistax ikun li f'dan il-pajjiż nagħtu t-tenders ta' ċertu valur u mbagħad meta jitlesta x-xogħol dan jiġi jiswa darba u nofs aktar mill-valur oriġinali.", "Sur President, agħar minn hekk, hawn lanqas nistgħu ngħidu li din kienet xi kwestjoni ta' darba, għaliex l-istess ħaġa ġrat f'toroq oħra li qegħdin jitlestew bħalissa.", "Per eżempju, ejjew nieħdu Vjal l-Avvjazzjoni Ċivili ġewwa Ħal-Luqa.", "Skond mistoqsija parlamentari 21914 din kellha tiġi tiswa Lm495,000.", "Issa llum qegħdin naraw li din se tiġi tiswa Lm878,000!", "Kważi d- doppju ta' kemm suppost kellha tiġi tiswa fil-bidu.", "Allura meta tara dawn l-affarijiet tibda tinduna li xi ħaġa ħażina qiegħda tiġri żgur.", "Per eżempju, xogħol ieħor li għadu għaddej huwa dak li qiegħed isir fil-bypass ta' San Pawl il-Baħar.", "It-tender value ta' dik it-triq kien ilaħħaq is- somma ta' Lm2,554,000 mentri fir-realta' din se tiġi tiswa Lm3 miljuni, nefqa aktar ta' nofs miljun lira.", "Naturalment tista' tibqa' ssemmi toroq oħra.", "Għandek it-triq f'Ħal Far li kellha tiġi tiswa Lm1,821,000 u minflok qiegħda tiġi stmata li se tiswa Lm2.8 miljun.", "Sur President, dawn iċ-ċifri huma nkwetanti għaliex qegħdin juruna li hemm xi ħaġa li mhux qed issir kif suppost.", "Hawnhekk jien mhux qiegħed nidħol fil-mertu ta' jekk it-toroq humiex qegħdin isiru kif suppost jew le – xi ħaġa li se nitkellem dwarha aktar tard – imma qiegħed nitkellem biss fuq il- valuri ta' kemm qegħdin jiġu jiswew.", "Issa l-problemi tista' tinduna minn fejn ikunu ġejjin.", "F'mistoqsija parlamentari li għamilt lill-ministru kont staqsejtu fuq il-ħafna mill-ħsarat li qegħdin isiru fit-toroq tagħna minħabba li ma nkunux nafu x'hemm fil-pedamenti ta' l-istess toroq.", "Ħafna drabi li jiġri huwa li l-valur tax-xogħol jiżdiedlek għaliex ikollok affarijiet fil-pedamenti li inti ma tkunx taf bihom minn qabel.", "Għalhekk nippretendi li s-sinjuri ta' l-ADT, qabel ma joħorġu tender, jagħmlu ftit investigazzjonijiet tat-terren ta' taħt it-triq li tkun se ssir.", "B'hekk ma jsibux ma' wiċċhom problemi fil-pedamenti bil-konsegwenza li x-xogħol li jkun se jsir jiġi jiswa ħafna aktar minn dak oriġinali.", "Jiena ngħid li lanqas biss m'aħna nagħmlu l-aktar affarijiet bażiċi.", "Fil- fatt l-aktar ħaġa bażika li wieħed għandu jagħmel hija proprju dik li jiċċekkja s-sistemi ta' drenaġġ qabel ma jsiru xi xogħlijiet fit-toroq.", "Mandakollu dan mhux qiegħed isir u dan nistgħu narawh mit-tweġiba li tani l- Ministru Mugliett għall-mistoqsija parlamentari 22128.", "F'din il-mistoqsija staqsejt lill-ministru sabiex jgħidilna jekk huwiex qiegħed isir iċ- checking permezz tas-CCTV tal-mains tad-drenaġġ qabel ma jsir ix-xogħol fit- toroq.", "U l-ministru weġibni hekk:", "\"Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-ADT ma tagħmilx spezzjonijiet bis-CCTV fuq mains tad-drenaġġ li jaqgħu taħt ir- responsabilita' tal-Waste Water Unit fi ħdan il-korporazzjoni ta' l- ilma.\".", "Fl-aħħar mill-aħħar dan ix-xogħol mhux qiegħed isir la mill-ADT u lanqas mill-water services corporation.", "B'hekk qiegħed ikollna mains tad-drenaġġ li ma jkunux daqshekk tajbin u meta jitlesta x-xogħol tat-toroq, dawn jinfaqgħu, tinżillek it-triq u jibda jkollok il-problemi.", "Dan iwassalni biex ngħid li mhux qiegħed ikun hemm ippjanar biżżejjed.", "Jekk inħarsu lejn it-tenders, lejn l-ispecifications u lejn il-bills of qualities nindunaw li mhux qiegħed isir xogħol tajjeb biżżejjed fuq il-preparazzjoni tad- dokumenti.", "Min-naħa tiegħi nagħmel l-appell sabiex dawn l-affarijiet ma jibqgħux isiru.", "Mhux sew li noħorġu stima mod u mbagħad fir-realta' nsibu li tiġi tiswa darba u nofs jew darbtejn aktar milli fil-fatt kienet stmata.", "Hemm bżonn li nieħdu azzjoni mmedjata fuq dawn l-affarijiet.", "Ħaġa oħra li nnotajt filwaqt li kont qiegħed naqra r-rapport ta' ħidma għal din is-sena ta' l-ADT kien dak li għandu x'jaqsam max-xogħol tal-bypass ta' l-Imtarfa.", "Din it-triq insemmiha kull darba li nitkellmu fuq dan is- suġġett għaliex fl-opinjoni tiegħi din hija xi ħaġa verament tal-mistħija.", "Il-bypass ta' l-Imtarfa nbeda x-xogħol fuqha fl-1999 u llum wasalna biex nibdew is-sena 2007 u x-xogħol għadu għaddej!", "Issa fir-rapport insibu li x- xogħol fuq din it-triq għandu jibda għall-bidu tas-sena d-dieħla.", "Għalhekk nittamaw li fis-sena 2007 naraw il-bidu u t-tmiem tax-xogħol f'din it-triq.", "Madankollu din it-triq ħolqot inkonvenjent kbir għar-residenti ta' l- Imtarfa u għal kulmin jgħaddi minn dik it-triq.", "Il-karrozzi kollha kellhom jiġu ddevjati għal toroq oħra, b'mod partikolari minn Tabija Road ġewwa r- Rabat.", "Lis-sinjuri ta' l-ADT ngħidilhom sabiex kif tkun lesta l-bypass ta' l-Imtarfa jmorru jagħmlu Tabija Road għaliex din spiċċat u se tisfronda.", "Jekk ma noqgħodux attenti se jispiċċa jkollna xi inċident fatali!", "Sur President, ħalli issa nitkellem ftit fuq it-toroq li se jkun ffinanzjati mill-fondi ta' l-Unjoni Ewropea.", "Quddiemi għandi rapport li sar mill-esperti barranin f'Ġunju ta' l-2002.", "F'dan ir-rapport qegħdin jgħidu li sabiex nagħmlu l-upgrading tat-toroq tagħna, hemm bżonn nefqa ta' €144 miljun għall-main roads u nefqa ta' Ewro 90 miljun għal toroq oħra.", "Mela n-nefqa totali tammonta għal €234 miljun.", "Issa f'daqqa waħda qegħdin ngħidu li għandna bżonn ħafna iktar minn hekk u qegħdin insemmu s-somma ta' aktar minn €300 miljun.", "Għalhekk nixtieq nistaqsi lill-ministru x'inhi din id-differenza ta' €80 miljun?", "Fil-fatt f'Marzu li għadda ġie rrapportat hekk fil-gazzetta tal-\"Malta Independent\":", "\"The government has identified certain projects to form part of the TEN-T projects which are expected to cost Euro 315 million.\"", "Fir-rapport li għamlu l-esperti barranin qalu li s-somma tlaħħaq il-€234 miljun mentri l-ADT qiegħda tgħid li s-somma tlaħħaq it-€315 miljun.", "Hemm ukoll toroq oħra importanti għall-pajjiż li m'humiex se jkunu ffinanzjati mill-fondi ta' l-Unjoni Ewropea.", "Waħda minn dawn it-toroq hija l-famuża link-road li hemm bejn ir-roundabout tat-tankijiet tal-gass u Manoel Island.", "Hawnhekk irrid infakkar li fil-budget debate tas-sena li għaddiet, il-ministru kien qalilna li l-link-road m'hijiex obbligu mmedjat imma kellha ssir lejn is-sena 2007.", "Issa jiena rajt in-nefqa kapitali li għandhom in-network infrastructure directorate u pprovajt nara jekk il-link road hijiex inkluża, pero' ma stajt insibha mkien.", "Sur President, din il-link-road hija importanti jekk nemmnu li l-proġett ta' Manoel Island u dak ta' Tigne se jkunu ta' suċċess.", "Kif nafu dawn il- proġetti se jiġġeneraw ċerta ammont ta' trafffiku u allura bilfors hemm bżonn li jkollna din it-triq.", "Fil-fatt iċ-chief executive tal-proġett ta' Tigne u Manoel Island, is-Sinjur Ben Muscat qalilna hekk;", "\"It is extremely important that the road will be completed by 2006\".", "Li kien għall-iżviluppaturi, din it-triq - ħalliha li mhux neċessarjament għandhom prijoritajiet tajbin – tlestiet din is-sena.", "Madankollu l- ministru kien ta l-commitment li din it-triq kellha ssir sas-sena d-dieħla.", "Pero' kif għedt aktar qabel, jekk tara l-budgets li ġew ippreparati mill- ADT għas-sena d-dieħla, ma nsibu xejn għal din it-triq.", "Hawnhekk ridt nitkellem ftit ukoll fuq il-bridges.", "Kif nafu f'pajjiżna għandna diversi bridges li wieħed irid jagħti kashom.", "Wieħed minn dawn", "il-bridges huwa dak li hemm fuq il-Wied tal-Mistra.", "Fis-sena 2002 jiena kont għamilt mistoqsija parlamentari lill-Ministru Ċensu Galea - li dak iż- żmien kien responsabbli mit-toroq – għaliex innotajt personalment li dan il- bridge kien qiegħed f'kondizzjoni perikoluża.", "Fit-tweġiba tiegħu, il- ministru kkonferma dak li nnotajt jien imma kulma għamel kienu żewġ barriers sabiex it-traffiku jimxi 'l barra!", "Imbagħad minn Marzu ta' dik is- sena sal-lum il-ġurnata baqa' ma sar xejn u dan il-bridge għadu perikoluż.", "Fir-risposta l-ministru kien qalli li s-sejħa għall-offerti sabiex isiru l- ispezzjonijiet dalwaqt tiġi ppublikata.", "Allura nixtieq nistaqsi lill- Ministru Mugliett dwar fiex waslu l-istudji li kellhom isiru fuq dan il- bridge għaliex huwa bridge li jintuża ħafna u li fl-opinjoni tiegħi jinsab fi stat ta' perikolu.", "Ħaġa oħra relatata mat-toroq u li nixtieq nistaqsi lill-ministru dwarha hija fuq il-famuż laboratorju li kellu jsir mir-roads directorate.", "Jien ma nafx jekk dan il-laboraturju sarx u jekk ġiex imħaddem.", "U għalhekk nixtieq li l-ministru jilluminana ftit fuq ix-xogħol li sar fuq dan il-laboratorju.", "Ħalli ngħaddi malajr sabiex ngħid xi ħaġa fuq it-traffic management unit fi ħdan l-ADT.", "It-traffic management unit jagħmel xogħol tajjeb pero' jiena ngħid li għandu żewġ problemi.", "L-ewwel problema hija dik li m'għandux mod ta' kif jinforza d-deċiżjonijiet tiegħu.", "Meta jkun qiegħed jaħdem f'kontest ta' kunsill lokali, jekk irid, dak il-kunsill lokali jista' ma jagħtix kas ta' dak li jkun qiegħed jgħidlu t-traffic management unit.", "Fil- fatt hawnhekk se naqra siltiet minn tliet mistoqsijiet parlamentari li jiena għamilt fuq każ li seħħ mill-kunsill lokali tal-Mosta.", "Milli jidher fil-Mosta hemm sindku li jridha ta' cowboy għaliex qabad u għamel ċerti sinjali tat-traffiku mingħajr ma kkonsulta ma' l-ADT.", "Fit- tweġiba tiegħu l-Ministru Mugliett kien qalli li kellhom jieħdu ħsieb sabiex dawn l-affarijiet jiġu rranġati u fil-fatt se naqra eżattament ir- risposta li kont ingħatajt mill-ministru.", "Ir-risposta kienet tgħid hekk;", "\"Minn riċerka li saret fir-records tat-Traffic Management Unit irrżulta li m'hemm ebda permess għall-parking bays miżbugħa fi Triq St Anna fil-post li għaliha qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant.", "It- Traffic Management Unit kien ġibed l-attenzjoni tal-Kunsill Lokali tal- Mosta b'ittra datata 17 ta' Jannar 2006, li kienet inħarġet bħala risposta għall-kummenti li ntbagħtu lill-Awtorita' dwar it-Trasport ta' Malta, mill-perit ta' resident fil-post.", "Sussegwentament, it- Traffic Management Unit infurmat lill-Kunsill Lokali Mosta, b'ittra datata 6 ta' Marzu 2006, sabiex jitneħħew tali parking bays.", "Intbagħtet reminder lill-Kunsill Lokali datata 14 ta' Marzu 2006 u 9 ta' Mejju 2006.\".", "F'kelma waħda l-kunsill lokali tal-Mosta u s-sindku cowboy li hemm f'dan ir- raħal ġew jaqgħu u jqumu minn dak li qaltilhom l-ADT u baqgħu jagħmlu li jridu!", "Fl-opinjoni tiegħi ma naħsibx li din hija xi ħaġa ġusta.", "Naħseb li t-traffic managmeent unit, fi ħdan l-awtorita', għandu jkollhom is-saħħa li jimplimentaw il-miżuri li jgħidu li għandhom isiru.", "F'każ li ma jiġux implimentati, għandu jkun hemm sistema ta' enforcement ħalli dawn l- affirijiet isiru.", "Issa ladarba qiegħed nitkellem fuq traffic managment ma nistax ma nsemmix il-bridge ta' Manuel Dimech u l-mod ta' kif sar it- traffic management f'dik iż-żona.", "Sur President, hemmhekk ma sarx traffic management imma saru biss deviations.", "Fil-fatt ingħalaq il-bridge u t-traffiku kollu ġie mgħoddi minn fejn seta' jgħaddi.", "Per eżempju, f'Ħ'Attard it-traffiku ġie mgħoddi proprju minn ġoċ-ċentru.", "Waħħlu l-vleġeġ u s-sinjali ma' kullimkien u minn kull fejn tgħaddi ħlief tabelli sofor li juru d-deviations minħabba l- bridge ta' Manuel Dimech ma tarax.", "Fuq kollox dawn it-tabelli saru bl- addoċċ u li kieku xi ħadd isegwi s-sinjali li saru, malajr jinduna bil- konfużjoni li se joħolqu f'postijiet oħra.", "Dan m'huwiex traffic management imma deviations bla ħsieb.", "Xi traffic management dak!", "Lill-ministru ngħidlu sabiex iħares ftit lejn il-mod ta' kif saru l-affarijiet għaliex imbilli solvejna l-problema tal-bridge ta' Manuel Dimech, żgur li se noħolqu problemi oħra f'postijiet differenti.", "Għaldaqstant wieħed irid jagħti każ ta' dawn l-affarijiet ukoll.", "Xtaqt insemmi xi ħaġa oħra li hija marbuta mal-kunsilli lokali.", "Bosta kunsilli lokali qegħdin jieħdu d-drawwa li kull fejn hemm kantuniera, joħorġu l-bankini 'l barra, bil-konsegwenza li l-vetturi tal-linja ma jkunux jistgħu jduru.", "Din il-problema l-aktar li tinsab f'Buġibba fejn il- kunsill lokali qiegħed joħroġ il-bankini 'l barra ma' kull kantuniera li jsib.", "Issa l-ADT qiegħda tgħid li hi m'għandix x'taqsam ma' dawn l- affarijiet.", "Fl-opinjoni tiegħi din hija xi ħaġa żbaljata għaliex l-ADT għandha tkun tkun responsabbli għal kulma jiġri fit-toroq tagħna.", "Allavolja t-toroq ikunu jagħmlu parti mill-kunsill lokali, jekk dak li jkun qiegħed isir fihom ikun se jinterrompli l-flow tat-traffiku, bħalma qiegħedx jiġri f'dan il-każ, allura żgur li l-ADT għandha tieħu l- pożizzjoni tagħha.", "Sur President, ridt ngħid xi ħaġa anke fuq il-famużi classification of raod contractors.", "Jiena nixtieq inkun naf fiex waslet din il-klassifikazzjoni.", "Naf li kienu nħarrġu t-tenders tal-local roads li qegħdin jingħataw lill- kuntratturi kollha li qegħdin japplikaw u għal dan il-għan, huwa importanti ħafna li naraw x'sar minn din il-famuża klassifikazzjoni.", "Jekk se nippermettu li kulmin għandu gaffa jew romblu, allura sar kuntrattur tat- toroq, ma neħduhiex bi kbira jekk it-toroq li jsiru ma jkunux ta' standard tajjeb.", "Kwestjoni oħra li rrid inqajjem hawnhekk hija dik li l-ADT mhi taċċetta qatt il-ħsarat li jsiru fil-vetturi minħabba x-xogħlijiet li jkunu qegħdin isiru fit-toroq.", "Fuq din il-kwestjoni kien tkellem fuqha l- ombudsman u naħseb li hemm bżonn li jkun hemm ir-responsabilita' min-naħa ta' l-ADT.", "Jekk ikun hemm xi nċidenti li jseħħu minħabba x-xogħlijiet li jkunu qegħdin isiru fit-toroq, allura jiena nħoss li r-responsabilita' għandha tkun ta' l-ADT.", "Ma jistax ikun li l-ADT toqgħod tgħid li jekk tikkumpensa lil xi ħadd, se tkun qiegħda tiftaħ it-triq għal kulħadd.", "Dik hija problema tagħha u żgur li ma tistax issolvi din il-kwestjoni billi ma tagħti kumpens lil ħadd.", "Fuq kollox għandha tara li ma tħalli l-ebda perikolu waqt li jkunu qegħdin isiru x-xogħlijiet fit-toroq.", "Jekk ma jkunx hemm perikolu, ma jkunx hemm ċans li xi ħadd jagħmel il-ħsara fil-vettura tiegħu.", "Pero' żgur li m'hijiex soluzzjoni li tiġi tgħid li jekk tikkumpensa lil xi ħadd, allura se jkollha tagħti kumpens lil kulħadd.", "L-argument għandu jkun li naraw li nagħmlu minn kollox sabiex jekk jista' jkun, ma jkun hemm l-ebda perikolu.", "Issa jekk ikun hemm xi ħsarat fil-vetturi minħabba x-xogħol li jkun qiegħed isir, allura l-ADT għandha terfa' ir-responsabilita' tagħha.", "Xi ħaġa oħra li xtaqt nitkellem fuqha hija l-kwestjoni tat-traffic managment ġewwa pajjiżna.", "Bla dubju ta' xejn din hija problema li aktar ma jikber in-numru ta' vetturi, aktar se tkompli tikber.", "U għaldaqstant għandna neħduha b'ċerta serjeta'.", "Kif nafu barra minn Malta l-parkeġġi u t- traffic management hija xjenza għaliha u m'għandhiex x'taqsam max-xjenza tar-road engineering.", "Min-naħa l-oħra, donnu li hawn Malta ma nistgħux naqbdu l-barri minn qrunu u dan meta nafu li l-problema f'pajjiżna hija ferm akbar milli għandu ħaddieħor.", "Fil-fatt meta wieħed iqabbel id- densita' tal-vetturi mar-road surface tagħna, isib li għandna waħda mill- akbar densitajiet fid-dinja.", "Għaldaqstant żgur li għandna problema f'dan ir- rigward.", "Il-problema hija ħafna iktar serja meta wieħed iħares lejha mil-lat ta' ibliet storiċi li għandna f'pajjiżna.", "Din m'hijiex xi ħaġa tal-lum imma issa ilha magħna għal bosta snin u għalhekk huwa importanti li nagħmlu xi ħaġa kemm jista' ikun malajr.", "Jekk m'hu se nagħmlu xejn fuq din il- problema, aktar se nkabbruha.", "Fil-fatt fil-white paper dwar l-istrateġija tas-sustainable land transport li nħarġet mill-awtorita' dwar it-trasport fis-sena 2004, din kienet xi ħaġa li ġiet identifikata bħala problema.", "Wieħed mill-oġġettivi kellu jkun dak li nipprovdu traffic management schemes li jkunu mmirati lejn il-pedestrians.", "Suppost li waħda mill- istrateġiji li qiegħda taħdem fuqhom l-ADT hija dik li noħolqu toroq li huma aktar pedestrian friendly.", "Sur President, din kienet xi ħaġa li tmur lura għal diversi snin mhux ħażin.", "Fil-fatt din kienet inbdiet l-ewwel fl-Imdina, fejn kien sar esperiment sabiex f'dan ir-raħal il-vetturi jiġu kkontrollati.", "Kif nafu hemmhekk għandna belt storika ta' wirt dinji u għalhekk importanti li ma nħallux li ssirilha l-ħsara permezz ta' gassijiet u pollution ikkawżati mill-karrozzi.", "Dak iż-żmien kienet saret skema sabiex jidħlu biss dawk il- karrozzi tar-residenti ta' l-Imdina.", "Issa meta qiegħed tagħmel skema bħal din, min qiegħed jinforzaha?", "Kif nafu t-traffic management jaqa' taħt l- ADT, pero' skema bħal din taqa' taħt il-kunsill lokali tal-post?", "Min qiegħed jinforzaha din l-iskema?", "Jiena ġieli mmur sa l-Imdina għaliex huwa post li nieħu pjaċir inżur u safejn naf jien, kulħadd jista' jaqbad u jidħol bil-karrozza tiegħu.", "U ma tantx tara nforzar ta' din l-iskema.", "Għalhekk naħseb li wasal iż-żmien li nibdew nitgħallmu minn dak li għamilna fl-Imdina jekk irridu li din l-iskema ngħadduha għal postijiet oħra.", "Hawnhekk xtaqt ngħid xi ħaġa wkoll fuq il-problema kbira li hemm fil-Birgu minħabba s-suċċess tal-proġett tal-Kottonera.", "Dawk in-naħat qegħdin imorru ħafna nies u dawn qegħdin isibu problema ta' parkeġġ.", "Hemmhekk kien sar żball madornali fejn l-ewwel inħareġ il-permess u mbagħad wara għamilna t- traffic impact assessment.", "L-ewwel kien imissu sar it-traffic impact assessment ħalli jiġu mplimentati dawk il-miżuri meħtieġa u jiġi ridott kemm jista' ikun l-impatt tat-traffiku.", "Imma le!", "L-ewwel ġibna l-permess u mbagħad wara għamilna t-traffic impact assessment!", "Dawk in-naħat kellu jsir car park li fil-fatt qatt ma sar.", "Issa din l-iskema qegħdin nimplimentawha ġewwa l-Belt f'diversi fażijiet.", "Dan l-aħħar rajna l-iskema tal-park and ride.", "Personalment għadni m'għamiltx użu minn dan is-servizz imma jingħad li l-operat tagħha huwa wieħed effiċjenti.", "Naturalment jiena ħadt pjaċir b'din l-aħbar, pero' l- iskop veru tal-park and ride qiegħed jintlaħaq?", "Sar xi survey min-naħa ta' l-ADT sabiex jaraw min verament qiegħed jagħmel użu minn din l-iskema?", "Minn dak li qalu lili, l-iskema tal-park and ride qiegħda tiġi wżata minn dawk li qabel kienu jipparkjaw fl-MCP car park għaliex b'hekk qegħdin jiffrankaw il-flus tal-ħlas ta' dan il-parkeġġ privat u qegħdin ukoll jiffrankaw mixja twila għall-Belt.", "Qegħdin jużaw dan il-parkeġġ ukoll dawk in-nies li qabel ma kenux jidħlu l-Belt bil-karrozza tagħhom minħabba li ma jsibux jipparkjaw.", "Allura jien ma nafx kemm qegħdin jidħlu nies ġodda ġewwa l-Belt bl-iskema tal-park and ride.", "Lanqas naf jekk sarx xi survey min-naħa ta' l-ADT fuq dawk li qegħdin jagħmlu użu minn din l-iskema.", "U naħseb li tkun xi ħaġa interessanti li kieku dan is-survey isir jekk s'issa għadu ma sarx.", "Sur President, jekk irridu li bis-sistema tal-park and ride nħajjru aktar nies ġodda sabiex jidħlu l-Belt u jagħmlu użu min-negozju, mill- entertainment, mill-kultura jew għal xi raġuni oħra, għandna naraw li din l- iskema verament qiegħda tintuża sabiex jintlaħaq dan il-għan.", "Jekk se noqogħdu nipprovdu dan is-servizz għal dawk li diġa' kienu jidħlu l-Belt imma issa tajnihom xi ħaġa aktar faċli, allura l-għan tagħna m'huwiex jintlaħaq.", "Hawnhekk irrid infakkar li fl-iskema tal-park and ride kien hemm bosta u-turns kbar min-naħa tal-gvern.", "Fil-bidu konna bdejna ngħidu li din l-iskema se tkun bil-ħlas u mbagħad, f'daqqa waħda bdejna ngħidu li se tkun b'xejn.", "Fil-bidu konna bdejna ngħidu li mhux se nħallu parkeġġi fil- Belt u mbagħad, f'daqqa waħda bdejna ngħidu li se nħallu l-parkeġġi fil- Belt.", "Dawn kollha huma u-turns kbar bejn il-white paper li ħareġ il-gvern u bejn dak li effettivament ġie mplimentat.", "Imma issa huwa importanti li naraw daqxejn lejn min hija mmirata din l-iskema u jekk aħniex verament qegħdin nilħqu l-għan tagħha.", "Fuq kollox is-sistema ta' controlled access fil-Belt kienet maħsuba sabiex tnaqqas id-dħul tal-karozzi fil-Belt u l- problemi li joħolqulek il-karozzi kollha li jkun hemm il-Belt.", "Issa jekk se nħallu l-karrozzi jidħlu fil-Belt wara s-6.00 p.m. u mingħajr ħlas, ma taħsbux li din hija kontradizzjoni minnha nnifisha?", "Jekk aħna qegħdin ngħidu li se nagħmlu sistema fejn se nnaqqsu t-traffiku fil-Belt, kif imbagħad qegħdin ngħidu li wara s-6.00 p.m kulħadd jista' jidħol fil-Belt?!", "B'hekk m'inti se tnaqqas xejn!", "Anzi hemm ċans li aktar taggravaha s- sitwazzjoni.", "Jiena ngħid li anke hawnhekk għandna daqxejn tal-konfużjoni fil-mod ta' kif qegħdin naħdmu fuq din il-problema u ma naħsibx li ġiet maħsuba biżżejjed.", "Min-naħa tiegħi ma nsieb l-ebda problema li nagħmlu żona pedonali ġewwa l-Belt.", "Fil-fatt kien proprju gvern Laburista li kien bena ż-żoni pedonali ġewwa l-Belt u j'Alla li jkomplu jsiru.", "Sur President, ma ninsewx li hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq żona pedonali li se nagħmluha matul is-sena d-dieħla.", "Mill-esperjenza tiegħi ta' ministru nista' ngħid li l-problemi fuq żoni pedonali huma kbar ħafna.", "L-ewwel problema li għandek hija dik tal-ħwienet li se jkollok fiż-żona pedonali.", "Kif se jingħataw servizz dawn il-ħwienet?", "Niftakar li bejn l-1996 u l- 1998, meta konna qegħdin nitkellmu fuq l-istess suġġett mal-GRTU, li kienet qiegħda tirrappreżenta lis-sidien tal-ħwienet, konna għenda li jekk irridu nagħmlu żona pedonali, irridu naraw ukoll kif se jiġu moqdija l-ħwienet.", "Dak iż-żmien il-GRTU kienet qiegħda tissuġġerixxi li jsir xi tip ta' maħżen wieħed għall-ħwienet kollha.", "Imbagħad ikun hemm vannijiet żgħar li jkunu jistgħu jidħlu fiż-żoni pedonali sabiex iqassmu l-prodotti tagħhom f'ħinijiet li normalment ma jkunx hemm pedestrians fihom.", "Issa llum xi ħsieb qiegħed isir sabiex nagħmlu dawn iż-żoni pedonali?", "Jien ma rridx niftiehem ħażin u t-tama tiegħi hija li dawn iż-żoni pedonali jinħolqu.", "Min-naħa tiegħi ninsab favur tagħhom imma rridu naraw ukoll il-problemi.", "X'qiegħed jiġi propost sabiex insolvu l-problemi li tista' toħloq din iż- żona pedonali?", "Kif inhu maħsub li se jiġu fornuti l-ħwienet li jaqgħu f'din iż-żona pedonali?", "Problema oħra ġewwa l-Belt hija dik ta' l-istorm water drainage.", "Hawnhekk wieħed irid jara li meta ssir iż-żona pedonali, ikun hemm storm water drainage suffiċjenti fit-toroq ħalli ma jispiċċax kullimkien bl-għaddajjar.", "Naturalment fil-Belt m'hemmx daqshekk problema għaliex kif jaf kulħadd, taħt l-art għaddejjin il-mini li jistgħu jintużaw għal dan il-għan.", "Naturalment maż-żmien dawn il-mini ġew imblukkati u għalhekk iridu jitnaddfu.", "Xi ħaġa oħra li tkellimna dwara hija dik tat- trasport vertikali.", "Dan l-aħħar smajna li se toħroġ tender għat-trasport vertikali u li din it- tender se tagħlaq fit-30 ta' Jannar, 2007.", "Naħseb li huwa pass importanti li jkollna dan it-tip ta' trasport bejn il-harbours tagħna u ċ-ċentru tal- Belt.", "Irridu ngħidu wkoll li diġa' kellna tentattiv sabiex isiru l-lifts ġewwa l-Belt imma ma kien hemm l-ebda investitur li daħal għal dan ix- xogħol.", "Allura xtaqt nistaqsi din il-mistoqsija: Sar xi feasibility study min-naħa ta' l-ADT qabel ma ħarġet it-tender ħalli wieħed ikun ċert li l- proġett, hekk kif ippreżentat, huwa wieħed feasible għal dawk l-investituri li jistgħu jitħajjru għalih?", "Irridu wkoll nitkellmu dwar l-introduzzjoni tat-trasport bil-baħar.", "Hawnhekk ukoll kienet ħarġet tender u milli nista' nifhem ma' kien hemm ħadd interessat għalih.", "Jiena nemmen ħafna fuq il- bżonn li jsir xi ħaġa ħalli jiġi ntrodott it-trasport bil-baħar minn Tas- Sliema għall-Belt u mill-Belt għall-Kottonera.", "Sur President, ħalli nerġa' ngħid xi ħaġa fuq iż-żona pedonali tal-Belt.", "Din suppost li diġa' kellha tiġi ntrodotta u f'mistoqsija parlamentari 18030 il-ministru kien weġibni hekk:", "\"Il-programm ta' introduzzjoni ta' żona pedonali akbar fiċ-ċentru tal- Belt qed jiġi implimentat gradwalment u ninsab infurmat li diġà bdew jiddaħħlu miżuri ta' restrizzjoni fi Triq id-Dejqa, Triq ir-Repubblika u Triq Melita.", "L-introduzzjoni taż-żona pedonali għandha tkun kompluta sa Settembru 2006.\".", "Naturalment Settembru ġie u għadda u ż-żona pedonali għadha ma ġietx introdotta!", "Hawnhekk ta' min jgħid ukoll li ż-żona pedonali tista' tiġi ntrodotta u mbagħad ix-xogħol ta' resurfacing ikun jista' isir wara.", "Naturalment trid taqla' l-uċuħ tat-toroq li hemm u tagħmilhom aktar tajbin u komdi.", "Ovvjament trid tneħħi wkoll il-bankini għaliex ladarba hija żona pedonali, m'għandekx bżonn ta' bankini.", "Meta jkollok triq bil-bankini jkun ifisser li qiegħed tifred it-traffiku min-nies.", "Għalhekk, kif għedt, m'għandekx bżonn ta' bankini f'żona pedonali.", "Din iż-żona pedonali tista' toħloqha bħalma kien sar fi Triq ir-Repubblika ftit tas-snin ilu u mbagħad, ir-resurfacing tagħha jsir aktar 'il quddiem.", "Mela mhux neċessarjament li ħaġa torbotha ma' oħra.", "Jiena ngħid li hawnhekk kellhom jittieħdu ċerta miżuri sabiex jibda jitnaqqas il-parkeġġ illegali minn ġol-Belt Valletta.", "U rrid nistaqsi jekk dan effettivament sarx.", "Il-parkeġġ illegali mill-Belt Valletta beda jitnaqqas jew le?", "Direttorat ieħor li xtaqt nitkellem dwaru huwa dak tat-trasport pubbliku.", "Fuq dan is-settur ilna ħafna nitkellmu fuqu u noħorġu rapporti fuq rapporti.", "Fil-fatt l-aħħar rapport li ħareġ kien il-Halcrow report, liema rapport sar bejn Lulju u Novembru, 2005.", "F'dan ir-rapport insibu diversi rakkmandazzjonijiet fuq dak li għandu jsir fuq it-trasport pubbliku ta' pajjiżna.", "Issa aħna nafu li ħafna minn dawn ir-rakkmandazzjonijiet jridu jiġu mplimentati mhux biss għaliex huma importanti li jsiru imma anke għaliex se jkunu mponuti fuqna min-naħa ta' l-Unjoni Ewropea.", "Waħda mill- affarijiet li jinnutaw fir-rapport ta' Halcrow hija dik li l-użu tat- trasport pubbliku qiegħed kulma jmur, dejjem nieżel 'l isfel.", "Fl-opinjoni tiegħi dan ma jagħmilx sens għaliex illum qegħdin fi żmien fejn l-ispejjeż tal-fuel dejjem telgħin u allura wieħed jibda jaħseb li n-nies aktar se tuża t-trasport pubbliku u jużaw inqas l-karozzi tagħhom.", "Il-verita' hi li minkejja l-ispejjeż tal-fuel, in-nies xorta waħda baqgħu jużaw it-trasport privat tagħhom.", "U dan stajna nivverifikawh din is-sena għaliex għal darb'oħra reġa kellna tnaqqis fin-numru ta' passiġieri li għamlu użu mit- trasport pubbliku.", "Sur President, fir-rapport ta' Halcrow insibu diversi rakkmandazzjonijiet.", "Issa dawn ir-rakkmandazzjonijiet kollha li nsibu f'dan ir-rapport, l-ADT implimentathom?", "Fost l-aktar rakkmandazzjoni li għandha mplikazzjonijiet fit-tul hija din; The service provision on the island is clustered into nine geographically based route groups.", "Mela qiegħed jingħad li minflok is- sistema li għandna llum, fejn it-trasport kollu huwa pprovdut mill-ADT, jibda jkollna disa' gruppi differenti li jipprovdu t-trasport pubbliku.", "Allura din ir-rakkmandazzjoni se tiġi mplimentata jew le?", "X'se jiġri?", "Nisimgħu b'ħafna diskussjonijiet li jkunu għaddejjin u mbagħad tali diskussjonijiet ma jirnexxewx biex nispiċċaw b'xi strike min-naħa tax- xufiera tal-linja.", "Għalhekk nerġa' nistaqsi; Effettivament x'se jiġri?", "Il-Halcrow report qiegħed jgħid ukoll li l-karrozzi tal-linja m'humiex qegħdin jintużaw biżżejjed.", "Fuq din għandhom raġun għaliex tal-linja jintużaw biss b'nofs il-kapaċita' tagħhom.", "Fil-fatt jaħdmu ġurnata iva u ġurnata le.", "Hawnhekk għandna investiment qawwi ħafna li kien sar ukoll min-naħa tal- gvern li kien investa somma kbira għax-xiri tal-karrozzi ġodda.", "Għalhekk dan ir-rapport qiegħed jgħid li ma jistax ikun li l-karrozzi nużaw biss 50% ta' l-effiċjenza tagħhom imma għandna nibdew nużaw ta' l-anqas 70%.", "L- istess rapport qiegħed jissuġġerixxi li l-ammont ta' karrozzi għandu jitnaqqas għal 196 karozza mill-508 li hemm illum.", "Allura l-ADT x'se tagħmel fuq dawn ir-rakkmandazzjonijiet?", "Se timplimentahom jew le?", "Huwa kollu ta' xejn li noqogħdu nagħmlu r-rapporti biex imbagħad inħalluhom fuq l-ixkaffa!", "Ir-rapport ta' Halcrow ikompli jgħid li s-smart card system ma ħadmitx u għalhekk hemm bżonn li tinbidel.", "Għandna naraw kif il- passiġġieri jkollhom biljetti li jservuhom għal ġurnata sħiħa jew għal ġimgħa sħiħa.", "X'se nagħmlu fuq dan is-suġġeriment?", "Sur President, dan ir-rapport jitkellem ukoll dwar il-fare structure u nixtieq inkun naf jekk is-suġġerimenti li nsibu hawnhekk, humiex se jiġu mplimentati.", "Imbagħad fir-rapport insibu dawk li jgħidulhom l-immediate actions, jiġifieri dawk l-azzjonijiet li għandhom jittieħdu malajr kemm jista' jkun fuq livell ta' amministrazzjoni, fuq livell ta' fares u fuq livell ta' informazzjoni.", "Hawnhekk ukoll nixtieq inkun naf kemm minn dawn l-immediate actions - li sewa lill-ADT ma nafx kemm-il elf lira - ġew adottati mill-ADT.", "Kif għedt ftit tal-ħin ilu, ir-rapporti huma tajbin, pero' huwa aktar importanti li r-rakkmandazzjonijiet li jsiru f'tali rapporti jiġu mplimentati jekk kemm-il darba naħsbu li huma tajbin għalina.", "Għalhekk nixtieq li fil-winding up tal-ministru, jagħtina ftit ir-reazzjoni tiegħu għal dak li hemm miktub fir-rapport ta' Halcrow għaliex safejn naf jien, la l-ADT u lanqas il-ministru għadhom ma taw ir-reazzjoni tagħhom fuq dak li ntqal fil-Halcrow report.", "Fuq kollox dan ir-rapport sewa bosta eluf ta' liri lill-Kaxxa ta' Malta u għaldaqstant għandna nkunu nafu x'inhi r- reazzjoni ta' min huwa responsabbli.", "Li ma nistgħux nagħmlu huwa li nħejju rapport u mbagħad nitilquh fuq l-ixkaffa qisu qatt ma kien xejn.", "Bir- rapporti biss m'aħniex se nsolvu l-problemi li hemm fit-trasport pubbliku.", "Xi ħaġa oħra li ilna nitkellmu ħafna dwarha hija l-ħtieġa ta' faċilitajiet għax-xufiera fil-bus terminus.", "Issa jiena pprovajt infittex ftit fl-estimi ta' l-awtorita' dwar it-trasport għal din is-sena ħalli nara jekk hemmx ivvotati l-flus għall-upgrading ta' dan il-bus terminus, imma bqajt ma sibt xejn fl-estimi.", "Jiena nittama f'Alla li dawn ix-xogħlijiet isiru, pero' safejn stajt nara jien, m'hemm xejn fil-budget li jindika għal dan ix- xogħol.", "Huwa mportanti li l-bus terminus tal-Belt jiġi upgraded.", "Huwa mportanti li l-gvern jagħmel il-parti tiegħu, bħalma huwa importanti li x- xufiera jagħmlu l-parti tagħhom u li l-ADT tagħmel il-parti tagħha.", "Issa kif nafu l-proviżjoni tat-terminus hija responsabilita' ta' l-ADT.", "Sur President, se nagħmel l-aħħar żewġ punti ta' malajr għaliex naf li hemm sħabi li jridu jgħidu tagħhom ukoll.", "Xtaqt nagħmel riferenza għaċ-ċifri li joħorġu kemm mill-budget tal-Malta Transport Authority kif ukoll mill- budget document li ddiskutejna ftit tal-ġimgħat ilu f'dan il-parlament.", "Waħda mill-affarijiet interessanti li ssib hawnhekk huwa dak li qiegħed jiġi stmat li s-sena d-dieħla, id-dħul tal-gvern mil-liċenzji tas-sewqan se jiżdied b'Lm900,000.", "Issa meta tqis li l-V-plates se jispiċċaw, xi ħaġa li minnha l-gvern kien qiegħed idaħħal Lm615,000, kif qegħdin ngħidu li se nżidu d-dħul mil-liċenzji tas-sewqan b'Lm900,000?", "Allura dan ifisser li l- gvern se jgħolli l-liċenzji?", "Jekk il-gvern għandu dan il-ħsieb, għandu jaqbad u jgħid hekk mill-ewwel!", "Żgur li mhux se tkun l-ewwel darba li għollejna xi ħaġa!", "L-istess ħaġa fuq il-motor vehicle registration tax.", "Għal din is-sena d-dħul minn din it-taxxa kellu jkun ta' Lm20,300,000 mentri għas-sena d-dieħla, dan id-dħul għandu jkun ta' Lm23,500,000.", "Il- ministru jista' jispjegalna daqxejn minn fejn se tiġi din il-qabża ta' Lm3,500,000 fil-motor vehicle registration tax?", "Jaqaw se ngħollu t-taxxa fuq il-vetturi?", "Tkun xi ħaġa tajba li ningħataw risposta għal din il- mistoqsija.", "Fl-aħħarnett ma nistax nagħlaq id-diskors tiegħi mingħajr ma nikkummenta fuq paragrafu li kien hemm proprju fl-executive summary ta' dan ir-rapport li huwa ffirmat minn Gian Franco Selvaggi u minn Joe Gerada.", "F'paġna 5 insibu dawn il-kliem:", "\"The highlights of the year under review within the licensing and testing directorate was the launch of the online renewal of the licenses ....\".", "Issa fl-opinjoni tiegħi ma naħsibx li dik kienet il-highlight tas-sena għal dan id-dipartiment.", "Il-highlight tas-sena kien proprju l-famuż każ ta' tixħim li spiċċa fih dan id-direttorat.", "U minkejja li għandna rapport li sar minn bord ta' inkjesta serju u li qiegħed jitfa' il-ħtija fuq il-bord għan in-nuqqasijiet tiegħu, xorta waħda ma kien hemm ħadd li refa' ir- responsabilita' tiegħu fuq dan il-każ.", "Se naqra verbatim dak li kitbu fil- konklużjonijiet tagħhom il-bord ta' inkjesta.", "Dawn qalu hekk:", "\"As regards behaviour of the ADT management in this case, once again the board cannot but note with regret that the management seems to have failed to take decisive appropriate action.\".", "Sur President, ħadd m'hu responsabbli f'dan il-każ ta' tixħim!", "Kellna każ lampanti ta' tixħim fuq il-mod ta' jingħataw il-liċenzji u ħadd ma jieħu responsabbilta' amministrattiva jew politika.", "Żgur li xi ħaġa bħal din m'hijiex ġusta.", "Kien għalhekk li f'ħin minnhom jiena għedt li rridu nitkellmu fuq ir-responsabbiltajiet.", "Hemm bżonn li nirresponsabilizzaw lilna nfusna u ma jistax ikun li jkollna każijiet ta' tixħim bħal dawn u qisu ma ġara xejn.", "Dan il-każ ta' tixħim kellu x'jaqsam ma' l-eżaminaturi tas-sewqan li ġew imxaħħma sabiex jgħaddu mill-eżami tas-sewqan lil ċerti persuni li jkunu ħallsuhom.", "Naturalment l-istatistika baqgħet turi l- istess ammont ta' xufiera li jgħaddu mill-eżami tas-sewqan.", "Issa dan xi jfisser?", "Dan ifisser li jekk kienu qegħdin jgħaddu dawk li ma ħaqqhomx, nies li kien ħaqqhom jgħaddu mill-eżami bdew jeħlu.", "L-eżaminaturi bdew iwaħħlu ċerti nies li kien ħaqqhom jgħaddu mill-eżami tas-sewqan ħalli b'hekk l- istatistika ma tidhirx li telgħet 'il fuq.", "Il-pass rate baqgħet l-istess u bdew jgħaddu mill-eżami lil dawm in-nies li ma kienx ħaqqhom jgħaddu għaliex kienu qegħdin ixaħħmuhom.", "Naħseb li ma tridx tkun bravu ħafna biex tifhem dawn l-affarijiet.", "U minkejja dan kollu, ħadd ma jieħu responsabbilta' ta' xejn.", "Jiena nagħlaq fuq din l-aħħar nota.", "Huwa minnu li matul din is-sena l-ADT ħadet diversi inizjattivi interessanti, b'mod partikolari fejn jidħol it- traffic management ġewwa l-belt u anke fuq xogħlijiet ta' toroq, pero' hemm bżonn li x-xogħlijiet jibdew isiru ħafna aħjar.", "Naturalment isiru ħafna aħjar bi pjanijiet aktar serji u b'mod responsabbli.", "Jekk imbagħad dik ir- responsabilita' li tingħata lill-uffiċjali tispiċċa sabiex tiġi abbużata, għandna nkunu rġiel biżżejjed sabiex nerfgħu r-responsabilta' tagħna u jekk ikun hemm bżonn, nirriżenjaw.", "Żgur li ma nistgħux nagħmlu bħalma għamilna f'dan il-każ ta' tixħim.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Anton Refalo.", "ONOR.", "ANTON REFALO: Sur President, fejn jidħol Għawdex dan il-gvern jgħid li juża l-politika ta' l-10%.", "Illum beda jgħid li qiegħed juża l-politika tal-miljuni kuljum fir-rigward ta' Għawdex, pero' meta tħares lejn l- affarijiet issib li l-gvern qiegħed juża l-politika taċ-ċekċik.", "L- interessi tal-poplu Għawdxi huwa meqjus bħala xi ħaġa sekondarja għal dan il-gvern.", "Fid-dokument ta' strateġija li kien nieda l-prim ministru fir- rigward ta' l-iżvilupp soċjo-ekonomiku ta' Għawdex, kien intqal hekk:", "\"Sabiex Għawdex jikseb il-potenzjal ekonomiku sħiħ tiegħu l-obbjetivi politiċi għandhom ikunu orjentati b'tali mod li jiġu ndirizzati tlitt fatturi fundamentali.", "L-ewwel fattur huwa ċ-ċokon, it-tieni fattur huwa l-insularita' doppja u t-tielet fattur huwa l-fatt li Għawdex jinsab fil-periferija ta' Malta.\".", "Naturalment aħna naqblu perfettament dwar il-ħtieġa li kull gvern għandu jindirizza dawn it-tlitt problemi bażilari.", "Jekk inti ma teħux in konsiderazzjoni dawn it-tlitt fatturi mportanti kull ħin u kull mument, qatt mhu se jirnexxilek iġġib lill-Għawdex 'il quddiem.", "Minkejja dawn il- kliem sbieħ, il-gvern xorta waħda baqa' jittraskura kompletament l-iżvilupp u l-qagħda soċjali ekonomika tal-gżira Għawdxija.", "U kif nafu bejn il-kliem u l-fatti hemm il-baħar jikkumbatti.", "Fl-ewwel rapport ta' ħidma tiegħu, il- gvern kien xandar li sabiex Malta tikber fl-Ewropa, hemm bżonn li jitwaqqaf kumitat reġjonali għall-proġetti ta' Għawdex.", "Dan il-kumitat reġjonali kien identifika bosta affarijiet u fosthom kien qal li mill-fondi ta' koeżjoni ta' l-Unjoni Ewropea, għandu jinxtara vapur żgħir sabiex iservi ta' shuttle service bejn il-gżira Għawdxija u l- ajruport ta' Ħal Luqa.", "B'hekk dan il-vapur ikun jista' jgħaqqad flimkien lil dawn iż-żewġ gżejjer.", "Dan il-kumitat kien identifika dan il-proġett bħala wieħed importanti sabiex aħna nipprovaw ngħelbu ċ-ċokon, l- insularita' doppja u l-fatt li Għawdex jinsab fil-periferija ta' Malta.", "Minkejja dan kollu, il-ministru għoġobha twarrab kompletament dan il- proġett sabiex minfloku tagħmel it-triq li mir-Rabat tagħti għax-Xlendi!", "Din hija xi ħaġa ta' għajb għaliex kif jaf kulħadd, il-baħar li jifred lil Għawdex minn Malta hija proprju t-triq tagħna l-Għawdxin.", "Sur President, sabiex aħna mmorru Malta, irridu naqsmu dik il-medda ta' baħar u dik hija t-triq li lilna twassalna għax-xogħol tagħna, għall- istudju tagħna u għall-opportunitajiet tagħna.", "Għalhekk huwa importanti li dik it-triq nagħmluha aktar aċċessibbli għall-poplu Għawdxi.", "Irridu nifhmu bis-serjeta' l-importanza li lill-Għawdex nagħmluh aċċessibbli u għalhekk għedt li dan il-proġett ta' shuttle service bejn Malta u Għawdex huwa wieħed importanti ħafna.", "Dan il-vapur żgħir kien se jgħaqqad liż-żewġ gżejjer imma l-Ministru għal Għawdex, iddeċidiet li twarrab għal kollox dan il-proġett.", "Din il-politika taċ-ċekċik u n-nuqqas ta' pjanar politiku mhu qiegħed jagħmel xejn ta' ġid għall-Għawdex.", "Ħalli nieħu eżempju żgħir li għal Għawdex ifisser ħafna.", "Dan l-aħħar kien hemm xi għaref li t-triq ta' fejn il-Grand Hotel għamilha one-way u b'hekk ħoloq konfużjoni sħiħa.", "Issa min irid imur in-Nadur jew il-Qala', m'għandu l-ebda sinjali tat- traffiku li jiddireġuh minn fejn jgħaddi.", "B'hekk dak il-Malti li forsi jikri xi farmhouse fin-Nadur, mhux se jsib minn fejn għandu jgħaddi.", "Mela jasal l-Imġarr u mbagħad ma jkunx jaf kif se jasal in-Nadur għaliex isib it- triq priniċpali fejn il-Grand Hotel magħluqa.", "Sinjali tat-traffiku ħalli juruk minn fejn tgħaddi ma jeżistux u sabiex tkompli tgħaqqad, x'ħin tgħaddi minn Għajnsielem, issib li fuq in-naħa ta' wara qiegħed isir xi żvilupp.", "Allura trid toqgħod terġa' titla' 'il fuq u hemm konfużjoni sħiħa.", "Allura din hija l-politika tal-gvern fir-rigward ta' Għawdex?!", "Dawn huma affarijiet żgħar imma għal xi raġuni jew oħra, dan il-gvern mhux jagħti kashom.", "Ħalli nkompli nitkellem fuq il-kwestjoni tat-toroq f'Għawdex.", "Naħseb li ma nkun qiegħed ngħid xejn ħażin meta ngħid li wieħed mill-aktar passatempi ppreferuti mill-Ministeru għal Għawdex huwa proprju t-triqat ta' Għawdex.", "Fil-gżira Għawdxija għandna bosta proġetti kbar u importanti għalina u se nsemmi xi wħud minnhom.", "Għandek il-bini taċ-ċentru amministrattiv fir-Rabat, l-impjant għat-tisfija tad-drenaġġ, l-istazzjoni għat-trasferiment ta' l-iskart, il-biċċerija, il-bini ta' fabbriki żgħar, il-yacht marina, ix-xiri tal-vapur żgħir sabiex iservi ta' shuttle service bil-lejl u x-xiri tal-coaches għall-istess shuttle service bejn l-ajruport ta' Ħal-Luqa u ċ-Ċirkewwa.", "Kif nafu dawn huma kollha proġetti kbar u ta' ħtieġa għall-gżira Għawdxija.", "Madankollu l-Ministru għal Għawdex abbandunat dawn il-proġetti u minnhom ma sar xejn.", "Il-biċċerija ilha erba' snin magħluqa u sal-lum, f'Għawdex għadna bla biċċerija.", "L-istess ħaġa nistgħu ngħidu fuq il-proġett tat-tisfija tad-drenaġġ.", "Dan ilu disa' snin sabiex isir u kellu jiġi ffinanzjat mill-fondi ta' l-Unjoni Ewropea.", "S'issa dan għadu ma tlestiex.", "Sur President, dawn huma kollha proġetti importanti li twarrbu kompletament mill-ministru.", "Jekk inħarsu lejn it-toroq f'Għawdex naraw li mis-sena 1999 sas-sena l-oħra, il-Ministru għal Għawdex nefqet is-somma ta' Lm4,242,846.", "U allura nistgħu naraw li nefqet Lm862,846 aktar mis-somma li kellha vvotata għat-toroq.", "Fejn huma dawn it-toroq li saru f'Għawdex?", "Liema huma t-toroq ġodda li saru u l-oħrajn li ġew irranġati?", "Meta staqsejt din il- mistoqsija, il-Ministru għal Għawdex ma tatni l-ebda risposta u dan meta nefqet Lm862,846 aktar milli ġie vvotat f'din il-Kamra.", "Kif jaf kulħadd din is-sena waslet il-famuża triq ta' San Lawrenz, triq li ġiet tiswa Lm1 miljun aktar milli suppost.", "L-iskuża għal din iż-żieda kienet li meta bdew ix-xogħlijiet sabu ma' wiċċhom aktar xogħol milli kienu qegħdin jaħsbu.", "Fuq kollox il-ministru qalet li ma kien ġara xejn imbilli nfaqna miljun lira aktar fi triq għaliex dik in-nefqa saret għall-ġid tal-poplu Għawdxi.", "Mill-banda l-oħra, fuq is-servizz tal-helicopter f'Għawdex il-gvern qalilna li m'hemmx għalfejn sussidju għalih u spiċċajna sabiex inwaqqfu dan is- servizz.", "Fil-każ tar-Ryanair il-gvern ħareġ Lm1 miljun għaliex hemmhekk ma jimportax.", "L-istess ħaġa fuq ix-xogħol tat-triq ta' San Lawrenz, spiċċajna noħorġu Lm1 miljun aktar u l-ministru qaltilna li kellha l-consensus ta' kulħadd sabiex toħroġ dik is-somma żejda.", "Ftit taż-żmien ilu semmejt ukoll il-famuża subway li kellha ssir fejn il-lyceum imma li sal-lum għada ma saritx.", "Intefqu l-eluf kbar ta' liri f'din it-taparsi subway u sal-lum għadha mirduma taħt l-art.", "Allura għalfejn qalulna li se jagħmlu subway sabiex l-istudenti jkunu jistgħu jaqsmu għal-liceo?", "Mela b'kollox fuq it- toroq infaqna Lm1,862,846 aktar minn flus il-poplu u ħadd ma jaf fejn intefqu!", "Ħadd ma jaf fejn marru dawn il-flus, x'sar minnhom u min ħadhom.", "Dan il-gvern xaba' jgħid kemm se jġib miljuni għal Għawdex, u iasa hemm bżonn li jgħidilna x'sar minnhom dawk il-Lm1,862,846 li xi ħadd ħa għas- suppost xogħol li kellu jsir fit-toroq ta' Għawdex.", "Fejn marru dawn il- flus?", "L-għajb ta' dan il-gvern huwa li tipprova tiftaħlu għajnejh u tipprova tistaqsi mistoqsijiet parlamentari ħalli tara min huwa accountable għal dak ix-xogħol u minflok, jiġi jgħidilna li kollox miexi fuq ir-rubini.", "Meta mbagħad tifli daqxejn l-affarijiet, issib li m'hemm xejn minn dak li qal il- gvern.", "Meta l-partit Laburista kien fil-gvern għamel triq waħda f'Għawdex, dik li hemm ħdejn il-Grand Hotel.", "Din it-triq għamilniha f'temp ta' xahrejn.", "Waqt ix-xogħolijiet konna noqogħodu għassa fuq il-kuntratturi ħalli naraw kemm iġibu konkos, kemm iġibu ħadid u dak kollu li hemm bżonn għall-bini tat-triq.", "Fl-opinjoni tiegħi dik it-triq hija monument li għamel il-partit Laburista.", "Sur President, dan il-gvern nefaq l-eluf u l-miljuni fuq ċerti kuntratturi u sal-lum għadna ma nafux x'xogħol għamlu.", "Nerġa' ngħid li dan huwa l- għajb ta' dan il-gvern.", "L-ewwel joħroġ tender li taparsi tkun irħisa u mbagħad, x'ħin jinbeda x-xogħol, jibda jżid il-flus.", "Wara jibda jkun hemm xogħol fil-privat u minn spiża ta' Lm1 miljun nispiċċaw nonfqu Lm2 miljuni!", "Dan m'humiex sew, u hemm bżonn li min hu responsabbli jagħti rendikont lill-poplu Għawdxi ta' dawn il-ħneżrijiet.", "It-traġedja hi li ħadd m'hu jerfa' r-responsabilita' u ħadd ma jaf x'inhu jiġri.", "Ma rridux ninsew ukoll il-protokoll Taljan.", "Mela Malta tieħu Lm30 miljun u Għawdex ma jieħu xejn!", "Din hija xi ħaġa li ma nista' nifimha b'xejn!", "Issa ħalli niġu għat- trasport pubbliku ġewwa l-gżira Għawdxija.", "Kulħadd jaf li t-trasport – xi ħaġa li semmejniha fil-programm tal-partit Laburista – pubbliku f'Għawdex la jagħmel sens soċjali u lanqas jagħmel sens ekonomiku.", "Kif jista' jkun li lil Għawdex nagħmluh aċċessibbli meta t- trasport pubbliku jieqaf fis-7.00p.m?", "Barra minn hekk ix-xufiera li jaħdmu fit-trasport pubbliku jkollhom jagħmlu ftit xogħol tat-turisti għaliex inkella ma jfendux minħabba l-għoli tad-diesel u l-ispejjeż l-oħra li jkollhom.", "Allura kif nistgħu nippretendu li t-trasport pubbliku f'Għawdex ikun wieħed vijabbli?", "Imbagħad sfaċċatament il-ministru jagħti sussidju qawwi lill-operaturi li jaħdmu fis-servizz ta' Malta u lil dawk li jaħdmu fis-servizz ta' Għawdex ma tahom xejn.", "Fil-fatt matul dawn l-aħħar 11-il sena l-gvern ħallas b'kollox aktar minn Lm16-il miljun għat-tħaddim ta' dan is-servizz f'Malta mentri f'Għawdex lanqas ħallas ċenteżmu wieħed!", "U mbagħad jippretendi li t-trasport pubbliku f'Għawdex jkun wieħed aċessibbli u li jagħmel sens ekonomiku u soċjali!", "Sur President, kien għalhekk li fil-bidu tad-diskors tiegħi għedt li fejn jidħol Għawdex, dan il-gvern iħaddem politika taċ-ċekċik.", "Aħna l-Għawdxin sirna ċittadini tat-tieni klassi u qegħdin nieħdu biss il-loqom ta' dak li jieħdu l-Maltin.", "Kien kollu ta' xejn il-ftaħir kollu li sar min-naħa tal- prim ministru fuq is-servizz ġdid tal-helicopter li kien se jibda jopera bejn iż-żewġ gżejjer.", "Il-prim ministru kien qalilna li dan is-servizz kien se jżid it-turisti fil-gżira Għawdxija b'50,000 kull sena.", "Madankollu s- servizz tal-helicopter spiċċa u mhux talli ma żidniex b'50,00 turist imma talli morna l-baħar u waqajna lura aktar milli konna qabel.", "Illum l-uniku servizz li għanda għal Għawdex huwa dak tal-vapuri.", "Dawn huma affarijiet li għalina l-Għawdxin huma ta' għajb.", "Żgur li dawn il-mezzi ma jagħtuniex l- inċentivi u l-inkoraġġiment meħtieġ.", "Jekk verament nemmnu li rridu napplikaw politika reġjonali għal gżira Għawdxija, għandna nagħmlu mezz biex almenu ċ-ċittadin Għawdxi tagħmlu pari passu ma' ċittadin ieħor mill- Mellieħa.", "Jekk fil-kuxjenza tagħna ma nagħmlux politika li verament tpoġġi fiċ-ċentru tagħha l-amministrazzjoni Għawdxija, allura ma nistgħu qatt nagħmlu lill- Għawdex bħala l-vetrina ta' Malta.", "Minflok lil Għawdex tkun qiegħed twarrbu u tagħmlu bħala s-cindirella ta' Malta.", "Kien għalhekk li fil-pjan Laburista konna għedna li waħda mill-prioritajiet tagħna hija dik li nagħmlu sistema ta' trasport effiċjenti u li tkun ukoll sussidjata.", "Dan se nagħmluh għaliex nemmnu fit-trasport pubbliku.", "Beħsibna nagħmlu wkoll sistema tajba ta' trasport bil-baħar u nissussidjaw is-servizz tal- helicopter għaliex nemmnu li dan hemm bżonnu sabiex nagħmlu lil Għawdex aċċessibbli.", "Il-gvern preżenti paroli biss għandu u x'ħin tneħħilu l- paroli ma ssiblu xejn aktar!", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Stefan Bountempo.", "ONOR.", "STEFAN BOUNTEMPO: Sur President, il-bniedem jitgħallem mill-iżbalji.", "Fifd-dinja kulħadd jiżbalja, anke l-ADT avolja din taħseb li ma tiżbaljax.", "Din l-awtorita' tfakkarni fil-proġett li kien sar fuq is-Civil Aviation Avenue ta' Ħal Luqa.", "Kif jaf kulħadd dan ix-xogħol inbeda fl-aħħar ġurnata ta' Marzu li għadda u spiċċa f'Settembru.", "Dan meta tant niftaħru fuq il- \"Brand Malta\" u fuq kemm pajjiżna huwa wieħed uniku u kemm irridu nagħtu dehra aħjar lil Malta.", "Qed ngħid hekk għax dan ix-xogħol kellu jsir proprju fiż-żmien meta jiġu jżuruna ħafna turisti.", "Naturalment ix-xogħol irid isir, imma għallinqas għandna naħsbu ftit qabel nibdew xi ħaġa.", "Issa biex setgħu jibdew ix-xogħol f'din it-triq iddevjaw il-karrozzi għal Gudja Road.", "Għallinqas mank taw daqxejn kisja tarmac lil din it-triq li minnha kellhom jgħaddu kemm it-turisti kollha li jkunu niżlu Malta kif ukoll il-Maltin li jgħaddi minn dawk in-naħat.", "Qed ngħid hekk għax din it- triq tant hija mħarrbta u mkissra li meta tgħaddi minnha tispiċċa taqla' l- istonku tiegħek.", "Barra minn hekk bil-lejl f'din it-triq ikun hemm dlam ċappa għaliex lanqas fiha bozza waħda.", "Nerġa' ngħid li kieku tawha kisja tarmac u għamlu ftit tad-dawl, is-sitwazzjoni kienet tkun aħjar.", "Sur Presidnet, fil-bidu tad-diskors tiegħi għedt li l-bniedem jitgħallem mill-iżbalji u l-Onor.", "Charles Buhagiar llum tkellem fuq il-bridge ta' Regional Road.", "Illum, minkejja li niftaħru ħafna bit-traffic management, erġajna ħallejna x-xogħol fuq dan il-bridge proprju għall-ewwel ġurnata ta' Diċembru meta nafu li dan iż-żmien huwa l-peak time tal-Milied.", "Nerġa' ngħid li xogħol bħal dan kellu jsir, imma min-naħa l-oħra, lanqas kellna nħalluh proprju għall-aktar żmien li stajna nolqtu lis-sidien tar- ristoranti, tad-diskoteki u tal-bars li hemm f'Paceville.", "Intlaqtu ħażin anke l-konsumaturi li jkunu jridu jidħlu f'Paceville.", "Dan huwa l-ippjanar li tant niftaħru bih f'pajjiżna?", "Sur President, tara dawn l-affarijiet iseħħu quddiemna u mbagħad niġu nitkellmu fuq \"Brand Malta\"!", "Faċċata tiegħi qiegħed nara lill-Ministru Mugliett, li naf bl-impenn tiegħu imma minn hawnhekk irrid nappellalu sabiex meta nkunu se nagħmlu xi ħaġa, nibdew nieħdu l-affarijiet bis- serjeta'.", "Irrid ngħid ukoll li min-naħa tal-gvern Nazzjonalista nisimgħu ħafna ftaħir fuq kif it-toroq li qegħdin isiru, għandhom garanzija li se jibqgħu tajbin għal 25 sena mbagħad meta tiċċekkja l-kuntratti tat-tenders issib li l-garanzija min-naħa tal-kuntrattur fuq dawn it-toroq issir għall- ewwel sentejn biss.", "Allura min se jħallas għall-ispejjeż li jistgħu jinqalgħu waqt it-23 sena l-oħra?", "Nixtieq li l-ministru jweġibni fuq din il- mistoqsija.", "Irrid ngħid ukoll li f'paġna 9 ta' dan ir-rapport insibu xi ħaġa fuq it- toroq li jaqgħu taħt ir-responsabilita' tal-kunsilli lokali.", "Hawnhekk intqal li skond ftehim milħuq fis-sena 2004, kien hemm numru ta' kunsilli lokali li ġew mitluba sabiex jagħmlu xi xogħol f'isem l-ADT, liema xogħol kien jammonta għal Lm75,000 fi pre-establishment roads.", "Issa jien nixtieq inkun naf xi kriterji ntużaw u kif intagħżlu l-kunsilli lokali li qegħdin jibbenefikaw minn din l-għajnuna ta' Lm75,000.", "Sur President, illum li tant aħna kburin bil-lingwa Maltija u li din ġiet ukoll rikonoxxuta mill-Unjoni Ewropea, kont nippretendi li r-rapport li ħarġet l-ADT kien ikun ippreżentat bil-lingwa Maltija.", "Jiena nappella lill- ministru sabiex is-sena d-dieħla r-rapport jiġi ppreżentat bil-lingwa ta' pajjiżna.", "Naturalment ma fiha xejn ħażin li tippreżenta dan ir-rapport bil- lingwa Ingliża, pero' jiena kont nippretendi li quddiem l-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż kien ikollna xi ħaġa ppreżentata bil-lingwa uffiċjali tagħna.", "Issa ħalli nikkwota xi ħaġa fuq l-infrastructural maintenance, u se nikkwotaha bl-Ingliż ħalli żgur ma nagħmilx xi żball.", "Dan jgħid hekk;", "\"This unit was involved in the commissioning of emergency repair works carried out after extreme weather events and traffic accidents.\"", "Hawnhekk nistaqsi lill-ministru x'tip ta' emergency repair works saru.", "Jekk dan ix-xogħol sar f'ċerti postijiet, jekk jerġa' ikun hemm ħsarat simili, se jerġgħu jsewwuhom?", "Bħalissa qegħdin fiż-żmien tax-xitwa u nafu li bħal dan iż-żmien jinqalgħu ċerti problemi u għalhekk nixtieq inkun naf jekk dan ix-xogħol huwiex qiegħed isir ta' spiss.", "Xi ngħidu mbagħad għat-traffic management unit?", "Fuq paġna 11 naraw xi ħaġa fuq it-trenching, upgrading u embellishment works li jsiru fuq it-toroq li jaqgħu taħt ir-responsabilita' tal-kunsilli lokali u li qegħdin jiġu managed u mantnuti minn dan l-istess unit.", "X'tip ta' temporary traffic management schemes qegħdin jiġu adottati waqt li jkun qiegħed isir xogħol fuq it-toroq li jaqgħu taħt il-lokali?", "Qegħdin jiġu adottati traffic safety standards?", "U dawn l-istandards qegħdin jintlaħqu?", "Sur President, jekk verament dawn it-temporary traffic management schemes qegħdin jiġu ppreparati, hemm xi ħadd responsabbli sabiex jinfurzahom?", "Dawn il-mistoqsijiet qiegħed nagħmilhom għaliex kull minn fejn tgħaddi u tara xi xogħol li jkun qiegħed isir fil-lokalitajiet, u li allura suppost li hemm ir-responsabilita' tal-kunsilli lokali, issib traffic jams kullimkien.", "Jiena nappella lill-ministru sabiex jara li affarijiet bħal dawn, illum li aħna tant attrezzati, ma nkomplux narawhom iseħħu f'pajjiżna.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "Il-Ministru Mugliett, jekk jogħġbu, jgħaddi għall-winding up.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Sur President, segwejt il-kelliema li tkellmu hawnhekk illum u se nipprova nwieġeb għall-mistoqsijiet li saruli filwaqt li nkompli ngħid xi affarijiet oħra li jirrigwardaw din l-awtorita'.", "Fil- bidu tad-diskors tiegħi dort daqxejn ma' wħud mill-funzjonijiet ta' l- awtorita', li whud minnhom huma wkoll ġodda pero' issa nixtieq indur fuq direttorat ieħor importanti li huwa dak tat-trasport pubbliku.", "L-Onor.", "Charles Buhagiar tkellem fuq dan is-settur bl-iskeda imma meta qegħdin nitkellmu fuq settur bħal dan, ma rridux inħallu barra t-trasport bla skeda, jiġifieri l-unscheduled transport, il-coaches, il-mini buses, il- white vans, il-karrozzini, it-taxis u l-karrozzi tal-mejtin.", "Jekk verament irridu nħarsu u nikkritikaw l-operat ta' l-ADT, irridu nħarsu lejn ir-remit kollu ta' dan il-qasam u mhux niffokaw biss fuq it-trasport bl-iskeda.", "Irridu naraw ukoll xi mankanzi li forsi għad fadal fuq dan it- trasport imma żgur li ma nistgħux naqbdu u ngħidu li l-ADT falliet.", "Żgur li ma nistgħux naqbdu u niġbu dik il-konklużjoni mill-ewwel.", "Minbarra t- tħaddim per se ta' dawn is-setturi, din l-awtorita' trid ukoll tara affarijiet oħra li huma relatati mat-trasport kummerċjali internazzjonali, ma' l-ispezzonijiet fit-toroq u l-ittestjar, li tiżgura li x-xufiera tat- trasport pubbliku jkunu għall-altezza ta' l-istandards meħtieġa u anke tieħu miżuri f'dak li għandu x'jaqsam l-emmissjonijiet.", "Sur President, l-Onor.", "Anton Refalo tkellem b'mod partikolari fuq it- trasport bi skeda f'Għawdex.", "Min-naħa tiegħi nista' ngħidlu li għadna ma wasalniex għal dak li nixtiequ fir-riforma, pero' żgur li ma nistgħux ngħidu li m'aħniex qegħdin insegwu t-trasport pubbliku.", "Lanqas nistgħu ngħidu li m'aħniex nipprovaw intejbuh jew inkella li dawn l-inizjattivi li qegħdin nagħmlu huma bla suċċess.", "Sentejn ilu ġew introdotti rotot ġodda għall-istudenti tal-junior college u mbagħad komplejna ninvestu fit-toroq li minnhom kellu jgħaddi dak is-servizz.", "Investejna wkoll fil-bus terminus ta' l-universita' u ġiet immodifikata l-istess entratura ta' l-universita'.", "Fil-fatt, f'daqqa waħda hemmhekk bdejna naraw splużjoni ta' patrunaġġ u jixhed kemm kien għaqli li tajna din l-imbotattura lill-assoċjazzjoni tat- trasport pubbliku sabiex tintroduċi dawn is-servizzi ġodda.", "Issa ħalli nagħti ftit ta' l-istatistika.", "Sur President, ir-rotta 110 ta' Birżebbuġa ġarret ftit inqas minn 20,000 passiġġier bejn Ottubru 2004 u Ġunju 2005.", "Matul is-sena ta' wara, fuq l- istess perjodu, din ir-rotta ġarret ftit inqas minn 42,000 passiġġier.", "Imbagħad matul din is-sena, bejn Ottubru u Diċembru ġarret daqskemm kienet ġarret fl-ewwel sena ta' l-introduzzjoni tagħha.", "Fil-fatt ġarret 21,000 passiġġier f'xahrejn biss.", "Ir-rotot diretti ta' l-universita' kienu ġarrew 122,000 passiġġier fl-ewwel sena tagħhom.", "Fit-tieni sena r-rotot kollha ta' l-universita' ġarrew 261,000 passiġġier u llum, mill-bidu tas-sena akkademika sa l-1 ta' Diċembru ġarrew 119,000, jiġifieri daqskemm ġarrew f'sena sħiħa.", "Fl-opinjoni tiegħi din hija waħda mis-suċċessi li kellna f'dan il-qasam.", "Dejjem nisimgħu jgħidu li t-trasport pubbliku qiegħed jonqoslu l-patronaġġ tiegħu imma dan m'hu veru xejn.", "Naħseb li hawnhekk qegħdin naraw xi ħaġa tajba.", "Sur President, għalkemm in-numri assoluti sena b'sena juru li kellna xi tnaqqis żgħir matul din is-sena, irridu ngħidu xi ħaġa importanti.", "Is- servizzi diretti għall-universita' ifissru li min qabel kien ikollu jaqbad żewġ karrozzi tal-linja sabiex jasal mir-raħal tiegħu għall-universita', illum qiegħed jaqbad karrozza waħda u għalhekk l-istatistika rridu noqgħodu attenti kif ninterpretawha.", "Xi ħaġa oħra li wettaqna u li lili tatni sodisfazzjon kbir kienet ir-rotta 198.", "Din ir-rotta ilha topera biss għal dan l-aħħar xahar u ddawwrek mill-Waterfront għall-Belt u mill-Belt għall- Furjana.", "Fl-ewwel ġimgħa tagħha, din ir-rotta tellgħet 388 passiġġier u mbagħad f'daqqa waħda bdiet iġġorr 1,000 passiġġier kull ġimgħa.", "Din ir- rotta saret ukoll waħda importanti mhux biss għaliex kienet mezz ieħor ta' trasport imma għaliex bdiet tfisser ukoll aktar revenue għall-public transport association.", "Bdiet tfisser ukoll inqas light cars fuq it-toroq tagħna.", "Irrid ngħid ukoll li aħna komplejna għaddejjin bl-investiment dirett fuq bus shelters u rotot oħrajn.", "Fil-fatt komplejna nirfinaw ir-rotta taż- Żokrija fil-Mosta, ir-rotta li minn Ħal Kirkop u minn Ħal Safi tagħti għal Belt, ir-rotta 61 li mix-xatt ta' Tas-Sliema tagħti għal Belt, ir- rotta 66, ir-rotta 81 li tagħti minn Ħad-Dingli għal Belt u r-rotta 59, li mill- Qawra tagħti għall-Belt.", "Din ta' l-aħħar hija rotta ġdida.", "U allura qegħdin naraw kif fit-trasport pubbliku qiegħed ikollna riforma totali.", "Madankollu l-importanti huwa li żżomm track ta' l-operat u li tirfinah skond il-ħteġijiet u d-domandi li jkollok.", "Kif kont qiegħed ngħid aktar kmieni, huwa importanti li żżomm l-istatistika sabiex tkun taf x'qiegħed jiġri.", "Fil-fatt hawnhekk nistgħu ninnotaw żieda fil-patronaġġ minn Lulju ta' din is-sena lil hawn.", "Din iż-żieda hija ta' madwar 3% u żgur li xi ħaġa bħal din hija importanti immens.", "Għalhekk ukoll ma rridux ngħaġġlu fir- riforma li rridu nwettqu.", "L-Onor.", "Buhagiar tkellem ħafna fuq il-Halcrow report u staqsini jekk aħniex se nnaqqsu l-flotta tagħna u jekk aħniex se naddottaw dak li hemm fir- rapport.", "L-ewwelnett f'kull riforma li nagħmlu, irridu dejjem nibqgħu nżommu quddiem għajnejna li t-trasport pubbliku jibqa' affordabbli għal kulħadd.", "Inti tista' tnaqqas drastikament in-numru tal-flotta, pero' l- aktar għan importanti għalina huwa dak li s-servizz jibqa' jindirizzalek l- areas kollha li llum huma moqdija.", "It-tieni ħaġa li trid tħares huwa li dan is-servizz jibqa' affordabbli għal min qiegħed jużah illum.", "Dawn iż-żewġ punti se jibqgħu l-parting points tagħna fir-riforma.", "Ma tistax tgħid aktar fuq fejn qegħdin bħalissa għaliex is-sitwazzjoni għadha waħda fluwida, pero' żgur li minn issa sas-sitt xhur li ġejjin, irid ikollna pożizzjoni tajba, pożizzjoni li tirrifletti l-long term evolvement tat-trasport pubbliku ħalli dan jinkwadra sew fir-regolamentazzjoni ta' l-Unjoni Ewropea.", "Ħaġa oħra li għamilna u li għandha effett dirett fuq it-trasport pubbliku kollu hija dik li għandha x'taqsam mas-sistema ta' l-insurance ta' dan il- qasam.", "Fuq dan is-suġġett kien hemm ħafna diskussjonijiet u li dwarhom ma qgħadniex ndoqqu t-trombi.", "Kienu qegħdin jiġu sena wara sena minn dan il- motor insurance pool sabiex jgħollulna l-premia.", "Kien hemm ukoll ħafna diżgwid bejn is-setturi differenti.", "Fil-fatt kien hemm dawk ta' Għawdex li jgħidu li huma qegħdin jissussidjaw lil ta' Malta jew inkella tal-mini vans jgħidu li qegħdin jissussidjaw il-karrozzi tal-linja.", "Għalhekk ridna npoġġu fis-seħħ sistema ekwa ħalli minn huwa l-aktar traskurat fis-sewqan, tiżdied lilu l-premium u mhux jeħel is-settur kollu.", "Illum nista' ngħid li din akkwistajniha bit-trattazzjoni li kellna.", "Minn hawnhekk nixtieq nirringrazzja anke lill-MFSA ta' l-għajnuna tagħhom u li għalija, dan kien highlight ieħor fis-suċċessi li kellha din l-awtorita'.", "Fl-opinjoni tiegħi ma naħsibx li kien hemm highlight wieħed biss imma kien hemm aktar x'jagħtina sodisfazzjon.", "Sur President, xi ħaġa oħra li tatna sodisfazzjon kienet dak li għamilna mal-white taxis.", "Kien hemm ruxxmata affarijiet li l-oppożizzjoni lanqas biss aċċennat għalihom, pero' għall-ewwel darba fil-pajjiż – kemm f'Malta u kemm f'Għawdex – għandna taxis li qegħdin jaħdmu bit-taximeters.", "B'hekk dawn daħħlu ċerta kontabilita' u għandek il-kodiċi ta' l-etika.", "Għalina dawn l-affarijiet ifissru ħafna u qegħdin inkomplu naraw kif nistgħu nevolvu dawn is-setturi ħalli jkunu jistgħu jindirizzaw il-ħteġijiet ta' pajjiżna.", "Aħna nixtiequ wkoll li t-taxis jibdew jindirizzaw anke l- ħteġijiet tal-Maltin stess u f'dan ir-rigward qegħdin inħarsu lejn ċerta inizjattivi li rridu nieħdu.", "Wieħed mis-setturi li ndirizzajna matul din is-sena kien proprju dak tal- motor hearses.", "Naturalment trid taħseb ukoll għall-ġarr tal-mejtin, xi ħaġa li llum huwa rregolat.", "Fis-sistema legali tal-pajjiż kien hemm lakuna fuq min għandu l-obbligu li joħroġ il-liċenzji ta' l-operaturi.", "Waħda mil- legal notices li għamilna kienet dik li tajna r-responsabilita' tal-ħruġ tal-liċenzji lill-ADT.", "B'hekk għalaqna dik il-lakuna u qegħdin ukoll niddikjaraw li dan huwa suq li m'għandux jinfetaħ.", "Dan għaliex l- istatistika ma turix li hemm għalfejn jinfetaħ dan is-suq.", "Barra minn hekk qegħdin ngħidu li s-settur tal-motor hearses għandu jagħmel it-tiġdid tal- vetturi kollha.", "Jekk dawn jagħmlu t-tiġdid tal-vetturi tagħhom fis-sena li qegħdin nistipulaw, se nagħtuhom eżenzjoni mit-taxxa tar-reġistrazzjoni fuq l-importazzjoni ta' dawn il-karrozzi.", "Sezzjoni oħra importanti hija dik ta' l-inforzar fl-istess public transport directorate.", "L-istatistika ma kontx naf x'fiha qabel imma meta tawni l- informazzjoni kollha, bqajt impressjonat bl-ammont ta' testjiiet li jagħmel dan id-direttorat.", "Per eżempju, saru ma' l-1,000 ċitazzjoni relatati mat- trasprot pubbliku u 76 ċitazzjoni relatati ma' offiżi mis-sidien tat-taxis.", "Ma rridux ninsew ukoll li l-kodiċi ta' kondotta daħlet fis-seħħ f'April li għadda u allura dawn iċ-ċitazzjonijiet setgħu jingħataw minn April lil hawn.", "Saru 2,500 ċitazzjoni mill-enforcement officers ta' l-ADT u 850 ċitazzjoni fuq abbużi ta' karrozzi li jkollhom tyres ħżiena u żejt ħażin.", "Jekk naraw dan kollu nsibu kemm l-obbligi tagħha qiegħda teħodhom bis- serjeta' l-ADT.", "Sur President, xtaqt ngħid xi ħaġa fuq is-sistema ta' l-eVERA.", "L-Onor.", "Charles Buhagiar qalilna li din ma kenitx il-highlight ta' din is-sena għall-ADT, pero' din kienet waħda mill-highlights prinċipali ta' l-ADT.", "Minn banda għandek l-oppożizzjoni li ma titlifx iċ-ċans sabiex tpinġi l- operat tal-gvern f'dawl ikrah u jibagħtu lill-cameras tas-Super 1 fejn isiru l-ħlasijiet tal-liċenzji ħalli juru n-nies jistennew fil-queue imbagħad, meta f'daqqa waħda l-queue spiċċa minħabba din is-sistema moderna ta' tiġdid tal-liċenzji online, qisu ma ġara xejn u ma ngħidu xejn.", "Din is- sistema qiegħda tintuża minn kważi 50% tar-renewals kollha u dan qiegħed ineħħi l-bżonn li toqgħod fil-queue, il-ħtieġa ta' ħafna skrivani u l- ħtieġa ta' ħafna ħela ta' ħin li kien ikollhom l-insurances li ġieli kienu jieħdu l-liċenzji tal-klijenti tagħhom sabiex isir il-ħlas.", "Imbagħad niġu ngħidu hawnhekk li din is-sistema ma' kenitx highlight!", "Tant kienet highlight li l-programm kollu ta' l-eVERA se jiġi sottomess għall- kompetizzjoni Ewropea ta' l-e-government.", "Fil-fatt dan il-proġett huwa ndikat bħala wieħed mill-proġetti li jista' jirbaħ dan il-premju.", "Xi ħaġa oħra li għamilna matul din is-sena kienet iċ-ċaqliq fil-liċenzji tal-vintage cars.", "Meta tħares lejn il-budget tal-gvern soċjalista ta' bejn l-1996 u l-1998 tinduna kif dak il-gvern, b'daqqa ta' pinna żied il- liċenzji kollha tal-vetturi kif ukoll it-taxxa tar-reġistrazzjoni.", "F'daqqa waħda l-gvern Laburista kien beda jdaħħal Lm3 miljuni u Lm4 miljuni aktar minn din it-taxxa.", "Min-naħa tagħna mhux talli ma żidniex dawn it-taxxi imma talli naqqasnihom fuq it-testijiet tal-VRT fuq il-vetturi u qegħdin innaqqsuhom ukoll fuq il-vintage cars.", "Qegħdin inċaqilqu l-cut off date għar-registration tax tal-karrozzi vintage mill-1971 għall-1976 u mill-1950 għall-1955.", "F'pajjiżna għandna 'l fuq minn 1,000 karrozza vintage u għandek nies li huma ffissati fuq dan il-vetturi.", "Għalhekk naħseb li kien il-mument opportun li nindirizzaw ukoll lil dan is-settur.", "Il-kollegi min-naħa ta' l-oppożizzjoni tkellmu ħafna fuq it-toroq imma ma rreferew xejn għall-volum ta' xogħol li sar.", "Naturalment wieħed jista' jgħid ħafna affarijiet fuq l-operat ta' l-ADT, pero' żgur li trid tpoġġi kollox fil-kontest tiegħu.", "Min-naħa tiegħi se nipprova nirrispondi ftit għall-affarijiet li semma' u staqsa dwarhom l-Onor.", "Buhagiar meta kien qiegħed jitkellem fuq it-toroq.", "L-Onor.", "Buhagiar beda jitkellem fuq ix- xogħlijiet li saru bis-saħħa tal-protokoll Taljan u qalilna li meta ġejna sabiex nagħtu l-estensjonijiet fuq dak li konna tajna bħala xogħol, għall- bidu konna qegħdin taħt il-budget stipolat.", "Huwa minnu li jiena kont għedt dan il-kliem u għedtu għaliex l-ewwel konna tajna b'Lm10 miljuni f'xogħol.", "Meta mbagħad rajna li konna qegħdin taħt il-budget, dehrilna li stajna nkomplu nagħtu l-kumplament.", "L-Onor.", "Buhagiar semma xi ħaġa fuq l-expropriation ukoll.", "Issa kemm fil- protokoll Taljan kif ukoll fil-fondi ta' l-Unjoni Ewropea, l-expropriation qatt ma tkun komponent eliġibbli għall-funding internazzjonali.", "Għaldaqstant m'għandniex nipprovaw inkabbru dan id-diskors billi ndaħħlu fatturi li qatt ma kienu jeżistu.", "L-expropriation dejjem kien xi ħaġa li kellu jiġi pprovdut mill-budget lokali.", "Bdejna ngħidu li l-ispiża kienet għoliet b'darba u nofs aktar u mbagħad komplejna ngħidu li din telgħet għal darbtejn aktar.", "Dan ma kienx minnu imma anke meta tgħid li l-ispiża telgħet għal aktar minn darba u nofs, inti trid tqabbel apples with apples.", "It-triq li konna qegħdin ngħidu li se tqum tant u mbagħad ġiet tqum Lm1.5 miljun aktar, kienet l-istess triq li kien hemm fit-tender oriġinali?", "Qiegħed ngħid hekk għaliex xi kultant waqt li jkunu għaddejjin ix- xogħlijiet, il-proġett inizjali jkollu jinbidel.", "Ħalli nieħdu każ partikolari u nsemmu t-triq li semma' l-Onor.", "Buhagiar, jiġifieri dik ta' Ħal Luqa, fejn veru l-ispiża telgħet aktar minn dik oriġinali.", "Waħda mill-affarijiet li ġraw f'dik it-triq kienet dik li l- Water Services Corporation, kuntrarjament għal dak li ndikawlna mal-ħruġ tat-tender, talbitna sabiex nagħmlu connection ġdida tad-drenaġġ kemm għal partijiet ta' l-industrial estate ta' Ħal Far u kemm għal partijiet ta' hamlet fil-Bengħajsa.", "Ovvjament din il-connection tiswa l-flus u aħna qegħdin nipprovaw nagħtu stima komprensiva ta' kemm se tiġi tiswa.", "Naturalment aħna nistgħu ngħidu li x-xogħlijiet tat-toroq kienu jiswew tant mentri s-servizzi l-oħra se jinħarġu mill-utilities, pero' meta xi ħadd jitlobna l-informazzjoni, dejjem nipprovaw nagħtu din l-informazzjoni b'mod komprensiv u veritier.", "Ovvjament jekk tkun xi ħaġa ġustifikabbli ma niddejqu xejn sabiex niddefenduha.", "Sur President, żieda oħra li kellna mill-proġetti tal-protokoll Taljan kienet it-triq ta' Ħaż-Żebbuġ.", "Hemmhekk saret service road li ma kenitx indikata fil-bidu u din is-service road road kienet dik ta' bejn Ħal Qormi u l-ewwel parti ta' Ħaż-Żebbuġ.", "Safejn naf jien dik it-triq ġiet tiswa madwar Lm300,000.", "Issa wieħed forsi jista' jistaqsi jekk dan huwiex ippjanar tajjeb.", "Madankollu fis-servizzi, aħna nkunu soġġetti għall- informazzjoni li jistgħu jagħtuna l-utilities u soġġetti wkoll għal dak li nsibu.", "Fil-fatt mhux kull impjant ta' utility huwa mapped fuq il-pjanti u mhux kull impjant li għandek fi triq partikolari se tkun taf bil- kondizzjoni tiegħu.", "Minħabba f'hekk inti soġġett għall-affarijiet li ssib waqt li tibda x-xogħol.", "Mhux l-ewwel darba li tkun qiegħed tagħmel proġett u mbagħad f'daqqa waħda tibda tara xi proġett ieħor jisvolġi maġenbek.", "Inkella jistgħu jantiċipawlek proġetti oħra u jibdew jitolbuk sabiex tagħmel il-crossings għalihom u affarijiet bħal dawn.", "Għandek ukoll ċerti overruns minn affarijiet li jiġru wara li tkun mogħtija t-tender.", "Per eżempju waħda mill-affarijiet li kellna claim għal variation għaliha kienet dik minħabba d-dumping charges.", "Fil-fatt wara li ngħataw it- tenders tal-protokoll Taljan, daħlet proċedura ġdida tal-Wasteserv li għolliet ħafna ċ-charges tad-dumping.", "B'hekk il-kuntratturi għamlu claim sabiex jiġu kkompensati għal dawn iċ-charges ġodda minħabba li huma ma setgħux jiriflettuhom fit-tenders tagħhom.", "Id-dipartiment tal-kuntratti laqa' din it-talba u għalhekk kellna nirriflettu din l-ispiża bħala nfiq.", "Hemm ħafna spjegazzjonijiet x'tista' tagħti u jekk xi ħadd irid ikun jaf x'kienu l-components ta' l-overruns, aħna lesti li nagħtuhom b'wiċċna minn quddiem għaliex m'għandna biżgħa ta' xejn.", "Imbagħad l-Onor.", "Refalo qalilna li dawn ix-xogħlijiet ma kenux tanġibbli.", "X'jiġifieri ma kenux tanġibbli?!", "Sur President, ħafna drabi jkollok supervisor fuq il-lant tax-xogħol li jżomm ukoll l-informazzjoni permezz tar-ritratti.", "Għalhekk inkunu nafu sew dak li jkun daħal fit-toroq u li kieku ma daħalx dak li kien antiċipat, żgur li sal-lum dawn it-toroq fallew.", "L-oppożizzjoni ma semmiet xejn ħlief din ta' l-overruns.", "Il-volum ta' xogħol li tlesta minn din l-awtorita' lanqas biss irriferew għalih.", "Bħalissa aħna ninsabu għaddejjin b'sitt toroq arterjali kbar kemm f'Malta kif ukoll f'Għawdex.", "Dawn il-proġetti huma kollha ffinanzjati mill-Unjoni Ewropea.", "It-triq ta' Ħal Far se tkun lesta matul din il-ġimgħa u se jkun fadal biss xi road markings u landscaping.", "F'din it-triq kellna sfidi kbar ta' traffic management minħabba li għandek il-containers kollha tal-freeport li jridu joħorġu minn hemm hekk.", "Madankollu l-pajjiż ma ġġammjax.", "Il-kuntrattur li ħa dan ix-xogħol ried ilesti t-triq fi 72 ġimgħa imma aħna għednilu li kellu jlestiha fi 52 ġimgħa jew inkella jkollu jieqaf fejn ikun wasal.", "Dan il-kuntrattur ħadem bil-għaqal u lesta x-xogħol fiż-żmien stipolat.", "Kif għedt kellek żidiet fix-xogħolijiet u problemi oħra.", "Waħda mill- problemi kienet dik ta' main tal-Maltacom li ried jitbaxxa.", "Aħna ma stajniex inkunu nafu bih u wara kellna ħafna laqgħat ma' l-entitajiet konċernati sabiex naraw min se jieħu r-responsabbilita'.", "Għall-grazzja ta' Alla lestejna din l-arterja wkoll u s-Sibt li għadda mort naraha u nista' ngħid li se jkollna ġawhra oħra fit-toroq tagħna.", "Ħadt gost ukoll bl- apprezzament tal-poplu u x'ħin kont qiegħed fuq il-post ġiet persuna fuqi u qaltli li issa għal Birżebbuġa ma kellhiex għalfejn tgħaddi aktar minn Għar Dalam.", "Qaltli wkoll li minn Birġebbuġa setgħet tibqa' sejra għal Għajn Tuffieħa u tibqa' dejjem fuq toroq ġodda li għamel gvern Nazzjonalista matul dawn l-aħħar sentejn.", "Dawn huma l-affarijiet li jmisshom isemmu ta' l- oppożizzjoni u jgħidu kif lil pajjiż qegħdin nagħtuh rotot ġodda li l-poplu kollu għandu jkun kburi bihom.", "Fil-pajjiż kellna ħafna affarijiet li stajna nkunu kburin bihom, pero' it-toroq ma kenux qegħdin isiru.", "Ħalli issa ndur daqxejn fuq Manuel Dimech bridge.", "Alla jbierek l-oppożizzjoni biss qiegħda tħoss li sar xi traffic management ħażin fil-pajjiż!", "L-Onor.", "Stefan Bountempo għamilli qalbi ġunġliena x'ħin beda jgħid li ħallejna dan ix-xogħol proprju għal żmien il-Milied.", "Jekk nieħdu din id-drawwa li ma naħdmux fi żmien il-Milied, ma naħdmux fis-sajf u forsi lanqas naħdmu fl-Għid jew fil-karnival meta nistgħu naħdmu f'dan il- pajjiż?", "Naħseb li l-għaqal jgħidlek li għandek proġett u li trid taħseb għalih.", "L-inġiniera jgħidulek li għal kull problema għandek soluzzjoni u jekk taħseb sew, is-soluzzjoni ssibha.", "Hemmhekk kellna problema ta' traffic management u aħna konna nafu wkoll bil-preokkupazzjoni li beda juri s- settur tal-leisure ġewwa Paceville.", "Madankollu ħsibna għalihom u jekk forsi t-traffic deviation li għadda minn Ħ'Attard ma kienx daqshekk desiderabbli, ma jfissirx li t-traffic management kollu ma ħadimx.", "Kulħadd jgħaddi mit-traffiku u kulħadd jaf x'sar u x'ma sarx.", "Lanqas huwa minnu li għamilna biss traffic deviations.", "L-ewwelnett is- senjalazzjonijiet, it-traffic management fuq is-sit u l-phasing saru bi ħsieb.", "Sar bi ħsieb ukoll il-phasing ta' proġetti in parallel.", "Fil-fatt Rue d'Argens tlestiet il-Ħadd meta ngħalqet it-triq l-oħra.", "Dik kienet xi ħaġa konxja u enfasizzajna fuqha għaliex konna nafu bil-problemi li seta' jkollna li kieku ma kellniex triq li tiftaħ filwaqt li l-oħra tagħlaq.", "Ċertu twessiegħ ta' toroq li saru fis-Swieqi u fil-wied ta' San Ġwann saru apposta minħabba dan l-imsemmi traffic management.", "It-traffic lights li saru n-naħa tal-Mekek u l-pulizija li kien hemm f'ċerti għoqod ta' traffiku, kienu maħsuba proprju minħabba t-traffic management.", "Għamilna nfiq ieħor f'ħafna rotot li minnhom qegħdin jgħaddu dawn id-deviation routes.", "Jekk dan m'huwiex ippjanar minn qabel, allura x'inhu?", "Min-naħa ta' l-oppożizzjoni qalulna li l-isfortuna kienet li kellna ċerti repetizzjonijiet li seħħew f'Gudja road.", "Din it-triq kienet ippjanata fl- 2005, fejn hemmhekk il-budget ta' dik is-sena ma ppermettilniex li nkomplu bix-xogħol.", "Din kienet xi ħaġa li weġġgħatna u kienet triq proprju fid- distrett tiegħi.", "Pero' kif nafu, il-budget huwa d-drapp li jagħtik il-qies sabiex tfassal il-libsa tiegħek.", "U hemmhekk ma stajniex inkomplu bix-xogħol imma żgur li ma ppersistejniex fl-iżball.", "Naħseb li r-risposta li tajna f'Manuel Dimech bridge turi kemm ma ppersistejniex fl-iżball, jekk tista' tgħidlu żball.", "Sur President, mill-fondi ta' koeżjoni għaddejjin bħalissa tliet proġetti.", "Għandek il-bypass ta' San Pawl il-baħar li hija triq importantissima.", "Imbagħad għandek it-triq ta' l-avvjazzjoni ċivili u Mġarr road f'Għajnsielem.", "L-ewwel proġett jiswa Ewro 6 miljuni, it-tieni wieħed jiswa Lm700,000 u t-tielet proġett jiswa kważi Ewro 3 miljuni.", "Dawn huma proġetti ewlenin li kollha għandhom l-isfidi tagħhom.", "It-triq ta' l-Imġarr Għawdex fiha sfidi enormi ta' kif għandu jsir il-phasing.", "Irridu noqogħdu attenti minn fejn se jgħaddi l-karnival għaliex f'Għawdex dan l-avveniment huwa importanti ħafna.", "Ix-xogħol se jitlesta qabel is-sajf.", "Għandek ukoll problemi ta' aċċess wieħed għal Għawdex.", "Barra minn hekk irridu nbiddlu s- soqfa tal-garaxxijiet u nafu bir-riskji li hemm f'din il-biċċa tax-xogħol.", "Min-naħa tagħna qegħdin inkunu sensittivi għal dawn l-issues kollha u qegħdin inkomplu naħdmu bis-serjeta' kollha.", "Qegħdin nieħdu ħsieb ta' l- istorm water systems, tal-ħitan tas-sejjieħ u tal-landscaping.", "Triq l- Avjazzjoni Ċivili hija triq oħra li għandha landscaping fuq il-livell ta' kif għamilna b'dawk tal-protokoll Taljan.", "F'dawn it-toroq poġġejna nfrastruttura li qabel lanqas biss konna noħolmu biha.", "Fil-fatt fi żmien il-partit Laburista la kienu jagħmlu storm water systems, la kienu jagħmlu reservoirs għall-ilma u lanqas kienu jagħmlu landscaping.", "Li kienu jagħmlu huwa biċċa tapit ta' tarmac minn fejn jgħaddu l-karozzi li kien iservi għal ftit snin, forsi sakemm tasal elezzjoni oħra.", "Min-naħa tagħna, it-toroq qegħdin nagħmluhom għat-tul taż-żmien.", "Sur President, Allaħares m'għamilniex dak l-infiq kollu li għamilna fi żmien il-protokoll Taljan għaliex żgur li llum ma kienx ikollna deviation route waħda li qiegħda taħdem.", "Kieku llum ix-xogħol tal-bridge ma kienx ikun possibbli għaliex ma kienx ikollna triq parallela għal dik li hija t- Ten-T route minn fejn stajna ngħaddu lil min ikun ġej min Għawdex jew minn San Pawl il-Baħar u li jrid imur lejn in-nofsinhar ta' Malta.", "Illum min irid jgħaddi minn dik ir-rotta għandu alternattiva ħafna aktar ta' kwalita' u ħafna aktar diretta.", "Issemmew l-overruns li kellna fil-proġett tal-protokoll Taljan imma ħadd ma semma' l-monumenti storiċi li sibna waqt li konna qegħdin nagħmlu x- xogħolijiet, fosthom il-katakombi ta' Bistra u dawk ta' Ħal Resqun.", "Aħna m'għamilniex bħalma kien jagħmel il-partit Laburista fil-gvern, fejn kien jordom il-katakombi li jsib u jibqa' għaddej.", "Fil-fatt dawn iż-żewġ katakombi mirdumin sibnihom.", "Għalhekk kellna nieqfu mix-xogħlijiet, kellna nbiddlu s-sistema tat-triq, kellna ndawwru l-istormwater system, kellna nbiddlu l-landscaping ta' Ħal Resqun u kellna nagħmlu environmental monitor sabiex isegwi x-xogħlijiet li kienu qegħdin isiru.", "Dan ix-xogħol kollu jfisser traffic management li jrid jiċċaqlaq u jfisser implikazzjonijiet oħra fuq ix-xogħol oriġinali.", "Sur President, dan huwa perjodu li fih qegħdin nippjanaw 'il quddiem għal programm kbir li se jkollna fit-toroq.", "Fil-fatt Malta se tkun l-ewwel pajjiż li se jkollu l-programm tiegħu ta' proġetti ffinanzjati mill-Unjoni Ewropea u għalhekk ninsabu għaddejjin bi pjanifikazzjoni sħiħa.", "Ovvjament l-ADT riedet tibni ftit ftit għaliex qabel ma kontx isib periti tat-toroq u periti mħarrġa mill-universita'.", "Maż-żmien dawn il-periti bdew ħerġin ftit ftit mill-universita' tagħna u hekk kif joħorġu, l-ADT bdiet tassorbihom magħhom sabiex inkunu nistgħu nagħmlu xi ftit ta' ippjanar aħjar.", "Hawnhekk xtaqt inħabbar li fil-ġranet li ġejjin se nibdew nipubblikaw it-tenders u l- ewwel żewġ tenders li se jkunu ffinanzjati mill-Unjoni Ewropea se jkunu Valletta road iż-Żurrieq u parti mill-bypass ta' B'kara, il-biċċa li tibda minn fejn ir-roundabout tal-Bathroom Design sar-roundabout ta' ħdejn il- Vodafone.", "Barra minn hekk se mmissu wkoll areas differenti ta' Malta u Għawdex.", "Fil- fatt f'Għawdex fadlilna l-aħħar parti tat-Ten-T route.", "Allura żgur li se nkunu għamilna ħafna aktar milli qatt kienet toħlom li tagħmel l- oppożizzjoni fit-toroq Għawdxin.", "Għandna t-triq li mir-Rabat tagħti għal San Lawrenz u t-triq li mill-Imġarr tagħti għal Għajnsielem.", "Se jkun fadal biss biċċa żgħira li se nagħmluha wkoll.", "Fid-diskorsi tiegħi jien ma nħobbx nirrepeti għaliex tant għandna xi ngħidu u tant għandna trombi xi ndoqqu li naħseb li nkun qiegħed naħli l-ħin tiegħi meta noqgħod nirrepeti.", "Madankollu dan li se ngħid diġa' għedtu qabel imma nħoss li għandi nirrepetih.", "Sur President, f'Malta hawn 143 kilometru ta' toroq arterjali u distributorji.", "Issa bejn l-2000 u l-2002 saru t-triq ta' Ħal Far li fiha 3.5 kilometri, it-triq ta' l-Imdina u parti mit-triq ta' Ħal-Luqa li bejnithom jagħmlu 1.8 kilometri u Psaila Street li fiha 1.6 kilometri.", "B'kollox saru 9 kilometri jew 5% tan-network tat-toroq arterjali li għandu pajjiżna.", "Bejn l-2002 u l-2004 saru t-triq ta' Burmarrad, il-Mosta ring road, Salina Road, Tal-Qroqq junction u parti mill-Imtarfa bypass b'total ta' 9.5 kilometri jew 6.5% tan-network tat-toroq arterjali.", "Mill-2004 sal- lum tlestew it-toroq tal-protokoll Taljan, jiġifieri parti mit-triq Għajn Qajjed, Triq Vjal l-Avvjazzjoni Ċivili u phase three ta' Ħal Far.", "F'kelma waħda għamilna 14.5% tan-network tat- toroq arterjali u distributorji f'Malta biss.", "B'kollox f'dawn is-snin għamilna b'madwar 24% tan-network tat-toroq arterjali u distributorji f'Malta biss.", "Issa jekk din m'hijiex xi ħaġa li għandna niftaħru biha, ma nafx x'tista' tkun.", "Barra minn hekk naħseb li din hija wkoll highlight oħra ta' l-ADT.", "Matul dawn is-snin kellna ħafna trombi xi ndoqqu imma l-oppożizzjoni dehrilha li kellha tieqaf fuq tixħim ta' individwi.", "Din kienet xi ħaġa li l-ADT irrispondiet għaliha kif suppost u min irid jeżamina l-mod ta' kif tmexxew l-affarijiet, jista' jara b'għajnejh stess dak li sar fuq dan il- każ.", "Fil-fatt l-ADT issosspendiet lid-driving examiners u rat kif għamlet sabiex iġġib eżaminaturi ġodda.", "Biddlet ukoll ir-reporting system u qiegħda żżomm it-track ta' l-istatistika tal-management li għandha fuq id- driving examiners.", "Fl-opinjoni tiegħi dan kollu huwa respons tajjeb għal dak li ġara fuq is-sistema tad-driving examiners.", "B'hekk illum għandna xi ħaġa li qiegħda taħdem u l-pass rate ġiet imtejba wkoll.", "Naturalment inkwetajna mhux ftit b'din il-problema imma naħseb li l-mod ta' kif irrispondejna għaliha kien sinjal tajjeb.", "Ovvjament ma tistax tgħid li għandna sistema foolproof għaliex ftit huma dawk l-affarijiet fid-dinja li tista' tgħidilhom hekk, pero' naħseb li din is-sistema li għamilna ftit fiha difetti.", "Sur President, ninsabu għaddejjin bi proġetti oħra ta' toroq u naħseb li waħda mill-affarijiet li tagħtina sodisfazzjon u li qegħdin indoqqu t- trombi fuqha hija proprju l-programm ta' toroq residenzjali.", "Madankollu għall-oppożizzjoni dawn lanqas biss jeżistu għaliex ħadd ma semmihom.", "L- oppożizzjoni ma ħassitx il-bżonn li ssemmihom jew inkella jiddejqu jsemmuhom għaliex jafu li aħna qegħdin nirrispondu tajjeb għalihom.", "Li hu żgur hu li f'daqqa waħda we took the wind out of their sails.", "Filli kienu jgħidu li dawk it-toroq saru minħabba li mbottajna l-kunsilli lokali Laburisti u filli f'daqqa waħda, il-gvern ħareġ b'mod trasparenti u accountable survey fuq it-toroq kollha li jridu jsiru.", "Imbagħad ra kemm iqumu dawn it-toroq u ra l-mod ta' kif jista' jagħmel il-phasing tagħhom.", "Wara ħareġ target date u qal li dawn it-toroq iridu jitlestew fi żmien tliet snin.", "Issa jekk din m'hijiex waħda mill-akbar miżuri ta' accountability li jista' jagħti l-gvern, ma nafx x'inhi.", "Mhux hekk biss.", "Aħna m'aħniex paroli biss imma f'daqqa waħda kellna dan il- programm u bdejna nħarsu lejn il-mod ta' kif nistgħu nattwawh realment.", "Konna nafu li s-sistema tat-tenders tagħna ma setgħetx tirrispondi waħedha għal dan il-programm u għalhekk riedna nidħlu f'sistema' ta' period contracts.", "Konna nafu wkoll li sakemm naslu għal dawn il-period contracts, kellna ammont ta' żmien x'ninnegozjaw.", "B'hekk ħriġna t-tenders li ridna noħorġu, antiċipajna l-budget u permezz ta' din il-mossa, il-Ministru tal- finanzi tana wkoll fondi supplimentari u antiċipahomlna.", "Imbagħad bdejna noħorġu t-tenders u sal-lum mill-450 triq li ddentifikajna, ħriġna t- tenders fuq 100 minnhom u x-xogħol jinsab għaddej.", "Sur President, il-pjaċir tagħna huwa li fuq il-period contracts imxejna u s'issa kellna 23 sottomissjoni.", "Issa naraw kemm nagħtu minnhom u fuq dan se noqgħodu fuq in-nies li qegħdin jevalwaw dan ix-xogħol.", "Pero' hekk kif ikollna l-evalwazzjoni konkluża, minn Jannar li ġej inkunu nistgħu nqassmu x-xogħolijiet ma' dawn il-kuntratturi.", "B'hekk se jkollna splużjoni ta' xogħol fuq it-toroq residenzjali ta' Malta kollha.", "Naħseb li din ukoll hija xi ħaġa li għandna niftaħru biha.", "Li jagħtini pjaċir huwa l-fatt li aħna qegħdin inkunu sensittivi għall-impatt li jkollhom it-toroq residenzjali fuq il-kwalita' tal-ħajja ta' ħafna min-nies.", "Nixba' mmur f'toroq u nsib lil xi ħadd jgħidli li ilhom 25 sena, 30 sena jgħixu bi problemi minħabba l-ambjent li għandhom madwarhom.", "U għalhekk tieħu gost li dawn in-nies qed jaraw li l-gvern qiegħed jirrispondi għall-ħteġijiet tagħhom.", "Sur President, illum ma nixtieqx nagħlaq id-diskors tiegħi fuq it-toroq.", "Normalment meta nitkellem fuq l-ADT, dejjem kont inħobb nagħlaq fuq il- qasam tat-toroq għaliex kont inħoss li dawn huma l-akbar bandiera li għandha l-ADT, pero' illum inħoss li l-ADT għandha bandiera oħra li nħoss li għandi nsemmiha.", "Dawn huma l-proġetti innovattivi tat-trasport li qiegħda toħroġ bihom l-ADT.", "It-trasport huwa sfida ewlenija li bilfors bħala pajjiż irridu nħarsu lejh u nevolvuh.", "Jekk ma nevolvuhx, bħala pajjiż se niġġammjaw.", "Issa xi proġetti innovattivi ħriġna matul din is-sena?", "L- ewwel sejħa li ħriġna kienet dik għall-open top buses.", "Aħna ridna nindirizzaw il-ħtieġa li kienet indikata lilna mis-settur tat-turiżmu u fuq din diġa' kellna xi sottomissjonijiet.", "Għalhekk nispera li l-quddiem ikollna dan il-mezz ta' trasport miftuħ għaliex hawn domanda għalih kemm min-naħa ta' l-investitur u kemm min-naħa tas-settur turistiku.", "Ftit ilu ħriġna wkoll is-sejħa għall-espressjoni ta' interess għat- trackless trains u tiskanta kemm hawn interess min-nies li jridu joperaw dan is-settur.", "Hawn min isiefer barra ħalli jara x'inhu provdut minn pajjiżi barranin u mbagħad meta jiġi lura, ikun irid jinvesti f'dawn il- prodotti.", "Jiena ngħid li rridu nirrispondu wkoll għal dawn in-nies li jridu joħolqu business ġdid.", "Jista' ikun li jekk pajjiż ma jkollux prodott turistiku, it-turist li jiġi fostna se jonfoq inqas.", "Allura huwa l-obbligu tagħna bħala nies fil-politika li nipprovaw indaħħlu kwalunkwe prodott – ovvjament jista' ikollok ukoll prodott li jħawwadlek it-trasport aktar milli jgħinek - sostenibbli li jista' jgħin lit-trasport ġenerali tagħna.", "Sur President, mezz ieħor ta' trasport li qajjimna matul din is-sena u li ħriġna t-tender għalih kien dak ta' l-electric mini cabs.", "Din hija xi ħaġa li teżisti barra minn pajjiżna u aħna dehrilna li din hija ħolqa oħra fis- sistema tat-trasport li rridu nindirizzaw.", "Għalhekk ħriġna s-sejħa u kellna żewġ sottomissjonijiet għaliha, xi ħaġa li turina kemm hawn min huwa interessat f'dawn l-affarijiet.", "Sfortunament din tinsab fl-arbitraġġ u l- aġġudikazzjoni ħadet xi ftit aktar minn dak li kien maħsub.", "Prodott ieħor innovattiv li ħriġna bih – xi ħaġa li għadna lanqas annunzjajniha - u li se jkun iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea huwa proprju l-intelligent traffic management system.", "Hawnhekk għandek sistemi elettroniċi abbinati mas-sistema tat-traffic lights u mas-sistemi ta' cameras ħalli b'hekk inkunu nistgħu nagħmlu l-monitoring tat-traffiku u nkunu nistgħu niddereġuh ukoll.", "F'kelma waħda tkun tista' tindika lis- sewwieqa fejn hemm parkeġġi mimlijin jew available u naħseb li din hija waħda mill-aktar areas eċċitanti u li nixtiequ naraw li l-awtorita' dwar l- ippjanar timbarka fuqha.", "Illum ġiet ippubblikata wkoll it-tender tal-Valletta vertical connection.", "Din hija xi ħaġa li ilna naħdmu ħafna fuqha.", "L-Onor.", "Buhagiar staqsieni jekk rajniex il-feasibility tagħha u għalhekk nista' ngħidlu li għamilna din il-feasibility.", "Issa forsi jkun hemm min jiġi jgħidilna li l- feasibility hija waħda dubjuża.", "Ovvjament is-settur privat ikun jixtieq li jkollok proġett li fih ikun hemm il-profittabilita', u r-responsabilita' tagħna hija li jkollok proġett li jkun qiegħed jagħti a decent rate of return.", "Mill-istudji li għamilna dehrilna li għandna a decent rate of return.", "Niftakar li waħda mill-affarijiet li evolvejna aħna u naħsbu għal dan il-proġett kienet il-konċessjoni tat-terminu.", "Għall-ewwel konna qegħdin naħsbu li nagħmluh għal għaxar snin imma f'daqqa waħda ddeċidejna li nagħmluha għal 15-il sena ħalli niżguraw li min jieħu t-tender, ikollu a rate of return tajba.", "Jiena qiegħed nippretendi li f'dan il-qasam se jkun hemm ċerta nteress u diġa' kellna xi ftit tal- kuntatti ta' espressjonijiet.", "Nisperaw li dawn jimmaterjalizzaw ruħhom.", "Sur President, proġett innovattiv ieħor kien dak tal-Park and Ride.", "Niftakar lill-kap ta' l-oppożizzjoni jgħid li dan il-proġett kien se jkun wieħed nej u l-Onor.", "Buhagiar kien jgħid li tali proġett se jikkawża tail backs fi Blata l-Bajda.", "L-oppożizzjoni tħobb tirrepeti ċerta affarijiet li jaqblu lilha imma mbagħad, f'affarijiet li they were proven wrong, ma nirrepetuhomx!", "Madankollu s-suċċess tal-park and ride kien overwhelming.", "Fil-fatt nhar il-Ħadd għamlu użu mill-park and ride 'il fuq minn 2,500 passiġġier.", "Issa forsi jkun hemm min jgħid li dik il-ġurnata kienet waħda sabiħa u li dakinhar kien beda x-shopping tal-milied.", "Dan huwa minnu, pero' il-fatt li tant nies għamlu użu minnu, naħseb li huwa sinjal tajjeb.", "Aħna għamilna s-surveys ukoll fuq min huma l-klijenti li qegħdin jagħmlu użu mill-park and ride u sibna li mhux bilfors huma dawk in-nies li qabel kienu jużaw l-MCP carpark.", "U fil-fatt irriżultalna li qegħdin imorru nies ġodda li qatt ma kienu marru lejn il-Belt.", "Ma' dawn it-tip ta' nies iltqajt magħhom personalment u allura jekk dan m'huwiex proġett innovattiv, ma nafx x'inhu.", "Jiena ngħid li dan il-proġett kien wieħed innovattiv.", "Anke l-mod ta' kif qegħdin nipprovaw ngħaqqdu l-affarijiet flimkien juri li għandna viżjoni nnovattiva.", "Il-mod ta' kif tgħaqqad mal-vertical connections, mal-mini cabs, mat-twessiegħ taż-żona pedonali u dawn l- affarijiet kollha, juri xi ħaġa nnovattiva.", "U naħseb li jagħqad ukoll mat- toroq li rridu nagħmlu f'dik l-area bil-fondi ta' l-Unjoni Ewropea mill- Unjoni Ewropea.", "Sur President, ma nistax nagħlaq id-diskors tiegħi mingħajr ma nirringrazzja l-ewwelnett lill-ħaddiema kollha ta' l-ADT għax-xogħol siewi li għamlu matul is-sena li għaddiet.", "Nixtieq nirringrazzja lill-membri tal- bord il-ġdid kif ukoll dawk li spiċċaw għaliex kulħadd ta l-kontribut tiegħu.", "Nixtieq nirringrazzja wkoll lill-ħaddiema kollha ta' l-ADT - mill- kbir saż-żgħir - għaliex naħseb li x-xogħol tagħhom deher u nħass.", "Nixtieq nirringrazzja wkoll lid-diversi stakeholders li għandha l-ADT u li jiena u nniżżilhom bqajt sorpriż daqs kemm hemm.", "L-ewwelnett għandek is-sieħba ta' l-ADT fl-operat tat-trasport pubbliku, imbagħad għandek is-sieħba tagħna fl- importazzjoni, fir-reġistrazzjoni, fit-testjar, fil-liċenzjar u fl-inxurjar tal-vetturi.", "Dawn huma kollha stakeholders li jaħdmu magħna.", "Anke l- iscrapping tal-vetturi hija sistema importanti f'sistema moderna ta' trasportazzjoni.", "Irrid nirringrazzja lil dawk kollha li jgħinuna fit- treġija tat-traffiku.", "Min-naħa tagħna nbesbsu wkoll lil xi kunsilliera cowboys.", "Fil-fatt għadu kif informani s-CEO li għadna kemm waqqafna lill- kunsill tas-Swieqi li għamel xi linji mhux approvati.", "Aħna lil dawn inwaqqfuhom il-ħin kollu u jkunu min ikunu.", "Nixtieq nirringrazzja wkoll lil dawk li jgħinuna fl-ippjanar tat-toroq, lill-MEPA u l-għajnuna li ħadna mill-Unjoni Ewropea fil-proġetti li wettaqna.", "Nixtieq nirringrazzja wkoll l-uffiċċju tal-PPCD, lill-kuntratturi tat-toroq u xogħlijiet relatati u nixtieq nirringrazzja b'mod partikolari lill-utilities, jiġifieri l-water services, il-Maltacom u l-Enemalta.", "Fix- xogħolijiet il-kbar li jkollna, Allaħares ma jkunux magħna għaliex kieku żgur li ma nkunux nistgħu nkomplu.", "Nerġa' ngħid li l-lista ta' l- istakeholders hija waħda mpressjonanti u tixhed ir-remit kbir li għandha l- ADT.", "Jiena persważ li qegħdin nagħmlu ħafna tajjeb u kif għedt aktar kmieni, waħda mill-isfidi ewlenin li għandu pajjiżna hija dik li jiżgura li t-trasport intern ikun qiegħed jaħdem u jiffaċilita l-attivitajiet kollha mixtieqa b'mod sostenibbli.", "Nemmen li bil-ħidma tas-sena li għaddiet u anke bil-ħidma li għandna mfassla għas-sena d-dieħlam din l-isfida se nkunu qegħdin nilqgħuha b'suċċess.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Issa se ngħaddi sabiex inqiegħed il-mistoqsija fuq il- mozzjoni mressqa mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MR SPEAKER: Din id-division tittieħed minn hawn u 20 minuta oħra.", "Billi ntalbet votazzjoni, il-Kamra kienet sospiża fid-9.00 p.m u rriżumiet 20 minuta wara.", "MR SPEAKER: Se nerġa' inpoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi l-mozzjoni mressqa mill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Galea, jekk jogħġbu, jinforma lill-Kamra dwar l- arranġamenti tal-pairing.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Sur President, għan-naħa tal-gvern se jiġu paired l-Onor Mario de Marco, l-Onor Louis Deguara, l-Onor Censu Galea, l-Onor Louis Galea, l-Onor George Pullicino, l-Onor Jeffrey Pullicino Orlando u l-Onor Ninu Zammit.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR JOE MIZZI: Għan-naħa ta' l-oppożizzjoni se jiġu paired l-Onor Carmelo Abela, l-Onor Chris Agius, l-Onor Marie Louise Coleiro Preca, l-Onor Joseph Debono Grech, l-Onor Roderick Galdes, l-Onor George Vella u l-Onor Karmenu Vella.", "VOTAZZJONI NRU.", "181", "FAVUR : 26", "L-Onor.", "|Abela Anthony |Fenech Antonio | |Agius David |Frendo Michael | |Agius Francis |Galea Franco | |Arrigo Robert |Galea Mario | |Asciak Michael|Gatt Austin | |Azzopardi |Gonzi Lawrence | |Frederick | | |Azzopardi |Gonzi Michael | |Jason | | |Borg Tonio |Mifsud Bonnici | | |Antoine | |Cassar Joseph |Mifsud Bonnici | | |Carmelo | |Cristina |Mugliett Jesmond | |Dolores | | |D'Amato Helen |Puli Clyde | |Debono |Vassallo Edwin | |Giovanna | | |Falzon Joseph |Zammit Dimech | | |Francis |", "KONTRA : 22", "L-Onor.", "|Abela Joseph |Farrugia Michael | |Bartolo |Farrugia Noel | |Evarist | | |Brincat Joseph|Gulia Gavin | |Brincat Leo |Herrera Jose' | |Buhagiar |Mangion Charles | |Charles | | |Buontempo |Mizzi Joe | |Stefan | | |Caruana |Parnis Silvio | |Justyne | | |Chircop Karl |Refalo Anton | |Cuschieri |Sammut Joseph | |Joseph | | |Dalli Helena |Sant Alfred | |Farrugia |Vassallo Adrian | |Angelo | |", "Il-mozzjoni għaddiet u l-estimi tad-dħul u nfiq ta' l-Awtorita' dwar it- Trasport ta' Malta għas-sena finanzjarja mill-1 ta' Ottubru 2006 sat-30 ta' Settembru 2007 skond l-Att dwar l-Awtorita' dwar it-Trasport ta' Malta, Kap. 332 ġew approvati.", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru, jekk jogħġbu, iressaq l-aġġornament tal- Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "TONIO BORG: Sur President, nipproponi l-aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tnejn, 8 ta' Jannar, 2007 fis-6.00 p.m. b'aġenda li tiġi kkomunikata aktar tard.", "Sur President, ippermettili ftit sabiex proprju f'din l-aħħar seduta, qabel ma naġġornaw għall-vakanzi tal-Milied, nestendi l-awguri tiegħi u ta' kull membru ta' din il-Kamra mhux biss għall-istaff li jaħdem hawn ġew imma anke għall-membri familjari tagħna.", "Qiegħed ngħid hekk għaliex ħafna drabi, fil- ġirja tal-ħajja politika, ninsew ukoll li kull wieħed minna għandu s- sostenn tiegħu mill-ħbieb jew mill-membri tal-familja li jkunu qegħdin jgħinuh fix-xogħol politiku.", "Nemmen li dan il-parlament jaħdem b'numru relattivament żgħir ta' persuni, pero' kollha jagħmlu l-almu tagħhom sabiex jagħtuna l-aħjar servizz possibbli.", "Għalhekk nixtieq nirringrazzjahom filwaqt li din in-naħa tal-Kamra tawguralhom Milied tajjeb u sena mimlija risq.", "Naturalment dan japplika mhux biss għall-istaff li jkollna magħna ta' kuljum imma anke għal dawk li ma narawhomx għaliex ikunu qegħdin jagħmlu xogħol ieħor li ma jidhirx.", "Irrid nirringrazzja wkoll lil dawk il-ftit ġurnalisti li għadhom jiġu hawnhekk sabiex jirrapportaw is-seduti ta' din il-Kamra, kif ukoll lill-membri kollha tal-forzi tas-sigurta' li jagħtu s- sehem tagħhom, b'mod partikolari l-pulizija u l-armata li jaħdmu f'dan il- parlament.", "Għaldaqstant nerġa' nawgura l-Milied ħieni u s-sena t-tajba lil kulħadd.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Charles Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Sur President, jien ukoll nixtieq nirreċiproka l- awgurju li għamel il-Viċi Prim Ministru.", "Naħseb li l-ħidma tal-membri parlamentari għandha tirrifletti u tibgħat messaġġ ċar lill-poplu, messaġġ li l-ħidma tagħna hija xprunata sabiex inservu lill-pajjiż u lil dawk kollha li vvotawlna u tawna l-fiduċja tagħhom.", "Min-naħa tiegħi nispera li s-sena d-dieħla nkomplu nkabbru aktar dan il-messaġġ.", "Naturalment ilkoll kemm aħna umani u l-iżbalji nagħmluhom bħal ħaddieħor, pero' żgur li l-intenzjoni tagħna trid tkun dejjem fl-interess pubbliku.", "Fl-aħħarnett ma nistax ma nirringrazzjax l-istaff tal-parlament li jagħmlu ħilithom kollha sabiex jgħinuna.", "Dawn jieħdu paċenzja bina meta aħna nħabbtuhom fuq il-biljetti ta' l-ajru u l-problemi li jistgħu jinqalgħu minħabba ċerti protokolli jew nuqqas ta' protokolli.", "Nixtieq ngħidilhom grazzi għall-paċenzja li jieħdu bina lkoll u li kieku ma jkunux huma, żgur li dan il-parlament ma jiffunzjonax.", "Qabel nagħlaq irrid nestendi l-awguri tiegħi lilek, Sur President.", "Għalkemm diversi drabi nistgħu ma naqblux fuq xi deċiżjonijiet li jittieħdu, irrid nawguralek Milied ħieni u sena mimlija risq u hena.", "Nirringrazzjak.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Ippermettuli sabiex jiena wkoll ningħaqad maż-żewġ naħat tal-Kamra u nagħti l-awgurji tal-Milied u s-sena t-tajba lill-membri kollha ta' din il-Kamra għall-kontribut li taw matul din is-sena.", "Bħala informazzjoni xtaqt ngħid li matul din is-sena kien hemm 141 seduti parlamentari u 108 laqgħa tal-kumitati permanenti tal-Kamra.", "Kellna wkoll 8,735 interpellanza u dawn iċ-ċifri jwassluni sabiex verament nirringrazzja lill-membri kollha ta' din il-Kamra.", "Naturalment irrid nirringrazzja wkoll lill-membri ta' l-istaff għaliex verament irridu nuru l-apprezzament tagħna għal mod ta' kif jilħqu u jlaħħqu ma' dawn is-seduti kollha u max-xogħol kollu tal-parlament.", "Kif tafu hawnhekk għandna ħafna xogħol kemm intern kif ukoll estern.", "Għandna xogħol kbir fil-fora diversi internazzjonali u għaldaqstant irrid insellem lil kulħadd, kemm lill-membri ta' din il-Kamra kif ukoll l-istaff u lill-familji tagħna lkoll li jsostnuna fl-isforzi li nagħmlu sabiex naraw lil dan il-pajjiż sejjer 'il quddiem.", "Naturalment jien ukoll irrid ningħaqad maż-żewġ naħat tal-Kamra sabiex nirringrazzja lill-media, lill- pulizija, lill-armata u lil dawk kollha li b'xi mod jew ieħor jagħtu l- kontribut tagħhom sabiex dan il-parlament tagħna, żgħir kemm hu żgħir, jimxi 'l quddiem u jkabbar dejjem il-ħidma tiegħu.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Leo Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, inwiegħed li fl-aġġornament qasir li se nieħu m'iniex se nitkellem b'mod partiġġjan.", "Jiena nixtieq li sinċerament, bħala l-kelliem ta' l-oppożizzjoni għall-affarijiet barranin, nagħmel appell għal solidarjeta' globali kif imfisser tant tajjeb mis-segretarju ġenerali tal-Ġnus Magħquda Kofi Annan il-bieraħ f'wieħed mill-aħħar diskorsi tiegħu qabel ma jtemm il-ħatra tiegħu bħala segretarju ġenerali tal-United Nations.", "Illum se nagħfas l-aktar fuq dak li nixtieq li jseħħ fix-xhur li ġejjin.", "Fuq quddiem nett naħseb li hemm bżonn li jkun hemm rispett veru tad- drittijiet umani.", "It-tieni nett hemm bżonn tar-rispett lejn 'l hekk imsejħa rule of law u l-bżonn li fuq livell internazzjonali nerfgħu responsabilita' kollettiva.", "Minnha nnifisha toħroġ ukoll il-ħtieġa ta' l- hekk imsejjaħ multi-lateraliżmu fil-politika barranija.", "Ma' dan inżid l- għarfien li għandu jkollna sabiex l-ebda pajjiż ma jkun jista' isaħħaħ is- sigurta' tiegħu billi jipprova jkun suprem fuq ħaddieħor, kif sfortunatament ġieli jiġri.", "Sur President, il-bżonn tar-riforma toħroġ ukoll mill-kunsill tas-sigurta' tal-Ġnus Magħquda u dan nistgħu nagħmluh billi ngħinu lill-istess kunsill sabiex iżid miegħu membri ġodda li jirrappreżentaw partijiet tad-dinja li sal-lum għad m'għandhomx vuċi f'dan il-kunsill.", "Hemm bżonn li l-mexxejja dinjija, fil-politika tagħhom, iħarsu lil hinn mill-interessi purament nazzjonali tagħhom u jibdew iħarsu b'viżjoni aktar wiesa' u dinamika.", "Illum ma nistax ma nitkellimx dwar l-awgurju tiegħi li jkun hemm żblokk fil- Lvant Nofsani ħalli mhux biss jinbeda l-proċess ta' paċi u l-ismantellar ta' l-okkupazzjoni tal-Palestina, imma anke li jkun hemm tisħiħ fis- sigurta' ta' Israel.", "Hemm bżonn li titnaqqas it-tensjoni bejn il-Hamas u l- Fatah, b'mod speċjali llum wara l-qtil ta' tliet itfal innoċenti matul il- jum tal-bieraħ.", "Din ix-xena xokkanti ġabet lil Ghaza kważi f'xifer ta' gwerra ċivli.", "La qegħdin nitkellmu fuq dan is-suġġett ma nistax ma nsellimx lill-ex- president Amerikan Jimmy Carter li f'dawn l-aħħar ġranet għadu kif ħareġ ktieb dwar l-oppressjoni li għaddew minnha matul is-snin il-Palestinjani.", "Minn hawnhekk nixtieq insellemilu għall-kuraġġ tiegħu meta qal li jkun kważi politikament suwiċidju li membru tal-kungress Amerikan jadvoka pożizzjoni bilanċjata bejn l-Israel u l-Palestina jew inkella li jissoġġetta lil Israel sabiex tosserva l-liġi internazzjonali u titkellem favur id-difiża tal-ġustizzja u d-drittijiet tal-bniedem fil-Palestina.", "Talli kiteb b'dan il-mod, Jimmy Carter diġa' ġie kkritikat minn diversi esponenti Amerikani.", "Jien qiegħed insemmih illum għaliex dan il-bniedem, għalkemm kien hemm ħafna li kkritikawh meta kien president u anke meta ntemmet il-ħatra presidenzjali tiegħu, wera li għandu kwalitajiet tajbin ħafna u pożittivi.", "Wera wkoll li għadu viżjoni aktar minn ċerti politiċi Amerikani oħrajn.", "Sur President, joħroġ ukoll il-bżonn li l-pjan ta' paċi għal-Libanu, tal- lega Għarbija, jiġi aċċettat u mħaddem mill-pajjiżi ġirien bħalma huma s- Sirja u l-Iran.", "Dan għandu jsir b'għarfien sħiħ għall-forzi politiċi kollha li jeżistu fil-pajjiż tal-Libanu nnifsu.", "Xtaqt nitkellem ukoll dwar il-ħtieġa li l-Istati Uniti, minkejja r-rabtiet tradizzjonali tagħha ma' l- Iżrael, tibda tipproġetta ruħha bħala forza bilanċjata u li ġenwinament tħares l-interessi kemm ta' l-Iżraeliti kif ukoll tal-Palestinjani b'mod aktar ibbilanċjat u newtrali.", "Hemm bżonn li l-pajjiżi kollha - kbar u żgħar – jibdew jipprattikaw dak li jippriedkaw.", "Hemm bżonn ukoll li l-Istati Uniti tirrifletti kemm fuq il-konklużjonijiet ta' l-Iraq study group li għadu kif ġie ppubblikat dan l-aħħar, kif ukoll fuq il-ħsebijiet tas- segretarju tad-difiża ġdid tagħhom li jqisu li l-gwerra ta' l-Iraq m'hijiex tintrebaħ u li hemm bżonn ta' strateġija ġdida li ġġib inqas inkwiet u mwiet fil-pajjiż.", "Personalment ikolli ngħid li kien nkwetanti u ta' tħassib għalija li nisma' u naqra l-istqarrija li għamel Kofi Annan matul il-ġimgħa li għaddiet.", "Fil- fatt dan stqarr li l-Iraq jinsab f'xifer ta' gwerra ċivili u saħansitra qiegħed fi żmenijiet agħar minn dawk ta' żmien Saddam Hussein innifsu.", "Naħseb li dan kollu jġib miegħu l-bżonn urġenti li l-Istati Uniti tiftaħ djalogu mill-aktar fis possibbli mal-pajjiżi li tqishom ostili lejha, bħas- Sirja u l-Iran.", "Dan mhux qed ngħidu sabiex nindaħal fil-politika Amerikana, pero' qiegħed ngħidu għaliex nemmen li dawn il-passi importanti jistgħu jistabilizzaw is-sitwazzjoni fir-reġjun tal-Lvant Nofsani.", "Sur President, ikun simplistiku min-naħa tiegħi jekk nistenna li l- president Bush iħaddan id-79 proposta li għamel dan l-istudy group li kien ikkordinat minn James Baker III.", "Madankollu, jekk b'riżultat ta' dan l- istudju jkun hemm bidla fl-istrateġija Amerikana, jiena nemmen li żgur tonqos it-tensjoni globali.", "Minn dak li qal s'issa s-segretarju tad-difiża Amerikan, hemm xi jqawwi qalb in-nies għaliex dan stqarr li l-Istati Uniti tista' tibda tieħu triq aktar flessibbli u prammatika fil-politika barranija tagħha.", "Dan kollu juri li hemm ħtieġa ta' aktar diplomazija reġjonali.", "Din hija xi ħaġa li jekk tirnexxi, għandha twassal sabiex l- Amerikani nfushom isibu appoġġ akbar fid-dinja Għarbija u anke fl-Ewropa nnifisha.", "Naturalment dan ma jfissirx li jekk tintlaħaq is-soluzzjoni Palestinjana se ttemm mill-għada l-konflitt fl-Iraq, pero' żgur li hija ċ-ċavetta għal ħafna mill-problemi fir-reġjun.", "Dan l-aħħar Baker stess qal li fil-Lvant Nofshani kollox huwa marbut ma' xulxin u jien żgur li ma nistax ma naqbilx miegħu perfettament.", "Għalkemm dan l-aħħar kien hemm min qal li l-prim ministru Israeljan ma qal xejn ġdid meta għamel l-istatement għall-media, jiena ngħid li meta tqis l-antagoniżmu ta' ftit xhur ilu lejn l-Iran, il- Hizbollah u l-Hamas kif ukoll it-ton riċenti tiegħu, li kien ferm aktar konċiljattiv u anqas kombattiv anke fir-rigward tal-Palestinjani, naħseb li huwa xi ħaġa li fih innifsu jirrifletti pass pożittiv li għandu jiġi mogħti r-rikonoxximent xieraq.", "Filwaqt li l-għarfien ta' Israel bħala stat huwa meħtieġ, daqstant ieħor huwa meħtieġ li tintemm il-ġrajja kontinwa ta' okkupazzjoni fit-territorji Palestinjani.", "Iridu jintemmu wkoll il-ħolqien ta' settlements Lhud, bħal ngħidu aħna fil-Lvant ta' Gerusalemm li jmorru kontra kull ftehim ta' paċi, inkluż il-famuża roadmap li l-Istati Uniti, ir-Russja, il-Ġnus Magħquda u l- Unjoni Ewropea intrabtu li jsegwu.", "Darba minnhom il-President Amerikan Bush kien qal li qabel itemm il-ħatra tiegħu, irid jara stat Palestinjan.", "Huwa minnu li ma qalx ta' liema daqs u ta' liema għamla għandu jkun dan l- istat Palestinjan, pero' jiena nawgura li din il-wegħda ta' Bush titwettaq u li l-Istati Uniti tingaġġa ruħha aktar f'dan il-proċess ta' paċi.", "Dan qiegħed ngħidu bħala bniedem li dejjem emmint fl-importanza tar- relazzjonijiet tajba u sodi ma' l-Istati Uniti għaliex żgur li ma tistax tibqa' tħalli l-ħbiberija ma' Israel ixxekkel dan kollu.", "Sur President, illum li saret tibdila radikali fis-senat u fil-kungress Amerikan, wieħed jawgura li jara aktar multi-lateraliżmu u enfasi fuq id- diplomazija u fuq dak li jissejjaħ il-bi-partisanship, speċjalment fi ħdan l-akbar potenza fid-dinja.", "Sal-lum fil-gwerra ta' l-Iraq rebbieħ wieħed rajt, li huwa l-Iran.", "Fil-fatt dan żied l-influwenza tiegħu permezz ta' l- element Shiti fil-pajjiż u li miegħu kien fi gwerra sa ftit tas-snin ilu.", "U allura dan kollu juri l-bżonn ta' djalogu u l-bżonn ta' anqas konfrontazzjoni.", "Meta kien hemm ir-rieda fl-imgħoddi saru kuntatti sodi mas-Sirja permezz ta' nies bħal Kissinger u oħrajn.", "Meta kien iż-żmien opportun, is-Sirja ġiet ingaġġata fil-ko-elezzjoni ta' l-hekk imsejjaħ desert storm coalition u saru diversi inizjattivi diplomatiċi marbutin mal- proċess tal-paċi fil-Lvant Nofsani fejn din kienet tat kontribut siewi.", "Naturalment hemm ukoll il-ħtieġa tar-rikonċiljazzjoni u gvernar aħjar mill- Iraq innifsu għaliex sal-lum dan għadu taħt l-okkupazzjoni ta' forza barranija.", "Billi noħolmu dwar aktar demokrazija fil-Lvant Nofsani biss u l- ħolqien tal-Lvant Nofsani ġdid, nistgħu nkunu - mingħajr ma nkunu nafu - qegħdin niżirgħu tensjonijiet ġodda.", "Issa jiena m'iniex kontra d- demokrazija jew inkella ma nemminx fil-proċess demokratiku, pero' dan jista' jiddistabbilizza ħafna gvernijiet fir-reġjun u gvernijiet li huma ħbieb tagħna, fosthom dak tas-Saudi Arabia, tal-Kuwait, ta' l-Eġittu u ta' l-Emirati fost l-oħrajn.", "Sur President, jiena qgħadt attent ħafna sabiex ma nidħolx fil-politika lokali għal ta' l-apposta.", "L-ewwelnett l-okkażjoni tal-lum ma tipprestax ruħha għal dan u t-tieni nett naf li l-Ministru Frendo mpenja ruħu sabiex fil-ġejjini qarib, dan il-parlament iżomm dibattitu sħiħ dwar l-affarijiet barranin.", "B'hekk inkuunu nistgħu nitkellmu aħjar fuq il-politika taż-żewġ partiti u ta' l-isfidi Ewropej u tal-Mediterran li għandna quddiemna.", "Għal- lum għażilt li niffoka ftit ftit fuq l-awguri u x-xewqat tiegħi fil-qasam ta' l-affarijiet barranin lil hinn minn xtutna.", "Jista' ikun hemm min jgħid li f'dak li semmejt hawnhekk qiegħed inkun xi ftit ottimista ż-żejjed, pero' l-agħar li jista' jiġri huwa dak li jkompli jsaltan l-hekk imsejjaħ status quo.", "Fil-fatt dan ikun ifisser li nkunu bdejna s-sena l-ġdida mhux biss fuq sieq zoppa iżda li nkunu ħejjejna r-riċetta għal aktar tensjoni fid-dinja ta' madwarna, speċjalment fil-Mediterran u fil-Lvant Nofsani.", "Sur President, fil-foreign affairs committee sar ħafna xogħol siewi għal dak li għandu x'jaqsam mal-qasam ta' l-affarijiet barranin, pero' hemm bżonn urġenti li dawn l-affarijiet nesternawhom f'seduti plenarji fil- parlament kollu.", "Hemm bżonn li dak li qegħdin jitkellmu dwaru l-media kemm internazzjonali u kemm lokali nibdew niddiskutuh u niddibattuh pubblikament aħna wkoll.", "Naturalment bħal sħabi ta' din il-Kamra, irrid nawgura kemm lilek, Sur President, kif ukoll lill-istaff tiegħek u lill-Clerk of the House.", "Irrid ukoll nagħti l-awguri lil dawk kollha li jservu fil- parlament, fosthom il-pulizija, il-messaġġiera u l-kumplament ta' l-istaff kollu.", "Għaldaqstant nagħti l-aqwa awguri ta' Milied ħieni u sena mimlija risq u hena lil kulħadd.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it-Tnejn, 8 ta' Jannar, 2007 fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif ikkomunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Mill-ġdid nixtieq nagħti l-Milied it-tajjeb u sena ġdida ta' sodisfazzjon lil kulħadd.", "Fid-9.45 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija."]} {"filename": "20050420_257d_par.doc", "date": "2005-04-20", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Uffiċjali u Rivedut) L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 257 L-Erbgħa, 20 ta' April, 2005 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 257 L-Erbgħa, 20 ta' April, 2005", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6:02 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "257", "L-Erbgħa, 20 ta' April, 2005", "WERREJ", "MINUTI 752", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI 752", "TQEGĦID TA' KARTI 759", "MOZZJONIJIET", "MOZZJONI DWAR IS-SITWAZZJONI TA' L-INDUSTRIJA LOKALI TAT-TROBBIJA", "TAT-TJUR U L-BHEJJEM U L-BEJGĦ TAL-LAĦAM 760", "AĠĠORNAMENT 786", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 790", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 256 li saret fid-19 ta' April, 2005 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "ASSOĊJAZZJONI TAT-TRASPORT PUBBLIKU - SUSSIDJU", "11136.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Jista' il-Ministru jgħid x'ħadet l-assoċjazzjoni tat-trasport pubbliku mill-1996 'il hawn bħala sussidju fuq id-dħul, sussidju fuq insurance claims u sussidju għal xiri ta' buses ġodda?", "X'kien l-ammont totali ta' eżenzjoni mit-taxxi ta' reġistrazzjoni u dazju fuq xiri ta' buses ġodda?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura) (f'isem il- Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq) : Waqt li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra dokument li juri l-ammont ta' sussidju li ngħata mill-1996 'il hawn fuq dħul, insurance claims u xiri ta' buses ġodda, ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-taxxa ta' reġistrazzjoni eżentata tammonta għal Lm277,858.66.", "Fir-rigward ta' l-eżenzjoni tad-dazju, nitolbu jindirizza din il-parti tal- mistoqsija lill-ministru tal-finanzi.", "BIRGU/KALKARA - MANUTENZJONI TA' TRIQ", "11423.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Chris Agius) staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jara li jingħata wiċċ xieraq lit-triq li mill-Kalkara tagħti għall-club tar-regatta tal-Birgu?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (f'isem il-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq): Id- direttorat ħejja pjanti u ssottometta applikazzjoni lill-MEPA sabiex tiġi mwessa' u rranġata din il-promenade.", "Hu ppjanat li sejħa għal offerti għal dan ix-xogħol tiġi ppublikata aktar tard din is-sena, bl-idea li x- xogħlijiet ikunu lesti sa l-aħħar ta' l-2006.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Mizzi, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, peress li parti mit-triq li tagħti għar- regatta club tal-Birgu ngħatat għall-parking għal dawk ir-residenti tal- kumpless ta' bini li tela' mas-swar, jista' xi ħadd jgħidilna x'se jiġri issa?", "Din it-triq se titwessa biex tkun parti mit-triq li tibda mill- Kalkara u tibqa' sejra għall-Birgu u l-Isla?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Sur President, hawnhekk fil-file għandi li jrid jingħata wiċċ lit-triq li mill-Kalkara tagħti għall-club tar-regatta fil- Birgu, pero` pjanti m'hawnx.", "Allura nissuġerixxi lill-Onor.", "Mizzi biex jagħmel mistoqsija bil-miktub ħalli jingħata tweġiba.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jiena mhux qed nitlob informazzjoni here and now imma naħseb li l-Ministru jifhem li ġaladarba t-triq se titwessa', nassumi li se tkun tagħmel parti mill-proġett.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Sur President, kieku kelli l-pjanti f'idejja kont inkun f'pożizzjoni li nwieġeb imma mhux se nazzarda nitkellem fuq affarijiet li ftit naf fuqhom.", "SIĠĠIEWI: TA' L-GĦOLJA - VULTAĠĠ BAXX", "11454.", "ONOR.", "MARIO GALEA (f'isem l-Onor.", "Clyde Puli) staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 11159, jista' Il-Ministru jgħid meta l-ADT se toħroġ il- permessi relatati mal-problema ta' vultaġġ baxx f'Ta' l-Għolja, triq ġdida fi Triq it-Tank, fis-Siġġiewi?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (f'isem il-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-applikazzjonijiet għall-ħruġ ta' permessi tat-trinek għax-xogħol imsemmi waslu għand l-ADT fl-1 ta' Marzu 2005 u dakinhar stess, l-applikazzjonijiet (379/05 u 380/05) intbagħtu lill- entitajiet kollha kif normalment isir, u cioe' lid-drainage unit, l- Enemalta, il-Maltacom, il-Melita Cable, il-MEPA, it-traffic management directorate, id-WSC, il-kunsill lokali tas-Siġġiewi u r-roads directorate.", "Fl-14 ta' Marzu intbagħtet reminder lill-kunsill lokali tas-Siġġiewi li sa dakinhar kien għadu ma weġibx u l-permessi ħarġu hekk kif waslet it-tweġiba mingħand dawn ta' l-aħħar.", "FTEHIM MA' SKANSKA", "11562.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Leo Brincat) staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk il- ftehim ma' Skanska ġiex iffirmat?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Il- kuntratt ma' Skanska ġie ffirmat fit-12 ta' April, 2005.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jista' xi ħadd jgħidilna meta se jibda jilqa' l-ewwel pazjenti l-isptar il-ġdid?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: L-isptar il-ġdid għandu jinfetaħ fl-2007.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Imma jaċċertani l-Ministru li se jinfetaħ biex jilqa' l- pazjenti għax jien xbajt nara bibien jingħalqu u jinfetħu f'dan l-isptar!", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita`): L-isptar il-ġdid se jibda jaċċetta l-pazjenti mill-1 ta' Lulju, 2007.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mario Galea, domanda supplimentari.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Ladarba qed nitkellmu fuq l-isptar l-ġdid, jista' il- Ministru jikkonferma li l-isptar il-ġdid se jiġi jiswa ħafna inqas minn dak li kienet bassret l-oppożizzjoni?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Kif suppost jaf kulħadd, il-prim ministru attwali ried li jelimina d-diffikultajiet li kienu qegħdin jinqalgħu.", "Ħafna minnhom, kif kelli ċ-ċans nispjega, ma kienx hemm kontroll fuqhom u għalhekk wieħed jista' jgħid li dan ma kien tort ta' ħadd.", "Allura biex inkunu nistgħu nieħdu l-aħjar benefiċċju minn dan il-proġett għall-poplu Malti, ġie deċiż li parti sostanzjali minn dik li kellha tkun t-tieni u t- tielet fażi tiġi nkorporata fl-ewwel fażi.", "Ovvjament dan kien xogħol li wieħed seta' jinnegozja fuqu u meta l-prim ministru daħal biex jipparteċipa direttament f'dawn in-negozjati, ġie maqbul prezz għall-ewwel fażi ta' l-isptar.", "Iżda hemm somma oħra li kienet tinkorpora xogħol li kellu jsir fit-tieni u fit-tielet fażi biex ovvjament meta niftħu l-bieb ta' l-isptar u ndaħħlu l-pazjenti fl-1 ta' Lulju, 2007 ikun hemm servizz aktar komprensiv u komplet.", "Iċ-ċifra ġiet iċċitata, il- kuntratt ġie ffirmat il-ġimgħa li għaddiet mill-president tal-fondazzjoni għas-servizzi mediċi, il-Perit Paul Camilleri u ġiet stabilita data meta dan l-isptar għandu jinfetaħ.", "Tajjeb ngħid ukoll li l-pubbliku Malti diġa` qiegħed jibbenefika, fis-sens li 25% ta' l-equipment għall-isptar has already been delivered u ċertu apparat bżonjuż bħalissa qed jintuża fl-isptar San Luqa, bil-kumplament jasal Malta sa l-aħħar tas-sena.", "Għax irrid ngħid li kellna l-problema li għalkemm kien hemm apparat fl-isptar San Luqa li żmienu kien għadda u kellu bżonn jinbidel, wieħed inqabad f'pożizzjoni fejn irid jonfoq biex jibdel jew jagħmel upgrading ta' dak li hemm bżonn, meta nafu li hemm miljuni kbar ta' liri investiti f'apparat li qiegħed ġo containers u mhux se jintuża qabel s-sena 2007.", "Ovvjament hemm ċertu apparat li jgħidulu l-first fix li jrid jitwaħħal qabel ma jitkompla ċertu xogħol, apparat li madwaru jrid jitkompla jinbena apparat ieħor.", "Eżempju ta' dan huma t-theatre lamps, l-overhead lamps u l- operating cables għal ġot-theatres, li nerġa' ngħid li diġa` bdejna ngawdu l-benefiċċju tagħhom ġewwa l-isptar San Luqa.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jista' il-Ministru jikkonferma li l-ispiża se tkun aktar milli kien stima l-gvern Nazzjonalista fil-bidu?", "Jista' jikkonferma wkoll li l-isptar kellu jibda jilqa' l-ewwel pazjenti ħafna qabel Ġunju 2007?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ma naħsibx li għandi l-ħin li nerġa' nirrispondi dan kollu, pero' infakkar lill-Onor.", "Mizzi li kien sar dibattitu f'din il- Kamra u konna domna ħafna nippruvaw nispjegaw u nikkontrobattu lil xulxin fuq kemm għandu jiġi jiswa l-isptar u meta kellu jiftaħ.", "Kien ħareġ ċar minn dak id-dibattitu li kull meta niġu biex inqabblu kemm kellu jiġi jiswa u meta kellu jitlesta l-isptar il-ġdid, sfortunatament ma nkunux qed nitkellmu fuq l-istess ħaġa.", "Qabel kien sptar ta' 450 sodda u mbagħad il-gvern Laburista kien ġie taħt pressjoni mill-assoċjazzjoni medika u ddeċieda li jagħmlu b'aktar sodod.", "(Interruzzjonijiet)", "Sur President, ġaladarba l-Onor.", "Mizzi jaf ir-risposta allura might as well inpoġġi bilqegħda u nagħlaq ħalqi!", "Grazzi.", "QORMI: TRIQ L-IMDINA – TINDIF TA' CULVERTS", "11576.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Roderick Galdes) staqsa lill- Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li jitnaddfu l-culverts li hemm fi Triq l-Imdina, Ħal Qormi?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (f'isem il-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq): Huwa ppjanat li dawn il-culverts jitnaddfu fil-perijodu li ġej mid- dipartiment ta' l-indafa pubblika, hekk kif regolarment isir fil-perijodu ta' wara x-xitwa.", "QORMI : TRIQ L-ISKULTUR - ASFALTAR", "11607.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Gavin Gulia) staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jgħid meta se tingħata t- tarmak triq ġdida fi Triq l-Iskultur ġewwa Ħal Qormi, liema triq taqa' taħt il-kompetenza tal-gvern ċentrali?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (f'isem l-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq): It- triq imsemmija taqa' taħt ir-responsabbilta' tal-gvern ċentrali u hija nkluża fil-programm ta' toroq li jridu jsiru.", "WIED QLEJGĦA - XOGĦLIJIET", "11614.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cassar) staqsa lill- Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jagħti l- informazzjoni mitluba f'mistoqsijiet parlamentari 9765, 7932, 10276 u 10801?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (f'isem il-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq): Saret ispezzjoni fit-triq imsemmija u nista' nikkonferma li l-manutenzjoni ta' din it-triq hija nkluża fil-programm ta' xogħlijiet li se jsir mid- direttorat.", "BAĦRIJA: TRIQ IL-QASTAN - ASFALTAR", "11635.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Jose` Herrera) staqsa lill- Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jgħid għaliex ix-xogħol ta' tarmac li qed isir fi Triq il-Qastan fil-Baħrija ma tkompliex, allavolja t-tender kien ingħata f'April tas-sena 2004?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (f'isem il-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq): Ix- xogħol għadu ma tkompliex peress illi għad hemm xi kwestjonijiet pendenti rigward l-esproprjazzjoni ta' parti mit-triq.", "HAZ-ŻEBBUĠ : MDINA ROAD - TWAQQIGĦ TA' BINI", "11793.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Charles Buhagiar) staqsa lill- Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jgħid jekk il- junction proposta ħdejn ix-showroom ta' Cortis, f'Mdina Road, Żebbuġ tinvolvix twaqqigħ ta' bini eżistenti?", "Jista' ikolli kopja tal-pjanta ta' din il-junction?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (f'isem l-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq): Waqt li pjanta tar-roundabout proposta qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra, nista' ngħid illi l-bini mill-ġdid ta' din ir-roundabout ma jaffetwax bini eżistenti.", "QRATI - KAWŻI PENDENTI", "11179.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid liema huma l-kawżi li l-iktar li ilhom pendenti fil-qrati ta' Malta u ta' Għawdex?", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI (Segretarju Parlamentari) (f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Ġustizzja u Intern): Ninsab informat illi l- kawża li ilha l-aktar pendenti fil-Qrati ta' Malta tmur lura għas-sena 1931, filwaqt li l-aktar kawża li ilha pendenti fil-każ tal-Qrati ta' Għawdex tmur lura għas-sena 1958.", "AKKOMODAZZJONI SOĊJALI - BINI PERIKOLUŻ", "11180.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta` Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid kemm hemm każi ta' bini perikoluż jew ikkundannat li attwalment hu informat bihom id-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali?", "Kemm minn dawn it-talbiet ġew investigati matul l-2004 u kemm hu mistenni li jiġu investigati din is-sena?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA (Ministru għall-Familja u Solidarjeta` Soċjali): Ninsab informata li d-dipartiment jinvestiga mill-ewwel kull applikazzjoni li jirċievi dwar proprjeta` perikoluża u għalhekk m'għandniex każi pendenti ta' din ix-xorti li għad iridu jiġu investigati, għalkemm irrid ngħid li d- dipartiment għandu 127 applikazzjoni dwar proprjeta' perikoluża.", "QRATI - KAWŻI PENDENTI", "11181.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u l-Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' kawżi pendenti quddiem il-qrati f'Malta u Għawdex?", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI (f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern): Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni minnu mitluba tinsab fis-sit www.justice.gov.mt taħt court statistics li tinsab f'court services.", "Ovvjament l-Onor.", "Membru għandu jaċċessa għall-istatistika taċ-ċivil fejn l- istatistika tinkludi n-numru ta' kawżi deċiżi minn kull imħallef, statistika li tmur lura għas-sena 2000 u hija aġġornata sa Marzu 2005.", "Qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja ta' l-istatistika għax-xahar ta' Marzu 2005.", "ŻGĦAŻAGĦ IMRESSQA L-QORTI", "11182.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm żgħażagħ bejn is-16 u t-30 sena tressqu l-qorti matul is-sena 2004?", "Kemm żgħażagħ taħt 16-il sena tressqu l-qorti fl-istess perjodu?", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI (f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern): Ninsab informat illi matul l-2004 kien hemm 1,205 kumpilazzjoni mibdija kontra persuni taħt it-30 sena.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: X'inhi r-raġuni li ma ħadtx tweġiba għat-tieni parti tal-mistoqsija, Sur President?", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: L-Onor.", "Interpellant għandu raġun u nintrabat li nagħtih din l-informazzjoni f'seduta oħra.", "AKKOMODAZZJONI SOĊJALI - TALBIET PENDENTI", "11183.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta` Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid kemm ilha l-aktar talba pendenti quddiem id-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Filwaqt li niġbed l-attenzjoni ta' l-Onor.", "Farrugia għall-mistoqsija identika li riċentement għamilli Onor. Membru ieħor dwar dan is-suġġett, ninformah li quddiem id-dipartiment għall- akkomodazzjoni soċjali hemm żewġ talbiet minn Malta u Għawdex li ilhom pendenti mill-1988.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Allura x'inhi r-raġuni li dawn it-talbiet għadhom sal-lum ma ġewx indirizzati?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Kif diġa' kelli l-okkażjoni li nwieġeb, ħafna drabi l-applikanti jkunu ġew offruti akkomodazzjoni alternattiva iżda għal xi raġuni jew oħra jirrifjutawha u kultant lanqas biss jersqu lejn id- dipartiment sabiex jindikaw li l-applikazzjoni tagħhom għadha attiva.", "Barra minn hekk, lanqas meta l-uffiċjali tad-dipartiment għall- akkomodazzjoni soċjali stess jersqu lejhom ma juru interess f'dik l- akkomodazzjoni alternattiva li tkun ġiet offruta lilhom.", "Nista' ngħid li waħda miż-żewġ applikazzjonijiet li ilhom pendenti għal daqshekk żmien reġgħet feġġet proprju f'dawn l-aħħar jiem u b'kumbinazzjoni dawn iż-żewġ applikazzjonijiet reġgħu ġew għall-attenzjoni tad-dipartiment!", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Mizzi, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: X'vantaġġi jkollha persuna li tapplika għal post ta' l- awtorita' tad-djar meta diġa' għandha applikazzjoni pendenti mad- dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Jekk l-Onor.", "Interpellant qed jirriferi għal dawk li jitfgħu applikazzjoni għal xiri ta' dar meta fl-istess waqt ikunu applikaw biex jingħataw post għall-kiri, l-applikanti jingħataw ammont ta' punti addizzjonali għall-fatt li jkun ilhom jistennew biex jingħataw akkomodazzjoni alternattiva.", "MELLIEĦA BAY – ŻBROFF TA' DRENAĠĠ", "11184.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jinvestiga żbroff ta' drenaġġ li qed ikun hemm fil-parti tal-bajja ta' l-Għadira, viċin post li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?", "Peress li d- drenaġġ qed jaqsam ir-ramla u jispiċċa fil-bajja, jista' il-Ministru jara li l-ħsarat jissewwew minnufih?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (f'isem il-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni): Jien informat li l-ħsarat ġew investigati u b'riżultat t'hekk nstab li 60 metru ta' main riedu jinbidlu, xogħol li issa tlesta.", "UNACCOUNTED FOR WATER", "11390.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Silvio Parnis) staqsa lill- Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 11204 u jgħid x'qiegħed jippjana l-ministeru biex il-proporzjon ta' unaccounted for water jitnaqqas?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (f'isem il-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni): L-Onor.", "Interpellant hu ġentilment mitlub jirriferi għall-annual report ta' l-aħħar ftit snin tal- korporazzjoni għas-servizzi ta' l-Ilma fejn għandu jsib l-informazzjoni li jrid.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jiġifieri m'hu qed isir xejn aktar minbarra dak li hemm imsemmi fl-annual report?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, l-annual report isemmi l-miżuri li ħadet u se tkompli tieħu d-WSC biex jitnaqqsu l-unaccounted for units.", "(Interruzzjonijiet) Niftakar li meta kont jien responsabbli minn dan is- settur, bil-għan li jitnaqqas l-ilma li mhux accounted for - jiġifieri dak li joħroġ mill-ġibjuni u mir-reverse osmosis - il-water works department kien qasam it-territorju ta' Malta u Għawdex f'seba' zoni.", "Kienu jsiru testijiet biex naraw kif jiffunzjonaw il-meters u konna ddeċidejna li nibdlu l-meters kollha ta' l-ilma tal-B u C type u minflokhom introduċejna meters ġodda tad-D type.", "Kien anke ġie analizzat in-network sabiex naraw liema partijiet kellhom l-iżjed leaks u konna sibna li l-parti li tgħaqqad il-main mit-triq għal ġod-dar, dik li tissejjaħ is-service connection u li kienet tal-ħadid galvanizzat, kienet il-parti li minnha għandna 80% tal-leakages kollha.", "Għalhekk minbarra li konna bdilna l-meters u flokhom waħħalna oħra D type, li allura huma iżjed sensittivi għall-flow, konna bdilna wkoll is-service mains kollha li ma baqgħux tal-ħadid u peress li mbagħad l-earthing tad- dawl ma baqax jista' isir mas-service connection, kienet iddaħħlet ukoll is- sistema ta' l-earthing rod.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Imma kemm jinsab kuntent il-gvern bil-miżuri li ttieħdu biex tiġi pperfezzjonata s-sistema?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni): Jekk wieħed jara x'kien hemm miktub fl-aħħar rapport annwali li ddiskutejna ftit ilu jsib li għad baqa' x'isir f'dan il-qasam, pero' ta' min jgħid li sena wara l-oħra qed ikun hemm titjib sostanzjali.", "Jekk niftakar sew, f'Għawdex diġa' inżilna għal livelli li huma aċċettabbli u dawn il-livelli lħaqnihom ukoll f'xi distretti ta' Malta u jekk il- progress jibqa' għaddej kif inhu, nemmen li fi żmien sentejn jew tlieta għandu jkollna livell aċċettabbli ta' ilma li jintilef.", "Biss irrid ngħid li din l-aħħar skoprejt li l-istatistika dwar l- unaccounted for water kif ukoll tat-theft ta' l-elettriku m'hijiex riċenti daqskemm wieħed jaħseb u dan għaliex it-tqabbil bażiku kif isir huwa kemm tipproduċi kontra dak li effettivament jiġi billed.", "Billi l-audit tal- billed units ikun sentejn b'lura – fis-sens li dak li qed jiġi rrapportat din is-sena huwa ta' l-2003 - allura meta aħna ngħidu li l-estimated non- technical losses huma tant, fir-realta` kulma tkun qed tagħmel huwa auditing ta' dak li kien ġara sentejn ilu vis-à-vis il-kontijiet li ħarġu.", "Jiġifieri dak li tkun għamilt minn dakinhar sal-lum biex ittejjeb is- sitwazzjoni lanqas biss tkun qiegħed tirrapportah u dan japplika kemm għall- ilma kif ukoll għad-dawl, Sur President.", "Meta staqsejt x'inhi r-raġuni għala jiġri hekk, ġejt informat li apparentement din il-problema teżisti f'kull electricity company barra minn Malta ukoll u għadhom ma sabux metodolġija tajba kif wieħed jista' jirrapporta dawn il-losses b'mod aktar akkurat u b'mod aktar mgħaġġel.", "Jiġifieri filwaqt Ii qed ngħidu li għad għadna ċertu losses rapportati li m'humiex to international levels, jista' jkun li bil-miżuri li ttieħdu f'dawn l-aħħar sentejn, se nkunu fil-fatt ilħaqna dawn l-international levels pero` għalissa ma nistgħux inkejluhom biex nirrapportawhom.", "MOBILE PHONES", "11391.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Silvio Parnis) staqsa lill- Ministru għall-Kompetittivita` u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 11202 u jgħid x'inhi l-politika dwar il- monopolju li jeżisti fil-qasam tas-cellular telephones?", "Kemm iqis il-gvern li dan il-monopolju jservi tajjeb jew ħażin lill-konsumatur, kemm fil- kwalita` u anke fir-rati li jitħallsu?", "Jaf il-Ministru li dawn ir-rati huma ogħla sew mill-istess rati f'pajjiżi Ewropej?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjieg) (f'isem il-Ministru għall-Kompettivita` u Komunikazzjoni): Niskanta kif l- Onor. Interpellant jistaqsi dwar monopolji li ma jeżistux!", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jista' il-Ministru jgħidli fejn għad hemm monopolju?", "Fejn jidħol il-freeport, per eżempju, hemm monopolju jew m'hemmx?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Le, għax jista' isir freeport ieħor il-Belt.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Imma fil-kuntratt tal-freeport ta' Birżebbuġa hemm miktub ċar u tond li ma jistax ikun hemm kompetizzjoni.", "Hekk tgħid klawsola minnhom, Sur President.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Naħseb li l-Onor.", "Mizzi qed jaqra l-klawsola ħażin, Sur President!", "Hemm il-commitment li ma tingħatax liċenzja oħra għal negozju li jkun jikkonsisti \"mostly in transhipment\".", "Jiġifieri jista' ikollok freeport x'imkien ieħor li xogħlu ma jkunx \"mostly in transhipment\", apparti li hemm ukoll eċċezzjoni speċifika għall-Port tal- Belt li fih iva jista' isir transhipment.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru Ninu Zammit.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' pjanta li turi x-xogħol propost fuq il-junction Mdina Road, Zebbug, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 11793; u", "Tagħrif dwar safar mid-deputy chief executive ta' l-Awtorita` dwar it- Trasport matul l-2004, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari nru 11874.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru George Pullicino.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO (Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent): Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar siġar u pjanti li tħawlu mill-Environmental Landscaping Consortium u l-Kordin Nursery fl-2004, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 11592.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Austin Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar qtugħ fil-provvista ta' l-elettriku matul Ottubru 2004 maqsuma skond il-lokalitajiet, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 11434.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Dolores Cristina.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar għajnuna mogħtija lil għaqdiet volontarji u organizzazzjonjiet mhux governattivi minn dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dikasteru, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 11941.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet.", "L-Onor.", "Noel Farrugia.", "MOZZJONIJIET", "MOZZJONI DWAR IS-SITWAZZJONI TA' L-INDUSTRIJA LOKALI TAT-TROBBIJA TAT-TJUR U L-BHEJJEM U L-BEJGĦ TAL-LAĦAM", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Sur President:", "Din il-Kamra tinnota:", "li l-krizi fl-industrija lokali tat-trobbija tat-tjur u l-bhejjem u tal-bejgħ tal-laħam tagħhom tħalliet tiskala;", "b'hekk naqsu l-produzzjoni, il-provvista, u l-bejgħ ta' laħam lokali partikolarment tat-tiġieġ;", "b'effett ta' dan żdiedu l-abbużi fl-industrija u naqas id-dħul tal- familji li għandhom il-mistier u l-għajxien tagħhom mhedded.", "Fid-dawl ta' din il-kriżi, il-Kamra tad-Deputati titlob lill-Gvern sabiex iwettaq il-wegħdiet tiegħu ta' qabel l-ewwel ta' Mejju tas-sena l-oħra, ħalli jsalva din l-industrija milli tkompli titkisser, jassigura l-għajxien ta' dawk li jiddependu minnha u jevita l-effetti negattivi li qed jiffaċċja l-konsumatur lokali.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "JOE MIZZI: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Nifhem li hawn qbil sabiex id-diskussjoni fuq din il- mozzjoni tieħu seduta waħda, bil-ħin jinqasam indaqs bejn il-kelliema tal- gvern u l-kelliema ta' l-oppożizzjoni, bl-introduzzjoni u l-winding up għan-naħa ta' l-oppożizzjoni.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Noel Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Sur President, din il-mozzjoni li għandha d-data tat-18 ta' Jannar, 2004, kienet tressqet minħabba l-industrija tat-tjur, b'mod partikolari fuq it-tjur tas-simna.", "Peress li din il-mozzjoni ma kenitx ġiet diskussa u peress li l-Oppożizzjoni rriżultala li l-kriżi kompliet teskala, din il-mozzjoni reġgħet tressqet sabiex tiġi diskussa f'Jannar u din id-darba tinkorpora fiha wkoll lill-industrija tal-bhejjem.", "Fil-ħin għad-dispożizzjoni tiegħi se nitkellem dwar l-industrija sew mil- lat ta' produzzjoni, sew mil-lat ta' management governattiv u sew mil-lat ta' konsumatur.", "Se nibda mill-ewwel sabiex niċċara xi punti ħalli s-segretarju parlamentari l-Onor.", "Francis Aguis kif ukoll il-Ministru George Pullicino jkollhom spazju sabiex fit-tweġiba tagħhom jindirizzaw dawn l-issues li qed ikomplu joħolqu kriżi u jġibu fix-xejn id-dħul tan-nies ta' l-industrija tat-tjur u l-bhejjem, allura qed ikomplu jkissru l-kompettitivita' ta' dawn l- industriji tat-tjur u l-bhejjem.", "Sur President, id-dipartiment tas-servizz veterinarju fit-18 ta' Marzu - meta jien iddikjarajt diversi drabi li l-gvern Nazzjonalista ta' dakinhar kien qed jagħmel dikjarazzjonijiet foloz lill-poplu - kien bagħat ittra lill-importaturi ta' farmaċewtiċi veterinarji tal-gżejjer Maltin u Għawdxin fejn qalilhom li m'huwiex minnu li se jkun hemm xi obbligi ta' ħlas ta' liċenzji fuq il-mediċini li jbiegħu.", "Meta qiegħed ngħid spiżeriji veterinarji qiegħed nirreferi għal dawk il-postijiet minn fejn l-industriji tat-tjur, taċ-ċanga, tal-ħalib u l-industriji tal-bhejjem l-oħra jmorru jixtru l-mediċini għall-annimali tagħhom.", "Madankollu fil-15 ta' Ottubru, 2004 il-gvern bagħat jinforma lill-istess importaturi ta' farmaċewtiċi veterinarji li mill-1 ta' Jannar ta' din is-sena kien ser idaħħal administration fee ta' Lm25 fuq kull prodott mediċinali!", "Barra minn hekk, se jkun hemm Lm25 oħra kemm-il darba dak it-tali prodott ikun b'doża varjata.", "Jiġifieri, inti jista' jkollok antiobijotiċi ta' 300mg jew dawk ta' 1000mg.", "Allura, f'dak il-każ, il-Lm25 ma titħallasx darba iżda darbtejn, għaliex din tkun qed tirrispekkja d-doża differenti.", "Dawn kollha huma fatturi li se jkompli joħolqu l-ispejjeż u jfarrku l- marġini ta' profitti u ta' kompettitivita' ta' dawn l-industriji kollha f'pajjiżna.", "Madankollu f'Diċembru ta' l-2004, il-gvern reġa' bagħat jinformahom li mhux talli jridu jerfgħu din l-ispiża ta' Lm25 - Euros 65 fuq kull prodott mediċinali li jimportaw u Euro 65 fuq kull doża differenti ta' l-istess prodott partikolari - imma qalilhom li se jmur għal proċeduri li ma kienx wiegħed!", "Mela fit-18 ta' Marzu, 2002, il-gvern kien stqarr ma' l-imprendituri lokali li jimportaw il-mediċini għat-tjur u l-bhejjem, inkluż għall-pets li nrabbu fid-djar, li sakemm il-mediċini mportati f'pajjiżna jkunu reġistrati mqar f'wieħed mill-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea, ma' kienx hemm il-bżonn li jkun hemm ċerti proċeduri.", "Qalilhom li m'hemmx il-ħtieġa ta' proċeduri, bħalma huma dawk tal-licence, tal-GMP, tar-regulations conformity - fejn l-impjanti li jkunu ġew immanifatturati fihom dawk il-mediċini jkunu approvati speċifikament ta' EU standard - u tas-CPP certificates.", "Jiġifieri, hawnhekk kien qed jgħidilhom li meta jiġu mportati dawn il-forom ta' mediċini differenti m'hemmx għalfejn li jkun hemm din l-applikazzjoni tad-dossier fuq il-product description, tal-licence, tal-GMP u tar-regulations conformity.", "Sur President, dan kollu ġie mwiegħed fit-18 ta' Marzu 2003, iżda fl-14 ta' Diċembru reġa' informahom li issa jridu jirreġistraw dawn id-dokumenti, u speċifika li d-dokumenti jridu jkunu bl-Ingliż biss!", "Aktar tard nixtieq inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dawn iż-żewġ noti ħalli l-kollegi tiegħi jkunu jistgħu jivverifikawhom.", "Mela hawnhekk il-gvern qed jgħid lil kulmin jimporta l-mediċini għall-industriji tat-tjur u l-bhejjem kif ukoll għall-pets, u dawn il-mediċini jimporathom minn Franza, irid jagħmel it- traduzzjoni bl-Ingliż!", "Issa f'din il-mozzjoni aħna qed nitolbu lill-gvern sabiex imur lura lejn il- wegħdiet li kien għamel fit-18 ta' Novembru, 2002, fejn ma kienx għarraf lill-importaturi ta' farmaċewtiċi veterinarji bit-taxxa ta' Lm25 fuq kull varjeta' ta' mediċina li jimportaw, inkluż Lm25 oħra fuq kull varjeta' ta' doża ta' l-istess mediċina.", "Qegħdin ngħidulu wkoll sabiex imur lura wkoll għat-18 ta' Marzu, 2002, fejn kien iddikjara ma' l-importaturi ta' farmaċewtiċi veterinarji lokali li ma kienx se jitlob għall- ispeċifikazzjonijiet u għad-dossiers kemm-il darba tali mediċina tkun diġa' ġiet aċċettata minn pajjiżi oħra ta' l-Unjoni Ewropea.", "Ir-raġunijiet għal din il-mozzjoni huma għaliex fl-aħħar għaxar xhur l- Oppożizzjoni rriżultalha li l-mediċini għolew bejn 60c u 70c fuq kull prodott!", "M'hemmx dubju li dan se jfisser aktar spejjeż fuq l-industriji tat-tjur u tal-bhejjem u se jkompli jgħaffeġ u jevapora l-kompettitivita' tagħhom.", "Se npoġġi dawn l-istatements fuq il-Mejda tal-Kamra ħalli jekk il- membri jixtiequ jarawhom qabel jagħmlu l-intervent tagħhom ikun jistgħu jagħmlu dan.", "Sur President, qabel nagħlaq l-intervent tiegħi fuq is-sitwazzjoni veterinarja f'pajjiżna xtaqt nistaqsi xi ħaġa lill-Ministru.", "Per eżempju, il-general practioners fl-isptarijiet tal-gvern m'humiex permessi li jimportaw mediċini huma nfushom.", "Imma fil-każ ta' tobba veterinarji mal- gvern, se jkunu permessi li jagħmlu dan?", "Dan qed ngħidu kemm bħala linja ta' gwida kif ukoll ħalli jekk hemm xi raġunijiet inkunu nafuhom aħna wkoll.", "Issa ngħaddi għal suġġett ieħor, il-produzzjoni tal-laħam.", "Naturalment, is- sitwazzjoni hija tali li l-prezz li qiegħed iġib il-prodott qiegħed dejjem jonqos, mentri dak tal-produzzjoni qiegħed dejjem jogħla!", "Per eżempju, ir- raħħala li jixtru skimmed milk powder ħalli jisquh lill-għoġġiela tagħhom sabu li minn Lm14.75 għola għal Lm18!", "Issa meta nafu li għoġol jieħu 24 xahar sabiex jikber, tistgħu timmaġinaw kemm irid jidħol fi spejjeż dak ir- raħħal sabiex ikabbar lill-għoġġiela tiegħu!", "Barra minn hekk, raħħal li kien iniżżel il-baqra jew l-għoġol tiegħu għal qatla, kien hemm normi ta' prezzijiet li kienu jġibu Lm80 għal kull qantar ta' laħam taċ-ċanga tal- baqra u bejn Lm120 u Lm125 għal kull qantar ta' laħam taċ-ċanga ta' l- għoġol.", "Pero' illum-il ġurnata qiegħed jirriżulta li l-prezz tal-laħam taċ-ċanga tal-baqra niżel minn Lm80 għal Lm40-il qantar filwaqt dak ta' l-għoġġiela niżel għal Lm105 u anqas kull qantar!", "Min-naħa ta' l-Oppożizzjoni qegħdin nistaqsu x'inhuma r-raġunijiet li qed jikkawżaw dan ir-roħs fil-prezzijiet u x'qiegħed jagħmel il-gvern sabiex jara li dawn ir-raħħala ma jkomplux jitilfu aktar flus u ma jkomplix ikun ta' theddida għax-xogħol u d-dħul tal-familji tagħhom.", "Sur President, irrid nispjega wkoll li llum jinqatlu bejn wieħed u ieħor 90 baqra u madwar 40 għoġol.", "Irridu naraw ftit kemm hu minnu dak li qal il- Ministru Pullicino f'komunikazzjonijiet u interventi li għamel matul il- ġimgħa l-oħra fuq il-mozzjoni dwar iċ-ċnus mgħoddija lir-raħħala li jrabbu l-bhejjem.", "Hawnhekk ma kenux inklużi dawk ir-raħħala li jrabbu t-tjur, pero' ġejna assigurati li anke dawn se jiġu koperti b'din il-mozzjoni dwar iċ-ċnus.", "Dakinhar il-Ministru qalilna li aħna ma nikkmandawx lill- konsumatur x'jiekol u ma jiekolx!", "Pero' għandna sitwazzjoni fejn il-prezz tal-produzzjoni taċ-ċanga qiegħed jogħla u l-prezz għar-raħħal qiegħed jonqos!", "Dan qed iwassal sabiex il-konsumatur qiegħed jiekol laħam taċ-ċanga tal- baqra minflok laħam taċ-ċanga tal-barri.", "M'iniex qed ngħid li l-laħam taċ- ċanga tal-baqra huwa laħam ħażin, pero' huwa ta' kwalita' inferjuri mill- laħam taċ-ċanga tal-barri.", "Allura rridu nanalizzaw din is-sitwazzjoni għaliex l-istess ħaġa qed tiġri fl-importazzjoni.", "Meta aħna sirna membri ta' l-Unjoni Ewropea u qlibna l-prezzijiet esterni ta' l-Unjoni Ewropea għal dawk interni – u kont niġi kkritikat meta kont ngħid li l-prezzijiet iridu jogħlew bl-10% - spiċċajna f'sitwazzjoni fejn il-laħam ta' l-għoġol għola minn Euro2,200 kull tunnellata metrika għal Euro7,000 kull tunnellata metrika.", "Dan wassal sabiex l-importaturi ma jkomplux jimportaw laħam taċ- ċanga tal-barri iżda laħam taċ-ċanga tal-baqra ħalli jkunu jistgħu jibbilanċjaw id-differenza fil-prezz.", "Din is-sitwazzjoni fl-importazzjoni tal-laħam taċ-ċanga, minflok ġabet bidla fi kwalita' aħjar ġabet bidla fi kwalita' inqas tajba!", "Mela, fil- biċċerija ta' Malta,fejn wieħed isib ċanga friska, qed jinqatlu madwar 90 baqra minflok il-120 għoġol li suppost jinqatlu sabiex iservu d-domanda tas- suq, u min-naħa l-oħra, bil-laħam li qed nimportaw minn barra qed nagħtu lit-turist u lill-konsumatur Malti laħam taċ-ċanga tal-baqra minflok dak tal-barri minħabba l-prezz tiegħu!", "Allura l-konsumatur qed jintlaqat ħażin direttament u indirettament, għaliex minflok qed jiekol laħam taċ-ċanga tal- barri - cube roll, top side, silver side, knuckle u rump steak - qed jiekol laħam taċ-ċanga tal-baqra u xorta waħda qed ikollu jħallas prezz aktar!", "Dan kollu qed jiġri kemm mil-lat ta' ċanga importata kif ukoll mil-lat ta' ċanga li nipproduċu lokalment, meta r-raħħal għal-laħam tal-baqra m'għadux iġib Lm80-il qantar iżda qed iġib Lm40, u għal-laħam tal-barri lokali m'għadux iġib Lm125 iżda Lm105, u anke anqas!", "Barra minn hekk, ir-raħħal għollewlu l-ispejjeż tal-produzzjoni tiegħu.", "Kif għedt aktar kmieni, ir- raħħal għolielu l-iskimmed milk powder għall-għoġġiela tiegħu minn Lm14 għal Lm18, għolielu l-ġwież u għolewlu ukoll il-mediċini.", "Il-mediċini għolew b'medja ta' 60c u 70c fuq kull prodott!", "Kien hemm uħud mill- mediċini li għolew Lm1, oħrajn Lm1.50, 75c, 50c u oħrajn 25c.", "Għalhekk bħala medja kull prodott għola b'60c u b'70c.", "Sur President, illum-il ġurnata r-raħħala spiċċaw f'sitwazzjoni fejn is- sussidju tan-nofs bolla spiċċalhom, u għalhekk iridu jħallsu l-bolla kollha!", "Naturalment bħal kulħadd, ir-raħħala Maltin u Għawdxin għandhom il- piżijiet ta' l-għoli tal-ħajja, għandhom il-piż tas-servizz tad-dawl u ilma u piżijiet ta' ħafna affarijiet oħra.", "Jien ippreżentajt dokumenti li jikkonfermaw kif il-gvern biddel is-sistemi ta' taxxi indiretti kif kien wiegħed qabel ma dħalna fl-Unjoni Ewropea u kif illum qiegħed jgħabbi lill- importaturi ta' farmaċewtiċi veterinarji f'pajjiżna bi spejjeż żejda.", "Dawn huma kollha argumenti li se jkomplu jnixxfu d-dħul u l-kompetittivita' ta' dawn l-industriji!", "M'hemmx dubju li dawn l-affarijiet se jheddu wkoll il- provvista friska ta' laħam taċ-ċanga li dan in-nazzjon dejjem kellu matul l- aħħar 30 sena li għaddew, kemm taħt gvernijiet Laburisti kif ukoll taħt gvernijiet Nazzjonalisti!", "Issa mill-kwestjoni taċ-ċanga xtaqt nitkellem ftit fuq il-management tal- biċċerija.", "Diġa' stabbilejna li l-flus ivvotati għall-biċċerija spiċċaw meta ninsabu f'April u għad fadal sa Diċembru!", "Il-Ministru qed jgħidilna li din hija xi ħaġa normali għaliex hemm mezzi oħra kif il-finanzi tal- biċċerija jiġu sostnuti.", "Pero' fl-opinjoni tiegħi din m'hijiex xi ħaġa normali, iżda huwa difett kroniku fit-tmexxija tal-gvern, gvern li jħobb iqarraq u jħobb jagħmel dikjarazzjonijiet foloz!", "Jien minn hawnhekk qiegħed nitlob il-gvern sabiex jieqaf mill-qerq u mid-dikjarazzjonijiet foloz li qed jagħmel.", "\"Sur Gvern qum qawma fuq tiegħek, għaliex dawn huma spejjeż li l-pajjiż irid iġorr!\".", "Diġa' għedt kif hemm problemi sabiex isiru t-testijiet tal-BSE u t- testijiet fuq il-livell ta' residwu tal-laħam minħabba li l-finanzjament allokat għalihom diġa' spiċċa!", "Dawn l-affarijiet juru kif il-gvern dieħel b'rasu ġol-ħajt f'dak li huwa management!", "U dan kollu qed narawh meta suppost illum għandna segretarju parlamentari u Ministru apposta fuq dawn l- affarijiet, u allura l-affarijiet suppost li qegħdin aktar jimxu fuq ir- rubini milli fuq iż-żrar!", "Qiegħed jirriżultati wkoll li l-linja taċ-ċanga fil-biċċerija għadha ma laħqitx l-istandards ta' l-Unjoni Ewropea.", "Għalhekk qiegħed nitlob spjegazzjoni fuq kif għadna ma lħaqnix dan il- livell meta diġa' intefqu daqshekk flus!", "X'inhuma x-xogħlijiet li għad fadal isiru sabiex din tkun konformi ma' l-istandards ta' l-Unjoni Ewropea?", "U meta se jiġu finalizzati?", "Dan kollu qiegħed ngħidu sabiex jitjieb il- management tal-gvern f'dan is-settur u b'hekk l-industrija tat-tjur u l- bhejjem ma tkomplix dieħla fil-ħajt.", "Sur President, irrid nagħmel riferenza wkoll għal dak li ġie kkomunikat mill-Ministru għal Għawdex mal-kollegi tagħna l-Onor.", "Justyne Caruana u l- Onor. Anton Refalo.", "Il-Ministru għal Għawdex kienet spjegat kif wara seba' ġimgħat mill-bidu tax-xogħlijiet fil-biċċerija ta' Għawdex, din kellha tkun lesta.", "Pero' s'issa għaddew erba' xhur, u mhux talli x-xogħol fil- biċċerija ta' Għawdex għadu ma tlestiex, talli kulma għadu sar huma biss it- toilets u l-canteen, li tħallew bla saqaf, jew kif jgħidu n-nies moderni, għadhom in shell form!", "Għalhekk meta teżisti din il-kriżi u meta d-dħul tar-raħħal Malti u Għawdxi qiegħed jinxef, qegħdin nitolbu għal target dates preċiżi!", "Irridu kollox on record ħalli din it-traskuraġni, nuqqas ta' managment, nuqqas ta' ħila fl-operat ta' l-industrija tat-tjur u l-bhejjem f'pajjiżna tiġi rrimedjata.", "U jekk sħabi m'għandhomx kopja ta' dak li qalet il-Ministru għal Għawdex, nista' nagħtihom kopja jien.", "Tkellimt ma' l-Onor.", "Anton Refalo u l-Onor.", "Justyne Caruana u t-tnejn li huma wrew il-preokupazzjoni tagħhom fuq kif f'Għawdex hemm dan in-nuqqas ta' impenn u kontroll ta' l-affarijiet li qed iseħħu.", "L-Onor.", "Justyne Caruana tkellmet magħna kif ukoll għamlet mistoqsijiet parlamentari fuq problema li teżisti fis-servizz veterinarju ġewwa Għawdex.", "Ħafna drabi qed jiġri li fil-biċċerija ta' Għawdex qed ikun hemm tabib wieħed biss u xi kultant qed ikun impossibli sabiex waħdu jkun jista' jlaħħaq mad-domanda li jkun hemm.", "Għalhekk f'sitwazzjoni daqstant delikata rridu naraw kif se ntejbu l-management tagħna f'dak li huwa servizz veterinarju.", "Jiena sirt naf ukoll li fil-biċċerija ta' Għawdex veterinarju tat-tjur ġieli kellu jiċċertifika l-qatla tal-bhejjem taċ-ċanga!", "Allura ladarba ninsabu f'din is-sitwazzjoni, irridu npoġġu l-argumenti ċari, niddiskutu bis-serjeta' u nġeddu lil dan il-pajjiż b'mod konkret u mhux noqogħdu nagħtu l-impressjoni li taparsi qed issir xi ħaġa meta fil-verita' ma jkun qed isir xejn!", "Sur President, problema oħra hija dik li qed tberraq fuq ir-raħħala tal- ħalib frisk.", "Fil-fatt se npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kuntratt li l-Malta Dairy Products qed tagħti lir-raħħala tal-ħalib frisk.", "Irrid ngħid li m'għandi xejn kontra dan il-kuntratt għaliex l-obbligi jridu jintrefgħu u kull inizjattiva favur management aħjar u favur impenn aktar organizzat hija xi ħaġa tajba.", "Pero' dan id-dokument qiegħed jikkonferma kemm saru dikjarazzjonijiet foloz lill-poplu mhux biss vis-a-vis il- veterinarji iżda wkoll vis-a-vis l-industrija tal-ħalib frisk!", "Dan qiegħed ngħidu għaliex f'pajjiżna għadna ma sibniex il-formoli kollha sabiex ngħollu l-fat content tal-ħalib minn 2.5% għal 3.5% iżda għadhom qed isiru r-riċerki meħtieġa sabiex dan isir.", "Għandna wkoll sitwazzjoni fejn il-produtturi tal-ħalib meta jaqbżu l-kwota tagħhom m'għadhomx iġibu 32c għal kull gallun ħalib iżda qed iġibu biss 18- il ċenteżmu biss!", "Allura dawn is-sitwazzjonijiet kollha - li bħalma japplikaw għall-produtturi tal-laħam taċ-ċanga japplikaw ukoll għall- produtturi tal-ħalib frisk – kif ukoll il-qagħda finanzjarja tagħhom, jiġifieri dak li jinvestu u dak li jridu jikkommettu għalih permezz ta' dan il-kuntratt, qed ikollhom jiffaċċjaw problemi kbar!", "Saħansitra ħafna minnhom jgħidulek li aħjar iżarmaw u jieqfu mix-xogħol tagħhom milli jkomplu jissalbu bl-ispejjeż li ta' kuljum qed jigħtabbew fuq is-sistemi tal-produzzjoni tagħhom!", "Allura f'dan il-każ inħoss li għandna nirriflettu bis-serjeta' fuq din is- sitwazzjoni li għandna quddiemna, u hawnhekk ma naħsibx li l-opinjoni tar- raħħala hija favur jew kontra xi gvern jew oppożizzjoni.", "Irridu niftakru li r-raħħal għandu rwol importanti fis-settur tal-biedja, u għalhekk irridu naraw kif nistgħu nidentifikaw aħjar il-problemi li qed ikissruh.", "U dan nistgħu nagħmluh billi pajjiżna jibqa' jkollu aktar support għall- produzzjoni ta' ikel frisk minflok dak importat.", "Hawnhekk se nitkellem fuq il-laħam frisk u mhux fuq dak importat għal ta' l-apposta, u nixtieq li l- ġurnalisti - speċjalment dawk tal-gazzetti bl-Ingliż u dawk li jippreferu jirrapportaw dak li jgħid il-Ministru Pullicino minn dak li ngħid jien – jfakkru lis-segwaċi tagħhom f'dak li kien iddikjara l-Ministru meta ltaqa' mal-Kamra tal-Kummerċ dwar dak li kien ikkomunika fid-dawl ta' x'jiġri u x'jagħmel hu bħala awtorita' kemm-il darba f'pajjiżna jinstab li l- importazzjoni tal-laħam tkun qed toħloq problemi fil-mekkaniżmi tas-suq lokali.", "Fir-rigward ta' l-industrija tal-ħalib frisk m'hemmx dubju li l- koperattiva, inkluża l-Malta Dairy Products, jinsabu mpenjati sabiex kontinwament itejbu u jaraw kif jaddottaw mekkaniżmi li veramant jolqtu mill-anqas lir-raħħala membri tagħhom.", "Pero' minn dak li għadni kemm għedt jirriżulta li l-ispejjeż tal-produzzjoni qegħdin kulma jmur dejjem jogħlew!", "Għalhekk irridu naraw fejn qed ikun hemm żieda fl-għoli tas-servizzi li jagħti l-istess gvern, bħal per eżempju, jekk hux se tkompli togħla l-fee tal-qatla ġewwa l-biċċerija u jekk se togħla rridu naraw b'liema rata se togħla.", "Dan qiegħed ngħidu ħalli r-raħħala jkunu jistgħu jagħmlu l-kalkoli tagħhom sew f'dak li jirrigwardja l-investiment fl-irziezet tagħhom u sew f'dak li jirrigwardja d-diversifikazzjoni tal-prodotti fil-każ tal-Malta Dairy Products.", "U din il-kooperativa għandha tkun sostnuta b'ċerti garanziji ħalli tkun tista' tkompli twettaq ir-riformi u l-upgrading meħtieġa u l-iżvilupp sostenibbli neċessarju bl-aħjar mod biex ma jkomplux jitnaqqru il-kompetittivita' u d-dħul tar-raħħala tagħhom.", "Hemm bżonn li ssir evalwazzjoni dwar il-mod ta' kif l-ispejjeż tal- produtturi tat-tjur u l-bhejjem f'pajjiżna qegħdin kontinwament jogħlew.", "Irrid ikun hemm xi ħadd li janalizza dawn l-affarijiet b'mod konkret ħalli ma jerġax jiġri dak li ġara s'issa.", "S'issa rajna li l-gvern jaħseb mod għal sena sentejn, u mbagħad wara li jgħaddu dawk is-sentejn, jibda jaħsibha mod ieħor!", "Mela dakinhar ħaseb li dawn jifilħu għal daqqtejn, u allura jaħseb li peress li dakinhar kienu jifilħu daqqtejn, illum jiġu jifilħu erba'!", "Pero' il-gvern mhux qiegħed jirrealizza li l-erba' daqqiet kienu spiċċaw ħaduhom diġa' meta mingħalih kienu qed jaqilgħu daqqtejn!", "Irridu nagħmlu skrutinju u analiżi aktar effettivi tal-fatturi kollha involuti, jiġifieri l-problemi li għandhom l-industriji tat-tjur u l- bhejjem f'dak li huwa management u spejjeż ta' food quality assurance, f'dak li huwa s-servizz veterinarju u s-servizz farmaċewtiku veterinarju.", "Għalfejn qed insemmi dan kollu?", "Qiegħed insemmi dan kollu għaliex għandi r- riżervi tiegħi li kemm-il darba il-gvern ma jolterax id-deċiżjonijiet li ħa, se jkollna riżultati negattivi ħafna!", "Dan nistgħu narawh b'mod ċar fil- każ tal-mediċini.", "Jista' ikollok kumpaniji kbar fejn dawn ikunu jafu li l- economy of scales ta' Malta f'dik li hija l-industrija tat-tjur u l-bhejjem hija waħda żgħira, u għalhekk ma jagħtux każ li jipproduċu ċerta mediċina, bil-konsegwenza li din il-mediċina ma tkunx available fis-suq!", "Sur President, m'hemmx dubju li sitwazzjoni bħal din diġa' qed iseħħ fl- isptar u fiċ-ċentri tas-saħħa tagħna!", "Qed ikollna pazjenti li jmorru f'dawn iċ-ċentri u ma jsibux il-mediċini li għandhom bżonn u għalhekk nawgura li nkunu attenti biżżejjed ħalli ma nħallux is-sitwazzjoni taħrab minn taħt idejna wkoll f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-industrija tat-tjur u l-bhejjem.", "M'għandniex nispiċċaw f'ċirkostanzi fejn ikollna problemi fil- għoli tal-mediċini u/jew ikunu out of stock.", "Dawn il-problemi kollha jeżistu, u bħalma niltaqgħu magħhom aħna, l-istess ħaġa jisimgħu n-naħa tal- gvern.", "Anzi suppost li huma aktar jiltaqgħu magħhom, għaliex aħna bħala Oppożizzjoni m'għandniex staff privat jew tal-gvern sabiex inkunu nistgħu nanalizzaw aħjar dawn l-oqsma varji, aktar u aktar bħal f'dawk il-ħafna każi fejn lanqas il-gvern ma jkun jista' jilħaq it-targets tiegħu!", "Per eżempju, rajna x'ġara f'dak l-investiment li kellu jsir fil-border inspection points li għamel dan il-gvern.", "Jekk m'iniex sejjer żball, kien hemm tliet border inspection points, wieħed l-airport li għadu ma jaħdimx, ieħor f'Ras Ħanżir u l-ieħor fil-Freeport.", "Hemmhekk il-gvern kien miftiehem li jdaħħal madwar Lm200,000 fis-sena, pero' qiegħed jirriżulta li t-targets m'humiex qed jintlaħqu!", "Għalhekk, dawn il-forom ta' taxxi differenti li ħloqna fuq il-mediċini tat-tjur u l-bhejjem bl-iskop li dak li ma daħħalniex mill-border inspection points nibdew indaħħluh mill- mediċini, għandna naraw li nevitawhom ukoll!", "Sur President, jien kont ministru wkoll, u nista' ngħid li ħafna drabi ċerti deċiżjonijiet trid teħodhom fuq dak li jkollu f'moħħu l-uffiċjal inkarigat.", "U l-informazzjoni mhux dejjem tkun qed tiġi kkomunikata b'mod trasparenti lill-awtorita' konċernata, f'dan il-każ il-Ministru jew is- Segretarju Parlamentari.", "Dan qiegħed ngħidu mill-esperjenza, u ħafna drabi dawn iċ-ċirkostanzi jinqalgħu b'ġenwinita' ukoll.", "Irridu nagħmlu riferenza wkoll għan-nuqqas ta' promozzjoni li qed issir fuq iċ-ċanga friska kif ukoll fuq it-tiġieġ friski għas-suq lokali.", "U proprjament dan kien l-iskop tal-mozzjoni li ressaqna matul is-sena 2004.", "Nista' ngħid li fi żmien gvernijiet Laburisti konna bdejna kampanja sabiex nippromwovu ċ-ċanga friska.", "Konna noħorġu wkoll ċertifikati apposta sabiex nistabbilixxu liema hija ċ-ċanga tal-baqra u liema hija ċ-ċanga ta' l- għoġol, għaliex din ta' l-aħħar kienet tvarja fil-prezz peress li kienet ta' kwalita' ogħla.", "Barra minn hekk, konna qed naraw kif norbtu aktar lill- bejjiegħa tal-laħam ħalli jbiegħu aktar laħam taċ-ċanga friska.", "Pero' sfortunatament illum-il ġurnata dan m'għadux isir!", "Sur President, nemmen li dawn l-inizjattivi ta' promozzjoni sabiex jinxtara prodott frisk u naturali għandhom ikunu xi ħaġa interna.", "Għandha tkun xi ħaġa li tipprova tmexxi dan l-approach mil-lat ta' butcher, mil-lat ta' konsumatur u mil-lat ta' biċċeriji.", "Kulma tmur din is-sitwazzjoni qed toħloq nuqqas ta' bejgħ fil-laħam taċ-ċanga friska lokali u nemmen li bi ftit aktar interess u attenzjoni nkunu nistgħu ngħollu l-bejgħ ta' dan it- tip ta' laħam.", "B'hekk inkunu qegħdin dejjem nikkontribwixxu sabiex innaqqsu l-flaġell fl-ispejjes u fin-nuqqas ta' bejgħ li milli jidher resqin lejh l-industriji tal-laħam taċ-ċanga friska.", "F'din l-ewwel parti ta' l-intervent tiegħi xtaqt nistaqsi lill-Ministru jew lis-Segretarju Parlamentari sabiex min-naħa tagħhom jagħtuna daqsxejn l- expectations tagħhom għas-sitt xhur li ġejjin dwar kemm qed jantiċipaw li se jogħla l-bejgħ tal-laħam tat-tjur u taċ-ċanga bl-inizjattivi li qed iwettqu.", "Dan qed nistaqsuh għaliex irridu nanalizzaw dak li qed jippjana - jew dak li huwa previst li jippjana - l-gvern sabiex verament inaqqas dak li qed tgħid din il-mozzjoni, jiġifieri kif l-ispazju tal-bejgħ u tad- domanda tas-suq tat-tjur u taċ-ċanga friski qiegħed dejjem jintilef!", "Sur President, qabel nagħlaq irrid nitlob il-permess sabiex inqiegħed xi dokumenti fuq il-mejda tal-Kamra.", "MR SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' diversi ittri mibgħuta mid-Dipartiment għas-Servizzi Veterinarji lill-importaturi liċenzjati ta' farmaċewtiċi veterinarji datati 18 ta' Marzu 2002, 15 ta' Ottubru 2004 u 14 ta' Diċembru 2004; u", "Kopja ta' ittra flimkien mal-kuntratt tax-xiri ta' ħalib mibgħuta mill- Malta Dairy Products Ltd lir-raħħala fit-30 ta' Marzu 2005.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Is-Segretarju Parlamentari Francis Agius.", "ONOR.", "FRANCIS AGIUS (Segretarju Parlamentari): Sur President, ġejna llum hawnhekk sabiex niddiskutu mozzjoni proposta mill-Oppożizzjoni.", "Parti mill- mozzjoni qiegħda tgħid; \"biex din il-Kamra tar-Rappreżentanti tinnota l- kriżi fl-industrija lokali...\"!", "In-naħa tal-gvern żgur li ma naqblux li hawn xi kriżi fil-pajjiż, u dan kollu qed niċħduh.", "Nammettu li hawn problemi u xi diffikultajiet, pero' niċħdu li hawn kriżi kif qed tipprova tpinġi l-Oppożizzjoni kemm b'din il-mozzjoni kif ukoll bil-mod ta' kif titkellem - f'kull okkażjoni li jkollha - fuq dan il-qasam.", "Aħna qed ngħidu li dawn huma diffikultajiet naturali li ħerġin minn sitwazzjoni ta' tranżizzjoni f'dan il-qasam.", "Is-settur tar-raħħala f'pajjiżna ilu ma jara progress u titjib sostanzjali fil-kwalita' u fil-mod ta' kif jopera għal snin twal!", "Kellha tkun l-Unjoni Ewropea li xprunat lil dan is-settur ħalli jagħmel l-istrutturar meħtieġ!", "Lanqas għandna noqogħdu ngħidu li kull problema li hemm f'dan is-settur qed tinħoloq mill-Unjoni Ewropea għaliex hemm problemi oħra li għandha din l-industrija li ġejjin minnha nnifisha.", "Li kieku kelli nagħsar id-diskors kollu li għamel l-Onor.", "Noel Farrugia fil- ftuħ ta' din il-mozzjoni, nista' niġbru f'sentenza waħda.", "Semma kif ċerti fatturi fuq il-produzzjoni qed iżidu l-cost ta' l-operaturi, fosthom il- mediċini.", "Semma l-ġwież, li aktar 'il quddiem beħsiebni ngħid dwar kemm tajna sussidju fuqu, semma problemi amministrattivi, fejn aħna qed ninnegawhom ukoll għax m'huwiex minnu li l-flus tal-biċċerija spiċċaw, u semma n-nuqqas ta' kontroll li hemm fil-biċċerija.", "Din żgur li ma nistax naċċettaha, għaliex ir-regolamentazzjoni kollha li għandha l-Unjoni Ewropea – li kienu jikkritikawna fuqha - qed tipprovdi sabiex illum ikollna sistemi ħafna aħjar fuq l-iġjene, fuq kif tagħmel good agricultural practice u fuq aspetti oħra relatati ma' dan il-qasam.", "Nerġa' ngħid li m'huwiex minnu dak li qed tgħid il-mozzjoni, għax m'għandniex kriżi f'dan il-qasam.", "Huwa minnu li hemm ċerti diffikultajiet, pero' irridu noqogħdu attenti f'dak li ngħidu, u nagħmlu distinzjoni bejn ħaġa u oħra.", "L-Onor.", "Noel Farrugia talab informazzjoni, kif għandu d-dritt li jagħmel, fuq is-setturi tal-majjal, taċ-ċanga u tat-tiġieġ.", "Issa dawn mhux kollha kellhom l-istess performance fl-ewwel sena minn mindu dħalna fl- Unjoni Ewropea.", "Wieħed irid ikun onest u jgħid li t-tliet setturi kellhom performances differenti.", "Dan għaliex filwaqt li fis-sriedaq tas-simna ġew rreġistrati ċerti problemi, ma' nistgħux ngħidu l-istess ħaġa għas-settur tat-tiġieġ tal-bajd.", "Fis-settur tal-majjal kien hemm ċerti diffikultajiet inqas minn dak tat-tiġieġ, u anke fil-laħam taċ-ċanga l-problemi kienu anqas.", "Nirribatti wkoll il-frażi \"tħalliet tiskala\", għaliex bħala gvern ma naqblux magħha, u m'hemmx provi li din qiegħda tiskala.", "Anzi, wieħed irid jara fuq ċertu terminu ta' żmien kif qed ikun id-dħul u l-bejgħ ta' dawn l- operaturi f'dan il-qasam.", "Illum stess ħarġet statistika li turi titjib fil- produzzjoni tal-majjal f'pajjiżna, u din żdiedet mis-sena 2003 għas-sena 2004.", "Din l-istatistika ħarġet mill-NSO.", "Sur President, wieħed irid jara wkoll kif din il-mozzjoni qed titkellem fuq il-produzzjoni, fuq il-provvista u fuq il-bejgħ.", "Kif tista' tħares lejn dawn kollha f'daqqa u tipprova tiġġustifikahom kollha f'daqqa?!", "L- ewwelnett żgur li m'hawnx kwestjoni ta' provvista f'pajjiżna għaliex ħadd m'hu qed igerger għax mhux isib jixtri laħam tal-friża jew laħam frisk.", "Jien nemmen bil-liberalizzazzjoni, u l-problema li ssemmiet tidher li mhux qed tiġri f'pajjiżna.", "Rigward il-produzzjoni nixtieq ngħid li min jaħdem f'dan is-settur qed ikollu lok sabiex jipproduċi dak li jiflaħ.", "L-uniċi problemi li kien hemm kienu marbuta ma' l-istrutturar f'dak li huwa ipproċessar, u dan kien ġej mill-perijodu ta' tranżizzjoni, u sakemm is- sitwazzjoni terġa' tiġi għan-normal, kif ġiet f'ħafna mill-oqsma differenti ta' pajjiżna.", "Sur President, f'dak li hu bejgħ, l-Oppożizzjoni għandha tifhem li aħna qed naħdmu f'suq kompletament liberu!", "Issa meta qed ngħidu dan m'aħniex qed ngħidu li ma jkollokx standards ta' hygiene.", "Anzi qed isir ħafna titjib, u ħafna mill-ispejjeż li jsiru f'dan il-qasam huma proprju sabiex ikollna laħam aħjar f'dawn it-tliet oqsma.", "Għalhekk inħoss li din il-kritika li qed issir m'hijiex waħda ġusta.", "Qed ngħidu wkoll li żdiedu l-abbużi f'din l-industrija, pero' fid-diskors li għamel l-Onor.", "Farrugia ma tax definizzjoni ċara ta' x'qed jifhem meta qed jgħidilna li l-abbużi żdiedu!", "Fil-fehma tiegħi aktar qed ikollna kontrolli fuq il-prattiċi tal- produzzjoni tal-laħam tat-tiġieġ, taċ-ċanga u tal-majjal.", "Qed isir titjib sew fil-biċċerija tal-gvern u sew fis-servizz tal-BIP, servizz li ħoloq il- gvern preżenti.", "It-titjib qed isir ukoll fis-settur privat u żgur li l- maġġoranza assoluta tas-suq ġejja minn nies li huma self-employed u li għandhom l-għajxien tagħhom jiddependi minn dan is-suq.", "Għalhekk irrid ngħid li mill-ewwel intervent li sar ma ħadtx impressjoni li hawn xi kriżi fil-pajjiż, kif qed tipprova toħloq l-Oppożizzjoni.", "Li qed nara huwa li qed jipprovaw joħolqu drammatiżmu, li għalija huwa aġir irresponsabbli.", "Jien mhux se noqgħod nidħol f'polemiċi fuq dak li ntqal fuq statements foloz li qed isiru mill-gvern.", "Hawnhekk għandi statistika li ħarġet mill-istess dipartiment li jaqa' taħti, u żgur m'għandix għalfejn noqgħod nagħmilha falza.", "Madankollu, rrid ngħid li fl-ebda mument l- Oppożizzjoni ma tatna xi alternattivi u xi soluzzjonijiet għall-istess diffikultajiet li qed isemmu!", "L-istess ħaġa qed tiġri fuq problemi oħrajn bħal per eżempju, l-ambjent u l- iskart f'pajjiżna.", "Jagħmlu l-kritika tagħhom u jkunu jridu jwaqqfu x- xogħol, iżda mbagħad ma jsemmulna xejn fuq is-sites alternattivi!", "U għalhekk anke f'din is-sitwazzjoni qed toħroġ biċ-ċar li m'għandhomx soluzzjonijiet għal dak li qed nagħmlu aħna.", "Pero', l-akbar waħda, li hija importanti li nsemmiha, hija kif minkejja li kulħadd jaf kemm l-Onor.", "Farrugia oppona d-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari minħabba l-qasam tal-biedja, ma' jsemmilna xejn fuq liema direzzjoni se jimxi l-partit Laburista jekk ikun fil-gvern f'dak li għandu x'jaqsam ma' dan is-settur!", "Ħlief kritika fuq amministrazzjoni aħjar u aktar effettiva ma jsemmix!", "Sur President, ħalli ngħid x'qiegħed jagħmel il-gvern Nazzjonalista, għaliex dan ukoll huwa importanti u n-nies ukoll iridu jkunu jafu bih!", "Il- gvern għandu lista ta' attivitajiet li jinsabu għaddejin.", "Per eżempju, hemm leġislazzjoni estensiva f'dan il-qasam, u din hija xi ħaġa importanti għaliex anke l-Onor.", "Noel Farrugia semma l-preżentazzjoni u l-labelling.", "Fil-fatt bħala parti mill-food safety act għandna l-labelling, il- presentation u l-advertising of food staff.", "Ħriġna wkoll b'numru ta' regolamenti fuq l-animal welfare act, u għandi lista sħiħa fuq dak li għamilna f'dan il-qasam.", "Aktar 'il quddiem nixtieq inpoġġi din il-lista fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Fil-ħin li għandi disponibbli, żgur li mhux se nilħaq nitkellem fuq ir-regolamentazzjoni kollha li aħna qegħdin nagħmlu ħalli l-annimali tagħna jkunu mrobbijin kif suppost.", "Fil-bidu tad-diskors ta' l-Onor.", "Farrugia, issemmiet il-problema fir- reġistrazzjoni tal-mediċini.", "Pero' nixtieq li jgħidilna kif beħsiebhom jagħmlu huma r-reġistrazzjoni tal-mediċini!", "Allura qed nippretendu li ma jsir xejn biex meta l-importaturi tal-mediċini jiġu biex jirreġistraw ikollna traceability tal-mediċini, inkunu nafu x'tip ta' mediċini huma, u minn fejn inxtraw?!", "Nafu x'detriment għandhom il-mediċini fuq is-saħħa tal- bhejjem u li l-effett tagħhom imbagħad tista' tgħaddi għal fuq il-bniedem!", "Din il-miżata hija waħda baxxa ħafna, u bħalma jaf l-Onor.", "Farrugia, dawn ikunu suġġeriti mit-tekniċi u mbagħad ovvjament ikunu jridu jgħaddu wkoll mill-manglu politiku.", "Għalhekk, din ir-rata ta' Lm25 kienet rata baxxa.", "L-Onor.", "Noel Farrugia semma wkoll li jekk veterinarju jimporta l-mediċini, irid ukoll jiddikjara li qed jagħmel dik l-attivita', u allura hu wkoll se jidħol għal dawk l-ispejjeż sabiex jirreġistra l-mediċina.", "Nerġa' ngħid li l-mediċini aktar jagħmlu ħsara, u mhux qed ngħid li l-iskop tal-fees hu sabiex innaqqsu l-użu tal-mediċini, għaliex il-mediċina tista' ssalva l- ħajja tal-bhima.", "Semma wkoll il-baqar tal-ħalib u dwar il-bżonn li pajjiżna jimmaniġġja aħjar il-mod ta' kif jiġu mitmugħa l-baqar tagħna.", "Fuq dan naħseb li naqblu.", "Din hija xi ħaġa teknika, u hija xi ħaġa fejn id- dipartiment joffri l-għajnuna tiegħu, u ma naħsibx li hija xi ħaġa li għandna għalfejn noqogħdu nbeżżgħu lin-nies biha.", "Sur President, x'qiegħed jagħmel aktar dan il-gvern?", "Per eżempju, l-Onor.", "Farrugia ma semma xejn fuq l-għajnuniet li qed nagħtu.", "Dawn l-għajnuniet jinsabu hemm għaliex aħna konna u għadna konxji li dan is-settur, bħas- settur tal-biedja u s-sajd, għandna nsostnuh bl-għajnuna tagħna.", "Irrid nitkellem ukoll fuq l-ammonti li daħħlu r-raħħala fil-qasam tal-laħam taċ- ċanga.", "Matul is-sena 2003 dawn daħħlu s-somma ta' Lm1.48 miljuni, mentri fis-sena 2004 daħħlu Lm1.75 miljuni.", "Jiġifieri matul is-sena ta' l-2004 kien hemm żieda fid-dħul ta' dawk li jkabbru l-laħam taċ-ċanga.", "Meta mqabbel mas-sena 2004, il-laħam tal-majjal jidher li baqa' fl-istess livell tas-sena 2003, filwaqt li l-broilers - għalhekk qed nagħmel distinzjoni – jidher li naqas.", "Fil-fatt, matul is-sena 2003 kien ta' Lm4.97 miljuni mentri fis-sena 2004 kien ta' Lm3.98 miljuni.", "Madankollu, permezz ta' miżura li daħħal il-gvern mill-bidu ta' Jannar ta' din is-sena, se jkun qed iżid l-ammont ta' sussidju għal 26% fuq l-ewwel 1.5 kilo ta' tiġieġ.", "Aħna naħsbu li dan ukoll se jpatti għal dak li hemm bżonn li jsir f'dan is-settur, u b'hekk is-sitwazzjoni terġa' tiġi għal li kienet.", "Sur President, il-gvern qiegħed jagħmel il-monitoring ta' kull għajnuna li jagħti u qiegħed jagħmel il-monitoring ukoll ta' kull ċaqliqa li jkun hemm fil-produzzjoni.", "Per eżempju, l-Onor.", "Farrugia ma semmiex li għas- sena 2004 ir-raħħala daħħlu s-somma ta' Lm262,000, li titla' għall-ammont ta' Lm2,700 għal kull raħħal!", "Din is-somma kienet għall-produtturi tat- tjur mentri għal kull produttur tal-majjal kienet tlaħħaq il-figura ta' Lm2,004.", "F'dan il-qasam, l-għajnuna totali kienet tlaħħaq is-somma ta' Lm3.7 miljun.", "Gvern Nazzjonalista kien diġa' qiegħed jipprevedi dan kollu għaliex kien jaf li f'dan is-settur kien se jkun hemm ċerti diffikultajiet minħabba l- importazzjoni.", "Dan bilfors kellu jiġri minħabba li mill-1 ta' Mejju kellna l-liberalizzazzjoni totali ta' dan il-qasam ukoll.", "Hemm bżonn li nifhmu wkoll li permezz tal- liberalizzazzjoni aħna qed noffru lill-konsumatur id- dritt ta' l-għażla.", "Hawnhekk dejjem issemmew id-drittijiet tar-raħħal, iżda ma rridux ninsew ukoll id-drittijiet tal-konsumatur!", "Il-konsumatur għandu d-dritt li jagħżel u għandu d-dritt li jixtri dak li jrid.", "Illum il- ġurnata m'għadniex bħal qabel, fejn il-konsumatur kien ikun marbut fl- għażla tal-prodotti tiegħu!", "Fid-diskors ta' l-Onor.", "Farrugia wieħed seta' jara kif kienu jagħmlu x- xogħol tal-partit Laburista, fejn kienu jassoċjaw il-promozzjoni tal- prodott ma' dak li l-konsumatur għandu jixtri jew li jiġi sforzat li jixtri!", "Pero' iIlum il-konsumatur huwa informat, u bħalissa għandna għaddejja kampanja fuq il-prodott frisk.", "Nista' ngħid ukoll li se jkollna iżjed kampanji fuq il-prodott frisk tat-tiġieġ, għaliex ninsabu konxji li għandu jsir aktar fir-rigward tal-laħam tat-tiġieġ.", "Mandankollu rrid ngħid li ma tistax tagħmel kollox f'daqqa.", "Aħna kellna numru ta' kampanji li saru dan l-aħħar, bħal per eżempju, kampanji fuq il-ħaxix, fuq il-majjal u fuq il-ħalib.", "Min-naħa tiegħi, jien ipprovajt nagħsar il-kritika min-naħa tal-partit Laburista fuq il-kriżi tas-settur tal-ħalib pero' ma stajtx nifhem eżattament fuq liema aspetti qiegħda tagħfas l-Oppożizzjoni fuq dan is- settur.", "Nista' ngħid li fl-ewwel xahrejn kien hemm esperimentazzjoni qawwija min-naħa tal-konsumatur għar-rigward tal-prodott barrani.", "Madankollu fi ftit xhur, biex ma ngħidx fi ftit ġimgħat, is-sitwazzjoni reġgħet ġiet stabbli, u s-settur tal-ħalib lokali żamm il-market tiegħu.", "Il- Malta Dairy Products għamlet investiment li jlaħħaq 'il fuq minn Lm2 miljuni, u l-prodott Malti tjib ħafna, kif kulħadd jista' jqis u jara għalih innifsu!", "B'hekk l-MDP żammet il-pożizzjoni tagħha.", "Naħseb li kulħadd jaqbel miegħi li s-settur tal-ħalib irridu nkomplu nsostnuh, għaliex huwa fl-interess ta' kulħadd li dan is-settur jibqa' miexi 'l quddiem.", "Għar-rigward ta' dak li ntqal fuq il-fat content tal-ħalib, irrid ngħid li għandna programm sabiex inkomplu ntejbuh, pero' jeħtieġ ukoll li jkollna mmaniġġjar aħjar tal-merħliet tagħna.", "Sur President, l-Onor.", "Farrugia ma semma xejn fuq il-problema li m'hemmx biżżejjed enforcement!", "Bħala gvern ħadna paċenzja, konna prudenti u stennejna għaliex nafu li kulfejn taqta' se joħroġ id-demm!", "Pero' inti trid tipprova tirregola u timxi mar-regolamenti, speċjalment fejn jidħlu r- regolamenti fuq is-saħħa pubblika jew fuq is-saħħa ta' l-annimali.", "Għalhekk ħadna l-passi u għalaqna ċerti stabbilimenti, ħadna l-miżuri kollha kontra dawk li ma wrew l-ebda inizjattiva sabiex iġibu 'l quddiem l- azjendi tagħhom.", "Hawnhekk qed nitkellem b'mod partikolari fuq dawk l- azjendi li jitrattaw l-ikel u li jipproċessaw tipi differenti ta' laħam għall-konsum lokali.", "Dan il-pass li qed nieħdu huwa wieħed importanti għaliex jibgħat sinjal ċar lil dawk l-operaturi li għadhom ma rregolarizzawx ruħhom.", "Jekk forsi fhimt tajjeb lill-Onor.", "Farrugia meta ressaq din il-mozzjoni, naħseb li kien qiegħed jirreferi għal dan it-tip ta' abbuż meta lissen il-kelma \"abbużi\".", "F'dan is-settur għandek nies li nefqu l-eluf u l-miljuni ta' liri sabiex itejbu l-operat tagħhom, sabiex imbagħad isibu li jkollhom jikkompetu ma' dawk li m'għamlux dak l-investiment li għamlu huma!", "Għalhekk f'dan ir- rigward nista' ngħid li mexjin, qed nagħmlu l-enforcement meħtieġ, u nista' ngħid li ninsabu f'sitwazzjoni ħafna aħjar minn dik ta' ftit xhur ilu.", "Fil-qasam tal-poultry għamilna hatchery control sabiex innaqqsu l-qatla llegali, li m'hijiex xi ħaġa faċli f'dan il-qasam.", "Pero' b'din il-miżura l- broiler market żdied b'6%.", "Aħna niltaqgħu b'mod kontinwu mas-settur tal- poultry - jiġifieri dak tat-tiġieġ – iżda jiddispjaċini ngħid li dan is- settur m'huwiex organizzat biżżejjed fuq il-livell ta' koperattivi.", "Meta ngħatajt il-ħatra f'dan is-segretarjat, bdejt niltaqa' mal-president tal- koperattiva tat-tiġieġ, u kull darba li jkollna laqgħa kont qed insib president differenti!", "Fil-fatt, fi żmien ftit xhur, l-istess koperattiva kellha tliet presidenti differenti!", "Fis-settur tat-tiġieġ kien hemm problemi interni li allura kienu qed joħolqu id-diffikulata' sabiex il-koperattiva tressaq il-pjanijiet tagħha, u anke sabiex iġġib il-każ tagħha ma' l-awtoritajiet konċernati, b'mod partikolari dawk veterinarji, u anke sabiex japplikaw għall-fondi meħtieġa.", "Irridu nenfasizzaw li f'dan il-qasam aħna qegħdin napplikaw il-politika agrarja komuni li għandha l-Unjoni Ewropea.", "Allura rajna li t-tajjeb ta' din il-politika nlaqqmuh għas-sistema Maltija, u fejn dehrilna li ma japplikax għalina ħallejnih barra.", "Dan huwa importanti, għaliex jekk ma joħroġ xejn f'dan id-debate għandu joħroġ x'inhija d-differenza f'dik li hija policy.", "U aħna qegħdin hawnhekk sabiex nagħmlu l-policies!", "L-Onor.", "Farrugia jagħmel tajjeb li jiġbed l-attenzjoni għal diversi forsi nuqqasijiet li, ħafna drabi, huma ta' natura amminstrattiva, u li tagħmel kemm tagħmel, ħafna drabi qed ikollok x'taqsam ma' nies li trid bil- paċenzja tkompli tiġri u issus warajhom ħalli jsir ix-xogħol.", "Semma, per eżempju, affarijiet prattiċi, li Għawdex ikollhom veterinarju.", "Iva, x'inhuma s-soluzzjonijiet, tħaddem tnejn, tħaddem tlieta?", "Hemm ċerti affarijiet fejn għandek mhux differenza fil-policy.", "Kont qed ngħid li l- policy tagħna hija mibnija fuq il-policy ta' l-Unjoni Ewrpea, il-politika agrarja ta' l-Unjoni Ewropea.", "U kollox joħroġ tista' tgħid minn dawn il-policies, għaliex huwa ta' importanza vitali li aħna napplikaw kollox għalina, kif jaqbel lilna fis- settur tagħna, għaliex aħna qegħdin ngħixu f'Malta, m'aħniex qed ngħixu r- realta' ta' pajjiżi oħra, allavolja huma parti mill-Unjoni Ewropea.", "Il-koperattivi, kif kont qed ngħid, Mr Speaker, u setturi oħrajn, bħalma hu per eżempju, is-settur tal-ħalib, huma ħafna iktar organizzati.", "U r- riżultati jkunu aħjar.", "U anke fis-settur tal-majjal, huma ħafna iktar organizzati.", "Mhux qed nikkritika b'mod distruttiv, iżda qed ngħid li aktar ma' dan is- settur ikun organizzat, aktar ma' dawn in-nies jirnexxilhom jelaboraw it- talbiet tagħhom u jifhmu d-diffikultajiet li għandhom, diffikultajiet li mhux biss ġejjin min-natura tax-xogħol tagħhom, għaliex kif jgħid il-Malti, tfal u bhejjem, għali dejjem, iżda anke minħabba li - fil-fatt dan issemma wkoll mill-Oppożizzjoni – l-economy of scales tagħna huwa żgħir ħafna, allura rridu nippruvaw nisfruttaw bl-aħjar mod possibbli dak li għandna.", "Irrid nikkundanna dak li ntqal fuq li t-testijiet tal-BSE mhux qed isiru fil-biċċerija.", "Nista' ngħid li dawn qed isiru, u dawk it-testijiet mandatorji li jkun hemm bżonn għadhom isiru u se jibqgħu jsiru!", "U jekk ikun hemm bżonn il-flus għalihom naqbdu u nġibuhom minn virements, għaliex dak li qed nagħmlu qed nagħmluh b'serjeta' kbira!", "Il-gvern mhux qiegħed hawnhekk sabiex joqgħod għal dak kollu li tgħidlu l-Unjoni Ewropea.", "Kull regolament li joħroġ mill-Unjoni Ewropea jiġi aċċettat wara li jkun magħrbul sabiex naraw il-valur tajjeb li jkollu.", "Madankollu l-Onor.", "Farrugia, fl-ebda mument ma semma xi miżuri li jistgħu jkunu ta' fejda għal dan il-qasam!", "Żamm ruħu biss mal-pożizzjoni li jsemmi żidiet f'ċerti production costs!", "Sur President, l-Onor.", "Farrugia għoġbu jsemmi wkoll iż-żieda fl-iskimmed milk powder, iżda mbagħad ma jsemmix il-miljun lira li tajna bħala sussidju fuq il-ġwież li jużaw dawn l-operaturi!", "Jien nixtieq inkun naf x'inhi l- proposta li għandha l-Oppożizzjoni sabiex iġġiegħel lill-konsumatur jiekol il-laħam tal-barri minflok dak tal-baqra.", "Fil-fehma tiegħi din hija xi ħaġa li l-konsumatur jagħżel għalih innifsu!", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Ippermettili Onor. Agius.", "L-Onor.", "Noel Farrugia xtaq jiċċara xi punt.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Sur President, jien għedt li l-laħam tal-barri mhux qed jiġi importat għaliex huwa ogħla minn dak tal-baqra.", "Fil-fatt, jekk tistaqsi għalih lanqas jagħtuhulek!", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Ikompli s-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "FRANCIS AGIUS: Sur President, ninsab ċert li jekk xi ħaġa se timxi fis-suq, anke li ma timxix, l-importaturi se jkunu għatxana sabiex jibdew jimportawha!", "Jien nemmen li l-konsumatur jikkmanda s-suq, u allura jekk il-konsumatur verament irid dan il-laħam, dan ikun jista' jidħol, u ma narax li hemm problemi dwar dan.", "Fuq dan il-qasam għandna wkoll l-ispecial beef premium sabiex inkomplu ngħinu dan il-qasam, pero' ma nistax nifhem dak li qed tipproponi l-Oppożizzjoni sabiex il-konsumatur ikollu aktar għażla.", "Ħafna drabi l-Oppożizzjoni titfa' ċifra bl-addoċċ, li meta mbagħad tivverifika, ssib li din ma tkunx tabqel mal-verita'!", "Issa xtaqt nispjega ftit dawk iċ-ċifri li ħadem l-Onor.", "Farrugia, u ngħidlu li dawk iċ-ċifri fuq il-flieles tas-simna li ħareġ bihom kienu ħżiena!", "Jien lest ukoll li npoġġi dawn iċ-ċifri fuq il-Mejda tal-Kamra ħalli jkun jista' jarahom.", "Lest li nagħtih id-dettalji kollha ta' kif ħdimnihom għaliex m'għandix ħin biżżejjed sabiex nidħol fid-dettall, pero' nista' nassigurah li dawk iċ-ċifri ta' 40% li semma m'humiex korretti!", "Huwa importanti li ma naqbdux u nitfgħu ċ-ċifri bl-addoċċ, iżda rridu nimmoniterjaw bis-serjeta' dak li fil-verita' ikun għaddej f'dak il-qasam partikolari.", "Problema oħra li l-Onor.", "Farrugia ma semma xejn dwarha, pero' li xorta waħda aħna ħadniha in konsiderazzjoni, hija dik ta' ċerti żidiet fil- produzzjoni tal-broilers, bħal per eżempju, iż-żieda fil-pitrolju.", "F'din l- affari l-gvern kien sensittiv u ta pariri lil dawn in-nies sabiex jikkonvertu s-sistema tagħhom għal waħda tal-gass u anke sabiex jibdew jużaw ċerti metodi fejn inaqqsu t-telf tas-sħana.", "U naħseb li dan ukoll se jgħinhom sabiex ikunu jistgħu jnaqqsu l-ispejjeż tagħhom.", "Sur President, inħoss li f'dan il-qasam l-Oppożizzjoni pprovat tbassar xi diżastru fuq ir-raħħala u fuq il-qasam tal-biedja.", "Iżda dan bl-ebda mod m'hu qiegħed iseħħ!", "L-Oppożizzjoni tipprova taqbad ma' affarijiet, u daqqa jgħollu xi ħaġa u daqqa jgħollu oħra min-natura ta' dan ix-xogħol, u dejjem se jsibu xi ħaġa xi jgħidu fuq dan is-settur!", "Li qed nipprova nuri huwa li f'dan il-qasam l-Oppożizzjoni m'għandhiex alternattiva reali għal dak li l- gvern qed jagħmel fil-preżent!", "Per eżempju, meta nitkellmu fuq food quality u fuq it-titjib fit-trobbija ta' l-annimali nsibu bosta programmi u sussidji li qed jingħataw f'kull aspett tat-trobbija ta' l-annimali.", "Dawn qed jingħataw sabiex intejbu l-kwalita' u l-produttivita' ta' l-ikel li nipproduċu.", "Anke bħala numru ta' bhejjem qed insibu li ħafna drabi qed timxi s-sistema li jkollna anqas baqar, iżda li jkunu jipproduċu aktar ħalib.", "Qegħdin nieħdu ħsieb ukoll ta' l-animal welfare u li ħafna drabi dan ifisser aktar spejjeż.", "Anke meta niġu sabiex naħdmu s-sussidju li jingħata lir-raħħala, dejjem inżommu quddiem għajnejna l-mod ta' kif dawn jistgħu jilqgħu għaż-żidiet li se jidħlu għalihom.", "Qed indaħħlu wkoll il- kultura li għal ċerti servizzi jkun hemm il-ħlas, u nerġa' ngħid li dan il- ħlas huwa wieħed minimu.", "Għalhekk ma jidhirlix li b'xi mod huwa ta' detriment għar-raħħal, li saħansitra se jġibu jikkonsidra li jitlaq xogħlu!", "Meta qrajt id-dokument li ħarġu l-partit Laburista fit-28 ta' Awissu li għadda, rajt li hawn punt tat-tluq, u fejn iż-żewġ partiti politiċi qed jaraw ukoll futur għal dan il-qasam.", "Issa minn dak iż-żmien lil hawn l- affarijiet iċċaraw ħafna iżjed, b'mod speċjali fejn tidħol l-importazzjoni, għaliex fuq kollox dik hija il-vera sfida li rridu nħarsu lejha flimkien.", "Jien ngħid li din m'hijiex sfida għal pajjiżna biss, iżda hija sfida li ġejja mid-dinja globalizzata!", "Illum l-ikel m'għadux jimxi minn pajjiż għal ieħor, iżda qed jimxi minn kontinent għall-ieħor b'ħeffa l-aktar kbira.", "Hemm pajjiżi bħalma huma l-Brażil, l-Amerika Latina u l-Arġentina li verament huma ta' kompetizzjoni għas-suq tagħna.", "Sur President, huwa 'l hemmhekk li aħna rridu nħarsu, u l-Oppożizzjoni għandha tkun magħna f'dak li qed ninnegozjaw, għaliex illum aħna parti mill- Unjoni Ewropea u għandna dik il-farka ċans li ninfluwenzaw.", "Li kieku m'aħniex fl-Unjoni Ewropea kieku lanqas inkunu nistgħu insemmgħu leħinna sabiex ninfluwenzaw ċerti deċiżjonijiet li jaffettwaw bil-kbir dawn l- oqsma!", "Li kieku għażilna l-option tal-partnership u bqajna barra mill- Unjoni Ewropea ma konniex inkunu fi stadju fejn nistgħu nitkellmu fuq sussidji!", "Dan għaliex kulħadd jaf li għalkemm għandek parti mis-sussidju li jingħata mill-gvern Malti, għandek madwar 80% li jingħataw mill-Unjoni Ewropea!", "Nirringrazzjak.", "Sur President, nitlob il-permess sabiex inqiegħed xi dokumenti fuq il-mejda tal-Kamra.", "MR SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "FRANCIS AGIUS: Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' Avviż Legali Nru 114 ta' l-2005 - Regolamenti (Emenda) ta' l- 2005 dwar Tikkettjar, Preżentazzjoni u Reklamar ta' Oġġetti ta' l- Ikel; u", "Lista ta' Direttivi/Regolamenti tal-Kunsill u deċiżjonijiet tal- Kummissjoni Ewropea li ġew transposed flimkien ma' lista ta' l-avviżi legali relattivi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Il-Ministru George Pullicino.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Sur President, tajjeb li kulħadd jifhem dak li qed tgħid ir-riżoluzzjoni li tpoġġiet quddienma mill-Oppożizzjoni.", "Fil- fatt, l-aħħar paragrafu ta' din ir-riżoluzzjoni tgħid hekk;", "\"Fid-dawl ta' din il-kriżi, il-Kamra tad-Deputati titlob lill-Gvern sabiex iwettaq il-wegħdiet tiegħu ta' qabel l-ewwel ta' Mejju tas-sena l-oħra, ħalli jsalva din l-industrija milli tkompli titkisser, jassigura l-għajxien ta' dawk li jiddependu minnha u jevita l-effetti negattivi li qed jiffaċċja l-konsumatur lokali.\"", "Naturalment dan huwa skond l-Oppożizzjoni!", "F'dan id-diskors qed jgħidu lill-gvern sabiex iwettaq il-wegħdiet li għamel qabel l-ewwel ta' Mejju tas- sena l-oħra.", "Issa l-wegħdiet tagħna saru qabel ir-referendum u qabel l- elezzjoni u dawn it-tnejn saru f'April u mhux f'Mejju!", "Allura x'inhu l- ġist kollu ta' din il-mozzjoni mressqa mill-Oppożizzjoni?", "Pubblikament, l- Oppożizzjoni kellha tilgħaq kulma qalet fil-konfront tas-sħubija tagħna fl- Unjoni Ewropea, u kellha tilgħaq dawk id-diskorsi kollha li saru f'din il- Kamra u anke barra fuq it-theddida li se nibdew nixorbu ħalib ta' barra mentri dak lokali ħadd ma jħares lejh, u fuq kif se jinvaduna l-iSqallin, bil-Maltin ma jkollhomx triq oħra ħlief li jeżiljaw ruħhom!", "Kemm smajna diskorsi bħal dawn?", "U issa kellhom jibilgħu dak kollu li qalu!", "Wara dan kollu reġgħu ġew b'din il-mozzjoni, għalkemm naħseb li dan huwa biss lip service, għaliex bħalma għedt il-ġimgħa l-oħra, din il-ħaġa ma jemmnuhiex u qed jagħmulha biss b'konvenjenza u mhux b'konvinzjoni!", "Qed jagħmluha għaliex ma jistgħux jagħmlu mod ieħor!", "L-Oppożizzjoni qed tagħmel bħalma ngħidu \"Viva San Filep la x-xitan irid hekk\"!", "Il-partit Laburista qiegħed jgħidilna sabiex naraw xi żball għamilna fil-qasam ta' l- agrikoltura meta ddeċidejna li nidħlu fl-Unjoni Ewropea!", "Pero' issa l- Oppożizzjoni trid tiddeċiedi jekk hux favur jew kontra l-Unjoni Ewropea!", "Sur President, dan qed jgħiduh għaliex forsi għadhom bin-nostalġija tal- partnership?!", "Jekk inhu hekk, għandhom ifehmu wkoll lir-raħħala u lill- bdiewa b'dak kollu li kienu wegħduhom fit-22 xahar li għamlu fil-gvern.", "Dawn kienu qalu li laħqu ftehim ta' kummerċ ħieles ma' l-Unjoni Ewropea.", "Dan il-ftehim laħqitu magħhom l-Unjoni Ewropea basta l-kummerċ ħieles isir ukoll fil-qasam agrikolu.", "Għalhekk l-Unjoni Ewropea għamlitilhom kundizzjoni ċara.", "Li kieku l-poplu Malti bela' l-wegħdiet u d-diskorsi fil- vojt li saru mill-Oppożizzjoni qabel ir-referendum u qabel l-elezzjoni ġenerali u tela' il-partit Laburista fil-gvern, x'kien se jagħtih lill- bidwi u lir-raħħal Malti?", "Li kieku tela' partit Laburista fil-gvern kienu se jagħtu xorta waħda suq miftuħ kif għandna llum, bid-differenza li jħallu barra dik l-għajnuna li aħna qed nagħtu lil dan is-settur sabiex ikun jista' jirriforma u jirristruttura ruħu.", "Kienu jgħidulu sabiex ifendi għal rasu!", "Mela min jiflaħ iħawwel, u min ma jiflaħx jitħawwel!", "Imbagħad kienu jirromblaw huma fuq il-bdiewa u fuq ir-raħħal għaliex kienu jgħidulhom li tawhom is- suq iżda jridu jikkompetu mingħajr ebda għajnuna!", "Lill-bdiewa u lir- raħħala kienu jagħtuhom biss l-għadma mingħajr ma jagħtuhom imqar biċċa perżuta waħda!", "Il-partit Laburista qalilna li għandna nżommu mal-wegħdiet tagħna u għalhekk se ngħid kif aħna żammejna mal-wegħdiet li għamilna.", "Min-naħa l- oħra, l-Oppożizzjoni wegħda waħda biss għamlu, dik li jdaħħlu lil Malta f'partnership ma' l-Unjoni Ewropea!", "Pero' issa dik il-wegħda spiċċat u kellhom jibilgħu kollox lura!", "Issa pubblikament kellhom jgħidu li anke huma favur li pajjiżna jkun membru sħiħ ta' l-Unjoni Ewropea!", "Huwa hawnhekk fejn tinduna l-faqar ta' l-Oppożizzjoni f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-agrikoltura u s-sajd, għaliex f'45 minuta li ħa l-Onor.", "Farrugia fid- diskors tiegħu, ma qalx imqar ħaġa waħda x'kienet se tagħmel l-Oppożizzjoni li kieku kellha tieħu l-gvern f'idejha!", "Għalhekk nixtieq li l-Onor.", "Farrugia x'ħin ikompli bid-diskors tiegħu jgħidilna imqar tliet affarijiet li se tagħmel l-Oppożizzjoni kieku għada jkollha tiġi fuq din in-naħa tal- Kamra.", "Per eżempju, l-Onor.", "Farrugia semma kontradizzjoni, u naħseb li lanqas biss induna b'dak li qal!", "Qalilna li għamilna l-board inspection points u li għandna bżonn nefqa kbira għalihom għaliex hemmhekk hemm ħafna spejjeż għall-importaturi.", "Appella wkoll lill-gvern sabiex inaqqas dawk l-ispejjeż minn fuq l-importatur!", "Allura jrid li nnaqqsu l-ispejjeż minn fuq l- importaturi jridna?", "(Interruzzjonijiet) L-Onor.", "Farrugia għandu l-ħin tiegħu u jista' jirrispondi f'ħinu!", "Ma naħsibx li qiegħed nikkwotah ħażin, pero' jekk qed jaħseb hekk, nagħtih il-permess sabiex jgħid dak li għandu jgħid.", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom, inżommu l-ordni.", "Insejjaħ lill-Onor.", "Noel Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Sur President, jien għedt li l-board inspection points m'humiex irendu dak id-dħul li kien ġie previst.", "Imbagħad komplejt ngħid li nittama li ż-żieda li se nitfgħu fuq il-produtturi li jridu jixtru l-mediċini għat-tjur u l-bhejjem tagħhom ma jispiċċawx ipattu huma għal dan in-nuqqas li hemm.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Jista' ikompli l-Ministru.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Sur President, jien par widnejn għandi u I stand to be corrected, pero' se nerġa nisma' d-diskors tiegħu u nisma' eżattament dak li qal.", "Li hu żgur huwa li jekk hemm spejjeż li l-importatur ikollu jagħmel sabiex idaħħal prodott minn pajjiż li m'huwiex fl-Unjoni Ewropea, dawn ikollu jerfagħhom hu.", "Allura l-Oppożizzjoni trid li nissussidjaw ukoll l-importazzjoni minn pajjiżi terzi?", "Hekk trid li nagħmlu l- Oppożizzjoni?", "Dan aħna żgur li mhux se nagħmluh!", "Jekk hemm flus x'ngħaddu bħala sussidju, se ngħadduhom għall-produzzjoni lokali!", "Qabel immur għad-diskors tiegħi, nixtieq niċċara xi ftit punti fuq dak li qal l-Onor.", "Farrugia.", "L-ewwel punt huwa fuq il-kwestjoni tal-laħam taċ- ċanga.", "Minn hawnhekk nappellalu sabiex imur jara daqsxejn l-istatistika u jara eżattament x'inhu għaddej!", "Dan qed ngħidu għaliex meta aħna ħriġna t- talbiet fuq is-sussidju għall-importazzjoni mill-kwota ta' laħam taċ-ċanga mill-Unjoni Ewropea, la kellna talbiet biżżejjed għal dik il-kwota u wisq anqas konna f'sitwazzjoni fejn kulmin applika tajnih dak is-sussidju.", "Dan ġara għaliex ġejna f'sitwazzjoni fejn anke min kien applika, biddel id- deċiżjoni tiegħu u ma riedx jimporta f'dak l-istadju.", "Fir-realta', dan ġara minħabba li kemm fis-swieq internazzjonali u kemm fis-swieq Maltin beda jsib prezzijiet tajbin.", "U allura lanqas marru sabiex jimpurtaw dik iċ- ċanga bil-kwota li għandna!", "It-tieni punt li semma kien fuq is-safeguard clause.", "Din il-klawsola kien il-gvern Nazzjonalista waħdu li nnegozjaha, għaliex l-Oppożizzjoni ma kenitx magħna waqt in-negozjati ma' l-Unjoni Ewropea!", "Fost l-għaxar pajjiżi li daħlu fl-Unjoni Ewropea, il-partit Laburista kien l-uniku Oppożizzjoni li baqa' kontra l-gvern!", "Fid-disa' pajjiżi l-oħra, l- Oppożizzjoni mxiet id f'id mal-gvern tagħhom sabiex iġibu l-aqwa kondizzjonijiet għal pajjiżhom.", "Min-naħa l-oħra, il-gvern Malti kellu jaqla' fwiedu qabel ir-referendum sabiex iġib l-aqwa kondizzjonijiet, u minkejja t-tfixkil u l-gideb kollu li sar mill-partit Laburista xorta waħda ġibnihom.", "Irrid ngħid ukoll li llum iċ-ċifri li għandna ma jiġġustifikawx li aħna nitolbu l-użu ta' din is-safeguard clause.", "Dan għaliex sabiex wieħed ikun jista' jiġġustifikaha, jrid l-ewwel juri li s-sussidji li qed jagħti m'humiex biżżejjed bħala barriera għal dak li jkun dieħel fis-suq tiegħu.", "Madankollu m'hemm xejn x'iżommna ħalli jekk ikun hemm bżonn dik il-klawsola nibdew nużawha.", "Nixtieq ngħid ukoll li l-ebda wieħed mill-pajjiżi l-oħra ma ottjena dak li ġibna aħna fin-negozjati!", "Huwa interessanti wkoll dak li kienu jgħidulna qabel ir-referendum fuq kif se nispiċċaw nixorbu l-ħalib ta' barra mentri dak ta' Malta se jispiċċa.", "Pero' illum il-ġurnata mhux talli ma spiċċax, talli żamm postu u f'ċerti prodotti żied ukoll l-ammont ta' bejgħ fis-suq lokali!", "U dan ikompli jipprova wkoll li meta l-prodott lokali jingħata għajnuna permezz ta' sussidji ħalli jkun jista' jirristruttura ruħu, allura jkun kapaċi jiġi fuq saqajh u jikkompeti ma' ħaddieħor.", "Meta nħarsu lejn ir-restructuring li miexja lejh id-dinja kollha sabiex ikollna kummerċ ħieles fil-qasam ta' l- agro-industrija naraw li anke pajjiżna miexi lejn dik it-triq, u forsi mexjin b'pass aktar mgħaġġel minn dak li oriġinarjament konna naħsbu sa sentejn ilu!", "Li kieku ma dħalniex fl-Unjoni Ewropea, xorta waħda kien ikollna nagħmlu dan it-tibdil kollu għaliex dan it-tibdil huwa importanti jekk irridu nsaħħu l-qasam ta' l-industrija agro-alimentari tagħna.", "Sur President, issemmiet ukoll il-biċċerija.", "F'dan il-qasam sar investiment li f'pajjiżna qatt ma sar bħalu!", "Fil-fatt, illum lanqas tagħrafha l-biċċerija, u xorta waħda għad fadal aktar xogħol x'irridu nagħmlu fiha, inkluż inċineratur fiss li jrid jitlesta wkoll mill-fondi tal- protokoll Taljan.", "L-aħħar punt li semma kien fuq il-kwestjoni tal-ħalib.", "Naħseb li anke hawnhekk l-Onor.", "Farrugia ma kienx jaf x'qed jgħid meta semma l-milk upgrading!", "Dan għaliex l-iskema li se ddaħħal l-MDP hija proprju pass pożittiv sabiex nilħqu l-istandards ta' l-Unjoni Ewropea u tirreplika dak li diġa' hemm fil-pajjiżi fi ħdanha.", "Dak huwa li se nagħmlu aħna.", "Għalhekk m'għandniex għalfejn noqogħdu nbeżżgħu lill-bdiewa u lir- raħħala milli jagħmlu dawn it-tibdiliet.", "Ma fadallix aktar ħin sabiex insemmi punti oħra, pero' bażikament dawn kienu l-aktar erba' punti importanti.", "Min-naħa l-oħra ma' smajna xejn min-naħa tal-kelliemi ta' l-Oppożizzjoni fir-rigward tas-sussidji.", "Jekk wieħed jara s-sussidji li tajna lis-settur tal-ħalib u lis-settur tal-majjali jsib li tajnihom, minn ta' l-anqas, Lm7 miljuni!", "Dawn m'humiex sussidji - ta' l-SMPMA - li ftehemna ma' l-Unjoni Ewropea sabiex nagħtuhom lill-bdiewa u lir-raħħala, iżda qed nitkellem biss fuq is-sussidju li ngħataw ir-raħħala tal-majjali u tal-baqar!", "Hawnhekk is- sussidju li ngħataw il-bdiewa qiegħed neskludih!", "Xi ħaġa oħra li l-Onor.", "Farrugia ħalla barra hija l-Lm1 miljun ieħor li tajna bħala sussidju fuq ix- xgħir u l-qamħirunn ħalli r-raħħala tagħna jkunu jistgħu jitimgħu l-bhejjem tagħhom prodott tajjeb, iżda prodott issussidjat!", "Sur President, meta tgħodd dan kollu tintebaħ kemm m'hijiex veritiera r- riżoluzzjoni li ressqet l-Oppożizzjoni li qed tgħidilna sabiex inżommu l- wegħdiet tagħna.", "Il-wegħdiet tagħna mhux biss żammejnihom iżda qegħdin insarrfuhom f'għajnuniet diretti lir-raħħala tagħna!", "Din l-għajnuna m'aħniex qed nagħtuha permezz ta' cheque, iżda qed nagħtuha f'għajnuna diretta, ħalli s-settur ikun jista' jinbidel, u mhux biex r-raħħal ikun jista' jżewweġ it-tifla jew sabiex ikun jista' jixtri l-karrozza!", "L-Onor.", "Francis Aguis kellu raġun meta qalilna li m'hemm l-ebda raġuni naturali sabiex mill-flus li nitfgħu fil-kaxxa ta' Malta nagħtu s-sussidju lill- bdiewa u lir-raħħala!", "Madankollu, hemm raġuni waħda għalfejn aħna qed nagħtu s-sussidju lill- bdiewa u lir-raħħala.", "U r-raġuni hija sabiex dawn ikunu jistgħu jtejbu l- prodotti tagħhom u b'hekk ikunu jistgħu jikkompetu ma' ħaddieħor!", "Onor. Farrugia, huwa proprju hawnhekk fejn qiegħda d-differenza prinċipali!", "U minkejja li ninsabu fis-sena 2005, fejn suppost kellna l-waqgħa ta' l- ideoloġiji politiċi ta' wara s-sena 1989, tinduna meta tisma d-diskors ta' l-Onor.", "Farrugia li l-Oppożizzjoni għadhom qabel is-sena 1989!", "Mhux talli ma wasaltux għal dak li ddikjarajtu fis-sena 2004, fejn minkejja dak kollu li għedtu bdejtu taqblu li pajjiżna jidħol fl-Unjoni Ewropea, iżda talli għadkom qabel l-1989!", "Illum l-Onor.", "Farrugia qalilna li l-partit Laburista ried jorbot lil tal- ħanut sabiex jibda jixtri l-laħam taċ-ċanga friska!", "X'jiġifieri jiġi gvern jew partit politiku f'dan il-pajjiż, u jippretendi li jordna lil tal-ħanut x'jixtri u l-mara tiegħi x'tixtri meta tmur għand tal-ħanut?!", "Dak m'huwiex il-mod ta' kif jaħdem is-suq, u għalhekk għandkom bżonn li taġġornaw il- politika tagħkom!", "Għal darb'oħra l-Onor.", "Farrugia qiegħed jgħidli li ma fhimtux!", "(Interruzzjonijiet) Il-partit Nazzjonalista ma jemminx f'suq ikkontrollat iżda jemmen f'suq ħieles!", "Il-liberta' li għandu jkollu kull persuna sabiex mhux biss jara f'liema skola jibgħat lill-uliedu, iżda anke l-liberta' ta' dak li jrid jixtri, lil min irid jivvota u d-drittijiet l- oħra kollha!", "Aħna nemmnu li għandu jkun id-dritt tal-konsumatur li jagħżel dak li jixtieq jixtri.", "Sur President, irrid insemmi wkoll il-ħliqa li l-Onor.", "Farrugia ilu jagħmel f'numru ta' interventi f'din il-Kamra, u anke barra minnha, dwar l-argument tiegħu li d-differenza fil-produzzjoni tat-tiġieġ naqqset b'40%.", "Pero' illum se nuri permezz taċ-ċifri li effettivament l-Onor.", "Farrugia għandu żbalji kbar fil-kalkolazzjonijiet tiegħu!", "Il-kollega tiegħi għamel diversi argumenti fejn beda jgħid li l-ammont ta' flieles tas-simna li ġew importati fis-sena 2003 kien bejn wieħed u ieħor 7 miljuni.", "Pero', iċ- ċifri li ħarġu mill-uffiċċju ta' l-istatistika jindikaw li fis-sena 2003 ġew importati mas-7.2 miljun bajda kif ukoll 120,000 bajda mis-suq lokali għal skop ta' tifqis.", "Mela allura fis-sena 2003 ma kellniex importazzjoni ta' flieles, iżda kellna importazzjoni ta' bajd tat-tifqis!", "Issa meta wieħed iqis x'faqqas minn dawk is-7 miljun bajda ssib li l-ammont kien ta' 5.7 miljuni!", "Dan għaliex, ovvjament, mhux kull bajda li timporta se joħroġ il-fellus minnha għaliex ikun hemm bajd li jinkiser u jkun hemm ukoll dak li joħroġ ħażin.", "U f'dan il-każ kellna tnaqqis ta' 22% ta' bajd li ma faqqasx.", "Allura, l-Onor.", "Farrugia jrid jifhem u jagħmel id-differenza bejn oġġett u ieħor meta jiġi biex jagħmel il-kalkolazzjonijiet tiegħu.", "Jekk qed nitkellmu fuq is-sena 2003, naraw li kellna 5.7 miljun bajda mfaqqsa u ma' l-4.5 miljun tiġieġa li nqatlu fl-istess żmien, mentri fis-sena 2004 insibu li nqatlu madwar 3.8 miljun tiġieġa.", "Allura d-differenza fil-qatla kienet ta' 18% u mhux ta' 40% kif qalilna l-Onor.", "Farrugia!", "Sur President, jien nifhem li jista' ikollok xi żball 'l hawn u 'l hemm, pero' dan huwa żball tipiku fejn l-Onor.", "Farrugia beda jgħodd il-flieles qabel ifaqqsu!", "Ilu jirrepeti għal żmien twil argument kontra argument, u ma jindunax b'xi ħaġa elementari fejn dak li jiġi mportat bħala bajd għat- tifqis mhux se jfisser li se jkollok l-istess ammont ta' flieles li jfaqqsu!", "Għalhekk nistenna li wara li l-Onor.", "Farrugia jara l-istatistka maħruġa mill-NSO, jgħidilna pubblikament li għamel żball!", "Il-kollega tiegħi għamel żmien daqskemm ilni ministru jien f'dan il-qasam, u għalhekk ma nippretendix li jaqbad u jgħodd il-flieles qabel ma jfaqqsu.", "Għalhekk nistennih jgħidilna xi ħaġa fil-ħin li fadallu għad-dispożizzjoni tiegħu, u jekk jinduna li żbalja, ikun raġel biżżejjed li jammetti dak l-iżball!", "L-Onor.", "Farrugia għamel żball ieħor fil-bidu tas-sena.", "Meta daħħalna l-eko- kontribuzzjoni fuq il-plastik, kont mistieden fi programm flimkien ma' l- Onor. Joe Mizzi fuq ir-radju ta' l-RTK, u l-Onor.", "Mizzi qalilna li hija xi ħaġa tajba li jkun hemm taxxa fuq il-plastik!", "Issa ħalliha li mbagħad beda jipprova jdawwar id-diskors tiegħu ħalli ma jiftehimx li qal hekk!", "Pero', l-Onor.", "Farrugia mingħajr ma' qara l-avviż legali - għaliex kieku qara l- avviż legali kien jinduna li hemm klawsola ċara li m'hemmx eko- kontribuzzjoni fuq il-plastik li jintuża mill-bdiewa – ħareġ stqarrija fejn jgħid li kien se jkun hemm taxxa fuq il-plastik li jintuża mill-bdiewa!", "Il- gvern ħareġ stqarrija permezz ta' l-avviż legali sabiex jiċħad dan, iżda l- Onor. Farrugia lanqas biss kellu d-diċenza lejn il-bdiewa ta' pajjiżna sabiex jitlobhom skuża talli żbalja!", "Sur President, irridu nifhmu li l-politika hija sabiħa - bħal kull ħaġa oħra - meta nammettu li nkunu żbaljajna.", "Għalhekk qed nippretendi li fil- ħin li għandu għad-dispożizzjoni tiegħu, l-Onor.", "Farrugia jgħidilna wkoll li żbalja meta stqarr li se jkun hemm eko-kontribuzzjoni fuq il-plastik li jużaw il-bdiewa.", "Ilni nitolbu sabiex jiskuża ruħu mill-bidu tas-sena, pero' s'issa għadni ma smajt xejn!", "Illum għandu opportunita' oħra sabiex jgħid lill-bdiewa kollha li żbalja meta ħareġ dik l-istqarrija.", "Nixtieq nirreferi wkoll għall-kwestjoni tat-tjur.", "Kemm ilha l-Oppożizzjoni tgħidilna bil-problemi li ħloqna fuq ir-raħħala minħabba ż-żieda fil- pitrolju?!", "Allura nixtieq infakkar ftit fid-diskors tal-budget li għamel il-Prim Ministru, f'liema diskors ikkwota minn dak li qal il-Ministru tal- finanzi, l-Onor.", "Leo Brincat, fi żmien gvern Laburista, u semma r- raġunijiet li kienu taw dakinhar fuq iż-żieda tal-pitrolju.", "Dakinhar l- Onor. Farrugia kien Ministru ta' l-Agrikoltura, u kien iġġustifika ż-żieda fil-prezz tal-pitrolju!", "Dakinhar ma qalx li se jivvota kontra l-miżuri tal- gvern!", "Proprju warajh kien hemm l-Onor.", "Mintoff li qalilhom li kienu tilfu l-kuxjenza soċjali, u fil-fatt kien ivvota kontra!", "Pero' dakinhar l-Onor.", "Farrugia kien ivvota favur iż-żieda fil-prezz tal-pitrolju!", "Min-naħa tagħna, aħna qabbadna inġiniera mill-Enemalta sabiex jagħmlu studju fuq il-kwestjoni tal-prezz tal-pitrolju, u dawn sabu li jekk wieħed juża l-gass kien se jeħel 12c5 fuq kull tajra, mentri bil-pitrolju kien qed jeħel 15c.", "Dan ifisser spiża ta' madwar 2c anqas fuq kull tajra li jrabbu!", "Għalhekk m'hemmx għalfejn tipprovaw tagħmlu dan il-kjass kollu fuq din il- kwestjoni!", "Il-produtturi stess jafu li sabiex jaqilbu minn sistema għal oħra l-ispiża se tiġihom bejn wieħed u ieħor Lm500.", "Allura għalfejn qed nipprovaw ngħidu lin-nies dwar xi problema kbira nħolqot għall-produtturi tat-tiġieġ?!", "Irridu ngħidu li l-ewwelnett mhux il-produtturi kollha tat- tiġieġ jużaw il-pitrolju, iżda persentaġġ minnhom biss, li jekk m'iniex sejjer żball huwa anqas minn 30%!", "Dan kollu juri li din it-tibdila li jridu jagħmlu m'hijiex xi ħaġa ta' bara minn hawn.", "Sur President, aħna x'qed nagħmlu sabiex inżidu u ntejbu l-produzzjoni tal- broilers?", "L-Onor.", "Francis Agius diġa' poġġa fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' avviż legali fuq il-labelling presentation and advertising of food stuffs.", "B'dan l-avviż legali li ħriġna qed ngħidu li, jekk inti fil-ħanut tiegħek għandek majjal ta' barra li huwa injected bl-ilma, u għandek majjal ieħor imrobbi fis-suq Malti li m'huwiex injected bl-ilma, ma tistax taqbad u tbigħ dak il-majjal ta' barra bħala majjal ta' Malta mingħajr ma tavża lill-konsumtur x'inhu dak il-majjal.", "Allura ħriġna dan l-avviż legali sabiex nagħmluha obbligatorja fuq min ibigħ sabiex juri l-prodott li qed ibigħ x'persentaġġi ta' ilma fih, kif ukoll juri parametri oħra.", "Irrid ngħid ukoll li b'effett minn Jannar ta' din is-sena żidna s-sussidju fuq it- tjur tal-qatla minn 6c għal 7.6c fuq piż ta' 1.3 kilo!", "Dan ifisser żieda ta' 27% fuq l-ammont li konna qed nagħtu s-sena li għaddiet!", "Jiena nifhem lil dawk ir-raħħala li qed jgħidu li għandhom l-ispejjeż sabiex jagħmlu din il-bidla, u aħna se ngħinuhom sabiex jagħmlu din il- bidla u jtejbu l-istabbilimenti tagħhom ħalli jiġu konformi ma' dak li qed titlob l-Unjoni Ewropea.", "Fil-fatt hemm stabbilimenti serji li diġa' għamlu t-titjib tagħhom u diġa' kellhom t-timbru ta' l-aċċettazzjoni u anke tajna wkoll il-ħin sabiex l-oħrajn ibiddlu wkoll.", "Ġieli smajt diskorsi min-naħa ta' l-Oppożizzjoni sabiex ngħaġġlu lil dawn in-nies, u aħna nistgħu nagħmlu hekk, pero' jekk naf li hemm xi ħadd li jinsab għaddej fil-proċess ta' titjib għandi nagħtih iċ-ċans!", "Min-naħa l-oħra ma rridx infisser li rrid inkun aktar nisrani mill-Papa!", "Issa jekk jien naf li f'pajjiżna hemm xi ħadd li jrid jikkompeti ma' prodott barrani li ilu żmien twil fl-Unjoni Ewropea, se nagħlaq għajn waħda għal min jinsab miexi f'dan il-proċess.", "Fil-fatt, hemm min se jasal f'dan il-proċess, u dan għaliex aħna qed nimxu b'responsabbilta' ħalli ma nbeżżgħux u ma naqtgħux il-pipe tan-nifs ta' dawn il-produtturi.", "Għalhekk għedna li min jinsab għaddej fil-proċess ta' titjib se nħalluh ikompli, iżda għal min m'huwiex serju ħadna l-passi neċessarji flimkien mad- dipartiment tas-saħħa!", "U dan qed nagħmluh għaliex għandna għal qalbna il- konsumatur, u huwa hawnhekk fejn toħroġ falsita' oħra minn ta' din ir- riżoluzzjoni li ressqet l-Oppożizzjoni!", "Fejn qiegħed jiffaċċja l-problemi l-konsumatur Malti?", "Qiegħed jiffaċċja l-problemi dak il-konsumatur li neħħejnilu minn fuq is-suq lokali prodott li kien qed jiġi mmanifatturat u pproċessat fi stabbilimenti li setgħu jikkawżaw mard lil min jikkonsmah?", "Gvern Nazzjonalista mexa bl-iebes ma' min ma riedx jaġixxi.", "Aktar 'il quddiem nixtieq inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra ittra li rċevejt mingħand produttur tat-tiġieġ f'pajjiżna.", "Hawnhekk qiegħed nirreferi għas-sur Edward Borg tal-Buxom Poultry, fejn f'din l-ittra mibgħuta lill-media qed jgħid hekk;", "\"I wish to inform the general public of our appreciation of the fact that the ministry for Rural Affairs and Environment has taken the necessary action to stabilise the local poultry industry by adopting and applying the official regulations, thus ensuring the consumer rights.\".", "Jien ma naħsibx li s-sur Edward Borg huwa xi persuna li jxejjer il-bandiera tal-partit Nazzjonalista, u li forsi għalhekk kiteb din l-ittra.", "Għandu kull dritt li jżomm ma' dak il-partit li jidhirlu hu, u jien inkun l-ewwel wieħed li niddefendih li jxejjer il-bandiera tan-naħa l-oħra.", "Pero' din l- ittra mibgħuta lill-media lokali ġiet mibgħuta wkoll lill-media tas-Super One, u għalhekk naħseb li l-Onor.", "Farrugia għandu kopja tagħha.", "Għaldaqstant, aħna ħadna l-miżuri fuq min m'huwiex serju u fuq min lanqas biss beda sabiex itejjeb l-ipproċessar tiegħu.", "Sur President, kif għedt il-ġimgħa l-oħra, aħna ninsabu attenti f'dan il- qasam għaliex nafu li hawn kumpanniji li jipproduċu u oħrajn li jimportaw il-laħam.", "Qabel dħalna fl-Unjoni Ewropea ġieli kienu jiġu ċerti nies jistaqsuni fuq kif kienet se taħdem din is-sistema.", "Min-naħa tiegħi kont nistaqsihom jekk humiex qed jagħmlu dan taħt il-kappell ta' produttur jew inkella taħt il-kappell ta' importatur.", "Li kieku huma produtturi, kont lest li nagħtihom l-informazzjoni meħtieġa, pero' jekk huma importaturi, bħala Ministru responsabbli mill-Agrikoltura u mis-Sajd, għandi kull interess li ma nurihomx minn fejn għandhom jgħaddu!", "Għalhekk, jekk inti produttur irrid inwieżnek u ngħinek ħalli tkun tista' tagħmel it-tibdil meħtieġ.", "Dan hu dak li qed nagħmlu, u dan huwa l-impenn tal-gvern.", "L-għajnuna li ngħatat dan il-qasam f'dawn l-aħħar tliet snin qatt ma ngħatat bħalha.", "Madankollu, kif qal tajjeb il-kollega tiegħi, l-Onor.", "Francis Agius, dan ma jfissirx li m'hemmx problemi, għaliex aħna nafu li hemm il-problemi u kien proprju għalhekk li nnegozjana dawk l-għajnuniet ma' l-Unjoni Eworpea.", "Dan għamilnih għaliex konna nafu li l-mument ta' tranżizzjoni kien se jkun biċċa wġigħ ta' ras, u għalhekk ma pprovajniex nitmejlu bil-bdiewa u bir-raħħala tagħna.", "Għednielhom li jridu jagħmlu dan it-tibdil u għednielhom ukoll li nnegozjajna pakkett ta' għajnuna mill- Unjoni Ewropea, pakkett ta' għajnuna fejn il-bidwi u r-raħħal iridu jagħmlu l-parti tagħhom ukoll!", "Illum il-Kap ta' l-Oppożizzjoni għamel konferenza ma' żewġ bdiewa ġewwa r- Rabat, u f'din il-konferenza appella sabiex il-gvern Nazzjonalista jżomm il- wegħdiet tiegħu.", "Għalhekk, nixtieq ngħid lill-kap ta' l-Oppożizzjoni li aħna mhux talli żammejna l-wegħdiet li għamilna, iżda talli sarrafnihom f'għajnuniet diretti!", "Din hija xi ħaġa li kieku l-kap ta' l-Oppożizzjoni llum qiegħed fuq din in-naħa tal-Kamra, ma kienx ikollu cheque wieħed ta' għajnuna x'jagħti lill-bdiewa u lir-raħħala tagħna!", "Jew inkella sabiex ikun jista' jagħtihom dawk is-Lm7 miljuni u Lm1 miljun ieħor li tajnihom aħna, kien ikollu jintaxxa aktar lil kulħadd u jisloħhom minn fuq dahar il- poplu!", "Dalgħodu l-Onor.", "Alfred Sant qal lil dawn il-bdiewa li:", "\"Il-bidwi qed jispiċċa mgħobbi b'aktar xogħol għaliex faċilitajiet fost l-oħrajn għat-tindif tal-kaxxi u għal grading li sa ftit żmien ilu kellu l-gvern, illum m'għadhomx hemm u x-xogħol qed ikollu jsir mill-bdiewa nfushom!\".", "Sur President, din ħadt kopja tagħha minn fuq il-website tal-partit Laburista.", "Issa jien ma naħsibx li l-Onor.", "Alfred Sant huwa xi persuna li jidħol daqstant fil-pitkalija u allura jkun jaf x'hemm ġo fiha, u għalhekk qagħad fuq dak li qalulu!", "Pero' l-ħasil tal-kaxxi qed isir, u l-grading station tinsab kważi lesta.", "Il-partit Laburista qalulna li hemm kriżi, iżda sadanittant dawn iż-żewġ bdiewa li mar iżur l-Onor.", "Sant bdew juruh li nvestew ħalli jkunu jistgħu jnaddfu l-karrotti!", "Issa li kieku dawn il- bdiewa kellhom qalbhom maqtugħa mill-qasam tal-biedja kienu se jinvestu?!", "Imbagħad fl-istqarrija jkomplu jgħidu li dawn l-imsieken bdiewa daħlu għall- ispejjeż għaliex, skond huma, se tinfetaħ xi triq.", "Jekk din it-triq li qed jirreferu għaliha hija dik li qed naħseb jien, nista' ngħidilhom li m'hu xejn ġdid iżda huwa riallinjament tat-triq li l- partit Laburista kien għamel fis-snin tmenin, u li kellha kurva perikoluża!", "Fil-fatt jekk inhi l-istess wħada li qed nimmaġina jien, kienet saret applikazzjoni sabiex dik il-kurva perikoluża titneħħa, u issa se jerġa' jkun hemm dan ir-riallinjament ta' dik it-triq!", "Għalhekk fil-ħin li għandu disponibbli nixtieq li l-Onor.", "Farrugia jirrispondina fuq din ukoll.", "Ħaġa oħra li ma semmew xejn fuqha, kemm l-Onor.", "Farrugia u kemm l-Onor.", "Alfred Sant hija fuq il-wegħda ta' 3% withholding tax!", "Din hija xi ħaġa li min jaf kemm-il darba qalu li ma konniex żammejna kelmitna fuqha!", "Aktar 'il quddiem nixtieq inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-avviżi li ntbagħtu lill- bdiewa part-timers u full-timers fuq il-wegħda li għamilna ta' 3% withholding tax.", "Nixtieq nagħlaq id-diskors tiegħi billi ngħid li dan il-gvern se jkompli jsostni lil dan il-qasam.", "Tant se nsostnuh li fuq il-miżura ta' 3.2% bħala għajnuna fuq il-marketing se nagħtu miljun Euro lil tliet proċessuri tat- tiġieġ, proċessur tal-majjali, proċessur tat-tadam, wieħed li ppreżenta programm fil-qasam ta' l-inbid, tnejn tal-patata, wieħed tal-fniek u ieħor fil-qasam taż-żebbuġ.", "Barra dan, qed issir kampanja ta' marketing li tlaħħaq is-somma ta' Lm130,000 sabiex il-poplu Malti jirrealizza li jekk jixtri prodott frisk ikun qiegħed jixtri prodott aħjar u prodott itjeb!", "Issa nistenna li meta jqum jitkellem l-Onor.", "Noel Farrugia, jgħidlilna x'beħsiebu jagħmel il-partit Laburista jekk għada pitgħada jkun fil-gvern.", "Sur President, nitlob il-permess sabiex inqiegħed xi dokumenti fuq il-mejda tal-Kamra.", "MR SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Żewġ fuljetti maħruġa mid-Dipartiment tat-Taxxi Interni ta' Malta bħala avviżi għall-full-timers u għall-part-timers dwar bejgħ ta' prodotti tal-biedja; u", "Kopja ta' korrispondenza datata Marzu u April 2005 li għaddiet bejn il- Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent u Borg Group of Companies, kif ukoll ittra mibgħuta lill-media mill-istess kumpannija dwar miżuri sabiex tiġi stabbilizzata l-industrija tat-tjur.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Noel Farrugia jista' jagħlaq id-dibattitu.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Sur President, nixtieq nibda mill-ewwel biex nikkjarifka u ngħid kemm il-Ministru kien żbaljat meta rrifera għad- dikjarazzjonijiet li għamel dalgħodu l-kap ta' l-Oppożizzjoni.", "Qabel l- elezzjoni li għaddiet, gvern Nazzjonalista kien iddikjara b'dokument lill- bdiewa fejn qalilhom li - li ngħata lilna dalgħodu u li ma kienx għand dawn il-bdiewa li tkellem magħhom il-kap ta' l-Oppożizzjoni - li se jibda jagħti 5c sussidju fuq kull kilo ta' ħaxix li jipproduċu.", "Madankollu dan il-gvern kien u għadu jagħmel dikjarazzjonijiet foloz għaliex lil dawn il-bdiewa mhux 5c qed jagħtihom fuq kull kilo ta' ħaxix li jipproduċu iżda 1c biss!", "Dalgħodu l-kap ta' l-Oppożizzjoni sema lment ieħor mingħand il-bdiewa kif il-gvern wiegħed li se jagħti 9c u 10c sussidju fuq il-frott frisk, iżda għal raġunijiet mhux magħrufa ma żammx din il-wegħda magħhom!", "Il-kap ta' l- Oppożizzjoni ġie mgħarraf ukoll mingħand ħafna bdiewa oħra kif il-kaxxi tad- dugħ m'humiex qed jinħaslu fil-pitkalija.", "Din il-problema nħolqot minħabba li l-istorage facilities li kien hemm ittieħdu sabiex isir impjant.", "Din hija konferma oħra ta' kif is-settur tal-biedja se jibqa' dieħel fil-ħajt jekk se jibqa' f'idejn - qed ngħidha bl-akbar onesta' u mhux xi ħaġa personali – is-segretarju parlamentari u f'idejn il-Ministru Pullicino!", "Se npoġġi wkoll kopja ta' dawn il-fatti fuq il-Mejda tal-Kamra ħalli nikkonferma d-dikjarazzjonijiet foloz li kien qed jagħmel gvern Nazzjonalista – u mhux gvern Laburista - qabel l-elezzjoni u r-referendum li għaddew.", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "FRANCIS AGIUS: Sur President, tlajt personalment sal-pitkalija u l- kaxxi tad-dugħ rajthom b'għajnejja jinħaslu.", "MR SPEAKER: Jista' ikompli l-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jekk inti għandek għaxar kaxxi u tkun qed taħsel tnejn biss minnhom, ma jfissirx li qed taħsel il-kaxxi kollha!", "Trid tara kemm qed jinħaslu kaxxi!", "Il-bdiewa qed ikollhom jaħslu l-kaxxi personalment, u għalhekk mhux sew li tkompli tiddefendi nuqqasijiet bħal dawn.", "Issa ħalli nkompli nsemmi l-punti li jikkonfermaw il-kriżi li teżisti f'dan il-qasam.", "MR SPEAKER: Ippermettili ftit Onor. Farrugia.", "Insejjaħ lill-Ministru George Pullicino.", "ONOR GEORGE PULLICINO: Sur President, l-Onor.", "Farrugia għadu kemm ikkwota minn ittra u jien qiegħed nisfidah sabiex ikompli jaqra l- kumplament tagħha!", "Dan għaliex dawk il-kalkolazzjonijiet li rrefera għalihom huma kalkolazzjonijiet li ġaladarba jkun hemm il-producer organisations li jiġu stabbiliti, u meta wieħed iqis ukoll l-għajnuna li tieħu din il-producer organisation, allura jinduna li dawn huma kalkolazzjonijiet korretti!", "Għalhekk nisfidah sabiex ikompli jaqra l-ittra kollha u mhux jagħmel jagħmel kif inhuma kapaċi jagħmlu dawn in-nies, fejn jaqbdu u jikkwotaw biss parti mill-ittra!", "M'aħniex aħna li qed nisfidaw, iżda huwa hu li qiegħed jisfida lil din il-Kamra!", "MR SPEAKER: Tista' tkompli, Onor. Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Xorta waħda jibqa' l-fatt li l-bdiewa ġew mwiegħda 5c bħala sussidju fuq kull kilo ta' ħaxix u l-Ministru qed jagħtihom 1c biss! (interuzzjonijiet) Tant hu hekk li meta issa niġu fuq il-producer organisations, nitkellmu wkoll fuq il-producer organisation ta' Għawdex!", "Pero' id-diskussjoni tagħna llum hija dwar il-mozzjoni li qed issostni l- Oppożizzjoni, jiġifieri l-kriżi li hemm fl-industrija lokali tat-trobbija tat-tjur u l-bhejjem.", "Sur President, ħalli niċċara ftit dwar kemm jinsew tal-partit Nazzjonalista.", "L-Onor.", "Francis Agius semma l-abbużi, u għalhekk minn hawnhekk ngħidlu sabiex imur jistaqsi lill-ispetturi tas-sanita' ħalli jgħidulu kemm inqabdu tjur trasportati f'non-refrigerated containers!", "B'hekk ikun jaf f'liema livelli tinsab din il-kriżi!", "Nixtieq ngħid ukoll lill-Onor.", "Francis Agius li l-koperattiva tat-tjur falliet is-sena l-oħra minħabba l-kriżi kbira li kienet qed taħkem lil pajjiżna fil-każ tal-qasam tat-trobbija tat-tjur!", "U intom bqajtu naive fuq ħaġa bħal din!", "Falliet koperattiva li għandha tagħti l-eluf ta' liri lill-membri tagħha!", "Kien ilna s-snin sħaħ ma naqbdu każi ta' tjur li jinġarru f'containers li m'humiex refrigerated, pero' dan qiegħed jerġa' iseħħ għax il-flus qed jinxfu u l-cost of production qiegħed dejjem jogħla.", "Għalhekk kulħadd jipprova jara kif se jagħmel sabiex jiffranka dik ix-xi ħaġa tal-flus!", "Il-Ministru George Pullicino beda jgħid li aħna ngħoddu l-flieles qabel ifaqqsu.", "Issa jien hawnhekk mhux se noqgħod insemmi l-ismijiet, dawk inħallihom għalih sabiex joqgħod isemmi n-nies personalment!", "(Interruzzjonijiet) Lis-sur Edward Borg ma semmejtux jien f'din il-Kamra, iżda jien ġejt hawnhekk sabiex insemmi l-kriżi li teżisti f'dan il-qasam u nuri verament min qiegħed jgħodd il-flieles qabel ifaqqsu!", "Meta l-Onor.", "Pullicino laħaq ministru ta' dan is-settur, kellna s-sistema fejn f'pajjiżna s-sussidju kien jingħata fuq 10,000 tunnellata ta' tiġieġ ħajjin.", "Pero' imbagħad il-Ministru dawwar din is-sistema u beda jagħti sussidju fuq 7,000 tunnellata ta' tiġieġ ħajjin!", "Dan għamlu għaliex ma fehemx li meta għandek 10,000 tunnellata ta' tjur ħajjin, dawn se jinżlu għal 7,000 tunnellata ladarba tipproċessahom.", "Allura beda jqis li s-sussidju jagħtih fuq 7,000 tunnellata ta' tjur ħajjin, li mbagħad meta taqta' 30% ta' dead wastes, jifdallek 4,500 tunnellata ta' laħam ipproċessat!", "Għalhekk b'mod awtomatiku l-ewwel daqqa li ħa l-produttur tat-tjur – dan serq u mhux sussidju - kien meta l- industrija lokali kienet qed tipproduċi 7,000 tunnellata ta' laħam ipproċessat u l-Ministru beda jagħti s-sussidju fuq 4,500 tunnellata!", "Dawn huma n-nies li jgħoddu l-flieles qabel ifaqqsu!", "Sur President, spjegajt ukoll il-kriżi li teżisti fuq il-laħam taċ-ċanga, u jien kont qed naħseb li l-Ministru se jagħti r-raġunijiet għalfejn ir- raħħal qed jaqbad ħafna inqas minn Lm80 għal kull qantar laħam taċ-ċanga li jniżżel fil-Biċċerija.", "Fil-fatt qed jaqbad Lm40!", "Għaliex ir-raħħal qed iġib prezz ta' Lm110 u Lm90 il-qantar għal-laħam taċ-ċanga friska meta kien iġib Lm125?", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom, inżommu l-ordni.", "Onor. Farrugia, tista' tkompli bl-intervent tiegħek.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Sur President, il-gvern mhux l-istatistika għandu jara, iżda għandu jmur jaqbad u jkellem lir-raħħala!", "Ir-raġuni vera hija li l-gvern Nazzjonalista ma jafx x'qed jiġri madwaru!", "Il-Ministru mhux qed jaċċetta li hawn kriżi meta l-laħam taċ-ċanga minn Lm80 għal kull qantar niżel għal Lm40-il qantar!", "Madankollu l-partit Laburista xorta waħda jibqa' jsostni li hawn kriżi f'dan il-qasam.", "Ħsibt li l-Ministru se jgħidilna li f'Mejju ta' din is-sena kien se jkollna l-linja taċ-ċanga up to EU standards, pero' ma semma xejn.", "Għaliex din għada m'hijiex up to EU standards?", "Kemm sar investiment s'issa?", "Ħsibtu se jgħidilna wkoll li sa Ottubru li ġej se jsir l-impjant meħtieġ sabiex id-demm ġewwa l-biċċerija ma jibqax jintrema fid-drenaġġ iżda jiġi trattat b'tali mod li jiġi mħares l-ambjent u dak kollu li ġġib magħha din is-sitwazzjoni!", "Minn dan kollu ma smajna xejn!", "Il-Ministru għamel riferenza wkoll għaż-żieda fuq il-pitrolju, u rrid ngħid li l-partit Laburista għollih b'żewġ ċenteżmi mentri l-partit Nazzjonalista għollih bi 17-il ċenteżmu!", "Allura min qiegħed jgħodd il-flieles qabel ifaqqsu?", "Qiegħed jgħodd il-flieles qabel ifaqqsu min mhux kapaċi jifhem li minn 2c il-gallun, il-pitrolju għola għal 17c.", "Min mhux kapaċi jgħid li l- ewwel għola d-diesel, imbagħad għola l-pitrolju u issa darba oħra jogħla l- gass!", "Allura min ħoloq kriżi?", "Il-kriżi ħoloqha min ġie f'dan il-parlament u qagħad jiftaħar bis-sussidji li qed jagħti, iżda mbagħad ma kienx kapaċi jissussidja 7,000 tunnellata ta' tjur proċessati u beda jissussidja 4,500 tunnellata!", "U dan għamlu għaliex ma kienx kapaċi jifhem li bejn tiġieġa ħajja u waħda pproċessata hemm telf ta' 30%!", "Sur President, dan kienu kapaċi jagħmlu s-segretarju parlamentari u l- Ministru li għandna llum!", "Ma kenux kapaċi jifhmu li bejn piż ta' tiġieġa ħajja u tiġieġa pproċessata hemm differenza ta' 30%.", "Kawża ta' dan tkissret il-koperattiva tat-tjur!", "Kienu huma li kissruha l-koperattiva tat-tjur għaliex nixfu fil-mument tal-bidla u llum imisshom jistħu talli ma jarawx kif jistgħu janalizzaw din il-problema u jgħinu lil dawk il- produtturi tat-tjur li qed isofru t-telf jew li m'għadhomx ikabbru aktar tjur, ħalli forsi jerġa' jibda jkollna dik il-kwantita' ta' produzzjoni li kien ikollna qabel!", "Għalhekk nisfida lill-Ministru sabiex ikun prattiku u jgħidilna kemm kienet il-produzzjoni lokali tat-tjur tas-simna matul is- sena 2002, 2003, 2004, u mbagħad jgħidilna kemm qiegħda llum ħalli nkunu nistgħu nistabilixxu l-persentaġġi!", "L-Onor.", "Pullicino għandu jmur quddiem il-Prim Ministru tiegħu u jgħidlu li hu laħaq Ministru responsabbli mill- biedja, iżda ma kienx kapaċi jifhem x'qed jiġri f'dan is-settur!", "Il-fatti jkomplu jikkonfermaw li l-Ministru ma ċaħadx li se jkomplu jiżdiedu t-taxxi indiretti fuq il-produtturi tat-tjur.", "M'huwiex veru li dawn it-taxxi indiretti se jkunu suġġetti għal kontroll fuq l-importazzjoni ta' mediċini!", "Meta inti għandek pajjiż fi ħdan l-Unjoni Ewropa li mhux se jiġu aċċettati mediċini minn għandhom - bħalma hija Spanja, Franza jew il- Ġermanja – għaliex ma jkollhomx l-istruzzjonijiet tradotti bl-Ingliż, x'kontroll hu dan?", "X' logħob bil-bżallu hu?", "Fil-fatt, jien poġġejt kopja ta' dan li qed ngħid fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Issa jekk il-Ministru ma fehemhomx, mhux tort tiegħi!", "F'Marzu ta' l-2002 il-gvern ħareġ dikjarazzjoni falza, u mbagħad sabiex il- Ministru jibla' dak kollu li kien gideb fuqu l-gvern tiegħu, reġa' bagħatilhom ittra f'Diċembru ta' l-2004 fejn qalilhom li se jibda jintaxxahom Euro65 fuq kull prodott mediċinali u Euro65 fuq l-istess prodott jekk ikun b'dożi varjati.", "M'hemmx dubju li bħalma l-konsumatur Malti u Għawdxi qed jiffaċċja nuqqas ta' mediċini fl-isptarijiet tagħna, se jiġri l-istess ħaġa jekk ma noqogħdux attenti minn dawn il-miżuri li qed jagħmel il-gvern fuq il-mediċini li jintużaw mill-industrija tat-tjur u l- bhejjem!", "Sur President, illum kont nistenna li jew is-segretarju parlamentari jew inkella l-ministru jagħtuna t-timeframe ta' meta se nilħqu l-livell ta' 3.5% fat content.", "Meta se nilħquha din?", "Din is-sena jew is-sena d-dieħla?", "Dwar dan ma smajna xejn.", "Smajna biss paroli fil-vojt u kritika partiġġjana, li fl-aħħar mill-aħħar ma jwasslu mkien!", "Illum kont nistenna wkoll li xi ħadd minnhom jgħidilna għalfejn f'dawn l-aħħar xhur waqa' l- prezz taċ-ċanga friska, kemm dak tal-baqra u kemm dak tal-barri.", "U kont nistenna li jgħidulna meta din se terġa' titla' għan-normal ħalli l- produtturi tagħna jerġa' jibda jkollhom id-dħul xieraq li jistħoqqilhom.", "Kont nistenna li meta l-Ministru qalilna li l-industrija tal-ħalib sejra tajjeb jgħidilna wkoll timeframe ta' meta l-koperattiva se tkun kapaċi tagħti lura t-32c għal kull gallun ħalib li jipproduċu fuq il-kwota minflok it-18c li qed jingħataw illum.", "Dawn huma l-motivi li qed inixxfu d-dħul tal-produtturi u tal-familji tagħhom.", "Pero', bħas-soltu qed jinħmew ħafna affarijiet sabiex jippruvaw jaljenaw lil din il-Kamra mir-realtajiet li għandhom jiġu ndirizzati!", "Illum ħsibt ukoll li l-Ministru se jgħidilna meta l-industrija tal-majjal se terġa' titla' għal-livelli ta' qatla ta' 2,300 ras.", "Jaf il-Ministru li llum qed jinqatlu mat-800 jew ma' l-1,000 majjal anqas fil-ġimgħa?", "Allura dan mhux kollu telf ta' flus għall-produtturi lokali?", "Pero' ma smajna litteralment xejn dwar dawn it-targets.", "Minflok smajna biss ftaħir fuq is- sussidji li qed jingħataw!", "Jien naqbel ukoll ma' dawn is-sussidji, pero' tajjeb li naraw ukoll kif qed jitqassmu dawn is-sussidji u naraw ukoll li dawn ikunu marbuta mal-mekkaniżmi tal-produzzjoni!", "Nixtieq li l-Ministru jgħidilna min huma dawk ir-raħħala li għamlu t-tieġ tat-tifla tagħhom jew li nkella xtraw xi karrozza bis-sussidji li tahom il-gvern!", "Dan li ġie jgħid il-Ministru!", "Sur President, dan x'diskors hu?!", "Ir-raħħal għandu responsabbilta' ta' 24 siegħa kuljum sabiex jieħu ħsieb ir-razzett tiegħu minħabba l-problemi li l- bhejjem iġibu magħhom.", "Għalhekk għandna nifhmu u nirrispettaw il- kapaċitajiet tar-raħħal u nindirizzaw id-diffikultajiet li qed iġibu fix- xejn ix-xogħol iebes u s-sigħat twal li jaħdmu dawn ir-raħħala.", "Nerġa' ngħid li jien kont qed nistenna li l-Ministru jassigurana fuq dawn l- affarijiet li semmejt u mhux joqgħod jistaqsi lili x'se nagħmlu jekk għada pitgħada nkunu fil-gvern!", "Jien lest ukoll sabiex ngħidlu x'lest li jagħmel gvern Laburista ladarba jkun fil-gvern, pero' l-ewwel irid jagħmel mozzjoni bħalma għamilna aħna!", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Onor. Farrugia, jekk jogħġbok indirizza lis-Sedja.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Sur President, lill-Ministru ngħidlu kemm kien ipokrita, għaliex ma kienx kapaċi jgħidilna li dan is-settur qiegħed fi kriżi!", "Ma kienx kapaċi jissodisfa lin-naħa tiegħu u jgħidilhom li bil- politika Nazzjonalista taħt il-Prim Ministru Gonzi kien se jerġa' jilħaq l- prezz ta' Lm80-il-qantar għal-laħam tal-baqra fi żmien tliet xhur jew erba' xhur oħra u li l-qatla tal-majjal se terġa' tilħaq il-qatla ta' 2,300 majjal fi żmien tmien xhur oħra!", "Dan ix-xogħol ma kenux kapaċi jagħmluh għax m'humiex hands on fuq il-kriżi li għandna f'pajjiżna!", "Kienu kapaċi biss sabiex ipaċpċu fil-vojt u jagħmlu d-dikjarazzjonijiet foloz!", "Il-Ministru lanqas kien kapaċi jgħidilna kif se jibda jitħaddem l- inċeniratur.", "Jiġi jitkellem fuq l-inċeniratur meta vvota għalih is-somma ta' Lm18,000 u meta bħala spejjeż u għal wear and tear għandu bżonn is- somma ta' madwar Lm150,000!", "U jekk qal li se jġib il-flus minn xi vot ieħor, mhux xorta se joħloq problema lil xi dipartiment ieħor?", "Mhux xorta se joħloq problema lill-ħaddiema għaliex ma jibqax jingħatalhom aktar overtime?", "Mhux xorta se joħloq problema jekk se jkompli jakkumula d-djun fid-dawl u l-ilma, fit-telefon u f'servizzi oħra?", "Meta inti m'għandekx budget ifisser li m'għandekx kontroll fuq il-politika tiegħek, u proprju dan li m'għandux il-ministru.", "Il-Ministru Pullicino m'għandux kontroll tal-politika tiegħu!", "Għalhekk nappellalu sabiex joqgħod aktar attent, għaliex il-kriżi li qed issofri l-industrija tat-tjur ħoloqha hu stess meta ma kienx kapaċi jifhem id-differenza li teżisti bejn piż ħaj u piż proċessat!", "Ħoloqha hu stess għaliex ma kienx responsabbli biżżejjed li jmur jgħid lill-gvern tiegħu li kien żbalja!", "Ma kienx kapaċi jgħid lill- gvern tiegħu li kellhom il-kalkoli żbaljati, għaliex ma jistax ikun li tagħti sussidju fuq produzzjoni ta' 7,000 tunnellata ta' tjur ħajjin ġaladarba dawn meta jiġu pproċessati jiġu 4.500 tunnellata ta' laħam!", "Jekk dan mhux minnu, jista' jistaqsi lill-uffiċjali li hemm jitbissmu warajh u jkunu jistgħu jgħidulu huma!", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Jekk jogħġbok, Onor. Farrugia, indirizza lis-Sedja.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Sur President, il-ministru għandu l-uffiċjali hawnhekk li qed jiddieħku b'dak li qed ngħid jien, u għalhekk nistenna li tiġbdilhom l-attenzjoni għaliex huma wkoll civil servants!", "(Interruzzjonijiet) Jien qed ngħid li kien il-gvern li kisser din l- industrija, u dan sar fuq l-inizjattiva tal-Ministru Pullicino, li qatt ma mar lura lejn l-uffiċjali tiegħu sabiex jikkoreġi l-ħniżrijiet ta' żbalji li għamel!", "Min se jmur jinvesti f'din l-industrija meta għandek ministru li m'huwiex kapaċi jifhem id-differenza bejn tajra ħajja u tajra proċessata?!", "MR SPEAKER: Ippermettili ftit, Onor. Farrugia.", "Insejjaħ lill-Ministru Pullicino, on a point of order", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Sur President, l-Onor.", "Farrugia qiegħed jiżgwida lill-Kamra għaliex mhux qed jgħid li dak is-sussidju kien marbut ma' kwota.", "Għalhekk nitolbu sabiex ikun korrett f'dak li jgħid!", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Ikompli l-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jien qiegħed ngħid lill-ministru sabiex ikun responsabbli u jammetti min verament qiegħed jgħodd il-flieles qabel ifaqqsu.", "Il-ministru għandu jgħidilna kemm ċaħħadhom lir-raħħala mis- sussidju ta' nofs il-bolla u jgħidilna kemm ġiet tiswa lir-raħħal din il- mossa.", "Għandu jgħidilna wkoll kemm ir-raħħal qed jaqbad prezzijiet anqas min-normal għall-ħxejjex u għall-frott li jipproduċi, u jgħidilna wkoll kif se jirrimedja għal dan in-nuqqas.", "Sur President, għalfejn ma semmew xejn fuq dan kollu?", "Għalfejn m'hemmx pjan, m'hemmx determinazzjoni u m'hemmx ħeġġa?", "Hemm biss kliem fieragħ u li permezz tiegħu dan is-settur se jkompli jitlef l-ispazju fis-suq lokali.", "Dan kollu ġej minħabba li l-gvern mhux qed jipprova jindirizza l-piż li jeżisti llum fuq il-produtturi lokali sabiex jippruvaw jibbriġġjaw il- marġini tal-kompetittivita' tagħhom vis-a-vis l-investiment li jridu jagħmlu!", "Immaġinaw raħħal li jonfoq Lm50,000 f'razzett meta minflok Lm80 għal kull qantar ta' laħam jibda jġib Lm40!", "Immaġinaw raħħal li jagħmel investiment ta' Lm50,000 f'razzett meta l-ħalib li jipproduċi fuq il-kwota qed iġib 18c minflok 32c!", "Immaġinaw bidwi li qed jinvesti fir-raba' tiegħu meta l-istess gvern fuq l-iskeda ta' sussidju li qed jagħti fuq il- produzzjoni tal-ħaxix minn 5c għal kull kilo spiċċa jagħtih 1c biss!", "Din hija r-realita' li qed tkompli toħloq kriżi f'dan il-qasam, u sakemm il- Ministru Pullicino u s-segretarju parlamentari m'humiex se janalizzaw bir- reqqa u jmorru quddiem il-kabinett ħalli jirrapportaw dawn il-problemi kardinali, bħal per eżempju, is-sussidju fuq it-tiġieġ proċessati, allura se nibqgħu f'din il-kriżi!", "Dan huwa li qed ixekkel kull investiment f'pajjiżna, għaliex jekk inti qed tgħidli li se tagħtini 5c bħala sussidju fuq 7,000 tunnella mod, u jekk inti qed tgħidli li se tagħtini 5c fuq 4,500 tunnellata, ħaġa oħra!", "Din hija l-kriżi li hawn fl-industrija tat-tjur.", "Barra minn hekk il-kriżi fl-industrija tal-majjal qiegħda kulma tmur tispikka wkoll!", "Meta inti għandek industrija li issa ilha fuq bażi ta' sena bl-irziezet tagħha maħkumin bi kwantita' ta' majjal, bilfors ikollok tgħid li hawn kriżi.", "Huwa minnu li hemm inizjattiva tal-koperattiva fejn din esportat madwar 40 majjal lejn Ragusa.", "Jien ma nafx kif il-ministru ma semma xejn dwarha, u għalhekk qed insemmiha ħalli nurih kemm mhux attent fuq l-affarijiet tiegħu!", "Naf ukoll li għalissa l-kwalita' ta' dawn il- majjali ma kenitx waħda sodisfaċenti għal dawn l-imprendituri li xtrawhom.", "Pero', il-fatt huwa li diment li l-gvern mhux se jkompli jinvestiga u janalizza ħalli jara kif is-suq Malti qed ikun iddominat minn dak barrani, u jara kif jista' jikkontrolla din is-sitwazzjoni, allura ngħid li din il- kriżi se tkompli tiskala bil-kbir!", "Sur President, x'għedna aħna fil-kwestjoni taċ-ċanga?", "Il-partit Laburista ma rabatx lil ħanut tal-laħam sabiex jixtri bilfors iċ-ċanga friska, iżda għednielu li għandu jkollu ċertifikat fejn juri li verament dak il-laħam huwa frisk, u juri wkoll jekk dan il-laħam huwiex tal-barri, tal-baqra jew inkella ta' l-għoġol.", "Dan minħabba li ġenetikament baqra tipproduċi l- erieħ, tipproduċi l-ħalib u tipproduċi l-laħam ukoll, allura l-laħam tagħha ma' jkunx ta' l-istess kwalita' bħal dak ta' l-għoġol li jipproduċi laħam biss.", "Allura, l-imprendituri mhux qed jimpurtaw laħam tal-barri għaliex dan huwa ogħla mil-laħam tal-baqra.", "Per eżempju, qabel konna nimportaw partijiet taċ-ċanga mill-Unjoni Ewropea u konna nħallsu Euro2,250 għal kull tunnellata, mentri llum din l-istess ċanga qed tinxtara għall-prezz ta' Euro7,000 kull tunnellata.", "Allura, fil- mument fejn suppost għandha tittieħed l-inizjattiva sabiex isir riklamar favur iċ-ċanga friska mhux qiegħda ssir!", "Nerġa' ngħid li għandna ħafna produtturi tal-baqar madwar Malta u Għawdex li qed jaqbdu Lm40 minflok Lm80 għal kull qantar ta' laħam tal-baqra li jbiegħu u qed jaqbdu Lm90 minflok Lm125 għal kull qantar ta' laħam tal-barri.", "Għalhekk nikkonkludi billi ngħid li huwa importanti li l-gvern jagħti każ dwar il-mod ta' kif qiegħed jevapora d-dħul u l-kompetittivita' tar- raħħala.", "Importanti wkoll li jagħti każ tad-differenza li hemm bejn il- cost għoli tal-produzzjoni u bejn il-prezz li qed iġib fis-suq il-laħam li jbiegħu l-istess produtturi!", "Jekk dan ma jsirx, il-kriżi se tkompli tiskala u jkun hawn ħafna telf ta' impjiegi kif ukoll diffikultajiet kbar għall-familji tagħhom, li matul dawn l-aħħar 30 sena dejjem iddependew minn din l-industrija li ddiskutejna llum!", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-mistoqsija hija l-mozzjoni kif imressqa mill- Onor. Noel Farrugia.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MR SPEAKER: Din id-division tittieħed minn hawn u 20 minuta oħra.", "Billi fid-9.00 p.m intalbet votazzjoni l-Kamra ġiet sospiża u rriżumiet 20 minuta wara.", "MR SPEAKER: Se nerġa' nqiegħed il-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hija l- mozzjoni kif imressqa mill-Onor.", "Noel Farrugia.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mario Galea.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Sur President, għan-naħa tal-gvern se jiġu paired l- Onor. Michael Asciak, l-Onor.", "Jason Azzopardi, l-Onor.", "Tonio Borg, l-Onor.", "Louis Galea, l-Onor.", "Mario deMarco, l-Onor.", "Ċensu Galea, l-Onor.", "Jesmond Mugliett, l-Onor.", "Clyde Puli u l-Onor.", "Francis Zammit Dimech.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sur President, għan-naħa ta' l-oppożizzjoni se jiġu paired l-Onor.", "Joe Abela, l-Onor.", "Evarist Bartolo, l-Onor.", "Leo Brincat, l- Onor. Stefan Bountempo, l-Onor.", "Helena Dalli, l-Onor.", "Joe Debono Grech, l- Onor. Jose' Herrera, l-Onor.", "Alfred Sant u l-Onor.", "Karmenu Vella.", "VOTAZZJONI NRU.", "93 FAVUR: 18", "L-Onor. | | | |Abela Carmelo |Farrugia Noel | |Agius Chris |Galdes Roderick | |Brincat Joseph |Gulia Gavin | |Buhagiar Charles |Mangion Charles | |Cardona Chris |Mizzi Joe | |Caruana Justyne |Parnis Silvio | |Chircop Karl |Refalo Anton | |Farrugia Angelo |Sammut Joseph | |Farrugia Michael |Vella George |", "KONTRA: 24", "L-Onor.", "|Abela Anthony |Frendo Michael | |Agius David |Galea Franco | |Agius Francis |Galea Mario | |Arrigo Robert |Gatt Austin | |Azzopardi |Gonzi Lawrence | |Frederick | | |Cassar Joseph |Gonzi Michael | |Cristina Dolores |Mifsud Bonnici | | |Antoine | |D'Amato Helen |Mifsud Bonnici | | |Carmelo | |Debono Giovanna |Pullicino George| |Deguara Louis |Pullicino | | |Orlando Jeffrey | |Falzon Joseph |Vassallo Edwin | |Fenech Antonio |Zammit Ninu |", "Il-mozzjoni m'għaddietx.", "MR SPEAKER: Il-Ministru George Pullicino, jekk jogħġbu, jipproponi l- Aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tnejn, 25 ta' April 2005 fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar Arkivji Nazzjonali – Kumitat (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kummissjoni Ċinematografika ta' Malta - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Sħubija ta' Malta fil-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Bank Ċentrali ta' Malta - Tieni Qari; u", "Xi aġenda oħra li tista' tiġi komunikata aktar tard.", "-----------------------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Kriminali - Kumitat Permanenti.", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Reġistru Ċentrali - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Joseph Brincat.", "ONOR.", "JOSEPH BRINCAT: Il-bieraħ tajt eżempju aċċidentali fuq l- interpretazzjoni tar-regolamenti għall-protezzjoni ta' siġar – kont qed nitkellem fuq siġar tar-rand - u ċertament ma kienx il-waqt li noqgħod nispjega li huwa ta' diżinċentiv li nies iħawlu ċerti siġar li nixtiequ lkoll li nipproteġu.", "Għaliex?", "Għax ladarba tkun ħawwilthom, minflok ma qed ngħidu biex nibżgħu għalihom u jekk ikun hemm il-possibbilta' li nżiduhom inżiduhom, ir-regolamenti tant huma stifling li se jkollhom l- effett oppost.", "F'Għawdex min jaf kemm hemm familji li fil-ġnien tagħhom żergħu siġar tar-rand u dan ċertament mhux biex jagħmlu kuruni tal-poeti fuq rashom, allavolja Għawdex għandhom ħafna poeti.", "Biex inkun qed nitkellem fl-ilsien tal-lum, ngħid li qed niġu f'pożizzjoni fejn qed nippruvaw inkunu kattoliċi iktar mill-Papa u allura qed nispiċċaw biex l-effett finali jkun agħar.", "Għax x'sens jagħmel, ngħid jien, li xi ħadd li jkollu biċċa ġnejna jħawwel fiha siġra tar-rand, jekk meta mbagħad jinbidlu ċ-ċirkostanzi u jiddeċiedi li jiżviluppa dik il-biċċa art, l- awtoritajiet jgħidulu li dak l-iżvilupp ma jistax jagħmlu għax se jaqla' siġra tar-rand.", "Dan meta f'pajjiżi oħrajn, per eżempju, is-siġra tal- ħarrub f'Ċipru jkabbruha u jagħmlu użu industrijali minnha.", "M'iniex ngħid li jagħmlu l-injam, imma mill-miżwed tagħha jagħmlu dak li huwa cocoa substitute, għal min iħobb il-ħlewwiet u ma jistax jieħu ċikkulata.", "Anke f'Malta għandna l-carob powder li huwa substitute diċenti għaċ-ċikkulata.", "Qed ngħid dan għax huwa inutli li nersqu b'partita liġijiet u mbagħad jiġi xi ħadd li bit-tornavit tant jagħfas il-vit, li dak il-vit jitqaċċat għax imbagħad minflok ma nkunu qed nagħmlu l-ġid lill-ambjent inkunu qed nagħmlulu l-ħsara.", "Jien il-bieraħ tajt xi eżempji ta' dawn il-każi imma wara li spiċċajt nitkellem hawnhekk għidt: Jien ma tkellimtx fuq id-diżinċentiva li qed ikun hemm b'dawn ir-regolamenti għax bilfors se nispiċċaw li ħadd ma jħawwel dawn it-tip ta' siġar.", "Jien niftakar li qabel konna għamilna siġar tal-ficus miż-żgħar fit-toroq u peress li għamilnihom ħdejn id-djar u bdew iqallgħu l-pedamenti kellna nneħħuhom.", "Imma hemm siġar oħrajn li huma Mediterranji u li huma tajbin għal pajjiżna u huwa tajjeb li nieħdu ħsiebhom, pero' mbagħad ma nistgħux niġu fis-sitwazzjoni li r-regolamenti jiġu tant sagrosanti li tgħid: Aħjar ma nmissx magħhom għax inkella se nkun dendilt ġebla ma' għonqi!", "Imma nixtieq issa nitkellem fuq qasam ta' l- amministrazzjoni tal-ġustizzja li aktar ma jgħaddi żmien iktar qegħdin jidhru d-defiċjenzi tiegħu – qed ngħid għall-qasam preliminari tal-qorti tal-familja li kilt ilsienu fuqu, Sur President.", "Dan l-aħħar dħalt quddiem maġistrat li minn fuq it-tribuna kien qiegħed jirrakkonta kif tnejn min-nies waslu fi ftehim bejniethom iżda meta ġew biex jidhru quddiem medjatur dan ħassrilhom il-ftehim ta' bejniethom.", "Jiġifieri r-riżultat kien bil-maqlub.", "Issa hemm ċerti aspetti oħrajn.", "Peress li m'iniex kattiv illum xtaqt li kieku rajt lill-Ministru Tonio Borg - pero' jidher li huwa msiefer - ħalli ngħidlu b'ċerti fatti li kelli niġbed l-attenzjoni għalihom jien.", "Ma nistgħux insiru aġenziji tan-nutara minn hemmhekk.", "Ma jistax ikun hemm affarijiet oħrajn li ma jdoqqux jew inkella jekk inti tħallas biex tmur privat għall-medjazzjoni tgħaġġel iżda jekk tagħżel li tmur fis-sistema trid tistenna.", "Allura din hija s-sistema tal-ġustizzja?", "Issa peress li dan huwa settur li jien ninsab involut fih ukoll, dejjem noqgħod pass lura għax meta spiċċajt minn ministru tal-ġustizzja kont ħlift li dan il-qasam ma nagħmilx aktar shadowing tiegħu.", "Imma dawn huma fatti li jien insemmi by name and surname, date and occasion, inkluż il-fatt li qed ngħid u fatti oħrajn.", "Kemm huwa sew li avukati oħrajn jgħidulek: Isma', jekk trid ngħaġġlu aħjar immorru għal medjazzjoni privata meta suppost daħħalna l-medjazzjoni ta' l-istat!", "Din il-ħaġa ma tagħmilx sens assolutament, Mr Speaker.", "Aspett ieħor f'dan il-qasam - hawnhekk m'iniex ngħid li għandu responsabbilta' l-ministru attwali jew is-segretarju parlamentari attwali - hija l-eċċezzjonalita' ta' l-ispejjeż li qegħdin iqumu meta kwestjoni tmur quddiem l-appell.", "Huwa veru li lin-nies qed jibagħtulhom l-ittra minn kmieni imma tant ir-reġistru sar esorbitanti li jkun hemm min jgħidlek: Jien x'interess għandi li nirbaħ il-punt legali meta biex nibda kawża fl- appell se tqumli ċertu ammont!", "Jien minn hawn nagħmilha ċara li ma' l- ewwel opportunita' serja li jkolli, beħsiebni niġġelidha din bħala human rights case, bħalma kien hemm il-każ tal-Polonja ...", "Il-qorti qaltlu li jista' jmur, imma l-fees tant huma esorbitanti li ma setax imur.", "Il-qorti kostituzzjonali tagħna diġa' annullat il-poter tal-kummissarju tal- pulizija li ma jismax appell għax jgħidlu li jrid iqiegħed one-third ta' somma li jgħidlu hu – jiġifieri jien nagħmillek ex officio u ngħidlek li issa għandek one-third li trid tħallsu bilfors u jekk ma tħallsux m'għandekx dritt tappella – u l-qorti qalet li ma nistgħux niġu għal din is- sitwazzjoni u dik il-liġi spiċċat.", "Pero' daqstant ieħor dawk ir-regolamenti li jagħmluha assolutament impossibli li persuna tlaħħaq ma' dawk l- ispejjeż.", "Mhux imbilli ngħidu: Imma tista' tmur tissellef mill-bank!", "X'garanzija għandha l-qorti li dik il-persuna tista' tissellef mill-bank?", "Safejn naf jien il-qorti m'hijiex bankier.", "Biex inti tissellef mill-bank trid tagħti collateral għax dawn m'humiex istituti tal-karita'.", "Tissellef mingħand in-nies ma tistax għax illum huwa projbit bil-liġi u allura tkun qed tagħmel reat.", "Mela l-bank ma jagħtikx, l-istat jagħmilhielek kondizzjoni u jekk tazzarda tissellef mill-privat tkun qed tagħmel reat u dak li jkun jista' jkollu kemm ikollu dritt għax ma jistax jappella.", "Din ukoll qed tiġri fi kwestjonijiet ta' separazzjoni għax il-fees huma enormi – koppja għandhom dar bejniethom u l-unika ordni hi li tinbiegħ id- dar u jaqsmu nofs bin-nofs - u l-kawżi qed jiġu ntaxxati ad valorem u jitilgħu mijiet kbar ta' liri.", "Għaliex?", "Għax il-gvern deherlu li għandu jbiddel il-ministru u issa qed jidhru l-effetti – m'iniex ngħid għal dan imma għal ta' qablu – li fuq sempliċi kawża ta' dar li jkunu bnewha bl- għaraq ta' xbinhom, hemm dritt ta' reġistru li jaf ilaħħaq l-Lm2,000.", "Irmewhom hekk!", "Għaliex?", "Għax għandhom dar.", "Jekk tilħaq tibda l-kawża u jbiegħu d-dar, xorta waħda jeħluhom.", "Naturalment jien m'iniex ngħid li nagħmlu ħażin li nilleġislaw u li nagħmlu ċerti affarijiet, Sur President.", "Jekk qed nagħmlu hekk biex in-nies jaqtgħu qalbhom minn ċerti affarijiet ejja ngħiduha, pero' ejja mbagħad ngħidu wkoll li qegħdin niċħdu dak li għandna fil-kostituzzjoni tagħna, dak li għandna fil-konvenzjoni Ewropea tad-dritt ta' aċċess lejn il-qorti li wieħed jgħid: Ma marx il-qorti?", "Għandu dritt ukoll li jagħmel l-appell?", "Fil-każ inneħħu l-appell.", "Imma żgur li mhux sew li nagħmlu l-appell biss għas-sinjur.", "Mela jien ċittadin privat, ikolli kawża mal-bank u nappella jien u nissallab għax ma nistax inħallas id-depożitu.", "Il-bank jekk ikun tellief jista' jappella hu.", "Hu jappella u jien m'għandix dritt nappella.", "Għaliex?", "Għax tiġi kwestjoni ta' flus u dawn huma affarijiet li ma jgħamlulniex ġieħ.", "Qed ngħidhom hawnhekk forsi jkun hemm xi tama li xi qalb tajba tirrealizza u ma tibqax twebbes rasha għaliex kulħadd huwa uman u kulħadd jista' jiżbalja.", "Il-leġislatur jista' jkollu l-intenzjonijiet tajbin kollha iżda mbagħad meta niġu għall-istadju tat-twettiq, dak li jkun għamel il- leġislatur ħaddieħor kapaċi jdawwarulu u jdawwarulu anke għall-profitt tiegħu.", "Jiddispjaċini meta nara dawn l-affarijiet għax hemm ċerti sistemi oħrajn li aħjar tużahom u nevitaw balbuljati bla bżonn, Sur President.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Michael Farrugia.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Mr Speaker, innutajt li bix-xogħol li sar f'dawn l-aħħar ġimgħat fi Triq Sant'Anna fil-Floriana, il-parti tat-triq ta' ħdejn l-iljun ġiet ixxaqleb bil-kontra u dan meta r-raġuni prinċipali għalfejn ġiet irranġata t-triq hi preċiżament minħabba l-mod kif kienet ixxaqleb it- triq u hemm mhux l-ewwel darba li seħħew inċidenti koroh tat-traffiku.", "M'iniex perit imma nafu li fejn jidħol il-bini ta' toroq hemm dik li nsejħulha banking, jiġifieri l-kurvatura fejn ix-xaqliba tkun b'tali mod li n-naħa tad-driver tkun ogħla min-naħa l-oħra, bl-iskop li karozza ma tiskidjax.", "Jekk iddur diversi pajjiżi, anke pajjiżi hekk imsejħin lura, issib li dan il-banking fid-dawrien tat-toroq jeżisti kullimkien, imma donnu li f'Malta din is-sistema għadna ma smajniex biha għax mit-toroq kollha għandek xorti jekk issib 5% minnhom li għandhom dawrien kif suppost.", "Mhux ta' b'xejn meta tagħmel daqsxejn xita jkollna biżibilju ta' ħabtiet minħabba l-mod kif tkun imżerżqa t-triq fid-dawra, għalkemm dawn l-inċidenti narawhom iseħħu anke fi ġranet normali.", "Mhux l-ewwel darba li tara karozzi quddiemek litteralment imorru n-naħa l-oħra tat-triq għax it-triq tkun magħmula b'tali mod li xxaqleb bil-kontra.", "Ma nafx għaliex li f'Malta donnu li hawn bħal idea misħuta ta' kif isiru t-toroq u għalhekk ħadt pjaċir li dan l- aħħar Triq Sant'Anna ġiet irranġata, għalkemm il-mod kif inhi mżerżqa fil- kurvatura m'hiijex imżerżqa biżżejjed.", "Apparti minn hekk, irrid niġbed l-attenzjoni għall-mod kif qed jiġu ppjantati t-toroq li anke fejn ikollok area wiesgħa, qed nispiċċaw b'toroq single-lane.", "Xbajna naraw każi fejn ikun hemm ħabta u l-karozzi kollha jkollhom jieqfu fi kju wieħed li ma jispiċċa qatt għax ħadd m'għandu minn fejn joħroġ.", "Issa peress li hawn biżibilju ta' toroq mibnijin b'dan il- mod, speċjalment in-naħa ta' fuq ta' Malta, mhux l-ewwel darba li tinzerta wara xi ħadd li jkun qed isuq żiemel jew tinzerta wara xi trakk mimli terrapien jew ġebel, miexi bit-tlikki tlikki u kulħadd ikollu joqgħod in fila għax ħadd ma jista' jaqbeż lil ħadd, dejjem sakemm ma jkunx hemm xi ħadd bravu li jaqbeż il-kju u minħabba li t-toroq huma kollha kurvaturi, qed ikollna head-on collisions kontinwament.", "Jien nixtieq inkun naf l-esperti qed iħallu dan it-tip ta' toroq jinbnew, għax dan la huwa tort tal-kuntrattur u lanqas tort tal-perit imma huma l- awtoritajiet li qed jinsistu li jsiru dawn il-tip ta' toroq one-lane, bil- konsegwenza li qed jinħolqu konġestjonijiet kbar tat-traffiku u f'każ ta' ħabta, it-traffiku qed jiġġamja ma' kullimkien.", "Bit-tip ta' toroq li qed jitfasslu qed noħolqu sistema fejn minbarra l-maximum speed ta' kemm wieħed jista' jsuq, se jkollna nibdew nagħmlu a minimum speed ukoll ħalli ħadd ma jinnervja lis-sewwieq li jkollu warajh.", "Imma issa ħalli nsemmi xi ħaġa oħra konnessa mat-traffiku, Sur President.", "Qed jitwaħħlu speed cameras u f'dan ma nara xejn ħażin, imma li jkollok speed camera f'telgħa li tixgħel f'wiċċek għax tkun qbiżt l-ispeed limit huwa ħażin.", "Diġa' huwa ħażin li l-flash tixgħel f'wiċċek għax għal ftit sekondi tista' tara bħal dalma b'riżultat tal-flash, bil-konsegwenzi kollha li jistgħu jinqalgħu.", "S'issa għall-grazzja t'Alla għadu ma' nqala' xejn, imma nispera li ma nsirux għorrief, kif jiġri ħafna drabi, wara xi inċident ikrah tat-traffiku.", "Apparti minn hekk wieħed irid jgħid li f'diversi pajjiżi barra minn Malta, il-qrati ddeċidew li meta jitwaħħlu cameras li jieħdu ritratti minn quddiem tal-karozza, tkun qed titwettaq invażjoni tal- privatezza taċ-ċittadin.", "Fil-fatt ma nsibu l-ebda pajjiż fejn speed camera teħodlok ritratt minn quddiem, imma hawn Malta donnu li aħna eċċezzjoni għax fit-telgħa tax- Xemxija twaħħlet speed camera li apparti li hi perikoluża għax bil-lejl jixgħel il-flash f'wiċċek, qed titwettaq invażjoni tal-privatezza taċ- ċittadin.", "Din id-deċiżjoni s'issa hawn Malta għadha ma ġietx challenged imma barra minn Malta dawn kollha ġew challenged.", "Hawn m'iniex qed nirriferi għal Timbuctoo imma għal pajjiżi bħall-Ingilterra, l-Awstralja u l-Amerika u dawn kellhom ineħħu l-ispeed cameras li jieħdu r-ritratti minn quddiem.", "Għalhekk nispera li l-awtoritajiet jiftħu għajnejhom u ma jikkostrinġu lil ħadd jidħol fi spiża żejda biex jiċċalinġja il-legalita' o meno ta' deċiżjoni bħal din.", "Imma ħalli għall-mument ninsa t-toroq għax irrid insemmi xi ħaġa oħra li tolqot liċ-ċittadini b'mod ġenerali, kemm fis- settur governattiv kif ukoll fis-settur privat u rrid nitkellem fuq il- mediċini.", "Sa ftit taż-żmien ilu, jekk xi mediċina kienet tkun out of stock għax l- aġent ma jkollux, wara ftit ġimgħat kienet terġa' tiġi importata.", "Iżda f'dawn l-aħħar ftit xhur bdejt ninnota - se nitkellem anke bħala tabib li nirċievi ċerta korrespondenza – li diversi aġenti bdew jinformawna li ċerti mediċini mhux se jibqgħu jkunu available mill-ispiżeriji.", "Issa interessanti kif lil diversi spiżjara, l-aġenti minflok ma jgħidulhom li dik il-mediċina m'għadhomx jimportawha qed jgħidulhom li ġiet discontinued, fi kliem ieħor li m'għadhiex tiġi immanifatturata.", "Allura jiena bdejt nistaqsi lili nnifsi: Imma kif mediċina li kienet dejjem fis-suq u qatt ma kien hemm problemi fuqha, ma baqgħetx tiġi manifatturata?", "U meta ċċekkjajt barra sibt li dawn il-mediċini ssibhom fil- pajjiżi kollha minbarra f'pajjiżna.", "Allura għidt: Mela għal liema raġuni qed jgħidulna li huma discontinued?", "U hawn sibt li m'huma discontinued xejn għax il-problema hi li l-gvern Nazzjonalista, minkejja li minn din in- naħa tal-Kamra kemm-il darba ġbidnilu l-attenzjoni biex jara x'se jagħmel, ma ħax il-passi kollha neċessarji biex ikun hemm salvagwardja biżżejjed għal meta jiġu rreġistrati l-mediċini fil-każ tas-settur privat.", "Jien naqbel mar-reġistrazzjoni u ma rrid lil ħadd jaħseb li jien kontra, Sur President.", "Jien kont l-ewwel ministru li introduċejt diskussjoni dwar ir-reġistrar ta' mediċini hawn Malta u konna anke ġibna espert tad-WHO biex jibda jagħtina l- ewwel pariri dwar kif għandha ssir ir-reġistrazzjoni.", "Naturalment dan l- espert tad-WHO jgħidilna kif għandha ssir iżda fl-aħħar mill-aħħar aħna nimplimentawha skond iċ-ċirkostanzi ta' pajjiżna.", "U ċ-ċirkostanzi ta' Malta jitolbu li minħabba li aħna ċkejknin u s-suq tagħna huwa żgħir, apparti l-problemi loġistiċi l-oħrajn kollha, għandna problema li jekk inti se jkollok tħallas ċerta tariffa, l-ebda kumpannija m'hi se tħallas għal pajjiż b'popolazzjoni ta' 400,000 ruħ – f'każ ta' pajjiż ikbar dan faċilment isir, imma mhux f'każ ta' suq żgħir bħalma huwa dak Malti - u r- riżultat hu li billi dawn il-mediċini ma ġewx reġistrati, m'aħniex se nibqgħu nsibuhom fis-suq.", "Tiftakru meta l-partit Nazzjonalista kien jgħajjar lill-partit Laburista li biex tixtri biċċa ċikkulata jkollok tmur Sqallija, biex issa spiċċajna li biex tixtri ċerta mediċina trid taqsam il- baħar!", "Ċerti drabi t-tabib jagħmillek riċetta u l-ispiżjar jgħidlek li m'għandux minn dik il-mediċina, imbagħad tmur biex tixtriha mill-ispiżerija tal-gvern u mhux l-ewwel darba li jgħidulek li m'għandhomx għax out of stock.", "U għiduli x'se jagħmel il-pazjent.", "Issa li se jiġri hu li l-gvern se jkollu jagħmilha ta' importatur għal diversi mediċini u tilqim normali ta' kuljum li nagħtu lit-tfal u lil dawk li jkunu se jsiefru.", "Dawn illum il-ġurnata ma ssibhomx fis-suq privat imma trid tmur tixtrihom mingħand il-gvern, għalkemm nafu li l-gvern ma jbiegħx lit-tobba fis-settur privat.", "Il-gvern qed jispiċċa jkollu jonfoq iktar biex jixtri mediċini għalih peress li dawn il-mediċini m'humiex reġistrati u allura qed ikollu jixtrihom direttament hu minn barra, bit-tobba jkollhom problema ta' x'se jaqbdu jippreskrivu għax il-mediċini l-ħin kollu jinbidlu.", "Dak ma jġibuhx, l-oħra ma jġibuhiex, bil-konsegwenza li qed ikollna ħafna problemi psikoloġiċi u psikjatriċi għax ċerti mediċini li l-pazjenti kienu fuqhom tneħħew u biex taqleb pazjent minn mediċina għal oħra m'huwiex daqshekk faċli.", "Għalhekk qed nitlob lill-gvern sabiex mill-aktar fis jieħu l-passi meħtieġa ħalli jsolvi din il-problema, jekk mhux għall-ġid ta' ħadd għall- ġid tal-pazjenti u ċ-ċittadini Maltin u Għawdxin.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it-Tnejn, 25 ta' April 2005 fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Ministru.", "Fid-9.50 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "UŻU TA' L-ENERĠIJA", "11393.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 11199 u jgħid jekk il-gvern għandux xi forma ta' politika dwar l-użu ta' l- enerġija?", "Jista' jagħti rendikont tal-politika tal-gvern dwar l-użu ta' l- enerġija?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi l- mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "QTUGĦ FIL-PROVVISTA TA' L-ELETTRIKU", "11434.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 11206 u jgħid liema huma l-ibliet u rħula li sofrew minn qtugħ fil-provvista ta' l-elettriku matul ix-xahar ta' Ottubru?", "X'kienet ir-raġuni u kemm dam dan il-qtugħ?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal- Kamra.", "ENERĠIJA ELETTRIKA", "11435.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 11208 u jgħid kemm tiġi wżata enerġija elettrika mill-impjanti tar-reverse osmosis?", "Xi proporzjon jittieħed mit- total ta' enerġija ġġenerata mill-power stations?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: II-konsum ta' elettriku utilizzat mill-impjanti tar- reverse osmosis bejn Ottubru 2003 u Settembru 2004 hu ta' 111,059,771 units, jiġifieri 5.32% tat-total energy output.", "PRODUZZJONI TA' L-ILMA", "11436.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 11209 u jgħid kif u minn liema sors ġejja l-produzzjoni ta' l-ilma?", "Kemm hu l-proporzjon ta' l-ilma li ġej minn sorsi tar-reverse osmosis?", "Kemm ġej mit-tliet impjanti rispettivament?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-ilma li tipproduċi l-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma hu taħlita ta' ilma ppumpjat minn taħt l-art u ilma mill- impjanti tar-reverse osmosis.", "Fl-4 ta' Marzu l-ilma distribwit fil-gżira ta' Malta kien hekk: ground water - 33,434 m3 jew 45%; RO Cirkewwa - 6,779 m3 jew 9%; RO Lapsi - 10,336 m3 jew14%; u RO Pembroke - 23,590 m3 jew 32%.", "F'Għawdex l-ilma distribwit ġej kollu minn ground water, li parti minnu jkun imsaffi fil-polishing plant - low pressure reverse osmosis.", "Ġieli jkun il-każ, speċjalment fis-sajf, li parti mill-ilma distribwit f'Għawdex ikun ġej mir-reverse osmosis taċ-Ċirkewwa.", "SKEJJEL - ALLOKAZZJONI TA' FONDI", "11587.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Wara li bosta skejjel irċevew ittra li għandhom fondi mnaqqsa mill-allokazzjoni li kellhom, jista' il-Ministru jgħid liema huma l- iskejjel li tnaqqsulhom il-flus u xi tnaqqas għal kull skola?", "X'inhi r- raġuni għal dan it-tnaqqis?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-vot materials and supplies u repairs and upkeep fl- estimi għall-2005 huwa ta' Lm1,064,000 (jiġifieri Lm8,000 anqas mis-sena 2004) u Lm196,000 (jiġifieri Lm14,000 anqas mis-sena 2004) rispettivament.", "Dan it-tnaqqis ġie mifrux proporzjonalment fuq l-iskejjel kollha.", "TURIŻMU U KULTURA - FOND", "11588.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid kemm fih flus il-kont tat-turiżmu u kultura, wieħed mill-kontijiet li tħabbar fid-diskors tal-budget 2004?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Sakemm jitwaqqaf il-makkinarju neċessarju biex jinfetaħ dan il-kont, il-fondi meħtieġa qed jinħarġu mill-fond konsolidat.", "EŻAMI TA' L-EFL", "11589.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jinvestiga x'ġara biex fl-eżami ta' l-EFL li sar is-Sibt 26 ta' Marzu, 2005 il-karta ta' l-eżami kien fiha ħafna żbalji?", "X'se jiġri issa peress li jista' ikun hemm konsegwenzi għal min għamel l-eżami?", "Jista' jgħid ukoll x'kien il-ħlas sabiex persuna setgħet tagħmel l-eżami?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġibiet ta' mistoqsijiet parlamentari 11625 u 11657.", "ANZJANI – SERVIZZ TA' HELPER", "11590.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Meta koppja tibqa' mingħajr is-servizz ta' helper għal ġimgħatejn minħabba leave jew għal xi raġuni oħra u ma jintbagħatx reliever, ma jaħsibx il-Ministru li tkun ħaġa sewwa u ġusta li l-koppja tingħata refund għaż-żmien li tkun baqgħet mingħajr servizz?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jerġa' jaqra t- tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 10110.", "ŻEJTUN - DAR TA' L-ANZJANI", "11591.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jara x'inhi r-raġuni li r-residenti tad-dar ta' l-anzjani taż-Żejtun ġew imċaħħda milli jaraw il-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira fuq it-televiżjoni?", "Jista' jgħid min hu responsabbli għal dan l-aġir miskin?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Hija l-policy ta' l-imsemmija home li fil-partijiet komuni t-televiżjoni jinżamm fuq l-istazzjon ta' l-istat, jiġifieri l-PBS.", "Residenti li jixtiequ jaraw stazzjon ieħor jistgħu jagħmlu dan fil-kumdita' tal-kamra tagħhom.", "Tajjeb jingħad li dawk ir-residenti li xtaqu jaraw il-purċissjoni tal- Ġimgħa l-Kbira taż-Żejtun ittieħdu fiżikament ħdejn il-knisja parrokkjali.", "TĦAWWIL TA' SIĠAR U PJANTI", "11592.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jwieġeb l-ewwel parti ta' mistoqsija parlamentari 10934 u jgħid kemm tħawlu siġar u pjanti s-sena li għaddiet u ta' liema għamla huma?", "Kemm minn dawn tħawlu fl-iskejjel?", "Jista' jgħid liema huma dawn l-iskejjel u x'siġar u pjanti tħawlu?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il- mejda tal-Kamra.", "MEPA – BINI OGĦLA MINN GĦAXAR SULARI", "11690.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew approvati permessi mill- MEPA biex jinbnew blocks ta' aktar minn għaxar sulari mill-2000 sa l-2005 u f'liema lokalita'?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Il-MEPA approvat tliet applikazzjonijiet għal bini ogħla minn għaxar sulari f'San Pawl il-Baħar, Raħal Ġdid u Marsalforn.", "RAPPORTI TA' REATI MINN BARRANIN", "11691.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew irrapportati każi li fihom kienu involuti direttament jew indirettament barranin mis-sena 2000 sas-sena 2005?", "Minn liema pajjiż ġejjin?", "ONOR.", "TONIO BORG: In-numru ta' persuni ta' nazzjonalita' barranija li għamlu rapport lill-pulizija dwar xi reat f'dawn l-aħħar sitt snin hu kif muri hawn taħt:", "|Sena |2000|2001|2002|2003|2004|2005| | | | | | | |* | |Persu|2,63|2,21|2,45|2,39|2,91| 394| |ni |0 |6 |2 |3 |7 | |", "*sal-31 ta' Marzu", "AIRGUNS", "11692.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hux permess li persuna jkollha airgun bla liċenzja?", "ONOR.", "TONIO BORG: Airgun taqa' taħt it-tifsira ta' arma tan-nar skond l- Ordinanza dwar l-Armi u għaldaqstant mhux permess li tinżamm mingħajr il- liċenzja meħtieġa.", "XIRI TA' DIRETT DOMINJU", "11693.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid għaliex iċ- ċenswalisti tal-fond li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, qed jiġu mċaħħda milli jixtru d-dirett dominju?", "ONOR.", "TONIO BORG: Wieħed miċ-ċenswalisti tal-fond in kwestjoni applika biex jifdi ċ-ċens iżda, peress illi rriżulta li l-fond ma kienx qiegħed jintuża għal skop residenzjali, ma kkwalifikax taħt l-iskema tal-fidi attwali ta' l-uffiċċju konġunt.", "Huwa kien informat b'dan u kien informat ukoll li d-dipartiment kien lest joħroġ sejħa għal offerti għall-bejgħ tad- dirett dominju temporanju.", "Fis-7 ta' Diċembru, 2004 l-avukat ta' l-istess applikant informa lid- dipartiment li l-klijent tiegħu kien aċċetta li toħroġ sejħa għal offerti, iżda fl-14 ta' Marzu, 2005 l-istess avukat kiteb għan-nom taċ-ċenswalisti kollha li huma kienu rtiraw il-kunsens tagħhom biex toħroġ din is-sejħa.", "MEPA - TOWER BLOCKS", "11694.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid xi kriterji tuża l-MEPA biex tapprova permessi għal tower blocks?", "Fil-preżent kemm hemm applikazzjonijiet quddiem il-MEPA biex jinbnew tower blocks u f'liema lokalita'?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Il-MEPA tirriferi għall-policy DC2000, sezzjoni 1.7, li tirriferi għal floor area ratio, fl-evalwazzjoni ta' applikazzjonijiet għal bini għoli.", "Sadanittant il-MEPA qiegħda tħejji document policy framework for tall buildings biex tingħata gwida aħjar f'każ ta' applikazzjonijiet ta' din ix-xorta.", "Fil-preżent hemm 13-il applikazzjoni pendenti għal dan it-tip ta' żvilupp quddiem il-MEPA u cioe':", "|Qawra |4 | |Naxxar |2 | |Gzira |5 | |Mosta |1 | |San |1 | |Giljan | |", "ŻJARA TA' PRIM MINISTRU INGLIŻ", "11695.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin: Jista' il-Ministru jgħid min kien l-aħħar prim ministru ta' l- Ingilterra li żar Malta uffiċjalment u meta?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Hu mistenni li l-ewwel prim ministru Ingliż li se jżur Malta mill-Indipendenza 'l hawn se jkun f'Novembru li ġej fil-laqgħa taċ-CHOGM.", "QABDIET TA' DROGA", "11724.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm inqabdet droga minn Jannar 2005 sal-lum u x'tip?", "ONOR.", "TONIO BORG: L-ammont u t-tip ta' droga li nqabdet mill-pulizija bejn l-1 ta' Jannar u l-11 ta' April, 2005 hu kif muri hawn taħt:", "|Tip |Janna|Frar |Marzu |April| | |r | | | | |Cocaine |0.3g |45.5g|6.3g |2g | |Heroin |234.6|73.41|2kg367|- | | |g |5g |.45g | | |Cann. |1kg86|- |- |- | |grass |1.3g | | | | |Cann. |16.4g|197.8|3kg264|260.5| |resin | |1g |.8g |g | |Ecstacy |5.5 |5 tab|10345.|2553 | | |tab | |5 tab |tab | |DHC |11 |15 |- |- | | |tab |tab | | | |Valium |- |- |2 tab |- | |Halcion |- |- |4 tab |- |", "KAŻI TA' UŻURA", "11725.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm persuni tressqu l-qorti fuq każi ta' użura u x'sentenza ngħataw?", "ONOR.", "TONIO BORG: Fil-qrati tal-maġistrati ta' Malta ġew ippreżentati 18- il każ ta' użura filwaqt li fil-qorti tal-maġistrati f'Għawdex - bħala qorti ta' ġudikatura kriminali jew istruttorja - ma kien hemm ebda każ.", "Minn dawn ingħataw tliet sentenzi għax l-oħrajn għadhom pendenti.", "MIA - AVVELENAMENT TA' GĦASAFAR", "11769.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid għaliex id-dipartiment ta' l- ambjent mhux iwaqqaf l-awtoritajiet ta' l-airport milli javvelenaw b'mod indiskriminat kull għasfur li jkun fl-airport, meta għal raġunijiet ta' safety jistgħu jintużaw mezzi oħra inqas krudili?", "X'passi beħsiebu jieħu d-dipartiment?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Ninsab aċċertat mill-management ta' l-MIA li din l-allegazzjoni li qed jiġu avvelenati xi għasafar fl-ajruport għal raġunijiet ta' safety m'hijiex vera.", "Meta jkun hemm raġuni biex jiġu kkontrollati għasafar fl-inħawi ta' l- ajruport minħabba safety, dan isir taħt id-direttiva tal-kumitat ORNIS u s- superviżjoni ta' l-ispettorat għall-ambjent tad-direttorat għall-ħarsien ta' l-ambjent fi ħdan il-MEPA.", "MIA - AVVELENAMENT TA' GĦASAFAR", "11770.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm- il darba ġew avvelenati għasafar ġewwa l-MIA?", "Kemm inġabru għasafar mejta minħabba dan l-avvelenament u x'tip?", "Għaliex l-airport mhux juża mezzi oħra ta' kontroll anqas krudili, bħal ħsejjes u għasafar tal-priża mgħallma?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "MEDIĊINI OUT OF STOCK", "11772.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hawn mediċini out of stock din is-sena, jiġifieri mediċini li huma intitolati għalihom persuni bil-karta s-safra jew bil-karta r-roża?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Waqt li għax-xhur ta' Jannar u Frar nirriferi lill- Onor. Interpellant għall-mistoqsijiet parlamentari 10732 u 10808, nista' ngħidlu li l-kumplament ta' l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.", "SPTAR SAN LUQA - OPERAZZJONIJIET", "11773.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid kemm tħassru operazzjonijiet minħabba nuqqas ta' spazju fl-isptar San Luqa din is-sena?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Din is-sena ma tħassret l-ebda operazzjoni għalkemm informat li jsiru medja ta' 12-il major surgery fl-ortopedija fil-ġimgħa li minħabba ffullar kellhom jiġu posposti, posponiment li kien ippjanat minn qabel u beda jseħħ mid-9 ta' Jannar, 2005.", "Rigward il-general surgery, paediatrics, ENT, urology, neurosurgery u plastic surgery, l-informazzjoni mitluba hi kif ġej:", "| |Janna|Frar|Marzu|Apri| | |r | | |l | |General |41 |24 |24 |14 | |Surgery | | | | | |Paediatrics| 0 | 0 | 0 | 0 | |E.N.T. |49 |24 |25 | 1 | |Urology | 0 | 0 | 0 | 0 | |Neurosurger| 0 | 0 | 0 | 0 | |y | | | | | |Plastic | 4 | 7 | 8 | 0 | |Surgery | | | | |", "Dawn kollha ngħataw jew se jingħataw appuntament għal data oħra.", "SPTAR SAN LUQA - OPERAZZJONIJIET", "11774.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid kemm hi twila l-waiting list għal operazzjonijiet tal-kataretti, ftuq, hip replacement u knee replacement?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Il-waiting list għal operazzjonijiet mhux urġenti hi kif ġej:", "Hip replacement - 354 Knee replacement - 948", "Iż-żmien ta' stennija jilħaq madwar sentejn pero' ivarja skond ċirkostanzi mediċi tal-pazjent, bħal piż żejjed u mard ieħor.", "Il-waiting list tvarja wkoll skond il-konsulent.", "Dwar l-oftalmoloġija, sal-lum hemm jistennew 3,117-il persuna bi żmien ta' stennija li jvarja bejn sena u nofs u sentejn u nofs.", "L-informazzjoni dwar ftuq għadha qed tinġabar u tingħata f'xi seduta oħar.", "GĦASAFAR MAQTULA", "11775.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jagħti breakdown ta' l-għasafar li nqabdu u li nqatlu skond il-carnet de chasse li waslu fid-dipartiment għas- sena 2003?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: L-informazzjoni tal-carnet de chasse 2003 qiegħda fil-proċess biex tiddaħħal fis-sistema komputerizzata tal-MEPA u b'hekk tkun tista' tinħareġ l-istatistika meħtieġa.", "ADT - KUNTRATT TAD-DIRETTUR TAT-TOROQ", "11861.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 10648, jista' il-Ministru jgħid meta sar il-kuntratt bejn GT2 u l-ADT?", "Kemm-il konsulent ikopri dan il-kuntratt?", "X'servizz qed jingħata minn kull konsulent?", "X'inhu l-ammont li l-ADT qed tħallas għal dawn il-konsulenti?", "X'qed jirċievu direttament mill-ADT dawn il-konsulenti f'benefiċċji jew perks?", "X'inhu l-ammont imħallas s'issa għall-użu ta' mobile phone mill-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament minn meta laħaq f'Awissu 2004 sal-lum?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "ADT - VETTURI MIKRIJA", "11870.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Jista' il-Ministru jgħid l-awtorita' dwar it-trasport kemm għandha vetturi mikrija llum u kemm kellha f'Jannar tas-sena 2002?", "Mingħand min huma mikrija u b'liema prezz kull jum?", "Jista' jgħid jekk dawn ġewx mikrija permezz ta' kwotazzjonijiet jew sejħiet għal offerti u f'każ li kienet segwita din il-proċedura, meta nħarġu s-sejħiet għal offerti?", "Kemm kien hemm li applikaw u x'kienu l-offerti mitfugħa?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "ADT - DIRETTURI U MANAGERS", "11872.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Jista' il-Ministru jgħid min huma d-diretturi u l-managers ta' l- awtorita' dwar it-trasport li għandhom is-servizz tal-mobile phone u/jew tat-telefon tad-dar imħallas mill-awtorita'?", "Jista' jgħid ukoll x'kien l- ammont imħallas matul is-sena li għaddiet u fl-ewwel tliet xhur ta' din is- sena?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT:", "| |Nefqa 2004 |Nefqa 2005 | |Isem u |Mobil|Telefo|Mobi|Telefo| |Pożizzjon|e |n |le |n | |i | | | | | |Alfred |573.4|238.51|-19.|21.59 | |Magrin – |2 | |65 | | |Planning | | | | | |Manager | | | | | |Audrey |628.7|237.40|-17.|0.00 | |Testaferr|3 | |66 | | |ata de | | | | | |Noto – | | | | | |Dir TMD | | | | | |Daniela |812.8|mhux |35.3|mhux | |Borg |3 |applik|5 |applik| |Mizzi – | |abbli | |abbli | |PR & | | | | | |Marketing| | | | | |Manager | | | | | |David |665.5|539.12|17.6|84.87 | |Sutton – |1 | |0 | | |Deputy | | | | | |CEO | | | | | |David |296.3|mhux |75.9|mhux | |Vassallo |9 |applik|8 |applik| |– Project| |abbli | |abbli | |Manager | | | | | |Felix |73.72|mhux |12.8|mhux | |Gauci – | |applik|8 |applik| |Manager | |abbli | |abbli | |Francis |599.9|224.45|28.1|45.21 | |Cassar – |9 | |6 | | |Financial| | | | | |Controlle| | | | | |r | | | | | |Gilbert |612.0|mhux |-8.0|mhux | |Agius – |0 |applik|8 |applik| |Manager | |abbli | |abbli | |Heinrich |176.9|mhux |117.|mhux | |Semar – |7 |applik|89 |applik| |Dir NID | |abbli | |abbli | |Joseph |402.5|1331.2|37.0|49.55 | |Caruana –|5 |7 |5 | | |Dir PTD | | | | | |John |328.5|mhux |15.2|mhux | |Debono – |2 |applik|1 |applik| |Purchases| |abbli | |abbli | |Manager | | | | | |John |589.0|mhux |2.38|mhux | |Demicoli |0 |applik| |applik| |– Unit | |abbli | |abbli | |Manager | | | | | |Lara |375.1|mhux |22.7|mhux | |Baldacchi|7 |applik|8 |applik| |no – | |abbli | |abbli | |Manager | | | | | |Lino |379.8|mhux |20.9|mhux | |Abela – |3 |applik|1 |applik| |Technical| |abbli | |abbli | |Manager | | | | | |Louis |225.7|mhux |-0,0|mhux | |Cuschieri|2 |applik|1 |applik| |– Manager| |abbli | |abbli | |Maria |399.7|mhux |-9.3|mhux | |Attard – |2 |applik|5 |applik| |Transport| |abbli | |abbli | |, | | | | | |planning,| | | | | |policy, | | | | | |programmi| | | | | |ng & | | | | | |statistic| | | | | |s manager| | | | | |Mario |142.5|mhux |64.6|mhux | |Ellul – |0 |applik|7 |applik| |Project | |abbli | |abbli | |manager | | | | | |Mario |121.6|177.69|13.1|28.21 | |Ellul – |7 | |2 | | |HR | | | | | |Manager | | | | | |Mark |124.1|252.33|21.1|79.00 | |Samut |5 | |9 | | |Tagliafer| | | | | |ro – Dir | | | | | |Ltd | | | | | |Ray West |398.9|181.71|24.3|53.05 | |– Dir CSD|4 | |2 | | |Robert |500.4|mhux |55.1|mhux | |Zerafa – |3 |applik|2 |applik| |Construct| |abbli | |abbli | |ion | | | | | |Manager | | | | | |Stephen |81.60|mhux |32.9|mhux | |Vella – | |applik|6 |applik| |Manager | |abbli | |abbli |", "It-total ta' l-2005 ma jinkludix ix-xhur ta' Frar u Marzu.", "Kontijiet għal dawn ix-xhur għadhom ma waslux.", "ADT - DEPUTY CHIEF EXECUTIVE", "11874.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Jista' il-Ministru jgħid kemm-il darba siefer id-deputy chief executive ta' l-awtorita' dwar it-trasport matul l-2004 u fl-ewwel tliet xhur ta' din is-sena?", "Fejn mar u x'kien l-iskop ta' kull żjara?", "Kemm damet kull żjara u x'kienet in-nefqa f'titjira ta' l-arju, akkomodazzjoni u allowances?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il- mejda tal-Kamra.", "FAMILJA U SOLIDARJETA' SOĊJALI – GĦOTJIET U GĦAJNUNA OĦRA LIL NGOs", "11941.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: B'żieda mat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 10290, tista' il-Ministru tgħid jekk id-dipartimenti u l-entitajiet fid- dekasteru tagħha jagħtux xi għajnuna lill-għaqdiet volontarji u organizzazzjonijiet mhux governattivi fi kwalunkwe forma, bħalma huma għotjiet ta' flus, materjal, użu ta' proprjeta', self ta' ħaddiema, benefiċċji minn skemi, eżenzjonijiet, eċċ.?", "Lil liema għaqdiet u organizzazzjonijiet?", "Din kienet għotja ta' darba biss jew tingħata perjodikament?", "Kemm hu stmat li tiswa l-għajnuna?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: It-tagħrif mitlub hu kif jidher mit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra."]} {"filename": "20041117_189d_par.doc", "date": "2004-11-17", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Uffiċjali u Rivedut) L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 189 L-Erbgħa, 17 ta' Novembru, 2004 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 189 L-Erbgħa, 17 ta' Novembru, 2004", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.02 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "188", "L-Erbgħa, 17 ta' Novembru, 2004", "WERREJ", "MINUTI 417", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 417", "TQEGĦID TA' KARTI 424", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ESTIMI TA' DĦUL U NFIQ TAL-KORPORAZZJONI GĦAS-SERVIZZI TA' L-ILMA", "GĦAS-SENA 2004-2005 425", "AĠĠORNAMENT 447", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 451", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 188 li saret fis-16 ta' Novembru, 2004 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "PERSUNI BOARDED OUT", "8373.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Justyne Caruana) staqsa lill- Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru ġentilment tgħid kemm-il persuna ġiet boarded out f'dawn l-aħħar ħames snin kull sena separatament?", "Tista' tgħid ukoll kemm minn dawn ġew boarded out għal raġunijiet fiżiċi u psikoloġiċi?", "Kemm minnhom kienu nisa u kemm kienu rġiel?", "X'inhuma l-etajiet rispettivi tagħhom?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika) (f'isem il-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali): Ninsab informat li t-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant fl-ewwel parti tal-mistoqsija hu kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal- Kamra.", "OPM - ENERĠIJA SOLARI", "8742.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Roderick Galdes) staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk kienx hemm xi dipartiment taħt id-dikasteru tiegħu li għamel installazzjoni jew ħaseb għal sorsi ta' enerġija differenti, bħal solar panels, solar heaters, battery operated cars, eċċ. f'dawn l-aħħar snin?", "Kemm kien ilaħħaq dan l- investiment?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (Segretarju Parlamentari) (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Min-naħa ta' l-uffiċċju tal-Prim Ministru, id- dipartiment ta' l-informazzjoni huwa mpenjat biex fi żmien qasir tinkera karozza li taħdem bil-batteriji biex tintuża għall-bżonnijiet tad- dipartiment.", "Din se tinkera fil-parametri tat-tender bir-rata ta' Lm6.10, VAT inkluż, kuljum.", "Min-naħa l-oħra, il-ministeru tal-finanzi s'issa m'għamel l-ebda installazzjoni b'sorsi ta' enerġija differenti.", "Mistoqsijiet parlamentari 7171, 7172, 7173, 7174, 7175 u 7176 ingħataw tweġiba bil-miktub skond Ordni Permanenti Nru. 32.", "KURRIKULU NAZZJONALI", "8467.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impieg: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 3546, jista' l-Ministru jgħid xi żviluppi kien hemm fir- rigward tat-twettiq tal-kurrikulu nazzjonali minn Diċembru 2003 sal-lum?", "Jista' jgħid jekk sarx assessment ta' xi twettiq mill-kurrikulu nazzjonali minn mindu daħal fis-seħħ?", "Jekk iva, jista' jpoġġi dan id-dokument fuq il- mejda tal-Kamra?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impieg): In-NCC, il-kunsill nazzjonali tal-kurrikulu, wettaq programm ta' ħidma ta' twettiq tal-kurrikulu nazzjonali.", "Parti min dan il-programm ta' twettiq kien il-finanzjament ta' diversi proġetti kurrikulari fl-iskejjel.", "Dawn il-proġetti kienu jittrattaw diversi aspetti tal-kurrikulu fosthom il- litteriżmu, l-inklużjoni, il-valuri, it-twettiq ta' edukazzjoni ta' kwalità, kif ukoll proġetti dwar ix-xjenza u t-teknoloġija.", "Il-kunsill nazzjonali tal-kurrikulu qed iwettaq ukoll programm dwar l- inklużjoni permezz tal-grupp immexxi minn Dr Paul Bartolo.", "L-għan ta' dan il-proġett hu li jgħin lill-iskejjel jiżviluppaw kultura u politika ta' inklużjoni u riżorsi biex jissapportjaw l-inklużjoni ta' studenti bi ħteġijiet speċjali, l-IEN, f'edukazzjoni regolari.", "Il-kunsill ħadem ukoll mal-grupp tax-xjenza ko-ordinata dwar sillabu tax-xjenza kordinata.", "Sar ukoll ħafna taħriġ mid-dipartiment tal-kurrikulu fuq il-level descriptors li ġew introdotti aktar kmieni din is-sena.", "Dawn il-level descriptors huma pass ieħor lejn it-twettiq tal-kurrikulu.", "Din is-sena n- numru ta' parteċipanti għal dawn il-korsijiet ta' taħriġ kienu ferm akbar minn tas-snin ta' qabel peress li ngħata taħriġ lil gruppi differenti għal perjodu iqsar mis-soltu.", "Matul is-sena 2004 saru wkoll żewġ konferenzi nazzjonali, waħda f'Marzu u l- oħra f'Ottubru.", "L-ewwel waħda kienet iffokata fuq it-tagħlim ta' l-Ingliż u l-oħra fuq it-tagħlim tal-Matematika.", "Saru wkoll laqgħat preliminari dwar il-konferenza nazzjonali fuq il-tagħlim tal-Malti.", "Il-kors li wassal għal ċertifikat fil-community learning, li sar mill-NCC, bil-kollaborazzjoni tal-fakultà ta' l-edukazzjoni ta' l-università ta' Malta, ġie fi tmiemu f'Settembru li għadda.", "It-twettiq tal-kurrikulu huwa proċess kontinwu li ma jsirx mid-diviżjoni ta' l-edukazzjoni jew min-NCC biss.", "Huwa l-obbligu ta' kull skola li twettaq il-kurrikulu nazzjonali.", "Assessjar ta' xi twettaq mill-kurrikulu seta' sar mill-AKS, l-assoċċjazzjoni tal-kunsilli skolastiċi u mill- ministeru ta' l-edukazzjoni, żgħażagħ u xogħol.", "ĊENTRI TAS-SAĦĦA - TQASSIM TA' SIRINGI", "8478.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunita': Jista' l-Ministru jgħid kemm tqassmu siringi b'xejn mic-ċentri tas-saħħa matul din is-sena?", "Jista' jagħti l-figuri għal kull ċentru separatament?", "Tinżamm statistika ta' kemm-il persuna talbet siringi?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil- Komunita'): In-numru ta' siringi li tqassmu miċ-ċentri tas-saħħa minn Jannar sa Settembru 2004 lil dawk li jabbużaw mid-droga huwa kif ġej:", "Ċentri tas-Saħħa Siringi Furjana 34750 Qormi 13931 Gżira 33130 Raħal Ġdid 48900 Bormla 11599 Mosta 14549 Rabat 5141", "Ma tinżamm l-ebda statistika ta' kemm-il persuna talbet siringi.", "ĊENTRI TAS-SAĦĦA - SIRINGI", "8480.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunita': Jista' l-Ministru jgħid kemm inġabru siringi wżati f'kull ċentru tas-saħħa separatament matul din is- sena?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil- Komunita): Fiċ-ċentri tas-saħħa ma tinżammx statistika dwar kemm inġabru siringi.", "Dan il-ġbir ta' siringi jsir mill-aġenzija Sedqa u għalhekk nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi d-domanda lill-ministru li taħtu taqa' din l-aġenzija.", "EDUKAZZJONI - VETTURI U MOBILE PHONES", "8482.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impieg: Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 7858 u jgħid fil-preżent kemm hu n-numru ta' vetturi u mobile phones użati minn staff impjegat kemm fis-segretarjat privat tal-ministru kif ukoll mad-diviżjoni ta' l-edukazzjoni separatament?", "Kemm mill-vetturi huma mikrija u b'liema prezz?", "Min jużahom?", "Jista' jgħid ukoll kemm hu stmat li jiswew il-kirjiet tal-vetturi matul din is- sena finanzjarja?", "Min huwa ntitolat li juża dawn il-mobile phones?", "Kemm hu stmat li jiswew il-kontijiet tagħhom matul din is-sena finanzjarja?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impieg): Nitlob lill-Onor.", "Membru jirriferi għat-tweġiba li ngħatat għal mistoqsija parlamentari 8355.", "DWANA - ĦLAS TA' DAZJU FUQ XORB U SIGARETTI", "8484.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Peress li qed ikun hemm ħafna lmenti rigward il-fatt li uffiċjali tad-dwana qed jikkonfiskaw jew jitolbu ħlas ta'dazju fuq prodotti tax-xorb u sigaretti li jdaħħlu passiġġieri minn barra l-pajjiż, jista' l-Prim Ministru jara li fl-ajruport u fil-port jitwaħħlu listi ta' kemm suppost huwa intitolat li jdaħħal kull passiġġier?", "Huwa minnu li jekk passiġġier Malti jkun ġej minn pajjiż ieħor membru ta' l-Unjoni Ewropea, jitħalla jdaħħal kwantita` aktar ta' xorb u sigaretti milli kien jista' jdaħħal qabel ma Malta daħlet fl-Unjoni Ewropea?", "Kemm-il flixkun ta' xorb alkoħoliku, inbid u sigaretti jista' jdaħħal kull passiġġier?", "Tapplika s-sistema li minflok kwantita' fissa jista' jiddaħħal xorb u sigaretti basta dan ikun għall-użu personali kif hemm f'pajjiżi oħra ta' l-Unjoni Ewropea?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): In- numru ta' passiġġieri li ġew mitluba jħallsu t-taxxi fuq prodotti alkoħoliċi, sigaretti jew li kellhom oġġetti konfiskati kien ftit ħafna u għalhekk il-premessa tal-mistoqsija m'hijiex korretta.", "Fl-ajruport hemm avviż fejn jindika l-kwantità ta' oġġetti li wieħed jista' jdaħħal mingħajr taxxi meta jkun ġej minn xi pajjiż barra l-Unjoni Ewropea waqt li fis-seaport se jsir avviż simili għalkemm ftit li xejn jaslu passiġġieri minn barra l-Unjoni Ewropea f'dan il-port.", "Passiġġieri li jkunu ġejjin minn pajjiż ieħor ta' l-Unjoni Ewropea jistgħu jġibu magħhom dawn l-oġġetti li jkunu xtraw bit-taxxi mħallsa:", "Prodotti tat-tabakk Sigaretti 800 Cigarillos 400 Sigarri 200 Tabakk 1 kilogram", "Xorb Alkoħoliku Spirti 10 litri Prodotti Intermedjarji 20 litru Inbejjed (sa massimu ta' 60 litru sparkling Wines) 90 litru Birra 110 litri", "Fil-każ ta' passiġġieri li jġibu dawn il-kwantitajiet ta' sikwit jew ikollhom kwantitajiet aktar minn dawn ta' hawn fuq ikun irid jiġi aċċertat li dawn l-oġġetti verament ikunu għall-użu personali tagħhom.", "ADT - INTRODUZZJONI TA' UNIFORMI GĦAX-XUFIERA", "8485.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-istruttura li twaqqfet biex jiġi żgurat li l-ftehim bejn il-gvern u s-sidien tal- karozzi tal-linja jiġi implimentat kif suppost?", "Meta hemm il-ħsieb li tiddaħħal l-uniformi għax-xufiera?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT (Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq): Il- ftehim li sar bejn l-ADT huwa maqsum f'erba' stadji.", "Kull stadju huwa marbut ma' deliverables diferenti li għandhom isiru u jitlestew sa ċerti dati stabbiliti.", "L-awtorita' dwar it-trasport ta' Malta qiegħda tara li dawn ix-xogħlijiet jitlestew qabel ma tapprova s-sussidju relatat sabiex jitħallas.", "L-awtorita' dwar it-trasport inkarigat lid- dipartiment tat-trasport pubbliku sabiex isegwi il-ftehim iffirmat.", "L- enforcement officers fi ħdan l-istess direttorat qiegħed isegwi it-tħaddim tar-rotot u l-implimentazzjoni tal-kodiċi ta' kondotta meta dan jidħol fis- seħħ.", "Twaqqaf ukoll monitoring committee bejn il-ministeru u l-awtorita' sabiex jirrapporta l-progress u t-tħaddim tal-ftehim.", "Jien informat ukoll illi x-xufiera diga' għandhom uniformi illi tikkonsisti f'qalziet, pullover blu u qmis ħadra.", "INVESTIMENT, INDUSTRIJA U TEKNOLOĠIJA TA' L-INFORMATIKA - SAFAR", "8658.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il żjara barra mill-pajjiż għamlu l-uffiċjali tad-dipartimenti, awtoritajiet, entitajiet, eċċ. li jaqgħu taħt il-ministeru tiegħu matul l-ewwel disa' xhur tas-sena u fuq liema oqsma?", "Kemm hija l-ispiża globali involuta?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Joe Mizzi, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: II-ministru ġie nformat li llum f'ċerti areas ġiet maqtugħa għal sigħat twal il-provvista ta' l-elettriku?", "Jaf li hemm min għadu s'issa bla dawl?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Le, ħadd ma nformani li nqata' d-dawl u lanqas nistenna li niġi nformat dwar dan.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ma jidhirlux il-ministru li l-poplu għallinqas għandu jkun informat meta jkun se jinqata' d-dawl?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Speaker, jiena ma nafx għal liema raġuni nqatgħet il-provvista ta' l-elettriku.", "Jekk l-enemalta għamlet shutdown biex tagħmel repairs normali għandha ovvjament tinforma lill-poplu imma jekk il- provvista ta' l-elettriku nqatgħet għax kien hemm xi fault, jiġifieri id- dawl ma kienx previst li jinqata', f'dak il-każ il-poplu ma setax jiġi nformat.", "Safejn naf jien l-enemalta għandha proċedura normali li fejn tkun se tagħmel maintenance u titfi d-dawl, tavża.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Apparti li jeżistu l-mezzi tax-xandir biex wieħed jiġi nformat dwar qtugħ fil-provvista ta' l-elettriku, ma jidhirlux il-ministru li meta wieħed iċempel lill-korporazzjoni għandu jingħata l-informazzjoni mixtieqa?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Naqbel ma' l-Onor.", "Interpellant li jekk l- informazzjoni tkun available għal min ikun qed jirrispondi t-telephone, din għandha tingħata.", "INVESTIMENT, INDUSTRIJA U TEKNOLOĠIJA TA' L-INFORMATIKA - SAFAR", "8659.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il żjara barra mill-pajjiż għamel hu u l-uffiċjali tal-ministeru tiegħu matul l-ewwel disa' xhur tas-sena u x'oqsma kienu jispeċjalizzaw dawn iż-żjajjar?", "Kemm hija l-ispiża globali involuta?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fl-ewwl disa' xhur ta' din is-sena saru 26 żjarat barra minn Malta minn uffiċjali fil- ministeru tiegħi.", "Personalment kont preżenti fi tlieta minnhom.", "Ġeneralment dawn iż-żjajjar kienu relatati ma' diversi aspetti ta' l- informatika.", "L-ispiża totali ta' dawn iż-żjajjar tlaħħaq madwar Lm22,000.", "MALTA U GĦAWDEX - KAROZZI REĠISTRATI", "8660.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' karozzi ġodda reġistrati f'Malta u Għawdex separatament matul l-ewwel disa' xhur tas- sena?", "Kemm minnhom huma diesel u kemm petrol?", "X'livell ta' kapaċita' tal-magna għandhom?", "Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perjodu għal dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: It-tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "MMA - OPRI TAL-BAĦAR", "8661.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Kompetittivita' u l- Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' opri tal- baħar, sajd, eċċ. reġistrati mal-MMA matul l-ewwel disa' xhur tas-sena?", "Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perjodu tas-sena l- oħra?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzoni, Żgħażagħ u Impieg) (f'isem il-Ministru għall-Kompetittivita' u l-Komunikazzjoni): L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant se tkun inkluża fir-rapport annwali ta' l- awtorita' marittima ta' Malta li dalwaqt jitpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, sieħbi għamel domanda biex jingħata l- informazzjoni issa u mhux meta jitlestew l-estimi jew ir-rapport ta' l- awtorita' marittima.", "Għaliex qed jiġi mċaħħad minn dan?", "Ma naħsibx li din treġi u jekk nibqgħu sejrin hekk, dan ma jawgurax tajjeb lil dan il- Parlament.", "Kieku hemm xi diffikulta' jew hemm xi ħaġa sigrieta, lanqas fir- rapport ma kienet tingħata l-informazzjoni.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Speaker, il-kollega tiegħi jaf li f'dan il- Parlament tingħata ħemel ta' informazzjoni, li finalment tirrikjedi ħafna ħin u ħafna flus biex tinġabar.", "Imbagħad wara kollox ma nafx x'użu jsir minnha dik l-informazzjoni!", "Naħseb li r-risposta ingħatat fis-sens li din l- informazzjoni qed tiġi kompilata għall-finijiet ta' dan ir-rapport u allura wieħed jista' jistenna sakemm dan jitpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra pero' jekk ikun hemm l-insistenza, m'għandix dubju li l-ministru konċernat ma jsibx diffikulta' biex din l-informazzjoni tingħata qabel.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, dik l-informazzjoni xorta waħda tiġi ppreparata u se tingħata fl-annual report, kif qed jgħid il-ministru stess u allura m'huwiex minnu li se jsir xogħol żejjed u se jinħela ħafna ħin biex tinġabar.", "Jien qed nistaqsih speċifikament biex jgħidli x'inhi d- diffikulta' li din l-informazzjoni tingħata issa għax ma nafux jekk l- annual report huwiex se jiġi diskuss din is-sena jew is-sena d-dieħla!", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Speaker, ġieli jiena stess insib ruħi f'din it-tip ta' sitwazzjoni.", "Ġieli tkun se tiddiskuti xi ħaġa fil-Kamra u għal dan l- iskop ikun hemm il-ħtieġa li tippreżenta xi rapport.", "Jekk l-Onor.", "Membri jitolbuk dik l-informazzjoni, tirriferihom għal dak id-dokument jew rapport li tkun se tqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra.", "F'dan il-każ il-ministru konċernat, li lkoll kemm aħna nafu li huwa persuna assidwu immens u dejjem lest li jagħti l-informazzjoni li tintalablu, ħass li wieħed għandu jistenna li r-rapport jitpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra biex jieħu l-informazzjoni li jixtieq.", "Nerġa' ngħid li jekk wieħed jaħseb li din l-informazzjoni hawn bżonnha, m'għandix dubju li l-ministru konċernat ikun lest li jagħtihielu.", "IMPJIEGI - SENSJI", "8662.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impieg: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema fil-lukandi li matul l-ewwel disa' xhur ta' din is-sena ngħataw is-sensja?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li f'Jannar kellna 22 sensja, fi Frar kellna 20 sensja, f'Marzu kellna 27 sensja, f'April kellna 13-il sensja, f'Mejju kellna 14-il sensja, f'Ġunju kellna sitt sensji, f'Lulju kellna għaxar sensji, f'Awissu kellna tliet sensji u f'Settembru kellna 11-il sensja.", "Naturalment bħalma jkun hawn dawn ir-redundancies jew sensji għal raġunijiet differenti, ikun hemm ukoll ingaġġ ta' personnel ieħor.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jista' l-ministru jgħidilna x'inhu l-prospett ta' ingaġġ ta' personnel li se jkun hemm fil-lukandi bejn issa u l-aħħar tas- sena?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Jista' jkun li r-risposta tiegħi nftehmet ħażin.", "Jiena għidt li għal kull xahar li seta' kien hemm sensji, kien hemm ukoll ingaġġ.", "Issa quddiemi m'għandix informazzjoni xahar b'xahar għal dawn id- disa' xhur kemm ġew ingaġġati nies f'dan is-settur tal-lukandi.", "Din tkun informazzjoni li nkun nista' niġbor u li nkun nista' nikkomunikaha lill- Kamra.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Fl-istqarrija li ħarġet l-MHRA qed jingħad illi f'dawn it-18-il xahar li ġejjin hemm indikazzjoni li se jkun hemm nuqqas ta' impjiegi fil-qasam tat-turiżmu ta' iktar minn 1,000 ruħ.", "Kif jaħsibha l- gvern fuq din l-istqarrija?", "Xi prekawzjonijiet qed jieħu?", "Qed iħossu allarmat b'din l-istqarrija?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Speaker, naħseb li wieħed m'għandux jistaqsi jekk il-gvern iħossux allarmat fuq il-mod kif qed tiżviluppa l-ekonomija tal- pajjiż u kif jevolvi kull settur ta' l-ekonomija.", "It-tendenza li kultant nistaqsu għaliex għandna nallarmaw ruħna hija żbaljata.", "Fil-fatt nafu li s- settur tat-turiżmu huwa delikat u volatile ħafna għax l-iċken ċaċliqa fis- swieq internazzjonali mill-ewwel ikollha impatt fuqu.", "Nafu li s'issa s-suq tat-turiżmu tagħna rnexxielu jżomm, irnexxielu jikkumbatti u qiegħed jaħdem ukoll biex isostni l-pożizzjoni li għandna llum u jtejjibha fiż- żmenijiet li ġejjin.", "Fejn il-prospetti f'dan is-settur setgħu kienu ta' ċertu entita' ftit taż-żmien ilu meta f'dawn l-aħħar xhur il-prezz taż-żejt laħaq il-livelli li laħaq, dak li jkun jibda jerġa' jaħseb fuq dawk il- prospetti li kien indika.", "Meta jkollok dawn it-tip ta' fatturi kollox jintlaqat.", "Min jiddeċiedi li jmur vaganza jew jiġi vaganza f'Malta, jolqtuh diversi fatturi.", "Per eżempju, s'issa aħna f'Malta għadna ma rnexxilniex ngħidu li l-partijiet soċjali qed jifhmu x'inhi r-realta' ta' dan il-proċess li minnu għaddejja l-ekonomija tagħnau fil-fatt nispera li nilħqu patt soċjali.", "Il-fatt li ma jintlaħaqx patt soċjali u l-fatt li ma niftehmux b'mod tajjeb fuq politika tal-pagi, ikollu impatt ukoll fuq kif taħdem u tikber l-ekonomija tagħna.", "Jiġifieri wieħed irid japprezza li rridu nifhmu f'liema kontest il-Malta hotels and restaurants association ħarġet dik l-istqarrija tagħha - jiena għadni ma qrajthiex peress li m'ilnix li wasalt minn barra - u hu x'inhu dak il-kontest, naħseb li l- prinċipji li qed insemmi jien huma prinċipji ġenerali li għandna nżommuhom ukoll f'moħħna.", "SAĦĦA - KSUR TAR-REGOLAMENTI TAS-SANITA'", "8663.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' lukandi, ristoranti u stabbilimenti oħra ta' l-ikel u x-xorb f'Malta u f'Għawdex li bħalissa għandhom il-liċenzja sospiża minħabba li nstabu jiksru xi regolamenti tas-sanita'?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunita'): Ninsab informat li d-dipartiment tas-saħħa pubblika ma toħroġ l-ebda liċenzja lil lukandi, ristoranti u stabbilimenti oħra ta' l-ikel u xorb.", "Għaldaqstant hemm l-obbligu ta' reġistrazzjoni ma' l-istess dipartiment ta' kull stabbiliment ta' l-ikel skond l-Att ta' l-2002 dwar is-Sigurta' ta' l- Ikel (Chapter 449) Part IV Art.", "11, kif ukoll b'Avviż Legali 180 ta' l- 2001.", "Id-dipartiment jista' jagħlaq postijiet ta' l-ikel skond l-Att ta' l- 2002 dwar is-Sigurta' ta' l-Ikel, Sec.", "36.", "Informat li bħalissa m'hemm l- ebda post f'Malta jew f'Għawdex li jinsab magħluq skond dan l-Att.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mario Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "MARIO GALEA: B'riferenza għal-liġi li għaddiet dan l-aħħar dwar it- tipjip f'postijiet pubbliċi, jista' l-Ministru jgħid jekk il-Parlament huwiex kopert b'dawn ir-regolamenti?", "Ovvjament m'iniex qed nirriferi għal uffiċini individwali ta' persuni li m'humiex pubbliċi imma għall-partijiet l-oħra tal-Parlament fejn suppost ma jsirx tipjip u fejn proprju suppost nagħtu l-eżempju.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nirringrazzja lill-Onor.", "Membru talli tani l- opportunita' niċċara darba għal dejjem din il-problema.", "Il-Parlament huwa post pubbliku u l-uffiċini fil-Parlament huma kollha postijiet pubbliċi.", "Allura ma jistax isir tipjip la ġewwa l-uffiċini, anke jekk ikun hemm qbil bejn l-impjegati li jkunu fl-istess uffiċċju u ovvjament lanqas fil- Parlament innifsu.", "Niftakar li qabel ma għaddiet din il-legal notice konna kważi bi qbil bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra li għandna nagħtu eżempju lil dawk li qegħdin barra u li f'partijiet sostanzjali tal-bini tal-Parlament, fosthom il-kurituri u l-postijiet komuni, ma jsirx tipjip fihom.", "Fil-Parlament hemm ukoll bar li d-daqs tiegħu huwa ta' inqas minn 60 metru kwadru.", "Ovvjament il-legal notice li ħarġet tagħmel distinzjoni fejn jista' jsir tipjip fi ħwienet ta' l-ikel u x-xorb li huma ta' ċertu daqs.", "Fil-fatt dawk li huma ta' daqs ta' inqas minn 60 metru kwadru għandhom sal-5 ta' April tas-sena d-dieħla biex ikunu jistgħu jikkonformaw mal-liġi pero' xorta jibqa' l-fatt li l-bar tal- Parlament jinsab f'post pubbliku u tipjip ġewwa fih ma jistax isir.", "Issa ovvjament jekk huwiex qed isir tipjip jew le, hija kwestjoni oħra, pero' teknikament ma jistax isir tipjip la fil-Parlament kollu, la fl-uffiċini tal-Parlament u lanqas fil-bar tal-Parlament.", "Hija ħaġa pożittiva wkoll li minkejja l-kritika inġusta illi l-gvern irċieva minn diversi setturi, li ovvjament l-interessi tagħhom m'humiex l- interessi primarji li għandu l-gvern, jiġifieri li jissalvagwarda s-saħħa taċ-ċittadini tagħna, pajjiżi oħrajn warajna qegħdin jgħaddu leġislazzjoni biex jadottaw miżuri li diġa' adottajna aħna.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: (Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l- Intern): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Rapport ta' inkjesta maġisterjali dwar il-Fondazzjoni Skejjel ta' Għada li saret fuq rikjesta ta' l-Onor Carmelo Abela u d-deċiżjonijiet u konklużjonijiet ta' l-Avukat Ġenerali dwar l-istess rapport kontenut fl-ittra tat-12 ta' Novembru 2004.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Ninu Zammit.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar safar uffiċjali li sar minn impjegati f'dipartimenti u entitajiet li jaqgħu fid-dikasteru tal-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura matul il-perjodu bejn Jannar u Ottubru 2004, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari 8909.", "F'isem il-Ministru għal Għawdex inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar safar uffiċjali li sar minn impjegati f'dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dikasteru tal-Ministru għal Għawdex matul il-perjodu bejn Jannar u Ottubru 2004, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari 8910.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Louis Deguara.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar safar uffiċjali li sar minn impjegati f'dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dikasteru tal-Ministru tas-Saħħa, l- Anzjani u Kura fil-Komunita` matul il-perjodu bejn Jannar u Ottubru 2004, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari 8911.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "George Pullicino.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO (Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar safar uffiċjali li sar minn impjegati f'dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dikasteru tal-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent matul il-perjodu bejn Jannar u Ottubru 2004, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari 8913.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar safar uffiċjali li sar minn impjegati f'dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dikasteru tal-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq matul il-perjodu bejn Jannar u Ottubru 2004, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari 8914.", "MR SPEAKER: Ngħaddu issa għal Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ESTIMI TA' DĦUL U NFIQ TAL-KORPORAZZJONI GĦAS-SERVIZZI TA' L-ILMA GĦAS-SENA 2004-2005", "Ikompli mis-16 ta' Novembru, 2004.", "MR SPEAKER: Rimarki?", "L-Onor.", "David Agius.", "ONOR.", "DAVID AGIUS: Sur President, fl-aħħar dibattitu li kellna f'din il- Kamra dwar il-water services corporation, din kienet għadha kif ħadet taħt ir-responsabilita' tagħha d-drainage system ta' pajjiżna u jien kont għidt li huwa tajjeb li qed naraw żminijiet tajbin f'dan il-pajjiż fejn l-ilma m'għadux jinqata' bħalma kien jinqata' fil-passat.", "Pero` llum irrid ngħid iktar minn hekk għaliex mhux biss il-provvista ta' l- ilma m'għadhiex tinqata' f'pajjiżna imma llum għandna sistema fejn anke l- finanzi tal-water services corporation huma aħjar milli kienu ftit tax-xhur ilu.", "Dan jixhduh l-istess figuri tal-korporazzjoni u naħseb li huwa pożittiv li f'dan il-Parlament nirrikonoxxu li l-water services corporation qed tagħmel il-parti tagħha ukoll biex il-finanzi ta' pajjiżna jkunu fis-sod.", "Is-sena li għaddiet jiena kont għidt ukoll li għandna naħdmu biex innaqqsu t-telf ta' l-ilma f'pajjiżna u naħseb li bit-twaqqif tar-reġjuni, tjieb is- servizz li jingħata lill-konsumatur, kompla jitnaqqas it-telf ta' ilma mis- sistema ta' distribuzzjoni għal dak li huwa aċċettat ekonomikament u t- twaqqif ta' numru ta' performance indicators li huma strumentali għal dak li għandu x'jaqsam ma' monitoring u kontroll tax-xogħol kien pożittiv.", "Mr Speaker, nistgħu ngħidu li bl-introduzzjoni ta' dawn ir-reġjuni, il-water services corporation irnexxielha ddaħħal żewġ konċetti, il-multi-skilling u l-flessibilita`.", "Jiena nħeġġeġ lil din il-korporazzjoni sabiex testendi dawn il-miri għal oqsma oħra tagħha.", "Għal dawk li huma riżultati marbuta mal-leakage control, il-mira prinċipali tal-kontroll u tat-tnaqqis tat-telf ta' l-ilma ntlaħqet pero` għad fadlilna fejn irridu nilħqu.", "Infatti dak li jissejjaħ bħala l-ILI index, l- infastructure leakage index, naqas minn 4.9 f'Awissu ta' l-2003 għal 3.6 sa Lulju ta' din is-sena.", "L-indiċi li suppost intlaħaq huwa ta' 1.5 u allura għadna ftit 'il bogħod pero` xorta wieħed irid jara x'għandu jagħmel u x'għandu jsir biex verament ikollna kontroll fuq il-leakages ta' l-ilma.", "F'Għawdex, il-water services corporation irnexxielha tilħaq dan l-indiċi u dan huwa ċertament tajjeb.", "Sabiex jintlaħqu dawn ir-riżultati u jkompli l- progress f'dan il-qasam, hemm bżonn li tkompli tiġi adottata l-metodoloġija tal-kontroll ta' telf ta' ilma li tkopri l-immaniġġjar tal-pressa ta' l- ilma fis-sistema tad-distribuzzjoni, it-tiswijiet tal-leakages, razzjonalita` tas-sistema ta' distribuzzjoni u tibdil kontinwu ta' kanen difettużi fis-sistema.", "Meta wieħed jgħid dan kollu jrid jagħti wkoll eżempji.", "Fil-fatt wara li jien għamilt mistoqsijiet parlamentari lill- Ministru Austin Gatt fuq kanna partikolari ġo triq partikolari f'Birżebbuġa, il-gvern kellu jonfoq Lm8,000 biex tinbidel dik il-kanna u ma jibqax ħiereġ l-ilma.", "Meta tkellimt fl-aħħar dibattitu li kellna dwar il-water services corporation, kont għidt li hemm bżonn li nsibu sistema aħjar għall- billing system tagħna u nieħu pjaċir li anke l-Ministru Gatt jaqbel li verament hemm bżonn li nsibu sistema aħjar biex kemm il-water services corporation u kif ukoll l-enemalta jiġbru dak li għandhom jiġbru b'mod effiċjenti wkoll.", "Illum għandna sistema ta' teknoloġija aħjar milli qatt kellna qabel u naħseb li tajjeb li anke din il-korporazzjoni tuża l-aħjar sistemi fil-ġbir ta' finanzi.", "Mr Speaker, nixtieq nitkellem issa fuq il-qasam tad-drenaġġ.", "Fl-aħħar dibattitu kkritikajt il-fatt li kien hemm nies li kienu ilhom jistennew 15- il sena għas-servizz tad-drenaġġ pero' llum b'wiċċi minn quddiem ngħid li dan ix-xogħol sar b'mod tajjeb u minnu gawda l-poplu, speċjalment in- nies ta' Ħ'Attard u ta' Ħad-Dingli.", "Fil-fatt f'Ħ'Attard, fl-area tal-Pantar li mill-Mosta tagħti għal Ħ'Attard ġie mgħoddi s-servizz tad-drenaġġ wara 15-il sena.", "F'Ħad-Dingli qed isir ix-xogħol li qed jiswa ammont sostanzjali ta' flus biex ikun hemm ukoll connection u parti minn Ħad- Dingli jkollu d-drenaġġ ukoll.", "Minn hawnhekk nixtieq nirringrazzja u ngħid prosit lil kulmin min ħadem f'dawn l-oqsma għaliex jiena kif ma niddejjaqx nikkritika fejn għandi nikkritika lanqas niddejjaq nfaħħar ix- xogħol tajjeb li jkun sar.", "F'paġna 26 tar-rapport insibu miktub li hawn mill-inqas 800 household f'pajjiżna li għandu fossa u nittama li fil- ġranet u fix-xhur li ġejjin nkomplu naħdmu u nirsistu sabiex dan l-ammont ta' nies li għadhom bil-fossa jonqos kemm jista' jkun.", "M'għandi l-ebda dubju li l-water services corporation se tagħmel ħilitha kollha sabiex dan in-numru jonqos.", "Ma rridux ninsew li qed ngħixu fis-sena 2004 u m'hijiex xi ħaġa tajba li jkollok 800 familja li għadha tgħix bil-fossa minflok bis- sistema tad-drenaġġ.", "Mr Speaker, nafu wkoll li fid-dipartiment tad-drenaġġ għandna madwar 600 ħaddiem meta fil-fatt għandna bżonn 300 ruħ u jekk kien hemm xi ħaddiema li semgħu d-dibattitu jista' jkun li nkwetaw ruħhom.", "Għalhekk nixtieq li forsi fil-winding up il-Ministru Austin Gatt jagħti daqsxejn ta' kjarifika fuq din il-ħaġa sabiex inserrħu wkoll moħħ dawn il-ħaddiema u ma joqogħdux jinkwetaw għalxejn.", "Fl-aħħar dibattitu l-ministru qal li fl-MDS hemm bżonn nagħmlu private public partnership.", "Pero' forsi ħallejniha daqsxejn fl-arja u għalhekk nixtieq li anke fuq din il-ħaġa nagħtu indikazzjoni ta' x'inkunu qed infissru meta ngħidu dawn l-affarijiet ħalli nserrħu wkoll ras il-ħaddiema li jaħdmu f'dawn l-azjendi.", "Nixtieq nagħlaq id-diskors tiegħi billi ngħid li fil-qasam tad-drenaġġ għandna wkoll xogħlijiet estensivi li jridu jsiru.", "Infatti meta rajt il- master plan mis-sena 2004 sas-sena 2007 sibt li se jsir l-upgrading tal- pumping station fil-Gżira li se tiswa kważi Lm0.5 miljun, f'Ħal Far u Birżebbuġa se jiġu minfuqa Lm330,000 ukoll, fil-Mellieħa u fin-naħa t'isfel ta' Malta se jintnefqu Lm4 miljun li ġejjin mill-fondi ta' l-Unjoni Ewropea sabiex isir l-upgrading neċessarju.", "Barra minn hekk, l-ispiża sabiex isir l-urban waste water treatment plant f'Wied Għammieq se titla' għal iktar minn Lm25 miljun u se jkun hemm madwar Lm1.2 miljun oħra li jridu jintnefqu wkoll fuq dan il-proġett.", "Dawn huma kollha affarijiet importanti għal pajjiżna u naħseb li anke l- oppożizzjoni taqbel ma' dawn it-tip ta' affarijiet jekk irridu li pajjiżna jimxi 'l quddiem.", "Meta naraw l-għajnuna li qed nirċievu mill-Unjoni Ewropea u mill-protokoll Taljan sabiex intejbu s-sistema tad-drenaġġ f'pajjiżna, naħseb li nkunu mexjin fid-direzzjoni t-tajba.", "Għalhekk nixtieq nawgura lill-water services corporation sabiex tibqa' miexja kif inhi sejra u tkun aktar effettiva għall-ġid tal-poplu Malti u Għawdxi kemm fil-qasam ta' l-ilma u kif ukoll fil-qasam tad-drenaġġ.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Il-Ministru Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għall-Kompettitivita' u Komunikazzjoni): Mr Speaker, nixtieq nieħu ftit minuti sabiex ngħaddi ftit kummenti dwar ir- rapport annwali, dwar il-ħidma maħsuba mill-water services corporation u kif ukoll dwar l-inizjattivi li ttieħdu u se jkomplu jittieħdu mill-istess organizzazzjoni.", "Se nibda billi ngħid xi ħaġa fuq il-pjan ta' strateġija ta' l-istess water services corporation.", "Kuntrarjament għal dak li jaħsbu ħafna nies, il- water services corporation m'għadhiex aktar responsabbli biss sabiex twassal l-ilma li nixorbu fi djarna, iżda saret ukoll responsabbli mid- disposal of waste water.", "Naturalment dan l-ilma ħażin jgħaddi lura fis- sistema tad-drenaġġ u rridu noqogħdu attenti fil-mod ta' kif nittrattawh, l- ewwelnett sabiex innaqqsu l-possibbilta' ta' kontaminazzjoni u t-tieni nett għaliex hemm pjani sabiex matul is-snin nipprovaw nisfruttaw aħjar l-ilma tad-drenaġġ għal diversi skopijiet.", "Funzjoni oħra li se tidħol għaliha l- istess water services corporation hija marbuta ma' kif se jintuża l-ilma tax-xita.", "Mr Speaker, saret riferenza minn diversi kelliema għal dawn it-tliet kategoriji differenti u mingħajr ma nidħol f'dettalji żejda, tajjeb li ngħid ukoll li l-water services corporation qiegħda fi stadju fejn fil- ġranet jew fil-ġimgħat li ġejjin se tagħti award tat-tender għall-bini ta' l-impjant tat-tisfija fl-inħawi taċ-Ċumnija, fil-limiti tal-Mellieħa.", "Naturalment jista' jkun hawn min jargumenta li forsi dawn l-affarijiet ilhom li saru jew mhux suppost li saru affarijiet bħal dawn, pero' llum qegħdin fi stadju li nistgħu ngħidu li l-water services corporation bħala follow-up ta' dak li kien jagħmel id-dipartiment tad-drenaġġ, fil-fatt se tagħti tender għall-bini ta' dan l-impjant tat-tisfija fil-Mellieħa.", "Tajjeb li wieħed ifakkar li n-nefqa marbuta ma' dan il-proġett waħdu se tkun ta' Euro 5.3 miljuni fuq l-impjant u Euro 3.8 miljuni għall- infrastruttura marbuta sabiex l-istess ilma jitwassal fis-sistema u eventwalment ikun jista' jintuża.", "Jiġifieri dan l-impjant se jiġi jiswa kważi Euro 9 miljuni u dan huwa importanti għaliex bil-mod il-mod se jkollna t-tisfija ta' dak id-drenaġġ li sal-lum għadu jmur fil-baħar.", "Dan se jirriżulta f'inqas ilma maħmuġ li se jmur fil-baħar, il-possibbilta' ta' użu ta' dan l-istess ilma mill-bdiewa jew minn organizzazzjonijiet oħra li jkollhom bżonn dan l-ilma għat-tisqija tar-raba' tagħhom u kif ukoll għall- użu ta' tisqija għall-proġetti li jista' jkollu l-ministeru responsabbli mill-ambjent.", "Bejn wieħed u ieħor dan ix-xogħol għandu jinbeda fit-tieni kwart tas-sena d-dieħla u jasal fi tmiemu bejn wieħed u ieħor f'Ottubru tas-sena 2006.", "Naturalment wara dak iż-żmien irridu nibdew naraw il-mod ta' kif nistgħu nużaw b'mod tajjeb dak l-ilma li se jissaffa minn dan l- impjant.", "Tajjeb li wieħed jgħid ukoll li l-finanzjament ta' dan il-proġett se jsir mill-protokoll Taljan u għall-ewwel darba se jintuża mhux biss biex jinxtara l-makkinarju, iżda bħalma sar fil-każ tat-toroq, imma se jintuża wkoll sabiex isir xogħol fiżiku.", "Riżultat ta' diskussjonijiet fit-tul li saru fil-passat, il-bini ta' dan l-impjant fil-futur se jkun ta' benefiċċju għal kulħadd.", "Naturalment wara li jinbena dan l-impjant l- istess korporazzjoni se jkollha tonfoq bejn wieħed u ieħor madwar Euro 2.7 miljuni fuq medda ta' ħames snin sabiex tkun tista' tmantnih.", "Mr Speaker, f'paġna 44 tar-rapport insibu li l-laboratorju li għandha l- istess korporazzjoni ħa madwar 5,300 sample differenti bejn Lulju tas-sena 2003 u Lulju ta' din is-sena, jiġifieri bejn wieħed u ieħor 100 sample fil- ġimgħa.", "Issa hawn min jista' jargumenta li dan ma kienx biżżejjed jew għall-kuntrarju jista' jkun li jkun hawn min jargumenta li kien ħafna, pero' l-fatt li sar dan l-ammont ta' testijiet matul is-sena li għaddiet juri l-impenn li għandha l-istess water services corporation.", "Jiena m'għandix dubju - għalkemm ma jidhirx li hemm breakdown ta' dan fir- rapport annwali - li fejn kien hemm xi indikazzjoni ta' riżultati negattivi mis-samples li ttieħdu, dawn ma qagħdux jistennew li jieħdu sample kull xahar iżda bdew imorru b'aktar frekwenza f'dawk il-postijiet fejn kien hemm xi diffikultajiet.", "Tajjeb li ngħid ukoll li mir-rapport annwali joħroġ li l-water services corporation ma nvestietx fil-laboratorju tagħha u kienet kuntenta b'dik in- nefqa li għamlet, iżda rat li matul is-sena li għaddiet tipprova takkwista għaliha ċ-ċertifikazzjoni mill-UK accreditation services.", "Minbarra dan talbet ukoll u ngħatat l-akkreditazzjoni mill-Malta standards authority bħala l-uniku laboratorju hawn Malta li huwa akkreditat biex jagħmel it- testijiet ta' l-ilma.", "Hawnhekk xtaqt nieħu l-okkażjoni u ngħid li l-Malta standards authority u l-water services corporation ħadmu flimkien u b'mod qawwi f'dan il-każ - u nista' ngħid li ħadmu b'mod qawwi għaliex l-MSA taqa' taħt ir-responsabilita' tiegħi wkoll - u fil-fatt wasalna sabiex ftit tal-ġimgħat ilu l-Malta standards authority setgħet tagħti l- akkreditazzjoni lil dan il-laboratorju.", "Dan se jirriżulta li ċ- ċertifikazzjonijiet li jsiru minn dan il-laboratorju jkunu ta' ċertu livell u kwalita' li huma aċċettati mhux biss lokalment iżda wkoll fuq livell internazzjonali.", "Mr Speaker, dan iwassalni biex ngħid li l-informazzjoni, l-istudji u r- riċerki li jsiru mill-istess water services corporation sabiex jgħaddu għand il-Malta standards authority u taqdi l-ħteġijiet tagħha, jistgħu jiġu wżati għal affarijiet oħra.", "F'moħħi għandi l-kwestjoni tar-research and development.", "Dan il-qasam jissemma diversi drabi u kultant jinħass li qisu hawn xi lakuna fl-istudji li jsiru hawn Malta fejn din il-ħaġa qisha ma ssirx.", "Pero' jien ninsab konvint li ssir ħafna aktar riċerka milli fil- fatt tiġi rrapportata, anke għall-iskop ta' internal market scoreboard li minn żmien għall-ieħor nitkellmu dwaru.", "F'dan il-pajjiż qed issir ħafna riċerka u dan huwa indikat kemm mir-riċerka li saret mill-water services corporation matul is-sena li għaddiet u kif ukoll mir-riċerka li se tkompli ssir mill-istess korporazzjoni matul iż- żmien li ġej.", "Min-naħa l-oħra jiena m'għandix dubju li din ir-riċerka li qiegħda ssir minn diversi entitajiet sal-lum mhux qed tiġi riflessa f'dak li huwa r-riżultat aħħari ta' Malta bħala l-iscoreboard fil-livell internazzjonali.", "Allura nixtieq nappella biex inżidu l-impenn tagħna sabiex l-informazzjoni li tinġabar tingħata wkoll lill-entitajiet oħra f'pajjiżna ħalli nkunu nistgħu nagħmlu relay lill-international fora u jkun hemm il-kollaborazzjoni meħtieġa bejn id-diversi entitajiet u l-isforzi individwali ta' l-entitajiet diversi jkunu jistgħu wkoll jingħaqdu bħala sforz kollettiv nazzjonali.", "Proprju fir-rapport annwali nsibu diversi riferenzi għar-riċerki u għall- istudji li saru.", "M'huwiex possibbli għalija li noqgħod nidħol fid-dettall ta' kull waħda minn dawn l-informazzjonijiet, pero' għandna bażi qawwija u soda li fuqha nistgħu nibnu l-kollaborazzjoni bejna u bejn id-diversi entitajiet oħra tal-gvern sabiex fil-fatt inkunu nistgħu mmexxu.", "Matul is-snin kelli l-opportunita' nitkellem dwar ix-xogħol infrastrutturali li tkun qed tagħmel il-water services corporation u diversi drabi għidt li dan mhux biss għandu jkun ta' kwalita' tajba, iżda għandu jsir f'kollaborazzjoni ma' entitajiet governattivi oħra ħalli jiġi assigurat li n-nefqa kapitali li tkun qed issir ma tkunx qed issir a skapitu ta' investimenti oħrajn li forsi jistgħu jsiru minn żmien għall- ieħor.", "F'dan ir-rapport hemm riferenza wkoll għas-settur tat- telekomunikazzjonijiet.", "Wieħed forsi jibda jgħid x'għandu x'jaqsam is- settur tat-telekomunikazzjonijiet mal-water services corporation, ħlief forsi sabiex wieħed joqgħod iċempel minħabba xi lmenti li jkollu.", "Il-water services corporation hija waħda minn dawk il-korporazzjonijiet f'pajjiżna li rrealizzat ruħha bil-kapaċitajiet tat-telekomunikazzjoni li jeżisu llum u kif bla dubju ta' xejn se jkomplu jiżviluppaw fil-futur.", "Għalhekk huwa possibbli li l-istess korporazzjoni jkollha reporting kontinwu u bla waqfien mid-diversi pumping stations li għandha madwar il-gżejjer u b'hekk ikollha dik l-informazzjoni diretta u rekordjata mingħajr il-ħtieġa li xi ħadd ikun jista' jirranġa jew ibiddel dik l-informazzjoni għaliex naturalment din l-informazzjoni tkun ġejja b'mod awtomatiku u l-istess water services corporation tkun tista' tikkontrolla b'mod aħjar ċerti affarijiet bħalma huma leakages u l-produzzjoni li tkun għaddejja fid- diversi outstations li għandha l-istess water services corporation.", "B'dan kollu tkun tista' tkompli ttejjeb il-kwalita' tas-servizz li tkun qiegħda toffri.", "Mr Speaker, xtaqt nagħmel punt ta' l-aħħar fuq ir-rain water run-off li jkollna kull darba li tagħmel ix-xita.", "Ilna għal dawn l-aħħar snin ngħidu x'ħasra li madwar 90% ta' l-ilma li jiġi mix-xita jispiċċa fil-baħar.", "Nixtieq nenfasizza li l-water services corporation għandha tipprova tieħu vantaġġ mill-fatt li Malta llum hija membru ta' l-Unjoni Ewropea u peress li Malta hija gżira meqjusa bħala wieħed mid-dry regions ta' l-Unjoni Ewropea, għall-perjodu ta' budgeting ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena 2007 u s-sena 2013 tipprova tippreżenta proġetti li huma marbutin jew ma' kostruzzjoni ta' ġibjuni jew inkella ma' rain water reservoirs f'pajjiżna.", "Jien m'għandix dubju li jekk il-water services corporation tipprova titteppja dan it-tip ta' finanzjament inkunu nistgħu naslu sabiex fis-snin li ġejjin Malta tkun tista' tibbenefika wkoll minn xi finanzjament bħalma sar u qed ikompli jsir f'diversi oqsma oħra.", "Fil-fehma tiegħi, dan huwa punt importanti għar-rigward tal-konservazzjoni ta' l-ilma tax-xita f'pajjiżna.", "Dan ikun jista' jservi wkoll għal skop agrikolu u hawnhekk xtaqt nagħmel appell lill-istess water services corporation sabiex tipprova tikkontrolla l-boreholes li għandna f'pajjiżna u tipprova taħdem f'kollaborazzjoni mal-MEPA sabiex ċerti talbiet tal-bdiewa li huma marbutin mar-reservoirs ta' l-ilma jkunu jistgħu jsiru għall-benefiċċju tal-bdiewa tagħna.", "Barra minn hekk, għandha tuża kull mezz li għandha biex ikun hemm aktar kontroll fuq il-ħela ta' l-ilma.", "Jien nemmen li din il-korporazzjoni għandha possibbiltajiet kbar sabiex tkun aktar influwenti matul iż-żmien li ġej fl-oqsma differenti ta' ħajjitna.", "Għalhekk nixtieq nawgura li bħalma sar fis-snin li għaddew, fis- sena finanzjarja li għandna quddiemna tkompli tiggarantixxi l-obbligi kbar tagħha, tipprova tkun innovattiva u ssib modi ta' kif tiffinanzja ċerti proġetti li sal-lum kienu diffiċli sabiex tiffinanzjahom.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Silvio Parnis.", "ONOR.", "SILVIO PARNIS: Mr Speaker, xtaqt nagħmel intervent qasir fuq il- korporazzjoni tal-water services.", "Meta nkunu qed niddiskutu korporazzjonijiet bħal dawn jien inħobb nirringrazzja lil dawk li jaħdmu fit-top management ta' dawn il-korporazzjonijiet, kif ukoll lill-ħaddiema kollha, mill-kbir saż-żgħir għaliex nemmen li dak kollu li jsir, isir bis- saħħa ta' kulħadd.", "Nifhem li mis-sena li għaddiet sar ħafna tajjeb, iżda sar xi ftit ħażin ukoll.", "L-ewwel ħaġa li rrid nitkellem dwarha hija l- ilmenti li jsiru mill-kunsilli lokali.", "Jiena jkolli diversi diskussjonijiet u nitkellem ħafna mal-kunsilli lokali sabiex inwassal l- ilmenti tar-residenti li jiġu mill-istess areas tiegħi.", "Mhux l-ewwel darba li l-kunsilli lokali jkollhom il-pjanijiet kollha lesti sabiex jagħtu t-tarmak f'xi toroq – wieħed irid jifhem li l-kunsilli għandhom fondi limitati u b'hekk it-tarmak isir fejn ikun hemm l-iktar bżonn - u mbagħad tidħol il-water services corporation sabiex tbiddel il- mains ta' l-ilma ta' kull dar b'konsegwenza li mhux l-ewwel darba li jkollhom jistennew għal xhur sħaħ sakemm jingħata t-tarmak f'dik it-trip partikolari.", "Bħalissa qed tiġini f'moħħi Triq Sammat ġewwa Raħal Ġdid fejn dawn ilhom jistennew għal żmien twil sabiex jibdlulhom il-mains ta' l-ilma għaliex daqqa jgħidulhom li jkun hemm xi affarijiet out of stock u daqqa jgħidulhom li jkun hemm xi prijoritajiet oħra.", "Ħassejt li għandi nressaq dan l-ilment wara li sħabi fil-kunsilli lokali urewni x-xewqa li nagħmel dan.", "Mr Speaker, il-kwalita' ta' l-ilma tvarja f'ħafna lokalitajiet.", "Fil-fatt issib lokalitajiet fejn it-togħma ta' l-ilma tkun tajba pero' ssib lokalitajiet oħra fejn it-togħma ta' l-ilma tkun xi ftit inferjuri.", "Jien m'iniex daqstant tekniku fuq dawn l-affarijiet u nixtieq li l-korporazzjoni tinvestiga daqsxejn u tgħidilna x'inhu jwassal għal dan.", "Mr Speaker, f'pajjiżjna ftit huma x-xhur li fihom tagħmel ħafna xita.", "Pero' ġieli jiġri li jkollna ġranet bħalma kellna f'dawn l-aħħar ġimgħat fejn ix-xita tibqa' nieżla għal ħin twil u għax ma nippreparawx tajjeb ikollna ħafna konsegwenzi.", "Ma rridx ngħid li t-tort huwa tal-water services corporation iżda jiena nemmen li meta nagħmlu xi ħaġa għandna dejjem nagħmluha bi pjan u dan ma jgħoddx biss għall-water services corporation jew għas-sezzjoni tad-drenaġġ imma għal sezzjonijiet oħra wkoll.", "Problema li nsibuha f'ħafna lokalitajiet hija li fi żmien is-sajf ma jitnaddfux il-water culverts ta' ċerti toroq arterjali.", "Per eżempju, din il- ġimgħa għamilt mistoqsija parlamentari dwar ilmenti minn residenti f'Raħal Ġdid li joqogħdu ġewwa Żabbar Road, Lampuka Street, Dockyard Street u Talbor Street fejn tant jinżel volum ta' ilma minnhom li jkunu qishom xmara.", "Allura għandu jsir sforz bejn il-kunsilli lokali, is-sezzjoni tad- drenaġġ u l-water services corporation sabiex dak l-ilma minflok jinħela - u jkun ukoll ta' dannu għar-residenti – u jibqa' sejjer għal ġol-baħar, isir ilqugħ għalih u għallinqas nibżgħu għal dik il-ftit li tagħmel.", "Illum il-ġurnata hawn ħafna nies li qed jixtru djar antiki sabiex jirranġawhom u jikkonvertuhom f'xi house of character jew f'xi farmhouse.", "Per eżempju, f'Ħal Tarxien insibu ħafna djar antiki li xi wħud minnhom saħansitra jmorru lura sa 340 sena ilu.", "Il-biċċa l-kbira tagħhom kollha jkollhom il-bjar iżda forsi minħabba l-injoranza ta' dak iż-żmien dawn il- bjar kienu jispiċċaw jimlewhom b'ġebel, għamajjar u imbarazz ieħor.", "Illum biex tnaddaf dawn il-bjar trid il- mijiet ta' liri u koppja li tkun qiegħda tipprepara biex tiżżewweġ toqgħod attenta kif tonfoq kull sold li jkollha.", "Għalhekk naħseb li wieħed għandu jara jekk jistax jingħata xi tip ta' kumpens ħalli dawn il-bjar ikunu jistgħu jitnaddfu.", "Din il-ġimgħa kont Ħal Tarxien u rajt bir li ġie mnaddaf wara li kien mimli bir-radam, ġebel, taraġ antik, ħama u imbarazz ieħor u bqajt mistagħġeb bil-kobor tiegħu għaliex kien fih aktar minn sular għoli u magħmul f'forma ta' qanpiena l-antika.", "Fil-fatt issa dan il-bir huwa mimli bl-ilma.", "Jiena nemmen li għandna bżonn nagħmlu kampanji edukattivi ħalli nnaqqsu l- ħela u naqtgħu l-injoranza.", "U hawnhek xtaqt nistaqsi mistoqsija lill- ministru kemm intnefqu flus f'pubbliċita' edukattiva ħalli ngħallmu lill- poplu sabiex ma jaħlix ilma u jużah kif suppost.", "Ħafna drabi l-kwalita' ta' l-ilma ma tissodisfax lill-familji tagħna u dan narawh l-aktar fiż- żmenijiet tas-sajf fejn il-maġġoranza kbira tal-familji jkollhom jixtru l- ilma tal-fliexken minħabba li l-ilma tal-vit ma jkunx ta' kwalita' tajba biżżejjed.", "Naħseb li l-korporazzjoni għandha tara kif tista' ttejjeb il- purifikazzjoni u l-kwalita' ta' l-ilma li tidħol fid-djar tagħna.", "Irrid ngħid xi ħaġa wkoll dwar il-problema li se niffaċċjaw fil-ġranet li ġejjin rigward il-ħlasijiet pendenti tal-kontijiet tad-dawl u ta' l-ilma.", "Jien naħseb li fil-ġranet li ġejjin għandha ssir press conference sabiex jiġi diskuss x'għandu jsir dwar dawk il-familji li għandhom jagħtu kontijiet pendenti.", "Aħna nifhmu li l-gvern irid imexxi bil-flus tal-poplu u nafu wkoll li hawn min ma jħallasx il-kontijiet tad-dawl u l-ilma b'kapriċċ għaliex jaħseb li jista' jagħmel li jrid.", "Pero' min-naħa l-oħra għandek familji - u sal-bieraħ stess iltqajt ma' familja minn Santa Luċija li għandha kont pendenti ta' Lm300 u fil-fatt tkellimt ma' xi ħadd f'dan il-Parlament sabiex nara x'se tkun il-pożizzjoni tagħha - li ma jiġux jaqgħu u jqumu mill-istituzzjoni tal-gvern, iżda minħabba li nqalagħlhom il- mard fil-familja tagħhom u kellhom ħafna spejjeż, waqgħu lura fil- kontijiet.", "Dawn huma mbeżża' bid-dikjarazzjonijiet li qed jisimgħu minn esponenti tal- gvern li jridu jħallsu l-kontijiet ta' l-ilma u d-dawl pendenti kollha.", "Jekk niftakar tajjeb, il-Ministru Austin Gatt f'risposta li kien qed jagħti għal mistoqsija supplimentari li saret min-naħa ta' l-oppożizzjoni, qal li fejn ikun hemm każijiet soċjali se jimxu b'mod differenti.", "Imma naħseb li għandna nispeċifikaw eżatt kif inhuma l-affarijiet biex imbagħad ma jkollniex ħafna red tape biex dawn in-nies iħallsu dak li għandhom iħallsu.", "Jien nemmen li f'każijiet ta' mard, separazzjonijiet jew nies li huma unemployed trid tidħol il-kuxjenza soċjali.", "Jekk m'aħniex kapaċi nagħmlu hekk, allura nkunu qed immorru 'l bogħod ħafna mill-għan ewlieni li għalih kull politiku jidħol f'dan il-Parlament, cioe' li jkun ta' għajnuna għall- oħrajn.", "Filwaqt li rridu nifhmu l-qagħda ta' dawk li għandhom problemi soċjali, aħna nafu li l-maġġor parti tal-każijiet li għandhom kontijiet pendenti mal-water services corporation huma lukandi, fabbriki jew restaurants u allura rridu naraw ukoll li lil dawn in-nies ma nsallbuhomx lanqas.", "(Interruzzjonijiet) Inkella biex iħallsu jispiċċaw ikeċċu lin- nies.", "Kien hemm sid ta' restaurant li qalli li għalih m'hi problema xejn għax jagħlaq il-bibien u jibgħat in-nies 'il barra.", "U f'dak il-każ jispiċċa jbati dak il-ħaddiem li forsi jkollu familja ta' xi erbgħa min- nies.", "(Interruzzjonijiet) Jien nammira nies bħall-Onor.", "Austin Gatt li jkollhom il-kuraġġ jieħdu ċerti miżuri pero` trid tara wkoll l-effetti li jħallu ċerti miżuri.", "Mr Speaker, huwa importanti li f'dan il-pajjiż insibu bilanċ għax l-ewwel tlaqna kollox għal riħu u issa f'daqqa waħda l-Ministru Austin Gatt qed jiffaċċja din il-problema u jrid jagħmel xi ħaġa.", "Imma nerġa' ngħid li kull każ irridu nittrattawh għalih għaliex il-familji diġa` qed ibatu u fil-każ tan-negozjanti m'għamilx xi riħ tajjeb lanqas u naħseb li din l- aħħar daqqa jonqoshom biex pajjiżna verament jibda jwarrad!", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Robert Arrigo.", "ONOR.", "ROBERT ARRIGO: Mr Speaker, xtaqt nibda d-diskors tiegħi billi nsemmi minn fejn tlaqna fejn jidħol is-servizz ta' l-ilma fid-djar tagħna.", "Niftakru fis-snin li konna bla ilma u konna nistennew sa xi t-3.00 a.m. biex jitla' ftit ilma fit-tank ta' fuq il-bejt u l-ilma li jitla' kien ikun isfar.", "Illum għandna quddiemna r-rapport tal-water services corporation li juri l-profit and loss li għamlet.", "Wieħed ma jistax ma jfaħħarhiex kemm għax-xogħol li għamlet u kif ukoll għall-miri li trid tilħaq.", "Nawguralha li tkompli f'din it-triq għaliex is-sussidju rnexxielha tnaqqsu b'Lml.2 miljun u l-operating loss naqas b'Lm0.33 miljun ukoll.", "Allura ladarba l-klijent għandu l-ilma fil-vit - li għalkemm jgħidu li xi kultant ikollu togħma ħażina, huwa ferm aħjar milli konna mdorrijin bih – u kien hemm impenn biex jonqos is-sussidju mill-gvern u naqas ukoll l- operating loss, naħseb li l-korporazzjoni ħaqqha prosit u nawguralha iżjed suċċess.", "Jien informat li hemm madwar 40 ruħ li jaqraw il-meters f'Malta u Għawdex kull erba' xhur.", "Huwa importanti li wieħed jikkonsidra sistema oħra li tagħti lok li l-households jagħmlu budgeting aħjar tal-flus tagħhom.", "Sar improvement fis-sistema li għandna llum fejn il-meter reader iħallilek iċ- chit li turi l-qari tal-meter, imma naħseb li hemm lok għal aktar improvement speċjalment meta wieħed iqis li hawn madwar 220,000 account holders li r-reading tagħhom irid isir minn dawn l-40 meter reader.", "Il-kelliemi ta' qabli, l-Onor.", "Parnis, semma s-social cases.", "Jien informat li l-water services corporation għandha madwar 11,000 minn dawn il- każijiet u smajt li hawn numru ta' households li jħallsu Lm1 fix-xahar.", "Forsi l-ministru jkun jista' jgħidilna ċ-ċifra eżatt ta' dawn l-account holders.", "Jekk dan huwa veru, m'huwiex fair għal min qed iħallas il- kontijiet on time.", "Smajt li hemm każijiet fejn il-kontijiet ilhom ma jitħallsu sitt snin.", "Dan ifisser li kważi għandhom overdraft ta' interessi li m'hijiex fair għal xi ħaddieħor fl-industrija jew fil-kummerċ li qed iħallas on time.", "L-Onor.", "Silvio Parnis semma l-istabbilimenti ta' l-ikel u l-lukandi, imma skond informazzjoni li ħarġet f'xi gazzetta dan huwa wieħed mill-inqas setturi li għandhom jagħtu għaliex jekk m'iniex sejjer żball dawn għandhom jagħtu xi Lm1 miljun mit-Lm18 miljun li għandha tieħu l-water services corporation.", "Fil-fatt hemm min diġa' qed jistaqsi x'sistema se tintuża biex jitħallsu dawn il-kontijiet pendenti.", "Għalhekk nixtieq nistaqsi lill- ministru jekk is-sistema bdietx titħaddem ħalli nkunu nistgħu navżaw lin- nies f'liema branches tal-banek jistgħu jirrikorru biex jagħmlu l-ħlas tagħhom.", "Fir-rapport qrajt dwar ir-research partner ta' l-Unjoni Ewropea fi proġett fl-Iżrael u fil-Ġordan.", "Nixtieq nistaqsi xi progress sar fuq dan ir- research minn dak iż-żmien li nkiteb ir-rapport u x'nistgħu nadottaw minnu f'Malta biex aħna dejjem ikollna servizz u supply aħjar.", "Rigward il-kontroll tal-leakages sar improvement għax minn 4.9 f'Awissu tas-sena 2003 niżel għal 3.6 f'Lulju ta' din is-sena.", "Għalkemm jiena nħoss li dejjem jittieħdu azzjonijiet immedjati mill-korporazzjoni meta jkun hemm xi ħsarat forsi wieħed jara x'jista' jagħmel aktar biex ikomplu jonqsu l- leakages.", "Mill-esperjenza tiegħi bħala sindku dejjem kelli tifħir għall-water services corporation għall-passi immedjati li kienu jittieħdu malli kienu jsiru rapporti ta' ħsarat u kienu jiċċekkjaw ukoll il-waste li seta' jkun hemm.", "Forsi jista' jsir pjan flimkien mal-kunsilli lokali għal dawn is- sentejn jew tliet snin li ġejjin ħalli dawn ikunu mgħarrfa fejn ikun se jsir tibdil ta' pajpijiet u xogħlijiet oħra.", "Ħadd ma jieħu gost li jagħfas lin-nies biex iħallsu, imma ovvjament kulħadd jaf li għandu jħallas u ma tantx jagħmel sens li npoġġu l-kontijiet fil- ġenb, iktar u iktar meta wieħed jingħataw servizz xieraq bi prezz xieraq.", "Naħseb li dan il-gvern diġa` qed juri li huwa sensittiv man-nies li għandhom problemi soċjali u jien ċert li bħal dejjem il-gvern jasal għal xi arranġament bħalma għamel fuq ħafna affarijiet oħra.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Edwin Vassallo.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO (Segretarju Parlamentari): Mr Speaker, fid- dibattitu tal-lum qed niddiskutu l-operat tal-water services corporation u rridu nagħtu l-approvazzjoni jew le għall-mod kif din il-korporazzjoni twassal is-servizz ta l-ilma fid-djar tagħna.", "Mr Speaker, f'dan il-ħin li għandi nixtieq nitkellem mill-esperjenza tal- ħidma tiegħi flimkien ma' din il-korporazzjoni sabiex naċċertaw li jitjieb is-servizz ta' l-ilma u s-servizz tad-drenaġġ f'ċerti żoni industrijali u f'ċerti nħawi jitwassal anke mill-ġdid.", "Ir-responsabbilta` politika tiegħi titlob li kull meta nitkellem f'dan il-Parlament dejjem insemmi s-settur industrijali u kummerċjali.", "Forsi fil-kontest tal-lum ikun hawn min ma jeħux pjaċir jismagħni nitkellem biss fuq is-settur kummerċjali, imma fil- ħidma tiegħi u ta' l-uffiċjali fis-segretarjat tiegħi mal-water services corporation, dejjem nippjanaw kif se ntejbu dan is-servizz lis-settur kummerċjali.", "Dan ma jfissirx li jien ma jimpurtanix mit-tip ta' servizz li jirċievu n-nies fi djarhom, imma rrid nitkellem mil-lat tar- responsabbilta` politika tiegħi b'relazzjoni ma' din il-korporazzjoni.", "Xi erba' snin ilu konna qbadna naħdmu fuq żoni industrijali li ma jaqgħux taħt ir-responsabbilta' tal-Malta enterprise.", "Dawn kienu jinkludu ż-żona industrijali tal-Ħandaq, ta' Ħaż-Żebbuġ u dik il-parti ta' wara l-MFSA.", "Konna nidejna proġett fejn inizjalment dawn it-toroq kollha flimkien kellhom jiswew madwar Lm3 miljun.", "Issa għaddej ż-żmien u bħalma ġara fi proġetti oħrajn, il-prezzijiet għolew u l-ispiża se tkun ikbar.", "Dan ifisser li llum qed nitkellmu fuq proġett li se jiġi jiswa 'il fuq minn Lm3 miljun.", "Bdejna dan il-proġett fil-Ħandaq, Ħaż-Żebbuġ u l-Imrieħel u issa qed inkomplu f'parti oħra fl-Imrieħel u f'parti oħra fil-Mosta, fejn qegħdin nibnu toroq mill-ġdid u ngħaddu s-servizz ta' l-ilma u tad-drenaġġ.", "Jiġifieri qed intejbu l-infrastruttura meħtieġa biex f'dawn iż-żoni industrijali nkunu nistgħu nwasslu dawn is-servizzi.", "Mr Speaker, fil-Ħandaq, fl-Imrieħel u f'Ħaż-Żebbuġ ħdimna bis-sistema ta' service culverts, sistema li kważi lanqas fiż-żoni residenzjali m'għadha bdiet tintuża.", "Nispera li 'l quddiem tkun tista' tintuża għax dawn is- service culverts qegħdin isiru prinċipalment biex 'il quddiem ma jkollniex nerġgħu nkissru t-triq biex xi ħadd jgħaddi xi kanna ta' l-ilma.", "Dawn is- service culverts qegħdin jiswew minn Lm60 sa Lm70-il metru jimxi u ħafna drabi jkunu fuq iż-żewġ naħat tat-triq.", "Jiġifieri meta qed nitkellmu fuq proġett ta' toroq ta' Lm500,000 kważi nofs l-ispiża tkun għas-service culverts.", "Kieku tkun trid tiffranka l-flus, tneħħi s-service culverts u tiffranka mijiet ta' eluf ta' liri.", "Jien ma nħobbx nitkellem fuq it-tajjeb biss u rrid ngħid li fil-Ħandaq u fl-Imrieħel qed inżommu iebes, anke bħala ADT - għax jien naħdem ħafna wkoll ma' l-ADT li hi responsabbli mit-toroq - biex ma jkunx hemm xi ħadd li jrid idaħħal is-servizz ta' l-ilma u jqabbad kuntrattur ieħor li ma jkunx ħadem f'dawk it-toroq u jispiċċa jerġa' jkisser dik it-triq li tkun swiet eluf ta' liri minn flus il-poplu!", "Hawnhekk irrid niġbed l- attenzjoni tal-water services corporation għax ħafna drabi l-kuntratturi li huma jqabbdu għal dawn it-tip ta' reinstatements ftit li xejn ikun jimpurtahom li x-xogħol li jagħmlu jkun ta' l-istess standard ta' dik it- triq.", "Għaldaqstant żammejna iebes biex ċerti sidien ta' negozji ma jdaħħlux is-servizz ta' l-ilma jekk ma nkunux nafu li se jerġa' jintuża l- istess kuntrattur oriġinali li kien għamel it-triq.", "Aħna nitolbu li jkun il-kuntrattur oriġinali li kien għamel it-triq li jgħaddi dak is-servizz biex il-garanzija li nkunu poġġejna fuq dak il-kuntrattur oriġinali ma tintilifx.", "Il-garanzija ta' dak il-kuntrattur tintilef jekk jidħol kuntrattur ieħor imqabbad mill-water services corporation jew minn xi ħaddieħor biex jagħmel ir-reinstatement tat-tarmak f'dik it-triq.", "Għalhekk inħeġġeġ lill-water services corporation biex ikun hemm iktar kordinament ma' l-istess sidien tan-negozji f'dawk iż-żoni sabiex huma ma jaqbdux u jkissru parti mit-triq biex idaħħlu servizz - xi kultant forsi lanqas ħadd ma jkun jaf bih – li mbagħad ma jkunx ta' l-istess standard li jkun hemm f'dik it-triq.", "Aħna qegħdin nonfqu ħafna flus fis-service culverts, pero` mbagħad ikun hemm korporazzjonijiet oħra li ma jkunux iridu jaċċettaw li jużaw dawk is-service culverts għall-provvista tas-servizz li huma jkunu jridu jgħaddu.", "Jien m'iniex se nidħol fit-teknika ta' dawn l-affarijiet għaliex żgur m'iniex kapaċi, pero` hija ħasra li jkun hemm min kważi b'kapriċċ jispiċċa jħassar toroq tajbin li jkunu swew ħafna flus!", "Irrid nieħu l-opportunita` ta' dan id-dibattitu biex nitlob iktar responsabbilta` mingħand kulħadd billi nagħti rendikont ta' x'jiswa dan ix-xogħol fi flus mit-taxxi tal- poplu.", "Per eżempju, wara ħafna snin fejn kulħadd kien moqdi bis-cesspits saret pompa tad-drenaġġ fiż-żona industrijali ta' Tarġa Gap li ġiet tiswa Lm15,000.", "Is-service culverts fil-Mosta li huma tajbin għas-servizz ta' l- ilma, ta' l-elettriku u anke għall-cables tal-Maltacom, sal-lum - għaliex aħjar ngħid sal-lum – qed ngħidu li se jiswew madwar Lm140,000 filwaqt li s- servizzi ta' l-ilma li qegħdin jiġu mħallsin mill-vot dirett għal dan il- proġett, se jiswew kważi Lm12,000.", "Is-servizz tad-drenaġġ f'din iż-żona industrijali se jiswa madwar Lm34,000.", "Dan kollu jammonta għal madwar Lm200,000, dejjem jekk sa l-aħħar tal-proġett ma jinqalgħux xi problemi u jispiċċa jkun hemm xi variations minn dak li kien maħsub inizjalment.", "Mr Speaker, dan ix-xogħol li qiegħed isir jista' faċilment ikun sar għalxejn jekk kemm-il darba ma jkunx hemm ir-responsabbilta` ta' kulħadd biex ix- xogħol li qed isir ikun rispettat.", "Fl-Imrieħel, fl-area ta' wara Joinwell, ix-xogħol tas-service culverts li se jintużaw għas-servizz ta' l-ilma, ta' l-elettriku u għall-cables tal- Maltacom se jiġi jiswa iżjed minn Lm200,000.", "L-ispiża għas-servizz ta' l- ilma se tkun ta' kważi Lm9,000, filwaqt li biex inwasslu s-servizz tad- drenaġġ se nonfqu madwar Lm56,000.", "Dan is-servizz se jitwassal waqt li għaddejja l-kostruzzjoni tat-toroq.", "Dawn ix-xogħlijiet u s-servizzi kollha li semmejt se jiswew Lm284,000 li faċilment jitilgħu għal Lm300,000.", "Dawn huma flus il-poplu u għalhekk irridu noqogħdu attenti li wara li jkun tlesta dan il-proġett ma jkunx hemm xi ħadd li wara ftit tal-ġimgħat jaqta' xi trinka biex jgħaddi xi servizz.", "Mr Speaker, mill-esperjenza tiegħi kemm mal-water services corporation u kif ukoll ma' entitajiet oħrajn ħafna drabi nasal għall-konklużjoni li huwa diffiċli biex naħdmu flimkien.", "Meta tipprova tlaqqa' korporazzjonijiet u entitajiet biex nippjanaw proġett flimkien u kull entita` tagħti l- ispecifications tagħha qabel ma jsir kuntratt, issib li huwa diffiċli biex taqla' xi ħaġa mingħandhom.", "Xi kultant wara li joħroġ il-kuntratt tiġi xi entita` u tgħidlek li f'dak il-post tkun trid twassal ċertu servizz u jkollok terġa' tikkoreġi dak li tkun għamilt.", "Min-naħa tal-water services corporation ma tantx kellna minn dawn il-problemi pero` rrid ngħid li b'mod ġenerali f'dan il-pajjiż għad irridu naħdmu ħafna biex ikollna kultura ta' kif nippjanaw flimkien il-kostruzzjoni tat-toroq tagħna.", "Issa wasalna biex nagħlqu l-ippjanar ta' l-infrastruttura meħtieġa għall- bini tal-villaġġ ta' Ta' Qali.", "Ilna s-snin inlaqqgħu nies minn entitajiet differenti ħalli jagħtuna l-ispecifications tagħhom u xi kultant ma taqtax qalbek għax tkun temmen li r-riżultati jkunu se jaslu.", "Fil-proġett ta' Ta' Qali biss, inizjalment bdejna bi spiża li kienet tlaħħaq madwar Lm300,000 pero' llum faċilment ngħid li dawn it-Lm300,000 telgħu għal Lm500,000.", "Ir- raġuni hi li meta wieħed jara x'inhuma l-ispejjeż tal-lum u kif qegħdin jiġu submitted il-kuntratti, isib li diġa` nbidlu l-prezzijiet ta' dak li kien maħsub inizjalment.", "Fil-proġett ta' Ta' Qali jrid jinbena reservoir ġdid ta' l-ilma, isiru service culverts għas-servizzi ta' l-ilma, ta' l- elettriku u tat-telephone u jitwassal is-servizz tad-drenaġġ.", "Jekk nimxu mal-pjan li għandna, is-servizzi kollha infrastrutturali fil-villaġġ ta' l- artiġjanat f'Ta' Qali jridu jinbidlu u anke t-toroq li hemm illum iridu jinqalgħu.", "Mr Speaker, għalkemm kull korporazzjoni tista' taħdem indipendentement minn oħra u taħdem tajjeb, pero` nerġa' nirrepeti li għad għandna ħafna x'nitgħallmu biex dawn il-korporazzjonijiet jibdew jagħtu l-aħjar servizz mhux b'mod individwali imma b'mod kollettiv.", "Nerġa' ngħid li l-esperjenza wrietna li huwa diffiċli li tipprova tikkordina bini ta' proġett ġdid ma' dawn l-entitajiet.", "Ma nafx għal liema raġuni ħafna drabi t-tekniċi kważi jagħmluha diffiċli li jaqblu ma' xulxin.", "Forsi din hija r-raġuni li f'dan il-pajiż ma jkollniex infrastruttura tajba mill-ewwel.", "Jeħtieġ nbiddlu l- mentalita` li għandna fil-preżent u dawn l-entitajiet ma jibqgħux jaħsbu individwalment biss - għax ovvjament kull inġinier ikollu jirrapporta lil ta' fuqu - imma jibdew jippjanaw aħjar b'mod kollettiv.", "Nagħlaq dan l-intervent tiegħi billi nitkellem fuq il-ħlas tal-kontijiet.", "Jiena naħseb li wasal iż-żmien li jkollna mentalita` differenti milli seta' kellna fl-imgħoddi dwar il-ħlas tal-kontijiet.", "M'iniex qed nirriferi għall- kontijiet tad-dawl u l-ilma biss imma qed nirriferi għall-fatt kif fis- settur kummerċjali kulħadd jipprova dejjem jara kif jaqa' lura fil- kontijiet li jkollu.", "Fl-imgħoddi kien unur għal negozjant li jħallas mill-ewwel il-kontijiet li jirċievi.", "Minn mindu bdejna naqilbu għal ċertu moderniżmu u iżjed ma beda dieħel l-użu ta' l-accountants li allura suppost qegħdin hemm biex jieħdu ħsieb jaraw li jkun hemm aktar effiċjenza fil-ħlas tal-kontijiet, iżjed bdew deħlin proċeduri ġodda ta' kif wieħed jipprova jdum biex iħallas; naturalment iżjed ma ddum biex tħallas aktar tkun qed tirbaħ interessi għax dawk il-flus li m'humiex tiegħek tkun għadek qed tużahom favurik.", "Mr Speaker, naħseb li wasal il-mument - żgur li ħadd m'hu se jaqbel miegħi u diġa` qed nara lill-Onor.", "Gatt jitbissem - li l-kontijiet jerġgħu jibdew jiġu rispettati u mħallsa.", "Jiena rrid ninqeda b'dan id-dibattitu wkoll sabiex niġbed l-attenzjoni ta' diversi negozji - kont se ngħid qabel ma jkun tard wisq – ħalli jibdew idaħħlu aktar il-mentalita` li jħallsu malajr u ma joqogħdux iġibu l-iskuża li m'humiex qed iħallsu għaliex għandhom problema ta' cashflow.", "L-ironija hija li l-problema ta' cashflow tkun mit-Tnejn sal-Ġimgħa pero' mbagħad is-Sibt u l-Ħadd donnu ma tibqax problema għall-ħajja soċjali tagħhom!", "Huwa importanti li tingħata priorita' lill-ħlas tal-kontijiet.", "Fil-ħajja soċjali tagħna ħadd m'hu fqir, pero' meta niġu għall-mument tal-kontijiet donnu kulħadd irid jilgħabha tal-fqir.", "Issa hawnhekk irrid noqgħod attent li ma mmurx ninftiehem ħażin.", "Jien naf x'inhi s-sitwazzjoni tan-negozju għax qiegħed qribha.", "Ħafna drabi meta l-imprendituri Maltin jiġu biex jixtru l- merkanzija tagħhom mingħand wholesalers oħrajn Maltin, kollha jipprovaw iqanqċu u jaraw kif itawlu l-pagament tal-ħlas tagħhom, imbagħad meta jmorru biex jixtru mingħand il-barranin jkollhom flus għax il-merkanzija titħallas qabel tidħol.", "Jien naħseb li wasal iż-żmien li ngħidu l-verita'.", "Kieku rrid nitkellem għall-gallarija ma nitkellimx b'dan il-mod, pero' jekk irrid niffaċċja l-verita' jkolli ngħid dan id-diskors.", "Mr Speaker, jiena nipprevedi li t-tliet setturi li għada pigħada se jkunu fost l-aktar setturi li jistgħu jagħtu konsiderazzjoni importanti fil-ħidma ta' kull negozju huma l-użu ta' l-enerġija, ir-relazzjoni mal-ħaddiema u l- impatt ambjentali tan-negozji tagħna.", "Illum qegħdin nitkellmu fuq l-użu ta' l-ilma li huwa parti mill-enerġija u jista' jkollu wkoll impatt ambjentali.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Noel Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, xtaqt nibda l-intervent tiegħi billi nistaqsi lill-ministru – forsi jkun jista' jweġibni fil-winding up - jekk jirriżultax li l-water services corporation bħalissa qiegħda fi stadju li tiffinalizza ftehim mal-kuntratturi tagħha dwar żieda ta' 45% li dawn qed jitolbu għax-xogħlijiet li minn żmien għall-ieħor ikunu mitluba jagħmlu mill-istess korporazzjoni.", "U qed nistaqsi dan għax għalkemm ipprovajt nara għal xiex huma maħsuba dawn iż-żidiet - kemm-il darba jiġu approvati fl- estimi – ma stajt insib xejn.", "Qed nistaqsi dan wara li l-bieraħ il- ministru qal li mhux maħsub li l-kontijiet jogħlew u allura wieħed irid jara kif kif se jiġu assorbiti l-commitments ġodda li se jkollha l- korporazzjoni matul is-sena d-dieħla.", "Xtaqt ngħid ukoll li fl-istess waqt li l-gvern dejjem jgħid li l-kwalita' ta' l-ilma qiegħda dejjem togħla, il-konsumaturi qegħdin aktar iżidu fil- konsum ta' l-ilma tal-fliexken, kemm dak prodott lokalment u kif ukoll dak importat.", "Dan ovvjament juri li l-familja għadha m'hijiex moħħha mistrieħ li tista' tagħmel użu mill-ilma tal-vit, irrispettivament mill-infiq, mill- investiment u mit-tnaqqis li kien hemm fis-sussidji.", "U naħseb li dan għandu għaliex iħassibna lkoll.", "Mill-ftit informazzjoni li teżisti fl-uffiċċju nazzjonali ta' l- istatistika joħroġ li f'pajjiżna lħaqna l-konsum ta' iktar minn 60 miljun litru ilma.", "Naturalment dan l-ammont ta' ilma jiġi kkonsmat proprju minħabba li l-konsumaturi għadhom m'humiex iħossuhom komdi u għadhom m'humiex jafdaw l-ilma tal-vit.", "Barra minn dan, irridu naraw ukoll l- investiment li jagħmlu direttament il-familji permezz ta' sistemi oħra – li m'hemmx għalfejn noqgħod nispjega x'inhuma - sabiex jassiguraw li jkollhom kwalita' aħjar ta' ilma minn dak li tipproduċi l-korporazzjoni.", "Dan ikompli jikkonferma l-biża' li l-konsumaturi tagħna għandhom meta jużaw l- ilma tal-vit.", "Mr Speaker, għalkemm il-gvern qed jgħid li m'humiex se jiżdiedu l-ispejjeż tal-kontijiet ta' l-ilma rridu nżommu quddiem għajnejna li l-familja qed ikollha tagħmel ċerti spejjeż sabiex ittejjeb il-kwalita' ta' l-ilma li tirċievi għax ma tħossx li l-ilma tal-vit huwa ta' kwalita' tajba kif tistqarr il-korporazzjoni.", "Huwa importanti li f'diskussjonijiet bħal dawn aktar milli noqogħdu ngħidu min għandu tort u min għandu raġun, għandu jkollna s-sens komun li nagħmlu valutazzjoni u analiżi sewwa ta' dak li qed tesperjenza l-familja tagħna minkejja dak kollu li jintqal dwar l-iżvilupp tal-kwalita' ta' l-ilma.", "Issa xtaqt nirriferi għal xi anomaliji li hemm fir-rapport li għandna quddiemna.", "Per eżempju, din is-sena kien hemm Lm40,000 ivvotati għall- ħlas tal-kera pero' fil-fatt intnefqet is-somma ta' Lm114,668 u xtaqt li fil-winding up il-ministru jispjega din l-anomalija.", "Xtaqt ukoll inkun naf x'kordinament jeżisti bejn il-kunsilli lokali u entitajiet oħra għal dak li jirrigwarda d-distribuzzjoni u l-manutenzjoni.", "Ma jagħmilx sens li minkejja l-ħafna paroli ta' management u professjonaliżmu u nfiq fuq investiment, għad għandna sitwazzjonijiet fejn ċerti xogħlijiet m'humiex qed jiġu kordinati u lanqas hemm ħjiel ta' kif jistgħu jiġu kordinati.", "M'iniex qed nirriferi għax-xogħlijiet li jsiru f'żoni urbani imma qed nirriferi għal żoni rurali fejn kull darba qed jirriżulta nuqqas ta' ħsieb u viżjoni dwar kif f'pajjiżna għandna nieħdu ħsieb l-ilma li jibgħatilna l- Ħallieq.", "Għalkemm f'diversi żoni ħafna nies jirrapportaw li qed jirċievu ilma kontaminat fil-bjar tagħhom, insibu nħawi fil-kampanja fejn l-ilma mhux biss jibqa' sejjer il-baħar imma jkaxkar ukoll miegħu l-ħamrija bil-ħitan tas-sejjieħ u bil-flora u l-fawna b'kollox.", "Għalhekk il-water services corporation u l-Malta resources authority għandhom ikunu mpenjati bis-sħiħ b'mod li jirrispettaw is-sens komun.", "Dan l-aħħar qed naraw żviluppi li qed isiru fuq toroq ġewwa l-kampanja fin-naħa ta' fuq ta' Malta fejn blokki tal- konkos qed jieħdu post il-ħitan tas-sejjieħ meta minn hemmhekk irid jinżel l-ilma fl-aquifers u meta għandna t-theddida dejjem tikber tal-kwantita' ta' boreholes li qed jiġu mħaffra biex minnhom jittella' l-ilma.", "Għalhekk filwaqt li rridu nonfqu l-flus biex nagħmlu metodi aktar effiċjenti fiż-żoni urbani, ma rridux ninsew li ż-żoni rurali ma jservux biss biex fil-ħin tal-mistrieħ tagħhom il-Maltin u anke t-turisti jgawdu s- sbuħija naturali tal-kampanja, imma qegħdin hemm biex jipproteġu n-natura, il-biodiversita', il-flora, il-fawna u l-mekkaniżmi li ħoloq il-Ħallieq biex meta jinżel l-ilma tax-xita tabilħaqq jippenetra biżżejjed u jinżel fl- aquifers tagħna bil-mod ġeoloġiku u idroloġiku li huwa parti min-natura.", "Mr Speaker, jien rajt stramb l-argument li għamel il-ministru l-bieraħ meta qal li għall-poplu tagħna l-ilma qisu chewing gum.", "Matul dawn l-aħħar snin it-tariffi ta' l-ilma dejjem komplew jogħlew.", "(Interruzzjonijiet) Aħna konna qegħdin nirreveduhom.", "Infakkrek li tliet xhur wara li sraqtulna l-gvern kien hemm dikjarazzjoni f'\"In-Nazzjon\" li jien kont żammejt milli joħorġu l-kontijiet tal-bdiewa u r-raħħala.", "Kont qed ngħid li f'pajjiżna l- kontijiet dejjem għolew ħafna iktar miċ-chewing gum u din l-attitudni li l- gvern jagħmel kollox tajjeb u l-poplu dejjem għandu t-tort, ma tawgurax tajjeb.", "Dan huwa nazzjon ta' 400,000 ruħ li dejjem għamel akkwisti biex jgħolli l-livell tal-ħajja tiegħu u l-ilma huwa l-uniku riżors naturali li għandna.", "Aħna m'għandniex faħam jew żejt, lanqas ġebel u art m'għandna biżżejjed u għalhekk l-ilma rridu nħarsu lejh u nipparagunawh mal-ħajja u mhux maċ-chewing gum!", "L-ilma huwa l-ħajja tal-biodiversita', tal-flora u l-fawna u ta' dak kollu li jagħmel il-ħajja ta' din il-gżira.", "Għalhekk irridu naraw li l-poplu tagħna jinvesti aktar f'dan l-uniku riżors li għandu u jagħmel dan mhux billi jħallas il-kontijiet imma billi naraw kif noħorġu aktar skemi ta' sussidji li jagħmlu sens.", "Illum f'pajjiżna qegħdin nieħdu ħsieb li nżommu l-karatteristiċi tal- gallariji tagħna li huma parti mill-patrimonju tagħna, imma ma rridux ninsew li l-istorja tal-bjar f'pajjiżna hija wkoll parti mill-patrimonju tagħna.", "Meta l-kavallieri kienu ntroduċew il-bjar kienu għamlu dan b'għaqal kbir għax fehmu li din il-gżira bla riżorsi trid bilfors tagħmel aktar riabilitazzjoni ta' l-art u raw kif ħolqu sistema sabiex l-ilma li jibgħat il-Ħallieq - dak iż-żmien ma kellhomx reverse osmosis - jinħema fl-aquifers li sal-lum għadna ntellgħu l-ilma minnhom.", "Filwaqt li huwa tajjeb li nimpenjaw ruħna fir-riabilitazzjoni tal-mużewijiet u tal- fdalijiet storiċi tagħna, irridu nifhmu wkoll li l-pern taċ-ċivilta' tagħna kien l-ilma li huwa sors naturali importanti għal dan il-poplu.", "Jien niskanta kif ikollok erba' ministri, jiġifieri l-Ministru Pullicino, il- Ministru Ninu Zammit, il-Ministru Ċensu Galea u l-Ministru Mugliett li kollha huma periti u għadhom bil-mentalita' li jibnu blokok tal-konkos minflok ħitan tas-sejjieħ meta biex jiġu biex jagħmlu xogħol konness mas- sistema idroloġika.", "Mr Speaker, immaġina tabib li jagħmel by-pass tal-qalb u minflok ipoġġi vini miftuħin ipoġġi vini misdudin!", "Minn blokka tal- konkos ma jgħaddix l-ilma u allura tkun qed toqtol is-sistema idroloġika tal-pajjiż.", "Daqskemm hu ħażin li kuntrattur jaqbad u jgħaddi servizz wara li jkun diġa' ngħata t-tarmak, daqstant ieħor huwa perikoluż u irreparabbli l-ħsara li qed issir lis-sistema idroloġika tagħna.", "Ma nistgħux nibqgħu passivi fuq dawn l-affarijiet u jiena nippretendi li min għandu l-awtorita' fi ħdan il-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma u fi ħdan il-Malta resources authority flimkien ma' sħabi ta' din il-Kamra jindirizzaw dawn il-problemi.", "Sfortunatament dan mhux qed jiġri, anzi qed jiġu hawnhekk u jiddefendu dawn is-sistemi.", "Ftit ilu l-Onor.", "Gatt semmieli l-kontijiet li aħna konna żidna.", "Jien ngħidlu li fi żmienna, flimkien ma' l-esperti Taljani, konna ntroduċejna mekkaniżmu li bih mhux talli ridna nipproteġu iktar l-ilma fl-aquifers imma ridna wkoll li jkollna spiża inqas ta' manutenzjoni sabiex nerġgħu nirriabilitaw mill-ġdid dawk il-ħitan, kemm dawk li kienu tal-ġebel tal- franka – li jiena ma naqbilx li għandhom ikunu hekk – u kif ukoll dawk tas- sejjieħ.", "Flimkien ma' dawn l-esperti konna ħloqna sistema fejn il-ġebel jitpoġġa ġo gabbjuni ħalli joffri reżistenza u l-flora u l-fawna tkun tista' tgħix fit-trankwillita' tagħha u l-ilma jkun jista' jippenetra fl- aquifers tagħna bil-kumdita' tiegħu mingħajr ma joħloq problemi u mingħajr ma jinżel u jifqa' l-widien ta' Ħal Qormi, tal-Mosta u ta' Birkirkara u jgħarraq lin-naħa t'isfel ta' Malta.", "Imma għal xi raġuni dan ma sarx, u ma sarx mhux għax il-proġett ma kienx tajjeb jew għax m'hemmx flus, imma minħabba l-egoiżmu, in-nuqqasijiet u l-inkonsistenza ta' min jipprova jdur ma' kull toqba li jsib biex ma jgħidx li tkun saret xi ħaġa tajba li ta' min jinvesti fiha.", "Minn hawnhekk nistieden lill-poplu biex meta tagħmel ħafna xita jmur u jara l-kosta fejn hemm l-irdumijiet, speċjalment f'żoni tal-kampanja kollha bajda mat-territorju tal-gżira tagħna biex proprju jara l-flora u l-fawna li tkun tkaxkret mal-ħamrija.", "Dan huwa ta' dannu għall- pajjiż daqskemm huwa ta' dannu għal dak il-kunsill li jkun għadu kif ta t- tarmak f'xi triq u xi ħadd jerġa' jħaffer xi trinka fin-nofs biex jgħaddi xi servizz.", "Mr Speaker, fl-aquifers tagħna hemm struttura patrimonjali li ilha ġejja minn żmien il-kavallieri u din m'għandhiex tinqered għax permezz tagħha qed nilqgħu għal kwantita' kbira ta' ilma li ntellgħu mill-aquifers tagħna għas- settur tal-biedja.", "Fl-opinjoni tiegħi, dan ix-xogħol għandu jerġa' jiġi studjat u mistħarreġ bl-akbar responsabilita'.", "Fl-aħħar seminar li ġie organizzat dwar dan is-suġġett jiena ppreżentajt position paper permezz ta' power point għan-nom ta' l-oppożizzjoni Laburista fejn spjegajt kif għandna niżviluppaw rural water management policy li ma tkunx tat- teatrini, kif sar fil-bypass ta' l-Imtarfa - li hija żona sensittiva ambjentalment u ekoloġikament fin-naħa ta' fuq ta' Malta – fejn saru dawk il-blokok tal-konkos li finalment se jkunu ta' detriment anke għax- xogħlijiet li saru għax ħafna mit-toroq qed jerġgħu jċedu għax il-piż tal- konkos u tal-ġebel fuq it-tafal u l-ħamrija huwa enormi.", "Għalhekk irridu noqogħdu attenti li ma naqbdux u nattakkaw direttament lill-konsumaturi tagħna għall-ħela ta' l-ilma għax dan li qed ngħid jikkonferma li l-gvern ukoll qed jaħli s-sistema idroloġika u ġeoloġika li pajjiżna ilu jgawdi għal diversi sekli, liema sistema ġiet mibnija biex tiggarantixxi l-użu mir-riżors ta' l-ilma tax-xita.", "Barra minn hekk, lanqas ma nistgħu ngħidu li l-investiment li qed isir għas-second-class water huwa soluzzjoni.", "Meta jien qed ngħid l-ilma huwa l-ħajja m'iniex qed nagħmel dan biex inpoġġi xi tbissima fuq wiċċ xi ħadd.", "Nerġa' nenfasizza li mingħajr ilma ma jikber xejn;", "la jikbru l-bnedmin, la t-tjur, la l-bhejjem, la l-ħxejjex li nieklu u lanqas il-pjanti salvaġġi.", "Issa forsi hawn xi ħadd li kkonvinċa lilu nnifsu li prodott ikun tajjeb għall-ikel anke jekk jissaqqa b'ilma li ma jkunx first-class water, jew aħjar dak l-ilma li jibgħat il-Ħallieq jew li jinħoloq permezz ta' l-elementi ta' l-art, tas-sema u tal-baħar.", "Minflok qed ngħidu li se naħsbu biex nippreservaw dak l-ilma li bih inkunu nistgħu nkabbru l-qmuħ u ċ-ċereali, li mbagħad jew jittieklu mit-tiġieġ tal-bajd, tjur u bhejjem oħra jew ikella jintuża sabiex isir il-ħobż jew prodotti oħra, f'salt wieħed sirna daqshekk sekulari u bdejna nemmnu li ma jimpurtax jekk nużaw second-class water sabiex inkabbru l-ħxejjex tal-borma, qmuħ u ċereali li jittieklu mit-tiġieġ, fniek u ħlejjaq oħra li aħna nixtru minn fuq il-bankijiet tal-ħwienet!", "Dawn huma kollha affarijiet li fil-ħin liberu tagħna u wara xi tmien sigħat jew 12-il siegħa xogħol tant nieħdu pjaċir nieklu akkumpanjati minn xi tazza nbid!", "Huwa importanti li nifhmu x'qegħdin ngħidu hawnhekk.", "Jiena beħsiebni nibqa' ninsisti fuq dan il-punt għaliex jekk irridu ngħollu l-livell tal- kwalita' tal-ħajja tagħna u jekk f'pajjiżna rridu naslu sabiex ikollna produzzjoni organika, allura rridu nifhmu li għas-settur tal-biedja m'hawnx aħjar mill-ilma tax-xita.", "Inutli li noqogħdu nittrattaw id-drenaġġ biex nużawh għat-tisqija tal-kaboċċi, pastard u karrotti u noqogħdu nitkellmu fuq kwalita' ta' ħajja aħjar jekk m'aħniex kapaċi nirrealizzaw dan is-sens komun.", "Dan qed ngħidu irrispettivament minn dak li jgħidu x-xjentisti għaliex ix-xemx titla' u tinżel għal kulħadd u s-sens komun jirbaħ fuq kull xjenza, irrispettivament minn dak li xi ħadd jista' jipprova jdaħħal f'moħħ dak li jkun!", "Mr Speaker, nixtieq nagħlaq id-diskors tiegħi billi ngħid minn issa li l- pajjiż mhux se jkun qed jagħmel xi ħaġa kredibbli jekk indaħħlu din l-idea li nissodisfaw lill-bidwi bis-second-class water.", "Huwa importanti li jkollna second-class water sabiex inkunu nistgħu nsaqqu r-roundabouts u s- siġar u nissodisfaw xi ħteġijiet oħra, pero' f'ġieħ is-sewwa rridu nirriflettu fuq dak li nagħmlu ħalli ma noħolqux xi sitwazzjoni oħra bħalma ħloqna fl-ilma tal-vit.", "Bħalissa l-konsumatur Malti ma jistax jixrob l-ilma tal-vit għax ma jafdahx u allura jkollu joqgħod jixtri l-ilma tal-flixkun.", "Irridu noqogħdu attenti li ma noħolqux sitwazzjoni fejn wieħed irid joqgħod attent x'ħaxix se jixtri għall-ikel għax ikollu l-biża' li l-ħaxix qed jiġi msoqqi bid-drenaġġ!", "Jekk irridu nkunu kredibbli fuq dawn l-affarijiet irridu naraw x'inhuma dawk l-affarijiet li huma tajbin u nindirizzaw lilhom u l-affarijiet it-tajba huma dawk li mhux ħloqnihom aħna iżda li ħoloqhom il-Ħallieq!", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Michael Asciak.", "ONOR.", "MICHAEL ASCIAK: Nixtieq nirringrazzja lis-Sedja ta' l- opportunita'li tatni sabiex ngħaddi l-kummenti tiegħi.", "Dan ir-rapport qrajtu fid-dettall mhux ħażin u xtaqt nagħmel ċerti punti.", "U fil-fatt xtaqt nibda l-kummenti tiegħi proprju fuq dan il-famuż sewage treatment.", "Kien hemm ċertu kritika mill-oppożizzjoni minħabba li l-gvern kien għad ma kellux pjanijiet fuq dan il-proġett u lanqas kien għadu ħareġ it-tenders.", "Issa l-bieraħ kont qed nisma' lill-ministru jitkellem u dan semma t-time- frame li fih kellu jitlesta s-sewage treatment plant għan-naħa tas-south ta' Malta, dak li ġej għan-naħa tan-north, jiġifieri fil-Mellieħa u f'San Pawl il-Baħar u kif ukoll dak ta' Għawdex.", "Pero' tajjeb li wieħed jinnota hawnhekk li kieku ma kenitx għall-kritika li saret minn din in-naħa u għall- fatt li l-Unjoni Ewropea se tgħin fil-finanzjament ta' dan il-proġett, kieku naħseb kien idum sas-sena 2030 sabiex finalment jitlesta!", "Il-politika tal-water services corporation li tagħmel improvement fit- trattament tad-drenaġġ hija xi ħaġa importanti ħafna għaliex il-biċċa l- kbira ta' l-ilma li nixorbu ġej mill-baħar – apparti dak li jittella' mill- boreholes - u allura m'hijiex xi ħaġa ideali li nitfgħu drenaġġ mhux ittrattat fil-baħar, kif fil-fatt qiegħed jiġri bħalissa.", "Bażikament qed ikun hemm aktar spejjeż sabiex tippurifika dak l-ilma minħabba xi tniġġiż li jista' jkun fih.", "Huwa veru wkoll li r-reverse osmosis plants m'humiex fl-inħawi tas-sewage outfall, pero' fl-aħħar mill-aħħar jekk ma noqogħdux attenti xorta waħda nkunu qed nixorbu dak li narmu fil-baħar!", "It-tieni punt li xtaqt nagħmel jirrigwarda partijiet tal-kosta fejn se jsiru dawn is-sewage treatment plants.", "F'Malta għandna coastline limitata u għalhekk il-bajjiet tagħna huma limitati wkoll u allura kulħadd irid jinqeda minn dak li għandna.", "Minħabba li d-drenaġġ mhux ittrattat qiegħed jintefa' l-baħar għandna ċerti areas li la huma tajbin għall-għawm u lanqas għall-iżvilupp turistiku.", "Per eżempju, jekk nieħdu l-każ ta' Għawdex insibu li l-outfall tad-drenaġġ qiegħed f'San Blas.", "Fl-opinjoni tiegħi, dik hija waħda mill-isbaħ bajjiet f'Għawdex u tħabbatha sew mar- Ramla l-Ħamra, pero' meta wieħed imur biex jgħum f'din il-bajja jsib notice li tgħid li l-għawm f'dawk l-inħawi m'huwiex permess minħabba tniġġis mid- drenaġġ!", "Mr Speaker, aħna diġa' għandna problema bil-bajjiet bir-ramel f'Malta u f' Għawdex.", "Fil-fatt lejn in-naħa tal-punent ta' Malta ħlief il-bajja ta' Għajn Tuffieħa u dik ta' Anchor Bay m'għandniex pero' l-istess meta tmur biex tgħum issib notices li ma jippermettux l-għawm minħabba s-sewage outfall.", "Allura dik l-area lanqas tista' tiġi żviluppata għal skop turistiku.", "Imbagħad in-naħa tax-Xgħajra f'Malta s-sitwazzjoni hija agħar għaliex hemmhekk hemm is-summer residences tan-nies tan-naħa t'isfel ta' Malta u allura l-bajja tintuża minn ħafna nies.", "Jekk wieħed imur il- Barrakka ta' Fuq u jħares 'il barra, speċjalment meta r-riħ ikun 'il ġewwa, jara d-drenaġġ dieħel.", "Huwa veru li dan id-drenaġġ jintefa' ħafna 'il barra mill-kosta, pero' meta r-riħ ikun jitfa' 'l ġewwa jwaddab id-drenaġġ mal-kosta u naraw ħafna Maltin, speċjalment fis-sajf, jaqbżu u jgħumu fid- drenaġġ.", "Dan il-baħar imniġġes ikun għoli fil-coliforms li mbagħad jikkawżaw ħafna problemi ta' infezzjonijiet mal-ġisem kollu.", "Il-bieraħ l-Onor.", "Buhagiar qal li Għawdex ma jidhirx fis-subvention tal- water services corporation.", "Fil-fatt il-Ministru nformani li s-subvention tas-sewage treatment plant ta' Għawdex issa tinsab fil-vot tal-ministeru t'Għawdex.", "Il-ministru semma wkoll x'se nagħmlu bl-excess water li se jiġi żviluppat mis-sewage treatment.", "Nifhem il-problemi li semma l- ministru għax tajjeb li ngħidu li din se tkun l-ewwel darba li l-gvern se jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu dan l-ammont ta' ilma għat-tisqija.", "Dan l- ilma fl-Ingilterra jikkonvertuh f'ilma għax-xorb.", "Jiġifieri qiegħed nassumi li l-korporazzjoni għamlet is-somom tagħha għax biex twassal l- excess water għar-reverse osmosis plants u terġa' tagħmlu ilma għax-xorb se jinvolvi spiża enormi.", "Ma rridux ninsew li issa l-gvern għandu l- isbaħ opportunita' sabiex jagħmel proġett ta' afforestazzjoni madwar Malta.", "Ilkoll nafu li xi darba Malta kienet mimlija bis-siġar u għalhekk b'dan is- second-class water għandna l-opportunita' li nagħmlu afforestation on a large scale f'ċerti żoni ta' Malta.", "Mr Speaker, xtaqt ngħid xi ħaġa wkoll fuq il-kontenut tan-nitrates li fih l-ilma.", "Meta kont għadni naħdem ma' l-environmental health and safety għamilt studju fuq il-livell ta' nitrates li fih l-ilma.", "Teoretikament hemm irbit bejn il-livell tan-nitrates fl-ilma ma' ċertu mard, bħalma huwa l-kanċer fl-istonku ta' nies li jixorbu ilma li huwa għoli fin-nitrates.", "Normalment dawn in-nitrates jiġu mill-fertilizers li jintefgħu fl-għelieqi, li mbagħad jibqgħu neżlin fil-water table u jittellgħu meta nippompjaw l- ilma mill-boreholes.", "L-istudju għamiltu sabiex nara l-livelli tan-nitrates f'kull raħal ta' Malta u Għawdex u l-inċidenza tiegħu mal-kanċer ta' l- istonku jew xi cancers oħra fis-sistema diġestiva.", "Madankollu r-riżultati ma kenux konklussivi u ma stajniex norbtu fuq l-istatistika minħabba - għalkemm kien hemm proponderanza???KIV lejn in-naħa tas-Siġġiewi - li kellek każ jew tnejn f'kull raħal u allura ma stajniex niġbdu konklużjoni valida.", "Jiena napprezza l-isforzi tal-water services corporation li fejn ikun hemm ilma li jkollu livell għoli ta' nitrates iħalltuh ma' ilma li jkun ġej mir-reverse osmosis plants ħalli jnaqqsulu l-livell ta' nitrates li jkollu.", "B'hekk inaqqsu r-riskju li jkun ta' periklu għas-saħħa tal- bniedem.", "L-unika problema li rajt hija f'Għawdex peress li f'Għawdex ma jeżistix impjant tar-reverse osmosis u allura kkalkulajt li l-livell ta' nitrates fl-ilma tagħhom huwa għoli aktar mill-average ta' Malta.", "(Interruzzjonijiet) Qed jgħiduli li dan m'huwiex il-każ.", "Ovvjament hija xi ħaġa faċli li wieħed iħalltu ma' l-ilma tar-reverse osmosis taċ- Ċirkewwa.", "Iċ-chairman qed jgħidli wkoll li l-livell ta' nitrates fl-ilma ta' Għawdex huwa kkontrollat ukoll u din hija xi ħaġa tajba.", "Nixtieq nagħlaq id-diskors tiegħi billi ngħid xi ħaġa fuq il-health and safety.", "Meta wieħed iħares lejn l-istatistika ta' dan ir-rapport fuq il- health and safety isib li n-numru ta' injuries fil-water services corporation baqgħu l-istess f'dawn l-aħħar snin allavolja żdiedu 600 ħaddiem li kienu mad-dipartiment tad-drenaġġ u marru mal-water services corporation.", "Nixtieq nikkongratula lill-water services corporation għat- twaqqif tal-health and safety committee, il-health and safety officers, il- first aid group u l-eye vision screens.", "Ta' min jgħid ukoll li din l- organizzazzjoni hija waħda mill-ftit li kienet proattiva f'dan il-qasam.", "Mr Speaker, għadha kemm ħarġet direttiva ġdida f'forma ta' legal notice li tirrigwarda n-nies li jaħdmu in a confined space.", "Bażikament din tgħodd għal dawk il-ħaddiema li jaħdmu fil-qasam tad-drenaġġ.", "Kulħadd jaf b'dak l- inċident fatali li seħħ madwar tliet snin ilu fejn kienu mietu numru ta' ħaddiema li kienu qed jagħmlu xi xogħol fis-sistema tad-drenaġġ fin-naħa ta' fuq ta' Malta.", "Għalhekk nispera li b'din l-attitudini pożittiva ħafna li ħadet il-korporazzjoni dwar il-health and safety, kif ukoll b'dak ir-rig – huma hekk isejħulu – jew kamra li qed tinbena ħalli fiha jgħallmu u jittrejnjaw lin-nies, jibdew jużaw ukoll din id-direttiva ġdida.", "Din id- direttiva tikkonċerna postijiet ta' xogħol fi spazji żgħar, speċjalment fejn għandek ħafna gassijiet bħalma nsibu fis-sistema tad-drenaġġ.", "Jiena nawgura lill-water services corporation sabiex tkompli miexja fuq dawn il- linji li qed tieħu għal dak li għandu x'jaqsam mal-health and safety pero' rrid nagħlaq billi nagħmel enfasi kbira fuq ir-risk assessment għaliex jista' jkollok l-isbaħ liġijiet dwar il-health and safety u jista' ikollok l-isbaħ apparat, rigs u simulators, iżda jekk ma tingħatax attenzjoni tar- risk assessment tax-xogħol li tkun se tagħmel dawn ma jkunu jiswew xejn.", "Ir-risk assessment huwa s-sens komun li inti qabel tagħmel xi ħaġa – dan jgħodd għal kull tip ta' xogħol - iddur dawra madwarek sabiex tara r-riskju li hemm f'dak ix-xogħol.", "Dan għandu jsir mill-ħaddiema kollha u għandu jingħata training tajjeb ħalli l-ħaddiema kollha jkunu konxji tar-riskji li jistgħu jgħaddu minnhom, kif ukoll jitgħallmu jagħmlu r-risk assessment bis- sens komun tagħhom.", "M'hemmx għalfejn li wieħed iġib xi Ph.D. mill- universita' sabiex ikun kapaċi jagħmel risk assessment u bl-għajnuna ta' l- apparat li jingħata mill-water services corporation, ikunu jistgħu jitnaqqsu n-numru ta' inċidenti li jseħħu f'pajjiżna.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Marie Louise Coleiro.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Mr Speaker, ħadt gost nisma' lil xi kelliema tal-gvern jitkellmu fuq dan is-suġġett b'mod realistiku.", "Naqbel ma' l-Onor.", "Vassallo meta qal li hemm bżonn ta' aktar kordinament ħalli ma jkunx hemm tkissir bla bżonn ta' toroq sabiex jgħaddu xi servizzi meta dawn ikunu setgħu faċilment saru qabel tkun tlestiet din it-triq.", "Min-naħa l-oħra għadda xi kummenti li ma qbiltx miegħu, b'mod partikolari meta qal li ħadd min-negozjanti m'hu fqir għaliex naf b'negozjanti li bħalissa qed imissu l-qiegħ.", "Nerġa' nirrepeti li naf ben fatt b'negozjanti li bħalissa qed imissu l-qiegħ u żgur li m'humiex qed iħossuhom sinjuri.", "Saru wkoll xi kummenti mill-Onor.", "Arrigo dwar affarijiet li ġraw 'il fuq minn 17-il sena ilu.", "Għalija dawn huma kummenti fiergħa u ma jagħmlux sens f'dibattitu bħal dan fejn qed nitkellmu fuq ir- riżors ta' l-ilma li huwa fundamentali għall-għajxien tal-bniedem.", "Qabel nibda l-intervent tiegħi xtaqt insemmi xi affarijiet ħalli ngħaqqadhom ma' dak li ntqal fuq il-kwestjoni ta' l-ilma.", "Nixtieq ukoll li l-korporazzjoni tagħti kashom ukoll u nibda billi nsemmi l-kwestjoni tal- leakages.", "Meta jsir xi rapport fuq xi leakage, sfortunatament ikun qisu waqa' fuq widnejn torox, jilħqu jgħaddu l-ġranet u l-ilma jibqa' ħiereġ.", "Jiena mhux l-ewwel darba li jċempluli jew jiġu għandi nies u jilmentaw għaliex ikunu għamlu ħilithom kollha sabiex jgħaddu r-rapport lill- korporazzjoni bil-mezzi li suppost għandha, iżda sfortunatament ma jiġri xejn.", "Ma nafx għaliex ir-rapporti m'humiex jaslu fejn għandhom jaslu ħalli tkun tista' tittieħed azzjoni immedjata.", "Ma nistax ngħid jekk hijiex kwestjoni ta' nuqqas ta' nies li jieħdu ħsieb dawn l-affarijiet pero' ta' min isemmi din il-kwestjoni, iktar u iktar meta smajna lill-Ministru Austin Gatt jgħid li l-ħela m'hi tajba għal ħadd u għalxejn.", "U proprju l- leakages u l-ħsarat li jinqalgħu minn żmien għal żmien iwasslu għal ħafna ħela ta' l-ilma.", "Xtaqt insemmi l-kwestjoni relatata mad-drenaġġ.", "Per eżempju, fil-parti ta' ġewwa ta' Wied is-Sewda, f'Ħal Qormi għad hemm numru ta' irziezet li m'għandhomx sistema ta' drenaġġ u minflok għadhom jaħdmu bil-fosos.", "Sfortunatament meta jagħmel il-maltemp u tinżel ċertu ammont ta' xita dawn il-fosos ifuru u minn ġo fihom jibda ħiereġ l-ilma maħmuġ u l-iskart li jkun hemm.", "Jien m'iniex xi persuna teknika fuq dawn l-affarijiet, pero' dan l-ilma maħmuġ u kontaminat li jkun għaddej mit-toroq huwa ta' riskju għas-saħħa tan-nies.", "Aħseb u ara, kemm ikun agħar jekk dak l-ilma jinżel fl-aquifer u forsi jikkontaminah ukoll.", "Pero' m'iniex se nidħol fid- dettall ta' dawn l-affarijiet għaliex m'iniex teknika fihom.", "Irrid insemmi wkoll l-overflow tad-drenaġġ li hemm fi Triq il-Wied f'Ħal Qormi.", "Fuq dan l-overflow għamilt bosta mistoqsijiet parlamentari iżda kull darba jgħiduli li dan m'huwiex overflow tad-drenaġġ.", "Pero' ħaġa ta' l- iskantament hija li meta tagħmel ix-xita jibda ħiereġ id-drenaġġ minn ġo fih u dan jidher kemm mill-kulur u kif ukoll mir-riħa li toħroġ minn dan l- ilma u kulħadd jgħidlek li huwa drenaġġ.", "Barra minn hekk, fi żmien is- sajf meta ma jkunx hemm ilmijiet ġo fih, l-irwejjaħ u l-insetti li jkun hemm viċin dan il-pajp kbir li hemm miftuħ fi Triq il-Wied ma jwassluk għall-ebda konklużjoni għajr li dan huwa xi tip ta' overflow, u jekk m'huwiex proprju tad-drenaġġ żgur li b'xi mod jew ieħor qed jitħallat miegħu.", "Għaldaqstant xtaqt nieħu din l-opportunita' sabiex inwassal dawn id-diffikultajiet li qed jiffaċċjaw ir-residenti li jgħaddu ta' kuljum minn dawk in-naħat.", "Mr Speaker, xi ħaġa oħra li xtaqt insemmi hija l-kwestjoni ta' l-ilqugħ ta' l-ilma.", "Matul is-snin saru ħafna toroq pero' sfortunatament ikolli ngħid li ċerti culverts ma sarux bi ħsieb jew bl-expertise li suppost isiru.", "Qed nagħmel riferenza partikolari għall-bypass ta' bejn Ħal Qormi u l-Imrieħel.", "Kemm ilha li saret din il-bypass l-ilmijiet li jaqgħu minn ġol- culverts li hemm fil-ġenb tat-triq jibqgħu neżlin għan-naħa ta' Wied is- Sewda f'Ħal Qormi u meta tagħmel ħafna xita qed jaffettwa lil ċerti djar.", "Jiena naf b'każijiet fejn ċerti djar is-sena l-oħra spiċċaw bl-ilma tiela' minn taħt il-madum.", "Meta dawn ġabu lill-periti u lin-nies tekniċi sabiex jaraw x'inhi l-problema, kull darba jgħidulhom li din il-problema ġejja minħabba l-bypass.", "Fil-fatt anke n-nies li jgħixu fl-akwati ta' Wied is- Sewda u Triq il-Wied f'Ħal Qormi jgħidulek li l-problema bdiet minn meta nfetħet din il-bypass.", "Sfortunatament dan qed jikkawża inkwiet kbir lir- residenti ta' dawn l-inħawi u meta tagħmel ix-xita bħalma għamlet f'Settembru tas-sena l-oħra n-nies jgħaddu minn bosta trawmi, għaliex apparti li ma jsibux tarf ta' l-ilma li jibda dieħel minn taħt il- madum, għandhom ukoll l-element ta' ħsara li dan l-ilma jikkawża fil- foundations tal-bini, mill-umdita' li titrabba u kif ukoll problemi ta' manutenzjoni li jkollhom jagħmlu sabiex jirranġaw il-ħsara li jkun ikkawżalhom dan l-ilma.", "Għaldaqstant xtaqt nieħu din l-opportunita' sabiex f'dan id-dibattitu nressaq id- diffikultajiet li għaddejjin minnhom in- nies.", "Mr Speaker, f'dan l-intervent tiegħi aktar minn kollox xtaqt nikkonċentra l-ftit minuti li għandi fuq dak li bħalissa qed jintqal minn ħafna nies, cioe' l-fatt li l-gvern ħabbar li se jittieħdu miżuri fuq il-ħlasijiet ta' l-ilma u tad-dawl.", "Huwa veru li llum qed nitkellmu fuq il-water services corporation pero' aħna nirċievu l-kont tad-dawl u l-ilma f'kont wieħed u allura se nieħu l-opportunita' sabiex nitkellem fuq din il-kwestjoni.", "Il- gvern iddeċieda li jagħmel surcharge fuq il-kontijiet tad-dawl u l-ilma minħabba ż-żieda li kien hemm fil-prezz taż-żejt.", "Jiena nassumi li din aktar se tolqot l-elettriku pero' nassumi wkoll li se tolqot ukoll l-ilma minħabba l-fatt li ħafna mill-ilma li nużaw ġej mir-reverse osmosis li jaħdem bl-enerġija.", "Jien ippretendejt li f'dan id-dibattitu il-gvern se jieħu l-opportunita' sabiex jispjega aħjar lin-nies dwar x'hemm għalihom in the offing.", "Bħalissa hawn ħafna nies li huma inkwetati fuq din il-ħaġa u rrid nagħmilha ċara mill-bidu nett li m'iniex qed nitkellem għal dawk li b'mod kapriċċjuż ma jħallsux il-kontijiet tagħhom biex imbagħad imorru jitbahardu fil- weekend, iżda qed nitkellem fuq dawk in-nies li minħabba d-dħul finanzjarju tagħhom m'humiex ilaħħqu mal-kontijiet li jirċievu, fosthom il-kontijiet tad-dawl u l-ilma.", "Irrid nagħmilha ċara li wieħed mid-drittijiet fundamentali tal-konsumaturi huwa li jkollu aċċess għad-dawl u l-ilma li huma tnejn mill-iktar affarijiet bażiċi li l-bniedem jeħtieġ sabiex jgħix ħajja tajba.", "Allura rridu noqogħdu attenti meta ngħidu li jekk persuna ma tħallasx il-kontijiet tagħha naqbdu u naqtgħulha s-servizzi.", "Nerġa' nirrepeti li qed nitkellem fuq il-każijiet ġenwini u mhux fuq dawk li qed jitkessħu bi flus il-poplu, għax wara kollox qed nitkellmu fuq flus il- poplu.", "Min qiegħed jitkessaħ bi flus il-poplu jara x'se jagħmel hu, iżda qed nitkellem għal dawk li bl-aktar mod ġenwin mhux qegħdin f'qagħda li jlaħħqu ma' l-affarijiet bażiċi, fosthom il-kontijiet tal-utilities.", "Xi tliet ġimgħat ilu attendejt konferenza f'Larnaka ġewwa Ċipru.", "Din il- konferenza kienet organizzata mill-foundation for the improvements of living and working conditions.", "Din hija fondazzjoni ta' l-Unjoni Ewropea u din il-konferenza kienet tittratta l-kwalita' tal-ħajja.", "L-Unjoni Ewropea qed tiddiskuti sabiex tiddefinixxi aħjar il-konċett ta' faqar u tkopri wkoll il-forom u l-aspetti kollha tal-kawżi tal-faqar li bid-diversita' kbira li għandhom ġabu dawn il-25 pajjiż ta' l-Unjoni Ewropea.", "Fost l- affarijiet li ġew mistħarrġa u stabbiliti mill-fondazzjoni sabiex jimmarkaw il-faqar raw kemm il-familji qed ikunu f'qagħda li jħallsu l-kontijiet tal- utilities, fosthom il-kontijiet tad-dawl u l-ilma.", "Jiġifieri din il- fondazzjoni uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea qed tirreġistra dan il-faqar billi tara kemm il-familji jkunu kapaċi jlaħħqu mal-ħlas ta' dawn il- utilities.", "Mr Speaker, fuq din il-bażi nixtieq nistaqsi lill-gvern jekk għamilx xi studju dwar l-impatt soċjali li jista' jkun hemm issa li f'daqqa waħda jrid jiġbor il-kontijiet pendenti.", "Nerġa' nispjega ruħi biex ħadd ma jimiżinterpretani.", "M'iniex qed nitkellem għal dawk li huma kapriċċjużi u li bi flus il-poplu jmorru jitbahardu imma qed nitkellem għal dawk li fil-veru sens tal-kelma m'humiex ilaħħqu mal- ħlas tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma.", "Din il-ġimgħa staqsejt b'mod mhux uffiċjali lill-ministru biex meta jistaqsuni fuq dawn l-affarijiet inkun f'qagħda li nwieġeb u llum staqsejt min qiegħed fuq dan ix-xogħol u qaluli li dawn marru jaraw eżatt kif se jsiru l-ħlasijiet.", "B'hekk skoprejt li s- sitwazzjoni assolutament m'hijiex dik li spjegali l-ministru din il-ġimgħa.", "Qaluli li min ma ħallasx il-kont mill-1 ta' Awissu joħroġlu kont bit-8% interessi.", "Allura jekk il-water services corporation u l-enemalta qed jissellfu, per eżempju, bir-rata ta' 4.5% mill-banek, lill-konsumatur se teħodlu bit-8%?", "Naħseb li din titlob spjegazzjoni għax apparti l-mizuri li se jkun hemm minħabba dak li qed jiġri fis-swieq taż-żejt, il-water services corporation u l-enemalta se jkunu qed jagħmlu l-profitti fuq il- kontijiet pendenti.", "Ma jagħmilx sens li għax iż-żejt qed nixtruh b'iktar minn US$50-il barmil, ngħidu lill-familji Maltin li dan il-piż ma nistgħux ngħabbuh kollu fuq il-korporazzjonijiet u jkollhom iġorruh huma.", "Qed naraw li n-nefqa żejda se tgħaddi fuq il-konsumatur u dan juri li l-gvern tilef id-dimensjoni soċjali f'kull aspett tal-politika.", "Diġa' rajna l-aspett tad-dimensjoni soċjali jintilef fil-każ tal-banek u tat-telefonija u issa anke fuq is-servizzi bażiċi tad-dawl u l-ilma, li huma tant fundamentali biex dak li jkun jgħix tajjeb, qed tintilef id-dimensjoni soċjali.", "Qaluli li dawk li jgħixu bir-relief m'humiex se jeħlu bit-8% imma se jeħlu flat rate ta' Lm20.", "Imma lanqas din m'hi tajba meta tqis li għandna 80% li jgħixu bil-benefiċċji soċjali li jaqgħu taħt il-poverty line.", "Dawn l- affarijiet mhux qed tgħidhom l-oppożizzjoni imma huma riżultat ta' findings li sar permezz tal-household budgetary survey.", "Qaluli wkoll li minn tliet ġimgħat 'il hawn, ir-reinstallation charge minn Lm10 saret Lm60.", "Dawn l-affarijiet sirt nafhom illum qabel ġejt hawnhekk għax ċempluli xi nies u bdejt nistaqsi jien ukoll.", "Qaluli wkoll li xi nies marru l-banek biex kif intqal, jagħmlu standing order u jkun jista' jitħallas il-kont permezz tal-bank u l-banek informawhom li għadhom ma jafu xejn.", "Jista' jkollna spjegazzjoni fuq din ir-reinstallation charge li minn Lm10 telgħet għal Lm60?", "X'jiġri jekk xi ħadd - m'iniex qed ngħid għal min jiġi jaqa' u jqum mill-kontijiet qisu għandu xi dritt divin li ma jħallasx kontijiet – li jaqa' taħt il-poverty line jinqatagħlu d-dawl?", "Għalxejn nagħmluhom il-pjani nazzjonali ta' azzjoni dwar il-faqar u l-esklużjoni soċjali?", "Safejn naf jien, dawn il-pjani huma indikaturi biex nifhmu aħjar kif se nindirizzaw aħjar il-problemi ta' dawn in-nies.", "Jiena m'iniex qed ngħid li min qed juża s-servizzi ma jħallas xejn imma qed ngħid li min qiegħed f'dire straits bħal nies li huma bla xogħol, irridu nagħtuhom ċertu konsiderazzjoni.", "Għandna 50% ta' dawk li ma jaħdmux li jgħixu fil-faqar u dan jirriżulta mill-household budgetary survey.", "Kif tista' tittrattahom bħal dak li jiġi jiġi jaqa' u jqum mill-kont tad-dawl u l-ilma?", "Il-ġimgħa li għaddiet, il-ministru qal hawnhekk li naqtgħulhom mir-relief.", "(Interruzzjonijiet) Jien hekk smajtek tgħid għax staqsejtek jiena u l- Onor. Mizzi, jekk niftakar sewwa.", "Ovvjament wieħed jista' jmur jagħmel standing order mal-bank imma lill-bank trid tħallsu lura.", "Issa jista' l- ministru jgħidli min qiegħed fuq ir-relief, kif jista' jagħmel standing order?", "Dawn l-affarijiet lanqas jiena għadni ma fhimthom, aħseb u ara n- nies tat-triq!", "Min jgħix bl-għajnuna soċjali, qed jgħix from hand to mouth u jkunu qed jistennew iċ-cheque bil-ħniena u hemm familji llum li tant huma batuti li diġa` jkunu ddejnu nofs il-valur taċ-cheque ma' tal-grocer.", "Għaldaqstant nippretendi li fl-għeluq tad-dibattitu l-ministru jittratta f'aktar dettall u jitfa' aktar dawl fuq kif se jittratta s-sitwazzjoni ta' min, mhux b'mod kapriċċjuż imma għax verament ma jistax, m'huwiex qiegħed iħallas dawn il-kontijiet fil-pront.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Nistieden lill- Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni biex jagħmel il-winding up.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Speaker, se nipprova nagħmel l-impossibbli u fi 13- il minuta nirrispondi madwar mitejn domanda.", "Se nibda billi ngħid li mhux veru li żdiedet ir-reconnection fee fil-water services corporation.", "Ir-regolamenti għadhom l-istess mill-bidu tas-snin tmenin u ma żidna assolutament xejn.", "L-interessi ta' 8% ġew imposti fil-bidu tas-snin tmenin - jiġifieri lanqas għamilhom gvern Nazzjonalista imma gvern Laburista - u issa qegħdin napplikaw il-liġi li hemm.", "L-Onor.", "Coleiro staqsiet dwar kif jista' jkun li xi ħadd li qiegħed fuq ir-relief iħallas l-arretrati.", "Nifhem u nagħder pero` rridu nifhmu wkoll li bl-appelli li kellna llum mill-Onor.", "Silvio Parnis u mill-Onor.", "Coleiro dwar min ma jistax iħallas fosthom min hu fuq ir-relief, min hu fuq il-minimum wage, min mhux qed jaqla' biżżejjed, min hu separat, min għandu hotel, min għandu ħanut u min għandu l-industrija, allura ma nafx min jibqa' jiena ħlief probabbilment il-65 deputat li hawn hawnhekk, dawk li huma huma happily married u rġiel ta' mezza eta' li jispiċċaw iħallsu għal kulħadd.", "Din hija l-mentalita` li ħierġa u l-policy proposals li ħerġin min-naħa l-oħra!", "Pero' ħalli nkunu ftit serji u nibda billi nirrispondi dak li qal l-Onor.", "Farrugia.", "L-Onor.", "Farrugia qalilna biex ma nagħtux kas ta' dak li jgħidu r- riċerkaturi u n-nies tekniċi għax hu jemmen li s-second-class water m'huwiex tajjeb għall-bdiewa.", "Allura issa noqogħdu fuq l-Onor.", "Farrugia u lill-bdiewa nagħtuhom first-class water bil-Lm1.10c kull metru kubu biex isaqqu!", "L-Onor.", "Coleiro staqsiet dwar jekk sarux impact assessments fuq min għandu dħul baxx u kif se jaffettwahom il-ħlas lura ta' dak li kkonsmaw.", "Bir- rispett kollu, jiena nifhem is-sitwazzjonijiet diffiċli pero` issa rridu nifhmu wkoll x'inhu jiġri fis-soċjeta` Maltija.", "Min huwa ċċertifikat mill- ministeru tal-politika soċjali bħala social case - u għandna 'il fuq minn 13,000 social case - ma jħallasx tal-meter u għandu rata mnaqqsa ta' konsum ta' ilma u dawl u l-ilma huwa ssussidjat b'50% mill-gvern.", "Issa fil- ħajja ta' kuljum, kulħadd jagħmel id-deċiżjonijiet.", "Jiena ma naċċettax illi l-ftit li għandu jitħallas - u nassigurakom li huwa ftit – ma jitħallasx.", "Dawn huma kontijiet li għal min hu bil-għaqal m'għandhomx jaqbżu l-Lm25 fis-sena.", "Issa min minn dawn it-tip ta' nies ma jistax iħallas Lm25 fis-sena ifisser li jkunu għamlu deċiżjonijiet ħżiena dwar kif jonfqu l-flus.", "Jekk irridu nieħdu d-deċiżjoni li l-ilma u d-dawl nagħmluh b'xejn neħduha, pero` mbagħad irridu nżidu t-taxxi because we cannot square the circle.", "Minn x'imkien il-flus iridu jiġu għax il-flus qed jintnefqu fil-pagi, fil-produzzjoni u fit-tqassim ta' l-ilma.", "Nipprova nirrispondi wkoll diversi punti li qajmu l-Onor.", "Mizzi u l-Onor.", "Buhagiar.", "L-Onor.", "Mizzi qalilna li naqqasna l-produzzjoni minkejja li l- ispejjeż baqgħu jiżdiedu.", "Hija ħaġa ovvja li naqqasna l-produzzjoni!", "Jiena għidt li naqqasna t-telf ta' l-ilma b' 200% imma għadna 'l bogħod u rridu nnaqqsuh b'nofs ieħor għax ma lħaqniex il-livelli li rridu nilħqu.", "L- Onor. Mizzi stagħġeb ukoll li ċ-CEO ma ġeddidx il-kuntratti tal-managers u qal li din turi ineffiċjenza!", "Jien ngħidlu li din hija l-effiċjenza għaliex id-diffikulta` tal-Maltin, b'mod speċjali ta' dawk li jaħdmu mal- gvern, hija li jsibuha diffiċli li jaffrontaw lil dak li jkun u jgħidlu li ma jkunx tajjeb għal ċertu xogħol.", "Allaħares inġeddu l-kuntratt ta' kulmin għandna fil-management!", "Hawnhekk nixtieq nagħmel rimarka.", "Iċ-chairmen li jiena ma naqbilx magħhom, huma jmorru u mhux jien għax jien niġi elett u huma jridu jimxu mal-policies tiegħi.", "Issa min ma jaqbilx mal-policies tiegħi m'huwiex postu miegħi u lest li nneħħih minkejja l-kritika li ssirli!", "Pero` management tajjeb jirrikjedi li tkun kapaċi taffronta lin- nies!", "L-Onor.", "Mizzi qal li ma jemminx li dawk l-affarijiet kollha li saru fis- sena 2000 spiċċaw kollha u talab li jsiru testijiet indipendenti.", "L- ewwelnett irrid ngħidlu li mhux veru saru 40 test biss imma saru iktar minn 4,000 test.", "Dawk l-40 test li semma hu bgħatnihom f'laboratorji indipendenti barra biex jiċċekkjaw dawk l-4000 u r-riżultati tawhomlna l- laboratorji indipendenti.", "Jiena m'għandi l-ebda problema li l-Onor.", "Mizzi. jinnomina espert tiegħu, nagħtuh aċċess għal kollox, inħallsulu biex jibgħathom fejn irid u jittestjahom.", "J'Alla jsib li għandna ħażin biex nagħmlu improvement għax dak huwa l-iskop!", "Imma almenu l-iskop huwa tajjeb.", "Qalilna wkoll li l-accounts ma nippreżentawhomx b'mod professjonali.", "Billi naħseb li din ma ġietx mill-Onor.", "Mizzi imma minn xi ħaddieħor, nixtieq li l-Onor.", "Mizzi jgħid lil min qallu li dawn l-accounts huma ċertifikati minn Ernst and Young u minkejja li llum ma tista' taħlef fuq ħadd għax nafu x'ġara l-Amerika fuq kumpanniji differenti, s'issa Ernst and Young hija an accounting firm rinomata madwar id-dinja kollha, jiċċertifikawha u jiena kuntent li almenu għandi ditta professjonali ta' awdituri li jiċċertifikaw u ma jikkwalifikawhomx kif ġieli kkwalifikawhom fi żmien il-gvern Laburista.", "L-Onor.", "Mizzi jiftakar li kienu ġew kwalifikati!", "Jiena kuntent li nista' noqgħod fuq ditta rinomata internazzjonali.", "Mr Speaker, hemm diversi affarijiet oħra li xtaqt nirrispondi imma mhux se jkolli l-ħin għax baqagħli biss sitt minuti.", "Xtaqt nirrispondi xi żewġ affarijiet li qal l-Onor.", "Buhagiar u rrid ngħid li apprezzajt id-diskors tiegħu.", "Jien naqbel perfettament ma' dak li qal l-Onor.", "Buhagiar dwar l- over exploitation ta' l-aquifer.", "Sabiex inkun fair ma' l-Onor.", "Buhagiar, huwa qal li ma kellux il-ħin jisma' d-diskors tiegħi u allura ma jafx li fl-introduzzjoni tiegħi jiena għidt li llum ir-responsabilita` biex niżguraw li ma jkunx hemm estrazzjoni illegali ta' l-ilma hija tal-Malta resources authority.", "Fil-fatt il-water services corporation ilha tagħfas fuq l-MRA li ma jistax ikun nibqgħu bis-sitwazzjoni tal-boreholes illegali għaliex din qed tkisser l-aquifer ta' Malta aktar milli hu u ma jistax ikun li ma jitteħdux passi kontra dawn in-nies, huma min huma.", "Qalilna wkoll li naqqasna l-attendance mal-pumping stations.", "Dan għamilnieh għal raġuni waħda; illum jeżistu mezzi elettroniċi biex tagħmel monitoring u ma naħsibx li fid-dinja għad baqa' pajjiżi li jimpjegaw ħamsa jew sitta min-nies biex joqogħdu mal-pompi.", "Dan huwa ġenn li assolutament ma nistgħux inkomplu għaddejjin bih!", "Semma wkoll diversi affarijiet rigward l-impjanti tal-Mellieħa u t'Għawdex.", "Fil-fatt jiena semmejthom fid- diskors tiegħi u tajt dettalji sħaħ dwar fejn wasalna fit-tendering.", "Irrid nirrimarka xi ħaġa fuq it-tenders fejn daħal il-protokoll Taljan.", "Aħna mxejna mar-regoli Taljani u tajna t-tender, kif konna obbligati li nagħmlu, lill-ambaxxata Taljana.", "L-ambaxxata Taljana ħadet ir-responsabilita` li tippubblikaha l-Italja - għax kienet ristretta għall-Italja - u nafu li dawn bagħtu xi e-mails lil diversi nies.", "Sabiex inkun fair, irrid ngħid li jiena ma nafx jekk ippubblikawx din it-tender jew le fil-gazzetta tal-gvern tagħhom pero` r-responsabilita` ta' kif jittrattawha ma kenitx tagħna imma kienet tagħhom.", "Il-water services corporation ma kellha l-ebda kontroll dwar kif titqassam jew tiġi ppubblikata t-tender.", "Mr Speaker, irrid nammetti li għandna problema fl-impjant ta' Wied Għammieq.", "Qegħdin lura f'dan il-proġett għaliex prinċiparjament għadna ma ħadniex il-funds ta' Lm25 miljun li għandna bżonn biex nibnuh.", "Sar suġġeriment biex jinbnew żewġ impjanti.", "Dan ġie studjat iżda ż-żewġ impjanti jridu bilfors isiru ħdejn il-baħar għar-raġuni li jekk ikollok breakdown, dan titfgħu l-baħar għax ma tistax tħallih jinġema' u l-istudji finanzjarji juru li żewġ impjanti jinvolvu capital cost akbar u għalkemm forsi wieħed jista' jgħid li dan huwa a one-time cost, l-operating cost ta' dawn iż-żewġ impjanti jkun ħafna akbar minn dak ta' impjant wieħed.", "Irrid ngħid ukoll li nqalgħu diffikultajiet dwar kif se nqassmu s-second- class water.", "Kif għidt fil-bidu tad-diskors tiegħi, biex nittrattaw id- drenaġġ u narmuh fil-baħar, se jiġina 17ċ kull metru kubu u biex nittrattawh u nagħmluh second-class water, irridu nerġgħu ngħadduh mir- reverse osmosis u nżidu 44ċ miegħu u mbagħad inqassmuh.", "Jiġifieri dan is- second-class water se jiġi jiswa madwar 60ċ kull metru kubu.", "Jekk nimxu mat-teorija ta' l-Onor.", "Farrugia, dan l-ilma lanqas huwa tajjeb għat- tisqija ta' l-għelieqi u allura nistgħu ma nittrattawh xejn u narmuh il- baħar b'konsegwenza li nkunu qed narmu Lm2 miljuni fis-sena!", "Dik hija t- teorija ta' l-Onor.", "Farrugia!", "Xtaqt nagħmel biss rimarka waħda li m'għamiltx fil-bidu.", "Jiena sinċerament nemmen li din il-korporazzjoni hija eżempju ta' kif il-gvern u l- korporazzjonijiet jew l-awtoritajiet tiegħu għandhom jimxu mil-lat finanzjarju.", "Fuq medda ta' snin din il-korporazzjoni rnexxielha tnaqqas is- sovvenzjoni tal-gvern b'50%, ma għollietx it-tariffi ta' l-ilma, ħlief fi żmien gvern Laburista, ikkontrollat l-ispejjeż tagħha u qed tagħti servizz eċċellenti.", "L-ironija toħroġ meta tisma' lill-Onor.", "Mizzi jgħid li llum l-ilma tax-xorb sar taxxa.", "Jien ngħid li llum l-ilma tax-xorb huwa għażla u ta' min ifakkar li taħt gvern Laburista konna nġibu l-ilma bit-tankers mentri llum għandna l-ilma bil-ħela li qed jiġi ttrattat b'cheap cost u l-ironija hi tisma' nies ta' partit li ma kienx kapaċi jipproduċi ilma biżżejjed biex almenu ninħaslu bih, jgħidu li llum huwa lussu li tixrob l- ilma tal-flixkun.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-mistoqsija hija li l-Kamra tapprova l-Estimi ta' Dħul u Nfiq tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma għas-sena 2004-2005.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MR SPEAKER: Din id-division tittieħed minn hawn u 20 minuta oħra.", "Billi ntalbet votazzjoni fid-9.00 p.m. il-Kamra ġiet sospiża u rriżumiet fid-9.20 p.m.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hija li l-Kamra tapprova l-Estimi ta' Dħul u Nfiq tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma għas-sena 2004-2005.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mario Galea.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Mr Speaker, ninforma lill-Kamra li għan-naħa tal- gvern se jiġu paired l-Onor.", "Robert Arrigo, l-Onor.", "Joe Cassar, l-Onor.", "John Dalli, l-Onor.", "Helen D'Amato u l-Onor.", "Louis Deguara.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, għan-naħa ta' l-oppożizzjoni se jiġu paired l-Onor.", "Carmelo Abela, l-Onor.", "Leo Brincat, l-Onor.", "Joe Debono Grech, l- Onor. Charles Mangion u l-Onor.", "Alfred Sant.", "VOTAZZJONI NRU.", "59 FAVUR: 29", "L-Onor.", "|Abela Anthony |Galea Louis | |Agius David |Galea Mario | |Agius Francis |Gatt Austin | |Asciak Michael |Gonzi Lawrence | |Azzopardi |Gonzi Michael | |Frederick | | |Azzopardi Jason |Mifsud Bonnici | | |Antoine | |Borg Tonio |Mifsud Bonnici | | |Carmelo | |Cristina Dolores |Mugliett Jesmond| |de Marco Mario |Puli Clyde | |Debono Giovanna |Pullicino George| |Falzon Joseph |Pullicino | | |Orlando Jeffrey | |Fenech Antonio |Vassallo Edwin | |Frendo Michael |Zammit Ninu | |Galea Ċensu |Zammit Dimech | | |Francis | |Galea Franco | |", "KONTRA: 21", "L-Onor. | | | |Abela Joseph |Farrugia Michael| |Agius Chris |Farrugia Noel | |Bartolo Evarist |Gulia Gavin | |Brincat Joseph |Mizzi Joe | |Buhagiar Charles |Parnis Silvio | |Cardona Chris |Refalo Anton | |Caruana Justyne |Sammut Joseph | |Chircop Karl |Vassallo Adrian | |Cuschieri Joseph |Vella George | |Dalli Helena |Vella Karmenu | |Farrugia Angelo | |", "Il-mozzjoni għaddiet u l-Estimi ġew approvati.", "MR SPEAKER: Nitlob lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l- Intern biex, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "TONIO BORG (Viċi Prim Ministru, Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern): Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal għada l-Ħamis, 18 ta' Novembru 2004, fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Mozzjonijiet", "Mozzjoni ta' sfiduċja fil-Gvern.", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar it-Trasferiment ta' Artijiet tal- Gvern – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Arkivji Nazzjonali – Kumitat (Kont.); u", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Medjazzjoni – Tielet Qari.", "------------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili (Emenda Nru 2) - Kumitat Permanenti.", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Reġistru Ċentrali – Kumitat Permanenti.", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali – Kumitat Permanenti.", "Mr Speaker, infakkar il-Kamra li skond ftehim milħuq bejn iż-żewġ naħat tal- Kamra il-ħin tal-mistoqsijiet tas-seduta ta' għada ma jitteħidx.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "Is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO: Mr Speaker, f'dan l-Aġġornament nixtieq nirreferi għal tliet issues partikolari li fihom jissemmew il-pulizija.", "Ftit tal- ġranet ilu fil-Mosta seħħ att vandalu fuq il-knisja tal-Mosta.", "Qed issir drawwa li grupp ta' żgħażagħ jinġabru taħt il-portiku u frekwentement qed jinstabu siringi kemm fil-portiku tal-knisja tal-Mosta u kif ukoll f'bibien oħra ta' l-istess bini.", "Ftit ġranet ilu ġiet imkissra wkoll l-irħama tal- bieb tal-ġenb tal-knisja.", "Ftit tas-snin ilu xi ħadd kien għamel att vandalu fuq tempju neolitiku.", "Forsi l-ksur ta' rħama matul il-lejl fil-knisja tal-Mosta m'hijiex se tqajjem allarm u ma tistax tixxebbah ma' dak li kien sar fuq tempju neolitiku pero' naħseb li wasal iż-żmien li minħabba dan il-vandaliżmu li qed isir tittieħed deċiżjoni li l-portiku tal-knisja tal-Mosta jibda jingħalaq b'kanċell, għalkemm forsi ħadd ma kien jaħseb li għad irridu naslu għal deċiżjoni bħal din.", "Issib min jgħid li jmisshom isiru cameras ta' sorveljanza.", "Allura dan il- pajjiż se nimlewh bil-cameras ta' sorveljanza?", "U min irid joqgħod ma' dawn il-cameras?", "Mr Speaker, irrid infakkar li ftit 'il bogħod mill-knisja hemm l-għassa tal-pulizija u madwar il-pjazza tal-Mosta - ftit tal-ġimgħat ilu għamilt Aġġornament fuq dan pero' naħseb li min jitkellem f'Aġġornament ikun qed jitkellem għall-fini ta' storja għaliex ftit li xejn tittieħed azzjoni dwar dak li jkun ingħad - hemm postijiet li jafu bihom il-pulizija u ilhom jeżistu fejn wieħed faċilment jsib anke siringi.", "Illum ma taħsad lil ħadd meta tgħid li fit-tali post, fit-tali ġnien jew fit-tali kamra ftit 'il bogħod mill-għassa nstabu s-siringi.", "Anzi qisek tistagħġeb jekk ma ssibx u mhux jekk issib!", "Qed nipprova nagħmel ħilti biex inkun pożittiv imma ma naħsibx li se jirnexxili.", "Jien stess kont avżajt lill-pulizija dwar dan it-tip ta' atteġġjament li ftit li xejn huwa pożittiv u naħseb li jkun tajjeb li wieħed jara kif se jikkoreġih.", "Mr Speaker, dawn iż-żgħażagħ għandhom il-ġenituri tagħhom, jiġifieri minn x'imkien jiġu u jirritornaw lura x'imkien.", "Illum qed nisimgħu ħafna x'inhu jiġri fost iż-żgħażagħ fejn qiegħda tinbet il-kultura tal-gangs u numru ta' żgħażagħ jifformaw il-gruppi tagħhom.", "Dawn ikunu jappartjenu għal xi tip ta' kultura jew għal oħra, għal xi post jew ieħor, għal parti minn komunita' jew għal oħra u għal xi kantuniera ta' lokalita' kontra kantuniera ta' lokalita' oħra.", "F'Paceville qegħdin naraw ukoll gangs ta' żgħażagħ armati.", "Jiena kemm-il darba tkellimt fuq dawn l-affarijiet waqt l-Aġġornament u dejjem irriferejt għalih bħala d-deficit morali ta' dan il-pajjiż.", "Ħafna drabi l- gazzetti u l-pubbliku in ġenerali jħobbu jsemmu d-deficit fiskali ta' dan il-pajjiż, imma f'pajjiżna għandna wkoll id-deficit morali.", "Donnu li ż- żgħażagħ qed jittieħdu mill-kultura Amerikana fejn il-gangs taż-żgħażagħ huma parti mill-kultura ta' dak il-pajjiż daqskemm f'Malta l-festi huma parti mill-kultura tagħna u qegħdin jiġu mgħallmin mill-industrija tal- films u mis-self ta' DVD's dwar il-kriminalita'.", "Naħseb li qegħdin nieħdu użanzi li xejn m'huma sbieħ.", "Meta tisma' fl-aħbarijiet li l-kriminalita' moderna qed issir fejn il-pulizija qegħdin ikunu f'minoranza kontra gangs armati ma tantx jawgura tajjeb.", "Jiena nifhem li l-ministru kien attent biex ma jallarmax u jara li jkun hemm impożizzjoni ta' police state f'Paceville u allura nappella biex noqogħdu attenti biex mhux wara li rranġajna u sebbaħna Paceville mil-lat infrastrutturali, naraw il-qerda ta' din l-industrija ta' divertiment minħabba l-kriminalita' li tista' tkun qed tinbet f'dawn l-inħawi.", "Ma neħux pjaċir nara l-pulizija f'minoranza kontra dawn il-gangs u ma neħux pjaċir nara bullying mhux min-naħa tal- pulizija fir-rigward ta' dawn iż-żgħażagħ, imma min-naħa ta' dawn iż- żgħażagħ fil-konfront tal-pulizija u ta' l-awtoritajiet.", "Ma jinżillix meta nara pulizija li qiegħed jagħmel xogħlu u jipprova jieħu r-raġun bil- kwiet u bil-kalma kważi ma jista' jagħmel xejn kontra min ikun qed jagħmel bullying miegħu!", "Forsi jkun hawn min jistaqsini ma' liema naħa qiegħed f'dan il-kontest, jekk hux man-naħa tal-pulizija jew ma-naħa taż-żgħażagħ?", "F'dan il-każ li qed insemmi qiegħed fuq in-naħa tal-pulzija għax żgur li ma rridx nara pulizija jiġi mżeblaħ quddiem pjazza nies jipprova jieħu r- raġuni, speċjalment jekk dak il-ħin ikun waħdu mingħajr il-protezzjoni ta' sħabu.", "Dan huwa d-deficit morali li qed jinbet f'pajjiżna u ma nixtieqx li nibqgħu naraw dawn l-affarijiet.", "Bħala persuna politika li tagħmel parti minn dan il-gvern inħossni responsabbli li nitkellem dwaru għax għada pitgħada dan se jwassal ukoll għal deficit finanzjarju.", "U hawnhekk nixtieq nitkellem għal min għandu xi attivita' kummerċjali f'dawn l-inħawi.", "Jiena nifhem li huwa diffiċli li taqta' l-kriminalita' għaliex xi tip ta' kriminalita' bilfors se jkun hemm pero' għada pitgħada nistgħu nkunu qegħdin inkissru u nherru industrija li għamlet ħilitha biex tiffjorixxi.", "L-industrija tad-divertiment m'hijiex xi industirja safja u bajda bħall- ħamiem, pero' hija industrija li b'xi mod jew ieħor qiegħda hemm.", "Allura għandna nirranġaw fejn hemm il-ħażin u jekk hemm bżonn nagħmlu l- enforcement, nagħmluh.", "Pero' nixtieq nara pulizija iżjed sodi, li kapaċi jagħmlu xogħolhom mingħajr ma jipprovaw iwaqqgħu l-ħtija fuq ħaddieħor.", "Mr Speaker, jeżistu lokalitajiet - biex ma nsemmix postijiet - fejn is- sindku jew is-segretarju tal-kunsill lokali jaslu biex jitolbu l- protezzjoni tal-pulizija għal dik il-ġurnata meta jintrama l-monti fil- lokalita' tagħhom biex jipprovaw iżommu l-ordni.", "Fil-fatt qed jirnexxielna ndaħħlu l-ordni u bil-kollaborazzjoni tal-kunsilli lokali qed jirnexxielna nneħħu l-liġi tal-ġungla mis-swieq tagħna.", "Lil min irid jgħix bil-liġi tal- ġungla fis-swieq li jkollna armati madwar Malta ngħidlu li mhux se jirnexxilu, pero' rridu pulizija bis-sinsla għax għandna bżonn min hu kapaċi jerfa' r-responsabilita' għall-paga li qed jieħu u l-uniformi li qed jilbes.", "Għaliex m'għandux ikollna pulizija li jkunu kapaċi jmorru fuq xi ħadd li mhux suppost ikun rama f'dak il-monti u jgħidlu biex iżarma?", "Hemm bżonn li l-pulizija li jkunu qegħdin fl-għassa jimportahom minn dak li jkun qed jiġri madwarhom.", "Jiddispjaċini li qed nitkellem b'dan il-mod, imma jien nitkellem biex xi ħaġa li tkun ħażina naraha tajba.", "Meta nkun Paceville u nara żagħżugħ jeħodha ma' pulizija u jżebilħu - jien imdorri nħares lejn il-pulizija b'rispett – inkun nixtieq narah meħud l-għassa immedjatament ħalli jkun jaf x'jiġifieri, għax issa qegħdin nispiċċaw bla dixxiplina fid-dar, bla dixxiplina fit-toroq u l-unika dixxiplina li qed niġu mgħallma hija dik li naraw fil-films, jiġifieri l-kriminalita' organizzata.", "Is-serq dalwaqt jibda jkun ippjanat fuq dak li naraw fil- films, kif ġara ftit ilu waqt hold-up.", "U jien ngħid li għada iktar mil-lum dawn l-affarijiet se jiżdiedu.", "Fil-fatt bħalissa wieħed mill-aħjar negozji li sejjer tajjeb huwa s-self tad-DVD's – ma nafx għaliex - u qiegħed jiffjorixxi.", "Donnu kulħadd maqful ġewwa jara l-films u jitgħallem mill- films li jara.", "Mr Speaker, għaldaqstant nagħmel kuraġġ lill-forza ta' l- ordni biex jagħmlu ħilithom u għandna naraw x'għandu bżonn isir ħalli nagħmlu emendi li permezz tagħhom inkunu nistgħu niġġieldu l-kriminalita' għax inkella f'dan il-pajjiż se nispiċċaw ikollna uniformi li tkun naïve għal dak li jkun qed jiġri madwarha.", "Jien ma rridx li jkollna pulizija li jħares fuq in-naħa tal-lemin jekk fuq ix-xellug tkun għaddejja xi ħaġa ħażina biex donnu ma jkun ra xejn.", "Kemm-il darba għidt li f'dan il-pajjiż ma rridx nara din it-tip ta' marda soċjali u ta' indifferenza lejn ir- responsabbilta' li wieħed ikun imħallas għaliha.", "Għal min jimportah minn dawn l-affarijiet qed nagħmel dan l-Aġġornament għax dan huwa l-post minn fejn il-politiku jista' jitkellem u huwa l-mezz li tani l-poplu tani biex jekk xi ħaġa ma tkunx tajba nipprova nara li nagħmilha tajba.", "Mr Speaker, se ngħaddi issa biex nitkellem fuq suġġett kompletament differenti li jirrigwarda l-ħinijiet tan-negozji.", "Kulħadd jistenna li ż- żmien ta' Diċembru jkun żmien ta' festi u ma rrid inħarbat xejn minn dak li huwa tajjeb, qaddis u sabiħ, imma bir-responsabbilta' tiegħi ta' segretarju parlamentari għall-attivita' kummerċjali bilfors ikolli nħares lejn dak li jkun qed jiġri fis-settur kummerċjali sabiex inkun ċert li jkollna Milied tajjeb, pero' fl-istess ħin ikun qiegħed isir il-bejgħ ukoll.", "Jien irrid nara żieda fil-konsum, pero' jimportani ħafna mill-effett tal- konsumiżmu fuq livell soċjali u nispera li s-sena d-dieħla nibdew ħidma fejn inħarsu lejn l-imġieba tal-konsumatur u naraw kif qed jonfoq, fejn qed jonfoq u nkomplu nintensifikaw dak it-tip ta' djalogu ħalli għajnejna jkunu miftuħin fuq xi jkun qed jiġri madwarna għax irridu nkunu responsabbli moralment f'dak ir-rigward ukoll.", "Kif għidna fi stqarrija għall-istampa fil-ġranet li għaddew, f'Diċembru jista' jsir il-ftuħ tan-negozji kollha, kuljum, inkluż fil-Ħdud u l-festi pubbliċi sa l-10.00 p.m. In-negozji bħalissa jkunu fl-aħjar tagħhom u jkunu qed jistennew li jkollhom Milied b'negozju tajjeb.", "Irrid ngħid ukoll li nispera li ħadd ma jonfoq aktar milli jiflaħ u ma jkollniex Milied fejn il-konsumiżmu jkun valur fih innifsu.", "Irridu niċċelebraw il-Milied għal dak li hu, għalkemm ovvjament ix- xiri u l-bejgħ se jkun għaddej ukoll.", "Sabiex il-konsumatur ikun jista' jinqeda, il-liġi tagħtih l-opportunita' li jista' jmur f'ħanut u jsibu miftuħ is-Sibt tard filgħaxija u l-Ħadd il-ġurnata kollha.", "Jiġifieri mill- 1 ta' Diċembru sat-8 ta' Jannar in-negozji jistgħu jibqgħu miftuħin sa l- 10.00 p.m. għall-Christmas shopping.", "Filwaqt li nifhem li l-kompetizzjoni qiegħda dejjem tiżdied u tiħrax, nixtieq niġbed l-attenzjoni li kien hemm numru żgħir ta' sidien ta' showrooms ta' l-għamara li pprovaw jagħmlu kulma setgħu biex f'dan ix-xahar ta' Novembru u ftit minn Ottubru jisirqu ftit mill-bejgħ ta' nhar ta' Ħadd meta sħabhom ikunu magħluqa.", "Mill-uffiċċju tiegħi ħadna r-responsabbilta' biex lil dawk li avżaw permezz tar-reklami li se jkunu miftuħa l-Ħadd ngħidulhom li jekk jiftħu jkunu qed jiksru l- liġi.", "Jekk jiena nara reklam f'gazzetta li xi ħadd qed iħallas il-flus biex javża li se jikser liġi li taqa' taħt ir-responsabilita' tal-ministeru tiegħi, ma nistax nagħlaq għajnejja qisni ma rajt xejn.", "U allura ħadna r- responsabbilta' - naf li meta nagħmlu dawn l-affarijiet ma tantx nintgħoġbu imma kif għidt l-ewwel m'aħniex nitkellmu għall-gallarija - li nibagħtu ittra ffirmata minni fejn avżajna lil dak li jkun li qed imur kontra l- liġi.", "Issa hija affari tal-pulizija li jagħmlu xogħolhom u jieħdu azzjoni kontra dawk li qed jagħmlu dawn ir-reklami.", "Ma nkunux daqshekk naïve li ngħidu li hija exhibition u xorta jibqa' jsir il-bejgħ.", "Nafu li bejn exhibition u bejgħ hemm linja rqiqa ferm li ma tarahiex b'għajnejk.", "Dan ħadd ma jmur jixtri sett għamara u jieħdu miegħu dak il-ħin, qisu qed jixtri xi kaboċċa!", "Kien hemm min għamel reklami fil-gazzetti biex jgħid li qed jistieden lin-nies b'invit u vvintaw kif jagħmlu fill in the blanks biex ir-reklam ikun invit personali.", "Jien togħġobni r-riċerka u l- innovazzjoni imma jekk se nispiċċaw il-Ħadd u t-Tnejn l-istess, allura se nherru wkoll it-tessut soċjali.", "Min jaf kemm irrabjaw nies u min jaf kemm marru nies għand ministri oħrajn biex jgħidulhom li jiena m'iniex se nħallihom jiftħu l-Ħadd!", "Aħna konna emendajna l-liġi biex ċerti ħwienet li jbigħu prodotti essenzjali jkunu jistgħu jiftħu nhar ta' Ħadd u hemm ħwienet li nħalluhom jiftħu 24 siegħa, jekk iridu huma.", "Pero' bħala gvern responsabbli ħadna ħsieb li nħallu d-differenza bejn il-Ħadd u t-Tnejn.", "U min jipprova jiftaħ il-Ħadd mhux għax qisu jrid jisraqha għax jaf li ħaddieħor miftuħ?", "Kieku kulħadd jibda jiftaħ il-Ħadd, kieku l-ġurnata tal- Ħadd ma jkunx fiha sugu għaliex tiġi ġurnata bħall-oħrajn!", "Issa forsi hawn min qed jifhimni ħażin, pero' affari tiegħu.", "Kien hawn nies bravi li riedu jiftħu nhar ta' Ħadd u llum b'xi mod jew ieħor qed jiftħu pero' dan qed jagħmluh a skapitu tal-ħaddiema tagħhom għax dak li huwa tagħhom baqa' tagħhom u ta' ħaddieħor sar tagħhom ukoll.", "Jien qed nitlob li ssir ċertu attenzjoni għaliex nemmen li fil-pjan ta' ħidma tiegħi jrid ikun hemm l- etika u nżommu ċerti valuri u prinċipji.", "M'għandniex inkissru dak kollu li ilna naħdmu għalih għal żmien twil bħala poplu u bħala pajjiż.", "Jien ma naqbilx li fis-settur tal-kummerċ jkun hemm ċertu liberalizzazzjoni fejn kollox ikun passabbli u permessibbli.", "Jien nistqarr x'inhu t-twemmin tiegħi.", "Fil-pjan tal-ħidma li ppubblikajt insibu artiklu dwar il-ħtieġa tal-valur u l-etika bħala l-qofol tas-suċċess ekonomiku ta' pajjiżna.", "In- negozju li jrid jiffjorixxi u jimxi 'l quddiem irid iħares lejn ċerti valuri morali, fejn wieħed jagħżel dak li hu tajjeb u jwarrab dak li hu ħażin u mhux kollox ikun permessibbli.", "In-negozjant ma jistax jagħmel in- nies skjavi tiegħu biex ibigħilhom ħalli n-negozju tiegħu imur 'il quddiem u jipprova jara kif jagħmel biex ibigħ akkost li jkisser it-tessut soċjali.", "Jien ma naqbilx ma' dak it-tip ta' negozju u ma rridx inkun segretarju parlamentari tas-settur kummerċjali ta' dak it-tip ta' negozju, la ta' min qiegħed fl-ekonomija s-sewda u allura jikkompeti inġustament ma' min qiegħed fis-sewwa u lanqas ta' min qiegħed organizzat fis-sewwa imma jipprova jagħmel ħiltu biex iġib il-flus akkost ta' kollox u donnu jkun bla limitu.", "Bħalma nixtieq li jkollna pulizija bis-sinsla li jagħmlu enforcement serju, daqstant ieħor irrid nara negozju bis-sinsla, inkella dan il-pajjiż se nirrovinawh għax ikun pajjiż fejn in-negozju jkun ifisser sfruttament.", "Jien qed naħdem biex kemm jista' jkun fis-settur li m'huwiex imprenditorjali u li m'għandu xejn x'jaqsam mal-kummerċ nipprovaw innaqqsu l-preġudizzju li hemm kontra min qiegħed fil-kummerċ għax inbatu minn dan il-preġudizzju.", "Min mhux qiegħed fin-negozju ma jafx x'jiġifieri li tkun preġudikat u qatt ma tista' tilħaq lil ħaddieħor li huwa professjonist għax tajjeb kemm inti tajjeb donnok qiegħed dejjem żewġ skali inqas minnu.", "Pero' minn hawn nagħmel sejħa lis-settur imprenditorjali - min għadu mqajjem dan il-ħin u għal min jimportah jisma' u nitlob skuża lill- ġurnalisti li qed jipprovaw jifhmu dak li qed ngħid għax forsi bħalissa qegħdin jgħoddu kull minuta biex ifittxu jmorru 'l hemm - biex ma jisfruttax lil min imur għandhom għaliex huwa importanti li nieħdu ħsieb dan il-pajjiż li ilna nibnuh ftit ftit u ma nkissruhx sempliċement għax irridu nagħmlu l-qligħ.", "Jiena nemmen li l-persuni fin-negozju li jemmnu fil-valuri tajba u fl-etika ta' x'jista' u ma jistax isir ikunu nies li qegħdin jibnu negozju, jaħdmu għall-għajxien tal-familja tagħhom u jkunu ta' għajnuna għal dan l-istess pajjiż.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada, il- Ħamis, 18 ta' Novembru 2004 fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill- Viċi Prim Ministru.", "Fid-9:50 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "ISLA - DOCKYARD TERRACE - DRENAĠĠ", "8806.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika: Jista' il-Ministru jgħid x'passi ħa d-dipartiment tad-drenaġġ biex isolvi l-problema ta' drenaġġ li hemm quddiem Block C, Dockyard Terrace, Isla?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jien informat li l-problema hija fil-connection privata tal-flats, għalhekk il-ħsara trid tissewwa mis-sid.", "GĦAJNUNA SOĊJALI - SERVIZZ TA' CARE AND REPAIR", "8807.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u tas- Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tara li persuna anzjana mill-Isla - dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - tibbenefika mis-servizz tal- care and repair?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Ninsab informata li minkejja li ma jirriżultax li l-persuna indikata mill-Onor.", "Interpellant għamlet talba biex tibbenefika mill-inizjattiva tal-care and repair, l-awtorita' tad-djar ser tivverifika jekk din il-persuna tistax tibbenefika minn din l-inizjattiva.", "ISLA - DOCKYARD TERRACE - DRENAĠĠ", "8809.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid x'passi ħa d-dipartiment tas- saħħa rigward il-problema ta' drenaġġ li hemm quddiem Block C, Dockyard Terrace, Isla?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninsab informat li d-dipartiment tas-saħħa pubblika ħareġ ir-reminders neċessarji fl-1 ta' April u fis-16 ta' Lulju 2004 lill- kummissarju ta' l-artijiet, bħala s-sid responsabbli, u kopji lid-direttur housing construction & maintenance, biex isiru t-testijiet u l- investigazzjonijiet neċessarji sabiex tiġi solvuta din il-problema.", "Informat li x-xogħlijiet neċessarji saru billi tnaddfet internament is- sistema tad-drenaġġ ta' dawk il-blokki ta' appartamenti u tkabbret l- intercepting chamber tas-sistema tad-drenaġġ tagħhom biex tkun tista' tlaħħaq mal-volum tad-drenaġġ.", "S'issa qatt ma reġa' kien hemm ilmenti mingħand l-inkwilini jew mill- kunsill lokali dwar dan il-każ.", "PULIZIJA - BRIDGE TA' REGIONAL ROAD - SPEED LIMIT", "8810.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid minn meta ġie introdott l-ispeed limit fuq il-bridge ta' Regional Road kemm weħlu ċitazzjonijiet minħabba sewqan eċċessiv?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li ngħataw 309 ċitazzjoni mill- pulizija minħabba sewqan b'veloċita aktar minn dik permessa fuq il-pont ta' Regional Road minn meta din ir-restrizzjoni ġiet fis-seħħ.", "IMSIDA - TRIQ JOHN BORG - ĠRIEDEN", "8811.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid x'passi jista' jieħu d- dipartiment tas-saħħa f'sitwazzjoni fejn is-saħħa pubblika qed tiġi perikolata minħabba ħmieġ u ġrieden fi Triq John Borg, Imsida u l-kunsill lokali ta' l-Imsida ma ħa l-ebda passi wara li din is-sitwazzjoni ġiet rapportata għal diversi drabi?", "Din it-triq qatt ma ġiet imnaddfa fl-aħħar sena.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninsab informat li waqt spezzjoni li saret minn uffiċjali tad-dipartiment għas-saħħa pubblika f'10 ta' Novembru 2004 fit- triq indikata, ma ġie nnotat l-ebda ġmieħ ta' skart jew xi akkumulu ta' materjal maħmuġ ieħor li jista' jagħti fastidju jew ikun ta' ħsara għas- saħħa pubblika jew jagħti lok fejn ibejtu jew jinġemgħu ġrieden jew insetti.", "Minkejja dan, ħaddiema mis-sezzjoni tal-pest control għamlu trattament intensiv ta' tqegħid ta' velenu fi Triq John Borg, Imsida fit-12 ta' Novembru 2004.", "Il-problema ser tibqa' tiġi segwita regolament sakemm l-infestazzjoni tal- ġrieden tiġi kkontrollata.", "SMART CARD", "8812.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid liema huma l-ħwienet u n- negozji li huma intitolati li jitħallsu bl-ismart card ta' l-istudenti?", "Liema huma s-servizzi u l-prodotti li jistgħu jinxtraw bl-ismart card?", "Għaliex qed ikun hemm dewmien biex il-pagamenti li jsiru bl-ismart card jiġu effettwati lis-sidien tal-ħwienet?", "Kemm hemm negozji li huma intitolati li jitħallsu bl-ismart card?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-ismart card ta' l-istudenti tista' tintuża fi ħwienet li applikaw u kienu aċċettati fis-sistema u li jbiegħu kotba, materjal edukattiv u servizzi anċillari, ħwienet tal-computers u organizazzjonijiet li jipprovdu s-servizz ta' l-internet.", "Hemm ukoll ħwienet li jbiegħu materjal sportiv u oħrajn li joffru prodotti jew servizzi meħtieġa għal korsijiet partikolari, bħalma huma dak tal- hairdressing u beauty therapy.", "Informat ukoll li m'hemmx lista definita ta' prodotti u servizzi li jistgħu jinxtraw minn żmien għal żmien skond il-ħteġijiet ta' l-istudenti konfermati mill-awtoritajiet edukattivi, iżda kulmin hu fis-sistema jaf x'inhuma dawk l-affarijiet u s-servizzi li ma jistax jaċċetta għalihom ħlas bil-card.", "Bħala regola, il-ħlas lis-sidien tal-ħwienet isir kull tliet ġimgħat.", "Ġieli kien hemm każi fejn kien hemm xi dewmien għal diversi raġunijiet, fosthom xi numru tal-kont bankarju fejn ikunu depożitati l-flus li jkun żbaljat.", "Ninsab infomat li bħalissa hemm 256 negozju li jaċċettaw ħlas bl-ismart card u dawn jiżdiedu regolarment.", "ŻVILUPP URBAN U TOROQ - TAXXI", "8892.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Jista' il-Ministru jgħid liema kienu t-taxxi, tariffi jew miżati li ddaħħlu jew ġew riveduti - kemm jekk għolew kif ukoll jekk raħsu - minnu, mid-dipartimenti jew mill-awtoritajiet, istituzzjonijiet u aġenziji li jaqgħu taħtu minn April 2003 sal-lum?", "Jista' jindika wkoll kemm kienu qabel ma għolew u kemm saru wara li għolew?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: It-tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "FAMILJA U SOLIDARJETA' SOĊJALI - TAXXI", "8893.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Familja u tas- Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid liema kienu t-taxxi, tariffi jew miżati li ddaħħlu jew ġew riveduti - kemm jekk għolew kif ukoll jekk raħsu - minnha, mid-dipartimenti jew mill-awtoritajiet, istituzzjonijiet u aġenziji li jaqgħu taħtha minn April 2003 sal-lum?", "Tista' tindika wkoll kemm kienu qabel ma għolew u kemm saru wara li għolew?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Ninsab informata li ma kien hemm ebda taxxi, tariffi jew miżati li ddaħħlu jew ġew riveduti mid-dipartimenti, awtoritajiet, istituzzjonijiet jew aġenziji li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi mid-data indikata.", "RIŻORSI U INFRASTRUTTURA - ĦADDIEMA MSEFRIN FUQ XOGĦOL", "8909.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' il-Ministru jagħti lista tas-safar li sar minn impjegati tad-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu bejn Jannar 2004 u llum?", "Kemm kienet l-ispiża għal kull safra u fejn siefru?", "Min kienu l-persuni li siefru?", "Xi grad għandhom, jew taħt liema skala ta' salarju jaqgħu l-persuni li siefru?", "Min awtorizza kull safra?", "Min mar business class jew first class?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra lista li tipprovdi l-informazzjoni dwar safar uffiċjali li sar bejn Jannar u Ottubru 2004 minn impjegati tad-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi, id-destinazzjoni ta' dan is-safar kif ukoll l-ispiża għal kull safra.", "F'dawk il-każi fejn il-kont tas-safra għadu ma ngħalaqx naturalment l- informazzjoni dwar l-ispiża ma tistax tingħata.", "Ma naħsibx li hu l-każ li noqgħod nagħti l-ismijiet tal-persuni involuti f'dan is-safar.", "Fil-każ tas-servizz pubbliku, ir-regolamenti dwar safar uffiċjali, inkluż dwar min għandu jawtorizza dan is-safar kif ukoll min għandu d-dritt li jsiefer business class jinsabu f'sezzjonijiet 8.5 - 8.11 tal-public service management code.", "GĦAWDEX - ĦADDIEMA MSEFRIN FUQ XOGĦOL", "8910.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' il- Ministru tagħti lista tas-safar li sar minn impjegati tad-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha bejn Jannar 2004 sal-lum?", "Kemm kienet l-ispiża għal kull safra u fejn siefru?", "Min kienu l-persuni li siefru?", "Xi grad għandhom, jew taħt liema skala ta' salarju jaqgħu l- persuni li siefru?", "Min awtorizza kull safra?", "Min mar business class jew first class?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra lista li tipprovdi l-informazzjoni dwar safar uffiċjali li sar minn impjegati tad- dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi bejn Jannar 2004 u llum, id- destinazzjoni tas-safar, kif ukoll l-ispiża għal kull safra.", "F'dawk il- każi fejn il-kont tas-safra għadu ma ngħalaqx, naturalment l-informazzjoni dwar l-ispiża ma tistax tingħata.", "Ma naħsibx li hu l-każ li noqgħod ngħati l-ismijiet tal-persuni involuti f'dan is-safar.", "Fil-każ tas-servizz pubbliku, ir-regolamenti dwar safar uffiċjali, inkluż dwar minn għandu jawtorizza dan is-safar kif ukoll min għandu dritt li jsiefer business class, jinsabu f'sezzjonijiet 8.5 – 8.11 tal-public service management code.", "SAĦĦA - ĦADDIEMA MSEFRIN FUQ XOGĦOL", "8911.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jagħti lista ta' safar li sar minn impjegati tad-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu bejn Jannar 2004 u llum?", "Kemm kienet l-ispiża għal kull safra u fejn siefru?", "Min kienu l-persuni li siefru?", "Xi grad għandhom, jew taħt liema skala ta' salarju jaqgħu l-persuni li siefru?", "Min awtorizza kull safra?", "Min mar business class jew first class?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra lista li tipprovdi l-informazzjoni dwar safar uffiċjali tad-dipartiment u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi bejn Jannar u Ottubru 2004, id- destinazzjoni ta' dan is-safar, kif ukoll l-ispiża għal kull safra.", "F'dawk il-każi fejn il-kont tas-safra għadu ma ngħalaqx, naturalment l- informazzjoni dwar l-ispiża ma tistax tingħata.", "Ma naħsibx li hu l-każ li noqgħod nagħti l-ismijiet tal-persuni involuti f'dan is-safar.", "Fil-każ tas-servizz pubbliku, ir-regolamenti dwar safar uffiċjali, inkluż dwar min għandu jawtorizza dan is-safar kif ukoll min għandu d-dritt li jsiefer business class jinsabu f'sezzjonijiet 8.5 - 8.11 tal-public service management code.", "TEKNOLOĠIJA TA' L-INFORMATIKA - ĦADDIEMA MSEFRIN FUQ XOGĦOL", "8912.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika: Jista' il-Ministru jagħti lista ta' safar li sar minn impjegati tad-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu bejn Jannar 2004 u llum?", "Kemm kienet l-ispiża għal kull safra u fejn siefru?", "Min kienu l-persuni li siefru?", "Xi grad għandhom, jew taħt liema skala ta' salarju jaqgħu l-persuni li siefru?", "Min awtorizza kull safra?", "Min mar business class jew first class?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "AFFARIJIET RURALI U AMBJENT - ĦADDIEMA MSEFRIN FUQ XOGĦOL", "8913.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jagħti lista ta' safar li sar minn impjegati tad-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu bejn Jannar 2004 u llum?", "Kemm kienet l-ispiża għal kull safra u fejn siefru?", "Min kienu l-persuni li siefru?", "Xi grad għandhom, jew taħt liema skala ta' salarju jaqgħu l-persuni li siefru?", "Min awtorizza kull safra?", "Min mar business class jew first class?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra lista li tipprovdi l-informazzjoni dwar safar uffiċjali li sar minn impjegati tad- dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi bejn Jannar u Ottubru 2004, id-destinazzjoni ta' dan is-safar kif ukoll l-ispiża għal kull safra.", "F'dawk il-każi fejn il-kont tas-safra għadu ma ngħalaqx, naturalment l-informazzjoni dwar l-ispiża ma tistax tingħata.", "Ma naħsibx li hu l-każ li noqgħod nagħti l-ismijiet tal-persuni involuti f'dan is-safar.", "Fil-każ tas-servizz pubbliku, ir-regolamenti dwar is-safar uffiċjali, inkluż dwar min għandu jawtorizza dan is-safar kif ukoll min għandu d-dritt li jsiefer business class jinsabu f'sezzjonijiet 8.5 – 8.11 tal-public service management code.", "ŻVILUPP URBAN U TOROQ - ĦADDIEMA MSEFRIN FUQ XOGĦOL", "8914.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jagħti lista ta' safar li sar minn impjegati tad-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu bejn Jannar 2004 u llum?", "Kemm kienet l-ispiża għal kull safra u fejn siefru?", "Min kienu l-persuni li siefru?", "Xi grad għandhom, jew taħt liema skala ta' salarju jaqgħu l-persuni li siefru?", "Min awtorizza kull safra?", "Min mar business class jew first class?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Qed impoġġi fuq il-mejda tal-Kamra lista li tipprovdi l-informazzjoni dwar safar uffiċjali li sar minn impjegati tad- dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi bejn Jannar u Ottubru 2004, id-destinazzjoni ta' dan is-safar kif ukoll l-ispiża għal kull safra.", "F'dawk il-każi fejn il-kont tas-safra għadu ma ngħalaqx, naturalment l-informazzjoni dwar l-ispiża ma tistax tingħata.", "Ma naħsibx li hu l-każ li noqgħod nagħti l-ismijiet tal-persuni involuti f'dan is-safar.", "Fil-każ tas-servizz pubbliku, ir-regolamenti dwar is-safar uffiċjali, inkluż dwar min għandu jawtorizza dan is-safar kif ukoll min għandu d-dritt li jsiefer business class jibsabu f'sezzjonijiet 8.5 - 8.11 tal-public service management code.", "ENEMALTA - KONT TAD-DAWL", "8929.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 8746 u cioe' jgħid jekk minħabba l-qagħda finanzjarja li tinsab fiha pensjonanta anzjana - dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - jistax jiġi verifikat il-kont tad-dawl tagħha - dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament - u jekk jinstab li hu korrett il-ħlas forsi jkun jista' isir ftit ftit kull xahar?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninsab informat li l-kont tad-dawl tal-persuna msemmija fil-mistoqsija ġie ivverifikat u nstab li hu tajjeb.", "Deher għoli għax kien ikopri numru ta' ġranet kwazi d-doppju ta' dak li jkun is-soltu.", "Dwar il-ħlas tal-kont, nirrakkmanda illi jintuza l-freephone number li hu fil-gazzetti.", "AIR MALTA - LUKANDI", "8932.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 8767 u cioe' jgħid kif se jsiru n-negozjati biex il- gvern jiddisponi mill-proprjeta' fil-qasam tal-lukandi li għandha l-Air Malta?", "Kif se jiġu identifikati x-xerrejja prospettivi?", "Minn min se jsiru n-negozjati għan-naħa tal-gvern, mill-MIMCOL?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 8767.", "PERIT RICHARD ENGLAND", "8933.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 8802 u cioe' ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra dettalji dwar l-obbligi kuntrattwali li għandu l-gvern mal-Perit Richard England dwar il-proġett tat-Teatru Rjal u l-madwar?", "Kemm tħallas s'issa, meta tħallas, ta' xiex tħallas u taħt liema kundizzjonijiet u meta mistennija jsiru pagamenti oħrajn lilu?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.", "PBS - IMPJEGAT", "8968.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika: Jista' il-Ministru jgħid jekk persuna - isimha qed jintbagħat separatament - sifritx fuq xogħol tal-PBS kemm ilha konnessa mal-kumpannija bħala konsulent?", "Jekk iva, min ħallas, il-gvern jew il-PBS?", "Jekk fl-affermattiv, kemm-il darba siefret, għalfejn siefret, fejn marret, kemm damet, ma' min ivvjaġġat u kemm nefqet f'kull okkażjoni?", "Fid-dawl tat-tweġiba tal-Ministru għal mistoqsija riċenti tiegħi, dan ifisser li minn Settembru 2004 'il hawn ma siefer ħadd mill-PBS fuq xogħol tal-kumpannija?", "Dwar it-tagħrif mogħti dan l-aħħar dwar safriet minn diriġenti u uffiċjali tal-PBS, jista' jagħti breakdown ta' kemm intnefaq f'biljetti ta' l-ajru, lukandi, allowances u telephone bills minn Jannar 2000 'il quddiem?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li risposta tingħata f'xi seduta oħra."]} {"filename": "20060529_390d_par.doc", "date": "2006-05-29", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Uffiċjali u Rivedut) L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 390 It-Tnejn, 29 ta' Mejju 2006 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 390", "It-Tnejn, 29 ta' Mejju 2006", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.01 p.m.", "Talba", "Seduta Nru. 390", "It-Tnejn, 29 ta' Mejju 2006", "WERREJ", "MINUTI 379", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 379", "TQEGĦID TA' KARTI 384", "KONDOLJANZI 386", "KSUR TA' PRIVILEĠĠ 388", "MOZZJONIJIET 390", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR L-EDUKAZZJONI (L-EWWEL QARI) 390", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA 391", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-KODIĊI KRIMINALI (IT-TIENI QARI) 391", "CRIMINAL CODE (AMENDMENT) BILL (SECOND READING) 391", "AĠĠORNAMENT 408", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 413", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB 430", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 389 li saret fl-24 ta' Mejju, 2006 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "QAGĦDA FINANZJARJA", "18570.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Charles Mangion) staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 18237, jista' il-Prim Ministru jgħid jekk l-istatistika li tintbagħat lill-ECB hijiex ibbażata fuq accrual basis jew cost basis?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jirriferi għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 18851.", "INPUT VAT", "18624.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 18275, jista' il-Prim Ministru jinformani x'ammont ta' input VAT ġie ddikjarat fid-denunzji tal-korporazzjoni Enemalta għas-snin rispettivi?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tagħrif dwar VAT dikjarata mis-sezzjoni tal- petroleum division ta' l-Enemalta hu kif ġej:", "|2001 |Lm147,121 | |2002 | | | |346,995 | |2003 | | | |117,848 | |2004 | | | |272,422 | |2005 | | | |256,442 |", "OUTPUT VAT", "18625.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 18277, jista' il-Prim Ministru jinformani x'ġara mir-records ta' qabel l-1 ta' Mejju, 2004?", "Jista' ikompli jirrispondi l-mistoqsija inkwantu għas- snin 2004, 2003, 2002, 2001 u 2000 separatament?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant illi t-taxxa tal- VAT fuq bejgħ ta' karozzi, vetturi u nġenji ġodda hija nkluza fid-denunzja tat-taxxa f'ammont wieħed li jinkludi wkoll attivitajiet oħra tan-negozji bħall-bejgħ ta' spare parts, servizzi fuq karozzi, tiswijiet eċċ. Għaldaqstant l-ammont sħiħ ta' output VAT irrapportat fid-denunzji hu kif ġej:", "|2000 |Lm13,027,703 | |2001 | | | |11,343,985 | |2002 | | | |10,765,067 | |2003 | | | |10,269,602 | |2004 | | | |12,376,143 |", "MATER DEI", "18698.", "L-ONOR.", "JOSEPH CASSAR staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk hijiex qed tinżamm statistika taż-żjarat li qed isiru fl-isptar il-ġdid u jekk hux qed jinżamm xi reġistru bil-feedback li jingħata?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant illi l-fondazzjoni għas-servizzi mediċi qed toffri programm ta' żjajjar pubbliċi fis-sit ta' l- isptar Mater Dei u dan biex il-pubbliku jkun jista' jara b'għajnejh il- progress u l-iżvilupp mgħaġġel fuq dan il-proġett.", "Matul Frar 2006 intbagħtu stediniet lil diversi għaqdiet u istituzzjonijiet, inkluż kunsilli lokali, skejjel, ċentri ta' l-anzjani, każini soċjali, għaqdiet politiċi u għaqdiet parrokkjali, sabiex jorganizzaw żjarat fl-isptar Mater Dei.", "Mis-7 ta' Marzu u l-5 ta' Mejju, 2006 ġew organizzati 19-il żjara, b'total ta' 1,489 persuna li żaru l-proġett.", "Il-feedback mill-persuni li żaru l- proġett ta' l-isptar Mater Dei huwa pożittiv immensament, b'diversi viżitaturi jikkumentaw li dan huwa sptar li għandna biex inkunu kburin bih.", "Sadanittant saru wkoll 12-il żjara oħra minn gruppi komposti mill-istaff ta' l-isptar San Luqa, bit-total ta' persuni li s'issa żaru l-isptar fuq din it-tieni fażi ta' programm ta' informazzjoni għall-istaff ta' San Luqa jammonta għal 210.", "NFIQ TA' L-ARMATA", "18727.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm nefqet l-armata fuq klandestini s-sena l-oħra u kif nefqithom?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jien informat li l-ispiża li l-forzi armati ta' Malta għamlu tul l-2005 fuq immigranti irregolari tammonta għal Lm1,536,716, bl-ispejjeż rikorrenti jammontaw għal Lm1,354,850 u maqsumin hekk:", "• Pagi ta' uffiċjali u suldati mħaddma fuq amministrazzjoni ġenerali, sigurta', kċejjen, sewqan u trasport ta' immigranti irregolari: Lm759,736; • Ikel (inkluż spejjeż ta' ċilindri tal-gass likwidu biex wieħed ikun jista' jipprepara l-ikel, apparti l-elettriku): Lm264,136; • Xiri ta' oġġetti bħal bedding, tined u affarijiet relatati: Lm78,798; • Provisti bħal ħwejjeġ, bżonnijiet ta' iġjene personali, ikel tat-trabi u oġġetti oħra ta' kuljum: Lm72,663; • Ilma u elettriku: Lm71,135; • Tiswijiet u manutenzjoni ta' postijiet fejn jinżammu l-immigranti irregolari: Lm68,606; • Materjal tat-tindif: Lm20,997; • Servizzi bħal tindif ta' cesspits, kiri ta' skips u showers: Lm11,938; • Fuel għat-trasport: Lm4,158; • Medikazzjoni bħal tilqim, mediċini, surgical gloves u affarijiet oħra relatati: Lm1,257; • Ivvjaġġar ta' uffiċjali in konnessjoni ma' taħriġ li għandu x'jaqsam mal- problema ta' immigranti irregolari: Lm737; u • Xiri ta' telephone cards: Lm689", "Barra dan, il-forzi armati għamel ukoll investiment ta' Lm181,837 in konessjoni ma servizzi varji lill-immigranti irregolari li jinkludu:", "• Xiri ta' minibuses u vannijiet għat-trasport: Lm41,450; • Xiri ta' ġeneratur ta' l-elettriku: Lm11,682; u • Kostruzzjoni ta' sit ta' kampijiet (tined) f'Lyster Barracks: Lm128,705", "Barra dan, tajjeb wieħed isemmi li l-armata għamlet ukoll binja li swiet Lm140,000 u li kienet intiza sabiex tintuża bħala stores għall-armata.", "Fiċ- ċirkostanzi dawn ġew użati għall-akkomodazzjoni ta' l-immigranti irregolari u għalhekk l-armata trid tagħmel nefqa sabiex tibni stores ġodda.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Carmelo Abela): L-Onor.", "Evarist Bartolo, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Sur President, il-Gvern Spanjol qiegħed jiffaċċja l- problema ta' l-immigranti illegali mhux biss meta dawn jaslu fil-Canary Islands u gżejjer oħrajn, imma qed iħares iktar lil hemm u jipprova jattakka l-problema mill-pajjiżi minn fejn jitilqu.", "Issa jien ġieli smajt lil min jgħid li fl-aħħar mill-aħħar dak huwa li rridu nagħmlu.", "Hemm xi ħsieb li l-Gvern Malti jissekonda l-inizjattiva ta' Spanja, anke fi ħdan l- Unjoni Ewropea, biex hi ssaħħaħ il-politika Afrikana tagħha u l-għajnuna li qed tagħti u jiġi ppjanat mod kif tiġi attakkata l-problema strutturali, biex kemm jista' ikun dawn in-nies nippruvaw nilqgħuhom at the point of departure?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sur President, dan huwa punt importanti illi l-Gvern Malti ħa mill-bidunett fil-pożizzjoni tiegħu fil-konfront ta' din il- problema u fl-argumentazzjoni kollha u fil-livelli kollha, mhux biss Ewropej imma anke fuq livelli internazzjonali, jiġifieri anke fuq livell ta' Nazzjonijiet Uniti u livell bilaterali.", "Irrid ngħid li fil-livell ta' l-Unjoni Ewropea, konna aħna li bħala pajjiż ressaqna l-argument li jeżisti ftehim magħruf bħala l-Cotonou Agreement illi jorbot lil dawk il-pajjiżi li qed jirċievu l-għajnuna taħt dan il- ftehim, biex huma stess imbagħad jieħdu miżuri f'dak li għandu x'jaqsam mar- rimpatriju ta' l-immigranti irregolari.", "Spanja bħalna ntlaqtet, imma jekk wieħed jara t-territorju u d-densita' li għandu pajjiżna jsib li għandna problema anke akbar minn ta' Spanja.", "Malta qiegħda tingħaqad ma' l- inizjattivi kollha mhux biss ta' Spanja imma ta' l-Italja f'dan is-settur, li huwa ta' interess speċjali għalina bħala pajjiż.", "Kif qal tajjeb l-Onor.", "Interpellant, jiena dejjem sostnejt li s-soluzzjoni long-term hija li r-raġuni li qed tikkawża dan iċ-ċaqliq ta' massa ta' nies minn kontinent għal ieħor tiġi identifikata.", "Din ir-raġuni hija identifikabbli.", "Fil-fatt f'ħafna mill-pajjiżi minn fejn qed jiċċaqilqu dawn il-persuni hemm il-faqar, hemm l-instabilita', għandek nuqqas ta' edukazzjoni, nuqqas ta' servizzi mediċi u nuqqas ta' servizzi bażiċi.", "Aħna nemmnu bil-", "qawwa kollha li fuq medda ta' żmien, l-uniku mod kif tista' tindirizza din il-problema huwa billi nindirizzaw dawn it-tip ta' sfidi kbar li jeżistu f'dawn il-pajjiżi.", "U f'dan il-kuntest xtaqt ngħid żewġ affarijiet, Sur President.", "Meta f'Novembru li għadda f'Malta kellna l-laqgħa tal-kapijiet tal- gvernijiet tal-Commonwealth meta kellna mexxejja ġejjin minn ħames kontinenti, waħda mill-affarijiet li ħarġet bl-aktar mod ċar u li lili impressjonatni kienet li din il-problema ta' ċaqliq ta' massa kbira ta' nies minn kontinent għal ieħor u minn reġjun għal ieħor, teżisti mhux biss fir-reġjun Mediterranju imma teżisti wkoll fl-Asja, teżisti fl-Indonesja, teżisti fil-Karibew - minħabba l-problema primarjament ta' Haiti - u teżisti wkoll bejn il-kontinent tan-North America u l-kontinent tas-South America, matul il-fruntiera tal-Messiku.", "Meta tara din il-problema li tista' ssejħilha mondjali, kważi f'kull waħda minnhom issib li r-raġuni tkun il-faqar, l-instabilita' politika, l-element ta' ħruxija jew gvern dittatorjali.", "Kważi dejjem issib dawn l-elementi li jikkaġunaw dan iċ- ċaqliq, Sur President.", "Hija verament din l-isfida li qiegħda tiġi mposta quddiem id-dinja tal-lum u għas-snin li ġejjin, iktar u iktar għax il-mezzi ta' komunikazzjoni illi tjiebu u nfirxu ħafna iżjed matul dawn l-aħħar snin, qegħdin issa jipproġettaw din l-immaġini ta' territorju fejn bniedem jista' jagħmel il- futur tiegħu, hemm faċilita' ta' komunikazzjoni ikbar u allura n-numru ta' nies li qed isiru jafu li jista' ikun li jiffurmaw futur aħjar għalihom, għal uliedhom u għat-tfal tagħhom f'pajjiż ieħor, f'art oħra, dak in-numru ta' nies qiegħed il-ħin kollu jikber.", "Mhux faċli għal gżira żgħira bħal Malta li tikkontribwixxi biex dawn il-problemi jiġu riżolti, pero' żgur li nistgħu nikkontribwixxu bl-ideat tagħna, bl-inizjattivi tagħna u bl- endorsement tagħna.", "L-aħħar okkażjoni li kelli biex dan il-messaġġ inwasslu bl-iktar mod kategoriku kien ġimgħatejn ilu meta ltqajt mal- President Jacques Chirac ġewwa Pariġi fi Franza.", "Parti mid-diskussjoni li kelli miegħu kienet naturalment titratta l-qasam ta' l-immigrazzjoni u l-mod kif dan jolqot lil Malta u spjegajt lil Chirac l-impatt li dan għandu fuq Malta.", "Spjegajtlu li jekk wieħed jieħu d- densita' tal-popolazzjoni jsib li 1,800 klandestin f'pajjiżna huma ekwivalenti għal tliet miljun klandestin fi Franza - naturalment għamilt dan biex wieħed japprezza aktar l-entita' tal-problema - u tkellimna dwar x'jistgħu jkunu s-soluzzjonijiet fuq medda qasira ta' żmien u anke fuq medda twila ta żmien.", "U qbilna li l-mira għandha tkun li wieħed ikompli jżid l-għajnuna għal dawn il-pajjiżi u li fl-istess ħin inkunu ċerti li dik l-għajnuna qed tmur fl-affarijiet li verament jistgħu jagħmlu differenza fil-kwalita' tal-ħajja tan-nies.", "F'dan il-kuntest, il-President Chirac semmieli punt li hu ilu jisħaq dwaru fuq livell Ewropew, illi hemm bżonn li l-Unjoni Ewropea ssib sorsi innovattivi ta' finanzjament biex din it-tip ta' għajnuna tiżdied u tkun tista' tmur fl-oqsma partikolari li wieħed jidentifika bħala priorita'.", "Jiena min-naħa tiegħi wegħidtu li Malta se tibqa' tagħti l-kontribut tagħha, naturalment fil-limitazzjonijiet tagħna, biex dawn l-inizjattivi u ideat ikunu jistgħu jitwettqu għax wara kollox din hija xi ħaġa li tolqot mhux biss lil Malta, imma tolqot ukoll lill-Unjoni Ewropea kollha kemm hi u aktar importanti minn hekk, qegħdin nitrattaw numru kbir ta' persuni li kważi kollha huma vittmi ta' sitwazzjonijiet diffiċli ħafna.", "Allura bħala poplu li għandu valuri li jemmen fihom, għandna d-dover li lil dawn l- persuni nagħtuhom l-għajnuna kollha biex jiġu rispettati fid-dinjita' sħiħa tagħhom ta' persuni umani.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Mario Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Sur President, fid-dawl illi Malta bħalissa għandha l- presidenza għal dak li għandu x'jaqsam maċ-CHOGM, anke meta wieħed jikkonsidra l-fatt li wħud mill-immigranti irregolari li jaslu Malta ġejjin minn pajjiżi tal-Commonwealth - u norbot ma' dak li qal il-prim ministru li llum hemm prova li hemm rabta ċara bejn good governance u demokrazija ma' żvilupp, ma' faqar, ma' kwalita' tal-ħajja u ma' servizzi tas-saħħa - nistgħu nużaw din il-pożizzjoni li qiegħda f'idejn pajjiżna għal dawn is- sentejn biex il-Commonwealth ikompli jwassal il-messaġġ dwar l-importanza li gvernijiet jirrispettaw il-prinċipji tad-demokrazija u ta' good governance u jekk jista' jgħin u jinkoraġġixxi aktar lill-pajjiżi tal- Commonwealth - li sfortunatament għad għandhom problemi fejn tidħol id- demokrazija - biex kemm jista' ikun ngħinuhom jerġgħu jaqbdu t-triq tad- demokrazija?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sur President, qabel xejn irrid nirringrazzja lill- Onor. Mario Galea illi flimkien ma' deputati oħrajn ta' din il-Kamra, huwa attiv ħafna fuq livell ta' istituzzjonijiet parlamentari tal-Commonwealth.", "Mhux biss għall-fatt li deputat ikun attiv, imma għax jiena persważ li hemm benefiċċju x'wieħed jista' jieħu minn din il-konnessjoni li għandna aħna ma' din l-istituzzjoni li għandha rilevanza fid-dinja tal-lum, partikolarment minħabba ċerti realtajiet li waħda minnhom hija preċiżament il-kwestjoni ta' l-immigrazzjoni, il-kwestjoni tal-good governance u l- kwestjoni tad-demokrazija.", "Nirringrazzja lill-Onor.", "Mario Galea għax huwa wieħed mid-deputati Maltin li ta' spiss jiġi mitlub mill-Commonwealth biex jattendi ħalli jimmoniterja l-proċess elettorali f'diversi pajjiżi u llum rabba expertise u anke reputazzjoni li għandha tiġi rikonoxxuta.", "Naturalment dan jgħodd ukoll għal deputati oħrajn taż-żewġ naħat tal-Kamra li regolarment jipparteċipaw f'fora differenti tal-Commonwealth.", "F'Novembru li għadda Malta kellha l-opportunita' li tlaqqa' flimkien il- kapijiet tal-gvernijiet tal-Commonwealth u nfakkar li l-kwestjoni ta' l- immigrazzjoni irregolari qamet b'mod qawwi, anke l-kwestjoni ta' good governance u ta' istituzzjonijiet demokratiċi.", "Fid-dokument konklussiv tal- laqgħa f'Malta, dawn il-punti ġew indirizzati u kienu parti sostanzjali mid- diskussjonijiet li kellna.", "L-Onor.", "Galea qal li sadanittant Malta għandha l-presidenza taċ-CHOGM għal dawn is-sentejn u ssuġġerixxa li matul dan iż- żmien inkomplu nenfasizzaw u nagħtu l-kontribut tagħna biex dan l-aspett partikolari jkompli jiġi msaħħaħ u enfasizzat.", "Jiena naqbel perfettament miegħu, Sur President.", "Nhar il-Ħamis li ġej se mmur Londra u l-għada se jkolli serje ta' laqgħat ma' l-uffiċċju tal-Commonwealth, preċiżament dwar punti li għandhom x'jaqsmu max-xogħol u l-aġenda tal-Commonwealth f'dan l-ewwel perijodu ta' żmien ta' presidenza.", "Għalhekk dan il-punt beħsiebni nkompli nsegwih u nenfasizzah fil-medda ta' żmien li għandna quddiemna.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Il-Prim Ministru huwa aware dwar il-complaints li qed jagħmlu residenti f'ċerti areas fejn qed jinżammu numru ta' klandestini, minħabba ċerti affarijiet li qegħdin iseħħu?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jasluli lmenti f'dan is-sens u meta jaslu għandi ngħaddihom għand il-forzi ta' l-ordni jew għand aġenziji oħrajn - jiddependi x'ikunu t-tip ta' lmenti - għax nemmen li għandna nieħdu dawn l- affarijiet bis-serjeta' u għandna naraw li l-affarijiet isiru sew.", "Naturalment ma jfissirx li l-ilmenti kollha jaslu għandi - probabbilment jaslu għand ministri jew dipartimenti oħrajn - pero' dak li jasal għandi jiġi riferut lill-aġenzija, dipartiment jew istituzzjoni li tkun l-iktar waħda kompetenti fl-ilment partikolari li jkun qed jitressaq.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sur President, dawn ir-residenti jinsabu preokkupati ħafna dwar ċerti problemi li qed joħolqu l-klandestini.", "Barra minn hekk, dawn iħossu li l-ilmenti li jressqu m'humiex qegħdin jingħataw widen biżżejjed.", "(Interruzzjonijiet) Jien qiegħed sempliċement inwassal il- messaġġ.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: M'għandux ikun li bniedem iħoss li m'huwiex qed jingħata widen, pero' naturalment skond l-ilment x'ikun.", "Qed inkun ftit ġeneriku għal ta' l-apposta, imma nista' nikkonferma li kien hemm ilmenti li kienu jirrikjedu l-intervent tal-pulizija, kemm biex jagħmlu investigazzjoni kif ukoll biex jieħdu l-passi neċessarji u dawk saru.", "Hemm oħrajn li kienu jirrikjedu intervent ta' natura differenti, li mhux il-każ li ddoqq it-trombi fuqhom.", "Li nista' ngħid hu li meta jaslulna xi lmenti, dejjem naraw x'passi għandna nieħdu fuqhom, lil min għandna nagħtuhom, jekk għandhiex issir investigazzjoni dwarhom u x'follow-up għandu jkun hemm.", "Jiġifieri f'dan is- sens ma nistax ngħid li l-ilmenti jaqgħu fuq widnejn torox.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Ftit ilu s-segretarju parlamentari - qed ngħid għall- Onor. Tony Abela - għamilha ċara li s-suldati li jweġġgħu waqt l-inċidenti li jinqalgħu f'konfront mal-klandestini, ma jingħataw l-ebda kumpens.", "Jista' il-Prim Ministru jikkonsidra illi f'każi serji dawn jingħataw kumpens?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ta' min jgħid li hemm proċedura stabilita u anke hemm flus allokati għal dan il-għan.", "Il-kwestjoni hi kif tiddefinixxi każ li huwa serju u ieħor li m'huwiex daqstant serju.", "Ċertament mhux faċli, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Galea.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Sfortunatament, bħal fil-każ ta' diversi pajjiżi oħra Ewropej, f'Malta donnu hawn ċerta xenophobia u biża' mill-barrani.", "Din m'hijiex problema ta' Malta imma hija problema li qed taħkem l-Ewropa kollha.", "Dan l-aħħar rajna attakki terroristiċi li jista' ikun li huma marbutin u mqanqlin minn din ix-xenophobia.", "Xtaqt nistaqsi jekk aħniex qed nagħtu importanza biżżejjed fl-iskejjel tagħna dwar cultural diversity u nippruvaw nindirizzaw din il-problema f'eta' żgħira.", "Għax meta nitkellem mat-tfal, anke mat-tfal tiegħi stess, ninkwieta għax donnhom anke huma qed jinħakmu minn din il-biża' ta' xenophobia.", "Nistgħu nindirizzaw din il- problema f'livell ta' edukazzjoni u jekk jista' ikun f'livell primarju?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi): Sur President, m'hemmx dubju illi waħda mill-ikbar azzjonijiet pożittivi li rridu nieħdu hija permezz ta' l-edukazzjoni.", "Il-ġlieda kontra x- xenophobia, kontra l-mibegħda, u kontra l-intolleranza, nistgħu nagħmluha billi nxettlu fit-tfal tagħna sens ta' valuri u sens ta' sħubija mal- bnedmin kollha.", "Tajjeb li ngħidu wkoll li f'diversi skejjel ta' Malta, għandna numru ta' tfal li għandhom dixxendenza ta' razez differenti.", "Jekk wieħed imur f'dawn l-iskejjel u jara kif dawn it-tfal jitħalltu ma' tfal oħra, jinduna li dawn iħossuhom assolutament komdi.", "Naturalment bħalma jiġri bejn it-tfal kollha, hi x'inhi r-razza tagħhom, dejjem se jkollok id-differenzi bejn it- tfal, fis-sens li min hu mqareb, min hu kwiet, min għandu t-tendenza li jagħmilha tal-bully, min hu timidu, min hu introvert ..... affarijiet li se ssibhom il-ħin kollu.", "Anke l-kurrikulu nazzjonali jitkellem bl-iktar manjiera ċara fuq dan is-suġġett ta' kif it-tfal tagħna jitilgħu jifhmu dinja bl-ilwien kollha tagħha, bil-ġnus kollha tagħha, multi-kulturali, dinja li rridu nħejju ruħna għaliha indipendentement minn din il-kwestjoni ta' mewġiet li jiġu ta' immigranti rregolari.", "Naturalment min irid jgħix fid-dinja tal-lum - fejn iktar se jkollok mobilita' u iktar se jkollok skambji - bilfors irid iwarrab il-fruntieri u jgħix f'dan il-kunċett ta' aċċettazzjoni, ta' rispett għal din id- diversita' kulturali, diversita' etnika u d-diversita' ta' l-opinjonijiet.", "U fis-sistema edukattiva ma nafx li qatt kelli rapporti dwar xi tip ta' diffikulta' jew ta' intolleranza fuq dan il-binarju.", "Nerġa' ngħid li kwestjonijiet li huma komuni għall-iskejjel kollha dejjem ikollok imma s'issa, minkejja li f'diversi skejjel qed ikun hemm il-preżenza ta' tfal ta' razez differenti, qatt ma kelli rapporti li ma kienx hemm l-ikbar assimilazzjoni b'manjiera u mġieba tajba bejn it-tfal kollha kemm huma.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Galea.", "ONOR.", "MARIO GALEA: L-aktar li kelli f'moħħi hu jekk nistgħux inżidu d-doża biex nibdew nilqgħu minn eta' żgħira kontra x-xenophobia u l-cultural diversity.", "Din teżisti diġa' fil-kurrikulu?", "Hemm iċ-ċans li nżiduha?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Teżisti żgur, Sur President.", "Isir ukoll xogħol f'oqsma taħt aspetti ta' suġġetti differenti, pero' naħseb li wieħed dejjem jista' iżid.", "Dawn ma tantx ikunu ħwejjeġ li dejjem tagħmilhom b'direzzjoni mposta minn fuq.", "Kull skola trid tifli ftit l-ambjent tagħha u l-problematika tagħha.", "Pero' nieħu nota ta' dak li qed jenfasizza l-kollega tiegħi għal aktar riflessjoni u azzjoni kull fejn ikun il-każ.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ALFRED SANT (Kap ta' l-Oppożizzjoni): X'persentaġġ twettaq f'dak li għandu x'jaqsam ma' implimentazzjoni tal-kurrikulu nazzjonali?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA L-ewwelnett irridu naraw x'inhi d-definizzjoni ta' kurrikulu nazzjonali.", "Il-kurrikulu nazzjonali huwa d-direzzjoni illi jagħti l-gvern lill-iskejjel tiegħu dwar liema huma l-miri li jridu jintlaħqu.", "U l-miri tal-kurrikulu nazzjonali ma jitkejlux billi wieħed jara biss il-kwestjoni ta' riżultati f'suġġetti partikolari.", "Dawk m'humiex il-miri tal-kurrikulu nazzjonali.", "Il-miri tal-kurrikulu nazzjonali huma illi sa eta' obbligatorja, per eżempju, it-tfal tagħna jitilgħu f'ċittadini li jafu x'jiġifieri demokrazija, li sa 16-il sena ż-żgħażagħ ikunu konxji ta' x'inhuma l- problemi konnessi ma' l-ambjent u ta' x'għandu jsir biex aħna nassiguraw ambjent u kwalita' ta' ħajja aħjar.", "Il-mira tal-kurrikulu nazzjonali hi illi ż-żgħażagħ jitilgħu konxji ta' x'inhuma r-regoli, ta' x'għandu jkun l- atteġġament tagħhom u x'tip ta' ħiliet iridu japplikaw għal meta jkunu fuq il-postijiet tax-xogħol.", "Mira oħra hi illi ż-żgħażagħ tagħna jkollhom fihom żviluppat dak l-għarfien, dawk il-ħiliet, ta' kif huma jifhmu s- sesswalita' tagħhom, ta' kif jirrelataw bejn sessi differenti u ħwejjeġ oħra bħal dawn.", "Hemm dawn it-tip ta' miri.", "Jekk wieħed jistaqsini safejn qed jitwettaq il-kurrikulu nazzjonali, nista' ngħidlu li f'din id-direzzjoni mexjin il-ħin kollu.", "Is-suċċess huwa sostanzjali ħafna.", "Il-ħidma hija kbira ħafna u dan narawh mill-fatt li fil- biċċa 'l kbira tagħhom, iż-żgħażagħ huma ta' kwalita', għandhom ċerti valuri, għandhom fiduċja fil-pajjiż, huma ċittadini attivi, għandhom fiduċja fihom infushom u akkademikament ukoll qed naraw riżultati tajbin.", "Naturalment dejjem jifdal ħafna iktar xogħol x'isir, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-Mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti u nsejjaħ lill-Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali 114 ta' l-2006 – Regolamenti ta' l-2006 li jemendaw ir- regolamenti dwar skema għal residenti;", "Tabella li turi l-għadd ta' diretturi u assistenti diretturi fid- dekasteru tiegħi li ma ġġeddidilhomx il-kuntratt matul l-2004 u l- 2005, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 18511; u", "Tagħrif dwar in-nefqa fuq konsum ta dawl u ilma matul l-2004 u l-2005 fid-dekasteru tiegħi, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 18513.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG (Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern): Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:-", "Tagħrif dwar sentenzi tal-qorti appellati mill-Avukat tar-Repubblika matul l-2005 u l-2006, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 18796;", "Tagħrif dwar infiq f'safar bejn Jannar u April 2006 minn uffiċjali tal-ministeru tal-ġustizzja u intern u dipartimenti u enti oħra taħt ir-responsabbilta' tiegħi, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 19194; u", "Pjanta tal-bajja ta' Spinola li turi l-lokalitajiet mogħtija b'encroachment, fejn jistgħu jitpoġġew imwejjed u siġġijiet minn stabilimenti, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 19339.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Louis Galea.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:-", "Tabelli li juru l-għadd ta' studenti barranin fi skejjel primarji, sekondarji u post-sekondarji tal-gvern, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 18788; Tabella li turi l-għadd ta' studenti li qagħdu għall-eżamijiet ta' l- IGCSE organizzati mill-Universita' ta' Cambridge, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari 19116; u", "Tagħrif dwar studenti barranin li qed isegwu korsijiet fl-Universita' ta' Malta, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 19206.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Louis Deguara.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita'): F'isem il-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l- Informazzjoni nqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Dokumenti konnessi mal-proċess tal-bejgħ ta' l-ishma tal-gvern fil- Maltacom.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Dolores Cristina.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA (Ministru tal-Familja u Solidarjeta` Soċjali): Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:-", "Lista li turi l-għadd ta' tfal barranin adottati bejn Jannar 2005 u April 2006, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 18791; u", "Tagħrif dwar infiq f'safar minn uffiċjali fil-ministeru, dipartimenti u enti oħra taħt ir-responsabbilta' tiegħi bejn Jannar u April 2006, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 19196.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (Segretarju Parlamentari): Sur President, f'isem il- Ministru għall-Kompetittivita` u Komunikazzjoni nqiegħed fuq il-mejda tal- Kamra:-", "Tagħrif dwar infiq f'safar minn uffiċjali fil-ministeru għall- kompetittivita' u komunikazzjoni, dipartimenti u enti oħra taħt ir- responsabbilta' ta' l-istess ministeru bejn Jannar u April 2006, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 19195.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Nixtieq nistaqsi lill-Onor.", "Deguara jekk dak li poġġa fuq il-mejda tal-Kamra huwiex dokument wieħed.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Iva, hekk hu.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "KONDOLJANZI", "ONOR.", "TONIO BORG: Sur President, nhar l-Erbgħa li għaddew, proprju waqt li kienet għaddejja s-seduta parlamentari, waslitilna l-aħbar li kien miet Kalċidon Agius fl-eta` sabiħa ta' 88 sena.", "Is-Sur Agius okkupa diversi karigi, kemm f'din il-Kamra kif ukoll barra minnha.", "Kien deputat f'sitt leġislaturi, dik ta' l-1951, li kienet l-ewwel waħda li fiha tela` b'elezzjoni każwali, dawk ta' l-1953, l-1955, l-1962, l-1966 u l-aħħar waħda bejn l-1971 u l-1976.", "Nista' ngħid li ftit huma d-deputati li jistgħu jiftaħru li għamlu sitt leġislaturi sħaħ f'dan il-parlament.", "Wara li temm l-attivita` tiegħu bħala deputat, ġie maħtur bħala speaker għal erba' snin fil-leġislatura ta' l-1976, proprju fl-1978 sa wara l-elezzjoni ta' l-1981.", "Meta spiċċa minn speaker serva wkoll bħala aġent president ta' Malta f'żewġ okkażjonijiet.", "Jiġifieri kellu attivita`, karriera u ħajja magħġuna mal-politika, kemm f'din il-Kamra kif ukoll barra minnha.", "Sur President, meta qgħadt naħseb fuq il-ħajja, l-attivita' u l-ħidma ta' Kalċidon Agius, partikolarment bħala membru ta` partit oppost għal dak li fih nimmilita jien, kieku kelli nagħżel tliet ħsebijiet li jiġuni f'moħħi bħala osservatur barra l-Partit Laburista, wieħed jista` jgħid li s-Sur Agius kien militanti ħafna fil-Partit Laburista.", "Ma kienx jibża' mill- isfidi li kellu l-partit tiegħu u kien sod ħafna fit-twemmin tiegħu, taqbel jew ma taqbilx miegħu.", "Lis-Sur Agius ilħaqtu ftit fil-politika.", "Meta tlajt jiena kien diġa` spiċċa minn speaker, pero' jien kont fil-politika qabel ma dħalt f'dan il-parlament u kont insegwi dak li jingħad fuqu fil- konstitwenza tiegħu, li hija viċina ħafna tal-kostitwenza fejn għadni naħdem sal-lum.", "L-impressjoni li ħadt jiena hija s-Sur Agius kien membru parlamentari jħobb il-kostitwenza u li kien jagħti kasha.", "Dan naħseb li rajnih - dawk minna li attendew - fil-funeral sabiħ li kellu fil-knisja tan- Naxxar proprju l-ġimgħa li għaddiet.", "Barra mill-kariga tal-parlament kellu wkoll karigi oħra.", "Kien ukoll jikteb reċti u xogħlijiet għar-radju u għat- televiżjoni u fl-1997 ġie wkoll onorat bħala kumpann ta' l-ordni nazzjonali tal-mertu.", "F'dawn iċ-ċirkostanzi, kif isir is-soltu iżda b'mod partikolari f'dan il- każ, meta wieħed iqis li qegħdin nitkellmu fuq ex speaker ta' din il-Kamra, nixtieq li nibagħtu l-kondoljanzi tagħna lill-ħames uliedu li huma Ġużeppi, Karmenu, Victor, Ċensu u Fredu.", "Għaldaqstant, Sur President, nitolbok tibgħat dawn il-kondoljanzi għan-nom tal-membri kollha tal-Kamra tad- Deputati.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT (Kap ta' l-Oppożizzjoni): Sur President, f'ismi u f'isem l-oppożizzjoni Laburista napprezza l-kliem dinjituż li għadu kif intqal fir- rispett ta' Kalċidon Agius u ningħaqad ma' l-espressjoni li għadha kemm saret ta' sogħba u ta' niket għat-telfa tiegħu.", "Min-naħa l-oħra, bħala membru tal-Partit Laburista, ma nistax ma nkunx ftit emozzjonali meta llejla nagħti ġieħ lil Kalċidon Agius.", "Emozzjonali fis-sens li ma kienx biss persuna militanti, kif għadu kemm qal il-Viċi Prim Ministru, imma kien bniedem li kien iħoss mill-qrib.", "Kien ġarrab mill-qrib u matul ħajtu ta xiehda mill-qrib tal-problemi u tad-diffikultajiet li kienu qed jiffaċċjaw il-ħaddiema f'pajjiżna fis-snin li kienu ħafna aktar iebsa milli kienu fi żmieni jew milli huma fil-preżent.", "Kalċidon Agius għex għal 88 sena.", "Ħajtu tmur lura għal żmien li ħadd minna f'din il-Kamra ma jiftakar.", "Kien militanti għaliex kien jaf xi tfisser l- inġustizzja fil-ħajja tal-ħaddiema.", "Din l-inġustizzja għexha u ġarrabha permezz ta' ħajtu, permezz tal-ħajja ta' familtu u permezz ta' dawk kollha li kien jaf.", "Matul ħajtu fehem li s-soċjeta` li kien qed jgħix fiha kellha bżonn ta` riforma, biex ma ngħidx ta' rivoluzzjoni, lejn ġustizzja soċjali li kellha tesprimi ruħha permezz ta' militantiżmu li jixxebblek mhux biss fuq l-għaqda bejn il-ħaddiema, imma wkoll fuq ħsieb u għarfien ukoll li l- ħsieb m'huwiex xi monopolju tal-professjonisti, ta' dawk li jkollhom il- flus u ta' dawk li jkollhom il-privileġġi, li l-għerf m'hu monopolju ta' ħadd u bl-għerf u bl-għaqda tasal.", "Kien jesprimi ruħu b'mod li tista' issejjaħlu militanti, imma kien ukoll ċar f'moħħu.", "Sur President, matul ħajtu lil nies bħalu kienu qalulhom teoloġi tal-boiler suit.", "Jiena naħseb li huwa mar lil hinn minn hekk.", "Kalċidon Agius kien razzjonalist tal-boiler suit.", "Razzjonalist fis-sens ta' xi ħadd li jrid jibni ħidmietu anke mill-boiler suit permezz tal-ħsieb u permezz ta' l- għarfien li fis-soċjeta` tagħna hemm bżonn li nagħrfu x'inhuma l-isfidi, niddiskutuhom, u mbagħad ħalli nkunu militanti fid-difiża ta' kif dawn l- isfidi jistgħu jingħelbu permezz tal-ħtieġa li l-ġustizzja soċjali trid isseħħ.", "Kalċidon Agius ma kienx professjonist fi żmien fejn forsi miż-żewġ naħat jew mit-tliet naħat tal-Kamra - għaliex naħseb li Kalċidon Agius kellu preżenza wkoll fi żmien Strickland...", "Biex tkun attiv fil-politika ridt tkun professjonist?", "Le.", "Ħajtu kienet asserzjoni tal-punt li politika demokratika f'pajjiż demokratiku li jaspira biex ikun modern ma tista` tkun monolopolju ta' l-ebda saff tas-soċjeta`, imma trid tkun miftuħ għas-saffi kollha tas-soċjeta`.", "Il-professjoni tiegħu ta' kaħħal li baqa' jinsisti fuqha sa l-aħħar, apparti mill-fatt li kien preżenti fil-politika b'mod qawwi u b'mod ukoll li sarrfet f'ħajtu sagrifiċċji kbar għalih u għall-familja tiegħu, kienet asserzjoni li naħseb tagħmel mhux biss ġieħ lilu u lill-partit li kien jappartjeni għalih - il-Partit Laburista - imma tagħmel ġieħ ukoll għall- mod ta' kif il-ħaddiema f'pajjiżna, matul is-snin, irnexxielhom jakkwistaw kisbiet kbar.", "F'dan is-sens ukoll nixtieq li nagħtu ġieħ illejla – kif qed nagħtu ġieħ minn din in-naħa tal-Kamra - lil Kalċidon Agius, għall-mod ta' kif matul ħajtu baqa` jagħti xiehda li m'hemmx bżonn li tkun privileġġjat jew professjonist biex taspira għall-għerf u biex taspira għall- parteċipazzjoni fil-mod ta' kif jissawwru d-deċiżjonijiet li jagħtu sentiment lis-soċjeta' kollha kemm hi.", "L-aqwa ġieħ li nistgħu nagħtu lil Kalċidon Agius huwa li nagħrfu kif huwa kien wieħed minn dawk li fil-ħidma politika li pparteċipa fiha matul ħajtu, twila, ma kienx minn ta' fuq nett għaliex wiret jew għax daħal f'xi klassi ta' professjonisti, imma kien qiegħed imexxi u jgħin fit-tmexxija għax kellu l-ħeġġa u r-rieda ta' bniedem li ried ibiddel is-soċjeta` ta' madwaru minħabba li kien qiegħed jaraha inġusta.", "Jiena sirt nafu fl-aħħar żmenijiet ta' ħajtu, meta kien spiċċa mill- politika.", "Pero' xorta kien għadu attiv bil-kitbiet li kien jikteb u bil- fehmiet li kien jagħti, u fih rajt żewġ affarijiet li baqgħu jimpressjonawni.", "Rajt l-indipendenza tal-ħsieb, fis-sens razzjonali tal- kelma - qed nuża l-kelma \"razzjonali\" għal tapposta - u mbagħad rajt il- lealta` lejn l-ideal politiku li kien jemmen fih u li kien jaf li ma jistax jissarraf f'riżultati jekk ma jimxix 'l quddiem b'mod organizzat u dixxiplinat, mingħajr ma l-organizzazzjoni u d-dixxiplina tfisser xi forma li qed iċċedi għall-indipendenza tal-ħsieb u għall-aspirazzjoni biex tagħmel affarijiet aħjar.", "Jien kont ukoll naqra u nifhem l-aspirazzjonijiet tiegħu għall-kitbiet letterarji u drammatiċi li kien jiddiskuti miegħi.", "Daqqa qbilt magħhom u daqqa ma qbiltx, pero' kollox ma' kollox, kien jixirqilhom kull rispett u ġieħ u għalhekk kont nifraħlu ħafna fuqhom.", "Kien jistaqsini dwarhom bl- umilta`, li minkejja kulma kienu jgħidu dejjem baqgħet issaltan fih anke fi żmenijiet fejn miskin kellu problemi kbar ta' saħħa, u baqa` jsaltan fih ukoll dak l-entużjasmu għall-ħajja sabiex jagħmel l-affarijiet dejjem aħjar.", "Għaldaqstant minn hawn nixtieq ningħaqad mal-viċi prim ministru sabiex ninsisti mal-familja tiegħu li aħna ninsabu solidali kompletament magħhom f'dan iż-żmien ta' niket u sogħba.", "Jien nista' nassigurahom li isem Kalċidon Agius se jibqa' fil-fond ta' qalbna.", "Nirringrazzjak.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Is-Sedja tingħaqad mas-sentimenti espressi miż-żewġ naħat tal-Kamra u titlob lill-Iskrivan tal-Kamra sabiex iwassal il- kondoljanzi lill-familjari tas-Sur Agius.", "Ngħaddu issa għal Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Il-Ministru George Pullicino.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Sur President, nixtieq inqajjem ksur ta' privileġġ.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "KSUR TA' PRIVILEĠĠ", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Sur President, xtaqt inressaq ksur ta' privileġġ kontra l-ġurnal \"l-orizzont\" minħabba r-rapport li deher nhar il-Ħamis, 25 ta' Mejju, 2006.", "Fl-opinjoni tiegħi dan ir-rapport qiegħed jgħawweġ il- fatti li seħħew f'dan il-parlament waqt li jiena, f'isem il-gvern, kont qed nitkellem fl-aġġornament ta' nhar l-Erbgħa filgħaxija.", "Dan ir-rapport ta wieħed x'jifhem li l-interruzzjonijiet min-naħa ta' l-oppożizzjoni bdew bħala disapprovazzjoni għall-fatt li jien, kif hu allegat f'dan ir-rapport, ma waqaftx nitkellem minkejja li l-iSpeaker għal diversi drabi talabni nagħmel dan.", "Jiena jidhirli li dan huwa tgħawwiġ tal-fatti ta' kif seħħew ġo dan il-parlament.", "THE DEPUTY SPEAKER: Naturalment is-Sedja tieħu nota ta' dak li għadu kif intqal.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, nixtieq inressaq żewġ każi ta' ksur ta' privileġġ.", "L-ewwel ksur ta' privileġġ qiegħed nagħmlu kontra l-Ministru George Pullicino minħabba li nhar l-Erbgħa li għaddew, wara li ħriġt minn din il-Kamra, kont għadni qiegħed fit-taraġ, ġie jaggredini u jinsulentani b'mod li ma kienx aċċettabbli.", "Qiegħed nirriferi għal dak li jingħad fl- Ordinanza tal-Privileġġi f'paragrafu 11 (d) li jgħid li -", "\"kulmin jaħbat għal membru, ifixxklu jew jinsulentah fil-waqt li jkun sejjer jew ġej lura mill-Kamra, jew minħabba dmirijiet tiegħu fil- Kamra, jew kulmin b'forza, b'insult jew b'theddid, ifittex li jġiegħel membru li jiddikjara favur jew kontra proposta jew xi ħaġa li tkun għadha miexja, jew li tkun serja tinġieb quddiem il-Kamra.\".", "Jiena kont ħiereġ minn hawn, kien battibekk normali – jiena mdorri b'dawn il-battibekki normali - u jien u nieżel it-taraġ insib lill-Onor.", "Pullicino lest għalija, u li kieku ma nżammx kien jaħbat għalija.", "Dan l-ewwel punt li xtaqt inqajjem.", "It-tieni ksur ta' privileġġ li rrid inqajjem huwa kontra l-media tal-Partit Nazzjonalista, speċifikatament kontra l-media li l-għada ħarġet", "stqarrija fejn qalet li jien kont li ppruvajt naggredixxi lill-Ministru Pullicino.", "Il-fatti huma inkontestabbli li kien hu li pprova jkun aggressiv - ma ġiex b'daqqiet ta' sieq u b'kollox - u jaggredini.", "Pero' il- media tal-partit Nazzjonalista ħarġet din l-istqarrija - jekk trid aktar tard nagħtik ir-riferenzi eżatti - u qalet li jiena aggredejt jew ippruvajt naggredixxi lill-Ministru Pullicino.", "Din instemgħet fuq Net Television, dehret fuq il-gazzetta \"In-Nazzjon\", instemgħet fuq Radio 101 u ġiet ricochetted imbagħad fil-media hekk imsejħa indipendenti.", "Għalhekk qiegħed inressaq illum dan il-ksur ta' privileġġ riferibbli għal x'ġara nhar il- Ħamis u l-Ġimgħa li għaddew.", "THE DEPUTY SPEAKER: Is-Sedja qiegħda tieħu nota wkoll ta' dak li ntqal mill-kap ta' l-Oppożizzjoni.", "Il-Ministru.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Sur President, jien kont se nressaq ksur ta' privileġġ biss kontra l-gazzetta \"l-Orizzont\", imma ġaladarba l-Kap ta' l- Oppożizzjoni deherlu li jkompli jdawwar l-affarijiet m'għandix triq oħra ħlief dik li nressaq ksur ta' privileġġ kontra l-Kap ta' l-Oppożizzjoni għall-fatt li assolutament m'huwiex veru li kont jien li aggredejtu.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "ALFRED SANT: Point of order, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER: Ippermettili ftit, Onorevoli.", "Il-Kap ta' l- Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Il-point of order huwa li l-ksur ta' privileġġ seta` qajmu meta kellu l-fakulta` li jitkellem u seta' jesprimi x'kienu l-punti li fuqhom iqajjem ksur ta' privileġġ.", "Issa ċ-ċans tiegħu spiċċa.", "Ma tistax tqajjem ksur ta' privileġġ b'reazzjoni għal ksur ta' privileġġ li tqajjem kontra tiegħek.", "Ma tistax.", "Għalhekk qiegħed nitolbok sabiex tagħti ruling.", "Għadu kemm qalha in faciem curiae li qiegħed iqajjem ksur ta' privileġġ b'reazzjoni għall-ksur ta' privileġġ li qajjimt jien.", "Mela dawn l-affarijiet isiru hekk?!", "Jew għandu ksur ta' privileġġ u allura jgħidu minnufih, u kellu l-vuċi tal-Kamra, jew inkella jagħlaqlu!", "Ma jistax ikun li jqajjem ksur ta' privileġġ b'reazzjoni ta' ksur ta' privileġġ ieħor!", "Fuq din nixtieq ruling.", "THE DEPUTY SPEAKER: Naturalment jien se nisma` lill-Ministru bla preġudizzju għal dak li", "se jgħid, anke minħabba li ma kellux ċans jispjega ruħu.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Għandi point of order ieħor, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, on a point of order.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, jiġifieri aħna qegħdin naċċettaw li ksur ta' privileġġ jista' jitqajjem b'reazzjoni għall-ksur ta' privileġġ ieħor li jkun tqajjem?", "(Interruzzjonijiet) Il-ksur ta' privileġġ seta' jitqajjem fl-ewwel opportunita' li kellu.", "Kellu din l-ewwel l-opportunita` u ma ħadhiex.", "Is-Sedja trid tiddeċiedi fuqha.", "Jien qiegħed nitlob ruling.", "(Interruzzjonijiet)", "THE DEPUTY SPEAKER: Ippermettuli ftit.", "Ma nistgħux nitkellmu kollha f'daqqa għaliex inkella ma niftehmux.", "Iva, bħalissa qegħdin fil-ħin fejn jista' jitqajjem ksur ta' privileġġ.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sur President, għandi point of order.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, on a point of order.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sur President, jiddispjaċini imma naħseb li għandek żball għax il-Ministru Galea kien diġa' qam biex iressaq il-mozzjoni tiegħu u l- ksur ta' privileġġ jiġi qabel il-mozzjonijiet l-oħra jekk niġu f'dan.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Sur President, jiena bl-aktar mod ċar qiegħed ngħid li mhux veru li jien aggredejt lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Għandi point of order ieħor, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, on a point of order.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, diġa' qiegħed jitkellem fuq is-sustanza tal-ksur ta' privileġġ tiegħi.", "Għadu kemm qal li m'hu veru xejn.", "Bir- rispett kollu, qiegħed jitratta l-materja li qajjimt jien bħala ksur ta' privileġġ.", "Mela kif tista' tippermetti li ksur ta' privileġġ jitqajjem wara li kien tilef u eżawrixxa ż-żmien tiegħu sabiex iqajjem il-ksur ta' privileġġ tiegħu ħalli issa jirrispondi għall-ksur ta' privileġġ li qajjimt jien?!", "Ksur ta' privileġġ għandu jitqajjem fl-ewwel opportunita' li jkollok.", "Kellu l-ewwel opportunita`, qam jitkellem u ma qajmux dan il-ksur ta' privileġġ.", "Imbagħad qomt jien u u fl-ewwel opportunita` li tajtni int, Sur President, qajjimt il-ksur ta' privileġġ tiegħi.", "Issa qiegħed jerġa` jqum hu biex iqajjem ksur ta' privileġġ ieħor.", "Mela allura issa nerġa` nqum jiena b'każ ta' ksur privileġġ ieħor?!", "U ejja!", "L-ewwel opportunita` kienet tiegħu, ħadha u issa qiegħed jerġa' jinsisti li jkollu okkażjoni oħra sabiex jirrispondi għall-każ ta' privileġġ li qajjimt jien.", "Bir- rispett kollu, jew se nkunu trasparenti jew le!", "Jien għalhekk minnufih għedtlek sabiex tagħti ruling fuqha, għax qiegħed juża l-opportunita` li tajtu int biex taparsi jqajjem ksur ta' privileġġ meta m'għandux ċans, għax eżawrixxa l-opportunita' li kellu, biex jirrispondi għall-ksur ta' privileġġ li qajjimt jien.", "Dan m'huwiex ġust.", "Se nibdew naħdmu b'dan il-mod ukoll issa?!", "THE DEPUTY SPEAKER: Jiena diġa` għedt li mingħajr preġudizzju xtaqt li kieku nisma' lill-Ministru Pullicino fuq dak li għandu xi jgħid.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Mingħajr preġudizzju jiġifieri jirrispondi għall-ksur ta' privileġġ li qajjimt jien?", "THE DEPUTY SPEAKER: Le, ma jfissirx li jirrispondi għall-ksur ta' privileġġ li qajjimt int. Jien qiegħed ngħid li l-Ministru jista' jagħti spjegazzjoni qasira.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Imma mhux jirrispondi għal dak li għedt jien.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru jekk jogħġbu jispjega l-pożizzjoni tiegħu fil-qosor.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Sur President, qiegħed inressaq każ ta' ksur ta' privileġġ għall-fatt li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni għamel aktar minn 12-il minuta jgħajjat u jinterrompi waqt id-diskors tiegħi f'dan il-parlament.", "Anke wara li spiċċat is-seduta baqa' jgħajjat \"shame\" minn ġo din il-Kamra u anke fil-kurutur tal-Kamra u kien hu li effettivament aggredixxa lili verbalment - mhux fiżikament biex inkun ċar - u baqa' jwerżaq u jgħajjat b'mod isteriku fil-konfront tiegħi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Ministru, int qiegħed tqajjem dan il-ksur ta' privileġġ fuq dak li ġara fil-Kamra jew barra mill-Kamra?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Fuq x'ġara barra minn din il-Kamra, wara li jiena tkellimt, spiċċat is-seduta u ħriġna minn ġo din il-Kamra.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, naħseb li jkun xieraq li nkunu żguri li ftehiemna fuq dak li qed nagħmlu.", "Jiena tlabt ruling fuq dak li sar illejla u dak ir-ruling se jingħata.", "Issa tista' ma taqbilx miegħi, fair enough, pero' jew inti jew l-iSpeaker tridu tagħtu ruling fuqha din.", "Ma jistax ikun li xi ħadd ikollu l-ewwel opportunita` sabiex iressaq ksur ta' privileġġ u ma jieħdux, imbagħad għaliex jidħol xi ħadd ieħor warajh, jiddeċiedi li jerġa` iqajjem ksur ta' privileġġ ieħor.", "L-istanding orders huma ċarissimi.", "Issa tista' ma taqbilx miegħi imma għamilha formali u oħroġ b'ruling ċar fuqha din ħalli nkunu nafu x'qed ngħidu.", "Għandi l- assigurazzjoni li se jkolli dan ir-ruling, Sur President?", "THE DEPUTY SPEAKER: Li nixtieq ngħid jien hu li konna fil-ħin ta' l-ewwel seduta meta setgħu jitqajmu każi ta' ksur ta' privileġġ.", "(Interruzzjonijiet) Ippermettuli ftit.", "M'iniex se nittollera li nibqgħu sejrin b'dan id-dibattitu.", "Jiena diġa' għedt li din hija l-ewwel seduta fejn setgħu jitqajmu l-każi ta' ksur ta' privileġġ u għalhekk mhux se nittollera aktar dibattitu fuq dan l-argument.", "Is-Sedja tieħu nota tal-każi li tqajmu u tagħti r-reazzjoni tagħha f'seduta oħra.", "Inkomplu b'dak li għandna fuq l-order paper u nsejjaħ lill-Ministru Louis Galea.", "MOZZJONIJIET", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR L-EDUKAZZJONI", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, nipproponi l-Ewwel Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att ta' l-2006 li jemenda l-Att dwar l-Edukazzjoni (Kap 327)\".", "THE DEPUTY SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "JOSEPH FALZON: Nissekonda.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att ta' l-2006 li jemenda l-Att dwar l-Edukazzjoni (Kap. 327)\", ikun moqri l-Ewwel Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi nqara l-Ewwel Darba.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-KODIĊI KRIMINALI", "CRIMINAL CODE (AMENDMENT) BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri Ikompli mill-24 ta' Mejju, 2006 Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet", "THE DEPUTY SPEAKER: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Justyne Caruana.", "ONOR.", "JUSTYNE CARUANA: Sur President, dan l-abbozz ta' liġi li qed niddiskutu huwa wieħed interessanti.", "Dan joħroġ ukoll waqt mid-diversi interventi li saru miż-żewġ naħat tal-Kamra fejn tqajmu punti li sa ċertu punt kienu anke kontroversjali.", "Filwaqt li ma' l-ewwel daqqa t'għajn wieħed jista' jgħid li f'dan l-abbozz hemm affarijiet tajba ħafna, hemm affarijiet oħra li min jaħdem fil-kamp legali jaf li jistgħu joħolqu ċerti dilemmi.", "Kunċetti li sal-lum kienu sagrosanti u li ġew ikkonfermati anke minn fora internazzjonali qegħdin jinqalbu ta' taħt fuq.", "Niftakar li fl-ewwel sena tal-kors tal-liġi l-Viċi Prim Ministru kien jgħallimi fuq il-kostituzzjonal, b'mod partikolari kellna credits dwar il- libertajiet tal-bniedem.", "Illum għandna abbozz li proprju qiegħed jillimita l-liberta` tal-bniedem u sa ċertu punt qiegħed imur kontra l-preżunzjoni ta' l-innoċenza sakemm jiġi misjub ħati, għax fejn aħna dejjem nisħqu li l- ħelsien mill-arrest provviżorju ma jingħatax ħlief f'każijiet partikolari, dan l-abbozz qiegħed jipprovdi xort'oħra.", "F'dik l-ewwel sena tal-kors tal- liġi kien jgħallimi wkoll il-Professur Refalo li kien jagħtina l-lectures fuq is-separation of powers u kien joqgħod jgħidilna fuq id-dutrina ta' Montesquieu – mhux se noqgħod nidħol fiha - minn fejn joħroġ prinċipju sagrosant ieħor fuq l-indipendenza tal-ġudikatura, Imma llum għandna abbozz ta' liġi li qiegħed ukoll jillimita l-operat tal-ġudikatura.", "Allura meta għandek dawn id-differenzi kbar bejn dak li tgħallimna akkademikament u applikajna sal-lum, u dak li qed jiġi propost f'dan l-abbozz ikolli ngħid li se jinħolqu ċerti problemi fis-sistema legali tagħna li ċertament la se jgħinu lilna l-professjonisti u lanqas lis-sistema in ġenerali.", "Jiena se nitkellem fuq l-emendi proposti fis-sekwenza ta' kif qegħdin fl- abbozz ta' liġi ħalli ma noħloqx konfużjoni.", "Per eżempju, l-ewwel emenda hija dwar ir-reati li jkunu motivati mir-razziżmu jew mir-reliġjon.", "Din hija emenda li tagħmel sens aktar u aktar illum, meta sfortunatament qiegħed ikollna mewġa ta' intolleranza u diskriminazzjoni abbażi ta' razza u reliġjon.", "Allura huwa xieraq u tajjeb li jekk persuna tagħmel reat fuq persuna oħra sempliċiment għax hija ta' kulur jew ta' reliġjon differenti jkun hemm deterrent għall-perpetratur ħalli jikontrolla l-intolleranza tiegħu.", "Jekk imbagħad dawn l-emendi ma jkunux ta' deterrent biżżejjed, ikun xieraq li meta jitwettaq ir-reat ikun hemm dan l-aggravju u ż-żieda fil- piena meta persuna tinstab ħatja.", "Nissuġġerixxi li mar-reat aggravat għal raġunijiet li għandhom x'jaqsmu ma' razza jew reliġjon, jiżdied ukoll l- aggravju meta r-reat ikun motivat fuq l-intolleranza għat-twemmin politiku tal-vittma.", "Ma jistax ikun li għax ma tkun ta' l-istess fehma ta' ċerti nies tispiċċa bil-bieb tad-dar tiegħek maħruq.", "Dawn huma sitwazzjonijiet inaċċettabbli u allura min m'huwiex tolleranti u min m'huwiex demokratiku u jirreaġixxi mhux b'argumenti imma b'reati kriminali għandu jieħu l- ġustizzja li ħaqqu.", "Emenda oħra importanti hija dik li tirrigwardja x-xhieda tal-minuri.", "Jiena personalment nemmen, u ġieli anke esprimejt ruħi f'din il-Kamra, li kull meta jkollok minuri involuti f'xi proċeduri, huma x'inhuma, dawn se jħallu effett trawmatiku fuquhom.", "Ovvjament meta jkollok proċeduri kriminali, il- każ ikun daqsxejn aktar gravi speċjalment jekk il-minuri jkunu vittma.", "Imma mbagħad apparti t-trawma li jkunu għaddew minnha jridu jiffaċċjaw l- proċeduri bħala xhieda u għalhekk dawn jerġgħu jġeddu l-memorja u b'hekk ikun qed jixxekkel ir-recovery process tagħhom.", "Meta ġiet introdotta s- sistema tal-video conferencing ħassejt li kien pass tajjeb sabiex tgħin fis- psychological recovery tal-minuri.", "Għalkemm din l-emenda hija tajba u naqbel perfettament magħha, naħseb li ma tistax tilħaq l-għan mixtieq jekk l-awli kollha tagħna ma jiġux mgħammra adegwatament bil-video conferencing.", "Sur President, fl-artiklu 7 ta' dan l-abbozz qiegħed jingħad li d- dispożizzjonijiet ta' l-artiklu 24 ta' l-Att dwar il-Probation għandhom jiġu applikabbli.", "Li nixtieq nistaqsi huwa dan.", "F'każijiet fejn id-danni ma jiġux imħallsa x'rimedju se jkun hemm?", "Nixtieq nirreferi għal każijiet ta' sentenzi sospiżi a tenur ta' l-artiklu 28(a) tal-kapitlu 9.", "Meta l-qorti tordna li jkun hemm ħlas tad-danni f'każ ta' sentenza sospiża meta d-danni ma jitħallsux u l-qorti tikkonċedi s-sitt li fihom ma jitħallusx hemm rimedju.", "U skond l-artiklu 28(h)(i) qed jingħad li jekk il- ħlas ma jsirx, il-qorti tordna li s-sentenza tiġi effettiva, jiġifieri għandek rimedju għal dan in-nuqqas ta' ħlas ta' danni.", "Fl-emenda li għandna quddiemna ma jngħad xejn minn dan kollu u allura naħseb li jkun għaqli li kieku l-leġislatur jikkontempla tip ta' rimedju bħalma għandna fl- artiklu 28(a) u l-artiklu sussegwenti.", "Fl-istess artiklu 7 f'paragrafu 532B issir riferenza għall-ispejjeż li għandhom jitħallsu mill-persuna ħatja.", "Hawnhekk l-istess, dwar l-ispejjeż diġa' għandna l-artiklu 533 fil-kapitlu 9 li jipprovdi għall-ħlasijiet ta' ċerti spejjeż.", "Meta nisimgħu dwar spejjeż oħra normalment naħsbu fl- ispejjeż li għandek f'kawża ċivili, jiġifieri reġistru, drittijiet u dawn l- affarjiet.", "Allura naħseb li huwa importanti li f'dan l-artiklu jiġi speċifikat x'tip ta' spejjeż hemm involuti, għax inkella jekk se nibdew nitkellmu fuq fees, fuq drittijiet u fuq tariffi applikabbli bħal taċ- ċivil, naħseb li se jkollna problema.", "Bħalissa diġa` għandna problema fiċ- ċivil minħabba li ċerti tariffi huma daqsxejn esaġerati.", "Jiġifieri jekk l- ispejjeż involuti se jkun l-istess se jkollna diffikulta` fil-kriminal ukoll.", "Emenda oħra taħraq ħafna - u din ta' min wieħed jidħol daqsxejn sewwa fiha -tirrigwardja l-maġistratura.", "Għandna emenda fejn maġistrat qiegħed jiġi limitat fl-operat tiegħu.", "Bir-rispett kollu, emenda ta' din ix-xorta turi kemm il-gvern qiegħed jibża` mill-ġudikatura u qed jippretendi li b'dan l- abbozz jillimita l-operat tal-maġistrati.", "Fuq dan il-punt nixtieq inkun ċara u onesta - u naħseb li bħali għandhom ikunu tan-naħa l-oħra wkoll - għax ma jistax ikun li niġu b'emendi bħal dawn sempliċiment għax kellna żewġ każi fejn saru żewġ rapporti u xi żewġ inkjesti li fihom forsi kien hemm involuti xi persuni qrib ta' nies min-naħa tal-gvern, u meta saru dawn l-affarijiet ħassewhom skomdi.", "Ma jistax ikun li konsegwenza ta' dan noħorġu b'emenda bħal din u nagħmlu sarima bil-pulit ħalli nqiegħdu f'posthom lil ċerti persuni.", "Din l-emenda, apparti li rridu naraw x'inhu l- mottiv warajha, qiegħda turi vot ta' sfiduċja fil-ġudikatura, u dan meta tqis li huwa l-gvern stess li jaħtar il-maġistrati.", "Jekk il-gvern m'huwiex kuntent bl-operat ta' xi maġistrat ma kellux għalfejn jirrikorri għal din l- emenda.", "Għax hemm il-proċeduri opportuni, hemm il-kummissjoni għall- amministrazzjoni tal-ġustizzja u jekk hemm xi diffikulta`, titqajjem quddiem il-kummissjoni u mhux niġu hawnhekk noħorġu b'emenda bħal din.", "Bir-rispett kollu, hija xi ħaġa redikola li jkollok maġistrat li jista' jisma` u jaqta` kawża sa għaxar snin ħabs, u mbagħad niġu nipproponu emenda fejn il-maġistrati jridu joqogħdu bis-supervision tal-prim imħallef.", "Jista' jagħti l-każ li jkollok ċittadin li jħossu komdu javviċina ċertu maġistrat għax ma jkollux fiduċja f'nies oħra.", "Jiena mhux l-ewwel darba li nisma' b'każi li konvenjentement jintilef ir-rapport jew il-kwerela jew inkella jitħallew jaqgħu preskritti.", "Wara kollox dawn huma affarijiet li anke l-kodiċi kriminali jikkontemplahom għaliex għandek iċ-challenge tal- kummissarju tal-pulizija.", "U mhux l-ewwel darba li tagħmel xi rapport jew kwerela u matul it-triq jiġrilha xi ħaġa bil-konsegwenza li l-vittma tibqa' ssaffar.", "Għalhekk naħseb li emenda bħal din jistħoqqilha ċerta dibattitu u konsiderazzjonijiet fil-fond.", "Sur President, f'artiklu 9 ta' dan l-abbozz ta' liġi nsibu anomalija oħra.", "F'paragrafu (a) qiegħed jingħad li xhieda u periti ma jistgħux jinġiebu sabiex jixhdu quddiem il-qorti istruttorja, imbagħad preċiżament fil- paragrafu ta' wara wara qiegħed jingħad bil-kontra, jiġifieri li kulħadd jista' jinġieb bħala xhud kemm mill-pulizija kif ukoll mill-avukat ġenerali u anke mill-akkużat, in kontro-eżami.", "Artiklu ieħor importanti huwa l- artiklu 11 li fl-opinjoni tiegħi naħseb li se jibqa' jissemma` ħafna fl- istorja legali ta' pajjiżna.", "Hawnhekk qiegħda nirriferi għall-famuża emenda li tittratta dwar il-ħelsien mill-arrest.", "Normalment meta persuna titressaq b'arrest quddiem il-qorti, mal-preżentata d-difiża titlob għall-ħelsien mill-arrest ta' l-akkużat sakemm jiġi deċiż il-każ.", "Il-massima li nadattaw aħna hija l-preżunzjoni ta' l-innoċenza sakemm tiġi pprovata l-ħtija u allura meta persuna titlob il-bail, il-qorti tieħu in konsiderazzjoni ċ- ċirkostanzi tal-każ kollu u tiċħad il-bail biss meta jkun hemm ċirkostanzi eċċezzjonali, ta' ċerta gravita'.", "Issa, permezz ta' dan l-abbozz ta' liġi qiegħda tiġi introdotta skeda ta' reati li huma reati ta' ċerta gravita', li meta jiġi mwettaq reat minnhom fi żmien għaxar snin qabel din il-persuna tkun instabet ħatja ta' dan ir- reat skedat, allura awtomatikament ma tkunx tista' titlob il-liberta` provviżorja qabel ma jgħaddu tliet xhur.", "Għaldaqstant titressaq il-qorti u awtomatikament għandha tliet xhur ħabs minkejja l-preżunzjoni ta' l- innoċenza.", "Kif diġa' għedt aktar qabel, aħna dejjem nimxu fuq il-massima tal-preżunzjoni ta' l-innoċenza.", "Fil-passat, fis-sistema tagħna diġa' kellna okkażjonijiet ta' liġijiet fejn kellek perjodu ta' arrest mandatorju tassattiv, u dan ġie attakkat fi Strasbourg.", "Allura ma nafx kif il-gvern qiegħed joħroġ b'emenda bħal din meta diġa` qegħdin nantiċipaw li se jkun hemm min se jattakkaha, u mill-esperjenza preċedenti li diġa' kellna wieħed jista' ukoll jantiċipa x'se jkun l-eżitu tagħha.", "(Interruzzjonijiet)", "L-idea wara din l-emenda naf x'inhi.", "Tridu li meta jkollok każ ta' multiple offender jiġi trattat b'mod differenti minn meta jkun first time offender.", "Il-liġi tagħna diġa` tipprovdi dan it-tip ta' deterrent għaliex għandek ir- reċidiva.", "Issa jekk ir-reċidiva m'hijiex qiegħda tkun ta' deterrent biżżejjed, allura jiena ngħidlek: Żied il-pieni bħalma żidt fil-każ tal- prostituzzjoni u naraw kif immorru.", "Jiena nikkonċedi l-fatt li huwa minnu li jkollok każi ta' multiple offenders fejn persuna waqt li tkun barra fuq bail terġa` tagħmel reat ieħor, terġa` titressaq il-qorti meta jkun għadu pendenti l-ewwel każ u allura ma jkollux sentenza, terġa` tingħata l-bail u nispiċċaw b'nies fil-kuruturi tal-qorti li jkunu ngħataw il-bail għal darba darbtejn u l-każi jkunu għadhom pendenti.", "Dik nammettiha, imma jiena nemmen li meta jkollok każijiet ta' multiple offenders għandha tkun il-qorti li tisma' u tiddeċiedi u mhux jiġi l-ministru jilleġisla across the board, ipoġġi kollox f'keffa waħda u joħroġ b'emenda bħal din.", "Għaliex?", "Għax inkella se niġu f'sitwazzjoni fejn il-qorti se tkun qiegħda hemm għal xejn!", "Barra minn hekk meta jgħaddu t-tliet xhur, ir-rikors trid tagħmlu quddiem il-qorti kriminali u allura b'din l-emenda qiegħed tkompli tgħid li x'ħin jgħaddu t-tliet xhur .....", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "TONIO BORG: Le, ara subklawsola (2) xi tgħid.", "Din thgħid hekk:- \"Within the period of three months mentioned in subarticle (1), the person charged may only be released on bail upon an application to the criminal court...\".", "ONOR.", "JUSTYNE CARUANA: Għandek raġun, pero` xorta waħda trid issir quddiem il-qorti kriminali.", "Allura b'din l-emenda qiegħed telimina kompletament il- qorti tal-maġistrati għaliex trid tmur quddiem il-qorti kriminali.", "U għalhekk dan qiegħed jorbot ukoll man-nuqqas ta' sfiduċja li l-gvern qiegħed juri permezz ta' l-emendi l-oħra proposti.", "Sur President, hemm ukoll l-emenda dwar ix-xhieda tal-kompliċi li rrid ngħid xi ħaġa dwarha wkoll.", "L-ewwel u qabel kollox kif inhu miktub dan l- aritklu - sakemm m'hemmx xi żball - jidher li dan huwa applikabbli biss għal waqt xi ġuri.", "(Interruzzjonijiet) Għaliex le?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru, bil-permess ta' l-Onor.", "Caruana.", "ONOR.", "TONIO BORG: Sur President, jista' ikun li fuq din għandi daqsxejn tat-tort għaliex forsi tajt impressjoni ħażina l-aħħar darba li tkellimt.", "Illum hemm il-ħtieġa tal-corroboration f'kollox, imma issa dik ir-regola se tispiċċa għal kollox.", "Pero' fil-każ ta' trials by jury l-imħallef jista' jagħti direttivi lill-ġurati sabiex joqogħdu attenti.", "Naturalment fil-qorti t'isfel m'għamilnihiex, għaliex kif tista' tgħid lill-imħallef sabiex jagħti direttiva lilu nnfisu!", "Imma l-corroboration se tispiċċa għal kollox.", "ONOR.", "JUSTYNE CARUANA: Sur President, qiegħda napprezza li l-ministru ċċara dan il-punt għaliex skond kif kienet worded l-emenda ħadt impressjoni oħra.", "Madankollu xorta għandi r-riservi tiegħi fuq din l-emenda, u dan mhux qed ngħidu jien biss.", "Fil-fatt ħadt pjaċir nisma' lill-Onor.", "Jason Azzopardi li qajjem ukoll dan il-punt dwar il-fairness.", "Aħna l-avukati kollha nafu dwar il-mottiv li kompliċi jkollu meta jiġi biex jixhed kontra sieħbu stess u allura naħseb li huwa importanti - kif qal ukoll l-Onor.", "Jason Azzopardi - li l-gvern jaħseb fuq ċerti safeguards ħalli ma jkunx hemm lok għal ġudizzju inġust u skorret fil-konfront ta' min qiegħed jiġi akkużat.", "Dwar l-emenda li hemm f'artiklu 18 naħseb li din m'hijiex xi ħaġa ġdida għaliex diġa' teżisti fil-liġi tagħna.", "Fil-fatt normalment aħna nagħmlu rikors fejn il-qorti tirrilaxxa l-affarijiet li jkunu ġew esibiti.", "Dwar il- kumpens tal-vittma nista` ngħid li din hija xi ħaġa tajba ħafna bħala kunċett.", "Pero' ma naqbilx li l-vittma, wara li tkun għaddiet mill-proċess kriminali, li kif nafu ħafna drabi jieħu ħafna żmien, sabiex tieħu l- kumpens trid teżawrixxi r-rimedji kollha available.", "Għaliex?", "Għax dan awtomatikament jimplika spejjeż u dewmien bla bżonn.", "Jiena qiegħda ngħid hekk għaliex għandek ċerti każijiet fejn sa mill-bidunett ikun jidher ċar li l-vittma se tkun ħliet il-ħin u għamlet l-ispejjeż għal xejn għaliex il- ħati ma jkollux il-mezzi sabiex iħallas.", "Allura li ġġiegħel lill-vittma tgħaddi minn dan il-proċess, naħseb li huwa ħela ta' ħin u ta' riżorsi.", "(Interruzzjonijiet) Jekk jogħġobkom, irrisponduni wara li nlesti l- intervent tiegħi.", "L-aħħar punt li xtaqt inqajjem huwa dwar l-emenda tax-sharing.", "Din l- emenda lqajniha b'mod pożittiv min-naħa tagħna għaliex hija emenda ġusta ħafna.", "Fl-opinjoni tagħna din se tgħin sabiex dawk iż-żgħażagħ li jinqabdu jagħmlu sharing ma jibqgħux jiġu ttrattati bħat-traffikanti.", "Jiena dejjem ngħid li l-miskin trid tgħinu u persuna ta' eta` żgħira, li tinqabad l- ewwel darba b'ammonti żgħar ta' droga, għandha tingħata ċans ieħor mis- sistema.", "Min-naħa l-oħra min jittraffika ma ngħidlux miskin, anzi bl-akbar responsabilita` ngħid li huwa qattiel.", "Għaldaqstant f'każi ta' traffikar nappella lill-gvern sabiex inkunu aktar severi u noqogħdu attenti minn trend ġdida li donnha dieħla f'pajjiżna, fejn mhux qed jiġu mxandra l- ismijiet ta' persuni mressqin il-qorti fuq traffikar tad-droga.", "Għandna każijiet fejn wara li jkunu ġew imressqa l-qorti, l-akkużati jiddikjaraw li m'humiex ħatja u jitolbu sabiex isimhom ma jixxandarx bl-iskuża u l- pretenzjoni li se jgħinu lill-prosekuzzjoni.", "Naħseb f'każi bħal dawn kieku riedu jgħinu lill-prosekuzzjoni kienu jgħinuha minn qabel u m'hemmx għalfejn joqgħodu jistennew li jitressqu l-qorti.", "Allura naħseb li m'huwiex ġust li dan qed isir u għandna noqogħdu attenti.", "Qed ngħid dan għax sfortunatament għandna ħafna traffikanti żgħażagħ involuti f'diversi għaqdiet taż-żgħażagħ u anke jorganizzaw attivitajiet għaż-żgħażagħ, u wisq nibża' li dawn ikunu qed jużaw il-kuntatti tagħhom maż-żgħażagħ sabiex ibigħulhom id-droga.", "Għalhekk għandna noqgħodu attenti għal dawn l- affarijiet u jekk jista' ikun anke nipprevenuhom.", "Fl-aħħar nett nixtieq nagħmel suġġeriment li mhux ġej minni biss, imma ġej ukoll minn diversi avukati oħra.", "Nixtieq nissuġġerixxi lill-gvern sabiex isir ir-renumbering tal-kodiċi kriminali għaliex illum dan il-kodiċi tant sar ikkumplikat bil-kwantita` ta' sections u s-subsections li fih li qiegħed ikun diffiċli - l-aktar għall-istudenti tal-liġi - sabiex wieħed isegwih.", "Nikkonkludi billi ngħid li fejn hu tajjeb aħna ma niddejqu xejn ngħidu li huwa tajjeb, pero' fejn l-affarijiet qegħdin imorru kontra ċerti prinċipji aħna nissoliċitaw lin-naħa tal-gvern sabiex terġa` tikkonsidrahom u tieħu nota tagħhom ħalli naraw li jkollna l-aħjar eżerċizzju tal- ġustizzja f'pajjiżna.", "Nirringrazzjak.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor. de Marco.", "ONOR.", "MARIO de MARCO: Sur President, bla dubju ta' xejn dan huwa abbozz ta' liġi interessanti u li ħoloq dibattitu apert bejn iż-żewġ naħat tal- Kamra.", "Fil-fatt kellna diversi membri li esprimew l-opinjoni tagħhom dwar dak li jidhrilhom li huwa tajjeb u dak li forsi jidhrilhom li jista' jiġi rranġat.", "Jiena ukoll xtaqt neżamina daqsxejn il-proposti li għandna quddiemna.", "Bla dubju ta' xejn waħda mill-aktar ħaġa interessanti u li hija suġġett għal ħafna dibattitu f'dan il-mument hija l-emenda li tipproponi aggravju għal dak li għandu x'jaqsam ma' reati fuq razza jew reliġjon.", "Dawn l-aggravji huma marbuta ma' dawk ir-reati li għandhom x'jaqsmu ma' feriti fuq il-persuna, vjolenza privata jew ħsara volontarja fuq proprjeta'.", "Ovvjament bħalissa nafu li pajjiżna għaddej minn ċerti problemi ta' razziżmu.", "Din hija marda li sfortunatament qegħdin narawha tikber f'pajjiżna u għalhekk irridu nikkurawha u nwaqqfuha mingħajr dewmien.", "Rajna diversi editorjali kontra din il-problema u naħseb li lkoll kemm aħna għandna nagħmlu dak kollu li nistgħu sabiex nedukaw lin-nies li l-biża` bbażata fuq razza jew reliġjon hija biża` bla bażi.", "Interessanti d- definizzjoni li għandna ta' reat aggravat għal raġunijiet li għandhom x'jaqsmu ma' razza jew reliġjon.", "Jekk naraw subklawsola (3)(a) ta' klawsola 2 insibu din id-definizzjoni:-", "\"(3) Reat ikun aggravat għal raġunijiet li għandhom x'jaqsmu ma' razza jew reliġjon meta:", "(a) fil-waqt li fih isir ir-reat, jew minnufih qabel l-għemil tar-reat, il-ħati juri lejn il-vittma tar-reat ostilita` li tkun ibbażata fuq il-fatt li l-vittma tkun tappartjeni (jew preżunta li tappartjeni) għal grupp razzjali jew reliġjuż;\".", "Sur President, fuq l-ewwel parti ta' din id-definizzjoni m'għandi l-ebda problema.", "Naqbel li reat huwa aggravat għal raġunijiet li għandhom x'jaqsmu ma' razza jew reliġjon meta fil-ħin li jkun qed isir ir-reat, ovvjament il- ħati juri lejn il-vittma ostilita` li tkun ibbażata fuq il-fatt li l-vittma tkun tippartjeni għal grupp razzjali jew reliġjuż.", "Il-problema li forsi tista' tinqala` hija meta persuna turi jew qabel ir-reat jew wara r-reat ostilita` ibbażata fuq reliġjon jew razza, għaliex dik l-ostilita` fiha nnifisha naħseb li għandha tkun reat separat.", "Pero' jekk ir-relazzjoni bejn ir-reat fih innifsu u l-ostilita` li tkun intwerit qabel jew wara ma tkunx daqshekk ċara, naħseb li wieħed, forsi, għandu jerġa' jaħseb jekk din id-definizzjoni għandhiex tikkomprendi għemil li jkun qabel jew wara.", "Jien nixtieq ukoll nattira l-attenzjoni tal-Kamra dwar id-distinzjoni li teżisti bejn it-test Ingliż u t-test Malti.", "Fil-fatt jekk wieħed jara t- test Ingliż isib il-kliem \"or immediately before or after the commission of the offence\" mentri fit-test Malti nsibu biss il-kliem \"jew minnufih qabel l-għemil tar-reat\", jiġifieri t-test Malti ma jitkellimx dwar dak li jiġri wara li jseħħ ir-reat.", "Issa jien mhux qed ngħid li ostilita` bbażata fuq razza jew reliġjon li tkun qabel jew wara reat m'hijiex ħażina, anzi qiegħed ngħid li dik it-tip ta' ostilita` fiha nnifisha għandha tkun reat, allavolja m'għandha x'taqsam xejn mar-reat fih innifsu fejn persuna tattakka lil ħaddieħor.", "Fil-fatt fl-Ingilterra għadu kemm ġie ppromolgat dak li jissejjaħ ir-racial and religious hatred act li għadda mill- Parlament Ingliż fi Frar ta' din is-sena.", "Naħseb li wieħed għandu jara daqsxejn dan l-att li għadda mill-Parlament Ingliż għaliex naħseb li huwa att li jikkomprendi l-ħsebijiet ta' diversi persuni li jridu jwaqqfu kull forma ta' imġiba ħażina bbażata fuq dawn il-preġudizzji li nbatu bihom fuq razza jew reliġjon, u hua intiż ukoll sabiex iwaqqaf dan l-odju, li ċerti nies qegħdin jistimolaw, ibbażat fuq reliġjon jew razza.", "Jekk nagħmlu hekk inkunu qegħdin immorru oltre l-idea li noħolqu aggravji, imma nkunu qegħdin nagħmlu att espliċitu indirizzat lejn dan it-tip ta' għemil li jmur kontra t-twemmin nisrani tagħna.", "It-tieni element f'dan l-abbozz ta' liġi hija l-emenda għall-artiklu 391 tal-kodiċi kriminali, li tgħid li meta xhud ikun minuri ta' taħt is-sittax- il sena, ix-xhud għandu jiġi eżaminat u kontro-eżaminat f'seduta waħda u x- xhieda tiegħu tiġi reġistrata b'mezzi awdjo-viżivi.", "Issa fiha nnifisha din hija xi ħaġa tajba għaliex l-intenzjoni tal-leġislatur hija li meta jkollok dawn it-tfal żgħar, li sfortunatament xi drabi jittellgħu l-qorti sabiex jixhdu, ma jkollhomx għalfejn jitilgħu aktar minn darba, iżda l-eżami u l- kontro-eżami tagħhom isir f'seduta waħda.", "L-uniku appell tiegħi hawnhekk huwa li f'kull ħaġa għandek toħloq ċertu element ta' leeway.", "F'liema sens?", "Xi kultant ma jkunx possibbli li tagħlaq eżami u kontro-eżami f'seduta waħda.", "Dan għaliex jista' jagħti l-każ li l-kontro-eżami jew l-eżami jdumu fit-tul u allura l-minuri jibda jħossu għajjien u jista' jkun li l-qorti tista' tiddeċiedi li tissospendi s-seduta fl-aħjar interess tal-minuri li jkun qiegħed jixhed.", "Jista' wkoll jagħti l-każ li wara li jkun sar il- kontro-eżami ta' dak il-minuri, jinstemgħu xhieda oħra li forsi jkun neċċessarju li jitkompla l-kontro-eżami ta' dawk il-minuri minħabba ċerta xhieda ġdida li trid isseħħ.", "Allura naħseb li filwaqt li l-prinċipju wara din il-proposta huwa kommendibbli, ma naħsibx li għandu jkun daqshekk kategoriku li l-eżami jew il-kontro-eżami tal-minuri jsir bilfors f'seduta waħda.", "Proposta ta' min ifaħħarha hija l-emenda għall-artiklu 532 tal-kodiċi kriminali li tgħid li –", "\"Id-disposżizzjonijiet ta' l-artiklu 24 ta' l-Att dwar il-Probation għar-rigward tas-setgħa li għandha l-qorti li tordna lill-ħati jħallas id-danni għandhom ukoll mutatis mutandis japplikaw kull meta jiġri li persuna tingħata sentenza wara li tkun instabet ħatja ta' delitt.\".", "Dan ifisser li l-qorti li ssib persuna ħatja ta' delitt tista' tikkundanna lil dik il-persuna responsabbli għall-ħlas tad-danni favur il-vittma ta' dak id-delitt.", "Jiena kelli l-istess problema ta' interpretazzjoni li kellha l-Onor.", "Justyne Caruana meta rajt il-kwestjoni tad-danni, fis-sens kif se tesegwixxi sentenza ta' qorti kriminali li tikkundanna akkużat iħallas danni favur terza persuna.", "Għaliex?", "Għax jekk dawk id-danni ma jitħallsux jistgħu jiġu konvertiti f'ħabs, jew dawk id-danni huma t-titolu esekuttiv u allura l-vittma tista' toħroġ mandati esekuttivi għall-ħlas tad- danni favur tagħha?", "Jiġifieri wieħed għandu forsi jinkoraġġixxi dawn it-tip ta' sentenzi li forsi bħalissa ma tantx huma popolari taħt il-prattika tagħna.", "Ir-raba' punt li xtaqt insemmi għandu x'jaqsam mal-ħlas ta' spejjeż.", "Hawnhekk qed jiħi propost li l-qorti tkun tista' tikkundanna persuna li tinstab ħatja anke sabiex tħallas l-ispejjeż li jkunu relatati mal-proċess sħiħ ta' dik il-kawża.", "Din hija xi ħaġa importanti għaliex nafu li meta jinħatru diversi esperti l-ispejjeż jitilgħu.", "F'kawżi ċivili din hija xi ħaġa normali imma fil-proċeduri kriminali ma tantx issir, ħlief għal karigi ta' ċerti esperti.", "Għalhekk hawnhekk qed immorru oltre u naħseb li se jsir avviż legali li jistabilixxi l-ispejjeż li għandhom jitħallsu.", "Sur President, proposta oħra interessanti, imma forsi hija xi daqsxejn dibattibbli hija l-emenda ta' l-artiklu 546 tal-kodiċi fejn jingħad hekk:-", "\"Minnufih wara l-artiklu 546 (4) tal-Kodiċi għandu jiżdied dan is- subartikolu ġdid li ġej:", "(4A) Meta r-rapport, id-denunzja jew il-kwarela isiru lil Maġistrat taħt dan l-artikolu minn xi persuna li ma tkunx l-Avukat Ġenerali jew uffiċjal tal-pulizija, il-Maġistrat għandu jagħmel l-aċċess biss wara li huwa jkun kiseb l-awtorizzazzjoni tal-Prim Imħallef li jagħti l- awtorizzazzjoni tal-Prim Imħallef li jagħti l-awtorizzazzjoni tiegħu wara li jkun stabbilixxa li l-prerekwiżiti meħtieġa biex isir dak l- aċċess ikunu jeżistu.\".", "Ikolli nistqarr li għandi r-riservi tiegħi dwar din l-emenda.", "Għaliex?", "Għax hawnhekk minflok m'hu qed inħallu f'idejn il-maġistrat li jkun ta' l-għassa sabiex jeżerċita l-funzjoni tiegħu, qegħdin inħalluha f'idejn il-prim imħallef - ikun min ikun - sabiex jawtorizza lill-maġistrat jekk jipproċedix fuq dak ir-rapport jew le.", "Allura x'jiġri jekk il-prim imħallef ma jagħtix dik l-awtorizzazzjoni?", "Hemm dritt ta' rikors jew le?", "Tista' tappella minn dik id-deċiżjoni tal-prim imħallef, li ma jkunx ta l- awtorizzazzjoni, jew le?", "Fl-opinjoni tiegħi hawnhekk qisna qegħdin nagħmlu proċess fi proċess u allura forsi qegħdin nikkumplikaw il-ħajja bla bżonn.", "Alternattiva tista' tkun li jekk ir-rapport ma jkunx sar mill-avukat ġenerali jew mill-uffiċjal tal-pulizija, ir-rapport imur għand il- maġistrat, li mhux neċessarjament ikun ta' l-għassa, kif isir meta xi ħadd jitressaq u wara li jitressaq tmur quddiem maġistrat by ballot.", "Alternattivament jista' jkun li l-prim imħallef ikun hu stess li jalloka dik l-inkjesta lill-maġistrat, pero' mhux li l-prim imħallef għandu jara jekk il-prerekwiżiti jeżistux jew le.", "Sur President, ħaġ'oħra li tqajjem daqsxejn ta' dibattitu hija l-emenda għall-artiklu 550 tal-kodiċi kriminali.", "Dan għaliex qisu li l-intenzjoni ta' din l-emenda hija dik li meta persuna tkun xehdet f'inkjesta u x-xhieda ta' dik il-persuna tiġi miġbura fil-proces-verbal, u l-proces-verbal jiġi ppreżentat fil-qorti, f'dak il-każ dik il-persuna m'hemmx aktar bżonn li tittella` sabiex tixhed, sakemm jew il-pulizija stess jidhrilhom li hemm il-bżonn li din il-persuna tagħti x-xhieda tagħha fuq xi materja speċifika, jew għax jidhirlu li hekk hemm l-avukat ġenerali.", "Pero' jekk la l-pulizija u lanqas l-avukat ġenerali ma jħossu l-bżonn li jtellgħu lil dik il-persuna li tkun xehdet fl-inkjesta, il-persuna mixlija tkun tista' wkoll iġġib lil kull minn trid minn dawk il-persuni bil-għan li jsirilha l-kontro-eżami.", "Dan ifisser li l-akkużat qiegħed daqsxejn żvantaġġat għaliex la hu u lanqas il-maġistrat m'hu se jkunu semgħu lix-xhud viva voce.", "Jien jidhirli li dan huwa ta' żvantaġġ għaliex l-imġiba ta' xhud, il-mod ta' kif jirreaġixxi u l- mod ta' kif iwieġeb għall-mistoqsijiet huma importanti ħafna kemm għall- maġistrat biex jiddeċiedi jekk għandux jemmnu jew le u anke għall-avukat biex jiddeċiedi jekk għandux jagħmel eżami jew le lil dak ix-xhud.", "Għaldaqstant fl-opinjoni tiegħi jekk il-persuna mixlija jidhrilha li tixtieq li persuna tixhed viva voce, dan id-dritt m'għandux jiġi negat.", "Allura jekk il-persuna mixlija tixtieq tagħmel il-kontro-eżami ta' persuna li tkun xehdet fl-inkjesta, dik il-persuna għandha terġa' tixhed mill-ġdid, bl-eżami, imbagħad wara l-eżami jsir il-kontro-eżami ta' dak ix-xhud.", "Emenda oħra daqsxejn kontroversjali hija dik dwar il-liberta` provviżorja.", "Qed nirreferi għall-klawsola 11 ta' dan l-abbozz li għandna quddiemna, liema klawsola tgħid hekk:-", "\"11.", "Minnufih wara l-artikolu 575 tal-Kodiċi għandu jiżdied dan l- artikolu ġdid li ġej: \"575A.", "(1) Minkejja kull dispożizzjoni oħra ta' dan it-Titolu, meta persuna li tkun qiegħda tagħmel rikors għal ħelsien mill-arrest taħt dan it-Titolu:", "a) tiġi akkużata b'reat skedat; u b) fi żmien għaxar snin minnufih qabel id-data ta' l-għemil tar-reat li bih tiġi akkużata, jintwera għas-sodisfazzjon tal-Qorti li hija nstabet ħatja ta' reat skedat,...\".", "Mela hawnhekk essenzjalment insibu tliet rekwiżiti.", "Mela persuna tiġi akkużata b'reat skedat u jkunu għaddew mhux aktar minn għaxar snin minn meta dik il-persuna tkun instabet ħatja ta' reat skedat.", "Mela jekk ir-reat li bih il-persuna tiġi akkużata m'huwiex reat skedat, din id-dispożizzjoni ma tapplikax.", "Jekk il-persuna tkun ġiet akkużata b'reat skedat u preċedentement tkun ikkommettiet reat skedat ieħor iżda jkunu għaddew aktar minn għaxar snin, din id-dispożizzjoni ma tapplikax.", "U jekk il-persuna tkun ikkommettiet reat li mhux skedat u f'inqas minn għaxar snin terġa' tiġi akkużata b'reat skedat, din id-dispożizzjoni ma tapplikax ukoll.", "Minkejja dan kollu xorta waħda għandi r-riżervi tiegħi dwar din id- dispożizzjoni għax din tkompli tgħid li -", "\"dik il-persuna ma tistax, qabel ma jiskadu tliet xhur minn meta titressaq quddiem il-qorti, tiġi meħlusa mill-arrest taħt garanzija ħlief fiċ-ċirkostanzi li hemm provdut dwarhom fis-subartiklu (2).\".", "Imma s-subartiklu (2) xi jgħid?", "Dan jgħid hekk:-", "\"(2) Matul il-perjodu ta' tliet xhur imsemmi fis-subartiklu (1), l- akkużat ikun jista' jiġi meħlus mill-arrest taħt garanzija wara li jagħmel rikors quddiem il-Qorti Kriminali li għandha biss tilqa' r- rikors jekk tkun sodisfatta li jkun hemm raġunijiet gravi u eċċezzjonali li jkunu jiggarantixxu l-ħelsien ta' persuna.\".", "Jien ma nixtieqx niftiehem ħażin.", "Jiena nista' nifhem il-preokupazzjoni tal- leġislatur responsabbli ta' dan l-abbozz ta' liġi, li hu responsabbli wkoll għall-home affairs.", "Anke l-pubbliku jippreokkuppa ruħu meta jara kif il- bails jingħataw b'daqshekk faċilita` - almenu hekk jidher f'għajnejn il- pubbliku.", "Pero' qatt m'għandna ninsew li hemm ċerti prinċipji kardinali u aħna nemmnu prinċipju mħaddan fil-kostituzzjoni tagħna li huwa l- preżunzjoni ta' l-innoċenza qabel ma' dak li jkun jinstab ħati.", "Dan l- aħħar fl-Istati Uniti, wara l-attakki traġiċi tal-11 ta' Settembru, għamlu l-famuża patriotic act u fiha ħadu diversi miżuri sabiex jassiguraw li dawn it-tip ta' affarijiet ma jerġgħux, jekk hu possibbli, jirrepetu ruħhom.", "Sur President, dan il-famuż patriotic act qajjem dibattitu sħiħ - u għadu għaddej sal-lum dan id-dibattitu - dwar jekk marx oltre fil-protezzjoni ta' l-individwu, fis-sens li sabiex tipproteġi lill-individwu, min-naħa l-oħra tkun qiegħed tinfrinġi ċerti libertajiet ta' nies oħra.", "Fil-fatt hemm ktieb interessanti miktub minn professur ta' universita' Amerikana intitolat \"How Patriotic is the Patriotic Act?\".", "Il-problema f'din il-proposta hija li hawnhekk qed tagħmel il-liberta` provviżorja iktar milli dritt f'eċċezzjoni għaliex hawnhekk qed jingħad li l-qorti kriminali tista tilqa` rikors biss jekk ikun hemm raġunijiet gravi u eċċezzjonali biex din il-liberta` provviżorja tingħata.", "Mela f'daqqa waħda qiegħda ssir l-eċċezzjoni u mhux bħala dritt.", "Pero' l-aktar ħaġa li tinkwetani hija li mhux il-qorti tal-maġistrati stess, li tkun qed tisma' l-każ għandha d-dritt li tiddeċiedi jekk l- akkużat għandux jingħata l-liberta' provviżorja jew le, imma se tkun il- qorti kriminali li tiddeċiedi dan.", "Issa biex inneħħu ċerti pre-conceptions, il-qorti tal-maġistrati għandha diskrezzjoni kbira sabiex tiddeċiedi jekk għandhiex tagħti liberta' provviżorja jew le.", "U ħafna drabi, meta l-qorti tara li l-persuna akkużata hija repeat offender, ħafna drabi teżerċita din id-diskrezzjoni biex ma tagħtix il-liberta` provviżorja.", "Jekk il-qorti tara li għad hemm xhieda li għadhom ma nstemgħux u li jridu jinstemgħu għaliex huma xhieda sensittivi, il-qorti ma tagħtix liberta` provviżorja.", "Jiġifieri hemm ħafna każijiet, li forsi mhux dejjem jattiraw l-għajnejn ta' min ikun qiegħed jaqra l- gazzetti, fejn il-qrati ma jagħtux liberta` provviżorja.", "Jiena wisq nibża` li l-effett li qed inneħħu d-diskrezzjoni minn idejn il-qorti tal- maġistrati, meta l-persuna tiġi akkużata, jista` jmur kontra ċerti deċiżjonijiet li ngħataw mill-qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem.", "Hawnhekk nixtieq nagħmel riferenza għas-sentenza ta' Ben Ali kontra Malta li kienet ingħatat fid-29 ta' Ġunju, 2000.", "F'din is-sentenza l-qorti kienet qalet li persuna li titressaq għandu jkollha d-dritt awtomatiku li l- qorti quddiem min hi tiġi akkużata tirrevedi l-legalita' ta' l-arrest tagħha, u jekk ma jkunx hemm dan id-dritt awtomatiku ta' review ta' l- arrest tagħha mill-qorti quddiem min hi tiġi akkużata, dan imur kontra l- artiklu 5 (3) tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem.", "Allura wieħed jista' jargumenta li ladarba l-qorti tal-maġistrati m'għandhiex aktar il-possibilita` li hi stess tiddeċiedi dwar jekk għandhiex tillibera mill-arrest jew le l-persuna li tkun akkużata, dan ikun qed imur kontra l- prinċipji mħaddnin mill-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, bħal fil- każ ta' Ben Ali kontra Malta.", "Jien m'għandix dubju li din ma kenitx l-intenzjoni tal-leġislatur.", "L- intenzjoni tal-leġislatur hija preċiżament biex f'każijiet fejn bniedem wera ruħu bħala repeat offender f'ċerti reati gravi, ovvajemnt dan ma jingħatax il-liberta` provviżorja b'mod faċli.", "Madankollu jiena naħseb li nistgħu nilħqu l-istess skop billi forsi nagħmlu xi forma ta' guidelines.", "L- Ingilterra ghandhom dawk li jsejħulhom sentencing guidelines, li l-qrati jeżerċitaw meta jiġu biex jużaw id-diskrezzjoni tagħhom ħalli jikkundannaw persuna wara li din tinstab ħatja.", "Naħseb li nistgħu nagħmlu dawn il- policy guidelines li jsiru mill-istess maġistratura sabiex huma jikkonsultaw magħhom meta ssir talba għall-ħelsien mill-arrest quddiemhom.", "U bla dubju ta' xejn, waħda mill-konsiderazzjonijiet li għandhom iżommu quddiem għajnejhom il-maġistrati meta jiġu biex jiddeċiedu dwar jekk għandhomx jagħtu jew le l-liberta` provviżorja hija proprju dan il-fatt, jiġifieri jekk bniedem kienx diġa' akkużat qabel b'reat simili jew le.", "Punt ieħor li nixtieq nagħmel riferenza għalih, u li diġa' ssemma`, huwa l- emenda għall-artiklu 639 tal-kodiċi li jitratta l-kwestjoni tal-bżonn ta' korroborazzjoni jew le tax-xhieda ta' kompliċi.", "Ġeneralment ir-regola prinċipali li nsibu fl-artiklu 638 hija li x-xhieda tax-xhud biss, jekk emmnut minn min għandu jiġġudika fuq il-fatt, hija biżżejjed sabiex tkun ta' prova sħiħa u kompluta minn kollox, daqs kemm kieku l-fatt ġie pprovat minn żewġ xhieda jew aktar.", "Din hija r-regola ġenerali.", "Jiġifieri xhud wieħed biss, anke jekk mhux ikkorroborat, huwa biżżejjed sabiex persuna tinstab ħatja.", "Pero` l-liġi tagħna dejjem ħasset il-bżonn - u dan għal snin twal - li f'ċerti reati u f'ċerti ċirkostanzi x-xhieda ta' xhud wieħed biss ma tkunx biżżejjed.", "Fil-fatt jekk naraw l-artiklu 639 (1) insibu li dan jgħid li f'każijiet ta' kalunja, sperġur u ġurament falz jeħtieġ li x-xhieda tiġi kkorroborata, jiġifieri xhud wieħed waħdu m'huwiex biżżejjed.", "L-istess ħaġa tingħad fl-artiklu 639 (2) fil-każ ta' reati kontra s-sigurta` tal-gvern.", "Imbagħad insibu l-artikolu 639 (3) tal-kodiċi - u dan huwa l-aktar artiklu interessanti għaliex huwa milqut mill-emenda proposta - li jgħid li meta x- xhud waħdani kontra l-akkużat f'xi proċediment għal xi reat ikun il- kompliċi, u x-xhieda tiegħu ma tkunx biżżejjed korroborata f'ċirkostanzi oħra, ix-xhieda ta' dan ix-xhud waħdu ma tkunx biżżejjed sabiex l-akkużat jinstab ħati.", "Jiġifieri fil-każ fejn ix-xhud kontra l-akkużat kien l- istess kompliċi fir-reat ta' l-akkużat, ix-xhieda ta' dak il-kompliċi m'hijiex biżżejjed jekk din ma tkunx ikkorroborata.", "Issa hawnhekk x'qed jiġi propost?", "Qiegħed jiġi propost li dan il-bżonn ta' korroborazzjoni ta' xhieda ta' kompliċi nneħħuha kompletament u qegħdin ngħidu li –", "\"Meta l-uniku xhud kontra l-akkużat dwar xi reat fi proċess li jinstama` quddiem il-ġurati tkun persuna kompliċi, ikun fid- diskrezzjoni tal-Qorti, wara li tqis il-karattru u l-atteġġjament tax- xhud, ix-xorta tar-reat u ċ-ċirkostanzi tiegħu u kull motiv mhux xieraq li x-xhud jista' jkollu u li jista' jwasslu biex ma jgħidx is- sewwa, jekk għandhiex tordna lill-ġurati li jiżnu x-xhieda li dak ix- xhud jagħti b'kawtela qabel ma jserrħu fuqha u jaslu biex isibu ħati lill-akkużat.\".", "Naħseb li t-test Ingliż huwa aktar ċar.", "Dan jgħid hekk:-", "\"Where the only witness against the accused for any offence in any trial by jury is an accomplice, it shall be in the discretion of the Court, after taking into account the character and demeanour of the witness, the nature of the offence and its circumstances and any improper motive which the witness might have which could induce him not to tell the truth, to give a direction to the jury to approach the evidence of the witness with caution before relying on it in order to convict the accused.\".", "Sur President, jekk naraw kif żviluppat il-liġi fl-Ingilterra nsibu li hemmhekk oriġinarjament żviluppat bħala prattika aktar milli bħala liġi, u kien hemm l-idea li l-imħallef huwa obbligat li jagħti warning lill-ġurati li huwa perikoluż li ssib persuna ħatja fuq xhieda ta' kompliċi jekk dik ix- xhieda ma tkunx ikkorroborata.", "Allura wieħed jistaqsi: Għaliex din il- biża` tax-xhieda ta' kompliċi?", "Għaliex hemm bżonn li din ix-xhieda tkun ikkorroborata b'xi prova oħra?", "Ir-raġuni hi - u nikkwota lil Glanville Williams li huwa awtorita' fuq id-dritt kriminali - li x-xhieda ta' kompliċi remains suspect evidence because of the tainted source from which it comes.", "Għaliex?", "Għaliex xi drabi kompliċi, biex ifarfar ir- responsabilita` tiegħu, jista' jkollu kull interess li jitfa' dik ir- responsabilita` fuq ħaddieħor jew fuq sieħbu.", "U din hija r-raġuni għalfejn il-leġislaturi tal-kodiċi kriminali tagħna kien dehrilhom li huwa perikoluż iż-żejjed li wieħed jistrieħ fuq ix-xhieda ta' kompliċi u hemm bżonn din il- korroborazzjoni.", "Din hija r-raġuni wkoll għalfejn l-imħallfin Ingliżi, mingħajr il-bżonn tal-liġi tal-Parlament Ingliż adottaw il-prattika huma stess - li mbagħad rabbiet il-forza ta' liġi - li għandhom jagħtu twissija lill-ġurati li huwa perikoluż biex ssib persuna ħatja fuq xhieda ta' kompliċi.", "Is-sistema Ingliża ma kenitx daqshekk tassattiva daqs il-liġi tagħna, għaliex wara li l-imħallef ikun ta l-warning lill-ġurati, dawn ta' l-aħħar xorta waħda jistgħu jemmnu xhud li jkun kompliċi.", "U jekk isibu lill- akkużat ħati fuq xhieda ta' kompliċi, anke jekk mhux ikkorroborata, dik is- sentenza tibqa' tgħodd.", "Taħt is-sistema Ingliża s-sentenza kienet taqa' biss jekk l-imħallef ma jkunx ta l-warning lill-ġurati sabiex joqogħdu attenti.", "Illum is-sistema Ingliża żviluppat f'sens li lanqas għadu aktar tassattiv li jagħtu l-warning.", "U forsi l-leġislatur tagħna ġie ispirat minn dan l-iżvilupp, għax qed jgħid: Isma, f'pajjiżi oħrajn m'huwiex iktar meħtieġ li x-xhieda ta' kompliċi tiġi kkorroborata.", "Allura jekk m'huwiex f'pajjiżi oħra għaliex qegħdin inxekklu l-prosekuzzjoni b'din ir-regola?", "Pero` inti ma tistax tħares bilfors lejn sistemi legali jew dispożizzjonijiet ta' sistemi legali in vacuum.", "Għaliex?", "Għax veru li s- sistema Ingliża żviluppat b'mod li llum m'hemmx aktar bżonn ta' l-obbligu ta' din it-twissija min-naħa ta' l-imħallef lill-ġurati, imma mbagħad hemm checks and balances oħrajn li ma nsibuhomx fil-liġijiet tagħna.", "Per eżempju, taħt is-sistema Ingliża l-avukat għandu dritt li jkun preżenti anke meta qed tiġi interrogata l-persuna suspettata.", "Taħt is-sistema Ingliża, kif qal tajjeb il-kollega tiegħi l-Onor.", "Azzopardi, hemm id-duty of disclosure.", "Jiġifieri fil-bidu nett tal- proċeduri l-prosekuzzjoni hija obbligata li tagħti kopja tax-xhieda kollha tagħha lill-parti l-oħra u tgħidlu bil-provi kollha li rriżultawlha waqt l- investigazzjoni.", "Dawn l-affarijiet ma nsibuhomx taħt il-liġi tagħna, u allura wieħed ma jistax jaqbad u jieħu biċċa minn hawn u ma jieħux biċċa min-naħa oħra.", "Inti jew se tieħu kollox jew ma tieħu xejn.", "Allura hawnhekk forsi seta' ġie mfiehem lilna għaliex hemm il-bżonn li nneħħu din ir-regola, li fl-aħħar mill-aħħar kif jgħidu l-Ingliżi it has withstood the test of time.", "Issa forsi huwa minnu li jista' jkollok xi sentenza li wieħed jista' jikkritikaha, imma anke fil-ġurijiet ikollok sentenzi li taqbel magħhom u oħrajn li assolutament ma taqbilx magħhom.", "Pero' dan ma jfissirx li se tbiddel u tneħħi s-sistema tal-ġurija.", "Anke fil-kawżi ċivili, hemm sentenzi li taqbel ma' l-imaħllef u hemm oħrajn li assolutament ma taqbilx.", "Allura dan ifisser li se nbiddlu s-sistema?", "Dażgur li le, għaliex fl-aħħar mill-aħħar il-perfezzjoni qatt ma tista' issibha.", "Allura rridu noqogħdu attenti u naraw għalfejn qed inħossu l-bżonn li rridu nbiddlu din id-dispożizzjoni ta' liġi li dejjem servit tajjeb il- ġustizzja Maltija.", "Jekk qegħdin verament inħossu l-bżonn li nbiddlu din ir- regola, jiena naħseb li dan għandu jsir b'mod iktar kawt.", "U kif jista' jsir dan?", "Aħna, f'dan il-pajjiż kultant immorru minn estrem għall-ieħor.", "Filli qegħdin ngħidu li xhieda ta' kompliċi ma tgħoddx jekk ma tkunx korroborata, issa qed ngħidu li m'hemmx bżonn aktar korroborazzjoni, pero` m'aħniex nagħmlu obbligu fuq il-qorti li almenu twissi lill-ġurati dwar il-periklu li tistrieħ fuq xhieda ta' kompliċi mhux korroborata.", "Allura li tkun fid- diskrezzjoni tal-qorti, fil-fehma tiegħi m'għandux ikun.", "Għandu jkun dmir legali tal-qorti li tagħti twissija.", "It-tieni nett, jekk se jkun dmir tal-qorti u mhux aktar diskrezzjoni, il- kliem \"wara li tqis il-karattru u l-atteġġjament tax-xhud, ix-xorta tar- reat u ċ-ċirkostanzi tiegħu u kull motiv mhux xieraq li x-xhud jista' jkollu u li jista' jwasslu biex ma jgħidx is-sewwa, jekk għandhiex tordna lill-ġurati li jiżnu x-xhieda li dak ix-xhud jagħti b'kawtela qabel ma jserrħu fuqha u jaslu biex isibu ħati lill-akkużat\" jista' jiġi mħassar.", "Għaliex?", "Għax dak huwa relatat ma' l-eżerċizzju tad-diskrezzjoni tal-qorti, li wkoll huwa perikoluż minħabba li se tirrikjedi lill-qorti tagħmel eżerċizzju ta' apprezzament ta' fatt meta f'każi ta' ġurijiet l-imħallef qatt m'għandu jagħmel apprezzament ta' fatt, għax dak huwa kompitu tal- ġurija.", "(Interruzzjonijiet) Kollox sew.", "Imma jekk il-warning se jkun dmir, u lkoll naqblu li għandu jkun dmir, l-affarijiet ta' wara m'għandhomx jgħoddu.", "U kif għandu jkun warning?", "Hawnhekk il-warning huwa daqsxejn dgħajjef għaliex imbilli tordna lill- ġurati biex jiżnu lix-xhieda ma jfisser xejn.", "Naħseb li l-warning għandu jkun kif kien fl-Ingilterra fl-antik fejn tgħidilhom li huwa perikoluż li ssib persuna ħatja fuq xhieda ta' kompliċi mingħajr korroborazzjoni.", "Jekk imbagħad il-ġurati, li huwa d-dmir tagħhom li japprezzaw il-fatti, jidhrilhom li dak ix-xhud, allavolja kien kompliċi, deher kredibbli u ma jħossux il-bżonn ta' korroborazzjoni, dak huwa l-kompitu tagħhom.", "L- imħallef ikun għamel xogħlu", "billi ta l-warning, spjegalhom kemm huwa perikoluż, pero` jekk il-ġurati dehrilhom li x-xhud kien kredibbli allura wieħed irid jistrieħ fuq id- deċiżjoni tal-ġurati.", "Naħseb li din il-proposta jekk għandha tintlaqa`, għandha tiġi mibdula radikalment.", "Il-warning ma jibqax fid-diskrezzjoni tal- qorti, imma għandu jkun obbligu u l-mod tal-warning li jingħata għandu jkun totalment differenti u ħafna iktar espliċitu.", "Sur President, jiena nagħlaq id-diskors tiegħi billi nagħmel l-aħħar riferenza għall-emenda dwar ix-sharing.", "Naħseb li kien wasal iż-żmien li nilleġislaw b'mod li x-sharing ikun ikkonsidrat li ma jġibx miegħu piena tassattiva ta' ħabs u rrid nfaħħar wkoll l-proposta li tneħħi l-piena ta' ħabs f'każi ta' reati taħt l-att dwar l-istampa.", "Dr Joe Micallef Stafrace fl-artiklu tiegħu fil-ġurnal \"it-Torċa\" tal-bieraħ faħħar lil dan il- ministeru talli beda jipproteġi lill-ġurnalisti billi anke neħħa l-obbligu li jiżvelaw is-sors tagħhom fil-qrati.", "Fl-opinjoni tiegħi din hija xi ħaġa ta' min ifaħħarha u jalla li fil-futur naraw il-Freedom of Information Act quddiem dan il-parlament.", "Nirringrazzjak.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Adrian Vassallo.", "ONOR.", "ADRIAN VASSALLO: Sur President, jien m'iniex ġej mill-qasam legali u għalhekk ma nistax noqgħod nidħol fid-dettalji li daħlu fihom sħabi.", "Jien se nitkellem biss bħala layman u nsemmi dak li naħseb li jridu n-nies li huma vittmi ta' reati, li kulma jmur aktar qegħdin jiżdiedu.", "Jiena naħseb li l-vittma u n-nies tat-triq iridu li l-ewwel u qabel kollox il-ġustizzja ssir verament, kemm ma' min hu ħati kif ukoll mal-vittmi.", "Jixtiequ jaraw ukoll li l-ġustizzja fil-verita' tkun tidher li qed issir.", "Sfortunatament naħseb li dik hija l-akbar problema li għandna llum għax ħafna drabi meta tiftaħ il-gazzetti lokali ma tantx tieħu impressjoni tajba fuq il-qrati tagħna u tibda tikkonkludi li l-ġustizzja mhux qed issir kif jixtiequha n- nies.", "Issa dan jista' jkun tort tal-mod li bih jiġu rrapportati l- każijiet, pero' ħafna mis-sentenzi li qegħdin naraw illum żgur li qed jixxukkjaw lil diversi persuni.", "Kif għedt fil-bidu tad-diskors tiegħi, jien m'iniex se noqgħod nidħol fid- dettall ta' l-abbozz imma aktar se nitkellem b'mod ġenerali.", "Fl-opinjoni tiegħi kienet interessanti l-intervista li ta l-Ministru Tonio Borg u li dehret fil-ġurnal \"The Times\" fejn qal hekk:-", "\"Is it right for someone to be charged of a hold-up sentenced to prison is released, and then granted bail after an alleged second offence during which time he proceeds to carry out another hold-up?", "I don't intend interfering with the courts or urging them to stop granting bail but we need to protect the credibility of the justice system where serious cases are concerned.\".", "Meta madwar erba` snin ilu konna qegħdin nitkellmu fuq il-probation act, naħseb li jien kont l-uniku wieħed li kont għedt li jekk f'każi serji nagħtu l-probation, allura nistgħu nagħlqu l-bibien tal-ħabs għaliex dan ikun qiegħed hemm għal xejn.", "Fil-fatt kont tajt elenku sħiħ ta' x'inhuma, fl-opinjoni tiegħi, dawk ir-reati serji.", "Per eżempju, kont tkellimt fuq pedufilja, rape, hold-ups, reati li fihom tintuża l-vjolenza u reati li fihom jintużaw l-armi.", "Illum jekk mhux se noqogħdu attenti, b'din l-emenda li għandna, aktar se jispiċċaw nies il-ħabs qabel ma tinqata' l-kawża tagħhom...", "(Interruzzjonijiet) Le, le, jiena nissapportjaha din, dażgur li nissapportjaha.", "Jiena kemm-il darba kkritikajt lil dan il-gvern għaliex kien qiegħed ikun artab wisq mal-kriminali.", "Fl-opinjoni tiegħi, il-poplu jixtieq jara gvern, ikun min ikun, li jkun aktar iebes mal-kriminali.", "Meta jiena kont għedt li m'għandniex nagħtu suspended sentences u probations għal min iwettaq dawn it-tip ta' reati kien hawn min daħak bija.", "Issa proprju fil-ġurnal \"The Sunday Times\" deher artiklu dwar persuni li kkommettew reati bħal dawk li qed insemmi jiena.", "X'weħlu dawn.", "Kien hemm wieħed li fuq sexual haressment and corruption of minors ingħata probation u tliet xhur ħabs sospiżi għal sentejn.", "Imbagħad kien hemm tliet persuni oħra li fuq corruption of minors weħlu erbat ijiem ħabs, li minnhom ovvjament trid taqtagħlhom terz mis-sentenza minħabba li taparsi qagħdu bil- għaqal.", "Każ ieħor ta' persuna oħra li weħel two years imprisonment suspended for four years on corruption of two minors.", "Ieħor weħel one year imprisonment suspended for one year on corruption of a 13 year old.", "F'każ ieħor, on violent and indecent assault, persuna oħra ngħatat sitt xhur probation.", "Imbagħad kien hemm żewġ każi oħra ta' corruption of minors fejn fihom wieħed ingħata tliet snin probation u l-ieħor two years imprisonment suspended for four years.", "Issa dawn huma reati serjissimu, ma naħsibx li nistgħu nitkellmu fuq xi ħaġa aktar serja minn hekk.", "Sur President, illum għandna wkoll ruxxmata tfajliet li għadhom taħt is- sittax-il sena li qegħdin joħorġu pregnant ta' kuljum u ħadd ma jitla' l- qorti fuq korruzzjoni ta' minuri.", "Jekk ikollok tifla ta' dik l-eta' li toħroġlok tqila, x'corruption tista' tkun agħar minn hekk?!", "F'dan il-każ għandek il-provi u m'għandek għalfejn tipprova xejn.", "Madankollu fuq dawn l- affarijiet ħadd ma jitla' il-qorti.", "Dan l-aħħar kellna wkoll xi każijiet oħra li kienu serji.", "M'ilux raġel ipprova jsuq bil-karozza fuq il-mara u t- tifel tiegħu bl-intenzjoni li jweġġagħhom u ngħata suspended sentence.", "Kellna ieħor li attakka lill-missieru, u l-istess weħel sentenza sospiża.", "Mela kulħadd jingħata probation u l-ħin kollu l-probation officers iċemplu lit-tobba għaliex qisu li aħna t-tobba biss nafu xi problemi għandhom dawn in-nies.", "Jien issa ħadtha drawwa u kull darba li jċempluli ma nagħtihom l- ebda informazzjoni għaliex ma jistax ikun li kollha joqogħdu jċempluli fuq dak u fuq l-ieħor biex jaraw x'tip ta' trobbija għandu dak u x'tip ta' trobbija għandu l-ieħor.", "Wara kollox xorta waħda jispiċċa joħroġ fuq sentenza sospiża jew inkella fuq probation.", "Issa jien nixtieq inkun naf x'inhi a serious crime.", "ONOR.", "TONIO BORG: Għandek il-lista.", "ONOR.", "ADRIAN VASSALLO: Fejn qiegħda l-lista?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru, bil-permess ta' l-Onor.", "Vassallo.", "ONOR.", "TONIO BORG: Jiena għamilt lista tax-scheduled offences li qiegħda fl- aħħar tal-liġi.", "Din tinstab fi skeda D u fiha hemm elenkat x'inhuma dawn is- serious offences.", "F'din il-lista nsibu:- kull delitt li dwaru hemm piena ta' żmien massimu ta' priġunerija ta' disa' snin jew aktar, reati tal- pedufilja, defilement of minors, grevious bodily harm, burglaries u attakki fuq l-anzjani.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Adrian Vassallo.", "ONOR.", "ADRIAN VASSALLO: Sur President, fuq din ngħidlu prosit lill- ministru, imma issa rrid nistaqsih xi ħaġa oħra.", "X'inhuwa a repeated offender?", "Dan huwa bniedem li jkun wettaq reat darba jew darbtejn?", "Il- Viċi Prim Ministru qed jgħidli dak li jkun wettaq reat darba biss.", "Dan qiegħed nistaqsih għaliex illum qiegħed ikollna ħafna nies li jkunu ħadu probation ma nafx kemm-il darba.", "U naħseb li f'Malta qegħdin naqbżu r- rekord, almenu hekk jidher minn dak li qrajt fil-gazzetti.", "Proprju fuq il- gazzetta qrajt li persuna ngħatat 56 probation qabel ma nbagħtet l-ewwel darba l-ħabs.", "Jiġifieri din il-persuna kull darba li titla' quddiem il- maġistrat - min jaf kemm wettqet reati u qatt ma nqabdet - dejjem tingħata probation.", "Imbagħad fl-aħħar xi ħadd stembaħ u nduna li ma jistax ikun li jibqgħu jagħtuh il-probations.", "(Interruzzjonijiet)", "Issa jien naqbel ma' dak li qed isir għaliex naħseb li hija xi ħaġa tajba.", "Fl-opinjoni tiegħi min qiegħed jismagħna qiegħed ukoll jieħu pjaċir, pero' hawn għandna problema oħra.", "Jekk mhux se jkollna a serious sentencing policy xorta waħda m'hu se nagħmlu xejn.", "Bħalissa titla` quddiem maġistrat jagħtik probation, titla' quddiem l-ieħor jagħtik sentenza sospiża għal sena u dejjem sejrin hekk.", "U hawnhekk qed nitkellmu fuq reati li huma simili ħafna ta' xulxin.", "Għandna avukati tajbin u li jafu minn fejn iridu jgħaddu.", "Tant hu hekk illi li kieku kienu test drivers lanqas Schumacher ma jibda magħhom għaliex dawn l-avukati jgħaddu minn kull angolu u jsibu t- toqob kollha.", "Issa jien m'hu qed ngħid xejn kontra l-avukati.", "Wara kollox lili mhux il-kriminal jinteressani imma l-vittma.", "Sur President, hawnhekk qed nibża' li xorta waħda se nfallu.", "Ħalli ngħid għalfejn.", "Jekk issa se nibdew nibagħtu l-ħabs lil min huwa a repeated offender qabel jinstema` l-każ tiegħu se jiġri, kif tgħid il-liġi, li dan ikun jista' japplika għal bail, jitla' l-qorti u jispiċċa jieħu suspended sentence jew probation.", "Mela jmur il-ħabs għal tliet xhur qabel is- sentenza u mbagħad wara li tinqata` s-sentenza ma jeħilx piena ta' ħabs.", "Li qed ngħid jien huwa li jekk inti għandek a serious crime ma naħsibx li jagħmel sens li titfgħu ġewwa qabel ma jinstema` l-każ tiegħu biex imbagħad wara tliet xhur ikun jista` jieħu l-bail.", "Jekk se nagħmlu hekk il-ħabs se jimtela b'nies li jkunu fuq bail.", "(Interruzzjonijiet) Allura tibagħtu qabel?", "(Interruzzjonijiet) Għalhekk qed ngħidlek", "hekk.", "Dak hu l-argument tiegħi.", "Jiena jidhirli li l-aktar ħaġa importanti huwa - kif wara kollox jixtieq il- poplu wkoll - li jkollna a serious sentencing policy għaliex ma jistax ikun li l-poplu jibqa' jara dawn it-tip ta' sentenzi.", "(Interruzzjonijiet) Personalment ma nistax nifhem kif għal reati serjissimi bħalma huma l- pedufilja, il-hold-ups, ir-reati vjolenti u l-attakki fuq l-anzjani, speċjalment fejn għandna repeated offenders, qegħdin nispiċċaw nagħtuhom probation jew suspended sentences, pero` qabel iridu jgħamlu tliet xhur il- ħabs.", "Għalija dan ma jagħmilx sens.", "Ħa ngħiduha kif inhi, għalija tista' tħallih anke sena l-ħabs għaliex dawn l-affarijiet ma jinteressawni xejn.", "Fl-opinjoni tiegħi min hu ħażin ma jirranġa qatt għax l-istatistika hekk turi, pero' jien inħoss li għandu jkollna a serious sentencing policy ġo dan il-pajjiż.", "Sur President, ma jistax ikun li kuljum tiftaħ il-gazzetta u ġġib għajnejk wara widnejk.", "Dan mhux il-Maltin biss qed jgħiduh imma anke l-barranin.", "Hemm min saħansitra qiegħed jikteb anke mill-Amerika, u we are becoming the laughing stock tad-dinja minħabba l-mod ta' kif jingħataw is-sentenzi.", "Jiddispjaċini ngħid dan il-kliem kontra pajjiżi stess u kontra ċerta sezzjoni tal-ġudikatura.", "Jekk verament irridu li ssir il-ġustizzja, irridu nattwaw dak li hawn f'din il-liġi għax nerġa' ngħid li dawn huma tajbin u naqbel ma' ħafna minnhom, pero' ejjew nagħmlu xi ħaġa serja fuq il-mod kif jingħataw is-sentenzi, u mhux titla` quddiem maġistrat tingħata ċerta sentenza u persuna oħra li titla` fuq l-istess reat tingħata sentenza differenti.", "Il-liġi għandha tkun l-istess u ugwali għal kulħadd u għalhekk nemmen li għandu jkollna a serious sentencing policy.", "Jekk l-affarijiet jibqgħu sejrin kif inhuma se nsiru the laughing stock tad-dinja.", "Diġa` sirna hekk ma' ħafna Maltin għax illum ftit huma dawk il-Maltin li jħossu li qegħdin jieħdu ġustizzja mill-qrati tagħna.", "Barra minn hekk nispera li issa jekk bniedem jinstab ħati u jħallas id- danni lill-vittma tiegħu ma neħduhiex bħala xi ħaġa pożittiva u nibdew innaqqsulu mis-sentenza tiegħu.", "Jiena xbajt nara sentenzi fejn il-ħati jħallas id-danni lill-vittma u mbagħad talli jkun ħallas titnaqqasslu l- piena.", "Jiena ngħid li l-maħfra għandna nħalluha f'idejn il-Mulej u mhux f'idejn in-nies.", "Imissna lanqas biss nistaqsu lill-vittma fuq jekk taħfirlux jew le għaliex dik għandu jaraha Alla wara li l-kriminal in kwestjoni jħalli lil din id-dinja.", "U mela toqgħod tistaqsi tifla ta' 12-il sena - bħalma ġara fil-każ ta' korruzzjoni fuq minuri - jekk taħfirlux jew le ta' dak li għamlilha!", "Taħfirlu jew ma taħfirlux, ir-reat mhux xorta jkun sar?", "Il-poplu Malti jrid jara aktar serjeta' fil-mod ta' kif jingħataw is-sentenzi tal-qorti.", "Nirringrazzjak.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Anġlu Farrugia.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Sur President, dan l-abbozz ta' liġi qajjem dibattitu interessanti f'din il-Kamra u ħadt pjaċir anke nisma' l- interventi li saru min-naħa tal-gvern.", "Dan għaliex mhux is-soltu tagħhom li jikkritikaw abbozz ta' liġi li jkun sar min-naħa tal-gvern.", "Kif qal tajjeb l-Onor.", "Adrian Vassallo, li għadu kif spiċċa d-diskors tiegħu, l- avukati jitkellmu b'daqxejn tad-tidwir, imma xorta waħda qegħdin jibagħatu messaġġ lill-istess gvern tagħhom sabiex jerġa' jara daqxejn ċerti emendi li għandna f'dan l-abbozz għaliex hemm minnhom li jistonaw.", "(Interruzzjonijiet) Ikolli ngħid li ħadt pjaċir nisma' id-diskors ta' l- Onor. Vassallo għaliex huwa wieħed minn dawk il-parlamentari li mill-aspett ta' esperjenza jitkellem kif għandu jitkellem.", "U diskors bħal dan huwa tajjeb għaliex jistimola aktar is-serenita` u s-serjeta` tad-dibattitu li jkollna.", "Fl-opinjoni tiegħi waħda mill-affarijiet tajbin li semma kienet proprju fuq is-sentencing policy ġewwa pajjiżna.", "Naħseb li din hija xi ħaġa li ilna nitkellmu fuqha s-snin.", "Niftakar darba kien sar seminar fl-universita' l- qadima - dakinhar bħala ministru tal-ġustizzja kien hemm Dr Joe Fenech, Alla jaħfirlu - u jiena kont wieħed mill-kelliema min-naħa tal-pulizija.", "Id-diskussjoni ta' dak is-seminar kienet proprju fuq is-sentencing policy.", "Bħala prim imħallef niftakar li kien hemm iz-ziju ta' l-Onor.", "Mifsud Bonnici u waħda mill-affarijiet li ħarġet minn dak is-seminar kienet li dan il-pajjiż m'għandux sentencing policy.", "(Interruzzjonijiet) Kulma qed ngħid jien huwa fejn mexa s'issa pajjiżna.", "Meta nagħmlu l-emendi rridu nibagħtu messaġġ fuq is-sentencing policy u dan huwa li kien qed jgħid l-Onor.", "Vassallo.", "Fl-opinjoni tiegħi kien ġust f'dak li qal, pero' ħalli issa niġi għall-abbozz li għandna quddiemna.", "Sur President, għalissa se naqbad ma' dak li qalu ħafna mill-membri parlamentari tan-naħa tal-gvern.", "Smajt id-diskorsi li saru mill-Onor.", "De Marco, mill-Onor.", "Jason Azzopardi u mill-membri l-oħra li tkellmu fuq dan l- abbozz.", "Dawn qalu li wħud minn dawn l-emendi jmorru kontra l-ispirtu tradizzjonali, kontra l-ispirtu kostituzzjonali - naħseb li l-ministru jaf x'qiegħed ngħid - u kontra l-istess charter tad-drittijiet tal-bniedem li llum jifforma parti mil-liġijiet tagħna.", "Allura għalfejn il-qrati tagħna jiddeċiedu huma meta jingħata d-dritt tal-liberta` provviżorja?", "Għalfejn il-qrati tagħna jiddeċiedu dwar il-korroborazzjoni ta' xhud li jkun kompliċi?", "Għandna każistika waħda wara l-oħra u għandna żvilupp legali wara l-ieħor sabiex imbagħad, b'mod sorpriż niġu hawnhekk u l-parlament jiġi ffaċċjat b'emendi li qegħdin jiskussaw kompletament il-proċedura kollha fuq dak li għandu x'jaqsam mad-dritt tal-bniedem, mal-liberta` tal- bniedem, mad-dritt u l-preżunzjoni ta' l-innoċenza u mal-prova kardinali ta' kif għandha tiġi kkoroborata x-xhieda ta' kompliċi.", "Ħalli nagħmilha ċara mill-ewwel, sieħbi l-Onor.", "Gulia qalilna li jekk il- partit Laburista jkun fil-gvern ineħħi dawn l-emendi fl-ewwel sitt xhur.", "Pero' jekk jien inkun ministru nista' naċċerta lil kulħadd li l-ewwel liġi li nagħmel tkun żgur tirrifletti dawn l-affarijiet.", "Jien se nkun aktar serju fil-kritika tiegħi u se niġi mill-ewwel għal dak li rrid ngħid.", "Jiena nemmen li għandu jkun il-gvern stess li fl-istadju tal-kumitat jirtira wħud minn dawn l-emendi.", "Per eżempju, hawnhekk xtaqt nistaqsi xi ħaġa.", "Kien hemm xi messaġġ mill-qrati tagħna, mill-qrati ta' l-appell fuq xi deċiżjoni mill-qorti Ewropea - dan il-week-end għamilt ftit tar-riċerka sabiex nara fejn kellha x'taqsam Malta jew xi pajjiż ieħor minn ta' l- Unjoni Ewropea - għal dak li għandu x'jaqsam il-kompliċi u dwar jekk ix- xhieda tiegħu hijiex biżżejjed?", "Jien ipprovajt infittex ħalli nara jekk forsi qabiżlix xi ħaġa u l- konklużjoni li wasalt għaliha kienet dik li kien hemm xi każijiet li l- partit Nazzjonalista m'għoġbuhx.", "(Interuzzjonijiet) Dażgur intom ridtu tneħħu anke s-sistema tal-ġurati!", "Il-kap preċedenti tal-partit Nazzjonalista, l-Onor.", "Fenech Adami, kien esprima ruħu b'dan is-sens.", "Jien ipprovajt nara safejn tista' tasal l-immaġinazzjoni.", "Imma meta wieħed jibda jgħid li se jitfa' kollox fuq l-imħallef dwar dak li għandu x'jaqsam ma' kif għandu jaċċetta jew ma jaċċettax ix-xhieda ta' kompliċi u kważi spiċċajt li lanqas ridt nemmen dak li kont qiegħed naqra.", "Kif inhi l-liġi llum nafu li x-xhieda ta' kompliċi biss m'hijiex biżżejjed jekk din ma tkunx sufficiently corroborated by other circumstanes u evidenzi oħra, pero' bil-mod ta' kif inhi l-emenda, dan kollu se tneħħih.", "Jiġifieri din l-emenda qiegħda tneħħi provi oħra li jistgħu jikkorroboraw dik ix-xhieda - sabiex tara jekk ix-xhud huwiex qed jigdeb jew le - u se titfa' il-piż kollu fuq l-imħallef.", "Din l-emenda tgħid li meta x-xhud ewlieni kontra l-akkużat huwa kompliċi hija fid-diskrezzjoni tal-qorti li tgħid jekk wieħed jistax jasal għall-verita' jew le.", "Allura dan ifisser li issa se nħallu f'idejn l-imħallef li b'xi mod irid jindirizza lill-ġurati u jgħidilhom li skond il-fehma tiegħu x-xhud qed jgħid il-verita`?", "Hekk se nibdew niddeċiduhom il-każijiet tagħna?", "Sakemm naslu għall-istadju ta' kumitat nistieden lill-ministru sabiex jagħmel eżerċizzju...", "(Interuzzjonijiet) Hekk tieħu gost?", "Tieħu gost tisma` l-affarijiet kif għandhom isiru.", "Inti bħala ministru ghandek tieħu gost tisma` lil kulħadd.", "Sur President, kif tista' tieħu gost meta llum għandna l-possibilita` fejn allaħares qatt ikollok kompliċi li jkun star witness, li jkun first class fil-mod ta' kif jixhed u jkun kapaċi jitfa' il-piż tiegħu fuq ħaddieħor!", "Il-ministru qiegħed jgħidli li se jkun hemm il-kontrolli, imma hawnhekk anke l-kontrolli jrid ineħħi.", "Dan l-abbozz ta' liġi qiegħed jelimina kompletament l-artikolu 639 (3) u se jddaħħal din it-traġedja li għandna hawnhekk.", "Jien nista' ngħid lill-ministru minn issa li jekk kemm-il darba din l-emenda tgħaddi pajjiżna se jkollu għall-ewwel darba jesperjenza każijiet ta' frame-ups legali.", "Din hija l-possibilita`.", "Ara kemm tkellimtu fuq frame-ups imma intom se tagħmlu xi ħaġa agħar minn meta kienu jsiru l-frame-ups minn xi avventuruż fil-korp tal-pulizija għaliex issa l- gvern qiegħed jagħti l-aċċessibilita` legali sabiex dan ikun jista' isir.", "Hu min hu l-kompliċi, jekk jirnexxilu jgħid storja tajba fuq sieħbu jew fuq xi ħadd ieħor li jdaħħlu miegħu bħala kompliċi, u dan jiġi emmnut, se jkun jista' jitfa' lill-sieħbu l-ħabs.", "Dan għaliex ix-xhieda tiegħu tkun prova biżżejjed kontra l-ħati.", "Dan x'ġenn hu?", "Lili jinteressani biss li f'pajjiżna jkollna ġustizzja vera u li jekk ikollna n-nies li jeħlu l-ħabs, jeħlu għaliex verament ikunu wettqu r-reat.", "Żgur li m'għandniex nagħmlu liġijiet fejn ikollna l-possibilita' - bħalma se jkollna - li nibagħtu nies innoċenti fil-ħabs, kif wara kollox hemm ukoll!", "(Interuzzjonijiet) Il- ministru qiegħed jgħid li hemm ukoll ħatjin barra u jekk", "dan huwa minnu, ħażin.", "Pero' huwa aktar gravi li jkollok imqar persuna waħda innoċenti ġol-ħabs.", "U dan il-ministru jafu għaliex huwa prinċipju li jgħallmu huwa stess fl-universita`.", "Sur President, din l-emenda hija xi ħaġa li għandha tiġi rtirata u dan għandna nagħmluh anke b'sens ta' rġulija.", "Ma jimportax li l-ministru ġabha hawnhekk għad-dibattitu u lanqas jimporta jekk xi ħadd impressjonah sabiex jagħmel din l-emenda.", "Kumbinazzjoni l-bieraħ kellmitni persuna u qaltli li din l-emenda kienet se ssir minħabba li hemm xi żewġ każijiet partikolari li kienu se jitressqu.", "X'ħin smajt dan il-kliem jien għedt mela l-gvern qiegħed jiġġenen?!", "Issa naf li xi kultant il-gvern irid jagħmel xi avventura, imma jekk irid jagħmel dan m'għandux jagħmel liġi apposta sabiex iressaq każ jew ieħor.", "Għaldaqstant din l-emenda hija xi ħaġa li tmur kontra d-dritt fundamentali ta' kull proċedura.", "(Interuzzjonijiet)", "Sur President, f'dan l-abbozz għandna wkoll artiklu klassiku ieħor.", "Din mhux għalina jew għaċ-ċittadin imma anke għall-fiduċja lejn min qiegħed jiddeċiedi l-każijiet.", "(Interuzzjonijiet) Lill-ministru nixtieq ngħidlu li jien ma nagħmilx distinzjoni, bħalma forsi jagħmel hu, bejn maġistrat, imħallef u prim imħallef għaliex fl-opinjoni tiegħi maġistrat huwa imħallef daqs imħallef hu daqs prim imħallef.", "Kollha huma ġudikanti, u tant hu hekk li l-parlament għolla l-kompetenza tal-maġistrati kemm f'dik li hija kompetenza ċivili u kemm f'dik li hija kompetenza kriminali, fejn qed nitkellmu fuq priġunerija sa għaxar snin ħabs.", "Allura wieħed irid jistaqsi jekk għandniex nagħmlu distinzjoni dwar il-kapaċitajiet ta' ġudikant.", "Issa kulħadd għandu l-istil tiegħu imma la hu maġistrat jew imħallef, dak hu ġudikant u għandu jkollu l-fiduċja ta' l-awtoritajiet kemm leġislattivi kif ukoll esekuttivi.", "Dan huwa wieħed mit-tliet branki tad-demokrazija.", "Sur President, b'liema dritt temenda xi ħaġa li ilha hemmhekk snin fil- proċedura kriminali u li kienet qiegħda miftuħa għal kull persuna li tgħix f'dan il-pajjiż, u ċioe` d-dritt li jagħmel rapport, jagħti informazzjoni, jagħmel complaint jew jagħmel denunzja lill-maġistrat ta' l-għassa fuq kwalunkwe każ, meta l-maġistrat kellu dritt, skond il-liġi, li wara li jieħu r-rapport, anke verbali, jibda jaħdem fuqu within two working days u mbagħad ovvjament jinvestiga?", "Issa x'inhu l-iskop li aħna nagħmlu emenda fejn ngħidu li maġistrat ma jistax jiftaħ inkjesta kemm-il darba ma jottjenix l-awtorita` mill-prim imħallef biex ikun jista' jagħmel dan?", "Issa bir-rispett kollu, il-prim imħallef huwa primus interparis, wieħed bħall-oħrajn imma xi ħadd irid ikun hemm jikkmanda.", "Għaliex kull każ li jista' jiġi rrapportat lill-maġistrat irid bilfors jiddeċidih il-prim imħallef?", "Jien naħseb għandu biżżejjed x'jagħmel il-prim imħallef.", "Imma dik ħalliha, għax il-ħażin hu li se nneħħu l- fiduċja tal-maġistrati.", "Lil dawn qed ngħidulhom li m'humiex kapaċi jiddeċiedu li jibdew din l-inkjesta u jridu jieħdu l-permess tad-daddy.", "Dan imbagħad jgħidlek: Issa nara, agħtini daqsxejn ċans.", "Imma f'liema redikolaġni li qed inwaqqgħu s-sistema ġudizzjarja?", "Din il- ħaġa qatt ma kien hemm għalfejn inbiddluha meta din dejjem ħadmet.", "Issa forsi ħadmet kontra l-interessi tal-gvern, għax jista' jkun li kien hemm min għamel rapport fil-konfront ta' korruzzjoni min-naħa tal-gvern jew kontra l-kummissarju tal-pulizija u bħala ċittadin mar quddiem maġistrat, imma issa dan id-dritt se jiġi kontrollat skond din l-emenda.", "Din hija emenda suffocating.", "Hija xi ħaġa li qed toħnoq id-drittijiet taċ-ċittadin li b'mod liberu jmur quddiem maġistrat u dan il-maġistrat jitħalla fil- liberta` li jaġixxi mingħajr ma jkun kontrollat minn sieħbu.", "Issa għandek ġudikant li qed jiġi kkontrollat minn sieħbu, ħaġa li qatt ma kienet.", "U din hija l-ewwel darba li qed tidħol emenda fil-kodiċi kriminali, jew qed isir dan it-tentattiv, għaliex jien għadni nispera li dan il-gvern jifhem li dawn l-emendi m'għandhomx jidħlu u jsiru parti integrali mill-proċedura kriminali.", "Sur President, hawnhekk qed nibagħtu messaġġ negattiv ħafna fil-konfront tal-ġudikanti, u ċertament anke fil-konfront ta' l-istess imħallef.", "Għaliex m'għandux il-prim imħallef iħalli lill-maġistrati jaħdmu fil-liberta'?", "Jiena mhux se ngħid \"jidħol fejn ma jesgħux\" għaliex jesgħu dejjem, imma m'għandux jidħol fejn m'għandux għalfejn.", "Il-prim imħallef għandu jħalli lill-maġistrati jaħdmu fl-armonija fis-sistema kif dejjem ħadmu biex imexxu bl-aktar mod liberu l-andament tagħhom.", "Sur President, lili avviċinawni maġistrati u qaluli li din hija waħda mill-affarijiet li qed jgħaddi l- gvern minħabba r-rapport ħażin li jidher li għandu l-gvern ma' l-istess maġistratura.", "Dan li wasalli, u jiddispjaċini ngħidha.", "Mhux sew.", "(Interruzzjonijiet) Hekk hu, issa dak arah inti, Onor. Mifsud Bonnici, għaliex inti l-affarijiet tidher li tafhom biżżejjed.", "Naħseb li taf x'jien ngħid.", "ONOR.", "MEMBRU: Għandek żball.", "ONOR.", "ANGLU FARRUGIA: J'Alla għandi żball u inti għandek raġun.", "U jalla dak kollu li qed tagħmlu huwa kollu frott ta' l-iżbalji li qed ngħidu aħna u r- raġunijiet kollha li qed tgħidu intom.", "(Interruzzjonijiet) Issa niġi għall- bail.", "Meta aħna konna fil-gvern u kien ikollna fouls bħal qed ikollkom ħafna intom - imma għallinqas id-drittijiet taċ-ċittadin dejjem ġew salvagwardjati għaliex ħadd ma lagħab b'dan il-mod mal-liġijiet - aħna qatt m'għamilna dawn l-avventuri ta' emendi fil-kodiċi kriminali.", "Ara qattx għamilna dawn l-affarijiet!", "(Interruzzjonijiet) Aħna hawnhekk qatt ma ġejna nilagħbu mal-kodiċi kriminali biex noqogħdu nilagħbu mal-poteri tal- maġistrati jew inkella ma' l-evidenza kif għandha tinġieb ġewwa l-qorti.", "Sur President, il-verita' hi li kellu jkun dan iċ-champion tad-drittijiet tal-bniedem, il-Gvern Nazzjonalista, li jressaq affarijiet bħal dawn!", "Meta kont tisimgħu jitkellem fl-oppożizzjoni kien qisu ċ-champion tad- demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem, imbagħad jiġi hawnhekk u jagħmillek dawn l-emendi!", "Jiddispjaċini ngħid li ħafna minnhom dawn huma l- istess nies li kienu jinvokaw dawn id-drittijiet u llum qed jiġu hawnhekk u joħonqu dawn id-drittijiet liċ-ċittadin.", "Il-ministru qal li dan ġej kollu min-naħa tal-kummissarju tal-pulizija li għamillu rapport li jridu jsiru ċerti emendi ħalli jkollhom iktar għodda f'idejhom biex ikunu jistgħu jaħdmu.", "Allura biex ikollhom din l-għodda tneħħi d-drittijiet tal-bniedem?!", "Jiena ħadt pjaċir nisma` lill-Onor.", "De Marco jsemmi l-każ ta' Ben Ali kontra Malta.", "Il-prinċipji li joħorġu minn din id-deċiżjoni meta nqata' l- każ mill-qorti ta' Strasbourg, żgur ....", "(Interruzzjonijiet) Iva, allura kemm huwa legali li tagħmel liġi u tgħidlu: Isma', jekk inti qed tiġi akkużat b'reat li inti issa tfajt taħt ix-schedule...", "(Interruzzjonijiet) Kif?", "La qed tgħidli hekk inti!", "(Interruzzjonijiet) It's charged with a scheduled offence, u inti kont diġa' reċidiv matul dawn l-aħħar għaxar snin.", "Mela jekk jien għamilt reat illum fl-2006 u fl-1996 kont misjub ħati...(Interruzzjonijeit) Sewwa.", "Il-preżunzjoni ta' l-innoċenza fejn qiegħda?", "(Interruzzjonijiet) Fejn qiegħda l-preżunzjoni ta' l-innoċenza?", "Mela għax akkużajt bniedem, dan huwa ħati?", "Kif qed tagħmel inti qed tmur kontra l-ispirtu...", "(Interruzzjonijiet) X'rule of evidence.....", "(Interruzzjonijiet) Min?", "Xi presumption hi!", "(Interruzzjonijiet) Inti sakemm il-persuna akkużata għadha ma nstabitx ħatja hija preżunta innoċenti.", "Għallinqas għadek temmen fiha din?", "Allura jekk temmen fiha trid tisma` x'se ngħid issa.", "(Interruzzjonijiet) M'għandix għalfejn nisimgħek.", "(Interruzzjonijiet) Ħu paċenzja.....", "(Interruzzjonijiet)", "THE DEPUTY SPEAKER: Ippermettuli ftit.", "F'dan l-istadju, il-Viċi Prim Ministru jista' jitkellem biss bil-permess ta' l-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "ANGLU FARRUGIA: M'għandux permess.", "THE DEPUTY SPEAKER: Permess mhux jingħata.", "Ikompli l-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Persuna li ġiet akkużata t-tieni darba fi żmien għaxar snin xorta għandha d-dritt tal-preżunzjoni ta' l-innoċenza.", "Allura kif iċċaħħadli dan id-dritt li ningħata l-liberta` provviżorja?", "Minn fejn joħroġ dan, li għal tliet xhur sħaħ trid toqgħod il-ħabs.", "Ara kieku ġejt hawnhekk f'dan il-parlament u tgħidli li se toħloq fond biex kulmin ġie akkużat u ma nstabx ħati jkollu d-dritt jieħu kumpens, kieku l-istorja kienet tkun mod ieħor.", "Dan bħalma hemm pajjiżi oħra, għax inti fejn jaqbillek issemmihom l-affarijiet li jeżistu fil-pajjiżi ta' l-Ewropa, imma affarijiet bħal dawn ma jaqbillekx issemmihom.", "Taf kemm hawn nies li ġew akkużati, anke politikament, imma mbagħad ħarġu liberati?", "Dawn ġew akkużati minnkom u ħarġu liberati u llum għaliex għaddew il-proċeduri u għax is- saħta ta' dan il-pajjiż trid li għadkom fil-gvern, għadhom sal-lum ma jistgħux jieħdu l-ħajja tagħhom.", "X'ħadu dawn?!", "Ħabs għalxejn!", "U issa l- Gvern Nazzjonalista jrid jgħidilna li anke dan, idur magħha, jekk ikun hemm period of ten years idur magħha u inti trid tagħmel tliet xhur ħabs bilfors.", "U dan huwa ħabs.", "Jiena naqbel ma' dak li qal sieħbi l-Onor.", "Adrian Vassallo.", "Dan qal li l-qrati m'għandhomx ikunu lenient, imma mbagħad lanqas għandu jkun li wieħed jingħata ħabs qabel ma jingħata s-sentenza!", "Qed nibagħtuh tliet xhur ħabs qabel ma jingħata s-sentenza!", "Ara jaħasra f'liema redikolaġni qed naqgħu!", "Din hija xi ħaġa gravi.", "U huwa gravi aktar il-fatt li qed tibgħat messaġġ dirett lejn il-bank tal-maġistratura fejn qed turihom sfiduċja.", "Mela għandek id-dritt tal-bniedem tal-preżunzjoni ta' l-innoċenza li għandu d- dritt għal-liberta` provviżorja u agħar minn hekk lill-istess maġistrati qed ngħidulhom li huma m'humiex kapaċi jiddeċiedu fuq inkjesta.", "Dan irid imur quddiem imħallef meta jkun hemm ukoll ir-rimedju eċċezzjonali.", "Jien għandi rispett lejn il- ġudikatura kollha, imma nista' nimmaġina jekk tgħaddi din l-emenda - għax qed nispera li l-gvern fl-istadju ta' kumitat ikollu second thoughts fuqha din ukoll - kemm se jkun hemm minn dawn li jkunu ta' tliet xhur, biex ngħidu hekk, li jingħataw il-liberta` provviżorja.", "Dan kulħadd se jkollu tliet xhur sentenza qabel il-pre-trial.", "(Interruzzjonijiet) Dażgur li għandi fiduċja fil-qrati, mela m'għandix!", "Imma inti taf iktar minni li meta jkun hemm liġi bħal din....(Interruzzjonijiet) Fil-corroboration għandi biss min għandu jiġġudika l-fatt, u kif taf tajjeb inti huma l-ġurati, imma l-ġurati jiddeċiedu skond kif se jiġu influwenzati.", "U naf x'jien ngħid!", "Sur President, se ssir ukoll emenda oħra taħt il-Press Act.", "Hawnhekk wieħed għandu jara li jipproteġi l-ġurnalist u l-liberta' ta' l-istampa at all times.", "Din l-emenda m'għandniex problema fuqha għax tajjeb li kull ġurnalist u ġurnalista – għax illum għandna anke ġurnalisti nisa – jkunu responsabbli għall-mod kif jiktbu.", "Wara kollox jekk tispiċċa mhux biss tattakka l-kredibilita' tal-persuna imma tattakka l-karattru wkoll hija ħaġa li tista' twassal għal ħsara lill-persuna.", "Kieku xi ħadd jagħmel hekk u ma jkunx ġurnalist ċertament jista' jkun li jeħel il-piena tal-ħabs.", "Naħseb li hawnhekk wieħed irid joqgħod attent li jkun hemm dan il-bilanċ.", "Id-dritt ta' l-espressjoni m'għandux jiġi abbużat sempliċement għax jekk bniedem jinstab ħati li għamel dan kulma jeħel tkun multa.", "Jien riċentement kont qed nitkellem f'forum taż-żgħażagħ organizzat mill- Partit Nazzjonalista.", "Ovvjament il-kelliema l-oħra kollha kienu tan- nazzjonalisti u jiena kont mistieden min-naħa tal-Labour Party, pero` ħadt pjaċir għax kienet interessanti.", "Dakinhar kien tkellem ukoll l-ex president il-Prof.", "Guido de Marco fuq każ fejn kellu libell fejn seta' jmur il-ħabs, pero' kien weħel Lm400 multa imbagħad appella u dawwar id- deċiżjoni.", "Jiena mhux se noqgħod nidħol fuq id-deċiżjoni, pero' bħala punt ta' dritt li naqbel miegħu hawnhekk huwa, li sakemm inti qed tiġġieled biex ikollok il-liberta` tal-kelma u allura qed tattakka l-imġiba ta' operat, allura hemmhekk żgur m'għandux ikun hemm applikazzjoni tal-piena tal-ħabs.", "Imma jekk bl-iskuża tad-dritt ta' l-espressjoni tattakka persuna b'mod individwali jew b'malizzja ċara intiża biex tipprova tkisser il-karattru tal-persuna fuq affarijiet li m'humiex veritjieri, allura dik il-persuna m'għandhiex tiskappa ċerta piena, sempliċement għax hija ġurnalist jew ġurnalista.", "Dan qed ngħidu għaliex aġir bħal dak jista' jkisser persuna.", "Hemm persuni karatterjalment b'saħħithom li jifilħu jaffrontaw ċerti daqqiet u hemm oħrajn li ma jkunux daqshekk b'saħħithom.", "Minkejja dan, jiena qed nagħmilha ċara li fejn jidħlu l-libelli taħt artiklu 11, jiena naqbel li għandha titneħħa l-piena tal-ħabs.", "Nixtieq insemmi wkoll b'mod oġġettiv l-emenda li qed issir għall-Police Act u li wkoll daħħaltuha f'din l-omnibus bill.", "(Interruzzjonijiet) Imma hawnhekk għamiltu reat li jekk xhud jitla` quddiem bord ta' dixxiplina...", "(Interruzzjonijiet) Imma kif qiegħda, jekk ma titlax jista' jeħel sa tliet xhur ħabs.", "Jien naħseb li din hija qawwija, għax tliet xhur ħabs talli ma telax jixhed hija wisq.", "Din il-ħaġa kien hemm min kellimni fuqha u naħseb li bħalma kellmu lili kellmu lilkom ukoll.", "Ċertament il-piena hawnhekk hija waħda eċċessiva.", "Imbagħad hemm ukoll xi ħaġa li naqbel magħha - u l- oppożizzjoni jidher li m'għandna l-ebda problema fuqha - dwar meta xhud huwa taħt is-16-il sena.", "Naħseb li xhieda minorenni kienu qed jgħaddu minn ċerta trawma minħabba li jkollhom id-double jeopardy, li wara li jkun għamel il-proċedura quddiem il-maġistrat kompilatur irid jerġa' jispiċċa jgħaddi mill-istess esperjenzi - jew esperjenzi agħar - fit-trial.", "Jiena naħseb li wieħed jifhem li dak li jkun xehed minorenni quddiem il-maġistrat kompilatur irid jiġi preservat biex jintuża fil-proċeduri ta' wara fuq l- istess każ.", "Hemmhekk m'għandna l-ebda problema u jidher li hija xi ħaġa li nistgħu nimxu fuqha.", "Rigward l-emenda tal-ġurati, li biha donnu se ndaħħlu l-kunċett Amerikan li tattakka ġurat qabel ma taqilgħu mil-lista jew le u tista' tagħmel xi domandi, wieħed irid joqgħod attent, għax hawnhekk m'għandniex data banks qawwija u huwa expensive biex tibni d-domandi neċessarji ħalli tara jekk teżentax jew le kull ġurat li jista' jiġi elett bil-ballot.", "Wieħed irid jara kif se taħdem.", "Jien naħseb hawnhekk irridu naħdmu b'kawtela.", "Issa niġi għall-emenda importanti dwar ix-sharing tad-droga.", "L-ewwelnett, kemm bħala oppożizzjoni u kemm bħala gvern, irridu noqogħdu attenti mill-messaġġ li se nibagħtu lill-poplu Malti u Għawdxi.", "Ara ħadd ma jaħseb - u jiena se nagħmilha ċara żgur min-naħa tiegħi – li fejn tidħol id-droga hawn xi tendenza li nnaqqsu s-saħħa ta' l-infurzar tal-liġi, jew li qegħdin nibagħtu messaġġ li min iġib prova li d-droga li jkollu jkun qed jikkonsmaha hu biss, se jingħata kull benefiċċju.", "Dan m'hu minnu xejn u din l-emenda hija frott ta' dibattitu qawwi u studju serju li jiena qrajtu kollu u naħseb li huwa studju tajjeb.", "Kull wieħed minna hawn ġew xi darba jew oħra mar għand ommijiet ta' tfal vittmi tad-droga.", "Kollha jipprovaw jagħmlu minn kollox biex isalvaw lill- uliedhom.", "Hemm persuni li jieħdu d-droga għax għandhom il-vizzju tad- droga, għax huma vittma ta' din il-problema u waqt li jkunu qed jieħdu d- droga jaqsmuha ma' ħaddieħor, mhux jittraffikaw id-droga, imma jaqsmuha.", "Sfortunatament kien hawn spetturi tal-pulizija li abbużaw mit-tjubija u mill-immaturita` ta' ħafna nies li huma innoċenti vittmi tad-droga.", "Din qed ngħidha b'responsabilita`.", "Issib spettur tal-pulizija li waqt li jkollu tifel quddiemu li jkun qed jgħidlu l-verita`, li jkun ikkonsma d- droga, li hu ma nnegozjax id-droga, li huwa sempliċement vittma tad-droga, għax jaf li jista' jitfgħu fil-lixka jistaqsih: Int, għal li jista' jkun, x'ħin kont qed tieħu l-ecstasy qsamtha min-nofs u tajt nofsha lil sieħbek?", "(Interruzzjonijiet) Taf kemm-il statement rajna minn dawn Onor. Borg?", "U jiddispjaċini jien, għax jien għamilt 20 sena fil-pulizija u min jaħdem hekk m'huwiex serju.", "Għax inti taf li tista' tagħmel distinzjoni bejn min hu veru traffikant u min hu vittma u ħafna minnhom huma studenti ...", "(Interruzzjonijiet) Hekk hu, qegħdin naqblu.", "Huwa fatt li kien hemm studenti jew nies li għadhom jibdew il-ħajja tax- xogħol tagħhom, spiċċaw għall-ewwel darba quddiem spettur tal-pulizija fid- depot u għamlu statement li minħabba fih ġew akkużati bi traffikar, b'agonija kbira għall-familji tagħhom.", "Kien hawn min spiċċa weħel 20 ġurnata l-ħabs, għax daqshekk seta' jeħel meta jingħata l-minimu għax ikun ikkopera, u jispiċċa jitlef ix-xogħol, jitlef l-universita` u jħarbat ħajtu u jitkisser.", "Allura hawnhekk qegħdin nagħmlu - u dan huwa l-messaġġ – sens ta' rġulija ma' l-iżbalji li għamel ħaddieħor li abbuża mill-poter meta mhux suppost għamel dan l-abbuż.", "Ħafna minn dawn il-vittmi huma kollha frott ta' abbuż ta' spetturi tal-puliżija waqt l-investigazzjoni.", "U għamel sew il-maġistrat, hu min hu, kemm li hemm illum u kemm ta' qablu u ta' qablu, li ħafna minn dawn il-każi ma ddeċidihomx bħala każi ta' traffikar ta' droga għax kien qed iħoss fil-fond tal-kuxjenza tiegħu li dawn kienu każi ta' konsum.", "Għaldaqstant il-Parlament Malti, flimkien mal-Kumitat Permanenti dwar l- Affarijiet Soċjali, ħadem biex jara li jagħmel ġustizzja ma' dawn il-mijiet ta' żgħażagħ.", "Għandna mijiet minnhom.", "Ejja nkunu ċari, fejn tidħol id- droga żgur m'hemmx kulur politiku.", "Għandna ħafna familji mkissrin.", "Għandna tfal u żgħażagħ li jistgħu jiġu salvati b'din l-emenda għax se nagħtuhom iċ-ċans li jaqbdu t-triq tas-sewwa.", "Aħna l-parlamentari se jkollna l-unur li nsalvawhom.", "Għalhekk qed ngħidu li fil-każ ta' persuna li tkun għamlet l-ewwel reat tagħha, allavolja tkun qasmet id-droga ma' xi ħadd ieħor waqt li kienet qed tikkonsmaha, il-ġudikant jista' ma japplikax il-piena ta' ħabs ladarba ma jkollhiex previous convictions.", "Għaldaqstant tiġi salvata l-persuna.", "Din hija xi ħaġa storika u għandi l-unur ngħid li qed nipparteċipa f'din l- emenda.", "L-oppożizzjoni u l-gvern diġa` qbilna waqt id-diskussjoni li kien hemm fil-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali u llum qegħdin naqblu ma' l-emenda li qed titressaq f'dan l-abbozz ta' liġi.", "L-isfortuna ta' dan l-abbozz hija li hemm affarijiet tajbin li qegħdin naqblu fuqhom u hemm affarijiet li huma far away from agreement on principle kemm legali, kemm dwar drittijiet tal-bniedem u kemm dwar proċedura li dejjem imxejna fuqha maż-żmenijiet.", "Jien konvint li fl-istadju ta' kumitat l-gvern u l- oppożizzjoni nistgħu nerġgħu nduru dawn l-emendi.", "Jien inħoss li fejn wieħed fl-imgħoddi seta' abbuża taħt xi prova ta' proċedura li tkun qiegħda vantaġġjuża għal xi ħadd u żvantaġġjuża għal ħaddieħor, wieħed għandu jara li din titneħħa, imma mhux li naqtgħu linja drakonjana li tweġġa' ħafna fuq naħa għax isbaħ mill-bilanċ m'hawnx.", "Naħseb li ż-żewġ partiti li hawn f'dan il-parlament b'daqsxejn ta' attenzjoni u maturita` jistgħu jaħdmu flimkien meta niġu biex ngħaddu dawn l-emendi mill-istadji kollha.", "Fejn jidħol il-kodiċi kriminali kull emenda li ssir is there to stay, m'hijiex kwestjoni ta' liġi li wieħed iħares lejha b'mod negattiv u jgħid imbagħad naraw.", "Il-kodiċi kriminali huwa liġi li l-qrati tagħna, l- akkużati u l-vittmi jgħixuh kuljum u allura tajjeb li nemendawh b'mod serju u b'maturita` u mhux nagħmlu xi avventura li wisq nibża` tista' tħalli ħafna problemi u, agħar minn hekk, xi inġustizzja minħabba dawn l-emendi.", "Għaldaqstant minn qalbi nitlob li jkun hemm il-kooperazzjoni taż-żewġ naħat tal-Kamra fl-istadju", "ta' kumitat biex ikollna kodiċi kriminali ferm aħjar u iktar b'saħħtu bl- approvazzjoni ta' din il-Kamra.", "Nirringrazzjak.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Insejjaħ issa lill-Viċi Prim Ministru biex, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "TONIO BORG: Sur President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tlieta, 30 ta' Mejju, 2006 fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Adozzjoni ta' l-Euro - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Kriminali - Tieni Qari (Kont);", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att dwar Dazju tas-Sisa - Tielet Qari; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta - Tieni Qari.", "-----------------------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Sigurta` Soċjali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Servizzi ta' Impieg u Taħriġ - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Reġistru Ċentrali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Liġijiet dwar il-Protezzjoni tal-Konsumatur - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Intermedjarji fl-Assigurazzjoni - Kumitat Permanenti.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Roderick Galdes.", "ONOR.", "RODERICK GALDES: Sur President, f'dan l-aġġornament xtaqt nieħu ftit minuti biex inwieġeb għall-istqarrijiet u l-gideb li kien hemm fil-mezzi tax-xandir tal-partit Nazzjonalista dwar dak li seħħ fl-aġġornament ta' nhar l-Erbgħa li għaddew.", "Jiena nista' ngħid li kont l-uniku deputat hawnhekk flimkien ma' l-Onor.", "Alfred Sant u l-Ministru George Pullicino, li dak il-ħin kien qed jitkellem, u għaldaqstant qed nagħmel dan l-intervent għaliex tajjeb li ngħidu l-affarijiet kif ġraw verament dakinhar.", "Meta sirt naf li l-Ministru Pullicino għażel il-ħin ta' l-aġġornament biex jagħti spjegazzjoni dwar il- proposti tiegħu dwar l-estenzjoni ta' l-iskemi ta' l-iżvilupp, jiena minnufih dħalt fil-Kamra biex nisimgħu.", "Sur President, il-Ministru Pullicino messu għamel stqarrija ministerjali ħalli l-oppożizzjoni Laburista jkollha l-aopportunita` tagħmel il-mistoqsijiet li jidhrilha li gandha tagħmel u mhux jagħżel li jitkellem f'aġġornament fuq kwestjoni bħal din.", "Għaldaqstant ħassejna li kellna nressqu l-ilmenti tagħna u insemmgħu leħinna.", "L-ewwelnett din mhux l-ewwel darba li fil-Parlament kien hawn battibekki bħal dik li seħħet l-Erbgħa li għaddew, allura għalfejn din il-frattarija kollha fuq il-media?", "Smajna gideb min-naħa tal-Ministru Pullicino f'dik l- istqarrija li għamel u dan anke kkonfermah fuq il-programm \"Opinjonisti\" meta dan qal li l-gvern mhux veru kien qed jagħżel siti huwa stess sabiex jidħlu f'din l-iskema l-ġdida.", "Jien nistaqsi wkoll għaliex saru dawn l- akkużi kollha f'dawn l-aħħar jiem meta l-media Nazzjonalista ppruvat tagħti stampa qarrieqa ta' dak li ġara nhar l-Erbgħa li għaddew.", "Li ma ntqalx mill-media hu li anke l-Ministru Pullicino nstema` kemm-il darba jgħajjar u jindirizza lil Dr. Alfred Sant personalment bi kliem bħal \"kodard\" u \"naf x'issarraf inti\".", "Ċertament li dan m'huwiex kliem sabiħ li għandu jintuża meta tindirizza kollega tiegħek f'din il-Kamra, Sur President.", "Apparti minn hekk, ikolli ngħid li eżatt kif intemmet dik is-seduta, aħna u ħerġin 'il barra, il-Ministru Pullicino nfexx jgħajjat ma` Dr. Alfred Sant u miegħi.", "Possibbli ma qalulhomx lil tan-Net Television li saħansitra f'waqtiet minnhom il-Ministru pprova jipprovoka u anke kien se jħebb għal Dr. Alfred Sant, tant li kelli nintervjeni jien u wieħed mill-ushers sabiex inwaqqfuh milli jagħmel dan?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru Pullicino, on point of order.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: M'hu veru xejn li jiena b'xi mod jew ieħor ħebbejt għall-Onor.", "Alfred Sant.", "ONOR.", "RODERICK GALDES: Jiena għidt li l-Ministru Pullicino pprova jħebb - mhux ħebb fiżikament - u saħansitra kelli nintervjeni jien biex inwaqqfu.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru Pullicino, on point of order ieħor.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Sur President, m'hu veru xejn dak li qed jgħid l- Onor. Galdes li b'xi mod żamm lili milli effettivament inħebb għall-Onor.", "Alfred Sant.", "L-uniku kuntatt li kelli ma' l-Onor.", "Alfred Sant kien verbali u xejn aktar.", "ONOR.", "RODERICK GALDES: Jiena nsostni dak li għidt u ngħid li dan l-aġir hu tal-mistħija speċjalment meta din mhux l-ewwel darba li smajna każijiet dwar dan il-Ministru.", "Apparti dan, insemmi wkoll il-kliem dispreġġjattiv tal-Ministru Pullicino lejn Dr. Alfred Sant fejn fil-kuritur saħansitra beda jgħidlu sabiex imur jieħu grokk.", "X'irid jgħid biha din?!", "Alfred Sant kien f'sensih għax dak il-ħin kien ħdejja, kellimtu u bqajna nitkellmu sa l- aħħar.", "Ma nafx x'ried jgħid b'dan il-kliem.", "Sur President, jiena ħassejt li kelli nressaq għall-attenzjoni ta' din il- Kamra dan il-każ partikolari u anke dak kollu li ġara dakinhar għax tajjeb li npoġġu l-affarijiet fil-perspettiva tagħhom u jekk il-media għandha l- kuraġġ, din għandha tagħti coverage lil dan li qed ngħid jien għax kont l- uniku deputat preżenti f'din il-Kamra waqt dak li seħħ fl-aġġornament tas- seduta in kwestjoni.", "Grazzi ħafna.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sur President, jidher ċar li n-naħa tal-gvern qed jagħmlu kull tentattiv possibbli biex jgħawġu l-affarijiet b'mod li xi ħaġa li l- poplu jaf li hemm affarijiet jintnu ġo fiha jpinġuha bħala xi ħaġa trasparenti u li qiegħda ssir kif suppost.", "Għal dan l-iskop saħansitra ntuża dan il-parlament ukoll u minflok il-Ministru ġie u għamel stqarrija biex wieħed ikun jista' jiskrutinja aħjar, għażel li jitkellem fuq ħaġa bħal din waqt l-aġġornament li ġeneralment jintuża mill-back benchers biex jitkellmu fuq kwestjonijiet ta' kostitwenza u affarijiet oħra.", "Din hija l- prassi f'dan il-parlament.", "Jiena ili 20 sena hawnhekk u dejjem hekk nafha.", "Anke fil-House of Commons hekk hija l-prassi, allura kif il-Ministru Pullicino ġie jsemmi ħaġa importanti bħal din fl-aġġornament?", "Kellu raġun il-Kap ta' l-Oppożizzjoni jinterrompih b'dak il-mod!", "Għaliex", "qed narawha bi kbira?", "Fl-istess seduta kien qed jitkellem l-Onor.", "Jose` Herrera u dan kien qed jgħid il-verita` u għax tan-naħa tal-gvern kienu qed iweġġgħu għamlu 40 minuta jinterrompuh, Sur President.", "X'ġara b'daqshekk?!", "Il-media Nazzjonalista qabdet u kabbret din il-kwestjoni tal-Kap ta' l- Oppożizzjoni u qalet li huwa arroganti u li qisu reġa` mar għaż-żmenijiet tal-passat, għax hekk jippruvaw jagħmlu jitfgħuna lura għaż-żmenijiet tal- passat.", "Aħna l-passat inħarsu lejh biex nitgħallmu minnu u mhux biex nużawh u naħbu l-affarijiet bħalma jagħmel il-Partit Nazzjonalista.", "Nafuha l-istorja ta' Terinu, meta ħadu ġurament falz u nafu x'ġara ftit ta' żmien ilu meta l-ex-prim ministru qabel l-elezzjoni waħħal f'Dr. Alfred Sant li t- tifel tiegħu ma daħalx fl-Universita`.", "Nafuhom dawn l-affarijiet!", "Issa l- Partit Nazzjonalista saħansitra qed juża l-parlament ukoll u din il- kwestjoni kabbruha b'tali mod li taw x'jifhem li qisu Dr. Alfred Sant ħareġ biex iħebb għal xi ħadd u dan m'hu minnu xejn.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Mario Galea, on a point of order.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Sur President, ir-regolamenti tal-Kamra jagħmluha ċara li wara li tressaq ksur ta' privileġġ ma tistax issir diskussjoni dwaru.", "ONOR.", "JOE MIZZI: M'aħniex niddiskutu l-ksur ta' privileġġ.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "MARIO GALEA: Sur President, hawnhekk qed terġa' tiġi diskussa l- issue li fuqha tressqu każi ta' ksur ta' privileġġ u naħseb li dan imur kontra r-regolamenti tal-Kamra.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Joe Mizzi jkompli bl-intervent tiegħu.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Qed tara, Sur President, min jinterrompi!", "Qed tara, min hu arroganti!", "Qed jipprovaw jużaw l-istanding orders biex jippruvaw iwaqqfu lil dak li jkun milli jgħid il-verita`.", "Dik mhix arroganza?!", "Minkejja dak kollu li qalu fuq il-mezzi tax-xandir kontra Alfred Sant, li hu arroganti u li pprova jħebb għall-Ministru, illum stess l-Onor.", "Pullicino tafu x'qal f'dan il-Parlament?", "Qal li Dr. Alfred Sant għamel 12-il minuta jagħmel l- interruzzjonijiet u jgħidlu shame fil-Kamra u anke barra mill-Kamra.", "Min jaf kemm-il darba ntqalet il-kelma \"shame\" f'dan il-parlament!", "Din hi kelma li tintuża ħafna.", "Ma narax li għax l-Onor.", "Sant beda jgħidlu shame kellu jiġi aggredit.", "Il-media tal-Partit Nazzjonalista qalet ħafna għaġeb u qalet li Alfred Sant reġa` lura għall-passat u werta kemm hu arroganti.", "Illum in-nies jekk iridu jistgħu jidħlu fil-website tal-Parlament u jisimgħu dak li ntqal u jkunu jistgħu jisimgħu lil Alfred Sant jgħid \"shame, shame, shame\"!", "Dak kollu!", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru Pullicino, on a point of order.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Sur President, meta jiena qajjimt il-każ tal-ksur ta' privileġġ kontra l-Kap ta' l-Oppożizzjoni semmejt biss dak li ġara mill- bieb ta' din is-sala 'l barra.", "Jiena ma tkellimtx fuq dak li l-Kap ta' l- Oppożizzjoni għamel f'dawk it-12-il minuta.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi jista' jkompli bl-intervent tiegħu.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sur President, mela huma jistgħu jitkellmu fl- aġġornamenti tagħna u aħna ma nistgħux nagħmlu l-istess f'tagħhom.", "Qed tara min hu l-arroganti!", "Ħa ngħidilkom jiena fejn hi l-arroganza.", "Fil-ħarġa tal- lum ta' \"MaltaRightNow\" tafu x'qalu?", "Qalu li l-iSpeaker tal-Kamra ma laqax talba li għamel Dr. Alfred Sant.", "Qed jallegaw li inti, Sur President, ma lqajtx talba biex tagħti ruling imma sa fejn naf jiena - u nitolbok tikkoreġini jekk m'iniex korrett - inti għidt li se tagħti ruling.", "Qed nifhem sew, Sur President?", "THE DEPUTY SPEAKER: Jiena ma nixtieqx li nidħlu f'diskussjoni fuq dak li ntalab aktar qabel fis-seduta, pero` jiena nirrepeti dak li għidt fis- seduta aktar qabel li s-Sedja semgħet dak kollu li ntqal mill-Onor.", "Membri u se tagħti r-reazzjoni tagħha aktar 'il quddiem.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jiġifieri se tagħti ruling aktar tard.", "Din hija ċara.", "Mela qed tara fiex waslet \"MaltaRightNow\" illum!", "Ara x'inhu jiġri f'dan il- pajjiż, qed jużaw il-parlament biex jirredikolaw u jsawtu lill-Kap ta' l- Oppożizzjoni għax ma fadlilhomx aktar biex isawtuh.", "Imbagħad x'qed jiddefendu?", "Qed jiddefendu l-MEPA li l-Arċisqof qalilhom li huwa l-post fejn il-flus jgħaddu minn id għal oħra u li l-Kamra tal-Periti qaltilhom li din hi b'saħħitha maż-żgħir u dgħajfa", "mal-kbir.", "U min semma dak id-dokument sigriet li għamlu l-Partit Nazzjonalista fejn ħareġ li kien hemm xi Ministru li pprova jiffranka l-flus lil xi ħadd?", "Min qalha din?", "Din ma qaluhiex il- laburisti.Sur President, din hi r-raġuni għaliex qed jipprovaw jagħmlu minn kollox biex ikissru lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni u jalla l-poplu jifli dan kollu u jinduna b'liema metodu dan il-parlament qed jiġi wżat.", "Saħansitra llum stess, Sur President, ppruvaw jużaw lilek biex igiddbu u jirredikolaw lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "Dan kulma qal \"shame, shame, shame\" u ġabuh qisu jrid joqtol lil xi ħadd!", "Minn fuq ippruvaw jirredikulawh ukoll billi jgħidu li kien fis-sakra!", "(Interruzzjonijiet) Kien hemm min qallu biex imur jieħu grokk, u dik hekk tfisser!", "Ma ntqalitx litteralment imma hekk tfisser din.", "Taf x'nista' ngħid, li mara ta' ministru f'artiklu fuq gazzetta qalet li l-aktar ħaġa li jdejjaqha hi li r- raġel jidħol id-dar fis-sakra wara l-Parlament.", "Ma ninsewhomx dawn l- affarijiet.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru Pullicino, on a point of order.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Nitlob lill-Onor.", "Joe Mizzi biex ma jpoġġix f'ħalqi kliem li m'għidtx.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, jista' jkompli.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sur President, jiena għalija meta lil xi ħadd tgħidlu \"mur ħu grokk\" hekk tkun trid tfisser u nerġa' ntenni li f'din il-Kamra kien hawn Ministru li l-mara tiegħu kien idejjaqha l-fatt li wara l- Parlament kien imur id-dar fis-sakra.", "Jiġifieri mhux min-naħa ta' l- oppożizzjoni jkun hawn min ikun fis-sakra imma min-naħa tal-gvern, Sur President.", "Nirringrazzjak.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Anton Refalo.", "ONOR.", "ANTON REFALO: F'din id-diskussjoni ftit imqanqla, nixtieq nagħmel ftit punti dwar l-abbozz ta' pjan ta' żvilupp li l-Partit Laburista ħejja u qed iniedi għall-poplu Għawdxi.", "Naħseb li dan l-abbozz ta' żvilupp huwa pjan li lil Għawdex qed jagħtih l-identita` reġjonali tiegħu u qed jerġa` joffrilu s-soluzzjonijiet, wara li l-Partit Nazzjonalista fiż-żmien kollu li ilu fil-gvern warrbu totalment.", "Dan hu pjan li jagħmel ġieħ lil Għawdex u juri li l-Partit Laburista lest biex jiggverna għax għandu s- soluzzjonijiet, għandu l-prioritajiet u jaf x'irid il-poplu Għawdxi.", "Jekk tara l-istorja tal-Partit Nazzjonalista fil-gvern għal dak li għandu x'jaqsam ma' Għawdex issib li dan il-gvern sena wara l-oħra għamel ħafna u ħafna żbalji fejn jidħol l-interess ta' l-Għawdxin.", "Dan il-gvern issa ilu aktar minn 19-il sena jiggverna u sal-lum għadu m'għamilx pjan għall-gżira Għawdxija minkejja li dejjem iwiegħed lill-Għawdxin li se jippubblika dan il-pjan.", "Xi ġimgħatejn ilu erġajt staqsejt lill-Ministru għal Għawdex fejn waslet fuq dan il-pjan li ilha tant twiegħed u hija rrispondietni li dan il- pjan jiġi ppublikat appena jkun hemm approvazzjoni min-naħa tal-ministri fil-kabinett.", "Kif għidt, Sur President, dan il-gvern qiegħed jagħmel sensila ta' żbalji għar-rigward ta' Għawdex għaliex jekk wieħed jara ċ-ċifri u l-figuri li ppubblika l-istess gvern jew li joħroġu minn mistoqsijiet parlamentari li nagħmlu f'din il-Kamra, jirriżulta b'mod l-iktar ċar li dan il-gvern m'għandux l-interessi ta' l-Għawdxin għal qalbu, għalih l-importanti hu li jakkwista l-voti.", "Għal dan il-gvern Għawdex huwa importanti biss meta niġu għall-gimmicks, bħal dik li ħarġu biha dan l-aħħar meta qalu li tant għandhom lil Għawdex għal qalbhom li jridu li Għajnsielem jibqa` jkun parti minn Għawdex fil-konfini elettorali, u ppruvaw idawruha u jbellgħuha lill- poplu Għawdxi li l-Oppożizzjoni Laburista ma tridx li Għajnsielem ikun parti minn Għawdex, meta dan assolutament mhux veru.", "Qiegħed ngħid dan proprju għax wieħed jista' jiftakar il-ħafna wegħdiet li jagħmel dan il-gvern fejn jidħol Għawdex u li imbagħad ma jiġux imwettqa.", "B'hekk wieħed mill-ewwel jinduna li dan il-gvern m'għandu xejn ippjanat għall-gżira Għawdxija.", "Il-Prim Ministru, Lawrence Gonzi, ħadha drawwa li ta' spiss jiġi ġol-gżira Għawdxija, jgħid mod, tgħaddi ġimgħa u jagħmel mod ieħor.", "Per eżempju, dan kien wiegħed lill-poplu Għawdxi li bis-servizz il- ġdid tal-helicopter it-turisti f'Għawdex se jiżdiedu b'50,000 fis-sena, pero` sal-lum dawn il-50,000 turist għadna ma rajnihomx.", "Ta' min ifakkar ukoll li fir-rapport ta' ħidma għall-perjodu April 2003 u April 2004 intitolat \"Biex Malta tikber fl-Ewropa\" ftaħar li l-kumitat reġjonali għall- proġetti f'Għawdex identifika l-proġetti infrastrutturali li se jsiru permezz ta' fondi strutturali u fondi ta' koeżjoni ta' l-Unjoni Ewropea.", "Wieħed minnhom kien proprju x-xiri ta' vapur żgħir għas-servizz bil-lejl bejn Malta u Għawdex.", "Kien ukoll ftaħar li se jkun hemm shuttle service bejn l-ajruport internazzjonali ta' Malta u ċ-Ċirkewwa.", "Sur President, għadda ftit taż-żmien u sibna li dak li kien miktub bl-iswed fuq l-abjad sar duħħan u minflok ma nxtara dan il-vapur u nħoloq dan is- shuttle service li semmejt, il-kumitat reġjonali għall-proġetti f'Għawdex twarrab u l-flus se jintużaw biex titranġa t-triq bejn ix-Xlendi u r-Rabat.", "Jekk dan isir issa, li wasal is-sajf, se joħloq mhux biss inkonvenjent kbir għar-residenti, imma se joħloq hardship lit-turiżmu Għawdxi għax se jkisser il-ftit xhur li fihom il-ħwienet t'hemmhekk imorru tajjeb.", "Għalhekk nappella lill-gvern biex ix-xogħol isir wara li jgħaddu l-vaganzi tas-sajf għax inkella t-turiżmu Għawdxi jieħu daqqa ta' ħarta oħra.", "Sur President, dan il-gvern iddikjara wkoll li qabel l-aħħar ta' kull sena baġitarja tal-komunita` se jitlob definizzjoni mill-ġdid tal-politika reġjonali komunitarja.", "Dan il-gvern wiegħed li kien se jitlob lill- kummissjoni tagħmel rapport dwar is-sitwazzjoni ekonomika u soċjali ta' Għawdex, b'mod partikolari dwar l-inugwaljanza fil-livelli ta' żvilupp soċjali u ekonomiku bejn Għawdex u Malta.", "Kien qal ukoll li se jitlob lill- kummissjoni tipproponi mizuri xierqa fil-qafas tal-politika regjonali komunitarja sabiex tassigura li d-differenza fl-iżvilupp ekonomiku li hemm bejn Malta u Għawdex jigi mnaqqas permezz ta' għajnuna, li tista' tkun sew għajnuna finanzjarja kif ukoll għajnuna b'mezzi oħra, sabiex Għawdex jilħaq l-istess livell ta` Malta.", "Meta lill-Ministru għal Għawdex staqsewha għaliex il-gvern m'għamilx dan ir- rapport din qalet - u jiena ma naqbilx magħha - li Għawdex ħa l-fondi kollha li kellu jieħu mill-Unjoni Ewropea u għalhekk ma kienx hemm raġuni għaliex il-Gvern Malti għandu jitlob lill-kummissjoni biex tara d- differenza fl-iżvilupp ekonomiku u soċjali bejn Malta u Għawdex, għax Għawdex ħa l-benefiċċji kollha.", "Dan huwa qerq għax m'hu minnu xejn, u dan mhux jiena qed ngħidu imma joħroġ minn dak li kienet tgħid il-MIC li kienet wegħdet ħafna affarijiet dwar Għawdex, speċjalment fil-fuljett \"l- aġġornat\" li kien joħroġ Simon Busuttil u li kien il-porta voce tal- kabinett.", "Il-gvern kien wiegħed li se jagħmel dan ir-rapport imma dan ma sarx.", "Issa l-budget ta' l-Unjoni Ewropea għall-2006 sar u għaldaqstant Għawdex reġa` tilef ċans ieħor li bih seta` jtaffi d-dislivell ekonomiku bejn dawn iż-żewġ gżejjer.", "Sur President, f'dak li għandu x'jaqsam ma' Għawdex il-gvern qiegħed jagħmel sensila ta' żbalji kbar.", "Dan qegħdin inħossuh aħna l-Għawdxin għaliex f'kull livell tas-soċjeta` tagħna qegħdin naraw il-problemi ħerġin proprju għaliex m'aħniex aktar fiċ-ċentru ta' l-amministrazzjoni.", "Dak li l- Partit Nazzjonalista kien jikkritika lilna fuqu, issa qiegħed jagħmlu hu.", "Lilna kienu jikkritikawna li rridu l-poter fiċ-ċentru u li m'aħniex kapaċi nifirxuh fil-periferija, pero` b'dan il-pjan ta' żvilupp, li anke l- Ministru Giovanna Debono qalet li taqbel miegħu waqt programm televiżiv, qegħdin nagħtu prova lill-poplu kollu li aħna rridu li l-poter jinfirex 'il hinn miċ-ċentru permezz tal-kunsilli lokali u tar-ristrutturazzjoni tal- Ministeru għal Għawdex.", "Sur President, illum għandna problemi kbar fil-gżira Għawdxija.", "Filwaqt li f'dawn l-aħħar erba` snin l-investiment pubbliku u privat f'Malta kiber b'Lm369 miljun, f'Għawdex kiber biss b'Lm4 miljuni.", "Apparti hekk, il- popolazzjoni ekonomikament attiva naqset b'5.6% filwaqt li f'Malta kibret.", "Min-naħa l-oħra f'Għawdex għandek sitwazzjoni fejn għandek ħafna aktar part- timers milli għandek full-timers.", "Għandek il-GDP li minn 71% fl-2000 niżel għal 69% ta' dak ta' Malta fl-2003 u minn 56% fl-2000 għal 51% ta' dak ta' l-Ewropa fl-2003.", "Il-ħolqien tax-xogħol m'huwiex qed iżomm l-istess ritmu tat-tkabbir tal-popolazzjoni ekonomikament attiva u b'konsegwenza ta' dan għandek ħafna nies li tilfu t-tama li jsibu x-xogħol.", "Apparti dan kollu, il- valur gross miżjud fi prezzijiet bażiċi u l-prodott gross domestiku niżel.", "Għandek ukoll sitwazzjoni fejn fit-turiżmu, per eżempju, il-bed nights niżlu għal 2.5%, jiġifieri għandek bed nights għall-Ħdud biss.", "F'Għawdex għandek bejn wieħed u ieħor 190 sodda five star, li huma anqas mis-sodod ta' lukanda waħda li fetħet riċentement ġo Malta.", "Sur President, irrid ngħid ukoll li s-sistema tal-Malta Enterprise m'hijiex tgħin biżżejjed lill-industriji Għawdxin.", "F'seba' snin din għenet biss disa` intrapriżi Għawdxin li ħaddmu bejn wieħed u ieħor tmien ħaddiema waqt li f'Malta din għenet 'il fuq minn 149 intrapriża li bejniethom ħaddmu 'l fuq minn 2,500 ruħ.", "Dan juri li Għawdex illum sar tat-tieni klassi u m'għadux iktar fiċ-ċentru ta' l-amministrazzjoni.", "Għalhekk kien tassew f'waqtu li l-Partit Laburista ħareġ b'dan il-pjan ta' żvilupp għall-gżira Għawdxija.", "U qegħdin ngħidu li biex l-ekonomija f'Għawdex tieħu r-ruħ hemm bżonn ta' pjan serju li l-Partit Laburista bħala gvern alternattiv se jwettaq.", "Sur President, dan il-pjan fih affarijiet li sal-lum konna biss noħolmu bihom.", "Hawnhekk għandna assigurazzjoni li l-Għawdxin se jkunu rappreżentati fil-kumitati u kummissjonijiet kollha li jeżistu ġo Malta u li l-Partit Laburista se jkompli bil-politika tiegħu li kemm jista` jkun l- Għawdxin jaħdmu f'Għawdex.", "Hawnhekk għandek ukoll l-impenn ta' għajnuna lil dawk Għawdxin li jaħdmu f'azjendi żgħar, speċjalment dawk li jaħdmu fuq l- innovazzjoni u fil-qasam tat-teknoloġija.", "Għandek pjan li jaħseb sabiex jagħti r-ruħ lit-turiżmu f'Għawdex għaliex dan il-gvern abbandunah kompletament.", "Dan huwa gvern tal-bluff, Sur President.", "Jiena niftakar li ftit ġimgħat ilu ġabu cruise liner fix-Xlendi u qalu li issa se jibdew iġibu l-cruise liners ġol-gżira Għawdxija, imma minn dakinhar 'il hawn ma rajniex cruise liner ieħor.", "Hu proprju għalhekk li aħna qegħdin nimpenjaw ruħna bis-serjeta` biex noħolqu awtorita` għat-turiżmu għall-gżira Għawdxija b'fondi apposta għaliex aħna nemmnu li ma jistax ikun li l- Għawdxin dejjem jieħdu l-leftovers ta' Malta.", "Għalhekk irridu li jkun hemm awtorita` b'budget għaliha sabiex tonfoq fuq il-bżonnijiet tat-turiżmu Għawdxi.", "F'dan il-pjan qegħdin ngħidu ħafna affarijiet oħra u nixtieq li kelli aktar żmien biex nispjegah aktar fid-dettall.", "Qegħdin ngħidu, per eżempju, li l- unika kumpannija li l-Għawdxin jistgħu jiftaħru li hija ta' Għawdex, il- Gozo Channel, mill-għada li nitilgħu fil-gvern taqa` direttament taħt ir- responsabbilita` tal-Ministeru għal Għawdex.", "Dawn huma affarijiet li jagħmlu ġieħ lill-gżira Għawdxija u li jagħtuha l-identita` reġjonali.", "Fejn illum Għawdex huwa s-cinderella ta' Malta u fejn l-Għawdxin huma ċittadini tat-tieni klassi, aħna lill-Għawdxin se nerġgħu npoġġuhom fiċ-ċentru ta' l- amministrazzjoni b'din il-politika li tagħmel ġieħ mhux biss lill-Partit Laburista imma lill-Għawdxin kollha ta' rieda tajba.", "Nirringrazzjak.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it-Tlieta, 30 ta' Mejju, 2006 fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "SUSSIDJI AGRIKOLI", "19086.", "L-ONOR.", "JOSEPH CASSAR staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk is-sussidju li jirċievu l- bdiewa mill-Unjoni Ewropea hux meqjus bħala dħul taxxabbli?", "Tagħmel differenza jekk bidwi jkunx full-time jew part-time?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jirriferi għall- Avviz Legali 52 ta' l-2006 fejn għandu jsib lista ta' sussidji agrikoli eżenti mit-taxxa fuq l-income.", "L-eżenzjoni tapplika kemm għal bdiewa full- time kif ukoll għal dawk part-time.", "CALLS FOR APPLICATIONS", "18510.", "L-ONOR.", "JOSEPH DEBONO GRECH staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk kienx hemm calls for applications għall-karigi ta' segretarju permanenti, diretturi ġenerali, diretturi u assistenti diretturi fid-dekasteru tiegħu matul l-2004 u l- 2005?", "Jista' ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-order of merit finali ta' l- applikanti għal kull kariga rispettiva?", "Jista' jgħid jekk hux f'kull każ li l-persuna klassifikata l-ewwel ħadet l-appointment?", "F'każ li l- appointment ma ħaditux il-persuna klassifikata l-ewwel, jista' jgħid x'kienet ir-raġuni?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: It-tweġiba hi fil-pożittiv ħlief fil-każ tas- segretarji permanenti li jinħatru skond artiklu 92 (3) tal-Kostituzzjoni ta' Malta u sejħiet ta' applikazzjonjiet ma joħorġux għal dawn il- pożizzjonijiet.", "Fil-każ ta' diretturi ġenerali u diretturi, il-ħatriet isiru fuq bażi ta' kompetizzjoni u l-aktar kandidat adatt jintgħażel għall- pożizzjoni fit-termini ta' artiklu 92 (4) tal-Kostituzzjoni ta' Malta.", "M'hijiex etika li jingħataw dettalji personali.", "Fil-każ ta' proċessi għall-pożizzjonijiet ta' assistent direttur li ma jsirux skond artiklu 92 (4) tal-Kostituzzjoni ta' Malta, jista' ikun hemm raġunijiet varji għalfejn min jiġi klassifikat l-ewwel ma' jeħux il-kariga bħal, per eżempju, meta uffiċjal jiġi l-ewwel f'żewġ proċessi ta' għażla li jseħħu fl-istess żmien u jagħżel pożizzjoni minnhom.", "TIĠDID TAL-KUNTRATT", "18511.", "L-ONOR.", "JOSEPH DEBONO GRECH staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk kienx hemm xi segretarju permanenti, diretturi ġenerali, diretturi u assistenti diretturi fid- dekasteru tiegħu li ma ġġeddidilhomx il-kuntratt matul l-2004 u l-2005?", "Min huma?", "Għaliex ma ġġeddidilhomx il-kuntratt?", "Fejn qed jaħdmu llum?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Kien hemm każi bħal dawn kif jidher mill-iskeda li qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra u waqt li ma narahiex etika li jissemmew persuni, nista' ngħid li r-raġunijiet jistgħu jkunu diversi, bħal meta uffiċjal ma jerġax japplika jew ma jkunx adatt biex jerġa' jimla' il- pożizzjoni li oriġinarjament ikun intgħażel għaliha.", "SURĠENTI FL-ARMATA", "18512.", "L-ONOR.", "JOSEPH DEBONO GRECH staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm promotions/appointments backdated u mhux backdated ta' surġent fl-armata ngħataw bejn Jannar u Diċembru 2003?", "Min huma l-uffiċjali li ħadu l-promotion/appointment?", "X'inhi d-data ta' meta ħarġet il-promotion/appointment u, f'każ li backdated, jista' il-Prim Ministru jagħti d-data minn meta din kienet effettiva?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Matul l-2003 ingħataw tliet promozzjonijiet ta' surġent fl-armata - id-dati rispettivi tal-ħruġ tal-promozzjoni huma l-4 ta' Frar, id-9 ta' April u l-14 ta' Awissu – bid-data effettiva fil-każi kollha backdated għall-1 ta' Jannar, 2001 u dan wara li ntlaqgħu rakkmandazzjonijiet ta' l-ombudsman.", "Ma nara l-ebda skop li nagħti dettalji ta' l-individwi konċernati.", "DAWL U ILMA", "18513.", "L-ONOR.", "JOSEPH DEBONO GRECH staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa f'kontijiet tad-dawl u ilma fil-ministeru tiegħu u fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id- dekasteru tiegħu matul is-snin 2004 u 2005?", "Għandu xi pjan kif se jassorbi ż-żieda tas-surcharge fuq id-dawl meta l-vot allokat għall-konsum tad-dawl għall-2006 baqa' bħal dak ta' l-2005?", "Jista' jgħid kemm kienet in-nefqa fuq bozoz energy-savers matul is-snin 2004 u 2005?", "Qegħdin jittieħdu miżuri sabiex jitnaqqas il-konsum tad-dawl?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Il-miżuri li qegħdin jittieħdu fl-uffiċini tiegħi biex jonqos il-konsum tad-dawl huma li, fejn hu possibbli, jiġu wżati bozoz energy-savers waqt li kontinwament isiru sforzi biex jitnaqqas il-konsum ta' l-elettriku.", "Għar-rigward ta' l-ispiża fuq dawl u ilma matul l-2004 u l-2005 kif ukoll l- infiq fuq bozoz energy-savers matul l-istess perijodu, qed titpoġġa fuq il- mejda tal-Kamra tabella A li turi l-informazzjoni mitluba.", "Għar-rigward tal-ministeru tal-finanzi, l-informazzjoni mitluba tinsab f'tabella B li wkoll qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "MOBILE PHONES", "18514.", "L-ONOR.", "JOSEPH DEBONO GRECH staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm mobile phones huma wżati mill-membri ta' l-uffiċċju tiegħu u dak tas-segretarju parlamentari?", "Minn min qed jintużaw?", "Min awtorizza tali użu u kemm huwa s-ceiling f'kull każ?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-ammont globali ta' mobile phones użati mill-membri ta' l-uffiċċju tiegħi huwa sebgħa, filwaqt li fil-każ ta' l-uffiċċju tas- segretarju parlamentari l-ammont huwa ta' ħamsa.", "Dawn il-mobile phones qed jintużaw hekk:", "*Fil-każ ta' l-uffiċċju tal-prim ministru, il-mobile phones jintużaw mill- prim ministru, il-kap tas-segretarjat, is-segretarju privat, l-assistent segretarju privat u l-kordinatur tal-komunikazzjoni.", "Mobile ieħor jintuża mill-persuna responsabbli mis-sigurta' tal-prim ministru waqt safar uffiċjali biss u mobile ieħor jintuża skond il-bżonn ta' l-uffiċċju.", "*Fil-każ tas-segretarju parlamentari, il-mobile phones jintużaw mis- segretarju parlamentari, il-kap tas-segretarjat, is-segretarju privat u l- kordinatur tal-komunikazzjoni.", "Mobile ieħor jintuża skond il-bżonn ta' l- uffiċċju.", "L-awtorizzazzjoni ta' kull mobile phone u c-ceiling huma skond il-proċedura stabilita, hekk kif spjegata bir-regolamenti tal-gvern li jirregolaw l-użu ta' mobile phones.", "MOBILE PHONES", "18515.", "L-ONOR.", "JOSEPH DEBONO GRECH staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk kienx hemm jew hemmx membri mill-istaff privat tiegħu li għandhom għall-użu uffiċjali tagħhom, iktar minn mobile phone wieħed u iktar minn linja waħda fixed fir-residenza tagħhom?", "Jikkonferma jekk l-ammont minfuq qabiżx l-ammont ta' Lm400 matul is-snin 2004 u 2005?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: M'hemm ħadd mill-istaff privat tiegħi li għandu jew kellu għall-użu uffiċjali tiegħu, aktar minn mobile phone wieħed u iktar minn linja waħda fixed fir-residenza tiegħu.", "BENEFIĊĊJI SOĊJALI", "18783.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid kemm persuni nqabdu jabbużaw mis-servizzi soċjali s-sena l-oħra?", "X'tip ta' abbuż u x'inhu l-ammont iffrodat?", "Kemm nies ittellgħu l-qorti?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: In-numru ta' persuni li nqabdu jabbużaw mill- benefiċċji soċjali matul is-sena l-oħra hu 526, b'ammont totali ta' Lm526,105.", "L-abbużi huma diversi, fosthom l-għoti ta' informazzjoni skorretta dwar il-kompożizzjoni tal-familja, dwar mezzi finanzjarji u nuqqas ta' rapportar ta' bidu ta' impjieg.", "Matul is-sena l-oħra tressaq każ wieħed il-qorti dwar abbuż fit-tehid ta' benefiċċji soċjali, liema każ għad mhux deċiż.", "QATLA TA' BHEJJEM", "18785.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Billi qed isir bejgħ ta' laħam ta' annimali maqbuda bis- sistema tal-Ħalal, jista' il-Ministru jgħid fejn qed isir dan?", "Dan qed isir bil-permess tal-gvern?", "Żgur li dan ma jmurx kontra l-liġi li tipproteġi l-annimali?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Avviż Legali 260 ta' l-2003 dwar il-protezzjoni ta' annimali waqt it-tbiċċir jew il-qatla, meħud mill-Att dwar it- Trattament Xieraq ta' l-Annimali, jippermetti metodi partikolari ta' qatla meħtieġa minn ċerti riti reliġjużi, f'dan il-każ il-metodu Ħalal.", "Il- kondizzjonijiet meħtieġa fejn annimal jinqatel bil-metodu Ħalal jinvolvi kriterji identiċi għall-qatla regolari, barra l-fatt li l-annimal jiġi maqtul mingħajr l-istordiment neċessarju f'qatla regolari u jrid isir minn persuna kompetenti.", "Bejgħ ta' laħam ta' annimali maqtula bis-sistema tal-Ħalal qed isir, laħam li jiġi importat minn pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea minn stabilimenti approvati mill-Unjoni Ewropea.", "F'Malta wkoll hawn stabilimenti approvati u liċenzjati biex tintuża din is-sistema.", "STUDENTI BARRANIN", "18788.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid kemm studenti barranin hawn fi skejjel tal-gvern?", "Kemm minnhom huma ta' reliġjon mhux kattolika?", "Minn liema pajjiż huma?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: In-numru ta' studenti barranin fi skejjel tal-gvern huwa 482 u cioe' 303 fil-primarja, 147 fis-sekondarja u 32 f'post- sekondarja.", "Informazzjoni aktar dettaljata qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra, għalkemm fil-każ tat-32 student ta' l-iskola post-sekondarja ma tinġabarx informazzjoni dwar ir-reliġjon tagħhom.", "CHILD ADOPTION", "18791.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid kemm tfal ġew adottati s- sena l-oħra u din is-sena u minn liema pajjiż?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: It-tagħrif mitlub qed jitpoġġa fuq il-mejda tal- Kamra.", "AĠENZIJA APPOĠĠ", "18795.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid kemm tfal hemm f'idejn l- aġenzija Appoġġ minħabba li nħarġitilhom care order?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: In-numru ta' tfal taħt care order segwiti mis- social workers ta' l-aġenzija Appoġġ hu 187.", "APPELL MINN SENTENZI TAL-QORTI", "18796.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid f'kemm-il kawża l-avukati tal-gvern appellaw minn xi sentenza mogħtija mill-qorti s-sena l- oħra u din is-sena?", "Fuq liema reat?", "X'kienet tgħid is-sentenza f'kull każ?", "ONOR.", "TONIO BORG: In-numru ta' kawzi appellati mill-ufficċju ta' l-avukat ġenerali hu s-segwenti:", "*49 fl-2005, tlieta minnhom b'ammissjoni u ġew appellati skond artiklu 392A1;", "*27 sa l-aħħar ta' April, 2006.", "Tabelli bl-informazzjoni mitluba qed jitpoggew fuq il-mejda tal-Kamra.", "IGCSE", "19116.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid kemm ċentri hawn li jorganizzaw l-eżamijiet ta' l-Universita' ta' Cambridge, magħrufa bħala IGCSE?", "Kemm", "studenti qed joqogħdu għall-eżamijiet li qegħdin isiru bħalissa għal kull suġġett?", "Qed ikun hemm sorveljanza min-naħa tad-diviżjoni ta' l- edukazzjoni biex jiġi żgurat li kollox jimxi kif suppost?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif mitlub qed jitpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "ST EDWARDS COLLEGE", "19117.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid kemm ħaddiema spiċċaw mill- Kulleġġ St Edwards minħabba sensji, jew għax telqu minn jeddhom jew għax irtiraw minħabba l-eta', kemm fl-aħħar tas-sena skolastika 2004/05 kif ukoll s'issa matul din is-sena skolastika?", "Jaf li hemm għalliema li din is- sena telqu wara ftit ġimgħat biss ta' tagħlim, bħal fil-każ ta' għalliema tal-Malti u tal-Matematika fit-taqsima sekondarja ta' l-iskola?", "Jaf li għalliem ingħata s-sensja minkejja li ftit xhur ilu ngħata l-kariga ta' kap tad-dipartiment ta' l-Ingliż fl-istess skola?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Fis-sena 2004-2005, żewġ għalliema telqu mill-Kulleġġ St Edwards għax riedu jiċċaqalqu minn jeddhom għal skola oħra filwaqt li għalliem ieħor irtira minħabba li laħaq l-eta' tal-pensjoni.", "Tnax-il għalliem full-time ġew dikjarati redundant u minnhom ħamsa ġew offruti xogħol fuq bażi part-time u tnejn minnhom irrifjutaw.", "F'din is-sena skolastika, jiġifieri 2005-2006, żewġ għalliema ġew redundant.", "Wieħed mill-għalliema ġie offrut xogħol part-time iżda dan irrifjutah.", "Għalliem ieħor intemmlu l-impjieg waqt il-probation period.", "Għal ħabta ta' tmiem Settembru bidu ta' Ottubru 2005, numru ta' għalliema telqu mill-kulleġġ St Edwards wara ftit ġimgħat għaliex għażlu li jmorru jaħdmu fi skejjel statali, peress li xi placements ta' l-għalliema ħarġu ftit wara li bdiet is-sena skolastika.", "Informat ukoll li l-persuna li qed tokkupa l-kariga ta' kap tad-dipartiment ta' l-Ingliż għadha ma ngħatatx sensja iżda ġiet informata li x-xogħol tagħha se jintemm fuq bażi ta' redundancy fl-aħħar ta' din is-sena skolastika.", "KONSUM TA' ALKAĦOL", "19118.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Wara li rċevejt numru ta' ilmenti minn nies adulti li jmorru Paceville tard filgħaxija fi tmiem il-ġimgħa, kif jista' ikun li l- pulizija m'hu qed tagħmel xejn meta tara numru ta' żgħażagħ ta' 14 u 15-il sena mitfugħa fis-sakra ma' l-art?", "Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'għandu jkun xogħol il-pulizija f'każi bħal dawn?", "ONOR.", "TONIO BORG: Għalkemm il-bejgħ ta' alkaħol lil persuni taħt is-16-il- sena huwa reat, il-konsum ta' alkaħol minn persuni ta' din l-eta' mhuwiex.", "Informat ukoll li l-pulizija qed tagħmel ħilitha sabiex kemm jista' ikun ma jkunx hemm tali konsum, speċjalment f'lokalitajiet fejn ikun hemm konċentrazzjoni ta' żgħażagħ, billi fejn jiġu osservati żgħażagħ li jkunu qed jixorbu l-alkaħol, dawn ikunu mitkellma sabiex isir magħruf minn fejn ikun inkiseb l-alkaħol.", "Jekk ikun il-każ, tingħata wkoll assistenza meħtieġa.", "Pero', bħalma naħseb japprezza l-Onor.", "Interpellant, il-pulizija trid topera fil-parametri tal-liġi.", "PARTIES", "19119.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Issa li waslet biex tispiċċa s-sena skolastika, jista' il-Viċi Prim Minstru jgħid x'jista' isir biex il-pulizija tkun tista' tagħmel sorveljanza fejn se jsiru l-parties organizzati minn studenti tal- form 5, ħafna drabi mhux taħt l-awspiċi ta' l-iskola konċernata?", "X'jista' isir ħalli ma jsirx konsum ta' alkaħol fejn mhux suppost u li ma jkunx hemm konsum ta' droga?", "ONOR.", "TONIO BORG: Kull disco, ballu, żfin jew xi attivita' oħra li jsiru f'postijiet mhux liċenzjati bħala post ta' divertiment, jenħtieġu l-permess mingħand il-kummissarju tal-pulizija.", "Il-kondizzjonijiet marbuta ma' dawn il-liċenzji jinkludu wkoll li jrid ikun hemm preżenza ta' membri tal-korp tal-pulizija sabiex jissorveljaw l-andament ta' l-attivita'.", "Informat ukoll illi l-pulizija regolarment tagħmel spezzjonijiet f'postijiet meta tkun taf li se jsiru xi parties bħal dawn f'postijiet liċenzjati bħala lokalitajiet ta' divertiment u għaldaqstant ma jkunx meħtieġ permess espressament għal dik l-attivita'.", "ADULT TRAINING CENTRES", "19120.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tinformana kemm impjegati u ta' liema grad, ma baqgħux jaħdmu fl-adult training centres minħabba raġunijiet differenti matul is-sena l-oħra?", "Kemm impjegati ġodda daħlu minflokhom is- sena l-oħra?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Matul l-2005 kien hemm 12 il-ħaddiem li ma baqgħux jaħdmu fiċ-ċentri ta' matul il-jum għal persuni b'diżabilita' u cioe' ħames care workers, tliet support workers, żewġ watchmen, senior tradesman u braille instructor.", "Matul l-istess sena ma daħal l-ebda mpjegat ieħor minflokhom, iżda din is- sena mtela l-post ta' braille instructor fuq bażi part-time.", "ADULT TRAINING CENTRE", "19121.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid jekk hux se jiġi mpjegat support worker ieħor fl-adult training centre tas-Swatar wara r-riżenja ta' wieħed mis-support workers?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Kif kelli okkażjoni ngħid bi tweġiba għal mistoqsijiet preċedenti, bħalissa għaddej proċess biex ir-responsabbilta' taċ-ċentri għal matul il-jum għal persuni b'diżabilita' tgħaddi għand il- fondazzjoni għas-servizzi ta' ħarsien soċjali.", "Parti minn dan il-proċess jinkludi eżerċizzju sabiex jiġu determinati l-ħteġijiet ta' dawn iċ-ċentri, inkluż ir- riżorsi umani u għaldaqstant mhux il-waqt li jiġu rimpjazzati mpjegati b'mod awtomatiku.", "SAFAR UFFIĊJALI", "19193.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid x'inhi l-ispiża f'safar tal-ministeru, dipartimenti u enti oħra taħt id-dekasteru tiegħu għal matul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: L-ispiża f'safar għall-ewwel erba' xhur ta' din is- sena tal-ministeru u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi hija ta' Lm62,138.36, li Lm25,041.87 minnhom huma rifużi mill-Unjoni Ewropea.", "L-ispiża għas-safar għall-istess perijodu tal-Wasteserv tammonta għal Lm8,423.58 filwaqt li dik tal-MEPA tammonta għal Lm19,060.", "Fiż-żewġ każi l- ammont huwa nett wara li tnaqqas l-ammont rifuż mill-Unjoni Ewropea.", "SAFAR UFFIĊJALI", "19194.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhi l-ispiża f'safar tal-ministeru, dipartimenti u enti oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu għal matul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena?", "ONOR.", "TONIO BORG: It-tagħrif mitlub qed jitpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "SAFAR UFFIĊJALI", "19195.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid x'inhi l-ispiża f'safar tal- ministeru, dipartimenti u enti oħra taħt id-dekasteru tiegħu għal matul l- ewwel erba' xhur ta' din is-sena?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal- Kamra.", "SAFAR UFFIĊJALI", "19196.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid x'inhi l-ispiża f'safar tal- ministeru, dipartimenti u enti oħra taħt id-dekasteru tagħha għal matul l- ewwel erba' xhur ta' din is-sena?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: It-tagħrif mitlub qed jitpoġġa fuq il-mejda tal- Kamra.", "SAFAR UFFIĊJALI", "19197.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' il-Ministru jgħid x'inhi l-ispiża f'safar tal- ministeru, dipartimenti u enti oħra taħt id-dekasteru tiegħu għal matul l- ewwel erba' xhur ta' din is-sena?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: L-ispiża f'safar tal-ministeru u l-enti taħt id- dekasteru tiegħi għall-ewwel erba' xhur ta' l-2006 hi kif jidher hawn taħt:", "|Ministeru |Lm1,963.58| |Dipartimenti | | | |3,889.08 | |Awtorita' dwar | | |ir-Riżorsi |5,794.00 |", "STUDENTI BARRANIN", "19206.", "L-ONOR.", "JOSEPH CASSAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid kemm studenti barranin qegħdin isegwu xi kors fl-Universita' ta' Malta?", "Minn liema pajjiżi ġejjin?", "X'korsijiet qegħdin isegwu u x'rati jħallsu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: In-numru ta' studenti barranin li jattendu l- Universita' ta' Malta huwa 646, bir-rata ta' ħlas skond kif stipulat f'Avviż Legali 432 ta' l-2004, eskluż dawk l-istudenti minn pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropea.", "It-tagħrif l-ieħor mitlub qed jitpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "POLZA TA' ASSIGURAZZJONI", "19207.", "L-ONOR.", "JOSEPH CASSAR staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm persuni nqabdu jsuqu vettura mingħajr polza ta' assigurazzjoni matul l-2005?", "Kemm persuni tressqu l-qorti akkużati b'sewqan mingħajr polza ta' assigurazzjoni?", "Kemm instabu ħatja ta' sewqan mingħajr polza ta' assigurazzjoni?", "X'weħlu f'multi u/jew ħabs?", "ONOR.", "TONIO BORG: Matul is-sena 2005 kien hemm 155 persuna li tressqu l- qorti mill-pulizija għax inqabdu jsuqu vettura mingħajr ma kienu koperti b'polza ta' assigurazzjoni, filwaqt li kien hemm 35 persuna oħra li tressqu l-qorti fuq sewqan ta' vettura mingħajr liċenzja tas-sewqan u għaldaqstant ma kenux koperti b'polza ta' assigurazzjoni.", "Matul is-sena l-oħra kien hemm 177 persuna li kellhom il-każ tagħhom deċiż quddiem il-qorti u nstabu ħatja li ma kenux koperti b'polza ta' assigurazzjoni waqt li kienu qed jagħmlu użu minn xi vettura.", "Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija jien informat li ma tinżammx statistika bil-mod kif mitlub mill-Onor.", "Interpellant.", "KAŻ TA' PENSJONI", "19239.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tinvestiga l-possibbilta' li tiġi riveduta l-pensjoni ta' persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Il-persuna indikata ġiet informata mid-dipartiment tas-sigurta soċjali dwar il-każ tagħha.", "DIVING", "19294.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid x'xogħlijiet saru fuq diving sites tul is- snin 2004 u 2005 għal titjib ta' l-aċċessibilita' u titjib fil-kwalita' tal- faċilitajiet?", "Kemm flus intnefqu fuq dawn ix-xogħlijiet?", "Hemm xi xogħlijiet oħra ppjanati li jsiru fis-sena 2006?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Bejn l-2004 u l-2005, l-awtorita' tat-turiżmu wettqet xogħol biex jitjieb l-aċċess ta' dive site fiċ-Ċirkewwa - dan kien jinvolvi xogħol biex jitranġa t-taraġ u biex sar poġġaman ta' l-istainless steel – u bħalissa l-awtorita' qed taħdem biex ittejjeb l-aċċess ta' dive site ieħor fiċ-Ċirkewwa.", "Hemm ukoll pjan sabiex tittejjeb l-aċċessibilita' u l-kwalita' tal- faċilitajiet ta' Wied iż-Żurrieq, apparti li l-awtorita' tat-turiżmu ssottomettiet proposta għal fondi strutturali għal xogħlijiet fuq dive sites oħra madwar Malta u Għawdex.", "DIVING", "19296.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid x'inizjattivi se jittieħdu biex isir pjan strateġiku għas-segment tad-diving bħala parti minn pjan nazzjonali strateġiku għat-turiżmu?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Il-pjan strateġiku ta' l-awtorita' tat- turiżmu hu mfassal fuq il-prinċipju li jkopri l-aspetti kolha li twettaq l- awtorita' fil-qasam ta' l-industrija tat-turiżmu.", "Is-segment tad-diving huwa wieħed minn dawn l-aspetti u għalhekk se jkun inkluż fil-pjan.", "Dettalji fuq l-inizjattivi mitluba mill-Onor.", "Interpellant joħorġu mal- pubblikazzjoni tal-pjan.", "BDIEWA", "19313.", "L-ONOR.", "JOSEPH CASSAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 19087 u jgħid kemm bdiewa hawn reġistrati full-time u part-time?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: F'Novembru 2005 kien hawn reġistrati 1,474 bidwi full- time u 495 part-time.", "REDUCED HOURS", "19315.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid għaliex l-impjegati mal-gvern fuq kuntratt definit m'għandhomx dritt għal reduced hours u għal unpaid leave kif għandhom l-impjegati abbażi ta' kuntratt indefinit?", "Għandu ħsieb il- gvern li jikkonsidra din il-pożizzjoni diskriminatorja, speċjalment fil- każ ta' dawk in-nisa li għandhom it-tfal u ma jistgħux jaħdmu full-time?", "X'jiġri meta mara mpjegata fuq bażi ta' kuntratt definit mal-gvern tkun tqila u jkollha bżonn iżjed minn 13 jew 14-il ġimgħa maternity leave?", "Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk din titlifx il-job tagħha jew tkunx intitolata li terġa' lura għax-xogħol, allavolja tkun ħadet iżjed minn 14- il ġimgħa maternity leave?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Meta kuntratt ikun definit ma jkunx għal perijodu fit-tul, filwaqt li l-benefiċċji tar-reduced hours u ta' l-unpaid leave fit- tul jingħataw għal perijodi relattivament twal ta' żmien.", "Għaldaqstant dawn il-benefiċċji ma jingħatawx lil min ikun fuq kuntratt definit.", "Il-policy tar-reduced hours u ta' l-unpaid leave fit-tul tapplika għal dawk l-uffiċjali pubbliċi li għandhom grad sostantiv.", "Uffiċjali pubbliċi li jkunu b'kuntratt definit iżda jkollhom grad sostantiv, jistgħu jinħallu mill-kuntratt tagħhom sabiex jieħdu dawn il-benefiċċji.", "Fil-każ ta' dawk li m'għandhomx grad sostantiv, il-kap tad-dipartiment jista' jissospendi l-kuntratt definit tagħhom u jħalli lil dawn l- impjegati jieħdu l-unpaid leave, jew jagħmlilhom kuntratt ieħor ġdid b'inqas sigħat.", "FOND FL-ISLA", "19316.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk fond li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, hux tal-joint office jew le?", "ONOR.", "TONIO BORG: Mill-informazzjoni li rċieva s'issa l-uffiċċju konġunt mingħand l-enti ekklesjastiċi, jirriżulta li l-fond in kwestjoni mhux amministrat minn dan id-dipartiment.", "TRIQ SAN PATRIZJU, ĦAŻ ŻABBAR", "19317.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jgħid meta mistennija tiġi asfaltata Triq San Patrizju, f'Ħaż-Żabbar?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "TRIQ IL-KAPUĊĊINI, ĦAŻ-ŻABBAR", "19318.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb jew jekk saritx talba quddiem l-awtorita' dwar it-trasport biex isiru sleeping policemen fi Triq il-Kapuċċini, Ħaż-Żabbar?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Minn riċerka li saret fir-records tat-taqsima għall-immaniġġar tat-traffiku, ma nstabet l-ebda talba għal road humps fi Triq il-Kapuċċini, Ħaż-Żabbar.", "TRIQ IL-KAPUĊĊINI, ĦAŻ-ŻABBAR", "19319.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid meta mistenni jinbidel arblu tad-dawl fi Triq il-Kapuċċini, Ħaż-Żabbar?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Minn investigazzjoni li saret fi Triq il-Kapuċċini, Ħaż- Żabbar ma jirriżultax li hemm xi arblu li jinsab fi stat perikoluż.", "XIRI TA' DJAR MILL-INKWILINI", "19320.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid meta mistennija jixtru l-fond tagħhom l-inkwilini tal-postijiet li dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament, peress li apparentement l-art għadha proprjeta' ta' l-uffiċċju konġunt?", "ONOR.", "TONIO BORG: Applikazzjonijiet minn inkwilini ta' fondi li nbnew fuq art amministrata mill-uffiċċju konġunt u li l-kera tagħhom titħallas fid- dipartiment ta' l-artijiet, se jiġu pproċessati taħt il-linji gwida għall- bejgħ ta' fondi wżati għal residenza.", "DAWL U ILMA", "19328.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jinvestiga kont tad-dawl u ilma ta' persuna mill-Imsida li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Il-kont huwa korrett.", "BEJJIEGĦA TAT-TIME-SHARE", "19329.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid x'passi konkreti qed jieħu l-ministeru dwar bejjiegħa tat-time-share li qegħdin ikunu ta' harassment għal diversi turisti fl-inħawi ta' Buġibba u l-Qawra, tant li meta dawn iweġbuhom fin- negattiv jispiċċaw jinsulentawhom u anke jkellmuhom ħażin?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jirriferi għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 19112.", "ŻONI TA' ŻVILUPP", "19330.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Bħala turija ta' trasparenza, jista' il-gvern jippubblika lista sħiħa u komprensiva tal-benefiċjarji kollha tal-lokalitajiet li se jibbenefikaw mit-tibdiliet proposti għal żoni ta' żvilupp?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Il-MEPA m'għandhiex lista ta' l-individwi kollha interessati li ġew magħduda bħala li kkwalifikaw fl-imsemmi eżerċizzju li jinsab għall-konsultazzjoni pubblika u dan minħabba dawn ir-raġunijiet:", "*Min kiteb mhux dejjem identifika ruħu, la b'mod komplet u lanqas formali; *F'numru konsiderevoli ta' każi, kiteb il-perit mingħajr ma identifika għan- nom ta' min kien qed jikteb; *F'każi fejn l-individwu identifika ruħu, mhux bilfors li llum il-ġurnata għadu s-sid jew il-benefiċċjarju tal-proprjetà konċernata; *Hemm diversi każi fejn għalkemm it-talba tkun saret minn persuna waħda, wara jirriżulta li din tkun tolqot diversi persuni; u *M'huwiex komuni li l-MEPA tagħmel riċerka fuq benefiċjari ta' xi biċċa proprjetà u m'għandha l-ebda database maħsuba għal dan il-għan.", "TRIQ L-IMSIDA, BIRKIRKARA", "19333.", "L-ONOR.", "MICHAEL ASCIAK staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jara li l-culverts li hemm quddiem id-dar 148, Triq l-Imsida, Birkirkara jinqalgħu u jitnaddfu?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Il-manutenzjoni tat-triq imsemmija hi responsabbilta' tal-kunsill lokali għar-raġuni li mhijiex arterjali jew distributorja.", "ISTALLAR TA' LIFTS", "19334.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid jekk teżistix xi skema ta' istallar ta' lifts f'appartamenti tal-gvern fejn ma jkunx hemm persuni b'diżabilita'?", "L-inkwilini/sidien jistgħu jistallaw lift spejjeż tagħhom?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Fejn m'hemmx xi persuna b'diżabilita' ta' mobilita' tgħix fi blokk tal-gvern, l-iskema ta' l-awtorita tad-djar għall- istallar ta' lifts tkopri l-Belt Valletta, il-Kottonera u l-Floriana.", "F'każ ta' blokki tal-gvern barra dawn il-lokalitajiet, fejn m'hemmx resident jew residenta li jsofru minn diżabilita ta' mobilita' u s-sidien jew l-inkwilini jkunu jridu jistallaw lift, jistgħu jagħmlu dan spejjeż tagħhom, basta jkollhom il-permessi meħtieġa mill-awtoritajiet kompetenti.", "RAMPA TAL-VAPUR", "19335.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid jekk ir-rampa li hemm fil-port ta' l-Imġarr li tagħti għall-vapur, liema rampa tintuża kemm mill-vetturi kif ukoll mill-passiġġieri, hijiex konformi ma' l-istandards ta' l-NCPD għal persuni b'diżabilita'?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jagħmel il- mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "IMPORTAZZJONI TA' SKRATAĊ", "19336.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk titħallasx eco tax fuq skrataċ importati għal skop ta' sparar fuq plattini?", "Jista' jgħid għalfejn qiegħda tiġi mposta din it-taxxa fuq l-importazzjoni ta' skrataċ vojta, intenzjonati sabiex jiġi kkargat fihom materjal ta' 24gr għal sparar fuq plattini?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "KAŻ TA' PENSJONI", "19337.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni li fil-każ ta' persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, il-bolol imħallsa għas-sena 2004-05 ma tteħdux in konsiderazzjoni għall-fini tal- pensjoni?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Il-persuna indikata ġiet informata mid-dipartiment tas-sigurta' soċjali dwar il-każ tagħha.", "ACTING HEAD OF SCHOOL", "19338.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid fuq liema kriterji persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, ġiet promossa għall-grad ta' acting head meta fil-mument li ġiet promossa kien hemm għalliema oħra fuq il-waiting list għall-istess pożizzjoni, apparti li ma kenitx eliġibbli li toqgħod għall-interview - peress li ma kellhiex għaxar snin esperjenza bħala għalliema – u lanqas ma għandha l-kwalifiki meħtieġa u meta hemm oħrajn li huma senior tagħha?", "Jista' jgħid kif min scale 9 din il-persuna ġiet scale 6?", "Jista' jgħid jekk din il-persuna hijiex se tirritorna għall- post oriġinali tagħha?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li fil-każ ta' l-iskola primarja konċernata li minħabba n-numru ta' tfal mhijiex intitolata għal assistent kap, id- direttur ta' l-operat sejjaħ l-għalliem anzjan biex jaġixxi ta' kap ta' l- iskola sakemm jinħatar il-kap.", "Il-pożizzjoni ta' aġent kap mhijiex promozzjoni fi grad sostantiv li għaliha jkun hemm applikazzjoni jew xi waiting list.", "Meta jinħatar il-kap, min ikun aġent kap jirritorna lura fuq xogħlu fil-klassi.", "L-Onor.", "Membru hu informat ħażin dwar l-iskala ta' salarju li fiha tinsab il-persuna konċernata.", "BAJJA TA' SPINOLA", "19339.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħarraf lill-Kamra liema art fil-bajja ta' Spinola tista' tintuża mill-operaturi tar- restaurants li hemm hemmhekk u liema art hi għad-dispożizzjoni tas- sajjieda?", "Jista' jgħarraf lill-Kamra b'liema kondizzjonijiet ingħatat lil tar-ristoranti?", "ONOR.", "TONIO BORG: Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra pjanta tal-bajja ta' Spinola li turi l-lokalitajiet mogħtija b'encroachment mit-taqsima proprjeta' tal-gvern, fejn jistgħu jitpoġġew imwejjed u siġġijiet minn stabilimenti.", "Il-parti tal-mistoqsija dwar liema art hi għad-dispożizzjoni tas-sajjieda għandha ssir lill-ministeru għall-affarijiet rurali u ambjent.", "SMART CARD", "19340.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministu jgħid għal liema raġuni student li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, għadu ma rċeviex l-ismart card?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-uffiċċju ta' l-MCAST f'Malta responsabbli għall- istudenti Għawdxin, kien informat 15-il ġurnata ilu li l-istudent card ta' l-istudent li għalih qed issir riferenza kienet saritilha l-ħsara.", "U għalkemm l-uffiċċju għadu ma rċeviex informazzjoni oħra mitluba mill- istudent, xorta waħda l-bord approva l-ħruġ ta' card oħra u din għandha tkun għand l-istudent sa tmiem il-ġimgħa.", "PRIVATIZZAZZJONI TAL-MALTACOM", "19341.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 19175 u jgħid jekk kienx hemm persuni oħra, apparti l-privatisation unit, involuti fit-taħditiet ma' l-Emirates International Telecommunications (M) Ltd. dwar il-privatizzazzjoni tal- Maltacom?", "Min kienu?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Apparti mill-privatisation unit, il-persuni l-oħra nvoluti fil-privatizzazzjoni tal-Maltacom kienu dawn:", "Camilleri Preziosi: Dr. Louis de Gabriele Dr. Laragh Cassar", "Lehman Bros. Europe: Mr. Todd Berman Ms. Tonia Albano Mr. Dmitri Sedov", "Gvern ta' Malta: Mr. Claudio Grech", "Eval. & Adjudicating Com.", "Mr. Emanuel Ellul – Chairman Mr. Lawrence Zammit Mr. Chris Grech Mr. George Sammut", "Gartner UK Ltd.: Megħjuna minn Mr. Juan Borg Manduca", "Analysys Mason Group: Megħjuna minn Mr. Philip Micallef", "TECOM", "19342.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Meta tat-Tecom qalu li daħlu għal Smart City għax kienu ħadu l-Maltacom ukoll u l-Ministru b'reazzjoni qal li f'moħħhom seta' kien hekk iżda f'moħħ il-gvern il-ħsieb kien differenti, jista' jgħid fir-realta' u f'moħħ il-poplu x'inhi l-fehma ġenerali mill-feedback li kellu bħala gvern dwar dan?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Kuntrarju għall-Onor.", "Interpellant, ma nippretendix li nkun naf x'hemm \"f'moħħ il-poplu\" u lanqas ma nippretendi li l-poplu jkollu idea waħdanija fuq xi ħaġa bħal din.", "Jgħoddu biss il-fatti u l-fatti huma:", "*Il-prezz li bih inbiegħet il-Maltacom ma kienx negozjat fuq ebda bażi, ħlief il-valur tal-kumpannija.", "Dawn in-negozjati tmexxew mill- privatisation unit li ta parir lill-gvern li l-ishma jinbiegħu.", "Il-parir kien ibbażat fuq parir minn tliet ażjendi internazzjonali - Lehman Brothers Europe, Analysys u Gartner - dwar x'kellhom ikunu l-aspettattivi tal-prezz.", "*L-offerta finanzjarja ta' Tecom Investments kienet l-ogħla waħda wara sejħa dinjija għal offerti.", "Jiġifieri kieku l-offerta ta' Tecom ma kenitx l-ogħla, ma kenitx se tintgħażel hi minħabba li kienu qed joffru li jinvestu fi SmartCity@Malta.", "*Il-ftehim preliminari dwar SmartCity@Malta kien iffirmat seba' ġimgħat qabel ma ntlaħaq il-ftehim dwar il-Maltacom.", "Dawn huma l-fatti.", "Hu preżumibilment fatt li Tecom Investments daħlu kemm għal SmartCity kif ukoll għal Maltacom għax għalihom iż-żewġ proġetti jagħmlu sens u għaliex jemmnu fil-potenzjal tal-pajjiż.", "Iżda dan il-fatt la kellu għalfejn jinfluwenza l-pożizzjoni tal-gvern u lanqas fil-fatt influwenzaha.", "TECOM", "19343.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid f'termini speċifiċi, x'inhuma l-benefiċċji u l-value added li se jkunu qed jikkontribwixxu Tecom jekk verament jikkwalifikaw bħala sieħba strateġiċi fil-Maltacom?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Tecom Investments intrabtet tassigura li taħdem ma' l- istrateġija tal-gvern fil-politika ta' żvilupp tat-teknoloġiji ta' l- informazzjoni u l-komunikazzjoni.", "F'dan il-kontest Tecom Investments intrabtet kif ġej:", "*Li tagħmel investiment kapitali ta' euro 68 miljun fin-networks fissi u tal-mobile sa l-2009;", "*Li tibdel lill-Maltacom f'waħda mill-fornituri ewlenin tal-quadruple play fil-Mediterran;", "*Li tagħmel lil Malta bħala l-fus ta' l-espansjoni tagħha fl-Ewropa u fl- Afrika ta' Fuq;", "*Li tesporta l-mudell ta' Dubai li toħloq clusters teknoloġiċi mibnija madwar infrastruttura aġġornata f'Malta; *Li tappoġġa l-isforz biex Malta ssir fost l-iprem ekonomiji fir-reġjun mibnija fuq it-teknoloġiji;", "*Li sa tmiem is-sena d-dieħla:", "*Ittejjeb is-servizzi u l-pakketti li toffri lill-klijenti tagħha;", "*Tiżviluppa prodotti ta' Voice over Broadband u Voice over IP;", "*Tisfrutta l-prodotti ta' l-Interoute biex toffri prodotti aħjar ta' data lill-ażjendi f'Malta;", "*Tinvesti f'infrastruttura avvanzata ta' IP;", "*Tinvesti fit-titjib tal-bandwidth internazzjonali;", "*Tipprovdi kontenut diffirenzjat;", "*Tipprovdi n-network DTTV;", "*Tipprovdi n-network 3G;", "*Toffri servizzi f'daqqa ta' voice, data u video; *Ittejjeb il-konverġenza bejn servizzi fissi u mobile; Li sa tmiem l-2010: *Tintroduċi settijiet IP u apparat ieħor b'valur miżjud;", "*Tiżviluppa prodott li jikkombina l-ADCL u l-BWA;", "*Iżżid il-kapaċità tat-trasmissjoni;", "*Tiżviluppa l-IPTV biex jikkumplimenta d-DTTV;", "*Tintroduċi servizzi ta' video-on-demand;", "*Tintroduċi l-WiMax;", "*Tikkombina n-networks tat-3G u l-WiMax;", "*Tintegra l-operat tal-linji fissi u tal-mobile;", "*Toffri prodotti ta' quadruple plau;", "*Tiżviluppa Next Generation Network;", "*Li sa tmiem l-2010 ukoll tipprovdi lill-klijenti:", "*Numru tat-telefon wieħed għal servizzi fissi u bil-mobile;", "*Punt wieħed ta' kuntatt għax-xiri, ħarsien tal-konsumaturi u għajnuna;", "*Aċċess għall-applikazzjonijiet differenti minn ambjenti differenti;", "*Kaxxa postali elettronika waħda għas-servizzi kollha; *Kont wieħed għas-servizzi kollha;", "*Li għallinqas għat-tliet snin li ġejjin iżżomm l-impjegati kollha bil- kondizzjonijiet tax-xogħol eżistenti;", "*Li għallinqas sa l-2010:", "*Tibqa' tħallas għas-sussidji lil min għandu l-karta r-roża;", "*Tibqa' tipprovdi s-servizz tat-Telecare;", "*Tibqa' tipprovdi s-servizz TAFDA;", "*Tibqa' tiffinanzja l-programm edukattiv li jippromwovi s-soċjetà ta' l- informazzjoni;", "*Tibqa' tipprovdi s-servizzi speċjali lill-impjegati rtirati tal-Maltacom;", "*Tibqa' tipprovdi s-servizzi fiċ-ċentri fil-kommunità għat-tagħlim dwar it- teknoloġija;", "*Matul is-sentejn li ġejjin iżżid is-servizzi tat-Telecare għal 1,000 persuna oħra;", "*Tintroduċi pakkett ta' Always on broadband f'offerta ta' darba lil 4,000 familja;", "*Tipprovdi pakkett ta' Always on broadband bi skont ta' 40% għal 600 persuna b'diżabilità u 400 għaqda filantropika u mhux governattiva;", "*Tidħol għal programm mal-Kordin business incubation centre biex tħajjar imprendituri Maltin ikabbru l-kapaċità tagħhom u tħejjihom għal attività ta' ekonomija internazzjonali;", "*Bejn l-2007 u l-2009 tipprovdi Lm200,000 għall-promozzjoni tas-soċjetà ta' l-informazzjoni;", "*Tgħin biex mill-2008 ikun hemm 100 student kull sena fl-MCAST jistudjaw l- imprenditorija fit-teknoloġija;", "*Tgħin biex mill-2008 jkun hemm 50 student kull sena fl-MCAST jistudja l- midja diġitali;", "*Tipprovdi 50 post tax-xogħol tas-sajf kull sena għall-istudenti fil-qasam tat teknoloġija.", "Naturalment dan kollu hu b'żieda mal-prezz li għalih ġew trasferiti l- ishma.", "ECHOCARDIOGRAMS", "19349.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid kemm echocardiograms saru fil- cardiac laboratory ta' l-isptar San Luqa mill-1 ta' Jannar sat-30 ta' April, 2006?", "Kemm hemm tobba jagħmlu dawn l-echocardiograms?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Mill-1 ta' Jannar sat-30 ta' April, 2006 saru 1,361 echocardiogram.", "Hemm għaxar tobba li jagħmlu dawn l-echocardiograms.", "HERITAGE MALTA", "19350.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid kemm ħaddiema tkeċċew u kemm telqu minn jeddhom minn mindu ħadet over Heritage Malta?", "Kemm għad baqa' barranin u f'liema qasam?", "Jikkonferma li għat-tieni sena konsekuttiva hemm biss student wieħed li beda l-BA (Hons) Conservation?", "X'sar minnha l-kwestjoni ta' bini bla permess li kien bena Dr Cannataci?", "Kif spiċċat l-inkjesta dwar serq ta' oġġetti tar-Roman Villa li kienu għar- restawr f'Bighi?", "Jista' jgħid b'liema mod il-Fondazzjoni Wirt Artna ngħatat is-saluting battery bħala private area?", "Dan sar b'tender jew b'avviż fil-Parlament?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-ebda ħaddiem ma tkeċċa minn Heritage Malta kemm ilha li ħadet over l-MCR, għalkemm ħames ħaddiema barranin u ħames Maltin telqu minn Heritage Malta.", "Bħalissa hemm jaħdmu ħames ħaddiema barranin u cioe' waħda fit-textiles division, wieħed fid-documentation u tlieta fil-promet project.", "F'Ottubru 2004 kien hemm tliet studenti li rreġistraw għall-BA (Hons) Conservation u kien hemm 17 li rreġistraw għall-masonry heritage skills certificate.", "F'Ottubru 2005 kien hemm student li rreġistra għall-BA (Hons) Conservation u 12 irreġistraw għall-masonry heritage skills certificate.", "Il-kwestjoni li qed jirriferi għaliha l-Onor.", "Interpellant dwar \"bini bla permess\" qed tkun diskussa bejn uffiċjali ta' Heritage Malta u l-MEPA biex tinstab soluzzjoni fuq dan il-bini u fuq xogħol ieħor li għad irid isir fis- sit, waqt li l-inkjesta dwar serq ta' oġġetti għadha ma ġietx konkluża u għadha f'idejn il-pulizija.", "Il-proġett ta' restawr tas-saluting battery huwa wieħed li qed isir bejn l- awtorita' għat-turiżmu, il-proġett għat-tisbiħ u l-paesaġġ ta' Malta fi ħdan il-ministeru għall-affarijiet rurali u ambjent u l-fondazzjoni wirt artna.", "Is-sit innifsu hu maqsum f'żewġ partijiet, fejn il-kmamar tal- batterija ġew mgħoddija b'kera lill-FWA mid-dipartiment ta' l-artijiet filwaqt li l-pjattaforma tal-batterija għadha f'idejn il-proġett għat- tisbiħ u paesaġġ ta' Malta iżda titmexxa mill-FWA.", "Dan sar bi qbil komuni bejn il-partijiet.", "L-obbligu tal-FWA huwa li topera s-sit bħala attrazzjoni kulturali, li tagħmel żjarat iggwidati għall-pubbliku u li tagħmel dan kollu b'mod ta' awto-sufficjenza finanzjarja, kif fil-fatt jiġri fis-siti l-oħra kollha li tieħu ħsieb l-FWA.", "CAFE' CORDINA", "19351.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jispjega kif Cafe' Cordina ħa over l-area ta' l-imwejjed tal-Premier mingħajr qatt ma ħarġet tender?", "ONOR.", "TONIO BORG: L-area ta' l-imwejjed tal-Premier hija mogħtija lill- kumpannija Cities Entertainment li għandhom titlu ta' ċens temporanju fuq il-Cafe' Premier.", "Il-kumpannija għandha talba pendenti biex tikri lis- sinjuri Cordina partijiet minn din il-proprjeta' skond il-kondizzjonijiet li għandha fil-kuntratt ta' ċens.", "BDIL TA' KANEN TA' L-ILMA", "19352.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 19082 u 19222 u jgħid meta hemm il- ħsieb li jsiru xogħlijiet ta' bdil ta' kanen u mains ta' l-ilma f'diversi toroq fiż-Żejtun?", "Minħabba diversi lmenti minn residenti f'toroq differenti li qed ikollhom pressa baxxa ta' l-ilma, provvista irregolari ta' l-ilma kif ukoll ilma bis-sadid, jista' il-Ministru jgħid jekk dawn l- ilmenti waslux għand il-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma?", "Hemm ħsieb li jibdew ix-xogħlijiet biex dan l-inkonvenjent għar-residenti jiġi rrimedjat?", "Meta se jibdew dawn ix-xogħlijiet u f'liema toroq?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Il-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma ilha tirċievi lmenti dwar ilma bis-sadid f'diversi toroq fiż-Żejtun.", "Ftit taż-żmien ilu saru pjani biex jitwettqu żewġ proġetti ta' bdil ta' mains f'diversi toroq fiż-Żejtun fl-inħawi magħrufa bħala Tal-Ħniena u Tal-Kantur.", "Wara li tlestew dawn il-pjani, inħarġu żewġ kuntratti lil kuntratturi differenti f'Novembru u Diċembru li għadda.", "Il-kuntratturi bdew il-preparamenti biex dan ix-xogħol isir u applikaw għal permessi tat-tħaffir meħtieġ, pero' il-kunsill lokali taż-Żejtun għamel kondizzjoni li biex il-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma tkun tista' twettaq dan il-proġett, għandha tintrabat li tiksi l-wiċċ kollu tat-toroq bit-tarmac.", "Il-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma ma tħossx li dan hu ġust u għandha tintrabat biss biex tiksi dawk it-trinek li se jinqalgħu biex isir", "dan il-proġett.", "Saru diversi laqgħat u korrispondenza bejn il-kunsill u uffiċjali tal-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma, iżda s'issa għadu ma ntlaħaqx ftehim.", "Il-kunsill mhux lest jagħti l-permessi meħtieġa jekk ma jinkesiex bit-tarmac il-wiċċ kollu tat-toroq.", "Sabiex tikkomplika l-affarijiet, jien informat ukoll li dan l-aħħar xi partijiet minn dawn il-mains antiki komplew jinstaddu u r-residenti issa qed isofru anke minn nuqqas fil-provvista ta' l-ilma.", "Bħalissa l-aktar li qed ibatu minn dan in-nuqqas huma r-residenti ta' Triq Vendome.", "Wieħed jittama li l-kunsill ma jdumx ma jagħti l-permess biex jitwettaq dan ix- xogħol sabiex it-tbatija tar-residenti tittaffa mill-aktar fis.", "DISCHARGE PIPE FIL-QAWRA", "19353.", "L-ONOR.", "DAVID AGIUS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid jekk id-dipartiment tas-saħħa pubblika jafx x'hemm ħiereġ minn katusa tal-plastik tas-sitt pulzieri li hemm mirduma friska taħt is-simenta li hemm mal-baħar, eżatt taħt il-Qawra Palace Hotel?", "Id-dipartiment jaf minfejn ġej u x'inhu l-likwidu li joħroġ minn din il-katusa u li qed jispiċċa l-baħar?", "Jista' jippubblika r- riżultat ta' l-investigazzjonijiet li saru jew li jistgħu jsiru?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Minn investigazzjonijiet li saru minn uffiċjali ta' dan id-dipartiment fl-24 ta' Mejju, 2006 ma rriżultax li kien ħiereġ xi likwidu mill-katusa tal-plastik li għadha kemm tpoġġiet ġo kanal fis- simenta taħt il-Qawra Palace Hotel.", "Minn aktar investigazzjonijiet irriżulta li din il-katusa se sservi bħala discharge pipe għar-reverse osmosis plant li qiegħda tiġi stallata fil-lukanda msemmija.", "Jirriżulta wkoll li hemm applikazzjoni pendenti quddiem il-MEPA għall- istess żvilupp.", "KAŻ TA' PENSJONI", "19356.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tara jekk żewġ anzjani li dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament, humiex jieħdu l-pensjoni xierqa?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Il-persuna indikata ġiet informata mid-dipartiment tas-sigurta' soċjali dwar il-każ tagħha.", "DISCHARGE PIPE FIL-QAWRA", "19357.", "L-ONOR.", "DAVID AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid jekk katusa tal-plastik tas-sitt pulzieri li hemm mirduma friska taħt is-simenta li hemm mal-baħar, eżatt taħt il- Qawra Palace Hotel, għandhiex il-permessi meħtieġa tal-MEPA?", "Jista' jgħid x'inhu n-numru tal-permess u", "meta ġie approvat?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Mill-informazzjoni li ngħatat f'din il-mistoqsija parlamentari, ma jidhirx li l-uffiċċju tad-development notification order ħareg xi permess għax-xogħol imsemmi.", "BENEFIĊĊJI SOĊJALI", "19358.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tagħti spjegazzjoni għaliex persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, qed tintalab tħallas is-somma ta' Lm59.16 meta kienet bla xogħol?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Il-persuna indikata ġiet informata mid-dipartiment tas-sigurta' soċjali dwar il-każ tagħha.", "ĦAŻNA TA' FUEL", "19359.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 19049 u jagħti informazzjoni dettaljata dwar kemm-il darba ntużaw it-tankijiet ġewwa Kordin biex jinħażen il-fuel f'dawn l-aħħar għaxar snin?", "Jikkonferma jekk kenitx twaħħlet is-sistema protettiva kif kien stipulat fl-applikazzjoni PA5814/94?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: F'dawn l-aħħar għaxar snin it-tankijiet ġewwa Kordin qatt ma ntużaw u għalhekk ma kienx hemm bżonn li titwaħħal is-sistema protettiva tal-fire protection.", "SERVIZZ.GOV", "19360.", "L-ONOR.", "DAVID AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm- il talba/mistoqsija kien hemm fuq is-servizz elettroniku \"servizz.gov\" matul l-2005 u l-2006?", "Kemm minnhom ġew imwieġba u kemm fadal pendenti?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jirriferi l-mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "ARRETRATI", "19361.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 19178, jista' il-Ministru jgħid għaliex ċerta anzjana qed ikollha tħallas Lm10.83 fil-ġimgħa bħala arretrati?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-anzjana li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, mhijiex fil-listi tad-dipartiment għall-anzjani u kura fil- komunita'.", "LIĊENZJI TAS-SEWQAN", "19362.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jgħid għaliex diversi persuni li qed imorru l- awtorita' dwar it-trasport biex iġeddu liċenzja tas-sewqan li tkun skadiet, qed jintalbu ħlas addizzjonali ta' Lm5 bħala late payment meta n-notifika min-naħa ta' l-awtorita' tkun intbagħtet fl-indirizz l-antik, għar-raġuni li d-data fid-dipartiment ma tkunx taqbel ma' dik tar-reġistru elettorali?", "Jista' jgħid għaliex każ ta' bdil ta' indirizz li jmur lura aktar minn sitt snin, għadu ma ġiex updated fid-database ta' l-awtorita' dwar it-trasport?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: L-Onor.", "Interpellant għandu japprezza l-fatt li liċenzja tas-sewqan għandha terminu ta' żmien u dan hu viżibbli fuq l- istess liċenzja.", "Hu obbligu tal-persuna liċenzjata li tara li l-liċenzja tiġi mġedda kif suppost.", "Naħseb li l-Onor.", "Interpellant jaqbel li individwi li jdumu sena biex iġeddu l-liċenzja skaduta tagħhom, jagħmlu dan għax ikunu naqsu li jonoraw l-obbligu tagħhom li jżommu l-liċenzja tas-sewqan kurrenti u valida.", "L-awtorita' dwar it-trasport tiċċarġja biss Lm5 bħala late renewal fee fuq dawk il-liċenzji li ma jkunux imġedda matul l-ewwel 12-il xahar wara d-data ta' l-għeluq tagħha.", "Matul l-aħħar 12-il xahar kien hemm biss madwar 711- il persuna li ġew mitluba jħallsu dan l-ammont.", "Meta wieħed jikkonsidra li matul l-istess perijodu ġew imġedda 26,938 liċenzji tas-sewqan, wieħed mill- ewwel jinduna li hi l-minoranza żgħira tal-pubbliku li jonqsu li jġeddu l- liċenzja fil-ħin.", "Nixtieq nenfasizza li hu llegali li persuna ssuq vettura b'liċenzja tas- sewqan skaduta u l-awtorita' dwar it-trasport m'għandha l-ebda obbligu li trid tinnotifika s-sewwieq biex iġedded il-liċenzja u dan tagħmlu biex tkun tista' tgħin lill-pubbliku.", "Huma ħafna dawk il-membri tal-pubbliku li jħossu d-dover li jinformaw l-awtorita' dwar it-trasport meta jbiddlu l- indirizz tagħhom.", "Dan jgħin ħafna lill-awtorita' fl-għoti tas-servizz tagħha.", "SMEs FIL-FLORIANA", "19363.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jgħid meta se jiġi offrut post ġdid lil dawk l- SMEs li hemm fil-Floriana, fl-inħawi tal-park and ride?", "Għadu l-ħsieb li dawn l-SMEs jiġu ttrasferiti għall-inħawi tal-Blata l-Bajda?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "BENEFIĊĊJI SOĊJALI", "19364.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tara li jinħareġ xi tip ta' benefiċċju soċjali lil familja b'tarbija li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, peress li din inqatgħalha kull tip ta' benefiċċju u m'għandha l-ebda dħul ieħor?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Il-persuna indikata ġiet informata mid-dipartiment tas-sigurta' soċjali dwar il-każ tagħha.", "PACE GRASSO FOOTBALL GROUND", "19365.", "L-ONOR.", "ROBERT ARRIGO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jiikkonferma l-Ministru li ż-żmien tal-kirja ta' l- istadium Pace Grasso intemm 13-il sena ilu?", "Għaliex tħalla bla kuntratt ġdid?", "B'liema jedd l-MFA ċaħħdet aċċess lill-iskola għall-użu ta' dan l- istadium?", "Xi stand se jieħu l-ministeru fuq każi ta' mistħija bħal dawn fil-konfront tal-president ta' l-MFA?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-Onor.", "Membru huwa mitlub jirriferi l-mistoqsija tiegħu lill-ministru responsabbli mill-artijiet.", "EUROVISION SONG FESTIVAL", "19368.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid kemm ġie jiswa l-festival fejn intgħażlet il-kanzunetta Maltija għall-eurovision 2006?", "Kemm nefaq il-kumitat li jmexxi dan il-festival fl-aħħar sena?", "Fuq xiex?", "Kemm swiet b'kollox il- parteċipazzjoni Maltija fil-eurovision 2006?", "F'kemm-il pajjiż saret promozzjoni favur il-kanzunetta Maltija li ħadet sehem fil-eurovision 2006?", "Kemm swiet din il-promozzjoni?", "Min siefer biex jagħmel din il-promozzjoni u kemm intnefaq fuq is-safar?", "Jista' jgħid kemm swew il-persuni barranin li akkumpanjaw lill-kantant Malti waqt il-kanzunetta tiegħu fil-eurovision 2006?", "Kemm telgħu persuni biex jakkumpanjaw lill-kantant Malti għall- eurovision 2006 f'Ateni?", "Kemm swew l-akkomodazzjoni, l-ispiża tas-safar u nefqiet oħra f'Ateni?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "TEKNOLOĠIJA DENTALI", "19369.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid jekk hux se jiftaħ il-kors tat-teknoloġija dentali għas-sena li ġejja?", "Dan il-kors se jkompli għaddej minkejja li l-aħħar wieħed beda b'għaxra u issa niżel għal tnejn?", "Jista' iserraħ ras l-istudenti li l-kors se jibqa' għaddej?", "Għadu meqjus rilevanti u utli kors tat-teknoloġija dentali għal dawn iż-żmenijiet u għal futur prevedibbli?", "Xi pjani għandha l-universita' għall-iżvilupp ta' dan il- kors?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-kors tat-teknoloġija dentali mhux se jiftaħ is-sena li ġejja.", "Il-kors li beda s-sena l-oħra se jkompli għaddej, avolja b'żewġ studenti.", "Informat ukoll li l-kors tat-teknoloġija dentali hu meqjus rilevanti u għal quddiem hemm pjani biex id-diploma tiġi upgraded għal-livell ta' degree.", "TELGĦA TAX-XEMXIJA", "19370.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jgħid kif ġiet introdotta s-sistema ta' parkeġġ fit-telgħa tax-Xemxija qabel ma tlesta x-xogħol kollu?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Tali proġett ġie mniedi mid-dipartiment tal- kostruzzjoni u manutenzjoni u x-xogħlijiet qed isiru minn tali dipartiment flimkien mal-kunsill lokali ta' San Pawl il-Baħar.", "TELGĦA TAX-XEMXIJA", "19372.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jgħid meta se jsiru traffic lights u zebra crossing fit-telgħa tax-Xemxija?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: It-traffic lights u z-zebra crossing huma parti mill-proġett ta' tisbiħ fit-telgħa tax-Xemxija.", "Tali proġett qed isir mid- dipartiment tal-kostruzzjoni u manutenzjoni flimkien mal-kunsill lokali ta' San Pawl il-Baħar.", "MONUMENT TA' KRISTU RE", "19387.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għal Għawdex: Peress li riċentement żdiedu wħud mill-ismijiet tal-vittmi tal-gwerra fuq il-monument ta' Kristu Re, tista' il-Ministru tgħid għaliex ma tniżżlux l- ismijiet tal-vittmi kollha?", "Meta se jitniżżlu l-bqija?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: L-impjegat inkargat minn dan ix-xogħol kien involut f'xogħlijiet aktar urġenti fiċ-Cittadella u huwa ppjanat li l-bqija ta' l- ismijiet jitniżżlu appena jitlesta dan ix-xogħol.", "MARINA TA' L-IMĠARR", "19388.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għall- Kompetittivita' u Komunikazzjoni: Fid-dawl ta' l-ilmenti dwar ħsarat fil- pontoons tal-marina li qed itellfu lis-sidien meta jiġu biex jorbtu l-qoxra tagħhom,", "jista' il-Ministru jara li din is-sitwazzjoni tiġi rrimedjata?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Minn survey ta' rutina li sar mill-awtorita' marittima, irriżulta li hemm xi ħsarat fil-qiegħ u fuq in-naħa ta' barra tal- breakwater arm il-qasira u tlabt lill-awtorita' biex tara x'jista' isir.", "KAŻ TA' PENSJONI", "19392.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni li pensjonanta li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, spiċċat ħallset it-taxxa fl-2006 meta s-somma tal-pensjoni hi relattivament żgħira?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Il-persuna indikata ġiet informata bil-miktub mid- dipartiment tas-sigurta soċjali dwar il-każ tagħha.", "GOVERNMENT PHARMACEUTICAL SERVICE", "19393.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid kemm-il principal officer hemm fil-government pharmaceutical service?", "X'xogħol jagħmlu?", "Hemm minnhom li qegħdin jiġu mitluba jagħmlu xogħol li suppost jagħmlu mpjegati fi grad anqas?", "Hawn sezzonijet oħra fi ħdan id-diviżjoni tas-saħħa li għandhom bżonn ħaddiema fil-grad ta' principal officer?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Fil-preżent hemm tliet principal officers ġewwa l-GPS li kollha jagħmlu xogħol relatat mal-grad tagħhom u anke xogħol ieħor skond l-esiġenzi tas-servizz.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB", "RAVE PARTIES", "W255 L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Billi diġa' qed jiġi rreklamat party f'Paradise Bay fl-4 ta' Ġunju meta huwa illegali li tħarbat għasafar protetti li jkunu qed ibejtu, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-pulizija ħarġitx il- permess neċessarju jew le?", "ONOR.", "TONIO BORG: Il-pulizija rċeviet applikazzjoni sabiex jinżamm party kif imsemmi mill-Onor.", "Interpellant.", "Fil-proċess ta' din l-applikazzjoni ġew sottomessi l-permessi mid-dipartiment ta' l-artijiet, il-kunsill lokali tal-Mellieħa kif ukoll il-MEPA, jiġifieri l-awtorita' kompetenti li tamministra l-Att ta' l-2001 dwar il-Ħarsien ta' l-Ambjent.", "Is-sena l-oħra fuq talba simili li saret, il-pulizija kienet tat permess biex tinżamm l-attivita' sa mhux aktar mis-1.00 a.m. Din id-deċiżjoni kienet ġiet ikkontestata mill-applikant quddiem it-tribunal ta' l-appelli dwar liċenzji tal-pulizija, liema tribunal kien ikkonferma d-deċiżjoni mehuda mill-kummissarju tal-pulizija.", "Għaldaqstant u sakemm ma jkunx hemm xi oġġezzjoni ulterjuri skond kif stipulat fir-regolamenti ta' l-1991 dwar proċeduri rigward liċenzji tal- pulizija, il-pulizija beħsiebha toħroġ il-permess meħtieġ għal din l- attivita'.", "RAVE PARTIES", "W256 L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid jekk il-MEPA u/jew id-dipartiment ta' l- ambjent ħarġux permess biex isir rave party f'Paradise Bay meta diversi għasafar protetti, inkluż il-merill, ikunu qed ibejtu?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Il-MEPA għadha ma ħarġet l-ebda permess dwar l- attività imsemmija.", "RAVE PARTIES", "W257.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid għaliex il- pulizija qed tħalli jsiru rave parties jew parties oħra fl-istaġun tal- bejta ta' l-għasafar, proprju ġewwa riżervi ta' l-għasafar fejn dawn huma protetti u fejn ma jistgħux jiġu mfixkla f'dan iż-żmien delikat?", "ONOR.", "TONIO BORG: L-applikazzjonijiet li jsiru lill-pulizija jkunu pproċessati skond il-liġi.", "Pero' jekk l-Onor.", "Interpellant jagħtini aktar taghrif dwar xi permessi partikolari, inkun nista' nivverifika aktar.", "RAVE PARTIES", "W258 L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk wassalx l- ilment tiegħi lill-kummissarju tal-pulizija dwar ħruġ ta' permessi għall- party ġewwa Paradise Bay fl-4 ta' Ġunju?", "ONOR.", "TONIO BORG: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jirriferi għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari W255."]} {"filename": "20070627_544d_par.doc", "date": "2007-06-27", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Uffiċjali u Rivedut) L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 544 L-Erbgħa, 27 ta' Ġunju, 2007 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 544", "L-Erbgħa, 27 ta' Ġunju, 2007", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.02 p.m.", "Talba", "Seduta Nru. 544", "L-Erbgħa, 27 ta' Ġunju , 2007", "WERREJ", "MINUTI 128", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 128", "TQEGĦID TA' KARTI 134", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR L-AMMINISTRAZZJONI PUBBLIKA (It-Tieni Qari)", "PUBLIC ADMINISTRATION BILL (Second Reading) 135", "AĠĠORNAMENT 157", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 163", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 543 li saret fis-26 ta' Ġunju, 2007 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "BORDIJIET", "25164.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Chris Agius) staqsa lill- Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Liema huma l-bordijiet li jaqgħu taħt il-ministeru?", "Minn min huma komposti u x'inhi l-onorarja u benefiċċji oħra ta' kull wieħed?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura) (f'isem il- Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent): Qed inpoġġi fuq il-mejda tal- Kamra l-informazzjoni mitluba.", "NEFQA FUQ SAFAR UFFIĊJALI", "25611.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joe Debono Grech) staqsa lill- Ministru ta' l-Affarijiet Barranin: Kemm sewa flus is-safar, inkluż flights, subsistence allowance u accommodation, li fih kien involut il- ministru u l-uffiċjali li marru miegħu, globalment għal kull safra separata?", "Fejn kienet id-destinazzjoni u min akkumpanjah matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 separatament?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (f'isem il-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin): Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 25391.", "NEFQA FUQ HOSPITALITY", "25612.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joe Debono Grech) staqsa lill- Ministru ta' l-Affarijiet Barranin: Kemm kienet in-nefqa fuq kull tip ta' hospitality fil-ministeru, dekasteru u enti tiegħu separatament u xahar b'xahar matul Jannar, Frar u Marzu 2007?", "Min ta l-approvazzjoni għal dan l- infiq f'kull każ separatament?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (f'isem il-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin): L- informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant hja kif gej:", "| | | | | | |Jannar |Frar |Marzu | |Head |Lm6,435|Lm2,193|Lm3,062| |Office |.48 |.42 |.35 | |u FME | | | | |Ambaxxa|Lm3,623|Lm2,945|Lm4,420| |ti |.64 |.93 |.16 | |Total |Lm10,05|Lm5,139|Lm7,482| | |9.12 |.35 |.51 | |Total | | |Lm22,68| |Sħiħ | | |0.98 |", "L-approvazjoni dejjem issir skond ir-regolamenti tas-servizz pubbliku.", "SUSSIDJU FUQ DAWL U ILMA -", "25657.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Chris Agius) staqsa lill- Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Min huma l-persuni intitolati għal sussidju fuq il-kontijiet tad-dawl u ilma?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (f'isem il-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni): Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi għar-risposta li ngħatat għal mistoqsija parlamentari 22992.", "SUSSIDJU FUQ DAWL U ILMA", "25658.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Chris Agius) staqsa lill- Ministru għall-Familja u Solidarjeta` Soċjali: Min huma dawk il-persuni ntitolati għal sussidju fuq il-kontijiet tad-dawl u ilma?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA (Ministru għall-Familja u Solidarjeta` Soċjali): Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 24884.", "VERDALA HOUSING ESTATE – PROVVISTA TA' L-ELETTRIKU", "25659.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Chris Agius) staqsa lill- Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Fiex wasal ix-xogħol sabiex tissaħħaħ il-provvista ta' l-elettriku fil- housing estate ta' Verdala f'Bormla?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (f'isem il-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni): Diġa` sar xogħol ta' tisħiħ fl-inħawi msemmija u ma jirriżultax li hemm bżonn ta' aktar tisħiħ.", "Biex tkun tista' issir investigazzjoni aktar profonda ta' xi post partikolari jkun hemm bżonn ta' l-indirizz ta' fejn qiegħed jiġi allegat li hemm problema.", "ĦADDIEMA LI GĦALQU 61 SENA", "25660.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Chris Agius) staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Kemm hemm ħaddiema f'xi entita` li taqa' taħt ir-responsabbilta` tiegħu li għalqu l-61 sena?", "Minn liema entita' ġejjin?", "Kemm għandhom eta`?", "Għal kemm żmien ingħataw extension u għal liema raġuni?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Fir- rigward ta' l-uffiċċju tal-prim ministru, qed titpoġġa fuq il-mejda tal- Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.", "Fl-entitajiet tal-ministeru tal-finanzi hemm persuna waħda li ngħatat estensjoni ta' l-impjieg wara li għalqet il-61 sena.", "Din il-persuna taħdem mal-fondazzjoni għas-servizzi mediċi u għandha 65 sena.", "L-estensjoni ngħatat sa tmiem il-proċess ta' migrazzjoni minn San Luqa minħabba l- esperjenza vasta li għandha fuq il-proġett u fis-saħħa u s-sigurtà.", "ĦADDIEMA LI GĦALQU 61 SENA", "25661.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Chris Agius) staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Kemm hemm ħaddiema f'xi entita` li taqa' taħt ir-responsabbilta` tiegħu li għalqu l-61 sena?", "Minn liema entita` ġejjin?", "Kemm għandhom eta`?", "Għal kemm żmien ingħataw extension u għal liema raġuni?", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI (Segretarju Parlamentari) (f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern): Fil-preżent hemm impjegat wieħed fid-diviżjoni tar-reġistru pubbliku u ta' l-artijiet li wara li għalaq il-61 sena u ngħata estensjoni sal-31 ta' Diċembru, 2007 minħabba esiġenzi tas-servizz.", "Barra minn hekk ir-reġistratur taċ-ċentru tal-medjazzjoni għandu 68 sena.", "Huwa ma ngħata l-ebda estensjoni come tale għax kien diġa` jokkupa din il- kariga flimkien ma' dik ta' reġistratur taċ-ċentru ta' l-arbitraġġ.", "Meta huwa rriżenja miċ-ċentru ta' l-arbitraġġ, il-bord taċ-ċentru tal- medjazzjoni talbu biex jibqa' jżomm il-kariga li diġa` kien qed jaqdi f'dak iċ-ċentru.", "Din il-pożizzjoni għandha tiġi riveduta fl-aħħar ta' Ġunju 2007.", "Ta' min jgħid li ġiet approvata talba wkoll li saret mill-assistent kummissarju tal-pulizija li ngħata estensjoni għal wara li jagħlaq il-61 sena.", "ĦADDIEMA LI GĦALQU 61 SENA", "25662.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Chris Agius) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Kemm hemm ħaddiema f'xi entita` li taqa' taħt ir-responsabbilta` tiegħu li għalqu l-61 sena?", "Minn liema entita` ġejjin?", "Kemm għandhom eta`?", "Għal kemm żmien ingħataw extension u għal liema raġuni?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi): L- informazzjoni hija kif ġej:", "Fid-diviżjoni ta' l-edukazzjoni bħalissa hemm 27 persuna li għandhom 'il fuq minn 61 sena u li kienu edukaturi impjegati mad-diviżjoni.", "Dawn qed jagħtu servizz fi programmi ta' tagħlim għall-adulti u servizzi oħra.", "Fl-FTS hemm persuna waħda li għandha 61 sena u li l-kuntratt tagħha jagħlaq is-sena d-dieħla.", "Fl-MCAST hemm 27 impjegat li għalqu l-61 sena u nżammew minħabba esiġenzi ta' servizz.", "Il-kuntratt tagħhom se jiġi terminat fl-aħħar ta' din is- sena.", "Fl-FES hemm żewġ persuni u waħda minnhom għandha l' fuq minn 61 sena.", "Fl-ITS hemm persuna waħda li għalqet il-61 sena u li tinħatar għal żmien ta' sena b'kuntratt.", "Fid-dipartiment tal-libreriji hemm 11-il ħaddiem li għalqu il-61 sena f'dawn l-aħħar ħames snin u ħadd minn dawn ma ngħata estensjoni.", "Fil-korporazzjoni għax-xogħol u taħriġ hemm persuna waħda li għandha 'l fuq minn 61 sena.", "It-tagħrif dwar l-universita` ta' Malta għadu qed jinġabar.", "FORZI ARMATI – PENSJONI TA' L-IRTIRAR", "25856.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joe Debono Grech) staqsa lill- Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 24747, jista' jgħid meta se tidħol fis-seħħ il-klawsola ta' irtirar ta' 55 għal dawk il-persuni li qegħdin fil-forzi armati ta' Malta?", "Jista' jippermetti li dawn is-suldati jibqgħu jservu sakemm ikollhom 25 sena servizz jew inkella sakemm jgħalqu l-61 sena biex b'hekk ikunu jistgħu jgawdu l-pensjoni sħiħa tas-servizz?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għal mistoqsija parlamentari 24747.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT (Kap ta' l-Oppożizzjoni): Jaf il-Ministru li dawk is- suldati li jkunu għamlu 25 sena servizz u jkunu baqgħu lura milli jilħqu l- 61 sena, kien ingħatalhom iċ-ċans li jibqgħu jservu anke wara li jagħlqu l- 55 sena biex jilħqu l-eta` tal-pensjoni?", "X'inhi r-raġuni li din issa qed titneħħielhom meta hemm biss madwar 150 ruħ involuti?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Persważ li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni japprezza li din l- informazzjoni ma taqax taħt id-dekasteru tiegħi.", "Għaldaqstant nitolbu jagħmel mistoqsija bil-miktub u l-Prim Ministru jkun f'pożizzjoni li jirrispondi.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Bir-rispett kollu, Sur President, hawnhekk niġu biex nagħmlu l-mistoqsijiet.", "Qed jgħidulna li mistoqsijiet supplimentari li ma jkunux relatati mal-mistoqsijiet oriġinali ma nistgħux nagħmlu.", "Issa jien qed nistaqsi \"fuq il-ballun\", u avolja l-mistoqsija tiegħi għandha x'taqsam ma' dik oriġinali, xorta waħda m'iniex qed ningħata risposta.", "Qed issir eċċessiva f'dan il-parlament biex lanqas risposta għal xi ħaġa li tant hi ċara ma jiena qed ningħata risposta!", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq policy u jien konvint li l-Kabinett iddiskutieha din il-ħaġa.", "Meta konna fil-gvern aħna konna għedna li għal dawk in-nies li jkunu laħqu l-eta` ta' 55 sena imma ma jkollhomx il-pensjoni sħiħa ta' 25 sena, jistgħu jkomplu jaħdmu.", "Din kienet kwestjoni ta' policy li ġiet diskussa fil- Kabinett.", "Jiena qed nifhem li din ir-risposta li jrid jagħti l-ministru hi deċiżjoni ta' Kabinett u l-ministru li għandi quddiemi safejn naf jien huwa membru tal-Kabinett.", "Qed nagħmillu mistoqsija supplimentari li m'hijiex outside t-terms of reference tal-mistoqsija oriġinali u lanqas hawn ma jiena qed ningħata risposta.", "Din hija ċara, Sur President.", "Hemm 150 suldat li se jilħqu l-eta` ta' 55 sena u għadhom m'għamlux 25 sena servizz.", "Aħna konna għednielhom li dawn jistgħu jibqgħu jaħdmu sabiex ikunu jistgħu jieħdu l-pensjoni kollha.", "Kont jien l-ewwel wieħed li nsistejt dwar l-eta` ta' 55 sena, imma mbagħad konna rajna \"t-tieqa\" wkoll, li mhux fair li min diġa` ngaġġa taħt sistemi oħrajn, taħt prekonċessjonijiet oħrajn, jagħlaq il-55 sena, jkun għadu m'għamilx il-25 sena servizz u jispiċċa bejn l-eta` ta' 55 sena u 61 sena bla pensjoni!", "U kienet deċiżjoni tal-Kabinett li nidħlulha mit-tieqa.", "Qed nassumi li l-Kabinett preżenti - la ripetutament qed jirrispondi b'dan il-mod il-Prim Ministru - iddeċieda u qal li jew se jaħraqhom dawn in-nies, jew ma jridx jikkonsidrahom jew jerġa' jikkonsidra din il-kwestjoni aktar 'il quddiem imma ma nippretendix li ma jirrisponduniex.", "MR SPEAKER: L-Aġent Prim Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG (Aġent Prim Ministru): Mr Speaker, fil-liġi dwar il- pensjoni tas-servizz teżisti il-possibbilta` - din teżisti fil-korp tal- pulizija u jidhirli li anke fil-forzi armati ta' Malta - li persuna jġegħluha tirtira meta tagħlaq 55 sena.", "Imbagħad hemm raġunijiet oħra għala persuna jkollha tirtira, forsi minħabba nuqqas ta' effiċjenza u affarijiet bħal dawn.", "Il-punt li qed iqajjem il-Kap ta' l-Oppożizzjoni huwa jekk dawk li se jiġu mitluba li jirtiraw ta' 55 sena u għadhom m'għamlux 25 sena servizz, humiex se jitħallew ikomplu dan il-perijodu ta' servizz.", "Jekk tħares lejn il-liġi ma jidhirx li hemm xi dritt li kwalunkwe persuna għandha tibqa' taħdem oltre l-55 sena jekk il-gvern jitlobha li tirtira.", "Jiena ma nistax ngħid su due piedi jekk l-awtoritajiet fil-forzi armati humiex se jagħtu din il-konċessjoni, ħa nkun onest mal-Kap ta' l- Oppożizzjoni.", "Aħna min-naħa tal-pulizija m'għandniex din il-policy, għalkemm għandna liġi simili.", "Min-naħa tal-korp tal-pulizija ġeneralment persuna titħalla taħdem sa 60 sena, ġieli nestendulha ż-żmien sakemm ikollha 61 sena u f'każijiet rari ħafna, meta hekk titlob l-esiġenza tas- servizz, tiġi estiża sakemm ikollha 62 sena.", "U għalkemm fil-korp tal- pulizija kien hemm dan il-poter, qatt ma ġie wżat.", "Jidher li fl-armata - fil-fatt il-Kap ta' l-Oppożizzjoni qal li meta kien prim ministru hu kien bdiha hu li jirtiraw ta' 55 sena - teżisti din il- policy.", "Pero` jekk il-gvern issa huwiex se juża din il-liġi anke ma' dawk in-nies - hu kemm hu n-numru tagħhom - li għadhom m'għamlux il-25 sena servizz, ma nistax nagħtih tweġiba llum għas-sempliċi raġuni li ma ġejtx ppreparat għal din il-mistoqsija.", "Din m'hijiex kwestjoni li qed nipprova naħbi xi ħaġa għax kieku kelli l-informazzjoni kont ngħaddihielu.", "Kieku kont naf li ttieħdet deċiżjoni mill-Kabinett - li ma tteħditx fuq hekk - kont nirrispondih, imma ma nixtieqx ngħidlu xi ħaġa biex imbagħad jgħidli li m'hijiex korretta.", "Ara dwar il-korp tal-pulizija nista' ngħidlu li din qatt ma wżajnieha u ġeneralment in-nies jibqgħu hemmhekk sakemm ikollhom 60 sena.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, il-prattika fl-armata kienet bħal fil- korp tal-pulizija, li wara li tkun għamilt 25 sena servizz u allura jkollok l-entitlement għal service pension, għalkemm inti suppost tirtira, tista' tibqa' iġġedded sena b'sena sakemm tilħaq l-eta`ta' 61 sena.", "Dan kien ifisser li fl-armata kien qed ikun hemm numru ta' nies li bl-eta` tagħhom kienu qed jimblukkaw lil min jista' jidħol reklut ġdid, apparti mill-fatt li kienet qed iżżid l-eta` medja ta' l-armata.", "U kienet ittieħdet id- deċiżjoni - din bdiet meta konna aħna fil-gvern bejn l-1996 u l-1998 - li nżommu ma' l-eta` ta' 55 sena u mal-25 sena servizz.", "Imma mbagħad konna għedna li meta dawk is-suldati li jaslu għall-eta` ta' 55 sena jkunu għadhom m'għamlux 25 sena servizz, jistgħu jkomplu jaħdmu iżjed ħalli għallinqas ikollhom dritt għall-pensjoni sħiħa.", "Dik kienet id-deċiżjoni.", "Il-Prim Ministru qed jirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 24,740.", "Din ir-risposta kienet tgħid li min jagħlaq 55 sena, irrispettivament mill-fatt jekk għandux 25 sena servizz, ikollu jirtira.", "U bil-wiċċ tost kollu mbagħad qal li din id-deċiżjoni ttieħdet fl-1997!", "Dan m'huwiex veru u għalhekk reġgħet saret il-mistoqsija llum dwar jekk itteħditx deċiżjoni speċifika mill-Kabinett u x'inhi r- raġuni li timmotiva din id-deċiżjoni li ttieħdet u li se tolqot xi 150 ruħ fl-armata.", "Dawn se jġegħluhom jirtiraw ta' 55 sena meta għad m'għandhomx 25 sena servizz!", "U l-mistoqsija tiegħi hija din: Għaliex ittieħdet din id- deċiżjoni ladarba ma tagħmilx sens umanistiku u soċjali?", "MR SPEAKER: L-Aġent Prim Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, huwa fatt li f'Diċembru ta' l-1997, kif qal il-Prim Minsitru fit-tweġiba tiegħu, ittieħdet din id-deċiżjoni, jiġifieri li ħadd m'għandu jaħdem aktar wara li jagħlaq 55 sena.", "Jiġifieri bħala policy hija dik.", "U jiena niftakarha għax dak iż-żmien kienu ġew xi nies għandi jsaqsuni x'kienu se jagħmlu wara li jagħlqu l-55 sena.", "Issa fuq il-kwestjoni l-oħra, jekk dawk li għad m'għandhomx 25 sena servizz humiex se jitħallew ikomplu jaħdmu, s'issa għadha ma tteħditx deċiżjoni.", "Jiġifieri mhux veru li ttieħdet id-deċiżjoni li dawn mhux se jitħallew jibqgħu jaħdmu wara li jagħlqu l-55 sena.", "Peress li sadanittant ivverifikajt nista' ngħidlu li din il-problema qed tiġi ndirizzata u d- deċiżjoni se tiġi komunikata fil-ħin opportun.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, jiena għandi quddiemi t-text ta' mistoqsija parlamentari 24,740.", "Ir-risposta tal-Prim Ministru tgħid hekk:", "\"Jiena Informat li d-deċiżjoni dwar l-irtirar tal-membri tal-forzi armati ta' Malta fl-eta` ta' 55 sena ttieħdet u ġiet ikkomunikata lir- ranks kollha f'Diċembru 1997.", "Din id-deċiżjoni kif meħuda għandha tibqa' u dawk kollha li għalqu l-55 sena għandhom jirtiraw fit-8 ta' Jannar 2008.\"", "Hija ċara li ddeċieda li se jirtiraw!", "Dak iż-żmien konna għamilna din l- eċċezzjoni ċarissima, li min jagħlaq 55 sena imma għad m'għandux 25 sena servizz, jista' jkompli sakemm ikun għamilhom jew sakemm jilħaq l-eta' ta' 61 sena, għal dawk li kienu f'din il-kategorija biss.", "Issa qed jiġi konfermat li din id-deċiżjoni inbidlet u jiena qed nistaqsih għal liema raġuni inbidlet.", "MR SPEAKER: L-Aġent Prim Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, jiena għandi l-informazzjoni li din it-talba flimkien ma' oħrajn, qed tiġi kkunsidrata.", "Jiġifieri filwaqt li l-gvern se jżomm mad-deċiżjoni ta' 55 sena, fil-każ ta' dawk in-nies li se jiġu affettwati ħażin, qiegħed jikkonsidra jekk jagħtix il-konċessjoni li jkomplu oltre l-55 sena.", "Din qiegħed ngħidha għax saru rappreżentazzjonijiet minn dawn in-nies.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Imma jekk il-konċessjoni diġa` kienet qiegħda hemm, x'jista' jiġi kkunsidrat issa?", "Allura bilfors li l-konċessjoni tneħħiet!", "U l-mistoqsija tiegħi hija din: Għaliex il-konċessjoni tneħħiet?", "Jekk se tiġi mplimentata d-deċiżjoni ta' l-1997, dik il-konċessjoni qiegħda hemm.", "Formalment konna għednieha u stqarrejnieha f'dan il-parlament stess.", "Jekk issa qed jiġi kkunsidrat tingħatax il-konċessjoni, sinjal li din il- konċessjoni tneħħiet!", "U l-mistoqsija tiegħi kienet mill-bidunett din: Għaliex tneħħiet din il-konċessjoni?", "MR SPEAKER: L-Aġent Prim Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Jiena ma nafx jekk kienx hemm din il-konċessjoni.", "(Interruzzjonijiet) Jien niftakar - bħala osservatur minn barra - li dawn in-nies kienu jridu jirtiraw ta' 55 sena.", "Issa jiena qed ngħid li l- problema partikolari ta' dawk li għalqu l-55 sena pero` għadhom m'humiex intitolati għall-pensjoni sħiħa għax m'għamlux 25 sena servizz, qiegħda tiġi ndirizzata.", "Malli tittieħed id-deċiżjoni finali, tiġi kkomunikata f'dan il-parlament.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Bir-rispett kollu, Sur President, nerġa' nirrepeti li din ma kellhiex għalfejn tiġi ndirizzata għax kienet diġa` ġiet indirizzata!", "U kienet ġiet indirizzata fis-sens li qed ngħidlek, jiġifieri li min jagħlaq 55 sena u ma jkollux 25 sena servizz, jingħata il- konċessjoni awtomatikament li jkompli fis-servizz jew sakemm ikun għamel dan il-perijodu jew sakemm ikollu 61 sena biex ikollu dritt għall-pensjoni sħiħa.", "Dik il-konċessjoni kienet ingħatat.", "Il-mistoqsija tiegħi hija għaliex tneħħiet, u s'issa għad ma kellix risposta!", "MR SPEAKER: L-Aġent Prim Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Jiena m'għandix l-informazzjoni għax tneħħiet jew ma tneħħietx, imma qed ngħid sempliċement li din il-problema partikolari qiegħda tiġi ndirizzata.", "Ma nistax ngħid iktar minn hekk.", "Kieku għandi iktar informazzjoni kont ngħidha, imma m'għandix.", "Jiena naf li hemm din il- problema ta' dawk li għalqu l-55 sena imma għadhom m'għamlux 25 sena servizz.", "Jekk inħarsu lejn il-liġi kif inhi fiż-żewġ forzi dixxiplinati m'hemmx drittijiet, jiġifieri din hija kwestjoni li jiddeċidiha l-gvern, u l-gvern se jindirizzaha.", "IMPJEGATI PART-TIME JEW BIL-KUNTRATT", "26025.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joe Debono Grech) staqsa lill- Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Kien hemm impjegati fuq bażi part time jew bil-kuntratt matul x-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu, 2007 fil- ministeru, dekasteru u enti tiegħu, li m'humiex uffiċjali pubbliċi?", "Min huma, x'pożizzjoni għandhom u fejn qegħdin jaħdmu?", "X'salarju jew x'rata jitħallsu biha u minn liema distrett elettorali jiġu?", "Il-kuntratt ta' dawn l-impjegati huwa definit?", "Jekk fl-affermattiv, għal kemm perjodu?", "ONOR.", "TONO BORG (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u se tingħata tweġiba f'xi seduta oħra.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jista' l-Aġent Prim Ministru jgħidilna x'vetting isir fuq dawk li jiġu mpjegati part-time jew full-time bil-kuntratt?", "Qed nirriferi għal vetting li għandu x'jaqsam ma' kondotta, ma' sigurta`, ma' maħfriet presidenzjali u affarijiet oħra, fosthom jekk dawn in-nies kenux jaħdmu mal-gvern qabel u f'liema kategorija jaħdmu.", "MR SPEAKER: L-Aġent Prim Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, il-proċedura kif nafha jien hi li meta jkun hemm xogħol sensittiv isir ċertu vetting.", "Ħalli nagħti eżempju.", "Jekk nieħdu kuntratti dwar postijiet fis-segretarjat privat, hemmhekk isir ċertu vetting.", "Jekk nieħdu ċertu servizzi oħrajn li huma delikati, hemm isir ċertu vetting.", "Fuq il-kuntratti kollha, hemm il-kumitat tal-kuntratti li jara s-sitwazzjoni ta' kull kuntratt, u jara jekk sarx kollox b'mod regolari jew le, u l-vetting isir minnu.", "(Interruzzjonijiet) Qed nirriferi għal impjiegi, kuntratti, eċċetra.", "Għax jista' jkun kuntratt ta' servizz u jistgħu jkunu mpjiegi nnifishom.", "Jiena bħala ministru ta' l-intern nista' ngħid li aktar niġu nvoluti f'postijiet sensittivi fejn isir vetting minn qabel.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Imma allura nista' neħodha li hemm ċerti ministeri u ċerti dipartimenti fejn isir vetting speċifiku skond id-dipartiment?", "Jekk ikun hemm service contract fid-dipartiment tal-VAT, per eżempju, hemmhekk isir vetting biex naraw jistax ikun hemm konflitt ta' interess?", "F'dak li għandu x'jaqsam ma' part-time contracts jew service contracts taħt is- sistema ta' l-immigrazzjoni, per eżempju, isir vetting?", "MR SPEAKER: L-Aġent Prim Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: L-iktar li jsir vetting f'postijiet sensittivi.", "Dan il- vetting ġieli jintalab li jsir u jsir b'mod sistematiku, kemm fil-ministeri kif ukoll fis-segretarjati privati kollha.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Imma jiena għalhekk kont speċifiku u semmejtlu l-VAT department għax waħda mill-allegazzjonijiet li tisma' hi li ċerti nies li jkunu mpjegati f'dik is-sistema jista' jkollhom konflitt ta' interess.", "Dawn jistgħu jkunu qegħdin jagħmlu spjunaġġ fuq kompetituri jew nies imqabbda minnhom għall-kuntratti.", "Fil-qasam ta' l-immigrazzjoni llegali - din semmieha l-Prim Ministru nnifsu - hemm radiċi ta' kriminalita` li qiegħda fis-sistema ta' l-immigrazzjoni llegali biex twassal lill-immigranti min- naħa għal oħra.", "Allura jien qed nistaqsi jekk il-vetting fuq nies li taħt service contract jew b'xi mod ikunu nvoluti fis-sistema, isirx skond il- kategorija ta' xogħol li jkollhom.", "MR SPEAKER: L-Aġent Prim Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, hemm żewġ tipi ta' vetting.", "Hemm dak li jsir mill-ministeru ta' l-intern, jiġifieri mill-pulizija jew inkella mis- servizz tas-sigurta`, li ġeneralment isir għal dawk il-karigi li semmejt jien u karigi oħrajn sensittivi, u mbagħad hemm vetting li jsir mid- dipartiment konċernat.", "Jiġifieri jekk il-VAT department jimpjega lil xi ħadd jew b'kuntratt biex jagħti servizz jew bħala mpjieg, sta għal dak id- dipartiment li jara li ma jkunx hemm konflitt ta' nteress.", "Per eżempju, kulmin jiġi reklutat fil-korp tal-pulizija, isir ċertu vetting fuqu.", "Anke kulmin jidħol fl-armata jsir ċertu vetting fuqu.", "L-istess japplika għall- forzi dixxiplinati kollha u postijiet sensittivi oħrajn.", "Imma dak huwa vetting li għandu x'jaqsam mas-sigurta`.", "Imbagħad hemm il-vetting l-ieħor tal-konflitti ta' interess li jsir mid-dipartiment konċernat.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-Mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "L-Aġent Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "TONIO BORG (Aġent Prim Ministru): Sur President, f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru. 166 ta' l-2007 – Regoli ta' l-2007 li jemendaw ir- Regoli ta' l-1994 dwar il-Formola tal-Prospetti tat-Taxxa fuq l- Income; u", "Rapport Finanzjarju għas-sena 2006 maħrug mit-Teżor skond artikolu 65 ta' l-Att ta' l-1962 dwar l-Aministrazzjoni Finanzjarja u l-Verifika.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għall-Kompetittivita` u Komunikazzjoni): Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Lista tal-bordijiet, awtoritajiet u kummissjonijiet fid-dekasteru li għalih hu responsabbli l-Ministru għall-Kompetittivita` u Komunikazzjoni flimkien ma' l-għadd ta' membri nisa u rġiel u l- etajiet tagħhom, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 26615;", "Tagħrif dwar uffiċjali u ħaddiema li rriżenjaw jew spiċċaw mix-xogħol u dwar uffiċjali u ħaddiema li nħatru fid-dekasteru li għalih hu responsabbli l-Ministru għall-Kompetittivita` u Komunikazzjoni bejn Mejju 2004 u Ġunju 2007, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 26842;", "f'isem il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura nqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar uffiċjali u ħaddiema li rriżenjaw jew spiċċaw mix-xogħol u dwar uffiċjali u ħaddiema li nħatru fid-dekasteru li għalih hu responsabbli l-Ministru għat-Turiżmu u Kultura bejn Mejju 2004 u Ġunju 2007, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 26844;", "f'isem il-Ministru għal Għawdex inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra: Tagħrif dwar l-impjegati fis-segretarjat tal-Ministru għal Għawdex, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 26795;", "f'isem il-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita` inqiegħed fuq il- mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru. 165 ta' l-2007 – Regolamenti ta' l-2007 dwar Prodotti Mediċinali Disponibbli fis-Servizzi tas-Saħħa tal-Gvern; u", "f'isem l-Ministru għall-Familja u Solidarjeta` Soċjali nqiegħed fuq il- mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar l-impjegati fis-segretarjat tal-Ministru għall-Familja u Solidarjeta` Soċjali, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 26796.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "David Agius.", "ONOR.", "DAVID AGIUS (President tal-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi): Sur President, nirrapporta lill-Kamra li l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili (Emenda Nru. 2) għadda mill-istadju ta' kumitat b'emendi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR", "L-AMMINISTRAZZJONI PUBBLIKA", "PUBLIC ADMINISTRATION BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mis-26 ta' Ġunju, 2007.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Helena Dalli hija in possession.", "ONOR.", "HELENA DALLI: Sur President, il-bieraħ meta spiċċali l-ħin kont se nibda nitkellem fuq il-PBS għax għalkemm fid-diskors tiegħu l-prim ministru qal li se jinkludi l-aġenziji, il-fondazzjonijiet u l-awtoritajiet kollha f'din il-liġi, hawnhekk hawn imsemmija biss żewġ aġenziji, il-management efficiency unit u l-office of the attorney general.", "Kif għedt, il-bieraħ jien kont se nibda nitkellem fuq il-kwestjoni tal-PBS għax il-bord editorjali ddeċieda fuq il-programmi li għandhom jintwerew fl-istaġun illi ġej, u wara li ħarġu l-avviżi lin-nies konċernati, il-bord tad-diretturi ddeċieda li jneħħi din id-deċiżjoni u javża lil dawn in-nies li kienu se jirtiraw kollox.", "Imbagħad sirna nafu li qam kjass sħiħ għax ma ntagħżlux żewġ produzzjonijiet minn ta' ġewwa, u allura dawn in-nies għadhom fil- limbu.", "Il-bieraħ il-prim ministru tkellem fuq trasparenza, effiċjenza u accountability, pero` jien nistaqsih: Fil-każ tal-PBS fejn qiegħda t- trasparenza?", "Qed nistaqsi dan għax, kif għedt diġa`, wara li ddeċidew fuq il-programmi u avżaw lill-produtturi illi huma kienu ġew magħżulin, ġie irtirat kollox mingħajr l-ebda spjegazzjoni u għadhom sal-lum ma jafux x'se jiġri.", "Li nafu li se jiġri hu li aktar ma jgħaddi żmien, aktar se jkun ta' żvantaġġ għal xi produtturi ġodda għax dawn għad iridu jsibu l-advertisers, mentri oħrajn illi ilhom bil-monopolju fix-xandir jafu min huma l- advertisers tagħhom u jekk jgħajtulhom fl-aħħar minuta dawn se jkunu komdi biex jagħmlu l-produzzjonijiet tagħhom.", "Ma rridux ninsew li hawnhekk qed nitkellmu fuq stazzjon nazzjonali.", "Lill-prim ministru nistaqsih fuq liema stazzjon nazzjonali fid-dinja l-programmi ta' ġrajjiet kurrenti ma jsirux mill-istazzjon stess.", "Dwar dan qatt ma weġbuna meta nafu li hemm nies kapaċi jagħmlu dawn il-programmi, u meta għamluhom, dawn ma ntwerewx fil- prime time.", "Għalhekk f'ġieħ it-trasparenza nitlob lill-prim ministru biex iwieġeb għal din il-mistoqsjia li qed nagħmillu ħalli għallinqas dawn in- nies ikunu jafu fejn qegħdin.", "Kif għedt, hawnhekk qed nitkellmu fuq stazzjon iffinanzjat mill-pubbliku Malti u kull persuna f'Malta għandha dritt li tkun taf x'inhu jiġri.", "Sur President, in-nuqqas ta' serjeta`, in-nuqqas ta' effiċjenza u n-nuqqas ta' trasparenza hija across the board.", "Il-bieraħ tajt ħafna eżempji u semmejt ukoll id-dokument li kkummissjona l-partit Nazzjonalista stess li fih jingħad li l-gvern falla f'dan il-qasam.", "Għalhekk jien nistkanta kif jiġi l-prim ministru hawnhekk jitkellem b'dik l-awtorita` fuq is-settur pubbliku u jgħid li dan huwa miexi tajjeb u li saħħu meta minn ġewwa stess qalulu li ħafna nies jassoċjaw lill-ministeri, lill-aġenziji tal-gvern, liċ- ċivil u lill-gvern ma' ħela ta' flus, ma' nuqqas ta' dixxiplina u ma' nuqqas ta' rieda.", "Fit-teorija l-prim ministru jgħid ħafna affarijiet sbieħ imma l-esperjenza tan-nies hija ferm 'il bogħod minn dan!", "Dan juri kemm il- gvern huwa maqtugħ mir-realta` u minn ħafna nies li jagħmlu xogħolhom fis- settur pubbliku.", "Il-prim ministru jaf li l-impjegati tas-settur pubbliku – dawn l-affarijiet jafhom għax in-nies imorru għandu bħalma jiġu għandi – huma frustrati meta jaraw l-arroganza ta' wħud illi qegħdin fiċ-ċivil u fil- kumplament tas-settur pubbliku li għax huma tal-qalba, jagħmlu li jridu.", "Hawnhekk mhux qed ngħid x'qalli xi ħadd li forsi jkun biased, imma qed ngħid x'qalulhom fir-rapport tagħhom.", "Jien se nikkwota eżatt mir-rapport ikkummissjonat mill-partit Nazzjonalista stess fuq dawn in-nies illi qed jagħmlu ħafna arja u li għandhom ħafna arroganza fis-settur pubbliku.", "Qed jingħad li dawn in-nies ma jiġu kkastigati qatt u jibqgħu jokkupaw - qed nikkwota mir-rapport tal-PN – pożizzjonijiet li la huma kwalifikati għalihom u lanqas juru xi ħila partikolari għalihom.", "Dawn huma nies li ħadd ma jista' għalihom u għax inkixfu, issa qed jiġri xi ħaġa!", "Għalhekk qed joħorġu affarijiet li ilhom isiru s-snin u qegħdin joħorġu issa għax qed toħroġhom l-oppożizzjoni.", "Per eżempju, il-bieraħ il-prim ministru tkellem ħafna fuq il-meritokrazija.", "Fejn hi l-meritokrazija?", "Sur President, verdett agħar minn dak li tawh dawk li tqabbdu biex jagħmlu rapport ħalli jaraw fejn hu sejjer il-gvern ma nafx x'jista' jkollok!", "Imbagħad il-prim ministru bl-arroganza kollha l-bieraħ jiġi hawnhekk u jitkellem fuq it-trasparenza, fuq l-effiċjenza u fuq il-kontabilita`!", "Il- prim ministru jaf b'dan ir-rapport intern – dan apparti n-nies li qed jgħidulu dawn l-affarijiet huma wkoll - li fih jingħad li l-affarijiet m'humiex qegħdin kif qed jgħid hu.", "Kif nistgħu neħduh bis-serjeta` lill- Prim Ministru meta jiġi hawnhekk jitkellem fuq is-serjeta`, fuq il- kontabilita` u fuq it-trasparenza?", "Kif nistgħu nieħdu din il-liġi bis- serjeta` speċjalment meta qegħdin naraw illi jekk impjegat jagħmel xi ħaġa fil-konfront ta' ministru jew tas-segretarjat privat tiegħu, finalment huwa l-Prim Ministru li jiddeċiedi x'miżuri jkollhom jittieħdu u mhux xi kummissjoni indipendenti?", "Kif nistgħu neħduhom bis-serjeta' meta ilhom mill-1995 għaddejjin ikaxkru saqajhom fuq din il-liġi u issa ġew biha lejlet l-elezzjoni?!", "Din kemm hija etika politika speċjalment meta nafu li din il-liġi ġejja minn kabinett ta' nies li fosthom hemm min jemmen u ddikjara - u din qiegħda on record - li ċ-ċivil irid ikun politiċizzat.", "Din il-liġi ġejja mingħand nies li jemmnu li ċ-ċivil irid ikun politiċizzat, allura kif nistgħu neħduhom bis-serjeta`?", "U ġew b'din il-liġi lejlet elezzjoni!", "Sur President, hemm bżonn li din il-liġi ssir b'aktar impenn għax f'ħafna aspetti flok se tgħin lis-settur pubbliku jiżviluppa, se tfixklu.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Carmelo Abela): Onorevoli, skada l-ħin, nitolbok tikkonkludi.", "ONOR.", "HELENA DALLI: Nikkonkludi billi ngħid li hemm ħafna aspetti f'din il- liġi li flok se jgħinu l-iżvilupp se jfixklu.", "U fejn ilna dawn is-snin fuq snin fuq snin nistennew din il-liġi, jien inħoss li għandha ssir bis- serjeta` wara l-elezzjoni.", "Il-bieraħ jien semmejt xi siltiet mill-viżjoni tal-partit Laburista dwar is-settur pubbliku.", "Hija viżjoni li tmexxi 'l quddiem, li tuża l-kapaċitajiet tan-nies li għandna f'dan is-settur u tgħinhom jimxu 'l quddiem skond il-mertu tagħhom, mhux skond min inti, imma skond x'inti kapaċi tagħmel.", "Il-viżjoni Laburista tmexxi 'l quddiem il-mod kif fis-settur pubbliku rridu nkunu accountable, irridu nagħmlu aktar b'inqas u rridu nevitaw l-isparpaljar esaġerat li ilu jsir tul dawn l-20 sena ta' gvern Nazzjonalista.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Aġent Prim Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Sur President, jien se nikkonċentra fuq il-liġi, pero` qabel ma nagħmel hekk xtaqt inwieġeb xi kummenti li saru l-bieraħ waqt li kont qed nisma' d-diskors ta' l-Onor.", "Dalli u anke fil-konklużjoni tagħha llum.", "Wieħed mill-argumenti tagħha kien għaliex il-gvern se jressaq din il- liġi issa.", "Meta ilu tant jitkellem dwarha issa qisu kważi kważi m'għandux dritt, in inverted commas, li jressaq din il-liġi issa!", "(Interruzzjonijiet) U iva, mhux etiku, f'dak is-sens, għalhekk għamiltha in inverted commas!", "Allaħares nirraġunaw hekk, Sur President!", "L-ewwelnett il-prim ministru jiddeċiedi meta jagħmel l-elezzjoni u għandu dritt jagħmilha s'Awissu tas-sena li ġejja!", "Sur President, ma naħsibx li l-gvern Ingliż fl-aħħar sena ma jressaqx liġijiet importanti fil-parlament, fil-House of Commons.", "U anke meta kontu fil-gvern intom ressaqtu liġijiet importanti fl-aħħar minkejja li kontu tafu li se jkollkom elezzjoni bikrija.", "Jiġifieri ma naħsibx li hija valida l-kritika.", "Kieku kienet l-aħħar ġurnata tal-parlament u wieħed ressaq din il-liġi għall-gost u l-pjaċir li jressaq din il-liġi, forsi kont nifhem l- argument ta' l-Onor.", "Dalli!", "Imma meta qegħdin f'Ġunju ta' l-2007, il-gvern għandu dritt– u naħseb huwa etiku wkoll - li wara li kien hemm diskussjoni, wara li kien hemm il-white paper, jippubblika għall-ewwel darba abbozz ta' liġi li jipprova jagħti qafas legali lis-servizz pubbliku f'pajjiżna anke in vista ta' l-iżviluppi importanti li kien hemm f'dawn l-aħħar 40 sena bil- mod kif is-settur pubbliku kiber.", "Sur President, tradizzjonalment fl-antik wieħed kien jitkellem biss dwar dipartimenti tal-gvern, u mbagħad għal diversi raġunijiet bdejna nikkopjaw dak li jsir barra, partikolarment fir-Renju Unit, li peress li f'ċerti oqsma pubbliċi kellna bżonn expertise partikolari, flok bdejna nħallu f'idejn il-kapijiet tad-dipartimenti bdejna noħolqu korporazzjonijiet pubbliċi.", "Fost dawn insibu l-Malta Electricity Board, l-Universita`, l- Enemalta, it-Telemalta fl-antik, u llum għandna sensiela twila ta' dawn il- korporazzjonijiet pubbliċi.", "Il-valur kbir ta' din il-liġi huwa li mhux biss tirregola ċ-ċivil tradizzjonali kif nifhmuh, imma tista' tgħid is-settur pubbliku kollu.", "Jien se ngħid kif dan il-gvern dejjem ħoloq mekkaniżmi ta' kontroll, kemm fuq l-impjegati tiegħu kif ukoll fuq kategoriji speċjali ta' l-impjegati tiegħu.", "Għalhekk il-kritika li għamlet l-Onor.", "Dalli \"Kemm domtu ġejjin biha\" irrid nirribattiha billi ngħid illi aħna ma qgħadniex b'idejna fuq żaqqna.", "Daqskemm għamilna affarijiet!", "Per eżempju, emendajna l- Interpretation Act biex b'hekk għedna li l-ministru jista' jordna affarijiet, naturalment mhux illegali, u bħala impjegat tal-gvern trid tobdi ordni leġittima ta' ministru.", "Pero` tajna d-dritt illi l-impjegat ċivili jista' jitlob li direttiva tingħata lilu bil-miktub, kuntrarjament għal dak li kien isir qabel, fejn ma kienx hemm dan il-mekkaniżmu ta' kontroll.", "Nista' nsemmi wkoll l-emendi importanti li għamilna fil-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili għal dak li jirrigwarda skrutinju, eżami u verifika tal-qrati fuq id-diskrezzjoni ministerjali.", "Naħseb li m'hawn ebda gvern li ħoloq daqshekk kontrolli fuqu nnifsu.", "Illum jistgħu jagħmlulek kawża kostituzzjonali, jistgħu jagħmlulek ukoll kawża għax inti m'eżerċitajtx id-diskrezzjoni tiegħek – dan ma japplikax biss għal-livell ministerjali biss imma japplika wkoll għal-livell ta' dipartiment - jista' japplika fil-livell ta' dipartiment - u jistgħu jagħmlulek kawża għax inti ma mxejtx skond ir-regoli tad-dritt amministrattiv, bħal, per eżempju, għax ma tkunx eżerċitajt id-diskrezzjoni tiegħek b'mod raġunevoli.", "Dawn ir- regoli l-gvern għamilhom!", "Dan biex ma nsemmix istituzzjonijiet oħrajn, bħal, per eżempju, l- ombudsman.", "Issa biex inkun onest irrid ngħid li l-istituzzjoni ta' l- ombudsman ma kenitx idea tal-gvern Nazzjonalista imma kienet idea tal- partit Laburista, imma idea baqgħet!", "Fil-fatt kienet ġiet proposta fl- 1971 bħala miżura urġenti u għaddew 16-il sena u ma ġiet introdotta qatt.", "Imbagħad meta tlajna fil-gvern aħna, l-ewwel daħħalna l-konvenzjoni Ewropea tad-drittijiet tal-bniedem li wkoll tikkontrolla l-gvern – dan għax il- konvenzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem ma jagħtux drittijiet lill- gvern, imma jagħtu obbligi u drittijiet lill-individwu, u għalhekk tissejjaħ b'dak il-mod - imbagħad daħħalna l-istituzzjoni ta' l-ombudsman li wegħedha ħaddieħor.", "Pero` aħna mhux wegħednieha, imma għamilnieha.", "Sur President, l-istituzzjoni ta' l-ombudsman ħadmet f'pajjiżna.", "(Interruzzjonijiet) L-ewwelnett aħna daħħalna r-regola, li ma teżistix kullimkien, li biex jiġi nominat ombudsman iridu jaqblu ż-żewġ naħat tal- Kamra.", "Din mhux kullimkien isir hekk, u aħna għamilnieha ħalli lill- ombudsman nagħtuh is-saħħa għax b'hekk verament ikun uffiċjal tal- parlament.", "Il-fatt li ombudsman jiġi nominat b'maġġoranza ta' żewġ terzi jfisser li ebda partit politiku fil-parlament jew ebda grupp parlamentari ma jista' jinnomina l-ombudsman waħdu.", "Għalhekk tagħtih ċertu saħħa.", "L- ombudsman jirrakkmanda jista' għax kieku ma jirrakkmandax imma jesegwixxi hu, kieku kien ikollna super ministru, super kabinett u super prim ministru.", "Imma s-sanzjoni tad-deċiżjonijiet tiegħu hija waħda politika.", "Issa jien niftakar li meta sirt ministru fl-1998 erġajt sibt deċiżjonijiet li kienu ttieħdu mill-ombudsman fi żmien amministrazzjoni Laburista li ma ġewx imwettqa u l-gvern Laburista kellu kull dritt li ma jwettaqhomx.", "Imma mbagħad hemm is-sanzjoni politika u jista' jkun hemm ċerti ċirkostanzi fejn jien ma naqbilx ma' l-ombudsman, u għandi kull dritt li ma naqbilx u ma nimplimentax.", "Ovvjament ħaġa bħal din m'għandekx tagħmilha għalxejn b'xejn u m'għandekx tabbuża minnha.", "Kien hemm ċerti deċiżjonijiet li jien ma qbiltx magħhom.", "Dawn ma kenux jikkonċernaw personalment lili għax kienu tal-predeċessur tiegħi, pero` jien għedt: Se noqgħod inħaqqaqha ma' l- ombudsman fuq hekk?", "Ma naqblux, imma nirrispetta d-deċiżjoni tiegħu.", "Imbagħad jekk tkun kwestjoni ta' prinċipju, allura wieħed għandu jgħid le.", "Pero`, Onor. Dalli, meta tara kemm huwa dan il-persentaġġ .....", "THE DEPUTY SPEAKER: Onor. Borg, jekk jogħbok indirizza lis-Sedja.", "ONOR.", "TONIO BORG: Għandek raġun u niskuża ruħi, sempliċement għax konna qed nagħmlu battibekk.", "Meta xi ħadd jagħtik injection, diffiċli biex tirrispondi mingħajr ma tħares lejh!", "Imma apparti minn dan.", "Kont qed ngħid li jien u hi nkunu fil-house business committee u nistaqsu l-istess domanda li hija din: Kemm minnhom ma jiġux attwati?", "Il-persentaġġ ikun under one per cent.", "Din tikkompara tajjeb ma' pajjiżi oħrajn.", "(Interruzzjoniijiet) Bil-qalb kollha.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Helena Dalli, bil-permess ta' l-Onor.", "Borg.", "ONOR.", "HELENA DALLI: Mhux qed tinterpreta b'mod preċiż dak li għedt jien.", "Jien il-bieraħ kont qed ngħid għal meta l-gvern nazzjonalista, il-Prim ministru Fenech Adami dak iż-żmien, għamel ċertu diskors fil-konfront ta' l- ombudsman.", "L-ombudsman kien qed ikun undermined.", "Jien ma kontx qed nidħol fil-kriterju ta' każijiet tajbin u ħżiena, imma meta inti you undermine pubblikament istituzzjoni b'dak il-mod, ovvjament ma tistax imbagħad tiġi hawnhekk fil-parlament u tiftaħar bl-istituzzjoni ta' l-ombudsman.", "Hekk għamel il-bieraħ il-prim ministru, u dan meta l-istess gvern tiegħu ħareġ jgħajjar lill-ombudsman pubblikament sempliċement għax ma qabilx mad- deċiżjonijiet tiegħu.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Ikompli bl-intervent tiegħu l-Onor.", "Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Chairman, il-fatt li inti tkun ombudsman ma jfissirx li inti ma tistax tkun espost għall-kritika.", "Jiġi espost għall-kritika kulħadd, anke l-qrati, aħseb u ara l-ombudsman.", "Jiġifieri l-fatt li huwa uffiċjal tal-parlament ma jfissirx li ma nistax nikkritikah, u fil-fatt infakkar lill-Onor.", "Dalli li f'dak il-każ partikolari kien l-ombudsman li għamel intervista, u f'dik l-intervista beda jfajjar kritika, li għandu kull dritt jagħmilha, kontra l-gvern in parti, bażata fuq fatti li ma kenux korretti.", "Wara dan imbagħad, il-gvern irrisponda.", "L-Onor.", "Dalli wżat il- kelma \"jgħajjar\".", "Jiena naħseb li l-ombudsman ma kienx qed jgħajjar lill- gvern imma jikkritikah, u l-gvern ma kienx qed jgħajjar lill-ombudsman imma jikkritikah.", "U niftakar lill-prim ministru Fenech Adami dak iż-żmien li qal: Ejja jkollna dibattitu fil-parlament.", "U niftakar kont qomt jien u bdejt ngħid li per eżempju, l-ombudsman kien qed jikkritika lil-lands meta qatt ma kien hemm daqshekk assi ta' kumpens taħt dan il-gvern partikolari.", "Issa ma nistgħux nippretendu li għax inti istituzzjoni, allura ma tistax tiġi kkritikat!", "(Interruzzjonijiet) Le, din m'hijiex kwestjoni ta' politika.", "THE DEPUTY SPEAKER: No cross debate, jekk jogħġobkom.", "ONOR.", "TONIO BORG: X'jiġifieri għax huwa uffiċjal tal-parlament ma nistax nikkritikah!", "Hawnhekk irridu noqogħdu attenti issa!", "Dawn l- istituzzjonijiet, wara kollox, għamilhom il-gvern Nazzjonalista!", "Ħaddieħor kellu l-opportunita` u m'għamilhomx.", "Aħna tajnieh l-mezzi sabiex ikun effettiv, u jien nemmen li huwa effettiv.", "L-istess, aħna ħloqna l-bord tal- pulizija biex kwalunkwe persuna li għandha lment fil-korp tal-pulizija jew kontra l-korp tal-pulizija jkun jista' jagħmel l-ilment tiegħu hemmhekk.", "U ħafna darbi r-rakkmandazzjonijiet ta' dan il-bord jiġu implimentati.", "Hemm il-kummissjoni ta' kontra l-korruzzjoni.", "Iva, kien hemm prosekuzzjonijiet li saru abbażi ta' hekk.", "Kontra min hi l-kummissjoni?", "Mhux fil-kamp privat, imma fil-kamp pubbliku.", "U issa qed noħolqu din il-liġi, li li kieku ħadna l-parir ta' l-Onor.Dalli ngħidu ma nagħmluhiex għax qed issir sena qabel l-elezzjoni.", "Allura għax qed issir sena qabel l-elezzjoni, ma ngħidux li ċ-ċivil bil-liġi għandu jkun anonimu u indipendenti, li għandu jimxi b'ċertu imparzjalita` kemm jista' jkun malajr, u jittratta n-nies ta' nies, u li għandu jipprovdi parir fl-affarijiet li huma fil-kompetenza tiegħu u li jobdi l-gvern tal- ġurnata?!", "Issa dwar din kien hawn dibattitu interessanti.", "Xi jfisser tobdi l-gvern tal-ġurnata?", "Allura tiġi politiċizzata għax tobdi l-gvern tal- ġurnata?!", "Ħalli naraw x'jagħmlu pajjiżi oħrajn.", "Pajjiżi oħrajn għandhom iċ- ċivil, u mbagħad kull ministru qisu jkollu grupp ta' nies ivarja fin-numru li jkunu purely on political appointments.", "Per eżempju, Alistair Campell fi żmien l-ex-prim ministru Blair, tista' tgħidlu parti miċ-ċivil?", "Kien political appointment.", "U ħuh kien jaħdem ma' Thatcher!", "Dawn kienu political advisers.", "U xi kultant ikun hemm konflitti bejn dawk li qegħdin hemmhekk għasafar tal-passa għax qegħdin mal-ministru jew mal-prim ministru sakemm jokkupaw dik il-kariga, u l-oħrajn li huma fiċ- ċivil.", "Jekk wieħed jaqra l-kotba partikolarment ta' Anthony Holden dwar Blair, jgħidlek dwar il-konflitti li kien hemm bejn Campbell li kien pjuttost impulsiv, u Sir Robert Armstrong li kien is-segretarju tal- kabinett.", "Dawn huma affarijiet naturali, imma b'daqshekk is-servizz ċivili ma jkunx politiċizzat.", "Sur President, tan-naħa l-oħra jikkritikaw lill-Onor.", "Austin Gatt għax deherlu li dak l-element għandu jissaħħaħ.", "Anke jien nemmen li għandu jissaħħaħ iktar mil-lum.", "Per eżempju llum ministru jista' jimpjega minn barra ċ-ċivil erba' persuni, tnejn fil-clerical grade u tnejn driver/securities.", "(Interruzzjonijiet) Le, jien qed ngħid li jiena ma nsib l-ebda oġġezzjoni li dak l-element politiku jissaħħaħ, imma l-Ministru Gatt ma kienx qed jgħid li għandna nippolitiċizzaw is-servizz ċivili fis-sens li jinbidel il-gvern u jispiċċa.", "(Interruzzjonijiet) Li jkun hemm dak il-grupp li jikber iva, imma mhux iċ-ċivil kollu.", "Li għandu jkun hemm huwa li ċ- ċivil jimplimenta l-politika tal-gvern tal-ġurnata irrispettivament minn jekk ikunx aħmar jew blu.", "Allaħares dak kollu li għamilt kemm ili ministru implimentajtu bis-civil service nazzjonalisti biss!", "Allaħares.", "Min jaf kemm kien hemm, u għad hemm, u għad għandi karigi importanti li jokkupawhom persuni ta' fehma laburista li jimplimentaw il-policies tal-partit Nazzjonalista fil-gvern.", "Allaħares mhux hekk!", "Niftakar kien hemm wieħed f'dawk il-famużi programmi ta' \"Yes, Prime Minister\", il-permanent secretary qal: Allaħares ma nagħmlux hekk għax kieku niġġennu!", "Dan l-ewwel kien hemm partit fil-gvern fl-Ingilterra li innazzjonalizza l-faħam u affarijiet oħrajn, imbagħad tela' partit ieħor, il-partit konservattiv li għamel id-denationalisation ta' dawk l- industriji.", "Terġa mbagħad tela' l-partit laburista li reġa' innazzjonalizza wħud minn dawk l-industriji!", "Jiġifieri li kieku dan kien jeħodha de facto, kien jiġġennen!", "Aħna qed ngħidu li ċ-ċivil irid jimplimenta l-politika tal- gvern tal-ġurnata.", "Issa tobdi l-ordnijiet ma jfissirx tobdi l-ordnijiet illeġittimi.", "Jekk inti tiġi sforzat, ħadd ma jista' jisforza impjegat ċivili li jagħmel xi ħaġa kontra l-liġi jew inkella xi ħaġa immorali, imma li hu jimplimenta l-politika tal-gvern tal-ġurnata.", "Allaħares ma jkunx hekk!", "L-Onor.Dalli għamlet punt u qalet: Isma', il-kodiċi ta' etika mhux diġa` jeżisti?", "Huwa veru li jeżisti l-kodiċi ta' etika, pero` m'għandux qafas legali.", "Għall-ewwel darba l-kodiċi ta' etika fiċ-ċivil qiegħed jiġi kontenut bi skeda li hija parti mil-liġi, li trid tibda mill-prim ministru....", "(Interruzzjonijiet) Jidhirli anke b'subsidiary legislation.", "(Interruzzjonijiet) Imma qed nelevawha għal-liġi issa, li tagħmel differenza ....", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: L-Aġent Prim Ministru jindirizza lis-Sedja, jekk jogħġbu.", "ONOR.", "TONIO BORG: Il-kodiċi ta' l-interrogatorju tas-suspettati f'tal- pulizija niftakar li dak kont ħriġtu jien.", "Qbadt u għamilt karta, ktibtha, għaddejtha lill-kummissarju tal-pulizija, approvaha u ħarġet.", "Meta ġejna biex nagħmlu l-Att dwar il-Pulizija, dak il-kodiċi ġie elevat għal strument legali.", "Din hija ħaġa tajba, u tagħti iktar saħħa għax ikun hemm iktar bażi fuqxiex wieħed jista' jmexxi bħala proċeduri dixxiplinari kontra persuni li jiksru dak il-kodiċi ta' etika.", "Sur President, li nara innovattiv f'dan l-abbozz huma tliet affarijiet.", "L- ewwel ħaġa li qegħdin ngħidu x'inhuma d-drittijiet ta' l-impjegati taċ- ċivil u qed nagħmlu ċerta struttura.", "Ħafna minn dawn l-istrutturi diġa` kienu jeżistu, jiġifieri mhux qed jiġu ivvintati, imma qegħdin sempliċement nagħtuhom qafas legali.", "Issa qed ngħidu li m'huwiex iktar fid-diskrezzjoni tal-principal permanent secretary jekk jagħmilx ċerti kumitati jew ċerti kummissjonijiet, imma se jkunu parti mil-liġi.", "Qed ngħidu wkoll xi tkun relazzjoni bejn ministru u l-permanent secretary.", "Dawn ħafna drabi kienu affarijiet ta' prattika, pero` hawn qegħdin nelevawhom f'forma ta' liġi.", "Mela dawk li huma prinċipji li qabel kienu qed jiġu fil-prattika, issa qed nikkontenuhom, qed inpoġġuhom f'liġi.", "Dan huwa l-ewwel vantaġġ ta' din il- leġislazzjoni.", "Imbagħad hemm it-tieni vantaġġ, u forsi fuq dan s'issa ftit li xejn tkellimna.", "M'hemmx dubju li s-settur pubbliku matul iż-żmien, minħabba l- iżvilupp ta' l-ekonomija tagħna u tal-politika tagħna, kellu jistrieħ mhux biss fuq id-dipartimenti tal-gvern imma wkoll fuq żewġ tipi ta' entitajiet oħrajn.", "L-ewwel waħda hija l-korporazzjoni pubblika.", "Mela hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq korporazzjoni li tkun imwaqqfa b'Att ta' dan il-parlament u li jkun hemm id-doveri tal-bord tad-diretturi, ikun hemm regolat ir- relazzjoni bejn il-finanzi jew il-gvern ċentrali u dik il-korporazzjoni pubblika, kif dik hija accountable għal ħaddieħor u x'relazzjoni għandha mal-parlament.", "Per eżempju, x'relazzjoni għandha mal-parlament l-awtorita` dwar it-turiżmu.", "Mela għandna l-obbligu li kull tant żmien, kull sena jitpoġġew l-estimi u r-rapport annwali fuq il-mejda tal-Kamra u jkollna dibattitu fuq dik l-awtorita`.", "Tista' tkun ukoll l-EneMalta.", "Imbagħad żviluppa wkoll it-tielet saff tas-settur pubbliku.", "Dawn kienu l- kumpanniji tal-gvern li fihom il-gvern għandu l-maġġoranza ta' l-ishma jew li nkella jikkontrolla l-pożizzjoni ta' dawk il-kumpanniji.", "L-AirMalta la hija dipartiment tal-gvern u lanqas hija korporazzjoni pubblika għax m'hijiex imwaqqfa b'Att tal-parlament bħala korporazzjoni pubblika.", "Madankollu hija kumpannija li fiha l-gvern għandu l-maġġoranza ta' l-ishma.", "Il-problema li dejjem kienet tqum u li ġieli kellna dibattiti fuqha fil- parlament, kienet dik li filwaqt li fil-budget hemm responsabilita' ċara tal-ministri fil-konfront tad-dipartimenti tagħhom, kellna l-problema ta' x'inhi r-relazzjoni tal-gvern fir-rigward ta' l-aġenziji l-oħra.", "Il- ministru huwa politikament responsabbli mill-bidillu sa l-ogħla kariga li għandu fil-ministeru tiegħu.", "Issa meta ngħid politikament responsabbli, ma rridx infisser li jekk xi ħadd jagħmel żball, dak il-ministru għandu jirriżenzja.", "Li qed ngħid jien huwa li jrid iwieġeb lill-parlament għal dak kollu li jsir fil-ministeru tiegħu mill-impjegati tiegħu.", "Mela kemm jekk inhuma pulizija u kemm jekk inhuma fil-ħabs, jiena responsabbli tagħhom.", "Fuq dawk l-affarijiet jien ma nistax ngħid li m'għandix x'naqsam magħhom u għalhekk irrid inwieġeb u nagħti l-informazzjoni meħtieġa.", "Imma kif għedt aktar qabel, dejjem kien hemm il-problema ta' x'inhi r-relazzjoni u r- responsabbilta` tal-gvern fir-rigward ta' l-aġenziji l-oħra.", "Dan għax fuq uħud minnhom inpoġġu r-rapport u l-estimi tagħhom fuq il-mejda tal-Karma u niddiskutuhom, filwaqt li fuq oħrajn inpoġġu r-rapporti u l-estimi tagħhom fuq il-mejda tal-Kamra imma ma niddiskutuhomx.", "Per eżempju, l-universita` minn dejjem hekk kienet.", "Qatt m'għamilna dibattitu fuq l-universita` ħlief fi żmien il-budget meta nkunu qegħdin niddiskutu d-dipartiment ta' l- edukazzjoni.", "L-istess ħaġa fuq it-Tarzna.", "Din hija korporazzjoni pubblika li ilha mwaqqfa mill-1968 u s'issa qatt ma kellna diskussjoni fuqha.", "Għallinqas kemm ilni jien fil-parlament, qatt ma kien hemm.", "Sa mill-1992 qatt ma niftakar li kien hemm dibattitu fuqha ħlief fil-kuntest tal-budget.", "Li jiġi xi ħadd bl-estimi hawnhekk u niddiskutuhom, qatt ma kienet.", "Illum forsi t-tendenza hija li daqskemm hemm minn dawk li jitpoġġew l- estimi tagħhom fuq il-mejda tal-Kamra u niddiskutuhom, daqstant ieħor hemm oħrajn li jitpoġġew l-estimi tagħhom fuq il-mejda tal-Kamra imma ma niddiskutuhomx.", "Huwa minnu li llum hemm il-PAC u affarijiet oħra li fihom tista' issir diskussjoni, pero` xorta waħda ma tkunx diskussjoni bħalma jkollna fil-parlament.", "Li qed nippruvaw nagħmlu b'din il-liġi huwa li għall- ewwel darba ikun hemm mekkaniżmu ta' kontroll fuq ir-recruitment, fuq il- promozzjonijiet u fuq id-dixxiplina li għandhom x'jaqsmu mhux biss maċ- ċivil – li ilha teżisti permezz tal-public service commission imwaqqfa mill- kostituzzjoni - imma anke għall-aġenzji, korpi parastatali, korporazzjonijiet pubbliċi u kumpanniji.", "Huwa veru li l-Merit Protection Commission se tkun il-public service commission stess u dan l-iskrutinju se jsir ex post facto wara li jsir ir- recruitment.", "Pero` naħseb li dan huwa avvanz kbir għax se jkun ifisser li apparti r-rimedji li jeżistu llum, il-public service commission għall-ewwel darba se jingħatalha d-dritt li teżamina dak li jiġri fir-reklutaġġ, fil- promozzjonijiet u fid-dixxiplina ġol-korporazzjonijiet pubbliċi kollha.", "U din se tkun biċċa xogħol għax veru li m'humiex se jgħaddu mill-public service commission qabel ir-recruitment taċ-ċivil, pero` xorta waħda, kemm spontanjament kif ukoll abbażi ta' xi lment, il-public service commission f'din il-funzjoni ġdida tagħha, ex post facto, wara li jsir il-fatt, se jkollha d-dritt li tidħol f'kwestjonijiet bħal dawn.", "Sur President, issa forsi jiena għamilt ħafna enfasi fuq il-fatt li din il- kummissjoni tista' tindaħal wara li l-fatt ikun sar.", "U huwa minnu dan il- prinċipju, pero` hemm ċerti eċċezzjonijiet.", "Hawnhekk xtaqt niġbed l- attenzjoni tal-Kamra għall-klawsola 32, fejn hemmhekk naraw li l-merit protection commission se tagħmel after the events scrutiny u m'hemmx għalfejn l-approvazzjoni minn qabel f'każ ta' reklutaġġ mal- korporazzjonijiet pubbliċi minn din il-merit protection commission.", "Mela ejjew ngħidu li l-EneMalta, sabiex timpjega n-nies magħha, kulma għandha bżonn huwa li tosserva l-kostituzzjoni u tara li jsir eżami pubbliku, jew li nkella jkun hemm ir-recruitment mill-ETC.", "Issa jekk il-kummissjoni jidhrilha li qiegħed isir xi abbuż fir-reklutaġġ, jew inkella jidhrilha li għandha tagħmel l-investigazzjonijiet tagħha, tista' twaqqaf ir- recruitment.", "Mela huwa minnu li din il-kummissjoni tista' tagħmel after the events scrutiny, imma xorta waħda, bħala miżura temporanja, jekk tara li qegħdin isiru xi irregolaritajiet, tista' twaqqaf il-proċess minn qabel u ma jkunx jista' jsir ir-reklutaġġ, jew li jingħataw il-promozzjonijiet jew li ma jkunux jistgħu jsiru każijiet ta' dixxiplina.", "Dan qiegħed ngħidu għaliex naħseb li mill-abbozz ta' liġi kollu, din hija waħda mill-aktar miżuri importanti li qegħdin jittieħdu.", "Hawnhekk qegħdin indaħħlu wkoll ċerta flessibilita'.", "Jekk inħarsu lejn il-liġi insibu li hemm partijiet ta' dan l-abbozz ta' liġi li jidħlu fis-seħħ biss meta l-public service commission tiddelega parti mill-poteri tagħha lill-kapijiet tad-dipartiment.", "Din hija xi ħaġa li diġa` teżisti llum f'oqsma oħra.", "Per eżempju, ejjew nieħdu l-korp tal-pulizija.", "Mill-1964 il-promozzjonijiet għal surġenti ġiet delegata lill-kummissarju tal-pulizija, imma l- promozzjoni għal spettur għadha ma ġietx delegata.", "Mela jekk ikun hemm promozzjoni għal surġent jew inkella għal maġġur, il-kummissarju jorganizza dak il-proċess internament.", "Mill-banda l-oħra, jekk ikun hemm reklutaġġ ta' spettur jew promozzjonijiet ta' spetturi, dak irid isir mill-public service commission.", "Fl-antik kien hemm delega li minn supretendent 'il fuq, għalkemm hija l-public service commission li tikkonferma l-appointment jew il-promozzjoni, issir direct recommendation tal-kummissarju tal-pulizija lill-public service commission.", "Din hija xi ħaġa li llum inbidlet.", "Mela kien hemm delega, u mbagħad ġiet irtirata.", "Issa hawnhekk se jkun hemm din il-flessibilita` li fiha, f'ċerti ċirkostanzi, kap ta' dipartiment jista' jimpjega lin-nies.", "Naturalment għandek ċerta proċedura li trid tiġi segwita, u l-principal u l- permanent secretaries jistgħu jagħtu direttivi u guidelines fuqha, u hawnhekk ikun hemm bżonn ta' delega tal-public service commission.", "Jiena naħseb li din ukoll hija xi ħaġa pożittiva, basta dejjem ikun hemm kontrolli fuq kif tiġi wżata.", "Din il-liġi qiegħda tħaffef il-proċess ta' kif wieħed ikun jista' joħloq aġenziji importanti, fejn qegħdin ngħidu li l- ħolqien ta' l-aġenziji jiġu pubblikati fil-gazzetta tal-gvern.", "Sal-lum m'hemm l-ebda regola fuq din il-materja.", "Jeżistu aġenziji li l-istatut tagħhom forsi ġie mqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra, pero` qatt ma ġew ippubblikati fil-gazzetta tal-gvern.", "Għalhekk naħseb li din hija xi ħaġa tajba li l-aġenziji jitwaqqfu.", "Naturalment jitwaqqfu f'dawk l-oqsma fejn jeħtieġ li jiġu mwaqqfa.", "Jista' jkollok dipartimenti tal-gvern fejn ikun tajjeb li titwaqqaf aġenzija għax jitħaffef aktar ix-xogħol u jkollok turnover qawwi ta' nies.", "Imbagħad hemm materji oħra li alla ħares isiru aġenziji.", "F'kelma waħda dawn huma affarijiet li jżidu l-flessibilita` fiċ- ċivil.", "Dawn huma t-tliet akkwisti kbar ta' dan l-abbozz ta' liġi, fejn se jagħti l-qafas legali lis-servizz ċivili, il-merit protection commission u din il-flessibilita` fil-ħolqien ta' l-aġenziji.", "Sur President, b'dan l-abbozz ta' liġi se nsolvu l-problemi kollha fiċ- ċivil?", "Bl-ebda mod m'aħna se nsolvu l-problemi kollha, imma naħseb li din hija liġi li nbidlet ukoll.", "Waqt li kienet qiegħda tinħema, din il-liġi nbidlet ħafna drabi.", "Aħna kellna diskussjonijiet twal fil-kabinett u kien hemm diskussjoni wkoll mat-trade unions.", "Naħseb li r-riżultat li għandna f'dan l-abbozz ta' liġi huwa wieħed tajjeb.", "Jista' jkun li nemendaw xi affarijiet minnu waqt li nkunu qegħdin niddiskutu, imma din hija xi ħaġa li ssir f'liġijiet oħra li jgħaddu minn dan il-parlament.", "Kollox ma' kollox naħseb li huwa kompromess tajjeb għal interessi differenti.", "Għandek l- interessi li nkunu moqdijin bħala gvern tal-ġurnata, għandek l-interess li jiġu protetti d-drittijiet ta' l-impjegati, għandek l-interess li jkollna amministrazzjoni li tista' taħdem b'mod flessibbli u fl-istess ħin, se jkollna mekkaniżmi ta' kontroll ħalli dik il-flessibilita` ma tinbidilx f'abbuż.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, nibda l-ewwelnett fuq nota xi ftit sewda.", "Nixtieq nesprimi s-solidarjeta` tiegħi - u nimmaġina tal-membri kollha ta' din il-Kamra - mal-persuni li kienu milquta mill-inċident gravi li seħħ illum fil-Kamra tan-nar ta' Birkirkara.", "Nixtieq nestendi s- solidarjeta` sħiħa lil dawk involuti u lill-familji tagħhom f'dan iż-żmien diffiċli ħafna għalihom u għall-familji tagħhom.", "U issa se nibda nitkellem fuq l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna, liġi li suppost kellha tkun immirata, skond il-pretensjonijiet tal-gvern u skond ir-relazzjonijiet pubbliċi li għamel il-gvern dwarha, lejn l-effiċjenza, il-kontabilita` u t- trasparenza fis-servizz pubbliku.", "Dawn huma l-għajtiet li f'dawn l-aħħar ġimgħat u xhur, bħala partit Laburista, kellna okkażjonijiet varji u ripetuti sabiex inwasslu s-sejħa tagħhom.", "Wara ħafna snin li ilu jiġi diskuss dan l-abbozz ta' liġi, wara li ġew pubblikati white papers u wara li saru ħafna claims dwar l-importanza tiegħu, issa jinstab quddiemna.", "U jkolli nirreġistra d-diżappunt enormi li jħalli warajh dan l-abbozz ta' liġi.", "Kellna muntanja li mhux ġurdien ta' l- imramma welldet, imma welldet id-denb ta' ġurdien ta' l-imramma.", "In-nies li jaħdmu fiċ-ċivil, l-uffiċjali pubbliċi u l-poplu in ġenerali stenna li se jkollna liġi ta' sustanza u liġi li tipprovdi qafas organiku fuq iċ- ċivil li tgħaqqad il-kondizzjonijiet kollha li fih żviluppa ċ-ċivil matul dawn l-aħħar 20 u 30 sena.", "Aħna konna qegħdin nistennew li din il-liġi se tilleġiżla b'mod xieraq u li se tgħaqqad il-kondizzjonijiet kollha li jeżistu madwar iċ-ċivil u madwar is-servizz pubbliku - kemm madwar l- istrutturi tradizzjonali tal-gvern kif ukoll madwar l-istrutturi l-oħra li żviluppaw matul is-snin – ħalli bihom il-gvern ikun jista' iwettaq l- għanijiet tiegħu.", "Jiena ngħid li dawk kollha li stennew minn din il-liġi qafas li jipprovdi għal karriera serja, trasparenti u bil-galbu, m'hi qiegħda tagħmel xejn minn dan kollu.", "Anzi bit-trufijiet li tħalli, bil- miżuri nejja li tipproponi u fuq kollox, bin-nuqqas ta' kontabilita` li qiegħda tħalli tbejjet fis-sistema taċ-ċivil, din il-liġi qiegħda tirrappreżenta pass lura minflok pass 'il quddiem.", "Tajjeb ngħidu li bħalissa t-tmexxija tal-gvern fis-servizz pubbliku tinstab quddiem kriżi ta' ineffiċjenza, tinstab quddiem kriżi ta' kontabilita` u tinstab quddiem kriżi ta' trasparenza.", "F'dawn iż-żmenijiet moderni, mhux il- kliem fl-ajru li jgħodd, imma d-delivery, x'inhuma l-affarijiet li qed jitwettqu u kif qegħdin jitwettqu.", "Min-naħa politika tal-gvern u s-sistema amministrattiva li tmexxi d-deċiżjonijiet tal-gvern, trid tiġi mkejla fuq id-delivery, fuq kemm dak li qiegħed jintqal li se jsir qiegħed isir, li qiegħed isir tajjeb, li qiegħed isir fil-ħin u li qiegħed isir bla ħela ta' riżorsi.", "Ikollna nammettu li fuq kull waħda minn dawn il-punti mhux qiegħed ikollna delivery tajba.", "Din imbagħad toħroġ mill-performance nazzjonali li jkun għaddej bih il-pajjiż meta mqabbel ma' pajjiżi oħra fl- Unjoni Ewropea.", "Per eżempju, il-kompetittivita` tagħna bħala pajjiż qiegħda taqa' lura meta kkomparata ma' pajjiżi oħra.", "Waħda mir-raġunijiet hija li l-gvern u t-tmexxija tiegħu huma ineffiċjenti.", "Din l-ineffiċjenza qegħdin nilqgħu għaliha billi nżidu t-taxxi, u fil-fatt qiegħed jirriżulta b'mod ċar li pajjiżna huwa wieħed mill-aktar pajjiżi li qiegħed jiżdiedlu l-piż tat-taxxa matul dawn l-aħħar snin.", "Il-piż tat-taxxi jfisser aktar spiża fil-mod ta' kif titmexxa l-ekonomija u fil-mod ta' kif titmexxa s-soċjeta` tagħna, li mbagħad tittraduċi ruħha fi tnaqqis tal-kompetittivita`.", "Sur President, tajjeb li nirrimarka ftit fuq il-mod ta' kif qegħdin inkunu ineffiċjenti, hija xi ħaġa li rridu nżommuha f'moħħna.", "Xi ħaġa li trid tistaqsi hija kif dan l-abbozz ta' liġi qiegħed jirrispondi għal dawn l- isfidi, għal dawn il-problemi u għal din il-kriżi li għandna.", "Kellna bosta proġetti li baqgħu ma twettqux taħt dan il-gvern minkejja l-wegħdiet kollha li saru.", "Kellna l-Crafts Village f'Ta' Qali li ġie mwiegħed li se jsir mill-1992, imma sal-lum baqa' ma sarx.", "Kellna r-rinovazzjoni ta' Baċir Nru.1 li ilu jiġi mwiegħed sa mis-sena 1995.", "L-istess dan għadu ma sarx.", "Fl-1989 kellna l-wegħda tal-bini ta' Bieb il-Belt u t-Teatru Rjali mwaqqa'.", "Il-bus terminus tal-Belt Valletta ilu jiġi mwiegħed li se jsir sa mill- 1988 u baqa' ma sarx.", "Fl-1995 kellna l-wegħda fuq il-proġett tal-White Rocks, fejn il-gvern kellu jirrinovah, imma sal-lum dan il-post sar bejta tal-ġrieden kbar.", "Kellna l-wegħda fl-2000 fuq il-proġett tat-tined ħalli jiġu kkonservati t-tempji ta' Ħaġar Qim u ta' l-Imnajdra.", "Kellna ċ-ċentru komunali għal Għawdex li ilu jiġi mwiegħed sa mis-sena 2000.", "Kellna ċ- ċumnija ta' l-isptar ta' San Luqa li ilhom jgħidulna li se titneħħa mill- 1996.", "Fuq l-inċineratur tal-biċċerija ntefqu Lm4.5 miljuni, u dan diġa` ma jaħdimx.", "Kellna l-proġett tal-Connections fil-Port il-Kbir, fejn f'Marzu 2002 kien intqal li l-gvern wasal fi stadju avvanzat ta' negozjati.", "Madankollu sal-lum dan il-proġett ma sarx u ġie abbandunat.", "Kellna l- proġett kontra l-għargħar ta' l-Imsida, fejn fl-1989 l-ex-ministru l-Perit Michael Falzon kien assigura li meta se jkun lest dan il-proġett, it- traffiku jkun jista' jgħaddi mingħajr ma jinqabad fl-ilma tax-xita.", "Madankollu llum, jekk tagħmel ftit tax-xita, dawk l-inħawi jispiċċaw qishom l-Amazon!", "Kellna l-weżda fuq il-lukanda tax-xatt tal-Birgu, xożol li kellu jibda fl-2005 u jitlesta sas-sena 2008.", "Madankollu baqa' ma sar xejn!", "Fl- 2005 intqal li kellu jibda x-xogħol fuq il-yacht marina fix-Xemxija, pero` baqa' ma sar xejn.", "Din hija l-lista ta' affarijiet li jidher li d-delivery tal-gvern m'hijiex qiegħda hemm.", "Imbagħad kellna proġetti oħra li jew tlestew snin sħaħ wara d-data oriġinali jew inkella, minkejja li bdew, wara snin sħaħ għadhom sal-lum nofs leħja, jekk mhux agħar!", "Kellna l-proġett mostru ta' Chambrai f'Għawdex, li ilu jiġi mwiegħed sa mis- sena 1992.", "Kellna l-proġett tal-moll taċ-Ċirkewwa u tal-moll fil-Marfa, fejn suppost li ilu lest sa mis-sena 2003.", "Kellna l-isptar tal-Qroqq li mhux se jinfetaħ issa għax qegħdin jgħidu li se jgħadduh lill-gvern nhar il- Ġimgħa.", "U dan meta suppost kellu jkun lest sa mis-sena 2003.", "Kellna l- impjant għat-tisfija tad-drenaġġ f'Għawdex li suppost kellu jidbda jaħdem għall-aħħar ta' l-2005 imma dan għadu qiegħed jistenna li jibda.", "Kellna d- dar ta' l-anzjani fil-Mellieħa li ilha tissemma sa mill-1991.", "Madankollu x- xogħol fuqha beda din is-sena, 16-il sena wara d-data oriġinali.", "Kellna Dar Malta fi Brussel li nxtrat b'somma enormi.", "Din suppost li kellha tibda topera f'Jannar tas-sena 2006 imma issa qiegħed jingħad li nfetħet fil-bidu ta' din is-sena, jiġifieri sena wara d-data li suppost kellha tiftaħ.", "Inkomplu nħarsu lejn proġetti oħra li saru f'dawn l-aħħar erba' snin.", "Aħna kkalkolajna li fuq 13-il proġett, f'temp ta' erba' snin, spiċċaw intefqu Lm191 miljun aktar milli kien stmat!", "Fil-fatt kellna l-pavimentar ta' l-Imdina li ġie jiswa Lm200,000 aktar mill- ewwel stima.", "L-aħħar stima ta' l-ispiża finali fuq il-mollijiet ta' l- Imġarr u taċ-Ċirkewwa s'issa se tkun ta' Lm6.5 miljuni aktar mill-istima oriġinali.", "L-istima ta' l-isptar Mater Dei fl-1992 kienet ta' Lm82 miljun, mentri l-aħħar stima li kellha kienet dik ta' Lm300 miljun.", "Fuq Vjal l- Avvjazzjoni Ċivili, quddiem l-Ajruport Internazzjonali tal-Gudja, l-ispiża finali kienet ta' Lm400,000 aktar mill-istima orġinali.", "Fuq it-triq ta' Ħal Far intefqu Lm1.3 miljun aktar mill-istima oriġinali.", "Fuq l-ewwel żewġ kilometri biss tat-triq bejn ir-Rabat Għawdex u San Lawrenz, intefqu Lm1 miljun aktar mill-istima orġinali.", "Il-Bypass ta' l-Imtarfa ġiet tiswa Lm1 miljun aktar mill-istima oriġinali.", "Il-Mosta ringroad ġiet tiswa Lm1.2 miljuni aktar mill-istima oriġinali.", "Triq Burmarrad u t-triq li mis-Salini tagħti għall-Iklin ġew jiswew Lm600,000 kull waħda aktar mill-istima oriġinali.", "It-triq quddiem l-Isptar Monte Carmeli ġiet tiswa Lm130,000 aktar mill-istima oriġinali.", "Hompesch Road li tagħti mill-Fgura għal Ħaż- Żabbar ġiet tiswa kważi Lm100,000 aktar mill-istima oriġinali.", "Il-bypass ta' San Pawl il-Baħar diġa' qiegħda tiġi stmata li se tiswa Lm0.5 miljun akar mill-istima oriġinali.", "U l-istejjer ikomplu għaddejjin!", "Illum stess smajna bl-istorja ta' kif il-pont ta' Manuel Dimech mhux se jispiċċa f'Settembru kif kien imwiegħed, imma se ndumu mill-anqas sena oħra nkarkru bih.", "L-ineffiċjenza qiegħda ssir it-timbru u l-marka tat-tmexxija tal- gvern.", "Apparti mill-bżonn ta' bidla politika, jiena nemmen li l-liġi li għandna quddiemna kellha tindirizza wkoll il-mod ta' kif is-servizz pubbliku u s-sistema pubblika kellha tiġi riformata u msaħħa b'tali mod li tirrispondi aktar malajr għall-isfidi ta' ineffiċjenza li għandna quddiemna u li m'aħniex qegħdin nilħqu.", "Nemmen li parti sostanzjali mit-tort ta' l- ineffiċjenzi li għandna ġejjin mid-direzzjoni politika.", "Imma mbagħad irid ikun hemm organizzazzjoni, tmexxija u viżjoni f'dak li għandu x'jaqsam mas- servizz pubbliku li tirrispondi għall-isfidi, għall-problemi u għat-talbiet ta' effiċjenza li l-poplu jistenna bir-raġun minħabba t-taxxi dejjem jogħlew li qiegħed ikollu jġorr.", "Sur President, jekk hemm punt ċar u mill-aktar kritikabbli f'din il-liġi huwa li m'għandhiex viżjoni ta' x'inhu s-servizz pubbliku.", "Is-servizz pubbliku jista' jkun f'dipartiment, jista' ikun f'awtorita` u jista' ikun f'aġenziji oħra, imma l-ethos tas-servizz pubbliku m'għandhomx clue tiegħu.", "Sabiex jipprovaw jgħidu u juru x'inhu s-servizz pubbliku, qegħdin jelenkaw numru ta' karatteristiċi li ħadd ma jista' jkollu xejn kontra tagħhom.", "Imma servizz pubbliku jirreferi għall-volonta` ta' ħidma tul karriera professjonali li aktar milli tkun orjentata lejn il-profitti u l-effiċjenza sabiex iġġib il-profitti lejn sidien privati, tkun orjentata lejn il-kisba ta' ġid materjali, ta' ġid kulturali, ta' ġid soċjali u għall-kollettivita` kollha kemm hi.", "U dan l-ethos ta' min jidħol għal din il-karriera jirrappreżenta valuri li dan l-abbozz ta' liġi taparsi qiegħed isemmi, pero` effettivament meta jiġi għas-si u n-no, qiegħed jinjora l-mod ta' kif għandhom jiġu marshalled dawn il-valuri u l-mod ta' kif għandhom jiġu organizzati dawn il-valuri fil-kontest modern li qegħdin niffaċċjaw, fil- kontest kompetittiv li rridu nkunu tajbin fih, u b'mod li nħarsu 'l quddiem u nneħħu dawn il-ħafna pożizzjonijiet li jkunu qegħdin jaħbu lil min qiegħed tabilħaqq jieħu r-responsabbilitajiet u jiddeċiedi.", "Hawnhekk se nagħmel lista sħiħa ta' punti li għalkemm jissemmew f'din il- liġi, - huwa interessanti li jibdew bihom - qegħdin jillustraw li din hija xi ħaġa li tpoġġiet flimkien ħorrox borrox.", "Qegħdin juru li tpoġġiet flimkien sabiex tirrispondi għal ċerti esiġenzi personali ta' ċerti nies fis-sistema politika u fis-sistema amministrattiva.", "U dan sar mingħajr ħsieb konċettwali ċar u serju fuq kif iċ-ċivil u s-servizz pubbliku, kemm jekk inhuwa aġenzija u kemm jekk inhuwa f'oqsma oħra, b'mod speċjali fis- sistema dipartimentali, iridu flimkien iħossu li hemm għaqda, li hemm sense of purpose, li hemm organizzazzjoni li tabilħaqq tirrappreżenta l-ġid tan- nazzjon u li m'hemmx affarijiet moħbija u li qegħdin hemmhekk sabiex jgħattu xi ħaġa oħra.", "Per eżempju, waħda mill-affarijiet li nsibu fil-liġi hija l-kumitat tas- segretarji permanenti taħt il-permanent secretary ewlieni.", "Meta tipprova tifhem ir-relazzjoni bejn il-kumitat tas-segretarji permanenti u l-Kabinet, u kif waħda tiffittja ma' l-oħra, issib li fil-liġi għandna balbuljata sħiħa!", "Min qiegħed jikteb jew ma jafx kif timxi l-amministrazzjoni pubblika fir-realta`, jew inkella jaf kif timxi u qiegħed jara dawn il- mekkaniżmi bħala mod ieħor ta' kif joħloq paraventu bejn kif jittieħdu d- deċiżjonijiet veri u fejn jittieħdu d-deċiżjonijiet veri.", "Li kieku sar xi studju dwar l-effikaċita` tal-kumitat tas-segretarji permanenti mal-bqija tat-tmexxija taċ-ċivil wieħed jifhemha, pero` dan huwa kumitat okkult, li ħafna mid-deċiżjonijiet tiegħu m'għandhom l-ebda rilevanza għal kif jittieħdu deċiżjonijiet fil-ministeri u fid-dipartimenti.", "U qiegħed jitpoġġa bħala l-pern ta' kif se jitmexxa s-servizz pubbliku fiż-żmien li ġej.", "Balbuljata sħiħa!", "Ħalli ngħaddi għal punt ieħor.", "Nitkellmu fuq li rridu nimxu mano in mano ma' l-Unjoni Ewropea, u allura wieħed jistaqsi: Il-konformita' mad- direttivi tal-miżuri li qegħdin jitpoġġew hawnhekk, kif se japplikaw mal- kontest tal-liġi industrijali, mal-liġijiet u d-direttivi dwar ix-xogħol fl- Unjoni Ewropea?", "Kif nitkellmu fuq kuntratti definiti li jistgħu jiġu mġedda għal darbtejn meta hemm direttiva ta' l-Unjoni Ewropea li tgħidlek li kuntratt definit ma jistax jitwal aktar minn ċertu żmien għax malli jitwal iktar minn ċertu żmien issir membru ta' l-organizzazzjoni?!", "Din l-affari kif se taffettwa lir-reklutaġġ, lill-promozzjonijiet u lill-istruttura tas- servizz pubbliku Malti?", "Xejn!", "Imbagħad għandek il-punt l-ieħor li għandu x'jaqsam mal-kwestjoni kollha tal-gradi kif qegħdin jiġu elenkati wara.", "Waħda mill-affarijiet li nbnew matul is-snin, distinzjoni li bdiet tixxaqqaq imma għadha importanti, hija d-distinzjoni bejn iċ-ċivil jew is-servizz pubbliku dipartimentali u s- servizz pubbliku ġeneralista, bil-possibilita` li daqqa tmur naħa u daqqa tmur oħra, imma jekk tkun f'linja, ma tistax tiċċaqlaq daqstant faċilment għal areas oħra.", "Allura m'huwiex ċar li jekk tabilħaqq qegħdin noħolqu liġi organika - li m'aħniex, imma hemm pretensjoni li qegħdin nagħmlu - xi ħaġa bħal din kellha tiġi indirizzata skond iċ-ċirkostanzi li qegħdin naffaċċjaw?", "M'hemm assolutament l-ebda indikazzjoni ta' ħsieb fuq din il- linja b'mod li organikament ikun validu u li jagħmel sens għan-nies li għandhom karriera fiċ-ċivil jew fis-servizz pubbliku u li jixtiequ jaraw koerenza fil-mod ta' kif jiġu trattati huma u sħabhom.", "Wieħed kien jistenna f'din il-perspettiva ta' effiċjenza li jkun hemm xi forma ta' rabta ċentrali bejn dawn il-ħafna miżuri hotch potch, miżuri balbuljata li għandna.", "Pero` il-finanzjament tal-gvern se jitqies bħala l- ankra ċentrali li minnha mbagħad iċ-ċivil, is-servizz pubbliku u l-aġenziji qed jiġu kkontrollati?", "Jekk din qiegħda hemmhekk, ma toħroġx!", "U ladarba issa l-pajjiż se jkun marbut bid-dixxiplina ta' l-ewro, waħda mill- affarijiet primordjali fil-mod kif jitmexxa s-servizz pubbliku hija li l- budgeting li jsir b'mod ċentrali mill-ministeru tal-finanzi kif approvat mill-Kabinett jirrifletti ruħu fid-deċiżjonijiet u fl-istrutturi tas- servizz pubbliku b'mod organiku.", "Jien erġajt qrajt il-liġi biex nipprova nifhem kif jaraw ir-rabta ċentrali mal-budget tal-gvern, dipartimentali u ma' l-aġenziji, pero` jissemmew biss l-aġenziji li jridu jsegwu ċertu budgeting.", "Imma bir-rispett kollu, jekk aħna tabilħaqq qegħdin nagħmlu liġi fundamentali fuq is-servizz pubbliku u issa nafu għalxiex deħlin bħala membri ta' l-Unjoni Ewropea u bħala membri taż-żona ta' l-ewro - anke kieku ma dħalniex fl-Unjoni Ewropea u kieku ma dħalniex fiż-żona ta' l-ewro kellu jkun hekk - il-finanzi tal-gvern għandhom ikunu waħda mill-ankri li madwarhom l-organizzazzjoni ta' l- istrutturi tas-servizz pubbliku, tal-karrieri fis-servizz pubbliku, tal- kontroll fis-servizz pubbliku u ta' l-organizzazzjoni tas-servizz pubbliku, jiġu definiti u marbuta flimkien b'mod koerenti.", "Imma m'għandna xejn minn dan.", "Imbagħad punt ieħor li ħallieni mistagħġeb huwa li qishom ma jeżistux unions fil-pajjiż, u qisu meta qed tagħmel liġi organika fuq iċ-ċivil ma tridx tikkonċepixxi wkoll kif din il-liġi tiddefinixxi l-qasam tar- relazzjonijiet industrijali fiċ-ċivil u fis-servizz pubbliku.", "Jgħidu li hemm l-Att dwar ir-relazzjonijiet industrijali.", "X'għandu x'jaqsam?!", "Waħda mill-affarijiet li l-unions jgħidulna lilna hi li l-ftehim kollettiv li sar dan l-aħħar għalihom kien breakthrough u jistennew li l-ftehim kollettiv jibqa' mod kif jorganizzaw relazzjoni industrijali fil-qafas tas-servizz pubbliku.", "Jien stennejt li ħaġa bħal din tiġi kkonsidrata fil-liġi.", "Il-liġi għandha toffri kapitlu, miżuri u perspettiva biex din il-ħaġa tiġi trattata fil-framework legali l-ġdid li suppost se jkollna.", "M'għandna xejn minn dan, aktar u aktar jekk ħaġa bħal din torbot mal-konċett ta' effiċjenza.", "Jekk inti m'għandekx il-ħsieb li dak li għandu x'jaqsam ma' relazzjonijiet industrijali, mal-ħaddiema u man-nies li qed jaħdmu fis-servizz pubbliku u jkun hemm dak il-qafas ċar, xi tkun qed tagħmel eżatt?", "U nistgħu nibqgħu sejrin.", "Imbagħad waħda mill-aktar affarijiet li mhux skantawni jew urtawni, imma li minnhom toħroġ is-superfiċjalita` tal-gvern immexxi mill-Onor.", "Lawrence Gonzi, hija din li pprovaw jimbottaw 'il quddiem l-argument li dan huwa xi whistleblower act!", "Sur President, il-kollega tiegħi l-Onor.", "Helena Dalli tkellmet tajjeb ħafna fuq dan il-punt għax m'hu veru xejn li dan huwa xi whistleblower act.", "Kulma hemm huwa paragrafu żgħir, minnu nnifsu vvizzjat, li qiegħed jitkellem fuq whistleblowing b'mod li tkun qisek qed tirrapporta lil sieħbek jew lil seħbitek fuq ix-xogħol.", "Whistleblowing hija ħafna aktar minn hekk.", "Whistleblowing tfisser illi min ikollu ċerta responsabbilta` u kontabilita` u jaf li l-affarijiet ikunu qed isiru żmerċ from the top down, jekk hemm bżonn jagħti l-informazzjoni pubblikament u allura jkollu protezzjoni sħiħa f'dak li jagħmel.", "Dan m'hu whistleblower act xejn.", "Bellgħuha lil xi ġurnalisti li dan huwa whistleblower act, imma mhux veru!", "Il-paragrafu li qiegħed jitkellem dwaru huwa fjakk li ma ngħidlekx, Sur President, u ma nistgħux naħsbu li nistgħu nidħku bil-poplu kollu l-ħin kollu f'dan il-pajjiż kif qed jagħmel il-gvern ta' Gonzi!", "Aħna qed inwiegħdu li gvern Laburista ġdid idaħħal whistleblower act li tkun vera whistleblower act u li tkun, down the line, whistleblower act!", "Per eżempju, dan l-abbozz ta' liġi jgħid li s-segretarjati li jkunu staffed bin-nies tal-fiduċja tal-ministru jridu jagħtu xiehda fix-xogħol tagħhom.", "Issa ħafna minnhom dawn ma jkunux membri tas-servizz pubbliku imma waqt li jkunu qed jagħmlu dak ix-xogħol ikunu mitqiesa bħala membri tas-servizz pubbliku.", "Allura l-liġi qed tgħid li jridu juru u jagħtu xiehda ta' imparzjalita` politika fost affarijiet oħra.", "Imma b'min iridu jidħku dawn in-nies?", "Ma rridux ninsew li f'dawn l-aħħar snin kien hawn degradazzjoni totali fil-lingwaġġ, fl-aġir u fil-komportament ta' dawn in-nies li qed ikunu fl-istaff tas-segretarjati tal-ministri preżenti.", "Dawn jiktbu ittri fil-gazzetti qisu qed jiktibhom fakkin tal-partit Nazzjonalista, jittrattaw lill-membri ta' l-oppożizzjoni qishom kienu l-għedewwa politiċi tagħhom u fil-kitba tagħhom fil-gazzetti jipprovaw iwaqqgħu għaċ-ċajt il-kummenti u l- kritika tal-membri ta' l-oppożizzjoni.", "Allura dawn iridu jgħidulna li hemm xi kodiċi ta' l-etika fuq kif juru imparzjalita` politika?", "U ejja ddaħkuniex!", "Li l-ministru jattakka lili jew lil sħabi b'mod politiku selvaġġ ma ngħid xejn, u għandu kull dritt jagħmilha sakemm ma jeċċedix ċerti limiti.", "Illi xi ħadd jgħajjar lil xi ħaddieħor nażist, per eżempju, ma taċċettahiex, imma li mbagħad ministru jew deputat Nazzjonalista jkun selvaġġ miegħek politikament taċċettaha.", "Imma skużi, illi membru tas-segretarjat li suppost huwa politikament imparzjali jaħdem bl-istess mod m'hijiex aċċettabbli!", "Allura issa jridu jbellgħuhielna li f'daqqa waħda hemm kodiċi ta' etika u li kien dejjem hemmhekk u illi japplika għall-membri tas-segretarjat!", "Kif tista' taspira għall-effiċjenza jekk il-membri tas-segretarjat privat tiegħek lanqas għandhom id-diċenza jagħmlu distinzjoni bejn is-sentimenti politiċi partiġġjani tagħhom u l-fatt li qegħdin hemmhekk jirrappreżentaw gvern jew ministru ta' gvern?!", "Per eżempju, jien stennejt li meta nitkellmu fuq is-servizz pubbliku għallinqas nindirizzaw ukoll il-kwestjoni ta' x'inhi r-rabta bejn l- amministrazzjoni ċentrali u l-amministrazzjoni tal-kunsilli lokali.", "Dwar dan m'għandna xejn.", "Nafu bil-kwestjoni sħiħa tas-segretarji eżekuttivi tal- kunsilli lokali li jridu jiġu mitqiesa mhux bħala persuni f'kuntratt imma bħala persuni disentu b'karriera fis-sistema tas-servizz lokali.", "Naħseb li dak huwa punt li għandu jiġi diskuss, imma mbagħad irridu niddiskutu x'għandhom ikunu l-valuri, x'għandha tkun il-pożizzjoni tas-servizz pubbliku u t-tifsira li qed taħdem għall-komunita` nazzjonali.", "L-ewwelnett diġa` għandna l-falliment li dan l-abbozz ta' liġi lanqas biss jindirizza, kif diġa` għedt, il-valur li joħloq distinzjoni bejn servizz pubbliku u servizz privat.", "Dawn it-tnejn għandhom it-tajjeb tagħhom, imma l-ethos tas-servizz pubbliku l-ewwel irridu niddefinixxuh ħalli mbagħad inkunu nistgħu niddiskutu – donnu li din lill-gvern ma tinteressahx - il-kwestjoni ta' dawk li qed jaħdmu fl-ambitu lokali għas-servizz pubbliku.", "Xejn minn dan!", "Imbagħad hemm il-kodiċi ta' etika riferibbli għall-ministri tal-gvern li sakemm ikunu għadhom ministri huma parti mis-servizz pubbliku.", "Kif tista', down the line, tisħaq fuq kodiċi ta' etika li jagħmel sens, li huwa trasparenti u li huwa tajjeb, meta għandek segretarju parlamentari disentu f'Kastilja, li qed juża t-timbru professjonali u personali tiegħu – hawnhekk qed nirriferi għan-Nutar Tony Abela, u m'għandix għalfejn noqgħod ngħatti l-ismijiet – fuq karta bil-letterhead ta' Kastilja.", "Imbagħad il-prim ministru jiddefendih għax dak qed jagħmel hekk biex jaqdi lill-kostitwenti!", "L-ewwel ħaġa, anke jekk qed jaqdi l-kostitwenti, m'għandu l-ebda dritt juża l-letterhead ta' Kastilja u jagħmel it-timbru personali ta' nutar fuqha, u qisu ma ġara xejn!", "Jien ma nistax nikkonċepihom dawn l-affarijiet!", "Imbagħad kif nistgħu ngħidu li għandna kodiċi li jagħmel sens meta l- ministri nfushom, bil-prim ministru jiddefendihom, jiksruhom bl-aktar mod lampanti u qisu ma ġara xejn!", "Allura dan l-abbozz ta' liġi mhux biss huwa nej imma fl-effetti tiegħu ma jistax jaqbad għerq għax il-ħamrija li qed jixxettel fiha, hija ħamrija vvizzjata, Sur President.", "U nistgħu nibqgħu sejrin.", "L-aġent prim ministru tkellem dwar dak li għandu x'jaqsam ma' kif jittieħdu d-deċiżjonijiet bejn l-awtorita` politika u l-membru taċ-ċivil li jwassal il-funzjoni pubblika għand il-ministru.", "Din hija l-kwestjoni kollha tad-deċiżjonijiet bil-miktub.", "Huwa veru li din hija miktuba f'liġi oħra, imma jien kont nistenna li din il-kwestjoni kollha tiġi kkonsidrata f'abbozz ta' liġi bħal dan li qed jitkellem dwar il-funzjoni pubblika jekk ikun hemm il-ħtieġa, u fejn ikun hemm il-ħtieġa, ċerti deċiżjonijiet għandhom jiġu reġistrati bil-miktub bejn ministru, kap ta' dipartiment jew kap ta' aġenzija.", "Hawnhekk għandna riferenza li sempliċement qisha qed tiġi rovesciata fuq liġi oħra meta hija ċentrali, u għandha tkun ċentrali għax tirrigwarda kif jopera ċ-ċivil u kif topera l-funzjoni pubblika f'din l-għaqda bejn inkarigat politiku u inkarigat amministrattiv.", "Bir-rispett kollu, din tant hija liġi mbażwra, imħawda u nejja li tibqa' mbellah kif wara dawn is-snin kollha bqajna ċassi quddiemha.", "Jien naħseb li l-white paper li ħarġet erba' snin ilu kienet aktar rilevanti.", "Imbagħad l-Onor.", "Dalli semmiet ukoll il-mod kif jittrattaw il-kwestjoni tas- servizz pubbliku klassiku, biex nuża din il-kelma, u s-servizz pubbliku li joħroġ minn awtoritajiet, aġenziji, eċċetra.", "Jekk kien hemm xi ħaġa li qed tikkontribwixxi għall-ineffiċjenzi li għandna f'dan il-pajjiż, din hija s- saffi ta' awtoritajiet, aġenziji u fondazzjonijiet li ħafna drabi twaqqfu fuq inizjattiva privata personali ta' ministru jew ieħor.", "Il-kordinament u t-taħwid tagħhom qed joħolqu paraventi sħaħ li warajhom imbagħad, min jieħu d-deċiżjonijiet, jibqa' moħbi.", "Jien stennejt li għallinqas ikun hemm trattament serju, b'mod legali, kif dawn il-fondazzjonijiet, kumpanniji u awtoritajiet jidħlu f'xi skema konċettwalment li tagħmel sens.", "Kulma hemm hija skeda waħda li tagħtik żewġ aġenziji, l-aġenzija ta' l-awditur u aġenzija oħra li bħalissa qed tisfuġġili.", "Imma dwar il-fondazzjonijiet, dwar l-awtoritajiet regolatorji u dwar l-awtoritajiet kostituzzjonali kif jorbtu mal-liġi m'għandna xejn.", "Allura din x'liġi hi u x'sens tagħmel?!", "Dan biex taparsi jkollna liġi qabel l-elezzjoni?", "Mhux problema, wara l- elezzjoni din il-liġi nbiddluha u nagħmlu liġi tajba suret in-nies!", "Sur President, għalfejn isiru dawn il-ħafna pretensjonijiet li jibqgħu fl- ajru imbagħad meta tiġi għas-si u n-no tibda tgħid: Where's the beef?", "Irid ikollok il-miżuri biex tifhem għaliex imbagħad jittieħdu ċerti deċiżjonijiet.", "Per eżempju, f'dak li għandu x'jaqsam mal-fondazzjonijiet soċjali nafu li l-aġenzija Sedqa, l-aġenzija Appoġġ u aġenzija oħra li għandha x'taqsam mal-familja qed jerġgħu jipprovaw idaħħluhom f'organizzazzjoni waħda.", "Mhux bilfors!", "Noħolqu ħafna organizzazzjonijiet li mbagħad nifhmu li mhux qed jingranaw tajjeb u m'hemm l-ebda loġika konċettwali li twasslek biex tgħid kif se taħdem u fejn sejjer.", "Bir- rispett kollu, din il-liġi ma tgħidilna xejn dwar fejn nistgħu mmorru u dwar fejn sejrin!", "Imbagħad hemm l-argumenti l-oħra dwar id-diskriminazzjoni politika.", "Dan il- gvern lil min irid ibellagħha li m'hemmx diskriminazzjoni politika rampanti fit-tmexxija ta' setturi sħaħ tas-servizz pubbliku, kemm servizz pubbliku tradizzjonali kif ukoll servizz pubbliku ġdid?", "Lil min irid ibellagħha?", "Fl- universita`, f'ċerti dipartimenti tal-gvern, fl-armata u f'għaqdiet fejn il- gvern għandu l-istess saħħa li għandu fl-MIA u fil-Bank of Valletta?!", "Lil min irid ibellagħha din il-ħaġa?!", "Dawn l-affarijiet ma jsirux kontra Laburisti biss imma jsiru anke kontra Nazzjonalisti, tajbin kemm ikunu tajbin.", "Jekk dawn ma jkunux tal-qalba ta' ċerti ministri m'għandhomx ċans!", "U dan qed iwassal għal sitwazzjoni fejn fil-funzjoni pubblika mbagħad qegħdin nipprovaw nimxu 'l quddiem b'40% għal 30% tat-talenti li għandna.", "Is-70% l-oħra, Laburisti u Nazzjonalisti mhux tal-qalba, huma injorati.", "Imma kif jista' jkun li f'pajjiż żgħir bħal dan, ir-riżorsi u t-talenti tiegħu jitwarrbu b'dan il-mod?", "Aħna qed nagħtu sinjal lil kulmin qed isofri diskriminazzjoni, li se nkunu miftuħin ħalli d-diskriminazzjoni nneħħuha b'mod li kulmin jidħol għall-karriera pubblika, hu x'inhu l-kulur tiegħu, jekk inhu tajjeb bħala mertu, jekk inhu tajjeb għax irid jaħdem u jaf jaħdem, għandu karriera quddiemu jew quddiemha, bl-ebda preferenzi u b'sens sħiħ li fejn irid jasal, se jasal.", "Ovvjament dejjem jekk wieħed ikollu t-talenti, il-ħila, il-ħeġġa u jekk ikun lest jagħti x-xogħol tiegħu.", "Din hija wegħda solenni li nagħmel jien f'ismi u f'isem sħabi.", "Bir-rispett kollu, billi noqogħdu ngħidu li se nagħmlu kummissjoni tal- mertu m'aħna qed nikkonvinċu lil ħadd.", "Dr Borg qal li l-kummissjoni tal- mertu hija post hoc.", "Mhux ovvja x'se jkunu l-manipulazzjonijiet!", "Hemm xi ħadd li jista' jemmen li l-kummissjoni tal-mertu b'xi mod tista' ......", "Il- kummissjoni tal-mertu qiegħda hemm biex tinvestiga promozzjonijiet li jkunu ngħataw u recruitment li jkun sar fl-aġenziji mhux tradizzjonali.", "Hawn xi ħadd jaħseb li ħaġa bħal din se taħdem?", "Din m'hijiex se taħdem!", "Tkellimt fuq l-effiċjenza għax din hija importanti, imma jkun tajjeb li nitkellmu wkoll fuq trasparenza u fuq kontabilita` għax hawnhekk hawn vacuum tremend.", "Jien naħseb li hija ironika ħafna li qed niddiskutu dan l-abbozz ta' liġi f'dan iż-żmien meta donnu li dan il-gvern huwa maħkum minn \"ħożba\" ta' tixħim, korruzzjoni u nuqqas ta' kontabilita`.", "Hawnhekk nixtieq insemmi l-każ tal-Ministru Ċensu Galea li jgħid privatament li għandu brimba u taħwid sħiħ fit-tmexxija ta' l-ADT, imbagħad pubblikament jgħid li kollox miexi tajjeb!", "Imbagħad hemm il-każ, tiegħu wkoll, f'dak li għandu x'jaqsam mat-tmexxija tal-bord ta' l-awtorita` marittima fejn madwar 800 liċenzja ngħataw bit-tixħim.", "Din hija vera \"ħożba\" ta' tixħim.", "Hemm ukoll il-Ministru Louis Deguara li qed jiġi ffaċċjat bis-sitwazzjoni ta' wieħed mis-segretarjat tiegħu li nqabad jiffalsifika l-affarijiet biex xi ħadd jieħu pensjoni tad-diżabilita` meta ma kienx ħaqqu u xxaħħam.", "Imbagħad fis-segretarjat tal-Ministru Dolores Cristina hemm nies li huma responsabbli għall-mod kif imxew ħalli s- servizzi soċjali jingħataw lil min ma ħaqqux u xxaħħmu.", "Taħt il-Ministru Dolores Cristina tħallas l-ammont ta' bejn Lm0.5 miljun u Lm1 miljun fuq kuntratt għall-bini ta' djar mill-gvern meta nstab li l-konkos li twaddab fihom kien ħażin u vvizzjat!", "Imbagħad illum stess il-Ministru Mugliett intervjena maċ-chairman ta' l-ADT biex ma jkeċċix persuna li nqabdet tixxaħħam għax se jirranġaw biex din tingħata maħfra presidenzjali.", "Mhux ta' b'xejn li llum jew il-bieraħ irriżenja ċ-chairman ta' l-ADT!", "Din hija \"ħożba\" ta' tixħim li qed taqbad lill-gvern f'dan il-mument meta qed iressaq din il-liġi li suppost qiegħda hemm għall-kontabilita`, għat-trasparenza u għall-effiċjenza.", "Sur President, qabli tkellem il-Ministru Tonio Borg, pero` dan għadu ma tax risposta għall-mistoqsija sempliċi li għamilt.", "Kif jista' jkun wieħed li qiegħed fil-ħabs, imsemmi u magħruf għal ċerti reati – anke reati ta' tixħim lill-imħallfin - jingħata pledge, joħroġ mill-ħabs jew ikun jista' jieħu privileġġi ta' pledge għax iħallas Lm25,000 kontanti?", "Issa jekk tmur f'bank u tiddepożita Lm6,000 kontanti jistaqsuk minn fejn ġew il-flus!", "Pero` fis-sistema tal-ġustizzja tagħna ħaġa bħal din, fejn hemm Lm25,000 fin-nofs, qisu ma ġara xejn!", "Madwar ġimagħtejn, tliet ġimgħat ilu jien għamilt mistoqsija, imma sal-lum għadni qed nistenna risposta.", "Dan huwa daħk fil-wiċċ!", "Liġi bħal din la tista' tasal għall- għanijiet tagħha u lanqas hija intenzjonata li tasal għall-għanijiet tagħha.", "Wara kollox, wieħed mill-ministri li qed imexxiha 'l quddiem kien responsabbli - dan ilu mhux ħażin - għall- każ ta' l-awżiljarji fis-snin 1989/1992.", "Jien nista' nelenka sensiela sħiħa ta' skandli li baqgħu għaddejjin u qisu ma ġara xejn!", "Allura kif nistgħu ngħidu li l-konċett ta' kontabilita` qed jiġi proġettat b'mod li jagħmel sens għal pajjiżna llum?", "Kif nistgħu ngħidu li dan l- abbozz ta' liġi qed jirrispondi għax-xewqa tal-poplu Malti ta' tmexxija nadifa, tmexxija serja, tmexxija effiċjenti u tmexxija moderna meta għandna dan l-isfond?", "Kif nistgħu ngħidu li qegħdin indaħħalu sistemi ta' kontroll favur l-indafa, favur it-trasparenza u favur il-kontabilita` meta qed noħolqu aktar xkaffi u aktar paraventi biex wieħed jista' jistaħba warajhom?", "Għalhekk jien bilfors nibqa' ċass quddiem dak li jinsab għaddej!", "Il-poplu jridha l-bidla għar-raġuni li mhux sodisfatt li dak li qiegħed isir, qiegħed isir sew.", "Il-poplu jrid li l-affarijiet isiru sew.", "Il-poplu jrid li l-affarijiet jaslu, mhux jibqgħu mwiegħda, tgħaddi sena jew tnejn u qisu ma ġara xejn, fejn ħadd m'hu responsabbli u accountable!", "Per eżempju, fil-mod kif jittieħdu d-deċiżjonijiet m'hemmx trasparenza, anzi qed jinħolqu paraventi ġodda biex ikun hemm aktar ħabi ta' min hu responsabbli għad-deċiżjonijiet.", "Minbarra l-fatt li din tnawwar il-valuri li nemmnu fihom jew li suppost nemmnu fihom - għax allura nispiċċaw verament pajjiż tal-mickey mouse, fejn anything goes; ħokkli dahri ħalli nħokklok tiegħek, għalaq għajnejk waħda, ħalli nagħlaq għajnejja l-oħra – xi darba xi ħadd irid iħallas, xi ħadd irid iġorr il-piżijiet li qed jinħolqu b'din is-sistema ta' tmexxija!", "U jekk ma jkollokx servizz pubbliku li jorjentak biex ikun tabilħaqq effiċjenti, kontabbli u trasparenti, se jħallas il-poplu Malti u Għawdxi, se jħallsu l-familji u se jiżdiedu t-taxxi.", "Imbagħad jekk jiżdiedu t-taxxi insiru inqas kompetittivi, l-edukazzjoni tagħna ma tlaħħaqx ma' dak li jkun hemm bżonn, il-kwalita` tal-ħajja tal-familji tonqos u, fuq kollox, nitilfu x-xogħol.", "Jien ngħid li jekk il-gvern irid juri maturita` u responsabbilta` jaqbillu jerġa' jmur lura fuq id-drawing board fuq din il-liġi, jikkonsidra l- affarijiet tabilħaqq kif inhuma, u jikkonsidra r-realta` kif inhi t- tmexxija pubblika, mhux sempliċement ngħattu r-realtajiet u nippretendu li kollox sejjer tajjeb.", "Din il-ħaġa ilna nagħmluha, imma ma nistgħux nibqgħu sejrin hekk.", "B'mod konċettwali serju, b'mod realistiku u b'mod onest għandna bżonn ta' liġi tajba dwar is-servizz pubbliku.", "Din il-liġi mhix tajba u ma tgħoddx għal Malta, Sur President.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Michael Asicak", "ONOR.", "MICHAEL ASCIAK: Sur President, jien irrid ningħaqad mal-kumplament ta' din il-Kamra biex nuri s-solidarjeta` tiegħi mal-familjari tal-vittmi ta' din l-isplużjoni li seħħet fil-kamra tan-nar ta' Birkirkara, li qiegħda fid-distrett tiegħi.", "Ovvjament wieħed jiddispjaċih ħafna meta jseħħu traġedji bħal dawn.", "Sur President, wieħed ma jistax ma jilqax bil-ferħ abbozz ta' liġi bħal dan li għandna quddiemna li jirrigwarda ċ-ċivil ta' pajjiżna.", "Illum iċ-ċivil m'għadux kif kien fl-antik imma jinkorpora wkoll numru ta' aġenziji li jista' joħloq il-gvern.", "Għalkemm hemm ċerti dipartimenti oħrajn li ma jaqgħux direttament taħt il-gvern, huma entitajiet tal-gvern.", "Fil-fatt hawn qed nirriferi għall-awtoritajiet.", "Nistgħu ngħidu li s-servizz pubbliku modern twieled fl-1857, jiġifieri 150 sena ilu.", "Kien dak iż-żmien li ċ- ċivil f'Malta beda jaħdem bl-eżamijiet kompetittivi għall-iskrivani u nistgħu ngħidu li s-sistema f'Malta ppreċediet dik fl-Ingilterra li mbagħad bdiet titħaddem fl-1870.", "Jiġifieri kien 13-il sena wara li saru l- eżamijiet f'Malta li bdew isiru l-eżamijiet fir-Renju Unit għaċ-ċivil.", "Allura tajjeb ngħidu li ċ-ċivil Malti għandu għeruq twal ħafna li, bħall- parlament Malti, wieħed jista' jaqa' fuqhom għall-esperjenza.", "Il-kelliema ta' qabli semmew li hemm xi diskrepanzi f'dawk li huma dipartimenti u kapijiet tad-dipartimenti, u hemm xi diskrepanzi oħra li din il-liġi fil-fatt sejra tpoġġi f'pożizzjoni iktar soda.", "Jista' jkollok każijiet ta' positioning fil-gradi tal-gvern li ma jkunux proprju gradi li se jiġu riżolti b'din il-liġi.", "Se tiġi riżolta wkoll is-sitwazzjoni fejn ikollok ċerti nies ta' livell għoli fiċ-ċivil li ma jkollhomx dipartiment, u issa se jiġi stabbilit taħt liema dipartiment jaqgħu.", "Nafu li fil-passat saru ċerti inizjattivi bħalma huma l-quality service charters, it-twettiq ta' gvern elettroniku kif ukoll it-tnaqqis ta' l-impjieg pubbliku jew it- tnaqqis ta' riżors pubbliku.", "Fil-passat kellna livell qawwi ħafna ta' impjiegi mal-gvern.", "Kienet figura mhux sostenibbli għal kollox għax kważi kien hawn iktar nies jaħdmu mal- gvern milli jaħdmu fis-settur produttiv.", "Ma rridx ngħid li ċ-ċivil mhux settur produttiv, ma rridx ninftiehem ħażin.", "M'huwiex settur produttiv b'mod dirett ekonomiku.", "Ovvjament huwa importanti ħafna għat-tħaddim tas- sistema tal-gvern, pero` l-flus li joħorġu mill-kaxxa ta' Malta għall-paga ta' kull wieħed li jimpjega l-gvern jonqsu mis-sistema ekonomika li jżidu l- value added fil-kaxxa ta' Malta.", "Allura l-gvern ma kellux għażla ħlief li jniżżel il-livell ta' impjiegi tal-gvern biex jiġi aktar proporzjonali għal dawk li qegħdin iżidu l-value added fil-kaxxa ta' Malta.", "Fl-aħħar għaxar snin fil-fatt l-impjiegi fis-servizz pubbliku naqsu minn 30,000 għal 27,000, tnaqqis ta' aktar minn 8% fis-servizz pubbliku li ma jfissirx li tnaqqsu l-impjegati kullimkien.", "Hemm setturi fejn f'qasam wieħed n-numru ta' impjegati żdied b'mod qawwi għax hemm il-bżonn.", "Fost dawn hemm il-caring professions u s-service professions li għandhom bżonn numru ikbar ta' nies ta' professjoni jaħdmu magħhom.", "Mhux biss tnaqqas l- ammont ta' nies li jaħdmu maċ-ċivil imma anke tbiddlet il-fiżjonomija ta' l- impjiegi maċ-ċivil għax hemm ċerti oqsma, bħalma hu l-qasam tas-saħħa, fejn hemm bżonn ammont ikbar ta' nies.", "Allura relattivament fil-qasam tas-saħħa l-istaff paramediku fl-isptarijiet żdied b'aktar minn 900 f'dawn l-aħħar 10 snin.", "L-istaff fil-qasam edukattiv żdied ukoll b'aktar minn 600.", "Dan ifisser li bħala proporzjon dawk il-professjonisti fis-servizz tal-gvern issa qegħdin jikbru fl-ammont.", "Meta ngħid professjonisti ma nfissirx biss tobba u avukati, imma nies li għandhom grad universitarju u jistgħu jkunu ta' ġid għall-informatika u għas-servizz li jagħti l-pajjiż.", "Sur President, naraw ukoll li issa fit-tmexxija tas-servizz pubbliku se tingħata bażi legali lill-uffiċċju tas-segretarju permanenti, se jkunu speċifikati s-setgħat tas-segretarji permanenti - dan huwa importanti – u r- responsabbiltajiet tal-kapijiet tad-dipartiment, u se titwaqqaf surplus pool li tilqa' fiha numru ta' membri taċ-ċivil li jistgħu jkunu redundant minn postijiet oħra sakemm dawn jiġu placed u jingħataw grad ġdid f'xi post fejn jista' jkun hemm iktar bżonnhom.", "Nafu wkoll li se tiġi mwaqqfa l- kummissjoni għall-ħarsien tal-mertu.", "Dan huwa pass interessanti.", "Il-liġi qed tgħid li l-kummissjoni għall-ħarsien tal-mertu se tiġi assenjata għand il-kummissjoni dwar is-servizz pubbliku.", "Dawn iż-żewġ oqsma jistgħu jkunu separati, pero` f'dan il-każ il-kummissjoni tas-servizz pubbliku se tassenja dan ir-rwol tal-ħarsien tal-mertu.", "Huwa importanti li din il-kummissjoni għall-ħarsien tal-mertu jkollha ċerti poteri li tapplika għall-aġenziji għax dawn għandhom bżonn ikollhom xi forma ta' regulating authority.", "Jekk il-kummissjoni għall-ħarsien tal- mertu jkollha ħjiel li sar jew qed isir xi abbuż tista' tieħu l-briga li tinvestiga hi, u tista' tibdel deċiżjoni u tneħħi mill-pożizzjoni tiegħu impjegat li jkun ħa dik id-deċiżjoni.", "Pero` l-kummissjoni ma tistax taġixxi fir-rwol ta' tribunal industrijali.", "Iżda tajjeb li jkun hemm xi ħadd li qiegħed jara li l-mertu tad-deċiżjonijiet li jittieħdu ma jgħaddux unnoticed.", "Il-kummissjoni għall-ħarsien tal-mertu se tkun tista' tipproteġi impjegat pubbliku li jiżvela imġiba ħażina min-naħa ta' impjegat ieħor.", "Il- famuża whistle blowing clause li issa ilna nisimgħu fuqha qiegħda tingħata f'idejn il-kummissjoni għall-ħarsien tal-mertu.", "Din il-kummissjoni għandha tipproteġi ħaddiem fis-servizz pubbliku li jagħti informazzjoni fuq sħabu li jkunu qed jabbużaw.", "Għandha wkoll tiżgura li ebda uffiċjal pubbliku ma jkun vittimizzat għax ikun għamel xi rapport lis-superjur tiegħu, lill- kummissjoni jew lil xi awtorita` oħra rilevanti fuq xi ksur minn impjegat ieħor tal-kodiċi ta' etika jew ta' xi dispożizzjoni oħra taħt din il-liġi jew kull Att ieħor.", "Meta l-kummissjoni ssib li l-uffiċjal pubbliku kien vittimizzat għandha tagħmel rapport lill-prim ministru fejn tirrakkmanda dawk il-miżuri li jidhrilha xierqa biex tkun indirizzata s-sitwazzjoni.", "Il-liġi tgħid ukoll li meta, wara rakkmandazzjoni mill-kummissjoni magħmulha skond id- dispożizzjoni ta' dan l-Att, il-persuna li lilha tkun saret ir- rakkmandazzjoni ma tkunx ħadet passi fuqha f'dak iż-żmien li l-kummissjoni jidhrilha xieraq, il-kummissjoni għandha tagħmel rapport dwar dan lill- iSpeaker tal-Kamra tad-Deputati li meta jirċevih għandu jqiegħdu fuq il- mejda tal-Kamra.", "Jiġifieri hawnhekk qegħdin indaħħlu mhux biss l-eżekuttiv bħala overseer ta' din il-biċċa xogħol, imma anke l-parlament Malti through l-uffiċċju tas-Sedja ta' dan il-parlament li mbagħad iqiegħed ir-rapport fuq il-mejda tal-Kamra.", "Sur President, jien niftakar ċivil fi żmenijiet oħra li ma kienx ċivil li wieħed kien jgħir għalih, fis-sens li ħafna drabi kien totalment overseen mill-ministru.", "Fil-famużi tmeninijiet iċ-ċivil kien totalment sottomess għal dak li jiddeċiedi l-ministru tal-ġurnata.", "Jiġifieri jekk ministru kien jagħti ordni jew inkella xi membru taċ-ċivil kien jieħu xi deċiżjoni l- ministru seta' jaqliblu dik id-deċiżjoni.", "Dik kienet ir-regola, dik kienet il-prassi u bażikament iċ-ċivil f'pajjiżna kien rendut bħala ċivil puppet tal-ministri li kien hemm fil-gvern ta' dak iż-żmien.", "Hemm ħafna ċirkostanzi - li wieħed ma jistax joqgħod isemmihom għax nistgħu nibqgħu hawn sal-ġimgħa d-dieħla - fejn il-ministru b'ordni eżekuttiva kien biddel id-deċiżjoni ta' kap ta' dipartiment jew ordnalu bil-fomm biex isiru affarijiet li l-kap tad-dipartiment ma kienx jaqbel magħhom.", "Smajna b'ħafna kapijiet tad-dipartiment li kellhom jirriżenjaw minħabba l-ħniżrijiet li kienu qed isiru.", "Sfortunatament din hija storja ta' Malta ta' l-aħħar 25 sena, imma llum l-affarijiet tbiddlu.", "Waħda mill-ewwel affarijiet li kien għamel gvern Nazzjonalista fl-1990 kienet proprju l-interpretation Act.", "Din il-liġi neħħiet il-poter dirett tal-ministru fuq id-deċiżjoni diskrezzjonali tal-kap tad-dipartiment.", "Jiġifieri kull dipartiment m'għandux jibqa' passiv imma għandu jkun attiv li jinterpreta l-liġi u ċ-ċirkostanzi kif iħoss li għandu jinterpretahom u mbagħad jieħu d-deċiżjonijiet li għandu jieħu.", "Taħt l-amministrazzjoni Nazzjonalista mill-ewwel kien hemm dikotomija bejn il-ministeru u l-istaff tal-ministeru u l-istaff tad-dipartiment proprja.", "Hekk għandu jkun, u din il-liġi se tispjegah iktar ċar.", "Meta twaqqfet l-interpretation Act ministru seta' jibdel deċiżjoni ta' kap tad-dipartiment, iżda jekk ministru jagħti ordni lill-kap tad-dipartiment li dan ma kienx jaqbel magħha, il-kap tad-dipartiment kien obbligat li jobdi għax ovvjament il-ministru huwa rappreżentant ta' l-eżekuttiv, pero` dejjem ried jagħtihielu bil-miktub.", "Jiġifieri kien importanti li l-ordni li tiġi mingħand il-ministru dejjem kellha tingħata lill-kap tad-dipartiment bil-miktub ħalli mbagħad il- ministru ma jkunx jista' jwaħħal fil-kap tad-dipartiment - bħalma kien isir fis-sebgħinjiet u fit-tmeninijiet - għax dan ikollu l-ordni eżekuttiva miktuba li ġejja mingħand il-ministru.", "Huwa tajjeb hawnhekk li nagħmel caveat minħabba l-problemi li jistgħu jinqalgħu fil-kwestjoni amministrattiva u legali f'dak li tirrikjedi interpretazzjoni.", "Bħalma nafu, kull fejn hemm kodiċi ta' liġi wieħed jista' jkollu interpretazzjoni differenti, jiġifieri liġi taf tkun qiegħda tgħid mod u tiġi interpretata b'żewġ modi jew b'iktar minn żewġ modi, u allura jinħoloq id-dubju.", "Għalhekk kien sar l-Att dwar l-interpretazzjoni biex il- mod kif dan id-dubju jiġi pjanifikat u mħaddem ikun iktar ċar.", "Hawnhekk nixtieq naqsam mal-Kamra ċerti punti legali kif wieħed jista' jirrisolvi d- dubju.", "L-ewwelnett jeżisti dak li ngħidulu dubju negattiv u dak li ngħidulu dubju pożittiv.", "Dubju negattiv huwa fejn wieħed ikollu dubju kif se jaġixxi u ma jista' jsib l-ebda sistema li jista' jissostitwixxi għal dak id-dubju, jiġifieri jdur fejn idur, jibqa' fid-dubju.", "F'dak il-każ tinħoloq dilemma li żgur tidħol kwestjoni ta' interpretazzjoni.", "Pero` tajjeb ngħidu li fuq kwestjonijiet ta' ġustizzja, kwestjonijiet ta' ħajja, fuq affarijiet serji, meta jkun dubju negattiv, l-aħjar li wieħed jagħmel żball fuq in-naħa tal- kawzjoni.", "Kif ngħidu bl-Ingliż, one has to err on the side of caution, bħalma jagħmlu l-qrati tagħna, li jsibu bniedem mhux ħati sakemm jinstab ħati u jkun hemm provi biżżejjed biex dan jinstab.", "Pero` d-dubju jista' jkun pożittiv.", "Dubju pożittiv komparat ma' dubju negattiv jista' jkollu numru ta' sistemi li wieħed jista' jaġixxi bihom biex isolvi d-dubju.", "Allura meta wieħed għandu dubju negattiv jew ma jaġixxix jew inkella wieħed għandu jaġixxi billi jieħu l-pożizzjoni l-iktar salva.", "Pero` jekk wieħed ikollu dubju pożittiv u jeżistu sistemi - ngħidulhom sistemi ta' riflessjoni u bl-Ingliż isejħulhom reflex principles - li bihom jista' jiġi salvagwardjat jew riżolt id-dubju, jista' juża dawn is-sistemi.", "Kont semmejt dawn is-sistemi ta' riflessjoni darba oħra f'dan il-parlament, pero` tajjeb ngħidu li dawn is-sistemi ta' riflessjoni, li jistgħu jintużaw fil-liġi kanonika kif ukoll fil-liġi ċivili, jistgħu jinqasmu primarjament fi tlieta.", "L-ewwel tip ta' sistema ta' riflessjoni li tista' tintuża hija dik tal- probabiljoriżmu, li jfisser li meta wieħed ikollu dubju, biex ikun ċert għandu jieħu pożizzjoni ta' interpretazzjoni li tkun l-iktar pożizzjoni probabbli, jiġifieri pożizzjoni li l-iktar hemm ċans li tkun korretta.", "Wara din hemm sistema oħra ta' riflessjoni li tista' tintuża, li jgħidulha sistema ekwiprobabilistika, jiġifieri fejn wieħed ikollu żewġ probabilitajiet li jistgħu jkunu t-tnejn possibbli li jiġu applikati u jkollhom l-istess saħħa.", "Jiġifieri r-raġunijiet ta' probabilita` f'dan il- każ ikunu ugwali, u allura l-individwu għandu l-liberta` li jagħżel l-iktar pożizzjoni li jħoss li għandu jagħżel għax it-tnejn huma probabbilment l- istess.", "L-aħħar tip ta' sistema riflessiva li wieħed jista' juża hija dik tal- probabiliżmu, fejn wieħed ikollu żewġ probabilitajiet fejn waħda tkun inqas probabbli mill-oħra, pero` xorta tkun probabbli.", "Jiġifieri mhux dubju ta' probabbilta` u improbabbilta`, imma sistema ta' dubju bejn probabilita` ikbar u probabilita` iżgħar.", "F'dan il-każ hawn min juża din is-sistema u jista' jagħżel l-inqas probabbilta`, basta tkun probabbilta` stabbilita.", "Hemm ċerti kriterji ta' probabbilta` li jistgħu jiġu stabbiliti, tista' tkun probabbilta` intrinsika, tista' tkun probabbilta` estrinsika - jiddependi jekk huwiex mill-argument intern jew inkella mis-saħħa li jagħtuha nies, avukati, huma x'inhuma, li qegħdin jinterpretaw dik il-liġi b'dak il-mod, dak huwa argument estrinsiku - ladarba teżisti l-probabbilta` soda, l-individwu jista' jagħżel din il-probabbilta`.", "Tajjeb ngħidu li l-ħsieb wara din id-deċiżjoni ta' probabbilta` inqas ġej proprju mil-liġi, u l-punt kardinali li huwa wżat f'dan il-każ huwa li l- possessjoni tal-liġi hija dejjem meħuda li hija iktar b'saħħitha mill- pożizzjoni ta' min ma jkunx fil-possess.", "Bl-Ingliż jgħidu possession is nine-tenths of the law, pero` hawnhekk tidħol il-kwestjoni x'inhi l-persuna li tkun trid tiddeċiedi attwalment xi jkun il-punt ta' possess, jekk tkunx il-liġi fil-possess - il-probabbilta` hi li l-liġi tkun fil-possess - jew inkella jekk tkunx il-liberta` fil-possess.", "Skond l-istudji li saru huwa ċar li s-sistema ta' probabiliżmu u ta' ekwiprobabiliżmu tagħti l-liberta` ta' bniedem li ma jagħżilx li jintrabat bil-liġi la jkun hemm dubju sinifikanti li din il-liġi ma torbotx.", "Possession is nine-tenths of the law ifisser li jekk il-liġi ma tkunx tagħmilha ċara li l-individwu jitlef il-liberta` tiegħu, l-individwu jżomm id-dritt li jżomm pussess tal- liberta`, u allura jidħol l-argument tal-probabbilta`.", "Pero` l-argument tal-probabbilta` mhux dejjem jista' jiġi applikat.", "Ma jistax jiġi applikat meta jkollok dubju pożittiv fuq punti ta' ġustizzja, fuq punti tad-dinjita` tal-bniedem, partikolarment fuq ħajja umana.", "Dan għax id-dubju jista' jerġa' jinqasam f'żewġ kategoriji oħra.", "Jeżisti dak li ngħidulu dubju ta' fatt u jeżisti dak li ngħidulu dubju ta' liġi.", "Dubju ta' fatt, bil-Latin imsejjaħ dubium factum, huwa tali li għandek dubju ta' xi ħaġa li hija fattwali, empirikament tista' tiġi ġustifikata u ipprovata, filwaqt li dubju ta' liġi, dubium juris, huwa dubju fuq punti ta' interpretazzjoni ta' liġi.", "Jekk ikollok każ ta' dubju ta' fatt wieħed ma jistax japplika s-sistema ta' riflessjoni li semmejt f'każi ta' ġustizzja u f'każi ta' dinjita` umana, u allura wieħed irid jastjeni milli japplika l- probabiliżmu u jrid jieħu s-sistema l-iktar salva li jew ma jaġixxix, jew jaġixxi bl-iktar sistema salva lejn dak l-individwu.", "Jiġifieri jekk ikun dubju ta' fatt, u jkun hemm involuta ħajja ta' bniedem, wieħed irid japplika s-sistema l-iktar safe.", "Jekk ikun dubju ta' liġi, allura mbagħad f'dak il-każ wieħed huwa fil-liberta' li japplika dawk il- punti tar-riflessoloġija li jien semmejt qabel.", "Il-punt hu li kultant - u dan huwa interessanti għax sibtu mir-riċerka tiegħi riċentement - ma jkollokx delineat b'mod ċar dak li hu dubju ta' fatt u dubju ta' liġi, imma jkollu dik li jsejħulu dubju ta' liġi fuq dubju ta' fatt. Mela hawnhekk m'aħniex qed nitkellmu iktar fuq dubju ta' fatt ċar.", "Il-famuż argument li dejjem jintuża għal dubju ta' fatt huwa li inti tkun għall-kaċċa, u tisma xi ħsejjes wara xi arbuxell u tibda tiddubita jekk wara dak l-arbuxell hemmx xi annimal jew xi għasfur li tista' tispara lejh jew inkella xi bniedem.", "Allura f'dak il-każ, billi dan huwa dubju ta' fatt, wieħed żgur ma jistax jieħu ċ-ċans, għax hemm il-ħajja ta' bniedem involuta, u allura wieħed ikun obbligat li ma jisparax.", "Pero` mbagħad jista' jkollok ċirkostanzi kif semmejt fejn id-dubju ta' fatt ma jkunx wieħed sempliċi imma jkun dubju ta' liġi fuq interpretazzjoni ta' fatt. Dawn jeżistu ħafna u fuq din hemm ħafna referenzi.", "Jiena fittixt xi 200 sena lura, u dejjem ġie deċiż li jekk ikollok dubju ta' liġi fuq dubju ta' fatt - jiġifieri l-fatt ma jkunx ċert u jkollok dubju ta' liġi fuq dak id-dubju ta' fatt - allura dak id-dubju ta' fatt jittrasferixxi ruħu f'dubju ta' liġi.", "F'dak il-każ wieħed ikun jista' mbagħad japplika s- sistemi ta' riflessjoni fil-metodi li wieħed normalment juża.", "Per eżempju, jekk jien għandi dubju meta tibda l-ħajja tal-bniedem, l-essere tal- bniedem, dak huwa dubju ta' liġi fuq dubju ta' fatt. Huwa dubju ta' interpretazzjoni ta' liġi fuq dubju ta' fatt. Sakemm qegħdin nitkellmu fuq human beings, u mhux human persons għax imbagħad id-dubju ta' liġi jispiċċa jiġi dubju ta' fatt biss, wieħed jista' japplika sistemi ta' riflessoloġija.", "Dan huwa biss eżempju, pero` hemm sistemi li huma approvati kif wieħed isolvi dubju ta' fatt.", "Mr Speaker, qabli kien qed jitkellem il-kap ta' l-oppożizzjoni u jiena qgħadt nisimgħu bil-kwiet.", "Sfortunatament il-kap ta' l-oppożizzjoni semma ħafna affarijiet li ma kellhom x'jaqsmu xejn ma' din il-liġi.", "Bażikament għamel intervent dwar affarijiet li assolutmant m'għandhomx x'jaqsmu ma' din il-liġi, pero` nħoss li għandi nirrispondi għal ċerti punti li qajjem.", "Irrid ngħid li Dr. Sant wiegħed li jekk ikun fil-gvern dan fil-fatt ikollu amministrazzjoni nadifa.", "Qal ukoll li huwa ċert li wasal iż-żmien li jsir tibdil fil-pajjiż.", "Ovvjament kien qed jirriferi għall-bidla tal-gvern.", "Jien dejjem inħobb ngħid li veru wasal iż-żmien għat-tibdil tal-pajjiż, imma jista' jkun ukoll li l-poplu Malti flok jagħżel li jibdel lill-gvern, iħalli lill-gvern fejn qiegħed u jagħżel li jibdel l-oppożizzjoni, għax sinċerament inħoss li l-oppożizzjoni m'hijiex waħda denja li tmexxi lill- pajjiż 'il quddiem.", "Mr Speaker, il-Kap ta' l-Oppożizzjoni semma ħafna affarijiet li aħna suppost għamilna u m'għamilniex.", "Jien naħseb li nista' nsemmi ħafna affarijiet li meta kien Dr. Sant fil-gvern bejn l-1996 u l-1998 ma qalx li se jagħmel u għamilhom.", "Nista' nsemmi numru ta' affarijiet li ma kenux fil- programm elettorali tal-partit Laburista ta' l-1996, fosthom it-taxxa fuq is-safar, iż-żieda tar-rati tal-posta, iż-żieda tal-prezz tal-petrol, tad- diesel, tal-gass u tal-pitrolju, it-taxxa fuq il-mediċini, it-taxxi fuq iċ- ċertifikati tal-mard, in-nollijiet tal-Gozo Channel, it-taxxa fuq l- insurances, it-taxxa fuq id-drenaġġ, iż-żieda fil-liċenzja tal-karozza, it- taxxa fuq id-dgħajjes, it-taxxa fuq is-safar u l-passaporti, it-taxxa fuq il-credit cards, it-taxxa fuq il-bennejja, it-taxxa fuq il-pitkala, it- taxxa fuq il-meter ta' l-ilma u l-ġwiebi ta' l-ilma u t-taxxa fuq ir- reġistrazzjoni tal-karozzi.", "Barra minn dawn żied il-liċenzji tal-karozzi li jidħlu fil-Belt, il-liċenzji tas-sewqan u t-taxxi tat-tagħlim tal-karozzi.", "Mr Speaker, barra minn dawn daħħal taxxa ta' 15% fuq oġġetti importati, daħħal taxxa ta' sisa ta' 5% oħra fuq servizzi, u dan wassal għal total akkumulattiv ta' 29% fis-sistema tas-CET flok is-sistema tal-VAT li tneħħiet.", "Daħħal taxxa fuq l-yachts magħmulin Malta, daħħal taxxa ta' 8% fuq l-oġġetti importati minn barra l-Unjoni Ewropea, neħħa l-applikazzjoni ta' Malta biex nidħlu fl-Unjoni Ewropea, daħħal taxxa fuq ir-rimi tal- materjal tal-bini, żied it-taxxi fuq is-sigaretti, żied it-taxxi fuq ix- xorb, żied it-taxxi fuq ir-rebħ mill-Casino, daħħal taxxa fuq il-pools fil- lukandi, żied it-taxxi fuq il-kaċċa u l-insib, żied il-kontijiet tad-dawl u ta' l-ilma u żied it-taxxi fuq il-pjanċi tal-karozzi.", "Dr. Sant ukoll, li kien prim ministru, kellu r-responsabbiltajiet tiegħu u għamel ħafna affarijiet li ma qalilniex li se jagħmel.", "Għamel ukoll proġett li jiftaħru bih u semmih, il-proġett ta' San Pawl il-Baħar u tal-Qawra li minn Lm1.5 miljun dan il-proġett spiċċa biex ġie jiswa ħafna iktar.", "Naħseb li dan il- proġett il-kap ta' l-oppożizzjoni ma tantx iħobb isemmih għax in-nefqa kienet xi darbtejn jew tlieta iktar milli kien ipproġettat!", "Sur President, biex inżomm aktar mas-suġġett irrid ngħid ukoll li fi żmien li kien fil-gvern il-partit Laburista saret ukoll diskriminazzjoni qawwija, li ġiet ippruvata, man-nies taċ-ċivil.", "Issa m'iniex qed nitkellem fuq l- eighties fejn kien hemm ħafna diskriminazzjonijiet, imma kulħadd jiftakar lil Michael Fenech tneħħa minn project leader ta' Scoops minħabba raġunijiet politiċi.", "Il-gvern dakinhar kien instab ħati mill-kummissjoni li kienet qiegħda hemm biex tara li dan ma jsirx.", "Niftakru wkoll f'Angela Callus li ma ntagħżlitx biex tibqa' direttur tad-dipartiment ta' l- ugwaljanza tan-nisa minħabba raġunijiet purament politiċi.", "Tajjeb li ngħidu wkoll li gvern Laburista bejn l-1996 u l-1998 ħareġ 250 tranfer fis-settur tas-saħħa f'24 siegħa.", "Dr. Sant qed jgħid li meta jitla' huwa se jkun gvern nadif, trasparenti, u se jkollu iktar kontabilita`, pero' aħna nafu li din hija daħka.", "Nafu li din hija għajta taċ-ċajt, għax Dr. Sant kien fil-gvern, qal li mhux se jmiss il-kunsill tat-Tarzna u missu, mhux se jmiss l- istipendji ta' l-istudenti u misshom!", "Nafu wkoll ħafna każijiet oħra li ma qalx li se jagħmel u għamilhom!", "Mr Speaker, irrid ngħid ukoll li kulħadd jiftakar l-iskandlu tal-proġett tal-proprjeta` li l-gvern Laburista wettaq ftit ġimgħat qabel saret l- elezzjoni ta' l-1998.", "Dakinhar kien iffirma konvenju ta' negozjanti tal- proprjeta` dwar skemi li fihom il-gvern kien se jixtri proprjeta` biex jikkonvertiha għal skopijiet soċjali.", "Wara li sabu li dawn ma kenux tajbin, sirna nafu wkoll li n-nies involuti kienu Michael Axisa, stalwart tal- partit Laburista, u kien hemm ukoll imdaħħal fi proġetti simili d-deputat Laburista l-Onor.", "Charles Mangion.", "Kien hemm involuti wkoll id-deputat Laburista l-Onor.", "Charles Buhagiar u r-raġel ta' l-Onor.", "Helena Dalli.", "Dan kien skandlu kbir għax anke l-units li kienu se jinbiegħu minn Michael Axisa kienu substandard.", "Dan kien skandlu li kien ixxokkja lill-pajjiż kollu u l-pajjiż kien baqa' skantat kif l-għajta li kien jagħmel Dr. Sant dak iż-żmien li se jkollu gvern nadif fil-fatt kienet naħqa li qatt ma telgħet is-sema!", "Dan qed ngħidu biex nuri kif il-partit Laburista, anke f'dawk is-sena u nofs li għamel fil-gvern, ma kien nadif xejn u ma kien trasparenti xejn.", "Sfortunatament anke fi żmien qasir ta' sentejn kien irnexxielu jiċċappas bil-korruzzjoni.", "Sur President, nista' nsemmi wkoll il-famuża kwistjoni tal-cash registers fejn ingħatat l-impressjoni li jekk il-partit Laburista jitla' fil-gvern ineħħi l-cash register.", "Bħalma jaf, il-cash register baqa' hemm.", "Insemmu wkoll iċ-ċajta ta' meta Dr. Sant kien se jsolvi l-qgħad, meta mbagħad nafu li fis-sentejn li għamel fil-gvern il-qgħad kien l-iktar wieħed għoli kemm kienu ilhom jinżammu records mis-sistema ta' l-istatistika.", "Niftakru wkoll kif Dr. Sant kien se jsolvi l-problema tal-miżbla tal-Magħtab.", "Dan kien mar bil-helicopter fuq il-Magħtab, ħares lejh pero` l-Magħtab kien hemm u baqa' hemm qisu muntanja!", "Naħseb illi f'dan il-każ ukoll tajjeb ngħidu li r- record ta' Dr. Sant huwa fjakk.", "Ovvjament ta' l-istipendji m'hemmx għalfejn ngħidha għax diġa` semmejtha.", "Mr. Speaker, tajjeb ngħidu li anke issa, f'dawn il-ħames snin mill- oppożizzjoni, Dr. Sant ġieli jitfa' xi ħjiel ta' x'ikun għaddej minn moħħu.", "Nafu, per eżempju, li qabel ma għamel il-u-turn fuq l-ewro, kien semma li se ssir devalwazzjoni ta' 10%.", "Kien ukoll beda jieħu pożizzjoni kontra l- ewro, pero` mbagħad f'daqqa waħda ndunaw li l-istatistika tal-gvern kienet miexja fid-direzzjoni t-tajba.", "Dan wara li kienu ilhom żmien twil jagħmlu attakk qawwi fuq l-istatistika tal-gvern u kellu jkun iċ-ċertifikat li tat l-Unjoni Ewropea li l-istatistika tal-gvern kienet miexja fid-direzzjoni t- tajba biex dawn f'daqqa waħda dawru l-opinjoni tagħhom u ġew favur l-ewro.", "Dan bħalma dawruha fuq ħafna affarijiet oħra!", "Barra minn dan kollu, tan-naħa l-oħra dejjem kellhom politika barranija bla viżjoni.", "Qal ukoll li se jneħħi l-bonus lill-ħaddiema u lill-anzjani, ibaxxi l-lira bl-10%, iżid il-bolla għall-klassi tan-nofs u għan- negozjanti, idejjen lill-istudenti għall-edukazzjoni, jiġifieri jġegħelhom jissellfu biex jedukaw ruħhom, jagħmel it-taxxa fuq il-villeġġjatura u t- tieni proprjeta` u jiffriża l-increments għall-ħaddiema tal-gvern.", "Dan barra li se joħloq l-impjiegi bi produzzjoni tal-melħ u l-boots!", "MR SPEAKER: Onor. Asciak, niġbidlek l-attenzjoni li skadielek il-ħin.", "L- Onor. Charles Mangion, on a point of order.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Għadhom kif ċempluli li fl-assenza tiegħi akkużawni b'xi korruzzjoni.", "Hawnhekk l-Onor.", "Asciak għandu l-protezzjoni tal- parlament.", "Jiena nisfidah jgħid dan il-kliem barra ħalli nagħmillu libell.", "Jekk jinstab li kien hemm xi korruzzjoni jien lest li nitlaq minn hawnhekk, imma jekk ma jinstab xejn, ikun irid jitlaq hu.", "ONOR.", "MICHAEL ASCIAK: Onor. Charles Mangion, jien qed naqra dak li hemm fil-gazzetta \"Il-Mument\" tad-29 ta' Ottubru ta' l-2006.", "Issa jekk trid tagħmel libell....(Interruzzjonijiet) Mela jekk għaddej libell, imbagħad nistennew.....", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Ippermettili ftit, qed insejjaħ lill-Onor.", "Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Jekk se nibdew bit-tgħajjir nibdew ngħajru lil xulxin.", "Trid li nibdew nagħmlu hekk fil-parlament?!", "MR SPEAKER: Jien nitlobkom iżżommu l-kalma qabel xejn, u wieħed jifhem x'inhu jgħid l-ieħor.", "L-Onor.", "Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Jiena ma smajtux għax kont qiegħed f'kumitat.", "Meta trid tgħajjar lil xi ħadd, l-ewwel ħaġa trid tkun raġel biżżejjed li tgħajru f'wiċċu.", "Dik l-ewwel ħaġa, imma ma jimpurtax.", "Jien qed ngħidlu li jekk irid jgħid xi ħaġa ma jgħidhiex hawnhekk taħt il-protezzjoni tal- parlament.", "Jien raġel biżżejjed li dak li ngħid hawn immur ngħidu barra ħalli min irid, jagħmilli libell.", "Issa lilu qed ngħidlu li jekk inhu raġel imur jgħidu barra ħalli nagħmillu libell.", "MR SPEAKER: Ikkonkludi Onor. Asciak, anzi skadilek il-ħin.", "ONOR.", "MICHAEL ASCIAK: Mr Speaker, jien qed nikkwota li kien hemm fil- gazzetti, u jekk inhi qiegħda l-qorti naraw min għandu raġun.", "Grazzi.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Mr Speaker, hawnhekk qed nitkellmu fuq l- irġulija.", "S'issa jiena żammejt ir-record tiegħi li ma ngħajjar lil ħadd, u nittama li sakemm nasal sa l-aħħar taż-żmien tiegħi hawn ġew - li jiddeċidih jew min ħalaqni jew l-elettorat - jien mhux se nagħmel minn dan.", "Nipproteġi u niddefendi ruħi iva, pero` mhux se nagħmel affarijiet bħal dawn għax ma narax li għandna nagħmluhom.", "Huwa sew l-appell li jsir miż- żewġ naħat tal-Kamra sabiex dawn it-tipi ta' affarijiet ma jsirux.", "L-ewwel ħaġa, Mr Speaker, jien ukoll nixtieq nesprimi s-solidarjeta` tiegħi mal- familji li tilfu l-qraba tagħhom f'dan l-inċident sfortunat li seħħ illum.", "Nixtieq nuri l-ikbar simpatija mal-familji għad-dwejjaq u għall-imrar li inċident bħal dan joħolqilhom.", "Dan sinċerament qed ngħidu minn qalbi, għax meta tmiss is-soċjeta` u l-poplu tagħna tinduna li dawn it-tip ta' affarijiet iħallu mbagħad tiċrita kbira fil-familji rispettivi.", "Pero` issa ħalli niġi wkoll għal din il-liġi.", "Mr Speaker, din il-liġi jien naraha bħala pass importanti ħafna fil- leġislazzjoni Maltija.", "Hawn irrid ngħid li din żgur li m'hijiex xi liġi perfettissima, imma hija liġi li tista' tiġi pperfezzjonata issa jew inkella fiż-żmenijiet li ġejjin.", "Pero` hija statement importanti ħafna li kien hemm il-bżonn li jsir, u qisu hawn il-qbil taż-żewġ naħat tal-Kamra li kien hemm bżonn li ssir din il-liġi.", "Kunċettwalment ukoll hija liġi importanti.", "Jiena kont qrajt il-kitbiet ta' Arnold Toenby li huwa magħruf ħafna għall-kitbiet tiegħu fuq l-istorja fuq iċ-ċivilta`.", "Dan jagħmel kumment verament interessanti fejn jgħid li meta ċivilta` ma jkollhiex amministrazzjoni tajba allura dan ifisser li tkun qabdet it-triq 'l isfel.", "Jgħid ukoll li din importanti għal numru ta' raġunijiet, pero` se ngħid liema raġunijiet l-iktar li jolqtuni bħala importanti.", "L-ewwelnett għax l-amministrazzjoni pubblika tiggarantixxi paċi, sigurta` u stabbilita` fil-pajjiż.", "It-tieni għax amministrazzjoni tajba hija garanzija ta' livell ta' għajxien tal-pajjiż.", "Hija garanzija li l- mekkaniżmu ta' l-Istat, li nbena matul is-snin, fejn jinġabru l-flus mingħand kulħadd u mbagħad dawn il-flus jerġgħu jitqassmu u jiġu utilizzati minn entita` ċentrali, huwa neċessarju li jkollna amministrazzjoni tajba.", "It-tielet hija li b'amministrazzjoni tajba jkollok garanzija permanenti tad- dritt.", "Aħna nitkellmu fuq ir-rule of law u fuq il-bżonn tad-demokrazija u fuq il-liġi li tiġi fuq kulħadd, u amministrazzjoni tajba tiggarantixxi wkoll amministrazzjoni tajba tal-liġi.", "Sur President, jekk inħarsu ftit lejn l-istorja ta' dak li għaddiet minnu Ruma naraw li Ruma bniet l-istat repubblikan tagħha permezz tad-diversi uffiċjali tagħha.", "Huwa verament konċett kostituzzjonali, legali u amministrattiv sabiħ li tħares lejn ir-repubblika Rumana.", "Imbagħad naraw kif dik ir-repubblika Rumana nbidlet meta Augustu ħa f'idejh Ruma.", "Fil- fatt, dan qal lil kulħadd li hu qiegħed jagħmel dak li qed jagħmel sabiex iżomm ir-repubblika soda.", "Imma fil-fatt x'kien qiegħed jagħmel?", "Beda jikkonċentra l-poter f'idejh għax l-imperu tant kiber u tant infirex li ma baqax f'Ruma jew fl-Italja imma nfirex kullimkien.", "Infirex mill-Ingilterra sa l-Iraq u sa l-Iran!", "Dan il-konċett żviluppa f'dimensjoni differenti u naraw li Ruma żviluppat b'tali mod li l-ħin kollu baqgħet aġġornata sabiex tlaħħaq mal-bżonnijiet ta' l-amministrazzjoni tajba fl-imperu tagħha.", "Meta spiċċa Augustu u dħalna fil-perijodu ta' Djoklezjanu, li huwa magħruf għal kemm qatel insara fl- arena, rajna li dan reġa' biddel kompletament il-konċett ta' l-organi ta' l- istat, ta' l-uffiċjali ta' l-istat u ta' kif għandu jaħdem l-istat.", "Imbagħad naraw qabża oħra meta l-istat Ruman spiċċa fl-imperu ta' Kostantinopli, fejn hemmhekk kellek żvilupp kompletament differenti.", "Iċ- ċavetta taċ-ċivilta` u ċ-ċavetta ta' stat modern demokratiku huwa dak li jkollu struttura tajba ta' servizz ċivili.", "Imbagħad, aktar importanti minn hekk, huwa li jkollu kwalita` tajba ta' servizz ċivili.", "Carlo Magno kellu wieħed mill-aħjar ċwievet f'idejh għax kellu bniedem integru, li rnexxielu jbiddel l-amministrazzjoni kollha ta' l-imperu li kellu f'idejh.", "Imn'Alla kien hu li biddel l-istruttura sħiħa ta' l-amministrazzjoni ta' żmien Carlo Magno.", "Sur President, din il-liġi hija importanti għax qiegħda ġġib għall-ewwel darba, b'mod komprensiv, iswed fuq abjad, xi ħaġa li ilna nħossu l-bżonn tagħha.", "Smajt lil min qal li l-ewwel sinjali ta' amministrazzjoni pubblika f'pajjiżna kienu fl-1857, li kien fuq l-istil Ingliż.", "Pero` fi żmien il- kavallieri u fi żmien il-Franċiżi hawn Malta ma kienx hawn xi rebus.", "Kien hawn ukoll amministraturi li kienu jissejħu b'mod differenti u kellhom funzjonijiet differenti.", "Madankollu, jekk wieħed per eżempju, jaqbad il- kodiċi ta' De Rohan, isib li kien hemm varji uffiċjali li l-istat kien ifformat bihom.", "Għalkemm fl-1857 bdejna nsegwu s-servizz ċivili Ingliż, irridu ngħidu li qabel kellna servizz ċivili fil-pajjiż li kien qiegħed jagħti servizz lill-poplu.", "Issa għall-ewwel darba, abjad fuq iswed, qegħdin nieħdu dak li kellhom l-Ingliżi u qegħdin nagħtuh imprint Maltija.", "Sur President, meta fl-1964 ħadna l-indipendneza, konna ħadna konċetti ta' servizz ċivili li kien ilu jiġi pprattikat f'dan il-pajjiż għal 100 sena.", "Dawk il-konċetti u n-nies li kienu diġa` preżenti fis-servizz ċivili fl- 1964, ħallew dan l-imprint magħna.", "Madwar dak il-konċett, madwar dik il- prattika u madwar dak il-mod ta' kif tagħmel ix-xogħol, inbena l-mod ta' kif jaħdem iċ-ċivil.", "Pero` ż-żmien, kemm fl-Ingilterra kif ukoll f'Malta, wera li dan m'huwiex adegwat biżżejjed.", "U allura din il-liġi qiegħda tikkrea dan il-qafas legali importanti.", "Irrid ngħid ukoll li konċettwalment qegħdin inħarsu lejn kif għandu jiġi organizzat u lejn kif għandu jiffunzjona internament is-servizz ċivili kollu.", "Għall-ewwel darba għandna ktieb u għandna liġi li żgur, għada pitgħada, se jiġi ppubblikati bħala manwal.", "Dan il-manwal mhux biss se jkun għad- dispożizzjoni tan-nies taċ-ċivil.", "Kien hemm żmien meta l-estacode kien dokument ta' natura pubblika, pero` kienu jafu bih in-nies taċ-ċivil biss.", "In-nies ġenerali m'għandhomx daqshekk interess fl-estacode, mentri hawnhekk qegħdin nagħmlu abbozz ta' liġi li taqbeż l-estacode.", "Hawnhekk għandna liġi mifruxa li turi u tindika x'għandu jkun l-istat, kif għandu jorganizza ruħu l-istat, min hu uffiċjal ta' l-istat u x'għandu jagħmel dan l-uffiċjal fl- istat.", "Hawnhekk avvanzajna, u tajjeb li wieħed jara ftit x'avvanz qiegħed isir.", "L-ewwelnett hawnhekk qegħdin niddefenixxu x'inhuma d-diversi funzjonijiet u qegħdin nuru b'mod ċar il-parametri ta' kull funzjoni.", "Per eżempju, għandna segretarju permanenti ewlieni, is-servizz eżekuttiv anzjan, is-servizz pubbliku, trasferimenti u uffiċjal pubbliku.", "Dan qegħdin nagħmluh b'mod ċar u bil-miktub.", "Issa hawnhekk naqblu fl-istadju inizjali, pero` mbagħad fl-istadju ta' kumitat hija xi ħaġa oħra.", "Importanti li jekk ngħidu li naqblu fuq li niddefenuhom, naqbdu u naqblu.", "Fl-opinjoni tiegħi dak diġa` huwa avvanz 'il quddiem u bżonnjuż għall-pajjiż.", "L-ewwelnett aħna qegħdin nagħmlu definizzjoni ta' l-affarijiet.", "It-tieni qegħdin inħarsu lejn l- ispeċjalizzazzjoni ta' l-affarijiet, u allura qegħdin nidħlu fis-setturi speċjalizzati li diġa` għandna u li kibru.", "Issa dawn kibru mhux b'kapriċċ imma bi bżonn.", "Dan inħass mill-amministrazzjoni tal-ġurnata sabiex tibni qafas sod ħalli tkun tista' tmexxi l-affarijiet tal-pajjiż 'il quddiem.", "It- tielet hija dik li qegħdin niddefenixxu aħjar l-ordni burokratiku li qed niddefenuh b'mod sempliċi u dirett.", "Il-kelma \"burokrazija\" ħadet sens peġġorattiv ħafna.", "Jien inħobb naderixxi ruħi mal-ħsieb li l-burokrazija hija dik kif iddefiniha Max Weber.", "Max Weber kien iħares lejn id-burokrazija bħala xi ħaġa importanti u bħala xi ħaġa li ma tistax tmur lura.", "Fil-fatt huwa qal hekk:", "\"The attributes of modern bureaucracy include its impersonality, concentration of the means of administration, enabling effect of social and economic differences and implementation of a system of authority that is practically indestructible.\"", "Bil-kliem \"practically indestructible\" Max Weber qed jgħid – u jien naqbel miegħu - li s-servizz irid ikun wieħed kontinwu.", "U hawnhekk dak li qegħdin nagħmlu.", "Hawnhekk qegħdin inkomplu konċett ta' liġi li kien diġa` nbena fi żmien Enriku VIII u Thomas Cromwell.", "Dawn kienu l-bidu tas-servizz ċivili fl-Ingilterra u aħna, bħala werrieta tagħhom, kien il-bidu ta' pajjiżna wkoll.", "Hawnhekk xtaqt niċċita lil ċertu G.R. Elton, fejn dan qal hekk:", "\"When an administration relying on the household was replaced by one based exclusively on burocratic departments and officials of state, a revolution took place in government.\".", "Il-fatt li tagħmel struttura - kif jgħid Max Weber - li hija prattikament indistruttibbli, tkun qiegħed tagħmel revoluzzjoni.", "Elton ikompli jgħid hekk:", "\"The principle then adopted was not in turn discarded until the much greater administrative revolution of the nineteenth century, which not only destroyed survivals of the medieval system, allowed to continue a meaningless existence for some 300 years, but also created an administration based on departments responsible to parliament, an administration in which the crown for the first time sees to hold the ultimate control.", "Medieval government was governed by the king in person and through his immediate entourage.", "Early modern government was independent of the household, bureaucratically organized in national departments but responsible to the House of Commons.\".", "Mela r-rivoluzzjoni ggarantiet għal żmien twil fl-Ingilterra servizz ċivili kostanti.", "U dan is-servizz ċivili kostanti aħna ħadnieh hawnhekk ukoll.", "Issa hawnhekk qegħdin ngħidu – u dan huwa pass kbir u pass fundamentali – li qegħdin nagħmlu qafas li jiggarantixxi din il-permanenza fl-għeruq u fix- xniexel kollha.", "Ovvjament jekk hemm xi xinxilla jew xi xagħra fl-għaġina li ma rajniex, ma jkun ġara xejn għax għandna l-istadju tal-kumitat fejn dik ix-xagħra fl-għaġina tkun tista' toħroġ fil-beraħ.", "Pero` hawnhekk qegħdin niggarantixxu b'mod ċar xi ħaġa verament importanti, li huma l- liġijiet.", "Din hija liġi importanti għas-servizz ċivili, imma l-aktar li hija importanti hija għall-poplu.", "Dan għax il-poplu għandu dritt jippretendi li jkollu servizz ċivili modern, adegwat u tajjeb, imma li dan is-servizz ċivili jkollu r-regoli tiegħu miktuba f'liġi li jkun jista' jaraha kulħadd.", "Ngħid għalija wieħed mill-aktar artikoli li laqtuni f'dan l-abbozz ta' liġi kien proprju artikolu 4.", "Dan l-artikolu jgħid hekk:", "\"Id-dipartimenti, l-aġenziji u l-entitajiet tal-Gvern għandhom ikunu regolati bil-valuri inerenti fid-dmirijiet hawn taħt imsemmija, u l- impjegati pubbliċi għandhom:", "jeżerċitaw kull setgħa mogħtija lilhom bil-liġi, u jagħtu servizzi lill-pubbliku, b'korteżija, malajr u b'imparzjalita';", "jagħtu pariri b'mod oġġettiv u b'għarfien fuq ħwejjeġ li jkunu fil- kompetenza tgħhom.\".", "Sur President, ħafna mit-tgergir tal-poplu jkun dak li jmorru f'dipartiment u ma jinqdewx.", "Kull darba jibagħtuhom f'dipartiment differenti u kollha jgħidulhom li mhux hawnhekk kellhom jiġu.", "Issa fl-artikolu 4 qegħdin indaħħlu dmir fuq is-servizz pubbliku li meta xi ħadd jitlob parir fuq fejn għandu jmur, inti għandek tidderiġih fil-post it-tajjeb, li tgħidlu x'għandu jagħmel u ma taħlilux il-ħin tiegħu.", "Imbagħad dan l-artikolu jkompli jgħid hekk:", "\"jimplimentaw il-politika tal-Gvern tal-ġurnata b'mod effiċjenti u effettiv;", "jikkontribwixxu għall-kordinazzjoni tal-politika tal-Gvern flimkien ma' dipartimenti, aġenziji u entitajiet oħra tal-Gvern u Kunsilli Lokali; u", "b'kontribut ta' l-imġiba tagħhom stess jagħmlu l-post tax-xogħol wieħed li jagħraf it-talenti, jiżviluppa l-kapaċitajiet u l-ħiliet, jippremja t-twettiq, jevita diskriminazzjoni u joffri sigurta`.\".", "Dawn huma kollha affarijiet importanti għall-poplu.", "Qiegħed nieħu pjaċir li l-kodiċi ta' etika qiegħed jiġi ppubblikat b'mod trasparenti u b'mod mill-aktar qawwi f'din il-liġi.", "Hawnhekk reġa' għandna ripetizzjoni ta' diversi affarijiet li għedna qabel, pero` qegħdin ngħidu wkoll li l-pajjiż jistenna li l-impjegati pubbliċi jimpenjaw ruħhom sabiex kontinwament ifittxu l-innovazzjoni u t-titjib fil-produttivita` u aktar ħeffa fil- proċeduri.", "B'hekk jagħtu kontribut lejn it-tkabbir ekonomiku u l- kompetittivita` nazzjonali.", "Din hija liġi li qiegħda tnaqqas ferm aktar il- possibbilta` li jkun hemm grey areas, li minħabba fihom xi ħadd ikun jista' jeżerċita xi poter li ma jkunx daqshekk ċar jekk il-liġi tagħtihulux jew le.", "F'dan l-abbozz ta' liġi qegħdin inneħħu l-grey areas li kienu jeżistu qabel.", "Din hija liġi li permezz tagħha pajjiżna se jieħu vantaġġi kbar.", "Hawnhekk irrid infakkar ukoll li din il-liġi m'hijiex iżolata.", "Fil-fatt din is-sena stess approvajna wkoll il-konċett tal-ġustizzja amministrattiva fit- tribunali amministrattivi.", "Hemmhekk ukoll hemm numru ta' artikoli li diġa` ġew fis-seħħ fil-15 ta' Ġunju ta' din is-sena u li permezz tagħhom qegħdin ngħollu l-livell tat-tribunali amministrattivi fid-drittijiet tal-poplu.", "Wieħed minn dawn id-drittijiet ma nixba' qatt insemmih, u dan jgħid hekk:", "\"It-tribunal amministrattiv għandu jiżgura li l-amministrazzjoni pubblika tagħmel disponibbli d-dokumenti u l-informazzjoni rilevanti għal każ, u għandu jara li l-parti jew il-partijiet l-oħra fil- proċeduri jkollhom aċċess għal dawn id-dokumenti u informazzjoni.\".", "Sur President, dawn huma l-avvanzi kbar li jmexxu ċ-ċivilta` u d- demokrazija 'il quddiem f'pajjiżna.", "Jiena għandi 47 sena u niftakar fi żmenijiet fejn dan kollu ma kienx jeżisti.", "Lanqas dibattitu ma kien ikollna fuqu u ħadd ma kien jindenja ruħu li jiddiskutihom minn naħa tal-gvern.", "Ħadd ma kien jaħseb fihom minn naħa tal-gvern għax għalihom kienet xi ħaġa imbarazzanti li tagħmilhom.", "Min-naħa l-oħra, aħna qegħdin naffrontaw dawn l-affarijiet b'kurraġġ u qegħdin nagħmluhom.", "Hemm bżonn li jsiru, u għalhekk qegħdin isiru.", "Issa din lanqas hija xi liġi li fiha biss xi żewġ artikoli, u lanqas hija xi liġi li tqum minn jum għal għada u tagħmilha!", "Din il-liġi trid tieħu ż-żmien tagħha sabiex timmatura, ħadet iż-żmien tagħha sabiex timmatura, u fortunatament saret.", "Din hija liġi tajba, imma naturalment fiha x'itejjeb, pero` hija liġi li se tagħmel il-ġid lill- poplu.", "U din hija xi ħaġa li bl-ebda mod m'għandna nċekknuha, anzi għandna naraw kif inkomplu nissodawha.", "Xi kultant fil-parlament ikolli t- tentazzjoni naħseb li meta nagħmlu xi ħaġa tajba, niġu kkritikati fuqha, u meta nagħmlu xi ħaġa li ma tkunx tajba, ikun hawn is-silenzju.", "Imma nerġa' ngħid li din hija liġi verament tajba u li 'l quddiem wieħed jista' jibni fuqha.", "Nirringrazzjak.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Is-Segretarju Parlamentari, l-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Sur President, nipproponi l-Aġġornament tal- Kamra għal nhar it-Tnejn, 2 ta' Lulju 2007 fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Amministrazzjoni Pubblika - Tieni Qari (Kont);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili (Emenda Nru 2) - Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta (Emenda Nru 2) - Tielet Qari; u", "xi aġenda oħra li tista' tiġi komunikata aktar tard.", "--------------------------------", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Foster Care - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Awtorita` ta' Malta dwar ir- Riżorsi - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Reġistru Ċentrali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza li tneħħi l-Kontroll tad-Djar - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Kumpanniji - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Mediċini - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Istituzzjonijiet Finanzjarji - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Organizzazzjonijiet Volontarji - Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sur President, bħalissa pajjiżna għaddej minn sitwazzjoni xejn pjaċevoli għax qiegħed joħroġ biċ-ċar li l-istituzzjonijiet kollha tal- pajjiż qegħdin jiġu mċappsa bil-korruzzjoni.", "Jidher biċ-ċar li l- korruzzjoni hija waħda istituzzjonalizzata.", "Jiena mhux darba jew tnejn li tkellimt fuq il-korruzzjoni f'dan il-parlament u dejjem irriżulta li kelli raġun.", "Imma għalkemm kelli raġun, dejjem ġejt imżebblaħ f'dan il-parlament.", "Issa dan l-aħħar erġajt tkellimt fuq kwestjoni li reġgħet tatni raġun għax veru kien hemm il-korruzzjoni fl-MMA f'dak li għandu x'jaqsam mal-liċenzji ta' l-opri tal-baħar.", "Għaldaqstant m'għandix għalfejn nerġa' nitkellem fuq il-każ.", "Imma x'qiegħed jiġri?", "Qiegħed jiġri li l-ministru responsabbli mill-Malta Maritime Authority, iċ- chairman ta' l-istess awtorita` u l-gvern qegħdin jisparaw fuqi ħalli mingħalihom jiskreditawni.", "Dawn qegħdin jipprovaw jakkużawni u jċappsuni li jien qiegħed nuża l-parlament sabiex ngħid li rrid u sabiex ngħid il-gideb.", "Jien m'iniex qiegħed nagħmel hekk.", "Anzi jiena ngħid li kieku ċ-chairman tal- MMA kien serju u ta' l-affari tiegħu, meta għandu skandlu bħal dak fil- maritime authority, kien imissu rriżenja!", "Dan l-iskandlu ilu sejjer għal snin sħaħ u fih kienu involuti ammonti kbar ta' flus.", "Nerġa' ngħid li kieku kien ta' l-affari tiegħu kien jirriżenja.", "Mela dan mhux każ serju?", "Allura ħadd m'hu se jagħti kasu?", "Anke l-ministru responsabbli, li kieku kien serju, meta jaf li Malta u Għawdex saru jafu bil-każ tat-tixħim fuq il- liċenzji, u wara li kellu dak ir-recording fuq dak li kien qiegħed jiġri fl- ADT meta din l-awtorita` kienet taħtu, kien jirriżenzja wkoll.", "Imma għal dawn in-nies il-kultura tar-riżenja ma teżistix!", "Sur President, dawn in-nies jipprovaw iħammġu lili u jgħidu li qiegħed nuża l-parlament sabiex nabbuża minnu, mentri ċ-chairman ta' l-awtorita` marittima, taħt l-iskuża ta' materja kummerċjali, m'huwiex qiegħed jagħmel l-ebda inkjesta u investigazzjoni u lanqas qiegħed jirrispondi l- mistoqsijiet li qiegħed nagħmel.", "Il-ministru, taħt l-iskuża tal-kwestjoni legali, qiegħed jipprova jgħidli sabiex immur ngħid dak li għedt hawn ġew barra ħalli jipprova jieħu passi legali kontra tiegħi ħalli ma nġibx il- provi jew inkella nikxef lil dak li jkun.", "Dwar dak li hu legali nista' ngħid li m'iniex xi avukat u l-qorti ma mmurx, u dwar l-aspett kummerċjali nista' ngħid li m'għandix kumpanniji u lanqas jien imdaħħal fl-MMA.", "Jiena membru parlamentari u nagħmel xogħol ta' membru parlamentari.", "U hekk qiegħed nagħmel.", "Fil-fatt diġa` irriżulta dak li għedt jien għax diġa` ħareġ fil-beraħ l-iskandlu!", "Kif jista' jkun li jitwemmen dan il-gvern meta jgħid li qiegħed jagħmel l- affarijiet b'responsabilita` u bi trasparenza?!", "Li kieku veru qiegħed jagħmel l-affarijiet b'responsabbilta` u bi trasparenza kien jagħti l- eżempju f'kull qasam.", "Illum smajna wkoll min-naħa tal-kap ta' l- oppożizzjoni bl-iskandlu li hemm fid-dipartiment tas-saħħa.", "Smajna bi skandli oħra, imma l-vilta` hi li kien hemm riżenja llum miċ-chief executive ta' l-ADT.", "U dan tafu għalfejn irriżenzja?", "Hawnhekk se nikkwota dak li ġie miktub fil-gazzetta \"The Times\", fejn intqal li: \"Ministry told ADT not to sack convicted officials\".", "Ara naqra!", "Min diġa` nstab ħati ta' reati jaqbeż il-ministeru għalih sabiex ma jitkeċċiex mill-kariga tiegħu!", "Ara kif jista' jkun li l-poplu jkollu fiduċja fih!", "Min qiegħed juża l- parlament ħażin?", "Jien qiegħed nuża' il-parlament ħażin jew inkella min qiegħed juri biċ-ċar li qed jabbuża mill-pożizzjoni tiegħu?!", "Naħseb li din hija mistoqsija serja.", "Sur President, ħalli nerġa' nagħmel riferenza għall-każ ta' l-awtorita` marittima.", "Waqt l-estimi tal-maritime authority jiena kont tkellimt u għedt xi ħneżrijiet hemm f'din l-awtorita`.", "Wara li semmejt dawk il-ħneżrijiet, il-ministru responsabbli, biex mingħalih iwaqqagħni għaż-żufjett u jtellifli l-kredibilita` tiegħi, talab li jagħmlulu rapport.", "L-awdituri bdew jinvestigaw u rriżulta li mhux rapport biex jiskredita lili kienu se jagħmlu, imma kienu se jibdew joħorġu l-affarijiet.", "Allura dawn ipprovaw jostru l-affarijiet li ħarġu sabiex ħadd ma jkun jaf x'kien qiegħed jiġri.", "Pero` jien kont naf x'inhu għaddej, u għalhekk tkellimt b'dak il-mod u għamilt dawk il-mistoqsijiet f'din il-Kamra!", "Wara dan kollu qamet il-kwestjoni fejn intqal li kif kien hemm xamma dwar kif l-affarijiet ma kienux sejrin tajjeb, il-każ għadda għand il-pulizija.", "Il-ministru hawnhekk, f'aġġornament, qalilna li jikkonferma li fil-mument li kellu l-ewwel indikazzjoni ta' irregolaritajiet marbuta mal-ħruġ tal- liċenzji, jiġifieri fl-24 ta' Mejju, il-pulizija bdew jagħmlu l- investigazzjoni tagħhom.", "Dan m'hu veru xejn, u mhux imbilli poġġa l-ittra fuq il-mejda tal-Kamra!", "Il-pulizija ma bdewx jinvestigaw fl-24 ta' Mejju.", "Din hija gidba!", "Il-pulizija bdew jinvestigaw wara li jien erġajt tkellimt fil-5 u fis-6 ta' Ġunju.", "Hemm bdew jinvestigaw il-pulizija, għax kieku ma kienx hekk, kif ħallewhom iqattgħu dawk id-dokumenti kollha?!", "Qattgħu madwar 230 dokument!", "Kif kienu se jħalluhom iqattgħu d-dokumenti li kieku l-pulizija kienet diġa` bdiet tinvestiga?!", "Kieku għalfejn il-lockers ma ngħalqux u l-files ma nġabrux fl-24 ta' Mejju?!", "Għaliex l-awditur mar javża lil min hu responsabbli hemmhekk sabiex ikun jista' jeħles minn ċerti affarijiet?!", "Jiena hawnhekk diġa` semmejt kif ġraw l-affarijiet.", "Diġa` għedt li kien hemm min ma kienx qiegħed jidħol għax-xogħol għax kien bis-sick leave, imma meta mbagħad bdew joħorġu l-affarijiet, reġgħet daħlet tiġri għax-xogħol ħalli jipprovaw jostru l-affarijiet.", "Dawn il-fatti m'iniex qiegħed nivvintahom.", "Hawnhekk se npoġġi fuq il-mejda tal-Kamra r-rassenja li turi kif għal ċertu perijodu, dik il-persuna, li hi l-perċimes, - għadni ma nistax nifhem għalfejn hija protetta - kienet bis-sick leave, u mbagħad, meta l-każ beda ħiereġ, reġgħet daħlet lura għax-xogħol.", "U hemm li tqattgħu l-files!", "Din ir-rassenja se npoġġiha fuq il-mejda tal-Kamra ħalli l-poplu jkun jaf kif kienu l-affarijiet.", "Din hija l-verita`!", "Issa nidew noħorġuhom l-affarijiet, mela ma noħorġuhomx!", "Mela hawnhekk diġa` bdejt nuri bil-fatti x'kien għaddej.", "Allura lil din il-persuna kif inħalluha għaddejja scot-free?!", "Hemm xi ħaġa fin-nofs!", "Għalfejn din il-protezzjoni kollha?!", "U mhux billi jgħid il-ministru!", "Li kieku kien minnu li l-awdituri – kif qal hu - kienu qegħdin jagħmlu xogħolhom, għalfejn ma ndunawx b'dak li kien qiegħed isir is-sena l-oħra?!", "Is-sena l-oħra u s-sena ta' qabel kien hemm ammonti sostanzjali ta' flus li kienu qed jitħallsu.", "Dan juri li jew kienu xi hopeless case, jew inkella kien hemm xi ħaġa biex ma jikxfux.", "Malta u Għawdex kollha kienu qed iparlaw u jgħidu li trid tħallas sabiex tieħu l-liċenzja tal-baħar!", "Allura x'inhi din l-affari?!", "Din hija xi ħaġa li ma nistax nifhimha!", "Jekk l- awdituri investigaw minn jeddhom u sabu issa l-affarijiet, mela allura xi ħadd ma kienx qiegħed jagħmel xogħlu s-sena li għaddiet u s-sena ta' qabel.", "Dan għax anke s-sena ta' qabel kien juri biċ-ċar li kien hemm l-intiena.", "Fit-3 ta' Novembru, waqt il-budget, jiena għedt ċar u tond li hemm ħneżrijiet kbar fl-awtorita` marittima u tlabt sabiex l-operat ta' din l- awtorita' jiġi investigat.", "Allura dawn li jemmnu bit-trasparenza, li jemmnu bis-serjeta` u li l-affarijiet isiru sew, għalfejn m'għamlulx l- investigazzjonijiet ħalli jiċċekkjaw l-operat ta' l-MMA?!", "Ara l-ministru responsabbli u ċ-chairman ta' l-MMA, ma rrispondewx għal dak li għedt jien.", "Ħadd ma ta reazzjoni għal dak li għedt jien fuq il- kummissjoni ta' kontra l-korruzzjoni.", "Il-ministru qalilna li se jressaq kollox quddiem il-kummissjoni ta' kontra l-korruzzjoni, u jien għedtlu li jista' iressaq kemm irid.", "Pero` diġa` għedtlu li l-kummissjoni ta' kontra l- korruzzjoni hija bla snien għalih, għax għall-kummissjoni ta' kontra l- korruzzjoni, jekk inti personalment ma tkunx irċevejt il-flus, allura ma tinstabx ħati ta' korruzzjoni.", "Allavolja tkun taf li hemm xi ħadd f'pożizzjoni u inti għandek ir-responsabbilta` li ma tħallix hemm, u dan jieħu l-flus, inti ma tinstabx ħati mill-kummissjoni ta' kontra l- korruzzjoni.", "Madankollu, meta Fenech Adami kien prim ministru, kien qalilna li jekk inti taf li hemm riħa ta' korruzzjoni u ma tiġġildilhiex, allura inti korrott ukoll!", "U dik hi l-biċċa xogħol!", "Bil-kummissjoni ta' kontra l-korruzzjoni ma tinstabx ħati, imma skond Fenech Adami inti korrott daqs dak li jinstab ħati.", "F'dan il-pajjiż ħadd ma jemmen li ma kenux jafu li għaddejjin dawk l-ammonti kbar ta' flus matul dawk is-snin kollha!", "Sur President, jiena tlabt li nagħmlu kumitat tal-parlament ħalli ninvestigaw l-operat ta' l-MMA.", "Imma fuq din ma rrispondinix il-ministru, u li kieku aċċettaha kien iweġibni.", "Dik hija t-trasparenza kollha?!", "Mela jien napprofitta ruħi bil-parlament!", "Mhux ħaddieħor japprofitta ruħu bil- Parlament!", "M'aċċettax kumitat tal-parlament sabiex jinvestiga l-operat ta' din l-awtorita`.", "Jien dejjem kont responsabbli u nibqa' responsabbli u xogħli se nibqa' nagħmlu.", "Anzi allaħares m'għamiltx hekk għax kieku ma ħariġx dan l-iskandu.", "Dan m'huwiex l-uniku skandlu, għax issa qegħdin joħorġu ħafna skandli oħra.", "Qegħdin joħorġu ħafna skandli għax issa min ma kellux il-kuraġġ jitkellem, wara li ra dan kollu u qed jisma' lil xi ħadd jitkellem, qiegħed jagħmel il-kuraġġ u jitkellem hu wkoll.", "Ejjew nipprovaw innisslu xi ħaġa ħalli dak li jkun jagħmel il-parti tiegħu.", "U n-nies qegħdin jersqu lejna sabiex jgħaddulna l-informazzjoni.", "Hawnhekk nerġa' intenni li l-informazzjoni m'hijiex waħda politika.", "Huma n- Nazzjonalisti stess li qed jgħadduhielna, Nazzjonalisti ta' l-affari tagħhom u li ma jridux jafu bil-gvern issa!", "Jien mhux qed ngħid li dawn in- nies se jivvotaw għall-partit Laburista għax jien ma nafx x'se jagħmlu.", "Imma huma stess qegħdin jistqarru magħna li ma jifilħux jaraw aktar il- ħneżrijiet li qegħdin iseħħu f'dan il-pajjiż!", "Ma jifilħux jaraw kif hemm min qed jistagħna u hemm min qed imut bil-ġuħ.", "Ma jifilħux jaraw aktar dawn l-affarijiet, u għalhekk qegħdin jitkellmu!", "Lanqas jien mhu qiegħed nagħmel din il-biċċa tax-xogħol b'mod politiku.", "Jien irrid li jkun hemm kontabilita` bis-serjeta`, u rrid li jkun hemm trasparenza u serjeta` fit- tmexxija.", "Imma f'dan il-pajjiż u taħt dan il-gvern, donnu li ħadd m'għandu kontabilita` jew responsabbilta`.", "Sur President, ma jistax ikun li nibqgħu mexjin b'dan il-mod, u huwa għalhekk li jien qiegħed nitkellem.", "Araw daqsxejn f'daqqa waħda kemm qegħdin jitfaċċjaw ħneżrijiet.", "Issa smajna bl-iskandlu li hemm fil- ministeru tas-saħħa, smajna wkoll bil-ministeru ta' Dolores Cristina, u hemm tal-MMA.", "Issa fl-ADT se terġa' tfaqqa' oħra għax mhux biss hemm il- kwestjoni tal-liċenzji tas-sewqan imma issa jidher li hemm tal-marki ukoll.", "Hemm tal-marki wkoll!", "Mela fl-ADT hemm skandlu ieħor.", "Kif qegħdin isiru dawn l-affarijiet?", "Qegħdin isiru mhux minħabba li l-ħuta qiegħda tinten minn rasha?!", "Min-naħa tagħna ta' l-oppożizzjoni se nibqgħu niġu f'dan il- parlament ħalli l-affarijiet ħżiena joħorġu u jittieħdu passi kontrihom.", "Jittieħdu passi mhux kif qiegħed jgħid dan il-gvern, li jgħid li huwa gvern serju u li jieħu passi kontra kulħadd!", "Dan mhu veru xejn!", "Mhu veru xejn, għax meta dan il-gvern jiġi dahru mal-ħajt u jkollu jieħu passi kontra xi ħadd, insibu li dak li jkunu ittieħdu passi kontra tiegħu, peress li jkun xi ħadd tal-qalba Nazzjonalista, isib il-ministeru jiġġieled għalih ħalli ma jitkeċċiex!", "Dan rajnieh u smajnieh illum meta smajna r-raġuni tar- riżenja taċ-chief executive officer ta' l-ADT.", "Meta tibda tara dawn l-affarijiet tibda tistaqsi lilek innifsek kif, min huwa responsabbli politikament, m'huwiex qiegħed jerfa' ir-responsabbilta` tiegħu u jirriżenja.", "Allura dan se jkompli jkisser id-demokrazija għax qiegħed iħares lejn l-interess tiegħu l-ewwel!", "Li kieku jkun xi ħadd li verament jemmen fid-demokrazija, kien jara li ma jkissirx id-demokrazija imma jirriżenja għax għandu responsabbilta` politika.", "Imma min huwa politikament responsabbli ma jridx jirriżenja!", "Iċ-chief executive tal-MMA ma jridx jirriżenja għax ma jemminx fid-demokrazija.", "Jemmen biss fl- interessi tiegħu!", "Li kieku kien serju, wara skandlu bħal dak - li huwa responsabbli bħala chairman - kien jirriżenja.", "Pero` baqa' ma rriżenjax.", "Lanqas il-ministru, li huwa responsabbli politikament ma rriżenja wara skandlu bħal dak!", "Anke fl-aktar pajjiż korrott tad-dinja qegħdin iġegħluhom jirriżenjaw, imma mbagħad ma nistax nifhem x'inhu jsir f'Malta taħt dan il- gvern!", "Ħadna tant pjaċir li dħalna fl-Unjoni Ewropea għax suppost kellu jkollna d-drittijiet u t-trasparenza!", "Imma minflok qegħdin insibu li l- affarijiet jintnu minn fuq!", "Sur President, għal-lum daqshekk se ngħid, imma ara ma tmorrux taħsbu li qiegħed nivvintahom dawn l-affarijiet.", "Illum urejt bil-fatti dak li kont għedt l-aħħar darba fuq dik il-persuna li kienet bis-sick leave u li mbagħad daħlet lura meta tfaċċa dan l-iskandlu u kien hemm il-kwestjoni tal- files.", "Irrid ngħid ukoll li għalkemm kienet bis-sick leave kienet tkun preżenti x-xogħol tagħha!", "Imma jidher li hemm min qiegħed jipproteġiha sew lil din il-persuna!", "Allura ma nistax inħalli dawn l-affarijiet għaddejjin!", "Fl-MMA kulħadd qiegħed jgħid li għandi raġuni f'dak li għedt.", "Kulħadd qiegħed jgħid li jien għedt il-verita`, imma kulħadd qiegħed jibża' jitkellem.", "Qegħdin jibżgħu jitkellmu għax issa jridu jipprovaw jaraw fuq min se jwaħħluha!", "Nerġa' ntenni li bħala membru parlamentari responsabbli ġejt f'dan il-parlament u tkellimt b'mod responsabbli, u dejjem irriżulta dak li għedt jien.", "Għalhekk jien se nibqa' niġi f'dan il-parlament ħalli niġġieled il-korruzzjoni u nara li jkun hemm kontabilita`.", "U min huwa politikament responsabbli għal nuqqasijiet serji bħal dawn, għandu jerfa' r- responsabbilta` tiegħu u jirriżenja.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Nifhem li l-Onor.", "Membru għandu xi dokumenti li jrid ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.", "Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' l-attendenza ta' l-impjegati ta' l-Awtorita` Marittima ta' Malta li huma stazzjonati fiċ-Ċentru għall-Jottijiet ta' Ta' Xbiex għall-perjodi mit-23 ta' April sas-6 ta' Mejju 2007 u mit-28 ta' Mejju sa l-10 ta' Ġunju 2007.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Noel Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Sur President, fil-25 ta' Mejju li għadda rċevejt komunikat, bħalma rċieva sieħbi s-Segretarju Parlamentari Francis Agius, fejn ġejt informat li s-somma ta' €25 miljun li pajjiżna kien se jibbenefika minnhom għall-iżvilupp relatat mal-qasam sostenibbli ta' l- ilma, li huwa ferm vitali għas-settur tal-biedja, intemm fix-xejn.", "Qabel din id-data jiena kont tkellimt personalment ma' l-Onor.", "Francis Agius fuq il-CODRA, li huwa ċ-ċentru nazzjonali li jinkorpora fih l-istudji fuq il- konservazzjoni u l-bio-diversita`.", "Dan iċ-ċentru kien ikkomunika miegħi peress li jiena nikkonsulta b'mod regolari ma' dan l-istitut, ħalli flimkien naraw kif nirrakmandaw li l-fondi jintefqu f'pajjiżna.", "Madankollu jisgħobbija ninnota li dawn il-fondi ntilfu u issa se jmorru f'pajjiż ieħor fir-reġjun tal-Mediterran.", "L-aktar li jisgħobbija huwa għax jiena kont qiegħed nippretendi li l-Onor.", "Francis Agius se jaġġornani fejn ma kienx wasal ħalli jekk ikun hemm il-ħtieġa, immorru nkellmu direttament lill-prim ministru.", "Jiddispjaċini meta nisma' kollegi tagħna li jipprovaw jestendu l-appoġġ tagħhom ħalli f'ċerti ċirkostanzi pajjiżna jkun minn ta' quddiem nett sabiex jakkwista l-fondi meħtieġa għas-settur tal-biedja, b'mod partikolari fil-qasam vitali ta' l-ilma.", "Kif nafu l-ilma huwa l- ħajja u fejn m'hemmx ilma, m'hemmx ħajja.", "Għalhekk nappella lill-Onor.", "Francis Agius sabiex jara eżattament fejn wasal u fejn ma wasalx ħalli jekk ikun hemm bżonn il-gvern jerġa' jintervjeni ħalli jinkisbu dawn il-€25 miljun għal dan il-qasam ta' pajjiżna.", "Sur President, dan il-komunikat li rċevejt jien u li rċieva wkoll l-Onor.", "Francis Aguis se npoġġih fuq il-mejda tal-Kamra ħalli ħadd ma jaħseb - kif tiġi kkritikata l-oppożizzjoni min-naħa tal-gvern - li aħna ma nipparteċipawx sabiex kemm jista' jkun inġibu l-ġid lejn pajjiżna.", "Dan huwa ġid li minnu jgawdi l-poplu tagħna, pero` minħabba l-arroganza, it- traskuraġni u l-inkompetenza tal-gvern Nazzjonalista kollu kemm hu, qiegħed jimbarazza b'dan il-mod ir-relazzjonijiet ta' pajjiżna ma' dawn l- istituzzjonijiet internazzjonali li għandhom dawn it-tip ta' fondi x'jagħtu sabiex jappoġġjaw il-ġid komuni ta' popli sħaħ, bħal fil-każ tal-poplu Malti.", "Issa sabiex inkompli fuq l-arroganza u l-inkompetenza ta' dan il-gvern, ikun tajjeb li nagħmel riferenza għal dak li għaddej fil-ministeru għall- affarijiet rurali fuq dak li nsejħulu l-EAFRD.", "Dan huwa l-programm għall- iżvilupp rurali għas-sena 2007/2013 li jrid jiġi sottomess lill-kummissjoni ta' l-Unjoni Ewropea.", "L-għan tiegħu huwa li f'pajjiżna jkollna kkonfermat il-pjan għal dan il-perijodu ta' snin u li allura minnu nkunu nistgħu nieħdu l-fondi meħtieġa, fondi li suppost għandhom jgħinu sabiex il- politika fis-settur tal-biedja f'pajjiżna tkompli tkun sostenibbli u forsi tibda miexja 'l quddiem minflok timxi lura, kif sfortunatament, minn ġimgħa għall-oħra, qiegħda tagħmel.", "Fis-sena 2005 fil-unit li jaħdem fuq il-preparazzjonijiet ta' rapporti simili, kien hemm medja ta' 18-il ħaddiem.", "Illum din il-medja niżlet għal għaxar ħaddiema, u allura kif jista' jkun li wieħed ma jiġix hawnhekk u jitlob personalment lill-prim ministru sabiex ikollu ftit tar- responsabbilta` u jindaga fuq kif l-amministrazzjoni tiegħu qiegħda tippermetti li dipartimenti bħal dawn jaqgħu daqstant lura fin-numru ta' ħaddiema ħalli jkunu jistgħu jfasslu dan il-programm sabiex pajjiżna, bħal stati oħra fl-Unjoni Ewropea, ikun jista' jakkwista l-fondi meħtieġa għall- qasam ta' l-iżvilupp rurali tagħna.", "Jiena qiegħed ngħid dan il-kliem speċifikament lill-prim ministru sabiex jipprova jintervjeni ħalli ma jkomplix ikun hu wkoll parti minn dan il- mekkaniżmu ta' inkonsistenza, minn dan in-nuqqas ta' ħeġġa u minn dan in- nuqqas ta' ħila.", "Għalkemm dawn l-affarijiet jirriżultaw fil-ministeru ta' l-affarijiet rurali, il-prim ministru huwa l-bniedem li jappoġġja direttament u indirettament lill-ministru konċernat.", "Imma minkejja dan l- appoġġ kollu, dan il-ministru jinsab sejjer lura, u hawnhekk qiegħed nirriferi għall-Ministru George Pullicino.", "Anke fuq l-affarijiet sempliċi rridu noħolqu l-intoppi.", "Per eżempju, l-Unjoni Ewropea kienet ħarġet il- fondi meħtieġa għall-VMS, jiġifieri għall-mekkaniżmi li s-sajjieda tagħna addottaw ħalli jkunu allineati mar-regoli tal-common fisheries ta' l-Unjoni Ewropea.", "Imma minkejja li l-Unjoni Ewropea, f'dan is-sens, għamlet dan il- ġest u ħarġet il-fondi minn qabel kontra r-regoli li jintbagħtu l-irċevuti u r-rapporti finanzjarji skond dak li jitolbu r-regoli ta' l-Unjoni Ewropea, għal raġunijiet li għadhom m'humiex magħrufa, sal-lum dawn il- fondi għadhom ma ntbagħtux.", "Sur President, dan qiegħed ngħidu mhux biex inlaħħam l-argument fuq kemm huma inkompetenti, inkonsistenti u arroganti tal-gvern Nazzjonalista, imma qiegħed ngħidu sabiex nuri kif minħabba fihom, pajjiżna mhux talli qiegħed jaqa' lura imma talli qiegħed jitlef ukoll mir-rispett tiegħu.", "Kien hemm somma ta' €25 miljun li minnha konna se nibbenefikaw ħafna, l-aktar għall- impjant ta' Sant'Antnin, fejn din is-somma kienet immirata li tmur.", "B'hekk dan l-impjant ikun qiegħed f'idejn nies li verament għandhom l-abbilta` rikonoxxuta mid-dinja għall-abbilta` xjentifika u teknika tagħhom sabiex jipprovdu s-soluzzjonijiet meħtieġa għall-operat ta' dan l-impjant.", "Imbagħad fl-istess nifs għandek pjan ieħor li jinvolvi miljuni kbar ta' liri sabiex inġibu l-fondi mill-Unjoni Ewropea.", "U hawnhekk qiegħed nirreferi għall-pjan ta' l-iżvilupp rurali għas-snin 2007/2013, fejn għal darb'oħra, mhux talli għadna lura u ma ssottomettejniex dan il-pjan, imma talli diġa` qegħdin f'nofs is-sena ta' l-2007, u fejn kellna 18-il ħaddiem fl-2005 f'dan id-dipartiment, illum hemm biss għaxar ħaddiema li jridu jaħdmu fuq it-twettiq ta' dan il-pjan.", "Naturalment, dan qiegħed jikkawża aktar dewmin fix-xogħol.", "Jiena mhux qiegħed ngħid dan il-kliem kontra l-ħaddiema li jaħdmu f'dan id- dipartiment għax jiena persważ li dawn qegħdin jagħmlu xogħolhom.", "Jien nikkondividi l-apprezzament tiegħi lejn dawn il-ħaddiema għax dawn qegħdin jagħmlu sagrifiċċji kbar minkejja n-nuqqas ta' staff li għandhom fid- dipartiment tagħhom.", "Dawn il-ħaddiema qegħdin jagħmlu dak kollu possibbli sabiex jingranaw u jmexxu 'l quddiem dan l-obbligu li għandu pajjiżna.", "Fuq kollox dan l-obbligu m'huwiex tal-ħaddiema li jaħdmu f'dan id-dipartiment imma huwa l-obbligu ta' pajjiżna u tal-gvern Nazzjonalista.", "Dawn l- affarijiet qegħdin ikomplu jmermru l-politika tal-gvern Nazzjonalista u li allura, il-piż tagħha jibda jinħass fuq il-familja u fuq in-nies ta' kull kategorija fis-soċjeta` tagħna.", "Sur President, filwaqt li nikkundanna dawn l-affarijiet, nappella lill-prim ministru sabiex jekk veru għandu rispett lejn il-poplu u lejn l- istituzzjonijiet ta' pajjiżna, b'mod speċjali lejn is-settur tal-biedja, li jinsab kontinwament għaddej minn flaġell minħabba l-politika żbaljata u minħabba d-dikjararazzjonijiet foloz li saru lil dawn in-nies qabel l- elezzjoni u r-referendum, jassumi l-impenn tiegħu u janalizza kif tista' tiġi rimedjata din is-sitwazzjoni qabel ma jkompli jħassar u jkun tard wisq.", "Qabel nagħlaq id-diskors tiegħi xtaqt nitkellem fuq l-aħħar punt, u hawnhekk nixtieq nuri kemm huwa falz dan il-gvern.", "Riċentement kont spjegajt kif dan il-gvern ħatar direttur ġenerali sabiex imexxi l-operat tal-biċċerija, l-operat tas-servizzi veterinarji, tal-ħut u ta' l-animal welfare, meta din il-persuna ma kellhiex il-kapaċita` xjentifika u amministrattiva fil-ġeneru tas-servizzi veterinarji.", "Minkejja li l-gvern baqa' jappoġġa lil dan id-direttur li m'għandux dawn il-ħiliet meħtieġa, illum, mingħajr ma ħareġ call for applications, reġa' ħatar mill- ġdid lil Dr. Gruppetta bħala direttur ġenerali sabiex jilqa' għan- nuqqasijiet kbar li kellu d-direttur ġenerali li ġie maħtur proprju għax hija persuna magħrufa għall-kulur politika tagħha.", "Naturalment din il- persuna ma tistax tapprezza d-doveri tagħha ta' direttur ġenerali għas- servizzi veterinarji minħabba li qatt ma kellha l-kapaċita` amministrattiva, xjentifika u teknika fil-qasam veterinarju.", "Sur President, dawn l-affarijiet mhux biss joħolqu nuqqas fuq il-post tax- xogħol, imma joħolqu rabja fost il-ħaddiema u joħolqu inġustizzji fuq il- post tax-xogħol.", "Dan għax il-ħaddiema jħossu li minkejja s-sagrifiċċji li jagħmlu u minkejja li għandhom aktar ħiliet minn din il-persuna, minħabba li m'għandhomx dik is-saħħa politika bħalma għandha din il-persuna, qegħdin jiġu mwarrba.", "Naturalment dan kollu qiegħed isaħħaħ dejjem il-fiduċja ta' l-elettorat Malti favur il-partit u l-politika Laburista, partit li għandu l-aktar politika progressiva u sostenibbli f'pajjiżna.", "B'hekk fi ftit żmien ieħor pajjiżna se jkollu tmexxija li tabilħaqq tagħraf tiddistingwi x'inhuma l-għanijiet l-aktar sostenibbli u li l-aktar irendu għall-ogħla ġid komuni tal-poplu tagħna, b'mod partikolari tal-familji Maltin u Għawdxin kollha.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Farrugia għandu xi dokument li jrid ipoġġih fuq il-mejda tal-Kamra.", "Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' ittra li Antonino Cancemi bagħat fil-25 ta' Mejju 2007 lis- Segretarju Parlamentari l-Onor Francis Agius dwar il-proġett \"Water Is Life – Fitodepurazione\".", "MR SPEAKER: Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it-Tnejn, 2 ta' Lulju, 2007 fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mis-Segretarju Parlamentari.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "OPM - XOGĦOL TA' SUBCONTRACTING", "26026.", "L-ONOR.", "JOSEPH DEBONO GRECH staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm sewa flus ix-xogħol li sar permezz ta' sub contracting mil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul Jannar, Frar u Marzu 2007 separatament u xahar b'xahar?", "Jista' jgħid jekk għal dan ix-xogħol ħarġitx tender fejn kien hemm bżonn u min kien il- kuntrattur f'kull każ li ngħata x-xogħol u kemm kien l-ammont separatament?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Meta kuntratt ikun jipprovdi li kuntrattur jista' jagħti xogħol ta' subcontracting, allura l-ministeru jew dipartiment konċernat mhux bilfors ikollu għad-dispożizzjoni tiegħu l-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant għar-raġuni li d-dritt tas-subcontracting jemani mill-istess kuntratt.", "Jekk l-Onor.", "Interpellant irid informazzjoni fuq xi każ partikolari u/jew qed jirreferi għal l-għoti ta' kuntratti pjuttost mis-subcontracting, allura huwa mitlub jiċċara u jerġa' jissottometti mistoqsija parlamentari oħra.", "OPM - DIRECT ORDERS", "26027.", "L-ONOR.", "JOSEPH DEBONO GRECH staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk ingħatawx direct orders matul Jannar, Frar u Marzu 2007 mil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu u f'każ li fl-affermattiv kemm ingħataw, għal liema raġuni, kemm kien l- ammont u min ingħata d-direct order separatament?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u se tingħata tweġiba f'xi seduta oħra.", "BORDIJIET", "26611.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-bordijiet, awtoritajiet u kummissjonijiet imwaqqfa mill-gvern?", "X'inhu n-numru ta' nisa u ta' rġiel li huma membri ta' dawn il-bordijiet, awtoritajiet u kummissjonijiet?", "Jista' jagħti din l-informazzjoni skond l-etajiet li dawn il-persuni għandhom maqsuma f'dawk li għandhom inqas minn 29 sena, bejn it-30 u l-45 sena u 'l fuq minn 46 sena?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Hemm tlett bordijiet (Sanctions Moniroting Board, National Authority for the Implementation of the Chemical Weapons Conventions u Tsunami Relief Fund Committee) li fihom hemm 18 il-persuna, tnejn minnhom nisa, għaxra minnhom bejn 20 u 45 sena u 8 minnhom 'l fuq minn 46 sena.", "BORDIJIET", "26612.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-bordijiet, awtoritajiet u kummissjonijiet imwaqqfa mill-gvern?", "X'inhu n-numru ta' nisa u ta' rġiel li huma membri ta' dawn il-bordijiet, awtoritajiet u kummissjonijiet?", "Jista' jagħti din l-informazzjoni skond l-etajiet li dawn il-persuni għandhom maqsuma f'dawk li għandhom inqas minn 29 sena, bejn it- 30 u l-45 sena u 'l fuq minn 46 sena?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninsab infurmat illi fil-Ministeru għar-Riżorsi u Infrastruttura hemm dawn il–bordijiet, awtoritajiet u kummissjonijiet:", "Il-Kumitat għar-Rijabilitazzjoni tal-Belt Valletta u Floriana Il-Kumitat għar-Rijabilitazzjoni ta' l-Imdina Il-Kumitat għar-Riabilitazzjoni tal-Kottonera Il-Bord tal-Bennejja Il-Bord tal-Warrant tal-Periti Il-Bord ta' l-Inġinerija Il-Bord ta' l-Awtorita' ta' Malta dwar ir-Riżorsi Il-Malta Resources Appeals Board Il-Kunsill Konsultattiv dwar l-Industrija tal-Bini", "B'kollox hemm 95-il membru f'dawn il-bordijiet, awtoritajiet u kummissjonijiet, 85-il raġel u 10 nisa li għandhom dawn l-etajiet:", "|Inqas minn|Bejn it-30 u|'Il fuq | |29 sena |l-45 sena |minn 46 | | | |sena | |Nisa - 2 |Nisa - 3 |Nisa - 5 | |Rgiel - 2 |Irgiel - 21 | | | | |Irgiel – | | | |62 |", "BORDIJIET", "26613.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-bordijiet, awtoritajiet u kummissjonijiet imwaqqfa mill-gvern?", "X'inhu n-numru ta' nisa u ta' rġiel li huma membri ta' dawn il-bordijiet, awtoritajiet u kummissjonijiet?", "Jista' jagħti din l-informazzjoni skond l-etajiet li dawn il-persuni għandhom maqsuma f'dawk li għandhom inqas minn 29 sena, bejn it- 30 u l-45 sena u 'l fuq minn 46 sena?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant tinsab hawn taħt:", "|Bord / Awtorita' / |Irġi|Nis| |Kummissjoni |el |a | |Burial Board |2 |1 | |Council for Nurses |5 |7 | |and Midwives | | | |Council for the |7 |6 | |Professions | | | |Complimentary to | | | |Medicine | | | |Council of Health |10 |1* | |Dental Specialist |5 |2 | |Accreditation | | | |Committee | | | |Food Safety |6 |3 | |Commission | | | |General Services |7 |2 | |Board | | | |Homecare Help Service|2 |3 | |Board | | | |Hospital Management |5 |1 | |Committee - SVPR | | | |Mount Carmel Hospital|5 |2 | |Board of Directors | | | |Medical Council |11 |2 | |Medical Specialist |12 |5 | |Accreditation | | | |Committee | | | |Mental Health Review |3 |0 | |Tribunal | | | |National Commission |6 |6 | |for Mental Health | | | |Reform | | | |National Council for |9 |6 | |the Elderly | | | |Pharmacy Council |7 |6 | |Welfare Committee |7 |3 | |Zammit Clapp Hospital|8 |1 | |Management Committee | | |", "* Irtirat mis-servizz", "Għall-aħħar parti tal-mistoqsija ma tinżamx statistika.", "BORDIJIET", "26614.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-bordijiet, awtoritajiet u kummissjonijiet imwaqqfa mill-gvern?", "X'inhu n-numru ta' nisa u ta' rġiel li huma membri ta' dawn il-bordijiet, awtoritajiet u kummissjonijiet?", "Jista' jagħti din l-informazzjoni skond l- etajiet li dawn il-persuni għandhom maqsuma f'dawk li għandhom inqas minn 29 sena, bejn it-30 u l-45 sena u 'l fuq minn 46 sena?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "BORDIJIET", "26615.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-bordijiet, awtoritajiet u kummissjonijiet imwaqqfa mill-gvern?", "X'inhu n-numru ta' nisa u ta' rġiel li huma membri ta' dawn il-bordijiet, awtoritajiet u kummissjonijiet?", "Jista' jagħti din l-informazzjoni skond l-etajiet li dawn il-persuni għandhom maqsuma f'dawk li għandhom inqas minn 29 sena, bejn it- 30 u l-45 sena u 'l fuq minn 46 sena?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni fis-seduta waqt il-ħin tat-Tqegħid ta' Karti.", "Pero' nixtieq nirreferi l-Onor.", "Interpellant għar-risposta mogħtija f'mistoqsija parlamentari 24499.", "BORDIJIET", "26616.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-bordijiet, awtoritajiet u kummissjonijiet imwaqqfa mill-gvern?", "X'inhu n-numru ta' nisa u ta' rġiel li huma membri ta' dawn il-bordijiet, awtoritajiet u kummissjonijiet?", "Jista' jagħti din l-informazzjoni skond l-etajiet li dawn il-persuni għandhom maqsuma f'dawk li għandhom inqas minn 29 sena, bejn it-30 u l-45 sena u 'l fuq minn 46 sena?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Għall-ewwel partijiet tal-mistoqsija, nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari 25164 fejn isib l-informazzjoni relatata mal-ministeru tiegħi.", "Ma tinżammx informazzjoni dwar l-etajiet tal-persuni li jiffurmaw dawn il-bordijiet, eċċ.", "E-PROCUREMENT SYSTEM – COMPUTERS BI PROBLEMI", "26726.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru jispjega għaliex kellu jkun hemm persentaġġ daqshekk għoli ta' computers bi problemi li nxtraw taħt l-E-Procurement System?", "Min kien responsabbli li jiżgura li dawn il-computers jiġu kkonfermati u iċċertifikati tajbin meta ġew delivered fid-dipartimenti konċernati?", "Kemm-il ditta kien hemm li ttieħdu passi kontra tagħha minħabba li ġew delivered computers mhux ta' livell mixtieq u x'kienu l-passi meħuda?", "Kemm-il IMO għamel rapport kontra min iddeliverja dawn il-computers mhux ta' kwalita' u lil min ġew indirizzati dawn ir-rapporti?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninsab infurmat li l-E-Procurement Framework (CIMU T 0003:2004) jistabbilixxi prinċipji ċari li l-Gvern jistenna u jippretendi li s-suppliers li jagħżlu li jipparteċipaw f'din l-iskema jiggarantixxu li l-prodotti li sejrin jipprovdu u l-proċessi li jħaddmu huma ta' l-aqwa' kwalita'.", "Kull supplier li għażel li jipparteċipa kellu jiffirma dikjarazzjoni (Declaration of Conformance) li huwa sejjer isegwi ma' l- obbligi kollha stipulati f'dan il-framework.", "L-istess framework jagħmila ċara li l-Gvern jista' jagħmel spezzjonijiet 'ad-hoc' biex jivverifika li dak li qed jigi pprovdut mis-suppliers huwa skond l-istess kundizzjonijiet tal-framework.", "Għaldaqstant, ir-responsabilta' li tiġi garantita il-kwalita tal-kompjuters provduti lill-Gvern, hija kompletament tas-suppliers.", "L-amministrazzjoni ta' l-E-procurement mill-bidu bdiet tirċievi lmenti, verbali u bil-miktub, mingħand il-Procurement Officers u IMOs.", "Wara li l- MITTS ġiet assenjata l-inkarigu biex tamministra din is-sistema, u peress li l'ilmenti mill-Procurement Officers u IMOs baqgħu deħlin, ir- rapprezentant tal-MITTS fil-Performance Monitoring Board fil-laqgħa li saret f'Awissu 2006 spjega li kien qed ikun hemm nuqqasijiet serji f'deliveries ta' kompjuters fid-Dipartimenti u li din is-sitwazzjoni ma setgħetx tibqa tiġi ttollerata.", "Ir-rappreżentant tas-suppliers fuq l-E-Procurement Monitoring Board oġġezzjona li jkun impost fuq is-suppliers li jkollhom standards ta' kwalita bħal ISO jew standards ekwivalenti.", "Wieħed irid jirrimarka li l- Framework kien mill-bidu nett jimponi dan l-obligu u kull supplier li daħal fl-iskema iffirma għal dan l-obbligu.", "Biss l-istess ir-rappreżentant tas- suppliers kien oġġezzjona għal-dan mac-CIMU (li dak iz-zmien kien risponsabbli għall-amministrazzjoni tas-sistema) u din ta l-aħħar, sabiex tipprova taġevola dil-pozizzjoni, kienet aċċettat li dawn l-obbligi fuq s- suppliers ma jiġux infurzati sakemm is-suppliers jipprovdu kompjuters u servizzi ta' kwalita' li wieħed jippretendi mingħajr ħafna osservazzjoni kif kien l-iskop tal-Framework.", "Sfortunatament, peress li r-rappreżentant tas-suppliers baqa' joġġezzjona li jiġu applikati il-quality standards stipulati fil-Framework, gie deciz li immedjatament kienu se jigu ntrodotti mekkanizmi ta' spezzjonijiet fuq kompjuters u Laptops li jkunu ġew mibjugħa lid-dipartimenti.", "Minn dak iz-żmien saru żewġ spezzjonijiet differenti u r-riżultat tagħhom kienu kkomunikat lis-suppliers konċernati.", "Ir-riżultati ta' spezzjoni oħra li għadha kemm giet mitmuma qegħdin jiġu finalizzati.", "Ma kien hemm l-ebda ditta li ttieħdet azzjoni kontra tagħha iżda dawk li instabu li jipprovdu kompjuters li ma kenux skond il-kwalita stabbilita, kienu infurmati bil-miktub li jekk ma jirranġawx il-pozizzjoni tagħhom jistgħu ma' jitħallewx jippareteċipaw aktar f'din is-sistema.", "Għaldaqstant is-suppliers kollha li jipparteċipaw fl-E-Procurement ġew mitluba li jagħmlu 'self-audit' tal-kompjuters kollha li jpprovdu lill-gvern mill-1 ta' Settembru 2006 'l hawn.", "GZIRA – RAW SEWAGE", "26728.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru jinvestiga ilmenti ta' residenti ta' Luqa Briffa Street, Gżira fil-parti li tmiss mal- Msida li qed jiġu trakkijiet bir-raw sewage u jiddumpjawh fl-apert ħdejn il- pumping station li hemm fl-istess triq kantuniera ma' Rue D'Argens għaliex dan qed joħloq inkonvenjent kbir għar-residenti tal-lokal anki mill-aspett ta' saħħa?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninsab infurmat li l-Wastewater Unit iġġorr ir-raw sewage ġo bowsers apposta u mhux ġo trakkijiet.", "Kemm dan is-sewage kif ukoll dak ta' bowsers privati jintrema f'postijiet approvati mill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma.", "Il-Gżira pumping station m'hijiex waħda min dawn il-postijiet.", "Ġieli jkun il-każ li xi materjal jintefa' fil-Gżira pumping station temporanjament, iżda dan ma jkunx raw sewage.", "GŻIRA – TAPPIERA FI TRIQ LUQA BRIFFA", "26729.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru jinvestiga it-tappiera li hemm fi Triq Luqa Briffa kantuniera ma' Triq G Tua, Gżira li ma' kull maltempata speċjalment dik ta' ftit jiem ilu qiegħda tfawwar ħafna drenaġġ b'inkonvenjent għar-residenti tal-inħawi?", "Jista' jsir liaison mad- Dipartiment tas-Saħħa dwar dan?", "Huwa minnu li dan ic-cesspit m'huwiex jintuża iżda xorta waħda huwa mimli drenaġġ?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninsab infurmat li meta tagħmel xita qawwija is-sistema tad-drenaġġ f'ħafna każi ma tlaħħaqx ma l-ilmijiet li jintefgħu ġo fiha illegalment madwar Malta kollha.", "Il-Wastewater Unit tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma għadha kemm naddfet is-sistema ta' drenaġġ fi Triq Luqa Briffa u Triq G.Tua il-Gżira u għalhekk m'hemmx problemi fis-sistema tad-drenaġġ f'dawn l-inħawi li hija normali.", "Il-Korporazzjoni ghas-Servizzi ta' l-Ilma konsistentement tikkordina investigazzjonijiet dwar fawran ta' drenaġġ ma' l-awtoritajiet sanitarji li huma responsabbli biex jittiehdu passi meta dan il-fawran ikun ġej minn servizzi privati.", "Ma jidhirx li dan hu l-każ fiċ-ċirkostanzi li rrefera għalihom l-Onor.", "Interpellant.", "Ma hemm ebda fossa (cesspit) fit-toroq indikati.", "GŻIRA - ILMA BIS-SADID", "26730.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru jinvestiga ilment tar-residenti ta' Marand's Flats, Luqa Briffa Street, Gżira li qed ikollhom ilma kollu sadid?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninsab infurmat li billi kien hemm problema ta' sadid fl-akkwati ta' Triq Luqa Briffa, Gżira, il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-ilma ħadet passi biex tibdel is-sistema ta' l-ilma kollha li twassal għal din it-triq.", "Il-kanna li tissuplixxi 'l dawn l-akwati inbidlet b'waħda ġdida meta sar dan il-proġett fi Triq Rue d'Argens.", "Ir-residenti ta' l-inħawi issa jirċievu ilma dirett mill-impjant tar- 'reverse osmosis', ta' Pembroke – ilma li hu ta' kwalita' superjuri meta imqabbel ma' l-ilma li kellhom qabel.", "Riżultat ta' test li sar fuq kampjun meħud mill-post imsemmi fl-14 ta' Gunju juri li ma hemmx problema ta' sadid.", "SPTAR MATER DEI - TENDER TA' L-IT", "26731.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Wara li ġie sospiż it-tender ta' l-IT tal-Isptar Mater Dei, jista' l-Prim Ministru jgħid kemm inxtraw PCs u affarijiet oħrajn relatati mal- informatika li oriġinarjmanet kellhom jkunu koperti mit-tender u jekk dawn inxtrawx b'direct order?", "Min għand min inxtraw u kemm ġew jiswew?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u ser tingħata tweġiba f'xi seduta oħra.", "CHANNEL 22 - ICTV", "26732.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru jgħid kif inhuwa funded il-programm televisiv dwar l-informatika ICTV li jixxandar fuq Channel 22 fost stazzjonijiet oħrajn u min huwa responsabbli għal editorial content?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li skond il-Pjan Nazzjonali tax-Xandir, il-PBS u Channel 22 ixandru ripetizzjonijiet ta' programmi ta' xulxin.", "Il-PBS huwa l-editur tal-programmi kollha ta' Channel 22.", "GĦAWDEX - INVESTIMENT BARRANI", "26778.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: B'riferenza għat-tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari 23867 u 24451 dwar investiment dirett barrani f'Għawdex, jista' l-prim Ministru jagħtini t-tagħrif mitlub sentejn sentejn, jiġifieri għall-1999 u 2000 flimkien, 2001 u 2002 flimkien, 2003 u 2004 flimkien u 2005 u 2006 flimkien biex hekk titħares il-kunfidenzjalita'?", "Jekk lanqas hekk ma titħares il- kunfidenzjalita' jista' jekk jogħġbu jagħtini t-tagħrif mitlub tliet snin tliet snin flimkien?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u ser tingħata tweġiba f'xi seduta oħra.", "GĦAWDXIN JAĦDMU F\"MALTA", "26780.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema Għawdxin jaħdmu fis-settur pubbliku f\"Malta?", "Ma' liema dipartiment, korporazzjoni, aġenzija kumpannija, eċċ. qegħdin jaħdmu?", "X'inhu l-grad tagħhom?", "X'kumpens għandhom, skond fejn jaħdmu, biex jagħmel tajjeb għall-ispejjeż addizzjonali li għandhom?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u ser tingħata tweġiba f'xi seduta oħra.", "SERVIZZ TAL-BAĦAR BEJN MALTA U GĦAWDEX", "26781.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlametnari 23960 dwar l-opinjoni motivata li l-Kummissjoni Ewropea bagħtet lill-Gvern Malti dwar is-servizz bil-baħar bejn Malta u Għawdex, jista' jekk jogħġbu l- Ministru jgħidli jekk il-gvern bagħatx it-tweġiba tiegħu lill-Kummissjoni Ewropea?", "Jekk fl-affermattiv, meta bagħatha?", "Irċeva risposta mill- Kummissjoni Ewropea dwarha?", "Jekk fl-affermattiv, x'kienet ir-risposta?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li ntalbet laqgħa formali mal-Kummissjoni dwar is-suġġett u s' issa għad ma ġietx iffissata data.", "IMPROVING THE QUALITY OF HEALTH AND INSURANCE", "26786.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 25881 dwar Lm1,750,000 ivvotati għall- improving the quality of health and insurance (ERDF), tista' l-Ministru tgħidli x'inhuma l-proġetti li qed jippjana l-Ministeru?", "X'sar x'issa fuq kull wieħed minnhom?", "Kemm huwa stmat li jiġi jiswa kull proġett?", "Meta mistenni li jibda jiġi implimentat kull proġett?", "Meta huwa mistenni li joħorġu l-applikazzjonijiet għall-proġetti taħt il-programm tal-fondi strutturali Ewropej 2007-2013?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u risposta tingħata f'seduta oħra.", "PRODUCT DEVELOPMENT", "26793.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għall-Għawdex: B'riferenza għat-tweġiba għal-mistoqsija parlamentari 25881 dwar il- Lm1,400,000 ivvotati għall-product development (ERDF), tista' l-Ministru tgħidli x'inhuma l-proġetti li qed jippjana l-Ministeru?", "X'sar s'issa fuq kull wieħed minnhom?", "Kemm huwa stmat li se jiġi jiswa kull proġett?", "Meta mistenni li jibda jiġi implimentat kull proġett?", "Meta huwa mistenni li joħorġu l-applikazzjonijiet għall-proġetti taħt il-programm tal-fondi strutturali Ewropej 2007-2013?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u risposta tingħata f'seduta oħra.", "SEGRETARJAT PRIVAT", "26795.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l- Ministru tgħid min huma l-membri tas-segretarjat privat?", "X'inhi l-kariga li jokkupaw u x'inhu s-substantive grade tagħhom?", "Kemm minnhom huma impjegati tal-Gvern u kemm minnhom bil-kuntratt?", "Fuq liema kriterji ntgħażlu?", "Hemm xi paga speċjali għal dawn l-impjegati?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni fis-seduta waqt il-ħin tat- Tqegħid ta' Karti.", "L-għażla ta' dawn il-persuni ssir skond il-prassi li normalment tintuża f'dawn il-każijiet.", "Il-pagi ta' dawn l-uffiċjali huma kif indikat fil- \"Guidelines for the Engagement of Staff for Minister's Privaate Secretariats\" li tpoġġa fuq il-mejda ta' din il-Kamra.", "Ma nara ebda raġuni valida għalfejn għandi nsemmi l-ismijiet ta' dawn l-uffiċjali.", "SEGRETARJAT PRIVAT", "26796.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għall-Familja u tas- Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru tgħid min huma l-membri tas- segretarjat privat?", "X'inhi l-kariga li jokkupaw u x'inhu s-substantive grade tagħhom?", "Kemm minnhom huma impjegati tal-Gvern u kemm minnhom bil- kuntratt?", "Fuq liema kriterji ntgħażlu?", "Hemm xi paga speċjali għal dawn l-impjegati?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni fis-seduta waqt il-ħin tat- Tqegħid ta' Karti.", "L-għażla ta' dawn il-persuni ssir skond il-prassi li normalment tintuża f'dawn il-każijiet.", "Il-pagi ta' dawn l-uffiċjali huma kif indikat fil- \"Guidelines for the Engagement of Staff for Ministers' Private Secretariats\" li tpoġġa fuq il-Mejda ta' din il-kamra.", "Ma nara ebda raġuni valida għalfejn għandi nsemmi l-ismijiet ta' dawn l-uffiċjali.", "VILLA RUNDLE", "26797.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 25883 dwar il-proġett Villa Rundle, tista' l-Ministru tgħid kemm hemm flus ivvotati għal dan il- proġett?", "Kemm hu mistenni li jiġi jiswa?", "Meta hu mistenni li jibdew ix- xogħlijiet fuqu?", "X'inhuma t-timeframes għat-tkomplija tiegħu?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Jiena infurmata li l-istima preliminari għal dan il- proġett tlaħħaq id-Lm970,000 u li x-xogħlijiet mistennija jibdew wara li tispiċċa l-fażi ta' ppjanar dettaljat u jinħarġu l-offerti u jitlesta l- proċess tagħhom.", "It-time frames għal dan il-proġett jiddependu fuq il- proċess tal-offerti.", "SEGRETARJAT PRIVAT", "26798.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jgħid mill-membri tas-segretarjat privat tiegħu, kemm hemm minnhom li jokkupaw kariga fil-PN, fil-kumitati tal-PN jew jaħdmu ma' xi kumpanija tal-PN?", "Għandhom permess li jagħmlu dan mill-Kap tas- Servizz Ċivili?", "Dawn ma jistax ikollhom xi konflitt ta' interess fil-qadi ta' dmirijiethom?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Risposta tingħata f'seduta oħra.", "SEGRETARJAT PRIVAT", "26801.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid mill-membri tas- segretarjat privat, kemm hemm minnhom li jokkupaw kariga fil-PN, fil- kumitati tal-PN jew jaħdmu ma' xi kumpanija tal-PN?", "Għandhom permess li jagħmlu dan mill-Kap tas-Servizz Ċivili?", "Dawn ma jistax ikollhom xi konflitt ta' interess fil-qadi ta' dmirijiethom?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.", "SEGRETARJAT PRIVAT", "26802.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: Jista' l-Ministru jgħid mill-membri tas-segretarjat privat tiegħu, kemm hemm minnhom li jokkupaw kariga fil-PN, fil-kumitati tal-PN jew jaħdmu ma' xi kumpanija tal-PN?", "Għandhom permess li jagħmlu dan mill- Kap tas-Servizz Ċivili?", "Dawn ma jistax ikollhom xi konflitt ta' interess fil-qadi ta' dmirijiethom?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "SEGRETARJAT PRIVAT", "26803.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid mill-membri tas-segretarjat privat tiegħu, kemm hemm minnhom li jokkupaw kariga fil-PN, fil-kumitati tal-PN jew jaħdmu ma' xi kumpanija tal-PN?", "Għandhom permess li jagħmlu dan mill-Kap tas-Servizz Ċivili?", "Dawn ma jistax ikollhom xi konflitt ta' interess fil-qadi ta' dmirijiethom?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Risposta tingħata f'seduta oħra.", "RIŻENJA TAS-SUR BUGELLI", "26829.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 26641 u jinfurmani x'kienu r-raġunijiet li rriżenja s-Sur Bugelli?", "Min ħa over ir- responsabilta' tax-xogħol pendenti li kellu f'idu dan l-uffiċjal għoli fid- dipartiment/ministeru?", "X'kien fil-fatt ix-xogħol pendenti li huwa kellu responsabilta' tiegħu?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li f'ittra li s- Sur Bugelli bagħat lill-uffiċċju tal-prim ministru ma ngħatat ebda raġuni għala saret ir-riżenja.", "Rigward il-kumplament tad-domanda, iddaħħlu arranġamenti tranżitorji u x-xogħol tad-diviżjoni qiegħed jitkompla.", "ĦADDIEMA LI RRIŻENJAW", "26841.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 26652 u jgħid min kienu l-uffiċjali/ħaddiema li rriżenjaw u jew spiċċaw mix- xogħol fid-dipartimenti, ministeru, entitajiet li jaqgħu taħtu mill-1 ta' Mejju, 2004 'l quddiem?", "Liema vaganzi mtlew u liema għadhom pendenti?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant hija ferm voluminuża u għadha qed tinġabar.", "Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "ĦADDIEMA LI RRIŻENJAW", "26842.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 26647 u jgħid min kienu l-uffiċjali/ħaddiema li rriżenjaw u jew spiċċaw mix-xogħol fid-dipartimenti, ministeru, entitajiet li jaqgħu taħtu mill-1 ta' Mejju, 2004 'l quddiem?", "Liema vaganzi mtlew u liema għadhom pendenti?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni fis-seduta waqt il-ħin tat- Tqegħid ta' Karti.", "ĦADDIEMA LI RRIŻENJAW", "26843.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l- Ministru tirrispondi mistoqsija parlamentari 26650 u tgħid min kienu l- uffiċjali/ħaddiema li rriżenjaw u jew spiċċaw mix-xogħol fid-dipartimenti, ministeru, entitajiet li jaqgħu taħtu mill-1 ta' Mejju, 2004 'l quddiem?", "Liema vaganzi mtlew u liema għadhom pendenti?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: L-informazzjoni għadha qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "ĦADDIEMA LI RRIŻENJAW", "26844.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 26651 u jgħid min kienu l-uffiċjali/ħaddiema li rriżenjaw u jew spiċċaw mix-xogħol fid- dipartimenti, ministeru, entitajiet li jaqgħu taħtu mill-1 ta' Mejju, 2004 'l quddiem?", "Liema vaganzi mtlew u liema għadhom pendenti?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant hija kif tidher fit-tabelli li tpoġġew fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni fis-seduta waqt il-ħin tat-Tqegħid ta' Karti."]} {"filename": "20060322_369d_par.doc", "date": "2006-03-22", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Uffiċjali u Rivedut) L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 369 L-Erbgħa, 22 ta' Marzu 2006 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 369", "L-Erbgħa, 22 ta' Marzu 2006", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.03 p.m.", "Talba", "Seduta Nru. 369", "L-Erbgħa, 22 ta' Marzu 2006", "WERREJ", "MINUTI 211", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 211", "TQEGĦID TA' KARTI 216", "KSUR TA' PRIVILEĠĠ 217", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA 218", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-LIĠIJIET DWAR IL-PROTEZZJONI", "TAL-KONSUMATUR (IT-TIENI QARI) 218", "CONSUMER PROTECTION LAWS (AMENDMENT) BILL (SECOND READING) 218", "AĠĠORNAMENT 233", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 237", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB 249", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 368 li saret fil-21 ta' Marzu, 2006 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "SEA MALTA", "15590.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 15370 u jinforma lill-Kamra dwar l- aħħar żviluppi fejn tidħol il-qagħda tal-ħaddiema tas-Sea Malta?", "Kemm huwa minnu li dawn il-ħaddiema huma miżmuma milli jmorru ma' xi dipartiment governattiv?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni): Ninsab informat li ħadd mill-ħaddiema tas-Sea Malta ma kien miżmum milli japplika għal xi xogħol alternattiv mas-settur pubbliku.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Dawn il-kondizzjonijiet japplikaw ukoll għall- ħaddiema tal-Crowne Plaza Holiday Inn?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ma nafx għal liema kondizzjonijiet qiegħed jirriferi l- Onor. Membru, Sur President.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Li dawn il-ħaddiema jingħataw l-opportunita' li japplikaw ma' xi ente li fiha l-gvern għandu sehem.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Bir-rispett kollu, naħseb li l-Onor.", "Interpellant qabadha mit-tarf ħażin għax jekk persuna tikkwalifikax jew le biex timla' post vakanti ma' xi ente, dak jiġi determinat mill-istess applikazzjoni.", "Ejja ngħidu li joħorġu applikazzjonijiet biex jimtlew postijiet ta' clerk jew supervisor mas-servizz pubbliku, dawk il-postijiet joħorġu b'ċerti kondizzjonijiet.", "Jekk joħorġu applikazzjonijiet għall-mili ta' postijiet ma' l-Enemalta, dawk joħorġu b'kondizzjonijiet differenti.", "Jiġifieri l- argument mhux fejn ikun hemm vacancy imma x'ikunu l-kondizzjonijiet partikolari ma' kull sejħa.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jista' il-Ministru jgħid fiex waslet l-investigazzjoni jew inkjesta dwar il-prezz stmat għall-bejgħ tal-bastimenti tas-Sea Malta?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Biex jagħmel din l-investigazzjoni ġie appuntat l- Imħallef Manche' u peress li r-rapport ta' l-imħalllef irid jintbgħat lill- prim ministru, ikun aħjar jekk l-Onor.", "Interpellant jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-prim ministru, Sur President.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jista' il-Prim Ministru jinformana f'liema stadju waslet din l-inkjesta u meta se jkun finalizzat ir-rapport?", "MR SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Li nista' ngħidlu hu li l-Imħallef Manche' għadu għaddej bil-proċess ta' l-inkjesta u meta r-rapport ikun lest, naturalment jgħaddihuli.", "Żgur li bl-ebda mod ma nixtieq nagħmillu xi tip ta' pressjoni, pero' se nipprova nindaga u nara f'liema stadju waslu l-affarijiet.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Sur President, ippermettili mmur lura għall-kwestjoni tal-ħaddiema tal-Crowne Plaza Holiday Inn.", "Filwaqt li nafu li l-Air Malta hi responsabbli għas-sostenn ta' l-impjieg ta' dawn il-ħaddiema, jekk min jieħu over ma jerġax jiftaħ il-lukanda fi żmien sitt xhur, dawn kif se jingħataw l-opportunita' li japplikaw għal xi vacancy li jista' ikun hemm ma' dipartiment jew ente oħra tal-gvern?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Sur President, ma nafx għal liema perijodu ta' sitt xhur qed jirriferi l-Onor.", "Farrugia għax safejn naf jien m'hemm xejn minn dan.", "Nerġa' ngħid li l-vacancies mal-gvern huma determinati, jekk qed nitkellmu fuq is-civil service, bil-kondizzjonijiet tal-Kostituzzjoni dwar min jista' japplika u kif isiru u kif jiġu regolamentati.", "Il-kondizzjonijiet fil-public sector, b'differenza għas-civil service, parti minnhom huma regolati mill-Kostituzzjoni li tgħidlek min jista' japplika u kif u meta għandu japplika u parti minnhom le.", "Fit-tieni każ jiġu determinati ċerti proċeduri li huma applikabbli anke taħt l-ETC għal min jista' japplika jew le.", "Jekk jaqgħu taħthom jaqgħu taħthom, jekk ma jaqgħux taħthom ma jaqgħux taħthom.", "Qatt ma kienu taħt ebda gvern u qatt ma jistgħu jkunu speċifiċi għal kumpanniji.", "Fil-fatt lanqas fil-każ tas- Sea Malta ma kienu hekk.", "Fil-każ tas-Sea Malta kien hemm numru ta' vacancies li ħarġu pero' ma' kenux japplikaw għall-ħaddiema tas-Sea Malta.", "Ma kienx hemm il-kwalifika li trid tkun ħaddiem tas-Sea Malta, daqskemm ma kienx hemm il-kwalifika li tkun ħaddiem ta' x'imkien ieħor.", "Sempliċi daqshekk!", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Peress li l-każ tal-ħaddiema tal-Holiday Inn huwa differenti mill-każ tal-ħaddiema tas-Sea Malta għax din azjenda li trendi u peress ukoll li fl-1 ta' April il-lukanda se tagħlaq il-bibien tagħha, kemm huwa minnu li l-impjiegi tal-ħaddiema huma garantiti għal sitt xhur mill- Air Malta?", "Jekk kemm-il darba ma jkunx hemm impjieg alternattiv, dawn il- ħaddiema se jintbagħtu jirreġistraw?", "Jaħseb il-Ministru li f'dan il- perijodu għandu jsir kull sforz biex lil dawn il-ħaddiema, il-gvern isibilhom impjieg alternattiv ladarba m'huwiex tort tagħhom li l-lukanda se jkollha tagħlaq?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Sur President, il-ħabib tiegħi qiegħed jgħaġġel.", "Is- sitwazzjoni hija sempliċi għax grazzi għal dan il-gvern u għal ebda ħaddieħor, waħda mill-kondizzjonijiet tal-bejgħ tal-kumpannija hi kawża ta' preferenza għal min jittenderja li jżomm il-ħaddiema u jagħti garanzija li ma jiddikjarax redundancies għal perijodu determinat, possibbilment ta' tliet snin.", "Issa jien m'iniex qiegħed hawn biex nispekula u meta jagħlqu t-tenders naraw fiex inkunu u mbagħad nagħmlu l-għażliet tagħna, Sur President.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jiġifieri jekk qed nifhem sew il-kondizzjonijiet li qed jinnegozja l-gvern huma li l-impjiegi tal-ħaddiema tal-Holiday Inn mhux talli se jkunu garantiti għal sitt xhur imma saħansitra għal tliet snin, hux hekk?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Sur President, jew l-Onor.", "Interpellant qiegħed jagħmel apposta biex jifhem ħażin jew ma nafx.", "Waħda mill-kawżi ta' preferenza tat- tender qiegħda pubblika u ma nafx jekk għandix għalfejn nirrepetiha hawnhekk.", "Kulma jrid jagħmel l-Onor.", "Farrugia hu li jmur jaqra t-tender, li hi xi ħaġa pubblika.", "Waħda mill-kawżi ta' preferenza hi fid-determinazzjoni tat-tenderer jekk jagħtix garanzija għal perijodu ta' żmien, li possibbilment ikun ta' tliet snin, li fih ma jiddikjarax redundancies tal-ħaddiema preżenti tal-Holiday Inn.", "Din miktuba abjad fuq l-iswed.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jiġifieri jekk kemm-il darba t-tenderer jew l- entrepreneur ma jaċċettax il-kondizzjoni li jżomm il-ħaddiema miegħu għal tliet snin, l-offerta tiegħu ma tiġix milqugħa?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jiddispjaċini imma jkolli nerġa' nikkoreġih.", "M'għedtx li din hija kondizzjoni tat-tender imma għedt li hija kawża ta' preferenza.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Peress li qed nitkellem għal numru ta' ħaddiema u l- familjari tagħhom li jinsabu konfużi dwar il-futur tagħhom, jista' il- Ministru jgħid x'se tkun il-pożizzjoni jekk kemm il-darba din il- kondizzjoni ma tiġix aċċettata?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Sur President, naħseb li l-ħaddiema tal-Holiday Inn u l- familjari tagħhom iktar għandhom ċans jitħawdu jekk l-Onor.", "Interpellant joqgħod jindaħal fejn ma jesaħx.", "Jien nista' ngħidlu li madwar ġimgħatejn jew tliet ġimgħat ilu ltqajt ma' Joe Bugeja tal-GWU u mal-kumitat tiegħu u ftehemna preċiż kif kellha tkun il-kondizzjoni.", "Huma kienu sodisfatti immens u rringrazzjawni għax iċċarajna l-ħafna għajdut li kienu bdew jinħolqu hemm ġew minn ċerti nies b'motivi differenti.", "Aħna mxejna mal-GWU kif ftehemna li se nagħmlu, mingħajr konfużjoni ta' xejn u ta' ħadd.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Sur President, jiena m'iniex qed nindaħal imma qiegħed nistaqsi kif jien fid-dmir li nagħmel - u nitlob anke lis-Sedja biex tieħu nota ta' dan - dwar grupp ta' ħaddiema li għandhom l-impjieg tagħhom mhedded.", "Jikkonferma l-Ministru li dawn il-ħaddiema la jafu jekk humiex se jaħdmu wara sitt xhur, la jafu jekk humiex se jaħdmu wara sena u lanqas jafu jekk hijiex se tiġi aċċettata l-klawsola li qed jirriferi għaliha l-Ministru?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Il-ħabib tiegħi bħali m'għandu l-ebda garanzija li se jkun hawn meta ssir elezzjoni ġenerali oħra.", "Ħaddiema oħra regolari f'kull kumpannija tal-gvern jew mhux fil-gvern, m'għandhomx garanzija li għada m'humiex se jitkeċċew mix-xogħol.", "Din hija r-realta' għax ħadd ma jagħti garanzija għall-ħajja ta' ħadd.", "Aħna għandna kawża ta' preferenza maqbula mal-GWU u maqbula mas-section committee tal-Crowne Plaza Holiday Inn, li hija magħmula minn sitt ħaddiema fi gradi u sezzjonijiet differenti, dwar x'għandna nagħmlu.", "Issa jekk dan il-qbil jissodisfa lill-union li tirrappreżenta lil dawn il-ħaddiema u jissodisfa lill-ħaddiema nfushom, nippreferi nissodisfa lilhom milli nissodisfa lill-Onor.", "Farrugia.", "MOBILE PHONES", "16389.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Leo Brincat) staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hi l- ispiża totali li l-ministeru tiegħu, inkluż l-enti kollha li jaqgħu taħtu, għamel fuq mobile phones matul is-sena 2005?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (Segretarju Parlamentari) (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra tabella \"A\" li turi l-informazzjoni mitluba għar-rigward l-uffiċċju tal-prim ministru u tabella \"B\" li turi l-informazzjoni mitluba għar-rigward il-ministeru tal- finanzi.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jista' is-Segretarju Parlamentari jaġġornana dwar każ li ressaqtlu l-bieraħ?", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Sur President, il-bieraħ l-Onor.", "Farrugia staqsieni jekk l-istocks tal-gvern humiex se jinbigħu at par, kif hemm miktub fuq quddiem nett ta' l-applikazzjoni, jew jekk humiex se jinbigħu at a premium u għal kull Lm100 ix-xerrej ikun irid joħroġ Lm104, kif hemm miktub f'section 6 fit-tieni paġna ta' l-applikazzjoni.", "Dalgħodu ċċekkjajt mal-finanzi u rriżulta li kien hemm misprint u li effettivament kellha tiġi li min jixtri jkun irid iħallas Lm104 għal kull Lm100 stock.", "Dan bħal meta sar il-bejgħ tax-shares ta' l-MIA u għal share ta' 25c tħallset is-somma ta' 90c.", "Ix-xogħol hekk isir b'mod regolari imma, kif għedt anke l-bieraħ, wara li jiġu sodisfatti t-talbiet tal- persuni individwali, jista' ikun hemm auction ta' parti mill-istess stocks jekk ma jkunx hemm bejgħ biżżejjed.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Peress li s-Segretarju Parlamentari qed jirriferi għal dak li ntqal il-bieraħ u anke peress li l-bieraħ qal li l-bejgħ ta' l- istocks kien at par għall-Maltin imma at a premium għall-barranin, dan ifisser li dak li qal il-bieraħ m'għadux jgħodd?", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Sur President, diġa' għedt li hemm misprint għax il- prezz huwa Lm104, imbagħad ikun hemm prezz ogħla għal dawk il-partijiet li jiġu auctioned off.", "Jiġifieri għal persuni li jinvestu b'mod individwali, kemm lokali kif ukoll barranin, il-prezz huwa Lm104 u mbagħad wara li naraw kemm nies ikunu applikaw, ikun hemm auction għall-parti l-oħra kif isir is- soltu fil-bejgħ ta' l-istocks.", "ĦADDIEMA MAL-GVERN", "16621.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem L-Onor.", "Chris Agius) staqsa lill- Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm impjegati ġodda kien hemm tul l-2005 mad- dipartimenti u enti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.", "RANDOM INSPECTIONS", "16732.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Justyne Caruana) staqsa lill- Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid jekk l-Enemalta u d-WSC jagħmlux random inspections fuq il-ħaddiema tagħhom?", "Kemm inspections saru fl-aħħar tliet xhur?", "Meta saru u fejn saru?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Il-korporazzjoni Enemalta tikkonferma li ġieli saru random inspections għal serq ta' l-elettriku jew serq ta' l-ilma fuq il- ħaddiema tagħha.", "Nikkonferma li f'dawn l-aħħar tliet xhur saru żewġ random inspections.", "Il-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma għandha sistema ta' spezzjonijiet fuq bażi regolari.", "Dawn jintużaw speċjalment fejn hemm pumping stations, booster stations u boreholes.", "Dawn l-istations jistgħu jkunu awtomatizzati jew bil-ħaddiema.", "L-ispezzjoni issir kemm sabiex ikun hemm kontroll fuq l-attendenza ta' l- operators kif ukoll biex fejn ma hemmx operators, il-korporazzjoni għas- servizzi ta' l-ilma tassigura li kollox qed jaħdem sew.", "Fl-aħħar tliet xhur dawn l-ispezzjonijiet baqgħu isiru regolarment.", "Ma nħossx li għandi nagħti dettalji ta' fejn saru dawn l-ispezzjonijiet.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Wara l-aħħar mistoqsija supplimentari li kont għamilt madwar erba' ġimgħat ilu fuq l-avviż legali dwar serq ta' dawl, jista' il- Ministru jgħidli jekk minn dakinhar 'il hawn ħariġx xi avviż legali ieħor?", "U nistaqsih ukoll, peress li hemm servizz fejn il-konsumatur iċempel lid- WSC biex ikunu jistgħu jaqrawlu l-meter, jekk jistax jgħidli x'inhi r- raġuni li meta r-readings ikunu għoljin, dawn minn jeddhom ma jaqblux mar- reading li jkun għoli u jagħmlu reading aktar baxx?", "X'inhi r-raġuni għal dan?", "Għandi l-provi f'idejja u jekk irid il-Ministru ngħaddihomlu.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Safejn naf jien ma ħarġitx legal notice oħra, pero' subject to correction.", "Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija aħjar jispjegali b'mod aktar sempliċi l-problema x'inhi, Sur President.", "MR SPEAKER L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR JOE MIZZI: Il-Ministru jaf li hemm il-faċilita' fejn wieħed iċempel biex jagħti r-reading tal-meter u kultant jiġri li l-iskrivan jew l- operator li jkun qed jieħu t-telefonata min-naħa tal-korporazzjoni, lill- klijent li jkun qed iċempel jirrimarkalu huwa stess fuq l-għoli tar- reading.", "Issa jien qed ngħid li rimarka bħal dik mhux biss bil-fomm imissha ssir imma għandha tinżel fir-records tal-korporazzjoni.", "Għax x'jiġri mbagħad?", "Tibqa' tinsisti magħhom li r-reading hu għoli u minn jeddhom ibaxxuh kemm jidhrilhom huma – naturalment ibaxxuh bi ftit – u meta finalment jiġu biex jaqrawlek l-arloġġ ikunu laħqu għaddew ix-xhur, b'konsegwenza li tidħol fi problema minn meta se jiċċarġjawk is-surcharge.", "Mhux qed ngħid li l-problema ma ssolvix ruħha, imma nistaqsi jien għalfejn noħolqu problemi bla bżonn, Sur President.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR AUSTIN GATT: Waqt li nifhem x'qed jgħid l-Onor.", "Mizzi, ċertament dan ma jagħmilx sens min-naħa tad-WSC għal dak li huwa cashflow għax jekk l- arloġġ ikun jimmarka 200 minflok 100 u min-naħa tad-WSC iniżżlu r-reading għal 150, żgur li l-korporazzjoni jkun jaqblilha li titħallas bil-quddiem.", "Filwaqt li se niġbed l-attenzjoni tad-WSC dwar dan il-fatt, nitlob lill- Onor. Interpellant biex jekk jaf b'xi każi partikolari jagħtini d-dettalji tagħhom, anke b'mod konfidenzjali, biex inkun nista' nagħmel riferenza għalihom.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Marie Louise Coleiro, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Sur President, l-ewwelnett ħafna nies jinsabu nkwetati għax ma jafux b'liema rata qegħdin iżommulhom tas-surcharge, peress li f'ċertu perijodu il-kont jaqleb minn rata għal oħra.", "U barra minn hekk, xtaqt inkun naf jekk hux qed isir kordinament mal-ministeru tal- familja u solidarjeta' soċjali, bit-tama li jiġu indirizzati dawk il-każi soċjali li m'humiex parti mit-13,000 familja li huma eżenti mis-surcharge.", "Meta se jkun hemm deċiżjoni dwar dan?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ħalli nibda biex inwieġeb għall-ewwel parti tad- domanda, Sur President.", "Il-kont tad-dawl u l-ilma jinħadem bi proporzjon, jiġifieri n-numru ta' ġranet li jidhru fil-kont, diviż bin-numru ta' ġranet li hemm bis-surcharge partikolari miegħu.", "Din m'hijiex xjentifikament eżatta u naturalment daqqa jmur minn taħt il-konsumatur u daqqa tmur minn taħt il-korporazzjoni, pero' fuq perijodu ta' sitt xhur imbagħad jiġi aġġustat kollox.", "Dwar it-tieni parti tad-domanda, il-water services corporation ma tiddeċidix hi x'każi soċjali għandhom igawdu mill-eżenzjoni li jħallsu s- surcharge.", "Il-korporazzjoni timxi fuq il-lista ta' persuni indikati minn ministeru ieħor.", "Fil-fatt jekk wieħed jara l-estimi li l-bieraħ poġġejt fuq il-mejda tal-Kamra jsib li hemm vot speċifiku għal dan il-għan.", "Dan se jibda jitħaddem mill-1 ta' April għalkemm is-sistema ilha li ddaħħlet diversi xhur.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Coleiro.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Bir-rispett kollu, il-Ministru ma tanix tweġiba adegwata.", "Dwar l-ewwel risposta nemmen li m'huwiex ġust il-mod kif jinħadem il-kont għax f'ċerti xhur tikkonsma ħafna u f'ċertu xhur tikkonsma anqas u allura l-proporzjon qatt ma tista' ġġibu sew billi taħdmu fuq bażi ta' sitt xhur jew sena.", "Fit-tieni parti tad-domanda xtaqt inkun naf jekk humiex se jkunu catered for dawk il-każi soċjali li minkejja li m'humiex eżenti minħabba ċerti regolamenti, huma verament każi soċjali.", "Naturalment mhux il-korporazzjoni tiddetermina liema hu każ soċjali u liema mhux, imma d-dipartiment tas- sigurta' soċjali u għalhekk nippretendi risposta.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA (Ministru tal-Familja u Solidarjeta` Soċjali): Dawn il-każi partikolari se jiġu catered for u n-numru ta' talbiet li daħlu se jiġu evalwati għax nemmnu li ħafna minnhom verament jistħoqqilhom li jiġu eżentati.", "Fil-fatt qed tinħadem formola biex nindirizzaw dawk il-każi li m'humiex daqshekk speċifiċi imma jistħoqqilhom li jiġu eżentati.", "Nittama li din is-sistema tibda taħdem minn hawn u ftit ġimgħat oħra u b'hekk nikkejterjaw għal ħafna każi oħra li apparti dawk it-13,000 familja li jaqgħu taħt ir-regime tal-benefiċċju soċjali, ukoll jistħoqqilhom li jiġu eżentati.", "Madankollu ma jistax ikun li kulmin jaħseb li l-każ tiegħu huwa ġenwin jiddeċiedi hu li għandu jiġi catered for.", "SAFAR UFFIĊJALI", "17084.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Chris Agius ) staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid min huma l- uffiċjali mid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li siefru fuq xogħol matul l-2005?", "Fejn marru u x'kienet ir-raġuni?", "Kemm kienet l- ispiża?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.", "ĦADDIEM TAL-BANK ĊENTRALI", "17260.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Silvio Parnis) staqsa lill- Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 17060, jista' il-Prim Ministru jgħid fiex wasal il-każ ta' ħaddiem li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament li ilu ma jieħu paga għal dan l-aħħar xahar u qiegħed jistenna li jgħaddi board?", "Jista' dan il- każ jitmexxa 'l quddiem?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi l-impjegat imsemmi ma jaqax taħt id- dekasteru tal-ministeru tal-finanzi, pero' għandi informazzjoni li l-każ qiegħed jiġi trattat skond il-proċeduri fis-seħħ fl-ente fejn hu mpjegat.", "INCOME TAX REFUND", "17261.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Charles Buhagiar) staqsa lill- Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid meta ċerta persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, se tieħu l- income tax refund dovut lilha għas-sena 1998?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li minħabba d-dispożizzjonijiet ta' segretezza fl-atti dwar it-taxxa fuq id-dħul, id-dipartiment tat-taxxi interni m'huwiex f'pożizzjoni li jiżvela informazzjoni personali.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-Mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar karozzi mixtrija, mikrija jew leased mill-uffiċċju tal- prim ministru u mill-ministeru tal-finanzi bejn Ottubru 2005 u Frar 2006, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 17476;", "Estratt mill-public service management code dwar ir-responsibility leave, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 17676;", "Tabella li turi l-għadd ta' turisti li qagħdu Għawdex u Kemmuna bejn l- 2002 u l-2005, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 17820;", "Kjarifika għall-mistoqsija parlamentari 15886 dwar ħlas ta' sisa, dazju u VAT fuq l-importazzjoni ta' fuel.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Louis Galea.", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi): Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar l-għadd ta' kandidati li se joqogħdu għall-eżamijiet tal- Matsec fis-sessjoni ta' Mejju 2006, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 17720;", "Kopja ta' letter circular dwar l-UEFA jubilee mini-pitches project, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 17723; u", "f'isem il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura nqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar l-għoti ta' rigali, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 17606.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Austin Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar programmi u proġetti li se jitwettqu f'Għawdex, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 17303.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Dolores Cristina", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Rapport ta' ħidma għas-sena 2005 tal-kummissarju għat-tfal; u", "Tagħrif dwar l-għadd ta' każi fejn twaqqaf il-benefiċċju b'riżultat ta' abbuż, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 14321.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "L-Onor.", "Mizzi.", "KSUR TA' PRIVILEĠĠ", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sur President, qed inressaq każ ta' ksur ta' privileġġ kontra s-Sur Michael Caruana li kiteb artiklu datat 23 ta' Marzu, 2006 abbażi ta' l-Ordinanza dwar il-Privileġġi u s-Setgħat tal-Kamra tad- Deputati, b'mod partikolari paragrafu (d) subinċiż (4) ta' artiklu 11.", "Qed inressaq każ ta' ksur ta' privileġġ kontra min hu responsabbli għal dan, jiġifieri l-website \"maltarightnow\" u anke kontra l-Onor.", "Mario Galea minħabba dak li qed jiġi rrapportat li qal u dan dejjem abbażi ta' l- Ordinanza dwar il-Privileġġi u s-Setgħat tal-Kamra tad-Deputati, b'mod partikolari paragrafu (d) subinċiż (4) ta' artiklu 11.", "MR SPEAKER: Is-Sedja tieħu nota u aktar tard tikkomunika d-deċiżjoni tagħha.", "Ngħaddu issa għall-Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-LIĠIJIET DWAR IL-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR", "CONSUMER PROTECTION LAWS (AMENDMENT) BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri Ikompli mill-21 ta' Marzu, 2006 Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet", "MR SPEAKER: Il-Ministru qiegħed in possession.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għall-Kompetittivita` u Komunikazzjoni): Kif għedt il-bieraħ filgħaxija llum se nipprova nitkellem dwar l-aspetti l- oħra tal-liġi li qegħdin niddiskutu għaliex il-bieraħ iffokajt fuq l-operat tal-Malta standards authority u nsistejt li kollha kemm aħna għandna nagħrfu r-rwol importanti li għandha din l-awtorita` proprju bħala garanzija li l-prodotti li għandna fis-suq Malti, kemm dawk magħmulin lokalment u kemm dawk importanti, ikunu ta' l-ogħla kwalita` u ma jkunux ta' dannu għal min jużahom.", "Wieħed jifhem ir-responsabbilita` li għandha l- MSA biex tiggarantixxi l-ogħla kwalita` skond standards internazzjonali biex dak kollu li nipproduċu – kemm għal użu lokali u kemm għal esportazzjoni – jew nimportaw ikun ta' kwalita` u fl-ebda ħin ma jwassal għal dannu tal-persuni.", "Naturalment għad irridu nipprovaw inkomplu nsaħħu l-informazzjoni dwar ir- rwol ta' din l-awtorita` mhux biss fost il-persuni li huma direttament involuti fil-manifattura jew fis-settur tas-servizzi imma wkoll – u forsi aktar importanti – lill-konsumatur.", "Aħna nafu li tneħħew numru ta' prodotti mis-suq għax wara li saret l-analiżi tagħhom, ġie konkluż li dawn m'humiex ta' kwalita` tajba u dan jagħti lilna l-konsumaturi l-garanzija meħtieġa li l-prodott li jkun offrut ikun ta' l-ogħla kwalita`.", "Dan jgħodd ukoll għal dawk li huma ċertifikazzjoni ta' CE marks u ċertifikazzjonijiet internazzjonali oħrajn u huwa importanti li dan inkomplu ninsistu fuqu fiż- żmien li ġej.", "Dan huwa aspett wieħed ta' din il-liġi pero` kif għedt fl-introduzzjoni hemm aspetti oħrajn marbuta ma' l-implimentazzjoni ta' regolamenti u emendi ta' l-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari ma' l-EC 2006/2004 tal-parlament Ewropew u wkoll tal-kunsill tas-27 ta' Ottubru ta' l-2004.", "Dawn huma regolamenti li l-ewwelnett jispeċifikaw liema awtorita` hija responsabbli fid-diversi pajjiżi fuq dan il-qasam.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sur President, niġbidlek l-attenzjoni li m'hawnx quorum.", "MR SPEAKER: Is-Seduta hija sospiża għal ħames minuti.", "Fis-6.40 p.m. is-Seduta ġiet sospiża u rriżumiet ħames minuti wara.", "MR SPEAKER: Is-Seduta tkompli.", "Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Sur President, ippermettili nżomm minuta silenzju sakemm il-membri ta' l-oppożizzjoni jidħlu fil-Kamra.", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom, inżommu l-ordni u kulħadd jieħu postu.", "Il- Ministru jista' ikompli bid-diskors tiegħu.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Fadal 20 sekonda għall-minuta silenzju li qed nagħmel!", "Tajjeb ngħid li hija inkredibbli kif min-naħa ta' l-oppożizzjoni hawn 29 membru neqsin, pero` naturalment kulħadd jagħmel kif jaħseb li għandu jagħmel.", "Sur President, f'dan l-abbozz ta' liġi hemm il-ħsieb ukoll li jiddaħħlu fis- seħħ regolamenti li huma marbutin ma' l-EC2006/2004 tal-Parlament Ewropew u wkoll tal-kunsill tas-27 ta' Ottubru, 2004.", "Huwa importanti li dan jidħol fis-seħħ għaliex irridu kontinwament niggarantixxu li r-regolamenti li jagħtuna ċertu livell fil-prodotti u servizzi jiġu rispettati.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sur President, niġbidlek l-attenzjoni li m'hawnx quorum.", "MR SPEAKER: Is-Seduta hija sospiża għal ħames minuti.", "Fis-6.46 p.m. is-Seduta ġiet sospiża u rriżumiet ħames minuti wara.", "MR SPEAKER: Is-Seduta tkompli.", "Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Sur President, għat-tielet darba kont qed nipprova ngħid li f'dan l-abbozz ta' liġi partikolari, minbarra dak li hemm marbut mal-MSA, hemm il-ħsieb li jiddaħħlu fis-seħħ regolamenti li huma marbutin ma' l-EC2006/2004 tal-Parlament Ewropew u wkoll tal-kunsill tas-27 ta' Ottubru, 2004.", "L-intenzjoni ta' dawn ir-regolamenti hija li jkun hemm il- kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali li huma responsabbli mill- protezzjoni tal-konsumatur.", "Allura l-idea prinċipali hija li jkun hemm il- koordinament neċessarju bejn il-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea sabiex dawn jimxu ma' dawn id-direttivi partikolari u li jkun hemm uffiċċju li jkun qed jimplimenta din il-leġislazzjoni marbuta mal-protezzjoni tal-konsumatur.", "B'riżultat ta' din id-direttiva hemm 14-il parti differenti ta' leġislazzjoni li b'xi mod jew ieħor riedu jidħlu fis-seħħ.", "Partijiet minn dik il-leġislazzjoni diġa` kienu in line mar-regolamenti filwaqt li partijiet oħrajn riedu jiġu emendati.", "Fil-fatt jirriżulta li minn dawn l-14- il regolament differenti, tmienja minnhom huma marbutin b'mod dirett mad- dipartiment tal-consumer affairs li huwa parti mid-diviżjoni tal-konsumatur u kompetizzjoni u mbagħad hemm emendi oħrajn marbutin mal-broadcasting authority, mal-financial services authority, mad-dipartiment ta' l- avjazzjoni ċivili u anke mal-communications authority pero` dwar dan m'hemmx ħtieġa ta' emendi legali fil-parlament.", "Sur President, hemm ukoll regolamenti li huma marbutin mat-tourism authority pero` f'dan il-każ, l- emendi li jridu jsiru mhux qegħdin isiru bħala parti minn din il-liġi għax se jsiru taħt abbozzi ta' liġi oħrajn li jikkonċernaw direttament il-qasam tat-turiżmu.", "F'din il-liġi li għandna quddiemna qegħdin nipproponu li nġibu in line numru ta' regolamenti li se jkomplu jassiguraw li l-konsumatur f'pajjiżna jingħata l-istess tip ta' protezzjoni, għajnuna u support li jkun qed jingħata fl-24 stat ieħor ta' l-Unjoni Ewropea.", "Wieħed jista' jgħid ukoll li minħabba li tmienja minn dawn l-14-il regolament li qegħdin jidħlu fis- seħħ, huma regolamenti li jaqgħu direttament taħt id-diviżjoni tal- konsumatur, kien deċiż li dawn ir-regolamenti kollha jkunu koordinati mid- diviżjoni tal-konsumatur biex nassiguraw li jkun hemm alignment f'dan ir- rigward.", "Sur President, kif diġa` għedt, id-dipartiment tal-konsumatur ġie meqjus bħala s-single liaison office f'Malta u bħala l-awtorita` kompetenti f'dan il-pajjiż u b'hekk qegħdin inkomplu nżidu s-saħħa tal-konsumaturi.", "Jien se nagħmel riferenza għat-tmien direttivi li huma direttament marbutin mad-diviżjoni tal-konsumatur u 'l quddiem inkun f'qagħda li nagħti iktar informazzjoni dwar aspetti oħrajn ta' dan l-istess abbozz ta' liġi biex kulħadd ikun konxju tal-proposti li għandna quddiemna.", "L-ewwel direttiva li se nitkellem fuqha hija l-84/450/EC ta' l-10 ta' Settembru ta' l-1984 li tirrigwarda l-mod ta' kif wieħed jista' jpoġġi fis-seħħ proċeduri u għodda li permezz tagħhom il-konsumatur ikun f'qagħda li jista' jieħu passi jekk l- informazzjoni li tingħata dwar prodott jew servizz tkun misleading.", "Direttiva oħra li se nimplimentaw – mhux se noqgħod insemmi n-numru tad- direttiva għax ma naħsibx li hemm bżonn – hija dik li tirrigwarda l-mod ta' kif il-konsumatur jiġi protett minn dawk il-kuntratti li jiġu negozjati u li ma jsirux fil-premises ta' xi negozju.", "Hawnhekk qegħdin nassiguraw li r- regolamenti marbutin ma' kuntratti li jsiru 'l bogħod mill-premises ikunu in line mad-direttivi u b'hekk il-konsumatur igawdi l-protezzjoni.", "Permezz ta' l-emendi li għandna quddiemna qed nirregolaw ukoll x'jiġri meta persuna tingħata consumer credit b'mod li nkunu ċerti li l-kreditu li jingħata, jingħata abbażi ta' regolamenti li huma ċari u b'hekk jitnaqqas sostanzjalment ir-riskju li konsumatur ibati l-konsegwenzi tal-credit terms negattivi li jkun daħal fihom u li jista' finalment jingidem minnhom.", "Emenda oħra li qegħdin nitkellmu dwarha tirrigwarda l-unfair terms fuq il- consumer contracts u għal darb'oħra l-idea prinċipali għal emenda bħal din hija li twassal biex il-konsumatur ikun f'qagħda aħjar li jħares id- drittijiet tiegħu jekk kemm-il darba jħoss li l-kuntratt ikollu terms li ma jkunux fair.", "Apparti minn dan, hemm il-protezzjoni meħtieġa lill- konsumatur meta l-kuntratt ta' xirja jew ta' għoti ta' servizz ma jkunx qed isir b'mod dirett, mhux biss 'il bogħod mill-premises imma anke b'mod li jissejjaħ distance contract.", "Allura hawnhekk qegħdin inpoġġu fis-seħħ direttiva partikolari li tikkonċerna l-mod ta' kif wieħed iħares id-dritt ta' protezzjoni li għandu l-konsumatur f'dawn iċ-ċirkostanzi.", "Sur President, qegħdin indaħħlu fis-seħħ ukoll id-direttiva dwar il- misleading advertising u hawnhekk qegħdin ngħidu li dak li huwa reklamar li jagħmel paragun bejn prodott u ieħor jew bejn servizz u ieħor għandu jiġi regolat u qed ngħidu wkoll kif dan għandu jsir.", "Hemm regolamenti oħrajn li jikkonċernaw il-protezzjoni tal-konsumatur bħal, per eżempju, preżentazzjoni ċara tal-prezzijiet tal-prodotti offruti imma hemm aspetti oħrajn li huma marbutin mal-garanziji fuq bejgħ ta' consumer goods li sikwit ikunu assoċjati ma' xiri ta' dan it-tip ta' prodotti.", "Kif għedt, il- bażi ta' dawn ir-regolamenti huma t-tmien direttivi li huma direttament marbuta mad-dipartiment tal-konsumatur sabiex f'pajjiżna jkollna livell ta' protezzjoni tal-konsumatur kif jixraq u li wieħed jistenna f'pajjiż fejn in- negozju jsir b'mod liberu.", "Qed ngħidu wkoll li aħna se nagħtu lid-direttur responsabbli mill-consumer affairs, il-poter li jkun jista' mhux biss jinvestiga dak li jkun qed jiġri f'servizz partikolari f'pajjiżna imma anke li jinvestiga bejgħ li jkun qed isir lil hinn mill-fruntiera tagħna sabiex ikun f'pożizzjoni b'saħħitha li jaqbad l-abbuż u dawk li jiksru r- regolamenti.", "Barra minn hekk qegħdin inżidu ċerti poteri ta' inforzar għax bil-leġislazzjoni li għandna llum, hemm ċerti diffikultajiet kif tinforza ċerti sitwazzjonijiet u allura b'riżultat ta' dan, qegħdin inpoġġu fis-seħħ aktar saħħa f'idejn il-konsumatur.", "Sur President, hemm emenda oħra li ma tikkonċernax direttament lid- dipartiment tal-konsumatur imma tikkonċerna iżjed lill-broadcasting authority.", "Fil-fatt qegħdin ngħidu li b'riferenza għad-direttivi tal- kunsill 89/552/EEC tat-3 ta' Ottubru ta' l- 1989, dak li huwa koordinament ta' ċerti proviżjonijiet li tipprovdi l-liġi fuq attivitajiet ta' broadcasting isiru b'mod tajjeb.", "Hawnhekk qegħdin nagħmlu emenda għall- artiklu 37 tal-broadcasting Act biex inkunu f'qagħda li nimplimentaw dan l- istess regolament li jikkonċerna l-awtorita` tax-xandir.", "Hemm emendi oħrajn li huma marbutin mad-dipartiment ta' l-avjazzjoni ċivili.", "Id-dipartiment ta' l-avjazzjoni ċivili jservi bħala regolatur responsabbli mill-ħarsien tal-konsumatur f'servizzi ta' ġarr ta' passiġġieri minn pajjiż għall-ieħor u hawnhekk qegħdin inpoġġu fis-seħħ bl- aktar mod ċar dawn ir-regoli ta' kumpens u ta' assistenza għal każijiet ta' denied boarding.", "Mhux l-ewwel darba li jkollna diffikulta` fejn passiġġieri jitwaqqfu milli jirkbu fuq ajruplan minħabba li jkun hemm overbooking ta' xi flight partikolari u allura hawnhekk qed jingħata l- poter b'mod mill-iktar ċar kif il-passiġġieri li jiġrilhom hekk, jingħataw kumpens.", "L-istess jgħodd għal dak li jirrigwarda l-kanċellazzjoni ta' xi flight partikolari jew inkella delays twal.", "Sur President, għamilt riferenza wkoll għall-financial services authority fejn ma kienx hemm bżonn ta' tibdil fil-leġislazzjoni Maltija u lanqas m'hemm bżonn ta' bdil f'dak li jirrigwarda l-licencing authority li hija l- awtorita` kompetenti fit-tħaris tad-direttiva 2001/83/EC tal-parlament Ewropew li tirrigwarda l-prodotti mediċinali li jintużaw mill-bnedmin.", "Dawn ir-regolamenti daħlu fis-seħħ mingħajr emendi partikolari.", "Hemm ukoll bidliet marbutin mal-communications authority, partikolarment f'dak li jirrigwarda l-kummerċ elettroniku fis-suq intern.", "Anke hawnhekk ma kienx hemm bżonn ta' emenda fil-liġi prinċipali pero` kien hemm ħtieġa ta' xi emendi fir-regolamenti marbutin ma' dan is-suġġett.", "Dan it-tibdil fir- regolamenti seħħ fl-avviżi legali li jiġu ppubblikati minn żmien għall- ieħor.", "Huwa importanti li nifhmu dan kollu biex inkunu f'qagħda li nifhmu kif jaħdmu r-regolamenti ta' l-Unjoni Ewropea li finalment qegħdin hemm biex il-leġislazzjoni tagħna tkompli tiġi mħarsa aktar u jkollna aktar garanziji.", "Naturalment wieħed jista' jidħol f'aktar dettall għax hemm diversi aspetti li jagħtu lok għal diskussjoni pjuttost wiesgħa pero` l-għan aħħari dejjem għandu jkun dak li nsaħħu l-liġijiet marbutin mal-konsumatur u meta nagħmlu dan, jeħtieġ li mmorru lil hinn mill-aspetti tradizzjonali.", "Qegħdin immorru lil hinn minn dak li huwa marbut mal-ħarsien tal-konsumatur fil- ħajja ta' kuljum, Sur President, anke jekk diġa` hemm protezzjoni għal dan fil-leġislazzjoni ta' pajjiżna u għalhekk f'dak li jirrigwarda dawn ir- regolamenti, ma kienx hemm il-ħtieġa li jkun hemm emendi biex jidħlu fis- seħħ.", "Bħalma ġara diversi drabi matul is-snin li għaddew, il-ħarsien tal- konsumatur fis-sens aktar wiesa' jibqa' responsabbilta` tagħna wkoll u għalhekk aħna komplejna nibnu u niggarantixxu li l-liġijiet li joriġinaw minn Malta l-protezzjoni meħtieġa.", "Pero` wieħed irid jenfasizza l-fatt li lil hinn mir-responsabbilta` li biha l-gvern u l-awtoritajiet governattivi jridu jiggarantixxu li l-konsumatur ikun qed jingħata dak li jkun imwiegħed, dawn iridu wkoll jaraw li minkejja aspetti marbutin mat- trattazzjoni ta' agreements, mal-mod ta' kif isiru ċerti kuntratti u mal- mod ta' kif isir ċertu negozju b'kuntratt jew mingħajru, kollox isir b'mod li d-drittijiet tal-konsumatur ikunu l-ħin kollu mħarsa.", "Jien ipprovajt nagħmel riferenza għall-fatt li hemm numru ta' punti legali li jridu jkunu miftiehma aħjar min-naħa tad-diviżjoni tal-konsumatur u min-naħa ta' awtoritajiet oħrajn ukoll għax dawn għandhom obbligi partikolari marbutin ma' din il-leġislazzjoni.", "Sur President, id-dipartiment tal-konsumatur jaħdem ħafna biex kull ilment li jitressaq quddiemu jiġi investigat u huwa tajjeb li ngħid li jiġu investigati eluf ta' ilmenti fis-sena.", "Barra minn dan, hemm ukoll it- tribunal dwar il-konsumatur li naturalment m'huwiex parti minn din il-liġi li għandna quddiemna llum pero` dan għandu funzjoni qawwija x'jaqdi biex aħna l-konsumaturi mhux biss ikollna leġislazzjoni li tipproteġina fuq il- karta imma li din tkun tipproteġina fir-realta` wkoll.", "Hemm numru sostanzjali ta' sitwazzjonijiet fejn aħna bħala konsumaturi nistgħu nħossuna dgħajfa u mhux f'pożizzjoni li nimxu 'l quddiem pero` issa nafu li t-tribunal dwar il-konsumatur fil-fatt ħaffef il-proċedura ta' kif konsumatur jista' jmexxi kontra xi ħadd li jkun biegħlu prodott jew servizzi.", "Apparti minn hekk tnaqqsu sostanzjalment ukoll l-ispejjeż li attwalment iridu jsiru biex bniedem jagħmel dik l-investigazzjoni neċessarja u għalhekk tjiebet is-sitwazzjoni ta' dawk il-konsumaturi li jħossu li d-drittijiet tagħhom ma ġewx rispettati.", "S'intendi t-tribunal ma jagħtix raġun lil kull konsumatur li jmur quddiemu pero` dan se jkun qed jaqdi l-funzjoni tiegħu l-ħin kollu b'sens ta' ġustizzja.", "Ġieli jkun hemm okkażjonijiet fejn il-konsumaturi jħossu li t-tribunal ma tahomx dik il- ġustizzja li huma ħasbu li se jieħdu mingħandu pero` dan huwa bilanċ legali li ried jintlaħaq - fil-fatt intlaħaq numru ta' snin ilu - u m'għandix dubju li din hija għodda effettiva li permezz tagħha se nkomplu nagħtu dawk il-garanziji u l-protezzjoni legali meħtieġa lill-konsumatur fis-servizz li jingħata.", "Hawnhekk irridu nkomplu nżidu l-awareness fid-diversi aspetti ta' dawn l- ilmenti li jsiru.", "Jien għamilt riferenza għall-fatt li kull sena jkun hemm numru kbir ta' ilmenti fil-konfront ta' negozjanti differenti.", "Pero` meta wieħed jara n-numru ta' transazzjonijiet li jsiru u jara wkoll in-numru ta' ilmenti li jaslu għand id-dipartiment tal-konsumatur, dan jista' jgħid bil- liberta' kollha li n-numru ta' ilmenti huwa relattivament żgħir.", "Naturalment jekk xi ħadd minn dawn li qed jisimgħuni kellu xi każ serju u ressqu quddiem id-dipartiment, u wara li saret l-investigazzjoni neċessarja ma ngħatax raġun, kif xtaq hu, dik il-persuna tgħidli li ma nafx x'qiegħed ngħid u tgħidli: Inti ma tafx minn liema problemi kelli ngħaddi biex wara li ħadt diversi miżuri legali fil-fatt ingħatajt raġun.", "Pero` li huwa żgur hu li l-għodda neċessarja biex tiggarantixxi li l-konsumatur ikollu l- protezzjoni legali meħtieġa qiegħda hemmhekk u matul iż-żmien irridu nkomplu nsaħħu dik l-għodda li diġa` teżisti.", "Dawn il-proposti li għandna f'din il-liġi se jkomplu jsaħħu idejn il-persuna li tkun responsabbli mid- dipartiment tal-konsumatur biex jiggarantixxi li l-konsumatur ikun f'qagħda li jressaq l-ilmenti tiegħu b'mod faċli kemm jista' jkun.", "Sur President, irrid ngħid ukoll li proprju ftit tax-xhur ilu twaqqaf il- European consumer centre.", "Dan iċ-ċentru huwa għodda oħra li għandu l- konsumatur Malti biex jekk kemm-il darba jkun xtara xi ħaġa minn barra l- pajjiż u meta jirritorna lejn Malta jsib li dak il-prodott li xtara huwa difettuż ma jkollux għalfejn joqgħod jerġa` jmur barra minn Malta, kif ġieli kien isir qabel, għand il-persuna li tkun biegħetlu l-prodott u jipprova jieħu raġun minn hemmhekk.", "Illum permezz ta' l-European consumer centre li huwa stabbilit hawn Malta u fil-pajjiżi l-oħrajn ta' l-Unjoni Ewropea, il-konsumatur jista` jagħmel il-kuntatti neċessarji biex jieħu sodisfazzjon li l-prodott li xtara jkun jirrifletti l-valur li veru jkun ħallas għalih.", "Din hija għodda - għalkemm ma nistax ngħid li hija ġdida - maħsuba biex tkompli ssaħħaħ l-għodda li diġa` teżisti f'pajjiżna.", "Sur President, l-impenn tal-gvern tal-ġurnata huwa li jkompli jagħti garanziji u jipprovdi l-għodda neċessarja biex il-ħarsien tagħna bħala konsumaturi jkun iktar imsaħħaħ u biex insiru aware mid-drittijiet li għandna.", "Jien nemmen li d-dipartiment tal-konsumatur se jkompli jwassal il- messaġġ tiegħu b'mod iktar qawwi.", "Qegħdin ukoll noħolqu għodda biex jekk persuna li tkun għamlet negozju partikolari tinstab ħatja li għal xi raġuni jew oħra ma tatx is-servizz kif kien meħtieġ, ma taħrabx mir- responsabbiltajiet li għandha lejn il-konsumatur, u dan biex proprju nsaħħu d-drittijiet tal-konsumatur.", "Fl-aħħar mill-aħħar aħna l-persuni li nimbottaw in-negozju u allura l-gvern qiegħed ikompli jagħti iktar għodda li permezz tagħha, aħna, bħala konsumaturi inkomplu mexjin 'il quddiem u inżidu l-protezzjoni fuq dawk li huma d-drittijiet tagħna.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Marie Louise Coleiro.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Sur President, jien smajt b'interess dak li kellu xi jgħid il-Ministru Ċensu Galea, u fil-fehma tiegħi, minkejja l- ħafna premessi sbieħ li kien qiegħed jitkellem dwarhom he falls short minn dak li fil-fatt qiegħed jiġri f'pajjiżna.", "Qegħdin nitkellmu dwar abbozz ta' liġi li mhux se jdaħħal regolament, għax regolament ta' l-Unjoni Ewropea jidħol b'mod immedjat illum li aħna membri sħaħ, imma qiegħed suppost jidentifika struttura biex naqdu l-oġġettiv ta' dan ir-regolament.", "Huwa tajjeb li ngħidu li dan huwa regolament li fih madwar 22 artiklu.", "Naturalment din m'hijiex l-unika għodda li għandna biex nipproteġu lill- konsumatur, la fuq livell ta' Unjoni Ewropea u lanqas fuq livell tal- liġijiet nazzjonali.", "F'mument minnhom il-ministru għamel enfasi fuq l-importanza ta' l- informazzjoni lill-konsumatur.", "Dan huwa wieħed mid-drittijiet l-aktar bażiċi tal-konsumaturi li daħal permezz ta' l-artiklu 153 tat-trattat ta' l- economic community ta' dak iż-żmien.", "Il-konsumatur ma jistax ikun protett billi jkollu liġijiet jew regolamenti fuq il-karta imma jrid ikun informat li għandu dawk il-liġijiet.", "Il-ministru qal li l-proposti li hemm f'dan l- abbozz ta' liġi huma għodda oħra f'idejn il-konsumatur.", "Liġi tista' tkun għodda f'idejn il-konsumatur jekk il-konsumatur ikun konxju li għandu dik l- għodda, ikun jaf jużaha u jkollu l-mezzi, l-aċċess u anke l-garanzija li jista' jużaha.", "Irrid ngħid li li fil-fehma tiegħi dan ir-regolament dieħel tard għax huwa tajjeb li ngħidu li dan beda jiġi msawwar mill-Unjoni Ewropea sa mis-sena 2001 meta dak iż-żmien ħarġet green paper biex bdiet id- diskussjoni.", "Imbagħad kien hemm follow-up għal din il-green paper fl-2002 bir-riżultat li fit-18 ta' Lulju ta' l-2003 il-kummissjoni kienet addottat il-proposta għal dan ir-regolament.", "Imbagħad fis-27 ta' Ottubru l-kunsill kien qabel u suppost li dan ir-regolament daħal fis-seħħ fid-29 ta' Diċembru ta' l-2005, apparti artiklu 2 u artiklu 3 li se jidħlu fis-seħħ fid-29 ta' Diċembru ta' din is-sena.", "Jiġifieri wara l-intervent tal-ministru tajjeb li ngħidu li aħna diġa` qegħdin naħdmu bi kważi tliet xhur b'lura, Sur President.", "Mela dan ir-regolament ta' l-Unjoni Ewropea diġa` daħal fis-seħħ u biex aħna biex niġu konformi mija fil-mija qegħdin indaħħlu dik il-parti li hemm bżonn tliet xhur wara.", "Issa aħna għadna qegħdin fl-istadju tat-Tieni Qari, ma nafx kemm se ndumu sakemm dan l-abbozz jgħaddi mill-istadji kollha tiegħu biex imbagħad jiġi ppubblikat u ssir il-liġi per se.", "Wara l-ħafna affarijiet li semma l-ministru u l-enfasi li għamel fuq kemm għandu għodda l-konsumatur Malti f'idejh permezz tal-liġijiet, kont nippretendi li kellu jagħti aktar spjegazzjoni fuq ir-regolament innifsu.", "Kif għedt, dan huwa regolament li fih 22 artiklu u jorbot ma' diversi regolamenti u direttivi oħrajn li għandha l-Unjoni Ewropea biex tipproteġi lill-konsumatur u allura kont nistenna li l-ministru dan jispejgah aħjar.", "Ma naħsibx li huwa biżżejjed li ngħidu li dan ir-regolament qiegħed jagħti protezzjoni lill-konsumatur fuq dak li huwa xiri across borders, jiġifieri minn pajjiż għall-ieħor eċċ. Dan huwa pożittiv ħafna għax aħna diġa` għandna sitwazzjoni f'Malta fejn nies li mhux neċessarjament xtraw prodott, imma ma jkunu xtraw xejn, jiġu ngannati.", "Per eżempju, għandna sitwazzjoni fejn nies qegħdin jirċievi ittri li fihom igħidulhom: Int irbaħt tant flus, issa ibgħat it-tali flus fit-tali bank.", "Ikun hemm nies li jaqbdu u jqattgħu l-ittri li jirċievu u jwaddbuhom fil-landa taż-żibel imma hemm oħrajn li ġieli ġew ingannati.", "Dan l-aħħar ġie każ f'idejja ta' xi ħadd li għandu negozju żgħir li ntbagħtitlu ittra b'theddida ta' proċeduri legali għax qalulu li hu kkommetta ruħu biex jagħmel xi avviżi u ma ħallasx u għaldaqstant se jipproċedu legalment kontrih.", "Sal-lum fl-istruttura tagħna m'għandna mkien fejn xi ħadd bħal dan jista' jirriferi lid-dipartiment tal-konsumatur u jitolbu l-għajnuna biex ifittex lill-kumpannija, jara jekk din il- kumpannija teżistix, eċċ. Dan l-individwu li naf jien inkwieta - u nkwetat il-familja kollha - għax ma setax jifhem x'seta` ġara.", "Beda kważi kważi jħabbel rasu biex jara jekk għamilx xi commitment ma' xi ħadd u ma kienx jaf.", "Insomma, fl-aħħar mill-aħħar, dan sab ruħu waħdu bħala konsumatur.", "Issa b'dan ir-regolament anke f'din it-tip ta' sitwazzjoni wieħed ikun jista' jaċċessa għalih.", "Imma m'huwiex biżżejjed li jkollna l- liġijiet fuq il-karta, Sur President.", "Hawn hu d-diżappunt tiegħi fl- intervent tal-ministru.", "Fil-fehma tiegħi jew ma jafx bl-istampa eżatta ta' x'qed jiġri fil-qasam tal-konsumatur f'pajjiżna jew inkella pprefera jitkellem b'mod pożittiv u jħalli lura l-affarijiet negattivi li hemm.", "Qiegħed ngħid dan għax aħna rridu nitilqu mill-punt li konsumatur mhux protett ifisser serħan tal-moħħ għan-negozjant li jrid jabbuża.", "Allura dan ifisser ukoll tkissir totali anke tal-politika tal-kompetizzjoni.", "Nitkellmu ħafna fuq liberalizzazzjoni u fuq kompetizzjoni u rarament tisma` lil xi ħadd jgħid li flimkien ma' politika ta' kompetizzjoni u ta' liberalizzazzjoni, paripassu u bl-istess saħħa jekk mhux iktar, irid ikollok politika favur id-drittijiet tal-konsumaturi li tkun waħda effettiva.", "M'huwiex biżżejjed li jkollna l-liġijiet għax bil-liġijiet biss il-konsumatur ma jistax jasal biex ikollu drittijiet effettivi.", "Sur President, irridu nfakkru wkoll li l-liġijiet favur il-konsumatur ma bdewx illum, kemm ilna membri ta' l-Unjoni Ewropea.", "Dawn imorru lura sas-snin tmenin, sa żmien il-gvern Laburista li kien l-pijunier għall-ewwel leġislazzjonijiet favur il-konsumatur.", "Imbagħad, over the years, leġislazzjoni wara l-oħra kompliet ittejjeb dan.", "Naturalment imbagħad fil- perijodu fejn konna qegħdin naġġustaw għall-acquis ta' l-Unjoni Ewropea kellna nikkonformaw ruħna ma' numru ta' regolamenti u direttivi li jsostnu l-ħtieġa li jkun hemm protezzjoni tal-konsumatur.", "Jien naħseb li dan ir-regolament jagħtina l-opportunita` li nagħmlu evalwazzjoni ta' fejn qegħdin.", "Minkejja li llum għandna liġi intensiva li tipproteġi lill-konsumatur, jien naħseb li għandna nagħmlu evalwazzjoni sħiħa ta' l-istrutturi li għandna.", "L-istruttura li għandna llum hija l- uffiċċju tal-kompetizzjoni ġusta, li flimkien jiġbor dak li kien l-unfair competition office u d-dipartiment tal-consumer affairs.", "Dik hija l- istruttura ewlenija li għandna li tagħti l-protezzjoni lill-konsumatur u li suppost tassigura li d-drittijiet tal-konsumatur ma jkunux mittiefsa.", "Imma fejn qegħdin illum, Sur President?", "Illum għandna struttura li qiegħda tkun effettiva biżżejjed għall-konsumatur Malti u Għawdxi?", "Jien ngħid li m'għandniex.", "Issa m'iniex se noqgħod nipponta subgħajja 'l hemm u 'l hawn.", "Jien m'iniex nitkellem fuq xi struttura li suppost tipproteġi lill- konsumatur bil-mod tradizzjonali, kif irrifera għaliha l-ministru.", "Anke dik irridu nagħtu kas.", "Fl-intervent tiegħu l-ministru qal li l-protezzjoni li qegħdin nagħtu lill-konsumatur m'hijiex protezzjoni li tingħata b'mod tradizzjonali, kif nifhmu l-kwestjoni tal-prezzijiet.", "Iva, mela le, anke dik irridu nagħtu kas.", "Id-drittijiet internazzjonali jmorru lil hinn minn dik li hija Unjoni Ewropea, Sur President.", "Illum hemm tmienja minnhom stabbiliti bil-Ġnus Magħquda.", "Wieħed minnhom huwa the right to basic needs, id-dritt għall-bżonnijiet bażiċi.", "Jekk inti għandek min qiegħed jabbuża mill-prezzijiet u allura l-purchasing power tal- konsumatur qiegħed jonqos, dak ifisser li int qiegħed tagħlaqlu l-aċċess biex jeżerċita d-dritt għal dawk li huma bżonnijiet bażiċi.", "Jien lill- ministru ngħidlu li dawk ma ngħidilhomx tradizzjonali.", "Dawk ngħidilhom parti mid-drittijiet tal-konsumatur.", "Issa malajr ikun hemm xi ħadd min- naħa l-oħra tal-Kamra li jgħidli li jien qed nitkellem fuq il-protezzjoni l- antika, fejn tikkontrolla.", "Illum dan ma ngħidulux kontroll imma bil- leġislazzjonijiet li għandna, u li ġew grazzi għall-Unjoni Ewropea għax ma nafx jekk konniex niċċaqilqu, suppost li nagħtu protezzjoni fuq dawk li huma price indications.", "Fil-fatt hemm direttiva sħiħa ta' l-Unjoni Ewropea fuq price indications.", "Meta ngħidu price indications ifisser li l-konsumatur imur f'ħanut tal- merċa, hu x'inhu, u suppost fuq l-ixkaffa jara l-oġġett immarkat bil-prezz tiegħu.", "Issa ħalliha li jekk mar f'supermarket, għas-saħħa ta' l-argument, ma jkunx hemm il-prezz fuq kull bott, imma suppost ikun hemm indikazzjoni ċara tal-prezz ta' dak il-prodott partikolari.", "Imma dan irid ikun ċar.", "Jien ġieli mort f'supermarkets u tant ikun hemm tabelli ġo xulxin li sakemm tara x'ditta hu u kemm jiswa l-prodott tispiċċa titwerreċ u ma tiskopri xejn.", "Jiġifieri l-price indication irid ikun b'mod ċar.", "Jien nixtieq nistaqsi kemm l-uffiċċju tal-kompetizzjoni ġusta kellu rapporti dwar price indications, skond id-direttiva ta' l-Unjoni Ewropea li llum hija parti mil- liġi domestika tagħna, u kemm-il darba ttieħdu passi, għax skond l- informazzjoni li għandi qatt ma ġie mħarrek ħadd, Sur President.", "Mela l-ewwelnett ma kienx eżatt il-ministru meta qal li l-kwestjoni tal- prezzijiet hija xi ħaġa tradizzjonali.", "Din m'hi tradizzjonali xejn, anzi hemm direttiva li titkellem fuq l-indikazzjoni tal-prezz, għax il- konsumatur jista' mbagħad iqabbel prezz ma' ieħor u b'mod suppost informat ikun jista' jagħmel l-għażla tiegħu.", "Hekk taħdem suppost il-kompetizzjoni.", "Inti ma tistax tħaddem politika ta' kompetizzjoni jekk il-konsumatur ikun qiegħed jara ħafna prodotti l-istess u ma jkunx jaf liema wieħed ikun aħjar mill-ieħor.", "Dan irid ikollu dik l-informazzjoni.", "U parti mill- informazzjoni li suppost tingħata hija proprju din ta' l-indikazzjoni tal- prezz.", "Sur President, x'qed isir min-naħa tad-dipartiment tal-konsumatur jew inkella mill-uffiċċju għal kompetizzjoni ġusta?", "Huwa żgur li m'għandniex strutturi ta' inforzar effettivi.", "Għalhekk jien xtaqt li l-ministru jieħu din l-opportunita`, kif se nagħmel jien, ħalli nitkellmu fuq l-attwalita` li qegħdin ngħixu.", "Inutli ngħidu lill-konsumatur ara kemm għandek drittijiet bis-saħħa tal-liġi, meta mbagħad id-drittijiet tiegħu jkunu qegħdin jinkisru.", "L-aspett ta' l-inforzar tad-direttivi u r-regolamenti ta' l-Unjoni Ewropea huwa xi ħaġa mill-aktar importanti.", "Għaliex dan ir- regolament li qegħdin nitkellmu fuqu qiegħed jgħid li jrid ikun hemm koordinament u networking bejn in-national authorities fuq abbużi jew ksur ta' drittijiet tal-konsumatur?", "Biex ikun hemm koordinament ukoll fuq dak li huwa inforzar.", "Mela allura dan ir-regolament li qiegħed jidħol issa fil- liġi tagħna qiegħed ikompli jwaddab piż fuqna, fuq livell domestiku u livell nazzjonali, li m'aħniex kapaċi nġorruh.", "Sur President, jien naħseb li minn diskussjonijiet bħal dawn irridu naraw kif noħorġu dawk l-aspetti ta' kif irridu nimxu iktar 'il quddiem.", "Inutli nifirħu u ngħidu li issa għandna regolament li qiegħed jagħti ċertu ammont ta' drittijiet u protezzjoni lill-konsumatur u mbagħad xi jkun qiegħed jiġri attwalment fil-ħajja ta' kuljum ma jinteressaniex.", "Dan m'huwiex mod responsabbli kif għandna nagħmlu l-affarijiet.", "Jien ngħid li meta l-gvern jiġi biex idaħħal liġi biex jikkonforma ruħu ma' xi regolamenti jew direttivi ta' l-Unjoni Ewropea għandu jkollu minn qabel il-viżjoni ta' kif dak li jkun qiegħed jagħmel fil-liġi se jkun qiegħed iħalli effett.", "Għalhekk fil-winding up nippretendi li l-ministru jgħidilna, per eżempju, kemm l-uffiċċju għal kompetizzjoni ġusta kellu rapporti u kemm attwalment ħarrek nies biex ikun hemm compliance mal-liġijiet li għandna.", "Sur President, issemmiet id-direttiva ta' l-unfair terms f'dawk li huma consumer contracts.", "Din id-direttiva m'hijiex qiegħda tidħol permezz ta' dan ir-regolament għax diġa` tagħmel parti mil-liġi tagħna.", "Jiġifieri qed nitkellmu fuq xi ħaġa li suppost diġa` kellha t-test of time, għadda ż- żmien minn fuqha u nistgħu ngħidu jekk ħadmitx jew le.", "Se nagħti eżempju konkret, biex ma nibqgħux fuq termini li huma tekniċi u l-poplu Malti u Għawdxi lanqas ikun jaf fuq xiex qegħdin nitkellmu, jekk ma jkunx iddeċieda li joqgħod jagħmel bħalna u jidħol fid-dettall ta' ċerti affarijiet.", "X'inhuma l-unfair terms f'kuntratti?", "Per eżempju, inti tmur", "tixtri prodott u fil-garanzija jkollok klawsola li tgħidlek li l-bejjiegħ ma jidħolx garanti għall-ħsarat li jistgħu jinqalgħu wara.", "Issa aħna nafu li llum b'dik li hija liġi tal-garanzija, meta inti tixtri oġġett u jiġrilu xi ħsara, il-bejjiegħ irid jew jirranġalek xi ħaġa biex inti tkun moqdi sakemm jissewwa l-prodott jew inkella jibdilulek u jagħtik wieħed ġdid.", "Dawn il-klawsoli inġusti fil-kuntratti ta' xiri għadhom jeżistu.", "Nerġa' nirrepeti li din m'hijiex direttiva li dieħla fil-liġijiet tagħna llum.", "Din daħlet, u daħlet numru ta' snin ilu.", "Pero` sal-lum għadu jsir xiri ta' prodotti b'kuntratti bejn il-konsumatur u min qiegħed ibigħ b'dawn it-tip ta' klawsoli inġusti, li definittivament ineżżgħu lill-konsumaturi minn kull dritt, mhux biss ta' rimedju, imma minn kull dritt għal dak li huwa valur ta' flusu fil-prodott li jkun qiegħed jixtri.", "Jien naf b'każijiet ta' klijenti ta' banek li marru biex sempliċiment jagħmlu arranġamenti biex ikollhom transazzjoni minn savings account għal current account, ħaġa li tista` ssir b'mod awtomatiku meta fil-current account ma jkunx hemm fondi.", "Per eżempju, ftit ilu ċemplitli ħabiba tiegħi u qaltli li marret biex tagħmel dan it-tip ta' arranġament mal-BOV.", "Din l-ewwel kitbet ittra biex tawtorizza li tista' ssir din it-tip ta' transazzjoni fuq il-kontijiet tagħha, imma min-naħa tal-bank tawha formola bl-Ingliż u qalulha li trid timliha.", "Din iddeċidiet li taqra x'kien fiha din il-formola u fost il-klawsoli li kien hemm, kien hemm waħda li tgħid li meta tiffirma din il-formola you waive all legal rights.", "Jiġifieri din tkun qiegħda tneħħi kull dritt legali li għandha vis-à-vis ir-relazzjoni tagħha mal-bank.", "Din marret fuq l-iskrivana li kienet qed taqdiha u talbitha tfehemha xi tfisser \"you waive all legal rights\".", "Din qaltilha li ma tafx u marret tistaqsi lill-branch manager.", "Meta ġie l-manager qalilha li din it-tip ta' informazzjoni jkun jista' jagħtihielha l-legal office tagħhom.", "Mela din il-mara li marret il-bank biex tirranġa fuq servizz ma ġietx mogħtija l-informazzjoni.", "Issa din inzertat li kienet informata u allura setgħet tieħu l-istand tagħha u m'aċċettatx li tiffirma.", "Pero` dan juri li f'dan il-każ l-aċċess għad-dritt ta' l-informazzjoni lill-konsumatur huwa aktar diffiċli.", "Jekk l-impjegati tal-bank li jkunu qegħdin iservu lin-nies ma jafux x'inhi din it-tip ta' klawsola, għallinqas għandhom jagħtuha l-informazzjoni permezz tal-", "legal office.", "Sur President, jien nistaqsi: Minn meta daħlet din id-direttiva fuq dawk li huma unfair terms fil-kuntratti, jiġifieri ta' klawsoli inġusti fil- kuntratti, id-dipartiment tal-konsumaturi ma messux qabbad grupp ta' avukati - illum għandna ħafna avukati żgħażagħ - iduru dawra dawn il- kuntratti ħalli nassiguraw li ma jkunx hemm iktar unfair terms fihom?", "Jien nistaqsi: Id-dipartiment tal-konsumatur ma jmissux għamel kampanja sħiħa biex il-konsumaturi Maltin u Għawdxin, qabel jiffirmaw il-garanziji u jidħlu f'xi tip ta' kuntratt fuq xiri ta' prodotti jew servizzi, jaqraw tajjeb il-kondizzjonijiet, ħalli jifhmu l-affarijiet u jekk ma jifhmux dawn il-kondizzjonijiet, ikollhom dritt li jistaqsu għal iktar informazzjoni u dik l-informazzjoni jeħduha?", "Kemm hawn konsumaturi Maltin u Għawdxin li jafu li teżisti din il-liġi?", "Sur President, minkejja li għandna qafas legali b'saħħtu u li suppost qiegħed jagħti l-għodda lill-konsumaturi biex jipproteġu d-drittijiet tagħhom, minħabba l-fatt li m'għandniex l- istrutturi ta' implimentazzjoni u inforzar, dan xorta mhux qed ikun effettiv.", "Allura aħna qegħdin nonqsu minn wieħed mill-prinċipji fundamentali li fuqhom huma msejsin id-direttivi ta' l-Unjoni Ewropea għax lill-konsumaturi aħna qegħdin nagħtuhom karti biss mimlijin b'ħafna kliem li ma jiggarantixxux li d-drittijiet tagħhom ikunu mħarsa.", "Issemmiet ukoll id-direttiva tal-misleading advertising.", "Hawn ngħid li fil- green paper ta' l-2001, meta beda jinħema dan ir-regolament mill-Unjoni Ewropea, dawn id-direttivi kollha kienu msemmijin.", "Jien nistaqsi: X'inhi din tal-misleading advertising?", "Din hija meta inti jkollok reklami u l- informazzjoni li tingħata fihom dwar il-prodotti u servizzi riklamati ma tkunx korretta jew tkun tqarraq.", "Dan huwa importanti li n-nies ikunu jafu bih għax illum in-nies qegħdin taħt bumbardament ta' reklami minn kullimkien.", "Jista' jkun li xi ħadd, per eżempju, jirreklama prodott b'mod li juri li għandu sett ta' features, jien nixtrih u meta nipprovah niskopri li hemm features nieqsa.", "Dak ikun każ ta' misleading advertisment u jiena għandi dritt nieħu passi kontra min biegħli dak il-prodott.", "Pero` jien nistaqsi: X'qed isir min-naħa tad-dipartiment tal-konsumatur dwar dan?", "Qed nistaqsi dan għax jien nixba' niltaqa' ma' konsumaturi li jgħiduli li ħasbu li t-tali oġġett li xtraw kellu jagħmel hekk għax hekk tawhom l- impressjoni, imbagħad meta jixtruh jiskopru li dak li xtraw m'huwiex preċiż dak li ġie rreklamat.", "Jista' l-ministru jgħid kemm kellu rapporti ta' din ix-xorta d-dipartiment tal-konsumatur u x'sar dwar dan?", "Jien għandi informazzjoni li s'issa ma kien hemm ħadd imħarrek fuq misleading advertising u dan meta l-poplu jinsab għaddej minn bumbardament ta' reklami mill-media.", "Ovvjament m'iniex qiegħda ngħid li dawk li jirreklamaw fuq il-media biss jistgħu jabbużaw għax dan tista' tmur anke f'ħanut, il-bejjiegħ jgħidlek mod imbagħad tiskopri mod ieħor pero` hawnhekk qed nitkellmu fuq ir-riklami aktar minn ħaġa oħra.", "Teknikament bil-liġi li għandna - mhux din li għandna quddiemna – dwar il-protezzjoni tal-konsumatur, wieħed jista' jħarrek jew anke jieħu passi kriminali kontra dak li jabbuża pero` fir-realta` dan qed jiġri jew le għax jiena ma naf lil ħadd li ġie mħarrek fuq dan it-tip ta' reat?", "Possibbli li għandna daqshekk qaddisin f'pajjiżna meta mbagħad tisma b'tant nies li ġew imqarrqa minn reklam?", "Per eżempju, hemm direttiva oħra ta' l-Unjoni Ewropea li tesiġi li l- prodott ikun safe.", "Kemm-il każ ta' prodott li mhux safe ġie investigat mid- dipartiment tal-konsumatur?", "X'każijiet tressqu fuq min abbuża minn product safety u x'rimedji ingħataw lil min bata minħabba dan l-abbuż?", "Jien stennejt li l-ministru jiġi hawnhekk mhux biss b'abbozz ta' liġi fejn jidentifika l-awtorita` nazzjonali ħalli dan ir-regolament ikun jista' jiġi implimentat, imma stennejt ukoll li jippreżenta emendi għall-qafas legali li diġa` jeżisti sabiex jitneħħew il-grey areas għax min jaħdem f'dan il- qasam jaf li hemm ħafna minn dawn.", "L-ewwelnett għandna mekkaniżmu ta' l- inforzar fil-consumers Act li mhux ċar biżżejjed għax m'għandniex enabling clause b'saħħitha biżżejjed li tħarrek lill-offenders b'ċertu mod għax din hija vaga.", "Allura din tagħmilha aktar diffiċli lid-direttur biex jieħu ċertu tip ta' passi.", "Fejn imbagħad għandna l-kwestjoni tal-fair competition Act, l- abbużi huma meqjusin bħala atti kriminali u allura għandna problema ta' kif inti tista' tipprovahom fil-qorti għax il-burden of proof fil-proċeduri kriminali huma tassattivi ħafna u wieħed irid jipprova xi ħaġa beyond reasonable doubt.", "Fil-qafas legali tal-lum, m'hemm xejn fuq dawk li huma multi amministrattivi u allura wieħed ma jistax jinforza malajr u jġib rimedju għall-konsumatur b'konsegwenza li dan anke jservi ta' deterrent għal min irid jabbuża.", "Per eżempju, m'hemmx proċedura ċara dwar jekk għandux iħarrek id-direttur jew inkella għandhomx ikunu l-pulizija li jħarrku u mbagħad id-direttur jassisti lill-pulizija.", "Hemm ħafna grey areas fil-liġi tal-konsumatur u għalhekk din trid tiġi rfinuta sabiex tkun aktar effettiva u nkunu nistgħu ninforzawha għall-ġid tal-konsumaturi Maltin u Għawdxin.", "Ikun inutli li jkollna r-regolamenti ta' l-Unjoni Ewropea meta mbagħad fuq livell nazzjonali lanqas għadna qegħdin ninforzaw kif suppost u b'mod effettiv il- liġijiet li diġa` għandna.", "Jekk nagħmlu dan, inkunu qegħdin nidħku bin- nies.", "Sur President, il-punt tiegħi huwa dwar il-bżonn li nħarsu bis- serjeta` lejn dawn l-aspetti li semmejt.", "Sfortunatament f'dan il-parlament nitkellmu ħafna fuq negozju u fuq il-liberalizzazzjoni imma imbagħad, l- okkażjonijiet li fihom nitkellmu fuq il-konsumaturi huma verament rari.", "Il- qasam tal-konsumaturi qisu s-Cinderella ta' dan il-parlament, forsi mhux to that extent, imma m'aħniex 'il bogħod wisq.", "Għalhekk la għandna din l- opportunita` b'din il-liġi, jeħtieġ li naraw x'inhu jiġri u ngħidu li l- liġijiet li għandna għandhom bżonn upgrade għax issa għadda ż-żmien minn fuqhom u qed toħroġ trend li rridu naħdmu fuqha biex jinforzaw il-liġijiet li jipproteġu lill-konsumaturi.", "Il-ministru semma lit-tribunal tal-konsumaturi pero` ma qalx li l- ġurisdizzjoni tiegħu tispiċċa ma' każijiet ta' Lm1,500 jew aktar.", "Jiġifieri jekk inti xtrajt karozza u sibt difett, ma tistax tmur għand it-tribunal tal-konsumaturi imma trid tfittex rimedji legali oħra bħal proċeduri kriminali u hawn irridu nagħmluha ċara.", "Fi proċeduri kriminali mhux biss huwa diffiċli li inti tipprova fil-qorti dak l-att kriminali minħabba l- konċett li inti trid tipprova l-każ tiegħek mingħajr l-iċken dubju imma trid ukoll tistenna ċertu tul ta' żmien biex l-affarijiet jimxu.", "Id- dipartiment irid imur għand l-avukat ġenerali biex jippreżentalu l-każ, imbagħad dan wara li jistudja l-każ, jara jekk hemmx lok ta' akkuża u l- proċeduri dejjem jitwalu.", "F'dan it-tip ta' xogħol huwa importanti li l-azzjoni tittieħed fil-pront u allura hemm bżonn li nduru dawra tajba dawn il-liġijiet.", "Kif diġa` għedt, it-tribunal tal-konsumatur għandu ġurisdizzjoni ta' mhux aktar minn Lm1,500 u għalhekk konsumatur b'każ ta' aktar minn Lm1,500 irid jipprova jfittex ir- rimedju mill-qorti u dan ifisser konsegwenzi finanzjarji.", "Dan jista' jwaqqaf lill-konsumatur milli jikseb ġustizzja għax għandna konsumaturi li għandhom mezzi finanzjarji limitati u jaqtgħu qalbhom malli jaraw it- tariffi biex tiftaħ kawża l-qorti.", "Issa jkun hawn min igħidli: Mela konsumatur li l-mezzi finanzjarji tiegħu huma limitati jista' jkollu kwestjoni ta' aktar minn Lm1,500?", "Mela le, hawn mhux qegħdin nitkellmu fuq affarijiet ta' barra minn hawn.", "Sur President, l-uniku mezz biex wieħed jikseb ġustizzja hu li ma jkollux mezzi tant li jaqa' wkoll taħt il- kriterji li huma stabbiliti għal għajnuna legali b'xejn imma sfortunatament din l-istituzzjoni hija fost l-aktar istituzzjonijiet ineffiċjenti li għandna f'pajjiżna u mhux veru tagħti l-aċċess lil min m'għandux mezzi.", "Jien m'iniex qiegħda ngħid dak li smajt ħaddieħor jgħid għax jien ġieli ħadt personalment nies fl-uffiċini tal-legal aid biex nipprova nagħtihom aċċess għall-ġustizzja.", "Għalhekk jien nixtieq li d-diskussjoni dwar dan l-abbozz ta' liġi tkun aktar wiesgħa għax huwa inutli li nkomplu ngħabbu – m'iniex qiegħda ngħid biex ma nagħmluhomx il-liġijiet – l-qafas legali meta dan għandu ħafna toqob ġo fih u mhux qiegħed ikun effettiv biżżejjed.", "Aħna għandna struttura ta' l-uffiċċju għall-kompetizzjoni ġusta li m'hijiex effettiva biżżejjed u trid tissaħħaħ bis-serjeta` u ma nistgħux nibqgħu ngħidu lill- konsumaturi li qegħdin nagħtuhom aktar drittijiet għax inkella ma nkunux qed ngħidu l-verita` lin-nies.", "Għalhekk huwa importanti li meta jkollna opportunitajiet bħal dawn, nagħmlu evalwazzjoni ta' fejn qegħdin u nirranġaw l-affarijiet.", "Għaliex m'għandux ikun hemm emendi fil-liġi li għandna - jiġifieri fl-Att dwar il-konsumaturi - fejn ikollna tribunal b'maġistrat li jkollu s-saħħa li jagħti multi amministrattivi lil min jabbuża mill-konsumatur.", "Ovvjament irid ikollna struttura u proċedura li tkun ċara u anke li jkollna l-appell pero` din trid tkun xi ħaġa effiċjenti li tinqala' minn ċerta proċedura top-heavy li diġa` teżisti u li twassal biex il-konsumatur jingħata ġustizzja kemm jista' jkun malajr.", "Sur President, il-gvern għandu rieda politika li jmexxi 'l quddiem id- drittijiet tal-konsumaturi f'pajjiżna?", "Qed nistaqsi dan għax kultant jien xettika dwar dan u se ngħid għaliex.", "Mela llum għandna sitwazzjoni fejn għandna dipartiment li b'dan l-abbozz ta' liġi se nkomplu ngħabbulu r- responsabbiltajiet u dan meta għadu ma nħatarx direttur.", "Għandna l- permanent secretary li għandu r-rwol li jammistra l-policy u proċedura amministrattiva u jrid ukoll jaqdi l-funzjoni ta' direttur li l-funzjoni tiegħu hija ta' inforzar.", "Issa hawnhekk għandek ukoll kwestjoni ta' konflitt ta' interess għax inti tista' tiġi f'qagħda fejn biex tħares id- drittijiet tal-konsumatur trid tenforza kontra policy tal-gvern.", "Allura meta nara dawn l-affarijiet, bilfors nistaqsi jekk hemmx rieda politika jew le min-naħa tal-gvern fuq dawn l-affarijiet.", "Hawnhekk kulma jrid isir huwa appointment għax bħalissa hemm persuna waħda fuq żewġ pożizzjonijiet u dan, fil-fehma tiegħi, huwa konflitt ta' interess kbir.", "Dan qed iwassal biex din l-istruttura, li suppost qiegħda tħares id-drittijiet tal-konsumaturi u tenforza sabiex ma jkunx hemm abbuż kontra d-drittijiet tagħhom, mhux qed taħdem kif suppost.", "Sur President, nixtieq li l-ministru fil-winding up tiegħu jgħidilna l- cartels legali li għandna.", "Mela jekk hawn xi ħaġa li tmur lil hinn mill- protezzjoni tal-konsumatur u tkisser b'mod komplet il-politika ta' kompetizzjoni li suppost tħaddimha biex tagħti l-aqwa u l-aħjar lill- konsumatur, hija sitwazzjoni ta' cartel jew inkella sitwazzjoni fejn xi ħadd ikollu pożizzjoni dominanti, xi ħaġa li hija sagrileġġ għall-politika tas-suq intern ta' l-Unjoni Ewropea li tant hija tassattiva fuqu.", "Per eżempju, aħna llum għandna s-sitwazzjoni tal-banek.", "Illum dawn il-banek saru cartels legali li għas-servizzi żgħar jgħollu ċ-charges u lanqas biss jinformaw lil ħadd.", "Wasalna anke f'sitwazzjoni ta' konflitt fejn min-naħa d-dipartiment tas-sigurta` soċjali qed igħid lil kulmin jirċievi benefiċċji soċjali biex jiftaħ kont fil-bank ħalli jaħdmu bid-direct credit u mbagħad min-naħa l-oħra l-bank jgħidilhom li jekk m'għandhomx Lm100 biex ipoġġu ġo fih, ma jistgħux jiftħuh dan il-kont.", "Jien ġieli ġew nisa jibku għandi u jgħiduli li kieku kellhom Lm100 tgħidx kemm iħossuhom aħjar!", "Sur President, għandna din is-sitwazzjoni u dawn fuqhom m'hemm ħadd.", "Per eżempju, x'qed jagħmel l-uffiċċju tal-kompetizzjoni ġusta fuq il-cartels legali?", "X'qed jagħmel?", "X'tip ta' investigazzjoni u stħarriġ għamel?", "X'tip ta' konklużjonijiet wasal għalihom?", "Dawn għandhom sitwazzjoni ta' pożizzjoni dominanti.", "Hemm ukoll l-edukazzjoni li hija fundament ieħor tad-drittijiet tal- konsumaturi u li kienet waħda mill-ewwel drittijiet fundamentali li l- Unjoni Ewropea - dak iż-żmien il-komunita` ekonomika Ewropea - daħħlet fit-trattat tagħha artiklu 153 li semmejt aktar qabel.", "Issa jien nixtieq nistaqsi: Bin-national minimum curriculum li issa suppost ilu jitħaddem għal xi ħames snin, aħna qegħdin nedukaw lit-tfal tagħna biex jagħrfu x'inhuma d-drittijiet u d-dmirijiet tagħhom.", "Iżda x'tip ta' programmi qegħdin isiru biex dak li hemm stabbilit fin-national minimum curriculum iseħħ fl-iskejjel tagħna?", "B'liema mod qiegħed imexxi dawn il-programmi d- dipartiment tal-konsumatur li fuqu taqa' din ir-responsabbilta`?", "X'tip ta' taħriġ qegħdin jingħataw l-għalliema tagħna biex ikunu jistgħu jkomplu jgħaddu lit-tfal u liż-żgħażagħ tagħna dan it-tip ta' għarfien?", "Per eżempju, qaluli li l-fakulta` ta' l-edukazzjoni għandha optional credit għall-għalliema studenti imma la dan huwa optional credit, dan wieħed jieħdu jekk irid u hawn qegħdin nitkellmu fuq xi ħaġa importanti ħafna għax meta għandek konsumatur informat u edukat, dan ma jaqax f'ċerti sitwazzjonijiet ta' faqar ekonomiku u soċjali.", "Sur President, dan huwa qasam importanti ħafna li sfortunatament f'pajjiżna m'aħniex qegħdin nagħtuh dak l-għarfien li hemm bżonn.", "Huwa veru li għandna leġislazzjonijiet imma dawn għandhom bżonn trim tajba biex ikunu aktar effettivi għax m'għandniex l-istrutturi biex dawk il-leġislazzjonijiet ikunu għodda verament effettiva f'idejn iċ-ċittadini Maltin u Għawdxin.", "Sur President, aħna ilna membri ta' l-European competition network kemm ilna li dħalna fl-Unjoni Ewropea.", "Permezz tagħha, il-kummissjoni ta' l- Unjoni Ewropea tista' titlob lin-national authority biex tiġbor informazzjoni fuq kumpannija imma aħna m'għandniex l-istruttura biex inwettqu dawn it-tip ta' rikjesti li jiġu għandna.", "Ma nafx jekk il- kummissjoni ta' l-Unjoni Ewropea tafx b'din is-sitwazzjoni imma ma naħsibx li taf għax kieku żgur li niżlet fuqna, kif igħidu l-Ingliżi, like a ton of bricks.", "Dan m'huwiex qasam f'idejn il-gvernijiet nazzjonali imma huwa qasam tassattiv u regolat bl-aktar mod qawwi min-naħa ta' l-Unjoni Ewropea.", "Saħansitra aħna m'għandniex l-istruttura biex nagħmlu dawk li jgħidulhom Don Ray's, jiġifieri d-dipartiment tal-kompetizzjoni ġusta m'għandux l- istruttura biex l-uffiċjali tiegħu jkunu jistgħu jmorru f'uffiċini ta' kumpannija u jaraw il-kotba tagħha ħalli jistabbilixxu jekk hemmx, per eżempju, abbuż ta' kompetizzjoni inġusta jew kwestjoni ta' pożizzjoni dominanti eċċ. Allura aħna kif nistgħu nwettqu ċerti affarijiet?", "Jien din hi l-biża' tiegħi.", "Għandna sitwazzjoni f'pajjiżna fejn minkejja li l-konsumaturi Maltin u Għawdxin għandhom leġislazzjoni wiesgħa li suppost qiegħda tħares id-drittijiet tagħhom, il-leġislazzjoni li għandna m'hijiex catered biex ikollna inforzar effettiv.", "M'għandniex lanqas l-istrutturi meħtieġa biex ikollna l-implimentazzjoni u l-inforzar effettiv u qed nassumi li l-kummissjoni ta' l-Unjoni Ewropea qed toqgħod fuq rapporti biss.", "Imma naħseb li xi darba, il-kummissjoni ta' l-Unjoni Ewropea se tiġi fuqna u tgħidilna: Dan kif wara tant snin li ilkom b'dawn il-liġijiet, ma ħadtu lil ħadd fil-qorti?", "Kif qatt ma mmultajtu lil ħadd?", "Irridu din it- tip ta' sitwazzjoni?", "Jien ma rridx is-sitwazzjoni fejn lill-konsumatur suppost qegħdin nagħtuh ħafna affarijiet biex id-drittijiet tiegħu jiġu mħarsa imma r-realta` tkun differenti.", "Ħafna konsumaturi Maltin lanqas biss jafu x'inhuma d-drittijiet tagħhom, imma anke kieku jafu, illum il- ġurnata - forsi għalhekk allura mhux jinformawhom - m'għandniex l- istrutturi u r-rimedji effettivi fil-liġi biex konsumatur jiġi protett.", "Jien nixtieq nagħmel xi mistoqsijiet oħra lill-ministru sabiex dan jirrispondihom fil-winding up.", "Se nipprova nidħol ftit aktar f'xi artikli fejn aħna qegħdin nistabbilixxu l-awtorita` nazzjonali ħalli nkunu nistgħu nimplimentaw dak li qed titlobna l-Unjoni Ewropea.", "L-ewwelnett nerġa' ntenni li qegħdin nitkellmu fuq regolament li jiġbor fih numru sostanzjali ta' drittijiet imma dan l-abbozz ta' liġi qiegħed jitlob biex jiġi stabbilit network ta' awtorita` nazzjonali u dan għax ir-regolament qiegħed jitlob proprju t-twaqqif ta' network ta' public enforcement authorities.", "Dan ifisser li kull membru ta' l-Unjoni Ewropea għandu n-national authority tiegħu u aħna wkoll irid ikollna n-national authority tagħna.", "Issa l-ministru qiegħed jgħidilna li l-liason officer ta' din in-national authority se jkun id-dipartiment tal-konsumaturi.", "Nerġa' nagħmel l-enfasi li huwa inutli li jkollna national authority magħrufa għall-fini ta' dan ir- regolament jekk din in-national authority m'għandhiex is-snien u l- kapaċita` biżżejjed biex tkun tista' twettaq l-affarijiet għax inkella ma nkunux qegħdin inkunu konformi ma' dak li fil-fatt qiegħda tgħid il-liġi.", "Dan ir-regolament isemmi wkoll li l-informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti jrid ikollha garanzija ta' kunfidenzjalita` u segretezza professjonali biex ikun hemm assigurazzjoni li l-investigazzjonijiet ma jkunux compromised jew inkella biex ma tagħmilx ħsara lil dawn il- bejjiegħa.", "Naturalment dan isir għax sakemm il-bejjiegħ jinstab ħati, dan irid ikun meqjus innoċenti.", "Hawnhekk nistaqsi b'liema mod dan ix-xogħol se jsir għax aħna suppost qegħdin inħaddmu d-data protection Act, Sur President.", "Ftit ilu kont qiegħda f'seminar u smajt xi professjonisti jitkellmu dwar dan id-data protection Act – u jien anke minn esperjenza ta' komunikazzjonijiet ma' dipartimenti tal-gvern rajtu dan - u nista' ngħid li qegħdin naqgħu fl-assurd fil-mod kif qed ninterpretawh.", "Jiġifieri filwaqt li rridu nassiguraw il-konfidenzjalita` u s-segretezza, imma mbagħad jeħtieġ li nsibu l-bilanċ ta' l-interpretazzjonijiet għax inkella ma nkunux qegħdin inkunu effettivi u espedjenti biżżejjed.", "Għalhekk nixtieq li jkollna ftit iktar informazzjoni min-naħa tal-ministru dwar kif se nassiguraw, on one hand, li jkollna l-konfidenzjalita` garantita u dik li hija professional secrecy u on the other hand li ma naqgħux f'ċerti assurditajiet.", "Xi ħaġa li hija worth noting u fil-fehma tiegħi xi ħaġa pożittiva huwa l-bżonn ta' l-international agreements ma' third parties, jiġifieri ma' pajjiżi oħra barra mill-Unjoni Ewropea.", "Fil-fehma tiegħi, din hija xi ħaġa pożittiva għaliex b'dan il-mod tkun qiegħda twessa' n- network u l-effettivita` ta' dan ir-regolament kif ukoll il-protezzjoni tal- konsumatur.", "Hawnhekk nixtieq nagħmel parentesi żgħira fuq il-kwestjoni tal-consumer organisations.", "F'dan ir-regolament, kif ħafna drabi ssib f'regolamenti ta' l-Unjoni Ewropea, l-għaqdiet tal-konsumaturi qegħdin jiġu mogħtija importanza u saħħa kbira.", "Artiklu 14 ta' dan ir-regolament jitkellem speċifikament fuq kif \"consumer organisations should be encouraged to co- operate with competent authorities to enhance the application of this regulation\".", "Dan ir-regolament qiegħed jgħid li l-għaqdiet tal-konsumaturi għandhom ikunu inkoraġġiti sabiex jikkooperaw ma' l-awtoritajiet ħalli jiġu applikati dawn id-direttivi.", "Pero` qabel ma tinkoraġġixxi l- organizzazzjonijiet tal-konsumaturi trid tassigura li l-għaqdiet tal- konsumaturi qegħdin jingħataw l-importanza u l-għajnuna meħtieġa.", "Fortunatament f'pajjiżna għandna għaqda tal-konsumaturi, li issa għandha numru ta' snin warajha.", "Madankollu li kieku jkollna aktar għaqdiet tal- konsumaturi ħalli jkunu jistgħu jagħmlu ċertu tip ta' pressjoni f'pajjiżna, il-qagħda tagħna bħala konsumaturi - f'dik li hija protezzjoni u drittijiet - tkun ħafna aħjar milli hi.", "Min-naħa l-oħra rrid ngħid li l-unika għaqda li għandna qatt ma kellha l- għajnuna u l-appoġġ li suppost ikollha.", "Dan qiegħda ngħidu għaliex l- għaqdiet tal-konsumaturi ma jistgħux jgħixu biss mill-fondi li jingħataw minn sponsorships ta' ditti jew minn donazzjonijiet kbar li jagħtu xi konsumaturi.", "Dawn jistgħu jgħixu biss mill-appoġġ u s-sostenn finanzjarju li jingħata mill-Istat.", "Fi żmien gvern Laburista ta' bejn l-1996 u l-1998 konna diġa` dħalna f'arranġamenti sabiex l-għaqda tal-konsumaturi f'pajjiżna tingħata l-fondi meħtieġa skond proġetti li hi stess tkun stabbilixxiet jingħataw l-għarfien mill-gvern.", "Hija ħasra li l-gvern preżenti ma baqax miexi fuq dan il-pass għaliex jekk illum qegħdin nippretendu li l-għaqda tal-konsumaturi tagħti ċerta pressjoni permezz ta' informazzjoni u programmi edukattivi, allura bilfors irid ikollha l-mezzi finanzjarji ħalli tkun tista' tiffunzjona.", "Kif għedt din m'hijiex xi organizzazzjoni bħall-organizzazzjonijiet l-oħra, anke dawk tal-partiti politiċi, li jistgħu jduru fuq ċertu tip ta' nies għas-sostenn finanzarju tagħhom.", "L-għaqda tal-konsumaturi trid tkun appoġġjata mill-awtorita` konċernata.", "Għaldaqstant nappella lill-gvern sabiex jekk verament irid iħares u jipproteġi d-drittijiet tal-konsumaturi, għandu jagħti l-għajnuna u s-saħħa meħtieġa lill-għaqda tal-konsumaturi.", "Nappella wkoll lill-konsumaturi Maltin u Għawdxin sabiex is-sostenn morali u s-saħħa li jisgħtu jagħtu lil numru ta' msieħba jwettquh billi jersqu 'l quddiem u jidħlu huma wkoll fl- għaqdiet tal-konsumaturi.", "B'hekk inkunu nistgħu nippretendu ċerta ħidma li fuq livelli internazzjonali l-għaqdiet tal-konsumaturi barra minn xtutna jkunu jistgħu jitwettqu mill-għaqda tal-konsumaturi f'pajjiżna.", "Sur President, fl-artiklu 16 qiegħed jingħad li:", "\"The effective monitoring of the application of this regulation and the effectiveness of consumer protection requires regular reports from the member states\".", "Illum għandna ħafna obbligi ta' rapporti imma mhux l-ewwel darba li jiġu rapporti f'idejja fejn nibda nistaqsi lili nnifsi jekk huwiex veru li qed jitkellmu fuq Malta.", "Irridu nkunu fattwali fuq dak li ngħidu u nħoss li hemm bżonn ta' proċess kontinwu ta' evalwazzjoni fuq l-affarijiet li nkunu qegħdin inwettqu, speċjalment fuq l-istrutturi ġodda li nkunu qed indaħħlu u li nkunu rridu nagħtuhom the test of time.", "Hemm bżonn il-kultura fejn mhux biex naqdu obbligazzjoni ta' rapport naqbdu u niktbu bl-addoċċ.", "Hemm bżonn li jkollna kultura ta' evalwazzjoni kontinwa ħalli", "nkunu effiċjenti fl-oġġettivi li rridu nilħqu.", "Irridu nkunu ta' suċċess fl- oġġettivi tagħna imma rridu nkunu wkoll effiċjenti finanzjarjament.", "Jekk nilħqu dan l-għan inkunu qegħdin verament nagħtu l-money's worth tat-taxxi li jħallas il-poplu.", "U lill-poplu rridu nagħtuh lura servizzi effettivi.", "F'dan l-artiklu hemm l-enfasi fuq effective monitoring u allura qiegħda nappella lill-gvern sabiex l-effective monitoring of the application of this regulation ikun verament wieħed effettiv billi nevalwaw kontinwament il-proċess tax-xogħol li jkun qiegħed isir għall-implimentazzjoni ta' din il-liġi.", "L-artiklu 18 jitkellem fuq il-cooperation between national authorities responsible for the enforcement of consumer protection law.", "Għalhekk nixtieq nisma' mill-ministru b'liema mod effettiv din it-tip ta' kooperazzjoni se ssir min-naħa tagħna fuq l-inforzar meta aħna qegħdin nonqsu milli ninfurzaw liġijiet u abbużi fuq livell nazzjonali.", "B'liema mod se nkunu attrezzati sabiex inkunu nistgħu naqdu dan ir-regolament?", "In- national authority tagħna toffri l-kooperazzjoni f'dak li jkun hemm bżonn pero` kif se tiġi nforzata l-consumer protection law?", "Għal-lum se nieqaf hawnhekk.", "Madankollu nixtieq nerġa' nappella lill-gvern sabiex meta nerġgħu niġu niddiskutu din il-liġi, ma naħlux l-okkażjoni li jkollna.", "M'hemmx għalfejn noqgħodu strettament mal-parametri ta' dak li qed jgħid l- abbozz ta' liġi imma għandna nitfgħu taħt il-lenti dan il-qasam hekk importanti għalina.", "Sur President, iI-konsumatur Malti jeħtieġ protezzjoni effettiva u ħarsien bis-serjeta`.", "Dan ma jistax isir biss b'dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna imma jista' jsir billi jkollna l-qafas legali ta' l-Att ta' l- 2000 fuq il-consumer protection Act.", "Barra minn hekk, irridu naraw fejn hemm it-toqob fl-inforzar u nsewwuhom.", "Irridu naraw li l-rimedji jkunu aktar expedient ħalli l-azzjonjiet meħtieġa jittieħdu kemm jista' jkun fi żmien propizju.", "U fl-aħħar nett irid ikollna l-istrutturi li jkollhom il- kapaċita` li jagħmlu dak li qiegħda titlob minnhom din il-liġi.", "Sakemm ma jkollniex dan, il-konsumatur Malti u Għawdxi se jibqa' mneżża mid- drittijiet tiegħu.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Joe Mizzi on a point of order.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sur President, qiegħed nitlob quorum għar-raġunijiet li semmejt qabel.", "MR SPEAKER: Is-Seduta hija sospiża għal ħames minuti.", "Fit-8.30 p.m. is-Seduta ġiet sospiza u rriżumiet ħames minuti wara.", "MR SPEAKER: Id-diskussjoni tkompli.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Roderick Galdes.", "ONOR.", "RODERICK GALDES: Sur President, jien ukoll xtaqt nagħmel ftit tal- kummenti fuq l-emendi li għandna f'dan l-abbozz ta' liġi.", "Ovvjament din il- liġi tittratta l-protezzjoni tal-konsumatur u fil-fatt qiegħda tinforza l- poteri tal-protezzjoni tal-konsumatur.", "Madankollu problema ewlenija li għandu pajjiżna tirrigwarda kif se nagħmlu dawn il-liġijiet aktar effettivi sabiex ikunu jistgħu jindirizzaw il-problemi li qed iħabbtu wiċċhom magħhom bħalissa l-konsumaturi.", "Aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar qegħdin ninnotaw li l-issues ewlenin li qed jitqajmu fir-rigward ta' prezzijiet ta' prodotti u servizzi huma relatati mal-bżonn li jkun hemm aktar miżuri ta' inforzar effettiv fir-rigward tal-liġijiet eżistenti li għandna f'pajjiżna.", "Dawn il- liġijiet ilhom jeżistu fis-sistema tagħna sa mis-snin ħamsin.", "Fil-fatt għad għandna liġijiet li ilhom hemmhekk għal dawn is-snin kollha u sal-lum, il-gvern naqqas mir-rieda tiegħu sabiex ikompli jattwa l-liġijiet eżistenti tal-konsumatur.", "Per eżempju, qiegħda tinħass ħafna l-problema fir-rigward tas- sorveljanza b'mod kontinwu fuq il-prezzijiet ta' prodotti.", "Għad hemm sal-lum stess ċerti ħwienet li ma jurux il-prezzijiet tal- prodotti tagħhom.", "Fl-opinjoni tiegħi dan jindika biċ-ċar kemm għad għandna nuqqas ta' inforzar fil-liġi eżistenti ta' dan il-qasam.", "Waħda mill- problemi li qed iħabbtu wiċċhom magħha l-konsumaturi dan l-aħħar - u smajt anke ħafna ilmenti fuqha - hija dwar id-deċiżjonijiet li qed jieħu t- tribunal f'dak li għandu x'jaqsam mal-kontestazzjoni li jkunu għamlu l- konsumaturi dwar xi prodotti li jkunu xtraw.", "Waħda mill-problemi li teżisti hija dik li tiġi attwata d-deċiżjoni li tittieħed mit-tribunal.", "Bażikament qed ikun hemm ħafna deċiżjoniijet li jiffavorixxu lill-konsumatur imma finalment, dawn id-deċiżjonijiet m'humiex qed jiġu attwati.", "Għaldaqstant mhux qed issir ġustizzja mal-konsumatur fir- rigward tal-kontestazzjoni li jkun għamel.", "Dan juri n-nuqqas ta' liġijiet eżistenti u l-gvern, min-naħa tiegħu, mhux qed jagħmel l-almu tiegħu sabiex l-awtoritajiet inkarigati mill-oqsma tal-konsumaturi jieħdu l-miżuri effettivi ħalli l-inforzar meħtieġ iseħħ.", "Hemm każijiet partikolari fejn persuni jkunu xtraw ċerti prodotti li jiswew ammonti kbar ta' liri jew inkella jkunu ngħataw servizz ħażin u allura jħossuhom ingannati.", "B'hekk iressqu l-kontestazzjoni tagħhom quddiem it-tribunal u jingħataw ir-raġun.", "Madankollu tal-ħanut ma jeħux ir-rimedju neċessarju għaliex jaf li l- problema hija fl-implikazzjoni tal-liġi.", "Min-naħa tiegħu l-konsumatur isibha diffiċli li jonfoq aktar flejjes ħalli jkompli jieħu l-mezzi neċessarji sabiex ikun jista' jieħu lura dak li ħaqqu.", "Sur President, bħalissa l-unika rimedju li hemm huwa dak fejn wara d- deċiżjonijiet li jittieħdu min-naħa tat-tribunal, il-konsumatur imur fil- qorti u jiftaħ il-proċedura neċessarja sabiex ikun jista' jiġġieled il- kawża tiegħu.", "Għalkemm id-deċiżjoni min-naħa tat-tribunal għandha ċerta saħħa, xorta waħda hemm il-problema li l-konsumatur qiegħed jaqta' qalbu milli jidħol fis-sistema tal-qrati ħalli jiftaħ il-kawżi neċessarji kontra min ikun ingannah fil-bejgħ ta' dak il-prodott jew fis-servizz ħażin li jkun ingħata.", "Waħda minn dawn il-problemi ġejja mill-fatt li m'hemmx sistema effettiva li biha nkunu nistgħu niggarantixxu li l-konsumatur jieħu rimedju permezz tal-qrati nfushom.", "Kien hemm persuni midħla tal- konsumaturi li ssuġġerixxew li jkun hemm speċi ta' revolving fund sabiex jagħmel tajjeb għall-konsumaturi li jkunu jixtiequ jmexxu 'l quddiem il- kawżi tagħhom.", "Permezz tal-qrati nistgħu wkoll nagħtu lill-marixxalli s-setgħa neċessarja sabiex ikunu jistgħu jieħdu ċerti deċiżjonijiet fuq il-bejjiegħ ħalli b'hekk jingħata r-rimedju lura lill-konsumatur.", "Ladarba t-tribunal ikun ħa deċiżjoni favur il-konsumatur, liema deċiżjoni għandha ċerta saħħa, il- konsumatur m'għandux għalfejn jidħol fi spejjeż oħra sabiex jieħu dak li ħaqqu.", "Naħseb li din hija xi ħaġa importanti u għaldaqstant jeħtieġ li nkomplu naħdmu fuqha għaliex il-konsumaturi jinsabu nieqsa mid-drittijiet tagħhom meta jkun hemm problemi bħal dawn.", "Sfortunatament għalkemm il-liġi qiegħda tirrikonoxxi l-bżonn ta' inforzar, is-sistema effettiva m'hijiex qiegħda tkun applikata skond ma tesiġi l-liġi stess.", "Għaldaqstant m'hemmx sistema li tista' tiggarantixxi li jkun hemm l-implimentazzjoni tal- liġijiet eżistenti ta' pajjiżna.", "Sur President, xtaqt nikkummenta wkoll fuq diskussjoni li għaddejja bħalissa f'pajjiżna.", "Din għandha x'taqsam mal-logħob tat-tazza tad-dinja u mas-servizz tal-cable li qiegħed jiġi pprovdut lill-klijenti tagħha.", "Din il-kumpannija xtrat id-drittijiet tal-logħob tat-tazza tad-dinja u għalhekk ċerti konsumaturi li kienu xtraw il-pakketti ta' l-istazzjonijiet televiżivi minn qabel, illum il-ġurnata m'humiex qed jingħataw il-pakkett li kienu abbonaw għalih.", "Kif inhu stipulat mil-liġi stess hawnhekk għandna an unfair firm mal-konsumaturi li qegħdin iħallsu għal dan is-servizz meta l-kontenut tas-servizz qiegħed jinbidel.", "Ma jistax ikun li l-kumpannija li qed tipprovdi s-servizz tal-cable tibda tagħlaq ċerti stazzjonijiet tat- television meta l-ftehim ma kienx hekk.", "F'dan ir-rigward qed naraw li d- diviżjoni nkarigata mill-kompetizzjoni ġusta u mill-protezzjoni fuq il- konsumatur mhux qed tieħu l-miżuri effettivi li hemm bżonn sabiex dawn in- nuqqasijiet ma jseħħux.", "Waħda mill-problemi eżistenti li għandna f'pajjiżna hija l-monopolju li tajna lil min jipprovdi s-servizz tal-cable.", "Fil-fatt minn dan il- parlament stess tajniha l-fakulta` sabiex tkun tista' tibni l- infrastruttura tagħha.", "Għalhekk illum il-ġurnata sabiex jidħol service provider ġdid se jħabbat wiċċu ma' ħafna diffikultajiet minħabba dan il- monopolju.", "Barra minn hekk tajniha s-saħħa li tibni l-infrastruttura tagħha anke billi tidħol fil-proprjeta` tan-nies u li tieħu dak li hemm bżonn sabiex ikollha network tajjeb.", "Allura ġaladarba għandek dan il- monopolju, qiegħed ikollok il-problemi fejn il-konsumatur jistgħu jitnaqqsulu d-drittijiet tiegħu ladarba ma jkollux alternattiva oħra fejn jirrikorri.", "Kif għedt, waħda mill-problemi li qiegħed ikun hemm f'dan ir- rigward hija li l-konsumatur ikun xtara tali prodott li llum qiegħed jinbidillu l-kontenut tiegħu.", "Fl-opinjoni tiegħi din jeħtieġ li nindirizzawha kemm jista' jkun malajr.", "Illum nafu li anke kien hemm min intlaqat ħażin għaliex għamel ċertu investiment sabiex ikun jista' jara ċerti stazzjonijiet televiżivi mentri llum il-ġurnata qiegħed isib li ma jistax jarahom.", "Dan ma jfisser xejn ħlief li l-konsumatur mhux qed jingħata s-servizz li ħallas għalih.", "Sur President, xtaqt insemmi punt ieħor li diġa` ssemma fid-diskussjoni tal- lejla.", "Dan il-punt għandu x'jaqsam mal-finanzjament ta' l-għaqdiet u l- organizzazzjonijiet involuti fil-ħidma favur il-konsumatur.", "Dan il-qasam sejjer lura bħall-granċ għaliex il-finanzjament neċessarju lill-għaqdiet qiegħed kulma jmur jisparixxi.", "Fil-fatt waħda mill-problemi li qed iħabbtu wiċċhom magħha l-għaqdiet tal-konsumaturi hija proprju dik li mhux qed isibu s-sapport finanzjarju meħtieġ sabiex jiddefendu lill-konsumaturi tagħhom.", "Waħda mill-problemi li qiegħed jiffaċċja pajjiżna hija n-nuqqas ta' kompetizzjoni.", "Per eżempju, m'ilux xtrajt prodott mill-Ingliterra li kien jiswa Lm150.", "L-istess prodott wara ġimgħatejn niżel għal madwar Lm80.", "Xi ħaġa bħal din ma tistax isseħħ f'pajjiżna għaliex m'għandniex kompetizzjoni.", "Għaldaqstant ċerti prodotti jibqgħu stabbli fis-suq tagħna u jżommu prezz fiss.", "Il-problema hija li l-konsumatur mhux qed ikollu din il-fakulta` fir-roħs tal-prezzijiet minħabba li l-kompetizzjoni ma teżistix f'pajjiżna.", "Aktar minn hekk l-awtoritajiet neċessarji li suppost qegħdin hemm sabiex jistimulaw il-kompetizzjoni m'humiex qegħdin jieħdu d-deċiżjonijiet li hemm bżonn jittieħdu ħalli jistimulaw aktar il-kompetizzjoni f'pajjiżna.", "Il- gvern stess għandu rwol importanti f'pajjiżna sabiex jistimula l- kompetizzjoni u fl-istess ħin jiggarantixxi li jkun hemm aktar prezzijiet li jvarjaw bejniethom.", "Dan għandu jseħħ għall-benefiċċju tal-konsumatur.", "Hawnhekk xtaqt insemmi wkoll in-nuqqas ta' sorveljanza f'dak li għandu x'jaqsam mal-prezzijiet.", "Din tista' tkun daqqa fatali speċjalment meta Malta qiegħda fil-proċess li ddaħħal il-munita ta' l-euro fil-futur qarib.", "Nafu x'ġara f'pajjiżi oħra li ma kellhomx sorveljanza adegwata.", "Dawn spiċċaw b'inflazzjoni qawwija għaliex il-prezzijiet tagħhom bdew jisparaw 'il fuq.", "U jekk m'aħniex se nilqgħu minn issa għal din il-problema, jista' jkun li 'l quddiem, meta niġu sabiex ikollna l-bidla mil-lira Maltija għall- euro, nispiċċaw aħna wkoll bi splużjoni fil-prezzijiet tal-prodotti tagħna.", "Sur President, illum qbadt l-aktar ma' dawn il-punti għaliex nemmen li huma l-aktar problemi li qegħdin iħabbtu wiċċhom magħhom il-konsumaturi bħalissa.", "Aħna nemmnu li l-miżuri li qed jagħtu l-liġijiet eżistenti ta' pajjiżna mhux qed ikunu effettivi biżżejjed.", "Dan minħabba li m'hemmx l- organi neċessarji li bihom il-gvern jista' jikkumplimenta din il-liġi u liġijiet oħrajn li għandhom x'jaqsmu mal-konsumatur f'pajjiżna.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Joe Mizzi on a point of order.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sur President, qiegħed nitlob quorum għar-raġunijiet li semmejt qabel.", "MR SPEAKER: Is-Seduta hija sospiża għal ħames minuti.", "Fit-8.50 p.m. is-Seduta ġiet sospiża u rriżumiet ħames minuti wara.", "MR SPEAKER: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joseph Brincat.", "ONOR.", "JOSEPH BRINCAT: Sur President, mhux biex niftaħar imma din il- kwestjoni tal-konsumatur hija suġġett għal qalbi u r-raġuni hija li l-ewwel liġi li għamilna għall-konsumatur kienet fl-1980 u kont ħdimt fuqha jiena.", "Kont sibt mudell barrani u ħadt kwantita` kbira minnu tant li d-draft kienet kważi ktieb sħiħ.", "Meta mort quddiem il-Kabinett bih, rawh twil wisq u qaluli: Se noqogħdu nagħmlu dawn id-dettalji kollha!", "U għalhekk spiċċajna għamilna xi ħaġa ferm iżgħar.", "Waħda minnhom kienet li jkun hawn l-għaqdiet tal-konsumatur, it-tieni kienet li dawn, waqt il-qadi tal- funzjonijiet tagħhom, jiġu protetti u ma jaqgħux taħt il-liġi ta' l- istampa, għaliex dawn se jxellfu difrejhom ma' xi ħadd u t-tielet li jekk tkun consumer association u trid lok fejn toqgħod biex tkun tista' tiffunzjona, allura l-gvern kien ikun lest li jgħinha billi jagħtiha post.", "Sur President, huwa veru li llum nitkellmu fuq is-suq liberu imma l- problema kbira hi - u din mhux f'pajjiżna biss anzi f'pajjiżi oħrajn din hija problema kbira wkoll u llum infirxet iżjed għaliex spiċċajna wkoll bl- internet fejn il-konsumatur jiġi mnittef minn kull sufa li għandu, kif igħid il-Malti - ...", "Per eżempju, jien ma nistax nifhem għalfejn f'dan l- abbozz ta' liġi li għandna quddiemna qegħdin indaħħlu emendi fuq is-Civil Aviation Act, fuq il-Broadcasting Act u fuq il-Metrology Act.", "Forsi kien ikun aktar għaqli kieku din il-liġi nsemmuha \"An Act to amend various laws for the enforcement of consumer protection powers\".", "It-titlu ta' dan l- abbozz ta' liġi huwa misleading għax jekk nitkellmu fuq il-metroloġija xi nkunu qed infissru?", "Li l-konsumatur li jilbes ir-raincoat u jixtri l- umbrelel iħoss li tal-metroloġija jkunu ngannawh għax ikunu qalulu li ġejja x-xita u mbagħad toħroġ ix-xemx?!", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru, bil-permess ta' l-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "TONIO BORG (Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern): \"Metrology\" tfisser qisien u mhux tbassir tat-temp u din ikollha x'taqsam mal-konsumatur ħafna aktar mit-tbassir tat-temp!", "ONOR.", "JOSEPH BRINCAT: Għandek raġun.", "Meta tajt daqqa ta' għajn u rajt l- istandards authority u l-broadcasting authority, jien għedt: Dawn x'għandhom x'jaqsmu?", "(Interruzzjonijiet) Mhux se nieħu għalija għax qed tidħak għax jien għandi biex nidħak bija nnifsi.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Onor. Brincat, niġbidlek l-attenzjoni li sar il-ħin.", "ONOR.", "JOSEPH BRINCAT: Sur President, bħala konsumatur għandi dritt li nasserixxi l-ħin tiegħi għax kif kont se nitkellem jien, inti qbadt u tlaqt 'il barra għal ħames minuti u lest li nieħdok għand l-għaqda tal- konsumatur talli mhux qed tagħtini d-drittijiet kollha tiegħi!", "MR SPEAKER: Onor. Brincat, se tibqa' in possession?", "ONOR.", "JOSEPH BRINCAT: Iva, se nibqa' in possession.", "Grazzi.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "David Agius.", "ONOR.", "DAVID AGIUS (President tal-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi): Sur President, nitlob il-permess tal-Kamra biex nirrapporta progress.", "MR SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "DAVID AGIUS: Sur President, nirrapporta li l-Abbozz ta' Liġi dwar id-Demm Uman u t-Trapjanti għadda mill-istadju ta' Kumitat mingħajr emendi.", "Nixtieq nirrapporta wkoll li l-Abbozz ta' Liġi li Jirratifika l-Konvenzjoni ta' Ruma fuq l-Obbligazzjonijiet Kuntrattwali għadda mill-istadju ta' Kumitat b'emendi inkluż klawsoli ġodda li għaddew bi qbil bejn iż-żewġ naħat.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Viċi Prim Ministru, jekk jogħġbu, iressaq l-aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "TONIO BORG: Sur President, nipproponi l-aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tnejn, 27 ta' Marzu 2006, fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Servizzi ta' Impieg u Taħriġ - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Liġijiet dwar il-Protezzjoni tal-Konsumatur - Tieni Qari (Kont);", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Intermedjarji fl-Assigurazzjoni - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar id-Demm Uman u t-Trapjanti - Tielet Qari.", "Abbozz ta' Liġi li Jirratifika l-Konvenzjoni ta' Ruma fuq l- Obbligazzjonijiet Kuntrattwali - Tielet Qari; u", "xi aġenda oħra li tista' tiġi komunikata aktar tard.", "-----------------------------------", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Securitisation – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Reġistru Ċentrali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Sigurta` Soċjali - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Michael Asciak.", "ONOR.", "MICHAEL ASCIAK: Sur President, jien se nieħu ftit ħin minn dan l- aġġornament biex nitkellem fuq dak li qalet il-bieraħ l-Onor.", "Justyne Caruana għax naħseb li qajmet punt interessanti.", "Sfortunatament l-Onor.", "Caruana għaddiet mill-esperjenza kerha li jgħaddu minnha ħafna nies f'Malta u f'Għawdex, u nixtieq nuri s-solidarjeta` magħhom.", "Jidher li hemm l- użanza li f'każ ta' miscarriage, bħalma ġara, il-fetu ma jingħatax lill- ġenituri biex dawn jidfnuh kif, meta u fejn iħossu huma.", "Medikament nafu li t-tqala ddum xi 38 ġimgħa u skond il-konvenzjoni neħduha li ddum 40 ġimgħa għax fl-ewwel ġimgħatejn tat-tqala ħafna drabi l-mara ma tkunx taf li hija tqila minħabba li tinduna li hija tqila meta taqbeż l-ewwel cycle tagħha.", "Għalhekk normalment trid iżżid ġimgħatejn ma' dawk it-38 ġimgħa.", "Fil-mediċina niddistingwu bejn miscarriage li jkun fl-ewwel nofs tat-tqala - normalment miscarriage jiġri fl-ewwel nofs tat-tqala - u dik li ngħidulha premature labour fejn it-tarbija titwieled qabel iż-żmien.", "Issa x'inhi d- differenza bejn dak li jissejjaħ spontaneous abortion u dak li huwa premature labour?", "Id-differenza m'hijiex waħda li hija fissa u lanqas hija waħda faċli.", "Meta kont student tal-mediċina madwar 25 sena ilu konna nieħdu din id-dikotomija bħala l-punt fejn it-tarbija, għalkemm titwieled kmieni, tkun tista' tgħix jew b'mod naturali jew bil-mezzi mediċi li jeżistu llum, fosthom fl-inkubatur eċċ. Niftakar li dak iż-żmien kien ikun diffiċli ħafna li nżommu ħajja tarbija li titwieled iżgħar minn 28 ġimgħa.", "Allura dik kient il-cut-off point bejn miscarriage u premature labour.", "Is-sitwazzjoni hija fluwida.", "Illum, 25 sena wara, dan il-livell waqa' għax it-trabi li jitwieldu premature nagħtuhom is-surfactant.", "Ix-xjenza medika mxiet 'il quddiem bir-riżultat li llum tarbija li titwieled taħt is-26 ġimgħa, 25 ġimgħa u anke 24 ġimgħa ħafna drabi kapaċi ngħajxuha.", "Illum il- cut-off point hija ħafna aktar baxxa u allura meta mara twelled tarbija qabel il-25 ġimgħa jew l-24 ġimgħa ngħidu li kellha miscarriage jew spontaneous abortion u jekk twelled tarbija wara l-24 jew il-25 ġimgħa ngħidu li kellha premature labour.", "Kif qed taraw aktar ma jgħaddi ż-żmien iktar ix-xjenza se timxi 'l quddiem u iktar se jinżel dan il-livell.", "Għad niġu fi żmien - u diġa` qed isiru l-esperimenti f'dan ir-rigward – li lanqas ikun hemm bżonn li tarbija tiġi impjantata fil-ġuf.", "Hawnhekk m'iniex qed nidħol fil-kwestjoni morali, jiġifieri jien ma naqbilx li tarbija m'għandhiex tkun impjantata fil-ġuf.", "Pero` għad naslu għal dak li ngħidulu artificial womb, artificial uterus jew impjantazzjoni fl-utru ta' annimali li qed issir ħafna esperimentazzjoni barra minn Malta fuqhom.", "Ma rridx noqgħod nidħol f'dak ir-rigward, imma għad jiġi żmien li l- fertilizzazzjoni tibda ssir in vitro fil-laboratorju.", "It-tarbija lanqas biss tiġi impjantata fl-utru pero` titpoġġa f'dak li jgħidulu artificial womb.", "Hawnhekk qed niġi għall-punt li d-dikotomija bejn premature labour u spontaneous abortion se tibqa' nieżla u allura mhux se jkun faċli li wieħed iżomm il-pożizzjoni bejn premature labour u spontaneous abortion.", "Qed ngħid dan kollu għax naħseb li wasal iż-żmien li tinbidel il-liġi jew tinbidel il-prassi tad-dipartiment biex fejn ikollok fetu li huwa fformat - il-fetu tal-bniedem tista' tarah sħiħ bil-qalb taħdem, bil-pulmun, bis- saqajn u bl-idejn madwar tmienja jew għaxar ġimgħat", "wara l-bidu tat-tqala, minn dak il-punt lil hinn hija kwestjoni ta' kobor - li jkun jidher għax ovvjament meta jkun żgħir ħafna ma tistax tarah, ma tistax issibu u meta jkollok miscarriage joħroġ ħafna demm u ma tarahx, għandu jingħata lill-ġenituri biex huma jagħmlu kif iħossu fid-difna ta' dik it-tarbija.", "Aħna nemmnu li hemmhekk għandek ħlejqa umana u, għalkemm jista' jkun hemm bżonn xi testijiet fil-laboratorju tal-patoloġija, dawn jistgħu jsiru u wara li jsiru tingħata bħalma jsir fl-awtopsji.", "Hawnhekk forsi wieħed jistaqsi: Dan huwa proprjeta` tal-ġenituri?", "Il-ġisem huwa proprjeta` ta' l-individwu pero` wara l-mewt l-individwu ma jibqax fil- ġisem u allura l-prassi llum hi li l-ġisem ta' xi ħadd mejjet tagħtih lir- relatives immedjati tiegħu biex jagħmlu d-difna kif iħossu huma.", "Ma nafx x'tgħid eżattament il-liġi ta' Malta, probabbilment hija fluwida wkoll, imma qed inqajjem dan il-punt sempliċement għax naħseb li dak li semmiet l-Onor.", "Caruana l-bieraħ huwa biss prassi tad-dipartiment tas-saħħa pubblika f'Malta.", "Naħseb li fiċ-ċirkostanzi tal-lum wieħed għandu jilqa' t- talba li għamlet l-Onor.", "Caruana, li fejn hemm forma viżibbli ta' tarbija din għandha tingħata lill-ġenituri bħalma jiġri wara d-data li l- miscarriage isir premature labour.", "Milli jidher wara dik id-data dejjem tingħata lill-ġenituri biex jidfnuha għax tkun premature labour.", "Pero` billi din id-data hija fluwida u dejjem nieżla jagħmel sens li wieħed iħares lejn il-prassi – qed ngħid dan għax ikolli ħafna minn dawn it- talbiet minn pazjenti – biex fejn hu possibbli t-tarbija tingħata lill- ġenituri biex jagħmlu d-difna kif iħossu huma.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Franco Galea.", "ONOR.", "FRANCO GALEA: Sur President, irrid ngħid li naqbel ma' l-Onor.", "Asciak b'riflessjoni għad-diskors li għamlet il-bieraħ l-Onor.", "Caruana u jien ukoll irrid nuri s-solidarjeta` tiegħi lilha u lill-familja tagħha.", "Id-diskors tiegħi se jikkonċentra fuq żewġ punti importanti.", "L-ewwel wieħed huwa dwar l-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż u t-tieni huwa dwar is- sitwazzjoni preokkupanti fil-qasam daqstant vitali ta' l-edukazzjoni.", "Nixtieq nibda billi minn hawnhekk nistqarr li kull membru ta' din il-Kamra għandu dritt li jgħajjat għal quorum meta jkun meħtieġ, imma ma' dan id- dritt għandu jiġi s-sens ta' responsabilita`.", "Per eżempju, illum issejjaħ quorum meta persuna waħda biss mill-oppożizzjoni kienet preżenti.", "Jien inħoss li meta l-Kamra ma tkunx fi quorum ifisser li l-Kamra kollha indistintament tkun qed tonqos mhux biss lejn il-poplu, iżda lejha nnifisha bħala istituzzjoni.", "Iżda llum qiegħda ssir one-sided.", "Dan qed ngħidu minħabba dak li ġara l-bieraħ u f'okkażjonijiet oħra riċenti inkluż illum.", "Inħoss li sitwazzjoni bħal din tindika li hemm bżonn ta' aktar riforma mhux biss fl-istanding orders iżda anke fl-imġiba.", "Nixtieq nirrimarka wkoll li jeħtieġ li anke l-media tieħu nota tal-fatt li meta jissejjaħ quorum mill-oppożizzjoni f'xi okkażjonijiet, bħalma ġara llum, ma jkun hawn ħadd mill-membri ta' l-oppożizzjoni stess u jkun hawn mhux inqas minn 15-il membru min-naħa tal-gvern.", "Hawnhekk nistaqsi: Min qiegħed ibati tassew meta jissejjaħ quorum u x'eżempju qed jingħata lill- poplu tagħna hemm barra?", "Inħoss li wasal iż-żmien li l-kriterju ta' meta jissejjaħ quorum m'għandux ikun ibbażat biss fuq l-attendenza tal-membri min-naħa tal-gvern iżda fuq l-attendenza tal-membri kollha.", "Iktar 'il quddiem se ngħid xi ħsebijiet għandi fuq riformi oħra li jistgħu jsiru relatati ma' din il-Kamra.", "Sur President, jien inħoss li hemm ħafna x'wieħed jirrifletti u jaġixxi fuq kif qed tiġi applikata l-ġustizzja f'ċerti każi.", "Kemm ilni li dħalt membru f'din il-Kamra u saħansitra sa nhar it-Tnejn tal-ġimgħa li għaddiet, lissint l-inkwiet tiegħi għal ċerti sentenzi li qed jingħataw u kif dawn mhux qegħdin jagħmlu ġieħ lill-vittmi u lis-soċjeta` tagħna.", "Nagħmilha ċara li jien ma nemminx fit-tpattija iżda nemmen li għandu jitħallas prezz lejn is-soċjeta` għal kull att li jikser ir-regoli bażiċi ta' l-għajxien ċivili.", "Eżempju ċar huwa l-mod kif jingħataw is-sentenzi sospiżi u l-fatt li min jirċievi dawn is-sentenzi ħafna drabi qed jerġa' jikser il-liġi.", "Din il-ġimgħa stess kellna każ ta' wieħed li ammetta li kkorrompa żewġ tfajliet ta' 17-il sena, jidhirli barranin, u dan l-att wettqu waqt perijodu ta' sentenza sospiża.", "Iktar gravi minn hekk huma l-każi fejn isiru abbużi serjissimi kontra t-tfal.", "Każ fuq fomm kulħadd huwa ta' raġel li adotta żewġt ibniet ta' ħames snin u seba' snin mir-Rumanija, li l- Bambin biss jaf kemm sofrew tul il-ħajja tenera qasira tagħhom, sabiex b'mod annimalesk u barbaru stuprahom għal seba' snin sħaħ.", "Wara seba' snin oħra r-raġel ittella' l-qorti sabiex jirrispondi għal għemilu u fl-opinjoni tiegħi l-ġustizzja falliet.", "Mhux talli l-każ dam seba' snin sħaħ sakemm ġie deċiż - dejjem jekk jien korrett fuqha - żmien li l-Bambin biss jaf minn xiex għaddew dawn l-imsejkna vittmi, iżda meta ġejna għaż-żmien tal- prova nstab li kien hemm nuqqasijiet tekniċi serji min-naħa ta' l-avukat ġenerali fit-twassil ta' l-att ta' l-akkuża tant li l-ġudikant ma kellux għażla ħlief li jibgħat lill-akkużat il-ħabs għal seba' snin.", "Inħoss li sentenza ta' seba' snin ħabs għal att infami bħal dan hija insult lejn is-soċjeta` u vjolenza oħra lejn dawn iż-żewġ vittmi li ħajjithom ġiet imħarbta.", "L-insult jkber meta wieħed iqis il-perijodu ta' stennija tal- ġustizzja, li l-att ġie ripetut għal seba' snin kontinwi u meta dan kollu sar taħt il-maskra ta' adozzjoni fil-preżenza passiva ta' l-omm adottiva.", "Din hija mistħija li m'għandhiex kejl!", "Wasalna fl-estremita` li tingħata sentenza ta' tliet snin u nofs ħabs għal att ta' vjolenza bħal dan fuq tifla.", "Fil-verita` huma ferm inqas jekk tiġi applikata s-sistema ta' good behaviour u aġevolazzjonijiet oħra fil-ħabs.", "Nerġa' ntenni li l-ġustizzja tirrikjedi sentenzi ekwi u relatati mas- severita` ta' l-att.", "Stupri, vjolenza fuq it-tfal u atti kriminali oħra għandhom jissarrfu f'sentenzi tali li jirriflettu l-att innifsu, għax atti ta' din ix-xorta għandhom impatt profond fuq il-persuna.", "Fl-opinjoni tiegħi, fil-każ ta' ġenituri adottivi sentenza iżjed ekwa kellha tkun xejn inqas minn għomor ħabs.", "Problema serja oħra hija l-għoti indiskriminat ta' sentenzi sospiżi.", "Inħoss li dan mhux qed ikun ta' deterrent u nħeġġeġ biex wieħed jagħlaq xi toqob li hemm jew jista' jkun hemm fil-liġi f'dan ir- rigward.", "Li hu ċert f'moħħi huwa li f'każi fejn barranin jinstabu ħatja li jiksru l-liġi, dawn għandhom jiġu mkeċċija mill-pajjiż wara sentenza ta' ħabs.", "Fl-istess waqt irid jiġi żgurat li każi ta' din ix-xorta jinstemgħu malajr għax id-dewmien dejjem jaħdem kontra l-vittmi u l-ġustizzja nnifisha.", "M'huwiex aċċettabbli li każ ta' vjolenza fuq it-tfal idum seba' snin biex jinstema'.", "Suġġeriment ieħor li naħseb li huwa importanti huwa li jrid jinħoloq sex offenders register, sakemm ma jeżistix diġa`, li għandu jinżamm sew.", "L- iskop ta' reġistru simili huwa biex jiġi żgurat li min jinstab ħati ma jkunx jista' jiġi f'pożizzjoni li jikkommetti atti kriminali simili oħra.", "Apparti dan kollu rridu noqogħdu attenti kif tingħata l-liberta` proviżorja meta bniedem jappella minn sentenza ta' stupru jew vjolenza fuq it-tfal.", "Din hija sitwazzjoni perikoluża.", "Hawnhekk nistaqsi: Kemm hawn nies li nstabu ħatja ta' atti kriminali ta' din ix-xorta li qegħdin fil-liberta` minħabba li appellaw mis-sentenza?", "Dan kollu jwassalni għal din ir-riflessjoni.", "Din il-forma ta' ġustizzja li qed tingħata qed tgħin biex iċ-ċittadin ikollu rispett lejn l-istituzzjoni?", "Dawn is-sentenzi qed ikunu ta' deterrent?", "X'messaġġ qed jingħata liż- żgħażagħ u lit-tfal tagħna?", "Jien inħoss li hemm xi ħaġa ħażina fil- mekkaniżmu tal-ġustizzja u nistaqsi: Kemm minn dawn is-sitwazzjonijiet qed ikunu ta' effett negattiv u kemm qed jagħtu ħabel sabiex tinżamm id- dixxiplina f'pajjiżna?", "Inċidenti kundannabbli bħall-każijiet ta' bullying fl-iskejjel, vjolenza fuq l-għalliema minn ġenituri u mit-tfal, vandaliżmu fl-iskejjel u każi oħra bħalma kienu l-ħruq tal-karozzi tal-Ġiżwiti – jidhirli li dan huwa t-tieni każ ta' reat li sar fuq xi istituzzjoni tal- knisja – huma kollha sintomi serji ta' soċjeta` li fiha ċerti valuri huma nieqsa.", "Kollha niżbaljaw iżda rridu nirreparaw għall-ħsara li tkun saret.", "Fost il-valuri ewlenin irridu nerġgħu nkattru r-rispett lejn il-ġustizzja, il-ħarsien tal-liġi, l-integrita` tal-parlament u l-ħtieġa ta' edukazzjoni sana u kompluta.", "Dwar l-aħħar punt diġa` semmejt l-inkwiet tiegħi meta nisma' każijiet ta' vjolenza lejn għalliema u nissimpatizza ħafna magħhom u ma' dawk il-familji kollha li tassew isegwu b'interess u sagrifiċċju l- formazzjoni ta' wliedhom.", "Jien inħoss li wasal iż-żmien li nieħdu pożizzjoni ċara dwar dawk it-tfal li dejjem huma kawża ta' inkwiet fl-iskejjel.", "Inħoss li rridu nieħdu passi drastiċi biex dawn jiġu meħuda f'ambjent fejn mhux biss jirċievu l- edukazzjoni iżda jitgħallmu r-rispett.", "Ġenituri li jaggredixxu lill- għalliema mhux posthom fis-soċjeta` u nħoss li l-liġi għandha tipproteġi lill-għalliema bħalma tipproteġi lil kull uffiċjal pubbliku ieħor u mhux billi nittrasformaw l-iskejjel tagħna f'tipi ta' ħabsijiet bil-gwardjani.", "Irridu naraw x'ġara u għalfejn saret il-vjolenza fuq l-għalliema u għandu jsir assessment dwar minn fejn ġejjin il-familji ta' dawn it-tfal.", "Irridu naraw x'qed jiġri u għaliex hemm numru ta' żgħażagħ li qed joħorġu mill- iskejjel mingħajr ebda ċertifikat.", "Fid-dinja komplessa tal-lum żgħażagħ mingħajr kwalifiki jsiru piż fuq is-servizzi soċjali u jsiru suġġett li jirċievu attenzjoni mid-dinja kriminali.", "It-tentazzjoni għal ħafna minn dawn li jsibu ruħhom emarġinati minħabba l-istat tagħhom hija li jiksbu b'mod illegali dak kollu li ma jistgħux jiksbu bil-frott ta' xogħol dinjituż.", "Dan jiġri, kif semmejt qabel, minħabba fis-sentenzi ħfief li jingħataw.", "Nixtieq nagħlaq billi ntenni t-twemmin tiegħi li wasal iż-żmien li f'dan il- pajjiż ma narmux taħt it-tapit sitwazzjonijiet u inġustizzji li ilhom is- snin twal jakkumulaw.", "Inħeġġeġ biex b'rieda tajba nibdew minn din il-Kamra nirranġaw il-qagħda li fiha jinsabu ċerti istituzzjonijiet tal-pajjiż.", "Dawk li semmejt illum kienu biss ftit eżempji u nittama li jkollna opportunita` li nimxu 'l quddiem b'mod immedjat.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it-Tnejn, 27 ta' Marzu, 2006 fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "MANIFATTURA F'GĦAWDEX", "17296.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 15342, jista' il-Prim Ministru jgħid kemm kien il-bejgħ medju fil-ġimgħa għal kull ħaddiem fid-diversi setturi ta' l-industrija tal-manifattura f'Għawdex mill-1998 'il hawn fi prezzijiet tas-suq u fi prezzijiet kostanti ta' l- 1998 u ta' l-2000?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ngħarraf l-Onor.", "Interpellant li mhux possibbli li tingħata informazzjoni dettaljata tas-setturi ta' l-industrija tal- manifattura f'Għawdex, peress li f'diversi setturi hemm kumpannija waħda jew tnejn biss u allura tkun qed tingħata informazzjoni konfidenzjali.", "Madankollu qed nagħti stima tal-medja fis-sena għal kull ħaddiem tal-valur miżjud gross ta' l-industrija tal-manifattura f'Għawdex:", "|2001 |Lm10,258 | |2002 | | | |10,429 | |2003 | | | |11,442 |", "Ma jeżistix tagħrif għas-snin 1998, 1999 u 2000 filwaqt li t-tagħrif għas- sena 2004 ikun lest lejn nofs din is-sena.", "Din l-informazzjoni hi disponibbli biss fi prezzijiet tas-suq.", "PROĠETTI F'GĦAWDEX", "17303.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid x'inhuma l-programmi, inizjattivi, skemi, proġetti u xogħlijiet oħra li dipartimenti tal-gvern, awtoritajiet, organizzazzjonijiet u enti oħra li jaqgħu taħtu se jkunu qed iwettqu f'Għawdex minn din is-sena sa l-2008?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal- Kamra.", "POMPI TAL-PETROL", "17392.", "L-ONOR.", "MICHAEL ASCIAK staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Billi fl-1997 kien sar ftehim mas-sidien tal-pompi tal-petrol dwar bejgħ ta' ċnus, jista' il-Ministru jgħid x'sar f'dan ir-rigward?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-offerta ta' bejgħ kienet saret fil-21 ta' April, 1998 pero' din qatt ma ġiet konkluża.", "Fid-dawl tal-liberalizzazzjoni tas- suq ta' l-inland fuel market, il-korporazzjoni Enemalta qed terġa' tieħu l- inzjattiva biex tara għadx hemm interess.", "METER READERS", "17405.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid għaliex f'xi każi, il-meter readers tal-water services corporation mhux jagħtu riċevuta meta jmorru jaqraw l-arloġġ?", "Jista' jara li din il- problema tissolva?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Uħud mill-meter readers ma kenux qed jagħtu riċevuta għax kien hemm ħsara teknika fil-hand-held computers, liema problema issa ġiet solvuta.", "PROVVISTA TA' ELETTRIKU", "17422.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jara li jittieħdu l-miżuri neċessarji sabiex Triq il-Militar, f'Ħal Kirkop tkun provduta bi provvista ta' elettriku stabbli u kostanti?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ix-xogħol meħtieġ hu lest u fi ftit ġranet oħra għandu jibda juri l-effetti tiegħu.", "BUS STOP F'ĦAL KIRKOP", "17423.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jintervjeni sabiex isir bus stop fi Triq San Pietru, f'Ħal Kirkop?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Fl-10 ta' Marzu, 2006 id-direttorat dwar it- trasport pubbliku kellu laqgħa mal-kunsill lokali ta' Ħal Kirkop, fejn saru diversi talbiet f'dan ir-rigward u fil-futur immedjat l-awtorita' se tkun qed twettaq din ir-rikjesta.", "AVVIŻ LEGALI", "17452.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid meta ġie fis-seħħ avviż legali 463 tas-sena 2004?", "Meta ħareġ fil-gazzetta tal-gvern dan l-avviż legali sabiex ir-regolamenti jiġu fis-seħħ?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Avviż legali 463 daħal fis-seħħ fl-1 ta' Jannar, 2005 permezz ta' Avviż Legali 531 ta' l-2004 ippubblikat fil-gazzetta tal- gvern tal-31 ta' Diċembru, 2004.", "KAROZZI TAL-GVERN", "17476.", "L-ONOR.", "JOSEPH DEBONO GRECH staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm karozzi nxtraw, inkrew jew ġew leased fil-ministeru u l-enti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu bejn Ottubru u Diċembru 2005 u mill-1 ta' Jannar sal-lum?", "Ta' liema ċilindrata huma u x'tip ta' fuel jużaw dawn il-karozzi?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tabella 'A' li qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra turi l-informazzjoni għar-rigward ta' l-uffiċċju tal-prim ministru, filwaqt li tabella 'B' li wkoll qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra turi l- informazzjoni dwar il-ministeru tal-finanzi.", "PREZZ TAŻ-ŻEJT", "17636.", "L-ONOR.", "ROBERT ARRIGO staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jinformana kemm hu l-prezz ta' barmil żejt bil-forwarding buying rate?", "X'inhu l-prezz li bih qed jinxtara barmil żejt?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Apparti l-fatt li l-Enemalta ma tixtrix barmil żejt, dawk li nsibuhom bħala swap rates u mhux forwarding buying rates jinbidlu kontinwament u skond iż-żejt użat u s-suq kwotat.", "B'konsegwenza t'hekk ma nistax nirrispondi d-domanda ta' l-Onor.", "Interpellant, iżda nista' nissuġġerilu diversi websites minfejn jista' jara dawn is-swieq differenti.", "RESPONSIBILITY LEAVE", "17676.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk teżistix xi skema biex ġuvni ħaddiem mal-gvern li jgħix ma' mara anzjana, jingħata special unpaid leave sabiex ikun jista' idur b'ommu?", "Jista' japplika għal xi tip ta' benefiċċju?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab informat li teżisti skema sabiex ħaddiem tal- gvern li jgħix ma' ommu anzjana, jingħata special leave on no pay sabiex ikun jista' idur biha.", "Dan l-ispecial leave on no pay jissejjaħ responsibility leave u qed jitpoġġew fuq il-mejda tal-Kamra l-parametri u l- kondizzjonijiet tar-responsibility leave li jinsabu f'sezzjoni 4.8.5 tal- public service management code.", "Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija, irrid ngħid li persuna li tkun fuq special unpaid leave biex iddur b'ommha tista' tkun intitolata għall- pensjoni tal-wens imħallsa taħt l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali kemm il- darba:", "*Dik il-persuna tissodisfa t-test tal-mezzi; *L-omm tkun ċertifikata minn bord mediku maħtur taħt l-imsemmi Att li hi bedridden jew wheelchair-bound; u *Ikun hemm rapport minn social worker li jikkonferma li l-applikant ikun qed jieħu ħsieb l-omm waħdu.", "Dwar it-test tal-mezzi, ninsab informat li l-ammont kapitali ma jridx jaqbeż is-Lm6,000 u d-dħul massimu ma jridx jaqbeż il-Lm35.38 fil-ġimgħa, ikkalkolat skond ir-raba' taqsima tas-sitt skeda ta' l-Att dwar is-Sigurta' Socjali.", "DAWL U ILMA", "17686.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm persuni nqatgħalhom is-servizz tad-dawl u l-ilma din is-sena s'issa?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mill-ewwel ta' din is-sena sas-7 ta' Marzu, il- korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma qatgħet 160 servizz ta' ilma u 147 servizz tad-dawl, filwaqt li l-korporazzjoni Enemalta ssospendiet 123 servizz ta' l-elettriku bejn l-1 ta' Jannar u t-8 ta' Marzu, 2006 minħabba nuqqas ta' ħlas.", "DAWL U ILMA", "17689.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm persuni lmentaw mal-customer care dwar kontijiet esaġerati tad-dawl u l- ilma?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mill-1 ta' Jannar sat-28 ta' Frar, 2006 fl-uffiċċju tal- customer care tal-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma fil-Belt Valletta u Ħal-Luqa saru 7,609 talbiet għal spjegazzjoni ta' kont.", "Dawn it-talbiet mhux bilfors li kienu kollha lmenti dwar kontijiet għoljin.", "Fl-istess perijodu ntbagħtu 224,926 kont.", "Fir-rigward ta' l-Enemalta, irrid ngħid li filwaqt li ma tinżammx statistika kif mitlub mill-Onor.", "Interpellant, jien informat li mill-ħafna telefonati li tirċievi l-Enemalta dwar kontijiet tad-dawl, persentaġġ żgħir jirrigwarda lmenti dwar kontijiet għoljin.", "VALUR TAL-EURO", "17703.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Il-Prim Ministru kif jispjega l-fatt li filwaqt li imprenditur għal kull Lm100 kien jakkwista euro 242 f'Ottubru ta' l-2003, illum fl-2006 irid joħroġ Lm109 sabiex jakkwista l-istess ammont ta' euros u dan meta llum il-baskett tal-muniti huwa 100% fl-euro u mhux 60% kif kien fl-2003?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jirriferi għat- tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 17179.", "BENEFIĊĊJI SOĊJALI", "14321.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid kemm persuni nqatgħalhom xi benefiċċju soċjali minħabba li nqabdu jabbużaw mis-sistema fis-snin 2003, 2004 u 2005?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Waqt li t-tagħrif mitlub qed jitpoġġa fuq il- mejda tal-Kamra, irrid nikkoreġi ruħi u ngħid li n-numru ta' każi għas-sena 2003 kif mogħti fis-seduta tat-8 ta' Novembru, 2004 bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari 7131, kellu jaqra 346.", "SERVIZZ PUBBLIKU", "14322.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid kemm talbiet saru għall- impjieg mis-servizz pubbliku minn enti statutorji u mis-settur privat matul l-2004 u l-2005?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-informazzjoni hi kif ġejja:", "|Talbiet |Enti |Serv |Sett | | |Statutorj|Pubbliku |Privat | | |i | | | |Jan/Diċ |1,040 |29 |6,470 | |2004 | | | | |Jan/Diċ | 881 |81 |7,007 | |2005 | | | |", "KUNSILLI LOKALI", "14323.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ħaddiema tal-gvern hemm attached ma' kull kunsill lokali?", "Hemm talbiet pendenti minn xi kunsilli lokali għall-ħaddiema tal-gvern?", "ONOR.", "TONIO BORG: Fil-preżent hemm 40 ħaddiem tad-diviżjoni tax-xogħlijiet assenjati mal-kunsilli lokali.", "Saret talba mill-assoċjazzjoni tal-kunsilli lokali sabiex dawk il-45 ħaddiem li", "ssejħu lura mill-ministeru għar-riżorsi u infrastruttura, jerġgħu jiġu assenjati mal-kunsilli lokali malli jtemmu l-proġett li għalih ġew imsejħa lura.", "IMMIGRAZZJONI ILLEGALI", "14324.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Wara ż-żjara ta' Franco Frattini, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhuma l-proġetti li Malta ssottomettiet - jew għada se tissottometti - lill-Kummissjoni Ewropea għall-għajnuna?", "ONOR.", "TONIO BORG: Minn wara ż-żjara ta' Franco Frattini, Malta ssottomettiet numru ta' proġetti għall-għajnuna mill-Unjoni Ewropea taħt il- programmi RETURN – preparatory actions, u cioe':", "*Malta għamlet talba għall-fondi biex jitħallsu 80% tan-nefqa għar- ripatriju ta' 185 immigrant illegali li ġew mill-Afrika ta' Fuq;", "*Malta, flimkien ma' l-Italja u l-international organisation for migration, issottomettiet proġett li jindirizza b'mod partikolari r-ripatriju ta' immigranti illegali lejn l-Eġittu, il-Libja u n-Niġerja;", "*Flimkien mal-Belġju, Franza u l-Ġermanja, Malta ssottomettiet proġett sabiex tkun stabilita koperazzjoni mar-Repubblika Demokratika tal-Congo, bil-għan li jitwaqqaf proċess effiċjenti ta' identifikazzjoni u ripatriju ta' immigranti illegali mir-Repubblika Demokratika tal-Congo; u", "*Mal-Ġermanja, Malta ssottomettiet proġett għall-finanzjament ta' titjiriet, magħrufa aħjar bħala joint flights, li permezz tagħhom jiġi iffaċilitat ir-ripatriju ta' immigranti illegali li joriġinaw mill-Punent ta' l-Afrika.", "Taħr il-programm ARGO:", "*Malta ssottomettiet proġett sabiex jitħallsu 80% tan-nefqa fuq il-bini u xogħol ta' manutenzjoni f'ċentri ta' akkomodazzjoni, partikolarment f'Lyster barracks u Safi barracks.", "*Flimkien ma' l-Olanda, Malta ssottomettiet proġett li jkopri t-taħriġ għall-uffiċjali nkarigati miċ-ċentri ta' akkomodazzjoni, proġett li jaħseb ukoll għar-re-settlement fl-Olanda ta' numru ta' refuġjati minn Malta.", "ANZJANI U TFAL GĦAL XULXIN", "14325.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid kemm tfal ħadu sehem fil- proġett \"anzjani u tfal għal xulxin\"?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: In-numru ta' tfal li ħadu sehem fil-proġett \"anzjani u tfal għal xulxin\" hu 130.", "AKKOMODAZZJONI SOĊJALI", "14326.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid kemm djar alloka d- dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali fl-aħħar tas-snin 2003, 2004 u 2005?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Id-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali alloka 218 post fl-2003, 155 post fl-2004 u 145 post fl-2005.", "SERVIZZ PUBBLIKU", "17601.", "L-ONOR.", "JOSEPH DEBONO GRECH staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm persuni ġew ingaġġati fis- servizz pubbliku fuq bażi full-time b'sempliċi interview fi kwalunkwe skala fis-snin 2001-2005?", "Xi skala huma dawn l-uffiċjali u xi grad għandhom illum?", "Fejn ġew posted?", "X'isimihom u x'inhu n-numru ta' l-ID card tagħhom?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-informazzjoni li qed tintalab tkopri medda ta' ħames snin u trid ħafna żmien biex tinġabar u naħseb li l-ħin ta' l- uffiċjali li jridu jitqabbdu biex jiġbruha jista' jintuża aħjar.", "Jekk l- Onor. Interpellant jixtieq xi informazzjoni fuq xi każ jew ingaġġ partikolari, inkun lest li nagħtih l-informazzjoni meħtieġa.", "SKAMBJU TA' RIGALI", "17603.", "L-ONOR.", "JOSEPH DEBONO GRECH staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa f'rigali li ngħataw minnu jew mill-istaff privat tiegħu, kemm f'Malta kif ukoll barra minn Malta, mill-2003 sa l-2005 u minn Jannar 2006 sal-lum?", "Lil min ingħataw?", "Fiex kien jikkonsisti r-rigal u kemm flus qam?", "Minfejn inxtara u min approva x-xiri tiegħu?", "Jista' jgħid x'rigal ingħata hu bħala prim ministru b'reċiproċita'?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "SKAMBJU TA' RIGALI", "17604.", "L-ONOR.", "JOSEPH DEBONO GRECH staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa f'rigali li ngħataw minnu jew mill-istaff privat tiegħu, kemm f'Malta kif ukoll barra minn Malta, mill-2003 sa l-2005 u minn Jannar 2006 sal-lum?", "Lil min ingħataw?", "Fiex kien jikkonsisti r-rigal u kemm fus qam?", "Minfejn inxtara u min approva x-xiri tiegħu?", "Jista' jgħid x'rigal ingħata hu bħala ministru b'reċiproċita'?", "ONOR.", "TONIO BORG: L-istaff privat tiegħi ma ta l-ebda rigali la f'Malta u lanqas barra minn Malta.", "L-uniċi rigali li ngħataw kienu minni bħala viċi prim ministru u ministru tal-ġustizzja u intern u mis-segretarju parlamentari fil-ministeru tiegħi.", "Kien hemm drabi fejn għamilt dan anke bħala aġent prim ministru.", "In-nefqa kienet hekk:", "|2003 |Lm494.15| |2004 | | | |806.30 | |2005 | | | |812.18 | |2006 | | | |155.51 |", "Ir-rigali ngħataw lil diversi persuni bħal kapijiet ta' stat, prim ministri, ministri u membri għolja ta' delegazzjonijiet li kellna laqgħat magħhom fil-perijodu msemmi, kemm f'Malta kif ukoll barra minn Malta.", "Dawn ir-rigali nxtraw minn 14-il ħanut/aġent differenti u kienu jikkonsistu f'oġġetti ta' artiġjanat Malti, kotba u affarijiet oħra.", "Ta' spiss f'dawn l-istess laqgħat saru skambji ta' rigali li ħafna drabi kienu jikkonsistu f'rigali ta' l-istess ġeneru.", "SKAMBJU TA' RIGALI", "17605.", "L-ONOR.", "JOSEPH DEBONO GRECH staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa f'rigali li ngħataw minnu jew mill-istaff privat tiegħu, kemm f'Malta kif ukoll barra minn Malta, mill-2003 sa l-2005 u minn Jannar 2006 sal-lum?", "Lil min ingħataw?", "Fiex kien jikkonsisti r-rigal u kemm flus qam?", "Minfejn inxtara u min approva x-xiri tiegħu?", "Jista' jgħid x'rigal ingħata hu bħala ministru b'reċiproċita'?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li n-nefqa hi kif ġej:", "|2003 |Lm805.18 | |2004 | | | |800.92 | |2005 | | | |936.25 | |2006 | | | |Xejn |", "Ir-rigali kienu jikkonsistu f'kotba, ċeramika, oġġetti tal-fidda li jirrappreżentaw id-dgħajsa Maltija jew is-salib tal-Kavallieri, bizzilla, muniti kommemorattivi tal-Bank Ċentrali ta' Malta u Mdina Glass.", "L-okkażjonijiet jinkludu l-irtirar ta' uffiċjali għolja, prize days u żjajjar ta' personalitajiet barranin.", "Mhux kull okkażjoni ġiet reċiprokata.", "Fejn kien hemm reċiproċita', l- oġġetti kienu jikkonsistu f'kotba u oġġetti tal-kristall, taċ-ċeramika u tal-fidda.", "SKAMBJU TA' RIGALI", "17606.", "L-ONOR.", "JOSEPH DEBONO GRECH staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa f'rigali li ngħataw minnu jew mill-istaff privat tiegħu, kemm f'Malta kif ukoll barra minn Malta, mill-2003 sa l-2005 u minn Jannar 2006 sal-lum?", "Lil min ingħataw?", "Fiex kien jikkonsisti r-rigal u kemm flus qam?", "Minfejn inxtara u min approva x-xiri tiegħu?", "Jista' jgħid x'rigal ingħata hu bħala ministru b'reċiproċita'?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Lista ta' rigali li xtara l-ministeru u li turi l-prezz u minn fejn inxtraw mill-2003 sa l-2006, qed titqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra.", "Ma jagħmilx sens li jingħataw id-dettalji l-oħra mitluba, anke mil-lat ta' dinjita' ta' pajjiżna, dejjem sakemm l-Onor.", "Interpellant m'għandux xi mistoqsija speċifika li jixtieq jagħmel.", "SKAMBJU TA' RIGALI", "17607.", "L-ONOR.", "JOSEPH DEBONO GRECH staqsa lill-Ministru għall- Kompetittivita' u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet in- nefqa f'rigali li ngħataw minnu jew mill-istaff privat tiegħu, kemm f'Malta kif ukoll barra minn Malta, mill-2003 sa l-2005 u minn Jannar 2006 sal-lum?", "Lil min ingħataw?", "Fiex kien jikkonsisti r-rigal u kemm flus qam?", "Minfejn inxtara u min approva x-xiri tiegħu?", "Jista' jgħid x'rigal ingħata hu bħala ministru b'reċiproċita'?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "EŻAMIJIET TAL-MATSEC", "17720.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 16715 u jgħid x'inhu n-numru ta' studenti, bniet u subien, li se joqogħdu għall-eżamijiet tal-Matsec f'Mejju/Ġunju li ġej?", "Kemm minnhom huma minn skejjel ta' l-istat, tal-knisja u indipendenti?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-informazzjoni mitluba hi skond it-tliet tabelli li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra, bl-ewwel tabella turi n-numru ta' kandidati mill-iskejjel ta' l-istat, li jinkludu l-iskejjel post-sekondarji tal-gvern, l-MCAST u l-junior college; it-tieni tabella turi n-numru ta' kandidati mill-iskejjel tal-knisja u dawk indipendenti; u t-tielet tabella turi n-numru ta' kandidati privati.", "TUCKSHOPS FL-ISKEJJEL", "17721.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Għalkemm jeżistu xi regolamenti dwar dak li għandu jinbiegħ u dak li m'għandux jinbiegħ fit-tuckshops u l-canteens ta' l- iskejjel, jista' il-Ministru jgħid kif isir l-enforcement biex jiġi żgurat li r-regolamenti qed jiġu osservati u b'hekk jiġu protetti t-tfal?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Fil-kuntratt li jsir għall-kiri ta' tuckshop fi skola statali, hemm sensiela ta' kondizzjonijiet li jinkludu x'għandu u x'ma għandux jinbiegħ mit-tuckshop.", "L-ewwel enforcement isir mill-istess skola billi tissorvelja dak li jkun qed jinbiegħ.", "Jekk ikun hemm ksur ta' regolamenti, tiġi avżata d-diviżjoni ta' l-edukazzjoni u jittieħdu l-passi skond il-ftehim tal-kuntratt.", "TUCKSHOPS FL-ISKEJJEL", "17722.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid jekk ir-regolamenti dwar dak li għandu jinbiegħ fit-tuckshops u l-canteens ta' l-iskejjel, japplikax biss għall-iskejjel ta' l-istat jew anke għall-iskejjel tal-knisja u dawk indipendenti?", "Kemm saru żjajjar minn uffiċjali tad-diviżjoni matul din is- sena skolastika biex jiġi żgurat li dawn ir-regolamenti qed jiġu osservati?", "F'liema skejjel saru?", "Kemm instab li kien qed isir bejgħ mhux skond ir-regolamenti?", "X'passi ttieħdu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-kondizzjonijiet tal-kuntratt għall-kiri ta' tuckshop japplikaw għall-iskejjel statali.", "Bejn Ottubru u Diċembru ta' din is-sena skolastika saru tliet żjarat fl- iskejjel.", "Ma kien hemm l-ebda rapport minn uffiċjali sanitarji dwar xi nuqqasijiet.", "Lanqas ma kien hemm rapporti minn uffiċjali tat-taqsima tal- kontroll tal-prezzijiet tad-dipartiment tal-kummerċ.", "SKOLA TA' ĦAL-LIJA", "17723.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid x'inhu jżomm milli jsir mini- pitch fl-iskola ta' Ħal-Lija?", "F'liema skejjel saru diġa' dawn il-pitches u fejn se jsiru aktar?", "Min qed jiffinanzja dawn il-pitches?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Id-dewmien fil-kostruzzjoni ta' mini-pitch fl-iskola primarja ta' Ħal-Lija hu dovut għal raġunijiet ta' natura legali li għandhom x'jaqsmu mal-kuntratt relattiv.", "Il-kapijiet ta' l-iskejjel kienu ġew imħeġġa b'letter circular Ops/92/2004 tad-9 ta' Novembru, 2004, taħt it-titlu UEFA Jubilee mini-pitches project, li kopja tagħha qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "Informat ukoll li s'issa ma ġie finalizzat l-ebda ftehim ieħor.", "GĦARGĦAR FIL-GŻIRA", "17741.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 17531 u jgħid x'passi se jittieħdu biex il-wied li jinżel bix-xita, ma jibqax joħloq għargħar u problemi għal ċerti nħawi fil-Gżira?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "INSTITUTE FOR TOURISM STUDIES", "17742.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jistgħu jittieħdu l-passi biex żewġ studenti - waħda minnhom qed jintbagħtu dettalji dwarha - li ggradwaw mill-institute for tourism studies u qed ikomplu l-universita' fit-tielet sena, jibdew jieħdu l-maintenance grant u l-ismart card daqs l-istudenti l-oħra tat-tielet sena flok daqs ta' l-ewwel sena?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: M'hemm l-ebda differenza fl-għotja ta' manteniment lill- istudenti fl-ewwel, it-tieni, it-tielet, ir-raba' u l-ħames sena ta' l- universita', ħlief li l-istudenti ta' l-ewwel sena jingħataw għotja addizzjonali darba biss.", "Jekk l-istudenti konċernati għandhom xi diffikulta', jistgħu jmorru fl- uffiċċju ta' l-istipendji ta' l-universita' jew jiktbu lill-bord biex jikkjarifikaw is-sitwazzjoni.", "OVERSEAS DEVELOPMENT FUND", "17743.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' il-Ministru jgħid kemm nefaq il-gvern fuq boroż ta' studju u għotjiet lill-istudenti li tqies bħala overseas development fund fis- snin 2004 u 2005?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: L-Universita` ta` Malta eżentat numru ta` studenti minn pajjiżi eliġibbli għall-overseas development assistance milli jħallsu għall-edukazzjoni terzjarja tagħhom.", "Dan l-ammont għas-sena skolastika 2004-2005 hu ta' Lm54,600.", "BEJGĦ TAT-TIMESHARE", "17745.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk l-outside promotion contacts li qegħdin ibigħu t-timeshare f'Buġibba humiex iħallsu t-taxxa dovuta?", "Kemm ħallsu b'kollox fis-snin 2004 u 2005?", "Kif tiġi kkalkolata r-rata tat-taxxa tagħhom?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Minħabba d-dispożizzjonijiet ta' segretezza fl-atti dwar it-taxxa fuq id-dħul, id-dipartiment tat-taxxi interni mhuwiex f'pożizzjoni li jiżvela informazzjoni personali.", "BEJGĦ TAT-TIMESHARE", "17746.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid jekk l-outside promotion contacts li qegħdin ibigħu t-timeshare f'Buġibba għandhomx il-permessi kollha meħtieġa biex jaħdmu f'pajjiżna?", "Kemm hawn OPCs li għandhom il- permess meħtieġ u x'nazzjonalita' huma?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "BEJGĦ TAT-TIMESHARE", "17747.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid x'passi se jittieħdu biex jinqatgħu l- abbużi ta' l-outside promotion contacts li jbigħu t-timeshare f'Buġibba - peress li sempliċi spezzjoni u elevar ta' identification tags mhux qed tkun biżżejjed – ġaladarba dawn in-nies qed ikomplu jdejqu lit-turisti apparti li jagħtu isem ħażin lil pajjiżna?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Il-gvern se jieħu l-passi kollha meħtieġa biex jikkontrolla din is-sitwazzjoni ta' abbuż sfrenat minn nies irresponsabbli.", "KAŻ TA' OVERSPEEDING", "17819.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 17342, tajjeb li l-Viċi Prim Ministru jkun jaf li l-appell skond artiklu 11(1) ta' Kap 291 tal-Liġijiet ta' Malta sar quddiem il-Qorti tal-Maġistrati, peress li s- sentenza tat-tribunal ingħatat mit-tribunal ta' Tas-Sliema.", "ONOR.", "TONIO BORG: Wara li ġie vverifikat li daħal appell fil-Qorti tal- Maġistrati u kif ukoll li sad-data tal-mistoqsija parlamentari kien għadu ma ntalabx l-inkartament mingħand l-uffiċjal awtorizzat tat-tribunal lokali, ittieħdu l-miżuri sabiex it-tiġdid ta' l-imsemmija vettura jkun jista' isir.", "ILJIELI F'GĦAWDEX", "17820.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 17293 u peress li news release 131/2003 ma tagħtix data kompluta ta' kemm iljieli t- turisti qattgħu f'Għawdex, jista' jgħid xahar b'xahar għal kull sena mill- 2001 'il hawn kemm turisti qagħdu f'kull tip ta' akkomodazzjoni, jiġifieri lukandi five-star, four-star, eċċ, aparthotels, guesthouses, furnished premises - bħalma huma farmhouses, vilel, apartments, kull tip għalih - residenzi privati u anke tipi oħra ta' akkomodazzjoni?", "Kemm iljieli qattgħu f'kull tip ta' akkomodazzjoni?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Żewġ tabelli bi stimi li jinkludu biss l-iljieli tat- turisti barranin - għax l-informazzjoni tinġabar minn stħarriġ kontinwu msejjaħ 'Tourstat' li jsir lill-passiġġieri meta jkunu se jitilqu minn pajjiżna - qed jitpoġġew fuq il-mejda tal-Kamra.", "L-istimi ta' Għawdex ma jistgħux jiġu ppubblikati xahar b'xahar fid-dettal kif mitlub għaliex l-ammont ta' sondaġġ dwar it-turisti li raqdu Għawdex huwa wieħed relattivament limitat meta mqabbel mat-total biex jipprovdi bażi soda biżżejjed għal analisi dettaljata.", "GOZO CHANNEL", "17822.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm inbiegħu biljetti mill-Gozo Channel, xahar b'xahar u sena b'sena mill-1992 'il hawn, lil passiġġieri bla vettura residenti f'Għawdex, passiġġieri bil- vettura residenti f'Għawdex, passiġġieri bla vettura residenti Malta, għas- snin meta t-tariffa kienet differenti mit-tariffa tal-passiġġieri barranin; passiġġieri bil-vettura residenti Malta, għas-snin meta t-tariffa kienet differenti mit-tariffa tal-passiġġieri barranin; passiġġieri barranin bla vettura għas-snin meta t-tariffa kienet differenti mit-tariffa tal- passiġġieri residenti Malta; passiġġieri barranin bil-vettura għas-snin li t-tariffa kienet differenti mit-tariffa tal-passiġġieri residenti Malta, u passiġġieri residenti Malta u passiġġieri barranin għas-snin li t-tariffa kienet l-istess?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Risposta tingħata f'xi seduta oħra", "PJAN TA' ŻVILUPP GĦAL GĦAWDEX", "17834.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: B'riferenza għas-sintesi ta' abbozz ta' pjan ta' żvilupp għal Għawdex li dehret fil- ħarġa ta' \"The Gozo Observer\" ta' Diċembru 2005 fejn ingħad, fost l-oħrajn, li l-issues ta' governanza pubblika \"jenħtieġu miżuri mmirati lejn governanza pubblika iktar effiċjenza u effettivita'\", bil-pjan jenfasizza li fil-qalba ta' governanza f'Għawdex għandu jkun hemm id-dimensjoni reġjonali, għax permezz t'hekk ikunu stabiliti u implimentati prioritajiet u miżuri li jirrikonoxxu l-karatteristiċi, il-kapaċitajiet u l-bżonnijiet distinti ta' Għawdex, tista' il-Ministru tgħid x'inhuma l-miżuri konkreti u implimentabbli proposti fil-pjan f'dan ir-rigward?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li peress li r- ristrutturazzjoni tal-ministeru sabiex tissodisfa l-bżonnijiet distinti ta' Għawdex skond il-pjan imsemmi qed tiġi mfassla, fil-preżent m'iniex f'pożizzjoni li nagħti l-informazzjoni mitluba.", "ITS F'GĦAWDEX", "17835.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' il- Ministru tgħid x'korsijiet ġodda se jinbdew fl-istitut għall-istudji turistiċi tal-Qala iktar tard din is-sena u s-sena d-dieħla?", "Kif jinħatru l-lecturers għal dawn il-korsijiet?", "Min jaħtarhom u min jimpjegahom?", "Minfejn jitħallsu l-ispejjeż?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Il-pjan għal din is-sena u għas-sena d-dieħla hu li nkomplu bl-istess korsijiet li għaddejjin bihom f'din is-sena akkademika.", "Barra l-korsijiet li s-soltu joffri l-ITS t'Għawdex, bħalissa għaddejjin ukoll dawk offruti taħt l-iskema tal-European social fund.", "Dawn huma organizzati mill-ETC, b'kollaborazzjoni ma' l-ITS Għawdex u l-ministeru għal Għawdex.", "Il-lecturers li jmexxu l-korsijiet taħt l-iskema ta' l-ITS jiġu maħtura mill-ITS Malta skond il-kriterji tagħhom.", "L-istess lecturers huma mpjegati mill-ITS Malta.", "L-ispejjeż ta' dawn il-lecturers jitħallsu mill-fondi allokati għall-korsijiet li jsiru fiċ-centru ta' Għawdex ta' l-ITS taħt il- voti tal-ministeru għal Għawdex.", "Il-lecturers li jmexxu l-korsijiet taħt il-proġett tal-European social fund jiġu mpjegati u mħallsa taħt kriterji stabiliti mill-offerta ta' l- istess proġett, kif approvat mid-dipartiment tal-kuntratti.", "DAWL U ILMA", "17836.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni li koppja miżżewġa, ċittadini ta' Malta, li l-income tagħhom ġej permezz ta' pensjoni mill-Awstralja u l-bonus ta' nofs is-sena u xejn aktar, mhumiex jirċievu d-Lm39 sussidju tad-dawl u l-ilma?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Ninsab informata li ma jeżistix sussidju ta' Lm39 għad-dawl u l-ilma.", "Jekk l-Onor.", "Interpellant qed jirriferi għas-sussidju ta' Lm39 li kien tħallas darba fuq il-pitrolju s-sena l-oħra, dan huwa dovut biss lil dawk li fl-1 ta' Marzu, 2005 kienu qed jirċievu l-benefiċċji speċifiċi mħallsa taħt l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali.", "Persuna li ma kenitx qed tirċievi xi wieħed minn dawn il-benefiċċji, kif jidher li hu l-każ tal- koppja indikata, mhix eliġibbli li tirċievi dan is-sussidju.", "SPORT GĦAL KULĦADD", "17854.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid x'qed isir biex jiġi żviluppat l-isport għal kulħadd?", "Malta se tkun rappreżentata fil-laqgħa dinjija li se ssir fCuba aktar tard din is-sena?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-kunsill għall-isports jorganizza diversi attivitajiet direttament ma' l-iskejjel u indirettament ma' enti oħra li minn żmien għal żmien jorganizzaw attivitajiet ta' sports for all.", "Il-ministeru u l-kunsill għall-isports jirċievu ħafna inviti għal konferenzi fuq temi diversi, pero' f'dan il-każ ma nħassx il-bżonn ta' delegazzjoni Maltija.", "INSTITUTE FOR TOURISM STUDIES", "17855.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' il- Ministru tgħid meta se jibda x-xogħol infrastrutturali għall-proġett ta' faċilita' ġdida għal taħriġ fl-istudji turistiċi fil-Qala?", "Min rebaħ il- kuntratt għal dan ix-xogħol?", "Meta hu stmat li se jitlesta x-xogħol?", "Kemm offerti ntefgħu għall-bini ta' din il-faċilita' ġdida?", "Min tefa' offerta u x'kienu l-offerti?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Ix-xogħol infrastrutturali fuq il-proġett beda fit- 18 ta' Marzu, 2006 u għandu jkun komplut sa Marzu 2007.", "Il-kuntratt intrebaħ mill-konsorzju Kerc JV.", "AMBAXXATA F'GINEVRA", "17865.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Kemm huwa minnu li persuna li la hi esperta tal-Ġnus Magħquda jew tad-WTO u lanqas hi membru tal-korp diplomatiku, se tintbagħat Ginevra?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: L-Onor.", "Interpellant qed jassumi affarijiet li mhumiex minnhom.", "Persuna speċjalizzata qed tintbagħat fil-Missjoni ta' Malta f'Ġinevra fuq assignment ta' sena dwar materji li jikkonċernaw il- kummerċ dinji u d-WTO.", "L-istess persuna ilha żmien twil responsabbli mis-suġġett fi ħdan il- ministeru għall-affarijiet barranin.", "Din il-persuna kkordinat il- pożizzjoni ta' Malta fuq diversi suġġetti b'rabta mad-WTO u aspetti ta' kummerċ internazzjonali.", "GRADING STATION", "17866.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 17702, jista' il- Ministru jinformana f'liema mħażen ġie stallat l-impjant tal-grading tal- ħaxix u frott frisk jekk mhux fl-imħażen in kwestjoni?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Il-grading station tpoġġa f'maħżen ġdid mibni appoġġ fejn hemm l-apparat tal-ħasil tal-kaxxi.", "Qed jiġi kkonsidrat li titkabbar il-faċilità fejn jinħaslu l-kaxex sabiex jikber l-istorage space.", "XOGĦLIJIET FIL-BIĊĊERIJA", "17867.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 17643, jista' il- Ministru jgħid meta hu maħsub li jitlestew ix-xogħlijiet?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Huwa ppjanat li x-xogħlijiet jitlestew sa Ġunju, 2006.", "INĊINERATUR TAL-BIĊĊERIJA", "17868.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 17642, jista' il- Ministru jgħid għaliex meta kienet għadha ma tteħditx deċiżjoni finali, il- gvern ħabbar li l-inċineratur kellu jibda jitħaddem f'Ottubru 2005?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Id-deċiżjoni dwar kif se jitħaddem l-inċineratur m'għandha x'taqsam xejn mad-data ta' meta se jibda jaħdem l-impjant.", "Kif weġibt diġa' f'mistoqsija parlamentari 7642, il-gvern qed jeżamina kif inhu l-aħjar li jopera l-inċineratur biex filwaqt li jwieġeb għall-ħteġijiet nazzjonali, dan ix-xogħol isir ukoll bl-inqas spiża possibbli.", "ĊENTRU TAS-SAĦĦA", "17869.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid kemm persuni talbu s-servizz tat-tabib fiċ-ċentru tas-saħħa tar-Rabat matul dawn l-aħħar snin?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-istatistika mitluba hi kif ġej:", "|Sena |Pazjenti | |2005 |30723 | |2004 |31208 | |2003 |29782 | |2002 |28391 | |2001 |28517 | |2000 |34744 | |1999 |43336 | |1998 |40977 |", "PRIVATIZZAZZJONI TAL-MALTACOM", "17870.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Fid-dawl tar-rapport dettaljat li deher fil-business supplement ta' \"The Times\" tal-Ħamis 9 ta' Marzu, 2006 dwar kumpanniji involuti fil-privatizzazzjoni tal-Maltacom, u filwaqt li wieħed jilqa' b'mod pożittiv l-interess ta' investituri prospettivi mill-Golf Għarbi, xi ħaġa li l-Malta Labour Party jaqbel magħha fil-prinċipju, u filwaqt li ma rrid nuri l-ebda dubju fil-mezzi finanzjarji ta' dawn l-interessi privati, jista' il-Ministru fl-interess nazzjonali u fid-dawl tad-dikjarazzjonijiet tiegħu stess li naqbel magħhom, li trid issib strategic partner għax-xiri tal-Maltacom kif ukol li trid iżżid il- value added ta' l-intrapriża, jgħid:", "*Kemm esperjenza għandhom fit-telefonija mobile u fixed l-investituri minn Dubai u mis-Saudi?", "*X'inhu l-billing turnover tagħhom fit-telefonija, kemm fixed kif ukoll mobile?", "*F'liema pajjiżi oħra joperaw f'dawn l-oqsma?", "*Kemm ilhom joperaw f'dawn l-oqsma f'pajjiżhom u lil hinn minnu?", "*Kemm għandhom subscriber base u klijenti tagħhom?", "*Jekk hux minnu li wieħed mill-investituri prospettivi għadu qed jibni l- ewwel network tiegħu tal-mobile f'pajjiżu stess u sal-lum m'għandux networks f'pajjiżi oħrajn?", "*Jekk Telecom Italia qattx uriet interess li tinvesti hi direttament fil- Maltacom minflok tidħol f'sempliċi management agreement li seta faċilment intlaħaq ma' investituri oħrajn, inkluż investituri Maltin u", "*Kemm kien hemm kumpanniji oħra li għamlu bid għall-Maltacom sakemm skadiet id-data għall-binding bids?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "TAL-ĦEMSIJA", "17871.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra rapporti li saru mill-esperti dwar il-problemi li nħolqu f'Tal-Ħemsija?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jirriferi għat- tweġiba ta' mistoqsija parlamentarti 17922.", "KIRI TA' KAROZZI", "17872.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 17628 u jgħid kemm karozzi nkrew mill- ministeru, dipartimenti u enti oħra taħt il-ministeru tiegħu?", "Kemm kienet l-ispiża għal dawn il-kirjiet matul l-2005?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "KAŻI TA' OVERDOSE", "17873.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' persuni li ddaħħlu l-isptar kawża ta' overdose u avvelenamenti oħra matul l-2005?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Bit-terminu \"overdose\" jinkludi dawn it-tliet kateġorji li ġejjin:", "*Kategorija A: Avvelenament inċidentali kkawżat minn drogi, mediċinali jew sustanzi bioloġiċi (ICD-9 codes E850 - E858; ICD- 10 codes X40 -X44);", "*Kategorija B: Attentat ta' suwiċidju kkawżat minn avvelenament b'sustanzi solidi jew likwidi (ICD-9 codes E950.0 - E950.4; ICD-10 codes X60-X64); u", "*Kategorija C: Avvelenament minn drogi, mediċinali jew sustanzi bioloġiċi, fejn mhux magħruf jekk l-avvelenament ikunx inċidentali jew premeditat (ICD- 9 codes E980.1 - E980.5; ICD-10 codes Y10-Y14);", "Nista' ngħid li t-total għal kull kategorija għas-sena 2005 huwa ta' 18 f'kategorija A, xejn f'kategorija B u 125 f'kategorija C, liema tagħrif jinġabar permezz tas-sistema tal-hospital activity analysis.", "KIRI TA' KAROZZI", "17894.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 17624 u jgħid kemm karozzi nkrew mill-ministeru, dipartimenti u enti oħra taħt il-ministeru tiegħu?", "Kemm kienet l-ispiża totali għal dawn il-kirjiet matul l-2005?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Matul l-2005 il-ministeru, l-ambaxxati u l-enti li jaqgħu taħtu krew 16-il karozza, bi spiża totali ta' Lm13,424.", "HEALTH AND SAFETY OFFICERS", "17931.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid kemm persuni hawn kwalifikati bħala health and safety officers?", "Ma' liema dipartiment jew ente pubblika jaħdmu?", "Kemm hemm minnhom li mhumiex jagħmlu xogħol ta' health and safety officers?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jirriferi l- mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "HEALTH AND SAFETY OFFICERS", "17932.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid kemm persuni hawn kwalifikati bħala health and safety officers?", "Ma' liema dipartiment jew ente pubblika jaħdmu?", "Kemm hemm minnhom li mhumiex jagħmlu xogħol ta' health and safety officers?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-awtorita' għas-saħħa u sigurta' fuq il-post tax- xogħol għandha għaxar uffiċjali kwalifikati biex jaħdmu ta' health and safety officers.", "MRIEĦEL INDUSTRIAL SPACE", "17933.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jagħti tagħrif dwar proprjeta' li għandha mikrija bħala industrial space il-Malta Enterprise u l-Malta Industrial Parks fl-Imrieħel?", "Xi spazju hu okkupat għall-industrija?", "Xi kwalita' ta' xogħol jagħmlu u x'inhi l-kera fis-sena għal kull waħda?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "STA VENERA INDUSTRIAL SPACE", "17934.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jagħti tagħrif dwar proprjeta' li għandha mikrija bħala industrial space il-Malta Enterprise u l-Malta Industrial Parks f'Sta Venera?", "Xi spazju hu okkupat għall-industrija?", "Xi kwalita' ta' xogħol jagħmlu u x'inhi l-kera fis-sena għal kull waħda?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "MARSA INDUSTRIAL SPACE", "17935.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jagħti tagħrif dwar proprjeta' li għandha mikrija bħala industrial space il-Malta Enterprise u l-Malta Industrial Parks fil-Marsa?", "Xi spazju hu okkupat għall- industrija?", "Xi kwalita' ta' xogħol jagħmlu u x'inhi l-kera fis-sena għal kull waħda?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "BULEBEL INDUSTRIAL SPACE", "17936.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jagħti tagħrif dwar proprjeta' li għandha mikrija bħala industrial space il-Malta Enterprise u l-Malta Industrial Parks f'Bulebel?", "Xi spazju hu okkupat għall- industrija?", "Xi kwalita' ta' xogħol jagħmlu u x'inhi l-kera fis-sena għal kull waħda?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Risposa tingħata f'xi seduta oħra.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB", "N.I. ARREARS", "W217 L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk korporazzjonijiet jew kumpanniji li l-gvern għandu sehem fihom, għandhomx arretrati fil-ħlas ta' l-N.I.?", "Kemm huma l-arretrati għal kull ente?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-ammont totali ta' Lm188,392 hu dovut minn 12-il korporazzjoni jew kumpannija li l-gvern għandu sehem fihom bħala arretrati tal-kontibuzzjonijiet tas-sigurta' soċjali.", "Iżda minħabba dispożizzjonijiet ta' segretezza mhux jingħataw dettalji ta' l-enti rispettivi.", "INCOME TAX MANAGEMENT ACT", "W218 L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Fil-kuntest ta' l-Income Tax Management Act, jista' il-Prim Ministru jgħid jekk xi korporazzjoni jew kumpannija li l-gvern għandu sehem fihom għandhomx arretrati fil-ħlas tal-PAYE?", "Kemm huma l-arretrati għal kull ente?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-ammont totali ta' Lm29,054 hu dovut minn 14-il korporazzjoni jew kumpannija li l-gvern għandu sehem fihom bħala arretrati fil-ħlas tal-PAYE/FSS, iżda minħabba dispożizzjonijiet ta' segretezza, mhux jingħataw dettalji ta' l-enti rispettivi."]} {"filename": "20060306_361d_par.doc", "date": "2006-03-06", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Uffiċjali u Rivedut) L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 361 It-Tnejn, 6 ta' Marzu 2006 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 361", "It-Tnejn, 6 ta' Marzu 2006", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.03 p.m.", "Talba", "Seduta Nru. 361", "It-Tnejn, 6 ta' Marzu 2006", "WERREJ", "MINUTI 811", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 811", "TQEGĦID TA' KARTI 816", "STQARRIJIET MINISTERJALI 817", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA 824", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JIRRATIFIKA L-KONVENZJONI TA' RUMA FUQ", "L-OBBLIGAZZJONIJIET KUNTRATTWALI (IT-TIENI QARI) 824", "ROME CONVENTION ON CONTRACTUAL OBLIGATIONS (RATIFICATION) BILL", "(SECOND READING) 824", "AĠĠORNAMENT 838", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 842", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB 858", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 360 li saret fl-1 ta' Marzu, 2006 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "HOSPITALITY", "15049.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Charles Mangion) staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid xi tħallas f'hospitality, f'ristoranti u lukandi, bejn Jannar 2004 u Settembru 2005?", "Kemm minn dawn kienu jaqbżu l-Lm150?", "ONOR.", "TONIO FENECH (Segretarju Parlamentari) (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra tabella 'A' li turi l-informazzjoni mitluba għar-rigward ta' l-uffiċċju tal-prim ministru u tabella 'B' li turi l-informazzjoni mitluba għar-rigward tal- ministeru tal-finanzi.", "RETAIL PRICE INDEX", "15611.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 15503 u jgħid ż-żieda fis-surcharge kemm se tkun qed tikkontribwixxi għaż-żieda fir-retail price index?", "ONOR.", "TONIO FENECH (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Nirriferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 15503.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sur President, għandi żewġ domandi x'nagħmel.", "Xtaqt inkun naf jekk l-aviation fuel raħasx f'dawn ix-xahrejn u fil-każ b'kemm.", "Xtaqt inkun naf ukoll jekk minn mindu ġie iffurmat il-procurement committee, kienx hemm xi tibdil fil-kompożizzjoni tiegħu.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni): Dwar l-ewwel parti nitolbu jagħmel mistoqsija bil- miktub għax bl-amment m'għandix din l-informazzjoni.", "Li nista' nagħtih hu l-platts kif jiċċaċlaq.", "Għal dak li għandu x'jaqsam mal-procurement committee ma kienx hemm tibdil.", "(Interruzzjonijiet)", "Jien kont għedt li daħlu tnejn oħra ma' dawk li kien hemm, cioe' Roderick Chalmers bħala chairman tal-bord u Gordon Cordina.", "Jiġifieri Prof. Joe Falzon, Godwin Debono, il-head ta' l-oil division u persuna oħra nominata mis-central bank, dawn ilkoll baqgħu hemm.", "BIDLA FIL-VAT", "15612.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 15505 u jgħid kemm ġie jiswa lill-kaxxa ta' Malta, it-tibdil fis-sistema tal-VAT u dan wara s-sħubija ta' pajjiżna fl-Unjoni Ewropea?", "ONOR.", "TONIO FENECH (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Nirriferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 15505.", "IMPORTAZZJONI TA' FUEL", "15886.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Charles Buhagiar) staqsa lill- Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 15627 u jgħid kemm jitħallas dazju, sisa u VAT fuq l-importazzjoni tal-fuel?", "Għal kemm ammontaw dawn it-taxxi għas-snin 2000, 2001, 2002, 2003, 2004 u 2005 sal-lum?", "ONOR.", "TONIO FENECH (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant illi t-tagħrif mitlub jinsab fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.", "TAXXI INTERNI", "16213.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Charles Mangion) staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jagħti informazzjoni dwar id-dħul minn dawn il-kategoriji ta' persuni indikati, cioe' persuni miżżewġa li jimlew separate declaration, persuni miżżewġa li jimlew joint declaration u persuni mhux miżżewġa li jimlew individual declaration?", "Jista' jagħti din l-informazzjoni għal kull kategorija hawn fuq indikata fil-każ ta' ċerti income brackets?", "Jista' jagħti l- informazzjoni mitluba fl-ewwel u t-tieni parti għas-snin 1995-2004?", "ONOR.", "TONIO FENECH (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): It- tagħrif mitlub qed jitpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "Għar-rigward tas-snin 1995 sa l-1997, it-tagħrif ma jistax jinġabar.", "FISHFARMS", "16978.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 15216 u jgħid kemm idaħħal flus il-gvern mit-taxxi li jiġbor mill-fishfarms?", "Jista' jgħid ukoll kemm ħallsu VAT dawn l- azjendi fis-snin 2003 u 2004 u sa Settembru 2005?", "ONOR.", "TONIO FENECH (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant illi fil-każ ta' ħafna mill-kumpanniji li joperaw fishfarm, japplikaw ċerti inċentivi taħt il-Business Promotion Act.", "Għaldaqstant it-taxxa li titħallas minn kumpanniji bħal dawn hija waħda mnaqqsa.", "It-total ta' taxxa dovuta minn dawn il-kumpanniji għall-aħħar seba' snin kienet ta' Lm289,979.", "Ngħarraf lill-Onor.", "Membru illi fuq bejgħ ta' ħut ma jitħallasx VAT.", "KAROZZI SECOND-HAND", "17045.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Chris Agius) staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jgħid kemm karozzi second-hand ġew importati matul l-2005?", "Xi kwalita' u ta' liema ċilindrata?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT (Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq): L- informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant qed titpoġġa fuq il-mejda tal- Kamra.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li għadna mingħajr bus shelter fi Triq il-Marżebb, Ħaż-Żabbar?", "Jista' jgħidli jekk tbiddlux il-pjanti u fil-każ anke jpoġġi kopja tagħhom fuq il-mejda tal- Kamra?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Safejn naf jien il-pjanti għadhom li kienu, pero' ma nafx ngħidlu x'inhi r-raġuni għala l-bus shelter għadu ma sarx.", "Jista' ikun li l-kuntrattur ma kienx f'pożizzjoni li jibda x-xogħol at that point in time.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Kemm saru toroq mill-gvern ċentrali f'dawn l-aħħar xahrejn?", "Kemm hemm minnhom li qegħdin f'lokalitajiet fejn se jsiru l- elezzjonijiet għall-kunsilli lokali u kemm hemm minnhom li m'humiex f'dawn il-lokalitajiet?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Bl-amment ma nistax nagħtih risposta.", "Saru numru ta' toroq f'diversi areas u dawn ma sarux biss f'dawk il-lokalitajiet fejn hemm l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali, anke jekk il-kap ta' l- oppożizzjoni joħroġ jgħid li għamilhom hu.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Leo Brincat, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Riċentement, għal interpellanza ta' l-Onor.", "Charles Buhagiar dwar Triq Guttenberg, fis-Swatar, il-Ministru wieġeb li t-triq hija asfaltata għax qal li bagħat nies apposta biex jispezzjonawha.", "Jien nista' ngħidlu li mort personalment fuq il-post flimkien ma' xi kunsilliera ta' l-Imsida u sibt li t-triq għadha fl-istess stat li kienet tmien snin ilu, meta kienu ġew allokati l-appartamenti li hemm fiha.", "Issa peress li din it-triq qiegħda L-shaped, jista' ikun li l-ispezzjoni saret min-naħa waħda biss u ma saritx minn fejn hemm il-garages u l- entrance għall-appartamenti.", "Jista' il-Ministru jivverifika l-affarijiet?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Meta l-Onor.", "Brincat jagħmilli osservazzjonijiet bħal dawn dejjem neħodhom bis-serjeta', bħal meta kien għamilli osservazzjoni dwar Triq San Ġorġ, f'San Ġiljan.", "Jista' ikun li ġara kif qal hu għax is-Swatar għandu konfini li jagħmlu ma' l-Imsida u anke ma' Birkirkara.", "Barra minn hekk, kultant wieħed jikkonċentra fuq ċerti areas iktar minn oħrajn.", "(Interruzzjonijiet) Kieku t-toroq tas-Swatar għamilnihom minħabba l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali, kieku ilna li lestejnihom u mhux għadu għaddej ix-xogħol fuqhom.", "Pero' nerġa' ngħid li jista' ikun li ġara kif qal l-Onor.", "Brincat u għalhekk se nerġa' niċċekkja l-fatti.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra lista tat-toroq li saru f'dawn l-aħħar xahrejn, ħalli nkunu nafu liema huma dawk li saru f'lokalitajiet fejn se jsiru l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali?", "Jista' jgħid jekk it-toroq li saru jagħmlux parti mill-programm ta' toroq li kellhom isiru?", "Is-sistema prioritarja ta' kif isiru t-toroq inbidlet jew le?", "Jista' jgħidli wkoll jekk il-Kummissjoni Ewropea hijiex qed tinvestiga t-triq li saret f'San Lawrenz?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Sur President, din il-mistoqsija diġa' weġibtha drabi oħra.", "Lili qatt ma wasluli lmenti dwar it-triq partikolari li qed jirriferi għaliha l-Onor.", "Interpellant, lanqas li l-Kummissjoni Ewropea qed tagħmel xi investigazzjonijiet dwarha.", "L-istess, m'iniex mgħarraf li ntbagħat xi lment lill-ministeru għal Għawdex li huwa l-lead ministry fuq din il-biċċa xogħol.", "Dwar il-lista ta' toroq nitolbu jagħmilli mistoqsija bil-miktub ħalli nkun nista' niġborlu l-informazzjoni.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Jeffrey Pullicino Orlando, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO: Kemm huwa minnu li dan l-aħħar il- kunsill lokali tar-Rabat, immexxi minn maġġoranza Laburista, ingħata somma sostanzjali mill-gvern ċentrali biex jagħmel xi xogħlijiet fuq toroq li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu u minkejja dan, ippruvaw jagħtu l- impressjoni li tali xogħol għamluh huma?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Il-kunsill lokali tar-Rabat huwa wieħed minn dawk il-kunsilli li gawdew mill-arranġament li sar biex ikunu jistgħu jsiru numru ta' toroq li qatt ma kienu saru qabel u li għalihom ingħatat is-somma ta' Lm75,000.", "Issa l-kunsill tar-Rabat iddeċieda li dawn it-toroq jagħmilhom fil-Baħrija - u nagħmilha ċara li l-gvern kien jaf b'din id-deċiżjoni - pero' wara li sar ix-xogħol, xi ħadd għoġbu jagħti l-impressjoni b'mod żbaljat għall- aħħar li l-gvern ma kienx involut f'din l-operazzjoni.", "Għalhekk għedt li għandu ħabta joħroġ il-kap ta' l-oppożizzjoni wara li jkunu saru ċerti xogħlijiet – fil-Gudja hekk ġara wkoll – u jagħti l-marki daqslikieku l- kunsilli lokali jkunu għamlu x-xogħol kollu huma.", "Iva, hija sfortuna li l- kunsill lokali tar-Rabat ipprova jaħbi l-fatt li dawn ix-xogħlijiet ġew iffinanzjati mill-gvern ċentrali, Sur President.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Noel Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Il-Ministru investiga x-xogħol li sar fil-bypass ta' l-Imtarfa mill-fondi tal-protokoll Taljan, dik il-parti li sfrundat u li bħalissa qegħdin isiru xogħlijiet fuqha, xogħlijiet li kienu nbdew taħt il-Ministru Ċensu Galea?", "Jista' jgħidli wkoll jekk investigax ir-rapport li jiena poġġejt fuq il-mejda tal-Kamra dwar x'għandu jsir f'dawn iż-żoni partikolari, fejn ikun hemm sistema idroloġika li tkun teħtieġ ċerta teknoloġija, biex dawn it-toroq ma jkomplux jisfrundaw kif qegħdin jagħmlu u nevitaw spejjeż żejda?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Iż-żewġ każi ġew investigati.", "Fil-Ħemsija, fit- triq il-ġdida li għamilna, hemm biċċa ta' madwar għaxar metri, ftit 'il bogħod mill-wied, fejn il-ġenb tat-triq niżel.", "F'dik il-parti fejn ma jgħaddux karozzi saret trinka kbira ta' madwar tliet metri - fil-fatt din niżlet iktar 'l isfel mill-kostruzzjoni tat-triq, li hija ta' xi metru u nofs 'l isfel - u wieħed seta' jara mill-ewwel jekk il-kuntrattur beniex is- saffi diversi kif suppost.", "Fil-fatt l-investigazzjoni wriet li s-saffi kollha saru kif suppost.", "Irriżulta pero' li kien hemm ammont ta' ilma ġieri taħt it-triq minkejja li ftit 'il bogħod minn fejn irriżultaw dawn ix- xquq, hemm watercourse li jħalli l-ilma tal-wied jgħaddi minn taħt it-triq il-ġdida.", "Wara li saret l-investigazzjoni u t-trinka mtliet, qed issir investigazzjoni fuq is-sistema tad-drenaġġ biex naraw li parti minnha ma ntmissetx u li qiegħda taħdem kif suppost u li m'hemmx difetti fiha.", "Jien informat li daħħlu s-CCTV cameras fil-katusi tad-drenaġġ, sar ir-rapport mill-uffiċjali tal-water services corporation, dan ir-rapport intbagħat lid- direttur tan-network infrastructure department u qiegħed għall-eżami tagħhom.", "Fil-fatt sa l-aħħar tal-ġimgħa li għaddiet kienu għadhom qed jistudjaw dan ir-rapport.", "Rigward it-triq l-oħra m'hemmx ħsara, Sur President.", "Qed isir xogħol li jwassal sar-roundabout f'Tal-Qlejgħa u xogħol ieħor li beda ftit iktar 'il fuq mit-triq li tagħti għall-Imġarr, li parti minnha kienet saret anke fi żmien meta l-Ministru Ċensu Galea kien responsabbli mit-toroq.", "Ġara li fit-triq li kienet diġa' saret ridna ngħaqqdu l-bankina u s-servizzi u allura biex setgħet issir il-bankina, kellna nqattgħu t- tarmac.", "Ġimgħatejn ilu, meta kienu qegħdin jgħaqqdu l-katusi, kien hemm xi żbroff ta' ilma li għamel ftit tal-ħsara u kollox ġie rranġat dak il-ħin stess.", "Pero' kien fadal trinka wiesgħa madwar pied mill-kurduna tal- bankina 'l barra, li kellha tiġi rranġata billi sar it-tarmac kif suppost.", "Ġara wkoll li waqt li kien qed isir dan ix-xogħol, il-kuntrattur kellu l- iscarifier li kien qed jagħmel u l-kurduna ċċappset biż-żejt.", "Dak sirna nafu bih mill-ewwel u tlabna lill-kuntrattur biex jirranġa l-ħsara.", "Jiġifieri l-ħsarat saru mhux fix-xogħlijiet proprja imma fl-intervention li saret biex ix-xogħol jgħaqqad kif suppost.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mario Galea.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Dan l-aħħar l-Onor.", "Jeffrey Pullicino Orlando għamel mistoqsija dwar numru ta' toroq li saru f'Wied il-Għajn.", "Jista' il- Ministru jinformani jekk dawn it-toroq u oħrajn li għad iridu jsiru, humiex responsabbilta' tal-kunsill lokali jew tal-gvern ċentrali?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Jien ma nafx x'qiegħed jagħmel il-kunsill lokali ta' Wied il-Għajn, pero' naf li f'dawn l-aħħar tliet snin il-gvern ċentrali għamel 17-il triq b'nefqa totali ta' Lm178,000 f'din il-lokalita'.", "Fil- fatt meta sirt ministru jien kien hemm xi tenders li kienu diġa' ħarġu u jien komplejt insegwihom u naturalment anke ħriġna oħrajn ġodda.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sur President, il-Ministru qal li ċerti kunsilli lokali b'maġġoranza Laburista jippruvaw jieħdu l-preġju, bħallikieku ċerti toroq ikunu għamluhom huma meta fil-fatt ikunu saru mill-gvern ċentrali.", "Ma jidhirlux li bl-istess argument il-kunsilli lokali huma ġustifikati meta jagħmlu lmenti dwar toroq li hu responsabbli minnhom il-gvern ċentrali u jibqgħu ma jsirux?", "Ma jidhirlux li għandu jsir patching imqar f'ċerti toroq, fosthom Triq il-Farfett tal-Fejġel, li dwarha kont għamilt mistoqsija u l-ministru kien qalli li dan ix-xogħol kellu jsir?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Sur President, jirriżulta li hemm diversi bliet u rħula li għandhom numru ta' toroq li għad iridu jsiru, fosthom Ħaż- Żabbar, Ħ'Attard, iż-Żurrieq, is-Swieqi u l-Mosta.", "F'Ħaż-Żabbar għadna lura biex naqtgħu mil-lista ta' toroq li għad iridu jsiru u ħafna drabi jkun ħela li tagħmel il-patching fi triq li qatt ma tkun saret.", "Il-commitment tagħna hu li nkomplu nħarsu lejn id-diversi ħteġijiet li hemm f'Ħaż-Żabbar u nkomplu naqtgħu kemm nistgħu mil-lista.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Pullicino Orlando.", "ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO: Jista' il-Ministru jgħid jekk saretx investigazzjoni dwar ix-xogħol ħażin li sar fi triq partikolari ġewwa r- Rabat, fejn irriżulta li sar sfreġju fil-grotta ta' San Pawl?", "Jista' il- ministeru jintervjeni biex ix-xogħol li sar ħażin jiġi rranġat u ma nkomplux naggravaw is-sitwazzjoni?", "Min iġorr it-tort f'każi bħal dawn, min għamel ix-xogħol jew min issorvelja x-xogħol?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Le, investigazzjoni ma saritx.", "Ir-raġuni hi li l- isfreġju ma sarx fit-triq imma fil-grotta.", "Jiena nistenna li din l- investigazzjoni tagħmilha s-sovrintendenza tal-kultura patrimonjali.", "Kieku saret ħsara fl-infrastruttura kont nidħol fiha jien biex nagħmel ċerti eżamijiet, pero' il-ħsara li ntqal li saret mhix fl-infrastruttura as such.", "U peress li m'iniex risponsabbli mill-patrimonju, ma nistax ninkariga lin- nies tiegħi biex jagħmlu din l-investigazzjoni.", "Pero' fir-Rabat ħarisna lejn biċċa xogħol partikolari, Triq Riebu Well, fejn irriżultalna li kien qed isir xogħol simili.", "F'din it-triq l-intenzjoni kienet li jsiru l-culverts u mill-ewwel ħadna d- deċiżjoni li ma jistax jitkompla x-xogħol qabel ma dawn isiru.", "Imbagħad ħadna wkoll l-inkarigu li noħorġu tender għax-xogħol tal-culverts, liema tender ġiet ippubblikata nhar il-Ġimgħa.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi u mbagħad warajh l-Onor.", "Galea.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jista' il-Ministru jagħti data ta' meta se jsir il-bus shelter fl-area ta' St. Peter's f'Ħaż-Żabbar, jew almenu jara li ssir xi ħaġa temporanja sakemm isir dan il-bus shelter?", "ONOR.", "MARIO GALEA: Sur President, saru ħafna lmenti dwar il-famuża bypass ta' Wied il-Għajn, notorja għal kif kien ġabha ministru partikolari biex jisfida u jgħaddi minn ġor-raba' ta' bdiewa Nazzjonalisti.", "Jista' il- Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li din tiġi ddrittata, peress li hija perikoluża ħafna kif inhi?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Il-bus shelter li qed jirriferi għalih l-Onor.", "Mizzi għandu jsir fil-ġranet li ġejjin.", "Rigward il-bypass ta' Wied il-Għajn, il-pjanti jinsabu fi stat avvanzat.", "Il-bypass hija waħda minn dawk it-toroq elenkati biex nibdewha bi priorita'.", "Irridu naraw ukoll jekk hux se tkun fost dawk it-toroq li se jkunu ffinanzjati mill-Unjoni Ewropea, pero' l-intenzjoni tagħna hi li l- bypass ta' Wied il-Għajn issir is-sena d-dieħla.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Pullicino Orlando.", "ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO: Sur President, nixtieq nerġa' namplifika fuq id-domanda li għamilt qabel.", "Filwaqt li nifhem li l- isfreġju ma sarx fit-triq, m'għandix dubju li l-isfreġju li sar fil-grotta ta' San Pawl huwa riżultat tax-xogħol ħażin li sar fit-triq.", "F'każijiet bħal dawn, il-ministeru jista' jintervjeni biex jiġi korrett ix-xogħol ħażin li jkun sar u mbagħad wara ssir jekk hemm bżonn xi forma ta' sanzjoni fil-konfront ta' min ikun għamel it-triq jew min ikun issorvelja x-xogħol.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Wieħed irid jara x'jifhem biha meta jgħid li x- xogħol sar ħażin.", "Għax jista' ikun li x-xogħol finali tat-triq ikun tajjeb, pero' il-metodoloġija li biha tkun għamilt ix-xogħol tkun ħażina u dik allura tirriżultalek f'xi ħaġa oħra.", "Pero' jiena m'għandix indikazzjoni li t-triq per se saret ħażina, allura ma nistax nimbotta biex issir investigazzjoni fuq ix-xogħol proprju tat-triq.", "Naħseb li huwa iktar dover ta' xi ħadd responsabbli mill-patrimonju kulturali li jinvestiga dawn il-ħsarat.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-Mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti u nsejjaħ lill-Ministru Louis Galea.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi): Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar offerti għal xogħlijiet fil-pixxina nazzjonali, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 17267.", "Tagħrif dwar chairpersons u diretturi ta' kumpanniji, bordijiet u enti oħra fid-dekasteru tal-ministeru tiegħi, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 17528; u", "u f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi nqiegħed fuq il-mejda tal- Kamra:", "Tagħrif dwar l-għadd ta' persuni li tressqu l-qorti bi ksur tal-liġi tal-VAT, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 14270;", "Tagħrif dwar safar uffiċjali f'Jannar u Frar 2006, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari 17364;", "Tagħrif dwar l-għadd ta' re-instatements mal-gvern bejn l-1987 u l- 1992, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 17366;", "Tagħrif dwar l-għadd ta' impjegati sponsorjati mill-gvern biex isegwu studji għall-MBA u l-M.Sc, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 17566; u", "f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali 56 ta' l-2006 – Avviż ta' bidu fis-seħħ ta' l-Att ta' l- 2005 dwar il-Vjolenza Domestika", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Louis Deguara.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita'): Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar l-għadd ta' nurses li għandhom B.Sc., Masters u Ph.D in nursing studies, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 17517.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Austin Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar l-għadd ta' fabbriki u ħaddiema fil-qasam industrijali tax-Xewkija, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 17323;", "Lista ta' konsulenti mqabbdin mid-dipartimenti u enti oħra taħt id- dekasteru tal-ministeru tiegħi, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 17394; u", "Lista li turi l-għadd ta' passiġġieri u vetturi mal-Gozo Channel, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 17589.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Jesmond Mugliett.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Sur President, f'isem il-Ministru għall- Kompetittivita' u Komunikazzjoni nqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali 54 ta' l-2006 – Type approval of agricultural or forestry tractors (amendment) regulations, 2006;", "Avviż Legali 55 ta' l-2006 – Motor vehicles (EC type approval) (amendment) regulations, 2006;", "Avviż Legali 57 ta' l-2006 – Type approval of agricultural or forestry tractors (amendment) (no. 2) regulations, 2006;", "Avviż Legali 58 ta' l-2006 – Noise emission in the environment by equipment for use outdoors (amendment) regulations, 2006; u", "Tagħrif dwar xogħlijiet li dipartimenti tal-gvern u enti oħra fid- dekasteru tal-ministeru tiegħi se jwettqu f'Għawdex bejn l-2006 u l- 2008, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 17320; u", "f'isem il-Ministru għal Għawdex inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar l-għadd ta' operazzjonijiet li saru fl-isptar ta' Għawdex bejn l-2004 u l-2005, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 17524.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali.", "Il-Ministru Frendo.", "STQARRIJIET MINISTERJALI", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO (Ministru għall-Affarijiet Barranin): Sur President, irrid nagħmel stqarrija ministerjali dwar il-ftehim bejn Malta u t-Tunezija dwar tiftix u tħaffir għaż-żejt.", "Għandi pjaċir ninforma lil din il-Kamra tad-Deputati li nhar it-Tnejn, 27 ta' Frar 2006, f'Tuneż, Malta u t-Tuneżija ffirmaw ftehim biex, bi sħab, jagħmlu tiftix u tħaffir għaż-żejt f'żoni ta' l-ixkaffa kontinentali bejn iż-żewġ pajjiżi.", "Il-ftehim jipprovdi li għandu jitwaqqaf grupp konġunt ta' esperti biex jiddetermina dawn iż-żoni filwaqt li jieħdu konjizzjoni xierqa tad-drittijiet ta' Stati terzi u jżomm konformi mar-regoli pertinenti tad- dritt internazzjonali.", "Qbilna li dan il-grupp konġunt ta' esperti jitwaqqaf fi żmien 15-il ġurnata mid-data ta' l-iffirmar tal-ftehim u li, fi żmien tliet xhur mit-twaqqif tiegħu, dan il-grupp jissottometti r-riżultati tal-ħidma tiegħu lill- Ministri ta' l-Affarijiet Barranin ta' Malta u tat-Tuneżija.", "F'dan il- perijodu ta' tlett xhur u 15-il ġurnata qbilna li m'għandha ssir l-ebda attivita` jew inizjattivi ta' tiftix jew tħaffir għaż-żejt mill-ebda naħa fiż-żoni in kwistjoni.", "Dan il-ftehim ġie ffirmat minni u minn Abdelwaheb Abdallah, Ministru ta' l-Affarijiet Barranin tar-Repubblika Tuneżina fis-27 ta' Frar 2006.", "Dan huwa ftehim ta' importanza storika fir-relazzjonijiet bejn Malta u t- Tuneżija li jikkostitwixxi żbokk minn sitwazzjoni li baqgħet imwaħħla għal perijodu ta' 35 sena.", "F'dan ir-rigward inħoss li għandi nsemmi l-importanza tal-viżita f'Malta s-sena li għaddiet tal-President tat-Tuneżija Zine El Abidine Ben Ali u l-laqgħat tiegħu mal-President ta' Malta Edward Fenech Adami u l-Prim Ministru Lawrence Gonzi.", "B'riżultat ta' dawn il-laqgħat kien hemm intensifikazzjoni tar-relazzjonijiet bejn Malta u t-Tuneżija.", "Irrid ukoll, min-naħa tiegħi, nirringrazzja lill-President Ben Ali għal-laqgħa twila li għoġbu jagħtini nhar il-Ġimgha, 24 ta' Frar, 2006 u għall- ħbiberija u l-impenn tiegħu personali f'din il-materja.", "Sa qabel dan il-ftehim, konna qed nimxu bil-mudell fejn iż-żewg partijiet jasserixxu l-pretensjonijiet rispettivi tagħhom għar-rigward tal-blata kontinentali bejn Malta u t-Tuneżija.", "B'dan il-ftehim għażilna mudell differenti, jiġifieri, li nagħmlu esplorazzjoni u esplojtazzjoni konġunta f'żoni miftiehma bejnietna.", "Naturalment dan mingħajr preġudizzju għall- pretensjonijiet rispettivi tagħna.", "Dan il-ftehim huwa frott ta' ħidma diplomatika u politika intensiva, liema ħidma għadha għaddejja sal-lum issa li dħalna fl-istadju ta' l-implimentazzjoni tiegħu.", "Dan huwa ftehim politiku li jixhed għażla ta' sħubija strateġika bejn dawn iż-żewġ pajjiżi ġirien tal-Mediterran ċentrali.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Mistoqsijiet?", "L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sur President, jien nistaqsi għalfejn il-ministru għażel li jagħmel l-istqarrija fil-parlament illum meta dan li qal hawnhekk diġa` qalu pubblikament permezz ta' stqarrija tad-DOI u anke fil-gazzetti lokali.", "Nistaqsih ukoll x'jifhem b'letter of intent u agreement.", "Barra minn dan nixtieq nistaqsi lill-ministru jekk f'dan il-każ kenitx letter of intent jew agreement u fiż-żewġ każijiet ipoġġi kopja ta' dan fuq il-mejda tal-Kamra.", "Ma nafx il-ministru jekk jiftakarx li bejn l-1996 u l- 1998 kien hemm diskussjonijiet mat-Tuneżija u mal-Libja mill-gvern ta' l- Onor. Alfred Sant dwar joint venture għat-tiftix u riċerka għaż-żejt.", "Nistaqsi lill-ministru jekk għandux kopja tal-minuti li jindikaw ċar u tond li jsir dak li l-ministru qed jgħid li ftiehem u ċioe` li jkun hemm esperti li jiddiskutu flimkien sabiex insolvu din il-problema.", "Jista' l-ministru jgħid kemm-il darba saru u meta saru diskussjonijiet mal- Libja, ma' l-Italja u mat-Tuneżija mill-1998 'l hawn fuq il-kwestjoni taż- żejt tal-blata kontinentali?", "Jikkonferma l-ministru l-inizjattiva li kien ħa l-gvern Laburista biex isir ftehim sabiex insolvu l-problema u nfittxu għaż-żejt?", "Jista' jgħidli wkoll jekk din l-inizjattiva tkomplietx minn gvern Nazzjonalista?", "Kemm-il każ kien hemm fejn il-gvern Libjan, il-gvern Malti, il-gvern Taljan u l-gvern Tuneżin waqqfu attivita` ta' seismic survey jew tiftix għaż-żejt fl-areas tal-Mediterran ta' madwar Malta u li kien ta liċenzja għalihom il-gvern Malti.", "Kemm il-każ kien hemm li l-gvern Malti waqqaf attivita` li kienet ġejja mill-gvern Libjan, mill-gvern Taljan u mill-gvern Tuneżin dwar it-tiftix jew seismic survey taż-żejt ġo l-ibħra tal-Mediterran madwar Malta?", "Kemm-il agreement sar dwar il-profit-sharing mill-1998, ma' min sar u jekk kienx hemm xi area minnhom li kienet disputed ma' wieħed minn dawn it-tliet pajjiżi?", "Rigward il-kwestjoni tat-tħaffir ġewwa Għawdex li kien iffinanzjat mill-protokoll finanzjarju Taljan, x'kienet ir-raġuni li bejn l-1996 u l-1998, meta l-gvern Laburista kien qed iħaffer il-bir ġewwa Għawdex, il-gvern Nazzjonalista insista li qed isir tħaffir għalxejn u li kienu qed ikomplu jħaffru għaliex kienet waslet l- elezzjoni u mbagħad malli telgħu huma fil-gvern biddlu d-diska u ntnefqu aktar flus – din id-darba mhux mill-kaxxa ta' Malta – biex jitkompla t- tħaffir taż-żejt?", "Jista' l-ministru jgħid kemm intnefqu flus mill-protokoll Taljan u kemm intnefqu flus mill-kaxxa ta' Malta biex sar dan il-bir ġewwa Għawdex?", "X'riżultati pożittivi kien hemm mit-tħaffir tal-bir ġewwa Għawdex u jekk hux minnu li wara li kien irriżulta li t-tħaffir ġewwa Għawdex m'huwiex vijabbli kummerċjalment, inbidlet l-attitudni mill-pajjiżi ġirien fuq il- kwestjoni ta' joint venture f'disputed areas?", "Jista' l-ministru jgħid ukoll jekk bħalissa hemmx xi problema ma' pajjiżi ġirien fuq tiftix f'areas f'pajjiżna, fejn permezz ta' sistema uffiċjali, wieħed jipprotesta biex dak li jkun iwaqqaf lil xi ħadd milli jagħmel seismic survey jew tħaffir u jgħid li f'dik l-area għandu ġurisdizzjoni.", "Jista' jgħid jekk dan il-pajjiż huwiex il-Libja u jekk dan hux qed isir wara li Malta għamlet intervent għan-naħa tal-Libja biex twaqqaf milli jsir xi seismic survey f'ċerti areas?", "Jista' jikkonferma wkoll jekk dan huwiex agreement jew letter of intent li fir-realta` wieħed ikollu jistenna s-snin biex jagħmel dan it-tħaffir għaż-żejt?", "Jista' jgħid ukoll jekk il-gvern huwiex aktar qed jagħti kas dawn id- diskussjonijiet u jwarrab kull possibilita` ta' tħaffir għaż-żejt fl-areas li m'humiex disputibbli u li hemm indikazzjoni li fihom hemm ammont ta' riżorsi li wieħed jista' jtella'?", "X'qed iżomm lill-gvern milli jkompli bl- attivitajiet f'areas mhux disputibbli biex kemm jista' jkun malajr, intellgħu dawn ir-riżorsi?", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar mistoqsijiet?", "L-Onor.", "Mario Galea.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Jista' l-ministru fi ftit kliem jgħid eżatt x'ifisser dan il-ftehim għax kif qal il-ministru stess, dan żblokka s-sitwazzjoni diffiċli li kienet ilha hemm għal madwar 35 sena?", "Fl-istqarrija tiegħu, il-ministru jgħid u se nikkwota: \"Naturalment dan mingħajr preġudizzju għall-pretensjonijiet rispettivi tagħna.\".", "Nafu li l-problema kienet li ż-żewġ pajjiżi kellhom pretensjonijiet fuq dik l-area, u t-tnejn sostenew li taqa' taħthom.", "Dan ifisser li ġie miftiehem kif se jiġu solvuti dawk il-pretensjonijiet li għandhom dawn iż-żewġ pajjiżi?", "MR SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Leo Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, filwaqt li nittama u nawgura li jkun hemm eżitu pożittiv għall-kwestjoni tat-tħaffir taż-żejt, nixtieq nagħmel dawn il-mistoqsijiet lill-ministru.", "Jaf li fl-istampa Tuneżina – u hawnhekk għandi cutting mill-\"La Presse\" ta' l-20 ta' Frar, 2006 – minflok jirriferu għall-ftehim, jirriferu għall-common declaration of intent?", "Aktar 'il quddiem inpoġġi dan id-dokument fuq il-mejda tal-Kamra.", "Billi fil-press release 0289 tat-3 ta' Marzu tad-DOI jingħad li l-ftehim jipprovdi għat-twaqqif ta' grupp ta' esperti li jkunu jridu jippreżentaw il- konkluzjonijiet tagħhom fi żmien tliet xhur, qed nifhem tajjeb li dan ifisser li sa tmiem Ġunju, il-gvern se jkollu f'idejh rapport li jiddetermina l-continental shelf zones bejn is-żewġ pajjiżi?", "Jekk inhu hekk, dan ir-rapport se jkollu bżonn il-ftehim formali taż-żewġ pajjiżi, inkluża r-ratifika mill-parlamenti taż-żewġ pajjiżi.", "Il-press release tgħid tajjeb li l-esperti għandhom jieħdu kont tad-drittijiet li jista' jkollhom pajjiżi terzi.", "Jista' l-ministru jindika kif dawn l-esperti se jimxu fuq din l-issue?", "Se jkun hemm bżonn negozjati ma' pajjiżi terzi u jekk se jkun hemm bżonn ta' dawn in-negozjati ma' pajjiżi terzi, min se jmexxihom min- naħa tal-gvern Malti?", "Jista' jgħidilna wkoll kif dawn l-issues se jimpingu fuq il-ftehim milħuq mat-Tuneżija?", "Fil-press release 0305, il-ministru stqarr li l-ftehim jiftaħ beraħ it-tiftix u l-esplojtazzjoni taż-żejt bejn Malta u t-Tuneżija.", "F'dak il-kontest, anke biex jiġu indirizzati l- aspettattivi tal-poplu, jista' l-ministru jagħti data indikattiva ta' meta jistenna li jingħata bidu għat-tiftix taż-żejt bejn iż-żewġ pajjiżi ġaladarba d-deadlines miftiehma jiġu rispettati?", "Nistaqsi wkoll jekk kienx hemm xi pre-consultations mal-gvern Taljan jew Libjan dwar il-kontenut ta' dan il-ftehim u jekk fl-affermattiv, x'kien l- eżitu ta' dawn il-pre-consultations.", "X'inhuma l-prospetti li jintlaħaq ftehim ma' pajjiżi ġirien oħra u dan aktar u aktar fid-dawl tal- kjarifika li l-ministru ħass li kellu jibgħat lil \"The Times\" meta din irrapportat li ftehim simili mal-Libja qed jiġi mistħarreġ?", "Fil-fatt il- ministru, biex inkun fair miegħu, bagħat kjarifika fejn ta x'wieħed jifhem li t-taħdidiet mal-Libja ma kienux avvanzati daqskemm seta' indika r- rapport ta' \"The Times\".", "Sur President, fil-press releases hemm riferenza għall-istrategic partnership bejn Malta u t-Tuneżija.", "Jista' l-ministru jelabora aktar fid- dettall dwar dan u jgħid b'mod speċifiku fiex se jkun jikkonsisti dan l- istrategic partnership?", "Dan l-istrategic partnership, jekk jeżisti, kif jirrelata mal-pożizzjoni tagħna bħala membri fl-Unjoni Ewropea kif ukoll mal-pożizzjoni Tuneżina vis-a`-vis l-arranġament li għandhom huma ma' l- istess unjoni?", "Fuq punt ta' dettall nixtieq li l-ministru jiċċara dan li ġej.", "Filwaqt li fl-ewwel paragrafu tal-press release tiegħu jgħid:", "\"We have today signed an agreement in Tunis for joint oil exploration and exploitation in zones of the continental shelves, located between the two states.\".", "Fl-official press communication qal biss li l-qbil kien dwar ftehim konġunt li jirrelata biss mat-twaqqif ta' grupp ta' esperti biex jiddeterminaw il- continental shelf zones bejn iż-żewġ pajjiżi.", "Allura jien nistaqsi: Il- ftehim huwa dwar joint oil exploration and exploitation jew huwa ftehim biss dwar twaqqif ta' esperti biex jiddeterminaw dawn iż-żoni?", "La qegħdin nitkellmu fuq it-text tal-ftehim – u forsi hawn se nidħol f'dettall żejjed – nixtieq inkun naf għaliex dejjem tintuża l-kelma \"shall\" u mhux il-kelma iżjed affermattiva \"will\".", "Dan norbtu anke ma' l-istatement kawt li għamel il-ministru meta ġie kkwotat li qal:", "\"... that he further stated that he was confident that if taken forward, the agreement will open up.\"", "Kollox jindika li kollox għadu mdendel u kollox jista' jkun rabta ċoff.", "Fl- aħħar nett irrid nistaqsi lill-ministru jekk il-gvern għandux ħsieb li jippubblika kopja tal-ftehim, jekk għandux ħsieb ipoġġih fuq il-mejda tal- Kamra jew jgħaddih in confidence lill-membri tal-Kumitat Permanenti għall- Affarijiet Barranin u Ewropej.", "Qabel nagħlaq irrid nitlob il-permess biex inqiegħed cutting minn \"La Presse\" fuq il-mejda tal-Kamra.", "MR SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Artiklu li deher fil-ħarġa elettronika La Presse tat-28 ta' Frar 2006 intitolat \"Tunisie-Malte: Signature d'une déclaration commune d'intention\".", "MR SPEAKER: Ikompli l-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Sur President, l-ewwel ħaġa li rrid ngħid hi li f'din il-materja ma naħsibx li għandna noqogħdu ngħidu fuq min għamel din u min għamel l-oħra.", "Naħseb li ż-żewġ naħat għandhom għal qalbhom l-interess nazzjonali u għalhekk għandna naraw liema huwa l-aħjar riżultat li jista' jkollna għal pajjiżna.", "Dan huwa l-ispirtu kemm ta' l-istqarrija li għamilt kif ukoll ta' dan li se ngħid minn issa.", "L-ewwelnett se nibda mill-aħħar waħda.", "L-użu tal-kelma \"shall\" bl-Ingliż huwa aħjar mill-użu tal-kelma \"will\".", "\"Shall\" tfisser li għandu jsir.", "Il-ftehim hu li nitilqu minn mudell u mmorru għal mudell ieħor.", "Hemmhekk \"shall\" tfisser li mhux ikollna grupp konġunt biss imma \"shall be subject of joint exploration and exploitation\".", "Jiġifieri d- deċiżjoni hija li nitilqu minn mudell u mmorru f'ieħor.", "Id-deċiżjoni hija riżultat ta' diskussjonijiet li jien kelli kemm mal-Ministru Abdallah kif ukoll direttament mal-President Ben Ali.", "Id-deċiżjoni kienet li nagħżlu triq oħra mingħajr ma ninsew il- pretensjonijiet li għandna u ngħidu li mxejna fuqhom.", "Minflok se nimxu fuq dawk il-pretensjonijiet u fuq mudell fejn kulħadd ikompli jgħid x'biċċa jaħseb li għandu, qed nieħdu l-mudell li nagħmlu l-affarijiet flimkien.", "Għalhekk dan hu ftehim li għandu sinifikat speċjali, għax għandna joint exploration and exploitation.", "Jiġifieri hawnhekk qiegħda l-qabża differenti minn dak li konna qegħdin nagħmlu qabel.", "Naħseb li huwa importanti li nenfasizzawh dan għaliex nafu li f'dawn il-35 sena, l-istadju kien dwar kif se naslu biex insibu xi forma ta' ftehim fuq il-pretensjonijiet tagħna u meta l-Onor.", "Mizzi staqsa jekk sarux kumitati tekniċi, ngħidlu li iva saru imma dak kien kumitat tekniku mhux biex iħares lejn joint exploration u joint exploitation imma biex inkomplu fuq il-mudell l-ieħor biex niddeċiedu fejn hu l-median line u x'inhu tagħna u x'inhu tagħhom skond il-liġi nazzjonali.", "Din hija qabża ta' fiduċja u li tiġi mill-intensifikazzjoni tar- relazzjonijiet tagħna mat-Tuneżija.", "Hawnhekk qed ngħidu li għandna fiduċja biżżejjed f'xulxin biex din il-ħaġa nagħmluha flimkien f'żoni li niftiehmu bejnietna.", "Allura l-ftehim li nagħmluha flimkien għamilnieh, il-ftehim li nagħmlu l-esplorazzjoni u l-esplojtazzjoni flimkien għamilnieh u issa l- grupp irid jidentifika ż-żoni eżatti bil-coordinates speċifiċi li joħorġu mill-mapep partikolari u jidentifika kif se ssir dik l-esplorazzjoni u l- esplojtazzjoni.", "Għalhekk il-ftehim innifsu jgħid li għandna nieħdu due account tad-drittijiet ta' pajjiżi terzi.", "Le, din m'hijiex kwestjoni li ninnegozjaw ma' pajjiżi terzi.", "Il-kwestjoni m'hijiex din imma hi li meta inti tara l-areas li hemm bejn Malta u t-Tuneżija ssib li hemm il- pretensjonijiet ta' pajjiżi terzi f'dik l-area u allura rridu nieħdu konjizzjoni ta' dawn x'iridu– fil-fehma tiegħi kultant ikun hawn affarijiet verament imġebbdin - u f'dak il-kontest naraw jekk nistgħux nidentifikaw ċerti żoni u nagħmlu l-affarijiet flimkien.", "Jien fiduċjuż li hemm żoni fejn nistgħu naħdmu flimkien għaliex huwa importanti li nsibu fejn huma dawk iż- żoni fejn nistgħu nagħmlu x-xogħol konġunt tagħna wara li nieħdu into account id-drittijiet ta' pajjiżi terzi.", "Issa hawnhekk ma rridx nidħol f'ħafna dettall għax dak li ngħidu hawnhekk m'huwiex biss għall-attenzjoni tal-membri tal-Kamra imma anke għall- attenzjoni ta' ħafna nies li għandhom għajnejhom fuq dan il-ftehim.", "Dan huwa ftehim importanti mhux biss għalina imma għar-reġjun kollu u kapaċi jkun ftehim li huwa spearhead, li juri t-triq ta' kif nistgħu nimxu f'affarijiet oħrajn.", "Nafu li bejn Malta u t-Tuneżija hemm parti li għandha ċertezza tad-dritt pero` mhux neċessarjament bejn Malta u t-Tuneżija imma anke bejn it-Tuneżija u pajjiż ieħor.", "Għalhekk anke f'dan il-kontest wieħed jista' jara kif jidentifika żoni partikolari fejn nistgħu nagħmlu esplorazzjoni u esplojtazzjoni flimkien.", "Issa x'jismu dan il-ftehim?", "Dan il-ftehim ma jismux common declaration of intent.", "Dan il-", "ftehim fuq għandu miktub \"Joint declaration of intention\" li huwa traduzzjoni tal-Franċiż, déclaration commune d'intention.", "Jien ma kontx lest li ladarba kien hemm ftehim li jgħid li Malta u t-Tuneżija, with the aim of reinforcing the traditional spirit of friendship and cooperation agree to the following ...\".", "Bl-Ingliż jgħidu a rose by any other name.", "Dan huwa ftehim li jirriferi anke għall-ftehim ta' meta tkellimna jien u l- Ministru Abdallah.", "Issejjaħlu kif issejjaħlu, dan huwa ftehim li ż-żewġ partijiet huma impenjati li jonorawh u jimplimentawh.", "Naħseb li huwa importanti li dik l-implimentazzjoni ssir b'attenzjoni u bi prudenza ħalli f'dawn it-tliet xhur inkunu nistgħu nidentifikaw iż-żoni partikolari li fihom inkunu nistgħu nagħmlu joint exploration u exploitation.", "F'dan il- ftehim għandna termini ta' 15-il ġurnata biex nifformaw il-grupp u l-grupp għandu tliet xhur li fihom irid jirrapporta lura lill-ministri ta' l- affarijiet barranin.", "Għall-mistoqsija ta' l-Onor.", "Mario Galea, jekk dan ifissirx li dak ir- rapport se jkun qiegħed jindika jekk ġewx solvuti dawk il-pretensjonijiet, ngħidlu li le, għax mhux dak huwa l-iskop tar-rapport.", "Ir-rapport m'għandux l-iskop li jidħol fil-pretensjonijiet u jsib soluzzjoni għalihom.", "Kieku bqajna fil-mudell l-antik, kieku bqajna bil-mudell li ilna niddiskutu fuqu 35 sena, ma wasalna qatt imkien.", "Jiġifieri l-mudell il- ġdid huwa li nidentifikaw żona jew żoni u ngħidu li dawn se nesplorawhom flimkien.", "Allura r-rapport se jagħtina ż-żoni fejn aħna se nagħmlu l- esporazzjoni u l-esplojtazzjoni flimkien.", "Jiġifieri mhux se nibqgħu fil- mudell l-antik imma se nidħlu fil-mudell il-ġdid ta' sħubija u ta' azzjoni konġunta.", "L-Onor.", "Brincat staqsa jekk hemmx prospetti li jkun hemm ftehim bħal dan ma' pajjiżi oħrajn.", "Naturalment aħna għandna kwestjonijiet dwar materji bħal dawn kemm ma' l-Italja, kemm mal-Libja kif ukoll mat-Tuneżija.", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq it-Tuneżija.", "Kull sitwazzjoni hija partikolari għax ma' l-Italja għandna linja li tisseparana minn Sqallija u mal-Libja l- gvern - dak iż-żmien kien hemm il-gvern Laburista - għażel triq oħra, mudell ieħor ta' kif isiru l-affarijiet.", "Fil-kwestjoni li hemm mal-Libja għażel li jmur il-qorti internazzjonali tal-ġustizzja biex tagħti deċiżjoni hi, u ż-żewġ partijiet intrabtu biha.", "Sur President, forsi m'huwiex il-każ li nitkellem fid-dettall dwar dik id- deċiżjoni imma nafu li dik", "id-deċiżjoni fil-fatt ma żammitx mal-median line bejn Malta u l-Libja imma imbottat il-linja ħafna iktar 'il fuq lejn Malta.", "Allura jekk inti tħares lejn id-distanza bejn il-median line u Malta u bejn il-median line u l- Libja ssib li bil-mod kif il-qorti qatgħet il-linja hemm chunk kbira li allura hija barra mit-territorju tagħna.", "Jiġifieri dik id-deċiżjoni tefgħetna 'l fuq b'mod li parti li kienet ta' Malta - kieku tagħmel il- median line fejn kien - ma baqgħetx tagħmel parti mit-territorju tagħna u llum nafu żgur li m'hijiex ta' Malta.", "Dak kien mudell ieħor, dak kien mudell li tmur il-qorti u tiftiehem.", "Liema huwa l-aħjar mudell, Sur President?", "Naħseb li l-istorja tgħallimna u l-poplu jaf jiġġudika liema hu l-aħjar mudell, jekk immorrux il-qorti - u jispiċċaw jimbottawlna l-median line 'il fuq b'mod li nitilfu parti importanti mit-territorju tagħna, jekk tieħu l-median line bħala metodu ta' kif tikkalkola l-affarijiet - jew nagħżlu li bi ftehim bejnietna nagħmlu iktar milli nistgħu nagħmlu waħedna.", "U d-diskussjoni li jien kelli fit-Tuneżija kemm mal-Ministru Abdallah kif ukoll mal-President Ben Ali kienet eżattament biex insibu metodu li jkun dak li bl-Ingliż ngħidulu \"win win\".", "Irridu nsibu metodu li bih iż-żewġ pajjiżi jmorru tajjeb, metodu li mingħajr preġudizzju għall-pretensjonijiet u għall-mudell l-antik, nagħżlu mudell ġdid fejn nagħmlu l-affarijiet flimkien.", "Dan kien possibbli biss għaliex kien hemm u hemm il-fiduċja.", "Meta tagħmel l-affarijiet flimkien trid tagħmel dik il-qabża ta' fiduċja f'xulxin li hija importanti.", "L-Onor.", "Joe Mizzi staqsa ħafna mistoqsijiet li għandhom x'jaqsmu mat-tfittxija għaż-żejt.", "Jien ma naħsibx li għandi nidħol fil- kwestjonijiet ta' għalfejn saret it-tfittxija f'Għawdex u t-teknika ta' kif saru l-affarijiet għax m'iniex kompetenti li nidħol f'dik il-materja teknika.", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq ir-relazzjoni bejn Malta u t-Tuneżija u għalhekk għedt li l-istqarrija ministerjali hija fuq din il-materja biss.", "Naturalment nieħu gost nisma' lill-Onor.", "Leo Brincat jgħid li huwa jawgura li l-implimentazzjoni ta' dan il-ftehim isir skond it-termini tiegħu u li nkunu nistgħu naslu għall-ħidma ta' esplorazzjoni u ta' esplojtazzjoni.", "Sur President, jien m'iniex irresponsabbli.", "Inkun irresponsabbli jekk niġi hawn nagħti data qisna sibna ż-żejt jew qisna se nesploraw għaż-żejt għada.", "Irridu nagħmlu l-affarijiet b'serjeta`, b'mod responsabbli u b'mod li aħna u l-partners il-ġodda tagħna f'din l-inizjattiva nkunu komdi t-tnejn b'dak kollu li jsir.", "Aħna qegħdin kontinwament f'kuntatti mal-ministeru ta' l-affarijiet barranin tat- Tuneżija biex nibdew u nibqgħu għaddejjin bl-implimentazzjoni ta' dan il- ftehim.", "Irridu nżommu relazzjoni viċina għax iktar minn aspetti tekniċi hemm aspetti ta' negozju, hemm aspetti ta' kif nagħmlu l-għażliet politiċi tagħna u kif flimkien insibu l-aħjar mezz biex Malta u t-Tuneżija jkunu ta' vantaġġ għal xulxin.", "Sur President, il-fatt li nkunu flimkien huwa importanti wkoll għax għandek żewġ pajjiżi li issa qegħdin jgħidu li se jidentifikaw żoni fejn jagħmlu esplorazzjoni u esplojtazzjoni flimkien.", "U fil-kontest tal-Mediterran dak għandu saħħa partikolari li naħseb li hija saħħa ovvja, għax minflok ikun hemm pajjiż wieħed waħdu jkun hemm żewġ pajjiżi flimkien jitkellmu fuq żoni identifikati minnhom biex huma jesplorawhom u jesplojtawhom flimkien.", "Sur President, kien hemm min staqsa jekk hemmx prospetti ta' ftehim ma' pajjiżi oħrajn.", "Kif diġa` għedt, fil-mudell tal-pretensjonijiet għadhom għaddejjin id-diskussjonijiet ma' l-Italja.", "Fil-fatt ftit ġranet oħra għandna laqgħa fejn l-esperti Taljani se jiġu Malta u se nkomplu bid- diskussjonijiet ma' l-Italja.", "Dan ma jfissirx li wasalna biex nagħmlu żbokk hemmhekk.", "Fil-fatt meta kont fil-Libja f'Jannar kelli diskussjonijiet in ġenerali dwar din il-materja ta' l-esplorazzjoni taż- żejt mad-deputy foreign minister Siala, pero` dawn ma kenux diskussjonijiet tekniċi, u ftehemna li għandhom jiltaqgħu l-esperti tekniċi tagħna.", "Kien hemm min qal li għandhom jiltaqgħu Tripli jew fil-Belt Valletta.", "Għalina ma tagħmilx differenza, jistgħu jiltaqgħu Tripli.", "Aħna għamilniha ċara li l-importanti għalina huwa li niltaqgħu u nitkellmu fuq din il-materja.", "Pero` mat-Tuneżija d-diskors ħa xejra differenti, ħa xejra 'l bogħod mill- kwestjoni ta' liema biċċa hija tiegħi, liema biċċa hija tiegħek, fejn naqtgħu l-linja u xi pretensjonijiet għandna, għal diskors fuq livell ieħor, jiġifieri li nidentifikaw żoni u nesplorawhom flimkien.", "Dan huwa x- xogħol li għandhom l-esperti issa.", "Għalhekk f'dawn il-ġranet li ġejjin qed nistennew li t-tnejn ninnominaw il-persuni biex ikunu fuq dan l-expert group biex jibda x-xogħol u biex fi tliet xhur ikollna rapport lill- ministri ta' l-affarijiet barranin dwar ir-riżultati li joħorġu mid- diskussjoni ta' l-esperti.", "Jien qed inkun preċiż u kawt għaliex naħseb li l-kawtela hija importanti.", "Jien iddeskrivejt dan il-ftehim bl-iktar mod ċar lill-membri ta' din il- Kamra, imma ma naħsibx li huwa prudenti li npoġġi kopja ta' dan il-ftehim fuq il-mejda tal-Kamra.", "Pero` m'għandi l-ebda diffikulta` li wieħed jiddiskuti l-ftehim fil-kumitati ta' din il-Kamra, bil-metodi li aħna nistgħu nagħżlu bejnietna bħala membri ta' dan il-parlament.", "Sur President, il-fatt li wasalna għal dan il-ftehim hija xi ħaġa li tagħtini sodisfazzjon.", "Il-Ġimgħa kelli laqgħa mal-president u mill-Ġimgħa stess bdejna niddiskutu fuq kif se nagħmlu l-framework u kif se niddraftjaw dan il-ftehim.", "Il-Ħadd suppost tlaqt mit-Tuneżija imma għażilt li ma nattendix għal-laqgħa tal-kunsill tal-ministri ta' l-affarijiet barranin ta' l-Unjoni Ewropea.", "Fil-fatt minflok bqajt it-Tuneżija biex naslu għall- konklużjoni ta' dan il-ftehim.", "Naħseb li kienet għażla li tat il-frott, mhux għaliex għażilt hekk jien biss, imma għaliex kien hemm ir-rieda u hemm ir-rieda miż-żewġ naħat.", "Iż-żewġ naħat iħarsu lejn din ir-relazzjoni bħala relazzjoni speċjali u ż-żewġ naħat b'fiduċja f'xulxin u b'rispett għal xulxin ħdimna intensivament flimkien biex wasalna għal dan il-ftehim.", "Irrid ngħid li kemm jien kif ukoll il-Ministru Abdallah fhimna r- responsabbilta` u l-importanza tal-firma li għamilna fuq dan il-ftehim u ħassejna li hija xi ħaġa li tagħmel il-ġid kemm lil Malta kif ukoll lit- Tuneżija.", "L-Onor.", "Brincat staqsa wkoll għaliex qegħdin ngħidu \"strategic partnership\"?", "Fil-fatt dik it-terminoloġija toħroġ mill-joint press release li għamilna bejnietna.", "Tant hu hekk li meta jien ħriġt il-press release tiegħi żidtha sħiħa kif inhi mal-press release.", "Ma nafx jekk l- Onor. Brincat rahiex imma l-kelma toħroġ minn hemmhekk eżatt.", "U r- riferenza hija għal-laqgħa li kellu l-president tat-Tuneżija mal-president ta' Malta fejn fil-fatt tkellmu fuq dan it-tip ta' strategic partnership.", "Sur President, jekk tara l-miri strateġiċi tal-politika barranija Maltija li għadna kif varajna bħala ministeru ta' l-affarijiet barranin, fil-fatt din tiffittja kexxun magħhom.", "Il-miri tagħna huma li nenfasizzaw ir- relazzjoni mal-pajjiżi ġirien tagħna u li nenfasizzaw il-focus tagħna fuq il-Mediterran ċentrali.", "Huwa fid-dawl ta' din l-istrateġija li rridu nkomplu naħdmu u hija eżattament din l-istrateġija li hija riflessa f'dan il-ftehim.", "Xiehda ta' kemm verament ir-relazzjonijiet bejn Malta u t- Tuneżija issa ttieħdu fuq livell iktar għoli kienet il-viżita tal-President Ben Ali f'Malta li kellha effett importanti ħafna.", "Il-President Ben Ali kellu laqgħa mal-President Fenech Adami u kellu laqgħa anke mal-prim ministru li konna preżenti għaliha l-ministri ta' l-affarijiet barranin ukoll.", "Konna biss erbgħa min-nies u l-laqgħa tant damet li l-laqgħa formali ma kellniex għalfejn nagħmluha.", "Apparti minn dan, jien kelli l- okkażjoni li niltaqa' wkoll mal-President Ben Ali.", "Naturalment jekk wieħed iħares lejn il-ġerarkija u lejn il-mod kif nimxu fid-diplomazija, il- ministru ta' l-affarijiet barranin jiġi ħafna, ħafna iktar baxx minn president u kap ta' stat.", "Irrid ngħid li l-ewwel laqgħa li kelli mal- President Ben Ali, li kienet qabel ma huwa ġie Malta, damet siegħa u nofs - kulħadd jaqbel li mhux normali li ministru ta' l-affarijiet barranin idum daqshekk ma' president – u damet daqshekk għax kien hemm impenn miż-żewġ naħat u għax kien hemm metodu ta' ftehim li baqa' għaddej.", "Fil-fatt il- laqgħa li kelli l-Ġimgħa, li kienet kruċjali għall-ftehim li ġie ffirmat it- Tnejn ta' wara, damet 80 minuta wkoll għax fiha ddiskutejna bl-iktar mod ċar l-issues ta' l-esplorazzjoni taż-żejt.", "Dan qed ngħidu biex nuri bl-aktar mod ċar ir-rispett li l-President Ben Ali għandu għal pajjiżna u r-rispett li aħna għandna għall-ħbiberija u għall- impenn tiegħu f'din il-kwestjoni.", "Huwa ta' sodisfazzjon kbir għalija li din ir-relazzjoni ttieħdet f'dan il-livell iktar għoli u li dan il-ftehim issa ħoloq opportunita` għaliex żblokkajna sitwazzjoni li kienet imwaħħla, li ma dehritx li kienet se tiċċaqlaq kieku bqajna għaddejjin f'din it-triq fejn kulħadd iżomm il-pretensjonijiet tiegħu.", "Għażilna mudell ġdid, mudell ta' kollaborazzjoni, mudell ta' azzjoni konġunta u mudell li jirrinforza - fil-kliem tal-ftehim innifsu - l-ispirtu tradizzjonali ta' ħbiberija u ta' kooperazzjoni bejn Malta u t-Tuneżija.", "Sur President, infakkar ukoll li meta l-President Ben Ali kien ġie Malta konna ffirmajna t-trattat ta' ħbiberija u ta' kooperazzjoni bejn Malta u t- Tuneżija, trattat li t-Tuneżija m'għandhiex ma' kulħadd, imma ma' numru ta' pajjiżi li hi tikkonsidrahom bħala pajjiżi importanti għaliha.", "Aħna wkoll inħarsu lejn it-Tuneżija bħala pajjiż li miegħu għandna relazzjoni speċjali u nħarsu lejn il-poplu Tuneżin bħala poplu li rridu nsaħħu r-relazzjoni speċjali li għandna miegħu fuq kull livell.", "Għalhekk qed nitkellmu fuq relazzjoni li hija ta' livelli diversi għaliex hija relazzjoni bejn il- mexxejja tal-pajjiż, bejn il-politiċi tal-pajjiż, bejn il-parlamentari tal- pajjiż u bejn il-komunitajiet tal-business - fil-fatt f'din il-laqgħa kelli wkoll delegazzjoni tal-business - bejn in-nies tal-kultura u l- intellettwali tal-pajjiż u bejn is-soċjeta` ċivili ta' kull pajjiż.", "Aħna qed infittxu din it-tip ta' relazzjoni mat-Tuneżija.", "Għalhekk għedna li din hija strategic partnership fiċ-ċentru tal-Mediterran għax iċ-ċentru tal-Mediterran huwa realta` li kienet teżisti anke qabel ma konna stati.", "Fiċ-ċentru tal-Mediterran kien isir il-kummerċ, in-nies kienu jitħalltu flimkien u nafu x'relazzjoni twila u intensiva għandhom il-Maltin mal-poplu Tuneżin.", "Dan il-ftehim mhux biss huwa riflessjoni ta' dan imma huwa ftehim li fit-twettiq tiegħu għandu jkompli dejjem iressaqna iktar flimkien.", "Jekk Alla jrid dan ikun ftehim li jagħti żbokk mhux biss biex niddeterminaw iż-żoni li għandhom ikunu soġġetti għall-esplorazzjoni u l- esplojtazzjoni konġunta, imma jkollna wkoll il-fortuna li b'riżultat ta' dan l-iżbokk nimxu 'l quddiem, taken forward.", "L-Onor.", "Brincat kien preċiż meta nnota li jien użajt il-kliem \"taken forward\" għaliex minn dan il-ftehim baqgħalna x'nagħmlu?", "Dażgur li baqgħalna x'nagħmlu, imma kieku ma wasalniex għal dan il-ftehim ma kien ikollna xejn x'nagħmlu ħlief li nibqgħu nparlaw bħalma parlajna għal 35 sena.", "Allura naħseb li huwa żbokk importanti, huwa ftehim li fl-istorja tar-relazzjonijiet bejn Malta u t-Tuneżija huwa milestone.", "Naturalment għandna ħafna xogħol x'nagħmlu biex naslu għal dak li lkoll nixtiequ, li ssir l-esplorazzjoni u jekk jinstab iż-żejt, jekk Alla jrid, issir ukoll l- esplojtazzjoni bejn Malta u t-Tuneżija.", "L-Onor.", "Mizzi staqsieni wkoll għaliex ħassejt li għandi nagħmel l- istqarrija llum u mhux qabel.", "Jien kultant niskanta!", "Jien qed nagħmel l- istqarrija llum għax meta kont se nagħmel l-istqarrija, l-Onor.", "Mizzi għajjat quorum u allura ma stajtx nagħmilha fil-ġurnata li ridt nagħmilha, li kienet l-ewwel okkażjoni li kelli wara li ġejt lura mit-Tuneżija.", "Din hija l-ewwel okkażjoni li kelli wara l-aħħar seduta fejn huwa għajjat quorum.", "Hu kien jaf li kont se nagħmel din l-istqarrija għax jien kont informajtu fil-ħin tal-mistoqsijet, qabel ma huwa għajjat quorum.", "Sur President, huwa fid-dover tiegħi li nagħmel stqarrija bħal din lil dan il- parlament għax hija espressjoni tar-rispett tiegħi lejn din il-Kamra.", "Jien ilni f'dan il-parlament mill-1987 u r-rispett lejk, Sur President, bħala president ta' din il-Kamra, u lejn il-membri l-oħra ta' din il-Kamra huwa doveruż.", "Jekk bħala ministru, bħala membru ta' l-eżekuttiv ħadt azzjoni u ffirmajt ftehim bejn Malta u t-Tuneżija jien għandi d-dover li niġi quddiem din il-Kamra u nagħmel stqarrija bħal din, kif fil-fatt għamilt, biex inkun soġġett għall-mistoqsijiet li jagħmlu l-membri u nkun nista' nagħti l- informazzjoni kollha bi prudenza u b'attenzjoni lill-pubbliku Malti għax aħna rridu nimplimentaw bis-sħiħ dan il-ftehim u l-aspetti tiegħu kollha.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Ngħaddu issa għal Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal- Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JIRRATIFIKA L-KONVENZJONI TA' RUMA FUQ L- OBBLIGAZZJONIJIET KUNTRATTWALI", "ROME CONVENTION ON CONTRACTUAL OBLIGATIONS (RATIFICATION) BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri Ikompli mit-28 ta' Frar, 2006.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet", "MR SPEAKER: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Mario de Marco.", "ONOR.", "MARIO de MARCO: Sur President, għandna quddiemna abbozz ta' liġi biex jipprovdi għar-ratifika tal-konvenzjoni ta' adeżjoni għall-konvenzjoni ta' Ruma ta' l-1980 fuq il-liġi li tapplika għal obbligazzjonijiet kuntrattwali u għall-ewwel u t-tieni protokolli relattivi.", "Dan għandu x'jaqsam mas-sistema ta' liġi li ngħidulu d-dritt internazzjonali privat.", "Ir-realta` hi li waħda mill-konsegwenzi ta' kummerċ aktar internazzjonali, li hija wkoll waħda mill-għanijiet ta' l-Unjoni Ewropea, hija r-riskju li ċ- ċittadini u kumpanniji Ewropej stabbiliti ġewwa pajjiż membru jistgħu jiġu nvoluti f'tilwim kummerċjali li l-elementi kollha tagħhom ma jkunux kollha limitati għall-istat fejn huma jirrisjedu normalment.", "Per eżempju, konsumatur Malti jixtri computer mill-Ġermanja u jagħmel l-ordni minn fuq l- internet jew minn fuq katalgu li jkun ġabar ġewwa fiera fl-Italja.", "Allura essenzjalment għandek element Malti għax il-konsumatur huwa Malti, għandek element Tedesk għax il-computer ikun ġie manifatturat ġewwa l-Ġermanja u għandek element Taljan għax l-ordni tkun saret minn fuq katalgu li jkun inġieb minn fiera li tkun saret ġewwa l-Italja.", "Ejja ngħidu, għall-grazzja ta' l-argument, li dan il-computer ikollu difett u l-konsumatur Malti jkun irid ifittex lill-produttur.", "Hawnhekk tqum il-kwestjoni perennjali ta' liema liġi se tapplika għal dak ix-xiri.", "Se tapplika l-liġi Maltija, il- liġi Tedeska jew inkella l-liġi Taljana?", "Sakemm il-liġijiet kienu identiċi ma kienx hemm din il-problema.", "Ovvjament li kieku l-liġi Maltija fuq il- bejgħ ta' l-oġġetti kienet identika għal dik Tedeska jew Taljana ma kienx ikun hemm konflitt.", "U għaldaqstant kien ikun kważi kważi irrilevanti liema liġi tapplika.", "Madankollu meta l-liġijiet ma jkunux uniformi tagħmel rilevanza kbira liema liġi tapplika.", "Dan għaliex jekk tapplika l-liġi Maltija u din, min-naħa tagħha tagħti riżultat differenti fuq, per eżempju, il-latent defects ta' oġġetti, tkun qiegħda tikkonfliġġi mal-liġi Tedeska.", "Allura jqum dak li jissejjaħ konflitt tal-liġijiet, li f'dan il-każ huwa konflitt bejn il-liġi Maltija u l-liġi Tedeska.", "Fil-fatt dan is-suġġett li għandna quddiemna llum għandu żewġ ismiijiet bl-Ingliż.", "Jista' jissejjaħ bħala l-private international law jew inkella l-conflict of laws.", "Issa dan il-konflitt ta' liġijiet iqum minħabba li l-liġijiet ivarjaw minn pajjiż għal ieħor.", "Huwa veru wkoll li l-Unjoni Ewropea tipprova kemm jista' jkun toħloq element ta' armonizzazzjoni bejn il-liġijiet pero` din l-armonizzazzjoni ma nsibuhiex f'kull qasam.", "Fil-fatt fl-aspett tal-liġijiet u ta' l-obbligazzjonijiet kuntrattwali m'hemmx din l-armonizzazzjoni u kien għalhekk li missirijietna u r-rappreżentanti tal-pajjiżi membri fl-Unjoni Ewropea ħasbu li jagħmlu din il-konvenzjoni.", "Sur President, ħafna drabi n-nies jaqtgħu qalbhom milli jasserixxu d- drittijiet tagħhom f'pajjiżi barranin minħabba l-inkompatibilita` tas- sistema legali ta' dak il-pajjiż mas-sistema legali tal-pajjiż fejn dik il- persuna tkun tirrisjedi.", "Dan japplika b'mod partikolari għal individwi privati u għal imprendituri jew negozji żgħar li jkollhom riżorsi finanzjarji limitati.", "Ovvjament intrapriża globali mhux se tħossha bi tqilha li tagħmel kawża f'pajjiż barrani.", "Pero` għal dak l-individwu jew negozju żgħir li jkun għamel biċċa negozju żgħir tagħmel differenza kbira.", "Dan żgur mhux se joqgħod jagħmel is-snin jikkombatti fil-qorti u jiddibatti liema liġi għandha tiġi applikata għat-tilwima li jkollu.", "Dan ikun jaf kemm se tiġi tiswih l-ispiża legali u ġudizzjarja u allura ma jipprovax jasserixxi d-drittijiet tiegħu, avolja dan ikun qiegħed imur kontra l- konċett ta' kummerċ ħieles.", "Wieħed jirrealizza li fl-Unjoni Ewropea ma jistax ikollok verament suq intern ġenwin mingħajr żona komuni ta' inforzar ta' liġi fejn kull ċittadin jista' jasserixxi d-drittijiet tiegħu, mhux biss f'pajjiżu iżda wkoll f'kull pajjiż membru ieħor.", "Għalhekk l-armonizzazzjoni tad-dritt privat internazzjonali hija xi ħaġa kruċjali sabiex wieħed jottjeni dan l-iskop.", "Issa l-private international law hija magħmula minn mekkaniżmu u regoli li huma intiżi sabiex jiffaċilitaw ir-risolviment ta' tilwim internazzjonali.", "Id-dritt privat internazzjonali jwieġeb għal tliet mistoqsijiet fundamentali.", "L-ewwel mistoqsija hija: Il-qrati ta' liema pajjiż għandhom ġurisdizzjoni sabiex jiddeċiedu tilwima?", "Fil-każ li semmejt ftit ilu, ta' dak il-konsumatur Malti li jkun xtara kompjuter immanifatturat ġewwa l- Ġermanja, liema huma l-qrati li għandhom id-dritt li jiddeċiedu din it- tilwima?", "Huma l-qrati Tedeski, il-qrati Taljani jew il-qrati Maltin?", "It-tieni mistoqsija li d-dritt privat internazzjonali pprova jsolvi hija din: Il-liġijiet ta' liema pajjiż għandhom jiġu applikati mill-qrati li jkunu qed jisimgħu l-każ?", "Il-liġi Maltija, il-liġi Ġermaniża jew il-liġi Taljana?", "It-tielet mistoqsija hija l-aktar waħda importanti: Id-deċiżjoni mogħtija mill-qorti li ddeċidiet il-każ, tista' tiġi rikonoxxuta u esegwita f'pajjiż ieħor?", "Jekk jien nagħmel kawża ġewwa Malta kontra produttur Ġermaniż li m'għandux assi ġewwa Malta u jien inkun irrid nesegwixxi dik is- sentenza ġewwa Malta, dik id-deċiżjoni tista' tiġi rikonoxxuta u nforzata mill-qrati Ġermaniżi?", "Kif għedt dawn it-tliet mistoqsijiet huma l-qofol tad-dritt privat internazzjonali.", "Issa tradizzjonalment kull pajjiż għandu l-liġijiet nazzjonali tiegħu dwar kif jirrispondi dawn it-tliet mistoqsijiet u dwar kif jirregola d-dritt privat internazzjonali.", "Il-problema hija li dan id-dritt privat internazzjonali mhu internazzjonali xejn u għalhekk hemm nuqqas kbir ta' uniformita` u ta' ċertezza legali.", "Barra minn hekk hemm ir-riskju li wieħed mill-partijiet jista' jieħu vantaġġ mill-fatt li l-każ tagħhom ikollu konnessjoni ma' diversi sistemi legali u b'hekk jaħrab mil-liġi li f'ċirkostanzi normali jkunu japplikaw.", "Għalhekk jipprova jiftaħ il-kawża f'dik il-ġurisdizzjoni li forsi tkun l- aktar waħda li taqbillu.", "Biex dan jiġi evitat il-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea għażlu li jarmonizzaw ir-regoli tagħhom tad-dritt privat internazzjonali li għandu x'jaqsam ma' l-għażla ta' liema liġi tapplika fuq l-obbligazzjoni kuntrattwali.", "Ir-riżultat ta' dan kollu kienet il- konvenzjoni ta' Ruma ta' l-1980.", "B'din il-konvenzjoni l-pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropea pprovaw jagħmlu armonija bejn ir-regoli li għandhom x'jaqsmu mad-determinazzjoni ta' liema liġi għandha tapplika sabiex tirregola kuntratt li għandu xejra internazzjonali.", "B'internazzjonali ma jfissirx biss bejn stat u ieħor imma għandu x'jaqsam ma' sistemi legali differenti.", "Sur President, wieħed ma jistax jitkellem dwar il-konvenzjoni ta' Ruma mingħajr ma jitkellem fuq il-predeċessur tagħha.", "Fil-fatt din kienet il- konvenzjoni ta' Brussell ta' l-1968.", "Din il-konvenzjoni kienet ġiet imħejjija fuq l-idea li s-suq komuni jimplika l-possibbilta` li jkollok sentenza mogħtija f'pajjiż ta' membru rikonoxxuta u esegwita f'pajjiż membru ieħor, per eżempju, jkollok sentenza mogħtija ġewwa l-Italja u rikonoxxuta ġewwa Franza u viċe versa. ll-konvenzjoni ta' Brussell ħadet ħsieb li tiffaċilita dan il-għan billi stabbilixxiet regoli li jgħinu fid- determinazzjoni ta' liema qrati għandhom il-ġurisdizzjoni.", "Din il- konvenzjoni għandha numru ta' possibbiltajiet fejn applikant jista' jagħżel bejn qorti u oħra.", "Dan jagħti lok għal riskju li parti tagħżel il-qrati ta' pajjiż partikolari għaliex tħaddan liġi aktar favorevoli għat-tilwima tiegħu.", "Fid-dritt internazzjonali privat din it-tip ta' għażla bejn pajjiż u ieħor sabiex tieħu l-aktar liġi vantaġġuża hija magħrufa bħala l-forum shopping.", "Dan ifisser li wieħed jipprova jagħżel il-post tat-tribunal l- aktar vantaġġuż għalih, allavolja dak il-post m'għandux konnessjoni naturali mat-tilwima tiegħu.", "Għaldaqstant il-konvenzjoni ta' Ruma qiegħda tipprova tevita dan ir-riskju billi tassigura li l-istess soluzzjoni tiġi applikata fi kwalunkwe qorti li qiegħda tisma' l-każ.", "B'hekk tirriduċi r-riskju ta' forum shopping ġewwa l- pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea.", "L-għan ta' din il-konvenjoni huwa proprju li anke jekk persuna li għandha tilwima tipprova tieħu l-kawża tagħha ġewwa l- Ġermanja, assumendo li l-qrati Ġermaniżi għandhom ġurisdizzjoni fuq dik it- tilwima, il-liġi li se tintgħażel sabiex tirregola dik it-tilwima se tkun l- istess liġi applikata fil-qrati l-oħrajn kollha.", "Dan huwa l-iskop tal- konvenzjoni li għandna quddiemna u allura, irrispettivament ta' fejn tinġieb il-kawża, il-liġi li tiġi applikata mill-qrati għandha tkun l- istess waħda.", "Issa qabel ma neżamina r-regoli tad-dritt privat internazzjonali li naraw armonizzati fil-konvenzjoni ta' Ruma, huwa importanti li nifhmu daqxejn x'inhu l-iskop ta' dawn ir-regoli tad-dritt privat internazzjonali.", "Dawn ir-regoli huma mibnijin fuq żewġ prinċipji importanti.", "L-ewwel prinċipju huwa dak tal-proper law, mentri t-tieni prinċipju huwa dak tad- dritt ta' l-għażla jew tal-liberta` ta' l-għażla.", "Il-prinċipju tal-proper law huwa li problema partikolari għandha tiġi regolata mis-sistema legali ta' fejn dik il-problema għandha l-aktar u l-eqreb konnessjoni.", "Jekk għall- grazzja ta' l-argument Malti jagħmel kuntratt ma' Taljan fuq prodotti li jridu jintbagħtu f'Malta u dak il-kuntratt se jiġi esegwit f'Malta, allura dak il-kuntratt għandu konnessjoni kbira ma' Malta.", "Mill-banda l-oħra, jekk Malti jkun mar il-Ġermanja, ikun xtara dar hemmhekk u jkun qabbad kuntrattur Ġermaniż sabiex jagħmillu x-xogħlijiet meħtieġa u minħabba xi nuqqasijiet, il-Malti jkun irid jiftaħ kawża kontra l-kuntrattur Ġermaniż, il-konnessjoni ta' dak il-kuntratt tkun marbuta l-aktar mal-liġi Ġermaniża.", "Fi ftit kliem dak huwa l-proper law, jiġifieri li tara s-sistema legali li l-aktar għandha konnessjoni ma' dik il-problema partikolari.", "Sur President, il-prinċipju tad-dritt ta' l-għażla huwa kemmxejn differenti.", "Il-prinċipju ta' dik l-għażla huwa bbażat fuq il-fatt li f'kuntratt il-partijiet għandhom dritt li jagħżlu liema sistema legali jixtiequ sabiex tirregola r-relazzjoni kuntrattwali ta' bejniethom.", "Dan insibuh bħala l-freedom to contract.", "Il-prinċipju ta' freedom to contract imur pass oltre u jfisser li parti tista' tagħżel ukoll is-sistema legali li tirregola r-relazzjoni kuntrattwali ta' bejniethom.", "Dan il-prinċipju huwa rikonoxxut ħafna mis-sistemi legali li jħaddnu l-prinċipji tad-dritt privat internazzjonali.", "Pero` f'dawn l-aħħar 20 sena ġie stabbilit prinċipju ieħor, dak ta' fejn il-parti dgħajfa għandha tiġi protetta.", "Meta inti għandek id-dritt ta' l-għażla, sfortunatament jista' jagħti l-każ fejn il-partijiet ma jkunux of equal negotiating strength.", "B'hekk il-parti l-aktar b'saħħitha tista' ġġiegħel lill-parti d-dgħajfa tagħżel liġi li hi ma tkunx tixtieq tagħżel.", "Meta jinħareġ bill of lading minn kumpanniji ta' vapuri kbar, dawn ikollhom standard bill of lading u dejjem ikollhom imposta fuqhom a standard choice of law clause.", "Per eżempju, bill of lading ikollu kuntratt ta' noliġġ li jkun irregolat mil-liġi ta' l- Ingilterra jew mil-liġi tal-Kuwait.", "Għalhekk lanqas issir diskussjoni fuq dan il-kuntratt u tiġi mposta awtomatikament għaliex hija a standard term.", "Għalhekk dan l-aħħar ġie stabbilit il-prinċipju li jgħid li l-parti dgħajfa għandha tiġi protetta.", "Per eżempju, jekk m'hemmx limitazzjonijiet fuq il- prinċipju tad-dritt ta' l-għażla, konsumatur jista' jiġi mġiegħel jaċċetta l-liġi li ma tkunx favorevoli għalih u b'hekk jiġi sprovvist minn dik il- protezzjoni li huwa jkun intitolat għaliha meta jixtri prodott jew servizz barra minn pajjiżu.", "L-istess ħaġa tapplika għar-relazzjoni li teżisti bejn prinċipal u impjegat.", "Kif għedt, dawn il-prinċipji jinsabu kollha fil- konvenzjoni ta' Ruma.", "Xtaqt nagħti wkoll l-outline tar-regoli tal- konvenzjoni ta' Ruma.", "Ir-regoli tal-konvenzjoni ta' Ruma japplikaw għall- obbligazzjonijiet kuntrattwali, f'kull sitwazzjoni, dwar l-għażla bejn il- liġijiet ta' pajjiżi differenti.", "Allura jekk Malti jixtri mingħand Malti ieħor xi ħaġa ġewwa Malta stess, is-sistema legali li għandha x'taqsam ma' dak il-kuntratt ta' xiri, hija unikament is-sistema legali Maltija.", "Pero` jekk Malti jixtri prodott mingħand Taljan tapplika l-konvenzjoni ta' Ruma għaliex għandek kuntatt ma' żewġ sistemi legali ta' pajjiżi differenti.", "Sur President, il-konvenzjoni ta' Ruma niddeskrivuha bħala l-konvenzjoni universali.", "Dan ifisser li r-regoli tagħha jistgħu jirriżultaw għal applikazzjoni ta' liġi li ma tkunx neċessarjament ta' pajjiż membru fl- Unjoni Ewropea.", "Il-konvenzjoni tipprovdi wkoll għall-esklużjoni ta' ċerti sitwazzjonijiet.", "Fil-fatt jekk naraw l-artiklu 1, regola numru 2 insibu li din ma tapplikax għal kwestjonijiet dwar l-istat jew il-kapaċita` legali ta' persuni naturali.", "Il-konvenzjoni ma tapplikax għall-obbligazzjonijiet kuntrattwali dwar testmenti u suċċessjoni, drittijiet ta' proprjetajiet li jkunu ġejjin minn rabta fiż-żwieġ, drittijiet u dmirijiet li jkunu ġejjin minn relazzjoni familjari, parentela, żwieġ jew affinita`, inklużi obbligazzjonijiet ta' manteniment għal ulied barra miż-żwieġ.", "Ma tapplikax ukoll għall-obbligazzjonijiet li jkunu ġejjin minn kambjali, ċekkijiet u biljetti negozjabbli.", "Lanqas tapplika għal ftehim dwar arbitraġġ u ftehim dwar l-għażla tal-qorti, kwestjonijiet regolati bil-liġi tal-kumpanniji u korpi ġuridiċi oħrajn.", "Ma tapplikax fuq kwestjonijiet dwar jekk aġent jistax jorbot lil prinċipal, jew organu lil kumpannija jew korp ġuridiku jew mhux ġuridiku, ma' terzi.", "Din il-konvenzjoni ma tapplikax għall- kostituzzjoni ta' trusts u r-relazzjoni bejn settlors, trustees u benefiċjarji.", "Fl-aħħar lanqas tapplika għal xhieda u proċedura.", "Il-qofol tas-sistema adottata fil-konvenzjoni ta' Ruma hija proprju l- prinċipju tad-dritt ta' l-għażla, liema prinċipju jagħti l-fakulta` lill- partijiet sabiex jagħżlu l-liġi applikabbli għall-kuntratti tagħhom.", "Din il-liberta` ta' l-għażla m'hijiex mingħajr limitazzjonijiet.", "L-artikli rilevanti tal-konvenzjoni li jħaddnu l-liberta` ta' l-għażla u li jagħtu l- limitazzonijiet insibuhom fl-artiklu 3 li jgħid hekk:", "\"Kuntratt għandu jkun regolat mil-liġi magħżula mill-partijiet.", "L- għażla għandha tkun espressa jew murija b'ċertezza raġjonevoli mill- klawsoli tal-kuntratt jew miċ-ċirkostanzi tal-każ.", "Permezz ta' l- għażla tagħhom il-partijiet jistgħu jiftiehmu fuq il-liġi applikabbli għall-kuntratt kollu jew għal parti minnu.\".", "Hawnhekk il-prinċipju kardinali huwa li l-partijiet f'kuntratt jistgħu jagħżlu huma l-liġi li jixtiequ li tirregola r-relazzjonijiet ta' bejniethom.", "L-artiklu 3 ikompli jgħid li:", "\"Il-partijiet jistgħu f'kull żmien jiftiehmu li l-kuntratt ikun soġġett għal liġi oħra li ma tkunx dik li biha kien regolat qabel, jew minħabba riżultat ta' għażla magħmula qabel skond dan l-Artikolu jew minħabba disposizzjonijiet oħra ta' din il-Konvenzjoni.\".", "L-għażla għandha tkun espressa jew murija b'ċertezza raġjonevoli mill- klawsola tal-kuntratt jew miċ-ċirkostanzi tal-każ.", "Mela hawnhekk il- konvenzjoni qiegħda tipprovdi element ta' formalita` dwar kif għandha ssir din l-għażla.", "U għalhekk qiegħda tgħid li din għandha tkun waħda espressa jew murija b'ċertezza raġjonevoli mill-klawsoli tal-kuntratt jew miċ- ċirkostanzi tal-każ.", "Issa fin-nuqqas ta' l-għażla, nerġgħu niġu lura għall- mistoqsija kruċjali.", "Liema hija s-sistema legali li se tirregola dak il- kuntratt?", "Din il-konvenzjoni tipprova tirrispondi din il-mistoqsija fl- artiklu 4 li jgħid hekk:", "\"Safejn il-liġi applikabbli għall-kuntratt ma tkunx intgħażlet skond l- Artikolu 3, il-kuntratt għandu jkun regolat mil-liġi tal-pajjiż li miegħu ikollu l-eqreb rabta.", "Iżda parti separabbli mill-kuntratt li jkollha rabta eqreb ma' pajjiż ieħor tista' f'każ eċċezzjonali tkun regolata mil-liġi ta' dak il-pajjiż l-ieħor.\".", "Ovvjament mhux dejjem ikun faċli li tiddetermina jew tistabbilixxi liema huwa dak il-pajjiż li għandu l-eqreb rabta mat-tali kuntratt.", "Għalhekk ħafna drabi jkollok tagħmel bilanċ tal-piżijiet billi tieħu l-aktar fatturi ta' konnessjoni ta' pajjiż ma' ieħor.", "Għalhekk tieħu l-aktar connecting factors li jeżistu ma' pajjiż ieħor.", "Fl-artiklu 4 subinċiż", "(2), il-konvenzjoni tagħti ċerti preżunzjonijiet.", "Fil-fatt tgħid hekk:", "\"Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tal-paragrafu 5 ta' dan l-artikolu, għandu jkun hemm preżunzjoni li l-kuntratt ikollu l-eqreb rabta mal- pajjiż fejn il-parti li jkollha tagħmel l-eżekuzzjoni li tikkaratterizza l-kuntratt kellha, fiż-żmien meta kien konkluż il- kuntratt, ir-residenza abitwali tagħha, jew, fil-każ ta' korp ġuridiku jew mhux ġuridiku, l-amministrazzjoni ċentrali tiegħu ...\".", "Preżunzjoni oħra li għandha x'taqsam mal-proprjeta` immobbli nsibuha fl- artiklu 4 subinċiż (3) li jgħid hekk:", "\"Minkejja d-disposizzjonijiet tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, safejn is-suġġett tal-kuntratt ikun dritt ta' proprjeta` immobbli jew dritt ta' użu ta' proprjeta` immobbli, għandu jkun hemm preżunzjoni illi l-kuntratt ikollu l-eqreb rabta mal-pajjjiż fejn il-proprjeta` immobbli tkun tinstab.\".", "Per eżempju, jien nixtri proprjeta` ġewwa l-Italja iżda tqum problema dwar il-garanzija tal-paċifiku pussess.", "Għalhekk ikolli niftaħ kawża fuq din il- problema.", "Hawnhekk tqum il-kwestjoni ta' liema hi dik il-liġi applikabbli għal dak il-kuntratt ta' bejgħ jew xiri ta' proprjeta` ġewwa l-Italja.", "Il- liġi applikabbli hija dik Maltija minħabba li x-xerrej huwa Malti jew inkella l-liġi Taljana?", "Skond din il-preżunzjoni qed ngħidu li fin-nuqqas ta' għażla, il-liġi applikabbli hija dik tal-pajjiż fejn tinstab il- proprjeta` immobbli.", "Ovvjament din hija preżunzjoni li tagħmel sens.", "L- artiklu 4 subinċinż (4) jittratta l-kuntratti għall-ġarr ta' oġġetti.", "Fil- fatt dan jgħid hekk:", "\"Kuntratt għall-ġarr ta' oġġetti m'għandux ikun soġġett għall- preżunzjoni tal-paragrafu 2.", "F'kuntratt bħal dan jekk il-pajjiż, li fih, fiż-żmien meta l-kuntratt ikun konkluż, min iġorr ikollu l-post prinċipali tan-negozju tiegħu, ikun ukoll il-pajjiż fejn ikun jinsab il-post tat-tagħbija jew il-post tal-ħatt, għandu jkun hemm preżunzjoni li l-kuntratt ikollu l-eqreb rabta ma' dak il-pajjiż.\".", "Huwa importanti li naraw li l-preżunzjoni fl-artiklu 4 subinċiż (5) m'hijiex waħda assoluta u din tgħid hekk:", "\"Il-paragrafu 2 m'għandux japplika jekk il-karatteristika ta' l- eżekuzzjoni ma tkunx tista' tiġi stabbilita, u l-preżunzjonijiet tal- paragrafi 2, 3 u 4 m'għandhomx jitqiesu jekk miċ-ċirkostanzi kollha ikun jidher li l-kuntratt ikollu rabta eqreb ma' pajjiż ieħor.\".", "Sur President, hawnhekk xorta huwa possibbli għall-partijiet li jirribadixxu dawn il-preżunzjonijiet li qegħdin insibu fil-konvenzjoni.", "Dan qiegħed isir sabiex ovvjament jgħin lill-partijiet.", "Il-konvenzjoni għandha ċerti regoli speċjali għal dawk il-partijiet meqjusa bħala dgħajfa fil-bargaining power tagħhom.", "Dawn jinkludu l-konsumaturi u l-impjegati.", "Din il-protezzjoni għall- konsumaturi u għall-impjegati nsibuha fl-artikoli 5 u 6 tal-konvenzjoni.", "L-għażla tal-liġi mill-partijiet għal kuntratt ma tistax iċċaħħad lill-konsumatur jew lill-impjegat mill-protezzjoni tar- regoli mandatarji tal-liġi li ġeneralment tkun applikabbli għalihom.", "Huwa importanti wkoll l-artiklu 7 li jgħid hekk:", "\"Fejn tkun applikata skond din il-Konvenzjoni il-liġi ta' pajjiż, jistgħu jinġiebu fis-seħħ ir-regoli mandatarji tal-liġi ta' pajjiż ieħor li miegħu s-sitwazzjoni jkollha rabta mill-qrib ...\".", "Dan ifisser li allavolja l-partijiet ikunu għażlu s-sistema legali Taljana, jekk hemm regoli mandatarji tal-liġi Maltija u l-kuntratt ikollu rabta mill- qrib ma' Malta, allura dawk ir-regoli mandatarji tal-liġi Maltija għandhom jiġu applikati.", "Mela naraw li l-istess konvenzjoni, bir-raġun, qed tagħmel limitazzjoni għal dritt ta' l-għażla.", "Naraw ukoll li fin-nuqqas ta' għażla tal-liġi kuntratt dwar xiri huwa regolat mil-liġi tal-pajjiż fejn il- konsumatur għandu r-residenza ordinarja tiegħu, filwaqt li kuntratt ta' impjieg ta' ħaddiem huwa regolat mil-liġi tal-pajjiż fejn l-impjegat jesegwixxi x-xogħol tiegħu jew, fin-nuqqas ta' dan, mil-liġi tal-pajjiż fejn hu jkun ġie ingaġġat.", "Il-konvenzjoni tipprovdi wkoll ċerti regoli speċjali għal ċerti materji partikolari bħal ċessjoni", "volontarja fl-artikolu 12 u surrogazzjoni fl-artiklu 13.", "Il-konvenzjoni tkopri wkoll il-liġi dwar il-kuntratti b'mod ġenerali ħafna billi tirregola l-interpretazzjoni ta' kuntratt kif ukoll l-eżekuzzjoni u nuqqas ta' eżekuzzjoni tagħha, kif ukoll in-nullita` u dan insibuh fl-artikli 8, 9, 10 u 11 ta' l-istess konvenzjoni.", "L-artiklu 16 jgħid li l-applikazzjoni ta' regola tal-liġi ta' kull pajjiż imsemmi f'din il-konvenzjoni tista' ma tintlaqax, biss jekk dik l-applikazzjoni tkun fid-deher li ma taqbilx ma' l- ordni pubbliku tal-forum.", "Dan ifisser li fl-aħħar mill-aħħar il-qrati ma jistgħux jiġu mitluba japplikaw sistema legali li tmur kontra l-ordni pubbliku ta' l-istess pajjiż fejn jinstabu dawk il-qrati.", "Jiġifieri d- dritt ta' ordni pubbliku huwa suprem.", "Pero` llum il-ġurnata hemm min qed jitlob li għandna mmorru pass oltre mill- konvenzjoni ta' Ruma, li ilha fis-seħħ għal dawn l-aħħar 26 sena, u qed issir diskussjoni ġewwa l-Ewropa sabiex il-konvenzjoni tiġi konvertita għal strument legali ta' l-istess komunita` Ewropea.", "Jingħad li l-vantaġġi ta' dan huma li jkollok iktar konsistenza fil-leġislazzjoni tal-komunita` f'dak li għandu x'jaqsam mad-dritt privat internazzjonali kif ukoll jagħti s- setgħa lill-qorti Ewropea tal-ġustizzja li tinterpreta l-istess konvenzjoni b'iktar konsistenza.", "Jingħad ukoll li hemm nuqqas ta' konsistenza fl- interpretazzjoni u fl-applikazzjoni ta' din il-konvenzjoni għax, skond l- istess artiklu 22 ta' din il-konvenzjoni, kull pajjiż għandu dritt li jagħmel ċerti riżervi u li f'ċerti ċirkostanzi jadotta regoli ġodda tad- dritt internazzjonali privat fir-rigward ta' kategorija partikolari ta' kuntratt.", "Pajjiż jista' wkoll jaċċedi għal konvenzjoni multilaterali fuq id-dritt privat internazzjonali.", "Artiklu 30 igħid ukoll li din il-konvenzjoni għandha ħajja għal żmien determinat.", "Insibu wkoll li xi drabi l-pajjiżi jinterpretaw il-konvenzjoni b'modi differenti u jekk nanalizzaw id-deċiżjonijiet tal-qrati nazzjonali naraw li ċerti artikli tal-konvenzjoni jiġu interpretati b'mod differenti minn pajjiż għall-ieħor.", "U għalhekk hemm moviment ġewwa l-Unjoni Ewropea sabiex il-qorti Ewropea tal-ġustizzja tingħata ġurisdizzjoni fuq ċerti materji u l-konvenzjoni ġiet supplimentata minn żewġ protokolli li jagħtu lill-qorti Ewropea tal-ġustizzja s-setgħa biex tinterpreta din il- konvenzjoni.", "Għal dan il-għan qed jiġi suġġerit li l-konvenzjoni ta' Ruma jkollha forma ta' regolament bil-għan li jkollha applikazzjoni diretta ġewwa l-pajjiżi membri sħaħ.", "Dan jevita l-inċertezzi li s-soltu jkun hemm meta jkollok direttiva li għandha tiġi transposed għal-liġi lokali ta' kull pajjiż ieħor.", "Fil-fatt illum il-ġurnata l-kummissjoni ħarġet green paper intitolata \"On the conversion of the Rome convention of 1980 on the law applicable to contractual obligations into a community instrument and its modernisation\", liema green paper qiegħda hemmhekk preċiżament biex il- kummissjoni tirċievi suġġerimenti dwar kif din il-konvenzjoni li ġiet milqugħa b'suċċess tista' tiġi modernizzata 26 sena wara li ġiet addottata mill-ewwel pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea.", "Hemm diversi suġġerimenti dwar kif tista' tiġi mtejba din il-konvenzjoni, x'inhuma l-limitazzjonijiet tagħha, x'inhuma d-difetti tagħha, jekk jagħmilx sens illum li, per eżempju, il-kuntratti ta' l-insurance a tenur ta' l-artiklu 1 subinċiż 3 jiġu esklużi, x'interpretazzjoni wieħed għandu jagħti għal temporary employment ta' impjegati skond artiklu 6 u affarijiet oħrajn.", "Sur President, huwa importanti li l-konvenzjoni tiġi riveduta għax kull liġi u kull trattatt huwa dokument ħaj u l-agħar ħaġa li qatt tista' tiġri għal kwalunkwe liġi hija li titlef dik il-ħajja tagħha, tispiċċa a dead letter u ma timxix 'il quddiem skond il-prassi moderni.", "Fil-fatt meta din il-konvenzjoni ġiet addottata fl-1980 il-konċett ta' kummerċ elettroniku lanqas kien jeżisti u llum, fejn ħafna mill-kummerċ qed isir over the internet u ħafna nies lanqas jiltaqgħu u l-kummerċ kollu u l-ftehim isir minn fuq l-internet - u allura lanqas nafu eżattament il-kuntratt fejn isir u għandek ir-regoli apposta dwar dan - naħseb li dawn l-iżviluppi teknoloġiċi u żviluppi ta' kummerċ internazzjonali għandna nirregolawhom.", "Għalhekk qed isir rethinking dwar x'għandna ninkludu f'din il-konvenzjoni biex tirrifletti iktar il-bżonnijiet tal-lum.", "Naħseb li hawn Malta għamilna pass importanti meta ġibna quddiem dan il-parlament l-abbozz ta' liġi biex nirratifikaw din il-konvenzjoni li bis-saħħa tagħha qegħdin nikkodifikaw ir-regoli li għandhom x'jaqsmu mal-private international law.", "Ħafna drabi qabel konna nirriferu għas-sentenzi Ingliżi tal-private international law għax ma kellniex ir-regoli tagħna biex jiggwidaw lill- qrati tagħna x'għandhom jagħmlu f'sistemi bħal dawn.", "Naħseb li dan huwa pass għaqli tal-gvern - u kif qed nara hemm ukoll il-kunsens ta' l- oppożizzjoni - biex nikkodifikaw sistema ta' regoli pożittivi li jirregolaw il-mekkaniżmu tad-dritt privat internazzjonali.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joseph Brincat.", "ONOR.", "JOSEPH BRINCAT: Sur President, se nkompli fejn spiċċa l-kollega tiegħi tan-naħa l-oħra li bħala sistema għażel li jagħti rendikont u jispjega l-kontenut tal-konvenzjoni u l-effett tagħha.", "Meta aħna nemmnu b'liġijiet kodifikati huwa importanti li wara dan iż-żmien kollu jkollna l- private international law ikkodifikata b'xi mod.", "U jekk dan huwa huwa l- aktar qasam delikat hemm oqsma oħra delikati - għalkemm m'hemmx il- konvenzjoni - li ġew stabbiliti bi prinċipji over a long period of time, li għandna nagħmluhom.", "Sur President, x'inhi l-private international law?", "Il-private international law ġieli jsejħulha conflict of laws, jiġifieri meta liġi ta' pajjiż tikkozza ma' liġi ta' pajjiż ieħor, mhux fl-istess pajjiż għax fl- istess pajjiż huma l-qrati tal-pajjiż li jridu jsolvuha.", "Imma ġieli jkollok kuntratt - u dan huwa diffiċli u dan huwa dak li pprovaw jirregolaw – bejn personalita` ġuridika f'pajjiż u personalita` ġuridika f'pajjiż ieħor u wieħed minnhom jiftaħ kawża f'pajjiż.", "Dan jgħidulu li għandu ġurisdizzjoni iżda mhux il-liġi tal-pajjiż tiegħu jrid japplika imma l-liġi tal-pajjiż l-ieħor.", "Allura imħallef ta' pajjiż isib ruħu li jrid japplika liġijiet li hu ma jafhomx.", "Ġeneralment f'każi bħal dawn jitqabbad espert fil-liġi barranija biex dan jagħti parir lill-qorti dwar il-liġi tal-pajjiż l-ieħor.", "Min qiegħed jismagħna jinduna kemm hija komplikata din is-sistema – dan minkejja li qed ngħidha b'mod sempliċi - aħseb u ara meta tiġi biex tagħżel liema hija l-liġi applikabbli.", "Kif qal l-Onor.", "Mario de Marco, waqt li fis-sistema Ingliża għandhom il- liġi tal-preċedent, jiġifieri wieħed jimxi fuq dak li qal imħallef xi 200 sena jew 150 sena ilu, u 50 sena wara wieħed jimxi fuq id-deċiżjoni tat- tnejn ta' qablu u nibqgħu neżlin hekk, u dak li jiddeċiedi għada se jimxi fuq deċiżjoni ta' 200 sena ilu, ta' 150 sena ilu eċċ, hawn Malta m'għandniex dik il-liġi.", "Jiġifieri naħseb li hija utli li jkun hemm xi forma ta' kodifikazzjoni għax taqta' ħafna problemi speċjalment issa li għandna kwestjonijiet li huma transfrontier.", "Qegħdin f'sitwazzjoni daqslikieku qegħdin bejn il-qorti ta' Malta u l-qorti ta' Għawdex kieku jkollhom liġijiet differenti.", "Minkejja li m'għandhomx leġislazzjoni differenti hekk qegħdin ukoll.", "Pero` ejja ngħidu li jkun hemm liġi għal Għawdex u liġi għal Malta.", "Allura meta jkun hemm kawża, liema liġi għandna napplikaw, il-liġi Għawdxija jew il-liġi Maltija?", "Fil-każ tal-kuntratti se jkun hemm affarijiet li jaqtgħu.", "Ħafna mill-affarijiet konna diġa` nafuhom u nipprattikawhom.", "Per eżempju, subartiklu 4(3) jgħid li fil-każ ta' dritt ta' proprjeta`immobbli, fuq il-bini japplika dak li konna ngħidulu l-lex situs, skond fejn tinsab il-proprjeta` immobbli.", "Jekk se nagħmel kawża fuq il- Bieb tal-Bombi rrid nagħmilha fil-qorti Maltija u skond il-liġi Maltija għax il-bini jinsab Malta imma mbagħad ikun hemm komplikazzjonijiet oħrajn li huma vasti.", "Jien naqbel ma' dak li qal l-Onor.", "Mario de Marco rigward il-kuntratti dwar konsumaturi jew kuntratti ta' impjieg u fuq il-validita`, imma m'iniex se noqgħod nidħol fihom biex ma nirrepetix.", "Pero` hawnhekk għandna baħar ta' private international law, allavolja din il-konvenzjoni tagħmilha ċara li r- regoli tagħha ma japplikawx għall-kuntratti dwar l-istatus ta' persuna.", "Fil-fatt paragrafu 2 ta' artiklu 1 taħt it-titolu \"Scope of the Convention\" jgħid:", "\"They shall not apply to questions involving the status or legal capacity of natural persons, without prejudice to Article 11.\"", "Allura żwieġ f'pajjiż ieħor huwa validu jew le?", "Liema liġi se tapplika għall-validita` tiegħu?", "Kien hemm ġurisprudenza li kienet tgħid il-post fejn jiġi ċċelebrat iż-żwieġ.", "F'sentenza Ahmed kontra Ahmed il-qorti ta' Malta qalet fejn kellu aktar rabta l-kuntratt.", "Anzi marret iżjed minn hekk u qalet li jkun ħażin - u din ikkwotat minn dak li kienu qalu fil-House of Lords – li jkollok bniedem miżżewweġ f'pajjiż u f'pajjiż ieħor ma jkunx miżżewweġ.", "Din il-konvenzjoni ma tkoprix dan.", "Jien qiegħed insemmi każ li ġie a konjizzjoni tiegħi fuq ċittadin Malti jgħix l-Ingilterra, ħa d- divorzju l-Ingilterra, żewġuh l-Ingilterra u meta ġie biex jiġi rreġistrat hawn Malta ż-żwieġ tiegħu ...", "Hawnhekk qed nistaqsi lill-minsitru biex jgħidli x'inhi l-opinjoni legali tiegħu.", "Żwieġ validu ġewwa l-Ingilterra jista' ma jkunx validu u reġistrabbli hawn Malta meta huwa ċittadin Malti?", "Din qed nistaqsihielu point blank għax niskanta kif ngħidu le.", "Allura naċċettaw iċ-ċertifikat tat-twelid ta' l-istat barrani, ta' l-Ingilterra - li lanqas huwa stat barrani llum, imma huwa stat fil-komunita` - imma ċ- ċertifikat li huwa miżżewweġ lil dik il-mara ma naċċettawhx.", "Għalhekk naħseb li wasal iż-żmien li din il-ħaġa nħarsu lejha ftit.", "Mhux aħna biss għandna problemi f'din il-kwestjoni.", "Per eżempju, żmien ilu ġewwa l-Italja kellhom il-kwestjoni", "taż-żwieġ ta' Carlo Ponti u Sophia Loren li kien sar f'Las Vegas fl- Amerika.", "Il-qrati Taljani m'aċċettawx iż-żwieġ tagħhom, imbagħad marru jiżżewġu fi Franza u ż-żwieġ tagħhom ġie rikonoxxut.", "Riċentement kien hemm każ quddiem la corte di cassazione Taljana ta' tnejn li kienu żżewġu f'Las Vegas, qabdu u għamlu ċ-ċerimonja, imma meta marru lura l-Italja kulħadd mar għal rasu qisu qatt ma ġara xejn, imbagħad reġgħu żżewġu lil ħaddieħor.", "Dawn akkużawhom b'bigamija għax qalu li xorta kienet saret iċ-ċerimonja taż-żwieġ.", "Dan qiegħed ngħidu għax mhux sewwa li jkollna din ir-regola f'qasam importanti, li jolqot iktar fil-laħam il-ħaj lill-individwu, ngħidu aħna fuq il-kuntratti tal-ġarr tal-merkanzija, allavolja - u hawnhekk għandu raġun l-Onor.", "Mario de Marco – hemm ħafna kumplikazzjonijiet ma' xiex torbot u ma torbotx.", "Pero` aħna ftit li xejn għandna poter li nbiddluha din, jiġifieri se nibilgħuha bis-sunnara, biċ-ċomba u bid-dudu b'kollox.", "Hemm parti mir-regoli li m'humiex daqstant ċari u se jippreżentaw komplikazzjonijiet.", "Għalhekk hemm bżonn li nibdew nibnu interpretazzjoni jew inkella din tinbidel imma naħseb aħna żgħar wisq biex nistgħu nġibu tibdil f'din il-konvenzjoni ħalli tkun iktar ċara f'ċerti oqsma.", "Pero` l- kwestjoni ta' l-istatus personali hija importanti ħafna għax aħna m'għandniex biss l-Unjoni Ewropea.", "Qasam ieħor li għandu x'jaqsam ma' private international law li jolqot ħafna fil-laħam il-ħaj hija l-kwestjoni tat-testmenti li għandhom x'jaqsmu magħhom l-emigranti.", "Hemm emigranti li jmorru fil-continental countries bħalma huma l-Italja u Franza li l-konċetti tal-wirt tagħhom huma prattikament bħal tagħna, imma mbagħad hemm emigranti li jmorru l- Awstralja, l-Ingilterra jew l-Amerika fejn in-nutara ma jagħtux kas tat- testmenti.", "Jekk wieħed jagħmel testment, iħallih fl-iskrivanija u xi ħadd isibu, jagħmel il-probate tiegħu u jipprova li kien l-aħħar testment tiegħu, dak se jirbaħ fuq kwalunkwe testment li seta' għamel f'Malta u kif diġa` għedt, din tista' tikkawżalna problema.", "Per eżempju, proprjeta` li kellha familja ġewwa Malta biegħuha u qassmuha skond it-testment Awstraljan meta kien hemm affarijiet oħrajn hawn Malta li għal dik l-immovable property kellu japplika t-testment ta' Malta.", "Huwa importanti ħafna li meta jinqalgħu każijiet bħal dawn ma noqogħdux biss fuq il-ġurisprudenza.", "Sur President, wara li nagħmlu l-private international law jew il-conflict of laws - nappella biex inkunu realistiċi ma' dak li qed nagħmlu aħna - naħseb li wasal iż-żmien li nindirizzaw ukoll kwestjonijiet dwar l-istatus tat-tfal, il-leġittimita` tagħhom, il-validita` taż-żwieġ u l-validita` tal- ħall taż-żwieġ.", "Huwa realistiku llum li jkollna naraw is-sistema kif jinħall żwieġ barra minn pajjiżna, barra l-ġurisdizzjoni tagħna?", "Per eżempju, wieħed li huwa miżżewweġ Maltija f'pajjiż musulman - u hawn kwantita` miżżewġin musulmani - bil-liġi tagħhom tat-\"Talaq\" jgħid ...", "Ħalli nagħti eżempju.", "Jekk wieħed ikollu l-privileġġ Pawlin u jmur jiżżewweġ l-Italja, imbagħad ċivilment dan trid tirrikonoxxih hawn Malta.", "Jekk tgħidli le, allura ngħidlek: Mela dan miżżewweġ l-Italja u hawn Malta mhux miżżewweġ.", "Kif jista' jkun ikollok pożizzjoni bħal dik?", "Allura jekk il-musulmani għandhom a religious form of divorce ma tistax ma tirrikonoxxihx u mbagħad tirrikonoxxi ta' dak li għandu l-privileġġ Pawlin.", "L-istess fil-każ tagħna għax aħna għandna s-sistema ta' l-annullament ekkleżjastiku li mbagħad jiġi eżaminat u approvat mill-qorti ta' l-appell fil-każi kongruwi u fis-sistema li hemm.", "L-approvazzjoni ma tfissirx li terġa' tagħmel il-kawża imma li tapprovah.", "Jien qed nistaqsi jekk hijiex diskriminatorja llum li jkollok lil xi ħadd li bil-liġi musulmana ...", "U mhux musulmana biss, jista' jkollok ir-reliġjon Lhudija, għax ġewwa l- Ewropa hemm numru kbir appartenenti tar-reliġjon Lhudija li għandhom ukoll is-sistema reliġjuża tagħhom.", "Allura x'se nagħmlu?", "Se niġu f'diffikultajiet fuq dawn l-aspetti.", "Jekk ma nilleġislawx f'dan il-qasam biex ikollna regoli ċerti se nispiċċaw - u dan jiddispjaċini ngħidu – li minflok wieħed ikun jaf x'inhi l-pożizzjoni tiegħu jispiċċa quddiem l- imħallef u kulħadd huwa bniedem, għandu l-likes and dislikes tiegħu.", "Dan l- istess bħall-każ ta' persuna bix-xagħar li hija aċċettata iktar minn oħra bla xagħar.", "Issa forsi jkun hawn min jgħidli li dawn huma gosti imma fejn jidħlu drittijiet mhix kwestjoni ta' gosti.", "Mhux sewwa li tħalliha f'idejn l- imħallef għax dan huwa qasam fejn kulħadd jista' jkollu l-filosofija personali tiegħu u fejn tidħol il-filosofija personali hemmhekk ...", "Jien qed ngħid ikun min ikun għax din ġieli narawha fil-ħajja.", "Se nsemmi wieħed - u se nsemmi fit-tajjeb – mill-aktar nies twajbin, ħelwin u ta' karattru li tqatta' u tiekol minnu.", "Qed nirriferi għall-Imħallef Stephen Borg Cardona, Alla jagħtih il-ġenna.", "Is-segretarju jew ir-reġistratur tiegħu kien Ġiġi Gonzi li jekk tistaqsini min kien l-iktar wieħed makakk minnhom ngħidlek li żgur mhux l-imħallef.", "Jien qed ngħid il-verita` - u Ġiġi mhux se jieħu għalih lanqas għax qed ngħidlu hekk - u m'iniex qed nagħmel xi disprezz.", "Darba kelli kawża quddiemu u kien hemm mara li bdiet tibki u tgħid li r- raġel tagħha jaqla' ħafna flus għax ibigħ il-pastizzi f'ċertu post, eċċ. L- imħallef tant tħassaraha li taha manteniment ta' Lm70 fil-ġimgħa.", "Dan kien f'Ġunju ta' l-1976, żmien is-sajf u allura l-Imħallef Stephen Borg Cardona ħareġ bil-leave u daħal imħallef ieħor li ma kellux l-istess mentalita`.", "Jien għedtlu: M'iniex se ngħidlek bħalma għamel l-imħallef ta' qablek ħmistax ilu jew tliet ġimgħat ilu biex tagħti Lm70 fil-ġimgħa.", "U dan qalli: \"Kemm taha?", "Jien Lm7 nagħtiha għax inkella tgħolli rasha u r-raġel tagħmlu żibel!\"", "Dan naħilfu jien.", "Meta l-klijent tal-każ l-ieħor, li kien quddiem l-Imħallef Borg Cardona, sar jaf bid-deċiżjoni - għax ma kienx mar għall-kawża - qal: L-imħallef jaf kemm irrid inbigħ pastizzi biex niġbor Lm70 fil-ġimgħa?", "Naħseb li l-kollega tiegħi għadda minn dawn l-affarijiet.", "Jeħtieġ li f'affarijiet delikati bħal dawn ikun hemm deċiżjonijiet konformi ma' dik li hija l-prattika standard ta' pajjiżi oħra ħalli ma jġibuniex f'konflitt, speċjalment ma' l-Ewropa, ma' pajjiżi tal-Commonwealth fejn hemm l-emigranti u ma' third world countries fejn il-Maltin qegħdin jiżżewġu wkoll.", "Dan qed ngħidu għax ma jistax ikun li ngħidu li din il- liġi m'hijiex applikabbli f'dan il-pajjiż u l-pajjiż l-ieħor jgħid li din il-liġi m'hijiex applikabbli.", "Il-ħajja hija qasira u f'dawn il- kwestjonijiet importanti ma jistax ikun li wieħed ma jkunx jaf id- drittijiet tiegħu u l-liġi li tapplika u ma tapplikax għalih.", "Issa ħalli nerġa' niġi lura għas-suġġett.", "Din il-konvenzjoni li se ssir parti mil-liġi ta' Malta tkopri ftit oqsma biss.", "Hemm ħafna aktar oqsma li huwa importanti li nkopruhom fosthom, kif diġa` semmejt, l-istatus ta' l- individwu u t-testmenti.", "Jeħtieġ ikollna regoli li bihom l-affarijiet nagħmluhom faċli - jekk mhux faċli għallinqas ċerti - għan-nies li jsibu ruħhom f'dawk iċ-ċirkostanzi għax ħafna drabi jkunu f'miżerja kbira.", "Qed nagħmel dan l-appell għax filwaqt li l-konvenzjoni ġiet sħuna sħuna minn Ruma, allavolja ilha 25 sena, bil-protokolli tagħha b'kollox, naħseb li wasal il-waqt li f'oqsma oħrajn ma nkunux iktar dicey.", "Minflok noqogħdu sejrin fuq dak u fuq l-ieħor immorru għad-deċiżjoni u ngħidu li dawn huma r- regoli.", "Jien staqsejt diversi affarijiet lis-segretarju parlamentari u se nistaqsih oħra għax smajt lill-Minsitru Tonio Borg jgħid li l-passaport Malti huwa prova taċ-ċittadinanza kullimkien.", "Dik hija l-pożizzjoni tal-gvern jew le?", "(Interruzzjonijiet) Mhux tgħidli \"safejn naf jien\" għax safejn naf jien hekk hi.", "Għandu jkolli dikjarazzjoni biex inkun naf jekk passaport huwiex il-prova taċ-ċittadinanza?", "Irridu nkunu nafu fejn aħna għax anke f'oġġett żgħir daqshekk għandna t-taħwid.", "Nirringrazzjak, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Carmelo Abela): Grazzi.", "Is-Segretarju Parlamentari, jekk jogħġbu, jagħmel il-winding up.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI (Segretarju Parlamentari): Sur President, l- ewwelnett nixtieq nibda billi nirringrazzja lill-kelliema li ħadu sehem, jiġifieri lill-Onor.", "Anġlu Farrugia, lill-Onor.", "Mario de Marco u lill-Onor.", "Joseph Brincat.", "Jidher li hawn qbil ċar fuq dan is-suġġett u kulħadd qiegħed jgħid li hija ħaġa tajba li nibdew nilleġislaw fuq il-private international law.", "Preżentement qegħdin f'sitwazzjoni fejn niddependu minn żewġ fonti, mis-sentenzi li jingħataw mill-qorti u minn dak li jgħidu l- awturi Ingliżi fuq is-suġġett.", "M'għażilniex lill-awturi Ingliżi arbitrarjament imma billi aħna konna kolonja Ingliża meta ħadna l- indipendenza writtna dik il-ġabra ta' liġijiet li kellhom l-Ingliżi fuq il- private international law li kienet ġejja mill-interpretazzjoni tal-qrati Ingliżi kif ġiet stabbilita f'dak li tissejjaħ b'mod komplessiv bħala l- common law.", "Jiġifieri hawn qbil li hija ħaġa tajba li se ssir din il-liġi u verament qed nieħu pjaċir - speċjalment b'dak li qal l-aħħar kelliem - li hawn qbil ukoll li għandna nagħmlu kodiċi tad-dritt privat internazzjonali.", "Sur President, m'hijiex ħaġa faċli li nagħmlu kodiċi tad-dritt privat internazzjonali, anzi hija xi ħaġa diffiċli ħafna.", "Il-kelliema semmew diversi punti li għandhom x'jaqsmu mal-familja, mas-suċċessjoni u ma' proprjeta` li huma ta' tensjoni kbira, pero` x'imkien irridu naqtgħuha.", "Għalkemm napprezza li hawn min qed indejqu fil-pajjiż għax qed nagħamel tant leġislazzjoni naħseb li hemm bżonn li dan il-ministeru jimbarka fuq din it-triq iebsa u diffiċli, li ħadd ma mbarka fuqha qabel, li biha nistabbilixxu kodiċi ieħor fil-liġijiet tagħna li huwa kodiċi ta' dan is- suġġett partikolari.", "Kif spjega tant tajjeb l-Onor.", "Joseph Brincat in this day and age hemm bżonn li jsir.", "Nittama li meta niġu f'dan il-parlament b'dak l-abbozz ta' liġi jkun hemm, bħas-soltu, kooperazzjoni sabiex kemm jista' jkun inkunu qegħdin nolqtu l-punti prinċipali u nipprovaw nirreġistraw avvanz ieħor li huwa tant neċessarju.", "Kif qal tajjeb l-Onor.", "Mario de Marco huwa minnu li bħalissa mhux biss hemm diskussjoni għall-aġġornament ta' din ir-Rome convention imma hemm ukoll diskussjoni fuq obbligazzjonijiet li m'humiex ta' natura kuntrattwali jiġifieri obbligazzjonijiet li jitwieldu minn inċidenti tat-traffiku jew obbligazzjonijiet li huma kważi kuntrattwali.", "S'issa m'hemmx qbil fuq livell Ewropew, anzi hemm diverġenzi kbar.", "Pero` nittamaw li aħna nieħdu l- aħjar partijiet tagħhom u ninkluduhom f'dan il-kodiċi tad-dritt privat internazzjonali.", "L-Onor.", "Brincat semma punt kruċjali rigward il-kwestjoni ta' l- interpretazzjoni tal-liġi mill-ġudikatura li se jibqa' punt ta' dejjem, jiġifieri min għandu jkollu l-iktar importanza fl-interpretazzjoni tal- liġi, jekk hux il-kelma u l-interpretazzjoni li tingħata hawnhekk fil- parlament jew dik li tingħata mill-ġudikant fil-qorti.", "Fl-opinjoni tiegħi – u din hija t-teżi li nsostni – hija l-interpretazzjoni li tingħata f'dan il-parlament li għandha tipprevali u huwa żbaljat meta l-interpretazzjoni li tkun ingħatat minn hawn ġew tiġi skartata jew mibdula mingħajr ebda forma ta' motivazzjoni profonda f'dak li għandu x'jaqsam mal-kambjament fl- interpretazzjoni tal-liġi.", "Il-leġislatur jagħmel il-liġi bi skop ċar u abbażi ta' prinċipju etiku fundamentali li jkun hemm f'dik il-liġi.", "Meta dawn iż-żewġ binarji jinbidlu ovvjament l-effetti tal-liġi jinbidlu kompletament u, kif nafu, nagħmlu x'nagħmlu f'dan il-parlament l- applikazzjoni tal-liġi tiddependi dejjem mill-ġudikatura fil-qorti.", "Fortunatament b'din ir-Rome convention wieħed jista' jħares 'il quddiem sabiex dan is-settur jiġi ċċarat għax fejn il-leġislatur m'għamel xejn allura wieħed ma jistax ilum lill-imħallfin li jagħmlu l-liġi huma stess, bl-interpretazzjoni tagħhom stess ta' x'suppost għandha tkun il-liġi Maltija fuq id-", "dritt privat internazzjonali.", "Il-qorti għandha fuqha l-piż li tiddeċiedi kull kawża li tidher quddiemha.", "Ma tistax tgħid li kawża ma tistax tiddeċidiha għax m'hawn ebda liġi fuqha.", "Ma tistax tagħmel hekk.", "Dan huwa prinċipju li ġej minn żmien id-dritt Ruman fejn l-imħallef irid bilfors jiddeċiedi l-kwestjoni li jkollu quddiemu.", "Allura imħallef li qabel kellu quddiemu każ dwar dritt privat internazzjonali - jiġifieri fejn hemm element barrani għax hemm event, kuntratt, il-persuni jew xi ħaġa li hija ta' natura barranija u allura tista' tqum il-kwestjoni ta' liema hi l-liġi li tirregola rabta legali bejn in-nies - ried jiddeċiedi hu xi jsegwi.", "U l- prinċipju li żammew il-qrati tagħna huwa li jħarsu lejn il-private international law Ingliża.", "Pero` wieħed irid jgħid li d-dritt privat internazzjonali Ingliż avvanza speċjalment f'dan is-settur, għax ilhom li daħħlu r-Rome convention mill-1990.", "Allura issa qegħdin fis-sitwazzjoni li dan is-settur tad-dritt privat internazzjonali qiegħed fl-anomalija li qegħdin napplikaw il-liġi Ingliża kif kienet qabel l-1990.", "Jiġifieri hawn Malta għadna qed napplikaw il-liġi li l-Ingliżi issa ilhom li abbandunaw.", "Wieħed jifhem li din m'hijiex sitwazzjoni li għandna nkomplu naċċettaw jew inħaddnu, anzi għandna nieħdu ħsieb li nilleġislaw.", "Nerġa' ngħid li dan huwa settur importanti għall-pajjiż u se jkun ferm iktar importanti minħabba n-negozju li qed isir ma' pajjiżi fl-Unjoni Ewropea u ma' pajjiżi oħra barra l-Unjoni Ewropea, bħalma huwa l-kuntratt ta' l-iSmartcity li għadu kemm issemma.", "Il-fatt li almenu jkollna dritt privat internazzjonali hawn Malta u li kemm jista' jkun ikun uniformi ma' ta' pajjiżi oħrajn huwa ċavetta oħra ta' stabilita` għan-nies fin-negozju f'Malta għax dan inaqqsilhom ir-riskji.", "Ħafna drabi s-settur legali ma jikkonsidrax lilu nnifsu bħala fattur ta' riskju għall-kompetittivita` tal- pajjiż.", "Imma l-inċertezza fl-applikazzjoni u fl-interpretazzjoni tal-liġi huma fatturi ta' riskju għas-settur tan-negozju.", "Għaldaqstant huwa importanti ħafna li d-dritt privat internazzjonali jiġi kodifikat u leġislat.", "Dan huwa għall-vantaġġ mhux biss ta' l-avukati, biex l-avukati jkollhom x'jagħmlu jew biex l-avukati jkollhom fuqxiex jedhew, imma għall- ġid ta' pajjiżna.", "Allura din il-liġi qed issir biex pajjiżna jimxi pass ieħor 'il quddiem.", "Fil-bidu diġa` ddikjarajt li nittama li hawnhekk inkunu qegħdin inħarsu biex kemm jista' jkun malajr - jekk kollox imur tajjeb forsi lejn il-bidu tas-sena li ġejja - ikun hemm dan il-", "kodiċi tad-dritt privat internazzjonali mfassal u lest.", "Saru xi kummenti rigward l-operat tal-qorti u l-operat tad-diversi miżuri li rnexxielna nieħdu tul din il-leġislatura.", "Smajt kritika fuq diversi punti.", "L-ewwel kritika hija li qed isiru wisq emendi.", "Bir-rispett kollu lejn min qiegħed fis-settur legali jidher ċar li m'huwiex qed jgħix f'din id-dinja, mhux qed jirrealizza li l-globalizzazzjoni, barra li jkollha effetti fuq l-ekonomija, fuq il-kuntratti, fuq l-affarijiet soċjali, għandha effett ukoll fuq il-liġi.", "Illum hemm studji fuq l-effett tal- globalizzazzjoni fuq il-liġi, kemm it-teħid ta' konċetti minn ġurisdizzjoni għal ġurisdizzjoni oħra kif ukoll fil-kompetizzjoni tax-xogħol legali, u mhux biss fil-kompetizzjoni tax-xogħol legali imma anke fil-mod kif jiġu mfassla l-liġijiet.", "Allura fil-kamp legali rridu nirrealizzaw li jekk ma naġġornawx ruħna ma' l- iktar sistemi legali avvanzati li hawn fl-Ewropa u fid-dinja aħna se naqgħu lura.", "Pero` m'għandniex naqgħu lura u m'għandux ikollna settur fis- soċjeta` tagħna li waqa' lura.", "Għalhekk dan il-ministeru f'dawn is-sentejn u nofs, tliet snin imbarka fuq proċess kbir ta' rinnovament.", "Jien naċċetta l-kritika ta' dawk li jgħidu li jien irrid nagħmel diversi emendi fil- liġijiet, pero` dan qed isir mhux għall-pjaċir ta' l-emendi, għax m'għandniex x'nagħmlu, imma għax hemm il-bżonn.", "Jekk ma nirrealizzawx dan il-bżonn ifisser li l-kultura legali tagħna tant fossilizzata hija mwaħħla u jekk nibqgħu sejrin hekk f'pajjiżna kollox se jiġi staġnat.", "Fortunatament, minkejja diversi ostakli, diversi impedimenti u kritika fil- gazzetti, irnexxielna nagħmlu ħafna u għax irnexxielna nagħmlu ħafna jkun hemm min qisu jiddejjaq għax għamilna ħafna.", "Veru li hemm partijiet fil- liġijiet li trid tistudjahom mill-ġdid pero`, bir-rispett kollu, meta wieħed jaqra d-diversi emendi li għamilna jirrealizza li dawn huma strumenti aħjar u aqwa għal żewġ raġunijiet.", "L-ewwelnett għall- applikazzjoni tal-liġi u t-tieni għall-mod ta' kif il-liġi tiġi two per two mal-ħajja taċ-ċittadin.", "Jista' jkun li f'dan is-seklu nibqgħu naċċettaw li jkollna kawżi li jdumu biex jinqatgħu jew nibqgħu naċċettaw li każijiet li m'hemmx bżonn jidħlu l-qorti jibqgħu jidħlu l-qorti?", "Qisha xi ħaġa kontra d-dinja, xi ħaġa li se tinfetaħ l-art u joħorġu l-vulkani jekk kemm-il darba nbiddlu s-sitwazzjoni legali li għandna llum.", "Sur President, jgħiduli li niftaħar bil-miżura ta' l-introduzzjoni ta' l- ittri uffiċjali eżekuttivi.", "Bir-rispett kollu mhux niftaħar biha imma nxandarha u nxandarha għax inħoss li iktar ma nxandarha aktar isir użu minnha.", "Din hija ittra uffiċjali eżekuttiva li tagħti lill-poplu strument aktar veloċi u aktar effiċjenti biex jieħu rimedju.", "Hawnhekk għedna li f'ċerti każijiet, bħalma huma dawk ta' nies li għandhom jieħdu taħt il- Lm5,000 fi flus u dawk li għandhom jieħdu kwalunkwe ammont ta' flus taħt il- kambjali, kulma trid tagħmel huwa li tippreżenta ittra uffiċjali eżekuttiva l-qorti, u dik l-ittra tinnotifikaha lill-parti l-oħra.", "Jekk ma jkunx hemm risposta fi żmien 30 ġurnata għal ittra uffiċjali ta' ammont taħt il- Lm5,000, allura ssir titolu eżekuttiv, jiġifieri tagħtik l-istess drittijiet ta' sentenza biex toħroġ mandati.", "Fil-każ ta' l-ittra uffiċjali tal-kambjala, jekk wara jumejn li tiġi notifikata ma tkunx ħallast, dik issir titolu eżekuttiv.", "Jien tlabt biex jippreparawli l-istatistika għax, għalkemm jgħiduli li jien iffissat fuq l-istatistika, dik hija ċ-ċavetta biex turik x'inhu jiġri.", "Irrid ngħid li kemm ilna li daħħalna fis-seħħ l-ittri uffiċjali tal- kambjali fil-prim'awla tal-qorti ċivili għandna 1,019-il waħda.", "Dan ifisser li l-qrati tagħna ffrankaw l,019-il kawża li s-soltu kienu jieħdu l- ħin tal-qorti biex jiġu appuntati, jiġu deċiżi u meta jiġu deċiżi l- imħallef irid joqgħod jikteb is-sentenza.", "Dan il-ħela ta' ħin kollu ffrankajnieh u llum b'sempliċi ittra uffiċjali li tiġi ppreżentata l-qorti, li tiswa Lm10, u tiġi rċevuta min-naħa l-oħra, inti tieħu rimedju.", "Jiġifieri almenu għandna l,020 persuna f'dan il-pajjiż li ħadu rimedju legali.", "Rigward l-ittra uffiċjali ta' ammont taħt il-Lm5,000 is-sena l-oħra ġew ippreżentati l,429 u mill-ewwel tas-sena sat-3 ta' Marzu ta' l-2006 ġew ippreżentati 670 ittra.", "Jiġifieri b'kollox 2,100 persuna għamlu użu minn din l-ittra uffiċjali.", "Jekk tgħodd iż-żewġ tipi ta' ittri uffiċjali ssib li b'kollox kien hemm 3,000 ruħ li għamlu użu minn din il-miżura u lil dawn tajnihom rimedji ġodda ta' kif jistgħu jieħdu d-drittijiet tagħhom aktar malajr.", "Dan għamilnieh għal diversi raġunijiet, fosthom għax sibna li kwantita` kbira ta' kawżi fil-qorti kienu kontumaċi, jiġifieri xi ħadd jagħmel il-kawża u l-ieħor ma jweġibx.", "Dawn it-tip ta' kawżi kienu qegħdin jaħlu ħafna mill-ħin tal-qrati tagħna.", "Ejja naraw x'inhu l-effett illum.", "Is-sena l-oħra kellna żieda ta' 40% fix-xogħol", "ġudizzjarju u l-kawżi fuq il-lista tal-pendenti naqsu bi 12%.", "Dak kien is- sena l-oħra meta konna għadna qegħdin naqbdu r-ritmu f'din il-miżura.", "Irrid nagħti ftit statistika ta' l-ewwel xahrejn tas-sena.", "Fil-qorti tal- maġistrati bdejna s-sena b'1,457 kawża u fl-aħħar ta' Frar kien hemm l,254.", "Jiġifieri f'xahrejn biss il-kawżi pendenti naqsu b'200 jew b'14%.", "Fit- tribunal għal talbiet żgħar kien hemm qabża akbar.", "Minn 2,317-il kawża li bdejna s-sena bihom spiċċajna b'1,636 kawża fl-aħħar ta' Frar, tnaqqis ta' 29% f'xahrejn biss.", "Dan ifisser li dawn l-ittri uffiċjali eżekuttivi li tant jiġu kkritikati huma strument utli.", "Ma nafx għalfejn ħaddieħor jiddejjaq li niftaħar bihom.", "L-oppożizzjoni oġġezzjonat għalihom u ma nafx x'ma għajritnix fuqhom, imma llum dawn qegħdin jaħdmu.", "Allura m'għandix id- dritt li ngħid li l-gvern li jien nirrappreżenta ressaq dawn l-emendi li saru liġi u issa qegħdin jaħdmu?", "Għandi dritt ngħid hekk.", "Allura dak ifisser li qed niftaħar?", "Le, qiegħed ninforma lill-poplu li l-miżuri li ħa dan il-gvern ħadmu, kuntrarjament għall-opinjoni ta' ħaddieħor.", "Ħadd m'għandu għalfejn jieħu għalih, anzi jien nippretendi li għandi nsib iktar sostenn sabiex dawn il-miżuri li verament ħadmu u verament taw xogħol tajjeb lill-qorti jkomplu jżidu fl-effett tagħhom.", "Kien hemm xi ħadd li qalli li l-poplu ma jridx li jkun hemm iktar emendi.", "Kulma jinteressah il-poplu huwa li jkun hemm effiċjenza fil-qrati.", "Mela ejja naraw kemm dan qed jingħad minn xi ħadd li qed jgħix fir-realta` tal- qorti jew le, li jaf x'inhuma verament il-problemi legali li hemm fil- qorti.", "Il-problema li hemm fil-qorti hija li kollox kien jidħol ġol-qorti, anke kwestjonijiet li m'hemmx bżonn jingħataw attenzjoni minn maġistrat, minn imħallef jew minn ġudikant tat-tribunal għal talbiet żgħar.", "Il-poplu huwa interessat fl-emendi li jsiru, anzi l-ħin kollu jitlob li nagħmlu emendi ġodda u li nikkreaw toroq ġodda sabiex jieħu r-rimedju li għandu jieħu u ma jdumx biex jieħdu.", "Sur President, ma' kulmin iltqajt - ħlief ma' dawk l-avukati ta' ċerta eta` li nifhem li jiddejqu li jridu joqogħdu jerġgħu jistudjaw il-liġi – speċjalment ma' l-avukati ż-żgħar, ir-risposta kienet pożittiva u qaluli biex nimxi aktar 'il quddiem u nagħmel aktar emendi.", "Wieħed irid jifhem li iktar ma nneħħu xogħol bla sens minn fuq ħoġor imħallef jew ġudikant iktar inkunu qegħdin nagħtu ħin lil dak il-ġudikant li jkun jista' jiddedikah għal kwestjonijiet li huma verament ta' mertu tiegħu.", "Jien niftakar dejjem f'dan l-eżempju.", "Jekk inti taqbad player li huwa professional u tqiegħdu jilgħab fi ground ta' l-amateurs xorta se jilgħab il-football, pero' m'intix se tieħu l-aqwa valur tiegħu.", "Xorta se jipprova jagħmel id- dribbling, xorta se jipprova jiskorja, pero` altru tilgħab dak il-player fil-post fejn jixraqlu jilgħab u altru tilagħbu fil-post ħażin.", "Dan hu li ħadd ma jrid jirrealizza, li l-ġudikanti tagħna m'aħniex qed nużawhom kif ħaqqhom li jiġu wżati.", "Għalhekk għamilna dawn l-emendi u għad irridu nagħmlu iktar.", "Irrid infakkar lil din il-Kamra li l-ġimgħa li ġejja, jekk Alla jrid, se jkollna abbozz ta' liġi ieħor li jemenda l-kodiċi ta' proċedura fuq il-mandati kawtelatorji u l-mandati eżekuttivi.", "M'għandix dubju li dik hija liġi li tinvolvi ħafna aktar emendi, imma hemm bżonn li jsiru dawn l-emendi sabiex jirnexxielna nnaqqsu mill-piż li għandhom fuqhom il-ġudikanti u biex nagħmlu l-ħajja iktar faċli għan-nies.", "Mhux biss nagħtuhom rimedju li jkollhom sentenza tal-qorti malajr, imma nagħtuhom ukoll ir-rimedju li dik is-sentenza jesegwixxuha malajr.", "Jien rajt li saret ċerta kritika mill-kelliem ta' l-oppożizzjoni fi stanzi oħra, mhux hawnhekk, rigward affarijiet li huma strettament ta' amministrazzjoni tal-qorti.", "Jien niskanta kif kultant ikun hawn l-idea li jien, bħala segretarju parlamentari, irrid nirrelega lili nnifsi bħala amministratur tal-qorti.", "Jien m'iniex l-amministratur tal-qorti.", "Hemm amministraturi tal-qorti, hemm direttur ġenerali tal-qorti u hemm id- diretturi tal-qorti li għandi fiduċja fihom.", "Huwa team tajjeb, kompetenti ħafna u qiegħed jagħmel tibdiliet kbar fil-qorti.", "Dan it-team qiegħed jidħol b'mentalita` kompletament differenti minn dik li kellna qabel.", "Jien politiku, m'iniex l-amminstratur tal-qorti, pero` ħaddieħor qisu qed jiddejjaq li jien qed nagħmilha tal-politiku, li jien qed nagħmel l-emendi, u jridni nirrelega lili nnifsi kariga li m'għandix nokkupa għax hemm ħaddieħor li qed jokkupaha tajjeb.", "Sur President, inħossni ftit redikolu li rrid noqgħod inwieġeb fuq diversi punti ta' l-amministrazzjoni, pero` għall-korrettezza se nweġihom.", "Per eżempju, saret il-kritika fuq il-kwestjoni tal-lifts tal-qorti.", "Mill- affarijiet kollha li għamilna fil-qorti wieħed iħares lejn il-lifts biss!", "Ma ġara xejn.", "Dawn il-lifts ilhom jiġu wżati u sfortunatament marrulhom xi partijiet elettroniċi li biex jinbidlu trid issir spiża ta' Lm12,000!", "Din m'hijiex ċajta.", "Din hija xi ħaġa li ma kenitx prevista pero` trid issir.", "In-nies tal-qorti għamlu kulma setgħu jagħmlu sabiex jissewwew dawn il- lifts.", "Pero` ħadd ma jgħid li meta jien inħtart bħala segretarju parlamentari l-ewwel ħaġa li għamilt kienet li ħadt ħsieb li niltaqa' man- nies tal-qorti u ftehemna li jinbena lift ieħor.", "Dawk iż-żewġ lifts itellgħu erba' persuni t-tnejn li huma u minflok issa hemm lift ieħor li jtella' tmien persuni.", "Jiġifieri l-kapaċita` li biha jitilgħu tmien persuni issa telgħet għad-doppju, jiġifieri għal sittax.", "Bħalissa ż-żewġ lifts prinċipali tan-nofs huma weqfin imma hemm lift ieħor ta' tmienja li qed jaħdem ukoll.", "Imma le, fuq dak il-lift irridu nitilgħu!", "Ma ngħidux li hemm lift ieħor!", "Sur President, saret ukoll kritika għat-tibdil li sar fl-entratura tal- qorti.", "Jien irċevejt anke verbal ta' ġudikant fejn xi ħadd qalli li ma jmissnix tajt kas fuq l-entratura tal-qorti.", "Meta tkellimt ma' l- amministraturi tal-qorti qbilna li l-qorti m'għandhiex tibqa' post li qisu ma dħalt imkien, jew inkella kont qiegħed fi Triq ir-Repubblika l-Belt u qbadt u dħalt qisu ma ġara xejn.", "Bir-rispett kollu, m'iniex se ngħid li kienu jidħlu ħafna nies biex jisservew fil-qorti, pero` dik kienet realta`.", "Issa għamilna entratura b'ċerta dinjita` fil-qorti.", "Kien hemm min ikkritikani li għamiltha qisha hotel.", "M'għandux x'jaqsam, l-importanti hu li kulmin min jidħol fil-qorti jħossu li daħal ġo qorti ta' pajjiż Ewropew demokratiku, stat modern.", "X'fiha din?", "Le, irridu nibqgħu nċekknu l-qorti!", "Aħna qed nipprovaw intejbu l-qorti u ħaddieħor jiġi jgħid li aħna għamilna xi ħaġa ta' grandjożita`.", "Lanqas li waħħalna xi lapida, qgħadna naqtgħu xi żigarella u għamilna xi pompa biex ninawgurawha bħalma niġu kkritikati!", "Sempliċement għamilna l-entratura tal-qorti u għamilna security zone.", "Peress li l-makna tas-security kienet għadha ġdida u ġiet użata għaċ-CHOGM - u din għedtha u ddikjarajtha diversi drabi - kien hemm min qal li ġiet bil-ħsara.", "Din ma kellha l-ebda ħsara.", "Ġiet użata mill-pulizija għaċ- CHOGM għax meta rawha l-pulizija riduha, u ġustament għax kienet makna ġdida u kienet iktar effiċjenti minn makni oħra.", "Bir-rispett kollu lejn il-kritika li ssir mill-oppożizzjoni fuq dawn l- affarijiet, ix-xogħol ġudizzjarju jiddependi minn dawn l-affarijiet, jiġifieri se jinqatgħu aktar kawżi?", "Din l-entratura ġiet irranġata għax dan huwa post ta' dinjita`.", "Irrid ngħid ukoll li l-lobby sar mill-vot tas- sena li", "għaddiet.", "Din is-sena se jsiru proġetti oħrajn, jekk il-Bambin irid, fosthom li se jsir one-stop shop isfel sabiex ma jibqax ikun hemm ħafna nies jiġru ġol-kurutur għax għandna wisq nies jiġu jduru ġol-kuruturi tal- qorti.", "Min għandu bżonn jidħol għal kawża jidħol, min għandu bżonn jixhed jidħol biex jixhed u daqshekk, ma jkollniex iktar nies li jkunu qegħdin il- qorti għal xi raġuni oħra.", "Mhux hekk biss imma din is-sena se nirranġaw ukoll is-sular ta' fuq fejn se titla' l-amministrazzjoni.", "Nassigura li l- fondi ma ntnefqux kollha fuq l-entratura tal-qorti.", "Dawk kienu tas-sena l- oħra u din is-sena se nagħmlu affarijiet oħra.", "Saret ukoll il-kritika, li rajtha wkoll pwerili, rigward xi awla li ma kellhiex il-karti.", "Bir-rispett kollu, ħadd mill-amministrazzjoni ma ġie nformat b'ħaġa bħal din.", "M'hemm l-ebda nuqqas.", "Din hija sempliċement kritika bla sens u nixtieq inkun naf jekk dan li ġie rrapportat huwiex veru jew inkella hijiex xi ħaġa kompletament fl-arja.", "Saret ukoll il-kritka rigward l-użu tal-karozzi mill-marixxalli.", "Bir- rispett kollu, il-marixxalli tal-qorti għandhom id-dritt jagħmlu użu mill- karozzi tal-qorti matul il-ġurnata meta jagħmlu n-notifiki.", "Issa l- amministrazzjoni ħadet id-deċiżjoni li fl-aħħar tal-ġurnata l-karozzi jiġu pparkjati u min ikollu bżonn jagħmel in-notifiki għax ikun hemm xi ħaġa urġenti għandu jkellem lid-diretturi responsabbli u toħroġ il-karozza.", "Pero`, bir-rispett kollu, miżura tajba, bis-sens u in linja ma' dak li kulħadd jaqbel miegħu, li ma jkunx hemm iktar ħela ta' petrol, li ma jkunx hemm iktar karozzi jiġru mas-saqajn li m'għandhomx ikunu jiġru mas-saqajn, hija xi miżura daqshekk drastika?", "Din hija xi ħaġa loġika.", "Sur President, hawnhekk nixtieq nirringrazzja b'mod partikolari lid- diretturi tal-qorti li qegħdin jagħmlu ħafna xogħol għax il-qorti m'huwiex post faċli fejn taħdem, anzi post diffiċli ħafna.", "Kulħadd jippretendi elf ħaġa u, tagħmel x'tagħmel, hawn erba' karattri mas-saqajn li ma togħġobhom qatt.", "Jien naf li ndejjaq lil ċerti nies, għax ovvjament m'għandhomx grazzja miegħi.", "(Interruzzjonijiet) Dażgur, grazzi.", "Pero` altru dik li hija l-perception tiegħek fil-konfront tiegħi, u altru tara oġġettivament x'inhu jsir ġol-qorti.", "Aħna qatt ma għedna li l-qorti qed inġibuh jimxi fuq ir-rubini.", "Kulma għedna huwa li se nieħdu", "diversi passi f'diversi setturi sabiex jirnexxielna nċaqilqu l-affarijiet 'il quddiem.", "Din is-sena se jitressaq l-abbozz ta' liġi li permezz tiegħu se nġibu għad- dibattitu d-diversi proposti li għamilna fil-white paper \"Lejn ġustizzja aħjar u eħfef\".", "Ara ma jmurx xi ħadd jaħseb li din in-naħa tal-Kamra se taqta' qalbha minħabba li jkun hemm il-kritika u ma tagħmilx l-emendi li huma neċessarji.", "Meta ma jsirux l-emendi tal-liġi kulma jkun qed jiġri huwa li jibqa' l-istatus quo u nies li qegħdin iħabbtu l-bibien tal- ġustizzja jibqgħu jdumu biex jieħdu ġustizzja.", "Jien m'iniex qed nagħmel il- liġijiet u ngħid li dawk ta' kulur politiku wieħed se jieħdu t-tali triq veloċi u dawk ta' kulur politiku ieħor se jieħdu t-triq l-oħra.", "Dawn huma rimedji tajbin għal kulħadd u jagħmlu ġid lill-poplu kollu, Nazzjonalisti u Laburisti.", "Allura aħna rridu nassiguraw li nkomplu nibdlu l-affarijiet.", "Jien ġejt akkużat li għandi xi sentiment li nibqa' mniżżel fl-istorja tal- liġi biex nipprova nissostitwixxi lil diversi persuni.", "Ġejt imqabbel ma' Napuljun u ma' Sir Arturo Mercieca, qisni qed nipprova nagħmel l-imprint tiegħi.", "Jien ilni 20 sena avukat u f'dawn l-20 sena naħdem il-qorti moħħi ilu jaħseb kif jibdel l-affarijiet.", "Issa li għandi din l-opportunita` li nkun segretarju parlamentari f'dan il- ministeru qiegħed nieħu l-ħin kollu possibbli sabiex nagħmel il-liġijiet li ilni 20 sena nixtieq li nagħmel.", "U ħadd ma jista' jlumni li qiegħed nagħmel din il-ħaġa, għax hija xi ħaġa li fl-aħħar tal-ġurnata se tagħti rimedji ġodda lill-poplu.", "Jien se nibqa' determinat sabiex dan inwettqu, Sur President.", "Nirringrazzjak.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Issa se npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jipprovdi għar-Ratifika tal- Konvenzjoni ta' Adeżjoni ta' l-14 ta' April, 2005 għall-Konvenzjoni ta' Ruma ta' l-1980 fuq il-liġi li tapplika għal obbligazzjonijiet kuntrattwali u għall-Ewwel u t-Tieni Protokolli relattivi\" ikun moqri t-Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tieni Darba.", "THE DEPUTY SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Nipproponi li l-Abbozz ta' Liġi li jirratifika l-Konvenzjoni ta' Ruma fuq l-Obbligazzjonijiet Kuntrattwali jiġi trattat mill-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "MICHAEL ASCIAK: Nissekonda.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi li jirratifika l-Konvenzjoni ta' Ruma fuq l-Obbligazzjonijiet Kuntrattwali jiġi trattat mill-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "THE DEPUTY SPEAKER: Sar il-ħin.", "Is-Segretarju Parlamentari, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Sur President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tlieta, 7 ta' Marzu, 2006 fis-6.00 p.m. b'din l- aġenda:", "Abbozz ta' Liġi dwar id-Demm Uman u t-Trapjanti - Tieni Qari; u", "Abbozz ta' Liġi biex jimplimenta Miżuri ta' l-Estimi - Tielet Qari.", "-----------------------------------", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Reġistru Ċentrali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Sigurta` Soċjali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Securitisation – Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li Jirratifika l-Konvenzjoni ta' Ruma fuq l- Obbligazzjonijiet Kuntrattwali - Kumitat Permanenti.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Stefan Buontempo.", "ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO: Sur President, madwar 15-il ġurnata ilu ġie rapportat mill-Ministru Louis Deguara li fl-interess ta' l-anzjani se jkun hemm ċaqliq f'diversi sptarijiet.", "Intqal li l-pazjenti ta' l-Isptar Boffa se jintbagħtu fl-Isptar Zammit Clapp filwaqt li r-residenti li qed jiġu rehabilitated fl-Isptar Zammit Clapp se tinbnielhom binja f'St Vincent de Paule.", "Tara dawn l-affarijiet u tibda tiddubita jekk huwiex veru li l- gvern Nazzjonalista għandu interess li l-Isptar Boffa jitbattal u l- pazjenti jmorru kollha fl-Isptar Zammit Clapp.", "Għaliex qed ngħid hekk?", "Jien ma nistax nifhem kif ilna s-snin nisimgħu kemm se jkun kbir, kemm se jkollna spazju fejn naħdmu u kemm se jiswa l-famuż Sptar Mater Dei, imbagħad f'daqqa waħda smajna lill-ministru tas-saħħa jgħid li l-Isptar Boffa se jagħlaq.", "Meta staqsewh għaliex se jagħlaq qal li dan se jiġri għax il-pazjenti ta' l-Isptar Boffa – fejn bħalissa hemm il-ward ta' l- onkoloġija, jiġifieri tal-mard tal-cancer li f'pajjiżna qed jiżdied – se jittieħdu f'binja ħafna ikbar fl-Isptar Zammit Clapp ħalli t-tobba jkunu jistgħu jaħdmu aħjar.", "Jien ma nistax nifhem kif il-Ministru Deguara qed jgħid li l-Isptar Boffa huwa żgħir, għax jekk tneħħi l-NRU ward u d- dermatology ward mill-Isptar Boffa u teħodhom fejn suppost fl-Isptar Mater Dei, l-Isptar Boffa jkollu spazju biżżejjed biex idaħħal aktar pazjenti li jbatu mill-cancer.", "Il-ministru qal ukoll li dik iż-żona hija skedata.", "Huwa vera li l-Furjana hija area ta' konservazzjoni urbana, imma ma kienx korrett meta qal li m'hemmx fejn jespandi.", "Iż-żewġ wards li m'għandhom l-ebda relazzjoni ma' l- onkoloġija jistgħu faċilment jitneħħew minn hemm – hawn qed nirreferi għal darb'oħra għall-NRU ward u għad-dermatology ward – u b'hekk ikollu żewġ wards b'diversi sodod fejn jista' jikkonċentra aktar fuq il-pazjenti li għandhom il-marda tal-cancer.", "Barra minn hekk, jekk jagħmel survey dwar dawk l-inħawi jsib li hemm ħafna areas fejn jista' jespandi ħalli jilqa' għall-problema kbira tal-cancer.", "L-isptar hemm madwar 68 każ akut u madwar 93 social case ta' pazjenti anzjani li qegħdin f'dan l-isptar għax ma jistgħux jirritornaw lura f'darhom.", "Fil-fatt dawn qed jieħdu post pazjenti oħra li jkollhom bżonn jingħataw servizz f'dan l-isptar.", "Jien naħseb li jekk se jagħmel xi ħaġa fl-interess ta' l-anzjani jkun aħjar li jħalli l- pazjenti ta' l-Isptar Boffa fejn qegħdin filwaqt li lir-residenti ta' l- Isptar Zammit Clapp jeħodhom f'dik il-binja li ddeċieda li jibni f'St Vincent de Paule.", "Imma l-interess tal-gvern Nazzjonalista huwa li fil-każ ta' l-Isptar Boffa li qed jagħti kontribut lill-qasam tas-saħħa, jagħmel kif għamel fil- passat.", "Issa jien m'iniex se noqgħod ngħid li l-Isptar Boffa m'għandux potenzjal, għax dan l-isptar bil-potenzjal u l-valur li għandu faċilment jista' jiġi ntegrat bħala parti mill-proġett ta' madwar il-port il-kbir.", "Fil-fatt diġa` qed jissemmew xi żviluppaturi li huma interessati li jagħmlu dan.", "Aħna nafu x'veduti hemm f'dawk l-inħawi u hija ħasra li dan l-isptar se jingħalaq meta wieħed jista' faċilment itejbu u jħalli l-pazjenti ġo fih.", "Qed ngħid itejjeb għax ġie rapportat li ġej xi apparat minn barra sabiex jintuża għall-fejqan tal-cancer.", "Kien ikun iżjed għaqli kieku l- Ministru Deguara qal x'inhu l-ħsieb tal-gvern dwar x'se jsir minn dan l- isptar ladarba jitbattal, għaliex bħalissa m'għandux idea.", "Min verament irid jippjana sew ma jaqbadx u jgħid li fl-interess ta' l- anzjani, il-pazjenti ta' l-Isptar Boffa se jibgħathom fl-Isptar Zammit Clapp u lil dawk ta' l-Isptar Zammit Clapp se jibgħathom St Vincent de Paule.", "Jien naħseb li f'dan kollu hemm xi aġenda moħbija għax aħna nafu kif jaħseb u kif jaħdem il-partit Nazzjonalista.", "Hawnhekk nappella lill- Ministru Deguara u lill-prim ministru biex fl-interess tan-nazzjon jgħidulna għaliex se jagħmlu dawn il-movimenti kollha u x'se jiġri mill- Isptar Boffa wara li jitbattal.", "Qed ngħid hekk għaliex dan huwa sptar li għandu potenzjal kbir u Allaħares jiġri minnu bħalma ġara fil-każ tat-teatru l-imwaqqa', tal-White Rocks, ta' Sant' Iermu u tant postijiet oħrajn li nista' nelenkahom wieħed wara l- ieħor.", "Dan meta l-partit Nazzjonalista ilu kważi 20 sena fil-gvern!", "Ninsab ċert li dan il-gvern għandu xi aġenda moħbija u jekk b'din l-aġenda se jweġġa' lil xi pazjenti li waslu fl-aħħar erbat ijiem ta' ħajjithom hija assurdita` li qed jagħmel l-affarijiet b'dan il-mod.", "Għalhekk, għal darb'oħra, nitlob lill-prim ministru jgħidilna x'beħsiebu jagħmel fil-każ ta' l-Isptar Boffa u għaliex qed jagħmel dan iċ-ċaqliq kollu meta għandu spazju biżżejjed fejn jaħdem.", "Dan l-aħħar intqal li fl-Isptar Zammit Clapp se jinġieb xi makkinarju li bih isiru r-raġġi u għalhekk nixtieq inkun naf kif se jintlaqtu minn dawn ir-raġġi t-tfal ta' l-iskejjel li jinsabu viċin ta' dan l-isptar.", "Qed ngħid hekk għax dan l-isptar jinsab qrib l-iskola Sacred Heart u l-kulleġġ Stella Maris u allura jkun tajjeb li l-prim ministru jserraħ moħħ il-ġenituri tat- tfal li jattendu dawn l-iskejjel.", "Dan qed ngħidu fl-interess tan-nazzjon għax f'dan il-pajjiż għandna kważi Lm1.5 biljun dejn nazzjonali u ma nistgħux nibqgħu nonfqu l-miljuni ta' liri minħabba nuqqas ta' ppjanar min- naħa tal-gvern.", "Jekk il-gvern għandu l-ħsieb li jagħlaq l-Isptar Boffa jmissu jgħidilna xi skop għandu u kemm se jiġi jiswa lill-poplu Malti biex jagħlaq dak l-isptar u jiftħu x'imkien ieħor.", "Qed jgħid li fl-Isptar Mater Dei m'hemmx post għall-oncology department.", "Allura jekk ma kellux interess li jieħu l-oncology department fl-Isptar Mater Dei, għaliex ma ħax hemmhekk id-dipartiment tad-dermatoloġija?", "B'hekk kien ikollu wards biżżejjed fejn jaħdem fl-Isptar Boffa.", "Qed jgħid ukoll li strutturalment fl-Isptar Boffa ma jistax ikabbar iżjed, imma jekk idur ftit l-art ta' madwaru jsib li hemm żoni fejn jista' jibni.", "Jekk wieħed jagħti ħarsa lejn il-gazzetti jsib li llum stess il-kunsill lokali tal-Furjana qal li jixtieq li dan l-isptar isir dar għall-anzjani.", "Fil-fatt fil-gazzetti \"The Times\" u \"The Malta Independent\" qed jingħad li se ssir xi residenza għall-handicapped u xi support unit.", "Jien nassigura lill-poplu Malti li l-gvern Nazzjonalista, li verament m'għandux kuxjenza soċjali, għandu l-iskop li dan l-isptar, li t-twieqi tiegħu jħarsu għal fuq il-port, jiżviluppah f'xi ħaġa relatata mal-proġett ta' madwar il-port il- kbir.", "Issa huwa veru li f'dan l-isptar hemm ċertu potenzjal biex wieħed jagħmel xi żvilupp simili, imma għalinqas għandu jkun hemm it-trasparenza u jekk il-gvern iddeċieda li jiżviluppa dan il-post għandu jgħidilna x'tip ta' żvilupp għandu f'moħħu.", "M'għandux jiġri kif ġara fil-passat taħt il- partit Nazzjonalista fejn kollox isir bil-ħabi.", "Hawnhekk jien qed niftakar meta l-Mid-Med Bank inbiegħ lill-HSBC u meta nxtrat Dar Malta fi Brussell li sal-lum, għalkemm għadda ċertu ammont ta' żmien, għadha ma bdietx tiffunzjona.", "Imbagħad niftakar li kien intqal li parti mill-appartamenti ta' Dar Malta fi Brussell se jkunu kummerċjali.", "Mhux hekk isiru l-affarijiet.", "L-affarijiet iridu jsiru bis-serjeta`.", "Il- gvern irid ikun responsabbli ta' kull oġġett li jagħmel u jrid ikun trasparenti wkoll.", "Ma jistax jaħbi mill-poplu Malti għax fl-aħħar mill- aħħar l-iskop tal-ħidma tal-gvern għandu jkun li jara l-interess tal-poplu Malti.", "Jekk il-gvern jiddeċiedi li proġetti bħal dawn jgħaddihom lil xi ħaddieħor, il-flus iridu jingħataw lin-nies li huma l-iktar vulnerabbli u li l-partit Nazzjonalista nsihom u abbandunahom.", "Nirringrazzjak.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Charles Buhagiar.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Sur President, nixtieq nirriferi għal artiklu li deher fil-gazzetta \"Il-Mument\" tal-bieraħ, il-Ħadd 5 ta' Marzu, li nkiteb taħt it-titlu: \"Azzjoni ta' Charles Buhagiar li tista' tippreġudika allokazzjoni ta' Lm116,000 għal Ħaż-Żebbuġ\".", "L-artiklu li nkiteb f'din il- gazzetta jirrigwarda landscaping li qed isir fil-madwar ta' Ħal Mula housing estate f'Ħaż-Żebbuġ.", "Xi ftit tas-snin ilu fil-parti ta' isfel ta' dan il-housing estate kienu nbnew xi blokki ta' flats ġodda li madwarhom qatt ma ġie rranġat.", "Id- dipartiment tal-housing kien ħareġ pjan sabiex fil-ġnub ta' dawn il-blokki jsir ġnien, pero` kif għedt qabel, dan il-ġnien qatt ma sar.", "Xi tliet snin ilu l-kunsill lokali ta' Ħaż-Żebbuġ kien applika, skond skema li għandu l- istess dipartiment tal-housing, biex dan il-ġnien li huwa tal-housing ikun jista' jsir minnu flimkien ma' l-awtorita` tad-djar.", "Fil-fatt ġew emendati l-pjanti li kien ipprepara l-istess dipartiment tal-housing u saret applikazzjoni lill-MEPA li ġiet approvata.", "Sur President, wieħed jista' jidħol għal dan il-ġnien minn Triq Ewġenju Borg f'Ħaż-Żebbuġ.", "Din it-triq tant hija dejqa li r-residenti li joqogħdu fiha bilkemm jistgħu joħorġu l-karozza tagħhom mill-garaxx.", "Madwar sitt snin ilu, il-kunsill lokali ta' Ħaż-Żebbuġ kien applika għand il-MEPA sabiex Triq Ewġenju Borg titwessa' kif suppost, liema applikazzjoni ġiet approvata.", "Sadanittant, din l-istess triq li tinsab fit-tarf ta' Ħaż- Żebbuġ, fil-parti li tmiss mas-Siġġiewi, kienet intużat ħafna mill-vetturi meta kienet ingħalqet Triq is-Siġġiewi peress li kien qed isir xi xogħol tal-protokoll Taljan u allura sofriet ħsarat kbar.", "Minħabba l-ħsarat li sofriet din it-triq u toroq oħrajn f'Ħaż-Żebbuġ, il- kunsill lokali ta' din il-lokalita` kien ipprepara rapport u għamel stima tal-ħsara u l-ammont ta' flus li kien hemm bżonn sabiex din it-triq tiġi rranġata.", "Dan l-ammont kien jitla' għal madwar Lm1 miljun u kienet saret talba lid-dipartiment tat-toroq sabiex jagħti kumpens lill-kunsill lokali ta' Ħaż-Żebbuġ.", "Issa fl-opinjoni tiegħi l-kumpens li ngħata kien wieħed miżeru ta' Lm30,000.", "Mela d-dipartiment tat-toroq ta lill-kunsill Lokali ta' Ħaż-Żebbuġ is-somma ta' Lm30,000 biex jirranġa xi toroq, foshom Triq Ewġenju Borg.", "Barra minn hekk, id-dipartiment tad-djar, flimkien mal- kunsill lokali ta' Ħaż-Żebbuġ ried jagħmel proġett ta' embellishment madwar il-flats ġodda ta' Ħal Mula, liema kuntratt kien jiswa madwar Lm150,000.", "Madwar sena u nofs ilu beda jsir embellishment u parkeġġ madwar il-flats ta' Ħal Mula u kienu diġa` nefqu s-somma ta' Lm35,000.", "Meta sena ilu saret l-elezzjoni tal-kunsilli lokali f'Ħaż-Żebbuġ kien ġie deċiż mill-kunsill il- ġdid li filwaqt li jitkompla x-xogħol ta' embellishment madwar il-flats ta' Ħal Mula, jibda jsir ukoll ix-xogħol tat-twessigħ ta' Triq Ewġenju Borg u l- bini mill-ġdid tagħha li issa l-kunsill kellu l-flus għaliha.", "Hawn ta' min isemmi li faċċata ta' l-embellishment li kien se jsir mal-ġenb tal-flats ta' Ħal Mula hemm speċi ta' pjazza u proprju ġo nofsha hemm area ta' daqs mhux ħażin li kienet se tiġi landscaped.", "Meta ġie biex jinbeda x- xogħol fuq dan l-istess ġnien li għalih kien hemm il-permessi meħtieġa, u ngħataw il-linji tat-toroq sabiex titwessa' Triq Ewġenju Borg li tagħti proprju għal dan il-ġnien, irriżulta li meta titwessa' t-triq il-linja tat- triq kienet se tgħaddi proprju minn ġo nofs dan il-ġnien b'mod li dan il- ġnien jisparixxi kollu kemm hu.", "Issa jekk it-triq titwessa' kif suppost u l- ġnien ma jsirx, il-flus li kien hemm imwiegħda mid-dipartiment tal-housing kienu se jispiċċaw għax ma jkollhomx għalfejn jintużaw.", "Allura kellha tittieħed deċiżjoni kif din l-area tista' tiġi embellished b'dan il-ġnien u fl-istess ħin isir it-twessigħ tat-triq kif kellu jsir.", "Ġara li sar studju ġdid fuq din l-area fejn ġie nnotat li kieku fil-pjazza ta' quddiem l-istess flats fejn kellu jsir ġnien żgħir kellha tiġi nkorporata l-playing field, allura l-ġnien ikun jista' jsir xorta waħda.", "Fi ftit kliem, ipprovat tinstab soluzzjoni biex il-flus li diġa' kienu bdew jintnefqu mid-dipartiment tad-djar - infakkar li dawn nefqu Lm35,000 – u li huma committed li jintnefqu matul din is-sena u s-sena d-dieħla, ikunu jistgħu jintużaw għall-istess skop ta' qabel, ċioe` biex isir ġnien f'din l- area.", "Wara dan saret il-bidla fil-pjanti biex il-ġnien li ma setax isir fil-ġenb tal-blokk ġie trasferit proprju f'nofs il-pjazza u ġie nformat il- kunsill lokali ta' Ħaż-Żebbuġ.", "Barra minn hekk, saru wkoll żewġ laqgħat mal-kunsill lokali fejn ġie spjegat lilhom it-tibdil li kellu jsir.", "Id- dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali ukoll ġie nformat b'din il- problema u bis-soluzzjoni li kienet qed tiġi proposta.", "B'dan ġie nformat ukoll id-dipartiment tat-toroq għax peress li parti mill-fondi għall-bini tat-toroq kellhom jiġu provduti minnu, bilfors kellu jiġu nvolut.", "Dan huwa l-mod kif seħħew l-affarijiet.", "Sur President, ġara wkoll li peress li x-xogħol tat-toroq li kellu jsir kien jestendi ħafna lil hinn minn fejn kellu jsir il-ġnien, ix-xogħol tat- toroq seta' jsir pero` x-xogħol fuq il-ġnien kellu jieqaf sakemm isiru l- pjanti ġodda u jiġu approvati mill-MEPA.", "Fil-fatt diġa` saret applikazzjoni lill-MEPA għal dan il-ġnien.", "Biex il-kuntrattur seta' jkollu linja tat-triq ma' xiex jimxi, ingħata l-master plan ta' l-area kollha li kienet tinkludi l-linja l-ġdida ta' fejn kien ġej il-ġnien.", "Meta l-kuntrattur ingħata l- pjanta l-ġdida ta' fejn kien ġej il-ġnien, dan bla ma ħadd qallu xejn mhux biss ġibed il-linja tal-ġnien kif kien propost, imma qabad jippjanta l- istess ġnien.", "Meta l-kunsill lokali ġie mgħarraf b'din il-problema waqqaf minnufih lill-kuntrattur milli jkompli x-xogħol fuq il-ġnien ladarba dan kien għadu ma ġiex approvat.", "Għal xi raġuni jew oħra, minkejja li ġie mwaqqaf uffiċjalment mill-kunsill, il-kuntrattur baqa' għaddej bix- xogħlijiet.", "L-għada li kompla bix-xogħlijiet dan reġa' twaqqaf u sal-lum, safejn naf jien, dan għadu wieqaf.", "Din hija s-sitwazzjoni llum.", "Issa jien ma nistax nifhem b'liema mod jista' xi ħadd jgħid li azzjoni li ttieħdet minni, Charles Buhagiar se ttellef u tippreġudika l-allokazzjoni ta' Lm116,000 lill-kunsill lokali ta' Ħaż- Żebbuġ.", "Biex dan isir li jrid jiġri hu li l-ġnien li kellu jsir ma jsirx, u allura ovvjament il-flus ma jintnefqux.", "Hawn inħossni fid-dover li nirringrazzja lid-dipartiment tal-housing li meta ġie mgħarraf b'din il- problema sibna kooperazzjoni sħiħa minnu sabiex tinstab soluzzjoni.", "B'mod partikolari rrid nirringrazzja lill-Perit Anton Camilleri, id-direttur tad- dipartiment tal-housing kif ukoll lill-Perit David Vassallo mid-dipartiment tat-toroq li huwa l-manager inkarigat minn dik l-area li wkoll għen sabiex tinstab soluzzjoni.", "Huwa għalhekk li kont sorpriż ħafna meta fil-gazzetta \"Il-Mument\" tal- bieraħ ħarġet storja ta' propaganda Nazzjonalista msejsa biss fuq il-gideb.", "Din l-istorja kienet maħsuba biex mingħalihom itellfu xi ftit minn dak li qed isir f'Ħaż-Żebbuġ.", "Jien nista' ngħid li meta ġie ppreżentat il-proġett rivedut lill-kunsill lokali ta' Ħaż-Żebbuġ, il-kunsilliera Laburisti u kważi l-kunsilliera kollha Nazzjonalisti qablu miegħu, jiġifieri ma nafx għalfejn kellha tinkiteb din il-famuża storja li tgħid li azzjoni meħuda minni, Charles Buhagiar, skond huma bla ma nformajt lill-kunsill lokali, se tippreġudika din l-għotja tal-flus lill-kunsill lokali ta' Ħaż-Żebbuġ.", "Dan m'huwiex minnu.", "L-uniku kunsillier Nazzjonalista li beda joġġezzjona għax- xogħol kif kien propost kien il-Perit Philip Mifsud u nissusspetta verament li wara din l-istorja kollha hemm hu, għax hu biss donnu ried ifixkel li Ħaż-Żebbuġ jingħata l-flus li ġew imwiegħda lilu mid-dipartiment tad-djar biex isir dan il-ġnien.", "Sur President, irrid ngħid li m'huwiex sew li jkollok kunsillier tal-partit Nazzjonalista li biex jidher gustuż politikament jagħmel ħsara lil-lokal tiegħu stess.", "Dan mhux lili personalment se jagħmel ħsara, lanqas lill- kunsill lokali b'maġġoranza Laburista ta' Ħaż-Żebbuġ, imma meta jagħmel dawn l-affarijiet qed jagħmel ħsara lir-raħal tiegħu.", "Jien ngħid li jmissu jaf aktar minn hekk u jmissu jistħi jagħmel affarijiet bħal dawn.", "Ninsab ċert li din l-istorja m'hu se jagħmilha ħadd ħliefu, għax hu kien li oppona bil-qawwa għal dan il-proġett.", "Il-Perit Philip Mifsud kien informat il-ħin kollu dwar x'kien qed jiġri.", "Jien personalment attendejt għal-laqgħat miegħu fid-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali biex nispjegaw x'kien se jiġri.", "Jiġifieri hu jaf eżattament x'kien qiegħed jiġri u hija vera ħasra li għall-gwadann politiku partiġġjan nipprovaw intellfu l-fondi li hemm allokati għall-istess raħal tagħna.", "Jien nittama li l-Perit Philip Mifsud ma jibqax jippersisti b'dan il-mod fuq dan il-proġett għax il-ħsara mhux lili qed jagħmilha imma lir-raħal tiegħu.", "Ladarba qed nitkellem fuq Ħaż-Żebbuġ irrid insemmi t-toroq li hemm bżonn isiru f'dan ir-raħal.", "It-toroq li jifformaw parti mill-istess industrial estate ta' Ħal Mula, ftit 'il bogħod minn fejn hemm dan il-ġnien, sal-lum għadhom ma sarux minkejja li n-nies ilhom joqogħdu hemm għal aktar minn għaxar snin.", "Ftit ilu s-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo mar idur fl- industrial estate ta' Ħaż-Żebbuġ u beda jiftaħar kemm għamel toroq.", "Jien naħseb li lill-Onor.", "Vassallo din it-triq qabżitlu, għaliex din it-triq partikolari, li tagħmel parti min-naħa ta' isfel ta' Triq Għarram, sal-lum mhux talli ma saritx, talli tant hija mkissra u mfarrka li la l-ambulanzi, la t-tobba u lanqas dawk li jiġbru ż-żibel ma jistgħu jidħlu fiha.", "Wieħed jista' jimmaġina x'konsegwenzi koroh qed ikollhom jiffaċċjaw ir-residenti ta' din il-area.", "Fil-fatt dawn inkarigawni sabiex inressaq petizzjoni lill- gvern iffirmata minnhom.", "Proprjament din hija miktuba bl-Ingliż pero` se nipprova naqlibha bil-Malti.", "Din tgħid hekk:", "\"F'isem ir-residenti, kumpanniji jew garaxxijiet tas-self-employed li hemm fi Triq Għarram f'Ħaż-Żebbuġ, Malta, qed tinkiteb din l-ittra.", "Aħna għandna problema kbira, jekk jogħġobkom għinuna.", "Il-problema tagħna hija li t-triq tagħna, għalkemm taqa' taħt ir-responsabbilta` tal-gvern ċentrali, sal-lum għadha ma ġietx asfaltata.", "Iltqajna mal- kunsill u tkellimna magħhom dwarha u qalulna li din mhix responsabbilta` tagħhom.", "Il-kondizzjoni tat-triq hija waħda diżastruża u huwa riskju kbir li tidħol fiha b'karozza.", "Minkejja r- riskju, aħna qegħdin inbatu ħafna.", "Anke bħala industrijalisti qegħdin inbatu meta mqabblin ma' kompetituri tagħna.", "F'din it-triq joqogħdu familji bi tfal żgħar u hemm għaxar kumpanniji li għandhom il-garaxxijiet u jaħdmu f'din l-area.", "Jekk jogħġobkom nixtiequ nkunu nafu meta se ssir din it-triq għax aħna li naħdmu hemmhekk se nispiċċaw nitilfu l-jobs tagħna.\".", "Dawn qed jibagħtu wkoll ir-ritratti ta' l-istat li tinsab fih Triq Għarram f'Ħaż-Żebbuġ.", "THE DEPUTY SPEAKER: Nitolbok tikkonkludi, jekk jogħġbok.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Sur President, jekk tippermettili nixtieq inpoġġi din il-petizzjoni fuq il-mejda tal-Kamra u nappella lill-ministri konċernati, b'mod partikolari lill-Ministru Jesmond Mugliett li huwa responsabbli mit-toroq u lis-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo li huwa responsabbli mill-areas industrijali, sabiex jagħtu widen għall-ilment ġust ta' dawn in-nies li joqogħdu f'din l-area.", "Qabel nagħlaq irrid nitlob il-permess biex inqiegħed dan id-dokument fuq il- mejda tal-Kamra.", "THE DEPUTY SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' ittra datata 19 ta' Jannar 2006 mibgħuta lill-Onor.", "Charles Buhagiar minn residenti ta' Għarram Street, Żebbuġ dwar l-istat ħażin tat-triq flimkien ma' seba' ritratti.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada t-Tlieta, 7 ta' Marzu, 2006 fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mis-Segretarju Parlamentari.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "KUNTRATT TA' XOGĦOL", "17243.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 17099 u jara li fuq il-mejda tal-Kamra jitpoġġa l-ftehim u l-kuntratt ta' xogħol li persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, għandha mal- ministeru ta' l-edukazzjoni?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Il-persuna li qed issir riferenza għaliha ġiet detailed biex taħdem mal-ministeru ta' l-edukazzjoni u qed isiru l- arranġamenti neċessarji biex tingħata kuntratt.", "NSO NEWS RELEASES", "17293.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 17046, jista' il-Prim Ministru jagħtina n-numru u d-data ta' kull news release maħruġa mill-NSO li minnhom instiltet l-informazzjoni mogħtija?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Waqt li ċ-ċifra ta' turisti li joqogħdu Għawdex tingħata b'mod regolari kull xahar permezz ta' news release - l-ewwel darba li ġew ippubblikati dawn iċ-ċifri kien fin-news release tat-28 ta' Awissu, 2003 – inżid ngħid li t-tagħrif mogħti fit-tweġiba għall- mistoqsija parlamentari 17046 inħadem mid-database tat-turiżmu fl-NSO.", "SAFI BARRACKS", "17297.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jaf il-Prim Ministru li fil-barracks ta' Ħal Safi hemm hut kbira msaqqfa biż-żingu li fiha jsir xogħol ta' panel beating u spray painting tal-karozzi u li minnha qed jinżel l-ilma mal-pajpijiet tad-dawl?", "Jista' jara li dan il-periklu jitneħħa?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Il-periklu msemmi tneħħa u fil-fatt kienu diġa' ngħataw istruzzjonijiet biex sakemm isiru t-tiswijiet meħtieġa, il-hut ma jintużax.", "SPTAR ĠENERALI", "17321.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 16766, jista' il-Prim Ministru jgħid min jirrikkmanda, jistabilixxi u japprova x'inhuma s-servizzi li għandhom jingħataw fl-isptar ġenerali ta' Għawdex?", "Min jirrikkmanda, jistabilixxi u japprova kemm għandu jkun in-numru ta' speċjalisti, tobba, nurses u paramediċi fl-isptar ġenerali?", "X'inhi l- proċedura formali f'dan ir-rigward?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Il-ministeru għal Għawdex u l-ministeru tas-saħħa japprovaw flimkien is-servizzi li għandhom jingħataw fl-isptar ġenerali ta' Għawdex.", "Għar-rigward ta' staff, il-ministeru għal Għawdex jirrikkmanda t-tibdil u dawn jgħaddu għand id-diviżjoni tas-saħħa li wara li jikkonsultaw mal- ministeru għal Għawdex, jistabilixxi n-numru.", "L-approvazzjoni finali hi dejjem tal-management & personnel office.", "MINISTERU GĦAL GĦAWDEX", "17322.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 16766, jista' il-Prim Ministru jgħid f'dawk l-oqsma li l-ministeru għal Għawdex għandu responsabbilta' orizzontali, x'inhuma l-mekkaniżmi uffiċjali u formali f'kull stadju ta' konsultazzjoni, ippjanar u esekuzzjoni tal-proġetti u x- xogħol kollu li jsir f'Għawdex jew b'konnessjoni ma' Għawdex?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 16766, ninforma lill-Onor.", "Interpellant li sa minn meta twaqqaf il-ministeru għal Għawdex, dan kien involut f'kull stadju ta' konsultazzjoni, ippjanar u esekuzzjoni tal-proġetti.", "Dawn il-mekkaniżmi jassiguraw li dawn il-proġetti jsiru fl-aħjar interess ta' Għawdex.", "MINISTERU GĦAL GĦAWDEX", "17324.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 16766, jista' il-Prim Ministru jgħid min jirrikkmanda, jistabilixxi u japprova x'għandhom ikunu s-servizzi li jingħataw mill-ministeru għal Għawdex fil-qasam ta' l- agrikoltura?", "Min jirrikkmanda, jistabilixxi u japprova x'għandu jkun in- numru ta' uffiċjali fid-dipartiment ta' l-agrikoltura fi ħdan il-ministeru għal Għawdex?", "Min jirrikkmanda, jistabilixxi u japprova x'għandhom ikunu l- gradi ta' l-uffiċjali ta' l-agrikoltura tal-ministeru għal Għawdex?", "X'inhi l-proċedura formali f'dan ir-rigward?", "Ladarba l-ministeru għal Għawdex għandu responsabbilta' diretta tal-qasam ta' l-agrikoltura f'Għawdex u anke għall-proġetti f'Għawdex li huma ffinanzjati mill-Unjoni Ewropea, għaliex skond it-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 14497 m'hemm imdaħħal l-ebda proġett fil-qasam ta' l- agrikoltura f'Għawdex iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Is-servizzi li jingħataw mill-ministeru għal Għawdex fil-qasam ta' l-agrikoltura huma skond policies tal-gvern li l- ministeru għal Għawdex jagħmel parti minnu, liema policies jiġu żviluppati wara diskussjonijiet bejn il-ministeru għal Għawdex u l-ministeru għall- iżvilupp rurali u ambjent.", "U dwar proġetti fil-qasam ta' l-agrikoltura, bħal kull bidwi u raħħal ieħor f'Malta, bdiewa u raħħala Għawdxin qed jibbenefikaw mill-iskemi iffinanzjati mill-Unjoni Ewropea.", "Fir-rigward ta' staff, il-management and personnel office jiddeċiedi wara konsultazzjoni mal-ministeru għal Għawdex.", "KONSUM TA' PITROLJU", "14265.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid x'kien il-konsum tal-pitrolju fl-aħħar snin?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Il-bejgħ tal-pitrolju fis-snin mitluba kien kif ġej:", "|2003 |18,546,615 | | |litru | |2004 |19,550,220 | | |\" | |2005 | 3,519,509 | | |\" |", "EUROMED PARLIAMENTARY ASSEMBLY", "14266.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' il-Ministru jagħti ħjiel jekk l-assemblea parlamentari tal- EuroMed hux se jkollha sede permanenti jew le?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Ma ttieħdet l-ebda deċiżjoni sabiex jitwaqqaf segretarjat permanenti għall-assemblea parlamentari Ewro Mediterranja, anzi nżid ngħid li l-istatut ta' l-assemblea jipprovdi mod ieħor.", "ENERĠIJA ALTERNATTIVA", "14267.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' il-Ministru jgħid jekk l-awtorita' tar-riżorsi applikatx għal xi għajnuna mill-Unjoni Ewropea dwar il-viabilita' ta' alternative energy sources?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "CAPITAL TRANSFER DUTY", "14268.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid x'daħħal il-gvern f'capital transfer duty fl-2004 u l-2005?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li sal-31 ta' Diċembru, 2004 kienu tħallsu Lm36,793,799 filwaqt li sal-15 ta' Settembru, 2005 tħallsu Lm27,227,842.", "CRUISELINERS", "14269.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm-il cruise beda u spiċċa minn Malta fl-aħħar snin?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: In-numru ta' cruiseliners li mbarkaw u żbarkaw passiġġieri f'Malta fil-perijodu bejn l-2002 u l-2005 hu hekk:", "|2002 |69 | |2003 |85 | |2004 |61 | |2005 |79 |", "KSUR TAL-LIĠI TAL-VAT", "14270.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm persuni tressqu l-qorti bi ksur tal-liġi tal-VAT fl-aħħar snin?", "X'weħlu f'termini ta' multi?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "KONSUM TA' DIESEL", "17168.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid x'kien il-konsum tad-diesel f'dawn l-aħħar snin?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-informazzjoni mitluba għas-snin 2001, 2002, 2003 u 2004 tinsab fir-rapporti annwali tal-korporazzjoni Enemalta.", "L- informazzjoni għas-sena 2005 għadha ma ġietx ippubblikata.", "KONSUM TA' PETROL", "17169.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid x'kien il-konsum tal-petrol f'dawn l-aħħar snin?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jirriferi għat- tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 17168.", "KONSUM TA' UNLEADED PETROL", "17170.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid x'kien il-konsum ta' l-unleaded petrol f'dawn l-aħħar snin?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jirriferi għat- tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 17168.", "KONSUM TA' JET FUEL", "17171.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid x'kien il-konsum tal-jet fuel f'dawn l-aħħar snin?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jirriferi għat- tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 17168.", "TJUR TAS-SIMNA", "17172.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Fid-dawl ta' l-issuktar tat-telf ta' bejgħ u allura telf ta' impjiegi fl-industrija tat-tjur tas-simna, jista' il-Ministru jgħid x'inhu l-pjan tal-gvern sabiex din l-industrija terġa' tilħaq il-produzzjoni ta' 10 miljun kilo?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jirriferi għat- tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 17058.", "KONSUM TA' GASS", "17173.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid x'kien il-konsum tal-gass f'dawn l-aħħar snin?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jirriferi għat- tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 17168.", "ĊILINDRI TAL-GASS", "17273.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 16725 u 16955 u jikkonferma li madwar 35,000 ċilindru tal-gass se jinqerdu, uħud minnhom ġodda?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-Enemalta bdiet proċeduri legali kontra min issupplixxa dawn iċ-ċilindri difettużi, jiġifieri EVAS tat-Turkija.", "Għaldaqstant dawn iċ-ċilindri qed jinżammu taħt ħarsien fis-sezzjoni tal- gass gewwa l-Qajjenza sa meta jintemmu l-proċeduri u sussegwentement tittieħed deċiżjoni finali dwarhom.", "WSC", "17274.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 16956 u jgħid x'inhi s-somma dovuta lid- WSC għas-servizz ta' l-ilma mill-kategorija familji?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Is-somma totali li għandha tieħu l-korporazzjoni hija Lm2,236,379.", "SKEJJEL LI JGĦALLMU L-INGLIŻ", "17275.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: F'diskors li sar dan l-aħħar meta ġew ippreżentati ċ- ċertifikati lil dawk li għamlu l-kors biex jgħallmu l-Ingliż lil barranin, intqal li l-ministeru se jkun qed isaħħaħ l-istituzzjonijiet universitarji.", "Jista' il-Ministru jgħid kif beħsiebu jagħmlu dan?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-policy tal-gvern hi li jkompli jsaħħaħ is-settur edukattiv vokazzjonali u terzjarju bl-iskop li jkun jista' joffri aktar servizzi edukattivi lil studenti barranin.", "SKEJJEL LI JGĦALLMU L-INGLIŻ", "17276.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid kemm skejjel hawn liċenzjati biex jgħallmu l-Ingliż lil barranin?", "Kemm applikazzjonijiet hemm pendenti għall-ftuħ ta' skejjel ġodda?", "Minn min saru u meta?", "F'liema lokalita'?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li 46 skola huma liċenzjati biex jgħallmu l- Ingliż lil barranin.", "Hemm applikazzjoni waħda għal skola ġdida.", "SKEJJEL LI JGĦALLMU L-INGLIŻ", "17277.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid kemm ispezzjonijiet saru minn uffiċjali tad-diviżjoni ta' l-edukazzjoni jew uffiċjali tal-monitoring board fl-iskejjel li jgħallmu l-Ingliż minn Settembru 2005 sal-15 ta' Frar, 2006?", "Kemm kienu jikkonformaw mal-liġi fejn għandu x'jaqsam ma' għalliema, faċilitajiet u ħwejjeġ oħra?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Minn Settembru 2005 sal-15 ta' Frar, 2006 il-bord ta' sorveljanza tat-tagħlim ta' l-Ingliz bħala lingwa barranija għamel ispezzjonijiet uffiċjali fl-iskejjel ġodda sabiex jiġi assigurat li dawn jikkonformaw mal-kondizzjonijiet tal-liċenzja.", "RESERVED PARKING", "17279.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Jista' il-Ministru jgħid kemm applikazzjonijiet għal reserved parking saru u ġew approvati f'dawn l-aħħar sentejn fil-każ ta' persuni b'diżabilita' u oħrajn?", "Min huma l-membri tal-bord li jiddeċiedi dwar tali applikazzjonijiet?", "Kemm hemm każi fejn minkejja li l-applikazzjoni ġiet rifjutata mill-bord, xorta waħda ngħataw reserved parking?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Mis-sena 2004 sal-lum ġew approvati 474 reserved parking bay għal persuni b'diżabilita' u 84 għal 1.5m keep-clear bays għal aċċess aħjar.", "Il-membri tal-bord tar-reserved parking għal persuni b'diżabilita' huma ħamsa.", "Mill-2004 sal-lum kien hemm madwar 870 applikazzjoni għal reserved parking għal persuni b'diżabilita'.", "Mill-applikazzjonijiet li ġew ipproċessati u mhux approvati mill-bord, kien hemm 120 li ġew approvati mir-review panel u ħamsa oħra li ġew approvati mill-uffiċċju esekuttiv ta' l-awtorita' dwar it- trasport.", "BEJJIEGĦA TAT-TIMESHARE", "17290.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Peress li baqgħu jasluli rapporti b'mod regolari li bejjiegħa tat- timeshare għadhom idejqu b'mod arroganti u inaċċettabbli lil dawk it- turisti li jkunu fil-pjazza ta' Buġibba, jista' il-Ministru jgħid x'passi qegħdin jittieħdu kontra dan l-abbuż?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Matul Jannar u Frar 2006 saru għaxar ispezzjonijiet f'Buġibba, il-Qawra u Golden Sands.", "Matul dawn l- ispezzjonijiet ġew iċċekkjati l-OPCs u tliet identification tags ġew elevati.", "Id-direttorat ta' l-infurzar ukoll qed jagħmel ispezzjonijiet flimkien mal- pulizija ta' l-administrative law enforcement.", "KUMPANNIJI TAT-TINDIF", "17362.", "L-ONOR.", "JOSEPH DEBONO GRECH staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk skond direttivi maħruġa mill-ministeru tal-finanzi, hux permess li jsir xogħol minn kumpanniji tat- tindif fil-premises tal-ministeri, dipartimenti u l-kumplament tad- dekasteru?", "Jsta' jgħid meta ħarġet din id-direttiva u jekk tapplikax f'kull każ?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-operat ta' kull ministeru u d-dipartimenti li jagħmlu parti mid-dekasteru, jaqa' taħt ir-responsabbilta' tas-segretarju permanenti rispettiv u l-kapijiet tad- dipartimenti tiegħu.", "L-akkwist tas-servizzi meħtiega, inkluż dawk tat- tindif, jagħmlu parti minn din ir-responabbilta' u m'humiex regolati minn xi proċeduri li joħorġu b'mod dirett mill-ministeru tal-finanzi, izda mir- regolamenti dwar il-kuntratti pubbliċi ta' l-2005.", "SERVIZZ ĊIVILI", "17363.", "L-ONOR.", "JOSEPH DEBONO GRECH staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' information management officers fis-servizz ċivili?", "Min huma, f'liema ministeru qegħdin u x'salarju u allowances għandhom?", "Kemm minnhom ġejjin mis-servizz privat u kemm ġejjin mill-general service?", "Jista' jgħid jekk hux minnu li jekk jiġġeddidilhom il-kuntratt, dawk li ġejjin mis-settur privat isiru mpjegati permanenti tal-gvern?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Bħalissa hemm 12-il information management officer fis-servizz pubbliku, wieħed f'kull ministeru, ħlief fil-ministeru għall- kompetittivita' u komunikazzjoni u fil-ministeru tal-familja u solidarjeta' soċjali, b'salarju ekwivalenti għal skala ta' salarju 4 tas-servizz pubbliku.", "U waqt li ma naħsibx li hi etika li nagħti dettalji personali dwarhom, nista' ngħid li erbgħa mill-information management officers ġew ingaġġati minn barra s-servizz pubbliku u tmienja minn ġewwa s-servizz pubbliku.", "Bħalissa għaddejja policy review rigward dawn il-pożizzjonijiet u d- dmirijiet preżenti u futuri fil-qafas wiesa' tat-teknoloġija ta' l- informatika fis-servizz pubbliku.", "Kif tintemm din il-policy review, hu mistenni li joħorġu sejħiet għal applikazzjonijiet biex jimtlew il- pożizzjonijiet ġodda fil-livell li jixirqilhom.", "CODE OF ETHICS", "17364.", "L-ONOR.", "JOSEPH DEBONO GRECH staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 17136, jista' il- Prim Ministru jgħid kemm sarulu talbiet għall-approvazzjoni?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "PRIVATE STAFF FIL-MINISTERU", "17365.", "L-ONOR.", "JOSEPH DEBONO GRECH staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jgħid jekk membri tal-private staff ingħatawx uniformi jew ħlas għall-", "uniformi matul l-2004 u l-2005?", "Kemm kienet l-ispiża u min awtorizzaha?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "RE-INSTATEMENT", "17366.", "L-ONOR.", "JOSEPH DEBONO GRECH staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm impjegati ġew re-instated bejn l-1987 u l-1992?", "F'liema grad iddaħħlu u kemm għad baqa' minnhom fis- servizz pubbliku?", "F'liema grad spiċċaw?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Bejn l-1987 u l-1992 kien hemm 117-il impjegat li ġew re-instated fis-servizz pubbliku u 14 minnhom għadhom fis-servizz.", "Aktar dettalji qed jitpoġġew fuq il-mejda tal-Kamra.", "DIRECT ORDERS", "17367.", "L-ONOR.", "JOSEPH DEBONO GRECH staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jgħid kemm direct orders 'l fuq minn Lm2,000 ingħataw fil-ministeru u l-kumplament tad-dekasteru tiegħu matul l- 2004 u l-2005?", "Kemm kienet tqum kull direct order?", "Lil min ingħatat u min approvaha?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "BENEFIĊĊJI SOĊJALI", "17443.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid x'inhuma r-raġunijiet li għalihom persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, inqatgħulha l-benefiċċji?", "Kif se tgħix din il-persuna?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Ninsab informata li l-persuna indikata ġiet informata bil-miktub dwar il-każ tagħha mid-dipartiment tas-sigurta' soċjali.", "CAMBRIDGE INT.", "COLLEGE", "17444.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid jekk il-kwalifiki għall-MBA u CIC (Hons.) graduate diploma minn Cambridge Int.", "College li jopera mill- Floriana humiex rikonoxxuti lokalment, peress li min jattendi jemmen li huma rikonoxxuti u anke l-Onor.", "Edwin Vassallo ġieli hu stess qassam iċ- ċertifikati fiċ-ċerimonja tal-gradwazzjoni li tiġi organizzata għall- okkażjoni?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-istituzzjoni konċernata ma tinsabx Malta iżda f'Jersey, barra mill-arja Ewropea ta' l-edukazzjoni għolja.", "L- unika istituzzjoni f'Malta li s'issa hi awtorizzata bil-liġi li tagħti gradi universitarji, hi l-Universita' ta' Malta.", "Informat ukoll li l-awtorita' Ingliża ma tirrikonoxxix din l-istituzzjoni u l-kwalifiki tagħha u għaldaqstant mhux possibbli li dawn il-kwalifiki jingħataw rikonoxximent reċiproku minn pajjiżna.", "PORT IL-KBIR", "17445.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 17226, jista' il-Ministru jgħid jekk l-MMA talbetx għal xi fondi mill-Unjoni Ewropea għal studju dwar il-Port il-Kbir?", "Jista' jagħti aktar tagħrif dwar dan?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Iva, l-awtorita' marittima kisbet fondi mill-Unjoni Ewropea għal dawn l-istudji dwar il-Port il-Kbir:", "*Refurbishment u upgrading tad-Deepwater Quay kif ukoll estensjoni tal-moll sal-Menqa;", "*Żvilupp ta' moll u terminal għall-cruiseliners ġewwa Barriera Wharf;", "*Żvilupp ta' moll għall-ħatt tal-merkanzija ġewwa Bridge Wharf;", "*Estensjoni ta' Fuel Wharf sax-Xatt il-Laboratorju u żvilupp ta' terminal għall-containers;", "*Żvilupp ta' art madwar il-Port il-Kbir għall-użu portwali; u *Links bejn il-portijiet kummerċjali.", "TRIQ L-ISQOF ROMERO", "17446.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 17223 u jara li jittieħdu passi biex Triq l-Isqof Romero, f'San Ġiljan tinbidel fi spazju fejn ir-residenti jkunu jistgħu jipparkjaw?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li se jsiru spezzjonijiet fit-triq imsemmija biex naraw x'possibbilta' hemm li jsir spazju għall-parkeġġ għar-residenti.", "VJAL GLORMU CASSAR", "17447.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 17221 u jgħid jekk hux veru li se tinqala' u ssir mill-ġdid it-triq li mill- Floriana tieħu għat-Telgħa ta' Kastilja?", "Kemm kienet ġiet tiswa?", "Kemm se jiġi jiswa x-xogħol il-ġdid?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: It-triq imsemmija se terġa' tinqala' peress li kien sar xogħol ħażin.", "Ix-xogħol ta' asfaltar li sar ġie jiswa madwar Lm34,000.", "Ix-xogħlijiet kollha ta' tiswija se jsiru bi spiża għall-kuntrattur.", "SWATAR COMPUTER CENTRE", "17491.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid x'se jiġri miċ-ċentru tal-computers li hemm barra Ħad-Dingli?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jien informat li ċ-ċentru tal-computers fis-Swatar ilu mill-1994 jintuża minn MITTS bħala ċentru ta' ICT training u f'dawn l- aħħar snin kien qed jitmexxa minn nucleus training int. f'isem il-MITTS, li hija shareholder f'din il-kumpannija.", "Il-management agreement li hemm bejn il-MITTS, l-OPM u n-nucleus training int. dwar it-tmexxija jiskadi fil-31 ta' Marzu, 2006, bil-proprjeta' tmur lura għand il-MITTS.", "SKOLA PRIMARJA TA' SAN ĠWANN", "17492.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid meta mistenni jitlesta x- xogħol fuq is-sala ta' l-iskola ta' San Ġwann?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li x-xogħol fuq is-sala ta' l-iskola primarja ta' San Ġwann hu mistenni li jitlesta sa l-aħħar ta' April 2006.", "KORP TAL-PULIZIJA", "17493.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li n- nies fid-dog section tal-pulizija qed jintużaw regolarment fuq xogħol konness mal-klandestini?", "ONOR.", "TONIO BORG: Il-membri tal-korp tal-pulizija jiġu assenjati xogħol skond l-esiġenzi tas-servizz.", "BINJA TAL-GVERN", "17494.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid meta mistenni jibda x-xogħol ta' upgrading fil-parti komuni ta' binja tal-gvern li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Għaddejt it-talba ta' l-Onor.", "Interpellant lid- dipartiment tal-bini u tiswija ta' djar biex jispezzjonaw u jivverifikaw it- talba.", "APPARTAMENT TAL-GVERN", "17495.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tara li jiġi rranġat saqaf ta' appartament tal-gvern li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li fih jgħixu koppja anzjana?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Għaddejt it-talba ta' l-Onor.", "Interpellant lid- dipartiment tal-bini u tiswija ta' djar biex jispezzjonaw u jivverifikaw it- talba.", "FIDI TA' ĊENS", "17496.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk ċens temporanju fuq art li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, jistax jinfeda?", "ONOR.", "TONIO BORG: Peress li s-sit indikat m'huwiex wieħed ta' residenza, iċ-ċens temporanju ma jistax jinfeda imma ċ-ċenswalist jista' dejjem japplika lid-dipartiment għat-tmexxija ta' proprjeta' sabiex jixtri ċ-ċens rimanenti u d-dirett dominju ta' wara minn sejħa għal offerti.", "SAQAF PERIKOLUŻ", "17497.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid x'passi ħa d-dipartiment tal- bini u tiswija ta' djar minħabba saqaf perikoluż li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Ninsab informata li s-saqaf fil-post indikat jidher li għandu bżonn jinbidel.", "Dan se jsir wara sejħa għal offerti li se tinħareġ fil-ġimgħat li ġejjin.", "SUSSIDJU FUQ IL-KERA", "17498.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid jekk persuna li tgħix f'garage mikri, tistax tibbenefika minn sussidju fuq il-kera?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Waħda mill-kondizzjonijiet biex persuna tibbenefika minn skema R dwar sussidju fuq il-kera hi li l-fond irid ikun fi stat tajjeb ta' tiswija u f'kondizzjoni abitabbli.", "Jekk l-awtorita' tad- djar f'dan il-każ tirċievi applikazzjoni taħt din l-iskema, tkun tista' tispezzjona l-fond u ġaladarba tikkonferma li dan hu abitabbli u fih in- neċessitajiet sanitarji, tilqa' it-talba.", "AKKOMODAZZJONI SOĊJALI", "17499.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid meta mistennija ssir ispezzjoni minn uffiċjali tad-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali f'garage li hu okkupat minn single parent, bid-dettalji jintbagħtu separatament?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Id-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali m'għandux applikazzjoni mingħand il-persuna indikata.", "TA' SKORBA", "17510.", "L-ONOR.", "JOSEPH CASSAR staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jara li jinżabru s-siġar u tiġi mnaddfa dik il-parti f'Ta' Skorba li mhijiex imdawra b'fence?", "Jista' jgħid jekk it-tempju jistax ikollu l-parametri tiegħu bl-inklużjoni ta' dik il-parti li llum mhijiex imdawra b'fence?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Il-parti in kwestjoni ġiet akkwistata b'dikjarazzjoni ta' l-Aġent President fit-13 ta' Jannar, 1992 u ppubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern tal-21 ta' Jannar, 1992.", "Ta' min jgħid li s-sidien preċedenti għadhom ma rċevewx il-ħlas dovut lilhom għal din l- art.", "Il-ħsieb ta' Heritage Malta hu li twettaq proġett għall-ħarsien ta' dawn il-fdalijiet, b'kollaborazzjoni mas-sovrintendenza tal-patrimonju kulturali.", "TRIQ MANNARINO F'BIRKIRKARA", "17513.", "L-ONOR.", "MICHAEL ASCIAK staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid meta se jidħlu s-servizzi tad-dawl u l-ilma fil-flats il-ġodda ta' Triq Mannarino, Birkirkara?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: L-awtorita' tad-djar qed tistenna li tirċievi l- compliance certificate mill-MEPA dwar il-flats indikati mill-Onor.", "Interpellant, ħalli tkun tista' tissottometti applikazzjoni għas-servizzi tad-dawl u l-ilma.", "SERVIZZ TAT-TELEPHONE", "17516.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jieħu passi biex is-sezzjonijiet kollha tas-sigurta' ta' l-Air Malta jkollhom servizz telefoniku?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ikun aħjar jekk l-Onor.", "Membru jispjega eżattament għal liema sezzjonijiet ta' l-Air Malta qed jirriferi.", "INFERMIERA", "17517.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 17384 u jagħti breakdown ta' l-infermiera fil-gradi ta' enrolled nurse u staff nurse u anke dawk li għandhom B.Sc, Masters u Ph.D in nursing studies?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "TINDIF TA' AJRUPLANI", "17519.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 17457 u jgħid jekk is-section tat- tindif ta' l-ajruplani ta' l-Air Malta hux se tispiċċa?", "Min se jibda jagħmel dan ix-xogħol?", "X'inhu l-futur tal-ħaddiema li hemm f'din is- section?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jien informat li parti sostanzjali mix-xogħol tas- sezzjoni tad-tindif se jiġi outsourced lil kumpannija esterna, bl-impjegati kollha ta' din is-sezzjoni jiġu integrati f'sezzjonijiet oħra tal- kumpannija.", "Deċiżjoni dwar lil min jingħata dan il-kuntratt għadha ma tteħditx.", "MTA", "17520.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 17458 u jgħid kemm tnaqqas mill-istaff amministrattiv ta' l-MTA fl-aħħar sena?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li fl-aħħar sena tnaqqsu għaxra mill-istaff amministrattiv ta' l-awtorità tat-turiżmu.", "ADT", "17521.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 17344 u anke jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra lista ta' l-impjegati full-time jew b'kuntratt li hemm ma' l-ADT, bl-isem u l-indirizz, il-kariga u d-data ta' meta bdew l-impjieg?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: L-awtorita' dwar it-trasport għandha 285 ruħ impjegati magħha fuq bażi full-time, kif elenkat hawn taħt:", "|Chief Executive |1 | |Deputy CEO |1 | |Consultant |2 | |Financial Controller |1 | |Architect |4 | |Junior Architect |1 | |Draughtsman |2 | |Field Officer |5 | |Land Surveyor |1 | |Director |3 | |Administration Officer |1 | |Administrator |8 | |IT Support |1 | |Manager | | | |21 | |Assistant Manager | | | |12 | |Assistant Principal |2 | |Customer Care/Officer |3 | |Clerk | | | |55 | |Driving Examiner |6 | |Enforcement Officer | | | |33 | |Executive Officer |5 | |Executive Secretary |2 | |General Hand |6 | |Geographic Information |1 | |system | | |Handyman |1 | |Airport Office Dispature|1 | |Messenger |4 | |Officer in Grade 9 |1 | |Personal Assistant |2 | |Personnel Officer |1 | |Quantity Surveyor |2 | |Safety Officer |1 | |Secretary |4 | |Security Officer |5 | |Senior Clerk |4 | |Senior Enforcement |5 | |Officer | | |Senior Technical Officer|4 | |Senior Tradesman |2 | |Supervisor Transport |4 | |Assistant | | |System Administrator |1 | |Technical Inspector |1 | |Technical/Quality |1 | |Assurance Officer | | |Timekeeper |1 | |Transport Assistant | | | |61 | |Vehicle Evaluator |2 |", "Ma nħossx li tkun etika li jingħataw l-ismijiet jew l-indirizzi ta' individwi li m'humiex uffiċjali pubbliċi.", "VILLA RUNDLE", "17522.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hux minnu li parti minn Villa Rundle u l-art li fuqha huma mibnija l-garaxxijiet tad- dipartiment ta' l-agrikoltura, ġew trasferiti lill-privat jew intlaħaq xi tip ta' ftehim ieħor dwarhom?", "Jista' jagħti d-dettalji relattivi?", "In oltre, jista' jgħid jekk il-ground tal-football Leli Farrugia hux inkluż ukoll?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li l-ebda parti minn Villa Rundle ma ġiet trasferita.", "L-imħażen/garaxxijiet li hemm wara l-art fejn qabel kien hemm id-Duke of Edinburgh Hotel, inbiegħu wara sejħa għal offerti ppubblikata fl-4 ta' Novembru, 2005 permezz ta' Avviż 213, bil-kuntratt jiġi ffirmat fis-7 ta' Frar, 2006.", "Skond il-kondizzjonijiet tal-kuntratt, il-kumpratur hu obbligat li fi żmien 20 ġimgħa jibni numru ta' imħażen/garaxxijiet f'sit fix-Xewkija a spejjeż tiegħu, skond kif approvat mill-MEPA u jgħaddi dawn l-imħażen/garaxxijiet lill-gvern malli jkunu lesti.", "ĠARR TA' PAZJENTI BIL-HELICOPTER", "17523.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għal Għawdex: Tista' il-Ministru tgħid kemm jiġi jiswa kull traġitt bil-helicopter ta' pazjent mill-isptar ġenerali ta' Għawdex għal St Luke's?", "Kemm pazjenti nġarru bil- helicopter bejn Għawdex u Malta matul is-snin 2004 u 2005?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Fis-snin 2004 u 2005 inġarru bil-helicopter 17 u 14-il pazjent rispettivament, iżda l-isptar ġenerali ta' Għawdex m'għandux dettalji dwar kemm ġie jiswa kull traġitt peress li dan is-servizz jingħata mingħajr ħlas", "SPTAR ĠENERALI", "17524.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għal Għawdex: Tista' il-Ministru tgħid kemm operazzjonijiet saru fl-isptar ġenerali ta' Għawdex fis-snin 2004 u 2005?", "Tista' tgħid kemm-il darba nġieb anestetista minn Malta?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Waqt li tabella li turi n-numru ta' operazzjonijiet li saru fl-isptar ġenerali ta' Għawdex fis-snin 2004 u 2005 qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra, inżid ngħid li kellna żewġ anestetisti kuljum.", "ART ESPROPRJATA", "17525.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'art ġiet esproprjata f'Għawdex mingħand il-privat fl-2005?", "Jista' jagħti d-data tal- pubblikazzjoni u fejn u jekk il-kumpens tħallasx?", "ONOR.", "TONIO BORG: Matul l-2005 l-esproprji ġodda ta' art f'Għawdex kienu kif ġej:", "* Art ta' kejl ta' 1,166 metru kwadru f'Għajnsielem, esproprjata permezz ta' Dikjarazzjoni tal-President ta' l-10 ta' Marzu, 2005 - Avviż 251;", "* Art ta' kejl ta' 1,470 metru kwadru li tinkludi l-fortizza ta' Sant'Antnin fil-Qala, esproprjata permezz ta' Dikjarazzjoni tal-President tas-27 ta' April, 2005 - Avviż 433; u", "*Tliet biċċiet art ta' kejl ta' 124 metru kwadru, 136 metru kwadru u 54 metru kwadru fix-Xewkija, esproprjati permezz ta' Dikjarazzjonijiet tal- President tas-7 ta' Novembru, 2005 - Avviżi 1104, 1105 u 1106 rispettivament.", "Il-kumpens dovut hu depożitat f'bank accounts separati skond il- provvedimenti ta' l-Ordinanza dwar Akkwist ta' Artijiet (Kap 88) u dan sakemm jiġi aċċertat min huma s-sidien tal-proprjeta' u jkun jista' isir il- ħlas.", "S'issa ħadd mis-sidien għadu ma tħallas il-kumpens dovut lilu.", "RETAIL PRICE INDEX", "17526.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid x'inhu l-weighting tas-surcharge fil- kompożizzjoni tar-retail price index?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nassumi li l-Onor.", "Interpellant qed jirriferi għas- surcharge imposta kull xahrejn fuq id-dawl u l-ilma.", "Din is-surcharge tinħadem fuq il-kont mudell li hemm fuq ir-retail price index u bħalissa għandha l-istess weighting li għandu d-dawl u l-ilma, jiġifieri 1.43 u 0.53 rispettivament.", "TRIQ GUTTENBERG FIS-SWATAR", "17527.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Billi Triq Guttenberg fis-Swatar għadha fl-istess kondizzjoni ħażina li kienet meta ġew allokati l-appartamenti, b'mod partikolari fejn hemm il- garages, jista' il-Ministru jara li din il-problema tiġi indirizzata b'ċerta urġenza?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "DIRETTURI U CHAIRPERSONS", "17528.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 16419 u 17107 u jgħid min huma d-diretturi u ċ-chairpersons tal-kumpanniji, bordijiet u enti oħra taħt ir-responsabbilta' tiegħu?", "X'remunerazzjoni u benefiċċji oħra għandhom?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif mitlub qed jitpoġġa fuq il-mejda tal- Kamra.", "OPERAZZJONIJIET", "17529.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 16428 u 17109 u jgħid kemm persuni hemm fuq il-waiting list biex issirilhom operazzjoni?", "Kemm ilhom jistennew?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "PUBLIC TRANSPORT ASSOCIATION", "17536.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jgħid fiex waslu d-diskussjonijiet bejn l-ADT u l-PTA dwar ftehim ġdid għas-servizz tal-karozzi tal-linja?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li din l- azzjoni industrijali ssejħet minħabba li skond l-assoċjazzjoni, is-sussidju għas-sena 2005 għandu jkun Lm50,000 iżjed milli qed joffri l-gvern, li min- naħa tiegħu qed jinsisti li s-sussidju totali dovut għall-operat tas- servizz bi skeda għas-sena 2005 għandu jkun ta' Lm1.25 miljun, ikkomparat mat-talba ta' l-assoċjazzjoni ta' Lm1.3 miljun.", "Is-sussidju ta' Lm1.25 miljun li qed joffri l-gvern hu bbażat fuq id- differenza bejn id-dħul iġġenerat mill-bejgħ tal-biljetti – jiġifieri Lm6.59 miljun - u l-ispiża ta' l-operat tas-servizz, li allura tiġi tissarraf fi Lm15,430 għal kull karozza.", "Dan ifisser li l-qligħ għal kull xarabank fis-sena 2005 kien ta' Lm15,430 ikkomparat mat-Lm13,800 għas-sena 2004, jiġifieri żieda ta' Lm1,630 u għalhekk aktar minn biżżejjed biex jagħmel tajjeb għaż-żidiet fl-għoli tal-ħajja u l-prezz tad-diesel.", "Skond l-istess assoċjazzjoni, ir-raġuni uffiċjali għal din l-azzjoni industrijali hi li l-gvern naqas milli jonora l-ultimatum mogħti minnha stess biex il-gvern iħallas il-bqija tas-sussidju ta' Lm200,000, jiġifieri d-differenza bejn il-Lm1.3 miljun mitluba mill-assoċjazzoni u l-Lm1.1 miljun mħallsin mill-gvern s'issa.", "Raġuni oħra li ngħatat f'diversi komunikazzjonijiet li l-assoċjazzjoni kellha mal-media hi li l- assoċjazzjoni mhix taqbel mal-proposti tal-gvern għar-riforma tat-trasport pubbliku, partikolarment it-tqassim tan-network f'disa' route groups.", "Kif jaf kulħadd, iż-żewġ problemi issa huma riżolti u l-awtorita' dwar it- trasport u l-assoċjazzjoni għat-trasport pubbliku reġgħu bdew id- diskussjonijiet dwar ir-riforma, filwaqt li l-bilanċ ta' Lm150,000 għas- sussidju ta' l-2005 tħallas nhar il-Ġimgħa 3 ta' Marzu.", "TRIQ IL-MEDITERRAN F'PEMBROKE", "17538.", "L-ONOR.", "ROBERT ARRIGO staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jara jekk jistax isir dawl bejn Triq il-Mediterran u l-club sportiv ta' Pembroke?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninsab informat li l-istallar ta' dwal ġodda hi fir- responsabbilta' tal-kunsilli lokali.", "GROTTA TA' SAN PAWL", "17540.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid x'passi qegħdin jittieħdu dwar l-allegat dħul ta' ilma u qatran fil-passaġġ li jagħti għall-grotta ta' San Pawl fir- Rabat?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Fl-14 ta' Frar, 2006 is-sovrintendenza tal- patrimonju kulturali spezzjonat is-sit tal-grotta ta' San Pawl fir-Rabat, wara li sar rapport dwar ħsarat f'dan il-post.", "Waqt din l-ispezzjoni ġie nnotat li kienet saret ħsara f'xi katusi li jgħaddu minn fuq passaġġ taħt l-art li tgħaqqad il-grotta ta' San Pawl mal- mużew ta' Wignacourt.", "B'konsegwenza ta' din il-ħsara, kull meta tagħmel xita qawwija qed jidħol ilma u tajn ġewwa dan il-passaġġ.", "Jidher li din il- ħsara ġiet ikkawżata minn xogħol riċenti ta' surfacing bl-asfalt tat-triq li tgħaddi minn fuq l-istess passaġġ.", "Skond informazzjoni li għandha s-sovrintendenza, ir-responsabbilta` għat- tiswija ta' din il-ħsara hi tal-kunsill lokali tar-Rabat, bis- sovrintendenza żżomm kuntatt kemm mal-kuratur tal-grotta ta' San Pawl kif ukoll mal-kunsill lokali tar-Rabat sabiex tassigura li t-tiswija fuq dan is-sit issir minnufih.", "SKOLA TA' PEMBROKE", "17541.", "L-ONOR.", "ROBERT ARRIGO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid meta se jibdew ix-xogħlijiet ta' manutenzjoni fl-iskola ta' Pembroke?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-ewwel parti tax-xogħol diġa' tlestiet u bħalissa qegħdin fit-tieni parti tax-xogħol li għandu jitlesta sa l-aħħar ta' Marzu.", "DFIN TA' FETI", "17542.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid x'inhi l-policy tal-gvern dwar id-dfin ta' feti, f'każi meta jkun hemm miscarriage u jsir l-EPRC l-isptar?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li sakemm il-fetu jkun kopert b'permess ta' dfin maħruġ mill-pulizija, id-dipartiment tas- saħħa pubblika ma jsib l-ebda oġġezzjoni għad-dfin.", "QRATI TAL-ĠUSTIZZJA", "17563.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm-il kariga ta' direttur hemm fil-qrati tal-ġustizzja?", "X'inhuma r-responsabbiltajiet ta' kull direttur?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-top management tal-qrati tal-ġustizzja hu magħmul kif ġej:", "*Direttur support services responsabbli mill-finanzi, riżorsi umani u operat tal-qrati;", "*Direttur u reġistratur qrati u tribunali ċivili responsabbli mill- amministrazzjoni tal-qrati u tribunali ċivili, it-tqassim ta' l-awli superjuri, ix-xogħol tar-reġistru tal-qrati u tribunali ċivili, is-sezzjoni tas-subbasti, is-sezzjoni tal-marixxalli, arkivji ċivili u l-qorti tal- familja u jagħmilha wkoll ta' reġistratur tal-qrati ta' ġurisdizzjoni ċivili;", "*Direttur u reġistratur qrati u tribunali kriminali responsabbli mill- amministrazzjoni tal-qrati kriminali, it-tqassim ta' l-awli inferjuri, ix- xogħol tar-reġistru tal-qrati kriminali, l-arkivji ta' ġurisdizzjoni kriminali u s-sezzjoni ta' l-esebiti u jagħmilha wkoll ta' reġistratur tal- qrati ta' ġurisdizzjoni kriminali;", "*Direttur u reġistratur qrati u tribunali Għawdex responsabbli mill-qrati ta' Għawdex u jagħmilha kemm ta' direttur taċ-ċivil kif ukoll ta' direttur tal-kriminal u jassumi r-responsabbiltajiet ta' dawn iż-żewġ karigi f'dak li jirrigwarda l-qorti ta' Għawdex u jagħmilha wkoll ta' reġistratur tal- qrati ċivili u kriminali f'Għawdex; u", "*Direttur ġenerali, qrati tal-ġustizzja responsabbli mill-amministrazzjoni tal-qrati f'Malta u Għawdex, bid-diretturi msemmija qabel jirrispondu lilu għax-xogħol tagħhom ħlief fejn jirrigwarda d-doveri tagħhom ta' reġistraturi li għalih jirrispondu lill-Prim Imħallef.", "ANIMAL WELFARE ACT", "17565.", "L-ONOR.", "MICHAEL ASCIAK staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid hemmx il-ħsieb li jsiru xi emendi fl- animal welfare act?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Ninforma lill-Onor.", "Membru li qed ikunu kkonsidrati xi emendi.", "SPONSORSHIPS", "17566.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm impjegati ngħataw sponsorship mill-gvern biex ikomplu l-istudji fl-MBA jew M.Sc fl-universita', kemm f'Malta kif ukoll barra fl-aħħar ħames snin?", "Jista' jgħid x'inhu l-grad u x'inhuma l-kwalifiki tagħhom kif ukoll f'liema dipartiment jew ministeru jaħdmu?", "Jista' jispeċifika f'liema areas ta' studji ngħataw dawn il-boroż ta' studju u f'liema pajjiż u universita' qegħdin jistudjaw?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-informazzjoni qed titpogga fuq il-mejda tal- Kamra.", "DONAZZJONIJIET GĦALL-KARITA'", "17567.", "L-ONOR.", "MICHAEL ASCIAK staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li donazzjonijiet li jingħataw għall-karita' u lil animal welfare societies isiru VAT-free u tax-free?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Id-donazzjonijet li jingħataw għall-karita' m'humiex suġġetti għat-taxxa tal-VAT.", "Rigward it-taxxa tad-dħul, għalissa m'hemm l-ebda provvediment għat-tnaqqis mit-taxxa għal min jagħti donazzjoni għall-karita' u lil animal welfare.", "BIEB TA' WIGNACOURT", "17570.", "L-ONOR.", "MICHAEL ASCIAK staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 17386, jista' il- Ministru jgħid jekk il-BOV humiex obbligati li jerġgħu jibnu l-Bieb ta' Wignacourt kif allegatament dettat mill-MEPA?", "Hemm xi idea fejn qiegħed illum il-ġebel ta' dan il-bieb li kien twaqqa' fil-gwerra?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Waqt li dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija l- Onor. Interpellant huwa mitlub jirriferi għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 17386, ninsab informat li l-kondizzjoni li ġiet imposta mill- MEPA fil-permess PA751/00 tas-17 ta' Mejju, 2001 taqra hekk:", "\"The applicant shall be deemed to make a bank guarantee of Lm50,000 prior to the issue of the development permit to cover the reconstruction of the former Wignacourt Gate or the rehabilitation of the aquaduct at the discretion/approval of the planning authority and to cover the improvement of Mdina Road/Fleur de Lys Road roundabout.", "The design of this junction improvement will be agreed by the planning authority and will include landscaping along the northern boundary of the development.", "The total amount of the bond will be returned to the applicant subject to completion of the works to the approval and satisfaction of the planning authority.\"", "Din il-garanzija bankarja fil-fatt saret.", "CARE AND REPAIR", "17574.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni għall- applikazzjonijiet ta' xogħlijiet fi djar privati f'Birkirkara, bħalma huma PA177/06 u PA570/06?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: L-applikazzjonijiet li għamel riferenza għalihom l-Onor.", "Interpellant jirrigwardaw xogħlijiet strutturali taħt l-inizjattiva ta' l-awtorita' tad-djar ta' care and repair, liema xogħlijiet jenħtieġu l- permess tal-MEPA.", "RAPPORTI TA' SERQ", "17575.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm serqiet twettqu matul Frar 2006?", "Jista' jikklassifika s-serq?", "Kemm każi ġew solvuti matul l-istess xahar?", "ONOR.", "TONIO BORG: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "WORKS OF ART", "17576.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 17387, jikkonferma l-Ministru jekk 'l hekk imsejħa works of art fir-roundabouts humiex koperti bil-permess?", "Jista' ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal- permessi relattivi?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Dawn il-works of art jagħmlu parti mil- landscaping tal-proġett ta' toroq taħt il-ħames prokolli Taljan u għalhekk jaqgħu taħt ix-xogħlijiet ta' l-istess toroq.", "REATI", "17577.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm reati twettqu matul Frar 2006?", "Jista' jikklassifikahom?", "Kemm każi ġew solvuti matul l- istess?", "ONOR.", "TONIO BORG: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "TRATTAMENT TAD-DRENAĠĠ", "17578.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 17389 u jgħid fiex wasal il-bini tat- tliet impjanti tat-trattament tad-drenaġġ?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ix-xogħol fuq l-impjant f'Għawdex miexi u għandu jitlesta fil-bidu tas-sena 2007 waqt li x-xogħol fuq l-impjant fit- tramuntana ta' Malta se jibda fil-ġimgħat li ġejjin, wara li joħroġ il- permess tal-MEPA, xogħol li mistenni jitlesta qabel nofs is-sena 2007.", "L-impjant fin-nofsinhar ta' Malta qiegħed fl-istadju ta' disinn preliminari u din is-sena jibdew l-istudji ta' impatt ambjentali.", "LIĊENZJI U TTESTJAR", "17579.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Jista' il-Ministru jgħid x'sar mit-talba li għamlet ċerta persuna lid-dipartiment tal-liċenzji, liema talba baqgħet mingħajr tweġiba?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ninsab informat li l-ittra li qed jirriferi għaliha l-Onor.", "Interpellant ġiet imwieġba fit-28 ta' Ottubru, 2005.", "THIRD-COUNTRY NATIONALS", "17580.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Billi daħlet fis-seħħ direttiva ta' l-Unjoni", "Ewropea li permezz tagħha third-country nationals li jkunu ilhom Malta għal perijodu ta' ħames snin jistgħu jottjenu residence permit, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid liema dipartiment tal-gvern jew awtorita' huma responsabbli mill-amministrazzjoni ta' dawn ir-residence permits?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li d-direttiva msemmija minnu għadha ma daħlietx fis-seħħ hawn Malta.", "Ix-xogħol biex id- dispożizzjonijiet ta' din id-direttiva jinbidlu f'liġi wasal fil-final u r- regolamenti neċessarji dalwaqt joħorġu.", "Bħalissa l-awtorita` responsabbli mill-ħruġ tal-permessi ta' residenza hi l- pulizija ta' l-immigrazzjoni u l-applikazzjonijiet għandhom jiġu indirizzati b'dan il-mod.", "Pero' fi ftit żmien ieħor dan ix-xogħol se jibda jsir mid-dipartiment taċ-ċittadinanza u expatriates.", "Meta ssir din il-bidla, il-pubbliku jiġi mgħarraf b'avviż fil-media", "ŻAMMA TA' ANNIMALI", "17584.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid x'azzjoni ħadet l-awtorita' tad-djar kontra sidien ta' appartamenti li dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament, li qed iżommu klieb u annimali oħra f'appartament bi ksur ta' klawsola 8 tal-kuntratt relattiv ta' akkwist?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Ninsab informata li l-awtorita' tad-djar irċeviet rapporti minn residenti fil-binja indikata li residenti oħra fl- istess binja kienu qed iżommu l-klieb f'appartament.", "Meta l-awtorita' wissiet lir-residenti msemmija, dawn ċaħdu li kienu qed iżommu xi klieb fl- appartament.", "Sussegwentement l-awtorita' bagħtet twissija bil-miktub lis- sidien ta' l-appartamenti kollha tal-binja.", "Permezz ta' din it-twissija, barra li fakkrithom fl-obbligi tagħhom skond il-kuntratt tax-xiri, inkluż li ma jistgħux iżommu annimali fuq il-bejt, fil-partijiet komuni jew fl-appartament, informathom li kull ksur tal- kondizzjonijiet tal-kuntratt għandu jiġi diskuss u riżolt mill- assoċjazzjoni tar-residenti li hi responsabbli li tara li dawn il- kondizzjonijiet ma jinkisrux.", "TRIQ L-IMDINA F'ĦAŻ-ŻEBBUĠ", "17586.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Jista' il-Ministru jara li jitqiegħdu traffic calmers fis-service road li hemm fi Triq l-Imdina, Ħaż-Żebbuġ - minn fejn il-Bieb ta' De Rohan safejn l-istabiliment ta' SMW Cortis - billi l-vetturi qed isuqu mill- imsemmija triq b'veloċita' qawwija, b'periklu għan-nies li jgħixu fi Mdina Road?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "GOZO CHANNEL", "17587.", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm trips tħassru minħabba l-maltemp nhar il-Ġimgħa 24 ta' Frar, 2006 sa x'ħin il-vapuri tal-Gozo Channel kienu qed joperaw minn Sa Maison?", "Kemm extra trips saru dakinhar wara nofsinhar meta s-servizz reġa' beda jopera miċ- Ċirkewwa?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninsab informat li nhar il-Ġimgħa 24 ta' Frar, 2006 il-kumpannija ħassret 14-il round trip - 28 vjaġġ b'kollox - bejn l-Imġarr u ċ-Cirkewwa waqt li għamlet żewġ round trips - 4 vjaġġi - bejn l-Imġarr u Sa Maison.", "Meta s-servizz qaleb għaċ-Ċirkewwa, sa nofs il-lejl il- kumpannija kienet laħqet għamlet tmien round trips bejn l-Imġarr u ċ- Ċirkewwa - 16-il vjaġġ - meta kienu skedati tmienja.", "L-għada filgħodu, jiġifieri s-Sibt 25 ta' Frar, il-kumpannija kompliet għaddejja u għamlet erba' round trips bejn l-Imġarr u ċ-Ċirkewwa meta f'dawk l-istess ħinijiet kienu skedati tnejn biss.", "Aktar tard matul il- ġurnata saru ħames round trips oħra u vjaġġ ieħor addizzjonali miċ-Ċirkewwa għall-Imġarr mhux skedat.", "KAROZZI TAL-LINJA", "17588.", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Peress li kull darba li l-karozzi tal-linja qed jiġu biex jgħaddu minn Pjazza San Franġisk għal Triq Putirjal, Rabat qed ikun hemm konġestjoni kbira tat-traffiku, jista' il-Ministru jgħid jekk hux possibbli li tiġi stallata sistema ta' traffic lights biex jikkontrollaw it-traffiku li jkun ġej minn Triq Putirjal u mill-parking ta' ħdejn il-bus terminus, sa x'ħin jgħaddu tal-linja minn Pjazza San Franġisk lejn Putirjal?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: L-awtorita' dwar it-trasport bħalissa qed taħdem fuq proposti sabiex tistabilixxi l-aħjar skema ta' kontroll li tkun tindirizza u tirriduċi l-problema msemmija bl-aktar mod effiċjenti u effettiv.", "GOZO CHANNEL", "17589.", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm vetturi u passiġġieri għamlu użu mill-vapuri tal-Gozo Channel bejn it-23 u t-28 ta' Frar?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninsab informat li bejn it-23 u t-28 ta' Frar, 2006 kien hemm 15,765 vettura u 52,647 passiġġier li għamlu użu mill-vapuri tal- Gozo Channel, b'aktar dettalji jitpoġġew fuq il-mejda tal-Kamra.", "AWTORITA' TAD-DJAR", "17590.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid kemm talbiet pendenti għandha l-awtorita' tad-djar mal-MEPA?", "F'liema nħawi u għalfejn qed jintalab il-permess?", "Meta ġew sottomessi tali talbiet?", "X'inhu n-numru ta' kull applikazzjoni?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB", "SICK LEAVE", "214.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid x'inhu d-daily average ta' dawk li jirrapportaw sick?", "X'persentaġġ hu dan mill-working population?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Skond it-talbiet għall-benefiċċju ta' mard li jirċievi d-dipartiment tas-sigurta' soċjali, id-daily average ta' dawk li rrapportaw morda matul l-2005 hu ta' 652 jew 0.47% tal-gainfully occupied, skond l-economic survey ta' Jannar-Settembru 2005", "HIGHER DIPLOMA IN SPORTS", "215.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jsir kors fil-higher diploma in sports and exercise sciences fl-MCAST?", "Jekk fin- negattiv, jista' jgħid jekk wara tliet snin ta' studju fl-MCAST, dawk l- istudenti li jkunu jixtiequ jkomplu jistudjaw, jistgħux jibdew kors fl- Universita' ta' Malta billi jagħmlu użu mill-kwalifiki li jkunu ġabu mill- MCAST?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li din is-sena mhux se jinfetaħ il-kors tal- higher national diploma in sports and exercise sciences.", "L-universita' hi istituzzjoni awtonoma li tagħmel ir-regoli tagħha hi dwar kif taċċetta studenti fil-korsijiet li toffri.", "SKOLA SAN FRANĠISK T'ASSISI", "216.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid jekk il-gvern hux qed jikkonsidra li jagħti kumpens lill-ġenituri ta' student li miet traġikament fl-iskola San Franġisk t'Assisi?", "Jista' jgħid jekk dan is-suġġett ġiex diskuss fil-kabinett tal-ministri?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-materja hi suġġett għall-proċeduri ġudizzjarji."]} {"filename": "20060403_373d_par.doc", "date": "2006-04-03", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Uffiċjali u Rivedut) L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 373 It-Tnejn, 3 ta' April 2006 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 373", "It-Tnejn, 3 ta' April 2006", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.02 p.m.", "Talba", "Seduta Nru. 373", "It-Tnejn, 3 ta' April 2006", "WERREJ", "MINUTI 366", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 366", "TQEGĦID TA' KARTI 371", "MOZZJONIJIET", "ABBOZZ TA' LIĠI BIEX JEMENDA L-ATT DWAR SERVIZZI TA' L-IVVJAĠĠAR U TAT- TURIŻMU GĦAL MALTA (L-EWWEL QARI) 372", "MOZZJONI DWAR IS-SURCHARGE FUQ IL-KONSUM TAD-DAWL U L-ILMA 373", "AĠĠORNAMENT 397", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 401", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB 415", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 372 li saret fid-29 ta' Marzu, 2006 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "PUBLIC SERVICE GARAGES", "17956.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Charles Buhagiar) staqsa lill- Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 17725, jista' il-Ministru jgħid f'liema lokalita' jinsabu dawn il-public service garages u kemm vannijiet bojod hemm reġistrati f'kull lokalita'?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT (Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq): L- informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Jason Azzopardi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JASON AZZOPARDI: Jista' il-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess ta' riforma fis-settur tat-trasport pubbliku?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Kif jaf l-Onor.", "Interpellant, fil-bidu ta' Marzu konna ffaċċati b'azzjoni industrijali min-naħa ta' l-operaturi tat-trasport pubbliku u nista' ngħid li r-raġuni vera għal dan l-aġir ma kienx is- sussidju, kif seta' kien hemm min ħaseb imma r-riforma proposta.", "Effettivament l-assoċjazzjoni kienet għadha mhix taqbel mal-proposti tal- gvern, liema proposti kienu saru mill-konsulenti Halcrow fejn, fost l- oħrajn, kien ġie propost li s-servizz tat-trasport pubbliku jinqasam, fis- sens li waqt li jibqgħu l-istess operaturi, ċerti rotot jiġu bundled, isir kuntratt għal kull bundle separatament u jsir level service agreement u b'hekk allura t-trasport pubbliku jkun jista' isir aktar regolat.", "Issa forsi wieħed jistaqsi x'inhi l-ħtieġa li t-trasport pubbliku jinqasam, Sur President.", "L-indikazzjonijiet li għandna huma li aktar ma jkollok kuntratti ta' daqs żgħir, iktar ikun possibbli li jiġu monitored u anke jekk wieħed ikun irid idaħħal ċerta teknoloġija ġdida, bħall-AVL system, wieħed jista' jibda fuq numru ta' rotot bundle bundle.", "L-assoċjazzjoni tat-trasport pubbliku min- naħa tagħhom kienu qegħdin jibżgħu li dan huwa mezz kif forsi ndaħħlulhom konkorrenza minn operaturi oħrajn mit-tieqa.", "Meta mbagħad saru d- diskussjonijiet biex naraw kif nirrisolvu l-azzjoni industrijali għednilhom li ma kenitx l-intenzjoni tal-gvern li jipprova jsib operaturi oħrajn.", "Issa peress li x'aktarx li dan l-uniku mod kif nistgħu nibqgħu nikkuntrattaw direttament ma' dawn l-operaturi, anke minn kif qed jirriżulta mid- direttivi ta' l-Unjoni Ewropea u aktar u aktar meta mbagħad urejnihom l- intenzjoni tagħna bl-aktar mod espliċitu, irnexxielna nikkonvinċu lill- assoċjazzjoni tat-trasport pubbliku biex jerġgħu lura għall-mejda tan- negozjati.", "Fil-fatt id-direttiva proposta għadha għaddejja u l-ġimgħa li għaddiet attendejt għall-kunsill tal-ministri u kelli laqgħa mal- kummissarju responsabbli mit-trasport, fejn esprimejnilu l-ħteġijiet partikolari ta' Malta biex jiġu indirizzati l-concerns tagħna.", "Illum b'sodisfazzjon ngħid li l-assoċjazzjoni tat-trasport pubbliku qed taċċetta li din tista' tkun mezz kif aħna mmorru għar-riforma.", "Veru li bħalissa m'huwiex l-aħjar żmien li jsiru dawn id-diskussjonijiet, anke għax l-assoċjazzjoni għandha l-elezzjonijiet interni tagħha matul din il-ġimgħa, pero' aħna konvinti li fil-ġimgħat li ġejjin nistgħu nagħmlu progress mhux ħażin.", "Nerġa' ngħid li l-assoċjazzjoni lesta taċċetta u allura se nibdew nidħlu f'dawn il-kuntratti iktar fid-dettall u nisperaw li sas-sajf inkunu wasalna biex nimmarkaw progress u forsi anke nikkonkludu din ir-riforma, Sur President.", "VANNIJIET BOJOD", "17974.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Charles Buhagiar) staqsa lill- Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jgħid x'jinvolvi l-qlib ta' vann abjad minn 8-seater għal 10-seater min-naħa ta' l-ADT?", "X'inhuma l-ispejjeż sabiex isir dan l-upgrading?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Jien informat li biex vann abjad taqilbu minn 8- seater għal 10-seater tkun trid iżżidlu tliet seats, seat belts għal kull seat, sinjali ta' no-smoking, fire extinguisher, first-aid kit, security triangle, security hammer, sinjal ta' kemm passiġġieri jgħabbi u barrier tal-metall kull fejn japplika.", "L-ispiża biex isir dan kollu hu kkalkolat li tiġi madwar Lm170.", "Biex wieħed isuq vann 8-seater jiġi bżonn liċenzja kategorija 'B', filwaqt li biex isuq vann 10-seater jiġi bżonn liċenzja kategorija 'D'.", "U biex persuna takkwista liċenzja tal-kategorija 'D' tkun trid tagħmel dawn il- ħlasijiet: Lm10 għall-applikazzjoni tat-test, Lm13 għat-test tat-teorija, Lm20 għat-test prattiku, Lm7.50 għall-card personali u Lm2.75 għal identification tag ġdida, b'kollox Lm53.25 li jitħallsu kollha lill- awtorità dwar it-trasport pubbliku.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sur President, il-ġimgħa l-oħra għamilt żewġ domandi li l- Onor. Louis Galea ġentilment inkariga ruħu li jwassalhom lill-Ministru Mugliett, li dakinhar kien imsiefer, waħda dwar Triq San Anard, f'Ħaż- Żabbar - fejn tlabtu jindaga għala qed iżżomm ammont kbir ta' ilma għax, minbarra li dan qed ikun ta' inkonvenjent għar-residenti ta' l-inħawi, qed jiġi kkontaminat b'detriment għas-saħħa ta' kulmin jgħaddi minn hemm - u l- oħra dwar il-bus shelter fl-area ta' St. Peter's u staqsejtu meta hemm il- ħsieb li jinbeda x-xogħol.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Nista' nikkonfermalu li l-Onor.", "Galea għaddieli dawn il-mistoqsijiet u l-periti ta' l-ADT għada filgħodu se jagħmlu spezzjoni on site u jirrapportaw lura lili ħalli nkun f'pożizzjoni aħjar li nagħti tweġiba fil-Parlament.", "Sfortunatament il-perit inkarigat mill-bus shelter ma kienx qed jidħol għax- xogħol f'dawn l-aħħar ġimgħat għax wara li ħareġ bil-leave, intefa' sick.", "Kien għalhekk li dan il-bus shelter ma sarx, pero' dan ix-xogħol mhux suppost li jdum ma jsir.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Jason Azzopardi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JASON AZZOPARDI: Jista' il-Ministru jgħidilna kienx hemm xi żviluppi dwar il-kwestjoni ta' l-open-top buses?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Nista' ngħid li dan l-aħħar l-awtorita' dwar it- trasport ħarġet sejħa għal min irid jopera servizz għat-turisti b'open-top bus.", "Barra minn Malta ssib ħafna minn dawn it-tip ta' servizzi li jdawru lit-turisti ma' diversi siti ta' interess kulturali u storiku fi bliet partikolari u, peress li f'pajjiżna dan is-servizz huwa nieqes, jidhrilna li Malta għandha biżżejjed minn dan il-prodott biex nikkombinaw rotta speċifika għal dan il-għan.", "Nista' ngħid li kien hemm mill-inqas tliet operaturi li interessaw ruħhom f'din it-tender u ladarba din tiġi evalwata minn diversi aspetti, tat-trip propost, l-aspett finanzjarju u l-aspett ta' traffic management u naslu biex nagħtu t-tender, inkunu nistgħu noħolqu prodott ġdid għas-settur turistiku.", "SPEED LIMIT", "17975.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Charles Buhagiar) staqsa lill- Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r- raġuni għala l-ispeed limit f'toroq arterjali jvarja daqstant meta l- highway code ma jagħtix lok għal varjazzjoni?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: L-ispeed limit jiddependi mid-disinn tat-triq u l- visibility lines u minn analisi ta' dawn il-fatturi, wieħed imbagħad jiddetermina l-ispeed limit.", "SPAZJU TA' L-AJRU", "14345.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm- il ajruplan għadda mill-ispazju ta' l-ajru Malti f'dawn l-aħħar snin?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni): Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Azzopardi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JASON AZZOPARDI: Sur President, mill-informazzjoni intavolata jirriżulta li f'dawn l-aħħar snin żdied b'mod sostanzjali t-traffiku ta' l- ajru li jgħaddi minn fuqna.", "Jista' wieħed jislet xi riflessjonijiet minn hawn?", "Per eżempju, dan ifisser aktar introjtu għall-kaxxa ta' Malta?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-introjtu ma jagħmel l-ebda differenza - mhux ma jagħmilx differenza għax is-sistema hi li inti tiġbor il-flus, tgħaddihom kollha lill-euro control u mbagħad dawn jissussidjaw madwar 85% ta' l- ispejjeż li tkun qed tagħmel – jew biex inpoġġiha aħjar nista' ngħid li din m'hijiex kwestjoni ta' income.", "Biss m'iniex f'pożizzoni ngħid għala dan it-tip ta' traffiku żdied u għalhekk nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel mistoqsija bil-miktub ħalli nkun nista' nġiblu l-informazzjoni preċiża.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Leo Brincat, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Billi għandi għaliex nifhem li l-privatisation process tal-Maltacom ġie konkluż, jista' il-Ministru jindika jekk huwiex se jagħmel xi stqarrija lill-Kamra f'dan is-sens?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Il-privatisation process tal-Maltacom għadu ma ġiex konkluż.", "Veru li ġie definit il-preferred bidder u ħriġt statement biex ngħid kif sar il-proċess u forsi nista' nirrepeti fuq fuq.", "Bażikament il- proċess li wasalna għalih huwa dan, Sur President.", "Wara li f'Jannar għalaq il-proċess preċedenti tal-binding offers, irċevejna żewġ offerti minn Ararco, li hija investment house mis-Saudi Arabia u mit- Tecom, operatur tat-telecoms mid-Dubai.", "Kif konna annunzjajna pubblikament, l-evaluation committee headed mis-Sur Manuel Ellul, il-head tal-privatisation unit, kien qabbad tliet sotto-kumitati biex jeżaminaw il- bids.", "L-ewwel kumitat kien headed minn Lehman Brothers, li eżaminaw il-bids fuq bażi finanzjarja; it-tieni kumitat kien headed minn Analysys, li hija consultancy firm magħrufa ħafna fil-qasam tat-telecoms, li analizzat bażikament strategic vision, corporate u business planning; u t-tielet kumitat kien headed minn Gartner, kumpannija kbira oħra multinazzjonali magħrufa ħafna fil-qasam ta' l-ICT u t-telefonija li għamlet valutazzjoni mil-lat tekniku.", "It-tliet sotto-kumitati evalwaw l-offerta tat-Tecom bħala ogħla mill- offerta ta' Ararco, fil-każ ta' l-ewwel żewġ kumitati f'termini marġinali u fil-każ tat-tielet kumitat f'termini iktar sostanzjali.", "Fuq il-bażi ta' dan, l-evaluation committee - mingħalija hu magħmul minn erbgħa min-nies - flimkien ma' l-advisers tagħhom li huma Lehman Brothers u l-Avukati Camilleri Preziosi, unanimament irrakkmandaw lill-gvern li jagħżel lit- Tecom bħala l-preferred bidder.", "Irrid ngħid ukoll illi l-offerta finanzjarja tat-Tecom, li hija ta' €214 million, hija marġinalment ogħla minn dik ta' Ararco.", "Għal dawn ir- raġunijiet, il-gvern aċċetta r-rakkmandazzjoni li kellu mill-evaluation committee tal-privatisation unit u għażel lit-Tecom bħala l-preferred bidder u se jiftaħ immedjatament diskussjonijiet magħhom bil-għan li fi żmien qasir - nispera li sa l-aħħar tax-xahar - inkunu nistgħu nilħqu agreement li jkun mutually agreed upon.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Azzopardi.", "ONOR.", "JASON AZZOPARDI: Jista' il-Ministru jingħaqad miegħi f'messaġġ ta' ringrazzjament u apprezzament għall-ħaddiema tal-Malta Enterprise f'Dubai, għar-raġuni li kienu strumentali sabiex it-Tecom tagħżel lil Malta għal investiment ġgantesk?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Sur President, din il-logħba tar-ringrazzjament jiena ma tantx togħġobni.", "Jiena nirringrazzja lil kulmin ħa sehem fil-proċess, issa jekk hux ħaddiem fil-Malta Enterprise, jekk hux is-CEO tal-Malta Enterprise li wkoll ipparteċipa mhux f'dik il-kappa, nirringrazzja lil kulħadd, lil kulmin għen u kkontribwixxa biex dan l-investiment isir.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 18175 li għamilt illum u għal mistoqsija identika li kont għamilt f'seduta oħra, ma jaħsibx il-Ministru li jkun relevanti li din il-Kamra tingħata ċertu tagħrif - dan ngħidu mingħajr bl-ebda mod ma rrid ninstema' li qisni qed inkun kritiku għal-linja ta' direzzjoni li jidher li miexi biha l-gvern - iżjed u iżjed issa li ġie identifikat il-preferred bidder?", "Bażikament jien staqsejt x'inhuwa l-billing turnover tal-kumpannija magħżula kemm fixed u mobile, f'liema pajjiżi oħrajn topera f'dawn l-oqsma, kemm ilha topera f'dawn l-oqsma f'Dubai u 'l hinn minn Dubati, x'subscriber base għandha u jekk hux minnu li din il-kumpannija għadha qed tibni l-ewwel network tagħha tal-mobile f'pajjiżha stess u sal-lum m'għandhiex networks f'pajjiżi oħrajn?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Issa li dawn ġew identifikati għall-ewwel darba b'mod uffiċjali, m'għandi l-ebda problema li nagħti l-informazzjoni li qed tintalab.", "Pero' filwaqt li wieħed jista' jagħti xi numri rigward is- subscriber base tat-Tecom u l-interessi li għandhom fit-telecoms, fosthom l- Interoute - jekk m'hijiex l-ikbar, hija fost l-ikbar kumpanniji fid-dinja li għandha cabling systems li jitilqu mill-Amerika, jgħaddu mill-Ewropa kollha u jispiċċaw il-Marokk - filwaqt li nista' nagħti l-informazzjoni dwar it-Tecom, nassigura lill-Kamra li Ararco m'għandha xejn.", "Għax Ararco hija biss an investment house u m'hi bl-ebda mod definibbli bħala strategic partner.", "Jiġifieri filwaqt li fuq waħda żgur li r-riżultati huma zero, fuq l-oħrajn għandi informazzjoni available - ma nafx għandix id-dettalji kollha - u żgur li nista' nagħtihielu issa li identifikajna min huma.", "Ma stajtx nagħtih l-informazzjoni qabel għal raġunijiet ovvji li l-ewwel darba li semmejna min huma, kienu wisq.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jista' il-Ministru jgħid jekk fid-diskussjonijiet hijiex se tiġi diskussa s-sigurta' ta' l-impjiegi tal-ħaddiema kollha tal- Maltacom?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jiena ili x-xhur li wegħedt lill-ħaddiema tal-Maltacom, fil-preżenza tax-shop steward tagħhom, li dan se jkun wieħed mit-termini li se ninnegozjaw fil-kuntratt.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, jista' ikun li dan li se nistaqsi dwaru diġa' aċċenna għalih il-Ministru fit-tweġiba tiegħu iżda kapaċi qabżitli r- risposta.", "Apparti t-Tecom u l-investituri prospettivi li kien hemm mill- Golf Għarbi, kien hemm kumpanniji oħrajn li għamlu binding bid għall- Maltacom sakemm skadiet id-data għal dawn il-bids?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Le.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Jiġifieri jekk qed nifhem sew, by elimination, jekk ma kienx hemm kumpanniji oħrajn li għamlu binding bid għall-Maltacom sakemm skadiet id-data tal-binding bids, it-Tecom ma kenitx l-aħjar fost l- istrategic partners li bbidjaw imma kienet l-uniku strategic partner li b'xi mod se żżid valur għall-investiment li se jsir, hux hekk?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nippreferi noqgħod fuq il-fatti milli noqgħod fuq l- opinjonijiet.", "(Interruzzjonijiet) Hija kwestjoni kif tpoġġiha.", "Jiena qed ngħid il-fatti x'inhuma ... ħalli nieqaf hemm.", "Issa kulħadd jinterpretaha kif irid.", "Jiena personalment naqbel miegħu, imma din kwestjoni ta' opinjoni.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Nerġa' ngħid li ma rrid nitfa' l-ebda dell la fuq dawk li bbidjaw u ma rnexxilhomx u lanqas fuq l-oħrajn, biex ħadd ma jaħseb li qed nippruvaw innaffru xi investiment mill-pajjiż.", "Dan il-punt qed inqajmu biss għax il-Ministru stess indika illi kieku ħaduh l-interessi tas-Saudi Arabia ma kenux se jikkontribwixxu added value għax ma kellhomx it- technological know-how jew l-expertise biex jikkontribwixxu xi ħaġa ġdida li m'għandhiex il-Maltacom fil-preżent.", "(Interruzzjonijiet) Żewġ minuti ilu l-Ministru qal li t-track record tagħhom m'huwiex ta' specialisation f'dan il-qasam.", "Hekk fhimtu jgħid jien, Sur President.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jiena ma nixtieqx nidħol fl-ebda kontroversja, Sur President.", "L-Onor.", "Brincat għamilli domanda u rriferieni għal domanda oħra li kien għamilli - u se nerġa' nirrispondih fit-termini li għamilieli hu - fejn talabni informazzjoni dwar dawn il-kumpanniji li ġew, x'subscriber base għandhom, x'interessi għandhom fit-telecoms, fejn qegħdin stabiliti, eċċ., eċċ. Jiena għedtlu li filwaqt li t-Tecom għandhom xi interessi li nista' nagħti xi tip ta' informazzjoni fuqhom, l-oħrajn żgur m'għandhomx għax huma an investment house and not a telecoms player u allura ma jikkwalifikawx fit-termini ta' strategic partner.", "Dak li għedt jien u nieqaf hemm.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Bħala punt ta' proċedura, Sur President, inħoss illi meta jkollna privatisations prospettivi għal quddiem, għalkemm naħseb li l- Maltacom kienet forsi the jewel in the crown li kien għad baqa' biex tiġi privatizzata, huwa unfair għal din il-Kamra in ġenerali li ċerta informazzjoni minflok nisimgħuha għall-ewwel darba hawnhekk, naqrawha fil- business supplement ta' \"The Times\".", "Jiena m'iniex qed nikkritika lill-ġurnalisti ta' \"The Times\" għax xogħolhom li jagħmlu dan ix-xogħol investigattiv, imma naħseb li ċertu tagħrif dettaljat dwar min huma l-front runners f'tellieqa bħal din, l- ewwel li għandhom jisimgħu dwarha huma l-membri ta' din il-Kamra u l- pubbliku li qed isegwina, iktar milli l-qarrejja ta' xi ġurnal jew stazzjon televiżiv.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Naħseb li l-Onor.", "Brincat qed jirriferi għall-business supplement ta' \"The Times\", fejn kien hemm intervista mas-Sur Gatti ta' Telecom Italia.", "Għax fil-fatt fil-business supplement ta' \"The Sunday Times\" preċedenti, jidhirli li kien xi Frar, kien hemm informazzjoni żbaljata.", "Ċertament dak li naqraw fil-gazzetti mhux dejjem ikun tajjeb.", "Fil-fatt għax żammejna s-segretezza - u għal darba din inżammet - kważi b'sodisfazzjon nista' ngħid li kulmin bejn il-fażi inizjali u issa pprova jindika min huma l-preferred bidders minn dawk li tefgħu binding bid, ħadd ma ġabha żewġ.", "Għax min semma' s-Sloveni li ma tefgħux, min semma' l-Cable & Wireless li ma tefgħux u min semma' lil ħaddieħor li ma tefax lanqas.", "Biss ir-rimarka ta' l-Onor.", "Brincat, li nikkondividi, inpoġġiha f'kuntest.", "Telecom Italia - din qaluha u ma jiena qed ngħid l-ebda sigriet għax fil- fatt lanqas hija Telecom Italia imma hija Telecom Italia Sparkle, li hija l- consulting arm ta' Telecom Italia - ma ħadet l-ebda pożizzjoni ta' equity f'din il-bid u ma tidher imkien.", "Tidher biss Telecom Italia Sparke f'konsulta li ġiet ingaġġata fuq xi mod minn Ararco, biex ma noqgħodx ngħid iktar milli għandi ngħid.", "U biex inkun ġeneruż ngħid li kien hemm naqra raġunijiet self-serving għal dik it-tip ta' intervista u nieqaf hemm.", "Ma naħsibx li rridu nkunu wisq intelliġenti biex inkunu nafu min ipplejsja dik l-intervista, li ċertament ma kenetx din in-naħa, nassigurakom mija fil- mija.", "PROĠETT TAX-SCHREIBER", "14346.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jgħid fiex waslu l-pjani għal proġett tax- Schreiber f'Raħal Ġdid?", "Meta se toħroġ is-sejħa għal proposti?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Il-pjanti ta' dan il-proġett qed ikunu finalizzati.", "Qiegħed ukoll isir studju ta' vijabilita'.", "Kif jinħareġ il- permess, ikun jista' jinbeda' l-proċess ta' sejħa għall-offerti.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Azzopardi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JASON AZZOPARDI: Filwaqt li nwassal ir-ringrazzjament tar-residenti ta' Sir Paul Boffa Avenue u tar-residenti ta' ħdejn Binja Kordin għar- resurfacing eċċellenti li sar dan l-aħħar fit-toroq ta' Raħal Ġdid, jista' il-Ministru jgħid jemm hemmx ippjanat xogħol simili fl-istess lokalita' fil- futur qarib?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Bħalissa qegħdin fl-istadju fejn diversi tenders li kienu ħarġu bejn Ottubru u Frar qegħdin fil-fażi ta' esekuzzjoni.", "U jekk m'iniex sejjer żball, f'Raħal Ġdid jonqos triq waħda biss minn dan in- numru ta' tenders, li hija Triq Anġlu Psaila, fejn irid isir boundary wall u mbagħad trid issir it-triq.", "Pero' biex inkunu kkonkludejna l-area ta' wara Carters, trid issir ukoll Triq Mons. F. Xuereb.", "Iktar minn hekk ma nistax inwieġeb għax bħalissa qed nieħdu wkoll stock ta' diversi lokalitajiet f'Malta u nipprogrammaw ix-xogħol kollu għal minn issa 'l quddiem.", "Raħal il-Ġdid huwa wieħed mil-lokalitajiet li qed nikkonsidraw, pero' sakemm nitkellmu anke mal-finanzi u anke nieħdu stock ta' kemm iqumu d- diversi lokalitajiet li nixtiequ nieħdu ħsieb, ma nistax nagħti risposta iktar preċiża minn hekk.", "CRUISELINERS", "14347.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm passiġġieri ġew Malta bil- cruiseliners is-sena l-oħra u din is-sena?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni): Jien informat li n-numru ta' passiġġieri li ġew Malta bil-cruiseliners matul is- sena 2004 hu ta' 291,225, filwaqt li matul is-sena 2005 ġew 320,263 passiġġier.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Azzopardi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JASON AZZOPARDI: Jista' il-Ministru jgħid xi pjani hemm f'dan ir- rigward biex inkomplu nattiraw aktar passiġġieri lejn Malta in vista tar- riżultati tajbin li qed ikollna?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Fil-fatt jirriżulta li fl-2005 kellna żieda ta' madwar 10% meta mqabbel man-numru ta' passiġġieri li ġew fl-2004.", "Bejn Jannar u Marzu tas-sena li qegħdin fiha, reġa' kien hemm żieda pjuttost sostanzjali meta mqabbel man-numru ta' turisti li ġew iżuruna fl-istess perijodu s-sena l-oħra u ta' qabilha.", "Din hija indikazzjoni li minbarra l-attwazzjoni tal- politika tal-gvern biex jattira kemm jista' ikun minn dawn it-tip ta' vapuri lejn Malta, saret ħidma wkoll min-naħa tal-Viset li qed tħalli riżultati tajbin.", "Nista' ngħid ukoll li l-awtorita' marittima qed tipprepara biex ikollna faċilitajiet għal cruiseliner berth fl-Imġarr, proprju biex Għawdex ikun jista' igawdi minn dawn it-tip ta' turisti wkoll, Sur President.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-Mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti u nsejjaħ lill-Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Proklama Nru II ta' l-2006 dwar l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Att dwar id-Dazju tas-Sisa.", "Rapport annwali ta' l-awtorita` ta' Malta dwar is-servizzi finanzjarji għas-sena 2005; u", "Rapport u financial statements ta' l-awtorita` ta' Malta dwar servizzi finanzjarji għas-sena li għalqet fil-31 ta' Diċembru 2005.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG (Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern): Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar l-għadd ta' talbiet pendenti għal bozoz u floodlighting, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 14349;", "Lista li turi l-għadd ta' kirjiet li t-taqsima proprjeta` tal-gvern tħallas għall-proprjeta` li qiegħda għand il-gvern b'titlu ta' pussess u użu u dominju pubbliku, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 18154; u", "Tagħrif dwar konsulenti li taw servizz matul l-2005 lid-dipartimenti u enti oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-ministeru, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari 18173.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Louis Galea.", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi): Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tabella li turi l-għadd ta' nurses u midwives li ggradwaw mill- Universita` ta' Malta bejn l-1992 u l-2005, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari 18068.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Louis Deguara.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita`): Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali 80 ta' l-2006 – Regolamenti ta' l-2006 li jħassru r- regolamenti dwar servizz tas-saħħa tal-gvern (prodotti mediċinali).", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Sur President, f'isem il-Ministru għal Għawdex inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar xogħol li ngħata b'direct order matul l-2005 mill- ministeru għal Għawdex, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 18073.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru George Pullicino.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO (Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent): Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali 77 ta' l-2006 – Regolamenti ta' l-2006 li jemendaw ir- regolamenti dwar miżuri kontra l-emissjoni ta' tinġis ġej minn gass u partiċelli żgħar minn makni ta' kombustjoni interna makkinarju mobbli mhux stradali);", "Avviż Legali 78 ta' l-2006 – Regolamenti ta' l-2006 dwar limitazzjoni ta' emissjonijiet ta' komposti organiċi volatili (żebgħa, verniċi u prodotti ta' rifinitura tal-vetturi);", "Avviż Legali 79 ta' l-2006 – Regolamenti ta' l-2006 dwar il- konservazzjoni ta' l-għasafar selvaġġi; u", "Avviż Legali 81 ta' l-2006 – seeds of agricultural plants and vegetables regulations, 2006.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet.", "Il- Ministru Francis Zammit Dimech.", "MOZZJONIJIET", "ABBOZZ TA' LIĠI BIEX JEMENDA L-ATT DWAR SERVIZZI TA' L-IVVJAĠĠAR U TAT- TURIŻMU GĦAL MALTA", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (Ministru għat-Turiżmu u Kultura): Sur President, nipproponi l-Ewwel Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Att dwar Servizzi ta' l-Ivvjaġġar u tat-Turiżmu għal Malta, Kap. 409\".", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (Segretarju Parlamentari): Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Att dwar Servizzi ta' l-Ivvjaġġar u tat-Turiżmu għal Malta\" ikun moqri l-Ewwel Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri l-Ewwel Darba.", "MR SPEAKER: Issa nitlob lill-Onor.", "Joe Mizzi sabiex, jekk jogħġbu, iressaq il-mozzjoni tiegħu.", "MOZZJONI DWAR IS-SURCHARGE FUQ IL-KONSUM TAD-DAWL U L-ILMA", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sur President, f'ismi u f'isem l-Onor.", "Marie Louise Coleiro nipproponi li:", "Il-moventi ta' din il-mozzjoni jiddikjaraw li peress li:", "1.", "Il-Gvern Nazzjonalista żied is-surcharge fuq il-kontijiet tad-dawl u ta' l-ilma minn 17% għal 55% - fil-fatt issa żdiedet iktar minn dak inhar 'l hawn - u peress li minkejja li l-Oppożizzjoni Laburista ressqet computations oħrajn biex tipprova li ż-żieda proposta hija waħda astronomika u li kienet se twaddab lil familji Maltin u Għawdxin, lis-self-employed iż-żgħar u lill-industrija u lin-negozju f'diffikulta', u l-Gvern ma ta l-ebda widen għal dan;", "2.", "Il-Gvern Nazzjonalista ma ppreżenta l-ebda social impact assessment fuq kategoriji differenti ta' nies, minkejja l-appelli ta' l- Oppozizzjoni Laburista;", "3. issa bdew ħergin il-kontijiet tad-dawl u ta' l-ilma bir-rata miżjuda ta' surcharge, jiġifieri 55%, u issa qed jidher ċar kemm din id- deċiżjoni tal-Gvern Nazzjonalista qed tħalli effetti finanzjarji u soċjali negattivi fuq il-poplu Malti u Għawdxi kollu kemm hu;", "4. għadd sostanzjali ta' familji, anzjani u individwi oħra ma jaqgħux parti mit-13,000 familja li l-Gvern qal li se jkunu eżenti minn din it- taxxa;", "5. d-deċiżjoni tal-Gvern hija ta' piż esaġerat għal tant familji, ħafna qed jaqgħu lura u wħud qed jaqgħu aktar u aktar fir-riskju tal-faqar; u peress li din l-istess deċiżjoni qed tkun ta' piż qawwi fuq in- negozju u l-industrija qed tipperikola għadd ta' impjiegi.", "Għaldaqstant il-moventi jinsistu li l-gvern Nazzjonalista:", "1. jersaq 'il quddiem biex jerġa' jiftaħ id-diskuzzjoni kemm fil- Parlament kif ukoll ma' l-imsieħba soċjali kollha dwar dawn il-miżuri bil-għan li jagħmel evalwazzjoni mill-ġdid tas-sitwazzjoni u l-effetti finanzjarji u soċjali tagħha;", "2. jikkonsidra politika alternattiva għad-deċizjonijiet li ħa biex xorta jindirizza d-diffikultajiet ekonomiċi nazzjonali f'dan il-qasam;", "jieħu azzjoni biex tiġi rranġata mill-aktar fis din is-sitwazzjoni biex il- qagħda ta' dawk li l-aktar qed jitgħafġu minn dawn il-miżuri tiġi ameljorata mill-ewwel.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Nifhem li hemm ftehim sabiex il-ħin tad-diskussjoni tal-lum jinqasam indaqs bejn il-kelliema tal-gvern u l-kelliema ta' l-oppożizzjoni, bl-introduzzjoni u l-winding up ikun għan-naħa ta' l-oppożizzjoni.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sur President, nixtieq nibda d-diskors b'xi mistoqsijiet.", "F'dawn l-aħħar snin iż-żejt għola?", "Naħseb li kulħadd jaqbel li matul dawn l-aħħar snin iż-żejt għola.", "Is-surcharge li daħħal il-gvern kien minħabba l-għoli taż-żejt jew kien hemm xi ħaġa oħra li kkontribwixxiet sabiex is-surcharge tkun aktar għolja?", "Ir-risposta tiegħi hija li kien hemm affarijiet oħra li kkontribwixxew sabiex is-surcharge tkun daqshekk għolja.", "Dan apparti li l-workings m'humiex kif suppost.", "Dan kollu qiegħed ngħidu bil-provi u m'iniex qiegħed nivvinta l-affarijiet.", "Fil-fatt jekk immorru lura għas-sena 1994, meta kien hemm il-partit Nazzjonalista fil-gvern kien intqal li se jkun hemm pjan ta' 15-il sena dwar l-enerġija elettrika.", "Hawnhekk se nirriferi għal dak li ntqal mill- gvern Nazzjonalista u li deher fuq il-gazzetta \"In-Nazzjon\" tal-Ġimgħa, 8 ta' April, 1994.", "F'dik il-ħarġa ntqal hekk:", "\"Aktar tard din is-sena mistenni jkun ippubblikat pjan dwar l-enerġija elettrika f'pajjiżna.", "Dan il-pjan se jkun wieħed fit-tul li jkopri sa 15-il sena oħra u jinkludi d-diversi aspetti ta' ħteġijiet, produzzjoni u distribuzzjoni ta' l-elettriku.\"", "Issa llum qegħdin fl-2006 u għadna qed nistennew dan il-pjan.", "F'dan ir- rapport kien intqal li se jkun hemm it-tieni fażi ta' dan il-pjan.", "Fil- fatt fit-tieni fażi ntqal ukoll li din is-sistema se tkun aktar effiċjenti u li se tirrispetta l-ambjent ukoll.", "Madankollu x'ġara?", "Ġara li meta nbniet il-power station ta' Delimara - li suppost kellha tkun parti minn dan il-pjan ħalli jkollna biżżejjed elettriku għad-domanda u li tkun tħares l-ambjent - l-affarijiet kienu differenti mill-pjan oriġinali.", "Il-partit Nazzjonalista kien wiegħed ukoll li mhux se jkun hemm bżonn tal-power station tal-Marsa.", "Ara xi pjanijiet serji kien hemm, pero` llum kulħadd jaf li l-affarijiet imxew mod ieħor.", "Tajjeb li nsemmi wkoll li meta tela' l-partit Laburista fil-gvern, bejn l- 1996 u l-1998, minkejja li l-partit Nazzjonalista kien jgħid li money no problem u li Lm10 miljuni 'l hawn u Lm10 miljuni 'l hemm m'huma xejn, il- partit Laburista fil-gvern induna b'dak li kien hemm u ħareġ igħid li fil- pajjiż għandna ħofra.", "Ovvjament il-partit Nazzjonalista ħareġ bl-għajta li l-ħofra hija ħrafa pero` llum kulħadd jista' jgħid min kellu raġun u min kellu tort.", "U minkejja l-ftaħir kollu li kien sar fuq is-suppost pjan ta' 15-il sena, il-partit Laburista fil-gvern sab li kien hemm diżastru fil- qasam ta' l-enerġija.", "Għaldaqstant bilfors ried jieħu l-passi meħtieġa u jibda l-pjanijiet li kien hemm bżonn ħalli jtejjeb dan il-qasam u jagħmlu aktar effiċjenti.", "Sur President, ikun tajjeb li ngħid ukoll li aħna bdejna ninsistu fuq li jkun hemm l-enerġija mix-xemx u ħadna l-inizjattiva sabiex indaħħlu s-solar heaters ħalli jitnaqqas il-konsum ta' l-elettriku.", "Barra minn hekk ridna wkoll ninvestu ħalli nilqgħu għall-problemi li kienu qegħdin jidhru li resqin lejna.", "Minn x'imkien ridna nġibu ċertu ammont ta' finanzi u ovvjament parti minn dan id-dħul ridna nġibuh billi l-Enemalta ttejjeb id- dħul tagħha.", "Konna rajna kif kulħadd jista' jagħti l-parti tiegħu u għalhekk indikajna lill-Enemalta sabiex tirranġa t-tariffi tagħha b'tali mod li ma jinħoloq piż għal ħadd, la għall-industriji u lanqas għall- familji.", "Għalhekk tlabna kemm lill-Enemalta u kemm lill-Water Services Corporation sabiex joħorġu dawn it-tariffi b'ċertu persentaġġ ta' żieda.", "Niftakar li jien kont membru fil-Kabinett meta tlabna lil din il-kumpannija sabiex taħdem il-kontijiet u nista' ngħid li bgħatniha lura mill-inqas 20 darba għaliex il-kontijiet li ppreżentatilna ma kenux qegħdin jirriflettu dak li kien irid il-Kabinett.", "Madankollu kienet waslet l-elezzjoni meta konna nafu li l-affarijiet m'humiex qegħdin kif xtaqna aħna.", "Għalhekk spiċċajna nagħmlu studju li sar mis-Sur Cassar White u mis-Sur Mifsud li fih irriżulta li l-affarijiet m'humiex kif irridu aħna u li dawk il-kontijiet kienu se jħallu l-impatt tagħhom.", "Allura konna għedna ċar u tond li aħna ma ridna nidħku b'ħadd u għalhekk ma konniex se nirranġawhom qabel l-elezzjoni biex imbagħad wara nerġgħu mmorru lura.", "Aħna għedna li se nwaqqfu l-kontijiet u tajna l-kelma tagħna li wara l-elezzjoni konna se nirrevedu kollox.", "Konna rġiel biżżejjed u aċċettajna dak li kienu qed igħidu n-nies u dak li ntqal fl-istudji li saru.", "Aħna kellna kuxjenza soċjali u ħadna dawk il-passi li ddikjarajna minn qabel l-elezzjoni sabiex wara li din issir, aħna konna se nirrevedu l- affarijiet skond dak ir-rapport.", "Sur President, x'passi ħadna aktar?", "Ħadna l-passi meħtieġa sabiex nimmodernizzaw il-power station u b'hekk din tkun tista' tiffunzjona għaż- żmenijiet tal-lum.", "Bdejna wkoll naraw li ż-żejt kien qiegħed jogħla u allura ridna nilqgħu għal din il-problema.", "Għalhekk għamilna s-sistema tal- hedging agreement pero` meta mbagħad il-partit Nazzjonalista tela' fil- gvern, l-ex-ministru Josef Bonnici qabad u neħħieh.", "Issa meta din is- sistema tneħħiet kulħadd kien jaf li ż-żejt kien qiegħed jiżdied u mhux jonqos.", "Allura kien il-partit Nazzjonalista li ppolitiċizzaha din il-ħaġa u mhux il-partit Laburista.", "Hekk kif neħħiha bdejna nbatu mill-ewwel il- konsegwenzi għaliex l-Enemalta bdiet tmur lura.", "Minkejja dan kollu, wara ċertu żmien, il-gvern beda jirrealizza li l-oppożizzjoni kellha raġun fuq il-hedging u għalhekk ġie jgħidilna li se jagħmel procurement committee.", "Sur President, l-għan ta' dan il-procurement committee kien li jagħti l- pariri lill-Enemalta.", "Meta nħatar dan il-kumitat, il-ministru responsabbli talab lin-naħa ta' l-oppożizzjoni sabiex tinnomina xi membri minn tagħha sabiex ikunu preżenti fil-kumitat.", "Il-ministru kien qalilna li dan kien se jkun kumitat tekniku u għaldaqstant l-oppożizzjoni ħasset li ma kellhiex iddaħħal membri minn tagħha fih ħalli ma ddaħħalx politika f'affarijiet tekniċi.", "Kif jista' jkun li l-ministru jiġi jgħid lill-oppożizzjoni sabiex taħtar xi membri min-naħa meta qalilna li dan huwa kumitat tekniku?", "Il- kumitat inħatar u wara skoprejna li minn fost il-membri, kien hemm Profs.", "Falzon stess, li kien qed jgħid illi kieku l-Enemalta għamlet il-hedging tmien snin ilu, kienet tiffranka miljuni kbar ta' liri.", "Dan m'għednihx aħna imma qalu ċ-chairman ta' dan il-kumitat.", "Allura x'ġara?", "Xi ħadd minn dan il-kumitat ħareġ igħid illi kieku l-Enemalta għamlet il-hedging agreement kienet tiffranka miljuni kbar ta' liri.", "Allura l-Enemalta żbaljat?", "Ma ħaditx il-pariri li ngħatat?", "Allura kienet xi ħaġa għaqlija li l-oppożizzjoni talbet sabiex dan il-kumitat jirrapporta lill-parlament ħalli aħna nkunu nafu x'qiegħed jiġi rrakkmandat lill-Enemalta.", "Xi ħaġa ħażina ġrat żgur.", "Sur President, x'ġara ħażin?", "Dan il-kliem m'għednihx aħna imma ntqal miċ- chairman tal-kumitat jiġifieri m'aħniex qegħdin indaħħlu politika fil- kwestjoni.", "Wara dawn l-iżbalji kollha ġejna bl-iskuża taż-żejt.", "Għalhekk fil-bidu tad-diskors tiegħi spjegajt kif mhux iż-żejt biss kienet il- problema.", "Iż-żejt kien biss parti mill-problema.", "Fil-fatt il-parti l-oħra tal-problema kienet ġejja mill-ineffiċjenza li kien hemm fl-Enemalta u fl- ineffiċjenza grassa minn min hu responsabbli mit-tmexxija.", "Hawnhekk irrid nagħmilha ċara mill-ewwel li t-tort m'huwiex tal-ħaddiema għaliex ħafna drabi ssib lil min iwaħħal fil-ħaddiema.", "Il-ħaddiema m'għandhomx tort imma t-tort huwa ta' dawk in-nies li ġew appuntati mill-ministru politikament għaliex huma responsabbli mit-tmexxija.", "Kien minn hemm li bdew imorru żmerċ l-affarijiet.", "Dak huwa fatt ieħor importanti li wassal lill-Enemalta f'din is-sitwazzjoni gravi.", "Sadanittant il-gvern Nazzjonalista ta' wara l-elezzjoni ta' l-1996/1997 waqqaf il-Malta resources authority, li suppost kellha tieħu l-inkarigu li tfassal pjan għall-enerġija.", "Madankollu għaddew is-snin u bqajna mingħajr pjan għall-enerġija.", "Mela aċċettajna r-regolamenti ta' l-Unjoni Ewropea sabiex fil-power station nilħqu ċerti standards u pjani m'għandniex.", "Suppost li aħna marbutin mad-direttivi ta' l-Unjoni Ewropea, fejn sa ċertu żmien kellu jkollna r-renewable energy u għadna mingħajr policy.", "Barra minn hekk kien hemm ukoll fatturi oħra li ssemmew u li s'issa għadna ma smajna xejn fuqhom.", "Waħda minn dawn il-konsiderazzjonijiet kienet il-pipe tal-gass sabiex intejbu dan il-qasam.", "Kien hemm ukoll l-istudju ta' kif nistgħu nidħlu fil-grid ta' l-Ewropa u kien hemm ukoll suġġeriment dwar ir- riġenerazzjoni ta' impjant ġdid fil-power station.", "Minkejja dan kollu, għaddew is-snin u bqajna biss bil-paroli għax fir-realta` ma sar xejn.", "Lanqas mill-vantaġġi li għandna mis-sħubija ta' l-Unjoni Ewropea ma ħadna xi ħaġa.", "Għaliex?", "Sur President, li kieku mqar ħadna vantaġġ wieħed minn dawk li ssemmew u dħalna fil-grid ta' pajjiż fl-Unjoni Ewropea, kien ukoll ikun pass 'il quddiem.", "Jien m'iniex qed ngħid li għandna nwaqqfu l-impjanti tagħna u niġu dipendenti fuq ħaddieħor pero` sistema bħal din kienet tkun ta' għajnuna għalina.", "Barra minn hekk kien ikollna l-għajnuna finanzjarja ta' l-Unjoni Ewropea imma issa tlifna dan iż-żmien kollu u żgur li issa tlifna dak il-benefiċċju li stajna nieħdu minnha.", "Per eżempju, jien ma nistax nifhem kif f'pajjiżna kellna żieda mhux ta' 7c imma qrib it-12c per unit, mentri, fi Sqallija, pajjiż viċin tagħna, għandhom 4c5 għal kull unit.", "Issa safejn naf jien iż-żejt għola għal dan il-pajjiż ukoll.", "Allura kif lilhom qiegħed jiġihom irħas mentri lilna qed jiġina aktar għoli?", "Xi ħaġa ħażina hemm.", "Jekk iż-żejt għola għalina għalfejn m'għoliex għall-Isqallin ukoll?", "Dawn huma affarijiet li tajjeb li nkunu nafu aktar dwarhom.", "Ladarba qegħdin nitkellmu fuq il-Malta resources authority ikun tajjeb li ngħidu li din suppost kellha tkun bħala regolatur.", "Mela l-gvern jiftaħar li għamel regolatur sabiex l-affarijiet isiru kif suppost.", "Fost il- funzjonijiet tagħha hemm dak li tikkontrolla l-prezz taż-żejt u mhux tikkontrollah l-Enemalta jew xi ħaddieħor.", "Funzjoni oħra minn tagħha hija dik li tipproteġi lill-Enemalta, lill-industriji, lin-negozji ż-żgħar u lill-konsumatur.", "Suppost li dawn l-affarijiet tiddeċidihom l-awtorita` u mhux jiġi l-gvern, jaqbiżha u jiddeċiedi huwa stess x'għandu jgħolli u b'kemm għandu jgħolli.", "B'dan l-aġir mhux qiegħed iħalli lir-regolatur jagħmel xogħlu.", "Dan kien ix-xogħol tar-regolatur u kien fid-dmir tiegħu li jiċċekkja u jieħu l-konsiderazzjonijiet kollha.", "Ir-regolatur kellu jara x'impatt kien se jkun hemm bis-surcharge fuq l-industrija, fuq in-negozji ż- żgħar u fuq il-konsumatur.", "Dak huwa d-dover tiegħu imma aħna warrabniha 'l barra u ma ħallejnihiex tiffunzjona kif suppost.", "Ara l-partit Laburista meta kien fil-gvern kien aċċetta li jsir studju u kien aċċetta l-affarijiet li qalulu.", "Għalhekk waqqaf kollox u wiegħed li kien se jirrevedi l-affarijiet kollha wara l-elezzjoni.", "Issa x'għamel il- partit Nazzjonalista?", "Dan webbes rasu u ma ta kas ħadd.", "L-oppożizzjoni min-naħa tagħha kienet qaltlu wkoll li dawk il-workings ma kenux trasparenti.", "Tatu wkoll ir-rapporti tagħha u poġġiethom fuq il-mejda tal- Kamra ħalli turih biċ-ċar li l-affarijiet m'humiex kif kien qed jgħid il- gvern.", "Dan il-kliem ma qalitulux biss l-oppożizzjoni imma saħansitra kien hemm l-MHRA li qaltlu ċar u tond li qiegħed jeffettwa lill-industrija u li se jkun hemm konsegwenzi kbar.", "Il-GRTU qaltlu wkoll li permezz tas- surcharge kien se jkisser lill-industrija, lin-negozji ż-żgħar u lill- konsumaturi.", "Wara din il-kritika kollha spiċċajna sabiex il-gvern ġie jgħid li se jqabbad lill-Malta resources authority ħalli tqabbad lil xi ħadd sabiex jagħmel studju.", "Dawn x'affarijiet huma?", "Mela l-ewwel implimenta l-affarijiet, baqa' jwebbes rasu, kisser lill- industrija, lin-negozji ż-żgħar u liċ-ċittadin u issa se juża lill-pupu tiegħu bl-ispaga sabiex iqabbad lil xi ħadd jagħmel studju meta suppost kellna regolatur sabiex jiċċekkja dawn l-affarijiet qabel iseħħu.", "Lanqas temminhom dawn l-affarijiet.", "Niġu f'din il-Kamra nparlaw ħafna u nagħtu l- impressjoni li bilfors irid isir hekk imma mbagħad lill-poplu ma ngħidulux kollox.", "Ma ngħidulux li parti minn dawn il-problemi huma tort ta' l- ineffiċjenza tal-gvern Nazzjonalista fin-nuqqas ta' viżjoni li kellu sabiex idaħħal l-effiċjenza fl-enerġija ta' pajjiżna.", "Ara pajjiżi oħra qegħdin jipprovaw idaħħlu l-effiċjenza fl-użu ta' l-enerġija f'pajjiżhom u qed jagħmlu suċċess.", "U dan ma jinkludix ħafna miljuni ta' liri.", "Allura aħna x'qed nagħmlu?", "Lanqas biss nedukaw lill-poplu sabiex ikun aktar effiċjenti fl-użu ta' l-enerġija.", "Noqogħdu nuru lill-poplu li dan kellna nagħmluh bilfors minħabba l-għoli taż-żejt u ngħidulu li se ntejbu l-affarijiet, meta mbagħad insibu li l-problemi kbar, apparti dawk li diġa` qed niffaċċjaw, għadhom ma tfaċċawx ma' wiċċna.", "Madankollu ma jdumux ma jitfaċċaw.", "Sur President, jien ma nafx x'se nagħmlu jekk il-gvern se jibqa' miexi b'din it-teorija li l-Enemalta trid iġġib il-flus minn x'imkien ieħor u ma jagħtix kas tat-telf li qiegħed iseħħ minħabba l-ineffiċjenza min-naħa ta' min hu responsabbli.", "Il-poplu qiegħed iħallas ta' l-ineffiċjenza tal-gvern u ta' l-ineffiċjenza ta' min huwa responsabbli.", "Min-naħa l-oħra l-gvern qiegħed jattakka lil min jisraq l-enerġija elettrika u jgħidlu li mhux suppost jagħmel hekk.", "Ovvjament ħadd ma jista' jisraq din l-enerġija u jagħmel sewwa li jieħu passi kontra min jisraq.", "Pero` jekk min jisraq jeħel il-piena li ħaqqu, min mhux qiegħed jagħmel xogħlu, min qiegħed jagħmel ippjanar ħażin u min qiegħed jinganna lill-poplu kollu, dak m'huwiex accountable ta' għemilu?", "Hawnhekk xtaqt nagħti eżempju żgħir li qed jiġri regolarment fuq il- bastimenti li jdaħħlu l-fuel f'pajjiżna.", "Mhux l-ewwel darba li jidħol vapur u jerġgħu joħorġuh 'il barra għaliex ikun ordna tug boat waħda mentri huma jgħidulu li suppost qabbad żewġ tug boats.", "Mela dan il-vapur reġa' ħareġ sabiex jieħu żewġ tug boats u jrid iħallas id-doppju.", "Dawn il-flus min qed iħallashom?", "Qiegħda tħallashom l-Enemalta u finalment qegħdin jiġu inklużi wkoll fis-surcharge.", "Mhux mas-surcharge iridu jeħlu dawn l- ispejjeż?", "Madankollu l-akbar problema għad trid tiġi għaliex għedtu lill- poplu li għandkom il-pjanijiet dwar l-enerġija lesti u aċċettajtu r- regolamenti ta' l-Unjoni Ewropea mingħajr m'għamiltu l-ebda deroga fuq ċerti affarijiet, meta kontu tafu li dawn mhux se jintlaħqu.", "Għalhekk dawn se jpoġġuna fi problemi kbar.", "Sur President, minkejja li lill-poplu tajnih x'jifhem li minħabba li qlibna għal-low sulphur solvejna l-problema tat-tniġġis, din m'hijiex il-verita`.", "Hawnhekk kulma għamilna huwa li solvejna l-problema tas-sulphur.", "Il- problema l-kbira hija t-trab fin u fi ftit snin oħra, il-livell ta' trab fin mhux se jkun aċċettabbli.", "Għalhekk ikollna nagħmlu xi ħaġa bilfors u se jkollna nonfqu l-miljuni kbar sabiex nilħqu dawn id-direttivi.", "Pjanijiet fuq din il-kwestjoni ma jeżistux għaliex filli jgħidu li se jmorru għal generators tad-diesel u filli jgħidu li se jmorru għall-combust cycle.", "Il-ħin kollu jaqilbu l-affarijiet u jduru 'l hawn u 'l hemm mingħajr ma jiddeċiedu xejn.", "Dawn l-affarijiet kien imissihom li saru snin kbar ilu ħalli nkunu nistgħu nilqgħu għal dawn il-problemi li qegħdin niffaċċjaw.", "Għalhekk il-gvern għandu panic station għaliex għadu bla viżjoni u ma jafx x'se jaqbad jagħmel.", "U żgur li dan kollu se jispiċċa bħala piż fuq il-poplu.", "Dan il-piż se jkollu jintrefa' mill-poplu.", "Jammetti jew ma jammettix il- gvern, hekk se jkollu jiġri għaliex l-Enemalta trid tagħmel investiment sostanzjali u l-flus iridu jiġu minn x'imkien.", "Dan mhux qed ngħidu jien biss imma anke l-istess prim ministru kien qalu sentejn ilu.", "Fil-fatt l- Onor. Lawrence Gonzi kien qalilna li hemm bżonn ta' Lm300 miljun oħra sabiex nilħqu ċerti standards.", "Pero` minkejja li qal dan kollu ma ħa l- ebda passi u allura s'issa għad m'għandna l-ebda pjani.", "Din is-sitwazzjoni hija waħda tal-biki u minkejja t-twissijiet li saru mill-oppożizzjoni, mill- MHRA u mill-GRTU, il-gvern baqa' jwebbes rasu u baqa' għaddej b'dak li ddeċieda hu.", "Huwa minnu li fuq ċerti industriji għamel il-capping imma fuq l-industriji u n-negozji ż-żgħar m'għamel xejn.", "Għalhekk dawn qed jispiċċaw jitkissru bħalma qiegħed jitkisser iċ-ċittadin.", "Kulħadd spiċċa f'sitwazzjoni fejn ma jistax ikampa u jlaħħaq mal-ħajja.", "Sur President, min ikisser lil kulħadd żgur li m'għandux kuxjenza soċjali.", "Hija wkoll ir-responsabilita` tar-regolatur li jikkonsidra dawn l- affarijiet u li jsib bilanċ imma dan m'għamlux.", "L-oppożizzjoni wiegħdet li meta tkun fil-gvern ikun hemm regolatur serju.", "Wiegħdet ukoll li tagħmel l- istudji neċessarji bis-serjeta` bħalma kienet għamlet meta kienet fl- oppożizzjoni.", "Permezz ta' dawn l-istudji tkun tista' tasal għall- konklużjonijiet li huma meħtieġa u fl-istess ħin tara li ddaħħal ir- renewable energy u l-effiċjenza fil-konsum ta' l-enerġija elettrika.", "Dan se tagħmlu sabiex tkun tista' tnaqqas mill-piż li qed ikollu jġorr il-poplu kollu.", "Minkejja li ħafna mill-piż huwa tort ta' l-ineffiċjenza min-naħa ta' min hu responsabbli mill-Enemalta, il-piż qiegħed iġorru kollu l-poplu Malti u Għawdxi.", "Għalhekk minbarra li ktibna sabiex isir studju serju rridu li jittieħed in konsiderazzjoni dan li għadni kemm semmejt.", "Jekk dan ma jsirx se nispiċċaw f'sitwazzjoni li mhux biss il-partit Nazzjonalista ma jkollux kuxjenza soċjali imma niġi f'dubju kemm jibqagħlna pajjiż għaliex kulħadd se jispiċċa mfarrak u mkisser.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "Il-Ministru Austin Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Sur President, ikolli nistqarr li ma stennejtx aħjar mid-dibattitu tal-lejla.", "Minflok nieħdu l-opportunita` u nipprovaw nagħmlu dibattitu fuq il-fatti spiċċajna mmorru lil hinn ħafna mil-fatti - anzi saħansitra nikkontradixxu l-fatti magħrufa - u nipprovaw bħas-soltu nirkbu ż-żiemel politiku.", "Spiċċajna wkoll noħorġu konklużjonijiet li huma 'l bogħod mhux biss mir-realta` pero` mir-realta` li ħassejniha aħna.", "Per eżempju, l-Onor.", "Joe Mizzi ġie jipprova jikkonvinċi lill-poplu Malti li huma tant kienu tajbin li wiegħdu li jirrevedu t-tariffi xahar qabel l- elezzjoni ġenerali ta' l-1998.", "Qal li din għamluha mhux minħabba l- elezzjoni ġenerali imma għax indunaw kemm kienu żbaljati.", "Issa meta wieħed jaqra d-diskorsi kollha li saru meta ġġustifikaw dawk iż-żidiet li għamlu f'Novembru ta' l-1997 isib li dak iż-żmien mhux ir-reviżjoniżmu ta' Mao Tse-Tung kellna imma r-reviżjoniżmu tal-partit Laburista.", "Sur President, huwa żbaljat ukoll min jipprova jgħid lill-poplu Malti li ż- żieda fis-surcharge saret minħabba l-ineffiċjenza ta' l-Enemalta u mhux minħabba li għola l-prezz taż-żejt.", "Min qed jgħid dan id-diskors mhux qed jgħix fir-realta`.", "Hawn irrid ngħid li hemm żewġ numri li jmeru dan l- istatement.", "Dawn in-numri huma sempliċi u ħadd ma jista' jiddiskutihom għax huma fatti magħrufa mill-audited accounts tal-kumpannija.", "Bejn is-sena 2004 u s-sena 2005 il-konsum taż-żejt f'Malta żdied minn Lm40 miljun għal Lm53 miljun, jiġifieri Lm13 miljun f'sena.", "Din is-sena għall-istess żejt li nfaqna s-sena l-oħra, jiġifieri Lm53 miljun, se nonfqu Lm80 miljun.", "Huwa b'dan il-mod li varja l-prezz, u dan ma jista' jikkontestah ħadd.", "Huwa għalxejn li noqogħdu ngħaddu lin-nies biż-żmien u ngħidu li b'xi mod stajna nagħmlu differenza bejn is-sena 2005 u s-sena 2006 ta' Lm40 miljun billi l- vapuri jidħlu jankraw x'imkien ieħor u billi nnaqqsu mis-serq tad-dawl.", "Ir- realta` hija sempliċi.", "Il-barmil żejt li konna naħarqu fis-sena 2004, illum fis-sena 2006 ġie jiswa d-doppju.", "Hija sempliċi daqshekk il-kwestjoni u għalxejn noqogħdu nduru mal-lewża.", "L-argument li jrid isir huwa kif se nassorbu ż-żieda ta' Lm40 miljun.", "Għalxejn noqogħdu nipprovaw inbiddlu statistika li kienet teżisti fl-1997 meta intom sallabtu lil kulħadd.", "Taf kemm kontu tonfqu f'sena?", "Lm21 miljun!", "Illum trid tonfoq Lm80 miljun għall-istess ammont ta' żejt.", "Issa minkejja dan, ara fejn tellajtuhom it-tariffi.", "Illum aħna nonfqu Lm80 miljun u issa llħaqna lilkom f'dawk li huma tariffi.", "Dawn huma l-fatti, u dawn ma nistgħux immeruhom.", "Intom kontu tonfqu Lm21 miljun fl-1997 u sopra corna bastonate, malli daħħaltu t-tariffi l-ġodda u sallabtu lil kulħadd mal-ħajt, x'għamel iż-żejt?", "Niżel, u s-sena ta' wara, jiġifieri fl-1998 infaqtu Lm18 miljun, jiġifieri Lm3 miljun inqas.", "Allura intom kellkom il- kuxjenza soċjali biex sakemm wasaltu għall-elezzjoni tbiddlu t-tariffi?", "X'kellkom kellkom!", "Kemm kitbu fil-gazzetti!", "Mur arahom l-artikli ta' l- Onor. Gavin Gulia u l-artikli taċ-chairman ta' dak iż-żmien, is-Sur Bonello Cole!", "Mur aqra dwar kif Tarcisio Mifsud kien jirrispondi!", "Naqqastuhom it- tariffi?", "Mela ż-żejt jinżel minn USD19-il barmil – hawnhekk qed nitkellem fuq il-crude – għal USD12-il barmil bejn l-1997 u l-1998 pero` madankollu t- tariffi ma naqqastuhomx.", "Fejn kienet il-kuxjenza soċjali dakinhar?", "Illum taf kemm hu l-prezz?", "Illum huwa USD66 jew USD63-il barmil, tliet darbiet aktar milli kien fl-1997 u kważi erba' darbiet aktar milli kien fl-1998.", "Dan qed ngħidu biex ma noqogħdux niġu nitkellmu fuq il-kuxjenza soċjali jew li dawn iż-żidiet hemm xi ħaġa oħra moħbija fihom!", "M'hemm assolutament xejn moħbi fihom dawn.", "Taf x'hemm moħbi?", "Dak li ħbew id-dinja kollha għax fid-dinja kollha hemm l-istess problema u allura ejja nipprovaw nagħmlu diskorsi li jagħmlu sens.", "Sur President, hawnhekk illum qgħadna ngħidu wkoll fuq il-hedging pero` ħadd ma kkwota dak li qal il-Profs.", "Falzon f'artiklu tiegħu.", "Taf x'qal il- Profs.", "Falzon?", "Qal li għandna nneħħu l-hedging 'il barra mill-politika u li m'għandniex inħalluh ballun politiku.", "Din hija l-istess ħaġa li ili ngħid snin.", "U mela jiġi issa l-Onor.", "Mizzi u jgħid li huma daħħlu l- hedging fl-1997 għax kienu jafu li 'l quddiem se jogħla ż-żejt!", "Ara kemm marru tajjeb!", "Tant għola ż-żejt li minn Lm21 miljun niżel għal Lm18 miljun u l-prezz baqa' stabbli.", "Wara dan imbagħad beda tiela' sakemm issa qiegħed USD63 jew USD64-il barmil.", "Issa jien ma nafx kif xi ħadd irid ibellagħha lill-poplu Malti li fl-1997 kien hemm l-Onor.", "Mizzi jew ma nafx min tahom il-parir biex jagħmlu hedging għax kienu jafu li fis-sena 2006 se jiġi USD66-il barmil!", "Ejja ma ndaħħkux nies!", "Ejja nagħmlu diskors serju u meta nikkwotaw lin-nies, nikkwotawhom bis-serjeta`.", "Il-Profs.", "Falzon ma qalx li hu ta parir lill-Enemalta biex tagħmel hedging.", "Il-Profs.", "Falzon kiteb li his formula has been proved retrospectively .", "Issa pprovaha, u qal li meta ħadem iċ-ċifri għal April 1999 u Settembru 2000 wara, jiġifieri bl- informazzjoni li kellu wara, kieku għamlet hedging l-Enemalta fi Frar 1999 kienet tiffranka l-flus.", "Bir-rispett kollu, jekk tistaqsini x'se jitla' l- lottu l-ġimgħa d-dieħla kulma nista' nagħtik huma ħames numri bl-addoċċ pero` jekk ngħidlek x'tela' l-lottu l-ġimgħa l-oħra wkoll naqta' 100% u din hija l-istess ħaġa.", "Pero` niġi għall- hedging aktar 'il quddiem.", "Sur President, l-appell tiegħi huwa li għandna ngħidu l-affarijiet bis- serjeta` kif inhuma.", "Ħalli ma naqblux fuq il-konklużjonijiet.", "Ingħad ukoll li aħna ma ħallejniex lir-regolatur jagħmel xogħlu.", "Aħna kull darba li nagħmlu ċaqlieqa nibagħtu l-karti lir-regolatur biex jeżaminahom.", "(Interruzzjonijiet) Jekk trid tiġi teżaminahom l-uffiċċju tagħna, ejja eżaminahom.", "Inkella fuq l-istudju.", "L-ewwel ħafna qrid, immur jien nagħmel presentation darba, darbtejn fl-MCESD, ngħidilhom kif qed jinħadmu l- affarijiet bid-dettalji kollha, ngħidilhom biex iżommu konfidenzjali l-mod kif naħdmuhom pero` mbagħad ħadd ma ried jiġi jara n-numri.", "Dan għax biex jippontifikaw kollha tajbin pero` għax għedtilhom biex jiġu l-uffiċċju jiffirmaw dikjarazzjoni ta' konfidenzjalita` u jarawhom, Alla jbierek ħadd ma ġie.", "Per eżempju, minkejja li l-MHRA ma qalet xejn quddiemi, għal darba darbtejn talbet studju, l-oppożizzjoni talbet studju, xi ħaddieħor talab studju u issa għax għamilna l-istudju, dan m'huwiex biżżejjed u fil-fatt qed jagħmlu xi ħadd indipendenti.", "Aħna x'pajjiż aħna?", "Aħna rridu s- serjeta` jew le?", "Sur President, fis-siegħa li għandi biex nitkellem se nipprova naqbad dan l- argument mingħajr ħafna emozzjonijiet.", "Ikun għalxejn li nagħmlu emozzjoni għax fl-aħħar mill-aħħar hemm deċiżjoni waħda li lkoll irridu nieħdu.", "F'dawn l-aħħar sentejn – u din hija l-unika ħaġa li qal tajjeb l-Onor.", "Mizzi, ħaġa li jammetti kulħadd – il-prezz taż-żejt li naħarqu żdied.", "Fil- fatt il-bill ta' l-Enemalta biex taħraq iż-żejt irdoppja minn Lm40 miljun għal Lm80 miljun fuq is-sena 2004.", "Dan ifisser li għandna piż ġdid ta' Lm40 miljun.", "Tajjeb jew ħażin dak se jkollna nonfquh.", "Issa jien nieħu gost li dan jammettih l-Onor.", "Mizzi pero` biex ħadd ma jgħidli li l-affarijiet m'humiex pubbliċi, għal darb'oħra - u naħseb li din hija s-sitt darba li se nagħmilha – nixtieq inpoġġi żewġ tabelli fuq il-mejda tal-Kamra, waħda li turi kemm nefqet l-Enemalta fi żjut biex tagħmel l-elettriku mill-1996 sa din is-sena.", "Fil-fatt hemmhekk insibu li minn Lm20 miljun fl-1996 illum tlajna għal Lm80 miljun.", "Pero` li huwa rilevanti hu li fis-sena 2004 infaqna Lm40 miljun u issa se nonfqu Lm80 miljun, żieda ta' Lm40 miljun.", "Dawn se npoġġihom fuq il-mejda tal-Kamra biex almenu fuq in-numri ma nħawdux aktar u mhux min jikkwota hekk u min jikkwota mod ieħor.", "Sur President, għandna piż ta' Lm40 miljun u għandna tliet metodi kif insolvuh.", "Jew se nsolvuh bid-dmugħ tal-kukkudrilli li rajna l-bidu tiegħu mill-Onor.", "Mizzi jew noħorġu soluzzjoni li tgħin xi settur u tagħti daqqa ta' sieq jew majnata lil setturi oħra jew tipprova tibbilanċja u tgħid li se ssib soluzzjoni li tipprova tindirizza l-interess nazzjonali.", "Ħalli nitkellmu fuq il-fatti.", "Fl-1997, l-ewwel sena ta' gvern Laburista, l-Enemalta nefqet Lm21 miljun biex tipprovdi l-elettriku f'Malta u fl-1998 nefqet Lm18 miljun għax niżel il-prezz taż-żejt.", "Fl-1997 gvern Laburista sploda t-tariffi tad-dawl u l- ilma u llum jammettiha huwa wkoll li ħabbat lil kulħadd mal-ħajt.", "U dan wara li waħħal f'ħaddieħor.", "Ara hemmhekk addio l-kabinett, Alla jbierek, għax ħallew lill-Onor.", "Leo Brincat jiżfen waħdu!", "Ara ssibux artiklu wieħed mill-gvern Laburista ta' dak iż-żmien li jgħin lill-Onor.", "Leo Brincat.", "Ara ssibux lill-Onor.", "Alfred Sant jitkellem dwar dan!", "Dażgur li le, ħallewh jinħaraq waħdu lil dak!", "Dawn għamlu l-kuntratt tal-hedging fl-1997 u waqgħu għaċ-ċajt għax fl-1998 iż-żejt niżel u tilfu l-flus bil-konsegwenza li ġiegħlu lill-poplu jkompli jħallas m'ogħla s-smewwiet minkejja li niżel il- prezz iż-żejt.", "Ir-realta` hija wkoll li minn dawn in-numri, fis-sena 2004 infaqna Lm40 miljun biex naħarqu l-istess ammont ta' żejt, fis-sena 2005 infaqna Lm54 miljun u din is-sena se nonfqu Lm80 miljun.", "Issa x'inhi s- soluzzjoni biex niffinanzjaw id-differenza?", "Nispera li xi ħadd mhux se jgħid li ma missniex inħallsu d-differenza jew jgħidilna biex ma nagħtux kas l-Lm40 miljun.", "Nispera li naqblu li fi żmien l-Onor.", "Alfred Sant, il- fuel oil li taħraq il-power station kien USD58 kull tunnellata u llum huwa USD339.", "B'dak il-prezz xtrajnieh il-fuel oil ix-xahar li għadda u dan huwa kważi sitt darbiet aktar!", "Jekk imbagħad tara t-tariffi ta' żmienhom u ta' żmienna ssib li huma l- istess anzi tagħhom huma ħarira aktar minn tagħna!", "Dan mhux qed ngħidu jien, Sur President.", "Biex ħadd ma jgħidli li dawn l-affarijiet qed nivvintahom - jien mhux bħall-Onor.", "Mizzi li jitfa' statement li ż-żieda fl- elettriku saret minħabba l-ineffiċjenza u mhux minħabba ż-żieda ta' l-għoli taż-żejt - se npoġġi d-data fuq il-mejda tal-Kamra biex min irid jikkontestaha.", "Sur President, aktar 'il quddiem se npoġġi żewġ tabelli li juru kif mexa l-prezz internazzjonali taż-żejt komparat mal-prezz li tħallas typical household ta' tlieta min-nies u l-prezz li jħallas anzjan jew persuna waħedha mqabbla.", "Dan sabiex taraw min kellu l-kuxjenza soċjali.", "Apparti minn dan, għat-tielet darba se nerġa' npoġġi fuq il-mejda tal-Kamra rapport ta' audit firm internazzjonali, il-KPMG, li ma jilagħbux bir- reputazzjoni tagħhom, li tikkompara t-tariffi fl-istadji kollha, kif kienu qabel ma tela' l-Onor.", "Alfred Sant, kif saru meta tela' l-Onor.", "Alfred Sant fl-1997, kif kienu proposti qabel l-elezzjoni ta' l-1998 mill-Onor.", "Alfred Sant, kif għamilnihom aħna fl-1999 u kif qegħdin issa bis-surcharge.", "Dan kollu juri kif it-tariffi tal-lum – fuq ir-rapport maħdumin bil-55% - jiġifieri bis-67%, huma daqskemm kienu ta' l-Onor.", "Alfred Sant.", "Għalhekk meta nitkellmu fuq dawn l-affarijiet inkunu qed naraw dmugħ tal- kukkudrill min-naħa ta' l-oppożizzjoni għax almenu dawn għandhom jibdew id-diskors tagħhom b'mea culpa.", "Dawn imisshom jgħidu lill-poplu Malti li seba' snin ilu riedu jwaħħluhulu u ma rnexxielhomx għax il-poplu Malti tajjarhom 'il barra.", "Tafu li familja ta' tlieta min-nies fi żmienhom kienu ġew imġiegħla jħallsu Lm220 għall-kont tad-dawl u llum bis-surcharge ta' 67% jiġihom mal- Lm200?", "Tafu li kieku baqa' l-Onor.", "Alfred Sant fil-gvern, persuna li tgħix waħedha kienet tħallas Lm800 aktar f'dawn is-snin kollha?", "Aħna almenu ffrankajnielha Lm800 lil din il-persuna!", "Sur President, jien mhux se nipprova ngħid li m'hemmx problema anzi nkun l- ewwel wieħed li nammetti li hemm problema pero` ma naċċettax id-dmugħ tal- kukkudrill bħala premessa biex jiġi attakkat dan il-gvern.", "L-ewwel għidli mea culpa u għamilli l-argumenti.", "Issa se nikkwota x'qal l-Onor.", "Leo Brincat seba' snin ilu:", "\"The new tariff rate is being done to make more aware of the production cost of these two essential comodities.\".", "Alla jbierek!", "Mela b'Lm21 miljun żiedu t-tariffi biex jagħmlu n-nies aktar aware u aħna bi Lm80 miljun qed noqtlu n-nies!", "L-ieħor qalli biex nagħmel iktar advertising.", "U ħallina!", "Fejn hi s-serjeta`?", "L-Onor.", "Sant dak iż- żmien Prim Ministru qal:", "\"Nerġa' nagħmilha ċara li r-rati huma iebsa u din l-ewwel li nammettiha huwa jien.", "Kienet miżura diffiċli u ngħid bl-aktar mod ċar li jiddispjaċini li jkollna nagħmluha.\".", "Aħna le allura?", "Aħna suwed ta' din in-naħa?", "Huma jiddispjaċihom, allura aħna le?", "Aħna għamilniha għax inħobbu nimponu l-piżijiet fuq in-nies?", "Il- partit Nazzjonalista m'għandux minn dawn il-privileġġi?", "Nista' nibqa' għaddej, Sur President, u issa se nikkwota lis-Sur Bonello Cole, iċ- chairman li kienu għamlu dak iż-żmien.", "Dan qal hekk:", "\"It is fair to charge people according to what they consume, in the end it is still the consumer who will have to pay.", "If the government subsidizes the company's loss, the consumer will make good through taxes.", "With higher rates whoever consumes pays.\".", "Rajtuha l-kuxjenza soċjali fejn qiegħda!?", "Dan iċ-chairman għażlitu l- oppożizzjoni u ġie mneħħi kważi immedjatament min dan il-gvern.", "Imbagħad jingħad li:", "\"We have to deliver a service as people expect but the days are gone where a state corporation looked on the government as the daddy who forks out the money each time it is requested.\".", "Hekk qalilna ċ-chairman li nnominat l-oppożizzjoni.", "Nista' nibqa' sejjer imma mhux se noqgħod naħli l-ħin u għalhekk aktar 'il quddiem se npoġġi dan kollu fuq il-mejda tal-Kamra forsi xi ħadd jindejna ruħu li jarah.", "Ħalli nieħu l-opportunita`, kif beda l-Onor.", "Mizzi, sabiex nerġa' nikkoreġi għal ma nafx kemm-il darba l-impressjonijiet li jibqgħu jsemmgħu.", "Iġġibilhom il-fatti li l-affarijiet m'humiex hekk, tpoġġi l-karti fuqi l- mejda tal-Kamra u terġa' tisma' l-istess kantaliena.", "L-ewwel waħda ressquha bil-miktub u qalu li minkejja li l-oppożizzjoni Laburista ressqet computations differenti, il-gvern ma ta l-ebda widen tagħha.", "Mela l- oppożizzjoni qiegħda tgħid hekk u jien se npoġġi fuq il-mejda tal-Kamra - bħalma għamilt għal ma nafx kemm-il darba fl-interventi tiegħi – stqarrija sabiex nuri li dawk in-numri huma ħżiena fid-dettall.", "Se npoġġi fuq il- mejda tal-Kamra wkoll l-istqarrijiet li ħriġna għal kull stqarrija li ħarġu huma fejn taw dawn il-computations.", "F'dawn l-istqarrijiet għednielhom għalfejn il-computations tagħhom kienu żbaljati.", "Fil-fatt hemm 60 paġna ta' detailed refutations dwar għalfejn l-argumenti tagħhom kienu ħżiena.", "Sur President, dawn kienu ħżiena għar-raġuni sempliċi li lanqas biss qraw il-press release inizjali li konna ħriġna f'Novembru sabiex nuruhum kif kienet se taħdem is-sistema.", "Din diġa` ħriġniha imma se nerġa' inpoġġiha fuq il-mejda tal-Kamra għat-tielet jew għar-raba' darba.", "Fiha għedna liema huma l-prezzijiet tal-fuel li qed nixtru u x'kalkoli konna qed nużaw u li baqgħu bis-sistema li konna addottajna fis-sena 2004, li kienet sistema differenti.", "Madankollu minkejja li għednielhom u erġajna għednielhom, baqgħu jgħidu l-istess affarijiet.", "Issa jerġgħu jiġu jgħidu li aħna m'għamilna xejn u li huma għamlu computations dettaljati.", "Aħna għedna li dawk il-computations huma żbaljati u għalhekk ma nistgħux naqblu magħhom.", "Għandu jkun li l-arroganza ta' l-oppożizzjoni laħqet punt fejn mhux biss dak li hu tajjeb għalihom m'huwiex tajjeb għalina imma issa rridu bilfors naqblu ma' l-oppożizzjoni.", "Jekk l-Onor.", "Sant f'xi press conference jgħid li għamel kalkolu trid taqbel miegħu għaliex issa m'għandekx aktar id-dritt f'dan il-parlament li ddur fuqu u tgħidlu li huwa żbaljat.", "Ma tistax iddur fuqu u tgħidlu sabiex ma jemminx lil min qed jagħtih dawn in-numri.", "L-arroganza tagħhom qed twassalhom sabiex tfehemhom l-affarijiet għal darba darbtejn, tpoġġi l- istqarrijiet fuq il-mejda tal-Kamra ħalli turihom kif qiegħda tinħadem il- bażi matematika, u xorta waħda jibqgħu jgħidulek xi ħaġa differenti.", "Qisu aħna qed ngħidu li se naħdmu bl-abjad u jiġi hu u jgħidlek li għandek taħdem bl-iswed.", "Jien m'għandi xejn aktar x'nagħmel ħlief li nieħu ftit tal-paċenzja oħra u nerġa' nispjega għal darb'oħra.", "Pero` lumuni kemm tridu imma din mhux se nerġa' nagħmilha aktar.", "Jekk tridu komplu għidu dak li qed tgħidu pero` m'iniex se nibqa' ngħid l-istess affarijiet li xbajt ngħid u li diġa` poġġejt fuq il-mejda tal-Kamra għal ma nafx kemm-il darba.", "It-tieni impressjoni ta' l-oppożizzjoni kienet dik li l-gvern ma ppreżenta l-ebda social impact assessment.", "Issa tafu x'kien is-social impact assessment li ppreżenta l-partit Laburista?", "F'Jannar ta' l-1998, tliet xhur wara li kienu ħawdu l-borma fil-budget, kitbu artiklu.", "Dan ma kitbuhx hawnhekk fil-parlament għaliex dak iż-żmien kien hawn il-Perit Mintoff jiddomina l-parlament u kien hemm affarijiet oħrajn għaddejjin.", "Il-Perit Mintoff kien igħajjar lit-tali ġidra, lil xi ħaddieħor kien igħidlu xi ħaġa oħra, imma issa dawn l-affarijiet għaddew u insejnihom.", "Pero` ħareġ artiklu li kien igħid: \"Enemalta reports on impact of new power rates\".", "Aqrawh dan l-artiklu ħalli tkunu tafu x'għamel il-partit Laburista.", "Min- naħa tiegħi lanqas biss se nikkummenta fuqu.", "Issa aħna x'għamilna?", "Għal darba, darbtejn, tlieta poġġejna fuq il-mejda tal-Kamra l-faxex kollha li kienu se jħallsu.", "Konna għedna li bejn Lm1 u Lm10 hemm tant familji u bejn Lm10 u Lm20 hemm tant familji.", "Din se nerġa' npoġġiha fuq il-mejda tal-Kamra għar-raba' darba.", "Fiha konna għedna wkoll li bejn Lm1 u Lm25 hemm 67 account holder, bejn Lm25 u Lm50 hemm 20,000 account holder u bejn Lm50 u Lm75 hemm 19,000 account holder.", "Għaldaqstant tista' tikkalkola preċiżament kemm se tħallas fis-sena u dawn il-kontijiet ġew ikkalkolati b'żieda ta' 55%.", "Per eżempju, jekk taqbad min ħallas sa Lm100 issib li hemm bejn wieħed u ieħor 130,000 account holder.", "F'sena dawn se jħallsu bejn wieħed u ieħor Lm55 gradatament.", "Dawn qegħdin imniżżlin kollha fuq il-mejda tal-Kamra u għalhekk se nerġa' npoġġihom għar-raba' darba.", "Iżda l-isbaħ waħda kienet meta s-Sur Jimmy Magro, is-segretarju ġenerali tal-partit Laburista ta' dak iż-żmien, kien kiteb hekk fil-ġurnal \"KullĦadd\":", "\"Il-gvern huwa nieqes ħafna minn team li jkun jista' jgħarbel il- miżuri li jkunu se jittieħdu, janalizza l-effetti kollha u jagħmel rakkmandazzjonijiet mhux biss dwar natura ekonomika iżda soċjali wkoll.\".", "Is-Sur Jimmy Magro kien gustuż ħafna imma aħna niġu mgħajjrin.", "Aħna nagħtu d-dettalji kollha u xorta jibqgħu jgħidu li m'għamilna xejn.", "Sal-lum stess xi ħadd kiteb li ma tajniex spjegazzjoni biżżejjed.", "Ma tajniex spjegazzjoni biżżejjed!", "Jien għamilt statement fil-parlament li kien fih sitt paġni u għamilt ma nafx kemm-il intervista fil-gazzetti.", "Per eżempju, jien mort darbtejn l-MCESD pero` hemmhekk waqt li tkun qed tagħtihom spjegazzjoni kulħadd joqgħod iħares lejk.", "Imbagħad tistaqsihom jekk iridux xi informazzjoni oħra u kulħadd jibqa' jħares lejk.", "X'ħin toħroġ minn hemm taħseb li kulħadd fehem kollox iżda l-għada tibda ssib fuq il- gazzetti affarijiet kontradittorji ma' dak li jkunu qalulek hemm ġew.", "Fil- fatt kien għalhekk li dakinhar splodejt u għedt li l-MCESD ma tantx qiegħda sservi.", "Madankollu llum sirna kulħadd jieħu għalih u ma tista' tgħid xejn.", "Ara lili jgħajjruni arroganti, pastaż, bulldozer u li nrabbi t-tiġieġ.", "Issa fuqi jistgħu jgħidu li jridu għaliex qatt ma rreaġixxejt għalihom, anzi neħodhom bid-daħka.", "Pero` jekk imbagħad ngħidu xi ħaġa fuq xi ħadd, tkun qisha waqgħet id-dinja.", "Madankollu din hija parti mill-politika wkoll.", "Illum mhux kollox hekk sar?", "Mela jien nagħmel ma nafx kemm-il darba nitkellem fuq oġġett u mbagħad jiġu jgħiduli li ma tajtx biżżejjed spjegazzjoni.", "Illum kien hemm intervista – lanqas nista' nemmen li ġie kkwotat tajjeb - mas-segrtetarju eżekuttiv tal-GRTU.", "Dan ġie rrapportat li qal li l- Enemalta qiegħda taqla' minn fuq il-klijent dak li mhux suppost.", "L- implikazzjoni hija li s-surcharge hija bbażata fuq xi taħwida u allura qegħdin nisirqu l-flus tal-klijenti.", "Kif stedint lil kulħadd stedint ukoll lis-Sur Farrugia quddiem numru ta' persuni sabiex jiġi jara l-workings huwa stess.", "Pero` minkejja li jien kont għedtlu li l-unika ħaġa li kellu jagħmel hija li jiffirmali confidentiality agreement ħalli ma jmurx jgħid b'kemm qegħdin nixtruh iż-żejt, kemm inħallsu bħala insurance u dawn l- affarijiet, dan ma ġiex.", "La ġie hu u lanqas ġew tal-MHRA, tal-FOI u tal- unions.", "Meta mbagħad baqgħu jirrepetu l-istess ħaġa tlabna lill-MHRA sabiex tagħmel studju indipendenti minn audit firm internazzjonali.", "Issa jiġu jgħiduli xorta waħda li dan m'huwiex biżżejjed.", "Dan tlabtuh intom u mhux biżżejjed?!", "Issa nispera li ma ndumux wisq nistennew sabiex ikollna ċ-ċertifikat.", "Jien m'għandix minn xiex nibża' għaliex naf kif ġiet maħduma s-surcharge.", "Nerġa' nirrepeti għal darb'oħra dak li hemm imniżżel fl-ewwel paġna tal- press statement li kont għamilt f'Novembru li għadda:", "\"Għalhekk il-gvern iddeċieda li minflok tipprova tbassar is-suq, l- Enemalta għandha taħdem il-kalkoli tagħha fuq kemm fil-fatt tonfoq anke bil-hedging u ddaħħal is-sistema ta' tibdil aktar frekwenti taż- żejt.\".", "Għal min irid jerġa' jaqra dan l-istatement se nerġa' npoġġi kopja tiegħu fuq il-mejda tal-Kamra.", "Aħna għedna li jekk se naqbdu xahrejn xahrejn u nannunzjaw revision fl-1 ta' Marzu, allura naqbdu Jannar u Frar, naraw kemm ġiena ż-żejt f'dawk ix-xahrejn - għal hedging se niġi aktar 'il quddiem – u nagħmlu l-kalkoli tagħhom.", "Dak biss jidħol u xejn aktar.", "Anzi llum l- invenzjoni l-oħra ta' l-ilma ma ssemmietx.", "Kienu qalu li aħna wegħedna li ż-żieda kienet se tkun fuq l-elettriku biss u mbagħad daħħalniha wkoll fuq il-kontijiet ta' l-ilma.", "Naħseb li kulħadd għandu memorja qasira għaliex proprju llum reġgħet ġiet ripetuta l-implikazzjoni fuq kif il-water services corporation qiegħda ddaħħal Lm6 miljun.", "Mela allura s-Sur Farrugia ma jiftakarx fil-laqgħa li kellna fil-Crown Plaza matul is-sena l- oħra?", "Hawnhekk hawn nies li kienu preżenti għal-laqgħa u aħna konna wrejnihom li jekk se naħdmuha biss fuq l-elettriku, is-surcharge kienet se tkun aktar għolja mentri jekk indaħħluha fuq l-ilma wkoll, allura s- surcharge se titbaxxa.", "Possibbli din ma jiftakruhiex?", "Dakinhar konna qbilna, inkluż il-unions, li din għandha tidħol fuq id-dawl u l-ilma u dan għedtu xi sitt darbiet fil-parlament.", "Allura issa tridu li nneħħuh minn fuq l-ilma?", "Dan huwa biss metodu ta' kalkolu u stajna għamilnieh fuq iċ-ċikkulata.", "Il-water services corporation ma ddaħħalx sold minn dawk il-flus imma s-somma kollha tibqa' sejra għand l-Enemalta.", "L-element tal-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma huwa biss kif ikun metodu ta' kalkolu.", "Madankollu jekk tridu li nissodisfaw dawn il-kritiċi nistgħu sempliċement inneħħuha u nżidu s-surcharge bi 11.7%!", "Hekk tridu li nagħmlu?", "Dan m'hemm l-ebda diffikulta' biex nagħmluh.", "Il-gvern iddeċieda li jibbilanċja bil-kontijiet ta' l-ilma għaliex b'dak il-mod stajna niffrankaw 11.7% mis-surcharge.", "Jekk is-Sur Farrugia u l-partit Laburista jridu mod ieħor allura din inneħħuha minn fuq l-ilma.", "Madankollu xorta waħda se tibqa' l-problema ta' minn fejn se nġibu l-Lm40 miljun.", "Iddur fejn iddur m'aħniex se naħarbu minn dik il-problema.", "Sur President, illum smajna wkoll lill-Onor.", "Mizzi jirrepeti li r-rapport m'huwiex biżżejjed.", "L-ewwel kulħadd jitlobna sabiex nagħmlu rapport ħalli nerġa' nuri dak li kont għedt diversi drabi u li poġġejt ma nafx kemm-il darba fuq il-mejda tal-Kamra, imbagħad meta għamilna r-rapport, qaluli għalfejn għamiltu meta dan diġa` poġġejtu fuq il-mejda tal-Kamra!", "Ir- risposta tiegħi kienet li mid-dehra f'pajjiżna hawn biss dawk li jiddubitaw mill-affarijiet u mill-irġulija tan-nies.", "Għalhekk kellna noqogħdu nagħmlu t-tieni rapport u naħlu l-flus.", "It-tieni rapport ġie kkummissjonat imma qed jiġi kkritikat għaliex qed jgħidu li dan m'huwiex biżżejjed.", "Issa rridu s-soluzzjoni.", "Mhux ovvja li rridu s-soluzzjoni?", "Intom stess qed tgħidu li aħna giddibin u għalhekk nispera li meta jiġu pprovati dawn l- affarijiet, kif kienu pprovati diġa`, ikollhom id-diċenza li jitolbu apoloġija.", "Fid-diskussjoni tal-lum smajna wkoll li għandna l-ineffiċjenzi amministrattivi.", "Diġa` għedna li rridu niġbru Lm40 miljun u dak l-ammont se niġbru.", "Din li nibqgħu nirrepetu ad nauseam affarijiet li essenzjalment huma biss ħmerijiet u ta' nies li għandu jkun lanqas jinteressahom li jiċċekkjaw il-fatti ma nistax nifhimha.", "Għallinqas illum ma ssemmietx il- Libja.", "Jista' jkun li l-ispjegazzjoni li kont għamilt hawn ġew baqgħet f'moħħ in-nies.", "Madankollu se nirrepetiha għal li jista' jkun.", "Mil-Libja qatt ma xtrajna light sulphur fuel oil imma dejjem xtrajna high sulphur fuel oil.", "Billi fl-2004 qlibna għal low sulphur fuel oil l-agreement li kellna mal-Libja spiċċa b'mod naturali.", "Irrid ngħid ukoll li llum diġa` qegħdin nixtru irħas milli qatt xtrajna mingħand il-Libja.", "L-ewwel ħaġa kien hemm diversi agreements mal-Libja u dawn kienu jbiddlu t-termini kummerċjali b'mod regolari.", "Pero` fl-aħħar agreement li kellna mal-Libja, konna nixtru ż-żejt platts plus – il-platts huwa t-terminu tekniku ta' l- average price li jkollok fix-xahar - u konna nħallsu, per eżempju, dollaru jew tnejn aktar mill-prezz tas-suq.", "Barra minn hekk konna nħallsu għalih qabel ma jasal f'pajjiżna.", "Min-naħa l-oħra llum qed nixtru ż-żejt platts minus, jiġifieri qegħdin inħallsu inqas mill-prezz tas-suq u għandna 60 ġurnata credit.", "Mela anke prezz bi prezz diġa` qegħdin aħjar milli konna qabel.", "Sur President, aħna xorta waħda qegħdin nipprovaw ninnegozjaw mal-Libja.", "Fil-fatt ftaħna n-negozjati magħha pero` għall-2006 iż-żejt tal-Libja huwa kollu mibjugħ.", "Issa jista' jkun hemm opportunita` fl-2007 imma s'issa l- prezzijiet offruti lilna m'humiex kompetittivi ma' dak li aħna għandna diġa` fis-suq internazzjonali taż-żejt.", "Dan għedtu sabiex nispjega ċar u tond x'inhuma l-ħmerijiet li dejjem nibqgħu nirrepetu u l-appell tiegħi huwa li dawn il-ħmerijiet ma nibqgħux ngħiduhom aktar għaliex m'humiex fattwali.", "Issa ħalli mmur għal veru crux tal-problema.", "Aħna għandna toqba ta' Lm40 miljun għaliex fl-2004 ħraqna b'Lm40 miljun żejt mentri llum qegħdin naħarqu bi Lm80 miljun żejt.", "Hawnhekk xorta bqajna naħarqu l- istess ammont ta' żejt u l-problema nħolqot minħabba li żdied il-prezz internazzjonali taż-żejt.", "Jien għedt ċar u tond li dawn l-Lm40 miljun irridu niġbruhom minn x'imkien.", "Dawn il-flus irridu nħallsuhom għaliex inkella ż-żejt ma jidħolx hawn Malta.", "Issa ħalli ngħid x'inhuma bażikament l-għażliet li għandu quddiemu kulħadd.", "Nispera li din il-problema ma nħarsux lejha bħala problema tal-gvern imma bħala problema nazzjonali.", "Forsi ftit huma dawk li jħarsu lejha bħala problema nazzjonali imma l- problema hekk hi.", "Allura x'inhuma ċ-choices li għandna quddiemna?", "Sur President, l-ewwel choice hija li l-Lm40 miljun joħroġhom kollha l- gvern jew l-Enemalta.", "It-tieni choice, jiġifieri dik tal-partit Laburista, hija dik tad-dmugħ tal-kukkudrilli.", "Dawn joqogħdu jgħidu li kulħadd għandu raġun ħlief il-gvern.", "Huwa minnu li qegħdin nagħfsu lil kulħadd imma l- għaqal tas-soluzzjoni huwa li ma tagħfasx aktar milli tiflaħ u twieżen lil min għandek twieżen.", "Il-partit Laburista la jimportah mill-problema u lanqas li joffri s-soluzzjoni.", "It-tielet choice hija bejn dawn l-estremi, jiġifieri minkejja r-realta` iebsa ħafna li rridu niffaċċjaw kull wieħed u waħda minna, nipprovaw insibu soluzzjoni bbażata fuq is-solidarjeta` u li żżomm l-ekonomija għaddejja.", "Huwa faċli li l-gvern jassorbi l-Lm40 miljun kollha imma minn fejn se jiġu dawn il-flus kollha?", "Skużawni imma la l- partit Laburista u lanqas min b'xi mod ikkritika lill-gvern, qatt ma ġie b'xi soluzzjoni ta' minn fejn ġejjin l-Lm40 miljun.", "Issa forsi jgħidulna li kien imissna nnaqqsu l-overtime, li nnaqqsu l-ħaddiema u dawn il-ħmerijiet kollha.", "Forsi nifhem lil dak li jkun li jgħid dawn l-affarijiet għaliex ma jifhimx pero` ħaddieħor jifhem ħafna aktar minn hekk.", "Ħaddieħor jaf li f'sena ma ġġibx Lm40 miljun savings u jaf li l-ġlieda mad-deficit trid tibqa' għaddejja.", "Jaf ukoll li l-funding tal-capital expenditure irid jibqa' għaddej għaliex inkella l-ekonomija tmur lura.", "Aħna żgur li m'għandniex xi soluzzjoni maġika ta' kif nistgħu nġibu dawn l- Lm40 miljun.", "Naħseb li lkoll kemm aħna nifhmu li dan m'huwiex realizzabbli u li l-effett ekoloġiku jkun diżastruż li kieku l-gvern jaqbad l-Lm40 miljun u jassorbihom kollha hu.", "Jekk nagħmlu hekk ikollna effett fuq id- deficit u fuq l-inflazzjoni, minbarra li jkollna nżidu t-taxxi jiġifieri prattikament inkunu qegħdin noqtlu l-ekonomija kollha.", "Jiġifieri ma naħsibx li hawn xi ħadd responsabbli u serju li jiġi jgħid li l-gvern għandu jerfa' din is-somma waħdu.", "Ir-raba' choice kienet dik li nwaddbu l- piż kollu fuq il-konsumatur, li fl-opinjoni tiegħi, m'hijiex waħda tajba.", "Kieku l-gvern ried ifarfar kien igħid li għandu toqba ta' Lm40 miljun u li din is-somma hija recurrent expenditure, u allura niffinanzjah mir- recurrent income li se tagħmel l-Enemalta u l-konsumatur ikollu jħallas kollox.", "Immaġinaw x'kien jiġri f'dak il-każ.", "Insomma din kien għamilha l- partit Laburista fl-1997.", "Il-partit Laburista li dak iż-żmien ma kellux kriżi taż-żejt kien ħabbat lil kulħadd mal-ħajt.", "Fil-fatt meta l-partit Laburista tella' t-tariffi bil-mod kif tellagħhom, il-kont taż-żejt fl-1996 kien ta' Lm20.5 miljun mentri s-sena ta' wara kien ta' Lm21 miljun.", "Jiġifieri l-ispejjeż taż-żejt ma żdiedulux dakinhar.", "Madankollu, kif għedt, kien ħabbat lil kulħadd mal-ħajt meta ma kellux għalfejn.", "Għalhekk kieku aħna ħadna l-istess linja li kienu ħadu l-membri ta' l-oppożizzjoni kien ikollna impatt soċjali.", "Sur President, li kieku aħna ġejna naqgħu u nqumu u ddeċidejna li nwaddbu l- Lm40 miljun fuq il-konsumatur, kien jiġri kif ġara preċiżament fil-partit Laburista.", "Hemm ukoll ekonomisti li huma wkoll midħla ta' l-oppożizzjoni li l-argument tagħhom huwa li dan huwa recurrent expenditure u allura għandna ngħadduh mill-ewwel fuq il-konsumatur.", "Ir-raġuni hija waħda sempliċement ekonomika, jiġifieri li dawn huma foreign exchange.", "Din hija xi ħaġa li se tibqa' u li trid tħallas barra minn Malta.", "Allura ma tistax tagħmel mod ieħor ħlief li tgħaddih fuq il-konsumatur.", "Madankollu aħna ma ħadnix dakdak il-parir u l-piż qsamnih bejn il-gvern u l-konsumatur.", "Fil- fatt mill-accounts nistgħu naraw kif tfajna Lm13 miljun fuq il-gvern u Lm27 miljun fuq il-konsumatur.", "Din hija l-ewwel viżjoni.", "Għamilna deċiżjoni tajba jew le?", "Issa min iparla m'għandux jibqa' jparla bl-emozzjoni imma għandu jagħtina s-soluzzjonijiet.", "Jien il-problema naf biha u naħseb li kulħadd jaf biha.", "Għandna toqba ta' Lm40 miljun u l-argument kollu huwa kif se niffinanzjaw dik it-toqba.", "Issa aħna għedna li Lm13 miljun se jmorru fuq il-gvern mentri Lm27 miljun se jmorru fuq il-konsumatur.", "Fil- fatt it-Lm13 miljun tal-gvern se jiġu ffinanzjati mil-loans u dan se nagħmluh kontra l-pariri ta' l-ekonomisti.", "Pero` aħna dehrilna li rridu ntaffu l-impatt fuq in-nazzjon billi nirkupraw dawk it-Lm13 miljun fuq medda tat-tliet snin li ġejjin.", "Għaldaqstant ma segwejniex għal kollox il-parir ta' l-ekonomisti u lanqas segwejna għal kollox il-parir ta' min jiġi jitmellaħ mill-effett soċjali.", "Lanqas morna għall-estremitajiet tas-soluzzjoni, jiġifieri la għedna li se jiffinanzja kollox il-gvern u lanqas għedna li se jiffinanzja kollox il- konsumatur.", "Li pprovajna nagħmlu huwa li nsibu t-triq tan-nofs.", "Issa jien hawnhekk nistaqsi: Li kieku ħaddieħor qiegħed fil-gvern, kien jieħu aktar minn Lm13 miljun fuqu?", "X'kienet tkun it-taħlita li jagħmel?", "Ovvjament issa faċli tagħtini risposta.", "Tgħidli l-gvern kien messu ħa Lm20 miljun fuqu u tefa' Lm20 miljun fuq il-gvern jew inkella l-gvern messu ħa Lm30 miljun u tefa' Lm10 miljun fuq il-konsumatur.", "Pero` jekk tgħidli hekk, għidli wkoll minn fejn se tiffinanzja d-differenza.", "U r-risposti għandhom ikunu bis-serjeta` u mhux tgħiduli xi ħaġa biex tgħadduni biż-żmien.", "It-tieni mistoqsija kienet fuq liema setturi għandi nitfa' dan l-impatt.", "Hawnhekk kulħadd jistaqsi għaliex tfajnih fuq l-elettriku, fuq l-ilma u fuq il-fuels.", "Ejjew nieħdu l-eżempju li kieku tfajnih fuq l-elettriku biss, jiġifieri ma tfajniex l-impatt fuq l-ilma, fuq il-petrol u fuq l-unleaded fuel.", "Li kieku tfajna l-impatt fuq l-elettriku biss kien ikollna surcharge ta' 124%.", "Kieku tfajnih fuq l-elettriku u fuq l-ilma biss, is- surcharge kienet tkun ta' 102.5%.", "Issa kif għamilniha ġiet 84% u li kieku tfajniha biss fuq l-unleaded fuel u l-petrol konna ndaħħlu l-istess ammont ta' flus, pero` konna ntellgħu l-prezz ta' l-unleaded fuel u l-petrol b'20c għal kull litru.", "Dawn kienu l-għażliet tagħna.", "Ovvjament stajna m'għamilna xejn minn dan kollu u minflok daħħalna taxxa jew levy.", "Fuq xi ħaġa bħal din il-partit Laburista kien ikun bully għaliex l-oppożizzjoni hija professur fil-levies.", "Sur President, naħseb li hemm żbalja d-darba l-oħra l-partit Laburista, li ma marx lura għall-passat u m'għamilx levy fuq xi ħaġa.", "Niftakru kif kellna l-levy taċ-ċikkulata, il-levy tal-larinġ, il-levy tat-televisions u l-levy tal-VCRs.", "Ovvjament kellna wkoll il-kuntrabandu imma ma rridx noqgħod immur lura għall-passat għaliex inkella nibda nagħmel bħall-Onor.", "Mizzi.", "Pero` dawn irridu nagħmluhom x'imkien u kien għalhekk li aħna ddeċidejna li nitfgħu ftit fuq l-LRP, ftit fuq l-unleaded fuel, ftit fuq l- elettriku u ftit fuq l-ilma sabiex ħriġna b'surcharge ta' 84%.", "Issa hawnhekk nistaqsi lil tan-naħa l-oħra fejn kienu jitfgħuhom huma u nixtieq li jirrisponduni.", "Jien m'għandix il-bakketta maġika li se tagħtini s- soluzzjonijiet hi u minn x'imkien irridu nsibu Lm40 miljun.", "Issa jekk tridu li jiffinanzjahom kollha l-gvern, għiduli kif u minn fejn il-gvern se jiġġenera Lm40 miljun.", "It-tielet mistoqsija kienet fuq kif se nqassmu l-piżijiet tal-konsumaturi.", "Mela ddeċidejna kemm se jerfa' l-gvern u kemm se jerfa' l-konsumatur, iddeċidejna wkoll il-prodotti li fuqhom se nitfgħu s-surcharge u issa rridu niddeċiedu min se jerfa' u kemm se jerfa' il-piż.", "Nafu li fl-ambitu ta' l- ekonomija u tal-persuni li jgħixu Malta hemm diversi kategoriji.", "Aħna kellna prinċipju wieħed, dak tas-solidarjeta` bejn is-setturi Maltin.", "L- aktar ħaġa faċli għalina kienet dik li niġu naqgħu u nqumu minn kulħadd u nitfgħu l-istess piż fuq kulħadd.", "Madankollu aħna ma jidhrilniex li dak huwa l-prinċipju li għandna naddottaw.", "Trid twieżen lil min għandu bżonn soċjali u trid twieżen lil min għandu bżonn ekonomiku.", "Allura wiżinna l- industrija li tikkonsma ħafna, wiżinna l-hotels li jikkonsmaw ħafna, wiżinna l-każijiet li jaqgħu taħt l-assistenza soċjali, fejn jidhirli li hemm sitt kategoriji u fl-aħħar wiżinna ċerti każijiet speċjali li huma ċertifikati mid-dipartiment ta' l-assistenza soċjali.", "Ovvjament l-argument kollu huwa fejn se taqta' l-linja għaliex inti tista' taqtagħha fejn trid pero` fl-aħħar mill-aħħar trid issib il-bilanċ.", "Issa forsi nistgħu niġu kkritikati li ma sibniex il-bilanċ pero` almenu d- deċiżjonijiet ħadnihom u ħadnihom konxjement.", "Forsi tridu li ma nwieżnu lil ħadd?", "No problem!", "Taf kemm innaqqsuha t-tariffa?", "Jekk ma nwieżnux l- industrija, il-hotels u l-każijiet soċjali nnaqqsu s-surcharge b'20%.", "Jekk tridu nista' naqbad u nagħmilha issa stess.", "Sinjuri ta' l- oppożizzjoni dak huwa l-argument kollu.", "Tridux inneħħu biss ta' l- industrija?", "Fl-industrija jikkwalifikaw 35 kumpannija, jiġifieri dawk li l- aktar jimpjegaw ħaddiema.", "Fil-fatt kumpannija minnhom li kieku ma ngħinuhiex ikollha tħallas Lm2.5 miljun - jekk mhux aktar – bħala surcharge.", "Naħseb aqta' kemm tibqa' Malta li kieku nneħħulha din l- għajnuna.", "Issa jekk inneħħu l-għajnuna minn fuq l-industrija nistgħu nnaqqsu s-surcharge bi 12.5% għaliex l-industrija teħdilna Lm5 miljun.", "Imbagħad nibdew naraw l-impjegati ta' dik il-kumpannija u tal-kumpannija l- oħra jitkeċċew u forsi fl-aħħar ikollna xi 20,000 ħaddiem bla xogħol!", "Sur President, xi ħaġa oħra li nixtieq ngħid hija li jekk irridu nistgħu nneħħu l-capping u kulħadd jgħidilna prosit.", "Tridx nagħmlu hekk fil- hotels?", "F'dan il-qasam għandna 36 hotel li jibbenefikaw mill-capping u bejniethom jiffrankaw Lm2 miljun.", "Jekk inneħħu l-capping is-surcharge tinżel b'5.4%.", "Inkella tridux inneħħuh minn fuq il-każijiet soċjali?", "Hawnhekk għandna madwar 12,000 jew 13,000 persuna u familja li bejniethom jieħdu s-somma ta' Lm700,000.", "Li kieku nneħħuh dan, is-surcharge innaqqsuha bi 2%.", "Huwa faċli li tgħid li kulħadd qiegħed ibati.", "Jien l- ewwel wieħed li nammetti li kulħadd qed ibati pero` hemm bżonn is- soluzzjonijiet.", "Imma allura tridu li dawn jeħodhom kollha fuqu l-gvern?", "X'inhi s-soluzzjoni?", "Fejn se naqtgħu?", "L-għażliet m'humiex faċli imma rridu nagħmluhom.", "Issa aħna gvern responsabbli u għamilnihom mentri l- oppożizzjoni minħabba li hija irresponsabbli, ma tridx tagħmilhom l- għażliet.", "Għiduli kif se niffinanzjaw l-Lm40 miljun u l-proposti għandhom ikunu serji u mhux tiġu bis-soltu ħmerijiet.", "Tiġux tgħiduli li se nġibu Lm40 miljun minn sena għall-oħra billi naqtgħu l-karozzi tal-gvern, billi naqtgħu l- petrol u billi naqtgħu l-affarijiet l-oħra.", "Din hija d-dimensjoni tal- problema u nispera li d-dimensjoni tal-problema hija serja biżżejjed li timmerita soluzzjoni serja.", "Kien għalhekk li, per eżempju, iddispjaċieni nisma' lill-MHRA tgħidli li din nistgħu nestenduha wkoll għar-restaurants.", "Mela ma nistgħux!", "Tridux nestenduha għall-hotels kollha ħalli nipproteġu l- impjiegi?", "Nistgħu nagħmluha wkoll din pero` min se jħallas id-differenza?", "Il-gvern jew il-konsumatur ordinarju?", "L-FOI staqsietni jekk nistgħux nestenduha wkoll għall-industrija ż-żgħira.", "Mela le.", "Nistgħu wkoll nestenduha għall-industrija ż-żgħira.", "Tridx nestenduha għall-ħwienet ukoll?", "Pero`, nerġa' nistaqsi, min se jħallas id-differenza?", "Fuq din ħadd ma jgħidli xejn.", "Kulħadd għandu ż-żiemel u l-karru tiegħu u l-aqwa li jsuq il-karru tiegħu.", "Mill-bqija ħadd ma jagħti kas.", "Basta l-membri jkunu ħadu gost talli ħriġt il-press releases.", "Din hija l-verita` u xejn aktar.", "Sur President, fejn huwa s-sens ta' leadership f'dan il-pajjiż?", "Fejn sejrin f'dan il-pajjiż meta għandna problema ta' deficit finanzjarju ta' Lm40 miljun u nittrattawha b'mod settorjali għall-aħħar?", "Din l-istess ħaġa bħall-argument tal-hedging.", "Jien m'iniex se naħli aktar ħin fuq il- kwestjoni tal-hedging għaliex issa għajjejt nipprova ngħid li m'għandniex nippolitiċizzawh kull darba u kull darba nerġgħu naraw kif nagħmlu sabiex nippolitiċizzawh.", "Huwa fatt li meta għamel il-hedging il-partit Laburista ntilfu l-flus.", "Jien ngħid bl-iktar mod kategoriku li jien favur li jsir il- hedging.", "Din nerġa' nirrepetiha għax anke hawn ma jagħtux kas, li l- Enemalta għamlet hedging fis-sena 2005 u llum nista' ngħid li reġgħet għamlet hedging ta' parti żgħira fis-sena 2006.", "Dan qed ngħidu biex nuri li aħna m'għandna xejn kontra l-hedging.", "Pero` l-hedging m'huwiex bakketta maġika u allura m'għandniex nibqgħu nigdbu, u se nuża l-kelma \"advisedly\".", "Il-kap ta' l-oppożizzjoni qal li f'Novembru stajna nagħmlu hedge li kienet teffettwa ż-żieda fis-surcharge li ġiet implimentata fl-1 ta' Marzu.", "Kien hemm xi ħaddieħor li qal li stajna nagħmlu hedging bejn Ottubru u Marzu.", "Hawnhekk għandi l-prezzijiet ta' l-iswaps mit-3 ta' Ottubru sad-29 ta' Marzu maħdumin mhux mill-Enemalta imma minn Cyclops Global Trading li hija kumpannija ewlenija fejn jidħlu s-swap prices taż-żejt.", "Jien nisfida lill- kap ta' l-oppożizzjoni biex jagħtini ġurnata waħda meta l-Enemalta kienet tixtri ż-żejt bil-quddiem, jiġifieri b'hedge li kienet irħas minn dak li xtrajnih u li kien jeffettwa s-surcharge ta' l-1 ta' Marzu.", "Nitolbu jagħtini ġurnata waħda fejn stajna nixtru ż-żejt li permezz ta' dak ix-xiri f'Jannar u Frar - għax fuq hekk huwa maħdum is-surcharge ta' Marzu - b'xi mod jew ieħor konna nnaqqsu s-surcharge.", "Lil kulmin dalgħodu qal li bejn Ottubru u Marzu stajna nagħmlu hedging għax hekk kien jaqbel, nisfidah biex jagħtini l-prezz ta' meta suppost għamilt il-hedging u naraw jekk dan kienx jeffettwa s-surcharge.", "Issa jekk isib xi ġurnata waħda f'xi suq Alla jaf fejn, jiena ngħidlu biex imur isaqqi l-ħass tal-Marsa.", "Jien fil-Mediterran irridu jgħidli, għax jien fil-Mediterran ngħix, u mhux imurli l-Ġappun.", "Jien nisfida lil min ħareġ b'dawn l-affarijiet – u issa mhux għall-kap ta' l-oppożizzjoni qed ngħid, imma għal dak li għaddielu n-numri ħżiena – biex jgħidli jekk fil-perijodu ta' bejn Ottubru u Marzu kienx hemm swap price aħjar mill-average swap price ta' xahar kif nixtruh aħna bir-rati preferenzjali tagħna.", "Jien nisfidah pero` jekk ma jgħidlix il-ġurnata jkun qed iparla fil-vojt.", "Sur President, dan bħal meta qal li għaliex l-Air Malta tagħmel il-hedging u għaliex il-Lufthansa Technik għamlet il-flus mill-hedging allura aħna nistgħu nagħmlu hedging ukoll.", "Biex taqa' l-kredibilita` kollha, ġimgħa wara li qal din il-ħaġa joħroġ ir-Ryanair - li hu kemm kemm akbar mill-Air Malta, għax aħna għandna sitt ajruplani u dak għandu 120 ajruplan u xi 120 oħra ordnati! – u qal li ma jridx jagħmel hedging.", "Mela Ryanair se jidħol għas-sajf unhedged, ħalla l-hedges kollha jiskadu, u Alla jbierek hawnhekk jiġi l-Onor.", "Mizzi u jgħid affarijiet bħal dawk.", "Hawn Malta għandna ħabta nsiru instant experts meta tant hemm nies dedikati fid-dinja.", "It-trading houses fil-hedges u l-financial markets taż-żejt huma limitatissimi – fil- fatt fl-Ewropa ssib verament ftit u ħafna inqas mill-Amerika - imma hawn Malta, Alla jbierek, kulħadd sar jifhem fil-hedging u f'kollox.", "Qalu wkoll li ġabu xi Amerikan biex jagħtihom parir.", "Issa dan l-Amerikan huwa l-istess Amerikan li jagħti parir lil Enemalta u ilu jiġi s-snin imma lil Air Malta jagħtiha parir tajjeb għax tagħmel hedging pero` fil-każ ta' l- Enemalta le għax ġabet il-konsulent Amerikan.", "Irrid ngħid ukoll li l-Onor.", "Mizzi għamel riferenza dwar xi parir li rċevejt dwar il-hedging.", "L-Enemalta għamlet hedging is-sena l-oħra u din is-sena pero` għamlet il-hedging għax in-nies tekniċi tawha l-parir biex tagħmel hekk.", "Jien ma nippretendix li jien nirċievi l-parir għax jien ma nifhimx, u m'iniex żatat li mmur ngħid jekk għandux isir hedging jew le.", "Jien qatt ma rċevejtu dak il-parir.", "Il-kunsill Malti għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali qatt ma tani dak il-parir u ħadd minnhom hemm ġew qatt ma tahuli, la bħala kunsill u lanqas b'mod privat.", "Ebda għaqda u ebda uffiċjal ta' xi għaqda lili qatt ma tani xi parir.", "Jekk hemm xi ħadd li deherlu li kellu jagħti parir fuq bażi individwali ċertament ma kienx fil- bażi uffiċjali tiegħu.", "Il-kumitat li kellna qatt ma ta parir tal-hedging bħala kumitat u l-kumitat preżenti presedut minn Roderick Chalmers issa kkonkluda r-rapport tiegħu.", "Jien lanqas dħalt fih, għalkemm rajtu u qbilt miegħu, imma finalment huwa l-bord li jiddeċiedi.", "U għax jien m'għandix x'naħbi, se nagħmel il-policy li biha se taħdem l-Enemalta kif approvata mill-bord ta' l-Enemalta.", "Sur President, dan ir-rapport se npoġġih fuq il-mejda tal-Kamra għax m'għandix x'naħbi.", "Nispera li meta dan jiġi kkwotat jiġi kkwotat fl-intier tiegħu mhux naqbdu sentenza u nikkwotawha out of context.", "Jien naħseb li l- kumitat presedut minn Roderick Chalmers għamel rapport li huwa bilanċjat, u jien se naqra ftit sentenzi minnu li għalija huma l-iktar rilevanti.", "Dan ir- rapport jgħid hekk:", "\"FPAC2 debated whether Enemalta should be prepared to take this latter view and hedge (in whole or in part) for the long term.", "However, the Committee argued against this proposition at current price levels and market conditions.", "The very nature of the volatility that all commentators agree upon, and the factors that cause this volatility is that it can result in prices going down as well as up.", "The economic, social and political reality is that Enemalta would be roundly criticised if it were to take out long term hedge positions at prices that turned out to be above spot market prices (Platts average).", "Imbagħad ikompli hekk:", "\"FPAC2 recommends therefore that EMC's fuel procurement policy should be based on the fundamental premise that the user will pay for the products at rates that reflect prevailing prices on the world markets.\".", "Issa din li ġejja hija importanti: \"This premise is based on the stark reality that Malta, as an importer of approximately 1 million metric tons of fuel products per annum, is not going to be able to influence world prices ...\".", "Kultant meta tisma' lill-oppożizzjoni titkellem taħseb li aħna mhux biss bħal dak l-inbid imsemmi \"Fior del Mondo\" imma taħseb ukoll li sirna l- ombellico del mondo għax kulħadd idur madwarna mentri aħna, bil-miljuni li nimportaw, m'aħna assolutament xejn.", "Probabbilment lanqas żejt biex iservi ġurnata fis-Saudia Arabia ma nieħdu.", "\"However, having said this, FPAC2 believes that it is reasonable to argue that EMC should maintain the flexibility to enable it to smoothen out to the extent possible some of the more extreme short- term volatility.\".", "Bażikament qed jgħid li m'għandniex noqogħdu nilludu ruħna li aħna għandna nagħmlu hedging b'xi mod konsistenti jew qawwi pero` ejja mmorru għal politika ta' stabilita` u allura għandna nixtru b'mod forward għax dik tagħtik stabilita`.", "L-istabilita` hija l-prezz li trid tħallas jekk jaqa' s-suq.", "Fil-fatt hawnhekk nista' nerġa' norbot ma' dak li kiteb il-Profs.", "Falzon li jgħidlek ċar u tond li the best thing to do is to compare hedging to insurance.", "Kemm-il wieħed u waħda minna jħallsu insurance u ma jieħdu xejn tagħha?", "Tinxurja d-dar jew il-karozza f'każ li tinħaraq, tħallas il- flus pero` għall-grazzja ta' Alla u għall-erwieħ ma jinħaraqlek xejn.", "Tista' targumenta li dak il-prezz ta' l-insurance ħallastu għalxejn.", "Il- hedging hekk hu.", "Jekk se mmorru għall-politika ta' stabilita' u allura nixtru meta nagħmlu ċertu benchmark u ngħidu li bit-tali prezz nixtru għat- tliet xhur li ġejjin biex is-surcharge tibqa' fejn hi, hawnhekk ir- rakkmandazzjoni ta' l-FPAC hija li nżommu varjazzjonijiet possibbilment ta' mhux iktar minn 5%.", "Jekk il-prezz jaqa' - u fiż-żejt jaqa' u jitla' b'mod regolari - ifisser li se nkunu qegħdin inħallsu għaż-żejt iktar milli jkun fis-suq.", "Mela l-kumitat qal, u jien naqbel miegħu, li jekk irridu l- istabilita` - u dawn ir-rakkmandazzjonijiet huma aċċettati kemm mill-bord kif ukoll mill-gvern – irridu nixtru ż-żejt bil-quddiem, bir-riskju li nkunu f'xi żmien qed inħallsu iktar għal dak iż-żejt.", "Jien se npoġġi dan id-dokument fuq il-mejda tal-Kamra u nispera li l-press tagħtih coverage kif ħaqqu u mhux nieħdu sentenza minn hawn u sentenza minn hemm imbagħad noqogħdu noħorġu b'ħafna teoriji biex nuru kemm aħna bravi.", "Nispera wkoll li din tkun l-aħħar darba li ddiskutejna l-hedging hawnhekk u xi darba niddeċiedu li nagħmlu xi ħaġa f'dan il-qasam bis-serjeta`.", "Irrid ngħid ukoll li jien ma nafx kif ma ssemmietx l-enerġija alternattiva għax is-soltu din tkun waħda mill-argumenti dwar kif se nsolvu l-problema taż-żieda fil-prezz ta' l-elettriku.", "Ir-realta` hija li rridu ndaħħlu l- enerġija alternattiva għalkemm din m'hijiex xi ħaġa faċli.", "Għalkemm dan huwa qasam li ma jaqax taħt il-ministeru tiegħi, jien wieħed minn dawk li huwa favur tagħha.", "Din hija politika li tmexxi l-MRA, qed nagħmlu minn kollox biex tidħol pero' hemm limitazzjonjiet kbar.", "Hawnhekk irrid ngħid li rigward is-solar water heaters l-Enemalta għandha skema li tagħti Lm70 għal kull perusna li ddaħħal solar water heater.", "Fir-realta` l-persuna per se tiffranka xi ħaġa billi ssaħħan l-ilma pero` billi aħna għandna perijodu twil ta' xemx u allura ħafna drabi l-ilma ma ssaħħnux, l-effett finanzjarju m'huwiex tali li b'xi mod jew ieħor se tagħmel xi differenza fil-bottomline ta' l-Enemalta.", "Dan ifisser li anke jekk kulħadd jarma bis-solar water heaters, l-Enemalta xorta waħda se tibqa' taħraq l-istess ammont ta' fuel.", "Ovvjament ikun hemm differenza pero` mhux b'mod sostanzjali.", "Li tista' tagħmel differenza sostanzjali hija s-sistema tal-photovoltaic.", "Jekk għandek bejt kbir biżżejjed tista' tagħmel sistema ta' solar cells li jiġbdu x-xemx u li jipproduċu l-elettriku.", "Rigward din is-sistema s-sena l- oħra daħħalna skema fejn il-gvern iħallaslek madwar 25% ta' l-apparat li jqum bejn wieħed u ieħor Lm1,500 jew Lm2,000.", "Aħna nagħtu Lm500 fuq kull apparat plus li nwaħħlulek b'xejn meter u inti tbigħ l-elettriku lill- Enemalta bir-rata ta' 3c per kilowatt.", "Issa hawn irrid ngħid li l-cost ta' l-elettriku li niċċarġjaw lill-konsumatur m'huwiex kif qal l-Onor.", "Mizzi, jiġifieri ta' 12c.", "(Interruzzjonijiet) Qed jivvinta.", "(Interruzzjonijiet) Poġġiha fuq l-mejda tal-Kamra jew inkella nagħmlu audit taċ-ċifra tiegħek.", "Sur President, is-sistema li verament tkun sostenibbli hija dik li tipproduċi l-enerġija mir-riħ pero` mbagħad għandna l-problema ta' fejn se nagħmlu l-wind farms.", "Naħseb li hawn consensus li fuq l-art għandna diffikultajiet kbar u fil-baħar m'hemmx ħafna postijiet li huma taħt il-50 metru.", "Fil-fatt safejn naf jien ġew identifikati żewġ postijiet li huma taħt il-50 metru għax fuq il-50 metru hija teknoloġija li għadha ġdida ħafna u hemm diffikultajiet kbar biex tistallaha.", "Taħt il-50 metru, safejn naf jien, hemm wieħed jew tnejn, wieħed qiegħed f'nofs is-sea lanes u allura ma jistax ikun prattikabbli u l-ieħor qiegħed f'żona turistika u allura jistgħu jinħolqu l-problemi.", "Jien nemmen li f'dan il-qasam ta' l- enerġija alternattiva rridu nkomplu mexjin pero` rridu nirrealizzaw ukoll li trid tonfoq aktar flus biex din tużaha milli tonfoq fil-fossil fuels, jiġifieri s-sussidju rridu nżiduh u mhux innaqqsuh.", "Ovvjament niffrankaw ħafna affarijiet li għandna niffrankaw, fosthom li ntejbu l-ambjent tagħna, intejbu s-saħħa tagħna, intejbu s-saħħa tal-pajjiż u nnaqqsu l-emission levels.", "Dawn kollha huma benefiċċji pero` mil-lat ta' ġenerazzjoni ta' elettriku, fir-realta' nispiċċaw nonfqu iktar flus milli nonfqu llum.", "Dan iwassalni biex ngħid li din m'hijiex soluzzjoni finanzjarja.", "Sur President, dan kollu li għedt juri li għandna problema li rridu nsolvu.", "S'issa l-oppożizzjoni smajtha ħafna drabi tikkritika u minkejja dak li tgħid, li hi toffri soluzzjonijiet f'dan il-qasam, madankollu s'issa għadha m'offriet xejn.", "Ħlief issemmielna l-problemi m'għamlitx.", "Jien l-ewwel wieħed ma nlum lil ħadd li jgorr, ibda mill-mara tiegħi, imma dawn huma realtajiet li mhux se naħarbuhom.", "Dawn huma realtajiet li ħadd ma ħarab minnhom.", "Illum il-kont tad-dawl ta' restaurant fl-Italja, ta' restaurant f'Londra jew ta' restaurant ikun fejn ikun, żdied aktar milli żdied f'Malta.", "Illum il-kont tad-dawl ta' lukanda f'Ċipru, fil-Greċja jew fil- Balkani - jiġifieri anke min mhux fl-Unjoni Ewropea – żdied aktar milli żdied f'Malta.", "Illum il-kontijiet tal-gass li jintuża għall-heating, barra minn Malta jqum aktar milli jqum għall-konsumatur hawnhekk.", "Dan għaliex hawn Malta l-gass għadna nissussidjawh.", "Din is-sena se noħorġu Lm2.5 miljun sussidju fuq l-LPG.", "Jien lill-membri ta' l-oppożizzjoni ngħidilhom biex jistaqsu l-ħbieb tagħhom li jgħixu fl-Italja u fl-Ingilterra dwar kif splodew il-kontijiet tagħhom.", "Mhux kulħadd bl-istess problema?", "Min jimporta ż-żejt kif nagħmlu aħna, min jiddependi kif nagħmlu aħna mill-fossil fuels hekk ġralu!", "Ara Franza, l-aktar pajjiż avvanzat fuq in-nukleari u l-aktar pajjiż li juża n- nukleari, kif ukoll pajjiż li huwa mqabbad mal-grid ...", "(Interruzzjonijiet) Mela l-grid se ssolvi xi problema, Onor. Mizzi?", "X'se ssolvi?", "Jien nitkellem għada fuq il-pjan u ma nafx għalfejn qgħadt taħli l-ħin illum.", "Għandna jumejn fuq l-estimi ta' l-Enemalta u jkollna ħafna ċans nitkellmu fuq il-pjan!", "Jien kont qed insemmi lil Franza, l-aktar pajjiż li għandha nuclear energy fl-Ewropa u li hija mqabbda minn kullimkien mal-grid u kont qed ngħid li din ukoll għolliet il-kontijiet.", "Din hija realta` li ħadd ma jista' jaħrab minnha.", "Ara x'ġara fl-Italja, fi Franza u fl-Ingilterra minħabba problema żgħira dwar il-gass li kien hemm bejn ir-Russja u l-Ukraina.", "Aħseb u ara aħna biċċa gżira fil- Mediterran li f'kontest dinji nimportaw daqs biċċa lighter taż-Zippo!", "Daqshekk niswew fis-suq mondjali taż-żejt.", "Taf x'inhi l-problema tagħna?", "Mhux biex nixtru ż-żejt imma biex insibu min iġorrilna l-kwantitajiet żgħar li jkollna.", "Dik il-problema!", "It-tankers huma mdorrijin iġorru ħafna aktar milli jkollna bżonn aħna.", "Il-problema tagħna hija bil-kontra.", "Aħna nħallsu l-premiums għaż-żgħar meta niġu għat-trasport, għax huwa ħafna aktar effiċjenti li jkollok tanker li jġorrlok sitt darbiet daqs hawn milli jkollna tankers darbtejn daqs hawn li għandna bżonn aħna.", "L-economies of scale ma jaħdmux għalina.", "Dawn jaħdmu bil-kontra tagħna u għalhekk ikun hemm aktar spejjeż.", "Sur President, hawn irrid nagħmilha ċara li meta nitkellmu fuq spejjeż, it- Lm80 miljun li se nonfqu fuq iż-żejt ma jinkludux il-pagi tal-ħaddiema, ma jinkludux id-depreciation fuq it-tankijiet u ma jinkludux il-piping.", "Dawn ma jinkludu xejn ħlief il-liri kollha waħda fuq l-oħra li nħallsu lil dak li nimportaw iż-żejt mingħandu.", "L-Lm40 miljun aktar li semmejt bejn is-sena 2004 u llum huma l-Lm40 miljun li qed nagħtu lira fuq l-oħra minn fejn nixtru ż-żejt.", "Jiġifieri l-argumenti kollha li saru fuq l-ineffiċjenzi amminstrattivi huma kollha invenzjonijiet.", "Jien lill-Onor.", "Mizzi nistiednu biex iġib awditur miegħu u jirranġa maċ-chief financial officer ta' l- Enemalta, is-Sur Pippo Pandolfino, li qiegħed preżenti hawnhekk u jmur jiċċekkja.", "Jekk trid malli nispiċċa nieħdok issa u rranġa ġurnata miegħu u ħu lil min trid miegħek.", "Jien m'għandi problema ta' xejn anzi jekk trid inħallaslek jien.", "(Interruzzjonijiet) Se nħallaslek jien ukoll u ma tridx tiġi?", "(Interruzzjonijiet) Issa se nieħu għalija.", "Din hija s-serjeta`!", "Qed nistiednek, ejja aqbad il-kotba u arahom.", "(Interruzzjonijiet) Mhux int, għax lanqas jien ma nifhimhom.", "Fil-fatt jibagħtuli kull sheet daqshiex u taparsi nifhem.", "(Interruzzjonijiet) Ġib lil min trid, m'għandix problema.", "Ejja nkunu serji f'dan id-dibattitu għax naħseb li l-poplu Malti ħaqqu s-serjeta`.", "Jekk għandna toqba ta' Lm40 miljun kif se niffinanzjawha?", "Issa jien ma nippretendix li sibna s-soluzzjoni tajba bilfors pero` qed noffru soluzzjoni u nixtieq nisma' opinjonijiet differenti.", "Sur President, is-soluzzjoni tagħna x'kienet?", "Is-soluzzjoni kienet li minn Lm40 miljun, Lm13 miljun imorru fuq il-gvern u Lm27 miljun imorru fuq il- konsumatur.", "Is-Lm27 miljun niġbruhom mill-elettriku, mill-ilma, mil-LRP u mill-unleaded fuel għax kif ikkwotajt qabel, dak huwa l-aħjar measure li dehrilna li nistgħu nużaw.", "Stajna morna fl-estrem fuq l-elettriku biss jew fuq l-LRP u l-unleaded fuel biss u nżidu 20c kull litru pero` aħna sibna t- triq tan-nofs.", "Imbagħad kellna niddeċiedu min se jħallas.", "Stajna ddeċidejna li ma nwieżnu lil ħadd, la l-industirja, la l-hotels u lanqas il-każijiet soċjali.", "Kieku għamilna hekk stajna nnaqqsu s-surcharge b'20%.", "Probabbilment il-maġġoranza l-kbira tan-nies li jħallsu l-kontijiet kienu jmorru aħjar għax hemm aktar li qed iħallsu l-kontijiet in full milli hemm min iħallas bi tnaqqis.", "Jien diġa` għedt li minbarra s-36 kumpannija, it- 86 hotel u t-13,000 social case li għandna kulħadd iħallas il-full jiġifieri jekk innaqqsulhom 20% inkunu popolari.", "Iżda hekk irridu nagħmlu?", "Irridu nitfgħu barra mix-xogħol madwar 10,000 persuna jew 20,000 persuna?", "Lil min għandu social problems u min qiegħed bl-assistenza soċjali rridu nġegħluh iħallas kollox bħal min jonfoq Lm1,000 dawl?", "Ma naħsibx li hekk irridu nagħmlu pero` jekk mhux se nagħmlu hekk, kif se nagħmlu?", "Sur President, l-appell tiegħi huwa li m'għandniex nipprovaw naħarbu mill- problema billi ngħidu li ma teżistix.", "M'għandniex ngħidu li l-problema ma teżistix għax din hija moħbija f'xi problema oħra.", "Din m'hijiex ir- realta`, u dan għedtu u spjegajtu kemm-il darba.", "Jien poġġejt u se nerġa' npoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-istatistika kollha, jiġifieri min irid jagħmel l-iskrutinju tan-numri għandu l-bibien kollha miftuħin.", "Jien m'għandi problema ta' xejn pero` fl-aħħar mil-aħħar irridu niddeċiedu.", "Irridu ngħidu l-Lm40 miljun min se jerfagħhom.", "Dawn għandu jeħodhom il- gvern kollha?", "Jekk tridu għidulna hekk, imma almenu għidu.", "Għidu li rridu nżidu - kif jgħidu l-FOI fir-rigward ta' l-SMEs u kif jgħidu l-GRTU fir- rigward tal-ħwienet - u nagħtuhom il-capping u allura ngħabbu aktar lill- individwu.", "Jekk mhux se tagħtuna soluzzjonijiet, bir-rispett kollu, jien ma nistax għal darb'oħra niġi mitlub biex immur l-MCESD u niġi ffaċċjat b'ħafna nies iħarsu lejja għax fil-presentation ngħid x'inhuma l-options minħabba ċerti raġunijiet.", "Jien se nagħlaq id-diskors tiegħi billi ngħid li l-pajjiż mhux se jaħrab minn din il-problema.", "Din hija problema reali li trid soluzzjoni.", "Ma nippretendux li s-soluzzjoni tagħna hija bilfors l-unika waħda, anzi hemm ħafna soluzzjonijiet pero` kull soluzzjoni tfisser għażla.", "Aħna jidhrilna li bħala gvern responsabbli rridu nagħmlu l-għażliet.", "Aħna għamilna l- għażliet tagħna u we stand by them.", "Aħna m'aħniex daqshekk koċċuti li ma nbiddluhomx jekk xi ħadd joħroġ b'suġġeriment tajjeb pero` dak is- suġġeriment irid jiġi, irid ikun tajjeb u jrid ikun aħjar minn tagħna.", "Qabel nagħlaq irrid nitlob il-permess biex inqiegħed id-dokumenti li rriferejt għalihom fuq il-mejda tal-Kamra.", "MR SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Graph li turi l-kont ta' fuel tal-Korporazzjoni Enemalta għall- perijodu bejn l-1996 u l-2006;", "Graph li turi l-prezz ta' crude oil bejn il-perijodu l-1996 u l-2005;", "Graph li turi kont tipiku ta' persuna tgħix waħedha u ta' familja ta' tliet persuni mqabbla mal-prezz internazzjonali taż-żejt għall-perjodu bejn l-1998 u Frar 2006;", "Rapport maħruġ mill-KPMG intitolat \"Comparison of the cost of utilities to residential customers under various retail tariffs applicable since October 1995\" datat 21 ta' Ottubru 2005;", "Dokumenti - inklużi estratti minn gazzetti lokali, mistoqsijiet parlamentari, diskorsi li saru fil-Parlament u press releases - relatati mal-prezz internazzjonali taż-żejt u s-surcharge fuq il- kontijiet tad-dawl u l-ilma; u", "Rapport maħruġ mill-Fuel Procurement Advisory Committee f'Marzu 2006 bir-rakkmandazzjonijiet lill-Bord tad-Diretturi tal-Korporazzjoni Enemalta.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Marie Louise Coleiro, jekk jogħġobha, tagħlaq dan id-dibattitu.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Sur President, l-Onor.", "Gatt beda billi qal li ma stenniex aħjar minn dan id-dibattitu pero` jien nista' ngħidlu li dan mhux talli ġie hawnhekk u ma tax risposti talli sfortunatament lanqas biss qara l-mozzjoni.", "L-ewwelnett il-mozzjoni stess qed tgħid li hemm problema imma qed tgħid li s-soluzzjonjiet li ġab il-gvern Nazzjonalista għal din il- problema m'humiex soluzzjonijiet addattati għax qed iwaddbu ħafna nies f'inkwiet finanzjarju kbir.", "Issa l-inkwiet finanzjarju m'huwiex dak fejn tgħid li bniedem jekk kien ikollu Lm10 fil-but illum għandu Lm6 biss imma għandna nies li qed jiftaqru kuljum.", "Imma b'dispjaċir ninnota li minn diskors ta' siegħa u kwart il-Ministru Gatt iddedika biss żewġ linji biex igħidilna li dan il-gvern tgħidx kemm tħabat biex isib il-bilanċ.", "Qal ukoll li jekk inġiegħlu lil kulħadd iħallas il-full il-gvern ikun jista' jnaqqas is-surcharge b'20%.", "Dan kollu qed ngħiduh biex indaħħku.", "Jien ukoll se nappella biex dan il-qasam jittieħed bis-serjeta` għax fil- verita` l-Ministru Gatt mhux lilna hawn ġew irid jikkonvinċi imma jrid jikkonvinċi lin-nies.", "Dan qagħad jgħajjarna bid-dmugħ tal-kukudrilli pero` bir-rispett kollu naħseb li d-dmugħ tal-kukkudrilli qabad sew lilhom.", "Aktar minn hekk qabdithom victimization complex kbira għax illejla dan il-gvern ġie ppreżentat bħala vittma, li kulħadd jinsab kontrih għax ħadd m'hu qed jifhem xejn.", "Per eżempju, is-Sur Vince Farrugia sar l-akbar tuba għall- Ministru Gatt għax lanqas naf kemm-il darba merieh.", "Anke ta' l-MHRA saru bħaħen ma jifhmu f'xejn u l-ministru ma nafx kemm-il darba mar l-MCESD biex forsi jifhmuh.", "Barra minn hekk ma nafx kemm il-darba qal li poġġa dokumenti fuq il-mejda tal-Kamra biex forsi dak li jkun jifhem l-affarijiet.", "Dan juri li fil-verita' d-dmugħ tal-kukudrilli mhux l-oppożizzjoni qed ixxerrdu imma l-gvern.", "Anzi l-oppożizzjoni malli tħabbret l-istorja tas-soprataxxa f'Ottubru li għadda mill-ewwel qalet x'se jiġri u ma jiġrix.", "Fil-25 ta' Jannar tlabna laqgħa b'urġenza tal-Kumitat ta' l-Affarijiet Soċjali proprju biex lanqas inkunu aħna li nitkellmu, imma jkun hemm l-opportunita' li f'dan il-kumitat permanenti nistiednu nies minn barra, fosthom individwi, familji u għaqdiet li jaħdmu fis-settur soċjali ħalli jkunu huma stess li jgħidu x'qed jiġri f'dan il-qasam bid-deċiżjonijiet tal-gvern.", "Sur President, il-gvern qed jippretendi li nkunu aħna li ngħidulu minn fejn se jġib il-flus.", "Għaliex ma jdurx dawra madwaru biex jara kemm tajjar u berbaq bla viżjoni ta' xejn f'dawn l-aħħar 20 sena?", "While the going was good tajjartu kemm flaħtu u issa spiċċajtu daharkom mal-ħajt għax ġiet kriżi.", "Issa hawn irrid ngħid li gvernijiet responsabbli jilqgħu għall- kriżijiet minn qabel.", "Gvernijiet responsabbli ma jiġux hawnhekk fl-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż jgħidu li hemm kriżi li jaf biha kulħadd u jistaqsu lill-oppożizzjoni x'se tagħmel hi.", "Kieku intom kontu serji, qabel ma qbadtu tagħmlu l-affarijiet kontu tiġu hawnhekk, tagħmlu kumitat tal-Kamra ad hoc u konna nkunu flimkien mil-bidu.", "Kieku ma konniex nispiċċaw kulħadd imeri l-figuri ta' xulxin.", "Irrid ngħid ukoll li l-korpi kostitwiti kollha qed jgħidu lill-gvern li qed jagħmel il-ħmerijiet.", "Issa jekk titgħaffeġ l- industrija min jitgħaffeġ?", "Mhux il-ħaddiem?!", "Ma nafux li diġa` kellna industrija li tajret il-part-timers kollha ħalli tkun tista' b'xi mod tkampa?", "Issa ta' min igħid li din m'hijiex waħda mill-industriji tal- capping għax anke l-istorja tal-capping li għamiltu ma tolqotx lill- industriji kollha imma l-ftit industriji kbar.", "Il-Ministru Gatt qagħad isemmi pajjiżi kbar bħal Franza, l-Ingilterra u l- Ġermanja.", "Imissu qalilna wkoll kemm għandhom pagi.", "Issa ġabilna l- liberalizzazzjoni ħalli nkunu bħalhom!", "Wara dan ammetta huwa stess li aħna tant aħna suq żgħir li huwa diffiċli ssib lil min iġorrilna.", "Aħseb u ara la ġġibilna l-liberalizzazzjoni ħalli nkunu bħall-pajjiżi l-kbar kemm aktar u aktar se nkomplu nitgħaffġu!", "Min se jagħmel tajjeb għal dawn id- deċiżjonijiet?", "Se jkun il-poplu li jagħmel tajjeb għal dan?", "Fl-ittra li jien bgħatt liċ-chairman tal-kumitat permanenti dwar l-affarijiet soċjali fil-25 ta' Jannar jien irriferejt għal dawk it-13,000 familja li għedtu li qed teżentaw.", "Dawn x'se jiġri minnhom?", "Tafu li dawn qed jaqgħu f'faqar enormi?", "Il-Ministru Gatt akkużana li aħna ħabbatna n-nies mal-ħajt bejn l- 1996 u l-1998.", "Intom mhux ħabbattu n-nies mal-ħajt, imma daħħaltuhom fil- ħajt, sturdejtuhom u qed tkissru l-familji.", "Il-ministru qal li l-mara tiegħu tgorr meta jiġi l-kont għoli.", "Anke aħna li qegħdin hawnhekk kollha ngorru pero` mbagħad b'xi mod xorta nibqgħu nieklu.", "Pero` dan ma jgħoddx għal ċerti nies hemm barra, Onor. Gatt.", "Hemm nies li meta qed jiġihom il- kont, għax m'humiex eżentati mis-surcharge u l-pagi tagħhom ma jippermettux, qed ikollhom joqogħdu jagħżlu x'jixtru biex jieklu.", "Jien mhux qed ngħid li dawn jagħżlu x'jilbsu imma jagħżlu x'jixtru biex jieklu!", "M'hawn ħadd f'dan il-pajjiż li mhux mgħaffeġ illum u mhux qed nitkellem biss għas-safef ta' isfel.", "Ovvjament dawk huma l-aktar li ħadu daqqa 'l isfel u ma nafx x'irid ikun biex iqumu.", "U jien proprju fuq dan stennejt li nitkellmu għax il-mozzjoni tagħna fuq hekk iddur imma jidher li bħall-Onor.", "Puli l-ministru ma fehemx l-iskop ta' dak li qed nagħmlu.", "Kieku morna fil-kumitat permanenti dwar l-affarijiet soċjali, forsi dan id- dibattitu hemmhekk kien jieħu sura ħafna aktar responsabbli milli kif qed nagħmlu bħalissa, fejn iż-żewġ naħat qed jgħajtu at the top of their voices biex jipprovaw ifiehmu lil xulxin.", "Sur President, il-kumitati tal-parlament jipprovdu ambjent fejn nistgħu nitkellmu daqsxejn aħjar u fejn inkunu nistgħu nisimgħu l-istorji diretti min-nies involuti u mhux noqogħdu nirrakkontaw l-esperjenzi ta' ħaddieħor kif nagħmlu aħna.", "Lanqas dik ma ried il-gvern u minn fuq ippropona dibattitu fuq l-Enemalta biex jgħatti dak kollu li qegħdin nagħmlu.", "Din mhix serjeta`, Sur President!", "Possibbli li wara t-tgħajjir kollu li sar bil-kuxjenza soċjali, dan ma kienx possibbli?", "Il-ministru qalilna li ddejjaq jerġa' jpoġġi l-karti fuq il-mejda tal-Kamra imma jien mhux se niddejjaq nerġa' nispjega li bejn l-1996 u l-1998, il-partit Laburista ammetta li għamel żball - u kien raġel biżżejjed biex jagħmel dan – u pprova jara x'se jagħmel dwar dan.", "Dan ma sarx għax l-elezzjoni kienet fil- qrib u fil-fatt il-kontijiet qatt ma ħarġu għax l-Onor.", "Alfred Sant immedjatament kien qal li se jagħmel miżuri korrettivi.", "Jien qed nitkellem b'dan il-mod għax minkejja li ma kontx fil-parlament jien kont attivista fil-partit Laburista u kont waħda minn dawk li ridt li jkun hemm miżuri korrettivi.", "Fil-fatt l-Onor.", "Alfred Sant ħatarni fuq kumitat tal-Kabinett biex naraw kif dawn l-affarijiet se jsiru.", "X'għamel il-gvern?", "Il-ministru ġie hawnhekk jgħajjarna bid-dmugħ tal-kukkudrilli imma jien iljun inħossni hawnhekk għax jien il-vuċi tan-nies li m'għandhomx vuċi u li qed jitgħaffġu tant li qed jagħżlu x'jixtru biex jieklu.", "Din hi t-tip ta' diskussjoni li stennejt, Sur President.", "F'nofs Ottubru li għadda, jien u l-Ministru Cristina konna fuq il-programm \"Realta`\" fuq Smash Television u konna qegħdin niddiskutu dawn in-nies li se jkunu barra minn din il-kategorija ta' 13,000 familja u kellna callers li waqt il- programm stess bdew jgħidulna minn xiex inhuma għaddejjin.", "Dakinhar il- Ministru Cristina qalet li se tidħol fihom dawn il-każijiet pero` issa li għaddew ħames xhur, il-Ministru Cristina qalet li qed isir studju u fi ftit ġimgħat se jkollna r-riżultat tiegħu.", "Issa għaddew ħames xhur, Sur President!", "Tan-naħa l-oħra għandhom ikunu rġiel u nisa u għandhom jgħidu l-verita`.", "Mela jiġu jgħidulna li s-social impact assessment għamluh fuq il-bands.", "Mela s-social impact assessment tagħmlu fuq il-bands?", "Il-gvern telaq minn premessi foloz bħall-premessa li telqu biha li skond kemm tikkonsma, tħallas.", "Kemm hi tajba din!", "Kieku din malajr tagħmilha minn fuq l-iskrivanija!", "Pero` jien hawnhekk nistaqsi: Fejn u meta ġie involut id-dipartiment tas-social security biex jiggwida lill-Enemalta u lill-Water Services Corporation sabiex jispjegalu xi tfisser social dimension?", "Mela aħna nistgħu nagħmlu social impact assessment mingħajr ma nħarsu lejn il-kategoriji differenti tan-nies?", "Mhux tħares lejn id-dħul trid imma tħares ukoll lejn il-piżijiet soċjali, Sur President!", "Il-ministru għamel economic impact assessment mhux social impact assessment u dan, bir-rispett kollu, jirrifletti l-politika ta' dan il-gvern li għalih in-nies huma għall-ekonomija mhux l-ekonomija għan-nies.", "Basta fil-kunsill ġenerali, il-prim ministru qal li fiċ-ċentru tal-politika Nazzjonalista hemm il-bniedem imma fil-verita` ħsiebhom biex jaraw kif se jibbilanċjaw il-kotba minn fuq dahar in-nies biex jilħqu l-kriterji ta' Maastricht ta' 3% deficit vis-à-vis il-GDP.", "Dan qed jagħmluh, Sur President, wara li għaddew 18-il sena ta' ħela u tberbiq u qażżu lil kulħadd.", "Il-ministru qalilna li nefaq b'Lm700,000 għas-social cases imbagħad ma jimpurtax li nefqu Lm10 miljun fuq dar fi Brussels li Alla waħdu jaf kemm għad trid tiblagħlna miljuni!", "Imma hekk ma jimpurtax!", "L-istess meta biegħu l-Mid-Med Bank.", "Jiġi l-ex-Prim Ministru Eddie Fenech Adami jgħidilna li Lm10 miljun 'l hemm u Lm10 miljun 'l hawn ma jimpurtax imma mbagħad fejn jidħol il-fqir, il-ftit eluf jimporta ħafna!", "Illum għandna nies li lanqas qed jieklu sakemm jixbgħu biex ikunu jistgħu jrabbu l-familja u jedukaw lil uliedhom!", "Illum kont qed nistenna li hawnhekk nisimgħu ftit bis-serjeta` dwar dawn il-kategoriji ta' nies għax hekk isiru s-social impact assessments imma le, qalulna kemm tikkonsma tħallas!", "Mela familja bi tlieta jħallsu tant u familja b'ħamsa trid tħallas ħafna iżjed għax ovvjament tuża iżjed dawl u ilma.", "Jekk ikollok tifel wieħed se tuża żewġt ikmamar imma jekk ikollok ħamest itfal, se tuża xi erbat ikmamar.", "Huwa ovvju li f'kulma tagħmel se tuża iżjed riżorsi jekk ikollok iżjed tfal.", "Allura jien nistaqsi: Din hija l-ġustizzja soċjali?", "Dawn huma affarijiet bla sens u dan biex ma nsemmix il-każijiet gravi fejn familja jkollha tfal b'diżabilita`.", "Għandna ruxxmata familji li għandhom tfal u żgħażagħ b'diżabilita` li anke jbatu bl-inkontinenza.", "Dawn il-familji jkollhom il- washing machine iddur il-ħin kollu.", "Imbagħad għandek dawk li għandhom bżonn ta' makni lejl u nhar u hemm min anke għandu bżonn air-conditioner għaddej il-ħin kollu.", "Hawnhekk għandi kont ta' familja li għandhom żagħżugħ ta' 18- il sena u bil-permess ta' din il-familja aktar tard dan il-kont se nqiegħdu fuq il-mejda tal-Kamra.", "Miegħu se nqiegħed ukoll l-ittra li bgħatt lill-Onor.", "Dolores Cristina għax wara li konna tkellimna fuq il- programm \"Realta`\", jien ħsibt li l-gvern se jibda jidħol f'dawn il- każijiet bis-serjeta`.", "Jien lill-Ministru Cristina bdejt niktbilha fuq kull każ li jiġi quddiemi u li jidher ġenwin pero` kulma ħadt kienu żewġ tweġibiet u mhux dwar x'se jiġri dwar dawn il-każijiet imma biss bħala acknowledgement.", "Rigward dan il-każ tal-familja Ebejer minn Ta' Xbiex li qed insemmi hawnhekk lanqas acknowledgement ma ħadt.", "Hawnhekk għandna każ ta' żagħżugħ ta' 18-il sena li għandu bżonn air- conditioner sajf u xitwa u ma jistax jgħix mingħajru għax għandu diżabilita` severa u multipla.", "Apparti l-air-conditioner għandu makna ta' l-ikel li trid taħdem b'mod kontinwu u dan biex ma nsemmix ukoll il-washing machine.", "Dawn taf kemm ħallsu taxxa bejn is-17 ta' Settembru u l-31 ta' Diċembru, Sur President?", "Dawn ħallsu Lm43.69 għaliex il-missier jaħdem.", "Din hija premessa oħra li jekk inti taħdem, tagħmel x'tagħmel u taqla' kemm taqla', inti ma tistax tkun eżenti mis-surcharge.", "Dan huwa każ soċjali, li bħalu għandna ruxxmata, u dawn m'humiex parti minn dawk it-13,000 familja li l-gvern xeba' jippoppa sidru dwarhom u jgħid li qed jeżentahom milli jħallsu s-surcharge.", "Issa llum faqqgħet il-bajda, Sur President, għax qalulna li kulma ddedikaw minn Lm40 miljun huma Lm700,000!", "Lanqas Lm1 miljun basta ntajru l-miljuni 'l hemm u 'l hawn.", "Mela ma nitkellmux fuq spejjeż ta' karozzi ġewwa l- Enemalta, Ministru Gatt!", "Mela ma nitkellmux fuq pagi eżorbitanti li lanqas jinħadmu fl-accounts section mal-pagi l-oħrajn imma jinħadmu f'uffiċini oħrajn fuq?", "Mela ma nitkellmux fuq l-ineffiċjenzi fl-Enemalta u d- diskriminazzjonijiet li hemm hemm ġew.", "Min", "irid jagħmel tajjeb għal dan kollu?", "Mhux il-poplu jrid jagħmel tajjeb!", "Jien nittama li xi ħadd jagħtini risposta dwar x'se jiġri mill-każijiet li qed insemmi u mhux jimxu b'din il-premessa li telaq biha l-gvern li min jikkonsma jrid iħallas.", "Il-familja li semmejt tikkonsma ħafna elettriku mhux b'kapriċċ!", "Dawk il-familji li għandhom makna tal-kliewi li trid taħdem 11-il siegħa kuljum u taħli daqs ħadida tal-mogħdija mhux b'kapriċċ jikkonsmaw l-elettriku.", "Jekk aħna responsabbli lil dawn nies għandna nneħħulhom il-kappell u ngħinuhom għax dawn jgħinu lis-soċjeta` bix-xogħol li qed jagħmlu u mhux ngħaffġuhom bħalma qed jagħmel dan il-gvern.", "Sur President, imbagħad għandna l-famuża premessa oħra li kulmin jaħdem m'huwiex eżentat jiġifieri persuna li taħdem part-time as a primary job u forsi taqla' Lm20 fil-ġimgħa jew persuna li taqla' l-minimum wage u jkollha żewġt itfal m'huwiex eżenti.", "Huwa tajjeb li ngħidu – għax dan qatt ma nisimgħuh min-naħa tal-gvern – li l-minimum wage earners tagħna huma klassifikati bħala l-working poor għax meta tara x'inhu 60% tan-national median income, li huwa l-metodu ta' kif tiġi stabbilita l-poverty line, issib li dawn qed iħokku mal-poverty line imma minkejja dan xorta m'humiex eżenti.", "Din hija inġustizzja!", "Dan huwa l-bilanċ li tant ftaħar bih il- Ministru Gatt u li kellu jsib il-gvern Nazzjonalista.", "Kieku jien nistħi niġi nippreżenta dawn it-tip ta' argumenti hawnhekk, Sur President.", "Premessa oħra hija li jekk koppja pensjonanti - din hija ċara f'ċirkolari li ntbagħtet lill-uffiċjali tad-dipartiment tas-social security fid-9 ta' Novembru li għadda – taqla' aktar minn Lm61.25 fil-ġimgħa jew pensjonant waħdu jaqla' aktar minn Lm51.21 fil-ġimgħa, dawn ma jkunux eżenti.", "Għandna każijiet ta' pensjonanti li jaqgħu taħt dawn il-kategoriji stabbiliti li għax għandhom tifel jew tifla li tgħix magħhom u taħdem, dawn ma jiġux eżentati.", "Għidli liema żagħżugħ illum qiegħed f'qagħda li jgħin lill- ġenituri tiegħu.", "Jekk ikunu għarajjes dawn għandhom il-prezzijiet tal- proprjeta` li għolew b'mod astronomiku.", "Dawn il-prezzijiet tant għolew li kulħadd qed jaqta' qalbu dwar fejn se jmur joqgħod u issa daħlet it-trend il-ġdida li lanqas biss jiżżewġu minħabba f'hekk.", "Imbagħad m'għandekx il- post biss għax għandek żgħażagħ li jkunu daħlu għall-piż ta' karozza u jkollhom id-dejn fuqha u hawnhekk ma rridux ninsew ukoll in-nuqqas ta' sigurta` fuq il-post tax-xogħol.", "Immaġinaw jekk huwiex possibbli li tippretendi li dawn jgħinu lill-ġenituri tagħhom li suppost jiġu eżentati minn din it-taxxa.", "Min-naħa l-oħra, jekk ikollok pensjonanti li jaqbżu l-limitu li semmejt bi ftit, u jkollhom tfal ma jaħdmux, dawn xorta jkollhom iħallsu t-taxxa u ma jiġux eżentati.", "Ara x'mistħija ta' politika qed imexxi l-partit Nazzjonalista li skond il-prim ministru jżomm il-bniedem fiċ-ċentru tal- politika tiegħu.", "Araw x'anomaliji hawn.", "Dan kollu juri kemm m'huwiex veru li kien hemm is-serjeta` min-naħa tal-gvern fuq is-social impact assessment u kemm għandna raġun aħna bħala oppożizzjoni li nsemmgħu leħen in-nies fit- triq għax għandna gvern li sadd widnejh għall-karba tan-nies.", "Jista' jkun li għall-Onor.", "Austin Gatt, dak li qed jgħidu n-nies fit-triq huwa dmugħ tal-kukkudrilli imma ovvjament mhux se jirriskja jitkellem hekk pero` dak li qed ngħidu hawnhekk huwa dak li qed jgħidu n-nies fit-toroq u fil-pjazez ta' Malta u Għawdex.", "Barra minn dan għandek każijiet ta' familji li jgħixu bil-pensjoni ta' l- invalidita` u jekk it-tfal ikunu jaħdmu, dawn ma jiġux eżentati.", "Hemm ukoll każijiet ta' nisa separati bit-tfal li qed jgħixu mal-ġenituri tagħhom u għax il-ġenituri tagħhom jaqbżu bi ftit flus dik il-kategorija, qed ikollhom iħallsu s-soprataxxa wkoll.", "Araw x'inġustizzji u x'anomaliji kbar hemm!", "Per eżempju, jien naf każ ta' familja fejn omm separata bi tlett itfal qed tgħix ma' missierha li huwa pensjonant u li jaqbeż b'xi Lm5 il-limiti tas-soprataxxa.", "Dan ukoll qed jiġi mġiegħel iħallas din it-taxxa.", "Kif jista' l-gvern jagħmel dan meta dan il-missier qed ineħħi piż minn fuq is-soċjeta` billi jmantni lit-tifla li lanqas manteniment m'għandha?", "Dawn huma affarijiet li ma jagħmlux sens.", "Fil-fatt din il-mara pprovat saħansitra taqleb il-meter fuqha imma apparti l-ħafna mistoqsijiet, intalbet xi Lm200 u qaltli ċar u tond: Mela jiena nista' naqbad l-għajnuna soċjali ta' xahrejn u mmur naqleb il-meter?", "Dawn huma l-affarijiet li jeħtieġ li nidħlu fihom imma tan-naħa l-oħra ma jimpurtahomx minn dan għax l-aqwa li minn Lm40 miljun, iddedikaw Lm700,000.", "Apparti dan kollu, jien xbajt niltaqa' ma' anzjani li huma eliġibbli għall- eżenzjoni tas-soprataxxa, li qed jirċievu l-kontijiet bis-surcharge imma ħadd ma jgħidilhom xejn.", "Dan il-gvern jiġbed lejh jaf anke ma' dawn it- 13,000 familja li tant semma għax ir-realta` hi li hawn ħafna li huma eliġibbli għall-eżenzjoni u sadanittant ħadd mill-awtoritajiet ma kellu d- diċenza li jiġbdilhom l-attenzjoni għal dan bil-konsegwenza li qed iħallsu s-soprataxxa.", "Per eżempju, jeżistu każijiet fejn għandek single mothers jew nisa separati li daħlu f'appartamenti f'kirjiet tal-privat u l-meter qiegħed fuq isem is-sid ta' l-appartament u għalhekk il-kont joħroġ bis- surcharge.", "Mela għandna dawn in-nies li jgħixu bl-għajnuna soċjali u xorta jkollhom iħallsu s-surcharge.", "Forsi tgħiduli li dawn għandhom jagħmlu arranġament mas-sid pero` jien naf ħafna każijiet fejn dawn marru jfittxu lis-sid biex jaqilbu l-meter fuq isimhom u qalulhom – ovvjament jien mhux qed ngħid għal kulħadd imma għal dawn li naf bihom jien nista' nitkellem – li jekk imorru jittantaw jaqilbu l-meter ikeċċuhom mill-kirja.", "Issa dawn huma nies li jgħixu bl-għajnuna soċjali u allura suppost huma eżenti imma għax iċ-ċirkostanzi tas-social housing f'pajjiżna huma tali li dawn kellhom ifittxu kirjiet privati, dawn qed jeħlu s-surcharge ukoll għax is-sidien, minħabba raġunijiet ta' income tax jew liċenzji fuq l- appartmenti, ma jkunux iridu jaqilbu l-meter fuq isem il-kerrej.", "Imbagħad jiġi l-Onor.", "Austin Gatt u jgħidilna li s-social impact assessment sar skond il-bands u dan bla konsiderazzjoni taċ-ċirkostanzi partikolari li jeżistu f'dan il-pajjiż.", "Is-social impact assessments ma jsirux b'dan il- mod għax wieħed irid jindaga d-diversi sitwazzjonijet soċjali li jista' jkollu mbagħad jipprova jindirizza u jsib il-bilanċ.", "Le, mhux veru li l- gvern ipprova jsib bilanċ korrett għal din is-sitwazzjoni.", "Ħadd m'hu qed jgħid li l-prezzijiet taż-żjut barra minn Malta m'għolewx.", "Min qed jgħidha din?", "Dan huwa paroli fil-vojt.", "Aħna nafu li hawn kriżi u dan il-pajjiż diġa` ffaċċja kriżijiet fis-snin sebħgin u fis-snin tmenin u qatt ma konna f'din l-estremita` li jkollna nies litteralment ma jkollhomx biex jixtru l- iktar affarijiet bażiċi u jispiċċaw jittalbu lin-nies biex jiddubbaw xirja 'l hemm u xirja 'l hawn.", "Smajna lill-Onor.", "Austin Gatt igħidilna x'għamlu Franza, l-Italja eċċ. Imma kieku qatt xi darba nisimgħu kif l-Unjoni Ewropea, permezz tal-fondazzjoni uffiċjali tagħha \"For the improvement of living and working conditions\" stabbilixxiet benchmark ieħor ta' kif tikkalkula l-kwalita` tal-ħajja u l- faqar.", "Fost dawn il-benchmarks li stabbilixxiet kien hemm il-benchmark li anke jekk għandek familja li qed titħabat u ma tiflaħx tħallas għas- servizzi, dik ukoll trid tħares lejha bħala familja li qiegħda f'riskju ta' faqar jew fil-faqar.", "Dawn l-affarijiet, Alla jbierek, qatt ma nisimgħu dwarhom!", "Nisimgħu biss kif ħaddieħor jiġi bulldozed.", "Mhux bilfors jekk dawn il-pajjiżi għandhom cushions oħra?", "F'dan il-pajjiż m'għandna l-ebda cushion!", "Issa se joqogħdu jsemmu l-levies ta' bejn l-1996 u l-1998?", "Allaħares nibdew insemmu t-taxxi li dan il-gvern daħħal mis-sena 2003 'l hawn għax lanqas nieqfu imma dan m'huwiex l-iskop ta' dan id-dibattitu.", "Meta aħna tlabna laqgħa tal-kumitat permanenti dwar l-affarijiet soċjali, dan għamilnieh bl-aktar mod ġenwin biex niddiskutu bis-serjeta` min qed jiġi mgħaffeġ aktar barra dawk it-13,000 familja.", "Fil-verita` kulħadd huwa mgħaffeġ għax jekk tħares lejn is-saff tan-nofs, dik li tradizzjonalment ngħidulha l-middle class, tinduna li din qed tisparixxi u għandna diżastru hawnhekk ukoll.", "Dawn huma nies li qatt ma jgħabbu piżijiet fuq il-gvern u jagħmlu ħilithom biex ikollhom housing tagħhom u biex jedukaw lill-uliedhom mingħajr piżijiet fuq il-gvern eċċ. Pero` anke dawn, bħalissa huma mgħobbijin b'ħafna piżijiet ta' home loans u ta' taxxi għax għandhom kollox dikjarat.", "Tisma' koppji li jgħidulek li t-tnejn li huma jaħdmu l-ġurnata kollha, imorru d-dar stressed u jridu jduru bit-tfal ukoll bil-konsegwenza li jispiċċaw kważi jaħtfu lil xulxin.", "Dan huwa mod ta' kif tkompli tinċentiva lil min jaħdem ikompli jaħdem f'dan il-pajjiż?", "Għaliex ġie rredikolat is-Sur Vince Farrugia fl-intervista li għamel?", "Bħallikieku dan m'huwiex veru!", "Jekk il-gvern verament jemmen li dak li qal is-Sur Vince Farrugia fl- intervista ta' \"l-orizzont\" m'huwiex minnu allura dan huwa veru gvern maqtugħ min-nies għax tmur għand min tmur, tal-ħwienet huma mherrijin.", "Nhar is-Sibt kont qiegħda għand tal-laħam u dan qalli ċar u tond kif naqaslu l-bejgħ u minkejja dan, il-freezers ma jistax jitfihom bil- konsegwenza li l-konsum mhux qed jirrifletti kemm qed jaqla'.", "Dawn mhux qed idaħħlu biżżejjed to make ends meet u sadanittant qed jiġu ntaxxati fuq dak li mhux qed idaħħlu!", "F'dan ir-rigward anke s-Sur Vince Farrugia, fl- intervista tiegħu, tkellem dwar sidien ta' ħwienet fil-Belt li qed ikeċċu n- nies biex jaħdmu aktar huma ħalli jagħmlu tajjeb għall-piżijiet li għandhom.", "Dan il-gvern lanqas biss qed jaħseb f'dawn l-affarijiet.", "Issa jien naf ir-risposti tal-gvern għal dan kollu: Kieku intom x'kontu tagħmlu?", "Illejla l-Onor.", "Austin Gatt qal li jemmen fil-hedging.", "Jien ma nafx kif qed jgħid hekk wara li pprovaw idaħħku n-nies bina dwar dan u anke waslu biex qalu li dan huwa gambling.", "Jekk il-gvern jemmen fil-hedging għaliex ma pprovawx jagħmluh bis-serjeta`?", "Semmielna l-agreement mal-Libya għax aħna konna nużaw il-high sulphur oils u issa qegħdin nużaw low sulphur, imma sadanittant din ukoll kienet xi ħaġa ħażina?", "Fl-istess nifs l-Onor.", "Gatt qalilna li peress li mis-sena 2004 qlibna għal low sulphur allura dak l-agreement inqatel waħdu u li mil- Libjani konna qed nixtru żejt għola minn ħaddieħor.", "Jekk dan huwa minnu għaliex baqgħu jixtru mingħand il-Libja għax sas-sena 2004 kienu diġa` ilhom 18-il sena fil-gvern u l-agreement żammewh.", "Dan il-gvern nesa l- credit li tawna l-Libjani fis-snin sebgħin u tmenin sabiex il-flus li konna se nħallsu bihom iż-żejt, stajna ninvestuhom b'mod li meta naslu biex inħallsu, inħallsu mir-return fuq dak l-investiment?", "Dawn l-affarijiet irridu ngħidu biex ngħidu l-verita`!", "(Interruzzjonijiet) Issa billi tidħak, man-nies inżel idħak fil-pjazez!", "Dan id-dibattitu f'xi pjazza jmissna għamilnieh fejn hemm in-nies imma lanqas fil-kumitat permanenti dwar l-affarijiet soċjali, fejn stajna nistiednu lin-nies, ma riedu jagħmluh.", "Il-viċi prim ministru fil-house business committee ġie jgħidilna li biex jiltaqa' l-kumitat permanenti dwar l-affarijiet soċjali, il-parlament irid jgħidlu, Alla jbierek, imbagħad lanqas naf kemm niltaqgħu!", "Jien qatt ma naf li ġejna avżati mill-parlament biex niltaqgħu fuq xi ħaġa.", "L-ironija hi li mbagħad l-Onor.", "Puli qagħad jiftaħar kemm għajjat seduti fuq talba tal- membri ta' l-oppożizzjoni u fis-sajf li għadda dan anke għamel stedina formali lill-membri biex jekk għandhom xi suġġetti għad-diskussjoni, iressquhom.", "Jien bgħattlu lista ta' suġġetti u sal-lum anqas suġġett wieħed ma trattajna.", "Naħseb li lanqas biss fehem l-iskop ta' l-ittra tiegħi!", "Min ma jifhimx dawn l-affarijiet għax ma jkunx qed jagħmilha man- nies jew għax jagħmel bħall-ostrich, idaħħal rasu fir-ramel biex la jisma' u lanqas jara.", "Sur President, jien ninsab iddiżappuntata bil-kbir b'dan id-dibattitu u ridt inħalli l-benefiċċju tad-dubju għax bqajt nemmen li forsi l-gvern, saħħa ma kkonċediex laqgħa tal-kumitat permanenti dwar l-affarijiet soċjali, forsi f'dan il-parlament għallinqas jiġi b'dak li ppretendejt li jsir xhur ilu, u ċioe` dak li semmiet l-Onor.", "Cristina fuq programm tat- television meta qalet li qed tikkonsidra l-affarijiet.", "Ġimgħa ilu jew għaxart ijiem ilu qaltilna li għadha qed tistudja u fil-ġimgħat li ġejjin naraw.", "Għalhekk ippretendejt li almenu fid-dibatittu dwar din il-mozzjoni jiġi xi ħjiel ta' xi ħaġa.", "M'aħniex qegħdin ngħidu li l-gvern għandu jġorr il-piż kollu hu imma fil-mozzjoni għamilnieha ċara li għandna niddiskutu ħalli naraw x'jista' jsir biex intaffu l-piż ta' din it-tgħaffiġa li qed tgħaffġu fuq kulħadd.", "Kieku kontu gvern serju kontu tfaddlu l-flus ħalli meta jiġu dawn it-tip ta' daqqiet tkunu tistgħu ġġorru iktar mill-piż tagħhom.", "Dażgur li ma tifilħux iġġorru wara li rvinajtu l-finanzi tal- pajjiż!", "Wara 18-il sena fil-gvern tatkom raskom u bdejtu titkellmu fuq ristrutturar biex tqajmu l-ekonomija.", "Wara 18-il sena f'daqqa waħda tridu li jonqos id- deficit u terġgħu ġġibu l-finanzi tal-pajjiż fuq saqajhom.", "Dażgur li ma tistgħu terfgħu l-ebda piż issa, imma lanqas huwa sew li tgħaffġu fuq dawk li l-inqas jifilħu.", "Kulħadd qed jitgħaffeġ u anke r-riżultat tal-piż li qed titfgħu fuq l-industrija qed imur f'ħoġor il-ħaddiema Maltin u Għawdxin għax meta qed tgħaffġu lill-industrija u qed toħonqu l-attivita` ta' l- intrapriża, l-entrepreneur jaf x'għandu jagħmel.", "Dan iħares lejn il- vijabilita` u jekk ma jkunx jaqbillu jagħlaq il-bibien.", "Ħafna drabi n- negozjant u l-industrijalist ikollu ħobżu diġa` maħbuż, imma jekk il- ħaddiem imur id-dar u l-għada ma jmurx għax-xogħol tagħtih rasu!", "Per eżempju, jien ma nistax nifhem kif illum is-Sur Vince Farrugia spiċċa daqshekk under attack mill-Ministru Gatt għax dan żgur li ma kienx qed jgħid affarijiet ta' barra minn hawn.", "Ftit ilu l-GRTU għamlu survey li minnu rriżulta li 62% tas-self-employed qalu li l-bejgħ tagħhom matul is- sena 2005 naqas meta mqabbel mas-sena 2004 u 80% qalu li l-2006 se tkun agħar miill-2005 jew se tkun l-istess.", "Jekk naraw l-aħħar labour force survey ta' Settembru 2005 insibu li n-numru ta' self-employed naqas b'1,500 meta mqabbel ma' Settembru tas-sena 2004, aħseb u ara b'dawn il-piżijiet ġodda fuqhom.", "U x'se jiġri mill-ħaddiema li jaħdmu magħhom?", "Sur President, irrid ngħid li mhux l-oppożizzjoni biss qed titkellem b'dan il-mod imma kulħadd u dan ikkonfermah illejla l-Ministru Gatt x'ħin qal li meta jmur l-MCESD jitkellem, kulħadd jibqa' jħares lejh u meta jistaqsihom jekk għandhomx xi mistoqsijiet ħadd ma jistaqsih xejn.", "Minkejja din is- sitwazzjoni l-gvern se jibqa' ma jiċċaqlaq xejn?", "L-MHRA, il-GRTU, l-MCESD u unions oħra jistgħu jagħmlu stqarrijiet jew press conferences individwalment, imma kif jistgħu jinstemgħu dawn il-familji li qegħdin nitkellmu fuqhom?", "Għax il-gvern ħaseb biss biex jgħin lil 13,000 familja, u tant qed jiftaħar li qed jagħtihom sussidju ta' Lm700,000.", "Allura l- gvern se jibqa' b'idu marbuta, ma jagħmel xejn għal dawn il-każijiet soċjali li qegħdin insemmu, li m'humiex fost dawk it-13,000 familja?", "Dan huwa l-bilanċ li l-Onor.", "Austin Gatt tant ftaħar li rnexxielu jsib fil- computations tiegħu?", "Sur President, jekk se nibqgħu mmeru l-figuri, m'hemmx mod kif l-affarijiet jiġu rranġati billi jkun hemm xi unit indipendenti li jistħarreġ l- affarijiet bis-serjeta` u bl-aktar mod trasparenti?", "Il-korpi kostitwiti kollha kemm huma qed jgħidu li l-affarijiet m'humiex maħdumin b'mod trasparenti.", "Mhux billi tpoġġi t-tabelli fuq il-mejda tal-Kamra!", "Minn fejn qed iġġib id-data u kif qed issir?", "Minn hemm trid titlaq għax it- tabelli malajr tagħmilhom.", "Jekk jagħtuni ftit numri malajr nagħmel ftit tabelli imma jiddependi minn fejn inkun ġibthom!", "Mid-dehra jaħsbu li hawnhekk kulħadd imbeċilli.", "La hawn m'hawn nies imbeċilli u lanqas fit- toroq.", "Illum tmur fi pjazza u l-aktar bniedem li taħseb li m'għandux background akkademiku jgħaġġbek bl-argumenti li kapaċi jġib.", "Il-gvern qed jiġbed kollox lejh għax minn kont għall-ieħor qed tiżdied is- surcharge fuq il-kontijiet tad-dawl u l-ilma.", "Meta staqsejt b'liema mod il- gvern qed jikkalkula, per eżempju, il-perijodu li suppost jiċċarġja bis-17% surcharge, il-perijodu bil-55% u issa bis-67% - għax xi drabi l-kontijiet qed ikunu estimates imbagħad l-actual reading isir wara – l-ministru qalli li dawn isiru pro-rata.", "Dan mhux sewwa għax inti fix-xitwa taħli mod u fis- sajf taħli mod ieħor.", "Dan huwa mod professjonali, dan huwa mod trasparenti, dan huwa mod kif tipprova ssib il-bilanċ bejn il-kriżi finanzjarja li għandek u l-problemi soċjali li jeżistu bl-impatt negattiv li dawn il-miżuri qed iħallu fuq in-nies?", "Din hija serjeta`?", "Issemmiet ukoll il-kwestjoni tar-renewable energy.", "Apparti li l-kwestjoni tar-renewable energy lanqas biss hija marbuta mal-finanzi - illum forsi qed nitkellmu iktar fuqha għax hawn din il-kriżi finanzjarja - dan il-gvern li tant ipprofessa li huwa champion ta' l-ambjent kif ma tkellimx fuqha qabel u kif m'għamel xejn?", "Minkejja li xbajna nitkellmu hawnhekk ma ttieħdu ebda azzjonijiet u għadna qed nistudjaw.", "Issa f'daqqa waħda – dawn huma policies li jaħsbu fit-tul u li għandhom viżjoni, Alla jbierek, jgħaġġbuk – wara li xi żewġ budgets ilu qalu li se jiġu ssussidjati s-solar heaters, l- Onor. Austin Gatt ġie jgħidilna li l-Enemalta m'hi se tiffranka xejn bihom, bħal speċi nistgħu narmuhom dawn.", "Apparti li dawn ta' min jużahom għax hemm l-element tal-protezzjoni ta' l- ambjent, jekk at that point in time kontu qegħdin tindirizzaw ukoll il- kwestjoni finanzjarja, jekk kontu tafu li din xorta m'hijiex se taqdi dak l- iskop, għaliex ma bdejtux taħdmu biex tiżviluppaw affarijiet oħra u dawn tibdew twettquhom b'mod immedjat?", "Dawn huma affarijiet li jirriflettu ħaġa waħda, gvern li jħares sal-ponta ta' mnieħru, gvern li l-unika mira li għandu quddiemu hija li jibbilanċja l-kotba, immaterjalment x'qed jiġri fit- triq.", "B'daqshekk m'aħniex qegħdin ngħidu li ma jeżistux kriżijiet imma meta l-affarijiet ikunu għaddejjin tajjeb gvernijiet responsabbli u għaqlin jaħsbu għal meta jiġu ffaċċjati bi kriżijiet ħalli l-piż ma jkunx right across the board.", "B'dan il-mod l-aktar li jiġu effettwati huma ż-żgħar għax aħna b'xi mod nibqgħu nkampaw.", "Min ikollu l-but oħxon u teħodlu minnu xorta jibqagħlu, imma min ikollu but dejjaq u teħodlu ftit twaddbu fil- limbu, kif sfortunatament qed jagħmel dan il-gvern lil ħafna u ħafna familji.", "Fl-aħħarnett nixtieq nappella lill-gvern Nazzjonalista biex dak li qegħdin ngħidu hawn ma jqisux li qed ngħiduh b'xi arja propagandista għax barra minn din il-Kamra hemm nies imweġġgħin, hemm nies li kuljum qed jitnaqqar il-livell ta' l-għajxien tagħhom, mhux biss il-kwalita` tal-ħajja.", "Għandna saffi ta' nies li qegħdin jitilfu mill-kwalita` tal-ħajja imma hemm ħafna familji li qed jitnaqqrilhom il-livell ta' l-għajxien kuljum.", "Għaldaqstant nappella lill-gvern biex jagħmel evalwazzjoni sħiħa tal-policies u jara l- anomaliji li hemm fihom ħalli jindirizza sew dawn id-diffikultajiet soċjali li qed imermru u jkissru lil ħafna familji, partikolarment lit-tfal u liż- żgħażagħ tagħna li l-aspettattivi tal-ħajja tagħhom dejjem qed jiċkienu.", "Qabel nagħlaq irrid nitlob il-permess tal-Kamra biex inqiegħed xi dokumenti li għamilt riferenza għalihom fid-diskors tiegħi fuq il-mejda tal-Kamra.", "MR SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal- Kamra:", "Kopja ta' ittra li jien bgħatt lill-ministru tal-familja u solidarjeta' soċjali fit-23 ta' Jannar 2006 b'riferenza għall-kont tad- dawl u l-ilma ta' familja minn Ta' Xbiex.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Se nqiegħed il-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hija l- mozzjoni kif imressqa u moqrija mill-Onor.", "Joe Mizzi.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MR SPEAKER: Din id-division tittieħed minn hawn u 20 minuta oħra.", "Billi ntalbet votazzjoni s-seduta ġiet sospiża fid-9.00 p.m. u rriżumiet 20 minuta wara.", "MR SPEAKER: Se nerġa' nqiegħed il-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hija l- mozzjoni kif imressqa u moqrija mill-Onor.", "Joe Mizzi.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mario Galea.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Sur President, għan-naħa tal-gvern se jiġi paired l- Onor. Jeffrey Pullicino Orlando.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sur President, għan-naħa ta' l-oppożizzjoni se jiġi paired l-Onor.", "George Vella.", "VOTAZZJONI NRU: 130", "FAVUR: 23", "L-Onor. |Abela Carmelo |Dalli Helena | |Abela Joseph |Farrugia Angelo | |Agius Chris |Farrugia Michael| |Bartolo Evarist |Galdes Roderick | |Brincat Joseph |Gulia Gavin | |Brincat Leo |Mangion Charles | |Buhagiar Charles |Mizzi Joe | |Buontempo Stefan |Parnis Silvio | |Cardona Chris |Refalo Anton | |Caruana Justyne |Sammut Joseph | |Coleiro Marie |Sant Alfred | |Louise | | |Cuschieri Joseph | |", "KONTRA: 34", "L-Onor.", "|Abela Anthony |Frendo Michael | |Agius David |Galea Ċensu | |Agius Francis |Galea Franco | |Arrigo Robert |Galea Louis | |Asciak Michael |Galea Mario | |Azzopardi |Gatt Austin | |Frederick | | |Azzopardi Jason |Gonzi Lawrence | |Borg Tonio |Gonzi Michael | |Cassar Joseph |Mifsud Bonnici | | |Antoine | |Cristina Dolores |Mifsud Bonnici | | |Carmelo | |D'Amato Helen |Mugliett Jesmond| |Dalli John |Puli Clyde | |de Marco Mario |Pullicino George| |Debono Giovanna |Vassallo Edwin | |Deguara Louis |Zammit Ninu | |Falzon Joseph |Zammit Dimech | | |Francis | |Fenech Antonio | |", "Il-mozzjoni m'għaddietx.", "KUMITATI PERMANENTI", "MR SPEAKER: L-Onor.", "David Agius, bil-permess tal-Kamra.", "ONOR.", "DAVID AGIUS (President tal-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi): Sur President, nixtieq nirrapporta li l-Abbozz ta' Liġi dwar is-Securitisation għadda mill-istadju ta' Kumitat b'emendi u bi qbil bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Viċi Prim Ministru, jekk jogħġbu, iressaq l- Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "TONIO BORG (Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern): Sur President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal għada t-Tlieta, 4 ta' April 2006, fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Mozzjonijiet", "Estimi tal-Korporazzjoni Enemalta għas-sena finanzjarja 2005-2006.", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar id-Demm Uman u t-Trapjanti - Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Servizzi ta' Impieg u Taħriġ - Tieni Qari (Kont);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Liġijiet dwar il-Protezzjoni tal-Konsumatur - Tieni Qari (Kont);", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Intermedjarji fl-Assigurazzjoni - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att dwar Dazju tas-Sisa - Tieni Qari; u", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Securitisation - Tielet Qari.", "----------------------------------", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Reġistru Ċentrali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Sigurta` Soċjali - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "Il-Ministru Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Sur President, fil-ħin li għandi se nipprova nitkellem fuq diversi punti li huma aktar ta' rilevanza lokali milli nazzjonali, punti li m'hemmx dubju li kull wieħed minna jrid jagħmel ċerti riflessjonijiet dwarhom.", "F'dan l-intervent se nsemmi punti li jikkonċernaw b'mod partikolari l-lokalitajiet li nikkontesta u li nirrappreżenta f'dan il-parlament.", "Matul il-ġranet li għaddew kelli l-opportunita` li nkun preżenti għal- laqgħa li saret bejn numru ta' sidien ta' bars u restaurants fl-inħawi ta' Buġibba.", "Dawn kienu qegħdin jiltaqgħu bl-idea li għall-ewwel darba jkollhom assoċjazzjoni tagħhom li tkun marbuta mal-ħteġijiet partikolari ta' dik l- area, jiġifieri l-Qawra, Buġibba, San Pawl il-Baħar u x-Xemxija, area li żviluppat b'mod qawwi fejn numru sostanzjali ta' postijiet jew inbnew apposta jew inkella nbidlu f'bar jew restaurant.", "Jien m'għandix dubju li s- sidien ta' dawn l-outlets ikollhom numru ta' diffikultajiet u suġġerimenti, u fil-fatt f'din il-laqgħa ta' qabel it-twaqqif formali ta' din l- assoċjazzjoni ġew diskussi numru ta' suġġetti li nħass li kienu importanti u naħseb li fil-fatt wieħed irid jagħmel ċerti riflessjonijiet dwar dak li ngħad.", "Sur President, f'dawn l-inħawi hemm madwar 400 bar u restaurant u dan minbarra n-numru kbir ta' restaurants jew bars li jinsabu fil-lukandi u fil- guest houses.", "Hawn tajjeb li jingħad li minn dawn l-outlets jiddependu mhux biss is-sidien li kienu preżenti għal din il-laqgħa imma anke mijiet ta' impjegati li jaqilgħu l-għajxien tagħhom minn dawn il-postijiet.", "L- ewwelnett irrid ngħid li, fl-opinjoni tiegħi, kien pass għaqli li s-sidien tal-bars u r-restaurants fl-inħawi ta' Buġibba u San Pawl il-Baħar iddeċidew li jwaqqfu din l-assoċjazzjoni u jaslu għall-pożizzjoni li jkollhom lil min jirrappreżentahom b'mod formali.", "Kif għedt dakinhar tal- laqgħa meta twaqqfet din l-assoċjazzjoni, jien lest li nagħti l-impenn tiegħi li l-ilmenti jew suġġerimenti li jista' jkollhom jiena nwassalhom għand min għandi nwassalhom fosthom għand id-diversi awtoritajiet, kemm dawk li jaqgħu taħt ir-responsabilita` tal-ministeru li mmexxi jien kif ukoll dawk li jaqgħu taħt ministeri oħrajn.", "Irrid nagħmilha ċara li din l-assoċjazzjoni m'hijiex qiegħda hemmhekk biex b'xi mod is-sidien jiksru r-regoli u l-liġijiet imma għall-kuntrarju, qiegħda hemmhekk biex isservi ta' għodda u ta' kooperazzjoni bejn dawn l- entrepreneurs u l-awtoritajiet konċernati.", "Irrid ngħid ukoll li issa li ġiet formalizzata din l-assoċjazzjoni ninsab ċert li jkolli ċans li niltaqa' mal-membri tagħha biex formalment tingħata daqqa ta' għajn tajba lejn id-diffikultajiet li dawn in-nies iħossu li għandhom fil-lokalita` tagħhom.", "Ovvjament jien m'iniex se niġi hawnhekk u nipprova ngħid li kull ħaġa li qalu dawn is-sidien hija korretta pero` huwa żgur li jien bħala ministru responsabbli mis-settur tal-liċenzjar u mis-settur kummerċjali f'dan il-pajjiż għandi d-dover li nagħti kas dak li nisma' u nara fejn nista' nirranġa mingħajr ma nippermetti li jkun hemm abbużi fil-konfront ta' dawn in-nies.", "Sur President, huwa importanti ħafna li issa li twaqqfet din l- assoċjazzjoni ma jiġrilhiex bħalma ġara rigward tentattivi oħrajn fil- passat fejn wara l-entużjażmu tal-bidu – issa dan mhux qed ngħidu fil-każ tas-sidien tal-bars u restaurants – tmut mewta naturali.", "Jien nemmen li l-uffiċjali li ġew eletti biex imexxu din l-assoċjazzjoni żgur li għandhom għal qalbhom l-interessi tan-negozju tagħhom kif ukoll l-interessi tal- lokalita` għax jafu li ma jistgħux jgħixu u jmexxu n-negozju tagħhom 'il quddiem u jipprovdu impjieg għal ħaddiema oħrajn jekk kemm-il darba r- responsabilitajiet vis-á-vis l-liġi u r-residenti ta' dawn l-inħawi jkunu b'xi mod miksura.", "Hawnhekk l-ewwel punt li wieħed irid joqgħod attent għalih huwa marbut mal- fatt li minkejja li hemm 400 outlet ta' dan it-tip, l-area ta' Buġibba, l- Qawra u San Pawl il-Baħar hija żona fejn joqogħdu numru sostanzjali ta' persuni.", "Dan ifisser li waħda mir-responsabiloitajiet li żgur għandha din l- assoċjazzjoni hija li tipprova tilħaq bilanċ bejn l-interessi kummerċjali tas-sidien u l-ħteġijiet tar-residenti.", "Naf li dan m'huwiex faċli għax kultant l-interessi tan-negozju huma l-kuntrarju ta' l-interessi tal- persuni li jkunu joqogħdu f'dawk l-inħawi pero` nemmen li jekk nistabbilixxu relazzjoni tajba u diċenti bejn is-sidien ta' dawn il-ħwienet u r-residenti, allura minflok bażi ta' konflitt dan il-fatt fih innifsu jservi bħala bażi ta' kooperazzjoni aħjar.", "Jien m'għandix dubju li biex isir dan irid ikun hemm l-understanding u l- komprensjoni bejn iż-żewġ naħat, komprensjoni li primarjament trid tiġi min- naħa tas-sidien billi dawn jassiguraw li jekk suppost ċertu tip ta' mużika ma tindaqqx wara ċertu ħin, allura dik il-mużika ma tindaqqx b'rispett lejn in-nies li joqogħdu f'dawk l-inħawi li ħafna minnhom huma nies li meta ġew joqogħdu fil-lokalitajiet li qed insemmi għamlu dan għax ħasbu li jistgħu jgawdu l-ħajja tagħhom mingħajr ma jkun hemm problemi żejda.", "Jien naf li kultant ma jkunux is-sidien tal-bars jew tal-ħwienet li jagħmlu ċertu storbju pero` nemmen li anke hawnhekk ir-responsabilita` għandha tkun ta' l- istess sid li jikkontrolla lil dak li jkun milli jagħmel ċertu storbju.", "B'dan il-mod la jkun hemm bżonn l-intervent tal-pulizija u lanqas ikun hemm bżonn li jsiru ħafna rappoti mir-residenti.", "Sur President, irrid ngħid li waħda mill-preokkupazzjonijeit li wrew dawn is-sidien f'din il-laqgħa li qed insemmi kienet li kultant ikollhom jiffaċċjaw ir-realta` li ċerti persuni li jkunu qegħdin fil-bars tagħhom forsi ma jkunux iridu josservaw ċerta leġislazzjoni.", "Issemmiet b'mod partikolari l-leġislazzjoni marbuta mat-tipjip pero` r-regolamenti u l- liġijiet qegħdin hemm biex jiġu osservati.", "Hawnhekk irid ukoll jidħol il- buon sens min-naħa ta' kulħadd.", "Jekk jien bniedem li npejjep m'għandix inġib lis-sid tal-bar f'sitwazzjoni antipatika billi npejjep fil-bar.", "Min ipejjep f'bar ma jkunx qed josserva l-leġislazzjoni ta' pajjiżna.", "Jien nawgura li din l-assoċjazjzoni ġġib aktar kooperazzjoni bejn l-istess sidien u twassal biex ċerti drittijiet li għandhom dawn in-nies ikunu mħarsa u mqiegħda fuq pedamenti aktar sodi milli kienu sal-lum.", "Laqgħa oħra li saret riċentement kienet tirrigwarda l-iżvilupp li se jagħmel il-gvern fil-ġimgħat li ġejjin fejn se ssir bajja bir-ramel li ma tkunx fil-forma tradizzjonali tagħha imma tkun fuq il-blat fejn tista' titgawda min-nies li jużaw dawn il-postijiet.", "Din il-laqgħa kienet indirizzata mill-Ministru Francis Zammit Dimech u fiha kien hemm indikazzjoni ċara ta' l-investiment li qed jagħmel il-gvern permezz tal- ministeru tat-turiżmu fl-inħawi ta' Buġibba, il-Qawra u San Pawl il-Baħar.", "Fil-fatt parti mill-kosta ta' dawn l-inħawi, li jekk m'iniex sejjer żball tlaħħaq madwar 2,000 metru kwadru, se tiġi mibdula minn area ta' blat li kemm kemm tissogra timxi fuqu għal bajja li tkun tista' titgawda minn dawk il-persuni kollha li jmorru jgħumu hemmhekk.", "Dan huwa żvilupp li għandu jgħin biex jistabbilixxi bajja oħra ramlija fl-inħawi ta' Buġibba.", "Meta tkellem il-Ministru Zammit Dimech għamel riferenza għall-fatt li numru sostanzjali ta' sodod tat-turiżmu li għandna f'pajjiżna jinsabu f'dawn l- inħawi u allura l-fatt li se jkun hemm żvilupp ta' parti mill-kosta forma ta' perched beach se jwassal biex jitjiebu l-faċilitajiet f'dawk l-inħawi.", "Sur President, dwar l-iżvilupp ta' perched beach f'dawn l-inħawi rrid ngħid li dan huwa żvilupp li għandu jgħin b'mod qawwi lis-settur turistiku pero` rrid nagħmilha ċara wkoll li dak il-perched beach li qed jagħmel il-gvern huwa żvilupp li se jitgawda kemm mit-turisti kif ukoll mill-Maltin.", "Dan qed ngħidu għax l-aċċess kien u se jibqa' liberu għal kulmin ikun jixtieq juża dawk l-inħawi.", "Irrid ngħid li f'din il-laqgħa kien hemm numru ta' suġġerimenti u talbiet li jvarjaw.", "Per eżempju, ġie mistoqsi għaliex intgħażel dak il-post u mhux x'imkien ieħor.", "Kien hemm ukoll talba biex partijiet oħra mill-bajja ta' San Pawl il-Baħar u Buġibba jinbidlu wkoll f'bajja ramlija.", "Hawnhekk il-ministru għamel riferenza għall-fatt li minbarra dan l-iżvilupp partikolari li qed isir din is-sena, matul is-snin li ġejjin se jkun hemm żviluppi oħrajn li jirrigwardaw il-ponta tal-Qawra li huwa post frekwentat ħafna minn ammont sostanzjali ta' Maltin u barranin.", "Dan juri li l-impenn tal-gvern se jibqa' li nżidu l-faċilitajiet f'dawk l-inħawi.", "Sur President, f'din l-istess laqgħa kien hemm riferenza għall-fatt li l- gvern qed jimpenja lilu nnifsu wkoll biex ikompli jara li jkun hemm aktar żviluppi fil-kosta kollha li bejn wieħed u ieħor tibda mis-Salini u tibqa' sejra sal-Mistra.", "Għalkemm il-Mistra taqa' taħt il-Mellieħa u s-Salini jaqa' taħt in-Naxxar bħala kunsilli lokali, tradizzjonalment din il-kosta hija meqjusa li tifforma parti mill-coastline ta' San Pawl il-Baħar, Buġibba u tal-Qawra li fiha kien hemm diversi żviluppi.", "Fil-fatt matul is- sena li għaddiet il-ministeru għar-riżorsi u infrastruttura beda t-tindif tal-kanal li hemm madwar is-Salini u nista' ngħid li parti minn dak it- tindif sar biss grazzi għad-determinazzjoni tal-Ministru Ninu Zammit.", "Dan qed ngħidu għax kien hemm diversi rwiefen li pprovaw iwaqqfuh milli jagħmel it-tindif kollu li kien hemm bżonn.", "Dan il-kanal beda jitnaddaf pero` mbagħad ġiet ix-xitwa u waqafna.", "Issa li qed noqorbu lejn iż-żmien tas- sajf jien nistenna li jitkompla dan ix-xogħol ta' tindif biex nassiguraw li neliminaw il-problema ta' rwejjaħ li kultant jiżviluppaw f'dawk l-inħawi.", "Fil-fatt din il-problema kienet diġa` mnaqqsa ħafna bix-xogħol li sar is- sena li għaddiet u jien nittama li matul din is-sena nkunu f'qagħda li nassiguraw li dak il-kanal jinfetaħ u l-ilma jkun jista' jerġa' jibda jiċċirkola madwar is-Salini.", "Ħafna minn din il-ħsara kienet saret minn maltempata li kellna fl-1979 u allura nittama li din is-sena nkunu nistgħu nerġgħu nassiguraw li jkun hemm iċ-ċirkolazzjoni meħtieġa ħalli dan il-post jerġa' jingħata l-ħajja li sfortunatament kienet mietet wara l-1979.", "Irrid ngħid ukoll li ħdejn Kennedy Grove, permezz ta' għajnuna mill-HSBC, diġa` tħawlu mijiet ta' siġar li qegħdin jittrasformaw dik l-area f'masġar partikolari.", "Hawn irrid ngħid ukoll li l-gvern ukoll għamel ammont ta' investiment f'dik li hija infrastruttura.", "Ir-riżultat ta' dan issa narawh meta jgħaddi ftit żmien ieħor u dawn is-siġar jibdew jikbru u jħaddru.", "Hawn irrid ngħid ukoll li naf li l-HSBC diġa` għandu kollaborazzjoni f'oqsma oħrajn.", "Kieku ssir kollaborazzjoni ma' l-iskola primarja ta' San Pawl il-Baħar, li tilqa' fiha aktar minn 800 student, u kull student iħawwel imqar siġra waħda kull sena, allura żgur li nkunu qegħdin nikkontribwixxu b'mod qawwi f'dak li huwa taħwil ta' siġar f'pajjiżna.", "Sur President, waħda mill-affarijiet li għal snin twal kienet ta' ċertu concern għal dawk li għamlu xi żvilupp hija l-kwestjoni ta' l-hekk imsejħa front gardens ta' l-outlets kummerċjali.", "Hawn mhux qed nirriferi biss għar- restaurants imma qed nirriferi wkoll għal numru sostanzjali ta' outlets kummerċjali oħrajn bħalma huma ħwienet li jbigħu s-souvenirs jew oġġetti oħrajn marbutin mat-turiżmu.", "Għal numru kbir ta' snin is-sidien ta' dawn il-postijiet iffaċċjaw il-problema li jsaqqfu l- front gardens mingħajr ma kienu jingħataw il-permessi meħtieġa min-naħa ta' l-awtorita` ta' l- ippjanar.", "Hawn irrid ngħid li wieħed jista' jargumenta favur jew kontra pero` milli jidher hemm numru żgħir ta' permessi li ħarġu f'dawk l-inħawi u allura s-suġġeriment tal-persuni involuti huwa li għandna nsibu policy aċċettabbli mingħajr ma neskludu l-possibilita` li partijiet mill-front gardens ikunu msaqqfa.", "Fl-aħħar mill-aħħar jekk wieħed jiddisinja xi ħaġa b'mod tajjeb m'għandux għalfejn ikun hemm l-oġġezzjonijiet li jkollna preżentement.", "Issa nixtieq nitkellem ftit fuq ix-Xemxija.", "Għat-tielet darba jkolli nsemmi l-iżvilupp mhux tajjeb ta' Mistra Village fejn sfortunatament il- lukanda li kien hemm kienet ta' ċerta kwalita` pero` s-sidien tagħha biegħuha biex tiġi żviluppata.", "Fil-fatt issa għaddew ix-xhur minn meta nbiegħet, għaddew ix-xhur minn meta nbiegħet l-għamara, għaddew ix-xhur minn meta l-aperturi jew insterqu jew ma nafx xi ġralhom u qed ngħixu f'sitwazzjoni fejn il-Mistra Village huwa sors ta' inkwiet għar-residenti li joqogħdu n-naħa ta' Xemxija Heights.", "Dak il-post li għal tant snin kien jipprovdi impjieg għal ħafna nies, aktar ma jgħaddi ż-żmien iktar qed jinsterqu partijiet minnu.", "Naturalment hawnhekk ir-responsabilita` m'hijiex tal-gvern imma hija tas-sidien.", "Issa sar in-negozju, sar il-bejgħ u ngħalqet il-lukanda u allura għandhom jinbnew boundary walls u jiġu ssiġillati l-bibien u t-twieqi li hemm fil-ground floor biex dawk l-inħawi ma jkomplux ikunu ta' problema għar-residenti.", "Sur President, huwa importanti wkoll li wieħed jagħraf x'inhuma l-iżviluppi li qegħdin iseħħu bħalissa mill-bajja tax-Xemxija sa ħdejn il-knisja tal- Kapuċċini tax-Xemxija.", "Dan qed ngħidu għax riċentement kien hemm xi persuni li lmentaw dwar kemm hija wiesgħa l-bankina naħa jew inkella kemm hija wiesgħa l-bankina n-naħa l-oħra.", "Nistqarr li personalment m'għandi l-ebda sehem f'dak l-iżvilupp għax dak qed isir bejn il-kunsill lokali u l- ministeru għar-riżorsi u infrastruttura pero` huwa żgur li l-iskop tiegħu huwa wieħed li jkun hemm allinjament aħjar ta' two lanes għal dik it-triq.", "Dan kollu qed isir għax sfortunatament f'din it-triq seħħew inċidenti serji u saħansitra mwiet u allura l-appell tiegħi f'dan ir-rigward huwa li qabel ma naħarbu niġru u nitkellmu fuq xi problema partikolari, nipprovaw l-ewwel naraw x'se jkun ir-riżultat finali.", "Ladarba qed insemmi x-Xemxija ma nistax ma nitkellimx ukoll fuq l-iżviluppi proposti għal yacht marina f'dak l-inħawi.", "Hawnhekk irrid ngħid li xi xahar ilu kelli l-opportunita` li nkun il-Qatar fuq konferenza dwar it- telekomunikazzjonijiet.", "Nistqarr li jien ma kelli l-ebda idea ta' l- iżviluppi li qegħdin iseħħu f'dan il-pajjiż pero` meta kont għal din il- konferenza stajt nara l-mod kif pajjiżi oħrajn ħarsu lejn ċerti problemi li aħna forsi nkabbru ż-żejjed.", "Il-bajja tax-Xemxija hija post li l-awtorita` ta' l-ippjanar fl-1994 kienet identifikat bħala wieħed mill-postijiet fejn għandu jsir żvilupp ta' yacht marina.", "Fis-sena 2005 indunajna li hemm il- posedonia u allura wieħed irid joqgħod attent kif jipproteġiha.", "Meta kont il-Qatar irrealizzajt kif pajjiżi oħra jħarsu lejn il-problema ta' l-irdim jew ta' reclamation.", "Sur President, il-Qatar huwa pajjiż ta' 860,000 ruħ, bejn wieħed u ieħor id- doppju ta' Malta u għandu area ta' 11,300 kilometru kwadru li bejn wieħed u ieħor huwa 40 darba daqs l-area ta' pajjiżna.", "Dan ifisser li l-population density ta' Malta hija 1,200 jew 1,300 kull kilometru kwadru u l- popolazzjoni tal-Qatar hija ta' 100 persuna kull kilometru kwadru imma sadanittant, għax riedu u għax iridu jiżviluppaw dawk l-inħawi f'ċentru ta' tagħlim u ċentru turistiku, fil-Qatar bħalissa għaddej proġett li permezz tiegħu qed jintradmu 4 miljun metru kwadru ta' materjal.", "Dan huwa proġett ta' reklamazzjoni li jiswa mijiet ta' miljuni ta' dollari u dan f'pajjiż fejn il-population density hija ta' 100 persuna għal kull kilometru kwadru.", "Ir-riflessjoni li kelli meta kont il-Qatar hija dwar meta hawn Malta se jirnexxielna nirrealizzaw li l-iżviluppi li jagħmel il-bniedem għandhom ikunu tali li ma jagħmlux ħsara lill-istess natura pero` fl-istess ħin jiġu sfruttati bl-aħjar mod possibbli għall-użu tal-popolazzjoni tagħna u ta' dawk li jiġu jżuruna.", "L-aħħar ħaġa qabel nagħlaq tirrigwarda l-inħawi ta' Santa Marija Estate.", "Il-kunsill lokali tal-Mellieħa, b'kawża li oriġinat madwar sitta jew seba' snin ilu, ħa l-kumpannija li suppost tmexxi lil Santa Marija Estate il- qorti, il-kunsill lokali għan-nom tar-residenti rebaħ il-kawża, sar appell mis-sidien ta' l-istess kumpannija u dan intilef.", "Pero` l-affarijiet hemmhekk għadhom ma ġew irranġati.", "Fis-sentenza ħareġ li s-sidien ta' l-art oriġinali kellhom responsabilita` li jagħmlu t-toroq ta' dawk l-inħawi.", "Minkejja dawk iż-żewġ sentenzi sal-lum dawn it-toroq għadhom ma sarux, anzi jien informat li b'xi mod jew ieħor dawn is-sidien għamlu xi appell ieħor.", "Għalhekk f'isem ir-residenti li joqogħdu f'dawk l-inħawi naħseb li wasal iż- żmien li ladarba l-kumpannija ma tridx tagħti kas id-deċiżjonijiet tal- qrati tagħna, dawk it-toroq jiżviluppahom il-gvern a spejjeż tal- kumpannija.", "Imbagħad jekk kemm-il darba l-kumpannija tkun trid, din tkun tista' tfittex lill-gvern għad-danni jew għall-ħlasijiet li tippretendi li għandu jkollha.", "Dan qed ngħidu għax naħseb li wasal iż-żmien li b'mod iebes ma nħallux kumpanniji privati jaħsbu li jistgħu jagħmlu li jridu meta fir- realta` anke l-qrati ta' pajjiżna għal darba darbtejn ikunu qatgħu sentenza kontrihom.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada t-Tlieta, 4 ta' April 2006, fis-6.00 p.m. bl-agenda kif komunikata mill-Ministru.", "Fid-9.53 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "TAĦT L-INFLUWENZA TAX-XORB", "14348.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm persuni nqabdu jsuqu taħt l-influwenza tax-xorb fl-aħħar tliet snin?", "ONOR.", "TONIO BORG: L-informazzjoni mitluba hi kif ġejja:", "|Sena|Test |Test Mhux | | |Pożittiv |Komplut | |2003|54 |49 | |2004|48 |59 | |2005|30 |39 |", "STREET LIGHTING", "14349.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm talbiet hemm pendenti għal bozoz u floodlights?", "ONOR.", "TONIO BORG: It-tagħrif mitlub qed jitpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "ĊENTRU TAS-SAĦĦA", "14350.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid kemm persuni għamlu użu miċ- ċentru tas-saħħa ta' Raħal Ġdid fl-aħħar sentejn?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: In-numru ta' pazjenti li għamlu użu miċ-ċentru tas- saħħa ta' Raħal Ġdid fis-snin 2004 u 2005 hu ta' 307,380 u 287,552 rispettivament.", "STABILIMENTI TA' L-IKEL", "17906.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid kemm stabilimenti u proċessuri ta' l-ikel, eċċ., ġew ispezzjonati matul l-2005?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Matul is-sena 2005 saru 9,809 spezzjonijiet fi stabilimenti ta' l-ikel, 1,120 minnhom f'Għawdex.", "ALKA", "17907.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid kemm trakkijiet jintużaw biex titnaddaf l-alka minn max-xtut?", "Fejn tintrema l-alka?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: It-taqsima tat-tindif tax-xtut li taqa' taħt ir-responsabbilta' tal-ministeru qed taħdem b'erba' trakkijiet impressed, bin-numru ta' inġenji jiżdied skond il-ħteġijiet tax-xogħol.", "Bħalissa l- alka qed tintrema l-Magħtab u ġo barriera f'Little Armier, bi ftehim mal- kunsill lokali tal-Mellieħa.", "F'Għawdex ix-xogħol tat-tindif tax-xtut jaqa' taħt ir-responsabbilta' tal- ministeru għal Għawdex.", "BEACH CLEANERS", "17908.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid kemm beach cleaners hawn b'kollox?", "X'apparat inxtara sabiex il-ħidma tagħhom tkun aktar intensiva?", "Xi pjani hemm għax- xhur li ġejjin?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: In-numru totali ta' nies inkarigati mit- tindif tax-xtut hu 103, li 85 minnhom huma mpjegati tal-gvern u 18 ġejjin mill-IPSL.", "Sabiex il-ħidma għal xogħlijiet fil-bajjiet tkun aktar intensiva nxtraw xkupi, pali u għodda oħra relatata kif ukoll ilbies adatt għall-ħarsien tas- sigurta' tal-beach cleaners fuq il-post tax-xogħol, bħalma huma ngwanti u boots.", "Inxtraw ukoll żebgħat, pniezel u għodda oħra li jservu biex jinħadmu laned taż-żibel, slielem u oġġetti oħra relatati.", "Is-sezzjoni beħsiebha fix-xhur li ġejjin tkompli tnaddaf ix-xtut kollha kuljum, bis-Sibt u l-Ħadd b'kollox.", "XORB EĊĊESSIV", "17909.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid kemm persuni daħlu l-isptar, kawża ta' xorb eċċessiv matul l-2005?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Mis-sistema tal-hospital activity analysis jirriżulta li fis-sena 2005 ġew ammessi l-isptar 77 każ minħabba xorb eċċessiv, bil- każi jinqasmu fi tliet kategoriji:", "Kategorija A: Sindromu ta' dipendenza fuq l-alkaħol (ICD-10 code F10.2);", "Kategorija B: Intossikazzjoni kkawżata mill-alkaħol iżda l-persuna ma tidhirx li kienet dipendenti fuq l-alkoħol (ICD-10 code F10.0); u", "Kategorija C: Mard tal-fwied attribwit għall-alkaħol (ICD-10 code K70)", "Tagħrif dwar l-eta' tal-pazjenti f'kull kategorija hu kif ġej:", "|Eta' |Kategor|Kategor|Kategor| | |ija A |ija B |ija C | |10-19 |1 |10 |- | |20-29 |2 | 5 |- | |30-39 |2 | 4 |1 | |40-49 |6 | 4 |7 | |50-59 |3 | 8 |8 | |60-69 |4 | 1 |7 | |70-79 |1 | - |- | |80+ |1 | - |1 | |Unspec|- | 1 |- | |ified | | | |", "SKEJJEL LI JGĦALLMU L-INGLIŻ", "17952.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 17683 u jgħid kemm familji hemm li l-iskejjel li jgħallmu l-Ingliż għaddew tagħrif dwarhom lid-dipartiment tat-taxxi interni dwar dħul li jkun ġej mill-istudenti li jżommu magħhom?", "Għal-liema snin għaddewh dan it-tagħrif?", "B'liema rata ta' taxxa se jiġu ntaxxati l-familji?", "X'impatt se jkollu dan kollu fuq settur tant importanti f'pajjiżna?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: In-numru ta' familji li dwarhom id-dipartiment tat- taxxi interni wasallu tagħrif mill-iskejjel huwa medja ta' 1,700 għas-snin bażi 2002, 2003 u 2004 - qed ngħid medja minħabba l-fatt li n-numru mhuwiex l-istess għal kull sena - bil-mod kif dan id-dħul se jkun intaxxat jiġi kkomunikat fil-ġranet li ġejjin.", "Kien proprju għax ġie kkonsidrat l-impatt tat-tassazzjoni fuq dan is-settur li wara diskussjonijiet mar-rappreżentanti tal-familji involuti, ġie deċiż li jkun hemm trattament speċjali u speċifiku għalih.", "TRIQ SIR HARRY LUKE FIN-NAXXAR", "17953.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 17653 u jgħid x'inhuma r-raġunijiet li għalihom qatt ma tlestiet b'mod diċenti Triq Sir Harry Luke, f'San Pawl tat-Tarġa?", "Meta se titlesta t-triq kollha?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: L-awtorita' għandha stima u abbozz ta' tender għal xogħlijiet fi Triq Sir Harry Luke, San Pawl tat-Tarġa u bħalissa għaddej eżerċizzju sabiex ikunu identifikati t-toroq li se jidħlu fil-programm għax- xhur li ġejjin.", "FUEL AND GAS OIL", "17954.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-prezzijiet platts li l-Enemalta setgħet tixtri bihom ta' kuljum il-fuel oil u l-gas oil għax-xhur ta' Ottubru, Novembru, Diċembru 2005 u Jannar 2006?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "FOR A BETTER SLIEMA", "17955.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jgħd kemm ġiet tiswa l-pubblikazzjoni \"For a Better Sliema\"?", "Meta tqassmet lir-residenti?", "Kemm kopji tqassmu?", "Kemm ġie jiswa t-tqassim tagħhom?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Il-pubblikazzjoni indikata qamet Lm1,003 bil-VAT b'kollox u tqassmet bejn is-7 u t-8 ta' Marzu, 2006.", "B'kollox tqassmu mas- 7,400 kopja.", "L-ispiża ta' distribuzzjoni telgħet Lm96.20.", "ENVIRONMENTAL LANDSCAPING CONS", "17957.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid x'xogħlijiet għamel l- environmental landscaping consortium taħt l-iskema PPP fis-snin 2002, 2003, 2004 u 2005 u xi ħlasijiet talab u ngħata għal dawn ix-xogħlijiet?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Ix-xogħlijiet li għamel l-environmental landscaping consortium saru f'dawn l-inħawi: War memorial, RAF memorial, Kristu Re, Kastilja, Triq Sant'Anna, il-ġonna Spencer, Sta Venera/Msida junction, Kappara roundabout, Qormi roundabout, Mellieħa/Selmun roundabout u Vjal De Paule/Triq l-Imdina.", "Sar ukoll xogħol ta' landscaping fir- rikostruzzjoni tat-triq bejn l-Imġarr u Ħal-Luqa.", "Barra minn hekk ta' kuljum isir xogħol ta' rutina ta' manutenzjoni, jigifieri flowering, weeding u upkeep ta' kull triq arterjali, kif ukoll manutenzjoni tal-ġonna ta' San Anton, tal-Barrakka ta' Fuq, tal-Barrakka t'Isfel, ta' l-Argotti, ta' Sa Maison, ta' Herbert Ganado u tal-Buskett", "Tagħrif dwar ħlasijiet li saru għal dawn ix-xogħlijiet hu kif jidher hawn taħt u anke ta' min jgħid li dawn il-pagamenti jinkludu:", "*Manutenzjoni tat-toroq arterjali kollha;", "*Manutenzjoni tal-ġonna pubbliċi li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-gvern ċentrali;", "*Salarji ta' 231 impjegat tal-gvern sekondati ma' l-environmental landscaping consortium;", "*Salarji ta' 26 ħaddiem ex-Kalaxlokk;", "*Bonuses tal-ħaddiema, inkluż incentive bonus.", "|Sena |Ammont | |2002 |Lm | | |381,198 | |2003 | | | |3,520,965 | |2004 | | | |2,737,192 | |2005 | | | |2,877,100 |", "It-talba dwar ħlasijiet hi ta' natura kummerċjali u għalhekk ma nħossx li għandi nippubblikaha.", "GĦAJN ŻNUBER", "17958.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jara li jittieħdu l-passi biex il-pumping station ta' Għajn Żnuber ma tibqax tfur u tniġġes l-inħawi?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jien informat li l-pumping station ta' Għajn Żnuber qatt ma faret.", "Il-fawran fl-inħawi ta' Għajn Żnuber hu kaġun ta' mains difettużi u nista' ngħid li ttieħdu l-passi kollha neċessarji biex dan id- difett jiġi rrimedjat.", "TRIQ L-GĦAKRUX F'ĦAŻ-ŻABBAR", "17999.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 15099 dwar bus shelter fi Triq l-Għakrux ġewwa Ħaż-Żabbar, jista' il-Ministru jgħid minn min tneħħa dan il-bus shelter?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ninsab informat li minn Triq l-Għakrux ma tneħħa l- ebda bus shelter u dan għas-sempliċi raġuni li qatt ma kien hemm bus shelter f'din it-triq.", "FONDAZZJONI GĦAS-SERVIZZI EDUKATTIVI", "18000.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 9760, jista' il-Ministru jgħid jekk ir-rapporti msemmija fit-tweġiba tqegħdux fuq il- mejda tal-Kamra?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Saret evalwazzjoni/case study dwar il-Klabb Ħilti ġewwa l-Isla li twettaq filgħodu bħala parti mill-proġett iffinanzjat mill-EU parent empowerment for family literacy.", "Dan sar minn Prof. Sheila Wolfendale li għalih tħallset £Stg1,000.", "Kopja tar-rapport se tingħata lill-Onor.", "Membru.", "Ninsab informat li matul dawn l-aħħar sentejn, il-fondazzjoni kisbet Lm49,660 f'fondi marbuta ma' proġetti mill-Kummissjoni Ewropea.", "Għall-ewwel aprti tal-mistoqsija l-Onor.", "Membru huwa mitlub jirriferi għall- mistoqsija parlamentari 988 tat-30 ta' Ġunju, 2003.", "KURRIKULU NAZZJONALI", "18001.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 3546 dwar il- kurrikulu nazzjonali, jista' il-Ministru jgħid jekk tlestiex l-eżerċizzju msemmi fit-tweġiba?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: F'dan l-istadju m'għandix x'inżid mat-tweġiba oriġinali.", "NIES ILLITTERATI", "18002.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 831 dwar nies illitterati, jista' il-Ministru jgħid jekk l-istatistika tqegħditx fuq il-mejda tal-Kamra?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-Onor.", "Membru huwa mitlub jirriferi għat-tweġiba ta' PQ 1171 u PL 405.", "PIXXINA NAZZJONALI", "18003.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentiari 17227 dwar il-pixxina nazzjonali, jista' il-Ministru jgħid meta ma baqgħetx tissaħħan il-vaska ż-żgħira ta' l-istess pixxina?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li minn Marzu ta' l-2004 ma baqgħetx tissaħħan il-vaska ż-żgħira tal-pixxina.", "VOT RIKORRENTI", "18004.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid kemm intnefqu flus matul l- 2005 taħt il-vot rikorrenti 28 - utilities?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-ammont ta' flus li ntnefqu matul l-2005 taħt il-vot rikorrenti 28 - utilities hu ta' Lm456,669.", "KONSUM TA' FUEL", "18012.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 17807 u jgħid kemm kien il-konsum ta' fuel f'Għawdex matul l-2005 u għal dawn l-aħħar ħames snin?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Din l-informazzjoni hi kummerċjalment sensittiva u għalhekk ma' tistax tingħata, speċjalment issa li dalwaqt jiġi lliberalizzat is-suq tal-fuel.", "SERQ", "18013.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm serqiet ġew irrapportati lill-pulizija minn vetturi/karozzi, djar privati u stabilimenti kummerċjali f'Ħad-Dingli matul l-2005 u f'dawn l-aħħar ħames snin?", "ONOR.", "TONIO BORG: It-tagħrif mitlub huwa kif jidher hawn taħt:", "|Serq |2001 |2002 |2003 |200|200| |(minn) | | | |4 |5 | |Vetturi |19 |9 |5 |19 |8 | |Residenzi| 0 |6 |3 | 1|0 | |Stab Kumm| 1 |1 |0 | 0|0 |", "IX-CHALET", "18029.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jikkonferma l-Ministru li wasal il-mument għat-twaqqigħ ta' l-istruttura magħrufa bħala x-Chalet?", "Minn min se jsir ix-xogħol?", "Peress li din l-istruttura għandha valur storiku, hemm bżonn ta' xi permess tal-MEPA?", "X'inhu ġej minflok din l-istruttura?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: L-istruttura tax-Chalet se tkun qed titneħħa fil- ġranet li ġejjin mid-dipartiment tax-xogħlijiet.", "Dan ix-xogħol hu kopert bi clearance min-naħa tal-MEPA, taħt", "provvediment ta' l-AL258/02, minħabba li ġie iċċertifikat li l-istruttura qiegħda fil-periklu li taqa'.", "Għalhekk ingħata permess lid-dipartiment tax- xogħlijiet sabiex iħottu dan il-bini u jitneħħa l-periklu.", "Il-permess li ngħata hu biss biex jitwaqqa' il-bini u ma jsir xejn minfloku.", "IMMANIĠĠAR TAT-TRAFFIKU", "18030.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jgħid f'liema stadju waslet l-introduzzjoni ta' skema għall-immaniġġar tat-traffiku fil-Belt u l-Floriana?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: L-Onor.", "Interpellant qiegħed probabbilment jirriferi għall-implimentazzjoni tal-ħsebijiet li ppubblika l-gvern fid- dokument konsultattiv \"strateġija għall-aċċessibilità fil-Belt Valletta u l- Floriana.\"", "Il-gvern ikkonsidra r-reazzjonijiet min-naħa tal-pubbliku u minn organizzazzjonijiet differenti, inkluż l-oppożizzjoni, għall-ħsebijiet li ppubblika f'dan id-dokument.", "Minn dakinhar 'il hawn, l-awtorita' dwar it-trasport identifikat kuntrattur għall-operat tas-sit tal-park and ride fil-Blata l-Bajda.", "Dan il-proċess iżda jinsab imwaqqaf minn appelli minn żewġ ażjendi oħra li qed jikkontestaw il-proċess ta' l-għażla.", "Hu mistenni li dawn l-appelli jkunu deċiżi fi żmien qasir minn arbitru taċ-ċentru ta' l-arbitraġġ.", "L-ADT għaddejja wkoll mill-proċessi ta' għażla ta' fornitur ta' servizz ta' minicabs elettriċi fil-Belt Valletta u ta' fornitur ta' servizz ta' aċċess ikkontrollat ta' vetturi.", "Infatti l-ministeru għadu kemm issottometta applikazzjoni lill-MEPA għall-outline development permit għall-iżvilupp ta' trasport vertikali b'funikular u elevators imqiegħda f'punti strateġiċi fil- fosos ta' San Ġwann u San Ġakbu biex itejbu l-aċċessibbiltà taċ-ċentru tal- Belt Valletta mal-Port il-Kbir.", "Kif jintemm il-proċess tal-permess, l-ADT se toħroġ stedina pubblika għall-offerti għal dan il-proġett ukoll.", "Il-programm ta' introduzzjoni ta' żona pedonali akbar fiċ-ċentru tal-Belt qed jiġi implimentat gradwalment u diġà bdew jiddaħħlu miżuri ta' restrizzjoni fi Triq id-Dejqa, Triq ir-Repubblika u Triq Melita.", "L- introduzzjoni taż-żona pedonali għandha tkun kompluta sa Settembru 2006.", "Waqt li ninsab informat li l-awtorità marittima bdiet il-proċess ta' offerti għal servizz bil-laneċ fil-portijiet minn u lejn il-Belt Valletta, nista' nikkonferma wkoll li l-gvern se jkun qed jaġġorna lill-pubbliku bil- konklużjonijiet tiegħu wara konsultazzjoni dwar id-dokument konsultattiv fil-ġimgħat li ġejjin.", "SEAT BELTS", "18031.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jikkonferma l-Ministru jekk hux minnu li s-siden tal-minibuses se jiġu mġiegħla jistallaw seat belt għal kull seat li jkollhom?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Mhux minnu li l-minibuses li m'għandhomx diġa' seat belt se jiġu mġiegħla jistallaw seat belt.", "Anzi l-parir li dejjem ingħata hu li f'dawk il-każi fejn vetturi jkunu nħarġu mingħajr seat belts m'għandhomx jitwaħħlu seat belts.", "Tajjeb iżda ninforma lill-Onor.", "Interpellant li skond ftehim li kien sar mal-koperattiva tal-minibuses fl-1998 u anke permezz ta' tibdil li kien sar fir-regolamenti dwar vetturi bil-mutur fl-1999, kull minibus li tintuża għall-ġarr ta' passiġġieri b'kumpens jew ħlas u li nbniet wara l-1995, trid tkun mgħammra b'seat belts.", "Fil-fatt il-minibuses ġodda kollha li daħlu fis- servizz wara l-1998 huma mgħammra b'seat belts.", "Tajjeb li jingħad ukoll li l-użu tas-seat belts f'minibuses li huma mgħammra b'seat belts u li għandhom piż ta' anqas minn ħames tunnellati, ilu li daħal fis-seħħ mis-sena 2004.", "Minn Mejju li ġej iridu jibdew jintużaw is-seat belts anke f'dawk il-minibuses li jaqbżu l-ħames tunnellati kif ukoll f'coaches, kemm il-darba l-vettura tkun mgħammra bis- seat belts.", "Għal dan l-iskop se jkunu ppubblikati regolamenti ġodda.", "Intenni li l-użu tas-seat belts ma jsirx b'kapriċċ iżda għas-sigurtà tax- xufier u tal-passiġġieri.", "TEATRU RJAL", "18032.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jgħid x'sar mill-proġett għall-iżvilupp tas- sit tat-Teatru Rjal?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: L-iżvilupp tas-sit tat-Teatru Rjal għadu qed jiġi kkonsidrat.", "UNIVERSITA' TA' MALTA", "18068.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u lmpjiegi: Jista' il-Ministru jgħid kemm nurses u midwives iggradwaw mill-Universita' ta' Malta u f'liema grad?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif mitlub qed jitpoġġa fuq il-mejda tal- Kamra.", "SKOLA PRIMARJA TAX-XEWKIJA", "18069.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għal Għawdex: Peress li l-iskola primarja Rosa Magro tax-Xewkija għandha diversi ħsarat strutturali li jenħtieġu attenzjoni immedjata - liema ħsarat huma ta' periklu għat-tfal u għalhekk li l-ġenituri jinsabu nkwetati ħafna - u peress li fiċ-ċerimonja ta' l-għoti tal-premjijiet nhar il-Ġimgħa li għaddiet tħabbar li se jsiru xi xogħlijiet, tista' il-Ministru telenka x'xogħlijiet li se jsiru u anke tgħid x'tenders ingħataw, meta se jinbeda x- xogħol u meta hu previst li jitlesta?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Waqt li ma jirriżultax li hemm xi ħsarat strutturali li huma ta' periklu għat-tfal, ix-xogħlijiet ppjanati huma:", "*Qlugħ tad-dawl u istallar mill-ġdid kemm tad-dawl kif ukoll tas-servizzi msejħa low voltage, li jinkludu wkoll sistema ta' fire/smoke detection and alarm, CCTV;", "*Tikħil u tibjid ta' kullimkien;", "*Irranġar tal-ħsara fil-kolonni, liema ħsara fil-preżent mhijiex ta' natura strutturali u m'hi ta' l-ebda periklu għalmin jiffrekwenta l-iskola;", "*Irranġar tal-bjut, inkluż dak tas-sala u tqegħid ta' waterproofing membrane;", "*Stallazzjoni ta' faċilitajiet sanitarji ġodda;", "*Upgrading komplet tas-sala ta' l-iskola, inkluż dawl u sound; *Aperturi ta' l-aluminium biex jingħalaq il-kurridur t'isfel;", "*Xogħol biex il-basement tiġi konvertita fi kmamar utilizzabli, li jinkludi xogħol ta' dampproofing ukoll.", "Intbagħtu d-dokumenti tat-tender lid-dipartiment tal-kuntratti għal ħafna mix-xogħlijiet imsemmija hawn fuq, liema tender hu stmat li se jiswa madwar Lm135,000.", "Għal xogħlijiet oħra li jiswew anqas minn Lm20,000 hu maħsub li jinħarġu tenders dipartimentali.", "Hu mistenni li x-xogħol li l-aktar jista' itellef il-ħidma ta' l-iskola jibda fil-bidu tal-vaganzi tas-sajf.", "Xogħol li ma jtellifx l-andament ta' l-iskola jibda kif jiġu aċċettati l-offerti.", "Hu previst li x-xogħol jitlesta qabel tibda s-sena skolastika l-ġdida.", "MCAST", "18070.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid għaliex l-istipendju li normalment jieħdu l-istudenti li jattendu l-kors ta' l-electrical licence A, MCAST Xewkija, Għawdex mhux qed jitħallas?", "Meta se jsir il-ħlas dovut?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Napprezza jekk l-Onor.", "Membru mqar tindika b'mod konfidenzjali, id-dettalji bl-isem u n-numru tal-karta ta' l-identita' ta' l-istudent konċernat biex il-każ jiġi mistħarreġ.", "TRIQ L-GĦABEX F'BIRKIRKARA", "18071.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Peress li Triq l-Għabex f'Birkirkara tinsab fi stat ħażin ħafna, tant li r-residenti tat-triq bagħtu e-mail lill-membri parlamentari u anke bagħtu indirizz ta' website fejn wieħed jista' jara d-diżastru li hemm, jista' il-Ministru jara li l-ilmenti ta' dawn ir-residenti jiġu indirizzati minnufih?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "TENDERS", "18072.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għal Għawdex: Tista' il-Ministru tgħid kemm tenders ħarġu u ngħataw fl-2005 mill-ministeru?", "Għal liema xogħol ħarġu?", "Min ħa t-tender?", "Kemm ġie jiswa x-xogħol u kemm dam biex jitlesta?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "DIRECT ORDERS", "18073.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għal Għawdex: Tista' il-Ministru tgħid kemm ingħata xogħol b'direct order mill-ministeru fl- 2005?", "Għal liema xogħol, min għamlu, kemm ġie jiswa u kemm dam biex jitlesta?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "AWTORITA' DWAR IT-TRASPORT", "18074.", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jikkonferma il-Ministru li l-impjegati governattivi li huma detailed mal-licensing and testing directorate ta' l-awtorita' dwar it- trasport, dan l-aħħar ġew informati mill-union tagħhom li dawk li se jagħżlu li ma jiġux impjegati b'mod permanenti ma' l-awtorita', se jkunu kostretti li jibqgħu ma' l-awtorita' u jibqgħu bl-istess kondizzjonijiet ta' l-impjegati l-oħra tal-gvern imma mhux se jkun hemm revocation tagħhom, fis-sens li ma jkunux jistgħu jiġu ttrasferiti għal dipartimenti oħra tal- gvern?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: L-impjegati tal-gvern li jaħdmu mal-licensing and testing directorate se jingħataw iċ-ċans li fi żmien xahrejn, wara li jiġi ffirmat il-ftehim kolletiv, jagħżlu jekk iridux jaqilbu l-impjieg tagħhom għal ma' l-awtorita'.", "Jekk ikun hemm impjegati li jagħżlu li jibqgħu mal-gvern, se jsir dak kollu possibbli biex dawn jiġu rilaxxati skond il-proċeduri ta' l-MPO.", "DEATH CERTIFICATE", "18075.", "L-ONOR.", "MICHAEL ASCIAK staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid għala l- kummissarju tal-pulizija ma joħroġx ċertifikat tal-mewt fuq fetu qabel ma jkollu 24 ġimgħa, minkejja li d-dipartiment tas-saħħa ma jsibx oġġezzjoni li l-fetu jindifen fil-qabar tal-familja?", "ONOR.", "TONIO BORG: Waqt li nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex jirriferi għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 17736, niġbidlu l-attenzjoni illi ċ-ċertifikat tal-mewt isir minn tabib u mhux mill-kummissarju tal-pulizija.", "KAŻ TA' PENSJONI", "18076.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Meta koppja li jkunu qed jgħixu flimkien u jieħdu l- pensjoni tax-xjuħ jew ta' l-invalidita' ikunu jridu jaqsmu l-pensjoni, tista' il-Ministru tgħid x'mezzi għandhom bil-liġi biex jaqsmu mingħajr ma jmorru quddiem il-qrati?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: L-Att dwar is-Sigurta' Soċjali jipprovdi għall- qsim ta' pensjoni bejn mara u żewġha fil-każ ta' pensjoni mhux kontributorja ta' l-eta' jew ta' diżabilita' biss.", "F'każ ta' pensjonijiet kontributorji u fin-nuqqas ta' ftehim legali, anke bonarju, jekk il-persuna li hi intitolata għall-pensjoni tkun trid, tista' titlob lid-dipartiment tas-sigurta' soċjali biex jgħaddi l-ammont indikat mill-pensjoni direttament lill-konjugi l-oħra jew l-ieħor skond il-każ.", "Naturalment tali arranġament hu dejjem suġġett għall-istruzzjonijiet li min ikollu d-dritt għall-pensjoni jista' jagħti minn żmien għal żmien.", "DAWL U ILMA", "18077.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid għaliex fil-każ ta' omm separata bit-tfal mingħajr impjieg, ma ġietx aċċettata t-talba tagħha għas- sussidju fuq id-dawl u l-ilma?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Il-persuna indikata ġiet informata mid-dipartiment tas-sigurta' soċjali dwar il-każ tagħha.", "KAŻ TA' PENSJONI", "18078.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tivverifika każ ta' persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, peress li qed jgħidulha li m'għandhiex bolol biżżejjed?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Il-persuna indikata ġiet informata mid-dipartiment tas-sigurta' soċjali dwar il-każ tagħha.", "TRIQ IL-15 TA' SETTEMBRU 1598 FL-IMQABBA", "18079.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jgħid meta se jinbeda x-xogħol fuq Triq il-15 ta' Settembru 1598, fl-Imqabba ġaladarba nħarġet anke l-esproprjazzjoni fil- gazzetta tal-gvern?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "KONT TAD-DAWL", "18080.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jara li xi ħadd mill-korporazzjoni Enemalta jeżamina l-arloġġ tad-dawl ta' anzjana li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, peress li l-kont qed jitlgħalha mas-sema?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "ASSENTEIŻMU", "18081.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid jekk persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, għandhiex permess biex tassentixxi ruħha darbtejn fil-ġimgħa mill-post tax-xogħol?", "Għandha permess biex ta' kuljum titlaq minn fuq il-post tax-xogħol qabel il-ħin?", "Għandha permess li tapplika għal sick leave b'mod esaġerat?", "Kemm leave without pay ħadet?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninsab informat li ma jeżisti l-ebda mpjegat fl- isptar San Luqa bl-isem li ntbagħat separatament mal-mistoqsija.", "ASFALTAR TA' TOROQ", "18082.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Jista' il-Ministru jara li Triq San Niklaw u Triq Blue Grotto, fis- Siġġiewi jingħataw it-tarmac peress li jinsabu fi stat ħażin?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "GWARDJANI LOKALI", "18083.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 17648 u jgħid kemm ċitazzjonijiet ingħataw mill-gwardjani lokali mill-bidu ta' din is-sena?", "ONOR.", "TONIO BORG: Mill-ewwel tas-sena sa l-20 ta' Marzu, 2006 ingħataw 43,307 ċitazzjonijiet mill-gwardjani lokali.", "ARMI TAN-NAR", "18088.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk armi tan-nar li dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament, jistgħux jiġu importati?", "ONOR.", "TONIO BORG: L-armi msemmija ma jistgħux jiġu importati fil-preżent.", "WEAPONS ADVISORY BOARD", "18090.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid min huma l-membri tal-weapons advisory board u jgħid ukoll b'liema kriterji ġew magħżula?", "ONOR.", "TONIO BORG: Il-weapons advisory board hu maħsub li jiġi mwaqqaf meta l-Arms Act tidħol fis-seħħ, pero' fil-preżent hemm bord ad hoc li l- funzjoni tiegħu hi li jagħti pariri lill-kummissarju tal-pulizija fuq ħruġ ta' liċenzji u anke qed jaħdem fuq il-ligi l-ġdida sabiex ifassal regolamenti li joħorġu minn din il-liġi.", "Dan il-bord hu kompost minn chairman u rappreżentanti tal-kummissarju tal- pulizija, ta' l-armata, tal- gun lobby u ta' dan il-ministeru.", "Dawn intgħażlu fuq bażi sew ta' l-esperjenza tagħhom f'dan il-qasam u dwar sigurta', kif ukoll dwar id-delizzju.", "TRIQ IN-NUTAR ZARB F'Ħ'ATTARD", "18092.", "L-ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO staqsa lill-Ministru għall- Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jgħid jekk għadx hemm il-ħsieb li t-traffiku li jgħaddi minn Notary Zarb Str, Ħ'Attard fid-direzzjoni tar- Rabat, jiġi devjat għal triq oħra li kellha tinbena fil-viċinanzi ta' Wied is-Sewda?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "TRIQ IN-NUTAR ZARB F'Ħ'ATTARD", "18095.", "L-ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO staqsa lill-Ministru għall- Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jikkonsidra li f'Notary Zarb Street, faċċata taċ-ċimiterju ta' Ħ'Attard, isiru l-modifikazzjonijiet neċessarji sabiex jitnaqqas il-periklu li hemm u b'hekk jiġu evitati numru inaċċettabbli ta' inċidenti tat-traffiku?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "DAWL U ILMA", "18098.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 17814 u 17964 u jgħid jekk minħabba s-surcharge fuq il-kontijiet tad-dawl u l-ilma introdotta dan l-aħħar u minħabba il-piżijiet ġodda, għamilx arranġamenti ma' l-industrija u ma' min iħaddem jew mar-rappreżentanti tagħhom - jiġifieri mat-tarznari, fabbriki, lukandi u ristoranti kif ukoll ma SMEs oħrajn - biex dawn ikunu jistgħu jagħmlu staggering tal-pagamenti dovuti jew isir xi arranġament simili mal- korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma?", "Jista' jgħid jekk hijiex l- intenzjoni tal-gvern li jgħin lil dawn is-setturi?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jien informat li la l-korporazzjoni Enemalta u lanqas il-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma m'għamlu arranġamenti ta' staggering fuq il-pagamenti ta' l-elettriku u/jew ta' l-ilma.", "METER TA' L-ILMA", "18099.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jara li l- meter ta' l-ilma ta' koppja pensjonanta li aktar dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, jiġi ċċekkjat għax il-konsum reġistrat hu esaġerat u qed iwassal għal tbatija kbira għal din il-familja?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "BOATHOUSES FL-ARMIER", "18100.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid x'sar mill-ftehim li kien ġie propost lis-sidien tal-boathouses ta' l-Armier fit-3 ta' April, 2003 liema ftehim kien ġie aċċettat mill-istess sidien?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jirriferi għat- tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 13650.", "TRIQ M. A. SAPIANO F'ĦAŻ-ŻEBBUĠ", "18102.", "L-ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO staqsa lill-Ministru għall- Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jikkonsidra li ssir mill-ġdid Triq M. A. Sapiano, f'Ħaż-Żebbuġ peress li tinsab fi stat diżastruż?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA", "18119.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tara li persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament u li skond sentenza tal-qorti se jkollha toħroġ mid-dar li tgħix fiha, tingħata akkomodazzjoni alternattiva biex ma tispiċċax homeless?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li kopja ta' l- ittra mingħand il-persuna konċernata, indirizzata lid-dipartiment għall- akkomodazzjoni soċjali, flimkien ma' kopja tad-dokumenti mitluba mill- istess dipartiment xhur ilu, waslu l-ministeru fis-27 ta' Marzu, 2006.", "Il-każ ta' din il-persuna issa qed jiġi kkonsidrat mill-imsemmi dipartiment flimkien ma' oħrajn simili.", "TRIQ NIKOL BALDACCHINO F'ĦAL QORMI", "18121.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' id-dipartiment tas-saħħa pubblika jinvestiga l- ilmenti tar-residenti ta' Triq Nikol Baldacchino, f'Ħal Qormi dwar ilma ħiereġ minn katusa li hemm imwaħħla mal-ħajt ta' fabbrika fl-istess triq?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-investigazzjonijiet neċessarji fi Triq Nikol Baldacchino, Ħal Qormi kienu diġa' saru minn uffiċjali tad-dipartiment tas- saħħa pubblika dwar xi lmenti.", "Dan id-dipartiment kien ordna li jsiru diversi tiswijiet permezz ta' nuisance report mibgħut fit-23 ta' Marzu, 2006.", "Saret ispezzjoni l-Ħamis, 30 ta' Marzu, 2006 u ġie vverifikat li tali tiswijiet ġew iffinalizzati.", "TRIQ IN-NASSAB F'ĦAL QORMI", "18122.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Tista' l-ADT tinvestiga lment komuni ta' residenti fi Triq in- Nassab, Ħal Qormi dwar bankina ġdida li qed issir f'din it-triq, li apparentement ġiet baxxa ħafna u mhux isservi biżżejjed ta' ilqugħ mill- vetturi u l-inġenji li jgħaddu mill-istess triq?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "SAN VINCENZ", "18123.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid kemm mill-ħaddiema f'San Vincenz de Paule mietu waqt li kienu għadhom fis-servizz mill-1990 sal-lum?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Hemm tmien impjegati li mietu waqt li kienu għadhom jaħdmu San Vinċenz de Paul mill-1990 sal-lum, u cioe': EN 1A, kitchen hospital auxiliary, hospital auxiliary, general hand, casual cleaner, motor transport driver (C), nursing officer u hospital auxiliary (B).", "DJAR GĦALL-ANZJANI", "18125.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid kemm sodod hemm f'residenzi u djar oħra ta' l-anzjani tal-gvern?", "Teżisti informazzjoni dwar sodod għall- anzjani għand il-privat, inkluż djar tal-knisja?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-informazzjoni hi kif ġej:", "|SVPR |1,053 | |Dar ta' l-anzjani ta' | 131| |Bormla | | |Dar ta' l-anzjani ta' | 47| |Floriana | | |Dar ta' l-anzjani ta' | 28| |Gżira | | |Dar ta' l-anzjani ta' | 63| |Msida | | |Dar ta' l-anzjani ta' | 65| |Mosta | | |Dar ta' l-anzjani ta' | 120| |Imtarfa | | |Dar ta' l-anzjani | 165| |taż-Żejtun | | |Casa Arkati | | | |23 | |Villa Messina | | | |56 | |Casa Serena | | | |34 |", "In-numru ta' sodod għall-anzjani fi djar liċenzjati għand il-privat hu ta' 1,449, inkluż dawk tal-knisja.", "STREET LIGHTING", "18126.", "L-ONOR.", "JOSEPH CASSAR staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li t-triq bejn iż-Żebbiegħ u Għajn Tuffieħa tiġi mdawla b'mod adegwat u b'hekk tiġi tikkomplimenta t-triq il-ġdida bejn il-Mosta u ż-Żebbiegħ?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jien informat li l-istallazzjoni ta' dwal ġodda hi responsabbilta' tal-kunsilli lokali jew ta' l-ADT f'każ ta' toroq arterjali u għaldaqstant l-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jirrriferi l-mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "SERVIZZ TAL-HELICOPTER", "18131.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jikkonferma li s-servizz tal-helicopter bejn Malta u Għawdex reġa' ġie sospiż?", "Meta se jerġa' jibda?", "Għaliex għal darba oħra dan is- servizz ġie sospiż?", "Għadu l-Prim Ministru ta' l-istess opinjoni li b'dan is-servizz ġdid, it-turisti f'Għawdex se jiżdiedu b'50,000 fis-sena?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Filwaqt li nirriferi l-Onor.", "Interpellant għar- risposta mogħtija mill-ministru għall-kompetittivita' u komunikazzjoni għall-mistoqsija parlamentari 17984, jien informat li s-servizz tal- helicopter reġa' beda nhar il-Ġimgħa 31 ta' Marzu.", "AWTORITA' TAD-DJAR", "18132.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tara li applikazzjoni HAA81/2005 tiġi pproċessata?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: L-applikazzjoni li għamel riferenza għaliha l- Onor. Interpellant se tiġi pproċessata kif meħtieġ.", "SERVIZZ TAL-HELICOPTER", "18133.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tikkonferma l-Ministru li s-servizz tal-helicopter f'Għawdex għal darb'oħra reġa' ġie sospiż?", "X'inhi r-raġuni?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jirriferi għall- mistoqsija parlamentari 17984.", "MISCARRIAGES", "18139.", "L-ONOR.", "MICHAEL ASCIAK staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid f'każ ta' miscarriage qabel l- 24 ġimgħa ta' tqala, tistax issir difna normali minn undertaker f'ċimiterju jekk tabib joħroġ iċ-ċertifikat tal-mewt?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Id-dfin ikun permess mid-dipartiment tas-saħħa pubblika meta l-mejjet ikollu burial permit maħruġ mill-kummissarju tal- pulizija.", "SERVIZZ TAL-HELICOPTER", "18141.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għall- Kompetittivita' u Komunikazzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 17984, jista' il-Ministru jgħid meta se jerġa' jibda jopera l-helicopter?", "Għaliex ma jiġix helicopter ieħor waqt li tkun qed issir il-manutenzjoni?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Is-servizz tal-helicopter bejn Malta u Għawdex ġie lura għan-normal fil-31 ta' Marzu.", "SERVIZZI F'ST LUKE'S", "18142.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija", "parlamentari 18007 u jgħid kemm pazjenti għamlu użu minn xi servizz fl- isptar San Luqa matul l-2005, kemm bħala in-patients kif ukoll bħala out- patients?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: It-total ta' pazjenti li għamlu użu minn xi servizz fl-isptar San Luqa matul l-2005 ma' jistax jingħata bħala numru wieħed.", "L- istatistika tinġabar bħala numru ta' persuni li għamlu użu mid-diversi tipi ta' servizzi, li jvarjaw minn eżamijiet sempliċi għal interventi ta' operazzjonijiet maġġuri.", "Qed tingħata lista ta' uħud mis-servizzi u n-numru ta' pazjenti li għamlu użu minnhom matul l-2005.", "|Registered in-patient | 44534 | |admissions | | |Registered day cases | 13723 | |Registered out-patient |235419 | |attendances | | |Registered A&E |107213 | |attendences | | |Surgical operation | 32000 | |episodes | | |Renal dialysis sessions | 14486 | |Radiology examinations | 78740 | |Physiotherapy sessions |119373 | |Occupational therapy | 8160 | |treatment | | |Speech and language | 4530 | |services | | |Hyperbaric unit | 841|", "FAĊILITA' KORRETTIVA TA' KORDIN", "18147.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jikkonferma l-Viċi Prim Ministru li persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, qed iżomm l-accounts tal-faċilita' korrettiva ta' Kordin?", "X'inhi r-raġuni?", "ONOR.", "TONIO BORG: Fil-preżent m'hemm l-ebda persuna li taħdem fil- faċilita' korrettiva ta' Kordin bl-isem mogħti fil-mistoqsija.", "BANK ĊENTRALI", "18151.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid għaliex il-banek qed jiġu mitluba jiċċekkjaw u jimblukkaw ċekkijiet tal-bank ċentrali f'ammonti ta' iktar minn Lm5,000?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tweġiba se tingħata f'xi seduta oħra.", "FOND BATTAL F'ĦAŻ-ŻABBAR", "18152.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid meta mistenni joħroġ b'tender il-fond li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li hu vojt?", "ONOR.", "TONIO BORG: Veru li l-fond mhux qed jintuża imma wieħed irid jgħid li dan jinsab mikri, għalkemm jien informat li l-kirja mhux se tiġi mġedda wara l-iskadenza li jmiss, jiġifieri wara t-30 ta' Ġunju, 2006.", "Appena t-taqsima proprjeta' tal-gvern tottjeni pussess tal-fond, ikunu jistgħu jiġu ppubblikati l-offerti għall-kiri tal-fond mill-ġdid.", "KONT TAD-DAWL", "18153.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid għaliex l-Enemalta talbet Lm250 lil konsumatur li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, meta hu qed jallega li ma kellux iħallas dan l- ammont?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "POSSESSION AND USE", "18154.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm postijiet hawn milquta bil-liġi tal-possession and use?", "Fejn huma?", "X'inhi l- prattika tal-gvern biex dawn il-postijiet ikunu jistgħu jinxtraw mill- inkwilini tagħhom?", "ONOR.", "TONIO BORG: Waqt li n-numru ta' kirjiet li t-taqsima proprjeta' tal- gvern qiegħda tħallas għall-proprjeta' li qiegħda għand il-gvern b'titlu ta' pussess u użu u dominju pubbliku huwa ta' 2,702, bil-lista li tindika fejn huma dawn il-lokalitajiet titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra, ninforma lill-Onor.", "Interpellant li sabiex jiġi stabilit kemm proprjeta' ġiet esproprjata taħt it-titlu ta' pussess u użu jrid isir eżerċizzju kumplessiv li jinvolvi ħafna riżorsi u li jieħu ħafna żmien.", "Għaldaqstant minħabba xogħol aktar urġenti li għandha t-taqsima proprjeta' tal-gvern, ma nħossx li dan l-eżerċizzju għandu jsir.", "Sabiex l-inkwilini li jikru flats jew djar li jinsabu fuq proprjeta' li ġiet esproprjata taħt it-titlu ta' pussess u użu jew ta' dominju pubbliku jkunu jistgħu jixtru r-residenza tagħhom, it-taqsima proprjeta' tal-gvern trid tixtri l-kumpens li jitħallas għall-pussess u użu/dominju pubbliku u dan skond l-emenda ta' Kap. 88 ta' l-Ordinanza dwar Akkwist ta' l-Artijiet għal Skopijiet Pubbliċi li saret permezz ta' Att XI tas-sena 2002 li ġie fis-seħħ fil-5 ta' Marzu, 2003.", "AIR MALTA", "18155.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid jekk l-Air Malta għandhiex il-ħsieb li fil-futur qarib iddaħħal cleaners għas- sajf?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-Air Malta m'għandha l-ebda ħsieb li ddaħħal cleaners la għas-sajf li ġej u lanqas fi żmien ieħor matul is-sena.", "BINJA TAL-GVERN", "18156.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tara li d-dipartiment għat-tiswija tal-bini tal-gvern jagħmel upgrading tal-parti komuni u tal-faċċata ta' binja tal-gvern li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, peress li hemm fili mikxufin u l-opramorta mhijiex fi stat tajjeb?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: It-tibjid tat-tromba tat-taraġ fil-blokk indikat mill-Onor.", "Interpellant ġie approvat u x-xogħol mistenni jsir aktar tard din is-sena.", "Rigward it-tikħil tal-faċċata, ninsab informata li dan sar l-aħħar fl-2000 u għalhekk id-dipartiment konċernat se jispezzjona l-post biex jivverifika l-ilment.", "KONSLU F'TORONTO", "18169.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' il-Ministru jispjega kif uffiċċju ta' rappreżentanza fi Brussels mhux se jinfetaħ u mbagħad għall-kariga ta' konslu f'Toronto, qed tissemma persuna li tgħix Malta u li se tiġi assenjata dan ix-xogħol li se jiġi jiswa ħafna iktar flus milli kieku kellu jinħatar persuna minn fost il- Maltin ta' Toronto?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Risposta tigħata f`xi seduta oħra.", "CASINOS", "18171.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm permessi ħarġu għall-ftuħ ta' casinos mill-1998 sal-lum?", "Kemm applikazzjonijiet hemm pendenti għall-ftuħ ta' casinos ġodda?", "ONOR.", "TONIO BORG: Il-liċenzji ta' casinos jinħarġu mill-aworita' dwar il- lotteriji u l-logħob u għaldaqstant nissuġġerixxi lill-Onor.", "Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "NOLLE PROSEQUI", "18172.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-każi kollha fejn l-avukat ġenerali applika n-nolle prosequi mis-sena 1998 sal-lum?", "Jikkonsidra li din issir proċedura tassattiva li ta' kull sena jitpoġġew fuq il-mejda tal-Kamra, il-każi li l-avukat ġenerali jidhirlu li għandu jwaqqaf milli jkomplu jew jibdew prosekuzzjoni f'każi kriminali u dan fl-interess pubbliku u għall-iskrutinju tal- parlament?", "ONOR.", "TONIO BORG: L-informazzjoni mitluba għall-parti l-kbira tas-snin imsemmija diġa' ingħatat fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari 10087.", "Dwar il-perijodu rimanenti, risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija, għalkemm is-suġġeriment qed jiġi nnotat, ma jidhirx li l-prattika attwali ħolqot xi diżgwid jew inċertezza.", "KONSULENTI", "18173.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 16678, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid min huma l-konsulenti konċernati u xi ħlas ħadu?", "ONOR.", "TONIO BORG: It-tagħrif mitlub qed jitpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "KONSULENTI", "18174.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 16921, jista' il- Ministru jgħid min huma l-konsulenti konċernati u xi ħlas ħadu?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "PRIVATIZZAZZJONI TAL-MALTACOM", "18175.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Fid-dawl tar-rapport dettaljat li deher fil-business supplement ta' \"The Times\" tal-Ħamis 9 ta' Marzu, 2006 dwar kumpanniji involuti fil-privatizzazzjoni tal-Maltacom, u filwaqt li wieħed jilqa' b'mod pożittiv l-interess ta' investituri prospettivi mill-Golf Għarbi, xi ħaġa li l-Malta Labour Party jaqbel magħha fil-prinċipju, u filwaqt li ma rrid nuri l-ebda dubju fil-mezzi finanzjarji ta' dawn l-interessi privati, jista' il-Ministru fl-interess nazzjonali u fid-dawl tad-dikjarazzjonijiet tiegħu stess li naqbel magħhom, li trid issib strategic partner għax-xiri tal-Maltacom kif ukol li trid iżżid il- value added ta' l-intrapriża, jgħid:", "*Kemm esperjenza għandhom fit-telefonija mobile u fixed l-investituri minn Dubai u mis-Saudi?", "*X'inhu l-billing turnover tagħhom fit-telefonija, kemm fixed kif ukoll mobile?", "*F'liema pajjiżi oħra joperaw f'dawn l-oqsma?", "*Kemm ilhom joperaw f'dawn l-oqsma f'pajjiżhom u lil hinn minnu?", "*Kemm għandhom subscriber base u klijenti tagħhom?", "*Jekk hux minnu li wieħed mill-investituri prospettivi għadu qed jibni l- ewwel network tiegħu tal-mobile f'pajjiżu stess u sal-lum m'għandux networks f'pajjiżi oħrajn?", "*Jekk Telecom Italia qattx uriet interess li tinvesti hi direttament fil- Maltacom minflok tidħol f'sempliċi management agreement li seta faċilment intlaħaq ma' investituri oħrajn, inkluż investituri Maltin u", "*Kemm kien hemm kumpanniji oħra li għamlu bid għall-Maltacom sakemm skadiet id-data għall-binding bids?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB", "FACILITATOR", "W234 L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li student li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, minkejja li sentejn ilu, jiġifieri fl-2004, l-istatementing board approva li jkollu facilitator, dan xorta waħda baqa' mingħajru?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li minn April 2006 l-għajnuna se tiżdied b'assistenza individwali u t-tifel sena oħra se jkollu one-to-one facilitator.", "L-iskola informatni li dan qed isir bi ftehim mal-ġenituri tiegħu."]} {"filename": "19950711_440d_par.doc", "date": "1995-07-11", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Uffiċjali u Rivedut) IS-SEBA' PARLAMENT Seduta Nru. 440 It-Tlieta, 11 ta' Lulju, 1995 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati Malta Prezz Lm1 IS-SEBA' PARLAMENT Seduta Nru. 440", "It-Tlieta, 11 ta' Lulju, 1995", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.08 p.m.", "Talba", "Seduta Nru. 440", "It-Tlieta, 11 ta' Lulju, 1995", "WERREJ", "MINUTI 1073", "PETIZZJONI 1073", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 1074", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA 1080", "MOZZJONIJIET", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR NOMINI MILL-OPPOŻIZZJONI", "L-Ewwel Qari 1080", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR L-OMBUDSMAN", "THE OMBUDSMAN BILL", "Kumitat 1081", "AĠĠORNAMENT 1111", "MISTOQSIJIET IMWIEĠBA BIL-MIKTUB 1118", "MR SPEAKER (Onor. Lawrence Gonzi): Qabel ngħaddi għall-konferma tal- Minuti, nixtieq ninforma lill-Kamra li d-deċiżjoni li ttieħdet il-bieraħ rigward it-trasmissjoni tas-seduti tal-Parlament, se tibda tiġi mplimentata minn din is-seduta stess u allura minn hawn u ftit ieħor l-istazzjon tar- Radju Malta 2 se jkun awtorizzat biex jibda jitrasmetti s-seduta.", "Fis- seduti futuri ma jkunx neċessarju li jiena nawtorizza kull darba t- trasmissjoni, imma l-istruzzjonijiet li jien ħriġt huma fis-sens li t- trasmissjoni tas-seduta tibda malli tibda t-Talba u tispiċċa malli jagħlaq il-ħin ta' l-Aġġornament a meno che ma noħroġx ordni kontra dan jiena stess għar-raġunijiet kif spjegati fl-istess Standing Order li ġiet approvata l- bieraħ waqt is-seduta.", "Mela minn issa 'l quddiem l-istazzjon Radju Malta 2 jista' jibda jittrasmetti s-seduti.", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 439 li saret fl-10 ta' Lulju, 1995, ġew konfermati.", "PETIZZJONI", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Mizzi għandu petizzjoni.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, f'isem ir-residenti l-aktar milquta mill- problema tal-grit blasting u l-istorbju tad-Dockyard ġewwa l-Isla, nixtieq inressaq din il-petizzjoni:", "\"Aħna li hawn taħt iffirmajna qed nagħmlu petizzjoni biex l- awtoritajiet konċernati jieħdu passi immedjati biex tiġi solvuta darba għal dejjem il-problema tal-grit blasting u storbju li qed isir fuq bastimenti fid-Drydocks fil-viċinanza tar-residenti ta' l-Isla.", "Qed nitolbu l-istess Awtorita' biex issib soluzzjoni:", "a) Temporanja - billi dan l-imsemmi xogħol isir 'il bogħod kemm jista' jkun mir-residenti u jittieħdu passi biex l-arja ma tiġix imniġġsa mill-materjal li jintuża f'dan ix-xogħol;", "b) Permanenti - billi jsir studju ħalli tinsab soluzzjoni dejjiema li ma tkunx ta' detriment għar-residenti ta' dawn l-inħawi.\".", "Din il-petizzjoni hija ffirmata mir-residenti l-aktar milquta fl-area ta' l- Isla.", "Nixtieq ngħid li dawn għandhom raġun, anzi nitlob lill-awtorita', lill-Prim Ministru u lill-Ministri biex dan is-sajf jipprovaw iqattgħu 24 siegħa biss mill-ħin liberu li jkollhom biex jaraw dawn il-problemi serji u minn liema affarijiet li ma jitwemmnux iridu jgħaddu dawn in-nies ħalli b'hekk tmisshom il-kuxjenza u jittieħdu passi bis-serjeta'.", "Grazzi, Sur President.", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Ngħaddu issa għall-mistoqsijiet", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "ISLA - ĦRUĠ TA' DRENAĠĠ FIX-XATT", "26839.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Edwin S.Grech) staqsa lill- Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jispjega għaliex għadu ma sar xejn dwar l-isbroffar tad-drenaġġ fin-naħa ta' ġewwa fix-Xatt ta' l-Isla wara erbgħa ġimgħat ta' ilmenti mir-residenti tal-post?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (Ministru għall-Ambjent): Nirreferi l- Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru.", "27310 fis-Seduta Nru. 439.", "F'din is-seduta, għall-mistoqsija li kien għamel l-Onor.", "Salvu Sant, jiena kont spjegajt li jien informat li d-drenaġġ li ħareġ fix-Xatt ta' l- Isla f'dawn l-aħħar ħmistax kien minħabba li żviluppat ħsara fil-pompi ta' Għajn Dwieli.", "Din il-ħsara issa ġiet irranġata u fil-fatt ma kien hemm ebda ħruġ ieħor ta' drenaġġ fil-post imsemmi.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "George Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mr Speaker, jista' l-Ministru jispjega kif għal sena wara l-oħra anke din is-sena reġa' għandna numru kbir ta' bajjiet li huma mniġġża mid-drenaġġ minkejja li kemm-il darba nġibdet l-attenzjoni fis-snin preċedenti u minkejja li nafu li dan qed ikollu effett ħażin ħafna kemm fuq il-Maltin li meta jiġu biex jirrikreaw rwieħhom isibu li ma jistgħux jgħumu f'ħafna mill-bajjiet kif ukoll mil-lat ekonomiku u fuq it-turiżmu?", "Jista' l-Ministru jispjega kif il-Gvern qed iħalli dan l-isbroff ta' drenaġġ f'bajjiet differenti u t-tniġġiż ta' l-ibħra?", "MR SPEAKER: Il-Ministru għall-Ambjent.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Mr Speaker, min irid jagħmel analiżi oġġettiva jirrikonoxxi li qatt ma kien hemm impenn qawwi għar-rigward ta' din il-kwestjoni nazzjonali daqskemm ħa l-Gvern preżenti din is-sena.", "Fil-fatt illum wieħed diġa' jista' jara li f'ċerti nħawi li fis-snin l- imgħoddija kienu jkunu karatterizzati minn drenaġġ kontinwu, il-problema hija eliminata.", "Per eżempju, hawnhekk nista' nsemmi l-problemi konsiderevoli li kien qed ikollna fin-naħa ta' l-GĦażżelin San Pawl il- Baħar - in-naħa tal-pitch - li issa ġew eliminati.", "Nista' nagħti eżempju ieħor billi nsemmi il-bajja ta' Pretty Bay f'Birżebbugia fejn sar xogħol qawwi u anke hawnhekk il-problema issa hija eliminata.", "Kif nafu, ix-xogħol fuq il-proġetti ta' drenaġġ għal dak li jirrigwarda l- bajjiet u x-xtut prinċipali ta' pajjiżna - speċjalment għal dak li jirrigwarda s-sajf - b'mod partikolari f'Wied il-GĦajn, għadu għaddej biex aħna nżommu l-impenn li tajna iktar minn darba f'dan il-Parlament u barra minn dan il-Parlament, li sa l-aħħar ta' dan is-sajf ix-xogħol kollu meħtieġ ikun sar.", "Jien qed niddistingwi l-problema tas-sajf mill-problemi tax-xitwa għaliex filwaqt li l-problema tas-sajf hija l-isbroff ta' drenaġġ li jista' jolqot bajjiet jew xtajtiet popolari mal-Maltin u mat-turisti, il- problema tax-xitwa hija l-isbroff tad-drenaġġ fl-inħawi li m'humiex viċin ix-xatt u fejn l-isbroff ikun ikkaġunat minn fatturi oħra.", "Ħafna drabi dan l-isbroff ikun ikkaġunat mill-fatt stess li meta tinżel xita qawwija, billi parti sostanzjali minnha tispiċċa fis-sistema tad-drenaġġ minħabba kommunikazzjonijiet li jkollok minn bjut ta' diversi djar u ta' diversi stabbilimenti għal ġewwa s-sistema.", "Allura anke għal dawk l-inħawi jrid ikollna l-programm u l-istess impenn li aħna se nkomplu bih fix-xhur tax- xitwa.", "Dan jgħodd kemm għal Wied il-GĦajn, kemm għal San Ġiljan, kemm għall-area ta' bejn ir-Rabat u l-Imtarfa, kemm għall-Marsa kif ukoll għal diversi nħawi oħra.", "Fost proġetti oħra, l-ikbar investiment kapitali li kellna din is-sena sar fil-qasam tad-drenaġġ u fil-fatt dan l-impenn diġa' ta riżultat aħjar mis-snin li għaddew u aħna se nkomplu għal riżultat dejjem aħjar anke fix-xhur li ġejjin.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mr Speaker, ma nafx kif il-Ministru ma jistħix jitkellem b'dan it-ton meta dan huwa l-istess diskors li smajna s-sena l- oħra.", "Jien ma nafx kif l-Onor.", "Zammit Dimech ma jistħix meta niftakar ċar li jien kont staqsejtu x'se jiġri f'Wied il-GĦajn u dakinhar il-Ministru kien ta l-commitment tiegħu u qal li x-xogħol se jibda fl-aħħar ta' l- istaġun tas-sajf biex ma jħarbatx l-istaġun tat-turiżmu.", "L-aħħar ta' l- istaġun tas-sajf tas-sena l-oħra wasal u ma beda xejn, iżda beda kollox ftit xhur ilu u llum Malta kollha taf bl-istat diżastrus li jinsab fih Wied il-GĦajn.", "GĦalhekk ma nafx kif illum il-Ministru qed jiġi hawn u jgħid li hemm programm u pjan li Wied il-GĦajn se jirranġa.", "Jista' l-Ministru jispjega biss kif nies minn tiegħu jiġu jirranġaw triq biex id-drenaġġ ma jkomplix ifur u ġimgħa wara dan jerġa' jibda jiskula minn ġot-tarmac?", "Dan hu x-xogħol li qed isir.", "Jien nixtieq li l-Ministru jerġa' jqum u jispjega lil din il-Kamra għaliex ix-xogħlijiet li kellhom isiru f'Wied il-GĦajn baqgħu ma bdewx fl-aħħar tas-sajf li għadda - kif kien wiegħed kemm-il darba f'din il-Kamra li kellhom jibdew - biex imbagħad bdew din is-sena u ħlew in-negozju u l-pjaċir kollu li kien ikun hemm f'Wied il-GĦajn u li kienu jgawdu l-Maltin.", "Illum il-ġurnata Wied il-GĦajn hu post diżabitat.", "Din hija l-ewwel ħaġa li ridt ngħid.", "It-tieni ħaġa nixtieq li l-Ministru jispjega u jgħid lil din il-Kamra xi pjani hemm biex dan il-proġett jispiċċa darba għal dejjem ħalli ma nerġgħux niġu hawn sena oħra - kif għamilna s-sena l-oħra u din is-sena - u nerġgħu niġu fl-istess ilma.", "Mela allura konna ngħidu sewwa meta konna ngħidu li s- south ta' Malta huwa minsi.", "Tant hu veru, li issa bil-fatti qed jidher li n-naħa t'isfel ta' Malta huwa kompletament traskurat.", "Mhux billi l-Ministru jiġi jgħid li f'San Pawl il-Baħar il-problema ġiet solvuta.", "Dażgur li l- problema hemmhekk ġiet solvuta!", "Imma hemmhekk in-naħa ta' fuq!", "Imma għan- naħa ta' Wied il-Għajn, il-Ministru għandu jagħti commitment lil din il- Kamra - suppost li għandu pjanti quddiemu - meta jaħseb li dan ix-xogħol ikun lest u meta se jispiċċa l-flaġell ta' Wied il-Għajn.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Mr Speaker, l-ewwelnett nirringrazzja lill- Onor. Interpellant li se jagħtini l-opportunita' li nerġa' nispjega dak li qed jagħmel il-Gvern preżenti fir-rigward ta' Wied il-Għajn, fejn kien hemm flaġell ta' abbandun totali sa l-1987.", "Nistieden ukoll lill-Onor.", "Interpellant biex jekk għandu l-ħila jikkwota chapter and verse fejn jien qatt tajt inpenn li x-xogħol kellu jibda fl-aħħar tas-sajf li għadda.", "Dan m'hu veru xejn.", "Jien nistiednek tikkwotali.", "L-impenn għamiltu f'Diċembru f'konferenza ta' l-aħbarijiet fi żmien il-budget.", "Kien impenn tal-budget u allura bilfors kellna nibdew wara l-budget ta' din is-sena.", "Din hija l- verita'.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mr Speaker, point of order.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "George Vella, point of order.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mr Speaker, il-Ministru f'din il-Kamra, ripetutament ta l-commitment tiegħu li x-xogħlijiet kienu se jibdew immedjatament malli kien se jispiċċa l-istaġun tas-sajf tas-sena l-oħra u r-raġuni li ta dak inhar kienet biex ma jħarbatx l-istaġun tat-turiżmu.", "U naf x'qiegħed ngħid.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Mr Speaker, la l-Onor.", "George Vella jaf x'qed jgħid, kulma jrid jagħmel huwa li jfittex ftit u jara jistax isib dan l-impenn li hu qed jikkwota.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Insibuha.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-impenn għall-proġett tad-drenaġġ fl- inħawi prinċipali tal-pajjiż milquta mill-problema li akkumulat għal snin twal sar f'konferenza ta' l-aħbarijiet li jiena kont tajt f'Diċembru tas- sena li għaddiet, liema impenn kien wieħed mill-impennijiet ċari elenkat fil-budget għal din is-sena u hemmhekk indikajna li dan huwa proġett li aħna rriduh lest fis-sajf ta' din is-sena.", "Irrid ngħid ukoll li meta f'Marzu u April bdejna x-xogħol, kien ikollna wkoll talbiet mill-komunita' kummerċjali ta' l-inħawi biex per eżempju jgħidulna li m'għandniex nagħmlu xogħol matul il-perjodu ta' l-Għid għaliex dak huwa wkoll perjodu ta' kummerċ qawwi għal Wied il-Għajn.", "M'hu veru xejn li dan il-post huwa xi post abbandunat jew diżabitat għaliex jekk wieħed imur fi tmiem il-ġimgħa, b'mod partikolari, u anke fi ġranet oħrajn jara attivita' kummerċjali qawwija.", "Pero' d-deċiżjoni li kellna nieħdu għar-rigward ta' Wied il-Għajn kienet deċiżjoni sempliċi u ċara.", "Id-deċiżjoni kienet jekk nagħmlux ix- xogħol kollu li huwa meħtieġ bl-effett kollu li jġib miegħu x-xogħol li wieħed jaħdem fl-inħawi kollha ta' Wied il-Għajn.", "Ħalli nfakkar daqsxejn x'qegħdin nagħmlu.", "Ix-xogħol jinkludi bdil ta' mains kollha n-naħa ta' Żonqor Point, u tan-naħa tas-Siberia, bdil tar-rising main minn Wied il- Għajn sa Ħaż-Żabbar, bini ta' pumping station ġdida u 'l quddiem trid tissaħħaħ is-substation ta' l-elettriku.", "Imbagħad sibna li se naħdmu f'xogħol li meta tħaffer flok issib art soda jew art kompatta - fejn kien sar xogħol fis-snin tmenin taħt l-Amministrazzjni Soċjalista - issib xogħol fuq il-ħama u allura b'rispett lejn il-komunita' kummerċjali ta' Wied il- Għajn b'mod partikolari dawk ta' Triq ix-Xatt - ta' Marina Street biex nagħmluha ċara - għidna li din il-parti tax-xogħol nagħmluha fix-xitwa u l- problema tas-sajf insolvuha xorta waħda billi nżidu pumping station oħra fit-tarf tat-triq tas-Siberja u nikkommunikaw is-sistema minn Triq Sant'Anna.", "Dawn huma ftit mill-eżempji tax-xogħol mill-iktar diffikultuż ta' Wied il-GĦajn.", "Hawnhekk irrid nerġa' nirrepeti li aħna stajna nimxu b'għażliet iktar tradizzjonali u faċli billi naqbdu x-xogħol biċċa biċċa u wara li nlestu per eżempju ż-Żonqor, nagħmlu l-parti tas-Siberja u s-sena ta' wara nagħmlu r-rising main għal Ħaż-Żabbar.", "Kieku mxejna hekk, dan kien ifisser li għalkemm it-toroq fl-inħawi kienu jitħarbtu anqas fl-apparenza, minflok ma nkunu solvejna l-problema tad-drenaġġ sal-bidu t'Awissu ta' din is-sena - f'dan il-Parlament kemm-il darba għidt b'risposta għad-diversi domandi parlamentari, b'mod partikolari domanda li kien għamilli l-Onor.", "Mario Galea li ħa interess fix-xogħol li qed isir f'dan il-post u talab speċifikament id-data ta' meta kellu jkun lest ix-xogħol, li dan ikun lest sa l-aħħar ta' Lulju - konna nibqgħu b'din il-problema għal snin twal.", "Jien ħassejt li din id-deċiżjoni hija ferm iktar responsabbli, anke jekk għall-mument hija inqas popolari, pero' n-nies ta' Wied il-GĦajn żgur li għad jirrikonoxxu li din kienet deċiżjoni responsabbli u li x-xogħol kollu li kien meħtieġ li jsir għas-sajf nagħmluh issa allavolja nkunu dħalna fix- xahar ta' Lulju u nispiċċaw fl-aħħar ta' dan ix-xahar ħalli l-problema tas- sajf ta' Wied il-GĦajn tkun riżolta.", "Meta mbagħad nirriżumu l-parti tal-programm tax-xogħol tax-xitwa f'Wied il-GĦajn u allura nerġgħu nagħmlu l-parti tal-proġett ta' Triq ix-Xatt, hemmhekk irridu nsaħħu - \"nirfdu\" hija l-kelma eżatta - il-moll kollu ta' Wied il-GĦajn permezz ta' kolonni b'saħħithom tal-concrete.", "Din hija l- ewwel ħaġa li rridu nagħmlu għax inkella dak il-moll iċedi, kif kien se jċedi anke kieku ma bdejniex il-proġett tad-drenaġġ ġewwa Wied il-GĦajn għax min jgħix hemmhekk - tistgħu titkellmu mas-Sindku u mal-Kunsilliera u man-nies kollha ta' Wied il-GĦajn - jaf li fil-moll ta' Wied il-GĦajn diġa' kien hemm ix-xquq fl-art.", "Mela dak irid ikun mifrud kollu, ġewwa dak ngħaddu s-sistema l-ġdida tal-komunikazzjoni tad-drenaġġ, nagħmlu wkoll sistema ta' mini biex inżommu wkoll l-overflow tax-xita - meta jinżel volum qawwi ta' xita - li jaffettwa dawk l-inħawi u ladarba dak il-proġett ikun lest, nagħmlu wkoll pavimentar ġdid u ambjent ta' promenade ġdida f'Wied il- GĦajn kif jixraq lill-komunita' kummerċjali u lir-residenti kollha ta' Wied il-GĦajn li qed jaraw realment l-impenn totali tal-Gvern preżenti fir- rigward tagħhom.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, nixtieq infakkar lill-Ministru li f'dan il- Parlament jien kont għidtlu li hu qal li sas-sajf dan ix-xogħol ikun lest.", "Jien kont għidtlu wkoll li jekk sa dan is-sajf ix-xogħol ikun lest, jien inkun lest li ngħidlu li hu raġel u li żamm kelmtu, pero' jekk ix-xogħol ma jkunx lest sas-sajf għandu jiġi f'dan il-Parlament u jgħid li kelmtu ma żammiex.", "Biex ikun jaf li dan li qed ngħid huwa minnu, aktar tard lill- Ministru se nagħtih kopja tad-debate - għax kumbinazzjoni din qiegħda fl- uffiċċju tiegħi.", "Jiġifieri jien għandi l-evidenza.", "Issa ħalli nagħmel il- mistoqsija proprja.", "Lill-Onor.", "Zammit Dimech kont għamiltlu mistoqsija parlamentari Nru. 27093 fuq il-qasam tad-drenaġġ u kien weġibni li x-xogħol qed isir mill- ewwel, qisu ried jgħidli li l-problema kienu solvewha.", "Allura għaliex meta jien għamiltlu din il-mistoqsija iktar minn erba' ġimgħat ilu, din il- problema fl-Isla xorta baqgħet l-istess?", "Jista' l-Ministru jgħidli wkoll jekk hux veru li fi stqarrija li kien għamel xi xhur ilu kien qal li f'Malta se jsiru tliet impjanti tat-tisfija tad-drenaġġ?", "Jiġifieri qed tikkonferma li l-impjant tat-tisfija tad- drenaġġ fil-Kalkara se jsir?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Mr Speaker, l-ewwelnett meta nisma' lill- Onor. Mizzi nibda nisma' ton differenti minn dak li smajt ftit ilu.", "Issa qed jgħid li sar l-impenn sas-sajf.", "U ngħidlu biex jara l-mistoqsijiet parlamentari kollha u jara fejn kelli talba f'dan il-Parlament li niddefinixxi b'mod preċiż \"sas-sajf\" xi tfisser u jsib il-mistoqsija parlamentari li saret f'Mejju ta' din is-sena - jiġifieri saret qabel il- mistoqsija parlamentari li qed jikkwota l-Onor.", "Mizzi - fejn l-Onor.", "Mario Galea staqsieni meta dan preċiżament ifisser u jien preċiżament weġibt li dan ifiser l-aħħar ta' Lulju, 1995.", "Nistgħu nikkwotaw il-mistoqsijiet parlamentari kollha u naqrawhom ħalli jagħmlu sens flimkien.", "Għar-rigward ta' l-impjanti tat-tisfija tad-drenaġġ huwa evidenti li biex nimxu ma' l-obbligi internazzjonali tagħna u biex nimxu ma' dak li l- Oppożizzjoni tqis ukoll bħala li għandu jkun l-impenn nazzjonali, jiġifieri li inti mhux biss tassigura li d-drenaġġ ma jiżbruffax fit-toroq u fil- bajjiet u ħdejn ix-xtut tagħna, imma li ma jkollokx out-flow tad-drenaġġ ġewwa l-baħar billi s-sistema tad-drenaġġ tkun ittrattata kollha u mhux biss 10% minnha, huwa evidenti wkoll li jrid ikollok impjant tat-tisfija tad-drenaġġ in-naħa ta' isfel ta' Malta.", "Issa jekk dan ikunx preċiżament ġewwa l-Kalkara jew in-naħa tax-Xgħajra jew inħawi oħra, aħna rridu niddiskutuh bl-iktar mod apert.", "Din m'hijiex parti imminenti li hija ppjanata mill-proġett, kif jiena spjegajt aktar minn darba ġewwa dan il- Parlament, imma huwa proġett li rridu niddiskutu bil-prinċipji kollha ta' ippjanar fl-aħjar interess tas-sistema mingħajr impatt ambjentali negattiv.", "Irrid infakkar li fejn fil-pajjiż għandna impjant tat-tisfija tad-drenaġġ, m'hemm l-ebda kritika minn xi ħadd li qed jgħidilna għaliex qed jaħdem \"hekk\" u mhux \"hekk\", għaliex l-impatt ambjentali tiegħu huwa negattiv.", "Huwa se mai pożittiv għaliex huwa mezz ukoll kif tipprovdi sistema ta' ilma second class jew third class - sejjaħlu li trid - għal skopijiet agrikoli biex wieħed iqassmu lill-inħawi ta' madwar.", "Issa fejn il-post għandu jkun huwa proċess ta' diskussjoni miftuħa li b'mod oġġettiv, b'mod serju u b'options differenti li l-Gvern diġa' qed jindika, aħna niddiskutu flimkien.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Salvu Sant.", "ONOR.", "SALVU SANT: L-ewwel ħaġa li rrid ngħid hija li ma nafx kif ħalllejt lill-Ministru jagħmel meeting.", "Pero' la għamel meeting ....", "(Interruzzjonijiet)", "MR SKEAKER: M'hemmx interruzzjonijiet.", "Inkomplu.", "ONOR.", "SALVU SANT: Dan id-diskors il-Ministru messu għamlu qabel u mhux wara tmien snin ta' din l-Amministrazzjoni u wara li ntnefqu dawk il-flus kollha.", "Jiena se nitkellem fuq Wied il-Għajn u mhux se nitkellem fuq id- distrett.", "Peress li l-Ministru semma l-elettriku, jista' jgħidilna f'Wied il-Għajn ilhom għal dawn l-aħħar tliet Milied u New Year bid-dawl maqtugħ?", "Veru li l-livelli tad-drenaġġ huma ħżiena?", "Jekk ried jirranġa l-parti ta' Wied il-Għajn - li huwa summer resort bħalma hija Buġibba u Tas-Sliema fejn joqgħod hu - għaliex dik il-parti ma tahiex prijorita' billi beda x-xogħol qabel ma daħal is-sajf u mbagħad kien ikompli bil-partijiet l-oħra tal- proġett?", "Għax dan il-proġett ma jinkludiex biss lill-Wied il-Għajn, iżda jinkludi wkoll il-parti l-oħra ta' Ħaż-Żabbar.", "Il-għala sar kollox b'vendikazzjoni - għax din jien vendikazzjoni ngħidilha - fis-sajf?", "(Interruzzjonijiet) U inti oqgħod kwiet!", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom, żommu ftit ordni.", "(Interruzzjonijiet) Onor. Sant, jekk jogħġbok, żomm ftit ordni.", "Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Mr Speaker, jekk kien hemm xi ħadd li għamel il-vendikazzjonijiet f'Wied il-GĦajn kien min fir-realta' abbanduna dan il-post għal 16-il sena sħaħ.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Dawn huma l- vendikazzjonijiet!", "U parti kbira mix-xogħol li llum qed nagħmlu f'Wied il- GĦajn ...", "Jien ma niddejjaqx inwieġeb b'ton ta' meeting meta hawnhekk ikolli mistoqsijiet b'ton li jwassalni biex inwieġeb għat-ton li jkun sar hawn ġew.", "Kieku ma għandniex problemi endemiċi ta' xogħol mill-iktar ħażin li kien sar f'Wied il-GĦajn taħt Amministrazzjoni Soċjalista għal 16-il sena, li kienet tagħmel xogħol ta' kafkaf, xogħol ġol-ħama, xogħol li tħaffer u ma ssib xejn fejn inti tista' torbot ix-xogħol li trid tagħmel bir-realta', kieku forsi ma kienx ikun hemm dawk il-problemi li ltqajna magħhom illum.", "Pero' rrid ngħid ukoll li matul it-tmien snin li għaddew b'mod mill-iktar regolari u konsistenti dan il-Gvern ħares lejn l-oqsma differenti ta' l- infrastruttura tal-pajjiż li kienu abbandunati u għamel pjan wara l-ieħor biex jagħti lill-pajjiż il-kwalita' ta' servizz li jixraq lil pajjiżna.", "Dan kellna nagħmluh fil-qasam tat-telekommunikazzjoni, fil-qasam tat- teknoloġija u qed nagħmluh kif konna qed nagħmluh fil-kamp tad-drenaġġ.", "Hawnhekk jien irrid ngħid li sibt il-bażi l-iktar importanti biex nibnu fuqha, li hija l-bażi tal-master plan anke għas-sistema tad-drenaġġ, fejn nagħmlu stocktaking ta' Malta kollha u nistaqsu x'hawn bżonn f'dan il- pajjiż biex is-servizz f'din il-parti ta' l-infrastruttura jsir bil-mod li jixraq u bil-mod li bih il-pajjiż ikun tassew jista' jiżviluppa bis- serjeta'.", "Issemmiet ukoll il-problema tad-dawl.", "Anke din il-problema rridu nsolvuha u din hija abbinata mal-proġett ta' Wied il-GĦajn.", "Fil-fatt se nipproċedu biex imbagħad nagħmlu substation ġdida ta' l-elettriku ġewwa Wied il-Għajn li l-effett immedjat tagħha se jkun li nsaħħu l-provvista' tad-dawl għal Wied il-GĦajn kollu għax is-substation li qed nagħmlu biswit il-pumping station ta' Wied il-GĦajn m'hijiex substation li sservi biss lill-pumping station - kieku pari mill-pumping station jekk hi pompa waħda, inħaddmuha fuq is-sistema ta' l-elettriku preżenti; jekk minn pompa waħda nżidu tnejn inkunu nistgħu nużaw il-ġeneratur - imma għal long-term, għax- xitwa, se nkomplu l-proġett tagħna billi nagħmlu substation tad-dawl ġdida u adekwata f'Wied il-GĦajn.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Portelli.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Mr Speaker, jgħid x'jgħid il-Ministru, huwa minnu li Wied il-GĦajn huwa ċimiterju u jekk dan imur iqatta' ftit ħin hemmhekk - kif nagħmlu aħna - isib li ma jkunx jista' jissaporti joqgħod hemmhekk.", "Nixtieq nistaqsih x'inhi r-raġuni li Triq Wied il-GĦajn - li tagħti minn Ħaż-Żabbar għal Wied il-GĦajn - ilha maqlugħa x-xhur.", "Kieku l-affarijiet saru sewwa, kieku l-ewwel imissha ġiet irranġata t-triq alternattiva li taqbad minn Triq is-Santwarju, tkompli għan-naħa ta' Triq il-Qaqoċċ u minn hemm tagħti għal Triq Wied il-GĦajn u b'hekk wieħed jiskapula parti sewwa mit-triq ta' Wied il-GĦajn bir-riżultat li jonqsu l-perikoli.", "Barra minn hekk, jista' l-Ministru jgħidli jekk huwiex minnu li ċediet inspection hole li għadha kemm saret ħdejn il-Knisja ta' Wied il-GĦajn, fejn it-Tiffany Kiosk?", "Fil-fatt lili qaluli li din niżlet iktar minn pied.", "Mr Speaker, irrid ngħid li f'Wied il-Għajn, bid-diżordni li hemm ir- restaurants kważi tilfu n-negozju kollu tagħhom.", "Kieku kien hemm il- Ministru nhar il-Ħadd, bħalma kont jien, kien ikun jaf x'qiegħed ngħid.", "Allaħares wieħed kellu joħroġ fis-sakra mingħand l-Awwista Restaurant għax żgur li jaqa' ġo gandott kollu drenaġġ tliet metri fond u tliet metri wisa'.", "Dan il-gandott qiegħed fi triq fejn l-Awwista Restaurant.", "Barra minn hekk jagħlqulek it-traffiku.", "Jiġfieri jekk ikun hemm bniedem li jrid ikompli jnaqqaslek in-negozju b'vendikazzjoni, jista' jaqbad u jagħmel barriera quddiemek u ħadd ma jkun jista' jasal ħdejk għaliex m'hemmx aċċess ieħor u biex tasal trid tmur bil-mixi.", "MR SPEAKER: Fil-qosor, jekk jogħġbok, Onor. Portelli.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Nistaqsi lill-Ministru jekk huwiex minnu li hemm xi kuntrattur li telaq ix-xogħol?", "Huwa minnu li qed isir xi xogħol temporanju li wara li ntnefqu l-flus fuqu - biex taparsi nkunu qdejna lil xi ħadd - irid jerġa' jinqala'?", "X'inhi r-raġuni li qegħdin indumu daqshekk fuq dan ix-xogħol - diġa' għaddew żewġt isjuf - meta ilna s-snin niġbdu l- attenzjoni għal dan f'dan il-Parlament?", "GĦaliex biex bniedem min-naħa tagħna jmur jgħum irid imur bilfors in-naħa ta' fuq, jagħmel spiża u jaħli l-ħin?", "MR SPEAKER: Il-Ministru, fil-qosor għax skada l-ħin, jekk jogħġbok.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Mr Speaker, tant hawn domandi li se nipprova nwieġeb għalihom fil-qosor.", "L-ewwelnett dwar il-kwestjoni ta' triq differenti biex tasal għal Wied il-GĦajn, dan kien ikun proġett ieħor għax parti mill-aċċess li kien suġġerit ried jgħaddi minn art privata u allura ma kienx prattiku li ndewmu l-proġett tad-drenaġġ ġewwa Wied il- GĦajn billi niftħu triq oħra alternattiva kif ġie suġġerit u għalhekk ipprovajna nagħmlu kemm jista' jkun management tat-traffiku fil- limitazzjoni ta' proġett mill-aktar vast ġewwa Wied il-GĦajn.", "Dan huwa aspett wieħed.", "Dwar il-parti tax-xogħol li sar ħdejn il-Knisja fejn qed ngħidu li biċċa mill-inspection hole ċediet 'l isfel, hija waħda mill-partijiet fejn l- aktar hemm problemi kbar għaliex taħt hemm il-ħama.", "Fil-fatt din hija l- unika parti li trid terġa' ssir apparti Marina Street pero' dan m'hux se jaffettwa l-kwalita' tax-xogħol li rridu għas-sajf u li qed isir f'dan l- istadju għaliex aħna qed inqassmu l-proġett f'żewġ fażijiet u meta nagħmlu l-parti tax-xitwa, dik il-parti tax-xogħol nirfduha wkoll - għaliex il- parti ta' ħdejn il-Knisja, fejn hemm il-kiosk hija fuq art li m'hi soda xejn.", "(Interruzzjonijiet) Jekk tħaffer u ssib il-ħama, tibqa' nieżel u kieku m'għamilniex dan ix-xogħol, xi darba dik il-parti kienet tinżel kollha.", "Fil-parti ta' l-Awwista Restaurant hemm dik il-ħofra l-kbira għaliex għaġġilna x-xogħol miż-żewġ naħat u allura meta t-trinka min-naħa u minn oħra titlaqa' bilfors ikun hemm dik is-sitwazzjoni temporanja, pero' din se tkun riżolta minn hawn u ftit ġranet oħra.", "Rigward kuntratturi, ħdimna b'aktar minn kuntrattur wieħed, ħdimna b'madwar seba' kuntratturi kollha fl-istess post u kollha b'inkarigu preċiż biex b'determinazzjoni totali xogħol li huwa diffiċli ħafna nlestuh u nagħtu lil Wied il-GĦajn il-proġett li minkejja d-diffikultajiet kbar tiegħu aħna nkunu rrisolvejnih ukoll.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet issa għadda.", "Tqegħid ta' karti.", "L-Onor.", "Deguara.", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Segretarju Parlamentari) (f'isem il-Ministru għall- Iżvilupp Soċjali): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' Ċirkolari maħruġa fl-10 ta' Ottubru 1994, dwar il-post ta' Departmental Nurse Manager fid-Diviżjoni tas-Saħħa bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 26981.", "MR SPEAKER: Il-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON (Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani): Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' dokument \"Information Technology in Education - Business Plan\" bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 27135.", "MR SPEAKER: Il-Ministru għall-Ambjent.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Lista ta' vetturi impressed mat-Taqsima tax-Xogħlijiet bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 27266.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet.", "MOZZJONIJIET", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR NOMINI MILL-OPPOŻIZZJONI", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Prim Ministru): Mr Speaker, nipproponi l-Ewwel Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att ta' l-1995 dwar Nomini mill- Oppożizzjoni\".", "MR SPEAKER: Min jissekonda, jekk jogħġobkom?", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO (Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin): Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att ta' l- 1995 dwar Nomini mill-Oppożizzjoni\", ikun moqri l-Ewwel Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri l-Ewwel Darba.", "MR SPEAPKER: Ngħaddu għall-Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR L-OMBUDSMAN", "THE OMBUDSMAN BILL", "L-ordni għall-Kumitat ġie moqri.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor.", "Claude Muscat, Viċi President tal-Kumitati, jippresjedi.", "Ikompli mill-10 ta' Lulju, 1995.", "Klawsola 13 - Funzjonijiet (Kont.)", "Clause 13 - Functions (Cont.)", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Jien nawgura lid-Deputy Chairman tal- Kumitati billi din hija l-ewwel seduta li se jikkonduċi huwa u nispera li ma tantx inħabbtuh.", "Il-bieraħ konna qegħdin fi klawsola 13 u konna wasalna biex niċċaraw il- kwestjoni li toħroġ mill-kliem \"azzjoni li ssir fit-twettiq tal- funzjonijiet amministrattivi\".", "F'waħda mir-risposti li ta l-Prim Ministru rriżulta li kwestjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-policy ma jaqgħux taħt il-parametri tal-kliem \"funzjonijiet amministrattivi\".", "Allura hawn tinqala' l-problema li wieħed irid jirrispondi għaliha u jiċċaraha.", "Meta r-raġuni għal azzjoni tiġi ddikjarata li tkun on grounds of policy, f'dak il-każ l-Ombudsman ikollu dritt jinvestiga?", "Din taqa' bħala fit-twettiq tal-funzjonijiet amministrattivi jew teżorbita mit-twettiq tal-funzjonijiet amminstrattivi?", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Mr Chairman, kif għidt ripetutament fis-seduti ta' qabel, l-Abbozz ta' Liġi huwa formolat b'mod li jagħti l-aqwa protezzjoni possibbli liċ-ċittadin.", "L-Ombudsman huwa l-aqwa ħabib taċ- ċttadin.", "Il-Liġi ssemmi atti amministrattivi.", "Huwa minnu li m'hawnx definizzjoni ta' x'inhuma l-atti amministrattivi.", "Kif għidt qabel, l- Ombudsman jirrevedi d-deċiżjonijiet kollha amministrattivi.", "Fil-Liġi m'hawnx definizzjoni jekk policy tal-Gvern tal-ġurnata hijiex att amministrattiv jew le.", "Biex nagħti l-iktar interpretazzjoni wiesgħa favur iċ-ċittadin ngħid li żgur se jkun hemm materji ta' policy li huma emanazzjoni tal-politika tal-Gvern tal-ġurnata li bis-sistema politika demokratika kif għandna f'pajjiżna u kif għandhom f'pajjiżi oħra, mhux konċepibbli li l-Ombudsman jirrakkomanda l-bdil ta' dik il-policy.", "Huwa possibbli li l-Ombudsman jikkritika l-policy u jgħid li tali policy laqtet ħażin lil xi ċittadin u bil-mod kif tipprevedi l-Liġi, jiġifieri permezz ta' l-amministrazzjoni stess, jitlob jew jattira l-attenzjoni għal dak l- effett negattiv li jkun hemm u jissuġġerixxi x'azzjoni tista' tittieħed.", "Jiġifieri l-pożizzjoni teknika hi - u qed niddipartixxi kemm kemm mid- diskors li għamilt jiena stess - li jirrevedi kull att ammistrattiv għalkemm il-kelma m'hijiex definita b'mod preċiż.", "Fil-fatt attirawli l- attenzjoni, b'dokument li għandi li huwa ppreparat mill-esperti tal-Gvern, dwar xi deċiżjonijiet li kien hemm f'pajjiżi oħra.", "Per eżempju, deċiżjoni tal-Qorti Kanadiża, li hija segwita mill-pajjiżi tal-Commonwealth, dwar il- ġurisdizzjoni ta' l-Ombudsman tgħid li sakemm is-suġġett talment m'għandux x'jaqsam mal-leġislatura u mal-qorti, għandu jitqies bħala materja ta' amministrazzjoni, li kif għidt hija interpretazzjoni wiesgħa ħafna ta' x'inhi amministrazzjoni.", "Il-Qorti Kanadiża tinterpreta a matter of administration b'dan il-mod:", "\"The phrase \"a matter of administration\" encompasses everything done by government authorities in the implimentation of government policy.", "I would exclude only the activities of the legislature and the course from the Ombudsman's scrutiny.\".", "Nerġa' ngħid li l-importanti - dan għidnih ripetutament - inkun nafu x'inhu l-Ombudsman.", "L-Ombudsman m'għandux poteri eżekuttivi u ma jbiddel xejn waħdu.", "Il-protezzjoni li jagħti l-Ombudsman hija li jekk ikun hemm xi nuqqas tal-Gvern - intenzjonat jew le - u xi ċittadin jiġi milqut b'mod ħażin b'xi liġi, b'xi deċiżjoni tal-Gvern jew applikazzjoni ta' liġi min- naħa ta' l-amministrazzjoni pubblika, l-Ombudsman jattira l-attenzjoni, jipprova jsib soluzzjoni sodisfaċenti permezz ta' l-istess amministrazzjoni u jekk ma jirnexxilux, allura hemm is-sanzjoni politika, li hija li huwa jagħmel ir-rapporti tiegħu, liema rapporti finalment jiġu ppubblikati f'dan il-Parlament.", "Naħseb li jekk nifhmu dan il-konċett tajjeb, nifhmu li qed nagħtu mansjoni wiesgħa ħafna lill-Ombudsman, pero' hija mansjoni li m'hijiex eżekuttiva.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Nixtieq li wieħed jiddistingwi bejn il- mansjoni jekk hijiex eżekuttiva jew le ma' l-arja ta' investigazzjoni ta' l- Ombudsman.", "Jiġifieri jista' jkollu mansjoni eżekuttiva imma l-arja tiegħu tkun ristretta u jista' jkollu arja usa' u ma jkollux mansjoni eżekuttiva.", "Dawn iż-żewġ affarijiet m'għandhomx x'jaqsmu u wieħed irid jiddistingwi waħda mill-oħra.", "Una volta din il-Liġi nagħmluha għad trid tiġi interpretata aktar 'l quddiem u min ifittex biex jinterpretaha u jipprova jsegwi wkoll din id-diskussjoni, forsi minflok jaġevola ruħu aktar nikkonfonduh biex jinterpretaha tajba.", "Imma normalment hekk jagħmlu n-nies u meta jiġu biex jinterpretawha jiddisintingwu bejn il-mansjonijiet għal dak ir-riżultat ta' dak li għamel l-Ombudsman u safejn jista' jidħol l- Ombudsman biex jinvestiga qabel ma jasal għall-proċess ta' rakkomandazzjoni.", "Fis-sens li jekk għandu arja li huwa projbit għalih li jinvestiga bħalma għandu, per eżempju, fl-Iskedi, inutli li wieħed jiġbed l- attenzjoni għall-fatt li ċittadin ġie maqrus b'xi deċiżjoni f'dik l-arja li hija projbita għall-Ombudsman.", "L-Ombudsman bl-intenzjoni tajba tiegħu ma jistax jagħmel rakkomandazzjoni għaliex ma jistax jidħol f'dik l-arja, mela għalhekk wieħed irid ikun ċar f'moħħu - jekk hemm bżonn nadottaw dik id- definizzjoni tal-qrati Kanadiża nadottawha - li dak kollu li m'għandux x'jaqsam mal-leġislattiv u m'għandux x'jaqsam mal-ġudizzjarju, ergo huwa amministrattiv.", "Jekk għandna nadottaw dik il-linja, nadottawha, imma għandna nkunu ċari fiha.", "Imbagħad jekk għamilx rakkomandazzjoni jew jekk dik id-deċiżjoni tkunx eżekuttiva jew le, hija ħaġa oħra.", "L-importanti huwa li aħna ngħidu jekk l-Ombudsman għandux dritt jew le jinvestiga u jippronunzja ruħu fuq dik il-kwestjoni qabel ma nagħtu x'inhu l-effett tal-pronunzjament tiegħu.", "Qed ngħid hekk għaliex aktar 'l quddiem fil-Liġi se nsibu li l-uniku każ meta wieħed jista' jikkontesta ġudizzjarjament dak li jagħmel l-Ombudsman huwa meta huwa jmur oltre dak li tagħtih il-Liġi - meta jkun qed jaġixxi ultra vires.", "Mela meta dik hija l-uniku kamp ta' kontestazzjonijiet għall- Ombudsman, trid tkun arċi ċar fuq x'inhu ultra vires u x'mhux ultra vires għall-Ombudsman.", "Għalhekk qed ngħid dan biex nipprovaw ma nikkonfondux l- kwestjoni tal-forza tar-rakkomandazzjoni tiegħu għax dik tiġi wara.", "Qabel ma jirrakkomanda rridu naraw jekk għandux dritt jidħol fil-kwestjoni u jinvestigaha u jagħti l-parir u l-opinjoni tiegħu.", "Pero' dik hija kwestjoni oħra.", "L-ewwel irridu niddefinixxu eżatt l-arja li fiha jista' jopera l-Ombudsman.", "Issa għandi nifhem li l-konklużjoni ta' dak li qal il- Prim Ministru huwa li dak kollu li m'għandux x'jaqsam mal-leġislazzjoni u dak kollu li m'għandux x'jaqsam mal-qrati huwa amministrattiv.", "Bir-rispett kollu jiddispjaċini ngħid li ma' din id-definizzjoni li ppronunzjat il- qorti Kanadiża jien ma naqbilx għax aħna mgħallmin li d-definizzjoni ta' l- atti amministrattivi hija xi ħaġa differenti minn hekk.", "Imma jekk il-Gvern qed jagħti din l-interpretazzjoni allura we stand ma' dak li qed jipproponi l-Gvern.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Mr Chairman, fuq dan il-punt irridu niċċaraw - u nispera darba għal dejjem - l-istess konċett.", "Aħna qegħdin ngħidu li rridu nagħtu protezzjoni - mhux protezzjoni kontra ksur ta' liġi, mhux protezzjoni kontra atti li jmorru kontra d-dikjarazzjonijiet u l- protezzjonijiet kostituzzjonali - liċ-ċittadin dwar atti amministrattivi bl- iktar mod wiesa' possibbli.", "Dan hu l-konċett fundamental u għalhekk il- bieraħ jien għidt li jekk si tratta government policy, jiġifieri xi deċiżjoni formali li l-Gvern tal-ġurnata ikun qed jattwaha u għandu mandat għaliha, irid jesplika dak li jkun wiegħed politikament, ma nistax nimmaġina kif l-Ombudsman jgħid li din il-policy hija ħażina.", "Li jgħid li l-applikazzjoni ta' din il-policy, in concreto, ġabet riżultat għal xi ħadd li ma tagħtihx a fair deal, jista' jagħmilha.", "Nerġa' ngħid jien ma nistax nifhem x'irid minn dan l-Abbozz ta' Liġi l-Onor.", "Mifsud Bonnici.", "Irid jew ma jridx li nagħtu daqshekk mansjoni wiesgħa lill-Ombudsman kif qed jgħid il-Gvern?", "Finalment irid jiddeċiedi l-Onor.", "Mifsud Bonniċi għaliex daqqa jgħid li l-interpretazzjoni li qed jagħti l-Gvern hija wiesgħa ż-żejjed u daqqa jgħid li m'hix wiesgħa ż-żejjed u li qegħdin inxekklu.", "Jekk immorru għall-bare minimum ta' dak li qegħdin nagħmlu, insibu li qegħdin ngħidu li l-Ombudsman jidħol f'kollox f'dik li hija amministrazzjoni ħlief f'dak li huwa eskluż bil-Liġi.", "U dak li huwa eskluż bil-Liġi diġa' ddiskutejnih u qiegħed fl-Iskeda li hemm mal-klawsola ta' qabel din.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Nerġa' ngħid, li rrid huwa li l-Liġi - naqbel magħha jew ma naqbilx, nikkritikaha jew ma nikkritikahiex - tkun ċara.", "Meta ma tkunx ċara f'dan l-istadju tal-Kumitat huwa obbligu tagħna li nagħmlu kull sforz biex almenu anke jekk ma naqblux magħha - u jien ma naqbilx ma' ħafna mill-partijiet minnha - tkun ċara u m'hux tagħti lok għall-ekwivoċi għaliex jekk tagħti lok għall-ekwivoċi se jkollna kwantita' ta' kontestazzjonijiet dwarha.", "ONOR EDDIE FENECH ADAMI: Jiena napprezza dan il-punt li għadu kif għamel l-Onor.", "Mifsud Bonnici, pero' biex inkunu qed nifhmu eżattament x'nistgħu nagħmlu f'dan l-istadju tal-Kumitat fil-Kamra, l-Onor.", "Mifusd Bonnici jrid jgħidilna hu u n-naħa ta' l-Oppożizzjoni x'iridu.", "Iridu l-limitazzjoni tal- poteri ta' l-Ombudsman jew inkella jridu - kif qed jgħid il-Gvern - l-aktar mansjoni wiesgħa possibbli?", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Min-naħa tiegħi s-suġġeriment diġa' għamiltu fl-istadju tat-Tieni Qari.", "Jiena jidhirli li jkun preferibbli għal kulħadd li l-arja ta' l-operazzjoni ta' l-Ombudsman tkun aktar ristretta imma mbagħad - u hawn niġu għal dik fejn għidt li m'għandux x'jaqsam ma' l-arja - għal dak li hu l-effett tar-rakkomandazzjonijiet għandu jkun akbar u aktar wiesa' minn dak li lest jagħti l-Gvern b'dan l- Abbozz ta' Liġi.", "Jiġifieri f'dak li jirrakkomanda f'dik l-arja li tkun definita ma jista' jżommu ħadd, imma l-Gvern ma jaqbilx ma' dan l-approach.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Le, m'hux il-Gvern ma jaqbilx!", "Inti ma taqbilx f'dak li hu l-Ombudsman!", "Din it-teorija li qed jgħid l-Onor.", "Mifsud Bonnici tfisser li hu jew ma jafx x'inhu l-konċett ta' l-Ombudsman li żgur m'huwiex il-każ jew ma jaqbilx mal-konċett ta' l-Ombudsman.", "Ma nistgħux nagħmlu li l-Ombudsman ikollu poter aktar mill-qrati, aktar mill- Qorti Kostituzzjonali, aktar mill-Prim Ministru, aktar minn kulħadd u li jordna hu jsir!", "Dan huwa konċett li assolutament m'huwiex aċċettabbli u m'hu aċċettat imkien; m'hawn ebda pajjiż li għandu din il-kwalita' ta' Ombudsman.", "Jekk nagħsru dak li qed jgħid l-Onor.", "Mifsud Bonnici, ifisser li l-Onor.", "Mifsud Bonnici ma jaqbilx ma' l-introduzzjoni ta' l-Ombudsman.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Jiddispjaċini ngħid li dan li qed jgħid il- Prim Ministru huwa kawlata sħiħa.", "Jien m'hux qed ngħid li l-Ombudsman ikollu setgħa aktar mill-Qorti Kostituzzjonali, imma li jkollu s-setgħa li jaqleb ir-rifjut tal-Prim Ministru li rakkomandazzjoni ta' l-Ombudsman jimplimentaha għax il-Prim Ministru għandu jaqa' taħt l-Ombudsman bħala Ministru.", "Kif diġa' għidt, il-Prim Ministru għandu kwantita' ta' dipartimenti u għalhekk ma għandux ikollu s-setgħa li ma jaċċettax ir- rakkommandazzjoni ta' l-Ombudsman, tkun xi tkun ir-raġuni.", "Iva, hekk qed ngħid, li l-Prim Ministru għandu jaqa' taħt l-Ombudsman.", "Li l-Qorti Kostituzzjonali taqa' taħt l-Ombudsman qatt ma għidtha u lanqas ma argumentajt b'mod li xi ħadd jista' jgħid dan.", "Imma li l-Prim Ministru jaqa' taħt l-Ombudsman għidtha, nerġa' ngħidha u nibqa' ngħidha u mhux billi jgħidli li dan ma jagħmluhx pajjiżi oħra.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: L-Onor.", "Mifsud Bonnici qiegħed jikkonferma eżattament li ma jafx x'inhi l-pożizzjoni ta' l-Ombudsman.", "Fil-fatt l- Ombudsman imkien ma jkollu poteri eżekuttivi.", "L-Eżekuttiv hu magħmul mill- Gvern tal-ġurnata li huwa responsabbli demokratikament u politikament għal dan il-Parlament u għall-eletturi u aħna ma nistgħux nagħmlu persuna li l- funzjoni tagħha tkun ta' super prim ministru jew ta' super ministru u dak li tgħid hi jsir.", "Fl-ordni ġuridiku li aħna mdorrijin bih, il-prinċipji tar-rule of law iva, jekk il-qorti tordna kulħadd, inkluż il-Prim Ministru jrid joqgħod għall-ordni tal-qorti.", "Pero' li nagħmlu li l-Ombudsman jirrevedi deċiżjonijiet amministrattivi u ngħidu li d-deċiżjonijiet tiegħu huma fuq l-Eżekuttiv huwa kontro-sens u ma jeżisti mkien.", "Kif diġa' għidt, l-Onor.", "Mifsud Bonnici ma jafx x'jiġifieri Ombudsman.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Jiddispjaċini imma dak li qed jgħid il- Prim Ministru m'hux korrett.", "Meta wieħed jaċċetta l-prinċipju li azzjoni amministrattiva tista' tiġi riveduta, il-korollarju razzjonali u loġiku hu li lil min jagħmel ir-reviżjoni għandek tagħtih is-setgħa li dik ir- reviżjoni li jagħmel tiġi mwettqa, osservata u onorata għax inkella nagħtu lok għal abbużi.", "Li Amministrazzjoni tipprofessa bil-liġi li l- azzjonijiet tagħha jiġu riveduti u mbagħad iżżomm f'idejha d-dritt li l- parir u r-rakkomandazzjoni ta' min jagħmel ir-reviżjoni ma jkunu jiswew għalxejn, hija ħaġa li ma tagħmilx sens.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Sur President, ma nistax nifhem kif l-Onor.", "Mifsud Bonnici qed jibqa' jinsisti fuq dan il-punt li huwa kontra l-loġika u kontra x-xjenza ġuridika.", "Nixtieq nattiralu l-attenzjoni li quddiem dan il-Parlament stess hemm emendi li permezz tagħhom qed nerġgħu ndaħħlu dak li qed jissuġġerixxi l-Onor.", "Mifsud Bonnici, għax dawn kienu ġew imneħħijin f'miżura kbira fl-1981.", "Dakinhar il-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili kien ġie emendat biex dak li jissejjaħ the judicial review of administrative discretion prattikament kien ġie eliminat; jiġifieri jekk xi deċiżjoni amministrattiva kienet ħażina għax tmur kontra xi liġi jew għaliex l-eżerċizzju tad-diskrezzjoni kien sar b'mod abbużiv, kien hemm - kien tneħħa u aħna qed nerġgħu nintroduċuh - id-dritt li l- qrati jiddeċiedu jekk diskrezzjoni ġietx eżerċitata ħażin, illegalment u kapriċċjożament.", "Allura dażgur li d-deċiżjoni tal-qorti torbot lill-Gvern.", "Din torbot lill-Prim Ministru u lil kulħadd.", "Dak qed nerġgħu ndaħħluh fil-liġijiet tagħna bl-introduzzjoni ta' artikolu ġdid 469A permezz ta' emenda li hemm fl-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili.", "L-Onor.", "Mifsud Bonnici jrid jifhem - u jien persważ li jifhem u jaf - li dak li qed jgħid hu ma għandux ikun il-mansjoni ta' l-Ombudsman imma għandu jkun il-mansjoni tal-qrati ordinarji.", "Huma kellhom dan il-poter fl- imgħoddi u tneħħilhom, iżda issa qed nerġgħu nagħtuhom dan il-poter permezz ta' Abbozz ta' Liġi ieħor.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern): Jien nixtieq nistaqsi lill- Onor. Mifsud Bonnici f'liema pajjiż l-Ombudsman għandu dawn il-poteri eżekuttivi, anke jekk hu qed jgħid f'suġġetti limitati ...", "Biex inkun leali lejh ukoll; ikun tajjeb jekk ngħid li hu mhux qed jgħid li għandu jkollu dan il-poter f'kollox imma qed jgħid li wieħed għandu jirrestrinġi l-poteri għal ftit affarijiet u mbagħad f'dawk il-ftit affarijiet ikollu poteri eżekuttivi.", "Anke fl-Iskandinavja, fejn oriġina l-istess istitutuzzjoni ta' l-Ombudsman, l-Ombudsman għandu poteri ta' rakkomandazzjoni biss.", "Naturalment meta wieħed imur kontra dak li jirrakkomanda l-Ombudsman, is-sanzjoni politika hija qawwija ħafna u f'ċerti każijiet jista' jagħmel ukoll rapport lill-Parlament, iktar u iktar meta l-Ombudsman tant se jkollu kariga prestiġġjuża li hawn bżonn maġġoranza ta' żewġ terzi tal-Parlament sabiex tiġi nominata l-persuna, jiġifieri mhux biss biex titneħħa mill-kariga, imma wkoll biex tiġi nominata.", "Dan ifisser li l-Oppożizzjoni u l-Gvern iridu jaqblu fuq in- nomina tal-persuna li se tkun l-Ombudsman.", "Dan se jkun uffiċjal tal- Parlament u mhux uffiċjal ta' istituzzjoni oħra mwaqqfa bil-Kostituzzjoni.", "GĦalhekk kull gvern li għandu rasu f'lokha jrid joqgħod attent qabel ma jgħid: \"Isma', nonostante li l-Ombudsman għamel din ir-rakkomandazzjoni jien m'inix se nsegwi din ir-rakkomandazzjoni\".", "Jiġifieri jkun hemm is- sanzjoni politika.", "GĦaliex ma jistax ikun hemm dak li qed jissuġġerixxi l-Onor.", "Mifsud Bonnici?", "GĦax l-ewwelnett wieħed ikun qed jagħmel operat li huwa tal-qorti u dik il-funzjoni hija tal-qrati.", "Il-Kostituzzjoni tagħna tgħid li l-qrati għandhom id-dritt li jesiġu kull awtorita' li hawn fil-pajjiż, inkluż il- Gvern li josserva l-liġijiet tal-pajjiż.", "Anke l-Gvern hu marbut bil- liġijiet tal-pajjiż.", "Jekk xi ħadd jidhirlu li l-Gvern kiser il-liġi tal- pajjiż, allura dan għandu dritt jagħmel kawża fil-qorti u l-qorti għandha d- dritt tordna - mhux tirrakkomanda - lil dak li jkun, jiġifieri kemm lill- Gvern kif ukoll lill-uffiċjal pubbliku, sabiex josserva l-liġi għax wara kollox dan il-Parlament huwa suprem, il-Parlament jagħmel il-liġijiet u l- eżekuttiv huwa marbut b'dawn il-liġijiet.", "Fil-każ ta' l-Ombudsman, dan mhux se jara biss dawk l-affarijiet li jistgħu jammontaw għal ksur ta' liġi, imma kif qal tajjeb l-Onor.", "Mifsud Bonnici kważi b'sens ta' kritika, se jkollu wkoll poteri vasti anke f'affarijiet fejn ma hemmx ksur ta' liġi.", "Ikun kontro-sens li jkun hemm poteri eżekuttivi ta' l-Ombudsman anke barra ksur ta' liġi, kif qed jissuġġerixxi l-Onor.", "Membru.", "F'każ ta' ksur ta' liġi hemm il-qrati sabiex jordnaw lill-Gvern biex jallenja l-pożizzjoni tiegħu mal-liġi.", "Imma f'affarijiet oħra llum m'hemm xejn minn dan ħlief għall-Kummissjoni għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji.", "Issa se nagħmlu l- Ombudsman sabiex anke f'dawk l-affarijiet fejn m'hemmx ksur ta' liġi iżda r-riżultat ta' l-operat tal-Gvern jew ta' awtorita' pubblika, jikkaġuna inġustizzja jew xi forma ta' oppressjoni fil-konfront ta' l-individwu, l- Ombudsman se jkun jista' jikxef dik l-oppressjoni, dik l-inġustizzja u jikxef dak l-iżball jew dik il-ħaġa ħażina li tkun saret.", "Fiha nnifisha dik hija sanzjoni importanti politika kontra l-gvern.", "Li kieku mhux hekk, inkunu qed inkissru s-set-up kostituzzjonali tal-pajjiż u sa ċertu punt, jekk ikollu dawn il-poteri eżekuttivi, inkunu qed nagħmlu monstru għax persuna li lanqas biss tkun eletta mill-poplu tkun tista' ssir super prim ministru, super Ministru u sa ċertu punt anke super fuq il-Parlament.", "Minħabba din ir-raġuni l-Ombudsman fl-ebda pajjiż ma' għandu l-poteri eżekuttivi anzi kieku jkollu dan il-poter eżekuttiv ma jibqax Ombudsman imma jsir xi ħaġa oħra.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Lino Spiteri.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Jien naħseb li waqajna fil-periklu li d-diskussjoni tiġi ffokata f'kontenut legali biss.", "Aħna qed nagħmlu liġi li l-ħsieb tagħha huwa li jwessa' s-sorveljanza ta' l-operat ta' l-Eżekuttiv għall- poplu u jwessa' l-għassa li jkun hemm fuq kif jaħdem il-gvern tal-ġurnata, ikun min ikun.", "Dak hu li qed nagħmlu.", "Jekk m'aħniex inwessgħu dik l- għassa allura m'aħna nagħmlu xejn; qed nagħmlu xi ħaġa li lill-poplu qed nagħtuh impressjoni li għaddejja Liġi b'isem li mhux Malti, imma huwa alien għal Malta daqskemm hu \"Zowie\" li dieħel fit-trasport - jien ma nafx min ħolqu dak.", "L-Ombudsman huwa stabbilit għalkemm anke l-konċett tiegħu huwa barrani għal Malta..", "Il-poplu jħoss - naħseb dejjem ħass, issa jħoss u għada jħoss ukoll - li hemm bżonn li jkun hemm xi ħadd li jgħasses l- operat tal-Gvern.", "Qed nagħmlu liġi twila li ilha għaddejja f'dan il- Parlament imma mbagħad fl-aħħar tal-ġurnata ma jkun sar xejn effettiv għax id-diskussjoni ma tridx sempliċement tieqaf fuq x'poteri eżekuttivi għandu jkollu jew m'għandux ikollu l-Ombudsman, imma għandha ddur fuq klawsola 13.", "In-numru 13 huwa sfortunat u naħseb li l-iktar wieħed sfortunat hawnhekk għax qed iwaħħalna!", "Permezz tal-funzjonijiet li qed nagħtu lill- Ombudsman, kemm tassew se jitwessa' l-iskop ta' l-għassa fuq dak li jkun qed jagħmel il-gvern tal-ġurnata?", "Issa jekk kemm-il darba noqogħdu nitkellmu kif tkellem il-Ministru Borg u kif tkellem il-Prim Ministru qablu fil-kontest li lill-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici l-ewwel il-Prim Ministru qallu li ma jafx xi jfisser Ombudsman ...", "Iċ-ċajt mhux aħjar ma nħalluhx għal hawnhekk?", "Mhux aħjar niċċajtaw fuq xarba u mhux waqt il-ħin serju tal- Parlament?", "Wieħed mill-iżjed imħuħ legali f'Malta, ma jafx x'inhu Ombudsman?", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Lill-Onor.", "Mifsud Bonnici għidtlu li hu jaf x'inhu Ombudsman, pero' l-Onor.", "Spiteri ma kienx hawnhekk il-ħin kollu.", "Id-diskors li qed jagħmel l-Onor.", "Mifsud Bonnici lili qed jiskantani għax huwa inkonsistenti eżattament għax jaf x'inhu Ombudsman.", "Imbagħad joħroġ b'ideat legali u legalistiċi li rrispondejna għalihom jien u l-Ministru Borg.", "Dak li qed jgħid l-Onor.", "Spiteri huwa to the point ħafna.", "Jien naqbel perfettament ma' dak li qal issa l-Onor.", "Spiteri għax qed inwessgħu l-iskrutinju ta' l-amministrazzjoni pubblika bl-iktar mod wiesa' pero' fil- konċett ta' l-Ombudsman.", "L-Ombudsman m'huwiex il-persuna legali li tagħti d-deċiżjonijiet kif jagħtu l-qrati imma tagħti l-pariri u tirrakkomanda kif dak li jolqot ħażin liċ-ċittadin jista' jiġi rimedjat permezz ta' l-istess amministrazzjoni.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Lino Spiteri.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Mr Chairman, nassigura lill-Prim Ministru - jekk hemm għalfejn nassigurah - li jien nitkellem fuq dak li nkun smajt.", "Fil- fatt jien kont f'din il-Kamra - jekk ma raniex forsi kien aljenat, jien ma tantx fini sura x'tara - meta qal għal darba, darbtejn u anke tliet darbiet li l-Onor.", "Mifsud Bonnici prattikament ma jafx fuqhiex qed jitkellem, imbagħad wara immodifikaha u qal li hu ċert li jaf biżżejjed x'ifisser Ombudsman.", "M'għandniex niċċajtaw meta ma jkunx il-ħin taċ-ċajt.", "Jien inħobb niċċajta ħafna u nħobb inpartat ċajt mal-Prim Ministru u oħrajn imma l-ħin tas-serjeta' huwa l-ħin tas-serjeta'.", "Imbagħad qegħdin immorru għall-argument l-ieħor li għadu kemm ġie mtenni mill-Prim Ministru u qablu mill-Ministru Borg li ma rridu nagħmlu xejn li bih nirfsu l-operat tal-qrati.", "Fl-aħħar mill-aħħar is-sorveljanza li ġġiegħel lill-Gvern ibiddel xi deċiżjoni tiegħu hija f'idejn il-qrati u ara ma jmurx jgħaddielna minn moħħna li mmissuha dik is-sorveljanza; ara ma jmurx jgħaddielna minn moħħna li nagħmlu xi ħaġa li tagħmel farsa mill- Kostituzzjoni tagħna.", "Imma qabel ngħidu kliem bħal dan ejja naraw li m'għandniex farsa fil-qrati.", "U din hi d-diskussjoni li għandha tiċċentra fuq kif se jkunu l-poteri ta' l-Ombudsman.", "Dwar jekk humiex eżekuttivi jew le, id-diskussjoni tkompli bejn l-imħuħ legali għax jiena ma nidħolx f'dan il-punt.", "Issa nixtieq nagħmel punt ieħor u mbagħad nieqaf.", "Ejja ma mmorrux inserrħu moħħ in-nies li l-operat tal-Gvern diġa' huwa mħares biżżejjed mill-qrati u jekk kemm-il darba nċaqilqu dak il-ħarsien inkunu qegħdin nagħmlu xi ereżija!", "L-Onor.", "Tonio Borg saħansitra qal li nkunu qegħdin noħolqu mostru.", "Jekk dan huwa prinċipju ta' mostru, diġa' hemm il-mostru li l-Gvern huwa sorveljat mill-qrati.", "Mela mostru b'mostru aħjar nagħmlu mostru li ma jkunx daqstant legali u l-poplu jkun jirrelata iżjed miegħu għax m'hux bilfors ikun avukat jew inkella imħallef bħalma trid tkun fil-qrati!", "It-tieni nett ejja ma noqogħdux neżaltaw il-qrati ż- żejjed.", "Jien ngħid li l-qrati għandna nirrispettawhom imma ejja nagħrfu d- difetti tagħhom u ejja nagħrfu meta joperaw bħala farsa.", "U jekk kemm-il darba f'dan il-Parlament ma nagħrfux dan u partikolarment ma jagħrfux dan avukati prattikanti jew li sal-bieraħ kienu pattikanti, il-veru każ li m'aħniex naraw il-muntanja li hemm quddiemna!", "M'hux the wood for the trees m'aħniex naraw, imma m'aħniex naraw il-warrani ta' l-iljunfant u għalhekk lil dak li jkun ma tistax tafdah li jmur jimposta ittra!", "Ara ma mmorux noqogħdu ngħidu li għandna nserrħu moħħna għax is-sorveljanza finali fejn xi ħadd jibdel deċiżjoni li jkun ħa l-Gvern tiddependi fuq il-qrati.", "Jien m'hux qed nitkellem fuq kuntratti imma qed nitkellem fuq il-bniedem iż- żgħir.", "Ara ma mmorrux naħsbu li l-qrati huma dak li suppost ikunu.", "M'għandniex ninsew dan il-punt għax inkella dak li qed nagħmlu issa fil- kontest ta' l-Ombudsman jiġi ma jfisser xejn.", "Ħalli nerġa' niġi għall-kontest ta' l-Ombudsman.", "Il-Prim Ministru u n- naħa tiegħu jsostnu li dan m'għandux ikollu poteri eżekuttivi fis-sens li jista' jaqbeż jew jirkeb deċiżjoni li ħa l-Gvern u jġiegħel li tinbidel.", "Din hija t-teżi tal-Gvern.", "Issa forsi qiegħda tiġi preżentata teżi oħra.", "Mela hemm żewġ teżijiet.", "L-Onor.", "Tonio Borg argumenta li s-saħħa ta' l-Ombudsman hija waħda f'kontest politiku - politiku m'hux partiġġjan - li jekk jagħmel l-investigazzjoni u jagħmel rapport, u jekk il-Gvern jinjora dak ir-rapport, jagħmel hekk b'mod li jista' jitfa' riflessjoni fuqu nniffsu.", "Din hija l-akbar sanzjoni li jista' jkun hemm fuq il-Gvern min-naħa ta' l-Ombudsman.", "Jien nifhmu dan l-argument, imma ejja nestenduh.", "Issa jekk kemm-il darba għaxar snin oħra - ħalli ma noqogħdux naraw min se jkun; ejja ninsew il-passat u l-preżent, la intom u lanqas jien ma nafu min se jkun dak inhar, naf li jien m'hux se nkun hemm - ikollok Gvern li minkejja s-sanzjonijiet kollha li semma realistikament l-Onor.", "Tonio Borg li jirriżultaw mill-qagħda fejn l-Ombudsman jagħmel rapport u l-Gvern tal- ġurnata dak ir-rapport jistmah f'widnejh, minkejja dik il-pożizzjoni, il- mistoqsija tiġi: Iċ-ċittadin li ta lok għal dak ir-rapport, iċ-ċittadin li l-Ombudsman irid iħares - għax dan m'hux lill-kuntrattur irid iħares, biex inkunu ċari; il-kuntratturi huma ċittadini wkoll imma l-għan ta' l- Ombudsman huwa differenti minn dak tal-kuntratturi u oħrajn li jħossuhom offiżi jew żvantaġġjati b'xi ħaġa oħra - dak iċ-ċittadin li m'hux gross, li m'hux qawwi ħafna, li mar għand l-Ombudsman ifittex sodisfazzjon u l- Ombudsman tah raġun imma l-Gvern tal-ġuranta baqa' ma tax kas x'qal l- Ombudsman, dan x'se jagħmel?", "Hawnhekk irridu npoġġu l-argument issa.", "L- Onor. Tonio Borg jgħidli li dak iċ-ċittadin issa jkollu r-rikors tal-Qorti imma huwa proprju hawnhekk fejn wieħed irid jaħseb iżjed.", "GĦax jekk kemm- il darba se nispiċċaw li ċ-ċittadin biex jieħu s-sodisfazzjon ta' l- eżekuzzjoni tal-korrezzjoni ta' dak li sar m'hux b'mod korrett, m'hux b'mod korrett biżżejjed jew b'mod żbaljat fil-każ tiegħu xorta jrid imur il- Qorti, allura bqajna fejn aħna.", "Mela jekk bqajna fejn aħna biex fl-aħħar tal-ġurnata, dak li jkun se jispiċċa biex iżid kawża oħra fil-Qorti fejn hemm back-log tal-miżerikordji - issa f'kamra oħra għaddejja diskussjoni biex dak il-back-log jiġi riżolt bi proposta li tista' tkun tajba u tista' tkun ħażina imma kawżi ġodda jdumu ma jinstemgħu għal tliet snin - ...", "Mela l-kawżi li ilhom għaddejjin ħames snin u iżjed ma jinstemgħux u l- kawżi l-ġodda jdumu biex jinstemgħu għall-ewwel darba tliet snin.", "Dan huwa l-ambjent tal-Qorti li qed nitkellmu dwaru.", "Jekk dan hu li se noffrulu lill-poplu allura x'aħna noffrulu li jwessa' l-argument?", "Dan huwa fuq dak li kien qed jiġi diskuss.", "Biex inkompli l-intervent tiegħi u biex ma neħux iżjed ħin nixtieq nagħmel ukoll kumment fuq subklawsola (6) ta' klawsola 13 li tagħti dritt lill-Prim Ministru biex minn żmien għal żmien jirreferi lill-Ombudsman biex jinvestiga rapport jew rapporti fuq xi materja li ma tkunx soġġetta għall- proċedimenti ġudizzjarji li hu jħoss li għandhom ikunu investigati mill- Ombudsman Jien naqbel ma' dan il-poter tal-Prim Ministru, imma x'hemm aħjar milli nestendu dak il-poter ukoll għall-Kap ta' l-Oppożizzjoni ħalli allura nkunu tassew qed inġibu r-rwol ta' l-Ombudsman fil-qasam fejn jista' jagħmel funzjoni li tassew tirrifletti l-interess taċ-ċittadin?", "Meta ngħid hekk irrid nenfasizza li jien mhux qed ngħid għall-Prim Ministru, l-Onor.", "Eddie Fenech Adami jew inkella għall-Kap ta' l-Oppożizzjoni, l-Onor.", "Alfred Sant, imma qed ngħid ikun min ikun f'dawn il-karigi.", "Dan il-poter għandu jkun għall-Kap ta' l-Oppożizzjoni anke jekk għada jkun hawn Gvern Laburista.", "Dak li hemm tajjeb meta niddiskutu ċerti liġijiet u jsiru proposti bħal dawn min-naħa ta' l-Oppożizzjoni.", "Grazzi.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ħalli nibda mill-aħħar punt.", "Il-Prim Ministru ġie magħżul hu b'kuntrast mal-Membri Parlamentari l-oħra kollha għaliex eżattament huwa l-kap ta' l-Amministrazzjoni u allura ta' l-Eżekuttiv.", "Din hija funzjoni kostituzzjonali u allura l-Prim Ministru stess jista' jitlob investigazzjoni kif hawn imsemmi fil-Liġi.", "Irrid ngħid li meta kien qed jiġi mħejji dan l-Abbozz ta' Liġi saret diskussjoni dwar jekk għandniex nadottaw is-sistema li l-Ombudsman ikun aċċessibbli permezz tal-Membri Parlamentari għax hawn sistemi - l-Ingilterra hija l-iktar eżempju ċar - fejn l-aċċess għall-Ombudsman huwa permezz ta' Deputat fil-Parlament li jitkellem għan-nom ta' kostitwent tiegħu.", "Aħna dehrilna li fiċ-ċirkostanzi tagħna din m'hijiex l-aħjar soluzzjoni.", "Jien ngħid li mhux eskluż li Deputat jassisti kostitwent tiegħu biex iressaq ilment, pero' ma naħsibx li nistgħu ngħidu li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni għandu hu - kif hawn fis- subinċiż(6) ta' din il-klawsola - jitlob li jinizja investigazzjoni.", "Jekk il-Kap ta' l-Oppożizzjoni jkollu każ konkret li jimmerita investigazzjoni, dak il-każ jista' jinġieb a konjizzjoni ta' l-Ombudsman.", "Nikkummenta fil-qasir ħafna fuq il-punti l-oħra li semma l-Onor.", "Lino Spiteri li staqsa x'rimedju għandu ċ-ċittadin iż-żgħir u mhux il- kuntratturi.", "Jien ngħidlu: X'rimedju kellu jew għandu ċ-ċittadin iż-żgħir - żgħir u kbir ma tagħmel l-ebda differenza - ...", "Mhux veru li ċ-ċittadin hekk imsejjaħ iż-żgħir jista' jkollu atti amministrattivi li jsiru bi preġudizzju għalih u ċittadin hekk imsejjaħ mhux żgħir ma jkollux.", "Il- punt fundamentali mhux dak li qal l-Onor.", "Spiteri meta staqsa x'jagħmel iċ- ċittadin li ma jeħux is-sodisfazzjon wara li jkollu deċiżjoni favur tiegħu mingħand l-Ombudsman.", "Staqsa jekk dan imurx il-qorti.", "Il-liġi tipprovdi li jekk dan kellu d-dritt imur il-qorti, missu mar qabel.", "Anzi l- Ombudsman - jekk hemm rimedju ieħor - lanqas biss jaċċetta li jisma' l-każ.", "Għalhekk hawnhekk m'aħniex nissostitwixxu d-drittijiet tal-qrati - x-short cut - li minflok tmur il-qorti biex tieħu d-drittijiet tiegħek tmur għand l- Ombudsman.", "Aħna x'qed nagħmlu?", "Diġa' kellna kambjament twil - dan għidnieh ad nauseam f'dan id-dibattitu - u għidna li fl-1988 dan il- Parlament approva, fuq suġġeriment tal-Gvern, it-twaqqif tal-Kummissjoni għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji.", "Sa dak inhar iċ-ċittadin Malti ma kellux dak id-dritt.", "Wara tmien snin esperjenza ta' dik il-liġi, kif kien ġie mwiegħed minn dan il-Gvern, se ngħaddu għall-istadju - mhux iktar Kummissjoni għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji - ta' twaqqif ta' l- istituzzjoni ta' Ombudsman b'poteri l-iktar permanenti u l-iktar wesgħin li wieħed jista' jimmaġina.", "Dan huwa l-konċett kollu li qed nagħmlu.", "Dan ifisser li s'issa ċ-ċittadin ma kellux id-drittijiet li qed nagħtuh imma kellu biss ir-rimedji li jmur il-Qorti li ġew limitati ħafna fl-1981 - li issa qed nirripristinawhom.", "Jiġifieri llum qed nagħtu dawn il-poteri u d- drittijiet ġodda liċ-ċittadin Malti.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Jien ma naħsibx li huwa korrett li jingħad li konċettwalment jew mil-lat ta' teorija kostituzzjonali hemm xi ħaġa ħażina li wieħed jissuġġerixxi li meta l-Leġislattiv stess joħloq persuna li tissorvelja l-Amministrazzjoni u tosserva jekk kienx hemm maladministration għax xi ħaġa ipproduċiet inġustizzja jew li kienet deċiżjoni żbaljata, dak li josserva min ikun maħluq minn poter leġislattiv irid jiġi onorat mill-amministrazzjoni.", "M'hemm xejn ħażin, la konċettwalment u lanqas mil-lat ta' teorija kostituzzjonali.", "Pero' jrid ikollok ir-rieda politika li tgħid li la inti se toħloq sorveljanza fuq atti amministrattivi li ma jipprestawx ruħhom għal skrutinju tal-qrati ordinarji, allura inti trid tmur il-whole hog u tagħti effett għar-riżultat ta' dik is-sorveljanza.", "Jekk ma jsirx hekk se nkunu fil-pożizzjoni li qegħdin fiha llum fejn iqum il-Prim Ministru u jgħid li f'każ li ġie trattat mill-Kummissjoni għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji - fl- opinjoni tiegħi, nerġa' ngħid, li iktar ikkommettiet inġustizzji milli ssanat inġustizzji li qalet li ġew kommessi - hu jassumi r- responsabbilta' pero' r-rakkomandazzjoni u l-findings tagħha ma jaċċettahomx u ma wettaqx dak li ġie rrakkomandat.", "Per eżempju, għandna l- każ ta' Jaccarini fejn l-unika spjegazzjoni li ta l-Prim Ministru lil din il-Kamra u lill-pubbliku hi li hu ħass li ma għandux jaċċetta r- rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni.", "Mela 'l quddiem għal dak li se jgħid l- Ombudsman, jista' jqum il-Prim Ministru u jgħid li hu jassumi r- responsabbilta' u jħoss li r-rakkomandazzjoni ta' l-Ombudsman ma għandhiex tiġi aċċetta, u skond il-Liġi, il-Prim Ministru jista' jagħmel dan.", "Imma jien qed ngħid li la se nagħmlu liġi li se tissorvelja dak li jagħmel il- Prim Ministru, il-Ministri, il-Gvern u l-organizzazzjonijiet kif inhuma msemmija fil-liġi - korpi statutorji u l-kumpanniji taħt il-kontroll tal- Gvern - ir-riżultat ta' dik is-sorveljanza mhux hu se jesegwixxi.", "M'hu veru xejn dak li qed ngħidu kull darba, jiġifieri li dan ikollu setgħa eżekuttiva.", "Minflok ma dawn in-nies janalizzaw dawn l-affarijiet sewwa, qegħdin jaqrawhom u jagħmluhom tagħhom mingħajr ma jifluhom.", "Ħadd m'hu qed jgħid li l-Ombudsman għandu jkollu s-setgħa eżekuttiva, jiġifieri għandu s- setgħa li bil-marixxalli jesegwixxi d-deċiżjonijiet tiegħu, imma jien kulma qed ngħid hu li l-Gvern għandu jkun marbut bil-liġi biex jesegwixxi r- rakkomandazzjonijiet ta' l-Ombudsman.", "GĦalhekk ħadd ma jista' jgħid li jien qed nattribwixxi lill-Ombudsman b'xi setgħa eżekuttiva.", "Jien qed ngħid li għandu jkun hemm ir-rikonoxximent tar-rakkomandazzjoni tiegħu.", "Dan jista' jsir u m'hemm xejn li huwa stramb jew anomalu, la mil-lat tat- teorija kostituzzjonali u lanqas mil-lat tal-loġika, jiġifieri konċettwalment.", "Ngħid li jrid ikun hemm biss ir-rieda politika u fuq hekk ma naqblux, imma huwa inutli li l-Prim Ministru joqgħod iqum u jgħid li ma nafx x'inhu l-konċett ta' l-Ombudsman.", "Jien qed ngħid li hu x'inhu l- konċett ta' l-Ombudsman, f'pajjiżi oħra dan huwa interpretat u jissejjah b'mod differenti.", "Mela wieħed jista' jara d-differenzi tal-konċetti u ta' kif inhi interpretata din is-setgħa, iżda jekk se toħloq din is-setgħa ta' sorveljanza fuq l-amministrazzjoni din loġikament xorta waħda se twassal għall-konklużjoni li l-effett ta' din is-sorveljanza għandha tkun li l-Prim Ministru u l-Ministri - l-amministrazzjoni -għandhom ikunu sottomessi għall- osservazzjoni u għar-rakkomandazzjoni li jagħmel l-Ombudsman.", "Il-Gvern ma jridx jaddotta din il-linja u aħna hawnhekk m'aħniex naqblu, imma huwa inutli li noqogħdu nipprovaw ninsulentaw lil xulxin billi ngħidu li ma nafux il-konċetti li qed nitkellmu fuqhom.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Sur President, għal darb'oħra nerġa' ngħid li kieku l-Onor.", "Mifsud Bonnici jara x'isir f'pajjiżi oħra u kif dawn jinterpretaw il-funzjoni ta' l-Ombudsman, bħalma għamilna aħna fejn rajna kull fejn jeżisti l-Ombudsman, isib li mkien m'hemm li r- rakkomandazzjonijiet ta' l-Ombudsman jiġu esegwiti bilfors.", "By definition, il-funzjoni ta' l-Ombudsman bil-konċett stess ta' l-istituzzjoni tfisser li hu jirrakkomanda u mbagħad, min għandu l-funzjoni politika - jekk jidhirlu - jerfa' l-piż li ma jimplimentax dik ir-rakkomandazzjoni.", "Kif diġa' għidt, din m'hix xi invenzjoni tagħna u l-konċett ta' l-Ombudsman assolutament ma jistax jikkontempla dak li qed jgħid l-Onor.", "Mifsud Bonnici.", "Jien naħseb li dan l-argument ittrattajnih iktar milli kien hemm bżonn.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Aħna se nħallu dan l-argument mhux għax ġie trattat kemm kien hemm bżonn imma għax il-ħin ma jippermettilniex u se nħalli dan l-argument mhux għax il-Prim Ministru għandu raġun f'dak li qed jgħid.", "Issa ħalli niġi għat-Tieni Skeda li hemm mal-klawsola 13.", "Wieħed jifhem li kull investigazzjoni kriminali magħmula mill-Pulizija teżorbita mill-ġurisdizzjoni u mill-kompetenza ta' l-Ombudsman meta dawn l- investigazzjonijiet ikunu għadhom għaddejjin u l-investigazzjoni ta' l- Ombudsman ma tistax tintrometti ruħha fl-investigazzjonijiet li jkunu qed jagħmlu l-Pulizija, imma una volta dawn l-investigazzjonijiet ikunu magħluqa - apparti l-ksur tad-drittijiet fundamentali, għax hekk kienet ir- risposta għal din l-osservazzjoni; fejn ikun hemm ksur tad-drittijiet fundamentali, hemm redress permezz tal-qrati - xorta waħda ma hemm xejn li għandu jkun ta' ostakolu biex l-Ombudsman jisma' lmenti minn ċittadin li jkun milqut mit-trattament ħażin li ħa f'idejn il-Pulizija meta dawn kienu qed jikkonduċu investigazzjonijiet.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Sur President, kif diġa' għidt iktar 'il quddiem f'dan id-dibattitu, il-Gvern huwa tal-fehma li l-Ombudsman ma għandux jidħol biex jeżamina investigazzjoni kriminali magħmula mill- Pulizija.", "Naturalment ir-raġunijiet huma ovvji u ma jidhrilniex li dan ir- rimedju għandu jkun possibbli.", "Kultant l-investigazzjonijiet kriminali jispiċċaw biex ikunu pubbliċizzati għax ikun hemm il-proċess kriminali, iżda m'hu fl-interess ta' ħadd li dawn l-investigazzjonijiet b'xi mod jiġu skrutinati.", "Qed ngħid hekk għax aħna mhux qed inneħħu xi dritt taċ- ċittadin meta d-drittijiet fundamentali tiegħu jiġu b'xi mod miksura mill- Pulizija.", "GĦal dak hemm ir-rimedji, għadhom hemm u se jibqgħu hemm.", "Li m'aħniex nagħtu dritt oltre għal dak li diġa' jeżisti għall-protezzjoni taċ-ċittadin vis-a-vis l-aġir tal-Pulizija huwa għal dak li jirigwarda investigazzjoni kriminali.", "Min għandu esperjenza fl- investigazzjonijiet kriminali jaf - jista' jkollu esperjenza amministrattiva kemm bħala avukat u kemm mill-ħajja tagħna ta' kuljum - li l-investigazzjonijiet kriminali huma delikati.", "Bħalma żgur li kull Membru ta' din il-Kamra jrid li l- Pulizija għandhom ikollhom xkiel mill-inqas, naturalment fis-salvagwardja totali tad-drittijiet taċ-ċittadin, aħna qed nagħmlu kull mezz possibbli biex il-Pulizija tkun tista' tinvestiga fejn ikun hemm ksur kriminali tal- liġijiet.", "Imma jien ma naħsibx li għandna niftħu l-bieb għal investigazzjonijiet mill-Ombudsman f'dawn il-każi.", "Kif diġa' għidt, jekk ikun hemm nuqqasijiet li b'xi mod jistgħu jivvjolaw id-drittijiet fundamentali taċ-ċittadin, dawk diġa' huma protetti u se jibqgħu jkunu protetti.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: A skans ta' kull ekwivoku, irrid ngħid - m'iniex se ntawwal fuq dan il-punt għalkemm nerġa' nissottometti li ma naqbilx ma' dak li qed jgħid il-Prim Ministru - li hemm pajjiżi oħra fejn dan isir wara li jingħalqu l-investigazzjonijiet.", "U mmur oltre dan.", "F'pajjiżi oħra anke x-xogħol ġudizzjarju jaqa' taħt l-iskrutinju ta' l- Ombudsman.", "GĦalkemm hawn pajjiżi fejn dan isir, jien ma jinteressawnix pajjiżi oħra għax l-ewwel irridu napplikaw is-sens li tana f'moħħna l- Bambin u naraw sa fejn naslu bil-loġika limitata tagħna.", "Jien jidhirli li l-ispjegazzjoni li qed jagħti l-Prim Ministru, una volta l-investigazzjoni tkun magħluqa, ma tiġġustifikax għaliex l-Ombudsman m'għandux jidħol fiha, pero' l-Gvern ħa din id-deċiżjoni u jiena se nieqaf hawn.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 13.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 13 għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 14 - Preskrizzjoni għall-ilmenti.", "Clause 14 - Time limit for complaints.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Din il-klawsola titkellem dwar preskrizzjoni għall-ilmenti.", "Qegħdin ngħidu li lment jista' jitressaq quddiem l- Ombudsman fi żmien sitt xhur minn mindu jkun sar l-att amministrattiv li wieħed jilmenta kontra tiegħu.", "Jien naħseb li kulħadd jaqbel li jrid ikun hemm limitazzjoni ta' żmien għax ma jistax ikun li l-amministrazzjoni tibqa' soġġetta dejjem għall-iskrutinju mingħajr terminu u naħseb li t- terminu ta' sitt xhur huwa terminu raġonevoli.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Jekk wieħed jara t-terminu li huwa aċċettat f'pajjiżi oħra jsib li t-terminu ta' sitt xhur m'huwiex terminu raġonevoli.", "Jekk ma jkunx ta' sentejn, almenu għandu jkun ta' 12-il xahar.", "M'hemmx raġuni għaliex wieħed għandu jieqaf fuq it-terminu ta' sitt xhur u jidhirli li ma jkunx irraġonevoli, jekk wieħed għandu jagħmel limitu għaliha, jek jgħid li dan għandu jkun ta' 12-il xahar.", "Pero' ma nafx jekk wieħed għandux jagħmel limitu.", "Fil-fatt hawn għandna problema li nsejħilha \"loġistika\".", "Diġa' għidt li ħafna jħarsu lejn dak li tagħmel il- Kummissjoni għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji bħala li pproduċew ċerti inġustizzji li qegħdin ibatu minnhom diversi nies.", "Jista' jkun li dawn l- inġustizzji ġew kommessi in bona fede jew ġew kommessi bħala riżultat ta' korrezzjoni ta' inġustizzji li ġew kommessi qabel, imma l-fatt jibqa' li llum ħafna jilmentaw minn inġustizzji bħala konsegwenza ta' deċiżjonijiet ta' din il-Kummissjoni.", "Issa l-Ombudsman ma jistax jidħol fi kwestjonijiet li ddeċidew dawn il-Kummissjonijiet, jiġifieri din hija waħda mill-arei li huma esklużi.", "Ma jistax ikun li 'l quddiem l-Ombudsman ma jismax ilment li huwa riżultat dirett ta' min ikun qiegħed jallega li huwa sofra inġustizzja bħala riżultat ta' l-applikazzjoni ta' deċiżjoni tal- Kummissjoni għall-Investigazzjoni ta' Ingustizzji.", "U billi se jkun hemm limitu ta' sitt xhur jista' jagħti l-każ li wieħed li llum m'għandu ebda rimedju imma jaf bl-inġustizzja li qed isofri, għaliex kien jaf bil- kwestjoni li qed jilmenta dwarha, jekk ikunu għaddew sitt xhur minn mindu hu ħass l-inġustizzja li sofra b'deċiżjoni tal-Kummissjoni, ma jistax imur quddiem l-Ombudsman!", "Dan m'hux sewwa u jiena jidhirli li l-Ombudsman, ikun min ikun, għandu jirrealizza li fost l-ilmenti li se jkollu quddiemu, se jkollu ilmenti ġustifikati jew le ta' min jippretendi jew jallega li huwa sofra inġustizzja bħala konsegwenza ta' l-implimentazzjoni ta' rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni għall-Investigazzjoni ta' Ingustizzji.", "F'dan il-każ it-terminu ta' sitt xhur se jkun ta' ostakolu u dan żgur li m'hux aċċettabbli għall-Oppożizzjoni.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Nixtieq nirrimarka li għalkemm is-subartiklu tal-klawsola 14 (2) jimponi l-limitu ta' sitt xhur, tajjeb li ngħidu li dan il-limitu huwa limitu li jibda jgħaddi minn meta l-persuna li tagħmel l- ilment saret taf għall-ewwel darba bil-kwestjoni li qed tilmenta minnha.", "Jiġifieri għalkemm qed ngħidu sitt xhur minn mindu jsir l-att amministrattiv, effettivament huma sitt xhur minn mindu dik il-persuna tkun taf b'dak l-att amministrattiv li laqtu ħażin.", "Minn barra dan peress li l- Ombudsman qegħdin nagħtuh l-fiduċja sħiħa, jiġifieri fl-istituzzjoni li qegħdin inwaqqfu qegħdin inpoġġu element qawwi ta' fiduċja, qegħdin ngħidu li l-Ombudsman jista' jinjora l-limitu ta' sitt xhur.", "Fil-fatt is- subklawsola ta' din il-klawsola (2) tkompli tgħid:", "\" iżda l-Ombudsman jista' jmexxi investigazzjoni fuq ilment li ma jkunx sar matul dak iż-żmien \"", "- jiġifieri f'dawk is-sitt xhur -", "\" jekk huwa jqis li jkun hemm ċirkostanzi speċjali li jkunu jiġġustifikaw li ssir dik l-investigazzjoni.\".", "Mela hawnhekk wieħed jinnota li għalkemm m'hux qed naqblu dwar il-limitu - jien qed ngħid sitt xhur, l-Onor.", "Mifsud Bonnici qal sena - qegħdin naqblu li l-Ombudsman, jekk jidhirlu f'ċertu ċirkostanzi jista' jinvestiga xorta waħda.", "Dwar dak li qal l-Onor.", "Mifsud Bonnici aktar minn darba llejla fuq il- Kumissjoni għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji li hi stess ikkawżat xi inġustizzji, l-ewwelnett ngħidlu li jekk huwa għandu xi impressjoni li dawn l-affarijiet saru b'xi mod straordinarju, se nneħħilu din l-impressjoni għaliex f'aktar minn 4,000 każ li l-Kummissjonijiet iddeċiedew, żgur li r- riżultat kien riżultat ta' tneħħija ta' inġustizzji.", "Huwa veru li f'xi rakkomandazzjonijiet li għamlet il-Kummissjoni, kieku r-rakkomandazzjoni tagħha ġiet implimentata - għalkemm id-deċiżjoni tagħha fil-każ speċifiku kienet tajba - kienet toħloq inġustizzji ma' oħrajn.", "Fil-fatt hemm diversi rakkomandazzjonijiet li meta lqajthom - m'hux ma lqajthomx - u ġejna biex nagħmlu l-implimentazzjoni tagħhom, il-parir li ngħatajt kien li jekk din id-deċiżjoni tiġi implimentata, għalkemm fil-konfront ta' dik il- persuna kienet ġustifikata, ir-riżultat kien se joħloq inġustizzji oħra, jekk m'hux inġustizzji akbar ukoll.", "GĦalhekk dan juri kemm hu għaqli dak li qed nagħmlu f'dan l-Abbozz ta' Liġi fejn il-piż ta' l-implimentazzjoni effettivament irid ikun il-piż li jerfa' min għandu r-responsabbilta' politika għaliex veru li jista' jkollok każ li biex tirranġa inġustizzja u timplimenta deċiżjoni - partikolarment wara terminu ta' żmien, u għalhekk ħażin li ż-żmien ittawlu ħafna - tista' toħloq inġustizzji oħra.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.Karmenu Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Nipproponi din l-emenda għal klawsola 14:", "\"E\" Fis-subklawżola (2) tal-klawżola 14 minflok il-kliem \"sitt xhur\" għandhom jidħlu l-kliem \"tnax-il xahar\".", "\"E\" In subclause (2) of clause 14 for the words \"six months\" there shall be substituted the words \"twelve months\".", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Mr Chairman, jien diġa' għidt li jien favur it-terminu ta' sitt xhur pero' nżid argument ieħor.", "Fl-espożizzjoni li għamel l-Onor.", "Mifsud Bonnici fuq dan l-Abbozz ta' Liġi s'issa, qal li fil- fehma tiegħu l-Ombudsman jista' jkun inondat bin-numru ta' każijiet li se jkollu quddiemu.", "Jekk din il-previżjoni li qed jagħmel hu - li jien nittama li ma tavverrax ruħha għax m'hux kulħadd għandu jipprova jbiddel id- deċiżjonijiet imma min għandu verament raġun għandu jmur quddiem l- Ombudsman - hija minnha, allura aktar u aktar m'għandniex intawlu t-terminu minn sitt xhur għal sena.", "Minbarra dan jien naħseb li huwa għaqli wkoll li istituzzjoni ġdida li qed indaħħlu fil-pajjiż li biha qed nissostitwixxu dak li hemm diġa' bil- Kummissjoni għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzja timxi bil-mod kif qed nissuġġerixxu li anke fil-perjodu, inizjali jkun imprudenti jekk niftħu l- bieb daqshekk beraħ u ngħidu li wieħed ikollu sena żmien biex imur quddiem l-Ombudsman.", "Jien naħseb li sitt xhur huwa terminu raġonevoli.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Jekk nuża l-istess loġika tal-Prim Ministru nirrispondi b'din il-manjiera.", "Jekk huwa inkonsistenti li wieħed jgħid li se jkun hemm kwantita' ta' każi u jrud iġedded iż-żmien għal 12- il xahar allura huwa inkonsistenti ma' min qed jgħid li mhux se jkun hemm din il-kwantita' ta' każi u jibża' li jġedded iż-żmien għal tnax-il xahar għax se jkun hemm ftit.", "Imma din hija loġika li ma twassalna mkien.", "GĦalhekk jien ninsisti fuq l-emenda li għamilt.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Lino Spiteri.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Il-Prim Ministru uża kelma stramba meta qal li jkun \"imprudenti\" jekk kemm-il darba f'dan l-istadju nagħmlu din l-estensjoni minn sitt xhur għal sena.", "Jien naħseb li wieħed jista' jirraġuna u għandu jirraġuna bil-maqlub.", "Ikun prudenti li issa meta qed nagħmlu l-liġi mill- bidunett nagħmluha għal sena, preċiżament għax sakemm din il-Liġi tindara wara li tkun għaddiet u ġiet in vigore u sakemm jidraha ċ-ċittadin iż- żgħir ....", "Jien nuża l-kelma \"ċ-ċittadin iż-żgħir\" għax l-Ombudsman għalhekk ġie ispirat 100 sena ilu banda oħra u għalhekk huwa implimentat f'ħafna pajjiżi biex iħares lil min ir-right of redress, l-appoġġ u l- metodu li xi ħadd jirranġalu xi ħaġa li ma saritx korretta fil-każ tiegħu, jfittxu.", "Mela jekk kemm-il darba l-liġi nagħmluha li sitt xhur biss għandu ċans, sakemm din tindara se jgħaddu xahrejn, tliet xhur u anke sitt xhur.", "Il-loġika u l-prudenza tgħidlek biex tibda issa b'sena għax hekk jew hekk parti miż-żmien li se jgħaddi se jkun moħli ħalli lill-poplu nagħtuh iċ-ċans li sakemm jidraha ma jkunx tilef dak li l-leġislatur ried jagħtih permezz ta' din il-Liġi.", "Imbagħad darba li tiġi in vigore din il-Liġi u darba li tiżviluppa kultura li dak li jkun jekk iħoss li sar xi nuqqas jew ommissjoni fid-dawl tiegħu ikun jaf li hemm metodu u mekkaniżmu fejn jersaq biex jipprovaw jipperswadu lill-Gvern - ħalli nużaw din il-kelma la għaddiet il-klawsola 13 - sabiex jirranġawilu dak in-nuqqas jew ommissjoni, darba li tidħol dik il-kultura mbgħaad tkun tista' tnaqqas il- perjodu.", "Jekk kemm-il darba l-Prim Ministru ma jirriflettix ftit fuq l-argumenti li jiġu min-naħa ta' l-Oppożizzjoni se niġu fi stadju li lilek Mr Chairman nifirħulek li qed tippresjedi fuq l-ewwel laqgħa ta' kumitat tal-Kamra kollha pero' ngħidulek li dalwaqt tiġi redundant għax jekk kemm-il darba noqogħdu nagħmlu diskussjoni fil-Kumitat sempliċement biex nitkellmu u kulma ngħidu jiġi injorat, ma nagħmlu xejn diskussjoni.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Mr Chairman, kieku l-Onor.", "Spiteri kien xi newcomer f'dan il-Parlament kont nifhem l-eżitazzjoni li għadu kemm esprima, imma peress li huwa wieħed mill-Membri anzjana - kemm gradwatorja ta' l-anzjanita' ukoll għar-rigward ta' eta'! - f'dan il-Parlament jien persważ li għandu esperjenza biżżejjed biex ikun jaf li m'hux hekk.", "Dażgur li l-Gvern jagħti kas tas-suġġerimenti ta' l-Oppożizzjoni!", "Pero' mhux għax isiru suġġerimenti min-naħa ta' l-Oppożizzjoni, il-Gvern jgħid kemm hu tajjeb.", "Per eżempju, l-argument li għadu kif uża l-Onor.", "Spiteri biex jirribatti dak li għidt jien m'hux validu għax l-Onor.", "Spiteri ma ħax in konsiderazzjoni ħaġa li espliċitament ħa l-Gvern fil-formolazzjoni ta' dan l-Abbozz, jiġifieri li qed nagħmlu tranżizzjoni mid-dominju tal-Kummissjoni għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji għall-Ombudsman.", "Fil-liġi li tirrigwarda l-Kummissjoni għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji diġa' hemm terminu ta' sitt xhur u għalhekk ma għandniex bżonn nagħtu terminu lill- pubbliku biex jitgħallem.", "Diġa' hemm dan it-terminu.", "Jien ma naħsibx li hawn xi kwantitajiet ta' nies li jkunu lesti li japprofittaw ruħhom minn ċirkostanzi li nbidlu.", "Allura jekk nagħmlu hekk, tafu x'jista' jiġri?", "Jista' jiġri li min s'issa għadu ma marx quddiem il-Kummissjoni u kellu l- każ sitt xhur ilu, jgħid \"Issa għandi ċans ieħor għax għandi l-Ombudsman u f'dan il-każ it-terminu ta' żmien huwa sena u allura issa nipprova quddiem l-Ombudsman\".", "Jien għidt li dan m'hux prudenti, l-ewwelnett - għalkemm qabel m'użajtx dan l-argument, imma nafu għax sinċerament ikkonsidrajnih - għax ladarba hemm it-terminu ta' sitt xhur fil-Kummissjoni għandna nżommuh, u t-tieni nett jien qed ngħid li għandna nibdew nitgħallmu.", "GĦall-argument ta' l-Onor.", "Mifsud Bonnici, jien għidt li jekk veru hi dik il-biża' tiegħu, iktar għandna nieħdu kawtela, pero' jien ma naħsibx li huwa relevanti għal dan.", "Jien naħseb li ladarba qed naqblu li għandu jkun hemm terminu u d- differenza hija biss jekk għandhiex tkun ta' sitt xhur jew ta' sena, jien nirrakkomanda lill-Kamra biex taqbel mat-terminu ta' sitt xhur għar- raġunijiet li semmejt.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Aktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l-emenda \"E\" kif imressqa u moqrija mill-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Negatived.", "L-emenda \"E \" ma għaddietx.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 14.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 14 għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 15 - Regoli dwar kif jimxi l-Ombudsman.", "Clause 15 - Rules for Ombudsman' guidance.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Sur President, klawsola 15 tagħti poter lil din il-Kamra li tagħmel regoli ġenerali dwar kif għandu jimxi l-Ombudsman u tgħid li kull regola li ssir taħt dan l-artikolu tiġi stampata u ppubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Jien ma noġġezzjonax għall-fatt li l-Kamra tagħmel ir-regoli; imma fil-prattika din kif issir għax ir-regolamenti normalment joħorġu minn xi ministeru?", "Il-Kamra kif tagħmel ir-regoli?", "Naħseb li xi ħadd irid jieħu l-paternita' u l-inizjattiva tar-regola.", "Meta ngħidu li l-Kamra għandha tagħmel ir-regoli inkunu qed ngħidu li l-iSpeaker se jinizja l-proċeduri tar-regoli?", "Kieku, per eżempju, il-Kamra tapprova regoli suġġeriti mill-Ombudsman nifhem, imma meta ngħidu l-Kamra tagħmel dawn ir-regoli, għal min qed infissru?", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Naħseb li l-ewwel risposta hi li meta ngħidu l-Kamra tad-Deputati - u din irid ikollha riżoluzzjoni proposta quddiemha - ifisser li kull Membru ta' din il-Kamra għandu dan il-poter.", "Jien naħseb li effettivament dak li jrid jiġri huwa li l-Ombudsman irid jieħu inizjattivi hu u jara x'regoli għandu bżonn biex jitmexxa.", "Il-Kamra tista' tieħu inizjattiva hi u nista' niġi jien u nirrakkomanda lill-Kamra li jsiru regoli dwar kif jimxi l-Ombudsman.", "L-Ombudsman huwa uffiċjal ta' din il-Kamra u hawn qed nittrattaw konċetti kompletament ġodda għal dan il- Parlament.", "Jiġifieri jien naħseb li l-Ombudsman - bħal Ministru li fil- funzjonijiet ministerjali tiegħu jkun irid jagħmel regolamenti u jrid jiġi hawn biex il-Kamra tapprovahom - jipprepara dawk ir-regolamenti u jipproponihom fil-Kamra.", "Jien naħseb li l-Ombudsman se jkollu l- possibbilta' li hu jipprepara regolamenti jekk jidhirlu hekk - apparti d- dritt tal-Membri ta' din il-Kamra li huma wkoll jipproponu regolamenti - li jgħaddihom lill-iSpeaker, imbagħad sta għall-iSpeaker kif jikkommunika.", "Jista' jikkommunika mal-Leader of the House ta' din il-Kamra u jgħidlu li l-Ombudsman tah dawk ir-regolamenti biex jiġu proposti.", "Anke din hija materja ġdida.", "Safejn naf jien m'hijiex oriġinali u ma nafx jekk hijiex lifted minn xi leġislazzjoni oħra pero' ladarba qed ngħidu li l-Ombudsman m'huwiex dipartiment tal-Gvern, l-Ombudsman ma jaqa' taħt id-dikasteru ta' l-ebda Ministru u l-Ombudsman huwa uffiċjal ta' din il-Kamra, allura l- Ombudsman jikkommunika ma' din il-Kamra permezz ta' l-iSpeaker imbagħad sta għall-iSpeaker li meta jkollu din il-kwalita' ta' kommunikazzjoni jara kif iġibha għal konjizzjoni tal-Kamra.", "Jista' jkun - naħseb li din aċċennajt għaliha meta konna fl-istadju tas-Second Reading - li 'l quddiem ikollna kumitat li jkollu l-inkarigu speċifiku li f'isem il-Kamra jittratta l- materji kollha li għandhom x'jaqsmu ma' l-Ombudsman.", "GĦalhekk naħseb li l- iSpeaker ikollu l-funzjoni li jgħaddi - jekk kemm-il darba jkun hawn dak il- kumitat - lil dak il-kumitat il-proposti li jsiru.", "Anke fis-set-up preżenti ta' leġislazzjoni sussidjarja naħseb li jekk l-Ombudsman ikollu x'jikkommunika lill-iSpeaker rigward regolamenti dawn jistgħu jiġu riferiti lil wieħed mill-Kumitati li diġa' hawn imwaqqfa.", "Jien naħseb li l-iktar wieħed idoneu jkun il-Kumitat li għandu s'jaqsam ma' l-eżami tal- liġijiet.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Lino Spiteri.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Saret xi riferenza għar-regolamenti u għal xi ħaġa li jista' jagħmel il-Public Accounts Committee?", "(Interruzzjonijiet) GĦal- leġislazzjoni?", "Skużawni mela fhimt ħażin jien.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il- mistoqsija hi klawsola 15.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 15 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 16 - Kif isir l-ilment.", "Clause 16 - Mode of complaint.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn rimarki?", "Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Mr Chairman, din il-klawsola tittratta kif isir l-ilment.", "Effettivament qed ngħidu li l-ilment isir bil-miktub jew bil-fomm, pero' jekk isir bil-fomm irid jitniżżel bil-miktub kemm jista' jkun malajr.", "Imbagħad f'subklawsola (2) hemm regolamenti kif isir l-ilment jekk il-persuna tkun pazjent x'imkien.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il- mistoqsija hi klawsola 16.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 16 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 17 - Rifjut ta' investigazzjoni ta' ilmenti", "Clause 17 - Refusal to investigate complaints", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Mr Chairman, din il-klawsola titkellem dwar meta l-Ombudsman jista' jirrifjuta li investigazzjoni ssir jew titkompla.", "Kif inhu mistenni, jekk l-Ombudsman jidhirlu li s-sustanza ta' l-ilment hija waħda trivjali jew li l-ilment ikun wieħed frivolu jew vessatorju jew li ma jsirx in bona fede fost każijiet oħra, l-Ombudsman ma jgħaddiex għall-investigazzjoni u jekk ikun bdiha jieqaf.", "Hemm ukoll li jekk min jagħmel l-ilment ma jkollux interess personali suffiċjenti fis-sustanza ta' l-ilment allura anke f'dan il-każ l-investigazzjoni ma titkomplix.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn iktar rimarki?", "L-Onor.", "Lino Spiteri.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Mr Chairman, jien nifhem li l-Ombudsman irid ikollu qasam wiesa' ta' diskrezzjoni u s-subklawsola (2) ta' din il-klawsola titkellem dwar kif jimxi, jiġifieri jekk dak li qed jiġi riferit lilu jkunx tgergir trivjali, vessatorju jew mhux in good faith, imma mbgħad subparagrafu (c) jkompli jgħid:", "\"the complainant has not a sufficient personal interest in the subject- matter of the complaint.\".", "Hawnhekk ukoll għandna għalfejn nillimitawha daqstant li jekk kemm-il darba xi ħadd qed jattira l-attenzjoni għal xi ħaġa għax hu ma għandux interess personali allura l-Ombudsman se jkollu diskrezzjoni li jinjora riferenza bħal din?", "Per eżempju, illejla jien irċevejt ittra li m'hux se naqraha għax ma nkunx etiku jekk naqraha għax issemmi ċerti ismijiet.", "Din l-ittra datata 12 ta' Ottubru 1994 hi mibgħuta lill-Kummissjarju tat- Taxxi Interni fejn qed isiru allegazzjonijiet - bl-ismijiet imsemmija - dwar trasferiment li sar b'mod mhux legali.", "Naturalment m'hux se naqraha, imma bil-prudenza kollha jew ninjoraha jew inkella nagħmel riferenza għaliha kif qed nagħmel issa billi nieħu din l-opportunita'.", "Imma żgur li din hi ittra li xi ħadd għandu jieħu azzjoni fuqha.", "Jekk stess min bagħat din l-ittra ma għandux interess dirett, allura ma kellux dritt li jikteb lill-Kummissarju tat-Taxxi Interni anke jekk inhi anonima?", "Jekk kemm-il darba issir riferenza lill-Obudsman dwar xi ħaġa li min jirreferiha m'hux qed jagħmel hekk għax hu personalment interessat fiha, imma għax hemm sitwazzjoni li jħoss li m'hijiex frivola jew vessatorja imma ta' min jattira l-attenzjoni għaliha, allura se ngħidu li anke hemmhekk l- Ombudsman jista' ma jagħtix kas ta' dik ir-riferenza?", "Hekk qiegħda hawnhekk.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jien naħseb li ma tistax taqra dan l-artikolu waħdu.", "Diġa' approvajna artikolu fejn għidna li l-Ombudsman jista' jinizja hu investigazzjoni, allura jekk jista' jinizja hu - mhux kapriċċjożament imma fuq xi informazzjoni li jkollu - l-interess ma jkunx tal-persuna.", "Il- persuna li tagħmel l-ilment trid tkun ġustifikata hi għax imbagħad hemm il- proċeduri kif tiġi nformata l-persuna bir-riżultanzi li jkun hemm.", "Jekk ikun każ fejn wieħed m'għandux interess, sta għall-Ombudsman biex jgħid li din il-materja jħoss li għandu jinvestigaha.", "Mhux għax l-ilment ta' dak huwa ġustifikat fis-sens li huwa milqut, għax la mhux milqut mhux milqut, pero' fi klawsola 13 diġa' għidna li l-Ombudsman stess jista' jieħu l- inizjattiva biex jinvestiga.", "Allura jekk l-Ombudsman jiġi a konjizzjoni - hemm elf mod kif jista' jiġi a konjizzjoni - ta' affarijiet li jaqgħu taħt l-iskrutinju tiegħu hu għandu dritt li jeżaminahom.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Lino Spiteri.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Mr Chairman, il-klawsola 13 li qed jagħmel riferenza għaliha l-Prim Ministru tagħti d-drittijiet li semma hu, jiġifieri li l- Ombudsman jista' jinizja hu stess.", "Imma hawnhekk qegħdin ngħidulu li mingħajr ma nillimitawlu d-dritt li jinizja u drittijiet oħra li qegħdin nagħtuh, jista' fid-diskrezzjoni tiegħu jiddeċiedi li ma jinvestigax.", "Subklawsola (2) ta' klawsola 17 qed tgħid:", "\"or, as the case may require, not to investigate further a complaint if in his opinion - \"", "- jiġifieri mhux jekk fl-opinjoni tiegħu jkunx frivolu jew vessatorju għax dik nifhimha u trid tagħtih id-diskrezzjoni fiha - jien nifhem li se nappuntaw bniedem jew nies, għax jista' jkun iżjed minn wieħed, li se jkun ta' l-affari tiegħu u għalhekk irid ikun hemm il-qbil ta' żewġ terzi ta' din il-Kamra; aħna żgur li hawn żewġ terzi ta' din il-Kamra li aħna nies ta' l-affari tagħna u t-terz l-ieħor imbagħad jiddeċiedi hu x'inhu - imma mbagħad qegħdin ngħidulu wkoll li fid-diskrezzjoni tiegħu jista' jinjora li ma jinvestigax każ fejn:", "\"the complainant has not a sufficient personal interest in the subject- matter of the complaint.\".", "Naħseb li l-Prim Ministru jaqbel miegħi li din hija distinta u dan jidher mill-obbligu li qed nagħtu lill-Ombudsman li jinizja hu.", "Hawnhekk jista' jkollu każ li rreferejtulu jien - ċittadin li m'għadux Membru tal-Parlament allura għandu ftit iżjed ħin milli għandi bħalissa biex nibda nħares lejn affarijiet li ta min iħares fid-dettal lejhom - u l-Ombudsman jgħid li ġaladarba irreferihuli bniedem li m'hux imdaħħal fih direttament, bil-liġi għandu dritt jieqaf mill-investigazzjoni.", "U jien qiegħed ngħid li lanqas jgħaddili minn moħħi li hemm xi probabbilta' li l-Ombudsman - wieħed jew iżjed minn wieħed - li naħtru aħna se jimxi b'din il-manjiera, imma għandu dritt jimxi b'din il-manjiera u dan id-dritt m'għandniex nagħtuhulu.", "Naħseb li jekk il-Prim Ministru jirrifletti sew, din is-subklawsola (2) (c) tal-klawsola 17 għandu jneħħiha.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Mr Chairman, x'aħna nagħmlu hawn?", "Aħna qegħdin nagħtu protezzjoni liċ-ċittadin biex jekk iħoss li huwa ġie trattat inġustament - nerġa' ngħid kif għidt drabi oħra li l-kelma \"inġusta\" m'hijiex kelma preċiża, naħseb li l-kliem \"ma jkollux a fair deal\" hi espressjoni aħjar - imur quddiem l-Ombudsman.", "Dan hu l-konċett prinċipali u allura mhux qed nagħmlu sistema biex xi ħadd jirrapporta fuq xi ħadd ieħor, għax għal dak hemm rimedji oħra.", "Hawn qegħdin ngħidu li jekk inti ġejt milqut ħażin tista' tipprova ssib rimedju permezz ta' l-Ombudsman.", "Dak li semma l-Onor.", "Spiteri dwar l-ittra li għandu f'idejh li nifhem li hu xi każ kważi ta' korruzzjoni jew xi nuqqas legali b'sanzjonijiet jew fiskali jew sanzjonijiet anke penali, hija kwestjoni oħra, pero' mhux dik hi l-funzjoni ta' l-Ombusdman.", "Il-funzjoni ta' l-Ombudsman mhix li xi ħadd li, per eżempju, ikun iddikjara prezzijiet ħżiena fil-kuntratt u imbagħad imur għand l-Ombudsman.", "Dik hija materja li min hu responsabbli li jara li t-taxxa, hi x'inhi, tal-boll eċċ titħallas, jara li titħallas.", "L- Ombudsman jista' jinvestiga l-amministrazzjoni u jgħid li l-mod kif qed tiġi amministrata per eżempju l-liġi tal-boll għandha dawn id-difetti.", "Dak jista' jagħmlu, pero' li ridna nevitaw hu li ma noħolqux xi sistema li n- nies joqogħdu jirrapportaw fuq in-nies.", "Il-konċett fundamentali ta' l- Ombudsman hu li jipprova jagħti r-rimedju amministrattiv lil min ikun milqut ħażin minn atti amministrattivi.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il- mistoqsija hi klawsola 17.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 17 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 18 - Proċedimenti.", "Clause 18 - Proceedings.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Mr Chairman, is-subinċiż (1) ta' klawsola 18 jgħid:", "\"Qabel ma l-Ombudsman jinvestiga xi ħaġa skond dan l-Att huwa għandu jgħarraf lill-Kap tad-Dipartiment konċernat, jew, skond ma jkun jeħtieġ il-każ, l-uffiċjal eżekuttiv prinċipali ta' l-organizzazzjoni konċernata, jew is-sindku tal-kunsill lokali ...\".", "Hawn il-konċett huwa li jekk isir ilment kontra dipartiment jew xi organizzazzjoni li taqa' taħt l-iskrutinju ta' l-Ombudsman, għandu jiġi nformat kontra min isir l-ilment.", "Mhux informat fis-sens ta' proċeduri li jsiru fit-tribunali u fil-qrati fejn hemm proċeduri iktar esiġenti ta' salvagwardja tad-drittijiet, għax dan m'hux tribunal, pero' huwa tajjeb li min ikollu ilment kontra att amministrattiv magħmul minnu, jkun informat b'dan.", "Peress li dan m'hux tribunal, allura m'hemmx l-esiġenza li jkun hemm il- pubbliċita' tal-proċess, anzi fil-konċett li nsibu f'din il-Liġi hemm li l- proċess m'għandux ikun fil-pubbliku u l-funzjoni ta' l-Ombudsman huwa li permezz ta' l-amministrazzjoni stess isib soluzzjoni u jekk isib soluzzjoni għall-ilment, jiġifieri soluzzjoni amministrattiva, kollox jieqaf għax il- persuna li tkun għamlet l-ilment naturalment tkun ġiet sodisfatta.", "F'subklawsola (3) tal-klawsola 18 insibu wkoll li:", "\"l-Ombudsman għandu jagħti lil dak id-Dipartiment, organizzazzjoni, kunsill lokali jew persuna l-opportunita' li jinstemgħu.\".", "Jiġifieri mhux biss jiġi avżat, imma jekk iridu jagħmlu s-sottomissjonijiet tagħhom ikunu jistgħu jagħmluhom.", "Din il-klawsola tgħid ukoll x'jista' jagħmel l-Ombudsman.", "Dan jista' jikkonsulta mal-Ministru, mal-Kap tad-Dipartiment, maċ-Chief Executive eċċ.", "Fl-istadju tat-Tieni Qari kien hemm kummenti fuq is-sub inċiż (5) li jgħid li:", "\"Jekk l-Ombudsman, matul jew wara xi investigazzjoni, jkun tal-fehma li jkun hemm prova sostanzjali ta' xi ksur evidenti ta' xi dmir jew ta' imġieba ħażina li titwettaq minn xi uffiċjal jew impjegat ta' xi Dipartiment, organizzazzjoni jew kunsill lokali, huwa għandu jirreferi l-kwistjoni lill-awtorita' konċernata inklużi l-Pulizija.\".", "Jidhirli li fis-Second Reading xi Membru ta' din il-Kamra qal li din tiskoraġġixxi n-nies li jmorru biex jagħmlu ilment.", "Jien naħseb li l- Ombudsman għandu kariga għolja - kif diġa' għidna - importanti ħafna u bħal kull awtorita', jekk ikun jaf bi ksur tal-liġijiet tal-pajjiż, partikolarment il-liġijiet kriminali tal-pajjiż, hu ma jistax jinjora dawk il-fatti li jkunu ġew a konjizzjoni tiegħu, allura għandu l-obbligu li jirreferi l-kwestjoni lill-awtorita' konċernata, anke lill-Pulizija.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "L-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Rigward l-aħħar kwestjoni.", "Dan huwa ilment li tqanqal fit-Tieni Qari, kont jien li nsistejt fuqu u se nkompli ninsisti fuqu.", "Mhux min jagħmel l-ilment ikun qed jesponi ruħu għal passi kriminali, imma dak li meta l-Ombudsman jibda jinvestiga jsib li jkun naqas.", "Jiġifieri dak ikun passibbli ta' azzjoni kriminali.", "U jekk aħna rridu li l-Ombudsman ikollu l-koperazzjoni biex isib il-verita' ma jistax ikun li uffiċjal jew membru li l-operat tiegħu qed jiġi investigat, nippretendu li la hemm il-periklu li f'dik l-investigazzjoni ta' l- Ombudsman se jesponi ruħu għal proċedimenti kriminali jikkopera biex isir dan.", "Mela jekk verament irridu li l-Ombudsman isib il-verita', min ikun għamel l-operat irridu nagħtuh almenu l-assigurazzjoni li l-Ombudsman - mhux ħaddieħor - mhux se jirreferih lill-Pulizija meta jgħid il-verita'.", "Jekk ma nagħmlux hekk se nagħtuhom l-ikbar ċans li ma jgħidux il-verita' jew jiefqu li jagħtu ix-xiehda, kif għandna fil-klawsola li jmiss li tgħid li jekk ikunu se jesponu ruħhom għal proċeduri kriminali għandhom dritt jagħmlu dan.", "Huwa proprju dan li ma rridux nagħmlu.", "Dak li jisma' l- Ombudsman bil-magħluq ikun ta' natura kunfidenzjali u l-Ombudsman qua Ombudsman m'għandux jirreferih lill-Pulizija.", "Mhux billi ngħidu li bħala uffiċjal pubbliku għandu jagħmel dan.", "Din m'hijiex il-funzjoni tiegħu, għax inkella parti mill-investigazzjoni li se jagħmel tista' tkun preludju għal investigazzjoni kriminali.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Mr Chairman, l-ewwelnett huwa prinċipju kostituzzjonali li ħadd ma jista' jinkrimina ruħu, jiġifieri Kap ta' Dipartiment, uffiċjal, jew hu min hu li jiġi biex jagħti l-fatti quddiem l- Ombudsman ma jista' jkun kostrett li jgħid xi ħaġa li bih jesponi ruħu għal proċeduri kriminali.", "Dak huwa prinċipju kostituzzjonali li ma nistgħux immorru kontra tiegħu.", "L-Ombudsman, nerġa' ngħid, għalkemm huwa l-ikbar difensur taċ-ċittadin mhux se jkun f'pożizzjoni ta' antagoniżmu ma' l- amministrazzjoni, anzi għandu jgħin biex l-amministrazzjoni f'kull aspett tagħha tkun amministrazzjoni tajba.", "GĦalhekk qiegħda l-istituzzjoni ta' l- Ombusdman u jekk l-Ombudsman ikollu provi fil-kors ta' investigazzjoni li xi mkien xi ħadd qed jonqos mid-dmirijiet tiegħu, bħal ngħidu aħna l-każ li semma l-Onor.", "Spiteri fl-ittra li għandu, u li hemm xi ħadd f'xi dipartiment li mhux qed jagħmel id-dover tiegħu u n-nuqqasijiet li huwa mhux qed jipprova jagħmilhom tajbin, allura l-Ombudsman għandu żgur jattira l-attenzjoni tal-Kap tad-Dipartiment u jgħidlu li d-dipartiment tiegħu mhux qed jamministra l-liġi tajjeb għax irriżultalu li hemm min qed jonqos.", "Jiġifieri l-Ombudsman qiegħed hemm ukoll biex jara li l-amministrazzjoni titjieb, ma tagħmilx żbalji, tkun aħjar u tkun iktar effiċjenti.", "Din hija parti mill-funzjonijiet tiegħu.", "Infatti din il-klawsola ma ssemmix biss il- Pulizija imma tgħid li l-Ombudsman għandu jirreferi l-kwestjoni lill- awtorita' konċernata inkluża l-Pulizija.", "Jien naħseb li hekk għandu jkun għaliex il-konċett kollu huwa li l-Ombudsman għandu l-funzjoni biex jara li l-amministrazzjoni timxi b'mod tajjeb u anke biex jgħinha timxi aħjar.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "L-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: L-oġġezzjoni mhux qiegħda għall-kap tad- dipartiment konċernat imma l-oġġezzjoni hija għall-kliem \"inklużi l- Pulizija\".", "L-Ombudsman m'għandu jirreferi ebda każ lill-Pulizija jekk irid verament li l-investigazzjonijiet isiru, inkella meta se jkun hemm il- periklu li xi ħadd jista' jiġi riferut mill-Ombudsman lill-Pulizija se jkun hemm ħafna li jibqgħu lura milli jgħidu l-verżjoni tagħhom.", "Din m'hijiex kwestjoni ta' dritt kostituzzjonali li ħadd m'għandu jiġi obbligat jinkrimina ruħu.", "Dak huwa prinċipju li xi darba niddiskutuh u naraw kemm hu validu li wieħed għandu dritt jibqa' sieket u ma jgħidx il-verita'; naraw kemm dan huwa prinċipju inferjuri jew superjuri għad-dritt li ma tinkriminax ruħhek.", "Li tgħid il-verita' huwa obbligu u jkunu xi jkunu l- konsegwenzi, dak l-obbligu għandek tagħmlu.", "Dak għandu jkun il-prinċipju u mhux il-prinċipju l-ieħor li ma tinkriminax ruħhek.", "La inti m'għandekx dritt tagħmel ċerti affarijiet allura lanqas għandek dritt tibqa' sieket biex dawk l-affarijiet ma jinkixfux.", "Hekk għandu jkun imma dik hija xi ħaġa li wieħed ikun irid jiddiskutiha meta niġu biex niddiskutu l- provvedimenti kostituzzjonali.", "Aħna m'aħniex ngħidu li l-Ombudsman m'għandux jinforma lill-kap tad-dipartiment dwar xi irregolarita', imma hawnhekk qed ngħidu li se jkollu l-obbligu li jinforma, barra l-kap tad- dipartiment, lill-Pulizija meta hu jħoss li hemm każ ta' ksur ta' xi liġi kriminali.", "Dan l-obbligu li jinforma lill-Pulizija m'għandniex nagħtuh lill-Ombudsman għal ħafna raġunijiet, fosthom biex l-Ombudsman ikollu iktar liberta' li jisma' affarijiet li wieħed forsi jkun irid jogħstor.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Fundamentalment ma naqbilx ma' dan.", "L- Ombudsman, kif diġa' għidna, se jkun awtorita' li jgawdi l-fiduċja ta' dan il-Parlament u li għandu funzjonijiet importanti ħafna u li jkollu wkoll dan l-obbligu.", "Ma jistax ikun li persuna b'din l-awtorita' tkun taf bi ksur tal-liġi kriminali tal-pajjjiż u żżomm l-informazzjoni għaliha.", "Dan huwa prinċipju li japplika, per eżempju, fil-qrati.", "Jekk il-qorti tiġi a konjizzjoni li fil-kors ta' kawża ta' proċeduri li jkunu għaddejjin jirriżultalha li xi ħadd kiser il-liġi kriminali, ma tistax tinjorha imma trid tieħu hi l-passi li jkunu meħtieġa.", "F'ċerti każi hi stess tordna li jsiru l-proċeduri kriminali.", "Jiġifieri aħna ma nistgħux ngħidu \"Ara x'istituzzjoni għolja qed nagħmlu!\", u fl-istess nifs ngħid lil din l- istituzzjoni biex tagħlaq għajnejha u jekk issir taf b'xi ksur ta' liġijiet kriminali tal-pajjiż ma tinformax lill-Pulizija, imma żżommhom għaliha.", "Naħseb li hija kwestjoni ta' prinċipju u jidhirli li dak li qed jissuġġerixxi l-Gvern għandu jiġi addottat.", "Għal punt l-ieħor li semma l-Onor.", "Membru għar-rigward tistax iġġiegħel persuna tinkrimina ruħha, naħseb li hawn għandna diverġenza kbira.", "Jiena naħseb li d-dritt kostituzzjonali li bniedem m'għandux l-obbligu jinkrimina ruħu huwa prinċipju li jien inħossu sagrosant u allura jkun perikoluż ħafna kieku kellna b'xi mod nipprovaw inbiddluh.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Għas-subklawsola (5) ta' din il-klawsola għandi din l-emenda:", "\"F\" Fis-subklawsola (5) tal-klawsola 18 il-kliem \"inklużi l-Pulizija\" għandhom jitħassru.", "\"F\" In subclause (5) of clause 18 the words \"including the Police\" shall be deleted.", "THE CHAIRMAN: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Mr Chiarman, anke kieku dan il-Parlament jaddotta din l-emenda u nneħħu l-obbligu li jirreferi l-kwestjoni lill- pulizija, jien ngħid xorta l-Ombudsman jibqagħlu almenu l-obbligu ċiviku u morali.", "Jien ħsibt li l-Onor.", "Mifsud Bonnici se jgħid \"li nipprojbulu li jirraporta lill-pulizija\" biex b'hekk ikun jista' jwassal l-argument tiegħu għal-loġika finali tiegħu.", "Pero' jien ngħid li anke mingħajr il-kliem \"inklużi l-Pulizija\" xorta l-Ombudsman jibqagħlu obbligu ċiviku u morali li jara li jittieħdu passi jekk ikun hemm ksur tal-liġijiet tal-pajjiż.", "THE CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "L-Onor.", "Lino Spiteri.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Nixtieq ngħid xi ħaġa fuq id-drafting ta' din il- klawsola, Mr Chairman.", "Bl-Ingliż din il-klawsola tagħmel riferenza għal dawk in-nies li jkunu konċernati fl-investigazzjonijiet li qed isiru.", "Fit- test Malti naraw li f'subsection (4) qed tirreferi għal dawk in-nies li jkunu \"l-qofol ta' l-investigazzjoni\".", "Fl-opinjoni tiegħi ma naħsibx li d- drafting huwa tajjeb għax il-kelma \"qofol\" qed tiffoka fuq punt wieħed jew ftit punti, mentri l-iskop m'huwiex dak.", "Kemm mhux hekk l-iskop jidher fil-kontenut tat-test Ingliż.", "Jien naħseb li ma jagħmilx ħażin il-Prim Ministru jekk iħares lejn dawn id-dettalji żgħar.", "Naħseb ukoll, għalkemm jidher li l-liġi mxiet sewwa fil-Committee Stage, li mhux barra minn loku li nirrimarka li jekk il-kontenut ta' din il-Liġi jitwassal bil-Malti kif inhu abbozzat hawnhekk, ftit se jkunu dawk in-nies li jifhmuh.", "Hekk jew hekk il-liġijiet ftit ikunu dawk in-nies li jifhmuhom u jekk mhux se jkun hemm translation għal-lingwa li jifhimha l-poplu allura se nispiċċaw biex inkunu għamilna liġi oħra li tkun il-ġenna ta' l- avukati, imma mhux ir-refuġju tal-parti l-kbira tal-poplu tagħna.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jien napprezza l-kumment li għamel l-Onor.", "Spiteri pero' naħseb li hija kwestjoni ħafna iktar wiesgħa minħabba t-tip ta' Malti li sirna nużaw, Mr Chairman.", "Fil-fatt fit-test Ingliż qiegħda \"concerned in the matter of the investigation\" u l-kelma \"concerned\" għandha sinifikat bl-Ingliż, imma jekk taqlibha għal Malti u tagħmilha \"il- persuna konċernata\" ma naħsibx li tkun qed tagħmilha tajba, anzi ma naħsibx li huwa Malti tajjeb.", "Fil-fatt il-kelma \"concerned\" bl-Ingliż tfisser il-persuna li bdiet dawn il-proċeduri, jiġifieri li hi qiegħda involuta - dik hija l-persuna concerned.", "Jien naħseb li t-tentattiv li sar hawn biex nittraduċu l-kelma \"concerned\" bil-kliem \"li tkun il-qofol ta' l-investigazzjoni\" naħseb li hija viċina ħafna għall-kelma \"concerned\".", "Naħseb li veru li hija kwestjoni tal-lingwa Maltija, imma kultant ...", "Jien wieħed minn dawk li m'niex litterat fil-Malti jew f'xi lingwa oħra, pero' għandi dispjaċir kbir kif sar jintuża l-Malti għax fuq ir-radjijiet u anke fil-gazzetti tisma u tara l-oxxenitajiet li jingħadu bil-Malti u din hija xi ħaġa tat-twerwir.", "Illum sirna nużaw espressjonijiet li ma jagħmlux sens.", "X'ħin kont ġej hawnhekk kont qed nisma' r-radio u laqtitni espressjoni - bħalissa ma niftakarx x'inhija - pero' nista' ngħid li kien Malti ħażin.", "Jien naħseb li dan it-tentattiv mhux ta' min jinjorah u tajjeb li biex ngħidu l-kelma \"concerned\" bil-Malti użajna l-kliem \"li tkun il-qofol\".", "Jien naħseb li dawn il-kliem huma viċin ħafna għas- sinifikat tal-kelma \"concerned\" bl-Ingliż.", "THE CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija l-emenda \"F\" kif mressqa u moqrija mill-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Negatived.", "L-emenda \"F \" ma għaddietx.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 18.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 18 għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 19 - Provi.", "Clause 19 - Evidence.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Il-klawsola 19 tgħid kif l-Ombudsman jiġbor il- provi u allura għandu s-setgħa li jħarrek xiehda u jekk xi ħadd ma jobdix l- ordni li jagħti x-xhieda jew iġib xi dokument, allura jkun passibbli għan- nuqqas li jkollu.", "Din tgħid li kull persuna tkun ħatja ta' reat u jekk tinstab ħatja teħel multa ta' mhux iżjed minn Lm500 jew inkella priġunerija għal żmien ta' mhux iżjed minn tliet xhur, jew inkella għal dik il-multa u priġunerija flimkien - tidher li hija daqsxejn iebsa.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Subklawsola (3) ta' din il-klawsola tgħid hekk:", "\"Kull persuna mħarrka kif imsemmi qabel li tirrifjuta jew mingħajr kawża ġusta tonqos milli tattendi fil-ħin u fil-post imsemmija fit- taħrika, jew tiffirjuta mingħajr kawża ġusta li twieġeb jew li twieġeb bis-sħiħ ... \".", "Issa \"kawża ġusta li twieġeb\" hija dak li hemm kontemplat fil-proviso fejn skond il-liġi huwa eskluż milli wieħed iwieġeb quddiem qorti tal-ġustizzja.", "Inkella b'kawża ġusta wieħed jista' jifhem li dak li hemm taħt is- subklawsola (3) huwa iktar wiesa' minn dak li hemm fil-proviso.", "Mentri jien naħseb li kulma rridu ngħidu huwa li dak li hemm fil-proviso huwa l- \"kawża ġusta\" li ma tweġibx.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Le, jien ma naħsibx li huwa hekk anzi jien naħseb li għandu jkun iktar wiesa'.", "Jiġifieri l-proviso qed jgħid b'mod kategoriku li hemmhekk dik żgur hija kawża ġusta, imma s-subklawsola (3) hija aktar wiesgħa minn hekk.", "Jiġifieri jista' jkollu kawża ġusta, pero' m'hawnx definizzjoni ta' x'inhi \"kawża ġusta\".", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Imma min se jiġġudikaha?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: L-Ombudsman.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Sewwa.", "Jiġifieri l-Ombudsman jiġġudika jekk hijiex kawża ġusta, jista' jgħid li m'hemmx kawża ġusta, u mbagħad hu ma jagħmel xejn iktar ħlief li jirreferi l-każ lill-Pulizija u l-Pulizija toħroġ it-taħrika!", "Imbagħad min se jiddeċiedi jekk hijiex kawża ġusta jew le, il-Qorti?", "GĦax ikollu jitla' jixhed l-Ombudsman biex ...", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Tiddeċiedi l-qorti finalment.", "Imma hawn ukoll naħseb illi kif inhi redatta din il-klawsola taqbel eżattament mal- funzjoni ta' l-Ombudsman.", "Issalvagwardajna l-prinċipju li għidna li ħadd ma jista' jinkrimina ruħu - dik hija żgur raġuni valida biex wieħed ma jweġibx - imbagħad fis-subartikolu (3) hemm li:", "\"Kull persuna mħarrka kif imsemmi qabel li tirrifjuta jew mingħajr kawża ġusta tonqos milli tattendi...\"", "Per eżempju, \"mingħajr kawża ġusta tonqos milli tattendi\", naturalment jekk jiġi rapportat il-każ u jkun hemm proċeduri, allura finalment il- ġudikant irid jiddeċiedi, pero' żgur li hemm ħafna raġunijiet ta' kawża ġusta.", "Jekk hijiex kawża ġusta jew le li \"tirrifjuta li twieġeb jew li twieġeb bis-sħiħ\" finalment jekk ikun hemm proċeduri kriminali tiddeċiedi l- qorti, pero' sta għall-Ombudsman jirreferix il-materja.", "GĦal tapposta qiegħda iktar wiesgħa.", "THE CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 19.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 19 għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 20 - Eżenzjonijiet minn kxif.", "Clause 20 - Exemptions from disclosure.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Din il-klawsola diġa' rriferejna għaliha.", "Din hija għal esklużjoni ta' tagħrif li jista' jiġi mitlub mill-Ombudsman li:", "\"il-Prim Ministru jiċċertifika li l-għoti ta' xi tagħrif jew it-tweġib ta' xi mistoqsijiet jew il-produzzjoni ta' xi oġġett, inkartament jew dokument ieħor -\"", "m'għandux jingħata għaliex jew ikun jolqot is-sikurezza jew id-difiża ta' Malta jew jista' jagħmel ħsara lill-ekonomija nazzjonali jew:", "\"ikun jinvolvi l-kxif tad-diskussjonijiet jew proċedimenti tal- Kabinett jew ta' xi kumitattal-Parlament jew tal-Kabinett; jew \"ikun jippreġudika l-investigazzjoni jew is- sejbien ta' reati,\".", "Hawnhekk qegħdin ngħidu li din il-prova mitluba ma tistax tinġieb hija ċ- ċertifikat li jagħmel il-Prim Ministru.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Dik hija l-ewwel parti tal-klawsola.", "It- tieni parti tal-klawsola hija ta' ċerta importanza wkoll.", "Is-subklawsola (2) tgħidlek illi fejn hemm liġi li tgħid li dokument mhux produċibbli jekk jiġi dikjarat li hu fl-interess pubbliku li ma jkunx produċibbli, nonostante li jkun hemm espressament liġi li għamilha dan il-Parlament, xorta waħda huwa produċibbli għall-Ombudsman.", "Jien dik ma narahiex.", "Jekk dan il-Parlament fis-sapjenza tiegħu jiddeċiedi hekk, hekk għandu jkun għax dan il-Parlament ma jiddikjarax kapriċċjożament li fl-interess pubbliku ħaġa m'hijiex produċibbli.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jien naħseb illi kif inhu konċepit dan is- subinċiż, peress li jiġi wara s-subklawsola 20(1) meta l-Prim Ministru jista' jiċċertifika, qegħdin nagħmlu salvagwardja doppja; ikun hemm il-liġi li tagħti ċerta protezzjoni lil xi dokumenti, pero' imbagħad fil-każ speċifiku, il-ħsara għall-interess pubbliku trid tiġi ċertifikata mill-Prim Ministru.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Le ma jistax; fl-ekonomija nazzjonali biss jista'.", "Qed nirreferi għal paragrafu (b) tas-subklawsola 20 (1).", "Kieku qiegħda li l-Prim Ministru jiċċertifika hekk, imma m'hijiex hekk.", "X'jista' jagħmel il-Prim Ministru huwa limitat tassattivament.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jekk tinterpretaha strettament, naħseb li għandu raġun l-Onor.", "Mifsud Bonnici li l-Prim Ministru ma jistax jiċċertifika għaliex irid jiċċertifika skond il-paragrafi (a), (b), (ċ) u (d) tas-subklawsola (1) tal-klawsola 20, pero' hawnhekk ma rridux ninsew li l-proċeduri quddiem l-Ombudsman se jsiru b'mod magħluq u allura jekk għall-interess pubbliku hemm xi liġi li tipprojbixxi l-produzzjoni ta' dokument ...", "Mr Chairman, nitlob il-permess tal-Kumitat sabiex nipposponu din il- klawsola biex sadanittant il-konsulenti tiegħi jkunu jistgħu jispjegawli x'hemm wara din preċiż.", "THE CHAIRMAN: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata u l-klawsola ġiet posposta.", "Klawsola 21 - It-tagħrif ikun sigriet.", "Clause 21 - Secrecy of information.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Klawsola 21 titkellem fuq is-segretezza tat- tagħrif li jinġabar mill-Ombudsman jiġifieri l-impjegati li jiġu a konjizzjoni tal-fatti li jkollu quddiemu l-Ombudsman huma marbutin bis- sigriet u allura l-konsegwenza hija wkoll li dawn:", "\"l-membri ta' l-uffiċċju ta' l-Ombudsman m'għandhomx jiġu mħarrka sabiex jixhdu f'xi proċedimenti, ħlief dawk imsemija qabel, ...\".", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Hawnhekk se nħallu lill-Ombudsman mhux biss biex jirreferi l-każ lill-Pulizija imma li jista' jiġi mħarrek mill- Pulizija biex jixhed fil-proċedimenti kriminali.", "Jiena ma naqbilx ma' dan għaliex jekk ikun hemm dan il-periklu qisna se nagħmlu li l- investigazzjoni se ssir mill-Pulizija.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Veru li l-Ombudsman teknikament m'huwiex uffiċjal pubbliku, pero' għandu l-ekwivalenza, anzi xi ħaġa iktar, minn doveri ta' uffiċjal pubbliku u jekk uffiċjal pubbliku għandu ċerti obbligi meta jkun mgħarraf jew jagħraf hu li sar xi ksur ta' liġi u għandu jaġixxi, il-pożizzjoni ta' l-Ombudsman fil-kariga għolja tiegħu - għalkemm nerġa' ngħid m'huwiex uffiċjal pubbliku - għandu jkun soġġett għall-istess doveri.", "Għalkemm l-Ombudsman m'huwiex parti mill-amministrazzjoni, xogħlu hu li jara li l-amminstrazzjoni tkun tajba u ma jistax kważi jkun hemm connivance min-naħa tiegħu li l-affarijiet li qed isiru ħażin bi ksur tal- liġijiet kriminali jinjorahom.", "THE CHAIRMAN: Hawn aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 21.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 21 għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 22 - Proċedura wara l-investigazzjoni.", "Clause 22 - Procedure after investigation.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Mr Chairman, din il-klawsola tgħid x'għandu jagħmel l-Ombudsman wara li jsiru l-investigazzjonijiet minnu.", "Tgħid li jekk jara xi nuqqasijiet li huma soġġetti għall-iskrutinju tiegħu jrid jagħmel ir-rapporti.", "Subklawsola (3) tgħid li:", "\"Jekk f'xi każ li dan l-artikolu jgħodd għalih l-Ombudsman ikun tal- fehma - ...\",", "- u jgħid x'inhu n-nuqqas -", "\"l-Ombudsman għandu jirrapporta l-fehma tiegħu, u r-raġunijiet tiegħu għaliha lid-Dipartiment, organizzazzjoni jew kunsill lokali li jkunu, u jista' jagħmel dawk ir-rakkomandazzjonijiet li jidhrulu xierqa.\"", "u tgħid il-proċeduri kif isiru.", "Hemm eskalazzjoni ta' xi jkunu l- konsegwenzi tar-rakkommandazzjonijiet.", "L-ewwelnett li l-Ombudsman għandu jfittex soluzzjoni amministrattiva, jekk ma jsibhiex għandu jagħmel rapport u jissuġġerixxi x'għandu jsir, jekk imbagħad dak ir-rapport jiġi injorat minn min hu responsabbli allura hemm li:", "\"Jekk fi żmien raġonevoli wara li jsir ir-rapport ma tittieħed ebda azzjoni li l-Ombudsman ikun tal-fehma li tkun waħda adegwata u xierqa, l-Ombudsman jista' fid-diskrezzjoni tiegħu, wara li jikkonsidra l- kummenti (jekk ikun hemm) magħmulin minn jew f'isem xi Dipartiment, organizzazzjoni jew kunsill lokali involuti, jibgħat kopja tar-rapport u tar-rakkomandazzjonijiet lill-Prim Ministru, u jista' wara dan jagħmel dak ir-rapport lill-Kamra tad-Deputati li jidhirlu li jkun xieraq.\".", "Din il-klawsola tiġbor fiha l-funzjonijiet kollha ta' l-Ombudsman.", "L- Ombudsman irid jara li l-amministrazzjoni tkun waħda tajba, jipprova jirranġa l-ilment li jkollu quddiemu, jekk fil-proċess ta' l- investigazzjoni ma jirnexxilux, irid jagħmel rapport, jekk ir-rapport jiġi njorat minn min jista' jimplimenta r-rakkomandazzjoni jista' jmur oltre u jitla' fil-livell tal-Prim Ministru, imbagħad jekk anke fil-livell tal-Prim Ministru ma jsir xejn jista' jiġi quddiem il-Kamra u jesponi l-fatti li jidhirlu li jkunu jiġġustifikaw ir-rakkomandazzjoni li jkun għamel hu.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Mr Chairman, l-ewwel parti ta' din il- klawsola tinkludi wkoll li deċiżjoni li fil-fehma ta' l-Ombudsman jħoss li tkun ħażina, - hekk qiegħda l-kelma \"ħażina\" - jagħmel rakkomandazzjoni kontra tagħha.", "Fl-opinjoni tiegħi din il-kelma \"ħażina\" hija wiesgħa wisq u tiftaħ baħar li wieħed lanqas jista' jimmaġina l-estenzjoni tal-konfini tiegħu.", "\"Ħażina\" fl-opinjoni tiegħi għandha tiġi kwalifikata u m'għandhiex tibqa' hekk.", "Jista' jkun li bniedem wieħed jasal għall-konklużjoni li deċiżjoni hija ħażina mentri għall-bniedem ieħor l-istess deċiżjoni, bl- istess rieda tajba, tidhirlu li hija tajba.", "Meta wieħed ma jaqbilx ma' deċiżjoni jgħid li dik id-deċiżjoni hija ħażina u li l-opinjoni tiegħu hija tajba.", "M'għandniex inħallu li l-Ombudsman ikollu s-setgħa li meta hu ma jaqbilx ma' deċiżjoni, jgħid li hi \"ħażina\".", "Fit-test Ingliż qiegħda \"was wrong\", pero' fl-opinjoni tiegħi din il-kelma trid tiġi kwalifikata u ngħidu xi rridu nifhmu meta ngħidu li hu jista' jgħid li deċiżjoni hija ħażina mhux meta soġġettivament wieħed jista' jiddeċiedi mod u l-ieħor jista' jiddeċiedi mod ieħor.", "Għaliex inkella kull diskrezzjoni li hawn ta' kull uffiċjal se tiġi sottoposta għall-periklu li ma tiġix kondiviża mill- Ombudsman li jista' jaħsibha mod ieħor li żgur m'għandniex nikkontemplaw dan meta sar xi abbuż jew xi inġustizzja, imma meta wieħed ma jaqbilx ma' deċiżjoni.", "Jiġifieri din hija vaga u ġenerika wisq.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: L-Onor.", "Mifsud Bonnici nsista fuq dan il-punt kemm fis-Second Reading kif ukoll f'diversi klawsoli oħra fl-istadju ta' dan il-Kumitat.", "Naħseb li l-kliem \"jkunu ħżiena\", li veru huma kliem ġeneriċi, juru kemm qegħdin nagħtu protezzjoni ampja liċ-ċittadin.", "Jiġifieri hawnhekk m'aħniex ngħidu \"ħżiena\" fis-sens li jkunu illegali - jekk hija illegali u hemm xi ksur tal-liġi allura hemm anke r-rimedji legali u tista' tmur il-qorti biex tieħu d-drittijiet tiegħek skond il-liġi - imma fiċ-ċirkostanzi tal-każ partikolari li għalkemm l-intenzjonijiet ta' l-amministratur jistgħu jkunu tajbin, l-Ombudsman jista' jasal għall- konklużjoni li fil-każ partikolari l-applikazzjoni tal-liġi - b'mod tajjeb skond il-liġi - twassal għal konklużjonijiet ħżiena.", "Mhux \"ħżiena\" illoġiċi jew kontra l-liġi, imma \"ħżiena\" fis-sens li tolqot b'mod negattiv liċ-ċittadin li ma kenitx l-intenzjoni tal-leġislatur u allura l-Ombudsman jgħid li nonostante d-diskrezzjoni ġiet eżerċitata in bona fede eċċ., f'dan il-każ, l-applikazzjoni tal-liġi laqtet ħażin liċ-ċittadin.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Niġbed l-attenzjoni tal-Prim Ministru li dik qiegħda koperta fil-paragrafu (b) tas-subklawsola (1) ta' din il- klawsola.", "Hemmhekk hemm speċifikat meta tapplika l-liġi, imma li tista' tasal għall-konklużjoni \"li tkun irraġonevoli, inġusta, oppressiva jew improprjament diskriminatorja\".", "\"Ħżiena\" m'għandhiex x'taqsam ma' l- applikazzjoni tal-liġi.", "Dik hija kontemplata separatament.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ħalli naraw eżatt xi tgħid din il-klawsola.", "Hawnhekk hawn li:", "\"(1) Id-dispożizzjonijiet ta' dan l-artikolu għandhom ikunu japplikaw f'kull każ meta, wara li ssir investigazzjoni bis-saħħa ta' dan l-Att, l-Ombudsman ikun tal-fehma li d-deċiżjoni, rakkomandazzjoni, att jew ommissjoni li kienu l-qofol ta' l-investigazzjoni - (d) ikunu ħżiena.\".", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Daqshekk; trid tapplikaha taħt il- paragrafu (d) ta' din is-subklawsola u mhux għar-rigward l-applikazzjoni tal-liġi.", "Dik qiegħda taħt il-paragrafu (b).", "Il-każ li qed tgħid inti qiegħed taħt paragrafu (b).", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: \"Ikunu ħżiena\" hija iktar ġenerika.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Hija ġenerika wisq għax inkella kull deċiżjoni hija sottomessa għall-Ombudsman, u wieħed jista' jasal għal deċiżjoni mod u ieħor jista' jasal għal deċiżjoni mod ieħor.", "Żewġ imħuħ jaslu għal deċiżjoni differenti.", "Ma jistax ikun tissottometti l- amministrazzjoni għal dan ir-riskju.", "Fejn ikun hemm oppressjoni, inġustizzja jew abbużi iva, imma mhux fejn wieħed jafdalu diskrezzjoni, jużaha, u mbagħad jiġi bniedem ieħor bl-istess rieda tajba u jaqleb dik id- deċiżjoni.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Għalhekk meta ngħidu \"ħżiena\" ma tfissirx li hija inġusta, ma tfissirx li hija oppressiva u ma tfissirx li hija diskriminatorja.", "Imma fiċ-ċirkostanzi partikolari ta' dak il-każ iċ- ċittadin ma kellux a fair deal u allura dik id-deċiżjoni kienet ħażina fil- konfront taċ-ċittadin.", "Qed nagħtu l-aktar protezzjoni wiesgħa.", "Naħseb li meta niġu biex nagħżlu Ombudsman f'din il-Kamra irrdu naraw xi kriterji u xi kwalifiki se nippretendu minn dan l-Ombudsman.", "Naturalment hemm dak li tgħid il-Liġi, pero' b'mod ġeneriku, għandu jkun avukat brillanti?", "Għandu jkun avukat ta' esperjenza kbira?", "Għandu jkun amministratur ta' esperjenza?", "Għandu jkun bniedem li għandu viżjoni qawwija ta' l-ekonomija tal-pajjiż?", "X'għandu jkollu?", "Jiena naħseb li l-iktar ħaġa li jrid ikollu huwa s-sens komun.", "L-iktar ħaġa li jrid ikollu huwa li jkun bniedem li jifhem liċ-ċittadin mingħajr ħafna kavillar ta' liġijiet - mhux qed ngħid li ninjoraw il-liġijiet, allaħares - ...", "Pero' jrid ikun il-bniedem b'saqajh it-tnejn ma' l-art li jara fejn hemm bżonn li jitlob u jirrakkomanda lill-amministrazzjoni li taġixxi mod ieħor.", "L-ikbar kwalifika trid tkun down to earth, b'sens komun qawwi ta' l- amministrazzjoni kif trid tkun - mhux biss ġusta imma to be seen to be so, jiġifieri mhux biss il-ħin kollu tkun qed tieħu d-deċiżjonijiet tajba, imma wkoll tidher li qed tagħmel hekk.", "Irrid nirrimarka wkoll li l-kelma \"wrong\" jew \"ħżiena\" bil-Malti mhijiex xi ħaġa li qed indaħħluha aħna fil-Liġi imma teżisti f'liġijiet oħra.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Mr Chairman, jiena se nressaq emenda għas- subklawsola 22(1)", "\"G\" Il-paragrafu (d) li hemm fis-subklawżola (1) tal-klawżola 22 għandu jitħassar.", "\"G\" In subclause (1) of clause 22 paragraph (d) shall be deleted.", "Issa se ngħid xi ħaġa dwar is-subklawsola (2).", "Mela hawnhekk insibu:", "\"...setgħa diskrezzjonali, kellhom jingħataw raġunijiet għad- deċiżjoni.\"", "Issa hemm ċerti każi fejn il-fatt li ma tagħtix raġunijiet m'huwiex abbuż.", "Jekk inti tagħti raġunijiet, dik id-diskrezzjoni tesponik biex dawk ir- raġunijiet jistgħu jiġu skrutinati u xi ħadd ma jaqbilx magħhom.", "Id- diskrezzjoni hija xi ħaġa differenti minn deċiżjoni.", "Id-diskrezzjoni għandha ċerta latitudni għax wieħed jista' jasal għal ċertu konklużjoni u bl-istess rieda tajba jista' jasal għal konklużjonijiet oħra.", "Għalhekk tgħid diskrezzjoni.", "U għalhekk inti mhux dejjem tista' tagħti r-raġunijiet.", "Jekk inti tiġi biex tagħżel bniedem minn ieħor, żgur li inti tasal għall- konklużjoni li bniedem huwa iktar adattat għall-post minn ieħor, imma kif tista' tiddeskrivi r-raġunijiet għaliex huwa adattat?", "Mhux bilfors ridt tasal għall-konklużjoni biex għażilt bniedem minn ieħor!", "Mhux bilfors ħassejt li wieħed huwa iktar adattat minn ieħor!", "Imma kif tista' tagħti r- raġunijiet tiegħek?", "Hawnhekk tkun qed tuża d-diskrezzjoni tiegħek u qed tagħmel ġudizzju.", "Jekk inti ma tistax issib li hemm xi abbuż jew irregolarita' inti m'għandekx tinċampa.", "It-tieninett, jekk l-Ombudsman iħoss li messhom ingħataw ir-raġunijiet, hu kulma għandu jitlob huwa li r-raġunijiet jingħataw lilu, u mhux li ssir rakkomandazzjoni kontra dik id-deċiżjoni għax ma ngħatawx ir-raġunijiet.", "Jekk l-Ombudsman iħoss illi ma ngħatax ir-raġunijiet għall-użu ta' diskrezzjoni sabiex ittieħdet dik id-deċiżjoni, għandhom jingħataw ir- raġunijiet u mhux jirrakkomanda kontra dik id-deċiżjoni.", "Għandu jesiġi li jingħatawlu r-raġunijiet u jekk hu mhux sodisfatt b'dawk ir-raġunijiet, imbagħad għandu jirrakkomanda kontra dik id-deċiżjoni.", "Jiġifieri f'każ bħal dan fejn ma ngħatawx ir-raġunijiet l-ewwel li għandu jagħmel l- Ombudsman huwa li jesiġi r-raġunijiet u mhux jirrakkomanda kontra d- diskrezzjoni.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: Jekk naraw x'jiġri fil-kamp tal-judicial review naraw illi anke din il-kwestjoni tar-raġunijiet, bħala ground of review il- konċett huwa pjuttost neboluż.", "Fil-fatt f'Malta dawk is-sentenzi fejn qalu li f'deċiżjoni tat-tribunal - mhux ta' l-amministrazzjoni - messhom ingħataw ir-raġunijiet kienu każijiet fejn jeżisti xi forma ta' appell limitat mid-deċiżjoni tat-tribunal, bħall-War Damage Commission, u allura li inti ma tagħtix ir-raġunijiet tkun qed tippreġudika lil dak li jkun affettwat bid-deċiżjoni tat-tribunal milli jappella jekk għandu appell limitat.", "Jien kif nista' nagħmel appell limitat on points of law biss jekk ma ningħatax ir-raġuni tad-deċiżjoni tat-tribunal?", "Allura huwa veru illi l- iktar li ġiet applikata din ir-raġuni bħala ground of review kienet fil- każijiet meta dak li jkun jeżerċita xi poter ġudizzjarju jew kważi ġudizzjarju, li ħafna minnhom huma tribunali amministrattivi.", "L-intenzjoni li titniżżel hawnhekk hija li meta l-amministrazzjoni qiegħda tiddeċiedi f'każ partikolari, allura f'dak il-każ biss għandu jkun hemm ir-raġunijiet li għandhom jingħataw f'każ li nirrifjutalek xi ħaġa jew le.", "Jiġifieri għalkemm kif inhi l-liġi llum m'hijiex obbligu f'kull kwestjoni li tiddeċiedi l-amministrazzjoni, f'ċerti każijiet - nammetti li għadha ftit neboluża - diġa' jeżisti dan l-obbligu legali skond ir-regoli tal-common law Ingliża.", "Hawnhekk tibqa' dejjem fid-diskrezzjoni ta' l-Ombudsman illi jekk hu, fl-opinjoni tiegħu, jaħseb li messhom ingħataw dawk ir-raġunijiet u ma ngħatawx, allura jista' jiċċensura - qed nuża l-kelma hekk - lill- Gvern dwar dan, pero' tibqa' fid-diskrezzjoni tiegħu.", "Naturalment hija diskrezzjoni li tista' tiġi abbużata wkoll, pero' l-intenzjoni li tidħol hawnhekk kienet biex tapplika għal dawn it-tip ta' każijiet.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Mr Chairman, nipproponi din l-emenda għall- klawsola 22:", "\"H\" Fis-subklawsola (2) tal-klawsola 22 minnufih wara l-kliem \"raġunijiet għad-deċiżjoni\" għandu jiżdied il-kliem \"f'liema każ, l-Ombudsman għandu l-ewwel jesiġi r-raġunijiet\".", "\"H\" In subclause (2) of clause 22 immediately after the words \"for the decision\" there shall be inserted the words \"in which case, the Ombudsman shall in the first place insist that the reasons be given\".", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Mr Chairman, naħseb li m'hemmx għalfejn ta' din l-emenda għax ir-rakkomandazzjoni tista' tkun eżattament sabiex id- dipartiment li naqas li jagħti r-raġunijiet għaliex eżerċita dik id- diskrezzjoni, jagħti r-raġunijiet.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Jekk ir-rakkomandazzjoni tkun biss biex jingħtaw ir-raġunijiet.", "Imma imbagħad wara li jingħataw ir-raġunijiet jista' jkun hemm lok li l-Ombudsman jerġa' jinvestiga biex jara jekk dawk ir-raġunijiet humiex tajbin jew le, jew li jiġġustifikaw.", "Għalhekk ir- rakkomandazzjoni ta' l-Ombudsman għandha tkun li l-ewwel jesiġi r- raġunijiet, imbagħad wara li jingħataw ir-raġunijiet jagħmel ir- rakkomandazzjoni.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Il-proċedura hija eżattament dik illi jekk l- Ombudsman jiskopri li ma kienx hemm ir-raġunijiet, l-ewwel ħaġa li għandu jagħmel - nifhem jien - tkun illi lil min ħa dik id-deċiżjoni jgħidlu jispjegalu r-raġunijiet.", "Jekk f'dak il-livell ta' l-amministrazzjoni tista' ssib soluzzjoni għax jingħataw ir-raġunijiet u l-Ombudsman jgħid: \"Iva, f'dawk ir-raġunijiet m'hemmx għalfejn ta' rimedju għax l-ilment mhux ġustifikat\", hu jieqaf.", "Jekk ir-raġunijiet ma jkunux sodisfaċenti l- Ombudsman ikompli jinsisti u jgħid li r-raġunijiet li tawh waqt l- investigazzjoni bħala spjegazzjoni m'humiex sodisfaċenti, u allura jagħmel ir-rakkomandazzjoni tiegħu.", "Jiġifieri jien naħseb li m'hemmx bżonn ta' dik l-emenda.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Se nerġa' nagħmel l-aħħar rimarka - u naf li r-reazzjoni se tkun negattiva wkoll - dwar l-import tad-deċiżjoni ta' l- Ombudsman.", "Nerġa' nispjega li ħadd m'hu qed jirrakkomanda li d-deċiżjoni jew ir-rakkomandazzjoni għandha jkollha forza eżekuttiva, jiġifieri tista' tiġi esegwita għax fiha nnifisha hija titolu eżekuttiv.", "Li qed ngħid huwa illi r-rakkomandazzjoni ta' l-Ombudsman għandha tiġi esegwita mill-Gvern jew mill-organizzazzjoni u mhux tibqa' biss b'forza ta' rakkomandazzjoni.", "Fl-opinjoni tiegħi hekk għandu jsir.", "THE CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki jekk jogħġobkom?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija l-emenda \"G\" kif imressqa u moqrija mill-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "L-emenda \"G\" ma għaddietx.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija emenda \"H\" kif imressqa u moqrija mill- Onor. Karmenu Mifsud Bonnici.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "L-emenda \"H\" ma għaddietx.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 22.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 22 għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi", "Klawsola 23 - Tagħrif lil min jagħmel l-ilment.", "Clause 23 - Information to complainant.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Din il-klawsola tgħid kif l-Ombudsman għandu l- obbligu jagħti t-tagħrif lil min ikun għamel l-ilment dwar ir-riżultat ta' l-investigazzjoni.", "THE CHAIRMAN: Hemm rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 23.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 23 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 24 - Il-proċedimenti ma jistgħux jiġu riveduti.", "Clause 24 - Proceedings not subject to review.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Mr Chairman, din il-klawsola diġa' għamilna riferenza għaliha u tgħid li ebda proċediment jew deċiżjoni ta' l-Ombudsman ma jistgħu jiġu kontestati f'xi qorti ħlief jekk ikun hemm xi nuqqas ta' ġurisdizzjoni ta' l-Ombudsman.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Il-kliem \"ħlief għar-raġuni ta' nuqqas ta' ġurisdizzjoni\" diġa' ta lok għal ħafna dibattitu għax ifisser li f'każ ta' nuqqas ta' ġurisdizzjoni jista' jkun hemm kontestazzjoni fil-qrati.", "Mela allura l-ġurisdizzjoni ta' l-Ombudsman trid tkun delineata mill-iktar mod ċar għax tagħti lok għal kontestazzjoni.", "Issa hawn qegħdin nikkontemplaw l- ipotesi fejn dipartiment, organizzazzjoni, il-Gvern, jew xi impjegat tal- Gvern se jikkontesta d-dritt ta' l-Ombudsman li jinvestiga, jiġifieri mhux jikkontesta r-rakkomandazzjoni li jagħmel, imma d-dritt li jinvestiga.", "(Interruzzjonijiet)", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: Veru li se jkun hemm każijiet fejn wieħed jistaqsi jekk kellux dritt jindaħal f'din il-kwestjoni u jkun hemm is-soltu grey areas.", "Imma f'każ li l-Ombudsman jibda jinvestiga per eżempju, l-Armata, għandu jkun hemm xi forma ta' proċedura li wieħed jista' jwaqqaf din ix-xi ħaġa.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Jiena nirrifjuta l-fatt li wieħed jargumenta dwar l-iktar każ faċli u ma jargumentax dwar każ l-iktar diffiċli.", "L-ikbar kwestjoni ta' kontestazzjoni f'dan il-kamp hija x'inhu amministrattiv u x'mhuwiex.", "Għalhekk meta konna qegħdin niddiskutu fit- twettiq tas-setgħa tiegħu amministrattiva għamilt dik l-insistenza kollha.", "GĦamiltha minħabba din.", "Hemmhekk qiegħda d-diffikulta' mhux jekk hijiex l- Armata jew le.", "Hawnhekk ir-riferenza dwar l-Armata hija ċara.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Naħseb li din hija kwestjoni akkademika.", "Jekk ikun l-ilment ta' xi ħadd u dan l-ilment jiġi milqugħ, peress li din hija rakkomandazzjoni, l-każ estrem fejn min irid jimplimenta jew jiddeċiedi jimplimentax jew le rakkomandazzjoni għandu dritt ma jimplimentax, jien ma nistax nimmaġina liema jkun dak il-każ fejn nagħtu każ jien - ħalli nġib eżempju fuqi bħala Prim Ministru - jkolli r-rakkomandazzjoni ta' l- Ombudsman u għax ma jkollux ġurisdizzjoni ngħid li m'iniex se nimplimentaha.", "Jien għandi dritt ma nimplimentahiex.", "M'huwiex konċepibbli - bħalissa ma jistax jiġini każ f'moħħi - li jiena mmur il-qorti u ngħid li dik id-deċiżjoni ta' l-Ombudsman m'iniex se nimplimentaha għax ma kellux ġurisdizzjoni.", "Jien għandi l-fakulta' li ma nimplimentahiex.", "Bil-maqlub il-każ does not arise.", "Jekk hemm nuqqas ta' ġurisdizzjoni u l-ilment ma ġiex milqugħ, ma tistax tmur il-qorti u tgħid li ma kellux ġurisdizzjoni - għax l-ilment ma ġiex milqugħ.", "Jiġifieri jiena ngħid li effettivament din hija a blanket clause għal meta jinqala' xi każ, pero' meta fid-diskussjoni għidna li l-interpretazzjoni tal-kelma amministrazzjoni tfisser l-iktar mod wiesgħa - l-atti amministrattivi huma prattikament dawk kollha li m'humiex atti ġudizzjarji jew atti leġislattivi - tkun wiesgħa kemm tkun wiesgħa l- amministrazzjoni, jistgħu jqumu d-diffikultajiet fl-esklużjonijiet li hawn fil-Liġi.", "Pero' naturalment imbagħad trid tagħmel bħalma qal l-Onor.", "Tonio Borg li jekk l-Ombudsman jibda jinvestiga xi ħaġa per eżempju fuq l-Armata li m'hijiex fil-parametri ta' dak li jista' jeżerċita', ikun hemm interess li xi ħadd iwaqqfu u jgħidlu li din m'hijiex ġurisdizzjoni tiegħu u jattakkalu l-fatt stess li huwa qed jipprova jinvestiga.", "Pero' dawn huma każijiet li naħseb li iktar huma ipotetiċi milli reali u ma jimpinġux fuq il-kwestjoni ta' l-atti amministrattivi li qed ngħidu hija l-iktar interpretazzjoni wiesgħa.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Is-sitwazzjoni m'hijiex daqshekk faċli.", "Jekk ċittadin jagħmel ilment lill-Ombudsman u l-Ombudsman jiddeċiedi li m'għandux ġurisdizzjoni, dak iċ-ċittadin għandu dritt jikkontesta lill- Ombudsman fil-qorti biex jitlob dikjarazzjoni li d-deċiżjoni ta' l- Ombudsman li m'għandux ġurisdizzjoni hija deċiżjoni żbaljata.", "U hemmhekk mill-ewwel tinqala' l-kontestazzjoni.", "Issa għaliex għidt li l-iktar kwestjoni diffiċli hija rigward x'inhu t-twettieq amministrattiv?", "Jiena bir-rispett kollu ma naqbilx ma' min jgħid li dak kollu li m'huwiex leġislattiv u dak kollu li m'huwiex ġudizzjarju jaqa' taħt it-twettieq tal- funzjoni amministrattiva għax kieku ngħid \"dak kollu li m'huwiex leġislattiv u dak kollu li m'huwiex ġudizzjarju jaqa' taħt l-Ombudsman\" u mhux ngħid \"fit-twettieq tal-funzjoni tiegħu amministrattiva\".", "Hemm affarijiet oħra li la huma leġislattivi, la huma ġudizzjarji u lanqas jiġu kkwalifikati bħala fit-twettieq tal-funzjoni tagħhom leġislattiva.", "Per eżempju issemma l-każ ta' kważi ġudizzjarju.", "Kważi ġudizzjarju huwa ġudizzjarju jew huwa amministrattiv?", "Dan huwa l-border line bejn il- ġudizzjarju u l-amministrattiv.", "Hu x'inhu kważi ġudizzjarju huwa dibattut wkoll.", "Il-parametri ta' x'inhu \"kważi ġudizzjarju\" huwa dibattut.", "Lanqas x'inhu \"amministrattiv\" m'hu deċiż u delineat fit-text books tal-liġi amministrattiva.", "Imma apparti dan, il-kwestjoni hija li dan jagħti lok għall-kontestazzjoni.", "Issa jekk ma rridux li jkollna din il-kontestazzjoni l-ewwel kliem ta' din il-klawsola \"Ħlief għal raġunijiet ta' nuqqas ta' ġurisdizzjoni\" għandna nneħħuh u ngħidu li l-ebda proċediment ma jista' jittieħed kontra l-Ombudsman.", "Ovvjament dan dejjem fil-funzjoni tiegħu qua Ombudsman li jirrakkomanda u mhux qua employer.", "Diġa' għidna li qua employer huwa soġġett - din irridu nifhmuha - għal-liġi tal-pajjiż u jistgħu jittieħdu proċedimenti kontra tiegħu.", "THE CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 24.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No.)", "Carried.", "Klawsola 24 għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 25 - Proċedimenti pivileġġati.", "Clause 25 - Proceedings privileged.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Mr Chairman, klawsola 25 qiegħda tipproteġi lill-Ombudsman mill-possibilta' ta' xi azzjoni kontra tiegħu ċivili jew kriminali sakemm ma jiġix ippruvat li hu aġixxa b'mala fede.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Hawnhekk diġa' tqanqlet il-kwestjoni jekk f'każ ta' neliġenza wieħed għandux id-dritt ifittex lill-Ombudsman jew xi membru ta' l-uffiċċju tiegħu.", "Jien jidhirli li għandu dritt ifittex.", "THE CHAIRMAN: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Hawnhekk għamilna l-konċett tal-mala fede, jiġifieri sakemm negliġenza m'hijiex negliġenza grossolana li hija ekwivali għal mala fede, l-Ombudsman m'għandux ikun possibbli.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Negliġenza grossolana ma tammontax għal mala fede.", "F'mala fede jrid ikun hemm l-intenzjoni.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: Jista' jkun żball li fil-fatt ma jkun żball xejn imma jkun żball taparsi.", "Tant ikun żball oħxon u ripetut fuq l-istess każ li allura inti tgħid li dan m'hu żball xejn u ma tkunx kwestjoni li assessja ħażin il-fatti u ħa żball, imma kien żball b'motivi ulterjuri u allura tiġi mala fede.", "F'dak is-sens qed ngħid.", "Imma jekk tkun sempliċi negliġenza, naħseb illi biex nirrispettaw l-awtonomija ta' l-uffiċċju u ta' l- istituzzjoni li qegħdin inwaqqfu huwa tajjeb li jkun hemm din l-immunita'.", "Fil-fatt din teżisti anke fil-każ tal-Qorti meta tkun negliġenti.", "(Interruzzjonijiet) Meta l-Qorti tagħmel żball li ma jkunx in mala fede - għallinqas skond is-sentenzi li jkun hemm - teżisti l-immunita' ta' proċeduri kontra l-Qorti.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Li tieħu żball huwa mod u li tkun negliġenti huwa mod ieħor.", "X'għandu x'jaqsam tieħu żball u tkun negliġenti!", "Dawn m'humiex neċessarjament l-istess ħaġa imma huma konċetti totalment differenti.", "Meta tagħti deċiżjoni żbaljata tkun ħadt żball, imma ħadd ma jgħidlek li inti negliġenti.", "ONOR.", "TONIO BORG: Jista' jagħti l-każ li kull min jidhirlu li sar żball jgħid li kien negliġenti min għamel dak l-iżball.", "Għalhekk aħjar ikun hemm il-linja tradizzjonali - jiġifieri l-konċett tal-mala fede - għax f'dak il- każ irid ikun hemm l-intenzjoni li jien nagħmel xi ħaġa ħażina biex nagħmillek il-ħsara.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Aħna taf x'aħna ngħidu?", "Jew min ilmenta ma ħax sodisfazzjon u jgħid li l-Ombudsman hu negliġenti - li hija remotissima - jew inkella uffiċjal li kien hemm rakkomandazzjoni kontra tiegħu u jfittex lill-Ombudsman minħabba dik ir-rakkomandazzjoni.", "Għal dan qed ngħidu?", "THE CHAIRMAN: Hawn aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No)", "Il-mistoqsija hi klawsola 25.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 25 għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 26 - Setgħa ta' dħul ġewwa fondi.", "Clause 26 - Power to enter premises.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Mr Chairman hawnhekk qed ngħidu li l-Ombudsman ikollu s-setgħa ta' dħul ġewwa fondi biex jagħmel l-investigazzjoni tiegħu, pero' fis-subklawsola 2 qed ngħidu li l-Ombudsman għandu javża lill- Prinċipal Permanenti tad-Dipartiment, jew skond il-ħtieġa tal-każ, lill- uffiċjal amministrattiv prinċipali ta' dik l-organizzazzjoni.", "Fis-Second Reading tqajmet diffikulta' li għar-rigward tas-subinċiż (2) ta' din il-klawsola, xi Onor. Membru qal li l-Ombudsman m'għandux jagħti preavviż li sejjer ifittex.", "Veru li jista' jkun hemm il-periklu li jistgħu jaħbu jew jeqirdu xi dokumenti, imma dan għandu jkun previġġenti biżżejjed li ma jħallix li dak jiġri.", "Mill-banda l-oħra ma nistgħux nassumu li f'kull każ se jkun hemm l-mala fede minn xi ħadd li jipprova jneħħi l-provi eċċ. Barra minn hekk lanqas hawn terminu, jiġifieri l-avviż jista' jagħtih billi jkun fil-bieb ta' barra u jgħidlu li se jidħol.", "Hawn l- istess, irridu nimxu bis-sens komun u bil-previġġenza tal-persuna li se jkollha din l-awtorita', pero' ma nistgħux ngħidu li dan jista' jmur ifittex u l-prinċipal ma jkunx hemm.", "Jien kelli okkażjoni fejn f'kariga li għadni nżomm, saruli investigazzjonijiet f'post fejn fost oħrajn kont responsabbli għalih jien u waħda mill-ilmenti kbar kienet li saret it- tfittxija mingħajr il-preżenza tiegħi jew ta' xi ħaddieħor responsabbli.", "Jiġifieri meta tgħid trid tavża, ma tfissirx li trid tagħti notice ta' siegħa, sagħtejn, ġimgħa jew xahar, imma trid tavża.", "Fis-sens li din tista' tkun sempliċi billi tmur hemmhekk u tgħidlu: \"Jien se nagħmel it- tfittxija; hawn min jara kif se ssir it-tfittxija, jew jien naqbad u nfittex mingħajr ħadd ma jkun preżenti u imbagħad ma nafx x'insib?\"", "Jiġifieri naħseb huwa għaqli li dan il-provvediment ikun kif inhu.", "THE CHAIRMAN: Hawn aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No)", "Il-mistoqsija hi klawsola 26.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 26 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 27 - Delega ta' funzjonijiet.", "Clause 27 - Delegation of functions.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Klawsola 27 tagħti l-possibbilita' lill- Ombudsman li jiddelega bil-miktub lill-persuna li jkollha xi kariga taħtu.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Din impossibbli għax allura noqogħdu nagħmlu l-kawteli kollha biex nagħżlu Ombudsman, imbagħad hu jiddelega s- setgħat kollha tiegħu lil xi persuna oħra, hekk le!", "Li jiddelega xi waħda mis-setgħat li għandu sabiex l-Ombudsman jaqdi dmiru, iva, imma mhux is-setgħat kollha li għandu taħt dan l-Att għax allura mhux Ombudsman mhux se jkun magħżul minn din il-Kamra!", "L-Ombudsman se jagħżel Ombudsman hu.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ma jistax jiddelega u jagħmel Ombudsman ieħor.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Dażgur.", "L-Ombudsman jista' jibda jiddelega bil-miktub lill-persuna li jkollu xi kariga taħtu kull segħta li hu għandu taħt dan l-Att, ħlief is-setgħa li jiddelega.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Kull setgħa biex jagħmel il-proċeduri meħtieġa għall-investigazzjoni.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: M'hawnx hekk.", "Hawnhekk hawn imniżżel:", "\"... kull setgħa li huwa għandu bis-saħħa ta' dan l-Att, ...\".", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Id-deċiżjoni trid tkun ta' l-Ombudsman, ma jistax jagħmel Ombudsman ieħor.", "(Interruzzjonijiet) Le, ma jistax, dażgur li le.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Lil dak li jkun hemm impjegat ma' l- Ombudsman, l-Ombudsman jista' jagħtih is-setgħat biex jagħmel l- investigazzjonijiet .", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Eżattament.", "Imbagħad fuq l-investigazzjoni-jiet li jagħmel, id-deċiżjoni trid tkun ta' l-Ombudsman.", "Diġa' għidna kif in- nomina ta' Ombudsman trid issir; issir mill-President kif hemm fl-artikoli li diġa' ddiskutejna qabel.", "Din bħal tad-Direttur tal-Verifika.", "Dan għandu l-funzjonijiet tiegħu imma żgur li l-Awditur ma jistax jagħmel kollox hu; l-Awditur irid joqgħod fuq ir-rapporti li jkollu u naturalment jassumi hu d-deċiżjoni finali wara li hu jkun għamel il-ġudizzju li jikkompeti lilu.", "U anke hawn, jista' jiddelega lin-nies tiegħu biex jiġbru l-provi kollha.", "Anke fil-qrati hekk isir.", "Il-qorti tqabbad perit legali, tagħtih il-provi kollha u hu jagħmel ir-rapport, li huwa rakkomandazzjoni fih innifsu, pero' finalment l-imħallef jagħmel is-sentenza mhux min jagħmillu r-rapport.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Iva, l-imħallef jagħmel s-sentenza bbażata fuq ir-rapport.", "Mela l-Ombudsman jagħmel id-deċiżjoni bbażata fuq ir- rakkomandazzjoni ta' min ikun ġie delegat minnu.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Mela le, x'fiha ħażin!", "Jekk ikun persważ li min għamel ir-rapport huwa persuna serja - u jkun innominah hu - u għamel rapport li jaqbel miegħu ...", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Ma jistax jiddelega l-poter.", "THE CHAIRMAN: Sar il-ħin.", "Aġġornament.", "Fid-9.00 p.m. il-Kamra rriżumiet u l-President tal-Kumitati rrapporta progress u talab il-permess sabiex il-Kumitat jerġa' jiltaqa'.", "MR SPEAKER: Sar il-ħin, il-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l- Affarijiet Barranin, jekk jogħġbu jressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO: Nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar l- Erbgħa, 12 ta' Lulju 1995, fis-6.00 p.m. b'din l-agenda:", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Ombudsman - Kumitat (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Amministrazzjoni tat-Taxxa - it- Tieni Qari (Kont);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att dwar l-Impieg ta' Persuni Inkapaċitati - it-Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jħassar l-Att dwar it-Taxxa tad-Divertimenti - it- Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili (Emenda Nru 2) - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar l-GĦajnuna lill-Industriji - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Uffiċċju tal-Posta - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Arbitraġġ - Kumitat; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali - it-Tieni Qari.", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili - Kumitat Permanenti.", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kumpanniji - (Konsiderazzjoni mill-Ġdid) - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "George Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mr Speaker, illum xtaqt nitkellem ftit fuq l-issue ta' l-Unjoni Ewropea.", "Dan se nagħmlu għaliex illum il-ġurnata din l-issue qed tiġi mogħtija ħafna importanza mill-Gvern.", "Jien naħseb li waħda mir- raġunijiet hi li b'din l-issue il-Gvern qed jipprova jaljena l-poplu mill- problemi kbar li għandu quddiemu, fosthom l-għoli tal-ħajja, id-droga, in- nuqqas ta' standard fl-edukazzjoni, l-isptarijiet u ħafna affarijiet oħra li jgerger fuqhom kuljum il-poplu Malti.", "Pero' l-Gvern, b'mod partikolari għal dawn l-aħħar ħames snin, qiegħed il-ħin kollu jitma' lill-poplu propaganda rigward id-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea qisha din hi xi ħaġa li se ssir għada u qisha hi ċ-ċavetta għal dak kollu li hu ħażin fil-pajjiż biex appena nsiru membri dan kollu jisfuma minn fuq il-pajjiżna u kollox jiġi ward u żahar!", "Pero' fl-opinjoni tiegħi l-iżball li qed jagħmel il- Gvern stess - din qed tisplodi f'wiċċu kull darba - hu li għal dawn is- snin lill-poplu pprova jagħtih l-impressjoni li l-kwestjoni ta' Malta hija l-aktar ħaġa importanti li hemm fuq l-agenda ta' l-Unjoni Ewropea.", "Nitkellmu fuq il-laqgħa ta' Cannes u nagħtu l-impressjoni li din iltaqgħat biex qisha tiddiskuti jekk Malta ssirx membru jew le.", "Pero' l-verita' hija differenti; veru li l-kwestjoni ta' Malta qiegħda f'moħħ l-Unjoni Ewropea, veru li hemm proċess li forsi fl-aħħar mill-aħħar jekk jibqa' l-Gvern li hemm, jista' jwassal biex Malta ssir membru ta' l-Unjoni Ewopea, pero' veru wkoll li Malta ma għandha l-ebda kontroll fuq dan il-proċess, ma tikkmanda xejn imma qisha passiġġier fuq dgħajsa li qed tinġarr 'l hemm u 'l hawn mhux bill-qdif ta' min hemm fid-dgħajsa, imma bil-kurrenti li jġorru dik id-dgħajsa fejn ikunu sejrin.", "Jekk per eżempju wieħed jara x'ġara llum fi Strasbourg, wara li nbniet tant propaganda li fi Strasbourg se tittieħed xi deċiżjoni rigward jekk il- Gvern Malti jkollux dritt jitkellem jew le meta jkun qiegħed jipparteċipa fil-Konferenza Intergovernattiva ta' l-1996, wieħed jara li l-importanza ngħatat hija l-protesta enormi li saret mill-Membri kollha tal-Parlament Ewropew kontra Jacques Chirac rigward id-deċiżjoni żbaljata - u jien hawnhekk nassoċja ruħi f'isem l-Oppożizzjoni ma' dan it-tip ta' atteġġjament - li Franza terġa' tiftaħ it-testijiet nukleari fil-qrib ta' New Zealand.", "U min ra l-aħbarijiet u min ra l-Euro News ra r-reazzjoni enormi li kien hemm f'dan il-Parlament.", "Jiġifieri dawn żgur m'humiex rashom mgħobbija bil-kwestjoni ta' Malta.", "Niftakru kif għal dawn is-snin kollha kull darba jgħidulna għaliex ġie t-tali u wegħdna u tana risposta pożittiva imbagħad ġiet it-talija u kellna diskussjonijiet pożittivi magħha u dawn l-affarijiet kollha.", "Imma l-iktar waħda kienet din ta' Cannes.", "Jiena ngħid li skond informazzjoni li għandi sitt xhur oħra l-Gvern Malti mhux se jkun mistieden f'Madrid.", "S'issa stiednuh f'Cannes biex mar bil- qiegħda u qalu xi ħaġa bejniethom, pero' f'Madrid ma naħsibx li se jkun mistieden.", "'Il quddiem naraw.", "Bħalissa għaddej dak li hu msejjaħ l-istructured dialogue.", "Issa din hija l-catch phrase li biha qed nipprovaw inbellgħu lill-poplu li għaddejja xi ħaġa bejn Malta u l-Unjoni Ewropea speċjalment fuq dawk hekk imsejħa is- second u t-third pillars, jiġifieri għar-rigward ta' sigurta', politika barranija komuni u affarijiet ta' ġustizzja u intern.", "Dan huwa proċess li l-Bambin biss jaf kemm se jtul, anzi mhux il-Bambin, imma l-Unjoni Ewropea għaliex se jtawlu u se jġebduna fuq din l-ispaga sakemm jidhirlhom li għandhom iġebduna fuqha.", "Mr Speaker, dan kollu qed ngħidu għaliex veru li wieħed iżomm ruħu aġġornat u jipprova jara x'inhu għaddej, pero' meta imbagħad ikollok okkażjoni bħalma kelli l-ġimgħa l-oħra li nkun mal-mexxej tal-Partit tagħna ġewwa Brussels - morna hemmhekk fuq stedina tal-Grupp Soċjalista tal- Parlament Ewropew - u tiltaqa' u titkellem mal-ħbieb u tiddiskuti fil-fond kif qed jaraw l-affarijiet l-Unjoni, tara li hemm punti di vista differenti minn dak li jidher hawn Malta.", "Jien għalhekk ngħid li l-Viċi Prim Ministru - qal li xtaq li baqa' hawnhekk jismagħni imma qal li għandu xogħol ieħor - fil-ħafna safriet li għamel u fid-diskussjonijiet kbar li qed ikollu ma' ħafna min-nies dawn l-affarijiet żgur li jafhom.", "Jien nerġa' ngħid - bħalma għamilt fl-ewwel press conference li għamilt fl-1992 meta inħtart Deputat Mexxej tal-Partit Laburista - li l-fatti juru mod u dak li qed jiġi rraportat hawn Malta qed jiġi impinġi mod ieħor.", "U dan huwa magħmul bi skop.", "Per eżempju, il-Prim Ministru f'ħin minnhom ried anke jipprova jħawwad moħħ in-nies dwar id-definizzjoni ta' osservatur u observer status.", "Dan qed ngħidu fil-konfront ta' l-istedina li għamlulna l-Grupp Soċjalista tal-Parlament Ewropew li minn jeddhom - minkejja l-attakki li għandna min-naħa l-oħra li aħna maqtugħin, li dawn ma jaqblux magħna, ma jkellmuniex u ma jikkalkolawniex - u mingħajr ma tlabnihom, offrewlna li jkollna status ta' osservatur.", "Dan ifisser Membru Parlamentari jista' jmur hemmhekk għal-laqgħat tagħhom u jieħu parti fid-diskussjonijiet.", "Mhux bħalma ried jinterpreta l-Prim Ministru \"osservatur\" biex joqgħod hemm bħalma għamlu huma, jiġifieri li xi ħadd imur ġo Brussels bil-mara u bit- tfal, jieħu ma nafx kemm il-elf lira salarju u joqgħod bil-qiegħda hemmhekk.", "Il-mawra li għamilna l-ġimgħa l-oħra jiena u l-mexxej tal-Partit tagħna hija prova li m'huwiex veru li l-Partit Laburista huwa isolat mill-partiti l-oħra ħbieb tiegħu fl-Ewropa u hija prova wkoll li m'huwiex veru li aħna m'għandniex ħbieb.", "Altru li m'għandniex ħbieb għax meta konna hemmhekk fl- opinjoni tiegħi l-iżball li għamilna kien illi l-mawra għamilniha qasira wisq għax ma stajniex inlaħħqu ma' kull min xtaq jitkellem magħna ħalli jkollna iktar kuntatt u iktar konversazzjonijiet li nittama li tkun f'okkażjoni oħra.", "Hawnhekk irrid niddikjara bl-iktar mod solenni li ħaġa oħra li m'għamilniex hemmhekk hija li ma morniex naħdmu kontra Malta kif riedu jimplikaw xi gazzetti.", "Din hija xi ħaġa li l-partit l-ieħor kien jagħmilha fl-aħħar tas-snin sebgħin u fil-bidu tas-snin tmenin meta kien imur ixewwex lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill ta' l-Ewropa ħalli lill- Gvern ta' dak inhar jipprova jaqtagħlu kull kommunikazzjoni u joskurah b'miżinformazzjoni u dettalji li ħafna drabi kienu bbażati fuq il-gideb.", "Aħna minn dan kollu m'għamilna xejn u la morna ngħidulhom biex ma jħallux lil Malta tidħol fl-Unjoni Ewropea, la morna ngħidu kontra l-Gvern Malti u lanqas ma morna ngħidu kontra l-affarijiet li qed inbatu minnhom minħabba d-deċiżjonijiet żbaljati tal-Gvern Malti, imma morna biss biex inkomplu intambru u nispjegaw iktar fil-fond lill-ħbieb tagħna, u anke lil oħrajn minn partiti oħra, x'inhija l-policy Ewropea tal-Partit Laburista u x'se jkun il-pakkett li se nitilgħu bih fi Brussels wara l-elezzjoni li jmiss bħala Gvern elett mill-poplu, biex niddiskutu ma' l-Unjoni Ewropea x'għandhom ikunu r-relazzjonijiet tagħna bħala Gvern Laburista ma' l-Unjoni Ewropea.", "Li ħareġ mil-laqgħat tagħna huma żewġ affarijiet.", "L-ewwel ħaġa li ħarġet żgur hija l-ammont ta' miżinformazzjoni li għad hemm ġo Brussels rigward il-kwestjoni ta' Malta.", "Jiena ma ngħidx li mhux kulħadd jaf xi ftit, pero' kif jgħid l-Ingliż \"a little knowledge is worse than none\", jiġifieri hemm min jippretendi li jaf xi ħaġa, iżda ma jafx kollox.", "Jiena ngħid li ħafna mit-tort huwa tal- miżinformazzjoni li tasal.", "Jiena m'iniex se nsemmi ismijiet, pero' ngħid li persuna prominenti ħafna li anke hawn Malta kulħadd jaf isimha - għalhekk qed ngħid li l-miżinformazzjoni ta' din il-persuna bilfors li ġiet minn sorsi Maltin - qaltilna jew qalilna - biex ma nindikax - li għandhom informazzjoni li hawn Malta hawn consensus bejn il-partiti sabiex Malta ssir membru sħiħ ta' l-Unjoni Ewropea.", "U appena beda dan id-djalogu ma' din il-persuna partikolari, waqqafniha mill-ewwel u għidnilha li kellha żball għax dan m'huwiex veru.", "Issemmew żewġ persuni partikolari minn dan jew din il-Membru Parlamentari Ewropew li qal jew qalet li dan huwa bbażat fuq informazzjoni li jagħtuh jew jagħtuha huma.", "Issa jekk din il-persuna - fil-Parlament Ewropew hemm nisa kif ukoll irġiel li suppost taf aħjar hija daqshekk miżinformata, kif imbagħad kull min jiġi hawnhekk u jgħid kelma, qisha waqgħet kelma - Sinjur aħfirli - minn ħalq l-Ispirtu Santu u nġibuha bħala headlines u nġibu x'qal dak u x'qal l-ieħor?", "Jien nista' ngħid li anke ma' Bernie Malone - hawn se nsemmiha b'isimha għaliex Bernie Malone ġiet hawn Malta - kelli diskussjonijiet fit-tul f'isem il-Partit u ltqajt magħha fil-laqgħat tal-Malta - EU Joint Parliamentary Committee, imbagħad fir-rapport tagħha qalet il-ħmerijiet.", "Hemm il-ħmerijiet imniżżlin u għidnilhom ċar li m'aħniex qegħdin hemmhekk biex noqogħdu nikkritikaw dak ir-rapport għax ma kellniex żmien x'nitilfu.", "Dak ir-rapport fih ħafna ineżattezzi ta' ħafna affarijiet li ma naqblux magħhom, imma aħna li jimportana huwa li naraw ir-riżoluzzjoni li hemm miegħu li wara kollox hija riżoluzzjoni li wieħed kien jistenna li jagħmel il-Grupp Parlamentari Soċjalista.", "Irridu naqtgħuha darba għal dejjem li joqogħodu jgħidu li s- Soċjalisti ma jaqblux magħna u jriduna nidħlu membri sħaħ fl-Unjoni Ewropea.", "Imma skużi, jekk dawn huma Membri ta' Parlament li l-funzjoni tiegħu huwa li jkabbar l-Ewropa u li jdaħħal kemm jista' membri fl-interess ta' l-Unjoni Ewropea, allura kif nippretendi jien li kull bniedem li huwa elett f'dak il-Parlament m'huwiex ukoll konvint li dik hija l-aħjar politika?", "Kull Membru li hemm fil-Parlament Ewropew huwa bniedem li huwa konvint fl-idea ta' l-għaqda ta' l-Ewropa.", "Kieku ma kienx hekk, kieku ma kienx ikun Membru Parlamentari Ewropew, lanqas kien imur għal dik il- kariga u ma kienx jidħol fuq dak it-ticket.", "Jiġifieri lilna ma jiskantana xejn meta jgħidu li huma jixtiequ li kieku aħna nsiru membri sħaħ ta' l- Unjoni Ewropea.", "Veru, pero' meta mbagħad niġu għall-ispjegazzjonijiet ...", "L-ewwelnett jien niċħad kategorikament - m'iniex se noqgħod insemmi ismijiet - ... min qal li l-Ewropej qegħdin jagħmlu minn kollox biex iġegħluna inbiddlu fhemitna.", "Dan m'hu veru xejn u niċċalinġja lil xi ħadd li tkellimna miegħu kemm hawn Malta - bħal Bernie Malone, Malerba, Baron Crespo u dawk kollha li ġew hawn Malta - kif ukoll li tkellimna miegħu fil- mawra tagħna ġewwa Brussels, biex xi ħadd minnhom jgħid li magħna qagħad joqgħod jargumenta biex idawrilna fhemitna.", "Ovvjament li jkun hemm bdil ta' opinjonijiet u ovvjament li jkun hemm kritika tal-pożizzjonijiet differenti, imma dan li qed jiġi rrapportat li aħna qisna qed immoru hemm għand is-surmast u jagħtina fuq rasna biex inbiddlu l-opinjoni tagħna għax qed niżbaljaw, dan m'hu veru xejn.", "Kieku kien veru hekk, kieku ma naċċettawhx għax aħna mhux se mmorru għal dik l-umiljazzjoni li xi ħadd joqgħod jiddettalna x'inhu l-aħjar għal pajjiżna.", "Anzi, jien irrid ngħid, Mr Speaker - dan ngħidu bl-ikbar sodisfazzjoni - li persuni eminenti li tkellimna magħhom f'dawn il-ġranet wżaw espressjonijiet interessanti li jien ktibthom.", "Per eżempju, wieħed minnhom qalilna: Kieku kont Malti niddubita jekk jien ukoll kienx ikolli l-opinjoni li għandkom intom.", "Xi ħadd ieħor qalilna: M'iniex ċert issa wara dak li qed tgħiduli intom jekk kemm-il darba d-dħul bħala membru sħiħ fl-Unjoni Ewropea hux veru fl- interess ta' pajjiżkom.", "Insomma qalu ħafna minn dawn il-kummenti.", "Jiġifieri jien qed ngħid - hawnhekk għandi ħafna xi ngħid pero' l-ħin huwa qasir - illi altru milli dawn jipridkawlna biex inbiddlu l-fehma tagħna.", "Meta nispjegawlhom dawn jgħidulna li għandna każ sod u jipprovaw jaraw il- valur ta' dak li qegħdin ngħidu.", "Issa meta jien ngħid li hemm miżinformazzjoni u nuqqas ta' informazzjoni, bla ma rrid hawnhekk ikolli nistaqsi dwar x'inhu l-valur ta' dan l- imbierek Malta -EU Joint Parliamentary Committee li qegħdin immorru fuqu nlabalbu - daqqa jiġu Malta u daqqa jien u l-kollegi tiegħi mmorru Brussels - nonfqu dawn l-eluf ta' liri minn flus il-poplu Malti biex imbagħad nies li suppost wasslu ċertu materjal fejn kellhom iwassluh, lanqas biss wassluh!", "Kumment li għamlet - jew ġiet irrapportata li għamlet - Bernie Malone kien li qalet li ma toqgħodx hemmhekk għax tisma' l-battibekki bejn il-Maltin, u jien ngħid: \"J'Alla toqgħod tisma' l-battibekki!\", għax fl- aħħar laqgħa li kellna meta suppost kellha tagħmel rapport u tressqu quddiem il-Kumitat, lanqas kellha l-kirjanza - u dan qed ngħidu kontra membru Soċjalista - tagħmel il-ħin li kellha tagħmel għaliex qalet li kienet mgħaġġla!", "U telqet minn din il-laqgħa biex imbagħad kompla wieħed Ingliż, ċertu Elliot jitkellem flokha.", "Jiġifieri din semgħat li kellha tisma', kitbet li kellha tikteb u telqet, imma din m'hijiex kwestjoni li wieħed joqgħod jidħol fid-dettal.", "Pero' meta wieħed jgħid li ma jridx jisma' dibattiti bejn Maltin u Maltin u mbagħad jispiċċa m'hux informat, jien nistaqsi: Mela dan il-Kumitat għalfejn qiegħed?", "Dan il-Kumitat qiegħed biex iż-żewġ naħat - u għalhekk id-delegazzjoni hija mħallta - jesprimu l-opinjoni tagħhom u jwasslu eżatt x'inhuma l-fehmiet differenti tagħhom.", "Aktar importanti minn hekk, li laqgħatna meta konna Brussels kienet l- arja ta' inċertezza li hemm fil-kurituri tal-poter fi Brussels li tispikka ħafna meta tikkomparaha maċ-ċertezza li jitkellmu biha n-Nazzjonalisti hawn Malta.", "Hawn Malta qisna kollox ċert u m'għandna dubju ta' xejn.", "Anke ideat għandna, imma jien m'hux se noqgħod insemmi d-dati li skattaw u baqgħu għaddejjin u li l-Gvern kien żbaljat fuqhom.", "Imma issa l-Gvern qed jipprova jbella' lill-Maltin ċerti dati li nafu li wkoll m'humiex ċerti, anzi huma inċerti ħafna.", "Il-poplu Malti għandu dritt ikun jaf li dan m'hu veru xejn.", "GĦalhekk qed ngħid li hemm arja ta' inċertezza.", "Per eżempju, dan l-aħħar is-Segretarju Internazzjonali tal-Partit Nazzjonalista deherlu li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni qal xi dagħwa fuq il-kwestjoni ta' meta Malta se tibda d-diskussjonijiet ma' l-Unjoni Ewropea.", "Din irrid niftaħ ftit fuqha għaliex issa qegħdin ngħidu li sitt xhur wara l-1996 se nibdew id- diskussjonijiet, imma anke hawnhekk diġa' qegħdin nipprovaw inqarrqu bil- poplu għaliex dan m'hu veru xejn.", "L-Intergovernmental Conference ta' l- 1996 tibda - jekk tibda - fl-1996.", "Jiena nista' ngħid li ħadd ma jaf xi tfisser - u dan qed ngħidu bl-akbar responsabbilta' - jibda diskussjonijiet sitt xhur wara li tispiċċa l-Konferenza.", "U meta aħna pprovajna nieħdu mingħand awtoritajiet għoljin din xi tfisser eżatt, kulħadd żgiċċa minnha.", "Qalulna li dan jiddependi jekk kemm-il darba jkunx hemm bżonn ratifika jew le, u se nispjega, ħalli anke l-ġurnalisti jifhmu u jwassluha lill-poplu.", "S'issa r-Reflection Group li qed jipprepara l-agenda għall-Konferenza ta' l-1996 għadu lanqas jaf x'se jġib fuq l-agenda.", "Dan l-ewwel punt.", "It- tieni, dan jiddependi jekk l-agenda ta' l-IGC hux se tittratta biss affarijiet istituzzjonali, jiġifieri s-set-up kif se taħdem l-Unjoni fil- futur, jew jekk hux se jiddaħħlu ukoll aspetti ekonomiċi speċjalment jekk kemm-il darba dan imiss il-kwestjoni ta' l-agrikoltura li għandha x'taqsam ma' dawk il-pajjiżi agrikoli kbar miċ-Ċentru ta' l-Ewropa li għandhom agrikoltura enormi u li se jidħlu fl-Unjoni Ewropea.", "Dan ifisser li jekk kemm-il darba meta tiltaqa' l-Intergovernmental Conference ma jkunx hemm tibdil sostanzjali, wieħed jista' jgħid li la dawn iffirmaw, il-pajjiżi aċċettaw għax m'hemmx tibdil sostanzjali u allura dak huwa t-tmiem tal- Konferenza.", "Pero' jekk kemm-il darba kif inhu propost - u issa ngħid fejn hu propost - li barra l-problemi istituzzjonali jidħlu wkoll problemi ekonomiċi u soċjali m'hemmx dubju li dan iġib taqlib u nuqqas ta' qbil fl- Unjoni li jkollu bżonn - naturalment barra li jiġi ffirmat wara li tintemm il-Konferenza - ir-ratifika tal-pajjiżi differenti.", "Ir-ratifika xi tfisser?", "U hawn jien se nerġa' ngħid x'qalulna.", "Dawn qalulna li dan kollu jiddependi minn kemm huwa gravi t-tibdil li jkun ġie propost jew inkella li jkun ntlaħaq qbil fuqu.", "Barra minn hekk jiddependi wkoll jekk imbagħad ir-ratifika tfissirx ratifika biss minn Parlament nazzjonali jew inkella ratifika li trid tmur għand il-poplu biex jgħaddiha b'referendum skond kemm huma kbar il-problemi li jiġu quddiem il-Konferenza Intergovernattiva ta' l-1996.", "Mela aħna x'qed ngħidu?", "Qed ngħidu li la nafu meta din se tibda - u se ngħid għax għandi time-frame li rrid inressqu quddiem din il-Kamra - u lanqas nafu xi jfissru dawn is-sitt xhur wara li tispiċċa l-Konferenza - li n-naħa l-oħra qed jagħtu x'jifhem li din se ssir erbat ijiem oħra.", "Jekk kemm-il darba tidħol ir-ratifika fin-nofs - din tiddependi minn x'jiġi diskuss u minn dak li se jiġi deċiż mir-Reflection Group - allura l-problema tkun totalment differenti.", "Fl-aħħar laqgħa li kellna l-Onor.", "Richard Muscat qal: Jekk allaħares qatt din il-konferenza tibqa' ma tingħalaqx, Alla jaf meta jiġu biex jitkellmu magħna.", "Jien ngħid li dak inhar dan kien profeta għax ħafna nies qed jibżgħu li tant se jkun hemm problemi li l-Konferenza ddum biex tagħlaq.", "Issa ħalli nagħti - skond jien li nippretendi li dak kellu jagħmlu l-Viċi Prim Ministru biex il- poplu jiftaħlu għajnejh - it-time-frame x'se jkun.", "L-ewwelnett l-Italja qed tagħmel minn kollox biex il-Konferenza tiftaħ fil-presidenza tagħha ħalli tkun replika ta' meta l-Komunita' twaqqfet ġewwa Messina.", "Mela l-iktar kmieni huwa Ġunju ta' l-1996, dejjem jekk jirnexxilha għax hemm min jgħid li ma jirnexxilhiex.", "Issa ħalli nieħu l- iktar tard.", "Il-Ġermanja u Franza qed jgħidu li se jagħmlu minn kollox biex il-Konferenza ma tagħlaqx qabel ikun hemm l-elezzjoni fl-Ingilterra għax jafu li l-Konservattivi huma ostakolu għal din il-kwestjoni u allura jippreferu li jkun hemm Gvern Laburista ta' Blair.", "Mela allura l- Konferenza bilfors mhux se tagħlaq qabel Mejju ta' l-1997 sakemm jitla' Gvern Laburista Ingliż.", "Jekk din tkun għalqet f'Ġunju ta' l-1997 u ma jkunx hemm taqlib kbir, dawn jiffirmaw u f'sitt xhur jibdew id- diskussjonijiet ma' Malta.", "Mela dan jeħodna għal Jannar ta' l-1998.", "Issa jekk kemm-il darba jkun hemm bżonn ir-ratifikazzjoni, hemm sena oħra u dan jitfagħna għal Jannar ta' l-1999.", "Jien ngħid li veru li Malta m'hijiex problema, imma din ma tridx madwar tliet xhur jew sitt xhur diskussjonijiet?", "Mela hawnhekk se naslu għal nofs is-sena 1999.", "Imbagħad wara li jkunu lesti d-diskussjonijiet, sakemm jaċċettaw li nidħlu tiġi l- famuża sena 2,000.", "Dan huwa l-iktar żmien qasir li wieħed jista' jimmaġina.", "Mr Speaker, għaliex qed ngħid dan kollu?", "Qed ngħid dan ħalli aħna ma nibqgħux ngħidu li dan huwa proċess irriversibbli.", "Irriversibbli jekk jibqa' dan il-Gvern għax appena tiġi elezzjoni oħra hawn Malta, l-iktar tard fl-1997, u jitla' Gvern Laburista inpoġġulhom il-programm tagħna - diġa' tkellimna magħhom u qalulna li lesti li jiddiskutuh - u jibdew id- diskussjonijiet.", "Jien hawnhekk niskanta kif iż-żgħażagħ li qegħdin jilloppjawhom billi jibagħtuhom fi Brussels u fi Strasbourg lesti li jaċċettaw terremot ta' unknowns.", "Dawn jieħdu gost min isawwathom fuq pajjiżna bla ma jirrispondu u jgħidulhom li pajjiżna hu marbut mal-Libja u li aħna għandna t-terroriżmu u dawn l-affarijiet.", "Dawn ferħanin jaqilgħu dawn l-affarijiet mingħandhom.", "Aħna meta jgħidulna dawn l-affarijiet niġġieldu kontra tagħhom.", "Imbagħad dawn jieħdu pjaċir ukoll, u se nikkwota, li \"urewna fiduċja li aħna issa se nsiru...\"", "Pero' dawn la jafu meta se tintemm l-IGC, la jafu meta se tidħol Malta, la jafu meta se tidħol Ċipru, la jafu jekk hux se jkollna dritt għall-presidenza, u dawn iż- żgħażagħ kuntenti u ferħanin li għandhom Gvern li qed idaħħalhom f'dan id- dlam kollu bla ma jafu x'se jsir.", "Qed ngħid dan Mr Speaker għax f'idejja ġie dokument u hawn hu l-qofol ta' kollox u qed ngħidu dan biex ikun hawn il-kuntrast.", "Meta hemm din l- inċertezza kollha, meta hemm dawn il-ħafna affarijiet li ma nafux x'inhuma u meta hemm dan it-time-frame li l-Prim Ministru u l-Viċi Prim Ministru żgur li jafuhom ...", "Jien m'iniex nitla' regolari bħalma jitilgħu huma, imma mill-ftit kuntatti li għandna bla ma għandna nies fi Brussels, aħna nafuhom l-affarijiet u kulħadd jaf x'inhu għaddej.", "Jien qed nakkużahom li qed iqarrqu bil-poplu għax dawn l-affarijiet jafuhom, qed jgħiduh bl- istructured dialogue, qed jgħiduh bis-safar, qed jgħiduh bil-laqgħat ta' Cannes, qed jgħiduh bl-ikliet u qegħdin b'dawn il-ħafna ħmerijiet kollha.", "Il-fatti huma dawn u nixtieq li l-Viċi Prim Ministru jġib argumenti kontra dan it-time-frame, imma mbagħad meta inti qed tara dawn l-affarijiet ...", "Jien ġie dokument kunfidenzjali f'idejja li tqassam lin-nies li huma nkarigati fl-ambaxxati rigward x'għandu jsir meta jkunu se jidħlu f'arranġament internazzjonali dwar trade ta' pajjiżna.", "Issa fin-negozju kull pajjiż jiddeċiedi li jagħmel l-affarijiet tiegħu, għax kif jgħid il- Malti kulħadd jagħmel dak li jaqbel lil xawwatu.", "Saru sanzjonijiet fuq il- Libja, imma għaliex ma tkabbrux dawn?", "GĦaliex m'għalqulhiex iż-żejt il- Libja?", "GĦax l-Italja u l-Germanja għandhom interess li jibqa' jkun hemm flow taż-żejt għax minnu tiddependi l-industrija tagħhom.", "U l-Unjoni Ewropea wara kollox fuqhiex hi bbażata?", "Hi bbażata fuq l-interessi ekonomiċi.", "Dan il-ħafna diskors fuq sigurta' u idealiżmu ma jeżistix.", "L- ewwel u qabel kollox huma l-interessi ekonomiċi.", "Mr Speaker, x'qed jgħid dan id-dokument?", "Dan qed jagħti guidelines lil min hu f'dan ix-xogħol u se naqra parti minnu:", "\"Agreements which have as their main aim aspects which fall within the EU's competence to negotiate, such as trade agreements, are to be avoided other than where it is politically absolutely impossible to do so.\".", "Mela dan qed jgħid:", "\"Entering into such agreements at this stage ...\"", "- qisna aħna qegħdin lejliet li nsiru membri; li tidħol f'arranġamenti ta' negozji f'dan l-istadju -", "\"...will be looked upon very negatively by the Union.\".", "L-Unjoni Ewropea se tħares b'mod negattiv lejn dawn l-arranġamenti.", "Diġa' bdejna bl-impożizzjoni għalkemm għadna ħames snin 'il bogħod, dejjem jekk kollox jibqa' miexi bl-ikbar speed possibbli.", "Lin-nies tagħna diġa' qed ngħidulhom biex fl-ambaxxati ma jagħmlux arranġamenti tat-trade jekk mhux bil-permess ta' l-Unjoni Ewropea.", "Barra minn hekk, f'dan id-dokument insibu:", "\"Upon EU membership, these agreements will either cease to have effect or will have to be renegotiated to conform with the EU regime ...\".", "Ikun tajjeb jekk nikkwota wkoll parti oħra minn dan id-dokument li hija importanti ħafna, ċioe':", "\"In those instances, where this subject of the agreement falls outside the EU's competence ...\"", "- jiġifieri meta intom jidhrilkom li l-Unjoni Ewropea ma tidħolx f'dawn l- arranġamenti -", "\"...", "Malta would still be free to retain such agreements after membership.\"", "- jagħmlulna pjaċir u jippermettulna nkompluhom.", "Imbagħad dan il-paragrafu jkompli hekk:", "\"However, even when this is the case, it would be advisable to refrain from entering into agreements ...\"", "- isimgħuha ġejja -", "\"... with third states, organisations or groups of third states which the EU Member States regard as \"dangerous\" or \"hostile\" or which it does not recognise, in order to avoid giving the wrong political signal.\".", "GĦalhekk hawn diġa' qegħdin imjassrin b'ċertu serviliżmu u qed ngħidu li ma għandniex nagħmlu xi trattat ta' negozju li forsi jkun fl-interess ta' pajjiżna imma ma jkunx fl-interess ta' l-Unjoni Ewropea.", "Dan hu t-tip ta' serviliżmu li deħlin għalih.", "Mr Speaker, nitlob il-permess biex inpoġġi kopja ta' dan id-dokument fuq il-Mejda tal-Kamra.", "MR SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' dokument intitolat \"Some Basic Guidelines for Consideration when entering into International Agreements\".", "Dan id-dokument ġie f'idejja b'mod kunfidenzjali biex permezz tiegħu nkun nista' nuri minn issa x'tip ta' serviliżmu qegħdin nagħmlu ħames snin 'il bogħod milli nsiru membri - dejjem jekk xi darba nsiru membri, għax jekk titla' din in-naħa m'hemmx ċans li nsiru membri minħabba li aħna għandna metodu ieħor kif noqorbu lejn l-Ewropa.", "Imma li inti minn issa tibda ddawwar dan it-tip ta' dokumenti fl-ambaxxati ħalli n-nies jottemporaw ruħhom magħhom, għalija hi ħaġa ta' mistħija.", "Hi mistħija li inti, bħala Malti, diġa' qed tabdika li l-ewwel u qabel kollox tara l-interessi ta' pajjiżek.", "Jien nixtieq li l-Federation of Industry tirrapporta u tikkummenta fuq dawn l-affarijiet u tara jekk huwiex fl-interess tagħha li jsiru dawn l-affarijiet.", "It-tieni nett, li inti minn issa, biex tidher li inti tajjeb u li għandek il-kredenzjali għad-dħul fl-Unjoni Ewropea, tibda tagħmel dawn l-affarijiet, niggarantilkom li meta dawn jaraw dawn l- affarijiet jibdew jgħidu li la aħna nies servili, iktar se jżommuna mdendlin fuq spaga.", "Jien ngħid li din m'hix politika tajba, apparti li diġa' neħħa l-poter kollu tan-negozjar li kellu għax xeba' jgħid li se jaċċetta l-acquis communautaire kollu.", "Iktar minn hekk, meta jaraw dawn l- affarijiet, dawn jgħidu li dan tant huwa servili li nżommuh kemm inżommuh imdendel, se jilgħaqilna ż-żarbun ħalli nagħmluh membru.", "Jien ngħid li dan la huwa fl-interess ta' pajjiżna, la fl-interess taċ-ċittadin u lanqas fl- interess tal-personalita' tal-politiku u tal-politika Maltija.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar il-Erbgħa, 12 ta' Lulju, 1995 fis-6.00 p.m. bl-agenda kif kommunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET IMWIEĠBA BIL-MIKTUB", "KUNĊIZZJONI - PROVVISTA TAD-DAWL", "26940.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsalill-Ministru għall-Ambjent: Għaliex il-provvista tad-dawl fil-Kunċizzjoni l/o Rabat qed tkun sospiża darba jew darbtejn fil-ġimgħa?", "Jista' l-Ministru jara li tiġi rimedjata din il-problema sabiex jintemm l- inkonvenjent għar-residenti?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Bħalissa kif l-Onor.", "Interpellant stess qed jissuġġerixxi f'mistoqsija parlamentari numru 26971, il-Korporazzjoni Enemalta qed tagħmel xogħol estensiv ta' manutenzjoni bħalma jsir fi bnadi oħra daż-żmien tas-sena, fuq is-sistema estensiva ta' linji ta' voltaġġ għoli fl-inħawi ta' Wied Rini, Bieb ir-Ruwa, Landrijiet, Baħrija, Kunċizzjoni u Mtaħleb.", "Barra minnhekk qed ukoll isir cable taħt l-art biex parti minn din is-sistema esposta għall-elementi tiġi msaħħa.", "Dawn ix- xogħlijiet sfortunatament jirrikjedu li tiġi sospiża l-provvista ta' l- elettriku b'avviż minn qabel.", "DIPARTIMENT TAS-SAĦĦA - KAŻ TAS-SUR ABELA REF.", "DH 194853", "26963.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: B'referenza għat-talba DH 194853 tas-Sur Abela, jista' l-Ministru jikkonsidra mill-ġdid it-talba tiegħu li hija ta' natura ġenwiena?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li t-talba tal-persuna msemmija mill- Onor. Interpellant ma tistax tiġi milqugħa fil-preżent minħabba l-esiġenzi tas-servizz.", "DIPARTIMENT TAT-TAXXI INTERNI - FLUS DOVUTA LIT-TAXPAYER B'REF.", "163764(M)", "26964.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jara li jiġi rifondut l-ammont ta' flus dovut lit-taxpayer 163764(M) mid-Dipartiment tat-Taxxa?", "Jekk fl-affermattiv, meta?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-każ qiegħed jiġi nvestigat u ma jidhirx li hemm xi refund.", "L-Assessment jirċevih aktar 'il quddiem meta jiġi pproċessat.", "RABAT: LANDRIJIET - QTUGĦ FIL-PROVVISTA TA' L-ELETTRIKU", "26965.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid x'qed jikkawża l-qtugħ tal-provvista tad-dawl fil- Landrijiet l/o Rabat għal sigħat twal?", "X'qed jikkawża n-nuqqas ta' ġbir ta' skart fl-inħawi?", "Billi dawn il-problemi qed joħolqu nkonvenjent kbir lil dawn ir- residenti, jista' l-Ministru jara li jiġu rimedjati dawn il-problemi?", "Jekk fl-affermattiv, meta?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nirreferi l-Onor.", "Interpellant għat- tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 26940 ta' din is- Seduta.", "RABAT: GĦAR BARKA - KUNTRATTI TAD-DJAR", "26966.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd: B'referenza għall-interpellanzi tiegħi dwar meta l-Awtorita' tad- Djar se tagħmel il-kuntratti tad-djar tar-residenti ta' Għar Barka sabiex dawn jiġu regolati u konformi mal-liġijiet ta' pajjiżna, jista' l-Ministru jinformani bl-iżviluppi u preferibbilment bid-dati ta' meta se jiġu ffinalizzati dawn il-kuntratti?", "ONOR.", "CENSU GALEA: M'għandi xejn x'inzid ma' dak li diġa' weġibt għal mistoqsijiet parlamentari numri 6992 (Seduta 84) u 25392 (Seduta 416).", "MINISTERU GĦALL-AMBJENT - KAŻ TAS-SUR PSAILA", "26967.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsalill-Ministru għall-Ambjent: B'referenza għall-każ numru D10587215 Reg No. 10587215, billi ċ-ċirkostanzi tas-Sur Psaila huma ta' natura ġenwiena, jista' l-Ministru jikkonsidra mill- ġdid it-talba tiegħu u jara li jintlaħaq ftehim sabiex tiġi evitata kull tbatija u inkonvenjenza li jista' jiltaqa' magħha dan il-ħaddiem f'ċirkostanzi li żgur li ma għandux tort jew kontroll fuqhom?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Jien informat li l-każ tas-Sur Psaila, indikat mill-Onor.", "Interpellant hu tassew ġenwin u li qiegħed jiġi ttrattat bħala tali mis-superjuri tas-Sur Psaila.", "Jiena persważ li dawn qegħdin jagħmlu l-almu tagħhom biex lis-Sur Psaila jgħinuh u li m'hemm ebda raġuni għaliex dak li qiegħed jitlob is-Sur Psaila ma jistax jingħata fiċ-ċirkostanzi partikolari tal-każ.", "AJRUPORT: HEALTH UNIT - MR PAUL CAMILLERI", "26978.", "L-ONOR.", "EDWIN S. GRECH staqsalill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid għaliex is-Sur Paul Camilleri enrolled nurse fil- Health Unit tal-Malta International Airport mhux qed jitħalla jaħdem sigħat żejda ta' xogħol fil-post fejn jaħdem biex ikun jista' jtella' d-differenza minn 40 siegħa għal 46 2/3 hrs meta infermiera oħra qed jitħallew jagħmlu dan fl-istess post tax-xogħol tagħhom iżjed u iżjed meta hemm rakkommandazzjoni mit-tabib anzjan ta' l-airport li dan ix-xogħol extra huwa neċessarju biex jinħadem roster komplet għall-istess ċentru tas-saħħa?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Bis-Saħħa ta' Ċirkolari Nru. DH 138/91 tal-24 ta' Lulju, 1991 l-infermiera mpjegati fuq bażi ta' 40 siegħa fil-ġimgħa u li ma jaħdmux fis-swali ta' l-isptarijiet ingħataw iċ-ċans li jaħdmu 46 2/3 siegħa fil-ġimgħa basta din id-differenza ta' siegħat jaħdmuha fis-swali ta' l-isptarijiet.", "Għall-fini ta' din iċ-ċirkolari ġie approvat li ċ- Ċentri tas-Saħħa jkunu meqjusa bħala swali.", "Jekk l-impjegat imsemmi fil- mistoqsija parlamentari jrid jaħdem fuq bażi ta' 46 2/3 siegħa fil-ġimgħa jista' jaħdem fil-postijiet imsemmija hawn fuq.", "KUMITAT KONSULTATTIV TAL-BIO ETIKA - LAQGĦAT", "26979.", "L-ONOR.", "EDWIN S. GRECH staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-Kumitat Konsultattiv tal-Bio Etika ilu ma jiltaqa' minn Novembru ta' l-1994?", "Tant hu hekk li dan wassal għar-riżenja taċ-Chairman, Dr.J.L. Grech.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-Kumitat se jiġi rikostitwit.", "KUMITAT KONSULTATTIV TAL-BIO ETIKA - RAPPORTI", "26980.", "L-ONOR.", "EDWIN S. GRECH staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra rapport ta' seminar dipartimentali fejn kienu ġew diskussi diversi rapporti li kien ħadem fuqhom il-Kumitat Konsultattiv tal-Bio Etika?", "Ma jidhirlux il- Ministru li din l-informazzjoni għandha tkun aċċessibbli għall-pubblika?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra wara li jiġi rikostitwit il-Kumitat.", "DIPARTIMENT TAS-SAĦĦA - DEPARTMENTAL NURSE MANAGERS", "26981.", "L-ONOR.", "EDWIN S. GRECH staqsalill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' nurse managers li d- Dipartiment tas-Saħħa beħsiebu japponta fid-Diviżjoni tas-Saħħa u kemm dak ta' l-anzjani?", "Jista' l-Ministru jispjega x'se tkun il-funzjoni ta' nurse managers fit-tmexxija ta' servizzi tas-saħħa?", "Xi kwalifiki u esperjenza huwa meħtieġa għal dawn il-postijiet?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li n-numru ta' Departmental Nurse Managers jiddependi mill-esiġenzi tas-servizz.", "Il-job description, il- kwalifiki u l-esperjenza meħtieġa għal dawn il-postijiet huma ndikati fiċ- Ċirkolari OPM/MPO/BII Nru. 30/94 tal-10 ta' Ottubru 1994, li tagħha se npoġġi kopja fuq il-Mejda tal-Kamra, waqt il-Ħin ta' Tqiegħed ta' Karti, f'xi seduta.", "DIPARTIMENT TAS-SAĦĦA - DIRETTUR TAN-NURSING", "26982.", "L-ONOR.", "EDWIN S. GRECH staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li jiġi appuntat id- Direttur tan-Nursing fid-Dipartiment tas-Saħħa?", "Xi proċedura se tintuża biex tingħażel persuna addattata għal dan il-post?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li l-post ta' Direttur tan-Nursing fid-Diviżjoni tas-Saħħa se jimtela' permezz ta' Ċirkolari MPO/B11 Nru. 25/95 tat-23 ta' Mejju, 1995 maħruġa mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru.", "Il- kwalifiki meħtieġa għal dan il-post ġew miftehma ma' l-Union konċernata.", "DIPARTIMENT TAL-LOTTU PUBBLIKU - REBĦ MIL-LOTTERIJI", "27057.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Xahar b'xahar minn Jannar sa Mejju ta' din is-sena, jista' l-Ministru jgħid kemm intlagħab (fi flus) f':-", "a) Super Five; b) Lottu tas-Sibt?", "Kemm kien hemm rebħ f'kull każ?", "Kemm kien hemm rebħ li ma ġiex miġbur?", "X'isir minn dawn il-flus?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li r-risposta mitluba hija kif ġej:", "Dipartiment tal-Lottu Pubbliku", "Rebħ mill-Lotteriji", "Super Five li ntlagħab (fi flus) minn Jannar sa Mejju 1995.", "|Jannar |Lm364,302.50 | |Frar |Lm417,333.00 | |Marzu |Lm829,518.50 | |April |Lm465,748.00 | |Mejju |Lm845,205.00 |", "Rebħ li kien hemm f'kull każ", "|Jannar |Lm106,558.47| |Frar |Lm216,785.68| |Marzu |Lm401,675.14| |April |Lm136,192.00| |Mejju |Lm453,675.58|", "Rebħ li ma ġiex miġbur", "|Jannar |Lm2,698.01 | |Frar |Lm2,562.58 | |Marzu |Lm4,576.61 | |April |Lm3,273.13 | |Mejju |Lm3,064.56(sa | | |10/05/95) |", "Lottu", "Il-Lottu li ntlagħab (fi Flus) minn Jannar sa Mejju 1995", "|Jannar|Lm815,636.65 | |Frar |Lm836,957.40 | |Marzu |Lm843,764.30 | |April |Lm1,056,498.90| |Mejju |Lm821,237.30 |", "Rebħ li kien hemm f'kull każ", "|Jannar |Lm 395,684.80 | |Frar |Lm 472,310.20 | |Marzu |Lm 519,481.20 | |April |Lm 563,720.90 | |Mejju |Lm 328,154.40 |", "Rebħ li ma ġiex miġbur", "|Jannar |Lm 4,639.85 | |Frar |Lm 5,145.05 | |Marzu |Lm 5,258.80 | |April |Lm 9,074.25 | |Mejju |Lm2,034.10(sa 13/05/95| | |) |", "Il-flus li ma jiġux miġbura kemm mis-super Five u fil-Lottu jmorru fil-fond konsolidat.", "KONTRAVENZJONIJIET TAT-TRAFFIKU MILL-KORP DIPLOMATIKU", "27058.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Fl- ewwel ħames xhur ta' din is-sena - xahar b'xahar - kemm-il ċitazzjoni għal xi kontravenzjoni tat-traffiku nħarġet lil vetturi ta' membri tal-Korp Diplomatiku li qed iservi f'Malta?", "Ta' liema ambaxxati/kummissarji għolja kienu?", "X'kienu l-kontravenzjonijiet?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-pulizija ma żżomx statistika ta' din ix-xorta.", "QORTI KRIMINALI - LISTI TAL-ĠURATI", "27059.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsalill-Ministru tal-Ġustizzja u Kultura: Xi pjani għandu l-Ministeru tiegħek biex jirrevedi l-mod kif isiru l-listi tal-ġurati li jservu fil-Qorti Kriminali?", "Peress li kull meta jiġi imsejjaħ avukat u/jew tabib biex iservi f'ġuri dan dejjem jiġi skużat, jista l-Ministru jara li l-listi jiġu msaħħa?", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Il-listi tal-ġurati ġew imdaħħlin fil- computer bl-informazzjoni li kien fihom bħal tip ta' professjoni, indirizz, etc.", "Ġew maħruġin listi raħal b'raħal li ġew mibgħutin lill-Kummissarju tal- Pulizija sabiex l-istess listi jiġu riveduti u skond il-każ mill-għases rispettivi.", "Sew avukati kif ukoll tobba jiġu skużati għal raġunijiet a tenur tal- liġi, kif jiġu skużati persuni oħra.", "BUR SALMASTRU FIL-ĦOFRA - AREA TA' IMPORTANZA EKOLOĠIKA", "27134.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: B'referenza għall-gazzetta tal-Gvern p 2360 tista' tagħti l-fatti li fuqhom dak li jissejjaħ il-Bur Salmastru fil-Ħofra (limiti tal-Mellieħa) ġie ddikjarat area ta' importanza ekoloġika?", "Fiex tikkonsisti l-importanza ekoloġika?", "Xi studji saru tal-post biex jiġi ddikjarat li għandu importanza ekoloġika?", "Meta sar l-istadju?", "Min għamlu?", "Kif tispjega li b'data ta' l-20 ta' Mejju, 1991 is-Sur Joe Sultana għall- Kap ta' l-Ambjent kien għarraf lill-Kummissarju ta' l-Artijiet li Raymond Fenech seta' jitfa' l-ħamrija fil-post u jibni żewġ serer waqt li parti mis- sit jitħalla Bur Salmastru?", "Għaliex din id-deċiżjoni ta' Sultana nbidlet?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Kull bur salmastru huwa ta importanza ekoloġika għax f'Malta dan it-tip ta' ambjent hu rari.", "Parti mis-sit fl- imgħoddi kienet tinħadem iżda meta twessgħet u għaddiet it-Triq tal-Bajja, tal-Mellieħa fis-snin tmemin l-għelieqi bdew jistgħadru u saru parti mill- bur.", "Min kellu l-kirja ta' l-art talab permess biex jgħolli l-għelieqi biex ma jibqgħux jistgħadru u ntalab ukoll permess biex jinbnew xi serer.", "Meta Raymond Fenech ingħata permess biex jitfa' l-ħamrija f'parti mis-sit biex 'l quddiem ikun jista' jitlob permess itella' żewġ serer l-applikant tefgħa t-terrapien u beda jibni strutturi tal-ġebel bla permess.", "Għaldaqstant il-Kummissjarju ta' l-Artijiet kien intalab mill-istess Dipartiment ta' l-Ambjent biex il-kirja ta' l-art ttitieħed lura minħabba l- illegalita' li twettqet.", "EDUKAZZJONI - IT FIS-SISTEMA EDUKATTIVA", "27135.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsalill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Matul il-ħames snin li ġejjin kif se jitnefqu sena b'sena l-Lm25 miljun biex tidħol l-IT fis-sistema edukattiva?", "Sena b'sena f'liema livelli se jidħol l-IT matul il-ħames snin li ġejjin?", "Xi pjan ta' taħriġ hemm imħejji biex l-għalliema jieħdu sehem sħiħ fl- introduzzjoni tal-IT?", "Xi pjan hemm biex fl-iskejjel ikun hemm it-tekniċi meħtieġa biex jieħdu ħsieb l-apparat meta tidħol l-IT?", "X'tibdiliet qed jiġu ppjanati fil-kurrikulu tal-primarja u s-sekondarja għad-dħul ta' l-IT?", "X'software qed jiġi żviluppat għall-IT fl-iskejjel?", "B'liema lingwa - Maltija jew Ingliża se jsir is-software għas-suġġetti differenti?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Kopja tal-Business Plan dwar il-proġett ta' Information Technology in Education ippreparat mill-uffiċċju tan-National Strategy for Information Technology (NSIT).", "Dan il-pjan fih id-dettalji kollha mitluba fl-ewwel erba' partijiet tal-mistoqsija.", "Inżid ngħid li l- projections ta' dan il-pjan ġew posposti b'sena.", "Għal dak li jirrigwarda t-tibdiliet fil-kurrikulu, l-Onor.", "Interpellant jifhem li dawn ma jsirux f'daqqa waħda.", "Fl-iskejjel primarji, l-IT se tidħol fl-ewwel sena tal-kors fl-1996 u l-proġett ikun komplut sa l-2002.", "Għalhekk it-tibdil neċessarju jinħadem biċċa biċċa, bil-parteċipazzjoni ta' diversi oqsma interessati (għalliema, kapijiet ta' l-iskejjel, uffiċjali edukattivi, membri tal-Fakulta' ta' l-Edukazzjoni u l-MUT).", "It-tibdil ikun bażat fuq mudelli diġa' mħaddma b'suċċess barra minn Malta u bl-esperjenza miksuba lokalment waqt l-implimentazzjoni tal-proġett.", "Dwar is-software, nista' ngħid li se jkun hemm suġġetti li s-software għalihom ikun bil-Malti u suġġetti oħra li s-software ikun bl-Ingliż.", "Liema suġġetti jkunu bil-Malti u liema bl-Ingliż jiddependi mill-eta' tat-tfal li għalihom is-software ikun indirizzat, per eżempju f'Year 1 (tfal ta' 5 snin) is-software fl-ilsien Ingliż biss ikun bl-Ingliż.", "MCAST - DIPLOMA IN BUSINESS MANAGEMENT", "27136.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jekk jogħġbu jgħid xi status akkademiku, x'recognition għandha d-Diploma in Business Studies li kien isir f'Malta mill-Malta College of Arts, Science and Technology bejn l-1973 u 1980?", "X'għarfien tagħti l-Universita' lil dik id-Diploma?", "Għadu jgħodd dak li kiteb iċ-chairman tal-Faculty of Management Studies (Professur R. Sammut) lill-Bank of Valletta fil-5 ta' April 1988 li \"The third year of the Diploma could generally be considered as degree level work\"?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Fis-snin imsemmija, l-MCAST kienet toffri kors ta' tliet snin li kien iwassal għal Diploma in Business Management.", "Nassumi li l-Onor.", "Interpellant qed jirreferi għal dan il-kors.", "Il-kwalifiki għad-dħul għall-kors kien ta' ħames suġġetti fil-livell ordinarju u fl-aħħar tat-tieni sena tal-kors l-istudenti ħafna drabi kienu joqogħdu għal eżamijiet f'żewġ jew tliet suġġetti fil-livell avvanzat.", "F'dan is-sens dak li seta' kiteb il-Professur Sammut - Kap tad-Dipartiment tal-Management Studies fl-Universita' li dak iż-żmien kien involut fit- tmexxija ta' dak il-kors - jista' jitqies bħala korrett: jiġifieri li x- xogħol li sar fit-tielet sena tal-kors hu komparabbli ma' xi xogħol li jsir fl-ewwel sena ta' kors li jwassal għal grad (jew Diploma) ta' l- Universita'.", "KALKARA - SERQA TA' SNIETER", "27264.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsalill-Ministru ta' l-Intern: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 7649, jista' l-Ministru jgħidli għaliex ma ttieħdux passi kif ukoll meta dawn is-snieter se jingħataw lil sidhom?", "ONOR.", "TONIO BORG: L-uffiċjal investigattiv ġie mitlub jikkonkludi din l- investigazzjoni u huwa maħsub li jibdew proċeduri kriminali fil-futur qarib.", "ISLA: ĠNIEN TAL-GARDJOLA - XOGĦLIJIET", "27265.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jgħidli kemm ġie jiswa x-xogħol li sar fil-ġnien tal-Gardjola, l- Isla inkluż il-funtana u l-bankina?", "Jista' l-Ministru jgħidli wkoll jekk sarx iktar minn job wieħed?", "Jekk fl- affermattiv, meta?", "Jista' l-Ministru jgħidli wkoll meta mbeda u spiċċa kull job inkluż il- labour - materjal ta' kull job?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar.", "DIPARTIMENT TAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI - VETTURI IMPRESSED", "27266.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsalill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jgħidli kemm hemm impressed mad-Dipartiment tal-Public Works trakkijiet, light cars, vannijiet, jeeps?", "Jista' jagħtini n-numru ta' vetturi mqassma f'kull distrett f'Malta?", "Jista' l-Ministru jagħtini wkoll kemm hemm karozzi tal-Gvern mqassma ma' kull distrett f'Malta?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-informazzjoni mitluba tqiegħdet fuq il- Mejda tal-Kamra:", "A - Vetturi Impressed mat-Taqsima tax-Xogħlijiet Malta u Għawdex;", "B - Distribuzzjoni ta' dawn il-vetturi mad-Dipartiment tad-Distretti Malta;", "C - Distribuzzjoni ta' karozzi proprjeta' tal-Gvern.", "BIRGU - FTUĦ TA' BANK", "27267.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsalill-Ministru tal-Finanzi: B'referenza għad-domanda tiegħi numru 15126, jista' l-Ministru jgħidli jekk għadux ta' l-istess ħsieb jiġifieri li ma tinfetaħx fergħa ta' Bank fil-Birgu?", "Ma jidhirlux il-Ministru li wasal iż-żmien li f'kull lokalita' tat-Tieni Distrett jkun hemm fergħa ta' Bank?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-ftuħ tal- fergħat tal-banek huma ndikati mill-ħtieġa li min jmexxi l-banek iħoss li jkun hemm u ma jsirux b'direttivi Ministerjali.", "BIRGU - TAL-ĦAWLI - DAWL", "27268.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsalill-Ministru għall-Ambjent: B'referenza għad-domanda tiegħi numru 23750, jista' l-Ministru jgħidli x'sar minn din it-talba?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ix-xogħol mitlub fil-mistoqsija parlamentari numru 23750 Seduta Nru. 379 sar.", "FGURA - TRIQ IL-KOPPLA - LAMPI", "27269.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: B'referenza għad-domanda tiegħi numru 24121, jista' l-Ministru jgħidli meta se jitwaħħlu dawn il-lampi?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nirreferi l-Onor.", "Interpellant għat- tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlmamentari numru 26940 ta' din is- seduta.", "XGĦAJRA: TRIQ ĠDIDA FI TRIQ IL-FABBRIKI - DRENAĠĠ", "27317.", "L-ONOR.", "MANUEL BORDA staqsalill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid meta d-drenaġġ se jitwassal fid-dar Lady Hawk, Triq Ġdida fi Triq il-Fabbriki, Xgħajra, Żabbar, meta t-tender ilu li ħareġ żmien konsiderevoli?", "Jekk id-dewmien ġie minħabba permessi minn dipartimenti oħra, m'għandux ikun hemm ko-operazzjoni aħjar biex terzi persuni ma jbatux inkonvenjenzi?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Il-kuntratt għax-xogħlijiet imsemmija ħareġ.", "Biss l-easement meħtieġ biex il-medda tad-drenaġġ tgħaddi mill- għelieqi fil-qrib għadu ma ħariġx.", "Ittieħdu passi biex forsi jinstabu s- sidien ta' l-għelieqi biex jagħtu l-permess tagħhom ħalli nistgħu ngħaddu qabel iż-żmien.", "S'issa la l-Kunsill tal-lokal u lanqas in-nies ta' l- Għammieri ma rnexxilhom.", "BORDIJIET/KUMITATI TAL-GVERN - MEMBRI", "27318.", "L-ONOR.", "MANUEL BORDA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jagħti t-total ta' membri maħtura f'Bordijiet/Kumitati tal-Gvern li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu maqsuma (a) rġiel u (b) nisa għal din is-sena?", "Jista' l-Ministru jagħti wkoll il-persentaġġ ta' nisa maħtura għal kull Bord?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li r-risposta għal din il-mistoqsija hija kif ġej:", "Bordijiet Kummissjonijiet Taħt il-Ministeru tal-Finanzi", "|Isem |Rgiel|Nis|% | | | |a | | |Board of Directors |9 |- |xejn | |Malta Shipbuilding | | | | |Council of the Malta|5 |- |xejn | |Stock Exchange | | | | |Lotteries Board |7 |1 |12.50| | | | |% | |Customs Valuation |3 |1 |25% | |Appeals Board | | | | |Board of Directors |6 |- |xejn | |Central Bank Malta |16 |- |xejn | |Council For Economic| | | | |Development | | | | |Contracts Committee |15 |- |xejn | |Accountancy Board |7 |1 |12.5%| |Expenditure Levy |5 |- |xejn | |Appeals Board | | | | |Investment Services | | | | |Expenditure Levy |5 |- |xejn | |Appeals/Travel/ | | | | |Hotel Accomodation | | | | |Services | | | | |Expenditure Levy |5 |- |xejn | |Appelas Board | | | | |Catering Services | | | | |Adjudicator of |2 |- |xejn | |Entertainment Tax | | | | |Disputes Board | | | | |Board of Special |8 |- |xejn | |Commissioners For | | | | |Death And Donation | | | | |Duty | | | | |First Board Of |3 |- |xejn | |Special | | | | |Commissioners | | | | |(Income TAx Act) | | | | |Second Board Of |3 |- |xejn | |Special | | | | |Commissioners | | | | |(Income Tax Act) | | | | |Board of Directors |3 |- |xejn | |Malta Cargo | | | | |Containers Ltd | | | | |Board of Directors |2 |- |xejn | |Malta Gantry | | | | |Manufacturing Ltd | | | |", "BORDIJIET/KUMITATI TAL-GVERN - MEMBRI", "27319.", "L-ONOR.", "MANUEL BORDA staqsalill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: Jista' l-Ministru jagħti t-total ta' membri maħtura f'Bordijiet/Kumitati tal-Gvern li jaqgħu taħt ir- responsabbilta' tiegħu maqsuma (a) rġiel u (b) nisa għal din is-sena?", "Jista' l-Ministru jagħti wkoll il-persentaġġ ta' nisa maħtura għal kull Bord?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellanti hija kif tidher hawn taħt.", "|BORD |MEMBR|RGI|NIS|% | | |I |EL |A |NISA | |Malta |9 |8 |1 |11% | |Maritime | | | | | |Authority | | | | | |Pension & |10 |10 |NIL|0 | |Contingency | | | | | |Fund | | | | | |Committee | | | | | |Port Labour |18 |18 |NIL|0 | |Joint | | | | | |Council | | | | | |Port |12 |12 |NIL|0 | |Disputes | | | | | |Board | | | | | |Port |4 |4 |NIL|0 | |Disciplinary| | | | | |-Board | | | | | |Port Workers|3 |3 |NIL|0 | |Board | | | | | |Pilotage |7 |7 |NIL|0 | |Board | | | | | |Posta |4 |3 |1 |25% | |Limited | | | | | |Printed |8 |5 |3 |37.5%| |Matter | | | | | |Appeals | | | | | |Board | | | | | |Stamp Design|7 |7 |NIL|0 | |Advisory | | | | | |Board | | | | | |Telemalta |7 |6 |1 |14% | |Corporation | | | | | |Malta |5 |5 |NIL|0 | |Internationa| | | | | |l Airport | | | | | |Limited | | | | | |Luqa Airport|22 |21 |1 |4.5% | |User's | | | | | |Committee | | | | | |Civil |1 |1 |NIL|0 | |Aviation | | | | | |Medical | | | | | |Board | | | | | |(Chairman) | | | | | |Malta |16 |16 |NIL|0 | |Council for | | | | | |Science & | | | | | |Technology | | | | | |Public |5 |3 |2 |40% | |Transport | | | | | |Authority | | | | | |Traffic |8 |7 |1 |12.5%| |Control | | | | | |Board | | | | |", "WSC - KONTIJIET TAD-DAWL U L-ILMA", "27326.L-ONOR. CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma għandhiex id-dritt legali li tagħmel aġġustament tal-kontijiet tad-dawl u l- ilma skond ir-regolamenti ta' l-elettriku para. nru.", "64 u 65?", "Dan id-dritt joħroġ mil-liġi li permezz tagħha ġiet imwaqqfa l- Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma għandha d-dritt legali li tagħmel aġġustament tal-kontijiet tad-Dawl u Ilma skond ir-regolamenti Nru 64 u 65.", "Dan id-dritt joħroġ mil-liġi li permezz tagħha ġiet imwaqqfa l- Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma skond paragrafu 1 ta' l-Iskeda.", "SAN PAWL IL-BAĦAR: TRIQ SAN ĠWANN IL-BATTISTA - ILMA", "27327.L-ONOR. CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex il-kwalita' u l-kulur ta' l- ilma tal-vit hu tant ħażin fi Triq San Ġwann il-Battista, San Pawl il- Baħar?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma ħadet ħsieb li tieħu kampjun ta' l-ilma minn residenzi fit-triq imsemmija biex jiġi eżaminat mil-laboratorju tal-Korporazzjoni.", "Ir-riżultat se jkun magħruf aktar tard.", "GĦAWDEX - XOGĦOL FIL-WIED TA' MARSALFORN", "27328.", "L-ONOR.CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Jista' l-Ministru jikkonferma jekk saritx xi ħsara fil-katusi tad-drenaġġ waqt xogħol li kien qiegħed isir fil-Wied ta' Marsalforn?", "Jekk fl-affermattiv, fiex tikkonsisti din il-ħsara u ta' min hu t-tort ta' din il-ħsara?", "ONOR.", "ANTON TABONE: Jiena nformat li waqt li l-kuntrattur kien qed iħaffer waħda mis-saqajn tal-pont f'Marsalforn, bi żvista ntlaqat il-pipe tad-drenaġġ li nkiser u mtela' bil-konkos.", "B'konsegwenza kellha tinbidel medda ta' 56 metru katusi.", "SIĠĠIEWI: TRIQ L-IMQABBA - MAIN TAD-DRENAĠĠ", "27329.", "L-ONOR.CHARLES BUHAGIAR staqsalill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li jsir il-main tad-drenaġġ fi Triq l- Imqabba, s-Siġġiewi dik il-parti viċin tar-roundabout tal-bypass?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ix-xogħol imsemmi fis-Siġġiewi irid isir kollu bl-idejn minħabba kwantita' ta' cables li huma mifruxin fil-wiesa' tat-triq kollha.", "Għaldaqstant qed jiġi preparat tender li bih jista' jsir dan ix-xogħol.", "GĦAWDEX - PROĠETTI TA' AFFORESTRAZZJONI", "27330.L-ONOR. CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Jista' l-Ministru jispjega kif qiegħed jitħalla li jinżergħu siġar mhux indiġjeni fil-proġetti ta' afforestrazzjoni ġewwa Għawdex meta dan imur kontra l- policy tal-Pjan ta' Struttura RLO 31?", "ONOR.", "ANTON TABONE: Ninsab informat li d-Dipartiment ta' l-Agrikoltura f'Għawdex li taħtu jaqa' dan il-proġett qiegħed safejn jista' jimxi mal- pjan ta' struttura fejn jirrigwarda taħwil ta' siġar indiġjeni.", "Dan pero' ma jfissirx li siġar oħra li għandhom ċerti vantaġġi u benefiċċji ma jkomplux jitħawlu wkoll.", "WIED IL-GĦAJN - KATUSI TAD-DRENAĠĠ", "27331.", "L-ONOR.CHARLES BUHAGIAR staqsalill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 27159?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Il-proġett ta' Wied il-Għajn, kif imfassal mid-Dipartiment tad-Drenaġġ, s'issa ġie kollu rispettat sew fil- livelli tal-katusi, sew fir-rotta magħżula u anke fil-kwalita' ta' xogħol mistenni, hekk kif speċifikati fit-Tender Documents.", "Madanakollu il-parti tal-proġett li kienet se tgħaddi minn Triq ix-Xatt kellha tiġi posposta sax- xitwa minħabba l-kwalita' diffikultuża tal-materjal tat-triq li tenħtieġ tissaħħaħ.", "Għalhekk biex jiġi mħares il-baħar u sabiex ikun wettaq il- wegħda tiegħu li l-parti tal-programm li tolqot il-problemi tas-sajf tkun lesta sa l-aħħar ta' Lulju 1995, id-Dipartiment tad-Drenaġġ se jibni pumping station żgħira fl-inħawi tal-Waterline b'rising main sa Triq Sant'Anna.", "Qegħdin isiru studji fuq l-aħjar soluzzjoni u struttura li għandha issir fi Triq ix-Xatt biex b'hekk jiġi komplut dan il-proġett ambizzjuż u Wied il-Għajn ikollu sistema tad-drenaġġ li tixraq lill-pajjiż modern.", "ŻEJTUN/MARSAXLOKK - MANUTENZJONI TA' TRIQ", "27343.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Komunikazzjoni u Teknologija: Jista' l-Ministru jordna sabiex it-triq li tagħti miż-Żejtun għal Tas-Silġ, Marsaxlokk tiġi temporanjament irranġata?", "Din it-triq tintuża sajf u xitwa mit-turisti, għalhekk meta hu pprogrammat li titwessa'?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Jiena nformat li t-tiswija ta' din it-triq hija responsabbilta' tal-Kunsill Lokali.", "Dwar it-twessigħ għad mhux ippjanat li jsir għalissa peress li f'okkażjoni oħra, is-siti arkeoloġiċi li hemm f'Tas-Silġ ma ppermettewx li jsir dan l-iżvilupp.", "TAQSIMA TAL-BINI U TISWIJA TAD-DJAR - KAŻ TAL-FAMILJA AQUILINA", "27377.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Tista' t-Taqsima tal-Bini u Tiswija ta' Postijiet tal-Gvern tispezzjona u tirrimedja dwar il-każ tal-familja Aquilina ta' Blk G, Flat 8, Wesgħa F. Buġeja, Żurrieq li ħiereġ ilma tad-drenaġġ mal-filata t'isfel nett ta' l- imsemmi flat u li l-ilma maħmuġ tas-sinkijiet tal-kċina ta' ċerti flats, fl- istess blokk qed jiżbroffa fil-veranda ta' l-istess flat imsemmi?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Minn investigazzjonijiet li saru mid- Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar ma setax jiġi aċċertat li l-ħsara qiegħda fil-katusa komuni ta' dawn il-flats.", "Irriżulta ukoll li l-flat imsemmi huwa privat għax ġie mixtri mill-inkwilin.", "BOV - APPLIKAZZJONIJIET GĦAL CLERICAL ASSISTANTS", "27378.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI staqsalill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: B'referenza għall-applikazzjoni għall-impieg mal-Bank of Valletta għal Clerical Assistants li tħabbar fil-ġurnali - bl- applikazzjonijiet jgħalqu fit-22 ta' Mejju, 1995 - jassigura l-Ministru illi \"the required member of applicants selected for further consideration has already been reached\" intagħżlu kollha għax kellhom esperjenza u li ħadd ma ntgħażel bla esperjenza?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nissuġġerixxi l-Onor.", "Interpellant jindirizza l- mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.", "ŻABBAR - ISTITUT SAGRA FAMILJA", "27379.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm tfal fl-Istitut Sagra Familja tal-Knisja ta' Ħaż-Żabbar - f'Mediatrix Square, ċioe' li qegħdin alloġġjati magħhom?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li fil-preżent fl-Istitut Sagra Familja, li hija Dar Residenzjali għal tfal bi problemi familjari u soċjali mmexxija mill-Uffiċċju Djoċesan tal-Knisja, hemm jgħixu fiha fil-preżent 20 tifel u tifla.", "Barra mit-tfal naturalment hemm numru ta' staff li jaħdem u jgħix mat- tfal.", "DIPARTIMENT TAT-TAXXI INTERNI - SAHRA TA' PRINCIPALS/UFFIĊJALI", "27380.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm Principals fi skala 9, 8, u 7 u Uffiċjali fi skala 5 li ħadmu overtime bi ħlas fid- Dipartiment tat-Taxxi Interni minn Jannar 1994 sal-15 ta' Ġunju, 1995?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: L-Onor.", "Interpellant hu mitlub jirreferi l- mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.", "PAOLA: CAMERON STREET - SLEEPING POLICEMEN", "27395.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsalill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: Il-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku jikkonsidra li f'Cameron Street, Paola jsiru sleeping policemen?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Se nirreferi s-suġġeriment ta' l-Onor.", "Interpallant għall-konsiderazzjoni tal-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku.", "PAOLA: CAMERON STREET - ONE WAY", "27396.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsalill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: Jista' l-Ministru jara li Cameron Street, Paola issir one way?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Se nirreferi s-suġġeriment ta' l-Onor.", "Interpellant għall-konsiderazzjoni tal-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku.", "PAOLA - TOROQ BIEX ISIRU ONE WAY", "27397.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: Jista' l-Ministru jirrapporta x'iddeċieda l-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku rigward Inverness Street, Windsor Street u Valletta Rd, Paola isiru one way?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Jiena nformat li l-Bord għall-Kontroll tat- Traffiku qiegħed jikkonsidra s-suġġeriment ta' l-Onor.", "Interpellant fid- dawl ta' skema sħiħa tat-traffiku għal din il-lokalita'.l-introduzzjoni ta' skema ta' one way tkun trid tinkludi mhux biss it-toroq imsemmija iżda wkoll dawk li jinsabu madwarhom.", "SERVIZZ PUBBLIKU - EŻAMI TAS-SENIOR PRINCIPALS", "27398.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Prim Ministru: B'referenza għall-eżami għal Senior Principals li se jsir dalwaqt fis- Servizz Pubbliku, huwa minnu li waħda mill-inizjattivi fdata f'idejn il- Management Systems Unit, bħala parti mir-riforma tas-Servizz Pubbliku, hija l-performance Management Programme?", "Huwa minnu li tnejn mill-għanijiet ta' dan il-Performance Management Programme huwa li jgħin fl-iżvilupp tal- kapaċitajiet ta' l-impjegati ċivili u li jiddentifika uffiċjali ta' kapaċita' b'possibilta' għall-promozzjoni?", "Huwa minnu li konsulenti barranin fi ħdan il-Management Systems Unit taw parir lill-Management and Personnel Office fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru li l-eżami li se jsir biex jingħażlu s-Senior Principals fis-Servizz Pubbliku, imur kontra l-konċetti u l-għanijiet bażiċi tal-Performance Management Programme, kif fil-fatt jidher ċar jekk wieħed jaqra l-għanijiet uffiċjali ta' dan il-programm?", "Jekk dan huwa minnu, allura x'inhi r-raġuni għal din l-apparenti kontradizzjoni fl-aġir tal-Management and Personnel Office u x'inhuma verament ir-raġunijiet li għalihom se jsir l-eżami għal Senior Principals?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Il-Kummissjoni għar-Riforma fis-Servizz Pubbliku kienet irrakkomandat fir-rapport tagħha ta' Lulju tal-1989 illi:", "a new performance evaluation system be introduced in which the performance of employees is assessed against approved output and quality'.", "Biex tiġi mplimentata din ir-rakkomandazzjoni twaqqaf Project Group magħmul minn konsulenti tal-MSU u membri tal-MPO (li huwa responsabbli għall-implimentazzjoni ta' dan il-programm) li sawwar skema ta' performance appraisal li, wara fażi esperimentali u minn riżultati miġbura, fassal il- formola li fuqha qed isir dan l-appraisal li qed jissejjaħ Performance Management Programme.", "Wara konsultazzjonijiet mal-unions li jirrappreżentaw il-ħaddiema, din l-iskema li torbot ix-xogħol li għandu jitwettaq f'kull kariga mal-bżonn ta' taħriġ li għandu jkollu l-impjegat, issa ġiet fis-seħħ.", "Il-Performance Management Programme tħabbar uffiċjalment f'Marzu ta' l- 1994 u l-implimentazzjoni bdiet fuq dawk il-gradi li qegħdin fi skala ta' salarju għaxra 'l fuq u li mhux qegħdin fuq performance agreement.", "Fost l- uffiċjali li qed jipparteċipaw f'dan l-ewwel stadju ta' implimentazzjoni tal-Programm hemm dawk fil-grad ta' Principal.", "S'Ottubru ta' l-1994 sar taħriġ lil dawk l-uffiċjali li qegħdin jamministraw dan il-programm u għall-aħħar ta' din is-sena nibdew nieħdu l- ewwel riżultati tal-Performance Management Programme fir-rigward ta' dawk il-orincipals li bdew jipparteċipaw fil-programm is-sena l-oħra.", "Għaldaqstant għadu kmieni wisq biex jiġi determinat x'parti jista' jkollu il-Performance Management Programme fis-selezzjoni ta' impjegati għall- promozzjoni.", "L-għanijiet tal-programm huma li l-ħidma ta' kull uffiċjal pubbliku tiġi ppjanata u pprogrammata bi ftehim mas-superviżur tiegħu.", "Issir ukoll evalwazzjoni ta' din il-ħidma, normalment wara perjodu ta' sena.", "Il-proċess li se jsir biex jintgħażlu s-Senior Principals bl-ebda mod ma jmur kontra l-kunċetti tal-Performance Management Programme u ma teżisti l- ebda kontradizzjoni bejn dan il-programm u il-proċess ta' għażla għall- Senior Principals.", "FURJANA: TRIQ SAN PUBBLIJU - QTUGĦ TAL-PROVVISTA TA' L-ILMA", "27399.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jinnota li għar-rigward St. Publius Street, Floriana li qattgħulhom l-ilma għal madwar 7-10 itijiem (fl-aħħar ġimgħa ta' Ġunju 1995) dawn lanqas biss ġew notifikati li kien se jinqatgħalhom dan is- servizz?", "X'għamla ta' difiża għandu ċ-ċittadin quddiem dan?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Is-servizz tal-provvista ta' l-ilma ġie skonnettjat fi blokk ta' erba' (4) appartamenti u mhux lir-residenti kollha fi Triq San Publiju l-Furjana.", "Il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma kellha tieħu din il-miżura għaliex kien hemm ħsara fil-connection service li tissupplixxi din il-proprjeta'.", "Kuntrarju għal kif rifless fil- mistoqsija, il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma ħadet ħsieb li ċċempel lir-residenti ta' dawn l-appartamenti iżda ħadd ma wieġeb.", "Għaldaqstant tħalliet notifika bil-miktub li s-servizz ġie skonnettjat.", "Ix- xogħol ta' tiswijiet sar wara li l-impjegati tal-Korporazzjoni għas- Servizzi ta' l-Ilma marru iħabbtu direttament fir-residenzi u sabu persuna waħda li ffirmat l-applikazzjoni neċessarja sabiex isiru t-tiswijiet meħtieġa.", "ĦAMRUN: TRIQ PARISH PRIEST MUSCAT -ŻBIR TA' SIĠAR", "27400.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid meta se jinżabru u jneħħulhom n-nemus u l-insetti s-siġar f'Parish Priest Muscat Street, Ħamrun?", "ONOR.", "CENSU GALEA: Jien informat li filwaqt li ż-żabra tas-siġar qed tiġi ppjanata mal-Kunsill Lokali tal-Hamrun, dwar il-kontroll tan-nemus u l- insetti ma tantx jista' jsir minn dan id-dipartiment."]} {"filename": "20050517_268d_par.doc", "date": "2005-05-17", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Uffiċjali u Rivedut) L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 268 It-Tlieta, 17 ta' Mejju, 2005 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 268 It-Tlieta, 17 ta' Mejju, 2005", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.01 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "268", "It-Tlieta, 17 ta' Mejju, 2005", "WERREJ", "MINUTI 357", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 357", "TQEGĦID TA' KARTI 363", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "DISKUSSJONI DWAR L-ISTRATEĠIJA TA' LISBONA 364", "AĠĠORNAMENT 391", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 395", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 267 li saret fis-16 ta' Mejju, 2005 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "OPM – SAFAR UFFIĊJALI", "10299.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Charles Mangion) staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm-il impjegat fil-grad ta' executive officer jew inqas, jew b'salarju fi skala 14 jew inqas, mill-OPM jew minn xi ente li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu, siefer bejn Jannar 2003 u Ottubru 2004?", "Fejn marru?", "Min awtorizza l- imsemmi safar?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni) (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Jien informat li kien hemm 264 persuna, kollha membri tal-forzi armati, b'salarju fi skala 14 jew inqas, li siefru bejn l-1 ta' Jannar, 2003 u l-31 t'Ottubru, 2004 u dawn marru l-Italja, ir-Renju Unit u l-Istati Uniti għal taħriġ – dan in-numru jinkludi sitt gruppi li siefru fuq joint training exercises – bis-safar kollu awtorizzat mill-OPM.", "Fil-ministeru tal-finanzi kien hemm sitt uffiċjali li marru Brussell, l- Olanda, id-Danimarka u l-Awstrija fuq safar awtorizzat mis-segretarju permanenti.", "TAXXI INTERNI – ĦLAS TA' ARRETRATI", "11477.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Silvio Parnis) staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jara li jinħareġ cheque bl-arretrati ta' l-income tax lil ċerta persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Id- dipartiment tat-taxxi interni mhux f'pożizzjoni li jiżvela informazzjoni ta' natura personali minħabba d-disposizzjoni ta' segretezza fl-atti dwar it-taxxa fuq id-dħul.", "Il-persuna konċernata dejjem tista' tiċċekkja mas- sezzjoni tar-refunds tad-dipartiment matul il-ħin ta' l-uffiċċju.", "TIBDIL FIL-KARTA TA' L-IDENTITA'", "12099.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 11597 u jgħid jekk issa li pajjiżna huwa membru ta' l-Unjoni Ewropea, hux se jkun hemm tibdil fil-karta ta' l-identita' ta' dawk li għandhom l-ittra \"A\" flok \"M\"?", "Jista' jgħid jekk din tmurx kontra xi regola ta' l-Unjoni?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Jien informat li l-uniku tibdil bejn il-karta ta' l-identità ta' dawk li għandhom l-ittra 'M' u dawk li minħabba li m'humiex Maltin mit-twelid għandhom l-ittra 'A', hu li bdew jiġu stampati l-kliem 'FOR USE IN MALTA ONLY' fuq il-karta ta' l-identità ta' dawk il-persuni li m'humiex ta' nazzjonalità ta' pajjiż membru ta' l-Unjoni Ewropea.", "Dan kollu sar għax il- Maltin għandhom dritt jużaw il-karta ta' l-identità bħala dokument ta' l- ivvjaġġar.", "Dan ma jmurx kontra xi regola ta' l-Unjoni Ewropea.", "BAĦRIJA: TRIQ IL-QASTAN - ASFALTAR", "12180.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Jose' Herrera) staqsa lill- Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 11635, jista' il-Ministru jgħid x'pendenzi għad hemm u ma' min?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT (Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-pendenzi dwar din il-parti tat-triq huma rigward l-ownership ta' l-istess art, dejjem fil-każ ta' dawk is- sidien li għandhom il-faċċata tagħti għal fuq it-triq.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Mario Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Mr Speaker, jekk tippermettili xtaqt nerġa' indur għas-suġġett tal-bieraħ fejn tlabt li l-korrispondenza kollha li għaddiet bejn l-ADT u l-Kummissjoni Ewropea dwar l-open-top double-decker buses titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "Ma jaħsibx il-Ministru li mhux daqshekk diffiċli li wieħed jikseb din l- istess informazzjoni permezz ta' wieħed mill-ħames MEPs li għandna fil- Parlament Ewropew?", "Ma jaħsibx li bħala rappreżentat tal-poplu, ma nkun qed nikxef l-ebda sigriet ta' l-istat jekk nitħalla nara l-korrispondenza li għaddiet bejn Gunther Verheugen u l-ADT?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Mr Speaker, wara dak li smajt il-bieraħ, jien tkellimt ma' l-uffiċjali ta' l-ADT u vverifikajt magħhom dwar l-issue ta' l- għoli ta' dawn l-open-top buses u kkonfermawli li l-għoli huwa konformi man- normi Ewropej.", "Huwa biss fir-Renju Unit li dan l-għoli huwa differenti u hawn preċiżament fejn qiegħda l-problema, peress li dawn l-open-top buses ġew importati mir-Renju Unit.", "Rigward jekk iniex f'pożizzjoni li nqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra r- risposta li ta Verheugen, li ġara hu li l-ADT għamlet mistoqsijiet konsegwenzjali għar-risposta li ta Verheugen u ovvjament nippreferi kieku kelli nqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra d-dokumentazzjoni sħiħa.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Galea.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Ċertament napprezza li l-Ministru lest ipoġġi fuq il- mejda tal-Kamra l-korrispondenza kollha, iżda ma jaħsibx il-kollega - mingħajr ma ninstema' li qisni qed indur għal denbi - li l-gvern għandu jagħmel xi ħaġa dwar din is-sitwazzjoni?", "Għax hawn qegħdin ngħidu li open- top double-deckers buses mill-Ingilterra jistgħu jaħdmu f'pajjiżna, filwaqt li operatur lokali li jkollu l-istess tip ta' buses ma jistax jaħdem bihom.", "Ma jaħsibx il-Ministru li din hija fiha nnifisha anomalija, kif għedna l- bieraħ?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: L-ewwelnett jien informat li f'Malta daħlet double-decker bus u mhux an open-top bus.", "Issa l-problema hi li jekk wieħed ikun bil-wieqfa fuq waħda minn dawn il-karozzi, ikun f'riskju li jaħbat mas-signage li għandna fit-toroq.", "Dik hija l-issue.", "Jiġifieri jekk aħna se noħorġu b'politika għall-użu ta' open-top buses mhux se noqogħdu ngħidu jekk il-bus tkunx ġejja mill-Ingilterra jew le, imma jkollna politika waħda skond specifications li jkunu konformi kemm ma' parametri diġa' eżistenti, jiġifieri l-għoli tas-senjalazzjoni li għandna f'Malta, kif ukoll ma' l-ispecifications li jeżistu fl-Ewropa.", "Forsi wieħed jistaqsi x'inhi r-raġuni li hemm kwestjoni fuq open-top buses u m'hemmx kwestjoni fuq double-deckers, meta dawn ta' l-aħħar għandhom saqaf ogħla.", "Jiena naħseb li wieħed ikun f'riskju meta jkun qiegħed bil- wieqfa on an open-top bus..", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Galea.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Mr Speaker, biex inbiddel ftit il-parametri tal- mistoqsija, jaħsibx il-Ministru li ċerta street furniture li għandna, f'dak li huwa singnage, qiegħda fil-baxx?", "Jiena nara diversi road signs imqaċċta, probabbilment b'xi container jew b'xi vettura oħra kbira.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Safejn naf jien - qed nitkellem mill-memorja – dawn is-sinjali suppost li jkunu f'għoli ta' 4.8 metri 'l fuq mill-art u aħna għamilnihom madwar 5 metri.", "Naturalment wieħed irid iżomm ċerta konsistenza fl-għoli, jiġifieri għal dak li huwa clear height bejn wiċċ it-triq u s-signs, l-istess height li wieħed iżomm meta jkun qed jibni bridges, flyovers, eċċ. Voldieri inutli li ngħollu s-sinjali tat-traffiku jekk imbagħad il-bridges jiġu ddisinjati fin-norma ta' 5 metri.", "Ngħid għalija r-road signs jitqaċċtu mhux minħabba l-għoli imma pjuttost għax isir ġarr abbużiv ta' ċerta merkanzija, bħal meta jkollok xi billboard tinġarr fuq truck.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Galea.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Nixtieq inkun aktar ċar dwar l-għoli ta' l-open-top double-decker buses.", "Ta' min jgħid li dawn intużaw diversi drabi f'Malta, b'mod speċjali f'ċelebrazzjonijiet tal-partiti politiċi - fl-1996 kien ħareġ il-partit Laburista jiċċelebra bihom u fl-aħħar elezzjoni ħareġ il- partit Nazzjonalista jiċċelebra bihom - u ma ġie rrapportat l-ebda inċident.", "Peress li fl-opinjoni tiegħi l-issue ta' l-għoli ma treġix, jista' il-Ministru jerġa' jikkonsidra din il-kwestjoni u ma joqgħodx biss fuq dak li tgħidlu l-ADT?", "Il-gvern se jibqa' kommess li jistudja mill-ġdid il-pożizzjoni dwar l-open- top double-decker buses, peress li dawn jistgħu joħolqu suq ġdid għall- industrija tat-turiżmu, speċjalment jekk jibdew jiġu organizzati tours filgħaxija?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Il-fatt li fi ġranet partikolari ta' ċelebrazzjoni ma nqala' l-ebda inċident ma jfissirx li m'hemmx riskju.", "Barra minn hekk, ma nafux jekk dawn il-vetturi għaddewx mit-toroq kollha u jekk itteħdux ċerti prekawzjonijiet.", "Jien nemmen li jkun aħjar jekk nippruvaw ma ndaħħlux nies f'riskju.", "Aħna qegħdin nikkonsidraw policy fejn jidħol l-użu ta' dawn il-vetturi għax bihom kapaċi nikkreaw niċċa ġdida għal ġiti turistiċi f'rotot partikolari li t-tip tagħhom ma jeżistix diġa'.", "Naħseb li hemmhekk jiena propens li nikkonsidra tali politika, Sur President.", "ĦLAS LILL-KUNSILLI LOKALI MID-DIRETTORAT TAL-LIĊENZJI", "12216.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA (f'isem l-Onor.", "Antoine Mifsud Bonnici) staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jgħid x'inhi s-somma li d-direttorat tal-liċenzji għandu jagħti lill-kunsilli lokali?", "Kemm ilha dovuta?", "Meta se jitħallsu l-kunsilli lokali u kemm għandhom jieħdu lokalita' b'lokalita'?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Għandi nifhem li l-Onor.", "Interpellant qed jirriferi għall-flus li jiġbor d-direttorat tal-liċenzji u t-testijiet f'isem il-kunsilli lokali bħala ħlas ta' ċitazzjonijiet magħmula fil- lokalitajiet rispettivi ta' dawn il-kunsilli.", "Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-awtorita' dwar it-trasport diġa' għaddiet il-flus miġbura lit-teżor sabiex titħallas is-somma dovuta sa l- aħħar ta' Marzu 2005 u apparentement il-kunsilli diġa' rċevew il-pagament dovut sa l-aħħar ta' Jannar 2005 u dalwaqt isir il-ħlas tal-pagament li jkopri Frar u Marzu 2005.", "Fil-ġranet li ġejjin l-awtorita' se tkun f'pożizzjoni li tgħaddi l-flus lit- teżor ta' l-ammont miġbur matul April 2005.", "Dan għandu jsir mhux aktar tard mill-aħħar ta' Mejju 2005.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sur President, l-interpellanza intavolata mill-Onor.", "Antoine Mifsud Bonnici hija ċarissima.", "X'inhi s-somma li d-direttorat tal- liċenzji għandu jagħti lill-kunsilli?", "Jista' ikollna tweġiba?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Li nista' ngħid hu li dan l-aħħar kien hemm problema ta' reconciliation bejn dak li nġabar, dak li qed tgħid il-MITTS u dak li qed jgħidu l-kunsilli lokali u din il-kwestjoni damet xi ftit ma ġiet risolta.", "Issa kieku keli nsemmi ċifra, kont inkun qisni qiegħed ngħid x'se tkun is- somma aħħarija bl-eżatt ta' dak li suppost jingħata, meta jista' ikun li bħalma kellna problemi ta' reconciliation fil-passat, jerġa' ikollna l- istess problema.", "Żgur li dawn il-flus m'għandna l-ebda ħsieb li nżommuhom għax mhumiex tagħna, Sur President.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Ma jirrealizzax il-Ministru li jista' ikun hemm min jaħseb li hu ma jridx jgħid x'inhu l-ammont preċiż minħabba xi raġuni oħra?", "Għaliex ma jagħtix ċifra proviżorja u jiddikjara li din mhix iċ-ċifra finali?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: L-Onor.", "Interpellant jaf li s-somma tvarja għax ċitazzjonijiet jingħataw kuljum u l-ammont nista' nagħtih biss sa ġurnata partikolari.", "Naħseb li kieku staqsieni dwar l-ammont dovut sa l-aħħar t'April kont nagħtih ċifra preċiża.", "Sa data iktar viċina, is-somma tkun għad trid tiġi vverifikata u allura ma nkunx nista' nagħtiha.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Allura jista' jagħtina l-aħħar ċifra li għandu vverifikata, kif qed jgħid hu stess?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Waqt li ċertament m'għandna l-ebda ħsieb li naħbu ċ-ċifra, kont nippreferi kieku ġejt mistoqsi x'inhu l-ammont dovut sa tali data.", "Il-mistoqsija li saritli kienet pjuttost vaga u żgur li impossibbli nagħti l-informazzjoni sa l-aħħar ġurnata.", "Naħseb li m'għandux ikun hemm problema biex nagħtu ċ-ċifra sa l-aħħar t'April.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jista' il-Ministru jagħtini l-aħħar ċifra li għandu?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: M'għandix iċ-ċifra fil-file pero' jekk issirli mistoqsjia preċiża lest inġib l-informazzjoni.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, qed ikun hemm każi fejn il-wardens jitolbu ħlas għal servizz li huma jgħidu li jkunu għamlu, mentri lill-kunsill lokali jirriżultalu li m'hu veru xejn li l-wardens kienu f'dik l-area fit- tali ħin.", "Lill-Ministru jirriżultalu dan?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: L-unika ħaġa li tirriżulta lill-ADT hi li qed ikun hemm diversi instances fejn persuna tmur tħallas il-liċenzja u ssib li għandha numru ta' ċitazzjonijiet mhux imħallsa.", "Ir-raġuni għala tkun ingħatat iċ-ċitazzjoni tkun imniżżla, imma mhux jekk il-warden kienx fuq il- post jew le.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Issa x'inhi r-raġuni li tingħata ċitazzjoni, l- individwu jikkontestaha, dan jidher quddiem it-tribunal u jiġi lliberat, iżda ċ-ċitazzjoni tibqa' tidher li tkun għadha ma tħallsitx?", "Meta mbagħad dak l-individwu jmur biex iħallas il-liċenzja jgħidulu li ċ-ċitazzjoni jkun għadu ma ħallashiex!", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Mr Speaker, dan huwa dettall ta' kif topera s- sistema.", "Nista' nifhem li s-sistema mhux dejjem taħdem kif suppost u nifhem ukoll li l-informazzjoni mhux dejjem tasal fil-ħin, pero' ma nafx x'inhi l-issue tant kbira li qed iqajjem l-Onor.", "Mizzi.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sur President, jien qed nitlob lill-Ministru biex jara li jkun hemm kordinament aħjar kemm mat-tribunal kif ukoll mal-kunsilli lokali biex meta każ jingħalaq, iċ-ċitazzjoni titħassar u mhux tibqa' tidher li għad trid titħallas?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: L-ADT tiddependi fuq l-informazzjoni li taslilha mid-datatrack jew mid-datastream u żgur li hi mhix responsabbli għat- trasmissjoni ta' din l-informazzjoni, pero' naf li qegħdin isiru laqgħat għal kordinament aħjar bejn iż-żewġ enti responsabbli.", "Il-problema li kien hawn ta' ħlasijiet f'ċertu perijodu kienet ilha takkumula u meta bdejna nippruvaw naraw kif naslu, inħolqot il-prattika li l-ADT u d-datastream jitkellmu b'mod regolari biex dawn l-issues jiġu risolti.", "Pero' kif għedt, l-ADT hija suġġetta għall-informazzjoni li taslilha u mhux hi li tiġbor l-informazzjoni fuq iċ-ċitazzjonijiet.", "XGĦAJRA – FTUĦ TA' TRIQ", "12273.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Stefan Buontempo) staqsa lill- Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 10965, jista' il-Ministru jara li jkolli tweġiba issa li l-pjanta mitluba qed tintbagħat separatament?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li minn informazzjoni li għandu id-direttorat ma jirriżultax li fil-preżent hemm pjan biex issir triq fis-sit muri.", "LANEĊ TAD-DWANA", "12285.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Chris Agius) staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid x'sar minnhom il-laneċ li kellha d-dwana?", "Illum kif qed isir dak ix-xogħol li qabel kien isir bil-laneċ?", "Jista' jgħid jekk għadx hemm l-opportunita' li d-dwana tingħata lanċa minn xi awtorita' doganali barranija?", "ONOR.", "TONIO BORG (Aġent Prim Ministru) (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li d-dwana kellha żewġ laneċ, il-lanċa 11th March li ngħatat bħala donazzjoni lil Heritage Malta u l-lanċa Italian Launch li se tinbiegħ b'offerta.", "Nikkonferma wkoll li f'diversi okkażjonijiet, waqt laqgħat ma' dwaniet barranin, ġieli ssemmiet il-possibbiltà ta' għajnuna f'dan il-qasam.", "Ix-xogħol li qabel kien isir bil-laneċ illum isir b'mezzi oħra.", "MALTCO – SEHEM TAL-GVERN", "12300.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA (f'isem l-Onor.", "Clyde Puli) staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid x'sehem messu l-gvern mil-lotteriji organizzati mill-Maltco Limited mit-twaqqif ta' l-istess kumpannija 'l hawn?", "ONOR.", "TONIO BORG (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.", "KORDIN – SERQ TA' OĠĠETTI MILL-ĦABS", "11916.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm insterqu jew naqsu oġġetti mill-ħabs f'dawn l-aħħar ħames snin?", "X'kienu u kemm instabu?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li f'dawn l-aħħar ħames snin ma kienx hemm rapporti ta' serq jew nuqqas ta' oġġetti mill-faċilita' korrettiva ta' Kordin.", "RAVE PARTY F'PARADISE BAY", "11917.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jidhirlu l-Viċi Prim Ministru li hu sewwa u ġust li Paradise Bay tingħata lil xi ħadd biex isir rave party bi nhar u anke bil-lejl, bi ħlas u għall-profitt, filwaqt li l- poplu kollu jinżamm milli jmur jgħum jew igawdi l-inħawi waqt li ħaddieħor jistagħna?", "Kemm se jħallas l-organizzatur għall-kiri tal-bajja għall-party li se jsir ġewwa Paradise Bay f'Ġunju li ġej?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi permessi biex isiru attivitajiet fil-bajjiet joħorġu bil-kondizzjoni li l-bajja tibqa' aċċessibbli u miftuħa għall-pubbliku.", "Id-dipartiment ta' l-artijiet ma rċieva l-ebda lment mill-pubbliku li xi ħadd inżamm milli jmur jgħum meta saret l-aħħar attivita' f'din il-bajja.", "L-organizzaturi se jħallsu Lm150 għall-attivita' li se ssir f'Ġunju li ġej.", "ĦLAS LILL-ESPERTI TAL-QORTI", "11918.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ħareġ flus il-gvern fi ħlasijiet għall-esperti tal- qorti s-sena l-oħra?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi matul is-sena 2004, il-gvern ħallas Lm339,886.67 lill-esperti tal-qorti f'Malta u Lm11,155.66 lill- esperti tal-qorti f'Għawdex.", "INKJESTI MAĠISTERJALI", "11919.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm inkjesti maġisterjali pendenti u fuq xiex?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li hemm 1,475 inkjesta pendenti quddiem il-Qorti tal-Maġistrati (Malta) u 178 quddiem il-Qorti ta' Għawdex, iżda informazzjoni fuq xiex inhuma dawn l-inkjesti ma tistax tingħata.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx każi li ilhom aktar minn tliet snin quddiem il-kummissjoni permanenti kontra l- korruzzjoni?", "MR SPEAKER: L-Aġent Prim Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Su due piedi ma nafx nirrispondi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-Mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "L-Aġent Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Statistika dwar reati kriminali rrapportati lill-pulizija fil-limiti ta' Ħal Qormi matul is-snin bejn l-2001 u l-2004, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 12426;", "Statistika dwar reati kriminali rrapportati lill-pulizija fil-limiti ta' Ħal Kirkop matul is-snin bejn l-2001 u l-2004, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 12427; u", "Statistika dwar reati kriminali rrapportati lill-pulizija fil-limiti ta' Ħal Luqa matul is-snin bejn l-2001 u l-2004, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 12428.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Jesmond Mugliett.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar xogħlijiet ta' toroq u żvilupp urban għall-ibliet u rħula tal-11 u t-12-il distrett elettorali matul l-2005, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 12287;", "Kopja tal-prior information document relatat ma' l-iżvilupp, l- operazzjoni u t-tmexxija tal-Baċir Nru 1, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 12341; u", "Kopja tal-pjanta ta' kif se tinbena Triq Ħal Qormi fl-inħawi ta' Ħal Farruġ, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 12417; u", "f'isem il-Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura nqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Statement dwar ammonti dovuti lill-gvern mill-Kunsill Lokali ta' Ħaż- Żebbuġ għal xogħlijiet li saru u servizzi li ngħataw bejn l-1990 u l- 2002, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 12435.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "DISKUSSJONI DWAR L-ISTRATEĠIJA TA' LISBONA", "(Tkompli mis-16 ta' Mejju, 2005)", "MR SPEAKER: Il-Ministru Louis Galea.", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi): Sur President, għalkemm id-diskussjoni li qed nagħmlu f'din il-Kamra hija ffokata fuq l-istrateġija ta' Lisbona, aġenda ta' l-Unjoni Ewropea li ġiet ifformolata fil-belt kapitali Portugiża fis-sena 2000, fil-fatt hija l- istrateġija ta' Malta għaliex m'hemm xejn fil-miri ta' l-Unjoni Ewropea li m'għandhomx ukoll ikunu - kif kienu, huma u jibqgħu - il-miri anke ta' pajjiżna.", "Dawn huma miri li pajjiżna m'għandux għażla ħlief li jsegwi jekk irridu nibqgħu b'xi mod rilevanti sew fir-reġjun li qegħdin noperaw kif ukoll fir-relazzjonijiet tagħna mas-suq internazzjonali.", "Naturalment l-oppożizzjoni diġa` enfasizzat il-placing li fih tinstab Malta meta mqabbla ma' pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea skond il-guidelines u skond il-miri ta' din l-istrateġija.", "F'ċertu sens il-fatt li l-gvern ikollu dawn il-guidelines u jiġi pparagunat ma' pajjiżi oħra mhux biss ma jdejjaqna xejn, anzi l-ewwelnett ikompli jgħinna niffokaw fuq id-direzzjonijiet li rridu nieħdu u l-miri li rridu nilħqu, u t-tieni nett, jekk wieħed irid ikun oġġettiv u ġust ma' pajjiżna naħseb li hemm ħafna fatturi li fil-fatt għandhom għaliex jagħmlu ħafna kuraġġ lil Malta.", "Mr Speaker, dawn il-fatturi jagħmlu ħafna kuraġġ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin għaliex huwa faċli li naqbdu din li tissejjaħ l-aġenda ta' Lisbona bid-diversi miri tagħha u ngħidu: \"Ara naqra Malta kemm qatgħet lura, kemm għadha lura fil-konfront ta' pajjiżi oħrajn!\".", "Aħna rridu nħarsu lejn il- pożizzjonijiet li lħaqna llum taħt id-diversi miri billi npoġġuhom fi kwadru relattiv.", "L-ewwelnett għaliex aħna qegħdin nitilqu fuq l-aġenda ta' Lisbona prattikament f'nofs tat-triq, u t-tieni nett għaliex wieħed irid iżomm il-perspettiva soċjo-ekonomika storika ta' pajjiżna biex ikun jista' japprezza minn fejn tlaqna biex ilħaqna ċertu post.", "Jien naħseb li s-sens oġġettiv għandu jitlob l-ewwelnett ir-rikonoxximent tal-fatt li aħna qed nitqabblu ma' ħafna pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea, li numru minnhom ilhom fl-Unjoni Ewropea numru ta' snin.", "Allura dawn ilhom jibbenefikaw minn fondi strutturali, minn fondi soċjali, minn appoġġi finanzjarji u minn appoġġi oħrajn ta' l-Unjoni Ewropea għal numru ta' snin.", "Wieħed jista' jsemmi l-eżempju ta' fejn kienet l-Irlanda qabel issieħbet fl-Unjoni Ewropea u x'pożizzjoni avvanzata rnexxielha tikseb illum, kif nieħdu gost bil-progress ta' kull pajjiż ieħor.", "Sur President, wieħed irid iqis ukoll li meta pajjiżna ngħaqad ma' l-Unjoni Ewropea mhux biss ma kellux il-vantaġġ ta' dawn il-pajjiżi li diġa` kienu ftiehmu f'Lisbona x'għandhom ikunu l-miri, imma ngħaqad meta prattikament din l-aġenda kienet diġa` mxiet qrib nofs it-triq tagħha.", "Aħna sseħibna proprju sena ilu u l-miri ta' l-aġenda ta' Lisbona qegħdin jimmiraw għas- sena 2010, għal ħames snin oħra, li kulħadd jaf li jgħaddu f'tebqa ta' għajn.", "Sur President, punt rilevanti ieħor huwa li biex nibdew inqabblu ċerta statistika jkun tajjeb li naraw minn fejn tlaqna.", "Jekk naqbdu l-aħħar 30 sena ta' dan il-pajjiż u naraw il-gvernijiet differenti li mexxewh u b'liema politika mexxewh fl-oqsma kollha, anke taħt il-miri li l-aġenda ta' Lisbona qed tpoġġi quddiemna lllum, ikun tajjeb li nifhmu mhux biss it-triq li għad fadlilna nitħabtu għaliha biex navvanzaw, imma rridu wkoll napprezzaw minn fejn tlaqna u liema ostakoli politiċi, ekonomiċi, kulturali u ta' mentalita` kellna negħlbu u għad irridu negħlbu biex verament pajjiżna jkun jista' javvanza fuq ħafna oqsma oħrajn.", "Per eżempju, illum huwa faċli għal min irid jikkritika li jaqbad dawn il- miri ta' Lisbona u jaqbad it-tables li Malta tiffigura fihom u jgħid li l- forza tal-ħaddiema Maltin hija l-inqas edukata.", "U jikkwotawlna l-figuri ta' kemm għadna lura fin-numru ta' dawk li jmorru l-universita`, ta' dawk li jkomplu fl-edukazzjoni għolja, ta' dawk li jkomplu bl-edukazzjoni tagħhom anke wara t-18-il sena u figuri oħrajn.", "Jien naħseb li biex wieħed jifhem dawn il-figuri rridu napprezzaw li jekk aħna ngħidu li Malta has the least educated workforce in the EU, jiġifieri qed nitkellmu fuq dawk il-ġenerazzjonijiet ta' nisa u rġiel li fil-biċċa l- kbira tagħhom ħadu l-edukazzjoni tagħhom taħt amminstrazzjonijiet immexxija mill-partit Laburista.", "Jien m'għandix dubju li jekk illum irreġistrajna ċertu progress taħt id-diversi miri ta' Lisbona, fil-biċċa kbira tiegħu dan il-progress huwa dovut għall-politika u għall-istrateġija li ħaddem il- gvern immexxi mill-partit Nazzjonalista matul dawn l-aħħar snin li kienet politika u strateġija li f'ħafna sensi biddlet radikalment il-politika li kien hemm qabel fil-qasam ekonomiku, edukattiv u soċjali.", "Il-fatti l-aktar ovvji juru li kieku dan il-gvern kellu jħaddem il-politika tal-partit Laburista kieku mhux biss ma konniex nirreġistraw ċertu progress imma lanqas biss konna nkunu qegħdin hawn illum proprju nitkellmu fuq dan is- suġġett.", "Jien qed ngħid dan kollu biex inpoġġu l-affarijiet fil-perspettiva tagħhom għax imbagħad inkun jien ukoll, bħalma kienu sħabna ta' din in-naħa, minn ta' l-ewwel li ninkoraġġixxi lill-gvern, lill-oppożizzjoni, lill-partijiet soċjali, lill-istakeholders fl-oqsma differenti kollha u lill-poplu kollu Malti u Għawdxi biex naħdmu ħafna għax għad jonqosna ħafna tibdil u riformi.", "U pajjiżna għandu bżonn dawn ir-riformi mhux tant għaliex irridu naraw jekk nilħqux dik il-mira jew l-oħra sas-sena 2010, imma għax aħna konxji li l-prosperita` tal-familji Maltin u Għawdxin, il-ħolqien tax- xogħol u l-kompetittivita` ta' pajjiżna jiddependu minn dan it-tibdil li rridu nagħmlu f'tant u tant setturi.", "Huwa veru wkoll li l-proċess tal-bidla huwa proċess li ma jispiċċa qatt għax waqt li l-pajjiż qed ibiddel, id-dinja kollha qiegħda tbidddel, id- dinja kollha qiegħda tevolvi u ċ-ċirkostanzi kollha ta' madwarna qegħdin jinbidlu.", "U jiżbalja min jaħseb li xi darba se jkun jista' jgħid: Issa wasalt sa hawn u daqshekk.", "Il-bieraħ waqt il-laqgħa tal-Kumitat Permanenti għall-Affarijiet Soċjali, li kienet dwar persuni b'diżabilita`, smajt lill- Ministru Dolores Cristina tgħid li se tħares lejn il-liġi ta' l- opportunitajiet indaqs biex tara x'bidliet għandha bżonn din il-liġi.", "Issa din hija liġi li ftaħna l-millennju biha, hija liġi li saret proprju ħames snin ilu, u l-Ministru Cristina diġa` tħoss li f'ħames snin kien hawn evoluzzjoni biżżejjed fis-soċjeta` biex terġa' tikkonsidra xi tibdil f'din il-liġi.", "Qed insemmi din il-liġi bħala eżempju biex wieħed japprezza li meta qed nitkellmu fuq tibdil, m'aħna ngħidu xejn ġdid.", "Hekk għamlu ta' qabilna, hekk għamlu dawk li ħolmu li Malta tista' ssir nazzjon, hekk għamlu dawk li ħadmu fis-snin 20, 30, fiż-żmien tas-snin tal-gwerra, u dawk li ġew wara l- gwerra ta' kulur u ta' ieħor.", "Qatt ma kien hawn qatt l-ebda politiku jew inkella għaqdiet u movimenti li ma fehmux li l-proċess tal-bidla huwa proċess kontinwu.", "Allura tajjeb li niġu mniggża li aħna għad jonqosna tant distanza mid-diversi miri ta' Lisbona biex naslu għalihom.", "Pero` naħseb li huwa importanti wkoll li nirrikonoxxu minn fejn tlaqna, safejn wasalna, u nirrikonoxxu li l-punt li qegħdin fih illum huwa punt li jixhed progress, jixhed li l-pajjiż mexa ħafna 'l quddiem.", "Jidhirli li dak għandu jkun il- bażi li lilna jagħmilna kuraġġ biex jurina li qegħdin fid-direzzjoni t- tajba fl-oqsma ta' l-ekonomija, ta' l-edukazzjoni, ta' ħafna oqsma soċjali oħrajn biex inkunu nistgħu ngħidu li qed noqorbu lejn dan it-target li qegħdin insemmu.", "Tajjeb li niffoka ftit fuq l-edukazzjoni u ngħid li anke f'dan il-qasam, jekk wieħed jieħu l-figuri ta' l-aħħar għaxar snin isib li dawn juru l- moviment li kien hawn f'dan is-settur.", "Jekk nieħdu dawk l-istudenti li komplew l-edukazzjoni tagħhom post-sekondarja jew inkella fl-edukazzjoni għolja, insibu li jekk fl-1994 kellna 10,000 student, illum għandna 17,000 student.", "Dawk huma l-istudenti li jsegwu korsijiet ta' matul il-jum għax għandek ukoll dawk li jsegwu l-korsijiet ta' diploma, ta' degree u oħrajn filgħaxija.", "Jekk nieħdu n-numru globali ta' dawk li jsegwu korsijiet ta' matul il-jum u anke ta' filgħaxija nsibu li għaxar snin ilu kellna 10,600 student u s-sena l-oħra, fl-2004 kellna 19,000 student.", "Ħaġa li żgur li se tħalli impatt enormi fuq is-soċjeta` tagħna huwa l-fatt li l-persentaġġ ta' nisa li qegħdin fl-universita` biss – m'iniex qed insemmi l-istituzzjonijiet post-sekondarji u istituzzjonijiet oħrajn imma eventwalment 'l hemm resqin - f'dawn l-aħħar għaxar snin minn 48% qabeż għal 57%.", "Tajjeb infakkar li din il-figura fl-1987 kienet għadha fil- livell ta' ftit iktar minn 30%.", "Irrid infakkar ukoll li sal-lum aħna ma konnex qegħdin nipparteċipaw f'ċerti programmi ta' l-Unjoni Ewropea li fuq ir-riżultati tagħhom l- uffiċċju ta' l-istatitistka Ewropew, il-Eurostat, jibbaża ċerta statistika.", "Per eżempju, aħna ma nipparteċipawx fis-sistema li tissejjaħ PISA, għadna m'aħniex qegħdin nipparteċipaw fl-organizzazzjoni Ewropea ta' l-iżvilupp, l- OECD.", "Allura filwaqt li numru ta' pajjiżi oħrajn għandhom ukoll dawk ir- riżultanzi li huma rikonoxxuti mill-Eurostat, aħna li għadna m'aħniex qed nieħdu sehem ma nistgħux għalissa nġibu a konjizzjoni ta' l-Eurostat ċertu progress li qiegħed isir.", "Sur President, tajjeb ngħid li parti mill-istatistika li qegħdin nitkellmu fuqha s'issa hija ta' tliet snin ilu.", "U jekk immorru lura tliet snin insibu li bilkemm konna għadna bdejna bil-kulleġġ vokazzjonali.", "Dan joħroġ minn dawn il-fatti li se ngħid.", "Għal ħafna żmien aħna konna nitkellmu l- iktar fuq l-edukazzjoni obbligatorja li tasal sa 16-il sena, jiġifieri għalina jekk xi ħadd ikompli l-edukazzjoni sekondarja kollha kemm hi, prattikament sa 16-il sena, skond il-liġijiet ta' pajjiżna jkun kompla s- sistema ta' l-edukazzjoni sal-livell sekondarju.", "Xi ħadd li jispiċċa l- iskola wara s-16-il sena ma nikkonsidrawhx li telaq mill-iskola kmieni.", "Ġieli kellna mistoqsijiet parlamentari dwar kemm hu n-numru ta' tfal li telqu mill-iskola qabel is-16-il sena, u kien jirriżulta li fil-biċċa l- kbira taż-żgħażagħ tagħna għallinqas ikomplu l-iskola tagħhom sa 16-il sena.", "Iżda fl-Ewropa issa daħlet il-prattika li l-istudenti jkomplu anke sa 18-il sena, u diġa` qed jgħidulna li fid-dinja tal-lum huwa meħtieġ li mhux biss nagħmlu l-iskola sekondarja, imma li nkomplu bl-iskola post-sekondarja.", "Fil-fatt jien nieħu gost ninnota li qed ikollna titjib sostanzjali fin- numru ta' żgħażagħ li jkunu waslu sa l-eta` ta' 17-il sena li jkunu għadhom l-iskola.", "Per eżempju, jekk fl-1999 kellna 43% ta' l-age cohort ta' 17-il sena jipparteċipaw fl-edukazzjoni, sa erba' snin wara din iċ-ċifra telgħet għal 66%.", "Dan juri li qegħdin fid-direzzjoni t-tajba u jien għandi fiduċja li fis-snin li ġejjin din il-figura se tkompli titjieb.", "Sar ukoll studju mill-universita` li minnu jirriżulta li 26% taż-żgħażagħ li għalqu t-22 sena attendew xi kors universitarju.", "Din ukoll hija ċifra li għandha tagħmlilna kuraġġ għax hija ċifra importanti.", "Tajjeb ngħid li l-miri li qegħdin nitkellmu fuqhom qed igħidulna li rridu naslu sa ċertu persentaġġ fir-rigward ta' dawk iż-żgħażagħ li jagħlqu t-22 sena li jkunu komplew f'xi kors f'edukazzjoni ogħla.", "Issa jekk ma' dawn is- 26% taż-żgħażagħ li għalqu t-22 sena, li attendew xi kors universitarju, kellna nżidu dawk li kisbu national diplomas u higher national diplomas minn istituzzjonijiet vokazzjonali u tekniċi, dan il-persemtaġġ jitla' sostanzjalment.", "Sur President, tajjeb li wieħed isemmi wkoll il-figuri assoluti.", "Fl- universita` qegħdin jidħlu prattikament 2,000 student ġdid kull sena, fil- junior college qegħdin jidħlu 1,700 student fis-sena u s-sena l-oħra kellna 2,000 student ġdid fl-MCAST.", "Jiġifieri jekk naraw kemm daħlu l- universita`, kemm daħlu fil-junior college u kemm daħlu fl-MCAST niġu diġa` fil-livell ta' 5,700 student.", "Jiġifieri ma' kull sena li tgħaddi l-figuri qegħdin joqorbu lejn il-miri li tpoġġi quddiemna l-istrateġija ta' Lisbona fil-kamp tax-xogħol u allura anke fil-kamp ta' l-edukazzjoni.", "Huwa veru li meta naraw dawn il-figuri b'riferenza għall-oqsma li fihom qegħdin jistudjaw l-istudenti, insibu li għad għandna nuqqas notevoli ta' dawk li qegħdin jistudjaw fl-oqsma li fuqhom l-ekonomija tal-lum tiddependi l-aktar.", "Dawn huma l-oqsma tat-teknoloġija, ta' l-inġinerija, suġġetti li jirrikjedu għarfien u taħriġ ta' kwalita` fil-qasam tax-xjenza.", "Fl- universita` għadna ma wasalniex biex ikollna n-numri li għandna bżonn.", "Jekk nieħdu s-sena li għaddiet insibu li 6.5% ta' l-istudenti fl- universita` qegħdin jistudjaw f'oqsma direttament tax-xjenza, relatati max- xjenza jew inkella suġġetti li għandhom x'jaqsmu ma' l-inġinerija.", "Tajjeb ngħid li n-numru ta' nisa fost dawn l-istudenti qiegħed jikber ukoll.", "Per eżempju, 34% ta' l-istudenti li qegħdin jagħmlu korsijiet tax-xjenza huma nisa, 19% ta' dawk li qed jagħmlu korsijiet ta' l-inġinerija huma nisa u 26% ta' dawk li qed jagħmlu korsijiet tat-teknoloġija ta' l-informatika huma nisa.", "L-istess fil-junior college.", "F'dan il-livell in-numru ta' dawk li qed jistudjaw matematika, xjenza u teknoloġija m'huwiex daqshekk baxx daqskemm huwa dak fl-universita`.", "Fil-fatt insibu li 29.6% ta' l-istudenti li jmorru l-junior college qed jistudjaw dawn is-suġġetti.", "Jien naħseb li dawn huma suġġetti li iktar kemm jgħaddi ż-żmien, iktar qed isir magħruf miż-żgħażagħ, mill-ħaddiema Maltin u Għawdxin li l-ekonomija tal-lum tiddependi ħafna fuq bażi ta' kwalita` fis-suġġetti tal-matematika, tax- xjenza u tat-teknoloġija.", "Allura l-interess f'dawn is-suġġetti qiegħed jiżdied ukoll.", "Sur President, qed naraw li qed jikber ukoll in-numru ta' adulti li jkomplu l-korsijiet fil-ħajja adulta tagħhom.", "Ħafna minn dawn il-korsijiet isiru filgħaxijiet.", "Jekk inħarsu lejn l-MCAST insibu li għandna mijiet ta' żgħażagħ li qed jagħmlu korsijiet ta' natura vokazzjonali teknika, fl- inġinerija mekkanika, fl-inġinerija elettrika u elettronika, fit- teknoloġija ta' l-informatika u l-komunikazzjoni, u fl-inġinerija tal-bini u l-kostruzzjoni.", "M'għandix dubju li dawn se jkollhom effett pożittiv fuq il-preparazzjoni ta' pajjiżna għall-ħidma li trid issir fil-qasam ekonomiku.", "Sur President, irrid ngħid ukoll li s-sistema edukattiva tagħna għadha ħierġa mis-sistema antika.", "Il-verita` hi li s-sistema ta' l-edukazzjoni tagħna kienet għadha qiegħda taħseb għal ekonomija kif konna nafuha sa ftit żmien ilu, ekonomija li setgħet timxi 'l quddiem, setgħet anke tipprovdi xogħol għall-ħaddiema tagħna abbażi ta' sitwazzjoni fejn bażikament nofs dawk li jkunu qed isegwu l-korsijiet jirnexxielhom jiksbu ċerti kwalifiki u n-nofs l-ieħor, bejn wieħed u ieħor, ma jirnexxilhomx jiksbu daqstant kwalifiki.", "Illum l-ekonomija li qed nimxu fiha tirrikjedi l-akbar numru possibbli ta' nisa u rġiel li jkollhom l-aħjar edukazzjoni, ikollhom livell ta' edukazzjoni kemm sekondarju, kemm post-sekondarju, kemm vokazzjonali, u kemm universitarju li huma livelli rikonoxxuti.", "U ma' l-isforzi kbar u ma' l-investiment sostanzjali li sar fis-snin li għaddew qegħdin inkomplu naħdmu biex inħejju s-sistema edukattiva ta' pajjiżna ħalli tkun tista' tagħti lill-pajjiż poplu edukat, imħejji bil-ħiliet meħtieġa għall- ekonomija tal-lum u ta' għada.", "Sur President, il-figuri juruna li għad fadlilna ħafna x'nagħmlu biex nilħqu l-miri stabbiliti.", "Għad fadal ħafna x'isir minn kulħadd, minna li mmexxu, minn dawk li jmexxu d-dipartimenti konċernati, minn dawk li jmexxu l-istituzzjonijiet edukattivi, mill-iżgħar sa l-ogħla livell.", "Imma jkun tajjeb li ngħidu li hemm riżultati li juru li l-bidliet u r-riformi li bdew iseħħu fl-aħħar snin qed jagħtu l-frott tagħhom.", "Xi għaxar snin ilu, meta daħlet is-sistema ta' l-eżamijiet magħrufa bħala Matsec, kienu kkalkolaw li minn dik is-sistema se jirnexxielhom jgħaddu 20% fil-livell taċ-ċertifikat ta' l-edukazzjoni sekondarja magħruf bħala s-Sec.", "Imma l-fatti wrew li jekk nieħdu s-sena 2003 insibu li minn 20% għaddew 75% bi gradi minn 1 sa 5.", "Meta ngħid 75% qed infisser 75% ta' dawk li għamlu l-eżami għax nafu li għad għandna numru li dan l-eżami tas-Sec lanqas biss jersqu għalih.", "Allura jekk nieħdu ż-żgħażagħ kollha sew dawk li jagħmlu l-eżami u sew dawk li ma jagħmluhx, jiġifieri mill-age cohort kollu kemm hu, jirriżulta li 53% qed jirnexxielhom iġibu dawn il-gradi minn 1 sa 5.", "Jekk nieħdu l-gradi minn 1 sa 7, li jista' jkun li mhumiex stmati biżżejjed għall-finijiet ta' ċerti applikazzjonijiet tax-xogħol, imma għall-finijiet tas-sistema tal- Matsec għandhom ċertu valur, hemmhekk il-figura tal-cohort kollu titla' għal 61%.", "Jien ngħid li dan mhux biżżejjed u jonqosna aktar imma huwa achievement li f'sistema ta' eżamijiet, li hija rikonoxxuta fil-pajjiż u anke barra mill- pajjiż bħala sistema ta' eżamijiet kredibbli, li minn dik is-sistema li oriġinarjament kien ikkalkolat li se tagħtina riżultati pożittivi ta' 20% wasalna għal 75% minn dawk li jagħmluh, bi gradi minn 1 sa 5, u jekk nieħdu ż-żgħażagħ kollha dan jitla' għal 53%.", "Dawn il-figuri li kont qed nagħti huma tal-matematika.", "Jekk nieħdu kemm igħaddu mill-Ingliż insibu li hemmhekk għandna 57% ta' l- istudenti li jġibu minn grad 1 sa 5 u 80% li jkollhom minn 1 sa 7.", "Il- bniet imorru aħjar mis-subien kif jiġri f'diversi eżamijiet oħrajn.", "Dan qed ngħidu għaliex dan ma jiġrix b'kumbinazzjoni, imma jirrifletti investiment sostanzjali li l-gvern qiegħed jagħmel.", "Per eżempju, fl-2003 infaqna persentaġġ ta' 6.2% mill-prodott gross domestiku u 6.2% hija ċifra li tipparaguna tajjeb ħafna mal-persentaġġ tal-prodott gross domestiku li jonfqu diversi pajjiżi Ewropej.", "Hemm min jonfoq iktar minna, bħad- Danimarka li jonfqu 8.3% u bħall-Isvezja li jonfqu 7.5%.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Carmelo Abela): L-Onor.", "Bartolo, bil-permess tal-Ministru.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Minbarra ċ-ċifri interessanti li kien qed jagħti l-Ministru għall-Matematika u għall-Ingliż, għandu ċ-ċifri għal-lingwi l- oħra, per eżempju, tal-Franċiż u tal-Ġermaniż?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Le, m'għandix.", "Stajt ġibthom, imma bżajt li nitgħabba ħafna għax diġa` tgħabbejt b'ħafna figuri fil-verita`.", "Fil-fatt ġibt miegħi l-figuri tal-Matematika u ta' l-Ingliż.", "Kont qed ngħid li anke meta wieħed jara l-livell ta' spiża, inkluż l-ispiża rikorrenti, isib li għalkemm l-infiq jonqos dejjem ma jistax igħid li l-pajjiż mhux qed jagħmel sforz biex jinvesti fl-edukazzjoni a paragun mal-medja Ewropea.", "Fil-fatt il-medja Ewropea għall-2001 hija ta' 5% jiġifieri aħna qegħdin qisu punt perċentwali iktar mill-medja Ewropea.", "Nerġa' ngħid li dan qed insemmih għax huwa importanti li wieħed japprezza li iva, għad jonqosna ħafna iktar x'nagħmlu biex nersqu għall-miri ta' Lisbona.", "U ejja ngħiduha, m'aħniex waħedna li għad jonqosna ħafna iktar x'nagħmlu biex nersqu għall-miri ta' Lisbona.", "Kulħadd jaf li fl-aħħar disa' xhur id-diskussjoni fi ħdan l-Unjoni Ewropea fuq dan is-suġġett kienet dwar jekk għandhomx jiġu riveduti dawn il-miri minħabba l-fatt li huwa meqjus li in ġenerali, bħala Unjoni Ewropea mhux se naslu biex inwettqu dawk il-miri sa l-2010.", "Hemm ħafna pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropea li min f'qasam u min f'ieħor fil-fatt għadhom pjuttost lura milli jaslu.", "Sur President, aħna nafu li biex navvanzaw pajjiżna jeħtieġ jirbaħ l-isfida tal-kompetittivita`.", "Huwa għalhekk li l-Prim Ministru Gonzi poġġa l- kompetittivita` bħala punt ta' riferenza għall-operaturi kollha, mill-iċken ħaddiem sa l-akbar investitur f'pajjiżna.", "Irridu nifhmu li jekk ma nirbħux din l-isfida tal-kompetitivita` jkollna d-diffikultajiet.", "Waħda mill-affarijiet li jeħtieġ nagħmlu hija li nderru u nnisslu fl- istudenti u l-ħaddiema tagħna iktar spirtu ta' entrepreneurship u nħarrġuhom sa minn kmieni.", "Għalhekk il-ministeru ta' l-edukazzjoni se jaħdem flimkien mas-segretarju parlamentari għan-negozji ż-żgħar u s-self- employed l-Onor.", "Edwin Vassallo, fi ħdan il-ministeru tal-kompetittivita` u l-komunikazzjoni, biex nagħmlu dokument li jispeċifika f'ċertu dettall x'irridu nagħmlu biex nassiguraw li l-kultura imprenditorjali, il-kultura ta' l-inizjattiva personali, tkun xi ħaġa li tidħol fis-suġġetti kollha.", "Irridu li fl-iskejjel tagħna jibda jkollna mhux biss tagħlim fuq dan is- suġġett, imma anke esperjenzi kif inhuma tal-Young Enterprise, ta' l- iScoops, ta' l-iStartup Malta.", "Jien qed nieħu gost ħafna li l-Onor.", "Edwin Vassallo qed ikollu dan il- kuntatt dirett ma' l-għalliema tagħna, ma' l-iskejjel, ma' l-istudenti tagħna għaliex inqis li s-settur li għalih huwa direttament responsabbli huwa l-ikbar settur ta' l-ekonomija ta' pajjiżna.", "Kif nafu prattikament iktar minn 90% ta' l-operaturi ekonomiċi tagħna huma jew self-employed jew inkella negozji żgħar ħafna.", "Għalhekk jagħmel sens ħafna li nagħmlu dan il- memorandum of understanding bejn iż-żewġ ministeri u l-uffiċjali tal-Malta Enterprise biex nassiguraw li dan is-suġġett jingħata l-attenzjoni kollha meħtieġa.", "Sur President, ma nistax ma nsemmix il-ħidma li qed tagħmel il- korporazzjoni ta' xogħol u taħriġ fil-mixja tagħha għat-twettiq tal-pjan ta' azzjoni nazzjonali favur l-impjiegi b'diversi programmi u skemi li qegħdin igħinu biex aktar ħaddiema li qed ifittxu x-xogħol jiġu inkoraġġiti li jagħmlu skemi ta' taħriġ u ta' preparazzjoni.", "Dan huwa qasam fejn wieħed akkwista fondi sostanzjali anke mill-Unjoni Ewropea bl-iskop li nassiguraw li l-ħaddiema li qed ifittxu x-xogħol inkunu nistgħu ngħinuhom jersqu iktar lejn is-suq tax-xogħol, u biex ngħinu lill-employers japprezzaw il-ħiliet ta' kategoriji u ta' etajiet differenti ta' ħaddiema biex is-suq tax-xogħol ikun jista' jsib il-bżonnijiet li għandu għad- dispożizzjoni tiegħu.", "Sur President, nagħlaq billi ngħid li qegħdin ngħixu żmenijiet interessanti ħafna, żmenijiet ta' opportunitajiet kbar u żmenijiet ta' sfidi li jien ċert li se jirnexxielna nirbħu u nirbħuhom b'risq il-poplu Malti kollu tagħna.", "Biex nagħmlu dan irid ikollna l-konsistenza u jrid ikollna l- kuraġġ li niffaċċjaw il-proċess ta' bidla u ta' riformi li rridu ngħaddu minnhom.", "Jeħtieġ li fil-pajjiż ikun hawn moviment minn kulħadd biex aħna ninkoraġġixxu lin-nies li jkunu kapaċi jaħsbu għall-futur, jirrealizzaw li l-bidliet li qed isiru se jkunu bidliet li fuq żmien tan-nofs u fuq żmien wisq iktar fit-tul se jkunu jistgħu jagħtu riżultati pożittivi ħafna.", "Jekk jirnexxilna nwettqu dawn il-proċessi ta' żviluppi, ta' bidliet bil- għaqal, b'mod u manjiera li twassalna għall-aħjar consensus possibbli, anke jekk ikun hawn kontroversji sħan biex wieħed jipprova joħroġ il-punti prinċipali, - għax mill-kontroversji wieħed jitgħallem u jtejjeb l- affarijiet - id-direzzjoni trid tibqa' direzzjoni minn kulħadd; minn gvern, minn oppożizzjoni u minn partijiet soċjali.", "Aħna rridu naġġustaw lilna nfusna, nimmodernizzaw, intejbu, nirriformaw u ma nibżgħux mill- isfidi li għandna quddiemna.", "B'dan il-kuraġġ, b'dan is-sens ta' fiduċja jien ċert li Malta ta' ftit snin oħra se tkun resqet ħafna lejn il-miri ta' Lisbona u se tkun qed tgawdi mhux biss il-frott tas-sħubija tagħha fl-Unjoni Ewropea, imma anke tkun qed taqdi missjoni b'mod iktar effettiv f'dan ir-reġjun Mediterranju li ngħixu fih aħna fejn jien nemmen li għandna ħafna kontributi x'nagħtuh.", "Nirringrazzjak.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Marie Louise Coleiro.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Sur President, ikolli nistqarr li ġejt b'ħafna entużjażmu għal dan id-dibattitu għax meta smajt lill-Ministru Louis Galea jgħid li jieħu gost li niġu pparagunati ma' pajjiżi oħra għax il-gvern iħossu sfidat biex naraw fejn aħna u li hemm bżonn naraw l- affarijiet fil-kontest tagħhom, jien għedt li l-interventi li se nisimgħu min-naħa tal-gvern f'dan id-dibattitu se juruna t-triq 'il quddiem.", "Iżda spiċċajna nisimgħu lill-Ministru Louis Galea jgħid li ħa gost bl- indikaturi.", "Ikolli nistqarr li din in-naħa tal-Kamra konna nieħdu gost kieku kellna indikaturi li jagħtuna kuraġġ.", "Hawnhekk irrid ngħid li aħna mhux qed nikkomparaw ruħna l-aktar ma' l-ewwel 15-il pajjiż imsieħba fl-Unjoni Ewropea, imma qegħdin niġu kkomparati wkoll mad-disa' membri ġodda li ħafna minnhom issa bdew jieħdu ftit tar-ruħ fl- ekonomija tagħhom.", "Minkejja dan, l-indikaturi li għandna juruna li aħna qegħdin naqgħu iktar lura minnhom f'ħafna aspetti importantissimi.", "Allura ma nistax nifhem kif il-gvern jista' jieħu gost b'dawn l-indikaturi.", "Onestament ngħid li aħna ta' l-oppożizzjoni ma neħdux gost b'dawn it-tip ta' indikaturi.", "J'Alla dan il-pajjjiż ikollu indikaturi li juru li qbadna triq soda u mexjin 'il quddiem għall-ġid tal-familji Maltin u Għawdxin.", "Il-Ministru Louis Galea qalilna li għad fadlilna ħafna biex nersqu għall- miri ta' Lisbona.", "That goes without saying, u fil-fehma tiegħi mhux biss għadna lura biex nilħqu l-miri ta' Lisbona - din m'hijiex il-fehma tiegħi biss, iżda wkoll tal-korpi kostitwiti u tat-trade unions Maltin - imma qegħdin lura minn kulħadd, anke minn dawk li sa ftit ilu kienu warajna.", "Fil-fatt dawn illum qegħdin fl-istess club tagħna u qed nikkompetu magħhom.", "Jiġifieri, bir-rispett kollu, lanqas għandna l-konsolazzjoni - li semma l- bieraħ l-Onor.", "Ċensu Galea fl-introduzzjoni għal dan id-dibattitu u llejla reġa' semmiha l-Onor.", "Louis Galea - li aħna dħalna f'dan il-proċess ta' Lisbona f'nofs triq.", "Il-partit Nazzjonalista fil-gvern ilu mill-1990 jgħid li jrid li Malta tidħol membru sħiħ fl-Unjoni Ewropea, jiġifieri għaxar snin wara, fis-sena 2000, it-triq tal-partit Nazzjonalista kienet ċara.", "Allura hija ħrafa kbira li l-gvern Nazzjonalista qed jipprova jikkonsla billi jgħid li aħna dħalna f'nofs triq biex inwettqu l-aġenda ta' Lisbona.", "Anzi hija tal- mistħija li jkollna din it-tip ta' stqarrija minn gvern li ilu jmexxi lil dan il-pajjiż għal 17-il sena u kull meta konna nikkritikawh għax ma ħejjiex tajjeb lill-pajjiż għal sħubija fl-Unjoni Ewropea kien igħidlna li r-riformi li kien qed jagħmel kien ikollu jagħmilhom anke kieku Malta ma sseħbitx.", "Imma għal 17-il sena sħaħ qagħad b'idejh fuq żaqqu, raqad u issa f'daqqa waħda skopra l-Amerika!", "U nisimgħu kull tip ta' skuża biex igħattu l-politika żbaljata li mexa biha tul l-aħħar 17-il sena.", "L-Onor.", "Louis Galea qalilna li għad fadlilna ħafna biex nersqu lejn il-miri ta' Lisbona.", "Imma lanqas biss qegħdin nimmiraw lejhom!", "Fil-fatt il-mira li hemm fin-national plan għall-impjiegi lanqas hija l-mira ta' Lisbona.", "Il-mira ta' Lisbona għall-impjiegi hija ta' 70% u l-mira fil-pjan nazzjonali għall-impjiegi hija ta' madwar 57%.", "Mela qed nammettu li qegħdin 'il bogħod mill-miri ta' Lisbona imma lanqas qegħdin nimmiraw lejhom.", "Dawn huma affarijiet li jikkuntrastaw bl-ikrah u huma serji ħafna.", "Smajna lill-Onor.", "Louis Galea jgħid li huwa faċli li wieħed jikkritika meta jħares lejn l-indikaturi, pero` sar ċertu progress.", "Dak il-ħin kien qed jitkellem fil-kontest ta' l-edukazzjoni u nifhem li f'dan id-dibattitu l- qasam edukattiv huwa fundamentali għax miegħu hemm marbuta l-impjiegi, il- kwestjoni ta' l-investiment u l-kontest sħiħ ta' l-ekonomija Maltija.", "Qalilna wkoll li rridu napprezzaw minn fejn bdejna u l-progress li sar fil- qasam edukattiv grazzi għall-partit Nazzjonalista fil-gvern u, Alla jbierek, il-problemi li hemm fil-kontest ta' żgħażagħ bla ħiliet huma tort tal-partit Laburista.", "M'hijiex serjeta` li niġu hawn fuq dibattitu li seta' tana opportunita` biex niddiskutu l-qagħda ta' pajjiżna f'dawn l- oqsma tant essenzjali u fundamentali għall-għajxien tal-poplu tagħna u naraw x'direzzjoni se nieħdu, u minflok naqgħu għal-livell tal- partiġjaniżmu.", "Dan ma jagħmilx sens.", "Nerġa' ninsisti - għax għad fadlilna llejla u għada niddibattu - u nappella lill-kelliema tal-gvern biex jgħidulna lejn liema triq sejrin.", "Dawk l- indikaturi qed jiftħulna għajnejna, qed jitkellmu fuq bidliet u riformi u fejn se jwassluna.", "Nittama li ma nibqgħux għaddejjin bil-famuża għajta li m'għandniex kriżijiet, nibqgħu ma ngħidux il-verita` lill-polu Malti u Għawdxi u nwaddbu l-problemi taħt it-tapit.", "Dawn huma affarijiet li jkomplu jikkuntrastaw ma' dak li qegħdin igħidu l-korpi kostitwiti u t- trade unions f'pajjiżna.", "Ftit ilu kien hawn sensiela ta' laqgħat tal- Kumitat Permanenti għall-Affarijiet Barranin u Ewropej fejn numru sostanzjali ta' korpi kostitwiti u trade unions ippreżentaw rapporti dwar x'jaħsbu fuq l-istrateġija u l-oġġettivi ta' Lisbona u fejn waslet Malta.", "Jien kont nippretendi li dawn kellhom ikunu l-bażi tad-diskussjoni f'dan id- dibattitu, partikolarment min-naħa tal-gvern għax huwa l-gvern li fuq l- indikaturi li għandu jrid jaqbad il-barri minn qrunu ħalli nimxu 'l quddiem.", "L-Onor.", "Louis Galea bir-raġun kollu ftaħar li aħna nagħmlu spiża pubblika qawwija fuq il-qasam edukattiv.", "Il-figuri li joħorġu mir-rapporti li hemm juru li fl-2002 Malta nefqet 4.5% tal-GDP tagħha fuq il-qasam ta' l- edukazzjoni li jikkompara tajjeb ma' l-average tal-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea, li kien xi 5.2%.", "Imma mhux biżżejjed li nieqfu hemm - u dan id- diskors għednieh kemm-il darba f'dan il-parlament partikolarment minn din in-naħa - għax kif tista' tiftaħar kemm qed tonfoq u fl-istess waqt tirreġistra li għandna sitwazzjoni ta' illitteriżmu f'pajjiżna?", "U l- Ministru Louis Galea tant jafu dan li dan l-aħħar kellu jibda programm proprju biex jindirizza l-problema ta' l-illitteriżmu li magħha tintrabat il-kwestjoni tax-xogħol, il-kwestjoni tal-faqar, l-esklużjoni soċjali u nistgħu nibqgħu għaddejjin.", "Kif nistgħu niftaħru kemm nonfqu fuq l-edukazzjoni meta għandna sitwazzjoni fejn żgħażagħ li jkunu għamlu kważi 12-il sena fis-sistema edukattiva tagħna joħorġu bla ħiliet u bla snajja' bażiċi u ta' 16-il sena jispiċċaw iterrqu mal-pajjiż biex jipprovaw isibu impjieg!", "Illum dan huwa prattikament impossibbli għax għandna suq tax-xogħol li jiddetta bidliet u jitlob snajja' u ħiliet li definittivament dawn iż-żgħażagħ m'għandhomx.", "Kif nistgħu niftaħru li qed nonfqu dawn l-ammonti fl-edukazzjoni u għandna dawn it-tip ta' riżultati?", "Sur President, kulħadd jirrikonoxxi l-fatt li l-universita` llum għandha popolazzjoni qawwija ta' żgħażagħ u nieħdu gost, imma dan l-aħħar kont qed nitkellem ma' industrijalist - dan huwa mdaħħal f'ħafna intrapriżi, jiġifieri jaf sewwa x'qed jiġri fl-ekonomija Maltija - li qalli ċar u tond li minkejja dan l-ammont ta' gradwati, is-sistema tagħna m'hijiex tipproduċi dak li qed jitlob is-suq tax-xogħol, anke f'dak il-livell terzjarju.", "Għaldaqstant ma nistgħux niftaħru kemm qed nonfqu fl- edukazzjoni u nieqfu hemm.", "Irridu nevalwaw kontinwament jekk is-sistema edukattiva tagħna hijiex qed tipproduċi dak li għandu bżonn pajjiżna ħalli ż-żgħażagħ u l-ħaddiema tagħna jkollhom l-assigurazzjoni ta' impjieg u livell ta' għajxien diċenti u kwalita` tal-ħajja li tixraq lil kull bniedem.", "Kif nistgħu ma nitkellmux fuq l-indikaturi li hemm?", "Dawn iwerwruk!", "Illum wieħed miż-żewġ items li dehru fuq il-front page tal-ġurnal \"The Times\" – u dan żgur mhux il-Malta Labour Party qed jgħidu - huwa rapport intitolat \"Malta has least educated workforce in EU\".", "Il-prim ministru għoġbu jgħajjar lil tal-Malta Labour Party \"mumji\" għax ngħidu l-verita` - u l-verita` tweġġa' widnejn in-Nazzjonalisti - imma issa \"The Times\" se jinżlu fil-lista tal-mumji wkoll?", "Dawn qed jitkellmu fuq affarijiet li xbajna nitkellmu dwarhom minn din in-naħa tal-Kamra.", "Dan ir-rapport jgħid hekk:", "\"Malta's workforce is the least educated in the European Union according to a recent report issued by the European Commission.\".", "Jiġifieri, sinjuri tal-gvern, dan ir-rapport ma ħariġx miċ-ċentru nazzjonali Laburista, imma huwa rapport tal-European Commission.", "Dan ir-rapport ikompli jgħid hekk:", "\"In 2002 only 8.8% of Malta's working population - aged between 25 and 64 - had completed tertiary education.", "Even EU candidate countries Turkey, Bulgaria and Romania fare slightly better than Malta, ...\".", "Għalhekk m'hijiex skuża tajba li ġabu kemm l-Onor.", "Ċensu Galea fl- introduzzjoni tiegħu kif ukoll il-Ministru Louis Galea meta qalu li dan il- proċess ta' Lisbona kellu miri għall-15-il pajjiż li wħud minnhom ilhom fl- Unjoni Ewropea mit-twaqqif tagħha.", "Dan ir-rapport qed jitkellem fuq il- candidate countries, it-Turkija, il-Bulgarija u r-Rumanija.", "Safejn naf jien dawn m'humiex xi pajjiżi avvanzati u żviluppati b'ċertu mod li nistgħu ngħidu li ma jimpurtax jekk nikkomparaw ħażin magħhom.", "L-indikaturi li għandna huma inkwetanti u ma nistgħux neħduhom lightly u ma nistgħux lanqas insibu l-konfort tagħna billi ngħidu li aħna dħalna fil-proċess ta' Lisbona fin-nofs tat-triq tiegħu.", "Wara kollox Malta m'huwiex pajjiż li s-sistema edukattiva tiegħu bdiet tiżviluppa l-bieraħ, imma għall-grazzja ta' Alla bdiet tiżviluppa minn żmien il-gvernijiet Laburisti tas-snin ħamsin u tas-snin sebgħin.", "M'iniex se noqgħod insemmi l-achievements tal-bidu li kienu fundamentali, bħall- compulsory education għal kulħadd u ż-żieda fl-eta` tal-compulsory education minn 14-il sena għal 16-il sena, u ħafna affarijiet oħrajn, għax inkella naħli ż-żmien fuq affarijiet li għaddew.", "Pero` tajjeb li nirrikonoxxuhom ukoll għax trid tibda minn x'imkien.", "Safejn naf jien meta tibni dar ma tibdiex mill-opramorta, imma tibda mill-pedament u jekk irridu nkunu serji fl-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż u jekk irridu nitkellmu fuq kollox għallinqas għandna nirrikonoxxu l-ħidma tajba ta' kull gvern li kien hawn.", "Dan ir-rapport ikompli jgħid:", "\"Turkey, Bulgaria and Romania fare slightly better than Malta with 9 per cent, 21 per cent and 10 per cent respectively.", "The most educated workers in the EU are those in Lithuania ...\"", "- dan m'huwiex wieħed mill-15-il pajjiż ta' l-Unjoni Ewropea qabel ma sar it-tkabbir -", "\"... where 44 per cent have a university degree.", "The next are the Finns (32.4 per cent), the Estonians (29.6 per cent) ...\"", "- dawn ukoll ma daħlux fl-Unjoni Ewropea mal-pajjiżi tal-bidu –", "\"... and the British 29.4%.", "On the lower rungs of the scale, slightly better than Malta, are the Portugese (9.4 per cent), the Italians (10.4 per cent) and the Slovaks (10.8 per cent)\"", "L-istess, is-Slovakki ma kenux mal-15-il pajjiż tal-bidu.", "Dan ir-rapport ikompli jgħid:", "\"The same situation applies when comparing the percentages of the working population having at least an upper secondary education.", "In this category, in 2002 Malta ranked last with only 18.3 per cent.", "The EU average in 2002 stood at 67.7 per cent when all 25 member states were taken into account.\".", "Ħaġa oħra interessanti f'dan l-artiklu li jkompli fuq paġna 7 ta' \"The Times\" tgħid hekk:", "\"The number of Maltese graduates in subjects related to maths, science and technology was the lowest in the EU and amounted to only 0.16 per cent of the total number of graduates.\"", "Qed nagħmel din l-enfasi fuq il-gradwati tax-xjenza, teknoloġija u l- matematika għax illum dawn huma suġġetti fundamentali biex tattira investiment lejn il-pajjiż li għandu high value added.", "Il-high value added industries għal dan il-pajjiż huma kruċjali għax hemmhekk tista' toħloq impjiegi produttivi.", "Imma sfortunatament aħna lanqas qegħdin inħejju liż- żgħażagħ tagħna għal dawn l-affarijiet.", "Għaldaqstant ma nkunux responsabbli jekk niftaħru kemm qegħdin nonfqu fuq il-qasam ta' l-edukazzjoni u nagħlqu għajnejna għar-riżultati aħħarin.", "Mela le, għandna nħeġġu l-entrepreneurship fiż-żgħażagħ, imma l-ewwel irridu niggwidawhom u nħeġġuhom għall-oqsma edukattivi u għat-taħriġ li għandu bżonn is-suq tax-xogħol.", "Jeħtieġ li jkollna dawk ir-rekwiżiti kollha biex meta investitur barrani jħares lejn Malta jkun jista' jgħid li huwa tajjeb li jinvesti hawnhekk għax għalkemm Malta għandha nuqqas ta' riżorsi naturali u diffikultajiet ta' traġitt għax hija gżira, imma għallinqas għandna a highly skilled workforce, li hija wkoll flessibbli.", "Sur President, fost affarijiet oħra jsemmu l-kompetittivita`, il- produttivita`, il-globalizzazzjoni u l-fatt li ċ-Ċina qed tisirqilna kollox.", "Issa se nikkomparaw ruħna maċ-Ċina?", "Mela aħna bilfors magni tal- ħjata jrid ikollna f'dan il-pajjiż?", "Mhux bilfors titkellmu hekk intom!", "Tridu tbellgħu lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin li ċ-Ċina qed tisirqilna x- xogħol!", "Iċ-Ċina qed tisraq minn kullimkien imma mhux kulħadd spiċċa bħalna, b'ħaddiema jiġru jfittxu x-xogħol għal snin sħaħ.", "Anke hawnhekk l-indikaturi li għandna fuq il-long-term unemployment huma fost l-agħar fil-25 pajjiż ta' l-Unjoni Ewropea.", "Imbagħad dan jirrifletti fuq is-social cohesion li titkellem fuqu l-istrateġija ta' Lisbona.", "Il- kompetittivita` triduha minn fuq dahar il-ħaddiema billi tneżżgħu lill- ħaddiema mill-kondizzjonijiet tax-xogħol li kienu jgawdu qabel.", "Sur President, fil-każ tat-tarznari bejn l-1996 u l-1998 xewwixtu lin-nies kemm flaħtu biex il-gvern Laburista spiċċa jħallas saħansitra spejjeż politiċi.", "Meta tlajtu fil-gvern l-ewwel irqadtu fuq ix-xogħol ta' ristrutturar li kien beda l-gvern Laburista, imbagħad f'daqqa waħda għedtulhom biex jew jagħżlu l-early retirement scheme jew jaċċettaw li tagħtuhom, biex imbagħad ħaddiema li tellaqtuhom 'il barra u llum qegħdin fl-IPSL ġieli bgħattuhom xahar jikinsu t-tarzna.", "U sadanittant iġġibu ħaddiema minn barra.", "L-istess ġara fl-Air Malta.", "Wara t-tberbiq u t-tgerfix li għamiltu ġegħeltu lill-ħaddiema jaċċettaw kollox, sad-direttur ħaddiem neħħejtulhom.", "Illum l-employers qed jabbużaw minn ħaddiema li m'humiex unionised.", "Per eżempju, ħaddiem li ħa ġurnata sick leave għax ġenwinament kellu bżonnha, l- għada tkeċċa mix-xogħol u lanqas it-terminal benefits ma kien se jingħata wara li kien ilu sentejn u nofs f'dak l-impjieg.", "Hemm ħaddiema li jaċċettaw li jagħmlu overtime u jitħallsu siegħa b'siegħa u jekk jitkellmu għad-drittijeit tagħhom jispiċċaw jivvendikaw ruħhom minnhom.", "Għaliex?", "L- ewwelnett għax il-ħuta minn rasha tinten, kif jgħid il-Malti, u ladarba l- gvern qed jagħmel dawn l-affarijiet allura ħaddieħor jiddakkar, u t-tieni nett għax tant hawn qgħad illum li jafu li ġejna f'sitwazzjoni ta' fire and hire f'dan il-pajjiż.", "Allura l-ħaddiema qed jibżgħu jitkellmu għad- drittijiet tagħhom minkejja li hemm id-dipartiment ta' l-industiral relations.", "Jekk tressaqhom biex jiġġieldu għad-drittijiet tagħhom huma, peress li ma jkunux unionised, dawn jibżgħu għax jgħidulek li aħjar lira fil-but milli b'xejn.", "Din hija l-qagħda li fiha ġibtu lil dan il-pajjiż sfortunatament.", "U dan qed jiġri mhux għax dħalna fil-proċess ta' Lisbona fin-nofs, imma għax kellkom politika li assolutament ma kellhiex il-prijoritajiet tajbin.", "Qatt ma tistgħu tilħqu t-targets ta' Lisbona.", "Intom lanqas biss qed timmiraw għalihom għax, kif għedt, fin-national plan for employment lanqas poġġejtu t-targets ta' Lisbona u lanqas qed taħdmu biex tilħqu dawn l- oġettivi.", "L-Onor.", "Louis Galea semma statistika li ilha tliet snin fejn għandha x'taqsam l-edukazzjoni.", "Imma lili jinkwetani l-fatt li aħna qed naħdmu fuq statistika dwar il-faqar u l-esklużjoni soċjali ta' ħames snin ilu, meta mis-sena 2000 'l hawn saru tant bidliet ekonomiċi u soċjali f'dan il- pajjiż!", "Illum nitkellmu fuq 15% faqar as of year 2000.", "Lili jinkwetani l- fatt li lanqas nafu l-qagħda soċjali ta' dawn il-kategoriji ta' nies li huma tant vulnerabbli, bħal dawk li jgħixu bil-benefiċċji soċjali, bħal dawk li jmexxu familja waħedhom, bħall-anzjani, bħat-tfal, bejn trabi u 15- il sena, li qegħdin fix-xibka tal-poverta` li sas-sena 2000 kienu 20% tat- tfal.", "Lili jinkwetani l-fatt li l-istatisitka dwar il-faqar u l-esklużjoni soċjali mhux tliet snin biss tmur lura imma ħames snin, għax f'ħames snin qallibtu u gerrfixtu Malta.", "Minjaf x'inhi s-sitwazzjoni llum!", "Sur President, dan il-gvern lanqas fejn għandu x'jaqsam l-ambjent ma kien kapaċi jagħmel xi ħaġa.", "Qed insemmih għax l-istrateġija ta' Lisbona titkellem ħafna fuq il-kwestjoni ta' l-ambjent.", "Per eżempju, waħda mit- targets ta' Lisbona hija li jitnaqqsu l-greenhouse gas emissions, jiġifieri l-gassijiet fl-arja.", "Bejn l-1992 u s-sena 2002 Malta mhux talli ma naqqsitx dawn il-greenhouse gas emissions talli żdiedu bi 11.5% u ma kien hemm progress ta' xejn f'għaxar snin, ħlief għal sena waħda biss, l-1997, is-sena sħiħa ta' gvern Laburista.", "Sur President, hemm bżonn li nagħtu kas dawn l-indikaturi, mhux ngħidu li nieħdu gost li niġu pparagunati ma' pajjiżi oħra għax dan iservi ta' sfida għalina mingħajr ma naraw x'direzzjoni se nieħdu.", "Ejjew naraw fejn sejrin il-flus li qed tieħdu mingħand il-poplu permezz tat-taxxi u l-piżijiet li waddabtu fuqu għax lanqas fis-settur ta' l-ambjent ma mxejna 'l quddiem.", "Jiġifieri fis-settur ta' l-impjiegi qegħdin l-agħar fost il-25 pajjiż ta' l- Unjoni Ewropea, fis-settur tat-taħriġ u l-edukazzjoni qegħdin fil-qiegħ tal- lista, fis-settur ta' l-investiment qegħdin fil-qiegħ tal-lista, u anke fejn għandu x'jaqsam l-ambjent.", "Ladarba għandna din l-opportunita` li niddiskutu nippretendi li n-naħa l-oħra tal-Kamra jgħidulna x'qegħdin jagħmlu bis-serjeta` biex naslu.", "Aħna qegħdin 'il bogħod ħafna mill-miri ta' l-istrateġija ta' Lisbona, pero` qegħdin ħafna 'l bogħod ukoll minn dawk il-pajjiżi li sa ftit ilu kienu ħafna warajna.", "Qed nirriferi għall- pajjiżi ta' l-eastern block u li llum huma kompetituri tagħna f'dan il-club ta' 25 pajjiż.", "Sur President, xtaqt insemmi wkoll il-kwestjoni tas-social cohesion li hija aspett importanti ħafna fit-targets ta' l-istrateġija ta' Lisbona.", "B'liema mod qegħdin nindirizzaw din il-kwestjoni biex naċċertaw ruħna li ma jkollniex faqar u esklużjoni soċjali, meta bil-piżijiet li qed iwaddab fuq l-anzjani l-gvern qed joħloq il-faqar hu stess?", "Hawnhekk nixtieq insemmi każ - diġa` kelli opportunita` li nsemmih pubblikament imma se nerġa' nsemmih għax m'huwiex uniku; smajt b'iktar każi imma dan huwa l-aktar wieħed riċenti - ta' koppja anzjana fejn ir-raġel kellu jmur St Vincent De Paule u bl-ammont ta' flus li qed jieħdu mill-pensjoni tiegħu, lill-mara qed iħallulha biss Lm100 biex tgħix fid-dar.", "Minnhom din il-mara trid tħallas għas-servizzi, trid tiekol u tikkura ruħha.", "Din tispiċċa tibki għax meta jiġu n-neputijiet lanqas tista' tagħtihom xi ħaġa biex jgħidu li n-nanna tathom xi ħaġa.", "F'din l-estremita` ġiet.", "Dan hu l-mod kif qed nindirizzaw it-targets ta' l-istrateġija ta' Lisbona?", "Żgur m'huwiex il- mod!", "Sur President, kif nistgħu nilħqu l-miri ta' l-istrateġija ta' Lisbona bl- għoli tal-ħajja li qed tgħaffeġ lil tant nies u bil-piżijiet tas-surcharge fuq il-kontijiet tad-dawl u l-ilma?", "Il-membri tan-naħa l-oħra tal-Kamra dejjem igħidulna li s-surcharge tkun skond kemm taħli.", "Allura familja ta' erba' persuni mhux bilfors taħli iktar minn dawk li qegħdin tnejn fil- familja?", "Mela allura qed nikkastigaw lil dawk li għandhom iktar piż x'iġorru.", "Dawn huma piżijiet li qed ikomplu jgħaddsu 'l isfel u jkissru l- fabric soċjali tagħna u żgur li jmorru lil hinn mit-targets li suppost jintlaħqu sas-sena 2010 mill-pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropea.", "U qegħdin 'il bogħod milli nilħqu dawk il-miri mhux għax Malta daħlet fin- nofs tal-proċess imma għax għandna gvern li bil-politika tiegħu m'huwiex jimmira biex nimxu 'l quddiem kemm fil-qasam ekonomiku kif ukoll fil-qasam soċjali ta' pajjiżna.", "Sur President, niġi għaIl-kwestjoni tal-mediċini u servizzi mediċi mill- isptarijiet tal-gvern.", "Iltqajt ma' anzjan li qalli li l-mara tiegħu għandha bżonn operazzjoni tal-cartilage fiż-żewġ irkobbtejn u għax ma jaffordjawx imorru fi sptar privat ikollha tistenna sentejn biex tagħmilha fl-isptar tal-gvern.", "Din il-mara lanqas tiflaħ timxi u biex ma tispiċċax wheelchair bound se tagħmel operazzjoni f'irkobba waħda.", "Fil-fatt ta' din l-operazzjoni talbuhom Lm3,000 u għalhekk se jbigħu l-karozza li għandhom.", "F'dawn l-estremitajiet wasalna f'dan il-pajjiż!", "Din hi l-politika li qed jimxi biha l-gvern Nazzjonalista biex jilħaq it-targets ta' l-istrateġija ta' Lisbona?", "Dawn huma affarijiet tal-mistħija!", "Dawn m'għandniex għalfejn insibuhom fl-istatistika.", "Jekk tagħmluha man-nies tiltaqgħu ma' dawn il- każi wkoll għax aħna f'Malta ngħixu bħalkom.", "Dawn tafu bihom imma qed tkomplu tgħaddsu raskom fir-ramel bħall-ostrich u m'intom taraw xejn ħlief dak li jaqbel lilkom.", "Sur President, nikkonkludi billi nappella lill-kelliema tal-gvern Nazzjonalista biex jieħdu din l-opportunita` u jgħidulna f'liema direzzjoni sejrin u b'liema mod qed jindirizzaw il-problemi ekonomiċi u soċjali ta' pajjiżna.", "Nirringrazzjak.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Leo Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, għalkemm fis-sena 2000, meta tfasslet l-istrateġija ta' Lisbona, Malta ma kenitx għadha saret membru ta' l-Unjoni Ewropea kienet diġa` fit-triq tas-sħubija u kienet taf sew x'inhu mistenni minnha bħala membru prospettiv ta' din l-unjoni.", "Filwaqt li ngħid li kien pożittiv id-dibattitu f'forma ta' hearing li kellna mal-korpi kostitwiti u mal-ministri konċernati fil-Foreign and European Affairs Committee, inħoss li bħala punt ta' tluq, għall-benefiċċju ta' min qed jismagħna, għandna l- ewwelnett naraw x'kienu l-miri ta' l-ispecial meeting li l-Kunsill Ewropew kellu f'Lisbona f'Marzu ta' ħames snin ilu fejn dakinhar l-istati membri ntrabtu bil-għan u bil-mira strateġika li jsaħħu l-qagħda ta' l-impjiegi, ir-riforma ekonomika u l-koeżjoni soċjali bħala parti minn dik li llum insejħu a knowledge-based economy.", "Dan fil-kwadru tal-proċess ta' globalizzazzjoni li kien diġa` beda jirranka.", "Sa minn dakinhar l-Unjoni Ewropea kellha tieħu in konsiderazzjoni l-impatt u l-isfidi u anke l-opportunitajiet li t-tkabbir ta' l-istess unjoni kellu jġib miegħu.", "Dakinhar l-Unjoni Ewropea kienet ħasset il-ħtieġa li timbotta dan il-proċess 'il quddiem għax kienet ilha tħoss il-pass mgħaġġel tal- bidla jixprunaha 'l quddiem.", "U għalkemm dakinhar l-Unjoni Ewropea kienet qalet li kellha quddiemha l-aħjar macro economic outlook għal ġenerazzjoni sħiħa, il-fatti wrew mod ieħor.", "Iktar u iktar billi dakinhar diġa` kellha 15 miljun ruħ bla xogħol, b'employment rate baxxa karatterizzata mil-livell ta' parteċipazzjoni baxx fis-suq tax-xogħol kemm min-nisa kif ukoll minn ħaddiema ta' ċerta eta`.", "Sa minn dakinhar l-Unjoni Ewropea kienet tal-fehma li kemm il-long-term structural unemployment u kemm l-iżbilanċ reġjonali tal-qgħad kienu endemiċi fi ħdanha.", "Il-mira ta' l-Unjoni Ewropea kellha tkun biex tikseb dawk il-kondizzjonijiet li setgħu jwasslu għal full employment, għat-tisħiħ tal-koeżjoni reġjonali kif ukoll għat-tisħiħ tal-welfare state, konċett li jidher li minn dak iż-żmien 'l hawn ġie mwarrab favur konċett ferm iktar neo-liberali tal-welfare society.", "L-iktar ħaġa li tinkwetani hi li għalkemm l-Unjoni Ewropea kellha l-għan li taqbeż l-ekonomija Amerikana sas-sena 2010, f'dak li hu tkabbir ekonomiku u dinamiżmu jidher li mhux biss kompliet taqa' lura ma' l-Istati Uniti iżda kompliet taqa' lura wkoll anke mal-kontinent Ażjatiku.", "Din hija xi ħaġa li turi li n-net gains li l-Unjoni Ewropea ħasbet li kienet se tikseb mill- globalizzazzjoni issarrfu iktar f'net deficits.", "Fl-Istati Uniti kienu għamluhielna ċara li filwaqt li l-Amerikani huma stonkużi u jħobbu jieħdu ċerti riskji fl-Unjoni Ewropea l-klassi intraprenditorjali hija beżagħna mill-bidla u milli toħroġ għonqha żżejjed.", "Dan jeżisti f'pajjiżna wkoll fejn il-kultura intraprenditorjali hija dgħajfa kemm fil-qafas edukattiv ta' pajjiżna, kemm fis-settur pubbliku nnifsu, kif ukoll f'ċerti strutturi governattivi.", "Dan minkejja li għandna sotto-kumitat tal-MCESD dwar il-kompetittivita` kif ukoll sotto- kumitat ieħor fuq livell tal-Kabinett.", "Tkellimna fuq li tkellimna fuq il- venture capital iżda sal-lum kemm l-intraprendituri nfushom kif ukoll is- settur bankarju kienu konservattivi ħafna dwaru, minkejja l-enfasi li l- Unjoni Ewropea tagħmel fuq il-bżonn ta' venture capital l-iktar biex tinkoraġġixxi hi-tech start-ups.", "Fil-Kumitat Permanenti għall-Affarijiet Barranin u Ewropej issuġġerejt li l- gvern għandu jagħmel il-benchmarking hu perijodikament billi jissettja targets bil-quddiem iktar milli joqgħod jistenna l-Unjoni Ewropea tagħtih ċertifikat tajjeb jew ħażin dwar kif ikun mar fil-performance ekonomika u innovattiva tiegħu.", "Mingħajr ma nkun partiġjan fil-kritika tiegħi ma nistax ma nurix tħassib serju dwar il-fatt li kellna riżultati umiljanti dwar il-benchmarking li sar dwarna kemm mill-world economic forum kif ukoll mill-Unjoni Ewropea nnifisha.", "M'hijiex skuża li ngħidu li meta saru t- targets ta' l-istrateġija ta' Lisbona konna għadna m'aħniex membri, għax wara kollox lanqas il-Polonja, is-Slovenja, l-Estonja u l-pajjiżi oħra li kollha marru aħjar minna ma kienu.", "Kif il-gvern ħatar lill-Ministru Ċensu Galea bħala chairman tas-sotto-kumitat dwar il-kompetittivita` għandu jaħtar ukoll, mhux minfloku imma over and above, persuna preferibbilment barra miċ-ċivil b'exposure mis-settur privat biex tkun responsabbli li tikkonsidra, tressaq proposti u anke tattwa miżuri li jnaqqsu l-burokrazija żejda.", "Ma nistgħux nibqgħu fis-sitwazzjoni miskina, kif idenitifka tant tajjeb memorandum tal-Malta Enterprise lill-Kumitat Permanenti għall-Affarijiet Barranin u Ewropej, li jkun hemm dupplikazzjoni ta' ġbir ta' informazzjoni jew, agħar minn hekk, nuqqas ta' aċċess ta' informazzjoni min-naħa tagħna għal għejjun importanti bħall-ETC minħabba constraints tad-Data Protection Act.", "Irridu nżommu f'moħħna li l-kompetittivita` u d-dinamiżmu tan-negozji jiddependu direttament fuq klima regolatorja, flessibbli li twassal għal aktar investiment, innovazzjoni u sens ta' entrepreneurship.", "Għalkemm hemm pajjiżi u elementi fi ħdan l-Unjoni Ewropea li jixtiequ jimbottaw 'il quddiem it-tkabbir ekonomiku a spejjeż ta' l-aġenda soċjali u ambjentali tal-pajjiż, ma naqbilx ma' dan bħala soċjaldemokratiku, aktar u aktar meta niftakar li fil-pajjiżi nordiċi rnexxielhom isaħħu l-qafas soċjali filwaqt li jkabbru l-ekonomija b'rata akbar minn pajjiżi oħra membri ta' l-Unjoni Ewropea.", "Jekk irridu nżommu leali mal-miri oriġinali ta' l-istrateġija ta' Lisbona rridu naqtgħu dan il-kliem kollu fieragħ dwar il-welfare society u nisħqu dwar dak li hemm imnaqqax f'paġna 8 - mhux tal- manifest Laburista issa – tal-Lisbon Strategy innifisha, li għandna nimmiraw għal dik li tissejjaħ an active welfare state.", "L-investiment fil-poplu kif ukoll l-iżvilupp tal-welfare state attiva u dinamika għandhom jimxu pass pass ma' xulxin.", "Ir-rabta bejn l-edukazzjoni u l-industrija għandha tissaħħaħ f'pajjiżna u mhux inħallu l-edukazzjoni, speċjalment dik terzjarja, reattiva minflok tieħu l-inizjattiva hi b'mod proattiv.", "L-illitteriżmu għandu jiġi miġġieled b'mod frontali aktar u aktar billi numru ta' żgħażagħ bejn it-18 u l-24 sena b'lower secondary level education mhux talli ma naqasx, talli għadu allarmanti.", "Tajjeb infakkru li anke l-Unjoni Ewropea nnifisha pprovat tnaqqas dan bin-nofs għas-sena 2010, iżda jidher li m'hi se tasal imkien.", "Għad għandna wisq skills mismatching f'pajjiżna bil-konsegwenza li filwaqt li għandna ċertu qgħad strutturali, min-naħa l-oħra ċerti investituri ġodda li qed nipprovaw niġbdu lejn pajjiżna mhumiex daqstant ċerti li sejrin isibu t-tip ta' ħaddiema kwalifikati li għandhom bżonn.", "Issue li għandna nindirizzaw kemm f'kontest purament lokali kif ukoll f'kontest ta' pajjiż membru ta' l-Unjoni Ewropea huwa l-livell li qed jikber ta' nies taħt il-poverty line li jħossu ruħhom soċjalment esklużi.", "Dan il-livell huwa inaċċettabbli fi żmenijietna, iżda sfortunatament id- deputati sħabi u jien, li nkunu f'kuntatt regolari ma' l-elettorat, nafu li dan huwa stat ta' fatt. L-emarġinati qed jiżdiedu jum wara l-ieħor.", "Iva, jien nemmen li jekk tiżdied il-female participation rate din għandha tgħin biex tikber l-ekonomija tal-pajjiż, jiżdiedu l-gainfully occupied u jonqsu ċerti pressjonijiet għall-hekk imsejħa riforma fil-pensjonijiet.", "Illum inutli nkomplu ngħidu ħafna kliem sabiħ u buzzwords.", "Li rridu nagħmlu huwa li npoġġu deċiżjonijiet fil-prattika u li fejn hemm bżonn nieħdu ċerti deċiżjonijiet.", "Inutli nitkellmu ħafna dwar is-sussidjarjeta` u nibqgħu ma nagħtux widen biżżejjed lis-social partners u lis-soċjeta` ċivili.", "Sur President, niġi għall-introduzzjoni ta' l-ERMII.", "Filwaqt li jien insostni dak li qal tajjeb il-partit Laburista, li din kienet deċiżjoni mgħaġġla, mhux f'waqtha u anke kontra l-interess nazzjonali, ma nħossx li sempliċi preżentazzjoni mill-bank ċentrali, kif ġiet offruta lilna bħala oppożizzjoni, kienet biżżejjed biex tikkwalifika bħala konsultazzjoni.", "Jekk il-Kabinett kien kuntent b'dan - għaliex milli jidher il-Kabinett ingħata l-istess presentation li ngħatajna aħna - aħna żgur li ma konniex, aktar u aktar għaliex ma tantx inġiebu argumenti konvinċenti.", "Jien ilni nistaqsi f'dan il-parlament fejn huma l-feasibility studies dwar dan il-pass mgħaġġel.", "U naħseb Ii m'iniex qed nitlob l-impossibbli għax din hija xi ħaġa li staqsa dwarha saħansitra l-ex-ministru tal-finanzi, il- kollega tiegħi l-Onor.", "Dalli, fil-kolonna tiegħu fil-gazzetta \"The Sunday Times\" diversi ġimgħat ilu.", "Filwaqt li fil-qasam ta' l-informatika saru passi 'l quddiem, m'għandux ikun hemm estremiżmu min-naħa tal-Ministru Gatt sempliċement għaliex il-kap ta' l-oppożizzjoni ftit ilu għamel appell għal aktar sforzi f'dan il-qasam meta żar il-kumpannija ta' suċċess il-Megabyte.", "Il-ministru għandu jkun rikonoxxenti li meta ftit ġranet ilu żorna l- Istati Uniti ż-żewġ naħat tkellimna dwar is-centres of excellence li kienu fetħu f'pajjiżna bit-tama li niġbdu aktar minnhom lejn gżiritna.", "Jiġifieri l-ministru qed ikun petty meta jkun partiġjan minkejja li aħna qed nipprovaw niġbdu ħabel wieħed.", "Il-proċess ta' Lisbona jgħid li biex jintlaħqu l-miri ewlenin hemm bżonn li wieħed jistrieħ iktar fuq is-settur privat u fuq il-PPPs, jiġifieri l- public private partnerships.", "Iżda fil-prattika kemm qed isir dan?", "Fejn huma l-PPPs li ilhom jiġu diskussi fil-pajjiż mal-ħames snin?", "Kemm kellna PPPs apparti minn dak tal-landscaping?", "Il-ħolqa bejn l-edukazzjoni, ir- riċerka u l-industrija għadha ma teżistix.", "Għalkemm naf li l-kumitat soċjali għandu aġenda twila minħabba dak li qed jiddiskuti dwar il- bijoetika, naħseb li xorta għandu jinstab ħin biex tintlaqa' t-talba li għamilna jien u d-Deputy Speaker Carmelo Abela, kelliem għall-edukazzjoni, li niddiskutu r-riżultat miskin tal-benchmarking li sar ta' pajjiżna.", "Għandu jkun hemm rabta ċara u evidenti bejn l-istrateġija ta' Lisbona u r- realtajiet ekonomiċi ta' pajjiżna.", "Sfortunatament m'aħniex nitkellmu u naħsbu biżżejjed dwar dawn it-targets.", "Kif nistgħu nkunu nafu kif sejrin bħala pajjiż jekk ċerti istituti ta' riċerka, li jiġbru tagħrif dwar pajjiżna, jgħidulek li lanqas għandhom aċċess għal statistika pubblika fil- forma ta' indikaturi dwar kif verament sejrin fis-setturi varji?", "U biex ħadd ma jaħseb li jien qed nivvinta xi ħaġa minn żniedi, hekk ġara fil-każ tas-centre for European reform li poġġew lil Malta l-aħħar parzjalment minħabba li lanqas kellhom ċerti indikaturi wżati għall-progress ranking.", "L-istess jgħodd għall-qasam ta' l-informatika fejn għad m'għandniex statistika dwar id-diffuzjoni tagħna, bħala pajjiż, fl-informatika, fl- oqsma tal-wholesale, retial, trasport u servizzi oħra tan-negozju, fosthom it-turiżmu.", "Imma l-iktar punt li rrid nisħaq dwaru llejla huwa dan.", "Ma nistgħux nimxu 'l quddiem meta għadna mingħajr il-pjan ekonomiku ta' żvilupp li kien wiegħed l-istess gvern Nazzjonalista.", "Il-gvern l-ewwel kien qal li kien kontra l-idea tiegħu għax qal li dawn affarijiet ta' żmien ekonomija ċentralizzata, imbagħad ikkonvinċewh li anke stati membri ta' l-Unjoni Ewropea bħall-Irlanda għandhom pjani simili, u allura beda jiċċaqlaq, biex issa wara li ntrabat li jfasslu, u jippubblikah, għadna lanqas biss nafu meta sejjer jiġi ppubblikat dan il-pjan u fuq liema medda ta' snin se jkun mifrux.", "Jekk aħna m'aħniex se nitilgħu 'l fuq fil-value added chain tagħna u nsaħħu l-ħiliet tagħna fir-research and development m'aħna se naslu mkien.", "F'azjendi privati, kif naf b'esperjenza personali, meta jiġu biex inaqqsu l- ispejjeż jaħtru dawk li jissejħu cost champions.", "F'pajjiżna għandna bżonn xi ħadd jew xi struttura li tidħol għall-isfida tar-research and development fi gżiritna b'mod ħolitisku u koordinat.", "Jekk nibqgħu ngħaddu l-ballun mingħand wieħed għal għand l-ieħor m'aħna se naslu mkien.", "Il-patt nazzjonali tal-kompetittivita` għandu jkun il-fus li fuqu jdur il- pjan nazzjonali ta' żvilupp li semmejt aktar kmieni.", "Il-Malta Business Bureau laqtu l-musmar fuq rasu meta ltaqgħu magħna u qalu: We need to discuss less and act more.", "Għalkemm mhux kulħadd jaqbel mal-benchmarking ma' pajjiżi oħra, it-test veru nkunu irbaħnieh jekk jirnexxielna nitilgħu 'l fuq fil-league table tal-kompetittivita` fis-snin li ġejjin għax l- importanti m'huwiex kemm navvanzaw aħna imma jekk aħniex navvanzaw ukoll daqskemm qed javvanza ħaddieħor.", "Ftit ilu smajna u qrajna li l-FOI ilmentat li l-gvern ma deherx interessat li jagħmel a business impact audit għal-leġislazzjoni ġdida kollha kif ukoll għad-direttiva ta' l-Unjoni Ewropea.", "Dan huwa ħażin.", "Żgur li m'huwiex biżżejjed li jkun hemm kumitat f'Kastilja li jikkoordina legal notices li jkunu se joħorġu.", "Ma nistgħux imbagħad minn fuq noħorġu nilmentaw li l-problema hi li l-poplu mhux jifhimna biżżejjed.", "Apparti li huwa ħażin li kultant ċerti miżuri ġodda jiġu implimentati ħażin, aħseb u ara jekk dawn ikunu saru bi ftit konsultazzjoni u bl-ebda komunikazzjoni.", "Fl-aħħar mill-aħħar ħadd ma jlum lill-poplu jekk jikkonkludi li l-pajjiż ikun qed jiġi amministrat ħażin.", "Il-problema tal-burokrazija żejda kienet teżisti minn dejjem iżda jien inħoss li b'ċerti regolamenti ta' l-Unjoni Ewropea żdiedet u mhux naqset.", "Kien inkwetanti r-rapport li qrajt f'ġurnal lokali - la huwa Laburista u lanqas filo-Laburista - li industrijalist prominenti wissa riċentement li ċerti kumpanniji jistgħu jitilqu minn pajjiżna jekk il-burokrazija mhix se tiġi streamlined jew minimizzata.", "Nemmen ukoll li l-ħolqien ta' diversi awtoritajiet awtonomi u semi-awtonomi biex jieħdu ħsieb ċerti aspetti ta' l-amministrazzjoni pubblika żiedu livelli ġodda ta' burokrazija fil-pajjiż.", "Sakemm dawn ma jkollhomx demarcated competences ċari dawn se jispiċċaw jikbru fi stat fi stat, aħseb u ara kemm se jikkoordinaw ħidmiethom bejniethom u mal-gvern tal-ġurnata u ma' l-end-users tagħhom.", "Fil-dawl ta' dan kollu inutli jkun hemm min jilmenta li l-messaġġ tal-gvern m'huwiex jasal biżżejjed.", "Dan bħal meta wieħed jitlef elezzjoni u minflok jgħid li ma rebaħx il-fiduċja tal-poplu jgħid li l-poplu ma fehmux.", "Hemm bżonn li nirrispettaw l-intelliġenza tal-pubbliku in ġenerali.", "Il-problema ewlenija hija li ħafna ministri qed imexxu għal rashom, indipendentement minn xulxin, donnhom qed jgħixu on borrowed time, bil-konsegwenza li kull ministru donnu għandu l-aġenda għalih minkejja l-ħafna kumitati u sotto- kumitati interministerjali li twaqqfu f'dawn l-aħħar snin.", "Jekk wieħed jasal wasla sal-Kamra tad-Deputati din il-ħaġa jħossha mill-ewwel.", "Huwa biss bil-kuntatt mal-poplu li problemi bħal dawn jistgħu jiġu megħluba.", "Bil-laqgħat li beda jagħmel il-Prim Ministru Gonzi ftit jiem ilu qed jagħmel ftit wisq u tard wisq.", "Ftit ilu smajt lis-Segretarju Parlamentari Tonio Fenech jgħid fuq il- programm \"Bondi plus\" li sejrin nilħqu ċerti miri tal-convergence plan grazzi għat-tkabbir ekonomiku tal-pajjiż.", "Ejjew inkunu saqajna ma' l-art u nammettu, kif ammetta l-MCESD innifsu meta ddiskuta l-Lisbon strategy li f'dawn l-aħħar snin Malta mhux biss rat rati baxxi ferm tat-tkabbir ekonomiku, iżda f'ċerti każi anke negative rates of growth.", "Billi ngħidu li fis-sena 2004 morna aħjar ftit li xejn hija konsolazzjoni għaliex billi tikseb 1% rata ta' tkabbir ekonomiku ma tantx għandek biex tikkonsla.", "Per eżempju, għadni kif qrajt li r-rate of growth fl-Estonja hija ta' 6.2%.", "Xi ħadd qalli li ma nistgħux nagħmlu paraguni ma' l-Ewropa tal-lvant għax għandhom cheap labour li għada pitgħanda ma jibqax daqstant cheap hekk kif jingranaw aktar fi ħdan l-Unjoni Ewropea.", "Iżda l-paraguni nagħmilhom ma' Ċipru, ma' Slovenja, mal-Greċja u l-Portugall li laħqu rati ta' tkabbir ta' ftit inqas minn 4%, differenza kbira ħafna minn dak li ksibna aħna s'issa.", "Anke f'dik li hija economic performance and external balance, filwaqt li l- pajjiżi li semmejt kollha kellhom trade surplus, aħna kellna negative balance, u hekk huwa mistenni li jiġri din is-sena u s-sena d-dieħla bir- riżultat li l-external balance tagħna se jibqa' kronikament negattiv.", "F'dik li hija inflazzjoni kien hemm drabi fejn kellna għoli tal-ħajja akbar mill-medja tal-25 stat membru ta' l-Unjoni Ewropea, xi ħaġa li turi ħaġa waħda biss, li din hija government induced, jiġifieri ġejja mill-gvern, u mhux xi ħaġa importata kif kien jiġri fl-imgħoddi.", "Iżda l-aktar li jinkwetani huwa l-employment growth rate tagħna, li mis-sena 2002 kien wieħed negattiv filwaqt li l-erba' pajjiżi li semmejt aktar kmieni, jiġifieri Ċipru, is-Slovenja, il-Portugall u l-Greċja, għalkemm kellhom growth rate baxxa kienet waħda pożittiva.", "L-istess jista' jingħad għall-25 stat membru ta' l-Unjoni Ewropea bħala medja.", "Sur President, fuq il-qasam ta' l-informatika r-riżervi li għandi huma li ma kienx hemm trickle down effect pożittiv fil-qasam tan-negozju u tal- kummerċ.", "U fl-istess ħin, għalkemm illum il-Maltin qed jużaw il-computers aktar minn qatt qabel, dan ma ssarrafx f'labour force aktar innovattiv b'kapaċitajiet xjentifiċi aħjar milli kellna qabel.", "Jien nemmen li fil- qasam tar-rirċerka u l-innovazzjoni, għalkemm huwa importanti ħafna s-sehem tal-privat u ta' ċerti entitajiet, il-lead agent għandu jkun il-gvern innifsu aktar u aktar għaliex minħabba l-popolazzjoni żgħira tagħna u ċ- ċokon tas-suq intern u domestiku tagħna huwa diffiċli li jkollok critical mass ta' attivita` ta' riċerka.", "Ngħidu x'ngħidu qegħdin nagħmlu under investment fir-riċerka u innovazzjoni kemm f'termini reali u nominali kif ukoll bħala persentaġġ tal-ġid nazzjonali ta' pajjiżna.", "Għalkemm inizijattivi bħall-young enterprise huwa ta' min ifaħħarhom u jinkoraġġihom ma nħossx li qed isir wisq biex iddaħħal spirtu ta' entrepreneurship fi ħdan il-popolazzjoni skolastika ta' pajjiżna, speċjalment fil-livelli sekondarji qabel ma jidħlu fl-universita`, bil- konsegwenza li ħafna drabi jagħmlu għażliet infeliċi li ma jkunux marbutin mal-ħteġijiet reali ta' l-ekonomija tal-pajjiż tal-lum, kif ukoll ta' għada.", "B'dan ma rridx li xi ħadd jaħseb li qed ninkoraġġixxi li ndaħħlu mill-ġdid xi forma ta' numerus clausus.", "Għalkemm fil-qasam tal-lifelong learning saru passi pożittivi bil-gvern anke jisponsorja impjegati biex jidħlu għal dawn l-inizjattivi, ir-rata ta' Malta xorta hija baxxa meta mqabbla mal-medja ta' l-Unjoni Ewropea, u fqira ħafna ħdejn dik tal-pajjiżi Baltiċi li daħlu membri bħalna u li daħlu membri magħna.", "Filwaqt li napprezza li ma tistax tiffissa ċerti targets across the board b'mod uniformi mal-pajjiżi kollha ta' l-Unjoni Ewropea f'daqqa minħabba li dawn għandhom daqs differenti u anke l-istrutturi demografiċi u ekonomiċi tagħhom huma differenti, xorta waħda nħoss li huwa importanti li niffisssaw ċerti targets aħna stess billi jkunu taħt constant review, jiġifieri taħt il-lenti l-ħin kollu, jekk jista' jkun b'mod indipendenti.", "Sur President, jien ipprovajt ma nkun partiġjan xejn fid-diskors tiegħi, u nittama li l-ministru konċernat u l-gvern in ġenerali jieħu dawn il- kummenti fl-istess spirtu li min-naħa tiegħi ressaqthom 'il quddiem.", "Nirringrazzjak.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Michael Asciak.", "ONOR.", "MICHAEL ASCIAK: Sur President, illum ħadt gost nisma' lill-Onor.", "Louis Galea jsemmi n-numru ta' studenti li qegħdin ikomplu l-iskola fil- livell post-sekondarju.", "Jekk wieħed iħares lejn il-front page tal-gazzetta \"The Times\" illum isib aħbar pjuttost inkwetanti għax issib li fil-livell ta' edukazzjoni terzjarja Malta hija l-iktar baxxa mill-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea.", "Fil- fatt fis-sena 2002 kien hemm biss 8.8% tan-nies bejn il-25 sena u l-64 sena li kellhom edukazzjoni terzjarja.", "U jekk naraw dawk li għandhom upper secondary level, jiġifieri sixth form, technical colleges u universita`, insibu li l-persentaġġ hawnhekk huwa ta' 18.8%, li huwa baxx ukoll.", "Dan ifisser li 18.8% ta' l-istudenti jkomplu l-iskola post-sekondarja komparat ma' l-average ta' 68% ta' l-Unjoni Ewropea u f'ħafna pajjiżi anke 80%.", "Issa huwa veru li dawk li bdew il-Lisbon Strategy għandhom ħames snin vantaġġ fuqna.", "Il-figuri li semmejt kienu ta' l-2002, pero` wieħed jimpressjona ruħu meta jħares lejn il-figuri ta' l-2004.", "Minn 10,000 il-post-secondary students telgħu għal 19,000.", "In-nisa minn 42% fl-1984 telgħu għal 57%, u dawk l- istudenti li ta' 17-il sena jkunu għadhom l-iskola minn 43% fl-1999 telgħu għal 66%.", "Dawk l-istudenti li ta' 19-il sena għadhom l-iskola minn 31% fl- 1999 telgħu għal 44% illum.", "Jiġifieri llum, sentejn wara li ħarġu dawk il- figuri, qegħdin well on our way biex nersqu lejn it-80%.", "Mr Speaker, smajna lill-ministru jgħid ukoll li hemm bżonn ta' ammont kbir ta' nies li huma gradwati fix-xjenza.", "Illum 7% biss tal-gradwati huma gradwati fix-xjenza, filwaqt li l-istudenti fix-xjenza fl-universita` huma 30%.", "Dan il-kwadru jurik kemm għadna 'l bogħod.", "Meta kont l-universita` jien konna xi 800 student u konna niggradwaw xi 100 jew 200 fis-sena.", "Issa nafu li hemm 'il fuq minn 10,000 student fl-universita` u jiggradwaw xi 2,000 student fis-sena.", "Meta l-gvern Nazzjonalista beda jkabbar l- universita` kienu qabżu ħafna paladini tal-Malta Labour Party u qalu li aħna se nġibu n-nies kollha lawrjati u mbagħad ma jibqa' ħadd li jagħmel xogħol ieħor.", "Jien kont ħsibt li din l-idea tal-Malta Labour Party, li tħares lejn l- edukazzjoni ta' l-individwu b'dan il-mod, fil-fatt kienet spiċċat.", "L- edukazzjoni hija dejjem neċessarja.", "Illum ħafna jobs, anke dawk fil- fabbriki, jeħtieġu livell ta' edukazzjoni post-sekondarju u m'għadux iż- żmien li wieħed jidħol għal sengħa jew għal job ġo fabbrika mingħajr ma jkun għamel ċertu tagħlim post-sekondarju għaliex ħafna drabi dan huwa tekniku ħafna.", "Għalhekk kont daqsxejn sorpriż meta filwaqt li jien u xi membri oħra tal-Malta Labour Party li konna qegħdin niddiskutu l- istrateġija ta' Lisbona, kien hemm membru prominenti tal-Malta Labour Party - u se nikkwota eżatt x'qal - lissen ċertu diskors fil-Kumitat Permanenti għall-Affarijiet Barranin u Ewropej quddiem il-Ministru Louis Galea.", "Jien kont ħsibt li dawn l-ideat kienu għaddew, pero` inkwetajt meta smajt membru ta' l-oppożizzjoni jgħid ċertu kliem meta kien qed jirrispondi lill- Onor. Louis Galea dwar l-aim li nilħqu t-80% ta' l-istudenti li jkomplu l- iskola post-sekondarja.", "Dan l-individwu qal hekk:", "\"Taf x'jinkwetani jien?", "Jien naturalment naqbel li aħjar ikollok bniedem edukat milli bniedem mhux edukat, imma taf x'jippreokkupani ftit?", "Is-ceiling li hemm fl-aġenda, jiġifieri ta' 80%.", "Qegħdin ngħidu li se jkollok 85% tan-nies li jidħlu fl-universita` jew li jkollhom edukazzjoni terzjarja, jobs li tradizzjonalment kienu jiġu okkupati minn nies mingħajr edukazzjoni terzjarja, eżempju, nies fis- snajja', nies fil-bini, nies fil-catering, eċċ. Jekk 20 sena oħra se jkollok lil kulħadd, jiġifieri 80%, 85% b'lawrja mill-universita`, min se jokkupa x-xogħol manwali?", "Se jkollok disparita` allura, ma jistax ikollok lil kulħadd professur, kulħadd tabib u kulħadd avukat, kulħadd enġinier.", "Irid ikollok ukoll nies li jieħdu ċerti impjiegi.", "X'se jiġri f'tali eventwalita`?", "Din hija d-domanda tiegħi.\"", "Meta kont f'dan il-kumitat u smajt dan il-kliem ħadt qatgħa għax jien kont ħsibt li l-Malta Labour Party kien neħħa din l-idea li hemm klassi ta' nies li għandhom ikunu edukati ħalli jagħmlu ċertu xogħol u klassi oħra ta' nies li għandna nħalluhom bla edukazzjoni ħalli jagħmlu x-xogħol tal-fabbrika, ix-xogħol tal-knis, u xogħol li n-nies l-oħrajn ma jkunux lesti li jagħmluh.", "Din ixxokkjatni.", "Mr Speaker, jien kont wieħed minn dawk l-istudenti fiż-żmien meta l-Malta Labour Party beda jesperimenta anke bl-universita`.", "Dak iż-żmien kien hawn il-mentalita` li jekk għandna bżonn 20 tabib, niftħu kors għal 20 ruħ, jekk għandna bżonn 30 avukat, nitfħu kors għal 30 ruħ, jekk għandna bżonn 20 fin- nursing niftħu kors għal 20 ruħ biss fl-universita`.", "U nafu x'ġara!", "Spiċċajna b'universita` li ma kenitx qed tipprovdi għall-bżonnijiet tal- pajjiż.", "Għalhekk in-nuqqas li għandna fil-qasam tax-xjenzi ġej minn dak iż-żmien għaliex fil-bidu tas-snin tmenin kellna gvern għaref li neħħa l-korsijiet kollha tax-xjenza.", "Allura kulmin kellu 3 \"A\" levels fix-xjenza u ried jidħol l-universita` jistudja x-xjenza, żewġ choices kellu; jew imur jistudja għal tabib jew dentist jew inkella jmur jistudja għal teacher fil- bijoloġija, fil-fiżika jew fil-kimika.", "Jiġifieri naħseb li hemmhekk konna tajna idea żbaljata ħafna ta' x'tista' toffri x-xjenza għall-pajjiż.", "Ix- xjenza għall-pajjiż hija importanti ħafna.", "Veru għandna numru baxx ta' nies li qed jistudjaw ix-xjenzi, pero` f'din il-laqgħa l-Onor.", "Louis Galea kien spjega b'mod ċar lil dan l-individwu dak li jien għedt iktar kmieni, li llum ħafna snajja' jeħtieġu edukazzjoni post-sekondarja.", "Pero` dan l- individwu baqa' jinsisti u jgħid li huwa preokkupanti li jkollok kważi lil kulħadd b'lawrja universitarja għax ma jkollniex min jagħmel ix-xogħol l- ieħor.", "Iktar 'il quddiem fid-diskussjoni dan l-individwu qal hekk:", "\"Ma jfissirx li bniedem li huwa bidwi huwa inqas intelliġenti jew inqas produttiv minn bniedem li għandu lawrja f'suġġett tradizzjonali mill-universita`, pero` jien inħossha, bir-rispett kollu, redikola li ssejjaħ lil xi ħadd li għax għandu għerf jew għax għandu esperjenza f'ċertu suġġett, inti tiddefinixxih bħala bniedem lawrjat, għaliex ma tmurx mat-tradizzjoni.\".", "Sur President, jien kultant nibża' mill-Malta Labour Party għax kultant għadek issib dawn l-ideat żbaljati.", "(Interruzzjonijiet) Ħalli nkompli nikkwota:", "\"Issa jekk it-terminoloġiji se nbiddluhom minn dawk li kienu tradizzjonalment, ma nistax nikkonċepixxi bniedem li jmurlek snin twal ta' studju biex imbagħad imur jaħdimlek machine operator jew imur jaħdimlek waiter!", "Tista' ssejjaħlu bniedem kwalifikat bl-edukazzjoni terzjarja?\"", "Dakinhar il-ministru ma kienx qed jirriferi għall-edukazzjoni universitarja biss, imma kien qed jinkludi l-MCAST, l-ITS u l-korsijiet l-oħra tal-higher diplomas tat-technicians.", "Jiġifieri anke wara li l-ministru kkjarifikalu l- pożizzjoni, dan id-deputat prominenti tal-Malta Labour Party xorta baqa' jieħu dik il-pożizzjoni.", "(Interruzzjonijiet) Qed nisma' lill-Onor.", "Evarist joqmos.", "J'Alla m'hijiex dik il-pożizzjoni tal-Malta Labour Party għax illum għadna 'l bogħod biex nilħqu l-miri ta' l-istrateġija ta' Lisbona - qegħdin 66% skond il-figuri ta' l-2004 u rridu nilħqu t-80% - pero` b'dik it-tip ta' attitudni żgur li ma nilħquhomx it-80%.", "Jien dejjem għedt u l-partit Nazzjonalista dejjem emmen li l-importanti hu li l-ewwelnett irid jagħżel l-individwu.", "Għalkemm l-istat għandu jikkanala studenti fid-direzzjoni tax-xjenza jew direzzjonijiet oħra li għandu bżonn, pero` fl-aħħar mill-aħħar l-għażla għandha tkun ta' l-istudent.", "Huwa importanti li nifhmu li l-famuża teorija li kellhom fil-passat, li jekk nipproduċu ħafna gradwati jispiċċaw ma jkollhomx x'jagħmlu, m'hi vera xejn għax iċ-ċans li bniedem iggradwat isib xogħol f'qasam jew f'ieħor huwa ħafna iktar għoli minn dak ta' wieħed li mhux gradwat.", "Aħna rridu nedukaw lill-individwu at all costs, anke għall-fini ta' l- edukazzjoni nnifisha.", "Jeħtieġ li nagħtu lill-individwu ċ-ċans li jistudja u jimxi 'l quddiem.", "M'għandniex nirraġunaw b'mod li jekk irridu 20% nies jikinsu t-toroq u 30% biex jaħdmu fil-fabbriki, allura dawn inħalluhom u ma nedukawhomx!", "Mela nedukaw biss 60% jew 40% jew kemm hemm bżonn, u lill- oħrajn ma nagħtuhom qatt iċ-ċans li jimirħu fl-għelieqi edukattivi li jixtiequ jimirħu fihom!", "Jien nawgura li dak li ntqal fil-kumitat kien xi skerz, pero` ma stajtx ma nsemmihx għaliex jien għaddejt minn żmenijiet koroh li ma nista' ninsihom qatt.", "Nafu x'ġie prodott b'dik is-sistema għax la nqeda l-istudent u lanqas inqeda l-Istat.", "J'Alla ħaġa bħal din ma nerġgħu nsemmuha qatt bil- mod kif semmejniha.", "Nirringrazzjak.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Evarist Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Sur President, jien inħossni pjuttost diżappuntat meta nisma' diskorsi ta' dan it-tip għax suppost qed niddiskutu l-isfidi tal-futur u kif Malta se tkun kompetittiva u timxi 'l quddiem fis-seklu 21, imma f'dan il-pajjiż bqajna mgħaddsin fil-passat.", "Għalhekk ħafna drabi nsibuha diffiċli nitkellmu fuq il-futur u nsibuha aktar faċli nitkellmu fuq il-passat.", "Jekk noqgħod naqbad ma' ċerti kliem li ntqal issa u ma' ċerti affarijiet li ġraw qabel ikolli t-tentazzjoni li mmur lura fis-snin sittin biex ngħid x'kien jiġri jew fis-snin tletin meta kienu jgħidu lill-ħaddiema biex ma jibagħtux lil uliedhom l-iskola għaliex inkella jmorru l-infern!", "Inkunu redikoli jekk minflok niffaċċjaw l-isfidi diffiċli li għandna quddiemna noqogħdu nedhew nagħmlu karikatura ta' xulxin dwar l-imgħoddi.", "Aktar milli nitkellem dwar l-imgħoddi se nitkellem fuq il-preżent.", "Beħsiebni nitkellem daqsxejn ukoll fuq il-futur u x'għandna nagħmlu fiż- żmenijiet diffiċli li qed niffaċċjaw, li bilfors irridu niffaċċjaw u l- ideat ġodda u kuraġġużi li għandna bżonn biex naraw kif dawn il-gżejjer se joħolqu biżżejjed xogħol u ġid fis-snin li ġejjin.", "Qed ngħixu fi żmenijiet ta' taqblib ekonomiku u teknoloġiku kbir.", "L-Unjoni Ewropea nnifisha qed tiffaċċja problemi kbar għax għal dawn l-aħħar snin hija fost l-aktar inħawi, bħala ekonomija, fejn ma kienx hemm tkabbir ekonomiku meta tqabbilha ma' nħawi oħra bħall-Asja.", "Allura hemm problemi serji anke għall-Unjoni Ewropea kif se tikseb il-ħiliet ġodda li għandha bżonn, kif se jkollha livelli għolja ta' produttivita` biex tkun tista' ssostni l-mudell soċjali tagħha.", "Għax il-mudell fejn ikollok nefqa sostanzjali fis-servizzi soċjali, fl-edukazzjoni, fis-saħħa u fil-ħarsien ambjentali jiswa l-flus u jrid ikollok żvilupp ekonomiku qawwi biex issostnih.", "Mudelli oħra, kemm il-mudell Amerikan kif ukoll il-mudell Asjatiku, ma jitolbux spiża daqshekk qawwija għax sfortunatament fil-mudell ta' żvilupp tagħhom il-ħarsien soċjali ma jingħatax wisq importanza, la f'pajjiżi bħaċ- Ċina fejn għad hemm miljuni kbar li għad iridu joħorġu mill-faqar, u lanqas fl-Istati Uniti.", "Biżżejjed ngħidu li fl-aħħar erba' snin taħt it-tmexxija ta' George Bush l-ammont ta' Amerikani li waqgħu taħt il-poverty line, b'kejl Amerikan stess, kien ta' 40 miljun ruħ.", "Jiġifieri jien inħoss li l- mudell Ewropew bl-ebda mod m'għandu jħossu inferjuri għall-mudelli l-oħra, imma rridu nkunu nafu wkoll xi jfisser dan.", "Jiġifieri biex ikollok il- ħarsien soċjali u l-ħarsien ambjentali l-iżvilupp ekonomiku tiegħek irid ikun iżjed qawwi meta dawn il-mudelli qed jikkompetu miegħek b'inqas spejjeż, anke għaliex il-mudell tagħhom m'għandux l-istess spejjeż biex iħares l-ambjent u biex iħares lin-nies mill-esklużjoni u mill-faqar soċjali.", "Allura dan ipoġġi l-mudell Ewropew fi sfida ħafna ħafna ikbar minħabba li jrid mhux biss joħloq il-ġid u joħloq l-impjiegi, imma jrid ukoll iħares il-miljuni ta' nies li għadhom fil-periklu tal-faqar fl-Unjoni Ewropea stess.", "Studju li ħareġ dan l-aħħar mill-Unjoni Ewropea juri li 17 miljun ruħ fl- Unjoni Ewropea stess jinsabu fil-periklu tal-faqar.", "Fosthom hemm 60,000 minn Malta u minn Għawdex.", "Fl-Unjoni Ewropea għandna 20% tat-tfal li huma wkoll fil-periklu tal-faqar.", "Din hija kollha statistika li nsibuha mill- Eurostat ta' l-Unjoni Ewropea nnifisha.", "Jiġifieri ejja nżommu dawn ir- realtajiet quddiemna biex naraw kif se nimxu 'l quddiem.", "Għaldaqstant, biex noħolqu x-xogħol, biex Malta - li llum ma tistax tibqa' aktar toffri lilha nnifisha bħala post ta' pagi baxxi - jkollha investiment ġdid jeħtieġ ikollna nies bil-ħiliet ġodda meħtieġa biex jaħdmu fix-xogħlijiet ġodda li qed jinħolqu.", "U waħda mill-affarijiet li tinkwetani llum hija - u nerġa' ngħid hawnhekk li sinċerament m'iniex interessat li noqgħod nagħmel league tables u nqabbel kif sejrin fit-tellieqa għall-miri ta' l-istrateġija ta' Lisbona - jekk għandniex nies imħarrġa biex jagħmlu x-xogħol għall- opportunitajiet li qed jinħolqulna, għall-investiment li nistgħu niġbdu.", "Irridu naqdfu ħafna u ħafna iżjed biex ikollna l-ħiliet ġodda li hemm bżonn għall-ekonomija tal-lum, ħiliet fil-qasam tax-xjenza, fil-qasam tat- teknoloġija, fil-qasam ta' l-inġinerija u anke fil-qasam ta' l-ilsna.", "Minkejja li żdiedu l-ammont ta' żgħażagħ li jistudjaw wara li jagħlqu s-16- il sena u anke l-ammont ta' żgħażagħ li jidħlu l-universita`, ir-rata ta' studenti li qed jieħdu l-oqsma tal-matematika, tax-xjenza, tat-tekonoloġija u ta' l-inġinerija hija ta' 8%, li hija baxxa wisq.", "Irridu nagħmlu sforzi kbar - jien ngħid mill-primarja - biex it-tagħlim tax-xjenza u tat- teknoloġija u tal-matematika jissaħħaħ ħafna u ħafna iżjed, u jissaħħaħ anke billi jiġu mgħallma b'mod ġdid, b'mod li t-tfal ma jassoċjawx id- dwejjaq mal-matematika, max-xjenza u mat-teknoloġija.", "Jien inħossni diżappuntat ħafna li fis-seklu 21 minn ħames suġġetti bażiċi li għandna fil-primarja m'hemm xejn fuq ix-xjenza u fuq it-teknoloġija.", "Fil-fatt il-ħames suġġetti bażiċi fil-primarja huma l-Malti, l-Ingliż, il- Matematika, ir-Reliġjon u l-Istudji Soċjali.", "Għalija dan huwa sinjal ta' sekli li għaddew, mhux tas-seklu 21.", "Kif m'hemmx xjenza u teknoloġija bħala wieħed mis-suġġetti bażiċi?", "Mill-primarja rridu nibdew għaliex mis- sekondarja huwa tard wisq.", "Bil-paroli kollu li jingħad fuq kurrikulu ġdid u fuq it-tibdil, jekk mhux se jkollna xjenza u teknoloġija bħala suġġett bażiku fil-primarja, ta' ħames snin, sitt snin jew seba' snin huwa tard wisq.", "Jien nawgura li naqtgħu l-paroli u naħdmu bis-serjeta` biex ix-xjenza u t- teknoloġija tidħol bħala suġġett bażiku.", "U meta qed ngħid suġġett bażiku, il-ġenituri Maltin b'suġġett bażiku jifhmu suġġett li jrid jiġi eżaminat ukoll.", "Jien m'iniex qed nawgura li jkollna xi suġġett ġdid kif iġennen lill-istudenti s-suġġett ta' l-Istudji Soċjali, fejn iridu jitgħallmu tunnellata ta' affarijiet li ma jiswew xejn għas-seklu 21, jew ħafna minnhom ma jiswew xejn, imma li jkun suġġett imfassal tajjeb b'mod li l- istudenti tagħna jagħtihom il-ħiliet u l-kultura li għandhom bżonn għas- seklu 21.", "Sur President, l-istess ħaġa ngħid fejn jidħlu l-ilsna.", "F'Malta kellna vantaġġ fuq ħafna mill-pajjiżi l-oħra Ewropej għall-ammont ta' ilsna li konna nitgħallmu fl-edukazzjoni sekondarja tagħna.", "L-Unjoni Ewropea għadha trid tersaq lejn l-istadju li jitgħallmu tliet lingwi fis-sekondarja, li jkunu l-lingwa li biha jitkellmu d-dar u fil-pajjiż, imbagħad żewġ lingwi oħra barranin.", "F'Malta l-istudenti ilhom snin twal jitgħallmu tliet lingwi, erba' lingwi, imma li rridu nagħmlu issa huwa li naddottaw il- metodi ġodda tat-tagħlim tal-lingwi għaliex pajjiż li jrid jgħix mit- turiżmu u mis-servizzi jrid ikollu ħafna iktar nies kapaċi fil-lingwi.", "Ħaġa oħra li tinkwetana hija l-fatt li 40% ta' l-istudenti joħorġu mingħajr il-kompetenza li jitkellmu u jiktbu tajjeb il-Malti.", "Imbagħad 53% biss minn dawk li jitilqu mill-iskola sekondarja għandhom il-kompetenza fl- Ingliż.", "Jiġifieri 47% lanqas għandhom din il-kompetenza, u għandna problemi serji tat-tagħlim ta' l-Ingliż mhux biss fil-primarja u fis- sekondarja.", "Min jgħallem l-universita` u min jikkoreġi x-xogħol ta' l- istudenti jaf xi problemi serji għandna, anke ta' dawk li qed ngħidu li jirnexxu fl-edukazzjoni tagħhom u jkomplu jistudjaw, aħseb u ara dawk li jaqgħu lura.", "Għalhekk għandna bżonn insaħħu ħafna t-tagħlim tal-Malti għaliex bit- tagħlim tal-Malti naslu anke għal-lingwi l-oħra u dan huwa parti mill- iżvilupp ta' kull personalita`.", "Għandna bżonn ukoll insaħħu ħafna t- tagħlim ta' l-Ingliż u għandna bżonn insaħħu ħafna t-tagħlim tal-lingwi l- oħra minn eta` żgħira.", "Aħna għad għandna biss kwart ta' l-istudenti tagħna li joħorġu jafu l-Franċiż, għandna ħafna inqas li joħorġu jafu l-Ġermaniż u l-Ispanjol għadu kemm beda.", "L-Ispanjol hija lingwa li fil-futur se tiġi t- tieni waħda wara l-Ingliż.", "Jekk taqta' barra ċ-Ċiniż, li huwa kkonċentrat f'reġjun wieħed tad-dinja, the second fastest growing language fid-dinja barra l-Ingliż se jkun l-Ispanjol.", "U aħna ftit għandna min qed jitgħallem l-Ispanjol.", "Fil-fehma tiegħi jrid ikollna politika tat-tagħlim tal-lingwi qawwija iżjed.", "It-tagħlim tal-lingwi jrid ikun b'mod ħaj u mhux inġennuhom b'ħafna grammatika u b'ħafna affarijiet li jitgħallmuhom bl-amment li jdejqu lit- tfal, biex imbagħad forsi jiftakruhom sakemm jiktbuhom għall-eżami, imma jekk tgħidilhom biex jitkellmu jibdew jibżgħu.", "Allura għandna bżonn metodi ġodda ta' tagħlim ta' lingwi bħall-Franċiż, il-Ġermaniż u l-Ispanjol u wara li jagħlqu s-16-il sena għandna nkunu ambizzjużi biżżejjed biex indaħħlu lingwi bħall-Għarbi u bħaċ-Ċiniż.", "Qed ngħid wara li jkunu għalqu s-16-il sena għaliex dawk il-lingwi ta' kultura differenti u ta' modi differenti kif jinkitbu jitolbu żvilupp psikoloġiku u matur aktar mil-lingwi li jużaw l-istess test li nafu aħna bih.", "Mela għandna bżonn insaħħu ħafna t-tagħlim tal-lingwi f'pajjiżna.", "Ċerti policies ġodda li qed jiġu żviluppati fl-Unjoni Ewropea għandna nħarsu lejhom biex nitgħallmu minnhom.", "Dawn qed idaħħlu l-kultura tal- lingwi fil-primarja u fil-kindergarten u din aħna m'aħniex nagħmluha.", "Nerġa' ngħid li meta qed nipproponi dawn l-affarijiet, ma rridx infisser li rridu nġennu lit-tfal iktar milli qed inġennuhom b'kultura fejn l-aktar ħaġa importanti huma l-eżamijiet.", "Jien qed ngħid dan f'sens li jibdew jieħdu gost imissu u jiffamiljarizzaw ruħhom ma' lingwi differenti.", "L-istess igħodd għall-ispirtu imprenditorjali li għandna bżonn fl-iskejjel tagħna u li jridu jidħlu fil-primarja u jkomplu mal-livelli kollha nkluż l- univerista`.", "Illum m'għandix ċans nitkellem fuq l-universita` pero` ngħid li ninsab iddiżappuntat ħafna bil-livell.", "Tajjeb li nifirħu bin-numru ta' studenti li jmorru l-universita` imma ejja naraw xi kwalita` ta' korsijiet qed jagħmlu u kemm dawn huma marbutin mal-ħteġijiet li għandna bżonn illum u għada f'pajjiżna.", "Per eżempju, għandek il-kors tal-B.Com li fih l- international finance u l-banking li m'huwiex parti mill-core subjects tiegħu u dan meta l-financial services huma tant importanti għall-ekonomija tagħna.", "Dan jiġri sempliċement għaliex ikun hemm xi pika bejn lecturer u ieħor.", "Ċerti deċiżjonijiet f'pajjiżna fuq hekk jittieħdu u mhux b'xi viżjonijiet jew pjanijiet.", "Sempliċment ikun hemm piki personali u l- affarijiet jinqatgħu barra.", "Fil-fehma tiegħi dawn huma ġennati.", "Apparti minn hekk, f'ekonomija bħal tagħna li hija bbażata daqshekk fuq impriżi żgħar li jħaddmu inqas minn 20 ruħ, l-SMEs u l-management tagħhom mhux qed jingħataw l-importanza li ħaqqhom fil-korsijiet ta' l-universita` li għandhom x'jaqsmu ma' dawn il-fakultajiet ta' l-ekonomija, management u accounts.", "Mhux ta' b'xejn imbagħad li tinħoloq klima li ma twassalx għal spirtu imprenditorjali u jkollna 2% biss li meta joħorġu mill-universita` jaraw kif isibu impjieg għal rashom filwaqt li l-bqija l-oħrajn jitilgħu f'kultura ta' dipendenza għax jibżgħu jieħdu sogru.", "Ċertament fl-oqsma kollha ta' l-ekonomija tagħna hemm bżonn it-taħriġ ta' dawk Ii qed jaħdmu u għandna bżonn edukazzjoni u taħriġ ħafna aħjar għal dawk li se jidħlu fid-dinja tax-xogħol biex ma jibqax ikollna tant eluf ta' żgħażagħ - jien nikkalkula li huma xi 2,000 fis-sena – li jispiċċaw mis- sistema edukattiva sekondarja mingħajr il-ħiliet bażiċi fil-Malti, fl- Ingliż u fil-Matematika.", "Għal kull żagħżugħ u żagħżugħa li jibdew l- universita`, għandna ġuvni u tfajla li tispiċċa minn 12-il sena ta' edukazzjoni mingħajr il-ħiliet bażiċi fl-Ingliż, fil-Malti u fil- Matematika, aħseb u ara fis-suġġetti l-oħra.", "Nixtieq nieħu din l-okkażjoni biex insemmi xi ftit affarijiet li jżommu lura lil pajjiżna milli niċċaqilqu u hawnhekk se nitkellem fuq ċerta inkompetenza tal-gvern li jien ma nifhimhiex.", "Ħalli nsemmi settur li llum ħarġet l-istatistika tiegħu u hawn qed nirriferi għas-settur fejn ngħallmu l-Ingliż lill-barranin.", "Jekk aħna għandna qasam ekonomiku li għandu potenzjal futur, huwa proprju dan tas-servizzi edukattivi.", "Minn dan is- settur indaħħlu xi Lm39 miljun fis-sena u jiġu fostna xi 57,000 student.", "Aħna nħaddmu fuq 1,000 ruħ fih u għalhekk huwa settur importanti.", "Apparti minn hekk fl-aħħar snin żviluppa settur ġdid ta' studenti li jiġu barra mill-Unjoni Ewropea, fosthom mill-Asja.", "Fil-fatt għandna kważi 6% fil-mija li jiġu mill-Asja u 30% li jiġu minn barra l-Unjoni Ewropea.", "In-nies li jaħdmu fit-taqsima ta' l-iskejjel għall-Ingliż għandhom l- impressjoni li l-gvern qed jagħmel minn kollox biex iħeġġiġhom iġibu studenti mill-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea imma kemm jista' jkun ma jġibux studenti minn pajjiżi mhux ta' l-Unjoni Ewropea minħabba l-problemi tal- visa.", "Ironikament fl-ewwel sena li dħalna fl-Unjoni Ewropea, in-numru ta' studenti li jiġu mill-pajjiżi fl-Unjoni Ewropea biex jitgħallmu l-Ingliż waqa' bi kważi 2% u 30% tas-suq tagħna ġej mill-pajjiżi barra l-Unjoni Ewropea.", "Dik hija rata li għandna nkabbruha u mhux imur il-ministru u jgħidilhom biex kemm jista' jkun ifittxu swieq ġodda minħabba l-problemi li nħolqulna maċ-Ċina.", "Dawn in-nies li jmexxu l-iskejjel tat-tagħlim ta' l-Ingliż lill-barranin ilhom fuq sitt ġimgħat jistennew lill-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l- Intern Tonio Borg, lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin Michael Frendo u lill-Ministru tat-Turiżmu Francis Zammit Dimech biex jgħidulhom x'se jagħmlu fuq dan is-settur.", "Il-visas se joħorġu jew le?", "Ilhom seba' ġimgħat iġġammjati!", "Sadanittant pajjiżi oħra li jikkompetu magħna bħal New Zealand, l-Awstralja, il-Kanada, l-Ingilterra u l-Olanda baqgħu għaddejjin jiġbdu l- eluf ta' studenti lejhom.", "Is-sena li għaddiet miċ-Ċina biss ġew kważi 1,400 u ċertament ma naffordjawx li nitilfu dan it-tip ta' studenti.", "Imbagħad ġennata oħra f'dan il-qasam hija li tat-taxxi qed jiġru wara dan is-settur u qed jgħidulhom biex jagħtuhom l-informazzjoni kollha fuq il-familji li jżommu l- istudenti barranin li jiġu fostna.", "B'kollox għandna xi 1,700 familja minnhom dawn.", "Issa tat-taxxa qed jiġru warajhom u qed jitolbu l- informazzjoni kollha bejn l-1998 u s-sena 2004 biex ikunu jafu kemm ħallsuhom u b'hekk jaraw jekk ħallsux taxxa jew le fuqhom.", "Issa min jaf kif jaħdmu dawn l-iskejjel jaf li dan huwa l-agħar żmien li tgħidilhom biex jagħtuk din l-informazzjoni.", "Dawn ħafna drabi jaħdmu bi ftit nies u bħalissa, peress li sejrin ħażin, ħsiebhom biex jaraw kif se jorganizzaw ruħhom għaż-żmien li ġej.", "Jekk tridu tiġru wara dawn l-1,700 familja għat-taxxa tagħmluhiex issa imma agħmluha fix-xitwa għax se ġġennuhom.", "Tawhom ċans sa l-aħħar ta' Mejju u proprju f'dawn il-jiem dawn il-familji għandhom jiltaqgħu miegħi biex jiddiskutu din il-problema.", "Jien mhux qed ngħid li m'għandekx tiġri wara dawn il-familji jekk hemm min qed jevadi t-taxxa imma oqgħodu attenti kif tiġru warajhom!", "Tagħmluhiex issa!", "Iġġenuhomx!", "Dawn għandhom problemi serji biex jiġbdu l-istudenti u allura ejja ngħinuhom u mhux noħolqulhom aktar problemi.", "L-affarijiet għandhom isiru bis-serjeta` għax inkella noħolqulhom il-problemi u dawn għandhom biżżejjed problemi.", "Għalhekk hemm bżonn li l-ħruġ tal-visa u affarijiet amministrattivi bħal dawn isiru b'mod aktar serju għax dawn qed joħolqu ħafna iżjed problemi milli diġa` għandna.", "Ċertament hemm ħafna fatturi li wieħed irid jitkellem fuqhom dwar x'għandu jsir biex pajjiżna jkollu futur u biex inkunu kompetittivi imma żgur li għandu bżonn ta' amminstrazzjoni u koordinazzjoni aħjar.", "Jien ma nafx kemm ir-rapport differenti għandi ta' kumitati ta' competitiveness 'l hawn u 'l hemm u xorta ma nafx x'inhi l-istrateġija tal- gvern fuq il-competitiveness għaliex rapport ta' subcommittee jgħid mod u rapport ta' subcommittee ieħor jgħid mod ieħor.", "Aħna għandna jew le pjan strateġiku ta' kif dan il-pajjiż se jiċċaqlaq 'il quddiem?", "Kultant nisma' lin-nies min-naħa l-oħra, anke nies li huma fil-ministeru responsabbli mill- kompetittivita`, mhux il-ministru, li jitkażaw li għandu jkollna xi pjan.", "Sur President, ejja nikkoordinaw l-affarijiet u ejja naraw x'se nagħmlu għaliex l-importanti mhux x'se jiġri dwar l-indikaturi ta' Lisbona imma x'qed jiġri fid-dinja ta' veru, fejn qed imur l-investiment, kif se noħolqu x-xogħol u kif se nikkompetu ma' pajjiżi oħra.", "Dan kollu jiddependi fuq l- edukazzjoni, fuq l-amministrazzjoni u fuq l-inċentivi fiskali u biex nagħtu futur lil dan il-pajjiż, irridu naħsbu f'dawn l-affarijiet b'mod serju.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "TONIO FENECH (Segretarju Parlamentari): Sur President, nibda l- intervent tiegħi billi ngħid li napprezza ċerti kummenti li saru mill- oppożizzjoni u li saru anke bi spirtu pożittiv.", "Min segwa dan id-dibattitu, minjaf kemm-il darba staqsa x'inhi din l-istrateġija ta' Lisbona u naħseb li verament kien ikun aħjar għall-Ewropa kollha kieku ssejħet strateġija għat-tkabbir ekonomiku u għaż-żieda fl-impjiegi għaliex naħseb li n-nies kienu jifhmu ħafna aħjar dak li qed nipprovaw nitkellmu dwaru.", "Kif qalu diversi kelliema quddiemna għandna dibattitu li għandu jixpruna lill-pajjiż biex iħares 'il quddiem u jara kif se jkompli jilqa' għall- isfidi li għandu quddiemu, sfidi ta' kif se nagħmlu lil pajjiżna aktar kompetittiv fi sfond ta' Ewropa aktar kompetittiva.", "Irridu naraw kif se nagħmlu l-ekonomija ta' pajjiżna tibbaża fuq ħiliet żviluppati tal-bniedem u kif se jkollna ekonomija fl-isfond ta' l-ekonomija Ewropea li tagħti aktar postijiet tax-xogħol aħjar u koeżjoni soċjali.", "Jien naqbel ma' dak li qal l-Onor.", "Bartolo li dan il-mudell Ewropew jista' jkun li fih innifsu wkoll qiegħed joħloq sfidi ġodda għax il-fatt li aħna għandna tant aspettattivi għoljin għal dik li hija koeżjoni soċjali u għal dak li huwa ambjent sostenibbli, qed iżid ċerti spejjeż li mbagħad ovvjament jistgħu jrenduna ftit inqas kompetittivi.", "Din hija sfida li mhux pajjiżna biss qiegħed jiffaċċjaha imma hija sfida li qed tiffaċċjaha l-Ewropa kollha.", "Ir-realta` tal-globalizzazzjoni, l-avvanż fit-teknoloġija u l-integrazzjoni ta' l-ekonomiji emerġenti ma' dawk l- ekonomiji aktar żviluppati qed twassal għal intensifikazzjoni qawwija f'dik li hija kompetizzjoni, u allura qed tiekol ukoll mill-potenzjal tat-tkabbir ekonomiku Malti u Ewropew.", "Il-fatt hu li hemm ekonomiji emerġenti bħall- Indja u ċ-Ċina li tant qed jiżviluppaw b'rittmu qawwi li qed jieklu u jnaqqru mill-potenzjal tat-tkabbir li jista' jkollna bħala Ewropa u bħala Malta.", "Allura anke dan il-fatt qed ipoġġi quddiemna sfidi oħrajn anke fl- isfond tar-realtajiet demografiċi li l-Ewropa kollha, inkluż pajjiżna, qed tiffaċċja.", "Iva, Sur President, il-popolazzjoni anzjana qed tikber b'rata aktar għolja mill-popolazzjoni aktar żgħira u allura għandna wkoll l-isfida tas-sostenibilita` finanzjarja.", "Apparti hekk hemm dik li tissejjaħ il- productivity gap.", "Meta tqabbel l-ekonomija Ewropea – inkluż dik Maltija – ma' ekonomiji oħra fosthom dik Amerikana, naraw li l-livelli ta' produttivita` tagħna għandhom bżonn jiżdiedu.", "Sur President, ir-realta` hi li f'ekonomiji iżjed liberalizzati bħal dik Amerikana m'hemmx restrizzjonijiet fuq il-mod ta' kif wieħed jimpjega u kif iħallas l-impjegat u allura tara li l-produttivita` għall-ispiża mħallsa tkun ħafna iktar għolja għalkemm dan mhux neċessarjament ikun fl-aħjar interess tal-ħaddiem individwali f'dak is-suq partikolari.", "Dan ma ngħiduhx aħna biss imma dan joħroġ mill-analisi li ssir mill-pajjiżi kollha.", "Jien f'idejja għandi dokument bl-isem ta' \"Growth and Opportunity: Prioritising Economic Reform in Europe\", li ħareġ mill-HM Treasury proprju fi Frar tas-sena 2005, li janalizza l-isfidi li għandha l-ekonomija Ingliża fl-isfond tar-realtajiet li qed taffaċċja f'dik li hi globalizzazzjoni, u proprju titkellem dwar dawn il-fatturi.", "Per eżempju, iċ-Ċina u l-Indja sas- sena 2015, se jkunu qegħdin jjipproduċu 25% ta' dak li tipproduċi d-dinja sħiħa.", "Wieħed irid japprezza proprju x'qed jiġri fid-dinja u kif aħna rridu nilqgħu għal din l-isfida li qed tikber għax aktar ma tiżviluppa t- teknoloġija fil-komunikazzjoni, aktar l-industrija tiċċaqlaq malajr u tmur fis-swieq li huma ħafna iktar effiċjenti u xorta tibqa' koordinata.", "Sur President, kellna min, anke f'din il-Kamra, ipprova sempliċement jgħid: Imma għaliex għadna ma wasalniex?", "Bħallikieku għandna nħarsu biss lejn xi problemi fil-passat u ninjoraw l-isfidi li għandna quddiemna fil-futur.", "Naħseb li l-orjentament fid-diskussjoni jrid ikun proprju indirizzat b'ħarsa 'l quddiem.", "X'irridu nagħmlu biex nassiguraw li l-miri li għandna quddiemna nilħquhom?", "Li hu żgur hu li ma rridux nagħmlu dak li sfortunatmaent għamlu xi kelliema ta' l-oppożizzjoni u ċioe` li nippuntaw subgħajna lejn xulxin u nistaqsu għalfejn ma wasalniex.", "Ma wasalniex minħabba raġunijiet estensivi li m'hemmx għalfejn nidħlu fihom f'dan id- dibattitu pero` ngħid li l-bieraħ kien hemm appell ta' l-Onor.", "George Vella sabiex naħdmu ħafna aktar flimkien u hekk għandu jkun.", "Pero` r-realta` hi li ma stajniex naħdmu tant flimkien dwar dawn l-istrateġiji meta konna għanda f'konflitt bejnietna dwar fejn irid imur dan il-pajjiż.", "Ma kenitx atmosfera li setgħet wasslet biex nagħmlu dak li għamlu pajjiżi oħra fejn kellhom tant ftehim nazzjonali biex ikunu jistgħu jaħdmu flimkien f'dan l- isfond u biex jilħqu l-miri li tpoġġew quddiemhom fl-aġenda ta' Lisbona.", "Allura waqt li naqbel ma' dak li qal l-Onor.", "George Vella, anke fuq numru ta' issues li qajjem il-bieraħ, irrid ngħid ukoll li ħassejtni xi ftit skomdu fin-numru ta' insinwazzjonijiet li saru.", "Per eżempju, filwaqt li ngħad li l-oppożizzjoni hija lesta li tipparteċipa u tagħti s-sehem tagħha fuq livell nazzjonali, dan isir basta l-gvern jammetti l-iżbalji li għamel fil-passat, qisu l-isfidi ta' kompetittivita` li għandna quddiemna ġejjin minn xi żbalji li saru minn dan il-gvern fil-passat.", "Mhux hekk biss imma l-Onor.", "George Vella qal li l-gvern m'għamel xejn biex jersaq lejn dawn il- miri li kien jaf bihom.", "Huwa veru li konna nafu bihom imma ma jistax jgħid li f'dawn l-erba' snin m'għamilna xejn.", "Jekk nitkellmu biss dwar is-settur ta' l-edukazzjoni, nafu li f'dik li hija edukazzjoni terzjarja għamilna qabża ta' kwalita` kbira meta ftaħna l-MCAST b'disa' istituti li llum qed jieħdu 'l fuq minn 3,600 student.", "Din hija xi ħaġa li mhux biss l- oppożizzjoni ma ħasbitx fiha meta kienet fil-gvern imma ankle twaqqfet meta l-Onor.", "Alfred Sant kien tela' fil-gvern.", "Allaħares noqogħdu ngħidu fejn inħolqu l-problemi li forsi qed jagħmlu dawn l-isfidi li għandna akbar!", "Jekk noqogħdu nħarsu lura nsibu xi ftit faults f'kulħadd.", "Il-gvern żgur ma jistax igħid li qatt ma żbalja pero` żgur li m'huwiex ġust li tgħid li l-gvern mhux qed jagħmel l-isforzi tiegħu.", "Huwa veru, per eżempju, li t-tkabbir ekonomiku ta' pajjiżi li ġejjin mill-lvant ta' l-Ewropa huwa akbar mir-rata tat-tkabbir ta' Malta u anke ta' Ċipru imma huwa veru wkoll li meta tqabbel dak li huwa l-average tal-GDP ta' pajjiżna ma' dak tal-pajjiżi Ewropej u tal-pajjiżi l-oħra tal-lvant ta' l- Ewropa, tagħna hija l-aktar għolja u allura biex tgħolli tagħna, trid ħafna aktar sforz.", "Allura meta nikkwotaw ċerta statistika, wieħed irid joqgħod attent kif jużaha u mhux nitkellmu dwar indikatur mod u mbagħad fl-istess nifs nikkontradixxu ruħna meta nitkellmu dwar indikaturi oħra.", "Din mhix kwestjoni ta' min għandu t-tort, imma ta' x'hemm bżonn li nagħmlu bħala pajjiż biex inkomplu nimxu ́l quddiem.", "Irridu nirrikonoxxu li jekk qegħdin f'dinja kompetittiva, jista' jkun li hemm ħaddieħor li qed jagħmel aktar minna biex ikun iktar kompetittiv u li qed ikun aktar kuraġġuż fir-riformi li qed jagħmel milli qed inkunu aħna.", "Sur President, irridu napprezzaw li hemm pajjiżi li kienu qed jadottaw din l-istrateġija pero` li kienu qed jibbenefikaw minn fondi mill-Unjoni Ewropea li aħna sa dan iż-żmien ma konniex qed nibbenefikaw minnhom u allura ma stajniex nagħmlu ċerti programmi.", "Irridu nifhmu li Malta għandha problemi strutturali li pajjiżi oħra m'għandhomx u allura għandna wkoll il- partikolaritajiet tagħna.", "Id-domanda li għandna nagħmlu hi: Għaliex qed nitilfu l-kompetittivita` f'pajjiżna?", "Biex nagħmlu dan, l-ewwel ma rridu nħarsu hu lejn liema swieq illum irridu nindirizzaw l-isforzi tagħna biex tassew nikkompetu.", "Ilkoll nammettu li s-swieq tagħna m'għadhomx is-swieq taċ-cheap labour u dan huwa tajjeb li ngħidu għax dan huwa ċertifikat għal dan il-gvern fis-sens li veru li l-pagi għolew b'tali mod u manjiera li sfortunatament qed irenduna mhux kompetittivi, pero` dawn għolew għax għollejna l-istandard of living ta' dan il-pajjiż, u sal-lum konna qed naffordjaw dawn il-pagi.", "Pero` iva issa għandna sfida quddiemna, u l-iktar sfida li għandna hi li nkomplu nindirizzaw l-ekonomija tagħna biex tattira dak l-investiment li jista' joffri pagi aħjar.", "Allura bilfors irridu nħarsu lejn kif se naslu biex ninvestu aktar fis-settur edukattiv ta' pajjiżna pero` biex nagħmlu dan, irridu nirrikonoxxu li rridu nagħmluh bil-pezza drapp li għandna.", "Allura rridu naraw kif se nużaw aħjar dak li qed nonfqu l- flus fuqu.", "Irridu mmorru għal swieq li jitolbu minna ħaddiema mħarrġa fi studji aktar tekniċi u speċifiċi, li jkollna prodotti innovattivi, li jkollna faċilitajiet u infrastruttura li hija iktar attraenti u li nkunu pajjiż bi ftit spejjeż u għalhekk b'piż fiskali anqas fl-ekonomija.", "Pero` jekk inħarsu lejn dawn il-ħames fatturi, x'insibu?", "Irridu nżidu l-ispiża tagħna jew nonfqu aħjar fl-investiment fl-edukazzjoni.", "Irridu ninvestu aktar f'dik li hija riċerka u f'dak li huma l-faċilitajiet u l- infrastruttura u fl-istess ħin irridu nnaqqsu l-piż fiskali.", "Fi sfond fejn l-istess strateġija tgħidlek li rridu nassiguraw ukoll li l-qagħda finanzjarja tal-pajjiż tkun fuq livell sostenibbli u allura timxi mal-patt ta' stabilita` li rridu nniżżlu d-defiċit tal-pajjiż, wieħed malajr jinduna li din m'hijiex equation faċli.", "Din hija equation li biex isseħħ trid numru ta' riformi strutturali u rridu nħarsu lejn kif nindirizzaw in-nefqa tagħna.", "Waqt li n-nefqa tagħna għandha tkun aktar effiċjenti, din trid timxi 'l hemm mis-setturi li mhux produttivi biex tinċentiva s-setturi li huma produttivi.", "Waqt li donnu kollha kemm aħna f'din il-Kamra naċċettaw u nifhmu x'inhi l-mediċina, ħadd f'dan il-pajjiż ma jidher li jrid jieħu din il-mediċina biex dan il-pajjjiż jikber fuq livell kompetittiv.", "L-istrateġija titkellem fuq sitt oġġettivi makro-ekonomiċi li għandhom iwasslu biex l-Ewropa tkun aktar kompetittiva u pajjiżna jrid iħares lejhom biex jara kif se jadotta dawn il-prinċipji u jkun aktar kompetittiv.", "L- ekonomija tagħna trid tkun ekonomija li hija stabbli u sostenibbli.", "Din trid tkun ekonomija li tippromwovi l-effiċjenza fuq in-nefqa tal-gvern u li tkun lesta twettaq ir-riformi strutturali meħtieġa biex tassew issir ekonomija kompetittiva.", "Din trid tkun ekonomija li l-iżvilupp fil-pagi jridu jikkontribwixxu lejn l-istabilita` ta' l-istess ekonomija u marbuta mal-produttivita` ta' dik l-ekonomija.", "Finalment, din trid tkun ekonomija fejn id-dixxiplina fiskali tkun mezz biex insostnu dak li huwa l-qafas ta' l-ekonomija Ewropea sħiħa biex tkun ekonomija sostenibbli.", "Biex insolvu l- problemi tagħna u jkollna ekonomija li tikber ħafna aktar milli tikber illum, hemm bżonn li jittieħdu numru ta' miżuri.", "Din m'hijiex sempliċement kwestjoni kif forsi kultant nisimgħu, li nnaqqsu l-piż tat-taxxi.", "Huwa faċli li tgħidha din u żgur tinstema' popolari u sabiħa imma aħna ma nistgħux ninsew li biex nilħqu dawn il-miri, irridu ninvestu aktar fl- edukazzjoni, irrid ninvestu iktar fir-riċerka u rridu ninvestu iktar fil- faċilitajiet infrastrutturali ta' pajjiżna biex nattiraw l-investiment u allura nerġa' ngħid li l-equation mhux daqshekk faċli biex tinħadem.", "Meta nħarsu lejn l-istabilita` ekonomika, bla dubju ta' xejn, wieħed mill- prinċipji fundamentali biex inġibu dik l-istabilita` hi li rridu nnaqqsu dak li hu l-iżbilanċ fiskali fil-pajjiż.", "L-oġġettiv fil-medium term għandu jkun li mhux biss ma jkollniex żbilanċ f'dan il-pajjiż imma li l-fondi pubbliċi f'dik is-sena partikolari, jibbilanċjaw ruħhom, jiġifieri d-dħul u l-ħruġ ikun l-istess.", "Din hija sfida importanti li aħna rridu nindirizzaw jekk aħna rridu tassew nimxu ma' l-oġġettivi ta' l-istrateġija ta' Lisbona.", "Huwa importanti li jkollna stabilita` ekonomika.", "Dan huwa meħtieġ mhux sempliċement biex ma jkollniex deficit imma biex meta jkollna żmenijiet verament iebsin, meta l-ekonomija ma tkunx qed tiċċaqlaq, il-gvern ikun jista' jinjetta aktar flus fl-ekonomija biex din tirrispondi aħjar.", "Irridu nagħmlu livelli ta' deficit li l-effett tagħhom jinħassu u li l-ekonomija tassew tirrispondi.", "Fil-qagħda li qegħdin fiha llum, dan ma jistax isir għaliex id-deficit huwa diġa` għoli u allura rridu nindirizzawh biex dan isir possibbli.", "Irrid nassiguraw ruħna wkoll li jkollna sostenibilita` ekonomika u dan jitlob minna ċerti riformi - kif qed isiru f'numru ta' pajjiżi oħrajn - f'dawk li huma l-pensjonijiet b'mod partikolari u s-settur tas-saħħa sabiex dawn ikunu sostenibbli u allura ma jkunx meħtieġ li aħna nżidu iktar il-piż tat-taxxi biex nagħmlu dawn iktar sostenibbli.", "Sur President, dawn huma l-isfidi li għandna quddiemna biex l-ekonomija tagħna tassew tikber.", "Hemm bżonn li nippromwovu aktar l-effiċjenza fuq kif nallokaw ir-riżorsi tagħna u biex dan isir, irridu nkunu ħafna iktar intelliġenti dwar kif qed nonfqu n-nefqa tagħna anke bħala nefqa tal-gvern.", "Din trid tkun nefqa li tindirizza kif is-setturi produttivi ta' pajjiżna jistgħu jsiru aħjar.", "Hemm numru ta' riformi strutturali li huma meħtieġa u għalxejn ngħidu li rridu naraw l-ekonomija tikber jekk m'għandniex il- kuraġġ li nindirizzaw dawk is-setturi f'pajjiżna li mhux qed ikunu kompetittivi u qed jgħabbu lill-ekonomija piż li mhux meħtieġ.", "Insemmu, per eżempju, ir-riforma fil-portijiet pero` żgur li hemm numru ta' setturi oħrajn li aħna rridu nindirizzaw.", "Sfortunatament il-ħin huwa limitat ħafna u ma nistax nibqa' in possession biex inkompli nitkellem u għalhekk se nagħlaq hawn.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Is-Segretarju Parlamentari, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "TONIO FENECH: Sur President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal għada l-Erbgħa, 18 ta' Mejju 2005, fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Diskussjoni dwar l-Istrateġija ta' Lisbona - Kontinwazzjoni;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Vjolenza Domestika - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kummissjoni Ċinematografika ta' Malta - Tielet Qari; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Kriminali - Tielet Qari.", "-----------------------------------", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Reġistru Ċentrali - Kumitat Permanenti.", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Bank Ċentrali ta' Malta - Kumitat Permanenti.", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Sħubija ta' Malta fil-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Franco Galea.", "ONOR.", "FRANCO GALEA: Mr Speaker, illum id-diskors tiegħi huwa intiż sabiex ngħaddi xi suġġerimenti dwar id-dritt għall-ħajja ta' trabi mhux imwielda, kif ukoll biex nissuġġerixxi li s-soċjeta` Maltija - permezz ta' dan il-parlament u x-xogħol li dan il-gvern diġa` wettaq - issaħħaħ il- ħarsien tat-tfal u persuni b'diżabilita`.", "Pero` qabel ma nibda nixtieq nibgħat l-isbaħ xewqat lill-kantanta Maltija Chiara li permezz tad-diska tagħha \"Angel\" żgur li se tagħmel isem tajjeb għal pajjiżna fl-Ukraina.", "Ninsab ċert li bħali, il-membri kollha ta' din il-Kamra huma grati lejn il- kontinġent Malti ta' l-Eurovision għall-ħidma li qed issir favur l-isem tajjeb ta' pajjiżna quddiem l-udjenza ta' miljuni kbar ta' telespettaturi mid-dinja.", "It-titlu tad-diska ta' Chiara \"Angel\" iwassalni għas-suġġett tiegħi tal-lum għax Malta għandha l-anġli tagħha li huma t-tfal, b'mod speċjali t-tfal mhux imwielda u t-tfal li jiġu fid-dinja b'xi forma ta' diżabilita`.", "Sur President, hawnhekk nixtieq infakkar il-ħidma kbira li qed issir mill- gvern, b'mod speċjali mill-Viċi Prim Ministru Tonio Borg, fuq l-abbozz ta' liġi dwar l-abort.", "Jien minn hawn nixtieq intenni l-appoġġ totali tiegħi għal din il-ħidma u hawnhekk nixtieq nagħmel xi riflessjonjiet u suġġerimenti dwar il-prattika ta' l-abort u kif nistgħu nħarsu lis-soċjeta` tagħna minn din il-prattika inumana.", "Il-valur ta' kull ħajja għandu jiġi trattat b'mod ċar u qawwi.", "Inħoss li wasal iż-żmien li l-Kostituzzjoni ta' Malta għandha tiġi emendata biex tirrifletti ċerti valuri li jagħmluna Maltin.", "Il-valur ewlieni fost l- oħrajn huwa dak tal-ħajja u għaldaqstant nemmen li għandna nħarsu l-ħajja tat-trabi mhux imwielda permezz ta' klawsoli fil-Kostituzzjoni li fihom jiġi stipulat li l-abort m'hu xejn ħlief omiċidju bil-konsegwenzi u l- implikazzjonijiet tiegħu skond il-liġi kriminali.", "Hawnhekk hawn diversi punti li għandna nagħmlu riflessjoni serja fuqhom għax huwa kruċjali li ma nħallu l-ebda dubju fuq l-interpretazzjoni ta' dan il-konċett.", "L-ewwel punt li rrid nagħmel hu li jeħtieġ li jiġi definit x'inhu l-punt eżatt ta' konċepiment, jiġifieri meta tibda l-ħajja.", "Il-punt segwenti huwa li rridu nagħtu definizzjoni ċara ta' x'inhi l-ħajja umana.", "Irridu nistaqsu lilna nfusna jekk prattiċi bħal the morning-after pill jew il-coil humiex forom oħra ta' abort billi d-definizzjoni ta' abort hija tmiem tal- ħajja tat-tarbija fil-ġuf b'mod intenzjonat.", "Dawn u bosta mistoqsijiet oħra ġew u qed jiġu dibattuti fi ħdan il-kumitat għall-bijoetika li minn hawn nagħtih ħajr għall-ħidma kbira li qed issir.", "L-emenda li qed nissuġġerixxi fil-Kostituzzjoni għandha tagħti protezzjoni lill-ħajja ta' tarbija mhux imwielda u hawnhekk nixtieq nidħol f'element ieħor li ninsab ċert li huwa għal qalb il-poplu Malti.", "Nixtieq li ssir riferenza speċifika fil-Kostituzzjoni għall-protezzjoni tal-ħajja tat-trabi b'diżabilita` għax inħoss li l-poplu kollu għandu jġorr ir-responsabilita` sabiex dawn l-anġli jingħataw protezzjoni totali mill-Istat ta' Malta u fil- fatt jiġu adottati mill-Istat bħala ulied Malta.", "Biex dan isir irridu naraw sew id-definizzjoni ta' diżabilita` sabiex inkunu nistgħu nagħrfu sew il-ħteġijiet partikolari tal-gradi u t-tipi differenti tad-diżabilita`.", "Irridu, per eżempju, inħarsu lejn il-gradi ta' dipendenza ta' diżabilitajiet varji.", "Inħoss li għandna nħarsu sew lejn l- esperjenza ta' pajjiżna fejn tidħol id-diżabilita` u naraw jekk dak li qed jipprovdi l-Istat f'għajnuna huwiex reali għall-ħteġijiet tal-familji partikolarment familji fejn hemm diżabilita` totali.", "Għalkemm nistgħu ngħidu li sar ħafna matul dawn l-aħħar snin, huwa veru wkoll li l-finanzi tal-pajjiż ma jippermettux iżjed pero` jien inħoss li għandna nagħmlu sforzi ikbar biex nagħtu lil dawn in-nies dak li ħaqqhom bi dritt.", "B'dan il-mod inkunu qegħdin niżguraw – ħafna drabi tinġieb l-iskuża li l-abort għandu jiġi permess f'każi fejn hemm possibilita' ta' diżabilita` serja - u nikkonfermaw id-dinjita` lejn il-familji u lejn il- persuni b'diżabilita` għax dawn ma jkunux waħedhom iżda jkun hemm l-Istat u l-poplu Malti kollu magħhom.", "B'din l-emenda l-Istat ikun qed jintrabat li jħares u jsostni lit-tfal b'diżabilita`.", "Il-partit Nazzjonalista fil-gvern għamel ħafna ġid f'dak li għandu x'jaqsam ma' tfal b'diżabilita` totali iżda nħoss li l-awtoritajiet tas-saħħa għandhom jagħtu iżjed attenzjoni sabiex jinformaw lill-ġenituri ta' tfal b'diżabilita` bis-servizzi li għandu l-Istat.", "Suġġeriment li wieħed jista' jikkonsidra hu li jiġi żviluppat protokoll li jiġi segwit meta titwieled tarbija b'diżabilita`.", "Il-verita` hi li għandna nagħtu sostenn lil dawn l- anġli u lill-familji tagħhom u nsibu mezzi kif nagħtuhom red carpet treatment.", "Dan għandu jiġi estiż għal mediċini, ikel speċjali, strumenti u trattament.", "Inħoss li għandna nħarsu sew l-infiq tal-familji li għandhom tfal b'diżabilita` totali għax, fl-opinjoni tiegħi, Lm65 kull tliet xhur għal tfal ta' taħt is-16-il sena huwa ftit.", "Ma ninsewx li dawn il-familji mhux biss qegħdin jagħmlu sagrifiċċji kbar, iżda f'ħafna każi għandhom tfal oħra li qed jiġu mċaħħda minħabba l-piż li qed jiffaċċjaw.", "Għal dan il- għan inħoss li wasal iż-żmien li f'dak li għandu x'jaqsam ma' pensjonijiet għad-diżabilita` jkun hemm means testing u jaraw ukoll il-gradi tad- diżabilita`.", "Fuq dan is-suġġett hemm ħafna x'wieħed igħid.", "Per eżempju, għad għandna postijiet pubbliċi li m'humiex aċċessibbli għal persuni b'diżabilita`.", "Barra minn hekk persuni b'diżabilita` għadhom mhux qed jiġu impjegati skond il-liġi, anzi f'bosta oqsma jkun hemm anke diskriminazzjonijiet.", "Pero` dwar dan nitkellem darb'oħra.", "Nixtieq nagħmel kummenti wkoll dwar sinjali ta ' parkeġġ għal persuni b'diżabilita` li qed jitwaħħlu f'bosta inħawi u nistaqsi kif qed jingħata permess ta' 60 minuta għal parkeġġ speċjali, meta wieħed jaf li biex wieħed iħott wheelchair irid ftit tal-ħin u fuq kollox qadja li aħna ndumu ftit minuti biex nagħmluha, min m'għandux aċċess ta' mobilita` jdum iktar.", "Irrid niġbed l-attenzjoni wkoll dwar il-ħtieġa ta' lay-bys fil-Belt u f'postijiet oħra, kif ukoll il-ħtieġa għal għassa stretta fuq l-użu mhux awtorizzat ta' parkeġġ speċjali.", "Per eżempju, nhar is-Sibt li għadda ħdejn il-Palazz il-Belt ma kienx hemm parkeġġ vojt għal vetturi ta' persuni b'diżabilita` billi xi nies bla kuxjenza pparkjaw il-karozzi tagħhom fuq l-ispazji disponibbli għal iktar minn ħames sigħat.", "Jien nixtieq nistaqsi fejn kienu l-wardens u jekk itteħdux xi passi dwar dan.", "Peress li l-ħin ma jippermettix aktar tard se nitlob permess sabiex inqiegħed fuq il-Mejda tal-kamra kopja ta' diskors dwar \"Parents Perspective - Human Rights - Disability Children\" li sar fi Strasbourg.", "Dan id-diskors jagħti dawl tajjeb għall- problemi u l-isfidi li għandna negħlbu iktar 'il quddiem f'dan il-qasam.", "Nixtieq nistieden lill-partit Laburista biex hu wkoll jagħti sehmu b'mod speċjali fejn tidħol il-ħidma ta' kunsilli lokali mmexxija minnu u hawnhekk nixtieq insemmi eżempju wieħed.", "Waqt programm li sar fuq stazzjon privat saret kritika ħarxa fuq ġnien li jinsab mitluq f'lokalita` mhux 'il bogħod minn hawn u jekk dan hu minnu għandu jiġi rranġat minnufih.", "Pero` hawnhekk nixtieq insemmi l-ġnien William Harding li jinsab f'Pembroke li minn fuqu għaddejja triq.", "Hemmhekk hemm bżonn ta' crash barrier għax hemm il-periklu kbir li fih jaqgħu l-karozzi.", "Dan minbarra li l-ġnien jinsab f'telqa kbira.", "Ladarba nstabu l-flus biex saru front gardens privati u toroq bla permess, għandhom jinstabu flus sabiex isiru affarijiet bżonjużi bħal dawn li għadni kif semmejt.", "Sur President, jien bħala kunsillier ta' Pembroke kont ġbidt l-attenzjoni wkoll li l-bandli jinsabu fi stat diżastruż u huma perikolużi.", "Peress li fil-viċin hemm żewġ skejjel għat-tfal bi bżonnijiet speċjali tlabt ukoll li fil-ġonna li hemm jagħmlu xi logħob speċjalizzat għal dawn it-tfal.", "Ninsab ċert li l-partit Laburista, u nittama anke l-kunsilli lokali l-oħra, jieħdu nota ta' dan li qed ngħid sabiex fil-postijiet pubbliċi jkun hemm latrini speċjalizzati għal nies b'diżabilita` u jkun hemm xi logħob biex tfal b'diżabilita` jkunu jistgħu jintegraw ma' tfal oħra.", "Ladarba qed nitkellem fuq it-tfal inħoss li għandi nagħmel appell lill- kummissarju għat-tfal, is-Sinjura Sonia Camilleri.", "Naf li din hija mara serjissima u ta' l-affari tagħha, iżda rrid niġbed l-attenzjoni dwar programm li ntwera dan l-aħħar fuq l-istazzjon ta' l-Istat li fih tifla, li probabbilment ġiet adottata mill-Afrika, dehret tibki u tolfoq quddiem il- camera meta ġiet ikkonfrontata dwar l-immigrazzjoni u l-intolleranza.", "Ma naħsibx li għanda nesponu tfal b'dan il-mod għax irridu nżommu quddiem għajnejna li hawn ħafna familji li b'sagrifiċċji kbar adottaw tfal mill- Afrika u minn pajjiżi oħra madwar id-dinja.", "Nemmen li dan mhux sew u għandna noqogħdu ferm attenti kif jiġu esposti t-tfal fuq il-media.", "M'għandniex inħallu l-issues ta' tfal b'diżabilita`, immigrazzjoni u integrazzjoni f'qafas wieħed.", "Dan mhux sew u hemm ħafna x'jingħad fuq dan il-qasam.", "Sur President, l-emendi kostituzzjonali li tkellimt fuqhom illum huma eżempju li rridu nagħtu lill-sħabna fl-Ewropa.", "Tassew inħoss li fil-qasam tal-valuri u tal-ħajja, iċ-ċkejkna Malta tista' turi d-dawl lill-pajjiżi Ewropej li, rridu nammettu, li kultant imorru fl-estrem fejn jidħlu ċerti libertajiet.", "Qabel nagħlaq irrid nitlob il-permess tal-Kamra biex inqiegħed xi dokumenti fuq il-mejda tal-Kamra.", "MR SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "FRANCO GALEA: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Ritratt li juri tabella fi triq dwar parking għal persuni b'diżabilita`; u", "Kopja ta' diskors li sar minn Ms Marchita Mangiafico, Viċi President tas-Soċjeta` Nazzjonali Ġenituri ta' Persuni b'Diżabilita`, f'laqgħa tal-Kunsill ta' l-Ewropa li saret f'Novembru 2004.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joseph Falzon.", "ONOR.", "JOSEPH FALZON: Mr Speaker, illum nixtieq niddedika dan l- aġġornament għal problema li naħseb li qed tippreokkupa lil ħafna nies għar- raġuni li kultant ċerti affarijiet isiru bi skop tajjeb pero` jkunu far- fetched.", "Nibda billi nsemmi l-operat tal-gwardjani lokali.", "Jien naqbel perfettament mal-konċett tal-gwardjani lokali pero` bħal kull ħaġa oħra hemm xi nuqqasijiet li jkun tajjeb li jiġu indirizzati.", "Il-gwardjani lokali ilhom numru ta' snin li ġew introdotti u huwa tajjeb li jkun hemm l- infurzar tal-liġijiet għax jekk ma jkunx hemm sens ta' dixxiplina se jkun hawn rebus sħiħ fil-pajjiż.", "Naħseb li rridu nitilqu mill-punt fundamentali li l-gwardjani lokali, minbarra li jkunu qegħdin hemm biex iżommu d- dixxiplina, iridu jedukaw lill-poplu dwar is-sinjali tat-traffiku, għax huwa proprju fuq dawn is-sinjali li l-aktar li qed ikun hemm kontravvenzjonjiet.", "Kultant naqgħu f'ċerti anomaliji u hawnhekk nixtieq insemmi l-proġetti li qed isiru fid-diversi toroq ta' pajjiżna.", "Dawn it-toroq għamilhom il-gvern bis-saħħa tal-protokoll Taljan.", "Forsi jkun hawn min jistaqsi: Dawn x'għandhom x'jaqsmu mal-gwardjani lokali?", "Kif wieħed jista' jimmaġina kull proġett joħloq xi ftit ta' l-inkonvenjenza pero` jkun tajjeb li nibqgħu ninsistu li jsir il-construction method report għax filwaqt li tkun qed tesegwixxi dawk ix-xogħlijiet kollha, kemm jekk ikunu toroq u kemm jekk ikunu proġetti kbar u anke żgħar, dan ir-rapport jiġi esegwit ħalli l-inkonvenjenza tkun minima.", "Ovvjament id-diffikultajiet dejjem jinqalgħu u qed insemmi t-toroq għax malli tara xi proġett għaddej tkun taf li se tispiċċa biex tgħaddi minn toroq li ma jkunux tas-soltu u ġieli jkollok tgħaddi wkoll on the wrong side of the road – kif jitolbuk dawk li jkunu qed jaħdmu - minħabba li fin- naħa l-oħra tat-triq ikunu qed isiru x-xogħlijiet.", "F'każijiet bħal dawn ma tantx hemm alternattiva għax f'Malta ma tantx għandna toroq u ċerti main routes huma inevitabbli.", "Għalhekk ikollok tħalli t-traffiku għaddej waqt li jkunu qed isiru x-xogħlijiet.", "Din hija xi ħaġa li lanqas il-kuntrattur ma jieħu pjaċir biha pero` kif għedt qabel, din hija xi ħaġa inevitabbli.", "Pero` biex inkomplu ngħaxxquha - għalhekk fil-fatt fil-bidu għedt li kultant ċerti affarijiet ikunu far-fetched - nhar is-6 ta' Mejju għall- ħabta tan-12.30 p.m. kont għaddej minn triq li ġiet channelled għax kienu qed isiru xi xogħlijiet u sibt quddiemi ħafna traffic signs li aktar ifixkluk milli jgħinuk – dawn ikunu hemm b'mod temporanju biex juruk minn fejn trid tgħaddi imma xi kultant jikkontradixxu lil xulxin – u mbagħad fit- tarf tat-triq sibt gwardjan lokali lest biex jagħti ċ-ċitazzjonijiet lil min jikser xi sinjal tat-traffiku.", "Dan il-gwardjan lokali li kien qiegħed f'dan il-post partikolari - nista' ngħid li dan jaqa' taħt il-kunsill lokali ta' Ħ'Attard - kien qed jagħti ċ- ċitazzjonjiet għal kontravvenzjonijiet meta ma kien hemm linja ta' xejn u kont qiegħed kważi in the middle of nowhere.", "Dan qed ngħidu għax ma jagħmilx sens li meta jkun hemm ix-xogħol għaddej issib gwardjan lokali lest biex jagħtik ċitazzjoni fuq kontravvenzjoni ta' traffiku li la tkun taf jekk hijiex qiegħda hemmhekk b'mod permanenti u lanqas tkun taf jekk hijiex qiegħda hemm b'mod temporanju.", "Din il-ħaġa naraha totalment out of context u naħseb li dawk in-nies li huma responsabbli għal dan għandhom jibagħtu lill-gwardjani lokali f'postijiet fejn jiġu miksurin regoli li jkunu qegħdin hemmhekk b'mod permanenti.", "F'dan il-każ naqbel li jingħataw ċitazzjonijiet, imma meta jkun hemm ħafna traffic signs temporanji ma tistax tinforza l-liġijiet, speċjalment meta ssib sinjali li jikkontradixxu lil xulxin.", "Jien lest li nagħti aktar dettalji pero` naħseb li l-gwardjani lokali għandhom igħassu lokalitajiet fejn hemm il-periklu.", "Hawnhekk nixtieq insemmi triq li ngħaddi minnha kważi kuljum.", "Qed nirriferi għan-niżla li minn St Andrews tagħti għal Baħar iċ-Ċagħaq fejn kemm inti u nieżel kif ukoll int u tiela' għandek periklu kbir.", "Kulmin jgħaddi minn dik it-triq, anke jekk ikun għaddej għall-affari tiegħu bi speed baxx, xorta jkun espost għal periklu kbir għax f'dan il-post ħafna sewwieqa jsuqu bi speed esaġerat u għalhekk ma nafx għaliex ma jitqiegħdux speed cameras f'din iż-żona partikolari.", "Hemmhekk hemm qisha bankina ta' sitt pulzieri li kultant tiġi fix-xejn u allura ma ssib xejn biex jiggwidak, jiġifieri anke jekk wieħed ikun għaddej bi speed baxx jista' jitlef il-kontroll tal-vettura tiegħu.", "Naħseb li din hija area li trid tiġi mħarsa mill-aktar fis qabel ma nitilfu iktar ħajjiet ta' persuni innoċenti.", "Dan apparti li nitilfu ħajjiet ta' ħafna żgħażagħ li jkunu għaddejjin bi speed qawwi.", "Nemmen li aktar ma nagħmlu miżura ta' kontroll tat-traffiku malajr aktar se nkunu qegħdin insalvaw individwi minn inċidenti li f'ċerti każi jkunu fatali.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada l-Erbgħa, 18 ta' Mejju 2005, fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mis-Segretarju Parlamentari.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "SERQ TA' OĠĠETTI MILL-QORTI", "11920.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm insterqu oġġetti mill-qorti kull sena għal dawn l-aħħar għaxar snin?", "X'insteraq u kemm instabu minnhom?", "ONOR.", "TONIO BORG: L-uniku rapport ta' serq mill-qrati tal-ġustizzja matul dawn l-aħħar għaxar snin kien fl-2003 meta security officer irrapporta li kienu naqsu erba' fire extinguishers mill-basement tal-qorti u sal-lum dawn għadhom ma nstabux.", "RAVE PARTY F'PARADISE BAY", "11921.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid x'inhuma l-kriterji u l- kondizzjonijiet għall-party li se jsir f'Ġunju li ġej ġewwa Paradise Bay?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi l- mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "KONTIJIET TAT-TELEFON", "12108.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm tħallsu mill-kontijiet tat-telefon li ħarġu għal Diċembru/Jannar?", "Sar xi tnaqqis għalihom fil-kont li għadu kemm ħareġ f'dawn il-ġranet għall- perijodu Frar/Marzu?", "Kemm jammonta dan it-tnaqqis?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 1130.", "LOW COST AIRLINES", "12109.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid liema huma l-linji ta' l-ajru low cost li wrew interess li joperaw lejn u minn Malta?", "X'kondizzjoniet qed jagħmlu biex jibdew joperaw?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "LOW COST AIRLINES", "12110.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid jekk saritx konsultazzjoni ma' l-Air Malta dwar l-impatt li jista' ikollhom linji ta' l-ajru low cost fuq l-operat tal-linja nazzjonali?", "X'kienet ir- reazzjoni ta' l-Air Malta?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Filwaqt li ninforma lill-Onor.", "Interpellant li liċenzjar biex linji ta' l-ajru joperaw f'Malta hija r-responsabbilta' ta' ministeru ieħor, nista' nikkonferma li saru konsultazzjonijiet ma' l-Air Malta li talbet li jkollha l-istess kondizzjonijiet u trattament bħal kwalunkwe linja ta' l-ajru oħra.", "GĦAWDEX - PERSUNI BOARDED OUT", "12111.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid mis-sena 2002 sal-lum kemm persuni ġew boarded out f'Għawdex?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għall-aħħar parti tat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 10789.", "STUDENT EXCHANGE BEJN MALTA U Ċ-ĊINA", "12112.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l- ftehim li ġie ffirmat fiċ-Ċina l-gimgħa li għaddiet dwar bdil ta' studenti għal skopijiet edukattivi?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ikun aħjar jekk l-Onor.", "Membru jindirizza l- mistoqsija tiegħu lill-ministru ta' l-affarijiet barranin.", "PULIZIJA ON EXTRA DUTY", "12113.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jikkonferma l-Viċi Prim Ministru li l-maġġoranza tal- pulizija li jkunu xogħol waqt partiti tal-football ikunu on extra duty?", "X'persentaġġ ikun hemm li jkunu assenjati bħala xogħol normali?", "Jikkonferma li peress li hemm pulizija li ilhom ma jitħallsu minn Novembru 2004, hemm min mhux qed japplika biex imur volontarjament u b'konsegwenza t'hekk qed jiġi ordnat?", "X'inhu l-ammont totali sa l-24 ta' April, 2005 li jridu jitħallsu l-pulizija, anke fil-każ ta' Għawdex?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi extra duty with pay isir minn dawk il-membri tal-korp li jkunu talbu sabiex jaħdmu dan ix-xogħol kull fejn ikun meħtieġ fuq bażi volontarja.", "Informat ukoll illi bħala regola, 33% tal-pulizija assenjati f'logħbiet tal- football jkunu bi ħlas.", "Ikun hemm okkażjonijiet fejn f'logħbiet ta' ċerta entita' dan il-persentaġġ jiżdied.", "Fil-preżent l-ammont dovut mill-MFA for extra duty jammonta għal Lm15,029 filwaqt li fil-każ ta' Għawdex huwa ta' Lm1,701.", "RABAT - XOGĦOL TA' MANUTENZJONI", "12274.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tara li jsiru xogħlijiet ta' manutenzjoni fil-gallarija perikoluża li hemm fl-indirizz li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Għaddejt it-talba ta' l-Onor.", "Interpellant lid- dipartiment tal-bini u tiswija ta' djar għal azzjoni meħtieġa.", "RABAT – KAŻ TA' PENSJONI", "12275.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tistħarreġ il-possibbilta' li jitħaffu l-proċeduri ta' l-applikazzjoni għall-pensjoni ta' ċerta persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Ninsab informata li l-persuna indikata ġiet informata bil-miktub dwar il-każ tagħha direttament mid-dipartiment tas- sigurta' soċjali.", "PROVISIONAL TAX", "12276.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jinvestiga l-każ ta' anzjana li ħallset Lm58, Lm38, Lm39 u Lm80 f'taxxa matul dawn l-aħħar 16-il xahar?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "DISTRETTI 11 U 12 – XOGĦOL TA' TOROQ", "12287.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 10466, 10837 u 11849 u jgħid xi proġetti għandu l-ministeru fir-rigward ta' toroq u żvilupp urban għall-ibliet u rħula tal-11 u t-12-il distrett elettorali?", "Kemm huwa stmat li se jiġu jiswew dawn ix-xogħlijiet?", "Meta mistennija jibdew u jitlestew?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ninsab informat li x-xogħol ta' toroq u żvilupp urban għall-ibliet u rħula tal-11 u t-12-il distrett elettorali għas-sena 2005 hu kif jidher mid-dokument li qed jitpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "INVESTIMENT, INDUSTRIJA U TEKNOLOĠIJA TA' L-INFORMAZZJONI - ĦADDIEMA ĠODDA", "12331.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 12164 u jgħid kemm persuni ġodda ġew impjegati fid-dipartimenti, aġenziji u enti pubbliċi li jaqgħu taħtu tul is-sena 2004 sal-lum?", "Minn fejn ġew impjegati?", "X'kien il-grad u kif saret is-sejħa għall-impjieg?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-informazzjoni għadha qed tinġabar.", "TA' QALI CRAFTS VILLAGE", "12333.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 11299, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm huma l-kirjiet tal-proprjeta' li hemm f'Ta' Qali crafts village?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi f'Ta` Qali crafts village kien hemm 99 allokazzjoni b'kirja u waħda b'ċens.", "Wara l-31 ta' Diċembru, 2003 id-99 kirja ma ġewx imġedda waqt li l-allokazzjoni mogħtija b'ċens għadha għaddejja, peress li sal-31 ta' Diċembru dawn l-allokazzjonijiet kienu amministrati mill-MDC.", "Mhux possibbli min-naħa tad-dipartiment ta' l-artijiet li jgħid kemm kienet tinġabar kera peress li ċ-ċens ta' Lm913 fuq l-unika allokazzjoni enfitewtika għadu qiegħed jinġabar.", "RAĦAL ĠDID: TRIQ IX-XEWK - ASFALTAR", "12335.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Jista' il-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi żviluppi in konnessjoni ma' informazzjoni li ngħatat b'risposta għall-mistoqsija parlamentari 10426", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "TA' QALI CRAFTS VILLAGE", "12336.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 11716 u jippreżenta lill-Kamra l-pjani tal-gvern għal Ta' Qali crafts village?", "Jista' ipoġġi wkoll fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim tal- kirja?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: F'dan l-istadju m'għandi xejn x'inżid mat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 11716.", "TA' QALI CRAFTS VILLAGE", "12339.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 11715 u jgħid kemm hemm negozji reġistrati f'Ta' Qali crafts village?", "Jista' jaqsamhom settur b'settur?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: F'dan l-istadju m'għandi xejn x'inżid mat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 11715.", "BAĊIR NRU.", "1", "12341.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-prior information document relatat ma' l-iżvilupp, l-operazzjoni u t-tmexxija tal- baċir numru 1?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Id-dokument mitlub mill-Onor.", "Interpellant qed jitpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "MOLL TA' L-ISLA", "12342.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 12163, peress li issa għalaq il-perijodu tat-tendering għax-xogħol fuq il-moll ta' l-Isla, jista' il-Ministru jgħid meta preċiżament se jibda dan ix-xogħol?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li issa li ħarġet il-letter of acceptance, il-kuntrattur għandu sebat ijiem biex jippreżenta garanzija bankarja lid-dipartiment tal-kuntratti.", "Hekk kif din tiġi ppreżentata tinħareġ l-order to start works minn dan il-ministeru, bil- kuntrattur jibqagħlu tmien ġimgħat biex jagħmel ix-xogħlijiet neċessarji.", "GĦAJNUNA GĦALL-MARD", "12343.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tara li jitmexxa l-każ ta' familja li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, biex jinħarġilha l- benefiċċju għall-mard?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Ninsab informata li l-persuna indikata mill- Onor. Interpellant ġiet informata dwar l-każ tagħha mid-dipartiment tas- sigurta' soċjali.", "POLLUTION UNIT", "12355.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 11976 u jgħid għaliex żewġ ħaddiema li kienu jaħdmu mal-Medserv u li sussegwentement ġew mislufa mal-pollution unit, ilhom sentejn bla xogħol?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "GĦAWDEX – UPGRADING TAL-BIĊĊERIJA", "12356.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għal Għawdex: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 12082, tista' il-Ministru tgħidilna meta ssaqqaf il-bini in kwestjoni ?", "Meta nbdew ix-xogħlijiet?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Jien informata li x-xogħol fuq dan il-bini beda fit-8 ta' Novembru, 2004 u ssaqqaf fil-21 ta' April, 2005..", "ŻGĦAŻAGĦ IMRESSQA L-QORTI", "12357.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 12035, jista' il-Viċi Prim Ministru jikkonsidra li tali statistika tibda tinżamm?", "ONOR.", "TONIO BORG: Għaddejt is-suġġeriment ta' l-Onor.", "Interpellant lill- awtoritajiet kompetenti.", "SAFAR MINN UFFIĊJALI TAL-GVERN", "12359.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 12302 u jgħid liema huma dawk l-uffiċjali tal-gvern intitolati jsiefru club class, apparti mill-ministri, segretarji parlamentari u segretarji permanenti?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 12302.", "ERM II", "12360.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija 12268 u jqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra l-istudji ta' feasibility dwar is-sħubija ta' Malta fl-ERM II, kif talbet l-oppożizzjoni u kif issuġġerixxa wkoll l-ex-ministru tal-finanzi, l-Onor.", "John Dalli f'artiklu tiegħu ta' \"The Sunday Times\" tal- Ħadd li għadda?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "DOUBLE TAXATION AGREEMENT MAL-USA", "12362.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 12265 u jgħid x'passi beħsiebu jieħu l-Gvern Malti dwar id-double taxation agreement ma' l-Istati Uniti, bħala follow-up għaż-żjara riċenti tal- Foreign and European Affairs Committee tal-Parlament?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 12265.", "GAS PIPELINE", "12381.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Billi hemm diskussjonijiet bejn l-Italja, il-Libja u l- Unjoni Ewropea dwar medda ta' gas pipeline li jista' ikun ta' interess u benefiċċju għall-qasam ta' l-enerġija f'pajjiżna, jista' il-Ministru jgħid jekk sarux jew kienx hemm xi attentat min-naħa tal-gvern biex forsi Malta tkun tista' tkun inkluża f'dan l-investiment?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ma nafx li hemm diskussjonijiet bejn il-Libja, l- Italja u l-Unjoni Ewropea dwar medda ta' gas pipeline.", "ST.", "LUKE'S – WAITING LIST GĦALL-OPERAZZJONIJIET", "12384.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm persuni fuq il-waiting list biex issirilhom operazzjoni fl-isptarijiet tal-gvern u kemm ilhom jistennew f'kull każ?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "ĦAL QORMI: TRIQ IS-SAJF – TINDIF TA' MAIN TAD-DRENAĠĠ", "12389.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid għaliex mit-tappieri li jinsabu fi Triq is-Sajf k/m Triq id-Deheb fin, Ħal Qormi kultant żmien joħorġu ntejjen qawwija ta' drenaġġ li qed jikkawżaw inkonvenjent kbir għar-residenti tal-viċin?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninsab informat li se jsir tindif tal-main tad- drenaġġ fit-toroq imsemmija fil-ġranet li ġejjin biex jittaffa l- inkonvenjent imsemmi u se jiġu ssiġillati t-tappieri.", "QASAM TA' L-INFORMATIKA", "12390.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 12303, jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi pjani biex hu jżur l-Iżrael?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-ministeru għandu l-intenzjoni li jiftaħ diskussjonijiet mal-Gvern ta' Iżrael f'qafas ta' kollaborazzjoni fil-qasam ta' l-ICT, li possibbilment tista' tinkludi żjarat tiegħi f'Iżrael.", "ĦELSIEN MIT-TAXXA DOPPJA", "12391.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 12304 u jgħid kemm hemm u liema huma t-trattati għall-ħelsien mit-taxxa doppja li qed jiġu nnegozjati bħalissa?", "Kemm minnhom ġew konklużi f'dawn l-aħħar sentejn?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 12304.", "BIRGU – ISTALLAR TA' STAIRLIFT", "12404.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid x'alternattiva jista' joffri d-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali lil koppja anzjana b'diżabilita' li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?", "Tista' l-awtorita' tad-djar tipproponi li jsir stairlift?", "X'passi se jieħdu d-dipartiment u l-awtorita' f'dan il-kuntest?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Ninsab informata li l-awtorita' tad-djar ma rċeviet ebda talba għall-istallar ta' stairlift f'dan ir-rigward.", "AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA", "12405.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid fejn waslet it-talba ta' mara miżżewġa Tuneżin biex tieħu post alternattiv?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Ninsab informata li l-applikazzjoni tal-persuna ndikata qed tiġi kkonsidrata flimkien ma' oħrajn simili.", "BIRGU - SPEZZJONI TA' DAR", "12406.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid meta se ssir ispezzjoni fil- fond li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Ninsab informata li l-ispezzjoni li għamel riferenza għaliha l-Onor.", "Interpellant ilha li saret minn Novembru tas-sena 2000.", "XGĦAJRA: TRIQ IL-MULETT - ASFALTAR", "12407.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jgħid meta se tiġi asfaltata Triq il-Mulett, fix-Xgħajra?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li Triq il- Mulett, fix-Xgħajra tagħmel parti mil-lista ta' toroq li se jsiru mill-ADT u se ssir skond il-prioritajiet li joħorġu minn dan il-programm.", "KALKARA - ASFALTAR TA' TOROQ", "12408.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jgħid meta Triq il-Konvoj ta' Santa Marija, Triq il-Ħbit mill-Ajru u Triq Antonio Falzon, fil-Kalkara se jiġu rranġati u asfaltati?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li Triq il- Konvoj ta' Santa Marija u Triq Antonio Falzon jagħmlu parti mil-lista ta' toroq li se jsiru mill-ADT, bix-xogħol f'dawn it-toroq isir skond il- prioritajiet li joħorġu minn dan il-programm.", "Rigward Triq il-Ħbit mill-Ajru se ssir ispezzjoni mill-periti tad- direttorat.", "BIRGU: TRIQ SAN LAWRENZ - ASFALTAR", "12409.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jgħid meta se tiġi rranġata u/jew asfaltata Triq San Lawrenz, Birgu?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "ĦAL FARRUĠ - ART BISWIT TRIQ IL-BUGĦADAM GRIŻ", "12416.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk art biswit Triq il-Bugħadam Griż, f'Ħal Farruġ hijiex tal-gvern?", "Liema dipartiment hu responsabbli minnha?", "Jista' jgħid jekk tistax titnaddaf mill-iskart industrijali li hemm fiha?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li skond l-arkivji tat-taqsima proprjeta' tal-gvern, l-art li qed jirriferi għaliha l-Onor.", "Interpellant hija tal-gvern u amministrata mill-Malta Industrial Parks Ltd, li taqa' taħt il-ministeru għall-investiment, industrija u teknoloġija ta' l- informazzjoni.", "ĦAL FARRUĠ – KOSTRUZZJONI TA' TRIQ ĦAL QORMI", "12417.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jippreżenta lill-Kamra kopja tal-pjanta ta' kif se tinbena Triq Ħal Qormi, fl-inħawi ta' Ħal Farruġ?", "Jista' jindika f'liema parti se jsiru l-pelican lights u l-lay by?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Kopja tal-pjanta kif se tinbena Triq Ħal Qormi fl-inħawi ta' Ħal Farruġ qed titqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra.", "RAĦAL ĠDID - SKOLA PRIMARJA", "12418.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 11970, jista' il-Ministru jikkonferma li hawn qed nitkellmu fuq l-istess każ, peress li jien informat li dak li jirrigwarda student li ismu qed jintbagħat separatament ġara madwar xahrejn ilu?", "Jista' il-Ministru jinformana x'passi ttieħdu f'dan il-każ?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li ma kien hemm ebda każ ieħor barra dak imsemmi fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 11970.", "L-isem li għadda l-Onor.", "Membru m'għandu xejn x'jaqsam mal-każ li ġara sitt xhur ilu fl- iskola primarja 'A' ta' Raħal Ġdid.", "ĦAL FARRUĠ - TRIQ ĦAL QORMI", "12419.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jikkonsidra li fi Triq Ħal Qormi, f'Ħal Farruġ ikun hemm daħliet lejn il-housing estate li jipprovdu aċċess adegwat għar- residenti ta' din iz-zona, minħabba li bħalissa qed ikollhom jitilgħu lejn Ħal-Luqa sabiex imorru lejn darhom?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ninsab informat li bħalissa l-aċċess għall-housing estate ta' Ħal-Farruġ huwa miftuħ u mhux mistenni li ser jingħalaq sad-data meta ser jiġu kompluti x-xogħlijiet fuq il-junction ta' Ħal Farruġ.", "Din id- data mistennija li tkun għal madwar nofs Ġunju 2005.", "Fix-xhur li għaddew, l-aċċess għall-housing estate ta' Ħal Farruġ kellu jingħalaq mill-junction ta' Ħal Farruġ għal perijodi temporanji.", "Dan sar minħabba n-natura u l-iskala tax-xogħlijiet li kellhom jiġu esegwiti fl- istess junction.", "Dawn ix-xogħlijiet kienu jinvolvu it-tibdil ta' ħafna mis- servizzi eżistenti u saru wkoll il-connections meħtieġa tas-servizzi eżistenti ma' dawk istallati mill-ġdid.", "L-għeluq ta' l-aċċess in kwestjoni kien limitat għal meta l-passaġġ tal- vetturi lejn il-housing estate ta' Ħal Farruġ kien jippreżenta periklu għas- sewwieqa.", "Filwaqt li wieħed jifhem l-inkonvenjent għar-residenti minħabba tul addizzjonali ta' sewqan, l-awtorita' dwar it-trasport tassigura illi tali interventi fuq is-sistema tat-traffiku jsiru fl-interess tas-sigurta' tas-sewwieqa, liema sigurta' tista' tiġi mdgħajfa bil-passaġġi ta' vetturi qrib trinek fondi u qrib infrastruttura u makkinarju ta' skala konsiderevoli, hekk kif jiġu utilizzati fix-xogħol li qed isir f'dawn l- inħawi.", "ĦAL QORMI – REATI KRIMINALI", "12426.", "L-ONOR.", "CLYDE PULI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'kienu r-reati kriminali rrapportati lill-puliizja f'Ħal Qormi kull sena mill-2001 sa l- 2004?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi r-reati kriminali rrapportati lill-pulizija fil-limiti ta' Ħal Qormi matul is-snin 2001-2004 u skond statistika miżmuma mill-pulizija, huma kif jidher mit-tabella li qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "ĦAL KIRKOP – REATI KRIMINALI", "12427.", "L-ONOR.", "CLYDE PULI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'kienu r-reati kriminali rrapportati lill-pulizija f'Ħal Kirkop kull sena mill-2001 sa l- 2004?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi r-reati kriminali rrapportati lill-pulizija fil-limiti ta' Ħal Kirkop matul is-snin 2001-2004 u skond l- istatistika miżmuma mill-pulizija, huma kif jidher mit-tabella li qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "ĦAL-LUQA – REATI KRIMINALI", "12428.", "L-ONOR.", "CLYDE PULI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'kienu r-reati kriminali rrapportati lill-pulizija f'Ħal-Luqa kull sena mill-2001 sa l- 2004?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi r-reati kriminali irrapportati lill-pulizija fil-limiti ta' Ħal-Luqa matul is-snin 2001-2004 u skond l- istatistika miżmuma mill-pulizija huma kif jidher mit-tabella li qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "JOINT OFFICE", "12429.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk post li safa battal u li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, huwiex taħt il- kustodja tal-joint office jew le?", "ONOR.", "TONIO BORG: Il-fond li dettalji dwaru ntbagħtu separatament huwa amministrat mill-uffiċċju konġunt.", "TAXXI INTERNI - REFUND", "12430.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk hux possibbli li jingħata refund lil persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, ħlas li jmur lura għall-1996-1997 u li jammonta għal Lm244?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "ĦAŻ-ŻEBBUĠ – DJUN TAL-KUNSILL LOKALI", "12435.", "L-ONOR.", "CLYDE PULI staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx pagamenti dovuti mill- kunsill lokali ta' Ħaż-Żebbuġ?", "Għal liema xogħlijiet/servizzi u għal liema snin huma dovuti dawn il-flus?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Jien informat li l-imsemmi kunsill lokali preżentement għandu pendenza ta' Lm56,425.14, oltre spejjeż legali w imgħaxijiet legali - l-imgħaxijiet legali jiddekorru mit-13 ta' Novembru 2003 sal-jum tal-ħlas effettiv - dovuti lid-dipartiment tal-kostruzzjoni u manutenzjoni fi ħdan it-taqsima tax-xogħlijiet, ministeru għar-riżorsi u infrastruttura.", "Dan ix-xogħol huwa relatat ma' paving, patching, materjal provdut u labour costs fost oħrajn, xogħol li kien sar bejn l-1990 u l-2002, skond l-anness statememt li qed jitpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "ĦAŻ-ŻEBBUĠ: KUNSILL LOKALI – IFFRIŻAR TA' ASSI", "12436.", "L-ONOR.", "CLYDE PULI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 12298, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-kunsill lokali ta' Ħaż-Żebbuġ qattx kellu assi ffriżati?", "Għala kienu ġew iffriżati dawn l-assi?", "X'passi se jieħu d-dipartiment tal-kunsilli lokali?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li hemm mandat ta' sekwestru kontra l- kunsill lokali ta' Ħaż-Żebbuġ mid-dipartiment tal-kostruzzjoni u manutenzjoni għal xogħlijiet u servizzi pprovduti mill-imsemmi dipartiment li saru xi snin ilu.", "Se jsiru taħditiet bejn uffiċjali ta' l-istess dipartiment, is-sindku u d- direttur gvern lokali biex jinstab mezz sabiex titħallas is-somma dovuta.", "ĦAŻ-ŻEBBUĠ – SEGRETARJU ESEKUTTIV TAL-KUNSILL LOKALI", "12437.", "L-ONOR.", "CLYDE PULI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'passi qed jieħu d- dipartiment tal-kunsilli lokali dwar il-fatt li l-kunsill lokali ta' Ħaż- Żebbuġ ma ġiex imsejjaħ biex jiltaqa' u jiddiskuti agenda li tinkludi t- tiġdid jew mod ieħor tal-kuntratt tas-segretarju esekuttiv, meta l-istess persuna kienet uriet ix-xewqa li ġġedded il-kuntratt?", "Jista' il-Viċi Prim Ministru jikkonferma illi l-ittra ta' terminazzjoni tas-segretarju esekuttiv ħarġet mingħajr ma l-kunsill lokali kien informat uffiċjalment, tant li persentaġġ sostanzjali ta' kunsilliera lanqas biss kienu jafu li l- kuntratt kien ġie tterminat?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant illi kemm-il darba il- kunsill ma jiddiskutix it-tiġdid tal-kuntratt ta' segretarju esekuttiv meta dan ikun skada, is-segretarju esekuttiv jiġi meqjus li jkun intemmlu l- kuntratt ta' servizz ma' l-istess kunsill.", "Ladarba l-kuntratt ta' impjieg tas-segretarju esekuttiv tal-kunsill lokali ta' Ħaż-Żebbuġ ma ġiex imġedded, ma kienx hemm il-ħtieġa li tinħareġ ittra ta' terminazzjoni.", "Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija m'inix f'pożizzjoni nikkonferma dan.", "ECONOMIC CRIME UNIT TAL-PULIZIJA", "12440.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew investigati delitti mill-economic crime unit tal-pulizija f'dawn l-aħħar ħames snin?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi l-każi investigati mill-economic crime unit tal-pulizija tul dawn l-aħħar ħames snin huma kif jidher hawn taħt:", "|200|200|2003|200|2005*| |1 |2 | |4 | | |558|580|372 |491| 135 |", "*sat-13 ta' Mejju.", "GWARDJANI LOKALI - ĊITAZZJONIJIET", "12441.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm inħarġu ċitazzjonijiet mill-gwardjani lokali relatati ma' ksur tar-regolamenti tat- traffiku din is-sena?", "ONOR.", "TONIO BORG: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "ECONOMIC CRIME UNIT TAL-PULIZIJA", "12442.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm pulizija fl-economic crime unit?", "ONOR.", "TONIO BORG: Fil-preżent l-economic crime unit tal-pulizija hija komposta kif jidher hawn taħt:", "|Assistant | 1| |Kummissarju | | |Supretendent | 1| |Spetturi | 7| |Surġenti | 4| |Kuntistabbli |18 |", "ECONOMIC CRIME UNIT TAL-PULIZIJA", "12443.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-qorti mill-economic crime unit tal-pulizija f'dawn l-aħħar ħames snin?", "ONOR.", "TONIO BORG: L-informazzjoni dwar persuni mressqa l-qorti mill- economic crime unit tal-pulizija tul dawn l-aħħar ħames snin hi kif tidher hawn taħt:", "|2001|2002 |2003 |2004 |2005*| | 245| 327 | 259 | 324 | 83 |", "*sat-13 ta' Mejju.", "ŻJARA MILL-PRESIDENT TUNEŻIN", "12444.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin: Jista' il-Ministru jgħid meta se jżur Malta l-President tat- Tuneżija?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Qed isiru l-arranġamenti neċessarji dwar din il- viżita prospettiva li d-data tagħha titħabbar fiż-żmien opportun.", "SPTAR SAN LUQA - CASUALTY DEPARTMENT", "12445.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid kemm nies inqdew mill-casualty department ta' l-isptar San Luqa din is-sena u s-sena l-oħra?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Inqdew mill-casualty department 110,330 persuna fl- 2004 u 41,379 sas-17 ta' Mejju 2005."]} {"filename": "20030708_022d_par.doc", "date": "2003-07-08", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 22 It-Tlieta, 8 ta' Lulju, 2003 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 22 It-Tlieta, 8 ta' Lulju, 2003", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.01 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "22", "It-Tlieta, 8 ta' Lulju, 2003", "WERREJ", "MINUTI 54", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI 54", "TQEGĦID TA' KARTI 61", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-KORPORAZZJONI MALTIJA GĦALL-INTRAPRIŻA (IT-TIENI QARI)", "MALTA ENTERPRISE BILL (SECOND READING) 63", "AĠĠORNAMENT 85", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 91", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 21 li saret fis-7 ta' Lulju, 2003 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "OPM - MOBILE PHONES", "412.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill-Prim Ministru: Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' mobile phones li jintużaw mill-uffiċċju tiegħu u mid-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?", "Kemm kienet l-ispiża tas-servizz u tat- telefonati fl-ewwel ħames xhur tas-sena?", "Xi tħallas s'issa?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni) (f'isem il- Prim Ministru): Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra tabella li turi l- informazzjoni mitluba.", "FINANZI U AFFARIJIET EKONOMIĊI - MOBILE PHONES", "413.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' mobile phones li jintużaw mill-ministeru u mid-dipartimenti u entitatjiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?", "Kemm kienet l-ispiża tas- servizz u tat-telefonati fl-ewwel ħames xhur tas-sena?", "Xi tħallas s'issa?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem il-Ministru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomiċi): Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li n-numru ta' mobile phones li jintużaw mill-ministeru tal-finanzi u servizzi ekonomiċi u mid- dipartimenti u entitatjiet li jaqgħu taħt id-dekasteru huwa ta' 131.", "Matul l-ewwel ħames xhur ta' din is-sena l-ispiża tas-servizz u tat- telefonati li saru mill-istess ministeru kienet ta' Lm11,991.78, filwaqt li l-ispiża mħallsa s'issa tammonta għal Lm8,125.94.", "TII - MOBILE PHONES", "414.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għat-Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u Investiment: Jista' il- Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' mobile phones li jintużaw mill- ministeru u mid-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?", "Kemm kienet l-ispiża tas-servizz u tat-telefonati fl-ewwel ħames xhur tas-sena?", "Xi tħallas s'issa?", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru tal-Ġustizzja u Intern) (f'isem il-Ministru għat-Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u Investiment): Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "AFFARIJIET BARRANIN - MOBILE PHONES", "415.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n- numru ta' mobile phones li jintużaw mill-ministeru u mid-dipartimenti u entitatjiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?", "Kemm kienet l-ispiża tas- servizz u tat-telefonati fl-ewwel ħames xhur tas-sena?", "Xi tħallas s'issa?", "ONOR.", "JOE BORG (Ministru għall-Affarijiet Barranin): In-numru ta' mobile phones li jintużaw mill-ministeru, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħti huwa 59.", "L-ispiża tas-servizz tat-telefonati ta' l-ewwel ħames xhur ta' din is-sena kienet ta' Lm12,965.30 li minnhom tħallsu Lm12,156.51.", "Tajjeb li nsemmi li dawn iċ-ċifri jinkludu mobile phones f'ambaxxati.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Brincat, domanda supplimentari.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Jista' il-Ministru jgħid jekk fuq livell komparattiv, din l-ispiża hijiex more or less on the same level tas-snin ta' qabel?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE BORG: Nista' ngħid li bejn l-1998 u s-sena 2000, konna għamilna perjodu nimmoniterjaw id-distakk ta' l-ispiża tat-telephone bis- sistema ta' fixed lines u meta qlibna għall-mobile phones - naturalment għal min kellu l-permess li juża mobile phone – u sibna li pressappoco l- ispiża baqgħet l-istess, jekk mhux addirittura orħos f'ċerti aspetti.", "GĦAWDEX - MOBILE PHONES", "416.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għal Għawdex: Tista' il-Ministru tgħid kemm hu n-numru ta' mobile phones li jintużaw mill-ministeru u mid-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha?", "Kemm kienet l-ispiża tas-servizz u tat- telefonati fl-ewwel ħames xhur tas-sena?", "Xi tħallas s'issa?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO (Ministru għal Għawdex): Jien informata li n-numru ta' mobile phones li jintużaw mill-ministeru u mid-dipartimenti kollha li jaqgħu taħtu huwa għaxra.", "L-ispiża tas-servizz u tat-telefonati fl-ewwel ħames xhur ta' din is-sena kienet ta' Lm1,756.03 u sal-lum tħallsu Lm1,587.78.", "EDUKAZZJONI - MOBILE PHONES", "417.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' mobile phones li jintużaw mill-ministeru u mid-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?", "Kemm kienet l-ispiża tas-servizz u tat- telefonati fl-ewwel ħames xhur tas-sena?", "Xi tħallas s'issa?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni): Qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra tabella li turi n-numru ta' mobile phones u l-ispiża tas-servizz.", "SELF-EMPLOYED - ĦRUĠ TA' LIĊENZJI", "908.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomiċi: Billi f'rapport tal-MIC kien intqal li ''Malta can continue to limit the number of licenses in certain sectors in which the self-employed operate'', jista' il-Ministru jgħid liema huma dawk is-setturi fil-qasam tas-self-employed li mhux se jkollhom limitazzjoni fil-ħruġ tal-liċenzji?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem il-Ministru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomiċi): ll-gvern għandu ftehim ma' l-Unjoni Ewropea li jista' jillimita l-ħrug tal-liċenzji skond il-ħtieġa, iżda s'issa għad ma hemmx deċiżjoni fuq liema setturi tan-negozju għandu jkun hemm limitazzjoni.", "Dan minħabba l-fatt li deċiżjoni għal-limitazzjoni tal-liċenzji m'hemmx bżonn li ssir minn issa.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Brincat, domanda supplimentari.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Spiss kienet tingħata l-impressjoni fi żmien in- negozjati ma' l-Unjoni Ewropea li konna se nillimitaw il-ħruġ tal-liċenzji sabiex nikkontrollaw aħjar il-kompetizzjoni diretta li jista' ikollhom setturi varji tan-negozju f'Malta.", "Issa hawnhekk qed jintqal li jista' ikun hemm ċirkostanzi fejn mhux se jkun hemm daqstant bżonn li jiġu limitati operaturi barranin.", "Jista' forsi l-Ministru allura jgħidilna jekk meta l-gvern kien qed jikkonsidra l-leverage tal-liċenzji - forsi jista' iweġibni l-Ministru Borg, peress li hu kien involut direttament fin- negozjati - għamilx xi studju biex jara liema settur tas-self-employed jiflaħ għal kompetizzjoni diretta minn barra u liema settur jiflaħ anqas?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE BORG: Ovvjament għal min ikun irid jidħol f'dettalji speċifiċi, dawk qegħdin jaħdmu fuqhom ministeri partikolari - f'dan il-każ il-ministeru tal-finanzi u affarijiet ekonomiċi, flimkien ma' l-għaqdiet rappreżentattivi - pero' b'mod ġenerali nista' ngħid li l-gvern żamm konsultazzjoni sħiħa ma' għaqdiet bħalma huma l-GRTU u ċ-chamber of commerce, kemm waqt il-perjodu tan-negozjati u anke wara n-negozjati.", "Imma wieħed irid japprezza wkoll li xi kultant l-għaqdiet rappreżentattivi jkollhom interessi diverġenti għax ikollok ċerti għaqdiet li jkunu jridu li jkun hemm ċerta miżura u jaf ikollok wkoll għaqdiet oħrajn li jkunu jridu liberalizazzjoni totali jekk jista' ikun illum qabel għada, Sur President.", "Ovvjament il-pożizzjoni tal-gvern dejjem kienet – u hekk se tibqa' - li jipprova jsib it-triq li tkun ekwa skond iċ-ċirkostanzi, li fejn jista' jilliberalizza għandu jilliberalizza għax dak huwa bla dubju ta' xejn ta' ġid anke għall-konsumatur.", "Pero' jekk imbagħad dak il-proċess ta' liberalizzazzjoni jista' iġib miegħu xi hardship fuq l-operaturi fis-suq partikolari jew iġib xi glut fis-suq, allura hemmhekk il-gvern flimkien ma' l-għaqdiet rappreżentattivi, jipprova jsib triq li permezz tagħha jkun jista' jissalvagwarda u jilqa' għal dawn il-problemi potenzjali.", "Għaldaqstant naħseb li r-risposta tal-ministru tal-finanzi hi li bħala regola, bi sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, minkejja l-freedom to provide services u minkejja the right of establishment, Malta tista' tieħu miżuri partikolari, bħalma jagħmlu pajjiżi membri ta' l-Unjoni, billi f'ċerti każi ddaħħal il-bżonn ta' liċenzjar marbut man-numru massimu ta' liċenzji li jistgħu joħorġu.", "Fil-fatt hemm setturi fejn diġa' għandna dawn it-tip ta' miżuri u hemm setturi wkoll fejn jista' ikun hemm il-ħtieġa li nagħmlu dan il-liċenzjar, b'mod partikolari fil-kamp tat-trasport.", "Jista' ikun hemm il-ħtieġa li wieħed jintroduċi sistema ta' numru massimu ta' liċenzji għal ċerti kategoriji ta' operaturi, pero' bħala regola ġenerali m'hijiex l-intenzjoni tal-gvern illi jirrestrinġi l-operat bla bżonn.", "Jiġifieri fejn il-gvern jara li m'hemmx din il-ħtieġa m'huwiex se jirrestrinġi għax fl-aħħar mill-aħħar li jkollok suq ta' servizzi liberalizzat huwa ta' benefiċċju għall-konsumatur.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Il-Ministru qed jgħid li bħala punt ta' prinċipju, safejn huwa possibbli għandu jkun hemm suq liberalizzat mingħajr il-bżonn ta' dawn it-tip ta' liċenzji.", "Imma ma jaħsibx li dan jikkontrasta bil- kbir ma' dak li kien jintqal matul il-kampanja elettorali, b'mod partikolari min-naħa tas-segretarju parlamentari għas-self-employed, li kien iħobb jagħti l-impressjoni li se jkun hemm kważi blanket restrictions permezz ta' l-implimentazzjoni jew l-impożizzjoni ta' dawn it-tip ta' liċenzji, sabiex ma jkunx hemm kompetizzjoni diretta għas-self-employed lokali?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE BORG: Trid tapprezza li jista' ikollok nies li jipprovdu servizzi fil-qasam tal-kostruzzjoni, ngħidu aħna bennejja u naġġara, u jista' ikollok self-employed oħra bħal electricians, plumbers u oħrajn li għalkemm sal-lum uħud minnhom m'għandhomx bżonn ta' xi liċenzja partikolari – qed nitkellem off the cuff issa - xorta waħda jipprovdu servizz abbażi tal-fatt li għandhom l-esperjenza u għax ikun ilhom jaħdmu f'dak is-settur.", "Allura hawn wieħed jifhem il-bżonn li jkun hemm sistema ta' liċenzjar biex b'hekk il-pajjiż ikollu l-operat regolat.", "B'daqshekk ma jfissirx li billi ddaħħal sistema ta' liċenzjar tkun qed tillimita l- operaturi fis-suq.", "Jista' ikun li inti ddaħħal sistema ta' liċenzjar biex tirregola aħjar u tassigura servizz ġenwin għall-konsumatur.", "Jekk inti tqabbad plumber liċenzjat għandek tippretendi li jagħtik servizz tajjeb u meta ma jkunx liċenzjat, ikun ifisser li mhux suppost jopera fis- suq.", "Allura dawn it-tip ta' miżuri jidħlu biex ikun hemm iżjed professjonalita', fejn tista' iddaħħal in-neċessita' ta' kwalifiki jew ta' ċertu numru ta' snin ta' taħriġ qabel ma wieħed ikollu liċenzja.", "Naħseb li f'dan is-sens kien qed jesprimi ruħu l-Onor.", "Edwin Vassallo meta kien jgħid li għandu jkun hemm liċenzjar ta' l-operaturi kollha fis-suq jew ta' kważi kollha, pero' nerġa' ngħid li b'daqshekk ma jfissirx li inti tkun qed tillimita.", "Over and above that, jekk għall-grazzja ta' l-argument il-pajjiż ma jiflaħx għal aktar minn 500 taxi, tista' tgħid li għal dak it-tip ta' servizz in- numru massimu ta' liċenzji għandu jkun ta' 500.", "B'hekk inti ma tkunx qed tiddiskrimina abbażi ta' nazzjonalita' imma biex ma jkollokx flooding tas- suq.", "Imbagħad tista' tuża sistemi oħrajn.", "Per eżempju, fil-kamp tal- farmaċija għandek limitazzjoni ta' natura ġeografika, fejn within certain parameters ma jistax ikollok iżjed minn ċertu numru ta' farmaċiji.", "Fis- settur tal-petrol stations, anke fl-Ewropa, hemm miżuri li huma determinati abbażi ta' geographical delimitations u mhux neċessarjament bis-saħħa ta' dak li nsejħulu numerus clausus.", "STANDARDS AMBJENTALI", "909.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid xi studji jew kalkoli saru sabiex il- gvern wasal biex qal li Malta tista' tiffranka bejn euro 24 miljun u euro 130 miljun jekk tapplika l-istandards ambjentali ta' l-Unjoni Ewropea?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-istudju li qed jirriferi għalih - \"benefits of compliance with the environmental acquis for candidate countries\" - inħadem mill-Kummissjoni Ewropea għal kull pajjiż kandidat u jinstab fuq il-link http://europa.eu.int/comm/environment/enlarg/benefit_en.htm.", "Dan l-istudju jispjega fid-dettal kif ic-cifra ta' bejn euro 24 miljun u euro 130 miljun ġiet maħduma.", "PARALLEL IMPORTATION", "910.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Billi kien hemm xi korpi kostitwiti ewlenin li kienu kontra parallel importation, jista' il-Ministru jgħid jekk fil-MEUSAC kienx hemm reazzjoni kuntrarja għad-deċiżjoni ta' l-Unjoni Ewropea li tesiġi li parallel importation tal-mediċini hija permessa?", "ONOR.", "JOE BORG: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li bħala regola ġenerali, parallel importation ilha permessa f'Malta għal snin twal u dan bis-saħħa ta' deċiżjonijiet tal-qrati fuq din il-materja.", "Fir-rigward tal-mediċini, nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li mill- minuti tal-laqgħat tal-MEUSAC dwar il-moviment ħieles tal-prodotti kif ukoll dik dwar il-kompetizzjoni, ma jirriżultax li kien hemm korpi kostitwiti li riedu jirreġistraw l-oġġezzjoni tagħhom, jekk kellhom, fil- minuti relattivi.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Brincat, domanda supplimentari.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, ir-raġuni għala għamilt din il- mistoqsija hi li meta konna fil-gvern aħna, għalkemm konna konxji li l-liġi tippermetti parallel importation, kien ikollna ħafna rappreżentazzjonijiet kemm minn korpi kostitwiti ewlenin - ma nħossx li għandi nagħti ismijiet hawnhekk - u anke minn individwi f'kariga għolja f'dawn l-istess korpi kostitwiti.", "Jiġifieri ma sarux abbokkamenti mal-gvern biex forsi din il- problema tiġi megħluba, lanqas b'mod informali?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE BORG: Fil-fatt fir-risposta tiegħi jien għedt li ma jirriżultax li kien hemm korpi kostitwiti li riedu jirreġistraw l- oġġezzjoni tagħhom fil-minuti relattivi, jekk qatt kellhom oġġezzjoni.", "Ovvjament saru diversi laqgħat u ma nistax ngħid mija fil-mija li ma kienx hemm xi rappreżentant ta' xi għaqda partikolari li waqt xi laqgħa tal- MEUSAC ma esprimiex it-tħassib tiegħu dwar il-liberalizazzjoni fil-qasam ta' l-importazzjoni tal-mediċini.", "Pero' nerġa' ngħid li kull darba li ġejna għall-vot – għax aħna invarjabbilment fil-MEUSAC dejjem tlabna biex naraw jekk kienx hemm għaqdiet rappreżentattivi, waħda jew iżjed, li riedu jirreġistraw l-oġġezzjoni tagħhom għan-negotiating position li konna qed nieħdu – ma jirriżultax li kien hemm xi korp kostitwit li ried jirreġistra l-oġġezzjoni tiegħu b'mod formali.", "Ovvjament hawnhekk qegħdin nillimitaw ruħna għan-negotiating position dwar il-moviment ħieles tal-prodotti u dik dwar il-kompetizzjoni.", "F'dawk iż- żewġ negotiating positions aħna staqsejna jekk kienx hemm xi oġġezzjoni min- naħa ta' l-għaqdiet rappreżentattivi.", "Nerġa' nikkonferma li fiż-żewġ negotiating positions m'hemm xejn li jgħid illi aħna ridna nitolbu xi forma ta' deroga jew xi arranġament speċjali f'dak li għandu x'jaqsam ma' parallel importation ta' mediċinali.", "Huwa ovvju wkoll li għalkemm jista' ikun hemm parallel importation fil- qasam mediċinali, irid ikun hemm ċerti health standards, fis-sens li l- ministeru tas-saħħa jkun jista' jikkontrolla li l-mediċini li jidħlu jkunu tajba.", "Jiġifieri hemm checks oħrajn li jistgħu jsiru u nerġa' nirrepeti li meta kkonsultajna mal-minuti tal-laqgħat tal-MEUSAC inkonnessjoni mal-free movement of goods u tal-kompetizzjoni, sibna li ma kien hemm l-ebda riżerva mill-ebda għaqda rappreżentattiva f'dan ir-rigward.", "Nerġa' nirrepeti li dan ma jfissirx li ma setax kien hemm xi ħadd partikolari li waqt id-diskussjoni stqarr li din seta' kellu xi riżervi fuqha għax ma niftakarx preċiż, pero' meta ġejna għall-vot ħadd ma talab illi jirriżerva l-pożizzjoni tiegħu f'dan ir-rigward.", "COMPANY TAX", "911.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomiċi: Fid-dawl tad-deċiżjoni ta' diversi pajjiżi ta' l-Ewropa Ċentrali u ta' l-Ewropa tal-Lvant li jbaxxu l-corporate tax għall-medja ta' 18%-19%, jista' il-Ministru jgħid għandux xi pjan biex ibaxxi l-company tax sabiex ma nitilfux il-kompetittivita' tagħna fit-tfittxija ta' investiment dirett barrani ġdid?", "ONOR.", "JOHN DALLI (Ministru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomiċi): Għalkemm inkunu qegħdin nieħdu nota ta' dak li jkun qed jiġri madwarna, nista' ngħid li fil-preżent ma jeżistux pjani biex il-gvern ibaxxi l-company tax.", "Il-Business Promotion Act fiha dispożizzjonijiet adegwati biex Malta ma titlifx il-kompetittivita' tagħha fit-tfittxija ta' investiment barrani.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Brincat, domanda supplimentari.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Imma ma jaħsibx il-Ministru li r-riferenza li għamel għall-Business Promotion Act hija tassattiva wisq meta donnu qed jipprova jagħti l-impressjoni li għandu xi assigurazzjoni li m'aħniex se nitilfu l- kompetittivita' tagħna?", "Jien konvint li l-Ministru huwa konxju daqsi u aktar minni dwar dak li qed jiġri fl-Ewropa Ċentrali u fl-Ewropa tal-Lvant.", "Jaf daqsi li hemm a concerted effort biex dawn ibaxxu l-company tax u ovvjament with this in mind li jien għamilt il-mistoqsija tiegħi, Sur President.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Jien nirringrazzja lill-Onor.", "Membru għal dan l- interess, Sur President.", "Naturalment aħna rridu naraw is-sitwazzjoni tat- taxxa mil-lat ħolistiku, mhux biss mil-lat ta' revenue imma wkoll mill- impatt illi jista' ikollha fuq affarijiet oħra.", "Wieħed irid jara wkoll illi t-taxxa mhux neċessarjament tkun imnaqqsa across the board, għax wieħed jista' jagħmel strutturi ta' taxxa li jkunu jaffetwaw ċerti setturi pjuttost milli setturi oħrajn.", "Hemm ċerti strutturi li veru jrid ikollok ċerta kompetittivita' meta tiġi biex tikkompeti ma' ħaddieħor, pero' hemm ċerti setturi oħra fejn m'għandekx kompetittivita' as such, l-aktar f'dawk is-setturi li jipprovdu servizzi interni li għalihom naturalment m'aħniex nikkompetu ma' oħrajn.", "Pero' kif għedt, aħna qegħdin inżommu s-sitwazzjoni taħt review kontinwa.", "Anke mill- MFSA u mill-unit tat-taxxa li għandna fl-MFSA, hemm skrutinju kontinwu ta' dak li jkun qed jiġri, studju kontinwu anke ta' sistemi ġodda li nistgħu noperaw.", "Li nista' ngħid hu li bħalissa m'għandna l-ebda intenzjoni li ngħidu li se nnaqqsu l-corporate tax.", "Huwa fatt ukoll li dalwaqt inkunu qed nagħmlu l-pjani tagħna , anke fil- kuntest ta' budgeting, biex noħorġu b'inizjattivi ġodda wara li nistudjaw l-andament ekonomiku li jidher li riċentement reġa' laħaq peak u naraw x'inhi s-sitwazzjoni.", "Ċertament f'dak l-ambjent li rridu nieħdu d- deċiżjonijiet tagħna.", "MTA - IRREGOLARITAJIET FINANZJARJI", "912.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jikkonferma l- Ministru li bħalissa qed isiru investigazzjonijiet f'mill-inqas żewġ uffiċini separati barranin ta' l-MTA dwar allegati irregolaritajiet finanzjarji?", "F'liema outposts qed isiru dawn l-investigazzjonijiet?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem il-Ministru għat-Turiżmu): Ninsab informat li l- awtorita' tat-turiżmu ta' Malta bħalissa qiegħda tinvestiga wieħed mill- uffiċini barranin tagħha fejn matul is-sena 2002 saret nefqa akbar mill- budget awtorizzat.", "L-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Brincat, domanda supplimentari.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Billi l-Ministru qed jikkonferma illi hemm mill-inqas uffiċċju wieħed ta' l-MTA fejn ġew allegati irregolaritajiet finanzjarji li wasslu għal infiq akbar minn dak awtorizzat, jista' il-Ministru jindika liema kien dan l-uffiċċju barrani?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jiddispjaċini imma quddiemi m'għandix din l- informazzjoni u għaldaqstant nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel id- domanda tiegħu bil-miktub.", "UPGRADING TA' ZONI TURISTIĊI", "920.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' il-Ministru jgħid xi programm għandu l-gvern għal xogħol ta' upgrading f'zoni turistiċi?", "Jista' jgħid liema huma dawn ix-xogħlijiet, meta se jsiru u kemm huwa mistenni li jiġu jiswew?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li x-xogħol li qiegħed jiġi ppjanat bħala upgrading f'żoni turistiċi għall-perjodu Ottubru 2003 u Ġunju 2004 jikkonsisti f'xogħol ta' tisbiħ f'toroq interni ta' Paceville stmat madwar Lm800,000; xogħol ta' upgrading f'Xatt is-Sajjieda, Marsaxlokk stmat madwar Lm200,000; xogħol ta' tisbiħ fil-bajja ta' San Tumas, Marsaskala stmat madwar Lm50,000; xogħol ta' tisbiħ fl-inħawi tal-Gillieru, San Pawl il- Baħar stmat madwar Lm200,000; u t-tieni fażi ta' xogħol ta' tisbiħ fil- promenade tax-Xemxija stmat madwar Lm80,000.", "UPGRADING TAL-BAJJIET", "921.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru għat-Turiżmu: Jista' il-Ministru jgħid xi programm għandu l-gvern għal xogħol ta' upgrading f'bajjiet u xtut ?", "Jista' jgħid liema huma dawn ix-xogħlijiet, meta se jsiru u kemm huwa mistenni li jiġu jiswew?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem il-Ministru għat-Turiżmu): Il-ministeru qed jikkonsidra programm ta' titjib f'għadd ta' bajjiet, xogħol li jkun ikopri l-immaniġġjar ta' l-istess bajjiet.", "Għal dan il-għan beħsiebna nissottomettu applikazzjonijiet lill-MEPA.", "L-ewwel proġett li għandu jitwettaq huwa dak fil-bajja ta' San Ġorġ.", "RESTAWR TAS-SWAR", "922.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri): staqsa lill- Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' il-Ministru jgħid xi programm għandu l-gvern għal xogħol ta' restawr tas-swar?", "Jista' jgħid liema huma dawn ix-xogħlijiet, meta se jsiru u kemm huwa mistenni li jiġu jiswew?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li hemm il-ħsieb li jsiru diversi xogħlijiet ta' restawr, fosthom fil-Belt u fil-Kottonera.", "Uħud minn dawn ix-xogħlijiet bħal-landfront tal-Belt Valletta, St. John's Cavalier fil-Belt Valletta, St. Anne's Gate/St. Michael's Bastion ġewwa l- Isla u Fort Ricasoli diġa' qegħdin fl-idejn.", "L-Onor.", "Membru japprezza li l-ispiża tvarja skond il-proġett u għalhekk m'huwiex il-każ li wieħed jagħti xi figuri f'dan l-istadju.", "RINNOVAR TA' MUŻEWIJIET", "923.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid xi programm għandu l-gvern għal xogħlijiet ta' rinnovar ta' mużewijet?", "Jista' jgħid liema huma dawn ix-xogħlijiet, meta se jsiru u kemm huwa mistenni li jiġu jiswew?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem il-Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura): Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.", "RESTAWR TAS-SWAR", "924.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' il-Ministru jgħid kemm saru xogħlijiet ta' restawr fuq s-swar fis-snin 2000, 2001, 2002 u 2003?", "Jista' jghid liema huma dawn ix-xogħlijiet, meta saru u kemm swew?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li x-xogħol ta' restawr fuq swar - inkluż strutturi oħra ta' difiża militari - li sar fis- snin 2000 u 2003 huwa kif ġej:", "|LOKALITA' |LM | |Restoration of St. Thomas |40,00| |tower, M'Scala |0 | |Pembroke battery |24,00| | |0 | |Tal-Ħamrija Tower, l/o |28,00| |Qrendi |0 | |Restoration of M'Scala |11,50| |Redoubt |0 | |St. Julian's Tower, Sliema|11,00| | |0 | |Notre Dame Gate, Floriana |8,000| |Għajn Tuffieħa coastal |6,000| |tower | | |Westreme Battery, Mellieħa|7,000| |Rinella Battery |23,00| | |0 | |Nadur Tower, Binġemma |5,500| |Conservation works at |15,00| |Couvre' Porte |0 | |Restoration works at |47,00| |Polverista Gate, Bormla |0 | |Paving works at Notre Dame|15,00| |Gate, Birgu |0 | |Works on St. Anne's gate, |10,00| |Senglea |0 | |Works on St. Helen's gate,|55,00| |Bormla |0 | |Works on Rinella Gunpowder|19,00| |Guardhouse |0 | |Works on St. John's |20,00| |Bastions's Birgu |0 | |Restoration works, |19,00| |Victoria lines |0 | |Conservation works to Fort|28,00| |Ricasoli |0 | |Cleaning and restoration |30,00| |of Portes de Bombes |0 |", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: F'din it-tabella hemm imniżżel li sar xogħol ta' restawr fuq Polverista Gate li tagħmel parti minn St. Nicholas married quarters f'Bormla, dak is-sur li rriferejt għalih drabi oħra.", "Forsi l- Ministru jaf jgħidli x'inhi r-raġuni li dik il-parti li ma kenitx perikoluża sarilha xogħol ta' restawr, filwaqt li l-parti l-oħra fejn hemm il-married quarters li hija storika daqsha u li hija fi stat imminenti li taqa' – minbarra li hija wkoll ta' periklu għal min ikun għaddej minn dawk l-inħawi - għadu ma sarilhiex ix-xogħol ta' restawr meħtieġ?", "Hemm il-ħsieb li dan ix-xogħol isir?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, dan huwa suġġett li tqajjem il-bieraħ f'din il-Kamra u anke tqajjem il-ġimgħa l-oħra.", "Jien tlabt l-informazzjoni dwar dik il-parti li qed jirriferi għaliha l-Onor.", "Mizzi u nispera li fil- jiem li ġejjin inkun nista' ngħaddihielu.", "(Interruzzjonijiet)", "Ladarba l-Onor.", "Membru qed jindika li f'dan l-post hemm struttura li hija perikoluża, se nagħti istruzzjonijiet biex ix-xogħol fuqha jsir b'mod immedjat.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru Louis Galea.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar mobile phones użati fil-Ministeru ta' l-Edukazzjoni u fid- dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta` tal-Ministru ta' l- Edukazzjoni bejn Jannar u Mejju 2003, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari 417;", "Tagħrif dwar l-iskejjel fejn qed tiġi mgħallma l-\"PE Option\" u l-għadd ta' studenti f'kull skola li qed jieħdu dan is-suġġett, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari 969; u", "Tagħrif dwar l-għadd ta' għalliema gradwati/mħarrġa biex jgħallmu l- edukazzjoni fiżika (PE), bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari 970.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru. 146 ta' l-2003 - Regolamenti dwar il-Ġarr Stradali ta' Merkanzija b'Vetturi bil-Mutur; u", "f'isem il-Ministru għat-Turiżmu nqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru. 157 ta' l-2003 – Regolamenti ta' l-2003 li jemendaw ir-Regolamenti ta' l-2002 dwar Drittijiet għat-Turiżmu.", "MR SPEAKER: Il-Ministru Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru tal-Ġustizzja u Intern): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru. 147 ta' l-2003 - Ordni ta' l-2003 dwar il- Kummissarju ta' l-Artijiet (Trasferiment ta' Drittijiet u Responsabbiltajiet) (Nru. 2);", "Avviż Legali Nru. 149 ta' l-2003 – Avviż ta' bidu fis-seħħ ta' artikolu 263 ta' l-Att ta' l-2002 dwar il-Proċeduri fil-Qrati u fit- Tribunali (Att Nru XXXI ta' l-2002);", "Tagħrif dwar karozzi użati minn dipartimenti li jaqgħu taħt ir- responsabbilta` tal-Ministru tal-Ġustizzja u Intern, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari 975;", "f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent inqiegħed fuq il- mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru. 158 ta' l-2003 – Regolamenti ta' l-2003 li jemendaw ir-Regolamenti dwar il-Ħarsien ta' l-Għasafar u tal-Fenek Selvaġġ (Emenda Nru. 2); u", "f'isem il-Ministru għaż-Żgħażagħ u l-Kultura nqiegħed fuq il-mejda tal- Kamra:", "Tagħrif dwar xogħol ta' rinovar fuq mużewijiet pubbliċi matul il- perijodu bejn l-2002 u Mejju 2003, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari 925.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Lista ta' persuni fid-dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta` u tal-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura li għandhom karozza tal- kiri, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari 976.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Debono.", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO (Ministru għal Għawdex): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar karozzi wżati mill-Ministeru għal Għawdex u minn dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta` tal-Ministru għal Għawdex, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari 977.", "MR SPEAKER: Il-Minstru Joe Borg.", "ONOR.", "JOE BORG (Ministru għall-Affarijiet Barranin): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:-", "Avviż Legali Nru. 148 ta' l-2003 - Ordni ta' l-2003 li jemenda l-Ordni dwar il-Konvenzjoni dwar l-Aspetti Ċivili fis-Sekwestru Internazzjonali ta' Minuri (Emenda Nru. 2); u", "f'isem il-Ministru għat-Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u Investiment inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru. 150 ta' l-2003 - Avviż ta' bidu fis-seħħ ta' ċerti dispożizzjonijiet ta' l-Att ta' l-2001 dwar il-Protezzjoni u l- Privatezza tad-Data (Att Nru. XXVI ta' l-2001);", "Avviż Legali Nru. 151 ta' l-2003 - Avviż ta' bidu fis-seħħ ta' ċerti dispożizzjonijiet ta' l-Att ta' l-2001 dwar il-Protezzjoni u l- Privatezza tad-Data (Att Nru. XXVI ta' l-2001);", "Avviż Legali Nru. 152 ta' l-2003 - Avviż ta' bidu fis-seħħ tar- Regolamenti ta' l-2003 dwar l-Ipproċessar ta' Data Personali fis- Settur tat-Telekomunikazzjonijiet;", "Avviż Legali Nru. 153 ta' l-2003 - Regolamenti ta' l-2003 li jemendaw ir-Regolamenti dwar l-Ipproċessar ta' Data Personali fis-Settur tat- Telekomunikazzjonijiet;", "Avviż Legali Nru. 154 ta' l-2003 - Regolamenti ta' l-2003 dwar in- Notifika u t-Tariffi fl-Att dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad- Data (Att Nru XXVI ta' l-2001);", "Avviż Legali Nru 155 ta' l-2003 - Regolamenti ta' l-2003 dwar Terzi Pajjiżi (Att dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tat-Data) (Att Nru XXVI ta' l-2001); u", "Avviż Legali Nru 156 ta' l-2003 - Avviż ta' bidu fis-seħħ ta' ċerti dispożizzjonijiet ta' l-Att ta' l-2001 dwar il-Protezzjoni u l- Privatezza tad-Data (Att Nru. XXVI ta' l-2001).", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-KORPORAZZJONI MALTIJA GĦALL-INTRAPRIŻA", "MALTA ENTERPRISE BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mis-7 ta' Lulju ̧2003.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Chris Agius huwa in possession.", "ONOR.", "CHRIS AGIUS: Sur President, il-bieraħ għamilt xi kummenti dwar xi partijiet tal-liġi pero` llum nixtieq nerġa' nitkellem ftit fuq klawsola 27 għax nemmen li din il-parti tal-liġi se toħloq implikazzjonijiet serji fuq il-futur ta' l-impjiegi ta' ċerti ħaddiema li llum qegħdin fuq il-kotba ta' l-MDC, ta' l-IPSE u tal-METCO, li kif nafu fi ftit żmien ieħor dawn se joħorġu mix-xena darba għal dejjem.", "Sur President ̧ se nikkwota subklawsola (1) ta' klawsola 27 li tgħid hekk:", "\"Dawn l-affarijiet li għandhom x'jaqsmu ma' l-enti speċifika msemmija hawn iktar 'l isfel m'għandhomx jiġu trasferiti lill-Korporazzjoni.\".", "Imbagħad l-istess liġi tkompli tgħid x'inhuma dawk l-affarijiet li mhux se ġġorr magħha l-Malta Enterprise u fil-fatt paragrafu (b) ta' subklawsola 1 ta' klawsola 27 jgħid hekk:", "\"Il-proċedimenti kollha quddiem il-qrati u l-proċedimenti pendenti li jkunu nbdew ̧ qabel id-data effettiva, bejn xi waħda mill-Korporazzjoni għal Żvilupp ta' Malta, il-Malta External Trade Company Limited, jew l-Institute for the Promotion of Small Enterprise Limited u xi impjegat ta' xi waħda minn dawk l-entijiet, sew preċedenti sew li jkunu jeżistu f'dak il-waqt;\".", "Sur President, kulmin ikollu xi tilwima industrijali jew xi każ ta' diskriminazzjoni kontra tiegħu imur quddiem it-tribunal ta' l-inġustizzji, pero` hawnhekk qed naraw li jekk ikun hemm xi impjegat ta' xi waħda minn dawn it-tliet korpi li se jispiċċaw li jkun irid ifittex l-azjenda tiegħu għaliex forsi jkun hemm xi promozzjoni u jkun inqabeż jew inkella tħalla ma jagħmel xejn għal numru ta' snin, forsi minħabba l-kulur politiku tiegħu ̧ dan ma jistax jieħu r-rimedju tiegħu mingħand il-Malta Enterprise.", "F'kull każ simili se jkollu jkun il-gvern li jerfa' r-responsabbilta`.", "Allura x'jiġri jekk xi ħaddiem ta' waħda minn dawn l-entitajiet li se jiġu xolti jirbaħ xi każ f'xi tilwima industrijali jew xi każ ta' inġustizzji u allura jintalab rimedju?", "Kif se jingħata dan ir-rimedju jekk, per eżempju, dan ikun inqabeż u ma jkunx ħa xi promozzjoni?", "Imbagħad klawsola 27 tkompli tgħid x'mhux se ġġorr magħha l-Malta Enterprise.", "Fil-fatt paragrafu (ċ) igħid hekk:", "\"obbligazzjonijiet li joriġinaw:", "mill-kuntratti kollha ta' impjieg ma' l-impjegati ̧ u", "il-kuntratti kollha għal servizzi ma' aġenti, konsulenti jew provdituri ta' servizzi, li jkunu saru u li jkunu effettivi qabel id- data effettiva, bejn xi persuna msemmija f'(i) jew (ii) hawn qabel u xi waħda mill-Korporazzjoni għal Żvilupp ta' Malta ̧ il-Malta External Trade Company Limited jew l-Institute for the Promotion of Small Enterprise Limited.\".", "Issa nixtieq nitkellem ftit fuq l-impjiegi tal-ħaddiema.", "Naħseb li kulmin iltaqa' ma' xi ħaddiema ta' l-IPSE, tal-METCO jew ta' l- MDC - huwa żgur li matul il-kampanja elettorali twila li kellna ħafna mill- membri ta' din il-Kamra kellhom iċ-ċans li jiltaqgħu ma' wħud minnhom – jafu t-tħassib serju li għandhom dawn il-ħaddiema dwar il-futur tagħhom.", "U jien nistaqsi: Dawk li se jkunu xxurtjati – ħalli nsejħilhom hekk – u jintgħażlu biex jagħmlu parti mill-Malta Enterprise se jibqgħu jgawdu l- pagi u benefiċċji oħra li għandhom sal-lum?", "Dawn għandhom xi garanzija li mhu se jitilfu xejn minn dak li sal-lum gawdew?", "U dawk l-imsieken ħaddiema li mhux se jiġu magħżula fejn se jmorru?", "Skond il-liġi dawn ma jistgħux jiġu assorbiti bħala mpjegati tal-gvern pero` din il-liġi qed tgħidilna li l-avukat ġenerali ̧ jiġifieri l-gvern ̧ se jkun responsabbli li jkompli jerfa' d-drittijiet kollha.", "Allura dan ifisser li se jkun hemm xi bypass tal-liġi u min jibqa' barra mill-Malta Enterprise jispiċċa jagħmel parti miċ-Ċivil?", "Jekk jiġri hekk, dawn se jżommu l-istess pagi u benefiċċji li għandhom sal-lum?", "Jista' jkun li jkollna xi ripetizzjoni ta' dak li għaddew minnu l-ħaddiema tal-Kalaxlokk?", "Se nisfurzaw lil dawn il-ħaddiema jaċċettaw \"downsizing\" - kelma li dan l-aħħar saret popolari - tal-pagi u benefiċċji oħra biex dawn ma jitilfux l-impjieg tagħhom u biex ikunu jistgħu jiġu at par mal-ħaddiema tal-gvern, li nafu li l-kondizzjonijiet tagħhom m'għandhomx x'jaqsmu ma' dawk ta' dawn it-tliet entitajiet?", "Dawn huma ftit mill-mistoqsijiet li saru lili min-numru ta' ħaddiema li llum jagħmlu parti minn dawn it-tliet entitajiet u li ma jafux x'se jiġri minnhom.", "Ftit tal-ġranet ilu ħaddiem ta' l-MDC qalli li f'laqgħa li kellhom madwar għaxar xhur ilu mal-Ministru ta' dak iż-żmien, l-Onor.", "Josef Bonnici, ġew assigurati li ħadd minnhom ma kien se jitlef l-impjieg u nitfa waħda mal- kondizzjonijiet li gawdew sal-lum.", "Fil-fatt il-Ministru kien qalilhom ukoll li minħabba din il-bidla m'hemmx biżgħa li jintilfu l-impjiegi.", "Allura llum li għandna ministru ġdid responsabbli għal dan it-tibdil kollu naħseb li jkun tajjeb li naraw jekk dan hux se jagħmel bħal dak li wiegħed il-ministru ta' qablu.", "Issa nixtieq ngħid xi ħaġa wkoll fuq klawsola 30 li daħlet fis-seħħ fl-1 ta' Mejju sabiex ikunu jistgħu jiġu reklutati ċ-chief executive officers u l-executive officers.", "Jien nixtieq infakkar daqsxejn kif tmexxa dan il-proċess kif intqal lili min-numru ta' ħaddiema ta' l-MDC.", "Madwar sena ilu l-MDC waqqfet team imsejjaħ \"change management team'' sabiex jara kif se jsiru l-bidliet u kif se jinħatar it-top management u skali oħra tal-Malta Enterprise.", "Dan it-team kellu l-vantaġġ li jkollu aċċess għal kull informazzjoni u għal kull file li xtaq jara - nittama li mal-ħatra tagħhom dawn in-nies ingħataw xi terms of reference dwar l-operat tagħhom u naħseb li jkun interessanti jekk waqt dan id-dibattitu nkunu nistgħu ningħataw spjegazzjoni dwar x'kienu t-terms of reference tagħhom - imbagħad, oħroġ l-għaġeb, wara li saru numru ta' interviews u wara li sar shortlisting, il-persuni li kienu jifformaw iċ-change management team intgħażlu jew aħjar għażlu lilhom infushom bħala t-top management tal-Malta Enterprise.", "Nittama li jkollna spjegazzjoni dwar kif sar il-proċess kollu ta' l-għażla u jekk ma ningħatawx spjegazzjoni li tissodisfa lil kulmin jaf b'dak li ġara, ngħid li sar kollox b'mod irregolari.", "Il-proċess kien ivvizzjat u bażwi u mhux se jippermetti li jkun hemm fiduċja fil-Malta Enterprise.", "Sur President ̧ il-bieraħ waqt l-intervent tiegħi tkellimt dwar is-settur tal-manifattura, wieħed mill-pilastri ta' l-ekonomija ta' pajjiżna pero` llum nixtieq inżid xi kummenti oħrajn.", "Wara li tajt ħarsa kif mar is- settur is-sena l-oħra nista' ngħid li hemm bżonn li nxammru l-kmiem sabiex inwaqqfu l-perijodu negattiv li għaddejjin minnu ħafna setturi tal- manifattura.", "Hawnhekk nixtieq nikkwota dak li hemm fil-Quarterly Review l-aktar riċenti tal-Bank Ċentrali ta' Malta.", "Fil-fatt f'paġni 19 u 20 ta' dan ir-rapport jingħad hekk:", "''Business Perception Survey", "The results of the latest business perceptions survey carried out for the Central Bank indicate that, in the case of the firms surveyed ̧ export activity slowed down during the last quarter of 2002, but the recovery in domestic demand continued.", "The majority of firms participating in the survey also considered it more likely that both inflation and the unemployment rate would rise, rather than fall ̧ over the next six months.", "The survey suggests that export sales by manufacturing firms remained stable during the final quarter of 2002, instead of rising as had been expected.", "Thus, capacity utilisation in the export-oriented manufacturing sector decreased slightly with a slight majority of establishments reporting below-normal order books.", "In the previous survey ̧ export-oriented manufacturing firms had forecasted a slowdown in the rate of expansion of their sales for the fourth quarter, though not by the extent that was actually registered.'',", "- hawnhekk kien hawn tnaqqis aktar milli kien previst -", "\"Instead of the projected 1.2% rise in turnover, respondents reported an increase of just 0.2%.", "This worse-than-expected performance was mainly reported by manufacturing firms in the clothing and footwear, chemicals and the miscellaneous manufacturing sub-sectors.", "Profit margins were also affected negatively, especially in the machinery and equipment sub-sector ̧ by the continued drop in the average price of sales.", "The turnover of locally-oriented establishments improved further during the quarter under review, with overall sales rising by a reported 1.2% ̧ instead of the projected 0.3%.''.", "Din qed insemmiha biex ħadd ma jaħseb li jien qed nikkwota dak li mar ħażin biss.", "Pero` mbagħad ir-rapport ikompli jgħid hekk:", "\"Despite this increase in sales, locally-oriented manufacturing firms continued to shed labour ̧ with employment reported to have dropped by 0.5% over the previous quarter ̧ twice the margin that had been projected by respondents in the preceding survey.\".", "Issa ħalli naraw x'bassru bħala short-term.", "\"Replies to the survey imply that the export activity should recover during the first quarter of 2003.''.", "Dawn huma affarijiet li nittamaw li jkollna pero` l-ewwel tliet xhur tas- sena diġà għaddew u riżultati għandna wkoll.", "\"Manufacturing firms are, in fact, projecting ...\"", "- għal dawn l-ewwel tliet xhur li għaddew -", "\"... a 2.2% increase in their foreign turnover ̧ with exporters in the food and beverages and machinery and equipment sub-sectors ̧ in particular ̧ forecasting a significant rise in sales.", "Nevertheless ̧ both export-oriented sectors are envisaging a drop in their demand for labour.", "Profit margins are, in fact ̧ expected to narrow further during the first quarter of 2003.''.", "Dan ir-rapport jitkellem dwar il-klima li għaddej minnha s-settur kummerċjali u naħseb li dan is-settur għandu jingħata l-attenzjoni sabiex ma jibqax għaddej minn dan il-mument negattiv.", "Nixtieq issa nsemmi xi ħaġa oħra interessanti li sibt fis-survey tal-Bank Ċentrali.", "F'paġna 102 ta' dan ir-rapport insibu tabella dwar kemm ġew approvati applikazzjonijiet għal proprjetajiet għal użu kummerċjali.", "L- informazzjoni li toħroġ minn hawn turina li għandna xi ħaġa li mhux sejra kif nixtiequ.", "Fil-fatt fis-sena 1997 ġew approvati 97 applikazzjoni, fis- sena 1999 l-applikazzjonijiet approvati telgħu għal 112 ̧ fis-sena 2000 niżlu għal 104 filwaqt li fis-sena 2001 reġgħu niżlu għal 58.", "Naħseb li dawn huma figuri li jitkellmu waħedhom.", "Issa nixtieq ngħaddi xi kummenti dwar ir-relazzjonijiet li se jkollha l- korporazzjoni Maltija għall-intrapriża ma' l-entitajiet li għandhom xi rabta mal-qasam industrijali u mal-qasam tax-xogħol, pero` l-ewwel u qabel kollox se ngħid xi ħaġa dwar il-qasam edukattiv.", "Sal-lum pajjiżna dejjem kien kapaċi jilqa' għall-isfidi li ġew quddiemu u l- poplu Malti u Għawdxi dejjem irnexxielu jaqla' l-għajxien tiegħu, pero` jien nistaqsi kemm verament qed nippreparaw għall-isfidi li se niffaċċjaw għada.", "Meta fis-sena 2000 sar survey mill-universita` ta' Malta fost is- setturi ta' l-ekonomija, irriżulta li sas-sena 2005, jiġifieri fuq perijodu ta' ħames snin, Malta se jkollha bżonn 44% iktar gradwati.", "Jien nistaqsi jekk l-universita` hijiex qed tkun informata f'liema setturi jenħtieġu iktar gradwati biex din tkun tista' taqdi d-domanda li hawn fis-suq, pero` sfortunatament kienu biss 35% mis-setturi differenti ta' l-ekonomija li ndenjaw ruħhom jirrispondu għall-mistoqsijiet li sarulhom mill-universita`.", "Hawn min jgħid li qed joħorġu ħafna gradwati mill-universita`, pero` jien nemmen li l-bżonnijiet li għandna m'humiex qed jiġu sodisfatti.", "Per eżempju, bla dubju n-numru ta' gradwati fil-qasam tat-teknoloġija ta' l- informatika u fl-inġinerija m'hux qed ilaħħaq mad-domanda u għalhekk naħseb li hemm bżonn urġenti li l-universita` ta' Malta u l-korporazzjoni Maltija għall-intrapriża jaħdmu id f'id sabiex jaraw x'tip ta' professjonisti se jkollna bżonn fil-futur qarib ħalli ma jkollniex iktar skill mismatches.", "Skond survey ieħor, li din id-darba għamlitu l-ETC, irriżulta li l-qgħad fost il-gradwati huwa wieħed baxx ħafna.", "Biżżejjed ngħid li skond dan l- istess survey, jirriżulta li filwaqt li f'Novembru, 1999 iggradwaw ftit inqas minn 2,000 persuna, sa xahar wara kienu biss 3.1% minnhom li kienu għadhom qegħdin ifittxu x-xogħol, għalkemm irriżulta wkoll li xahrejn wara kien għad baqa' 1.1% minn dawn il-gradwati li kienu għadhom qegħdin ifittxu mpjieg.", "Ikun tajjeb jekk ngħid ukoll li 48.7% minn dawn il-gradwati sabu mpjieg mas-settur pubbliku, jiġifieri mal-gvern jew ma' xi entita` jew korporazzjoni tal-gvern, filwaqt li 50.3% sabu l-impjieg tagħhom ma' kumpannija privata, u hawn naraw kemm il-gvern għad għandu id importanti fil-ħolqien ta' l-impjiegi.", "Minn survey ieħor li għamlet l-FOI dwar l-istudji vokazzjonali fi Frar 1999 irriżulta li kienu 67% ta' dawk li pparteċipaw fis-survey illi qalu li kienu qed jiltaqgħu ma' diffikulta` sabiex isibu jimpjegaw magħhom persuni bil-kwalifiki meħtieġa, u 55% minnhom qalu li kellhom l-impressjoni li l- universita` ma kenitx qed tagħti gradwati skond il-bżonnijiet li għandha l- industrija.", "Kif għedt diġa`, dan is-survey għamlitu l-FOI, li żgur għandha interess li s-setturi tagħha jsibu dak li jkunu qegħdin ifittxu.", "Relazzjoni oħra li għandu jkollha l-korporazzjoni Maltija għall-intrapriża - u jien ċert li se jkollha din ir-relazzjoni għax din hija msemmija fil- mission statement - hija ma' l-ETC u ma' l-MCAST għax jekk dawn it-tliet entitajiet jaħdmu id f'id, jien persważ li dawk li jiggradwaw ikunu ppreparati biex jieħdu l-impjiegi li l-futur jista' jressaq lejn xtutna.", "Jien nemmen li bi pjanar serju u fit-tul nistgħu nsaħħu s-settur ekonomiku ta' pajjiżna, pero` għad baqa' x'isir biex ikollna workforce ippreparata bis-serjeta`.", "Issa nixtieq nikkwota silta minn diskors li għamel id-direttur ġenerali tal- kamra tal-kummerċ waqt business breakfast, u naħseb illi dak li qal dan id- direttur għandu għaliex jinkwetana għax wara kollox dak li qal huma fatti; fatti li jfissru li mhux kollox sejjer kif mixtieq.", "Fil-fatt fost affarijiet oħra, id-direttur ġenerali tal-kamra tal-kummerċ, is-Sur Anthony Borg Cardona qal hekk:", "\"There are serious indicators of concern that require urgent addressing unless we want our business community to suffer severe shortages with adverse implications on the economy.\".", "- u hawn beda biex isemmi dak li qed iħassbu -", "\"Malta's youth employment rate is 13% higher than the EU average of 40%, low female labour participation rate standing at 33%.", "Misallocation of labour resources.", "High public sector share of employment.", "1/3 of the local workforce only attained primary level education or even lower.", "9% of the working population are illiterate.", "Low percentage of persons with a tertiary education compared to other European countries; the figure for Malta is 8% for persons aged between 25 and 29 compared to the EU average of 21%.", "Malta's relatively low spending on vocational training.", "Inadequate training budgets on the part of serving employees.", "Career advisors and counsellors may not be sufficiently trained to understand the requirements of employers.", "Deterioration in language ability.\".", "Mr Speaker, dawn huma kummenti li jitkellmu weħidhom, u jkun xieraq li jingħataw ċerta attenzjoni, anke għaliex huma fatti li xbajna nitkellmu dwarhom u nkaxkru saqajna fuqhom.", "Fil-fatt jekk wieħed kellu jħares lejn ċerti figuri li ġew ippubblikati matul is-snin li għaddew isib li dawn baqgħu l-istess u ma kienx hemm avvanz.", "Kif semmejt qabel, jien nemmen li l-preparazzjoni taż-żgħażagħ tagħna għad-dinja tax-xogħol ma tistax tibqa' tiġi njorata u għandha tkun fuq quddiem nett ta' l-aġenda ta' kulmin b'xi mod huwa involut jew għandu xi rabta mad-dinja tax-xogħol.", "Ilna nafu bin- nuqqasijiet li għandna fil-livell ta' taħriġ tal-workforce tagħna, u ilna nafu wkoll li dawk l-impjiegi li jenħtieġu livell minimu jew l-ebda taħriġ qed jonqsu ħafna, anzi kważi nistgħu ngħidu li qed jispiċċaw, u dan jista' jwassal sabiex minkejja li jkollna ħafna nies jirreġistraw għax-xogħol, ma jinstabux nies għal ċerti vakanzi ġodda li jistgħu jinħolqu.", "Il-fatt li għandna ammont sostanzjali ta' żgħażagħ qiegħda għandu jkun punt ta' tħassib, iktar u iktar meta tara li għandna 53% ta' dawk kollha jirreġistraw għax-xogħol li għandhom inqas minn 25 sena, f'liema eta` wieħed suppost ikun qiegħed jaħseb sabiex jipprepara t-triq għall-futur tiegħu.", "Bla dubju ta' xejn trid tingħata wkoll attenzjoni għall-problema tan-numru kbir ta' long term unemployed li għandna.", "Biżżejjed ngħid li 35% ta' dawk jirreġistraw għax-xogħol ilhom jirreġistraw għal aktar minn 18-il xahar u għandna kważi 700 persuna li ilhom jirreġistraw għal iktar minn ħames snin.", "Jekk wieħed iħares lejn il-preferenzi ta' dawk li jirreġistraw għax-xogħol, isib li fil-maġġoranza tagħhom dawn jistennew li l-impjieg li jinstabilhom ma jkun jenħtieġ l-ebda tagħlim jew sengħa.", "Mr Speaker, f'Settembru li għadda kellna 7,520 persuna tirreġistra għax- xogħol, li 1,800 minnhom kienu qed ifittxu xogħol ta' labourer, jiġifieri xogħol bla taħriġ, u 2,500 oħra kienu qegħdin ifittxu xogħol ta' operator fis-settur tal-manifattura.", "Naħseb li l-fatt li 57% ta' dawk kollha li qegħdin jirreġistraw għax-xogħol kienu qegħdin ifittxu impjieg bla ebda tagħlim jew sengħa għandu jqajjimna mir-raqda li ninsabu fiha u nagħmlu xi ħaġa sabiex iktar persuni jiġu ppreparati għad-dinja tax-xogħol.", "Jien nemmen li wieħed mill-ewwel passi li għandha tieħu l-korporazzjoni Maltija għall-intrapriża għandu jkun dak li flimkien ma' l-ETC, ma' l-MCAST u ma' l-universita` tara sew x'riżorsi umani għandna.", "Jien naf li l-ETC għandha database mill-iktar dettaljata u aġġornata fuq kull persuna li għandha mpjieg jew qiegħda tirreġistra.", "Naħseb ukoll li wasal iż-żmien illi l-iskejjel tagħna ma jibqgħux jagħtuna iktar studenti li wara numru ta' snin jattendu l-iskola, joħorġu mill-iskola ta' 16-il sena mingħajr lanqas biss jafu jiktbu u jaqraw u mingħajr l-ebda idea ta' xi sengħa partikolari.", "Din hija problema li ilna ħafna nitkellmu dwarha.", "Biżżejjed ngħid li jien ili Membru ta' dan il-Parlament kważi sitt snin u ta' kull sena nisma' li hemm bżonn issir xi ħaġa ħalli ma jibqgħux joħorġu mill- iskola dan in-numru kbir ta' illitterati li mbagħad isibuha diffiċli ħafna sabiex isibu posthom fid-dinja tax-xogħol.", "Jien nemmen li s-settur kummerċjali għandu jagħti s-sehem tiegħu wkoll f'dan ir-rigward għax ma jistax ikun li l-gvern jitħalla jaqdef waħdu.", "Wara kollox huwa fl-interess tas-settur kummerċjali stess li jkollna workforce imħarreġ u li jkollna ħaddiema li għandhom il-ħeġġa li jitgħallmu.", "Irrid ngħid ukoll li ma jistax ikun li kull darba li jmur xi żagħżugħ biex ifittex impjieg, jistaqsuh għall-esperjenza għax, ejjew ngħiduha kif inhi, żagħżugħ li jkun għadu ħiereġ mill-iskola x'esperjenza jista' jkollu?", "Mr Speaker, meta tara dawn il-fatti kollha li semmejt tinduna kemm hemm bżonn li dawn il-problemi jiġu tackled b'mod urġenti.", "Kif għedt diġa`, ma jistax ikun li jgħaddi iktar żmien u nibqgħu nitkellmu fuq dawn il- problemi.", "Il-korporazzjoni Maltija għall-intrapriża għandha tkun il-mutur wara l-industrija u n-negozju u għandha taħdem ma' l-universita`, ma' l- ETC, ma' l-MCAST, mad-dipartiment ta' l-edukazzjoni, ma' l-FOI, mal-GRTU, mal-Malta employers' association, mal-kamra tal-kummerċ u anke mat-trade unions biex dawn jagħtu l-kontribut tagħhom flimkien bil-għan li l-pajjiż ikollu iktar persuni ppreparati għad-dinja tax-xogħol.", "Kulħadd għandu jagħmel il-parti tiegħu u ma nistgħux nibqgħu reqdin fuq din il-ħaġa jekk irridu verament li l-ekonomija ta' pajjiżna tkompli tikber.", "Minkejja l-punti ta' kritika li qajjimt, nikkonkludi dan id-diskors billi nawgura suċċess lill-korporazzjoni Maltija għall-intrapriża għax wara kollox kulħadd f'din il-Kamra jixtieq li dan il-pajjiż jimxi iktar 'il quddiem.", "J'Alla l-korporazzjoni Maltija għall-intrapriża taħdem għax b'hekk pajjiżna jkun jista' joħloq iktar impjiegi u iktar ġid u nkunu nistgħu nressqu lejn pajjiżna investiment ġdid.", "Fl-aħħarnett nappella sabiex ikun hemm proċess trasparenti fl-għażla tal-workforce.", "Il-kummenti li smajt minn numru ta' ħaddiema ta' l-MDC u ta' l-IPSE dwar il-mod kif intgħażel it-top management ma jagħmel l-ebda ġieħ u għalhekk nittama li ma jsirux inġustizzji abbażi ta' politika imma l-persuni jintgħażlu skond il- kapaċitajiet tagħhom għax wara kollox il-korporazzjoni Maltija għall- intrapriża għandha bżonn l-iktar nies kapaċi u abbli biex tilħaq verament l- iskop li twaqqfet għalih.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Iktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Fenech.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Mr Speaker, ħadt gost nisma' l-kumment konklussiv ta' sieħbi l-Onor.", "Chris Agius meta dan qal li huwa jħares lejn il- korporazzjoni Maltija għall-intrapriża li se titwaqqaf b'mod pożittiv.", "Forsi min qed isegwi din id-diskussjoni qed jistaqsi għaliex kien hemm il- ħtieġa li nikkreaw din il-korporazzjoni li fiha se jiġu assorbiti l-MDC, l- IPSE u l-METCO.", "Dan kellu jsir sabiex nattiraw iktar investiment u jkompli jitkattar il-ġid ekonomiku u x-xogħol f'pajjiżna.", "Mr Speaker, laqatni ħafna l-kliem li ġie rrapportat li qal Charles Gargano minn wieħed mill-ġurnali bl-Ingliż, li huwa ċ-chairman u l-kummissarju ta' l-empire state development, li hija entita` prinċipali f'New York City li tippromwovi l-investiment.", "Fil-fatt waqt business lunch ospitat mill- Maltese-American chamber of commerce, li ngħata t-titlu \"Malta for Business - A New York Perspective\", Charles Gargano ġie rrapportat li qal hekk:", "\"It is amazing how Malta has amazing ingredients for whatever it wants to do in future, provided everyone works together.\".", "Ta' min jgħid, għall-benefiċċju ta' min qiegħed jismagħna u forsi ma jafx bl-Ingliż, li Charles Gargano qal li hija xi ħaġa inkredibbli kemm Malta għandha ingredjenti biex tagħmel dak li trid fil-futur, basta l-Maltin jagħrfu jaħdmu flimkien.", "U dan huwa l-għan prinċipali tal-korporazzjoni Maltija għall-intrapriża; li tgħaqqad l-isforzi kollha nazzjonali li jeżistu llum, fosthom lill-istakeholders li huma involuti f'dan is-settur.", "Naturalment m'iniex qed ngħid li l-MDC, l-IPSE u l-METCO ma kenux qed jagħmlu l-almu tagħhom biex iġibu l-investiment meħtieġ u joħolqu x-xogħol f'pajjiżna, imma jien nemmen li jekk ngħaqqdu l-isforzi nazzjonali kollha flimkien inkunu qed nutilizzaw ir-riżorsi tagħna b'mod iktar effettiv sabiex flimkien nattiraw iktar investiment lejn pajjiżna.", "Wieħed jista' jgħid li pajjiżna diġa` attira ħafna investiment għax fis- snin l-imgħoddija rajna ħafna kumpanniji li fetħu u kabbru l-investimenti tagħhom f'pajjiżna, imma llum irridu nagħrfu li qegħdin ngħixu f'dinja ikbar, f'dinja globalizzata u f'dinja kompettitiva li bla dubju ta' xejn se titlob sforzi ikbar biex nassiguraw li nibqgħu kompetittivi f'suq li qed isir dejjem iktar iebes biex tikkompeti fih daqskemm huwa miftuħ.", "Irridu nirrikonoxxu li jkun min ikun fil-gvern, ir-realta` se tibqa' li se jkollna noperaw f'dan it-tip ta' suq miftuħ, u dan mhux sempliċiment għax għażilna li nidħlu fl-UE imma għax illum il-kummerċ dinji huwa iktar miftuħ u liberali mingħajr ebda protezzjoni.", "Għalhekk illum kulmin huwa involut fis- settur ta' l-industrija jrid jara li Malta tibqa' l-għażla ta' min irid jinvesti.", "Illum m'huwiex biżżejjed li nattiraw iktar intrapriżi, u fil-fatt wieħed mir-rwoli ta' din il-korporazzjoni se jkun dak li tgħin lill-intrapriżi li diġa` jeżistu jikbru.", "Irridu nirrikonoxxu wkoll li xi darba jew oħra dawn l-intrapriżi jiġu mistiedna biex jiċċaqilqu minn Malta u jpoġġu l- investiment tagħhom f'pajjiżi oħra.", "Permezz tal-business promotion act u ta' l-industrial development act, aħna konna u għadna nagħtu diversi inċentivi lil min jagħżel li jiftaħ fabbrika f'pajjiżna, fosthom billi nibnulu din il-fabbrika aħna, pero` ma rridux nilludu ruħna li aħna biss qed nagħmlu dan, u għalhekk huwa importanti li naraw li mhux biss qed nattiraw investiment ġdid lejn pajjiżna imma li dak li ġibna b'tant sforz nibqgħu nżommuh biex in-numru ta' mpjiegi f'pajjiżna jibqa' jiżdied.", "Mr Speaker, bla dubju ta' xejn il-futur ta' Malta jiddependi minn kemm se nkunu kompetittivi.", "Kif għedt diġa`, spiċċa ż-żmien tal-protezzjoni, spiċċa ż-żmien li nipprovaw noħolqu l-industrija billi ma nħallux jidħol f'pajjiżna dak li hu prodott minn barra; illum qed nagħrfu li rridu nikkompetu kemm f'dik li hija kwalita` kif ukoll f'dak li huwa prezz.", "Il- poplu Malti jaf jagħżel, bħall-bqija tal-popli l-oħra.", "Per eżempju, tieħu gost tisma' li t-Taljani qed jagħrfu li t-tadama Maltija hija itjeb u aħjar mit-tadama Taljana, u dan hu l-mod kif aħna għandna nippromwovu l-prodott Malti.", "Mhuwiex biżżejjed li l-prodott ikun irħis imma jrid ikun ukoll ta' kwalita` għax il-konsumatur li jixtrih, irrispettivament minn jekk dan ikunx Malti jew barrani, se jagħżlu għax huwa tajjeb.", "Naturalment il-prezz irid ikun raġunevoli, pero` jekk stess ikun xi ftit ogħla minn ta' ħaddieħor, l-iktar ħaġa importanti hija l-kwalita`.", "Irridu nagħrfu wkoll li jekk illum hemm xi protezzjoni din hija temporanja u allura l-gvern irid jassigura li s-settur imprenditorjali kollu f'pajjiżna jasal għal livell ta' kompetizzjoni li jibqa' jipproduċi u jibqa' miexi 'l quddiem.", "L-istatistika turi li l-produttivita` ta' Malta per capita hija ta' madwar 70% tal-medja Ewropea filwaqt li l-prezzijiet u l-ispejjeż tagħna huma ta' madwar 90% tal-medja Ewropea.", "Għalhekk żgur li aħna ma nistgħux naħsbu iktar li nistgħu nikkompetu fis-suq internazzjonali billi noffru pagi baxxi.", "Kien hemm xi żmien meta konna naħsbu li nistgħu nissalvagwardjaw il- fabbriki u x-xogħol f'pajjiżna billi niffriżaw il-pagi, u dan ma rnexxiex.", "Wara kollox l-aspirazzjonijiet tal-poplu Malti u Għawdxi m'humiex li jkollna pagi baxxi u ffriżati imma li f'pajjiżna jkollna industrija li toffri x-xogħol u pagi tajbin, pero` biex dan iseħħ irridu nassiguraw li l- produttivita` tagħna tkun waħda għolja biex b'hekk il-prodott tagħna jkun kompetittiv.", "Irridu nagħmlu wkoll analisi nazzjonali dwar x'inhuma l- ispejjeż li jista' jkun li qegħdin joħolqu piż żejjed fuq l-industrija Maltija u fuq min qed jaħseb biex jinvesti f'pajjiżna, liema spejjeż jistgħu jkunu jew qed jinħolqu minn entitajiet pubbliċi jew inkella jista' jkun li jkunu qed jinħolqu minn entitajiet privati li jkunu qed jiċċarġjaw b'mod esaġerat għad-dettriment tat-tkabbir ekonomiku f'pajjiżna.", "Issa hawnhekk irrid nagħmilha ċara li jien m'iniex qed nissuġġerixxi xi tip ta' politika ta' kontroll, anzi qed nissuġġerixxi politika ta' iktar liberalizzazzjoni, speċjalment fis-setturi monopolistiċi ta' pajjiżna, li qed ikunu ta' piż fuq l-industrija u fuq il-kompetittivita` tagħna.", "Irridu nirrikonoxxu li jekk min qed igawdi minn sitwazzjoni ta' monopolju qed jiċċarġja għali ż-żejjed, filwaqt li in the short term huwa qed igawdi, in the long term qed ibati l-pajjiż kollu għax dan huwa ta' dettriment kemm għal min ikun qed jinvesti kif ukoll għal pajjiżna.", "Huwa biżżejjed li wieħed isemmi ċ-charges għoljin li dak li jkun qed jeħel sempliċement biex jitniżżel container minn fuq il-vapur għax-xatt.", "Mr Speaker, illum pajjiżna qed ikollu jiffaċċja l-kompetizzjoni mhux biss għaliex illum pajjiżi oħrajn qed jipproduċu l-istess affarijiet li nipproduċu aħna imma wkoll għax hemm problemi oħra li nħolqu minħabba ċ- ċirkostanzi ta' pajjiżna, liema problemi issa jridu jiġu megħluba.", "L- ewwelnett il-fatt li pajjiżna huwa pajjiż żgħir ħafna jagħmilna dipendenti fuq l-esportazzjoni għax aħna b'hekk biss nistgħu nkunu kompetittivi, u jien ma nistax nimmaġina kif pajjiżna jista' jkun kompetittiv meta prodott li jkun qed jiġi prodott lokalment ma jkunx qiegħed jiġi prodott fuq l- istess livelli ta' produzzjoni ta' barra.", "Forsi hawn jista' jkun hawn min jgħid: Imma kif jista' jkun?", "Mela aħna nistgħu qatt nipproduċu prodotti daqskemm jipproduċu barra?", "L-imprendituri Maltin għandhom jagħmlu l-kuraġġ u jemmnu iktar fihom infushom.", "Iva, aħna jista' jkollna fabbriki ta' l- istess kobor ta' pajjiżi oħrajn.", "L-istorja industrijali ta' pajjiżna turina li l-fabbriki l-kbar ta' pajjiżna dejjem kienu assoċjati ma' min se jiġi jinvesti minn barra - u hawn nista' nsemmi l-ST Microelectronics, il- Forsheda u l-Baxter - pero` għandna kumpanniji ta' ċertu daqs f'pajjiżna wkoll.", "Per eżempju, huwa biżżejjed li nsemmu lill-kumpannija Farsons, li qed tkun kapaċi tikkompeti fis-suq internazzjonali u għalhekk dan jurina li m'għandniex għalfejn naqtgħu qalbna.", "Fl-aħħar mill-aħħar, ġaladarba tiġi mwaqqfa l-korporazzjoni Maltija għall-intrapriża, din mhux se tkun hemm biss biex tinkoraġġixxi iktar investituri barranin jiġu f'pajjiżna imma anke biex tħeġġeġ lill-imprenditur Malti li jinvesti f'impjanti ikbar biex hu wkoll ikun jista' jkollu fabbrika ta' statura kbira biżżejjed li biha jkun jista' jikkompeti fuq livell internazzjonali.", "Mr Speaker, il-pajjiżi li qed jikkompetu b'livell ta' pagi iktar baxxi minn tagħna żgur li m'humiex dawk li rridu nagħżlu li nikkompetu magħhom.", "Fil- passat kellna din it-tip ta' strateġija, pero` llum kulħadd jirrikonoxxi li dan m'għandux isir.", "Sfortunatament f'pajjiżna għad għandna xi ftit fabbriki li għadhom iħaddmu din it-tip ta' strateġija, l-iktar dawk il- fabbriki li qegħdin fis-settur tat-tessuti, li kif kulħadd jaf jiddependi ħafna mill-pagi baxxi li kien igawdi minnhom qabel.", "Aħna mhux dan irridu imma rridu naraw industrija f'pajjiżna li toffri opportunitajiet ikbar.", "Pajjiżna qiegħed jiffaċċja wkoll kompetizzjoni fil-kwalita` tal-ħaddiem.", "Aħna dejjem niftaħru li l-ħaddiem Malti huwa bieżel u għandu ċerti skills u taħriġ li ma ssibhomx f'pajjiżi oħra li qed jikkompetulna, pero` ejjew ma nilludux ruħna li filwaqt li aħna qed nagħmlu ħilitna biex nedukaw lill- ħaddiem Malti ħalli dan ikun jista' jilqa' għall-isfidi li ġejjin, il- pajjiżi l-oħra ta' madwarna qegħdin bil-qiegħda u m'huma qed jagħmlu xejn biex jedukaw lill-ħaddiema tagħhom.", "Fil-futur qarib għad irridu naraw kompetizzjoni anke f'dak li huwa livell ta' kwalita` tal-ħaddiem, u allura rridu nibqgħu naħdmu u nagħmlu l-isforzi meħtieġa sabiex naraw il-kwalita` tal-ħaddiem Malti tkompli titjieb.", "Problemi oħra li qed ikollu jiffaċċja pajjiżna huma l-ispejjeż li qed jagħmel biex tiġi importata l-materja prima f'pajjiżna, u dawn il-problemi qed ikomplu jikbru bl-ispejjeż esaġerati li l-ħatt tal-merkanzija jġib miegħu.", "Barra minn hekk, pajjiżna huwa żgħir u allura s-settur industrijali għandu ċerti limitazzjonijiet għax ma jistax jespandi kemm irid u għalhekk huwa importanti li l-ftit spazju li għandha l-industrija Maltija għad-dispożizzjoni tagħha jiġi utilizzat bl-iktar mod effiċjenti u bl-aħjar mod possibbli.", "Mr Speaker, f'dan il-pajjiż hemm bżonn li nħarsu lejn il-qasam imprenditorjali mil-lat komprensiv u ħolistiku.", "Kif għedt diġa`, pajjiżna huwa wieħed żgħir u għalhekk ma jistax ikun li kulħadd jaħdem għal rasu imma hemm bżonn li naħdmu dejjem iktar flimkien.", "Ma nistgħux, per eżempju, nippromwovu lill-pajjiżna għall-investiment imbagħad min jagħti xi tip ta' servizz lill-industrija jżomm charges li m'humiex kompetittivi u allura jrendi l-kompetittivita` ta' pajjiżna iktar dgħajfa.", "Fl-aħħar mill-aħħar turist li jħossu ġie misruq f'pajjiżna, meta jmur f'pajjiżu dan se jagħmlilna reklam ħażin, u jekk kien hemm xi ħadd li kien ġej iżur lil pajjiżna u wara li jisma' lil dan it-turist jilmenta dwar pajjiżna jiddeċiedi li jagħżel destinazzjoni oħra għall-vaganza tiegħu, min se jbati?", "Se jbati dak l-istess wieħed li jkun seraq lit-turist oriġinarjament għax mhux se jkollu turist ieħor li miegħu jkun jista' jagħmel il-kummerċ.", "Irridu nagħrfu li l-players kollha fil-qasam industrijali, fosthom is-self-employed, qed jiġbdu ħabel wieħed; dak li jrendu lil Malta kompetittiva.", "Kienet importanti ħafna d-deċiżjoni li ttieħdet li ssir l-amalgamazzjoni ta' dawk it-tliet entitajiet li semmejna iktar qabel.", "L-għanijiet prinċipali ta' l-MDC, li twaqqfet fl-1967 kien proprju li tamministra l- inċentivi fiskali u inċentivi oħra lejn il-kumpanniji kbar tal-manifattura li jħarsu lejn l-esportazzjoni u sas-sena 2001, qabel ma kien hemm il- Business Promotion Act, l-Industrial Development Act kien iktar iħares lejn dawk li kienu ġejjin minn oriġini barranija.", "GĦalhekk fl-2001 sar pass importanti meta l-Business Promotion Act beda jħares lejn kulħadd, anke l- Malti li jrid jesporta, biex tagħti l-għajnuna tagħha.", "Jien dħalt ftit fil-website ta' l-MDC li tiftaħar li hija l-one-stop-shop biex tgħin lill-investituri, iżda l-esperjenza ta' min irid jinvesti f'pajjiżna turi mod ieħor.", "Dawn kemm-il darba darba kellhom imorru 'l quddiem u lura għax l-ewwel imorru għand il-MDC imbagħad jgħidulhom li jridu jmorru għand il-METCO jew għand l-IPSE.", "Jiġifieri r-realta` hi li bi tliet entitajiet, kif konna, il-kunċett ta' one-stop-shop kien diffiċli ħafna.", "Kif diġa` għedt, sas-sena 2001 l-MDC kienet qed tiffoka fuq l-intrapriża li qed tiġi attracted minn barra pajjiżna.", "U l-irwol importanti li qed tingħata l-Malta Enterprise huwa li rridu nimbuttaw lill-imprenditur Malti biex jespandi u jkun fuq l-istess livell ta' min qed jinvesti minn barra.", "Meta wieħed jaqra l-mission statement tal-METCO li ġiet istitwita fl-1989 jara li din għandha missjoni simili ħafna għall-MDC.", "Fil-fatt din tgħid: \"Malta's national external trade promotion organisation\".", "Mela anke din qed tħares b'mod primarju lejn l-esportazzjoni.", "Veru kienet iktar fuq livell ta' promozzjoni waqt li l-MDC qed tagħti iktar inċentivi, pero` kemm jagħmel sens li għandek id separata minn oħra kompletament, żewġ istituzzjonijiet kompletament separati, waħda qed tħajrek tiġi tinvesti f'pajjiżna, imbagħad meta tagħmel l-ewwel kuntatt magħha, int li trid tinvesti fil-pajjiż, minflok tibqa' tibni r-relazzjoni tiegħek magħha, tibagħtek għand l-MDC u trid terġa' tibda relazzjoni mill-ġdid?", "Għalhekk l- għaqda ta' dawn l-organizzazzjonijiet kienet daqstant importanti.", "Jekk wieħed iħares lejn l-IPSE isib li l-mission statement tagħha jgħid ukoll: \"to support the drive of these enterprises towards international competitiveness\".", "Allura qegħdin inħarsu wkoll fuq livell internazzjonali.", "L-IPSE kien l-istitut li qed iħares iktar lejn l-intrapriża ż-żgħira f'pajjiżna, imma l-punt hu li ma nistgħux nibqgħu nagħmlu din it-tip ta' distinzjoni.", "Anke fl-intrapriża ż-żgħira Maltija rridu nagħtu viżjoni li hemm lok biex huma jikbru ħalli jkunu jistgħu jikkompetu fuq livell internazzjonali.", "Naħseb li kieku kelli nkun wieħed minn dawk li qed jipprova jinvesti f'pajjiżna kont inkun ftit imħawwad minn fejn irrid nibda.", "Jekk inħossni ftit żgħir nibda mill-IPSE, imbagħad jgħiduli l l-pjanijet tiegħi huma forsi ftit ikbar u allura jibagħtuni għand l-MDC, u tibda ddur taħli l-ħin.", "Għalhekk naħseb li d-deċiżjoni li dawn it-tliet entitajiet jiġu amalgamati kienet deċiżjoni importanti ħafna.", "Dan se jfisser li se nkunu nistgħu nsolvu ċerti problemi li dawn it-tliet intrapriżi forsi ffaċċjaw fil-passat u min kien qed jinvesti, minflok kien qed jiġi megħjun, kultant aktar kien qed jiġi skoraġġit.", "Żgur li b'hekk se nkunu nistgħu neliminaw ċertu telf ta' żmien u ċertu qtigħ il-qalb.", "Kif għedt, ħafna drabi tmur għand organizzazzjoni u din tibagħtek għand ħaddieħor, imbagħad meta tmur għand ħaddieħor jgħidlek li se jilqa' l- applikazzjoni imma jrid jevalwaha, u hemm proċess twil ħafna.", "Min ikun se jinvesti probabbilment fl-istess mument ikun qed jitkellem ma' pajjiżi oħra li potenzjalment qed joffrulu art fejn jista' jinvesti.", "Hemm bżonn li nkunu veloċi f'dinja ta' l-informatika fejn tikkommunika b'sekonda billi tibgħat e-mail.", "Ma nistgħux indumu wisq biex nieħdu ċerti deċiżjonijiet u nilqgħu fostna lil dawk in-nies li jridu jinvestu f'pajjiżna.", "Sfortunatament, waħda mill-problemi ta' dawn l-entitajiet - l-iktar dawk li kienu ilhom istitwiti - hija s-sens ta' empire building li sar biż-żmien.", "Billi tkun organizzazzjoni li ilha teżisti jkun hemm ċerti nies li ilhom hemm żmien, u jibdew jippretendu li jkollhom ċerti promotions.", "Allura tagħti promotions u tibda twessa' l-ambitu tar-responsabbilitajiet, imbagħad xi ftit jew wisq l-entitajiet jibdew jirfsu fuq xulxin.", "Għax jekk l-oġġettivi tagħhom huma simili jibdew jeskludu x'qed jagħmel ħaddieħor u jaħsbu li jridu jagħmlu kollox huma.", "B'dan il-mod, minflok ikollok organizzazzjoni flessibbli u dinamika biex verament tqum fuq saqajha għall- promozzjoni ta' l-investiment f'pajjiżna, tispiċċa tintilef f'burokrazija żejda.", "Żgur li b'dawn it-tliet entitajiet kellna ħela ta' riżorsi u dupplikazzjoni ta' xogħol anke għax l-istess missjoni tagħhom kienet tant viċin xulxin.", "Anke l-fatt li jkollok strutturi kkumplikati u ċerta ġerarkija għolja twassal biex il-klijent idum ħafna għalxejn, u allura nitilfu ħafna opportunitajiet li seta' kellna qabel.", "Meta wieħed iħares lejn dawn il- problemi jinduna li s-soluzzjoni hija li tgħaqqad u tibda xi ħaġa mill- ġdid.", "L-Onor.", "Chris Agius wera l-preokkupazzjoni tiegħu dwar il-ħaddiema preżenti f'dawn l-entitajiet; il-parti l-kbira tad-diskors tiegħu, kemm tal- bieraħ u anke llum, kien dwar dan.", "L-ewwelnett tajjeb ngħidu li f'diversi okkażjonijiet il-gvern afferma li kulmin qiegħed f'dawn l-entitajiet għandu l-opportunita` li japplika, imma ma nistgħux minn din l-intrapriża ġdida nippretendu ċertu dinamiżmu ġdid biex tagħti mbuttatura ġdida lill-promozzjoni ta' l-investiment f'pajjiżna imbagħad fl-istess ħin ngħidu li trid tintrabat ma' l-istess ideat li kien hemm fil-passat.", "Ovvjament in-nies iġorru magħhom ċerti ideat tal-mod kif għamilna l-affarijiet imma jekk trid tagħti spazju li din tibda taħseb b'mod ġdid trid tagħti spazju li fl-organizzazzjoni tagħha jkun hemm in- nies li jistgħu jagħtu dan l-impetus ġdid.", "Min-naħa l-oħra l-gvern diġa` ta l-assigurazzjoni li ħadd minn dawk li għandhom l-impjieg permanenti m'hu se jitlef is-salarju tiegħu.", "Mhux neċessarjament ikunu f'din l-organizzazzjoni, ħafna minnhom kienu seconded u allura jmorru fl-entitajiet li kienu seconded minnhom, imma l-importanti hu li nagħrfu l-importanza ta' din l-entita` u li ma nistgħux din l-entita` mill-bidu nett nitfgħulha mażżra m'għonqa u ngħidulha li ma tistax tkun flessibbli u ma tistax taħdem kif trid.", "Jenħtieġ ikollna sistema ta' ġerarkija ħafna iktar baxxa u ħafna iktar ċatta, proprju biex toħloq dan ir-relationship management, u mhux tispiċċa wieħed jilqa' l-application, jgħaddiha fuq desk ta' ħaddieħor, imbagħad timxi għal fuq desk ta' ħaddieħor, sakemm fl-aħħar tasal biex tittieħed id- deċiżjoni.", "Jekk irridu li file veru jpoġġi fuq desk waħda u ma jiċċaqlaqx minn hemm qabel ma tittieħed deċiżjoni, bilfors irid ikollna struttura ġdida.", "Konċett pożittiv ħafna li tintroduċi din il-liġi huwa l-konċett ta' kif l- istess chief executive ma jistax jokkupa kariga għal iktar minn disa' snin f'din l-organizzazzjoni biex jiġi assigurat li ħadd ma jsaddad hemm u minflok tibqa' intrapriża dinamika tispiċċa b'ideat ta' xi ħadd li forsi jkun intrabat mal-mod kif ħadem għal dawk l-aħħar disa' snin.", "GĦalhekk naħseb li dan huwa pass pożittiv li għandu jiġi attwat f'kull livell ta' l- organizzazzjoni.", "Mr Speaker, għalkemm jien nappella li jrid ikun hemm organizzazzjoni ċatta u rridu noqogħdu attenti mir-riskji, li ma nibdewx b'organizzazzjoni bi ftit livelli ta' ġerarkija u mbagħad biż-żmien nerġgħu nkabbru din il- ġerarkija.", "Jekk il-management iħoss li jrid jagħti rikonoxximent lill- ħadidema li qed jaħdmu f'din l-organizzazzjoni, m'għandux neċessarjament jagħti promotion.", "Għandu jkun hemm measurement tal-performance ta' dik il- perusna u tingħata rikonoxximent f'termini ta' bonuses jew f'termini ta' inċentivi oħrajn biex dik il-persuna tkompli tagħti l-kontribut tagħha mingħajr ma noqogħdu noħolqu ħafna strutturi ta' ġerarkiji li mbagħad jispiċċaw biex ikissru l-istess konċett ta' din l-organizzazzjoni.", "Il-fatt li se jkollna intrapriża waħda fl-opinjoni tiegħi se jassigura l- ewwelnett li jkollna verament one-stop-shop f'pajjiżna għal min irid jinvesti u għalhekk kien importanti li jkollna din l-entita` waħda u anke li jkollna struttura effiċjenti u veloċi li tirrispondi malajr għall- klijenti tagħna.", "Huwa mportanti li f'din l-organizzazzjoni ma jkollniex ħafna supervisors, assistant managers, managers, senior managers, consultants eċċ. imma kemm jista' jkun tkun ibbażata aktar fuq il-klijent.", "L-orjentement lejn il- klijent huwa mportanti ħafna u għalhekk għandu jkun hemm aktar focus fuq client relationship management.", "B'hekk persuna tibqa' tiġi segwita sakemm tittieħed id-deċiżjoni finali.", "Sur President, din l-entità se tħares b'mod ugwali lejn kulmin irid jinvesti f'pajjiżna u se toffrilu l-istess opportunitajiet, kemm jekk ikun barrani kif ukoll jekk ikun Malti.", "S'issa jekk tkun Malti kienu jgħidulek li inti żgħir u tista' tmur ma' l-IPSE u qisu ma jkollokx l-opportunità li tespandi u tikber, pero` meta wieħed iħares lejn l-għanijiet ta' din l- entità jsib li din għandha tagħmel strateġija nazzjonali dwar il-mod li bih se tippromwovi lil pajjiżna u dwar il-mod li bih se tara kif se jinħoloq aktar investiment f'pajjiżna.", "Illum sirna nitkellmu dwar ħafna pjanijiet fuq diversi livelli; kemm fuq local plans kif ukoll fuq livell nazzjonali.", "Per eżempju, biex insolvu l-problema ta' l-iskart f'pajjiżna għamilna waste management strategy plan, pero` biex nippromwovu lil pajjiżna għall-investiment fuq livell nazzjonali nemmen li huwa mportanti ħafna li jkollna strateġija nazzjonali li tħares lejn x'inhuma r-riżorsi f'pajjiżna u x'inhuma l-kapaċitajiet tagħna li jinvolvu fihom l- istakeholders kollha biex jitfassal dan il-pjan u jkollna policies li jiġu aġġornati miegħu skond dak li jkun qed jiġri fuq livell globalizzat fid- dinja ta' madwarna.", "Nemmen li dan il-pjan irid jidentifika ċerti prijoritajiet li huma mportanti għal pajjiżna.", "Dawn jistgħu jkunu mhux biss bidliet leġislattivi imma wkoll bidliet fuq livell ta' proċessi u fuq livell ta' burokrazija biex aħna nkunu nistgħu nagħmlu l-cost base ta' l-industrija Maltija aktar kompetittiv u nkunu nistgħu nagħmlu aktar sinerġija bejn dak li diġà għandna, speċjalment fis-settur iż-żgħir ta' l-industrija Maltija.", "B'dan il-mod dan is-settur ikun jista' jikber ukoll.", "Hemm bżonn li l-pjan jidentifika wkoll is-servizzi li huma meħtieġa biex pajjiżna jkompli joffri l-opportunitajiet għal min irid jinvesti f'pajjiżna.", "Aħna mhux biss irridu nattiraw ċerta industrija imma rridu nuru lil dik l-industrija li hemm industrija żgħira madwarha u li lilha tista' tagħtiha l-appoġġ biex taqdi, biex ngħidu hekk, l-oġġettivi tagħha.", "Nemmen ukoll li l-pjan irid iħares lejn is-settur edukattiv u jara kif dan jista' jkun aktar proattiv u allineat mal-ħtieġijiet industrijali ta' pajjiżna.", "Illum għandna l-MCAST li wkoll qed igħin f'dan is-sens pero` huwa żgur li dawn l-isforzi jridu jkunu l-ħin kollu.", "Irridu naraw il-ħin kollu x'għandna bżonn niżviluppaw u liema talenti għandna bżonn f'pajjiżna biex nibqgħu kompetittivi fuq dan il-livell.", "Nemmen ukoll li ma nistgħux nibqgħu noħolmu u nippretendu li rridu nipproduċu kollox bħal kulħadd.", "Per eżempju, illum l-industrija Taljana tikkonsisti l-aktar fl-ikel u fil- moda ̧ l-industrija Ġappuniża tikkonsisti l-aktar fl-elettronika u l- industrija Ġermaniża tikkonsisti l-aktar f'karozzi u white goods.", "U Malta ma' xiex tidentifikaha l-aktar?", "Naħseb li dan huwa mportanti għaliex jekk ikollna prodott li nispeċjalizzaw fih inkunu nistgħu nwessgħu l-image ta' pajjiżna fuq livell internazzjonali.", "Dan il-pjan strateġiku għandu wkoll jagħmel evalwazzjoni ta' dak li għandu x'jaqsam mal-kompetenzi u mad-dgħjufijiet tagħna biex nidentifikaw dak li aħna tajbin fih u dak li rridu ntejbu biex tassew inkunu kompetittivi.", "U fejn niskopru li aħna m'aħniex kompetittivi rridu nieħdu d-deċiżjonijiet neċessarji biex naraw li Malta ssir kompetittiva għaliex, kif għedt, biex ikollna s-suċċess, l-intrapriża Maltija trid taqbad dan il-messaġġ li Malta hija waħda u rridu naħdmu flimkien.", "Min-naħa l-oħra l-istrateġija biss m'hijiex biżżejjed.", "Irid ikollna management u organizzazzjoni soda li tagħti dik il-flessibbilità u dak l- impetus lill-industrija Maltija.", "Il-Malta Enterprise se tagħti l-għajnuna tagħha u s-servizz ta' appoġġ lill-industrija li diġa` teżisti f'pajjiżna u naħseb li element pożittiv f'din il-liġi huwa l-fatt li din qed tagħti ċerta flessibbilta` biex din l-intrapriża tkun tista' tuża strumenti finanzjarji li s-soltu ma kenux jintużaw ħalli din tkun tista' tagħmel dan.", "Se tieħu wkoll fuqha r-rwol ta' promozzjoni, ir-rwol li tipprovdi u tmexxi l-art biex din tkun tista' tintuża bl-aktar mod effiċjenti, ir-rwol li tamminstra l-iskemi u r-rwol li tiżviluppa bażijiet teknoloġiċi ta' riżorsi umani u l-abilita` ta' riċerka f'pajjiżna.", "Dan huwa mportanti ħafna.", "Naħseb li sal-lum kull żvilupp teknoloġiku ġdid li kellna - mhux għax il-Malti mhuwiex kapaċi imma naħseb li ma tantx kellu opportunita` - kien riżultat ta' xi kumpannija barranija li tkun fetħet Malta u li tkun ġabet ċerta teknoloġija u għamlet xi tip ta' riċerka.", "Huwa għalhekk li forsi sal-lum ma kellniex daqshekk kreazzjoni ta' fabbriki kbar mill-Maltin għajr xi wħud li kellhom il-prodotti tagħhom, bħal Farsons bix-xarba tal- Kinnie.", "Jien ma rridx nagħmel reklami imma qed nagħti biss eżempju.", "Irridu ninkoraġġixxu aktar Maltin jinvestu f'dik li hija riċerka biex ikollna l-prodotti innovattivi tagħna għax l-innovazzjoni hija waħda mis- sigrieti tal-kompetittivita`.", "Ftit tal-ġimgħat ilu jien ħadt gost nara l-programm \"Xarabank\" li kien dwar dawk l-affarijiet li ġew ikkreati mill-Maltin għax fih rajt kemm il-Malti kapaċi jivvinta affarijiet li forsi ma jkunux ġew f'moħħ ħaddieħor.", "Kulma rridu nagħmlu hu li noħolqu dik l-istruttura u dak l-ambjent biex il-Malti jagħmel il-kuraġġ ̧ jinvesti u jagħmel intrapriża li biha jkun jista' jbigħ il-prodott tiegħu fuq livell internazzjonali.", "Naħseb li settur li fih il- Maltin jaċċellaw huwa dak ta' l-informazzjoni teknoloġika.", "Fil-fatt meta tqabbel il-Maltin – dan ngħidu anke mill-esperjenza personali tiegħi - ma' ħafna barranin tinduna li l-Maltin jaċċellaw f'dan is-settur u jikkreaw ċerti prodotti tajbin ħafna pero` dawn jinbiegħu biss fuq livell ta' suq lokali u nkunu sodisfatti b'dan; imbagħad tixtri off the shelf package ta' xi accounting system – peress li din hija l-professjoni tiegħi dawn l- affarijiet ninduna bihom – li ma tkunx toffri l-faċilitajiet li xi ħadd ikun żviluppa f'pajjiżna.", "Għalhekk kieku jkollna l-kuraġġ li prodott nagħmlulu l-packaging u l-marketing u niftaħru bih kif jagħmlu l-barranin bil-prodott tagħhom m'għandix dubju li nagħmlu suċċess.", "Sur President, hawnhekk ma nistax ma nitkellimx dwar il-fatt li pajjiżna issa se jissieħeb fl-UE li se joffri ċerti opportunitajiet għall-intrapriża Maltija.", "Ma rridux naħsbu li għax deħlin fl-UE kollox se jaqa' mis-sema imma rridu nagħmlu l-isforzi tagħna u rridu nipparteċipaw fil-programmi ta' l-UE.", "Fil-fatt l-UE toffri ħafna progammi biex l-intrapriża Maltija toħloq links ma' kontinenti differenti.", "Prattikament hemm programm għal kull kontinent, fosthom l-Asja u l-Amerika Latina ̧ u allura aħna għandna jkollna l-opportunità li jkollna żviluppi ġodda f'dawk li huma parteċipazzjoni u joint ventures ħalli nkunu nistgħu nagħmlu prodotti ġodda.", "Fost dawn il- programmi hemm programmi li huma taħt il-EuropeAid Co-Operation Office Programmes, fosthom l-Alis li huwa proprju fuq l-informazzjoni teknoloġika, l-Allinvest li jippromwovi proprju relazzjoni bejn l-SMEs ta' l-UE u l- Amerika Latina, l-Asia-invest li jagħti l-istess opportunitajiet imma ma' kumpanniji oħra li huma fl-Asja u l-Atlas li jgħin proprju ċ-chambers of commerce ta' dawk il-pajjiżi li jingħaqdu flimkien u jesploraw kif dawn jistgħu jipparteċipaw flimkien.", "Rigward dak li għandu x'jaqsam ma' riċerka hemm is-sixth framework programme li jista' joffri lill-industrija Maltija l-opportunità li tiġi ffinanzjata biex tagħmel ċerta riċerka ta' prodotti ġodda.", "Imbagħad hemm il-programmi speċifikament għall-industrija fosthom l-ETF Startup, il- Euratom Loans ̧ il-growth and environment, il-JEV, is-Seed Capital Action Programme, l-SME Finance Facility u l-SME Guarantee Facility.", "Dawn huma kollha opportunitajiet li toffri l-UE.", "Qabel nagħlaq nixtieq nirriferi ftit għad-diskors li għamel l-Onor.", "Chris Agius mhux għax ma naqbilx miegħu, anzi naqbel miegħu mija fil-mija, imma għaliex xtaqt niċċara xi affarijiet.", "L-Onor.", "Agius beda jikkwota mill- economic survey tal-Bank Ċentrali u qalilna li dan ma tantx jagħti andament daqshekk pożittiv ta' dak li għaddejja minnu l-manifattura f'pajjiżna.", "Jien l-ewwelnett nixtieq niġbidlu l-attenzjoni li dan huwa perceptions survey jiġifieri mhuwiex attwalment x'qed jiġri imma x'jaħsbu li qed jiġri.", "Issa dan il-perceptions survey kien qed jirriferi għall-perijodu ta' l- aħħar quarter tas-sena 2002, pero` l-istess economic survey jagħti r- riżultati ta' l-aħħar quarter tas-sena 2002 u allura nippreferi nħares lejn ir-riżultati fattwali milli lejn il-perceptions.", "Fil-fatt ir-riżultat fattwali jgħid li:", "\"The pick up in manufacturing activity observed during the third quarter of 2002 continued into the fourth quarter of the year ...\",", "- allura l-fatti juru li kien hemm tkabbir fil-manifattura f'dan iż-żmien -", "\"As can be seen from Table 3.5, growth in exports of manufactures was largely underpinned by a sharp rise in sales of electronic components, though these still have not regained the levels recorded in 2000.\".", "Dan juri li mxejna 'l quddiem pero` għad għandna x'nagħmlu.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Helena Dalli.", "ONOR.", "HELENA DALLI: Mr Speaker, l-ewwelnett nixtieq insemmi punt li m'għandux x'jaqsam as such mal-Malta Enterprise imma għandu x'jaqsam mal- kitba ta' din il-liġi.", "Nispera li issa li ntlaħaq il-preċedent ta' ftit ġimgħat ilu fit-traduzzjoni li kellna u li ġiet ippreżentata fil-Greċja ma nkomplux naċċettaw li nbaxxu l-istandard tal-Malti anke fil-liġijiet.", "Huwa veru li ċerti affarijiet mhumiex atroċi daqs dawk li kellna fil- preżentazzjoni tat-traduzzjonijiet fil-Greċja pero` issa m'għandniex naċċettaw anything less.", "Irridu nuru daqsxejn pride fil-lingwa tagħna u meta nippreżentaw il-liġijiet noqgħodu aktar attenti.", "Per eżempju, artiklu 27 lanqas biss jinftiehem bil-Malti.", "Fil-fatt meta tqabbel it-test Ingliż mat-test Malti ssib affarijiet li ma jaqblux.", "Jien qed nagħmel din ir-rimarka sabiex min għandu d-dover li jara l-liġijiet tagħna ma jaċċettax kollox għax ġara dak li ġara.", "Naf li din il-liġi saret bl-għaġġla għaliex wara li konna ilna sena nitkellmu fuqha li fiha kellna ħafna laqgħat u ma nafx x'ma nkitibx fil-gazzetti fuq il-Malta Enterprise ̧ fit-12 ta' Ġunju l- Prim Ministru irċeva ittra mingħand l-FOI, iċ-Chamber of Commerce, l- employers' association u l-GRTU li fiha qalulu li ladarba din hija liġi mportanti għandha tgħaddi qabel ir-recess tas-sajf.", "Mela l-ewwel ħafna tkaxkir tas-saqajn u mbagħad il-kitba ta' din il-liġi ma ġietx iċċekkjata!", "Sur President, wara li smajt dak li kellhom xi jgħidu l-membri tan-naħa tal- gvern fuq din il-liġi niskanta kif dawn donnhom diġà qed jitkellmu fuq xi ħaġa perfetta.", "Aħna niġu f'dan il-parlament biex niddiskutu l-ideat ta' xulxin u fejn ikun hemm bżonn li xi affarijiet ikun aħjar li jitbiddlu, jitbiddlu.", "M'hemm xejn ħażin f'dan sakemm il-kritika tkun waħda kostruttiva, pero` l-membri tan-naħa tal-gvern mhumiex self-critical.", "Huwa veru li n-naħa ta' l-oppożizzjoni forsi hija self-critical wisq u forsi mmorru l-estrem l-ieħor imma l-fatt li tisma' lill-kelliema tan-naħa tal-gvern jitkellmu fuq xi ħaġa li għadna qegħdin niddiskutu qisha xi ħaġa perfetta, mingħajr l-ebda difett, huwa inkwetanti għax għandna naħa li tfaħħar biss, naħa li tikkritika biss u ma nsibux it-triq tan-nofs biex dan l-abbozz ta' liġi nbiddluh.", "Qed ngħid dan għax hemm ħafna x'jista' jsir u x'jista' jinbidel.", "Per eżempju ̧ l-Onor.", "Tonio Fenech tkellem fuq l-istrutturi u qal li dan qed isir sabiex dak li jkun ma joqgħodx jiġri minn hawn u minn hemm.", "Pero` biex ma jkunx hemm ħafna ġiri m'hemmx għalfejn isir dan il-pass li qiegħed isir permezz ta' din il-liġi.", "Li trid tagħmel huwa li tiċċentralizza s- servizzi pero` ma fiha xejn ħażin li jkollok l-MDC li tkopri ċertu settur u l-IPSE li tkopri l-impriżi ż-żgħar.", "Pero` donnu li l-Onor.", "Fenech ta wieħed x'jifhem li l-impriżi ż-żgħar huma degrading.", "L-impriżi ż-żgħar għandhom bżonnijiet differenti u l-Onor.", "Fenech dan jafu sewwa.", "Għalhekk filwaqt li rridu naraw kif niċċentralizzaw is-servizzi ̧ kif qal tajjeb l-Onor.", "Fenech ̧ irridu nżommu f'moħħna li ċerti ħteġijiet li tagħmel tajjeb għalihom il-METCO mhumiex l-istess li tagħmel tajjeb għalihom l- IPSE jew l-MDC għax dawn ikollhom klijenti differenti.", "Jekk inti tħaddem tnejn jew tlieta min-nies, l-IPSE iktar tkun tista' tiffoka fuq il- ħteġijiet ta' l-azjenda tiegħek, jiġifieri m'hemm xejn ħażin li jkun hemm intrapriża li tieħu ħsieb il-ħtiġijiet ta' l-imprendituri ż-żgħar, anzi din hija xi ħaġa tajba u pożittiva.", "L-Onor.", "Fenech kellu raġun meta qal li tista' ssir dupplikazzjoni ta' xogħol, pero` jiena naħseb li biex dan ma jiġrix, huma s-servizzi li għandhom jiġu ċċentralizzati u mhux l- entitajiet.", "B'hekk inkunu qed nevitaw ukoll li nispiċċaw b'xi entita` kbira li tispiċċa fl-istat li tinsab fih il-MEPA.", "Meta l-Onor.", "Fenech ġie biex jitkellem fuq il-ħaddiema, huwa għamel kollox jinstema' sempliċi, u minkejja li kemm l-Onor.", "John Dalli kif ukoll l-Onor.", "Josef Bonnici qalu li dawn il-ħaddiema għandhom iserrħu moħħhom għax m'humiex se jitilfu l-job, f'dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna m'hawn l-ebda klawsola li tgħid li l-impjieg tal-ħaddiema huwa garantit.", "Jekk l-Onor.", "Fenech tkellem ma' dawn il-ħaddiema, suppost jaf li dawn ilhom kważi sena b'tensjoni kbira fuqhom minħabba li ma jafux x'se jsir minnhom, u jħossuhom qegħdin fil-limbu.", "Huwa faċli li niġu hawnhekk u ngħidu li kulħadd għandu jkollu moħħu mistrieħ.", "Min tkellem ma' dawn il-ħaddiema mal- ewwel jirrealizza li dawn jinsabu mimlija tensjoni u din l-inċertezza qed tħalli effett fuq il-familja tagħhom.", "Għalhekk qabel ma niġu hawnhekk u ngħidu li l-ħaddiema m'għandhomx għalfejn jinkwetaw ikun tajjeb jekk naraw minn xiex inhuma għaddejjin dawn il-ħaddiema.", "Rigward il-korporazzjoni Maltija għall-intrapriża qegħdin ngħidu li din se tkun a one-stop-shop li permezz tiegħu r-riżorsi se jkunu ċċentralizzati u li l-policies se jkunu kkoordinati aħjar.", "Jista' jkun li meta wieħed jara dawn il-concepts fuq il-karta jgħid li dawn huma konċetti oġġettivi u validi, pero` jekk inħarsu 'il hinn minn xtutna nsibu li pajjiżi oħra li pprovaw jiċċentralizzaw kollox f'entita` waħda ma marrux daqshekk tajjeb.", "Per eżempju, l-Irlanda ħolqot lil \"Enterprise Ireland\" u l-Italja għandha entita` bl-isem \"Sviluppo Italia\", u dawn l-entitajiet imxew fuq l-istess linji li dan l-abbozz ta' liġi qed jissuġġerixxi li timxi bihom il- korporazzjoni Maltija għall-intrapriża, pero` kif għedt diġa`, dan ma ħalliex il-frott mixtieq.", "Il-fatt li aħna ninsabu xi ftit lura minn pajjiżi oħra għandna nutilizzawh billi nitgħallmu mill-iżbalji li għamlu huma, u llum aħna qed naraw li kemm Franza kif ukoll l-Italja qed ikollhom rethinking fuq it-twaqqif ta' entita` li tiċċentralizza kollox għax qed jaraw li bit-twaqqif ta' din l-entita`, xorta m'humiex qed jinkisbu r- riżultati meħtieġa.", "Għalhekk, Mr Speaker, m'għandniex għalfejn nivvintaw ir-rota.", "Għandna nsegwu, nitgħallmu mit-tajjeb u nitgħallmu wkoll mill-iżbalji.", "Jiena m'għandix dubju li meta dan l-abbozz ta' liġi beda jiġi abbozzat, min kien involut ħares lejn l-esperjenzi ta' barra minn Malta, pero` m'għandekx tara x'għamlu pajjiżi oħra u tieqaf hemm imma għandek tkompli ssegwi ħalli tara x'riżultati se jiksbu dawn il-pajjiżi.", "Fil-fatt kemm l-Irlanda kif ukoll l- Italja qed jaħsbu biex jerġgħu lura għas-sistema ta' qabel.", "M'iniex qed ngħid li se jerġgħu jmorru preċiżament għas-sistema ta' qabel, pero` t- thinking huwa fuq dawk il-linji, u għalhekk nagħmlu tajjeb jekk inħarsu u nitgħallmu minn pajjiżi oħra wkoll.", "Jiena naħseb li hawnhekk irridu nistaqsu: Li tagħmel quango daqshekk kbira hija l-aħjar option għalina biex nilħqu r-riżultati li rridu nilħqu?", "Imbagħad hemm ukoll il-proċess tal-bidla, u waħda mill-mistoqsijiet li rridu nagħmlu hawnhekk hija din: Kien neċessarju li jsir ristrutturar daqstant drastiku?", "U l-problemi li kien hemm fl-MDC, fil-METCO u fl-IPSE kienu daqshekk serji li kellhom jispiċċaw kollha kemm huma u titwaqqaf minflokhom struttura ġdida?", "Jiena nara li hawnhekk qed isir bħal meta jkollok uġigħ ta' ras u minflok ma tieħu Panadol tagħmel heart surgery.", "Naf li hemm ċerti problemi fl-MDC, fl-IPSE u fil-METCO pero` hemm mod u mod kif tittekilja dawn il-problemi.", "Jiena ma nistax nifhem kif l-ewwel nisimgħu stqarrijiet u dikjarazzjonijiet mingħand il-Ministru li qed jiġi ħafna foreign investment u li qed isir ħafna żvilupp u mbagħad, f'daqqa waħda, qed ngħidu li f'dan il-qasam tant għandna kollox ħażin li mhux mediċina għandna bżonn imma major operation.", "Issa hawnhekk jiena nkompli nistaqsi: Jekk l-affarijiet huma daqshekk ħżiena li mhux mediċina għandek bżonn imma major operation, min qed jieħu r-responsabbilta` ta' kif l- affarijiet żviluppaw b'dan il-mod?", "Jiena ngħid li l-ħuta minn rasha tinten, u mhux sewwa li l-burden tar-riforma titpoġġa fuq il-ħaddiema.", "Biżżejjed ngħid li l-ħaddiema ta' dawn l-entitajiet kellhom jerġgħu japplikaw biex jieħdu l-job tagħhom, u jista' jkun li jagħżluhom u jista' jkun li ma jagħżluhomx.", "Allura jien nistaqsi: Min kien chairman - mingħalija ċ-chairman kien Francis Vassallo - qed jieħu r-responsabbilta` ta' dawn il-problemi kbar u serji ġaladarba qed ngħidu li hemm bżonn issir major operation f'dan il-qasam?", "U l-aħħar chairman li kien hemm, li issa neħħewh minn hemm u poġġewh chairman ta' l-Air Malta qed jieħu responsabbilta` ta' dawn il-problemi kbar li qegħdin ngħidu li hemm fl-MDC?", "Nafu li l-MDC ilha ħames snin mingħajr chief executive officer?", "Entita` bħal dik kif tista' titmexxa mingħajr CEO?", "Mela l-ewwel l-affarijiet tant saru ħżiena li qegħdin inneħħu kollox u nwaqqfu struttura kompletament ġdida, u għax min kien responsabbli ta' dan kollu issa għandu job ieħor kellhom iġorru l-burden kollu l-ħaddiema!", "U issa iktar 'il quddiem se ngħid ma' min kellhom jikkompetu dawn il-ħaddiema.", "Fil-fatt dawn il- ħaddiema kellhom jikkompetu ma' min l-ewwel daħal jara l-files u jistabbilixxi r-rekwiżiti ta' min kien se jitressaq għall-interview u mbagħad applika u ntagħżel huwa stess!", "Hekk saru l-affarijiet, Mr Speaker!", "Għandi raġun ngħid li huma l-ħaddiema li kellhom iġorru l-burden ta' dan kollu!", "Ara min kien ilu jieħu d-deċiżjonijiet at the top, dak issa għandu job ieħor u qisu ma ġara xejn.", "Bħallikieku l-ħaddiema biss għandhom responsabbilta` xi jġorru!", "Mr Speaker, hawnhekk qed nitkellmu fuq affarijiet serji u huwa għalhekk li jiena nirreaġixxi meta nisma' lil min jgħid f'din il-Kamra li l-ħaddiema ta' dawn it-tliet entitajiet m'għandhomx għalfejn jinkwetaw.", "X'ma jinkwetawx!", "Il-ħaddiema ilhom sena nkwetati u b'tensjoni kbira fuqhom; ħadd ma jaf jekk hux se jintgħażel jew le!", "Il-membri tan-naħa tal-gvern jafu li wħud minn dawn il-ħaddiema qed jieħdu saħansitra legal action.", "Allura la intom tafu dawn l-affarijiet, għaliex ma ssemmuhomx?", "Dawn m'humiex affarijiet importanti?", "Wara kollox aħna mhux lil dawn in-nies qed nirrappreżentaw f'din il-Kamra u mhux biex inwasslu l-vuċi tagħhom qed niġu f'dan il-Parlament?", "Mr Speaker, kif diġa` għedna, it-terms of reference ta' din l-istruttura li qed nitkellmu fuqha huma wesgħin, u jien ngħid li f'dan il-pajjiż wieħed irid jiffoka first and foremost fuq kif jiġbed the right type of foreign direct investment għax imbagħad dan imexxina għal technology transfer u għal higher value added.", "Imbagħad ħalli noqogħdu nitkellmu fuq il- karozzini li semma l-Ministru l-bieraħ!", "Aħna rajnieha l-organigramma - jista' jkun li issa rranġawha din l-organigramma wkoll - u mit-12 units, unit wieħed biss kien fuq investment promotion.", "M'iniex qed neskludi l- possibbilta` li minħabba l-kritika li saret, minflok 1/12 issa hemm 1/6 tal- units fuq l-investment promotion, pero` jiena xorta waħda nistaqsi kif nistgħu ngħidu li l-investment promotion qiegħed jittieħed bis-serjeta` u li qiegħed high on the priority list meta dan qed jiġi rrappreżentat minn 1/12 jew 1/6 tal-units ta' l-organigramma.", "Dan il-proċess kollu ġie ġġeneralizzat, u issa it is diluting l-effort fejn veru hemm il-bżonn, jiġifieri fl-investment promotion.", "Mr Speaker, m'huwiex għaqli li titfa' ħafna piż fuq organizzazzjoni ġdida, pero` f'dan il-każ hekk se jiġri għax l-organizzazzjoni Maltija għall- intrapriża mhux se tkun responsabbli biss għall-investiment, għat-trade promotion u għas-support services ta' l-ismall and medium sized enterprises imma wkoll għar-retail, għall-agriculture, għat-tourism u għal diversi affarijiet oħra.", "Allura b'dan il-mod l-affarijiet qed isiru bis-serjeta`?!", "Kif kont qed ngħid qabel, aħna għandna nitgħallmu mill-iżbalji li għamlu pajjiżi oħra, u jiena wisq nibża' li filwaqt li suppost qed niffokaw fuq l- investment promotion, qed nagħmlu hotchpotch.", "Kif semmejt diġa`, meta wieħed jara u jsegwi l-esperjenza ta' \"Enterprise Ireland\" u ta' l- i\"Sviluppo Italia\" jinduna x'kellhom jissagrifikaw l-Irlanda u l-Italja in terms of focus and specialisation.", "Fil-fatt b'riżultat ta' din is-sistema, dawn iż-żewġ pajjiżi la bdew jieħdu d-deċiżjonijiet iktar malajr u lanqas kellhom l-istaff ta' dawn l-intrapriżi iktar motivat.", "Għalhekk meta niġu hawnhekk, m'għandniex nagħtu l-impressjoni li qed nagħmlu xi ħaġa speċjali għax l-Irlanda u l-Italja wżaw din is-sistema u ngħidu biss biċċa mill- istorja; għandna ngħidu l-istorja kollha.", "Mr Speaker, waqt li kont qed nipprepara d-diskors tiegħi fuq l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna tkellimt ma' bosta ħaddiema ta' l-MDC, l-IPSE u l- METCO u għalhekk nista' ngħid li minbarra l-istat ta' inċertezza li jinsabu fih il-ħaddiema, il-motivazzjoni ta' dawn il-ħaddiema ma tistax tkun iktar baxxa milli hi.", "Il-Ministru żgur jaf li l-aħjar ħaddiema li kien hemm f'dawn it-tliet entitajiet qed ifittxu mpjieg x'imkien ieħor, u ċ-change management team li kien assenjat sabiex jagħti l-pariri tiegħu fuq l- istruttura l-ġdida ħa t-top posts kollha.", "Fil-fatt kien għalhekk li xi ħaddiema ta' l-MDC ħassew li kellhom jieħdu azzjoni legali.", "Hawnhekk nixtieq insemmi wkoll li f'Jannar li għadda l-UĦM u l-GWU qablu flimkien li għandhom joħorġu stqarrija biex jikkundannaw bl-iktar mod qawwi l-proċess ta' l-għażla li sar għal chief officers fil-korporazzjoni Maltija għall-intrapriża.", "Iċ-change management team tal-korporazzjoni Maltija għall-intrapriża kien iddikjara u ntrabat kemm mal-UĦM, kemm mal-GWU kif ukoll permezz ta' diversi dokumenti li ġew imqassma lill-ħaddiema ta' l- MDC, tal-METCO u ta' l-IPSE li l-proċess ta' l-għażla kien se jitmexxa fuq kriterji ġusti, ċari u trasparenti.", "Dawn il-kriterji kellhom ukoll jirriflettu l-ħiliet, l-esperjenzi, il-kwalifiki u l-kompetenzi ta' l- applikanti.", "Issa l-GWU u l-UĦM qalu li fil-proċess ta' l-għażla sar bil-maqlub ta' dak li kien iddikjarat miċ-change management team.", "Fil-fatt - qed naqra mill- istqarrija - għall-interviews li saru fil-proċess ta' l-għażla ta' chief executive u ta' tmien chief officers ma ġewx imsejħa persuni bi kwalifiki akkademiċi mill-aqwa u esperjenza vasta ta' xogħol.", "Jiġifieri lanqas biss ġew imsejħa dawn in-nies li għandhom il-kwalifiki u l-esperjenza!", "Issa wħud minn dawn saħansitra għandhom livelli akkademiċi u esperjenza ferm itwal minn dawk li attwalment ġew magħżulin għal dawn il-karigi.", "Sur President, dan mhux qed jgħidu l-gvern Nazzjonalista jew l-oppożizzjoni Laburista imma qegħdin jgħiduh żewġ unions, il-UĦM u l-GWU flimkien, meta tkellmu mal-ħaddiema, meta raw min applika u min ma applikax, meta raw il- kwalifiki u meta raw in-nies li ntgħażlu.", "L-istqarrija tkompli tgħid li l- GWU u l-UĦM qalu li:", "\"B'sorpriża kerha għal kulħadd fit-13 ta' Jannar 2003 tħabbar li proprju l-istess nies li fasslu l-istrateġija, l-istruttura u l- organizzazzjoni tal-Malta Enterprise spiċċaw biex sabu rwieħhom fl- ogħla pożizzjonijiet ta l-istess Malta Enterprise; wieħed minnhom isir chief executive officer u l-ieħor chief officer.", "F'dan il-proċess \"oġġettiv, ġust u trasparenti ...\" - dan il-kliem qiegħed within inverted", "commas għax naturalment qegħdin jgħiduhom with their tongue in cheek –", "\"l-impjegati ta' l-MDC, tal-METCO u ta' l-IPSE ġew imġiegħla jikkonkorru għal dawn il-karigi ma' applikanti minn barra.", "Madankollu minbarra dawn l-aġenziji ma ġie impjegat ħadd ħlief erba' persuni li kienu parti miċ-change management team.\"", "Jiġifieri l-applikazzjonijiet kienu miftuħin għan-nies li jaħdmu f'dawn it- tliet azjendi u għal kulmin ried japplika.", "Jekk inti kwalifikat stajt tapplika.", "Però minn barra ma ntgħażel ħadd ħlief dawn l-erbgħa li kienu fuq iċ-change management team, jiġifieri dawn in-nies li fasslu l- istrateġija, l-istruttura u l-organizzazzjoni tal-Malta Enterprise.", "U għalhekk meta kont qed nitkellem ftit qabel semmejt li n-nies li qegħdin jaħdmu ġo l-MDC u ġo l-entitajiet l-oħrajn kellhom jikkompetu ma' nies li kellhom il-files f'idejhom, kellhom jikkompetu ma' nies li għamlu t-terms of reference huma stess, li għamlu huma l-istrateġija, li fasslu huma l- organizzazzjoni.", "Ma' dawn kellhom jikkompetu!", "Dawn huma affarijiet li juru serjeta`?", "Mhux ta' b'xejn dawn qed jieħdu azzjoni legali!", "GĦaliex ma nsemmux dawn l-affarijiet minflok noqogħdu ngħidu li l-ħaddiema m'għandhomx għalfejn jinkwetaw għax ħadd m'hu se jitlef il-job?", "Daqshekk nistmawhom lill-ħaddiema?", "M'għandekx għalfejn tiftaħ ħalqek ladarba m'intix se titlef il-job!", "Allura jien inkun studjajt, għandi l-kwalifiki, għandi l- esperjenza, imbagħad jiġi xi ħadd li għamel ir-requirements meħtieġa huwa stess, jikkompeti miegħi u jidħol hu.", "Naturlament dan għandu vantaġġ fuqi ladarba fassal kollox hu!", "Dan jiffittja lilu nnifsu qisu kexxun.", "Mhux bilfors, bil-files f'idejhom!", "Allura se nserrħu moħħna li ħadd m'hu se jitlef il-job, daqshekk aħna avvanzati u ċċivilizzati!", "Ngħidu lill- ħaddiem: M'għandekx għalfejn tinkwieta inti, il-job ma tliftux, issa tista' toqgħod ġo kamra.", "Hekk se nibżgħu għalihom ir-riżorsi umani tagħna!", "Minkejja li dejjem ngħidu li Malta m'għandhiex riżorsi ħlief dak uman u rridu nibżgħu għalih, nagħmlu l-affarijiet b'dan il-mod!", "F'din l-istqarrija l-unions qegħdin jgħidu li b'dan il-proċess \"oġġettiv, ġust u trasparenti\" l-impjegati ta' l-MDC ġew imġiegħla jikkonkorru għal dawn il-karigi ma' applikanti minn barra, pero` ntgħażlu dawk l-erbgħa taċ- change management team biss.", "Dan il-fatt huwa gravi ħafna, u jammonta għal konflitt ta' interess.", "Dan minħabba li dawk li fasslu l-pjanijiet, kellhom l-informazzjoni kollha relattiva u ħolqu l-organizzazzjoni spiċċaw biex ikkonkorrew ma' applikanti oħrajn b'dettriment għal dawn l-istess applikanti.", "It-taqsima parastatali tal-UĦM u t-taqsima setturi, servizzi u professjonisti tal-GWU iddeploraw bil-qawwa kollha din is-sitwazzjoni u qed isostnu li l-proċess ta' l-għażla la kien wieħed ġust, la kien oġġettiv u wisq inqas trasparenti.", "Dan ma jawgura xejn tajjeb għal għażliet oħra li għad iridu jsiru fil-bqija tal-livelli fil-Malta Enterprise.", "Jiġifieri Alla jaf x'qiegħed isir!", "Imbagħad niġu hawnhekk ngħidu li ħadd m'għandu għalfejn jinkwieta għax ħadd m'hu se jitlef il-job, għalkemm fil-liġi, nerġa' ngħid, m'hemm l-ebda riferenza, għandna biss stqarrijiet tal- ministri.", "Pero` għalija - mhux għalija biss imma għal kulmin huwa uman – m'huwiex biżżejjed li bniedem tgħidlu: Serraħ moħħok għax mhux se titlef il-job!", "Il-mod kif qegħdin jiġu trattati mhux xieraq.", "U jien nixtieq li l-ministru jitkellem ma' dawn in-nies ħalli jkun jaf minn xiex għaddejjin.", "Issemmew affarijiet oħra, fosthom ir-restructuring exercise li suppost kien lest sal-bidu ta' din is-sena, l-istreamlining u l-cost effectiveness meta nafu li din il-Malta Enterprise se tiġi tiswa iżjed mit-tliet entitajiet f'daqqa.", "Ma smajna xejn lanqas dwar fejn se tkun housed din il-Malta Enterprise.", "Issa qed jingħad li se jkun hemm 150 impjegat, u ma nafux fejn se jispiċċaw l-impjegati l-oħra li ma ġewx magħżulin minn dan il-proċess trasparenti u sabiħ.", "Kulma qalulhom huwa li mhux se jitilfu l-job, imma nerġa' ngħid li fil-liġi ma jissemma xejn.", "Mr Speaker, wieħed seta' jara a full page advert for recruitment imma lil min applika lanqas biss tweġiba ma tawh dwar jekk hux se jintervistawh; kollox ġie rranġat behind the scenes.", "Dawn huma l-mistoqsijiet li qed jistaqsu n-nies.", "Dawn huma esperjenzi ta' nies tad-demm u l-laħam li għaddejjin minn dawn l-affarijiet.", "Imbagħad hawnhekk in-naħa ta' l- oppożizzjoni tiġi tikkritika, in-naħa tal-gvern tfaħħar, u qisu m'hu qed jiġri xejn.", "Fl-aħħar mill-aħħar dan mhuwiex xi eżerċizzju akkademiku, imma hemm in-nies involuti.", "Irridu naraw x'se tkun il-kultura ta' l-organizzazzjoni l-ġdida u fejn irridu naslu biha.", "Pero` l-messaġġi li qegħdin nieħdu huma li m'hemmx serjeta` f'dan l-eżerċizzju min-naħa tal-gvern.", "Fil-liġi naraw li l-Malta Enterprise suppost se tirrelata mal-forom kollha ta' l-intrapriża.", "Allura dan ifisser li se tkun tinvolvi t-turiżmu, l- agrikoltura, il-financial services u r-retail?", "Dawn huma kollha intrapriżi.", "Meta qed ngħidu li se tirrelata mal-forom kollha ta' l- intrapriżi, din mhux se tikkomplika l-affarijiet ħafna iktar meta din il- Malta Enterprise għadha trid tgħaddi mill-fażi fejn tkun qed issib saqajha?", "Inti se tgħabbiha b'dawn l-affarijiet kollha li aħna qegħdin naħsbu li se jkunu nvoluti?", "GĦax meta qed ngħidu \"all forms of enterprise\" qed ninkludu r-retailing, l-enterprise, il-financial services, l-agrikoltura, it-turiżmu għax dawn kollha huma intrapriżi.", "Allura ma' dak kollu li kienu jagħmlu dawn it-tliet azjendi, li qed ngħidu li tant kienu ineffiċjenti fih, se nkomplu nżidu dawn ir-responsabbiltajiet fuq l-organizzazzjoni l-ġdida?", "Minflok se nagħtuha l-mediċina se nagħmlu major operation, imbagħad meta din għadha trid issib saqajha aħna se ngħabbuha b'dawn l-intrapriżi kollha li qed jissemmew fil-liġi.", "Il-Malta Enterprise se jkollha s-saħħa li tagħmel investimenti diretti u li tikkontrolla business enterprises.", "Is-soltu kienu jgħidu lilna li nagħmlu dawn l-affarijiet.", "Hawnhekk qegħdin immorru lura għax meta tgħid li tista' tagħmel direct investment ifisser li tista' tikkontrolla l-business enterprises.", "Meta nara dawn l-affarijiet fil-liġi bilfors nistaqsi kif m'hemmx riferenza għall-MIMCOL.", "Fi klawsola 5 jingħad li l-Malta Enterprise tista' tgħaddi wħud mill- funzjonijiet tagħha lil aġenti oħra.", "Però meta qed nisimgħu fuq direct investment u meta qed nisimgħu fuq il-kontroll tal-business enterprises kif ma narawx riferenza għall-MIMCOL, x'se jiġri hawnhekk?", "Imbagħad il-liġi tmur pass lura meta titkellem fuq id-directorships.", "Nafu li l-FOI u ċ- Chamber of Commerce kellhom id-dritt li jappuntaw rappreżentanti tagħhom fuq il-METCO u fuq l-IPSE.", "Mela f'nifs wieħed nisimgħu lill-gvern jgħid li jrid jagħti l-ispazju lis-settur pubbliku fil-promotion ta' l-enterprise u fl-istess ħin meta naraw id-directorships insibu li fejn qabel iċ-Chamber of Commerce u l-FOI kellhom ir-rappreżentanti tagħhom fil-METCO u fl-IPSE, issa spiċċa dan id-dritt.", "Apparti minn hekk hemm affarijiet oħra li ma naqbilx magħhom.", "Per eżempju, il-quorum għall-board meeting jista' jintlaħaq bi tlieta min-nies.", "Dan huwa ftit wisq u jista' jwassal għal abbuż għax jistgħu jgħaddu affarijiet meta jista' jkun li lanqas ikun hemm iċ-chairman u d-deputy chairman preżenti.", "Din hi t-tip ta' liġi li għandna quddiemna, Sur President.", "Min irid jikkritika b'mod kostruttiv għandu ħafna x'jgħid u jien nieħu gost kieku nisma' lin-naħa tal-gvern isibu dawn it-toqob li qed insemmu aħna ħalli jkollna liġi komprensiva u liġi tajba.", "Imma jekk niġu hawnhekk noqogħdu nfaħħru u nċapċpu u ngħidu kemm għandna liġi tajba m'aħniex se nimxu.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Carmelo Abela): Grazzi.", "Iktar rimarki?", "L- Onor. Abela.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (Segretarju Parlamentari): Sur President, nirringrazzjak talli tajtni l-opportunita` li nitkellem fuq din il-liġi, li fl-opinjoni tiegħi hija sfida.", "Jien jidhirli li gvern ġdid Nazzjonalista mhux qiegħed ikisser dak li hemm, mhux qiegħed jarmi dak li hemm, mhux qiegħed iwerwer lin-nies li se jmorru d-dar, mhux qiegħed jinsa dak kollu li sar qabel bħalma ġie implikat sfortunatament minn dak li qalet il- kelliema ta' qabli, pero` qiegħed jagħti saħħa ġdida lill-intrapriża ġenerali tal-kumpannija li jisimha Malta.", "Sur President, kellna bilfors nistudjaw strateġija sabiex Malta tkun iżjed kompetittiva, tasal iżjed għall-kompetizzjoni u twassal iżjed il-prodott tagħha fuq ix-xogħol.", "Kellna nsibu triq ġdida li bis-saħħa tagħha l-pajjiż tagħna jkun jista` jdaħħal sens ġdid ta' sfida fi ħdan il-ħaddiem Malti, element ġdid li jfisser li aħna se nwarrbu affarijiet li staġnaw, li ma kenux għadhom jagħtu r-riżultat meħtieġ, affariijiet li ma kenux baqgħu jipproduċu, kienu qegħdin hemmhekk biss għall-isem.", "Pero` se nżommu, anzi se ntejbu, se nagħtu iżjed potenzjal għar-relazzjonijiet kemm mill-Malta Enterprise għal mal-ħaddiem kif ukoll sabiex ikollna investiment ikbar.", "Sur President, qegħdin noħolqu entita` ġdida li se tkun iżjed lean minn dawk li kien hemm qabel.", "Se tkun wisq inqas top heavy minn dik li kienet qabel, u sejra tagħti wisq iżjed attenzjoni għar-relazzjoni personali bejn settur u ieħor, bejn min jgħinek issib l-investiment u min qiegħed jieħdu.", "Fittixna li noħolqu organizzazzjoni b'management iżjed user friendly f'sitwazzjoni fejn aħna se nagħtu wisq u wisq iżjed aħjar milli kien qiegħed jieħu.", "Sur President, ftit ilu ntqal li b'din il-liġi awtomatikament l-MDC, il- METCO u l-IPSE se jispiċċaw milli jeżistu.", "Kieku wieħed jipprova jaqra biss l-ewwel parti tal-liġi jsib li l-liġi tidħol effettiva fid-data li jipproponi l-gvern, u mbagħad lejn l-aħħar tal-liġi hemm id-dispożizzjoni tranżitorja sabiex tagħti lok li ssir il-bidla mingħajr skossi biex ma jweġġgħux in-nies.", "Kien hawn ħafna biki tal-kukkudrilli sabiex jipprovaw jagħtu x'wieħed jifhem li se nkeċċu n-nies, imma possibbli l-bieraħ ma' kien hawn ħadd x'ħin irrispondejna domanda li bix-xogħol li sar f'dawn l-aħħar tliet snin - li se nkomplu nibnu fuqu - bid-diversi proġetti li ġew studjati u ġew aċċettati mill-MDC, mill-IPSE, mill-METCO, impjegajna 5,152 ruħ?", "Possibbli li aħna m'għamilna xejn tajjeb u l-affarijiet staġnajnihom u b'li se nagħmlu se nkomplu nistaġnawhom?!", "Sur President, ma jidhirlekx li wasal iż-żmien li għandna nilqgħu din l- isfida ġdida, din l-opportunita` ġdida sabiex it-43,000 kumpannija, li aħna ngħidulhom micro-companies, li fis-settur privat jimpjegaw bejn wieħed u ieħor disa' persuni nistgħu noħolqulhom relazzjoni aħjar, nagħtuhom teknika biex huma javvanzaw u jameljoraw il-prodott tagħhom?!", "Mhux neċessarjament iżidu l-ħaddiema imma jtejbu l-prodott tagħhom, kemm jekk huma servizzi, investiment, textiles, informatika, hu x'inhu t-tip ta' negozju tagħhom.", "L-istess irrid ngħid għall-medium sized companies.", "Imbagħad għandek 'il fuq minn 10 ̧000 kumpannija li jimpjegaw bejn 11 u 100 persuna u 165 kumpannija li jimpjegaw 'il fuq minn 100 persuna.", "Nafu li f'pajjiżna għandna kumpanniji li jaħdmu katina bejniethom sabiex joħorġu prodott finali tajjeb, pero` sfortunatament ħafna minnhom m'għandhomx dik l-abilità li jlaqqgħu proġettazzjoni tajba sabiex dawn ikunu jistgħu jimxu 'l quddiem.", "Sur President, aħna m'aħniex se nimponu fuq min kapaċi jaħdem hu u jasal waħdu imma jkun hemm min ikun irid l-għajnuna tagħna biex jinvesti u jkabbar l-investiment tiegħu.", "Huwa mportanti li l-investiment inġibuh lejn Malta pero` il-Malti huwa kapaċi joħloq l-investiment ukoll għax il-Malti huwa intelliġenti u kapaċi jinvesti fih innifsu u jkabbar il-produzzjoni tiegħu.", "Dan kollu jkollu ripple effect fuq il-kumplament ta' l-ekonomija Maltija pero` il-Malta Enterprise m'aħniex se nagħmluha għall-UE.", "Bħal ħafna liġijiet oħra din il-liġi qed issir l-aktar għall-benefiċċju tal- Maltin stess.", "Issa nixtieq ngħid xi ħaġa fuq l-impjegati.", "Sur President, jien naħseb li dawk l-impjegati li ħadmu bil-għaqal fi ħdan il-METCO, l-IPSE, l-MDC u f'kumpanniji assoċjati ma' dawn il- korporazzjonijiet jafu li mhux se jibqgħu tajjeb pero` l-ebda deputat min- naħa l-oħra ma semma li hemm nies li ilhom sitt xhur u tmien xhur ma jidħlu l-uffiċċju għax qegħdin bil-leave jew bis-sick leave u jafu wkoll li hemm nies reġistrati fuq il-kotba tal-kumpannija li ma tawx b'karlin xogħol f'dawn l-aħħar snin.", "Pero` dawn issa ma jippretendux li jokkupaw xi post f'din l-intrapriża meta jafu li kienu huma li wassluna biex nirrevedu dak li hemm għax huma ma attribwewx biżżejjed enerġija u ma laqgħux l-isfida li kienu jippreżentawlhom l-IPSE, il-METCO u l-MDC!", "Jien ngħid li l-IPSE ħadmet għaliex kellna segretarju parlamentari li ma tahomx nifs f'erba' snin u fittex li jibqa' jtejjeb l-affarijiet.", "Qablu kien hemm l-Onor.", "Cilia li ħadem ukoll f'dak is-settur, pero` naħseb li ma tantx kien hemm min jiddeċiedi l-affarijiet.", "U huwa proprju dan li aħna se nipprovaw noħolqu.", "Sur President, mhux bilfors li l-gvern jiddeċiedi kull ħaġa hu.", "Aħna qed noħolqu sistema ġdida li għandha twassal biex toħloq mod ta' kif aħna se nġibu l-investiment f'Malta u sabiex inkattru dak li għandna diġà u ma nitilfux minnu ħlief affarijiet li minħabba force majeure ma tistax tikkmandahom.", "Per eżempju ̧ ladarba jitbiddel l-orjentament ta' kif in- nies jonfqu l-flus tagħhom trid tkun kapaċi tiddiversifika u tgħin lil dawk li jkunu sejrin ħażin ħalli dawn jiżviluppaw l-enerġiji tagħhom u jkunu kapaċi jaħtfu l-opportunitajiet li jkollhom.", "Sur President, fl-organizzazzjoni tal-Malta Enterprise filwaqt li qassamna d-diversi setturi bix-xogħol li għandu jkollhom min-naħa l-oħra m'aħniex se nagħmlu affarijiet li biex tittieħed deċiżjoni dak li jkun irid jitla' tlieta jew erba' saffi.", "Jekk ikun hemm bżonn li tingħata l-għajnuna din għandha tingħata fil-livell li għandha tingħata u jsir l-istudju li jkun hemm bżonn.", "Pero` aħna żgur li mhux qed nagħmlu xi ħaġa biex jiġu l- barranin, jaħilbu l-baqra u jitilqu 'l barra minn Malta.", "Din irridu ngħiduha.", "Jekk hemm xi ħadd li għandu jkollu dritt jaqla' l-flus minn Malta għandhom ikun n-nies tagħna.", "L-ewwel irridu ninvestu fin-nies tagħna jew f'dawk in-nies li lesti li jiġu jinvestu magħna ħalli jgawdu mill-ġid tal-kumpannija.", "Pero` ħadd ma jista' jippretendi li aħna nagħtu tax holiday, nagħtu biċċa art biex fuqha tinbena fabbrika u nagħtu soft loan u wara dawn il-benefiċċji kollha jkun hemm min jitlaq 'il barra minn hawn.", "Aħna m'aħniex qed nitkellmu fuq din it-tip ta' azjenda.", "Aħna qed nitkellmu fuq azjenda li tmexxi lil Malta 'l quddiem u aħna bl-enerġija u bil-kapaċità tagħna nagħmlu impatt u noħolqu ċerti niċeċ li nibbenefikaw minnhom.", "Sur President, il-missjoni tal-Malta Enterprise hija li aħna nkunu kapaċi nagħtu dik l-għajnuna u nutilizzaw il-kapaċitajiet tagħna ħalli nilħqu dawk is-setturi li forsi llum ma dħalniex għalihom biżżejjed.", "B'hekk inkunu kapaċi nidħlu fi swieq Maltin u barranin u nkunu nistgħu nikkompetu.", "Il- gvern jemmen li l-Malti huwa kapaċi jaħdem, kapaċi jidħol għall-isfida u kapaċi jirbħilha u din hija l-mentalità li biha qed inħarsu lejn il-Malta Enterprise.", "Il-Malta Enterpise titlob kultura ta' ħaddiema li jkollhom id-dritt li jkunu pro-attivi u mhux pessimisti jew li joqogħdu bil-qiegħda jistennew il- bajtra taqa' f'ħalqhom.", "Aħna nistennew li jkollna moviment li se jfittex toroq ġodda li jġibu l-investiment hawn Malta.", "Dan il-moviment għandu jkun trasparenti f'dak li jagħmel u għandu jagħti input tajjeb biżżejjed li mbagħad jorjenta ruħu biex jagħti riżultati tajbin.", "Sur President, l-iskop tagħna permezz tal-Malta Enterprise huwa li nkunu sostenibbli u kompetittivi fl-istrateġiji tagħna.", "Irridu nibnu l-potenzjal tal-ħaddiem Malti biex jaċċetta niċeċ ġodda ta' innovazzjoni, ta' teknoloġija, niċeċ li permezz tagħhom diġà għamilna passi ta' ġgant.", "Ċerti niċeċ tant tajnihom importanza li saħansitra ħloqna ministeru għall- informatika għax nafu li hemmhekk hemm futur għall-ħaddiema.", "Hemmhekk nistgħu nitgħallmu u nipprovdu servizz.", "Aħna rridu li lill-ħaddiema tagħna u lil eluf ta' studenti li ħerġin mill-MCAST u mill-università insibulhom il-mezz kif huma jkunu kapaċi jsibu opportunitajiet ta' xogħol b'pagi tajbin.", "L-opportunitajiet ta' xogħol għandhom ikunu sfida għaż-żgħażagħ tagħna, u dawn m'għandhomx isibu job u jibqgħu fl-istess job għal għomorhom imma għandhom jibdew mit-tarġa t'isfel u jibqgħu telgħin bil-mod il-mod b'ċerta bżulija, b'ċerta ħeġġa, b'ċerta esperjenza u b'ċerta professjonalita`.", "Fil- fatt il-korporazzjoni Maltija għall-intrapriża se tassigura li hemm dan l- ambjent fid-dinja tax-xogħol u xogħolha mhux se jkun biss li tagħti xi fabbrika jew xi sussidju sabiex in-nies ikunu jistgħu jieħdu soft loan.", "Naturalment fejn hemm bżonn, il-korporazzjoni Maltija għall-intrapriża se tipprovdi dik it-tip ta' għajnuna wkoll, pero` dan se jkun biss parti mill- pakkett li se toffri din il-korporazzjoni, u jekk l-għanijiet li għalihom qed titwaqqaf il-korporazzjoni Maltija għall-intrapriża jintlaħqu, allura din il-korporazzjoni tkun għamlet suċċess u b'hekk il-qasam ta' l-ekonomija jkompli jissaħħaħ.", "Aħna ma rridux nibnu ekonomija fuq ix-xogħol li jipprovdi l-gvern u lanqas qed nistennew li l-gvern iwessa' iżjed idejh, anzi aħna nixtiequ li s-settur privat jimpjega iktar nies u li l-ħaddiema jorjentaw ruħhom iktar għall-isfidi li jiġu ppreżentati lilhom.", "Il- korporazzjoni Maltija għall-intrapriża għandha tilqa' lil kulmin iħabbtilha l-bieb minħabba li jkollu idea ġdida ta' investiment f'moħħu li jkun irid jagħmilha realta`.", "Mr Speaker, il-korporazzjoni li qed titwaqqaf illum għandha tħalli influwenza u impatt fuq dawk l-areas kollha tas-settur industrijali li hija trid li jagħmlu suċċess.", "Ftit ilu jien attendejt seminar dwar il- kompetittivita` f'Malta u attendejt ukoll laqgħat fi Brussels dwar il- kompetizzjoni, u hemmhekk stajt nara kemm pajjiżi oħrajn jagħtu importanza lill-kompetittivita`.", "Hija ħasra li sfortunatament aħna għadna ma studjajniex bis-serjeta` biżżejjed x'tip ta' attenzjoni rridu nagħtu lill- kompetittivita` fil-ġejjieni.", "Mr Speaker, illum l-UE għandha sfida quddiemha; dik li sas-sena 2010 ikollha l-aħjar intrapriżi marbutin magħha sabiex tkun l-iktar blokk avvanzat mid-dinja kollha, anke fil-qasam ta' l-IT.", "Ġaladarba issa anke l- partit Laburista qed jaċċetta l-fatt li l-għażla tal-poplu Malti u Għawdxi hi li nsiru membru ta' l-UE, irridu npoġġu saqajna ma' l-art u naħdmu flimkien.", "Minflok ma noqogħdu nikkritikaw it-twaqqif ta' din il- korporazzjoni u noqogħdu ngħidu li se jkun hemm min iweġġa' bit-twaqqif tagħha, ikun ħafna aħjar li nisimgħu kritika konkreta u naħdmu flimkien biex ikollna riżultati aħjar.", "Nista' naċċerta lil kulħadd li meta titwaqqaf il-korporazzjoni Maltija għall-intrapriża, aħna m'aħniex se noqogħdu niftaħru li waqqafna din il-korporazzjoni weħidna.", "Kulħadd għandu kontribut x'jagħti, u għalkemm jista' jkun illi r-riżultati ma narawhomx immedjatament, żgur li se narawhom fil-futur qarib.", "Illum l-istudenti qegħdin jippreparaw ruħhom ħafna iktar qabel ma dawn jidħlu fid-dinja tax- xogħol, u allura iktar u iktar jikber il-bżonn li nittrattaw dan il-qasam bl-ikbar serjeta` u professjonalita`.", "Waħda mill-funzjonijiet tal-korporazzjoni Maltija għall-intrapriża se tkun dik li tagħti backing lil kull bniedem li jrid jinvesti f'Malta filwaqt li tiftaħlu għajnejh u tagħtih l-informazzjoni li għandu bżonn.", "Min-naħa tagħna, aħna qed nobbligaw ruħna li nagħmlu market research tajjeb b'mod intelliġenti u strateġiku biex immorru għal dik it-tip ta' ekonomija li tixraq lil pajjiżna minkejja l-limitazzjonijiet tagħna.", "Anke Għawdex għandu ħafna sfidi quddiemu sabiex ikabbar l- ekonomija tiegħu, u jien, li naf kemm l-Għawdxin huma kapaċi, persważ li l-poplu Għawdxi wkoll jista' jiżviluppa l-għerf u l-kapaċita` tiegħu biex jilqa' għall-isfidi li għandu quddiemu.", "Sur President, aħna se nipprovaw nagħmlu benchmarking għall-kompetittivita` ta' l-intrapriża, u dak li niddeċiedu llum se jkun il-bidu ta' żvilupp għall-ġejjieni.", "Il-korporazzjoni Maltija għall-intrapriża se tistudja dawk is-setturi kollha li qegħdin joffru sfida għax huma dawn l-isfidi li se jiddeterminawlna jekk aħniex se nirnexxu jew le fl-ekonomija tagħna.", "Irridu noqogħdu attenti li nifformolaw strateġija li biha nolqtu s-setturi kollha konċernati għax aħna rridu li jkun hemm inqas kumpanniji li ma jmorrux tajjeb u wisq iktar kumpanniji li jirnexxu, jikbru, jistabbilixxu ruħhom u n-negozju tagħhom ikun garantit għax iktar ma jiżdiedu l-isfidi tax-xogħol, iktar ikunu kapaċi jiżviluppaw.", "Sur President, minn xi għaxar snin jew 20 sena 'l hawn saru żviluppi kbar fil-qasam tal-computer, u aħna rnexxielna nilqgħu għal dawn l-isfidi, u hekk ukoll se jirnexxielna nilqgħu għall-isfidi li qed niffaċċjaw illum.", "Il-korporazzjoni Maltija għall-intrapriża se tħabbatha ma' intrapriżi internazzjonali oħrajn, u permezz tagħha aħna se nkunu nistgħu nirrappreżentaw lil pajjiżna barra minn Malta b'wiċċna minn quddiem għax inkunu organizzati b'mod professjonali.", "B'dan il-mod aħna nkunu nistgħu niksbu dak li għandna niksbu fuq skala mondjali għax inkunu kapaċi niksbuh u mhux niksbuh għaliex ikunu qed jitħassruna.", "Aħna ma rridux karita`, ma rridux lil min jgħidilna \"msieken\" imma rridu li pajjiżi oħra jaħdmu u jikkummerċjalizzaw magħna għax aħna kapaċi.", "Bħalma l-poplu Malti kien kapaċi jikkummerċjalizza u jiddiversifika għal snin sħaħ, hekk ukoll għandu jagħmel illum.", "Mr Speaker, għan ieħor li għalih qed titwaqqaf il-korporazzjoni Maltija għall-intrapriża huwa dak li żżid is-sostenibbilta` u l-kompetittivita` tan- negozjant Malti.", "Fiż-żminijiet tal-qedem, meta Malta biex tibqa' teżisti kienet isservi lis-servizzi, aħna konna l-iktar nies li konna kapaċi nikkummerċjalizzaw.", "Meta biex nipproteġu r-reliġjon u l-Kristjaneżmu ridna noħolqu ammont ta' fortifikazzjonijiet ħalli nkunu nistgħu niġġieldu kontra l-għadu, aħna ma qgħadniex lura milli nagħmlu dan għax il-Malti huwa kapaċi jorjenta ruħu skond iċ-ċirkostanzi, u hekk għandna nagħmlu llum biex nibqgħu kompetittivi.", "Illum b'għafsa ta' buttuna tista' tikkummerċjalizza ma' l-Awstralja, li hu l-iktar pajjiż 'il bogħod minn pajjiżna, jew inkella maċ-Ċina.", "Fil-fatt iċ-Ċina waslet biex biddlet l-istrateġija kollha tas- suq tagħha u ħolqot entita` bħal dik li qed inwaqqfu aħna llum biex tkun kompetittiva.", "Naturalment b'hekk iċ-Ċina saret iktar b'saħħitha, u aħna rridu nitgħallmu minn pajjiż bħal dan.", "Naturalment aħna qatt m'hu se jirnexxielna nikbru daqs iċ-Ċina, pero` pajjiżna għandu vantaġġ ħdejn dawn il-pajjiżi għax filwaqt li l-pajjiżi l-kbar ikollhom biljuni ta' nies x'jitimgħu, aħna jekk inkunu kapaċi niġbru mqar qatra waħda biss mil-oċean inkunu għamilna suċċess, u fil-fatt il-korporazzjoni Maltija għall- intrapriża se torjenta l-ħsibijiet tagħha proprju f'dik id-direzzjoni.", "Mr Speaker, bla ebda dubju hawnhekk irridu nenfasizzaw ukoll il-ħtieġa tal- professjonalita` fejn inti mhux biss trid tkun kapaċi tipproduċi xi ħaġa u mhux biss trid tkun qed tagħti lill-konsumatur dak li twiegħdu imma trid tkun kapaċi wkoll tkun professjonali f'dak li tkun se tagħmel.", "Jekk irridu nirnexxu, l-amateurism irid jispiċċa.", "Nerġa' nenfasizza li mhux biżżejjed li wieħed ikun kapaċi jikkrea l-affarijiet b'idejh - per eżempju, hawn ħafna li jafu jaħdmu t-tafal b'idejhom - imma jrid jagħmel dan bl-iktar mof professjonali.", "L-ikbar riżors li għandu pajjiżna huwa proprju r-riżors uman, u bil-kapaċitajiet tagħna, nistgħu niksbu riżultati tajbin għall- ekonomija tagħna.", "Naturalment aħna ma nistgħux nibnu ekonomija li, per eżempju, tenħtieġ miljuni ta' nies.", "L-importanti m'huwiex li nibnu ekonomija li jkollha bżonn numru kbir ta' nies biex tiġi sostnuta imma li nkunu kapaċi naħdmu verament f'dak is-settur għax aħna rridu nispikkaw qalb il-popli ta' pajjiżi oħrajn biex nirnexxu.", "Mr Speaker, din il-ġimgħa ġewwa Wimbledon kien hemm Svizzeru li rnexxielu jirbaħ il-grand slam prize fit-tennis għall-ewwel darba għax huwa kien kapaċi jikseb suċċess f'qasam li pajjiżu qatt ma ġie 'l quddiem fih.", "B'riżultat ta' dan, illum kulħadd qed iħares lejn dan il-bniedem u anke lejn pajjiżu b'ċertu rispett.", "Aħna kellna bniedem ukoll li rnexxa f'qasam li pajjiżna qatt ma ġie 'l quddiem fih, u hawnhekk qed nirriferi għal Tony Drago, li kien kapaċi jilħaq livelli tajbin ħafna fil-billiard.", "Jien persważ li anke bit-twaqqif tal-korporazzjoni Maltija għall-intrapriża se nkunu kapaċi nilħqu l-livell professjonali li huma kapaċi jilħqu pajjiżi oħra, u dan għandu jagħti r-riżultati tiegħu.", "L-organizzazzjoni tal-korporazzjoni Maltija għall-intrapriża se tkun differenti minn dik ta' l-MDC, ta' l-IPSE u tal-METCO għax din se tkun mibnija madwar direzzjoni strateġika.", "Permezz tat-twaqqif ta' din il- korporazzjoni, aħna se nissapportjaw kemm il-manifattura kif ukoll lil dawk l-intrapriżi li huma relatati mas-servizzi.", "Il-klijenti se jkollhom aċċess għal din il-korporazzjoni Maltija għall-intrapriża mhux billi jkellmu lil Peppi, Peppi jibgħathom għand Ġanni, Ġanni jibgħathom għand Ċikku, Ċikku jibgħathom għand Pilatu imbagħad Pilatu jibgħathom għand Kajfas, imma billi jaħdmu ma' persuna waħda li tkun kapaċi tgħin lill-klijent fil-biċċa xogħol li jkun se jagħmel mill-bidu sa l-aħħar.", "Mr Speaker, l-Onor.", "Dalli kkritikat il-fatt li l-quorum tal-bord se jkun magħmul biss minn seba' membri, pero` aħna ma rridux iktar minn hekk għax ma rridux struttura li tkun top-heavy.", "M'hemmx bżonn li bord ikollu 13 jew 15-il ruħ.", "L-importanti hu li jkollna xi ħaġa tajba u operattiva, u mbagħad jekk għada pitgħada nħossu li jkun aħjar jekk in-numru tal-membri tal-bord jikber, nagħmlu hekk, imma għalissa se nħallu kollox kif inhu.", "Jien nixtieq li intom, li qegħdin fuq in-naħa l-oħra tal-Kamra, tgħinuna nimxu fuq din l-istrateġija li qed nibnu, anke biex wara kollox, meta xi darba titilgħu fil-gvern - u nittama li ddumu ma titilgħu - inkunu ħallejnilkom xi ħaġa tajba li tkunu tistgħu tibnu fuqha.", "Fl-aħħar mill- aħħar aħna l-membri ta' din il-Kamra kollha għandna għan wieħed; li nagħmlu dak li huwa bżonnjuż għal Malta.", "Il-korporazzjoni Maltija għall-intrapriża se tieħu d-deċiżjonijiet flimkien mal-klijenti tagħha u mhux taqbad, tiddeċiedi hi imbagħad timponi d- deċiżjoni tagħha fuq il-klijent, kif kien jiġri qabel f'ħafna każi.", "Din il- korporazzjoni se tara wkoll li jsir marketing tajjeb ta' dak li nipproduċu biex id-demand għall-prodotti Maltin jikber.", "Mr Speaker, nixtieq nikkonkludi dan l-intervent billi ngħid li l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna jipprovdi kuraġġ u huwa pass ġdid.", "Għalhekk jien nistieden lill-membri tan-naħa l-oħra tal-Kamra sabiex naħdmu flimkien bħala Malta ġdida li se ssir membru ta' l-UE minn hawn u għaxar xhur oħra.", "Ġaladarba nsiru membri ta' l-UE nkunu ħloqna l-mezzi, il-pedamenti u s- sisien kollha biex nirnexxu, pero` aħna nistgħu nirnexxu biss jekk ningħaqdu, naħdmu flimkien - u meta ngħid \"naħdmu flimkien\" m'iniex qed ngħid li għandna nikkritikaw biss imma għandna nilqgħu l-isfidi flimkien - inpoġġu rasna ma' xulxin u jekk hemm bżonn inħabbtuhom flimkien.", "B'dan il- mod il-korporazzjoni Maltija għall-intrapriża tikseb suċċess ikbar milli kisbu l-MDC, l-IPSE u METCO li servew l-iskop tagħhom għal ċertu perijodu ta' żmien, pero` issa kien hemm bżonn li nieħdu pass 'il quddiem u nilqgħu għall-isfidi li ġejjin quddiemna.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Sar il-ħin.", "Nitlob lill-Onor.", "Vassallo sabiex, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO (Segretarju Parlamentari): Sur President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar l-Erbgħa, 9 ta' Lulju 2003 fis-6:00p.m. b'din l-aġenda:-", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li Jemenda Diversi Liġijiet – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Korporazzjoni Maltija għall-Intrapriża – Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili – Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar Elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Awditjar Intern u Investigazzjonijiet Finanzjarji – Tielet Qari; u", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Unjoni Ewropea – Tielet Qari.", "-----------------------------------------", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kummissarju għat-Tfal – Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Anton Refalo.", "ONOR.", "ANTON REFALO: Sur President, ftit tal-ħin ilu smajt lis-Segretarju Parlamentari Abela jitkellem u laqatni punt mid-diskors tiegħu fejn appella lin-naħa ta' l-oppożizzjoni sabiex jgħinu lill-gvern.", "Din kienet sorpriża kbira għalija għaliex żgur li dan l-appell ma japplikax fejn jidħlu l- ħteġijiet ta' Għawdex, u dan jintwera biċ-ċar mill-Ministru għal Għawdex li dejjem tara kif taħrab milli tirrispondi l-mistoqsijiet parlamentari li nagħmlu aħna.", "Ċertament dan hu mod ferm unfair ta' kif timxi f'dan il- parlament, u se nsemmi eżempju ta' dan.", "Jien wieħed minn dawk li nemmen li s-Lm750,000 li ntnefqu biex ġiet irranġata s-sala Sant'Anna fl-isptar ġenerali ta' Għawdex intnefqu għalxejn.", "Jiena għamilt mistoqsija parlamentari fuq dan u staqsejt lill- Ministru għal Għawdex kemm intnefqu flus biex ġiet irranġata din is-sala, jekk ingħatawx kuntratti u xogħol lill-privat, kemm jiswa kull kuntratt u jekk ingħatawx kuntratti b'xi direct order.", "Din il-mistoqsija parlamentari kienet iġġib in-numru 267 u r-risposta għaliha ngħatat fis-seduta numru 7 tad-9 ta' Ġunju 2003, liema risposta kienet tgħid hekk:", "\"Il-fondi għall-proġetti Residenza Sant'Anna nħarġu mill-Welfare Committee.", "Għaldaqstant il-Ministru għal Għawdex m'hijiex f'pożizzjoni li tagħti l-informazzjoni mitluba.\".", "Issa, Sur President, inti kont ministru għal Għawdex u jien kont segretarju parlamentari għal Għawdex u ma naħsibx li din it-tip ta' r-risposta tagħmel unur la n-naħa tal-gvern u lanqas lil dan il-parlament.", "Jien ma nistax nifhem kif il-Ministru għal Għawdex tirrispondi b'dan il-mod meta l-isptar jaqa' taħt id-dekasteru tagħha u l-fondi nħarġu proprju mill-Ministeru għal Għawdex!", "Peress li ma ħadtx risposta, għamilt l-istess domanda lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali u fis-seduta numru 13 huwa rrisponda hekk:", "\"Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni qiegħda tinġabar u r-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.\".", "Sfortunatament, is-seduti għaddew waħda wara l-oħra imma r-risposta qatt ma waslet.", "Ċertament, dan mhux il-mod kif il-mistoqsijiet parlamentari għandhom jiġu mwieġba.", "Jiena kemm-il darba għedt li aħna d-deputati Għawdxin, la aħna Nazzjonalisti u anqas Laburisti imma aħna primarjament Għawdxin u għalhekk l-iskop tagħna ġo dan il-parlament hu li nservu u nagħmlu l-ġid lil poplu Għawdxi irrespettivament mill-kulur politiku.", "Ċertament li dawn it-tip ta' risposti ma jgħinu xejn biex ikun hemm xi forma ta' ftehim bejn il-gvern u l-oppożizzjoni għaliex ma jistax ikun li l- oppożizzjoni tiġi mċaħħda minn informazzjoni daqstant importanti.", "Sur President, irrid ngħid li jiena naqbel perfettament ma' dak li appella għalih l-Onor.", "Anthony Abela, li l-oppożizzjoni għandha tgħin speċjalment għal dak li għandu x'jaqsam ma' Għawdex.", "Qed ngħid dan għax nemmen, u inti, Sur President, naħseb li temmen bħali, li l-ebda Malti m'hu se jirranġa l- problemi li għandna aħna l-Għawdxin.", "Fil-fatt, meta morna Malta biex nippruvaw nirranġaw xi problema li kellna f'Għawdex dejjem sibna ostakoli kbar biex din titranġa u għalhekk, aħna d-deputati Għawdxin irridu nkunu magħquda sabiex nifhmu l-problemi ta' Għawdex u nippruvaw nirranġawhom.", "Sur President, qabel ma nitkellem ftit dwar is-sitwazzjoni preżenti ta' Għawdex xtaqt niftaħ parentesi.", "L-elezzjoni għaddiet u ntrebħet mill-partit Nazzjonalista – hawnhekk irrid ngħid prosit lill-partit Nazzjonalista tal-kapaċita` li għandu li jimmanipula imħuħ il-poplu u rrid nifraħ lill-Ministru għal Għawdex għas- suċċess personali li ġabet u nsellem u nirringrazzja lil żewġ ex membri parlamentari Għawdxin, Carmelo Borg u Victor Galea Pace għax dawn ukoll taw sehmhom għall-ġid tal-poplu Għawdxi – imma issa wasal iż-żmien li nħarsu 'l quddiem u nistaqsu: Quo vadis?", "S'issa nafu biss minn fejn tlaqna u cioe` li l-poplu Malti u Għawdxi jrid li pajjiżna jidħol fl-UE.", "Il-Ministru għal Għawdex qalet li malli nidħlu fl-UE Għawdex se jibda jgawdi minn tliet benefiċċji prinċipali.", "L-ewwel benefiċċju hu li għalkemm aħna nikklassifikaw taħt il-kategorija ta' NUTS 3, l-uniku vantaġġ li għandu Għawdex hu li se jkollu statistika separata minn dik ta' Malta u jekk il-livell ta' żvilupp għal Malta jilħaq il-livell ta' xi pajjiż fl-UE, allura mbagħad Għawdex jista' jigwadanja mill-fondi ta' l-UE fis-sens li jiġi meqjus bħala objective one area.", "It-tieni benefiċċju hu li Għawdex se jkollu financial table għalih u t-tielet benefiċċju hu li se jkun hemm kumitat għall-proġetti reġjonali li se jkun presedut mill-Ministru għal Għawdex.", "Skond il-Ministru, dawn huma t-tliet benefiċċji li Għawdex se jgawdi minnhom pero` hawn ta' min igħid li m'hemmx biss vantaġġi imma hemm żvantaġġi kbar, fosthom it-tneħħija tas-sussidju fuq it-trasport, il- liberalizzazzjoni tal-Gozo Channel u l-fatt li s-sajjieda se jintlaqtu serjament għax l-area fejn jistadu se tonqos u s-sajd tal-lampuki se jinfetaħ għal kulħadd.", "Dawn huma punti li l-poplu Malti u Għawdex iddeċieda fuqhom fl-elezzjoni li għaddiet jew almenu hekk suppost.", "Qed ngħid hekk għax jiena wieħed minn dawk li nemmen li l-poplu Għawdxi mhux veru vvota għall-UE imma vvota għall-pjaċir personali.", "Dan qiegħed ngħidu għaliex jekk tara s-sitwazzjoni politika kif kienet ftit qabel l-elezzjoni ssib li l-Ministru għal GĦawdex daħlet mentalita` egoistika fil-poplu GĦawdxi fejn l-aqwa ħaġa hi li dak li jkun jinqeda u jiġi jaqa' u jqum mill-ġid ta' GĦawdex u l-Għawdxin in ġenerali.", "Din ċertament hija attitudni ħażina ħafna.", "Ftit qabel l-elezzjoni rajna ħafna pjaċiri politiċi jitwettqu.", "Bdejna naraw nies li bdew jgħaddu board u ħaddiema tal-gvern jintbagħtu jaħdmu fil- privat.", "Fil-fatt, meta kont qiegħed nagħmel id-door to door visiting, tkellimt ma' ħaddiem li jibni l-ġebel tas-sejjieħ u dan qalli li hu kien ilu jaħdem fil-privat sentejn u nofs għax dejjem jibagħtuh jaħdem għand dak u għand l-ieħor.", "Mhux dan biss imma qabel l-elezzjoni rajna wkoll każi ta' xogħol ta' concrete u madum li kien qed jingħata lill-privat u dan għandi l- provi dwaru.", "Rajna ħerġin ukoll kemm-il direct order u transfer.", "Rajna wkoll sajjieda GĦawdxin li ngħataw Lm5,000 għotja u suppost issa se jagħtuhom Lm10,000 oħra u rajna anke ndħil mill-Ministru għal Għawdex fuq il-bord tad-DCC tal-MEPA u telefonati lil ċerti nies biex imorru fit-\"tali\" data għax ikun hemm il-bord \"tagħhom\" u dawn jirranġawlhom sabiex il- permess jgħaddi żgur.", "Dawn huma affarijiet li ġraw u jekk il-ministru tgħid li mhux veru, jien inkun nista' nirrispondiha.", "Rajna ħafna abbużi kbar isiru fil-gżira GĦawdxija, bħall-każijiet ta' uffiċjali tal-gvern f'GĦawdex li jieħdu l- flus biex jaqdu lil xi ħadd.", "Sur President, dan kollu m'iniex ngħidu jiena biss imma indikatu anke l-Malta Today fejn qalet li l-Ministeru għal Għawdex għandu track record li jagħti ħafna kuntratti b'direct orders.", "Sur President, hemm bżonn li l-affarijiet jitbidlu u tibda titħaddem sistema iżjed serja.", "Hija sfortuna kbira li l-poplu Għawdxi spiċċa bil- mentalita` ta' \"tajjeb jiena, tajjeb kulħadd u għalhekk niġi naqa' u nqum minn kulħadd\".", "Din hi r-raġuni għaliex GĦawdex sejjer lura bħall-granċ, għax fejn qabel inti kellek dak il-poter politiku li kien għassa biex jara li dak li huwa ta' GĦawdex jieħdu u jiġġieled biex iġib iktar drittijiet għall-poplu GĦawdxi, illum qed naraw li dawn l-affarijiet qed jispiċċaw ftit ftit bir-riżultat li GĦawdex qiegħed ibati.", "Fil-fatt il-Malta Today irrapportat hekk:", "\"The number of direct orders issued by Giovanna Debono's ministry for Gozo totalled an alarming 95 between January 2001 and April 2003.", "The total value of the direct orders amounts to Lm421,455.\".", "Issa meta nitkellmu fuq direct orders qed nitkellmu fuq affarijiet li jidhru u anke fuq dan hemm id-dubji, aħseb u ara x'qed jiġri fuq affarijiet li ma jidhrux!", "Għalhekk huwa mportanti li l-gvern u l-oppożizzjoni jaħdmu bis-serjeta` sabiex dawn l-affarijiet jiġu rranġati.", "Wara kollox, għalxejn naħdmu biex inġibu skoss voti jekk fl-aħħar mill-aħħar Għawdex ma jibbenefikax.", "Jiena naf - u persważ li kulmin għandu l-interess għall-qalbu ta' GĦawdex u tal-poplu GĦawdxi wkoll jaf - li GĦawdex prattikament m'hu qiegħed jieħu xejn minn dan il-gvern.", "GĦawdex illum spiċċa fi gzira fejn il-pjaċiri personali jirrenjaw u dan qed iwassal biex jitkisser it-tessut tas-soċjeta` GĦawdxija, soċjeta` li kemm inti Sur President u kemm jiena - meta kont segretarju parlamentari - ħdima biex inmexxu 'il quddiem.", "Din hi r-raġuni għalfejn fil-bidu tad-diskors jiena staqsejt \"quo vadis?\".", "Is- sitwazzjoni tidher li hi tal-biki.", "Fix-xahar ta' Awissu fabbrika oħra tal- Lloyds fil-qasam industrjali tal-gzira Għawdxija se tagħlaq u tiżdied mal- lista ta' ħafna fabbriki li għalqu f'Għawdex reċentement.", "Huwa importanti li naraw il-veri problemi li għandha l-gżira GĦawdxija u nagħmlu enfasi fuq il-kunċett ta' reġjun, kunċett li meta inti kont ministru għal GĦawdex, Sur President, kont ħdimt ħafna għalih.", "Il-partit Laburista jaqbel ma' dan il-kunċett ta' reġjonalita` u għalhekk il-partit Laburista f'din il-leġislatura għamel kelliem ewlieni għar-reġjun ta' GĦawdex proprju biex jagħmel enfasi li GĦawdex m'huwiex xi distrett imma hu reġjun imdawwar bil-baħar u għalhekk għandu problemi differenti u partikolari.", "Jiddispjaċini ħafna ninnota li l-investiment f'Għawdex waqaf totalment u m'hemmx pjan biex il-gżira GĦawdxija terġa' tibda tattira l-investiment.", "Kienet dejjem problema kbira dik li toħloq ġid biżżejjed sabiex ir-rota ekonomika Għawdxija ddur u ddur b'rata aktar mgħaġġla.", "F'Għawdex hemm ukoll il-problema tas-self-employed għax dawn fil-maġġoranza tagħhom jiftħu retail outlets li jkunu biss marginally viable fejn l-attivita` tagħhom tkun dik li jixtru imbagħad ibigħu l-istess prodott u ma tantx hemm self- employed li jipproduċu xi ħaġa huma.", "Sfortunatament il-Ministru għal Għawdex m'hi qed tagħmel xejn biex is-self-employed Għawdxi jingħata s- saħħa u l-inċentiv biex ikun jista' jilħaq lis-self-employed Malti.", "Qabel konna ngħidu li b'ġustizzja, inti trid tagħmel ċittadin Għawdxi għall-inqas daqs ċittadin mill-Mellieħa pero` dan il-kunċett ta' reġjonalita` qed jispiċċa llum u se jkompli jispiċċa b'rata iżjed mgħaġġla jekk il-Ministeru għal Għawdex se jkompli jagħmel kollox bil-moħbi biex ħadd ma jkun jaf lil min ta direct orders, lil min ta transfer, lil min ta promotion, lil min irranġa biex jieħu l-permess eċċ. Kulħadd jaf li dawn l-affarijiet qed jiġru f'Għawdex għax bħalma tiltaqa' inti man-nies, Sur President, niltaqa' jiena u jiltaqa' kulħadd u f'Għawdex in-nies huma magħrufa.", "Sur President, jiena nieħu għalija meta niftaħ \"The Sunday Times\" u naqra li l-GTA bagħtet xi proposti fuq kif l-affarijiet fil-qasam turistiku Għawdxi jistgħu jmorru 'l quddiem u dawn lanqas kellhom id-deċenza li jibagħtu kopja ta' dan id-dokument lill-membri ta' l-oppożizzjoni.", "Dan hu eżempju tal-firda li teżisti f'Għawdex fejn kulħadd jaħseb biss fil-ġid personali u m'għadx hemm dak is-sens li jsir ix-xogħol għall-ġid ta' l- Għawdxin kollha.", "Sur President, nerġa' ngħid li dan hu ħażin u qed ikisser lis-soċjeta` Għawdxija.", "Ma jistax ikun li tikkopera mal-Ministeru għal Għawdex meta anke fuq affarijiet żgħar bħal dawn ma ssibx għajnuna mingħandu.", "Il-Ministru għal Għawdex ma kellhiex id-diċenza li tagħti kopja ta' dan ir-rapport lill- membri ta' l-oppożizzjoni.", "Bħallikieku huma biss għandhom għal qalbhom il- ġid tal-poplu Għawdxi!", "Aħna ta' l-oppożizzjoni għandna interess naraw kif Għawdex jista' jimxi 'l quddiem u għalhekk għandna dritt li nirċievu dawn it-tip ta' rapporti u mhux nispiċċaw naqraw fuqhom biss fil-gazzetti.", "Sur President, l-oppożizzjoni għandha ħafna x'toffri għall-ġid tal-poplu Għawdxi u aħna lesti nagħtu s-sehem tagħna għal dan b'kundizzjoni li tan- naħa tal-gvern ikollhom rieda politika serja li jaħdmu magħna għall-ġid tal- poplu Għawdxi.", "Wieħed mill-proġetti li aħna nemmnu li għandu jitwettaq hu l-car park fiċ-ċentru komunali ta' Għawdex.", "Dan hu proġett li bdieh il- gvern Laburista – u mhux il-gvern Nazzjonalista kif qalet il-Ministru għal Għawdex - u issa hemm bżonn li jitmexxa 'l quddiem.", "Dan il-proġett kien ġie deċiż l-aħħar darba li ltaqa' l-Kabinett f'Għawdex u dawn kienu anke qablu biex joħorġu l-flus ħalli jagħmlu ċentru komunali f'Għawdex.", "F'dan iċ- ċentru komunali kien hemm ukoll ippjanat proġett biex issir lukanda żgħira fir-Rabat.", "Hemm bżonn li lil din il-belt nagħtuha l-ħajja għax ftit ftit qed tmut bħalma mietet il-Belt Valletta.", "Aħna ta' l-oppożizzjoni nemmnu li dan il-proġett għandu jsir għax ħdejn il-bajjiet għandna ħafna lukandi imma fir-Rabat m'hemm xejn, pero` sfortunatament f'Għawdex mhux qed naraw dik il- motivazzjoni politika biex isiru proġetti bħal dawn li semmejt li jkunu ta' tant fejda għall-gżira tagħna.", "Xtaqt issa nitkellem dwar il-qasam tas- saħħa f'Għawdex.", "Ħaġa li lili tinkwetani ferm – pero` fuq din I stand to be corrected u jenħtieġ li l-Ministru tirrispondi jew hux minnu dan – hi l-fatt li l-vot kapitali kollu għar-rigward tas-saħħa ntnefaq kważi kollu u baqa' biss Lm2,000 u dan meta għadna f'nofs is-sena.", "Dan il-fatt jinkwetani ferm għax fis-sena u disa' xhur li għamilna aħna, għamilna l-procurement committee u dan kien jara sena b'sena x'equipment se jkollu bżonn l-isptar ta' Għawdex sabiex ma jkunx sempliċi polyclinic imma jkun sptar attrezzat tajjeb sabiex innaqsu l-użu tal-helicopter mill-isptar ta' Għawdex għall-isptar ta' Malta.", "Qed ngħid dan għax din is-sena kelli l-isfortuna li nuża darbtejn is- servizz tal-helicopter, waħda minħabba t-twelid tat-tifel tiegħi u l-oħra minħabba problema ta' saħħa personali.", "Hawnhekk bl-ebda mod ma rrid nikkritika l-istaff ta' l-isptar Malti, anzi rrid nirringrazzjhom għax huma nies dedikati u professjonali ħafna bħal Prof. Fenech, Mr Galea u anke l- istaff ta' l-anti-natal u post-natal pero` hemm bżonn li l-isptar t'Għawdex jiġi attrezzat tajjeb ħalli nnaqqsu l-bżonn li bniedem ikollu joqgħod jiġi trasportat.", "Sur President, niftakar li kienu xi l-11:00p.m. meta sfortunatament kelli nidħol l-isptar t'Għawdex minħabba problemi f'qalbi.", "Hemmhekk suppost sar l- istress test bl-istress machine sabiex ikunu jafu jekk il-qalb hijiex qed taħdem sewwa pero` din kienet ilha bil-ħsara minn Diċembru tas-sena l-oħra – donnhom Ii ma ridux jgħiduli dan – u filgħodu kellhom jibagħtuni bil- helicopter lejn Malta sabiex nagħmel dan it-test.", "Din il-makna għadha sal- lum ma taħdimx u jien nixtieq nistaqsi dwar x'inhu jiġri.", "Għalfejn għadha ma nxtratx stress machine ġdida, li jiena nformat li tiswa Lm10,000, meta dik attwali ilha bil-ħsara minn Diċembru tas-sena l-oħra?", "Dan qed iwassal biex jekk bniedem irid jagħmel test tal-qalb, irid jew imur jagħmlu b'mod privat u jeħel xi Lm90 jew inkella joqgħod fil-queue biex forsi jinqeda Malta.", "Dan hu ħażin u hemm bżonn li s-saħħa tal-poplu Għawdxi tingħata l- priorita` li ħaqqha u dak li hemm bżonn jinxtara, jinxtara u mhux qegħdin f'sitwazzjoni fejn jintnefqu Lm0.75 miljun biex tittranġa sala – fejn anke kien hemm abbużi kbar u xogħol li ma sarx sewwa – imbagħad makna importanti bħal din ma tinxtarax.", "Makna oħra importanti li għandha tinxtara hi dik tal-mammogram, liema makna tieħu X-rays speċjali.", "Minħabba li għad m'hemmx din il-makna fl-isptar Għawdxi, in-nisa tqal qed jiġu esposti għal X-rays normali li jagħmlu ħsara lit-tarbija.", "Sur President, inti kont ftaħt is-CCU li ċertament kienet qabża fil-kwalita` pero` hemm bżonn li nimxu 'l quddiem għax ma jistax ikun li f'dan il-unit inkomplu ndaħħlu nies b'infections u nies bi problemi tal- qalb ħdejn xulxin.", "Hemm bżonn li nippjanaw aktar bis-serjeta` sabiex ikun hemm section tas-CCU u section differenti għan-nies li jkollhom infections għax mhux tajjeb li dawn il-pazjenti jitħalltu.", "Eżempju ieħor ta' servizz li hemm bżonn jibda jingħata f'Għawdex hu dak tal-chemotherapy għax ma jistax ikun li għal ħames minuti terapija bniedem irid joqgħod jiġi Malta erba' darbiet fil-ġimgħa.", "Sur President, jien nappella lill-Ministru għal Għawdex biex tibda taħdem fuq dawn l-affarijiet għall-ġid ta' l-Għawdxin u mhux tħalli kollox sejjer għall-agħar.", "Min-naħa ta' l-oppożizzjoni jiena nerġa' ntenni li m'iniex se nħalli dawn l-affarijiet jorqdu.", "Issa anke nfetħet fergħa ta' St. James Hospital f'Għawdex u rridu naraw li l-affarijiet ma jmorrux għall-agħar għax xi ħadd ikollu interess li jaġevola s-settur tas-saħħa privat.", "Jiena nappella wkoll lill-Ministru għal Għawdex biex terġa' twaqqaf procurement committee ieħor ħalli jinxtara l-apparat mediku li hemm bżonn u jekk m'hemmx fondi, nappellala ġġibhom minn x'imkien għax is-saħħa ta' l- Għawdxin għandha tieħu prijorita` fuq kollox.", "Nagħlaq billi ngħid lill-Ministru għal Għawdex li żmien l-elezzjoni għadda u għalhekk issa wasal iż-żmien li d-deputati Għawdxin tal-gvern u l- oppożizzjoni jingħaqdu flimkien biex jaħdmu għall-ġid tal-poplu Għawdxi li fl-aħħar mill-aħħar huwa l-interess tagħna lkoll.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada l- Erbgħa, 9 ta' Lulju 2003, fis-6:00p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "MUŻEWIJIET - XOGĦOL TA' RINNOVAR", "925.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid kemm sar xogħol ta' rinnovar ta' mużewijiet fis-snin 2000, 2001, 2002 u 2003?", "Jista' jgħid liema huma dawn ix-xogħlijiet, meta saru u kemm swew?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l- informazzjoni mitluba.", "SCHENGEN VISAS", "935.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Ministru jgħid jekk mas-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, il- gvern jibdiex jipproċessa biss Schengen visas?", "Jista' jgħid jekk teżistix sistema li biha l-gvern ikun jista' joħroġ Schengen visa limitatament għal żjara f'Malta, dejjem fuq indikazzjoni ta' l-applikant?", "ONOR.", "TONIO BORG: Mad-dħul ta` Malta fl-Enjoni Uwropea f`Mejju ta' l- 2004, il-Gvern Malti joħroġ biss visas validi għal Malta peress li ma jkunx għadu parti minn Schengen.", "Mad-dħul ta` Malta fis-sistema Schengen ikun possibbli li tinħareġ visa with limited territorial validity, skond kif hemm provdut fil-common consular manual u cioe,` f'każi li jkunu ġustifikati, bħal per eżempju każi umanitarji, każi ta` interess nazzjonali, każi ta` obligazzjonijiet internazzjonali, eċċ.", "VISAS GĦAL ĊITTADINI MILL-AFRIKA TA' FUQ", "936.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' il- Ministru jgħid jekk sarx - jew hux se jsir - studju dwar l-impatt ta' l- introduzzjoni ta' visa għal ċittadini minn pajjiżi mill-Afrika ta' Fuq mas- sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: It-tweġiba hi fin-negattiv.", "VISAS GĦAL ĊITTADINI LIBJANI", "937.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew ċittadini Libjani matul l-1998, l-1999, l-2000, l-2001 u l-2002?", "Jista' jgħid meta l-gvern beħsiebu jitlob visa għal ċittadini Libjani?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi n-numru ta` ċittadini Libjani li ġew Malta kien ta' 38,166 fl-1998; 45,839 fl-1999; 44,955 fl-2000; 32,386 fl-2001 u 24,011 fl-2002.", "Il-ħtieġa ta` visa se tidħol mhux iktar tard mill-1 ta` Mejju 2004.", "VISAS GĦAL ĊITTADINI LIBJANI", "938.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Billi bejn issa u s-sħubija formali ta' Malta fl-Unjoni Ewropea se jkollha tiġi introdotta visa għal ċittadini Libjani, jista' il-Ministru jgħid jekk humiex qed jittieħdu miżuri amministrattivi mill-Ambaxxata Maltija fi Tripli biex tkun tista' tipproċessa b'effiċjenza applikazzjonijiet għal visas minn ċittadini Libjani għal skop ta' turiżmu jew xogħol?", "Jista' jgħid jekk l-Ambaxxata Maltija fi Tripli tistax testendi s-servizz tagħha fi bliet oħrajn fil-Libja billi dawk li ma jirrisjedux fi Tripli se jkollhom jivjaġġaw mijiet ta' mili lejn Tripli biex jippreżentaw l- applikazzjoni tagħhom?", "ONOR.", "JOE BORG: Peress li sa mhux aktar tard mill-1 ta' Mejju 2004 ċittadini Libjani se jkollhom bżonn visa biex jiġu Malta, l-Ambaxxata Maltija fi Tripli qiegħda tiġi attrezzata kemm f'sens ta' impjegati kif ukoll f'termini ta' infrastruttura sabiex tkun tista' tilqa' b'mod effiċjenti u sistematiku għall-influss mistenni ta' ċittadini Libjani li jkunu se jżuru pajjiżna u li għal dak il-għan ikollha tinħareġ visa.", "Minbarra l-visa normali, ċittadini Libjani li jżuru Malta ta' spiss se jkunu jistgħu jibbenefikaw billi jingħataw multiple-entry visa.", "Il-ministeru se jeżamina kif ser tkun il-flow ta' applikazzjonijiet għal visas u minn liema bliet fil-Libja jiġu.", "Fuq kollox il-ministeru se jara li l-applikanti kollha jinqdew sew, malajr u mingħajr tfixkil.", "Kwalunkwe diffikultajiet li jistgħu jinqalgħu għall-bidu se jiġu indirizzati mill- ewwel u ser nagħmlu dak kollu possibbli sabiex is-servizz tal-ħruġ tal- visas ikun wieħed effiċjenti u effikaċi.", "NSO – PUBBLIKAZZJONIJIET TAL-EUROSTAT", "942.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-istatistika kollha tal-eurostat dwar Malta tiġi ppubblikata mill-NSO, l-aktar fejn jidħlu finanzi pubbliċi?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-istatistika dwar Malta li tippubblika l-eurostat fil-maġġoranza l-kbira tal-każi toriġina mill-NSO.", "Normalment il-eurostat tuża dik l-istatistika f'pubblikazzjonijiet tagħha fejn it-tagħrif fuq Malta jidher f'tabelli kumparattivi ma' pajjiżi oħra membri ta' l-Unjoni Ewropea jew fi stat ta' accession.", "Apparti l-fatt li m'għandux id-dritt legali biex jerġa' jippubblika pubblikazzjonijiet maħruġa mill-eurostat, l-NSO m'għandux riżorsi umani u finanzjarji biex iwettaq ħaġa bħal din.", "Naturalment l-NSO regolarment joħroġ statistika fuq kull suġġett li jinvestiga permezz ta' news releases, pubblikazzjonijiet oħra kif ukoll tal-website tiegħu fuq l-internet (http://www.nso.gov.mt).", "Min-naħa l-oħra, l-istatistika tal-eurostat tinħareġ fuq il-website http://europa.eu.int/comm/eurostat.", "ŻEBBUĠ – PENSJONI TAS-SIGURTA' SOĊJALI", "954.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament u li ħadmet mas-servizzi Ingliżi fil-perjodu 1951-1966 - u allura tħallsu l-kontribuzzjonijiet soċjali ta' matul dan il-perjodu - hijiex intitolata għal pensjoni tas- sigurta' soċjali?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi lill- persuna indikata fl-uffiċċju distrettwali tad-dipartiment tas-sigurta' soċjali li jkopri l-lokalita' tagħha.", "EŻAMI TAL-JUNIOR LYCEUM", "965.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid x'kien it-total ta' studenti li qagħdu għall-eżami tad- dħul fil-junior lyceum?", "Kemm kienu bniet u kemm kienu subien?", "Kemm għaddew?", "X'kien in-numru ta' studenti li għaddew mill-ħames suġġetti?", "Kemm kien hemm studenti eliġibbli li jagħmlu l-eżami iżda għażlu li ma jagħmluhx?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif mitlub qed jiġi vverifikat mid-dipartiment u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "SKEJJEL - EŻAMI TAR-RELIĠJON", "966.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm studenti li talbu li ma joqogħdux għall-eżami tar-reliġjon?", "Dawn tfal ta' ġenituri Maltin?", "Hemm minn talab biex ma joqgħodx għal xi eżami ieħor minbarra r-reliġjon?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li 39 talbu li ma joqogħdux għall-eżami tar- reliġjon - kien hemm ukoll għaxar studenti expatriate li awtomatikament ikunu eżenti mir-reliġjon – u minn dawn 28 għandhom ġenituri Maltin, tlieta għandhom wieħed biss mill-ġenituri ta' ċittadinanza Maltija u tmienja għandhom ġenituri barranin.", "Studenti li talbu li ma joqogħdux għal xi eżami ieħor minbarra r-reliġjon kienu għaxra fl-istudju soċjali u 17 fil-Malti.", "SKOLA TAL-ĦANDAQ - XOGĦOL TA' MANUTENZJONI", "967.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid fiex waslu l-pjani sabiex l-iskola tal-Ħandaq li qabel kienet tas-servizzi Ingliżi, isirilha xogħol ta' maintenance?", "Huwa l-ħsieb li din tinbena mill-ġdid jew li jsir xogħol kbir ta' maintenance biss?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li fl-iskola tal-Ħandaq se jsiru xogħlijiet ta' maintenance, partikolarment fuq is-soqfa biex dawn ma jibqgħux iqattru.", "Dan is-sajf ser issir ħidma sabiex tinħatt boiler room biex il-kamra tkun tista' tiġi konvertita għat-tagħlim, xogħlijiet żgħar ta' tisbiħ, tibdil ta' xi katusi tad-drenaġġ u xi overhead high tension cables ser jintradmu taħt l-art.", "Qed isiru diskussjonijiet mal-MEPA sabiex tkun tista' tinbena skola ġdida f'dawn l-inħawi jew fil-viċin, suġġett li kien ukoll diskuss f'konsultazzjonijiet pubbliċi li għamlet il-MEPA riċentement.", "VERDALA: SKOLA ĠUŻEPPI DESPOTT - RIKOSTRUZZJONI", "968.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid fiex waslu l-pjani sabiex l-iskola Ġużeppi Despott tal- Verdala tinbena mill-ġdid?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li sar audit u tħejja master plan għall- iskola Ġużeppi Despott li jieħu inkonsiderazzjoni diversi fatturi, fosthom iċ-ċaqliq demografiku ta' l-istudenti, il-ħsebijiet edukattivi futuri, l- istat tal-bini eżistenti u l-ħteġijiet li jirrikjedi l-kurrikulu nazzjonali.", "Peress li l-kumpless Ġużeppi Despott hu magħmul minn diversi blokok li wħud minnhom għandhom valur storiku, il-fondazzjoni għall-iskejjel ta' għada se tieħu ħsieb li tirrestawra dawk il-blokok li jridu jinżammu filwaqt li twaqqa' in-nissen huts u tibni kumpless modern għal madwar 1,000 student.", "Wara li saret konsultazzjoni mas-surmast ta' l-iskola, saret applikazzjoni għal outline development permit lill-MEPA u din qed tiġi pproċessata.", "SKEJJEL – PE LESSONS", "969.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm studenti li bħalissa qed jieħdu l-PE bħala suġġett akkademiku?", "Kemm minnhom huma subien u kemm bniet?", "F'liema skejjel qed isir it-tagħlim?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li hemm 784 student u studenta li għażlu l- edukazzjoni fiżika bħala suġġett optional fiż-żewġ komponimenti tiegħu, dik prattika u dik teorika.", "Minn dawn l-istudenti 393 huma subien u 391 huma bniet.", "It-tabella mehmuża turi l-iskejjel fejn il-PE option qed tkun mgħallma u n- numru ta' studenti f'kull skola.", "SKEJJEL – PE TEACHERS", "970.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm għalliema gradwati biex jgħallmu l-PE bħala suġġett akkademiku?", "Min huma u f'liema skejjel jgħallmu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ser titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra lista ta' għalliema ta' l-edukazzjoni fiżika fl-iskejjel ta' l-istat.", "Dawk immarkati Tr huma għalliema gradwati b'ċertifikat ta' għalliem minn teacher training colleges u għaldaqstant għandhom il-kompetenzi meħtieġa biex jgħallmu l- edukazzjoni fiżika fiż-żewġ komponimenti tagħha, dik prattika u dik teorika.", "Dan ma jeskludix li x'uħud mill-instructors għandhom ukoll dawn il- kompetenzi.", "ĠUSTIZZJA U INTERN – KIRI U XIRI TA' KAROZZI", "975.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta' karozzi li qegħdin jintużaw mid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?", "Kemm minnhom huma government-owned u kemm huma mikrija?", "Fil-każ ta' dawk mikrija, jista' jgħid b'liema rata huma mikrija u jekk humiex leased on contract?", "Min jagħmel użu minn dawn il-karozzi?", "ONOR.", "TONIO BORG: Dwar l-ewwel u t-tieni parti tal-mistoqsija, nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 343.", "It-tagħrif l-ieħor mitlub dwar karozzi mikrija hu kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.", "RIŻORSI U INFRASTRUTTURA – KIRI U XIRI TA' KAROZZI", "976.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' il-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta' karozzi li qegħdin jintużaw mid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?", "Kemm minnhom huma government-owned u kemm huma mikrija?", "Fil-każ ta' dawk mikrija, jista' jgħid b'liema rata huma mikrija u jekk humiex leased on contract?", "Min jagħmel użu minn dawn il-karozzi?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li n-numru ta' karozzi reġistrati mad-dipartiment tal-manifattura u servizzi li jintużaw mid-dipartiment fi ħdan it-taqsima tax-xogħlijiet huwa ta' 37.", "Disgħa jintużaw minn dawn id-diretturi: Vincent Cassar, Anthony Abela, Nicholas Grech, Ray Farrugia, Victor Sant, C. Mifsud Borg, Joseph Degiorgio, Joseph Sammut u Mario Rodgers.", "Karozza oħra bħalissa mhix qed tintuża.", "Id-dipartiment tal-manifattura u servizzi jagħmel użu minn tmien karozzi, tlieta minnhom għall-użu ġenerali fis-sezzjoni ta' Kordin waqt li l-oħrajn jintużaw minn uffiċjali tekniċi fis-sezzjoni tal-Marsa, u cioe' minn Jimmy Mercieca, Andrew Seychell, Joe Gauci, Franco Abela u Silvio Deleonardo.", "Wara l-ħin normali tax-xogħol dawn il-vetturi jinżammu maqfulin fil- garaxxijiet tad-dipartiment.", "Il-karozzi l-oħra huma mqassmin f'dawn id-dipartimenti:", "|Segretarjat |1 | |permanenti | | |Finanzi u |2 | |amministrazzjoni | | |Drenaġġ |5 | |Direttur ġenerali |4 | |Kostruzzjoni |2 | |Distretti |1 | |Ministeru |2 | |Bini u inġinerija |2 |", "L-ammont ta' karozzi mikrija mid-dipartiment tal-manifattura u servizzi għan-nom tat-taqsima tax-xogħlijiet huwa ta' 59, anke jekk in-numru tagħhom jaf ivarja minn żmien għal żmien.", "Il-lista tal-persuni li qed jagħmlu użu minn dawn il-karozzi qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "GĦAWDEX – KIRI U XIRI TA' KAROZZI", "977.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' il- Ministru tgħid kemm hu l-ammont ta' karozzi li qegħdin jintużaw mid- dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha?", "Kemm minnhom huma government-owned u kemm huma mikrija?", "Fil-każ ta' dawk mikrija, tista' tgħid b'liema rata u jekk humiex leased on contract?", "Min jagħmel użu minn dawn il-karozzi?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Jien informata li l-informazzjoni mitluba hi kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.", "SAĦĦA – KIRI U XIRI TA' KAROZZI", "978.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' il- Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta' karozzi li qegħdin jintużaw mid- dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?", "Kemm minnhom huma government-owned u kemm huma mikrija?", "Fil-każ ta' dawk mikrija, jista' jgħid b'liema rata u jekk humiex leased on contract?", "Min jagħmel użu minn dawn il-karozzi?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Id-diviżjoni tas-saħħa għandha 29 karozza tal-gvern u tikri erba' karozzi oħra on contract.", "Tnejn mill-karozzi jinkrew Lm6.75 kuljum u qed jintużaw mill-uffiċjali ta' l-environmental health unit għall-perjodu ta' bejn id-19 ta' Mejju u s-26 ta' Ottubru 2003.", "Iż-żewġ karozzi l-oħra mikrija jintużaw mill-personal assistant (Lm6.70 kuljum) u l-assistant private secretary (Lm6.25 kuljum), skond kif stipulat fil-memorandum of engagement.", "TII – KIRI U XIRI TA' KAROZZI", "979.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għat-Teknoloġija ta' l- Informazzjoni u Investiment: Jista' il-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta' karozzi li qegħdin jintużaw mid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?", "Kemm minnhom huma government-owned u kemm huma mikrija?", "Fil-każ ta' dawk mikrija, jista' jgħid b'liema rata huma mikrija u jekk humiex leased on contract?", "Min jagħmel użu minn dawn il-karozzi?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "AFFARIJIET BARRANIN – KIRI U XIRI TA' KAROZZI", "980.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' il-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta' karozzi li qegħdin jintużaw mid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?", "Kemm minnhom huma government-owned u kemm huma mikrija?", "Fil-każ ta' dawk mikrija, jista' jgħid b'liema rata huma mikrija u jekk humiex leased on contract?", "Min jagħmel użu minn dawn il-karozzi?", "ONOR.", "JOE BORG: In-numru ta' karozzi li qed jintużaw mill-ministeru hu ta' 62.", "Minn dawn 59 huma proprjeta' tal-gvern, li minnhom 58 huma karozzi saloon - u jinkludu l-karozzi uffiċjali kollha ta' l-ambaxxati barra minn Malta – u vann li jintuża mill-international institute on ageing (INIA).", "Il-ministeru juża wkoll tliet vetturi mikrija bil-ġurnata li waħda tintuża mill-head tas-segretarjat tiegħi, oħra minn konsulent fil-ministeru u l- oħra mill-uffiċċju tal-MIC.", "B'riferenza għar-risposta li tajt għall-mistoqsija parlamentari 340, nixtieq nippreċiża illi n-numru ta' karozzi proprjeta` tal-gvern użati mill- ministeru huwa ta' 59 kif intqal hawn fuq u mhux 58 kif indikat f'dik ir- risposta.", "Bi żvista ma ġietx magħduda karozza saloon li tintuża mill-INIA oltre il-vann fuq imsemmi.", "KUMPANNIJI PUBBLIĊI - PROMOZZJONIJIET", "994.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Teknoloġija ta' l- Informazzjoni u Investiment: Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 659 u jgħid tul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena, kemm ingħataw promozzjonijiet mal-kumpanniji pubbliċi li jaqgħu taħt ir- responsabbilta' tiegħu?", "Jista' jagħti t-tagħrif kumpannija b'kumpannija?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "SIGURTA' SOĊJALI – PENSJONI TAR-ROMOL", "1006.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk ir-romol humiex intitolati għall-pensjoni tas-sigurta' soċjali kif ukoll għall- pensjoni tat-teżor?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Armla tikkwalifika għall-pensjoni tar-romol taħt l- Att dwar is-Sigurta' Soċjali jekk tkun tissodisfa l-kondizzjonijiet stabiliti fl-istess Att.", "Armla li tirċievi pensjoni mit-teżor tibqa' intitolata għall-pensjoni tar-romol tas-sigurta' socjali.", "TA' QALI CRAFTS CENTRE - PUBLIC CONVENIENCE", "1012.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomiċi: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 356, jista' il- Ministru jara li tinfetaħ il-public convenience li hemm fil-crafts centre ta' Ta' Qali għax minkejja li ilha mibnija snin baqgħet dejjem magħluqa, bil-konsegwenza li turisti li ta' kuljum iżuru dan il-post m'għandhomx aċċess għaliha u jkollhom jinqdew mod ieħor?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Jien informat li fil-villaġġ ta' l-artiġġjanat ta' Ta' Qali hemm public convenience miftuħa għall-użu tal-pubbliku.", "STABILIMENTI TA' L-IKEL - IMWEJJED FUQ BARRA", "1013.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Intern: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 567, jista' il-Ministru jgħid jekk il-kunsilli lokali għandhomx dritt li joħorgu permessi temporanji biex xi ħadd joħroġ l-imwejjed barra u jservi x-xorb?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nifhem li l-Onor.", "Interpellant qed jirriferi għall- bars temporanji li jintramaw waqt xi attivitajiet bħalma huma festi reliġjużi.", "F'dan il-każ japplika avviż legali 119 ta' l-2002 li jistipula li ħadd ma jista' iwaqqaf xi posta f'xi triq jew jagħmel xi attivita` kummerċjali f'tali triq f'xi ġurnata jew ġranet speċjali jew speċifiċi mingħajr il-permess tal-kunsill lokali.", "Ta' min jgħid ukoll illi għal raġunijiet ta' ordni pubbliku eċċ., il- kummissarju tal-pulizija jista' iwaqqaf jew jissospendi permess maħruġ mill- kunsill lokali.", "ŻEJTUN - QTUGĦ FIL-PROVVISTA TA' L-ELETTRIKU", "1025.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għat-Teknoloġija ta' l- Informazzjoni u Investiment: Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l- provvista ta' l-elettriku fil-każ ta' żewġ familji - dettalji qed jintbagħtu separatament – ta' spiss tinqata'?", "Għaliex din il-problema baqgħet ma ġietx rimedjata minkejja li dawn in-nies ilhom ħafna jirrapportaw dan l-inkonvenjent?", "Possibbli jsir xi ħaġa għax apparti l- inkonvenjent, dawn il-familji qed isofru ħsarat fl-appliances?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "ĦAL LIJA – UFFIĊINI TAL-KUNSILLI LOKALI", "1043.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Ministru jgħid kemm qed iħallas il-kunsill lokali ta' Ħal Lija għall-uffiċini li qed juża?", "Għaliex ma jingħatax Villa Francia fl-istess raħal li tħalliet b'wirt lill-istat?", "ONOR.", "TONIO BORG: Bħalma jaf l-Onor.", "Interpellant, il-kunsilli lokali huma korpi statutorji ta' gvern lokali b'personalita` legali distinta u għaldaqstant nissuġġerixxi li l-mistoqsija ssir direttament lill-kunsill konċernat.", "Villa Francia hija amministrata mill-uffiċċju tal-prim ministru.", "ĦAL LIJA: TRIQ IL-KUNĊIZZJONI - TRAFFIKU", "1044.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Ministru jara x'jista' isir sabiex jitrażżan it-traffiku fil- parti d-dejqa ta' Triq il-Kunċizzjoni, Ħal Lija?", "Jaf il-Ministru bil- perikli għat-tfal u għal ħafna anzjani li joqogħdu fl-inħawi, peress li ħafna vetturi jinżlu b'veloċita' qawwija?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li l-kunsill lokali ta` Ħal Lija qiegħed f'konsultazzjoni ma' espert tat-traffic management biex flimkien ma' l-awtorita` tat-trasport, tinstab soluzzjoni pożittiva għat-traffiku kemm fi Triq il-Kunċizzjoni kif ukoll fir-raħal kollu.", "Sfortunatament il- periklu tat-traffiku mhux ristrett għal triq waħda.", "MEPA – ANTENNAS TAT-TELEFON ĊELLULARI", "1045.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid x'inhi l-policy tal-MEPA meta tapprova t- twaħħil ta' antenna tat-telefon ċellulari fuq bejt ta' dar privata?", "Tingħata konsiderazzjoni ta' dak li jgħid il-kunsill lokali u dak li jgħidu ċ-ċittadini ta' l-inħawi?", "Għaliex xorta ngħata permess li titwaħħal antenna simili fuq bejt ta' dar privata fi Triq Sant'Andrija, Ħal Lija minkejja oġġezzjoni f'waqtha tal-kunsill lokali?", "Jista' jassigura li m'hemm l-ebda possibbilta' ta' ħsara lis-saħħa tan-nies, speċjalment meta ftit metri 'l bogħod hemm skola tal-kindergarten?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Ninsab informat li dwar applikazzjoni għall- antennas tat-telefon cellulari, il-MEPA tikkonsidra l-impatt estetiku ta' dawn l-antennas kif ukoll kull materja oħra ta' ippjanar ambjentali.", "Fil- fatt il-MEPA tikkonsidra kull kumment li tirċievi mill-pubbliku u mill- kunsilli lokali dwar kull applikazzjoni li jkollha.", "Il-permess f'dan il-każ ingħata b'kondizzjoni li jkun hemm l-approvazzjoni tad-dipartiment tas-saħħa.", "ĦAL LIJA - QTUGĦ FIL-PROVVISTA TA' L-ILMA", "1047.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru għat-Teknoloġija ta' l- Informazzjoni u Investiment: Jista' il-Ministru jgħid kemm-il darba nqata' l-ilma f'Ħal Lija u Ħal Balzan mill-1 ta' Jannar sal-lum?", "Kemm-il siegħa kull darba?", "X'kienet ir-raġuni f'kull każ?", "Jista' jgħid ukoll għaliex wara li nqata' l-ilma mill-istess inħawi u minn bnadi oħra t-Tnejn 30 ta' Ġunju fit-8.00 a.m., fl-inħawi ta' Triq il-Forn sa 30 siegħa wara l-ilma kien għadu ma ġiex bi pressa normali?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "SAĦĦA - PAZJENTI MIBGĦUTA GĦALL-KURA BARRA", "1064.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' il- Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 873 u jgħid kemm pazjenti ntbagħtu għall-kura barra minn Malta taħt ir-reciprocal agreement bejn il- Gvern Malti u dak Ingliż f'dawn l-aħħar snin?", "X'tip ta' mard u operazzjonijiet kienu jenħtieġu kura barra minn Malta?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Informat li f'dawn l-aħħar sitt snin intbagħtu 180 pazjent kull sena għall-kura barra minn Malta taħt ir-reciprocal agreement bejn il-Gvern Malti u l-Gvern Ingliż.", "Dawn il-pazjenti ntbagħtu għall-investigazzjonijiet u operazzjonijiet speċjalizzati fil-moħħ, fid-dahar, fl-għadam, fl-għajnejn, fil-widnejn, fl- imsaren u fil-kliewi.", "Intbagħtu wkoll pazjenti għat-trapjant tal-fwied u tal-mudullun u ntbagħtu tfal għall-operazzjoni fuq il-qalb.", "SPTARIJIET TAL-GVERN - OPERAZZJONIJIET", "1065.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' il- Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 874 u jgħid kemm hu n-numru totali ta' operazzjonijiet li saru fl-isptarijiet tal-gvern f'dawn l-aħħar snin?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninsab informat li d-dipartiment ta' l- informazzjoni fuq is-saħħa għandu informazzjoni mis-surgical operations register ta' l-isptarijiet ta' San Luqa u Karin Grech għal dawn l-aħħar tmien snin.", "It-tabella t'hawn taħt turi n-numru ta' episodji kirurġiċi li saru.", "|Sena |Numru ta' Episodji | | |Kirurġiċi | |1995 |22037 | |1996 |22708 | |1997 |23316 | |1998 |24453 | |1999 |24364 | |2000 |24599 | |2001 |26606 | |2002 |27692 |", "Għal informazzjoni fuq Għawdex, l-Onor Membru għandu jitlob l-informazzjoni mill-ministru konċernat.", "SPTARIJIET – INDUCED BIRTHS", "1066.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' il- Ministru jgħid x'kienet ir-rata ta' inductions fl-isptarijiet tal-gvern u tal-privat fl-aħħar snin?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nirriferi l-Onor Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 868.", "SPTARIJIET – CAESAREAN BIRTHS", "1067.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' il- Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 869 u jgħid x'kienet ir-rata ta' ċesarji fl-isptarijiet tal-gvern u tal-privat fl-aħħar snin?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninsab informat li d-dipartiment ta' l- informazzjoni fuq is-saħħa għandu informazzjoni nazzjonali dwar ir-rata ta' ċesarji fl-isptarijiet tal-gvern u tal-privat mis-sena 1995 sa l-2002.", "L- istatistika għal dawn l-aħħar tmien snin hija:", "|Sen|Total |% ta' |% ta' | |a |ta' |ċesarji |ċesarji| | |ċesarji|(settur |(settur| | | |pubbliku) |privat)| |199|838 |98% | 2% | |5 | | | | |199|867 |92% | 8% | |6 | | | | |199|918 |89% |11% | |7 | | | | |199|960 |87% |13% | |8 | | | | |199|998 |89% |11% | |9 | | | | |200|1045 |86% |14% | |0 | | | | |200|957 |83% |17% | |1 | | | | |200|956 |88% |12% | |2 | | | |", "REVISED ESTIMATES", "1086.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomiċi: F'ċirkolari 2/2003 datata 24 ta' Jannar 2003, taħt il-firma tal-ministru tal-finanzi, is-segretarji parlamentari, diretturi ġenerali, diretturi u kapijiet ta' organizzazzjonijiet pubbliċi ġew ordnati sabiex sa mhux aktar tard mit-28 ta' Frar 2003, jipprovdu estimi riveduti li ma jaqbżux in-nefqa b'aktar minn 90%, jiġifieri li n-nefqa fid- dipartimenti kollha din is-sena trid titnaqqas b'10%.", "B'riferenza għal din iċ-ċirkolari, jista' il-Ministru jgħid x'kienet ir- raġuni li dan it-tnaqqis beda jseħħ minn Ġunju 2003 biex issa se jkollhom inaqqsu l-ammont kollu fuq seba' xhur minflok fuq 12-il xahar?", "Jista' jgħid jekk dan it-tnaqqis hux qed isir min-nefqa allokata lill-ministeri?", "Jista' jgħid jekk hemmx xi ministeri/dipartimenti li huma eżentati minn dan it-tnaqqis u għalhekk ingħataw il-permess li jonfqu l-100% tan-nefqa allokata lilhom?", "Jista' jgħid jekk dan it-tnaqqis hux qed isir fuq proġetti infrastrutturali tal-gvern?", "Liema proġetti qed jintlaqgħu u liema proġetti huma eżentati minn dan it-tnaqqis?", "Jista' ifisser jew jagħti ħjiel ta' fejn se jmorru l-10% li ġew imnaqqsa?", "ONOR.", "JOHN DALLI: L-Onor.", "Interpellant mhux informat tajjeb għax ma ntalab l-ebda tnaqqis fl-ispiża tad-dipartimenti imma pprogrammar ta' l- ispejjeż tagħhom matul is-sena biex jiġi applikat il-kunċett ta' flexible budgeting.", "INSTRUCTORS U TEACHERS – SENIORITY", "1087.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' il-Prim Ministru jgħid kif qed tinħadem is-seniority bejn instructors bil- permanent warrant u t-teachers fid-dipartiment ta' l-edukazzjoni, billi issa ħafna minnhom qed jgħallmu fl-istess skejjel u l-istess suġġetti?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jien informat li hemm seniority lists separati peress li dawn iż-żewġ gradi ġejjin minn żewġ career streams distinti u separati.", "SAN PAWL IL-BAĦAR – SOCIAL ASSISTANCE", "1088.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jieħu l-passi neċessarji biex diversi anzjani f'San Pawl il-Baħar jingħataw is-servizz ta' social assistant - billi issa ilhom aktar minn xahar mingħajr dan is- servizz - wara li rriżenjat dik li kellhom?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab informat li dawk l-anzjani f'San Pawl il- Baħar li ma setgħux ikomplu jingħataw social assistance wara li s-social assistant assenjata lilhom irriżenjat mix-xogħol, ser jingħataw is-servizz malli jsir ir-reklutaġġ ta' social assistants ġodda.", "STOKE MANDEVILLE - PAZJENTI JINTBAGĦTU GĦALL-KURA", "1090.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' il- Ministru jgħid x'inhi r-relazzjoni bejn id-dipartiment tas-saħħa u l-isptar Stoke Mandeville ġewwa l-Ingilterra?", "Meta ntbagħat l-aħħar pazjent Malti għall-kura f'dan l-isptar?", "Se jibqgħu jintbagħtu pazjenti bi spinal injuries għall-kura f'dan l-isptar?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ir-relazzjonijiet bejn id-dipartiment tas-saħħa u l- isptar Stoke Mandeville ġewwa l-Ingilterra huma tajbin, bl-aħħar pazjent jintbagħat għall-kura f'Ġunju 2003.", "Jekk ikun hemm il-bżonn jistgħu jintbagħtu pazjenti oħra.", "SPTAR MONTE CARMELI - ACCESS DIMENSION", "1091.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' il- Ministru jgħid liema ditta ngħatat l-inkarigu li tħaddem il-programm access dimension fl-isptar Monte Carmeli?", "Din il-kumpannija rebħet il-kuntratt wara l-ħruġ ta' tender jew quotation, jew b'direct order?", "Meta beda l- programm imsemmi?", "Minn meta beda l-programm, kemm tħallas il-kuntrattur għal dan il-programm u għal servizzi oħra assoċjati miegħu?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-informazzjoni qiegħda tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "IMPORTAZZJONI TA' KAROZZI SECOND-HAND MILL-ĠAPPUN", "1095.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jgħid jekk hux veru li l-gvern qed jagħmel restrizzjonijiet fuq l-importazzjoni ta' karozzi second-hand mill-Ġappun li jkunu għadhom f'kondizzjoni tajba?", "Fiex jikkonsistu dawn ir- restrizzjonijiet u għalfejn?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Min-naħa ta' dan il-ministeru, karozzi second-hand li jkunu ilhom reġistrati għal iżjed minn tliet xhur jistgħu jiġu importati f'Malta mingħajr il-ħtieġa ta' liċenzja ta' importazzjoni.", "Għalhekk ma teżisti l-ebda restrizzjoni fuq dawn il-karozzi, irrispettivament mill- pajjiż li jkunu ġejjin minnu.", "Karozzi second-hand li jkunu reġistrati għal inqas minn tliet xhur jiġu ttrattati bħal karozzi ġodda u għalhekk jistgħu jiġu importati biss mill- aġenti rispettivi tagħhom.", "F'dan il-każ ikun hemm bżonn ta' liċenzja ta' importazzjoni."]} {"filename": "20060207_350d_par.doc", "date": "2006-02-07", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Uffiċjali u Rivedut) L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 350 It-Tlieta, 7 ta' Frar 2006 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 350", "It-Tlieta, 7 ta' Frar 2006", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.06 p.m.", "Talba", "Seduta Nru. 350", "It-Tlieta, 7 ta' Frar 2006", "WERREJ", "MINUTI 373", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 373", "TQEGĦID TA' KARTI 378", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IS-SIGURTA' SOĊJALI", "SOCIAL SECURITY (AMENDMENT) BILL 380", "AĠĠORNAMENT 399", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 402", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 349 li saret fis-6 ta' Frar, 2006 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "REMOTE GAMING", "14192.", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI (f'isem l-Onor.", "Jason Azzopardi) staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hu d-dħul tal-gvern mill-industrija tar-remote gaming u kemm kien dan l-istess dħul fis-sena 2000 u fis-sena 2003?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni): (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li d-dħul għall-gvern mill-industrija tar-remote gaming huwa kif ġej:", "| 2000 |Lm | | |93,318 | | 2003 | | | |943,530 | | 2005* | | | |1,105,049|", "* Sa Awissu", "OHSA", "14193.", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI (f'isem l-Onor.", "Jason Azzopardi) staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid kemm daħlu rapporti għand l-occupational health and safety unit dwar xogħol perikoluż jew ħaddiema jaħdmu mingħajr ilbies protettiv?", "X'passi ttieħdu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li matul is-sena 2004 u s-sena 2005 l- awtorita' għas-saħħa u sigurta' fuq il-post tax-xogħol irċeviet 988 ilment li minnhom 161 kienu dwar ħaddiema mingħajr ilbies protettiv.", "Matul is-sena 2005 l-awtorita' għas-saħħa u sigurta' fuq il-post tax-xogħol irceviet 355 ilment li 57 minnhom kienu dwar ħaddiema mingħajr ilbies protettiv.", "Fil-każi li ġew investigati u li rriżultaw fi ksur tar-regolamenti jew liġijiet, inbdew jew qed jinbdew proċeduri legali quddiem il-qorti kriminali.", "WHITE ROCKS HOLIDAY COMPLEX", "14194.", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI (f'isem l-Onor.", "Jason Azzopardi) staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid x'se jsir mill-White Rocks f'Bahar iċ-Ċagħaq?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura): F'dan l- istadju m'għandi xejn x'inżid mat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 16163.", "IRMIĠĠI", "14195.", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI (f'isem l-Onor.", "Jason Azzopardi) staqsa lill-Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid x'kien l-introjtu tal-maritime authority mill-irmiġġi fl-2004 u l- 2005?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li d-dħul mill-irmiġġi huwa kif ġej:", "| |2004 |2005 | |Yachting |Lm435,885 |Lm420,450| |Centres | | | |Irmiġġi | | | |Oħra |16,614 |17,145 |", "*Lokalitajiet jinkludu - Msida, Spinola, Birzebbuġa, Buġibba, Il-Magħluq u l-Imġarr.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Evarist Bartolo, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Kemm qiegħed f'pożizzjoni jgħid il-Ministru jekk il-kumpannija li tipprovdi s-servizz tal-helicopter bejn Malta u Għawdex għandhiex il-liberta', skond it-terms of reference li ffirmat, li tipprovdi wkoll servizz lill-oil rigs li jinsabu fil-Mediterran?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Il-ftehim li sar mal-kumpannija Helisureste jitkellem dwar it-traġitt tal-helicopter bejn Malta u Għawdex, pero' bl-ebda mod m'hu eskluż li l-istess kumpannija jew xi kumpanniji oħrajn jużaw lil Malta bħala bażi u jagħtu dan is-servizz li qed jirriferi għalih l-Onor.", "Bartolo jew xi attivita' oħra kummerċjali marbuta mal-provvediment ta' servizz bil- helicopter.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Sur President, jekk din it-tip ta' attivita' tista' tgħin lill-kumpannija biex tkun viabbli fl-operazzjoni tagħha nifhimha li għandha titħalla ssir, pero' nixtieq inkun naf jekk jeżistix xi public service obligation biex tassigura li din il-kumpannija tipprovdi servizz bejn Malta u Għawdex.", "Peress li din il-kumpannija ta' spiss qed tħassar it-titjiriet tagħha, jista' il-Ministru jara li din tibda tipprovdi s-servizz li forsi jħallilha anqas qligħ b'aktar regolarita' u mhux tagħmel it-traġitt bejn Malta u Għawdex jekk u meta jkollha l-ħin u jekk ikun hemm passiġġieri biżżejjed?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Fil-fatt, iktar milli public service obligation, hemm l-intesa li numru ta' traġitti jridu jsiru kuljum.", "Iva, nikkonferma li hemm skeda annessa mal-kuntratt li bażikament tipprovdi għal disa' titjiriet bejn Malta u Għawdex u viċeversa fix-xhur tas-sajf u ħames titjiriet bejn Malta u Għawdex u viċeversa fix-xhur tax-xitwa.", "Jiġifieri hemm commitment ċarissimu li fix-xhur tas-sajf isiru 18-il flight u fix- xhur tax-xitwa jsiru 10 flights, Sur President.", "REMOTE GAMING", "14200.", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI (f'isem l-Onor.", "Jason Azzopardi) staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' persuni mpjegati ma' l-industrija tar-remote gaming f'Malta?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): In- numru ta' persuni mpjegati ma' l-industrija tar-remote gaming f'Malta hu ta' madwar 280 ruħ b'mod dirett.", "Barra minn hekk hemm dawk li jagħmlu xogħol ta' konsulenti, avukati, accountants, internet service providers u xogħol ieħor.", "REMOTE GAMING", "14201.", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI (f'isem l-Onor.", "Jason Azzopardi) staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Jista' il- Prim Ministru jgħid kemm hu kkalkulat li tħallas", "flus għall-broadband l-industrija tar-remote gaming f'Malta?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-ħlasijiet għas-servizzi ta' l- internet jitqassmu f'żewġ kategoriji, broadband u hosting.", "Il-prezz medju għall-użu ta' broadband hu ta' madwar Lm540,000 fis-sena.", "Hu stmat li operaturi tar-remote gaming jużaw madwar 150 megabits fix- xahar, bi prezz ta' Lm300-il megabit.", "Il-prezz medju annwali għall-użu ta' hostings hu madwar Lm240,000 u dan wara li jiġi kkalkulat l-użu ta' mitt rack bi prezz ta' Lm200-il rack fix-xahar.", "B'hekk il-prezz medju li l- industrija tar-remote gaming tħallas f'servizzi ta' l-internet huwa ta' madwar Lm780,000 fis-sena.", "DIRETTURI U CHAIRPERSONS", "16424.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Leo Brincat) staqsa lill- Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid min huma d-diretturi u ċ-chairpersons tal-kumpanniji, enti u bordijiet li jaqgħu taħtu?", "Jista' jgħid x'remunerazzjoni u benefiċċji oħra għandhom?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita'): Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 16765.", "DIRETTURI U CHAIRPERSONS", "16425.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Leo Brincat) staqsa lill- Ministru tal-Familja u s-Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid min huma d-diretturi u ċ-chairpersons tal-kumpanniji, enti u bordijiet li jaqgħu taħtha?", "Tista' tgħid x'remunerazzjoni u benefiċċji oħra għandhom?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA (Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali): It- tagħrif mitlub hu kif jidher mit-tabella li qed inpoġġi fuq il-", "mejda tal-Kamra.", "DIRETTURI U CHAIRPERSONS", "16426.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Leo Brincat) staqsa lill- Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jgħid min huma d-diretturi u ċ-chairpersons tal-kumpanniji, enti u bordijiet li jaqgħu taħtu?", "Jista' jgħid x'remunerazzjoni u benefiċċji oħra għandhom?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA (f'isem il-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq): Fil-ministeru għall-iżvilupp urban u t-toroq hemm chairperson li għandu Lm7,208 plus Lm1,500 expense allowance u użu ta' mobile phone; id- deputy chairperson għandu Lm1,500 plus Lm200 hospitality allowance against receipts and use of mobile phone; it-tliet membri tal-bord għandhom remunerazzjoni ta' Lm1,500 kull wieħed u użu ta' mobile phone; waqt li s- segretarju tal-bord għandu remunerazzjoni ta' Lm3,360 u użu ta' mobile phone.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Evarist Bartolo, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tista' il-Ministru tiġbed l-attenzjoni ta' l- Onor. Mugliett għall-ilmenti li qed jitqajmu mir-residenti ta' Triq it- Tiben fis-Swieqi li kulmeta tagħmel naqra xita jispiċċaw bil-basement u bnadi oħra mgħarrqa?", "Tista' ġentilment tirriferih ukoll għall-ilment tar- residenti f'ċerti toroq in-naħa ta' Triq Reġjonali, fil-Gżira li meta tagħmel ħafna xita qed jiġu żgumbrati mill-area minħabba l-periklu li qed ikun hemm għax litteralment qegħdin jegħrqu?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Bil-qalb kollha, se niġbed l-attenzjoni tal- Ministru Mugliett dwar l-ilmenti sollevati mill-Onor.", "Interpellant.", "DIRETTURI U CHAIRPERSONS", "16427.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Leo Brincat) staqsa lill- Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid min huma d- diretturi u ċ-chairpersons tal-kumpanniji,", "enti u bordijiet oħra li jaqgħu taħtu?", "Jista' jgħid x'remunerazzjoni u benefiċċji oħra għandhom?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (Ministru għat-Turiżmu u Kultura): Qed inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant.", "WAITING LIST", "16428.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Leo Brincat) staqsa lill- Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm persuni fuq il-waiting list biex issirilhom operazzjoni, qasam qasam, fl-isptarijiet tal-gvern illum u kemm ilhom jistennew f'kull każ?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant għadha qed tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.", "Sur President, nirriferi għad-diskussjoni li saret f'din il-Kamra fejn ingħad li m'aħniex nagħtu risposti għal ċerti domandi li qegħdin isirulna.", "Niġbed l-attenzjoni tas-Sinjorija Tiegħek li biex inkun nista' nagħti l- informazzjoni li qed tintalab f'din id-domanda partikolari, ifisser li irridu niċċekkjaw madwar 7,000 file u niċċekkjaw kull każ meta l-pazjent imissu l-operazzjoni.", "Peress li l-Onor.", "Interpellant li għamel din id- domanda mhux qiegħed hawn, ma naħsibx li verament kienet l-intenzjoni tiegħu li jkun jaf kemm ilu jistenna kull pazjent.", "Kieku qed jitlob din l- informazzjoni, rridu sena nistennew biex nagħtuh din l-informazzjoni.", "Li nista' ngħidlu hu - probabbilment hekk qed jitlob l-Onor.", "Interpellant - l-itwal żmien li pazjent ilu jistenna f'kull kategorija.", "Għax impossibbli biex tagħti risposta dwar kull każ u, barra minn hekk, ma nafx x'utilita' jista' ikollha tali informazzjoni, Sur President.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Evarist Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Il-Ministru qed jinsinwa li din it-tip ta' informazzjoni ma tinżammx f'forma elettronika u ma tistax tinġabar malajr, anke biex isir użu minnha għat-tmexxija ta' l-istess sptar?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Halli niċċaraw ftit is-sitwazzjoni għax jista' ikun li ma spjegajtx ruħi sew, Sur President.", "L-informazzjoni dwar kemm nies għandna fuq il-waiting list hija available kategorija b'kategorija, pero' hawnhekk il-kollega tiegħi qed jistaqsi kemm ilu jistenna każ b'każ.", "Jista' ikun li jkollok pazjent li jitpoġġa fuq il- waiting list pero' qabel ma jikkoreġi xi ħaġa, bħal ngħidu aħna piż żejjed, l-operazzjoni ma tkunx tista' ssirlu għax tkun riskjuża.", "Allura filwaqt li r-risposta tkun tindika li l-pazjent kapaċi jkun ilu jistenna ħafna, is- sempliċi raġuni tkun li dak il-pazjent ma jkunx naqas mill-piż.", "Naturalment biex nirrispondi b'ċerta preċiżjoni nkunu rridu niftħu kull file u naraw kull każ individwalment, li hija xi ħaġa imposssibbli.", "Biex inkun onest, din l-informazzjoni żgur m'hijiex ta' interess nazzjonali u naħseb li lanqas kienet l-intenzjoni tal-kollega tiegħi li jagħmel din it- tip ta' domanda.", "Filwaqt li fir-risposta se nagħtu l-waiting list f'kull qasam u x'inhu l- itwal żmien li persuna ilha tistenna, nerġa' ngħid li huwa impossibbli li nagħtu l-informazzjoni għal kull każ, Sur President.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: X'inhi r-raġuni li f'diversi każi, il-lista ta' persuni li qegħdin fuq il-waiting list mhux talli ma tnaqqsetx f'setturi partikolari talli kompliet titwal.", "Għaliex minkejja l-wegħdiet li dejjem saru li l-gvern se jinvesti f'aktar teknoloġija fiċ-ċentri tas-saħħa, iċ- ċentru tas-saħħa tar-Rabat għadu sal-lum mingħajr X-ray machine?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Għal domanda speċifika ta' l-Onor.", "Noel Farrugia dwar X-ray machine fiċ-ċentru tas-saħħa tar-Rabat, jiena kont weġibt li d- dipartiment jidhirlu li mhux viabbli li nerġgħu ninvestu f'din it-tip ta' makna f'dan iċ-ċentru partikolari meta erba' mili 'l bogħod, ġewwa ċentru tas-saħħa ieħor, hemm makna ferm attrezzata.", "Din m'hijiex kwestjoni li tinvesti f'makni.", "Huwa inutli li tinvesti f'X-ray machine u mbagħad ma jkollokx nies li jkunu kapaċi jagħmlulha s-service meħtieġ, iħaddmuha u jaqraw ir-riżultati li joħorġu minnha.", "Naħseb li l-Onor.", "Interpellant jaqbel miegħi li wieħed irid jagħmel l-aħjar użu mir-riżorsi umani li għandu.", "Ġewwa l-isptar ċentrali tagħna għandna nuqqas kemm ta' radiologists kif ukoll ta' radiographers.", "Meta wieħed jara t-throughput li jgħaddi minn dak id-dipartiment, jagħmel sens ekonomiku u anke għall-pazjenti tagħna li niġbru r-riżorsi umani tagħna taħt saqaf wieħed kemm jista' ikun.", "Ovvjament dan ma jfissirx li dawk in-nies li jkollhom bżonn ta' X-ray u jkunu ġejjin min-naħa tar-Rabat, m'għandhomx il- faċilita' li jeħduh ġewwa l-health centre tal-Mosta.", "Barra minn hekk, l- istatistika ta' kemm nies jieħdu X-ray ġewwa r-Rabat health centre jikkonferma li hija iżjed kwestjoni ta' kumdita' milli ta' ta' neċessita' li jkollok makna ġewwa dan il-health centre.", "L-Onor.", "Interpellant staqsieni għaliex twalu l-waiting lists, Sur President.", "Kif kemm-il darba kelli l-okkażjoni ngħid hawnhekk, waħda mir- raġunijiet għala twalu l-waiting lists hi li investejna fit-teknoloġija.", "Ħalli nagħti eżempju ċar.", "Meta taħt l-amministrazzjoni Soċjalista kien hemm MRI fil-privat biss, il-gvern kien jibgħat numru limitat ħafna ta' pazjenti, madwar 300 fis-sena, biex jagħmlu l-MRI fil-privat.", "Meta aħna nedejna makna ta' l-MRI ġdida, kont on record li għedt li ladarba se jkollna din il-makna ara ma jmurx xi ħadd jaħseb li l-waiting lists se jonqsu.", "Għaliex?", "Għax meta wieħed ikollu faċilita' li jista' jużaha se jużaha iktar frekwentement.", "Illum għandna l-makna ta' l-MRI tagħna u minflok m'aħna qegħdin nagħmlu 300 MRI fis-sena, qegħdin nagħmlu 3,000 MRI u l-waiting list xorta hemmhekk baqgħet.", "Għax iżjed ma tipprovdi teknoloġija ġdida, iżjed se jkollok domanda għaliha u iżjed se jitilgħu l- waiting lists, Sur President.", "Per eżempju, bħalissa ġewwa l-isptar San Luqa għandna 160 sodda iżjed li madwar 60 minnhom huma każi soċjali u 100 oħra huma extra minħabba mard akut li wieħed normalment jistenna fix-xitwa.", "Peress li s-swali tal- mediċina huma mimlijin sa ruħhom, ċerti sodod min-naħa tal-kirurġija u min- naħa ta' l-ortopedija kellhom jittieħdu biex jakkomodaw każi tal-mediċina.", "Dan fisser li kellna nużaw ċerti sodod tal-kirurġija illi qabel kienu jintużaw biex jiġu rikoverati l-pazjenti li jiġu operati fihom u dawn illum ma jistgħux jintużaw.", "Fattur ieħor għaliex jitwalu l-waiting lists hu bħalma ġara nhar il-Ħamis, fejn kellhom jiġu kkanċellati malajr l- operazzjonijiet li kienu previsti għas-sempliċi raġuni li seħħ inċident sfortunat u kellna nwaqqfu l-listi kollha biex isir każ ta' trapjant.", "L-itwal waiting lists ikunu dejjem f'dawk l-ispeċjalitajiet fejn għandek deġenerazzjoni minħabba l-eta', jiġifieri fl-ortopedija, fejn għandek numru dejjem jikber ta' nies li qegħdin jilħqu ċerta eta', li ovvjament ikollhom bżonn ċerta tip ta' operazzjoni; fl-oftalmija, primarjament fuq katarretti ...", "Hawnhekk ukoll il-waiting lists splodew għas-sempliċi raġuni li qabel - qed nirriferi sa għaxar snin ilu - biex titpoġġa fuq il-lista ta' l- operazzjoni għall-katarretta, ridt kważi tagħma minn dik l-għajn.", "Minħabba l-komplikazzjonijiet din l-operazzjoni ma kenitx issirlek qabel ma inti kważi tkun tlift id-dawl.", "Ir-raġuni kienet li biex jekk tmur xi ħaġa fl- operazzjoni, il-pazjent ikun baqa' fejn kien.", "Illum appena tiġi diagnosed li għandek bżonn tagħmel l-operazzjoni tal- katarretta, titpoġġa fuq il-waiting list u allura tibda tgħid li qiegħed tistenna fuq il-waiting list.", "Fil-fatt ma jfissirx li jkollok bżonn dik l- operazzjoni.", "Ħafna mid-drabi, il-konsulent jew l-ispeċjalista jgħidilhom lill-pazjenti li dik l-operazzjoni m'hijiex waħda urġenti.", "Pero' nafu li n- nies ikollhom ċerta preokkupazzjoni u ladarba l-konsulent jgħidilhom li jridu jgħaddu minn ċerta proċedura, iżjed ma wieħed jgħaddi minnha malajr tant aħjar.", "Dawn huma kollha affarijiet li jikkontribwixxu għall-waiting lists li dejjem qegħdin jitwalu, Sur President.", "Min qed jipprova jbiegħ il-problema tal-waiting list bħala xi fenomenu lokali għandu żball u m'huwiex informat tajjeb.", "Jekk tara x'qiegħed jiġri f'kull sistema tas-saħħa, anke fl-Ewropa, issib li waħda mill-ikbar preokkupazzjonijiet hija n-numru dejjem jitwal ta' nies li qegħdin jitpoġġew fuq il-lista ta' l-operazzjoni u jridu jistennew.", "Pero' irridu noqogħdu attenti x'qegħdin ngħidu għax meta nitkellmu fuq waiting lists m'aħniex nitkellmu fuq nies li għandhom bżonn operazzjoni urġenti.", "Illum operazzjoni urġenti tal-qalb issirlek fi żmien 24 siegħa.", "Again, x'qiegħed jikkontribwixxi?", "Qabel konna limitati bl-agreement li kellna ma' l-Ingilterra li kien jippermetti li nagħmlu biss 100 investigazzjoni tal-qalb u 100 operazzjoni tal-qalb ġewwa l-Ingilterra.", "Għax investejna u investejna f'servizzi li qed jingħataw mill-Maltin ġo pajjiżna, il-lista li qabel kienet tippermettilna li ninvestigaw biss 100 ruħ, illum qabżet it-3,000 ruħ u allura ovvjament iżjed ma jkun hemm domanda u iżjed ma jkun hemm faċilita' li tinvestiga, se jkollok iżjed talba għaliha u minflok m'għadna nagħmlu madwar 100 operazzjoni tal-qalb ġewwa l- Ingilterra, illum qegħdin nagħmlu medja ta' operazzjoni tal-qalb kuljum.", "Naturalment dan ifisser ukoll li għandna numru ta' konsulenti illi qegħdin jidħlu jagħmlu l-operazzjoni l-Ħadd, anke wara nofsinhar.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Allura x'inhi r-raġuni li m'hijiex tintuża l-istess metodoloġija biex intaffu l-problemi taċ-ċittadini li ilhom is-snin jistennew biex issirilhom operazzjoni tal-qalb?", "X'inhi r-raġuni li hemm pazjenti li għamlu X-ray u ilhom ikktar minn sitt ġimgħat jistennew ir- rapport dwar il-qagħda tal-kondizzjoni ta' saħħithom?", "Għax filwaqt li l- Ministru qed jgħid li erba' mili 'l bogħod hemm ċentru tas-saħħa ieħor - infakkru wkoll li dak tal-Mosta ma jintużax biss mir-Rabtin imma jużawh ir- residenti minn Ħaż-Żebbuġ sal-Marfa - għaliex għandu jkollna X-ray machine waħda biss biex taqdi nofs Malta?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Forsi l-kollega tiegħi ma jafx x'jiġifieri u x'tip ta' X-rays kienu jittieħdu fil-health centre tar-Rabat.", "Jekk mingħalih li kien hemm xi qabża fil-kwalita' għax konna nieħdu l-X-ray ir-Rabat, għandu żball kbir.", "Fir-Rabat ma kenux jittieħdu X-rays komplikati.", "Dawn kienu jkunu X-rays ta' xi id, ta' xi sieq jew ta' xi sinsla.", "U nerġa' ngħid li l- waiting lists jitwalu għas-sempliċi raġuni li għalkemm għandna l-potenzjal biex noperaw, m'għandniex iżjed sodod biex inpoġġu n-nies operati fihom.", "Issa forsi hawn min għandu soluzzjoni ta' malajr għal dawn il-problemi għax infatti l-partit fl-oppożizzjoni kellu joħroġ paper ta' konsultazzjoni f'Jannar kif se jsolvi dawn il-problemi kollha.", "S'issa għadu ma ħareġ xejn u nistennewha toħroġ fi Frar u forsi mbagħad il-Bambin inebbaħna kif se nsolvu dawn il-problemi.", "Pero' jekk l-oppożizzjoni beħsiebha toħroġ b'affarijiet ġodda trid tagħtina l-permess inqassmu dan id-dokument mistiku lill-ministri tas-saħħa tal-pajjiżi Ewropej għax dawn għandhom l-istess problemi bħalna u forsi r-rimedju li għad jiġu bih sħabna ta' l-oppożizzjoni joffri soluzzjoni għal sħabna l-Ewropej!", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-Mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti u nsejjaħ lill-Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:-", "Avviż Legali 30 ta' l-2006 – Indiċi ta' inflazzjoni għas-sena 2005;", "Avviż Legali 33 ta' l-2006 – Ordni ta' l-2006 dwar reviżjoni tas- salarji tal-President ta' Malta u ta' uffiċjali oħra;", "Avviż Legali 34 ta' l-2006 – Ordni ta' l-2006 dwar reviżjoni tas- salarji ta' l-imħallfin u maġistrati; u", "Tagħrif dwar taxxi, tariffi jew miżati li ddaħħlu jew ġew riveduti mid- dipartimenti, awtoritajiet, istituzzjonijiet u enti oħra, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 16480.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Viċi Prim Ministru..", "ONOR.", "TONIO BORG (Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern): Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:-", "Avviż Legali 27 ta' l-2006 – Ordni ta' l-2006 dwar korrezzjoni tal- liġijiet (Kap. 12.);", "Avviż Legali 28 ta' l-2006 – Ordni ta' l-2006 dwar korrezzjoni tal- liġijiet (Kap. 356.);", "Avviż Legali 29 ta' l-2005 – Ordni dwar korrezzjoni tal-liġijiet (Kap. 464.) ; u", "Rapporti dwar l-effiċjenza tal-kunsilli lokali għall-perijodi bejn Awissu u Novembru 2004, Diċembru 2004 u Marzu 2005 u April u Lulju 2005.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Ninu Zammit.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura): Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:-", "Kopja ta' pjanta li turi masġar fl-area magħrufa bħala x-Xagħra ta' Bormla, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 16938.", "MR SPEAKER: Il-Ministru Louis Deguara.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita`) Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal- Kamra:", "Avviż Legali 26 ta' l-2006 – Regolamenti ta' l-2006 dwar drittijiet li tiġbor l-awtorita dwar il-mediċini.", "MR SPEAKER: Il-Ministru Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni) F'isem il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent inqiegħed fuq il-mejda tal- Kamra:-", "Avviż Legali 31 ta' l-2006 – Avviż ta' bidu fis-seħħ ta' l-artikolu 17 ta' l-Att dwar il-Ħarsien ta' l-Ambjent (Kap.435);", "Avviż Legali 32 ta' l-2006 – Avviż ta' bidu fis-seħħ tar-regolamenti ta' l-2005 dwar stima ambjentali strateġika; u", "Tabella li turi l-prezz medju taċ-ċanga għas-snin 2001 sa l-2005, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 16785.", "MR SPEAKER: Il-Ministru Dolores Cristina.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA (Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali) F'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impiegi nqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:-", "Avviż Legali 23 ta' l-2006 – Ordinament ta' l-2006 skond ir- regolamenti ġenerali għar-rikonoxximent universitarju sa l-ewwel grad 2004 għall-gradi ta' B.A. (tourism studies) u B.A. (Hons) (tourism studies) taħt il-patroċinju tal-fakulta' ta' l-ekonomija, management u accountancy;", "Avviż Legali 24 ta' l-2006 – Ordinament ta' l-2006 skond ir- regolamenti ġenerali għar-rikonoxximent universitarju sa l-ewwel grad 2004 għall-grad ta' B.Ed.", "(Hons) taħt il-patroċinju tal-fakulta' ta' l- edukazzjoni;", "Avviż Legali 25 ta' l-2006 – Ordinament ta' l-2006 skond ir- regolamenti ġenerali għar-rikonoxximent universitarju sa l-ewwel grad 2004 għall-gradi ta' B.Com u B.Com.", "(Hons) taħt il-patroċinju tal- fakulta' ta' l-ekonomija, management u accountancy; u", "Tagħrif dwar korsijiet li jingħataw mill-ETC, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari 16939.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IS-SIGURTA' SOĊJALI", "SOCIAL SECURITY (AMENDMENT) BILL", "L-Ordni għat-Tieni Qari ġie moqri Ikompli mill-1 ta' Frar 2006 Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "MR SPEAKER: Il-Ministru tista' tkompli bid-diskors tagħha.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Sur President, nhar l-Erbgħa meta ftaħt dan id- dibattitu għedt li permezz ta' dan l-abbozz ta' liġi dan il-gvern se jwettaq tnejn mill-inizjattivi li attwalment kienu mħabbra mill-Prim Ministru fil-budget ta' Novembru li għadda.", "Kelli ċ-ċans nispjega - u nittama li meta nkun qed nagħmel il-winding-up ikolli opportunita' li nwieġeb għal xi kjarifikazzjonijiet li jkunu jridu l-kelliema ta' din il- Kamra - kif dan l-abbozz ta' liġi se jintroduċi r-riforma tant meħtieġa fil- pensjoni għall-invalidita'.", "Spjegajt ukoll kif dan l-abbozz qiegħed iħares biex nistabbilixxu u nagħtu poteri wkoll investigattivi lid-direttorat li qiegħed jitwaqqaf apposta kontra l-frodi u biex jagħmel investigazzjoni wkoll.", "Mr. Speaker, jiena tajt ħarsa fil-qosor lejn il-punti prinċipali li joħorġu minn dan l-abbozz li qegħdin niddiskutu u kelli l-opportunita' ngħid ukoll illi bis-sistema kif inhi llum ta' kif tingħata u tittieħed il-pensjoni għall-invalidita' jirriżulta li din hi waħda mill-aktar benefiċċji soċjali li jsiru abbuż minnha.", "Bla dubju ta' xejn ilkoll naqblu aħna f'din il- Kamra - u m'għandix dubju li taqbel anke s-soċjeta' in ġenerali - li kull abbuż li jsir huwa għad-detriment ta' dak li ġenwinment għandu bżonn l- għajnuna u s-sostenn tal-gvern.", "Kull abbuż huwa wkoll għad-detriment ta' kull wieħed u kull waħda minna illi nħallsu t-taxxa dovuta minna, għall- ekonomija in ġenerali kif ukoll tal-pajjiż u tal-gvern innifsu.", "Għalhekk jiena għedt ukoll illi dan il-gvern huwa kommess li jdaħħal sistema fl- għotja tal-benefiċċji kollha u qed nibdew minn dan il-benefiċċju partikolari.", "Irridu ndaħħlu sistema li tkun aktar trasparenti, sistema li allura tagħtina wkoll ir-riżultat meħtieġ biex aħna kemm jista' jkun innaqqsu l-abbuż.", "Sur President, meta kont qiegħda nitkellem semmejt ukoll it-tibdiliet prinċipali li se jsiru u rreferejt għal tibdiliet fl-applikazzjoni fiha nfisha, irriferejt għal tibdijiet tal-medical panels li se jkollna u rreferejt għal sistemi ġodda li se jkollna.", "Irriferejt ukoll għall-ħtieġa biex issa l-applikant jipprovdi dokumentazzjoni jew minn sptar jekk diġa' kien pazjent ġo sptar, u jekk ma kienx pazjent ġo sptar allura nibagħtuh ġo sptar tal-gvern fejn tista' tinġabar il-medical history wkoll.", "Irriferejt ukoll għal tibdiliet oħra fejn m'hijiex se tibqa' tingħata l-pensjoni għall- invalidita' for life imma għal perijodu ta' sena.", "Jiena semmejt ukoll li d-direttur għandu l-fakulta' bil-liġi wkoll li jagħmel reviewing ta' dawk li jkunu ħadu dan il-benefiċċju, pero' irrid nerġa' nagħmilha ċara illi hawnhekk m'aħna qed nagħmlu l-ebda witch-hunt.", "M'aħna se nnaqqru l-benefiċċji ta' ħadd minn dawk li verament għandhom bżonn.", "M'aħniex se mmorru niġru wara n-nies biex nagħmlulhom il-ħajja tagħhom aktar diffiċli.", "Sempliċement qegħdin nieħdu l-opportunita' illi nagħmlu sistema ħafna aktar kredibbli u ħafna aktar trasparenti.", "Jiena dakinhar kelli l-opportunita' wkoll li ngħaddi dokument lill-kollega l- Onor. Karl Chircop, dokument li nittama li kellu l-opportunita' li jarah fil-jiem li għaddew.", "Dan id-dokument iħares lejn impairment tables kif inhuma maħduma fuq il-mudell Awstraljan.", "Għedt ukoll illi l-mudell Awstraljan huwa dak li aħna jidhrilna li javviċina s-sistema tagħna, pero' dan ma jfissirx li aħna se naqbdu u nikkupjawh.", "Aħna sempliċement ħarisna lejh u dehrilna li b'ċerti modifiki nistgħu nużawh bħala mudell tajjeb għalina.", "Hawnhekk irrid ngħid li jien m'għandix dubju li l-Onor.", "Chircop, bil- background tiegħu mediku huwa wieħed mill-aktar persuni li jista' jgħinna wkoll fit-tfassil ta' dawn il-benchmarks.", "Jien semmejt il-benchmarks biex ikollna r-rekwiżit li wieħed jista' jagħmel anke reviewing u li wieħed jista' jkollu parametri fiex jaħdem, parametri li sfortunatament fis- sistema tal-lum huma neqsin.", "Jien ukoll semmejt id-direttorat kontra l- frodi.", "Hawnhekk lil dan id-direttorat qed nagħtuh poteri investigattivi tant meħtieġa biex id-dipartiment ikun jista' jaħdem kif wieħed jistenna.", "Forsi hawnhekk wieħed jistaqsi x'qed tippretendi l-ministru mingħand id- direttorat.", "Jien qed nippretendi li jkun hemm ħidma fejjieda u li ssir bir- reqqa, ħidma li ssir b'sensittivita' li tiżgura li", "jitnaqqas l-abbuż filwaqt li jibqgħu jingħataw il-benefiċċji lil dawk li verament għandhom bżonn.", "U allura x'aħna nistennew minn din ir-riforma?", "Bla dubju ta' xejn nistennew li jiġi żgurat - din se tissemma fis-seduti li ġejjin waqt dan id- dibattitu - li l-benefiċċji jingħataw lil min ħaqqu u lil min hu intitolati għalihom.", "Hawnhekk ukoll irridu naraw li jkollna kriterji rigorużi biex wieħed ikun eleġibbli, pero' li jkunu kriterji wkoll li jħarsu b'mod uman u b'mod sensittiv.", "Nistennew ukoll li jkollna kontroll aħjar f'dawk li huma eżamijiet mediċi.", "Dawn huma responsabbilitajiet li fil-każ tal-pensjoni għall-invalidita' se jkunu assenjati lil numru ferm iżgħar ta' tobba li jkunu ingaġġati wkoll mid-dipartiment.", "Nistennew ukoll li jkun hemm trasparenza fis-sistema permezz tal-ħolqien ta' l-impairment tables li diġa' semmejt, u jkollna linji gwida stabbiliti u standards ukoll.", "Se nwaqqfu wkoll awditjar mediku li allura jkun jista' jħares eżattament lejn, u jista' jagħmel it-tracking ta' kif attwalment qegħdin jingħataw dawn il- pensjonijiet.", "Naħseb fuq kollox nistennew li jonqos ukoll in-numru ta' persuni li jirrikorru għal din il-pensjoni.", "Jien semmejt ukoll li għandna nies li din il-pensjoni jarawha bħala early retirement scheme.", "Din m'għandniex inħarsu lejha hekk.", "Hija early retirement scheme biss għal dawk li ma jistgħux ikomplu jaħdmu.", "Mr. Speaker, f'dan l-abbozz ta' liġi qegħdin indaħħlu wkoll il-kunċett ta' rehabilitation.", "Qegħdin indaħħlu l-kunċett ukoll tal-fatt li persuna jista' jkun li ma tistax tibqa' tagħmel ix-xogħol li qiegħda fih minħabba l- kondizzjoni medika tagħha, kemm fiżika u kemm mentali, pero' li tkun tista' tagħmel xogħol ieħor bl-għajnuna ta' taħriġ.", "Hawnhekk huwa importanti li kollox jaħdem id f'id.", "Fil-fatt huwa ppjanat li naħdmu ma' l-ETC biex naraw li jkun hemm rehabilitation biex in-nies ma joħorġux minn fuq is-suq tax- xogħol u jispiċċaw jgħixu minn fuq il-benefiċċji soċjali imma jkunu xorta jistgħu jaqilgħu l-għajxien tagħhom u jagħtu kontribut fl-istess ħin.", "Id-darba l-oħra jien semmejt li huwa verament ta' tħassib kif l-ispiża għall-pensjoni għall-invalidita' fl-1999 kienet ta' Lm9 miljuni u illum naraw li splodiet għal Lm16-il miljun.", "Għandna kważi 9,000 benefiċjarju minnha, li hija ċifra li tqabbilha ma' xiex tqabbilha, hija għolja żżejjed.", "Aħna qegħdin nittamaw li niffrankaw ammont ta' flus min-nefqa tal- gvern minn fuq benefiċċji li jittieħdu b'mod abbużiv.", "Jien kemm-il darba ngħid li aħna rridu nnaqqsu l-ispiża tal-gvern mhux biex inqanċu jew biex nagħmlu l-ekonomija imma biex inkunu nistgħu nħarsu anke lejn benefiċċji jew sistemi oħra jew anke servizzi soċjali oħra li jeħtieġ li aħna nitfgħu ħafna iktar riżorsi fihom.", "Fuq kollox aħna nixtiequ naraw li r-riżorsi kollha li għandna jintużaw bl-aktar mod għaqli.", "Jien nixtieq ngħid li d- direttorat li se jkun qed iħares lejn l-abbużi għandu bżonn li s-sistema kollha tagħna tkun dik li ngħidulha conducive biex jinqatgħu l-abbużi.", "U hawnhekk, Mr Speaker, qabel ma nagħlaq dan l-intervent tiegħi se nsemmi xi ħaġa li għalija hi ta' tħassib.", "Jiena naħseb li hemm bżonn li nħarsu lejn riforma oħra oltre minn dik dwar il-benefiċċji soċjali.", "Jien nemmen li għandna bżonn riforma sħiħa bil-mod ta' kif joħorġu l-identity cards.", "Jien ma nafx kemm aħna konxji dwar il- poteri li tagħtik identity card hawn Malta.", "Il-verita' hi li ta' kuljum jidbiddlu indirizzi, joħorġu ID cards ġodda u s-sistema kif inhi tħalli lok biex isiru bosta abbużi anke minn fuq is-sistema tal-benefiċċji soċjali tagħna.", "Biżżejjed ngħid li waqt li konna qegħdin nitkellmu kemm-il darba fil-ministeru man-nies tad-dipartiment,issemmew każi dwar kif isiru ċerti abbużi mill-ID cards hawn Malta.", "Dan għaliex l-indirizz li jkollok jagħmlek a head of household u tiġi eleġibbli għal ċerti benefiċċji soċjali.", "Aħna nafu li hija prassi komuni li persuna tbiddel il-karta ta' l- identita' biex tiġi tidher li qiegħda tgħix għal rasha jew fuq indirizz ieħor u f'daqqa tiġi eleġibbli għal ċerti benefiċċji.", "Biżżejjed insemmi per eżempju, li jekk bħalissa inti ġuvni jew xebba li qed tgħix mal-familja tiegħek f'Nru. 6 Triq so and so, u tagħmel l-identity card tiegħek fuq Nru. 4 fl-istess triq, tista' tiġi eleġibbli għal ċerti benefiċċji soċjali.", "Dan anke jekk in-numru 4 huwa l-garaxx ta' l-istess residenza.", "Dan qed jiġri għaliex sfortunatament mhux qed isir checking li l- identity cards ikollhom imniżżel fuqhom ir-residenza ġenwina.", "Hawnhekk nixtieq insemmi każ partikolari li sibna dan l-aħħar fejn kellek tliet benefiċjarji fl-istess dar fejn persuna waħda tagħti l-indirizz bħala l- back door ġo triq waħda, persuna oħra tagħti n-numru tal-bieb u persuna oħra tagħti l-isem, pero' t-tlieta huma indirizzi ta' l-istess residenza.", "Minħabba li l-identity cards juru indirizzi jew dettalji differenti, hemmhekk għandek benefiċjarji differenti, u allura qed isir abbuż.", "U dan għaliex fis-sistema ta' l-ID cards hemm il-loopholes.", "Jien hawnhekk għalissa qegħda sempliċement nifflowtja l-idea, imma jien nemmen li biex jinqatgħu ċerti abbużi mill-benefiċċji soċjali tagħna rridu nħarsu wkoll lejn riforma ta' kif joħorġu l-identity cards.", "Jien waħda mill- affarijiet li rrealizzajt dan l-aħħar hi dwar kemm hu faċli li tbiddel identity card, kemm hu faċli li inti tbiddilha mhux darba jew darbtejn imma ta' spiss u kemm jogħġbok u kemm trid inti.", "Huwa faċli b'tali mod li jekk tkun għaddej minn triq u tara dar bis-saqaf imwaqqa' inti tista' tiġi taħt dak l-indirizz u tagħmel identity card fuqu.", "Mr. Speaker, ir-realta' tinstema farsa, pero' jista' jkun li persuna jkollha indirizz fuq residenza ta' nies li lanqas biss jafu li hemm din l-identity card maħruġa fuq l- indirizz tagħhom.", "Jien ngħid allura li rridu naraw eżattament kif is- sistema ta' l-identity cards tagħna qed taġevola l-abbużi fis-sistema tal- benefiċċji soċjali tagħna u anke abbużi f'affarijiet oħra.", "Mr Speaker, jien se nieqaf hawnhekk, hawn bosta kollegi miż-żewġ naħat tal- Kamra li jixtiequ jitkellmu u naħseb li se jkollna tnejn jew tliet seduti aktar dwar dan l-abbozz ta' liġi u bla dubju ta' xejn fil-winding up tiegħi jien inkun nista' nwieġeb għal ċertu tħassib jew kjarifikazzjonijiet li jkollhom bżonn il-kollegi miż-żewġ naħat tal-Kamra.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Karl Chircop.", "ONOR.", "KARL CHIRCOP: Mr Speaker, illum li qegħdin niddiskutu din il-liġi ta' ċertu importanza u notevolezza, tajjeb li ngħid bla tlaqliq ta' xejn li l-partit Laburista huwa kommess daqskemm hu kommess il-gvern li jiġġieled il-frodi fil-benefiċċji soċjali.", "Il-partit Laburista dejjem saħaq fuq dan, u mhux bil-kliem biss imma anke b'għemilu dejjem ħadem biex kemm jista' jkun jitrażżan dan il-fenomenu.", "Kif qalet qabli l-ministru, dawn l-emendi li qed jiġu proposti llum huma maqsuma fuq żewġ binarji separati.", "Għandek il-kwestjoni tar-rikonoxximent b'mod uffiċjali tad-direttorat għall-frodi u l-investigazzjoni, inkluż id-direttorat innifsu u l-istaff tiegħu, u fl- opinjoni tiegħi din hija xi ħaġa tajba li ssir.", "Għandek imbagħad il-blokk l-ieħor ta' l-emendi li qegħdin jiffokaw aktar fuq il-kwestjoni tal- pensjoni ta' l-invalidita'.", "Ovvjament jekk ikollna ċans dawn l-emendi nkunu nistgħu narawhom aktar fid- dettal fl-istadju ta' kumitat.", "Madankollu dak li qed iseħħ huwa li fid- definizzjoni ta' direttur, jiġifieri f'artikolu 2 tal-kapitlu 318 tal-liġi tas-sigurta' soċjali, qiegħed jiġi speċifikat li d-direttur ifisser \"direttur responsabbli mid-direttorat għall-frodi u l-investigazzjoni dwar benefiċċji\" u tinkludi wkoll \"kull uffiċjal pubbliku fid-direttorat tiegħu minnu nsemmi\".", "Naturalment hemm dettalji oħrajn li se nagħmel riferenza għalihom aktar tard matul l-intervent tiegħi.", "Dawn id-dettalji għandhom aktar x'jaqsmu mal-kwestjoni ewlenija tad-diskussjoni tal-lum, jiġifieri l- pensjoni ta' l-invalidita'.", "Sur President, irrid ngħid li b'mod iffokat, dak kollu li qalet il-ministru Cristina fl-introduzzjoni tagħha effettivament qiegħed hemm, u dik hija r- realta`.", "Għaldaqstant irridu naraw kif sejrin nittekiljaw dawn il-problemi li nħolqu matul iż-żmenijiet mill-aspett tad-dipartiment tas-sigurta' soċjali u anke mill-istess ministeru tagħha.", "Jiena tkellimt ma' diversi persuni li jokkupaw karigi għoljin fi ħdan id-dipartiment u f'diversi dipartimenti oħra u li b'mod responsabbli nemmnu li din il-problema trid tiġi miġġielda mill-aspett macro.", "Jiġifieri rridu naraw x'qiegħed iwassal għall-fenomenu ta' żieda massiċċa fl-applikanti għall-pensjoni ta' l- invalidita'.", "Ġeneralment din tiġi garantita sakemm jagħlqu l-61 sena fil- każ ta' l-irġiel u sakemm jagħlqu 60 sena fil-każ tan-nisa.", "Li kieku wieħed ikollu jaqsam dawn in-nies fuq kwestjoni ta' kuxjenza nsibu li għandna żewġ gruppi, dawk li huma ġenwini u dawk li m'humiex ġenwini.", "Nafu li jeżistu persuni li qegħdin jippruvaw japprofittaw ruħhom mill- benefiċċji soċjali, fi kliem ieħor, dawk li huma korrotti.", "Pero' li kieku wieħed ikollu jevalwa s-sitwazzjoni mill-aspett ġenerali, naraw li sfortunatament il-qagħda tax-xogħol ġewwa pajjiżna ma tantx hija waħda tajba.", "L-impairment tables li għaddietli l-ġimgħa l-oħra l-ministru Cristina jagħmlu riferenza dwar dan, kif ukoll jaghmlu r-rapporti maħruġa mill-ILO, li jaċċennaw għall-kwestjoni li dawn iż-żewġ fatturi ma nistgħux nisseparawhom minn xulxin.", "Sur President, x'inhi l-kwestjoni tax-xogħol in ġenerali ġewwa pajjiżna?", "Issa jien m'iniex qiegħed nidħol f'dan l-argument sabiex noqgħod intawwal, imma sinċerament nemmen li waħda mill-kawżi ewlenin li qegħdin jixprunaw lin-nies ta' ċerta eta' sabiex jirrikorru għal dan il-benefiċċju soċjali - mingħajr ma noqgħod ngħid li dawn għandhom raġun - hija proprju l-kwestjoni diffikultuża immens li qed isibu sabiex jergħu jintegraw ruħhom fil-qasam tax-xogħol.", "Issa jekk irridu nkunu onesti bejnietna, allura ż-żewġ naħat tal-Kamra għandna naqblu fuq dan.", "Għandna sitwazzjoni diffikultuża immens fejn min jispiċċa jitlef ix-xogħol u jkun ta' ċertu eta', qiegħed isibha kważi mpossibbli - mhux se ngħid impossibbli - li jsib xogħol alternattiv.", "Jgħidu x'jgħidu min-naħa tal-gvern, sfortunatament is-sitwazzjoni hija tali li dawn in-nies litteralment qegħdin jaqtgħu qalbhom.", "Fl-opinjoni tiegħi u fl-opinjoni ta' ħafna nies oħra, din hija waħda mill-kawżi li qiegħda twassal għal din is-sitwazzjoni.", "Il-problema ta' nuqqas ta' xogħol qiegħda tixpruna lil ċerta settur ta' ħaddiema li jisfaw bla xogħol u li jkunu ta' ċertu eta' sabiex ifittxu dan ir-redress.", "Issa bħala tabib ngħid li dawn m'humiex neċessarjament qegħdin jabbużaw mis-sistema għaliex meta tara missier ta' familja li jkollu xi żewġt itfal u ta' 50 sena jitlef ix-xogħol tiegħu u allura jispiċċa b'dahru mal-ħajt, żgur li bil-benefiċċju tal- qgħad, li lanqas biss jaqbeż il-Lm200 fix-xahar, mhu se jlaħħaq mal-ħajja.", "Din is-sitwazzjoni hija frustranti, u aktar ma jgħaddi ż-żmien, dawn in- nies anke jispiċċaw b'mard ta' natura psikjatrika u dipressiva.", "Din hija xi ħaġa li kemm jien u kemm il-kollegi tiegħi fil-kamp mediku ripetutament narawha.", "Fil-fatt, anke l-ispeċjalisti u l-professuri qegħdin jaraw li din il-problema qiegħda tikber b'mod aktar aċċellerat matul l-aħħar snin.", "Ma rridx li niftiehem ħażin u forsi jkun hawn min jaħseb li rrid nippolitiċizza din il-kwestjoni, pero' din hija r-realta' li għandna quddiemna.", "Għalhekk kif għedt, dan huwa wieħed mill-kaġuni ewlenin li fl- opinjoni tiegħi u ta' ħafna nies oħra li jevalwaw dan il-qasam mill-qrib qiegħed jixpruna numru akbar ta' nies li qegħdin ifittxu ċ-channel ta' invalidita'.", "Problema oħra li sfortunatament rajniha wkoll isseħħ b'mod aktar mgħaġġel matul dawn l-aħħar snin hija l-problema ta' l-ERS, jiġifieri l-early retirement schemes.", "Sfortuntament ħadd ħlief dan il-gvern ma kien champion daqsu sabiex jinkoraġġixxi l-early retirement schemes.", "Jekk irridu nkunu saqajna ma' l-art u onesti, dan irridu nammettuh u ngħidu li huwa verita'.", "Fil-fatt assistejna għall-early retirement scheme tat-tarznari, ta' diversi kumpanniji parastatali oħrajn u issa, dan l-aħħar kellna wkoll l-early retirement scheme mill-banek.", "Mid-dehra din tidher li dieħla bħala xi moda ġdida u sabiex nipprovaw insolvu l-problemi ekonomiċi fil-qasam tax-xogħol u ta' l-industrija, b'xi mod jew ieħor nippruvaw insolvuhom b'dan il-mod.", "Sur President, irrid ngħid li sfortunatament ħadd ħlief daqs dan il-gvern m'hu qiegħed jinkoraġġixxi l-imberkin skemi ta' irtirar kmieni.", "Meta toqgħod tara l-każi individwali tibda tistaqsi lilek innifsek għalfejn qiegħed jiġri hekk.", "Jiena ġej min-naħa tas-south ta' Malta, jiġifieri mill- inħawi ta' Raħal Ġdid, Ħal Tarxien u l-Kottonera.", "U hemmhekk kellna ħafna ħaddiema li kienu jaħdmu fit-tarznari.", "Dawn il-ħaddiema ġew sfurzati jew imħajra sabiex jieħdu skema ta' irtirar kmieni.", "Issa llum x'qiegħed jiġri fit-tarznari?", "Ilum ġabu ħafna ħaddiema barranin u kulħadd jgħidlek li t- tarzna tinsab miżgħuda bil-Bulgari, Jugoslavi u Pollakki.", "Dawn il-ħaddiema qed jitħallsu tajjeb ukoll mentri ħutna l-Maltin ġew imġiegħla jieħdu l- early retirement scheme.", "Allura b'daqshekk x'ħadet it-tarzna?", "Ma ħadet xejn, iżda tilfu ħutna l-ħaddiema Maltin u l-familji tagħhom.", "Jiena persważ li dawn l-imberkin skemi ta' irtirar kmieni kienu l-fattur ewlieni li waslu għaż-żieda ta' l-abbuż minn dan il-benefiċċju soċjali.", "Uħud minnhom kienu validi wkoll għaliex meta l-ħaddiem, kif diġa' għedt, isib ruħu f'sitwazzjoni bħal din, bilfors se jispiċċa biex jimrad, għax jekk ma jimradx fiżikament jimrad mentalment.", "Għalhekk kellna ħafna ħaddiema li spiċċaw jieħdu l-pensjoni ta' l-invalidita'.", "Fuq dan is- suġġett jiena għamilt ftit tar-riċerka, u hija xi ħaġa li qiegħed nisssuġġerixxi lill-Ministru Cristina ħalli tagħti mbottatura biex b'xi mod jew ieħor tibda tinġabar statistika aktar serja fid-dipartiment.", "Ma jistax ikun li meta nipprova nagħmel find-out tan-numru ta' nies li għaddew bord ħalli nara kemm minnhom ħadu l-early retirement scheme qabel, ma jirnexxili nsib xejn.", "Madankollu meta ġejt mogħti din l-informazzjoni b'mod verbali, sibt li madwar nofs dawk il-ħaddiema li ħadu l-iskema ta' l- irtirar kmieni spiċċaw ukoll sabiex jgħaddu bord.", "Fl-opinjoni tiegħi din hija xi ħaġa fenominali u naħseb li wieħed irid jikkjarifikaha.", "Nerġa' ngħid li hawnhekk ir-responsabbilita' fl-aħħar mill-aħħar taqa' f'idejn il- gvern u f'idejn il-ministri tal-kabinett.", "X'jiswa li jkollna sitwazzjoni ekonomika mwiegħra kif inhija llum?", "Irridu mmieru s-sewwa magħruf b'ħafna stqarrijiet fażulli, fejn ngħidu li taparsi r-rota qiegħda ddur, meta mbagħad ikollok ministri ewlenin tal-gvern li lesti jilagħbu l-flus u jgħidu li ċerti industriji jridu jagħlqu sa għaxar snin oħra.", "Sur President, naħseb li din il-kwestjoni rridu nittekiljawha b'mod aktar responsabbli.", "Fl-opinjoni tiegħi dawk kollha li huma responsabbli mit- tmexxija tal-pajjiż illum m'humiex jagħmlu biżżejjed sabiex iġibu u jħajru aktar investiment lejn pajjiżna.", "M'hijiex qiegħda tinħadem policy konkreta u omoġeneja bejn il-ministeri u d-dipartimenti konċernati sabiex nilħqu dan l-iskop.", "Hawnhekk qiegħed ninkludi wkoll il-ministeru li qegħdin niddiskutu llum, jiġifieri l-ministeru tas-solidarjeta' soċjali u l-familja.", "Issa kif għedt fil-bidu tad-diskors tiegħi, bħala partit laburista fl-oppożizzjoni naqblu ma' dawn l-emendi li qed jiġu proposti għaliex b'xi mod jew ieħor qegħdin jirrikonoxxu d-direttorat tal-frodi u l-istaff tiegħu.", "Permezz tagħhom qegħdin ukoll b'xi mod jew ieħor nippruvaw nagħlqu ftit aktar ix- xquq kbar li kellna fil-kwestjoni tal-benefiċċju tal-pensjoni ta' l- invalidita'.", "Pero' mill-ftit homework li għamilt sabiex nipprepara dan id- dibattitu, xi skoprejt?", "Skoprejt li l-filosofija l-ġdida li se tiddaħħal hija dik tar- rehabilitation.", "Fair enough, idea tajba.", "Bħala pajjiż żgħir ma nistgħux naffordjaw li jkollna din l-emorraġija ta' ħaddiema.", "Irridu naraw b'mod konkret, għaliex issa xbajna nisimgħu lill-membri tal-gvern, l-ewwel u qabel kulħadd, jgħidu li rridu nżidu l-workforce ta' pajjiżna, b'mod speċjali l-female participation rate.", "S'issa ħlief paroli ma smajniex għaliex bil-fatti jidher li s'issa għadna ma rnexxilniex inrażżnu din l- emorraġija.", "Skoprejt ukoll li min-naħa ta' l-ETC din l-aħbar qisha laqtithom bħal sajjetta fil-bnazzi.", "Milli jidher il-preparazzjoni fl- infrastruttura ta' l-ETC u fir-riżorsi umani tagħha sabiex tkun tista' tilqa' ix-xift ta' nies li se jibdew jintbagħtu għandha min-naħa tal- bordijiet mediċi, ma kenitx taf bihom l-ETC.", "Sur President, quddiemi qiegħed nara lill-Ministru Cristina titbissem u għalhekk nixtieq nistaqsiha jekk kellhiex xi laqgħat mad-diriġenti ta' l- ETC sabiex dawn jaraw kif se jilqgħu għall-influss ta' klijienti ġodda li se jkollhom jilqgħu l-ETC minħabba n-nies li se jkunu qed japplikaw ħalli jgħaddu bord.", "Jekk il-panel mediku jsib li dawn in-nies b'xi mod jew ieħor għadhom tajbin għax-xogħol, se jibgħathom għand l-ETC.", "Issa forsi ma jkunux mija fil-mija tajbin, pero' b'daqsxejn ta' retraining, fsied u terapija nkunu nistgħu nerġgħu nġibuhom f'posthom u nibgħatuhom lura fil- qasam tax-xogħol.", "Madankollu jidher li sfortunatament min-naħa ta' l-ETC għadu ma sar xejn b'mod konkret.", "Irrid ngħid li din il-kwestjoni kollha lili xxokkjatni.", "U bħala kelliem ewlieni min-naħa ta' l-oppożizzjoni fuq ix-xogħol, sena wara l-oħra dejjem nikkritika l-fatt li l-ETC m'hijiex tilħaq il-miri tagħha f'dak li għandu x'jaqsam mat-training.", "M'hijiex lanqas tilħaq il-miri tagħha f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-istħarriġ fl-industrija Maltija ħalli tara xi bżonnijiet ta' ħaddiema hemm bżonn.", "U fuq dawn iż-żewġ punti, l-ETC qiegħda tfalli.", "L-iskemi ta' taħriġ tagħha m'humiex qed ikunu adegwati - għal xi raġuni jew oħra - sabiex jippreparaw lil dawk in-nies li qed jirreġistraw għax-xogħol ħalli jsibu xogħol alternattiv.", "Min-naħa l-oħra l- ETC m'hijiex taħdem biżżejjed sabiex tara x'vacancies għandna fl-industrija Maltija u Għawdxija - jekk hemm Għawdxija bħalissa – ħalli tipprepara ħaddiema li qegħdin bla xogħol sabiex jimlew dawn il-vacancies.", "Jiġifieri l-ETC diġa' qiegħda taqa' lura fl-objectives tagħha proprja, aħseb u ara meta issa l-gvern, permezz ta' dawn l-emendi, se jkun qiegħed iżidilha l- work load tagħha billi jibagħtilha nies li għal raġuni valida jew le, ikunu fittxew li jgħaddu bord minħabba problemi fiżiċi jew mentali.", "L-ETC trid tirritrejnja lil dawn in-nies, tassessjahom u b'xi mod jew ieħor tgħinhom sabiex jerġgħu jieqfu fuq saqajhom.", "Ma rridux ninsew li hawnhekk qed nitkellmu fuq persuni li fil-maġġoranza tagħhom m'għandhomx 20 sena.", "Il-Ministru Cristina semmiet każ ta' xi wħud li għandhom ma' l-20 sena, li ovvjament jixxokkjawk, pero' fil-maġġoranza tagħhom, dawn in-nies ikollhom 'il fuq minn 40 sena.", "Issa aħna qegħdin nippretendu li nagħtuhom ir-re- training permezz ta' l-ETC, meta l-ETC diġa' m'hijiex qiegħda tlaħħaq mal- miri tagħha sabiex tkun tista' tgħin lil dawn in-nies.", "Sfortunatament nafu li s'issa b'mod fattwali fl-ETC, kemm f'dak li għandu x'jaqsam ma' riżorsi umani u kemm f'dak li għandu x'jaqsam ma' żieda f'bini, s'issa għadu ma sar xejn.", "Din hija xi ħaġa li jekk verament il-gvern irid jitwemmen li se jittekilja din il-problema b'serjeta', allura ried jara li dan il-pass sabiex nippreparaw l-ETC għal dan ix-xogħol isir qabel ma nibdew niddiskutu dawn l-emendi.", "Għalfejn qed ngħid hekk?", "Sur President, dan qiegħed ngħidu għaliex diġa' hemm bottleneck sabiex dawk li qed jirreġistraw għax-xogħol jiġu mgħejjuna u re-trained ħalli nerġgħu ndaħħluhom fl-industrija tax-xogħol.", "Issa hawnhekk m'iniex se nevalwa l- problemi kbar sabiex issib xogħol lin-nies \"normali\".", "Hawnhekk l-ETC se tkun qiegħda timmaniġġja nies li \"m'humiex normali\" għaliex b'xi mod jew ieħor dawn in-nies ikunu fittxew li jgħaddu bord.", "Allura l-ETC trid tagħtihom it-training u b'hekk se jkollha problema akbar milli normalment kien ikollha.", "Għalhekk nistgħu nimmaġinaw x'bottleneck akbar se jinħoloq sabiex lil dawn in-nies inkunu nistgħu ngħinuhom.", "Ma ninsewx li ħafna minn dawn in-nies ikunu qegħdin jgħixu fuq xi forma ta' relief jew inkella jkunu qegħdin jgħixu fuq il-benefiċċju tal-qgħad.", "U meta mbagħad japplikaw sabiex jgħaddu bord, il-benefiċċju tal-qgħad jinqatalhom u minflok jibdew jieħdu l-benefiċċju tal-mard.", "Issa x'se jiġri f'dawk il-ftit xhur li jagħmlu jistennew sakemm jgħaddu bord?", "Naħseb li hawnhekk wieħed irid jikkjarifka aħjar din is-sitwazzjoni.", "Fuqhiex se jgħixu dawn in-nies?", "Se joqogħdu jgerrmu difrejhom?", "X'forma ta' introjtu se jkollhom?", "Nerġa' ngħid li meta dawn in-nies ifittxu li jgħaddu bord, ħafna minnhom ikunu diġa' jaqgħu taħt xi forma ta' benefiċċju soċjali.", "Ikollok lil min ikun qiegħed jieħu l-benefiċċju tar-reġistrar u mbagħad malli jibda jippreżenta b'mod regolari ċ-ċertifikati – dawk il-blu - tat-tabib, il- benefiċċju tar-reġistrar jinqata' u minfloku jibda jieħu l-benefiċċju tal- mard.", "Issa s-sistema kif inhi llum tgħidlek li l-benefiċċju tal-mard jibqgħu jeħduh sakemm jgħaddu bord u jiġu ddikjarati invalidi.", "Minn meta jkunu applikaw tinħarġilhom il-pensjoni ta' l-invalidita' u minnha jinqatgħalhom is-sickness benefit.", "Dawn jibqgħu għaddejjin bil-pensjoni ta' l-invalidita' sakemm jagħlqu l-61 sena, fejn minn hemmhekk imbagħad jibdew jikkwalifikaw għall-full two thirds pension.", "Attwalment dik hija s- sitwazzjoni li għandna.", "Sur President, issa ejjew naraw x'inhi s-sistema l-ġdida, għallinqas mill- mod ta' kif nistgħu nifhmuha.", "Hawnhekk qed ngħidu li meta jkollok persuna li tapplika sabiex tgħaddi bord ta' l-invalidita', bl-emendi l-ġodda l- waiting period tagħha se jitwal.", "Nafu li fil-passat kellek waiting period ta' tliet xhur qabel ma wieħed ikun jista' japplika u jimla l-formola ħalli jkun jista' jipprova jgħaddi bord.", "Din il-prattika kienet inqatgħet xi ftit tas-snin ilu u allura sal-lum ma kienx hemm waiting period definit.", "Jiġifieri wieħed jista' jfettillu jqum ġurnata u jgħid li jrid jgħaddi bord minħabba li qiegħed ibati mid-depression jew minħabba xi marda oħra.", "Allura dan il-bniedem jista' jaqbad mil-lum għal għada u japplika sabiex ifittex redress fil-pensjoni ta' l-invalidita'.", "Madankollu l-emendi l-ġodda qegħdin jistabbilixxu li l-waiting period irid ikun ta' sitt xhur.", "Mela hawnhekk qed ngħidu li minn meta persuna tibda timrad u s-sitwazzjoni medika tagħha tibda taggrava ruħha sakemm fl-aħħar tkun tista' tapplika sabiex tgħaddi bord irid jgħaddi perijodu ta' sitt xhur.", "Allura hawnhekk diġa' se nkunu daħħalnihom fi tbatija żejda.", "Ma ninsewx li ta' kull ġimgħa dawn in-nies iridu jippreżentaw ċertifikat mediku magħmul mit-tabib kuranti tagħhom.", "Jiġifieri fejn qabel kienu forsi jeħlu xahrejn jew tlieta f'ċertifikati, bis-sistema l-ġdida se jeħlu minimu ta' sitt xhur.", "Issa dawn in-nies se jiġu ġġudikati mill-bord mediku u jekk skond l-assessment tables jinstabu li m'humiex daqstant morda, allura se jintefgħu fi ħdan l- ETC.", "Jiġifieri jekk bniedem ma jilħaqx il-minimum threshold ta' 20 punt, kif qed jgħidu l-assessment tables, se naqbduh u nitfgħuh fil-benniena ta' l-ETC.", "Minn hemmhekk imbagħad se nipprovaw nagħtuh ir-rehabilitation billi nagħtuh ir-re-training u nibgħatuh lura fil-qasam tax-xogħol.", "Allura dan l- individwu fuq liema benefiċċju se jkun qiegħed jgħix?", "Se jkun qiegħed jgħix fuq xi tip ta' benefiċċju ġdid li se jkun speċifiku għal dan l- interim period, jiġifieri minn meta l-pazjent jew il-benefiċjarju prospettiv ikun applika sakemm imbagħad jerġa' jiġi mtella' quddiem il-bord mediku u jaraw jekk huwiex tajjeb għax-xogħol jew le?", "X'se jiġri eżattament?", "Se jkun hemm xi tip ta' benefiċċju ġdid għal dan l-iskop jew inkella se jibqa' jieħu l-benefiċċju li kellu qabel?", "Din hija waħda mill- mistoqsijiet tiegħi.", "Il-kwestjoni l-oħra hija fuq x'se tagħmel l-ETC per se għaliex kif diġa' semmejt ma tidher li saret l-ebda inizjattiva partikolari sabiex din tilqa' fi ħdanha l-influss ġdid ta' nies li se jkollha quddiemha.", "Issa hawnhekk meta qiegħed ngħid influss m'iniex qiegħed nitkellem fuq ħmerija.", "Hawnhekk m'aħniex qegħdin insemmu mijiet ta' persuni imma l-probabilita' hija li bil- mod il-mod il-klijentela ta' l-ETC se tkun miżjuda bl-eluf matul is-snin.", "Għaldaqstant wieħed irid jevalwa din is-sitwazzjoni wkoll.", "Meta mbagħad fittixt ftit fuq dak li jsir barra minn Malta sibt li jeżistu ċentri apposta li jieħdu ħsieb dan it-tip ta' klijenti.", "U jieħdu ħsiebhom mhux biss mil-lat mediku.", "Dawn iċ-ċentri huma armati professjonalment b'dak li jissejjaħ simulation of real work stations.", "Per eżempju, jaf ikollok simulazzjoni ta' l-ambjent f'uffiċċju, jiġifieri jkollok l-imwejjed, l- iskrivaniji, il-computers, l-iskrivani u dak kollu li ssib f'uffiċċju reali.", "B'hekk dawn iċ-ċentri jidħlu fid-dettalji kollha sabiex verament iħarrġu lin-nies tagħhom.", "Jista' ikollok ukoll simulazzjoni ta' workshop jew ta' fabbrika, fejn dawn in-nies ikunu jistgħu jiġu re-trained u jerġgħu jkunu kapaċi jaħdmu f'dawn iċ-ċirkostanzi.", "Għaldaqstant nixtieq nistaqsi jekk l-ETC għandhiex dawn ir-real work stations ippreparati ħalli malli tgħaddi l-liġi nibdew naħdmu mill-ewwel jew inkella aħniex se nitfgħuhom fl-ETC u jispiċċaw ma jagħmlu xejn.", "Jekk se jiġri hekk il-problema se nkabbruha u mhux innaqqsuha.", "Meta tara x'qiegħda tagħmel l-ETC bħalissa ssib li kulma qiegħda tagħmel huma biss l- educational training programmes.", "Min-naħa l-oħra dak li għandu x'jaqsam ma' programmi ta' taħriġ fis-snajja' ftit li xejn issib u din hija waħda mill-punti ta' kritika li nagħmel ripetutament fuq l-ETC.", "Sfortunatament għandek sitwazzjoni ta' inverse proportion li baqgħet hekk matul l-aħħar snin.", "Nafu li 80% ta' dawk li jirreġistraw għax-xogħol huma ħaddiema semi skilled jew unskilled, mentri 20% biss tat-training programmes li hemm ipprovduti mill-ETC huma mmirati lejn dawn in-nies.", "Bil-maqlub, meta għandek 20% biss ta' dawk li qed jirreġistraw li huma skilled, l-ETC qed tipprovdilhom 80% tal-programmi tagħha.", "Ma ninsewx li dawn huma nies ikkonsidrati \"normali\", aħseb u ara x'se tagħmel għal dawk in-nies li se nibagħtu fl-ETC għaliex ma jkunux ikkwalifikaw għall-bord.", "Mela kif għedt għandna sitwazzjoni fejn l-ETC qiegħda tgħin lil dawk in- nies li qed ifittxu x-xogħol u li huma skilled b'erba' darbiet aktar minn dawk li huma unskilled.", "Allura meta nafu li s'issa għadu ma sar xejn sabiex jitwaqqfu dawn is-simulation real work programmes, xi problema akbar se jkollha l-ETC meta se tiġi ffaċċjata b'dawn in-nies kollha li ma jkunux ikkwalifikaw għall-bord?", "Nafu li kulmin jaqbeż il-minimum threshold ta' 20 punt mhux se jkun intitolat li jgħaddi bord, pero' xorta waħda se jkollhom 10 punti jew 12-il punt.", "Għaldaqstant xi forma ta' impairment se jkollhom żgur.", "Hawnhekk m'aħniex qegħdin ngħidu li dawn in-nies huma assolutament korrotti, għaliex xi ħaġa jkollhom.", "Madankollu ma jkunux ġabu biżżejjed punti sabiex jissodisfaw il-minimu ta' 20 punt rikjest mill-bord mediku.", "Allura l-ETC se tiġi ffaċċjata b'dawn in-nies li diġa' għandhom ċerta ammont ta' diżabilita'.", "Issa kif se tgħinhom l-ETC?", "Fl-opinjoni tiegħi dan huwa l-aktar argument importanti li rridu niżvolġu f'din il-Kamra jekk verament nemmnu li dawn l-emendi se nkunu qegħdin nagħmluhom sabiex ngħinu lil dawn in-nies u fl-istess ħin innaqqsu l-frodi u l-abbużi.", "Huwa aspett wieħed li tgħid li trid tnaqqas il-frodi u l- abbużi, imma hija xi ħaġa oħra li forsi kien hemm parti żgħira ta' nies li l-gvern stess instigah bis-sitwazzjoni li ħoloq fl-impjiegi u bl-early retirement schemes.", "Problema oħra li verament irridu nħarsu lejha jekk irridu nkunu kredibbli hija dik li meta se nċaqalqu lil dawn in-nies fil- benniena ta' l-ETC, din il-benniena se tkun b'saħħitha biżżejjed sabiex ma tinfaqax u b'hekk dawn in-nies jispiċċaw ma' l-art.", "Lil dawn in-nies se nkunu qegħdin nippreparawhom biżżejjed ħalli nerġgħu nwaqqfuhom fuq saqajhom u nerġgħu nirritornawhom fil-qasam tax-xogħol u b'hekk il-work force tagħna ma tkomplix titnaqqar?", "Dawn huma l-konċetti soċjali li wieħed irid jixtarr jekk verament għandu għal qalbu dan is-suġġett.", "Sur President, ħalli nsemmi ftit dak li qed jagħmlu pajjiżi barranin fuq dan is-suġġett.", "Issa ma rridx insemmi pajjiżi li huma aktar sinjuri minn tagħna, imma se nsemmi pajjiżi li forsi xi kultant, bil-mentalita' insulari tagħna naħsbu li huma agħar minn tagħna, bħal per eżempju, l-Ungerija.", "Il- ministeru tas-sigurta' soċjali ta' l-Ungerija għamel twinning mal-ministeru tas-sigurta' soċjali ta' l-Ingilterra fejn ġie mgħejjun ħafna sabiex jitwaqqfu l-ability assessment centres.", "X'inhuma dawn l-ability assessment centres?", "S'issa għadni ma smajthiex din il-kelma hawnhekk u għalhekk jekk irridu nkunu kredibbli f'dak li qed nagħmlu, importanti li dawn l-ability assessment centres jitwaqqfu f'pajjiżna wkoll.", "Nerġa' ngħid li aħna favur li jinqatgħu l-abbużi u l-frodi, pero' dawn iċ-ċentri huma importanti wkoll.", "Dawn ikunu ċentri fejn in-nies li ma jgħaddux mill-bord jiġu milqugħin fi ħdanhom, liema ċentri jkunu armati sa snienhom b'nies li huma lesti jgħinu lill-klijenti tagħhom permezz ta' professjonisti u occupatinal therapists.", "Issa llum f'Malta, x'inhi s-sitwazzjoni ta' l-occupational therapists?", "L-aħħar grupp ta' occupational therapists li ggradwaw qegħdin jirreġistraw għax-xogħol.", "Jiġifieri l-Ministru Dolores Cristina diġa' għandha r-riżorsi umani lesti jekk trid tutilizzahom.", "Lil dawn l-occupational therapists nistgħu nħaddmuhom f'dawn iċ-ċentri ħalli jkunu jistgħu jgħinu lil dawk in-nies li jkollhom xi forma ta' diżabilita'.", "Nerġa' ngħid li dawn iċ-ċentri qegħdin fl-Ungerija u mhux fl-Amerika, l- aktar pajjiż sinjur tad-dinja.", "Fl-Ungerija għandhom ċentri li huma armati sa snienhom, b'makkinarju li, per eżempju, jassessja l-mobilita' tal-ġogi up to the nearest degree.", "Ma rridux ninsew li hawnhekk qed nitkellmu fuq nies li għandhom bejn l-40 u l-55 sena u li għandhom xi forma ta' diżabilita'.", "Issa jista' jkollhom xi forma ta' artrite jew xi marda kronika oħra li tkun wasslithom f'din iċ-ċirkostanza, pero' fiha nnifisha, din il-marda ma tkunx tqabbiżhom it-threshold ta' l-20 punt li huma rikjesti fit-tables ta' l-assessment mediċi.", "Għalhekk dawn l-ability assessment centres huma importanti ħafna u jridu jiġu vvintati kemm jista' ikun malajr.", "Jekk ma ġewx maħsuba l-fondi finanzjarji neċċessarji għalihom, irridu naraw li nsibu l-flus ħalli dawn iċ-ċentri jiġu mwaqqfa kemm jista' ikun malajr.", "Jekk din il-liġi se tiġi in vigore minn hawn u ftit xhur oħra rridu nagħmlu xi ħaġa konkreta għaliex sfortunatament s'issa jidher li l-gvern għadu m'għamel xejn fuq din il-kwestjoni.", "Fl-opinjoni tiegħi dan huwa mod prattiku ta' kif wieħed għandu jittakilja din il- problema li għandna.", "Problema oħra li qiegħda tħassibni hija l-mod ta' kif il-ministru ġiet ikkwotata– kemm fuq il-media u kemm f'din il-Kamra - li trid tirristruttura l-bordijiet mediċi.", "Aħna nafu li bħalissa hemm madwar 47 tabib fuq il- bordijiet mediċi.", "Quddiemhom jitilgħu l-każijiet mediċi kollha li b'xi mod jew ieħor jaqgħu taħt ir-realm tal-mard, u li allura jkunu qegħdin ifittxu xi forma ta' benefiċċju soċjali minħabba dik il-marda jew diżabilita' li jkollhom.", "Fost dan il-mard insemmu l-SKA, il-korrimenti fuq ix-xogħol, is- social assistance u l-invalidita'.", "Issa minn dak li stajt nifhem qiegħed jingħad li għal dak li għandu x'jaqsam ma' l-invalidity pensions, il- ministru se tappunta minn tnejn sa tliet tobba sabiex jassessjaw il- każijiet kollha li jkollna.", "Issa f'dawn il-bordijiet kollha li fihom għandna 47 tabib, il-waiting period, jiġifieri l-ammont ta' żmien li jgħaddi minn meta wieħed japplika għal kemm effettivament jiġi quddiem il- bord, huwa ta' bejn wieħed u ieħor erba' xhur jew sitt xhur.", "Ġieli kellna każijiet li damu aktar għal xi raġuni jew oħra, daqqa minħabba li l-file tagħhom dejjem jinqabeż, u allura jerġa' jiġi mitfugħ taħt, daqqa għaliex ikun xi ħabib u allura nqabbżuh l-oħrajn, u dawn il-ħafna ħmerijiet.", "Insomma aħna f'Malta qegħdin u kulħadd jaf x'isir u ma jsirx, pero' għandek każijiet li jdumu aktar minn sitt xhur sabiex jitilgħu quddiem il-bord.", "Sur President, meta għandna din id-domanda kollha ta' applikazzjonijiet, kif minn 47 tabib se nniżżluhom għal tnejn biss?", "Kif se jlaħħqu mad- domanda enormi ta' applikanti dawn iż-żewġ tobba?", "Meta bis-sitwazzjoni preżenti diġa' għandna bottleneck ta' sitt xhur, x'se jkollna issa ladarba nagħmlu din is-sistema l-ġdida?", "Il-bottleneck se nagħmluha ta' sentejn?", "Jew inkella l-gvern beħsiebu jqabbad lil dawn it-tobba full-time u b'hekk ikunu qegħdin jaraw lil dawn in-nies minn filgħodu sa filgħaxija kuljum?", "Il-mistoqsija l-oħra li tiġini f'moħħi mill-ewwel hija l-kwestjoni ta' kif se jintgħażlu dawn l-imberkin tobba.", "Se jintgħażlu fuq il-profiċjenza medika tagħhom jew inkella fuq kemm huma kkwalifikati?", "Se jintgħażlu tobba li jkollhom kwalifika medika ta' undergraduate u li mbagħad ikollhom id- dritt li jirreferu każijiet partikolari lill-post graduates?", "Dawn it-tobba se jkollhom każijiet fejn huma jħossuhom li m'humiex abbli biżżejjed li jiġġudikawhom u allura jirreferuhom lill-speċjalisti post graduates u professuri oħra?", "Meta tiġri xi ħaġa simili, se jiġu appuntati speċjalisti oħra fuq bażi permanenti sabiex jassessjaw huma lil dawn l-individwi?", "Fuq liema bażi u kriterji se jiġu mqabbda dawn iż-żewġ tobba li se jiġu appuntati direttament mill-gvern?", "Forsi se jiġu magħżula għaliex b'xi mod jew ieħor huma assoċjati mal-gvern tal-ġurnata?", "Qiegħed ngħid hekk għaliex meta se tirrestrinġi l-bord ta' l-għażla b'mod daqshekk magħfus ma' sidirna, huwa importanti li t-tobba magħżula jkunu kemm jista' jkun politikament newtrali.", "Irrid nisħaq fuq il-punt li ż-żewġ tobba li se jiġu magħżula, ma jkunux b'xi mod jew ieħor assoċjati ma' xi partit politiku paritkolari.", "U dan li qed ngħid, I mean it, għaliex din tista' twassal għal diskriminazzjoni kbira.", "Irridu noqogħdu ferm attenti jekk verament irridu nitwemmnu li s-sistema rridu nagħmluha aktar nadifa u mingħajr xamma ta' abbuż.", "Filwaqt li min-naħa tagħna lill-ministru nagħtuha l-golden hand shake fil-ġlieda kontra l-frodi u l-abbuż, fl-istess ħin irrid ngħidilha li aħna se nkunu qegħdin nissorveljaw b'mod intens lil dawn iż-żewġ tobba magħżula.", "Ovvjament dan għaliex huwa importanti ħafna li t-tobba msemmija ma jkollhom l-ebda konnessjonijiet politiċi.", "U jekk xi ħaġa bħal din isseħħ, se jkollna problemi kbar bejn iż-żewġ naħat tal- Kamra.", "Bħala partit Laburista m'aħniex se naċċettaw xi ħaġa simili.", "Hija xi ħaġa tajba li rridu niġġieldu kontra l-abbużi, pero' irridu kemm jista' jkun insibu nies li jkollhom il-fiduċja taż-żewġ naħat tal-Kamra għaliex meta inti qiegħed tirrestrinġi t-tobba minn 47 tabib għal tnejn fuq il- kwestjoni ta' invalidita', bilfors li dawk it-tnejn iridu jkunu politikament puri.", "Jiena nemmen li jrid ikollhom il-fiduċja tal-gvern imma jrid ikollhom ukoll il-fiduċja ta' l-oppożizzjoni.", "Huwa importanti li din l-għażla ssir bl-aktar reqqa u bl-aktar kawtela.", "Sur President, hemm ħafna affarijiet oħra li wieħed jista' jinnota fuq din l-issue kollha, pero' huwa importanti li wieħed jevalwa daqsxejn il- kwestjoni tad-direttorat tal-frodi.", "Għalfejn qiegħed ngħid hekk?", "Fil-bidu tad-diskors tiegħi għedt li huwa tajjeb li d-direttorat tal-frodi se nirrikonoxxuh bil-liġi ġaladarba dan diġa' ġie mwaqqaf.", "Fil-fatt jidhirli li d-direttur preżenti ġie appuntat f'Ottubru li għadda u lkoll kemm aħna nafu li hija persuna integra u li lesta tagħmel xogħolha sew.", "Madankollu l- kwestjoni kollha hija li ġaladarba qegħdin nemendaw il-liġi, ikun aktar għaqli li dan id-direttorat niddefenixxuh b'mod aktar dettaljat.", "X'responsabilitajiet se jkollu d-direttorat taħt idejh?", "X'fakulta' se jkollu sabiex jeżamina?", "Safejn jista' jasal?", "X'poteri eżekuttivi se jkollu?", "L-ispetturi tad-direttorat se jingħataw it-training meħtieġ?", "Il- ministru kienet aċċennat li l-ispetturi tad-direttorat qegħdin jingħataw it- training meħtieġ.", "Barra minn hekk, se jkollhom xi forma ta' identifikazzjoni fuqhom?", "Jiena ġejt informat ukoll li qegħdin jiġu ppreparati xi forma ta' identity cards, u għaldaqstant nispera li dawn ikunu wkoll bir-ritratt.", "Apparti dan kollu, x'responsabilitajiet se jkollhom l-ispetturi ħalli nżommuhom accountable ta' l-aġir tagħhom?", "Qegħdin nikkonsidraw li lil dawn l-ispetturi nagħtuhom xi forma ta' bażi professjonali u li jinħarġilhom warrant ħalli jekk jinstab li xi ħadd minnhom abbuża mill-poteri tiegħu, jitteħidlu il-warrant?", "Personalment nisma' b'diversi każijiet ta' abbuż u xi kultant veru ġġib għajnejk wara widnejk b'dak li tisma'.", "Per eżempju, xi ġimgħatejn ilu kelli każ minn Raħal Ġdid ta' mara separata u li tgħix minn fuq ir-relief.", "Din il-mara kienet tiġi maħqura mir-raġel tagħha u meta sseparat minn miegħu kienet għadha żgħira.", "Issa llum il-ġurnata għandha partner ieħor, u għalkemm ma jikkoabitawx flimkien, għandhom tarbija.", "It-tarbija trabbiha l-mara mentri r-raġel jiltaqa' okkażjonalment mal-mara.", "Issa kemm din il-mara u r-raġel huma pazjenti tiegħi.", "Kif għedt din il-koppja ma jgħixux flimkien b'mod regolari, pero' minħabba li r-raġel kellu kondizzjoni medika, jiena tajtu l-parir sabiex minn dakinhar stess ma jibqax jorqod waħdu.", "Li ġara huwa li sar rapport mill-ġirien ta' din il-mara għaliex raw li r- raġel qiegħed jgħix magħha.", "Din hija s-sistema tar-rapportaġġ li biha taħdem is-sezzjoni tal-frodi.", "Għalhekk l-ispetturi marru għal ħabta tas- sitta ta' filgħodu għand din il-mara u talbuha ddaħħalhom f'darha.", "Il-mara staqsithom jekk kenux ġabu l-pulizija magħhom sabiex tħallihom jidħlu f'darha, pero' l-ispetturi qalulha li jekk tirrifjuta u ma tħallihomx jidħlu f'darha, dawn kellhom id-dritt li jwaqqfulha l-benefiċċju li kienet qiegħda tieħu.", "Għaldaqstant huwa importanti ħafna li dawn l-affarijiet nistipulawhom ukoll fil-liġi.", "Huwa minnu li l-ispetturi għandhom id-dritt li jwaqqfu l-benefiċċju jekk din l-individwu ma tħallihomx jidħlu f'darha?", "Huwa importanti li dawn ir-responsabbilitajiet ikunu definiti b'mod ċar, u jkun tajjeb ukoll li nagħmluhom pubbliċi għal kulħadd ħalli l-poplu nedukawh.", "Sur President, xi kultant tisma' b'każijiet fejn jibda jidħollok is-suspett li seta' sar abbuż bil-maqlub, jiġifieri l-abbuż sar fuq il-benefiċjarji u mhux il-benefiċjarji abbużaw mis-sistema.", "Għalhekk nemmen li filwaqt li rridu niġġieldu l-abbuż u li rridu nagħtu lid-direttorat l-għodda kollha meħtieġa, huwa importanti wkoll li niddefinixxu x'inhuma r- responsabbilitajiet tad-direttorat.", "Irridu ngħidu li r-responsabbiltajiet tagħhom jaslu minn A sa B jew minn Ċ sa D ħalli nkunu nafu safejn jistgħu jaslu.", "Allura jekk ir-responsabbilitajiet ta' l-ispettur suppost huma minn A sa B iżda huwa mexa sa Ċ jew sa D u allura b'mod irresponsabbli, inkunu nistgħu nieħdu wkoll azzjoni kontrihom.", "Għaldaqstant huwa importanti li nirregolaw iż-żewġ naħat.", "Min-naħa l-oħra huwa importanti li d-direttorat jiġi mogħti l-għodda meħtieġa sabiex ikun jista' jiġġieled kontra l-frodi u l-abbużi mill- benefiċċji soċjali.", "Ma jistax ikun li d-direttorat ilaħħaq ma' Malta u Għawdex bi ftit spetturi biss.", "Fl-opinjoni tiegħi huwa importanti li d- direttorat ikollu wkoll responsabbilitajiet speċifiċi għal fuq il-gżira ta' Għawdex, u dan qed ngħidu għaliex wieħed jisma' ħafna affarijiet fuq il- gżira ta' Għawdex.", "Din qed ngħidha bl-akbar responsabbilita' għaliex huwa importanti li jekk fil-gżira Għawdxija hemm xi forma ta' abbuż b'mod sproporzjonat, wieħed jagħmel impetus akbar fi ħdan id-diviżjoni sabiex ikunu jistgħu jinvestigaw dawn il-każi b'mod aktar effiċjenti.", "L- impairment tables huma estensivi ħafna u għalhekk ma kellix iċ-ċans li nidħol fid-dettalji kollha tagħhom.", "Pero' meta wieħed jara, per eżempju, paġna 45 li tittratta l-problema tal-psychiatric impairment, isib il- kriterji ta' kif jingħataw ir-ratings u l-famużi punti li semmejt ftit ilu.", "Allura nista' ngħid li ħafna minn dawk li għaddew bord mediku fuq bażi ta' depression, se jġibu l-20 punt rikjesti.", "U għalhekk wieħed irid jevalwahom b'mod aktar korrett.", "Rajt ukoll paġna 60 fuq l-intellectual disability.", "F'din il-paġna naqraw dwar il-capacity for independent living u nsibu wkoll l-iscore meħtieġ.", "Imbagħad skond l-iscore x'ikun, nimxu fuq il-bżonnijiet ta' dak l- individwu.", "Jekk ikollok score ta' zero jfisser li din il-persuna hija self sufficient, u allura ma teħtieġ l-ebda għajnuna.", "Ovvjament aktar ma l- iscore jiżdied, aktar il-persuna se jkollha bżonn tas-sapport.", "Score ta' sitta jfisser li l-persuna hija totalment dipendenti fuq l-għajnuna ta' ħaddieħor.", "Score ta' tlieta jfisser li l-persuna trid superviżjoni for daily activities and routine financial transactions.", "Jekk iġġib score ta' erbgħa tkun trid regular help with daily activities.", "Għalhekk dawn id- dettalji kollha li nsibu fuq l-impairment tables jerġgħu jġibuni għall-punt kardinali tiegħi.", "L-ETC ġiet ippreparata fuq dawn id-dettalji?", "X'inhi tagħmel l-ETC?", "Nerġa' ngħid li jekk m'aħniex se noħolqu l-infrastruttura kollha meħtieġa se nkunu fallejna fl-iskop tagħna.", "Sur President, jekk dawk in-nies li jinstabu għadhom tajbin għax-xogħol - u li allura se jiġu diretti fi ħdan l-ETC ħalli minn hemmhekk jerġgħu jiġu rehabilitated – ma jsibu xejn ippreparat min-naħa ta' l-ETC u anke min-naħa ta' dawn iċ-ċentri, u allura b'xi mod jew ieħor se jerġgħu jaqgħu taħt xi forma ta' benfiċċju soċjali.", "Fl-aħħar mill-aħħar, Lm40 minn hemm u Lm45 minn hawn, il-gvern xorta waħda se jkun qiegħed joħroġ il-fondi huwa stess.", "Jiġifieri jekk verament irridu niġġieldu l-abbuż u l-frodi, allura l- ġlieda trid tkun waħda komprensiva u totali.", "Jekk ma nagħmlux hekk u ma ngħinux lil dawn in-nies, dawn se jispiċċaw jaqgħu minn din ix-xibka u se jerġgħu jikkwalifikaw għal xi tip ta' benfiċċju ieħor.", "M'għandniex għalfejn ngħidu kemm il-liġi tas-sigurta' soċjali hija waħda kkomplikata sabiex tifhimha, aħseb u ara meta tiġi sabiex tħaddimha.", "Għaldaqstant wieħed irid joqgħod attent.", "Għalhekk ġaladarba qegħdin nerġgħu nemendaw dan il-kapitolu tas-sigurta' soċjali, nixtieq ngħid kemm huwa neċessarju li nibdew naħdmu fuq xi forma ta' streamlining tal-liġi.", "Naf li dan huwa eżerċizzju tqil immens u li jirrikjedi kemm il-fondi u kemm il-ħin, pero' ma jistax ikun li l- benefiċċji tagħna, fil-mijiet kollha tagħhom, jibqgħu maqsumin kollha b'mod differenti u separat.", "Tista' tgħid li għandek thresholds speċifiċi għal kull wieħed u waħda minnhom u għalhekk ma jistax ikun li nibqgħu sejrin hekk għaliex dan qed iżid fil-burokrazija tal-ħaddiema tagħna.", "Kif jaf kulħadd il-work load qiegħda tiżdied għaliex il-problemi soċjali jikbru qegħdin u mhux jonqsu, jiġifieri wieħed irid joqgħod attent ħafna hawnhekk.", "Wasal iż-żmien sabiex ċerti affarijiet jiġu rranġati.", "Irrid ngħid ukoll li din il-kwestjoni li jkollna threshold fiss u li jibqa' hekk għal numru ta' snin mingħajr ma jiġi awtomatikament aġġustat maż-żieda ta' l-għoli tal- ħajja li titħabbar fil-budget qiegħda ġġib ħafna tbatijiet żejda fuq il- benefiċjarji tagħna u anke żieda fix-xogħol ta' l-impjegati tas-sigurta' soċjali.", "Per eżempju, ikollok individwu li jkun jikkwalifika għall-SKA minħabba li jkollu marda li taqa' fil-lista uffiċjali.", "Issa t-threshold huwa ta' Lm200 kull erba' ġimgħat, pero' minħabba ż-żieda fil-għoli tal-ħajja dan jiżdied għal Lm201 kull erba' ġimgħat.", "Awtomatikament dan l-individwu se jitlef dawk it-Lm30 addizzjonali li kien jingħata minħabba l-marda tiegħu.", "Dawn l- affarijiet ma jagħmlux sens u din il-ħaġa qiegħed naraha ta' kuljum.", "Jiġu pazjenti għandi u jgħiduli li talli l-gvern tahom Lm1.50 żieda fil-ġimgħa ta' l-għoli tal-ħajja, ħadilhom it-Lm30 addizzjonali li kien jagħtihom minħabba l-marda li jkollhom.", "Affarijiet li ma jagħmlux sens.", "Għaldaqstant nappella lill-ministru sabiex tieħu din il-problema bis- serjeta' għaliex dawn in-nies ikunu qed ilaħħqu mal-ħajja bl-eżatt.", "Ma rridux ninsew kemm ġew mgħobbija bi spejjeż żejda li qabel ma kinux jesperjenzawhom, fosthom iż-żieda fis-surcharge tal-kontijiet tad-dawl u l- ilma, li veru ġabet lin-nies b'id waħda quddiem u bl-oħra wara.", "Sur President, wieħed irid joqgħod attent sabiex lil dawn in-nies ma nisfurzawhomx f'faqar relattiv.", "Huwa importanti li din il-problema neħduha bis-serjeta' għaliex daqskemm huwa ħażin li jkollok ċittadini li jipprovaw jabbużaw mis-sistema tal-benfiċċji soċjali, daqshekk ieħor huwa ħażin li min-naħa tagħna nagħtu daqqa ta' sieq 'l isfel lil dawk li jkunu ġenwini.", "Importanti li dawn in-nies ngħinuhom b'mod mill-iktar sinċier u b'responsabilita' soċjali.", "Nerġa' ntenni li ma jistax ikun li minħabba li nkunu tajnihom Lm5 żieda fix-xahar, allura neħdulhom it-Lm30 addizzjonali li konna nagħtuhom.", "Dawn affarijiet li ma jagħmlux sens u għalhekk huwa importanti li kull darba li nemendaw il-kapitolu li għandna quddiemna nipprovaw b'xi mod jew ieħor nissimplifikawh.", "B'hekk kif jiġi ssimplifikat dan il-kapitolu, inkunu nistgħu naħdmu fuq formola awtomatika ta' kif it- thresholds tal-benefiċċji tagħhom jiġu miżjuda b'mod awtomatiku minn sena għall-oħra maż-żieda li tinħareġ fil-budget minħabba l-għoli tal-ħajja.", "Jiena wasalt biex nagħlaq id-diskors tiegħi, pero' din hija xi ħaġa importanti u għalhekk irrid insemmiha.", "Aħna ma nistgħux niġġieldu l-abbużi b'mekkaniżmu li minnu nnfisu jista' jkun abbużiv.", "Dan huwa l-messaġġ li rrid nagħlaq bih illum; Ma jistax ikun li niġġieldu l-abbużi billi nemendaw din il-liġi, li fuq il-karta tidher tajba imma li fir-realta', nafu li setgħu saru aktar emendi, kif se nkunu qegħdin nipproponu bħala partit Laburista fl-oppożizzjoni fl-istadju tal-kumitat.", "Dawn l-emendi se nagħmluhom b'mod speċjali għad-direttorat tal-frodi u l-investigazzjoni ħalli nagħtuh il-framework u l-pedestall li jistħoqqlu.", "Nerġa' ngħid li dawk kollha li qegħdin jaħdmu f'dan id-direttorat, qegħdin jaħdmu bis-sħiħ.", "Jien naf xi wħud minnhom u persważ li qegħdin jagħmlu xogħolhom, pero' huwa importanti li nagħtuhom il-guidelines eżatti ta' x'inhuwa mistenni minnhom kif ukoll ta' dak li m'huwiex mistenni minnhom.", "Dawn il-ħaddiema għandhom ikunu jafu safejn għandhom jaslu u x'inhi r-responsabbilita' tagħhom ħalli fuq ir-responsabbilita' tagħhom jinżammu accountable.", "Jiġifieri rridu naraw x'inhi r-responsabbilita' eżekuttiva ta' dipartimenti oħra tal-gvern, bħal per eżempju, it-taqsima tal-frodi tal-pulizija.", "Wieħed irid joqgħod attent u trid tinħoloq linja ċara ta' dan id-direttorat fuq dak li għandu x'jaqsam mar-responsabbilitajiet tiegħu.", "Sur President, nixtieq ngħid ukoll xi affarijit speċifiċi fuq dak li għandu x'jaqsam ma' l-emendi.", "Kif diġa' għedt fil-bidu tad-diskors tiegħi wieħed se jdaħħal il-kunċett tar-rijabilitazzjoni.", "Allura dawk in-nies li m'humiex eliġibbli għall-invalidita' - li ma jilħqux l-20 punt - se jiġu rijabilitati permezz ta' l-ETC.", "Għalhekk se jispiċċa wkoll il- kunċett ta' invalidity for life.", "Aħna nafu li bħalissa dawk kollha li huma invalidi jaqgħu taħt tliet kategoriji.", "Hemm dawk li jingħataw tliet snin ta' invalidita', hemm dawk li jingħataw ħames snin u hemm dawk li jingħataw invalidity for life.", "Li se jiġri issa huwa li dawn il-kategoriji se jispiċċaw u l-individwu se jerġa' jiġi eżaminat regolarment kull tliet snin.", "Li ma nistax nifhem huwa jekk f'dawn it-tliet snin, meta l-individwu jkun instab li huwa invalidu, jistax isirlu xi assessment ad hoc.", "U fl-istess ħin, jekk ikollok persuna ta' 56 sena - u llum nafu li l-eta' pensjonabbli hija ta' 61 sena fil-każ ta' l-irġiel – li se tgħaddih bħala invalidu għal tliet snin, se terġa' teżaminah ta' 59 sena?", "Naħseb li hawnhekk l-emenda fil-liġi rridu nerġgħu nevalwawha xi ftit u forsi nagħmlu xi forma ta' guidelines aktar speċifiċi.", "Per eżempju, nistgħu forsi naqbdu age brackets u ngħidu li dawk li huma ta' bejn l-40 u l-50 sena jridu jiġu evalwati kull tliet snin, dawk li jaqgħu fl-eta' ta' bejn il-50 sena sa 55 sena jiġu evalwati kull ħames snin u minn 55 sena 'l fuq, jekk huma invalidi għandna nħalluhom invalidi u nieqfu hemm.", "Jekk ma nagħmlux hekk naħseb li se noħolqu aktar xogħol u se jkollna aktar bottlenecks dojoq milli fil-fatt għandna fil-preżent.", "Dawn huma affarijiet li wieħed irid jeħodhom bis-serjeta', u li żgur se nkunu qegħdin niddiskutuhom fl-istadju ta' kumitat.", "Xi ħaġa oħra li ma rridx ninsa ngħid hija l-kwestjoni ta' l-arbitraġġ.", "Jiena naf li l-problemi li qed jinħolqu hawnhekk huma esaġerati.", "Fil-fatt għandek nies li jdumu jistennew ix-xhur sabiex jinstema l-każ tagħhom.", "Saħansitra għamilna ħabta fejn kellna persuni li jdumu jistennew kważi kważi s-snin sabiex ikunu jistgħu jitilgħu quddiem l-arbitru, għalkemm forsi issa l-arbitri ġew miżjuda.", "Madankollu, wieħed jista' jippreżumi u jissoponi kemm se jinħolqu każijiet quddiem l-arbitraġġ meta xi ħadd jinstab li ma ġiex mogħti l-20 punt u li allura ma jkunx totalment invalidu.", "Ovvjament din il-persuna se jkollha d-dritt li tappella u jekk din tappellalek ma' l-arbitru normali, jiġifieri ma' l-arbitru tas-sigurta' soċjali, allura se noħolqu bottleneck ieħor.", "Jien persważ li dawn it-tip ta' appelli se jiżdiedu bil-mijiet, b'mod speċjali fil-bidu sakemm tindara s-sistema u sakemm l-ETC tkun tista' tiġi mgħejjuna mill-gvern ħalli toħloq u twettaq dawk il-bidliet li diġa' aċċennajt", "għalihom aktar qabel fid-diskors tiegħi.", "Nemmen sinċerament li għandhom jiżdiedu aktar l-arbitri fi ħdan id- dipartiment tas-sigurta' soċjali sabiex naħsbu għall-work load addizzjonali jew inkella nistgħu addiritura ninkludu fil-liġi li jkollna arbitri speċifiċi fid-direttorat għall-frodi u l-investigazzjoni.", "Fid-direttorat għall-frodi u l-investigazzjoni nistgħu mmorru pass oltre billi nagħtuh aċċess ħalli jkollu l-arbitraġġ tiegħu.", "Naħseb li jekk irridu nkunu aktar streamlined fil-ġlieda kontra l-abbużi imma fl-istess ħin inkunu aktar ġusti ma' dawk li qegħdin jallegaw li qed jiġu abbużati, huwa importanti li d-direttorat tal-frodi u l-investigazzjoni nagħtuh il-poter ta' l-arbitraġġ jew inkella nżidu aktar arbitri fi ħdan l-istess uffiċċju ta' l-arbitru, għaliex jiena ċert u persważ li sakemm jindraw dawn l-emendi se jinħolqu ħafna komplikazzjonijiet fit-tħaddim tas-sistema li żgur se jwasslu għal aktar nies li jmorru jfittxu rimedju permezz ta' l-arbitru.", "U għaldaqstant wieħed irid jaħseb għal din l-eventwalita' ukoll.", "Irrid intenni li l-gvern jagħmel sew li jiġġieled l-abbużi u li jinvestiga kull każ possibbli li jkollu xi xamma ta' korruzzjoni fih, pero' il-gvern għandu l-obbligu wkoll li permezz tal-ministri tiegħu jiġġieled il-problemi li għandna fin-nuqqas ta' xogħol ħalli b'hekk iżid l-opportunitajiet ta' xogħol, mhux biss in ġenerali imma anke wkoll ta' l-age bracket ta' nies li qed isibuha diffiċli sabiex isibu xogħol alternattiv.", "B'hekk b'mod awtomatiku d-domanda addizzjonali ta' nies li jkunu jixtiequ jiġu nvalidati titnaqqas.", "Sur President, qabel nagħlaq id-diskors tiegħi xtaqt nikkwota rapport li ġie ppubblikat mill-ILO.", "Dan ir-rapport jittratta l-kwestjoni ta' l-ageing and employment u jsemmi l-implications of an ageing work force on the development of human capital.", "Dan ir-rapport huwa kompilat minn nies speċjalisti f'dan il-qasam u li bla tlaqliq ta' xejn qalu li:", "\"as companies have lessened or ceased efforts to hire new staff, there has been a simultaneous exodus of talent and skill as older workers either retire or are forced out.", "Current literature warns of the possibility of a skill crunch arising from the purging of skill ability and institutional knowledge held by the older worker\".", "Aktar 'l isfel dan ir-rapport ikompli jgħid li: \"it is possible that downsizing in general has led to the loss of institutional memoryand an increase in work backlog.\".", "Aktar 'il quddiem ikompli jgħid hekk:", "\"...in an effort to achieve efficiency many businesses have downsized, letting go of some of their best talent with little consideration to projected demographic trends.\".", "Ir-rapport jikkwota wkoll dak li qal is-soċjologu famuż Richard Caputo.", "Dan is-soċjologu qal hekk;", "\"Because of discrimination, members of the relevant groups perceive that their investments in human capital do not pay, relative to others, and they are less likely to invest in human capital because of this lower investment.", "Discrimination persists or increases because its statistical rationality increases, and because of this effect investments decrease, and so on. There is a total net loss to society since less investment in human capital results in lower productivity.\".", "B'dan id-diskors irrid nagħlaq id-diskussjoni tiegħi.", "Biss nixtieq nissuġġerixxi lill-gvern sabiex din it-trend ta' skemi ta' irtirar kmieni li qabad f'dawn l-aħħar snin iwaqqafha mmedjatament.", "Il-problemi li għandna fil-qasam tax-xogħol u anke l-problema tal-pensjoni ta' l- invalidita' irridu nirranġawhom minn fuq nett.", "U dan nagħmluh billi nżidu l-opportunitajiet ta' xogħol, billi nressqu l-investiment b'mod aktar serju f'pajjiżna u billi l-membri kollha tan-naħa tal-gvern jaħdmu flimkien b'mod konċertat.", "Jiena persważ li kieku jagħmlu hekk isibu l-għajnuna anke tan- naħa tagħna ħalli verament inressqu ġewwa xtutna aktar investiment u ma jkollniex aktar problemi ta' xogħol.", "B'hekk kulmin ikollu 55 sena u jrid ifittex ix-xogħol ma jsibx il-bibien kollha magħluqin u jgħidulu li jekk ikollhom bżonnu jibagħtu għalih mingħajr ma jibagħtu għalih qatt.", "Sur President, jiena nirrakkomanda li dan l-eżerċizzju jkun eżerċizzju siewi imma fl-istess ħin irrid ukoll naċċenna għall-aħħar darba sabiex dak kollu li jrid iseħħ pari passu ma' dawn l-emendi ħalli l-ETC tkun tista' tilqa' iż-żidiet fil-workload li se jkollha quddiem wiċċha, isir mill-aktar fis possibli.", "Nirringrazzjak.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Carmelo Abela): Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L- Onor. Antoine Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI: Sur President, għandna quddiemna abbozz ta' liġi li qiegħed jemenda l-liġi tas-sigurta' soċjali, li kif il-Kamra taf, għandu żewġ għanijiet prinċipali.", "L-ewwel għan huwa dak li jistabbilixxi u jagħti l-poteri neċċessarji lid-direttorat għall-frodi u l-investigazzjoni dwar il-benefiċċji, mentri t-tieni għan huwa dak li jemenda d- dispożizzjonijiet ta' l-att dwar is-sigurta' soċjali dwar il-pensjoni ta' l- invalidita'.", "Jiena naqbel ma' dawn l-għanijiet kif magħhom jaqbel kulħadd, u kif diġa' qalet il-ministru, f'din il-Kamra ħadd ma jrid jara li jsiru abbużi mill-benefiċċji soċjali.", "Għalhekk kulħadd jaqbel li għandna nagħmlu dak kollu li nistgħu sabiex jekk ma neliminawhomx għal kollox, almenu nnaqqsu dawn l-abbużi b'mod sostanzjali.", "Għaldaqstant ma tantx hemm x'wieħed jikkritika fuq dik il-parti ta' l-abbozz ta' liġi li tittratta dwar il-poteri neċessarji li rridu nagħtu lid-direttorat għall-frodi u l- investigazzjoni dwar il-benefiċċji għaliex b'hekk id-direttorat ikun jista' jaqdi l-funzjoni tiegħu b'suċċess.", "Forsi wieħed irid joqgħod aktar attent dwar xi telefonati anonimi li jistgħu jsiru.", "Il-ministru stess ammettiet li fost l-ittri u t-telefonati anonimi li jsiru, hemm ħafna li m'humiex ġenwini.", "Għaldaqstant xtaqt nagħmel xi ftit tar-rimarki fuq dan il-punt.", "Dan qiegħed ngħidu għaliex lanqas għandna ndejqu ż-żejjed liċ-ċittadini onesti minħabba xi kapriċċ ta' nies li forsi jridu jivvendikaw ruħhom mill-proxxmu.", "Fil-fatt dan l-aħħar kelli każ ta' persuna li qiegħda tieħu l-pensjoni ta' l-invalidita' u li din il-persuna bagħtu għaliha tliet darbiet l-ETC fi żmien xahrejn minħabba li kellhom telefonata anonima waħda wara l-oħra.", "F'dawn it-telefonati qalulhom li din il-persuna qiegħda taħdem.", "Naturalment l-ispetturi tax-xogħol ma setgħux isibu lil din il-persuna fuq ix-xogħol għaliex min ċempel ma tax dettalji biż-żejjed imma qalilhom biss li din il-persuna qiegħda taħdem.", "Allura nistaqsi jekk huwiex sewwa li dan il-bniedem kapriċożżament - ngħid jien - kellu jmur tliet darbiet Ħal Far minħabba li forsi kien hemm min qiegħed jallega affarijiet fuqu u li l-ETC stess ma setgħetx tinvestigahom?", "Qiegħed insemmi dan il-każ sabiex wieħed joqgħod aktar attent fuq ċerti telefonati anonimi li jsiru.", "Fl-opinjoni tiegħi naħseb li issa se jkun aktar faċli għal dawn in-nies sabiex jilħqu l- iskop tagħhom, meta kif qalet il-ministru, issa se jiġi ntrodott ukoll il- freephone.", "Sur President, nerġa' ngħid li mill-bqija naqbel mija fil-mija ma' l-emendi neċessarji li qegħdin isiru f'dan l-abbozz ta' liġi għaliex bis-saħħa tagħhom sejrin ninforzaw u nsaħħu lill-imsemmi direttorat.", "Hawnhekk xtaqt ukoll insemmi l-means test, li għalkemm m'għandux x'jaqsam ma' din il-liġi, xtaqt insemmi anomalija li qed issir bil-means testing u li minnha qegħdin ibatu ċerti pensjonanti.", "Dan l-argument irrifera għalih il-kelliem ta' qabli, l-Onor.", "Karl Chirchop.", "Din il-problema qiegħda tolqot lil ċerti pensjonanti li jkunu eleġibbli għall-karta r-roża u li jieħdu mediċini b'xejn, kif ukoll lil dawk li huma ntitolati għall-SKA.", "Meta fil-budget, sena wara l-oħra, tiżdied il-pensjoni, dawn in-nies jistgħu jitilfu d-dritt għall-karta r-roża għaliex jiġu jaqbżu xi ftit il-livell tal-means test.", "Għaldaqstant dawn il-pensjonanti jitilfu d-dritt għall-mediċini b'xejn u anke jitilfu xi benefiċċju ieħor bħall-SKA.", "U għalhekk b'dan l-aġir, naħseb li lil dawn it-talin inkunu qegħdin nagħmluhom f'kondizzjoni agħar milli kienu qabel.", "Issa xtaqt niġi għat-tieni għan ta' dan l-abbozz ta' liġi, jiġifieri l- emendi dwar il-pensjoni ta' l-invalidita'.", "Filwaqt li nerġa' nsostni li jiena favur kull miżura li biha nistgħu nnaqqsu l-abbużi fl-għoti tal- pensjoni ta' l-invalidita', kemm bħala deputat u anke bħala tabib ma nistax napprova dak li ntqal.", "Fil-fatt għamilt ħafna riservi wara li qrajt l- intervista tal-ministru kif ġiet irraportata fil-gazzetta \"Malta Today\" tad- 29 ta' Jannar li għadda.", "Jiddispjaċini ngħid li dawn ir-riservi komplejt inżidhom wara li smajt lill-ministru titkellem u qrajt id-diskors tagħha fil-ftuħ ta' dan id-dibattitu.", "Hawnhekk il-ministru qalet li riedet tkun diplomatika ħafna fid-diskors tagħha għar-rigward tal-professjoni medika.", "Jien se nkun skjett u realistiku u se nesprimi l-opinjoni tiegħi kemm bħala membru ta' dan il-parlament, li issa se nagħlaq 30 sena f'din il-Kamra, u aktar u aktar bħala tabib prattikanti li ilni neżerċita din il-professjoni għal madwar 47 sena.", "Huwa minnu li għandna ħafna proposti fit-tibdiliet ta' din il-liġi, pero' dawn it-tibdiliet ma jistgħux ikunu bbażati fuq ċerti esaġerazzjonijiet.", "Intqal li preżentament l-applikazzjonijiet għall- pensjoni ta' l-invalidita' ikunu ċċertifikati biss minn general practitioner.", "Issa bl-esperjenza tiegħi nista' ngħid li kważi l- applikazzjonijiet kollha jkollhom ċertifikat minn speċjalista, jekk mhux adirittura minn tnejn.", "Dan għaliex jekk jiġu għand general practitioner, dan minn jeddu stess jibgħathom iġibu ċertifikat ta' speċjalista.", "Fir- rigward ta' jekk il-bord mediku appuntat ikollux speċjalista jew le, żgur li m'huwiex tort la ta' min qed japplika u lanqas tat-tabib li ffirma ċ- ċertifikat.", "Dan huwa nuqqas min-naħa tad-dipartiment li ma jappuntax speċjalista fuq dak il-bord skond il-marda ta' l-applikant.", "Sur President, issemmiet l-introduzzjoni ta' impairment tables u l- evalwazzjoni li jagħmlu t-tobba, kif ukoll li se tidħol sistema ta' auditing fejn se jkun possibli li ssir ir-reviewing ta' xi deċiżjoni li tkun ittieħdet.", "Issa rrid nagħti l-verżjoni u l-kummenti tiegħi dwar dak li ntqal hawn ġew fir-rigward tal-professjoni medika.", "B'dispjaċir ngħid li nisimgħu ħafna kummenti dispreġjattivi u negattivi fil-konfront tal- professjoni medika.", "Il-ministru qalet li l-kummenti li tisma' u dak li tara m'humiex qed jagħmlu ġieh lill-professjoni medika.", "Għalhekk bħala tabib li qiegħed nitkellem f'isem il-maġġoranza stragranti tat-tobba Maltin, nixtieq ngħid li ħadd m'għandu dritt li jiġġeneralizza fuq in- nuqqasijiet jew abbużi ta' numru żgħir ta' tobba.", "Żgur mhux forsi dawn huma l-eċċezzjoni għall-professjoni medika.", "Il-ministru qalet ukoll li ġieli sabet ċertifikati minn membri tal- professjoni medika li ma jagħmlux ġieh lil min jiffirmahom.", "Issa jiena ngħid li min iffirma dawn iċ-ċertifikati nafu bihom u allura huwa d-dover tal-ministru li jittieħdu l-passi meħtieġa kontra dak it-tabib li jkun qiegħed jabbuża.", "Pero' m'għandek l-ebda dritt li bl-iskuża ta' xi ħadd iċċappas il-professjoni medika kollha.", "Sabiex il-ministru tkompli tissoda l- argument tagħha, ikkwotat ċertifikat ta' tabib fejn dan iċċertifika tarbija ta' erba' xhur li tbati minn clinical depression.", "L-ewwelnett aħjar wieħed jara jekk dan kienx xi żball ġenwin għaliex jista' jkun li tħawwdu l- ismijiet.", "Jista' jkun ukoll li kien hemm xi lapsus; wara kollox anke f'dan il-parlament ġieli kien hemm xi lapsus.", "Min-naħa l-oħra jekk iċ-ċertifikat huwa veritier, allura hemm ir-rimedji ta' kif tista' ġġib lil dan it-tabib f'sensih.", "Per eżempju, tista' tirrapportah lill-medical council.", "Għalhekk", "nerġa' ngħid li m'huwiex sewwa li minħabba wieħed jeħel kulħadd.", "Sur President, b'dispjaċir kbir se nikkwota frażi li ntqalet hawn ġew mill- ministru.", "Din qalet:", "\"U hawnhekk b'dispjaċir ngħid li t-tobba in ġenerali - dik l-isfortuna - jiġu għal ħafna ilmenti negattivi.\"", "Naħseb li dawn huma kliem li bħala tabib – jiena nippretendi li m'iniex wieħed minn dawn it-tobba li semmiet il-ministru - għandi noġġezzjona għalihom.", "Emmnuni li meta smajt dawn il-kliem ta' tmaqdir għall-professjoni medika kollha, ftakart fl-ewwel sentejn li kont dħalt f'dan il-parlament, jiġifieri 30 sena ilu u li milli qed nara hawnhekk, ħadd mill-membri preżenti ma' kien f'din il-Kamra dak iż-żmien.", "Tletin sena ilu jien kont fuq in-naħa l-oħra ta' din il-Kamra u niftakar li kont qomt niddefendi lill- professjoni medika kontra t-tgħajjir u l-insulti li dak iż-żmien kienu l- ordine del giorno tal-gvern soċjalista tal-Perit Mintoff.", "Dak iż-żmien ma kentix xi ċajta li tqum tiddefendi lit-tobba f'dan il-parlament.", "Fil-fatt niftakar sewwa qisu l-bieraħ, wara d-diskors li kont għamilt sabiex niddefendi lit-tobba Maltin mill-kalvarju li kienu għaddejjin, kemm irċeviet telefonati anonimi ta' theddid marti, li Alla jaħfrilha għadha kemm mietet ftit taż-żmien ilu.", "Sur President, it-tibdil fl-istruttura tal-medical panel, kif imfissra mill- ministru kemm fl-intervista li tat u kemm f'dan il-parlament, se ċċaħħad lit-tobba privati mid-dritt li kienu ġġieldu għalih fi żmien il-gvern ta' Mintoff.", "Il-medical panel preżenti huwa magħmul minn 43 tabib, kollha approvati mill-ministru, se jiġu skrappjati u minflokhom id-dipartiment se jingaġġa tnejn jew tliet tobba - kif qalet il-ministru - sabiex jifformaw il-medical preview team.", "Issa jien ma nafx jekk dawn it-tobba humiex se jinżlu mis-sema u jekk humiex se jkunu xi anġli tas-sema sabiex jirnexxilhom jaqtgħu l-abbużi kollha.", "Dan qiegħed ngħidu għaliex sfortunatment il-kwadru li ngħata hawn ġew u li ssemma wkoll fil-gazzetti aktar qisu a one way traffic.", "Qisna qed nagħtu l-impressjoni li l-abbuż qiegħed jiġi min-naħa waħda u qisu li t-tobba biss qed jabbużaw minn din l- affari ta' l-invalidita'.", "Madankollu nafu li l-affarijiet m'humiex hekk.", "Min jaf l-affarijiet sew kif isiru - u jien nammetti li hemm ċerti abbużi u li anke jien irrid li jinqatgħu – jaf ukoll li hemm", "nies oħra li m'humiex tobba u li huma konnessi ma' dawn l-abbużi.", "Issemma ħafna l-argument li l-applikazzjonijiet ikunu fuq problemi psikiċi, jiġifieri fuq depression.", "Skond l-intervista li tat il-ministru, hija qalet li 'l fuq minn 60% ta' l-applikanti għall-invalidita' ġew boarded out fuq problemi psikiċi.", "Ġew ikkwotati wkoll ċertifikati ta' dijanjosi tad- depression sabiex issostni l-argument ta' kemm qiegħda tiġi abbużata din il- marda.", "Ċertifikat li veru ma kienx għall-fini tat-talba għall-invalidita' iżda li kellu x'jaqsam ma' l-applikazzjoni għall-akkomodazzjoni soċjali.", "Dan l-eżempju għalija huwa wieħed assurd għaliex kif diġa' għedt, jista' ikun li t-tabib ħa żball.", "U hawnhekk qiegħed nirriferi għal dak li ssemma tas-cerebral depression.", "Madankollu jiena ngħid li dan iċ-ċertifikat m'għandux jittieħed bħala xi prototip ta' ċertifikati mediċi li jagħmlu t- tobba.", "Il-ministru semmiet ukoll każ ta' invalidity pension for life ta' mara ta' 30 sena li minħabba li kellha post-natal depression, ġiet invaliditata għal ħajjitha kollha.", "Issa f'każ bħal dan lill-ministru nagħtiha raġun, pero' nixtieqha tgħidli wkoll mill-każi kollha ta' depression li ġew invalidati kemm kien hemm każi ta' post-natal depression.", "Mill-esperjenza tiegħi ta' tabib prattikanti nista' ngħid li huwa minnu li ħafna applikazzjonijiet għall-pensjoni ta' l-invalidita' ikunu fuq mard tad-depression, li jiġu wkoll ikkonfermati minn psikjatra.", "Madankollu fit-talba għall-invalidita', il-marda tad-depression ma tkunx l-unika kawża ta' l-applikant.", "Huwa fatt innegabbli li ħafna mard fiżiku li jkun kroniku jwassal għal stat ta' depressjoni fil-marid u allura m'huwiex ġust li tgħid li dik it-talba għal dik l-invalidita' saret biss minħabba l-marda tad-depression.", "Huwa ħażin li nieħdu talba għall-invalidita' fuq il-mard tad-depression b'ċerta leġġerezza u preġudizzju.", "Forsi m'huwiex minnu li fatturi soċjali u ambjentali li wieħed isib ruħu fihom jistgħu jikkaġunawlu depression li tirrendih mhux kapaċi għall-ebda xogħol?", "Każ riċenti li kelli huwa ta' bniedem ta' 50 sena li kien ilu jaħdem għal madwar 35 sena fl-industrija tat-tessuti u taż-żraben u li safa' ssensjat mix-xogħol tiegħu.", "Dan il-bniedem dam jirreġistra għax- xogħol għal madwar sena u nofs u min-naħa ta' l-ETC ma pprovdewlu l-ebda mpjieg alternattiv.", "Allura hemm xi esaġerazzjoni jekk ngħid li dan il- bniedem, bit-trawma li kellu, daħal f'depression enormi u li wara kollox kien diġa' qiegħed jieħu xi kura għaliha?", "Hija xi ħaġa ta' barra minn hawn li dan il-bniedem applika għall-pensjoni ta' l-invalidita'?", "U allura dan il-bniedem, li issa jgħodd mal-55 sena, hemm għalfejn joqgħod jiġi rivedut mill-medical review team ta' kull sena sabiex jikkonfermaw jekk huwiex tajjeb jew le għax-xogħol?", "Dan il-bniedem min se jħaddmu miegħu?", "Il- privat?", "Il-privat lanqas lil min huwa b'saħħtu mija fil-mija ma jħaddmu magħhom jekk dan ikun qabeż l-40 u l-45 sena, aħseb u ara jekk ikollok xi mard fiżiku jew mentali!", "Sur President, hawnhekk xtaqt nagħmel ftit tal-mistoqsijiet u fil-winding up nixtieq li l-ministru tirrispondihom.", "Għalfejn għandu jkun hemm perijodu ta' sitt xhur stennija qabel ma l-persuna verament tkun tista' tapplika għall-invalidita'?", "Jekk fil-liġi llum insibu li l-minimum period ta' l-invalidita' hija tliet snin, xi skop hemm li tinbidel għal sena ħalli r-review issir ta' kull sena f'ċerti każi li taf li żgur huma b'mod permanenti nkapċi għax-xogħol?", "Kemm hemm każi ta' persuni li għandhom pensjoni ta' l-invalidita' - skond kif intqal – u li ilhom 30 jew 40 sena ma ssirilhom ir-review?", "Kemm hemm persuni ta' 30 sena li ġew invalidati for life bil-post-natal depression?", "Kemm hemm ġuvintur ta' 32 sena li ġew boarded out for life minħabba l-problema ta' low back pain li ma kellhomx każ serju u permanenti?", "Xi jfissru verament dawn l-impairment tables li skond il-ministru se jistabbilixxu l-kriterji mediċi speċifiċi li jifformaw il-bażi għall-medical review team ħalli dan ikun jista' jagħmel ir- rakkomandazzjoni tiegħu lid-direttur għad-deċiżjoni finali?", "S'issa jien għadni ma nafx x'inhuma dawn l-impairment tables.", "Illum rajt lill-ministru tagħti dawn it-tables lill-Onor.", "Chircop sabiex jarahom.", "Madankollu ma naħsibx li nistgħu ngħidu li nafu biżżejjed fuq dawn l-impairment tables sabiex inkunu nistgħu ngħidu li aħna favur il-metodu ġdid ta' kif se jiġi ġġudikat dak il-bniedem li jitlob il-pensjoni għall-invalidita'.", "Jgħinuna jew ma jgħinuniex sabiex nistabbilixxu benchmarks jew standards fuq x'hiex għandna nimxu, jien ma jistax ikun li nesprimi ruħi favurihom għaliex s'issa għadni ma nafx x'inhuma sewwa.", "Sur President, xi jfisser l-awditjar indipendenti tas-sistema medika?", "Dan forsi jfisser li anke r-rakkomandazzjonijiet tal-medical review team jistgħu ma jreġux?", "Il-ministru semmiet ukoll l-audit trail li se jagħmel ir-review tad-deċiżjonijiet li jittieħdu.", "Jiġifieri jista' jkun hemm random reviews tad-deċiżjonijiet li se jittieħdu mill-medical panel u jista' wkoll li jsiru random reviews ta' benefiċċji preżenti.", "Allura dan xi jfisser?", "Forsi jfisser li din is-sistema ġdida se tirrevedi wkoll il- każijiet antiki?", "Billi wieħed joqgħod jgħid li l-poter għandna nużawh b'diskrezzjoni, b'mod uman u b'ċerta sensittivita' ma jfisser xejn għaliex dan il-poter xorta waħda qiegħed jingħata f'idejn nies umani.", "Nies umani - li bħal ċerti tobba li allegatament qed jabbużaw mis-sistema – li anke huma jistgħu jabbużaw mill-poteri mogħtija lilhom.", "Kif sejrin ikunu l-formoli ġodda għall-applikazzjoni tal-pensjoni ta' l- invalidita'?", "Il-ministru qalet li l-formola trid tirrifletti l-iżvilupp li semmiet.", "Jien nifhem li din għad trid tiġi emendata iżda għadni ma fhimtx sewwa x'riedet tfisser il-ministru dwar dak li qalet.", "Għaldaqstant inkun grat lejha jekk tkun aktar ċara fuq dak li qalet hawnhekk.", "Nixtieq nistaqsi wkoll fuq jekk huwiex se jibqa' lok għaċ-ċertifikazzjoni tat-tabib jew ta' l-ispeċjalista fil-formola l-ġdida.", "Il-ministru ma kenitx ċara dwar din il-ħaġa u għalhekk se nikkwota dak li qalet hawnhekk.", "Il-ministru qalet li:", "\"F'każijiet fejn l-applikant diġa' għandu storja medika fl-isptar jew fi klinika li hija liċenzjata, l-applikazzjoni se tiġi deċiża mill- medical review team abbażi ta' dik l-istorja medika eżistenti.\".", "Jiġifieri minn barra l-istorja medika li l-applikant irid iressaq ma' l- applikazzjoni tiegħu, irid ikun hemm ukoll iċ-ċertifikat tat-tabib fuq il- formola ta' l-applikazzjoni?", "Dan huwa minnu, iva jew le?", "Is-sitwazzjoni hija inqas ċara u tidher aktar anomala f'dawk il-każijiet fejn l-applikanti m'għandhomx storja medika.", "U hawnhekk, kif stqarret il-ministru stess, hemm numru sostanzjali minn dawn il-każijiet.", "Sur President, qiegħed ngħid dan kollu għaliex f'dawn il-każijiet, iċ- ċertifikazzjoni tat-tabib kuranti jew ta' l-ispeċjalista ta' l-applikant - jekk se jkun hemm lokha - ma tiswa għal xejn għaliex f'dan il-każ, skond il- ministru, l-applikant se jintalab sabiex jipprovdi l-informazzjoni medika skond il-kriterji stabbiliti fl-impairment tables.", "U allura f'dan il-każ l- applikant jintbagħat l-isptar tal-gvern sabiex jiġi eżaminat mit-tobba tal- gvern stess u hemmhekk isirulu t-testijiet li hemm bżonn.", "Fi kliem ieħor, ċertifikat ta' speċjalista privat m'huwiex qed jiġi aċċettat u l-applikant se jkollu jissuġġetta ruħu għall-eżami minn tabib tal-gvern sabiex l- applikazzjoni tiegħu tiġi deċiża mill-medical review team.", "Bħala tabib din hija xi ħaġa totalment inaċċetabbli għaliex hawnhekk inti qiegħed tagħmel diskriminazzjoni bejn it-tobba, xi ħaġa li żgur l-assoċjazzjoni tat-tobba dejjem kienet kontra tagħha.", "Kemm huwa realistiku meta wieħed jagħti x'jifhem li hemm il-possibbilta' li ċerti benefiċjarji jistgħu jiġu rijabilitati għall-qasam tax-xogħol?", "Jalla jkun hekk u jalla li kull skema ta' rijabilitazzjoni u re-skilling tagħti l- frott tagħha.", "Madankollu jiena naħseb li l-emendi proposti f'dan l-abbozz ta' liġi se jagħtu wisq poteri lill-uffiċjali pubbliċi u allura wieħed irid joqgħod ferm attent milli xi ħaġa bħal din tiġri.", "Dan m'iniex qiegħed ngħidu għaliex għandi xi ħaġa kontra s-servizz ċivili imma naħseb li l- ministru taqbel miegħi li kulħadd huwa uman, bħalma huma t-tobba u allura kulħadd huwa suġġett għal ċerti nuqqasijiet.", "Ħafna se jiġu jiddependu mid- diskrezzjoni tad-direttur.", "L-evalwazzjoni tat-tobba hija suġġetta għas- sistema ta' awditjar u hemm il-possibilita' li jsiru r-reviews sabiex deċiżjoni li trid tittieħed terġa' tkun ikkonsidrata.", "Dan kollu qed nagħmluh sabiex inkunu trasprenti u għaliex mingħalina se neqirdu l-abbużi.", "Se jkun hemm audit trail għar-review tad-deċiżjonijiet li ttieħdu u se jkun hemm random reviews tad-deċiżjonijiet li se jittieħdu mill-medical panel.", "Barra minn hekk jista' jkun hemm ukoll random reviews ta' benefiċċji preżenti.", "U dan kollu f'gieh l-element tad-dixxiplina u l- element ta' monitoring.", "Sur President, jiena wisq naħseb li qegħdin fi żmien fejn ir-rieda politika ta' dawk li ġew eletti mill-poplu sabiex jiggvernaw qed tiġi ssubordinata għall-poter u l-influwenza taċ-ċivil, daqqa bi skuża ta' ħaġa u daqqa bi skuża ta' oħra.", "Għalhekk tibda tisma' li għandna nagħmlu hekk f'gieh it- trasparenza, f'ġieh il-flessibilita', f'ġieh id-dixxiplina, f'ġieh hekk u f'ġieh hekk.", "Nisimgħu wkoll li għandna nagħmlu hekk għaliex f'pajjiżi oħra jagħmlu hekk.", "Forsi qiegħed nitkellem b'dan il-mod għaliex għalkemm ilni ħafna fil-ħajja politika, ftit kelli esperjenza ministerjali u bħala segretarju parlamentari.", "Madankollu għad għandi quddiem għajnejja min xiex għaddejna u t-tfixkil li sibna minn ċerti nies fiċ-ċivil sabiex inwettqu l- politka tal-partit Nazzjonalista fir-rigward ta' l-anzjani.", "Nista' nassigura lil kulħadd li kieku kellna nisimgħu minn ċerti pariri li kellna dak iż-żmien, kieku qatt ma kien isir dak ix-xogħol kollu li sar taħt l-amminstrazzjoni Nazzjonalista favur l-anzjani tagħna.", "L-isfortuna hija li dak li aħna ma ħallejniex isir fi żmienna, qiegħed isir illum u b'hekk ir-rittmu ta' progress f'dan il-qasam m'għadux dak li kien.", "Jien irrid nistaqsi - kif kelli okkażjonijiet oħra li nitkellem fuqu f'dan il- parlament - x'ħa l-gvern minn dan kollu.", "U hawnhekk se niftaħ parentesi żgħira u nistaqsi; X'ħa l-gvern u l-anzjani billi l-funzjoni tal-welfare committee ġiet żnaturata u kważi newtralizzata għal kollox?", "Nista' nistqarr bl-akbar responsabbilta' li r-rivoluzzjoni li saret fir-residenza ta' San Vinċenz, taħt gvernijiet Nazzjonalisti, qatt ma setgħet issir li kieku aħna ssokkombejna għall-ideat burokratiċi ta' ċerti uffiċjali li kellna.", "Jien ma jiddispjaċini xejn minn dak li ħassejt - jew aħjar li aħna ħassejna - li kellna nagħmlu dak iż-żmien.", "Allavolja wara tisma' li ħarġet ittra mid-dipartiment tal-finanzi fejn jien ġejt akkużat, bħala segretarju parlamentari, li tajt direct order lil xi ħadd.", "Pero' tafu lil min tajtha dik id-direct order?", "Sabiex inħaffu l-proġett li kellna f'San Vinċenz tajna l-inkarigu tax-xogħol li konna se nagħmlu lil perit li diġa' kien impjegat mal-public works.", "Sur President, nerġa' ngħid li bħal sħabi l-oħra taż-żewġ naħat tal-Kamra, jiena ninsab kontra kulmin jabbuża mill-benefiċċji soċjali għaliex dawn qegħdin hemm sabiex iservu ta' għajnuna lil min verament jeħtieġha.", "Jiena favur il-miżuri kollha li qed jittieħdu f'dan l-abbozz ta' liġi sabiex nagħtu aktar saħħa lid-direttorat għall-frodi u l-investigazzjoni dwar il- benefiċċji għaliex b'hekk inkunu nistgħu nkomplu nsaħħu s-suċċess li s'issa kellu f'dan ir-rigward.", "Ninsab ukoll kontra kull abbuż li jsir fit-talbiet għall-pensjoni ta' l-invalidita'.", "Nemmen li jridu jittieħdu r-rimedji neċessarji sabiex ċerti abbużi jinqatgħu darba għal dejjem.", "Min-naħa l- oħra ma nistax inkun - kif diġa' spjegajt - favur l-impostazzjoni u r- raġonament li jifformaw il-bażi ta' l-emendi proposti f'dan l-abbozz ta' liġi.", "Il-pensjoni ta' l-invalidita' hija benefiċċju kontributorju fejn ċittadin li ilu jaħdem għal 20 jew 30 sena, u allura jħallas il-bolla tan- national insurance, żgur ma jippretendix li jekk sfortunatament ikun wasal fi stat li jkollu japplika b'mod ġenwin għall-pensjoni ta' l-invalidita', għandu jsib ċerti diffikultajiet u vessazzjonijiet żejda.", "Għalhekk irridu noqogħdu attenti fil-leġislazzjonijiet li nagħmlu.", "Sur President, għalhekk nixtieq nikkonkludi d-diskors tiegħi billi ngħid li huwa minnu li aħna ma rridux inħallu lil min jabbuża.", "U allura ninkwetaw mhux ftit jekk fost għaxra li ġew mgħoddija sabiex jirċievu l-pensjoni ta' l-invalidita' jkun hemm imqar wieħed biss li ma jkunx ġenwin.", "Pero' daqstant ieħor inħossni inkwetat jekk forsi minn għaxra li ma ġewx mgħoddija bħala eleġibbli għall-pensjoni ta' l-invalidita', ikun hemm imqar wieħed biss li kien verament ġenwin u li ntortament ma rnexxilux għal xi raġuni jew oħra jgħaddi t-test mediku.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Silvio Parnis.", "ONOR.", "SILVIO PARNIS: Sur President, nixtieq nibda billi nirringrazzjak tal-ħin li tajtni hawnhekk sabiex inkun nista' nitkellem fuq dan l-abbozz ta' liġi.", "Jien u ġej qgħadt nisma' id-diskors tal-ministru Cristina fuq dan is-suġġett u naħseb li lkoll kemm aħna nifhmu li s-suġġett tas-sigurta' soċjali huwa qasam sensittiv.", "Għalkemm aħna m'aħniex tobba, xorta waħda jkollna kuntatt ma' dawn in-nies li jiġu jitkellmu magħna dwar il-problemi soċjali li jkunu qegħdin jiltaqgħu magħhom.", "Is-suġġett tal-pensjoni ta' l-invalidita' huwa wieħed vast ħafna.", "Nafu li hemm min ikun ħaqqu jieħu din il-pensjoni u nifhem li fil-maġġoranza tagħhom dawn in-nies ikun ħaqqhom jieħdu l-pensjoni ta' l-invalidita'.", "Fl- opinjoni tiegħi ħadd ma jieħu pjaċir jgħix bl-akkarija, jiġifieri bil-ftit li jkollu.", "Min-naħa l-oħra jkollok dawk il-waħdiet li forsi jabbużaw mill- pensjoni ta' l-invalidita'.", "Irrid nagħmilha ċara mill-ewwel li bħala partit Laburista, aħna kontra l-abbuż tas-sistema.", "Jiena mhux biss kontra l-abbuż imma nemmen ukoll li għandna nuru solidarjeta' ma' dawk li jkun ħaqqhom u li xi kultant ma jeħdux dak li għandhom id-dritt għalih.", "Jien naħseb u nemmen li l-membri kollha ta' dan il-parlament ikollna kuntatt mal-poplu.", "Xi kultant issibha faċli li bħala politiku teħodha easy u minflok tiddedika ħajtek għas-servizz ta' l-oħrajn, tgħaddi passata żmien b'kulmin jiġi għandek u tipprova ssir sinjur minn fuqhom.", "Żgur li din m'hijiex it-triq tagħna, pero' hawn min jagħżel dik it-triq ukoll.", "Jien hekk kif kont qed nipprepara dan is-suġġett bdejt nidħol fl-istejjer", "tan-nies li jiġu jkellmuna fuq il-problemi li jiltaqgħu magħhom.", "Fl- opinjoni tiegħi hija xi ħaġa tajba li qegħdin niddiskutu dan l-abbozz ta' liġi għaliex inkunu qegħdin insaħħu dak li diġa' hemm fih.", "Sur President, lejn l-aħħar tad-diskors tagħha l-ministru semmiet dawk li minħabba li sabu post imkisser, japplikaw għall-pensjoni u għar-relief.", "Għar-rigward ta' l-identity card qbilna u konna qegħdin ngħidu kważi l- istess ħaġa.", "L-aħjar ħaġa hija li dawn in-nies isibu x-xogħol fejn jaħdmu għaliex kulma jieħdu bil-pensjoni hija ħmerija.", "Ladarba qegħdin nitkellmu fuq is-sigurta' soċjali nistgħu nitkellmu wkoll dwar dawk li jieħdu l- pensjoni tal-wens.", "Għandna persuni li jkunu qagħdu jduru bil-familjari tagħhom u għalhekk hija xi ħaġa tajba li jkollna xi tip ta' wens għal dawn in-nies.", "Personalment ġieli ltqajt ma' persuni li jkunu mexjin b'mod tajjeb għaliex ikunu qed jaħdmu u mbagħad ikollhom jispiċċaw mix-xogħol tagħhom sabiex iduru bil-ġenituri tagħhom.", "Hemm ukoll dawk li qatt ma ħadmu għaliex baqgħu dejjem iduru bil-ġenituri tagħhom u dawn jieħdu l-pensjoni tal-wens.", "Madankollu dawn in-nies jispiċċaw jieħdu pensjoni ta' Lm130 fix-xahar, li fiż-żmenijiet tal-lum żgur ma jixraqx li xi ħadd jgħix bihom.", "Il-problema tax-xogħol ġabet sitwazzjoni fejn min ikollu 57 sena qiegħed isibha diffiċli sabiex isib impjieg.", "F'pajjiżna rridu nifhmu li - għalkemm irridu nirringrazzjaw lill-gvernijiet u anke lill-partit Laburista li kien minn ta' quddiem nett għalfejn jidħlu l-benefiċċji soċjali - wasal il-mument li naraw eżattament kif se nibnu il-benefiċċju tal-wens għal dawk li ma jistgħux imexxu.", "Nista' ngħid li ħadt pjaċir nisma' lill-Onor.", "Antoine Mifsud Bonnici jitkellem fuq dan is-suġġett.", "Fl-opinjoni tiegħi, bħala tabib l-Onor.", "Bonnici ħadem ħafna f'dan il-qasam.", "Fid-diskors tiegħu smajnih isemmi l-esperjenzi ta' nies li jgħaddu għall-pensjoni ta' l- invalidita`.", "U jiena nista' nifhem li kulmin jgħaddi mill-esperjenza ta' mard, l-aktar il-mard tad-dipressjoni, ikun verament għaddej minn mumenti iesba fil-ħajja tiegħu.", "Din il-ġimgħa kelli ċ-ċans li mmur indur fl-isptar Monte Carmeli minħabba każ ta' persuna li kellna bżonn ngħinuh.", "X'ħin dħalt ġo dan l- isptar, għalkemm ma kenitx l-ewwel darba, indunajt li jekk persuna ma tkunx verament iddedikata lejn xogħolha, allura ma taħdimx f'dan l-isptar.", "U dawn il-persuni li jkunu għaddejjin minn esperjenzi iebsa f'ħajjithom iridu jsibu lil min jagħtihom l-għajnuna.", "L-istess ħaġa tgħodd għal dawk li qed jitolbu l-pensjoni ta' l-invalidita'.", "Sirna nafu – anke permezz ta' mistoqsijiet parlamentari – fir-rigward tal-pensjoni ta' l-invalidita' iridu jgħaddu kważi tliet xhur qabel ma' wieħed ikun jaf jekk huwiex intitolat jew le għal din il-pensjoni.", "Issa nafu li f'dawk it-tliet xhur ta' stennija wieħed irid jagħmel ċertifikat tat-tabib kull ġimgħa u ġeneralment ikun qiegħed jieħu wkoll xi pilloli, l-aktar meta jkun taħt il-konsulenza ta' psikjatra.", "Nafu wkoll kemm dawn il-pilloli jqumu l-flus u għaldaqstant wieħed irid jaħdem fuq din il-problema wkoll.", "Ma nafx fejn rajtha li addirittura l-perjodu ta' stennija jaf itawwal sa sitt xhur.", "Għalhekk ladarba qegħdin niddiskutu l- pensjoni ta' l-invalidita', naħseb li tkun xi ħaġa tajba li flimkien insaħħu dak li diġa' hemm tajjeb fl-abbozz.", "Meta qegħdin nitkellmu fuq il- pensjoni ta' l-invalidita' rridu nżommu quddiem għajnejna li qed nitkellmu fuq nies umani u fuq nies li jkunu għaddejjin minn esperjenza iebsa.", "Madankollu jiena naqbel li niġġieldu kontra l-abbużi.", "Il-ministru qaltilna li ċ-ċifra ta' dawk li jieħdu xi benefiċċju telgħet minn Lm9 miljuni għal 16-il miljun u hekk kif smajt dan il-kliem, anke jiena bdejt ngħid kemm hija ċifra għolja ħafna.", "Pero' sakemm il-pensjoni qiegħda tingħata lil min verament ħaqqu xorta tibqa' ġustifikata dik is- somma li ssemmiet.", "Fl-opinjoni tiegħi pajjiżna għandu jibqa' jaħseb f'dawk li għandhhom bżonn ta' l-għajnuna.", "Kemm huwa sabiħ li wieħed jaħseb f'ħaddieħor.", "Għalhekk m'għandux ikun hemm theddida li nistgħu nitilfu l- welfare state minħabba l-kapriċċ ta' xi ħadd li qiegħed jieħu xi ħaġa li ma ħaqqux jeħodha.", "Jien dejjem emmint li aħna qegħdin f'din il-Kamra sabiex inkunu ta' servizz għall-poplu kollu.", "Bħala membri parlamentari qegħdin hawnhekk għaliex in-nies uriet il-fiduċja fina.", "Il-poplu ma jemminx biss f'Silvio Parnis imma jemmen fil-65 deputat li hawn f'din il-Kamra.", "Li kieku ma kienx hekk, allura ma konniex inkunu f'din il-Kamra.", "Bħala deputati qegħdin hawnhekk għaliex il-messaġġ tagħna wassalnih tajjeb u rridu nibqgħu nwassluh tajjeb.", "Jiena nemmen li jekk politiku jrid jibqa' f'din il-Kamra għandu jibqa' jdur id-djar tan-nies.", "Sur President, jiena nieħu pjaċir nitgħallem mill-kotba, pero' nitgħallem ukoll mill-esperjenzi li ngħaddi minnhom.", "L-aktar ħaġa li minnha titgħallem huwa proprju mid-djar tan-nies.", "Meta tkun qiegħed iddur id-djar tan-nies tisma' ħafna mir-realtajiet tal-ħajja u b'hekk titgħallem aktar.", "Dan kollu kkonfermajtu f'dawn il-ġranet u ndunajt kemm irridu nkomplu nibqgħu nduru d-djar tan-nies għaliex filwaqt li tisma' l-esperjenzi li jgħaddu minnhom, tibda wkoll titgħallem mill-esperjenzi tagħhom.", "Tibda tieħu pjaċir li ta' l-anqas dawk in-nies fehmu li fil-politika hemm nies li jridu jagħtu servizz lill-oħrajn.", "M'iniex qiegħed nesaġera imma llum naħseb dort mad-disgħin familja.", "U ħadt pjaċir nisma' l-kummenti kollha tagħhom.", "Dawn il-familji mhux kollha jkunu Laburisti u jkun hemm min ma jaqbilx miegħek.", "Ma jfissirx li għaliex jgħidulek prosit allura kulħadd se jivvotalek, pero' tieħu pjaċir meta jgħidulek grazzi ta' dik il-biċċa xogħol jew inkella meta jgħidulek li jsegwuk fuq dak il-programm jew fil- parlament.", "Nemmen li bħala membri ta' din il-Kamra rridu naħdmu flimkien u meta nkunu qegħdin ngħaddu xi liġijiet bħal din li għandna quddiemna, irridu ngħinu wkoll lin-naħa tal-gvern sabiex neqirdu l-abbużi.", "L-istess ħaġa meta jiġu għandek nies sabiex tipprova tgħinhom f'xi biċċa xogħol.", "Jekk dawn ma jkunx ħaqqhom jeħduha m'għandekx tagħtihielhom għaliex inkella tkun qiegħed tisraqha mingħand min ħaqqu jeħodha.", "Pajjiżna m'huwiex xi bir miftuħ li kulħadd jista' jaqbad u jieħu minnu.", "Għandna nagħtu biss li min verament ħaqqu.", "Meta nkunu qegħdin niddiskutu dawn l-abbozzi ta' liġi nieħu pjaċir meta nkunu nistgħu ngħidu l-ideat tagħna wkoll u nieħdu pjaċir meta l-affarijiet jimxu 'l quddiem.", "Fl-aħħar mill-aħħar il-poplu ma jinterresahx minn tah dak l-oġġett imma l-importanti hija li jkun ħa dak l-oġġett.", "Il-gvern qiegħed jgħid lin-nies li huma qed jgħixu aħjar u li qed jgħixu tajjeb.", "U aħna dan li rridu nipprovaw nagħmlu f'din il-Kamra.", "Jiena nemmen li fejn jidħol il-welfare, dejjem irridu nagħtu l-massimu tagħna.", "Naħseb li min jitlob il-pensjoni ta' l-invalidita' jagħmel hekk għaliex ikun jemmen li għandu bżonn l-għajnuna.", "Għalhekk kemm bħala gvern u kemm bħala oppożizzjoni rridu naraw li naħdmu flimkien sabiex intejbu l-ħajja ta' dawn il-persuni.", "Sur President, l-ewwel għaddejt suġġeriment u forsi ma kontx ċar f'dak li qalet il-ministru.", "Ma kelli l-ebda intenzjoni li niżvija lill-Kamra, pero' forsi fhimtha mod ieħor.", "Għalhekk fil-winding-up il-ministru tkun tista' tispjegalna aħjar u ma jkun ġara xejn jekk forsi nkun ħadt xi żball.", "Għaldaqstant ejjew naħdmu lkoll flimkien favur dawn in-nies li huma fil- bżonn.", "Fil-fehma tiegħi s-suġġett tal-welfare state huwa suġġett sensittiv u rridu naħdmu fuqu.", "Huwa importanti li flimkien nemmnu fil-prinċipju li jieħu dak li verament ħaqqu.", "Meta inti qed tieħu xi ħaġa li ma ħaqqekx teħodha tkun qiegħed tisraqha mingħand dak li ħaqqu jeħodha.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Insejjaħ lill-Ministru sabiex tressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni kienet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar l- Erbgħa, 8 ta' Frar, 2006 fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:-", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Sigurta` Soċjali - Tieni Qari (Kont);", "Abbozz ta' Liġi biex jimplimenta Miżuri ta' l-Estimi - Kumitat (Kont.); u", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Securitisation – Tieni Qari.", "-----------------------------------", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Reġistru Ċentrali - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Rimarki?", "L-Onor.", "Joseph Cuschieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Sur President, matul dawn l-aħħar xhur, fi ħdan il- partit Laburista kellna preparazzjoni qawwija għall-konferenza ġenerali annwali li l-partit jagħmel kull sena.", "Din kienet konferenza ġenerali li fiha l-partit ressaq żewġ dokumenti ta' policies importanti ħafna, wieħed fuq l-ambjent u l-ieħor fuq is-settur turistiku li jiena nista' nitkellem iżjed dwaru.", "Fil-fatt, biex għamilna dan id-dokument dwar it-turiżmu, fix- xhur ta' qabel il-konferenza, aħna fassalna politika ġdida tal-partit Laburista.", "Dan hu wieħed mis-setturi ekonomiċi l-aktar importanti f'pajjiżna.", "Għalhekk, tajjeb li wieħed jistaqsi għaliex il-partit Laburista ħass il-ħtieġa li jħejji dan id-dokument u għaliex it-turiżmu hu daqshekk importanti għal pajjiżna.", "Jiena xtaqt nagħti ħarsa żgħira lura, Sur President, dwar l-istorja ta' dan is-settur u kif ittrattawh diversi gvernijiet.", "Jekk wieħed iħares lura, isib li gvernijiet laburisti dejjem raw potenzjal qawwi f'dan is-settur u dejjem emmnu li dan is-settur għandu potenzjal ekonomiku u soċjali qawwi.", "Fil-fatt, wieħed jista' jsib li l-ħidma li saret f'dan is-settur taħt diversi gvernijiet laburisti, uriet bil-fatti kemm il-partit Laburista kellu u għad għandu għal qalbu dan is-settur.", "Sfortunatament Sur President, mhux l-istess jista' jingħad għall-partit Nazzjonalista.", "Jekk wieħed jagħti daqqa t'għajn lejn x'ġara fis-settur turistiku bejn l-1994 u 1996 taħt gvern nazzjonalista isib li dan is-settur qala daqqa 'l isfel.", "Per eżempju, bejn l-1994 u l-1996 taħt gvern Nazzjonalista kienu ġew 120,000 turist anqas u pajjiżna kien irreġistra nuqqas ta' Lm14-il miljun fi dħul mis- settur turistiku.", "Il-gvern Laburista ta' bejn l-1996 u l-1998 irnexxielu jdawwar din ir-rota taħt it-tmexxija għaqlija tal-ministeru tat-turiżmu mmexxi mill-Perit Karmenu Vella f'temp ta' ftit żmien, u t-turisti li żaru pajjiżna żdiedu b'132,000.", "Id-dħul mis-settur turistiku żdied b'Lm26 miljun.", "F'dan il- perjodu wkoll, l-impjiegi fis-settur kienu żdiedu b'madwar elf.", "Infakkar ukoll, Sur President, li taħt gvern Laburista, bejn l-1996 u l-1998, kien reġa' għola d-dekasteru tat-turismu f'livell ta' ministeru għax gvern Nazzjonalista kien irrelegah f'livell ta' segretarjat parlamentari.", "Sur President, ma nistax ma nsemmix l-embellishment projects li l-gvern Laburista kien għamel f'zoni turistiċi bħal Buġibba, Marsascala, B'Bugia, ix-Xlendi u Marsalforn f'Għawdex, u fi Triq ir-Repubblika u Triq Żekka fil- Belt.", "F'dan iż-żmien il-Frosch kienet irritornat lejn pajjiżna, ġiet hawnhekk il-kumpannija Franċiża Accor u bdiet topera minn Malta l-Emirates Airlines.", "Dak hu ċertifikat tal-passat.", "Dak li semmejt hu d-differenza li tgħaddi bejn il-partit Laburista u l-partit Nazzjonalista f'dan is-settur.", "Sur President, illum kulħadd jirrikonoxxi li dan hu settur li hu meqjus bħala wieħed mill-pilastri ekonomiċi tal-pajjiż.", "Biss biss, it-turiżmu jirrapreżenta madwar 25% ta' l-ekonomija tal-pajjiż u jipprovdi madwar 40,000 impjieg għall-ħaddiema tagħna.", "F'kelma waħda, it-turiżmu huwa l- lifeline ta' l-ekonomija tagħna.", "Sfortunatament bħalma ġara fil-passat taħt gvernijiet nazzjonalisti, f'dawn l-aħħar ħames snin is-settur turistiku reġa' ra t-triq tan-niżla.", "Biss biss wieħed isemmi, Sur President, li f'dawn l-aħħar snin kellna telf ta' madwar 800 impjieg minn dan is-settur meta skond l-awtorita` tat-turiżmu dawn kellhom jiżdiedu b'2,400 f'dawn l- aħħar 5 snin.", "Bejn Jannar u Novembru ta' l-2005, it-turisti li żaruna nefqu 3.3% anqas meta kkomparat ma' l-istess perjodu tas-sena ta' qabel.", "Biss biss, fl- istaġun tas-sajf li għadda, fejn it-turisti suppost jiżdiedu u allura suppost jonfqu aktar, it-turisti li żaruna nefqu 7.75% anqas meta kkomparat ma' l-istess perjodu s-sena ta' qabel.", "Apparti hekk, il-gvern Nazzjonalista falla wkoll fil-mira tiegħu li din is-sena t-turisti li jżuru l-gżejjer tagħna jiżdiedu b'50,000 għax kważi kważi anqas laħaq in-nofs tal-mira li kellu, u fid-diskors tal-budget il-gvern ma semma l-ebda mira għal din is- sena meta dan kien għamel dik il-mira għat-tliet snin, jiġifieri għas-snin 2005, 2006 u 2007. imma bil-budget ta' din is-sena la ssemma jekk intlaħqitx il-mira u lanqas issemma x'se jiġri s-sena d-dieħla u s-sena ta' wara.", "Apparti minn dan li semmejt, is-settur turistiku jinsab mifni bi problemi oħra.", "Jekk wieħed iħares lejn l-infrastruttura u t-toroq f'pajjiżna, isib li dawn mhux f'livell li jixirqu lil destinazzjoni turistika.", "Il-bajjiet tagħna fil-maġġor parti tagħhom jinsabu totalment mitluqa.", "Anke is-siti storiċi u arkeoloġiċi tagħna jinsabu mitluqa u disorganizzati.", "Apparti hekk – u din hi l-aktar waħda gravi - inħoloq ambjent f'dan is-settur fejn l- imprendituri privati qed joħorġu minn dan is-settur għax m'għadhomx jaraw is-settur bħala wieħed ekonomikament vijabbli.", "Sfortunatament aktar lukandi qed jagħlqu l-bibien tagħhom.", "Jiena nemmen li l-akbar problema f'dan is- settur huwa l-gvern Nazzjonalista nnifsu.", "Sfortunatament għandna gvern bla ħeġġa, bla rieda u bla strateġija.", "Dan il-gvern bl-azzjonijiet tiegħu qed jagħmel ħsara lill-prodott turistiku tagħna għax qed inaqqaslu l- kompetittivita` billi jżid it-taxxi li ħafna minnhom ma jagħmlux sens.", "Sur President, il-partit Laburista ħares lejn din is-sitwazzjoni b'attenzjoni kbira li tixraq lil settur daqstant importanti għall-ekonomija tal-pajjiż, u bħalma għamel fil-passat, il-partit Laburista qed juri determinazzjoni li b'ħeġġa u b'rieda soda jerġa' jaqleb l-andament f'dan is- settur għal ġid ekonomiku u soċjali tal-pajjiż.", "Hu appuntu għalhekk li l- partit Laburista ħejja d-dokument \"Pjan ta' tiġdid ta' turiżmu f'Malta u f'Għawdex\".", "Dan id-dokument sar fost diskussjonijiet u konsultazzjonijiet sew fi ħdan il-partit Laburista kif ukoll ma' persuni li huma direttament involuti fis-settur, jiġifieri l-istakeholders, l-unions li jirrapreżentaw lill-ħaddiema, għaqdiet non-governattivi u oħrajn.", "Sur President, x'qed nipproponu f'dan id-dokument?", "Smajna diskorsi li dan huwa dokument li ma fih xejn, u għalhekk jiena se nsemmi ftit mill-proposti li l-partit Laburista qiegħed jipproponi.", "Biex għamilna dan, quddiem għajnejna żammejna l-ewwel u qabel kollox li nidentifikaw l-problemi, u imbagħad ngħidu x'għandhom ikunu s-soluzzjonijiet.", "B'dan id-dokument, qed nibagħtu sinjali ċari ta' tiġdid li l-gvern Laburista ġdid se jwettaq wara l-elezzjoni ġenerali li jmiss.", "Qed ngħidu wkoll x'għandhom ikunu l-miżuri immedjati kif ukoll il-viżjoni li tinħtieġ biex nerġgħu ndaħħlu l-fiduċja f'dan is-settur u b'hekk intuh nifs ġdid.", "F'dan id-dokument għandna 'l fuq minn mitt proposta, u fost oħrajn insemmi kif irridu b'mod immedjat nieħdu passi żgħar li meta magħquda flimkien jissarrfu f'riżultat importanti.", "Qed ngħidu li flimkien ma' l-operaturi għandna nfasslu pjan strateġiku li nkunu nafu fejn irridu naslu bih.", "Qed nisħqu li s-settur irid ikun strument ta' tiġdid li jkabbar l-ekonomija, iżid l-impjiegi u anke jtejjeb il- kundizzjonijiet ta' min diġa` jaħdem fis-settur.", "Qed nsostnu wkoll li b'ħidma kordinata rridu noħolqu prodotti ġodda biex nattiraw aktar turisti fix-xhur li sal-lum għadna nbatu fihom, speċjalment ix-xhur ta' bejn Ottubru u Marzu.", "Bi studji serji rridu nidentifikaw dawk in-niche markets ġodda u nimmiraw lejn segments fi swieq eżistenti u fi swieq ġodda li sfortunatament sal-lum mhux qed jiġu indirizzati.", "Huwa importanti li noħolqu ambjent ekonomiku tajjeb, li jagħti fiduċja u li hu stabbli biex l-imprendituri jinvestu aktar fi proġetti turistiċi f'pajjiżna u fil-ħaddiema tagħhom.", "Sur President, aħna qed nwiegħdu li ntaffu l-piż tat-taxxi minn fuq dan is- settur biex inkunu kapaċi nikkompetu aħjar.", "Qed ngħidu wkoll li gvern laburista ġdid se jaħdem b'mod integrali biex it-turiżmu jissaħħaħ u jimxi 'l quddiem.", "Meta ngħidu b'mod integrali jfisser li kull ministru jaċċetta li t-turiżmu huwa wieħed mill-aktar setturi importanti għall-pajjiż.", "Qed nisħqu li nġeddu l-awtorita` tat-turiżmu biex din tmexxi, tikkordina, ittejjeb, tiżviluppa u toħloq prodotti u servizz ta' kwalita` li jkunu magħrufa f'destinazzjonijiet eżistenti u f'oħrajn ġodda.", "Qed ngħidu li wara l-elezzjoni ġenerali li jmiss, gvern Laburista se jkun qed jaħdem biex intejjeb l-mod kif tinġabar l-istatistika u dan kemm għall-finijiet ekonomiċi u kemm fin-numru ta' turisti li tassew iżuru pajjiżna.", "Bla dubju li dan il-proċess jiffaċilita l-evalwazzjoni, l-istudju u l- pjanijiet ta' dawk kollha fis-settur li jkunu jridu jinvestu.", "Fuq kollox, il-gvern innifsu jkollu stampa aktar ċara u realistika tas-sitwazzjoni.", "Ħidma importanti oħra li rridu nwettqu wara l-elezzjoni ġenerali li jmiss hi li ntejbu u niffaċilitaw aktar il-mezzi ta' l-ivvjaġġar lejn pajjiżna biex aktar turisti jżuruna kemm bl-ajru u kemm bil-baħar.", "Fejn jidħol vjaġġar bl-ajru qed nagħmluha ċara li dan m'għandux isir b'detriment għal- linja nazzjonali tagħna, l-Air Malta.", "Anżi l-Air Malta għandha tibqa' tiġi mgħejjuna mill-gvern tal-ġurnata biex tibqa' topera u tiġi msaħħa fil- kuntest ta' ambjent liberalizzat u kompettitiv li għandna madwarna.", "Fejn jidħol l-ivvjaġġar bil-baħar qed ngħidu li għandha tingħata spinta biex il- kumpanniji tal-cruise liners jibdew joperaw ċentralment minn pajjiżna.", "Qed ngħidu wkoll li huwa importanti li b'ħidma serja nisfruttaw l-istorja, id- diversita` fil-lokalitajiet, il-karatteristiċi naturali, arkitettoniċi u kulturali tagħna biex min jiġi jżurna japprezza l-kobor ta' dak li jsawwarna minkejja ċ-ċokon tagħna.", "Sur President, fejn jidħlu l-kunsilli lokali, nemmnu li dawn għandhom sehem kbir x'jagħtu lil dan is-settur, u allura qed ngħidu li b'appoġġ finanzjarju ta' l-awtorita` tat-turiżmu, il-kunsilli lokali jingħataw iċ- ċans li jimmaniġġjaw, jiżviluppaw u jirriklamaw dak li toffri l-lokalita` tagħhom.", "Fir-rigward tal-golf courses, qed inkunu ċari.", "Aħna qed nipproponu li l-golf course tal-Marsa tiġi mtejba b'mod li tilħaq standards moderni.", "Apparti hekk qed ngħidu li għandha ssir golf course oħra billi nirrijabilitaw \"il-muntanja Magħtab\" u li għandha ssir ħidma qawwija biex intejbu l-bajjiet u x-xtajtiet tagħna biex dawn jitgawdew kemm mit-turisti li jżuruna kif ukoll mill-poplu Malti.", "Wkoll rridu ntejbu l-faċilitajiet għall-yachts, water sports u diving u naħdmu biex niffaċilitaw il-ħruġ tal- visas għall-istudenti barranin li jiġu jitgħallmu l-lingwa Ingliża fostna u li jkun ġejjin b'mod partikolari mill-pajjiżi Asjatiċi, l-Amerika Latina u l-Golf Għarbi.", "Nieħdu l-inizjattivi f'dan ir-rigward biex mhux biss il- lingwa Ingliża tibqa' l-mezz li tattira studenti fostna imma nintroduċu studji fl-oqsma bankarji, marittimi, servizzi finanzjarji u oqsma oħra.", "F'dan id-dokument qed nipproponu li għandna naħdmu biex id-diversi servizzi ta' trasport li jużaw it-turisti jitjiebu fil-kwalita` u jorħsu fil-prezz biex jibdew jintużaw aktar.", "Għandna ntejbu servizzi ta' trasport tradizzjonali, bħal per eżempju l-karozzin, u nerġgħu nintroduċu servizzi tradizzjonali ta' trasport oħra bħal barklori.", "Fejn jidħol il-qasam edukattiv, kull ċittadin sa minn ċkunitu għandu jiġi mgħallem japprezza l- wirt ta' pajjiżna u kemm it-turiżmu hu essenzjali għal pajjiżna.", "Qed ngħidu wkoll li f'kull livell għandha titjieb l-kwalita` ta' l-edukazzjoni u tat- taħriġ f'dak kollu li hu konness mas-settur turistiku, b'mod speċjali fl- Institute of Tourism Studies.", "Dwar il-gżira Għawdxija nħossu li biex jiżdied il-volum ta' turisti li jżuru din il-gżira għandu jkun hemm organizzazzjoni għal Għawdex u fondi speċifiċi vvotati għal Għawdex biex din tkun tista' tippromovi u ttejjeb il- prodott għal din il-gżira.", "Fejn għandu x'jaqsam mal-kampanji tar-riklamar u l-promozzjoni ta' pajjiżna nisimgħu ħafna Sur President, u allura qed ngħidu li għandu jkun hemm strateġija ppjanata biex dawn il-promozzjonijiet u reklamar iħallu l-effett meħtieġ u li għandna nużaw l-aktar mezzi moderni ta' kommunikazzjoni għall-promozzjoni tat-turiżmu f'pajjiżna, fosthom l- internet.", "Fuq kollox qed ngħidu li għandna ndaħħlu fost il-poplu tagħna l- mentalita` tant bżonnjuża li kull turist li jżurna għandna nospitawh bl- aħjar mod u ntuh l-aħjar servizz possibbli.", "Kull turist għandu jitqies bħala parti mill-familja tagħna għax dan jiġi biex jitgħaxxaq b'darna, u ta' dan ikun qed jonfoq flusu.", "Sur President, l-ospitalita` u l-kwalita` jkunu prijorita` fis-settur.", "Dawn huma uħud mill-proposti li qed inressqu f'dan id-dokument biex għal min jgħid li għandna dokument baħħ, ikun jaf x'għandna.", "Dan id-dokument hu dokument pożittiv u li sar b'konsultazzjoni wiesgħa ma' kull min hu involut fis-settur.", "U nieħu din l-okkażjoni biex nirringrazzja wkoll lil dawk kollha fis-settur, operaturi, NGOs, ħaddiema, unions, id-delegati tal- partit u oħrajn li matul dawn ix-xhur li għaddew taw il-kontribut tagħhom fit-tfassil ta' dan id-dokument.", "Dan hu dokument imfassal mill-partit Laburista għal kull min, b'xi mod, l-għixien tiegħu jew l-investiment tiegħu jiddependi mis-settur turistiku.", "Dan hu dokument li wara li konsultajna dwaru, jiġbor fih l- aspirazzjonijiet ta' kull min hu fis-settur.", "Dan hu dokument li wara li ġie approvat, se jservi ta' gwida ġenerali taħt gvern Laburista ġdid għas- settur turistiku.", "Dan hu dokument li joffri viżjoni u li jixhed li l-partit Laburista hu partit ħaj li kapaċi jġedded u jbiddel skond iż-żminijiet.", "Dan hu partit mimli ħeġġa u mimli determinazzjoni, u minkejja dak kollu li jingħad, jiġbor fi ħdanu massa ta' nies b'talenti diversi u b'ideat moderni u progressivi.", "Dan hu partit li b'rieda soda wara l-elezzjoni li jmiss taħt it-tmexxija tal-mexxej tagħna jrid jerġa' jagħti bidu ġdid anke lis-settur turistiku li fuq kollox jissarraf f'suċċess ekonomiku u soċjali, f'impjiegi għal ħaddiema u f'suċċess għal kull min jinvesti fis-settur u fuq kollox f'ġid għall-poplu Malti u Għawdxi kollu.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Kamra hi aġġornata għal nhar l-Erbgħa 8 ta' Frar 2006 fis-6:00 pm bl-aġenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra kienet aġġornata mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "REVIŻJONI TAT-TARIFFI", "16480.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid liema huma t-taxxi, tariffi jew miżati li ddaħħlu jew ġew riveduti mid-dipartimenti, awtoritajiet, istituzzjonijiet u aġenziji li jaqgħu taħtu minn Ottubru 2004 sal-lum?", "Jista' jindika wkoll kemm kienu qabel ma għolew u kemm saru issa?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Fuq il-mejda tal-Kamra qed jitpoġġew tabella \"A\" li turi l-informazzjoni mitluba rigward l-uffiċċju tal-prim ministru u tabella \"B\" li turi l-istess informazzjoni fil-każ tal-ministeru tal- finanzi.", "PREZZ TAL-FNIEK", "16783.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 16302, jista' il-Ministru jaġġornana għas-sena 2005?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Il-prezz globali għal-laħam tal-fenek għas-sena 2005 kien ta' Lm3.66.", "INDUSTRIJA TAL-FNIEK", "16784.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jinformana dwar il-produzzjoni tal-laħam tal- fenek f'dawn l-aħħar ħames snin?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Minħabba li l-industrija tal-fniek hija meqjusa bħala cottage industry u s-servizz veterinarju huwa body regolatorju, ma tinżammx statistika uffiċjali tal-produtturi tal-fniek u tal-produzzjoni tagħhom.", "PREZZ TAĊ-ĊANGA", "16785.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 16300, jista' il-Ministru jaġġornana bl-istess informazzjoni għas-sena 2005 u għas- snin l-oħra b'mod globali?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il- mejda tal-Kamra.", "PREZZ TAT-TIĠIEĠ", "16786.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jaġġorna mistoqsija parlamentari 16301 għas- sena 2005?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Il-prezz medju tal-laħam tat-tiġieġ at farmgate level matul is-sena 2005 kien ta' Lm69.04 kull 100 kg dead weight.", "TROBBIJA TAT-TIĠIEĠ", "16787.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jinformana kemm kienet il-produzzjoni tat- tiġieġ tas-simna matul dawn l-aħħar ħames snin?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Dettalji dwar il-produzzjoni tat-tiġieġ hija kif gej:", "2003 - 7,852,128 Kg 2004 - 6,176,245 Kg 2005 - 4,667,713 Kg", "Fis-snin 2000, 2001 u 2002 ma kenitx tinżamm statistika.", "EXTENDED PUBLIC SERVICE OBLIGATION", "16839.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jagħti rendikont ta' kif ġew minfuqa l-Lm500,000 allokati għas-sena 2005 bħala public", "service obligation wara li l-gvern għalaq FM Bronja?", "Jista' jgħid x'se jiġri matul din is-sena?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Kif diġa' weġibt, hekk kif l-awdituri indipendenti jlestu l-awditjar tal-kontijiet inkun f'qagħda li nagħti l- informazzjoni mitluba dwar l-allokazzjoni tal-gvern għad-diversi ġeneri ta' programmi taħt l-extended public service obligation.", "Darba jkolli l-kontijiet, inkun nista' inwieġeb għat-tieni parti tal- mistoqsija.", "TURIŻMU U KULTURA", "16840.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid x'ġara mill-idea tal-gvern li jwaqqaf kont tat- turiżmu u kultura?", "Jista' ikun li din l-idea issa ġiet imwarrba?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Il-gvern jemmen bis-sħiħ f'din l-industrija u għalhekk il-flus għall-investiment f'dan is-settur jiġu pprovduti mill- gvern abbażi ta' dak li hu meħtieġ għall-industrija, indipendentement mid- dħul li din tiġġenera għall-istess gvern.", "Il-prinċipju ta' l-envelope ġie applikat fil-każ tar-ristrutturar ta' l- awtorità tat-turiżmu fejn, meta permezz ta' l-eżerċizzju tar-ristrutturar ġew iffrankati Lm600,000 fi spejjeż amministrattivi, dawn ma tteħdux mill- gvern iżda ngħataw lura lill-awtorità biex jintużaw għal skopijiet ta' marketing.", "L-investiment tal-gvern f'dawn l-oqsma hu sostanzjali u bil-wisq akbar mid- dħul dirett għall-gvern minn dawn l-attivitajiet, li l-biċċa l-kbira tiegħu jmur direttament għand operaturi privati fis-settur, bħalma huma l- lukandiera u l-operaturi tar-ristoranti u l-bars.", "AKKADEMJA NAZZJONALI TAL-MUŻIKA", "16841.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Wara li fil-pre-budget document kien tħabbar li se titwaqqaf akkademja nazzjonali tal-mużika, jista' il-", "Ministru jgħid fiex waslu dawn il-pjani?", "Meta huwa maħsub li dan iseħħ u kif se taħdem l-akkademja?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Il-kumitat imwaqqaf mill-ministeru biex jieħu ħsieb it-twaqqif ta' l-akkademja tal-mużika ħadem fuq policies, termini u struttura li għandhom iservu bħala l-bażi ta' l-akkademja.", "Apparti milli toffri lok biex studenti interessati li jispecjalizzaw fil- mużika jkomplu t-taħriġ tagħhom, l-akkademja se jkollha funzjonijiet oħra li jinkludu dak li żżid l-attivitajiet fil-kamp mużikali.", "L-akkademja għandha l-għan ukoll li tgħolli l-livell mużikali fil-gżejjer billi toffri taħriġ u assistenza lil dawk kollha li għandhom x'jaqsmu mal-kamp mużikali.", "L-akkademja se tibni wkoll affiljazzjoni ma' akkademji oħra barranin biex tassigura livell dejjem aktar għoli ta' tagħlim fil-qasam tal-mużika filwaqt li se toffri wkoll faċilitajiet oħra, bħaċ-ċentru ta' riċerka mużikali li għandu jgħin lill-mużiċisti jkomplu t-taħriġ tagħhom f'dan il- qasam.", "TEATRU MANOEL", "16842.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid x'xogħol sar fit-Teatru Manoel matul l-2005 u kemm ġie jiswa?", "X'xogħol hemm ippjanat għal matul din is-sena u kemm hu stmat li se jiġi jiswa?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ix-xogħlijiet li twettqu fl-2005 u dawk ippjanati li jsiru fl-2006 huma kif ġej:", "*Sar xogħol ta' tisbiħ u restawr tal-bitħa, liema xogħol ġie jiswa Lm16,553;", "*Tkompla l-proġett ta' manutenzjoni f'Casa Bonici li jinkludi l- istallazzjoni ta' lift, fuq liema proġett intnefqu Lm22,512;", "*Twaqqgħet l-istruttura interna tal-proprjeta' f'81, Triq Zekka, Valletta bħala preparazzjoni għall-bini mill-ġdid ta' l-istess dar f'rehearsal u changing rooms, fuq liema proġett intnefqu Lm18,831;", "*Sar xogħol strutturali fil-faċilitajiet backstage, b'nefqa ta' Lm19,449.50; u", "*Dħalna għal fire safety project b'nefqa ta' Lm22,500.", "*Fl-2006 se jitkompla l-proġett ta' rikostruzzjoni ta' 81, Strada Zekka, Valletta fejn in-nefqa hi stmata li tkun tlaħħaq mal-Lm129,006;", "*Se nkomplu bir-rikostruzzjoni tal-faċilitajiet backstage - passenger lift – bi spiża ta' madwar Lm19,449;", "*Se jsir it-twaqqigħ u skavar ta' 81, Strada Zekka, nefqa ta' madwar Lm12,619 u finishing ta' l-istess post li se jiswa madwar Lm45,212;", "*Issir il-finalizzazzjoni tal-manutenzjoni sħiħa ta' Casa Bonici, li mistennja tiġi tiswa madwar Lm8,714; u", "*Se nkomplu bil-fire safety project bi spiża ta' madwar Lm25,000.", "VILLAĠĠ TAL-KARNIVAL", "16843.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid x'inhuma l-ħsebijiet tal-gvern dwar il-villaġġ tal- karnival li issa ilu mwiegħed snin twal?", "X'ġara mill-allokazzjoni li kien hemm xi żmien ilu ta' madwar Lm60,000?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Il-villaġġ tal-karnival hu wieħed mill- erba' proġetti li ġew identifikati bħala ta' importanza mill-kunsill għall- kultura u l-arti.", "Fuq dan il-villaġġ, il-gvern ikkummissjona studju li qed jiġi diskuss mill-kumitat tal-kabinett għall-proġetti nazzjonali.", "Il-Lm65,000 ġew użati biex jiġi riabilitat parti minn Forti Sant'Iermu li kien u qiegħed jintuża minn kumpanniji li jieħdu sehem fil-karnival.", "ATTIVITAJIET KULTURALI", "16844.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid jekk hu jew xi ħadd mill-ministeru għamlux talba sabiex il-VAT fuq il-biljetti tad-dħul għall-attivitajiet kulturali titneħħa jew titnaqqas, bl-idea li l-biljetti jkunu aktar aċċessibbli għall- familji?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li qatt ma saret talba formali ta' din ix-xorta, la mill-ministeru u lanqas minn xi ente fid-dekasteru tiegħi.", "ZONI TURISTIĊI", "16855.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid liema huma l-postijiet li huma kkonsidrati bħala tourist areas?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Iż-żoni identifikati bħala żoni turistiċi huma kif ġej:", "*Tramuntana - San Pawl il-Baħar, Buġibba, il-Qawra u l-Mellieħa; *Inner ports - San Ġiljan, Paceville, Tas-Sliema u partijiet mill-Gżira; *Port il-Kbir/it-Tlett Ibliet - Valletta, parti mill-Floriana, it-Tlett Ibliet u parti mill-Kalkara; *Bliet storiċi oħra – l-Imdina, ir-Rabat, il-Buskett u Ħad-Dingli; *Żoni kostali - partikolarment dawk viċin resorts u dive sites *Għawdex - il-gżira kollha kemm hi, b'enfasi partikolari fuq ix-Xlendi, Marsalforn, l-Imġarr, iċ-Ċittadella u Victoria", "KAŻI TA' SUWIĊIDJU", "16856.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien hemm imwiet suspettati b'suwiċidju mill-1 ta' Diċembru, 2005 sal-15 ta' Jannar, 2006?", "Kemm kien hemm imwiet suspettati b'suwiċidju mill-2000 sa l-2005 u anke l-etajiet tagħhom?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li każi ta' suwiċidju rrapportati lill- pulizija matul l-2000 kien hemm 21, fl-2001 kien hemm 26, fl-2002 kien hemm 15, fl-2003 kien hemm 18, fl-2004 kien hemm 25 u s-sena l-oħra kien hemm 17-il każ.", "Bejn l-1 ta' Diċembru, 2005 u l-15 ta' Jannar, 2006 kien hemm erba' każi ta' suwiċidju li ġew irrappurtati lill-pulizija.", "IMMIGRANTI ILLEGALI", "16857.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hu n-numru totali ta' pulizija?", "Kemm minnhom huma ma' l-immigranti illegali u kemm hemm jaħdmu fid-depot u fl-uffiċini?", "ONOR.", "TONIO BORG: Informat li fil-preżent hemm 1,787 membru fil-korp tal-pulizija.", "Fuq xogħol klerikali fid-distretti b'kollox hemm 71, filwaqt li fuq xogħol klerikali fid-diversi taqsimiet fil-kwartieri ġenerali hemm 100.", "Fil-preżent hemm 55 membru tal-korp tal-pulizija assenjati xogħol full-time fiċ-ċentri ta' akkomodazzjoni għall-immigranti illegali.", "Ma' dawn wieħed irid iżid ukoll medja ta' 30 oħra li ta' kuljum ikunu għassa ma' l- immigranti illegali rikoverati fi sptarijiet, sebgħa li jaħdmu fil-kċina jippreparawlhom l-ikel u madwar 28 oħra li huma involuti f'xogħol amministrattiv u support bħalma huwa l-ipproċessar ta' dokumenti, intervisti, maintenance taċ-ċentri, skorti għall-kliniċi u postijiet oħra u xogħol ieħor relatat li jinqala' minn ħin għal ieħor.", "TFAL B'DIŻABILITA' MENTALI", "16858.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid kemm tfal b'diżabilita' mentali u b'facilitator magħhom spiċċaw minn skejjel sekondarji fl-aħħar snin?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: In-numru ta' tfal b'diżabilita' mentali u b'facilitator magħhom li spiċċaw mill-iskejjel sekondarji f'dawn l-aħħar erba' snin huwa hekk:", "Skejjel statali - 19 Skejjel tal-knisja - 42 Skejjel indipendenti - 0", "PRODUZZJONI TAT-TADAM", "16859.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' il- Ministru tgħid kemm kienet il-produzzjoni tat-tadam għall-", "ipproċessar f'Għawdex matul dawn l-aħħar għaxar snin?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Il-produzzjoni tat-tadam għall-ipproċessar f'Għawdex kienet tammonta għal 4,041,466 kg. matul l-2005, filwaqt li fl- 2004 u fl-2003 kienet ta' 4,179,713 kg. u 3,716,822 kg. rispettivament.", "Qabel ma kenitx tinżamm statistika separata għal Għawdex.", "INKONTINENZA", "16861.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm talbiet pendenti għal ħrieqi minħabba inkontinenza?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "SERVIZZ TA' HOMEHELP", "16863.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid kemm persuni għandhom is- servizz tal-homehelp u minn liema lokalita' huma?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Ebda dipartiment jew ente li jaqgħu taħt id- dekasteru tiegħi ma jipprovdu s-servizz indikat mill-Onor.", "Interpellant u għaldaqstant nitolbu jirriferi l-mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "PROPRJETA' TAL-JOINT OFFICE", "16935.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm proprjeta' għandu l-joint office?", "F'liema lokalita' tinsab?", "ONOR.", "TONIO BORG: L-informazzjoni li qed jitlob l-Onor.", "Interpellant tinsab f'Annex 8, liema dokument kien tpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra flimkien ma' kopja tal-ftehim bejn il-Gvern ta' Malta u s-Santa Sede dwar proprjeta' li l-awtoritajiet tal-knisja f'Malta għaddew lill-Gvern Malti.", "Ta' min jgħid li lista ta' proprjeta' f'Annex 8 hija suġġetta għall- korrezzjonijiet li wkoll tpoġġew fuq il-mejda tal-Kamra.", "FORTI SANT'ANĠLU", "16936.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Peress li ftit ilu ntqal li se jsir xogħol ta' tindif u manutenzjoni f'Sant'Anġlu, jista' il-Ministru jgħid fiex jikkonsisti dan ix-xogħol?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ix-xogħol li se jsir ġewwa l-Forti Sant'Anġlu maħsub li jinkludi:", "Tindif preliminari ta' partijiet interni tal-fortizza minn skart u ħaxix ħażin li akkumula f'dawn l-aħħar 20 sena - sal-lum tneħħew madwar 50 tunnellata ta' skart;", "Tneħħija ta' binjiet moderni u intrużivi minn ġewwa l-fortizza, fosthom is- swimming pool u strutturi oħra marbuta mal-lukanda li nbniet fis-snin '70;", "Introduzzjoni ta' servizzi essenzjali neqsin jew miksurin, bħal elettriku, ilma, faċilitajiet sanitarji, telefon, IT connectivity u tranġar ta' parti mill-barracks Ingliżi biex jistgħu jilqgħu l-uffiċċji tas-sovrintendenza tal-patrimonju kulturali;", "Introduzzjoni ta' pjan għas-sigurta' tal-forti kollu; u", "Restawr tal-partijiet storiċi tal-fortizza.", "FORTI SANT'ANĠLU", "16937.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Peress li ftit ilu ntqal li se jsir xogħol ta' tindif u manutenzjoni f'Forti Sant'Anġlu, jista' il-Ministru jgħid fiex jikkonsisti dan ix-xogħol?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Fil-Forti Sant'Anġlu u l-madwar kien sar xi tindif mis-sezzjoni tad-tindif fi ħdan il-ministeru bejn April u Mejju 2004.", "Fil-preżent qed isir xogħol ta' tindif u restawr mill-ħaddiema tas-sezzjoni tar-restawr, b'kordinazzjoni mas-sovrintendenza tal-wirt kulturali.", "Wara li joħorgu l-permessi meħtiega mill-MEPA jitwaqqgħu ċerti strutturi, fosthom swimming pool li saret fis-snin '70.", "Eventwalment il-parti l-antika se sservi ta' uffiċini għas-sovrintendenza tal-wirt kulturali.", "MASĠAR F'BORMLA", "16938.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal- pjanti tal-proġett ta' masġar li se jinbena fl-area magħrufa bħala x- Xagħra, f'Bormla?", "Meta hemm ħsieb li jitlesta dan ix-xogħol?", "Kemm se jqum?", "Minn min se jkun finanzjat?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Il-proġett ta' recreational area li qed jinbena fl- area magħrufa bħala x-Xagħra f'Bormla - fejn is-sur ta' Santa Liena - se jitlesta fl-aħħar perijodu ta' din is-sena u hu stmat li se jiġi jiswa madwar Lm277,000.", "Kopja tal-pjanta ta' dan il-proġett qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "KORSIJIET TA' L-ETC", "16939.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid x'tip ta' korsijiet qed jingħataw bħalissa mill-ETC?", "Kemm-il persuna qed tattendi għal kull kors?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif mitlub qed jitpoġġa fuq il-mejda tal- Kamra.", "SKOLA PRIMARJA F'BORMLA", "16940.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid meta ħarġet it-tender biex isir lift fl-iskola primarja ta' Bormla?", "Meta ngħata t-tender?", "Meta sar il-ħlas?", "Meta tlesta x-xogħol?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tender ġiet ippubblikata fil-11 ta' Ottubru, 2002 u għalqet fl-24 ta' Ottubru, 2002 u ġiet awarded fis-16 ta' Diċembru, 2002.", "Il-ħlasijiet li saru sa l-24 ta' Novembru, 2005 kienu ta' Lm7,393 wara li x- xogħol ġie ċċertifikat permezz ta' final inspection certificate fis-17 ta' Ottubru, 2005.", "SPEED CAMERAS", "16941.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jgħid jekk l-ADT hijiex responsabbli mill- ispeed cameras li hemm fil-bypass ta' l-Imrieħel u f'Ta' Srina, Ħaż-Żebbuġ?", "Kemm inħarġu ċitazzjonijiet s'issa?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: L-awtorità dwar it-trasport hi responsabbli biex tapprova applikazzjonijiet mingħand il-kunsilli lokali u tawtorizza l- istallazzjoni u l-manutenzjoni ta' speed cameras, kemm mobbli kif ukoll fissi.", "Kull kunsill lokali awtorizzat hu responsabbli li jżomm rendikont dettaljat taċ-ċitazzjonijiet kollha li jkunu nħarġu relatati ma' veloċità eċċessiva fis-sewqan.", "Minn meta ġew istallati l-ispeed cameras fil-bypass ta' l-Imrieħel, jiġifieri fl-1 ta' Settembru, 2005 inħarġu 1,952 ċitazzjoni, filwaqt li mill-11 ta' Jannar, 2005 minn Ta' Srina nħarġu 234 ċitazzjoni.", "MEPA APPEALS BOARD", "16983.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid għaliex għadu ma twaqqafx bord mill-MEPA sabiex jisma' numru ta' każi li kienu ġew ri-ġudikati mill-qorti?", "Meta beħsiebu jaħtar dawn il-bordijiet ħalli jibdew jinstemgħu dawn il- każi?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Nitlob l-Onor.", "Interpellant jispeċifika għal liema bord qed jirriferi.", "Ċerti każi jidhru quddiem il-qorti ta' appell wara li jkunu deċiżi mill-bord ta' appell.", "Meta l-appell quddiem il-qorti ta' appell ikun mirbuħ, il-każ jiġi mibgħut quddiem il-bord ta' appell biex dan jerġa' jisma' l-każ skond id-deċiżjoni tal-qorti ta' appell.", "Il-bordijiet ta' appell li jisimgħu dawn il-każi huma kostitwiti skond il- liġi u bħalissa jeżistu tnejn minnhom.", "MEPA APPEALS BOARD", "16984.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid kemm-il bord inħatar matul dawn l-aħħar ħames snin fil-MEPA?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: In-numru ta' bordijiet maħtura fil-MEPA f'dawn l- aħħar ħames snin hu kif jidher hawn taħt:", "HAC panel - cultural heritage (2005) natural heritage (2005)", "Ornis committee (2005) Biosafety committee (2004) Integrated pollution prevention and control committee (2004) Environment fund (2003)", "TOROQ FIL-KALKARA", "16996.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li jingħata wiċċ ġdid lil Triq il-Ħbit mill-Ajru u Triq Antonio Falzon, Kalkara?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ninforma l-Onor.", "Interpellant li t-tender għax- xogħlijiet meħtieġa għall-bini mill-ġdid ta' Triq Antonio Falzon diġa' inħarġet.", "Din it-tender flimkien mat-tkomplija ta' Triq il-Konvoj ta' Santa Marija, qed tiġi aġġudikata.", "Għar-rigward tax-xogħlijiet fi Triq il-Ħbit mill-Ajru, l-awtorita' dwar it- trasport qed tipprepara lista ta' toroq li jridu jsiru, bit-triq issir skond il-prioritajiet li jirriżultaw.", "Tajjeb jingħad li x-xogħol fit-toroq imsemmija ma jikkonsistix billi jingħata wiċċ ġdid imma li dawn it-toroq jinbnew mill-ġdid, skond l- istandards għall-bini ta' toroq residenzjali.", "APPARTAMENT TAL-GVERN", "16997.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid jekk hemmx ħsieb li jsir upgrading fil-parti komuni u t-tromba tat-taraġ tal-binja li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Għaddejt it-talba ta' l-Onor.", "Interpellant lid- dipartiment tal-bini u tiswija ta' djar biex jiġi spezzjonat il-fond indikat u jiġi determinat ix-xogħol li għandu jsir.", "HUBBARD FLATS F'BORMLA", "16998.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid x'xogħol mistenni jsir din is-sena f'Hubbard Flats, Bormla?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jispeċifika x- xogħol li qed jirriferi għalih fil-mistoqsija tiegħu.", "APPARTAMENT TAL-GVERN", "16999.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid x'passi qed jieħu l- ministeru dwar ilma tax-xita - maż-żewġ piedi ilma - li qed jidħol fil- bokka tal-lift ta' appartament li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Għaddejt l-ilment ta' l-Onor.", "Interpellant lid- dipartiment tal-bini u tiswija ta' djar biex jiġi spezzjonat il-fond indikat u jiġi determinat ix-xogħol meħtieġ.", "AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA", "17000.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid għaliex omm xebba mill-Isla li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament u li applikat quddiem id- dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali għall-post alternattiv, għadha ma ħaditx post?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: L-applikazzjoni qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' oħrajn simili.", "TWAQQIGĦ TA' FOND", "17001.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid jekk fond li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament hux mistenni jitwaqqa'?", "Meta mistenni jibda l- proġett?", "Fejn mistennija jmorru jgħixu l-inkwilini?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Il-fond indikat mill-Onor.", "Interpellant qed jiġi kkonsidrat għall-proġett ta' riġenerazzjoni urbana.", "Dan il-proġett għadu fil-fażi inizjali u għad iridu jsiru l-pjanti u jintalab il-permess tal- MEPA."]} {"filename": "20030624_014d_par.doc", "date": "2003-06-24", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 14 It-Tlieta, 24 ta' Ġunju, 2003 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 14 It-Tlieta, 24 ta' Ġunju, 2003", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.02 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "14", "It-Tlieta, 24 ta' Ġunju, 2003", "WERREJ", "MINUTI 513", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI 513", "TQEGĦID TA' KARTI 518", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR L-UNJONI EWROPEA (IT-TIENI QARI)", "EUROPEAN UNION BILL (SECOND READING) 518", "AĠĠORNAMENT 545", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 546", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 13 li saret fit-23 ta' Ġunju, 2003 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "EDUKAZJONI – GRAD TA' SUPERVISORY MAID", "113.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid meta ħerġin il-promozzjonijiet ta' supervisory maids mad-dipartiment ta' l-edukazzjoni?", "Kemm fil-fatt hu n-numru ta' maids li bħalissa qed jagħmluha ta' acting supervisors u f'liema skejjel?", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru tal-Ġustizzja u Intern) (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni): Ġejt informat li m'hemm l-ebda supervisory maid mad- diviżjoni ta' l-edukazzjoni.", "MOSTA: TRIQ IL-KBIRA – GĦARAR", "114.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: B'riferenza għas-sitwazzjoni fi Triq il- Kbira fil-Mosta, fejn wara kull xita li tagħmel ir-residenti qed jispiċċaw jidħlilhom ħafna ilma kawża tal-fatt li x-xogħol fuq il-kanali għadu ma sarx, jista' il-Ministru jara li dan l-inkonvenjent għal dawn il-familji jitranġa mill-aktar fis possibbli?", "ONOR.", "TONIO BORG (f'isem il-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni): Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 36847 fl-aħħar leġislatura.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Mizzi, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sur President, ma nistax nifhem kif la l-ministru ta' l- edukazzjoni u lanqas il-ministru għat-trasport u komunikazzjoni m'huma preżenti fil-Kamra - kulma hawn il-Ministru Tonio Borg u s-segretarji parlamentari l-Onor.", "Dolores Cristina u l-Onor.", "Anthony Abela – u mhux aċċettabbli li ma nistgħux nagħmlu domandi supplimentari sempliċement għax il-ministru responsabbli mhux preżenti.", "Min-naħa l-oħra, naħseb li lanqas hija sistema tajba li wieħed jirriferik għal domanda parlamentari li tkun saret fil-leġislatura l-oħra meta hawn deputati ġodda f'din il-leġislatura.", "Forsi l-Ministru jitħajjar jgħidli x'kienet tgħid ir-risposta li rriferieni għaliha?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: L-ewwelnett ir-risposti parlamentari huma kollha on record u anke qegħdin available online.", "Jiġifieri ma jfissirx li jekk tkun deputat ġdid ma tistax tfittex biex tara x'kienet tgħid ir-risposta, aktar u aktar meta din aktarx tkun simili jekk mhux identika għall- kwestjoni li tkun qed titqajjem.", "Effettivament id-domanda parlamentari 36847 kienet titkellem dwar ilmenti mir-residenti ta' Triq il-Kbira, il- Mosta dwar l-ilma tax-xita u l-mistoqsija parlamentari 114 hija wkoll dwar ilmenti mir-residenti ta' Triq il-Kbira, il-Mosta dwar l-ilma tax- xita.", "Allura it follows li r-risposta ngħatat kif ingħatat, Sur President.", "Issa ħa naqralek ir-risposta għad-domanda li kienet saret preċedentement.", "\"Jien informat li l-proġett biex tiġi eliminata l-problema ta' l-ilma tax-xita fi Triq il-Kbira fil-Mosta hu ppjanat li jitwettaq mill- kunsill lokali.", "Min-naħa tiegħu, id-direttorat għat-toroq ħa ħsieb li jara li l-easements, jiġifieri s-services li jridu jsiru biex il- culvert tkun tista' tinbeda, fil-fatt isiru.", "Minbarra hekk, naħseb li l-Onor.", "Interpellant japprezza li Triq il- Kbira ilha mibnija ferm aktar minn erba' snin\".", "Nixtieq inżid ngħid, Sur President, li fis-26 ta' Ġunju 2000 kienet saret domanda oħra lill-istess ministru fuq it-triq u l-water culverts ta' Triq il-Kbira, il-Mosta.", "Dakinhar ir-risposta kienet tgħid hekk:", "\"Id-dipartiment tat-toroq informa lill-kunsill lokali li kien ilu bil- ħsieb li jagħmel culverts f'din il-lokalita' biex tonqos il-problema ta' l-għarar.", "Għalissa dawn il-pjani għadhom ma ġewx iffinalizzati.\"", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Imma allura għax għandna sistema online għandna noqogħdu mmorru nfittxu fuq il-computer waqt il-ħin tad-domandi?", "Ma nafx, imma forsi l-Ministru jaf jgħidli x'sar fuq din il-kwestjoni mis-sena 2000 sal-lum.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Sur President, ma nara xejn ħażin li ministru jirriferi għal domanda li tkun saret f'xi seduta preċedenti.", "Anke jekk niġu biex nieħdu d-domanda li tidher l-aħħar fuq l-agenda tal-lum u ngħidu aħna fir-risposta li nagħti nagħmel riferenza għal xi domanda tal-bidu, ma naħsibx li l-Onor.", "Interpellant se joqgħod joħroġ mill-Kamra biex jirriferi għaliha!", "Jista' ifittex dik id-domanda wara u mbagħad jagħmel domanda oħra jekk irid.", "Barra minn hekk, naħseb li kont ġentili biżżejjed għax meta ġejt nistaqsi dwar id-domandi li saret riferenza għalihom, ikkwotajthom it-tnejn li huma, anke dik tas-sena 2000.", "Forsi kien imissni bdejt minn dik tas-sena 2000 u mbagħad mort għar-risposta li ngħatat fl-2002, biex ma nagħtix l- impressjoni li sejrin lura flok 'il quddiem!", "Nittama li ma fixkilt lil ħadd b'daqshekk u f'dak il-każ niskuża ruħi.", "Fil-fatt ir-risposta għad-domanda li saret fl-2002 kienet tirriferi għall- progress li sar inkwantu għas-services li kellu jieħu ħsiebhom id- direttorat tat-toroq - għax hemm ċerti affarijiet li jaqgħu taħt il- ġurisdizzjoni esklużiva tal-kunsill lokali u allura fihom ma jistax jindaħal il-ministeru tat-toroq - u hawnhekk qed jingħad li l-ministeru ħa ħsieb jara li l-easements isiru biex il-culvert tkun tista' tinbeda.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: L-ewwelnett, jekk xejn il-mistoqsijiet preċedenti li rrifera għalihom il-Ministru jikkonfermaw li x-xogħol ma sarx.", "Imma jista' il-ministru responsabbli mill-protezzjoni ċivili, fid-dawl illi r- residenti ta' din it-triq kemm-il darba talbu l-intervent tal-pulizija ħalli jitbattal l-ilma minn ġod-djar, jgħid xi programm għandu l-ministeru tiegħu ħalli nkunu nafu jekk sitwazzjonijiet ta' din ix-xorta humiex tabilħaqq ikunu kkordinati?", "MR SPEAKER: Il-Ministru Ċensu Galea.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, ippermettili imma jimporta tgħajjat lill-ministru responsabbli mill-protezzjoni ċivili?", "MR SPEAKER: Jien ilmaħt lill-ministru għat-trasport u komunikazzjoni jgħolli jdejh u lħaqt għajjatlu.", "Issa warajh insejjaħ lill-ministru tal- ġustizzja u intern.", "Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Kultant niskanta b'ċerti affarijiet, Sur President.", "Mela ftit minuti ilu l-Onor.", "Mizzi qam biex jagħmel domanda f'isem deputat ieħor li wkoll ma kienx preżenti fil-Kamra u oġġezzjona għall-fatt li l- ministru li lilu kienet indirizzata l-interpellanza ma kienx preżenti; u issa tfaċċa d-deputat li għamel l-interpellanza oriġinali li qed jilmenta għax il-ministru li lilu d-domanda kienet indirizzata qam jirrispondi!", "(Interruzzjonijiet) Dan kollu għax kumbinazzjoni għal darba ma kontx hawnhekk fis-6.00 p.m. preċiż, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Ippermettili ftit, Ministru.", "L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Il-Ministru jrid jirrispetta l-fatt li jien kont qed nagħmel mistoqsija lil sieħbu - jien m'għedtx għax l-Onor.", "Censu Galea ma kienx qiegħed hawn – u kont qed ngħid li kull meta tagħmel ix-xita jegħrqu bosta familji.", "Għedt ukoll li nqajmu l-kwestjoni hawn fil- parlament imma donnu ħadd ma jagħti kas ta' xejn, Sur President.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Biex inkunu preċiżi, jien m'għedtx li m'hawnx l-Onor.", "Ċensu Galea imma għedt li la hawn il-ministru ta' l-edukazzjoni, la l- ministru għat-trasport u komunikazzjoni u lanqas il-ministru għall- affarijiet rurali u ambjent.", "Fil-fatt l-ewwel tliet mistoqsijiet li jidhru fuq l-agenda huma indirizzati lilhom.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, jien u ġej stajt insegwi kull kelma li ntqalet.", "L-Onor.", "Mizzi qal li m'huwiex aċċettabbli li jiġri bħal dak li kien jiġri fi żmien meta kien ministru hu, li ministru wieħed iqum iwieġeb għal kulħadd!", "Il-ministri tal-lum ikunu hawnhekk regolarment biex iwieġbu għad-domandi.", "Tant hu hekk li aħna hawnhekk qegħdin preżenti, iżda l- Onor. Farrugia qed jagħmel l-istorbju għax forsi ma jridx jisma' ir- risposta.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Nitlobkom tkunu meqjusin ħafna fil-kliem li tużaw għax jista' jinftiehem ħażin.", "Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, domanda bil-miktub fuq dan is-suġġett saret almenu tliet darbiet - dik li għandna quddiemna llum u żewġ domandi oħra preċedenti li għamel riferenza għalihom il-ministru tal-ġustizzja u intern aktar kmieni, waħda tal-25 ta' Novembru 2002 u l-oħra tas-26 ta' Ġunju 2000 – u fir-risposta li tajt hemm riferenza ċara ta' min hija r- responsabbilta' u min suppost jagħmel ix-xogħol.", "Dak li għadu kemm qal l-Onor.", "Farrugia li għalxejn tagħmel id-domandi għax ma teħux risposta, m'huwiex korrett u huwa ferm 'il bogħod mill-verita'.", "Dan qed ngħidu għax fl-għaxar sena tal-kunsilli lokali, nippretendi li l- 65 membru ta' din il-Kamra għadhom ikunu jafu x'inhuma r-responsabbiltajiet tal-gvern ċentrali, x'inhuma r-responsabbiltajiet tal-kunsill lokali u fejn hemm demarcation line, ħalli almenu meta nitkellmu f'dan il-parlament u barra minn dan il-parlament, f'ġieħ l-onesta' u f'ġieħ dak kollu li jissemma', inkunu f'pożizzjoni li lill-kostitwenti li jiġu jkellmuna fuq ħaġa jew fuq oħra, mhux biss nippreżentawlhom kopja tad-domanda parlamentari li tkun saret – naturalment xejn ħażin b'daqshekk u kull membru jista' jagħmlu dan - imma nkunu nistgħu niddereġuhom ukoll biex ngħidulhom ta' min hi l-vera responsabbilta`, ħwejjeġ dawn li normalment ma jinbidlux jekk partit ikunx fil-gvern jew inkella jkunx fl- oppożizzjoni.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, id-dipartiment tal-protezzjoni ċivili dejjem jagħmel l-intervent tiegħu meta jkun hemm l-għarar, imma wieħed jifhimha li meta l-uffiċjali tal-civil protection ikollhom ħafna talbiet f'salt ma jkunux jistgħu jlaħħqu u allura jkollhom jimxu skond l-ordni ta' priorita'.", "Dan ifisser li meta ma jaslux fuq il-post mill-ewwel, sinjal li jkollhom xi problema akbar li forsi tkun theddida għall-ħajja ta' xi ħadd.", "Jiena ġieli kelli lmenti ta' dan it-tip, pero' wieħed irid japprezza wkoll li ħafna drabi dawn il-persuni jkollhom jieħdu deċiżjoni ta' malajr dwar fejn se jmorru l-ewwel.", "Dan l-istesss bħall-isptar għax jekk tmur fl- emerġenza u tinzerta inti l-ewwel wieħed, ma jfissirx li se jaraw lilek l- ewwel imma se jimxu skond it-tip ta' emerġenza li jkun hemm.", "Wieħed irid japprezza li l-interventi daparti tad-dipartiment tal- protezzjoni ċivili mhux bilfors isiru kollha f'salt.", "Li huwa żgur hu li kieku ma kienx għall-ħidma ta' dawn in-nies, f'ħafna okkażjonijiet kien ikollna konsegwenzi ħafna iktar serji minħabba l-għarar li jkollna.", "Jien ċert li l-Onor.", "Farrugia japprezza l-ħidma ta' dawn in-nies, kif ukoll japprezza li dawn ikollhom jimxu b'ordni ta' priorita'.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mario Galea, domanda supplimentari.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Jista' il-Ministru jgħid jekk huwiex qed isir pjan biex jiġu mnaddfa ċerti culverts, peress li bħalissa huwa ż-żmien ideali li jsir dan ix-xogħol?", "Il-gvern lest li jikkonsidra li l-istormwater division tmur mar-roads department?", "Jista' jgħid ukoll jekk hemmx din it- tip ta' kordinament bejn id-dipartiment tat-toroq u l-istormwater division?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, jien naqbel perfettament ma' l-Onor.", "Galea dwar il-ħtieġa li l-culverts jiġu mnaddfa.", "Fil-fatt hekk qed jiġri għax dawn jiġu mnaddfa b'mod regolari għal ħabta ta' Awissu u l-bidu ta' Settembru, biex proprju jiġi evitat li jinstaddu b'dak il-ħafna mbarazz li jkun inġabar fihom matul is-sajf u l-ilma jispiċċa joħroġ f'nofs tat-triq flok jgħaddi minfejn għandu jgħaddi.", "Riċentement sar xogħol fejn il-culverts ta' l-ilma saru b'mod li ma jkunux esposti għal dak il-ħafna mbarazz li jinġabar 'l hawn u 'l hinn fit-toroq.", "Naturalment dan ma jkunx twaddab minn xi ministru jew minn xi membru ta' l- oppożizzjoni imma ċertament iservi biex jagħmel ħsara kbira fis-sistema tal- kontroll ta' l-ilma.", "Biex nassiguraw rwieħna li l-ilma tax-xita ma jibqax jiġri mal-wiċċ tat-triq, irridu nkomplu ntejbu s-sistema u għalhekk qed nenfasizzaw li meta jsir xogħol ġdid ta' toroq, indaħħlu dawn il-culverts biex nevitaw din id-diffikulta'.", "Eventwalment irridu naslu wkoll biex l- ilma li jinġabar mhux biss jitwassal sal-baħar, kif jiġri sal-lum, pero' jitwassal f'ġibjuni li għad iridu jinbnew matul dawn it-rotot, ħalli l-ilma tax-xita jkun kemm jista' jkun użat b'mod aħjar milli huwa wżat sal-lum.", "Għar-rigward tal-parti l-oħra tad-domanda, sal-lum il-ħaddiema li jagħmlu x- xogħol ta' tindif ta' culverts ma jaqgħux taħt il-ministeru għat-trasport u komunikazzjoni.", "Pero' ħadt nota tas-suġġeriment li għamel l-Onor.", "Galea biex possibbilment isir dan l-arranġament.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Carmelo Abela, domanda supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Il-Ministru jikkonferma li diversi ġibjuni ta' l- ilma li jġarrbu ħsarat kbar m'humiex qegħdin jissewwew, bil-konsegwenza li ma jkunux jistgħu jżommu ilma fihom?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, fil-verita` numru ta' ġibjuni nbnew biex ma jżommux ilma fihom, ħafna minnhom taħt gvern Laburista.", "(Interruzzjonijiet) L-Onor.", "Abela qed jidħaq għax din tinstema` ħaġa stramba, pero' numru minn dawn il-ġibjuni nbnew proprju biex fihom jaqa' l- ilma tax-xita, jinżel fil-water-table u meta terġa' tagħmel ix-xita, jservu ta' filter biex l-ilma jmur fl-underground water system.", "Għalkemm min ħareġ b'din l-idea fil-passat seta' kellu idea tajba li almenu parti minn dak l-ilma kien jiġi filtered għal ġo l-aquifer, aktar ma beda jgħaddi ż-żmien, anke minħabba l-fatt li l-ilma tax-xita jgħaddi mit-triq u jġorr miegħu trabijiet u ħafna materjal irqiq li jispiċċa fil-qiegħ tal- ġibjun, dawn il-ġibjuni spiċċaw biex jillikjaw b'mod għal kollox differenti minn dak li kienu nbnew għalih.", "Issa d-domanda hija din: Nistgħu nibnu ġibjuni li fil-fatt iservu bħala kontenitur għall-ilma li jaqa' fihom?", "Fit-teorija nistgħu nagħmlu hekk, pero' wieħed irid ifakkar li malli tagħmel l-ewwel jew it-tieni xita, il- ġibjun jimtela' u allura l-funzjoni proprja tiegħu u cioe' biex fih imur l- ilma, tispiċċa xorta waħda.", "Allura d-diffikulta` hi x'tip ta' ġibjuni għandek tibni, kif tibnihom, fejn tibnihom u x'ikun l-aħjar użu li tagħmel mill-ilma.", "Nafu li sfortunatament ix-xita tagħmel fil-perjodu meta l-inqas li jkollok bżonn użu għall-irrigazzjoni ta' ilma.", "Pero' dan ma jfissirx li m'hemmx modi oħrajn ta' kif wieħed jista' jagħmel użu mill-istess ilma għal diversi skopijiet differenti minn dak li nagħmlu użu minnhom illum fil-ħajja normali tagħna.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Galea u warajh l-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Billi l-gvern u anke l-kunsilli lokali issa għaddejjin bi pjan illi jsiru ċerti toroq li qabel ma kenux jiġu asfaltati u allura kienu jixorbu ammont ta' ilma, u billi nafu li meta triq tiġi asfaltata l- ilma aktar jgħaddi jiġri, jista' il-Ministru jgħid jistax isir xi forma ta' eżerċizzju biex meta nagħmlu numru ta' toroq f'catchment area, nagħmlu management ta' l-ilma tax-xita?", "B'dan il-mod wieħed ikun jaf fejn ikun sejjer l-ilma tax-xita, xi problemi jista' jikkawża u kif l-aħjar naħsbu għalih.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, x'kordinament għaddej biex dawn iċ- ċirkostanzi li nsibu f'din it-triq tal-Mosta - fejn meta tagħmel ix-xita jegħrqu n-nies, fejn il-kunsill m'għandux flus biżżejjed biex jagħmel ix- xogħol u fejn in-nies tad-dipartiment tal-protezzjoni ċivili jmorru biex ibattlu l-ilma - jittaffew?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, ħalli nirrispondi l-ewwel domanda u mbagħad immur għall-oħra.", "Ħafna bliet u rħula ġew iddisinjati b'tali mod li jew għandek xi saba' ħiereġ 'il barra mill-kumplament tar-raħal jew xi biċċa bini li tkun żdiedet f'xi żmien partikolari.", "Għalkemm dawn il- postijiet jistgħu jidhru sbieħ, teknikament ma jagħmlux sens.", "Allura f'ċirkostanzi bħal dawn ikun ferm diffiċli li tieħu l-passi li semma' l- Onor. Galea.", "Għar-rigward tat-tieni domanda, lill-Onor.", "Farrugia nassigurah li l-fatt li f'ċerti postijiet ikun hemm l-għarar meta tagħmel ix-xita, huwa ta' preokkupazzjoni kbira mhux biss għalih imma anke għalija kif ukoll għall- Ministru Tonio Borg.", "Madankollu, with all due respect lejn kulħadd, biex insolvu din il-problema ta' l-għarar irridu nibnu ħafna aktar culverts.", "Sfortunatament fil-passat ma kenux jibnew rainwater culverts biżżejjed.", "Illum qegħdin nippruvaw nerġgħu ndaħħluhom għax dawn huma meħtieġa u importanti biex jgħaddi minnhom l-ilma tax-xita.", "Irridu naslu biex nestendu l-programm ta' xogħol marbut mal-kwestjoni ta' water culverts f'toroq eżistenti, pero` ma rridux nilludu ruħna, Sur President.", "Din hija ħaġa diffiċli ħafna, b'mod partikolari meta fi triq partikolari tipprova tagħmel rainwater culvert u ssib dik il-parti tat-triq ippakkjata b'sistema tad-drenaġġ, pajpijiet u cables ta' kull tip.", "It-toroq tagħna m'humiex free mill-problemi, anzi għall-kuntrarju fihom ħafna diffikultajiet.", "Fil-fatt mhux darba jew tnejn li kelli esperjenza diretta fejn prattikament issib li m'hemmx linja minn fejn tgħaddi bejn tarf ta' bankina u tarf ta' bankina oħra tat-triq għax tant ikun hemm affarijiet għaddejjin li jkun impossibli li taħdem.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "TQEGĦID TA' KARTI", "MR SPEAKER: Il-Ministru tas-Saħħa.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa) (f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra:", "Tabella li turi l-għadd u l-grad ta' impjegati fir-Residenza San Vincenz de Paule, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 678.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR L-UNJONI EWROPEA", "EUROPEAN UNION BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mit-23 ta' Ġunju 2003.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "MR SPEAKER: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Jason Azzopardi.", "ONOR.", "JASON AZZOPARDI: Mr Speaker, fit-8 ta' Marzu l-poplu ffirma kuntratt mal-partit Nazzjonalista li nsinwajnih fit-12 ta' April.", "Għalhekk b'dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna llejla rridu nissiġillaw u nipotekaw dak li nsinwajna fit-12 ta' April.", "Il-bieraħ jien skandalizzajt ruħi nisma' lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni jitkellem qisu f'time warp ̧ maqbud fil-morsa taż-żmien, qisu dak ix-xi ħadd li daħal fil-fosdqa u aljena ruħu mir-realta` ta' madwaru.", "Dak kien l-istess diskors li konna nisimgħu fi Frar u f'Marzu ta' din is-sena, diskors maqtugħ minn dak is- sens ta' realiżmu tant essenzjali fil-politika.", "Sur President ̧ illum qed tissemma l-politika tar-realiżmu u naħseb li jekk hemm xi ħaġa li spikkat fid-diskors tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni kienet proprju l-assenza totali ta' realpolitik.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni nesa li dan it-trattat li qegħdin nintalbu nirratifikaw huwa l-milja u l-quċċata tas-sovranita` tagħna.", "Biex insostni dan li qed ngħid se nagħti żewġ eżempji żgħar.", "Ħafna jgħidu – dawn ikunu ilħna fid-deżert - li bi sħubija fl-Unjoni Ewropea pajjiżna jew il-vuċi tal-parlament nazzjonali se tkun diluted jew se tkun inqas importanti u b'saħħitha minn qabel.", "Pero' r-realta` hija li frott il-Konvenzjoni Ewropea li pproponiet it-trattat kostituzzjonali li ġie ppreżentat minn Valery Giscard d'Estaing ġewwa s-summit ta' Tessaloniki l-Greċja l-ġimgħa l-oħra - min irid jista' jara paġna 6 tar-rapport - għall-ewwel darba l-parlamenti nazzjonali se jkunu involuti direttament fl- applikazzjoni tal-prinċipju tas-sussidjarjeta`.", "Ħalli nikkwota eżatt minn dan id-dokument li jgħid:", "\"National parliaments will be in a position to publicly alert not only the European institutions but also their own governments to any proposal which they feel does not comply with the principle of subsidiarity.", "They will have the power to refer matters to the courts of justice.\".", "Din hija l-vuċi l-ġdida tal-parlament nazzjonali li s'issa ma kellniex; dan l-istess parlament li skond dawn il-Ġeremiji se jsir parlament irrelevanti, se jsir rubber stamp u se jsir parlament bla vuċi.", "Pero' l-verità hija l- oppost.", "Bi sħubija fl-Unjoni Ewropea u anke bit-trattat kostituzzjonali li ġie ppreżentat il-ġimgħa l-oħra fil-Greċja, il-vuċi tal-parlament li huwa l- ogħla istituzzjoni ta' dan il-pajjiż, se tkun vuċi ogħla, aqwa u aktar b'saħħitha.", "Nerġa' ngħid li għall-ewwel darba there is the direct involvement of national parliaments.", "Biex nuri kemm l-Unjoni Ewropea qiegħda tagħti importanza lill-parlament Ewropew irrid ngħid li paġna 11 ta' l-istess rapport ta' Valery Giscard d'Estaing jagħti summary tal-konklużjoni tat-trattat kostituzzjonali.", "Fil- fatt hemmhekk qed jingħad li fejn illum il-parlament Ewropew għandu l-co- decision f'37 area, dan in-numru se jitla' għal 80 area.", "Dan ifisser li f'dawk l-areas li l-parlament Ewropew mhux biss jintalab li jiġi kkonsultat imma jintalab jagħti d-deċiżjoni - għalhekk co-decision - il-ġurisdizzjoni tiegħu qiegħda tiżdied minn 37 area għal 80 area; 80 suġġett, 80 kapitlu.", "Dawn huma żewġ punti żgħar biex nuri kemm bi sħubija l-parlament nazzjonali tagħna u l-parlament Ewropew se tissaħħilhom u tiżdedilhom il- vuċi tagħhom.", "Din ir-ratifika tfisser li lil Malta qegħdin nagħmluha politikament rilevanti.", "U dan il-pass nista' nqabblu ma' dak li ġara fi tmiem il-ġimgħa li għadda ġewwa Tessaloniki l-Greċja.", "Għall-ewwel darba pajjiżna pparteċipa ma' 15-il pajjiż membru u ma' disa' pajjiżi oħra applikanti fil- Kunsill Ewropew u għall-ewwel darba l-Prim Ministru Malti pparteċipa to the full f'dan il-Kunsill Ewropew.", "Għalhekk permezz ta' din ir-ratifika qed nagħmlu lil Malta aktar rilevanti.", "Per eżempju, nhar is-Sibt filgħodu meta l-kapijiet tal-gvern ̧ inkluż il-Prim Ministru tagħna ̧ kellhom laqgħa mal-kapijiet tal-pajjiżi tal-Balkani, fosthom il-Kroazja, il-Bosnia u l-ex- Repubblika tal-Jugoslavja, il-Prim Ministru tagħna ntalab ikun preżenti u ntalab jagħti l-opinjoni tiegħu ̧ jiġifieri kellu kull dritt li jitkellem bħal kull prim ministru ieħor f'laqgħa li fihom kellhom jaraw meta l- Kroazja tkun ippreparata biex issir membru ta' l-Unjoni Ewropea.", "Dan ifisser li qed inkunu konsultati u qegħdin nintalbu nieħdu sehem fi proċess dejjem għaddej, proċess irriversibbli li qed jagħmel Ewropa aħjar u Ewropa aktar b'saħħitha.", "Pero` biex dan il-proċess ikun jista' ikompli u biex dan il-proċess jagħti lil Malta tagħna dik il-vuċi aktar rilevanti li rridu aħna fuq ix-xena internazzjonali hemm bżonn din ir-ratifika, inkella ma nsirux membri u x-xogħol kollu u l-preparazzjoni kollha li għamilna matul dawn l-aħħar ftit tas-snin jispiċċaw fix-xejn.", "Din ir-ratifika m'hijiex it-tmiem ta' proċess imma hija l-bidu ta' mixja.", "Din ir-ratifika hija l-bidu ta' era ġdida fl-istorja politika ta' pajjiżna u hija l-pass loġiku u naturali wara d-deċiżjoni ta' l-elettorat fir-referendum u fl- elezzjoni.", "Kultant aħna stess lanqas napprezzaw x'importanza kellu r- referendum tagħna fuq ix-xena internazzjonali.", "Jien se nsemmi ċirkostanza żgħira ħafna.", "Meta l-Ħamis li għadda kien hemm is-summit tal-partit popolari Ewropew, fost oħrajn tkellimt mal-Prim Ministri tal-Lussemburgu u tas-Slovakkja.", "Wara li fraħt lill-Prim Ministru tas-Slovakkja għas-suċċess li kellhom fir- referendum dan qalli li hu kellu jifraħ lilna; kellu jifraħ lill-Prim Ministru tagħna li b'għaqal mexxa kampanja bħal dik kif ukoll lilna l- Maltin għax ir-referendum tagħna kien l-ewwel wieħed mir-referenda kollha li saru fil-pajjiżi applikanti.", "Qalli wkoll illi kieku r-referendum tagħna m'għaddiex kien ikun hemm konsegwenzi differenti.", "Il-fatt li r-referendum tagħna intrebaħ b'dak id-distakk kien importanti mhux biss għalina imma wkoll għall-pajjiżi l-oħra.", "Sur President, xi jgħid dan it-trattat fis-sustanza?", "Jien m'iniex se nidħol fid-dettall għax il-ħin ma jippermettilix pero` it all boils down to one thing; dan it-trattat ifisser livell ta' ħajja aħjar fl-ambjent, fl- ekonomija, fil-finanzi u fil-ħarsien tal-konsumatur.", "Hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq opportunita` unika, li m'hijiex hux se tirrepeti ruħha ̧ biex insemmgħu leħen il-Mediterran aktar u aktar f'dan il-mument partikolari ta' dak li qed iseħħ fil-Lvant Nofsani.", "Aħna li tant ngħidu li rridu lil Malta twassal il-vuċi tal-Mediterran fil-fora internazzjonali, għandna opportunita` tad-deheb għax issa se nkunu nistgħu nwasslu l-vuċi tal- Mediterran ̧ speċjalment tal-Lvant Nofsani ̧ fil-qalba ta' l-Unjoni Ewropea.", "Għalhekk aħna għandna vokazzjoni li ebda pajjiż ieħor m'għandu.", "Lanqas Ċipru m'għandu dik il-vokazzjoni minkejja li huwa pajjiż Mediterranju.", "Hija Malta li għandha l-fiduċja ta' l-Iżraeliti u tal-Palestinjani u jekk irridu naħtfu din l-opportunita` nistgħu nisfruttawha mhux għall-ġid tagħna biss imma għall-ġid tal-Lvant Nofsani biex verament hemmhekk issaltan il- paċi; the peace of the brave kif kien jgħid il-Prim Ministru Yitzhak Rabin.", "Sur President, kif għedt fil-bidu, din ir-ratifika hija l-bidu ta' mixja u mhux tmiem ta' proċess.", "Ovvjament din il-mixja mhux se tkun dejjem għall- wita imma se jkun hemm it-tlajja u se jkun hemm l-inżul.", "Pero' hawnhekk nixtieq infakkar xi ħaġa li qal Winston Churchill fit-tieni gwerra: Kites rise highest against the wind not with the wind.", "Aktar ma l-avversita`, aktar ma' l-oppożizzjoni u aktar ma d-diffikultajiet ikunu kbar, it-tajr aktar jogħla 'l fuq jiġifieri l-vuċi ta' dak il-pajjiż jew ta' dak il- partit aktar u aktar tkun b'saħħitha.", "Per eżempju, il-filosfu Ruman Seneca kien jgħid li: If fire be the test of gold, adversity is the test of strong men.", "Jekk it-test tad-deheb huwa n-nar, it-test ta' raġel għaqli huwa l-avversità.", "Għalhekk din ir-ratifika trid issibna ċittadini b'saħħitna u qalbiena li għallenija rridu naħtfu l-ġejjieni pero` ma rridux nieqfu hemm.", "Irridu ngħidu grazzi lil diversi nies, l-aktar lill-Prim Ministru preżenti li fi Frar ta' l-1979 kellu dik il-viżjoni li ħafna lanqas biss kienet tgħaddilhom minn moħħhom.", "Fil-fatt meta l-Onor.", "Eddie Fenech Adami fi Frar ta' l-1979 kien ippropona li l-politika tal-partit Nazzjonalista tkun marbuta ma' sħubija fl-Unjoni Ewropea kien qed jagħmel pass kbir 'il quddiem ta' viżjoni u ta' kuraġġ.", "Irridu ngħidu grazzi wkoll lill- predeċessur tal-Ministru Joe Borg, il-Prof.", "Guido de Marco li kien tant determinanti biex wara l-elezzjoni ta' l-1998 nerġgħu niksbu l-fiduċja ta' l-Unjoni Ewropea.", "Niftakar lill-Hans van den Broek jgħidlu: Mela intom switch on, switch off?!", "Dik kienet il-ħsara li kienu għamlulna s-sentejn fil-friża u ma kenitx faċli li erġajna bdejna r-rota.", "Jien dejjem ngħid li l-Ministru Joe Borg huwa bniedem li għandu isem komuni pero` kwalitajiet rari.", "L-Onor.", "Joe Borg kien il-bniedem propizju u ideali biex verament wasalna fejn ridna u ġibna l-pakkett li ridna.", "Nixtieq insemmi wkoll lil Richard Cachia Caruana li kien tant strumentali biex insemmgħu leħinna fin-negozjati.", "Insemmi wkoll il-MEUSAC, il-MIC, l- ambaxxati u s-servizz pubbliku pero` rridu nirringrazzjaw fuq kollox lill- elettorat tal-fiduċja u tal-kuraġġ li wera.", "L-elettorat wera li m'huwiex mazzun u li meta jiġi f'salib it-toroq jaf jagħżel b'dixxerniment.", "Importanti li nirriflettu wkoll li din ma kenitx mixja faċli.", "Sur President, ma rridux ninsew il-kampanja ta' qerq u ta' diżonesta` li saret min-naħa l-oħra.", "Qatt fl-istorja politika riċenti ta' pajjiżna ma kien hawn kampanja ta' ħmieġ, ta' qerq u ta' nofs veritajiet.", "Kemm qalu li bi sħubija se jispiċċaw il-pensjonijiet u se jispiċċaw iċ-children's allowance!", "Ma kenitx faċli li nirribattu għax huwa diffiċli ħafna li tegħleb il-biża'.", "Huwa faċli ħafna li tiżra' l-biża' imma huwa diffiċli ħafna li tiġġelidha pero` bl-għajnuna t'Alla rnexxielna nagħmlu dan.", "L-awtur Ingliż Graham Greene darba kien qal: \"There comes a time not often when the door opens and lets the future in.\"", "This is such a moment għax b'din ir-ratifika qegħdin niftħu l-bieb għall-futur ta' pajjiżna.", "B'din ir- ratifika l-parlament Malti qed jiftaħ il-bieb tal-futur ta' ġensna.", "Fl- istorja parlamentari Maltija ftit kienu dawk il-ġenerazzjonijiet li kellhom il-privileġġ u r-responsabbilta` li jagħtu daqstant lil ta' warajhom.", "Għalhekk aħna li qed ngħixu f'dan iż-żmien għandna nkunu kburin li għandna dan il-privileġġ.", "Aħna f'dan il-Parlament għandna l-oneru pero` għandna wkoll l-unur li mmexxu, li niftħu l-bieb tal-futur ta' ġensna u dan il- futur nilqgħuh b'idejna t-tnejn mingħajr eżitazzjoni.", "J'Alla din ir-ratifika tkun ukoll il-bidu ta' proċess bis-serjeta` ta' politika ta' konverġenza – din kien jitkellem ħafna fuqha Aldo Moro - li naqblu fuq il-prinċipji ġenerali.", "Ħalli nagħmlu battibekki fuq id-dettall u fuq it-teknikalitajiet pero` fuq il-prinċipji ġenerali tal-politika għandu jkun hemm qbil.", "J'Alla din ir-ratifika tkun tfisser it-tmiem tal- politika ta' l-oppożizzjoni li kienet timxi bl-ideat tal-bieraħ għal Malta ta' għada bi ħsara kbira għaliha u għal Malta.", "J'Alla din ir-ratifika tkun it-tmiem ta' kampanja ta' politika ta' l-ostrich.", "Darba kien hemm avukat penalist Ingliż li miet xi erba' snin ilu – dan kien wieħed mill-aqwa avukati penalisti li kellhom l-Ingliżi – li kien jgħid: Never act like an ostrich because when the ostrich puts its head in the sand it is thereby exposing its thinking parts.", "Qatt taġixxi bħall-ostrich u tipprova tiżola ruħek mir-realta` ta' madwarek pero' sfortunatament l-oppożizzjoni, volontarjament jew involontarjament, hekk għamlet matul dawn l-aħħar sentejn.", "Dik kienet il-politika li l-poplu Malti fit-8 ta' Marzu u fit-12 ta' April qal le għaliha.", "Sur President ̧ fl-imperu Ruman kienu jgħidu \"vox popoli vox Dei\".", "Daqshekk kienet importanti l-vuċi tal-poplu fi żmien l-imperu Ruman!", "Imbagħad jerġa' jiġi l-Kap ta' l-Oppożizzjoni jgħid li fit-8 ta' Marzu rebaħ il- partnership.", "Dawn infatmu minn dik l-analisi ta' l-istorja.", "Imisshom jistħu jibqgħu jipprovaw jgħattu x-xemx bl-għarbiel u jgħidu li l- partnership rebaħ fit-8 ta' Marzu.", "Għandhom ikollhom il-kuraġġ, id-diċenza u l-umilta` li jgħidu: Żbaljajna; ħalli nibdew paġna ġdida u kapitlu ġdid fl-istorja ta' pajjiżna.", "Quddiemi qed nara lill-Onor.", "Anġlu Farrugia, li huwa ħabib kbir tiegħi għax naf kemm huwa bniedem ġenwin.", "Fuq in-naħa ta' l-oppożizzjoni hemm ħafna membri parlamentari bħall-Onor.", "Anġlu Farrugia, li huma ġenwini u li jridu l-ġid tal-pajjiż, pero` bil-politika tagħhom qed jagħmlu bħal Dante; qed jispiċċaw nemici di Dio e nemici dei nemici di Dio, jiġifieri qed jispiċċaw għedewwa ta' kulħadd, u dan qed jagħmluh għax iridu huma.", "Mr Speaker, f'dan il-mument qed niftakar f'dak li kien qal Monet meta qal:", "\"In this moment we are not merging countries but uniting peoples.\".", "J'Alla din ir-ratifika tgħaqqad anke lill-poplu tagħna, għax kif jgħidu, fejn hemm l-għaqda hemm is-saħħa.", "Dmirna huwa li dejjem infittxu l-kunsens u li nixtarru għal rieda politika idonea sabiex ħadd iktar ma jkun eskluż jew imwarrab minn dan il-proċess ta' sħubija.", "Jien ngħid bla tlaqlieq li lill-oppożizzjoni għandna bżonnha wkoll.", "Fil-fatt l-oppożizzjoni għandha rwol importanti ħafna u vitali f'dan il-proċess.", "M'iniex xi wieħed minn dawk li ngħid li nistgħu niggvernaw mingħajr l-oppożizzjoni because a strong opposition makes a strong government, pero` aħna determinati li nagħmlu suċċess minn din is-sħubija u ħadd u xejn m'hu se jaqtagħlna qalbna.", "Aħna lesti li nħallsu kwalunkwe prezz, li nerfgħu kwalunkwe piż, li nilqgħu kwalunkwe sfida, li nikkollaboraw ma' kulmin hu ta' rieda tajba u li nopponu lil kulmin irid jagħmel il-bsaten fir-roti.", "Se nikkonkludi dan id-diskors bi kwotazzjoni li kien ikkwota wkoll Giscard D'Estaing.", "Qed nirriferi għall-kliem li kien qal Thucydides, filosofu Grieg:", "\"Our constitution is called a democracy because power is not in the hands of a minority but in the hands of the greatest number.\".", "Din ir-ratifika trid tagħmel unur lill-vuċi u lir-rieda tal-maġġoranza assoluta tal-poplu tagħna.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Iktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Mr Speaker, se nibda dan id-diskors billi nagħmel dikjarazzjoni li jien m'iniex xi wieħed mill-ostriches li qed isemmi l- Onor. Jason Azzopardi, anzi jien ngħid li l-Membri tan-naħa l-oħra huma ostriches, speċjalment fil-kamp kostituzzjonali.", "Jien nassumi li l-Onor.", "Azzopardi, bħala avukat, u avukat tajjeb, għandu japprezza li meta ma tifhimx xi tgħid il-Kostituzzjoni ta' pajjiżna tkun ostrich, pero` dwar dan se nitkellem iktar tard.", "L-ewwelnett ejjew naraw x'wassal biex illum għandna quddiemna dan l-abbozz ta' liġi, li l-mod kif ġie ppreżentat huwa tal-mistħija.", "Hawnhekk m'aħniex qed nitkellmu fuq id-deċiżjoni li ħa l-poplu Malti, għax kif qal il-Kap ta' l-Oppożizzjoni l-bieraħ, aħna bħala oppożizzjoni nirrispettaw il-verdett tal-poplu.", "Jien m'iniex se noqgħod insemmi minn xiex għadda kull wieħed u waħda minna matul il-kampanja referendarja u matul il-kampanja elettorali għax il-mod kif aħna ġejna ppreżentati matul dawn iż-żewġ kampanji ma jagħmilx ġieh lill-Membri tan-naħa l-oħra, pero` ħalli ma nidħolx fuq din il-kwestjoni biex ma naqlax polemiċi personali.", "Kont qed ngħid li r-rispett lejn il-verdett qiegħed hemm; Malta ddeċidiet li ssir membru sħiħ fl-Unjoni Ewropea.", "Dak huwa l-verdett.", "Imma fir- referendum, filwaqt li l-poplu ġie mistoqsi jekk jaqbilx li Malta ssir membru ta' l-Unjoni Ewropea jew le fl-1 ta' Mejju 2004, ma ġiex mistoqsi ...", "Xi tlett ijiem jew erbat ijiem ilu l-Prim Ministru bagħtilna ittra u magħha bagħtilna diskette.", "Il-heading ta' dak li kien hemm f'din id- diskette kien jgħid \"Common foreign and security policy\", pero` mill-bqija ma nafux b'liema lingwa kien miktub dan l-artiklu għax l-alfabet ma kienx kif nafuh aħna.", "Forsi wieħed jista' jgħidli li jmessni ksibt kopja ta' dak li kien hemm miktub b'lingwa li nifhimha, u fil-fatt jien hekk għamilt, pero` l-punt tiegħi huwa li filwaqt li l-poplu Malti ddeċieda fuq id- domanda ta' jekk jaqbilx li Malta ssir membru sħiħ ta' l-Unjoni Ewropea fl- 1 ta' Mejju, 2004, huwa ma ngħatax l-opportunita` li jiddeċiedi fuq affarijiet oħra.", "X'irrid ngħid b'dan, Mr Speaker?", "Per eżempju, il-poplu Malti ma ġiex mistoqsi x'jaħseb fuq il-fatt li huwa se jiżvesti ruħu minn dak li akkwista matul iż-żminijiet fl-istorja riċenti u anke fl-istorja tal-passat f'dak li għandu x'jaqsam mal-Kostituzzjoni ta' pajjiżna, u qed ngħid dan biex ma noqogħdux induru mal-lewża.", "Il-Prim Ministru ġie jippreżentalna dan l- abbozz ta' liġi biex jemenda biċċa mill-Kostituzzjoni ħalli jkun jista' jagħmel lilu nnifsu gvernatur ta' pajjiż kolonjali li joħroġ order in council, jiġifieri jkun jista' joħroġ l-ordnijiet u dawn jiġu b'effett ta' liġi, bħalma kien isir fis-snin sittin meta pajjiżna kien kolonja u konna nieħdu l-order in council mingħand il-gvernatur wara li dan iwassal il- messaġġ tar-reġina.", "Anke l-qrati tagħna se jispiċċaw ikunu jridu jaderixxu ma' kull deċiżjoni jew ma' kull tip ta' dritt li tista' tiġi interpretata minn xi deċiżjoni li tieħu l-qorti tal-ġustizzja tal-komunitajiet Ewropej.", "Mr Speaker, quddiemna għandna abbozz ta' liġi li mhux talli huwa nofsu nej, talli għadu lanqas biss beda jinħema.", "Biżżejjed ngħid li f'dan l-abbozz ta' liġi, li qiegħed kontinwament jagħmel riferenza għat-trattat, kulma hemm miktub fuq it-trattat huwa - u hawn se nikkwota minn klawsola 3 - li:", "\"Mill-Ewwel ta' Mejju 2004, it-Trattat u attijiet eżistenti u futuri adottati mill-Unjoni Ewropea għandhom jorbtu lil Malta u għandhom ikunu parti mil-liġi domestika tagħha taħt il-kondizzjonijiet stipulati fit-Trattat.\".", "Jiġifieri anke dawk l-attijiet li llum għadhom jeżistu biss fil-ħolm tagħna, 'l quddiem inkunu rridu naderixxu u nbaxxu rasna għalihom!", "U nkompli nikkwota minn klawsola 6 li tgħid:", "\"Għall-finijiet ta' l-Att dwar ir-Ratifika ta' Trattati, il-Gvern ta' Malta huwa b'dan awtorizzat jirratifika t-Trattat.\".", "Mela llum aħna ġejna f'dan il-Parlament biex sempliċement ngħidu jekk naqblux jew le li l-gvern jirratifika xi ħaġa li m'hijiex qed tiġi diskussa f'din il-Kamra.", "Fil-fatt il-bieraħ il-Prim Ministru qal ċar u tond li kulma għandna nagħmlu aħna huwa li ngħidu jekk naqblux jew le ma' dak li se jiġi rratifikat, u minkejja li nistgħu nistaqsu li rridu dwar dak li se jiġi rratifikat, ir-ratifika fiha nnifisha m'hijiex parti mid-diskussjoni.", "Allura jien nistaqsi: Aħna x'qegħdin nagħmlu hawn?", "Aħna għalfejn ġejna hawnhekk ġaladarba quddiemna diġa` għandna abbozz ta' liġi li qed jipprovdi dwar l-adeżjoni ta' Malta fl-Unjoni Ewropea?", "Jekk inħarsu lejn id- dikjarazzjoni unilaterali li għamlet Malta fit-trattat insibu dan il-kliem li se naqra verbatim li ma mmurx nittraduċih bil-Malti u nagħmel xi insult lil-lingwa tiegħi li tant għadni ngħożż - hawnhekk qed niftakar f'dawk il- persuni li ġew imħallsa eluf kbar ta' liri biex lanqas biss kienu kapaċi jagħmlu traduzzjoni mill-Ingliż għall-Malti! -:", "\"Malta affirms its commitment to the common foreign and security policy of the European Union as set out in the treaty on the European Union.", "Malta confirms that its participation in the European Union's common foreign and security policy does not prejudice its neutrality.\".", "Jien nistaqsi: Fejn jaf il-Prim Ministru, li għamel din id-dikjarazzjoni, jekk 'il quddiem il-foreign and security policy ta' l-Unjoni Ewropea hijiex se tkun ta' preġudizzju għan-newtralita` tagħna?", "Ejjew naraw xi tgħid il-Kostituzzjoni ta' Malta, li wara kollox għamilnieha aħna l-Laburisti u n-Nazzjonalisti flimkien f'dan il-Parlament.", "Subartiklu (3) ta' artiklu 1, li jitkellem dwar ir-Repubblika ta' pajjiżna, jgħid hekk:", "\"Malta hija stat newtrali li jrid attivament jilħaq il-paċi, is- sigurta` u l-progress soċjali fost in-nazzjonijiet kollha billi jħaddan politika ta' non-allineament u jirrofta li jipparteċipa f'kull alleanza militari.\".", "Sur President, meta tagħmel dikjarazzjoni unilaterali tista' tgħid ħafna affarijiet imma hawnhekk m'hawn l-ebda riferenza għall-artiklu tal- Kostituzzjoni ta' pajjiżna.", "Issa li nafu li pajjiżna se jkun membru fl- Unjoni Ewropea awtomatikament se nkunu qegħdin f'alleanza.", "U jekk il- politika ta' l-Unjoni Ewropea mhijiex militari, ċertament hija politika allinjata, mentri l-politika tagħna hija politika li kostituzzjonalment hija marbuta man-non-allinjament.", "Din hija xi ħaġa li qatt ma tressqet quddiem dan il-parlament biex tiġi emendata.", "Pero' hawnhekk huwa mportanti li wieħed jgħid li l-kwestjoni tan-non-allinjament mhijiex il-kwestjoni tan- newtralità għaliex filwaqt li pajjiżna huwa dikjarat newtrali taħt subartiklu (3) ta' artiklu 1 tal-Kostituzzjoni ta' pajjiżna hemm ukoll politika ta' non-allinjament.", "Għalhekk ladarba se nkunu membri ta' l-Unjoni Ewropea awtomatikament pajjiżna mhux se jibqa' jħaddan politika ta' non- allinjament għaliex se jkun f'sistema politika li hija allinjata.", "Dan huwa argument kostituzzjonali li jien ma jidhirlix li s'issa ġie ndirizzat f'din il-Kamra u dan huwa l-ewwel punt li rrid nagħmel.", "Għalkemm sal-lum wieħed jista' jgħid li l-pożizzjoni ta' l-Unjoni Ewropea hija safe f'dak li għandu x'jaqsam ma' newtralità ̧ dwar il-politika ta' non- allinjament qegħdin niksru l-Kostituzzjoni.", "Għalhekk bħalma għamlu pajjiżi oħrajn li ffirmaw it-trattat ta' sħubija f'Ateni aħna wkoll kellna nagħmlu l-emendi kostituzzjonali tagħna.", "Per eżempju, meta s-Slovenja li huwa pajjiż żgħir u li għadu kif ħareġ minn kriżi kbira ta' gwerra fis-snin disgħin ġie biex jara kif se jkun effettwat fil-qasam tal-ġudikatura minħabba l-effett tas-supremizija tal-qrati, organizza domestic debate fil- parlament biex jara x'għandu jsir fil-Kostituzzjoni tiegħu ħalli mbagħad ikun jista' jagħmel il-proposed accession to the European Union u jkun b'saħħtu biżżejjed biex jilqa' għal ċerti miżuri.", "(Interruzzjonijiet) Il- gvern tiegħek ma ġiex jiddiskuti dawn il-punti kostituzzjonali kollha fil- parlament għaliex donnu qed jgħid li ladarba l-poplu ddeċieda li jidħol membru fl-Unjoni Ewropea ̧ dak kollu li għandna miktub fil-Kostituzzjoni ta' pajjiżna nistgħu nitfgħuh fix-shredder.", "(Interruzzjonijiet) Le, fl- istadju ta' Kumitat irridu nagħmlu l-emendi kollha u intom tridu timxu magħna.", "Dik hija l-irġulija fejn tidħol il-Kostituzzjoni, u aħna dejjem hekk imxejna.", "Dan huwa l-uniku Prim Ministru li meta kien hemm bżonn isir tibdil kostituzzjonali ma ġiex jiddiskutih fil-parlament kif għamlu sħabu imma mar quddiem il-poplu jistaqsi mistoqsija.", "U issa qed jgħid li jista' jagħmel li jrid pero' dan ma jistax isir!", "Dan jaf li hawnhekk għandna issues kbar kostituzzjonali li niġi għalihom waħda wara l-oħra pero' huwa tajjeb li f'din il-Kamra hawn ħafna avukati ħalli jekk tingħad xi ħmerija tinġibed l- attenzjoni jekk ikun hemm bżonn.", "(Interruzzjonijiet) Pero' l-liġi kulħadd jaf jaqraha u inti daqsi taf taqraha għaliex tgħallem l-università.", "Għalhekk inutli tistaqsi jekk taqbilx jew le li pajjiżna jissieħeb fl- Unjoni Ewropea.", "Jekk taqbel well and good imma issa x'se nagħmlu fuq dawk l-affarijiet li għaddejna f'din il-Kamra?", "(Interruzzjonijiet)", "Sur President ̧ il-bieraħ fid-diskors tiegħu l-Prim Ministru qal li l-unika emenda li se jagħmel dwar il-Kostituzzjoni ta' pajjiżna tinsab fi klawsola 7 li qed temenda subartiklu (1) ta' artiklu 65 tal-Kostituzzjoni.", "Fil- fatt din il-klawsola tgħid hekk:", "\"Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta' din il-Kostituzzjoni, il- Parlament jista' jagħmel liġijiet għall-paċi, ordni u gvernar tajjeb ta' Malta b'mod konformi ma' rispett sħiħ għad-drittijiet tal-bniedem, il-prinċipji ġeneralment aċċettati tad-dritt internazzjonali u l- obbligazzjonijiet internazzjonali u reġjonali ta' Malta partikolarment dawk assunti bit-trattat ta' l-adeżjoni ma' l-Unjoni Ewropea iffirmat f'Ateni fis-16 ta' April, 2003.\"", "Dan ifisser li b'din l-emenda l-pajjiż jista' jagħmel liġijiet li jibgħathomlna ħaddieħor.", "(Interruzzjonijiet) Issa ħu ftit paċenzja, Onor. Borg.", "(Interruzzjonijiet)", "Meta tara l-liġijiet li għaddew pajjiżi oħra wara t-trattat issib li fl- ebda waħda minnhom m'hemm \"the prime minister is empowered\".", "Mhux talli hekk talli qed jingħad li l-prim ministru jista' jagħti d-delega lill- ministru jew awtorità u jgħidilhom li jridu jagħmlu t-tali liġijiet mingħajr ma jgħaddu mill-proċedura parlamentari għaliex hekk tkun ħarġet l- ordni minn hemm fuq.", "Fil-fatt fit-tieni proviso ta' klawsola 4 jingħad li:", "\"F'dan is-subartikolu \"Ministru jew Awtorità msemmija\" tfisser li dak il-Ministru jew Awtorita` governattiva li jistgħu minn żmien għal żmien ikun hemm imsemmija b'ordni tal-Prim Ministru fir-rigward ta' kull materja jew għal kull għan li jkun ̧ iżda bla ħsara għal dawk ir- restrizzjonijiet jew kondizzjonijiet (jekk ikun hemm) li jistgħu jiġu speċifikati fl-ordni.\".", "Fl-opinjoni tiegħi, dan huwa abbozz ta' liġi oxxen għax qegħdin naqbżu kull livell ta' demokrazija u ta' dibattitu demokratiku.", "Donnu se jkun hawn ordering council kif kien hemm fis-snin ħamsin u sittin meta kien jitkellem ir-re u allura dan ma jagħmilx żbalji u jista' jgħid li jrid!", "Pero` mbagħad għandna wkoll li l-prim ministru issa jista' wkoll joħloq ir-reati.", "Fil-fatt paragrafu (b) ta' subklawsola (4) ta' klawsola 4 jgħid li:", "\"... joħloq xi reat kriminali ġdid li jkun soġġett għall-pieni ta' priġunerija għal iżjed minn sentejn jew multa ta' iżjed minn għaxart elef lira (jekk din ma tkunx kalkulata fuq bażi ta' kull ġurnata) jew multa ta' iżjed minn mitt lira kuljum.\".", "Mela issa qed nitkellmu fuq prinċipju legali li qatt ma eżista fejn il-prim ministru jista' jgħid li t-tali ħaġa is punishable with imprisonment għax tkun ħarġet minn xi trattat ̧ protokoll jew ordni li tiġi minn Brussels.", "Għalhekk prim ministru Ewropew jista' jagħmel bħalma kien jagħmel Napuljun u jgħid li t-\"tali\" ħaġa minn għada se tkun reat.", "Għalhekk issa l-poplu Malti u Għawdxi mhux il-liġijiet li jgħaddu minn dan il-parlament biss irid ikun jaf imma anke dawk li se jibdew jgħaddu minn Kastilja, minn fejn hemm il-Prim Ministru Fenech Adami.", "Allura hija serjetà li niġu hawnhekk niddiskutu abbozz ta' liġi li jinsulta l-pubbliku Malti, abbozz ta' liġi li qed jagħmel dawn il-gaffes kostituzzjonali, proċedurali, legali u anti-demokratiċi li qed ipoġġu lill-Prim Ministru fuq il-pedestral ta' dittatur?!", "Għalhekk jien b'saħħa kbira ngħid kemm se nieħu pjaċir nivvota le għal dan l-abbozz ta' liġi għax minbarra li huwa perikoluż, huwa abbozz ta' liġi tal- ġenn li jagħmel ħsara kbira lid-demokrazija ta' pajjiżna.", "Dan l-abbozz ta' liġi mhux qed jitkellem fuq l-Ewropa imma qed jgħid li aħna nistgħu mmorru 'l hinn għax ċerti affarijiet se jgħaddu mingħajr ma jitressqu quddiem il- parlament.", "Din hija l-verità!", "(Interruzzjonijiet) Onor. Gonzi ̧ inti avukat bħali u taf xi trid tagħmel meta niġu għall-Kostituzzjoni.", "Taf ukoll xi trid tagħmel biex tirrispetta lill-qrati u taf li għall-finijiet ta' kull proċediment fl-artiklu 5 ...", "(Interruzzjonijiet) Issa rrispondini għax jien nieħu pjaċir.", "MR SPEAKER: Onor. Farrugia, jekk jogħġbok indirizza lis-Sedja.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Mr Speaker, dwar id-deċiżjonijiet tal-qrati rrid ngħid li jekk il-qrati tagħna kienu kkonsultati u kienu jafu b'kollox li se jiġi għalihom u kulħadd ferħan, for them it's all well and good, imma għall- poplu Malti it is not all well and good għaliex il-poplu Malti jrid ikun jaf x'inhu jsir fl-evoluzzjoni legali f'pajjiżna.", "Fil-qorti Maltija, kif kulħadd jaf, m'għandniex is-sistema tal-preċedent.", "Jiġifieri dak li jiddeċiedi wieħed mhux bilfors trid toqgħod fuqu imma jista' jkollok qorti ta' l-appell li taqta' differenti.", "Imma issa se ndaħħlu s-sistema tal- preċedent minn Brussels u qed ngħidu hekk:", "\"Għall-finijiet ta' kull proċediment, quddiem xi qorti jew awtorita' ġudikanti oħra, kull kwestjoni dwar it-tifsir jew l-effett tat- Trattat, jew dwar il-validita`, tifsir jew effett ta' xi strumenti li joħorġu minnu jew taħtu, għandha tiġi trattata bħala punt ta' dritt u jekk ma tkunx riferita lill-qorti tal-ġustizzja tal-komunitajiet Ewropej, tkun għad-deċiżjoni bħala tali skond il-prinċipji stabbiliti minn, u kull deċiżjoni rilevanti ta', il-qorti tal-ġustizzja tal- kumitatjiet Ewropew jew ta' kull qorti marbuta magħha.\".", "Issa jekk din hija tajba ħafna u kulħadd jemmen li hekk għandhom isiru l- affarijiet jien ngħidlek all's well and good, pero` il-poplu Malti ma ddeċidiex biex fil-kawżi tiegħu issa jiġi sottomess li jkun jaf ukoll b'mod regolari dak li jrid jiġi ppumpjat minn hemm fuq fil-konfront tiegħu fil- qrati tal-ġustizzja ta' Malta.", "Din hija ġennata.", "Qed niġu sottomessi għal dan kollu mingħajr ma sar l-ebda dibattitu f'dan il-kuntest.", "Issa f'artiklu 66 tal-Kostituzzjoni ta' pajjiżna hemm entrenched tajjeb dwar dak kollu li jista' jsir fil-Parlament u biex aħna nnaqqsu, inżidu jew nemendaw xi artikli tal-Kostituzzjoni rridu bilfors id-due terzi tal- Parlament.", "Allura filwaqt li lill-Onor.", "Gonzi ngħidlu li naf li sar ir- referendum u l-elezzjoni, u nirrispetta l-verdett ta' l-elezzjoni ġenerali, ngħidlu wkoll li rrid nirrispetta wkoll il-Kostituzzjoni ta' pajjiżna.", "U l- Onor. Gonzi jaf li jekk il-poplu Malti jrid ibiddel jew iżid ma' dawn l- artikli, sta għall-parlamentari f'dan il-Parlament li jemendaw.", "Jiġifieri kulmin se jitkellem irid jindirizza dawn il-problemi kostituzzjonali.", "Aħna m'aħniex qegħdin hawn biex naljenaw ruħna minn dak li għadu hemm.", "Aħna m'aħniex qegħdin hawn biex niskartaw dak li bnejna.", "Aħna m'aħniex qegħdin hawn biex naċċettaw dak li l-poplu Malti ma vvotax fuqu.", "Aħna m'aħniex qegħdin hawn biex inħallu lill-Prim Ministru Malti tal-lum ma jimxix skond il-proċeduri li tagħtih l-istess Kostituzzjoni u mbagħad jiġi hawn b'att sempliċi jipprova jbellagħlna dak li ma jistax isir.", "Aħna m'aħniex qegħdin fl-oppożizzjoni biex ma nirrispettawx dak li jrid il-poplu Malti.", "Irridu naraw li naċċettaw dak li jrid il-poplu Malti, li vvota favur l-Ewropa u li pero` fl-istess ħin kellu oppożizzjoni qawwija għal ċerti tibdiliet f'dan il-pajjiż.", "Sur President, il-mod kif inhu miktub l-att innifsu, kull fejn hemm poter imur fuq il-prim ministru.", "Il-kostituzzjoni ta' pajjiżna li hija l-ogħla liġi tal-pajjiż tirrikjedi li tiġi indirizzata minn dan il-Parlament.", "Inutli toqgħod tgħidilna li rbaħt l-elezzjoni.", "L-elezzjoni rbaħtha u issa trid tmexxi.", "Pero' issa għandek il-Kostituzzjoni u l-Parlament huwa l-uniku forum li jista' jkun superjuri fuq il-Kostituzzjoni billi jagħmel it- tibdiliet meħtieġa skond dak li hemm fl-istess Kostituzzjoni.", "Sur President, il-Finlandja li hija pajjiż newtrali, wara ċertu żmien fl-UE ħasset il-ħtieġa li tagħmel survey dwar il-common defence policy u minn dan is-survey irriżulta li 51% tal-Finlandiżi ma jridux din il-common defence policy.", "Għaliex?", "Għax dawn qed jaħsbu li dan jista` jkun xi replika tan- NATO.", "Jien hawnhekk għandi rapport ta' \"The Observer\" u wieħed jekk irid jista' jarah.", "Dawn jemmnu li din il-common defence policy tista' tagħmlilhom il-ħsara f'dak li għandu x'jaqsam ma' security status fil- pajjiż.", "Allura xi jfisser dan kollu, Mr Speaker?", "Ifisser li dan l-abbozz huwa wieħed perikoluż u ma jagħmilx ġieħ lil pajjiżna u mhux sew li ġibnih hawnhekk biex niddiskutuh mingħajr ma t-trattat kien parti mil-liġi.", "M'huwiex sew lanqas li nagħmlu liġijiet li jistgħu jgħaddu mill- Kostituzzjoni ta' pajjiżna u jweġġgħu lill-istess prinċipji kostituzzjonali mingħajr ma nagħmlu l-homework sew billi nwettqu dak li trid il- Kostituzzjoni.", "Għalhekk minn hawn niddikjara li bħal sħabi se nivvota kontra dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Josef Bonnici.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Speaker, huwa tassew żmien importanti għal pajjiżna li qegħdin niddiskutu t-trattat ta' sħubija ta' Malta ma' l- Unjoni Ewropea wara li għal darba darbtejn il-poplu Malti esprima l- opinjoni tiegħu bl-iktar mod ċar.", "Jien nifhem li jkollok pożizzjoni għal dan l-inkarigu li topponi u tipprova toffri alternattivi, pero` wara li l- oppożizzjoni għamlet dan kollu, irriżulta li l-poplu Malti ma kienx konvint mit-triq u mill-alternattivi li kien qed joffri l-partit fl-oppożizzjoni.", "Sur President, irrid ngħid li issa dħalna fi żmien differenti; m'aħniex aktar fiż-żmien li l-poplu Malti għadu jrid jiddeċiedi.", "Il-poplu ddeċieda u jkun tajjeb jekk in-naħa ta' l-oppożizzjoni jirrealizzaw li issa għandhom responsabbilta` huma wkoll biex jgħinu f'din id-deċiżjoni.", "Sfortunatament, s'issa t-ton tad-diskussjoni ma kienx wieħed li jagħmillek kuraġġ li kien hemm bidla fit-tattika li kienet għamlet minn kollox biex tipperswadi lill- poplu Malti jivvota kontra s-sħubija.", "Din ma rnexxietx u llum wieħed jistenna li n-naħa ta' l-oppożizzjoni jirrispettaw id-deċiżjoni b'mod effettiv u mhux bil-kliem biss.", "Il-bieraħ il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, bil-mod kif tkellem, bażikament beda jipprova jiġġustifika għaliex il-partnership aħjar u għaliex il-partnership rebaħ.", "Issa din tar-referendum għalija hija ereżija tal-prima klassi.", "Kellna referendum li għadda bi 53% favur li nissieħbu fl-Unjoni u għandna l- ereżija li tan-naħa ta' l-oppożizzjoni jibqgħu jgħidu li kien 48% tal-voti kollha possibbli, inkluż il-mejtin, favur is-sħubija.", "Jiġifieri rridu niftakru x'qed jipprovaw jgħidu ta' l-oppożizzjoni.", "Qed jipprovaw jagħmlu hijack anke lil min ma esprimiex opinjoni għaliex ma setax jesprimiha.", "Naħseb li jkun tajjeb li fuq din il-partit Laburista jara kif ibiddel il- folja għaliex la qed tagħmel ġieħ lilu u lanqas lil pajjiżna.", "Sur President, kif taf il-Kamra jiena ili għal dawn l-aħħar xahrejn rappreżentant fil-Parlament Ewropew u kelli l-opportunita` nara kif jaħdem mill-qrib il-Parlament Ewropew.", "Minn dak li smajt il-bieraħ jidher li Dr Sant huwa out of touch mar-realtajiet tal-lum.", "Jinsab out of touch minn kif il-politika fl-Ewropa tiġi magħġuna, tiġi influwenzata u tiġi wkoll tirrifletti allura l-interessi tal-membri ta' l-UE.", "Jien għandi l-ktieb ta' Diana Wallis intitolat \"Forgotten Enlargement\" li fih titkellem fuq il- forgotten enlargement ta' Iceland, Norway u Switzerland.", "Pero` hawn parti li nixtieq naqraha għaliex hija relevanti ħafna għall-pożizzjoni li naħseb li l-partit Laburista għandu jirrikonsidra.", "Din il-parti tgħid hekk:", "\"It is quite wrong to believe that all important or useful influence is determined only by the size of a new member state or that the legislative process is not receptive to the unique predicaments or peculiarities of individual states.", "A seat in the council of ministers or European parliament is not important for hard bargaining issues alone, often it simply makes it much easier to get legislation tailored to the needs of an individual member state.\".", "U jien nammetti li din rajtha in action fl-Ewropa proprju l-ġimgħa li għaddiet meta anke l-interessi tal-Lussemburgu, fuq ċerti aspetti, fil- kumitat ekonomiku monetarju mhux talli ġew rispettati mill-pajjiżi l-oħra kbar u mill-membri parlamentari ta' pajjiżi kbar, talli proposti tal- commission ġew defeated minħabba l-interess ta' pajjiż żgħir.", "Jiġifieri aħna qed nidħlu f'sistema differenti ta' kif wieħed jinfluwenza d- deċiżjonijiet u mhuwiex veru dak li qal il-Kap ta' l-Oppożizzjoni li l- attitudni hija one size fits all. Din il-kelma taf min jużaha fil- parlament Ewropew?", "Jużawha l-ultra konservattivi, in-nationalists, dawk li huma proprjament at the fringe tal-politika fl-Ewropa.", "U jirriżulta li fil- fatt hemm reception tajba ħafna għall-pożizzjoni ta' pajjiżna u għall- opinjonijiet li aħna nesprimu.", "Il-fatt huwa li fil-Parlament Ewropew, li issa se jissaħħaħ, se jkun hemm madwar 75% tad-deċiżjonijiet li se jittieħdu through co-decision; mhux se jittieħdu iktar mill-commission biss jew mill-kunsill tal-ministri biss imma hemm dan l-element ta' co-decision skond il-kostituzzjoni li qed tiġi msawra.", "Pero` jirriżulta li fil-Parlament Ewropew hemm tliet stadji ċari; qabel l- istadju plenarju fejn naturalment jittieħdu l-voti u allura huwa l-istadju finali hemm żewġ stadji oħra li huma dak tal-kumitati fejn il-liġijiet jew il-proposti tal-commission jew tal-kunsill tal-ministri jiġu emendati u fejn il-commission trid tiddefendi l-pożizzjoni tagħha.", "Imbagħad jekk il- kumitat tal-Parlament ikun qed jieħu pożizzjoni li ma taqbilx ma' tal- commission hemm anke mekkaniżmu biex dawn ikunu jistgħu jilħqu ftehim dwar dik il-pożizzjoni.", "Allura għandek dan id-dibattitu kontinwu u ħaj li jwassal għal influwenza mhux żgħira.", "Hemm ukoll l-istadju tal-gruppi politiċi, u hawnhekk irrid ukoll nistieden lil tan-naħa l-oħra li jagħtu attenzjoni lil dan l-istadju.", "Għaliex?", "Għax waqt li l-membri rappreżentanti tal-gvern huma mill-partit politiku tal-European People's Party, ta' l-oppożizzjoni donnu jidher li se jkunu mill-partit Soċjalista, għalkemm għadhom observers.", "F'dan l-istadju tal- gruppi politiċi hemm il-possibbilta` li wieħed mhux jinfluwenza bin-numru tiegħu biss, imma jinfluwenza proprju fi ħdan il-grupp politiku tiegħu.", "U dan huwa stadju importanti ħafna.", "Kull membru għandu l-faċilità li jesprimi l-opinjoni ̧ jiddiskuti u jipproponi affarijiet li jolqtu lilu jew lil pajjiżu mill-qrib.", "Allura hawnhekk hawn lok fejn in-naħa ta' l-oppożizzjoni flimkien man-naħa tal- gvern ikunu jistgħu jippreżentaw affarijiet ta' interess nazzjonali.", "Dan rajtu jseħħ fil-Lussemburgu u f'pajjiżi oħrajn fejn ikun hemm proposti li jkunu jridu jiġu rfinati biex jieħdu in konsiderazzjoni l-ispecific needs ta' l-istess pajjiżi.", "Għalhekk it-teżi ta' l-Onor.", "Sant li one size fits all hija waħda żbaljata.", "M'għandniex nibqgħu nsostnu l-propaganda ta' qabel l-elezzjoni u ta' qabel ir-referendum meta r-realtà hija differenti.", "Huwa mportanti ħafna li neħilsu minn dan l-inkubu li kien hawn f'pajjiżna u nidħlu fi żmien ġdid u differenti fejn aħna nkunu nistgħu nużaw il-miżuri kollha li qabel ma kellniex għad-dispożizzjoni tagħna.", "Sur President, illum għad m'għandniex vot għax għadna ma dħalniex membri fl-Unjoni Ewropea pero` għandna l-faċilità li niddiskutu u ninfluwenzaw deċiżjonijiet li se jittieħdu fil-futur qarib.", "Naħseb li dan huwa wieħed mill-akbar gwadann li għandna.", "Huwa żgur li l-kunsill tal-ministri jistgħu jinfluwenzaw id-deċiżjonijiet speċjalment meta jkunu ta' natura li jirrigwardaw l-interessi ta' pajjiżna.", "M'hemmx dubju li hemm goodwill fil- parlament Ewropew bħalma hemm goodwill fil-kunsill tal-ministri li l-ebda stat ma jiġi minsi meta wieħed ikun qed jikkonsidra l-bidliet proposti.", "Fil-fatt fil-ktieb ta' Diana Wallis hemm spjegat bl-aktar mod ċar il- problemi li qed jiffaċċjaw pajjiżi bħal Iceland ̧ Norway u Switzerland li huma assolutament neqsin mill-aspett ta' influwenza u parteċipazzjoni fl- istadju kollu tad-deċiżjonijiet.", "Tant hu hekk li dawn ikollhom jaċċettaw id-deċiżjonijiet għax għandhom it-trattat ta' free trade area li l-partit Laburista ilu żmien jgħidilna fuqu pero` llum meta wieħed iħares lejn din il-politika jsib li aktar hija on its way out milli on its way in.", "Għalhekk dawn il-pajjiżi mhux biss qed ikollhom jagħtu kontribut għas- social cohesion ta' l-UE nkluż tal-pajjiżi li qed jidħlu, talli sfortunatament ftit li xejn għandhom influwenza allavolja jkollhom jaċċettaw 80% jew 90% tad-deċiżjonijiet ta' l-UE għaliex huma parti minn suq wieħed.", "Sur President ̧ il-bieraħ il-Kap ta' l-Oppożizzjoni tkellem ukoll dwar is- sovranità ekonomika u nixtieq nirrifletti ftit fuq dan ukoll.", "Is-sovranità ekonomika ta' kull pajjiż ̧ speċjalment ta' pajjiżi żgħar, hija dipendenti ħafna mit-trattati li jkun hemm.", "Dan spjegajnih għal darba, tnejn, tlieta, anke fil-pubblikazzjoni \"Prosperity in change\" fejn issib li t-tip ta' relazzjoni taħt free trade area jew taħt l-hekk imsejjaħ partnership mhuwiex l-aħjar mod kif wieħed ikollu dik is-sovranità ekonomika għax dawk it-tip ta' relazzjonijiet fihom żvantaġġi kbar.", "Proprju matul dawn il- jumejn kont qed nisma' lil ministru tal-Ġordan li kien qed jagħti press conference mas-segretarju tat-trade Amerikan u kien qed jitkellem dwar il- free trade area ma' l-Amerka.", "Issa l-Ġordan diġà għandha association agreement ma' l-Unjoni Ewropea.", "Jirriżulta li l-Amerka qed tinsisti li l- free trade area mal-Ġordan irid ikopri mhux biss l-agrikoltura imma jrid ikopri wkoll is-servizzi kollha.", "U l-ministru tal-Ġordan qal li mhux biss qed iħarsu lejn dan l-aspett imma qed iħarsu wkoll kif jistgħu jsaħħu t- trattament li għandhom ma' l-Ewropa għax bħalissa m'għandhomx il- possibbiltà – dik li jsejħulha l-cumulation – tal-valur miżjud bejn il- pajjiżi kollha tal-Mediterran u l-Unjoni Ewropea.", "Dan huwa żvantaġġ spjegat bl-aktar mod ċar fid-dokument \"Prosperity in change\".", "Għalhekk meta nibda nisma' lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni jerġa' jirrepeti r- retorika ta' qabel ir-referendum li tilef u r-retorika ta' qabel l- elezzjoni li tilef nibda naħseb li hawnhekk għandna problema ta' friża fil- mentalità.", "M'għandniex żvilupp 'il quddiem min-naħa ta' l-oppożizzjoni u l- pajjiż għandu bżonn ikollu dan l-iżvilupp għaliex ir-rwol ta' l- oppożizzjoni ̧ kemm fi ħdan l-istituzzjonijiet bħall-parlament Ewropew u anke f'dan il-parlament mhijiex li ssostni biex tgħid kemm kellha raġun meta minn dak li qed naraw jirriżulta li ma kellhiex.", "Din it-tip ta' parteċipazzjoni trid tinbidel.", "Sur President ̧ donnu li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni tant għamel żmien igħid kontra l-Unjoni Ewropea u tant inqata' mill-proċess kollu tan-negozjati, għax hu ħalla lilu nnifsu barra l-partit Laburista ̧ li llum donnu hemm vacuum fil-ħsebijiet tiegħu.", "Jien minn dak li qal il-Kap ta' l- Oppożizzjoni l-bieraħ ma smajtx element ġdid dwar kwestjonijiet li għandhom x'jaqsmu mar-relazzjonijiet bejn Malta u l-Unjoni Ewropea ħlief repetizzjoni li konna nisimgħu qabel ir-referendum u qabel l-elezzjoni ġenerali.", "Dan ifisser li l-partit Laburista għadu maqbud fil-passat u mhux veru qed jirrispetta d-deċiżjoni tal-poplu Malti li permezz tagħha se jkollna orizzonti ġodda li jistgħu jkunu ta' benefiċċju kbir għal pajjiżna.", "Jien nixtieq nagħlaq billi ngħid li hemm bżonn li n-naħa ta' l-oppożizzjoni tirrealizza l-bidliet li saru u tpoġġihom fil-prattika u mhux tibqa' tinsisti fuq ideat li fil-verità huma nofshom imsajra, ideat li ma jagħtux dehen lil pajjiżna għax ipoġġuh aktar vulnerabbli għal dak kollu li qed jiġri fid-dinja.", "Il-poplu Malti kellu informazzjoni u sens biżżejjed biex iwarrab din it-triq u issa għandna opportunità tad-deheb li tiżgura li l-livell ta' l-għajxien mhux biss ikompli jiżdied imma jkompli jirranka kif għamlu pajjiżi oħra wara li daħlu fl-Unjoni Ewropea.", "Dan kollu huwa dokumentat fil-ktieb \"Prosperity in change\" meta dan jittratta l-iżvilupp fil-Portugall, fl-Irlanda ̧ fil-Greċja u f'postijiet oħra.", "L-Unjoni Ewropea se tagħtina ħafna opportunitajiet u allura issa it's up to us li nisfruttaw l-iżviluppi li għandna quddiemna.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Issa nsejjaħ lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sur President, naħseb li dak li qed jiddiskutu l- parlament illum huwa wieħed mill-aktar importanti li jien personalment qatt għaddejt minnhom matul dawn is-snin kollha li ilni f'dan il-parlament.", "Dan huwa dibattitu mportanti fuq liġi mportanti li timmarka pass ieħor kostituzzjonali fl-iżvilupp ta' pajjiżna.", "Il-bieraħ il-Prim Ministru qal li dan il-mument speċjali li qed ngħaddu minnu qed jissiġilla esperjenza li għexniha flimkien fuq medda ta' snin, esperjenza li ġiet dibattuta bl-aktar mod qawwi u bl-aktar mod wiesa' f'pajjiżna għal medda twila ta' snin, esperjenza li għaddiet minn proċess ta' għażliet elettorali tal-poplu tagħna f'aktar minn elezzjoni waħda u esperjenza li wasslet biex ħaġa rarissima fl-istorja ta' l-iżvilupp kostituzzjonali ta' pajjiżna tqiegħdet għar-referendum ħalli l-poplu Malti jkun jista' jieħdu d-deċiżjoni indipendenti minn kwalunkwe konsiderazzjoni oħra.", "Din id-deċiżjoni finali fuq dan il-pass kostituzzjonali ta' pajjiżna ma kenitx biżżejjed għax kif nafu kellha tiġi kkonfermata u ssiġillata f'riżultat ta' elezzjoni ġenerali.", "Dan kollu wassal biex illum qegħdin napprovaw abbozz ta' liġi li effettivament jirratifika ftehim li l-Prim Ministru ta' Malta tela' biex jiffirma ġewwa Ateni erbat ijiem wara l-elezzjoni ġenerali ta' pajjiżna.", "Kif spjega l-Prim Ministru l-bieraħ dan il-kontest huwa wieħed storiku u pass ieħor importanti fil-mixja kostituzzjonali ta' pajjiżna u jien li qgħadt naħseb ftit ̧ anke waqt li kont qed nisma' l-interventi tal-bieraħ, f'mument minnhom fakkart lili nnifsi li b'din il-liġi li qed niddisktu u li eventwalment nittama li napprovaw f'dan il-Parlament se nkunu qegħdin insaħħu s-sovranità ta' pajjiżna u tal-poplu tagħna għax permezz ta' din il- liġi, b'effett mill-1 ta' Mejju tas-sena d-dieħla, il-poplu tagħna se jkun jista' jiddeċiedi x'jiġri fil-Ġermanja ̧ se jkun jista' jieħu sehem f'deċiżjonijiet li jaffettwaw lit-Taljani u f'ċerti deċiżjonijiet se jkun jista' jżomm 24 pajjiż ieħor milli jieħdu ċerti deċiżjonijiet.", "Meta tirrealizza li dan l-abbozz ta' liġi se jagħti din id-dimensjoni ġdida għal dan il-parlament ̧ għalina d-deputati u għall-poplu tagħna allura tibda tirrealizza kemm kellu raġun il-Prim Ministru l-bieraħ li jgħid li dan huwa pass ieħor 'il quddiem fl-iżvilupp kostituzzjonali ta' pajjiżna.", "Huwa żgur li se nkunu nistgħu ninfluwenzaw, niddeterminaw u niddeċiedu affarijiet li jolqtu lilna u li jolqtu pajjiżi oħrajn u se nkunu nistgħu wkoll inżommu milli jittieħdu ċerti deċiżjonijiet.", "Dan qed nagħmluh għaliex il-poplu Malti sovran – mhux l-Onor.", "Eddie Fenech Adami jew il-gvern Nazzjonalista – ħa deċiżjoni ċara u skjetta ̧ li fuqha ma jista' jkun hemm ebda dubju ta' xejn, li jrid li wara dawn is-snin kollha ta' diskussjonijiet Malta tidħol fl-Unjoni Ewropea.", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq membru sħiħ u mhux fuq membru biċċa għax għal snin sħaħ kien hawn min kien jindika li tista' tkun membru biċċa u mhux membru sħiħ.", "Din erġajna qed nisimgħuha f'dan id- dibattitu pero' l-verità hi li deħlin membri fl-Unjoni Ewropea bid- drittijiet kollha ̧ bir-responsabbiltajiet kollha u bl-obbligi kollha.", "Għalhekk wara li l-bieraħ bdejt insegwi l-interventi li saru mill-ewwel ridt nenfasizza dan il-punt importantissimu ta' pass 'il quddiem ta' tisħiħ tas- sovranità tagħna ̧ ta' poplu u pajjiż li issa qed jieħu postu fejn jixraqlu ma' 24 pajjiż ieħor madwar il-mejda li tissejjaħ l-Unjoni Ewropea.", "Dan il-pass importanti ħafna rrid nenfasizzah.", "Pero' naħseb li huwa mportanti li nenfasizza wkoll il-fatt li kont qed nistenna b'ċerta attenzjoni u ħerqa wkoll l-interventi tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni u tal- kelliema ta' l-oppożizzjoni li jipparteċipaw f'dan id-dibattitu u minbarra l-intervent tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni smajt l-intervent ukoll ta' l-Onor.", "Anġlu Farrugia.", "Kif qed ngħid il-bieraħ segwejt l-intervent ta' l-Onor.", "Sant b'interess għax ridt inkun naf x'inhi l-pożizzjoni tiegħu.", "Dan għaliex matul il- ġimgħat li għaddew wara r-riżultat elettorali jien smajt dikjarazzjonijiet ġejjin min-naħa ta' l-oppożizzjoni, f'diversi okkażjonijiet, li issa l- poplu Malti ddeċieda u l-partit Laburista se jirrispetta r-rieda tal- maġġoranza ̧ se jaċċetta din ir-realtà ġdida politika u se jopera fi ħdan din ir-realtà.", "Dan l-istatement smajtu l-bieraħ ukoll mingħand l-Onor.", "Sant u issa nixtieq nikkwota xi ħaġa li qal li ġiet rapportata wkoll kelma b'kelma fil-ġurnal \"l-orizzont\":", "\"L-oppożizzjoni titlaq minn aċċettazzjoni tal-verdett tal-poplu fl- aħħar elezzjoni jiġifieri li Malta se ssir membru sħiħ ta' l-Unjoni Ewropea.\".", "Dan huwa statement ċar daqs il-kristall u napprezzah għax jaċċetta l- verdett tal-poplu Malti u mhux ta' l-Onor.", "Eddie Fenech Adami, tal-gvern Nazzjonalista, ta' Napuljun jew tad-dittaturi.", "Pero' wara li jien kont qed nittama li kien se jibda jkollna atmosfera ġdida ġejt hawnhekk u smajt dawn it-tip ta' aġġettivi.", "U allura jien nibda ngħid: X'qed jiġri?", "Fejn hi l-ġenwinità u s-sinċerità fil-linja politika?", "Wieħed irid jifhem li ladarba se taċċetta l-verdett tal-poplu ma tistax taċċettah bil- kondizzjonijiet jew bl-\"imma\".", "Il-poplu jrid li Malta tidħol fl-Unjoni Ewropea.", "U biex Malta tidħol fl-Unjoni Ewropea ġie ffirmat trattat li jrid jiġi ratifikat.", "Issa dan l-abbozz ta' liġi jawtorizza lill-gvern biex jirratifika dak it-trattat.", "Imma dak huwa li għamel Malta fl-Unjoni Ewropea?", "Le ̧ l-Unjoni Ewropea mhijiex sempliċement trattat imma hija ħafna iżjed minn hekk.", "L-Unjoni Ewropea tfisser il-liġijiet kollha li jagħtu drittijiet ġodda u obbligi lin-nies tagħna, lill-ħaddiema tagħna u lill- familji tagħna li semma l-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "It-trattat ifisser li biex Malta ssir membru fl-Unjoni Ewropea l-liġijiet kollha ta' l-Unjoni Ewropea jridu jsiru parti mil-liġijiet ta' pajjiżna.", "Sur President, fl-ewwel parti tad-diskors tiegħu l-Kap ta' l-Oppożizzjoni tana spjegazzjoni ta' l-iżvilupp ta' l-Unjoni Ewropea, mill-bidu tagħha sal- lum.", "Imbagħad tana spjegazzjoni ta' l-iżvilupp kostitizzjonali tagħha u wara beda jerġa' jipprova jispjegalna x'kienet l-pożizzjoni ta' l- oppożizzjoni tul dawn ix-xhur, speċi beda jiġġustifika l-pożizzjoni u l- argumenti ta' l-oppożizzjoni u l-politika ta' Svizzera fil-Mediterran u l- partnership.", "Din tinstema' qisha apoloġija ta' dik il-pożizzjoni pero' l- Kap ta' l-Oppożizzjoni ħass il-bżonn li jagħmilha.", "Imbagħad il-Kap ta' l-Oppożizzjoni beda jikkritika l-abbozz ta' liġi u mkien u f'ebda ħin f'diskors ta` siegħa u nofs ma fakkarna jew ftakar hu li issa ilna s-snin ngħaddu l-liġijiet minn dan il-Parlament, ilna snin niġu kkritikati mill-oppożizzjoni li dawn il-liġijiet jimplimentaw l-acquis ta` l-Unjoni Ewropea, ilna s-snin biex inġibu lil pajjiżna fil-livell ta` istituzzjonijiet leġislattivi b'kapaċita` bħall-Unjoni Ewropea u skond l- acquis ta` l-istess Unjoni Ewropea u li ilna żmien niddibattu ad nauseam f'dan il-Parlament il-vantaġġi u l-isvantaġġi tas-sħubija ta` Malta fl- Unjoni Ewropea ma` kull liġi li daħlet hawn ġew.", "Anke fil-liġi dwar id- drittijiet ta` l-annimali tkellimna fuq l-Unjoni Ewropea.", "Lanqas semmielna wkoll li tul dawn is-snin, partikolament fl-aħħar snin, waqt li kien għaddej dan id-dibattitu Malta kollha ħadet sehem fih.", "Meta ngħid Malta kollha nkun qed infisser li ħadu l-korpi kostitwiti u s- soċjeta` ċivili.", "Ifformajna organu nazzjonali li jismu l-MEUSEC.", "Tajna spazju lil kulħadd biex jiġi u jinfluwenza l-proċess.", "Tajna spazju lil kulħadd biex jgħin lill-gvern Malti jinnegozja.", "Kulħadd ħa sehem, kemm min ma` jaqbilx magħna politikament u anke min kellu opinjonijiet differenti jew setturi u interessi differenti.", "L-opożizzjoni biss għażlet li tkun assenti.", "Jien niddejjaq li fid-diskors tiegħu l-Kap ta` l-Oppożizzjoni mar lura għal żmien l-Indipendenza u anke għal żmien it-tieni gwerra, ħamsin sena lura.", "Dan id-diskors fih black hole u dan il-black hole huwa l-fatt li għamilna erba` snin, ħames snin, sitt snin – imma partikolarment l-aħħar erba` snin – fejn tajna l-opportunita` kollha biex anke l-oppożizzjoni tieħu sehem f'dan id-dibattitu.", "Imma le, dik il-parti l-Kap ta` l- Oppożizzjoni ma semmihiex.", "Pero` anke dik lest li ngħix biha.", "Imma ma nistax nispjega lili nnifsi kif inti tista` tgħid żewġ affarijiet fl-istess ħin.", "Kif tista` tgħid iva u le fl-istess ħin?!", "Ħalli nispjega ruħi x'irrid ngħid.", "Il-Kap ta` l- Oppożizzjoni qal li l-punt tat-tluq ta` l-oppożizzjoni hija l-aċċettazzjoni tal-verdett tal-poplu Malti u mbagħad qal li din il-liġi li għandna quddiemna hija waħda dittatorjali.", "Kellna lill-Onor.", "Farrugia li qalilna li hawnhekk għandna \"Napuljun\".", "Imma kif jista` jiġi xi ħadd hawnhekk u jitfa` dawn l-aġġettivi bl-addoċċ li ladarba int trid taċċetta l-verdett tal-poplu Malti?!", "Il-verdett tal-poplu Malti jfisser li issa t-trattat u l-liġijiet ta` l-Unjoni Ewropea jridu jkunu applikabbli għal pajjiżna u l-liġijiet tagħna jridu jaddattaw ruħhom għal-liġijiet ta` l-Unjoni Ewropea.", "Jekk int tipprova tgħid li se taċċetta l-verdett tal-poplu imma ma tridx li l- liġijiet ta` l-Unjoni Ewropea applikati għal pajjiżna, allura tkun qed tikkontradixxi lilek innifsek u mhux veru li inti qed tgħid li trid tirrispetta l-verdett tal-poplu Malti.", "Huwa importanti għal kulħadd li jkun hemm kjarifika sewwa min-naħa ta` l-oppożizzjoni.", "Importanti għal pajjiżna u għall-kredibilita` tagħna kollha.", "Jiena nieħu pjaċir nisma` lill- oppożizzjoni tgħid li taċċetta l-verdett tal-poplu Malti.", "Nieħu pjaċir nisma` lill-Kap ta` l-Oppożizzjoni jgħid, kif qal il-bieraħ, li m'għandhom l-ebda intenzjoni li jagħtu gambetti li xi ħadd.", "Importanti wkoll li nisma` l-Kap ta` l-Oppożizzjoni, kif qal il-bieraħ ukoll, li jridu jħarsu 'l quddiem u jaħdmu f'din ir-realta`.", "Dan kollu importanti, pero` waqt li qed tagħmel dawk l-istqarrijiet importanti hemm bżonn ukoll li taċċetta l-fatt li biex tagħmel hekk trid bilfors tirratifika t-trattat li ġie ffirmat f'Ateni biex Malta tkun tista` ssir membru fl-Unjoni Ewropea fl-1 ta` Mejju, 2004.", "U hawn hija l-perplessita` li ħassejt u għadni qed inħoss s'issa meta l-bieraħ smajt id-diskors tal-Kap ta` l-Oppożizzjoni u meta llum smajt id-diskors ta` l-Onor.", "Anġlu Farrugia.", "Hemm bżonn, naħseb jiena, li niċċaraw żewġ punti, forsi anke għall- benefiċċju ta` kelliema oħrajn min-naħa ta` l-opożizzjoni, li qed nħoss li jista` jkun li huma misinterpretazzjoni.", "Għalhekk għażilt li naqbad u nitkellem ħalli jekk nistgħu niċċaraw ftit l-arja.", "Il-bieraħ meta il-Kap ta` l-Oppożizzjoni kien qed jirreferi lejn il-liġi fejn jingħad li l-Prim Ministru b'ordni jkun jista` jagħmel bidliet fil-liġijiet tagħna biex jiġu konformi ma` ta` l-Unjoni Ewropea skond kif rapportat fil-ġurnal \"l- orizzont\" qal hekk:", "\"Jiġifieri jekk il-Prim Ministru jqis li dan ikun meħtieġ jista` jibdel liġi mgħoddija mill-Parlament Malti u jagħmel dan mingħajr l- rbda riferenza lejn il-Parlament.\"", "Issa jista` jkun li qed nifhem ħażin, pero` jista` jkun li qed nifhem tajjeb.", "U jekk qed nifhem tajjeb hemm bżonn li niċċarawha din.", "Jista` jkun li l-oppożizzjoni bil-kliem tal-liġi \"may by order\" qegħdin jifhmu li \"ordni\" tfisser xi ordni tal-Prim Ministru li hija maqtugħa mill-proċess parlamentari.", "Irrid nispjega, biex inkunu ċari mill-bidunett ta` dan id- dibattitu, li jekk tirriferi lejn l-Att dwar l-Interpretazzjoni u tfittex il-kelma \"order\" biex tara xi tfisser issib li \"order\" jew \"ordni\" f'dan il- kuntest hija ekwivalenti għal dak li aħna bejnietna aktar nafuh bħala avviż legali.", "Allura jfisser li meta l-Prim Ministru jeżerċita d-dritt tiegħu taħt dan l-artiklu u b'dan l-abbozz, jekk ikun irid ibiddel liġi jrid jagħmilha b'ordni li tkun effettivament in forma ta` l-avviż legali li jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra, u li l-ħbieb tiegħi deputati jafu li bir- regolamenti tagħna l-proċess parlamentari ta` kontestazzjoni ta` avviż legali jeżisti, u jeżisti wkoll għal dawn il-proċeduri.", "Issa jiena qed nagħmel dan il-punt għax donni fhimt, jista` jkun li fhimt ħażin, li l-oppożizzjoni .....", "(Interruzzjonijiet) Across the floor tan- naħa ta` l-oppożizzjoni qed jgħiduli li bil-kelma \"ordni\" fehmu li ma jkun hemm bżonn li l-avviż legali jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.", "This which is not the case u nistedinkom biex tivverifikawha.", "Dawn huma punti li wieħed jista` jikkjarifikahom anke fl-istadju ta` kumitat.", "Pero` anke għall- benefiċċju tad-dibattitu u ta` l-interventi tal-kelliema importanti li mill- ewwel inkunu ċari.", "Jekk tagħmlu riferenza lejn l-Interpretation Act u ssibu xi tfisser il-kelma \"order\" tirrealizzaw li l-proċess m'huwiex jaqta` barra l-proċess parlamentari.", "U jiena inżid biċċa oħra.", "L-oppożizzjoni diġa` semgħet lill-gvern jgħid li aħna rridu li jkollna anke dan il- Parlament jiffunzjona b'kumitat, sal-lum nafu bħala l-kumitat dwar l- affarijiet barranin, li jkun jista` jittrasforma ruħu u niddiskutu ftit kif dan il-kumitat ikun jista` anke jinfiltra ruħu fil-proċess ta` direttivi u regolamenti ġodda li għada pitgħada l-Unjoni Ewropea tista` toħroġ.", "Jiġifieri l-intenzjoni min-naħa tal-gvern m'hijiex li jagħmel short circuiting tal-proċess parlamentari.", "Issa wieħed jista` jgħid: Imma mhux liġi se jġib quddiem il-Parlament, imma legal notice.", "Pero` l-legal notice tinkludi l-proċess parlamentari.", "F'mument minnhom meta kien qed jirreferi għall-fatt li l-gvern Malti ffirma t-trattat u għall-fatt li fl-1 ta` Mejju Malta se ssir membru ta` l-Unjoni Ewropea il-Kap ta` l-Oppożizzjoni uża l-frażi \"jiena nifhem\".", "Allura jaf, anke mil-lat prattiku, li effettivament dan ifisser li l-liġijiet tagħna għandhom jiġu aġġornati kif għandhom jiġu aġġornati.", "Jiġifieri l-Kap ta` l-Oppożizzjoni f'mument minnhom qal li huwa jifhem li l- gvern għandu l-prioritajiet u programm tiegħu u jrid li b'xi mod jew ieħor il-liġijiet li għandhom jinbidlu, jinbidlu u jiġu konformi mal-liġijiet ta` l-Unjoni Ewropea.", "Allura jiena naħseb li meta jagħmel dan l-istatement hu jifhem l-aspett prattiku li aħna jrid ikollna soluzzjoni li tkun tippermetti lill-gvern biex iwettaq ir-rieda tal-poplu Malti ħalli fl-1 ta` Mejju tas-sena d-dieħla nkunu għamilna li għandna nagħmlu.", "U l-mod prattiku kien dan li qed nagħmlu b'din il-liġi.", "Issa xi ħadd jista` jgħidli: Imma dan minn fejn ivvintajtuh?", "Ivvintajtu triq minn żniedkom?", "Le, rajna x'għamlu pajjiżi oħra – din qalha l-Prim Minsitru l-bieraħ – u meta rajna x'għamlu pajjiżi oħra ma qgħadniex infittxu kullimkien.", "Ipprovajna nfittxu pajjiżi li għandhom sistemi jixbħu lil tagħna u li nafu li nistgħu nużaw il-mudell tagħhom u naddattawh għalina nfusna.", "Allura rajna x'għamlu l-Ingilterra.", "Rajna l-liġi li l-Ingilterra għaddiet fl-1972 biex hi għamlet dak li qed nagħmlu aħna llum fil-Parlament.", "Il-gvern Ingliż kellu wkoll jgħaddi liġi bħalma qed ngħaddu aħna llum u kellu l-istess problemi li għandna aħna.", "Jiġifieri kellu terminu ta` żmien u ried ikollu ċerti poteri biex bihom ikun jista` jbiddel il-liġijiet ħalli jiġu konformi ma` dawk ta` l-Unjoni Ewropea.", "Aħna rajna din il-liġi u nistieden lill-membri taż-żewġ naħat, speċjalment tan-naħa l-oħra biex huma wkoll jarawha.", "Jekk hemm bżonn nista` ngħaddilkom anke kopja tagħha.", "Din hija liġi li tagħtina gwida kif wieħed jista` jagħmel ħalli b'mod prattiku wieħed ikun jista` jasal għall-għan finali, u mhux tagħmel xi \"Napuljun\" Onor. Farrugia.", "(Interruzzjonijiet) Mhux jagħmel Eddie Fenech Adami imma nagħmlu x'qalilna biex nagħmlu l-poplu Malti ħabib tiegħi.", "Mhux lilna biss qal hekk imma qal anke lilkom.", "Il-poplu Malti fil-verdett tiegħu - u l-Kap ta` l-Oppożizzjoni qal li l-punt tat- tluq tiegħu hu li jirrispettah - qal lill-gvern u lill-oppożizzjoni li dan hu li jrid.", "Allura issa għandna d-dmir, u l-oppożizzjoni għandha dmir daqsna li nwettqu dak li jrid il-poplu.", "U hawn irrid nagħmel dan il-punt.", "Din m'hijiex responsabbilita` tal-gvern biss.", "Jiena ma naqbilx mal- pożizzjoni ta` l-oppożizzjoni li qegħdin jgħidu li se jivvotaw kontra.", "Affari tagħhom, ma rridx nindaħlilhom imma ma naqbilx.", "Pero` l-piż, il- messaġġ u l-verdett intefgħu fuq iż-żewġ naħat tal-Kamra u jekk irridu tassew nimplimentaw id-demokrazija f'pajjiża, allura filwaqt li rridu nirrispettaw id-drittijiet tal-minoranza rridu wkoll nonoraw r-rieda tal- maġġoranza.", "Pero` r-rieda tal-maġġoranza hemm qiegħda, u tirbaħ, u l-piż mhux fuqi biss qiegħed bħala deputat min-naħa tal-gvern imma qiegħed ukoll fuq id-deputati tan-naħa ta` l-oppożizzjoni u vot \"le\" – issa tekniku u mhux tekniku – ifisser li qed tgħid le għall-verdett mogħti mill-maġġoranza tal-poplu Malti.", "Pero` dik hija xi ħaġa ta` l-oppożizzjoni u nirrispetta d- dritt li jieħdu d-deċiżjoni tagħhom.", "Jiena għandi d-dritt li nikkritika pero` nirrispetta d-deċiżjoni tagħhom.", "Pero` rrid ngħid li kieku jiena kont fiż-żarbun ta` l-oppożizzjoni kont inħossni skomdu għax inħossni li qed nikkontradixxi lili nnifsi.", "Jekk qed noqgħod għall-verdett tal-poplu għandi niġi fil-Parlament u nawtorizza lill-gvern li jmur jirratifika għax hekk irid il-poplu Malti u mhux niġi hawn u ngħidlu li ma rridux imur jirratifika.", "Hekk se jgħidulna ta` l-oppożizzjoni.", "Bil-vot kontra dan l- abbozz, għax hekk qal li se jagħmlu l-Kap ta` l-Oppożizzjoni, se jgħidulna le, ma rridux nirratifikaw u ma noqogħudx induru mal-lewża.", "Din hekk tfisser meta tagħsarha.", "Sur President, ma rridx intawwal iż-żejjed għax ma rridx nieħu ħafna ħin biex ma nirrepetix affarijiet li diġa` ntqalu.", "Pero` xtaqt nagħmel l-aħħar punt li jorbot mal-fatt li l-opożizzjoni trid teddeċiedi jekk hux veru se taċċetta l-verdett tal-poplu jew inkella hux qed tgħid iva u le fl-istess ħin, squaring a circle.", "You cannot square a circle.", "Trid tiddeċiedi jew tgħidlha circle or a square.", "You're either in or out.", "Nerġa` ngħid apprezzajt ċerti statements li għamel il-Kap ta` l-Oppożizzjoni waqt id- diskors tiegħu l-bieraħ, pero` li mbagħad jiġi u għal darb'oħra jagħmel l- argument li fir-referendum li sar f'pajjiżna 48% tal-poplu Malti biss ivvota favur is-sħubija ta` Malta fl-Unjoni Ewropea, għalija dan ineħħi t- tapit kollu minn taħt id-diskors ta` siegħa u nofs li għamel.", "Għax allura filwaqt li qed jgħid li jrid jirrispetta l-verdett tal-poplu Malti qed jgħid li l-verdett tal-poplu Malti espress fir-referendum, u biex żgur ineħħulu kull dubju rrepetewh bl-iktar mod ċar u qawwi fir-riżultat elettorali ħames ġimgħat biss wara r-riżultat tar-referendum....", "Li jiġi hawn u fid-diskors li fih ukoll frażijiet pożittivi u mbagħad jgħid li jibqa` l-fatt li fir-referendum kienu 48% biss kienu dawk li vvotaw favur is-sħubija ta` Malta fl-Unjoni Ewropea għalija jwaqqa` l-bażi kollha ta` l- argument tiegħu.", "Bir-rispett kollu din il-frażi lili tibda ddaħħalli dubji serji mill-pożizzjoni li qed jippreżentalna Dr Sant.", "Dubji serji fis-sens li wieħed jibda jistaqsi: Veru għandna stil u tip ta` politika differenti milli aħna mdorrijin biha f'dan il-pajjiż?", "Aħna veru għandna bidla li huwa importanti li ssir u li nixtieq li nikkontribwixxi biex issir allavolja anke jien inkun żbaljat biex ma ssirx din?", "Verament nixtieq nagħmel pass 'il quddiem biex l-istil u t-tip ta` politika f'pajjiżna tinbidel darba għal dejjem?", "Forsi kont jien kawża li kultant ma għentx biżżejjed biex dan l-istil jinbidel.", "Ittamajt li issa ladabra għaddejna minn dan il-proċess u minn dan il-punt storiku f'pajjiżna wasal il-mument li nistgħu nagħmlu stil ta` politika ġdida.", "Imma mbagħad jiġi l-Kap ta` l-Oppożizzjoni u jgħid li jgħidu x'jgħidu l-membri tan-nomenklatura uffiċjali - issa nomenklatura uffiċjali jiġifieri l-komunisti u allura għall-Kap ta` l-Oppożizzjoni jiena membru tan-nomenklatura uffiċjali wkoll – fir-referendum organizzat mill- gvern Nazzjonalista dwar is-sħubija ta` Malta fl-Unjoni Ewropea 48% biss tal-votanti kollha rresġistrati biex jivvotaw ivvotaw favur.", "Jiġifieri fil- mument fejn fl-istorja tad-dinja l-pajjiżi li qabel kienu komunisti kaxkru 'l barra din is-sistema u aċċettaw ir-regoli demokratiċi u qed jingħaqdu ma` l-Unjoni Ewropea jiġi l-Kap ta` l-Oppożizzjoni hawnhekk f'Ġunju tas- sena 2003 wara telfa fir-referendum u wara telfa oħra fl-elezzjonijiet ġenerali u jużali frażijiet ta` żmien il-komunisti.", "Iddeċiedi.", "Se nbiddluh lil dan il-pajjiż?", "Se nbiddluha l-politika ta` dan il-pajjiż?", "Se nimxu 'l quddiem?", "Allura jiena ngħid li dan m'huwiex il-mod kif nimxu 'l quddiem u lanqas huwa l-mod kif nittrattaw dan l-abbozz ta` liġi.", "Dan huwa abbozz ta` liġi li jissiġilla d-deċiżjoni ta` l-elettorat Malti f'eżerċizzju demokratiku li huwa l-aqwa eżerċizzju demokratiku li jista` jkollok: l-eżerċizzju tar- referendum u dak ta` l-elezzjoni ġenerali.", "Dan huwa s-siġill li l-poplu Malti jridna nagħtu bl-approvazzjoni ta` dan l-abbozz ta` liġi.", "Dan hu li qed niddiskutu u l-poteri li hemm mibnija f'dan l-abbozz ta` liġi li nistgħu niddiskuthom meta niġu fl-istadju ta` kumitat huma poteri li huma neċessarji biex titwettaq ir-rieda tal-poplu u mhux biex titwettaq xi ambizzjoni ta` xi ħadd ħalli l-viżjoni li l-poplu Malti aċċetta li jrid għalih innifsu għall-ġenerazzjonijiet tal-lum u għall-ġenerazzjonijiet ta` għada dan il-Parlament iwettqu.", "F'dan il-mument il-Parlament huwa serv umli tal-poplu Malti u bħala serv umli tal-poplu Malti rridu naħdmu bil- għaqal biex dik id-deċiżjoni tal-poplu tagħna narawha titwettaq, u narawha titwettaq skond kif ried il-poplu Malti u Għawdxi.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Leo Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, se nitkellem bħala wieħed li sa mill- għada ta' l-elezzjoni ġenerali ktibt diversi drabi li għandu jkun hemm rispett sħiħ għar-rieda tal-maġġoranza kif espressa fl-elezzjoni ġenerali.", "Ktibtha mhux b'konvenjenza, ktibtha mhux b'opportuniżmu, ktibtha b'konvinzjoni, nemminha u nħoss li għandna nipprattikawha wkoll u mhux biss nagħmlu dak li jgħidulu lip service għal dan kollu.", "Imma jkun żball min- naħa tal-gvern li jinterpretaw kritika għall-abbozz ta' liġi nnifisu bħala nuqqas ta' rispett min-naħa tagħna għar-rieda tal-maġġoranza kif espressa fl-elezzjoni ġenerali.", "Anke jekk wieħed jgħarbel id-diskors kollu - u mhux b'mod isolat – li għamel il-bieraħ il-Kap ta' l-Oppożizzjoni jsib li fil- bidu, fin-nofs u anke fit-tmiem tad-diskors tiegħu kien hemm rispett sħiħ lejn ir-rieda tal-maġġoranza li m'għandu jiġi mxekkel fl-ebda mod min-naħa tagħna bħala oppożizzjoni.", "Il-verdett ċar ta' l-elettorat fl-aħħar elezzjoni kien is-siġill dwar il- kwestjoni kollha ta' l-UE.", "Jiġifieri aħna m'għadna l-ebda intenzjoni li nerġgħu niftħu xi kaxxa biex nerġgħu noħorġu l-fniek u nagħmluha ta' magicians biex noħorġu issue ġdida.", "L-issue ġiet deċiża u kien il-partit Laburista stess li ssettja dawn il-benchmarks meta kien qal li l-elezzjoni ġenerali se tkun id-determining factor dwar l-issue ta' l-UE, u mhux qed nagħmlu u-turn llum għax aċċettajna r-riżultat.", "Konna nkunu qed nagħmlu u- turn kieku l-ewwel għedna li naċċettaw il-verdett tal-poplu imbagħad, għax il-poplu ma tax raġun lill-politika tagħna bil-vot tiegħu, niddeċiedu u naġixxu b'mod kuntrarju.", "Jekk wieħed iħares lejn id-dikjarazzjonijiet li saru min-naħa tat-tmexxija tal-partit - mhux minni għax jien m'iniex mexxej tal-partit - wieħed issib li mill-elezzjoni ġenerali sal-lum kien hemm loġika, kien hemm sens komun u kien hemm sens qawwi ta' realiżmu politiku fl-istatements li saru.", "F'kull wieħed mid-diskorsi li għamel il-Kap ta' l-Oppożizzjoni mill-elezzjoni sal- lum dejjem tkellem dwar ir-realtajiet ġodda li qed jiffaċċja pajjiżna.", "Anzi l-oppożizzjoni żiedet tgħid li għandna nilqgħu għad-daqqiet u nisfruttaw l-opportunitajiet li s-sħubija sħiħa se ġġib magħha.", "Jiġifieri m'aħniex qed ngħidu li s-sħubija sħiħa se tkun daqqiet biss.", "Se jkun hemm il-qares, se jkun hemm it-toqol, se jkun hemm il-piżijiet imma se jkun hemm anke l-opportunitajiet.", "U għalhekk aħna stess ħeġġiġna biex dawn l- opportunitajiet jiġu sfruttati bl-iktar mod pożittiv.", "Nista' ngħid ukoll li l-oppożizzjoni marret oltre minn hekk u f'diversi diskorsi pubbliċi bejn l-elezzjoni u llum qalet li għandna nimminimizzaw it-tbatijiet u nimmassimizzaw il-benefiċċju li din is-sħubija ġġib magħha.", "Hawnhekk irrid nipparaguna diskors oġġettiv bħal dan mal-mod kif kien irreaġixxa l- partit Nazzjonalista fl-1996 meta tlajna aħna b'vantaġġ elettorali u xorta waħda ġie jaqa' u jqum mill-mandat li kellna u bil-pożizzjoni li konna ħadna dakinhar li konna fil-gvern abbażi tal-manifest elettorali li konna ġejna eletti fuqu.", "Sur President, jien nitkellem ċar u ngħid li filwaqt li aħna rridu nuru rispett sħiħ lejn l-eluf kollha li vvutaw lill-partit Laburista fl-aħħar elezzjoni ġenerali, għax ma nistgħux inwarrbu dan l-appoġġ li ġie espress xahrejn u nofs ilu, fl-istess ħin jien irrid personalment ukoll nindirizza lil Laburisti oħrajn, li ma kenux ftit, li ma vvotawx magħna fl-aħħar elezzjoni.", "Dawn huma nies li kellhom u għad għandhom post fil-partit Laburista, imma emmnu – kif kellhom kull raġun u kull dritt jagħmlu – li sħubija sħiħa fl-UE hija l-aħjar triq għall-ġejjieni.", "U għalhekk jien naħseb li l-partit Laburista m'għandux jiġi kkalpestat għal dnubiet li ma wettaqx.", "Il-Viċi Prim Ministru f'ħin minnhom qal: Għaddejna tant liġijiet biex niġu konformi ma' l-UE fil-leġislatura l-oħra!", "Li nesa' jgħid kien li f'dawk il- liġijiet li dehrilna li kienu jagħmlu sens ma qgħadniex ngħidu: Isma' dawn il-liġijiet billi huma favur l-alignment ma' l-Unjoni Ewropea se nivvotaw kontra tagħhom fuq bażi ta' prinċipju.", "Fejn kienu liġijiet li dehrilna li kienu jagħmlu sens, minkejja li aħna kellna politika ta' partnership u mhux politika ta' sħubija fl-UE xorta waħda vvotaja favur.", "Anzi kien hemm żmien fejn il-partit Nazzjonalista kien ikkritikana, anke editorjalment fil- gazzetti tagħhom, li minkejja li għaddew ħafna liġijiet biex iġibu l- leġislazzjoni in line ma' dik ta' l-UE f'ħafna każi l-oppożizzjoni Laburista saħansitra vvotat favur il-gvern.", "Allura issa se naqilgħuha miż- żewġ naħat!", "Jekk ivvotajna favur dak li għamel il-gvern jikkritikawna li vvotajna favur minkejja li konna kontra l-membership qabel l-aħħar elezzjoni u jekk min-naħa l-oħra vvotajna kontra jgħidu li konna qed inkunu obstructionists u negattivi.", "Jien ngħid li bl-attitudni prudenti u realistika li qegħdin nadottaw illum qed nuru sens ta' bilanċ bejn dawn iż-żewġ interessi.", "Filwaqt li nagħmlu l- kritika tagħna u nuru d-dissens anke ta' ċertu faxx tal-poplu Malti li tana s-support tiegħu fl-aħħar elezzjoni, m'aħna qed nagħmlu xejn u m'aħna se nagħmlu xejn fil-ħames snin li ġejjin biex inxekklu jew nimblukkaw il- proċess li l-maġġoranza tal-Maltin xtaqu li jiġi mbuttat 'il quddiem.", "U jien hawnhekk nikkritika lil min diġa` qed iwebbel lin-nies biex joħroġ lil Malta mill-UE.", "Jien hawnhekk ngħidilhom ċar u tond li filwaqt li għandhom dritt jesprimu din l-opinjoni - kulħadd għandu dritt jesprimi ruħu - m'għandhomx dritt jippruvaw jimponu l-fehmiet tagħhom fuq il-partit Laburista għax m'huwiex it-thinking tal-main stream tal-Laburisti.", "Il- Laburisti m'humiex biss aħna d-deputati parlamentari u m'humiex biss id- delegati tal-partit Laburista; il-Laburisti huma ċ-ċittadini komuni li niltaqgħu magħhom fit-triq, in-nies li għandhom fehmiet liberi li jaslu għall-konklużjonijiet tagħhom mingħajr il-bżonn li ninfluwenzawhom aħna b'xi mod f'xi direzzjoni.", "Sur President, biex niġi għas-suġġett tal-lum jiena nerġa' ngħid li aħna għandna d-dritt nagħmlu l-kritika tagħna fuq dan l-abbozz ta' liġi għax l- abbozz ta' liġi kif inhu - kienu x'kienu l-intenzjonijiet tal-gvern kif ipprova jiġġustifikahom il-Viċi Prim Ministru - ġie worded f'mod ivvizzjat.", "U jien nistaqsi: Kemm kien hemm mill-poplu Malti li vvota għall- partit Nazzjonalista fl-aħħar elezzjoni li kien jaf verament x'kien fih il- pakkett miksub mill-UE?", "Kemm kien hemm nies li kienu qraw it-Treaty of Accession li anke f'verzjoni mqassra li l-MIC ħarġu fi Frar, 2003 kien fih aktar minn 200 paġna?", "Kemm kien hemm parlamentari fostna preżenti u anke forsi passati li għarblu dan it-trattat kif suppost?", "Dan qed nistaqsih għax proprju kien ftit jiem ilu biss qabel id-dibattitu li l-Prim Ministru ġentilment offrielna kopja fuq CD tat-trattat sħiħ, u llum quddiemna għandna kemm it-trattat innifsu kif ukoll l-att biex jipprovdi dwar l- adezjoni ta' Malta ma' l-UE.", "U hawnhekk nerġa' nistaqsi diversi mistoqsijiet loġiċi: Din il-liġi li se tgħaddi b'maġġoranza sempliċi tista' titneħħa jew tiġi emendata b'liġi oħra b'maġġoranza sempliċi?", "Din se torbot lill-ġenerazzjonijiet li ġejjin għal dejjem ta' dejjem ikun min ikun fil-gvern?", "Sur President, il-liġi fiha wisq blank cheques għall-gvern tal-ġurnata, anke jekk għandu mandat biex idaħħal lill-Malta fl-UE.", "U anke fejn titkellem dwar trattati oħra li jkunu jemendaw jew jissostitwixxu dan it- trattat dwar l-UE ma rridux ngħidu biss li dan għandu jiġi ratifikat b'att tal-Parlament, iżda rridu ngħidu wkoll li dan jenħtieġ li jiġi ratifikat b'att simili.", "Anke l-wording m'huwiex feliċi f'dan il-kuntest.", "Jien l-aktar aspett tal-liġi li jinkwetani hija subklawsola (1) ta' klawsola 3 li tgħid:", "\"Mill-Ewwel ta' Mejju 2004, it-Trattat u l-attijiet eżistenti u futuri adottati mill-Unjoni Ewropea għandhom jorbtu lill-Malta u għandhom ikunu parti mil-liġi domestika tagħha taħt il-kondizzjonijiet stipulati fit-Trattat innifsu.''.", "Xi jfisser dan?", "Li jkunu x'ikunu dawn l-attijiet se jolqtuna għal dejjem?", "Dan ifisser li dawn il-liġijiet ikunu parti mil-liġi domestika anke jekk ikunu kontra xi provvedimenti Kostituzzjonali?", "Il-liġi ta' l-UE se tkun tipprevali fuq dik Maltija, jiġifieri wkoll fuq il-Parlament Malti u anke fejn skond artiklu 66 tal-Kostituzzjoni jenħtieġu żewġ terzi tal-vot tal- membri kollha tal-Kamra?", "Id-diċitura ta' ċerti aspetti tal-liġi - mhux l-intenzjoni tal-gvern ħalli nagħti l-benefiċċju tad-dubju lill-gvern – jirriduċu lill-Parlament qisu talking shop għaliex donnhom huma ntiżi biex jaqbżu lil din il-Kamra.", "Li jinkwieta mhux biss lili imma anke lil ħafna minn sħabi l-membri parlamentari - dan ħareġ meta kellna d-diskussjoni fuq il-liġi nnifisha – huwa li anke jekk ninsew it-trattat u nieħdu l-liġi nnifisha donnu li hemm ċerti setgħat li qed jingħataw lill-prim ministru fejn is-separation of powers bejn l-eżekuttiv u l-qasam leġislattiv qegħdin jitnaqqsu u jitnaqqru sew.", "B'żieda ma' dak li qal il-Kap ta' l-Oppożizzjoni l-bieraħ il-grupp parlamentari Laburista huwa magħqud fis-sens li ħass li kellu jivvota kontra din il-liġi għal diversi raġunijiet.", "L-ewwel raġuni hija b'rispett lejn in-nies li vvotawlna fl-aħħar elezzjoni, it-tieni raġuni hija għall- mod kif inhi miktuba l-liġi nnifisha u t-tielet raġuni hija għall-poteri eċċessivi - il-Viċi Prim Ministru din ipprova jiġġustifikaha imma l- perception xorta qiegħda hemmhekk – li tagħti lill-prim ministru nnifsu kif ukoll għar-riżervi tagħna dwar il-pakkett li nnegozja l-gvern Malti ma' l- UE.", "Issa ħalli nieħu spunt mill-pakkett.", "Mela jekk jien inkun kritiku lejn il- pakkett li nnegozja l-gvern ma' l-UE jfisser li jien ma nirrispettax ir- rieda tal-Maltin li nissiebu fl-UE?!", "Għax aħna favur jew lesti li naċċettaw ir-rieda tal-maġġoranza bilfors irridu nappoġġjaw il-pakkett innifsu wkoll?!", "L-għarfien tagħna tar-rieda tal-maġġoranza ma tista' qatt tiġi nterpretata li aħna għandna bilfors inkunu favur l-abbozz ta' liġi difettuż li għandna quddiemna llum.", "Daqstant ieħor ma tistax tiġi nterpretata li aħna għandna naċċettaw bħala carte blanche il-pakkett kif innegozjat ma' Brussels, aktar u aktar meta skond dokument li għandna available fuq il-website ta' l-istess UE li jismu ''Report on the Results of the Negotiations on the Accession of the Ten New Member States'' joħroġ ċar il-kuntrast bejn il-konċessjonijiet li kisbet Malta u l-konċessjonijiet ħafna aktar ġenerużi li kisbu għadd ta' pajjiżi applikanti oħrajn fin- negozjati tagħhom, li bħal tagħna ġew konklużi nhar Jum ir-Repubblika tas- sena li għaddiet.", "Sur President, filwaqt li jien naċċetta li t-triq ta' Malta hi fl-UE għax hekk iddeċieda l-poplu Malti fl-elezzjoni ġenerali li għaddiet, personalment nagħmel distinzjoni ċara anke bejn ir-referendum u l-elezzjoni ġenerali.", "Qed ngħid hekk għax hi x'inhi t-tifsira li wieħed jagħti lir- riżultat tar-referendum jibqa' l-fatt li fi kliem l-UE stess, ir-referendum li nżamm f'Malta kien wieħed purament konsultattiv u li ma jorbotx tant li huma stess sejħulu ''consultative and non binding''.", "Din mhijiex xi ħaġa li għedniha aħna bħala partit Laburista imma kienet xi ħaġa li ġiet riferuta għaliha fil-kuntesti u fir-riferenzi kollha li saru għar- referendum.", "Issa f'dan l-istadju jien m'iniex qed nidħol fl- interpretazzjoni tar-riżultat imma qed nitkellem biss dwar l-istatus li kellu dan ir-referendum.", "Fir-rigward ta' l-elezzjoni ġenerali l-argument jinbidel.", "L-eżitu u l- interpretazzjoni tagħna huwa mod ieħor għax wara kollox, kif għedt aktar kmieni, konna aħna stess li għedna li l-verdett finali għandha tkun l- elezzjoni nnifisha.", "U aħna żgur li m'aħniex se nerġgħu lura mill-kelma li tajna fil-kampanja elettorali nnifisha.", "Sur President, jien dan il-gvern jinkwetani għaliex minkejja li suppost iħossu konfortat mis-sens ta' realiżmu politiku li mexa bih il-partit Laburista mit-tħabbir ta' l-elezzjoni 'l quddiem, għadu inċert, beżgħan u kważi maħkum minn sens ta' paniku u kumpless ta' inferjorità meta jiġi għall-proċess ta' skrutinju.", "Dan ma ħassejnihx biss il-bieraħ fl- interventi li saru mill-Prim Ministru qabel ma beda d-dibattitu nnifsu, iżda anke mill-mod kif irreaġixxa l-gvern s'issa – għallinqas sa għaxar minuti ilu ̧ sa qabel ma tkellem l-Onor.", "Gonzi - dwar il-kumitat ta' skrutinju dwar l-UE bħalma għandhom fil-House of Commons Ingliż.", "Qed ngħid hekk għax jien segwejt b'attenzjoni kbira d-diskors tal-Prim Ministru tal- bieraħ u fl-ebda stadju ma fhimt li l-Prim Ministru kien qed jibgħat xi messaġġ li din il-Kamra hija lesta li twaqqaf kumitat ta' skrutinju għall- affarijiet Ewropej kif għandhom il-House of Commons.", "Jekk jien fhimt ħażin, nikkoreġi ruħi and I stand to be corrected.", "Il-kritika tagħna hija li din il-Kamra m'għandhiex tistrieħ biss fuq il- Foreign Affairs Committee għax mhuwiex il-brief ta' dan il-kumitat li jagħmel dan ix-xogħol.", "Għandna mingħajr ma nagħmlu reinventing of the wheel naraw kif għandhom diversi pajjiżi - mhux biss membri ta' l-UE imma pajjiżi anke applikanti - inwaqqfu bis-serjetà standing committee għall- iskrutinju ta' dak kollu li għandu x'jaqsam ma' l-affarijiet Ewropej.", "U hemmhekk wieħed jgħarbel bir-reqqa kollha, forsi anke bl-istess frekwenza kif jagħmlu l-Ingilterra ̧ id-diversi direttivi li kultant żmien toħroġ l- UE.", "Jekk m'iniex sejjer żball meta ltqajna ma' dawn in-nies tal-kumitat ta' l-iskrutinju qalulna li jaraw xi 1,800 direttiva fis-sena.", "Għalhekk dan huwa wieħed mill-aktar kumitati li jaħdem.", "Fil-fatt dan tant jaħdem u tant għandu backup resources li għandu saħansitra research staff ikbar fin-numru milli għandu membri fuqu.", "Qed ngħid dan biex nuri x'importanza kbira tagħti l-House of Commons Ingliża lil dan il-kumitat.", "Issa jien napprezza li r-riżorsi ta' dan il-parlament forsi ma jippermettux li jsir dan kollu imma naħseb li huwa faċli li jitwaqqaf kumitat simili li jopera b'dan il-mod.", "Allura jekk pajjiżi oħrajn għandhom kumitat bħal dan li jagħrbel id- direttivi kollha, għaliex il-Prim Ministru l-bieraħ ħadha daqshekk bi kbira meta l-Kap ta' l-Oppożizzjoni wera l-intenzjoni li fl-istadju tal-Kumitat niskrutinizzaw it-trattat?", "Dawn jiskrutinizzaw direttiva direttiva!", "Kulma qed ngħidu aħna hija li din hija l-ewwel opportunità li fi plenary session jew f'kumitat inkunu nistgħu nanalizzaw it-trattat innifsu.", "Aħna mhux qed nippretendu li se nbiddlu t-trattat innifsu - nafu li dan għadda minn ċertu proċess u allura huwa diffiċli li jinbidel – pero` l- ewwelnett irridu niddistingwu bejn il-liġi u t-trattat u t-tieni nett naħseb li għandna dritt li nitolbu spjegazzjonijiet u kjarifiki dwar diversi aspetti tat-trattat u nkunu qed nonqsu minn dan id-dmir jekk aħna nżommu lura milli nagħmlu dan bħala oppożizzjoni viġilanti.", "Sur President ̧ xi skop kien ikun hemm li jitqassam it-trattat jekk aħna lanqas biss se jkollna ċans li nagħmlu dan l-għarbiel fl-istadju tal- Kumitat innifsu?", "Jien ma nħossx li huwa argument validu li sempliċement ngħidu li għax il-poplu jkun ivvota kif ivvota fir-referendum u fl- elezzjoni allura t-trattat għandna neħduh taken as read.", "Kif għedt ̧ m'iniex qed ngħid li għandna nbiddluh għax il-proċess ma jippermettix dan iżda naħseb li għandna nagħrblu diversi partijiet minnu u nistaqsu mistoqsijiet rilevanti.", "Per eżempju, s-suġġett dwar il-munita Euro lili jinteressani.", "Naf li l-każ tagħna huwa differenti minn dak ta' l-Ingliżi għaliex il-pajjiżi applikanti m'għandhomx opt out clause minnu, iżda l- istess kif l-Ingliżi poġġew quddiemhom ħames testijiet ekonomiċi u finanzjarji biex jaraw jekk iridux jidħlu jew le, fil-każ tagħna ̧ għalkemm nafu li rridu nidħlu fl-EMU rridu u ma rridux, naħseb li huwa mportanti li nkunu nafu kemm aħna 'l bogħod milli nagħmlu dan.", "Huwa mportanti li nkunu nafu x'livell ta' tħejjija ntlaħaq s'issa biex ma ngħidx ukoll jekk il-qagħda finanzjarja ta' pajjiżna hijiex in line mal- projections finanzjarji li tgħabba bihom il-gvern biex ikun jista' jidħol membru ta' l-EMU fi żmien pre-determinat.", "Dan qed ngħidu aktar u aktar għax il-gvern ilu jgħid li jrid ikun minn ta' l-ewwel li jissieħħeb fl- għaqda ekonomika u monetarja.", "Din qalha l-Ministru Dalli kemm-il darba u qalha darba anke l-Prim Ministru meta kien qed jindirizza laqgħa annwali tal-GRTU.", "Issemmew ukoll l-istructural funds.", "Sa lejliet l-elezzjoni konna ningħataw l-impressjoni li qisu għandek pompa ta' l-ilma bi pressa liema bħalha li lanqas se nkunu nistgħu nlaħħqu magħha.", "Issa f'daqqa waħda bdejna nisimgħu dwar id-diffikultajiet loġistiċi li hemm.", "Dawn semmihom diġà l-Kap ta' l-Oppożizzjoni l-bieraħ u qrajnihom ukoll fil-gazzetti fil- kuntest ta' seminar privat li ġie organizzat minn ditta ta' awdituri l- ġimgħa li għaddiet.", "Fil-fatt aħna qrajna u smajna kelliema tas-settur privat, kelliema tal-korpi kostitwiti fosthom korpi kostitwiti li kienu fuq quddiem nett jissapportjaw lill-gvern fl-adeżjoni tiegħu għas-sħubija ta' Malta fl-UE, li qed iħossu ruħhom maqtugħin mill-proċess ta' konsultazzjoni dwarhom.", "Korpi bħall-FOI bir-raġun kollu jgħidu li l- benefiċċju ta' dawn il-fondi jriduhom issa u mingħajr aktar dewmien.", "Dan qed jintqal at a point in time meta l-gvern qiegħed taħt akkuża li kkappara l-fondi kollha għas-settur pubbliku mingħajr ma ħalla spazju jew fondi available għas-settur privat li għandu jkun benefiċjarju qawwi ta' dawn il-fondi daqs is-settur pubbliku nnifsu.", "Sur President, dan iwassalni għal argument ieħor; is-single programming documents li permezz tiegħu l-gvern qed iwassal lil Brussell, il-proġetti li jixtieq finanzjament għalihom taħt l-structural cohesion funds.", "Kif jirriżulta mill-negotiating documents li tqiegħdu fuq il-mejda tal- Kamra fl-aħħar jiem tal-leġislatura l-oħra, mas-single programming documents kellu jkun hemm ukoll in-national development plan tas-snin 2003 - 2006 li dwaru ma smajna xejn f'dawn l-aħħar xhur.", "Jiena hawnhekk nixtieq nistaqsi fiex wasal dan l-pjan.", "Dan kollu mhux qed ngħidu biex ninħela fid- dettall imma għaliex meta konna fi stadju ta' negozjati, il-gvern Malti kien qal lil Brussell li kien fil-fażi li ntemm dan il-pjan li kien maħsub li mhux biss jinkludi estimi dwar in-nefqa pubblika iżda kellu jkollu ġo fih ukoll, estimi dwar kemm minn din in-nefqa pubblika kellha tkun marbuta ma' l-obbligi tal-co-financing ta' l-structural cohesion funds.", "Qed ngħid dan għaliex ma rridux ninsew li meta nitkellmu fuq fondi simili, ma rridux nitkellmu biss dwar dak li se niksbu minn Brussell imma rridu nżommu f'moħħna wkoll il-kontribuzzjoni finanzjarja tagħna lejn il-kisba ta' dan kollu.", "Dan li qed nistaqsi jiena huwa fl-interess pubbliku u naħseb li l-Kamra għandha kull dritt li tkun informata dwaru.", "Sur President, ninsabu inqas minn sena bogħod mis-sħubija sħiħa ta' pajjiżna fl-UE u xorta għadna fid-dlam dwar diversi aspetti bħall-EU Savings Tax Directive.", "L-Onor.", "Mangion ħareġ statement il-ġimgħa l-oħra u rrispondieh il-Ministru Dalli.", "Li ma ntqalx min-naħa tal-gvern kien li fil- media internazzjonali, Malta ġiet imsemmija li flimkien ma' tliet pajjiżi applikanti oħra, talbet żmien transitorju ta' sentejn, mis-sena 2005 sas- 2007, biex tiġi fis-seħħ din id-direttiva.", "Il-gvern Malti sal-lum għadu lanqas biss ippronunzja ruħu formalment dwar dan, anzi għandi informazzoni – ma nafx jekk hijiex korretta jew le – li l-gvern kellu jirtira din it- talba għax induna li ma kellux ċans li din tiġi milqugħha min-naħa tal- kummissjoni Ewropea.", "Jiena ngħid li anke n-negozjati nfushom saru taħt ċerti premessi żbaljati għaliex jekk wieħed iħares lejn is-supporting documents li tqassmu f'dan il- parlament lejn tmien il-leġislatura l-oħra, jinduna li hemm ħafna commitments tal-gvern Malti li ma seħħewx; fosthom li Malta kienet se tnaqqas gradwalment id-deficit tagħha.", "Jista' jkun li fil-kampanja elettorali kien hemm min qalilna li kellna l-finanzi fis-sod imma llum ħadd, lanqas l-istess korpi kostitwiti li appoġġaw il-kandidatura Maltija fl-UE m'huma ta' din il-fehma.", "Dan l-abbozz ta' liġi qed jiġi ppreżentat fi żmien meta ntlaħaq ftehim dwar l-abbozz tal-konvenzjoni Ewropea.", "Minkejja dan il-ftehim, ħadd għadu ma jaf għalxiex verament riesqa l-UE għax għad trid issir l-inter-governmental conference biex wieħed ikun jaf eżattament x'pożizzjoni speċifika se jieħdu ħafna pajjiżi li żgur li se jinqdew minn din l-IGC biex jagħmlu l-lobbying tagħhom ħalli jimbottaw 'il quddiem l-interessi nazzjonali tagħhom.", "Qed ngħid dan kollu għaliex veru li issa qed nitkellem fuq konvenzjoni li għad trid tiġi diskussa u approvata mill-pajjiżi involuti kollha pero` minkejja l-qbil fil-livell tal-konvenzjoni u anke fis-summit ta' Thessaloniki, xorta waħda ħadd ma qed jazzarda jbassar l-għamla futura ta' l-UE.", "Kulmin iħares 'il quddiem ma jistax jitkellem biss dwar l-UE kif inhi llum imma x'se tkun l-UE għada u pitgħada.", "Naħseb li dawn huma affarijiet li lilna jinteressawna mill-viċin iżjed u iżjed meta issa ġejna aċċettati u Malta se tissieħeb minn hawn u sena oħra.", "Qed ngħid dan kollu għax għada ħaġa nċerta ħafna jekk humiex se jipprevalu l-federalisti li jixtiequ jaraw aktar poteri f'idejn l-UE jew dawk kritiċi li jibżgħu mid-dominanza tas-superstate Ewropew immexxi minn Brussell.", "Hemm ħafna pajjiżi żgħar li qed juru biżgħa ġenwina, fosthom pajjiżi li mhux normalment jieħdu pożizzjoni Ewro-xettika fil-politika tagħhom, li l-pjani ġodda għall-presidenza Ewropea jistgħu jagħtu aktar piż lill-pajjiżi kbar a skapitu tal-pajjiżi żgħar.", "Dawn huma fatturi li rridu nżommu f'moħħna minn issa għax din hi l-ewwel u naħseb l-unika okkażjoni li se jkollna biex niddiskutu dan t-trattat u l- abbozz ta' liġi fi stadju plenarju ġo dan il-parlament.", "Il-gvern m'għandux għalfejn ikun daqstant sensittiv meta aħna wrejna dan l-impenn min-naħa tagħna li jkun hemm element ta' skrutinju mhux biss għall-abbozz ta' liġi imma anke għat-trattat fl-istadju ta' kumitat.", "Dan mhux se jkun att ta' filibustering min-naħa ta' l-oppożizzjoni; l-intenzjoni tagħna hi li nagħmlu interventi meqjusa biex naraw aktar dawl mitfugħ fuq dak li Malta ntrabtet dwaru mingħajr ma nonsqu bl-ebda mod mir-rispett għad-deċiżjoni sovrana li ħa l-poplu Malti fl-elezzjoni ġenerali tat-12 ta' April.", "Aħna nafu tajjeb li bil-maġġoranza li għandu l-gvern, sejra tgħaddi tiegħu, imma min-naħa l-oħra naħseb li l-oppożizzjoni tkun qed tonqos minn dmirha jekk ma tagħmilx dan kollu, kif ukoll tkun qed tonqos fi dmirha jekk tħoss li hemm ċerti provedimenti li jistgħu jqajjmu elementi kostituzzjonali u ma tagħmel xejn dwarhom.", "Il-gvern għandu juri l-impenn tiegħu biex jara li l- leġislazzjoni tkun aċċettata min-naħa tagħna ukoll.", "Ix-xewqa tiegħi, u hawnhekk se niġi naqbel ma' dak li qal il-Viċi Prim Ministru, hi l-istess xewqa li għandhom in-naħa tal-gvern.", "Sfortunatament f'dan il-pajjiż kien hawn ħafna nies – kemm min-naħa tal-gvern kif ukoll min-naħa tagħna - li dan dibattitu dwar l-UE irriduċewh fuq livell ideoloġiku u kultant anke fuq livell teoloġiku!", "Issa wasal iż-żmien li d- dibattitu nnifsu jinżel f'livell prattiku fejn inkunu nistgħu nilqgħu għad- diffikultajiet u anke għall-opportunitajiet li sħubija sħiħa tista' ġġib magħha.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni qatt ma tkellem dwar diffikultajiet biss u minn mindu ħareġ ċar il-verdett tal-poplu, dejjem tkellem b'mod meqjus ħafna kemm dwar dawk li huma d-diffikultajiet kif ukoll l-isfidi u l- opportunitajiet li se jiffaċċja l-poplu Malti.", "Illum qed naraw li l-attitudni tal-gvern hi differenti minn dik ta' qabel l- elezzjoni.", "Illum m'għadhomx jitkellmu dwar xi magic wand li f'daqqa waħda sejra ssolvi l-problemi kollha li qed jiffaċċja l-pajjiż; illum jitkellmu dwar sagrifiċċji li hemm bżonn isiru u l-fatt li hemm bżonn iż-żmien biex l- affarijiet isiru.", "Il-commissioner Gallimore qalilna ċar u tond biex ma nistennewx xi big bang mill-għada li Malta tidħol fl-UE.", "Jiena nifhem li hemm setturi li se jmorru ħażin bħat-tarznari u s-self-employed u setturi oħrajn li mhux se jintlaqtu ħażin bħall-qasam ta' l-informatika; qasam li jiena nħoss li jista' anke jmur 'il quddiem bis-sħubija ta' Malta fl-UE.", "Ma nistgħux nibqgħu nħarsu lejn dawn l-affarijiet b'kunċett ta' abjad u iswed għax inkella ħadd ma jemminna; aħna rridu nsemmu kemm dak li hu negattiv kif ukoll dak li hu pożittiv.", "Jiena persważ li l-partit Laburista, mhux f'dawn il-jiem biss ta' diskussjoni fil-parlament imma f'din il- leġislatura kollha se jkun qed juri maturita` kbira fejn filwaqt li joffri difiża għall-familji u ħaddiema Maltin, min-naħa l-oħra se jkun qed jaħdem biex l-opportunitajiet li l-UE toffri, jittieħdu.", "Li hemm bżonn issa hu li niflu dak kollu li għandna niflu u nieħdu l-passi kollha li għandna nieħdu, anke dawk kostituzzjonali jekk inkunu forced nagħmlu dan.", "Fl-istess ħin, il-pajjiż – issa m'iniex qed nitkellem f'termini ta' gvern u oppożizzjoni – irid ikun lest to get down to business biex iġib l-aqwa benefiċċji mill-UE u jħares l-interessi tal-familji u l- ħaddiema Maltin.", "Qed ngħid dan kollu b'awgurju wieħed, li meta tersaq elezzjoni ġenerali oħra, l-issue ta' l-UE ma tkunx aktar agenda item kif kienet fl-aħħar snin, imma tkun agenda item biss fis-sens ta' liema jkun l- aħjar partit li kapaċi jġib l-aħjar benefiċċji mill-UE.", "Il-partit Laburista determinat biex jaħdem fuq dawn il-linji u fil-ġimgħat li ġejjin se nagħmlu institutionalization tar-relazzjonijiet tagħna mal-grupp Soċjalista Ewropew li jiena persważ li jinsab lest li jilqa' l-partit Laburista Malti fi ħdanu.", "L-akbar sfida tagħna f'din id-dinja globalizzata se tkun li ndawru l- akbar problemi fi sfidi u opportunitajiet għall-poplu Malti u Għawdxi kollu.", "Min-naħa tagħna, għandna r-rieda, il-kapaċita` u l-impenn biex nirnexxu f'dan.", "Nirringrazzjak", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Ninforma lill-Kamra li ntlaħaq ftehim sabiex il-ħin ta' l-interruzzjoni tax-xogħol jitwal b'nofs siegħa u l-ħin ta' l-Aġġornament ma jitteħidx.", "Aktar rimarki?", "Il-Ministru Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: Sur President, il-liġi li għandna quddiemna hi waħda indispensabbli biex titwettaq is-sħubija ta' Malta fl-UE, liema sħubija ġiet konfermata b'mandat elettorali qawwi.", "Qed ngħid dan għaliex il-partit Nazzjonalista rebaħ ħames elezzjonijiet u referendum fuq platform ta' sħubija ta' Malta fl-UE u naħseb li l-ebda gvern Ewropew ma kellu jgħaddi minn ħames rebħiet elettorali u rebħa ta' referendum biex jidħol fl-UE!", "L-Onor.", "Brincat qalilna li l-referendum kien konsultattiv imma jien ngħidlu li r-referenda kollha huma konsultattivi għax dawn m'humiex strumenti legali imma politiċi u ċertament li ħadd ma jista' jgħid li l-gvern m'għandux mandat biex jagħmel dak li hemm bżonn biex Malta tidħol fl-UE.", "Wieħed mir-rekwiżiti biex il-gvern jagħmel dan hu proprju li jagħmel liġi bħal din li qed niddiskutu llum.", "Ġaladarba Malta se tkun involuta fil- proċess leġislattiv ta' l-UE, jiġifieri se tieħu sehem fil-formazzjoni ta' dawn il-liġijiet, ikun ovvju li once li dawn il-liġijiet jgħaddu mill-UE, ikunu applikabbli f'Malta wkoll.", "L-UE għandha żewġ tipi ta' leġislazzjoni u waħda minnhom hi leġislazzjoni li hija direttament applikabbli f'Malta.", "Aħna qed nagħmlu liġi fil- parlament Malti biex f'Malta napplikaw dawn il-liġijiet Ewropej direttament, liema liġijiet ikunu pparteċipaw fihom il-ministri Maltin ukoll.", "Dan qed ngħidu għaliex faċli li għal skopijiet demagoġiċi, nibdew ngħidu li l-barranin ta' Brussell se jibdew jilleġislaw fuq Malta pero` l- verita` hi li issa Malta hi parti minn Brussell għax aħna l-politiċi Maltin nieħdu sehem fiha u ninsabu nvoluti direttament fit-tfassil ta' dawk id- direttivi u r-regolamenti li joħorġu minn hekk.", "Huwa l-parlament ta' Malta u mhux ta' Brussell li se jgħid li dawk id-direttivi u r-regolamenti li se nkunu approvajna aħna – u fuq ċerti affarijiet għandna anke poter ta' veto – se jkunu applikabbli f'Malta.", "Kien hawn min, kemm barra dan il-parlament kif ukoll ġo fih, għamel ħafna storbju għax se niddikjaraw is-supremazija tal-liġijiet ta' l-UE fuq il- liġijiet tagħna.", "Jiena nfakkar lill-membri ta' l-oppożizzjoni li diġa` għandna liġi simili u hawn qed nirreferi għal-liġi li għaddejna dwar il- konvenzjoni Ewropea tad-drittijiet tal-bniedem.", "Minħabba nuqqas ta' qbil ma' l-oppożizzjoni, dakinhar ma konniex daħħalniha fil-kostituzzjoni dik il- liġi imma kienet saret liġi ordinajra.", "Dik il-liġi kienet tgħid li kull liġi li ma taqbilx mal-konvenzjoni Ewropea, taqa' u tirbaħ il-European Convention Act.", "Hawnhekk kellna każ klassiku ta' liġi ordinajra li m'hijiex parti mill-kostituzzjoni ta' pajjiżna imma li għandha min-natura tas-super law fis-sens li tirbaħ fuq liġijiet oħra.", "U se nikkwota biċċa minn din il-liġi li tgħid hekk:", "\"Where any ordinary law is inconsistent with the human rights and fundamental freedoms, the said human rights and fundamental freedoms shall prevail and such ordinary law shall, to the extent of the inconsistency, be void.\".", "Issa din m'hijiex problema ta' pajjiżna biss imma ta' dawk il-pajjiżi kollha li għandhom kostituzzjoni miktuba u ħadd minnhom ma rrinunzjaha minħabba l-UE.", "Jiena ma nistax nara fejn il-kostituzzjoni tagħna tista' tikkozza ma' l-acquis jew mad-drittijiet fundamentali tal-bniedem, anzi ċ- charter tal-human rights ta' l-UE iżid ma' dawk id-drittijiet.", "Issa nisperaw li xi ħadd mhu se jqum u jgħid li jekk iżżid id-drittijiet, tkun qed tikkozza l-kostituzzjoni għax f'dak il-każ, id-drittijiet kollha li għandna li m'humiex miktubin fil-kostituzzjoni huma llegali!", "Dan ifisser li hu possibbli li tagħmel kif għamlu l-Ingliżi fl-1972 u tagħmel liġi bħal din.", "Issa jiena antiċipajt li xi ħadd kien se jgħid li l- Ingliżi m'għandhomx kostituzzjoni miktuba, pero` tajjeb li nfakkar li s- supremazija tal-parlament Ingliż tmur lura ħafna fiż-żmien u hi xi ħaġa sagra għalihom u minkejja dan kollu, dawn xorta għaddew liġi li tgħid li r- regoli ta' l-UE jirbħu fuq kwalunkwe liġi oħra u huma direttament applikabbli għal pajjiżhom.", "Issa aħna qed nagħmlu l-istess; suġġetti għall-kostituzzjoni – fejn ma jista' jkun hemm xejn li jikkozza ma' xi provvediment espress tal- kostituzzjoni – il-liġijiet ordinarji kollha li ma jaqblux ma' dawk il- liġijiet li aħna nkunu pparteċipajna fihom fi Brussell jaqgħu u jirbħu dawk ta' Brussell.", "M'hemm xejn ħażin f'dan għax fil-kamp limitat tad-drittijiet tal-bniedem diġa` għamilniha fl-1987 u issa se napplikaw l-istess prinċipju fuq area iżjed kbira, dik li fuqha għandha ġurisdizzjoni l-UE.", "Il-punt jibqa' li m'hemm xejn li qed jikkozza mal-kostituzzjoni meta nagħmlu dan għax dan il-parlament huwa suprem – ovvjament fi ħdan kostituzzjoni aktar suprema – u fis-supremazija tiegħu jista' jgħid li l-liġi ta' l-UE hija direttament applikabbli f'pajjiżna.", "Sur President, jien nixtieq nikkwota mill-awtobijografija u l-memoirs ta' Sir Geoffrey Howe li kien is-solicitor general li fil-gvern ta' Edward Heath kien fassal il-European Communities Bill ta' l-1972.", "Dan kien qal li għamel weekend jaqra l-argumenti kollha ta' Enoch Powell - argumenti li kienu simili għal dawk li smajna llum min-naħa ta' l-oppożizzjoni - kontra li ssir liġi bħal din u fl-aħħar qal hekk:", "\"The electorate has endorsed the principle of membership.", "The final crucial stage could be properly entrusted to parliament itself for the very sovereignty of parliament entitled that body to manage or deploy that sovereignty on behalf of the British people in partnership with other nations on such terms as parliament itself might decide.\".", "Issa l-gvern Nazzjonalista għandu l-mandat elettorali tal-poplu li kemm-il darba esprima ruħu favur sħubija fl-UE u għandna liġi ordinarja - li in parte wkoll se temenda l-kostituzzjoni u fuq din nitkellem aktar 'il quddiem – li qed tgħid li dawk ir-regolamenti direttament esegwibbli fil- pajjiżi membri, se jkunu esegwibbli f'Malta wkoll.", "Ma hawn xejn straordinarju hawnhekk għax kull pajjiż li jidħol fl-UE jagħmel l-istess biex jaddatta l-leġislazzjoni tiegħu għar-rekwiżiti ta' l-UE; min jemenda l- kostituzzjoni u min jagħmel liġi.", "Aħna se nagħmlu ż-żewġ affarijiet f'salt għax se nagħmlu l-liġi ordinarja u biex żgur niċċaraw l-affarijiet - mhux għax kellna bżonn nagħmlu hekk - se nemendaw artiklu 65 tal-kostituzzjoni fejn se ngħidu li l-parlament jista' jagħmel kwalunkwe liġi f'pajjiżna nkluż dawk taħt id-dritt internazzjonali u taħt it-trattat ta' sħubija ma' l-UE.", "Din l-emenda se tkun entrenched – anke jekk fl-inqas forma, dik ta' maġġoranza assoluta – fil-kostituzzjoni u biex nagħmlu dan għandna bżonn 33 vot favur.", "Anke jekk ħadd ma jivvota kontra, xorta jrid ikun hemm 33 vot favur biex nemendaw dik il-parti tal-kostituzzjoni.", "F'liġi ordinarja, kulma għandek bżonn hu maġġoranza sempliċi ta' dawk li jkunu preżenti f'dak il- mument meta jittieħed il-vot.", "Dan ifisser li jekk se jkun hawn maġġoranza assoluta meta nivvotaw fuqha fit-third reading, din se ssir parti mill- kostituzzjoni.", "Dan se jsir mhux għax kien hemm għalfejn imma biex nagħmlu kif għamlu pajjiżi oħrajn u nsemmu l-UE fil-kostituzzjoni tagħna.", "Fil-fatt, jiena qgħadt noqgħod naqra l-kostituzzjonijiet kollha tal-membri preżenti ta' l-UE u b'eċċezzjoni ta' xi tnejn minnhom, kollha kemm huma għandhom riferenza għall-UE fil-kostituzzjoni tagħhom; hemm min għandu riferenza sempliċi u hemm min għandu riferenza dettaljata.", "Aħna ħadna the middle of the road approach u sejrin nemendaw artiklu 65 sabiex nikkonfermaw id-dritt tal-parlament Malti li ġaladarba hu suprem dejjem fi ħdan il-kostituzzjoni, dan jista' jgħaddi kwalunkwe liġi, anke liġi li tkun fuq liġijiet oħrajn.", "F'dan il-parlament għaddew anke liġijiet inġusti imma sakemm ma kisrux il-kostituzzjoni, dawn xorta baqgħu.", "Sur President, issemmew il-qrati tal-Lussemburgu.", "Fil-European Convention Act aħna tajna d-dritt li jekk ċittadin Malti jirbaħ kawża quddiem il- qrati Ewropej ta' Strasbourg, is-sentenza ta' dawk il-qrati tkun inforzata f'Malta.", "Ħalli nagħti eżempju.", "Ejja ngħid li f'każ partikolari, qorti internazzjonali tagħti sentenza kontra l-gvern Malti sabiex dan iħallas lil Mr \"X\" Lm50,000 imma minkejja dan, il-gvern Malti ma josservax dik is- sentenza.", "F'dak il-każ, Mr \"X\" jista' jmur quddiem il-qorti kostituzzjonali Maltija u din malli tara li Mr \"X\" għandu sentenza maħruġa mill-qorti Ewropea, taqbad u tinforza dik is-sentenza.", "Tafu xi jfisser dan?", "Li jekk Mr \"X\" tilef kawża quddiem il-qorti kostituzzjonali Maltija u mar Strasbourg u hemmhekk rebaħha, il-qorti kostituzzjonali ta' Malta jkollha tibla s-sentenza u tinforzaha kontra l-parir tagħha stess!", "Dan ifisser li dawn l-affarijiet diġa` saru f'ambiti oħra u allura m'hemm xejn straordinarju ħlief li se tinbidel l-entita`; qabel dik kienet fuq id- drittijiet tal-bniedem biss, issa din se tkun fuq l-affarijiet li l-UE għandha ġurisdizzjoni fuqhom.", "Sur President, nagħlaq billi ngħid li jien verament ma nara xejn f'din il- liġi li tikser il-kostituzzjoni, aktar u aktar meta dan il-provvediment li huwa meħtieġ għal sħubija fl-UE ġie konfermat kemm-il darba mill-elettorat Malti.", "Nirringrazzjak.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Michael Frendo.", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Sur President, quddiemna għandna liġi li tirrapreżenta l-aħħar parti ta' mixja twila li l-poplu tagħna għamel biex jidħol fl-UE.", "Kif qal tajjeb il-Prim Ministru, dan hu ċertament mument storiku anke mil-lat kostituzzjonali għaliex qegħdin ngħidu li Malta finalment se tkun parti mill-UE u li bħal pajjiżi l-oħra membri ta' l-UE, se jkollha wkoll is-sistema legali tagħha marbuta mas-sistema legali ta' l- istess unjoni.", "Pajjiżna beda miexi f'qafas differenti milli kellna qabel, qafas fejn id-deċiżjonijiet li jittieħdu, ma jitteħdux biss minn pajjiż waħdu imma jittieħdu kollettivament mill-pajjiżi kollha membri ta' l-UE.", "Wieħed għandu jenfasizza li din hija liġi li fil-fatt qiegħda tgħid li t- trattat tas-sħubija bejn Malta u l-UE kif ukoll attijiet preżenti u futuri addottati mill-UE għandhom jorbtu f'Malta wkoll u jsiru parti mil-liġi domestika.", "Il-Ministru Borg għadu kif għamel riferenza għall-fatt li r- relazzjoni bejn il-livell tad-drittijiet internazzjonali u l-livell ta' dritt intern kultant jidħlu f'xulxin.", "Fil-fatt dan hu l-mod kif l-UE ħadmet u ħadmet tajjeb tul iż-żminijiet u din hi s-sistema li biha jaħdmu l- pajjiżi l-oħra ta' l-UE.", "Importanti li ngħidu li din hi liġi li qed tagħmel bidla fil-kostituzzjoni fejn qed tagħmel riferenza li l-parlament jista' jagħmel liġijiet għar- rigward tas-sħubija tagħna ma' l-UE u anke rigward obbligi reġjonali u internazzjonali tagħna.", "Din hija klawsola mportanti u interessanti għaliex għall-ewwel darba s-sistema legali tagħna qegħdin neħduha fuq livell aktar modern, livell li jirrifletti r-realtajiet taż-żmenijiet tal-lum.", "Per eżempju, l-obbligi internazzjonali ta' Franza daħlu fis-sistema legali interna tagħhom.", "Huwa veru li kif qal tajjeb il-Ministru Tonio Borg, forsi din il-klawsola ma kienx hemm bżonn li ssir, pero` jien naraha li qiegħda f'postha hemmhekk u għalhekk ikun tajjeb li wieħed jagħmel riferenza għaliha.", "Issa ħalli ndur biex nitkellem fuq affarijiet oħra għax dwar il- klawsoli li għandna f'dan l-abbozz ta' liġi nistgħu nitkellmu fid-dettall meta naslu fl-istadju ta' kumitat.", "Matul dan id-dibattitu, l-oppożizzjoni tat wieħed x'jifhem li fl-istadju ta' kumitat se tagħmel analisi u anke se tiskrutinja l-mod kif se jopera dan l-abbozz ġaladarba jsir liġi.", "Nistgħu ngħidu li dan huwa wkoll mument politiku għax Malta waslet biex tagħlaq dan iċ-ċiklu.", "Jien ħadt gost nisma' lill-Onor.", "Leo Brincat jgħid li sa elezzjoni oħra l-kwestjoni ta' Malta fl-UE m'hijiex se tibqa' issue u li l-issue se tkun liema partit politiku se jmexxi lil Malta fl-UE l-aħjar.", "Jien naħseb li politikament kien ikun ħafna iktar għaqli li kieku l-partit Laburista ħa dak l- atteġġjament anke qabel ir-referendum u l-elezzjoni li għaddiet.", "Naturalment kulħadd huwa fil-liberta` li jagħmel il-politika li jrid hu, pero` rrid ngħid li jien ma qbiltx mal-partit Laburista meta dan iddikjara li għalkemm hu se jaċċetta r-rieda tal-maġġoranza, se jivvota kontra dan l- abbozz ta' liġi, anke għaliex l-argument li qed iġib ma jreġix.", "Ħalli nispjega għaliex qed ngħid hekk.", "Il-partit Laburista qed jgħid li ġaladarba vvotaw numru ta' nies għalih minħabba li huwa kontra l-adeżjoni ta' l-UE allura huwa se jivvota kontra dan l-abbozz ta' liġi b'rispett lejn dawn in-nies, biex ikun qed jirrappreżenta lil min appoġġjah fl-elezzjoni li għaddiet.", "Madanakollu ta' min ifakkar li qabel l-elezzjoni l-partit Laburista kien qal li hu ma jirrikonoxxix ir-riżultat tar-referendum imma jirrikonoxxi r-riżultat ta' l- elezzjoni, u allura jekk ried ikun konsistenti, wara l-elezzjoni kellu jirrikonoxxi r-riżultat ta' l-elezzjoni, jaċċetta li dik hi r-rieda tal- poplu u juża dik l-okkażjoni biex jagħmel bidla fil-politika tiegħu fid- dawl ta' dak li qal hu stess qabel l-elezzjoni.", "Wara kollox il-partit Laburista stess kien jgħid li r-referendum kien konsultattiv u kien fl- elezzjoni fejn kellha ssir l-għażla.", "Imma nsomma, issa dawn l-argumenti għamilniehom kollha ad nauseam u naħseb li kulħadd xeba' jismagħhom, pero` bilfors ridt nagħmel il-punt li konsistement mad-dikjarazzjonijiet politiċi li għamel il-partit Laburista stess, fil-fehma tiegħi huwa żball li l- partit Laburista se jivvota \"le\" għal dan l-abbozz ta' liġi.", "Jekk irid, il- partit Laburista għandu ċans jirrivedi d-deċiżjoni tiegħu sakemm naslu biex nivvotaw.", "Fid-diskors tiegħu, il-Kap ta' l-Oppożizzjoni pprova jiġġustifika l-mod kif aġixxa, pero` kif qal il-partit Laburista stess, issa huwa għandu joqgħod għar-rieda tal-maġġoranza, jaċċetta dak ir-riżultat u jagħmlu tiegħu.", "Ikun ħafna iktar ta' ġid għal Malta u anke għall-partit Laburista nnifsu li kieku ż-żewġ naħat tal-Kamra jivvotaw favur l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna għax b'hekk dan il-pajjiż kien ikun jista' jmexxi u jittratta materji oħrajn.", "Wara kollox l-għażla li Malta tidħol fl-UE ħadha l-poplu stess.", "Sur President, meta kien qed jitkellem il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, huwa qal li ma rridux ninsew l-ispeċifiċita` ta' pajjiżna, jiġifieri li din il- gżira, li qiegħda fil-periferija ta' l-Ewropa, hija waħda mill-iċken membri, anzi bħalissa hija l-iċken membru ta' l-UE u waħda mill-iċken pajjiżi fl-Ewropa.", "Jekk fhimtu sew, huwa kien qed iġib dak l-argument biex jipprova jiġġustifika l-pożizzjoni li ħa l-partit Laburista qabel ir- referendum u wara r-referendum, qabel ma saret l-elezzjoni.", "Fil-fehma tiegħi, dan l-argument li ġab il-Kap ta' l-Oppożizzjoni iktar jikkonferma kemm wieħed għandu jivvota favur l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna għax huwa proprju minħabba dawn il-fatturi li semma l-Kap ta' l- Oppożizzjoni li pajjiżna ma jistax jaffordja li jibqa' biss backwater politiku u ekonomiku imma jrid jidħol fil-qalba ta' l-affarijiet u jagħti l- kontribut tiegħu.", "B'hekk inkunu qed nassiguraw li nkunu qed naġixxu fuq livell internazzjonali u nkunu qed nagħmluha possibbli għalina li jkollna say fid-deċiżjonijiet li jittieħdu u li jkunu se jeffettwawna.", "Ma nixtieqx intawwal għax hawn diversi kelliema li jridu jitkellmu, pero` rrid ngħid li issa li l-Prim Ministru u l-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin iffirmaw it-trattat f'Ateni biex insiru membri ta' l-UE, imiss li din il-Kamra, li tirrappreżenta lill-poplu kollu tagħna, tirratifika dik il- firma.", "Wara kollox hija espressjoni ta' demokrazija li meta pajjiż jagħmel rabta internazzjonali, dik ir-rabta internazzjonali mhux biss tiġi attwata imma tħalli anke effett legali.", "Fil-fatt dan li qed nagħmlu llum huwa prova li l-proċess parlamentari huwa importanti ħafna fi ħdan l-attivita` kollha ta' dan il-pajjiż, u li dan il-Parlament huwa kruċjali biex dan it- trattat ikun jista' jiġi attwat u validament ratifikat.", "Kif rajna, diġa` hemm pajjiż li rratifika t-trattat ta' adeżjoni ma' l-UE, li huwa d- Danimarka, u fil-fatt qed nistennew li l-pajjiżi l-oħra jagħmlu l-istess.", "Jien nawgura li dak li ħadem għalih u għażel il-poplu Malti jitwettaq bl- appoġġ ta' dan il-Parlament, għalkemm kif għedt diġa` - imma din hi l- opinjoni tiegħi, u naturalment nirrispetta l-opinjoni ta' kull politiku f'dan il-parlament - kien ikun ħafna iktar għaqli li kieku biex jiġi rratifikat dan it-trattat kien ikollna l-consensus sħiħ taż-żewġ naħat ta' din il-Kamra.", "Grazzi, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Iktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L- Onor. Fenech.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Sur President, jiena naqbel mal-kelliema ta' qabli li qalu li dan hu mument storiku kemm għal pajjiża kif ukoll għall-parlament Malti.", "Jiena nħossni tassew kburi li nifforma parti minn dan il-parlament li wasal biex jirratifika t-trattat ta' sħubija ta' pajjiżna fl-UE wara snin ta' negozjati intensivi.", "Meta bdejt nisma' id-diskors tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni l-bieraħ u bil-mod kif beda jpoġġi d-diskors tiegħu fil-bidu, kelli xi ftit tat-tama li sa fl- aħħar, Dr. Sant kien se jgħid li postna hu tassew fl-Ewropa.", "Sfortunatament minflok ġara hekk erġajna smajna r-retorika Laburista tal-kampanja elettorali li għada kif għaddiet u cioe` li l-partnership hi l-aħjar għażla u l-poplu missu għażel lilha.", "Agħar minn hekk, Dr. Sant qal li dan il-gvern rebaħ l-elezzjoni għax xtara l-voti matul il-kampanja elettorali.", "Ċertament li dan ma jaqbilx ma' dak li qalu uffiċjali oħra tal-partit Laburista fejn sostnew li huma tilfu l-elezzjoni għax il-kurrent kien favur sħubija fl-UE u għalhekk ma nistax nifhem kif Dr. Sant wasal għal dik il- konklużjoni.", "Min-naħa ta' l-oppożizzjoni nisimgħu kliem bħal li l-UE hi stat ta' fatt u jridu jaħdmu fi ħdanha u fl-istess ħin nisimgħu kliem ieħor bħal din li ssir kruċjata kostituzzjonali kontra din ir-ratifika fejn qed jipprovaw idaħħlu ħafna dubji dwar jekk din il-liġi hijiex b'xi mod se tikser il- kostituzzjoni jew tnaqqas minn xi drittijiet li l-poplu Malti għandu safeguarded b'din il-kostituzzjoni.", "Jiena m'iniex persuna li nista' nitkellem b'awtorita` fuq il-kostituzzjoni pero` jidher ċar li din il-liġi bl-ebda mod ma hi se xxekkel il- kostituzzjoni.", "Ma hu minnu xejn dak li qed tipprova tgħid l-oppożizzjoni li l-Prim Ministru se jiġi f'sitwazzjoni fejn jaqbad u jagħmel il-liġijiet.", "Kif spjega tajjeb il-Viċi Prim Ministru, kull liġi li l-Prim Ministru jkollu bżonn jagħmel, ikollu l-ewwel joħroġ legal notice dwarha imbagħad iressaqha quddiem il-parlament.", "Jiena naħseb li l-poplu Malti qed jistenna xi ħaġa differenti minn dan id- dibattitu.", "Il-poplu Malti ma jridx jisma' iżjed dwar jekk pajjiżna għandux jidħol jew le fl-UE imma qed jistenna li l-parlament kollu jerfa' r- responsabbilta` li h u stess tah fir-referendum u fl-elezzjoni u jibda jagħmel it-tibdiliet meħtieġa fil-liġijiet ta' pajjiżna sabiex iċ-ċittadini Maltin u Għawdxin ikollhom l-istess drittijiet tal-popli Ewropej l-oħra.", "Il- poplu Malti illum irid jisma' dwar il-bibien li se jinfetħu permezz ta' l- UE, bibien li nistgħu ngħaddu minnhom kollha jekk inkunu kapaċi naħdmu flimkien għall-ġid ta' pajjiżna.", "Wasal iż-żmien li nitkellmu dwar kif se naħdmu flimkien biex nieħdu kemm nistgħu mill-UE.", "Fl-esperjenza tiegħi ta' osservatur fil-parlament Ewropew u bħala membru fil-kumitat tal-budget ta' l-UE, ikolli kuntatt mill-qrib ma' diversi deputati minn diversi pajjiżi Ewropej u ċertament kienet interessanti d-diskursata li għamilt ma' wieħed Ġermaniż fejn staqsejtu kif l-Ispanjoli qed jirnexxilhom jieħdu madwar 80% tal-fondi allokati lilhom mill-UE meta l-average tal-pajjiżi l-oħrajn hu ta' 65%.", "Ir-risposta uffiċjali ġeneralment kienet tkun li l-Ispanjoli jieħdu dawk il-fondi kollha għax ikollhom proġetti tajbin pero` dan il-Ġermaniz qalli li s- sigriet ta' l-Ispanjoli hu li jafu jaħdmu ħafna flimkien; il-kummissarju Spanjol u l-membri Spanjoli tal-parlament Ewropew – kemm dawk poplari, kemm dawk Soċjalisti kif ukoll il-Greens - jiġbdu ħabel wieħed għall-ġid ta' pajjiżhom.", "Keeping in mind li diġa` kien hemm xi kelliema min-naħa ta' l-oppożizzjoni li wrew it-tħassib tagħhom li Malta mhux se jirnexxilha tieħu il-fondi kollha, jiena ngħid li aħna għandna fejn nitgħallmu mill-Ispanjoli għax ma jistax ikun li aħna nidħlu fl-UE u l-oppożizzjoni tibqa' tilgħab il-logħba tal-gallarija; l-approach ta' l-oppożizzjoni li tħalli lill-gvern jaħdem waħdu u toqgħod biss tosserva x'qed jiġri mhux approach li se jwassal biex Malta tieħu l-massimu li tista' tieħu mill-Ewropa.", "Jekk pajjiżna jimxi 'l quddiem fl-Ewropa, se ngawdu aħna lkoll - anke d-deputati ta' l- oppożizzjoni – u għalhekk, iż-żewġ partiti għandhom jibdew jaħdmu flimkien biex il-fondi li hemm għal pajjiżna neħduhom, mhux biss għax dawn itejbu l- ħajja tal-poplu Malti fuq livell ambjentali u strutturali imma anke għaliex dawn kapaċi jagħtu spinta lill-ekonomija Maltija.", "Sħubija fl-UE se tkun tfisser garanzija fuq l-istandards u r-regolamenti Ewropej.", "Matul il-kampanja elettorali, smajna lill-oppożizzjoni tgħid li għandna għalxiex nibżgħu minn dawn ir-regolamenti, pero` dan mhux minnu.", "M'għandniex għalxiex nibżgħu minn dawn ir-regolamenti - li jittrattaw fost oħrajn is-saħħa u s-sigurta` fuq il-post tax-xogħol, il-livell u l-kwalita` tal-prodotti sabiex dawn ikunu aħjar għall-familji tagħna, l-urban waste water directive li tipproteġi l-ilma tagħna u l-mod kif niddisponu mill- iskart – għaliex dawn huma kollha regolamenti fl-interess tal-poplu Malti u Għawdxi u dawk il-ftit regolamenti li ma kienux jgħoddu għalina minħabba ċ- ċirkostanzi partikolari ta' pajjiżna ġew innegozjati fejn fost l-oħrajn ġibna d-deroga fuq ix-xiri tat-tieni propjeta`, fuq il-moviment ħieles tal- ħaddiema, rikonoxximent dwar il-ħtiġijiet ta' reġjun ta' Għawdex, iz-zona ta' konservazzjoni għas-sajjieda Maltin, ir-rikonoxximent tan-newtralita`, il-protokoll dwar l-abort, l-għarfien tal-Malti bħala lingwa uffiċjali u l- kundizzjoni li f'Malta ma tidħolx il-VAT fuq l-ikel u l-mediċini sakemm jibqa' jkun hemm pajjiżi fl-UE li m'għandhomx din il-kundizzjoni.", "Il-fatt li din il-liġi tagħti l-poter lill-Prim Ministru biex b'ordni jirranġa xi regolamenti hu fatt pożittiv u se ngħid għaliex.", "Malta diġa` għaddiet minn proċess biex il-liġijiet Maltin u dawk ewropej jiġu jaqblu imma jekk b'xi żball, kellna liġi li għaddiet mingħajr ma tat ċertu dritt li suppost kellha tagħti skond il-liġijiet ewropej, il-Prim Ministru se jkollu l-poter li jemenda din il-liġi sabiex ma nkunux f'sitwazzjoni fejn ħaddiem Malti jkollu anqas drittijiet minn wieħed Ewropej.", "Sħubija fl-UE se tfisser ukoll li l-Maltin se jkollhom l-istess drittijiet ta' l-Ewropej u dan ma jfissirx biss li l-Maltin se jkunu jistgħu jgħaddu mill-\"EU Citizens\" section ta' l-ajruport imma jfisser li kumpanniji Maltin se jkunu jistgħu jesportaw u jinvestu ġewwa l-Ewropa bla restrizzjonijiet, iż-żgħażagħ tagħna se jkunu jistgħu jistudjaw fl-Ewropa u jkunu trattati bħala ta' ġewwa, il-Maltin ikollhom dritt li jagħżlu li jagħmlu esperjenza ta' xogħol barra pajjiżna bla xkiel u jkollhom id-dritt li l-pensjoni li jakkumulaw f'pajjiżna, ma tintilifx jekk imorru jaħdmu f'pajjiż Ewropew ieħor.", "Sur President, anke jekk l-oppożizzjoni ma tasalx biex tivvota favur dan it- trattat - kif fl-opinjoni tiegħi għandha tagħmel biex tirrispetta r-rieda tal-poplu – aħna xorta sejrin nirrispettaw id-deċiżjoni tagħhom.", "Jiena nemmen li l-importanti hu li minn issa 'l quddiem, il-gvern, l-oppożizzjoni u l-poplu Malti kollu jibdew jaħdmu flimkien biex pajjiżna jieħu il-massimu li jista' jieħu mis-sħubija tiegħu fl-UE.", "Nirringrazzjak.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Nitlob lill-Viċi Prim Ministru sabiex jekk jogħġbu jressaq l-aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sur President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal għada l-Erbgħa, 25 ta' Ġunju, 2003 fis-6:00 p.m. b'din l-aġenda:-", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Unjoni Ewropea – Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar Elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew – Tieni Qari; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili – Tieni Qari (Kont). ----------------------------------------- Abbozz ta' Liġi dwar il-Kummissarju għat-Tfal – Kumitat Permanenti.", "Abbozz ta' Liġi dwar Awditjar Intern u Investigazzjonijiet Finanzjarji – Kumitat Permanenti.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-mistoqsija hi li l-Kamra taġġorna għal għada, l-Erbgħa, 25 ta' Ġunju, 2003 fis-6:00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Fid-9:30 p.m. il-Kamra aġġornat wara li saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "EMBELLISHMENT AND LANSCAPING CONSORTIUM - SPIŻA", "115.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Mindu twaqqaf il-consortium tal-landscaping, jista' il-Ministru jgħid kemm intnefqu flus fuq pjanti, xitieli, siġar, vetturi, inġenji u apparat simili?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li mill-flus allokati għall-embellishment and landscaping consortium s'issa nħarġu sitt ċertifikati għax-xogħol konness mal-proġett public private partnership li jammontaw għal total ta' Lm1,887,094.27, eskluż il-VAT, iżda inkluż is- salarji tal-ħaddiema kollha, li jiffurmaw il-biċċa l-kbira ta' l-ispiża.", "AFFARIJIET RURALI U AMBJENT – DIRECT ORDERS", "116.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid kemm direct orders ħarġu mill-ministeru u dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fix-xhur ta' Jannar, Frar, Marzu u April ta' din is-sena?", "Kemm hi ċ-ċifra fi flus ta' dawn id- direct orders?", "Jista' jagħtini l-informazzjoni għall-perjodu 2001 u 2002?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Nassumi li l-Onor.", "Interpellant qed jirriferi għax- xiri b'direct order ta' affarijiet u servizzi li jiswew aktar minn Lm 2,500 minħabba f' urġenza jew singularita' ta' provvista wara li ntalab u ngħata permess mill- ministeru tal-finanzi.", "L-informazzjoni mitluba li tirrigwarda lil dak li qabel kien il-ministeru ta' l-agrikoltura u s-sajd u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu hu kif ġej:", "|Jannar-Apr|xejn | |il 2001 | | |Jannar-Apr|Provvista ta' IPC | |il 2002 |għas-sistema | | |komputerizzata | | |tal-klassifika | | |tal-karkassi | | |tal-majjali – | | |Lm3,750 | |Jannar-Apr|xejn | |il 2003 | |", "EDUKAZZJONI - DIRECT ORDERS", "117.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm direct orders ħarġu mill-ministeru u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fix-xhur ta' Jannar, Frar, Marzu u April ta' din is-sena?", "Kemm hi ċ-ċifra fi flus ta' dawn id-direct orders?", "Jista' il-Ministru jagħtini l-istess informazzjoni għall-perjodu 2001 u 2002?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "GĦAWDEX - DIRECT ORDERS", "118.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' il- Ministru tgħid kemm direct orders ħarġu mill-ministeru u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha fix-xhur ta' Jannar, Frar, Marzu u April ta' din is-sena?", "Kemm hi ċ-ċifra fi flus ta' dawn id-direct orders?", "Tista' il-Ministru tagħtini l-informazzjoni għall-perjodu 2001 u 2002?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Jien informata li b'kollox kien hemm 95 direct order li ħarġu mill-ministeru għal Ghawdex u d-dipartimenti li jaqgħu taħti matul s-snin 2001 u 2002 kif ukoll bejn Jannar u April ta' din is-sena.", "i) Dipartiment għas-servizzi korporattivi u segretarjat permanenti", "|Sena |Direct |Ammont | | |Orders | | |2001 |5 |Lm5900 | |2002 |9 | | | | |9729 | |2003 |3 | | | | |6817 |", "ii) Customer service department", "|Sena |Direct |Ammont | | |Orders | | |2001 |25 |Lm103.99| | | |1 | |2002 |25 | | | | |117.376 | |2003 |9 | | | | |33.613 |", "iii) Dipartiment tal-progetti u żvilupp |Sena |Direct |Ammont | | |Orders | | |2001 |5 |Lm52,445 | |2002 |9 | | | | |78198 | |2003 |5 | | | | |13383 |", "ĦAŻ-ŻABBAR: ST.", "PETER'S – ASFALTAR TA' TOROQ", "371.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid jekk għandux xi pjani sabiex isir resurfacing tat-toroq fl-area ta' St Peters Ħaż-Żabbar?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li d-direttorat għat-toroq qed ifassal programm għall-asfaltar ta' toroq fl-inħawi imsemmija mill-Onor.", "Interpellant.", "KORP TAL-PULIZIJA", "372.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm kuntistabbli, surġenti, spetturi, suprentendenti u assistenti kummissarji fil-korp tal-pulizija?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi fil-preżent fil-korp tal-pulizija hemm seba' assistenti kummissarji, 18-il supretendent, 82 spettur, 303 surġenti u 1,872 kuntistabbli.", "BORMLA: TRIQ IX-XATT – ĦRUĠ TA' ILMA", "373.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għat-Teknoloġija ta' l- Informazzjoni u Investiment: Jista' il-Ministru jara li ssir investigazzjoni dwar ilma ħiereġ ta' kuljum fi Triq ix-Xatt, Bormla, ħdejn il-ħanut Galea Sluta?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Il-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma diġa' għamlet ċertu stħarriġ biex ikun stabilit mnejn ħiereġ l-ilma iżda dan s'issa ma tax riżultat.", "L-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin u se jiġi stabilit ukoll jekk dan l-ilma huwiex ilma tax-xorb.", "REĠISTRAZZJONI TA' VETTURI", "374.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm karozzi ġodda ġew reġistrati f'Jannar, Frar, Marzu u April ta' din is-sena?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li n-numru ta' vetturi ġodda li ġew reġistrati matul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena hu kif ġej:", "|Janna|619 | |r | | |Frar |604 | |Marzu|503 | |April|719 |", "ETC - BARRANIN MINGĦAJR PERMESS TAX-XOGĦOL", "375.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il- Ministru jgħid kemm u fejn saru rapporti matul Jannar, Frar, Marzu u April 2003 ta' fejn instabu barranin jaħdmu bla permess?", "X'sar f'kull każ u x'kien ir-riżultat?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Jien informat li rapporti dwar barranin li saru minn Jannar sa April ta' din is-sena huma dawn:", "|Xaha|Rappo|Post | |r |rti | | |Jann|3 |tliet lukandi | |ar | | | |Frar|3 |żewġ lukandi u post | | | |ta' kostruzzjoni | |Marz|4 |post kummerċjali, | |u | |wieħed industrijali u | | | |tnejn ta' kostruzzjoni| |Apri|1 |lukanda | |l | | |", "F'kull każ indikat, l-uffiċjali ta' l-ETC għamlu l-ispezzjoni meħtieġa u rrapportaw il-każ lill-pulizija sabiex jittieħdu l-passi skond il-liġi.", "TIĠDID TA' PASSAPORTI", "376.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Ministru jara li persuni 'l fuq minn 75 sena jingħataw il- faċilita' li jġeddu l-passaport kull sena jew sentejn flok għal perjodu sħiħ ta' għaxar snin?", "ONOR.", "TONIO BORG: Is-suġġeriment ta` l-Onor.", "Interpellant se jiġi kkonsidrat mid-dipartiment konċernat.", "TAXXI INTERNI - KONTIJIET PENDENTI", "458.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomiċi: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 313 - u cioe` dwar każi pendenti ta' persuni b'kontijiet x'jagħtu lid-dipartiment tat-taxxi interni u lid-dipartiment tal-VAT - jista' il-Ministru jgħid jekk dawn il- każi issa ġewx solvuti?", "Jista' jgħid kemm kellhom jagħtu bħala total u kemm attwalment tħallas?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mhux magħruf eżattament għal liema każi pendenti qed jirriferi għalihom l-Onor.", "Interpellant.", "Jekk dawn jirriferu għall-ftehim li għandu d-dipartiment tat-taxxi interni ma' taxpayers biex iħallsu t- taxxa dovuta għas-snin l-imgħoddija f'pagamenti fix-xahar, l-informazzjoni hija din:", "|Numru ta' ftehim |4283 | |Ammont |Lm3,205,| |globalment dovut |079 | |Ammont imħallas | | | |2,055,53| | |4 | |Bilanċ dovut | | | |1,149,54| | |5 |", "Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li fil-każ tal-VAT, id-dipartiment joħroġ biss kontijiet skond id-dikjarazzjonijiet li jirċievi fuq bażi ta' self- assessment.", "Madanakollu, minn żmien għal żmien jinħarġu stimi f'każi fejn isiru investigazzjonijiet.", "Matul Jannar – Mejju ta' din is-sena kien hemm ukoll numru ta' taxpayers li bagħtu l-formula tal-VAT mingħajr il-ħlas tat-taxxa dikjarata.", "Minn dawn kien hemm 62 taxpayer u t-taxxa pagabbli kienet tammonta għal Lm300,231.", "Id-dipartiment ħa l-passi meħtieġa u 48 taxpayer ħallsu t-taxxa dovuta li kienet tammonta għal Lm206,124.", "Fl-aħħar ta' Mejju kien hemm 14-il taxpayer li kellhom jagħtu Lm94,107.", "F'dawn il-każi qed jittieħdu proċeduri ċivili sabiex tinġabar it-taxxa dovuta.", "WELFARE COMMITTEE – INTERNAL AUDIT REPORT", "496.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għat- tweġiba li ngħatajt għall-mistoqsija parlamentari 309, jista' il-Prim Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra r-rapport li hemm riferenza għalih f'appendix 2b dwar il-welfare committee?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab informat li hija prattika stabilita, anke fis-settur privat, li l-awditur intern jirrapporta direttament lill- management ta' l-entita` konċernata u li r-rapporti ta' l-awditur intern jibqgħu konfidenzjali, għalkemm l-awditur estern għandu d-dritt li jitlob u li jirċievi kopja ta' dawn ir-rapporti.", "Din il-prattika hija riflessa fl- abbozz ta' liġi dwar verifika interna u investigazzjonijiet li bħalissa qed jiġi kkonsidrat mill-parlament fl-istadju ta' kumitat.", "Nirriferi b'mod partikolari lill-Onor.", "Membru għall-klawsola 22 ta' dan l- abbozz li tispeċifika lil min u f'liema ċirkostanzi r-rapporti ta' l- awditur intern jew l-informazzjoni li jkun ġabar jistgħu jingħataw.", "MELLIEĦA: TRIQ CARUANA DINGLI – BINI TA' ĠNIEN", "497.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid fiex wasal il- proġett bejn l-awtorita' tad-djar u l-kunsill lokali tal-Mellieħa biex tinbena l-wesgħa art bejn Triq Caruana Dingli u Triq Sifa fil-Mellieħa?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab informat li l-progett ta' bini ta' ġnien fil- post indikat mill-Onor.", "Interpellant se jsir bejn id-dipartiment tal-bini u tiswija ta' djar u l-kunsill lokali tal-Mellieha.", "Ninsab informat ukoll li ricentement sar qbil li l-proġett jinbeda fis-snin li gejjin jekk il- kunsill ikun kiseb il-permessi meħtieġa.", "SKEJJEL - MATERIALS AND SUPPLIES", "498.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: X'inhi r-raġuni li l-flus dovuti għal materials and supplies għadhom ma ntbagħtux lill-iskejjel meta s-soltu dawn jaslu għall-bidu ta' Mejju?", "Japprezza l-Ministru li bħalissa l-iskejjel ikollhom ħafna ħlasijiet pendenti u jridu jaħsbu għal materjal edukattiv?", "Meta hemm il-ħsieb li jintbagħtu dawn il-flus?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ġejt informat li l-proċess ġie ffinalizzat u bħalissa qed tittieħed l-azzjoni meħtieġa biex it-tieni instalment dovut lill- iskejjel jitħallas mill-aktar fis.", "VAT - MULTI MAĦFURA", "499.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomiċi: B'riferenza għat-tagħrif mitlub mill-ġurnal The Malta Financial and Business Times tal-11 ta' Ġunju ta' din is-sena, jista' il-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet li għalihom mhix qed tingħata l-informazzjoni mitluba?", "Jista' jqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba dwar l-ammont ta' multi li nħafru qabel l-elezzjoni ġenerali 2003 lil min ma ddikjarax il-VAT dovuta kif suppost?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Il-maħfriet li qed jirriferi għalihom l-Onor Interpellant huma miżura li tħabbret fil-budget għal din is-sena u li ġiet implimentata fil-kuntest tal-provvedimenti fil-liġi tal-VAT 1995 u l-liġi tas-CET 1997.", "Ma nistgħux nagħtu d-dettalji mitluba għaliex din il-miżura kienet waħda ġenerali u għalhekk għad irridu naraw minn se jieħu vantaġġ minnha.", "Id-dettalji ma nagħtuhomx ukoll għaliex din hi informazzjoni konfidenzjali bejn it-taxpayer u d-dipartiment.", "FTEHIM MAL-MICROSOFT", "500.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Teknoloġija ta' l- Informazzjoni u Investiment: Jista' il-Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni tal-ministeru dwar l-oġġezzjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea għas-sensiela ta' ftehim li diversi gvernijiet, fosthom anke dak ta' Malta, iffirmaw mal- Microsoft?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel riferenza aktar ċara dwar l-oġġezzjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea li jagħmel riferenza għalihom fil-mistoqsija tiegħu.", "SKEJJEL – SEX EDUCATION", "503.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid jekk fl-iskejjel ta' l-istat studenti subien u bniet jiġux mgħallma l-possibbilta` li jieħdu sexually-transmited infections jekk jipprattikaw is-sess?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li studenti fil-form IV għandhom parti mill- programm ta' personal and social development li jittratta dwar STIs fil- module ta' health and sexuality.", "Barra li jitgħallmu fuq id-differenza bejn HIV u AIDS u l-mod kif din tista' tgħaddi fuq l-istudenti, jiġu mgħallma l-infezzjonijiet ewlenin bħall-chlamydia, gonhorrea, hepatitis, herpes u syphilis u kif dawn tista' teħodhom.", "GĦalhekk l-istudenti qed jiġu mgħallma kif dan il-mard għandu jiġi evitat u xi protezzjoni tista' tuża kontrihom.", "L-għalliema tal-PSD ngħataw taħriġ fuq is-sexuality and relationship education fl-inservice courses tas-sena 2002.", "SKEJJEL – PHYSICAL EDUCATION", "504.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Peress li huwa fatt magħruf li l-obesita` fost it-tfal hija allarmanti, jista' il- Ministru jgħid x'inhu jagħmel id-dipartiment ta' l-edukazzjoni biex jiżgura li l-lezzjonijiet f'kull livell ta' l-iskejjel primarji, sekondarji u sixth form fl-edukazzjoni fiżika jiżdiedu?", "X'qed isir biex il-ġenituri jintwerew il-benefiċċju li t-tfal jagħmlu eżerċizzji fiżiċi regolari u li dawn għandhom jibdew l-iskola?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li d-dipartiment tal-kurrikulu jorganizza regolarment korsijiet għall-għalliema biex jadottaw strateġiji ta' tagħlim biex aktar jimmotivaw lill-istudenti lejn l-attivita' fiżika.", "Ikunu organizzati għadd ġmielu ta' field days u fun runs fuq bażi ta' reġjun, ta' lokalita' u ta' skola.", "F'ħafna minn dawn jipparteċipaw il-ġenituri.", "Id-dipartiment tal-kurrikulu jemmen li parti sostanzjali tal-problema tista' titnaqqas bi programm edukattiv.", "L-istudenti jingħataw tagħrif u parir mhux biss mill-PE teachers iżda wkoll minn teachers tal-PSD u tal- home economics meta l-istudenti jagħżlu dan is-suġġett bħala option.", "Id- dieta u r-relazzjoni bejn l-attivita' u l-ikel huma wkoll temi fis-sillabu għall-istudenti tal-PE option.", "SKEJJEL - PHYSICAL EDUCATION", "505.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li fis-sena skolastika li ġejja jkun hemm aktar lezzjonijiet ta' l-edukazzjoni fiżika?", "Kemm kien hemm f'din is- sena li se tagħlaq?", "Jista' jagħti l-figuri għal kull livell?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li mhux previst li fis-sena li ġejja jkun hemm żieda fil-lezzjonijiet ta' l-edukazzjoni fiżika.", "Fis-sena li għaddiet, it-taqsim ta' ħin għal-lezzjonijiet ta' l-edukazzjoni fiżika kien hekk:", "Skola primarja - sagħtejn u nofs fil-ġimgħa; junior lyceum forms 1 u 2 - żewġ lezzjonijiet fil-ġimgħa; skola sekondarja forms 1, 2 u 3 - żewġ lezzjonijiet fil-ġimgħa; junior lyceums forms 3, 4 u 5 - lezzjoni waħda fil- ġimgħa; skola sekondarja forms 4 u 5 - lezzjoni waħda fil-ġimgħa; junior lyceum (PE option) forms 3, 4 u 5 – erba' lezzjonijiet fil-ġimgħa; u skola sekondarja (PE option) forms 4 u 5 - ħames lezzjonijiet fil-ġimgħa.", "Biex jinġabar in-numru ta' lezzjonijiet li attwalment saru matul is-sena skolastika jkun jeħtieġ li tintbagħat ċirkolari mid-dipartiment ta' l- operations fi ħdan id-diviżjoni.", "SKEJJEL – PE TEACHERS", "506.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm għalliema ta' l-edukazzjoni fiżika mpjegati mad- dipartiment ta' l-edukazzjoni?", "Dawn huma kollha mpjegati fix-xogħol li ggradwaw għalih?", "Kemm minnhom jgħallmu f'aktar minn skola waħda?", "Kemm huma assenjati għall-iskejjel primarji, sekondarji u sixth form?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li bħalissa hawn 125 għalliem ta' l- edukazzjoni fiżika fl-iskejjel statali.", "X'uħud minnhom jgħallmu suġġett ieħor ukoll.", "Mhux kollha huma B.Ed għaliex x'uħud attendew it-training colleges waqt li oħrajn huma instructors - 37 minnhom jgħallmu f'iktar minn skola waħda.", "Dawn l-għalliema huma assenjati fl-iskejjel kif jidher hawn taħt:", "|peripatetic |23 | |fl-iskejjel primarji | | |activity teachers |11 | |fl-iskejjel primarji | | |swimming promotion |1 | |unit | | |fis-sekondarji u |83 | |junior lyceums | | |sekondarja għolja |7 |", "SEXUALLY-TRANSMITTED INFECTIONS", "507.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' il- Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta' sexually-transmitted infections fl-2002 u fl-ewwel ħames xhur ta' din is-sena?", "Il-pazjenti kienu kollha Maltin?", "Kemm kien hemm nisa?", "Liema infezzjonijiet kienu irrapportati minn tobba u kemm ġew ittrattati l-isptar?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Jien informat li s'issa għadha ma teżistix notifika statutorja ta' sexually-transmitted infections.", "Għaldaqstant mhumiex magħrufa kwalunkwe infezzjonijiet li jiltaqgħu magħhom il-GPs u l- ispeċjalisti l-oħra fl-isptarijiet.", "Madanakollu huwa l-ħsieb li s-sexually- transmitted infections ikunu notifikabbli hekk kif jiġi fis-seħħ l-Att dwar is-Saħħa Pubblika.", "SEXUALLY-TRANSMITTED INFECTIONS", "508.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' il- Ministru jgħid kif it-taqsima tas-saħħa tispjega lill-istudenti fl-iskola u lill-poplu inġenerali dwar sexually-transmitted infections?", "Isiru xi kampanji edukattivi għal dan il-għan?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninsab informat li b'mod ta' rutina, kull skola li titlob is-servizz tad-dipartiment għall-promozzjoni tas-saħħa fil-qasam tas- saħħa sesswali tiġi moqdija.", "L-interventi jieħdu forma ta' talks formali ma' l-istudenti u jintużaw videos adattati.", "B'mod ġenerali, ir-reklamar fuq il-mezzi tax-xandir jgħin biex iqajjem kuxjenza fuq il-bżonn li persuna tkun informata fuq ir-riskji kollha relatati mas-sess.", "Id-dipartiment iqassam ukoll leaflets informattivi.", "Fil-qasam tal-prevenzjoni sekondarja, il-kumitat imwaqqaf apposta (STIPC) jagħmel reklamar fuq il-mezzi tax-xandir kollha biex iħeġġeġ lill-pubbliku jagħmel użu mis-servizzi fosthom screening tal-GU clinic li hemm fl-isptar Boffa.", "JAPANESE INTERNATIONAL CO-OPERATION AGENCY", "556.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' il-Ministru jgħid jekk kenux ġew finalizzati t-taħditiet mal-JICA sabiex nirċievu assistenza teknika mill-Gvern Ġappuniż?", "ONOR.", "JOE BORG: Il-Japanese international co-operation agency, l-aġenzija tal-Gvern Ġappuniż responsabbli mill-implimentazzjoni ta' programmi ta' koperazzjoni teknika, ilha sa mill-aħħar tat-tmeninijiet tipprovdi lil Malta b'assistenza teknika fuq bażi regolari.", "Kienu diversi dawk il-Maltin li matul is-snin ibbenefikaw minn din l-assistenza b'korsijiet ta' taħriġ f'oqsma varji ta' attivita' u ta' studju.", "L-expert dispatch programme hija skema tal-JICA responsabbli biex tipprovdi u tibgħat esperti Ġappuniżi fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw f'oqsma ta' attivita' li jenħtiġilhom l-assistenza esperta tagħhom.", "Is-sena l-oħra, il-Gvern ta' Malta għażel li jissottometti disa' proposti għal assistenza esperta ta' dan it-tip għan-nom ta' diversi dipartimenti u korporazzjonijiet governattivi.", "Ir-rikjesta għadha qed tiġi kkonsidrata mill-awtoritajiet Ġappuniżi li f'Mejju li għadda ngħataw informazzjoni ulterjuri konnessa ma' dawn il-proposti, liema informazzjoni hija ntiża sabiex tgħinhom jistudjaw aħjar ir-rikjesta mill-gvern ta' Malta.", "Nispera li nkun f'pożizzjoni li ninforma lill-Onor.", "Interpellant f'qasir żmien bl-eżitu ta' din ir-rikjesta għal assistenza teknika.", "TAXXI INTERNI - PAYMENT GATEWAY", "557.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għat-Teknoloġija ta' l- Informazzjoni u Investiment: Jista' il-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li jibdew isiru financial transactions tad-dipartiment tat-taxxa permezz tal- payment gateway kif kien propost oriġinarjament?", "Huwa minnu li sal-lum għad hemm oġġezzjonijiet tal-ministeru tal-finanzi dwar dan għaliex ma jridux iħallsu persentaġġ ta' l-ammonti tat-transazzjonijiet finanzjarji lill-kumpanniji li lilhom ġie outsourced dan ix-xogħol fuq il-gateway?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li huwa ppjanat li fil- futur il-payment gateway jibda jintuża għal numru kbir ta' servizzi elettroniċi.", "GĦadu kmieni biex nirrispondi għat-tieni mistoqsija peress li bħalissa l- ministeri konċernati qegħdin jiddiskutu l-parametri finanzjarji li bihom se tkun qed topera din il-payment gateway.", "MITTS U CIMU", "558.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għat-Teknoloġija ta' l- Informazzjoni u Investiment: Jikkonsidra l-Ministru li hemm nuqqas ta' kompatibilita' għall-fatt li l-MITTS, li għandha rwol operational, u c- CIMU, li hija aktar involuta f'xogħol ta' policy u ta' regolatur, għandhom l-istess chairman?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Iċ-CIMU m'għandhiex funzjoni ta' regolatur.", "Fejn jidħlu l-MITTS, iċ-CIMU tistabilixxi technical standards għal sistemi ta' informazzjoni li jħaddem il-gvern waqt illi l-MITTS tibni u tħaddem dawn is- sistemi.", "Ir-regolatur - jekk tista' issejjaħlu hekk - hi l-Malta standards authority li tfassal standards għall-pajjiż kollu.", "TERRANET –PAYMENT GATEWAY", "559.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għat-Teknoloġija ta' l- Informazzjoni u Investiment: Jista' il-Ministru jgħid kemm qed titħallas il- kumpannija terranet għall-outsourcing li sar lilha fuq il-payment gateway?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-terranet qed titħallas is-somma ta' Lm12,000 fis-sena għal xogħol li ngħata lilha fuq il- payment gateway.", "TEKNOLOĠIJA TA' L-INFORMAZZJONI – ISSP STRATEGIC PLAN", "560.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għat-Teknoloġija ta' l- Informazzjoni u Investiment: Jista' il-Ministru jgħid jekk il-ministeru tiegħu huwiex qed jaħdem fuq ISSP strategic plan għall-information technology għas-snin li ġejjin?", "Fiex wasal dan?", "Ġie approvat?", "Meta mistenni li jibda jiġi attwat?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "EMU - IMPLIKAZZJONIJIET TA' IT", "561.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għat-Teknoloġija ta' l- Informazzjoni u Investiment: Jista' il-Ministru jgħid jekk il-gvern huwiex qed jaħdem fuq l-implikazzjonijiet ta' IT għas-sistemi finanzjarji li bidla għall-munita euro tista' ġġib magħha?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.", "BORMLA - AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA", "599.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid fiex waslet it- talba H15673 għal akkomodazzjoni alternattiva?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jien informat li l-applikazzjoni qed tigi kkonsidrata flimkien ma' applikazzjonijiet pendenti ohrajn li ghandu quddiemu d-dipartiment ghall-akkomodazzjoni socjali.", "LICENSING FEES – REVENUE", "668.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid x'kien id-dħul mil-liċenzji tal- vetturi u mil-liċenzji tas-sewqan matul is-sena 2002?", "Jista' jgħid kemm mid-dħul mil-liċenzji tal-vetturi huwa dovut għal-liċenzja għad-dħul fil- Belt?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li d-dħul mil-liċenzji matul is-sena 2002 kien kif ġej:", "|Liċenzja tat-triq|Lm10,672,95| |tal-vetturi |6 | |Liċenzji |Lm | |tas-sewqan |560,468 | |Liċenzji |Lm | |għad-dħul |603,658 | |fil-Belt | |", "HERITAGE MALTA - KUNTRATTI TA' KONSULENZA", "669.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid x'kuntratti ta' konsulenza ngħataw miċ- chairman ta' Heritage Malta lil Elizabeth Aylin, Patrick Abela u architecture project?", "Dawn il-kuntratti ta' konsulenza ngħataw wara sejħa għal offerti?", "Kemm hu l-valur ta' dawn il-kuntratti?", "X'kuntratti ta' konsulenza oħrajn ingħataw minn Heritage Malta?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Il-kuntratti mogħtija lill-persuni li rrifera għalihom l-Onor.", "Interpellant ingħataw mingħajr sejħa għal offerti.", "Il- kuntratt ta' Elizabeth Ayling bħala communications consultant kien ta' Lm250 fix-xahar mill-1 ta' April sa l-31 ta' Diċembru ta' din is-sena, liema kuntratt spiċċa fil-31 ta' Mejju wara r-riżenja ta' Ms. Aylin.", "Dak ta' Patrick Abela bħala I.T. technical consultant kien bejn l-1 ta' Diċembru 2002 sal-31 ta' Marzu ta' din is-sena u sewa Lm150 fix-xahar.", "Il-kuntratt ma' architectural project se jkun jiswa Lm2,950 għal xogħol relatat ma' l-uffiċċju ewlieni fi Triq il-Merkanti, il-Belt.", "L-uniku kuntratt ieħor mogħti kien dak ma' l-Avukat Antonio Tufigno għall- perjodu ta' bejn l-1 ta' April ta' din is-sena u l-31 ta' Marzu 2004 għal servizzi legali u biex jagħmilha ta' segretarju tal-bord u li għalih qed jitħallas Lm250 fix-xahar.", "Ma kienx hemm sejħa għal offerti.", "AFM - PROMOZZJONIJIET", "670.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Prim Ministru: Jista' il-Prim Ministru jgħid meta se jinħarġu l-promozzjonijiet fir-rank ta' logutenent kurunell fl-armata sabiex jimtlew il-postijiet vakanti li hemm fir- reġimenti peress li dan in-nuqqas qiegħed iħalli effett negattiv fuq is- sigurta' u l-ibħra ta' madwarna minħabba li taffettwa l-effiċjenza u l- amministrazzjoni ta' l-armata?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab informat li l-proċess ta' l-għażla beda u li ma jirriżultax li hemm xi diffikultajiet kif qed jallega l-Onor.", "Membru.", "MAGĦTAB - SKART TA' L-INDUSTRIJA TAL-KOSTRUZZJONI", "671.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Peress li l-Ministru ġie kkwotat li qal li l-iskart ta' l- industrija tal-kostruzzjoni mhux se jitħalla jidħol il-Magħtab minn Lulju li ġej, jista' jgħid jekk dan ifissirx li se jingħata package 1 tat-tender tal-waste management?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tender ta' package 1 ingħatat fit-8 ta' April 2003.", "SVPR - IMPJEGATI", "678.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema jaħdmu ġewwa r-residenza San Vincenz de Paule u x' inhu l-grad tagħhom?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Qed inpoggi fuq il-mejda tal Kamra lista ta' l- impjegati ġewwa r-residenza San Vinċenz de Paule.", "SVPR - APPLIKAZZJONIJIET PENDENTI", "680.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm anzjani jistennew biex jidħlu fir-residenza San Vinċenz de Paule u fid-djar ta' l- anzjani?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li n-numru ta' anzjani li bhalissa qed jistennew biex jidħlu fir-residenza San Vinċenz de Paule huwa 734 u biex jidħlu fid-djar ta' l-anzjani huwa 912.", "SVPR – AIR CONDITIONING", "681.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid liema huma s-swali fir- residenza San Vinċenz de Paule li m'għandhomx air conditioning?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li s-swali fir- residenza San Vinċenz de Paule li m'ghandhomx air conditioner istallat huma: ward 11/12 female fil-main corridor; RB1; RB2A; RB2B; ward 9/10 female; ward 13 female - temporanjament il-ward giet ttrasferita għat- teatru minħabba xogħol fuq il-blocks il-ġodda tan-nisa u ta' l-irġiel.", "SVPR – TRANSFERS TA' IMPJEGATI", "682.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm saru transfers mill-1 tas-sena 2002 sal-lum fir-residenza San Vinċenz de Paule?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jiccara l-mistoqsija tiegħu billi jgħid jekk hux qed jalludi għat-transfers interni.", "KAŻI TA' OVERDOSE", "683.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Ministru jgħid kemm mietu persuni b'overdose mill-bidu ta' din is- sena sal-lum u kemm kellhom żmien?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi matul din is-sena ġew irrapportati lill-pulizija żewġ każi ta` overdose li l-eżitu tagħhom kien fatali.", "Wieħed mill-vittmi kellu 21 sena filwaqt li l-ieħor kellu 24 sena.", "KAŻI TA' SUWIĊIDJU", "684.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Ministru jgħid kemm saru suwiċidji mil-bidu tas-sena 2002?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi matul is-sena 2002 ġew irrapportati lill-pulizija 15-il każ ta` persuni li kkommettew suwiċidju.", "Rigward il- każi li seħħew din is-sena bejn Jannar u Mejju, nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 140.", "DREAM HOLIDAYS GĦAL TFAL RUSSI", "709.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il- gvern huwiex involut fl-arranġamenti ta' dawk li qed jissejħu dream holidays għat-tfal Russi biex jinġabu Malta?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellanti li l-informazzjoni qiegħda tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "ĦAL QORMI: TRIQ IL-WIED – ĦRUĠ TA' DRENAĠĠ", "710.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jaf il-Ministru li fi Triq il-Wied, Ħal Qormi hemm leakage tad-drenaġġ?", "X'qed jagħmel id-dipartiment biex isolvi din il-problema?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fi Triq il-Wied m'hemm l-ebda leakage tad-drenaġġ.", "Biss meta tagħmel ħafna xita jkun hemm overflow f'Valletta Road - quddiem Zammit nurseries - li jibqa' nieżel għal ġo Triq il-Wied.", "ETC - PLACEMENT TA' PERSUNI B'DIŻABILITA'", "711.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm saru placements ta' xogħol minn kemm ilha mwaqqfa t-taqsima għall-persuni b'diżabilita' fl-ETC?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ġejt informat li il-korporazzjoni ta' xogħol u taħriġ għamlet dawn il-placements ta' xogħol għal persuni b'diżabilita' minn Ottubru 1995 sa Settembru 2002.", "|Ottubru sa |Tota| |Settembru |l | |1995-1996 |66 | |1996-1997 |64 | |1997-1998 |59 | |1998-1999 |40 | |1999-2000 |27 | |2000-2001 |45 | |2001-2002 |67 |", "KORDIN : FAĊILITA' KORRETTIVA - YOURS", "712.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid x'inhuma l-arranġamenti tal-programm yours għal dawk iż-żgħażagħ fil-faċilita' korrettiva ta' Kordin biex jiġu riabilitati fil-qasam tax-xogħol?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Nitlob l-Onor.", "Interpellant tagħmel din il- mistoqsija lill-ministru ta' l-intern.", "AĠENZIJA APPOĠĠ – ĦATRIET", "733.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'appointments ġodda ngħataw matul din l-aħħar sena fl-aġenzija Appoġġ?", "Xi kwalifiki għandhom il-persuni li ġew appuntati?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Matul din l-aħħar sena ġewwa l-agenzija Appoġġ kien hemm dawn l-appointments ġodda:", "Ħames service area leaders - il-kandidati li mlew dawn l-appointments għandhom diploma fis-social work u waħda bid-degree fis-social work kif ukoll esperjenza bħala co-ordinators;", "Tliet co-ordinators - tnejn mill-kandidati għandhom degree in social work għalkemm waħda minnhom għandha ċ-ċertifikat fil-livell intermedju tal- family therapy; l-aħħar kandidata għandha diploma fis-social work kif ukoll ċertifikat fit-terapija tal-gestalt.", "Tliet managers - it-tlieta li huma għandhom il-masters u waħda minnhom qed tkompli tagħmel id-dottorat.", "27 child care worker;", "Sitt uffiċjali tal-psikologija, kollha b'degree fil-psikologija u waħda minnhom qed tagħmel masters fil-psikoloġija kriminali;", "Uffiċjal għall-komunikazzjoni u marketing b'degree fil-communications.", "Uffiċjal fit-taħriġ b'degree fil-youth studies kif ukoll b'degree fl- edukazzjoni;", "14 social workers, kollha b'degree fis-social work; u", "Tliet clerks b'edukazzjoni fl-livell avanzat.", "TNEĦĦIJA TA' IRZIEZET", "734.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid jekk huwiex veru li l-farms bl- annimali se jitneħħew mill-abitat?", "Dawk milquta se jingħataw post jew art alternattiva?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Se jsir master plan flimkien mal-koperattivi biex jiġu indirizzati problemi li għandhom xi rziezet u jekk ikun hemm bżonn jinstabu siti alternattivi skond il-każ."]} {"filename": "20040601_136d_par.doc", "date": "2004-06-01", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 136 It-Tlieta, 1 ta' Ġunju, 2004 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 136 It-Tlieta, 1 ta' Ġunju, 2004", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.02 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "136", "It-Tlieta, 1 ta' Ġunju, 2004", "WERREJ", "MINUTI 663", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI 663", "TQEGĦID TA' KARTI 669", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-PROFESSJONI TAL-PSIKOLOĠIJA (IT-TIENI QARI)", "PSYCHOLOGY PROFESSION BILL (SECOND READING) 670", "ABBOZZ TA' LIĠI BIEX JEMENDA LIĠIJIET DWAR IL-KOMUNIKAZZJONI (IT-TIENI QARI)", "COMMUNICATION LAWS (AMENDMENT) BILL (SECOND READING) 678", "AĠĠORNAMENT 693", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 699", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 135 li saret fil-31 ta' Mejju, 2004 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "MALTA DRYDOCKS - SUSSIDJU", "2677.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru għat-Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u Investiment: Jista' il- Ministru jgħid kemm ingħata sussidju lit-tarzna, sena b'sena, mill-1987 'il hawn?", "Jista' jgħid ukoll kemm sar telf fl-istess perijodu, sena b'sena?", "Jista' jgħid kemm kien id-dejn fl-istess perijodu, sena b'sena?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru għat-Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u Investiment): Qed inpoggi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Carmelo Abela): L-Onor.", "Leo Brincat, domanda supplimentari.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Mr Speaker, wara li mit-tarzna tnaqqsu numru ta' nies bl-early retirement u wara li daħlu fis-seħħ il-provvedimenti tal-ftehim kollettiv il-ġdid, kemm qed ivarja t-telf li qed isir illum minn dak li kien ipproġettat u approvat mill-management innifsu?", "Mit-telf kollu li sar f'dawn l-aħħar tliet snin, kemm minnu huwa dovut għal penalitajiet minħabba li l-management naqas li jilħaq l-obbligi tiegħu?", "Kemm minnhom kienu bad debts li qatgħet it-tarzna dwar flejjes li l- management ma ġabarx?", "Kemm minnhom tħallsu flus lil kuntratturi barranin mis-sena 2002 'il quddiem?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru Austin Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Speaker, dwar it-tieni parti tad-domanda, li tirriferi għal basically detailed accounts ta' l-aħħar tliet snin, jiġifieri bad debts, penalitajiet, eċċ., m'għandix l-informazzjoni quddiemi.", "Għalhekk nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel id-domanda bil- miktub u jingħata tweġiba.", "M'għandix l-ammont ta' telf kif inhu u kif jikkompara, pero' off the cuff nista' ngħidlu li l-accounts sa l-aħħar ta' April qegħdin in line mal- budget ħlief għal xi varjazzjonijiet minimi.", "Ma nistax ngħidlu x'inhi d- differenza ta' x'ġie budgeted bħala telf għal din is-sena vis-a-vis l- istess perijodu għall-ewwel erba' xhur tas-sena preċedenti pero' jekk jagħmilli domanda b'mod ġenerali, inkun nista' nirrispondih.", "MSCL - SUSSIDJU", "2678.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru għat-Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u Investiment: Jista' il- Ministru jgħid kemm ingħata sussidju lill-MSCL, sena b'sena, mill-1987 'il hawn?", "Jista' jgħid ukoll kemm sar telf fl-istess perijodu, sena b'sena?", "Jista' jgħid kemm kien id-dejn fl-istess perijodu, sena b'sena?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Qed inpoggi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jista' il-Ministru jgħidilna xi prospetti ta' xogħol hemm għat-tarzna u jekk hemmx xi kuntratti ta' tiswijiet ta' bastimenti?", "Jekk iva, jista' jgħid ma' min huma u x'inhu l-volum ta' xogħol?", "Huwa minnu li ammont ta' ħaddiema qed jiġu offruti li jitilqu jew jispiċċaw mit- tarzna kif qed jingħad ta' spiss?", "(Interruzzjonijiet) Prattikament li qed nistaqsi hu jekk hijiex se toħroġ skema biex jerġgħu jispiċċaw in-nies jew jekk hux se jkun hemm nies li se jiġu mġiegħla jispiċċaw mit-tarzna.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jiena wkoll wasluli rapporti li fit-tarzna qed jingħad li se jkun hemm skemi oħra ta' voluntary redundancy jew inkella offerta biex xi ħaddiema tat-tarzna jmorru l-IPSL.", "Nixtieq niċħad bl-aktar mod kategoriku u assolut li jew hemm il-ħsieb li ssir xi skema ta' irtirar kmieni, jew voluntary redundancy, jew li jerġa' jonqos in-numru ta' ħaddiema billi jmorru fl-IPSL.", "Irrid niċħadha bl-aktar mod kategoriku assolut għax il-kuntest fiex ġiet irrapportata lili hu li hemm xi nies li jaħdmu t-tarzna li b'motivi ulterjuri qegħdin jgħidu lill-ħaddiema biex ma jħabblux rashom jekk it- targets ma jintlaħqux għax fl-aħħar mill-aħħar il-gvern, jew joħroġ aktar sussidju, jew inkella jagħtihom somma biex jitilqu, jew inkella l-aktar l- aktar jagħlaq it-tarzna u jdaħħal lil kulħadd fl-IPSL.", "Qed niċħad bl-aktar mod assolut u kategoriku dawn l-għajdut biex il-maġġor parti tal-ħaddiema li verament iridu jaħdmu, li verament iridu flimkien mal- gvern u mal-management jilħqu t-targets, jifhmu li l-unika triq li hemm għat-tarzna hi li jintlaħqu t-targets finanzjarji.", "M'hemmx aktar bail outs.", "Jekk it-tarzna ma tilħaqx it-targets finanzjarji, il-ħaddiema preżenti la se jingħataw offerta ta' voluntary redundancy, la se jintbagħtu l-IPSL, la l-gvern se jżid is-sussidju li għandu mmarkat għal din is-sena u li jidher fil-budget, imma se jkollu jagħlaq it-tarzna bil-konsegwenza li jintilef ix-xogħol.", "Qed nagħmel dan l-istatement ċar għax sfortunatament hemm ftit - u ftit ħafna - ħaddiema li għal dawn l-aħħar xhur ilhom isaħħnu minn taħt, ilhom joħolqu problemi, ilhom imexxu ħafna għajdut fit-tarzna, mentri l- maġġoranza kbira tal-ħaddiema jridu jaħdmu b'mod flessibbli u b'mod differenti minn kif kienu jagħmlu qabel, biex it-tarzna tilħaq it-targets.", "Il-fatt li minkejja li m'hawnx xi xogħol kbir idur madwar id-dinja - u issa se nitkellem fuq dan għax staqsieni dwaru l-Onor.", "Mizzi – fl-ewwel erba' xhur ilħaqna t-targets – tal-cost u mhux ta' kemm suppost inbigħu - jindika li hemm il-buona volonta'.", "Pero' sfortunatament hemm min, minħabba raġunijiet li ilhom ġejjin, minħabba li forsi jkollhom xi aġenda differenti - u rrid inkun ċar li m'iniex qed ngħid għan-nies tal-union imma qed ngħid għal nies oħrajn, qed ngħid għal nies li ħafna drabi jitkellmu minn taħt u għandhom influwenzi - qed jagħmlu s-sitwazzjoni b'mod perikoluża ħafna u qed jużaw proprju dan l-għajdut li se jkun hemm voluntary redundancy, li se jkun hemm l-IPSL, mentri dan m'hu veru xejn.", "U għalhekk qed nerġa' niċħad b'mod mill-aktar kategoriku, biex kulħadd jifhem is-sitwazzjoni fejn qegħdin.", "Jiena nemmen – u issa nitkellem fuq il-prospetti tax-xogħol – li anke li kieku sal-lum, minkejja n-nuqqas ta' xogħol kbir li kien hemm fit-tarzna - xogħol ta' entita' kbira - daħlet il-flessibilita' li kienet neċessarja u ma twaqqfux ċerti riformi li kellhom isiru, illum is-sitwazzjoni kienet tkun aħjar minn dak li bbaġitjajna, li kieku saret illum, u kien ikun aħjar għall-ħaddiema kollha.", "Imma sfortunatament għad hemm ftit ħaddiema li l- interess tagħhom m'huwiex it-tarzna imma huwa l-aġenda li jkollhom f'ċerti żmenijiet.", "U jiena nappella lil kulħadd fit-tarzna, lill-ħaddiema kollha fit-tarzna, li jiena ngħid hemm maġġoranza kbira ħafna, li trid tirriforma l-work practices, li trid tbiddel il-mod kif taħdem, li hi konxja mill-kwalita' ta' xogħol li tista' tagħti, biex ma tismax minn min m'għandux dawn l- interessi.", "U għalhekk qed nagħmilha ċara li l-futur ta' kull wieħed minnhom jiddependi mir-riżultati finanzjarji u minn xejn aktar.", "U l- konsegwenza li ma nilħqux ir-riżultati finanzjarji, tkun it-telfien tal- postijiet tax-xogħol.", "M'hemmx bail outs, m'hemmx voluntary redundancies, m'hemmx IPSL.", "Kif għedna u stqarrejna diversi drabi, dan huwa l-aħħar tentattiv biex nirranġaw is-sitwazzjoni.", "Niġi issa għall-ewwel parti tad- domanda ta' l-Onor.", "Mizzi.", "Bħala numri ta' stands, jiġifieri ta' xogħol mibdi, din is-sena t-tarzna għamlet aktar milli għamlet is-sena l-oħra.", "Fil-fatt żdiedu l-ammonti ta' stands li għamlet vis-a-vis is-sena l-oħra.", "Pero' minħabba x-xogħol depress li hawn madwar id-dinja, kuntratti kbar mhux ma kienx hawn imma ma tantx kien hawn available.", "Ir-raġuni hija sempliċi.", "Illum il-freight rate, jiġifieri r-rata li biha tikri vapur, hija għolja ħafna u allura x- ship owners u min għandu vapur, kemm jista' jkun iħaddmu ħafna u jkompli jħaddmu u jekk għandu bżonn tiswija, jekk jista' jkun jipposponiha.", "U allura b'mod ġenerali s-suq internazzjonali huwa depress minn dan il-lat.", "Problema oħra li ltqajna magħha hi li għalkemm għamilna diversi kwotazzjonijiet – jekk niftakar sew bl-amment naħseb li kkwotajna kemm kemm inqas mill-kkwotajna s-sena l-oħra fl-istess perijodu – qed insibu dejjem l- istess problema, li l-kwalita' tax-xogħol tagħna hija rated very highly, il- prezz qed ikun issa kompetittiv, pero' għad għandna l-problemi fuq kredibilita' u fuq kemm nistgħu nassiguraw id-delivery dates li nagħtu.", "Irrid ngħid li kultant tieħu ċertu sodisfazzjon jew tikkonsla lilek innifsek bil-problemi li għandhom it-tarzni ta' madwarna.", "Dan l-aħħar kellna storja ta' suċċess, per eżempju, fejn vapur li kien qiegħed f'tarzna Griega, tant kienu qed jaħdmu ħażin fuqu, tant l-owner tiegħu kellu problemi mal-unions f'hemmhekk li telaq b'nofs xogħol mill-Greċja, ġabu hawn Malta u f'ġimgħa verament saru l-mirakli fuqu.", "U ovvjament f'dak iggwadanjajna reputazzjoni tajba.", "Pero' għad għandna b'mod ġenerali reputazzjoni ħażina.", "Sfortunatament is-suq tax-shipowning huwa żgħir ħafna, jiġifieri l-kelma tiġri malajr u kull inċident li jinqala', kull direttiva li toħroġ mill-union, mill-ewwel tiġi rrapportata fil-Lloyds List u allura jkollok effett naturali fis-suq.", "U rridu noqogħdu attenti ħafna għal din għax ir-reputazzjoni hija kollox.", "Jiġifieri li kieku verament nakkwistaw il-flessibilita' li hemm bżonn mill- ħaddiema, li kieku verament nibdew naħdmu bil-prattiċi l-ġodda li hemm imniżżlin fl-agreement, li suppost kollha ġew implimentati s'issa pero' sfortunatament għadhom m'humiex kollha implimentati, allura l-aħħar problema li għandna tad-delivery dates verament nirbħuha wkoll u ladarba nirbħu dik, inkunu verament suq kompetittiv.", "L-Onor.", "Mizzi staqsieni wkoll xi prospetti hemm.", "Bħalissa qegħdin viċin ħafna li niffirmaw tliet kuntratti ta' ċerta entita', ta' ċerta importanza f'areas differenti pero' ma jidhirlix li għandi nagħti id-dettalji ta' min huma, x'inhi l-entita' tagħhom, eċċ., – l- ewwelnett għadu lanqas biss huwa ffirmat il-kuntratt - pero' nista' naċċerta lill-Kamra li huma tliet kuntratti importanti ħafna, li jekk ikunu maħdumin tajjeb u skond it-targets, għandna nagħmlu profitt sostanzjali fuqhom.", "Pero' dan kollox bil-question mark tas-soltu.", "Hemm numru ta' direttivi uffiċjali tal-GWU li jeżistu u li qegħdin jimpinġu bil-qawwi fil-flessibilita' neċessarja biex taħdem, hemm numru ta' direttivi unofficially li tisma' bihom u meta tistaqsi lill-GWU, jgħidulek li dawk m'humiex uffiċjali pero' on the ground jaħdmu u l-agħar ħaġa li tista' tiġrilna hi li jiġi l-ewwel wieħed minn dawn il-kuntratti u ma naħdmuħx fil-ħin jew ikollna l-problemi.", "Malli jiġri hekk, jiena ngħid se jkun beda l-bidu tat-tmiem.", "Dawn huma kuntratti li jmorru minn l-aħħar ta' dan ix-xahar, mingħalija, sa lejn l-aħħar tas-sena.", "Wieħed mill-kuntratti huwa tali li jista' jokkupana anke għal sena sħiħa, huwa partnership ma' żewġ ditti enormi biex jinbena ċertu tip ta' xogħol u jekk verament it-tarzna takkwistah, tkun a feather in its cap u a feather in Malta's cap.", "Pero' biex nagħmlu dan kollu qed nagħmluh quddiem kompetizzjoni li hija kbira u li hija cut-throat.", "Il- problemi li għandha t-tarzna huma problemi li għaddejjin minnhom ħafna tarznari oħra.", "Semmejt it-tarzna Griega fejn kien hemm il-problema ta' dak il-vapur, insemmi t-tarzna ta' Spanja li mhux biss riċentement kien hemm civil commotion u ġew sparati anke rubber bullets fuq il-ħaddiema, pero' ġiet ukoll akkużata mill-kummissjoni ta' l-Unjoni Ewropea b'sussidji illegali, trid tħallas lura flus enormi u issa l-gvern qiegħed ikeċċi lin- nies proprju minn din it-tarzna fi Spanja.", "Nafu bil-problemi kbar li għaddejjin minnhom tarznari Taljani, hemm problemi anke fit-tarznari Tedeski u din illum toffri opportunita' lilna.", "Jekk ngħarfu nisfruttawha, jekk ngħarfu nkunu tarzna verament effiċjenti, fejn kulħadd imidd idejh għax-xogħol, fejn kulħadd ibiddel il-metodu ta' kif jaħdem u nieħdu din il-window ta' opportunita' li teżisti, tista' tkun verament opportunita' kbira għat-tarzna tagħna li forsi qatt ma kellna.", "U jiena, biex ma ntawwalx għax tawwalt ftit sfortunatament, l-appell tiegħi huwa wieħed.", "Nifhem li l-ħaddiema qegħdin jaħdmu taħt reġim differenti ta' xogħol.", "Nifhem li dak li kien assigurat bħala paga u overtime qabel ma sar l-aħħar agreement illum m'huwiex assigurat, anzi nifhem li l-ħaddiema kollha qed jieħdu ħafna inqas flus id-dar, biex inkunu ċari li nifhimhom dawn l-affarijiet.", "Pero' nitlob li kulħadd jifhem ukoll li rridu naħdmu biex l-opportunitajiet li għandna nisfruttawhom u mhux biss it-tarzna tagħmel il-flus, imma anke l-ħaddiema jagħmlu l-flus.", "Infakkar lill-ħaddiema li fl-agreement għandna metodi ta' profit sharing mhux fuq il-bottom line tal-kumpannija, jiġifieri mhux jekk il-kumpannija tagħmel flus din is-sena, għax m'hijiex se tagħmel ovvjament, pero' jekk hemm profitt fuq job partikolari, parti minn dak il-profitt imur fil-bwiet tal-ħaddiema.", "Dan ftehemna miegħu fil-collective agreement.", "Li kieku ma kienx hemm l-intoppi li kellna s'issa, u dan evidentissimu min-numri, fl- ewwel tliet xhur konna nagħmlu profitt modest u parti minn dak il-profitt diġa' kieku ħaduh il-ħaddiema.", "Pero' billi kellna wħud li ma riedux jaċċettaw il-flessibilita', riedu jaċċettawha b'ċerti kondizzjonijiet u jridu jmorru lura b'mod ġenerali għall-passat - uħud, nerġa' ngħid uħud, pero' dawn l-uħud għandhom influwenza kbira fuq il-maġġoranza - ma kienx possibbli li l-ħaddiema jipparteċipaw fil-profitt.", "U allura l-appell tiegħi huwa dan.", "Ifhmu t-terren il-ġdid li qed naħdmu fih.", "Ifhmu l-isfida li għandna.", "Ifhmu li s-sidien tal-vapuri li jiġu għandna japprezzaw il-kwalita' tax-xogħol tagħkom.", "Ifhmu li intom kapaċi u li tistgħu ddawruha t-tarzna.", "Agħrfu dan kollu, toqogħdux tisimgħu minn min irid idaħħalkom ġo sqaq li m'għandux żblokk, għax jekk naqbdu dak l- isqaq, imbagħad verament intom il-ħaddiema tbatu u ma jkollkomx futur.", "AIR MALTA - CEO", "5533.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Teknoloġija ta' l- Informazzjoni u Investiment: Jista' il-Ministru jgħid jekk is-salarju u l- benefiċċji tac-CEO ta' l-Air Malta humiex tax free?", "Jekk fl-affermattiv, x'inhuma l-liabilities li tħallas l-Air Malta f'taxxi għall-kondizzjonijiet ta' tax free lis-CEO tagħha?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jiena nformat li l-Air Malta bħalma tħallas it-taxxa u n-national insurance għall-piloti barranin impjegati magħha tħallas ukoll it-taxxa u n-national insurance għas-CEO.", "Ħallset hi direttament lill- gvern dawn l-ammonti f'taxxa u bolla dovuti mingħand is-CEO tagħha:", "Taxxa Bolla Lm Lm 2002 16,346 305.52 2003 63,698 1,341.60", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Qed nifhem li ċ-ċifra ta' Lm75,000 li ħallset l-Air Malta hija biss għall-kont ta' taxxa dovuta għal chief executive u mhux għal bdoti.", "Fid-dawl ta' l-arranġamenti l-ġodda li saru ma' l-impjegati u l- unions tagħhom, hemm xi kondizzjoni differenti dwar il-ħlas ta' taxxa u ta' sigurta' soċjali taċ-chief executive officer, jew kollox baqa' kif kien?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: F'dan ir-rigward le għax dan huwa parti mis-salarji, pero' iċ-chief executive tneħħewlu numri ta' allowances simili għal dawk li kellhom l-executives kollha ta' l-Air Malta.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Leo Brincat, domanda supplimentari.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Il-Ministru huwa f'pożizzjoni li jaġġorna lill-Kamra dwar jekk kienx hemm żviluppi dwar ir-ristrutturar tal-managerial grades ta' l-Air Malta?", "Billi għadda daqsxejn żmien, fiex waslu l-investigazzjonijiet dwar l- inċident li kien involut fih ajruplan ta' l-Air Malta xi xhur ilu?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Sur President, skond l-aħħar informazzjoni li għandi kien hemm diversi call for applications u għaddejjin bl-interviews, li mingħalija, huma targeted li jispiċċaw fit-tielet ġimgħa ta' Ġunju.", "Dwar it-tieni parti tad-domanda, kien hemm tliet investigazzjonijiet.", "Waħda kienet inkjesta maġisterjali biex tara jekk kienx hemm ksur tal- liġijiet kriminali.", "Din ġiet konkluża u safejn naf jien anke ġiet ippubblikata l-konklużjoni tagħha.", "Hemm oħra mill-Air Malta internament li safejn naf jien ġiet konkluża pero' ma tressqitx quddiem il-bord tad- diretturi għax qed tistenna l-konklużjoni tat-tielet inkjesta li hija magħmula mid-DCA.", "Hemmhekk l-unika ħaġa li għad baqa' hi li l-persuna li qed tagħmel l-investigazzjoni trid tagħmel simulation ta' l-inċident, jiġifieri trid tuża ajruplan ta' veru biex tagħmel is-simulation, u ovvjament ridna nkopru ruħna b'insurance li ma jmurx jiġri xi ħaġa oħra.", "Issa din l-insurance b'xi mod jew ieħor irnexxielna noħorġuha u nispera li dawn is-simulation exercises jintemmu kemm jista' jkun malajr, nispera bil- wisq iktar li ma jkunx hemm inċidenti simili u malli din tiġi konkluża u ppubblikata, inkunu nistgħu nimxu bit-tieni investigazzjoni.", "AIR MALTA - ĦADDIEMA", "5625.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Chris Agius) staqsa lill-Ministru għat-Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u Investiment: Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda ma' l-Air Malta u sussidjarji tagħha xahar b'xahar fil-perijodu ta' Ottubru 2002 u April 2003?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Qed inpoggi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.", "FTS - MEMBRI", "5315.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid min huma l- membri tal-fondazzjoni għall-iskejjel ta' għada?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi): Il- bord tal-fondazzjoni għall-iskejjel ta' għada hu kompost hekk:", "Ray Fenech - President Louise Aquilina Peter Fenech Joseph Magro Alfred Rizzo Marilyn Sciortino", "PIETA' - SKOLA PRIMARJA", "5316.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid xi pjani oħra ta' xogħol hemm għall-iskola primarja f'Tal-Pieta' wara diversi talbiet li saru mill-istess skola?", "Meta se jsiru dawn ix-xogħlijiet li bosta minnhom kienu mwiegħda li se jsiru u jitlestew sas-sajf li għadda?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li qed isir survey kif ukoll pjanti biex issir applikazzjoni mal-MEPA ħalli jinbnew żewġt ikmamar oħra biex jintużaw bħala store peress li l-istore eżistenti qiegħed f'parti prominenti ta' l- iskola u jista' jintuża għal skop aktar edukattiv.", "Informat ukoll li hemm retaining wall li se jinħatt u jerġa' jinbena mill- ġdid peress li żżaqqaq.", "Se jinqalgħu r-railings tal-ħadid eżistenti u minflokhom jinbnew ċnut tal-ġebel li jkunu kemm isbaħ kif wkoll iktar żguri għat-tfal.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Evarist Bartolo, domanda supplimentari.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi pjan biex tikber l-iskola ta' Wied il-Għajn?", "Għax minkejja li fl-aħħar snin kien hemm żidiet fir-rata tat-twelid, l-ispazju ta' l-iskola m'huwiex ilaħħaq magħhom.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, qed jitfasslu pjani biex inkunu nistgħu nkabbru l-iskola eżistenti u peress li s-sit li fih tinstab din l- iskola huwa limitat, se nkunu nistgħu nagħmlu wkoll użu ta' spazji f'xi sit ieħor.", "Id-deċiżjoni finali qed tiġi elaborata biex imbagħad tiġi diskussa mal-MEPA.", "FONDAZZJONI GĦAS-SERVIZZI EDUKATTIVI - ĦADDIEMA", "5317.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew impjegati nies full-time kif ukoll part-time mal-fondazzjoni għas-servizzi edukattivi f'dawn l-aħħar sentejn?", "Min kienu dawn il-persuni u x'xogħol qed jagħmlu?", "Jista' jgħid ukoll jekk saritx sejħa pubblika f'kull każ, kif ukoll intervisti lil dawk interessati?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-fondazzjoni għal servizzi edukattivi għandha 12-il impjegat full-time u 117 part-time li sitta minnhom huma sekondati, jew mid-divizjoni ta' l-edukazzjoni jew minn xi ente pubblika oħra.", "Ix-xogħol ivarja minn CEO għal taħriġ, responsabilita' għal programmi edukattivi skond il-missjoni tal-fondazzjoni.", "L-impjegati part- time jagħmlu xogħol ta' għalliema fil-programmi ta' litteriżmu.", "Ġejt assigurat li l-fondazzjoni mxiet mal-proċeduri ta' reklutaġġ stabbiliti mil- ligi.", "Ma nħossx li għandi nippubblika l-ismijiet ta' l-impjegati.", "INDUSTRIAL PROJECTS & SERVICES LTD. - EX ĦADDIEMA TAL-MALTA DRYDOCKS", "5334.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 3705, jista' l-Ministru jgħid x'xogħol qed jagħmlu l-107 ħaddiem li hemm imsemmija f'dik it-twegiba?", "F'liema sezzjoni qed jaħdmu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li bħalissa hemm 106 ħaddiema ex- Malta Drydocks u ex-Malta Shipbuilding mad-divizjoni ta' l-edukazzjoni li qed jaħdmu f'dawn is-sezzjonijiet:", "64 mal-maintenance unit tat-technical services branch;", "38 mas-sezzjoni tal-minor staff;", "4 fil-landscaping, gardening unit.", "Informat ukoll li barra minn hekk hemm għaxar ħaddiema oħra fid-dipartiment tal-libreriji u arkivji.", "Sitta minn dawn jagħmlu xogħol klerikali filwaqt li erbgħa jagħmlu xogħol industrijali.", "INDUSTRIAL PROJECTS & SERVICES LTD. - EX ĦADDIEMA TAL-MALTA DRYDOCKS", "5335.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 3705, jista' il-Ministru jgħid x'xogħol qed jagħmlu t-58 ħaddiem li hemm imsemmija f'dik it-twegiba?", "F'liema sezzjoni qed jaħdmu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nitlob l-Onor.", "Membru jirriferi din il-mistoqsija lill-Ministru għat-Turizmu u Kultura peress li l-ħaddiema msemmija ġew mislufa għal xogħol fil-qasam tal-kultura.", "Mat-taqsima taż-żgħażagħ m'hemmx ħaddiema ta' din il-kategorija.", "ĦAŻ-ŻABBAR - SQAQ L-GĦARGĦAR", "5336.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jgħid jekk hux possibbli li Sqaq l-Għargħar ġewwa Ħaż-Żabbar jiġi rranġat ħalli ma jibqax daqshekk ta' inkonvenjent u periklu għar-residenti li jgħixu fih?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT (Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq): Il- manutenzjoni u r-resurfacing tat-triq imsemmija taqa' taħt ir- responsabbilta' tal-kunsill lokali ta' Haż-Żabbar u għaldaqstant l- awtorita' tat-trasport informat lill-kunsill lokali konċernat bis- suġġeriment ta' l-Onor.", "Interpellant.", "WSC/KORPORAZZJONI ENEMALTA - KONTIJIET PENDENTI", "5690.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Ministru għat-Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u Investiment: Jista' il- Ministru jgħid kemm hawn persuni li għandhom kontijiet pendenti mal- korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma u mal-korporazzjoni Enemalta?", "Kemm minn dawn huma ta' djar privati u kemm ta' negozji?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Qed inpoggi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru Louis Galea.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Lista li turi d-degree li għandhom persuni gradwati li qed jirreġistraw għax-xogħol, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 5693; u", "Lista li turi l-għadd u n-nazzjonalita` ta' persuni barranin li qed jirreġistraw għax-xogħol, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 5694.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar l-għadd ta' households li għandhom is-servizz tad-dawl, ilma u telefon sospiż, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 5691.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Cristina.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA (Ministru tal-Familja u Solidarjeta` Soċjali): Sur President, f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar l-għadd ta' azjendi kummerċjali li waqgħu lura fil- ħlasijiet tal-bolla ta' l-impjegati tagħhom, bejn l-1998 u l-2002, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 5692;", "Tagħrif dwar vjaġġar minn uffiċjali fl-internal audit investigative directorate matul l-2004, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 5970; u", "f'isem il-Ministru ta' l-Affarijiet Rurali u l-Ambjent, inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar vjaġġar minn uffiċjali ta' l-awtorita` ta' Malta dwar l- ambjent u l-ippjanar (MEPA) matul l-2004, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 5972.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-PROFESSJONI TAL-PSIKOLOĠIJA", "PSYCHOLOGY PROFESSION BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri", "Ikompli mill-31 ta' Mejju, 2004 Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "THE DEPUTY SPEAKER: Hawn rimarki?", "L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Sur President, qabel ma nibdew niddiskutu dan is- suġġett huwa importanti li nħarsu daqsxejn lejn il-problema ta' overlapping li teżisti bejn liġijiet differenti.", "Bħalma ntqal il-bieraħ, il-kwestjoni tal-psikologi hija relatata kemm ma' etika kif ukoll ma' affarijiet oħra, bħalma huma l-liċenzji, u għalhekk naħseb illi huwa bżonjuż li niddeċiedu jekk il-psikologi humiex se jkunu taħt naħa jew inkella taħt naħa oħra bħala liġijiet.", "Nassumi li dan l-abbozz ta' liġi huwa superseding għal liġijiet oħra, pero` ovvjament huwa tajjeb li wieħed jiġbed l-attenzjoni għal dan il-punt.", "Sur President, ħafna drabi l-psikologi ma jaħdmux f'ambjent għalihom waħedhom imma jaħdmu bħala team, speċjalment f'ċerti dipartimenti governattivi jew semi-governattivi.", "L-isfortuna hi li ħafna drabi jkollna overlapping ta' settur ma' ieħor, pero` din hija xi ħaġa naturali, u għalhekk li għandna naraw huwa kif dawn jistgħu jiġu kkombinati ma' xulxin.", "Wieħed irid jgħid li strettament l-ewwel degree li jġibu l-psikologi ma tagħmilhomx psikologi.", "Barra minn hekk huma jkunu jridu jagħżlu linji differenti għax ikollhom taħriġ kemm f'dik li hi psikoloġija klinika kif ukoll f'dak li huwa counselling.", "Ħafna drabi l-psikologi jibqgħu jagħmlu t- training tagħhom sakemm dan iwassalhom għal dottorat, pero` hawnhekk ikun tajjeb jekk wieħed jgħid illi minkejja li jkollhom dan id-dottorat, xorta ma jistgħux jippreskrivu mediċini għax l-istudji tagħhom ma jkunux immirat f'dik id-direzzjoni.", "Ikun tajjeb jekk wieħed jgħid ukoll li l-psikologi għandhom ħafna iktar ħin mal-pazjenti tagħhom milli jkollhom il-psikjatri, u allura dan il-fattur jagħmilhielhom iktar faċli biex jifhmu aħjar il- problemi tal-pazjenti, pero` sfortunatament - u hawn irrid nenfasizza l- kelma \"sfortunatament\" - huma ma tantx jidħlu fil-mard li jista' jkun qed jinfluwenza l-mod kif ikun qed jiffunzjona l-moħħ ta' l-individwu.", "Forsi iktar tard ikolli ċans nelenka xi punti li huma mportanti relatati ma' dan li qed ngħid.", "Għalhekk huwa importanti li meta wieħed ikollu dan it-tip ta' mard, ifittex kura mill-ewwel qabel ma s-sitwazzjoni tiggrava.", "Bażikament nistgħu ngħidu li l-psikjatri huma nies li ġew imħarrġa bħala tobba f'dak li għandu x'jaqsam ma' mard mentali.", "Huwa jeżaminaw lill- pazjenti kemm mil-lat mediku kif ukoll mil-lat psikjatriku, u għandhom il- fakulta` li jagħmlu dijanjosi ta' kondizzjoni psikjatrika u jiddeċiedu liema hi l-aħjar linja li tittieħed.", "Fil-fatt il-psikjatri huma l-uniċi tobba speċjalizzati fil-mard mentali li jistgħu jippreskrivu mediċina, u parti mit-training tagħhom ikun jinkludi kemm studji ta' terapija kif ukoll studji ta' psikoterapija.", "Imbagħad hemm il-psikoterapisti, li jkollhom in-depth knowledge ta' terapija partikolari, bħalma hi, per eżempju, is-psychodynamics, pero` ħafna drabi dawn ma jkollhomx in-knowledge li jidħlu fi branki oħrajn.", "It-training li għandhom il-counsellors lejn terapija partikolari hija client centred, dik li jgħidulha humanistic therapy, imma mhux dejjem.", "Ħafna drabi dawn ikunu mħarrġa ħafna fl-iskills ta' counselling u ovvjament ikollhom il-kwalifiki li jirrigwardaw il-counselling.", "In-nurse specialists huma persuni li huma mħarrġa bħala nurses imma jkunu kisbu esperjenza ta' speċjalizzazzjoni fis-settur tas-saħħa mentali.", "Jeżistu wkoll il-behaviour nurse specialists, li ħafna drabi jkunu mħarrġa fil-behavioural therapy techniques, kif ukoll is-social workers, li permezz tat-training u ta' esperjenza oħra li jkunu ġabru jkunu jistgħu jidħlu fil- branka ta' psychological treatment.", "Min-naħa l-oħra, l-occupational therapists jagħmlu terapija lil dawk il-persuni li jkollhom mard mentali jew inkella problemi oħra, bħal learning disabilities, u ħafna drabi bl- iskills li dawn jagħtuhom, bil-mod il-mod il-pazjenti jkunu jistgħu jersqu lura lejn il-komunita`.", "Imbagħad l-ispeech u l-language therapists ikunu ngħataw training biex jagħmlu terapija lil persuni li għandhom problemi ta' komunikazzjoni.", "Sur President, il-lista ta' professjonisti li jaħdmu f'dan is-settur kienet fuq fuq, u jien ċert li ma semmejthomx kollha għax jekk wieħed ikollu jelenka l-professjonisti kollha li jeżistu fil-qasam mentali ma jispiċċa qatt.", "Irridu ngħidu wkoll li hawn ħafna persuni mas-saqajn li filwaqt li jgħidu li huma terapisti, meta mbagħad wieħed jipprova jara eżattament xi training għandhom u m'għandhomx isib li fil-verita` dawn m'għandhomx il- kwalifiki kollha neċessarji biex ikunu jistgħu jagħtu l-kura neċessarja bl- ikbar responsabbilta` u mingħajr ħsara għall-pazjent.", "Waħda mill-iktar affarijiet importanti hija li l-professjonisti li semmejt jaħdmu bħala team.", "Sur President, hemm diversi mard fiżiku li jista' jaffettwa anke l-mod kif l-individwu jkun qiegħed jaġixxi.", "Wieħed jista' jsemmi, per eżempju, it- tumuri fir-ras u l-problemi tat-thyroid, tal-parathyroid, tal-pituitary gland, tal-qalb, tas-sistema tan-nifs u ta' ċerti glandoli fil-ġisem.", "Dan il-mard kollu jista' jaffettwa l-behaviour ta' individwu, li mhux dejjem ikun jista' jiġi picked minn psikologu.", "Issa jkun tajjeb li wieħed isemmi xi punti li tqajmu f'din il-Kamra, li wħud minnhom intqalu biex sempliċement ikunu ntqalu.", "Jien naħseb li huwa perikoluż li niġu f'din il-Kamra u ngħidu xi ħaġa sempliċement biex inkunu għedniha, bħal meta, per eżempju, xi ħadd qal li l-psikjatri jaqbdu, jordnawlek il-pilloli u jagħtuk ħafna pilloli bl-addoċċ.", "Imn'Alla ma tantx hawn nies li joqogħdu jsegwu dak li jkun qed jiġi diskuss fil-parlament minn fuq ir-radio għax statement bħal dak ma tantx jaffettwahom tajjeb, iktar u iktar jekk ikollhom problemi mentali.", "Li xi ħadd jiġi f'din il- Kamra u jgħid li l-ispeċjalisti jħobbu jordnaw ħafna pilloli żejda hija xi ħaġa perikoluża, bħalma hija xi ħaġa perikoluża wkoll li niġu hawnhekk u nagħtu x'nifhmu li issa t-tobba u l-psikjatri nistgħu nwarrbuhom fil-ġenb għax il-psikologi, bit-terapija li jkunu qed jagħtuna, se jsolvulna l- problemi kollha.", "Naħseb li jekk nirraġunaw b'dan il-mod inkunu qed naslu għal konklużjoni ħażina.", "Hemm ukoll persuni oħrajn li jaħsbu li huma xi allat għax jafu kollox u kulħadd irid jimxi skond l-ispaga li dan ikun qed jiġbdilhom.", "Irrid insemmi punt ieħor pero` m'iniex se noqgħod ngħid jekk naqbilx miegħu jew le.", "Bażikament dawn huma affarijiet li ddaħħlu fi żmien amministrazzjoni Laburista u komplew jiżviluppaw anke taħt amministrazzjoniet Nazzjonalisti.", "Fil-qasam tas-saħħa teżisti problema li m'hijiex tolqot biss lill-psikologi, lit-tobba, lill-infermiera u lill- ispeċjalisti imma lill-qasam tas-saħħa kollu.", "Per eżempju, fiċ-ċentri tas- saħħa hemm problema ta' nuqqas ta' tobba minħabba l-maternity u l-parental leave, u jien informat li din il-problema tinħass ukoll fl-isptar Monte Carmeli għax hemmhekk ukoll, minn disa' psikologi, ħamsa minnhom, jiġifieri iktar minn nofshom, qegħdin bil-maternity jew parental leave.", "Terġa` jien informat ukoll li psikologa minn dawk li jaħdmu fl-isptar Monte Carmeli qed taħdem bir-reduced hours u qed taħdem biss għaxar sigħat fil- ġimgħa.", "Anke l-membru parlamentari ġdid li daħal fuq in-naħa tal-gvern, li huwa psikjatra, qal li l-waiting list twila li għandna hija kkaġunata minn nuqqas ta' psikologi.", "Is-sabiħa hi li meta din il-psikologa li taħdem l- isptar Monte Carmeli bir-reduced hours talbet li tibda taħdem 15-il siegħa minflok għaxar sigħat fil-ġimgħa minħabba li s-sitwazzjoni tagħha nbidlet, sal-lum it-talba tagħha għadha ma ġietx approvata u ilna nitlajjaw għal xhur sħaħ biex tiġi approvata.", "Kieku jien lil din il-psikologa kont naħtafha fil-kelma u ngħidilha: Tridx minflok 15-il siegħa tibda taħdem 20 siegħa fil-ġimgħa ħalli għallinqas lil dawn in-nies li qegħdin jistennew biex jiġu kkurati mill-psikologi nagħtuhom l-attenzjoni meħtieġa?", "Ċertament ma jagħmilx sens li filwaqt li qed ngħidu li hemm nuqqas ta' psikologi, it-talba ta' dawk il-psikologi li jixtiequ jaħdmu iktar m'hijiex qed tintlaqa'.", "Sur President, hawnhekk ta' min isemmi wkoll - issa hawn ma rridx li nidher illi qed nikkritika b'mod partiġjan għax dawn il-problemi ilhom hemm - li l- psikologi għandhom biss uffiċċju wieħed.", "Problema oħra hija li dawn m'għandhomx therapy jew counselling rooms minn fejn huma jistgħu jeżerċitaw il-professjoni tagħhom b'iktar faċilita`.", "Issa hawnhekk irrid nagħmel parentesi billi nifraħ lill-ministeru responsabbli mill-politika soċjali għaż-żewġ abbozzi ta' liġi li ressaq f'dan il-parlament biex kemm is-social workers kif ukoll il-psikologi jingħataw il-warrant.", "L-unika sfortuna hi li minkejja li tressaq abbozz ta' liġi biex jiddaħħlu l-warrants f'diversi professjonijiet oħra tas-saħħa, dawn ma ngħatawx.", "Meta xi ftit ġimgħat ilu tressaq quddiem dan il-parlament l-abbozz ta' liġi li jemenda diversi liġijiet, jien ħsibt li xi ħadd kien ikkonverta u li l-wegħda li saret kienet se tiġi mwettqa, pero` meta staqsejna jekk dan huwiex se jsir, qalulna li ma jaqblux li għandna nagħmlu dan għalissa.", "Jekk ma taqbilx li għandna ndaħħlu l-warrants f'diversi professjonijiet oħrajn tas-saħħa għalissa, allura ma nagħmluhx hux!", "Almenu kien hemm żewġ professjonijiet, dawk tas-social workers u tal-psikologi, li tajniehom il-warrant u qisniehom bħala professjonijiet ġodda, pero` hemm min ilu rikonoxxut fil- professjoni tiegħu għal għexieren twal ta' snin li għadu bla warrant.", "Per eżempju, il-midwives għandhom il-warrant imma n-nurses, il- physiotherapists, l-occupational therapists u oħrajn m'għandhomx.", "Ħafna professjonijiet fis-settur tas-saħħa nsejħulhom \"professions supplimentary to medicine\", pero` mbagħad dawn ma jkollhomx warrant.", "Jien m'iniex qed nagħmel kritika fuq dan l-abbozz ta' liġi partikolari, imma qed ngħid li f'dan l-abbozz ta' liġi għandna professjoni li kienet hemmhekk u li issa qegħdin nagħtuha iktar struttura u rikonoxximent filwaqt li mbagħad hemm professjonijiet oħra li għadhom m'humiex jiġu rikonoxxuti.", "Ġaladarba issa l-psikologi se jingħataw il-warrant, il-pazjenti jistgħu jirriferu ruħhom għandhom mill-ewwel mingħajr il-bżonn li jkunu riferuti għandhom minn x'imkien ieħor, pero` jkun tajjeb jekk dawn il-professjonisti jżommu quddiem għajnejhom il-ħin kollu li jeżisti diversi mard li jista' joħloq ċerti problemi u għalhekk waqt li huma jkunu qed jagħmlu l- counselling jew jagħtu l-kura ma jkunx hemm problemi oħrajn minn taħt li forsi wieħed ma jkunx qiegħed jinduna bihom mill-ewwel u li jistgħu jwasslu għal ċerti problemi.", "Jien nittama li l-professjoni tal-psikologi ma tkunx sempliċement professjoni li taħdem għal rasha imma tkun taħdem flimkien mal- professjonijiet l-oħrajn ħalli dan jiswa iktar ta' ġid għall-pazjent għax wara kollox naħseb li l-ewwel u qabel kollox is-setturi kollha jfittxu l- interess tal-pazjent.", "Nirringrazzjak.", "THE DEPUTY SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Iktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "(Onor. Membri: No) Mela la m'hawnx iktar rimarki, nistieden lill-Ministru Cristina biex tagħmel il-winding up.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Sur President, l-ewwel u qabel kollox nixtieq nirringrazzja lill-membri taż-żewġ naħat tal-Kamra li ħadu sehem f'dan id- dibattitu għall-kontribut li taw.", "Kif għedt fil-bidu, mill-ewwel kien jidher li ma kienx se jkollna xi kontroversja dwar dan l-abbozz ta' liġi, u l-unika kontroversja li kellna fih kienet dwar kif tippronunzja l-kelma \"psikologi\", jekk hux bil-\"ġ\" jew bil-\"g\".", "Fil-fatt ngħid il-verita`, din għadni m'iniex ċerta fuqha għax minn banda fl-abbozz ta' liġi \"psikologu\" hija miktuba bil-\"ġ\" għax aħna ngħidu \"psikoloġija\" u mill-banda l-oħra mbagħad ngħidu \"psikologu\", pero` fil-kas imbagħad nidħlu fis-semantika aktar tard.", "Jien naħseb li dan huwa l-uniku punt kontenzjuż li kien hemm f'dan id-dibattitu.", "Kif intqal diġa`, dan kien l-ewwel abbozz ta' liġi li ppilotajt, u nista' ngħid li qagħadt attenta ħafna iktar mis-soltu nisma' lill-kollegi tiegħi jitkellmu għax naf li kelli nasal għal dan il-winding up u xtaqt li ngħaddi rimarka żgħira fuq dak li ntqal minn kull kelliem li tkellem f'dan id- dibattitu.", "Hawnhekk nixtieq nagħmel parentesi u nawgura lil dawk l-istudenti kollha li qed jagħmlu l-eżamijiet - jiġifieri mhux biss lil dawk li qegħdin jagħmlu l- B. Psy. - u li allura huma u l-familji tagħhom bħalissa għaddejjin minn żmien verament kruċjali.", "Sur President, naħseb li l-maġġoranza tal-kummenti wrew il-background tal- kelliema.", "Per eżempju, nista' nibda biex nirriferi għall-aħħar kelliem li tkellem, l-Onor.", "Michael Farrugia, li ħares lejn l-ambjent mediku, kif għamlu wkoll it-tobba l-oħra li tkellmu fuq dan l-abbozz ta' liġi.", "Dawn ħarsu lejn in-nuqqasijiet, il-bżonnijiet u l-ħtiġijiet kollha li għandna fis-settur mediku, u jien m'għandix dubju li s-suġġerimenti, il-proposti u l-ilmenti li għamlu jinstemgħu, jiġifieri l-frustrazzjoni ...", "Jien inħobb nużaha l-kelma \"frustrazzjoni\", għalkemm uħud jgħidulek li l-politiċi m'għandhomx ikunu frustrati, pero` l-verita` hija li minkejja li aħna nkunu nafu x'irid isir, jgħaddi ħafna żmien qabel ma attwalment l-affarijiet jiġu implimentati.", "Madankollu kull implimentazzjoni għandha ż-żerriegħa x'imkien, u jien nemmen li anke f'dawn id-dibattiti jkun hemm iż-żerriegħa għal affarijiet li se jsiru iktar tard.", "Min-naħa tagħhom, l-avukati li tkellmu f'dan id-dibattitu ma ħarsux lejn il- legaliżmu ta' l-abbozz ta' liġi, lejn il-legalitajiet tiegħu jew lejn il- punti legali imma ħarsu lejn l-ambjent legali.", "Kellna wkoll lill- paramediċi li anke huma daħlu fil-qasam partikolari tagħhom.", "Għall-ewwel darba kellna psikjatra li ta l-input tiegħu b'mod partikolari minħabba li huwa ffokat fuq is-settur tal-psikjatrija u kif qalilna hu, huwa miżżewweġ psikologa u allura għandu second-hand information.", "Kien hemm diversi kelliema li ffokaw fuq l-aspett edukattiv, partikolarment fuq il-ħtieġa illi fil-qasam ta' l-edukazzjoni tagħna jkollna psikologi li jaraw x'inhuma l-bżonnijiet tat-tfal iż-żgħar tagħna.", "Sur President, naħseb li wara dan id-dibattitu lkoll kemm aħna għandna ħsibijiet ħafna iktar ċari fuq il-psikologi, fuq il-psikjatri u fuq il- psikoterapisti, pero` sinċerament ma nistax ngħid li jien nifhem ħafna fin- neurosis u fil-psychosis u għalhekk dawk l-affarijiet inħallihom għal min hu iktar ambjentat fuq dak il-qasam.", "Il-kelliema kollha li tkellmu ħarsu lejn diversi sitwazzjonijiet, partikolarment lejn sitwazzjonijiet familjari li joħolqu stress, fejn allura hemmhekk ikun hemm il-ħtieġa tal-ħidma tal- psikologi.", "Kien hemm ukoll min qal li anke s-sitwazzjoni fuq il-postijiet tax-xogħol toħloq l-istress, u allura hemmhekk għal darb'oħra tkellimna dwar il-ħteġijiet li għandu dan is-settur.", "Sur President, bosta membri ta' din il-Kamra tkellmu dwar it-tfal li sfortunatament ħafna drabi jispiċċaw vittmi ta' abbużi li jsiru mill-membri tal-familja tagħhom, mill-iskejjel u minn postijiet oħra, u allura naturalment tkellmu wkoll dwar il-ħtieġa li dawn isibu l-għajnuna mill- ewwel għax inkella l-problemi li jirriżultawlhom f'din l-eta` bikrija jkomplu jiżviluppaw u fil-futur iwasslu għal problemi ħafna iktar serji.", "L- istess nistgħu ngħidu għaż-żgħażagħ tagħna.", "Ċertament ħadd ma jista' jinjora l-problemi li għandhom iż-żgħażagħ għax ilkoll nafu kemm iż- żogħżija ġġib stress magħha u kemm allura huwa importanti li jkun hemm min jifhem il-problemi serji li jkunu għaddejjin minnhom uħud miż-żgħażagħ tagħna.", "Hawnhekk kien hawn ukoll min għamel riferenza għan-nuqqas ta' għajnuna li jsibu ċerti ħaddiema, bħan-nurses u s-social workers, li huma stess ikollhom bżonn l-għajnuna u li sfortunatament mhux dejjem qed isibuha.", "Jien se ngħid fil-qosor x'inhuma l-għanijiet tal-liġi, ċioe` dawk li nagħtu status professjonali lill-qasam tal-psikologi, li ssir ir-regolamentazzjoni ta' dan il-qasam, li naraw illi l-istandards li huma meħtieġa biex nissalvagwardaw kemm is-servizz kif ukoll lil kulmin jirċievi s-servizz ikunu dejjem protetti kif ukoll li niġu konformi mad-direttiva 89/48 EEC tal-21 ta' Diċembru, 1988, liema direttiva taħseb proprju biex tiġbor taħt kappell wieħed il-liġijiet kollha li hemm fil-pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropea bl-iskop li jkollna liġi uniformi li tirregola lill-psikologi kollha li jipprattikaw fil-pajjiżi membri ta' l-istess Unjoni Ewropea.", "Sur President, naħseb li nista' niġbor il-kummenti prinċipali li saru matul dan id-dibattitu fi tlieta.", "Per eżempju, kien hemm min semma l-ħtieġa li jkollna l-kors tal-masters in psychology ġewwa l-universita` ta' Malta, kien hemm min semma l-ħtieġa li nagħtu rikonoxximent lill-assistenti psikologi u mbagħad kien hemm kummenti li jirrigwardaw il-formazzjoni tal- bord, għalkemm dawn jaqgħu fit-tielet kategorija għax kienu pjuttost minimi.", "Però naħseb li l-bieraħ l-Onor.", "Louis Galea serrħilna moħħna lkoll meta qal li l-kors tal-masters se jiftaħ b'mod regolari minn Ottubru li ġej.", "Huwa ta parametri ta' kif se jinfetaħ dan il-kors, għalkemm naf li t-tfassil tiegħu għadu għaddej l-università.", "Imma l-bieraħ qalilna li peress li hemm bżonn superviżjoni qawwija ta' l-istudenti waqt il-prattika tagħhom f'dan il-kors - dan mhux xi kors akkademiku li wieħed jitgħallem minn fuq il- kotba biss - allura jeħtieġ li n-numru jkun limitat u jista' jkun ukoll li l-kors jiftaħ kull sentejn.", "Huwa kors postgraduate li aktarx ikun part- time u jekk ikun part-time ikun hemm xi ħlas dovut għalih.", "Niġi għall-kwestjoni ta' l-assistant psychologists.", "Naħseb li kien hawn consensus hawn ġew dwar il-bżonn li nagħtu rikonoxximent ukoll lil dawk il- gradwati tal-psikoloġija li qegħdin jagħmlu xogħol marbut mal-psikoloġija.", "Għandu jingħata rikonoxximent lil dawk kollha li għandhom a first degree fis-psychology ħalli mbagħad jaħdmu taħt superviżjoni ta' psikologu reġistrat.", "Irridu naċċertaw ruħna li din is-supervision issir taħt psikologu reġistrat u li jkun qed jaħdem fis-settur pubbliku.", "Sur President, ftit li xejn kien hemm kummenti dwar il-bord però l-Onor.", "Karl Chircop staqsa jekk il-bord għandux jiddeċiedi li l-proficiency testing li jsir biex naraw li persuna tkun konformi ma' l-istandards li ġew stabbiliti mill-istess bord, ikun wieħed orali jew bil-miktub.", "Jekk qegħdin ngħidu li l-bord se jissettja l-istandards għandna nħallulu ftit flessibilità fit-tfassil ta' dawk l-istandards.", "L-Onor.", "Karl Chircop ikkummenta fuq il-fatt li l-membri li se jkunu nominati mill-ministru se jdumu hemmhekk għal tliet snin waqt li l-oħrajn se jdumu għal sentejn.", "Il-verità hi li din hija a one-off, tkun l-ewwel darba biss, biex ikun hemm il-kontinwità.", "Jiġifieri hemm erba' membri li l- ewwel term of office tagħhom huwa għal tliet snin, però dak ikun l-ewwel grupp biss biex imbagħad ma jerġax jibda bord sħiħ mill-bidu.", "B'hekk ikun hemm il-kontinwità.", "L-Onor.", "Chircop tkellem ukoll dwar il-ħtieġa tar-reġistratur.", "Jien nibża' li l-bord ikun daqsxejn cumbersome u jkollna overlapping ta' l-affarijiet.", "Kif diġà għedt hawnhekk, u kif qalu bosta kollegi, meta mmorru fi stadju ta' Kumitat ikollna aktar opportunità biex niflu mill-qrib din il-liġi u forsi jsiru xi emendi.", "Fuq kollox għalhekk qiegħed l-istadju ta' Kumitat, però sinċerament ma narax għaliex is-segretarju tal-bord stess m'għandux ikun ir-reġistratur fl-istess ħin, imma we're open to suggestions u aktar tard din narawha mill-qrib.", "L-Onor.", "Joe Cassar, li kien qed jagħmel il-maiden speech tiegħu hawnhekk, għamel kumment interessanti ħafna meta qal li din il-liġi qiegħda tħares lejn il-pazjent u qed tara l-pazjent bħala l-focus u mhux il-psikologu.", "Jien interessani dan il-kumment partikolari għax mhijiex xi ħaġa li tolqtok mill-ewwel fil-liġi.", "Imma meta tifli sew il-klawsoli ssib li s-servizz huwa l-focus u allura by extension of the idea huwa l-pazjent li jirċievi dak is-servizz li jibqa' l-focus.", "Il-psikologu huwa l-provider ta' dak is- servizz u allura hija liġi li tħares partikolarment lejn il-ħteġijiet ta' min se jieħu dan is-servizz.", "Nixtieq norbot kumment ieħor ta' l-Onor.", "Karl Chircop ma' dak li qal l- Onor. Cassar li tkellmu fuq il-ħtieġa li jkollna definizzjoni anke tal- fergħat differenti tal-professjoni.", "Meta kont qed nagħmel l-introduzzjoni ta' din il-liġi semmejt li l-Amerka għandhom iktar minn 50 fergħa tal- psikoloġija.", "Hawnhekk issemmew partikolarment il-counselling psychologists, l-educational psychologists, is-social psychologists u r- research psychologists li għamel enfasi ħafna fuqhom l-Onor.", "Mario Galea u oħrajn.", "Jiġifieri wieħed irid jara jekk verament għandniex bżonn li noqogħdu nidħlu fid-definizzjoni jew almenu fil-klassifikazzjoni ta' dawn is-subsections.", "Punt kruċjali li sar minn bosta kelliema hawnhekk kien dwar il-ħtieġa li nagħmlu distinzjoni bejn il-psikologu u l-psikoterapista u li jkollna leġislazzjoni hemmhekk ukoll.", "Ma jistax jonqos li l-Onor.", "Evarist Bartolo kif ukoll l-Onor.", "Carmelo Abela għamlu enfasi fuq il-ħtieġa tal-psikologi fis-settur edukattiv.", "Anke l-Onor.", "Galea qal li jixtieq li jkun hemm numru akbar għaliex in-numru ta' psikologi li għandna, bħala ratio tat-tfal fl-iskejjel, hija baxxa ħafna.", "Però bħala ġustifikazzjoni - jekk wieħed għandu bżonn ġustifikazzjoni - ngħid li dan huwa settur li għadu verament fil-bidu tiegħu.", "Però m'għandix dubju Ii kif qed jiġri f'pajjiżi oħra se naraw numru ta' psikologi jidħlu f'oqsma oħra b'pass mgħaġġel fis-snin li ġejjin.", "Issa se norbot dak li qal l-Onor.", "Bartolo ma' dak li qal il-Ministru Galea.", "Fil-fatt il-Ministru Galea beda jitkellem dwar il-ħtieġa li l-psikologi edukattivi tagħna ma jistgħux jibqgħu jaħdmu abbażi tal-ħinijiet jew il- ġranet ta' l-iskejjel.", "Meta psikologu qed jagħti servizz lil tifel jew tifla ġo l-iskola, is-servizz psikoloġiku ma jistax jingħata biss minn Settembru sa Ġunju u mbagħad jieħu l-vaganzi għat-tliet xhur tas-sajf, u lanqas hu wieħed li jista' jieqaf fis-2.30 p.m. meta jagħlqu l-iskejjel.", "L-appell tagħna hawnhekk huwa li kulmin jidħol għal din il-professjoni jħares lejn il-ħtieġijiet tagħha, u ma jintrabatx b'xi ħinijiet jew b'xi strutturi li huma ta' professjonijiet jew ta' xogħol ieħor.", "Min jagħti servizz ta' psikoloġija m'għandux il-ktajjen, il-holidays jew il- flessibilità jew il-ġranet reġimentati bħalma għandhom l-għalliema.", "Dak huwa punt kruċjali ħafna jekk irridu li s-settur tal-psikoloġija verament ikun suċċess fl-iskejjel tagħna.", "Hawnhekk issemma wkoll il-Bologna process.", "Kif diġà għedt, f'din il-liġi qed niġu konformi mad-direttiva ta' l-Unjoni Ewropea.", "Però ta' min jgħid li l-Unjoni Ewropea ma tarmonizzax il-kompetenzi u l-kwalifiki imma tarmonizza l-korsijiet.", "U rrid ngħid li l-univeristà ta' Malta ilha tieħu sehem attiv f'dan il-proġett.", "Nerġa' ngħid li dan il-proċess jagħmilha ħafna iktar faċli biex waqt li n-nies Maltin u Għawdxin ikunu rikonoxxuti f'pajjiżi oħra, ħaddieħor li jkun qed jaħdem jew li jiggradwa minn pajjiżi barra minn Malta jkollu rikonoxximent f'pajjiżna, u nkunu nafu eżattament l- ekwivalenza tal-korsijiet.", "Din hija xi ħaġa meħtieġa u naf li l-università ilha taħdem fuqha u l-korsijiet tagħna diġà qed jarmonizzaw ruħhom mal- kumplament tal-pajjiżi li qegħdin jieħdu sehem f'dan il-proċess.", "L-Onor.", "Jason Azzopardi għamel kumment li meta smajnieh ilkoll kemm aħna tibissimna.", "Naħseb tiftakar, Sur President, meta qal \"politics is psychology with access to a microphone\".", "Wara qgħadt naħseb ftit fuqu, imma sinċerament ma nafx jekk hux kumpliment għall-politiċi jew inkella kumpliment negattiv lejn il-psikologi, jiġifieri għad irrid niddeċiedi.", "Però enfasizza ħafna fuq il-ħieġa ta' standards.", "U naħseb li għan prinċipali ta' din il-liġi, anzi ħidma ewlenija tal-bord tkun li nistabbilixxu l-istandards meħtieġa.", "L-Onor.", "Azzopardi għamel żewġ kummenti fuq il-bord li ta' min iħares lejhom aktar mill-viċin.", "Dan qal: Allura l-bord jista' biss isegwi allegazzjoni ta' imġiba serja mhux xierqa jew jista' minn jeddu jibda jinstiga inkjesta fejn hemm bżonn?", "Jien ngħid li l-bord irid ikun proattiv, li fejn iħoss li għandha tibda inkjesta, il-bord għandu jagħmilha u mhux joqgħod jistenna sakemm tidħol allegazzjoni formali mingħand xi ħadd.", "Inkella fl-opinjoni tiegħi l-bord ma jkunx qiegħed jagħmel xogħlu b'dik il-ħeġġa, bl- entużjażmu u bl-impenn li wieħed jistenna minn bord ta' dan it-tip.", "L-Onor.", "Azzopardi ħa l-opportunità - u sewwa għamel - biex jitkellem fuq l- affarijiet li jħassbuh kif isiru fil-qrati tagħna.", "Tkellem dwar il-ħtieġa ta' a law reform commission, u beda jitkellem fuq is-saħħa mentali ta' xi nies li jitressqu fil-qrati tagħna.", "Semma wkoll każijiet li huma serji meta wieħed joqgħod jiflihom.", "L-aħħar kumment li għamel l-Onor.", "Azzopardi kien fuq it-time frames tal- bord.", "Ta' min iħares lejn dan is-suġġeriment mhux biss b'relazzjoni ma' dan il-bord partikolari imma fil-każ ta' kull bord li għandna.", "Huwa qal li ma nistgħux indumu sentejn biex bord jieħu deċiżjoni li tkun kruċjali għan- nies li jkunu involuti fiha.", "Semma l-każ ta' tabib mediku li jkun ilu sentejn jistenna deċiżjoni mingħand bord jew mingħand kumitat.", "Jien inħoss li għandu raġun.", "Il-bordijiet tagħna jridu jkunu sensittivi għal dak li jkunu għaddejjin minnu n-nies involuti.", "Allura d-deċiżjonijiet li jridu jittieħdu għandhom jittieħdu bil-għaqal, bis-serjetà u mhux bl-għaġġla, imma almenu fi żmien li huwa raġonevoli mingħajr ma jinħolqu problemi akbar għal min ikun involut.", "L-Onor.", "Buontempo staqsa għaliex id-degree tal-psikoloġija taqa' taħt il- fakultà ta' l-edukazzjoni.", "U t-tweġiba li ngħatajt kienet li d-dipartiment tal-psikolġija minn dejjem kien jagħmel parti mill-fakultà ta' l- edukazzjoni, peress li l-psikoloġija fiha nnifisha, speċjalment fejn jidħlu t-tfal u ż-żgħażagħ u fejn jidħol it-tagħlim, għandha rwol impenjattiv ħafna.", "Id-dipartiment tal-psikoloġija kiber in its own right imma xorta baqa' jagħmel parti mill-fakultà ta' l-edukazzjoni.", "Jien tkellimt ma' nies li huma psikologi u anke psikjatri u staqsejthom jekk għandhomx xi oġġezzjoni partikolari li dan il-kors tal-psikoloġija jibqa' jagħmel parti mill- fakultà ta' l-edukazzjoni u qaluli li m'għandhom l-ebda oġġezzjoni.", "Issemmiet ukoll il-ħtieġa li l-istudenti tal-mediċina jkollhom ħafna u ħafna aktar kuntatt mal-qasam tal-psikoloġija.", "Jekk mhux qed niżbalja kien l-Onor.", "Michael Gonzi u ngħidlu bir-raġun, speċjalment meta nħarsu lejn ir- rwol li għandu l-general practitioner.", "Forsi qabel kellu rwol ħafna aktar importanti milli għandu llum.", "It-tabib tal-familja mhux biss kien it-tabib tal-familja, imma kien ukoll il-konsulent tal-familja u dak li jisma' l- problemi tal-familja.", "Il-bedside manner tat-tabib tgħin ħafna mhux biss fil-fejqan tal-pazjent, imma anke fil-fejqan fejn jidħol tħassib u stress tal-kumplament tal-familja.", "Naħseb li l-Onor.", "Gonzi kien qed jaħseb fir- rwol tal-general practitioner u allura għandu raġun meta jgħid li l- istudenti tal-mediċina tagħna għandu jkollhom ħafna iktar kuntatt mas- settur tal-psikoloġija.", "L-Onor.", "Michael Asciak, bir-raġun, qal li l-popolazzjoni li għandna fl- isptar Monte Carmeli hija pjuttost għolja a paragun ta' pajjiżi oħra.", "Il- pajjiżi kollha, inkluża Malta, qegħdin inħarsu lejn dik li ngħidulha \"deinstitutionalization\", jiġifieri li kemm jista' jkun noħorġu aktar nies mill-istituzzjonijiet biex ikunu jistgħu jgħixu fil-familji u fil-komunità tagħna.", "Ovvjament dawn in-nies ikollhom bżonn l-għajnuna, l-appoġġ u jkollhom bżonn l-għajnuna ta' psikologi.", "L-Onor.", "Anġlu Farrugia għamel enfasi kbira fuq il-ħtieġa ta' psikologi fejn tidħol ix-xena tal-qrati tagħna.", "Qal li huwa jħoss li hemm nies illi kieku ngħataw xi forma ta' kura psikoloġika - sinċerament inħossha daqsxejn diffiċli biex nispjega eżattament kif qalha hu, għaliex hu poġġiha verament tajjeb għax kien jaf eżattament il-ħsieb u l-konċett li kellu hu, imma stajt nifhem il-punt tiegħu - minn qabel, kważi kważi lanqas qatt ma kienu jispiċċaw fil-qrati tagħna.", "Jiġifieri n-nuqqas tagħna li nagħtuhom ċerta kura sfortunatament wassal biex illum qegħdin fil-qrati tagħna, u wħud minnhom fil-faċilità korrettiva ta' Kordin fejn, anke hemmhekk, hemm ħtieġa li jkollna ħafna aktar psikologi.", "Ngħid il-verità ħsibt li se jkun hemm ħafna iktar kelliema li se jduru mad- definizzjoni ta' psikoloġija imma milli jidher fil-maġġoranza kienu kuntenti.", "Jien sinċerament ngħid li hemm lok li jsir ameljorament u anke l- Onor. Mario Galea ħass dan u kien hemm xi kelliema oħra.", "Pero' din hija xi ħaġa li nistgħu narawha meta naslu għall-istadju ta' Kumitat.", "L-Onor.", "Joseph Abela ma setax jonqos li jitkellem fuq professjonijiet oħra fis-settur tas-saħħa.", "L-Onor.", "Michael Farrugia qal li n-nurses u l- occupational therapists m'għandhomx warrant.", "Fl-opinjoni tiegħi xorta huma professjonijiet bid-dinjità tagħhom allavolja m'għandhomx warrant.", "L-Onor.", "Abela beda jgħid kemm għandhom bżonn għajnuna dawk li jaħdmu f'dawn is- setturi għaliex huma setturi li jwasslu għal ħafna stress psikoloġiku u allura dawn in-nies jeħtieġ li jkollhom għajnuna aktar mill-qrib.", "L-Onor.", "Joseph Brincat tkellem dwar il-ħtieġa tar-riċerka.", "Naħseb li kienu ftit il-kelliema li semmew dan il-punt, però wieħed irid jenfasizza l- ħtieġa ta' research psychology ibbażata fuq ix-xena lokali, għalkemm fil- verità l-moħħ tal-Malti, tat- Taljan, ta' l-Ingliż u tal-Franċiż jaħdem pjuttost l-istess, imbagħad għandek aspetti kulturali lokali jew nazzjonali li jkunu differenti.", "Iżda naħseb li huwa settur li se naraw bosta aktar nies jidħlu fih minn hawn u ftit ta' żmien ieħor.", "Nixtieq nagħlaq b'żewġ kummenti żgħar.", "L-ewwelnett din hija professjoni li verament għadha żgħira, imma għandna nies li qed jipprattikaw f'dan is- settur tal-psikoloġija li diġà għandhom esperjenza.", "Għandna nies oħra li marru barra minn Malta u ħadu degrees.", "Hawnhekk m'iniex se noqgħod nidħol fl-issue ta' jekk humiex doctors jew dottorati.", "Kif diġà għedt, aħna nħarsu lejn il-harmonization tal-kompetenzi u l-kwalifiki.", "Irridu naċċertaw ruħna li kull min jipprattika hawn Malta jilħaq l-istandards li se jitfasslu minn hawn u ftit ieħor.", "Sur President, dan huwa settur li fih irridu nagħrfu nagħżlu bil-għaqal.", "Huwa settur li f'pajjiżi oħra kien qisu sar moda, allura bdejna naraw ċerti nies li mhumiex qegħdin jagħtu s-servizz li jistħoqqilhom iċ-ċittadini.", "Allura l-appell tiegħi hu li naċċertaw ruħna li kull min jagħti dan is- servizz ikollu l-kompetenza u l-kwalifiki.", "Irridu naraw li kull min jagħti s-servizz ikollu l-opportunità li jkompli jżid ma' dik il-kompetenza u ma' dik il-kwalifika.", "Anzi, aħna għandna ninkoraġġixxu b'mod jew ieħor lil min irid ikompli jżid il-kompetenza b'modi varji.", "Naħseb li għandna nagħtu rikonoxximent lil dawn in-nies li qegħdin jagħtu servizz u lil nies oħra li se jagħtu servizz fil-futur.", "Jien nawgura bis-sħiħ lill-istudenti kollha li minn hawn u ftit ieħor ikunu jistgħu jkomplu l-istudju tagħhom hawn Malta, li se nneħħulhom it-tassattiva li jridu jmorru barra minn Malta biex jieħdu l-kwalifiki tagħhom, biex jirrikonoxxu l-ħteġijiet, il-bżonnijiet tal-Maltin u l-Għawdxin kollha u jeżerċitaw din il-professjoni mhux biss bħala xogħol, imma bħala vokazzjoni.", "Nirringrazzjak.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-mistoqsija hi li l-abbozz ta' liġi msejjaħ \"Att biex jipprovdi dwar ir-regolamentazzjoni tal-professjoni tal- psikoloġija u biex jipprovdi għal ħwejjeġ konnessi magħha jew li huma anċillari għaliha\", ikun moqri t-Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-abbozz ta' liġi ġie moqri t-Tieni Darba.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru Dolores Cristina.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Nipproponi li dan l-abbozz ta' liġi jiġi ttrattat mill-kumitat permanenti għall-konsiderazzjoni ta' abbozzi ta' liġi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għall-Kompetittività u Komunikazzjoni): Nissekonda.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-mistoqsija hi li dan l-abbozz ta' liġi jiġi trattat mill-kumitat permanenti għall-konsiderazzjoni ta' abbozzi ta' liġi.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ABBOZZ TA' LIĠI BIEX JEMENDA LIĠIJIET DWAR IL-KOMUNIKAZZJONI", "COMMUNICATION LAWS (AMENDMENT) BILL", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru Ċensu Galea, jekk jogħġbu, iressaq it- Tieni Qari.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, nipproponi t-Tieni Qari ta' l-abbozz ta' liġi msejjaħ \"Att biex jemenda diversi liġijiet li għandhom x'jaqsmu mal- komunikazzjonijiet u biex jagħmel provvedimenti dwar affarijiet anċillari magħhom jew li għandhom x'jaqsmu magħhom\".", "THE DEPUTY SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Nissekonda.", "THE DEPUTY SPEAKER: Hawn rimarki?", "Il-Ministru Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, wieħed jista' faċilment igħid li dan l- abbozz ta' liġi jrid jintrabat ma' abbozzi ta' liġi li għaddew minn dan il- parlament fl-aħħar snin.", "Fil-fatt irid jintrabat ma' l-Att li jemenda l- wireless telegraphy ordinance tas-sena 2000 li dan il-parlament kien dam jiddiskutih għal numru kbir ta' seduti.", "Dan l-Att kien waqqaf ukoll l- awtorità Maltija dwar il-komunikazzjoni.", "Erba' snin ilu l-gvern tal-ġurnata, permezz tal-ministeru għat-trasport u komunikazzjoni, kien ressaq proposta quddiem dan il-parlament li biha s- settur tal-komunikazzjonijiet f'pajjiżna kellu jieħu xejra differenti minn dik li konna mdorrijin biha.", "Kif diġà għedt, dak l-abbozz ta' liġi waqqaf l-awtorità Maltija dwar il-komunikazzjoni, ħaġa pożittiva li ż-żmien uriena kemm kienet neċessarja biex verament inkomplu mexjin 'il quddiem fil-qasam tal-komunikazzjonijiet.", "L-istess Att tas-sena 2000 kellu anness miegħu dak li kien imsejjaħ il-pjan nazzjonali għal-liberalizzazzjoni tas-settur tal-komunikazzjoni nazzjonali li fil-fatt kien mifrux fuq firxa ta' xhur.", "Fil-fatt kellu jibda proprju mis-sena 2000 u jkompli għaddej sa l-1 ta' Jannar tas-sena li għaddiet, is- sena 2003.", "L-għan prinċipali ta' dak l-Att kien li jbiddel is-sitwazzjoni ta' monopolju f'diversi setturi, kemm tal-cable, tat-telefonija normali, kif ukoll tat-telefonija mobbli, għal sitwazzjoni fejn dawn is-servizzi ma jibqgħux iktar offruti minn operatur wieħed.", "Wara erba' snin wieħed jista' faċilment igħid li s-settur tal- komunikazzjonijiet f'pajjiżna m'għadux jingħaraf.", "Kieku kellna naraw kif kienet il-qagħda tal-komunikazzjonijiet f'pajjiżna f'Lulju, Awissu tas-sena 2000, meta konna qed ngħaddu l-abbozz ta' liġi li għamilt riferenza għalih, u s-sitwazzjoni tal-komunikazzjonijiet f'pajjiżna llum, m'għandix dubju li lanqas biss ikun hemm l-iċken paragun.", "Dan ġara għaliex meta tressaq l-abbozz ta' liġi biex iwaqqaf l-awtorità Maltija tal-komunikazzjoni f'dan il-parlament, l-għan tal-gvern tal-ġurnata kien li pajjiżna jkun minn ta' quddiem nett biex mhux biss ilaħħaq ma' dak li kien qed jiġri fil-kumplament tad-dinja fil-qasam tal- komunikazzjonijiet, iżda wkoll li dan is-settur jiżviluppa fl-interess ta' l-ekonomija ta' pajjiżna.", "Il-gvern ried jassigura li l-ekonomija ta' pajjiżna ssir waħda verament miftuħa għall-opportunitajiet li joffri dan il- qasam.", "Fl-istess żmien li f'Malta konna qegħdin niddiskutu l-liberalizzazzjoni tas- settur tal-komunikazzjonijiet l-Unjoni Ewropea kienet qiegħda tfassal, tiddiskuti u tipprova tikkonkludi dwar dik li kellha tkun il-Lisbon agenda.", "Fil-fatt il-European Council ta' Lisbona fis-sena 2000 kien qiegħed jara li l-iżviluppi li jseħħu fil-qasam tal-komunikazzjoni huma fundamentali biex il-membri ta' l-Unjoni Ewropea - u allura aħna wkoll illum bħala membri ta' dik l-istess unjoni - ikollhom tkabbir fl-ekonomiji tagħhom, tiżdied il-kompetittività u jkun hemm il-possibbiltà li jiżdiedu l-impjiegi bħala riżultat ta' dak li jissejjaħ knowledge based economy, ekonomija bbażata fuq is-sistema diġitali.", "Wieħed jista' jħares lejn l-esperjenza ta' l-erba' snin li għaddew u jara jekk f'Malta irnexxilniex nimxu 'l quddiem.", "Wieħed jista' jħares lejn diversi aspetti tas-settur tal-komunikazzjonijiet f'pajjiżna u jara jekk l- għanijiet prinċipali ta' l-aġenda ta' Lisbona, u anke l-għanijiet prinċipali ta' pajjiżna, irnexxilniex nimxu fuqhom, u attwalment irnexxilniex inwasslu biex pajjiżna jibda wkoll jisfrutta dak kollu li kien qed jiġi żviluppat madwar id-dinja fil-qasam tal-komunikazzjonijiet.", "Sur President ̧ aktar ma jgħaddi ż-żmien iktar qegħdin noqorbu għal sitwazzjoni fejn huwa diffiċli li tagħmel distinzjoni bejn metodi differenti ta' kif tittrasmetti l-messaġġi u d-data tiegħek u metodi differenti ta' kif tagħmel in-negozju permezz tas-settur globali tal- komunikazzjoni.", "Imma ridna nassiguraw - fil-fatt jien nemmen li rnexxielna - li pajjiżna f'dan il-qasam ikun ukoll minn ta' quddiem nett biex jiżviluppa lilu nnifsu, biex jaħtaf l-opportunitajiet u biex jirnexxilu wkoll jimxi 'l quddiem b'tali mod li dan is-settur li huwa ta' importanza kbira jkompli jikber.", "Naturalment hemm diversi modi kif wieħed ikejjel jekk kienx hemm żviluppi f'dan ir-rigward.", "Hemm il-mod marbut, per eżempju, ma' kemm f'dan il-qasam tal-komunikazzjoni irnexxielu jiżviluppa f'dak li huwa tifrix tal-mezzi li kull wieħed minna juża.", "Meta konna qegħdin nitkellmu dwar dan is-suġġett erba' snin ilu konna għaddejjin mis-sitwazzjoni fejn, kif għedt iktar kmieni, kull parti tal-komunikazzjoni kienet amministrata minn xi tip ta' monopolju, jew dak tal-privat inkella ta' l-Istat u allura s-sitwazzjoni baqgħet monopolju għal operatur wieħed.", "Wieħed mill-għanijiet prinċipali li kellha l-awtorità tal-komunikazzjoni kien proprju marbut mal-fatt li nwasslu lis-settur biex jiġi liberalizzat ħalli taħt forma regolatorja ġdida jinfetaħ u jagħti ċ-ċans ta' iktar żviluppi anke fiċ-ċirkostanzi ta' l-ekonomija ta' pajjiżna.", "Tajjeb li wieħed jgħid li maż-żmien waħda mill-affarijiet li rriżultat b'mod qawwi kienet id-diviżjoni bejn min kien qed jagħti s-servizz u min attwalment kien qed jirregola dan is-servizz.", "Is-settur tal-komunikazzjoni għal snin twal kien magħmul minn parti integrali fejn ir-regolatur u l-operatur kienu ħaġa waħda.", "Jiġifieri dak li jiddeċiedi r-regolatur kien qed jiddeċiedih f'isem l-operatur u dak li kien jiddeċiedi l-operatur kien qed jiddeċiedih f'isem ir-regolatur.", "Dawn kienu qegħdin jagħmlu funzjoni waħda ta' regolamentazzjoni, funzjoni waħda ta' service provider u allura kienu l- ħin kollu qegħdin jaġixxu bħala ħaġa waħda.", "L-ewwel indikazzjoni ta' bidla li fil-fatt kellha bżonn issir kienet il-bidla li daħlet fis-seħħ għall- ewwel darba fl-1 ta' Jannar, 1998 meta attwalment kien hemm is-separazzjoni fiżika bejn ir-regolatur u l-operatur għax jinħass il-bżonn li Malta wkoll timxi bħall-pajjiżi oħrajn.", "Meta mbagħad f'Settembru ta' l-1998 kien hemm il-bidla fil-gvern kien hemm ukoll il-qasma bejn min kien politikament responsabbli għal dawn is- setturi, fis-sens li għall-ewwel darba fl-istorja ta' pajjżna kien hemm politiku li kien responsabbli għall-operazzjoni u politiku li kien responsabbli għar-regolamentazzjoni ta' dan is-settur.", "Naturalment din kienet sitwazzjoni li qed tiżviluppa wkoll f'diversi pajjiżi oħrajn u din il-ħtieġa li jkun hemm din is-separazzjoni kienet qiegħda iktar fuq quddiem f'dawk li kienu fl-Unjoni Ewropea dak iż-żmien u f'dawk li huma fl-Unjoni Ewropea llum.", "Meta f'Awissu ta' l-2002 twaqqfet l-awtorità dwar il-komunikazzjoni morna wkoll għal funzjoni iktar separata bejn dak li hu r-regolatur u dak li huwa wkoll l-operatur.", "F'dan il-każ konna qed naslu biex ir-regolatur ma jkunx responsabbli għal xi operazzjoni partikolari, imma b'riżultat tal- liberalizzazzjoni li konna qegħdin nitkellmu dwarha.", "Fil-fatt wasalna biex ir-regolatur ikun responsabbli wkoll għal diversi operazzjonijiet oħra, kemm fil-qasam tat-telefonija fissa kif ukoll fil-qasam tat-telefonija mobbli u s-setturi kollha li b'xi mod imissu ma' dan is-settur partikolari.", "Kien proprju fl-1 ta' Jannar ta' l-2001 li l-awtorità dwar il- komunikazzjoni bdiet topera fil-mod formali tagħha fejn minn dakinhar ħadet ir-responsabbiltajiet kollha li kellu r-regolatur preċedenti.", "Fl-istess żmien konna diġà qegħdin inwettqu l-ewwel parti ta' service providing taħt kappa liberalizzata.", "Hawnhekk tajjeb li wieħed ifakkar li l-ewwel settur li kien fiżikament liberalizzat u mogħti l-possibbiltà li jkollu iktar minn operatur wieħed fatt kien is-settur tat-telefonija mobbli, u sa minn Diċembru ta' l-2000 kienet twaqqfet il-mobisle communications limited bħala sussidjarja tal-Maltacom li bdiet tipprepara biex tibda topera fil-qasam ta' tat-telekomunikazzjoni mobbli.", "Sur President, wieħed jista' jħares lura u jgħid x'kienu r-riżultati ta' din il-liberalizzazzjoni f'dan is-settur.", "L-ewwel ċifra li wieħed irid jenfasizza llum hija dik marbuta mat-turnover li qed iseħħ fil-qasam tat- telekomunikazzjoni.", "L-informazzjoni dwar il-komunikazzjoni tindika li x- share ta' negozju li jsir fil-qasam tal-komunikazzjoni huwa ta' madwar Lm92 miljun fis-sena.", "Dan l-ammont jirrappreżenta bejn wieħed u ieħor 5% tal- GDP ta' pajjiżna.", "Naturalment dan ifisser ukoll li għandna settur tal- komunikazzjoni li mexa 'l quddiem ħafna u li se jkompli jimxi 'l quddiem jekk kemm-il darba nagħrfu x'inhuma l-iżviluppi li qegħdin iseħħu f'dan il- qasam.", "Għalkemm qed ngħid li mxejna ħafna 'l quddiem, f'dan is-settur ma tistax tgħid li issa wasalt fejn kellek tasal u daqshekk.", "L-awtorita` u l- gvern iridu l-ħin kollu jaraw xi żviluppi li jkunu qegħdin iseħħu madwar id- dinja u ma nħalluhomx jaħarbu mill-attenzjoni tagħna.", "Anzi rridu nassiguraw li nkunu minn ta' quddiem nett biex nieħdu l-benefiċċji tagħhom.", "Sur President, wieħed jista' jgħid li mhux normali li liġi bħal din terġa` tiġi quddiem il-parlament biex tiġi emendata fi żmien relattivament daqshekk qasir.", "Imma kieku wieħed kellu jara d-dibattitu li kellna erba' snin ilu jinduna li dakinhar kien diġa` deher ċar li minħabba l-iżviluppi li kienu qegħdin iseħħu fil-qasam tal-komunikazzjoni kien probabbli ħafna li jkollna bżonn nerġgħu niġu f'dan il-parlament biex naġġornaw il- leġislazzjoni tagħna b'tali mod li nassiguraw li f'dan il-qasam nibqgħu minn ta` quddiem.", "Fil-fatt l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna llum, fil- parti l-kbira tiegħu ̧ huwa intenzjonat biex ikompli jassigura li l- leġislazzjoni ta' pajjiżna tkun waħda mill-iktar avant-garde f'dan is- settur.", "Sur President, kont qed nitkellem dwar ċifri li bilfors trid tagħmel riferenza għalihom f'dibattitu bħal dan għax huma ċifri ta' rilevanza u għandhom effett fuq l-ekonomija, kif semmejt iktar kmieni, pero' għandhom effett ukoll fuq il-kwalità tal-ħajja ta' kull wieħed u waħda minna.", "Jekk inħarsu lura lejn il-bidu tas-sena 2000 insibu li bejn wieħed u ieħor dak iż-żmien kien hawn madwar 25,000 persuna li kellhom mobile phone.", "Illum, jew aħjar sa l-aħħar ta' Marzu li għadda, għandna 300,000 persuna li jagħmlu użu mill-mobile phones.", "Din iċ-ċifra tirrappreżenta kważi 80% tal- popolazzjoni Maltija.", "F'pajjiżna għandna waħda mill-ogħla ċifri ta' penetration ta' mobile phones u dan huwa ċertifikat ta' kemm dan is-settur kompla jimxi 'l quddiem.", "Illum il-ġurnata għandna kważi tliet telephones mobbli għal kull tnejn li huma fixed line telephones.", "Din hija indikazzjoni ta' kemm aħna bħala poplu Malti qed inħossuna li għandna verament bżonn li nikkomunikaw ma' ħaddieħor kemm fuq bażi personali kif ukoll fuq bażi kummerċjali.", "Illum, kif inhu magħruf minn kull wieħed u waħda minna, bosta mid-diskussjonijiet isiru permezz tat-telefonija ċellulari u m'għandix dubju li aktar ma jgħaddi ż-żmien iktar se nkomplu naraw avvanzi u żviluppi f'dan is-settur u aħna rridu nassiguraw li inkompli mexjin 'il quddiem.", "Ma nistgħux noqogħdu bil-qiegħda u ngħidu li għandna żieda kbira fin-numru ta' telephones ċellulari, imma rridu naraw ukoll xi żviluppi oħra li fil-fatt qed iseħħu.", "Sur President, ma tistax titkellem fuq l-użu tal-komunikazzjonijiet f'pajjiżna mingħajr ma tagħmel riferenza għall-qasam ieħor li żviluppa b'mod sostanzjali matul iż-żmien li għadda.", "Hawnhekk qed nirriferi għas- settur ta' l-internet.", "Meta wieħed iħares lejn il-mod ta' kif dan is-settur żviluppa matul iż-żmien li għadda malajr jinduna li iktar ma jgħaddi ż- żmien iktar qegħdin nassiguraw li aktar persuni u aktar entitajiet fil-fatt qed jużaw is-sistema ta' l-internet.", "Dan mhux sempliċement biex isiru jafu xi biċċa informazzjoni - naturalment dak huwa aspett wieħed mis-servizzi li jipprovdi l-internet – għax l-internet jagħti possibbiltajiet ferm ikbar lil dawk id-diversi entitajiet li jaħdmu f'pajjiżna.", "Minkejja l-fatt li matul l-erba' snin li għaddew in-numru ta' subscribers kiber b'mod qawwi, tant li llum għandna madwar 77,000 persuna li jagħmlu użu minn xi tip ta' internet service, m'għandix dubju li matul iż-żmien li ġej din iċ-ċifra għad trid tikber.", "L-investiment fl-internet li l-gvern għamel fl-iskejjel jassigura li t-tfal ta' pajjiżna minn eta` żgħira jkollhom ukoll il- possibbilta` li jagħmlu użu minn dawk l-iżviluppi teknoloġiċi li seħħew madwarna fid-dinja.", "L-ebda pajjiż li jippretendi li huwa minn ta' quddiem f'dawk li huma żviluppi teknoloġiċi ma jista' jħares lura mingħajr ma jgħid li jrid jkompli jtejjeb il-performance tiegħu f'dan il-qasam partikolari.", "Irridu nassiguraw li f'dan ir-rigward mhux biss ikollna iktar studenti li jkollhom aċċess għall-internet fl-iskejjel, imma rridu nkomplu wkoll inwasslu l-messaġġ marbut ma' l-iżvilupp ekonomiku ta' pajjiżna.", "Ma nistgħux niżviluppaw in-negozju tagħna, ma nistgħux niżviluppaw il-mod ta' kif nagħmlu transazzjonijiet bejn pajjiż u ieħor jew bejn organizzazzjoni u oħra jekk kemm-il darba ma jkollniex żieda ikbar milli kellna sal-lum, mhux biss fl-użu ta' l-internet fl-iskejjel tagħna imma wkoll fil-qasam tan- negozju.", "In-negozju f'pajjiżna, bħal f'tant pajjiżi oħra, irid jassigura li jisfrutta l-possibbilitajiet li qed jirriżultaw permezz ta' l-użu ta' dawn is-sistemi.", "Illum nistgħu ngħidu wkoll li bl-użu ta' l-internet wieħed jista' jiffranka ħafna diffikultajiet li kien ikollu jiffaċċja meta konna naħdmu bis-sistemi tradizzjonali li ħdimna bihom għal tant snin.", "Illum jekk ma tkunx imqabbad ma' sistema ta' komunikazzjoni tajba, effiċjenti u effettiva tista' tispiċċa biex tinqata' għalik waħdek.", "Għalhekk huwa tajjeb li wieħed jirrifletti fuq il-ħtieġa li l-awtorita` tal-komunikazzjoni u l-ministeri, b'mod partikolari l-ministeru responsabbli mill-edukazzjoni, jassiguraw li l-iżvilupp ta' l-istudenti ta' pajjiżna jkompli jikber b'tali mod li nkunu qegħdin nisfruttaw il-ħin kollu dawn l-oqsma biex nassiguraw żviluppi oħra fil-qasam ta' l-edukazzjoni.", "Sur President, irridu wkoll nindirizzaw il-kwestjoni tal-qasma diġitali, jiġifieri l-qasma bejn dawk li jistgħu jużaw dawn is-sistemi u dawk li għal xi rġauni jew oħra ma jistgħux.", "Naf li l-gvern qed jindirizza din il- problema.", "Matul iż-żmien ħdimna b'mod konsistenti biex dawk il-persuni li ma jistgħux jużaw direttament is-sistema ta' l-internet ikollhom il- possibbilta` li jagħmlu dan permezz tal-kunsilli lokali fid-diversi bliet u rħula tagħna u iktar ma jgħaddi ż-żmien iktar irridu nassiguraw li dan il- qasam ikompli jilħaq aktar persuni, speċjalment lil dawk li għandhom interess li jmexxu l-edukazzjoni tagħhom 'il quddiem, u dawk li huma fin- negozju jmexxu n-negozju tagħhom 'il quddiem.", "Hemm bżonn naraw li b'mod effettiv inkunu qegħdin nagħtu l-aħjar servizz possibbli f'oqsma diversi li għandna quddiemna.", "Sur President, wieħed irid ikompli jenfasizza wkoll il-ħtieġa li dan is- settur ikun wieħed dinamiku li b'serjeta` jindirizza l-iżviluppi kollha li jkunu qed iseħħu.", "M'għandix dubju li l-persuni nvoluti fil-qasam tal- komunikazzjoni f'pajjiżna huma persuni li se jkomplu jaraw xi żviluppi jkunu qed iseħħu u x'inhuma l-passi li jkunu qegħdin jittieħdu fid-dinja ta' madwarna biex verament jassiguraw li huma wkoll jimxu 'l quddiem u jagħtu l-aħjar servizz possibbli.", "Tajjeb li wieħed jgħid li s-servizz ta' l-internet sa mit-twaqqif tiegħu ma kienx servizz regolamentat u lanqas kien xi monopolju ta' xi ħadd partikolari.", "Dan kien servizz li seta' jingħata minn diversi operaturi, u llum għandna madwar 18-il operatur li jagħtu dan is-servizz ta' l-internet.", "Wieħed forsi jistaqsi: Imma kif inhu possibbli li f'pajjiż żgħir bħal tagħna jkun hawn daqstant operaturi li jagħtu dan is-servizz?", "Pero` m'għandix dubju li minkejja d-diskussjoni li tiżviluppa minn żmien għall- ieħor fuq xi parti partikolari ta' dan is-servizz, is-sitwazzjoni fl- iżviluppi ta' l-internet hija mħarsa b'mod li fil-fatt ikun hemm diversi pożizzjonijiet li jittieħdu minn diversi organizzazzjonijiet differenti ħalli jassiguraw li fil-fatt inkunu qegħdin il-ħin kollu fuq quddiem f'dan is-settur ukoll.", "Sur President, wieħed mill-punti li rrid nenfasizza fuqu huwa li rridu nifhmu li ma ma nistgħux nibqgħu napplikaw regoli li huma differenti, anke jekk taħt l-istess awtorita` tal-komunikazzjoni, għal fixed telephony, mobile service, internet jew inkella għal dak li huwa s-servizz tal-cable.", "Dan qed isir aktar diffiċli li jibqa' kkontrollat bil-mod tradizzjonali għaliex iżjed ma jgħaddi ż-żmien iktar qiegħda isseħħ dik li ħafna drabi tissejjaħ il-konverġenza ta' dawn is-servizzi.", "Qed isir ferm iktar diffiċli biex wieħed jagħmel distinzjoni bejn servizz mogħti bil-mobile, bil-fixed jew inkella b'xi sistema oħra u allura ridna nassiguraw li l-leġislazzjoni ta' pajjiżna tkun tali li tagħti l-aħjar u l-iktar reazzjoni immedjata possibbli għal dawk l-iżviluppi li jkunu qegħdin iseħħu.", "Sur President, l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna llum huwa riżultat ukoll ta' white paper li ħarġet fi Frar li għadda li kienet intenzjonata biex il-persuni kollha li b'xi mod għandhom interess f'dan il-qasam ikollhom il-possibbilta` li jagħtu l-fehma tagħhom wara li jaraw x'kien hemm propost li jsir f'dan il-qasam.", "Din il-white paper kienet preċiżament intenzjonata biex tassigura li d-diversi entitajiet li għandhom interess f'dan il-qasam ikunu jistgħu javvanzaw 'il quddiem l-opinjonijiet tagħhom.", "Aktar ma jgħaddi ż-żmien qed issir aktar importanti li r-regolamentazzjoni, il-mod ta' kif ikun ikkontrollat dan il-qasam, ma tiġix imposta minn xi gvern jew minn xi awtorita`, imma permezz ta' diskussjoni bejn dawk kollha li jkunu involuti f'dan is-settur.", "Dan huwa importanti li nifhmuh ukoll għaliex filwaqt li jrid ikun hemm reġim li permezz tiegħu jkun hemm kontrolli u monitoring ta' dak li jkun qed jiżviluppa, pero` fl-istess ħin dan huwa settur li jrid jieħu in konsiderazzjoni d-diversi bidliet li jkunu qegħdin iseħħu.", "Il-white paper li qed insemmi kienet intenzjonata wkoll biex fil-fatt tagħti l-opportunita` lil dawk l-organizzazzjonijiet kollha lokali li għandhom xi interess fil-qasam tal-komunikazzjoni ̧ biex jagħtu r-reazzjoni tagħhom, kif fil-fatt għamlu, u fl-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna nsibu wkoll bidliet b'riżultat tal-komunikazzjonijiet li ġew min-naħa ta' dawn il-persuni u ta' dawn l-entitajiet li kienu interessati.", "Irrid ngħid ukoll li minbarra l-entitajiet li b'xi mod jew ieħor għandhom interessi kummerċjali u li allura jixtiequ jaraw li s-settur ikun ta' kwalita` internazzjonali, kien hemm ukoll l-assoċjazzjoni tal-konsumaturi li kienet ukoll għamlet ir-reazzjoni tagħha għal din il-white paper u ressqet ċerti suġġerimenti lill-awtorita` tal-komunikazzjoni.", "Qed insemmi l-assoċjazzjoni tal-konsumaturi not to single out xi organizzazzjoni partikolari, imma għaliex minbarra dawk li kienu l-organizzazzjonijiet li għandhom interess dirett f'dan il-qasam, kienet hi l-unika waħda li tat ir- reazzjoni tagħha dwar din il-white paper.", "Sal-lum għadna ngħixu r-realta` li meta nippubblikaw xi white paper, il-persuni li normalment iwasslu s- suġġerimenti jew inkella l-ilmenti għall-konsiderazzjoni ta' l-awtoritajiet li jkunu ppubblikaw white paper partikolari jkunu prinċiparjament dawk fis- setturi li għandhom interess dirett.", "Jien nispera li għad jasal iż-żmien li meta jkun hemm white paper ikun hemm ukoll reazzjonijiet min-naħa ta' dawk li attwalment ikollhom interessi mhux bilfors kummerċjali diretti għall-organizzazzjoni li huma jirrappreżentaw.", "Sur President, f'dan l-abbozz ta' liġi qegħdin nitkellmu fuq x'inhuma l- modi ġodda ta' kif jistgħu jsiru l-konsiderazzjonijiet marbutin mal-qasam tat-telekomunikazzjoni u wieħed mill-prinċipji l-iktar importanti li hu marbut ma' l-iżviluppi tat-telekomunikazzjoni llum - fil-fatt dan huwa prinċipju li se jiġi mħaddan mill-awtorita` tal-komunikazzjoni - huwa dak tal-konsultazzjoni qabel ma jidħlu fis-seħħ ċerti regolamenti.", "Din il- konsultazzjoni m'għandhiex issir biss fir-rigward tal-liġi prinċipali, imma għandna obbligu li anke meta ssir liġi sussidjarja nagħmlu konsultazzjoni dwarha.", "Nista' ngħid li minn hawn u ftit taż-żmien ieħor ikollna wkoll proċess ta' konsultazzjoni fuq leġislazzjoni sekondarja – hawnhekk qed nirriferi għall-legal notices - biex nassiguraw li qabel ma tidħol fis- seħħ ċerta leġislazzjoni jkun hemm ir-reazzjoni ta' dawk konċernati.", "Sur President, l-avviżi legali se jkunu wkoll għodda biex permezz tagħhom ikun hemm reazzjoni u kultant anke analisi u bidliet pro-attivi min-naħa ta' l-awtoritajiet.", "Kultant il-mezz tal-legal notice huwa mod iktar effikaċi biex tilleġisla u allura l-leġislazzjoni sussidjarja se tkun waħda mill-mezzi li tassigura li nkunu l-ħin kollu qegħdin inġibu a konjizzjoni ta' kull wieħed u waħda minna x'inhuma l-bidliet u x'inhuma l-iżviluppi li fil-fatt ikunu qegħdin iseħħu.", "Tajjeb li wieħed igħid li l-liġi li għandna quddiemna titkellem dwar bidla fil-mod ta' kif jingħataw il-liċenzji għall- użu ta' awtorizzazzjonijiet li jiffaċilitaw il-mod ta' kif persuni u organizzazzjonijiet jistgħu jidħlu fis-settur tas-servizzi tal- komunikazzjoni.", "Dawn l-awtorizzazzjonijiet jagħmluha aktar faċli biex persuni li jkollhom interess li jidħlu f'xi settur jew ieħor tal- komunikazzjoni jkunu jistgħu jagħmlu dan abbażi tal-leġislazzjoni ta' pajjiżna u tal-bidliet li jkunu qegħdin iseħħu madwar id-dinja.", "F'dan ir-rigward il-leġislazzjoni li għandna quddiemna tagħti indikazzjoni dwar kif se jkun hemm analisi tas-suq ta' pajjiżna għax irridu nilleġislaw b'mod li nassiguraw li l-hekk imsejħin dominant players fil-pajjiż mhux biss ikunu qed jagħtu servizz lil dawk li jużaw is-servizz tagħhom pero` rridu naraw li dawn ikollhom ukoll obbligu li jħallu lil dawk li jkunu għadhom deħlin fis-suq tagħhom jagħmlu użu minn dawk is-servizzi li jkunu qegħdin jagħtu.", "B'riżultat ta' l-iżviluppi u ta' dak li tgħallimna matul dawn l-erba' snin li għaddew, stajna nidħlu fil-kwestjoni ta' impożizzjoni ta' obbligazzjonijiet regolatorji fuq dawk li qegħdin f'dominant position fis- settur.", "Hawnhekk irridu nenfasizzaw il-punt li biex ikollna l-aħjar servizzi, hemm bżonn li jkun hemm regolamentazzjoni għal dawk li għandhom sitwazzjoni ta' dominanza mingħajr ma nwaqqfu l-iżviluppi li jkunu qegħdin iseħħu f'dan ir-rigward anke madwar id-dinja.", "F'sitwazzjoni ta' użu ta' komunikazzjonijiet u f'sitwazzjoni ta' użu ta' servizzi li huma mill-aktar importanti għall-ħajja tagħna ta' kuljum, irridu naraw li d-drittijiet tal- persuni li qegħdin jużaw dawn is-servizzi jkunu mħarsa u l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna huwa mfassal b'mod li jagħti drittijiet lill-persuni li qegħdin jużaw dawn id-diversi servizzi fl-oqsma diversi tal- komunikazzjoni.", "F'dan l-abbozz ta' liġi għandna propost mod ta' kif wieħed jagħmel management tar-radio frequencies li għandna f'pajjiżna.", "Dan ukoll huwa qasam importanti u aktar ma jgħaddi ż-żmien, aktar irridu naraw li l- frekwenzi tar-radju f'pajjiżna jkunu regolati b'mod li jkun magħruf għal kulħadd.", "Dan l-abbozz ta' liġi, minbarra li jemenda ż-żewġ liġijiet l- aktar importanti fis-settur tal-komunikazzjoni –hawnhekk qed nirriferi għall-Att li waqqaf l-awtorita` dwar il-komunikazjoni u l-Att li jirregola t-telekomunikazzjonijiet - fih emendi oħrajn li huma mportanti biex ir- regolamentazzjoni tal-komunikazzjonijiet f'pajjiżna jkompli jsir bl-aħjar mod effikaċi pero` fl-istess ħin, bl-aktar mod li jippermetti żvilupp f'pajjiżna.", "Allura għandna emendi dwar s-servizzi postali, emendi dwar ir- regolamenti ta' ċerti xogħlijiet, utilitajiet u servizzi, emenda dwar l- awtorita` marittima ta' Malta u żewġ emendi oħrajn, waħda dwar l-Att dwar il-komunikazzjoni u transazzjonijiet elettroniċi u l-oħra dwar il-wireless telegraphy Act.", "Dawn huma emendi li fil-komplessita` tagħhom, qegħdin b'mod komprensiv jagħtu l-opportunita` lill-pajjiżna li jkompli jkun fuq quddiem nett f'dan il-qasam.", "Sur President ̧ jien għamilt riferenza għall-fatt li se jkun hemm konsultazzjoni dwar dik li hija leġislazzjoni sussidjarja, jiġifieri l- legal notices.", "Il-proċess li għandu jinbeda jrid iwassal biex mhux biss ikollna l-Att prinċipali imma jkollna leġislazzjoni sekondarja li tkun qed tiġi aġġornata l-ħin kollu.", "Huwa mportanti li wieħed jibqa' jenfasizza l- iżviluppi li seħħew, mhux biss f'Malta imma wkoll fid-dinja u huwa mportanti li nassiguraw li nkunu f'qagħda li nkunu fuq quddiem.", "Tajjeb li wieħed jagħmel riferenza għall-fatt li fis-settur tal-komunikazzjonijiet madwar id-dinja hemm diversi żviluppi oħrajn li qegħdin iseħħu u allura huwa mportanti li nżommu lilna nfusna fuq quddiem.", "Irridu nassiguraw ukoll li l-bidliet proposti u li jkunu qed iseħħu madwarna jkunu qed jiġu proġettati b'mod qawwi u tajjeb f'pajjiżna u tajjeb li wieħed jenfasizza li l-awtorita` Maltija tal-komunikazzjoni fil-fatt qiegħda tħares lejn x'inhuma l-iżviluppi li jridu jseħħu madwana bħal UMTS, digital television u fixed wireless access.", "Dawn huma żviluppi li seħħew matul iż-żmien li għadda u li issa qed jieħdu forma iżjed ċara milli kellhom fil-passat u nafu li f'dan ir-rigward, hemm studji oħrajn li qed tagħmel l-awtorita` Maltija tal-komunikazzjoni dwar, per eżempju, x'se tkun il-pożizzjoni dwar il-VOIP f'dan il-pajjiż u ta' kif se jiżviluppaw ir- regolamentazzjonijiet li huma marbuta ma' dan is-settur biex nassiguraw li pajjiżna jkun in line fuq prinċipji li huma adottati internazzjonalment u li huma ta' importanza mhux għas-settur lokali biss imma anke għas-settur internazzjonali.", "Ma jistax jonqos li wieħed jenfasizza wkoll il-fatt li l-investiment li sar u għadu jsir fl-oqsma tat-telekomunikazzjoni f'pajjiżna huwa investiment li se jkompli jagħti diversi possibbilitajiet ta' aċċess mhux biss fis-suq lokali imma fis-suq internazzjonali.", "Wieħed jista' jħares lejn dawn id- diversi aspetti tat-telefonija u tat-telekomunikazzjonijiet f'pajjiżna b'mod li jgħid", "Jekk wieħed iħares lejn dawn id-diversi aspetti ta' telekomunikazzjoni jinduna li jkollu jbiddel il-mod ta' kif irid jipprovdi servizz li jkun ilu għaddej għal għexieren ta' snin.", "L-esperjenzi madwar id-dinja juruna li dawk l-organizzazzjonijiet li ma jimxux mal-bidliet teknoloġiċi li jkunu qegħdin iseħħu, jispiċċaw irrelevanti għax ma jipprovdux servizzi li jridu n-nies.", "Allura huwa mportanti li kull ħaġa li tkun qed tiżviluppa tingħata r-rilevanza minn min jagħti s-servizz.", "M'għandix dubju li min ikun f'qagħda li diġa` qed jagħti s-servizz, għandu vantaġġi fuq dawk li jkunu jridu jidħlu f'dan is-settur pero` dak il-vantaġġ jista' jisfuma fix-xejn jekk kemm-il darba l-organizzazzjoni ma tkunx qiegħda taġġorna lilha nnifisha f'dawk li huma l-bidliet li jkunu qegħdin iseħħu madwar id-dinja.", "Li hu żgur hu li, nipprovaw kemm nipprovaw, ma nistgħux inwaqqfu dak li jkun qed iseħħ madwarna f'dan is-settur.", "Allura rridu nassiguraw li l-bidliet li jkunu qegħdin iseħħu fil-mod ta' kif jipprovdu s-servizz diversi organizzazzjonijiet ikun qed isir b'tali mod li jiġi assigurat li nkunu mexjin 'il quddiem.", "Kif għedt aktar kmieni, dawk minna madwar id-dinja li għarfu l-bidliet li qegħdin iseħħu, għarfu wkoll kemm dan wassal għal avvanz 'il quddiem.", "Fiż-żmien li ġej se jkollna opportunitajiet oħrajn.", "Is-settur tal- komunikazzjonijiet se jkompli javvanza, se jkompli jimxi 'l quddiem u se jkompli jipprovdi possibbilita` ta' impjieg għal diversi organizzazzjonijiet u għal diversi persuni.", "M'għandix dubju li l-qagħda strateġika li jinsab fiha pajjiżna se tagħti diversi opportunitajiet li sal- lum għadna ma sfruttajniex biżżejjed.", "Irridu naraw li l-iżviluppi li jkunu qegħdin iseħħu, nisfruttawhom fl-aħjar interess ta' kulħadd.", "Kif għedt aktar kmieni, ma nistgħux nieqfu u ngħidu: L-UMTS ma għandniex bżonnha jew id-digital television ma għandniex bżonnu.", "Ma nistgħux nipprovaw inwaqqfu dak li jiġi żviluppat madwar id-dinja.", "Irridu nassiguraw li dawk l- iżviluppi jkomplu mexjin u għalhekk għandna l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna.", "Kif diġà għedt dan l-abbozz ta' liġi jindirizza diversi setturi tat- telekomunikazzjonijiet li jolqtuna fil-ħidma li tkun qed isseħħ, fin- negozju li jinħoloq u fil-mod ta' kif niżviluppaw l-affarijiet f'dan il- pajjiż.", "Huwa mportanti li nkomplu navvanzaw f'dawn l-oqsma b'mod li nassiguraw li lkoll kemm aħna nimxu 'l quddiem.", "Kif għedt qabel, kellna din il-white paper li ġiet ippubblikata u li kellha diversi objectives ċari li rridu nwettquhom.", "Ma ridniex li niġu quddiem dan il-parlament u ngħaddu din il-leġislazzjoni mingħajr ma nkunu tkellimna ma' ħadd.", "M'għamilniex hekk u ma rridux nagħmlu hekk, speċjalment fil-qasam tal-komunikazzjoni għax jekk nipprovaw nagħmlu hekk inkunu kundannati għall-fallimenti.", "Fil- fatt kemm il-white paper kif ukoll l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna huma intenzjonati biex inkomplu fuq tliet prinċipji li huma mportanti għall- ħajja tagħna ta' kuljum.", "L-ewwel waħda hi żieda fil-kompetizzjoni fis-suq lokali li aktar ma jgħaddi ż-żmien, aktar qiegħda ssir relevanti u l-esperjenza wrietna li l- kompetizzjoni fissret għalina bħala Maltin, servizzi aħjar u irħas.", "Għalhekk b'dan l-abbozz ta' liġi rridu nassiguraw li dan l-għan prinċipali jibqa' jitwettaq.", "Ridna naraw ukoll li l-kwalita` tas-servizz – dan huwa prinċipju ieħor – ta' dak li għandu x'jaqsam mal-qasam tal-komunikazzjoni fid-dinja, tkompli titjieb u fl-istess ħin il-prezz ikompli jorħos.", "Fil- fatt matul l-erba' snin li għaddew irnexxielna nieħdu l-benefiċċji ta' l- iżviluppi teknoloġiċi li seħħew u fl-istess ħin ingawdu minn roħs li kull wieħed minna jħallas fl-aħħar tax-xahar.", "Ridna naraw ukoll li l- innovazzjoni li sseħħ madwarna - dik l-innovazzjoni li forsi aħna bħala pajjiż huwa diffiċli li nivvintawha u huwa diffiċli li niżviluppawha fil- livell lokali - tkompli miexja 'l quddiem u aħna nipprovaw nippenetraw swieq li possibbilment jistgħu jiżvilupaw.", "Hemm pożizzjonijiet li huma mportanti li wieħed jenfasizzahom ukoll, jekk irridu nilħqu l-objettivi li semmejt.", "Irridu nkunu f'pożizzjoni li jkollna flessibbilta` u qagħda legali mill-aktar ċara għal kulħadd u huwa mportanti wkoll li jkun hemm dik li tissejjaħ technology neutrality li hija xi ħaġa essenzjali fl-iżvilupp ta' l-oqsma tal-komunikazzjoni.", "Kif għedt fil-bidu, aktar ma jgħaddi ż-żmien, aktar qed nersqu lejn id- diffikulta` biex wieħed jiddistingwi bejn servizz u ieħor u allura rridu nassiguraw li dak li konna qegħdin nitkellmu dwaru erba' snin ilu, jiġifieri t-tneħħija tal-barrieri, isseħħ.", "Aktar ma jgħaddi ż-żmien, il- qagħda monopolistika tas-servizz aktar qed tonqos u tispiċċa fix-xejn u allura rridu naslu fil-pożizzjoni li min ikollu xi interessi li jagħti dan it-tip ta' servizz, ikun qiegħed f'qagħda li jkun jaf preċiżament x'inhuma l-pożizzjonijiet tal-market peers kemm eżistenti kif ukoll dawk li jista' jkun li jiżviluppuw matul iż-żmien li ġej.", "Il-punt ta' technology neutrality huwa punt li huwa mportanti għax dan jassigura li minkejja l- iżviluppi li jkunu qegħdin iseħħu, il-framework irid jibqa' wieħed validu u kontinwu.", "Qegħdin naraw li l-użu ta' diversi terminoloġiji f'dawn l-erba' snin li għaddew inbidlu madwar id-dinja u l-esperjenza wrietna li rridu nkunu kapaċi li fejn hemm il-bidliet li huma rilevanti għas-settur, inkomplu nimxu 'l quddiem u nassiguraw li dawk il-bidliet ikunu qegħdin jiġu mħarsa fid-diversi oqsma li għandna f'pajjiżna.", "F'dan ir-rigward hemm terminoloġiji bħal telecommunication system, telecommunication service, electronic communication network u electronic communications service li huma parti ntegrali fuq il-mod ta' kif wieħed iħares lejn dawn is-setturi.", "Dawn huma oqsma li qegħdin jiġu ċċarati u aktar ma jgħaddi ż-żmien, aktar irridu nassiguraw li jkunu in place.", "Hawnhekk tajjeb li wieħed jagħmel riferenza wkoll għall-fatt li l- leġislazzjoni tagħna llum trid tkun leġislazzjoni li hija in line ma' dik ta' l-Unjoni Ewropea b'mod partikolari pero` żgur li jekk hemm settur li fih m'għandux ikollna argumentazzjoni kontra l-fatt li l-leġislazzjoni tagħna se tkun bħal dik ta' l-Unjoni Ewropea, dan huwa s-settur tal- komunikazzjonijiet għaliex aħna rridu nassiguraw li dawk il-bidliet li qegħdin iseħħu f'dak ir-regime regolatorju, ikunu tali li jiġu applikati mhux biss f'Malta imma wkoll fuq livell internazzjonali u b'mod aktar dirett fuq il-livell Ewropew.", "Aktar kmieni għamilt riferenza għall-fatt li se jkun hemm bidliet fir- remits tal-funzjoni ta' l-istess awtorita` Maltija tal-komunikazzjoni u dan qegħdin nagħmluh bħala riżultat ta' l-esperjenzi li għaddejna minnhom fil- passat.", "Irridu naraw li funzjonijiet oħra bħal appeals board u regolamenti oħra – li l-esperjenza wrietna li huma meħtieġa - jiddaħħlu f'dan l-abbozz ta' liġi.", "Għamilt riferenza wkoll għall-management tal-frekwenzi tar-radio u tajjeb wieħed jgħid li, għalkemm din m'hijiex parti integrali mill-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna, matul dawn l-aħħar xhur, il-funzjoni ta' dak li kien il-wireless telegraphy department bdiet tinbidel u waslet biex tiġi ntegrata - fil-parti l-kbira tagħha - mal-funzjonijiet li għandha l- awtorita` Maltija tal-komunikazzjoni u dan qegħdin nagħmluh biex ikollna streamlining ta' l-attivita` li tkun qed issir.", "Ma nistgħux nippretendu li dan is-settur tal-komunikazzjoni f'pajjiżna f'daqqa waħda jispiċċa settur fejn kulħadd jagħmel li jfettillu.", "Ovvjament dan m'huwiex possibbli u għalhekk għandna regolamentazzjonijiet proposti f'dan l-abbozz ta' liġi.", "Dan l-abbozz ta' liġi għandu diversi modi ta' kif jassigura li l-awtorita` Maltija tal-komunikazzjoni jkollha mod ta' kif tirriżolvi l-kwestjonijiet li jistgħu jinqalgħu kemm mill-operaturi kif ukoll minn dawk li jirċievu s- servizz.", "Hawnhekk irrid nenfasizza l-punt li kemm l-awtorita` nnifisha kif ukoll dawk li jipprovdu s-servizzi bdew jifhmu aktar x'inhuma r-rwoli differenti li kull wieħed minnhom għandu.", "Min-naħa waħda għandna l- awtorita` Maltija tal-komunikazzjoni, li ilha tliet snin u nofs taqdi l- funzjoni tagħha u qiegħda tagħraf u tkun aktar kapaċi taġixxi u tirreaġixxi għall-bidliet li jkunu qegħdin iseħħu u anke tirriżolvi diversi kwestjonijiet li jistgħu jinħolqu, u min-naħa l-oħra għandna diversi operaturi li forsi għal ċertu żmien kienu qegħdin jaħsbu li l-awtorita` Maltija tal-komunikazzjoni kienet qed taħdem kontra l-interess tagħhom.", "Kull settur ġie jilmenta li l-awtorita` Maltija tal-komunikazzjoni hija kontra tiegħu u kont tieħu l-impressjoni li min imexxi din l-awtorita` huwa kontra kulħadd meta fir-realta` l-għan ta' l-awtorita` hu li kulħadd jieħu dak li ħaqqu.", "L-awtorita` Maltija tal-komunikazzjoni tipprova tagħti lil kull settur dak li hu tiegħu b'mod li jiġi assigurat li fl-aħħar mill- aħħar, il-benefiċċjarju prinċipali jgawdi dawn is-servizzi f'pajjiżna.", "Il- kontroversji matul iż-żmien li ilha mwaqqfa l-awtorita` Maltija tal- komunikazzjoni ma naqsux u m'għandix dubju li kontroversji oħrajn se jinqalgħu pero` x-xejra ta' l-iżviluppi u tal-kontroversji, aktar ma jgħaddi ż-żmien, aktar qed tkun konċentrata fuq natura kummerċjali milli fuq xi tip ta' reazzjoni minn operaturi differenti li kienu qegħdin jipprovaw iwasslu l-messaġġ tagħhom li l-awtorita` kienet kontra dak jew kontra l-ieħor.", "Dan huwa mportanti li nenfasizzah għax illum mhux biss hawn konverġenza mil- lat teknoloġiku imma hawn konverġenza wkoll dwar l-għanijiet ta' l- awtorita` Maltija tal-komunikazzjoni u dwar il-ħsieb u l-mod ta' kif kull wieħed minna jħares lejn din l-awtorita`.", "Hawn konverġenza ta' ħsieb anke dwar il-mod ta' kif inħarsu lejn l-importanza ta' dan is-settur f'pajjiżna, u kull wieħed u waħda minna nemmnu li ma nistgħux inkomplu nagħmlu iktar żvilupp f'pajjiżna jekk ma nkomplux nagħtu importanza strateġika lill-qasam tal-komunikazzjoni.", "Fil-fatt dan se joħroġ b'mod iktar evidenti meta issa nkunu qed niddiskutu l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna.", "Jien ma nemminx li se nibqgħu niddiskutu dan l-abbozz ta' liġi għal xi 30 seduta, bħalma għamilna meta konna qed niddiskutu l-abbozz ta' liġi erba' snin ilu, u jekk ma jkunx hemm dan id-dewmien din tkun l-ewwel indikazzjoni ċara li ż- żewġ naħat tal-Kamra bdew jifhmu li dak li ried jagħmel il-gvern erba' snin ilu kienet xi ħaġa tajba li ried jagħmilha b'intenzjoni tajba; għall-aħjar interess ta' l-ekonomija ta' pajjiżna.", "Ir-raġunijiet li għaliha twaqqfet l-awtorita` Maltija dwar il- komunikazzjoni, il-liberalizzazzjoni fis-settur tal-komunikazzjoni u l- bidliet kollha li seħħew matul is-snin li għaddew kienu intenzjonati sabiex jiġi assigurat li dan is-settur ikompli miexi 'l quddiem b'ċerta serjeta`.", "Matul dawn l-aħħar erba' snin ksibna diversi opportunitajiet filwaqt li matul is-snin li ġejjin dawn l-opportunitajiet għandhom ikomplu jiżviluppaw, u fiċ-ċirkostanzi ta' dawn l-opportunitajiet għandna l-obbligu li mhux nieqfu u nistennew lil xi ħadd jimbottana 'l quddiem imma għandna obbligu ċar li lil pajjiżna nkomplu nimbottawh fuq quddiem nett fil-qasam tal-komunikazzjoni u li nkunu ċerti l-ħin kollu mill-passi li nkunu qed nieħdu f'dan il-qasam.", "L-esperjenza tas-snin li għaddew turina li mxejna ħafna 'l quddiem.", "Biżżejjed ngħid li kif għedt iktar kmieni, ma nistgħux inqabblu s-servizz li jingħata llum fid-diversi oqsma ta' dan is-settur ma' kif dan kien jingħata żmien ilu, u aħna l-Maltin għandna l-opportunita` li nkomplu nisfruttaw dan kollu b'mod li l-pajjiż jibqa' miexi 'l quddiem.", "Sur President, l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna jagħraf il-ġid li sar f'dan is-settur matul is-snin li għaddew u huwa mfassal b'mod li jassigura li dak il-ġid ma jkunx xi ħaġa ta' l-istorja imma jkun xi ħaġa tal-futur.", "Il-bidliet li saru matul dawn l-aħħar snin f'dan is-settur huma riżultat ta' l-esperjenzi pożittivi u anke negattivi li kellna ngħaddu minnhom biex nassiguraw li dan is-settur ikompli miexi fl-interess ta' min jaħdem f'dan is-settur, fl-interess ta' min jirċievi s-servizz kif ukoll fl-interess globali ta' l-ekonomija ta' pajjiżna.", "M'għandix dubju li l-esperjenza tal- passat trid twassal biex il-futur mhux biss jerġa` jkun aħjar minn dak li kien erba' snin ilu imma anke biex ikun aħjar minn dak li hu llum.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, l-ewwelnett nixtieq niskuża ruħi, kemm mas-Sinjorija Tiegħek kif ukoll mal-ministru, minħabba li ma kontx preżenti għall-introduzzjoni ta' dan id-dibattitu, pero` dan m'għamiltux bi traskuraġni imma għaliex fl-istess ħin li kienet għaddejja din id- diskussjoni kienet qed issir laqgħa tal-kumitat dwar l-affarijiet barranin.", "Nagħmilha ċara li meta ddiskutejna dan l-abbozz ta' liġi fil-grupp parlamentari Laburista, mill-ewwel konna wasalna għall-konklużjoni li dan m'huwiex xi abbozz ta' liġi kontroversjali imma huwa abbozz ta' liġi li aħna se nappoġġjawh u se nivvotaw favur tiegħu meta niġu għall-vot f'din il- Kamra.", "Għaldaqstant nixtieq li l-ministru jieħu l-kritika li se ssir min- naħa tagħna fl-ispirtu li se ssir fiha; ċioe` fi spirtu kostruttiv, u dan sabiex kif qed jaqblu li jsir iż-żewġ naħat tal-Kamra, l-aims and objectives ta' dan l-abbozz ta' liġi jiġu fulfilled mill-iktar fis possibbli.", "Jekk m'iniex sejjer żball issa għaddew 'il fuq minn tliet xhur minn mindu ġiet ippubblikata l-white paper dwar il-qafas regolatorju ġdid għas-swieq tal-komunikazzjoni elettronika, u għalkemm jista' jkun li l-ministru għamel aċċenn għal dan il-punt - u hawnhekk irrid nerġa` niskuża ruħi għall-fatt li ma kontx preżenti fil-Kamra minħabba xogħol ieħor - wieħed kien jistenna li jkun jaf x'kien il-livell u l-ammont ta' tweġibiet li rċieva l-gvern tul dan il-perijodu, bħala reazzjoni għall-white paper, kif ukoll x'kienu r- rakkmandazzjonijiet li ġew addottati jew imwarrba flimkien ma' indikazzjoni ċara dwar jekk iż-żmien mogħti min-naħa tal-gvern biex tiġi diġerita din il- white paper kienx adegwat biex l-operaturi ewlenin li se jkunu milquta minn dan l-abbozz ta' liġi jagħmlu r-rappreżentazzjonijiet tagħhom.", "Għaliex qed ngħidu dan?", "Dan qed ngħidu għax kellmuni - u dan m'għamluhx b'mod partiġjan - konsulenti legali u anke nies oħra li huma direttament milquta minn dan l-abbozz ta' liġi li ħassew li kieku ngħata xi ftit iktar żmien sabiex jiddiġerixxu u jikkummentaw dwar din il-leġislazzjoni estensiva kien kien ikun aħjar għal kulħadd.", "Min-naħa l-oħra nifhem li l-gvern kellu ċerta għaġġla biex jgħaddi dan l-abbozz ta' liġi, anzi jien ngħid, għalkemm din tista' tinstema' kontradittorja, li jista' jkun illi l-gvern ħalla tard wisq biex iressaq din il-leġislazzjoni, għallinqas mill-perspettiva ta' l- Unjoni Ewropea, għaliex suppost ġejna konformi mar-regoli ta' l-Unjoni Ewropea sad-data ta' sħubija ta' Malta, ċioe` fl-1 ta' Mejju ta' din is- sena.", "Dan tant huwa minnu li jumejn biss qabel is-sħubija tagħna fl-Unjoni Ewropea, it-technology supplement ta' \"The Times\" ikkwota lil Erkki Liikanen, il-kummissarju Ewropew għas-soċjeta` ta' l-informazzjoni, fejn dan ilmenta li Malta ma kenitx konformi ma' l-EU electronic communications law.", "Min-naħa l-oħra huwa fatt magħruf illi l-kummissjoni Ewropea esprimiet ruħha bħala konxja mill-fatt li l-gvern Malti ma kienx se jlaħħaq ma' dan id-deadline minkejja li f'ċerti aspetti Malta kienet imxiet fil- pass ta' l-hekk imsejjaħ \"EU action plan\" ta' l-istess Unjoni Ewropea.", "Fil-fehma tiegħi għalkemm dan l-abbozz ta' liġi huwa twil u anke kumpless fis-sustanza tiegħu, l-iktar żewġ aspetti importanti huma li jipprovdi għall-innovazzjoni bħala ħolqien ta' bord ġdid ta' appell tal- komunikazzjoni u tibdiliet oħrajn marbutin ma' l-awtorita` Maltija dwar il- komunikazzjoni.", "Li kieku Malta baqgħet tkaxkar saqajha dwar din il- leġislazzjoni, hija setgħet tkun soġġetta anke għal sanzjonijiet min-naħa ta' l-Unjoni Ewropea tant li l-istess kummissarju, Liikanen, fi tmiem April li għadda, kien wissa li jekk Malta ma tiħux passi minnufih, huma min-naħa tagħhom kienu jinsabu lesti li jibdew il-proċeduri talli Malta kienet għadha ma tikkonformax mal-leġislazzjoni ta' l-Unjoni Ewropea.", "Li kieku Malta kellha tibqa' twebbes rasha u ma tiċċaqlaqx fid-direzzjoni li qed tordna l-Unjoni Ewropea, il-kummissjoni kien ikollha saħansitra d-dritt li tirriferi l-każ lill-qorti Ewropea tal-ġustizzja.", "Biex inkunu saqajna ma' l-art u ma ninstemgħux allarmisti żżejjed, ikun tajjeb jekk ngħidu li fil- biċċa l-kbira tal-każi dawn l-azzjonijiet jiġu riżolti qabel ma l-Unjoni Ewropea tirrikorri għall-qorti msemmija, iżda min-naħa l-oħra ta' min jagħmilha ċara li jekk neħlu penali, dawn ikollhom iġorruhom iċ-ċittadini u n-negozjanti Maltin, u b'hekk ikunu qegħdin ixellfu l-benefiċċju tal- kompetizzjoni ta' prezzijiet irħas u ta' titjib fis-servizz offrut li jipprovdi fih innifsu dan il-qafas.", "Jekk irridu nikkonslaw, għalkemm jien ma tantx nikkonsla b'dawn l-affarijiet, għandna biex nikkonslaw għax jekk nagħtu ħarsa madwarna nsibu li għalkemm l-istati membri ta' l-Unjoni Ewropea suppost ikkonformaw ma' din il-liġi sas-sena li għaddiet, il- kummissjoni diġà kienet bdiet proċeduri bil-qorti kontra diversi stati membri talli naqsu li jieħdu l-azzjoni meħtieġa.", "Fil-fatt f'Diċembru li għadda l-kummissjoni bdiet tieħu proċeduri għal ksur ta' regolamenti ta' l- Unjoni Ewropea kontra xejn inqas minn disgħa mill-15-il stat membru ta' l- unjoni, l-iktar talli m'addottawx regoli ġodda dwar privatezza fejn jidħlu digital networks u anke digital services.", "Imbagħad fil-bidu ta' April li għadda l-kummissjoni ħadet it-tieni faxx ta' miżuri legali kontra tmienja minn dawn l-istati membri, u dan talli m'addottawx ir-regoli dwar privatezza, filwaqt li xi tlieta jew erba' ġimgħat ilu bdew azzjoni bil- qorti talli dawn ma jwettqux fil-prattika ċerti regoli ġodda dwar il- komunikazzjoni elettronika.", "Sur President, il-gvern Malti ma jistax iġib l-iskuża li ma kienx jaf b'dan it-tibdil meħtieġ.", "Fil-fatt il-kummissjoni ilha li nediet dan ir-review radikali tal-liġijiet eżistenti dwar it-telekomunikazzjoni tant li dan il- qafas ġdid ġie addottat mill-kummissjoni Ewropea fis-sena 2002 bil-ħsieb li jiġi applikat fost il-15-il pajjiż membru sa tmiem is-sena li għaddiet.", "L- għan fundamentali ta' dan is-sett ta' regoli ġodda huwa li jissimplifika r- regoli, li jdaħħal element iktar qawwi tad-deregolarizzazzjoni, li jdaħħal miżuri li jkunu teknoloġikament newtrali kif ukoll li jdaħħal element ikbar ta' flessibbilta` sabiex wieħed ikun jista' jaġġorna ruħu u jlaħħaq mat- tibdiliet mgħaġġla fis-swieq tas-settur tal-komunikazzjoni elettronika.", "L- għan ta' dan il-qasam ġdid huwa li jinkoraġġixxi kompetizzjoni ikbar fis- settur tal-komunikazzjoni elettronika, li jagħmel titjib fit-tħaddim tas- suq intern u li jagħti garanzija għall-interessi bażiċi tal-users ta' din l- elettronika mingħajr il-bżonn li jkun hemm garanziji min-naħa tal-forzi tas- swieq.", "Biex inkun preċiż, l-istati membri suppost kellhom żmien mhux sa tmiem is- sena 2003 biex jiġu in order imma sal-25 ta' Lulju tas-sena li għaddiet.", "Fi tmiem Ġunju tas-sena 2001 l-Unjoni Ewropea kienet ikkummissjonat studju dwar il-pajjiżi li kienu se jissieħbu fl-Unjoni Ewropea fis-sena 2004 sabiex janalizzaw il-programmi leġislattivi u regolatorji ta' dak li jissejjaħ \"a universal service\" ipprovdut f'dan is-settur.", "M'iniex se nittratta l-aspetti storiċi ta' l-evoluzzjoni ta' dan is-settur f'pajjiżna, li saret riferenza għalihom fir-rapport, iżda għall-benefiċċju ta' din il- Kamra u ta' kulmin qed jismagħna, ikun tajjeb jekk nuri x'kien it-tħassib ta' l-Unjoni Ewropea dwar Malta sa minn tliet snin ilu, xi ħaġa li fil-fatt kont ikkummentajt dwarha ftit ġimgħat wara li nħtart bħala l-kelliem ewlieni Laburista dwar it-teknoloġija ta' l-informatika.", "Meta fl-istudju tagħhom ikkummissjonat mill-Unjoni Ewropea ġew biex jitkellmu dwar il-qafas istituzzjonali ġewwa pajjiżna, dawn ilmentaw dwar l- aspetti li se nsemmi.", "Issa kull darba li nsemmi lill-ministru, ovvjament m'iniex se nkun qed nirriferi direttament għall-ministru tal-lum imma għal kwalunkwe ministru, li jista' jkun kemm min-naħa Laburista kif ukoll min- naħa Nazzjonalista, jiġifieri dan m'huwiex attakk personalizzat imma hija kritika għar-role u għall-funzjonijiet u l-poteri li jista' jkollu l- ministru tal-ġurnata.", "L-ewwelnett dawn ilmentaw li l-ministru kellu influwenza qawwija fuq ir-regolamentazzjoni tas-settur kif ukoll li l- awtorita` regolatorja tinħatar mill-ministru u tista' tiġi mneħħija jekk kemm-il darba l-ministru jikkonsidra li dawn m'humiex jaqdu dmirhom sewwa.", "Ir-rapport tal-kummissjoni Ewropea lmenta wkoll li l-ministru jaħtar l- uffiċjali ewlenin ta' l-awtorita` dwar il-komunikazzjoni u li l-prim ministru jista' saħansitra jordna uffiċjali pubbliċi biex iservu fuq din l- awtorita`.", "Il-kummissjoni Ewropea ilmentat li l-ministru jaħtar it- telecommunications appeals board u anke jikkonfermahom jekk iħoss li jkun xieraq illi jagħmel dan.", "Min-naħa tagħha, il-kummissjoni kompliet tilmenta li anke l-advisory u l-consultative committees jiġu stabbiliti u appuntati min-naħa tal-ministru.", "Il-kummissjoni lmentat ukoll li fl-istess ħin il- ministru jista' jipprovdi struzzjonijiet bil-miktub lir-regolatur meta jikkonsidra li jkun fl-interess pubbliku li jagħmel dan.", "Għalkemm biex inkun fair, il-kummissjoni rrikonoxxiet il-fatt li Malta hija pajjiż żgħir u għandha popolazzjoni ċkejkna, hija fil-fehma li l-gvern għandu jħoss il- ħtieġa li jidentifika l-prinċipji li r-regolatur għandu jimxi fuqhom, pero` l-gvern, kif jidher li hu l-każ fil-leġislazzjoni Maltija sal-lum, m'għandux jinvolvi ruħu fid-dettall ta' l-operat ta' l-awtorita`.", "Il- kummissjoni Ewropea tħoss ukoll li idealment il-budget ta' l-awtorita` għandu jkun indipendenti mill-gvern biex jiġi żgurat li l-gvern bl-ebda mod ma jkun jista' jeżerċita influwenza politika fuqha.", "Fl-istudju tagħha, il-kummissjoni Ewropea kompliet tilmenta li fil-preżent l-awtorita` għandha l-obbligu li tippreżenta d-dħul u l-ħruġ tagħha lill- ministru f'forma ta' rendikont finanzjarju filwaqt li l-awditur tagħha għandu jiġi approvat mill-ministru.", "Fl-istudju kkummissjonat mil- kummissjoni Ewropea ġiet espressa wkoll il-fehma li biex ikun hemm indipendenza u trasparenza fl-operat ta' l-awtorita`, l-audits tal-funding requirements tagħha għandhom isiru minn aġenzija oħra, jekk jista' jkun indipendenti.", "L-ilment prinċipali li ħareġ minn dan l-istudju kkummissjonat mill- kummissjoni Ewropea huwa li s-separazzjoni tal-poteri bejn l- istituzzjonijiet varji u d-driegħ politiku tal-gvern għandhom il-potenzjal li jkunu problematiċi f'pajjiżna.", "Meta sar l-istudju tal-kummissjoni, hija kellha żewġ ilmenti prinċipali dwar il-kumitati konsultattivi u dwar it- telecommunications appeals board.", "L-ewwel ilment kien li l-advisory committees jista' ma jkollhomx l-iskills speċjalizzati f'dak li jissejjaħ \"regulatory economics\" u \"policy development\", kif għandu jkun hemm f'awtorita` speċjalizzata, u t-tieni lment kien li fil-funzjonijiet tal- kumitat m'għandux jiddaħħal id-dettall tar-regolamentazzjoni.", "Il-biża' li ġiet espressa f'dan l-istudju tal-kummissjoni Ewropea hija li dawn il- kumitati jistgħu jċekknu l-awtorita` tar-regolatur, u għaldaqstant ir- rapport tal-kummissjoni Ewropea kien irrikkmanda li l-funzjoni tagħhom għandha taqa' taħt l-awtorita` iktar milli b'mod parallel magħha jew li n- natura ta' ħidmiethom ma tkunx waħda regolatorja.", "Jekk niftakar tajjeb, huma kienu ħeġġew lill-awtoritajiet Maltin biex jiżguraw li l-appeals board ikun indipendenti mill-politika u jkollu nies li l-esperjenza u n-knowledge tagħhom tpoġġihom f'pożizzjoni xierqa fejn ikunu kapaċi jassessjaw id-data teknika u ekonomika u l-ftehim kummerċjali, li t-tnejn jistgħu jkunu ta' natura komplessa.", "Fl-istudju tagħha, l-Unjoni Ewropea qieset ukoll illi huwa importanti li l-proċess ta' l-appell ikun iddisinjat b'tali mod li ma jrendix dawn l-appelli f'xi ħaġa komuni għax dan jispiċċa jimmina l- awtorita` tar-regolatur innifisha.", "Id-direttiva li għandha tingħata kummissjoni simili hija li tagħmel overruling tad-deċiżjoni ta' l-awtorita` biss f'dawk iċ-ċirkostanzi rari fejn l-evidenza favur il-każ konċernat tkun tant qawwija li tirrendi dan il-pass f'wieħed inevitabbli.", "Fl-istudju li għamlet, il-kummissjoni Ewropea tqis li l-brakes ta' l- interessi politiċi tal-gvern għandhom jiġu applikati f'ambjent liberalizzat, ikun min ikun il-gvern, ħalli ma joħonqux l-abbilta` tar- regolatur li jaqdi dmiru kif suppost b'mod trasparenti, u jekk hemm bżonn fi tmiem proċess trasparenti li jinkludi dibattitu politiku u pubbliku.", "Skond il-kummissjoni Ewropea, anke f'dak li huwa ħruġ ta' liċenzji, din m'għandhiex tibqa' \"a frequent problem area\", u dan il-kliem qed nikkwotah verbatim mir-rapport li ġie kkummissjonat mill-kummissjoni Ewropea.", "Biex wieħed jikseb liċenzja, huwa għandu jkun jista' jagħmel dan mingħajr komplikazzjonijiet żejda b'mod li l-kondizzjonijiet ikunu listed pubblikament, u ħlief f'dawk il-każi fejn ikun hemm complete contracting, preferibbilment it-terms tal-liċenzja għandhom ikunu ġeneriċi u mhux speċifiċi għal ditti partikolari.", "Idealment il-liċenzji għandhom jinħarġu minn entita` li tkun indipendenti mill-politika u min-naħa l-oħra r-rifjut tal-liċenzji għandu jkun xi ħaġa rari filwaqt li r-raġunijiet għar-rifjut għandhom jingħataw lill-applikant fid-dettall.", "Fejn il-liċenzji jiġu rifjutati, għandu jkun hemm lok għall-appelli fil-qrati Maltin.", "Għandha tintemm ukoll id-drawwa li tintuża diskrezzjoni ministerjali dwar tnaqqis fil-licence fees għal ċerti entitajiet speċifiċi għax dan joħloq nuqqas ta' trasparenza u jistieden lil ċerti ditti biex jagħmlu lobbying mal-ministru bl-intenzjoni li jkun jista' jiffavorihom fid-deċiżjoni li jieħu.", "Nerġa` ngħid illi jien m'iniex qed ngħid li fil-prattika sar hekk imma mill- istudju li għamlet il-kummissjoni Ewropea, jew aħjar mill-istudju li kkummissjonat il-kummissjoni Ewropea, inħoss li l-liġi kif kienet sal-lum setgħet tagħti lok għal dawn it-tip ta' potential abuses.", "Fil-fatt l- istudju tal-kummissjoni Ewropea jistqarr ċar u tond li huma, bħala regola ġenerali, huma kuntarji għall-applikazzjoni ta' diskrezzjoni simili, bħalma hemm fil-liġi Maltija sal-lum.", "Huma jinsabu tal-fehma li għalkemm ir- refutes tal-ħruġ tal-liċenzji jaqa' taħt l-appeals board, ikun aħjar jekk dawn jitressqu f'post iktar xieraq, bħalma huma l-qrati Maltin.", "Ir- raġunijiet li jwasslu għar-refutes tal-liċenzji għandhom ikunu speċifiċi u mhux ġeneriċi.", "Għaliex?", "Ħalli jnaqqsu l-possibbilta` tad-diskrezzjoni governattiva u anke ta' l-awtoritajiet konċernati.", "Il-kummissjoni mqabbda mill-kummissjoni Ewropea lanqas ma taqbel li ż-żewġ tipi ta' fees jintużaw biex jiffinanzjaw lir-regolatur.", "Huma tal-fehma li dawn għandhom jintużaw bħala sors ta' revenue għall-budget ta' l-Istat għax il-liġi kif inhi tipprovdi għal dan biss f'dawk il-każi fejn il-ministru jikkonsidra li l- fondi jkunu eċċessivi u għaldaqstant għandhom jgħaddu lill-Istat.", "Dwar l-abbozz ta' liġi nnifsu aħna nħossu li kellu jkun hemm definizzjoni iktar ċara ta' l-hekk imsejjaħ \"significant market power\", primarjament billi dan huwa wieħed mill-pilastri ewlenin tar-reġim il-ġdid.", "Filwaqt li napprezza li issa d-definizzjoni tal-liġi Ewropea trid tibda tipprevali, naħseb li għandu jkun hemm definizzjoni li ma tħalli ebda lok għal dubju jew żball fl-interpretazzjoni, iżjed u iżjed meta niġu għat-traduzzjoni bil- Malti.", "Opinjoni oħra li smajt mingħand nies li huma operaturi fil-qasam konċernat huwa li kuntrarjament għal dak li huwa meħtieġ f'artiklu 9 tal-liġi, it- twaqqif tas-swieq rilevanti mill-Malta communications authority ma jidhirx li huwa wieħed awtorizzat, u billi r-rakkmandazzjoni tal-kummissjoni dwar is-swieq u l-prodotti tas-servizzi rilevanti diġa` ġew definiti mis-swieq, in-national regulatory authority hija awtorizzata li tiddefinixxi swieq li ma ġewx identifikati diġa` mir-rakkmandazzjoni jew li jiddeterminaw l-iskop ġeografiku tas-swieq kif definit fir-rakkmandazzjoni.", "Ir-riferenza għas- separazzjoni strutturali hemm bżonn li tiġi worded aħjar għax wieħed ma jridx jinsa li ħafna miżuri legali ta' l-Unjoni Ewropea huma drafted bl- Ingliż, li mhux dejjem ikun idoneu għal traduzzjonijiet li jsiru fil-lingwa Maltija.", "Sur President, billi ħafna stati membri għadhom jissieltu dwar il- kwestjoni tal-local loop unbundling, anke meta ġie addottat il-framework il- ġdid, tajjeb li wieħed jistaqsi kif se tiġi ttrattata din il-kwestjoni biex jevita s-sitwazzjoni miskina li spiċċaw fiha ħafna pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea.", "Ta' min jinnota wkoll li billi l-e-communications sector Malti għadu m'huwiex kompetittiv fuq diversi fronti, ħafna obbligi sector specific iridu jkomplu japplikaw għal ċertu ammont ta' żmien.", "Il-qafas ta' l-Unjoni Ewropea jirriferi għall-undertaking u mhux għall-persuna filwaqt li l-liġi tirriferi għat-tnejn f'daqqa.", "Għalhekk forsi jkun iktar xieraq li wieħed jaddotta term wieħed, preferibbilment dak ta' l-undertaking kif użat f'miżuri ta' l-Unjoni Ewropea, filwaqt li forsi jagħti lok li tiġi inserita l-oħra fejn hi applikabbli u fl-istess ħin tinżamm ċerta konsistenza mal-liġi nnifisha.", "Ġie suġġerit ukoll minn ċerti nies li ltqajt magħhom - u bla dubju ta' xejn dawn huma nies iktar tekniċi minni għax ma nħossx li jien bniedem tekniku fuq dan is-suġġett - illi ċerti partijiet tal-liġi, bħal subartiklu 8(6), hemm bżonn li jiġu redrafted għal ċarezza ikbar.", "Wieħed ma jridx jinsa li f'subartiklu 19(1) l-Unjoni Ewropea tissuġġerixxi li din għandha tkun sempliċi dikjarazzjoni u xejn iktar oneruż minn dan.", "Min-naħa tiegħi jien nawgura li ċ-charges amministrattivi jkunu proporzjonati u ma joħolqux barriera għall-kompetizzjoni għal min ikun dieħel fis-suq tat- telekomunikazzjoni għall-ewwel darba.", "Il-perijodu ta' erba' xhur li qed jiġi propost biex tiġi riżolta tilwima, jien personalment u anke ħaddieħor qed narawh twil wisq għax tilwim fit- tul, speċjalment għal kumpanniji żgħar, jaf ikun diżastruż, iktar u iktar meta dawn ikunu jiddependu fuq entita` ikbar minnhom għall-għajxien tagħhom.", "Fil-fehma tagħna għandu jkun hemm staff adegwat biex jittratta dan it-tilwim biss filwaqt li ż-żmien għandu jiġi mqassar biex jiġi evitat dan il-bottleneck u dan id-dewmien żejjed li għadni kif aċċennajt għalih.", "Għalkemm wieħed jifhem li l-gvern irid iżomm kontroll fuq il-frequency plan billi fl-aħħar mill-aħħar huwa l-gvern li hu msieħeb fl-international telecommunication union, wieħed irid jiżgura li l-indipendenza ta' l- awtorita` tiġi ssalvagwardata.", "Minkejja l-ilmenti tal-kummissjoni Ewropea, li semmejt iktar kmieni, jidher li l-poteri tal-ministru se jkunu iktar intensivi milli kkontemplat mill- istess Unjoni Ewropea ħlief fejn tidħol dik li hija sigurta` nazzjonali.", "Għaliex qed ngħid hekk?", "Wieħed irid iżomm f'moħħu li d-direttivi jitkellmu ċar, u jitkellmu dwar national regulatory authorities u mhux iktar dwar gvernijiet ta' stati membri.", "Fid-drafting tal-liġi u anke fil-white paper innifisha, għal xi raġuni jew oħra l-gvern ma tahiex l-importanza neċessarja u m'għamilx id-distinzjoni neċessarja f'dan ir-rigward.", "Jien persważ li din m'għandhiex tkun xi bone of contention, u meta niġu għall- istadju ta' Kumitat, iżjed u iżjed bl-għajnuna tad-drafters legali tal- gvern, inkunu nistgħu nsibu eżitu feliċi għal dan l-impasse żgħir imma rilevanti ħafna għall-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna.", "Aħna ma naqblux lanqas mal-provvediment li hemm fil-liġi, eżattament f'artiklu 40, fejn hemm miktub li ċerti undertakings li huma diġa` liċenzjati għandu jkollhom jagħmlu notifika mill-ġdid.", "Għaliex qed ngħid hekk?", "Qed ngħid hekk għax il-Malta communications authority diġa` għandha d-data tagħhom dawn, u sakemm ma jkollha xejn li juri l-kuntrarju, din għandha teħodha li dawn l-entitajiet beħsiebhom ikomplu joperaw.", "Jekk dan ma jistax isir, allura l-awtorita` għandha toħroġ standard declaration li hi se tibgħat l-undertakings għall-firma tagħhom.", "Sur President, aħna nħossu wkoll li l-Malta communications authority għandha tqis il-kondizzjonijiet speċjali tas-suq żgħir Malti u tieħu dawn il-miżuri biex tiżgura li ċerti international IP provisioning u broadband access permezz tal-cable modems iseħħu ħalli tkun tista' tagħmel eżerċizzju li permezz tiegħu tiddetermina liema kumpannija għandha significant market power għax hemm bżonn li dan jiġi ttrattat b'ċerta attenzjoni, anzi jien ngħid li anke b'ċerta urġenza, min-naħa tal-gvern.", "Aħna nemmnu li fid-dawl ta' dan it-tibdil, issa wasal iż-żmien li l- Maltacom tibda taqa' interament taħt il-competition law Maltija.", "Naħseb li f'dan l-istadju ta' liberalisation it is high time li l-Maltacom tibda taqa' direttament u interament taħt il-competition law Maltija.", "Apparti mill-indipendenza tar-regolaturi li semmejt iktar kmieni, huwa importanti li dan japplika anke għall-provvedimenti ta' l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna ħalli jiġi żgurat li l-fees ta' l-operaturi jkopru l-costs ta' l- awtorita` u mhux jintaxxaw it-telecom operators.", "MR SPEAKER: Onor. Brincat, niġbidlek l-attenzjoni li sar il-ħin.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Billi għad fadalli iktar xi ngħid, se nibqa' in possession.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Mr Speaker, nippreżenta l-minuti konfermati ta' laqgħat 1 sa 7 tal-kumitat permanenti dwar il-kontijiet pubbliċi li saru bejn is-16 ta' Lulju, 2003 u l-5 ta' Mejju, 2004.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Nitlob lill-Ministru Galea biex, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Sur President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal għada l-Erbgħa, 2 ta' Ġunju 2004, fis-6:00 p.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi biex Jemenda Liġijiet dwar il-Komunikazzjoni - Tieni Qari (Kont);", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Ilsien Malti – Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Reġistru Ċentrali – Kumitat; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili - Tieni Qari. ------------------------- Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili (Emenda Nru 2) - Kumitat Permanenti.", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili - Kumitat Permanenti.", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar ir-Rifuġjati – Kumitat Permanenti.", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Professjoni tal-Psikoloġija – Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Hawn rimarki?", "L-Onor.", "Justyne Caruana.", "ONOR.", "JUSTYNE CARUANA: Mr Speaker, nixtieq nibda billi nagħti l- kondoljanzi lill-familjari ta' l-avukat kollega Michael Grech, li safa vittma ta' delitt ikrah ħafna, u minn hawnhekk nixtieq nieħu l-opportunita' biex kulmin jista' jagħti xi informazzjoni lill-pulizija – mhux biss fuq dan il-każ partikolari iżda anke f'każijiet oħra - jagħmel kuraġġ u jersaq 'il quddiem ħalli jgħin lill-forzi ta' l-ordni biex jissolvew dawn id- delitti hekk brutali.", "Bħala moviment tal-ħaddiema, il-partit Laburista iqis ix-xogħol bħala konċett kardinali u fundamentali.", "Għalhekk mill-bankijiet ta' l- oppożizzjoni ma nistgħux ma nurux u ma nesprimux l-inkwiet tagħna għas- sitwazzjoni preżenti, li hija waħda prekarja, fejn sfortunatament qegħdin naraw li l-qgħad f'pajjiżna qiegħed kulma jmur jikber b'rata allarmanti.", "Bl- akbar sinċerita` u b'sens ta' responsabbilta` rrid nikkritika bl-aktar mod aħrax lill-gvern preżenti dwar il-mod ta' kif f'ċerti każijiet jikkummenta dwar l-aġir ta' l-oppożizzjoni waqt il-qadi ta' dmirijietha.", "Wara kollox l- oppożizzjoni tagħmel il-kritika tagħha għall-aħjar interessi tal-ħaddiema.", "Sur President, nikkundanna kummenti bħal dawk li saru waqt diversi budget speeches, fejn smajna wkoll kumment min-naħa tal-gvern, fejn qed jingħad li l-oppożizzjoni qiegħda tagħmel ħafna plejtu.", "Jien ngħidilhom li jmisshom jistaqsu lil dawk in-nies kollha li tilfu xogħolhom u jistaqsuhom minn xiex għaddejjin u f'liema stat u kondizzjoni jinsabu biex ilaħħqu mal-ħajja.", "Ovvjament dawn jinsabu mingħajr paga u ħafna minnhom għandhom ħafna commitments.", "Hawnhekk ikun tajjeb li nistaqsi lin-naħa tal-gvern x'sar minnu x-xogħol li kienu wiegħdu li kien se jkun jiġri wara n-nies.", "Bħala deputata GĦawdxija ma nistax ma nirriferix għas-sitwazzjoni ta' GĦawdex.", "Bħalma taf inti, Sur President, f'GĦawdex minn dejjem kellna l- problemi u dawn il-problemi se jibqgħu hemmhekk minħabba l-fatt li filwaqt li GĦawdex jinsab distakkat territorjalment minn Malta, fl-istess ħin niddependu minn Malta għaliex aħna limitati, kemm fl-opportunitajiet kif ukoll fid-diversi oqsma tagħna minħabba ċ-ċokon.", "Pero` għal dawn l-aħħar snin f'GĦawdex qed ngħixu realta` u sitwazzjoni fejn għandna żbilanċ kbir bejn il-provvista u d-domanda għax-xogħol.", "Qed ngħixu f'sitwazzjoni fejn qed jitkeċċew madwar 50 jew 100 ruħ mill- istabbilimenti u l-fabbriki tagħna, li f'soċjeta` żgħira bħal ta' GĦawdex iħallu effett amplifikat, kemm fuqhom, kemm fuq il-familji tagħhom, kif ukoll fuq is-soċjeta` in ġenerali.", "Dan aktar u aktar meta tqis il-piżijiet li wħud minnhom ikollhom, fosthom ta' loans mal-banek.", "Dan l-aħħar kont għaddejja mill-industrial estate tax-Xewkija u rajt xena tal-biki; kien hemm trailers kbar li kienu qed iġorru makkinarju barra mill-fabbriki, fabbriki fantażma għax jinsabu bla ħaddiema u bla makkinarju.", "Dak il-ħin għaddieli minn rasi dak li kienet qalet il-Ministru għal GĦawdex fil-budget speech tagħha.", "Din kienet qalet li:", "\"Il-prospetti li xi darba jerġa' jkollna f'GĦawdex fabbriki mdaqqsa huma 'l bogħod ħafna, biex ma ngħidx li ma jeżistux.\".", "Sur President, meta tisma' kliem bħal dan minn persuna kompetenti bħalma hija l-Onor.", "Giovanna Debono, x'kuraġġ u tama jibqa' fik?", "Dawn huma l- affarijiet li jmissna ngħidulhom lin-nies.", "Ngħidha u nerġa' ngħidha, li kemm ili fil-politika ma tgħaddix ġurnata waħda li ma tiġix xi persuna li tkun tixtieq l-għajnuna tiegħi minħabba li jew tkun bla xogħol jew inkella tkun qiegħda taħdem f'post b'kondizzjonijiet miżeri ħafna.", "U jien nimmaġina li kif jiġu jitolbu l-għajnuna lili, jagħmlu l-istess ħaġa mad- deputati l-oħra wkoll.", "GĦalhekk niskandalizza ruħi meta jiġi xi ħadd u jipprova jgħatti x-xemx bl-għarbiel, għax dawn m'humiex ċirkostanzi li tista' tgħattihom jew titfagħhom taħt it-tapit għax il-karba u l- frustrazzjoni minħabba nuqqas ta' xogħol tant huma kbar li ma tistax taħbihom.", "Ma nistgħux ma nsemmux it-tensjoni u l-biżgħa li hemm ukoll fost dawk li qegħdin jaħdmu u li mil-lum għal għada qegħdin jistennew li jirċievu karta d-dar li tgħidilhom li l-impjieg tagħhom se jiġi tterminat.", "Il-Malti jgħid li għal kull għadma hawn mitt kelb, imma bħalissa f'GĦawdex qegħdin f'sitwazzjoni - li qatt ma nħasset qabel – fejn għal kull għadma hawn elf kelb!", "Ir-raġunijiet għalfejn m'hawnx opportunitajiet ta' xogħol, speċjalment f'GĦawdex ̧ hija minħabba nuqqas ta' negozju u investiment, li eventwalment qed iwassal biex ikun hemm staġnar fl-ekonomija li joħnoq kull possibbilta` li jkun hawn ħolqien ta' opportunitajiet ġodda ta' xogħol.", "Din il-problema tinħass fuq bażi nazzjonali u f'kull settur, pero` kif għedt, f'GĦawdex inħossuhom aktar minħabba ċ-ċokon tagħna.", "Huwa wkoll fatt innegabbli li għandna ħafna żgħażagħ qiegħda.", "Fil-fatt mill- aħħar statistika li ħarġet mill-uffiċċju nazzjonali ta' l-istatistika jirriżulta li f'GĦawdex hemm 639 ruħ li qed jirreġistraw għax-xogħol, li minnhom 455 huma rġiel u 184 huma nisa.", "56.4% ta' dan l-ammont, jiġifieri 347 huma żgħażagħ ta' inqas minn 30 sena.", "Din l-istatistika tirriferi biss għal dawk li qed jirreġistraw għax-xogħol u allura ma' din iċ-ċifra rridu ngħoddu wkoll numru ta' GĦawdxin li għalkemm m'humiex qed jirreġistraw għax- xogħol, xorta waħda jinsabu bla impjieg.", "Hemm imbagħad numru konsiderevoli ta' nies li jgħixu bir-relief u oħrajn li għaddew bord.", "Hawn min forsi jgħid li dawn xorta waħda għandhom il-paga fl-aħħar tax-xahar, pero` xorta jibqa' l-fatt li dawn m'humiex jaħdmu.", "Min qiegħed bir-relief ma jfissirx li qed jilħaq is-sodisfazzjon tiegħu u mhux qed jirrealizza ruħu permezz tax-xogħol, għax ovvjament mhux qiegħed jaħdem.", "Fid-diskors li għamlet fil-budget speech, u anke meta kienet qed tirrispondi għal dak li konna qed ngħidu min-naħa ta' l-oppożizzjoni, il- Ministru għal GĦawdex qalet li l-oppożizzjoni kienet qed tagħmel għaġeb.", "Per eżempju, ikkwotat figuri li juru li dawk il-persuni li kienu tkeċċew mill-fabbriki f'Novembru ta' l-2003, reġgħu mpjegaw ruħhom.", "Sur President, meta tkun qed tikkwota ċifri, dawn tista' tilgħab bihom kif trid għax biex tikkwota numru huwa faċli, pero` jekk tmur fuq l-individwu, faċilment tirrealizza jekk dan reġax impjega ruħu jew inkella hux qed inżidu ċ-ċifri aħna.", "Minkejja li ħafna ma jsejħulhiex kriżi għax forsi jibżgħu minn din il-kelma u aktar hija kelma li nużawha aħna ta' l-oppożizzjoni, xorta waħda qed jammettu li għandna problema u fost dawn insemmi l-GRTU, il-Gozo business chamber, il-Gozo tourism association, kif ukoll iż-żewġ unions prinċipali ta' Malta li huma l-UĦM u l-GWU.", "GĦandna wkoll il-problema li qed jiffaċċjaw żgħażagħ li jkunu ħerġin mill- iskola, fejn dawn qegħdin isibuha diffiċli mmens biex jinfiltraw fid-dinja tax-xogħol.", "Ta' min jgħid li apparti n-nuqqas ta' opportunitajiet, dawn iż- żgħażagħ qed jiffaċċjaw problemi minħabba li mhux qed ikollhom edukazzjoni jew kwalifiki adattati għat-tip ta' xogħlijiet li huma rikjesti llum mid- dinja tax-xogħol.", "Ovvjament dawn għandhom żvantaġġ akbar minħabba n-nuqqas ta' esperjenza fil-qasam tax-xogħol u din iħossuha l-aktar meta japplikaw għal xi xogħol.", "Ħafna drabi waħda mid-domandi tkun rigward xi esperjenzi preċedenti ta' xogħol u jekk wieħed qatt ma jkun ħadem ovvjament din ma jistax jindikaha.", "Qed ikollna ħafna żgħażagħ li jispiċċaw mingħajr kuraġġ u ffrustrati għax ma jafux x'se jaqbdu jagħmlu bihom infushom.", "GĦandna wkoll każijiet oħrajn fejn żgħażagħ li jkunu akkademikament kwalifikati qed isibu xogħlijiet li jkunu kwalifikati żżejjed għalihom u jispiċċaw jaħdmu b'kondizzjonijiet u pagi baxxi iktar minn dak li jkun jistħoqqilhom.", "Ma nistax ma nsemmix ċerti abbużi fejn qed jiġu ngaġġati ħaddiema bħala part-timers li jispiċċaw jaħdmu iktar minn full-timers, bil-konsegwenza li għax huma part-timers ma jikkwalifikawx għall-benefiċċji li jieħdu l-full-timers.", "Każ ieħor huwa dwar l-interviews f'Għawdex fejn qed isiru ċerti abbużi u diskriminazzjonijiet sfaċċati.", "Per eżempju, apparti mill-kwalifiki qed jistaqsuhom ukoll għal-laqam tal-familja.", "Issa f'GĦawdex iI-laqam għadu popolari u minnu tkun tista' tasal għall-background tal-familja ta' dak l- individwu kif ukoll għat-twemmin politiku tiegħu.", "Qed jistaqsuhom ukoll jekk għandhomx xi rakkmandazzjoni minn xi politiku u allura hawnhekk tiġini l-mistoqsija ta' fejn qiegħda l-meritokrazija.", "Mela aħna nimpjegaw lin- nies biex nagħmlu l-pjaċiri lid-deputati!", "Il-meritokrazija għandha tkun hemm biex ovvjament jekk wieħed ikun kwalifikat għal dak ix-xogħol jieħdu, mentri jekk ma jkunx kwalifikat jieħdu ħaddieħor bi kwalifiki aktar minnu.", "Barra minn dan qed isseħħ ukoll diskriminazzjoni fil-konfront tan-nisa, fejn qed jistaqsu lix-xebbiet li jmorru jfittxu x-xogħol jekk għandhomx il-ħsieb li jiżżewġu u jekk iva għandhomx il-ħsieb li jkollhom it-tfal.", "Ovvjament l-eżitu ta' l-interview jiddependi mir-risposta li jagħtu.", "Problema oħra f'GĦawdex hija relatata ma' ċerti xogħlijiet staġjonali.", "Kif nafu ̧ it-turiżmu f'GĦawdex huwa staġjonali u awtomatikament joħloq ċerti xogħlijiet li jkunu staġjonali wkoll.", "Per eżempju, nafu li fil- perijodu tas-sajf u tal-festi bosta ristoranti, stabbilimenti u lukandi jimpjegaw ammont akbar ta' nies biex ilaħħqu mad-domanda ta' nies li jkollhom.", "Din issa qed issir ukoll mill-ħwienet tal-ħwejjeġ u ż-żraben fi żmenijiet partikolari tas-sena, bħal ̧ per eżempju ̧ meta jasal żmien is- sales, fejn ikun hemm domanda akbar u allura jkollhom bżonn ta' iktar staff.", "Iżda mbagħad ladarba jgħaddi dak il-perijodu u jkunu ddobbaw bihom jispiċċaw biex ikeċċuhom mix-xogħol.", "Il-ħażin huwa li f'ċerti każijiet ̧ meta jkeċċuhom ma jgħidulhomx li qed ikeċċuhom għax m'għandhomx bżonnhom aktar, imma peress li jkunu għadhom taħt probation iġibulhom l-iskuża li ma jkunux laħqu l-livelli meħtieġa, bil-konsegwenza li dak li jkun aktar jiskoraġixxi ruħu.", "Sur President, ma nistax ma nsemmix ukoll il-fatt li dan l-aħħar qed ikollna ħafna barranin li qed jiġu jaħdmu f'GĦawdex b'pagi iktar baxxi u b'inqas kondizzjonijiet li normalment joffru lill-GĦawdxin.", "Ovvjament dawn qed jiġu ppreferuti aktar.", "Dan il-konċett ta' cheap labour ̧ li sfortunatament dieħel sew f'GĦawdex, qed ikun ta' detriment għall- GĦawdxin, speċjalment għaż-żgħażagħ tagħna.", "La qed nitkellmu fuq xogħol ma nistax ma nsemmix it-tensjoni li teżisti f'diversi setturi u postijiet tax-xogħol, fosthom il-Malta dairy products ta' GĦawdex, fejn qed jingħad li din se jkollha tagħlaq.", "Ovvjament din ħolqot ċerta tensjoni fost il-ħaddiema.", "Qed jingħad ukoll li l-MDP m'għadhiex aktar vijabbli minħabba l-fatt li issa li Malta daħlet fl-Unjoni Ewropea ġiet esposta għal kompetizzjoni qawwija mill-fornitura ta' ħalib minn barra.", "Hawnhekk ikun tajjeb li wieħed jistaqsi x'se jsir minn dawn il-ħaddiema.", "Per eżempju, hemm apprendisti li għadhom żgħar li ilhom għal diversi snin fl-apprendistat u għal ftit sigħat fil-ġimgħa dawn ħallewhom apprendisti minflok daħħluhom tal-fiss.", "Allura x'se jiġri minnhom jekk tagħlaq l-MDP?", "U x'se jiġri mill-watchman, mis-security u mill-ħaddiema?", "Saru xi arranġamenti biex dawn il-ħaddiema GĦawdxin ta' l-MDP jidħlu mal-gvern jew kien hemm xi arranġament alternattiv ieħor?", "Ma' dawn ukoll hemm il- ħaddiema tal-PBS li ħafna minnhom huma GĦawdxin.", "Dawn x'se jiġri minnhom?", "U dawk li ilhom jaħdmu għal diversi snin, jekk jerġgħu jiġu mpjegati mal- gvern, se jitilfu s-seniority tagħhom?", "Sur President, ma nistax ma nsemmix ukoll it-tensjoni li tinħass fil-Gozo channel, fejn bħalissa hemm madwar 20 ruħ li jaħdmu fil-cafeteria.", "Dawn ma jafux x'se jiġri minnhom minħabba l-miżuri li tħabbru mill-Ministru Austin Gatt, fejn intqal li l-Gozo channel se tiffranka Lm150,000 mill- catering.", "Jien kont staqsejt minn fejn se jiġu ffrankati dawn il-flus, jekk hux mill-ikel jew mill-pagi tal-ħaddiema, iżda l-ministru ma tanix risposta speċifika.", "Pero' meta staqsejt x'se jkun l-effett fuq il-ħaddiema informani li dawn ma kenux ħaddiema tal-Gozo channel imma kienu minn kumpannija terza.", "GĦaddiet ukoll xi korrispondenza bejn il-Gozo channel, il-ministeru u l-UHM rigward dawn il-ħaddiema, pero' kulma nafu s'issa huwa li l-kuntratt tagħhom ġie estiż sa Ottubru.", "Issa bħalma kulħadd jaf, dan il-perijodu ta' bejn Ġunju u Ottubru huwa l- peak season tat-turiżmu, u nimmaġina li t-turisti kollha li jgħaddu mill- Gozo channel se jiġġeneraw ħafna xogħol.", "Allura f'dan il-perijodu se niddobbaw bihom, biex imbagħad f'Ottubru ̧ meta l-istaġun tat-turiżmu jkun batta, ma nafux jekk hux se nkeċċuhom jew le.", "Naħseb li dawn il-ħaddiema għandhom dritt li jkunu jafu x'se jiġri minnhom ħalli jekk isiru jafu li se jiġi tterminat l-impjieg tagħhom ikollhom iż-żmien neċessarju biex jaħsbu għal xogħol ieħor.", "Pero' jekk jitterminawlhom l-impjieg tagħhom bħal Erbgħa fost il-ġimgħa, se jikkawżawlhom problema għax f'Ottubru huwa diffiċli ferm li jsibu jaħdmu.", "Dan għaliex dan ix-xahar m'huwiex bħal Ġunju jew Lulju fejn forsi wieħed isib jaħdem ġo xi lukanda, u għalhekk ma naħsibx li huwa ġust fil-konfront ta' dawn il-ħaddiema li ma jafux x'se jsir minnhom.", "Illum l-1 ta' Ġunju u la qegħdin insemmu l-Gozo channel ma nistax ma nsemmix iż-żieda fin-nollijiet, liema żieda bdiet tiġi affettwata mil- lum.", "Il-Gozo forum li għadu kemm twaqqaf riċentement ħareġ stqarrija dwar din iż-żieda fit-tariffi.", "It-titolu li ħarġu bih il-gazzetti llum huwa li dawn iż-żidiet se jfissru telf ta' madwar Lm1.6 miljun għan-negozju GĦawdxi, u żgur mhux se jawgura tajjeb, għax bħalma nafu s-sitwazzjoni ekonomika ta' GĦawdex hija kritika biżżejjed, u allura din iż-żieda ma ġietx f'mument propizju.", "Meta ġew biex jiġu introdotti dawn il-miżuri l-Gozo business chamber u l- Gozo tourism association kienu ħejjew rapport dettaljat li kien jelenka fih l-effett dirett li dawn iż-żidiet kienu se jġibu fuq l-ekonomija GĦawdxija.", "Kulħadd kien jippretendi li ssir xi tip ta' konsultazzjoni pero' mill- press conference tal-bieraħ irriżulta li l-Gozo business chamber ġiet ikkonsultata wara li ġew imħabbra t-tariffi.", "Wieħed kien jistenna wkoll li wara dawn iż-żidiet jiġi msemmi pakkett ta' inċentivi sabiex jiġu attirati aktar nies.", "Per eżempju, għandna t-tariffa li l-Gozo channel tiċċarġja lill-passiġġieri li jinżlu mill-boat charters li kienet tiswa Lm1.75 u issa ġiet Lm2.", "Dan qed ngħidu minħabba l-fatt li l-ġimgħa l-oħra kien hemm cruiseliner li ried iniżżel il-passiġġieri tiegħu f'GĦawdex, u dawn intalbu biex iħallsu l-full tariff li normalment il-Gozo channel tiċċarġja lil kull passiġġier li jinżel fil-port ta' l-Imġarr.", "Jien staqsejt lill-ministru u għedtlu jispjegali x'kienet ir-raġuni li l-Gozo channel talbet dan il-ħlas mill- passiġġieri ta' dan il-cruiseliner u l-ministru qalli li l-passiġġieri ma niżlux il-port ta' l-Imġarr mhux għax intalbu jħallsu Lm1.75, iżda minħabba li l-operatur qal li ma kellhomx biżżejjed ħin biex jagħmlu tour ġewwa GĦawdex.", "X'ħin kont il-port ta' l-Imġarr dalgħodu ħassejt li kelli nivverifika r-risposta tal-ministru, u lil kulmin staqsejt qalli li dan il- cruiseliner dam ankrat barra l-port mis-7.00 a.m. sa l-4.30 p.m. Dan ifisser li kellu ħin biżżejjed biex iniżżel it-turisti sabiex jagħmlu tour ma' GĦawdex, u għalhekk ma naħsibx li din il-ħaġa kienet ġustifikata.", "Ninsab informata wkoll li din m'hijiex l-ewwel darba li ntalbet din it- tariffa, anzi hija standard fee li tintalab lil kull passiġġier li jinżel l- Imġarr anke jekk ma jużax il-Gozo channel.", "Jiġifieri tuża jew ma tużax il- Gozo channel, jekk tiġi GĦawdex fuq chartered boat ikollok tħallas il-full fare.", "Ma nistax ma nsemmix ukoll l-istudenti u ħaddiema li jaqsmu ta' kuljum minn GĦawdex għal Malta.", "Dawn l-istudenti u ħaddiema jirċievu mingħand il-gvern għajnuna fuq il-prezz tan-nollijiet tagħhom, u kont nippretendi li in segwitu taż-żieda li kellna, il-gvern kien se jżid ukoll l-għajnuna li kien jagħtihom, iżda jidher li s'issa għadu ma sar xejn.", "Sur President, ma nistax ma nsemmix ukoll l-inkonvenjent li qed tikkawża l- intiena li hemm bħalissa fil-biċċerija.", "Jien irċevejt diversi lmenti fuq l- intiena li ħierġa mill-biċċerija mingħand ħaddiema u persuni li jiffrekwentaw dawn l-inħawi.", "Din l-intiena ġejja minn diversi containers li qed jintużaw biex jintremew fdalijiet ta' laħam tal-bhejjem.", "Fil-fatt kull x'ħin jinfetħu u jingħalqu dawn il-containers biex jintrema l- fdalijiet ta' ġo fihom ̧ qiegħda toħroġ riħa tinten.", "Ovvjament bis-sħana qed issir id-decay bil-konsegwenza li dan l-inkonvenjent kbir għal dawk kollha li jgħaddu minn hemm qed ikompli jikber.", "Meta staqsejt lill- ministru dwar xi provvedimenti qegħdin jittieħdu dwar dan l-inkonvenjent f'mistoqsija parlamentari numru 5,993, informatni li l-materjal li qed tirriferi għalih l-Onor.", "Interpellant se jinħaraq fl-inċineratur tal- biċċerija, liema inċineratur sarlu titjib biex ikun konformi ma' l- istandards ta' l-Unjoni Ewropea.", "Fid-dawl ta' dan kollu allura nistaqsi lill-ministru kif tiġġustifika l-fatt li r-riħa għadha hemm u iktar ma jgħaddi ż-żmien aktar qed jiżdiedu l-ilmenti.", "Imbagħad xi ngħidu għall-problema ambjentali?", "Ilkoll nafu li l-miżbla tal- Qortin qed issirilha riabilitazzjoni, fejn sar ħafna ftaħir mill-Ministru għal GĦawdex li fl-aħħar il-ħolma tagħha li tara l-iskart jinġarr lejn Malta saret realtà.", "Huwa veru li l-iskart qed jinġarr lejn Malta pero' qed niġu ffaċċjati bi problema – din il-problema suppost ġiet antiċipata min- naħa tal-gvern – li nħolqot b'konsegwenza ta' dan il-ġarr ta' skart lejn Malta.", "Hawnhekk qiegħda nirriferi għall-problema ta' ġrieden kbar li qed joħorġu mill-miżbla u jekk ma noqogħdux attenti din il-problema tista' twassal għal sitwazzjoni drastika, fejn tista' toħloq każ ta' epidemiji.", "Rigward dan il-ġarr ta' skart kont għamilt mistoqsija lill-Ministru Austin Gatt fejn weġibni li dan l-iskart qed jinġarr f'containers speċifikati mill- istandards tal-Gozo channel.", "Pero` naħseb li l-ministru jaqbel miegħi li meta wieħed jivvjaġġa bil-Gozo channel fl-istess ħin li jkun hemm dawn it-trakkijiet ta' l-iskart, ir-riħa li toħroġ minnhom hija waħda insapportabbli, avolja l-ministru qalilna li qed jaderixxu skond standards internazzjonali.", "GĦalhekk naħseb li għandhom jiġu speċifikati meta jkunu se jsiru dawn it-trips għall-ġarr ta' l-iskart, ħalli min ma jogħġbux jivvjaġġa ma' l-iskart jara kif kif jagħmel u jevita li juża dak it-trip.", "Xtaqt nagħmel riferenza wkoll għall-famuż protokoll Taljan.", "Fil-media lokali smajna li l-ministeru għal GĦawdex naqas milli jħejji fil-ħin rapport dwar it-toroq ta' GĦawdex, bil-konsegwenza li Għawdex tilef Lm1.5 miljun mill-protokoll Taljan.", "Jien għamilt xi domandi lill-Ministru għal GĦawdex fejn ċaħdet dan kollu, pero' mir-risposta li tatni għarrfitni li l- ministeru għal GĦawdex taha lista ta' toroq li kienu jitqiesu bħala prijorità sabiex isirilhom ristrutturar u fl-istess ħin qalet li ġew identifikati tliet lottijiet ta' toroq f'Malta biss.", "Din il-kwestjoni tal- protokoll issemmiet iżda safejn naf jien ma ġietx miċħuda.", "Allura kieku stess ma kienx il-każ, allura GĦawdex m'għandux jibbenefika minn dan il- protokoll Taljan?", "Huma t-toroq ta' Malta biss li għandhom bżonn ristrutturar?", "Per eżempju, dan l-aħħar għamilt domanda dwar Triq il-Qala fin-Nadur, liema triq tinsab f'sitwazzjoni mwiegħra ħafna, b'ħofor kbar, fejn qed ikun hemm ilmenti kontinwi minn diversi residenti, fosthom anke minn anzjani.", "Fil-fatt dan l-aħħar kien hemm ukoll każ ta' anzjan li spiċċa waqa' minħabba ħofra u kellu jittieħed għall-medikazzjoni.", "Ovvjament din m'hijiex l-unika triq li tinsab f'din is-sitwazzjoni għaliex bħalha hemm ħafna oħrajn li għandhom bżonn manutenzjoni kontinwa u attenzjoni mmedjata.", "Wegħda oħra li l-gvern kien għamel hija dik li aktar GĦawdxin se jittieħdu jaħdmu f'GĦawdex stess għaliex ovvjament aħna dejjem nixtiequ li nibqgħu naħdmu f'GĦawdex.", "Id-dover ta' kull gvern għandu jkun li jaderixxi wkoll ma' dawn l-esiġenzi ta' l-GĦawdxin.", "F'dan il-kontest ma nistax ma nsemmix il-ħaddiema tal-Maltapost.", "Per eżempju, ftit taż-żmien ilu kellna seba' ħaddiema tal-Maltapost li kienu jaħdmu GĦawdex, fejn dawn mil-lum għal għada ġew mgħarrfa li kellhom jibdew jirrapportaw għax-xogħol f'Malta minħabba esiġenzi tal-posta.", "Pero` jekk tistaqsi lill-ħaddiema tal-posta jgħidulek li din m'hijiex ġustifikata għax il-posta ta' GĦawdex għandha bżonn ta' aktar ħaddiema magħha minħabba l-kwantità ta' xogħol li hemm.", "Tant hu hekk li dawn qegħdin f'sitwazzjoni li jekk xi ħadd joħroġ bil-leave jew bis-sick leave xogħolhom irid jittieħed minn ħaddieħor minħabba n- nuqqas ta' staff li għandhom.", "Eżempju ċar ta' dan huwa każ ta' tfajla li taħdem il-posta li ħarġet bil-maternity leave, bil-konsegwenza li ħadd mill- ħaddiema l-oħra ma jistgħu jieħdu leave fit-tul minħabba l-workload li jkollhom.", "Jien dejjem ninsisti li l-problema li għandna ġo GĦawdex hija minħabba l- fatt li ħafna mill-affarijiet ta' GĦawdex jieħdu ħsiebhom il-Maltin.", "Nemmen ukoll li aħna nafu x'inhuma l-problemi tagħna u għalhekk hemm bżonn li jsir aktar diskors bis-serjetà.", "Qed ngħid dan għaliex meta tasal xi elezzjoni jsir ħafna diskors, pero' x'ħin tiġi għall-prattika u għas- soluzzjoni tal-problemi, dawn jew insolvuhom proviżorjament, jew inkella nsibu soluzzjoni ta' biċ-ċajt, bil-konsegwenza li jispiċċaw ibatu l- GĦawdxin, li f'ċerti ċirkostanzi huma vulnerabbli ħafna.", "GĦalhekk nemmen li l-gvern għandu jassumi r-responsabbiltà tiegħu u mhux jingħad bil-kliem biss kemm GĦawdex huwa sabiħ u kemm jistħoqqlu l-aħjar, iżda għandha tittieħed azzjoni proattiva biex jissolvew il-problemi.", "Jien inħeġġeġ biex dan id-djalogu jsir bil-fatti u mhux bil-paroli biss miż-żewġ naħat tal- Kamra.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada l-Erbgħa 2 ta' Ġunju 2004 fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "ENEMALTA/WSC - SERVIZZ TA' DAWL U ILMA", "5691.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għat-Teknoloġija ta' l- Informazzjoni u Investiment: Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn persuni li għandhom is-servizz tad-dawl u l-ilma u/jew it-telefon sospiż għax waqgħu lura fil-ħlasijiet?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-mejda tal- Kamra aktar kmieni fis-seduta.", "TAXXI INTERNI – ĦLAS PENDENTI TAL-BOLLA", "5692.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hawn azjendi kummerċjali li waqgħu lura fil-ħlas tal-bolla ta' l-impjegati tagħhom?", "Jista' jagħti breakdown ta' kemm jimpjegaw ħaddiema kull wieħed?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-mejda tal- Kamra aktar kmieni fis-seduta.", "IMPJIEGI - REĠISTRAZZJONI GĦAX-XOGĦOL", "5693.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn gradwati ta' l- universita' li qed jirreġistraw għax-xogħol?", "X'degree għandhom?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li f'Marzu 2004 kien hemm 64 gradwat li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol.", "Id-degrees differenti ta' dawn il- gradwati poġġejthom fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni fis-seduta.", "IMPJIEGI - REĠISTRAZZJONI GĦAX-XOGĦOL", "5694.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid illum kemm hawn persuni ta' nazzjonalita' barranija jirreġistraw għax-xogħol?", "Ta' liema nazzjonalita' huma?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sa l-aħħar ta' Marzu 2004 kien hawn 135 persuna ta' nazzjonalita' barranija tirreġistra għax-xogħol, 128 fuq l-ewwel parti tar- reġistru u sebgħa fuq it-tieni parti tar-reġistru.", "Lista tal-persuni ta' nazzjonalita' barranija li qed jirreġistraw tpoġġiet fuq il-mejda tal- Kamra aktar kmieni fis-seduta.", "QRATI - KAWŻI TAS-SEPARAZZJONI", "5695.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid illum kemm hawn kawżi ta' separazzjoni quddiem il-qorti?", "ONOR.", "TONIO BORG: Sa l-14 ta' Mejju 2004 kien hemm 802 kawża pendenti quddiem il-Prim'Awla tal-Qorti Ċivili u l-Qorti tal-Maġistrati – Għawdex - li minnhom 267 huma fi stadju ta' medjazzjoni.", "BORMLA - SERVIZZ TA' CARE & REPAIR", "5906.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u tas- Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tara li koppja anzjana, li d- dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, tibda tibbenefika mis-servizz ta' care & repair ta' l-awtorita' tad-djar?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: L-awtorita' tad-djar ma rċeviet ebda talba mill- familja indikata għal għajnuna taħt l-inizjattiva tal-care and repair.", "Madankollu ninsab informata wkoll li l-awtorita' mistennija tagħmel spezzjoni fil-post indikat biex jigi verifikat jekk il-familja konċernata tistax tibbenefika taħt din l-inizjattiva.", "FGURA - SERVIZZ TA' CARE & REPAIR", "5907.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u tas- Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tara li koppja anzjana li għandhom tifla b'diżabilita', li d-dettalji dwarha qed jintbaghtu separatament, tibda tibbenefika mis-servizz ta' care & repair mill-awtorita' tad-djar?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: L-awtorita' tad-djar ma rċeviet ebda talba mill- familja indikata għal għajnuna taħt l-inizjattiva tal-care and repair.", "Ninsab informata wkoll li l-awtorita' mistennija tagħmel spezzjoni fil-post indikat biex jiġi verifikat jekk il-familja konċernata tistax tibbenefika taħt din l-inizjattiva.", "KALKARA - POST TAL-GVERN", "5912.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u tas- Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tara li d-dipartiment tal- construction & maintenance tal-postijiet tal-gvern jieħu passi biex jitneħħa l-periklu li l-inkwilina ta' post tal-gvern, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, qed tgħid li hemm fil-fond fejn tgħix?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Id-dipartiment tal-bini u tiswija tad-djar se jieħu l-passi neċessarji biex jitneħħa l-periklu indikat.", "BORMLA – POST TAL-GVERN", "5913.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u tas- Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tara li jsir upgrading tal- partijiet komuni tal-fond li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?", "Tista' tgħid x'irriżulta meta xi xhur ilu saret spezzjoni fuq il-bejt indikat?", "X'kundizzjoni jinsab fiha l-bejt?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Il-partijiet komuni tal-post indikat huma f'kundizzjoni tajba.", "Ninsab informata wkoll li se ssir spezzjoni oħra tal-kontrabejt biex tiġi stabilita l-kundizzjoni tiegħu.", "BORMLA – POST TAL-GVERN", "5914.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u tas- Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid meta l-awtoritajiet se jibdew ix-xogħol ta' kostruzzjoni u/jew manutenzjoni tal-fond, li d- dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?", "Fiex jikkonsisti dan ix- xogħol?", "Meta jitlesta dan ix-xogħol, l-inkwilini li kienu jgħixu hemm se jmorru lura bl-istess kundizzjonijiet u kera?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Id-dipartiment tal-bini u tiswija tad-djar evalwa x-xogħol meħtieg fil-fond indikat.", "Dan ix-xogħol jinkludi bdil ta' soqfa, sistema ġdida ta' dawl, bdil ta' aperturi u tqegħid ta' madum.", "Ix- xogħol se jsir mill-kuntrattur wara li toħroġ tender.", "Ninsab informata wkoll li l-inkwilini se jibqgħu bl-istess kundizzjonijiet u kera skond il-kuntratt li kienu ffirmaw.", "EDUKAZZJONI - UFFIĊĊJU LEGALI", "5915.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid jekk il-ministeru u/jew xi wieħed mid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu għandux uffiċċju legali?", "Jekk fl-affermattiv, min huma l-avukati f'dan l-uffiċċju?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-ministeru kellu uffiċċju legali sa minn Awissu 2003 wara sejħa pubblika għall-applikazzjoni.", "Dan l-avukat jaqdi l- ħteġijiet tad-dipartimenti kollha li jaqgħu taħt dan il-ministeru b'kollaborazzjoni ma' l-uffiċċju ta' l-avukat ġenerali.", "Barra minn hekk, id- dipartiment tar-relazzjonijiet industrijali u mpjiegi, li sar jifforma parti mid-dekasteru minn Marzu li għadda, għandu uffiċċju legali ieħor li jieħu ħsieb il-ħtegijiet partikolari ta' dak id-dipartiment.", "GĦAWDEX: NADUR - SKOLA TAD-DRAMA", "5951.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għal Għawdex: Tista' il-Ministru tgħid jekk ingħatatx xi għajnuna mill-Ministeru għal Għawdex lill-iskola tad-drama tan-Nadur?", "Jekk fl-affermattiv, fiex kienet tikkonsisti din l-għajnuna?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: L-iskola tad-drama ngħatat għajnuna finanzjarja li tlaħħaq it-Lm3,100 kif ukoll saru xogħlijiet ta' manutenzjoni magħmula minn ħaddiema tad-dipartiment tal-customer services u tal-proġetti u żvilupp rispettivi, fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex.", "RIFUĠJATI ERITREJ", "5955.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u Promozzjoni ta' l-Investiment: Il-Ministeru kien f'xi mod involut fil- kwestjoni tad-deportazzjoni tar-rifuġjati Eritrej li spiċċaw ġew ittorturati mal-wasla lura tagħhom f'pajjiżhom?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Il-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin u Promozzjoni ta' l-Investiment kien biss involut fuq talba tal-pulizija meta dawn talbu l-għajnuna tal-ministeru biex jinġabru t-travel dcouments mill-ambaxxati akkreditati lejn Malta ta' dawk il-persuni li se jkunu jintbagħtu lura pajjiżhom.", "DIVIŻJONI TAL-KONSUMATUR - TIBDIL FIL-PREZZIJIET", "5956.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid x'miżuri qed jittieħdu biex minħabba fiċ-ċaqlieq li suppost kellu jseħħ fil-prezzijiet dan l-aħħar minħabba t-tneħħija tal-levies, ma jkunx hemm price cartels, xi ħaġa li d- direttur ġenerali ta' l-affarijiet tal-konsumatur u tal-kompetizzjoni wera li jinsab impenjat li jilqa' kontriha?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Waħda mill-funzjonijiet tad-divizjoni tal-konsumatur u tal-kompetizzjoni hi dik li jsegwi l-prezzijiet ta' numru ta' prodotti biex kemm jista' ikun jiġi assigurat li dawn jirriflettu kompetizzjoni ġusta fis-suq.", "Fejn ikun hemm dubji li l-kompetizzjoni qed tiġi mxekkla permezz ta' xi ftehim bħal kartell jew abbuż ta' dominanza, l-uffiċċju jagħmel investigazzjoni permezz tal-poteri li għandu taħt l-Att dwar il- Kompetizzjoni.", "ECO TAX", "5957.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jagħti indikazzjoni dwar l-Eco Tax li hemm riferenza għaliha fil-Budget 2004?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: F'dan l-istadju m'ghandi xejn xi nżid ma' dak li ġie msemmi fid-diskors tal-budget.", "ARTIJIET – PROPRJETA' LI TITTIEĦED MILL-GVERN", "5964.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Vici Prim Ministru jgħid x'inhi l- possibbilta' li proprjetarju ta' biċċa art li ttieħdet mill-gvern bħala pussess u użu, jerġa' jingħata lura din il-proprjeta' anke jekk jintalab iħallas l-ispejjeż tal-bini?", "ONOR.", "TONIO BORG: M'hemm ebda diffikulta' li proprjeta` li tittieħed mill-gvern taħt it-titolu ta' pussess u uzu tingħata lura lis-sidien jew l- eredi tagħhom, dejjem jekk il-gvern m'għamilx użu minnha.", "AIR MALTA - FLYPASS POINTS", "5967.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Teknoloġija ta' l- Informazzjoni u Investiment: Air Malta offers flypass points to its passengers, and, government officials including ministers and parliamentary secretaries can make use of these points for their own personal holidays.", "Is this system considered to be the best one?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Persons who are fly-pass members are members on a personal basis.", "As such any fly-pass member, whoever he is, will be attributed through the KM system the applicable fly-pass points.", "It is not up to Air Malta to decide whether this is the best system for Government Officials.", "MALTAPOST - BOLOL TIFKIRA TAT-TABIB ĠUŻEPPI CALLUS", "5968.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Teknoloġija ta' l- Informazzjoni u Investiment: Tista' il-Maltapost tikkonsidra li għas-sena d- dieħla toħroġ sett bolol tifkira tal-500 sena mit-twelid tat-tabib Ġużeppi Callus li kien ingħata l-mewt mill-gran mastru La Valette għax qabeż għall- Maltin li kienu qed jiġu ntaxxati ħafna mill-Kavallieri waqt li kienu qed jitilfu l-ftit sehem li kellhom fit-tmexxija ta' pajjiżna?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jindirizza l- mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "ENEMALTA - AĠĠUSTAMENT FIL-PENSJONI TAL-ĦADDIEMA", "5969.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Teknoloġija ta' l- Informazzjoni u Investiment: Jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra meta l- pensjonanti tal-korporazzjoni Enemalta se tigi aġġustata l-pensjoni tagħhom skond il-ftehim kollettiv li ġie ffirmat fl-1 ta' Jannar 2002?", "Ma jaħsibx li għadda żmien biżżejjed biex dan l-aġġustament jiġi fis-seħħ biex il-pensjonanti tal-korporazzjoni Enemalta jieħdu dak li huwa tagħhom?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Wara li l-Ftehim Kollettiv mal-GWU ġie ffirmat fit-3 ta 'April 2003, l-informazzjoni dwar iż-żidiet mogħtija fil-Ftehim Kollettiv 2002 - 2005 ġew mgħoddija lid-dipartiment tas-sigurta' soċjali fis-7 ta' Mejju 2003 ħalli l-pensjonijiet jiġu aġġustati adegwatament.", "INTERNAL AUDIT INVESTIGATIVE DIRECTORATE - UFFIĊJALI", "5970.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid xi vjaġġi f'pajjiżi oħra għamlu matul din is-sena l-uffiċjali li jaħdmu ma' l-Internal audit investigative directorate li jaqa' taħtu?", "Liema uffiċjali siefru, kemm siefru u fejn marru?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tabella bl-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il- mejda tal-Kamra aktar kmieni fis-seduta.", "Irrid ngħid li naħseb li la huwa xieraq u lanqas huwa meħtieġ li nipprovdi wkoll informazzjoni dwar l- ismijiet ta' dawk l-uffiċjali nvoluti f'dawn il-vjaġġi.", "Inżid ukoll li l- parti l-kbira ta' l-ispiża għal dan is-safar uffiċjali ġiet finanzjata minn fondi ta' l-Unjoni Ewropea.", "PRODOTTI TA' IKEL U XORB F'KONTENITURI TAL-ĦĠIEĠ", "5971.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid fuq liema prodotti ta' ikel u xorb f'kontenituri tal-ħġieġ impurtati mill-pajjiżi l-oħra ta' l-Unjoni Ewropea hemm il-ħsieb li tidħol taxxa fuq il-ħġieġ?", "B'liema rata se tkun din it- taxxa?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nirreferi l-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 5957.", "MEPA - UFFIĊJALI", "5972.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid xi vjaġġi f'pajjiżi oħra għamlu l- uffiċjali tal-MEPA matul din is-sena?", "Min minnhom siefer, kemm-il darba u fejn marru?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni fis-seduta.", "ĦEMSIJA L/O TA' QALI - RIĦA TA' DRENAĠĠ", "5974.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għat-Teknoloġija ta' l- Informazzjoni u Investiment: Jista' il-Ministru jara x'inhi r-raġuni għar- riħa qawwija ta' drenaġġ li hemm fil-Ħemsija, l/o Ta' Qali?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ir-riħa li hemm fil-Ħemsija, l/o Ta' Qali hija l-istess problema ta' riħa li hemm ħdejn l-isptar Monte Carmeli.", "Biex tispiċċa din il-problema, is-sezzjoni tad-drenaġġ se tressaq id- discharge point li hemm taħt l-Imdina.", "GĦAWDEX - MIŻBLA TAL-QORTIN", "5975.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' il-Ministru tgħid x'qiegħed isir sabiex l-arretrati dovuti għar-radam fil- Miżbla tal-Qortin mill-kuntratturi jinġabar?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Qegħdin jittieħdu passi meħtieġa biex l-arretrati dovuti mill-kuntratturi għar-radam fil-Miżbla tal-Qortin jinġabru.", "IMPJANT GĦAT-TRATTAMENT TAD-DRENAĠĠ", "5976.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għat-Teknoloġija ta' l- Informazzjoni u Investiment: Jista' il-Ministru jgħid meta ġiet ippubblikata s-sejħa għall-offerti għal bini ta' l-impjant għat-trattament tad-drenaġġ fil-Malta North?", "F'liema gazzetta saret din is-sejħa għall- offerti?", "Meta se tagħlaq din is-sejha għall-offerti?", "Jista' ipoġġi fuq il- mejda tal-Kamra kopja tat-tender?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Is-sejħa għall-offerti saret permezz ta' komunikazzjoni diretta ma 15-il kumpanija li rrispondew għal talba ta' expression of interest kif diġa' intqal fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 5401.", "Il-komunikazzjoni saret permezz ta fax fit-30 ta' April, 2004.", "Is-sejħa għall-offerti se tagħlaq fit-28 ta' Lulju, 2004 u peress illi hemm ħlas ta' Lm 200 biex jinġabar it-tender, dan ikun jista' jitqiegħed fuq il- mejda tal-Kamra wara dik id-data.", "PROTOKOLL TALJAN – OFFERTI PUBBLIĊI", "5977.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 5834, jista' il-Prim Ministru jgħid jekk f'każ ta' offerti pubblikati qabel l-1 ta' Mejju, 2004 iżda li se jagħlqu wara din id-data, jistgħux japplikaw għalihom kuntratturi minn kull pajjiż ta' l-Unjoni Ewropea?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Fil-każ ta' offerti pubbliċi li s-sejħa għalihom saret fil-Gazzetta tal-Gvern u/jew fl-Official Journal ta' l-Unjoni Ewropea qabel l-1 ta' Mejju 2004 u li jagħlqu wara din id-data, jista' jikkompeti kull offerent interessat minn kull pajjiż membru ta' l-Unjoni Ewropea.", "FORT CHAMBRAI - ŻVILUPPATURI", "5978.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'passi se jieħu l-gvern fil-konfront ta' l-iżviluppaturi ta' Fort Chambrai li kisru l- kondizzjonijiet tal-kuntratt li bih ingħataw il-proprjeta'?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-ministru li taħtu taqa' ir-responsabbilta' ta' l-aġenzija METCO li qiegħda ssegwi l-proġett f'isem il-gvern.", "PROPRJETA' TAL-GVERN", "5979.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hijiex qiegħda ssir il-verifika neċessarja sabiex jiġi żgurat li min jingħata proprjeta' tal-gvern b'riżoluzzjoni tal-Kamra jsegwi l-kondizzjonijiet tal- kuntratt?", "Dawn il-verifiki, jekk qeghdin isiru, qed isiru wkoll f'każ ta' proprjeta' tal-gvern li tingħata b'xi mod ieħor bħalma hu l-każ speċifiku tal-lukanda Verdala fir-Rabat?", "ONOR.", "TONIO BORG: Il-kondizzjonijiet tal-kuntratti li jirrigwardjaw proprjeta' tal-gvern mogħtija b'riżoluzzjoni tal-Kamra huma segwiti fil-każ ta' major projects minn monitoring board fi ħdan il-ministeru li fid- dekasteru tiegħu jaqgħu dawn il-major projects' bħal Cottonera, Manoel Island/Tigne' u cruise passenger terminal, u fil-każ ta' għaqdiet sportivi u għaqdiet volontarji mill-ministeru li dawn jaqgħu taħtu.", "Informat illi m'hemm ebda obbligi kuntrattwali mad-dipartiment ta' l- artijiet jew l-Uffiċċju Konġunt rigward il-lukanda Verdala tar-Rabat.", "GĦAWDEX: NADUR - TRIQ IL-QALA", "5992.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għal Għawdex: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 5620 dwar Triq il-Qala fin-Nadur, Għawdex u għar-risposta relattiva, peress li din it-triq tinsab fi stat ħażin ħafna, peress li r-residenti, speċjalment anzjani, qed jiġu affettwati avversament mill-istat ħażin ħafna ta' din it-triq, tista' il- Ministru tara li minnufih issir il-manutenzjoni neċessarja a benefiċċju tar- residenti u ta' dawk kollha li jużaw din it-triq?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: M'għandix xi nżid mar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 5620.", "GĦAWDEX - BIĊĊERIJA", "5993.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għal Għawdex: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 5623 u għar-risposta relattiva, peress li l-containers żdiedu, peress li l-ilmenti dwar l-intejjen żdiedu u hemm biża' ta' infezzjonijiet tenut kont li dawn il-containers qegħdin qrib il-pitkalija, tista' il-Ministru tgħid x'tip ta' azzjoni qed tittieħed in vista tal-fatt li l-inkonvenjent qed jiżdied u mhux jonqos?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Il-materjal li qed tirreferi għalih l-Onor.", "Interpellant se jinħaraq fl-inċineratur tal-biċċerija li sarlu titjib biex ikun konformi ma' l-istandards ta' l-Unjoni Ewropea.", "GĦAWDEX - XOGĦLIJIET FIT-TOROQ", "5994.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għal Għawdex: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 5618 u r-risposta relattiva, tista' il-Ministru tikkonferma li Għawdex kellu jibbenefika minn Lm1.5 miljun biex jintużaw għal xogħlijiet fit-toroq?", "Tista' ukoll, jekk fl- affermattiv, tagħti r-raġunijiet u tispjega għalfejn Għawdex ma ħa xejn mit- Lm12.5 miljun li gejjin mill-protokoll biex jintużaw għal xogħlijiet fit- toroq?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Ma jirriżultax li Għawdex kellu jibbenefika minn Lm1.5 miljun biex jintużaw għal xogħlijiet fit-toroq.", "Jiena nformata li fil-5 ta' Marzu 2003 il-Ministeru għal Għawdex kien issottometta lill- awtorita' dwar it-trasport ta' Malta lista prioritizzata ta' toroq li l- ministeru talab li jsiru f'Għawdex taħt il-Ħames Protokoll Taljan.", "Fis- sejħa għall-offerti għall-bini u titjib ta' toroq taħt il-Protokoll Taljan li ħarġet f'Novembru 2003 mill-awtorita' dwar it-trasport ġew identifikati tliet lottijiet ta' toroq f'Malta biss.", "DWANA - OUTSIDE BROADCASTING UNIT", "5997.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jikkonferma l-Prim Ministru li l-Outside Broadcasting Unit miġbur mid-dwana jinsab mitluq fil-miftuħ bil-konsegwenza li dan wisq probabbli ġratlu ħafna ħsara?", "Jista' jghid jekk dan l-Outside Broadcasting Unit għandux ħsara jew inkella għadux funzjonabbli?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-Outside Broadcasting Unit gie mpurtat f'Malta taħt il-proċedura ta' importazzjoni temporanja u jinsab fil-kustodja u l- kontroll ta' l-importatur li offra garanzija personali bħala sigurtà lid- dwana.", "DWANA - OUTSIDE BROADCASTING UNIT", "5998.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Kemm-il darba dan l-Outside Broadcasting Unit għandu l-ħsara, jista' il-Prim Ministru jgħid xi pretensjonijiet jista' jagħmel sidu kontra d-dwana peress li dan kien fil-kustodja tad-dwana għal żmien twil?", "L-isem tas-sid tal-Outside Broadcasting Unit in kwestjoni qed jintbaghat separatament.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: M'għandi xejn xi nżid mat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 5997.", "Ħ'ATTARD - TRIQ KONTI R. BARBARO", "6003.", "L-ONOR.", "DAVID AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Jista' il-Ministru jgħid meta hu maħsub li Triq Konti R. Barbaro, f'Ħ'Attard tinghata t-tarmac?", "Jista' jghid kemm hu ppjanat li tiġi l- ispiża?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Triq Konti R. Barbaro qegħda nkluża mal-lista ta' toroq li jridu jiġu asfaltati u x-xogħlijiet isiru aktar 'il quddiem skond il-prioritajiet tax-xogħol li għandha quddiemha l-awtorita' dwar it- trasport.", "FGURA - TRIQ IS-SUR", "6004.", "L-ONOR.", "DAVID AGIUS staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' il-Ministru jgħid jekk iċ-ċint li kien qed jinbena fi Triq is-Sur fil-Fgura hux se jitkompla?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Peress li Triq is-Sur fil-Fgura hija twila ħafna, infatti tibda minn tarf il-Fgura sas-Sur ta' Bormla, nitlob lill-Onor.", "Interpellant jindikali eżattament il-lokazzjoni li qed jirreferi għaliha.", "ĦAL QORMI - TISWIJA TA' BANKINA", "6005.", "L-ONOR.", "DAVID AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: B'riferenza ghall-mistoqsija parlamentari 5893, jista' il-Ministru jagħti l-parir biex tingħata priorita' li ssir it-tkomplija tal-bankina bejn il-gate ta' Wands u l-gate ta' Posta Ltd. f'Ħal Qormi minflok ikun hemm street parking minħabba l-fatt ukoll li 50 metru 'l isfel hemm car park kbir (ħdejn il-korsa taż-żwiemel u quddiem il-fabbrika tal-birra) li jesa' hafna karozzi u għaldaqstant il-karozzi jkunu jistgħu jipparkjaw fih?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: M'ghandi xejn xi nzid mar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 5893.", "ARTIJIET - ŻVILUPP TA' GĦALQA FI PROĠETT SPORTIV", "6006.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: B'riferenza għall-file no. L509/90/1 u t-talba li saret mis-San Gwann youth football nursery, jista' il-Vici Prim Ministru jinforma lill-Kamra dwar x'possibbilta' hemm li l-kumitat, flimkien mal-kunsill lokali ta' San Gwann, ikunu jistgħu jiżviluppaw parti minn għalqa kbira li hemm biswit il-football ground tal-lokal (li bħalissa tinsab abbandunata) sabiex ikunu jistgħu jippjanaw proġett sportiv fil-ġejjieni qarib?", "Meta saret it-talba, ġiet mgħoddija kopja tas-site plan lid-dipartiment konċernat?", "Billi l-kumitat ġie mgħarraf illi l-għalqa mhijiex f'area reġistrabbli, jista' jiggwidahom dwar xi proċeduri jistgħu jagħmlu biex jibdew diskussjoni mad-dipartiment konċernat minħabba l-proġett li għandhom ippjanat?", "ONOR.", "TONIO BORG: Kwalunkwe talba li ssir dwar allokazzjoni ta' proprjeta' tal-gvern lil xi għaqda sportiva għandha tgħaddi l-ewwel għand il-kunsill Malti għall-isports fi ħdan il-Ministeru ta' l-Edukazzjoni li mbaghad jikkoordina mat-taqsima proprjeta' tal-gvern dwar il-possibbilta' jew le ta' l-allokazzjoni.", "Barra minnhekk, l-ebda talba għall-użu ta' proprjeta' tal-gvern għal skop speċifiku ma tista' tiġi milqugħa qabel ma dan l-iskop ikun approvat mill-MEPA.", "Fil-każ ta' l-art li qed jirreferi għaliha l-Onor.", "Interpellant, ninsab informat li din l-art tinsab biswit l-iskola ta' San Gwann u għalhekk qed tiġi riservata għall-espansjoni ta' l-istess skola jekk ikun il-bżonn.", "Madankollu il-club konċernat jista', jekk iħoss il-bżonn, jagħmel diskussjonijiet mal-Ministeru ta' l-Edukazzjoni u mal-MEPA dwar il- possibbilta' li din l-art tintuża għall-iskop mixtieq mill-istess club.", "SERVIZZ ĊIVILI - ĦADDIEMA GĦAWDXIN", "6007.", "L-ONOR.", "DAVID AGIUS staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hemm Għawdxin ħaddiema fiċ- ċivil fil-grad ta' principal li preżentement qed jaħdmu f'Malta?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Preżentement hemm seba' uffiċjali pubbliċi Għawdxin fil-grad ta' Principal li qed jaħdmu xogħol ta' Principal f'Malta.", "MINISTERU GĦAL GĦAWDEX - VACANCIES FI GRAD TA' PRINCIPAL", "6008.", "L-ONOR.", "DAVID AGIUS staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' il- Ministru tgħid kemm hemm vacancies fi grad ta' principal fid-dipartimenti tal-gvern f'Għawdex?", "Tista' tagħti data meta dawn il-vacancies f'Għawdex se jimtlew minn ħaddiema Għawdxin li qed jaħdmu f'Malta?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: In-numru ta' vakanzi fil-grad ta' Principal fid- dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru għal Għawdex jammonta għal sebgħa.", "Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jindirizza t-tieni parti tal-mistoqsija lill- ministru konċernat.", "BELT VALLETTA: TRIQ SAN DUMINKU – GARAXXIJIET TAL-GVERN", "6009.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 4836, jista' il-Viċi Prim Ministru jindaga jekk garage 1, garage 3 u 4 u garage 12, f'Old Slave Prison Block, Triq San Duminku l-Belt Valletta humiex uzati mid-dipartimenti tal-gvern jew minn individwi privati?", "ONOR.", "TONIO BORG: Skond l-arkivji tat-taqsima proprjeta' tal-gvern, dawn il-garaxxijiet huma mikrija kif se jingħad:", "Garaxx Numru 1 lir-Reġistratur tal-Qorti; garaxxijiet nri.", "3 u 4 lid- dipartiment għall-ambjent li llum jagħmel parti mill-MEPA.", "FREEPORT - CHAIRMAN", "6010.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għat-Teknoloġija ta' l- Informazzjoni u Investiment: Jista' il-Ministru jgħid min hu ċ-chairman attwali tal-Freeport?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Is-Sur Mark Portelli hu ċ-chairman attwali tal-Malta Freeport Corporation Ltd. u tal-Malta Freeport Terminals Ltd."]} {"filename": "20030922_030d_par.doc", "date": "2003-09-22", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 30 It-Tnejn, 22 ta' Settembru, 2003 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 30 It-Tnejn, 22 ta' Settembru, 2003", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.03 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "30", "It-Tnejn, 22 ta' Settembru, 2003", "WERREJ", "MINUTI 421", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI 421", "TQEGĦID TA' KARTI 429", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA` LIĠI DWAR IL&PROFESSJONIJIET TAS-SAĦĦA (IT-TIENI QARI)", "HEALTHCARE PROFESSIONS BILL (SECOND READING) 430", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IS-SAĦĦA PUBBLIKA (IT-TIENI QARI)", "PUBLIC HEALTH BILL (SECOND READING) 434", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IS-SIGURTA` SOĊJALI (IT-TIENI QARI)", "SOCIAL SECURITY (AMENDMENT) BILL (SECOND READING) 449", "AĠĠORNAMENT 454", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB Error!", "Bookmark not defined.", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 29 li saret fit-22 ta' Settembru, 2003 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "GĦAWDEX - XOGĦOL TA' UPGRADING", "1180.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Justyne Caruana) staqsa lill- Ministru għal Għawdex: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 917, tista' il-Ministru tgħid kemm saru xogħlijiet ta' upgrading fil-bajjiet t'Għawdex bejn l-2000 u l-2003?", "Tista' tgħid liema kienu dawn ix- xogħlijiet, meta saru u kemm swew?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO (Ministru għal Għawdex): Jien informata li x- xogħlijiet ta' upgrading f'bajjiet u xtut kif ukoll xogħlijiet oħra relatati ma' dawn il-lokalitajiet fis-snin 2000, 2001, 2002 u 2003 huma kif murija fl­iskeda hawn taħt:.", "2000 Marsalforn Bay Lm15093 Ghar Qawqla 3500 Xwejni Bay 1100 Qbajjar Bay 950 Xlendi Bay 6722 Ramla Bay 700 Master Plan 266999", "2001 Marsalforn Bay Lm 2271 Ghar Qawqla 3655 Qbajjar Road 9586 Xlendi Bay 3588 Mgarr Bay 588 Zewwieqa Bay 565 Master Plan 79596", "2002 Marsalforn Bay Lm135425 Qbajjar 1500 Ghar Qawqla 2500 Zewwieqa Bay 1350 Xlendi Bay 25730 Master Plan 44802", "2003 sa Awissu Marsalforn Bay Lm1336 Ghar Qawqla 1487 Qbajjar Bay 6321 Xlendi Bay 1800 Zewwieqa Bay 350 Mgarr ix-Xini 450 Master Plan 14047", "GĦAWDEX – XOGĦOL TA' RESTAWR", "1183.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Justyne Caruana) staqsa lill- Ministru għal Għawdex: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 915, tista' il-Ministru tgħid kemm saru xogħlijiet ta' restawr fuq siti arkeoloġiċi f'Għawdex bejn l-2000 u l-2003?", "Tista' tgħid liema huma dawn ix-xogħlijiet, meta saru u kemm swew?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Jien informata li fis-sena 2000 sar ir-restawr tal- faċċata tal-mużew tal-folklor, saret il-manutenzjoni tal-mekkaniżmu tal- mitħna tax-Xagħra u saru xogħlijiet fuq il-faċċata tal-mużew ta' l-armerija u restawr tal-kavallier ta' San Martin u replika tal-carriages tal-kanuni, b'nefqa ta' Lm73,400;", "Fis-2001 kien hemm ir-restawr tal-ħajt tal-mużew tal-folklor, il- manutenzjoni tal-mitħna tax-Xagħra u r-restawr taċ-Ċittadella u tat-torri ta' Mġarr ix-Xini, b'nefqa ta' Lm91,310; Fis-2002 sar il-waterproofing tal-mużewijiet ta' l-arkeoloġija, tal-folklor u tan-natural science, tal-post fi Triq Żenqa fiċ-Ċittadella u tal-Mitħna tax-Xagħra u saru xogħlijiet strutturali tas-sala prinċipali tal-mużew ta' l-arkeoloġija u tar-ravelin taċ-Ċittadella, b'nefqa ta' Lm92,840; u", "Fis-2003 tkomplew ix-xogħlijiet fiċ-Ċittadella, b'nefqa sa Ġunju ta' Lm45, 460.", "GĦAWDEX - XOGĦOL TA' UPGRADING", "1185.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Justyne Caruana) staqsa lill- Ministru għal Għawdex: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 916, tista' il-Ministru tgħid kemm saru xogħlijiet ta' upgrading f'żoni turistiċi f'Għawdex bejn l-2000 u l-2003?", "Tista' tgħid liema huma dawn ix- xogħlijiet, meta saru u kemm swew?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Jien informata li xogħlijiet ta' upgrading f'żoni turistiċi u xogħlijiet oħra relatati ma' dawn il-lokalitajiet fis-snin 2000, 2001, 2002 u 2003 huma kif murija fl-iskeda annessa għal mistoqsija parlamentari 1180.", "Dwar xogħlijiet fuq siti arkeoloġiċi, nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari preċedenti.", "PRODUZZJONI TAT-TADAM", "890.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid kemm tħallsu f'sussidji l-proċessuri tat-tadam fuq il-prodott li xtraw mingħand il- bdiewa?", "Kemm kienet il-produzzjoni f'Malta u Għawdex u fuq kemm tmien ta' raba'?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT (Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura) (f'isem il- Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li s-sena l-oħra, is-sussidji fuq it-tadam tħallsu skond il- piż u mhux skond it-tmien ta' raba'.", "Mis-sena d-dieħla, il-ħlas se jsir skond l-area ta' produzzjoni u d-dettalji ta' produzzjoni f'Malta u GĦawdex se jinżammu separatament.", "Ninsab informat li b'kollox tħallset is-somma ta' Lm325,142.21 lil tliet proċessuri tat-tadam bil-5c per kg kif ġej:", "|Magro |Lm |3,521,046| |Brothers |176,052,30|kg | |Ltd | | | |Vernon | |2,268,857| |Foods |186,442,86|kg | |Farmers | |612,941 | |Foods Ltd. |30,647,05 |kg |", "DIRECT ORDERS – LIMITU STABILIT", "891.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jgħid kemm hu l- limitu stabilit għal direct orders li l-ministeri jistgħu japprovaw?", "Kemm kien il-limitu matul il-leġislatura l-oħra?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru għat-Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u Investiment) (f'isem il-Ministru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomiċi): Kemm f'din il-leġislatura kif ukoll fil-leġislatura li għaddiet, il-limitu stabilit għal direct orders li l-ministeri jistgħu japprovaw joħroġ mir- regolament 11 ta' l-avviż legali 70 ta' l-1996, regolamenti għal provvisti fis-servizz pubbliku.", "EMBELLISHMENT AND LANDSCAPING CONSORTIUM", "892.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 115, jista' il-Ministru jgħid kemm intnefqu flus fi pjanti, xtieli, siġar, vetturi, inġenji u apparat ieħor separatament iżda mhux inkluż in-nefqa li tħallset lill-ħaddiema bħala bonus jew overtime?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT (f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent): Ninsab Informat li l-ftehim li sar bejn il-gvern u l- embellishment and landscaping consortium jipprovdi għal żewġ tipi ta' pagamenti, dawk għal manutenzjoni u dawk fuq proġetti.", "Il-ħlas għall-manutenzjoni isir fuq rata ta' man-day basis li hija all inclusive, jiġifieri tinkludi pagi, salarji, bonuses, overtime, materjal, inġenji, tagħmir, spejjeż oħra, jiġifieri overheads u qligħ.", "Sa l-aħħar ta' Mejju 2003 tħallsu Lm 1,453,103 fuq manutenzjoni.", "Il-proġetti jitħallsu kemm abbażi ta' materjal provdut kif ukoll għall- pagi, salarji, bonuses etc. Sa l-aħħar ta' Mejju 2003 tħallsu Lm 336,676 għall-materjal provdut u Lm 277,715 għall-pagi.", "SAĦĦA - DIRECT ORDERS", "899.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 122 u jgħid kemm direct orders ħarġu mill-ministeru u dipartimenti li jaqgħu taħt id- dekasteru tiegħu bejn Jannar u April ta' din is-sena?", "Kemm kienet iċ-ċifra fi flus ta' dawn id-direct orders?", "Jista' il-Ministru jagħti l-istess informazzjoni għall-perjodu tas-snin 2001 u 2002?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa): In-numru ta' direct orders li ħarġu mid-diviżjoni tas-saħħa fix-xhur bejn Jannar u April ta' din is-sena u tas-snin 2001 u 2002 huwa kif jidher hawn taħt:", "1.", "Boffa Hospital – Xejn.", "2.", "Head Office & St. Luke's Hospital:", "|Sena | Direct |Ammont | | |Orders | | |2001 |2 |Lm52,218 | |2002 |- |- | |2003 |6 |187,928 |", "(Is-somma tat-2003 tinkludi Lm164,950 għal service contract tal-Cobe kidney machines li jasal sas-sena 2010.)", "3.", "Goverment Pharmaceutical Services:", "|Sena |Direct |Ammont | | |Orders | | |2001 |606 |Lm347,337 | |2002 |444 | 317,035 | |2003 |499 | 320,515 |", "(L-ammonti ġew ikkwotati f'liri Maltin u d-direct orders li saru mill-GPS fil-perjodi msemmija jinkludu ammonti f'munita barranija bil-figuri konvertiti f'liri Maltin bir-rata tal-kambju ta' l-4 ta' Lulju 2003 u għalhekk l-ammonti msemmija jistgħu jvarjaw.", "Fl-ammonti hemm ukoll inklużi xi penali li ġew mnaqqsa mill-ammont globali.)", "BURMARRAD - XOGĦLIJIET", "900.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Peress li r-rampa ħdejn Xerri garden centre fi Triq ta' Burmarrad ma tranġatx max-xogħlijiet li kienu qed isiru f'din it-triq għad-detriment li l-bdiewa ma jistgħux jgħaddu minnha, jista' il- Ministru jara li din titranġa minnufih ħalli s-sitwazzjoni tiġi rimedjata u l-bdiewa jkollhom l-aċċess neċessarju?", "Jista' jara li dawn ix-xogħlijiet isiru bla aktar telf ta' żmien?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (f'isem il-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni): Jien informat li fil-post imsemmi kien hemm rampa komuni li ġiet irranġata bħala parti mill-proġett tat-triq ta' Burmarrad.", "Iżda jirriżulta illi żviluppa tilwim bejn min juża din ir-rampa, bir-riżultat li din inqalgħet minn nies mhux magħrufa u għalkemm id-direttorat tat-toroq ipprova jagħmel żewġ rampi biex jevita l-inkwiet, ħadd ma ried li dawn isiru fil-proprjeta' tiegħu.", "Il-każ għalhekk għadu qed jiġi kkonsidrat.", "MARFA - STALLAZZJONI TA' TELEPHONE BOX", "901.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill-Ministru għat-Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u Investiment: Jista' il-Ministru jara li tiġi stallata t-telephone box li kien hemm fil-Marfa fil-parti ta' ħdejn is-substation tad-dawl tar-Ramla Bay, peress li din tintuża mill-bdiewa u l- pubbliku ta' l-inħawi?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta li tajt għad-domanda parlamentari 1130.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jista' il-Ministru jgħid x'kienet tgħid din ir- risposta?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Din kienet tgħid hekk:", "\"Filwaqt li nifhem li l-Onor.", "Interpellant għamel id-domanda biex jaqdi d-dmir tiegħu ta' membru parlamentari, nitolbu jifhem li l- Maltacom m'hijiex dipartiment tal-gvern iżda kumpannija kkwotata fuq l- istock exchange.", "Konsegwentement din it-tip ta' informazzjoni min- natura tagħha hi privata u m'huwiex kompitu li tiġi misħarrġa minn dan il-Parlament.", "Hemm ovvjament mezzi oħra dwar kif jassigura li kumpannija bħal Maltacom tagħti s-servizz tagħha b'effiċjenza.''", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jista' il-Ministru jgħid kif se jagħmel il-poplu Malti u Għawdxi biex f'din il-kwestjoni jieħu sodisfazzjon meta 60% tax- shareholding lill-kumpannija huwa tiegħu?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Il-liġi dwar il-kumpanniji, fost liġijiet oħra, tagħmel obbligi mhux biss fuq ix-shareholders imma anke fuq id-diretturi tal-kumpannija skond kif iġibu ruħhom u l-informazzjoni li jiżvelaw.", "Din il- liġi ġiet approvata b'kunsens miż-żewġ naħat tal-Kamra u jien bħala ministru u bħal kull ministru ieħor konċernat f'kumpanniji, naġixxi skond il-liġi dwar kumpanniji kummerċjali u nirrispetta l-obbligi li hemm fiha.", "U hemm sanzjonijiet mhux biss finanzjarji imma anke kriminali personali fuq disclosures li ma jiġux awtorizzati.", "Jekk f'dan il-każ id-domanda tikkonċerna l-istallazzjoni ta' telephone box, li jrid jagħmel l-Onor.", "Noel Farrugia hu - kif irrispondejt lill-Onor.", "Mario Galea preċedentement - li jaqbad mat-taqsima li hija responsabbli għat-telephone boxes ta' l-Enemalta u jagħmel domanda lilu.", "Pero' m'hijiex funzjoni ta' dan il-parlament li jistħarreġ aktar dawn it-tip ta' affarijiet għax hu għażel – wara kollox hekk għażel ukoll il-Partit Laburista meta kien fil-gvern – li jagħti struttura differenti lil dawn il- kumpanniji.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Naħseb li l-Ministru jaqbel miegħi li jekk ikun hemm xi ħaġa ta' interess nazzjonali, per eżempju jkun hemm lokalita' li fiha ma jkunx hemm is-servizz tat-telephone, il-parlament għandu jara li dan is- servizz jingħata għax wara kollox, anke bir-regolatur, il-Maltacom hija obbligata li tipprovdi dan is-servizz.", "Ladarba l-poplu għandu 60% tax- shareholding, kif se tidħol kummerċjalment in-neċessità li fl-interess tal- poplu wieħed jikkonsidra li jagħmilha jew li ma jagħmilhiex għax forsi ma tkunx vijabbli jew ma jkunx hemm bżonnha?", "Għaliex il-Ministru qed jinħeba wara din il-liġi?", "GĦaliex ma naqblux li flimkien naraw kif naslu biex dawn l-affarijiet ikunu jistgħu jsiru?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nassigura lill-kollega tiegħi li la jiena u lanqas il- Maltacom m'aħna qed ninħbew wara l-liġi.", "It-tnejn li aħna qegħdin nirrispettawha kif inhu l-obbligu tagħna li nagħmlu, kif inhu l-obbligu tad- diretturi tal-Maltacom li jagħmlu u kif nemmen li hu l-obbligu ta' kull membru ta' din il-Kamra li jagħmel.", "L-agħar ħaġa tkun jekk aħna li nilleġislaw inkunu l-ewwel nies li ninjoraw din il-liġi.", "U nagħmilha ċara li minkejja d-domandi li jsiru, m'għandi ebda intenzjoni li nikser liġi li għandi quddiemi.", "Ċertament dan il-parlament m'huwiex prekluż li jagħmel dibattitu fuq is- servizz tal-Maltacom u jindaga kif irid dwar is-servizz li qed jingħata mill-Maltacom, pero' hemm ċerta informazzjoni kummerċjali li hija protetta bil-liġi u din ma tistax tingħata.", "U dan indipendentement minn jekk għandekx 60% tax-shares tal-kumpannija jew għandekx biss share waħda.", "Il- protezzjoni u r-relezzjoni tad-diretturi vis-à-vis ix-shareholders ma tiddependix fuq l-ammont ta' shares.", "Fil-fatt il-liġi ma tiddistingwix bejn kemm għandek shares.", "Shareholder b'share wieħed għandu l-istess drittijiet, anzi kultant għandu protezzjoni iktar, daqs shareholder li għandu 90% tax-shares.", "L-argument hu l-istituzzjoni li aħna approvajna f'dan il-parlament - u nerġa' ngħid li din kienet ġiet approvata miż-żewġ naħat - li meta inti tagħmel kumpanniji kummerċjali iktar u iktar hemm obbligi fuq kumpanniji kummerċjali kkwotati fuq l-iStock Exchange, hemm ċerti riżervi ta' informazzjoni, speċjalment fejn jidħol l-għoti ta' servizz u l- istallazzjoni ta' telephone box, li dan il-parlament ma jistax jidħol fihom.", "Dak huwa stat ta' fatt approvat minn dan il-parlament u hawnhekk qegħdin nosservaw din ir-realtà li qbilna fuqha f'dan il-parlament.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Huwa wkoll stat ta' fatt li f'dan il-parlament kien hemm il-Partit Nazzjonalista li meta kien fl-oppożizzjoni ried li jkun jista' isir dibattitu fuq il-Maltacom.", "Anke l-Partit Laburista, kemm meta kien fil-gvern kif ukoll meta kien fl-oppożizzjoni, kien aċċetta li jsir dibattitu fuq it-Telemalta, illum il-Maltacom.", "Ladarba huwa stat ta' fatt li dan hemm qbil dwaru miż-żewġ naħat tal-Kamra, tista' ssir xi ħaġa biex għallinqas nuru t-trasparenza u jkun hemm lok biex il-Maltacom tiġi diskussa?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jekk issa jrid ibiddel il-parametri ta' kif kien qed jiddiskuti, inbiddlu l-parametri kemm irridu imma l-argument ma jibqax jekk isirx dibattitu jew le fuq il-Maltacom.", "L-argument hu li ż-żewġ naħat tal- Kamra qbilna li lil Maltacom inpoġġuha taħt ċertu regime ta' liġijiet approvati minn dan il-parlament.", "Dawk il-liġijiet aħna rridu nosservawhom.", "Jekk irridu nibqgħu sejrin fit-triq ta' kumpanniji tal-gvern li jiġu kkwotati fl-istock exchange, li jitbiddel il-metodu ta' ħidma tagħhom totalment mill-korporazzjonijiet ...", "Għax din m'hijiex korporazzjoni u għalkemm għaddejna mill-fażi tat-Telemalta, it-tnejn qbilna li l-libsa tat- Telemalta ma kenitx għadha adegwata.", "U aħna qbilna li tmur għal Maltacom plc, quoted fuq l-istock Exchange.", "Issa jekk ma nifhmux li dawn it- tibdiliet iġibu wkoll tibdiliet ta' kif issir ir-regolamentazzjoni, allura naħseb li ma nkunux fhimna għalfejn għamilna dawn l-affarijiet.", "Illum ir-regolatur tal-Maltacom hu l-communications authority u domandi dwar x'għandu jsir mill-Maltacom għandhom isiru tramite din l-awtorita' għax bħala parlament dik hi l-kappa li għażilna li nagħmlu.", "Issa jekk se nippruvaw inbenġlu billi nieħdu parti mil-liġi l-ġdida tal-communications authority però nżommu wkoll l-istruttura l-antika ta' meta kienet it- Telemalta Corporation, se nkunu qed nannullaw totalment il-pass li għamilna li mmorru għal sistema u regime ta' authority..", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Naħseb il-Ministru jaf li fl-ogħla istituzzjoni ta' dan il-pajjiż, kien hemm l-intendere miż-żewġ naħat li peress li l-poplu Malti u GĦawdxi konxju li fil-Maltacom u fis-subsidiaries tagħha qed isiru ċerti abbużi, anke fil-promozzjonijiet li saru dan l-aħħar – m'hemmx għalfejn noqgħod insemmihom pero' 'il quddiem insemmi kemm trid affarijiet bħal dawn, bħal per eżempju min bilkemm jaf jikteb ismu rnexxielu jagħmel high jump mill-kbar nett – allura issa wara li ż-żewġ naħat tal-Kamra qbilna li naraw kif nagħmlu biex nagħmlu dibattitu f'dan il-parlament, se nerġgħu mmorru lura minn dan?", "Wara li rajna din in-neċessita' għax nafu x'jista' isir, f'daqqa waħda issa qegħdin ngħidu li ma nistgħux nirranġaw xi ħaġa biex naraw li jkun hemm it- trasparenza?", "Għax jekk ma tinġibidx l-attenzjoni f'din l-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż dwar ċerti abbużi li qegħdin isiru, ma jsir xejn!", "Wara kollox ejja nkunu ċari għax nafu li d-diretturi mill-Ministru huma maħtura.", "Mela jekk ifallu d-diretturi, il-Ministru huwa responsabbli hux hekk, għax hu għamilhom!", "Ejja nitkellmu ċar u tond.", "La l-Ministru qed jgħidli li l-Maltacom hija kumpannija u qed jitfa' r- responsabbiltà fuq id-diretturi, mela allura ladarba d-diretturi huma maħtura politikalment minnu, ifisser li jekk dawn ifallu, se jfalli hu, hux hekk?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nirringrazzja lill-Onor.", "Mizzi għall-mod luċidu kif jargumenta l-affarijiet!", "Appartentement għadu ma fehemx id-differenza bejn ir-responsabbiltà politika meta tappunta d-diretturi - biex naqbad it-tieni punt u mbagħad wara ndur għall-ewwel punt - u r-responsabbiltà tad- diretturi li jmexxu l-kumpanniji.", "Id-diretturi għandhom obbligu li lili ma jinformawnix bir-riżultati u bit-tmexxija kummerċjali tal-Maltacom.", "Dan huwa obbligu fuqhom.", "Jiġifieri jekk għadna lanqas fehemna l-ewwel pass ta' dan ir-regime ġdid, naħseb li qed nitkellmu at cross purposes.", "Imma issa niġi għall-kwestjoni tad-diskriminazzjoni li għandu jitkellem fuqhom il- parlament, eċċ.", "Jien ma rridx nidħol fl-istorja, però anke l-istorja riċenti turina x'ġara bil-promotions fis-sentejn li għamel fil-gvern il-Partit Laburista bejn l- 1996 u l-1998 u x'kienu r-riżultati wara li saru l-appelli.", "(Interruzzjonijiet) Quddiem l-ombudsman mhux quddiem ħaddieħor!", "U quddiem il-bordijiet ta' appell bin-nies tal-GWU.", "(Interruzzjonijiet) Jien ma nħobbx immur lura fl-istorja però nista' nassigura lil kulħadd li l- ħaddiema tal-Maltacom, jafu iktar minni li għandhom union attiva ħafna fil- promotions; għandhom bordijiet ta' appell b'deċiżjonijiet fuq promotions, bordijiet li jipparteċipaw fihom nies nominati mill-GWU; u anke għandhom rikors għall-ombudsman, għandhom rikors għall-qorti u għandhom rikors għall- employment commission.", "Naħseb l-aħħar ħaġa li għandhom bżonn il-ħaddiem tal-Maltacom hi li nagħmlu xi dibattitu ta' tliet sigħat hawnhekk!", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Naħseb li l-Ministru jaqbel miegħi li bejn paroli u fatti hemm baħar jikkumbatti!", "Il-Ministru m'huwiex jinduna li mhux imbilli jgħid li għandhom ċerti responsabbiltajiet għax ir-realtà hi li dawn qed jinġibdu bl-ispaga!", "Ejja nkunu ċari, mhux imbilli l-Ministru joqgħod jgħid li huma awtonomi u mhux awtonomi, għax dik hija l-verita'.", "Mhux billi l- Ministru joqgħod isemmi l-bord ta' appell għax jiena naċċertah li m'għandix fiduċja fil-membri ta' dan il-bord u hemm raġuni valida għal dan.", "L- ewwelnett jaf il-Ministru li kien hemm min tneħħa mill-bord ta' appell biex jinħatru ċerti nies flokhom ħalli joħorġu ċerti riżultati?", "Jaf il-Ministru li mhux quddiem it-tribunal għall-investigazzjoni ta' inġustizzji marru dawn!", "Morru quddiem il-qorti ħalli taraw xi ħniżrijiet ħarġu fi żmienkom fil-promozzjonijiet li għamiltu intom!", "Nispera li l-Ministru jiftakarhom dawn l-affarijiet.", "Il-Ministru qed jitfa' r-responsabbiltà kollha fuq id-diretturi, imma nitolbu jżomm quddiem għajnejh li dawn huma maħtura politikament.", "Jiftakar il-Ministru li qabel hu stess kien jgħid li postijiet bħal dawn għandhom ikunu maħtura politikament, fis-sens li m'għandux ikun hemm Laburisti?", "Allura dak li kien jgħid qiegħed jagħmlu fil-prattika!", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom, ma noħolqux dibattitu.", "Dan huwa l-ħin tal- mistoqsijiet.", "Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Fil-bord ta' appell fil-każ tal-Maltacom, bħal fil- każ ta' diversi bordijiet ta' appell fejn jeżistu, tinħatar persuna direttament mill-union li tkun tirrappreżenta lill-ħaddiema, jinħatar wieħed direttament mill-employer, li f'dan il-każ hija l-Maltacom u ċ- chairman isir bi qbil.", "Fil-Maltacom dejjem hekk sar.", "Li jsiru inġustizzji huwa fatt tal-ħajja u ma nippruvawx naħarbu minnu.", "L-argumenti saru kemm fi żmienkom kif ukoll fi żmienna.", "Il-punt li għamilt jien huwa li fil-Maltacom altru li hemm rimedju għall- inġustizzji li jsiru.", "Jien dejjem ngħid l-istess ħaġa, li l-ġustizzja għand Alla biss qiegħda.", "Sakemm aħna nibqgħu ngħixu, l-inġustizzji se jibqgħu jsiru.", "Kultant isiru bi ħsieb u kultant isiru bla ħsieb, però din hija r-realtà.", "L-importanti bħala struttura hu li inti tipprovdi metodu ta' redress kemm jista' jkun possibbli.", "Ħaddiem mal-Maltacom illum għandu erba' metodi ta' redress għax imur quddiem il-bord ta' appell.", "Jekk ma jogħġbux dak jista' imur quddiem l-ombudsman, jista' imur quddiem il-qorti u jista' imur quddiem l-employment commission.", "Naħseb li bħala bnedmin ma nistgħu qatt nipprovdu aktar minn hekk.", "Issa jien l-ewwel wieħed ngħid li kieku jien inkun iċ-chairman ta' xi bord, żgur li se nagħmel xi żball u naħseb li s-Sur Mizzi jammetti wkoll li anke hu huwa fallibbli.", "Kull chairman huwa fallibbli, kull imħallef huwa fallibbli, kull kummissjoni hija fallibbli, pero' naħseb li dan il- parlament irnexxielu jagħti lill-ħaddiema tal-Maltacom, il-protezzjoni kollha possibbli u immaġinabbli.", "Issa jekk fl-aħħar mill-aħħar jibqa' jkun hemm riżultat ta' inġustizzji, imbagħad dawk jarahom il-kbir Alla u ma narawhomx aħna għax naħseb li aktar minn hekk ma nistgħux nagħmlu.", "Ħalli nitkellem dwar ir-responsabbiltà politika u r-responsabbiltà kummerċjali.", "Meta jien ktibt fl-1988, kont qed nikteb fuq sistema taċ- ċivil totalment differenti minn dik li teżisti llum.", "Dak iż-żmien lanqas l- istock exchange ma kienet teżisti.", "Ara kif tbiddlu l-affarijiet!", "Jien nerfa' responsabbiltà għan-nomini li nagħmel fuq il-bord, però ma nerfax ir- responsabbiltà kummerċjali ta' kumpanniji li jien m'għandix kontroll kummerċjali fuqhom.", "Din hija d-distinzjoni.", "Jiġifieri jekk int se ssemmili kumpannija owned 100% mill-gvern, fejn id-diretturi mhux biss jagħtuni kont meniġerjali però jagħtuni wkoll kont kummerċjali, allura hemmhekk nerfa' ċerta responsabbiltà, għalkemm nemmen fl-indipendenza.", "Però fil-każ tal-Maltacom, bħal fil-każ ta' l-MIA, per eżempju, fejn il- gvern għandu 40%, hemmhekk ir-responsabbiltà totali għat-tmexxija kummerċjali hija f'idejn id-diretturi.", "Għax hekk hija l-istruttura tal- liġi.", "Id-diretturi ma jistgħux jiġu jgħiduli x'se jagħmlu kummerċjalment għax inkella jkunu qed jiżvelaw lil wieħed mix-shareholders u mhux lix- shareholders kollha, informazzjoni li hija kummerċjali.", "Dan huwa r-regime li qed naħdmu bih u rridu noqogħdu bih.", "ENEMALTA – RATI TA' L-ELETTRIKU", "1104.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomiċi: Jikkonsidra l-Ministru li jawtorizza rati speċjali ta' l- elettriku għal attivitajiet sportivi uffiċjali li jsiru filgħaxija bħalma huma l-football u t-tiġrijiet taż-żwiemel, peress li dan jgħin anke lill- isport għax jista' jħajjar aktar nies li jattendu?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (f'isem il-Ministru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomiċi): Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li peress li m'huwiex kompitu tal-korporazzjoni Enemalta li tagħti tali konċessjonijiet, l- organizzazzjonijiet responsabbli għal attivitajiet sportivi jingħataw sussidji minn fondi pubbliċi fl-ambitu tas-sitwazzjoni finanzjarja tal- pajjiż.", "Hi mbagħad fid-diskrezzjoni ta' l-istess entijiet kif dawn il- fondi jintużaw.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Abela, domanda supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Peress li l-Onor.", "Austin Gatt huwa direttament responsabbli mill-Enemalta, jista' jgħid jekk il-korporazzjoni hix lesta tikkonsidra li jkun hemm rati speċjali jew sussidjati għal attivitajiet sportivi?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Anke hawnhekk ir-regime tbiddel għax ir-rati qegħdin jiġu ffissati mir-resources authority u kwalunkwe sussidju u kwalunkwe varjazzjoni fir-rati trid tiġi approvata minn dik in-naħa.", "Jiġifieri m'huwiex iktar il-kompitu ta' l-Enemalta li tiffissa r-rati hi.", "Però bażikament - biex immur lura għad-domanda ta' l-Onor.", "Abela - il-linja tal- gvern hi li jekk hemm bżonn ta' għajnuna, aħjar ikun hemm fond ċentrali ta' għajnuna minn fejn wieħed jidħol għaliha milli nħallu fid-diskrezzjoni ta' xi korporazzjoni jew oħra biex tagħmel l-eċċezzjonijiet hi.", "Għax ir-realtà turi li ħafna drabi fil-passat - speċjalment passat fil-bogħod - din it-tip ta' diskrezzjoni ma kenitx tiġi wżata mill-korporazzjoni imma kienet tiġi wżata u abbużata minn ċerti ministri li riedu jivvantaġġjaw ċerti għaqdiet fid-distrett tagħhom.", "Allura f'ġieħ it-trasparenza, ikun aħjar jekk ikun hemm fond ċentrali wieħed amministrat mill-ministeru tal-finanzi minn fejn l-għaqdiet sportivi jkollhom aċċess għall-fondi neċessarji, anke għaliex il- cross subsidization huwa ħażin.", "Għax imbagħad tispiċċa biex l-Enemalta, per eżempju, toħroġ Lm100,000 biex tissussidja lill-għaqdiet ta' l-isport, Lm100,000 oħra biex tissussidja lill-għaqdiet volontarji.", "Dawn ikunu moħbijin u meta l-Enemalta tiġi biex tagħmel telf jew profitt, dawn ma jiġux irrapportati.", "Allura jkun ħafna aħjar li jekk il-gvern jiddeċiedi li jrid jissussidja d-dawl elettriku ta' l-isports ground, ikun hemm finanzjament dirett mill-ministeru tal-finanzi u dawn ma jidhrux fil-kotba ta' l-Enemalta li fl-aħħar mill-aħħar hija biss service provider.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Nifhem dak li semma l-Ministru u naħseb li ċerti problemi għadhom jeżistu anke llum, però hija l-Enemalta li tissuġġerixxi r- rati li mbagħad fl-aħħar mill-aħħar jiġu approvati jew le mill-awtorità tar- riżorsi.", "Jiġifieri jekk l-Enemalta tkun trid li bħala policy jew linja ġenerali jkun hemm rati differenti li jiġu approvati mill-awtorità tar- riżorsi, dawn se jkunu jidhru bħar-rati l-oħrajn.", "Jiġifieri għandek rati kummerċjali, rati domestiċi u jkollok faxxa oħra, ħa ngħid hekk, li tkun fin-nofs, li biha ngħinu aktar lil dawn l-għaqdiet.", "Jiġifieri jekk l- Enemalta tiddeċiedi li bħala policy din tadottaha, naturalment through those channels li semma l-Ministru, wieħed ma jeskludihiex, fis-sens li dawn xorta jkunu qegħdin jidhru.", "M'aħniex qegħdin ngħidu li dawn mhux se jkunu jidhru, qisha xi ħaġa bil-moħbi, imma jkunu rati li jiġu deċiżi as a matter of policy mill-awtorità tar-riżorsi.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jien ma neskludix li wieħed għandu jadotta din il- policy, anzi jekk wieħed jara l-aħħar programm elettorali tal-Partit Nazzjonalista jsib li hemm imsemmi li wieħed għandu jeżamina l-feasibility ta' din il-policy.", "Però naħseb li hemm żewġ kummenti li rrid nagħmel fuqha.", "Waħda minnhom hi li trid tistenna l-liġi ta' l-NGOs għax il- problema hawn Malta hi li jrid ikollna definizzjoni u reġistrazzjoni.", "Hawn Malta m'għandna ebda reġistru ta' għaqdiet volontarji u allura naħseb li huwa importanti li jkollna reġistru ta' l-NGOs.", "(Interruzzjonijiet) Pero' fl-isports ovvjament għandna l-associations.", "It-tieni, minħabba accounting purposes, probabbilment ikun aħjar li jsir bil-metodu kif semmejt qabel li minflok ikun hemm rata speċika għal dawn it-tip ta' attivitajiet, ikun hemm din ir-rata li tkun issussidjata mill-ministeru tal- finanzi.", "ASSENTEIŻMU MILL-ISKEJJEL", "1105.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'kienet il-medja ta' assenteiżmu mhux ġustifikat fl- iskejjel primarji ta' l-istat matul is-sena skolastika li għadha kemm intemmet?", "F'liema lokalitajiet kienet l-aktar għolja?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni): It-tagħrif dwar il-medja ta' assentejiżmu fl-iskejjel primarji ta' l-istat matul is-sena skolastika li għadha kemm intemmet se jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Dikjarazzjonijiet ta' interessi privati għas-sena 2002 magħmula skond paragrafi 48 u 49 tal-Kodiċi ta' l-Etika għall-Ministri u Segretarji Parlamentari.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar applikazzjonijiet quddiem l-Awtorita` ta' Malta dwar l- Ambjent u l-Ippjanar għall-bini ta' dajr mill-Awtorita` tad-Djar u mid- Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar bejn Jannar 2002 u l-15 ta' Lulju 2003, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari 1380; u", "Tabella li turi l-għadd ta' persuni li attendew iċ-ċentru tad-Detox bejn l-1995 u Awissu 2003, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari 1515.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru ta' l-Edukazzjoni:", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Speaker, f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Barranin inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar konsulenti mal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari 1475.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Mugliett.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Mr Speaker, f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar applikazzjonijiet quddiem l-Awtorita' ta' Malta dwar l- Ambjent u l-Ippjanar għall-bini ta' djar mill-Awtorita' tad-Djar u mid- Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar bejn Jannar 2002 u l-15 ta' Lulju 2003, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari 1381.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Is-Segretarju Parlamentari Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Mr Speaker, f'isem il-Ministru tal- Ġustizzja u Intern inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tagrif dwar l-għadd ta' barranin li applikaw għal work permit bejn l- 2000 u Awissu 2003, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari 1516.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA` LIĠI DWAR IL-PROFESSJONIJIET TAS-SAĦĦA", "HEALTH CARE PROFESSIONS BILL", "L-Ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mit-22 ta' Settembru, 2003.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "MR SPEAKER: Il-Ministru tas-Saħħa huwa in possession u jista' jkompli bil-winding up.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa): Mr Speaker, kif għedt fl- introduzzjoni tiegħi, jien m'iniex se ntawwal iż-żejjed għax din hija liġi li fiha l-kelliema taż-żewġ naħat tal-Kamra kienu pożittivi u qablu fuq il- ħsieb li hemm warajha.", "Ovvjament fl-istadju tal-kumitat wieħed ikun jista` jidħol fid-dettalji ta' kull klawsola u jsemmi r-raġunijiet għaliex ittieħdu ċerti deċiżjonijiet għax naħseb li m'huwiex l-iskop tagħna li nitkellmu fuq dawn l-affarijiet illum.", "Mr Speaker, l-erba' kelliema li tkellmu dwar din il-liġi rriferew għall- problema tal-lingwa f'dak li għandu x'jaqsam mal-professjonijiet mediċi u paramediċi.", "Sa ftit ta' żmien ilu d-diskors ġo din il-Kamra min-naħa ta` l- oppożizzjoni kien qisu dejjem jirrifletti li malli nidħlu fl-Unjoni Ewropea se jkollna invażjoni ta` professjonisti ġejjin minn barra jaħdmu ġewwa pajjiżna u jieħdu l-ħobża ta` kuljum tal-professjonisti tagħna.", "Issa donnu jidher ċar li kważi kulħadd induna li bid-dħul ta` Malta fl-UE hemm iżjed ċans li l-Maltin isibu opportunitajiet aħjar u jitilqu jaħdmu barra minn Malta.", "Dan juri wkoll li hemm żvilupp tal-ħsieb f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-UE.", "Pero` apparti dan, kif kont qed ngħid l-erba` kelliema li tkellmu dwar dan l-abbozz qanqlu l-problema tal-lingwa f'dak li għandu x'jaqsam mal- professjonijiet mediċi u paramediċi u għalhekk irrid nispjega daqsxejn dan il-punt.", "L-ewwelnett l-UE ma tippermettix li lingwa tintuża bħala barrier għall-ħaddiema li jiġu jaħdmu f'pajjiżna.", "Fl-istess waqt lanqas tippermetti li pajjiżi oħrajn jużaw il-lingwa bħala barrier fil-konfront ta' professjonisti Maltin u nies fil-health care professions li jixtiequ jmorru jaħdmu barra minn Malta.", "Qed ngħid dan għax l-Onor.", "Chircop qal li xtaqt definizzjoni aħjar ta' \"profiċjenza fil-liġnwa\".", "Waqt li wieħed ma jistax jagħmel il-lingwa bħala barrier biex xi ħadd jiġi jaħdem f'pajjiżna, l- employer jista` jpoġġi l-profiċjenza tal-lingwa bħala waħda mill- kondizzjonijiet biex persuna tkun tista` tiġi ngaġġata miegħu.", "Id- definizzjoni ma tista` qatt tkun tassattiva kif qed jitlob l-Onor.", "Chircop.", "Per eżempju, fil-professjoni medika ma tistax tagħmilha tassattiva li trid tkun taf il-Malti għax tabib li jaħdem bħala patologu jew tossikologu m'għandux għalfejn ikun jaf il-lingwa Maltija.", "Il-lingwa Maltija jew in- knowledge tal-lingwa Maltija hija bżonnjuża meta l-professjonist ikollu kuntatt dirett mal-pazjenti.", "Min-naħa l-oħra naħseb li ma jagħmilx sens li jkollok lil xi ħadd li jagħmel post-mortems u tippretendi li dan ikun jaf bil-lingwa Maltija għax ħadd m'hu se jmerih.", "Huwa importanti li wieħed iżomm il-kunċett li hemm ċerta protezzjoni favur il-klijent għax wara kollox li professjonist ikun jista` jikkomunika mal-pazjent f'dawn il-każi hija xi ħaġa pożittiva fis- sens li pazjent ikun jista` jispjega ruħu.", "Nafu d-diffikutajiet li jinqalgħu meta dan ma jkunx jista` jiġri għax għaddejna minn perjodu, minħabba raġunijiet partikolari, fejn biex tkellem tabib kien ikun hemm bilfors interpretu preżenti biex jittrasmetti lit-tabib dak li tkun qed tipprova twassalu inti.", "Mr Speaker, l-Onor.", "Chircop kien pożittiv ħafna fid-diskors li għamel.", "Pero` f'ħin minnhom qal li ma jistax ikun li abbozz ta` liġi li fih 60 faċċata jkun jista` jiflih sewwa f'jumejn.", "Li nista' ngħid huwa li kienu saru tliet abbozzi ta` liġi, dan huwa t-tielet wieħed, u nista' nassigurah li bejn it-tieni u tielet wieħed ma kien hemm kambjament ta' xejn.", "L-għan ta' dan l-abbozz kien li nipporvaw insibu consensus mal-professjonijiet jew inkella ma' l-erba' kunsilli li jridu jirregolaw il-professjonijiet.", "Pero` hija ħaġa stramba għaliex dan it-tieni abbozz ta` liġi li huwa identiku mat- tielet abbozz li qed niddkustu llum kien ġie mgħoddi lill-ispokesman ewlieni dwar il-qasam tas-saħħa ta` l-oppożizzjoni f'Diċembru li għadda.", "Konna wassalniehulu d-dar għax kien fi żmien ir-recess u ridt li jkollu kumdita` u ħin biżżejjed biex ikun jista` jiflih.", "Niftakar li kont tlabtu jagħtini risposta, ħaġa li qatt m'għamel.", "Jiena kont tajtu dak l-abbozz f'dak il-perjodu għax naf li fil-Milied wieħed ikun ftit iżjed ħafif u allura ppretendejt li dak it-tieni abbozz mhux biss jiġi mifli minnu, imma jiġi diskuss ma' sħabu li hemm fuq in-naħa ta' l-oppożizzjoni biex ikun hemm parir mingħand diversi sorsi.", "Jista' jkun li l-ispokesman ta' l- oppożizzjoni kkonsulta lill-oħrajn u lill-Onor.", "Chircop ma kkonsultahx.", "Dan qiegħed ngħidu mhux għax m'hawnx l-Onor.", "Farrugia, imma għax l-Onor.", "Chircop għamel dik rimarka.", "M'għandix dubju għamilha f'sens pożittiv, pero` hija ħaġa li jrid jiċċaraha mal-kollega tiegħu meta jiġi mill-btala.", "Mr Speaker, l-Onor.", "Chircop staqsa għaliex iċ-chairman se jkun bniedem legali.", "Irridu nammettu li aħna t-tobba ħafna drabi naqtgħu għad-dritt għax nużaw is-sens komun.", "Pero` l-liġi ħafna drabi ma taħdimx bis-sens komun.", "Pero` naħseb li huwa veru li waqt li wieħed isibha diffiċli li fuq kull wieħed minn dawn il-kunsilli jrid ikollok bniedem legali, jekk toqgħod taħseb fuqha tibda tara li hemm ċerti raġunijiet għax anke l-persuna li trid tinħatar bħala chairman trid tkun persuna ta` ċerta esperjenza u allura ovvjament trid tiġbed fuq dik l-esperjenza speċjalment meta tiġi biex tieħu ċerti deċiżjonijiet.", "Jiġifieri jekk se tingħata sentenza mill- kunsill trid tingħata b'mod li tkun pertinenti mal-liġi.", "Barra minnhekk kellna punt importanti x'niċċaraw mal-union tat-tobba.", "Dawn insistew li jekk il-kunsill mediku jibda proċedura kontra tabib allura ma tistax tibda proċedura ċivili kontrih.", "Aħna deherilna li din m'hijiex ħaġa tajba, dawn ma jistgħux jeskludu lil xulxin, għax il-penali huma kompletament differenti u allura ovvjament kien punt ta` diverġenza.", "Kif għedt ipporvajna nilħqu consensus.", "Mr Speaker, punt ieħor li qajjem l-Onor.", "Chircop kien dwar il-ħlas u staqsa min se jistabbilixxi dan il-ħlas.", "Issa hawnhekk forsi għandna kunċetti differenti dwar l-awtonomija.", "Aħna għedna li qed inwasslu l-awtonomija lil dawn il-kunsilli biex ikunu jistgħu jirregolarizzaw ruħhom, u biex ikunu jistgħu jagħmlu hekk ridna li nnaqqsu n-numru ta` rappreżentanti li huma nominati u nżidu n-numru ta` rappreżentanti eletti.", "Għedt ukoll li għall- bidu dawn se jkollhom bżonn l-għajnuna finanzjarja tal-gvern.", "Pero` l-għan tagħna huwa li 'l quddiem dawn ikollhom l-awtonomija finanzjarja biex ikunu jistgħu jirregolarizzaw lilhom nsufhom.", "Issa, se jkunu esaġerati jew le dawn il-ħlasijiet li jridu jitolbu?", "Jiena naħseb li meta wieħed jifhem li hemm maġġoranza ta` membri eletti li jirrappreżentaw il-professjonijiet tagħhom sta għalihom li jaraw li l-ħlas ikun ħlas xieraq u li ma jkunx wieħed esaġerat.", "Imbagħad ma naħsibx li qed nitkellmu fuq mijiet ta` eluf ta` liri.", "Naħseb li sħabi huma bħali reġistrati mal-kunsill mediku Ingliż u safejn naf jien l-aħħar li ħallast kien xi ₤100 Stg.", "Jiġifieri m'aħniex qed nitkellmu fuq somom fenominali.", "Illum kważi kważi iżjed huwa piż il- ħlas ta' l-insurance milli dak tar-reġistrazzjoni mal-kunsilli.", "Mr Speaker, punt ieħor li tqajjem kemm mill-Onor.", "Chircop kif ukoll mill- Onor. Gonzi kien għaliex il-paramediċi mhux kollha se jkunu rappreżentati.", "Li nista` ngħid dwar dan huwa li konna se nispiċċaw biex wieħed mill- kunsilli kien ikollu xi 50 ruħ u jkollna nagħmlu rappreżentanti għal kull paramediku.", "Ta' min jgħid li għandek klassijiet ta' paramediċi li għadhom qegħdin jevolvu.", "Fil-fatt issemmew il-chiropractic, il-homeopathy u oħrajn.", "Pero` rridu niftakru wkoll li ma kienx possibbli li ninkludu lil dawn kollha.", "Għaliex?", "Għax l-ewwelnett m'għandhomx struttura li jirregolaw lilhom infushom u t-tieni nett f'Malta għandek paramediċi li minnhom hawn biss tnejn u ma jagħmilx sens li se jkollok rappreżentazzjoni ta' tnejn min- nies fuq kunsill meta membri hemm tnejn biss.", "Jiġifieri dawn huma affarijiet prattiċi.", "Pero' ħadna ħsieb li fil-każ tad-dentisti u anke fil- każ tal-kunsill ta' l-ispiżjara, jekk ikunu qegħdin jiddiskutu l-pharmacy technicians jew dental technicians allura l-persentaġġ tar- rappreżentazzjoni ta' dawk il-kategoriji jirdoppja ruħu.", "Jiġifieri meta jkunu qegħdin jiddiskutu affarijiet li jolqtu lilhom ikollhom żewġ membri jirrappreżentawhom minflok wieħed.", "Dan kollu għamilnieh biex inkunu nistgħu nassiguraw li l-proċess ikun fair tul il-ħin tiegħu kollu.", "Ħaġa oħra li staqsa l-Onor.", "Chircop kienet għaliex ma ngħatax warrant lin- nurses.", "Jien ipprovajt nispjega wkoll li llum il-professjonijiet mediċini għadhom qegħdin jevolvu fis-sens li sejrin iktar lejn il-kunċett ta' speċjalizzazzjoni.", "Irrid ngħid li minkejja li kien hemm laqgħa ġenerali apposta ta' waħda mill-unions tan-nurses, li wieħed irid japprezza u jrid jifhem li warrant jinħareġ meta professjonist ikun jista' jaħdem mingħajr superviżjoni ta' xejn.", "Allura issa mexjin minn nurses għal nurses speċjalizzati.", "Dan huwa proċess li bil-mod il-mod qiegħed jikber.", "Issa meta jkollok speċjalizzazzjoni fuq bażi formali li tiggarantixxi li n-nurses, bħal professjonisti oħra, ikunu jistgħu jaħdmu mingħajr superviżjoni ta' xejn allura tkun tista' toħroġ il-warrant għalihom.", "Pero` kif diġa` għedt, din hija liġi li kienet magħmula fl-1901, 100 sena ilu, u ma nistgħux issa f'daqqa waħda nibdlu s-sistema kollha.", "Dan huwa proċess li rridu nitgħallmu minnu waqt li qegħdin inwettquh.", "Nafu fejn irid iwassalna, pero` jrid iwassalna fuq medda ta' żmien biex anke tinbidel il-kultura ta' dawk in-nies li jkunu qed jifformaw il-kunsilli.", "Mr Speaker, l-Onor.", "Gonzi staqsieni wkoll kif u b'liema mod il-kunsill mediku jista` jinvestiga.", "Kif għedt filgħodu, dan il-punt kellna diverġenza fuqu.", "Kien hemm min sostna li ma jistax ikollok kunsill li jinvestiga u mbagħad jagħti penali jew jieħu passi legali kontra professjonist jew membru tiegħu.", "Jiġifieri ma jistax ikun li judge and jury fl-istess ħin.", "Aħna fehemnihom, u fl-aħħar naħseb li fehmu wkoll, li minkejja li huwa l- obbligu tal-kunsill, f'dan il-każ tal-kunsill mediku, li jinvestiga m'hemmx għalfejn ikun il-kunsill mediku nnifsu li jagħmel din l-investigazzjoni.", "Imma l-kunsill mediku jista' jaħtar sotto-kumitati li jkunu jistgħu jagħmlu l-investigazzjoni u mbagħad ovvjament bir-riżultat ta' l-investigazzjoni jkunu jistgħu jmorru għand il-kunsill biex jaraw kif l-aħjar li jipproċedi.", "Mr Speaker, kelliem ieħor li kien pożittiv ukoll u li bħal ta' qablu rnexxielu jaqla' dan is-suġġett 'il fuq mill-politika kien il-kollega tiegħi l-Onor.", "Joe Debono Grech.", "Dan qal li ħafna minn dawn l-affarijiet jiddependu fuq il-professjonalita` tat-tabib, u semma ċerti eżempji.", "Jiena għadni kemm ġej minn konferenza ġewwa Praga u saret riferenza - qed insemmiha f'din il-Kamra għax naħseb li huwa tajjeb li nkunu nafuha – għal kemm verament il-professjoni medika qiegħda soġġetta f'dak li tippreskrivi għall-industrija farmaċewtika.", "Huwa interessanti li fl-Amerka l-industrija li tagħmel il-mediċini tonfoq Lm10,000 f'reklamar fuq kull tabib.", "Kull tabib ġewwa l-Amerka jiswa lill-industrija li timmanifattura l-mediċini Lm10,000.", "Ma tridx tkun ġenju, imma jekk tonfoq Lm10,000 fuq kull tabib sinjal li tkun trid tiġbor 'il fuq minn Lm10,000 lura minn kull tabib.", "Qed nirriferi għal dan l-istudju li sar ġewwa l-Amerka, pero` ovvjament m'għandix dubju li dan isir Malta wkoll.", "Allura ovvjament jiddependi fuq il- valuri li jħaddan it-tabib u fuq il-professjonalita` tiegħu.", "Mr Speaker, f'dan l-studju jintqal ukoll li l-mediċini huma għoljin ħafna għax jintnefqu miljuni jew biljuni kbar ta' flus fir-riċerka.", "Fil-fatt l- istudju wera biċ-ċar li 40% ta' l-ispiża ta' l-industrija farmaċewtika fl- iżvilupp ta' mediċini ġodda jintnefqu biex isir lobbying where it matters biex il-prodotti jimxu 'l quddiem.", "Ovvjament m'iniex qed ngħid dan għal pajjiżna għax f'pajjiżna m'għandniex dik it-tip ta' industrija.", "Pero` ma neskludix li jkun hemm min jiġi ttantat jippreskrivi ħaġa minflok oħra għaliex jista' jkun hemm xi ftehim li jkun iħares iktar lejn l-interessi tat-tabib milli lejn dawk tal-pazjent, li hija ħaġa li għandha tiġi kkundannata mhux biss minn din il-Kamra imma minn kulħadd.", "Stejjer jinstemgħu, pero` permezz ta` dan l-abbozz ta` liġi issa l-kunsill mediku m'għandux bżonn joqgħod jistenna li xi ħadd jagħmillu rapport formali biex jinvestiga xi għajdut li jista` jkun hemm.", "Issa fuq inizjattiva tiegħu jista` jinvestiga l-għajdut jew inkella l-allegazzjonijiet li jkunu qegħdin isiru pubblikament anke fuq il-gazzetti.", "Mr Speaker, l-Onor.", "Debono Grech qal ukoll li għandna nipprovdu l-faċilita` li t-tabib privat ta' dak li jkun għandu jkollu aċċess għall-Isptar San Luqa.", "Jien naħseb li minkejja li huwa veru li kemm jiena kif ukoll il- ministri ta' qabli pprovaw jinsistu li qabel ma joħroġ mill-isptar pazjent għandu bilfors ikollu d-discharge letter, dan mhux dejjem ikun possibbli.", "Dan huwa nuqqas li rridu nkomplu naħdmu biex nipprovaw nirrimedjah.", "Pero` min-naħa l-oħra Malta hija pajjiż żgħir, jiġifieri t-tobba jkunu jafu lill- konsulenti u l-konsulenti jkunu jafu lit-tobba u għalhekk is-sistema ta' komunikazzjoni hija waħda eċċellenti.", "Jiena naħseb li qatt ma kien hemm tabib li pprova jikseb informazzjoni mingħand il-konsulent ikkonċernat, nista' ngħid għalija l-ewwel wieħed, u sab xi diffikulta` biex din l- informazzjoni tasallu.", "Fl-aħħarnett tkellem ukoll il-kollega tiegħi l-Onor.", "Silvio Parnis li qal li s-sistema tas-saħħa f'pajjiżna qiegħda tagħti servizz tajjeb lill-poplu tagħna.", "Pero` minkejja li ma tkellimx fuq is-suġġett proprju wera l- preokkupazzjoni tiegħu fuq il-waiting list li għandna fl-oftalmija u fl- ortopedija, f'mard li huwa deġenerattiv.", "Naħseb li daqsi jaf x'inhu l- kaġun ta` dan u jaf li din il-problema qed tiġi ndirizzata.", "Fl-oftalmija, per eżempju, huwa iktar faċli li tagħmel appuntament - u dan naħseb li jista' jikkonfermah il-kollega tiegħi - biex jarawk l-ewwel darba l-isptar milli tagħmlu ma' l-istess konsulent fil-privat.", "Għandek konsulenti li ġewwa l-isptar tagħna jdumu xahar biex jagħmlulek appuntament għal każ li m'huwiex urġenti u jekk tmur tfittex is-servizzi tagħhom fil-privat trid tistenna madwar disa' xhur jew sena.", "Jiġifieri l-problema f'dawn iż-żewġ branki m'hijiex biss qiegħda ġewwa l-isptar.", "L-Onor.", "Parnis qal wkoll li m'huwiex aċċettabbli li jkollok pazjenti jistennew sentejn biex jagħmlu operazzjoni ta' l-ingroppa jew ta' l- irkoppa.", "Jekk wieħed iħares lejn l-istatistika huwa faċli li jsib li hemm numru ta' konsulenti, għandek ħamsa jew sitta, li l-waiting list tagħhom tvarja bejn sentejn u sitt xhur.", "Jekk kulħadd jagħżel l-istess konsulent - hawnhekk irrid ngħid li l-pazjent Malti għandu l-lussu li jagħżel liema konsulent jarah - u dan l-istess konsulent jaħdem darbtejn f'ġimgħa fis- swali ta' l-operazzjoni, bħall-konsulenti l-oħra, allura jifhem li dan ikollu waiting list ta' sentejn.", "Pero` ma tistax tikkritika s-sistema sempliċement għax inti għandek l-għażla li tmur għand il-konsulent li trid inti.", "Naħseb li l-kollegi tiegħi japprezzaw li meta nitkellmu fuq l-oftalmija primarjament inkunu qed nitkellmu fuq katarretti.", "Nafu li ftit tax-xhur ilu d-diviżjoni tas-saħħa għamlet ukoll eye bank biex inkunu nistgħu naqtgħu l-waiting list għaliex hija ħaġa importantissima li ma konniex qed nagħmlu harvesting biżżejjed tal-corneas li jkollna.", "Qegħdin nagħmlu wkoll sistemi ġodda.", "Per eżempju, biex naqtgħu l-waiting list qegħdin noffru lill- konsulenti li jieħdu ġurnata off matul il-ġimgħa pero` jidħlu jaħdmu l-Ħadd biex ovvjament ikollhom iżjed theatre time available.", "Għaliex?", "Għax hija ħaġa stramba kif aħna jkollna l-full complement tan-nurses ġewwa t-teatru u l-full complement ġewwa l-isptar kollu proprju f'dawk il-ġranet li l-inqas ikollna bżonnhom.", "Pero` m'iniex se niftaħ dan iċ-chapter għax inkella nerġgħu nibdew bis-soltu storja.", "Mr Speaker, jiena bdejt billi għedt li din is-sena hija l-vintage year - wara li nispiċċaw din il-liġi se nibdew liġi oħra, il-public service act - minħabba n-numru ta' liġijiet li għandhom x'jaqsmu mal-professjonijiet mediċi.", "Naħseb li din il-liġi tant importanti għaddiet f'ħin record.", "Apparti li għad trid tiġi diskussa wkoll fl-istadju ta' kumitat, nistgħu ngħidu li għaddiet f'seduta waħda.", "Din hija liġi ta' importanza kbira li se tiżgura livell għoli fil-professjonisti tagħna.", "Hija liġi li se tiżgura wkoll li l-pazjenti tagħna jkunu garantiti li dawk li qegħdin iwasslulhom is-servizz ikollhom l-ogħla kwalita` u l-ogħla kwalifiki meta jiggradwaw tul iż-żmien li joffru dak is-servizz.", "Barra minnhekk din il-liġi se tkompli tiżgura li kulmin irid iwassal dan is-servizz, jekk idum iwasslu għal 10 snin, 20 sena jew 30 sena, irid iżomm ruħu aġġornat kontinwament biex iwassal l-aħjar kwalita` ta' servizz lill-klijent tagħna.", "Naħseb li l-professjonisti u dawk li għandhom verament għal qalbhom is- saħħa tal-pazjenti tagħna jafu li l-professjonijiet li qegħdin nitkellmu fuqhom jeżistu għaliex jeżistu l-pazjenti.", "Mingħajr il-pazjenti ma jeżistux tobba, m'hemmx għalfejn nurses, m'hemmx għalfejn paramediċi u allura huwa sew li minn din il-Kamra nilleġislaw biex dawn li qegħdin jipprovdu wkoll il-ħobża ta' kuljum lill-professjonijiet ikollhom u jgawdu l-aħjar servizzi possibbli.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-abbozz ta' liġi msejjaħ \"Att biex jirregola l-prattika ta' Professjonijiet dwar il-Kura Medika f'Malta\" jiġi moqri t-Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-abbozz ta' liġi ġie moqri t-Tieni Darba.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Mr Speaker, nipproponi li dan l-abbozz ta' liġi jiġi ttrattat mill-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "MARIO GALEA: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-abbozz ta' liġi msejjaħ \"Att biex jirregola l-prattika ta' Professjonijiet dwar il-Kura Medika f'Malta\" jiġi ttrattat mill-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IS-SAĦĦA PUBBLIKA", "PUBLIC HEALTH BILL", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Mr Speaker, nipproponi t-Tieni Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jippromwovi u jipproteġi s-Saħħa\".", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "TONIO FENECH: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Rimarki?", "Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Mr Speaker, meta dalgħodu ntroduċejt l-abbozz ta' liġi li għadna kif għaddejna mit-Tieni Qari għedt li jien m'iniex se noqgħod nitkellem tliet kwarti fuq abbozz ta' liġi li huwa primarjament tekniku u li jrid jiġi diskuss iktar bir-reqqa fl-istadju ta' kumitat.", "Fuq dan l-abbozz li ressaqt issa naħseb li se ndum nitkellem inqas milli tkellimt dalgħodu għas-sempliċi raġuni li li jekk wieħed jaqra klawsola 45 malajr jifhem li dan huwa an enabling act.", "Fil-fatt subklawsola (1) ta` klawsola 45 tgħid hekk:-", "\"(1) Mingħajr preġudizzjoni għal kull ħaġa li saret jew kull responsabbilta` mġarrba taħthom, il-liġijiet jew l-artikoli jew partijiet minn liġijiet elenkati fis-subartikolu (2) ta' dan l- artikolu (hawn iżjed 'il quddiem imsejħa l-Liġijiet Imħassra) huma b'dan imħassra.\".", "Jiġifieri dan huwa an enabling act li qed iħares u jagħti poteri lill- ministru tas-saħħa biex jiddelega r-responsabbilta` tiegħu lis- suprintendent tas-saħħa biex jieħu passi immedjati fejn ikun hemm threat għas-saħħa pubblika.", "Li ġara kien li kellna ħafna liġijiet bħal per eżempju l-emendi fil-Police Code fejn dawk il-partijiet li għandhom x'jaqsmu mas-saħħa ġew maqlugħa minn dak il-code of practice u allura nistgħu ngħidu li tħallew in aria, u dan l-abbozz ta' liġi li qegħdin niddiskutu llum se jiġbor taħtu dawn l-atti kollha li se nelenka: L-Att dwar l-Arja Pura, Kap. 200, l-Att dwar iż-Żibel u l-Iskart, Kap. 206, l- artikli 97, 101 sa 110, 117, 118, 121, 122, 124 sa 127 tal-Kodiċi tal- Liġijiet tal-Pulizija, Kap. 10 u l-Ordinanza dwar it-Tħaris tal-Mard, Kap. 36.", "Mela hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq att li qiegħed jiġbor taħtu b'mod iżjed koerenti u iżjed omoġenu dawk il-biċċiet li kienu covered f'liġijiet oħrajn.", "Dan ifisser ukoll li se jkun iktar possibbli li tittieħed azzjoni immedjata u f'waqtha għaliex ir-responsabbilta` ta' ċerti deċiżjonijiet sejra tkun f'persuna waħda li hija s-suprintendent tal-public health.", "Huwa an enabling act ukoll għax minnu jridu joħorġu numru ta' avviżi legali biex wieħed ikun jista' jasal għal dan il-għan.", "It-tieni għan ta' dan l-abbozz ta' liġi huwa li jħares b'mod kritiku lejn l- iżviluppi li saru fis-saħħa.", "Per eżempju, għandek parti minnu li qiegħda tindirizza branka tal-mediċina moderna li hija l-ionising radiation.", "Qegħdin nagħmlu wkoll provvedimenti biex inkunu nistgħu noħorġu legal notice f'dak li għandu x'jaqsam ma' ilma li huwa tajjeb għar-rikreazzjoni jew inkella għall-għawm.", "Qegħdin naħsbu wkoll biex is-suprintendent, permezz ta' legal notices, ikun jista' jieħu miżuri li sal-lum ma setax jieħu fuq, per eżempju, meta wieħed iżomm l-annimali d-dar.", "Naħseb li l- kollega tiegħi bħali jaf li għandna liġi li tikkontrolla x'annimali u kemm annimali żżomm id-dar ilha ġejjja minn żmien il-kavallieri - tista' żżomm xi 40 mogħża u fniek u tiġieġ u dan kollu - u l-liġi kif kienet sal-lum ħadd ma jista' jagħmel xejn sakemm iżżomm il-premises nodfa.", "Allura konna qegħdin nispiċċaw li l-pubbliku jmur għand il-health inspector, il-health inspector imur jara u jekk isib xi ħaġa kontra l-liġi jgħaddi l-complaint lill-pulizija, jibdew proċeduri legali u ndumu nduru bejn dipartiment u ieħor tgħidx kemm, u miskin il-konsumatur li jibqa' mdendel fin-nofs mingħajr m'għandu d-dritt jieħu rimedju.", "Sur President, kif diġa` għedt, ir-responsabbilta` qiegħda tkun f'idejn persuna waħda.", "Dan għas-sempliċi raġuni li nafu li anke dak li jhedded is- saħħa pubblika llum m'għadux dak li kien qabel u jirrikjedi azzjoni immedjata li tkun ikkonċentrata f'persuna waħda.", "Qiegħed, per eżempju, għall-iscare li kellna ta' l-anthrax, nirrefer għall-iscare ta' mard infettiv, għall-possibbilta` li jkollna użu ta' mikrobi jew ta' kimiċi li jistgħu jagħmlu ħsara fi żmien ta' gwerra u ħafna minn dawn l-affarijiet.", "Din il-liġi qed tagħmilha ċara li l-persuna li trid tieħu passi immedjati kważi mingħajr indħil ta' ħadd hija s-suprintendent tas-saħħa pubblika.", "Jien m'għandix dubju li meta wieħed jifhem l-ispirtu ta' dan l-abbozz jifhem ukoll li din m'hijiex xi liġi li għandha tkun ikkontestata u m'iniex qed nistenna li jkun hemm kontestazzjonijiet fuqha.", "Din hija liġi li ma fiha xejn ħlief li tagħti l-poteri lis-suprintendent tas-saħħa pubblika u l- ministru, u li l-kontenut tagħha jrid jiġi komunikat permezz ta' legal notices li wieħed joħroġ skond iċ-ċirkostanzi.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Karl Chircop.", "ONOR.", "KARL CHIRCOP: Sur President, irrid nissottolinea li din hija liġi pożittiva.", "Kif qal il-ministru din hija liġi li l-għan ewlieni tagħha huwa li nippromwovu u nipproteġu s-saħħa ġewwa pajjiżna.", "Effettivament li qegħdin nagħmlu huwa li namalgamaw diversi liġijiet żgħar spezzettati u nġibuhom proprju taħt abbozz ta' liġi wieħed, li wara kollox hija xi ħaġa tajba.", "Hija xi ħaġa tajba għaliex jidher li l-gvern irid jimxi f'din id- direzzjoni anke biex titnaqqas xi burokrazija u dewmien żejjed li jinħolqu f'ċerti każi.", "Il-Ministru semma l-każ ta` meta xi ħadd imur għand il-health inspectors u wara tgħidx kemm jiġri mingħand Qajfas għal għand Pilatu u Alla jaf meta l-klijent jieħu dak li ħaqqu, jekk jieħdu, għax ħafna drabi fil-fatt ma jeħux dak li ħaqqu minħabba raġunijiet tekniċi legali.", "Sur President, fiha nnifisha din hija liġi teknika li tikkonċentra dwar il- funzjonijiet, ir-responsabbiltajiet u l-poteri tas-suprintendent tas-saħħa pubblika.", "Jidher li din il-persuna, biex ngħid hekk, hija l-kingpin li tgħaqqad ma' dwarha din il-liġi, u hekk għandu jkun wara kollox.", "Li ħassibni xi ftit jien huwa dak li jingħad fi klawsola 5 f'dak li għandu x'jaqsam ma' delega.", "Fil-fatt f'subklawsola (1) ta' din il-klawsola jingħad hekk:", "\"(1) Is-Suprintendent jista' jiddelega, taħt dawk il-kondizzjonijiet li jista' jqis li jkunu xierqa, xi waħda mis-setgħat tiegħu lil min irid.\".", "Din tant naraha li hija open-ended li sinċerament tinkwetani.", "M'għandniex xi ngħidu li l-individwu li tkun se taqdi dan ir-rwol ta' suprintendent tas- saħħa naturalment se tkun persuna integra u taf x'għandha tagħmel.", "Pero` ma jistax ikun li permezz ta' din il-liġi s-suprintendent jiġi mogħti din is- setgħa li jista' jappunta persuna lil min irid hu.", "Jien nemmen li hemmhekk il-liġi tista' tiġi emendata b'mod iktar raġonevoli.", "Nistgħu, per eżempju, ngħidu li s-suprintendent jista' jiddelega l-persuna li hija idonea għal dak il-każ partikolari li jkollu quddiemu.", "Naħseb li hekk tagħmel iktar sens għax b'hekk il-liġi tkun qiegħda tispeċifika xi ftit iktar ir-rwol ta' kif għandu jaġixxi s-suprintendent f'dan il-każ.", "Sur President, għalkemm intenni li dan huwa abbozz ta' liġi pożittiv xorta waħda ngħid li hemm ċerti klawsoli li jħalluk b'ċerta togħma qarsa.", "Per eżempju, għal kull min għandu l-interessi ta' l-annimali għal qalbu hemm żewġ klawsoli li fl-opinjoni tiegħi fihom faċilment setgħu ddaħħlu l- interessi ta' l-annimali kemm fil-pożittiv u anke fin-negattiv, pero` dawn ġew injorati totalment.", "Jien qiegħed nagħmel riferenza għall-klawsola 16 u klawsola 21, u għall-benefiċċju tas-semmiegħa li qegħdin jisimgħuna live huwa tajjeb nfehemhom daqsxejn x'qiegħed ngħid.", "Klawsola 16 tiddiskuti dawk li huma poteri speċjali tas-suprintendent tas-saħħa.", "Fil-fatt din tgħid hekk:", "\"(1) Għall-finijiet ta' din it-Taqsima is-Suprintendent jista' jawtorizza lil xi persuna:", "(a) tidħol f'xi post jekk ikun hekk meħtieġ billi tuża forza raġonevoli biex:", "(i) issalva l-ħajja tal-bniedem; jew", "(ii) tipprevjeni milli ssir xi ħsara lil xi bniedem; jew", "(iii) teħles lil xi bniedem ferut jew fil-periklu; u", "(b) tagħlaq xi nħawi, fond, roqgħa ilma jew vetturi; u", "(ċ) tneħħi billi tuża forza raġonevoli lil kull min jonqos milli jħares xi ordni.", "Naturalment dawn kollha huma affarijiet pożittivi.", "Pero` jien nemmen li fejn qegħdin ngħidu li s-suprintendent jista` jawtorizza lil xi persuna tidħol f'xi post biex issalva l-ħajja ta' xi bniedem; jew tipprevjeni milli ssir xi ħsara lil xi bniedem; jew inkella teħles lil xi bniedem ferut jew fil-periklu għandna ninkludu xi ħaġa vis-á-vis l-interess ta' l-annimali.", "Għaliex persuna li ġiet awtorizzata mis-suprintendent m'għandhiex ikollha poter li tidħol f'post fejn ikun hemm evidenza ċara jew m'hijiex, jew anke biex tinvestiga li, per eżempju, qed jinħaqru l-annimali?", "Għaldaqstant għan- nom ta' din il-parti tal-ħolqien, ta' l-annimali, jien nagħmel l-appell tiegħi biex f'din il-klawsola nħaddlu xi ħaġa biex inkunu nistgħu nħarsu l- annimali tagħna b'iktar reqqa.", "Min-naħa l-oħra klawsola oħra li jien ħassejt li setgħet iddaħħal l- interess ta' l-annimali, pero` dawn twarrbu kompletament kienet proprju klawsola 21.", "Din il-klawsola titkellem dwar twarrib u tneħħija ta' xi oġġetti perikolużi.", "Subklawsoli (1) u (2) ta` din il-klawsola jgħidu hekk:", "\"(1) Is-Suprintendent jista' jitlob lil xi persuna tittratta, twarrab, tiġbor, tneħħi jew teqred xi oġġett, ħaġa, merkanzija jew sustanza li, fil-fehma tiegħu, tista' tikkaġuna theddida għas-saħħa pubblika.", "(2) Is-Suprintendent jista' jeħtieġ lil xi persuna li jkollha pussess jew li, f'dak il-waqt, ikollha kontroll ta' xi fond, nħawi, vettura jew oġġett li fil-fehma tiegħu tista' jikkaġuna theddida għas-saħħa pubblika, li tnaddaf, tiddisinfetta jew tiddisinfesta dak il-fond, nħawi, vettura jew oġġett.\"", "Jien nemmen li issa hawnhekk il-liġi wkoll qiegħda tonqos li ma ddaħħalx l- interessi tan-nies.", "Ħalli nagħti eżempju ċar.", "Ikollok nies li joqogħdu viċin ta' persuni oħrajn li jrabbu xi annimali perikolużi bħal, per eżempju, kelb li jkun hemm evidenza li dan diġa` gidem lil xi nies.", "Allura għaliex il-liġi ma tagħtix il-poter lill-persuni mqabbdin mill-istess suprintendent biex ikunu jistgħu jidħlu ħalli jitneħħa dan l-annimal li jista' jkun qiegħed iservi ta' dannu għall-ġirien ta' madwar is-sit ta' min ikun irabbih?", "Barra minn hekk jiena nemmen li din il-liġi, forsi bi żvista jew forsi għax ma kienx hemm ċans biżżejjed min-naħa tal-gvern biex jikkollabora ma' dipartimenti oħrajn, se tkun qiegħda tidħol f'konflitt ta' interess ma' liġijiet oħrajn, u hemm diversi aspetti fil-ħajja pubblika u anke legalistika li jistgħu jiġu proprju milquta b'din il-liġi.", "Għandek, per eżempju, il-Health and Safety Act li għaddejna proprju minn din il-Kamra madwar sentejn u nofs ilu u għandek il-qasam ambjentali u dak agrikolu li b'xi mod jew ieħor jista` jonqoslu xi ftit mill-importanza tiegħu.", "Per eżempju, fi klawsola 26, taħt Taqsima III li titkellem dwar poteri sabiex isiru regolamenti hemm elenku sħiħ ta' x'poteri jistgħu jiġu mogħtija lil-ministru.", "Din il-klawsola tgħid hekk:", "\"Il-Ministru, wara li jikkonsulta lis-Suprintendent, jista' jagħmel regolamenti li jkunu ġeneralment jirregolaw affarijiet li jkollhom x'jaqsmu mas-saħħa pubblika u mingħajr preġudizzju għall-ġeneralita` ta' dak hawn qabel imsemmi huwa jista' b'dawk ir-regolamenti jagħmel dispożizzjonijiet li jkunu jirrigwardjaw is-saħħa pubblika:\".", "Fost l-oħrajn jissemmew ir-regolamentazzjoni, ir-reġistrazzjoni u liċenzjar ta' swimming pools.", "Safejn naf jien s'issa din ir-responsabbilta` taqa' taħt il-poteri assoluti tal-Water Services Corporation.", "Jagħmel sens li r- regolamenti u responsabiltajiet tas-swimming pools jgħaddu taħt id- dipartiment tas-saħħa.", "Pero` ma nistax nifhem kif ir-responsabbilta` tas- swimming pools se tiġi mgħoddija minn dipartiment għal ieħor mingħajr ma l- liġi tagħmel riferenza għall-Att jew il-legal notice li bih din ir- responsabilta` kienet għaddiet lill-Water Services corporation.", "Nemmen li sar bi żball u m'hijiex xi ħaġa intenzjonata.", "Pero` niġbed l-attenzjoni ta' l-awtoritajiet, inkluż il-Ministru, li t-tħaddim ta' din il-liġi jista` jiġi mfixxkel peress li jista` jkun hemm dipartimenti oħrajn li jippretendu li r-responsabilita` tas-swimming pools taqa' taħthom u għalhekk jibdew jinqalgħu ħafna problemi.", "Hemm problemi oħrajn li wieħed jista' jitkellem dwarhom.", "Hemm, per eżempju, il-kwestjoni ta' l-iskart, u xi ħaġa li laqtitni ħafna żgur kienet li ma ssemma xejn dwar is-separazzjoni ta' l-iskart.", "Hawnhekk irrid nagħmel referenza għal subklawsola (ġ) ta' klawsola 26 li titkellem dwar it- tfigħ ta' rimi, iż-żamma tiegħu, it-trasportazzjoni, il-ħżin, il-ġbir, it- trattament, ir-riċiklaġġ, l-użu mill-ġdid, it-tneħħija, l-importazzjoni u l- esportazzjoni ta' kull skart.", "Hawnhekk jissemmew l-aspetti kollha tal-kontroll ta' l-iskart imma dik li tant il-partit Nazzjonalista anke qabel l-elezzjoni qal li jrid jimplimenta, jiġifieri s-separazzjoni ta' l-iskart sfortunatament ma tissemma xejn.", "Meta qegħdin ngħaddu din il-liġi, li nerġa' ngħid hija waħda pożittiva, stajna ħtafna l-opportunita` u daħħalna dan il-poter biex almenu nkunu nistgħu nibdew fuq din il-kwestjoni kollha.", "Naf li saru diversi tetentattivi fil-passat, imma kultant tibda tidħak għax hemm ftit areas fil-gżejer Maltin u Għawdxin fejn ittieħdet l-inizjattiva anke mill- kunsilli lokali biex jiġi separat l-iskart imma wara li r-residenti jieħdu l-inkarigu biex jisseparaw l-iskart issib li meta l-iskart jinġabar jiġi mormi f'gozz wieħed fl-istess area.", "Din hija xi ħaġa li qaluhieli diversi residenti.", "Bilfors tidħak meta tisma' dawn l-affarijiet!", "Mela meta aħna qed nniedu xi ħaġa pożittiva, xi ħaġa li ħafna pajjiżi ilhom snin sħaħ jipprattikaw, li bdejniha fuq skala żgħira ħafna lanqas qed inkunu kapaċi nimmaniġjawha.", "Nerġa` ngħid li hija ħaġa tad-daħk li f'dawn iż-żoni fejn qed issir is-separazzjoni ta' l-iskart, wara li jinġabar jerġa` jintefa` x'imkien kollu gozz wieħed.", "Dan li qed jiġri u jien kont nistenna li din il- liġi titkellem b'mod iktar iebes, b'mod iktar ċar u espliċitu dwar il- kwestjoni tas-separazzjoni ta' l-iskart.", "Sur President, iktar 'il quddiem taħt Taqsima IV il-liġi tagħmel referenza għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard.", "Din hija xi ħaġa tajba, xi ħaġa pożittiva u allaħares ma kienx hekk għax probabbilment ħafna minna llum il- ġurnata m'aħniex hawnhekk.", "Imma fi klawsola 29 li titkellem dwar l- ordnijiet tas-suprintendent jiena ħassejt li in this day and age għandna nkunu iktar gender sensitive.", "Niftaħru tant li li rridu nkunu gender senstive u nipprovaw nippromwovu l-ugwaljanza tas-sessi!", "Għaliex qed ngħid dan?", "Qed ngħid dan għax subklawsola (2) ta' klawsola 29 tgħid hekk:", "\"Meta xi tifel ikun qed ibati minn xi marda jew kien joqgħod f'dar fejn ikun hemm jew kien hemm xi marda għal perjodu f'kull żmien mhux aktar kmieni minn sitt ġimgħat qabel, is-Suprintendent jista` jitlob lill-ġenitur, tutur jew xi persuna oħra ma tippermettix lit-tifel jattendi l-iskola mingħajr ma jagħti lil min ikun jieħu ħsieb it- tmexxija ta` dik l-iskola, ċertifikat mediku li jgħid li dak it-tifel ikun ħieles mill-marda jew mill-infezzjoni u li jinsab b'saħħtu biex jattendi l-iskola.\".", "Jiena nemmen li din is-subklawsola għandha tiġi reworded aħjar.", "Forsi jista' jinstema' ftit pwerili dan il-punt, imma naħseb li din is- subklawsola nistgħu naqilbuha fil-plural u per eżempju, minflok il-kelma \"tifel\" nistgħu nużaw il-kelma \"tfal\".", "(Interruzzjonijiet) Il-Ministru qed jgħid li fit-test Ingliż hemm il-kelma \"child\".", "Pero` naħseb li t-test l- Malti jista' jiġi reworded aħjar.", "L-istess rimarka nista` nagħddiha fuq klawsola 33 li tittratta l-kwestjoni ta' tixrid ta' mard.", "Din il-klawsola tgħid hekk:", "\"Persuna li tkun taf li għandha marda li għandha tiġi avżata u fil-każ ta' xi tifel, il-ġenitur, tutur jew persuna oħra li jkollha kustodja tat-tifel, għandhom jifeħdu kull miżurau prekawzjoni raġonevoli biex ma tinxteridx il-marda.\".", "Anke hawnhekk il-kelma \"tifel\" għandha tiġi \"tfal\".", "Jiena nemmen li l- liġijiet tagħna, kif għedna diversi drabi f'din il-Kamra, għandna kemm jsita' jkun nagħmluhom mill-ewwel aktar gender senstive.", "Jiena nasħeb li anke klawsola 34 tista' tiġi worded aħjar, pero` issa mill- punto di vista medika.", "Din il-klawsola li titkellem dwar meta tfaqqa` xi marda (outbreak) f'subklawsola (1) tagħha tgħid hekk:", "\"(1) Is-Suprintendent jista`, b'avviż pubbliku, jiddikjara li tkun faqqgħet xi marda li għandha tiġi avżata.", "Dik id-dikjarazzjoni għandha tiġi revokata meta t-tixrid ta` dik il-marda jkun spiċċa.\".", "Hawnhekk għandna l-kelma \"tixrid\" li fl-opinjoni tiegħi minflokha għandha tiddaħħal il-frażi \"perjodu infettiv\" għax naħseb li hija iktar speċifika u dment li jkollna termini fil-lingwa tagħna, li kultant tkun limitata, għandna nużawha.", "Sur President, għalkemm kif diġa` għedna jiena u l-Ministru li dan l-abbozz huwa ġabra ta' liġijiet li kienu diġa` eżitenti qabel, b'mod ġenerali jidher li sar tibdil fil-multi u l-penali li jistgħu jeħlu dawk li jiksru l- liġi, u dawn saru iktar ebsin.", "Bħala oppożizzjoni aħna favur l-ambjent u favur il-paċi pubblika u naqblu ma' dan il-pass.", "Din hija xi ħaġa pożittiva immens.", "Hawnhekk ukoll għandha tiddaħħal kultura ta' iktar responsabbilta' min-naħa taċ-ċittadini favur l- ambjent u għandha tkun il-liġi li tippromwovi dan is-sens biex iċ-ċittadini Maltin u Għawdxin ikun aktar dixxiplinati magħhom infushom, mal-familji tagħhom, mal-ġirien tagħhom u ma' l-ambjent kollu li jabitaw fih.", "Min-naħa l-oħra għalkemm din hija liġi teknika li l-funzjoni tagħha hija biex tippromwovi s-saħħa ta' pajjiżna, jien li qiegħed nirrappreżenta nofs il-poplu Malti ma nistax ma nagħmilx ċerti kummenti.", "Diversi esponenti tal- gvern dan l-aħħar tkellmu dwar is-servizzi tas-saħħa u dwar dak li għandu x'jaqsam ma' sostenibilita' tas-servizzi tas-saħħa.", "Jien nemmen, bħalma kull wieħed u waħda minna f'din il-Kamra, li s-servizz tas-saħħa f'pajjiżna huwa l-għira ta' ħafna pajjiżi ġirien tagħna u anke ta' pajjiżi li huma iktar 'il bogħod minna.", "Jien nisma' b'diversi sitwazzjonijiet li ħbieb tiegħi jkunu għaddew minnhom waqt li kienu imsefrin.", "Per eżempju, jgħidulek li fl-Amerka allaħares ma tkunx inxurjat - u trid tħallas l-belli liri - għaliex tista' tkun qed tmut għax jitfgħuk barra fit-triq, fl-isptarijiet ma jaċċettawkx.", "Għall-grazzja tal-ħanin Alla permezz ta' gvernijiet sussegwenti, kemm Laburisti kif ukoll Nazzjonalisti fil-passat, is-servizzi tas-saħħa mediku hawn Malta huwa ħafna u ħafna 'l bogħod minn hekk.", "Alla jħares naslu f'dak l-istat!", "Nerġa` ngħid li s-servizz tas-saħħa pubbliku f'pajjiżna huwa kif inhu bis- saħħa ta' diversi gvernijiet.", "Pero` ċertament li l-ewwel u qabel kollox kien bis-saħħa ta' gvernijiet Laburisti li twaqqaf is-servizz tas-saħħa kif nafuh illum, kemm f'dak li għandu x'jaqsam ma' saħħa primarja kif ukoll f'dak li għandu x'jaqsam ma' saħħa sekondarja.", "Nafu li għal dak li għandu x'jaqsam ma' saħħa primarja qabel lanqas biss konna noħolmu li jkollna dak li għandna llum, jiġifieri l-polikliniċi mifruxin ma' Malta u Għawdex.", "Hawnhekk irrid insellem il-ħaddiema kollha mediċi u paramediċi li jaħdmu f'dawn iċ-ċentri tas-saħħa li jagħmlu minn kollox biex ilaħħqu għad-domanda ta' xogħol li għandhom.", "Imma sfortunatament għal xi raġuni jew oħra l- gvern jidher li mhux qiegħed ikun proattiv biżżejjed biex jittekilja ċerti problemi li ilhom jakkumolaw.", "Waħda mill-ikbar problemi li hemm fit-tmexxija tal-polikliniċi hija n- nuqqas ta' manpower, nuqqas ta' tobba u ta' nurses.", "Jien nemmen li jekk kemm-il darba l-gvern jagħmilha aktar faċli lil dawn il-professjonisti biex jaħdmu f'dawn iċ-ċentri nkunu nistgħu niġbduhom aktar biex jagħtu s- servizzi tagħhom.", "Naf li kien sar eżerċizzju biex jerġgħu jiddaħħlu general practitioners fid-dipartiment tas-saħħa primarja.", "Sa ċertu punt kien ta xi ftit riżultati pożittivi, pero` nemmen li din l-iżvolta tista' tissaħħaħ billi forsi noffru rimunerazzjoni aħjar.", "Din hija xi ħaġa li fl- aħħar mill-aħħar qed tolqot lill-familji Maltin u Għawdxin li forsi jew m'għandhomx il-pjaċir jew inkella m'għandhomx is-saħħa finanzjarja li dejjem imorru għand it-tabib privat tagħhom.", "Issa rridu ngħidu li l-misati li jżommu ħafna minn dawk il-general practitioners li jaħdmu fil-privat s'issa, sakemm ma jiġux sfurzati minħabba forzi tas-suq, għadhom kważi tad- daħk.", "Meta titkellemk ma' tobba barranin jibqgħu skantati kif tabib tal- familja jżomm Lm2 jew Lm3 għax barra minn Malta jżommu ferm u ferm aktar minn hekk.", "Pero' x'inhija s-sitwazzjoni meta tħares lejha f'perspettiva globali?", "Is-sitwazzjoni hija li l-ewwelnett is-servizz privat tat-tobba Maltin u Għawdxin qiegħed prattikament u indirettament jissussidja dak governattiv u min-naħa l-oħra s-sitwazzjoni tal-polikliniċi sejra mill- ħażin għall-agħar u sfortunatament il-gvern jidher li huwa impotenti f'dan ir-rigward.", "Għaddejna minn diversi leġislaturi Nazzjonalisti, waħda wara l-oħra, u jidher li s-sitwazzjoni m'hijiex tiġi ttekiljata biżżejjed.", "Fetħu polikliniċi ġodda, pero' sfortunament m'humiex jagħtu s-servizzi li konna mdorrijin bihom qabel.", "Jien nixtieq li fil-winding up il-ministru jgħidli jekk hux minnu li hemm il-ħsieb li diversi polikliniċi madwar Malta jiġu magħluqa matul il-lejl u bħala servizz ta' emerġenza jibqgħu miftuħin dak ta' l-isptar San Luqa u dak tal-Mosta biss.", "Jekk inhu hekk, fl-opinjoni tiegħi, nistgħu nkunu qegħdin nipperikolaw il-ħajja ta' diversi ċittadini Maltin u Għawdxin.", "Il-Ministru jaqbel miegħi li xi daqqiet biex issalva ħajja ta' bniedem il-ħin huwa kollox.", "Jiġifieri jekk inti ma tkunx pront u forsi jkollok distanzi itwal milli suppost jista' jkollok problemi.", "Issa wara li għedt dan kollu rrid immur għall-aspett l-ieħor tal-munita.", "Veru li hemm ċerti individwi li jabbużaw mis-servizz tas-saħħa pubblika, u dan m'għandux ikun.", "Imma min-naħa l-oħra ma rridux imbagħad nabbrogaw mir- responsabbilta' bħala gvern meta l-poplu Malti reġa' wera l-fiduċja tiegħu fik biex tmexxih u ddaħħlu fl-Unjoni Ewropea u mbagħad nagħlqu dawn il- polikliniċi li tant u tant qegħdin jagħtu servizz tajjeb lill-poplu Malti u Għawdxi.", "Huwa tajjeb li ngħaddu din il-liġi, imma ma jistax ikun li filwaqt li ngħaddu din il-liġi nibqgħu għaddejjin b'dawn id-diversi fatturi li qegħdin jinkwetaw bil-kbir il-poplu Malti.", "Sur President, ngħaddi issa biex ngħid xi ħaġa dwar il-kwestjoni tas- supplies contract ta' l-isptar Mater Dei f'tal-Qroqq.", "Fuq dan il-kuntratt għaddejja kontroversja sħiħa u issa ilha għaddejja għal diversi xhur.", "Proprju din il-ġimgħa jew il-ġimgħa l-oħra ġewwa pajjiżna ġie Dr Arie Kraaijeveld, president tad-Dutch Business and Employers Association in Metal, Plastics, Eletronics and Electro-technical Industries (FME-CWN) u dan qal diversi affarijiet li huma ta' min jixtarrhom u ta' min jinkwieta fuqhom, u l-poplu Malti għandu d-dritt li jieħu risposta fuqhom għaliex fl- aħħar mill-aħħar l-onus jaqa' fuq dawk li huma responsabbli, fuq min qed imexxi.", "Jien ġibt miegħi kopja tal-ġurnal \"The Malta Independent\" ta' nhar is-Sibt li fih hemm artiklu intitolat \"Mater Dei appeal decision could effect Dutch investment in Malta\" fejn jingħad x'qal dan Dr Kraaijeveld.", "Dan l-artiklu fih innifsu qiegħed b'xi mod jew ieħor - u nispjega għalfejn iktar 'il quddiem - jindika li jista' jkun hemm xamma ta' korruzzjoni fil-mod ta` kif ingħata l-kuntratt.", "Fil-fatt Dr. Kraaijevld qal prorpju hekk:", "\"The business community in the Netherlands has been closely following the appeal.", "The procedure used to award the tender did not always conform to procedures used for European tenders.", "That is the reason why we are so interested in the outcome of the process.", "Not only businesses involved in supplying hospital equipment were keeping their ears open for any news about the appeal, but other businesses were showing interest in the outcome as well.", "The Mater Dei saga centred around three consortia: Dutch consortium Simed, German consortium Hospitalia and Italian consortium INSO.", "The three had submitted tenders to supply equipment to the new hospital.", "Although the adjudication board appointed by the Foundation for Medical Services (FMS) recommended Hospitalia as having made the best bid, the tender was awarded to INSO.\".", "Mela x'qed jiġri hawnhekk?", "Hawnhekk għandna tliet consortia li wrew interess u tefgħu t-tender biex jirbħu dan il-kuntratt u l-Foundation for Medical Services tat il-parir li jiġi magħżul il-Hospitalia, jiġifieri l- konsorzju Ġermaniż, imma minflok, il-kuntratt ġie awarded lill-INSO, jiġifieri l-konsorzju Taljan.", "F'dan l-artiklu ta' The Malta Independent Dr Kraaijeveld ikompli jgħid hekk:", "\"We could not understand why, after the procedure was closed, the Italian company came in again.", "This was unbelievable and should not have been allowed to happen.\".", "Iktar 'il quddiem f'paġna 6, għaliex huwa artiklu twil ħafna insibu hekk:", "\"A document reflecting the views of the Dutch business community on the case states, that if objectively evaluated, SIMED's package is not only the most economical, but also the only one fully compliant and the best in quality, offering the government of Malta the best value for money in terms of investment, recurrent cost, patient comfort and user's satisfaction.\".", "Dawn kollha huma punti validi.", "Ma ninsewx, per eżempju, ir-recurrent cost li ġejna mdaħħlin fihom biex inkunu nistgħu nħaddmu l-power station ta' Delimara fejn kien ġie magħżul apparat Indjan li tgħidx kemm qed jagħtina trouble biex inkunu nistgħu nħaddmu din l-imbierka power station meta d- domanda ta' l-elettriku titla' aktar mis-soltu.", "L-istess artiklu jkompli jitfa' dell ikrah fuq il-gvern, għax wara kollox dan huwa dell ikrah fuq il-gvern Malti, u jgħid hekk:", "\"The document, which was given to The Malta Independent by Dr Kraaijeveld, said that during the hearing it seemed that the consultant - Kim Lovec, who was appointed by technical consultant Secta to carry out the technical evaluation - was also a freelance consultant to Hospitalia.", "The document also alleges that favouring INSO over the cheaper and more compliant bid of Simed, may have had something to do with the Italian protocol, which, the document states, was signed one week after it was announced that INSO had won the contract.", "Simed, the document said, claimed that Hospitalia should be disqualified based on its conditional bid and failure to quote for consumables and five-year maintenance agreement.", "INSO, it said, should be disqualified due to the fact that their initial bid was by far not to specs (specifications) with sereval items of doubtful qualilty.\".", "Insomma, f'dak li għadnu x'jaqsam ma` dan it-tender hemm taħwida sħiħa u l- poplu Malti u Għawdxi kollu kemm hu, Laburist u Nazzjonalist, qiegħed jistenna bil-ħerqa biex jara għalfejn ġara dan it-taħwid kollu.", "Ma jistax ikun li jkollna tender ta' valur ta' dawn il-miljuni ta' liri kollha li b'xi mod jew ieħor jintefa' dell ikrah fuqu.", "Dan mhux għall-poplu Malti u Għawdxi biss issa, imma anke għall-komunita` internazzjonali kollha kemm hi.", "Għaliex?", "Għax kif qal anke Dr Kraaijeveld, l-istess businessmen Olandiżi tgħidx kemm għandhom interess biex jinvestu f'pajjiżna, u dan mhux biss f'dak li għandu x'jaqsam ma' tagħmir ta' l-isptarijiet imma anke f'dak li għandu x'jaqsam ma' turiżmu.", "Jekk aħna se noqogħdu nuru dan il-ħafna tgħawwiġ tal-fatti u ħabi tal-verita' se nkunu qegħdin nitfgħu dubji serji fuq l-operat ta' dan il-gvern u fl-aħħar mill-aħħar ħadd ma jibqa' jafdana.", "U min se jbati?", "Ibati l-poplu Malti u Għawdxi kollu li proprju s-sena d- dieħla għad irid jgħaddi mit-test ċerti regolamenti li se jiġu imposti fuqu li nafu ċert li se jkomplu jaffettwaw ħażin is-suq tax-xogħol hawn Malta.", "Jekk se nkomplu mexjin b'dan il-mod se nkunu qegħdin niskoraġġixxu lil min jixtieq jinvesti f'pajjiżna.", "Għalhekk hawnhekk il-gvern irid jagħti prova li f'din il-kwestjoni ta' din it-tender ma kienx hemm tbagħbis, u jekk kien hemm, min hu responsabbli jrid iġorr ir-responsabbiltajiet u l-onus tiegħu f'dan il-każ.", "Sur President, ħaġ'oħra li qegħdin jitkellmu dwarha l-Maltin u l-Għawdxin hija il-kwestjoni, li tkellmu diversi ministri fuqha, inkluż il-Ministru Deguara, tal-mediċini b'xejn.", "Kulħadd qed jistaqsi x'se jsir mis-sistema tal-mediċini b'xejn kif drajna biha u kif nafuha llum.", "Dalgħodu fil-liġi l- oħra semmejt il-kwesjtoni tad-dewmien li qed ikun hemm biex jiġu mġedda d- DTC approvals ta' mediċini għoljin.", "Imma min-naħa l-oħra jista' jkun li l- problema wara kollox hija serja aktar minn hekk, fis-sens li jista' jkun hemm diversi benefiċċjarji li bħalissa qegħdin jieħdu dawn il-mediċini imma minn hawn u ftit ġimgħat oħra, jew minn hawn u ftit xhur oħra dan il- benefiċċju se jinqatgħalhom permezz ta' xi test tal-mezzi.", "Importanti li wieħed ikun iktar ċar milli kien s'issa biex verament il-poplu jkun jaf għal xiex dieħel jew inkella għal xiex daħal.", "L-aħħar kwestjoni li nixtieq nittratta proprju llejla hija l-kwestjoni ta' l-ambjent.", "Dan l-abbozz jagħmel ħafna riferenzi dwar l-issues ta' l- ambjent għax jekk inti qed issemmi l-kwalita` ta' l-ilma, il-kwalita` ta' l- arja, trab iswed u affarijiet oħra bħal dawn, dawn huma kollha issues ambjentali.", "Pero` jien anke bħala kelliem ta' l-oppożizzjoni se inpoġġi din id-domanda: Meta ġie mfassal dan l-abbozz ta` liġi saret evaluation min- naħa tal-ministeru ta' l-ambjent biex verament inkunu nistgħu naħdmu hand in hand u verament ma naqgħux fil-problema u l-eżempju sempliċi li jien tajt dwar il-kwestjoni tas-swimming pools?", "Għaliex qed nistaqsi dan?", "Qed nistaqsi dan għax bħalma diġa` għedt jista` jkollna żewġ liġijiet li qegħdin jgħidu l-istess ħaġa imma jaf ikollna wkoll sitwazzjonijiet fejn ikun hemm xi konflitt ta' interess bejn it-tħaddim ta' din il-liġi li taqa' taħt id-dekasteru tal-Ministru Deguara u bejn it-tħaddim ta' liġi oħra, dejjem favur l-ambjent, li taqa' taħt id-dekasteru tal-Ministru responsabbli mill-Ambjent.", "Sur President, nagħlaq billi ntenni li wara kollox din hija liġi pożittiva li tkun qed tgħaqqad diversi liġijiet żgħar li qabel kienu spezzettati u llum se jkunu qegħdin mgħaqudin f'abbozz wieħed.", "Pero` fl-opinjoni tiegħi din il-liġi saret daqsxejn bil-għaġġla, tidher li hija half-baked u hemm bżonn li jiġu anke ċċarati dawn il-kwestjonijiet li qajjimt jien.", "Naturalment l-oppożizzjoni se tivvota favur din il-liġi għax fiha nnifisha m'hijiex liġi kontestwali.", "Imma min-naħa l-oħra m'hijiex din il-liġi li se ssolvi l-problemi li qed jiltaqa' magħhom the man in the street, il- familji tal-ħaddiema Maltin u Għawdxin biex jinqdew mis-servizzi tas-saħħa, imma trid tkun il-buona volonta` min-naħa tal-gvern.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Stefan Buontempo.", "ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO: Sur President, illum qed niddiskutu abbozz ta` liġi biex jippromwovi u jipproteġi s-saħħa.", "F'dan l-abbozz għandna diversi liġijiet speċifiċi li diġa` kienu jeżistu qabel u issa qed jiġu amalgamati f'abbozz wieħed.", "Forsi b'dan l-abbozz, u j'Alla li jkun hekk, titnaqqas il-burokrazija u d-dewmien żejjed biex jittieħdu ċerti passi favur is-saħħa pubblika u anke l-ambjent.", "Taqsima II titkellem fuq ir-responsabbilta` u l-funzjonijiet tas- suprintendent vis-à-vis is-saħħa pubblika.", "Fil-fatt fi klawsola 4 jingħad li s-suprintendent għandu jiżviluppa u jimplimenta strateġiji biex jippromwovi u jtejjeb is-saħħa pubblika u għandu wkoll jaqdi kull funzjoni oħra lilu mogħtija b'dan l-Att jew f'kull liġi oħra.", "Is-suprintendent għandu l-poteri kollha biex jieħu ħsieb il-funzjonijiet kollha għas-saħħa pubblika.", "Dan is-supritendent jew ir-rappreżentant għandu l-poter għal finijiet ta' dan l-Att jidħol u jispezzjona inħawi, fondi, eċċ., eċċ. u jista' anke jeżamina lil xi persuna jew oġġetti li jinstabu ġewwa xi inħawi jew f'xi fondi wkoll.", "Is-suprintendent għandu l-poter ukoll jissiġilla nħawi jew fond u jista' jeżamina s-sistema tad-drenaġġ.", "Sur President, f'subklawsola (1) ta` klawsola 12 jingħad li – \"Meta s-Suprintendent jew uffiċjal awtorizzat ikun tal-fehma, fuq bażi roġonevoli, li xi ħtieġa taħt dan l-Att jew taħt regolamenti maħruġin taħtu ma tkunx qiegħda tiġi mħarsa, huwa jista` joħroġ avviż ta` tneħħija lil kull min jidhirlu li jkun responsabbli li jħares jew jiżgura li tiġi mħarsa dik il-ħtieġa:\".", "Din hija ħaġa tajba, pero` ħassejtni ftit urtat meta qrajt subklawsola (5) ta` din l-istess klawsola 12.", "Din is-subklawsola tgħid hekk:-", "\"Persuna jew persuni, li jkunu ġew notifikati b'avviż ta' tneħħija, għandhom ineħħu l-inkonvenjent mingħajr dewmien u f'ebda każ iżjed tard miż-żmien speċifikat fl-avviż tat-tneħħija:\".", "Bi dwejjaq ngħid li aħna nafu li f'dan il-pajjiż hawn nies li huma above law, fis-sens li jagħmlu li jridu u ma jibżgħu minn ħadd.", "Nafu wkoll li f'dan il-pajjiż ħafna nies jipprovaw jirranġaw u naturalment dejjem għall- inkonvenjent ta' terzi.", "Għalhekk naħseb li huwa importanti li fil-liġi nispeċifikaw il-perjodu taż-żmien li fih trid issir it-tneħħija u mhux nispeċifikawh fl-avviż tat-tneħħija kif qed jingħad fil-liġi llum.", "Sur President, problema li dwarha nisma` diversi ilmenti minn diversi persuni Maltin li jiġu jkellmuni hija din.", "Ikun hemm persuna irresponsabbli li tgħix f'appartament taħtek u mingħajr il-permessi neċessarji taqbad u tiddeċiedi li tiftaħ workshop ta` mastrudaxxa jew ta' sprayer jew inkella ta' panel beater biex wara li jlesti mill-ġurnata tax-xogħol primarju tiegħu jiġi jaħdem f'dan il-workshop wara l-ħin tax-xogħol.", "Wieħed jista' jimmaġina x'inkonvenjent u minn xiex ikollhom jgħaddu r-residenti li qed jabitaw fuq dan il-workshop.", "Hawnhekk nixtieq insemmi każ li qed jiġri fil- lokalita` tiegħi.", "Hemm persuna li mingħajr il-permessi ta` l-awtoritajiet konċernati ddeċieda li jibda jagħmel xogħol ta` panel beating u spraying fuq il-karozzi tal-linja f'post residenzjali u ovvjament dan qed ikun ta` detriment għas-saħħa tan-nies li jgħixu viċin.", "Ir-residenti tgħidx kemm qed jiġru minn dipartiment għall-ieħor biex jaraw x'jistgħu jagħmlu ħalli ma jibgħux jgħixu b'dan l-inkonvenjent u f'dan il-periklu u sal-ġurnata imqaddsa tal-lum għadhom m'għamlu xejn għax l-ilmenti tagħhom s'issa dejjem waqgħu fuq widnejn torox.", "Meta tmur tistaqsihom jekk irranġawx xi ħaġa jgħidulek li ma jistgħux jirranġaw għax dak ħabib tat-tali, l-ieħor jiġi mit-tali perusna, dak ix-xufier ta' l-ieħor u ħafna affarijiet minn dawn, u dawn il-povri nies li s-soltu ngħid li m'għandhomx leħen jibqgħu verament mingħajr leħen b'inkonvenjent għal saħħithom ukoll.", "Kif jista' ikun li fil- ġurnata mqaddsa tal-lum tgħaddi minn areas residenzjali u tara sprayers u panel beaters jaħdmu mingħajr il-permessi meħtieġa?!", "Sewwa inti tkun għamilt investiment billi xtrajt il-post fejn tgħix u ta' ħdejk iddeċieda li parti mid-dar tiegħu jaqlibha f'workshop.", "Dawn huma l-affarijiet li verament jinkwetawk u għalhekk il-liġi li qed niddiskutu llum hija waħda pożittiva għax din qed issir biex nipproteġu s-saħħa tagħna stess.", "Sur President, jien naf b'każijiet ta` stamperija li jistampaw il-gazzetta f'area residenzjali.", "Dawn jixgħelu l-makni fl-10:00p.m. biex tibda tiġi stampata l-gazzetta, għal ħabta ta' nofs il-lejl jew is-1:00a.m. jibdew ġejjin il-vannijiet u trakkijiet biex jieħdu l-gazzetti u tistgħu timmaġinaw il-ħsejjes li jkun hemm f'dik l-area residenzjali f'dawk il- ħinijiet ta' ħemda.", "Bl-istrobju li jkun hemm ir-residenti tal-madwar ma jkunux jistgħu jistrieħu u fis-sajf lanqas jistgħu jiftħu t-twieqi tagħhom u f'dik is-sħana kollha jkollhom jibqgħu bit-twieqi magħluqin.", "Dan huwa inkonvenjent kbir għal dawn ir-residenti u wieħed għandu jara x'jista` jsir biex dan l-inkonvenjent jinqata` darba għal dejjem.", "Sur President, peress li dan l-abbozz qiegħed isir biex jipproteġi u jippromwovi s-saħħa nixtieq nieħu l-opportunita` li nitkellem ftit fuq l- immigranti illegali.", "Jiena naf ċert li, per eżempju, f'Ħal Balzan hemm djar żgħar li huma nieqsa mill-faċilitajiet sanitarji u m'humiex adegwati għaż- żminijiet tal-lum u s-sidien tagħhom qed idaħħlu fihom numru ta' immigranti illegali.", "Dan m'huwiex sewwa u naħseb li wasal iż-żmien li l-awtoritajiet jieħdu l-passi neċessarji biex dawn in-nies ma jkomplux jgħixu f'dan l- ambjent għax barra li hu ta` periklu għal saħħithom jista` wkoll joħolq problemi għan-nies tal-madwar.", "Hawn ta` min ifakkar li skond l-aħħar ċensiment jirriżulta li f'dan il-pajjiż jeżistu madwar 14,000 ruħ li jgħixu b'ċerti nuqqasijiet sanitarji fid-djar tagħhom.", "Saħansira hawn min għadu mingħajr kamra tal-banju.", "Għalhekk jiena ngħid li din hija liġi poiżittiva forsi xi darba tibda tispiċċa d-diskriminazzjoni kontra ċerti gruppi ta' nies li l-leħen tagħhom ma jinstemax għaliex huma huma fqar.", "Sur President, forsi wieħed jgħidli: Imma dawn l-argumenti x'rilevanza għandhom għal dan l-abbozz ta' liġi?", "Jiena ngħid li għandhom għax kif diġa` għedt dan l-abbozz qiegħed jippromwovi u jipproteġi s-saħħa tal-bniedem u trid tħares lejha b'mod ħolistiku għax m'hawn xejn importanti iżjed mis- saħħa tal-bniedem.", "Waqt li qed ngħid dan id-diskors qiegħed niftakar f'każ ta` mara anzjana li kellha problema man-next door neighbour tagħha fuq xi fawran tad-drenaġġ.", "Din ċemplet u rrapportat id-dipartiment tas-saħħa biex jiġi l-health inspector ħalli jiċċekkja jekk dak il-fawran hux tad-drenaġġ jew le.", "Il-health inspector – u hawn irrid ngħid li dawn il-health inspectors huma nies professjonisti - lil din il-mara qalilha: Nixtieq niġi imma m'għandix karozza biex niġi.", "Illum għadna f'din is-sitwazzjoni f'dan il-pajjiż?!", "Professjonist jixtieq jaqdi dmiru u lanqas għandu l-mezzi biex imur jagħmel inspection f'din il-proprjeta`!", "Jiena mort niċċekkja biex biex nara jekk dan hux minnu u sibt li kien każ veru.", "Għalhekk jiena nittlob lill-ministru biex jara x'jista' jagħmel biex dawn il-health inspectors ikollhom il-mezzi neċessarji, bħalma hija karozza, biex ikunu jistgħu jaqdu dmirhom sewwa.", "Issa mhux se noqgħod nidħol fil-kwestjoni ta` jekk għandux jikkontrollalhom l-ammont ta` petrol li jużaw jew le, imma jekk qed nitkellmu fuq nies li se jipprovaw jagħtuna l-aħjar servizz tagħhom irridu nagħtuhom il-mezzi biex jagħmlu dan.", "Sur President, minkejja l-ħafna wegħdi fiergħa li ġew ripetuti sena wara l- oħra speċjalment meta tkun riesqa xi elezzjoni, il-poplu Malti issa huwa ċert li l-power station tal-Marsa se tibqa' fejn hi bil-problemi kollha ambjentali u bl-effetti negattivi li din ilha toħloq fuq saħħet ir- residenti tal-madwar.", "Din il-power station mhux biss qed toħloq problemi ambjentali f'dawk in-naħat tal-Marsa imma anke f'lokalitajiet oħra fin-naħa t'isfel ta` Malta bħal, per eżempju, il-Fgura.", "Xi xahrejn jew tliet xhur ilu c-chairman ta' l-Enemalta, Tancred Tabone, qal li fiċ-ċirkostanzi kollha preżenti m'huwiex possibbli li l-power station tal-Marsa tista' titwaqqaf milli tkompli taħdem jew li tkun trasferita għal xi lok ieħor.", "Jiġifieri issa li nafu li din se tibqa` hemmhekk minkejja l-kliem fieragħ li kien jingħad qabel, irridu naraw x'nistgħu nagħmlu għar-residenti tal- Marsa u għar-residenti li għandhom din l-inkonvenjenza għal saħħithom minħabba din l-power station.", "Sa ftit taż-żmien ilu kienu saru dikjarazzjonijiet li l-ġenerazzjoni ta' l-elettriku mill-power station tal- Marsa kienet qiegħda ssir b'attenzjoni għall-ħarsien ta' l-ambjent u għas- saħħa pubblika.", "J'Alla huwa hekk.", "Issa forsi l-UE tagħtina l-istandards stabbiliti biex inwaqqfu l-inkonvenjent għan-nies ta' dawn l-inħawi.", "Sur President, la qed nitkellem fuq dan is-suġġett irrid ukoll nieħu l- opportunita` li nitkellem fuq il-Qajjenza, limiti ta' Birżebbuġa.", "Din hija area residenzjali fejn jgħixu mijiet ta' nies maġenb l-impjant tal-gass.", "Naf li ftit taż-żmien ilu ttieħdu deċiżjonijiet li dan l-impjant jiġi trasferit għal post ieħor.", "Nammetti wkoll li f'din l-area l-ewwel li kien hemm kien l-impjant tal-gass u mbagħad – u għalhekk ngħid li dan huwa pajjiż kważi uniku, pero` m'iniex se nidħol fuq l-aspett politiku – xi ħadd iddeċieda l-area ħdejn dan l-impjant issir ukoll area residenzjali.", "Issa dan l-impjant m'għandux triq oħra ħlief li jiċċaqlaq minn hemmhekk.", "M'għandux ikunu r-residenti li jitilqu minnhekk minħabba deċiżjoni ta` politika żbaljata fil-passat.", "Għalhekk huwa importantissimu li llum qabel għada dan l-impjant jiġi trasferit għal x'imkien ieħor.", "Nafu wkoll li f'Birżebbuga hemm impjant għall-ħażna tal-fuel li jrid jiċċaqlaq.", "Għażilt li nitkellem fuq dawn l-affarijiet u mhux fuq il-landfill u l-Magħtab għaliex issa l-poplu Malti ilu jisma' ħafna fuq dawn ta` l-aħħar u jiena nħoss li ma nistgħux ninsew l-inkonvenjenzi li ċerti nies ilhom is-snin għaddejjin minnhom minħabba nuqqas ta' ippjanar fil-passat.", "Illum pajjiżna qed iħabbat wiċċu ma' kriżi ambjentali li qed tkun ta` detriment għal saħħet il-poplu Malti u l-Għawdxi.", "Jien naf li f'dawn l- aħħar snin tnaqqsu t-testijiet dwar il-kwalita` ta' l-ibħra tagħna.", "Għalhekk irrid inħeġġeġ lill-gvern biex iżid dawn it-testijiet tul is-sena kollha biex inkunu nistgħu nilqgħu għat-tniġġis matul is-sajf.", "Ikun importanti ħafna li r-riżultati tat-testijiet ikunu ppubblikati biex il- poplu jkun informat il-ħin kollu u biex ikun jista' jieħu ħsieb iktar ta' saħħtu.", "Sur President, dan japplika wkoll għat-testijiet tal-kwalita` ta' l-arja.", "Huwa tajjeb ukoll li nfakkar dwar l-istħarriġ nazzjonali li kien sar dwar il-kwalita` ta' l-arja.", "L-għan ta' dan l-istħarrig kien li jeżamina l- kwalita` ta' l-arja biex inkunu nistgħu nieħdu l-miżuri neċessarji ħalli jnaqqsu l-effetti ħżiena li ċ-ċomb fl-arja jħalli fuq is-saħħa tal-bniedem u naturalment fuq l-ambjent.", "Ir-riżultati preliminari ta' dan l-istħarriġ nazzjonali kien juri li seba' lokalitajiet f'Malta u Għawdex ma jilħqux il- livelli stabiliti mill-UE dwar il-livelli taċ-ċomb fl-arja.", "Fosthom dawn il- lokalitajiet hemm l-Isla u l-Fgura li jagħmlu parti mid-distrett elettorali li minnu ġejt elett jiena.", "L-għan aħħari tagħna huwa li nassiguraw li l- lokalitajiet kollha jgawdu minn arja nadifa.", "Il-kawża prinċipali taċ-ċomb fl-arja hija t-traffiku u kienet xi ħaġa sabiħa li llum, 22 ta' Settembru, ġiet organizzata l-car free day.", "Kien ukoll ġest sabiħ min-naħa tagħna d- deputati li ħarisna din il-ġurnata u m'għamilniex użu mill-karozzi personali tagħna.", "Nista` ngħid ukoll li jiena ġejt bir-rota hawnhekk.", "Jiena naħseb li huwa importanti li okkażjonijiet bħal dawn jsiru aktar minn darba fis-sena.", "Veru li ma tistax tgħoġob lil kulħadd imma fl-interess tagħna li nieħdu ħsieb saħħitna u saħħet il-poplu Malti u Għawdxi kollu.", "Naħseb li jkun tajjeb li almenu darba kull tant żmien il-kunsilli lokali f'ċerti lokalitajiet jieħdu din l-inizjattiva u jorganizzaw din il-car free day.", "Jiena ngħid li m'għandhomx għalfejn joqogħdu jistennew lill-UE jew lill-gvern tal-ġurnata biex jgħidlilhom li t-22 ta` Settembru hija a car free day.", "M'hemmx għalfejn nistennew lill-UE biex tagħtina d-direttiva.", "Huwa tajjeb li norganizzawha flimkien ma' pajjiżi oħra ta' l-UE imma tkun tajba wkoll li nieħdu l-inizjattiva aħna stess li kull ċertu żmien norganizzaw attivita` bħal din.", "Waqt li kont qed nipprepara biex nitkellem fuq dan l-abbozz ta' liġi għamilt ftit riċerki u sibt x'effetti ħżiena iħalli ċ-ċomb f'arja fuq is- saħħet il-bniedem.", "F'dan il-pajjiż fejn it-trabijiet idumu xhur sħaħ fl- istess post minħabba nuqqas ta' xita, iċ-ċomb fl-arja għandu effett iktar fit-tul fuq saħħet ill-bniedem - persważ li t-tobba f'din il-Kamra jifhmuni x'irrid ngħid u x'irrid infisser - u mn'Alla li kultant tagħmel ix- xita biex dak it-trab jinġarr ma` l-ilma tax-xita.", "Hawnhekk irrid niftaħ parentesi żgħira biex ningħaqad mad-Deputy Leader tal-partit Laburista, l- Onor. Charles Mangion, biex nuri s-solidarjeta` ma' dawk il-familji Maltin li ġew milquta ħażin minħabba l-maltemp tal-ġimgħa l-oħra.", "Għalhekk f'isem dawn il-familji nappella lill-awtoritajiet konċernati jagħmlu xi ħaġa biex jgħinu lil dawn in-nies li ġew milquta ħażin.", "Inkompli issa fuq iċ-ċomb fl- arja.", "Mir-riċerka li għamilt 90% taċ-ċomb li jidħol fil-ġisem tal-bniedem ġej mill-ikel u 10% l-oħra min-nifs li nieħdu.", "Meta jilħaq livelli għoljin ħafna fil-ġisem tal-bniedem iċ-ċomb jista' jikkawża problemi u jaffettwa wkoll il-kliewi.", "F'livelli oħra ċ-ċomb iħalli effetti iżjed fit-tul u jista' ikun konness ma' IQ baxx u aggressivita`.", "Sur President, lill-poplu rridu nfehemuh bil-kalma kollha li, per eżempju, meta nixtru l-ħaxix jew il- frott irridu naħsluh sewwa qabel ma niekluh biex inneħħu ċ-ċomb li jkun iddepożitat fuqu.", "Fid-djar tagħna speċjalment fiż-żmenijiet tas-sajf – għadna kif għaddejna minn xhur twal xotti u wieħed jista` jimmaġina kemm trabijiet jidħlu fi djarna - aħna ta' spiss inbaħbħu bl-ilma biex inneħħu dawn it-trabijiet.", "Hawn ta` min jgħid li t-trab li jkollna ġo djarna jkollu aktar ċomb mit- trab li jkun hemm barra għax huwa rqieq u jassorbi aktar ċomb fuqu.", "Jiena nixtieq li fl-ajra ma jkollna l-ebda ammont ta' ċomb.", "Imma din hija ħolma li hija impossibli li ssir realta` minħabba l-ambjent li qed ngħixu fih.", "Jiena ngħid li anke meta jiġi ppjanat li ssir xi playing field ġdida għandu jkun studjat bir-reqqa l-post fejn dan se jsir.", "Hawnhekk irrid ngħid li minn studju li kien sar fl-1992 fejn kienu ttieħdu kampjuni mit-trab li jkollhom f'idejhom it-tfal li jkunu qegħdin jilgħabu fil-playing fields kien irriżulta li fil-playing fields li qegħdin fil-qalba ta' nħawi traffikużi l-livell taċ-ċomb fit-trab huwa għoli ħafna.", "Sur President, għamilna ħafna liġijiet favur il-protezzjoni tal-konsumatur u għadna sal-ġurnata mqaddsa ta' llum naraw bejjiegħa tal-ħaxix, tal-frott, tal-ħut li mhux biss ma jgħattux il-prodotti tagħhom, talli ħafna drabi dawn jieqfu f'postijiet ċentrali li huma l-aktar traffikużi biex dawk il- mijiet ta' karozzi li jkunu għaddejjin minn hemmhekk jieqfu biex jixtru.", "Hawn ta' min isemmi wkoll it-tip ta' fran li jintużaw biex isir l-ħobża Maltija u ngħid li minn studji li kienet għamlet l-universita` ta' Malta way back in 1993 irriżulta li l-livell ta' ċomb fil-ħobż moħmi fi fran jaħdmu bl-elettriku u li jużaw żejt uffiċjali kien ferm anqas minn dak moħmi fi fran tradizzjonali.", "Sur President, nagħlaq billi ntenni li dan huwa abbozz pożittiv li jekk jaħdem tajjeb persważ li minnu jiggwadanja l-poplu Malti u GĦawdxi kollu.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Hawn iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Nistieden lill-Ministru Deguara sabiex jgħaddi għall-winding up.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Sur President, naħseb li l-fatt li kien hemm tant ftit kelliema li tkellmu fuq dan l-abbozz ta' liġi juri biċ-ċar li dan l- abbozz m'huwiex kontroversjali.", "Kull min tkellem f'dan l-istadju wera l- bżonn li kemm jista' jkun nirregolarizzaw taħt saqaf wieħed l-ispezettar tal-liġijiet li għandna f'dak li għandu x'jaqsam mas-saħħa pubblika.", "Nibda biex nirrispondi ċerti domand li qajjem il-kollega tiegħi, l-Onor.", "Karl Chircop.", "Per eżempju, qal li jinkwetah il-fatt li f'artikolu 5 is- suprintendent tas-saħħa pubblika jista' jiddelega l-poteri u allura jista' jkun hemm xi abbuż min-naħa ta' persuna jew oħra.", "Jista` jkun li dan l- artiklu m'huwiex spjegat u għalhekk tajjeb li nispjega l-għan wara dan l- artikolu.", "L-għan ta` dan l-artikolu huwa għal meta jkollok affarijiet li suprintendent tas-saħħa pubblika ma jkunx intiż fihom, għax ovvjament is- suprintendent ma jistax ikun espert fil-materji kollha.", "Hekk, per eżempju, qegħdin nitkellmu fuq radjazzjoni ħadd ma jippretendi li s-suprintendent tas-saħħa pubblika jkun kompetenti f'miżuri li jridu jittieħdu meta jkun hemm theddida mmedjata għas-saħħa pubblika.", "Allura dan l-abbozz ta' liġi jagħti faċilita` lis-suprintendent li f'ċerti każi jkun jista' jiddelega dan il-poter lin-nies li huma esperti f'din il-materja.", "Jien qiegħed insemmi radiation protection għaliex hija waħda mill-affarijiet li proprja kienet nieqsa fil-liġijiet tagħna.", "Meta ftaħt id-dibattitu fuq dan l-abbozz ta` liġi tkellimt ukoll dwar l-għajdut li kien hemm li setgħet tfaqqa` gwerra b'ċerta bakterja u b'ċerti mikrobi li jirrikjedu li l-persuna li tieħu d-deċiżjonijiet ikollha training speċjali.", "Allura ovvjament ħadd ma jista' jippretendi li s-suprintendent ikun kompetenti fil-materji kollha li jistgħu jkunu ta' theddida għas-saħħa tal-poplu Malti.", "L-Onor.", "Chircop inkwetah l-artikolu 16 għax qal li ħsibna fis-saħħa tal- bnedmin u ma ħsibniex fis-saħħa ta' l-annimali ukoll.", "Pero' naħseb li hawnhekk forsi iddevja daqsxejn għax din m'hijiex liġi li titkellem fuq is- saħħa ta' l-annimali.", "Jekk l-annimali jidħlu f'din il-liġi, jidħlu biss f'dak il-punt fejn l-annimal ikun ta' theddida għas-saħħa pubblika u mhux għax ikun perikoluż per se kif qal l-kollega tiegħi, imma għaliex jista' jkun sors li minnu jiġi trasmess il-mard.", "Qegħdin ngħidu hekk għaliex illum nafu li qed niffaċċjaw ċert mard – hawn qed nagħmel riferenza għas- SARS - li għadu kmieni wisq biex inkunu nafu kif qiegħed jiġi trasmess.", "Qegħdin ngħidu wkoll li donnu qiegħed jikber l-kunċett li ħafna mill-mard ġdid jista' jiġi trasmess minn pajjiż għal ieħor permezz ta' annimali eżotiċi li ħafna drabi jiddaħħlu klandestinament ġewwa l-pajjiż.", "Allura s- suprintendent għandu jkollu l-poter li f'tali każi, fejn jissusspetta li annimali li jiddaħħlu ġewwa pajjiżna jistgħu jkunu sors ta' infrazzjonijiet u ta' theddida għas-saħħa tal-pubbliku, ikun jista' jieħu passi.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Karl Chircop, bil-permess tal-Ministru.", "ONOR.", "KARL CHIRCOP: Nixtieq nistaqsi lill-Ministru jekk huwiex jikkonsidra li jdaħħal is-suġġeriment li għamilt jien fil-liġi.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Le, jien għedt li din il-liġi ma titkellimx fuq is- saħħa ta` l-annimali.", "ONOR.", "KARL CHIRCOP: Jiena m'għedtx li din il-liġi hija dwar l-annimali, imma l-annimali jistgħu jidħlu bħala vectors ta' mard u jistgħu jkunu perikolużi huma nfushom fiżikament.", "Jiġifieri naħseb li dan ukoll irridu nikkonsidrawh.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Jiena ħadtha b'ċajta li int għedt din il-liġi ma taħsibx għad-drittijiet ta' l-annimali.", "Imma l-annimali f'din il-liġi f'dan is-sens għandhom x'jaqsmu, li jistgħu jkunu ta' theddida peress li jistgħu jkunu vectors ta' ċertu mard, speċjalment għax dieħla l-kultura - għax dawn affarijiet li jibdew b'kultura u mbagħad jispiċċaw bi problema ġo l-pajjiż - li n-nies irabbu ċerti annimali eżotiċi biex imbagħad jixbgħu minnhom u ħafna drabi jitilquhom fl-apert, dawn ma jsibux l-ambjent naturali tagħhom u jikkaġunaw dawn it-tip ta' problemi.", "L-Onor.", "Chircop qal li din il-liġi ma taħsibx għas-separazzjoni ta' l- iskart.", "Teknikament is-separazzjoni ta' l-iskart ma taqax taħt din il- liġi.", "Din il-liġi tikkaverja biss il-fatt li waqt li jkun qed jiġi trasmess jew dispost l-iskart wieħed irid jieħu l-provvedimenti kollha biex ma jkunx ta' perikolu għas-saħħa pubblika.", "Pero` din m'hijiex kwestjoni li aħna se nindaħħlu fuq xi dipartiment ieħor jew fuq kompetenza ta' dipartiment ieħor.", "Dan l-abbozz jidħol biss fejn it-tneħħija ta' skart tista` tkun ta' perikolu.", "Per eżempju, jekk inti għandek skart tossiku li se jiġi mċaqlaq minn post għal ieħor jew skart perikoluż ieħor bħal, per eżempju, skart mill-isptarijiet.", "F'każijiet bħal dawn tidħol din il-liġi, pero' is- separazzjoni ta' l-iskart m'hijiex kompetenza tas-suprintendent tas-saħħa pubblika.", "Naqbel mal-kollega tiegħi fuq l-artikoli 29 u 33 fejn il-kelma \"tifel\" fit- test Malti tista' tagħti wieħed x'jifhem li aħna m'aħniex sensittivi għall- gender issues.", "Pero' naħseb japprezza wkoll li din kienet xi ħaġa li wieħed irid isib traduzzjoni aħjar għall-Malti għaliex fl-Ingliż il-gender difference ma teżistix għax intużat il-kelma \"child\".", "Jiena naħseb li l- kejl jekk gvern huwiex sensittiv għall-gender mainstreaming ma jiddependix minn kelma li titniżżel f'abbozz ta' liġi, imma mill-performance li jagħmel dak il-gvern, u naħseb li f'dak li għandu x'jaqsam ma' gender mainstreaming dan il-gvern wera biċ-ċar li mhux biss jemmen fil-gender mainstreaming bil- kliem imma dak li jemmen bil-kliem jagħmlu bil-fatti wkoll.", "L-Onor.", "Karl Chircop għamel ċerti domandi fuq it-tender ta' l-isptar Mater Dei li ma kellhom x'jaqsmu xejn ma' dan l-abbozz ta' liġi.", "Kif għedt filgħodu, għalkemm nista` nirrispondih, u kemm il-darba rrispondejtu u tajtu raġunijiet validi, ma naħsibx li wieħed għandu jidħol fil-fond f'din il-materja f'dan l-istadju meta qed niddiskutu abbozz ta' liġi dwar is- saħħa pubblika.", "Tkellem ukoll fuq il-health centres u waħda mill-affarijiet li semma kienet li nżidu inċentivi biex lit-tobba li jaħdmu fil-health centres nipprovaw inħajruhom jibqgħu jaħdmu fiċ-ċentri tas-saħħa.", "Ma naħsibx li hija xi ħaġa sempliċi daqshekk.", "Wieħed irid iħares lejn din il-problema b'mod ħolistiku.", "Naħseb li s-soluzzjonijiet ma jikkonċernawx biss soluzzjonijiet pekunjarji.", "Qal ukoll li forsi waħda mill-affarijiet li tiddisinċentiva lit-tobba huwa l-mod kif is-servizz jiġi abbużat minn xi wħud.", "Dan il-fatt semmih ukoll l-Onor.", "Joe Debono Grech dalgħodu.", "Għandek ċertu numru ta' pazjenti li jħossu li għax it-tobba tal-health centres qegħdin hemm biex jaqdu lill-pubbliku allura wieħed jista' jabbuża minnhom u jħabbat il-bieb u jitlobhom jippruvawlu l-pressjoni, jew iz-zokkor x'ħin jidhrilhom huma.", "Jien niftakar li f'health centre partikolari l-iktar li jkollhom nies li jattendu biex jipprovaw iz-zokkor u l-pressjoni huwa l-ġurnata li jkun hemm is-suq.", "Dan isir mhux għax iħossu l-bżonn li jipprovaw il-pressjoni dakinhar imma għax ikunu qegħdin qrib, jew ir-raġel ikun qiegħed jistenna lill-mara tiġi lura mix-xirja mis-suq u allura jħoss li minflok jaħli l-ħin imur jipprova l-pressjoni tiegħu.", "Naqbel ħafna mal-concerns li tkellem fuqhom il-kollega tiegħi l-Onor.", "Stefan Bountempo.", "Dan qal li ħafna drabi n-nies iħossuhom li mhux qed jieħdu dak li ħaqqhom mil-liġi u tarahom sejrin mingħand Qajfas għal għand Pilatu u donnhom is-soluzzjonijiet ma jinstabu qatt.", "Meta l-health inspectors imorru biex jinvestigaw allegat abbuż fuq post u jsibu li veru qed ikun hemm abbuż, dawn ma jistgħu jagħmlu xejn iżjed għax l-eżekuzzjoni tar-rimedju m'hijiex f'idejn il-health inspectors imma din taqa` f'idejn il- pulizija.", "Issa wieħed jaf meta persuna titressaq il-qorti x'kalvarju jgħaddi minnha dak li jkun qiegħed ifittex ir-raġuni.", "Lil min ikun qiegħed tfittex ma jitlax għal darba darbtejn u tistenna li joħroġlu mandat, imbagħad forsi jkun ma jiflaħx u ħaġa li għandha tkun riżolta fi ftit minuti ħadd ma jaf kemm tkun se tieħu fit-tul.", "Jiena ngħid li jekk inti għandek flat fuq garage u sid il-garage beda jagħmel xogħol ta` spraying ma naħsibx li hemm għalfejn tmur il-qorti u ddum is-snin tiela` u nieżel biex tieħu r-raġun għax hija xi ħaġa tant ovvja.", "Issa b'din il-liġi l- health inspector jista` jmur jinvestiga każ u jekk isib li qed tinkiser il- liġi hemm il-multi min-naħa tas-suprintendent u jekk min ikun qed jabbuża jibqa` jippersisti jittieħdu passi oħrajn.", "L-Onor.", "Buontempo qal li m'hemmx speċifikat il-perjodu li s-suprintendent jista' jimponi għat-tneħħija ta' inkonvenjent.", "Din naħseb li wieħed jista' jifimha wkoll għalkemm tidher li hija xotta ħafna.", "Pero` wieħed jifhem li jekk inti għandek inkonvenjent għax instaddlek id-drenaġġ tista' ssolvih, per eżempju, f'ġurnata.", "Pero` jekk inti għandek inkonvenjent għax wieħed qed irabbi 50 mogħża ġod-dar ta' taħtek - u llum għandna areas f'Malta fejn dan huwa permess bil-liġi - ovvjament ma tistax tagħtih 24 siegħa biex jiżgombra l-mogħoż li qed irabbi.", "Lanqas jekk wieħed qiegħed iħaddem makni ta` mastrudaxxa ma tista' tagħtih 24 siegħa biex ineħħi dak l-iżgombru.", "Jiġifieri wieħed qed jagħti ċerta flessibilta` lis-suprintendent biex ikun jista jadatta u jagħti perjodi li jkunu skond xi jkun il-każ.", "Il-kollega tiegħi semma wkoll it-testijiet fuq l-ilma baħar u qal li qegħdin isiru inqas testijiet fuq l-ibħra ta' pajjiżna.", "Hawn ikolli nikkorreġih għax dan m'huwiex minnu.", "Fil-fatt nista` ngħidlu li testijiet qegħdin isiru iktar.", "Pero` qegħdin isiru iktar f'dawk l-areas fejn huwa permess l-għawm għaliex qabel kienu jsiru ħafna testijiet fil-portijiet.", "Issa fil-portijiet mhux suppost li tgħum u allura ta' xejn li noqogħdu nittestjaw jekk in-nies jistgħux jgħumu meta aħna ngħidu li ma jistax isir għawm f'portijiet magħluqa.", "Pero` testijiet qed isiru ferm iktar milli kienu jsiru qabel u forsi mhux korrett ukoll meta jgħid li testijiet ma jsirux is-sena kollha.", "It-testijiet isiru s-sena kollha fil-bajjiet kollha li jsir l-għawm fihom, pero' l-programm jiġi intensifikat matul is-sajf fejn proprju isir l-għawm.", "Il-kollega tiegħi qal ukoll li r-riżultati ta' dawn it-testijiet għandhom jiġu kkomunikati lill-pubbliku.", "Naħseb li forsi nesa li malli jkun hemm suspett li hemm xi kontaminazzjoni f'xi bajja jitwaħħlu l-avviżi li sakemm jiġi konfermat jew miċħud dak is-suspett, għawm ma jistax isir.", "Barra minnhekk jiġu wkoll ippublikati avviżi fuq il- gazzetti u fuq it-television u llum għandna faċilita` wkoll li kull min jitlob nistgħu nibgħatulu e-mail bir-riżultati tat-testitjiet li saru bil- ġurnata u fejn saru.", "Din il-ħidma intensiva wasslet biex il-kwalita` ta' l- ibħra tagħna fejn isir l-għawm tjiebet ħafna.", "Waqt li qed nitkellem fuq l-għawm irrid nirreferi wkoll għall-punt imqajjem mill-Onor.", "Chircop dwar is-swimming pools.", "L-Onor.", "Chirchop wera l- preokupazzjoni dwar taħt min se taqa` r-responsabbilita` tas-swimming pools u staqsa jekk dawn hux se jaqgħu taħt ir-responsabbilta` tad-dipartiment tas-saħħa jew taħt id-dipartiment li s-soltu jilliċenzjahom.", "Hawnhekk l- abbozz ta' liġi qed jitkellem fuq ittestjar ta' l-ilma tas-swimming pools u qiegħed jesiġi li jsir reġistrar.", "Fil-fatt Taqsima III li titkellem dwar poteri sabiex isiru regolamenti insibu li f'subklawsola (m) (iv) ta' klawsola 26 qiegħed jingħad li jridu jirregolaw kull att jew ħaġa li jkollhom x'jaqsmu jew li jkunu relatati ma' xi attivita` msemmija fit-(ii) u (iii) hawn qabel u f'paragrafu (v) ta` l-istess subklawsola jingħad li jridu wkoll jirregolaw kull liċenzja, permess, reġistrazzjoni, awtorita` jew approvazjoni li jkollhom x'jaqsmu ma' dawn.", "Dwar il-liċenzjar irrid ngħid li hawnhekk qed nagħmlu l-istess sistema li għandna llum għall-food outlets.", "Jiġifieri biex niżguraw li nistgħu nispezzjonaw kull swimming pool din trid tiġi reġistrata magħna, mad- dipartiment tas-saħħa, biex aħna nkunu nafu li fit-tali post teżisti swimming pool u allura nkunu nistgħu mmorru nagħmlu t-testijiet.", "Pero` aħna m'għandniex x'naqsmu ma' ħruġ ta' permessi, jew ħaġa jew oħra.", "Jiġifieri dik il-klawsola qiegħda biss biex aħna jkollna record ta' fejn hemm swimming pools, speċjalment swimming pools pubbliċi.", "B'hekk aħna nkunu nistgħu nibagħtu l-health inspectors jittestjaw il-kwalita` ta' l-ilma.", "Sur President, naħseb li rrisposndejt għall-punti kollha li qanqlu l- kellliema tan-naħa l-oħra.", "Nerġa` ngħid, jiena ma stennejtx li jkun hemm rimarki iżjed fit-tul għax din hija enabling law u enabling law tfisser li wieħed jista' jibda jikkumenta fuqha meta jibdew joħorġu l-legal notices.", "Kif għedna l-għan ta' dan l-abbozz ta' liġi huwa li jiġbor taħtu numru ta' liġijiet li qabel kienu jaqgħu taħt awtoritajiet differenti, taħt il- pulizija u dipartimenti oħrajn, u issa qegħdin jinġabru taħt is- suprintendent tas-saħħa pubblika li fl-aħħar mill-aħħar anke f'għajnejn il- pubbliku jibqa' l-persuna responsabbli li jrid jiżgura li l-istandards tas- saħħa tal-poplu Malti jiġu salvagwardati.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-mistoqsija hija li l-abbozz ta' liġi msejjaħ \"Att biex jippromwovi u jipproteġi s-saħħa\" jkun moqri t-Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' liġi nqara t-Tieni Darba.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Sur President, nipproponi li dan l-abbozz ta` liġi jiġi ttrattat mill-Kumitat Permenenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "DAVID AGUIS: Nissekonda.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-mistoqsija hija li l-abbozz ta' liġi msejjaħ \"Att biex jippromwovi u jipproteġi s-saħħa\" jiġi trattat mill-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IS-SIGURTA` SOĊJALI", "SOCIAL SECURITY (AMENDMENT) BILL", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru, jekk jogħġbu, iressaq it-Tieni Qari ta' dan l-abbozz ta' liġi.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sur President, nipproponi t-Tieni Qari ta` l- abbozz ta` liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Att dwar is-Sigurta` Soċjali.", "THE DEPUTY SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nissekonda.", "THE DEPUTY SPEAKER: Rimarki?", "Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sur President, se nagħmel introduzzjoni pjuttost qasira.", "Irrid ngħid li din il-liġi qiegħda tindirizza issue partikolari li ġibdulna l-attenzjoni għaliha waqt in-negozjati għas-sħubija ta' Malta fl- UE.", "Din l-attenzjoni inġibdet waqt in-negozjati li kellhom x'jaqsmu mat- tneħħija ta' diskriminazzjoni li teżisti fil-liġijiet tagħna, f'dan il-każ fil-liġi dwar is-sigurta soċjali.", "Ħalli nagħmilha ċara mill-ewwel.", "Din hija miżura li tneħħi d-diskriminazzjoni, pero` hija ikkonsidrata bħala miżura temporanja mill-gvern.", "Għaliex?", "Għax kif nafu kulma għandu x'jaqsam ma' l-aspett tal-liġi dwar is-sigurta` soċjali għad irid ikun is-suġġett ta' eżami ħafna iktar profond, ħafna iżjed dettaljat dwar ir-riforma fil- pensjonijiet, welfare u dawn l-affarijiet kollha.", "Jiġifieri qed inressqu din l-emenda biex inkunu neħħejna d-diskriminazzjoni li qed tiġi miġbuda l- attenzjoni tagħna għaliha.", "Pero` nerġa` ngħid li minn issa nagħmilha ċara li dan il-proċess xorta waħda għad irid jgħaddi minn bidliet li għad iridu jiġu proposti lill-pajjiż u lil dan il-Parlament.", "Sur President, qed nitkellmu dwar id-direttiva ta' l-UE, partikolarment id- direttiva 86/387/EEC, li tistabilixxi li m'għandux ikun hemm diskriminazzjoni bejn l-irġiel u n-nisa fil-liġijiet tal-pajjiżi membri ta' l-UE f'dak li għandu x'jaqsam ma' skemi ta' national insurance li għandhom x'jaqsmu ma' occupational insurance u skemi ta' benefiċċji jew benefiċċji supplimentari li għandhom x'jaqsmu ma' xogħol jew xi dritt għal xi benefiċċju li jkollu x'jaqsam ma' ħlas ta' national insurance.", "Effetivament il-problema li aħna għandna fil-liġi tagħna toħroġ mill- artikolu 6.", "Hemmhekk issir differenza bejn mara li tkun miżżewġa u tgħix mar-raġel tagħha u l-bqija tas-soċjeta Maltija.", "Jiġifieri raġel miżżewweġ, mara miżżewġa pero` li tkun separata minn mar-raġel, mara single jew raġel single huma kollha trattati b'ċertu mod, pero` mara miżżewġa li tgħix mar- raġel tagħha hija trattata differenti minn dawn kollha.", "Dawn huma obbligati li jħallsu n-national insurance, imma l-mara li hija miżżewġa u tgħix mar- raġel hija prekluża milli tħallas in-national insurance.", "Il-mod ta' kif se nneħħu din id-diskriminazzjoni huwa billi nneħħu l-obbligu minn fuq kulħadd.", "Jiġifieri ħlief għal dawk nisa u rġiel li jkunu qed jaħdmu, jistgħu jkunu miżżewwġa u jistgħu jkunu single, dawk huma obbligati li jħallsu n-national insurance skond il-liġi kif inhi llum.", "Pero` dawk li effetivament ma jkunux jaħdmu u ma jkollhomx dħul bħala self-occupied ...", "Issa anke hawn teknikament irrid noqgħod attent għax il-liġi tagħna tagħmel differenza bejn dawk li huma self-occupied u dawk self-employed.", "Waħda mill-konfużjoni li toħroġ mil-liġi tagħna hija li dak li fid-diskors popolari tagħna ngħidulu self-employed għal-liġi huwa kkonsidrat bħala self-occupied u dak li fid-diskors popolari tagħna ngħidulu self-occupied għal-liġi huwa kkonsidrat self-employed.", "GĦal-liġi s-self-employed huwa dak li jgħix bir-renta, jiġifieri min ikollu l-imgħax mill-bank pero` ma jaħdimx, m'għandux negozju tiegħu, imma jgħix bir-renta.", "Dawk sa llum kienu obbligati li jħallsu n-national insurance, pero` jekk tkun mara miżżewwġa u tgħix mar-raġel u wkoll ikollha r-renta tagħha hija prekluża milli tħallas in-national insurance.", "Din id-diskriminazzjoni qiegħda titneħħa u b'effett mid-data li tistabilixxi l-liġi stess, 4 jew 5 ta' Jannar tas-sena d-dieħla, dan l- obbligu se jkun tneħħa.", "Pero` għal dawk li bil-liġi li għandna llum diġa` huma obbligati li jħallsu l-bolla, u qegħdin iħallsuha, qed inħallulhom l- option li jekk iridu, b'għażla tagħhom, jistgħu jkomplu jħallsuha.", "Nirrepeti, għax din hija importanti ħafna, li din hija miżura intiża biex tneħħi d-diskriminazzjoni f'dan l-artikolu partikolari u f'dan l-aspett partikolari fil-liġi, pero' bir-riżerva u bl-aktar mod ċar li l-eżerċizzju li għandu x'jaqsam mal-bidliet li rridu nintroduċu fis-sistema kollha li aħna għandna rregolata bl-att dwar is-sigurta` soċjali rridu nagħmluh, jekk il-Bambin irid, fil-ġimgħat jew xhur li ġejjin.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Karl Chircop.", "ONOR.", "KARL CHIRCOP: Sur President, nibda billi mill-ewwel ngħid li aħna bħala oppożizzjoni naqblu ma' din l-emenda għaliex hija emenda pożittiva u qiegħda tneħħi d-diskriminazzjoni bejn is-sessi u wieħed ma jistax joħroġ kontriha.", "Illum il-ġurnata iktar qed insiru sensittivi fuq dawn l-issues.", "Fil-fatt fid-diversi interventi li għamilt proprju llum fuq liġijiet oħrajn urejt kemm hu importanti li għandna nkunu aktar sensittivi fuq din il- kwestjoni.", "Sur President, irrid nuri d-dispjaċir tiegħi għall-fatt li l-Onor.", "Gonzi qal li din l-emenda qiegħda tiġi mpoġġiha proprju minħabba li kellha tkun UE li tiġbdilna l-attenzjoni li fil-liġi tagħna kien hemm din l-anomalija, u dan meta din il-liġi ilha teżisti s-snin twal.", "Pero` apparti dan wieħed jifhem li l-liġi tas-sigurta` soċjali trid taraha b'mod aktar globali.", "Nafu li hemm il-kwestjoni kollha tar-reviżjoni tas-sistema tal-welfare li ilu tant u tant itaqtaq fuqha dan il-gvern.", "Din l-kwestjoni tas-sostenibilita` tas-sistema tal-welfare li ta` spiss tissemma mill-esponenti ewlenin fil- pajjiż, mhux tal-gvern biss, wara kollox hija problema anke internazzjonali.", "Il-kwestjoni tal-liġi tas-sigurta` soċjali, kapitlu 318, per se hija xi ħaġa li tinkwetani mhux ftit.", "Għaliex?", "Għaliex din hija liġi antikwata li ġiet mirquma għexieren ta' drabi fost l-annati li ilha teżisti, u l-ħaddiema li jaħdmu fid-dipartiment tas-sigurta` soċjali jafu x'qed ngħid, u hija liġi ferm komplikata u kultant diffiċli biex tinterpretaha.", "Tant hu hekk li xi drabi, mhux darba jew tnejn, ikollok ċerti każijiet li biex jinqatgħu bilfors iridu jitilgħu fuq nett anke fil- livell tad-direttur tas-sigurta` soċjali għaliex ikunu xi ftit jew wisq ambigwi biex tinterpretahom.", "Sur President, wasal iż-żmien li din il-liġi tiġi riveduta, u tiġi riveduta mhux għax issa se nsiru membri sħaħ fl-UE jew inkella għaliex hemm problema ta' sostenibilita' tal-welfare, imma tiġi riveduta bħala liġi fl-intier tagħha għax it-tħaddim tagħha qed iwassal biex id-dipartiment tas-sigurta' soċjali qed jiltaqa' ma' ħafna diffikultajiet li fl-aħħar mill-aħħar qed ikomplu biex iżidu l-aspett burokratiku li ftit jew wisq ibati minnu l- gvern kollu.", "Jiena nemmen li din il-liġi, kif inhi llum, serviet iż-żmien tagħha, nemmen li għad baqagħla post iktar minn qatt qabel, imma wasal iż- żmien li nimmodernizzawha.", "Allura jkun tajjeb li ma nibqgħux norqmu biċċa minn hemm u biċċa minn hawn.", "Huwa importanti li jekk jista' jkun il-gvern jimbarka fuq proġett biex din il-liġi nerġgħu nwellduha mill-ġdid għax kif diġa` għedt qiegħda toħloq diversi diffikultajiet għal dawk li jridu jħaddmuha, jiġifieri għall-impjegati li jaħdmu fid-dipartiment tas-sigurta' soċjali.", "Għal dan il-għan aħna, min-naħa tagħna lesti li noffru l-għajnuna tagħna għax jiena nemmen li biex din il-liġi nwellduha mill-ġdid hemm bżonn il-kooperazzjoni ta' kulħadd.", "Din l-emenda li qed inressqu llum m'hijiex emenda kontenzjuża, anzi kif diġa' għedt hija emenda pożittiva li ovvjament aħna se nivvotaw favoriha.", "Pero' kif jaf il-Viċi Prim Ministru nnifsu hemm ħafna affarijiet oħra li hemm bżonn li jiġu rranġati f'din il-liġi.", "Per eżempju, xi ftit ġimgħat ilu rċevejt ittra mingħajr persuna minn tas-Sliema li m'iniex se nsemmi min hi - persważ li anke l-Ministru rċeva kopja għax din il-persuna qaltli li bagħtitlu kopja wkoll – li fiha tilmenta li hemm numru żgħir ta' nies li huma diżimpjegati li minħabba anomalija li hemm fil-liġi dawn in-nies wara sitt xhur jinqatagħlhom l-benefiċċju tad-diżimpjieg kemm-il darba jkunu għadhom joqogħdu mal-ġenituri tagħhom.", "Terġa' u tgħid il-benefiċċju tad- diżimpjieg fl-ewwel sitt xhur huwa pittance.", "Kulma hu Lm14.28ċ fil-ġimgħa, jiġifieri somma verament żgħira.", "Dan iċ-ċittadin Malti qed jitlob biex jekk jista' jkun din il-liġi nirranġawha favur din il-minorita` ta' nies li qed jiġu milquta ħażin.", "Wara kollox dawn ikunu ħallsu wkoll il-bolla sakemm kienu qegħdin jaħdmu u qed jiġri hekk għax il-ġenituri tagħhom ikunu għadhom ħajjin.", "Naturalment qed insemmi dan il-każ biex nagħti eżempju ta' kemm f'din il- liġi hemm rqaqat li jistgħu joħolqu komplikazzjonijiet.", "Naturalment aħna ma nistgħux nibqgħu għaddejjin b'din is-sistema li kull darba li tinħoloq diffikulta` nirreaġixxu b'dan il-mod.", "Hemm bżonn li nkunu iktar proattivi.", "Hemm bżonn li din il-liġi nwellduha mill-ġdid għaliex żmienha għamlitu.", "Din il-liġi tant qed issir komplikata biex titħaddem li saħansitra qiegħda wkoll tirrifletti ħażin anke fuq l-operat ta' l-istess dipartiment.", "Hawnhekk wieħed jista` jsemmi l-każ tad-dewmien fil-ħruġ taċ-ċekkijiet taċ- children's allowance.", "Illum il-ġurnata biex familja tieħu ċ- children's allowance trid tiġi means tested.", "Issa l-gvern stess qed jammetti, kif anke qal l-Ministru Gonzi llum, li din is-sistema hija waħda mir-raġuni għalfejn id-dipartiment qed jaqa' lura fil-ħruġ taċ-ċekkijiet taċ-children's allowance.", "Jien ma rridx inkun politiku żżejjed illejla, imma nemmen li hemm bżonn li din il-liġi tinbidel minn fuq s'isfel u wasal iż-żmien biex isir dan.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT (Kap ta' l-Oppożizzjoni): Sur President, hija ħaġa ċara li ma nistgħux inkunu kontra l-eleminazzjoni tad-diskriminazzjoni, kontra naħa jew kontra oħra.", "Biss hija ironika li fi żmien fejn hemm bżonn niffokaw aktar fuq diskriminazzjoni kontra ħaddiema nisa, self-employed nisa, nisa romol, nisa separati li għandhom problemi kbar anke fit-tħaddim ta' din il-liġi, il-gvern qed jagħti priorita` lil din il-bidla li jiena ngħidilha kosmetika.", "Mhux għax m'hemmx każi ta' rġiel li qed jintlaqtu mill- problema li qed tissemma.", "Hemm, tgħoddhom fuq il-ponot ta' subgħajk, u għandna nieħdu ħsiebhom.", "Imma bir-rispett kollu s-sens ta' serjeta` kien jitlob li b'sens ta' ġustizzja soċjali naħdmu fuq nisa li huma diskriminati u qegħdin f'pożizzjoni ta' żvantaġġ, għax huma nisa, anke fil-mod kif jiġu trattati mis-sigurta' soċjali u anke fis-sitwazzjoni tagħhom ta' xogħol għax fit- tfittix ta' mpjiegi jkollhom il-problemi.", "Mhux sewwa noħorġu b'liġi bħal din sempliċiment biex inkunu konformi ma' dak li jgħidulna minn Brussell.", "Bir-rispett kollu, ejjew nuru ftit sens ta' dinjita' u ftit sens ta' bilanċ.", "Id-diskriminazzjoni f'dan il-pajjiż fil-mod kif il-liġijiet huma mfassla, fil-mod kif il-liġijiet huma attwati u fil-mod kif persuni li jmexxu l- liġijiet huma orjentati, b'mod li l-piż imur lejn in-naħa ta' l-irġiel mhux neċessarjament tort tagħhom imma minħabba biases kulturali, soċjali u politiċi fil-pajjiż, mhux l-irġiel l-aktar li qed isofru minnha imma n- nisa.", "U naħseb jien kien ikun fair li liġi bħal din tiġi nkwadrata f'qafas sħiħ ta' kif dan il-gvern tabilħaqq ikun impenjat, jekk inhu ta' bilħaqq impenjat għax ma naħsibx li hu fil-fatt, biex il-gender discrimination li teżisti f'dan il-pajjiż kontra n-nies tkompli tiġi attakkata u ndirizzata.", "Wieħed mill-fouls kbar li qed jagħmel dan il-gvern huwa, u jibqa' jippersisti fih, li minflok jagħti ċertu ammont ta' saħħa lil min f'dan il- pajjiż ikun qiegħed jipproponi bidliet amministrattivi, legali, eżekuttivi fir-rigward tat-tmexxija li jwieżnu lejn aktar fairness lejn il-qagħda tan- nisa u jżommha bħala xi ħaġa li hija l-main role tal-gvern li jagħmilha permezz ta' struttura f'Kastilja, sempliċement waddabha fil-ġenb u qiegħda taħt il-Ministru Gonzi, bir-rispett kollu lejh, minsija.", "Li qed jiġri f'dan il-qasam ifakkarni kompletament f'dak li kien ġara wara l-1987 fir-rigward tal-parteċipazzjoni fuq il-postijiet tax-xogħol.", "Dak iż-żmien suppost kien hemm konsensus favur il-parteċipazzjoni tal-ħaddiema fit-tmexxija tal- postijiet tax-xogħol.", "Kien jsir ħafna kliem sabiħ min-naħa tal-partit Nazzjonalista dwar kemm il-parteċipazzjoni tal-ħaddiema fuq il-postijiet tax-xogħol kienet għal qalbu u bil-mod il-mod rajniha tiġi emarġinata, ġiet infilsata taparsi fi strateġija ta' parteċipazzjoni fil-kunsilli lokali li m'għandha x'taqsam xejn.", "Imma hekk kienet, parteċipazzjoni ta' ċittadini fil-kunsill lokali li ġiet emarġinata, ġiet sfumata.", "Illum il- parteċipazzjoni tal-ħaddiema fuq il-postijiet tax-xogħol saret non-issue, mietet.", "Veru hemm ċentru fl-universita' fuq din il-ħaġa li ilu għaddej mis- sena 1980 jew 198i imma effettivament ma teżistix aktar l-issue.", "Jien qed nara li din il-kwestjoni ta' kif f'dan il-pajjiż nistgħu tabilħaqq indaħħlu strutturi li jkunu kostruttivi, li jaħdmu u li jimmilitaw kontra il-gender discrimination li jiffaċċjaw in-nisa ta' pajjiżna, flok qed tingħata importanza u saħħa, bil-mod il-mod qed tiġi sfumata.", "U bir-rispett kollu, anke l-kwestjoni ta' sħubija fl-Unjoni Ewropea li qed tintuża biex din l-issue tiġi sfumata hija xi ħaġa tal-mistħija, għax hemm ħafna regoli fl-UE li ma kellniex bżonn nissieħbu fl-UE biex indaħħluhom, konna bdejna ndaħħluhom bejn l-1996 u l-1998 meta konna fil-gvern aħna.", "Naħseb li hemm bżonn li fil-mument li l-gvern qed jipproponi dan l-irtokk biex jidher li huwa konformi mar-regoli ta' l-UE fuq gender discrimination fir-rigward ta' l-irġiel, l-affarijiet l-oħra li huma tassew kruċjali u li għandhom bżonn tabilħaqq impenn ħalli l-gender discrimination li ħafna nisa jsofru minnha fuq bażi soċjali, kulturali, politika u ekonomika niffaċċjawha b'mod sistematiku konsistenti from the top, down, u from the top, down m'hemmx dan l-impenn.", "Jiena nħoss illi huwa kruċjali li fuq ħaġa bħal din anke f'dan il-mument nimmarkaw il-ħtieġa li l-affarijiet isiru mhux bit-tlablib biss, mhux bil-kliem vojt biss u bir-retorika biss, imma bil-fatti li jiftehemu, bil-fatti li huma effettivi u bil-fatti li jimmarkaw sens ta' bidla ċara.", "Hemm reżistenza fuq l-idea li jkun hemm attakk frontali fuq il- gender discrimination kontra n-nisa li teżisti f'pajjiżna, u teżisti b'mod mhux neċessarjament organizzat imma b'mod vixxerali ħafna drabi istintiv ukoll.", "Jiena wieħed minn dawk li nemmen fil-kwoti fir-rigward ta' kif in-nisa għandhom jingħataw aċċess għall-postijiet eżekuttivi, amministrattivi f'dan il-pajjiżi.", "U naf, mill-esperjenza ta' pajjiżi Ewropej oħra li dan il- proċess jaħdem.", "Jaħdem mhux għax in-nisa huma anqas tajbin mill-irġiel.", "X'għandha x'taqsam!", "Jaħdem sempliċement għax fir-rwol li jingħataw u li jieħdu f'pajjiżi oħra, minħabba proċessi tradizzjonali l-aċċess taż-żmien u ta' faċilitajiet li għandhom biex ikunu jistgħu jwettqu ċerti għanijiet jonqos komparat ma' ta' l-irġiel.", "Qisu għandek fabbrika - se nitkellem b'mod ekonomiku għal ta' l-apposta - mimlija makni u tgħid li se tuża biss 50% tal-makni u l-50% l-oħra tużahom bi 30% jew b'20% ta' l-isteam tagħhom.", "Dan ma jagħmilx sens!", "Trid toħloq il-kondizzjonijiet li bihom il-makni kollha jingħataw in-nifs jimxu 'l quddiem.", "Dak huwa s-sens tal-kwoti li jbiddel il-mod ta' kif l-affarijiet jiġu kkonsidrati u x'deċiżjonijiet jittieħdu.", "Jekk għandek 90% jew ftit aktar ta' min jiddeċiedi li huma rġiel mhux bilfors li d-deċiżjonijiet se jiġu strutturati skond il-mod kif jaħsbu dwar id-dinja l-irġiel!", "Naturali, dik id-dinja jafu.", "Mhux qed nikkritika l-irġiel meta nagħmel hekk.", "Wara kollox jien raġel ukoll.", "Trid toħloq sistema li biha jkollok rappreżentanza ta' bnedmin oħra li għandhom world view differenti.", "Dan huwa l-kontest ta' l-argument kollu dwar il-kwoti.", "Issa waħda mill-ironiji tagħha din il-biċċa hija li dawk in-nisa li jirnexxu taħt iċ-ċirkostanzi li naħdmu fihom ma jaqblux magħha jew iħossuhom darhom mal-ħajt.", "Għaliex?", "Għax jgħidu: Ara aħna rnexxejna, għaliex ma nammettux li ħaġa bħal din tista' tirnexxi għal ħaddieħor ukoll?", "Le, dan mhux argument lanqas.", "Hemm bżonn ta' dibattitu f'dan il-pajjiż fuq din il-ħaġa.", "Hemm bżonn ta' diskussjoni u hemm bżonn impenn serju min-naħa tal-gvern fuq ħaġa bħal din.", "Meta f'pajjiżna għandna din l-argumentazzjoni kollha għaddejja fuq it-tnaqqis ta' kompetittivita` kif nistgħu nibqgħu għaddejjin b'sistemi ta' tmexxija fejn numru sostanzjali ta' ċittadini f'pajjiżna jħossu li m'għandhomx ċans daqs ħaddieħor jaqdfu mal-bqija?!", "Hemm bżonn naraw x'għandna nagħmlu biex dawn l-affarijiet nibdluhom u nagħtuhom imbuttatura 'il quddiem u mhux noqogħdu nagħmlu dak biss li jgħidulna ta' Brussell.", "Hemm ħafna affarijiet li nistgħu nagħmlu mingħajr ma noqogħdu nistennew lil Brussell jagħtuna l-linja.", "Hemm bżonn inkunu aktar progressivi minn Brussell u mhux sempliċement inlabalbu fil-vojt kif jagħmlu ċerti ministri ta' dan il-gvern, li meta jiġu esperti ta' l-Unjoni Ewropea u jitkellmu magħhom jibqgħu sorpriżi, mhux bin-naïveté tagħhom, imma bis-superfiċjalita' tagħhom.", "Dan fuq issues ta' gender discrimination, u gender discrimination kontra n-nisa ħalli nagħmilha ċara din il-ħaġa.", "Dan huwa abbozz ta' liġi li m'hemmx problemi fuqu, jista' jgħaddi.", "Imma nerġa' ngħid li nsibha ironika li nużaw ż-żmien ta' dan il-Parlament biex nitkellmu fuq issue li hija importanti imma marġinali – setgħet tgħaddi b'mod differenti - imbagħad fuq l-issue kruċjali ta' kif f'dan il-pajjiż tabilħaqq se nkunu qegħdin nimmobilizzaw ir-riżorsi kollha tagħna u allura nagħmlu dan billi nieħdu passi from the top-down ħalli d-diskriminazzjoni effettiva li jiffaċċjaw in-nisa nkomplu nilqgħu għaliha u nneħħuha ma jsir xejn.", "Nemarġinawha, nagħtu lip-service lejha u xejn aktar.", "Jien nissuġġerixxi, Sur President, li għandna bżonn inkunu aktar serji fuq issues bħal dawn.", "Dawn huma issues li jqanqlu mistoqsijiet profondi dwar x'tabilħaqq irridu mis-soċjeta` tagħna.", "U nagħmluha mhux billi noħolqu sħaba madwar l-issue, imma billi niffaċċjawhom straight and plain.", "Jiena wieħed minn dawk illi nibqa' ninsisti li dak li għandu x'jaqsam ma' kif irridu niffaċċjaw dawn l-affarijiet hemm bżonn ta' intervent dirett soċjali regolari.", "Ejja niffaċċjaw l-argument tal-kwoti.", "Naf li jmur kontra n- neoliberaliżmu li dan il-gvern huwa nfestat bih, għalkemm xi kultant jgħid li jemmen fid-demokrazija kristjana u dawn l-affarijiet.", "Hemm kurrenti qawwija fid-demokrazija Kristjana li jaqblu ma' dan li qed ngħid jien u li nistgħu nieħdu ideat minnhom u naħdmu magħhom.", "Imma n-neoliberaliżmu sfrenat f'dan il-qasam huwa xi ħaġa li mhux qed taħdem, u mhux qed taħdem fil-livelli kollha.", "Allura dan huwa żmien fejn irridu nargumentaw, u nargumentaw bil-kbir, li jekk se nitkellmu fuq gender discrimination u kif għandna niffaċċjawha ejjew nibdew minn fejn hu l-qafas tal-problema li m'huwiex gender discrimination kontra l-irġiel, imma bir-rispett kollu gender discrimination kontra n-nisa.", "U din m'hijiex xi ħaġa ta' l-irġiel jew tan-nisa, imma hija xi ħaġa tal-pajjiż kollu kemm hu, Sur President.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Viċi Prim Ministru, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "Fid-9:00 p.m. id-diskussjoni kienet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR LAWRENCE GONZI: Sur President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal għada t-Tlieta, 23 ta' Settembru fid-9:00 a.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Taxxa fuq il-Valur Miżjud - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali - Tieni Qari (Kont);", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Professjoni tax-Xogħol Soċjali - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Professjoni ta' l-Accountancy - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew - Tieni Qari; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili - Tieni Qari (Kont.).", "------------------------------------------", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Professjonijiet tas-Saħħa – Kumitat Permanenti.", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Saħħa Pubblika - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Hawn rimarki?", "L-Onor.", "Anġlu Farrugia.", "ONOR ANĠLU FARRUGIA: Sur President, l-ewwel punt li nixtieq nitkellem fuqu llum hu dwar il-fatt li f'pajjiżna, anke naqra xita twassal għal diżastru nazzjonali.", "Dan juri li l-gvernijiet Nazzjonalisti mhux talli m'għamlux żvilupp tajjeb f'dik li hija infrastruttura fil-ġbir ta' l-ilma talli komplew iżidu l-pjaga għaliex qatt ma naf – u naħseb li hawnhekk kulħadd jaqbel miegħi – li l-familji Maltin ġarrbu daqstant ħsara daqskemm ġarrbu l-ġimgħa li għaddiet.", "U xi jfisser dan, Sur President?", "Ifisser li l-ftaħir kollu li sar f'dan il- pajjiż mill-gvernijiet Nazzjonalisti kien kollu ftaħir fil-vojt għax ix- xogħol li sar kien bażwi b'konsegwenza li batew il-familji Maltin.", "Issa qed nisma' fuq l-aħbarijiet li qegħdin naħsbu li l-UE tista' tikkonsidra li aħna nistgħu nikkwalifikaw għall-fondi ta' meta jsiru dawn it-tip ta' diżastri.", "Mela meta kien hemm il-Portugall li kienu qed jaqbdulu erba' siġriet, l-UE, dak il-ħin stess, qalet li se tibgħat l-għajnuna biex tgħin lill-poplu Portugiż, u Malta għad irridu nistennew biex naraw x'se jiġri!", "Dan huwa t-trattament ta' pajjiżna mill-UE u dan meta issa jafu biċ-ċert li aħna se nissieħbu magħhom.", "Jiġifieri, anke hawnhekk, l-għajnuna jekk tiġi, se tiġi bit-tqanżieħa!", "Sur President, dan qed ngħidu biex inkunu ċari.", "Qed insofru dan kollu minħabba nuqqas ta' serjeta` fit-tmexxija ta' gvernijiet Nazzjonalisti; għandna ħsarat kulimkien prattikament.", "Jiena ġej mill-Mosta fejn saru ħsarat kbar f'dak li għandu x'jaqsam ma' toroq li qatt kienu ppjanati kif suppost.", "Il-housing estate tal-Mosta litteralment spiċċa f'għadira kbira fejn tidħol u ma toħroġx.", "Qisek dħalt ġo aquarium!", "Ir-residenti tal-Mosta daħlilhom kwantita` ta' ilma fi djarhom.", "Tgħidx kemm irċevejt telefonati minħabba f'hekk!", "Per eżempju, fin-Naxxar, l-ilma beda jitlaq minn Pjazza Ċelsi, jidħol fl-isqaq ta' Pjazza Ċelsi, jaqla` il- kaptelli tad-drenaġġ u jitfa' id-drenaġġ fil-kmamar tal-banju tan-nies.", "U dan mhux f'dar waħda imma prattikament fid-djar kollha ta' dik it-triq!", "Il- kunsill Nazzjonalista tan-Naxxar lanqas biss indenja ruħu jmur jara x'għandhom bżonn dawn in-nies!", "Peress li dalgħodu kellna l-car free day, kellna l-opportunita` li naraw it- toroq b'aktar kumdita` mis-soltu.", "Minn fejn hemm l-ex-showroom tal-FIAT sa Pjazza Palma jinsab mimli kollu drenaġġ.", "Trid issuq ġod-drenaġġ mhux ġo l- ilma; araw naqra xi gvern mitluq għandu dan il-pajjiż!", "Imbagħad qalulna li jista' ikun li nibbenefikaw mill-Unjoni Ewropea minflok ma taw garanzija ta' għajnuna lil min bata finanzjarjament bħall-bdiewa u l-familji li tilfu l-għamara u kulma kellhom.", "X'se jsir minn dawn in-nies?", "Dan il-gvern lanqas biss ta garanzija.", "Ara meta aħna konna fil-gvern, Sur President, imxejna mod ieħor.", "Jien niftakar l-ilmijiet li niżlu fl-1979.", "Jiena ma kontx fil- Parlament dak iż-żmien pero` kont uffiċjal pubbliku u naf minn xiex għadda l-pajjiż.", "Il-gvern Laburista ta' dak iż-żmien mill-ftit li seta' offra l- għajnuna tiegħu mill-ewwel.", "Dan il-gvern lanqas dikjarazzjoni għadu m'għamel, dan huwa gvern bla sens u fil-prattika m'hu qed isir xejn.", "Sur President, l-isptar li qed jinbena f'Tal-Qroqq – li diġa` biddel żewġ ismijiet - se jkollu aċċess minn fejn ikun jista' jgħaddi l-ilma?", "Dan lanqas ħasbu għalih!", "Dan biex ma ngħidux li f'pajjiżi li m'għandhomx din il-problema, jagħmlu tip ta' boreholes fejn l-ilma tax-xita, jitfgħuh isfel ġol-blat u jinġabar hemm ħalli meta jkun hemm il-bżonnu, jittella'.", "Imma l-gvern mhux f'dawn l-affarijiet ħsiebu imma biex jagħmel il-party ta' l-Indipendenza fil-Barrakka ta' Fuq li huwa post pubbliku.", "Spiċċaw jirredikolaw post pubbliku; jiġi turist fuqek jistaqsi għaliex ma jistax jidħol fil-Barrakka ta' Fuq u jkollok tgħidlu għaliex qed jiċċelebraw party ta' l-Indipendenza.", "Mela min-naħa għandna post pubbliku jintuża għal private functions ta' xi bażużlu - u dan ma sarx darba jew tnejn - u min- naħa l-oħra għandek nies ibatu mill-konsegwenzi ta' l-għargħar.", "Jiena minn hawn nistaqsi wkoll kemm ġiet tiswa x-xalata li l-Prim Ministru għamel flimkien ta' George Bonello du Puis u oħrajn ġo Londra.", "Kien hemm bżonn dak il-ħela kollu?", "Sur President, qed ngħid hekk għax kulħadd jaf li din il- ħela kollha se jagħmel tajjeb għaliha l-poplu Malti", "Fi żmien il-gvern Laburista, l-emigranti kienu jifirħu bil-kapijiet tagħna imma kienu jorganizzaw huma u mhux il-poplu Malti jrid iħallas mit-taxxi tiegħu l-parties kbar li dan il-gvern qed jagħmel ġo Londra u postijiet oħra.", "Il-poplu Malti li qed ibati qed jistaqsi: X'serjeta` ta' gvern għandna?", "X'serjeta` ta' gvern għandna meta klandestini li ma riedux jinżlu f'pajjiżna u tajnihom l-għajnuna biex jibqgħu għaddejjin, se jerġgħu jintbagħtu lura.", "Il-Ministru Tonio Borg ġie jiftaħar hawnhekk - jien ma nafx kif m'għandux id-deċenza li jirriżenja – illi qed jerġa' jieħu lura lil dawk il-klandestini.", "Allura għaliex l-forzi armati tħallew jagħtu l- għajnuna lil dawn il-klandestini?", "Jekk tawhom naqra diesel biex jibqgħu sejrin bid-dgħajsa għall-eqreb pajjiż fl-Italja, allura l-Ministru Tonio Borg lanqas l-instructions li joħorġu ma jkun jaf bihom?!", "Anke fuq dik kellu jirriżenja!", "Jekk il-Ministru jaf li l-armata ma kellhiex tagħti assistenza, allura għalfejn ħalliha tagħti din l-assistenza?", "Dawn imisshom ma' aċċettawhomx ġo pajjiżna!", "Dan x'serjeta` ta' gvern hu?", "Dan huwa gvern li qed jagħmel għajb lill-poplu Malti u dan qed ngħidu bir-rispett kollu lejn il-maġġoranza li ġab fl-aħħar elezzjoni imma kulħadd jaf x'qed jiġri f'dan il-pajjiż.", "Illum kulħadd jinsab inkwetat dwar il-post tax-xogħol tiegħu.", "Qabel l- elezzjoni qalulna li l-ST Microelectronics, id-De La Rue u l-Brandt International se jkabbru imma illum nafu li dawn jnaqsu jew jagħlqu jridu.", "X'ġara minn qabel għal wara l-elezzjoni?", "Kollox kien ippjanat biex jidħku bil-poplu Malti, Sur President.", "Illum il-poplu Malti jaf, sia Laburisti u sia Nazzjonalisti, li kien qed jgħix f'ħolma li issa qed issarraf fi tbatijiet kbar li se jkomplu jikbru.", "Min qed jipprova jgħid li b'xi mod it-tbatijiet li konna qegħdin naraw qabel l-elezzjoni kienu xi mirage, illum jaf li dawn ma kienu mirage xejn!", "Illum il-pajjiż għandu problemi kbar u dawn il-problemi se jkollu jġorrhom il-poplu Malti u Għawdxi kollu.", "Issa dalwaqt jasal il-budget u naraw; issa naraw il-livell tal-qgħad kemm se jitla'.", "Mhux imbilli l-Prim Ministru joqgħod jagħti figuri mhux ċari fuq il-Fosos tal-Furjana.", "Il-fatti huma li l-qagħad qed jikber, in-negozju stgħaġna, il-flus fl-idejn nixfu u d-dejn kiber.", "Xi jfisser dan kollu?", "Dan huwa sinjal li qed jixgħel l-aħmar.", "U l-poplu Malti jrid bilfors jibgħat is-sinjali; il-poplu Malti jrid iqum u jipprotesta għall-fatt li l-gvern daħak bih!", "Min daħak bil-poplu rrid jirrispondi għax fil-ħajja ma tistax tgħid affarijiet li ma jkunux ċari jew mhux minnhom u wara tgħid li stajt kont żbaljat!", "Għax il-Prim Ministru stess qed jgħid issa li l-affarijiet ma kienux kif qal li kienu.", "Allura issa, kif tista' tiġġustifika dak li jista' jsir mill-poplu Malti?", "Sur President, qabel nagħlaq xtaqt nippreżenta petizzjoni li nġabret mill- ġirien li joqgħodu fi Triq l-Oratorju fejn qed juru d-diżapprovazzjoni kompleta tagħhom lejn inkonvenjent regolari fi stamperija u fabbrika li qiegħdin proprju fil-village core tal-Mosta.", "Minkejja li dawn ipprotestaw kemm-il darba ma' l-awtoritajiet kif ukoll mal-MEPA u kitbu wkoll l-istess Prim Ministru u lill-Ministru Deguara, xorta ma sar xejn u għalhekk nittama li forsi b'din il-petizzjoni jiċċaqlaq xi ħaġa.", "Nagħlaq billi ngħid li l-gvern m'għandux jaħseb li se jirnexxilu jaħrab r- responsabbilita` tiegħu li jagħti dak li ħaqqhom lin-nies li batew l- inġustizzji taħt il-gvern Nazzjonalista u l-każ tagħhom ġie ppruvat.", "Sal- lum, dawn għadhom ma ngħatawx rimedju min-naħa tal-gvern u għalhekk il- gvern se jkollu jagħti kont ta' għemilu barra minn Malta ħalli naraw min għandu raġun fil-każijiet ta' l-inġustizzji.", "Grazzi.", "Sur President, nitlob il-permess tal-Kamra sabiex inqiegħed il-petizzjoni li semmejt fuq il-mejda tal-Kamra.", "MR SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' petizzjoni mibgħuta lili minn residenti ta' Triq l-Oratorju, Mosta, dwar inkonvenjent li qed jinħoloq minn stamperija/fabbrika fil- viċin.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Marie Louise Coleiro.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Sur President, għal snin sħaħ f'dan il- parlament, partikolarment fl-aħħar leġislatura, jiena għamilt interventi u mistoqsijiet parlamentari dwar il-bżonnijiet akuti li jeżistu fil-widien ta' Ħal Qormi.", "Irrid nitkellem partikolarment fuq Wied is-Sewda, Wied il- Kbir, Wied iċ-Ċawsli u fl-area magħrufa bħala ta' ħdejn l-erba' qaddisin.", "Kull darba li nagħmel dawn l-interventi u nagħmel mistoqsijiet parlamentari, it-tweġibiet ikun tali li taħseb li se jiġri xi ħaġa imma sfortunatament ma jiġri xejn.", "Jien għadni niftakar tweġiba partikolari tal- Ministru Ċensu Galea fejn wara ma nafx kemm-il mistoqsija li kont għamiltlu fuq l-istat ta' l-għargħar f'Wied is-Sewda, kien qal li issa se jkun hemm studju dwar l-għargħar.", "Issa jien qed nitkellem fuq mistoqsija parlamentari li kont għamilt madwar sentejn u nofs jew tliet snin ilu.", "Għaddew is-snin u llum nista' ngħid li l-gvern ġie jaqa' u jqum mis- sitwazzjoni li tolqot il-ħajja jew il-mewt tan-nies u din illum hija pprovata b'dak li ġara t-Tnejn li għadda.", "Sitt ġimgħat ilu, ir-residenti ta' Wied is-Sewda ddeċidew ukoll li jiltaqgħu u jlaqqgħu l-media ħalli juruhom l-istat tal-biki li kien fih - għax sa ġimgħa ilu kien hemm imma issa l-ilma kaxkar kollox – il-wied fejn kellu kwantita` enormi ta' ħmieġ.", "L-aħħar darba li tnaddaf Wied is-Sewda kien proprju fi żmien il-gvern Laburista ta' bejn l-1996 u l-1998 u minn dakinhar 'l hawn, il-gvern Nazzjonalista ma naddaf imkien bir-riżultat li l- ġwiebi li hemm ġo Wied is-Sewda - li jieħdu l-ilma ħalli jtaffu mill- ilmijiet li jgħaddu minn ħdejn id-djar - kienu mimlijin kważi b'sular ħmieġ.", "Dan in-nies dawru lill-media madwar l-akwati kollha ta' Ħal Qormi fejn hemm dawn is-sore points ta' l-għargħar u għal darb'oħra l-gvern Nazzjonalista reġa' raqad fuq il-każ u ma ġara xejn bil-konsegwenza li nhar it-Tnejn li għaddew kellna diżastru.", "Qed nitkellem l-aktar fuq Ħal Qormi għax huwa r-raħal tiegħi u għalhekk l-aktar li naf fuqu.", "Sur President, ġo Ħal-Qormi saret traġedja li laqtet nistgħu ngħidu lil mijiet ta' familji, traġedja fejn familji tilfu sa l-inqas liżar li kellhom, traġedja fejn familji kellhom joħorġu minn ġo darhom peress li s- sistema ta' l-elettriku fi djarhom spiċċat kompletament.", "Kellna persuni b'diżabilità u anzjani li kienu fix-xifer li jitilfu ħajjithom li ma kenitx għall-ħeffa tal-familjari tagħhom li tellgħuhom fis-sulari ta' fuq.", "Għandna tfal trawmatizzati li ma jridux imorru joqogħdu ġo darhom għax jibżgħu li jerġa` jiġi l-ilma.", "Għandna anzjani li bdew jevakwaw is-sular t'isfel u jtellgħu l-għamara fuq għax qed jibżgħu minħabba dak li ġara.", "Hemm ukoll sidien ta' negozji li tilfu b'eluf kbar ta' liri.", "Apparti dan għandna familji sħaħ li tilfu l-karozzi tagħhom u naf bi tfajla li ġimgħa qabel l-għargħar ħarġet karozza ġdida u tkaxkritilha mal-wied.", "U din it-tbatija kollha, għaliex?", "GĦax għandna gvern inkompetenti.", "L-akbar fenomenu li ġara nhar it-Tnejn mhux għax niżlet ħafna xita - għax ħafna xita tistenniha f'dawn iż-żminijiet - imma għax il-widien tant kienu imblukkati li l-ilma flok jimxi 'l quddiem, beda jitla' lura u kopra areas ġo Ħal Qormi fejn qatt ma raw ilmijiet u kellna djar b'ilma għoli disa' filati!", "Jien rajt anke karozzi taħt disa' filati ilma u stabbilimenti sħaħ b'erba' u ħames filati ilma fejn prattikament tilfu kollox.", "Għandna sitwazzjoni fejn id-drenaġġ jiġri ġol-wied minħabba overflow u meta niġbed l-attenzjoni ta' dan f'dan il-parlament, jgħiduli li dan mhux drenaġġ!", "Dan hu overflow tad-drenaġġ!", "Għandna l-problema tal-parking tal- vetturi industrijali.", "Dan il-gvern ilu jwiegħed parking industrijali għal snin u sal-lum għadu ma sarx dan il-parking industrijali.", "Allura min għandu vetturi kbar - la m'hemmx parking industrijali organizzat kif suppost ikollna f'dan il-pajjiż – qed juża' l-ewwel wesgħa li jsib biex iwaddab il-vettura tiegħu hemm bil-konsegwenza li wħud minnhom jispiċċaw fi triq f'niżla li jgħaddi minnha volum qawwi ta' ilma u jispiċċa jkaxkar kollox bħal ma ġara t-Tnejn li għadda.", "Sur President, biex inkomplu nifhmu kemm hu inkompetenti dan il-gvern irrid ngħid li l-aħħar bċejjeċ ta' għelieqi li hemm fil-widien li qed insemmi ġewwa Ħal Qormi ngħataw ukoll għall-bini.", "U jien hawn nistaqsi: Fejn hi l- MEPA li sa sena ilu ġiet ġo Ħal Qormi tispjegalna l-local plan?", "Fost l- affarijiet li ġiet tgħidilna kien proprju li ġo Ħal Qormi mhux se jkompli jkun hemm ċertu tip ta' bini minħabba l-green belt, per eżempju, ta' bejn l- irħula, imma din illum spiċċat kompletament.", "Fejn hi l-MEPA?", "Illum kulħadd jagħmel li jrid!", "L-istituzzjonijiet li suppost qegħdin jirregolaw u qegħdin iħarsu lejn l- affarijiet b'mod ħolistiku qed iħallu l-affarijiet għaddejjin minn fuqhom u minħabba f'hekk, qed ibati ċ-ċittadin.", "Imbagħad min qed jgħin lil dawn in- nies?", "Kif qal l-Onor.", "Anġlu Farrugia, il-gvern anqas biss kellu d-diċenza li jiftaħ ħalqu u jgħid li se jgħin!", "Il-gvern se jipprova jagħmel xi ħaġa?", "Qed nitkellmu dwar nies mingħajr mezzi li ma jistgħux isewwu darhom u ma jistgħux jixtru l-appliances kollha li tilfu, nies li kellhom jarmu sa l- inqas biċċa siġġu li kellhom u nies li telgħetilhom l-art u l-periti qalulhom biex ma jimxux fuqha għax jistgħu jibqgħu neżlin.", "Kif jista' dan il-gvern ma jiftaħx ħalqu?", "GĦandna gvern f'dan il-pajjiż jew le?", "In-nies infittxuhom biss biex joħorġu jivvotaw darba f'ħames snin u mbagħad once li nitilgħu fil-gvern, nagħtuhom dahrna?", "Il-gvern hekk għamel għal ġimgħa sħiħa.", "Għandna nies imwerwrin li ma jistgħux ikomplu jgħixu ħajjithom u minkejja dan, il-gvern baqa' sieket.", "Ġimgħa ilu ħriġt stqarrija fejn għedt li l-gvern għandu jdur lejn l-Unjoni Ewropea u jitlob l-għajnuna bħal ma għamlu l-Portugall, Ġermanja u l-Italja meta kellhom l-inkwiet reċentament.", "L-għada, ħareġ l-Onor.", "Ninu Zammit u qal li mhux se jtuna l-għajnuna - to add insult to injury, niżel il-Wied! - għax aħna għadna m'aħniex fl-Unjoni Ewropea.", "Issa llejla smajna li hemm ċans li jtuna xi ħaġa.", "Imma ngħid jiena, jekk l-UE ma tagħtix l-għajnuna, min se jgħin lil dawn in-nies?", "Dawn huma parti mill-poplu tagħna li meta the going is good iħallsu t-taxxi daqskemm iħallas ħaddieħor!", "Min se jidħol għalihom dawn?", "Nagħmlu tant kampanji nazzjonali ta' ġbir anke biex nagħtu l-għajnuna tagħna internazzjonalment - u sewwa nagħmlu – imbagħad ninsew lil ħutna l-Maltin?", "Lanqas biss ikollna gvern Malti li jesprimi sens ta' solidarjetà ħalli għallinqas nibdew nagħmlu xi ħaġa biex nagħtu lil dawn in-nies xi ftit tas-serħan tal-moħħ ma għandna!", "Sur President, wara li kienet ingħatat biċċa art kbira lill-birrerija tal- Lowenbrau ġewwa Ħal Qormi - art li tixrob ħafna ilma għax hemmhekk jgħaqqad il-wied li jkun ġej minn Wied is-Sewda u l-wied li jkun ġej min-naħa ta' Wied il-Kbir għal ġol-Marsa - il-gvern Laburista ta' l-1997 kien beda proġett ta' relief għall-ilma tax-xita imma x'ġara?", "Tela' l-gvern Nazzjonalista fl-1998 u waqqaf dan il-proġett bil-konsegwenza li area sħiħa tan-naħa ta' l-erba' qaddisin u De La Cruz Avenue ġewwa Ħal Qormi spiċċaw jimtlew bl-ilma kull darba li tagħmel ix-xita u t-Tnejn li għaddew din il- problema inħasset ferm aktar għax l-ilma telgħa sa ħames filati ġod-djar.", "Dawn huma affarijiet li jwaħħxuk speċjalment meta f'dawk id-djar hemm anzjani u persuni b'diżabilità li ma jistgħux ifendu għal rashom u dawk li jistgħu jfendu għal rashom, ikollhom imorru jgħinu lil min ma jistax u hekk ir-riskju jimmultiplika.", "Sur President, jiena nistaqsi għalfejn il-gvern Nazzjonalista waqqaf dan il-proġett.", "Kemm-il darba staqsejt din il- mistoqsija u risposta ma waslitx.", "Jaqaw il-Qriema ma jħallsux taxxi daqs il- Maltin l-oħra kollha!", "Din it-traġedja setgħet tiġi evidata jew mnaqqsa kieku l-proġett tkompla.", "Fl-istess area, xi tliet ġimgħat ilu rajna żvilupp ieħor ta' fabbrika li qed tiġi kkonvertita f'xi tip ta' negozju ieħor u bdejna naraw ċerta tip ta' infrastruttura li bdiet tinkwieta lil dawn ir-residenti għaliex qabel qatt ma kienu jegħrqu u minn xi snin 'il hawn bdew jgħerqu u nhar it-Tnejn li għadda għerqu bl-ikrah.", "Jien ktibt ittra lill-Onor.", "Ninu Zammit biex jindaga x'qed jiġri hemmhekk ħalli jekk l-iżvilupp kien se jkompli jaffetwa l-problema ta' l-għargħar, allura nippretendu li l-gvern jieħu l-passi ma' min hu konċernat ħalli l-affarijiet isiru kif għandhom isiru.", "Sal-lum jien lanqas acknowledgement ma ħadt ta' din l-ittra li bgħat fuq l-insistenza tar-residenti li naturalment huma l-iktar nies konxji ta' din il-problema!", "Jiena qed niffoka fuq Ħal Qormi għax dak naf l-iżjed pero` jiena min-naħa ta' l-oppożizzjoni nesprimi s-solidarjeta` sħiħa tiegħi mal-Maltin kollha li sofrew id-danni u baqgħu trawmatizzati minħabba l-għargħar.", "F'isem dawn kollha ngħid, fejn hu l-gvern?", "Il-gvern meta se jistenbaħ u flok jintilef bix-xinxilli, jibda jara li l-affarijiet importanti jsiru u jsiru kif suppost?", "Il-Malti jgħid, l-ewwel il-pappa mbagħad l-umpappa u jekk hemm każ fejn verament il-frażi Maltija tgħodd huwa proprju għal dak li seħħ nhar it-Tnejn li għadda u l-konsegwenzi koroh li ġab miegħu.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada t-Tlieta, 23 ta' Settembru 2003 fid-9:00 a.m. bl-agenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "SKEJJEL SEKONDARJI - ASSENTEIŻMU", "1106.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid x'kienet il-medja ta' assenteiżmu mhux ġustifikat fl- iskejjel sekondarji ta' l-Istat matul is-sena li għadha kemm intemmet?", "F'liema lokalitajiet kienet l-aktar għolja?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "SKEJJEL - ASSENTEIŻMU", "1107.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid fis-sena skolastika li għadha kemm intemmet, kemm kien hemm ġenituri tat-tfal fl-iskejjel primarji u dawk sekondarji li ttellgħu l- qorti minħabba assenza mill-iskola?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li matul is-sena skolastika 2002/2003 ittellgħu l-qorti 829 ġenitur ta' tfal li qegħdin fi skejjel primarji u 3,204 ġenitur ta' tfal li qegħdin fi skejjel sekondarji minħabba assenza mill-iskola.", "SKEJJEL - ASSENTEIŻMU", "1108.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid x'rapporti kien hemm ta' assenteiżmu mhux ġustifikat fl- iskejjel tal-knisja u dawk indipendenti fis-sena li għadha kemm intemmet?", "Liema kienu l-iskejjel l-aktar milquta?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li ma kien hemm ebda rapport ta' assenteiżmu mhux ġustifikat minn skejjel indipendenti għas-sena skolastika 2002-2003.", "L-iskejjel tal-knisja li rrapportaw dwar assenteiżmu mhux ġustifikat għas- sena skolastika 2002-2003 kienu kif jidher hawn taħt:", "|Skola |Rapporti | |St Elias |1 | |College | | |Our Lady |5 | |Immaculate | | |St. Monica |1 | |(Gżira) | | |Maria Teresa |2 | |Nuzzo | |", "SKEJJEL - ASSENTEIŻMU", "1109.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid x'beħsiebha tagħmel id-diviżjoni ta' l-edukazzjoni biex trażżan l-assenteiżmu fl-iskejjel statali fis-sena skolastika 2003/04?", "X'mekkaniżmu jeżisti llum?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Wieħed mir-rwoli tat-taqsimiet tad-diviżjoni ta' l- edukazzjoni huwa li jara li t-tfal kollha jibbenefikaw mill-edukazzjoni billi jattendu l-iskola regolarment.", "Meta studenti jassentu ruħhom mingħajr raġuni valida dawn jiġu rrapportati mill-iskejjel lis-servizz ħidma soċjali fl-iskejjel.", "Is-servizz ħidma soċjali fl-iskejjel, permezz ta' l-education social workers tiegħu, qed jinvestiga dawn il-każi u jiżen il-problemi ta' x'qiegħed iżomm l-istudenti milli jattendu regolarment l-iskola.", "L- education social workers iżuru l-iskejjel biex jitkellmu mal-kapijiet ta' l- iskejjel u wara jżuru lill-istudenti u l-familji tagħhom.", "Dawn iż-żjarat iservu biex tiġi stabilita r-raġuni għall-assenteiżmu.", "B'metodi ta' social work, l-education social workers jibqgħu jgħinu lill-istudenti u l-familji tagħhom sakemm l-istudenti jerġgħu jibdew il-ħajja skolastika tagħhom.", "F'każi meta l-education social workers ma jsibux koperazzjoni mill- ġenituri, dawn jittellgħu l-qorti skond il-liġi ta' l-edukazzjoni.", "Hemm sezzjonijiet fi ħdan id-diviżjoni ta' l-edukazzjoni li xogħolhom ukoll huwa li jgħinu lill-istudenti fl-iskejjel biex ma jassentixxux ruħhom.", "Fost dawn hemm il-guidance and counselling unit u l-ischool psychological service.", "Biex l-assenteiżmu jibqa' jiġi kontrollat u verifikat tul is-sena skolastika 2003/2004, id-diviżjoni ta' l-edukazzjoni qed tagħmel laqgħat ma' stakeholders rilevanti, fosthom it-tobba, biex id-diversi aspetti tal- problema jiġu kordinati aħjar.", "FGURA: TRIQ HOMPESCH - TRAFFIC LIGHTS", "1369.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid meta se jittieħdu l-passi neċessarji biex it-traffic lights li hemm fi Triq Hompesch, Fgura - quddiem il-BOV - ikollhom indicator alarm għall-bżonnijiet ta' persuni neqsin mid-dawl?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat illi l-pelican crossing li qed jirriferi għaliha l-Onor.", "Interpellant għandha bleeper fuq in-naħa tal- knisja.", "Għalhekk ma jidhirx li jista' jeżisti xi inkonvenjent għal persuni neqsin mid-dawl.", "FGURA – XOGĦOL FIT-TOROQ", "1378.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid meta se jsiru x-xogħlijiet neċessarji f'toroq mhux iffurmati fil-Fgura, b'mod partikolari Triq il- Gardjola, Triq Tax-Xemx u l-Qamar, parti minn Triq il-Merħba, parti minn Triq is-Summiena, parti minn Triq A.M. Valperga (in-naħa t'isfel) u Triq William Lassell?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Hu mistenni li toħroġ sejħa għal offerti sabiex isiru l-aħħar parti ta' Triq is-Summien kif ukoll l-aħħar parti ta' Triq il- Merħba.", "Fir-rigward tat-toroq l-oħra msemmija, l-awtorita` dwar it-trasport qiegħda tikkuntattja l-kunsilli lokali kollha biex ikunu aġġornati dwar il- bżonnijiet ta' xogħol ta' titjib madwar il-lokalitajiet kollha u x-xogħol isir skond il-prioritajiet li jkunu qed jirriżultaw.", "REVIŻJONI TAL-LIĠIJIET TAL-KERA", "1379.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: B'riferenza għad-diskors tal-President tar- Repubblika fl-okkażjoni tal-ftuħ ta' l-Għaxar Parlament rigward reviżjoni sħiħa tal-liġijiet tal-kera, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'għandu maħsub il-gvern fuq dan il-qasam?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Il-gvern beħsiebu jippubblika l-pjani tiegħu dwar is-suġġett kif dawn jiġu ffinalizzati.", "MEPA – APPLIKAZZJONIJIET GĦALL-BINI TAL-GVERN", "1380.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet quddiem il-MEPA għall-bini tal-gvern mill-awtorita' tad- djar u mid-dipartiment tal-bini u tiswija ta' djar minn Jannar 2002 sal-15 ta' Lulju 2003?", "Liema proġetti diġa` ħareġ il-permess għalihom u meta ħareġ?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tabella li turi l-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "MEPA - APPLIKAZZJONIJIET GĦALL-BINI TAL-GVERN", "1381.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid kemm saru applikazzjonijiet quddiem il-MEPA għall-bini tal-gvern mill-awtorita' tad-djar u mid- dipartiment tal-bini u tiswija ta' djar minn Jannar 2002 sal-15 ta' Lulju 2003?", "Liema proġetti diġa` ħareġ il-permess għalihom u meta ħareġ?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "ĊIMITERJU TA' L-ADDOLORATA – XIRI TA' OQBRA", "1382.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' il- Minstru jgħid fiex waslet applikazzjoni DH/39/01/159 għal qabar ġewwa ċ- ċimiterju ta' Santa Marija Addolorata?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Informat li applikazzjoni DH\\39\\01\\159 għal qabar ġewwa l-Addolorata tinsab fuq il-waiting list.", "SOTTOMARINI B'ENERĠIJA NUKLEARI", "1384.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' il-Ministru jgħid liema kienu u meta ġew fil-portijiet tagħna vapuri tal-gwerra nuclear powered?", "ONOR.", "JOE BORG: Bejn l-2001 sal-lum daħlu Malta żewġ sottomarini li jaħdmu b'enerġija nukleari.", "Dawn kienu s-sottomarin Ingliż Superb f'Novembru 2001 u dak Amerikan Dallas f'Settembru 2002.", "Dan ta' l-aħħar kien daħal fl-ibħra territorjali Maltin iżda mhux fil-port.", "KOPERAZZJONI MILITARI MA' L-INGILTERRA", "1407.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 1271, jista' il-Ministru jwieġeb it-tieni parti tal-mistoqsija dwar x'livell ta' koperazzjoni militari hemm bħalissa ma' l-Ingilterra u x'livell hu mistenni li jintlaħaq f'dan il- qasam fil-ġejjieni qarib?", "ONOR.", "JOE BORG: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "GĦAWDEX - COLD STORES TAL-GVERN", "1445.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għal Għawdex: Tista` il-Ministru tgħid għaliex fil-cold stores tal-gvern hemm żewġ cold rooms biss minn sitta li jiffunzjonaw?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Jien informata li l-apparat u l-lining ta' l- erbgħa mis-sitt cold rooms iridu jinbidlu kompletament.", "Id-dipartiment għal proġetti u żvilupp ħareġ offerti għall-apparat u x-xogħol meħtieġ biex jitranġaw tnejn minn dawn il-cold rooms u se joħroġ l-ittri ta' aċċettazzjoni fil-ġranet li ġejjin.", "Huwa ppjanat li ż-żewġ cold rooms l-oħra jitranġaw iżjed 'il quddiem.", "VALLETTA: PJAZZA SAN ĠORĠ - SERVIZZ TAL-KAROZZINI", "1472.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: B'riferenza għal mistoqsijiet oħra li għamilt dwar żwiemel tal- karozzini li qed jinżammu esposti għax-xemx quddiem il-Palazz, fejn kont ġejt aċċertat qabel ma l-Parlament aġġorna għall-vaganzi tas-sajf li qed jittieħdu passi biex din il-problema tiġi riżolta, jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra għaliex dawn tħallew sajf ieħor esposti għax-xemx u sħana enormi li kienet qed tagħmel?", "Għaliex dan il-każ ċar ta' moħqrija fuq dawn l-annimali qed jitħalla jiġri quddiem l-ogħla awtoritajiet u quddiem l-istess Parlament, li ftit żmien ilu lleġisla kontra l-moħqrija ta' l-annimali u jibqa' qisu ma qed jiġri xejn?", "Jista' jintervjeni personalment biex din il-problema tiġi riżolta fl-iqsar żmien possibbli?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Jien informat li l-kunsill lokali tal-Belt Valletta għamel arranġamenti sabiex waqt is-sħana tas-sajf il-karozzini jitpoġġew fid-dell maġenb il-Palazz - jew in-naħa ta' Pjazza Regina jew in naħa l-oħra fi Triq l-Arċisqof.", "Sadanittant l-istess kunsill lokali għadu għaddej biex isib soluzzjoni dejjiema.", "Nixtieq ninforma wkoll lill-Onor.", "Membru li d-diviżjoni ta' l-ikel u attivita' veterinarja ħadet inizjattiva billi ġew avviċinati kuċċiera individwali fejn ġie spjegat lilhom il-ħarsien ta' żwiemel kemm waqt li jkunu fil-venda kif ukoll waqt ix-xogħol.", "Qegħdin jitħejjew gwidi ta' limiti fisjoloġici biex il-kuċċiera jevitaw li ż-żiemel jgħaddi minn stress.", "ANNIMALI JIDDAĦĦLU LLEGALMENT", "1473.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid x'se jsir mix-xadina li nqabdet tiddaħħal Malta illegalment maqfula u marbuta f'bagalja?", "Jaqbel li wara l-moħqrija li għaddiet minnha din ix-xadina, issa m'għandhiex tinżamm maqfula bla bżonn u jekk hu possibbli tinħeles f'abitat adatt għaliha?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: L-annimali li jinqabdu jiddaħħlu Malta illegalment jinżammu kwarantina sakemm tinqata' is-sentenza tal-qorti u sakemm tinstab akkomodazzjoni adegwata lokalment jew barra minn Malta.", "Din issir bil-kollaborazzjoni ma' l-awtorita' ta' l-ambjent u l-ippjanar.", "MFSA – ICT-BASED SERVICES", "1474.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għat-Teknoloġija ta' l- Informazzjoni u Investiment: Billi l-MFSA qed tagħmel tajjeb li tinkoraġixxi l-iżvilupp ta' ICT-based services fil-qasam tas-servizzi finanzjarji, jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi koperazzjoni mal- ministeru tiegħu f'dan ir-rigward?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħti aktar dettalji dwar xi jrid ifisser bit-termini ICT-based services li qed tizviluppa l- MFSA sabiex inkun nista' inwieġeb il-mistoqsija tiegħu bl-aħjar mod possibbli.", "AFFARIJIET BARRANIN - KONSULENTI", "1475.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm konsulenti mal-ministeru?", "Min huma, kemm qed jitħallsu u x'ħinijiet normalment jaħdmu?", "ONOR.", "JOE BORG: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "THESSALONIKI INT.", "EXHIBITION", "1476.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin: Jista' il-Ministru jgħid jekk hux mistenni sehem Malti fit-Thessaloniki exhibition dwar it-tenth acceding countries ta' l-Unjoni Ewropea?", "Kemm se jiġi jiswa sehem il-Gvern Malti?", "ONOR.", "JOE BORG: Qiegħed nassumi li l-Onor.", "Interpellant qed jirriferi għat-68 edizzjoni ta' l-esebizzjoni internazzjonali ta' Thessaloniki li nżammet bejn is-6 u l-14 ta' Settembru 2003.", "Sal-lum Malta qatt ma ħadet sehem f'din l-esibizzjoni u ma jidhirx li hemm interess mis-setturi rilevanti biex jieħdu sehem.", "Din is-sena l-European centre of communication and culture, ibbażat f'Thessaloniki, qed jorganizza manifestazzjoni dwar l-għaxar pajjiżi ġodda fl-Unjoni Ewropea.", "L-ambaxxata Maltija f'Ateni pprovdiet il-materjal pubbliċitarju dwar Malta mitlub mill-organizzaturi biex jintwera f'jum Malta ma' dawk ta' pajjiżi oħra.", "Ma kienx hemm spejjeż peress li l-organizzaturi qed joffru dan is-servizz bla ebda ħlas.", "IMO – KANDIDATURA MALTIJA", "1477.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm pajjiżi li ġew avviċinati minn Malta għall-appoġġ għall-kandidatura tagħha għall-IMO council?", "ONOR.", "JOE BORG: Malta avviċinat lill-pajjiżi kollha li huma membri sħaħ ta' l-organizzazzjoni internazzjonali marittima biex jappoġġjaw il- kandidatura Maltija għall-kunsill ta' l-IMO.", "ĦAŻ-ŻABBAR: TRIQ IL-GRAZZJI - QTUGĦ FIL-PROVVISTA TA' L-ELETTRIKU", "1490.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għat-Teknoloġija ta' l- Informazzjoni u Investiment: Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li madwar sitt idjar fi Triq il-Grazzji, Ħaż-Żabbar qed jispiċċaw bla dawl ta' spiss, xi drabi għal jum wara l-ieħor?", "X'inhu jwassal għal dan l- inkonvenjent u x'jista' isir biex dawn il-familji ma jibqgħux ibatu l- konsegwenzi?", "X'inhi r-raġuni li minkejja li taf bil-problema, l-Enemalta baqgħet ma ħaditx passi biex tissolva darba għal dejjem?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ir-raġuni li qiegħed jinqata' d-dawl fi Triq il- Grazzji, Ħaż-Żabbar hija waħda ta' overloading.", "L-Enemalta diġa' kienet ressqet talba lid-dipartiment konċernat biex jinħarġilha permess għal trinka biex fiha jitpoġġa cable ġdid u b'hekk tkun tista' tissolva l- problema.", "TEATRU MANOEL - BORD TA' TMEXXIJA", "1492.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid min huma l-membri fuq il-bord ta' tmexxija tat- Teatru Manoel?", "Jista' jgħid jekk għandhomx xi honoraria u benefiċċji oħra?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "ĊENTRU TAL-MEDITERRAN GĦALL-KONFERENZI - BORD TAT-TMEXXIJA", "1493.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid min huma l-membri fuq il-bord tat-tmexxija taċ- Ċentru tal-Mediterran għall-Konferenzi?", "Jista' jgħid jekk għandhomx xi honoraria u benefiċċji oħra u x'inhuma?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Il-membri tal-bord taċ-Ċentru tal-Mediterran għall- Konferenzi huwa kompost kif ġej :", "Dr. Peter Fenech Chairman Maj.", "Alfred Cassar Reynaud Viċi Chairman Is-Sur Eugenio Privitelli Membru/ Segretarju Dr. Konrad Thake Membru Dr. Joseph Farrugia Membru", "Il-ħlas tal-membri tal-bord hu kif ġej :", "Chairman Lm 4,500 fis-sena Segretarju tal-Bord Lm 3,000 fis-sena Membru Lm 1, 200 fis-sena", "Informat ukoll li ċ-chairman għandu mħallas l-ispejjeż tas-servizz ta' telefon ċellulari.", "ĊENTRU GĦAR-RESTAWR - BORD TAD-DIRETTURI", "1494.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid min huma l-membri fuq il-bord tad-diretturi tal- Malta centre for restoration?", "Jista' jgħid jekk għandhomx xi honoraria u benefiċċji oħra u x'inhuma?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Il-membri fuq il-bord tad-diretturi taċ-ċentru għar- restawr huwa kif jidher hawn taħt :", "Dr. Joseph A. Cannataci Chairman Prof. Alex Torpiano BE & A,MSc, Gvernatur Kav. Charles Sciberras O.S.J. Dip.", "Gvernatur Perit Norbert Gatt Gvernatur Joseph Schiro' Membru Louis Borg Membru Id-Dott.", "Martina Caruana Membru", "Ninsab informat ukoll li l-honoraria tal-membri tal-bord tad-diretturi għadhom ma ġewx iffissati minħabba l-fatt li l-klassifika ta' l-aġenzija mhix mitmuma.", "HERITAGE MALTA - BORD TAD-DIRETTURI", "1495.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid min huma l-membri tal-bord tad-diretturi ta' Heritage Malta?", "Jista' jgħid jekk għandhomx xi honoraria u benefiċċji oħra u x'inhuma?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Il-bord tad-diretturi ta' Heritage Malta huwa kompost kif ġej :", "Mario Tabone Chairman Simone Mizzi Viċi Chairman Rev. Mons. Gwann Azzopardi Membru Ray Bondin Membru Mario Farrugia Membru Joseph Schiro' Membru Katya Stroud Membru Godwin Vella Membru Leslie Vella Membru", "Il-ħlas tal-membri tal-bord huwa kif ġej :", "Chairman Lm7,200 fis-sena Viċi Chairman Lm2,800 fis-sena Membri Lm 1,000 fis-sena.", "BORMLA: MINA TA' STA.", "LIENA - PITTURA", "1496.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid x'sar minnha l-pittura li kien hemm taħt il-mina ta' Sta.", "Liena f'Bormla?", "Jista' jgħid jekk hemmx il-ħsieb li terġa' titpoġġa fil-post oriġinali tagħha?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Il-pittura ġiet meħuda l-mużew marittimu meta kien qed isir xogħol ta' restawr mill-Cottonera rehabilition project fil-post imsemmi.", "Ta' min isemmi li l-kwadru kien suġġett għal xi atti vandali meta kien espost fil-mina ta' Sta.", "Liena.", "Din għadha qed tinżamm fil-post imsemmi.", "Għaddejjin diskussjonijiet dwar fejn għandha tinżamm din il-pittura biex tkun imħarsa u protetta bl-aħjar mod possibbli skond il-kriterji xjentifiċi mitluba f'każijiet bħal dawn.", "MALTA DRYDOCKS – MEDICAL TESTS GĦALL-ĦADDIEMA", "1497.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għat-Teknoloġija ta' l- Informazzjoni u Investiment: Jista' il-Ministru jgħid jekk il-ħaddiema tal- Malta Drydocks li hemm jaħdmu fuq il-La Salle sarulhomx eżamijiet mediċi li juru li mhumiex jiġu affettwati mill-asbestos?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Il-ħaddiema tal-Malta Drydocks impjegati bħala laggers u laboratory testers jiġu ttestjati għall-effetti ta' l-asbestos b'mod regolari.", "Testijiet oħra jsiru biss fuq rakkomandazzjoni medika.", "Meta jkun hemm indikazzjoni li hemm l-asbestos fuq xi vapur hija procedura normali li jsiru standard tests minn persuni kwalifikati f'dan il-qasam sabiex jiċċertifikaw li ma hemmx trab ta' l-asbestos fl-arja u ma hemm ebda periklu fil-post għal min jaħdem hemm.", "It-tarzna tagħmel mill-aħjar sabiex l-impjegati tagħha ma jigux esposti għall-materjal perikoluż ta' kwalunkwe tip.", "Madankollu, hija r- responsabbilta' tal-ħaddiema li jaraw li jagħmlu użu mill-ilbies u apparat protettiv provdut lilhom skond il-kondizzjonijiet fejn jaħdmu u li jsegwu r- rakkmandazzjonijiet dwar saħħa u sigurta'.", "ĊENTRU DETOX - PERSUNI JATTENDU GĦALL-KURA", "1515.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien hemm persuni jattendu għall-kura fiċ-ċentru tad-detox mill-1995 sa l-2003?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tabella li turi l-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "ĦRUĠ TA' WORK PERMITS", "1516.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Ministru jagħti rendikont dettaljat tan-numru ta' persuni barranin li applikaw għall-work permit mis-sena 2000 sa l-2003?", "Jista' jgħid għal kull sena kemm minn dawk li applikaw ingħataw work permit, x'tip ta' xogħol qegħdin jagħmlu u x'inhi ċ-ċittadinanza tagħhom?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi ma tinżammx statistika tat-tagħrif hekk kif mitlub mill-Onor.", "Interpellant.", "Tabella li turi kemm inħarġu/iġġeddu permessi ta` impjieg lill-barranin kif ukoll in-numru ta` dawk li ġew rifjutati għas-snin mitluba minnu tpoġġiet fuq il-mejda tal- Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "Ninformah ukoll li lista tal-persuni konċernati kienet tkun aġġornata kull xahar u din kienet toħroġ fil-gazzetta tal-gvern kull l-ewwel Tnejn ta` kull xahar.", "Mill-1 ta` Jannar 2002 din l-informazzjoni bdiet tidher biss fuq il-website tad-dipartiment ta` l-informazzjoni.", "Din il-lista tinkludi x-xogħol li jkunu qed jagħmlu.", "ĦRUĠ TA' VISAS", "1517.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Ministru jgħid kemm ingħataw visas lil persuni tas-sess femminil mir-Russja, l-Ukranja, is-Slovenja, il-Latvja, il-Litwanja, l-Estonja, is- Slovakkja, ir-Repubblika Ċeka, il-Bulgarija, is-Serbja u l-Belorussja mill- 1990 sa l-2003?", "Jista' jagħti l-eta' tagħhom?", "Jista' jgħid kemm minnhom ingħataw extension u għal kemm-il darba?", "Jista' jagħti għal kull waħda r- raġuni għaliex il-permess ingħata għall-visa u għal kull extension?", "Jista' jgħid kemm minnhom ingħataw extension bis-saħħa ta' garanzija magħmula minn terzi persuni u jgħid jekk dawn it-terzi persuni humiex irġiel jew nisa?", "ONOR.", "TONIO BORG: Mill-pajjiżi kollha msemmija mill-Onor.", "Interpellant huma ċ-ċittadini mir-Russja, Serbja, Ukranja u Belorussja li llum għandhom bżonn il-visa biex jidħlu Malta.", "Minn dawn il-pajjiżi mis-sena 2000 sal-lum 88,093 ġew aċċettati u 1,110 ġew rifjutati.", "Mill-pajjiżi l-oħra kollha mill-1992 sal-lum gew rifjutati l-visa 510 persuni fil-punt tad-dħul tagħhom f`Malta.", "Il-bqija ta' l-informazzjoni mhux disponibbli f`forma komputerizzata.", "LUKANDI U STABILIMENTI TA' DIVERTIMENT – ĦADDIEMA BARRANIN", "1518.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn ċittadini ta' nazzjonalita' barranija jaħdmu f'lukandi u stabilimenti ta' divertiment?", "Jista' jindika l-eta' tagħhom?", "X'job designation għandhom?", "Kemm ilhom Malta?", "X'ċittadinanza għandhom?", "Jista' jgħid jekk isirx kontroll biex jiġi assigurat li fil-fatt dawn l-impjegati jkunu qegħdin jagħmlu x-xogħol deskritt fil-work permit tagħhom?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi ma tinżammx statistika tat-tagħrif hekk kif mitlub mill-Onor.", "Interpellant.", "Kif diġa` għidt fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 1516, fuq il- website tad-dipartiment ta` l-informazzjoni tiġi ppubblikata kull l-ewwel Tnejn tax-xahar lista aġġornata ta` dawk il-barranin li għandhom permess biex jaħdmu f`Malta.", "Din il-lista turi wkoll ix-xogħol li jkunu qed jagħmlu.", "Huwa d-dmir ta` inspectors tal-korporazzjoni tax-xogħol u taħriġ kif ukoll tad-dipartiment tar-relazzjonijiet industrijali u ta` impjieg li jassiguraw li l-barranin li qed jaħdmu Malta jkunu qed jagħmlu xogħol li għalih ingħataw permess.", "PULIZIJA: TAQSIMA TA' L-IMMIGRAZZJONI – TAĦRIĠ", "1519.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Ministru jagħti tagħrif dwar ix-xogħol li qiegħed isir sabiex it- taqsima ta' l-immigrazzjoni tal-korp tal-pulizija tkun konformi ma' l- esiġenzi ta' Schengen?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi bi preparazzjoni għal meta Malta tkun parti mis-sistema ta` Schengen, il-membri kollha tat-taqsima ta` l- immigrazzjoni tal-Korp tal-Pulizija matul is-sena l-oħra u l-bidu ta` din is-sena bdew jingħataw taħriġ meħtieġ.", "Dan kien fl-ambitu ta` twinning project bejn Malta, ir-Renju Unit u Spanja, bil-parteċipazzjoni ta` esperti minn pajjiżi oħra ta` l-Unjoni Ewropea.", "Parti minn dan it-taħriġ kien jinvolvi wkoll lil xi membri mit-taqsima ta` l-immigrazzjoni kif ukoll tal- forensika li ngħataw taħriġ barra minn Malta."]} {"filename": "20041217_216d_par.doc", "date": "2004-12-17", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Uffiċjali u Rivedut) L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 216 Il-Ġimgħa, 17 ta' Diċembru, 2004 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 216 Il-Ġimgħa, 17 ta' Diċembru, 2004", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6:02 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "216", "Il-Ġimgħa, 17 ta' Diċembru, 2004", "WERREJ", "MINUTI 729", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 729", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "RIŻOLUZZJONI DWAR L-GĦOTI B'ĊENS TAL-FORTIZZA TA' CHAMBRAY, GĦAWDEX 735", "AĠĠORNAMENT 763", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI IMWIEĠBA BIL-MIKTUB 765", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru.215 li saret fis-17 ta' Diċembru, 2004 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "MOSTA - TRIQ L-AURORA", "9296.", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI (f'isem l-Onor.", "Robert Arrigo) staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jinformana jekk Triq l-Aurora, fil-Mosta hijiex se tkun inkluża f'xi pjan ta' ħidma peress li x-xogħol fuqha ilu mistenni li jsir?", "Jekk fl-affermattiv, meta huwa maħsub li jsir dan ix-xogħol, kemm se jiġi jiswa lill-gvern u kemm se jdum biex jitlesta?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT (Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq): Ninsab informat li x-xogħol tal-bankini u s-storm water culvert fit-triq imsemmija tlesta aktar kmieni din is-sena.", "Sadanittant fi Frar li għadda ħarġet it- tender għall-kostruzzjoni u l-asfaltar tat-triq imsemmija, liema tender ġiet mogħtija fit-2 ta' Diċembru.", "Ix-xogħol se jkun jiswa Lm24,706 u hu mistenni li jieħu madwar erba' ġimgħat biex jitlesta.", "ŻEBBUĠ - SQAQ IL-QENĊ", "9360.", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI (f'isem l-Onor.", "David Agius) staqsa lill- Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jgħid jekk jistax isir xi patching u tiswijiet oħra fi Sqaq il-Qenċ, f'Ħaż-Żebbuġ, Malta?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ninsab informat illi l-isqaq imsemmi huwa responsabilita' tal-kunsill lokali.", "Għalhekk nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi l-mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "STA.", "VENERA - TRIQ DUN FRANS CAMILLERI", "9514.", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI (f'isem l-Onor.", "Michael Asciak) staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jindaga għaliex Triq Dun Frans Camilleri f'Sta.", "Venera, li riċentement saret mid- dipartiment tat-toroq, sarulha l-bankini għoljin għall-karozzi, tant li qed jaħbtu l-qiegħ meta jiġu biex jidħlu fil-garaxx?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Il-bankini li hemm fi Triq Dun Frans Camilleri, f'Sta.", "Venera, saru skond l-ispecifications ta' l-ADT.", "Quddiem il- garaxxijiet kollha li hemm f'din it-triq saret drop kerb, pero' dawn ma tkomplewx quddiem il-bibien tad-djar biex jiġu rispettati l-livelli maħruġa mill-MEPA.", "Fit-tarf tat-triq hemm plot mhux mibnija u quddiem din il-plot sar gutter tal-concrete biex meta jinbena l-plot, is-servizzi jkunu jistgħu jitqabbdu mingħajr il-ħtieġa li terġa' tinqala' t-triq.", "EU - ĦLASIJIET", "9575.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Alfred Sant) staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra rendikont tal-ħlasijiet li daħlu mill-Unjoni Ewropea u tal- ħlasijiet li għamel il-gvern Malti lill-Unjoni Ewropea matul din is-sena, imqassmin item by item skond il-proġetti u l-voti konċernati?", "ONOR.", "TONIO BORG (Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern) (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra rendikont tad-dħul u l-ħruġ attwali li sar mill-UE u lejn l-UE bejn l-1 ta' Jannar u s-6 ta' Diċembru, 2004.", "Nixtieq inżid ngħid li għadna ma bdejniex indaħħlu fondi strutturali, fondi ta' koeżjoni, fondi ta' tranżazzjoni u fondi agrikoli għax ma kienx hemm żmien materjali biex ikun ġenerat infiq bejn dakinhar li sar qbil fuq il- proġetti, inizjattivi u programmi mal-kummissjoni Ewropea u l-bidu għat- twettiq tal-proġetti.", "Barra minn hekk, inżid ngħid ukoll li ttieħed benefiċċju dirett minn għadd kbir ta' studenti Maltin taħt diversi programmi edukattivi, fosthom Leonardo, Socrates, Youth, Culture 2000 u s-6th Framework Programme.", "Wara l-1 ta' Jannar ma ħallasniex aktar il-ħlas ta' parteċipazzjoni għal dawn il- programmi.", "ISLA - MOLL", "9599.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Stefan Buontempo) staqsa lill- Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol ta' irranġar tal-moll ta' l-Isla?", "Kemm se jiġi jiswa?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Il-ministeru nkariga t-taqsima tax-xogħlijiet sabiex tagħmel survey u valutazzjoni tax-xogħol li għandu jsir fuq il-moll imsemmi.", "Din l-istima għandha twassal għal ħruġ ta' tenders għax-xogħlijiet kmieni s-sena li ġejja.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Meta ttieħdet id-deċiżjoni li jsir dan is-survey?", "MR SPEAKER: Il-Ministru Mugliett.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ftit tal-ġimgħat ilu ġie deċiż li jsir dan is- survey meta ġie kkonfermat li l-flus għal dawn ix-xogħlijiet kienu se jkunu vvotati fl-estimi tal-ministeru tiegħi.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Allura x'inhi r-raġuni li għalkemm il-ħsara fuq dan il-moll ilha li saret ħafna xhur ilu, dan baqa' kif kien?", "MR SPEAKER: Il-Ministru Mugliett.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Indikazzjonijiet preliminari wrew li l-ispejjeż biex jiġi msewwi l-moll jeċċedu l-Lm50,000.", "Peress li la l-ministeru tiegħi u lanqas ministeri u dipartimenti oħrajn ma kellhom dawn il-fondi, konna qed nistennew sakemm dawn il-flus jiġu vvotati u x-xogħol ikun jista' jsir.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Kien hemm każijiet fejn għalkemm l-ispiża biex isiru ċerti t-tiswijiet kienet taqbeż il-Lm50,000, ix-xogħol sar xorta waħda allavolja fil-ministeru ma kienx hemm ivvotati dawn il-flus?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Fil-ministeru tiegħi żgur li ma kienx hemm, pero' naturalment ma nistax inwieġeb għal kull dipartiment u għal kull ministeru.", "QORTI TAL-FAMILJA - TALBIET GĦAL SEPARAZZJONI PERSONALI", "8430.", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI (f'isem l-Onor.", "Jason Azzopardi) staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew irtirati talbiet għal separazzjoni personali fil-qorti tal-familja din is-sena?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li sas-16 ta' Diċembru, 2004 kien hemm seba' talbiet ta' separazzjoni personali li ġew irtirati fil-qorti tal- familja f'Malta, filwaqt li talba waħda ġiet irtirata fil-qorti tal- maġistrati f'Għawdex.", "TFAL MINURI - CARE ORDERS", "8431.", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI (f'isem l-Onor.", "Jason Azzopardi) staqsa lill-Ministru tal-Familja u tas-Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm care orders għal tfal minuri?", "Kemm minnhom huma għal tfal Maltin u kemm għal tfal barranin?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT (f'isem il-Ministru tal-Familja u tas-Solidarjeta' Soċjali): Ninsab informat li preżentement in-numru ta' tfal minuri protetti b'care order hu ta' 191, li 55 minnhom huma immigranti irregolari u minuri mhux akkumpanjati.", "PULIZIJA - QABDA TA' OĠĠETTI MHUX ORIĠINALI", "8432.", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI (f'isem l-Onor.", "Jason Azzopardi) staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm inqabdu DVDs, videos, diski u cassettes foloz mill- pulizija matul dawn l-aħħar ħames snin?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi bejn Jannar 2000 u t-30 ta' Novembru ta' l-2004, il-pulizija qabdet 225,352 oġġett - bejn DVDs, videos, CDs u cassettes - mhux oriġinali.", "SIGURTA' SOĊJALI - CHILDREN'S ALLOWANCE", "8433.", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI (f'isem l-Onor.", "Jason Azzopardi) staqsa lill-Ministru tal-Familja u tas-Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm persuni li qed jirċievu ċ-children's allowance?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT (f'isem il-Ministru tal-Familja u tas- Solidarjeta'): Ninsab informat li 34,086 familja kienu qed jirċievu ċ- children's allowance sa l-aħħar ta' Novembru 2004.", "MARSA -TRASPORT PUBBLIKU - BUS LANE", "8434.", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI (f'isem l-Onor.", "Jason Azzopardi) staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: L-awtorita' dwar it-trasport pubbliku tikkonsidra li l-projbizzjoni li ma jsirx sewqan fil-bus lane fi Triq Aldo Moro fil-Marsa titneħħa mqar bejn is-7.00 a.m. u t-8.30 a.m. sabiex it-traffiku jimxi aħjar u ma jkunx hemm il-konġestjoni li qed ikun hemm fil-preżent?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Jien informat illi l-iskop li jkun hemm bus lane hija illi tinċita lill-pubbliku juża aktar it-trasport pubbliku.", "Għaldaqstant, jekk din ma tintużax fil-peak hours, jintilef l-iskop li għaliha ġiet implimentata l-bus lane.", "TARXIEN - TRIQ KELINU CACHIA", "8435.", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI (f'isem l-Onor.", "Jason Azzopardi) staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jgħid meta se tiġi asfaltata Triq Kelinu Cachia f'Ħal Tarxien?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "DĦUL TAL-PRODUTTURI U RAĦĦALA MALTIN", "9667.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent: Il-Ministru jikkonferma li l- produtturi u r-raħħala Maltin u Għawdxin fl-ewwel disa' xhur ta' din is- sena daħħlu Lm86.40c għal kull Lm100 li kienu daħħlu fl-ewwel disa' xhur tas-sena l-oħra?", "ONOR.", "TONIO BORG (f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l- Ambjent): Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel riferenza għan-news release 225/2004 datata 29 ta' Novembru, 2004.", "Il-figura msemmija ma tirriflettix dak il-valur kollu li daħħlu l-produtturi u raħħala Maltin u Għawdxin għax ma tinkludix s-sussidju.", "Meta wieħed iżid l-ammont totali tas-sussidju mat-total tad-dħul sa Ottubru jsib li l-produtturi u r-raħħala se jkunu fil-fatt gawdew żieda marġinali ta' 0.062%.", "BEJGĦ TA' ĦXEJJEX U FROTT", "9668.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent: Il-Ministru jikkonferma li matul l-ewwel disa' xhur ta' din is-sena naqas il-valur ta' flus mill-bejgħ tal-ħxejjex u frott filwaqt li żdiedu l-ispejjeż tal-produzzjoni meta pparagunat ma' l-ewwel disa' xhur tas-sena l-oħra?", "ONOR.", "TONIO BORG (f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l- Ambjent): Il-valur tal-ħxejjex u l-frott li nbiegħu mill-pitkaliji fl- ewwel disa' xhur tas-sena 2004 kien inqas minn dak ta' l-istess perjodu ta' l-2003.", "Iżda meta jingħadd is-sussidju sa l-ewwel disa' xhur tas-sena 2004, il-bdiewa se jkunu daħħlu 2.3% iktar mill-ewwel disa' xhur tas-sena 2003, minkejja l-fatt li l-volum tal-prodott żdied b'2.8 miljun kg.", "PRODUZZJONI AGRIKOLA LOKALI", "9669.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent: Jista' l-Ministru jinformana kemm tfisser f'ċifra ta' flus iż-żieda fl-ispiża tal-produzzjoni agrikola lokali skond index 101.97 għas-sena 2003 u index 103.48 għas-sena 2004 rapportat mid-dipartiment ta' l-istatistika fil-ħarġa 228/2004 ta' l-1 ta' Diċembru ta' din is-sena?", "ONOR.", "TONIO BORG (f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l- Ambjent): Nitlob lill-Onor Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill- ministru konċernat", "GĦAJNUNA FINANZJARJA LILL-BDIEWA, RAĦĦALA U SAJJIEDA", "9670.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent: Jista' l-Ministru jinformana għaliex f'dan il-budget ma daħlitx xi skema ta' għajnuna finanzjara diretta fl-estimi tal-biedja u s-sajd sabiex il-bdiewa, raħħala u sajjieda żgħażagħ ma jaqtgħux qalbhom quddiem il-falliment li fil-preżent l-oqsma kollha tal- biedja u s-sajd għaddejjin minnu?", "ONOR.", "TONIO BORG (f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l- Ambjent): L-iskemi ta' għajnuna huma miftuħin għall-bdiewa kollha inkluż dawk żgħażagħ u b'din l-għajnuna żgur li l-bdiewa żgħażagħ m'humiex sa jaqtgħu qalbhom għax jistgħu jinvestu bl-għajnuna finanzjarja li l-parti l- kbira tiġi mill-Unjoni Ewropea.", "Inħeġġeġ lill-Onor.", "Interpellant iżomm quddiem għajnejh il-pjan għall-iżvilupp rurali 2004–2006 fejn hemm allokati Lm15 miljun ta' għajnuna lill-bdiewa.", "Fil-qasam tas-sajd din l-għajnuna ġiet mibdula bi skemi ta' għajnuna taħt l- FIFG, il-financial instrument for fisheries guidance, li l-parti li se joħroġ il-gvern Malti hija nkluża fl-estimi tal-budget ippreżentat.", "Fl-isfond ta' dan kollu żgur li l-Onor.", "Interpellant ma jistax igħid li hemm falliment fl-oqsma kollha tal-biedja u sajd.", "IKEL U XORB", "9681.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għat-Turiżmu u Kultura: B'riferenza għat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari 9364, jista' l-Ministru jinformani kif f'Malta hawn suq ħieles u fl-istess ħin żdiedu dazji, tariffi u kwoti fuq l-importazzjoni ta' l- ikel ta' l-industrija tat-turiżmu minn non-EU countries meta suppost kellhom jitneħħew il-levies lokali?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT (f'isem il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura): Il- prinċipju tas-suq ħieles japplika għas-suq intern li jeżisti fi ħdan l- Unjoni Ewropea.", "Dan is-suq Ewropew imbagħad jieħu l-prekawzjonijiet kollha neċessarji sabiex jiddefendi l-kompetittivita` tiegħu versu swieq esterni oħra li qegħdin jikkompetu miegħu.", "LAĦAM - IMPORTAZZJONI", "9682.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għall-Kompetittivita' u l-Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħidilna kemm huma d-dazji, tariffi u kwoti fuq il-cuts tal-beef li pajjiżna jista' jimporta minn non-EU countries u kemm il-gvern se jissussidja kull tunnellata ta' laħam importata biex il-prezz ma jogħliex għall-konsumaturi?", "ONOR.", "TONIO BORG (f'isem il-Ministru għall-Kompetittivita' u l- Komunikazzjoni): Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "TA' QALI - SUQ - TINDIF", "9741.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Anġlu Farrugia) staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhu jsir f'Ta' Qali wara li jinżamm is-suq fil-Ħdud u l- festi u jkun hemm litteralment miżbla u ħadd ma jnaddaf?", "Jista' jara li tittieħed azzjoni immedjata peress li dawn huma nħawi li jiffrekwentawhom il-Maltin u t-turisti waqt il-ħin liberu tagħhom?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li skond ir-raba' skeda ta' l-Att dwar il-Kunsilli Lokali, Kap. 363, Ta' Qali huwa eskluż mir- responsabbilitajiet tal-kunsilli lokali.", "Għaldaqstant nitlob lill-Onor.", "Membru jirriferi l-mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "SAĦĦA - STUDENTI GRADWATI ĠODDA", "9742.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' l-Ministru jgħid x'se jiġri mill-gradwati ġodda li għadhom kemm iggradwaw f'oqsma u professjonijiet differenti tas-saħħa, meta din is-sena dawn ma ġewx impjegati, minkejja l-bżonnijiet li hemm f'dawn l-oqsma u minkejja l-fatt ukoll li l-istess gvern iħallas stipendji extra sabiex iħajjar studenti jistudjaw f'dawn il-professjonijiet marbuta mal-qasam tas-saħħa?", "ONOR.", "TONIO BORG (f'isem il-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil- Komunita'): Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li gradwati ġodda f'oqsma tas-saħħa jiġu mpjegati skond il-ħteġijiet li jkun hemm bżonn fis- servizz.", "SAĦĦA - ĦADDIEMA", "9743.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunita': Wara li d-direttur ġenerali tas-saħħa kien qal li kienet qed issir evalwazzjoni tal-ħaddiema fis-settur tas-saħħa marbut man-numru ta' ħaddiema meħtieġa fil-qasam pubbliku, jista' l-Ministru jgħid jekk dan għadux għaddej u jekk fl- affermattiv meta se jitlesta?", "F'każ li dan ir-rapport tlesta, jista' jgħid x'ħareġ minnu u x'inhi s-sitwazzjoni preżenti f'dawn l-oqsma?", "ONOR.", "TONIO BORG (f'isem il-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil- Komunita'): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-evalwazzjoni msemmija wriet li hemm numru ta' oqsma fejn qed isir ammont sostanzjali ta' overtime b'nefqa li tammonta għal madwar Lm1 miljun.", "Id-diviżjoni bħalissa qed tieħu l-passi meħtieġa biex tingaġġa ħaddiema biex jagħmlu dan ix-xogħol.", "ST JAMES CAVALIER - OPERATING EXPENSES", "9748.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' l-Ministru jispjega u jagħti breakdown ta' other operating expenses ta' l-accounts ta' St James Cavalier, f'paġna 18, għas-sena 2003?", "ONOR.", "JESMOND MUGLETT (f'isem il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura): Qed inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant.", "BIRKIRKARA - MAIN STREET - GALLARIJA", "9749.", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI (f'isem l-Onor.", "Michael Asciak) staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent: Billi f'142, Main Street, Birkirkara hemm gallarija tal-ġebel li hija unika għax fiha statwa ta' Sant'Elena, jista' l-Ministru jara li din tiġi skedata peress li waslet biex tikkollassa biż-żmien?", "ONOR.", "TONIO BORG (f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent): Ninsab informat li ngħataw struzzjonijiet biex il-gallarija ndikata mill- Onor. Interpellant tiġi spezzjonata mill-uffiċjali tal-MEPA bil-għan li jittieħdu l-prekawzjonijiet neċessarji biex din tiġi mħarsa.", "ĦAŻ-ŻEBBUĠ - SQAQ IL-QENĊ", "9750.", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI (f'isem l-Onor.", "David Agius) staqsa lill- Ministru tar-Riżorsi u l-Infrastruttura: Jista' l-Ministru jgħid jekk jistax isir patching u tiswijiet oħra fi Sqaq il-Qenċ f'Ħaż-Żebbuġ, Malta?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT (f'isem il-Ministru tar-Riżorsi u l- Infrastruttura): Jien informat li x-xogħlijiet msemmija mill-Onor.", "Interpellant jaqgħu taħt ir-responsabilita' tal-kunsill lokali rispettiv.", "WSC", "9751.", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI (f'isem l-Onor.", "David Agius) staqsa lill- Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm nefqet flus il-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma fl-2004 f'xiri ta' għodod, f'xiri ta' karozzi u f'xiri ta' vetturi oħra?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "ŻEBBUĠ - TRIQ IT-12 TA' MEJJU", "9752.", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI (f'isem l-Onor.", "David Agius) staqsa lill- Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jsiru xi xogħlijiet fi Triq it-12 ta' Mejju, f'Ħaż-Żebbuġ?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ninsab informat li fil-ġimgħat li għaddew, periti mill-ADT spezzjonaw it-triq imsemmija u saret talba lid-diviżjoni tax- xogħlijiet biex isir il-patching neċessarju.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Tqegħid ta' Karti?", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "RIŻOLUZZJONI DWAR L-GĦOTI B'ĊENS TAL-FORTIZZA TA' CHAMBRAY, GĦAWDEX", "Tkompli mis-17 ta' Diċembru, 2004.", "MR SPEAKER: Ninforma lill-Kamra li s'issa n-naħa tal-gvern ħadet 213-il minuta u n-naħa ta' l-oppożizzjoni ħadet 235 minuta.", "Għaldaqstant għal din is-seduta l-gvern fadallu 86 minuta u l-oppożizzjoni fadlilha 64 minuta.", "Rimarki?", "Il-Ministru Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għall-Kompetittivita' u l-Komunikazzjoni): Mr Speaker, fil-ħin li għandi għad-dispożizzjoni tiegħi se nipprova ngħaddi ftit kummenti dwar ir-riżoluzzjoni li għandna quddiemna u se nipprova nara wkoll jekk permezz ta' din ir-riżoluzzjoni Chambray innifsu, Għawdex bħala gżira u Malta bħala nazzjon hux se jirnexxilhom jimxu iktar 'il quddiem minn fejn kienu waslu sal-lum.", "Għalhekk wieħed irid iżomm quddiem għajnejh x'inhu l-iskop tar-riżoluzzjoni li għandna quddiemna u f'liema sitwazzjoni ninsabu llum.", "Jien kelli l-okkażjoni li nisma' diversi kelliema miż-żewġ naħat tal-Kamra, b'mod partikolari kelliema min-naħa ta' l-oppożizzjoni li enfasizzaw in-negattiv tas-sitwazzjoni li jinsab fih Chambray illum.", "Naturalment il-kelliema ta' l-oppożizzjoni mhux biss m'humiex kuntenti bil- qagħda ta' Chambray kif inhi llum pero' qed jgħidu wkoll li permezz tar- riżoluzzjoni li għandna quddiemna la Chambray innifsu, la Għawdex u lanqas Malta m'huma sejrin jibbenefikaw minnha.", "U fil-fatt din hija d-diverġenza prinċipali bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra għaliex l-għan ewlieni ta' din ir-riżoluzzjoni li għandna quddiemna huwa proprju li tiġi fi tmiemha s-sitwazzjoni li għandna sal-lum f'dan il-post u tintemm il-qagħda li issa ilha għaddejja għal diversi xhur fejn prattikament l-iżviluppb huwa wieqaf fiżikament u f'ċerti partijiet minnu huwa wieqaf ukoll permezz ta' enforcement notice li ma ppermettewx li jkun hemm ċertu żvilupp.", "U minn hawn irridu nħarsu 'l quddiem u naraw kif fil-fatt dan il-post se jiġi żviluppat biex nassiguraw li l-fortizza nnifisha u l-area ta' madwarha ma jibqgħux fil-qagħda li jinsabu fiha llum u naraw li l-benefiċċju li jista' joħroġ mill-iżvilupp ta' dawk l-inħawi jkun wieħed massimizzat.", "Bħala riżultat ta' l-iżvilupp u tal-bidliet fiżiċi u ambjentali li se jsiru f'dawk l-inħawi, irid jiġi assigurat li dawk l-inħawi li jlaħħqu 98,000 metru kwadru jkunu jistgħu jibdew iservu ta' residenza, ta' għodda ta' ħajja għal dawk li jmorru joqogħdu f'dawk l- inħawi u ta' għodda ta' impjieg għal dawk li matul iż-żmien li ġej se jkollhom xogħol marbut ma' l-iżvilupp ta' dawn l-inħawi.", "Naturalment id-diskussjoni dwar Chambray m'hijiex differenti minn diskussjonijiet oħra li huma marbutin ma' l-iżvilupp f'pajjiżna għaliex m'hijiex l-ewwel darba li dan il-Parlament iddiskuta riżoluzzjonijiet ta' dan it-tip u fil-fatt 12-il sena ilu kellna diskussjoni oħra dwar l- iżvilupp ta' dan il-post.", "Parti mid-diskussjoni kienet marbuta wkoll mal- fatt li oriġinarjament dan il-post kellu jiġi żviluppat b'ċertu mod u kellu jinkludi fih lukanda u ċerti affarijiet oħra li issa m'humiex parti mill-kondizzjonijiet li qed jiġu mposti fuq l-iżviluppaturi l-ġodda.", "Fuq dan il-punt ukoll kien hemm kummenti miż-żewġ naħat tal-Kamra pero' għal darba oħra l-oppożizzjoni enfasizzat li bażikament dan il-post qiegħed jingħata lil min se jiżviluppah bi prezz orħos minn dak li attwalment wieħed jistenna li jakkwista fiż-żmenijiet tal-lum.", "Prattikament intesa għal kollox il-fatt li matul it-tliet snin li għaddew dan l-iżvilupp kien wieqaf u allura ma stajniex inħallu din is-sitwazzjoni ta' stalemate tipperpetwa.", "Il-Ministru Austin Gatt fl-introduzzjoni tiegħu qal li bħala gvern stajna ddeċidejna li minflok inressqu din ir-riżoluzzjoni li għandna quddiemna, stajna dħalna l-qorti u noqogħdu nikkustinjaw ma' dawk li kienu qabel il-persuni li kellhom id-drittijiet ta' żvilupp f'dawn l-inħawi u mbagħad naraw kif jispiċċaw dawn is-sitwazzjonijiet ta' litiġji fil-qrati wara li jinħela ħafna żmien.", "Pero' dan kien iwassal biss biex lil Chambray inħalluh fil-qagħda li hu għal żmien iktar fit-tul.", "Jekk m'iniex sejjer żball, ftit tal-ġimgħat ilu il-Kap ta' l-Oppożizzjoni qal f'Għawdex stess li l-gvern għandu jara li kemm jista' jkun malajr ma jħallix il- pożizzjoni ta' Chambray kif inhi u jwassal fit-tmiem id-diskussjoni.", "L- għażla li kellna quddiemna kienet bejn il-proċess legali li jista' jittieħed jew inkella l-proċess li fil-fatt intagħżel.", "Il-gvern deherlu li fl-interess ta' Chambray u fl-interess ta' l-istess Għawdxin kien għaqli li nipprovaw nikkonkludu ftehim ġdid, ftehim li fih innifsu ikun differenti u ftehim fejn wieħed jipprova jara l-aħjar benefiċċju li jista' jakkwista għal pajjiżna.", "Naturalment kif wieħed kien jistenna fil-jumejn li għaddew smajna kummenti li kienu jgħidu li l-gvern seta' akkwista aktar.", "Din hija tip ta' argumentazzjoni li mhux l-ewwel darba li nstemgħet miż-żewġ naħat tal-Kamra, meta naħa jew oħra tkun fl- oppożizzjoni, pero` fl-aħħar mill-aħħar min irid jiddeċiedi jkollu jagħżel bejn li jkompli jtawwal il-proċess ta' diskussjonijiet jew inkella li jasal għal ftehim li jkun jidher li hu l-aħjar wieħed fil-mument partikolari li jkollna quddiemna.", "Mr Speaker, diversi kelliema staqsew għaliex il-kondizzjonijiet ta' l- agreement il-ġdid ma jimponux il-bini ta' lukanda fuq min se jkun qed jiżviluppa u jinvesti f'dan il-post.", "Imbagħad tqanqal l-argument l-ieħor - li kważi jirriżulta awtomatikament minn deċiżjoni bħal din - dwar kemm il- gvern tal-lum qed jagħmel jew ma jagħmilx enfasi fuq l-iżvilupp turistiku f'Għawdex.", "L-argumenti prinċipali kienu marbutin mal-fatt li l-bini ta' lukanda, tkun fejn tkun - pero` hawnhekk qed nitkellmu fuq lukanda fil- konfini tas-swar ta' dan il-post - kienet tkun tfisser li jkun hemm iktar kapaċita` ta' residenzi għal turisti f'pajjiżna.", "Mingħajr ma nidħol fil-mertu dwar jekk jagħmilx sens jew le li tibni lukanda f'dan il-post, irrid inpoġġi l-argumentazzjoni fil-perspettiva reali li għandna bħalissa f'Malta u b'mod partikolari f'Għawdex fejn qed jirriżulta li l-occupancy rate tal-lukandi li hemm f'Għawdex hija bejn wieħed u ieħor in-nofs ta' l-occupancy rate li għandhom il-lukandi Maltin u Għawdxin flimkien.", "Jiġifieri l-occupancy rate ta' Għawdex hija bejn 32% u 35%, filwaqt li l-lukandi ta' Malta u Għawdex flimkien għandhom average occupancy rate ta' bejn 66% u 69%.", "Hawnhekk wieħed jista' jargumenta li iktar ma jkollok lukandi li jistgħu jipprovdu servizzi differenti, iktar tista' tattira turisti.", "Naturalment kuntrarju għal dan hemm l-argument li l-bini ta' lukanda oħra fih innifisu ma jattirax turiżmu li huwa ġdid, imma jwassal biss għal occupancy rate inqas minn dik li għandna llum.", "Għax jekk in-numru ta' sodod li hemm available illum jinqasmu u jiġu okkupati bi 32% jew 35%, jekk jiżdied in- numru ta' sodod u ma jiżdiedx ukoll b'mod sostanzjali l-ammont ta' turisti f'din id-destinazzjoni partikolari, ir-rata ta' okkupazzjoni tonqos u mhux tiżdied.", "U probabbilment dan iservi ta' dannu minflok ta' ġid għas-settur turistiku fil-gżira Għawdxija.", "Kien hawn ukoll l-argument jekk meta tingħata konċessjoni ta' dan it-tip għandux ikun il-gvern li jimponi ċertu mod ta' żvilupp li jixtieq li jsir f'sit partikolari, inkella għandux ikun min qed jingħata l-konċessjoni li jagħti l-proposti tiegħu dwar l-iżvilupp.", "Irridu niftakru li l-konċessjoni li qed nitkellmu dwarha li hija għal perjodu ta' 99 sena, hija konċessjoni għal terminu pjuttost twil, allura wieħed irid jara jekk ikunx aħjar li partijiet mill-istess post forsi jitħallew għal żvilupp differenti iktar 'il quddiem.", "Waqt id-dibattitu li kellna f'dawn il-jumejn ingħataw diversi dettalji dwar l-istorja ta' Chambray u dwar il-mod kif żviluppa dan il-post matul is- snin.", "Meta wieħed ikun se jagħmel interventi ta' kostruzzjoni ġdida f'post bħalma huwa dan li qed nitkellmu dwaru, irid jassigura ruħu li l-iżviluppi l-ġodda kemm jista' jkun ikunu jmorru ma' l-ambjent fejn ikunu se jsiru.", "Għandna r-realta` l-oħra li minħabba l-fatt li dan il-post qiegħed mibni fuq promontorju kollu tafal partikolari, wieħed irid jassigura li l-post ikun użat b'mod tajjeb.", "Nispera li matul is-snin li ġejjin l-iżviluppaturi l-ġodda jkunu f'qagħda li jassiguraw li fl-inħawi mhux talli ma jkunx hemm deterjorament, talli tiġi mtejba l-kondizzjoni tal-faċilitajiet li joffru dawn l-inħawi.", "Naf li waħda mill-kondizzjonijiet li hemm fl-agreement li qed nitkellmu dwaru hija wkoll ta' embellishment ta' l-istess inħawi.", "Għalkemm m'huwiex faċli li tagħmel embellishment fl-inħawi li għandhom storja partikolari u m'huwiex faċli li tassigura li l-iżvilupp li tkun qed tagħmel ikun jixraq ma' l-ambjent ta' dawn l-inħawi, jien nemmen li min se jingħata l-konċessjoni se jkun f'qagħda li jassigura li minbarra l- faċilitajiet ta' residenza se jipprovdi wkoll il-faċilitajiet ta' entertainment fejn dak li jkun ikun jista' jmur bil-familja tiegħu jgawdi l- ambjent kollu li hemm f'dawk l-inħawi.", "Jien nemmen li min se jingħata l- konċessjoni se jkun kapaċi josserva l-kondizzjonijiet li qed jiġi mitlub josserva fl-agreement ħalli dawn l-inħawi jiġu rranġati b'mod li jassiguraw l-aħjar żvilupp possibbli.", "Mr Speaker, l-iżvilupp dejjem jista' jġib miegħu ammont ta' kritika għax lili togħġobni ħaġa, lilek togħġbok ħaġa oħra u lil ħaddieħor togħġbu xi ħaġa differenti, pero` m'għandix dubju li l-kriterji li se jiġu applikati hawnhekk, kemm mill-iżviluppatur nnifsu, kemm mill-periti tiegħu u kif ukoll mill-awtorita` ta' l-ippjanar u l-ambjent, ikunu tali li jiggarantixxu li l-iżvilupp li jkun qiegħed isir f'dak is-sit isir b'mod li jiġi assigurat l-aħjar ambjent possibbli.", "Hawnhekk qegħdin nitkellmu dwar għoti ta' art tal-gvern u kull darba li ġejna f'dan il-Parlament b'riżoluzzjoni biex niddiskutu l-għoti ta' art tal- gvern dejjem kien hawn - u din id-darba ma kenitx eċċezzjoni - kontroversja mhux biss dwar il-mod kif tkun qed tingħata l-art u dwar l-użu tagħha, imma wkoll dwar min kien se jingħata l-konċessjoni partikolari, cioe' l- iżviluppatur in kwestjoni.", "Iżda f'dan il-każ li għandna quddiemna, minħabba l-fatt li l-iżviluppaturi huma persuni magħrufa ħafna fil-gżira Għawdxija u peress li diġa` taw u għadhom jagħtu kontribut f'diversi oqsma ta' l-ekonomija Għawdxija, donnu li ma kienx hawn kontroversja kbira ħafna.", "Almenu ma nħolqotx kontroversja esaġerata bħalma ġieli kellna.", "Għalhekk nispera li l-istess persuni li qed jingħataw il-konċessjoni japprezzaw il-fatt li, minbarra r-responsabbilta` ta' żviluppaturi normali li se jinvestu ammont ta' flus f'dawk l-inħawi biex iġibu 'l quddiem in- negozju tagħhom, għandhom ukoll ir-responsabbilta` li jridu jġibu 'l quddiem lill-gżira li joqogħdu u jaħdmu fiha.", "Jien nemmen li l- iżviluppaturi li qed jingħataw din il-konċessjoni se jipprovaw iżommu quddiem għajnejhom dan kollu iktar u iktar meta wieħed jiftakar li huma attivi f'diversi oqsma tal-ħajja soċjali u ekonomika ta' Għawdex.", "Mr Speaker, dan ma jfissirx li l-iżviluppaturi ta' din il-proprjeta` se jkunu qed jagħmlu dan mingħajr qligħ għan-negozju tagħhom.", "Pero` l-għan prinċipali tal-gvern, bħalma kien f'konċessjonijiet oħra li wkoll kienu ġabu magħhom kontroversja kbira, huwa li jsir żvilupp fis-sit li jingħata.", "Permezz tal-konċessjonijiet li tajna fl-imgħoddi, b'mod partikolari fl- inħawi ta' San Ġiljan inħoloq ammont kbir ta' xogħol.", "U jien nemmen li l- konċessjoni li qegħdin nagħtu llum se tgħin lill-ekonomija Għawdxija u permezz tagħha se jiġu żviluppati l-inħawi li ilna nipprovaw niżviluppawhom mhux minn meta ngħatat il-konċessjoni oriġinali li qegħdin nitkellmu dwarha, imma għal snin twal.", "Kien hawn kelliema miż-żewġ naħat tal-Kamra li taw ukoll il-bażi storika ta' kif matul il-mijiet ta' snin wieħed jista' jgħid kien hemm intenzjonijiet ta' żvilupp b'modi differenti, li daqqa wasal u drabi oħra ma wasalx.", "Pero` issa se nkunu f'qagħda li dak li ma rnexxilniex nagħmlu bħala gvern bl-aħħar konċessjoni li ngħatat fl-1993, u anke b'riżultat ta' l-esperjenza li nġabret minn dik il-konċessjoni u mid-diskussjonijiet kollha matul is-snin li għaddew, nagħmluh illum meta qed nagħtu l-aħjar konċessjoni li stajna nagħtu lil min qed jiżviluppa biex nassiguraw li l- iżvilupp isir.", "Nemmnu li qegħdin nassiguraw li dawk l-inħawi jingħataw mhux biss dehra iktar sabiħa, imma li jkunu ta' benefiċċju għall-ekonomija Għawdxija.", "Naturalment wieħed jista' jibqa' jdur madwar ir-riżoluzzjoni li fiha nnifisha hija pjuttost qasira, pero` l-għan prinċipali tar-riżoluzzjoni huwa l-għoti tas-site għall-iżvilupp.", "Nemmnu li l-konċessjoni li qegħdin nagħtu hija waħda li se twassal biex dawn l-inħawi jiġu mibdula u żviluppati.", "B'dan f'moħħi nawgura l-ewwelnett li dan il-kuntratt jiġi konkluż u nawgura wkoll lill-iżviluppatur li se jkollu din il-konċessjoni li jirnexxilu jagħmel l-iżvilupp fiż-żmien miftiehem ħalli ma jkunx hemm bżonn ta' xi intervent ieħor min-naħa tal-gvern.", "Nispera li dan ikun l- aħħar intervent ta' dan il-Parlament fuq dan il-post ħalli Għawdex ikun jista' jgawdi minn dan l-iżvilupp u pajjiżna jkompli miexi 'l quddiem.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Anton Refalo.", "ONOR.", "ANTON REFALO: Mr Speaker, fid-dinja li tiżbalja hija ħaġa umana, pero` li tippersisti fl-iżball u wara li tkun għamilt żball terġa' tiżbalja, naħseb li hija ħaġa li verament m'hijiex aċċettabbli speċjalment meta qed nittrattaw proprjeta` li hija tal-poplu Malti u tal-poplu Għawdxi.", "Mr Speaker, din hija daqqa oħra taħt iċ-ċintorin li l-gvern qiegħed jagħti lill-poplu Għawdxi.", "Dan qed ngħidu għax kif jaf kulħadd il-ministru għall- investiment u teknoloġija ta' l-informazzjoni mdorri jagħti daqqiet taċ- ċintorin lill-poplu Għawdxi.", "Ma rridux ninsew il-famuż arloġġ tal-kartun li l-Ministru Austin Gatt ippropona u għamel fil-gżira t'Għawdex li llum biex jinxtara dan il-famuż arloġġ tal-kartun trid tħallas 25c.", "Kulħadd jiftakar ukoll l-ordni għall-għeluq ta' l-uffiċċju tal-PBS f'Għawdex u biex il-ħaddiema tal-PBS Għawdxin jintbagħtu Malta.", "Kulħadd jiftakar ukoll it- tibdil li sar fl-iskeda tal-Gozo Channel mingħajr ħadd ma ġie konsultat, lanqas il-ministru għal Għawdex.", "Fil-fatt hi stess qalet li meta tbiddlet l-iskeda, hi ma kenitx taf.", "Kulħadd jiftakar ukoll iż-żieda fin-nollijiet tal-Gozo Channel, l-ewwel żieda ta' 30% u f'Ġunju li ġej se nerġgħu nżidu n- nollijiet bi 8.3%.", "Kulħadd jiftakar ukoll it-tkeċċija riċenti tal-ħaddiema li kienu jaħdmu fil-kafetterija tal-Gozo Channel.", "Issa quddiemna għandna din ir-riżoluzzjoni dwar Fort Chambray pero' issa se ngħid x'se jiġri fl-aħħar ta' Jannar jew fil-bidu ta' Frar tas-sena d- dieħla.", "Dawn iddeċidew li fl-aħħar ta' Jannar tas-sena li ġejja jew fil- bidu ta' Frar jissospendu s-servizz tal-ġarr tal-merkanzija minn Sa Maison.", "Qed jippjanaw u diġa' ftiehmu li għall-aħħar ta' Jannar jew għall-bidu ta' Frar idaħħlu l-vapur ta' Pinu fid-dockyard biex taparsi jagħmlulu refit u bl-iskuża li m'hemmx vapur biex jaħdem minn Sa Maison, is-servizz jiġi taparsi sospiż għal ftit żmien.", "Imbagħad din il-miżura tindara u s- servizz tal-merkanzija minn Sa Maison jibqa' sospiż għal dejjem.", "Dawn huma l-affarijiet ippjanati għall-gżira Għawdxija, li b'miżura wara l- oħra lil Għawdex mhux biss qed jaqtgħulu nifsu imma qed iħalluh bla sens ta' treġija, bla sens ta' viżjoni u qed iġibuna bħala ċittadini tat-tieni klassi.", "Mr Speaker, il-bejgħ ta' Chambray qed isir meta din is-sena stess il-gvern, bl-għajta li jrid iġib valur tajjeb għall-proprjeta` tiegħu, għadda liġi minn dan il-Parlament fejn qal li l-proprjeta` tal-gvern, wara li tiġi valutata, tinbiegħ bis-subbasta bil-għan – li huwa tajjeb - li l-proprjeta` tal-gvern veru ġġib l-aħjar prezz.", "Allura min-naħa ngħidu mod u min-naħa l-oħra qed ngħaddu din ir-riżoluzzjoni fejn qegħdin nagħtu Chambray li huwa parti minn Għawdex tagħna lil negozjanti li f'dan il-każ huma l- familja Caruana.", "Aħna m'għandna xejn kontra din il-familja, seta' kien Tizju jew Sempronju għax għalina l-interess nazzjonali u l-interess ta' Għawdex huwa importanti.", "Dan huwa negozju bla ebda interess u li minnu Għawdex m'hu se jgawdi xejn.", "Jekk tippermettili, Mr Speaker, nixtieq nikkwota siltiet minn diskors tajjeb li kont għamilt int fil-Parlament fit-13 ta' Jannar, 1993 meta kont ministru għal Għawdex u kienet se tingħata din l-art i lil Roberto Memmo, li huwa importanti li din il-Kamra żżomm quddiem għajnejha għaliex jekk nitilfu dawn il-binarji u nkomplu nirromblaw u ngħaffġu fuq il-gżira Għawdxija, żgur li m'aħniex sejrin naslu.", "Dak inhar s-Sinjorija Tiegħek kienet qalet hekk:", "\"Meta tagħmel paragun mill-ewwel tinduna li dak li qegħdin nipproponu aħna huwa ferm iktar superjuri minn dak li kien qed jiġi propost min- naħa tagħhom.\".", "Hawnhekk kont qed tirriferi għall-iżvilupp li kien sar qabel taħt il-gvern Laburista u l-iżvilupp li kontu qed tippjanaw biex dan il-forti jingħata lil Roberto Memmo.", "\"Imma iktar minn hekk irrid ngħid li mhux din biss kienet il- konsiderazzjoni tagħna, aħna rridu naraw li jkun hemm l-aħjar deal possibbli u li l-iżvilupp li jsir ikun sostenibbli.\".", "U din hija importanti u nieqaf hawn.", "Issa jien nistaqsi lil kulħadd pero' b'mod partikolari lill-ħames membri parlamentari Għawdxin għaliex din l- iktar li tolqot lilna: Dan l-iżvilupp, li sagħtejn oħra se nivvotaw biex ikun jista' jseħħ, se jkun żvilupp sostenibbli għall-gżira Għawdxija jew le?", "Fejn hu dan l-iżvilupp sostenibbli li aħna dejjem nagħjtu hawn, jien l- ewwel wieħed, li hemm bżonn li jkollu Għawdex, żvilupp li dejjem tiela', tiela', tiela' biex verament lil Għawdex inġibuh fuq l-istess livell bħal Malta?", "Fejn hu dan l-iżvilupp sostenibbli li se joffri dan il-kuntratt?", "Mr Speaker, inti komplejt tgħid:", "\"... u biex isir dan irid jintlaħaq bilanċ bejn dak li qed jiġi propost bħala żvilupp u dak li tkun qed toffri inti u allura trid tagħti kas ta' dan ukoll.\".", "Komplejt tgħid:", "\"Xi kredenzjali kellu dak ir-raġel biex imexxi l-Fort Chambray u minnha jagħmel post turistiku u żvilupp sostenibbli li joħloq impjiegi, li jġib ġid għall-ekonomija ta' Għawdex u tal-pajjiż?\".", "U issa wara 13-il sena jien nistaqsi: Xi kredenzjali kellu Roberto Memmo biex jagħmel minn dan is-sit post turistiku u li jagħmel żvilupp sostenibbli f'dan il-post?", "Almenu l-iżviluppaturi ta' qabel kienu Maltin u jekk ħadu xi ħaġa, ħaduha l-Maltin, imma Memmo se jieħu madwar Lm2.5 miljun mingħajr ma nefaq ċenteżmu wieħed u ħariġhom barra minn Malta.", "Dan huwa l-iżvilupp sostenibbli?!", "Is-Sinjorija Tiegħek kompliet tgħid hekk:", "\"Xi kredenzjali kellu dan?", "U jekk ma kellu ebda titlu, kif niġu akkużati aħna meta b'din il-mozzjoni li qed inressqu fil-Parlament qegħdin nuru kif għandu jsir żvilupp?\".", "U naħseb li rajna kif għandu jsir żvilupp għaliex tajna dan is-sit lil Roberto Memmo, għamel bina li ried, ittrasferixxa x-shares tiegħu lil min ried, qala' l-flus u m'għamel l-ebda ġid għall-poplu Għawdxi.", "Id-diskors kompla hekk:", "\"Naħseb li biex inġib investiment f'Għawdex hija ħaġa diffiċli wkoll u nifhem li kulħadd ikun għadda minn mumenti diffiċli sakemm jasal għat- targets u għall-objectives tiegħu.", "Fil-każ ta' Chambray ilkoll kemm aħna qed nistqarru li rridu li dan ikun proġett turistiku ta' ċerta kwalita`.\".", "Dan huwa punt importanti ieħor.", "Issa ħalli neżaminaw il-kuntratt li se napprovaw illum.", "Dan il-kuntratt tista' b'xi mod tikkwalifikah bħala proġett turistiku ta' ċerta kwalita`?", "U dan mhux kliemi, imma kliemek stess, meta kienet qiegħda tiġi diskussa ir-riżoluzzjoni dwar il-Forti Chambray fil-Parlament fl-1993.", "Dakinhar inti komplejt tgħid hekk:", "\"Jien naħseb li lkoll kemm aħna għandna nagħmluha ċara li b'dan id- diskors li qed nagħmlu llejla fuq il-Forti Chambray qed nindirizzaw lil Għawdex għal destin turistiku.", "Jekk irridu naraw kif irridu niżviluppaw aħjar l-ekonomija tal-gżira ta' Għawdex m'għandix dubju li dan għandna nagħmluh permezz tat-turiżmu li huwa settur li Għawdex jiddisponi ħafna għalih.", "Hawnhekk irridu nħarsu u nindirizzaw id- diskorsi u l-enerġiji tagħna.", "Għalkemm irid ikun hemm it-turiżmu, l- agrikoltura u xi ftit fabbriki, prinċipalment it-turiżmu huwa s-settur l-iktar importanti għal Għawdex.", "S'issa għadu m'huwiex, imma jrid ikun.", "U jien nistqarr li meta nara proposti ta' investiment għal Għawdex inħoss li għandi nikkultivahom, naturalment narahom, nistudjahom, nanalizzahom ma' sħabi u mal-gvern u naraw li dawk, jekk inhu possibbli, jaslu sal-port ta' l-Imġarr u l-investiment jasal sal- gżira ta' Għawdex.", "Dan huwa d-dover tiegħi u ta' kull membru ta' din il-Kamra.", "Naturalment id-deputati li ġejjin minn din il-gżira għandhom iktar dover li jirrappreżentawha għaliex aħna għalhekk qegħdin fil-politika, mhux biex nagħmlu l-konsiderazzjonijiet elettorali biss, anzi biex nagħmlu l-konsiderazzjonijiet li jġibu dak l-iżvilupp sostenibbli li jien semmejt u li rridu naraw li jsir f'Għawdex kollu.", "Jekk hemm xi diffikultajiet partikolari ġo Għawdex irridu nagħtu konsiderazzjonijiet iktar u iktar u naraw li noħolqu l- miżuri meħtieġa biex inwasslu dak l-investiment sa Għawdex.", "Jien irrid nappella lil kull min jara dan l-investiment bħala kontribuzzjoni oħra biex inżidu l-attivita` ekonomika tal-gżira ta' Għawdex.", "Din hija opportunita` u ma nistgħux nitilfu opportunitajiet bħal dawn.\".", "U din l-opportunita` tajniha lil Roberto Memmo meta tajnieh xi Lm2.5 miljun!", "Id-diskors kompla hekk:", "\"Mr Speaker, il-konklużjoni tiegħi hija li din hija l-aħjar option li għandna quddiemna.", "Il-Forti Chambray li tant hija sabiħa u fl-istess ħin tant tinstab abbandunata - jien sejjaħtilha r-renju tal-gremxul għaliex hekk hi bħalissa - se tiġi valorizzata kemm-il darba nsibu the right mix ta' kif nagħmlu żvilupp sostenibbli, żvilupp turistiku kif sejjer isir permezz ta' din il-proposta.", "Iva, hemm bżonn li jsir dan l-iżvilupp, hemm bżonn li aħna nagħmlu żvilupp turistiku li jkun sostenibbli u li jagħti x-xogħol lil Għawdxin f'Għawdex stess.\"", "U hawnhekk jien nistaqsi: Dan l-iżvilupp li suppost għandu jkun żvilupp sostenibbli, x'xogħol se jagħti lill-Għawdxin f'Għawdex stess?", "\"Allura aħna issa se nivvotaw biex naraw jekk dan l-iżvilupp, skond l- interess nazzjonali, skond l-interess ta' Għawdex, hux sejjer jagħti x- xogħol lil Għawdxin f'Għawdex stess.", "Jien naqbel ma' l-ewwel parti ta' dik il-mozzjoni għax dak li qegħdin nagħmlu aħna huwa żvilupp sostenibbli, jista' jkun sostnut fis-snin li ġejjin u jien persważ li għandu jkompli iktar ikabbar il-ġid lil Għawdex u li jsib il-postijiet tax-xogħol lill-Għawdxin f'Għawdex stess, imma jagħti wkoll kontribut lill-ekonomija nazzjonali.\".", "Mr Speaker, meta tara d-draft tal-kuntratt li għandna quddiemna ssib li dak kollu li għidt inti fit-13 ta' Jannar 1993, ma japplika assolutament xejn għal dan il-kuntratt għaliex fil-kuntratt la hemm żvilupp sostenibbli, la hemm interess nazzjonali, la hemm xogħol - u jrid ikollok tassew immaġinazzjoni fertili biex tgħid li l-kuntratt b'xi mod se joħloq ix- xogħol għall-Għawdxin - u bl-ebda mod m'hu se jkabbar it-turiżmu fil-gżira Għawdxija, imma huwa purament negozju u xejn iktar.", "Dan huwa ħażin u għalhekk aħna bħala oppożizzjoni se nivvotaw kontra din il-mozzjoni.", "Irrid insemmi wkoll l-aspett turistiku għax huwa importanti.", "Ħafna mill- kelliema tal-gvern - u din hija ħaġa oħra li assolutament ma naqbilx magħha - qegħdin iġibu l-argument li minkejja li f'Għawdex għandna occupancy rate, speċjalment fix-xitwa, li hija iktar għolja minn dik ta' Malta, qed jagħlqu l-lukandi u hemm investiment Malti jew investiment barrani li biegħ sehmu f'Għawdex u telaq minn Għawdex u ħafna mil-lukandi – u dan huwa veru - għalqu u se jiġu konvertiti fi flats u allura m'hemmx skop li nimponu li jkun hemm lukanda f'Chambray.", "Dan huwa proprju l-iżball li qiegħed isir fil-gżira Għawdxija.", "Sar l-istess żball fil-qasam tal-manifattura fil-gżira Għawdxija.", "Meta ndunaw li f'Malta jew f'Għawdex ma jistax ikollok aktar settur ta' industrija li jagħmel iż-żraben jew li jagħmel it-tessuti minħabba li l- costs għolew, bdew imorru ċ-Ċina jew Tunis għaliex hemmhekk għad għandhom cheap labour.", "Pero' filwaqt li f'Malta għarfu t-targeting sectors tagħhom u marru għal sectors oħra, f'Għawdex is-settur tal-manifattura ntilef u t- targeting sectors tagħna ntilfu kompletament, bir-riżultat li l-qasam industrijali tax-Xewkija f'Għawdex spiċċa ngħata lill-family concerns li jagħmlu s-sufani jew jaħdmu l-aluminium u allura l-industrija fil-gżira Għawdxija spiċċat rovinata darba għal dejjem!", "Pero' f'Malta kellhom pjan ħolisitku u pjan tajjeb għal dan is-settur fejn minflok baqgħu jattiraw manifattura fil-lower end, bdew jattiraw ċertu tip ta' investiment li llum f'Malta beda jħalli l-frott tiegħu, iżda jiddispjaċini ngħid li f'Għawdex għandna żona industirjali li qisha ċimiterju!", "Mr Speaker, l-istess ħaġa qed tiġri fil-qasam turistiku.", "Huma kollha skużi li tgħid li s-settur tal-lukandi f'Għawdex sejjer lura u allura m'hemmx bżonn ta' aktar lukandi!", "Issa li qed jagħlqu l-lukandi qegħdin nirrikonoxxu dan l-istat ta' fatt?!", "Allura issa l-lukanda li kellha tinbena fil-Forti Chambray m'hemmx ċans li tinbena?", "Allura l-bejgħ ta' Chambray se jkun purament xi ħaġa ta' negozju?", "Meta lil dan il-proġett tneħħilu l-aspett turisitku tiegħu, mill-ewwel qed tniżżlu f'livell kummerċjali bejn il-gvern u l-privat!", "Hawnhekk qisek qiegħed tbigħ b'tender lill-privat il-bini ta' Kastilja!", "Hekk qegħdin jagħmlulna ġewwa Għawdex!", "Fil-fehma tiegħi, dan huwa ta' għajb, iktar u iktar meta l-ġimgħa l-oħra l-ministru għal Għawdex ħarġet bi pjan ta' żvilupp ekonomiku u soċjali għall-ġżira Għawdxija li suppost se jitwettaq mis-sena 2005 sas- sena 2010.", "Qalet ukoll li hemm bżonn li fil-qasam turistiku nagħmlu enfasi ħalli lil-lukandi nagħtuhom spinta 'l quddiem u mhux nbigħuhom bħala flats jew jagħlqu fix-xitwa u jerġgħu jifħu fix-xhur tas-sajf iżda hemm bżonn li naraw kif nagħmlu pjan ħalli nġibuhom vijabbli.", "Mr Speaker, il-ministru qed issemmi wkoll dan il-famuż ċentru komunali li hemm ippjanat li jsir ġewwa r-Rabat, Għawdex.", "Il-Kabinett kollu, inkluż il- Prim Ministru, kienu ġew Għawdex u għamlu kummiedja sħiħa għaliex se jagħmlu dan iċ-ċentru komunali fir-Rabat, pero' għas-sena d-dieħla vvotaw biss Lm5,000!", "Qalu wkoll li minħabba li fil-belt Vittorja m'hemmx lukanda żgħira, allura hija sine qua non li jkun hemm lukanda żgħira!", "Issa f'daqqa waħda qed jargumentaw u jgħidu li f'Għawdex m'hemmx bżonn ta' aktar lukandi u jridu jagħlqu l-lukandi għaliex m'hemmx ċans li dawn jimxu 'l quddiem!", "Din hija politika ħażina u turi nuqqas ta' viżjoni!", "Kif qal tajjeb is- Sur George Cremona, qisna għandna vapur bla kaptan li miexi fil-maltemp u ma tafx jekk il-vapur hux se jaħbat ma' xi skoll u jispiċċa jegħreq!", "B'dan il-mod qed jimxi l-gvern Nazzjonalista fir-rigward tal-gżira Għawdxija!", "Issa se jagħtina daqqa oħra billi jbigħ parti minn Għawdex mingħajr m'hu se jibbenefika xejn!", "Xtaqt niġi issa għall-aspett storiku u kulturali tal-Forti Chambray.", "F'dan il-forti nsibu d-dar tat-tabib u l-polverista li huma żewġ ambjenti b'valur storiku u kulturali kbir.", "Nixtieq ninnota li l-ministru għal Għawdex lanqas biss qiegħda hawn!", "Araw kemm jinteressaha Għawdex!", "(Interruzzjonijiet) X'jimportaha minn dar it-tabib u mill-polverista!", "Dawn huma affarijiet tal-biki.", "Jekk irid il-gvern jista' jgħaddi din il- mozzjoni kemm irid pero' nappella lill-ministru biex dawn iż-żewġ ambjenti li huma ta' valur storiku u importanti ħafna għal Għawdex iħalluhom f'idejn il-poplu Għawdxi!", "Kissirna ċ-ċimiterju ta' l-Ingliżi li hemm f'dan il-post u s-swar li suppost kellhom jiġu rranġati skond il-kuntratt ta' Memmo ma sar xejn fihom!", "Għalhekk qabel ma jerġa' jinbiegħ lill-ħaddieħor hemm bżonn li dawn iż-żewġ ambjenti b'valur storiku importantissimu jgħaddu f'idejn l- Għawdxin.", "Nerġa' ngħid li hawnhekk qiskom qed tbigħu Kastilja lill- privat!", "Jiġi l-gvern one fine day u jbiegħ Kastilja!", "Qegħdin iċċaħħdu lill-poplu Għawdxi milli jidħol f'dawn l-ambjenti li huma tiegħu u llum ħadd ma jista' jidħol f'Chambray għaliex kullimkien magħluq u hemm il- watchmen li ilhom hemmhekk għal żmien twil.", "Aħseb u ara kemm nista' naqbad u mmur nara l-polverista jew id-dar tat-tabib!", "Nagħlaq dan id-diskors tiegħi billi ngħid li fuq Għawdex qegħdin nagħtu daqqiet taħt iċ-ċintorin u hemm bżonn li dawn l-affarijiet ma jibqgħux isiru!", "Illum il-poplu Għawdxi se jerġa' jiġi tradut u l-iżball li sar 13- il sena ilu se jerġa' jitwettaq illum!", "M'hijiex skuża tajba li nikkonsidraw lil Chambray bħala imbarazz u allura nipprovaw inneħħuh minn quddiem għajnejna.", "Dik m'hijiex is-soluzzjoni t-tajba u jekk nagħmlu hekk, inkunu qed nidħku bina nfusna!", "U l-istorja tiġġudikana fuq dak li għamilna.", "Mr Speaker, jien ikkwotajt x'intqal 13-il sena ilu fil-Parlament fir- rigward tal-Forti Chambray pero' għaddew 13-il sena u dak li ridna minn Chambray mhux talli ma sarx, iżda sar bil-kontra ta' dak li ridna!", "Kulħadd ried il-ġid u aħna kellna ħolma li lil Chambray nagħtuh dik id-dimensjoni turisitka, ħaġa li ġġib il-ġid għal Għawdex, ħaġa li l-poplu Għawdxi jaħdem fiha u li ġġib ix-xogħol għal Għawdex, iżda l-gvern ma ried jisma' minn ħadd u baqa' jirrombla minn fuq kulħadd!", "U rajna x'ġara!", "Issa llum wara 13-il sena l-gvern reġa' ġie fil-Parlament u se jkomplu jirrombla u jirrepeti l-iżbalji li għamel dak iż-żmien!", "Fi żmien għaxar snin oħra – forsi jien ma nkunx hawn - l-istorja tiġġudika li kien – u għalhekk il-partit Laburista se jivvota kontra din il-mozzjoni għax tmur kontra l-interess nazzjonali - il-partit Nazzjonalista li reġa' għat-tieni darba biegħ parti mill-gżira Għawdxija lill-privat.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Franco Galea.", "ONOR.", "FRANCO GALEA: Mr Speaker, nixtieq nibda d-diskors tiegħi billi nirringrazzja lill-ministru tal-ħin li tani sabiex nitkellem fuq il-Forti Chambray.", "M'iniex se noqgħod immur lura fl-istorja għaliex diġa' smajniha iżda se nitkellem lejn fejn nixtiequ mmorru.", "Għandi ħabib tiegħi li kull meta jiltaqa' man-nies jagħtihom cards b'sayings li kien jgħid ċertu John Ruskin.", "F'idejja għandi waħda minn dawn il-cards li tgħid hekk:", "\"It is not cheaper things that we want to possess but expensive things that cost a lot less.\".", "Fil-każ ta' Chambray jidher li konna qed inħarsu biss lejn is-somma ta' flus li konna se nirċievu matul is-sena mill-consortium u min-nies li kienu involuti, pero' ma konniex qed nikkalkolaw ix-xogħol li kien se jsir u l- flus li kienu se jibqgħu fil-pajjiż!", "Forti Chambray ħadd m'hu se jgħabbih fuq vapur u jieħdu barra minn Malta, bħalma għamlu pajjiżi oħra fejn ħadu xi bridges lejn l-Amerika!", "Chambray se jibqa' fejn hu u l-area se tibqa' tal-Maltin u l-Għawdxin.", "Meta wieħed jikkonsidra li hemmhekk se jkun hemm madwar 250 appartament, dan ifisser li se jkun hemm aktar negozju għall-Gozo Channel, se jkun hemm iżjed negozju ladarba jerġa' jibda jopera l-helicoptert u forsi jkun hemm xi ajruplani żgħar li jkunu connected minn Għawdex għall-Ewropa u man-North Africa minn Għawdex, se jkun hemm aktar viżitaturi li jmorru ġewwa Għawdex u żieda wkoll fil-commodities ta' ikel, ħwejjeġ u trade in ġenerali għall- gżira Għawdxija.", "Jekk wieħed jara x'ġara f'Portomaso, f'Tigne', fit-Three Cities u fil- Valletta Waterfront, jinduna li dawn il-proġetti kbar iġġeneraw business kbir.", "Kif jaf kulħadd, jien ġej mis-settur tat-turiżmu u għalhekk nifhem daqsxejn iktar f'dan is-settur.", "Jien m'għandi xejn kontra li tinbena din il-lukanda, anzi j'Alla nkunu nistgħu nibnu lukandi daqskemm għandna knejjes f'pajjiżna!", "M'iniex se noqgħod nargumenta dwar jekk għandhiex tinbena lukanda jew le, pero' ma ninsewx x'ġara fis-snin disgħin meta mingħalina li konna se nġibu iżjed turisti billi nagħmlu iżjed lukandi.", "Riċentement sibt xi chits fl-arkivji tal-lukanda u chit partikolari ta' l- ikel li konna nbigħu fir-restaurant fis-snin sebgħin u fil-bidu tas-snin tmenin u rajt li l-prezz kien ħafna ogħla minn dawk li qed jiċċarġjaw lukandi four-star u five-star bħalissa f'Malta!", "Dan qed ngħidu sabiex ma noqogħdux nalludu ruħna li se nagħmlu xi skoperta billi nibnu lukanda oħra!", "Jien m'iniex qiegħed nitkellem sabiex niffavorixxi lill-partit Nazzjonalista jew lill-partit Laburista iżda qiegħed nitkellem għaliex qiegħed f'dan in-negozju u naf x'qiegħed ngħid.", "Jien nara kif inhuma sejrin ir-rati fis-swieq u ninsab involut fi travel agency ġewwa l- Ingilterra u għalhekk naf x'qiegħed ngħid.", "(Interruzzjonijiet) Naċċerta lill-Onor.", "Refalo li naf x'qed ngħid.", "MR SPEAKER: Onor. Galea, jekk jogħġbok, indirizza lis-Sedja.", "ONOR.", "FRANCO GALEA: Mr Speaker, rajna wkoll x'għamlu l-Ingliżi fil-Forti Chambray u jidher li minn mindu nbena qatt ma ġie komplut!", "L-iżjed li wasalna fih kien li għamilna l-barracks, l-isptar u xi night clubs li kienu jintużaw għal diversi affarijiet.", "Pero' ma rridx noqgħod immur lura fl- istorja imma ngħid biss li mhux ta' min iħallih jinqered.", "Għalkemm għadna inċerti fuq il-kwestjoni tal-lukanda, nixtieq ngħid li jekk din ma ssirx, m'għandniex noqogħdu nħarsu lejn dan il-proġett bħala xi ħaġa falluta u bħala xi ħaġa li ma rnexxietx!", "Bħalissa hawn ħafna lukandi li għandhom sodod neqsin pero' din tista' tkun fażi temporanja u m'għandniex nikkalkolaw il-ħażin mas-sitwazzjoni preżenti.", "Kull ħaġa ħażina ma ddumx ħafna u anke meta oġġett ikun tajjeb ma jdumx ħafna!", "Mr Speaker, nikkonkludi d-diskors tiegħi billi nagħti x-xewqat tal-festi t- tajba lilek, lill-membri taż-żewġ naħat tal-Kamra u lill-impjegati ta' dan il-Parlament kif ukoll lill-familji tagħkom.", "Pero' sabiex niġi half way mal-polemika li hawn bħalissa fil-pajjiż, nixtieq ngħid lill-oppożizzjoni li jekk jixtiequ jiena lest li nagħti s-somma ta' Lm1,000 jekk kull wieħed minnhom lest li joħroġha wkoll ħalli nagħmlu l-party tal-Milied lill- ħaddiema tal-gvern!", "Madankollu naħseb li m'aħniex qed inkunu oġġettivi jekk qed inħarsu lejn il-kapaċitajiet ta' l-impjegati tal-gvern billi ngħidu li dawn ħaqqhom pastizz jew pasta għaliex il-ħaddiema tal-gvern għandhom valur ħafna iżjed minn pastizz u drink!", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi. aktar rimarki?", "L-Onor.", "Roderick Galdes.", "ONOR.", "RODERICK GALDES: Mr Speaker, quddiemna għandna riżoluzzjoni li timmerita diskussjoni tajba għaliex fl-aħħar mill-aħħar tirrigwarda sit storiku importanti fil-gżira Għawdxija.", "Madwar ġimgħa u nofs ilu waqt id- debate tal-budget dwar il-qasam ta' l-ambjent kont għamilt proposta lill- Onor. George Pullicino fejn kont għidtlu li fi proġetti kbar li jkunu ta' importanza nazzjonali u li jirrikjedu numru ta' snin sabiex jitwettqu minħabba li jinvolvu ħafna riżorsi finanzjarji, għandna nipprovaw insibu punt ta' konverġenza bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra bil-għan li proġetti bħal dawn jibqgħu għaddejjin fuq numru ta' snin u jkunu ssapportjati miż-żewġ naħat tal-Kamra.", "Pero' sfortunatament ma kelli l-ebda reazzjoni għal din il-proposta li għamilt!", "Fil-fehma tiegħi, ħafna minn dawn il-postijiet storiċi jinsabu mitluqa u li kieku jkun hemm input miż-żewġ naħat tal-Kamra ħalli jkun hemm pjan tajjeb u konkret fuq numru ta' snin, flimkien infasslu strateġija ħalli lil dawn il-postijiet nagħtuhom l-importanza li tixraqilhom.", "Sieħbi l-Onor.", "Franco Galea semma lil John Ruskin u naħseb li kieku John Ruskin qiegħed jisma' dak li qiegħed jagħmel gvern Nazzjonalista b'din ir- riżoluzzjoni, bil-mod ta' kif qiegħed jipprova jikkalpesta dan il-bini storiku billi joħloq inizjattiva jew jagħti attivita' spekulattiva b'dan il- mod, naħseb li kieku bħalissa jibda jitqalleb fil-qabar tiegħu!", "Mr Speaker, iktar tard nitlob il-permess tal-Kamra biex inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra xi ritratti importanti.", "Ritratt minnhom juri l-ħerba li saret fiċ-ċimiterju ta' l-Ingliżi bid-deċiżjoni li ħa l-gvern Nazzjonalista, liema ċimiterju għandu madwar 200 sena u fih importanza storika.", "Bl- iżvilupp li sar f'dawn l-aħħar snin ġewwa Chambray, ħalla tkissir sfrenat u tlifna ħafna mill-istorja li kien hemm f'dan il-post!", "Sfortunatament ma ħadniex l-opportunita' li nutilizzawh u llum il-ġurnata jekk m'hijiex se tittieħed inizjattiva, b'mod speċjali minn dan il-gvern, sabiex insalvaw dak li fadal se nispiċċaw nitilfu kollox.", "Ir-ritratt l-ieħor juri ħajt mimli bi graffiti antiki li jmorru lura sa 300 sena ilu.", "Dawn jindikaw l-abilita' ta' min dak iż-żmien għamel dawn il- graffiti li għandhom ukoll xeħta storika għaliex qed jagħtu stampa ċara ta' dak li kien qed iħoss il-bniedem li kien jgħix f'dawn il-forti.", "Irrid insemmi wkoll id-development brief li sar mill-MEPA fl-1992 li kien ikkummissjonat mill-gvern preżenti għaliex dan imur kontra l-ispirtu li llum il-ġurnata qed niddiskutu f'din ir-riżoluzzjoni fejn qed nagħtu leeway lill-iżviluppatur ħalli jkompli jispekula dan il-post.", "Jekk naqtgħu l-iżvilupp turisitku minn dan is-sit żgur li se noħolqu aktar ħsara fil-post.", "Qed indaħħlu użi li m'humiex kompatibbli u biżżejjed tara l-ispekulazzjoni kontinwa li saret f'dawn l-aħħar għaxar snin, fejn anke jekk wieħed ikun sejjer lejn Għawdex jara l-iskyline bil-kruha ta' bini abjad mas-swar!", "Dan jindika biċ-ċar il-ħsara li diġa' saret fl-aspett viżwali ta' dan il-bini!", "Għalhekk nistaqsi jekk huwiex propizju li qed naċċettaw li f'dan l-iżvilupp inneħħu l-attivita' turistika?!", "Aħna nafu li barra minn pajjiżna anke jekk ikollhom sempliċement ġebla storika jagħmlulha tabella u jipprovaw joħolqu għajnuna li fiha nnifisha tkun qed tgħin lill-pajjiż f'dak li għandu x'jaqsam mal-patrimonju nazzjonali tiegħu.", "Imbagħad aħna għandna ġawhra bħal din u qed nirriġettawha u nnaqqsulha mill-importanza li jixraqilha!", "F'dawn il-ftit sekondi li fadalli nixtieq nagħmel rifirenza għall-abbużi li saru f'dawn l-aħħar snin u fost l-oħrajn irrid insemmi d-dumping li sar fid- ditch tal-forti!", "Ma nafx min se jħallas għall-ħsara li saret f'dan il-bini storiku!", "Fl-aperturi li kien hemm fil-barracks ta' l-Ingliżi tneħħa xi injam u t-tibdil li sar fil-main entrance tal-forti saru mingħajr il- permess tal-MEPA.", "Sfortunatament diġa' tlifna ħafna mill-valur tal-forti u għalhekk jeħtieġ li l-gvern jassigura ruħu sabiex f'din ir-riżoluzzjoni ma jirrepetix l-iżball, li fil-fehma tiegħi, qed jerġa' jġedded f'din ir- riżoluzzjoni tal-lum.", "Nitlob il-permess tal-Kamra biex inpoġġi r-ritratti fuq il-mejda tal-Kamra.", "MR SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva) Il-permess ingħata.", "ONOR.", "RODERICK GALDES: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tliet ritratti meħudin f'Forti Chambray, Għawdex.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Charles Buhagiar.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Mr Speaker, fl-introduzzjoni tiegħu l-ministru qal li meta tagħmel launching ta' proġett li fih ikun involut il-privat, jista' jkun li mhux dejjem tirnexxi f'dak il-proġett!", "Pero' hawnhekk nixtieq infakkar li qabel ma l-gvern Nazzjonalista nieda dan il-proġett kien hemm ukoll il-gvern Laburista preċedenti li kien diġa' ħaseb sabiex jipprova jiżviluppa dan is-sit!", "Kuntrarjament għall-impressjoni li setgħet ingħatat dalgħodu mill-kelliema tal-gvern, fejn qalu li aħna qbadna u tajnih lil ċertu Campbell sabiex jieħu ħsiebu u jmexxih hu, irrid ngħid li ntqalu ħafna affarijiet li m'huma veru xejn!", "F'dan il-proġett kien hemm involuta kumpannija serja ħafna fil-qasam tat-turiżmu u din kienet il- kumpannija ta' Captain Morgan, li ngħatat is-sit b'kera ta' Lm12,000 sabiex jiġi żviluppat għal skop turistiku.", "Iżda mbagħad kien hemm bidla fil-gvern u tela' l-partit Nazzjonalista, fejn waqqaf dak il-proġett u sar development brief li rrifera għalih il-kollega tiegħi l-Onor.", "Roderick Galdes.", "Jien m'iniex se nerġa' nidħol fil-kwestjoni kollha ta' kif ingħata l-kuntratt lil Roberto Mimmo sabiex jiżviluppah pero' nixtieq nuża dawn il- ftit minuti li għandi sabiex nispjega daqsxejn il-mod ta' kif aħna nħarsu lejn dawn it-tip ta' proġetti.", "Aħna nħarsu lejn dawn it-tip ta' proġetti li huma maħsuba speċifikament sabiex siti storiċi li fihom potenzjal ta' żvilupp u fejn ħafna drabi l- gvern ma jkollux il-fondi neċessarji sabiex iżommhom fi stat tajjeb, naraw kif naslu f'sistema fejn ikun hemm il-privat li jiġi mħajjar sabiex jinvesti f'dawn il-proġetti.", "B'hekk ikun jista' jirrestawra l-bini wkoll u ovvjament imbagħad il-parti kummerċjali tagħmel tajjeb għax-xogħol ta' restawr li jkun qed isir.", "Jien naf li bil-mod ta' kif ġie żviluppat dan il- proġett ma kienx hemm dan il-mudell!", "Apparti minn hekk, f'dan it-tip ta' mudell huwa importanti li naħsbu wkoll fid-dimensjoni soċjali għal dak li jirrigwarda opportunitajiet ta' xogħol.", "Jiġifieri għandek id-dimensjoni finanzjarja fejn il-gvern qiegħed jagħti proprjeta', li ħafna drabi tkun prime site, lill-privat sabiex jiżviluppaha bil-patt li l-privat iħallas il-premium u ċ-ċens li jkun miftiehem minn qabel u għandek ukoll id- dimensjoni soċjali tal-proġett, jiġifieri li jsir l-investiment sabiex jinħoloq ix-xogħol.", "Meta qed ngħidu jinħoloq ix-xogħol ma jfissirx li jkun xogħol għall-kuntratturi biss iżda jinħoloq xogħol b'mod regolari u kontinwu meta l-proġett jitlesta.", "Mr Speaker, imbagħad għandek id- dimensjoni kulturali fejn permezz ta' dawn il- proġetti wieħed irid jieħu ħsieb sabiex jivvalorizza u jirrestawra dak li huwa storiku.", "Fit-22 xahar li l-partit Laburista għamel fil-gvern konna daħħalna wkoll id-dimensjoni kulturali fejn konna għidna li half percent ta' l-ispiża li ssir fuq dawn it-tip ta' proġetti għandha tmur sabiex jiġu pprovduti xogħlijiet ta' arti fil-proġett innifsu.", "Jiġifieri l-mudell li nbena matul is-snin kien inbena fuq dawn id-dimensjonijiet.", "Pero' rrid ngħid li minn dak kollu li gvern Nazzjonalista ftiehem ma' Roberto Memmo ma sar xejn!", "Mhux talli ma sar xejn, iżda dak li sar sar ħażin!", "Dan mhux qed ngħidu jien iżda qalitu l-MEPA bl-enforcement notices li ħarġet.", "Xi ngħidu mbagħad għall-permessi li ngħataw.", "Fejn qabel inti u dieħel ġewwa l-port ta' Għawdex kont tara l-fortizza ta' Chambray, illum tara l-appartamenti għaliex dawn qabżu l-għoli tal-fortizza u tas-swar!", "U b'hekk l-iskyline ta' dak il-port pittoresk ġiet imħassra darba għal dejjem.", "Apparti dawk li saru bil-permessi tal-MEPA, hemm affarijiet oħra li ma nistax nifhem kif saru!", "Imbagħad insibu li l-obbligi li joħorġu mill-kuntratt stess ma ġewx miżmuma għaliex ir-restawr tal-bini storiku u tas-swar ma sarx u llum tant jinsabu fi stat ħażin li neżlin fix-Xatt l- Aħmar.", "Meta kelli l-opportunita' nitkellem fil-budget, għamilt id-diskors tiegħi fuq is-swar ta' pajjiżna.", "Niftaħru tant bis-swar li għandna u ngħidu li huma fortifikazzjonijiet uniċi u mbagħad inħalluhom jaqgħu biċċiet!", "Jien kont naħseb li ladarba l-gvern ġietu l-opportunita' li jieħu lura dan il- proġett minħabba li l-iżviluppatur ma ddeliverjax skond il-kondizzjonijiet tal-kuntratt li kellu, kien se jixtri x-shares ta' Memmo u tal-partijiet l- oħra u mbagħad jerġa' joħroġ tender u mhux iħalli n-negozjati jsiru mill- privat mal-privat!", "Għaliex?", "Għaliex issa biex inħajru lill-privat jidħol f'dan il-proġett - hawnhekk m'hu qed ngħid għal ħadd u l-privat jista' jkun min ikun – kellna nbiddlu s-sistema oriġinali u l-proġett tal-lukanda li kienet l-unika ħaġa li verament setgħet tiġġenera l-impjiegi qbadna u neħħejnih!", "X'impjiegi se jiġġenera l-bini ħlief xogħol għall- kuntratturi?!", "Issa fil-kuntratt qed ngħidu li l-lukanda se nneħħuha u minflokha se jsiru appartamenti.", "Allura spiċċajna sabiex minn proġett li kien maħsub b'ċertu mudell se jkollna mudell totalment differenti u jiena ċert li kieku fil-bidunett ħareġ il-proġett b'dan il-mod, jiġifieri li jista' jsir żvilupp ta' appartamenti biss f'Chambray, kien ikun hemm ħafna aktar interess milli dak li ntwera s'issa.", "Għaliex f'daqqa waħda qiegħed tbiddel dak li kont għidt fil-bidu sempliċement għaliex persuna talbitek tagħmel dan?", "Dawn l-affarijiet ma tistax tagħmilhom!", "Din hija l-istess ħaġa bħalma qed isir fil-proġett tal-White Rocks.", "Dan ingħata lill- consortium partikolari, liema consortium qed jgħid lill-gvern li ma jridx jibni l-lukanda iżda jrid jibni appartamenti.", "S'issa l-gvern żamm sod fuq il-White Rocks iżda fuq tal-Forti Chambray m'għamilx l-istess ħaġa!", "Naħseb li jkun jagħmel ħafna aktar sens li kieku dawn l-affarijiet nagħmluhom b'mod ekwu għal kulħadd!", "Għalhekk irrid nagħlaq id-diskors tiegħi billi ngħid li aħna ma naqblux ma' din ir-riżoluzzjoni u bil-mod ta' kif qed isiru u jiġu proposti l- affarijiet.", "Aħna konna ftaħna għajnejn il-gvern u qegħdin nerġgħu nagħmlu l-istess ħaġa llum!", "Il-partit Laburista se jivvota kontra din il-mozzjoni ħalli nkunu on record li m'aħniex qegħdin naqblu mal-mod ta' kif saru l- affarijiet.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "John Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Speaker, matul dawn il-jumejn smajna l-istess diskors u l-istess akkużi fuq il-proġett ta' Chambray u l-Onor.", "Leo Brincat ipprova jitfa' tajn ġdid fuq dak li għandu x'jaqsam ma' dan il-proġett.", "Jien ma nafx ma' min jitkellem l-Onor.", "Leo Brincat pero' ma jagħmilx sens li jiġi hawn u jgħid dak li jgħidulu n-nies mingħajr ma jivverifika dak li jkunu qalulu!", "Jaqbad u jitfa' l-akkużi u l-innuendos bl-addoċċ, imbagħad jeħel dak li jeħel!", "Waħda minn dawn l-akkużi kienet li n-nies qalulu li Roberto Memmo ma riedx jitlaq dan il-proġett għaliex kien hemm ċertu ministru fil-Kabinett u dak iċ-ċertu ministru kont jien għaliex waqt id-diskors tiegħu semmieni ħafna drabi fil-kontest ta' Memmo.", "Nixtieq nistaqsih x'jaf.", "Allura l-Onor.", "Brincat jibla' dak kollu li jgħidulu n-nies u jpespsulu f'widnejh biex imbagħad jiġi hawn u jirrepeti kollox sabiex mingħalih iħammeġ lin-nies?", "Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Leo Brincat li meta kont inkun qed nitkellem mal-MIMCOL fuq dan il-proġett, il-pariri tiegħi dejjem kienu sabiex il- MIMCOL jieħdu lura f'idejhom dan il-proġett għaliex jien dejjem sostnejt li l-proġett ta' Chambray kien proġett partikolari, b'viżjoni partikolari u ladarba dik il-viżjoni ma kenitx qed tiġi attwata allura l-gvern kellu jerġa' jieħu l-proġett f'idejh.", "Dak kien il-parir li dejjem tajt jien u jidher li l-MIMCOL ħadmu fuqu u jidher li l-pariri legali li kellhom kienu li aħjar jimxu b'daqsxejn kawtela fuq dawn l-affarijiet u milli jidher instabet soluzzjoni bejn il-partijiet konċernati u l-investituri l-ġodda li riedu jidħlu fil-proġett.", "Personalment jiddispjaċini ngħid li din is- soluzzjoni tilfet mill-viżjoni li kellna ta' Chambray u qiegħda tikkonċentra fuq proġett li bażikament huwa proġett ta' żvilupp ta' proprjeta`.", "Il-viżjoni ta' Chambray kienet ta' proġett ta' l-ogħla livell turistiku f'Għawdex u li nagħmlu villaġġ ġos-swar ta' Chambray, villaġġ li bażikament kien maħsub anke mill-Kavallieri għaliex is-swar ta' Chambray ma nbnewx biex jibqgħu swar imma nbnew biex f'nofshom tinħoloq iċ- ċittadella ta' Chambray.", "L-iskop kien li jinħoloq dan it-tip ta' żvilupp li bejn appartamenti u lukanda jagħtu l-ogħla livell ta' turiżmu ġewwa Għawdex.", "Il-metodu li ntuża dakinhar biex isir dan il-proġett kien dak li llum qed insejħulu public private partnership.", "Kien metodu li bih il- gvern joħroġ l-art, l-investitur joħroġ il-kapitali kollha u jinqasam il- profitt u l-gvern jibqa' jkollu say u kontroll fuq il-mod ta' kif jiġi ġestit il-proġett ladarba jkun tlesta.", "Dak kien il-konċett kollu ta' Chambray.", "Qed ngħid dawn l-affarijiet għaliex sal-lum wieħed għadu jisma' ħafna miżinformazzjoni bħal, per eżempju, li Chambray tajnieh b'Lm10,000.", "Dan m'hu veru xejn u kont spjegajtu jiena hawnhekk f'din il-Kamra meta ddibattejna Chambray 13-il sena ilu.", "Dak iż-żmien kont għidt li dawk l- Lm10,000 huma biss sabiex sid il-proprjeta` jżomm id-dritt tal-proprjeta` u ma kienx l-ammont kummerċjali ta' kif il-proprjeta` se tiġi valutata u mogħtija b'mod kummerċjali.", "Ir-revenue kummerċjali tal-gvern kellu jkun nofs il-profitti kollha li jsiru matul iż-żmien fuq Chambray mill-bejgħ, mill-management fees, mill-operat tal-kirjiet li kellu jkun hemm u mill- ġestjoni kollha tal-proġett.", "Dak kien il-konċett.", "Mr Speaker, issa nafu li ġraw ħafna avvenimenti fuq Chambray, uħud sfortunati u oħrajn ippjanati.", "L-oppożizzjoni qed tgħidilna li l-proġett ta' Chambray miet pero' jiena ma nafx kif qed tiskanta li miet wara li kienet hi li tefgħet tant velenu f'dan il-proġett!", "L-oppożizzjoni ilha s- snin, minn kif beda dan il-proġett, tavvelenawh ftit ftit sakemm eventwalment dan falla.", "Imbagħad kien hemm ċirkostanzi oħra li m'iniex se noqgħod nirrepetihom.", "L-Onor.", "Leo Brincat qal li kull meta kien jiġi Memmo, kien jiġi jara lill-Onor.", "John Dalli.", "Lil min riedu jara?", "Lilu?", "Kieku ra lilu qatt ma kien jieħu deċiżjoni mingħandu!", "Jekk jien kont responsabbli minn dan il-proġett, mhux bilfors lili kien jiġi jara meta ried jiddiskuti xi ħaġa fuq il-proġett ?", "X'ried jgħid biha l-Onor.", "Brincat meta qal li Memmo kien jiġi Malta biex jara nies għoljin u biex jara lill-Ministru Dalli?", "Kien jiġi jara lili għax jien kont responsabbli mill-proġett.", "X'fiha ħażin?", "Kull min kien jiġi Malta biex jinvesti u biex jagħmel l- affarijiet, kien jiġi jara lili f'dan il-pajjiż.", "Mr Speaker, in-nies kienu jiġu għandi għax l-affarijiet li kien hemm bżonn isiru kienu jsiru u ma kenux jiġu għandi għall-pjaċir jew għall-gost u lanqas għax kien hemm xi interessi.", "Din qed ngħiduha biex naqtgħuha darba għal dejjem.", "Jekk tkellem max-shareholders u ma' l-investituri fuq dan il-proġett, imissu staqsihom jekk jafux jekk kienx hemm x'interessi fuq dan il-proġett min- naħa tiegħi jew min-naħa ta' xi ħaddieħor li kien fil-proċess kollu.", "L- Onor. Brincat qal li Memmo ma riedx jitlaq mill-proġett qabel ma jitlaq John Dalli mill-Kabinett.", "Dan x'għandu x'jaqsam ?", "Ftit minuti qabel kien għadu kemm qal li l-Ministru Austin Gatt kien wiegħed li fis-sajf kellu jressaq din il-mozzjoni fil-Kamra.", "Allura din il-mozzjoni ilha tinħema u mhux meta telaq John Dalli!", "Pero' minħabba l-ħerqa tiegħu li jċappas u jħammeġ lin-nies, l-Onor.", "Brincat lanqas ikun jaf li jkun qed jikkontradixxi lilu nnifsu fl-istess diskors.", "Jien ma nafx min jiktibhomlu dawn l-ispeeches jew inkella min qed joqgħod idaħħallu dawn il-ħsibijiet f'rasu!", "Ir-realta` x'inhi, Mr Speaker?", "Ir-realta` hija li hija ħasra li l-proġett oriġinali li kellna għal Chambray ma rnexxiex minħabba ħafna ċirkostanzi min-naħa ta' l-investitur, min-naħa ta' ħafna dewmien fil-proċess ta' l- għoti tal-permessi u affarijiet oħra.", "Illum f'\"The Times\" qrajt dak li qal l-Onor.", "Leo Brincat fuq l-għoti tal-permessi u bilkemm ma qalx li qed nikkritika l-MEPA minħabba Chambray.", "L-ewwelnett jiena lanqas kont naf x'qed jiġri u kkritikajt lill-MEPA ħafna wara li saru dawn il-kuntratti ta' Chambray.", "Dan kollu juri li dawn in-nies huma interessati biss li jkunu politikament negattivi minflok ma jkunu proattivi u jipproponu s- soluzzjonijiet għal dan il-pajjiż.", "Jien jiddispjaċini li bl-aġir ta' l-oppożizzjoni, Għawdex ġie mċaħħad minn proġett kbir u tajjeb, proġett li kien jattira lejn Għawdex turisti ta' l- ogħla kwalita` u li kien ipoġġi lil Għawdex minn ta' fuq nett fil-kwalita` ta' turiżmu li jista' jkun hawn fil-Mediterran.", "Lil Għawdex tellifnieh dan iċ-ċans għax l-oppożizzjoni avvelenat il-proġett ta' Chambray u għalkemm aħna għamilna ħilitna kollha biex nipprovaw inżommu l-interess ta' l- investituri f'dan il-proġett, id-deni li jsir b'dan it-tip ta' atteġġjament u attitudni ta' l-oppożizzjoni m'għandux kalkolu.", "Grazzi ħafna.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT (Kap ta' l-Oppożizzjoni): Mr Speaker, se nipprova nkun kalm illejla imma jkolli nammetti mill-bidunett li qed nieħu sehem f'dan id- dibattitu b'sens kbir ta' disgust.", "Ninsab iddisgustat b'dak li qed jiġri, b'dak li qed jiġi ppreżentat lilna u b'dak li Għawdex qed ikollu jġorr.", "Għandna quddiemna każ ta' kif sejrin niddisponu minn patrimonju nazzjonali ta' l-iprem kwalita`; patrimonju nazzjonali li għandu dimensjoni storika u nazzjonali u li għandu valur kummerċjali u turistiku enormi.", "Il-mod ta' kif qed niġu ppreżentati b'xi ħaġa li matul is-snin intweriet bħala soluzzjoni sabiħa u tlellex - għadna kemm erġajna smajna dan il-kliem - u li fil-fatt issa tirriżulta li m'hi xejn ħlief ħadma fuq il-patrimonju nazzjonali tagħna huwa disgustanti.", "Rajt ħafna affarijiet disgustanti f'dan il-Parlament kemm ili hawn imma naħseb li din hija fost l-aktar disgustanti.", "Nibda billi nagħmilha ċara li jien għandi kull rispett lejn Dr. Michael Caruana, lejn il-ħidma li għamel, lejn ir-rekord tiegħu f'dak li għandu x'jaqsam ma' negozju, mal-professjoni u ma' l-impenn kulturali Għawdxi u b'dak li se ngħid bl-ebda mod ma rrid nagħmel xi riflessjoni fuq l-operat tiegħu jew fuq l-operat tan-negozju tiegħu.", "Anzi naħseb li dan ta u qiegħed jagħti kontribut kbir lil Għawdex u nawguralu pero` min-naħa l-oħra rrid nagħmilha ċara lilu u lill-Għawdxin u lill-Maltin kollha li l-impenn tagħna bħala oppożizzjoni hu dak li niddefendu l-aħjar interessi tan- nazzjon tagħna.", "Dan li qed jiġi propost illum m'huwiex fl-interess tan-nazzjon Malti u m'huwiex fl-interess ta' Għawdex.", "Nagħmilha ċara li din il-ħaġa qed ngħiduha b'mod oġġettiv u issa nispjega aktar 'il quddiem bl-iktar mod ċar u dirett għaliex aħna nemmnu li dan il-kuntratt li għandna quddiemna huwa tradiment ta' l-interessi ta' Għawdex u ta-nazzjon Malti.", "Matul dan id- dibattitu smajna li kien hemm falliment fil-kuntratt oriġinali.", "Li qatt ma smajna s'issa huwa: Min kien responsabbli għal dan il-falliment?", "B'liema mod seħħ dan il-falliment?", "B'liema mod kiber dan il-falliment qisu kanċer?", "Kieku dan kien proġett kummerċjali normali li ma kellu l-ebda kontroversja madwaru, li kien ġie mfassal bl-aktar mod ċar u trasparenti u falla, tgħid li m'hemmx x'tagħmel.", "Imma veru li hekk ġraw l-affarijiet? llum għamilt ġurnata nisma' dak li jkun għaddej fil-Parlament u naqra r-records ta' dawn l-aħħar 12-il sena.", "Ir-records juru li l-gvern ma jistax jiġi hawn, jippretendi li hu mmakulat u dak li ġara ġara!", "Bir-rispett kollu, se nibqgħu niġu naqgħu u nqumu u nitmejlu bl-Għawdxin u bil-Maltin b'dan il- mod?", "Qalulna li l-proġett falla, qisna tlaqna fuq it-Titanic, ma konniex nafu li t-Titanic kellu xi ħaġa ħażina u għeriqna!", "Ir-records juru l- affarijet bl-aktar mod ċar u dirett.", "Għandi patafjun ta' karti, dokumenti u stqarrijiet mill-oppożizzjoni ta' 12-il sena ilu meta konna għidnielhom li kienu qed jagħmlu tradiment, li kienu qed jagħmlu ġennata u li kienu qed jidħlu fi triq li kienet se tfisser it-tkissir ta' Chambray.", "Nerġa' ngħid li Chambray m'huwiex sempliċement biċċa proprjeta` kummerċjali imma huwa patrimonju storiku u għandu valur turistiku u kummerċjali kbir.", "Jien kont parteċipi fit-twissijiet li saru f'dan il-Parlament meta tressaq l-abbozz oriġinali tal-kuntratt u aħna konna għidna li hemm bżonn li d- diskussjoni titwal ħalli joħorġu l-fatti.", "Dak iż-żmien akkużawna li qed nagħmlu filibuster, li qegħdin intawlu x-xogħol tal-Parlament biex ma jkunx hemm diskussjoni serja ta' l-affarijiet minkejja li aħna għidnielhom li kien hemm bżonn li din il-ħaġa tkun kjarifikata u ġibnielhom l-evidenza.", "Jien niftakar li poġġejt fuq il-mejda tal-Kamra evidenza ċara fuq Memmo li ġie ppreżentat mill-ministri ta' dak iż-żmien - u li għadhom ministri sal-lum - qisu kien xi ħadd li se jġibilna l-Cote d'Azur jew Monaco hawn Malta!", "U niftakar lill-ministri jgħidulna li dak li konna qed ngħidu ma kien veru xejn.", "Kellna l-ministri ta' dak iż-żmien - li għadhom ministri sal-lum - li poġġewlna xi brochure ta' xi torri fuq ir-ramel f'nofs Monaco jew x'imkien 'l hemm biex juruna x'kien se jagħmel Memmo f'Chambray!", "Aħna min-naħa tagħna konna poġġejna fuq il-mejda tal-Kamra informazzjoni dwar il-kumpanniji Antimen 1 u Antimen 2 li kienu juru li dawn kienu kumpanniji qosra.", "Aħna bgħatna lil xi ħadd biex jiċċekkja l-indirizz tagħhom Ruma u kulma sabu kien purtinar xiħ fuq bastun li meta fetħilhom il-bieb uriehom biċċa plakka bl-isem ta' Antimen 2.", "Meta lill-ministri ta' dak iż-żmien għidnielhom dawn l-affarijiet, bdew jidħku bina u ma redux jemmnuna għaliex skond huma dan Memmo kien għamel ħafna affarijiet u reġgħu tawna l-brochure tiegħu.", "B'dan il-mod kienu jaħdmu u hekk għadhom jaħdmu dawn in-nies!", "Brochure bi stampa ta' biċċa torri fuq ir-ramel!", "Veru li konna qegħdin nibnu fuq ir-ramel!", "Jien naħseb li mbagħad kien hemm xi ħadd li kellu interess li l-kastell jitla' fuq ir-ramel, kif qed jirriżultalna.", "Minn dak kollu li għidna kollox seħħ.", "Aħna tawwalna d-diskussjoni apposta, ġibna l-evidenza u għamilna wkoll manifestazzjonijiet biex il- poplu jifhem x'inhu għaddej u l-gvern qalilna li qed nagħmlu l-bsaten fir- roti.", "U erġajna bdejna b'din il-litanija!", "Kull meta nuru l-verita` u kull meta ngħidu x'qed jiġri, jgħidulna li qed nagħmlu l-bsaten fir-roti, li aħna distruttivi u salt xjaten telgħin u neżlin.", "Qegħdin quddiem l- evidenza issa.", "Huma jridu jaħslu jdejhom mill-falliment u jibqgħu għaddejjin.", "Se nibqgħu sejrin hekk?", "Min hu responsabbli ta' din it- traġedja għal Għawdex?", "Kien hawn xi ħadd min-naħa tal-gvern li qalilna min hu responsabbli?", "Ħadd.", "Min imbotta lil Memmo?", "Min iddefenda lil Memmo?", "Min kien wara dawk li ddefendew lil Memmo?", "Min introduċa lil Memmo?", "X'garanziji ta Memmo?", "Ma ħariġx sold mill-but u tajnieh Lm2 miljun lil Memmo u fuq din se nitkellem aktar 'il quddiem.", "Aħna għidnielhom bil- kuntatti tiegħu mal-P2 li dak iż-żmien kienet xirka mażonika, Mr Speaker.", "Mr Speaker, min-naħa joqogħdu jippreżentaw ruħhom qishom fil-konfraternita` ta' San Franġisk u min-naħa l-oħra l-konfraternita` li taħdem tkun dik tal- mażuni.", "Dan il-bniedem kif ġie mitfugħ b'mod li ħa rwol strateġiku fi proġett li kellu jkun kruċjali għal Għawdex?", "Għaliex f'dawn l-aħħar għaxar snin Għawdex waqa' lura fil-logħba turistika?", "Jekk kien hemm gżira fil- Mediterran li kellha tmur 'l quddiem fit-turiżmu din kienet il-gżira Għawdxija għaliex Għawdex għandu all it takes biex fin-niche tourism jimxi 'l quddiem.", "Dak iż-żmien dik kienet il-logħba li lagħbu dawk li pprovaw jimbuttaw lil Memmo għaliex kienu jaħsbu li b'Memmo magħhom, it-turiżmu f'Għawdex setgħu jmexxuh 'l quddiem!", "Aħna konna għidnielhom li kienet ġennata li jużaw dan it-tip ta' trick għaliex ma kienx se jaħdem u kien sempliċement trick biex xi ħadd jieħu l-perkaċċi u ma kienx hemm mod ieħor kif wieħed iħares lejha!", "U issa llum qed naraw x'ġara!", "Nitlob lis- Sinjorija Tiegħek li bħala Għawdxi tipprova tifhem bl-istatistika f'idejk għaliex f'dawn l-aħħar għaxar snin Għawdex kellu jmur lura fit-turiżmu.", "Jekk kien hemm xi ħaġa li xxokkjatni f'dan id-dibattitu kienet li min-naħa tal-gvern qalu li Għawdex m'għandux bżonn aktar lukandi, anzi jridu jnaqqsu l-lukandi u minflok jinbnew l-appartamenti u jinbiegħu!", "Din hija l-viżjoni ta' dan il-gvern għal Għawdex?", "Għalhekk jiena nħossni disgustat b'din il- ħaġa; li t-trigger għal dan kollu kien il-każ ta' Chambray u din il-ħaġa rridu nħarsu lejha b'mod nazzjonali.", "Kif se jgħixu l-Għawdxin?", "Mhux minn xogħol li jinħoloq tabilħaqq fuq il-bażi ta' l-assi li joffru?", "Dak kien il- mod allura kif tippromwovi t-turiżmu f'Għawdex?", "Ma kienx il-mod u dan irriżulta b'mod ċar aktar u aktar meta l-gvern iddeċieda - kienu l-ministri tal-lum u l-ministri tal-bieraħ li ddeċidewhom dawn l-affarijiet – li jilgħab il-karta ta' Memmo.", "Issa għaliex iddeċidewha naħseb l-istorja tiġġudika.", "Jien għandi l-ideat tiegħi.", "Imma lil hinn minn hekk, kieku kien każ wieħed forsi tasal biex tgħid li kien każ wieħed imma dan jinkwadra ruħu f'sensiela sħiħa ta' deċiżjonijiet li ħarbtu lil dan il- pajjiż u qed iniżżluh 'l isfel u issa aktar minn qatt qabel, qed ipoġġu l- piżjiet fuqna.", "U nista' nsemmi ftit minnhom.", "Ħalli nibda bil-każ ta' Busietta li kien fl-istess żmien ta' Chambray; il-power station ta' Delimara fejn infaqna Lm150 miljun biex xorta waħda niddependu mill-power station tal-Marsa; l-airport li għalkemm huwa sabiħ meta tistaqsi lil min jifhem jgħidlek li dħalna f'nefqa ta' bejn 40% u 50% aktar milli suppost ; il-Magħtab bl-affarijiet li saru u li għadhom qegħdin isiru ; il- każ tal-Mid Med Bank; il-Maltapost fejn ġibna n-nies minn New Zealand biex suppost imexxuna 'l quddiem u minflok rabtulna mażra akbar!", "Kull fejn suppost imxejna 'l quddiem, imxejna lura.", "Nista' nibqa' nsemmi diversi każijiet.", "Fl-Air Malta kellna l-każ ta' l-RJs li suppost xtrajnihom għax kienu se jkunu tajbin u minflok waddbuna lura.", "Kellna wkoll il-każ ta' l- Azzurair fl-Italja ; il-Freeport li jekk tiċċekkjaw il-kuntratt li sar mal- Freeport issibu li lanqas biss qegħdin inpaċu l-imgħaxijiet li għandna fuq id-djun tal-Freeport bl-operating agreement li suppost sar.", "Riċentement kellna l-każ ta' Brindisi fejn Lm4 miljun ġew maħruqa għaliex dan huwa port fallut.", "Nista' nibqa' nsemmi każ wara ieħor.", "Li tiżbalja darba jew darbtejn tifhimha, imma li tibqa' tiżbalja tfisser li hemm xi ħaġa li ma tasalx u ma tiftiehemx.", "Matul dawn l-aħħar snin aħna komplejna nsegwu dak li kien għaddej fuq il- proġett ta' Chambray li falla u t-tħassir ambjentali li sar fuq Chambray b'targets ta' xogħol li kellu jsir f'limiti ta' żmien u ma sarx, l-impenji li kellhom isiru u ma sarux u l-investimenti li kellhom isiru u ma sarux.", "Mr Speaker, kif għidt 12-il sena ilu, nerġa' ngħidha llum: L-istorja tinten.", "Ma nistgħux nibqgħu sejrin hekk, aktar u aktar għax deċiżjoni bħal din li suppost qed jieħu l-Parlament illum kellha tiġi nkwadrata b'xi forma ta' pjan reġjonali għal Għawdex.", "Is-Segretarju Parlamentari Vassallo l-bieraħ żied mad-disgust tiegħi llejla meta qalilna li jekk is-suq ma jridx li aħna nidħlu fit-turiżmu f'Għawdex, nibnu l-appartamenti.", "Jiġifieri minflok naħdmu biex inżidu t-turisti għal Għawdex, ngħidu li daqshekk turisti għal Għawdex?!", "Dan huwa l-mod kif nagħmlu pjan reġjonali għal Għawdex?", "Dawn huma affarijiet inkredibbli.", "Dawn in-nies tilfu l-fiduċja fil-pajjiż u kulma jridu li jipprovaw jiggranfaw ma' ċerti oqsma li mingħalihom se jżommuhom fil-wiċċ bħalma huwa l-bini ta' appartamenti għall- barranin jew għall-Maltin.", "Dan huwa l-mod kif taħdem għal Għawdex?", "Din in-naħa tal-Kamra diġa' qalet li dan m'huwiex il-mod kif taħdem għal Għawdex għaliex aħna nemmnu li Għawdex għandu vokazzjoni turistiku u għandu jkollu pjan reġjonali li fih ikun hemm parti essenzjali għat- turiżmu.", "Dan l-aħħar ġie jarani imprenditur li kellu proġett għat-turiżmu f'Għawdex u staqsieni x'naħseb fuqu.", "Għidtlu li safejn għandi x'naqsam jien - imbagħad meta joħroġ il-proġett nikkonsulta mal-bqija - jista' jmexxi.", "Hekk għandhom ikunu l-affarijiet u mhux noqogħdu ngħidu hawn fil- Parlament li t-turiżmu f'Għawdex hu moxx u se jibqa' moxx.", "Hawnhekk m'aħniex qegħdin nitkellmu fuq il-ġbejniet!", "Irridu nimbottaw l- affarijiet sakemm jirrispettaw ċerti kriterji ambjentali, soċjali u ta' natura li jagħmlu sens għal pajjiżna.", "Apparti dan, il-proġett li għandna quddiemna qiegħed jagħti sinjal ikrah għat-turiżmu f'Għawdex, kif ta sinjal ikrah għat-turiżmu f'Għawdex is-sinjal aħmar għall-helicopter f'Għawdex.", "Allura biex nagħtu sussidji għal min isiefer u sussidji għal min ikun qed jagħmel ċerti maniġġi ma nsibux problema imma biex nagħtu sussidji għal helicopter fuq Għawdex - meta din hija anke kompatibbli mar-regoli ta' l-Unjoni Ewropea – insibu problema!", "Dawn lanqas setgħu jġibu l-iskuża li għaliex ninsabu membri fl-Unjoni Ewropea ma nistgħux nżommu sussidji fuq il- helicopter ta' Għawdex.", "Għalhekk jien ngħid li hemm xi ħaġa tinten.", "Jien smajt il-preżentazzjoni tal-Ministru Gatt u fhimt li l-istrateġija u t- tattika politika hija li jippreżentaw kollox bħala lapazzar.", "Kellna proġett, dan il-proġett falla u issa rridu naraw kif nilqgħu għal din il- problema.", "B'dan il-mod se nħarsu lejn il-problema?", "Qisna għandna l- kumpannija ta' Gasan u parti minnha għandha l-problema u rridu naraw kif se nillapazzaw?", "B'dan il-mod għandna nħarsu lejha?!", "Bir-rispett kollu, dan il-forti huwa patrimonju kbir nazzjonali u 12-il sena ilu, il-gvern, b'riżoluzzjoni tal-Parlament qabad u ta b'termini li kienu tal-mistħija lil xi ħadd jismu Roberto Memmo.", "Il-gvern ta wkoll lil dan Roberto Memmo claim fuq dak il-patrimonju mingħajr ebda miżura!", "Għalhekk ħaġa bħal din żgur li ma tistax titqies bħala business as usual għax ma kenitx!", "Imbagħad il-gvern ingarża ma' Memmo għaliex dan m'għamel l-ebda xogħol li kien miftiehem.", "U jien bqajt imbellah meta smajt lill- Ministru Gatt jgħid li qatt ma ltaqa' ma' dan il-bniedem u lanqas biss jaf min huwa!", "Dan Roberto Memmo kellu lil xi ħadd jirrapreżentah u għalhekk il- Ministru Gatt ma kienx jaf min hu!", "F'daqqa waħda qisna qed naħdmu mal- mafja!", "U nistaqsi jekk konniex qed ninnegozzjaw mal-mafja?", "Imma meta dan ma wasalx sabiex ilesti x-xogħol, nibqgħu nittrattaw qisu business as usual?!", "Mr Speaker, kien hemm modi oħra ta' kif stajna niffaċċjaw din il-ħaġa iżda żgur ma kenitx bil-mod kif iffaċċjaha l-gvern.", "Il-gvern qal li kien business as usual u ħoloq struttura ta' arranġament u ta' strateġija ħalli mbagħad jiffaċċja persuna waħda u qal lil dawk kollha involuti li għandhom jiddeċiedu bejniethom ħalli jaslu.", "B'dan il-mod kellha ssir il-biċċa tax- xogħol?!", "Ħalli nipprovaw nifhmu x'intqal.", "Bħala gvern l-ewwel qal li dan kien proġett kbir u għaddieh b'riżoluzzjoni fil-Parlament u issa li waqa' żorba - kif konna għidna aħna ta' l-oppożizzjoni - il-gvern qiegħed jgħid li l-problema trid tiġi tackled billi dawk kollha nvoluti - barra l- gvern - jiftiehmu bejniethom ħalli mbagħad il-gvern jiddilja ma' persuna waħda!", "Dan meta nafu li dan Memmo huwa persuna li l-ministru, skond kliemu stess, qatt ma ltaqa' miegħu!", "Tista' tifhem xi tfisser din il-ħaġa?", "Jien nista' nifhimha.", "Din tfisser li l-influwenzi, in-nies li ilhom iġebbdu l- ħabel u l-ispag, speċjalment xi ħadd li jkun fiċ-ċentru ta' l-għanqbuta, trid tagħtih is-saħħa mill-ġdid sabiex ikompli jiġbed il-ħbula, idawwar l- affarijiet u jkompli jbażwar!", "Il-karti li għaddielna l-ministru jillustraw dan it-tbażwir li sar u l-ministru stess qalilna fuq min daħal u min ħareġ minn dan il-kuntratt!", "Għaliex il-gvern m'avviċinax lill- oppożizzjoni biex flimkien insolvu din il-problema nazzjonali?", "Kulħadd jaf li dan il-forti huwa patrimonju nazzjonali u ta' siewi kbir għal pajjiżna!", "Il-gvern irid jammetti li daħal ġo sqaq u jrid jara kif se joħroġ minnu.", "Din il-problema stajna nsolvuha b'riżoluzzjoni oħra?!", "Il-qrati Ewropej kienu jagħtuna mija fil-mija dritt fuq din il-ħaġa u naf x'qiegħed ngħid għaliex staqsejt.", "Għalfejn m'għamilx hekk il-gvern?", "M'għamilx hekk il- gvern għaliex forsi kellu xi ideat oħra.", "Mid-dokumenti li tana l-ministru l-bieraħ irrealizzajt min kien il-perċimess f'din il-ħaġa kollha u din il- persuna kienet ċertu Pawlu Abela.", "Malli rajt dak l-isem għidt li dan id- deal huwa żibel!", "U se ngħid għaliex.", "Fl-1996, ġimgħa wara li dħalna fil- gvern ġew jippreżentawli l-ftehim li sar fuq il-vapuri tal-Gozo Channel, liema ftehim kien ftehim taż-żibel!", "Qed nagħmilha bl-aktar mod ċar li dak kien ftehim tal-misħtija – u dan kulħadd jafu - li sallab lil Għawdex u lill-Gozo Channel!", "Wieħed mill-akbar dispjaċiri li għandi huwa li bejn l- 1996 u l-1998 ma kellniex ċans nagħrfu eżattament fejn saru n-negozjati u l-konklużjonijiet tal-ftehim tal-vapuri tal-Gozo Channel tlett ijiem qabel l-elezzjoni ta' l-1996!", "U l-perċimess ta' dan kollu kien Pawlu Abela!", "Għalhekk nappella lill-gvern biex ma joqgħodx iġibli ftehim li jkun brokered minn Pawlu Abela għaliex jien l-ewwel wieħed li ma nafdahx!", "M'għandi l-ebda fiduċja f'din il-persuna u dan qed ngħidu bil-provi!", "Ma nistgħux nibqgħu nsallbu lil Għawdex bil-mod ta' kif qed insallbuh!", "Meta tippreżentalna ftehim bħal dan għal dak li għandu x'jaqsam ma' Forti Chambray, ċertament li min se jasal hemmhekk l-ewwel darba se jgħid li dan huwa proġett li għandu jmexxi 'l quddiem il-potenzjal turistiku ta' Għawdex.", "Iżda meta mbagħad naslu għal proġett bħal dan, li jara kif jinnaviga bejn l-interessi kollha u jgħaddi l-id lil xi ħadd li se jwassal sabiex dan il-proġett ma jkollux rendiment turistiku, allura ngħid li qegħdin nittradixxu lil pajjiżna!", "Mr Speaker, ngħaddi issa biex insemmi tliet oġġezzjonijiet fundamentali għal dan il-kuntratt li lili jixxokkjawni.", "Nista' noqgħod nagħmel song and dance fuq dak li ġara fl-imgħoddi, pero' m'iniex se nagħmel hekk.", "Se nitkellem fuq il-kuntratt li għandna quddiemna llum.", "L-ewwel aspett għandu x'jaqsam mal-kirjiet u mar-rati li għaddejjin fuq din l-art.", "Hawnhekk qisna qegħdin f'sitwazzjoni fejn prime site tal-pajjiż qegħdin ngħadduha għal skop ta' housing estate soċjali.", "B'daqshekk ma fiha xejn ħażin u li kieku kien hekk kont nagħti l-prosit tiegħi lill-gvern iżda din se tkun housing estate soċjali għas-sinjuruni!", "Jiġifieri min-naħa għandna l-gvern li qed jgħidilna li daqshekk prezzijiet soċjali u mbagħad għall-kbarat u għas-sinjuruni qed jiftħilhom fuq l-aktar qasam li jiswa flus f'Għawdex!", "Imbagħad sabiex mingħalina ngħattu dak li sar fl-imgħoddi - bilfors li din hi l-istorja jew għallinqas parti minnha għaliex naħseb li hemm maniġġi oħra għaddejjin – xi ħadd bħal Roberto Memmo jingħata Lm2 miljuni.", "In-naħa tal-gvern forsi issa jgħiduli li dak kien ftehim privat.", "Pero' ma jistax ikun ftehim privat jekk kien il-gvern stess li rranġa s-sistema b'tali mod li l-privat l-ewwel jiftiehmu bejniethom u mbagħad wara jiftiehmu mal- gvern!", "Is-somma ta' Lm2 miljun li ħa Memmo huma flus li ħa mingħand il- poplu Malti!", "Għaffiġna lill-privat Għawdxi u lill-privat Malti u għamilnieh b'ċerta qafas li jkollu jasal li jagħtih Lm2 miljun, biex imbagħad jinnegozja mal-gvern.", "Dik kellha tkun il-biċċa tax-xogħol?", "It-tieni pass kien li l-Forti Chambray jingħata bi prezz ta' social housing, liema social housing mhux se jgawdu minnhom dawk li għandhom bżonnu iżda se jgawdu minnu s-sinjuruni.", "Fil-fehma tiegħi, din ma tagħmilx sens, aktar u aktar meta fl-istess nifs qed inħassru mil-lavagna l- idea li f'Chambray għandu jkun hemm lukanda.", "Il-lukanda li kellha tinbena dak iż-żmien kellha tkun four-star iżda jien ngħid li għandha tkun five- star.", "Mr Speaker, skond il-kelliema min-naħa tal-gvern din il-ħaġa tagħmel sens għaliex Għawdex m'għadux turistiku daqs qabel u t-turisti minn Għawdex qed jonqsu.", "Fil-fatt tneħħa wkoll is-servizz tal-helicopter.", "Din x'mentalita' hi?", "X'viżjoni hi għall-futur?", "Mr Speaker, 12-il sena ilu kienu jiġġustifikaw dak kollu li kienu qed jagħmlu f'Chambray u kienu jgħidulna li dan qed jagħmluh għax iridu jdaħħlu t-turiżmu u s-super yachts.", "Kellha tiġi wkoll persuna ċelebri sabiex tiftaħ Chambray dak iż-żmien.", "Għalhekk il-fatt li issa qed niskartaw il-bini tal-lukanda għalija ma jagħmilx sens.", "It-tielet punt huwa dwar il-misteru sħiħ fuq dak li tħalla ġewwa u dak li tħalla barra mill-proġett li għandna llum.", "Per eżempju, għaliex dar it- tabib ġiet skartata mill-proġett?", "Għalfejn ġiet skartata mill-mod ta' kif ġie artikolat dan il-proġett?", "Mr Speaker, għalhekk nemmen li tkun xi ħaġa tajba li nerġgħu nirrepetu d- diżapprovazzjoni totali tagħna ma' dak li jinsab għaddej f'dan il-proġett u dan se nagħmluh mingħajr ebda riflessjoni personali fuq Dr. Michael Caruana li għandu rispett kbir f'Għawdex.", "Aħna min-naħa ta' l-oppożizzjoni se nivvotaw kontra u nhar il-Ħadd filgħodu se mmur personalment waħdi hemmhekk u se nagħmel ġerba quddiem Chambray.", "Nhar it-Tlieta se nagħmlu wkoll manifestazzjoni żgħira fuq il-post sabiex b'mod prattiku nuru li ma naqblux ma' dawn l-affarijiet li qed isiru.", "Pero' aktar minn hekk, għalkemm illejla se nkunu qed nivvotaw kontra, xorta se nżommu għajnejna miftuħa fuq dan il-proġett u xorta waħda nistieden lill- gvern sabiex f'dan l-aħħar stadju jerġa' jirrikonsidra dan il-kuntratt.", "Aħna lesti li mal-gvern naqblu fuq way forward li jingħata kumpens lil dawk kollha li b'xi mod jew ieħor kienu nvoluti b'mod leġittimu f'din l- affari u nerġgħu nibdew mill-bidu b'mod ta' kunsens.", "Pero' ma jistax ikun li mbagħad meta nagħmlu l-proposti tagħna toqogħdu tiżżebilħu bina!", "Qed nagħmlulkom il-proposta ħalli fuq din il-ħaġa naslu sabiex niftiehmu flimkien ħalli nimxu 'l quddiem u dak li sar nistanawh fl-interess nazzjonali!", "Dan nagħmluh mingħajr ma jkun hemm dannu għal min b'mod ġenwin ħadem u pprovda sabiex nimxu 'l quddiem.", "Hemm bżonn li nagħmlu proġett li jkun jixraq lil Għawdex għaliex ma jistax ikun li lil din il-gżira nibqgħu nillipazzawha b'dan il-mod!", "Mr Speaker, din l-offerta se tkun l-aħħar intervent u għalhekk nappella lill-gvern sabiex inwaqqfu d-dibattitu issa u naraw x'nistgħu nagħmlu ħalli naslu għall-formula li tkun waħda sana, kemm kummerċjalment, politikament u kif ukoll fl-interess nazzjonali ħalli b'hekk inkunu nistgħu nimxu 'l quddiem minn hemm.", "Aħna lesti li naqblu fuq ħaġa bħal din!", "Jekk ma naqblux, għandkom il-proposta lesta u tistgħu taqbdu u tmexxu!", "Pero' rridu niftakru li lil Għawdex ma nistgħux inkomplu noħonquh jew noħolqu xi dump ieħor!", "Ma nistgħux inħallu li f'Chambray noħolqu xi Busietta Gardens ieħor!", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Charles Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Mr Speaker, meta konna qed nitkellmu fuq ix- xoljiment ta' l-enfitewsi kont għamilt riferenzi għal dokument li kien hemm fil-kuntratt oriġinali fejn jgħid li fit-trasferimenti mill-kumpannija lis- subenfitewsi kien hemm wavers ta' dawk il-kondizzjonijiet.", "Dan id-dokument m'huwiex qiegħed fuq il-mejda tal-Kamra u għalhekk qed nitlob lill-ministru sabiex inkun nista' narah ftit u forsi jkollna kopja tiegħu.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Austin Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Niddubita jekk dak id-dokument tpoġġix fuq il-mejda tal-Kamra fis-sens li l-kuntratt oriġinali bejn il-lands department u Fort Chambray sussegwentement fl-1995 sar sub-ċens bejn Fort Chambray, Fort Development u Fort Resort Hotel.", "Naħseb li fir-realta' dak ma tpoġġa qatt fuq il-mejda tal-Kamra u kien hemmhekk li sar il-waver fil-kuntratt ta' Novembru, 1995.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Charles Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Allura kelli raġun meta l-aħħar darba għidt li kellna kuntratt li għadda b'Att tal-parlament, imbagħad dak il-kuntratt inbidel.", "MR SPEAKER: Il-Ministru Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ġejt informat li fil-kuntratt oriġinali ta' l-1992 li tpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra nsibu annex E u f'dan l-annex hemm il- permess li meta jsir sub-ċens tista' ssir ir-rinunzja.", "Dan ġibtu mil-lands department.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Qiegħed nipprova nfittex dan l-annex iżda ma nistax insibu.", "Mr Speaker, fih hemm punt legalistiku li huwa importanti ħafna!", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jekk l-Onor.", "Mangion jaqbad l-oriġinal li hemm fuq il-mejda tal-Kamra jkun jista' jsibu minn hemm.", "Jien għandi kopja mil- lands department u għalhekk qiegħed ngħid hekk.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Quddiemi għandi l-oriġinal li huwa attached fid- dokumenti u dort l-artikoli kollha ta' fejn tidħol id-dissolution iżda li sibt kien bil-maqlub ta' dak li qed ngħidu.", "Għalhekk qiegħed inqanqal dan il-punt!", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jekk tista' tara document M, article 10, sub-clause (5) għandek issib hekk:", "\"Such deal shall contain a clause in the form of document M\".", "Jiġifier f'document M jibda annex E.", "ONOR.", "CHARLES MANGION : Fl-iscript li tawni mill-Parlament għandi li article 10 jibda b'dissolution of emphyteutical grant by the company u mhux by the grantor!", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Issa jekk taqra sub-article 5 issib:", "\"It is agreed that upon the alienation of any residential unit the grantor shall...''", "Imbagħad xi sitt linji minn isfel hemm rifirenza għal document M li huwa d- dokument li qed nitkellmu fuqu.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Mill-kotba tal-Parlament jien qed naqra hekk:", "\"It is accredited that if the breach is remedial by action on the part of the grantor than the right of dissolution ....\"", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Allura m'aħniex qed naqblu.", "Naħseb li għandna dokumenti differenti.", "MR SPEAKER: Nitlob lill-iskrivan tal-Kamra sabiex jara jekk jistax iġib kopja ta' dan id-dokument ħalli nkomplu għaddejjin bid-dibattitu.", "Insejjaħ lill-Ministru Gatt sabiex jagħmel il-winding up.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Speaker, ħadt gost nisma' lill-Kap ta' l- Oppożizzjoni għal raġuni waħda.", "Wara żewġ seduti sħaħ dedikati lill- oppożizzjoni, ħareġ suġġeriment wieħed li tista' taqbel miegħu u tista' ma taqbilx, iżda almenu ħareġ b'suġġeriment għaliex kulħadd iħares lejn il- problema mingħajr ma jipprova joħroġ b'xi suġġeriment.", "Min-naħa l-oħra nistgħaġeb kif il-Kap ta' l-Oppożizzjoni ħareġ b'dan is-suġġeriment illum għaliex l-Onor.", "Sant iltaqa' ma' Dr. Michael Caruana xhur twal ilu!", "L-ewwel darba li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni ltaqa' ma' Dr. Michael Caruana kien biex jgħidlu prosit u kemm ħa gost li se jieħu over hu.", "It-tieni darba li ltaqa' miegħu kien sabiex jieħu kopja tal-heads of agreement, liema heads of agreement kienu ilhom għand il-partit Laburista x-xhur twal u kellhom ċans li juru d-diżaprovazzjoni tagħhom li kieku sabu xi diffikulta' - dan il-kuntratt jirrifletti totalment il-heads of agreement – fuqhom!", "U minn fuq se jivvotaw kontra u se jipprotestaw fuq il-proġett se jieħu Dr. Michael Caruana.", "Din sabiħa wkoll!", "Kieku kellhom din l-ansjeta' kollha, kont nistenna li xi ħadd jiġi jgħidilna!", "Inkella jekk ma redux ikellmu lili, kienu jsibu lil Dr. Caruana u jgħidulu li huma raw il-heads of agreement u ma jidhrilhomx li huma tajbin u jitolbuh jekk jistax ikellem lill-gvern biex jagħmel abbokkament magħhom.", "Aħna kemm-il darba għamilna abbokkamenti sabiex nitolbu l- koperazzjoni ta' l-oppożizzjoni iżda dejjem tirrifjuta Sal-bieraħt lura stess għamilnieh fuq kumitat sabiex jagħmel il-hedging fuq iż-żejt u reġgħu qalulna le!", "THE DEPUTY SPEAKER : Ippermettili, Ministru.", "Insejjaħ lill-Onor.", "Charles Mangion fuq point of order.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: L-ewwelnett irrid nagħmilha ċara li fuq il-hedging l-oppożizzjoni ma qaltlux le.", "It-tieni nett l-Onor.", "Alfred Sant mhux qiegħed hawn sabiex ikun jista' jirrispondik.", "Jiena ma nistax nikkonferma dak li qal l-Onor.", "Sant tête á tête ma' Dr. Caruana pero' ma naħsibx li t- teżi ta' dan il-Parlament huwa li noqogħdu ngħidu x'qalet dik il-persuna meta ltaqgħet ma' xi ħadd.", "Jekk se noqogħdu nsemmu ma' min iltaqa' u fejn iltaqgħu, allura nibdew insemmu aħna wkoll min iltaqa' ma' min u fejn iltaqgħu !", "THE DEPUTY SPEAKER : Naħseb li l-punt tiegħek għamiltu.", "Jista' jkompli l-Ministru Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Sur President, ma kelli l-ebda diffikulta' li waqt il- jumejn li kienu ddedikati lill-oppożizzjoni jsemmu lil min iridu!", "Naħseb li ħadd ma żammhom milli jagħmlu dan, anzi li kieku deherilhom li kien relevanti kien messhom semmewhom.", "Jien ma kien ikolli l-ebda diffikulta' ta' xejn!", "Pero' issa fadalli 40 minuta għad-dispożizzjoni tiegħi u nispera li nkun nista' nkompli bid-diskors.", "F'dawn il-jumejn ma nterrompejt lil ħadd ħlief lill-Onor.", "Buontempo għaliex ma kienx sema' d-debate!", "Għalhekk nispera li jħalluni nitkellem.", "Waqt id-diskors tiegħi m'hu se noqgħod inħares lejn ħadd ħalli żgur ma nipprovoka lil ħadd!", "(Interruzzjonijiet)", "Jien għoġbitni wkoll it-teorija li ħarġu biha fejn qalu li dak kollu li ntqal hawnhekk m'huwiex dirett lejn Dr. Michael Caruana iżda huwa dirett lejn il-gvern biss.", "Dr. Michael Caruana huwa estraneu għal kollox f'din il- ħaġa u għandu r-rispett ta' kulħadd.", "Huwa tajjeb li jkollu r-rispett ta' kulħadd għaliex huwa raġel fuq l-irġiel u huwa bniedem serju.", "U f'din il- ħaġa m'għandu x'jaqsam xejn!", "Jiġifieri meta l-Kap ta' l-Oppożizzjoni jgħid li dan huwa kuntratt disgustanti, m'huwiex qed jgħid għal Dr. Caruana li pparteċipa f'dan il-kuntratt imma qed jgħid għalina biss!", "Li Dr. Caruana ffirma l-heads of agreements u li se jiffirma l-kuntratt, m'huwiex disgustanti!", "Li dan il-kuntratt jittradixxi lill-Għawdxin, jagħmel lilna tradituri ta' l-Għawdxin iżda ma jagħmilx lil Dr. Caruana traditur ta' l- Għawdxin!", "Skond l-oppożizzjoni huwa l-gvern l-ispekulatur u mhux Dr. Caruana li se jispekula fuq l-art!", "Din id-dikotomija fil-ħsieb fejn jipprovaw iżommu ħbieb ma' Dr. Caruana u jitkażaw bil-gvern ma nistax nifhimha!", "Jien naf li Dr. Caruana kien daqsxejn irrabjat l-ewwel ġurnata x'ħin beda jisma' minn fuq ir-radju dak li kien qiegħed jingħad.", "Iżda apparti minn dan, ma nistax nifhem b'liema loġika ħarġu biha meta l- oppożizzzjoni bdiet tgħid li l-kuntratt u Dr. Caruana m'għandhomx x'jaqsmu!", "Sur President, ħadt gost ukoll nisma' t-teorija ġdida tal-Kap ta' l- Oppożizzjoni, fejn qalilna li Pawlu Abela kien il-bniedem li ċaqlaq il- pupazzi.", "Nispera li din jerġa' jirrepetiha barra minn din il-Kamra u mhux jgħidha biss hawn ġew!", "Lili għaġġibni l-fatt li s-Sur Pawlu Abela ilu shareholder fil-Forti Development Limited minn Novembru tas-sena 1995!", "Allura fis-sentejn li Dr. Alfred Sant kien Prim Ministru, x'għamel sabiex jaqla 'l barra minn Chambray lil Pawlu Abela?", "X'għamel sabiex jaqla' lid- developers l-oħra Maltin?", "Ħalli għalissa ninsew lil Memmo u ngħidu li lil Memmo ma seta' jagħmillu xejn għaliex fl-aħħar mill-aħħar ir- responsabilita' kienet tal-Maltin u mhux ta' Memmo.", "Din hija l-verita' kollha u nispera li xi ħadd mill-avukati spjegahielu sew lill-Onor.", "Alfred Sant!", "Is-sub-ċens kien f'idejn il-Maltin u s-Sur Pawlu Abela kien hemmhekk kemm minn qabel sar Prim Ministru l-Onor.", "Sant u kif ukoll wara li spiċċa minn Prim Ministru!", "U f'dawk is-sentejn li għamel bħala Prim Ministru, Pawlu Abela kien shareholder fil-Forti Development Limited ukoll.", "L-unika ħaġa li għamel Dr. Sant f'dawk is-sentejn kien li qabbad lil Dr. Edgar Mizzi - Alla jaħfirlu - sabiex jagħmel rapport.", "Dan għamel ir-rapport mill-aspett politiku mingħajr ma ta kas ta' l-aspetti legali u llum l-Kap ta' l- Oppożizzjoni tana s-soluzzjoni fantastika legali!", "Qalilna li messna ġejna hawnhekk u għamilna riżoluzzjoni!", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni qagħad attent ħafna li ma jsemmix dik il-kelma, pero' qalilna nagħmlu riżoluzzjoni sabiex nesproprijaw kollox!", "Jekk nagħmlu hekk inkunu qed nagħtu sinjal qawwi lill-Maltin, lill-Ewropa u lill-investituri li meta jogħġobna aħna niġu fil-Parlament u nesproprijaw kollox!", "Ħareġ bit-teorija, li ma nafx minn fejn ġabha, fejn qalilna li l- qorti Ewropea kienet se tgħidilna li għamilna sewwa.", "U hawnhekk nixtieq nistaqsih jekk għandux parir legali fuq din il-ħaġa!", "Imbagħad qalilna li lil min ħadem veru nikkumpensawh!", "Issa nistgħu nimmaġinaw kemm bil-liabilities li kien hemm f'dan il-proġett, bil-paid-up shareholdings u bil-loans li kienu javviċinaw is-somma ta' Lm10 miljun kemm stajna nagħmlu hekk!", "Skond il-Kap ta' l-Oppożizzjoni rridu niddistingwu bejn min ħadem verament u allura ħaqqu xi ħaġa u bejn min ma ħadimx u allura jkollu jibqa' b'xejn!", "Din hija s-soluzzjoni sabiħa tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni!", "Niġu hawnhekk, nesproprijaw kollox u nerġgħu nibdew kollox mill-bidu.", "B'dan il-mod nkunu qed nagħtu r-reputazzjoni li f'pajjiżna jekk ma jogħġobniex xi ħaġa fl-investituri li jiġu Malta, naqbdu niġu fil-Parlament u nesproprijaw kollox daqslikieku ma jimpurtaniex mill- investimenti u mill-karti li jkunu ġew iffirmati!", "Is-soluzzjoni tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni hija li niġu hawnhekk u nesproprijaw!", "(Interruzzjonijiet) Ara f'liema sitwazzjoni wasalna llum!", "Jien għamilt jumejn nistenna bil-paċenzja sabiex inkun nista' nirrispondi.", "Imbagħad qalulna li se jivvotaw kontra dan il-proġett u mhux kontra Dr. Caruana.", "Lil Dr. Caruana jriduh jagħmel il-proġett iżda se jivvotaw kontra ħalli l-proġett ma jsirx!", "Din hija kollha dikotomija!", "M'humiex se jivvotaw kontra Dr. Caruana u mhux se joqogħdu jiċċekkjaw fuqu!", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni tant għandu fiduċju f'Dr. Caruana u l-familja tiegħu li qalilna li se joqogħdu attenti ħafna ħalli ma jmurx jikser xi ħaġa ħalli jekk imbagħad tliet snin oħra jitilgħu fil-gvern huma u b'kumbinazzjoni ikun kiser difru ma' x'imkien malajr isibu tarfu!", "Imbagħad ma jibqax aktar rispett lejh u lejn il-familja tiegħu għaliex qal li se jagħmel il- monitoring tiegħu!", "Lejn l-aħħar tad-diskors tiegħu l-Kap ta' l-Oppożizzjoni bażikament għalaq b'żewġ oġġezzjonijiet fuq dan il-kuntratt - ftit kienu dawk li proprju daħlu fihom - u dawn kienu l-kondizzjoni tal-lukanda u li l-prezz huwa wieħed baxx.", "Ħalli nibda bil-kwestjoni tal-prezz.", "Il-prezz huwa kompost minn żewġ elementi li jiġbdu ma' xulxin.", "Dawn huma l-premium u ċ-ċens.", "Naħseb li hawn biżżejjed nies f'din il-Kamra li xi darba jew oħra nnegozjaw xi ħaġa.", "Nafu li hemm rabta intima bejn il-premium u ċ-ċens u hija xi ħaġa naturali li jekk trid tgħolli l-premium trid tbaxxi ċ-ċens u jekk trid tgħolli ċ-ċens trid tbaxxi l-premium!", "F'dan il-kuntratt hemm persentaġġ relattivament ordinarju iżda baxx ta ċens li huwa redimibbli u hemm premium ta' Lm1.5 miljun.", "L-argument huwa li Lm1.5 miljun huwa baxx.", "Saru ħafna allużjonijiet għaliex huwa baxx pero' huwa interessanti li ħadd ma qal li Lm1.2 miljun li se ddaħħal l-MGI mix-shares tagħha ta' 49% huma baxxi!", "Ma kienx hawn kumment wieħed fuq dan u allura jkun ġustifikat jekk ngħid li qed jaqblu li Lm1.2 miljun hija somma tajba pero' Lm1.5 miljun hija somma ħażina.", "(Interruzzjonijiet)", "Ħafna pprovaw jiżvijjaw l-argument billi qalu li messna xoljejna.", "Iżda jien diġa' spjegajt li kien impossibbli li dan nagħmluh.", "Fil-qorti kollox huwa possibbli pero' żgur għall-vantaġġ ta' Għawdex ma ridniex nipprovaw nidħlu l-qorti.", "Fuq dan aħna ħadna l-pariri kemm ta' l-avukat tagħna u kif ukoll ta' l-Attorney General u t-tnejn li huma qalulna li kienet se tkun kawża diffiċli ħafna.", "Għalhekk ma kienx jaqbel għal Għawdex li mmorru l- qorti u nipprovaw inxolju!", "Ma stajniex inxolju jekk ma nidħlux il-qorti u din il-ħaġa kienet se ddum bosta snin!", "Kien hemm min qalilna li messna ħriġna tender.", "Naħseb kulħadd jaf li ma stajniex noħorġu tender u kulħadd jaf li l-poter kien qiegħed f'idejn ix- shareholders li prinċiparjament kellhom is-sub-ċens u f'idejn ix- shareholder l-ieħor li kellu ċ-ċens.", "Allura jekk jiftehmu x-shareholders jistgħu jittrasferixxu lil min iridu, kif fil-fatt għamlu anke fi żmienhom!", "Meta kienu huma fil-gvern saru x-share transfers u ħadd ma żammhom għax ħadd ma seta' jżommhom legalment.", "Dik hija l-verita'.", "Allura l-unika triq kienet jew dik li semma l-Kap ta' l-Oppożizzjoni li niġu hawnhekk u nesproprijaw kollox jew inkella li nippruvaw insibu soluzzjoni li m'hijiex l-ideali – u m'għandi l-ebda dubju li m'hijiex l-ideali – pero' li tagħmel sens għal Għawdex, għall-proġett bid-diffikultajiet kollha u almenu nerġgħu nibdew u mhux inħallu site li ilha wieqfa sentejn wieqfa għal xi 15-il sena oħra.", "Dawn kienu l-parametri diffiċli tas-soluzzjoni li ridna nsibu.", "Hija soluzzjoni faċli ħafna li nesproprjaw.", "Pero' din x'kienet tfisser għar-reputazzjoni ta' pajjiżna?", "(Interruzzjonijiet) L-Onor.", "Mangion qed jerġa' jgħidli biex inxolji l-kuntratt.", "Il-pariri legali kollha ta' l- Attorney General u ta' Dr. Tonio Azzopardi li qegħdin bil-miktub huma kontra dak li qed jgħid l-Onor.", "Mangion.", "Ma poġġejthomx fuq il-mejda tal- Kamra għax il-kwestjoni qamet issa pero' nwiegħdek li fl-ewwel seduta li jkollna npoġġihom.", "Anke kieku kellna l-parir legali li nxolju, l-Onor.", "Mangion jaf daqsi li kienet tkun għażla fejn nispiċċaw immorru l-qorti u ndumu xi għaxar snin il-qorti.", "It is a choice.", "Kienet tkun iktar faċli għalija u għall-gvern li nidħlu l-qorti għax ma jikkritikana ħadd, pero' ma konniex nagħmlu ġid lil Għawdex u kien hemm bżonn li nsibu soluzzjoni għal Għawdex.", "Hawnhekk kulħadd beda jitfa' l-prezzijiet.", "Jien nixtieq infakkar li hawnhekk mhux qed nitkellmu fuq xi proġett verġni imma qed nitkellmu fuq bejgħ ta' 236 unit bil-permess, nofshom mibnija, hotel li għad trid tinbena, commercial centre li se jsir u li għad irid jiġi restawrat u bl- obbligu tal-maintenance tas-swar u l-partijiet legali.", "Dan qed jinbiegħ u mhux qed tinbiegħ xi tomna art li tista' tagħmel li trid fuqha.", "Allura aħna nnegozjajna f'dawn iċ-ċirkostanzi diffiċli u qed inbigħu sit bil- permessi li jistgħu jinbnew biss - anzi għamilna l-obbligu fil-kuntratt biex żgur li ma jiżdiedx il-footprint - bir-riattivazzjoni ta' l-istess permessi li nħarġu fl-1993.", "Dawn il-permessi huma għal 236 units, l-area tal-hotel, il-commercial centre li huwa n-knights' barracks u bil- maintenance obligation tas-swar.", "Meta ġejna biex ninnegozjaw, f'liema ambitu nnegozjajna?", "Aħna nnegozjajna fl-ambitu kemm realistikament jista' joħroġ flus minn proġett bħal dan u jagħmel profitt ukoll l-iżviluppatur.", "Kulħadd ammetta li hekk għandu jkun.", "Ħalli nerġa' neħodkom ftit lura.", "Hawnhekk kulħadd qabel mal-valuation tax- shares ta' l-MGI – għax ħadd ma kkummenta - magħmula minn TBA Periti, Frank Salt u Perry Limited.", "Ma naħsibx li huma nies li ma jifhmux f'dan ix- xogħol.", "Saret aggregate valuation tax-shares u s-sales value li ħareġ ta' kull unit bil-garage huwa ta' Lm84,000.", "Issa jekk tawni valuation ħażina, huma tawhieli ħażina, pero' naħseb li qabbadt nies kompetenti u min tkellem u ma rax il-post, nitolbu biss jara r-ritratt li hemm f'\"The Malta Independent\" tal-lum biex ikun jaf fuqxiex qegħdin nitkellmu.", "Hawnhekk m'aħniex qegħdin nitkellmu fuq Ta' Ċenċ jew fuq xi vilel lussużi imma qed nitkellmu fuq 236 unit f'area żgħira.", "Jien l-ewwel wieħed li għidt li ma naqbilx fuq kif inbena.", "Issa 236 unit b'Lm84,000 jiġu Lm19.8 miljun.", "Jien għandi s-sanction letter tal-BOV.", "(Interruzzjonijiet) Dar it-Tabib ġiet restawrata mill-MDC fl-1991 u konvertita f'erba' appartamenti.", "Fil- fatt din id-dar ma baqa' xejn storiku fiha.", "(Interruzzjonijiet) Jien se nikkwota mis-sanction letter tal-BOV mogħtija lil Dr. Caruana biex naraw kemm se jagħmel flus minnha.", "L-Onor.", "Buontempo qed jgħid li se jagħmel Lm19 miljun.", "Kieku jagħmel Lm19 miljun ifalli!", "Bħala loan eżistenti li assuma Dr. Caruana u li ġiet drawn down għandna Lm7.1 miljun; bank fees diġa' ħallas Lm250,000 s'issa; loan biex jispiċċa l-construction tlaħħaq Lm3.5 miljun b'6.5% interessi li jrid iħallashom lura sa l-2008 u dan ifisser li għandu Lm2.5 miljun interessi.", "S'issa dawn joħorġu Lm13.9 miljun.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom, inżommu l-ordni.", "Il-ministru jindirizza lis- Sedja, jekk jogħġbu.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Il-gvern jieħu Lm3.7 miljun u skond intom Memmo jieħu Lm2 miljun.", "Jiġifieri l-proġett mingħajr il-hotel se jiġi Lm19.6 miljun.", "Issa baqagħlu l-hotel.", "Allura l-make or break fuq dan il-proġett hija l- hotel.", "Issa jiena ma nafx kif kulħadd iffissa li l-hotel m'hijiex se tinbena.", "Aħna tajna option lil Dr. Caruana li fi żmien sena jrid jiddeċiedi u mhux aħna u kien hu li talabna l-option għaliex qalilna li jew nagħtuh din l-option jew ma jasalx.", "Issa ma rridux ninsew li l-MEPA m'għandha l-ebda obbligu li taċċetta kull proġett differenti u tista' tgħidlu li jekk ma jridx jibni l-hotel ma joħorġu l-ebda permessi u l-art tibqa' verġni.", "Din hija l-pożizzjoni.", "Mr Speaker, nixtieq ngħid xi ħaġa dwar il-hotel.", "Ħalli ngħidu li ma jibnix il-hotel.", "Bl-isquare metres tal-gabubi li hemm mibnija llum, joħroġ 40 unit ieħor bil-prezz ta' Lm84,000 - li nassumi li qbiltu miegħu la ħadd ma kkritikah – li jiġu Lm3,360,000.", "(Interruzzjonijiet) Dan il-prezz ġie ffissat mill-konsulenti tiegħi li kienu Perry Ltd., Frank Salt Ltd. u TBA periti.", "Jien naf li l-valuation tiegħu hija iżgħar pero' n-nies li qabbadna u ħallasna aħna tawna valuation ta' Lm84,000.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Nitlob li l-interruzzjonijiet jieqfu u nitlob lill-ministru biex jindirizza lis-Sedja.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ħalli ngħidu li biex jibni 40 unit jonfoq Lm0.5 miljun, Lm12,000 kull unit.", "(Interruzzjonijiet) Mhux qed nagħtih wisq, dawn iħallulu profitt ta' Lm2,600,000 u wara li jnaqqas il-capital gains tax ta' Lm920,000, jibqagħlu Lm1.6 miljun.", "Dan huwa return ta' 6% li huwa r-return normali f'dawn it-tip ta' proġetti.", "Issa hawnhekk qed nassumu li kollox se jmurlu pinġut.", "Mr Speaker, irrid nirrimarka li dan il-proġett ilu wieqaf sentejn u għalkemm marru jarawh is-SolMeliaKIV ???, id-Deutschebank u diversi żviluppaturi Maltin, ħadd ma kellu l-gazz bħal Dr. Michael Caruana li jidħol għalih!", "Għaliex ma ħatfuhx il-Maltin meta anke fuq biċċa kantuniera jiġġieldu biex jiżviluppawha?", "(Interruzzjonijiet) Possibbli li ħadd ma jaf li Pawlu Abela, Joe Fenech, Alex Grech daru Malta kollha ....(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Onor. Ministru, indirizza lis-Sedja.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Għaliex ħadd ma daħal għalih?", "Għaliex fl-aħħar sibna lil Michael Caruana li ried jieħu r-riskju.", "Din hi l-verita`.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Charles Mangion, on a point of order.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Fl-ewwel diskors intqal li l-planning authority waqfet dan il-proġett xi sentejn ilu.", "Intqal ukoll li l-finanzi kienu spiċċaw għax lanqas kien hemm biex jitħallsu l-Lm100,000 li talbet il- planning authority.", "Issa jien irrid nuri li f'Marzu 2002 unutilized bank facilities approvati kien hemm Lm2.384 miljun.", "Allura finanzi kien hemm u kienet xi ħaġa oħra li waqfet il-proġett.", "Jekk irid nista' npoġġiha fuq il- mejda tal-Kamra.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ministru jista' jkompli bl-intervent tiegħu.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jien nieħu gost li żvela dan id-diskors fuq l- unutilized bank facilities pero` dan ma jfissirx li tista' tużahom għaliex huwa l-bank li jrid iħallik tużahom.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Onor. Mangion, jekk jogħġbok, issa l-ministru għandu l- winding up u m'hemmx aktar interruzzjonijiet.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Speaker, Malta żgħira u n-nies magħrufa u x- shareholders li kellhom is-subċens kienu ċ-ċavetta ta' kollox u kellhom l- obbligu li jkomplu bil-proġett.", "Pero' dawn kienu waqfu mill-proġett mhux fl-2002 meta ħarġu l-istop notices imma waqfu fis-sena 2000 għax mis-sena 2000 'l hawn kulma kien isir ċekċik 'l hawn u 'l hemm biex jibqgħu għaddejjin il-permessi.", "Dawn għamlu erba' snin iduru Malta u barra minn Malta jipprovaw ibigħu dan il-proġett bħala proġett li min kien se jieħdu kien se jagħmel il-miljuni kbar ta' liri, pero` kull min ġie jistaqsi u mar il-bank u sab Lm7 miljun drawn down, sab li kuljum hemm għaddejjin Lm1,600 interessi u li hemm problemi legali u tekniċi, qata' qalbu.", "Issa Dr. Michael Caruana, li n-naħa l-oħra ddefinietu bħala traditur tal-poplu Għawdxi u qalet li huwa disgustanti li qed jidħol f'kuntratt mal-gvern, kellu l-kuraġġ li jidħol għal dan il-proġett b'6% jew 7% return.", "Il-fatt li n-naħa l-oħra se tivvota kontra jfisser li trid tara kif twaqqa' dan l- investiment.", "Pero` qabel ma niġi għal dan il-punt, nixtieq nitkellem ftit fuq it- turiżmu f'Għawdex.", "Issa jien m'iniex espert u l-unika ħaġa li nista' ngħid huwa li Għawdex nafu ħafna inqas mis-Sinjorija Tiegħek pero`, fl- opinjoni tiegħi, li tassumi li t-turiżmu f'Għawdex jikkonsisti fil-bini ta' hotel f'Chambray ma jsegwi xejn.", "Jien għalija t-turiżmu f'Għawdex irnexxielu jagħmel żewġ affarijiet li f'Malta l-ebda operatur turistiku ma rnexxielu jagħmel.", "Waħda minnhom hija l-internal tourism.", "It-turiżmu intern Malti huwa minimu ħafna u ftit huma dawk li joqogħdu Birżebbugia u jikru flat il-Mellieħa.", "Pero` f'Għawdex, l-internal market irnexxielu jagħmlu niċċa tiegħu.", "It-tieni niċċa hija l-farmhouse holidays.", "M'għandniex agro-turismo fis-sens Taljan pero` llum għandek madwar 800 farmhouse - ma naħsibx li huma liċenzjati kollha - li jservu dan is-suq li jimxi kemm bil-barranin u kif ukoll bil-Maltin.", "Dan huwa suq tajjeb ħafna anke f'sens ambjentali għaliex bis-saħħa ta' l-imprendituri Għawdxin, irnexxielu jirrestawra l-farmhouses antiki li kieku kważi spiċċaw.", "Għawdex biss għandu dan it-tip ta' suq.", "Allura tista' tgħid li t-turiżmu ta' Għawdex hu biss it-turiżmu tal-lukandi?", "L-Imġarr Hotel hu eżempju ċar ta' dan li qed ngħid.", "Qabel ma saret lukanda, l-Imġarr Hotel kienet blokk ta' flats u meta t-Tumas Group ddeċieda li jrid jespandi f'Għawdex, xtara dak il-blokk ta' flats u kkonvertieh f'hotel għax qal is-suq jiflaħ għal dan il- hotel.", "Meta issa ddeċieda li dak is-suq ma jifilħux, iddeċieda li japplika biex jerġa' jagħmlu appartamenti.", "Milli jidher it-teorija tan-naħa l-oħra hi li jekk ma nagħmlux hotel f'Għawdex, allura t-turiżmu jikkrolla.", "Jekk inhu hekk, għaliex ħadd ma mar jixtri l-Imġarr Hotel?", "X'argument hu li jien inġiegħel żviluppatur li bilfors irid jagħmel hotel?", "Ma nistgħux ngħidulu li jekk ma jibnix il-hotel, jista' jaqbad u jitlaq!", "(Interruzzjonijiet) Nistgħu ma naqblux.", "Dawn huma teoriji pero` r-realta` hi li l-Għawdxi jgħid li l-aħjar turist huwa l-Malti.", "M'hawn l-ebda deputat Għawdxi li jmerini fuq din.", "Meta Malti jitla' Għawdex għal weekend, ittella' Lm100 miegħu u jonfoqhom kollha.", "U riżultat ta' dan kibru l-grocers iż-żgħar, ir-restaurants u l-bars f'Għawdex.", "Il-value added tal-Maltin huwa ħafna aktar minn tat-turisti u dan huwa vantaġġ ieħor għal Għawdex.", "Min għandu residenza ma jitlax fix-xitwa daqskemm jitla' fis-sajf pero` jitla' weekends fix-xitwa.", "Li tispredja b'dak il- mod huwa aħjar għall-ekonomija Għawdxija.", "L-unika downturn possibbli –u fuq dan m'hemm l-ebda dubju - hi li m'għandekx impjiegi li tista' toffri hotel.", "Pero` issa rridu nżommu saqajna ma' l-art għaliex aħna nafu f'liema livell jinżlu l-impjiegi fil-hotels f'Għawdex fix-xitwa u nafu wkoll li min jimmaniġġja l-farmhouses u l-flats u min se jimmaniġġja Chambray, se jkollu jimpjega n-nies.", "Issa jekk jimpjegawhomx bil-ktieb jew bla ktieb jew jekk iħallsux il-VAT jew le wieħed irid jarahom dawn l-affarijiet.", "Pero` huwa possibbli li f'estate ta' 236 unit ma jiġux impjegati nies?", "Jekk naħsbu hekk, qed immorru żball direttament u indirettament għax anke biex jinżamm il-post biss se jiġu mpjegati n-nies.", "Għaliex irid ikun hemm hotel f'Chambray meta għandna hotel li qed tinbiegħ?", "Ir-realta` hi li hemm bed stock żejjed f'Għawdex u l-argument m'huwiex li nġibu aktar turisti biex jimlew dawn is-sodod.", "Allura biex hawn Malta nġibu aktar turisti nibnu xi 60 hotel oħra?", "L-MHRA ma tirraġunax b'dan il-mod u naħseb li din tifhem xi ħaġa fit-turiżmu.", "Fil-fatt l-MHRA tgħid li biex iżżomm il-prezzijiet raġjonevoli u biex l-operaturi jista' jkollhom return on investment, trid iżżomm bed stock raġjonevoli.", "Jista' jkun li ma taqblux miegħi pero` dawn huma r-realtajiet.", "Nerġa' ngħid li l-għażla fuq il-hotel hi ta' Dr. Michael Caruana li għandu esperjenza ta' hotel għax nafu wkoll li huwa investitur fil-Calypso Hotel.", "Dan m'huwiex xi miġnun li kapriċċjożament jiddeċiedi naħa jew oħra, speċjalment meta m'għandux garanzija li l- planning authority taċċettalu xi ħaġa differenti.", "Irridu nagħtu kredtu lil Dr. Michael Caruana għax dan huwa bniedem li ilu jaħdem fil-business u jaf jagħżel l-aħjar triq għalih u ma nkunux aħna ħafna avukati u tobba u professjonisti oħra li nagħtuh il-pariri tagħna fuq x'għandu jibni.", "Billi aħna tlajna fil-Parlament, ma jfissirx li għandna xi don mis-sema u nafu x'għandu jsir f'dan it-tip ta' sit.", "Mr Speaker, milli jidher hawnhekk kulħadd nesa l-kondizzjonijiet diversi ta' dan il-kuntratt għaliex lanqas biss saret riferenza għalihom.", "Waħda mill-kondizzjonijiet li għamilna issa hija l-kondizzjoni tad-dekadenza fejn qed nimponu limiti ta' żmien li fih dan għandu jibni u jekk ma jilħaqx dawk it-targets għandu multa ta' Lm100 kuljum u jista' jiddekadi miċ-ċens, jiġifieri nistgħu nħassru l-kuntratt.", "Kondizzjoni oħra li għamilna u li hija elenkata f'artiklu 6 tgħid li l-iżviluppatur ma jistax ibigħ ix-shares la fil-kumpanniji diretti ta' Chambray u lanqas f'FS Caruana sakemm ilestih, ħlief ovvjament causa mortis.", "Jiġifieri aħna nafu li se jibqa' sa l-aħħar u bilfors irid jikkompletah għax inkella għandu l-multi u għandu d-dekadenza.", "Kondizzjoni oħra fil-kuntratt tgħid li n-knights' barracks, il-bakery, il-polverista u l-fortifikazzjonijiet jiġu lura għand il-gvern meta jiskadi ċ-ċens u ma jistax jifdihom.", "Din hija kondizzjoni ħażina?", "Lanqas naħseb li hija ħażina l-kondizzjoni l-oħra li tgħid li hu responsabbli għall-management tal-parti antika u għall-maintenance tagħha.", "Irridu nżommu f'moħħna li m'hijiex ċajta li tidħol għall-obbligu ta' 88 sena li baqa' u żżomm il-maintenance tal-fortifikazzjonijiet fuqek u tiffinanzjahom mill-profitt li tagħmel minn dan il-proġett.", "Fil-fatt lanqas il-gvern m'hu kapaċi jidħol għaliha.", "Daħħalna wkoll klawsola - li niddubita kemm indunaw biha tan-naħa l-oħra ħlief għall-Onor.", "Buhagiar li għamel riferenza għaliha – li permezz tagħha ħriġna mill-problema tas- subsidence – li peress li jkun mibni fuq it-tafal jista' jkun li xi darba jikkrolla u jekk dan jiġri kieku kien ikun obbligu tal-gvern li jikkumpensa – u Dr. Caruana ħa fuqu l-maintenance tas-swar għal 88 sena u minn fuq lil dan ngħidulu li huwa spekulatur.", "Se jirrestawra n-knights' barracks, il- bakery ...", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Ippermettuli.", "Inżommu l-ordni.", "L-Onor.", "Anton Refalo, on a point of order.", "ONOR.", "ANTON REFALO: Mr Speaker, il-ministru qed jgħid li aħna għajjarna lis-Sur Caruana spekulatur u traditur meta dan m'hu veru xejn u inti kont hawn.", "Għalhekk nitlob lill-ministru biex jirtira dan il-kliem!", "MR SPEAKER: Dik hija kwestjoni ta' opinjoni.", "Il-ministru jista' jkompli u jikkonkludi bid-diskors tiegħu u jindirizza lis-Sedja.", "Ma rridx iktar interruzzjonijiet.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ovvjament l-Onor.", "Refalo ma jridx iħallini nitkellem għax hekk imdorri jagħmel il-qorti ta' Għawdex fejn jgħajjat biss u hawnhekk irid jgħajjat ukoll.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Charles Mangion, on a point of order.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Mr Speaker, irrid nagħmel point of order u qed nieħu r-responsabbilta` li jekk irid jieħu l-ħin wara, nagħtuhulu wkoll!", "MR SPEAKER: Le, il-ħinijiet huma fissi.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Il-ministru beda jgħid li din in-naħa għajjarna lis- Sur Caruana traditur u spekulatur (Interruzzjonijiet).", "Dan m'hu veru xejn u hu qed jgħid dan id-diskors.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Issa jista' jkompli l-Ministru u nitolbu jindirizza lis-Sedja.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Speaker, ħalli niċċara dan il-punt għall-Onor.", "Mangion u mhux għall-Onor.", "Refalo.", "Jien għidt li fid-diskors tagħhom intqal li dan huwa kuntratt disgustanti, dan huwa kuntratt ta' spekulazzjoni u dan huwa kuntratt li jittradixxi lil Għawdex.", "Għidt ukoll li fl-istess ħin l- oppożizzjoni qalet li ma kenitx qed tgħidhom għal Dr. Caruana pero` ma nistax nifhem dan l-argument.", "Din hija dikotomija.", "(Interruzzjonijiet) Jekk aħna għamilna kuntratt disgustanti, jekk aħna għamilna kuntratt ta' tradiment, jekk aħna għamilna kuntratt ta' spekulazzjoni, min qiegħed jiffirma n-naħa l-oħra, daqsna huwa spekulatur, traditur u disgustanti.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Lanqas dan ma jifhmu, Mr Speaker?", "Din kbira wisq !", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mangion, on a point of order.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Mr Speaker, il-ministru qed jikkonferma li minn din in-naħa, ħadd mill-kelliema ma għajjar lis-Sur Caruana traditur, spekulatur u dan il-ħafna kliem peġjorattivi.", "MR SPEAKER: Il-ministru jista' jkompli u nitlob għall-kalma fost il- membri tal-Kamra.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jiena nista' nikkonferma li l-kliem preċiż li qalet l- oppożizzjoni rrepetejthom u nterpretajthom jien pero` huma ma kellhomx il- kuraġġ - għax ma jridu jiġġieldu ma' ħadd - jgħidu direttament li Dr. Caruana huwa disgustanti, traditur u spekulatur pero` ma ġiethomx f'moħħhom, forsi għaliex m'humiex intelliġenti biżżejjed, li jekk aħna disgustanti, spekulaturi u tradituri, allura Dr. Caruana huwa hekk ukoll!", "(Interruzzjonijiet) Mr Speaker, jien nitolbok tirregola lill-Onor.", "Refalo li jaħseb li qiegħed fil-qorti ta' Għawdex fejn normalment iġib ruħu b'dan il-mod imma f'din il-Kamra ma jistax iġib ruħu hekk.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Speaker, se nikkonkludi malajr għax naħseb is- session tal-Milied waslet għall-aħħar u dħalna fl-ispirtu ġimgħa qabel.", "Nixtieq nagħlaq billi ngħid li fid-diffikultajiet kollha li kellu quddiemu dan il-gvern biex jerġa' jirrattiva dan il-kuntratt ħadna deċiżjonijiet li ma kenux faċli, ħadna deċiżjonijiet li stajna nevitawhom billi nkunu aktar legalistiċi, pero` ħadna deċiżjonjiet li nispera li jiswew mitqla deheb għal Għawdex u għall-Għawdxin.", "Grazzi ħafna.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Issa se nqiegħed il-mistoqsija fuq il-mozzjoni kif imressqa mill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l- Informazzjoni.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MR SPEAKER: Skond ftehim milħuq, is-seduta hija sospiża għal ħames minuti.", "Billi ntalbet votazzjoni s-seduta ġiet sospiża fid-9.00 p.m. u rriżumiet ħames minuti.", "MR SPEAKER: Se nerġa' npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hija l- mozzjoni kif imressqa mill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MR SPEAKER: Insejjaħ lill-Onor.", "Mario Galea biex, jekk jogħġbu, jinforma lill-Kamra dwar l-arranġament tal-pairing.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Ninforma lill-Kamra li għan-naħa tal-gvern se jiġu paired il-Prim Ministru, l-Onor.", "Michael Frendo, l-Onor.", "Jason Azzopardi, l- Onor. George Pullicino, l-Onor.", "Francis Zammit Dimech u l-Onor.", "Edwin Vassallo.", "MR SPEAKER: Insejjaħ lill-Onor.", "Joe Mizzi biex, jekk jogħġbu, jinforma lill-Kamra dwar l-arranġament tal-pairing.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Ninforma lill-Kamra li għan-naħa ta' l-oppożizzjoni se jiġu paired l-Onor.", "Chris Cardona, l-Onor.", "Alfred Sant, l-Onor.", "Joe Debono Grech, l-Onor.", "Gavin Gulia, l-Onor.", "Silvio Parnis u l-Onor.", "Joseph Sammut.", "VOTAZZJONI NRU.", "79 FAVUR: 28", "L-Onor.", "|Abela Anthony |Falzon Joseph | |Agius David |Fenech Antonio | |Agius Francis |Galea Censu | |Arrigo Robert |Galea Franco | |Asciak Michael |Galea Louis | |Azzopardi |Galea Mario | |Frederick | | |Borg Tonio |Gatt Austin | |Cassar Joseph |Gonzi Michael | |Cristina Dolores |Mifsud Bonnici | | |Antoine | |D'Amato Helen |Mifsud Bonnici | | |Carmelo | |Dalli John |Mugliett Jesmond| |de Marco Mario |Puli Clyde | |Debono Giovanna |Pullicino | | |Orlando Jeffrey | |Deguara Louis |Zammit Ninu |", "KONTRA: 22", "L-Onor. | | | |Abela Carmelo |Dalli Helena | |Abela Joseph |Farrugia Michael| |Agius Chris |Farrugia Noel | |Bartolo Evarist |Galdes Roderick | |Brincat Joseph |Herrera Jose' | |Brincat Leo |Mangion Charles | |Buhagiar Charles |Mizzi Joe | |Buontempo Stefan |Refalo Anton | |Caruana Justyne |Vassallo Adrian | |Coleiro Marie |Vella George | |Louise | | |Cuschieri Joseph |Vella Karmenu |", "Il-mozzjoni għaddiet.", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, nipproponi l-aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tnejn, 10 ta' Jannar 2005, fis-6.00 p.m. bl-aġenda li tiġi komunikata aktar tard.", "Nixtieq li qabel ma naġġornaw għar-recess tal-Milied, kif inhi t- tradizzjoni nirringrazzja lil kulmin għen biex nimxu b'ċerta serjeta` u nimxu 'l quddiem fix-xogħol tal-Kamra.", "Qed ngħid dan mhux biss għax hija t- tradizzjoni imma għaliex verament iż-żewġ naħat jemmnu f'dan.", "Dan huwa eżempju ta' Kamra tad-Deputati li jaħdem bi staff relattivament żgħir imma li jaħdem b'mod effiċjenti ħafna.", "Aħna mhux se nirringrazzjaw lilna nfusna, imma nirringrazzjaw lil dawk in-nies li jaqduna u jservuna f'dan il- Parlament.", "Il-lista hija twila imma jien nixtieq insemmi partikolarment lill-Iskrivan tal-Kamra u lill-istaff tiegħek, Mr Speaker, li minnhom dejjem sibna assistenza li tmur oltre l-call of duty.", "Meta titlob xi ħaġa mhux tasal tlett ijiem wara imma tasal dakinhar stess u naħseb li dan huwa eżempju ta' kif Parlament relattivament żgħir, bi staff relattivament żgħir, jagħmel xogħlu tajjeb.", "Naħseb li jekk wieħed iħares minn meta bdejna fl-aħħar ta' Settembru sal-lum u jara l-ammont ta' liġijiet li għaddew naħseb li hija ċifra impressjonanti u kuntrarjament għal dak li jaħsbu ħafna nies, 80% ta' din il-leġislazzjoni tgħaddi bil-kunsens taż- żewġ naħat tal-Kamra, b'suġġerimenti miż-żewġ naħat tal-Kamra u b'emendi li jiġu aċċettati mill-gvern kemm meta jiġu proposti mill-gvern kif ukoll meta jiġu proposti mill-oppożizzjoni.", "Naturalment ikun hemm dawk li jidhru fix-xogħol tal-Kamra u dawk li ma jidhrux, u allura nixtieq nirringrazzja wkoll lil dawk li ma jidhrux imma li x-xogħol tagħhom huwa wkoll bżonnjuż ħafna.", "Nirringrazzja wkoll lill- ġurnalisti - veru li qed jonqsu fil-Parlament minħabba s-servizz konvenjenti tar-radju - għax naħseb li r-rapportaġġ ikun fidil, forsi mhux dejjem daqskemm wieħed jixtieq, imma bażikament ikun hemm rapportaġġ fidil ħafna.", "Nirringrazzja wkoll lill-forzi tas-sigurta`, kemm lill-armata kif ukoll lill-pulizija li kuljum ikunu hawnhekk f'din l-ogħla istituzzjoni tal- pajjiż.", "Grazzi ħafna u nawgura b'mod partikolari lill-familji tagħna, li mingħajrhom ma nkunux nistgħu nwettqu xogħolna f'din il-Kamra, Milied ħieni u sena mimlija risq.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Charles Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Grazzi.", "Jien ningħaqad ma' l-Onor.", "Tonio Borg fejn nestendi l-awgurju u r-ringrazzjament lill-istaff kollu ta' dan il- Parlament.", "Huwa semma l-lista kollha u m'iniex se noqgħod nirrepeti għax forsi nista' naqbeż lil xi ħadd, imma ċertament l-istaff ħaqqu prosit għax naħseb huwa staff eżemplari.", "Li kieku fis-settur pubbliku kollu jkun hemm l-istess ammont ta' ħidma jkollna effiċjenza ħafna aktar.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "Minkejja li għadna kif spiċċajna dibattitu sħun u forsi min kien qed jismagħna jaħseb li fil-Parlament kulma jonqosna huma l-azzarini biex noqogħdu nisparaw fuq xulxin, tajjeb li nikkomunikaw lin-nies ta' barra li hawn ma naqblux fuq l-ideat, imma, bħalma qal il-Viċi Prim Ministru, 70% jew 80% mil-leġislazzjoni tgħaddi bi qbil fil-kumitati, imma dawn l- affarijiet ħadd ma jinduna bihom.", "Ikun hemm punti ta' nuqqas ta' qbil, pero` nispera li dan in-nuqqas ta' qbil qatt ma jinżel fuq il-livell personali.", "Fl-aħħar mill-aħħar f'dan il-Parlament nibqgħu parlamentari, inkunu kollegi u jien konvint – għallinqas din hija konvinzjoni personali - li kulħadd bil-mod tiegħu jkun qed iħares lejn l-interess nazzjonali.", "L-aħħar appell tiegħi huwa li filwaqt li nawgura mhux biss lill-membri parlamentari kollha, il-familjari tagħhom, lill-istaff u lill-ġurnalisti, nispera li s-sena d-dieħla nkomplu ninsistu lkoll fuq l-idea ta' l- accountability, fis-sens li kulmin għandu kariga, hi x'inhi l-kariga tiegħu, minn fuq nett sa l-inqas kariga, iġorrha b'responsabbilta` u jkun accountable.", "Dan isir mhux għalina personalment imma fl-aħjar interess ta' pajjiżna li naħseb kulħadd jaqbel li bil-mod individwali u kollettiv nagħmlu li nistgħu biex inġibuh 'il quddiem.", "Grazzi.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "MR SPEAKER: Ippermettuli ningħaqad maż-żewġ naħat tal-Kamra biex nesprimi x-xewqat tiegħi għall-Milied ħieni u sena ta' ġid u ta' sodisfazzjon.", "Nieħu din l-okkażjoni biex nirringrazzja minn qalbi lill- membri kollha ta' din il-Kamra għall-kontribut tagħhom matul is-sena, kontribut li għandu jkomplu jsaħħaħ u jgħolli l-operat u l-prestiġju tal- Parlament tagħna.", "Nirringrazzja wkoll b'mod partikolari lil kulmin għandu responsabbiltajiet speċifiċi f'dan il-Parlament.", "Insellem lill-whips, liċ- chairmen u lill-membri tas-sitt kumitati permanenti kif ukoll lill-membri li jifformaw parti mid-delegazzjonijiet parlamentari f'fora internazzjonali fejn il-Parlament tagħna għandu rabtiet.", "Illum li ninsabu membri ta' l-Unjoni Ewropea rridu naraw b'impenn ikbar kif inwieġbu servizzi ġodda għal esiġenzi ġodda.", "L-infrastruttura trid tkompli tinfirex u tissaħħaħ anke biex dan il-Parlament jakkwista fiż-żmien l- awtonomija tiegħu.", "Naħtaf din l-okkażjoni biex nirringrazzja lill-membri ta' l-istaff kollu tal-Parlament li minkejja l-workload, insemmi biss li matul din is-sena saru 123 seduta u 9,800 interpellanza, il-kumitati permanenti ta' dan il-Parlament ltaqgħu 72 darba u kien hemm 16-il laqgħa tal-working groups ta' kumitat permanenti minnhom, l-istaff irnexxielu jirrispondi għal dawn l-esiġenzi.", "Għaldaqstant nirringrazzja lill-Clerk of the House, b'mod partikolari wkoll lill-assistenti tiegħu li meta l- Parlament ikun qed jiltaqa' filgħodu u filgħaxija jaħdmu madwar 15-il siegħa in fila.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Insellem ukoll biex ma ninsa lil ħadd, lill-istaff li jieħu ħsieb it-typing u l-editing tad-dibattiti, dawk li jmexxu s-sezzjoni tal-mistoqsijiet parlamentari, l-accounts, ir- research analysts, l-istaff li jieħu ħsieb il-kumitati, l-istaff tekniku, il-messaġġiera, il-pulizija u l-armata.", "Insemmi wkoll ir-reporters u staff ieħor tal-media li minn żmien għal żmien jagħmlu xogħol relatat mal- Parlament.", "Mill-ġdid nawgura Milied ħieni u sena mimlija saħħa, hena u ġid lilkom kollha u lill-familjari għeżież tagħkom.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "Għaldaqstant il-Kamra hija aġġornata għal nhar it-Tnejn, 10 ta' Jannar, 2005 fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fid-9:22 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI IMWIEĠBA BIL-MIKTUB", "MOSTA - TRIQ L-AURORA", "9296.", "L-ONOR.", "ROBERT ARRIGO staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Jista' il-Ministru jinformana jekk Triq l-Awrora, li ilha biex issir, hux se tkun inkluża f'xi pjan ta' ħidma?", "Fil-każ affermattiv, meta huwa maħsub li jsir ix-xogħol, kemm se jiġi jiswa lill-gvern u kemm idum sejjer ix-xogħol?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ninsab infurmat li x-xogħol tal-bankini u storm water culvert fit-triq imsemmija tlesta aktar kmieni din is-sena.", "Sadanittant fi Frar li għadda ħareġ it-tender għall-kostruzzjoni u l- asfaltar ta' triq imsemmija, liema tender ġiet mgħotija fit-2 ta' Diċembru.", "Ix-xogħol mistenni jiswa' Lm24,706 u għandu jdum madwar erba' ġimgħat.", "ĦAŻ-ŻEBBUĠ - SQAQ IL-QENĊ", "9360.", "L-ONOR.", "DAVID AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Jista' il-Ministru jgħid jekk jistax isir xi patching u tiswijiet oħra fi Sqaq il-Qenċ, f'Ħaż-Żebbuġ, Malta?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ninsab infurmat illi l-isqaq imsemmi huwa responsabilta tal-Kunsill Lokali għalhekk l-Onorevoli Interpellant hu mitlub jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.", "STA.", "VENERA - TRIQ DUN FRANS CAMILLERI", "9514.", "L-ONOR.", "MICHAEL ASCIAK staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Jista' il-Ministru jindaga għaliex Triq Dun Frans Camilleri f'Sta.", "Venera li riċentement saret mid-dipartiment tat-toroq sarulha l-bankini għoljin għall-karozzi, tant li qed jaħbtu l-qiegħ meta jidħlu fil-garaxx?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Il-bankini li hemm fi Triq Dun Frans Camilleri saru skond l-ispecifications ta' l-ADT.", "Quddiem il-garaxxijiet kollha li hemm f'din it-triq saret drop kerb pero' dawn ma tkomplewx quddiem il- bibien tad-djar biex jiġu rispettati l-livelli maħruġa mill-MEPA.", "Fit-tarf tat- triq hemm plot mhux mibni u quddiem dan il-plot sar gutter tal-concrete b'mod li meta dan il-plot jinbena s-servizzi jkunu jistgħu jitqabdu mingħajr il-ħtieġa li tinqala t-triq.", "EU - ĦLASIJIET", "9575.", "L-ONOR.", "ALFRED SANT staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra rendikont tal-ħlasijiet li daħlu mill-Unjoni Ewropea. u tal-ħlasijiet li għamel il- Gvern Malti lill-Unjoni Ewropea matul din is-sena sad-data ta' din il- mistoqsija, imqassmin item by item skond il-proġetti/voti konċernati?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra rendikont tad- dħul u l-ħruġ attwali li sar mill- u lejn l-Unjoni Ewropea bejn l-1 ta' Jannar u s-6 ta' Diċembru 2004.", "Tajjeb inżid ngħid li għad ma bdejniex indaħħlu fondi strutturali, fondi ta' koeżjoni, fondi ta' transazzjoni u fondi agrikoli għaliex ma kienx hemm żmien materjali biex ikun ġenerat infiq bejn dak inhar li sar qbil fuq il- proġetti/inizjattivi/programmi mal-Kummissjoni Ewropea u l-bidu għat- twettiq tal-proġetti.", "Barra dan, inżid ngħid ukoll li ttieħed benefiċċju dirett minn għadd kbir ta' studenti Maltin taħt diversi programmi edukattivi, fosthom Leonardo/Socrates/Youth/Culture 2000 u s-6th Framework Programme.", "Wara l-1 ta' Jannar ma ħallasniex aktar il-ħlas ta' parteċipazzjoni għal dawn il- programmi.", "ISLA - MOLL", "9599.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol ta' irranġar tal- moll ta' l-Isla?", "Kemm se jiġi jiswa?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Il-Ministeru inkariga t-Taqsima tax-Xogħolijiet sabiex tagDmel survey u valutazzjoni tax-xogħol li għandu jsir il-moll imsemmi. din l-istima għandha twassal għall-ħruġ ta' tenders għax- xogħolijiet kmieni s-sena li ġejja.", "QORTI TAL-FAMILJA - TALBIET GĦAL SEPARAZZJONI PERSONALI", "8430.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew irtirati talbiet għal separazzjoni personali fil-qorti tal-familja din is- sena sad-data li tiġi mwieġba din l-interpellanza?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li n-numru ta' talbiet għal separazzjoni personali li ġew irtirati fil-qorti tal-familja (Malta) din is- sena (sas-16 ta' Diċembru 2004) kien ta' 7, filwaqt li fil-qorti tal- maġistrati (Għawdex) kien ta' 1.", "TFAL MINURI - CARE ORDERS", "8431.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru tal-Familja u tas- Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid kemm hemm care orders għal tfal minuri sad-data li tiġi mwieġba din l-interpellanza?", "Huwa possibbli li jintqal kemm minnhom huma għal tfal Maltin u għal tfal barranin?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Ninsab infurmata li preżentament in-numru ta' tfal minuri protetti b'Care Order hu 191, li minnhom 55 huma mmigranti rregolari minuri mhux akkumpanjati.", "PULIZIJA - DVDS/VIDEOS/DISKI/CASSETTES", "8432.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru ġentilment jgħid kemm inqabdu DVD's, videos, diski u cassettes foloz mill-pulizija matul dawn l-aħħar ħames snin sad-data li tiġi mwieġba din l-interpellanza?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi bejn Jannar ta' l-2000 u t-30 ta' Novembru ta' l-2004, il-Pulizija qabdet 225, 352, bejn DVD's, videos, CD's u cassettes mhux oriġinali.", "SIGURTA' SOĊJALI - CHILDREN'S ALLOWANCE", "8433.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru tal-Familja u tas- Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid kemm hemm persuni li qed jirċievu children's allowance sad-data li tiġi mwieġba din l-interpellanza?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Ninsab infurmata li n-numru ta' familji li kienu qed jirċievu l-Allowance għat-Tfal sa l-aħħar ta' Novembru 2004, kien 34,086.", "TRASPORT PUBBLIKU - MARSA - BUS LANE", "8434.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru ġentilment jgħid jekk l-awtorita' dwar it- trasport pubbliku tikkonsidrax li l-projbizzjoni li ma jsirx sewqan fil-bus lane fi Triq Aldo Moro fil-Marsa tistax titneħħa mqar bejn is-7.00 a.m. u t- 8.30 a.m. sabiex it-traffiku jimxi aħjar u ma jkunx hemm il-konġestjoni li qed ikun hemm fil-preżent?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Jien infurmat illi l-iskop li jkun hemm bus lane hija illi tinċita lill-pubbliku juża aktar it-trasport pubbliku.", "Għaldaqstant, jekk din ma tintużax fil-peak hours, jintilef l-iskop li għaliha ġiet implimentata l-bus lane.", "ĦAL TARXIEN - TRIQ KELINU CACHIA", "8435.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jogħġbu l-Ministru jgħid meta se tiġi asfaltata Triq Kelinu Cachia, f'Ħal Tarxien?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "DĦUL TAL-PRODUTTURI/RAĦĦALA MALTIN", "9667.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jikkonferma l-Ministru li l-produtturi/raħħala Maltin u Għawdxin fl-ewwel disa' xhur ta' din is-sena daħħlu Lm86.40c għal kull Lm100 li kienu jdaħħlu fl-ewwel disa' xhur tas-sena l-oħra 2003?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel riferenza għan-'News Release' Numru 225/2004 datata 29 ta' Novembru 2004.", "Il-figura msemmija ma tirriflettix dak il-valur kollu li daħħlu l-produtturi / raħħala Maltin u Għawdxin għaliex ma tinkludix s-sussidju.", "Meta wieħed iżid l-ammont totali tas-sussidju mat-total tad-dħul sa Ottubru il- produtturi / raħħala ser ikunu fil-fatt gawdew żieda marġinali ta' 0.062%.", "BEJGĦ TA' ĦXEJJEX U FROTT", "9668.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jikkonferma l-Ministru li matul l-ewwel disa' xhur tas-sena naqas il-valur tal-flus mill-bejgħ tal-ħxejjex u frott filwaqt li żdiedu l- ispejjeż tal-produzzjoni meta pparagunat ma' l-ewwel disa' xhur tas-sena l- oħra?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Il-valur tal-ħxejjex u l-frott li nbiegħu mill- pitkaliji fl-ewwel disa' xhur tas-sena 2004 kien inqas minn dak ta' l- istess perjodu ta' l-2003.", "Iżda meta jingħadd is-sussidju sa l-ewwel disa' xhur tas-sena 2004, il-bdiewa ser ikunu daħħlu 2.3% iktar mill-ewwel disa' xhur tas-sena 2003, minkejja l-fatt li l-volum tal-prodott żdied b' 2.8 miljun kg.", "PRODUZZJONI AGRIKOLA LOKALI", "9669.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jinformana kemm tfisser f'ċifra ta' flus iż- żieda fl-ispiża tal-produzzjoni agrikola lokali skond index 101.97 għas- sena 2003 u index 103.48 għas-sena 2004 rapportat mid-dipartiment ta' l- istatistika fil-ħarġa 228/2004 ta' l-1 ta' Diċembru ta' din is-sena?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Nitlob lill-Onor Interpellant jagħmel il- mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat", "BDIEWA/RAĦĦALA/SAJJIEDA - GĦAJNUNA FINANZJARJA", "9670.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jinforma lill-Oppożizzjoni għaliex f'dan il- budget ma daħlitx xi skema ta' għajnuna finanzjara diretta fl-estimi tal- biedja u s-sajd sabiex jgħin direttament lill-bdiewa, raħħala u sajjieda żgħażagħ ma jaqtgħux qalbhom quddiem il-falliment li fil-preżent l-oqsma kollha tal-biedja u s-sajd għaddejjin minnu?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: L-Iskemi ta' għajnuna huma miftuħin għall-bdiewa kollha inkluż dawk zagħzagħ u b'din l-għajnuna żgur li l-bdiewa zgħazagħ m'humiex sa jaqtgħu qalbhom għax jistgħu jinvestu bl-għajnuna finanzjarja li l-parti l-kbira tiġi mill-Unjoni Ewropea.", "Inħeġġeġ lill-Onor.", "Interpellant iżomm quddiem għajnejh il-Pjan għall-Iżvilupp Rurali 2004 – 2006 fejn hemm allokati Lm15-il miljun ta' għajnuna lill-bdiewa.", "Fil-qasam tas-sajd din l-għajnuna ġiet mibdula bi skemi ta' għajnuna taħt l- FIFG (Financial Instrument for Fisheries Guidance) li l-parti li ser joħroġ il-Gvern Malti hija inklu¿a fl-Estimi tal-Budget ippre¿entati.", "Fl-isfond ta' dan kollu ¿gur li l-Onor.", "Interpellant ma jistax igħid li hemm falliment fl-oqsma kollha tal-biedja u sajd.", "IKEL U XORB", "9681.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 9364, jista' il- Ministru jinformani kif f'Malta hawn suq ħieles u fl-istess ħin żdiedu dazji, tariffi u kwoti fuq l-importazzjoni ta' l-ikel ta' l-industrija tat- turiżmu minn non-EU countries meta suppost kellhom jitneħħew il-levies lokali?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Il-prinċipju tas-suq ħieles japplika għas- suq intern li jeżisti fi ħdan l-Unjoni Ewropeja.", "Dan is-suq Ewropew imbagħad jieħu l-prekawzjonijiet kollha neċessarji sabiex jiddefendi l- kompetittivita` tiegħu versu swieq esterni oħra li qegħdin jikkompetu miegħu.", "LAĦAM - IMPORTAZZJONI", "9682.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jinformana kemm huma d-dazji, tariffi u kwoti fuq il-cuts tal-beef li pajjiżna jista' jimporta minn non-EU countries u kemm il-Gvern se jissussidja kull tunnellata ta' laħam importat biex il-prezz ma jogħliex għall-konsumaturi?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.", "TA' QALI - SUQ - TINDIF", "9741.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhu jsir f'Ta' Qali wara li jinżamm is-suq fil-Ħdud u festi u jkun hemm litteralment miżbla u ħadd ma jnaddaf?", "Jista' jara li tittieħed azzjoni immedjata peress li dawn huma nħawi li jiffrekwentawhom il-Maltin u t-turisti waqt il-ħin liberu tagħhom?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li skond ir-Raba Skeda ta' l-Att dwar Kunsilli Lokali (Kap 363), Ta' Qali huwa eskluż mir- responsabbilitajiet tal-Kunsilli Lokali.", "Għaldaqstant nitlob lill-Onor.", "Membru biex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru ikkonċernat.", "SAĦĦA - STUDENTI GRADWATI ĠODDA", "9742.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l- Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid x'se jiġri mill-gradwati ġodda li għadhom kemm iggradwaw f'oqsma u professjonijiet differenti tas-saħħa, meta din is-sena dawn ma ġewx impjegati, minkejja l-bżonnijiet li hemm f'dawn l-oqsma u minkejja l-fatt ukoll li l-istess gvern iħallas stipendji extra sabiex iħajjar studenti jistudjaw f'dawn il-professjonijiet marbuta mal-qasam tas-saħħa?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li gradwati ġodda f'oqsma tas-Saħħa, jiġu mpjegati skond il-ħtiġijiet li jkun hemm bżonn fis-servizz.", "SAĦĦA - ĦADDIEMA", "9743.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l- Kura fil-Komunita': Wara li d-direttur ġenerali tas-saħħa kien qal li kienet qed issir evalwazzjoni tal-ħaddiema fis-settur tas-saħħa marbut man- numru ta' ħaddiema meħtieġa fil-qasam pubbliku, jista' il-Ministru jgħid jekk dan għadux għaddej u jekk fl-affermattiv meta se jitlesta?", "F'każ li dan ir-rapport tlesta, jista' jgħid x'ħareġ minnu u x'inhi s- sitwazzjoni preżenti f'dawn l-oqsma?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-evalwazzjoni msemmija wriet li hemm numru ta' oqsma fejn qed isir ammont sostanzjali ta' overtime b'nefqa li tammonta għal madwar miljun lira.", "Id-Diviżjoni bħalissa qed tieħu l-passi meħtieġa biex tingaġġa ħaddiema biex jagħmlu dan ix- xogħol.", "ST JAMES CAVALIER - OPERATING EXPENSES", "9748.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jispjega u jagħti breakdown ta' l-other operating expenses ta' l-accounts ta' St James Cavalier f'paġna 18 għas-sena 2003?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l- informazzjoni mitluba mill-Onorevoli interpellant.", "BIRKIRKARA - MAIN STREET - GALLARIJA", "9749.", "L-ONOR.", "MICHAEL ASCIAK staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Billi f'Birkirkara hemm gallarija tal-ġebel unika - bi statwa ta' Sant'Elena - fuq 142 Main Street, Birkirkara, jista' il-Ministru jara li din tiġi skedata għaliex waslet biex tikkollassa biż-żmien?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Ninsab infurmat li ngħataw struzzjonijiet biex il-gallarija indikata mill-Onor Interpellant tiġi spezzjonata mill- uffiċjali ta'l-Awtorita' ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) bil- għan li jittieħdu dawk il-prekawzjonijiet neċessarji biex din tiġi mħarrsa.", "ĦAŻ-ŻEBBUĠ - SQAQ IL-QENĊ", "9750.", "L-ONOR.", "DAVID AGIUS staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' il-Ministru jgħid jekk jistax isir xi patching u tiswijiet oħra fi Sqaq il-Qenċ f'Ħaż-Żebbuġ, Malta?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Jien infurmat li x-xogħlijiet msemmija mill-Onor.", "Interpellant jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tal-Kunsill Lokali rispettiv.", "WSC", "9751.", "L-ONOR.", "DAVID AGIUS staqsa lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika: Jista' il-Ministru jgħid kemm nefqet flus il-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma fl-2004: 1) f'xiri ta' għodod; 2) f'xiri ta' karozzi; u 3) f'xiri ta' vetturi oħra?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "ĦAŻ-ŻEBBUĠ - TRIQ IT-12 TA' MEJJU", "9752.", "L-ONOR.", "DAVID AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jsiru xi xogħlijiet fi Triq it-12 ta' Mejju, f'Ħaż-Żebbuġ?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ninsab infurmat li fil-ġimgħat li għaddew, Periti mill-ADT spezzjonaw it-triq imsemmija u saret talba lid-diviżjoni tax-xogħolijiet biex isir il-patching neċessarju."]} {"filename": "20050412_253d_par.doc", "date": "2005-04-12", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Uffiċjali u Rivedut) L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 253 It-Tlieta, 12 ta' April, 2005 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 253 It-Tlieta, 12 ta' April, 2005", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6:03 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "253", "It-Tlieta, 12 ta' April, 2005", "WERREJ", "MINUTI 549", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 549", "TQEGĦID TA' KARTI 556", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "RIŻOLUZZJONI DWAR EMENDA GĦALL-ISKEDA ANNESSA MA' L-ATT", "DWAR IT-TRASFERIMENT TA' ARTIJIET TAL-GVERN 558", "AĠĠORNAMENT 586", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 592", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 252 li saret fil-11 ta' April, 2005 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "REĠISTRAZZJONI TA' KAROZZI", "8660.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Jista' il-Ministru jgħid kemm karozzi ġodda ġew reġistrati matul l- ewwel disa' xhur tas-sena?", "Kemm minnhom huma diesel u kemm huma petrol u x'inhi s-cylinder capacity tal-makni?", "Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perjodu għal dawn l-aħħar ħames snin?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita) (f'isem il-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq): L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "TRATTAMENT GĦALL-INFERTILITA'", "11088.", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI (f'isem l-Onor.", "Clyde Puli) staqsa lill- Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid kemm-il persuna ġiet ittrattata għall-infertilita' fl-isptar San Luqa fl- aħħar ħames snin?", "X'tip ta' trattament jingħata?", "X'rata ta' suċċess kienet reġistrata bis-saħħa ta' dan it-trattament?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Waqt li ninsab informat li ma tinżammx statistika ta' kemm pazjenti jiġu ttrattati għall-infertilita' fl-isptar San Luqa, nista' ngħid li l-pazjenti jingħataw servizz ta' investigazzjonijiet u jiġu preskritti t-trattament neċessarju.", "Ma jsirux interventi kirurġiċi biex jiġi assistit l-konċepiment.", "Minħabba li ma tinżammx statistika u allura ma nistax nagħti ċ-ċifra eżatta, huwa stmat li r-rata ta' suċċess hija ta' madwar 50% fl-ewwel sena ta' trattament u tilħaq medja ta' 60% jew 70% fis-snin ta' wara.", "COTTONERA WATERFRONT REGENERATION", "11330.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jgħid fiex jikkonsisti l-proġett tal-Cottonera waterfront regeneration?", "Meta beda x-xogħol u meta huwa mistenni li jitlesta?", "Kemm huwa pproġettat li jħaddem nies meta jkun lest?", "Kemm se jiġi jiswa u min hu l-iżviluppatur?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (f'isem il-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq): Il-proġett ta' riġenerazzjoni tal-waterfront jestendi bejn il-fortizza ta' Sant' Anġlu u l-ponta ta' l-Isla.", "Dan ix-xogħol jinkludi sistema integrata u komprensiva ta' restawr, riabilitazzjoni ta' bini storiku u żvilupp ta' infill sites, stallazzjoni ta' marina u mollijiet u xogħol ta' infrastruttura relatat mas-sit.", "Il-ħsieb hu li bir-restawr tal-bini storiku, tingħata dehra isbaħ lill- inħawi u din issir żona li tattira aktar turisti u attivita' kummerċjali.", "It-titjib ta' l-ambjent u l-attivita' kummerċjali għandhom iwasslu għar- riġenerazzjoni ta' żona ħafna akbar, jiġifieri l-Kottonera kollha kemm hi, biż-żoni riabilitati jibdew joffru opportunitajiet aħjar għal ħin ħieles għan-nies tal-madwar u għaldaqstant titjib fil-kwalita' tal-ħajja tan-nies tal-Kottonera.", "Fost il-proġetti speċifiċi nsibu:", "• Ir-restawr tal-fortizza ta' Sant Anġlu u użu u żvilupp ta' xi partijiet bħalma huma l-batterija De Gurial, fitness/spa u residenzi, sea wall u dawk li jissejħu sea gate vaults; fuq il-moll ta' Sant' Anġlu hemm anke maħsub li jinbena pied-a-terre;", "• Ġie msaħħaħ u estiż il-moll ta' Sant' Anġlu;", "• Ġie riabilitat Scamps Palace u konvertit fil-Casino di Venezia;", "• Nbnew ir-residenzi ta' Sant' Anġlu;", "• Hemm maħsub li tinbena lukanda li fuqha hemm applikazzjoni pendenti;", "• Sar restawr ta' l-imħazen ta' Caraffa kif ukoll tal-bini tat-Teżorerija, li mistennija tibda taħdem fis-sajf li ġej;", "• Ir-riabilitazzjoni ta' cement stores (applikazzjoni pendenti);", "• Se jsir ukoll restawr tal-Maċina u żvilupp anness (applikazzjoni pendenti);", "• Serje ta' studji dwar kif jista' jiġi żviluppat u operat il-car park ta' Santa Margerita;", "• F'dawn l-aħħar sentejn ġiet istallata l-marina u servizzi anċillari", "•", "• Bħalissa qed titħejja skema ta' landscaping għall-area msemmija hawn fuq.", "Ma' dawn il-proġetti speċifiċi nsibu wkoll proġetti ta' titjib fl- infrastruttura, bħas-sistema tad-drenaġġ, ilma u dawl.", "Ix-xogħol fuq il-Cottonera waterfront regeneration inbeda wara l-iffirmar tal-kuntratt fit-2 ta' Ġunju, 1999.", "L-iżvilupp miexi skond il-kuntratt u fuq l-outline application.", "Żviluppi individwali jiddependu ħafna mill- eżitu u l-proċess ta' l-applikazzjonijiet ta' żvilupp.", "Ċertament il-proġett qed jimpjega n-nies iżda jiddependi mill-konsorzja kemm nies jiġu mpjegati.", "Hemm maħsub investiment totali ta' 'l fuq minn Lm22 miljun.", "L-iżviluppaturi jinkludu: Cottonera Waterfront Group, Grand Harbour Marina, Port Cottonera, Treasury Development Co. Ltd., Gateway Development Co. Ltd, Macina Development Co. Ltd., Casino di Venezia Group.", "Dock No 1 li huwa l-aħħar fażi, jagħlaq proġett komplut u jgħaqqad il- promenade, il-waterfront u t-Tlett Ibliet tal-Kottonera.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Joe Mizzi, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jiena ma nafx jekk il-ministru responsabbli jinsabx imsiefer jew le, pero' kien ikun aħjar kieku kien hawnhekk ħalli kien jirrispondi ċerti domandi, fosthom dwar l-applikazzjoni għar- riabilitazzjoni ta' cement stores, applikazzjoni li bħalissa tinsab pendenti.", "Nixtieq inkun naf ukoll jekk teżistix xi applikazzjoni biex isir xi supermarket Sur President?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Mr Speaker, għandi l-file quddiemi iżda jiddispjaċini m'iniex f'pożizzjoni li nirrispondi għad-domanda ta' l-Onor.", "Mizzi, li tajjeb ikun jaf li l-Onor.", "Mugliett jinsab imsiefer.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Allura min hu l-ministru nkarigat biex jaġixxi fl- assenza ta' l-Onor.", "Mugliett?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi): L- Onor. Mizzi jrid japprezza li anke kieku kellu jkun hemm xi ħaddieħor acting flok il-ministru li jinsab imsiefer, x'aktarx li l-informazzjoni jkun jafha l-ministru li attwalment jippresjedi dak id-dekasteru partikolari.", "Kieku għall-argument jien kelli nissostitwixxi lill-Onor.", "Mugliett, kont ningħata informazzjoni dwar il-mistoqsijiet li hemm fuq l- aġenda imma naturalment ħadd ma jista' jipprevedi x'se jkunu l-mistoqsijiet supplimentari, Sur President.", "Ħafna drabi lanqas il-ministru responabbli mit-tali dekasteru ma jkun f'pożizzjoni li jweġibhom u allura jintrabat li jew jgħaddi t-tagħrif fl- ewwel opportunita' li jkollu, jew jitlob lill-Onor.", "Membru biex ġentilment jerġa' jagħmel id-domanda tiegħu bil-miktub.", "U biex wieħed ikun jista' jagħti informazzjoni preċiża dwar dak li qed jitlob l-Onor.", "Mizzi, din bilfors trid tingħata mid-dipartiment konċernat.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mario Galea.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Mr Speaker, xtaqt sempliċement nikkonferma li l-Onor.", "Mugliett jinsab imsiefer fuq xogħol u hemm jissostitwih l-Onor.", "Ninu Zammit.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Allura x'inhi r-raġuni li lanqas l-Onor.", "Zammit ma jinsab fil-Kamra biex jirrispondi minflok l-Onor.", "Mugliett?", "MR SPEAKER: II-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Speaker, jiena wieħed mill-iktar li ilni membru f'din il-Kamra u nista' nikkonstata li minn din in-naħa ma niftakarx żmenijiet fejn kienu jingħataw tweġibiet informattivi u dettaljati daqskemm qed jingħataw illum, anke fl-istadju tal-mistoqsijiet orali.", "Qed ngħid hekk mhux biex jekk hawn xi nuqqas jiġi skużat, hu min hu u hu x'inhu, imma l-oppożizzjoni trid tapprezza li dan il-gvern ħoloq sitwazzjoni ta' informazzjoni li dan il-parlament qatt ma kellu bħalha.", "Ejja ngħiduha din, Sur President, u mhux nilmentaw għaliex ministru partikolari ma jkunx preżenti fil-Kamra.", "Per eżempju, il-bieraħ jiena ma kontx preżenti fil-Kamra avolja ma kontx imsiefer, imma kelli biċċa xogħol oħra li ma stajtx naħrab minnha u assolutament ma stajtx niġi hawnhekk.", "Abbużajt ftit ukoll għax ma kellix interpellanzi fil-bidu u allura stajt nieħu r-riskju, biex ngħid hekk, li l- mistoqsijiet tiegħi ma kenux se jilħqu jaslu.", "Il-bqija dejjem nipprova nagħmel ħilti kollha biex inkun preżenti, ħalli nkun nista' nwieġeb il- mistoqsijiet li jsiruli, Sur President.", "L-Onor.", "Mizzi staqsa wkoll x'inhi r-raġuni li l-ministru sostitut m'huwiex preżenti f'dan il-mument partikolari.", "Jiena ċert li l-Onor.", "Ninu Zammit jinsab impenjat fuq xogħol ieħor u mhuwiex fair li l-Onor.", "Mizzi jinsisti dwar dawn l-affarijiet.", "Nemmen li l-mistoqsijiet supplimentari għandhom isiru u fejn ikun possibbli jiġu mwieġba, pero' ċerta informazzjoni tkun trid tingħata mill-ministeru konċernat, anke kieku kellu jkun hawn l-Onor.", "Ninu Zammit preżenti.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, jiena ma nsistejtx li jkolli tweġiba għall- mistoqsija supplimentari li għamilt - apparti li min qam jirrispondini ma kienx f'pożizzjoni li jagħti l-informazzjoni li xtaqt u apparti wkoll li kien hawn min ċempel u malajr malajr qam jgħid li l-Onor.", "Mugliett jinsab imsiefer - imma sempliċement għamilt il-mistoqsija wara ċerti kummenti li smajt min-naħa l-oħra tal-Kamra.", "Kieku kien hawn preżenti l-Onor.", "Ninu Zammit, xorta waħda kont se nagħmillu mistoqsija supplimentari għax hu bħala ministru għandu wkoll interess dwar ix-xogħol li qed isir fuq dan il-proġett u allura nista' nirriferi lilu, bħalma kelli domandi oħra li kienu għaddew lil ċerti ministri u mbagħad jien għamilthom lill-ministru ieħor li stajt nagħmillu l-mistoqsijiet u rrispondieni għax huwa ntiż fihom.", "Issa waħda mill-mistoqsijiet li xtaqt nagħmel hi jekk huwiex korrett li fl-applikazzjoni li saret biex isiru l- imħażen tas-siment - mhux qed nippretendi li jkolli risposta bilfors illum - hemmx indikat li se jsir supermarket, Sur President.", "Jaf il-Ministru li meta kien qed jiġi diskuss dan il-proġett - u jiena kont fuq il-bord tal-MEPA dak iż-żmien – għax kien hemm indikazzjoni minn qabel li kien hemm xi ħadd interessat, kien ġie deċiż li hemmhekk ma jistax isir supermarket?", "Jista' f'dan l-isfond iwassal din l-osservazzjoni lill- ministru biex jekk hemm xi applikazzjoni għal supermarket, tinġibidlu l- attenzjoni li diġa' ġie ddikjarat ċar u tond li hemmhekk ma jistax isir supermarket?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Bil-qalb kollha u se nġib transcript ta' din il-parti tas-seduta biex ngħaddiha lill-Ministru Jesmond Mugliett u lill-Ministru George Pullicino - għax ladarba qed tissemma' il-MEPA hija xi ħaġa ta' interess għalih ukoll - biex huma jkunu jistgħu jinformaw ruħhom u eventwalment anke jinformaw lill-Onor.", "Mizzi.", "BORMLA - BAĊIR NRU.", "1", "11517.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Charles Buhagiar) staqsa lill- Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il- mejda tal-Kamra kopja tad-development brief imħabbar mill-gvern għall- iżvilupp ta' l-inħawi ta' baċir nru.", "1?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (f'isem il-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq): Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 9537.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jista' il-Ministru jfakkarni x'tgħid eżatt ir-risposta li qed jirriferini għaliha?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ir-risposta ta' mistoqsija parlamentari 9537 tgħid hekk:", "\"Il-brief dwar ir-riġenerazzjoni ta' baċir nru 1 se jkun aċċessibli fuq is-sit tal-MEPA bħala proċess ta' konsultazzjoni pubblika mis-7 ta' Diċembru, 2004.\"", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Apparti li biex tidħol fis-site tal-MEPA trid tħallas, allura aħna bħala membri parlamentari ma nistgħux ningħataw l-informazzjoni li jkollna bżonn, Sur President?", "ONOR.", "MEMBRU: Tħallas meta titlob ċerti rapporti u mhux għax tidħol fis- site tal-MEPA.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ma naħsibx li hemm xi piż finanzjarju biex tidħol fis- site ħalli tkun tista' tara d-dokumenti, anke għaliex dan huwa proċess ta' konsultazzjoni pubblika.", "Jiġifieri jekk qegħdin fi proċess ta' konsultazzjoni pubblika, wieħed ikun jista' jaċċedi fuq dan is-site tal- MEPA.", "(Interruzzjonijiet) Anke aħna kultant nintalbu li npoġġu ċerti dokumenti fuq il-mejda tal-Kamra, Sur President.", "Jiena dan il-brief ma nafx kemm hu oħxon, pero' ġieli kelli sitwazzjoni fejn sibtha diffiċli biex inpoġġi xi dokument fuq il-mejda tal-Kamra, speċjalment jekk dan ikun jikkonsisti f'numru kbir ta' paġni, anke għaliex in-numru ta' kopji li wieħed irid ipoġġi huwa 65 u mhux sempliċement kopja waħda.", "Barra minn hekk, dawn id-dokumenti jew ma jiġux użati jew isir użu minimu minnhom.", "Għalhekk nerġa' ngħid li jekk wieħed jista' jikseb dan id- dokument permezz tas-sit elettroniku, ikun aħjar jekk juża din is-sistema.", "Din hija materja li qiegħda titqanqal mill-Onor.", "Charles Buhagiar u anke hu bħala shadow minister, nifhem li għandu interess dwar din il-materja partikolari, Sur President.", "FLIELES TAS-SIMNA", "10809.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 10382, jista' il- Ministru jinformana kemm mill-5.8 miljun huma mill-parent stock lokali?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent): Kif diġa' ġie spjegat bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 10382, iċ- ċifra hija ta' dawk il-bajd li ġew iddikjarati li faqqsu u li allura tinkludi tifqis minn parent stock lokali wkoll.", "MĠARR - TALBA GĦAL BOZZA", "10823.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jinformani għaliex it-talba għal bozza li saret minn familja residenti fl-Imġarr li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, ma ġietx approvata u stallata?", "Jista' jara li t-talba tiġi rrimedjata immedjatament?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (f'isem il-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni): Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 1877.", "MELLIEĦA - TALBA GĦAL BOZZA", "10824.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jara li tiġi approvata t-talba għal bozza f'farmhouse fil-Mellieħa li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (f'isem il-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni): Nitlob lill-Onor Interpellant jirriferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 1877.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Il-Ministru għandu xi tagħrif partikolari in konnessjoni mal-mistoqsija parlamentari li qed jirriferini għaliha ġaladarba x-xogħlijiet in kwestjoni għadhom ma sarux?", "Forsi dan ifisser li dawn ix-xogħlijiet ma kellhomx isiru in the first place?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Dejjem sotto correzione, nista' ngħid li meta l-Onor.", "Austin Gatt kien qed iwieġeb għall-mistoqsijia parlamentari 1877 – jiġifieri fil-bidu ta' din il-leġislatura – dak kien abbażi ta' policy li ġiet adottata u cioe' li bħala ministru hu m'għandux jidħol fid-dettall jekk għandhiex issir bozza 'l hawn u bozza 'l hemm u lanqas iwieġeb interpellanzi fuq dan it-tip ta' suġġett fil-parlament.", "Dan għaliex l-Onor.", "Gatt jirritjeni li dawn it-tip ta' deċiżjonijiet m'għandhomx jitilgħu sa dan il-livell, wisq aktar meta llum jeżistu ċerti arranġamenti - jista' ikun li f'dan il-każ għadhom m'humiex applikabbli - fejn il-kunsilli lokali jieħdu ħsieb huma l-bdil u t-twaħħil ta' bozoz.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, naturalment dejjem ikun hemm raġuni għala aħna nagħmlu dawn it-tip ta' interpellanzi u ġeneralment ir-raġuni tkun li tkun saret inġustizzja ma' ċerti residenti.", "Issa ġaladarba teżisti policy, x'inhi r-raġuni li l-ministru responsabbli ma jidħolx fi kwestjonijiet bħal dawn ħalli jara jekk huwiex minnu li tkun seħħet tali inġustizzja?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Naħseb li l-aħjar manjiera ta' kif nitratta dan il- punt hu li nirriferi l-kwestjoni kollha lill-Onor.", "Austin Gatt, ħalli jkun jista' jagħmel eżami ta' jekk hemmx xi forma ta' inġustizzja, kif qed jallega l-Onor.", "Interpellant, għalkemm anke hawnhekk irridu noqogħdu attenti kif nitkellmu.", "Jiena wkoll ġieli jkolli lmenti minn nies fil-kostitwenza tiegħi dwar bozza li ma nbidlitx u affarijiet simili u jkun hemm ukoll din l-allegazzjoni ta' inġustizzja, pero' ħafna drabi meta wieħed jinvestiga u jindaga jsib li dan ma jkunx il-każ u li din tkun biss kwestjoni ta' amministrazzjoni normali.", "Madanakollu jiena xorta waħda se nwassal dan l-ilment lill-Onor.", "Austin Gatt.", "TROBBIJA TAT-TJUR", "10833.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 10378 u jinformani kif iż-żieda fil-prezz tal-pitrolju qed tolqot il- kompetittivita' ta' l-industrija tat-trobbija tat-tjur?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO (Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent): Il- kompetittività ma tiddependix minn fattur wieħed biss iżda minn numru ta' fatturi, anke minn żviluppi internazzjonali li ċertament fuqhom pajjiżna m'għandu assolutament l-ebda kontroll.", "Fil-fatt iż-żieda fil-prezz tal-pitrolju hija waħda mill-komponenti ta' l- ispejjeż li għandhom il-produtturi tat-tjur.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jista' il-Ministru jgħidilna jekk il-produtturi lmentawx miegħu dwar iż-żieda fil-prezz tal-pitrolju?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Apparti li huwa limitat in-numru ta' dawk li jsaħħnu bil-pitrolju, irrid ngħid ukoll li wħud minn dawn il-produtturi diġa' ġie spjegat lilhom, anke minn uffiċjali tekniċi ta' l-Enemalta, li effettivament minflok il-pitrolju jistgħu jużaw fuel ieħor, basta jagħmlu aġġustament sempliċi fl-apparat li għandhom u hekk ikunu qegħdin jiffrankaw il-flus ukoll, Sur President.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jiġifieri dak li qed jgħid il-Ministru solva l- ilmenti li ressqu l-produtturi għar-rigward taż-żieda fil-prezz tal- pitrolju?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Ovvjament ma nafx dwar il-każi kollha imma fil- każ ta' dawk il-produtturi li naf bihom jien, min ħa l-parir ta' l- uffiċjali tekniċi ta' l-Enemalta u aġġusta l-apparat li kellu, solva l- problemi li kellu f'dan ir-rigward.", "PITKALIJA ĊENTRALI", "10836.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jaġġornana dwar mistoqsija parlamentari 10451 u jgħid kemm hu n-numru ta' dawk li ġew mitluba jagħtu l-opinjoni tagħhom?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern): Ninsab informat li t-taqsima proprjeta` tal-gvern irriferiet il- każ lill-construction & maintenance department fi ħdan il-ministeru għar- riżorsi u infrastruttura sabiex jitneħħa l-periklu u fejn hemm il-bżonn jissewwew jew jinbidlu t-tined tal-pjanċi.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Il-Ministru qiegħed f'pożizzjoni li jgħidilna meta se jsiru dawn ix-xogħlijiet?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tweġiba ngħatat proprju llum u allura x-xogħol biex jitneħħa l-periklu u jissewwew jew jinbidlu xi tined tal-pjanċi, m'għandux idum ma jsir ngħid jien.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-Mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali 95 ta' l-2005 - Avviż ta' bidu fis-seħħ ta' ċerti disposizzjonijiet ta' l-Att ta' l-1999 li jemenda l-Ordinanza dwar il- Pensjonijiet (Att Nru. VIII ta' l-1999).", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Galea.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Speaker, f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali 101 ta' l-2005 - Regolamenti ta' l-2005 biex jemendaw ir- Rgolamenti dwar il-Liċenzi tal-Pulizija;", "Tagħrif dwar l-għadd ta' persuni ta' nazzjonalita' barranija taħt l- eta' ta' 18-il sena li sfaw vittma ta' serq matul l-2003 u l-2004, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari 11663;", "f'isem il-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l- Informazzjoni, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tabella li turi l-konsum medju ta' l-elettriku skond il-kobor tal- households, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari 11262;", "f'isem il-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali 94 ta' l-2005 - Regolamenti ta' l-2005 dwar Ħlasijiet għad-Dritt ta' Mogħdija għal Utilitajiet u Servizzi; u", "f'isem il-Ministru tal-Familja u Solidarjeta` Soċjali, inqiegħed fuq il- mejda tal-Kamra:", "Kopja tal-pjanti taċ-Ċentru għall-immigranti irregolari li huwa ppjanat li jsir fejn kienet l-iskola ta' San Ġużepp, Marsa, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari 11630.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru George Pullicino.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali 96 ta' l-2005 – Regoli ta' l-2005 dwar Projbizzjoni ta' l-Użu ta' Sustanzi li Għandhom Azzjoni Ormonali jew Tirostatika u ta' Betagonosti fit-Trobbija ta' L-Annimali;", "Avviż Legali 97 ta' l-2005 – Regoli ta' l-2005 dwar Metodi ta' Teħid ta' Kampjuni u Metodi ta' Analiżi għall-Kontroll Uffiċjali tal-Livelli ta' ċertu Kontaminanti fl-Għalf;", "Avviż Legali 98 ta' l-2005 – Regoli ta' l-2005 dwar Metodi għat-Teħid ta' Kampjuni u metodi ta' analiżi għall-kontroll uffiċjali tal-livelli taċ-ċomb, kadmju, merkurju u 3-MCPD fl-Għalf; Avviż Legali 99 ta' l-2005 – Regoli ta' l-2005 dwar Analiżi għall- Kontroll Uffiċjali tal-Għalf, 2004; u", "Avviż Legali 100 ta' l-2005 – Regoli ta' l-2005 dwar Kondizzjonijiet għar-Reġistrazzjoni ta' Stabbilimenti li joperaw fil-Qasam ta' l-Ikel ta' l-Annimali.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "RIŻOLUZZJONI DWAR EMENDA GĦALL-ISKEDA ANNESSA MA' L-ATT DWAR IT- TRASFERIMENT TA' ARTIJIET TAL-GVERN", "Ikompli mill-11 ta' April, 2005", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mario Galea.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Mr Speaker, billi hawn qbil fuq in-numru ta' seduti li se jittieħdu għad-diskussjoni li tagħlaq illejla, hemm qbil li ma jkunx hemm limitazzjoni ta' ħin.", "MR SPEAKER: Jiġifieri qed nissospendu r-regolament fuq il-ħinijiet.", "L- Onor. Noel Farrugia huwa in possession u jista' ikompli bid-diskors tiegħu.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, se nirrikapitola dak li kont qed ngħid il-bieraħ.", "Fid-dawl li għandna gvern li għandu politika ta' tiġdid u ta' new look - kif jgħidu n-nies moderni, għax forsi aħna tar-Rabat nitkellmu b'mod differenti – konna qed nistennew li mozzjoni sensittiva bħal din l- ewwelnett ma tkunx tkopri biss lill-produtturi tal-bhejjem, imma tkopri wkoll lill-produtturi tat-tjur u lill-produtturi li fil-farms tagħhom jipproduċu ħxejjex u frott u dawk li għandhom is-serer.", "Qed ngħid dan għar- raġuni li diġa` qegħdin tard wisq biex nagħtu dan is-support lir-raħħala, lill-bdiewa u lin-nies fl-agro-industrija tagħna ħalli jkunu jistgħu jsostnu l-investiment u l-kompetittivita` tagħhom issa li ilna kważi sena membri sħaħ fl-Unjoni Ewropea.", "Mr Speaker, aħna sorpriżi għax apparti li din ir-riżoluzzjoni jmissha ġiet approvata fis-snin preċedenti, din resqet b'mod li hija limitata biss għall- produtturi tal-bhejjem u mhux għall-produtturi tat-tjur, fniek, dawk li għandhom is-serer u dawk li jipproduċu l-uċuh tar-raba'.", "Ħassejt li għandi nikkritika wkoll il-fatt li, minkejja li nisimgħu ħafna diskors dwar kemm għandu jkun hemm iktar komunikazzjoni bejn naħa u oħra, f'dan il-każ din ma saritx.", "Illum il-ministru m'huwiex waħdu imma għandu wkoll segretarju parlamentari fil-ministeru tiegħu, allura kont nistenna li qabel ma titressaq din il-mozzjoni li resqet ġimgħa ilu, in-naħa tal-gvern kellha tikkommunika ma' din in-naħa tal-Kamra fuq xi ħaġa daqshekk sensittiva u ta' prijorita`.", "Għaldaqstant nixtieq nirrimarka li għall- futur aħna għandna niġu kkonsultati minn qabel dwar ħaġa bħal din biex dejjem nippromwovu l-ġid komuni, jekk in-naħa l-oħra trid li aħna nemmnu li veru qed iġeddu l-politika tagħhom.", "Il-punt l-ieħor li semmejt il-bieraħ huwa marbut mal-mod kif irridu nġeddu l-filosofija ta' dan is-settur.", "L-organizzazzjoni dinjija tal-kummerċ tgħid li 60% tal-kummerċ fid-dinja huwa l-ikel u x-xorb.", "U m'hemmx dubju li l-ikel u x-xorb huwa riżultat tal-biedja.", "Il-biedja tipproduċi l- materja prima u mbagħad il-qmuħ u ċ-ċereali jsiru fniek, ċanga, prodotti tal-majjal u dawk il-prodotti kollha li nsibu għax-xorb, għall-ikel fis- supermarkets, fil-ħwienet tal-laħam u tal-ħut, fit-take-aways u fil- grocers.", "Għalhekk irridu nifhmu li meta qegħdin nitkellmu fuq is-settur tal-biedja qed nitkellmu fuq 60% tal-kummerċ ta' dan il-pajjiż.", "Dan ifisser li l-familja Maltija tonfoq Lm60 minn kull Lm100 li taqla' fil- canteens fuq il-post tax-xogħol, għand il-pizzar, għand id-dolċier, għand tal-laħam u fis-supermarkets.", "Għaldaqstant biex aħna nsostnu l-ġid komuni, biex ikollna ekonomija li trendi, biex ikollna tiġdid li tabilħaqq isostni lil dan il-poplu u lill-miljun turist li jżurna rridu nġeddu din il-filosofija tagħna, ma nistgħux ngħidu li l-biedja tirrappreżenta 2% jew 4% biss tal-prodott gross domestiku tagħna.", "Il-biedja hija l-ikel u x-xorb ta' dan in-nazzjon u l-breakfast, il-lunch u d-dinner tal-miljun turist li jżuruna.", "Allura rridu naġġornaw ruħna f'dan is-sens ħalli nifhmu l-isfidi li tabilħaqq rridu nindirizzaw biex dan is-settur nagħtuh nifs ġdid u nsostnu l-eżistenza tiegħu fil- gżejjer tagħna.", "Kif kont qed nispjega l-bieraħ, il-Ħallieq fit-tielet jum nixxef parti mill- ilma li kien issepara fit-tieni jum u għaldaqstant kemm Għawdex u kif ukoll l-Awstralja li hija l-ikbar gżira kontinent fid-dinja, jiddependu mill- art, mis-sema u mill-baħar.", "U meta qed nitkellmu fuq l-użu ta' l-art, ta' min isostni li l-użu ta' l-art għandu jingħata lura lill-bidwi li finalment irid ikun hu li jipproduċi l-qmuħ u ċ-ċereali biex jieklu t-tjur u l- bhejjem, sija biex jipproduċu l-laħam u sija biex jipproduċu d-demel li dwaru nitkellem aktar tard.", "Mr Speaker, ta' sikwit nisimgħu lill-Prim Ministru, lill-Ministru u lis- Segretarju Parlamentari responsabbli minn dan is-settur jiftaħru kemm qed jagħtu sussidju lill-bdiewa u lill-biedja, imma huwa importanti li nfiehmu lill-poplu kemm il-biedja tagħti lura mingħajr ħlas lil pajjiżna.", "Hawnhekk teżisti wkoll ċerta suppervja.", "Ħalli nġib eżempju.", "Il-bieraħ meta kont qed ngħid kemm jonfqu l-gvern ċentrali u l-kunsilli lokali biex inaddfu r- roundabouts, jieħdu ħsieb il-ġonna u s-soft areas, jagħmlu l- embellishments, inaddfu l-bajjiet u jnaddfu t-toroq urbani u rurali u dawn l-affarijiet kollha, il-Ministru Pullicino qal li ċ-ċifra li semmejt jien hija tad-daħk għax hu jonfoq Lm2.4 miljun għas-sezzjoni li tieħu ħsieb ir- roundabouts u ġonna pubbliċi.", "Għalhekk mingħajr suppervja u mingħajr ma jipprova, mingħalih, idaħħak in-nies b'dak li nkunu qed ngħidu aħna - anke jekk ma jsibx ġurnalisti li bħas-soltu jipprovaw jimbuttawh ftit għax hu l- ministru u aħna hawnhekk niġu l-aħħar - nistieden lill-Ministru Pullicino jara d-daqs ta' l-art, li tinkludi l-ġonna u r-roundabouts, li hu jħallas Lm2.4 miljun lis-sezzjoni li tikkultivahom, u jiddividih f'100,000 tomna li qed jaħdmu l-bdiewa Maltin u Għawdxin biex iżommu din l-attivita` rurali, jagħmlu times Lm2.4 miljun u jara kemm dawn il-bdiewa qed jiffrankaw miljuni ta' liri lit-taxpayer Malti.", "B'dan il-mod il-poplu jibda jkollu filosofija ġdida fejn tidħol il-biedja u dan il-pajjiż forsi ma jkomplix dieħel ġol-ħajt imma jipprova jsostni l-investiment tal-biedja b'mod li jrendi għall-iżvilupp soċjo-ekonomiku ta' dawn il-gżejjer.", "Qed nitlob lill-ministru jagħmel dan il-kalkolu għax tan-naħa l-oħra għandhom ħabta jagħmlu kalkoli ħżiena.", "Il-ministru jħobb jilbes il-ġlekk li kulma jgħid hu kollox korrett, imma b'mod naïve qabad u vvota Lm18,000 fl-estimi ta' din is-sena biex iħaddem l-inċineratur mobile li hemm fil- biċċerija.", "Issa x'ġara llum?", "Dan l-inċineratur jiswa madwar Lm3,000 fil- ġimgħa bejn wear and tear u diesel.", "Jekk timmultiplika Lm3,000 għal 52 ġimgħa ssib li bejn Jannar u Diċembru l-ispiża titla' għal ferm iktar minn Lm150,000.", "Dan qed ngħidu biex insostni kemm għandna bżonn inkunu aktar koerenti, nitkellmu b'mod iktar responsabbli, nanalizzaw sewwa u mhux infajru bl-addoċċ għaliex mingħalina li għax aħna ministri nistgħu nirromblaw fuq kulħadd!", "Illum spiċċaw il-flus fil-biċċerija u qed issir pressjoni fuq l-uffiċjali tad-dipartimenti kollha biex jaraw minn fejn se jġibu l-flus ħalli jkompli jitħaddem l-inċineratur, biex isiru t-testijiet tal-BSE fuq il-bhejjem u t- testijiet tal-maximum residue levels fuq il-laħam li jipproduċu l-bhejjem.", "Qed isiru dawn il-laqgħat urġenti għax il-flus spiċċaw.", "Issa l-gvern, biex jillapazza quddiem din is-sitwazzjoni għaliex f'April diġa` spiċċaw il- fondi tal-biċċerija li kienu maħsuba li jservu sa Diċembru, ipprova joħloq good feel factor billi ġab din il-mozzjoni biex l-inkwiet li hemm fil- biċċerija jitfgħu taħt it-tapit.", "Dan m'huwiex il-mod kif jitmexxa ministeru daqshekk importanti fl- amministrazzjoni ta' dan il-pajjiż.", "Dawn huma affarijiet li juru kemm għandhom nuqqas ta' esperjenza u juru kemm huwa importanti li jagħtu aktar kas ta' dak li qiegħda tgħid l-oppożizzjoni fil-ftit ħin li jkollha biex tikkritika s-settur tal-produtturi tat-tjur u tal-bhejjem.", "Kont qed nispjega wkoll li ħafna mid-deċiżjonijiet li jittieħdu jkunu tad- daħk.", "Per eżempju, il-PRO tal-ministeru jippromwovi biex il-poplu jiekol prodott frisk, jiekol tiġieġ friski ta' Malta, imbagħad issib li l-istess gvern ma jixtrix prodott frisk għall-isptarijiet u għad-djar ta' l-anzjani, għal min l-aktar li jkollu bżonn nutrimenti biex ifiq, imma jixtri prodott iffriżat.", "Dawn huma affarijiet tad-daħk u rridu nammettu li m'hemmx tiġdid la fis-sinerġija, la fil-filosofija u lanqas fid-direzzjoni politika.", "Dan m'iniex qed ngħidu bi kritika personali, imma qed ngħidu bħala stat ta' fatt, ħalli kemm jista' jkun nipprovaw intejbu l-operat ta' dan il-pajjiż li fih jgħixu l-Laburisti, in-Nazzjonalisti u għada pitgħada jgħixu wkoll popli tal-25 pajjiż membru ta' l-Unjoni Ewropea.", "Irridu nifhmu li m'għadux iż-żmien li dawn l-affarijiet isiru ta' malajr u bl-addoċċ.", "Niġi għal punt ieħor li jkompli jħawwadni għax nara li m'hemmx konsistenza.", "Jien kont qed nistenna li l-gvern jispjega l-policy tiegħu rigward il- ħażna tad-demel f'dawn il-gżejjer.", "Mill-ftit riċerka li għamilt jirriżultali li mill-popolazzjoni tat-tjur u l-bhejjem f'Malta, apparti d- demel artifiċjali li nimportaw, diġa` nipproduċu ħafna aktar demel minn dak li, skond ir-regoli ta' l-Unjoni Ewropea, għandna bżonn biex nikkultivaw dawn il-100,000 tomna raba'.", "Nitlob li jikkoreġuni tan-naħa l-oħra jekk m'iniex korrett għax jien ħaddiem li rrid naqla' l-ħobża tiegħi, apparti li rrid nara l-kostitwenza u ma tantx jibqagħli ħin għal ċerti riċerki.", "Bħala shadow ministers mhux talli m'għandniex uffiċjal jew segretarju jew messaġġiera magħna, talli lanqas għandna ċertu back-up fid-dawl ta' l- iżvilupp kollu li seħħ permezz tas-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea.", "Biżżejjed ngħidu li l-liġijiet rigward is-sajd, il-biedja u l-iżvilupp rurali jirrappreżentaw 60% tal-budget u 60% tal-liġijiet ta' l-Unjoni Ewropea.", "Allura hija assurda li tippretendi li bniedem waħdu jlaħħaq ma' dan ix-xogħol kollu.", "Qed nispjega dawn l-affarijiet biex wieħed ikollu idea tal-commitments li rridu nlaħħqu magħhom aħna bħala shadow ministers għaliex mhux sewwa li dawn l-affarijiet ma jingħadux.", "Niġi għaIl-punt li kont qed nagħmel.", "Jirriżultali li f'Malta diġa` nipproduċu ħafna aktar demel minn dak li, skond ir-regoli ta' l-Unjoni Ewropea, għandna bżonn biex nikkultivaw dawn il-100,000 tomna raba'.", "Jien nixtieq li l-ministru jew is-segretarju parlamentari jispjega kemm il-farms kollha ta' Malta qegħdin jipproduċu aktar milli għandna bżonn skond ir-regoli ta' l-Unjoni Ewropea.", "Qegħdin nipproduċu d-doppju, it-tripplu jew xi seba' darbiet iktar demel milli għandna bżonn biex inkunu konformi mar-regoli li rridu nkunu aġġornati magħhom?", "Qed nagħmel din il-mistoqsija ħalli mbagħad niġi għat-tieni mistoqsija li rrid nagħmel: Wara li l-gvern qiegħed jgħid lir-raħħala tagħna biex jinvestu l-flus fil-farms tagħhom, jista' jagħti garanzija lil din il-Kamra li mhux se jkun il-każ li nnaqqsu l-produzzjoni minħabba li fi żmien ħames snin oħra jirriżulta li l-istocking density tkun qiegħda għolja?", "Qed nagħmel din il-mistoqsija għaliex kien hemm każijiet, fosthom fl-Olanda, fejn wara li l-industrija tal-majjal kienet ġiet mitluba tinvesti, għal raġunijiet ta' stocking density kellha tnaqqas il-produzzjoni tal-majjal b'25%.", "Għaldaqstant aħna ta' din in-naħa tal-Kamra, irridu nisimgħu dikjarazzjoni f'dan il-Parlament li dawk ir-raħħala stabbiliti llum f'pajjiżna li se jinvestu, minħabba produzzjoni għolja ta' demel li jipproduċu fl-irżiezet tagħhom, m'humiex se jnaqqsulhom il-produzzjoni fi żmien ħames snin oħra.", "Jekk għadna m'aħniex ċerti, aħjar niddikjarawhom dawn l-affarijiet, mhux biex noħolqu paniku, imma biex nifhmu lil xulxin jekk irridu niġġeddu u nkunu iktar tanġibbli f'dak li ngħidu u f'dak li nippreparaw għal dan in-nazzjon.", "Nerġa' nirrepeti li l-biedja m'hija xejn ħlief l-ikel u x-xorb ta' kuljum li għalihom kull familja tonfoq 60% ta' dak li taqla' għall-ħajja ta' kuljum.", "Mr Speaker, nirrepeti li huwa importanti li nkunu nafu x'inhu l-pjan tal- gvern rigward l-istocking density tat-tjur u l-bhejjem.", "Nistgħu niggarantixxu lil kull min se jagħmel l-investiment li fi żmien erba' jew ħames snin oħra mhux se ngħidulu biex inaqqas il-produzzjoni tiegħu għax l- Unjoni Ewropea tkun trid tnaqqas il-produzzjoni tat-tjur, tal-majjal jew tal-baqar ta' pajjiżna b'ċertu persentaġġ biex inkunu konformi mar-regoli tagħha?", "Mr Speaker, forsi l-ġurnalisti li qed jisimgħuni ma jifhmux xi jfisser dan il-pass, imma minn dak li jirriżultali llum, skond ir-regoli ta' l-Unjoni Ewropea pajjiżna diġa` qed jipproduċi ħafna iktar demel - jidhirli li t- tripplu u anke erba' darbiet aktar - milli għandna bżonn.", "Imma qed nitkellem mill-memorja u nixtieq li din l-informazzjoni tkun konfermata min- naħa tal-gvern.", "Nitkellmu straight forward ħalli nkunu nafu x'inhu l- pattern kollu u ma jiġrix kif ġara fil-każ tal-biċċerija.", "Il-ministru kien daqshekk naïve li fil-preparamenti tiegħu, anke biex imexxi dak li suppost jaf fuq ponot subgħajh, għamel estimi ħżiena u diġa` spiċċawlu l-flus.", "Qegħdin nitkellmu f'April u l-flus diġa` spiċċawlhom.", "Talbu Lm18,000 lill-ministru tal-finanzi biex iħaddmu l-inċineratur li diġa` spiċċawlhom u llum hemm diskussjonijiet kontinwi man-nies tad- dipartiment biex jaraw kif se jġibu l-flus ħalli jkunu jistgħu jixtru d- diesel li hemm bżonn għalih.", "Aħseb u ara kemm hemm flus ħalli jsiru t- testijiet fuq il-maximum residue levels fuq il-laħam u t-testijiet tal-BSE!", "Għaldaqstant bilfors irridu ngħidu lill-gvern biex ma jagħmilx xi ġennata oħra u wara li jġiegħel lir-raħħala Maltin u Għawdxin jinvestu u jżidu fil- produzzjoni jispiċċa jgħidilhom li l-Unjoni Ewropea mhux se tippermettilna li nipproduċu daqshekk.", "U meta għidt li jidhirli li diġa` qed nipproduċu xi erba' darbiet aktar demel milli għandna bżonn, jien qgħadt attent Ii ngħid li dan huwa apparti dak id-demel artifiċjali li nimportaw.", "Hawnhekk tqum it-tielet mistoqsija tiegħi.", "Jekk kemm-il darba veru jirriżulta dak li qed tgħid din in-naħa tal-Kamra, li abbażi tal-liġijiet ta' l-istocking density id-demel li tipproduċi l-industrija tat-tjur u l- bhejjem diġa` huwa ħafna iktar għoli, x'se tkun il-policy tal-gvern?", "X'se jsir minnu?", "Se nużawh għall-bio-diesel?", "Se jsir x'investiment anċillari?", "Fejn huma l-pjanijiet?", "Imma ħalli nerġa' mmur fuq il-biċċerija, Sur President.", "Il-gvern beda l-iżvilupp tad-deboning section fil-biċċerija.", "Il-Ministru Ninu Zammit li kien responsabbli mill-biċċerija kien daħħal il-biċċiera u llum, taħt il-Ministru Pullicino u taħt is-Segretarju Parlamentari Francis Agius, ħadd minn dawn il-biċċiera ma tħarreġ biex jagħmel id-deboning.", "Din is-sezzjoni se tiġi privatizzata?", "Għaliex għandek tipprivatizza xi ħaġa mingħajr is-snien?", "Għaliex bnejt l-impjant tad-deboning qabel ma rawwimt butchers biex ikunu kapaċi jagħmlu dan id-deboning?", "Issa għandna l-impjant lest, għalkemm hemm kwestjoni li kompliet tiggrava l-qagħda finanzjarja għax kien hemm target date sakemm ikun lest dan il-pjan, reġgħu ħarġu ħafna direct orders u bħas-soltu hemm ħallata ballata.", "Fil-media jidher li kollox miexi fuq ir-rubini, imbagħad malli tidħol mill- għatba 'l ġewwa ssib it-torri ta' Babilonja.", "Dawn huma fatti li qed jinħbew min-naħa l-oħra, imma min hu fil-mestier bħall-ħaddiema u l- uffiċjali jafu li l-oppożizjzoni qed tgħid il-verita` u qiegħda tikkristallizza s-sitwazzjoni.", "Għaldaqstant meta nafu li f'affarijiet sempliċi mhux talli mhux qed inġeddu talli qegħdin immorru lura, bilfors ikollna ninsistu li jkun hemm ċerti dikjarazzjonijiet ċari u konkreti min- naħa tal-gvern.", "Mr Speaker, hemm fatturi oħra li ninsistu fuqhom.", "Aħna rridu li fil- winding up il-gvern jagħtina time frames dwar meta din il-mozzjoni se tiġi estiża għall-industrija tat-tjur, partikolarment tas-simna u għall-farms tal-mushrooms.", "Meta nżur il-farms tal-mushrooms il-produtturi jgħiduli li kulmin jipproduċi xi ħaġa fil-biedja jieħu sussidju ta' 1c, 2c, 3c, 5c fil- kilo, imma huma ma jieħdu xejn.", "Nitlobhom jikkonfermawli jekk dan huwiex minnu, għaliex qed jiġri u meta dawn se jkunu sostnuti.", "Irridu time frame għal dawn il-miżuri għax ma nistgħu nikkompetu biss bil-bhejjem.", "Mr Speaker, qed ninsisti fuq dawn l-affarijiet għax qed nitkellmu fuq il- provvista ta' l-ikel frisk li l-istess gvern qed jirreklama li hija iktar nutrittiva.", "Il-gvern jaf li jekk il-poplu jiekol tiġieġ importati - bħalma jagħtuhom fl-isptarijiet tal-gvern u fid-djar ta' l-anzjani - se jkun qed jieħu ikel inqas nutrittiv.", "Dan qed jiddikjarah il-gvern, mhux aħna, permezz tal-billboards u permezz ta' l-uffiċjali li jirreklamaw fil-media li issa anke saru jikkritikaw lilna l-membri parlamentari.", "Ma nafx min qed jagħtihom dan il-power kollu meta f'dak li jipprovaw jikkomunikaw lill- bqija tan-nazzjon qed juru kemm huma naive.", "Nerġa' ngħid li din in-naħa tal-Kamra tinsisti li l-gvern jiċċara l- pożizzjoni tiegħu dwar l-istocking density għaliex lilna jirriżultalna li hija madwar erba' darbiet ogħla minn dik li l-Unjoni Ewropea tistabbilixxi fir-regoli tagħha għall-pajjiżi fi ħdanha.", "Dan huwa minnu?", "Jekk mhux minnu, fejn qegħdin?", "Qed insostni fuq dan il-punt biex mhux biss ma nispiċċawx bi kriżi fil-biċċerija, fejn diġa` spiċċaw il-flus ivvotati li suppost kellhom iservu sa Diċembru li ġej, imma biex ma nkunux ukoll ġegħilna lill-produtturi tal-bhejjem jinvestu fl-irziezet tagħhom u mbagħad erba' snin oħra ngħidulhom li jridu jnaqqsu l-produzzjoni għax skond ir- regoli ta' l-Unjoni Eworpea aħna qed naqbżu l-ammont ta' demel li suppost nipproduċu.", "Għan-nom ta' l-oppożizzjoni qed nagħmilha ċara li fil-prinċipju naqblu ma' din ir-riżoluzzjoni, pero` l-gvern irid ikun iktar konkret fit-targets tiegħu.", "Ma nistax nippermetti li jkun hawn lapazz fuq l-ikel tal-poplu, fuq l-ikel tat-turist - meta ż-żewġ naħat naqblu li l-ikell frisk huwa iktar nutrittiv - għax nispiċċaw li ma jkollniex biżżejjed ikel frisk biex insostnu d-domanda li għandna f'pajjiżna.", "Kif diġa` spjegajt irridu nġeddu l-filosofija tagħna dwar is-settur tal- biedja għax l-ikel u x-xorb huwa kollu frott il-biedja.", "Il-familji Maltin u Għawdxin jonfqu Lm60 minn kull Lm100 li jaqilgħu f'ikel u xorb u allura rridu nagħtu iktar sura lil dawn l-argumenti tal-biedja vis-a`-vis il-ġid tal-familji Maltin u l-Għawdxin.", "Qed ninsisti li jkun hemm targets ċari għax permezz tal-ministru u s-segretarju parlamentari l-gvern wera kemm huwa naive meta vvota Lm18,000 biex iħaddem l-inċineratur għal sena sħiħa u mbagħad l-ispiża titla' għal iktar minn Lm150,000.", "Minħabba f'hekk illum inħoloq chaos fil-biċċerija.", "Il-ħaddiema għandhom pressjoni sħiħa għax ma jafux minn fejn se jġibu l-flus biex iħaddmu l-inċineratur għax wieħed jista' jimmaġina x'jiġri jekk iħallu dawk l-annimali jintnu!", "Immaġina x'jiġri jekk ma jkomplux jagħmlu t-testijiet tal-BSE u t-testijiet tal- maximum residue levels fuq il-laħam li jipproduċu r-raħħala tagħna biex insostnu ċerti standards!", "Aħna rridu wkoll li l-gvern jagħti time frame ta' meta din il-mozzjoni se terġa' titressaq f'din il-Kamra biex tinkorpora l-farms tal-fniek, il-farms tal-mushrooms, il-farms tat-tjur tas-simna, il-farms tas-serer, l-uċuh tar- raba' ħalli l-bdiewa jinvestu b'mod li jkunu jistgħu jsostnu l-attivita` ekonomika tagħhom, id-dħul tal-familja tagħhom u l-kompetittivita` li jirrikjedu fl-iqsar żmien possibbli ħalli ma jitilfux l-ispazju fis-suq.", "Mr Speaker, il-gvern kontinwament jiftaħar li jagħti s-sussidji lil dan is- settur u l-mezzi tax-xandir jgħinuh f'dan u ċerti ġurnali jonfħuhom iktar milli suppost, imma b'dan l-infiħ kollu m'aħna qed naslu mkien.", "Għalhekk irridu li l-gvern jagħmel dikjarazzjonijiet ċari anke dwar il-politika agri- turistika tiegħu għax nafu li 'l quddiem ma jkunx hemm biss il-kwestjoni ta' l-istocking density li xxekkel l-iżviluppi li jkunu qed isiru fl- irziezet.", "'Il quddiem se titwessa' iktar il-kultura taċ-ċittadini Maltin u Għawdxin f'dak li huwa żvilupp agri-turistiku.", "Imbagħad nibdew naraw ċerti spekulaturi li iktar ikollhom għal qalbhom l-investiment milli l-biedja u l- ikel frisk - li nerġa' ngħid jagħmel sew il-gvern li jappella lill- konsumatur u lit-turist biex jiekol ikel frisk għax huwa iktar nutruttiv – u nispiċċaw b'xi viżjonijiet oħra u bħas-solltu l-batut ikompli jbati.", "Naturalment min ikollu għanijiet speċifiċi jkompli jindirizzahom għax xi ħadd ikun qed jagħtih is-support li jkollu bżonn u jkun jista' jispjega lilu nnifsu, biex ma ngħidx affarijiet oħra.", "Għaldaqstant jekk kemm-il darba jirriżulta, kif qed tgħid l-oppożizzjoni, li bl-istocking density li għandna qed naqbżu bi tliet darbiet jew erba' darbiet l-ammont ta' demel li suppost nipproduċu, skond ir-regoli ta' l- Unjoni Ewropea, biex aħna ndemmlu l-100,000 tomna li għandna f'Malta u Għawdex, xi pjanijiet se jagħmel biex jevita din il-problema li hija marbuta ma' l-iżvilupp tal-farms tal-bhejjem?", "Għax huma jipproduċu dan id- demel, jiġifieri ma noqogħdux ngħidu li dawn m'għandhomx x'jaqsmu.", "Il- produtturi taċ-ċanga u tal-ħalib u l-produtturi tal-majjal li se jagħmlu l- investiment fl-irziezet tagħhom se jkunu assigurati li 'l quddiem mhux se jkollhom inaqqsu l-produzzjoni minħabba li jkunu qed jipproduċu iktar demel minn dak li huwa stabbilit mir-regoli ta' l-Unjoni Ewropea, skond id-daqs ġeografiku ta' pajjiżna?", "X'se jsir, x'inhuma l-pjanijiet tal-gvern?", "Għax jekk il-gvern jgħid li se jkun konformi u stop, mhux se nemmnuh.", "Inkun jien l-ewwel wieħed li mmur inżur lill-koperativi u ngħidilhom biex jinsistu li jagħtuhom l-informazzjoni ċara ħalli ma jdaħħluhomx ġol-ħajt kif daħħlu lill-ħaddiema kollha tal-biċċerija llum.", "Tawhom budget sabiex jaħdmu minn Jannar sa Diċembru u diġa` spiċċawlhom il-flus meta għadna lanqas għaddejna nofs April!", "Mela importanti li ma nkomplux ngħaffġu u importanti li nkunu sensittivi.", "Il-punt l-ieħor li rrid insemmi huwa x'se jiġri fuq dawk l-irziezet li minħabba l-iżvilupp li seħħ f'pajjiżna f'dawn l-aħħar 30 sena aktar ġew f'żoni urbani milli baqgħu f'żoni rurali.", "X'inhi s-sitwazzjoni ta' dawn il- produtturi?", "Se ngħidulhom li ma jistgħux joperaw u mhux se nagħtuhom post ieħor?", "Għandna żoni fejn nistgħu nibagħtu lil dawn ir-raħħala u ma nħalluhomx fejn huma?", "Ippreparajna għal dawn l-affarijiet jew sempliċement se npoġġu l-giljottina fuq ras dak li jkun?", "Hekk hemm bżonn isir u hekk isir, faċli!", "Imma meta qed nitkellmu fuq il-politika tal-gvern li ssostni li l-produzzjoni friska lokali hija aktar nutrittiva importanti li nkunu aktar sensittivi.", "Sur President, dan kien il-punt tagħna, li tmint ijiem wara li tressqet din il-mozzjoni li hija daqstant sensittiva qed niddiskutuha f'dan il- parlament, meta kellu jkun hemm aktar diskussjoni ma' din in-naħa tal-Kamra għax aħna għandna pariri siewja x'nagħtu.", "Nerġa' ngħid li kieku konna kkonsultati qabel ma tressqet il-mozzjoni aħna konna nsostnu li din ma tkoprix biss is-settur tal-bhejjem imma tkopri s-settur sħiħ tal-biedja.", "Jekk aħna nemmnu bl-investiment ...", "Illum, kollox sew, ikollok uffiċjal fid-dipartiment u jmur għand producer organisation u jgħidilha: Jew taċċetta dawn il-kondizzjonijiet jew inkella jien ma jdoqqlix dak li qed tiddeċiedi inti!", "Qed nirriferi - għal min irid jifhimni between the lines - għall-producer organisation ta' Għawdex u l-problemi li hemm fir-rigward tad-tadam.", "Meta qed ngħid dan qiegħed ngħid biżżejjed.", "Għalhekk qed ninsisti li jkun hemm ċerti dikjarazzjonijiet ċari ħalli ma toħolqux il- problema intom stess għax mingħalikom li tifhmu f'kollox, imma fil-fatt deħlin ġol-ħajt u ma tafux x'qed jiġri!", "Biżżejjed ngħid li fl-estimi tagħkom lanqas ivvotajtu flus biżżejjed biex tmexxu l-biċċerija.", "Għaddejjin bl-iżvilupp u lanqas għandkom flus biex tagħmlu t-testijiet għal-livell tar-residwi tal-laħam, tridu taraw minn fejn se tillapazzaw u ġġibu l-flus, anke biex tħaddmu naqra ta' generator!", "Ara x'kalkoli tagħmlu!", "Dażgur, kulħadd tiela' Brussels u kulħadd sejjer hemm u hawn u ħadd ma jaf fejn qiegħed!", "Allura mhux bilfors ikun hemm dan il-karnival!", "Sur President, ma jistax ikun li dawn l-affarijiet jibqgħu għaddejjin.", "U dan qed ngħidu għall-ġid tagħkom ukoll ħalli n-nies ma jdurux kontra tagħkom.", "Jien konvint li dan id-diskors ma tisimgħuhx mingħand l- oppożizzjoni intom jekk tridu tkunu nies prattiċi.", "Dan l-aħħar intom stess faħħartu produttur li nefaq aktar minn Lm600,000 fejn ħaddieħor nefaq Lm20,000 u Lm80,000 u għadu ma ġiex konformi mar- regolamenti.", "Kellu jgħidhom hu, qalhom pubblikament u ħadtu l-passi!", "Dan ġigġifogu!", "Mhux qed ngħidilkom personalment, imma teatrini dawn!", "Daħħluhom f'moħħkom!", "Qed iddaħħlu l-gvern tagħkom ġol-ħajt!", "Qegħdin iddaħħku n-nies!", "Ikun hemm imprenditur li nvesta Lm0.5 miljun u minn 20ċ spejjeż tagħtuh lċ!", "Din għajnuna?", "Tad-daħk!", "Għalhekk in-nies jgħidulkom li dħaktu bihom.", "Oqogħdu attenti għax m'intomx twasslu dak li obbligati li twasslu.", "Għalhekk aħna ma nafdawkomx aktar.", "Ma nafdawkomx aktar għax kollok fażull!", "Ħafna preżentazzjonijiet tajba, ħafna artikoli tajbin fuq il-gazzetta u stop!", "Qed tagħmlu xi ħaġa tajba, mela le!", "Dażgur li qed tagħmlu xi ħaġa tajba meta qed tagħtu ċens għal perijodu ta' 50 sena lill-produtturi tal-bhejjem biex ikollhom ċans jinvestu.", "Imma issa qed tagħtuhulhom, fis-sena 2005, meta kważi ilna sena fl-Unjoni Ewropea!", "Għax m'għamiltuhomx qabel dawn l- affarijiet, meta għednielkom aħna?", "Mela aħna bilfors irridu nibdew dejjem tard biex inkunu kompetittivi?", "Ara biex naqtgħu jumejn leave lill- ħaddiema, hemmhekk ejja ħa mmorru!", "Ara biex narmu l-baħar Euro 30 miljun fuq ix-xirja nazzjonali taz-zokkor u ħadd ma jaf xejn, hemmhekk ejja ħa mmorru!", "Imbagħad fuq dawn l-affarijiet nirrumblaw.", "Għandna ħafna attivita` kontra tagħna fis-settur tal-biedja, allura ħalli nivvintaw xi ħaġa biex nidhru sbieħ!", "U dan hu perikoluż.", "Sur President, huwa perikoluż ukoll - u aħna rridu nkunu nafu għaliex – il- fatt li l-gvern ma ppreżentax mozzjoni li tkopri s-settur tal-biedja kollu.", "Irridu nkunu nafu wkoll it-time frame ta' meta din il-mozzjoni se tiġi estiża għas-settur kollu, għax inkella ma nħallukomx kwieti.", "Dawn il- familji jridu jsostnu l-għajxien tagħhom.", "Min jipproduċi t-tiġieġ, il- fniek, il-mushrooms, min għandu s-serer, min jipproduċi l-frott u l-uċuh tar-raba', dak ukoll għandu dritt li jingħata support!", "Hu għandu d-dritt li jtellaq bħalma għandhom dritt itellqu dawk li jrabbu l-bhejjem.", "Dan qed ngħidu għax il-ħin kollu nagħmlu xi ħaġa biex inżellġu l-affarijiet u jkollna xi ħaġa fuq l-aġenda tal-pajjiż!", "Tkun xi ħaġa tajba veru u allura kulħadd jaqbel li hija xi ħaġa tajba, imma mbagħad tibda tisma l- problemi wara.", "Fl-introduzzjoni li għamel il-ministru ma tax rendikont tal- pożizzjoni tal-koperativa tal-majjal u taċ-ċanga u tal-ħalib?", "Għaliex?", "X'inhuma r-riservi tagħhom?", "F'dibatittu ta' din ix-xorta għandu l-gvern jispjega lill-membri taż-żewġ naħat tal-Kamra x'kienu l-views ta' dawn il- koperativi?", "Kif diġa` għedt, fi tmint ijiem jien ma kellix ċans inġib l- informazzjoni mingħand dawn in-nies nagħmel l-analiżi dettaljata, imma se nagħmilha.", "Kont qed nagħmilha l-ġimgħa l-oħra u nkompli nagħmilha.", "Pero` għaliex kull darba nispiċċaw biex infettqu, infettqu u nieħdu deċiżjonijiet ta' malajr!", "Kif kont qiegħed nispjega, qed ngħidu lill-poplu sabiex jiekol laħam abjad frisk.", "Hija xi ħaġa tajba.", "Allura min qed jagħti l-kura fl-isptarijiet u fid-djar ta' l-anzjani għaliex qed jagħtihom tiġieġ iffriżati li skond il- gvern huma inqas bnini u inqas nutrittivi?", "Jagħmel sens dan?", "Irridu nammettu li dan ma jagħmilx sens.", "Sar sforz?", "Għamiltu laqgħat?", "Aħna lesti li nlaqqgħukom ħalli nagħmlu evalwazzjoni ta' jekk hux possibbli", "li r-raħħala tagħna jilħqu dan it-target bl-istess prezz.", "Għamiltuh dan l- eżerċizzju?", "M'għamiltuhx!", "Jien konvint li ħafna produtturi tat-tiġieġ tas- simna m'humiex iħallsu u jġeddu l-liċenzja tagħhom biex jipproduċu għax tant hawn daqqa kbira fis-suq!", "Jiena ma nafx kif f'kollox tieħdu żball!", "Il-media officer tagħkom kiteb artiklu fuq \"The Times\" u qal li Noel Farrugia ma jafx x'inhu jgħid meta qed jgħid li l-produzzjoni tat-tjur tas- simna waqgħet b'40%, għax skond l-istatistika huwa kkonfermat li waqgħet bi 18% jew 17%.", "Imbagħad l-istess statistika tiddikjara - qum u kkonfermaha jew iċħadha sur segretarju parlamentari – li t-tjur tas-simna waqgħu bi 30%!", "Veru li skond din l-istatistika ma waqgħux b'40%, waqgħu bi 30%, imma ma waqgħux bi 17% kif qed tgħidu intom.", "Għaliex?", "Għax ma tifhmux u ma tapprezzawx li din in-naħa tal-Kamra fil-kritika tagħha qiegħda tipprova taġġornakom biex tmexxu politika li tabilħaqq tindirizza l-akbar ġid komuni.", "U dan inħass!", "Jien kont nippretendi li fuq mozzjoni bħal din tiġu tkellmuna biex taraw x'riżervi għandna.", "X'hemm ħażin li tagħmlu hekk?", "X'inhi the new look?", "Li nagħmlu d-dieta biss?", "Li ngħidu li għandna nieklu ikel frisk?", "X'inhu dan it-tiġdid tal-politika Nazzjonalista?", "Li ntajru lil Johnie Dalli u ntajru lil dak u lill-ieħor?", "X'hemm on the ground?", "M'hemm xejn!", "Deħlin ġol- ħajt!", "Aħna dak li qed insostnu magħkom.", "Aqbdu magħna personalment, ikkritikawna personalment.", "Il-ministru lili jgħidli \"il-profeta l-iswed\".", "Jgħidli li jrid!", "Ħalli ngħid lill-ministru x'ngħid jien li hu mhux kapaċi jgħid lill- poplu.", "Ministru, fil-winding up tiegħek għid lill-poplu kemm naqset l- importazzjoni tal-ħaruf u taċ-ċanga!", "Għidilhom jekk hux veru li sirna nimportaw ċanga tal-baqra minflok ċanga ta' l-għoġġiela!", "Jekk qed titkellem fuq il-kwalita` tal-ħajja u ta' l-ikel għidilhom li Alla ħoloq il- baqra u l-għoġol differenti, u għalhekk l-għoġol jipproduċi aktar laħam ta' kwalita` għax fil-ġenetika tiegħu l-għoġol ma jipproduċix erieħ, ma jipproduċix ħalib barra ċ-ċanga.", "U llum spiċċajna nimportaw laħam tal- baqra għar-ristoranti u għall-butcher shops tagħna.", "Ara kemm kontu tgħidu li konna ngħixu f'faqar fi żmien gvernijiet Laburista, pero` lanqas qatt ma konna nimportaw laħam tal-baqra, iżda dejjem importajna laħam taċ-ċanga ta' l-ogħla kwalita`!", "Arawhom dawn l- affarijiet għax jekk mingħalikom li lil dan il-poplu m'intomx iddaħħluh ġol- ħajt, lanqas tafu kemm qed jgħarralkom!", "U dan kollu għas-suppervja tagħkom għax aħna anke f'leġislaturi oħra konna ngħiduh dan!", "Kunu onesti u għidulu lill-poplu llum kemm huma l-prezzijiet ta' ċerti prodotti ta' l-ikel u għaliex għolew!", "Għaliex ma tgħidulhomx?", "Kulma tistgħu tgħidu hu li jien għadni marbut mal-passat, pero` min jismagħkom jidħak bikom illum!", "Min jismagħkom jinduna li m'għandkomx xi tgħidu, jinduna li qiskom frak tal-karawett meta tgħidu hekk għaliex il-fatti qed jiġru.", "Il-flus mill-bwiet tan-nies qed jinxfu għax m'intomx tmexxu lill- pajjiż tajjeb, għax għandkom illużjoni.", "Jekk tridu tiġġeddu, ġeddu l- filosofija politika tagħkom għax jaħasra qed iddaħħlu lill-pajjiżna ġol- ħajt.", "Issa intom li għandkom in-new look, li ħadtu over dawk li kellhom l-old look, li nzertajtu segretarju parlamentari u ministru ġdid, tridu ssuqu l- karru llum u m'intomx issuquh.", "Jekk mingħalikom li qed issuquh agħmlu l- eżami tal-kuxjenza, tkellmu ma' sħabkom ġodda u qodma, u taraw li m'intomx qed issuquh.", "Sur President, jien irrid nagħlaq fuq suġġeriment li nemmen li għandna nikkonsidraw aktar bis-serjeta`.", "Jien lest li nappoġġja mozzjoni oħra li l- gvern għandu jressaq immedjatament sabiex din il-mozzjoni tal-lum tkun estiża ħalli tkopri l-produtturi tat-tjur u l-bhejjem kollha, il-produtturi tal-ħxejjex u frott, u lill-produtturi fis-settur wiesgħa ta' l-agro- industrija.", "Irridu nifhmu li l-għaġġla mhux ġejja mill-fatt li qed nagħmlu l-kritika aħna, imma hija meħtieġa għax diġa` qegħdin tard wisq.", "Sur President, ma jagħmilx sens li ngħaddu ġimgħa niftaħru fuq ix-xandir u fuq il-gazzetti li għamilna hekk u għamilna hekk, meta nafu li qed nolqtu settur partikolari biss.", "Jien nifhem li dan is-settur forsi huwa l-aktar li għandu spejjeż, imma dak mhux il-każ.", "L-ispejjeż m'humiex biss għall- investiment, imma għal ħafna fatturi oħra.", "Għoliet il-bolla, it-taxxa, is- servizz tad-dawl u l-ilma, għad hemm l-assigurazzjonijiet, għad hemm il- kwestjoni tal-kontrolli, għola l-prezz ta' l-għalf, tal-mediċini u tal- fertilizzanti.", "Dawn kollha huma spejjeż kbar li qed jifnu d-dħul ta' min aħna qed ngħidulu sabiex jinvesti!", "Dawn huma kollha fatturi li se jkomplu jiġru għax ma naħsibx li se tagħtuna garanzija li l-għalf se jorħos, li d-dawl u l-ilma se jorħos, li t-taxxi se jonqsu, li n-national insurance contributions se jonqsu għax għollejtuhom!", "Il-bdiewa u r-raħħala llum ikollhom iħallsu l-kontribuzzjoni sħiħa tas- sigurta` soċjali, m'għadniex nissussidjawha din!", "Hemm min tiswieh Lm200 fis-sena, min tiswieh Lm300, Lm400 jew Lm500 fis-sena u aktar ma jogħlew l- ispejjeż aktar ikollok tgħolli dawn l-affarijiet.", "Jiġifieri importanti li nagħmlu evalwazzjoni ta' dawn iċ-ċirkostanzi għax qegħdin f'sitwazzjoni fejn ma tantx hawn arja fejn wieħed jagħmel kuraġġ biex isostni ċertu investiment.", "U intom bħalna tiltaqgħu man-nies u kulħadd jgħidilkom li l- qligħ qiegħed dejjem jinxef.", "Jien minn dejjem kont ngħid li aħna niddependu mill-kobor tad-dinja u mhux mill-kobor ta' l-Unjoni Ewropea biss meta aħna pajjiż importatur nett.", "Il- kompetittivita` tagħna tiġi mill-kobor tad-dinja.", "Għandna l-Awstralja fejn huwa s-sajf u għandna l-Ewropea fejn hemm ix-xitwa fl-istess ħin u aħna, għax aħna importatur nett, naraw fejn ikun l-irħas prodott kuljum fis-sajf u fix-xitwa mingħajr ma nistennew disa' xhur biex nimportaw.", "Pero` dan ma jgħoddx għalikom u għal min jifhem, għandu jkun jgħodd għal nies bħali biss fortunatament.", "Imma l-klima hija wieħed mill-fatturi ewlenin li jidderieġu u jiddettaw il-prezzijiet f'dan is-suq.", "Fil-qasam tas-saħħa t- tobba jifhmu mod ieħor; jgħidu li jekk bniedem jilbes ħwejjeġ tas-sajf fix- xitwa jieħu bronkite.", "U jekk wieħed ma jsibx tabib tajjeb jitfgħu taħt it- trab, mhux taħt it-tapit.", "Jiġifieri dan hu s-sens komun bażiku, u mhux qiegħed hemm.", "Sur President, nixtieq nistaqsi wkoll jekk il-gvern għandux skemi preparati biex jgħin iktar lir-raħħala fl-investiment li jrid isir.", "Hemm investiment qawwi, imma fl-istess ħin minħabba l-penetrazzjoni ta' l-importazzjoni l- marġini tal-profitt mhux dejjem qed ikun b'saħħtu, jiġifieri rridu nieħdu konsiderazzjoni ta' dawn l-aspetti wkoll.", "U kif ġie evalwat dan l-aspett?", "Issa m'iniex qed nirriferi għall-kwestjoni ta' l-istocking density, imma għall-kwestjoni tal-profitability li tirriżulta llum fost il-produtturi tal- ħalib, taċ-ċanga u tal-majjal.", "In the long term dawn il-produtturi se jonqsilhom is-sussidju wkoll għax għamilna ftehim li iktar ma jgħaddu s-snin iktar jonqos is-sussidju.", "Din il-bidla kif se teffettwa l-investiment li jridu jagħmlu r-raħħala?", "X'se jiġri mbagħad?", "Se ndaħħlu liġijiet oħra biex naraw kif ngħinuhom?", "Sur President, forsi nistgħu ngħidu li din il-miżura se tkun tapplika għall- biedja biss u ma jistax ikun hemm spekulazzjoni.", "Imma anke jekk nieħdu l- qasam tal-mediċina jien nismagħhom jgħidu li t-tobba ma jagħtux il-morfina, imma mbagħad niltaqgħu ma' każi li għal xi raġuni jew oħra jkollhom jagħtuha għaliex ma jkunx hemm x'tagħmel.", "M'għandekx tagħtiha biex tnaqqas ċertu uġigħ lill-pazjent?", "U fl-ekonomija jiġri l-istess.", "Illum qed tgħid li dan ir-razzett mhux se tħallih jintuża għal xi żvilupp ieħor imbagħad f'medda ta' sentejn, tlieta l-atmosfera tinbidel għax l-importazzjoni tkompli tnaqqas is-saħħa tas-suq tiegħek, il-marġini tal-profitt ikompli jonqos u l-attivita` ma tibqax trendi.", "Il-gvern kif qed jipproġetta li jilqa' għal ċirkostanzi bħal dawn?", "Hemm assigurazzjoni li se tkopri dak l- investiment?", "Per eżempju, illum nafu li min jagħmel investiment f'dar privata jkollu assigurazzjoni li tkopri dak l-investiment li qed jagħmel.", "Issa ladarba l- produttur se jkollu f'idu dik l-art għal 50 sena, din l-assigurazzjoni se tkun possibbli.", "Imma jekk kemm-il darba jkun hemm diffikultajiet minħabba l-qagħda attwali fejn il-profitti dejjem qed jinxtorbu minħabba żidiet fil- bolla, fit-taxxa, fil-mediċini, fl-għalf ta' l-annimali u f'affarijiet oħra, x'se jiġri?", "Qed nistaqsi x'jiġri f'dawn l-eventwalitajiet mhux biex inkun negattiv, imma għax dawn diġa` qegħdin ma' saqajna.", "Din is- sitwazzjoni diġa` qed iddejjaq u taqta' qalb ħafna raħħala.", "Imbagħad ikun inutli li noqogħdu nġibu l-argumenti li dak ir-razzett għandu l-ħmieġ għax m'għandux tinda u m'għandux affarijiet oħra skond ir-regoli ta' l-Unjoni Ewropea.", "Illum lanqas il-gvern stess m'huwa konformi mar-regoli ta' l-Unjoni Ewropea f'postijiet li huwa responsabbli minnhom hu.", "Il-gvern m'għandux ikun konformi ma' l-istandards ta' l-Unjoni Ewropea?", "Qed ngħid hekk għax l- imħażen fejn hemm is-section tal-frott fil-pitkalija huma perikolużi.", "Hemmhekk jekk ittir xi pjanċa bir-riħ tista' toqtol bniedem.", "Jiġifieri lanqas il-gvern m'għandu flus biex jagħmel tinda u jirranġa l-imħażen ħalli ma jkunx hemm periklu għan-nies li jmorru hemm.", "Lanqas il-ministru m'għandu flus biex imexxi l-biċċerija llum.", "Allura kif tippretendi li r- raħħala għandhom il-flus biex jagħmlu dan l-investiment kollu?", "Sur President, nispera li b'mod ġenwin wassalt il-messaġġ.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joseph Cassar.", "ONOR.", "JOSEPH CASSAR: Mr Speaker, xtaqt nibda billi nfakkar lill-poplu Malti fuqiex qed nitkellmu.", "Hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq riżoluzzjoni - li tressqet il-bieraħ mill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l- Intern u mill-Ministru għall-affarijiet Rurali u Ambjent – u tgħid hekk:", "\"Illi din il-Kamra tirriżolvi li:", "Fil-paragrafu 4 ta' l-Iskeda annessa ma' l-Att dwar it-Trasferiment ta' Artijiet tal-Gvern (Kap. 268) minnufih wara subparagrafu (c) tiegħu għandu jiżdied is-subparagrafu segwenti:", "\"(d) jekk tikkonsisti f'art li tiġi mogħtija għal ħamsin (50) sena għall-irziezet lil raħħala liċenzjati biex irabbu l-majjal u/jew il- baqar.\".", "Dan qed ngħidu għax, bir-rispett kollu għall-Onor.", "Noel Farrugia, din l- aħħar siegħa kienet qisha r-risposta tal-budget speech tal-ministeru responsabbli mill-agrikoltura.", "Id-diskussjoni li għandna llum hija dwar ir- riżoluzzjoni.", "Jien naħseb li kienet tkun ħaġa sabiħa kieku l-oppożizzjoni qaltilna jekk taqbilx jew le mar-riżoluzzjoni.", "Jekk stajt nifhem tajjeb jidher li l-oppożizzjoni taqbel mar-riżoluzzjoni u se tivvota favur, imma smajna ħafna affarijiet li forsi jista' jkun li jħawdu moħħ il-poplu Malti meta qegħdin nitkellmu fuq xi ħaġa pożittiva għar-raħħala Maltin.", "Nibda biex ngħid li hawn Malta għandna 241 raħħala tal-baqar u l-majjali full time li jinqasmu f'145 li jrabbu l-baqar u 96 li jrabbu l-majjali, filwaqt li part-time għandna 137.", "Jiġifieri qegħdin nitkellmu fuq riżoluzzjoni li tista' teffettwa 378 raħħal tal-baqar u l-majjali.", "Ħafna mill-irziezet ta' dawn ir-raħħala jinsabu fuq proprjeta` tal-gvern jew ta' l-uffiċċju konġunt.", "Issa biex ikun possibbli li l-banek jagħtu self għal dan ix-xogħol, il-banek qegħdin jitolbu li r-razzett ikun frank jew ċens fit-tul bħala assigurazzjoni.", "Mela dan diġa` huwa pass pożittiv li bih il-gvern qiegħed jgħin lir-raħħal.", "U hawnhekk irrid insellem lir- raħħala tad-distrett li noħroġ fuqu jien, il-11-il distrett, fejn hemm ħafna raħħala tal-baqar u l-majjali u żgur li din ir-riżoluzzjoni se tgħinhom u ċert li se jirringrazzjawna.", "Il-kabinett tal-ministri fil-fatt iddeċieda li r-raba' tal-gvern li qiegħed jintuża għat-trobbija tal-baqar jew tal-majjali se jingħata b'ċens għal 50 sena, ħaġa li fl-opinjoni tiegħi hija pożittiva.", "Kif diġa` għedt, se jiġu kkonsidrati r-raħħala liċenzjati kollha li jrabbu l-baqar u l-majjali kemm full time kif ukoll part-time, pero` l-konċessjoni - u din tagħmel sens - se tkun biss għat-trobbija tal-bhejjem u l-attivitajiet relatati mat- trobbija.", "Jiġifieri dawk ir-raħħala li għandhom art u proprjeta` iktar minn dik li se tkun użata għat-trobbija, ovvjament dik l-art barra l- bordura tar-razzett mhux se tiġi kkonsidrata.", "Dan jagħmel sens għax ir- riżoluzzjoni tirriferi biss għall-art li tintuża għat-trobbija tal-majjali u tal-baqar.", "Iċ-ċens imbagħad se jkun rivedibbli wara 25 sena, jiġifieri għandhom 25 sena moħħhom mistrieħ.", "Ħaġa oħra li se tkun pożittiva u ta' serħan il-moħħ hija l-fatt li meta jagħlaq, iċ-ċens se jkun jista' jiġġedded.", "Ir-raħħala se jkunu responsabbli għall-ispejjeż ta' kull żvilupp li jsir skond il-permessi meħtieġa.", "Ir-raħħal ikun jista' jittrasferixxi ċ-ċens lil raħħala oħra għall-istess skop tat-trobbija.", "Jiġifieri jekk xi ħadd ikollu xi ħadd jiġi minnu li huwa raħħal se jkollu moħħu mistrieħ li jista' jsir trasferiment.", "Naħseb li din ukoll hija xi ħaġa pożittiva ħafna.", "Pero` l-kummissjoni ta' l-artijiet jew ir-rappreżentant tagħha jkollu d- dritt - u naħseb li din kulħadd jifhimha - li jidħol fir-razzett biex jiċċertifika li l-kondizzjonijiet tal-kirja qegħdin jiġu rispettati.", "Naħseb li f'kull pajjiż irid ikun hemm ċerti kontrolli meta xi ħadd jagħti xi ħaġa b'xejn jew bi prezz minimu.", "Wieħed irid jifhem li dawn il- kontrolli jridu jsiru, pero` mhumiex xi kontrolli ta' barra minn hawn.", "Barra minn hekk, il-kummissjoni ta' l-artijiet ikollha d-dritt tittermina ċ- ċens jekk jinkisru l-kondizzjonijiet tal-kirja.", "Din tagħmel sens ukoll, fl- opinjoni tiegħi.", "Mr Speaker, safejn naf jien, s'issa tkellimna fuq affarijiet pożittivi, affarijiet li min-naħa l-oħra ma smajt xejn dwarhom.", "Jien nifhem li għandhom jissemmew affarijiet oħra, allavolja m'humiex f'dan il-kontest.", "Nifhimha għax għamiltha jien stess fi drabi oħra, pero` li ma jissemma xejn fuq riżoluzzjoni pożittiva għar-raħħala ta' dan il-pajjiż, ma nifhimhiex.", "Ma nifhimx għalfejn ma kellhomx jgħidu: Iva tajba, iva tajba, iva tajba.", "Dejjem irridu ndaħħlu l-\"imma\".", "MR SPEAKER: Ippermettili ftit Onor. Cassar.", "L-Onor.", "Farrugia, on a point of order.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jiddispjaċini imam m'iniex psikjatra u allura forsi ma jagħtinix moħħi biex nifhem l-imħuħ biżżejjed.", "ONOR.", "JOSEPH CASSAR: M'għandhiex x'taqsam dik.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jien għedt li aħna naqblu u staqsejt għaliex, meta qegħdin daqshekk tard, din il-mozzjoni ma nkorporatx lir-raħħala kollha u lill-bdiewa kollha.", "Jiġifieri aħna m'għedniex li mhijiex tajba.", "(Interruzzjonijiet) Aħna staqsejna għaliex din ir-riżoluzzjoni qed tkopri lil dawn ir-raħħala u mhux oħrajn.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Cassar jista' ikompli bl-intervent tiegħu.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Jiġifieri jekk qed nifhem tajjeb lill-Onor.", "Farrugia qiegħed jgħid - u skużani jekk forsi fhimtek ħażin - li qegħdin taqblu ħafna ma' din ir-riżoluzzjoni pożittiva ħafna għall-poplu Malti.", "Tajjeb, at least smajnieha minn ħalq l-oppożizzjoni.", "Issa ħalli nkompli.", "Il-ministeru ta' l-affarijiet rurali u ambjent se jagħti wkoll l-għajnuna biex ir-raħħala jiġbru l-informazzjoni meħtieġa.", "Fil-fatt meta niġu għall-applikazzjonijiet lill-MEPA, min kellu permess qabel l-1992 mhux se jkollu jagħmel EIA imma se jkollu jagħmel waste management plan biss.", "U l-ministeru diġa` ħareġ tender biex jingħata dan is-servizz.", "Mr Speaker, meta qed nitkellmu fuq il-bdiewa importanti li nsemmu affarijiet pożittivi u negattivi, imma affarijiet pożittivi jridu jissemmew.", "Mela jekk hawn xi ħadd f'din il-Kamra li jrid idaħħal id-dubju, żgur li ħadd ma jista' jinnega li dan il-gvern għen lill-bdiewa.", "U se nagħti lista ta' affarijiet li biha dan il-gvern għen lir-raħħala.", "L-ewwelnett se nibda bis-sussidju ta' l-ispecial market programme ta' l- agrikoltura Maltija, dak li jgħidulu l-SMPPMA.", "Dan huwa sussidju li l- gvern Malti daħal għalih wara li aħna sirna parti mill-Unjoni Ewropea, u hawnhekk nirringrazzja lill-gvern nazzjonalista li daħħal dan il-pajjiż fl- Unjoni Ewropea għaliex grazzi għal dan il-pass il-bidwi Malti jista' jiggwadanja.", "Minn Lulju tas-sena 2002 sa Marzu ta' din is-sena, dawk ir- raħħala li jbigħu laħam tal-majjal ingħataw iktar minn Lm3.7 miljun f'sussidju.", "Filwaqt li dawk ir-raħħala li jipproduċu prodotti tal-ħalib ingħataw iktar minn Lm630,000 f'sussidju.", "Barra minn hekk, bħala għajnuna għal ristrutturar fis-sena 2004 u l-2005 dawk ir-raħħala li jrabbu kellhom għad-dispożizzjoni tagħhom iktar minn Lm750,000 u iktar minn Lm690,000 dawk li jrabbu l-majjala.", "Għalija dawn huma affarijiet pożittivi.", "Insemmi iktar miżuri ta' għajnuna lill-bdiewa u r-raħħala tagħna, fosthom miżuri ad hoc.", "Taħt l-iżvilupp rurali il-full-time livestock breeders, bejniethom kollha se jieħdu s-somma ta' iktar minn Lm800,000.", "Din dalwaqt tingħatalhom.", "Din is-somma se tinqasam - grazzi għall-fatt li aħna dħalna fl-Unjoni Ewropea - 80% mill-Unjoni Ewropea u 20% għajnuna mill-Istat.", "Barra minn hekk, ta' min isemmi li taħt programm ieħor ir-raħħala tal-baqar u l-majjali qed jiġu megħjuna biex itejbu s-sistema tal-waste management tagħhom.", "Għal darba oħra b'miżuri ta' għajnuna ta' 80% mill-Unjoni Ewropea u 20% mill-Istat qed jingħatawlhom iktar minn Lm2.58 miljun biex jgħinuhom itejbu s-sistema ta' waste management li tinkludi, per eżempju, sistema ta' tined, dawk li jgħidulhom ix-sheds, il-manure clamps jew id-demmiela kif inhuma magħrufin, u s-cesspits jew il-fosos.", "Jekk din mhijiex pożittiva, nixtieq xi ħadd mill-oppożizzjoni jiftaħli għajnejja.", "Mr Speaker, issemmiet ħafna l-biċċerija u ħlief affarijiet negattivi fuq il- biċċerija ma smajniex.", "Fis-sena 2004, 297 raħħal ingħataw Lm352,067 bħala slaughtering premium li 75% minnhom kienu mogħtija mill-Unjoni Ewropea u 25% mill-Istat.", "U għadna ma spiċċjaniex bl-għajnuna li qed tingħata lir- raħħala.", "Hemm l-għajnuna lir-raħħala tal-ħalib, id-dairy premium.", "Jekk wieħed jassumi li r-riżerva tal-kwota tal-ħalib hija ta' 2% skond il-linja tat- trattat ta' Copenhagen, fejn jitħallas 16.31 euro per ton, fis-sena 2005 ir- raħħala tal-baqar li jagħtu l-ħalib se jirċievu Lm236,267 mill-istat u Lm101,255 mill-fondi ta' l-Unjoni Ewropea.", "Nerġa' nistaqsi lill- oppożizzjoni jekk din hijiex xi ħaġa pożittiva.", "L-aħħar għajnuna li xtaqt nitkellem dwarha hija l-investment in agricultural holdings, għajnuna ta' Lm900,000 taħt il-European Agriculture Guarantee and Guidance Fund għall- perjodu 2004-2006.", "Mr Speaker, se nerġa' nitlob lil din il-Kamra tirrifletti fuq dak li qal il- bieraħ l-Onor.", "Joe Brincat u dak li qal illum l-Onor.", "Farrugia u nistaqsi għaliex ma tkellmux fuq affarijiet pożittivi.", "Għalfejn qegħdin nitfgħu d- dubju fuq affarijiet li lanqas huma relatati ma' din ir-riżoluzzjoni?", "X'aħna nirbħu mill-poplu Malti?", "Jien nistaqsi lill-poplu Malti: Għalfejn qed jagħmel dawn l-affarijiet il-partit Laburista?", "Għalfejn qed jitfa' d- dubji fuq affarijiet pożittivi li dan il-gvern qed jagħti lir-raħħala tagħna?", "Il-poplu Malti ma jistax jirrealizza li s-somom li semmejt huma miktubin, qed jingħataw u se jkomplu jingħataw?", "Għalfejn ma ssemma xejn min-naħa ta' l-oppożizzjoni?", "Fejn qiegħda l-alternattiva ta' l- oppożizzjoni?", "Dak li hu pożittiv għandhom jgħidu li huwa pożittiv u mhux irridu noħorġuhilhom aħna biex jgħiduha.", "Jien nappella lill-oppożizzjoni biex tkun sinċiera mal-poplu Malti.", "Aħna s-sinċerita` tajniha bin-numri.", "Quddiemna għandna għad-diskussjoni riżoluzzjoni ta' art li se tingħata b'ċens imma l-oppożizzjoni għoġobha titkellem fuq it-tiġieġ li jingħataw fl- isptarijiet u fuq l-ikel.", "Din hija riżoluzzjoni pożittiva u nirringrazzja lill-oppożizzjoni li ammettiet li hija pożittiva.", "Grazzi, Mr Speaker.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Carmelo Abela): Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L- Onor. Francis Agius.", "ONOR.", "FRANCIS AGIUS (Segretarju Parlamentari): Sur President, jiena ċert li min qed jismagħna u forsi huwa xi ftit intiż fuq dan is-settur jistagħġeb kif irnexxielna nagħmlu żewġ seduti fuq riżoluzzjoni li ma fihiex iktar minn sitt linji.", "Pero` kif qal tajjeb l-aħħar kelliem, din hija riżoluzzjoni pożittiva li l-gvern qed iressaq u li anke l-oppożizzjoni taqbel magħha, pero` fil-ħin allokat għall-oppożizzjoni, li kien bla limitu, jien ipprovajt imma ma nrexxilix insib xi suġġeriment li huwa relatat ma' din ir-riżoluzzjoni biex aħna ntejbu din l-istess riżoluzzjoni.", "Smajna ħafna kritika fuq dan is-settur li min-natura tiegħu huwa settur diffiċli għal ħafna raġunijiet pero` ma smajna l-ebda suġġeriment kif nistgħu verament ngħinu lir-raħħala tagħna.", "Madanakollu rrid nirringrazzja lil kull kelliem għall-kontribut siewi li ta.", "Irrid nibda biex nirringrazzja wkoll lill-Prim Ministru li, kontra dak li qed tgħid l-oppożizzjoni, tant għandu sens ta' direzzjoni li riżultat tal-ħidma tal-kumitat tal-Kabinett li waqqaf huwa stess sena ilu biex jikkordina xogħol bħal dan, ingħatat prijorita` lil dan is-settur.", "U hawn irrid ngħid li wara sena ta' ħidma f'dan il-ministeru bħala segretarju parlamentari responsabbli mill-biedja u s-sajd, qed inġibu din ir- riżoluzzjoni quddiem din il-Kamra għax insistejna li r-raħħala tagħna jingħataw dak li l-oppożizzjoni stess qalet li suppost għamilna ħafna żmien ilu.", "Sur President, jekk kien hemm xi dewmien f'xi affarijiet, irridu nkunu rġiel u ngħidu ta' min kien it-tort.", "Għalkemm forsi mhux il-mument li noqogħdu naraw ta' min kien it-tort, pero` żgur li kulħadd jiftakar kemm kienet ħarxa l-oppożizzjoni, partikolarment il-kelliem ta' l-oppożizzjoni fuq l-agrikoltura, kontra d-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropa u uża dan is- settur biex werwer lil kulmin għandu x'jaqsam ma' dan is-settur u għadu jwerwirhom.", "Jien ma nterrompejtu fl-ebda waqt mhux għaliex b'xi mod kien qed jgħid xi verita` fuq il-problemi kif poġġihom hu.", "M'iniex qed ngħid li m'hemmx problemi, pero` meta qal li ma riedx joħloq paniku u fl-istess ħin semma li m'hemmx flus biex nittestjaw għal ċertu mard li n-nies jifhmu x'inhu, jien nemmen li jista' jkun hawn min jimpressjona ruħu u jista' jinħoloq paniku.", "Pero` nserraħ ras il-poplu Malti u min jaħdem f'dan is- settur li m'għandux għalfejn ikun hemm paniku.", "Aħna għandna oppożizzjoni li, permezz tal-messaġġi li qed tirċievi mill-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali, qed tippretendi li tkun fil-gvern.", "Imma nista' ngħid li f'dan il- qasam żgur m'għandha assolutament xejn x'toffri.", "Illum nistgħu nitkellmu fuq din ir-riżoluzzjoni proprju għaliex aħna membri ta' l-Unjoni Ewropea.", "X'inhu l-animu u x'kien li wassal li aħna nagħfsu biex titressaq din ir-riżoluzzjoni?", "L-animu kien li hemm fondi li r- raħħala tagħna jistgħu jieħdu għaliex qegħdin membri ta' l-Unjoni Ewropea.", "Peress li kien hemm diffikultajiet dwar it-titlu fuq l-art tagħhom, il- kumitat tal-Kabinett li huwa fformat minn diversi ministri, fosthom il- ministru li taħtu jaqa' d-dekasteru ta' l-artijiet, il-ministru tar- riżorsi u l-infrastruttura, il-ministru responsabbli mill-affarijiet rurali u l-ambjent, jien bħala segretarju parlamentari responsabbli mill-biedja u s-sajd u d-diretturi u n-nies li huma kompetenti f'dan il-qasam, rajna li hija prijorita` li nressqu din ir-riżoluzzjoni li, nerġa' ngħid, kellha toħroġ bit-trabuxu mill-oppożizzjoni biex tgħid li hija pożittiva.", "Jiddispjaċini ngħid li l-oppożizzjoni ma kkontribwiet xejn biex nimplimentaw aħjar din ir-riżoluzzjoni għall-ġid tar-raħħala tagħna.", "Jien naqbel ma' l-oppożizzjoni li dan is-settur huwa strateġikament importanti ħafna għal pajjiiżna għaliex huwa settur li jipprovdi l-ikel bnin u frisk għan-nies tagħna.", "Hemm diversi aspetti li l-oppożizzjoni, b'mod partikolari l-kelliem tagħha fuq dan il-qasam, jeħtieġ li tibda tifhem.", "Per eżempju, fil-ħin li dam jitkellem jien ma smajtux isemmi l-kelma \"kompetizzjoni\" li hija l-iktar aspett importanti.", "Forsi llum saret cliché pero` huwa importanti ħafna li nifhmu xi tfisser fir-realta`.", "U hawn nixtieq nispjega dak li l-Onor.", "Farrugia rrepeta għal ħafna drabi.", "Huwa qal li aħna qegħdin inħeġġu lill-poplu jiekol prodott frisk u prodott Malti, imbagħad l-isptar tal-gvern għażel tender ta' tiġieġ li huma importati.", "Dan huwa riżultat tal-kompetizzjoni u rridu nifhmu li l- kompetizzjoni hija parti mill-politika li aħna llum, bħala membri ta' l- Unjoni Ewropea, ġibna fil-pajjiż.", "Din ir-riżoluzzjoni biex nieħdu l-fondi ħalli ntejbu dan il-qasam hija riżultat tal-fatt li aħna membri fl-Unjoni Ewropea u l-kompetizzjoni tfisser li kulħadd jista' jimporta l-prodott sakemm ikun skond il-livelli stabbiliti tal-kwalita`.", "L-Onor.", "Farrugia semma l-laħam ta' l-għoġġiela u l-laħam tal-baqra.", "Illum għandek l-għażla u m'hemmx għalfejn tmur Sqallija biex tixtri biċċa ċikkulata jew biex iġġib it-toothpaste.", "Dan il-pajjiż kien sar il-laughing stock ta' l-Ewropa taħt is-sistemi semi-komunisti li kellna, speċjalment fejn jidħol il-mod ta' kif konna nikkummerċjaw.", "F'dan il-qasam l-oppożizzjoni żgur li għandha deficit enormi biex tifhem u tikkonċepixxi x'qed jiġri.", "Hemm patafjun ta' liġijiet u ħarġu kwantita` ta' legal notices din is-sena stess fuq kull aspett ta' dan is-settur, imma ma stajniex nitkellmu fuqhom kollha.", "Dan ma jfissirx li m'humiex importanti għax kollha għandhom x'jaqsmu ma' kif irridu nġibu 'l quddiem l- istandards tal-biedja tagħna u kollha jaffettwaw l-ikel u s-saħħa tagħna.", "L-għan ta' din ir-riżoluzzjoni huwa proprju li tgħin lir-raħħala biex jilħqu dawn l-istandards li ma waqgħux mis-sema, imma qegħdin hemmhekk biex ir-raħħal li qiegħed jiddedika ħajtu biex irabbi dawn l-annimali jagħmel xogħlu b'mod xjentifiku, b'mod tajjeb u b'mod li jilħaq ċerti standards.", "M'hemmx għalfejn nuża kliem tqil imma n-nies jifhmu li kollox iħalli l-effett tiegħu, fosthom it-tip ta' ikel li tagħti lill-annimali, jekk l-annimal tpoġġih ma' grupp kbir minflok ikollu iktar fejn jimraħ u x'jiġri mid-demel ta' dawn l-annimali.", "Ovvjament wieħed irid jara wkoll xi tfisser din ir-riżoluzzjoni f'dan il-kontest.", "Ġejna kkritikati li qed inkunu naive fl-amministrazzjoni ta' dan is-settur meta dan huwa settur li dwaru ħierġa regolamentazzjoni kuljum.", "Meta jsiru ċerti kummenti bħalma qal l-Onor.", "Farrugia li hawn min tiela' u nieżel Brussells, juru l-elementi anti-Ewropej min-naħa ta' l-oppożizzjoni.", "Jiddispjaċini ngħid dan id-diskors, imma l-kelliem ta' l-oppożizzjoni uża kliem li jien inħoss li fil-klima tal-lum ma kellux għalfejn jużah u seta' kkontribwixxa bi kritika ħafna iktar kostruttiva fuq riżoluzzjoni li fuq kollox iż-żewġ naħat tal-Kamra qegħdin naqblu dwarha.", "Jien ukoll ikolli t-tentazzjoni li naqbeż fuq xi affarijiet oħra imma m'iniex se naqa' f'dik in-nasba.", "Irrid inżomm mas-suġġett tal-lum għax aħna rridu nfiehmu xi tfisser din ir-riżoluzzjoni għar-raħħala li fuq kollox l-iktar li tinteressahom, pero` tinteressa lill-poplu Malti kollu għax dawn il-flejjes kollha li qegħdin noħorġu biex ngħinu lil dan is- settur qed joħroġhom il-poplu Malti flimkien ma' l-Unjoni Ewropea.", "U aħna rridu nibdew nifhmu li l-flus ta' l-Unjoni Ewropea huma tagħna wkoll għax illum aħna parti mill-Unjoni Ewropea u rridu nużawhom tajjeb fl-oqsma fejn l-iktar nistgħu nagħmlu progress u nagħmlu suċċess.", "In-naħa ta' l-oppożizzjoni qed tħeġġiġna biex indaħħlu iktar setturi f'din ir-riżoluzzjoni.", "Aħna nixtiequ nagħmlu dan imma se nibdew bl-iktar setturi li jirrendu li huma proprju s-setturi taċ-ċanga u l-ħalib u tal- majjal.", "Dawn iż-żewġ setturi tal-biedja se ngħinuhom billi nagħtu lir- raħħala titolu ta' ċens flok titolu ta' kera fuq l-art li jużaw għal żmien relattivament twil ta' 50 sena biex jagħti serħan il-moħħ.", "Irrid ngħid lill-Onor.", "Brincat li aħna m'għadniex nagħtu l-fortizzi storiċi biex jitrabba l-majjal fihom u dawn it-tip ta' rziezet m'għadhomx jeżistu!", "Aħna qegħdin inħarsu lejn ir-raħħala li llum jammontaw għal 145 li qed irabbu l-baqar full-time u 96 li qed irabbu l-majjali full-time.", "Lill-part- timers ma ħallejnihomx barra għaliex wara diskussjonijiet li saru ħassejna li kellna ninkluduhom għaliex għalkemm dawn huma part-timers, qegħdin irabbu l-istess annimali u allura għandhom l-istess spejjeż u l-istess diffikultajiet biex jilħqu l-istandards meħtieġa.", "Il-gvern ħareġ abbozz ta' linji gwida, li hawnhekk għadu ma ssemmiex, li dwaru għamilna ħafna laqgħat ma' numru sabiħ ta' raħħala u spjegajnielhom kif għandhom ikunu l-irziezet u x'permessi għandhom bżonn.", "Altru milli qegħdin nagħmluha faċli.", "L-Onor.", "Brincat tkellem fuq il-burokrazija żejda.", "F'ħin minnhom beda jgħid li wħud minn dawn ir-raħħala huma ntiżi ħafna u f'ħin ieħor beda jgħid li dawn in-nies la jafu jimlew il-karti u lanqas jafu jżommu r-records tagħhom.", "Jien naħseb li f'dan il-qasam issib minn kollox, imma ma jistax ikun li ma jkollokx ċertu tagħlim bażiku biex taħdem f'dan il-mestier għax biex trabbi l-annimali bilfors trid iżżomm ċertu record ħalli tipprevjeni t- tixrid tal-mard fost l-annimali.", "Fis-sistemi ta' qabel, mhux biss ta' qabel ma dħalna fl-Unjoni Ewropea, imma anke fi żmien gvern Laburista ma kienx hemm dawn l-istandards hekk esiġenti li tant ikkritikawna fuqhom imma li tant huma meħtieġa.", "Il-verita' hi li huma proprju dawn l-istandards li jnaqqsu l-possibilita` li jkun hawn il-mard.", "Sur President, irrid inneħħi l-idea li dawn in-nies qishom ta' wara l- muntanji għax m'humiex, anzi huma nies intiżi ħafna fil-mestier tagħhom.", "Aħna qed nagħmlu minn kollox biex ngħinuhom.", "Saħansitra l-gvern se joffri s-servizzi ta' periti lil dawn ir-raħħala u se jkollhom ukoll għajnuna teknika mid-dipartiment ħalli nħaffu l-proċeduri.", "Ħafna drabi trid ssib il- ħin li dawn in-nies ikunu available minħabba n-natura tax-xogħol tagħhom.", "L-Onor.", "Farrugia kien ministru f'dan il-qasam u jaf li dawn trid tiltaqa' magħhom f'ċerti ħinijiet.", "Aħna niltaqgħu magħhom f'kull okkażjoni li nkunu nistgħu mhux biss fl-uffiċċji tagħna imma anke fil-postijiet fejn huma jiltaqgħu.", "Pero` aħna nkunu qed insegwu b'mod assidwu dak li jkunu qegħdin ibatu minnu ħalli verament nipprovdu s-servizz meħtieġ lil dawn ir-raħħala.", "Il-merħla totali tal-baqar f'pajjiżna tlaħħaq madwar 9,000 baqra bi produzzjoni ta' madwar 36,000 sa 42,000 tunnellata ta' ħalib fis-sena.", "Filwaqt li għal dak li huwa majjal, il-produzzjoni tlaħħaq madwar 6,500 majjala li jfisser 8 miljun kilogramm laħam fis-sena.", "Irrid ngħid li fid- distrett fejn nikkontesta jien, jiġifieri ż-Żejtun u Ħaż-Żabbar, insibu 15% tal-produzzjoni nazzjonali tal-baqar li jammonta għal 25%", "tal-kwota nazzjonali.", "Irrid insemmi wkoll li għandna areas partikolari bħalma huwa Għawdex li għandu wkoll numru ta' raħħala ta' importanza ekonomika.", "Sur President, issemmew l-production costs ta' dan il-qasam, fosthom il- gwież.", "Irrid ngħid li fl-2004 il-gvern ta Lm944,000 f'sussidju fuq il- ġwież, jiġifieri altru milli tajna għajnuna u jekk dan is-sussidju tiddividih bejn id-9,000 baqra, ikun ifisser li l-gvern ta Lm104 f'sussidju għall-ġwież għal kull baqra.", "Hawnhekk qed niġu akkużati li moħħna biss biex nidhru li qegħdin nagħtu s- sussidji, qisna xi father christmas qed inqassmu r-rigali!", "Dawn huma flus pubbliċi li 20% qed joħroġhom il-gvern Malti u 80% mill-Unjoni Ewropea.", "Iżda rridu ndaħħlu l-kultura li dawn huma flus tagħna lkoll u hija forma ta' għajnuna.", "Fil-fatt jirriżulta minn surveys li saru biex jaraw kif jaħsbuha n-nies dwar is-sussidju b'mod in ġenerali li mhux f'Malta biss, imma anke fil-pajjiżi ta' l-Ewropa 'l fuq minn 70% tan-nies jaċċettaw li l- gvernijiet jagħtu sussidju għal dan il-qasam għaliex in-nies jifhmu li dan huwa settur li trid tippompja l-flus fih.", "Jirriżulta wkoll li psikoloġikament l-bdiewa ma tantx ikunu jridu s-sussidju u fejn jistgħu ma jkunux iridu s-sussidji.", "Huwa veru li r-riforma tal-politika agrarja fl- Unjoni Ewropea qed tipprova tersaq biex kemm jista' jkun aħna nnaqqsu s- sussidju imma llum il-biedja tant għandha suċċess, tant hija megħjuna mix- xjenza - u dan hemm bżonn nifhmuh - li l-produzzjoni dejjem qed togħla u b'inqas nies tagħmel iżjed xogħol.", "Allura aktar ma jgħaddi ż-żmien il- problema tal-biedja f'dan l-aspett qiegħda aktar takkumula.", "Għalhekk bilfors li s-soċjeta` tistaqsi kemm se ndumu nissussidjaw.", "U aħna llum, għax aħna membri, għandna s-sehem tagħna.", "Nerġa' nirrepeti li dan id-diskors li ġejjin u sejrin Brussels idejjaqna għax dan ma jsirx b'kapriċċ u x-xogħol li jkun qed isir żgur li huwa ta' importanza vitali.", "Fil-fatt isiru laqgħat bejnietna f'kull reġjun għaliex hemm concern dwar dan il-qasam.", "It-tieni pilastru tar-riforma tal-politika agrarja jorbot kollu mal-fatt li l-finanzi għandhom imorru biex jitħares l-ambjent permezz ta' l- agrikoltura u mhux l-agrikoltura kontra l-ambjent imma jaħdmu t-tnejn flimkien.", "Fil-fatt il-bdiewa tagħna jħarsu lejn il-mod kif qed jiżviluppa l-ambjent u jinteressahom minn dak kollu li jagħmlu.", "U hawnhekk għandna miżuri importanti ta' kif aħna se nittrattaw id-demel tal-baqar u d-demel tal-majjal u x'se jsir minnu.", "Sfortunatament fil-passat kulħadd kien jiġi jaqa' u jqum minn kollox!", "Jekk qed tagħmel biċċa xogħol, trid tkun responsabbli għal dak kollu li qed jaffettwa lil dak is-settur.", "Hawnhekk jien kont nippretendi li l-oppożizzjoni tgħinna biex aħna nkunu nistgħu nbiddlu l-kultura.", "Sur President, l-Onor.", "Farrugia ma jistax jgħid li m'għandux informazzjoni għax ir-rapport li għamel il-Ministru Pullicino rigward l-irziezet ilu xhur twal fuq il-website u min irid jista' jniżżlu.", "Hija kontradizzjoni li jgħid li jmissna ilna li ġibna din ir-riżoluzzjoni s-snin għax allura jmissu ilu s-snin ippreparat fuqha din.", "Nerġa' ngħid li bis-saħħa tas- sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea li nistgħu nitkellmu fuq dawn l- affarijiet illum għax kieku qed nitkellmu fuq x'se nibdew nimportaw u b'liema regoli.", "Aħna m'għandniex minn xiex nibżgħu għax aħna ma dħakna b'ħadd.", "Anzi nerġa' ngħid li meta niġu hawnhekk infissru fuq liema flus qegħdin nitkellmu qed nurun kemm aħna responsabbli għaliex dawk huma flus pubbliċi.", "U nerġa' ngħid, sew jekk huma flus mill-gvern Malti u sew jekk huma flus mill-Unjoni Ewropea, huma kollha tagħna u jeħtieġ li nonfquhom bl- aħjar mod.", "L-Onor.", "Farrugia għamel enfasi kbira li għandu jkollna garanzija għall- istocking density.", "Aħna qegħdin inressqu mozzjoni li tagħti serħan il-moħħ għal 50 sena.", "Jien nistaqsi: Gvernijiet Laburisti qatt taw assigurazzjoni u serħan il-moħħ fuq xi ħaġa għal 50 sena?!", "Fil-qasam tal- biedja qatt ma kien hawn tibdil daqskemm kien hawn kemm ilhom jaħdmu bis- serjeta` n-nies ta' qabli biex sar il-ftehim ma' l-Unjoni Ewropea u issa aħna biex nimplimentawh.", "Aħna rridu l-koperazzjoni ta' l-oppożizzjoni għax irriduha tifhem li l- affarijiet ħafna drabi tant huma mgħaġġlin li aħna nkunu qegħdin nitkellmu fuq xi ħaġa li tista' tinbidel kompletament.", "Illum fejn jidħol il-qasam ta' l-annimali, b'mod partikolari fuq il-majjal u l-baqar, għandek moviment immexxi mill-Isvezja fuq l-animal welfare li f'pajjiżna għadna qed immissu ftit truf minnu, imma fil-fora internazzjonali l-animal welfare hija fuq nett.", "U se ngħidilkom kif taffettwa l-animal welfare.", "Ftit snin ilu jien kelli l-okkażjoni mmur l-Isvezja bħala l-president tal-kumitat ta' l- affarijiet agrikoli tal-kunsill ta' l-Ewropa – illum l-Onor.", "Jeffrey Pullicino Orlando li qed jaqdi dik il-funzjoni bħala kap tad-delegazzjoni Maltija, jaf x'qiegħed ngħid - u r-rappreżentanza ta' dan il-pajjiż bilkemm kellmuni għaliex l-image ta' pajjiżna hija li aħna nies slavaġ, noqtlu l- għasafar bl-addoċċ u nisparaw fuq kulma jgħaddi u jkollok tagħmel sigħat sħaħ tispjega li hemm aspett ieħor.", "Aħna rridu ngħixu partikolarment mit- turiżmu u allaħares tinfirex din l-image dwar pajjiżna.", "Għall-grazzja t'Alla f'pajjiżna llum hawn awareness kbira fuq l-animal welfare u għall- quddiem irridu naħdmu biex proprju nġibu 'l quddiem l-animal welfare f'pajjiżna.", "Is-size ta' l-irziezet u l-mod kif nittrattaw l-animali jrid jersaq kollu lejn dan l-aspett.", "Kien hemm u għad hemm ħafna miżuri fejn aħna qegħdin nagħtu l-għajnuna lir- raħħala tagħna li żgur m'għandix il-ħin nitkellem fuqhom.", "Pero` hawnhekk irrid ngħid - għax l-oppożizzjoni kull darba tattakkana li aħna inkonsistenti għax nagħmlu reklam biex wieħed juża l-prodott frisk u mbagħad l-isptar jixtri prodott iffriżat - li l-kompetizzjoni ovvjament tfisser li kulħadd jixtri dak li jsib l-aħjar u l-irħas fis-suq.", "Fil-fatt dan ġara wkoll fil-qasam tal-ħut fejn ġabu prezzijiet tajbin!", "U hekk qed jiġri anke f'dan il-qasam.", "Aħna għandna talbiet mill-Italja biex nibagħtu l-karkassi tal-majjal.", "Il-kelliem ta' l-oppożizzjoni jrid jibda jifhem li l-ekonomija m'hijiex xi ħaġa sempliċi u m'hu se jimpressjona lil xi ħadd billi joqgħod iġibilna dawn l-argumenti fuq iz-zokkor.", "Huwa veru li kultant l-ekonomija taħdem b'mod stramb.", "L-ekonomija kultant tfisser li biex tmur minn gżira għal oħra li huma viċin, tiġik ħafna iktar expensive milli kieku tmur fiċ-ċentru tal-kontinent u terġa' tiġi f'dak il- pajjiż.", "Irridu nifhmu li f'dan il-qasam tal-biedja jista' jkun hemm ukoll dawn l-affarijiet li ma jidhrux daqshekk straightforward.", "Illum għandna l-għażla u għandna l-prodott frisk.", "U l-oppożizzjoni għandha toqgħod attenta għaliex diġa` kellna diversi statements min-naħa tagħha li qed jagħmlu ħsara mhux lill-partit Nazzjonalista imma qed jagħmlu ħsara lil Malta.", "M'għandniex nitkellmu b'mod leġġer fuq aspetti finanzjarji tal- pajjiż,, kif tkellem illum il-kelliem ta' l-oppożizzjoni meta qal li aħna m'aħniex nagħmlu t-testijiet li hemm bżonn fuq il-laħam.", "Dawn m'humiex statements li neħduhom b'mod ħafif.", "Hu qal li ma jridx joħloq paniku.", "Dażgur li joħloq paniku!", "Anke t-tobba jistaqsuni jekk aħniex nittestjaw għall-BSE għax il-pazjenti jistaqsuhom.", "Dażgur li qed nittestjaw u żgur li se nibqgħu nittestjaw.", "Veru li hemm problemi finanzjarji imma xorta se nibqgħu nagħmlu dawn l-affarijiet kollha.", "U nserraħ ras il-konsumatur Malti li aħna committed u se nagħmlu dak kollu li hemm bżonn isir.", "Illum isiru ħafna iktar testijiet milli kienu jsiru fi żmien il-gvern Laburista għax il-policies tagħna huma ħafna aħjar.", "U hawnhekk suppost nitkellmu fuq il-policies.", "Sur President, irrid ngħid – u ma rridx ninsa ngħidha din għax hija importanti ħafna – li l-kelliem ta' l-oppożizzjoni jkollu informazzjoni li tiġi minn ġewwa.", "Aħna nafu li tiġi mis-settur stess u ma niddejqu xejn għaliex aħna ngħixu f'pajjiż demokratiku u ma niddejqu xejn li l-ħaddiema jwasslulu l-informazzjoni, huma min huma, sija jekk huma ħaddiema tal-gvern u sija jekk huma mis-settur privat.", "Pero' ma jimmiżlijdjax lin-nies.", "Il-bieraħ għamel l-istess ħaġa meta qal li l-gvern u l-kunsilli lokali f'Malta u f'Għawdex jonfqu bejn Lm15 miljun u Lm20 miljun biex jieħdu ħsieb ftit ġonna u ftit central strips.", "Il-ministru għamel point of order fejn qal li jekk l-Onor.", "Farrugia jara l-estimi ta' din is-sena jsib li għal dak li għandu x'jaqsam mal-private public partnership għal-landscaping il-gvern qed jivvota Lm2.6 miljun.", "Imbagħad l-Onor.", "Farrugia naqqas il-figura għal xi Lm10 miljun.", "Kif nistgħu noqogħdu nitfgħu l-figuri bl-addoċċ?", "Jekk irid ikollu l-informazzjoni korretta għandu jagħmel mistoqsija parlamentari.", "Aħna ma jkollniex l-informazzjoni kollha, imma jkollna ħafna mill-informazzjoni.", "Imma mbagħad nagħmlu raġunament bis-serjeta` u nagħmlu analiżi tal-politika.", "X'inhi l-politika tagħhom?", "Fil-ħin kollu li tkellmu dwar din ir-riżoluzzjoni x'qalu fuq l-aspett ta' kif se jingħata t-titolu ta' ċens b'din ir-riżoluzzjoni?", "L-Onor.", "Farrugia insista għal darba, darbtejn, tlieta li għandna niftħuha għal ħaddieħor.", "Per eżempju, ma qalx kemm sejjer tajjeb is-settur tal-bajd f'dan il-pajjiż, minkejja li dħalna fl-Unjoni Ewropea.", "L-ewwel qalu li jistgħu jżarmaw u kienu jwerwruhom biex jipprovaw jeħdulhom il-vot ħalli ma jirnexxilniex nidħlu fl-Unjoni Ewropea.", "Imma ma nrexxilhomx u se naħdmu biex ma jirnexxilhomx lanqas darba oħra.", "Sur President, rigward il-kwestjoni tas-sussidju rridu noqogħdu attenti x'ngħidu għaliex qed nagħtu dawn il-flus lil dan is-settur għaliex għalissa għandu bżonn min iwieżnu.", "Imma liema mechanic, liema welder u liema bniedem ieħor qegħdin nissussidjaw f'dan il-pajjiż?", "Allavolja jien responsabbli mis-settur tal-biedja, jien nistaqsi: Għaliex għandna nagħtu l-flus lil dawn in-nies li fuq kollox qed jagħmlu business?!", "Imma għalissa għandna nagħtuhom sussidju għaliex is-soċjeta` taqbel li dawn in-nies għandhom bżonn l-għajnuna.", "U llum qed nagħtu l-ikbar għajnuna li nistgħu nagħtu għaliex qed nagħtuhom titolu ta' ċens għal 50 sena fuq l-art fejn irabbu l-bhejjem.", "Qed nagħtuhom dak li għandhom bżonn biex imorru l-bank u jkunu jistgħu jissellfu biex jinvestu.", "(Interruzzjonijiet) Għaliex qed tgħid li m'hemmx fiduċja fil-futur?", "Min se jpoġġi flusu?", "Min imur ifesfislu f'widnejh u jgħidlu dak li jaqbillu biex ikisser lil sħabu fl- istess settur!", "Sur President, il-poplu Malti jaf il-ħażen ta' ċerti nies u mhux fair li din il-Kamra tkun misled.", "Jien ma qomtx biex nagħmel points of order, pero` qed inwieġeb issa għaliex m'huwiex fair li din in-naħa tal-Kamra tiġi wżata.", "Ħadd m'għandu jużana.", "Aħna rappreżentanti ta' kulħadd u ħadd m'għandu jużana biex jagħmel mistoqsijiet fil-Parlament li finalment ikunu indirizzati biss biex jaġevolaw xi wieħed mill-operaturi f'xi settur partikolari.", "Dan m'huwiex sewwa u aħna m'għandniex naqgħu għal dik it- tentazzjoni u m'għandniex inkunu interpretati li m'aħniex qed nagħtu dik l- informazzjoni jew li aħna qed nibżgħu nagħtuha jew li aħna naive.", "Huwa naive min jaqa' għal dawn il-manuvri.", "Ikun hemm individwu li jallega li hu qed jieħu 1c minn kull 20c ...", "THE DEPUTY SPEAKER: Ippermettili, l-Onor.", "Noel Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jien qed nifhem sew li s-Segretarju Parlamentari qed jagħmel ċerti allegazzjonijiet li f'dak li kont qed ngħid jien kont qed nirriferi u nsostni politika ta' interess personali ta' xi produttur partikolari?", "Nitolbu jiċċara d-diskors.", "ONOR.", "FRANCIS AGIUS: Ngħid b'mod kategoriku - u l-Onor.", "Farrugia jaf - li bl-ebda mod ma kont qed nirriferi għalih personali jew li hu għandu xi rabta assolutament.", "Jekk fehem hekk, ninnega assolutament li hu għandu xi interess f'dan is-sens.", "Pero` qed ngħid li rridu noqogħdu attenti minn ċerti nies li jiġu - din tiġri lil kull min qiegħed fil-politika - jgħidulek ċerti affarijiet biex ovvjament jittestjaw u jieħdu informazzjoni li ma jkunx fair li jieħdu.", "Sur President, jien naħseb li l-mod kif irreaġixxiet l-oppożizzjoni għal din il-mozzjoni juri għatx li għandna nkomplu mexjin f'din id-direzzjoni biex naġevolaw lil dawk li jkabbru l-mushrooms, lil dawk li jrabbu l-fniek, lil dawk li jrabbu t-tiġieġ għas-simna u lil dawk li jkabbru l-uċuh tar- raba li ovvjament huma fil-maġġoranza l-kbira.", "Aħna qegħdin naħdmu biex meta jkun possibbli dan isir.", "Pero` rrid ngħid li fejn jidħol l- investiment marbut ma' titjib fl-azjendi, dawn huma s-setturi li l-iktar għandhom bżonn.", "Aħna ħassejna li huwa importanti li nipprovdu l-qafas lil dawn iż-żewġ setturi importanti.", "Illum bi pjaċir ngħid li l-MDP għandha l-approvazzjoni nazzjonali ta' l-impjant tagħha u l-prodott tagħha tjieb ħafna permezz tat- tibdil kollu li seħħ.", "L-MDP qed topera l-art tagħha b'ċens u mhux b'kera, tajnieha għajnuna ta' miljuni ta' liri biex tkun tista' ttejjeb l-operat tagħha u llum il-prodott Malti sab postu f'dan il-qasam.", "Jien naħseb li d-direzzjoni ta' dan il-gvern hija ċara u min jakkużana li la għandna pjan u lanqas nafu fejn sejrin, ħlief li deħlin fil-ħajt, tajjeb li jsegwi dak kollu li qed jiġri f'dan is-settur f'pajjiżi oħrajn u jara kif aħna mxejna, minkejja d-diffikultajiet li ġejjin mill-istess operazzjoni li trid tagħmel, fuq skala żgħira, fuq skala ta' gżira, fuq skala ta' pajjiż, fuq skali oħrajn fejn għandek suq iktar miftuħ, fejn għandek tendenzi kbar fil-livell internazzjonali fejn il-produzzjoni ta' l- ikel ġejja b'saħħa qawwija mill-Amerika Latina, miċ-Ċina, mill-pajjiżi li għandhom 70%, 80% u 90% jgħixu mir-raba', mhux bħal Malta fejn għandna 1% jew 2%.", "U għad trid tqum ħafna iżjed din il-kuxjenza li anke permezz tal- politika agrarja tagħna dawn il-pajjiżi jiġu megħjuna billi l-prodotti tagħhom jinstabu fis-swieq.", "Ovvjament pajjiżi bħalna, li llum ninsabu parti mill-Unjoni Ewropa, iridu l-kwalita`.", "Il-kwalita` ħafna minnhom qed jilħquha u minn hawn ġejja l-vera kompetizzjoni u għad trid tiġi aktar kompetizzjoni.", "Aħna konxji minn dan kollu, pero` ma nistgħux ngħidu lin-nies biex ma jagħmlux investiment.", "Kulmin jagħmel investiment qiegħed fil-business.", "Aħna qegħdin nagħtu din il-konċessjoni għal 50 sena lir-raħħala u peress li dawn se jkunu jistgħu anke jgħadduha lil xi ħadd tal-familja tagħhom, se jkun hemm ċerta kontinwita`.", "Aħna qegħdin nieħdu ħsieb l-aspett soċjali u qed inkunu sensittivi lejn dan is-settur billi naraw li anke ż-żgħażagħ ikunu jistgħu jaraw futur f'dan il-qasam.", "Ovvjament iridu jagħmlu t-tibdil li hemm bżonn jagħmlu.", "M'iniex se noqgħod ngħid li din il-konċessjoni kellna nagħmluha bilfors għax dħalna fl-Unjoni Ewropea għax stajna ddeċidejna li nagħmluha xorta waħda.", "Imma ħafna mill-affarijiet li hemm bżonn isiru għall-ġid tal-prodott, għall-ġid tar-raħħala, għall-ġid ta' l- ambjent qegħdin hemmhekk kollha mitkubin.", "Hawnhekk żgur naqblu li l-qasam ta' l-agrikoltura jieħu l-bulk enormi tar- regolamentazzjoni u ta' kull diskussjoni politika u teknika li ssir fl- Unjoni Ewropea.", "Dan ifisser li din hija t-triq it-tajba li issa anke tan- naħa l-oħra ġew magħna fuqha - issa jew bilfors, jew għax ried il-poplu, jew għax issa jkollhom bilfors jimxu f'din it-triq - u rridu nkomplu mexjin fiha.", "Ma naħsibx li l-oppożizzjoni issa se tagħmel statement li m'hijex se timxi f'din it-triq għax f'dak il-każ jibdew jinkwetaw iktar ir-raħħala tagħna meta ma jarawx kontinwita`.", "Huwa importanti li jaraw il-kontinwita` għaliex dawn ma joħorġux sold u tnejn biex jinvestu u jkabbru l-produzzjoni tagħhom.", "Għalhekk huwa importanti ħafna li min jaħdem f'dan is-settur jara li l- futur tiegħu, ta' wliedu u anke ta' wlied uliedu - jekk qed nitkellmu fuq 50 sena u mbagħad jista' jerġa' jiġġedded – jkun fuq bażi soda u sigura.", "Sur President, ma kellix ċans noqgħod nidħol fl-għajnuniet kollha li jieħu dan is-settur.", "Ngħid biss li l-għajnuna totali f'dan il-qasam tlaħħaq iktar minn Lm6,800,000.", "Jekk wieħed iħares lejn din il-figura b'mod mill- iktar spassjonat żgur li ma jistax jgħid li m'aħniex ngħinu lil dan is- settur b'mod finanzjarju.", "Illum qed inressqu riżoluzzjoni li m'hijiex ta' natura finanzjarja imma hija importanti daqstant ieħor għaliex tagħti sigurta` lil dan is-settur biex ikun jista' jkompli jinvesti.", "Fil-qasam tal-ħalib għamilna l-interherd milk project biex intejbu l- kwalita` tal-ħalib għall-konsumatur u hemm diversi miżuri oħrajn li jgħinu sabiex ir-raħħala jkollhom prodott ħafna aħjar.", "Irrid nagħlaq billi nirringrazzja lill-Prim Ministru li l-ewwelnett li għoġbu mhux biss jinkarigani minn dan is-settur li għal diversi raġunijiet inħoss li huwa ta' importanza kbira, pero' wkoll għall-mod ta' kif aħna qegħdin naħdmu bħala team ta' nies fil-Cabinett committee li proprju rnexxielu jressaq riżoluzzjoni bħal din.", "Naħseb li l-oppożizzjoni apprezzat din ir-riżoluzzjoni għaliex kellha ħeġġa kbira biex tara li dawn it-tip ta' konċessjonijiet jingħataw lil setturi oħrajn.", "Jien inwiegħed li aħna se nkomplu naħdmu f'din it-triq ħalli l-bdiewa u r-raħħala kollha jkollhom iċ-ċans li jgawdu minn konċessjonijiet bħal dawn għall-ġid tal- biedja tagħna.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Insejjaħ issa lill-Ministru George Pullicino, biex jekk jogħġbu, jagħmel il-winding up.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Sur President, meta l-whip ta' l-oppożizzjoni talabna biex nestendu l-ħin lill-Onor.", "Noel Farrugia, onestament għidt li ma nsib l-ebda oġġezzjoni.", "Imma ħsibt li l-Onor.", "Farrugia se jiġi f'din il- Kamra u jagħmel sensiela ta' argumenti.", "Effettivament smajna ħames argumenti li rripetihom għal xi sitta jew tmien darbiet.", "Għamel seduta ta' riċiklaġġ ta' ħames argumenti biss.", "L-Onor.", "Francis Agius qal li l-Onor.", "Farrugia ġie fil-Kamra u beda jfajjar il-figuri.", "Fil-fatt kważi kellna seduta tal-lotterija tas-Super 5 fejn l- Onor. Farrugia ġie jitfa' l-figuri bl-addoċċ, fejn ħabat ħabat u fejn laqat laqat.", "Saħansitra qal li l-gvern jonfoq bejn Lm15 miljun u Lm20 miljun fis- sena biex nagħmlu l-landscaping tar-roundabouts u s-central strips.", "Jien qomt nagħmel il-point of order mhux biex nirredikola lill-Onor.", "Farrugia għax għandi kull rispett lejh - għandi inqas rispett lejn dak li jipprova jippromwovi, imma lejh bħala persuna għandi kull rispett - u bl-ebda mod ma nipprova ngħaddi kummenti dispreġġjattivi fil-konfront tiegħu, allavolja xi kultant forsi hu tiżloqlu xi waħda u jipprova jkun daqsxejn iebes iżżejjed billi anke jgħaddi kummenti personali.", "Illum żelqitlu oħra u qal: Fejn hi n-new look ta' dan il-gvern jew forsi n- new look hija biss fid-dieta?", "M'għandi l-ebda problema, dak li għandi ferħan bih u ma ngħatti xejn minnu.", "Dak li għandi huwa dak li għandi.", "Ġieli jistaqsini hu x'jiena nagħmel fuq id-dieta ....", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Ħafna drabi waqt li tkun qed tagħmel argument tiftakar li forsi tista' tinstema' li qed tkun personali.", "Anzi jien għidtha f'sens ġenwin u f'sens pożittiv.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Iva, m'għandix problema.", "Jien nirrispetta lill- Onor. Farrugia u għax nirrispettah se nagħti r-risposti għall-ħames argumenti riċiklati li dam jagħmel għal kważi siegħa diskors li għamel f'din il-Kamra.", "X'kienu l-ħames argumenti?", "L-ewwel argument kien jekk din ir-riżoluzzjoni hijiex se tkun estiża għal setturi oħrajn.", "Meta l-bieraħ ressaqt din ir-riżoluzzjoni, fl-introduzzjoni tiegħi għidt li aħna qegħdin nippreżentaw din ir-riżoluzzjoni għaż-żewġ setturi ta' prijorita', li huma s-setturi tal-majjali u tal-baqar, imma l-intenzjoni tagħna hija li nkomplu fuq is-setturi l-oħrajn.", "Se nagħmlu hekk għax marbutin bil-wegħda li għamilna fil-programm elettorali tagħna - dak il-partit li rebaħ ir- referendum u rebaħ l-elezzjoni - li nagħtu ċ-ċans lill-bdiewa wkoll li l- art li jaħdmu jeħduha b'ċens minflok ma tibqa' bi qbiela u bil-mod il-mod naslu biex nagħmlu dak, imma bdejna mis-setturi ta' prijorita'.", "Il-prijorita' ġejja mill-fatt li huma żewġ setturi li aktar jeħtieġu investiment sabiex jilħqu l-istandards Ewropej.", "Għamilna dan ukoll għaliex il-kapaċita` amministrattiva taż-żewġ ministeri, kemm tal-ministeru tal-ġustizzja u intern li huwa responsabbli mid-dipartiment ta' l-artijiet kif ukoll tal-ministeru tiegħi, trid tkun f'sitwazzjoni li niffokaw fuq dawk l-applikazzjonijiet li jidħlu għal din il-konċessjoni ħalli nanalizzawhom fl-inqas żmien possibbli.", "Jiġifieri nista' nserraħ ras l- Onor. Farrugia li dik hija l-intenzjoni tal-gvern.", "Il-bieraħ meta ppreżentajt ir-riżoluzzjoni ma kien hawn ħadd mill- oppożizzjoni tant li l-Onor.", "Joe Brincat ħaseb li l-Onor.", "Anthony Abela qiegħed jippilota din ir-riżoluzzjoni peress li sema' parti mid-diskors tiegħu.", "Deher ċar ukoll li ma kienx ippreparat għax lanqas kien jaf li ma kienx hemm għalfejn nużaw it-terminu \"ċens\" għax fejn qegħdin ninserixxu din l-emenda fil-paragrafu 4 ta' l-Iskeda annessa fil-Kapitlu 268 diġa' kien hemm il-kelma \"ċens\" bħala title.", "Jien nippretendi - forsi nippretendi żżejjed mill-oppożizzjoni - li l- oppożizzjoni tkun ippreparata meta tiġi hawn ġew u mhux tiġi hawnhekk tagħmel diskors li naħseb li ma jixraqx mhux lilna li qegħdin hawn ġew, imma lin-nies li jisimgħuna, li jippretendu li kemm il-gvern u kemm l- oppożizzjoni tkun ippreparata, u mhux niġu nitkellmu bl-addoċċ u fejn ħabat ħabat u fejn laqat laqat.", "Għal diversi drabi l-Onor.", "Farrugia talabna garanzija fuq il-kwestjoni tal-produzzjoni marbuta man-nitrati.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Noel Farrugia, bil-permess tal-ministru.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Peress li jien tlabt it-time frame ta' meta se tersaq il-mozzjoni l-oħra biex tkopri s-setturi u lill-produtturi l-oħra, din qiegħda available jew tiġi komunikata fi stadju ieħor?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Le, m'hemmx time frame li huwa marbut, imma kif għidt il-bieraħ għandna l-intenzjoni kollha li ġaladarba dawn is-setturi jkunu koperti, imbagħad nimxu għal setturi oħrajn.", "Ħalli niġi għat-tieni punt li hija l-kwestjoni tal-livell tan-nitrati.", "L- ewwelnett irridu nifhmu - għax jien xi kultant nibda naħseb li lanqas jafu x'innegozjajna ma' l-Unjoni Ewropea – li l-livell ta' nitrati li kellna u li għandna llum m'huwiex neċessarjament il-livell ta' nitrati li se jkollna fi ftit snin oħra.", "Per eżempju, fil-qasam tal-baqar aħna nnegozjajna perjodu ta' għaxar snin fejn l-ammont ta' baqar irid jonqos.", "Forsi l- oppożizzjoni għadha ma tafhiex din u għadha ma skoprithiex.", "Il-koperattivi jafuha din - jien u l-Onor.", "Francis Agius niltaqgħu mal-koperattivi u m'hemmx għalfejn jgħaddu tmint ijiem biex niltaqgħu mal-koperattivi u jkollna l-feedback mingħandhom - u jafu wkoll li minkejja li n-numru ta' baqar irid jonqos, matul iż-żmien irridu nżidu l-yield u l-kwalita' tal- baqar.", "Mela allura jekk iżżid l-ammont ta' ħalib li jagħtuk il-baqar u ttejjeb il-kwalita' tkun tista' fuq perjodu ta' żmien tnaqqas l-ammont ta' baqar.", "U jekk tnaqqas l-ammont ta' baqar ovvjament l-ammont ta' nitrati li tkun qiegħed tipproduċi mid-demel ikun qiegħed jonqos.", "L-istess fil-qasam tal-majjali.", "Jekk titkellem mal-koperattiva ta' min jipproduċi l-majjal huma stess jgħidulek li hemm uħud mill-produtturi li huma ta' xkiel għall-prodotturi li huma serji.", "Dawn bilfors iridu jirristrutturaw jew inkella se jkollhom jaraw x'se jagħmlu, imma ma jistgħux jibqgħu xkiel fuq is-settur.", "L-istess fil-qasam tat-tiġieġ, huwa kkalkolat li għandu jonqos l-ammont ta' nitrati.", "Diġa' naqas illum għax kien hemm min jipproduċi tjur b'mod illegali u ħadna azzjoni kontrihom.", "Aħna għandna bżonn innaqqsu l-ammont ta' nitrati fl-ilma mhux għax qed tgħidilna l-Unjoni Ewropea imma għax huwa ta' ġid għalina peress li nikkonsmaw l-ilma ta' taħt l-art.", "Jien nixtieq nistaqsi lill-oppożizzjoni: Kieku għada jkunu fil-gvern - għax l-oppożizzjoni tiġi hawn tfajjar u titfa' u qatt ma jgħidulna x'jagħmlu huma - inaqqsu n-nitrati jew le?", "Se nibqgħu npoġġu lit-tfal tagħna fil-periklu minħabba l-fatt li għandna livelli għoljin ta' nitrati li jippenetraw fl-ilma li nixorbu, jien, inti u t-tfal tagħna?", "Kieku intom tnaqqsuh l-ammont ta' nitrati?", "U tnaqqsuh għax tgħidilkom l-Unjoni Ewropea jew għax hu ta' ġid għalina?", "Dan huwa t-tajjeb ta' l-Unjoni Ewropea u għalhekk aħna għidna – u mhux intom, għax intom ipprovajtu tbeżżgħu lin-nies - li tajjeb nidħlu fl- Unjoni Ewropea għax minkejja l-volonta' kollha, inkluż tagħna li qegħdin fil-gvern, it-tajjeb li tkun fl-Unjoni Ewropea huwa li għandek targets u għandek deadlines u trid timxi magħhom u ma nistgħux nillaxkaw, lanqas aħna li qegħdin fil-gvern.", "Dak hu l-isbaħ kontroll li għandna għax illum iċ- ċittadin komuni – issa m'għadkomx tużaw din it-terminoloġija - mhux biss jittestjana bil-vot tiegħu kull ħames snin, imma għandu wkoll il- Kummissjoni Ewropea li lilna żżommna fuq ix-xwiek biex nilħqu t-targets u d- deadlines li għandna f'kull settur.", "Intom għidtu lill-poplu biex ma jivvotawx għal sħubija fl-Unjoni Ewropea.", "Illum pubblikament tgħidu li taqblu imma għandkom nostalġija.", "Anke meta nisma' lill-Onor.", "Farrugia jitkellem hawn ninduna li għandu nostalġija għall-kontrolli u nostalġija sħiħa biex inwaqqfu l-importazzjoni.", "Nixtieq nistaqsi lill-Onor.", "Farrugia: Kieku għada tkun fuq din in-naħa tal-Kamra x'tagħmel?", "Tnaqqas l-importazzjoni?", "U lil dawk li huma viċini tiegħek u li llum jimportaw prodotti minn barra, x'tgħidilhom?", "Tnaqqsilhom l- importazzjoni jew għax illum qegħdin fl-Unjoni Ewropea, tgħidilhom li se tgħinhom biex itejbu l-prodott tagħhom ħalli jikkompetu?", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, bil-permess tal-Mministru.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jien m'għidtx dak li qed jgħid il-ministru.", "Kulma għidt huwa li l-gvern qed isostni mal-poplu politika ta' parir u appell biex jiekol il-prodott frisk u hu, fl-istituzzjonijiet tiegħu, speċjalment fl-isptarijiet fejn l-iktar hemm bżonn ikel nutrittiv, qed jagħti ikel mportat, kontra l-parir tiegħu stess.", "Dak li għidt jien.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Jien għamilt argument ċar.", "Aħna llum qegħdin f'suq liberu u huwa s-suq li jiddetta.", "Qalilna li naqset ċ-ċanga importata.", "Mela llum jien, il-ministru, jew il-kollega tiegħi l-Onor.", "Francis Agius li niddeċiedu x'jidħol f'dan il-pajjiż?", "Jiddeċiedi x'jikkonsma l-konsumatur.", "M'għadniex fiż-żmien meta konna bis-sistema tal- bulk-buying fejn wieħed jiddobba xi liċenzja u jħallas minn taħt il-mejda biex jimporta, skond min hu.", "Illum jiddetta s-suq u l-konsumatur jiddeċiedi x'jixtri, mhux il-ministru.", "Il-ministru jiddeċiedi x'jiekol hu u jekk qiegħed fuq id-dieta jnaqqas mil-laħam biex jiekol il-ħaxix.", "Imma jien m'għandi l-ebda dritt ngħid lill-konsumatur x'jikkonsma.", "Din hi d- differenza bejna u bejnkom.", "Jien nieħu gost nisimgħu jsemmi ċerti produtturi.", "Illum il-produtturi lokali għandhom l-għażla; jistgħu jipproduċu u għandhom l-għażla li jimportaw ukoll.", "Jien ġieli jiġu quddiemi nies li jipproduċi u fl-istess ħin jimportaw u ġieli jagħmlu talbiet biex jimportaw tiġieġ anke minn pajjiżi li huma barra l-Unjoni Ewropea.", "Jiena nieħu gost li dawn in-nies jinvestu u la qegħdin jinvestu naħseb li għandhom il-fiduċja għax ma naħsibx li huma mġienen li jinvestu Lm600,000 f'settur li jaħsbu li se jfalli.", "Imma għandu kull dritt ukoll li jimporta.", "Min se jgħidlu li ma jistax jimporta?", "Jekk l-Onor.", "Farrugia jkun fuq din in-naħa tal-bankijiet, se jgħidlu li se jiddeċiedi hu u mhux il-konsumatur?!", "Kif spjega l-Onor.", "Francis Agius, aħna għamilna kontrolli u għad għandna ammont ta' kontrolli għall-perjodu ta' transizzjoni.", "U dan li intom għadkom ma fhimtux.", "Jiġi jgħid lilna biex naġġornaw meta huma għandhom bżonn jaġġornaw għaliex pubblikament kellhom jilagħqu kulma qalu qabel ir- referendum u qabel l-elezzjoni.", "Qalu li issa jaqblu ma' l-Unjoni Ewropea imma jgħiduha lip service għaliex ma jħossuhiex u lanqas jifhmuha.", "Jekk ma tifhimhiex aħseb u ara kemm tista' tħossha!", "Din hija d-dikotomija kbira u l-gidba li qed tgħix l-oppożizzjoni.", "Qed jgħixu gidba sħiħa kuljum.", "Jeħtieġ li jbiddlu l-leader li bellagħlhom ir-ross bil-labra u daħak bihom għal darba, darbtejn - mhux bil-poplu daħak - u għadhom iħalluh jidħak bihom.", "Huma jridu jaġġornaw il-politika tagħhom u mhux aħna.", "Jien nixtieq infakkar lill-poplu Malti li aħna nemmnu f'suq ħieles u f'suq li jikkompeti.", "Aħna ma nemmnux fi gvernijiet, bħal ta' żmienhom, li kellhom falliment fl-esportazzjoni tal-ħaxix, imbagħad it-telf li kellhom għamlu tajjeb għalih – mhux huma – mill-profotti li kien hemm fl- esportazzjoni tal-patata.", "Dawk kienu mumenti sbieħ għall-agrikultura Maltija!", "Il-ministeru jesporta l-ħaxix, jitlef minnu u lill-bdiewa jgħidilhom: Issa nagħmlu tajjeb għalih mill-profitti li kien hemm mill- importazzjoni tal-patata.", "Aħna mhux dawk it-tip ta' fallimenti nagħmlu għaliex dawk inħalluhom għalikom.", "Tajjeb li l-poplu Malti jiftakar li l-oppożizzjoni kienet tgħidilna biex ma nidħlux fl-Unjoni Ewropea u riedu l-famuż partnership.", "Issa m'għadhomx isemmu l-partnership.", "Meta kienu taparsi mexjin lejn il-politika tal- partnership fit-22 xahar li għamlu fil-gvern l-Unjoni Ewropea qaltilhom li hi kienet lesta għall-ftehim ta' kummerċ ħieles, imma l-kummerċ ħieles ikun anke fis-settur ta' l-agrikultura.", "Din hi d-differenza.", "Filwaqt li huma riedu jagħtu lill-bdiewa u lir-raħħala suq liberu, suq miftuħ mingħajr għajnuna, aħna, jekk taqta' barra s-sussidji ta' l-SMPPMA, fuq il-perjodu 2004-2006 se nkunu tajna 'l fuq minn Lm7 miljun lis-settur tal-majjal u lis- settur tal-baqar.", "Kieku llum hemm l-oppożizzjoni fil-gvern u r-referendum ma ntrebaħx minna minkejja l-biżgħat kollha, kieku l-bdiewa u r-raħħala qegħdin jgħumu f'suq ħieles bħalma għandna llum, bid-differenza li ma jkollhomx l-għajnuna.", "L-Onor.", "Farrugia tkellem ukoll fuq l-inċineratur tal-biċċerija.", "Jien niskanta bl-Onor.", "Farrugia għax hu kien ministru għal 22 xahar u jaf li matul is-sena jkollok voti li effettivament jaqbżu l-ammont approvat għalihom fil-budget u tagħmel dawk li jissejħu virements, tbiddel minn cost centre għall-ieħor u tibqa' għaddej.", "Hija xi ħaġa kbira li jiġri hekk?", "Forsi lill-Onor.", "Farrugia qed jagħtuh l-informazzjoni dawk il-ħaddiema li qed nipprovaw nikkontrollaw.", "Jien m'għandix problema li jagħtuh l- informazzjoni.", "Qed nikkontrollaw fejn għandna overtime żejjed, qed nikkontrollaw fejn hemm spejjeż żejda u dak li se nibqgħu nagħmlu.", "Jistgħu jgħaddulek kemm trid informazzjoni n-nies li qegħdin nikkontrollaw għaliex aħna se nibqgħu nikkontrollaw u se navżahom minn issa li fejn hemm abbużi ninżlu fuqhom, fejn hemm l-eċċessjonijiet se nikkontrollawhom għax aħna obbligati li naraw li t-taxxi li jħallsu n-nies ikunu dedikati għall- affarijiet li hemm bżonn f'pajjiżna.", "Mr Speaker, fil-biċċerija qed jintuża l-inċineratur li ġibna aħna biex naħarqu l-bhejjem.", "L-Onor.", "Farrugia ma jridx li nużaw l-inċineratur?", "Irid li nibqgħu nitfgħu l-bhejjem li jidħlu mejta, apparti l-materjal li jżommu l-biċċerija, fil-Magħtab, ftit 'il bogħod mid-distrett tiegħu?", "M'għadniex nagħmlu dawk l-affarijiet.", "Issa qed nitfgħuhom fl-inċineratur.", "Meta l-partit Laburista kien fil-gvern, il-bhejjem kienu jintefgħu l- Magħtab jew ġo xi wied.", "Imma aħna nonfqu l-flus biex l-inċineratur jitħaddem fl-aħjar interess ta' l-ambjent tiegħek, ta' l-ambjent tiegħi u ta' kulħadd.", "Ir-raba' punt li semma l-Onor.", "Farrugia jirrigwarda d-deboning section.", "Aħna qed ngħidu bl-aktar mod ċar li l-cutting and deboning plant qiegħed fl- aħħar stages biex ikun lest.", "Qed ngħidu wkoll li l-proċessuri u l- koperattiva effettivament iridu jmexxu 'l quddiem il-cutting and deboning unit u rridu li jintużaw operaturi li diġa` hemm fis-settur u mhux inkomplu nżidu l-ispiża tal-gvern.", "Kien hemm nies li ġew għandi jew għand l-Onor.", "Francis Agius u qalulna li għamlu l-kors tal-biċċiera u qed jippretendu li ndaħħluhom mal-gvern.", "Allura meta l-gvern jagħti kors tal-biċċiera għandu jintrabat li lil dawk li jkun għallem jimpjegahom hu?", "Allaħares il-gvern kellu jagħmel hekk.", "Dak kien żmien ieħor, meta l-gvern kien jitgħabba b'nies li m'għandux bżonn.", "Hemm biżżejjed operaturi fis-settur u m'għandix l-iċken dubju li hemm operaturi biex imexxu dak id-deboning unit.", "Nerġa' mmur fuq il-kwestjoni ta' l-inċineratur.", "X'nagħmlu biex nibbilancjaw l-ispejjeż?", "Nibdew niċċarġjaw Lm5 jew Lm10 għal kull annimal li wieħed idaħħal il-biċċerija?", "B'dan il-mod malajr tibbilanċjahom il- kontijiet.", "Imma aħna, għax responsabbli, nafu li jrid ikollok perjodu ta' transizzjoni, fejn dan is-settur ikun imwieżen, biex minn settur li kien dara b'monopolju, mingħajr kompetizzjoni ta' xejn imur għal sitwazzjoni ta' kompetizzjoni totali.", "Mr Speaker, niġi għall-ħames punt li jirrigwarda l-produzzjoni tal- mushrooms.", "Jekk l-Onor.", "Farrugia lanqas jaf li jittieħed is-sussidju fuq il- mushrooms jekk dawn jidħlu l-pitkalija, allura nissuġġerixxi li l-Onor.", "Farrugia jinżel daqsxejn iktar il-pitkalija u mhux jisma' biss min-nies viċin tiegħu li jdaħħlu ċerti prodotti.", "Ġieli jkun hemm min iġib prodott minn barra u jipprova jdaħħlu fil-pitkalija.", "M'għandux jisma' minn dawk in- nies biss, imma jisma' mingħand in-nies li huma operaturi fil-pitkalija.", "Jien nikkonkludi billi ngħid li qabel xejn irridu nifhmu s-sens ta' din ir- riżoluzzjoni.", "Din għamilnieha biex nagħtu sens ta' sigurta` lir-raħħala fil-qasam tat-trobbija tal-baqar, li jipproduċu l-ħalib u lir-raħħala li jrabbu l-majjali billi nagħtuhom ċens ta' 50 sena li jista' jiġġedded sabiex ikunu jistgħu jagħmlu l-investiment neċessarju ħalli jġibu l- irziezet tagħhom up to standard.", "Huwa settur li diġa' ra bidliet, anke f'inqas minn sena li ilna fl-Unjoni Ewropea.", "Għadni kemm irċevejt messaġġ mingħand wieħed mill-operaturi - li jien kont ngħidlu li fis-settur ta' l-ipproċessar tat-tiġieġ irid itejjeb l-impjant tiegħu biex jiġi up to standard – fejn qalli li marret għandu l-missjoni ta' l-FBO biex jispezzjonawlu l-post u mar tajjeb ħafna.", "Jiena nieħu gost li għandna min fehem li hemm opportunita` u hemm min anke beda jesporta prodotti lejn pajjiżi fl-Unjoni Ewropea.", "Mr Speaker, nirrepeti dak li għidt il-bieraħ; għandna prodott tajjeb u rridu ntejbuh.", "Irridu ngħallmu lir-raħħal u lill-bidwi metodi ġodda ta' tkabbir u ta' trobbija biex il-prodott tagħna mhux biss jibqa' tajjeb imma nagħmluh aħjar biex jikkompeti u m'għandix l-iċken dubju li f'suq fejn il- kwalita` tiġi ppremjata, il-prodott tagħna jiġi ppremjat ukoll.", "La jien, la s-segretarju parlamentari Francis Agius u ħadd minn din il-Kamra qatt ma qal li din il-bidla se tkun mingħajr weġgħat għaliex bħal kull ħaġa oħra, meta tbiddel ikollok l-uġigħ.", "Meta tiżbor id-dielja, ma teħux gost tħares lejha, imma matul iż-żmien id-dielja tagħtik aktar frott.", "U anke f'dan is- settur qegħdin ngħinu biex ir-raħħal jinvesti biex għada jkollu suq aħjar għalih, suq aħjar għal familtu u jagħti prodott aħjar lilna l-konsumaturi li fl-aħħar mill-aħħar qegħdin inwieżnuh.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Se npoġġi l-mistoqsija fuq ir-riżoluzzjoni kif imressqa u moqrija mill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "MR SPEAKER: Nitlob lill-Viċi Prim Ministru biex, jekk jogħġbu, iressaq l- Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "TONIO BORG (Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern): Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar l-Erbgħa, 13 ta' April 2005 fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:-", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar Arkivji Nazzjonali – Kumitat (Kont.); u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Sħubija ta' Malta fil-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp - Tieni Qari.", "-----------------------------------", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Reġistru Ċentrali - Kumitat Permanenti.", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Kriminali - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Noel Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Sur President, xtaqt nitkellem ftit dwar ir-rebus li għandna fit-toroq, qasam mingħajr ebda direzzjoni ta' xejn, addio road safety.", "Allura aħna dħalna fi sqaq jew dħalna fl-Unjoni Ewropea?", "Ngħid għalija lest nissuġġerixxi lill-Kummissjoni Ewropea biex tibgħat inspector ħalli jiċċertifika dan l-istrapazz u dawn il-ġennati li hawn għaddejjin fit- toroq bħalissa, ħadd ma jaf fejn hu sejjer, kullimkien bla sign u bla direzzjoni.", "Għax jekk aħna fid-dmir li nirrispettaw lill-poplu Malti u Għawdxi, x'inhi din li bejn Ħaż-Żebbuġ u r-Rabat ħlief toroq maqlugħin ma tarax?", "Straġi sħiħa, direzzjoni ta' xejn!", "Għaliex dan?", "Mela l-poplu qed ikollu jħallas ruxxmata taxxi diretti u indiretti u jinsab mifni b'ħemel piżijiet tremendi, imbagħad ħaġa ta' l-iskantament fejn tidħol road safety insibu abbandun sħiħ.", "Issa jiena naf li n-Nazzjonalisti ma jistħu minn xejn għax għandna gvern li jgħid li għandu politika ta' tiġdid, b'element ta' new look, kemm suppost sirna tajbin u kemm sirna accountable u dan meta donnu li issa anke s- signage tat-toroq abbandunajna.", "Kulħadd jista' jarahom b'għajnejh dawn l- arffarijiet u jista' jara din il-Babilonja kollha.", "U minn hawn jien nappella lil sħabna tan-naħa tal-gvern biex jekk m'humiex kapaċi jidħlu għal dan ix-xogħol, kulma għandhom jagħmlu hu li jġibu road safety officer mill-commission ħalli jurihom kif għandhom isiru l-affarijiet.", "Sfortunatament dawn in-nies jekk ma ċċaqlaqhomx il-Kummissjoni Ewropea jibqgħu ċassi u ma jirranġaw xejn.", "Jien nerġa' nappellalhom biex jagħmlu xi ħaġa qabel ma jkun tard wisq, qabel ma jweġġa' xi ħadd, qabel ma tiġri xi disgrazzja u xi ħadd jibqa' tal-post.", "Jien nappella b'mod partikolari lill-ġurnalisti li qed isegwuna sabiex jieħdu fotografi fuq il-post u jieħdu r-ritratti u possibbilment anke jiddedikaw ftit spazju fil-ġurnal tagħhom jew fuq ir-radio, ħalli nippruvaw noħolqu kampanja nazzjonali biex lill-Ministru Mugliett nuruh li ma jistax ikompli jirrombla minn fuq kulħadd, jaġixxi b'dawn l-insolenzi ma jaqtgħu qatt u joħloq din l-istraġi kollha u jikkrea dan in-nuqqas ta' safety fit- toroq.", "Dan mhux mod kif nimxu.", "Lura sejrin u mhux 'il quddiem u meta wieħed jara dawn l-affarijiet bilfors ikollu jikkonkludi li pajjiżna mhux fl-Unjoni Ewropea daħal imma ġo sqaq, Sur President.", "Anke l-mod ta' kif qed isiru ċerti ħitan huwa ħażin għax jew se nirrispettaw is-sistema idroloġika b'mekkaniżmu aktar sostenibbli biex nipproteġu s-sistema kollha – qed ngħid għal meta tagħmel ix-xita n-naħa ta' fuq ta' Malta, speċjalment ir-Rabat, l-Imdina u l-Imtarfa – biex l-ilma jippenetra fir-raba u fl-aquifer u jissaffa b'mod iktar korrett u b'mod iktar trankwill ħalli ma jifqax il-ħitan u ma jikkreax ħsara ...", "Jiddispjaċini ngħid li m'humiex jintużaw metodi sostenibbli biex nipproteġu s-sistema idroloġika fil-ħitan li qed jinbnew biex jitwessgħu ċerti żoni u ċerti toroq.", "Peress li aħna gżira żgħira, l-ilma rridu nagħtu kasu iktar u rridu nkunu aktar sensittivi u mhux moħħna biss biex nużaw ċertu ġebel u konkos u l-ispejjeż dejjem telgħin.", "Importanti li nirrispettaw in-natura u dan nistgħu nagħmluh mhux biss billi nħawlu l-pjanti imma billi nipproteġu l-ilma, speċjalment dak tax-xita, l-aktar ilma ideali għall-gżejjer tagħna.", "Xtaqt ukoll nagħmel riferenza għall-problemi li qed jolqtu lil ħafna familji minħabba l-fatt li s-saħħa tal-paga qiegħda tonqos quddiem il- ħteġijiet dejjem jikbru tal-familji.", "Anke l-valur tal-pensjoni qiegħed jonqos minkejja l-ħteġijiet ta' l-anzjani u l-pensjonanti.", "Il-benefiċċji soċjali u r-relief qegħdin dejjem jinxfu minkejja l-bżonnijiet li għandhom il-familji Maltin u Għawdxin li jiddependu minnhom.", "Hemm bżonn li nevalwaw din is-sitwazzjoni, anke fid-dawl li llum persentaġġ qawwi ta' familji jinsabu dejjem resqin lejn dak li s-soċjeta' tagħna ssejjaħ faqar, ċirkostanzi li jinħassu wkoll fost is-soċjetajiet sportivi.", "Illum għandna ħafna soċjetajiet sportivi li sar għandhom spejjeż kbar sabiex ilaħħqu mal- commitments li jkollhom u ma' l-upgrading neċessarju.", "Dawn is- sitwazzjonijiet hemm bżonn li nirriflettu fuqhom qabel ma nħalluhom jakkumulaw u s-soċjeta' tagħna minflok ma tkompli tgħolli l-kwalita' tal- ħajja tagħha, tkompli tinqata' mill-kwalita' tal-ħajja li kellha sena, sentejn u tliet snin ilu.", "Sur President, ma rridx ninstema' li rrid bilfors nattakka lil dan il-gvern li kif kont qed ngħid qed idaħħal lil pajjiżna ġol-ħajt, imma irrid naqsam dawn il-ħsebijiet ma' min qed jismagħna għax dawn iċ-ċirkostanzi li qegħdin nesperjenzaw fil-ħajja ta' kuljum jista' jikkonfermahom kulmin għandu saqajh ma' l-art.", "Aħna regolarment niltaqgħu man-nies u mhux qed nirriferi għal-Laburisti jew għal dawk li għal xi raġuni jew oħra huma kontra dan il- gvern, imma qed ngħid ukoll għan-Nazzjonalisti.", "Illum saret ħaġa normali li familji sħaħ, kemm Laburisti u kif ukoll Nazzjonalisti, kontinwament jitkellmu dwar il-fatt li s-saħħa tal-flus qiegħda dejjem tonqos.", "U dan m'huwiex qed jiġri biss lil dawk li d-dħul tagħhom jiddependi mill-paga jew mill-part-time job, imma qed jiġri anke mal-komunita' tan-negozju.", "Illum tiltaqa' ma' negozjanti li jgħidulek li l-ftit profitti tagħhom qegħdin dejjem jevaporaw u l-fatt li għandna gvern li jipprova jiddefendi s-sitwazzjoni nista' nifhimha, imma l-fatt li ma jippruvax janalizzaha b'mod konkret u ma jippruvax jirrimedja b'soluzzjonijiet immedjati qed jitfa' iktar melħ fuq il-ferita.", "Hemm bżonn li 'lil hemm mit-tpaċpiċ ikun hemm il-prattika, 'il hemm mill-illużjonijiet ikun hemm il-maturita', 'il hemm mill-ħafna dikjarazzjonijiet foloz ikun hemm il-konkretezza.", "Ara dikjarazzjonjiet konkreti ma ssibuhom imkien!", "Jien illum ġibt ftit eżempji u nistieden lil min irid imur iżur dawn it-toroq li fuqhom qed isiru x-xogħlijiet, ħalli jara x'tip ta' road safety u x'tip ta' direzzjoni ta' traffiku teżisti.", "Ħafna drabi bil-lejl lanqas ikun hemm dwal biżżejjed, Sur President.", "Issa hawnhekk jien niftakar sitwazzjonijiet fejn konna nikkritikaw lill- Ministru Ċensu Galea u qablu anke lill-Ministru Michael Frendo u tajjeb jew ħażin kienu jagħtu kas u jaraw li jinfurzaw dawn ir-regoli – issa żgur mhux qed ngħid hekk biex inqabbad il-ministri bejniethom – imma minkejja n-new look u minkejja t-tiġdid li jirrappreżenta il-ministeru għall-iżvilupp urban u t-toroq, l-Onor.", "Mugliett tefa' kollox lura u dan ma jiġix minnu biss.", "Li l-gvern Nazzjonalista qisu nixef, bħalma qed tinxef il-paga, illum iħossha kulħadd.", "Dan il-gvern kulma jmur qed jitlef is-sens ta' direzzjoni u iktar qed ikun bla ħila – dan m'iniex qed ngħidu bi kritika personali lejn il-prim ministru, għax mhux l-istil tiegħi li nattakka b'mod personali - u jrid jara x'se jagħmel għax m'għandux kontroll tas- sitwazzjoni.", "Is-sitwazzjoni tanalizzaha minn fejn tanalizzaha taqta' fil- laħam il-ħaj.", "Dan il-gvern tilef il-fibra, għandu ministri happy-go-lucky u t-twettiq tal-politika tagħhom biex tabilħaqq il-pajjiż ikollu livell għoli ta' amminsitrazzjoni tar mar-riħ.", "Dawn huma ħwejjeġ li ma jistgħux ikomplu għaddejjin, Sur President.", "Ma jistax ikun li l-paga tispiċċa fix-xejn u dak li huwa n-normal day-to- day management inħalluh jisparpalja ruħu.", "X'qegħdin nagħmlu?", "Fejn huma r- responsabbiltajiet ta' kull dekasteru?", "L-isptar ma nafux meta se jispiċċa, ma nafux kemm se jiġi jiswa.", "F'St. Lukes kulħadd jilmenta li iktar qed ikun hemm straġi u inkonvenjenza.", "Iċ-ċentri tas-saħħa qed jagħlqu f'ħinijiet meta l-ħaddiema jkunu qed jirritornaw lura lejn id-dar u meta l- ulied ikunu ġejjin lura mill-iskola u għalhekk meta jiġu bżonn dan is- servizz, il-familji qed ikollhom ifittxu tobba privati għax ma jsibux tobba fiċ-ċentri tas-saħħa.", "Kif jista' min jgħid li jemmen fil-kuxjenza soċjali jibqa' jippermetti li jsiru dawn l-affarijiet?", "Nagħlaq fuq il-punt li din in-naħa tal-Kamra hija ddispjaċuta li l-pajjiż jinsab f'dan l-istat għax aħna niftakru snin ta' twettiq ta' politika li bla dubju kienet iktar konsistenti kemm taħt gvernijiet Nazzjonalisti u kif ukoll taħt gvernijiet Laburisti.", "Definittivament dik il-politika kienet iktar attiva, kienet iktar ħajja, kienet iktar tanġibbli u kienet iktar konsistenti minn dik ta' dan il-gvern Nazzjonalista li nerġa' ngħid huwa gvern li kulma qed jagħmel m'hu xejn ħlief idaħħal lil pajjiżna fil-ħajt.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Chris Agius.", "ONOR.", "CHRIS AGIUS: Mr Speaker, illum nixtieq nitkellem ftit fuq is- sitwazzjoni li jinsab fiha l-crafts village ta' Ta' Qali, kif ukoll fuq il- mumenti ta' tensjoni li jinsabu għaddejjin minnhom is-sidien ta' l-istess negozji.", "Għalhekk naħseb li jkun tajjeb li ngħid li f'dan il-post insibu numru ta' huts tal-pjanċi li ġew konvertiti f'workshops u ħwienet.", "Tul il- medda tas-snin, il-maġġoranza tagħhom ġew irranġati sabiex il-post jingħata dehra ħafna iktar attraenti, ħalli jkun jista' jilqa' b'mod iktar komdu lit- turisti u lill-Maltin li jmorru jżuruh.", "Ma jistax jingħad l-istess għall- infrastruttura li ddawwar lil dawn l-inħawi għaliex din tħalliet fi stat ta' abbandun għal ħafna snin.", "Ix-xogħol li jiġi pprattikat f'dan il-villaġġ jista' jinqasam f'erba' kategoriji, fejn insibu craftsmen li jagħmlu xogħol ta' snajja', insibu numru ta' mastrudaxxi, hemm ħwienet li fihom jiġi pprattikat xogħol ta' snajja' minn fejn anke jbiegħu dawn l-artisan works u nsibu wkoll ħwienet li jġibu xogħol lest.", "Kif għedt, tul is-snin dawn il-ħwienet kibru fil- popolarita', iżda l-istat ta' l-ambjent tħalla jiddeterjora għal sena wara l-oħra sabiex illum jinsab f'qagħda tal-biki.", "Għal snin sħaħ dawn il- ħaddiema kienu ġew imwiegħda li s-sitwazzjoni se tiġi rranġata, iżda sal- lum għadhom qed jittamaw li jasal dak il-mument meta l-area minn fejn jaqilgħu x'jieklu tingħata d-dehra li jixirqilha.", "Huwa tajjeb li nfakkar li taħt gvern Laburista, bejn l-1996 u l-1998, kien sar pjan li kien anke wasal għall-istadju ta' implimentazzjoni.", "Ma' dan il- pjan kienu qablu l-maġġoranza tas-sidien tal-postijiet li hemm fil-crafts village, fejn kien se jsir xogħol estensiv għall-bini ta' numru ta' units għax-xogħol.", "Kellhom isiru tliet car parks u kellha ssir ukoll infrastruttura ġdida ta' toroq u bankini, bis-servizzi mgħoddijin minn taħt il-bankini.", "Kien hemm il-ħsieb li waqt il-ħinijiet tax-xogħol l-area tal- crafts village tkun pedestrian area.", "Il-ħsieb kien ukoll li x-xogħol ta' kostruzzjoni jsir matul il-lejl sabiex ma jfixkilx ix-xogħol tan-negozju.", "Is-sidien ġew mgħarrfa b'dan ix-xogħol u kollha qablu ma' dan il-ħsieb.", "Dak iż-żmien lis-sidien il-gvern Laburista kien qalilhom li l-art se tingħatalhom b'ċens għal 65 sena bir-rata ta' 50c kull metru kwadru, liema ċens kellu jiġi rivedut wara 25 sena, kif isir fil-parti l-kbira tal- kirjiet u ċ-ċnus, sabiex ikun jirrifletti l-valur tal-Lira Maltija f'dak il- perijodu.", "L-MDC kienet se tħallas lill-MEPA għall-permessi tal- bini u kienet se tiffinanzja sabiex jitwassal l-ilma u d-drenaġġ sa wara l-bibien tan-negozju.", "L-istess korporazzjoni kienet offriet ukoll skemi differenti ta' għajnuna finanzjarja għas-sidien sabiex ikunu jistgħu jibnu mill-ġdid il-post tax-xogħol tagħhom.", "Kien hemm skemi differenti għal dawk li kienu fis-snajja' mija fil-mija, kif ukoll għal dawk li jissejħu social cases minħabba li ma kenux f'pożizzjoni li jibnu l-post tagħhom.", "Meta rat li kien hemm qbil dwar dawn il-proposti, l-MDC ħarġet numru ta' letters of intent u f'Settembru ta' l-1998 uħud mis-sidien ħallsu depożitu sabiex ikunu jistgħu jintrabtu fuq dan il-proġett.", "Iżda ftit ġranet wara reġa' tela' fil-gvern il-partit Nazzjonalista u dan il-proġett tpoġġa fuq l- ixkaffa.", "Għalhekk is-sidien tal-crafts village reġgħu esperjenzaw abbandun u telqa u l-ħsieb ta' upgrading reġa' tpoġġa fuq l-ixkaffa.", "B'hekk il-ħolma li l-post minn fejn jaqilgħu x'jieklu jsir iktar attraneti għal kulmin iżuru spiċċat fix-xejn.", "Fis-sena 2002 reġa' beda jissemma' l-upgrading tal-crafts village f'Ta' Qali.", "L-Onor.", "Edwin Vassallo li sal-lum għadu responsabbli minn dan il- proġett, impenja ruħu u żamm ħafna laqgħat mas-sidien.", "Fi Frar tas-sena 2002, f'ittra mibgħuta lis-Sur Vince Farrugia, direttur ġenerali tal-GRTU li jirrappreżenta lis-sidien tal-crafts village, is-segretarju parlamentari qallu hekk - u nikkwota minn din l-ittra:", "\"Dwar ir-rata tal-kirja mill-MDC diġa' ntlaħaq qbil li din se tkun regolata mill-kuntratt preżenti.\".", "Sur President, inżid ngħid li għas-sidien l-affarijiet inbidlu għax bil- proposti l-ġodda li saru hemm ħafna bdil minn dak li kkwotajt fl-ittra ta' l-Onor.", "Vassallo, pero' dan insemmih iktar 'il quddiem.", "Kif għedt, is- segretarju parlamentari mpenja ruħu f'dan il-proġett bis-serjeta' u ltaqa' mas-sidien anke fuq bażi one-to-one u kompla biex ħeġġiġhom sabiex fl-iqsar żmien isir qbil u jibda x-xogħol.", "Fl-1 ta' April, 2002 f'ittra oħra li l- Onor. Vassallo bagħat lis-sidien tal-crafts village qalilhom hekk - u nikkwota:", "\"Nixtieq li niġbor mingħandkom il-formoli li tajtkom...\"", "- il-formoli dwar il-qbil fejn riedu jagħżlu l-mod kif jinbena n-negozju tagħhom -", "\"... u għalhekk inħeġġiġkom sabiex timlew il-formoli li fihom kellkom tagħżlu jekk tridux tieħdu ċ-ċens u tħallsu għall-ispiża tal-binja tal- fabbrika tagħkom, jew li tinbena lilkom mill-MDC u tibqgħu bil-kirja li għandkom fil-preżent.\".", "Jiġifieri sa din id-data s-sidien kellhom għażla x'jagħmlu.", "Dawn kellhom l- opportunita' li l-ispiża tal-bini ssir mill-MDC u ma jkunux huma li jerfgħu l-piżijiet ta' binja ġdida li tfisser eluf kbar ta' liri.", "Li ġara kien li tħejja pjan sabiex jinstab żviluppatur li jkun hu li jibni l-binjiet kollha fuq linja ġenerali kollha l-istess, jibnihom żviluppatur wieħed u s-sidien jagħżlu l-mod kif iħallsu, jew inkella jingħata lilhom u jitħallsu b'kera differenti.", "Iżda f'daqqa waħda s-sidien ġew mgħarrfa kif se jkun il-ħlas.", "Dawn ingħataw stima ta' binjiet mill-iżviluppatur li kien se jiġi magħżul fejn saru jafu li jridu jidħlu għal spejjeż li kienu jlaħħqu eluf kbar ta' liri, bħal ngħidu aħna Lm40,000, Lm50,000 jew Lm60,000 għal binja ġdida.", "Kien hemm sidien li talbu lis-segretarju parlamentari sabiex isibu kuntrattur huma li jibnilhom il-binja fuq il-pjanti mħejja mill-MDC, għax meta għamlu l-kontijiet dawn sabu li kienu se jiswewlhom ħafna inqas.", "Naħseb li kulmin huwa fin-negozju jaqbel li bħalissa ma tantx hu l-aħjar żmien biex wieħed jidħol għal spiża hekk kbira bħal dik ta' binja ġdida, iktar u iktar jekk sid in-negozju jkun qabeż il-50 sena u jkun qed jaħseb sabiex jitirtira mix-xogħol.", "Sur President, hawnhekk qed naraw li dak li ġie mwiegħed tar mar-riħ għax l- affarijiet inbidlu u wara kollox il-proposti li kienu saru f'dawn l-aħħar sentejn spiċċaw fix-xejn.", "Illum il-kirja li qed tiġi proposta, jekk il- bini jsir mill-kunatratturi, tkun twassal anke sa Lm9.50 kull metru kwadru.", "Naħseb li rridu nkunu sinċieri ma' dawn in-nies li dejjem ħadmu u refgħu l-piżijiet tagħhom.", "Is-sidien ta' dawn in-negozji fil-maġġoranza tagħhom huma mħassba għax tul is-snin raw ix-xogħol tagħhom imajna u fejn qabel ħafna minnhom kelhom numru ta' impjegati magħhom, illum spiċċaw jagħmlu x- xogħol waħedhom, forsi b'xi membru tal-familja jgħinhom.", "Dawn jafu li t- telqa li jinsab fiha dan il-villaġġ m'hijiex l-aħjar mod biex tiġbed lit- turisiti lejn dan il-post.", "F'dawn l-aħħar ġranet jien mort inżur dan il- post fejn iltqajt ma' numru ta' sidien, kollha qalbhom maqtugħa għax ma jafux x'se jiġri mill-futur tan-negozju tagħhom.", "Dan huwa post li bi ftit attenzjoni li ma tqumx mijiet ta' liri jista' jsir iktar attraenti.", "B'hekk inkunu nistgħu nressqu lejh iktar turisti u Maltin ħalli dawn in-negozji jagħmlu iktar profitti u forsi huma stess ikunu f'pożizzjoni li jagħmlu l- investiment li qed titlob l-MDC.", "Issa sirt naf li anke ż-żewġ ħaddiema li kien hemm sabiex jieħdu ħsieb li jżommu l-post nadif tneħħew, allura dawn in-nies aktar qegħdin jaqtgħu qalbhom li l-proġett jimxi 'l quddiem.", "Hawnhekk għandna persuni li jaqilgħu l-għajxien bil-kapaċita' tagħhom u qatt ma kienu ta' piż fuq il- gvern.", "Investew huma u qalgħu l-għajxien tagħhom permezz tax-xogħol tagħhom.", "Għanda persuni li jafu żmenijiet aħjar fin-negozju u jien ċert li kollha jixtiequ li x-xogħol tagħhom jirrendilhom ħafna iktar.", "Għalhekk nappella lil min hu responsabbli sabiex jisma' bis-serjeta' lil dawn is- sidien, imma m'huwiex lok li jsiru pressjonijiet żejda.", "Huwa fl-interess ta' kulħadd li dak li jsir ma jbażwarx lil dak li jkun u jwasslu għall- għeluq tan-negozju.", "Għalhekk qed nisimgħu dawn il-karbiet u qed issir din l- oppożizzjoni kollha għall-proposti tal-gvern għax is-sidien ta' dawn in- negozji jafu safejn iwassal il-but tagħhom u ma jixtiequx jidħlu għal piżijiet li ma jifilħux għalihom.", "Barra minn hekk, saru ħafna iktar oġġezzjonijiet li l-Onor.", "Vassallo jaf bihom u nappellalu sabiex jisma' iktar lil dawn is-sidien.", "L-aħħar ftit minuti xtaqt niddedikahom għall-iskema ta' l-ERDF li toħroġ kultant żmien mill-Malta Enterprise.", "Din hija skema li permezz tagħha tingħata għajnuna lill-produtturi li għandhom negozji hawn Malta sabiex jipparteċipaw f'fieri u shows fejn jirreklamaw il-prodott tagħhom għall- possibbilta' ta' esportazzjoni.", "Ninsab żgur li dawn it-trade missions u fieri huma mezz uniku u indispensabbli sabiex inkattru l-manifattura u nżidu l-esportazzjoni.", "Kien hemm ħafna negozji li bbenefikaw minn dawn l- iskemi li sussegwentement żiedu l-esportazzjoni, iżda skond informazzjoni li għandi fl-aħħar sejħa li saret għal din l-iskema kien hemm uħud li ġew mgħarrfa li ma ġewx magħżula - dan kien diżappunt għal uħud li għal snin twal kienu jieħdu sehem f'missjonijiet simili – għax il-flus ivvotati għal dawn l-iskemi ntnefqu kollha.", "L-eżerċizju seta' sar b'mod differenti sabiex iktar sidien jibbenefikaw, anke jekk dan kien ifisser li l-għotjiet ikunu inqas.", "Ninsab ċert li din il-proposta ġiet diskussa internament fi ħdan il-Malta Enterprise iżda min qal l-aħħar kelma kellu opinjoni differenti.", "Nappella li dawn it-trade missions ikunu aċċessibbli għal kulmin għandu bżonnhom u dan għall-ġid tal-manifattura u l-ekonomija lokali.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada l-Erbgħa, 13 ta' April 2005, fis-6.00 p.m. bl-agenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "DISTRETTI 11 U 12 - XOGĦLIJIET FIT-TOROQ", "10837.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 10466 u jgħid xi proġetti għandu l-ministeru fir-rigward ta' toroq u żvilupp urban għall- ibliet u rħula tal-11 u t-12-il distrett elettorali?", "Kemm hu stmat li se jiġu jiswew dawn ix-xogħlijiet?", "Meta mistennija jibdew u jitlestew?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "WSC - UŻU AĦJAR TA' L-ILMA", "11259.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid jekk hux qed issir xi kampanja biex il-poplu jagħmel l-aħjar użu mill-ilma u ma jużahx ħażin?", "Jekk fl-affermattiv, jista' jagħti sinteżi ta' x'qed isir?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jien informat li l-korporazzjoni għas-servizzi ta' l- ilma mhix qed tagħmel xi kampanja speċifika bl-iskop li semma' l-Onor.", "Interpellant.", "Madankollu d-WSC għandha sezzjoni speċifika fuq il-website tagħha dedikata għal dan il-għan.", "Barra minn hekk, qed ikunu organizzati regolarment żjarat ta' tfal minn diversi skejjel kemm tal-gvern kif ukoll oħrajn, fl-impjant tar-reverse osmosis ta' Pembroke, il-galleries f'Ta' Kandja u t-theme park f'Ħal- Luqa.", "Dawn iż-żjarat huma ntiżi biex bħala parti mill-edukazzjoni tagħhom, it-tfal isiru konxji mill-bżonn ta' konservazzjoni ta' l-ilma.", "SPTAR ZAMMIT CLAPP - MEMBRI TAL-BORD", "11260.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid xi ħlas jew onorarja qed jingħataw il-membri tal-bord il-ġdid ta' l-isptar Zammit Clapp?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninsab informat li ċ-chairman jingħata onorarju ta' Lm3,000 waqt li l-membri individwalment jingħataw Lm1,000 fis-sena.", "VAT - IMPATT FUQ IL-KONSUMATUR", "11261.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid it- taxxa tal-VAT kif se taffettwa lill-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma, l-Enemalta, il-Maltacom u l-konsumatur?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "KONSUM TA' L-ELETTRIKU", "11262.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm hu l-average consumption ta' l-elettriku ta' household b'membru wieħed, bi tnejn, bi tlieta, b'erbgħa, b'ħamsa u b'sitta?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal- Kamra.", "KONSUM TA' L-ILMA", "11263.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm hu l-average consumption ta' l-ilma ta' household b'membru wieħed, bi tnejn, bi tlieta, b'erbgħa, b'ħamsa u b'sitta?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jien informat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant hija kif ġej:", "|Persuni |Metri | |fil-house|kubi | |hold |kuljum | |1 |0.09 | |2 |0.16 | |3 |0.24 | |4 |0.30 | |5 |0.36 | |6 |0.42 |", "Dawn iċ-ċifri huma bbażati fuq il-konsum ta' l-2003 u l-2004.", "PREZZ TAŻ-ŻEJT", "11264.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm kien il-prezz taż-żejt użat mill-Enemalta qabel il-budget ta' Novembru 1997?", "Kemm kien f'Novembru 1998?", "Kemm iffrankat il-korporazzjoni bħala riżultat tar-roħs fil-prezz taż-żejt?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "KORP TAL-PULIZIJA - SURĠENTI MAĠĠURI", "11351.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid għaliex għadha ma saritx il-ħatra ta' surġenti maġġuri fil-korp tal-pulizija?", "Meta saru l- interviews lis-surġenti li applikaw?", "Jista' jgħid jekk ħarġitx il-lista ta' l-ordni kif ġew is-surġenti wara l-interview?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi dawn il-ħatriet isiru meta u kif jippermettu n-neċessitajiet in ġenerali tal-korp tal-pulizija.", "SKEJJEL INDIPENDENTI - ASSENTEIŻMU", "11377.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid kemm mill-ġenituri tas-648 student li fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 10784 jingħad li kienu assenti mill-iskejjel indipendenti bla ċertifikat u mhux skużati, ittieħdu passi kontrihom bil-qorti?", "X'ġara fil-każ ta' dawk il-ġenituri tal-254 student li fallew l-iskola mingħajr raġuni valida f'Jannar?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-ebda waħda mill-iskejjel konċernati ma avżat li kien hemm ksur tal-provvedimenti ta' l-edukazzjoni obbligatorja u għaldaqstant ma kienx il-każ li jittieħdu passi skond il-liġi.", "ĊILINDRI TAL-GASS", "11378.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 10798 u jgħid jekk itteħdux passi ulterjuri dwar il-każ taċ-ċilindri tal-gass li wara li kienu ġew ordnati, instab li kienu difettużi?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "STUDENTI B'ĊERTIFIKAT MEDIKU", "11379.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm studenti mill- iskejjel kollha li mhux qed jattendu l-iskola b'mod regolari għaliex koperti b'ċertifikat mediku?", "X'tip ta' mard qed isofru minnu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li fis-sena skolastika 2004/2005, in-numru ta' studenti mill-iskejjel ta' l-istat li mhux qed jattendu l-iskola b'mod regolari għaliex huma koperti b'ċertifikat mediku huwa 313.", "Informat ukoll li l-informazzjoni mitluba dwar skejjel mhux statali ma tinżammx mid- divizjoni ta' l-edukazzjoni iżda tinżamm mill-iskejjel konċernati.", "Miċ-ċertifikati mediċi jirriżulta li l-kondizzjonijiet mediċi jvarjaw u jinkludu leukaemia, brain tumour, pneumonia, bone marrow tumour, anxiety, school phobia, scoliosis, URTI, influenza, recovery from surgery, bronchial asthma, migraine, tonsillitis, bronchitis and gastric flu, respiratory problems, bone complication, heart, persistent headaches/psychotic disturbances, medical treatment, minicore disease, hypersensitivity disorder, viral infection, hysterical bouts, headache/backache, renal colic, leg injury, being investigated in hospital, acute enteritis, colon problems - through negligence, global development delay and recurrent infections, wheelchair case care by St Luke's hospital, chest cold, renal problems, anxiety neurosis, adjustment disorder and identity crisis, school refusal with identity crisis, abdominal colic, psychological reason, shoulder burn, kidney infection, hospitalisation (England), epilepsy, undergoing chemo therapy, cerebral palsy with epilepsy, dyspepsia, chronic constitutional upset, chest infection, pregnancy and dysmenorrhoea/ABO.", "TIPJIP F'POSTIJIET PUBBLIĊI", "11380.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid x'koperazzjoni hemm bejn uffiċjali tad-dipartiment tas-saħħa u uffiċjali tal-pulizija dwar l- infurzar tal-liġi dwar tipjip fi stabilimenti ta' l-ikel u postijiet oħra?", "Meta se tidħol fis-seħħ il-liġi sħiħa?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Il-liġi dwar tipjip fi stabilimenti ta' l-ikel u postijiet oħra diġa' hija fis-seħħ skond l-istess Att iżda ngħata żmien sal- 5 ta' April 2005 biex l-istabilimenti li huma ta' inqas minn 60 metru kwadru jikkonformaw ruħhom ma' l-istess liġi.", "Uffiċjali mid-dipartiment tas-saħħa pubblika jagħmlu spezzjonijiet dwar il- konformita' mal-liġi tas-smoking rooms f'tali stabilimenti waqt li l- pulizija jieħdu passi kontra tipjip illegali.", "Informat ukoll li spezzjonijiet konġunti jsiru bejn uffiċjali taż-żewġ dipartimenti kif u meta jkun hemm bżonn.", "MWIET KAWŻA TAT-TIPJIP", "11381.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 10800, jista' il-Ministru ġentilment iwieġeb dwar imwiet kawża tat-tipjip f'Jannar?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: In-numru ta' każi ta' mwiet reġistrati fir-reġistru nazzjonali ta' mwiet matul Jannar ta' din is-sena, meqjusa bħala li kienu kkaġunati minħabba t-tipjip, hu ta' 37 fil-każ ta' Malta u Għawdex, li 26 minnhom kienu rġiel u 11 kienu nisa.", "TAS-SLIEMA - AKKOMODAZZJONI SOĊJALI", "11496.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid meta mistennija jmorru l- inspectors tad-dipartiment fil-fond li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Jien informata illi d-dipartiment għall- akkomodazzjoni soċjali m'għandux applikazzjoni pendenti mingħand il-persuna indikata.", "L-ISLA - AKKOMODAZZJONI SOĊJALI", "11497.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid għaliex persuna li tbati minn depression u li hi marida ħafna u li tgħix fi flat b'60 tarġa u l- uniku iben tagħha jorqod f'washroom taħt saqaf corrugated – dettalji qed jintbagħtu separatament - qatt ma ġiet provduta b'post alternattiv mid- dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Jien informata illi l-applikazzjoni qed tiġi kkonsidrata flimkien ma' oħrajn simili.", "EDUKAZZJONI - TRASFERIMENT TA' IMPJEGATA", "11498.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid x'possibbilta' hemm li persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, tiġi ttrasferita minn dipartiment għal dipartiment ieħor fi ħdan l-istess ministeru?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Kull impjegat għandu l-possibbilta' li jitlob li jiġi ttrasferit u kull talba li ssir tiġi kkonsidrata mill-kapijiet konċernati skond l-esiġenzi tas-servizz.", "Informat li bħalissa hemm ħtieġa ta' purtinara fl-iskejjel statali.", "TAXXI INTERNI", "11499.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jindaga jekk persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, hijiex dovuta tħallas is-somma ta' Lm2,300 lill-inland revenue?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-persuna indikata tista' tmur fit-taxpayer service tad-dipartiment tat-taxxi interni waqt il-ħin ta' l-uffiċċju u tingħata l-għajnuna kollha meħtieġa.", "ETC TRAINING COURSES", "11500.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid meta mistennija jiftħu l- korsijiet ta' l-ETC dwar childcare, storekeeping, first-aid, filming, etc.?", "Għal min huma dawn il-korsijiet u kemm hu twil kull kors?", "Xi kwalifiki jrid ikollok biex issegwi kull kors?", "Kemm hi twila l-lista ta' l- applikanti biex isegwu kull kors?", "Xi proċeduri tieħu l-ETC biex jintgħażlu l-istudenti?", "Fejn qed jiġu organizzati?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-kors li jmiss ta' storekeeping ser jibda mit-23 ta' Mejju sat-3 ta' Ġunju u huwa twil 30 siegħa.", "Importanti li kulmin japplika għal dan il-kors ikun jaf jikteb u jaqra.", "Sal-lum hemm 189 persuna fuq il-waiting list.", "Bħalissa għaddej kors fuq childcare li qed isir fil-Valletta training centre u li għalih qed jattendu 20 persuna.", "Il-korsijiet taċ-childcare jaghmlu parti mill-proġett ta' l-ESF.", "Bħal dan l-istess kors hemm ipproġettat li jsiru sitta oħra, wieħed wara l-ieħor, bl-iskop li jiġu mħarrġa 120 childcarers ġodda.", "Il-kors huwa twil 800 siegħa.", "Hemm tliet modi kif wieħed jista' ikun eliġibbli għal dan il-kors u cioe': O level fil-Malti, Ingliż u matematika; jekk ma jkollux matematika, jista' ikollu żewġ O levels oħra biex jikkumpensaw għal dan is-suġġett; jekk ma jkollux O levels, il-kandidat huwa suġġett li joqgħod għal xi eżamijiet u dan biex wieħed jiżgura li l-applikanti jkollhom ċertu livell ta' edukazzjoni.", "Bħalissa hemm lista ta' 200 applikant.", "Rigward il-kors tal-first-aid, informat li dan ma jsirx mill-korporazzjoni minħabba li l-first-aid ma jwassal għall-ebda mpjieg, pero' wieħed irid isemmi li s-suġġett fih innifsu huwa inkorporat f'xi korsijiet oħra.", "Il- korsijiet imsemmija qed isiru f'ċentri tat-taħriġ tal-korporazzjoni, bil- parteċipanti jintgħazlu skond il-kwalifiki tad-dħul għal kull kors.", "Persuni li jaħdmu u jkunu interessati li jattendu għall-korsijiet jistgħu jagħmlu dan billi jimlew applikazzjoni għall-kors li jkunu interessati fih, jew minn fuq il-website tal-korporazzjoni jew minn xi wieħed mill-uffiċċji li l-korporazzjoni għandha ġewwa Malta u Għawdex.", "F'każi ta' waiting list, l-applikanti bil-kwalifiki meħtieġa jintgħażlu fuq bażi ta' first- come first-served.", "Informat li s'issa m'hemm l-ebda pjan li jerġa' jiġi organizzat xi kors fuq filming.", "FGURA - AKKOMODAZZJONI SOĊJALI", "11501.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid għaliex anzjan marid b'qalbu u li jgħix f'appartament bit-taraġ - dettalji qed jintbagħtu separatament - ilu jistenna biex jieħu post tal-gvern għal aktar minn 18-il sena?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Jien informata illi l-applikazzjoni qed tiġi kkonsidrata flimkien ma' oħrajn simili.", "ĦAL QORMI – ART TAL-GVERN", "11535.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk l-art immarkata b'ċirku tond fil-pjanta li qed tintbagħat separatament hijiex tal- gvern, peress li qed jintrema ħafna skart fiha?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li mill-art indikata mill-Onor.", "Interpellant, il-parti li tmiss mat-triq hija tal-gvern b'titolu assolut filwaqt li fil-każ tal-parti ta' wara, żewġ terzi indiviżi huma tal-gvern u terz indiviż huwa tal-privat.", "Il-parti ta' wara fil-fatt hija mogħtija bi qbiela.", "Minn spezzjoni li saret mit-taqsima proprjeta' tal-gvern ma jirriżultax li hemm skart u ħmieġ f'din l-art, apparti l-materjal ta' ġebel li kien intefa' fiha meta kienet qed tiġi iffurmata t-triq li tiġi biswit l-art in kwestjoni.", "ĦAL QORMI: TRIQ IX-XITWA – BINI TA' SUBSTATION", "11538.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm se jdum ix-xogħol fuq il-bini tas-substation il-ġdida li se tinbena fi Triq ix-Xitwa, f'Ħal Qormi?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jien informat li bħalissa għaddej ix-xogħol fuq is- substation fi Triq ix-Xitwa, f'Ħal Qormi wara li kien hemm problemi biex tinstab art u anke minħabba kwestjoni ta' aċċess.", "Wara li jitlesta l-bini jkun jirrikjedi li jiġu stallati l-cables u l-apparat l-ieħor neċessarju.", "Huwa stmat li dan ix-xogħol kollu għandu jieħu xi erba' xhur.", "Fil-frattemp, peress li d-domanda f'dawn l-inħawi normalment tonqos hekk kif tgħaddi x-xitwa, il-problema tal-vultaġġ baxx tittaffa wkoll.", "Una volta titlesta s-substation għandha tiġi eliminata għal kollox din il- problema.", "TALBA GĦAL VISA", "11546.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid għaliex ċerta persuna li talbet appuntament ma' l-assistent kummissarju dwar ħruġ ta' visa għal persuna barranija, għadha qed tistenna risposta?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ġentilment nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħti aktar tagħrif meta u ma' min intalab dan l-appuntament sabiex inkun nista' nivverifika ulterjorment, peress li ma jirriżultax li l-persuna msemmija għamlet xi talba għall-appuntament ma' l-assistent kummissarju nkarigat mit- taqsima ta' l-immigrazzjoni.", "ĦAL QORMI: TRIQ IL-WIED – PELICAN CROSSING", "11547.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jgħid jekk id-direttorat għall-immaniġjar tat- traffiku fi ħdan l-ADT approvax l-istallar ta' pelican crossing fi Triq il- Wied, Ħal Qormi?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Minn riċerka li saret fir-records tad-direttorat għall-immaniġjar tat-traffiku, jirriżulta li t-talba tal-kunsill lokali ta' Ħal Qormi għal pelican crossing ma ġietx milqugħa.", "Id-direttorat għall-immaniġjar tat-traffiku kien irrakkommanda li minflok pelican crossing issir raised zebra crossing li tkun taqdi l-bżonnijiet tal- pedestrians u sservi wkoll ta' traffic calmer.", "Il-kunsill lokali ta' Ħal Qormi ġie mgħarraf b'din ir-rakkommandazzjoni fis-17 ta' Frar, 2005.", "Il-kunsill lokali ta' Ħal Qormi fit-18 ta' Frar informa lid-direttorat li kienu se jiddiskutu din ir-rakkommandazzjoni.", "ĦAL QORMI: TRIQ IL-WIED - XOGĦLIJIET", "11548.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jgħid x'qed iżomm lill-ADT milli tibda x-xogħol ippjanat iktar minn sena ilu fi Triq il-Wied, f'Ħal Qormi li jinkludi l- bini mill-ġdid tal-footbridge li kien twaqqa' fl-għargħar ta' l-2003, it- twaqqigħ tal-bridge eżistenti, il-bini ta' pelican crossing road hump u l- bini ta' culvert ta' madwar 1km?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "AMBAXXATA MALTIJA F'BEIJING", "11558.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin: Jista' il-Ministru jgħid jekk huwiex sodisfatt li l-membri ta' l-Ambaxxata Maltija f'Beijing sal-lum dejjem osservaw il-kodiċi ta' etika għall- uffiċjali tal-ministeru meta jkunu jaqdu dmirijiethom barra l-pajjiż?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: F'dan l-istadju tweġiba għal din il-mistoqsija tista' tkun ta' preġudizzju għall-investigazzjonijiet kurrenti.", "ĊUMNIJA TA' L-ISPTAR SAN LUQA", "11561.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid x'sar mit-tender għall-akkwist ta' filter għaċ-ċumnija ta' l-isptar San Luqa?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 11304.", "FTEHIM MA' SKANSKA", "11562.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk il-ftehim ma' SKANSKA ġiex iffirmat?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "ĠNUS MAGĦQUDA - DRITTIJIET TAL-PALESTINJANI", "11563.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin: Jista' il-Ministru jgħid jekk Malta rċevitx xi protesti mill-Ambaxxata ta' Israel - permezz tal-Missjoni Permanenti ta' Malta għall-Ġnus Magħquda f'Ġinevra - dwar il-presidenza ta' Malta dwar id-drittijiet tal- Palestinjani fi ħdan il-Ġnus Magħquda?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Le.", "UN - PEACEKEEPING MISSIONS", "11564.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin: Jista' il-Ministru jgħid jekk Malta hijiex membru ta' l-ispecial committee on peacekeeping operations tal-Ġnus Magħquda, magħruf bħala IC C34?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Il-kumitat speċjali tal-Ġnus Magħquda dwar l- operazzjonijiet għaż-żamma tal-paċi, magħruf bħala is-C34, għadu kemm kellu s-sessjoni annwali tiegħu mill-31 ta' Jannar sal-25 ta' Frar, 2005.", "Fis- sessjoni ta' din is-sena pparteċipaw 115-il stat bħala membri, kif ukoll disa' stati u tliet organizzazzjonijiet internazzjonali bħala osservaturi.", "Skond riżoluzzjoni 51/136 ta' l-1996, il-membri ta' dan il-kumitat speċjali huma l-kontributuri passati u attwali fl-operazzjonijiet għaż-żamma tal- paċi tal-Ġnus Magħquda.", "Pajjiżi oħra membri tal-Ġnus Magħquda u entitajiet parteċipanti fil-proċessi tal-Ġnus Magħquda jistgħu jattendu s-sessjonijiet bħala osservaturi.", "Ir-riżoluzzjoni tipprovdi wkoll illi pajjiżi membri jistgħu jsiru membri tal-kumitat speċjali jew meta jsiru kontributuri fl- operazzjonijiet, jew meta jkunu pparteċipaw fil-kumitat speċjali bħala osservaturi għal tliet snin konsekuttivi.", "Minħabba li Malta ma tagħtix kontribuzzjoni fl-operazzjonijiet taż-żamma tal-paċi tal-Ġnus Magħquda, mhijiex membru tal-kumitat speċjali.", "Malta pparteċipat bħala osservatur fil-kumitat speċjali l-aktar riċenti fl-2004.", "Madankollu minħabba li l-Unjoni Ewropea titkellem b'vuċi waħda fil-kumitat speċjali u minħabba li Malta tipparteċipa fil-laqgħat ta' kordinazzjoni fi ħdan l-Unjoni, ma nħassx il-bżonn illi Malta la tipparteċipa bħala osservatur fil-2005 u lanqas illi tfittex illi televa l-parteċipazzjoni tagħha f'dan il-kumitat speċjali għal dik ta' membru.", "Ta' min jinnota illi l-operat tal-kumitat speċjali ma jinkludix diskussjonijiet dwar l-assessed contribution, li huma l-kontribuzzjonijiet finanzjarji illi kull pajjiż membru tal-Ġnus Magħquda huwa obbligat jagħti għal kull operazzjoni taż-żamma tal-paċi tal-Ġnus Magħquda.", "Dan huwa suġġett li jaqa' taħt il-kappa tal-ħames kumitat ta' l-assemblea ġenerali, fejn kull pajjiż huwa rappreżentant individwalment.", "SEXUAL AND REPRODUCTIVE HEALTH RIGHTS", "11565.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin: Jista' il-Ministru jgħid meta mistennija tittieħed pożizzjoni uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea dwar il-high level panel report on threats, challenges and change ta' Kofi Annan?", "X'kienet ir-reazzjoni tal-Gvern Malti dwar dan id- dokument?", "Taħt il-parti ta' priorities, Malta ħadet xi stand dwar sexual and reproductive health rights?", "Hemm ħsieb li jsir dibattitu parlamentari dwar dan is-suġġett mingħajr il-ħtieġa ta' vot?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Din il-materja għandha tkun is-suġġett ta' diskussjoni fil-kumitat ta' l-affarijiet barranin u Ewropew aktar milli sempliċi risposta għal mistoqsija parlamentari.", "Madankollu rrid ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Gvern Malti laqa' b'sodisfazzjon dan ir- rapport ta' high level panel li għandu l-għan li l-Ġnus Magħquda tissaħħaħ fil-ħidma tagħha.", "Malta taqbel għall-mod kif ir-rapport jenfasizza l-importanza tal- multilateraliżmu fir-relazzjonijet internazzjonali u jinsisti fuq ir-rabta' intima li hemm bejn aspetti ta' sigurta' u aspetti ta' żvilupp.", "Malta taqbel mal-pożizzjoni li ħadet l-Unjoni Ewropea dwar ir- rakkommandazzjonijiet tal-high level panel.", "L-istess jingħad għar-rapport tas-Segretarju Ġenerali tal-Ġnus Magħquda tal- 21 ta' Marzu, 2005 taħt it-titlu In Large Freedom: Towards development, security and human rights for all, rapport li għandu ħafna punti importanti u interessanti.", "Il-pożizzjoni ta' Malta dwar sexual and reproductive health rights hija magħrufa u ma nbidlitx.", "ĦAL QORMI: TRIQ L-IMDINA – ROAD MARKINGS", "11572.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jgħid jekk fi Triq l-Imdina, Ħal Qormi hemmx ħsieb li jinżebgħu mill-ġdid is-sinjali tal-parkeġġ minħabba li dawk li darba kien hemm marru maż-żmien?", "Jista' jara jekk dan il-parkeġġ jistax isir forma ta' kaxxi, kif sar f'postijiet oħra u mhux sempliċement sinjal wieħed tul it-triq, ħalli **b'hekk ikun hemm aktar kontroll u nuqqas ta' inkonvenjent għar-residenti li jgħixu fil-viċin u li għandhom il-garaxxijiet fl-inħawi?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "MARSA – OPEN CENTRE GĦAL IMMIGRANTI IRREGOLARI", "11630.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid jekk hemmx il-ħsieb biex l- ex-skola sekondarja tal-Marsa tinbidel f'ċentru għall- klandestini/refuġjati?", "Kemm se tilqa' fiha?", "X'bidliet strutturali se jsiru fiha?", "Kif se tkun iffinanzjata?", "Tista' tpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra pjanta ta' kif ġej iċ-ċentru u b'liema kondizzjonijiet se jitmexxa u x'faċilitajiet se jkollu?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Kif kelli l-opportunita' ngħid fi tweġibiet għal diversi mistoqsijiet parlamentari preċedenti, l-iskola ta' San Gużepp fil- Marsa qed tiġi konvertita bħala open centre għall-immigranti irregolari.", "Bħalissa qed isiru xogħlijiet fuq dawl, ilma, drenaġġ, aluminium u njam.", "Dan iċ-ċentru mistenni jakkomoda fih sa 224 persuna u l-iffinanzjar tiegħu hu kopert mill-vot għar-refuġjati, taħt l-estimi tal-ministeru għall- familja u solidarjeta' soċjali.", "Ix-xahar l-ieħor ġie ppubblikat avviż fil-gazzetti biex l- organizzazzjonijiet interessati li jmexxu dan iċ-ċentru, inkluż NGOs, jesprimu dan l-interess u jagħmlu proposti f'dan ir-rigward.", "Dan iċ-ċentru mistenni li jkollu facilitajiet bażiċi li jenħtieġ ċentru ta' akkomodazzjoni, kif ukoll spazju għar-rikreazzjoni.", "Kopja tal-pjanti mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "MELLIEĦA - KONT TAT-TELEFON", "11631.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni : Tista' il-Maltacom tara kif se tasal f'arranġament ma persuna li akkumulat kont kbir ta' telefonati li saru minn persuna oħra li b'sentenza tad-9 ta' Diċembru 1999 tal-qorti ċivili ħareġ ċar li l-persuna li qed jakkumulalha l-kont, hija vittma tal-persuna l-oħra u se jkollha tħallas hi meta l-ħati qed jirnexxielu jaħrab milli jħallas hu?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "UNIVERSITA' - KORS TAL-M.PSYCH", "11632.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid jekk hijiex tinkiser il-liġi ta' l-edukazzjoni meta l-universita' tiċċarġja Lm1,500 għal kull sena lill- istudenti għall-kors ta' l-M.Psych li jsir filgħodu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-kors ta' Masters fil-psikoloġija huwa wieħed full-time li nofsu huwa dedikat għall-coursework u n-nofs l-ieħor għall-prattika.", "Għal diversi raġunijiet validi, il-maġġoranza tal- lezzjonijiet se jsiru barra l-ħinijiet normali ta' l-universita' u għall- prattika l-istudenti qed ikunu allokati fl-isptarijiet, skejjel u servizzi oħra.", "Ftit minn dawn is-servizzi, l-aktar l-isptarijiet u l-iskejjel, joperaw biss filgħodu jew sa kmieni wara nofsinhar, oħrajn joperaw filgħaxija.", "Dan ifisser li l-istudenti jridu jattendu għall-prattika fi kwalunkwe ħin tal- ġurnata u waqt il-vaganzi ta' l-universita'.", "Il-parti l-kbira tax-xogħol tal-kors se tkun organizzata tard wara nofsinhar.", "Mogħti l-parir li abbażi ta' dawn iċ-ċirkostanzi m'hemm l-ebda ksur ta' liġi.", "ĦAL FERH COMPLEX", "11638.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 11169 u 11361 u jgħid x'se jiġri mill-ħaddiema wara l-31 ta' Diċembru, 2005?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-pożizzjoni tal- ħaddiema għad trid tiġi determinata.", "MELLIEĦA - TRIQ IL-WIED TA' RUMAN", "11639.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid meta triq ġdida fi Triq il-Wied ta' Ruman, fil-Mellieħa se tingħata l-linja b'tali mod li din tiġi ndikata b'mod ċar lir-residenti u lil min qed jibni fl-inħawi?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Ninsab informat li l-għoti ta' l-allinjament isir mill- MEPA fuq talba ta' l-applikant wara li jinħarreġ permess ta' l- iżvilupp u fuq talba mid-direttorat tat-toroq fi ħdan l-ADT qabel ma tkun se tiġi asfaltata t-triq.", "Fil każ ta' triq ġdida fi Triq il-Wied Ta' Ruman ġie mogħti l-allinjament tat-triq diversi drabi fuq talbiet ta' żvilupp.", "Madankollu jkun aħjar kieku l-Onor.", "Interpellant kellu jispeċifika għal liema żvilupp qiegħed jirriferi.", "SPTAR SAN LUQA – IKEL TA' BARRA", "11662.", "L-ONOR.", "FRANCO GALEA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid jekk hux minnu li qed jinxtraw tiġieġ ta' barra għall-isptar San Luqa?", "Għaliex mhux qed jinxtraw tiġieġ ta' Malta?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninsab informat li bħal kull proviżjon ieħor għall- isptarijiet kollha, ix-xiri ta' tiġieġ isir wara ħruġ ta' talba għal offerti.", "F'dan il-każ it-talba għal offerti ħarġet mid-dipartiment tal- kuntratti fit-23 ta' Lulju, 2004 u kien hemm disa' offerti.", "Ħames offerti kienu għal tiġieġ lokali bi prezzijiet li jvarjaw minn 71c5 sa 87c7 il-kilo u erba' offerti għal tiġieġ ta' barra bi prezzijiet li jvarjaw minn 61c sa 82c8 il-kilo.", "Wara t-testijiet neċessarji tal- laboratorju ttieħdet l-irħas offerta bil-prezz ta' 61c il-kilo li kienet għal tiġieġ ta' barra.", "RAPPORTI TA' SERQ", "11663.", "L-ONOR.", "FRANCO GALEA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm-il turist taħt it-18-il sena għamel rapport fuq serq matul is-snin 2003 u 2004?", "F'liema għases saru r-rapporti?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi s-sistema komputerizzata miżmuma għall-fini ta' statistika ma tindikax jekk il-persuna li tkun qed tagħmel ir-rapport tkunx turista jew le.", "Għaldaqstant it-tagħrif mogħti f'din it- tweġiba jindika rapporti ta' serq magħmula minn persuni taħt it-18-il sena li jidhru li huma ta' nazzjonalita' barranija.", "Dan it-tagħrif jinżamm skond id-diviżjon tal-pulizija u huwa kif jidher mit- tabella li qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "COMMUTED PARKING PAYMENT SCHEME", "11664.", "L-ONOR.", "FRANCO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid kemm-il appartament inbena mill-1991 sal- lum f'Tas-Sliema li jħallas il-commuted parking payment scheme?", "Jista' jgħid ukoll kemm irid iħallas żviluppatur għal kull karozza?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "GĦAQDIET SPORTIVI - SPONSORSHIPS", "11665.", "L-ONOR.", "FRANCO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid xi sponsorships ingħataw dawn l-aħħar ħames snin lil għaqdiet varji, inklużi dawk sportivi?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "PREZZ TAL-PETROL", "11666.", "L-ONOR.", "FRANCO GALEA staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Bil-prezzijiet kurrenti taż-żejt, jista' il-Prim Ministru jikkompara l-prezz tal-petrol attwali ma' kemm kien jiġi kieku Malta kellha tuża l-euro?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "AĊĊESS GĦAR-REĠISTRU TAL-QORTI", "11676.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid għaliex ċerti uffiċjali tal-qorti jitħallew jagħmlu użu regolari mill-aċċess li mir- reġistru jagħti għal Triq Santa Luċija waqt li ċittadini normali huma preklużi milli jidħlu u/jew joħorġu, anke jekk dan il-bżonn ikun dwar ħteġijiet konnessi mal-qorti?", "Kemm qed tiġi tiswa l-persuna li qed tieħu ħsieb li ma jsirx aċċess mit-tali entratura?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li l-aċċess għar-reġistru tal-qrati ċivili mill-bieb li hemm fi Triq Santa Luċija huwa għall-istaff li qiegħed fil-bini tal-qorti tal-familja kif ukoll għall-avukati u l-prokuraturi legali.", "Din il-miżura ttieħdet sabiex fl-istess ħin li tagħti aċċess lill- avukati u l-prokuraturi legali li jridu jmorru l-qorti tal-familja, tiġi ssalvagwardata s-sigurta'.", "Infatti ma' kull bieb li hemm fil-bini tal- qorti, l-amministrazzjoni ħadet ħsieb li jitqiegħed security guard.", "L-ispiża fis-sena hija dik ta' paga ta' uffiċjal fi skala 16.", "ŻEJTUN: TRIQ TAL-BARRANI – TRAFFIC LIGHTS", "11681.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Peress li bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 9437 intqal li x- xogħlijiet fil-proġett tat-traffic lights fi Triq il-Barrani, Żejtun kellhom jitlestew fi żmien ħames ġimgħat u li kienu se jiġu jiswew madwar Lm45,000, jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 11461 u jispjega għaliex din l-istima nqabżet bil-bosta?", "Ma jidhirlux li qabża ta' Lm22,462 hi waħda esaġerata u forsi jista' jgħid fiex intnefqet id- differenza bejn l-istima u s-somma attwali?", "Fiex kien jikkonsisti x-xogħol għall-agrikoltura ta' madwar Lm1,462?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Tweġiba tingħata f'seduta oħra."]} {"filename": "20061018_440d_par.doc", "date": "2006-10-18", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Uffiċjali u Rivedut) L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 440 L-Erbgħa, 18 ta' Ottubru 2006 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 440", "L-Erbgħa, 18 ta' Ottubru 2006", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.01 p.m.", "Talba", "Seduta Nru. 440", "L-Erbgħa, 18 ta' Ottubru 2006", "WERREJ", "MINUTI 745", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 745", "TQEGĦID TA' KARTI 751", "MOZZJONIJIET", "MOZZJONI BIEX IL-KAMRA TMUR F'KUMITAT TA' PROVVISTA", "GĦALL-KONSIDERAZZJONI TA' L-ESTIMI ĠENERALI TA' SPIŻA GĦAS-SENA 2007 757", "ABBOZZ TA' LIĠI BIEX JIMPLIMENTA MIŻURI TA' L-ESTIMI FINANZJARJI", "GĦALL-2007 U MIŻURI AMMINISTRATTIVI OĦRA (L-EWWEL QARI) 788", "AĠĠORNAMENT 788", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 789", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 439 li saret fis-17 ta' Ottubru, 2006 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "PULIZIJA - KAŻI TA' STUPRU", "20524.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Chris Cardona) staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Kemm ġew irrapportati każi ta' stupru din is-sena?", "Kemm kellhom eta' dawk stuprati u ta' liema nazzjonalita' kienu?", "Kemm ġew solvuti minn dawn il-każi?", "ONOR.", "TONIO BORG (Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern): Bejn Jannar u Settembru ta' l-2006 ġew irrapportati lill-pulizija 23 każ ta' stupru.", "Dawn ir-rapporti kienu jirrigwardjaw 25 persuna li l-etajiet tagħhom ivarjaw bejn 12 u 46 sena.", "Fosthom kien hemm 11-il persuna Maltija, persuna mill-Eritrea, persuna Ċeka, Żewġ Ingliżi, Żewġ Żvediżi, persuna Ġappuniża, Żewġ Finlandiżi, Żewġ Pollakki, Persuna Libjana, Persuna Svizzera u persuna Norveġiża.", "Minn dawn s'issa ġie solvut 16 il-każ.", "SERVIZZ PUBBLIKU - IMPJEGATI SOSPIŻI", "20525.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Chris Cardona) staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hawn persuni impjegati maċ-ċivil li llum jinsabu sospiżi?", "Minn liema dipartimenti huma u għaliex ġew sospiżi?", "ONOR.", "TONIO BORG (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Qed nassumi li l-Onor.", "Interpellant qed jirriferi għal uffiċjali pubbliċi li bħalissa jinsabu interdetti mill-eżerċizzju tas-setgħat u tal-funzjonijiet tal-kariga tagħhom.", "Bħalissa hemm 58 uffiċjal pubbliku li jinsabu interdetti mill-eżerċizzju tas-setgħat u tal-funzjonijiet tal-kariga tagħhom.", "It-tagħrif l-ieħor mitlub mill-Onor.", "Interpellant jinsab fit- tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.", "SERVIZZ PUBBLIKU - IMPJEGATI IMKEĊĊIJA", "20526.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Chris Cardona) staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm tkeċċew persuni miċ-ċivil din is-sena?", "Għaliex tkeċċew u minn liema dipartiment kienu?", "ONOR.", "TONIO BORG (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Din is- sena tkeċċew tliet uffiċjali pubbliċi mis-servizz pubbliku.", "It-tagħrif l- ieħor mitlub mill-Onor.", "Interpellant jinsab fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.", "GĦELUQ TA' ĦWIENET JEW STABILIMENTI", "20527.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Chris Cardona) staqsa lill- Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm għalqu ħwienet jew stabilimenti din is-sena?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni): Bejn Jannar u Settembru 2006 kien hemm 356 il-negozju li għalaq.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Carmelo Abela): L-Onor.", "Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: B'riferenza għal xi mistoqsijiet supplimentari li kont għamilt lill-Ministru f'seduta oħra, jista' jgħid jekk l-istudenti li kien hemm fuq il-lista li ntbagħtet mill-ETC ġewx kollha ngaġġati ma' l-MMA?", "Jekk le, kemm minnhom ġew magħżula u fuq liema kriterju?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Fil-fatt dawn l-istudenti ma ġewx magħżula kollha.", "Jien informat li l-ETC bagħtet lista li kienet tinkludi madwar 150 student li minnhom ġew ingaġġati biss 25.", "Prinċiparjament ġew magħżula dawk il- persuni li kienu diġa' għamlu servizz ma' l-MMA fis-snin li għaddew.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: F'idejn min kienet l-għażla ta' dawn l-istudenti?", "Minbarra l-kriterji li rrifera għalihom il-Ministru, hemm xi kriterji oħra li fuqhom intagħżlu?", "Sarulhom interviews?", "Hija l-prassi li l-għażla ssir b'dan il-mod?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Din l-għażla saret mill-uffiċċju tas-CEO, ma kienx hemm interviews għaliha u fis-snin l-imgħoddija dejjem din il-proċedura ntużat.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Ma jidhirlux il-Ministru li din is-sistema m'hijiex trasparenti u tista' tagħti lok għal abbuż?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jiena ġejt assigurat mill-uffiċċju tas-CEO li numru sostanzjali ta' l-istudenti li ntgħażlu kienu diġa' jservu fl-istess uffiċċju fil-passat.", "Pero' se ninsisti ma' l-ETC biex meta fis-sajf jerġa' jkun hemm sejħa għall-ingaġġ ta' studenti, il-lista ta' ismijiet li tintbagħat lill-MMA jew lil xi korporazzjoni oħra, tkun ferm iżgħar.", "B'hekk jibdew isiru l-interviews u tinbidel is-sistema li ntużat sal-lum.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jaf il-Ministru li kien hemm uħud minn dawk l-istudenti li ma ġewx magħżula li kellhom aktar kwalifiki minn uħud li ġew magħżula u li saħansitra kellhom kwalifiki relatati ħafna mal-qasam marittimu?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Kif għedt l-aħħar darba, jiena ma ndħalt assolutament xejn fl-għażla ta' dawn il-persuni u ma nafx jekk kienx hemm min kellu aktar jew anqas kwalifiki minn dawk li fil-fatt ntagħżlu.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Ma jaħsibx il-Ministru li m'huwiex ġust li kien hemm min kien aktar ikkwalifikat minn dawk li ġew magħżula, li kellu wkoll x'jaqsam mal-qasam marittimu u lanqas biss bagħtu għalih biex jintervistawh u jaraw jekk fil-fatt huwiex kwalifikat iktar minn ħaddieħor?", "Ma jidhirlux il- Ministru li f'dan il-każ seta' kien hemm lok għal abbuż u għandu jiftaħ inkjesta?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Sur President, jien diġa' iddikjarajt li ma naqbilx mas- sistema li l-ETC tibgħat lista b'numru kbir ta' studenti biex imbagħad minn dawn jintgħażel biss numru żgħir.", "Għalhekk nappellalha biex f'każijiet bħal dawn tibgħat lista b'numru żgħir ta' studenti sabiex verament ikunu jistgħu jsiru l-interviews għax jekk in-numru jkun kbir, nispiċċaw naħlu ħafna ħin sakemm nagħmlu dawn l-interviews u sakemm issir l-analisi tagħhom.", "Nemmen ukoll li għandha tkun l-ETC innifisha li tagħti indikazzjoni ċara dwar min għandhom ikunu l-istudenti li jintgħażlu skond il-kwalifiki li jkollhom.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Kien hemm xi student li ngħata kariga għolja fl-MMA?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: M'inix informat dwar dan.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Mario Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Jista' il-Ministru jikkummenta ftit dwar l-esperjenza li kellna din is-sena tan-notte bianca?", "Hemm il-ħsieb li din tibqa' ssir kull sena u tibda ssir ukoll f'Għawdex?", "Jista' jgħid x'feedback kellhom minn din l-attivita' in-nies tal-business ġewwa l-Belt?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Sur President, nixtieq niddikjara mill-ewwel li n-notte bianca ma ġietx organizzata mill-ministeru tiegħi, għalkemm dan il- ministeru kien involut fil-preparazzjonijiet tagħha fis-sens li kellu jkun hemm konsiderazzjoni ta' talbiet biex tal-ħwienet jibqgħu miftuħin wara l- ħinijiet normali tax-xogħol.", "Din l-esperjenza fiha nnifisha tat indikazzjoni ċara ta' kemm attivitajiet bħal dawn jistgħu jkunu ta' suċċess jekk ikunu organizzati b'mod tajjeb.", "Tant hu hekk li fl-inħawi tal-Belt daħlu eluf ta' persuni għal din l-attivita'.", "M'għandix dubju li din kienet suċċess, kien hemm reazzjoni pożittiva mis- sidien ta' dawk l-istabilimenti li baqgħu miftuħin u nista' ngħid ukoll li dawk il-ftit stabilimenti li forsi għax ħasbu li din l-attivita' ma kenitx se tkun suċċess għalqu l-ħwienet tagħhom, iddispjaċihom li ma gawdewx minn din l-inizjattiva.", "Għaldaqstant m'għandix dubju li meta terġa' issir attivita' oħra simili, in-numru ta' stabilimenti li jibqgħu miftuħin se jkun ferm akbar.", "Naturalment il-gvern għandu jikkonsidera li tiġi organizzata attivita' simili kemm fil-Belt kif ukoll f'lokalitajiet oħra, fosthom f'Għawdex.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Il-Ministru jaf li dan l-aħħar inħatar chief executive officer ma' l-MMA?", "Jaf li għal din il-ħatra saret interview, ġiet sospiża u mbagħad saret interview oħra?", "Jista' jgħidli jekk l-individwu li ġie ngaġġat kienx student qabel ma' l-istess awtorita' u kemm-il persuna saritilha interview għal din il-kariga?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Safejn jien informat fl-MMA hemm persuna waħda biss bħala chief executive officer u ma nafx li saret ħatra oħra ta' CEO ma' l- istess awtorita'.", "M'huwiex il-każ li ngħid ismu, ilu f'din il-kariga almenu għal dawn l-aħħar tmien snin, kemm ili responsabbli minn dan il- ministeru jien u safejn naf jien ilu hemmhekk sa mit-twaqqif ta' l-istess awtorita', jiġifieri mill-1991.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Galea.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Jista' il-Ministru jgħid jekk l-alternattiva li l-gvern qed jagħti lis-sidien tal-ħwienet biex jekk iridu jżommu l-istabilimenti tagħhom miftuħin sa l-10.00 p.m., hijiex limitata biss għal perijodu ta' żmien u jekk din l-option hijiex miftuħa għall-ħwienet kollha?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Il-possibilta' li mill-1 ta' Novembru sa l-ewwel jew it- tieni ġimgħa ta' Jannar il-ħwienet jibqgħu miftuħin sa l-10.00 p.m. hija marbuta ma' lokalitajiet partikolari.", "Din m'hijiex marbuta ma' stabbilimenti partikolari pero' tajjeb li wieħed jgħid li f'ċerti żoni turistiċi din il-konċessjoni ilha li ngħatat għal numru ta' snin, speċjalment fil-perijodu tas-sajf.", "Din tgħodd biss għal uħud mill-ġeneri tan-negozju.", "Fil-fatt għal dan il-għan ġiet ippubblikata legal notice u qed tiġi estiża għal ċerti lokalitajiet mill-1 ta' Novembru 'l quddiem.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Peress li l-Ministru jidher li huwa nformat sew dwar l- MMA u dak li qal hu huwa korrett, jista' jinformani jekk għall-ħatra ta' manager li saret dan l-aħħar fl-MMA, sarux żewġ interviews għax l-ewwel waħda ġiet posposta?", "Huwa minnu li l-individwu li ħa din il-kariga jew xi kariga oħra ma' l-MMA, kienx student ma' l-istess awtorita'?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nerġa' nsostni li għar-rigward ta' CEO hemm persuna waħda biss.", "Peress li l-Onor.", "Mizzi qed jgħid li jien korrett fir- risposta, nagħti motivi żbaljati fid-domanda oriġinali tiegħu meta hu kien jaf li mhux veru saru interviews għal CEOs u pprova jagħti impressjoni lil din il-Kamra li kien hemm xi ħaġa ħażina għaddejja.", "(Interruzzjonijiet)", "THE DEPUTY SPEAKER: On a point of order, l-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jiena staqsejtu jekk is-CEO li hemm ma' l-MMA kienx student ma' l-istess awtorita' qabel u ma staqsejtx jekk hux din is-sena jew meta laħaq dakinhar.", "Mela l-Ministru qed iħawwad.", "(Interruzzjonijiet) Iċċekja jekk kienx student qabel!", "(Interruzzjonijiet)", "THE DEPUTY SPEAKER: Onor. Mizzi, jekk jogħġbok, inżommu l-kalma.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Qed nagħmel point of order.", "Għax m'huwiex il-motiv li qed jgħid hu.", "Jiena staqsejt ukoll ...", "THE DEPUTY SPEAKER: Mela għid x'inhi r-raġuni u m'hemmx kliem żejjed!", "ONOR.", "JOE MIZZI: Kif qed jipprova jimputa li jien ppruvajt ninganna!", "Jiena ma semmejtlux liema sena.", "Peress li hu jaf l-informazzjoni ta' dawn l-għaxar snin, ma naħsibx li għandu jkollu diffikulta' biex jagħti informazzjoni fuq il-manager u jgħidli jekk kienx student ma' l-istess awtorita'.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Sur President, qabel ma nkompli nirrispondi nitolbok tisma' r-recording ta' x'qal u mbagħad inkun nista' nwieġbu.", "Għax l-Onor.", "Mizzi qal li riċentement ġie mpjegat CEO u ġie appuntat dan l-aħħar.", "(Interruzzjonijiet) Nitolbok tisma' ir-recording qabel inkompli nirrispondi, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Galea.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Fid-dawl tal-mistoqsijiet li qed isiru mill- oppożizzjoni xtaqt nistaqsi lill-ministru jekk l-istil ta' dan il-gvern huwiex differenti mill-istil tal-gvern Laburista, jiġifieri li l-ministru ma joqgħodx jindaħal min se jilħaq manager jew min se jintgħażel f'liema interview.", "Nixtieq inkun naf jekk il-Ministru huwiex qiegħed hemmhekk biex jagħti policy iktar milli biex joqgħod jagħżel min se jilħaq.", "(Interruzzjonijiet)", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Sur President, jiena nista' nitkellem għalija nnifsi pero' safejn naf jien hija l-prattika li tintuża wkoll minn ministri oħrajn, li f'dawn l-affarijiet il-ministru ma jindaħal bl-ebda mod dwar intervisti li jkunu qegħdin isiru.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Nistaqsi lill-Ministru jekk hijiex il-prattika tal-partit Nazzjonalista fil-gvern li ma jsirux interviews biex jintgħażlu studenti bħalma ntgħażlu.", "Jista' jgħidli jekk dawn intgħażlux b'mod trasparenti?", "Għax tibqa' question mark kbira jekk dawn intgħażlux minħabba l-politika tagħhom.", "Jista' il-Ministru jgħidli x'garanzija hemm li dawn il-persuni ntgħażlu b'mod ġust ladarba ma saritilhomx interview?", "X'garanzija hemm li min kien ikkwalifikat u kien ħaqqu, ġie magħżul u dawk li baqgħu barra m'huwiex ikkwalifikat iktar u ma ħaqqhomx iktar minn dawk li daħlu?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: M'għandi xejn x'inżid ma' dak li għedt aktar kmieni.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jista' l-Ministru jgħidli x'karigi ngħataw fl-MMA f'dawn l-aħħar erba' xhur?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Sur President, nitolbu jagħmel domanda formali bil- miktub u nkun nista' nwieġbu għax bl-amment ma nafx x'karigi ngħataw fl-MMA f'dawn l-aħħar erba' xhur.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Peress li l-Ministru jaf x'ġara f'dawn l-għaxar snin, kif ma jafx x'ġara f'dawn l-aħħar erba' xhur?", "Għax wara li għamiltu l- mistoqsija supplimentari hu kellu jindaga biex ikun jista' jirrispondini.", "Jista' jgħidli jekk indagax, x'informazzjoni ħarġet u jekk kienx hemm promozzjonijiet jew karigi li ngħataw f'dawn l-aħħar erba' xhur fl-MMA?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Sur President, nerġa' nattribwixxi motivi żbaljati u out of place min-naħa ta' l-Onor.", "Mizzi meta qiegħed jipprova jagħti l- impressjoni lil din il-Kamra li jien naf x'ġara għaxar snin ilu meta kien qed jagħmel domanda speċifika fuq is-CEO ...", "Tul dawn is-snin kollha jien ili naffaċċja lil din l-istess persuna u allura naf li CEO kien hemm wieħed li ġie mpjegat qabel ma dħalt responsabbli minn dan is-settur jien u għadu l-istess bniedem, mentri x'jiġri fl-impjiegi ta' dak u ta' l-ieħor minn żmien għall-ieħor, jiena ma nidħolx u ma nkunx naf id-dettalji tagħhom.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Galea.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Il-Ministru qabel spjega dwar l-option li se jkollhom ċerti ħwienet li jibqgħu miftuħin sa l-10.00 p.m. Jista' jgħidli jekk hemmx provvediment li jgħid li l-impjegati ta' dawn il-ħwienet - f'każ li hemm impjegati - għandhomx jiddeċiedu huma jekk jaħdmux żejjed jew le?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Fil-fatt provvedimenti per se fl-avviż li ħareġ biex jagħti l-possibbilta' lis-sidien tal-ħwienet li jestendu l-ħin tax-xogħol tagħhom ma tinkludix ukoll xi kondizzjoni partikolari li tgħid li min ikun qed jaħdem f'dawn il-ħwienet għandu jibqa' jaħdem sa l-10.00 p.m. Mill- esperjenza li diġa' kellna għal numru twil ta' snin, fejn din il- possibbilta' ta' operazzjoni diġa' teżisti f'ċerti lokalitajiet u teżisti wkoll għal perijodu ta' żmien il-festi, kien hemm l-arranġamenti neċessarji.", "Jien nistenna li bejn is-sidien tal-ħwienet u l-istess ħaddiema li jkunu qed jaħdmu f'dawn il-postijiet, ikun hemm l-arranġamenti neċessarji proprju biex ma jkunx hemm l-ilment kuntrarju min-naħa ta' l- impjegati li jiġu mġiegħla jaħdmu lil hinn mill-ħinijiet normali tax- xogħol.", "Naturalment f'dak il-każ iridu jitħallsu ta' l-overtime u affarijiet bħal dawn, pero' żgur li m'għandux ikun hemm xejn li jġiegħel lill-impjegat li bilfors jibqa' jaħdem wara l-ħin normali tax-xogħol.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jaf il-Ministru li l-ebda waħda mit-tliet taqsimiet li hemm fil-Malta maritime authority ma tikkopera ma' l-oħra?", "Jaf li kull waħda minn dawn it-taqsimiet għandha mexxej għaliha u kulħadd jaħdem għal rasu?", "Jaf li dan mhux qed ikun ta' ġid la għall-MMA, la għall-portijiet u lanqas għal pajjiżna?", "Jista' l-Ministru jgħidilna x'jaf dwar dawn il- problemi?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Sur President, għall-korrettezza ngħid illi hemm erba' taqsimiet u mhux tlieta.", "(Interruzzjonijiet) L-Onor.", "Mizzi għandu ħabta dawk l-affarijiet li ilhom stabbiliti għal snin twal jgħid li ġew stabbiliti issa.", "L-erba' direttorati li jaħdmu f'din l-awtorita' huma dak tal-merchant shipping, dak tal-portijiet, dak tal-yachts u d-direttorat tal- corporate services.", "Dawn huma erba' taqsimiet differenti li mbagħad fuqhom hemm is-CEO li għamel riferenza għalih l-Onor.", "Mizzi, li fost ir- responsabbiltajiet tiegħu jrid jikkoordina l-istess sezzjonijiet taħt kappa waħda.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Galea.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Jista il-Ministru jgħid kemm infetħu ħwienet jew stabbilimenti ġodda u kemm inħolqu impjiegi fi ħwienet jew stabbilimenti matul din is-sena?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "CENSU GALEA: Sur President, hawnhekk m'għandix l-informazzjoni kif mitluba mill-Onor.", "Interpellant.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jaf il-Ministru li ħaddiema li jaħdmu taħt sezzjoni ma jkellmux lil dawk ta' sezzjoni oħra?", "Ma jidhirlux li din m'hijiex ta' ġid?", "Ma jidhirlux ukoll li hemm xi ħadd li qed jagħti l-instructions biex il- ħaddiema ta' sezzjoni ma jkellmux lill-ħaddiema ta' sezzjoni oħra u ma jagħtuhomx informazzjoni?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "CENSU GALEA: Sur President, jien naf li l-membri parlamentari ta' l- oppożizzjoni ma jitkellmux bejniethom.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, on a point of order.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Għax tan-naħa l-oħra jagħtu bis-sejf minn wara darhom.", "Staqsi lill-Onor.", "John Dalli ħalli jgħidilhom!", "THE DEPUTY SPEAKER: Onor. Mizzi, dan m'huwiex point of order.", "L-Onor.", "Jeffrey Pullicino Orlando, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO: L-Onor.", "Mizzi qed jagħmel riferenza għal dak li seħħ għaxar snin ilu.", "Kif kulħadd jaf, għaxar snin ilu tela' il- partit Laburista fil-gvern.", "B'riferenza għall-allegazzjonijiet ta' favoritiżmu li kien hemm għaxar snin ilu u anke dan l-aħħar, jista' l- Ministru jiċċara jekk hemmx xi ministeri li kienu jaqgħu taħt id-dikasteru ta' l-Onor.", "Joe Mizzi li fihom kienu jsiru każijiet ta' favoritiżmu sfaċċati u rekordjati u dokumentati?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "CENSU GALEA: Sur President, l-allegazzjonijiet li kien hemm fil- pubbliku ġieli smajthom jien ukoll.", "Jien m'għandix l-istess responsabbiltajiet li kellu l-Onor.", "Mizzi meta kien ministru u allura m'iniex f'qagħda li minn hawnhekk ngħaddi kummenti dwar din id-domanda.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jiftakar il-Ministru dwar dak li ħareġ fil-gazzetti - naturalment din id-domanda ma nistax nagħmilha lill-Onor.", "Pullicino Orlando għax m'huwiex ministru imma backbencher - dwar il-favoritiżmu li ħadu ċerti persuni min-naħa tagħhom?", "Jaf li kien hemm min ingħata extensions biex ikomplu jaħdmu fuq l-eta' u jitħallsu ta' konsulenti meta dawn ma kienu jagħmlu xejn?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "CENSU GALEA: Sur President, m'għandix xi ngħid għax din id-domanda m'hi bl-ebda mod marbuta mad-domanda oriġinali.", "THE DEPUTY SPEAKER: On a point of order, l-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Il-Ministru qed jgħid li m'huwiex se jirrispondi għax id- domanda m'hijiex marbuta ma' dik oriġinali.", "Fil-fatt min-naħa tal-gvern ukoll saru domandi li ma kienux marbutin ma' dawk oriġinali u ġew risposti.", "Allura l-Ministru qed jgħid li meta jsiru dawn it-tip ta' domandi min-naħa ta' l-oppożizzjoni m'huwiex lest li jirrispondihom u meta jsiru min-naħa tal-gvern lest li jirrispondihom?", "THE DEPUTY SPEAKER: Onor. Mizzi, inti taf biżżejjed li l-iStanding Orders jgħidu li l-Ministru jagħżel hu x'iwieġeb.", "(Interruzzjonijiet) Ippermettuli ftit, naħseb li saru biżżejjed mistoqsijiet supplimentari.", "(Interruzzjonijiet) Onor. Mizzi, inti point of order għamilt, ma kenitx mistoqsija indirizzata lill-Ministru.", "SERVIZZ PUBBLIKU - IMPJEGATI ĠODDA", "20528.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Chris Cardona) staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati nies mad-diversi dipartimenti tal-gvern din is-sena?", "Ma' liema dipartiment daħlu u x'xogħol jagħmlu?", "ONOR.", "TONIO BORG (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Bejn l-1 ta' Jannar u l-25 ta' Awissu ta' din is-sena ġew impjegati 125 uffiċjal pubbliku fil-ministeri u dipartimenti tal-gvern filwaqt li matul l-istess perjodu spiċċaw 657 ħaddiem.", "Dettalji ta' fejn ġew impjegati dawn il- persuni u l-grad tagħhom jidhru fit-tabella li qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.", "KAŻI TA' ABBUŻ FUQ IT-TFAL", "20529.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Chris Cardona) staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew irrapportati każi ta' abbuż fuq it-tfal din is- sena?", "X'tip ta' abbuż kien, kemm tressqu persuni l-qorti u x'weħlu f'kull każ?", "ONOR.", "TONIO BORG: Bejn Jannar u Settembru ta' l-2006 ġew irrapurtati lill- pulizija 36 każ ta' abbuż fuq persuni taħt l-eta' ta' 18-il sena, li fil- maġġor parti tagħhom kienu jirrigwardaw abbużi sesswali.", "Dwar dawn il-każi ġew imressqa quddiem il-qorti 34 persuna.", "Ħamsa minnhom kellhom il-każ deċiż, fejn wieħed ingħata piena ta' priġunerija, filwaqt li l-erbgħa l- oħra ngħataw sentenza sospiża.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Marie Louise Coleiro Preca, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO PRECA: Sur President, ladarba qed nitkellmu dwar l-abbuż fuq it-tfal - li mhux neċessarjament ikun abbuż sesswali - il- Viċi Prim Ministru huwa f'pożizzjoni li jgħidli kemm minn dawn il-każijiet attwalment għaddew through l-aġenzija Appoġġ?", "Jista' jgħidli jekk hux veru jew le li hemm madwar 300 każ ta' abbuż quddiem l-Appoġġ jistennew li jiġu trattati?", "Hemm il-ħsieb li jiġu mpjegati aktar social workers u nies b'dixxiplini differenti f'din l-istituzzjoni biex tkun tista' tindirizza l- waiting list enormi li hemm?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Sur President, jien informat li ħafna mill-każijiet li jispiċċaw jew li jibdew għand il-pulizija, jgħaddu wkoll mill-aġenzija Appoġġ.", "Issa kif anke għamlet riferenza l-Onor.", "Interpellant, l-aġenzija Appoġġ tieħu veduta usa ta' x'inhu abbuż mill-pulizija għax il-pulizija għandhom il-liġi u jimxu fuqha.", "L-informazzjoni li tajt hawnhekk hija pjuttost fuq abbużi sesswali.", "U anke hawnhekk irridu noqogħdu attenti għax ħafna drabi jsiru akkużi ta' ratal u fil-fatt ikunu ħafna inqas minn hekk.", "Jien qed nitkellem fuq reported cases u mhux fuq min ikun instab ħati, għax jista' jkun li persuna tkun ġiet akkużata fuq stupru u mbagħad jirriżulta li kien attentat fuq il-pudur, per eżempju.", "Mill-informazzjoni li tajt tal-pulizija, li ħafna minnhom jgħaddu mill- aġenzija Appoġġ, uħud minnhom kienu jirrigwardaw ukoll ir-reat ta' abbandun, jiġifieri mhux kollha kienu sesswali, pero' ħafna minnhom kienu sesswali.", "L-aġenzija Appoġġ imbagħad tirċievi ħafna iktar rapporti, tanalizzahom u uħud minnhom ma jkunux ġustifikati filwaqt li oħrajn ikunu ġustifikati.", "Dawk li jammontaw għar-reat, tirriferihom lill-pulizija.", "Il-pulizija għandha unit fi ħdanha li hija magħmula minn nies kompetenti ħafna - nixtieq kieku nippruvaw insaħħuħ iktar pero' huwa unit li jaħdem ħafna u rari smajt ilmenti dwaru - fejn jieħu l-aspett soċjali ta' dawn il- każijiet mil-lat ta' pulizija wkoll.", "Pero' mbagħad fl-aħħar mill-aħħar hija l-aġenzija Appoġġ li hija kompetenti mil-lat purament soċjali.", "Dwar il-waiting list u n-numru ta' social workers, m'għandix informazzjoni għax dawn ma jaqgħux taħt il-ministeru tiegħi.", "Jien ippruvajt nirrispondi dwar dak li jaqa' taħt il-ministeru tiegħi u dak li naf bih jien.", "Ġieli rajt ċifri li fl-opinjoni tiegħi huma għoljin wisq, pero' nammetti li hawn iktar minn 36 rapport li jkunu ġew għand l-aġenzija Appoġġ u ma jkunux għadhom għaddew lill-pulizija, jiġifieri ż-żewġ estremi huma ħżiena u jekk ngħidu li hawn ftit u ngħidu li hawn ħafna, m'huwiex korrett.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-Mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' Karti u nsejjaħ lill-Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "TONIO BORG (Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern): Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar l-għadd ta' bomb hoaxes li saru bejn Jannar 2002 u Settembru 2006 maqsuma skond il-lokalita`, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 20924.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Louis Galea.", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjieg): Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar għalliema li ggradwaw matul l-2005, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 21080.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Giovanna Debono.", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO (Ministru għal Għawdex): Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar xogħol ta' asfaltar ta' toroq residenzjali f'Għawdex, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 21177.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Dolores Cristina.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA (Ministru għall-Familja u Solidarjeta` Soċjali): Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Kopja tal-ftehim kollettiv bejn l-Awtorita` tad-Djar u l-Union Ħaddiema Magħqudin għas-snin 2004-2006, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 21216.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Jason Azzopardi.", "ONOR.", "JASON AZZOPARDI (President tal-Kumitat Permanenti għall-Affarijiet Barranin u Ewropej): Sur President, nirrapporta li:", "64 dokument maħruġa mill-Kummissjoni Ewropea (pipeline acquis) ġew scrutinised u cleared mill-working groups fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej:", "332.", "Proposal for a Council Regulation amending Regulation (EC) 3317/94 as regards the transmission of applications for fishing licences to third countries (COM (2005) 238);", "335.", "Financing the European Union: Commission report on the operation of the own resources system (COM (2004) 505);", "402.", "Proposal for a Council Decision on the system of the European Communities' Own Resources (COM (2004) 501 Final/1);", "455.", "Proposal for a Council Directive on passenger car related taxes (COM (2005) 261); 455.", "Proposal for a Council Directive on passenger car related taxes (COM (2005) 261);", "476.", "Proposal for a regulation of the European Parliament and of the Council amending Council Regulation (EC) 2223/96 with respect to the transmission of national accounts data (COM (2005) 653 Final);", "503.", "Amended Proposal for a Directive of the European Parliament and of the Council on credit agreements for consumers amending Council Directive 93/13/EC (COM (2005) 483);", "505.", "Proposal for a Council Decision on the Improvement of Police Cooperation between the Member States of the European Union, especially at the Internal Borders and amending the Convention Implementing the Schengen Agreement (COM (2005) 317);", "511.", "Communication from the Commission – Report on Competition in Professional Services (COM) (2004) 83) and on a Communication from the Commission to the Council, the European Parliament, the European Economic and Social Committee and the Committee of the Regions; Professional Services – Scope for More Reform: Follow-up to the Report on Competition in Professional Services (COM (2005) 405);", "514.", "Proposal for a Regulation of the European Parliament and of the Council amending Regulation (EC) 1592/2002 of 15 July 2002 on common rules in the field of civil aviation and establishing a European Aviation Safety Agency (COM (2005) 579); 515.", "Communication from the Commission to the Council on the project to develop the new generation European air traffic management system (SESAR) and the establishment of the SESAR joint 515.", "Communication from the Commission to the Council on the project to develop the new generation European air traffic management system (SESAR) and the establishment of the SESAR joint undertaking and a Proposal for a Council Regulation on the establishment of a joint undertaking to develop the new generation European air traffic management system (SESAR) (COM (2005) 602);", "521.", "Communication from the Commission to the Council and the European Parliament – External Actions through thematic programmes under the future Financial Perspectives 2007 – 2013 (COM (2005) 324 Final); 521.", "Communication from the Commission to the Council and the European Parliament – External Actions through thematic programmes under the future Financial Perspectives 2007 – 2013 (COM (2005) 324 521.", "Communication from the Commission to the Council and the European Parliament – External Actions through thematic programmes under the future Financial Perspectives 2007 – 2013 (COM 538.", "Proposal for a Regulation of the European Parliament and of the Council establishing the statistical classification of economic activities NACE Rev. 2 and amending Council Regulation (EEC) 3037/90 and certain EC Regulations on specific statistical domains (COM (2006) 39 Final);", "542.", "Proposal for a Council Decision on the position to be taken by the Community in the Association Council established by the Europe Agreement between the European Communities and Bulgaria concerning the improvements of the trade arrangements for processed agricultural products (COM (2005) 92); 545.", "An Initiative of the Republic of Austria, Belgium and Finland with a view to the adoption of a Council Decision concerning arrangements for cooperation between Asset Recovery Offices of the Member States (CRIMORG 15628/05);", "560.", "Proposal for a Council Decision on the conclusion of the agreement between the European Community and Norway on the revision of the amount of the financial contribution from Norway provided for in the agreement between the European Community and the Kingdom of Norway on the participation of Norway in the work of the European Monitoring Centre for Drugs and Drug Addiction (EMCDDA) (COM (2006) 115 Final);", "561.", "Communication from the Commission to the Council, the European Parliament and the European Economic and Social Committee on a customs response to latest trends in counterfeiting and piracy (COM (2005) 479);", "562.", "Report from the Commission to the Council and the European Parliament on the Use of the Provisions on Mutual Assistance for the Recovery of Claims Related to Certain Levies, Duties, Taxes and Other Measures (COM (2006) 43);", "563.", "The synthesis Report from the Commission: Member States' replies to the Court of Auditors' 2003 annual report (COM (2005) 506);", "564.", "Proposal for a Regulation Establishing Common Rules for the Provision of Basic Information on Purchasing Power Parities and for their Calculation and Dissemination (COM (2006) 135);", "565.", "Amended Proposal for a Regulation of the European Parliament and of the Council on the Law Applicable to Non-Contractual Obligations (\"Rome II\") (COM (2006) 83);", "567.", "Communication from the Commission to the European Parliament and the Council on the deployment of the European rail signalling system ERTMS/ETCS (COM (2005) 298);", "568.", "Report from the Commission to the European Parliament and the Council on the application by the Member States of Council Directive 95/50/EC on uniform procedures for checks on the transport of dangerous goods by road (COM (2005) 430);", "570.", "Commission Communication: A strategy for the Simplification of the Regulatory Environment (COM (2005) 535);", "571.", "Green Paper on Damages Actions for Breach of the EC Antitrust Rules (COM (2005) 672);", "572.", "Commission Communication: Implementing the Community Lisbon Programme – Fostering Entrepreneurial Mindsets through Education and Learning (COM (2006) 33);", "573.", "Proposal for a Council Decision on the signature and provisional application of the Agreement between the European Community and the Oriental Republic of Uruguay on certain aspects of air services and the Proposal for a Council Decision on the conclusion of the Agreement between the European Community and the Oriental Republic of Uruguay on certain aspects of air services (COM (2006) 64);", "574.", "Communication from the Commission to the Council and the European Parliament on a review of the application of the Simple Pressure Vessels Directive (87/404/EEC) in relation to the Pressure Equipment Directive (97/23/EC) (COM (2006) 106 final);", "575.", "Communication from the Commission to the Council and the European Parliament on an evaluation of the use of User Inspectorates under the Pressure Equipment Directive (97/23/EC) (COM (2006) 109 final);", "576.", "Proposal for a decision of the Council and the Representatives of the Governments of the Member States of the European Union, meeting within the Council on the signature and provisional application of the Euro-Mediterranean Aviation Agreement between the European Community and its Member States, on the one hand, and the Kingdom of Morocco, on the other hand Proposal on the conclusion of the Euro-Mediterranean Aviation Agreement between the European Community and its Member States, on the one hand, and the Kingdom of Morocco, on the other hand (COM (2006) 145);", "577.", "Proposal for a Council Decision on the signature and provisional application of the Multilateral Agreement between the Republic of Albania, Bosnia and Herzegovina, the Republic of Bulgaria, the Republic of Croatia, the European Community, the Republic of Iceland, the former Yugoslav Republic of Macedonia, the Kingdom of Norway, Serbia and Montenegro, Romania and the United Nations Interim Administration Mission in Kosovo on the Establishment of a European Common Aviation Area (ECAA); and Proposal for a Council Decision on the conclusion of the Multilateral Agreement between the Republic of Albania, Bosnia and Herzegovina, the Republic of Bulgaria, the Republic of Croatia, the European Community, the Republic of Iceland, the former Yugoslav Republic of Macedonia, the Kingdom of Norway, Serbia and Montenegro, Romania and the United Nations Interim Administration Mission in Kosovo on the Establishment of a European Common Aviation Area (ECAA) (COM (2006) 113);", "579.", "Report from the Commission to the Council, the European Parliament, the European Economic and Social Committee and the Committee of the Regions on Equality between Women and Men - 2006 (COM (2006) 71 final);", "582.", "Communication from the Commission to the Council and the European Parliament on the Mutual Recognition of Judicial Decisions in Criminal Matters and the Strengthening of Mutual Trust between Member States (COM (2005) 195);", "583.", "Proposal for a Council Decision Empowering the European Union Agency for Fundamental Rights to pursue its Activities in Areas referred to in Title VI of the Treaty on European Union (COM (2005) 280-2);", "584.", "Proposal for a Regulation establishing a European Agency for Fundamental Rights (COM (2005) 280-1);", "585.", "Proposal for a Council Regulation concerning the conclusion of the Partnership Agreement in the fisheries sector between the European Community and the Union of the Comoros (COM (2006) 96);", "586.", "Proposal for a Council Regulation on marketing standards for eggs (COM (2006) 89);", "587.", "Proposal for a Council Regulation amending Regulation (EEC) No 1906/90 on certain marketing standards for poultrymeat (COM (2006) 90);", "588.", "Communication from the Commission: TSE Road Map (COM (2005) 322);", "589.", "Proposal for a Council Regulation amending Regulation 1785/2003/EC as regards the Arrangements for Importing Rice (COM (2006) 98);", "590.", "Proposal for a Council Decision on the European Community Position regarding a Decision of the EC - Monaco Joint Committee concerning its Rules of Procedure (COM (2006) 47);", "591.", "Proposal for a Council Decision on the System of the European Communities' Own resources (COM (2006) 99-1);", "592.", "Proposal for a Council Decision on the Conclusion of an Agreement in the form of an Exchange of Letters between the European Community and Malaysia and a Proposal for a Council Regulation concerning the Implementation of the Agreement concluded by the EC following Negotiations in the Framework of Article XXIV.6 of GATT 1994, Supplementing Annex I to Regulation 2658/87/EEC on the Tariff and Statistical Nomenclature and on the Common Customs Tariff (COM (2006) 146);", "593.", "Proposal presented by the Commission for a Council Framework Decision on the protection of personal data processed in the framework of police and judicial cooperation in criminal matters (COM (2005) 475);", "594.", "Proposal for a Council decision on the position of the Community in relation to the draft Regulation of the United Nations Economic Commission for Europe concerning the approval of motor vehicles with regard to the forward field of vision of the motor vehicle driver (COM (2006) 127);", "595.", "Proposal for a Council Decision on the position of the Community in relation to the draft Regulation of the United Nations Economic Commission for Europe concerning the approval of partitioning systems to protect passengers against displaced luggage, supplied as non-original equipment (COM (2006) 112);", "597.", "Proposal for a Regulation of the European Parliament and of the Council on the type-approval of motor vehicles with respect to emissions and on the access to vehicle repair information, amending Directive 72/306/EEC and Directive .../.../EC (EURO 5) (COM (2005) 683);", "598.", "Communication from the Commission to the Spring European Council - Time to Move Up A Gear (COM (2006) 30);", "599.", "Proposal for a Council Decision on the signature and provisional application of the Agreement between the European Community and the Republic of Maldives on certain aspects of air services and the Proposal for a Council Decision on the conclusion of the Agreement between the European Community and the Republic of Maldives on certain aspects of air services (COM (2006) 95);", "600.", "Proposal for a Council Decision on the signing of the Cooperation Agreement on a Civil Global Navigation Satellite System (GNSS) between the European Community and its Member States and the Republic of Korea (COM (2006) 141);", "601.", "Proposal for a decision on the signature and provisional application of the Air Transport Agreement between the European Community and its Member States, on the one hand, and the United States of America, on the other hand; and Proposal for a decision on the conclusion of the Air Transport Agreement between the European Community and its Member States, on the one hand, and the United States of America, on the other hand (COM (2006) 169);", "602.", "Communication from the Commission on the promotion of Inland Waterway Transport \"NAIADES\" – An Integrated European Action Programme for Inland Waterway Transport (COM (2006) 6);", "603.", "Proposal for a Directive of the European Parliament and of the Council amending Council Directive 91/477/EEC on control of the acquisition and possession of weapons (COM (2006) 93);", "604.", "Report from the Commission to the Council and the European Parliament Based on Article 10 of the Council Framework Decision of 19 July 2002 on Combating Trafficking in Human Beings (COM (2006) 187);", "606.", "Proposal for a Council Decision on the Signature, on behalf of the European Community, of an Arrangement between the European Community and the Republic of Iceland and the Kingdom of Norway on the Modalities of those States' Participation in the European Agency for the Management of Operational Cooperation at the External Borders of the European Union (COM (2006) 178-1);", "607.", "Proposal for a Council Decision on the conclusion, on behalf of the European Community, of an Arrangement between the European Community and the Republic of Iceland and the Kingdom of Norway on the modalities of those states' participation in the European Agency for the Management of Operational Cooperation at the External Borders of the Member States of the European Union (COM (2006) 178-2);", "609.", "Communication from the Commission to the Council, the European Parliament, the European Economic and Social Committee, the Committee of the Regions and the European Central Bank: \"Second report on the practical preparations for the future enlargement of the euro area\" (COM (2005) 545);", "610.", "Communication from the Commission to the Council, the European Parliament and the European Court of Auditors: Commission Action Plan towards an Integrated Internal Control Framework (COM (2006) 9); 611.", "Communication from the Commission to the Council, the European Parliament and the Court of Auditors on a roadmap to an Integrated Internal Control Framework (COM (2005) 252);", "612.", "Commission Working Document on Calculation, Financing, Payment and Entry in the Budget of the Correction of Budgetary Imbalances in Favour of the United kingdom ('the UK correction') in Accordance with Articles 4 and 5 of Council Decision 2006/xxxIEC, Euratom on the System of the European Communities' Own Resources (COM (2006) 99-2);", "613.", "Report from the Commission: Evaluation Report on the Settlement Finality Directive 98/26/EC (EU 25) (COM (2005) 657);", "614.", "Report from the Commission to the Council on Council directive 2002/38/EC of 7 May 2002 amending and amending temporarily Directive 77/388/EC as regards the value added tax arrangements applicable to radio and television broadcasting services and certain electronically supplied services (COM (2006) 210-2);", "615.", "Report from the Commission to the European Parliament and the Council on the application of Council Regulation (EC, Euratom) No 1287/2003 on the harmonisation of gross national income at market prices (GNI Regulation) (COM (2006) 199);", "616.", "Proposal for a Directive of the European Parliament and of the Council amending Council Directives 89/665/EEC and92/13/EEC CEE with regard to improving the effectiveness of review procedures concerning the award of public contracts (COM (2006) 195);", "617.", "Proposal for a Council Decision on a Community Position concerning the Rules of Procedure of the Joint Committee established under Article 27 of the Agreement between the European Community and Canada on Trade in Wines and Spirit Drinks (COM (2006) 63); u", "3 dokumenti maħruġa mill-Kummissjoni Ewropea (pipeline acquis) ġew scrutinised u cleared mill-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali:", "558.", "Communication from the Commission to the Council, the European Parliament, the European Economic and Social Committee and the Committee of the Regions – Working together, working better: A new framework for the open coordination of social protection and inclusion policies in the European Union (COM (2005) 706);", "559.", "Communication from the Commission to the Council, the European Parliament, the European Economic and Social Committee and the Committee of the Regions – Joint Report on Social Protection and Social Inclusion (COM (2006) 62); u", "580.", "Report from the Commission to the Council, the European Parliament, the European Economic and Social Committee and the Committee of the Regions : A Roadmap for Equality between Women and Men 2006 – 2010 (COM (2006) 92).", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet.", "MOZZJONIJIET", "MOZZJONI BIEX IL-KAMRA TMUR F'KUMITAT TA' PROVVISTA GĦALL-KONSIDERAZZJONI TA' L-ESTIMI ĠENERALI TA' SPIŻA GĦAS-SENA 2007", "MR SPEAKER: Skond il-ftehim milħuq, nistieden lill-impjegati tal-Public Broadcasting Services jidħlu fil-Kamra sabiex jittrasmettu dirett fuq it- televiżjoni d-diskors tal-budget.", "Nistieden ukoll lill-fotografi u cameramen li jirrappreżentaw lill-istampa sabiex jidħlu fil-Kamra u jiġbdu ritratti u filmati għal ftit minuti.", "L-impjegati tal-PBS daħlu fil-Kamra u bdew jaqdu d-dmirijiet tagħhom", "MR SPEAKER: Skond il-Mozzjoni Nru. 257 tad-9 ta' Ottubru, 2006, id- diskors kollu tal-budget huwa eżenti mil-limitu ta' ħin għad-diskorsi (O.P. 49) u mill-ħin ta' l-interruzzjoni tax-xogħol (O.P. 9).", "Il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sur President, għandi Messaġġ mingħand il-President ta' Malta.", "MR SPEAKER: Se naqra l-Messaġġ tal-President:", "EDWARD FENECH ADAMI PRESIDENT", "Il-President jirrikkmanda lill-Kamra tad-Deputati n-nefqa mill-Fond Konsolidat ta' somma ta' mhux aktar minn sitt mija u tlieta u disgħin miljun, ħamsa u erbgħin elf, u sebgħa u għoxrin liri Maltin (Lm 693,045,027) kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali għas- sena 2007.", "Il-President jirrikkmanda wkoll l-Att ta' Approprjazzjoni meħtieġ.", "Il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sur President, nipproponi:", "Illi l-Kamra tmur f'Kumitat ta' Provvista għall-konsiderazzjoni ta' l- Estimi Ġenerali ta' Spiża għas-sena 2007.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (Segretarju Parlamentari): Nissekonda.", "MR SPEAKER: Issa nistieden lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi sabiex jippreżenta d-diskors tal-budget.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, ilħaqna l-miri li stabbilejna.", "Qed inġibu l-finanzi ta' pajjiżna fis-sod.", "L-ekonomija reġgħet qabdet ritmu tajjeb.", "Qed jinħolqu eluf ta' impjiegi ġodda.", "Sostnejna żviluppi kbar fl- edukazzjoni, fis-saħħa u fil-qasam soċjali.", "Dan huwa dak li akkwista l- poplu Malti u Għawdxi kollu bil-ħidma determinata tagħna fl-aħħar snin.", "Illejla, f'isem il-gvern li jien immexxi, irrid inwassal messaġġ ta' gratitudni, kuraġġ u direzzjoni ċara.", "Il-baġit li qed inressaq illejla quddiem din il-Kamra għandu għan wieħed u ċar: dak li jiżgura ġejjieni fis- sod għalina u għal uliedna.", "Mr Speaker, matul l-aħħar ġimgħat għamilna sforz ġenwin biex nisimgħu, biex niddiskutu u biex niflu fil-fond ix-xewqat, l-ideat u l-aspirazzjonijiet ta' kulħadd.", "Issa fassalna dan il-baġit.", "Ħsiebna huwa li filwaqt li nibnu fuq il-baġits tas-snin li għaddew, inkomplu naħdmu, b'ħilitna kollha ħalli nilħqu l-miri ambizzjużi li poġġejna għal pajjiżna.", "Irridu", "ninvestu kemm nifilħu fl-edukazzjoni ta' uliedna u ta' kull wieħed u waħda minna, kif ukoll fir-riċerka u l-innovazzjoni;", "nagħmlu qabża ta' kwalità fis-servizzi tas-saħħa tagħna bil-ftuħ ta' l- Isptar Mater Dei;", "intejbu l-ambjent tagħna fit-totalita` tiegħu;", "inkomplu nsaħħu l-finanzi u l-ekonomija ta' pajjiżna;", "naġġustaw it-taxxi u nieħdu miżuri oħra biex ninċentivaw ix-xogħol, waqt li kulħadd igawdi minn dak li pajjiżna rnexxielu jakkwista;", "inwasslu lil pajjiżna għall-ewro, pass ieħor importanti fl-iżvilupp ekonomiku u soċjali ta' pajjiżna; u", "nagħmlu l-aħjar użu mill-fondi li rnexxielna niksbu għal Malta u Għawdex mill-Unjoni Ewropea.", "Mr Speaker, dan huwa baġit magħmul min-nies għan-nies.", "Il-bniedem, irrid ngħid kull bniedem, huwa ċ-ċentru u l-għan tal-ħidma tagħna.", "Aħna m'għandna ebda ideoloġija jew klassi.", "Il-bidu u t-tmiem tal-ħidma kollha tagħna huwa l-bniedem.", "L-ekonomija, il-kummerċ, l-edukazzjoni, il- liġijiet, il-miżuri fiskali, it-teknoloġija, l-ewro, l-Unjoni Ewropea – biex insemmi ftit eżempji – m'humiex għan fihom infushom iżda huma għodda għas-servizz tal-poplu tagħna.", "Aħna l-politiċi niswew biss skond kemm nużaw din l-għodda bil-għaqal u b'impenn sabiex intejbu l-ħajja tal-Maltin u l-Għawdxin kollha.", "Fit- tħaddim ta' din l-għodda, irridu nagħrfu li għalkemm ilkoll għandna l- istess dinjità, il-bżonnijiet tagħna m'humiex l-istess.", "Waqt li nħarsu d- dinjità ta' kull wieħed u waħda minna, irridu nagħtu preferenza lill- ħarsien ta' dawk li huma l-aktar dgħajfa u allura għandhom bżonn aktar attenzjoni biex jgħixu d-dinjità tagħhom.", "Il-bniedem iseddaq il-valur tiegħu mit-tħaddim tas-solidarjetà ma' l-oħrajn.", "Is-solidarjetà m'hijiex slogan iżda mod ta' ħajja.", "Mingħajr in-nisġa tar-relazzjonijiet ma' l- oħrajn niftaqru.", "Il-progress ekonomiku u soċjali jimxu id f'id.", "Kull bniedem għandu ħteġijiet li jridu jiġu sodisfatti mingħajr dewmien iżda ma nistgħux inħallu l-immedjat jagħmina għall-ħteġijiet li se jkollna għada, kemm aħna kif ukoll uliedna.", "Biex ikollna preżent tajjeb irid ikollna moħħna mistrieħ minn ġejjieni fis-sod, bi gvern li jħaddan politika serja u kredibbli u li ma jintrebaħx mit-tentazzjoni għas-sodisfazzjon immedjat.", "Fil-bini ta' soċjetà li tixraq aktar lill-bniedem u b'ġejjieni aktar fis-sod għandhom sehem ewlieni s-sħab soċjali u l-membri tas-soċjetà ċivili li jinkludu l-għadd dejjem jikber ta' għaqdiet volontarji, għaqdiet professjonali u unions.", "Aħna nagħrfu dan is-sehem, ninkoraġġuh u nistennewh.", "Il-gvern waħdu, il-politika waħedha, il-burokrazija amministrattiva, is-servizzi li nagħtu, ma jistgħux jagħtu lis-soċjetà dak li jingħata fil-familja, mill-komunità, mill-kunsilli lokali u fl-impenn volontarju.", "Dawn kollha huma sħab importanti fil-bini u-t-tisħiħ tas- soċjetà Maltija.", "Biex nagħtu servizz siewi fil-bini ta' ġejjieni fis-sod, irridu nagħrfu x- xewqat, il-ħteġijiet u l-aspirazzjonijiet tal-Maltin u l-Għawdxin kollha.", "Imma fl-aħħar mill-aħħar il-gvern għandu wkoll responsabbilità li, wara li jisma', jikkonsulta u jiddiskuti, jagħti direzzjoni.", "Dan il-baġit jagħti d- direzzjoni neċessarja biex bis-sehem ta' kulħadd jintlaħqu l-miri li semmejt.", "Kif Sawwarna dan il-Baġit", "Mr Speaker, dan il-gvern poġġa l-proċess ta' smigħ u djalogu fil-qalba tat- tfassil ta' dan il-baġit.", "Minn Jannar, bdejna bil-laqgħat tad-djalogu dwar kif l-aħjar nużaw it-805 miljun ewro mill-Unjoni Ewropea.", "Fil-bidu ta' Awissu ppubblikajna d-dokument ta' qabel il-baġit.", "Għat-tieni darba l- gvern, wera x'qed jaħseb dwar il-baġit.", "Iddiskutejna ma' l-għaqdiet ta' min iħaddem u l-unions.", "Bgħatna l-punti ewlenin fid-djar kollha.", "Eluf bagħtulna l-proposti tagħhom.", "Saru wkoll laqgħat apposta biex inkomplu nisimgħu u niddjalogaw.", "Nista' ngħid li ħarġu ħafna ideat u proposti.", "Dawn għenuna nifhmu aħjar l-aspirazzjonijiet tal-poplu tagħna.", "Irriflettejna ħafna fuq dak li smajna.", "Rajna x'possibbli li jsir.", "Analizzajna l-impatt tiegħu.", "Issa wasalna għal dak li qed inressaq illejla.", "Nixtiequ li nistgħu nilqgħu x-xewqat ta' kulħadd.", "Iżda inqisu li nkunu qed nonqsu bil- kbir jekk nagħtu mqar pass wieħed li jipperikola t-tisħiħ tal-finanzi ta' pajjiżna.", "Li nipperikolaw dak li l-poplu Malti rnexxielu jakkwista b'tant ħidma.", "Għalhekk dan huwa baġit kawt u li jasal biss safejn nistgħu naslu s'issa.", "L-iSfidi li Ffaċċjajna", "Mr Speaker, is-sena li għaddiet konna wegħedna li rridu nibnu fuq ħilitna, il-ħiliet tal-Maltin u l-Għawdxin.", "Stinkajna kemm flaħna biex flimkien nibnu l-ġejjieni fis-sod.", "Kellna sfidi u diffikultajiet li ħafna drabi ġew fuqna minn barra xtutna.", "Sodisfatt li grazzi għall-ħila u l-ħidma tal- Maltin u l-Għawdxin ir-rota qed iddur u beda ġej il-frott.", "Irridu li pass pass – biex ma nħarbtux dak li bnejna – dan il-frott jibda jasal għand il- poplu tagħna.", "Ma jfissirx li ma kellniex affarijiet li weġġgħulna rasna.", "L-għoli tal- prezz taż-żejt ġab miegħu pressjoni fuq il-prezzijiet ta' diversi prodotti u servizzi li nużaw.", "Nafu li s-surcharge inħasset mill-familji tagħna u mill-industriji tagħna.", "Iż-żieda fil-prezz taż-żejt li kellna fis-sena 2006 fissret nefqa ta' madwar Lm48 miljun aktar mis-sena 2005.", "Mingħajr din il-problema, il-mira ta' sostenibilità finanzjarja konna nilħquha b'ħafna inqas sagrifiċċji.", "Kien ikollna aktar minn nofs miljun lira iżjed fil- ġimgħa x'nonfqu fuq titjib fil-ħajja tal-poplu tagħna.", "Sfida oħra kienet dik ta' l-immigrazzjoni illegali.", "Sa ftit ilu konna inqisuha problema ta' pajjiżi oħra.", "Illum qed tolqot lilna wkoll.", "Din hija sfida kbira li ma nistgħux inġorru waħedna.", "Irnexxielna nipperswadu lill-Unjoni Ewropea tidħol magħna u tgħinna.", "Imma jidhrilna li fadal ħafna xi jsir.", "Fil-fatt għada filgħodu se mmur il-Fillandja għal summit tal- mexxejja ta' l-Unjoni Ewropea li fost l-oħrajn se niddiskutu l- immigrazzjoni illegali.", "It-tibdiliet fix-xejriet turistiċi kienu sfida oħra mhux żgħira.", "Meta fil-bidu ta' din is-sena kien qed jidher li ma konniex se nilħqu l-miri li poġġejna quddiemna fit-turiżmu, kellna nsibu l- finanzjament li kien hemm bżonn biex ninċentivaw il-linji ta' l-ajru low cost ħalli jidħlu għal rotot ġodda lejn pajjiżna.", "Dan għamilnieh wara konsultazzjoni estensiva mas-setturi involuti.", "Kellna wkoll l-għeluq ta' żewġ fabbriki li bejniethom fissru t-telfien ta' 'l fuq minn elf impjieg.", "Madankollu l-ekonomija tagħna rnexxielha toħloq impjiegi biżżejjed biex il-qgħad illum huwa bejn wieħed u ieħor fl-istess livell tas-sena li għaddiet.", "Anzi lħaqna l-ogħla numru ta' nies jaħdmu bi qligħ.", "Illum is-sitwazzjoni tax-xogħol hija ħafna aħjar milli sibniha fl- 1998 anzi hija fost l-aħjar f'dawn l-aħħar tmien snin.", "Dan mhux biżżejjed.", "Aħna nqisu li sakemm jibqa' persuna waħda li b'mod ġenwin tkun qed tfittex ix-xogħol, l-isfida tkun għadha magħna.", "Ħarsa lejn il-Qagħda Ekonomika", "Żviluppi Ekonomiċi Internazzjonali", "Mr Speaker, qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-Economic Survey.", "Għalkemm pajjiżna huwa gżira, aħna m'aħniex pajjiż iżolat u dak li jiġri f'kull rokna tad-dinja jeffettwana.", "Għalhekk f'tabella numru 1, li qed nitlob lill-Kamra tieħu bħala moqrija, qed nagħti rendikont qasir ta' l-ekonomija internazzjonali.", "Tabella 1: Ekonomija Internazzjonali Fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena l-ekonomija dinjija kibret b'ritmu kemmxejn mgħaġġel.", "Minkejja li dan ir-ritmu ta' tkabbir jidher li kkalma xi ftit fit-tieni nofs tas-sena, l-ekonomija dinjija mistennija tirreġistra rata ta' tkabbir ta' 5.5 fil-mija matul din is-sena.", "Fuq livell Ewropew, l- ekonomiji li qegħdin fiż-żona tal-Ewro u, speċjalment l-ekonomiji l-kbar, komplew jirkupraw matul din is-sena wara bidu kemmxejn kajman aktar kmieni.", "Għaldaqstant, l-aħħar indikazzjonijiet juru li l-ekonomija fiż-żona tal- Ewro mistennija tikber bi 2.5 fil-mija.", "L-irkuprar tal-ekonomija dinjija u speċjalment ta' dawk il-pajjiżi li Malta taħdem magħhom għen u mistenni jkompli jgħin l-ekonomija Maltija.", "Għas-sena li ġejja hemm tbassir li l-ekonomija dinjija ser taħdem b'ritmu kemmxejn aktar kajman minn din is-sena.", "Dan it-tbassir jgħodd ukoll għal ħafna mill- ekonomiji avvanzati li magħhom Malta għandha rabtiet kummerċjali mill-qrib.", "Matul din is-sena l-ekonomija dinjija kompliet topera fid-dell tar-riskji li ġejjin mill-iżbilanċi finanzjarji fuq livell dinji u l-inċertezzi ġodda dwar l-andament tal-ekonomija Amerikana kif ukoll mill-inċertezzi kontinwi maħluqa mill-instabbiltà ġeo-politika u mit-theddid tat-terroriżmu u l- mard.", "Iżda fuq kollox, l-ekonomija dinjija din is-sena kompliet tintlaqat bil-kbir mill-prezzjiet dejjem ogħla għaż-żjut u għal diversi prodotti essenzjali u ta' materja prima oħra.", "Dawn l-iżviluppi rriżultaw f'livelli ta' inflazzjoni ogħla għal ħafna pajjiżi fosthom tagħna.", "L-iSfida tal-Globalizzazzjoni", "Il-proċess tal-globalizzazzjoni qiegħed joħloq sfidi kbar għal kulħadd, inkluż għal pajjiżna.", "Madankollu aħna nqisu l-globalizzazzjoni bħala opportunità.", "Pajjiżna ilu jgħix f'ambjent ekonomiku miftuħ.", "Fis-snin li għaddew, ħdimna b'moħħna u b'ħilitna u nistgħu ngħidu li morna tajjeb.", "Issa rridu nkomplu nibnu fuq dak li ksibna, waqt li nirristrutturaw l- ekonomija tagħna lejn setturi ta' valur miżjud għoli.", "Dan il-punt huwa spjegat f'iktar dettall f'tabella numru 2 li nitlob lill-Kamra tieħu b'moqrija.", "Tabella 2: L-Isfida tal-Globalizzazzjoni L-ekonomija dinjija qegħda tkompli tinbidel b'ritmu mgħaġġel.", "Il- kompetizzjoni fis-swieq dinjin żdiedet bil-kbir.", "L-impjiegi saru jinħolqu u jintilfu ferm aktar malajr minn qatt qabel.", "L-istess jista' jingħad għall-ideat u l-moviment tal-kapital.", "Fl-istess ħin, qegħdin jinħolqu intrapriżi u industriji ġodda li jitolbu ħaddiema mħarrġa sewwa.", "Il- ħolqien tal-ġid sar jiddependi ferm aktar mill-krejattività u l- innovazzjoni.", "Għaldaqstant sabiex l-ekonomija tagħna tkun kompetittiva hemm bżonn li nkunu aktar innovattivi, imħarrġa aħjar u aktar intraprenditorjali.", "Il-pajjiżi żviluppati kollha qegħdin jaraw tibdil sostanzjali fl-istrutturi ekonomiċi tagħhom.", "Mhux l-anqas aħna.", "Rajna setturi jmajnaw jew jogħsfru u setturi oħra jinħolqu u jikbru.", "Huwa tajjeb illi nifhmu sewwa r-realtà ta' madwarna sabiex nindukraw u nsostnu dak li tassew jista' jaħdem fostna u nilqgħu b'kuraġġ l-isfidi kontinwi li d- dinamiżmu ekonomiku dinji qiegħed iġibna wiċċ'imb'wiċċ miegħu.", "Irridu nkomplu nirristrutturaw sabiex inkomplu nilqgħu għall-forzi tas- swieq dinjin, intejbu l-investiment u għaldaqstant inkomplu ntejbu r-ritmu u t-tkabbir ekonomiku ta' pajjiżna.", "Għalhekk l-enfasi tagħna fuq it- taħriġ, l-innovazzjoni, l-investiment u l-intrapriża, għaliex għarafna li fil-kuntest dinji tal-lum jirbaħ min b'kuraġġ huwa lest li joħloq l-ambjent meħtieġ għal u jinvesti f'dawn l-oqsma.", "Il-politika Ekonomika tal-Gvern", "L-istabbilità makro-ekonomika hija meħtieġa għal tkabbir ekonomiku sostenibbli u l-ħolqien ta' l-impjiegi.", "Fuq kollox ambjent ekonomiku stabbli jnaqqas ir-riskji għan-negozju filwaqt li jixpruna l-investiment fil-pajjiż.", "Għal dan il-għan il-gvern se jkompli jinsisti u jaħdem sabiex pajjiżna jkollu rata ta' inflazzjoni baxxa u stabbli u politika fiskali li tassigura li l-finanzi pubbliċi jkomplu jitpoġġew fuq sisien dejjem aktar sodi.", "Dan sabiex il-politika fiskali tagħna tkun tista', meta bżonjuż u possibbli, tintuża sabiex tinfluwenza ċ-ċiklu ekonomiku f'pajjiżna u sservi ta' għajnuna u sostenn għall-politika monetarja tagħna.", "Qed nosservaw rigorożament ir-regoli tal-patt ta' stabilità u tkabbir għaliex pajjiżna hekk għandu bżonn u hekk jistħoqqlu.", "Iċ-ċaqliq tal- prezzjijiet u l-istabilità tagħhom qiegħed jiġi segwit mill-qrib sabiex inħarsu kemm lil min jiflaħ l-inqas kif ukoll il-kompetittività ta' pajjiżna.", "Fl-istess ħin qegħdin nisħqu li ż-żidiet fil-pagi jsiru skond kif jippermettu ż-żidiet fil-produttività fl-ekonomija tagħna.", "Fil-qasam tal-finanzi pubbliċi sar u għadu qiegħed isir ħafna sabiex nassiguraw is- sostenibilità tagħhom.", "Filwaqt li qegħdin nisħqu li għandu jinġabar dak li huwa dovut lill-gvern, qegħdin nagħmlu l-almu tagħna sabiex naqtgħu l-ħela u nrażżnu l-infiq pubbliku.", "Fil-fatt, l-infiq pubbliku, minbarra dak f'oqsma bħas-saħħa, il-pensjonijiet, is-servizzi soċjali u l-edukazzjoni, qiegħed jew jitnaqqas jew inkella jinżamm fl-istess livell tas-sena li qegħdin fiha.", "Il-politika konsistenti, ċara u ċerta ta' dan il-gvern qed twassal għall- istabilità li twassal għal aktar żvilupp.", "Konna u għadna konsistenti fl- istrateġija tagħna għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali tal-pajjiż u dwar ir- rwol ta' Malta fl-Unjoni Ewropea.", "Issa qegħdin naħdmu sabiex nagħmlu l- pass loġiku li jmiss għal pajjiżna fi ħdan l-Unjoni Ewropea, dak li ndaħħlu l-ewro mill-1 ta' Jannar 2008.", "Nemmnu li dan il-pass huwa sinjal ieħor importanti fit-treġija ekonomika ta' pajjiżna.", "Huwa pass li għandu jżid l- istabilità għaliex inaqqas ir-riskji, jiftaħ orizzonti u opportunitajiet ġodda għal min irid jaħdem f'pajjiżna.", "Lejn Pajjiż aktar Produttiv", "Il-gvern se jkompli jinsisti fuq it-titjib kontinwu fil-produttività ta' pajjiżna.", "Għandna nużaw ir-riżorsi limitati tagħna b'mod tajjeb u effettiv għall-ġid tal-poplu tagħna.", "L-istrateġija tagħna hija bbażata fuq żewġ pilastri.", "L-ewwel, fuq iż-żamma ta' ambjent makro-ekonomiku stabbli li jgħin u jħalli lill-poplu u lill-intrapriżi tagħna jinvestu għall-futur.", "It-tieni nagħmlu r-riformi li jgħinu sabiex is-swieq tagħna jaħdmu b'aktar effiċjenza.", "Għalhekk irridu aktar investiment, iżjed edukazzjoni u taħriġ, aktar riċerka u innovazzjoni, kultura aktar intraprenditorjali, kompetizzjoni ġusta u trasparenti fis-swieq tagħna u aktar produttività mis- settur pubbliku.", "Settur Pubbliku li Jgħin u Jirrendi", "Is-settur pubbliku huwa parti essenzjali mill-infrastruttura governattiva, ekonomika u soċjali tal-pajjiż.", "Irridu settur pubbliku dinamiku, aġġornat u sensittiv għall-bidliet li jkunu qegħdin iseħħu fil-pajjiż u fid-dinja.", "Settur pubbliku li jilqa' għall-ħteġijiet ta' pajjiżna huwa bażi importanti għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali li rridu għal pajjiżna.", "Is-settur pubbliku għandu jsarraf l-investiment u l-fiduċja tal-gvern u jkompli jsir aktar kompetittiv.", "Il-gvern se jkompli jisħaq u jippretendi aktar valur għal dak li qiegħed jintnefaq u għal titjib fil-produttività ta' dan is-settur sabiex ikompli jixpruna l-iżvilupp ekonomiku u soċjali tal-poplu tagħna.", "Nemmnu li s-settur pubbliku għandu jkun mutur ieħor li jgħinna nsiru pajjiż aktar kompetittiv.", "Dawn huma l-prinċipji li ggwidaw lill-gvern fin-negozjati tal-ftehim kollettiv li ġie ffirmat f'Ottubru tas- sena li għaddiet u li jkopri perijodu ta' sitt snin.", "Il-Qagħda ta' l-Ekonomija Maltija", "Fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena l-ekonomija Maltija kibret b'2.6% f'termini reali, fuq l-istess perijodu tas-sena li għaddiet.", "Dan it- tkabbir huwa d-doppju tas-sena li għaddiet.", "L-ekonomija Maltija issa reġgħet qabdet rankatura ġmielha.", "Dan ir-riżultat pożittiv inkiseb minkejja l-kompetizzjoni sfrenata fis-swieq internazzjonali, l-instabbiltà ekonomika internazzjonali u l-prezzijiet taż-żejt.", "Kważi s-setturi ekonomiċi kollha wrew titjib meta pparagunati ma' l-ewwel sitt xhur tas-sena li għaddiet.", "Ċerti setturi bħal dawk tat-trasport u l- komunikazzjoni u s-settur finanzjarju kibru b'rata sostanzjali.", "Oħrajn kibru b'rata daqsxejn iżgħar iżda sodisfaċenti.", "Is-settur tal-lukandi u r- ristoranti naqqas il-valur miżjud tiegħu b'ammont żgħir.", "Matul dan il- perijodu, l-investiment f'bini u makkinarju żdied b'7.4% fuq is-sena li għaddiet għal aktar minn Lm210 miljun.", "Investiment qawwi li juri l-fiduċja dejjem tikber fl-iżvilupp ta' l-ekonomija Maltija.", "Fl-istess żmien id-dħul tal-ħaddiema tagħna żdied b'aktar minn Lm13 miljun jew 3% u laħaq l-Lm461 miljun.", "In-negozji tagħna żiedu l-qligħ tagħhom bi kważi Lm26 miljun għal kważi Lm388 miljun.", "Is-Settur tat-Turiżmu", "Fl-ewwel tmien xhur tas-sena, in-numru ta' turisti lejn pajjiżna niżel b'29,800 għal 767,836 waqt li l-medja ta' ljieli li t-turisti għaddew f'pajjiżna tela' għal 9.8.", "In-numru ta' passiġġieri li żaru pajjiżna fuq cruise żdied b'iżjed minn 31%.", "Il-qligħ gross mit-turiżmu żamm l-istess livell tas-sena li għaddiet.", "Fil-fatt fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena, il-qligħ mit-turiżmu ġie stmat li kien ta' 'l fuq minn Lm101 miljun.", "Dan ifisser li ras għal ras kull turist nefaq madwar Lm215, żieda ta' madwar Lm6 fuq is-sena li għaddiet.", "Filwaqt li nirrikonoxxu l-isfidi li għaddej minnhom it-turiżmu f'pajjiżna, ikun żball jekk inpinġu s-sitwazzjoni agħar milli hi.", "Nemmnu li l- vijabilita` tas-settur għadha hemm u għalkemm irridu naħdmu aktar sabiex niksbu riżultati aħjar, għandna pedament sod biżżejjed fuqhiex inkomplu nibnu.", "Aħna determinati li nagħmlu dak kollu li hemm bżonn sabiex is- settur turistiku jegħleb l-isfidi li għandu quddiemu u jkabbar il-kontribut tiegħu lejn l-ekonomija Maltija.", "Diġà għamilna ħafna.", "Investejna bil-kbir biex intejbu l-prodott turistiku tagħna, speċjalment fil-wirt storiku u kulturali ta' pajjiżna, kif ukoll fl-ambjent.", "Hekk se nkomplu nagħmlu.", "Iżda sabiex niksbu r-riżultati mixtieqa, jeħtieġ illi kulħadd jiġbed ħabel wieħed u jagħti l-kontribut tiegħu.", "Il-prodott turistiku jiddependi minn kulħadd.", "Is-Settur tal-Manifattura", "Wara l-iskossi li kellna fis-settur tal-manifattura s-sena li għaddiet, dan is-settur tant bżonjuż għal pajjiżna reġa' beda jirpilja u jikber.", "Il- bejgħ mill-intrapriżi l-kbar żdied b'aktar minn 8% għal kważi Lm495 miljun fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena meta mqabbla mal-istess perijodu tas- sena li għaddiet.", "L-investiment fis-settur żdied bi kważi 30% għal aktar minn Lm31 miljun.", "Sinjal pożittiv li juri fiduċja fil-vijabilità ta' dan is-settur.", "Fuq kollox il-qligħ medju tal-ħaddiema mpjegati fis-settur tal- manifattura tela' b'aktar minn Lm7 fil-ġimgħa għal kważi Lm125 fil-ġimgħa.", "Mr Speaker, ir-ristrutturar li għadda u li għadu għaddej minnu dan is- settur produttiv qiegħed jirrendi.", "Fabbriki eżistenti qegħdin ikomplu jinvestu u żiedu l-produzzjoni tagħhom.", "Setturi ġodda, bħal dak tal- farmaċewtika, qegħdin ikomplu jikbru.", "Illum dawn qegħdin ibigħu mal-Lm30 miljun fis-sena u qed jimpjegaw mat-800 persuna.Id-dinamiżmu li għaddej minnu s-settur tal-manifattura jrid jiġi sostnut b'kull mod.", "Il-gvern jemmen illi f'pajjiżna hemm lok għal settur tal-manifattura li huwa indirizzat lejn il-produzzjoni ta' prodotti b'valur miżjud għoli sabiex pajjiżna jkun jista' jikkompeti tajjeb fis-swieq internazzjonali.", "Kif wegħedna fid-dokument ta' qabel il-baġit, illum il-gvern qed jippubblika dokument ta' politika industrijali li ġġedded u tirfina l-istrateġija tiegħu għal dan is-settur.", "Il-Kummerċ Barrani", "Fl-ewwel tmien xhur ta' din is-sena, l-importazzjoni f'pajjiżna żdiedet b'aktar minn Lm129 miljun għal kważi Lm965 miljun.", "Fl-istess perijodu, l- esportazzjoni żdiedet b'aktar minn Lm65 miljun għal aktar minn Lm593 miljun.", "L-iżbilanċ kummerċjali ma' barra żdied b'aktar minn Lm64 miljun minħabba importazzjoni akbar ta' provvisti industrijali u oġġetti ta' natura kapitali.", "Eventwalment ħafna minn dawn se jkunu esportati, li allura jfisser aktar tkabbir ekonomiku.", "Din iż-żieda ġejja wkoll miż-żieda fl-infiq għax-xiri taż-żjut bi prezzijiet ogħla .", "Investiment Barrani", "Fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena, l-investiment barrani f'pajjiżna kien ta' Lm312 miljun, jiġifieri Lm212 miljun aktar mill-istess perijodu s-sena l-oħra u saħansitra Lm127 miljun aktar mis-sena l-oħra kollha kemm hi!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Dawn iċ-ċifri jitkellmu waħedhom; il-politika tagħna qegħda tħalli r-riżultati.", "Pajjiżna huwa wieħed kredibbli b'politika serja.", "Qed niġbdu l-investiment barrani meħtieġ sabiex ikomplu jinħolqu l-impjiegi u l-ġid fil-pajjiż.", "L-inflazzjoni", "Kif bassarna s-sena li għaddiet, l-inflazzjoni din is-sena ġiet imbottata 'l fuq miż-żieda kbira fil-prezzijiet taż-żejt.", "Dawn iż-żidiet irriflettew ruħhom fl-indiċi tal-prezzijiet bl-imnut u allura fl-inflazzjoni li kellna matul din is-sena.", "Għaldaqstant f'Settembru l-inflazzjoni laħqet it-3.42%.", "Issa jidher li l-prezzijiet taż-żejt bdew jikkalmaw xi ftit.", "Nittamaw li dak li rajna fl-aħħar ġimgħat iżomm.", "Filwaqt li huwa mbassar illi r-rata tal-inflazzjoni tibda nieżla lejn l- aħħar ta' din is-sena, il-gvern qiegħed jagħmel l-almu tiegħu sabiex jassigura li l-prezzijiet fis-swieq tagħna jkunu ġusti u trasparenti.", "Hawn irrid insemmi l-ftehim li l-gvern laħaq ma' min jimporta l-mediċini u li diġà wassal biex jorħsu numru ta' mediċini f'pajjiżna.", "Dan il-ftehim jinkludi wkoll qbil fil-prinċipju dwar mekkaniżmu ta' trasparenza fil- prezzijiet tal-mediċini.", "Nittama li fil-ġimgħat li ġejjin dan il- mekkaniżmu jibda jaħdem.", "Il-Ħolqien tax-Xogħol", "Kif għedt fil-bidu tad-diskors tiegħi llejla, l-għan aħħari tagħna m'huwiex finanzi pubbliċi sodi u ekonomija b'saħħitha iżda kwalità ta' ħajja tajba għall-poplu tagħna u ġejjieni fis-sod.", "Ix-xogħol huwa ċavetta ewlenija.", "Ix-xogħol jagħti għajxien u dinjità lill-ħaddiema u lill-familji tagħna.", "Il-ħolqien tax-xogħol huwa prijorita` assoluta tagħna.", "F'Ġunju lħaqna rekord ta' 146,498 persuna taħdem bi qligħ li minnhom 139,437 jaħdmu full-time.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Dan kollu ġara meta l-impjiegi fis-settur pubbliku niżlu.", "Tabella numru 3 tispjega l-qagħda tas-suq tax-xogħol.", "Tabella 3: Is-Suq tax-Xogħol", "| |2005 |2006 | | | |Ġunju |Ġunju |Tibdil| |Forza |145,746|146,498|+752 | |tax-xogħol | | | | |Persuni li |138,816|139,437|+621 | |jaħdmu | | | | |full-time: | | | | |fis-settur |93,275 |96,238 |+2,963| |privat | | | | |fis-settur |45,541 |43,199 |-2,342| |pubbliku | | | | |Persuni li | | | | |jaħdmu għal|16,336 |16,428 |+92 | |rashom | | | | |Qgħad (l-1 |6,218 |6,601 |+383 | |parti) | | | | |Rata |4.3% |4.5% |+0.2% | |tal-qgħad | | | | |Persuni li |40,195 |43,177 |+2,982| |jaħdmu | | | | |part-time | | | |", "F'Ġunju n-numru ta' persuni jirreġistraw fl-ewwel parti tar-reġistru kienu ta' 6,601.", "Ir-rata tal-qgħad kienet ta' 4.5%.", "Għalkemm is-suċċess fil- ħolqien tax-xogħol jitkellem waħdu, nemmen li persuna waħda bla xogħol hija ħafna.", "Għalhekk il-gvern immexxi minni se jibqa' jistinka bla heda f'dan il-qasam.", "Irrid nenfasizza l-investiment kbir tal-gvern fil-qasam edukattiv sabiex jassigura u jgħin lil kull persuna takkwista dawk il-ħiliet li jgħinuha matul il-ħajja tax-xogħol tagħha filwaqt li tibqa' rilevanti għas-suq tax- xogħol.", "Irridu li l-qasam edukattiv u s-sistemi ta' taħrig tagħna jkunu aġġornati kontinwament sabiex il-ħaddiema tagħna jilqgħu għall-bidliet u l- ħtegijiet tas-suq tax-xogħol u jtejbu l-produttività fil-pajjiż.", "Huwa b'dan il-mod illi fid-dinja tal-lum nistgħu niżguraw ġejjieni fis-sod lill- ħaddiema tagħna u l-familji tagħhom.", "Ħarsa lejn l-2006", "Mr Speaker, ħarsa lejn is-sena li qegħdin fiha ma tkunx kompluta jekk ma nagħtix rendikont ta' numru ta' suċċessi.", "Qagħda Finanzjarja", "Kif konna ħabbarna s-sena li għaddiet, il-mira tal-gvern kienet li d- deficit ta' din is-sena kellu jkun taħt it-3% ta' dak li jipproduċi l- pajjiż, għal 2.8% mit-3.9% tas-sena li għaddiet.", "B'sodisfazzjon nirrapporta lil din il-Kamra, li l-mira tal-gvern intlaħqet u d-deficit din is-sena huwa mistenni li jkun Lm57 miljun mill-Lm75 miljun tas-sena li għaddiet.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Dan ifisser titjib ta' Lm21 miljun fuq is-sena li għaddiet.", "Tajjeb li nenfasizza wkoll li meta jiġi rapportat id-deficit skond ir-regoli tal-Unjoni Ewropea, id-deficit ta' din sena se jkun ta' 2.6% jiġifieri Lm55 miljun.", "Tabelli numru 4 u 5, li nitlob lill-Kamra tieħu bħala moqrija, juru r- riżultati finanzjarji għall-2006.", "Fl-aħħar tad-diskors qed nehmeż l- istatements tad-dħul u l-infiq b'aktar dettalji.", "Tabella 5: Il-Qagħda Finanzjarja tal-Gvern", "Id-Dħul tal-Gvern żdied b'Lm69 miljun, għal Lm965 miljun.", "Konferma tal- qagħda pożittiva li qed tgħaddi minnu l-ekonomija Maltija kienet iż-zieda fid-dħul mit-taxxi, jiġifieri minn sorsi dependenti fuq l-attività ekonomika tal-pajjiż.", "Tajjeb wieħed ifakkar li fil-Bagit tas-sena li għaddiet il-Gvern ma intruduċa l-ebda taxxa ġdida jew żied rati ta' taxxi eżistenti.", "Il-ġbir mit-taxxa fuq id-dħul żdied b'Lm28 miljun.", "Fil-maġġor parti tiegħu, id-dħul ġie minn attività ekonomika akbar fl-oqsma kollha tal- ekonomija, inkluż id-dħul mill-ħaddiema.", "Dan irrifletta ruħu wkoll fiż- zieda sostanzjali ta' Lm14-il miljun li din is-sena kellna mid-dħul mill- bolla.", "Dan ġara għax kellna aktar nies qed jaħdmu din is-sena u żdied id- dħul mill-ħaddiema Maltin ras għal ras ta' b'aktar minn 5 fil-mija fuq is- sena li għaddiet.", "Id-dħul mit-taxxa tal-VAT żdied b'madwar Lm6 miljun fuq is-sena li għaddiet.", "Id-dħul attwali qed jidher xi ftit anqas minn dak previst.", "Dan ġara minħabba rifużjonijiet akbar li saru fuq proġetti kbar ta' kostruzzjoni mis-settur privat li d-dħul tagħhom kien mistenni li jsir din is-sena u minflok hu mistenni li jimmaterjalizza ruħu s-sena id-dieħla.", "F'dak li hu id-dħul ieħor, il-Gvern ukoll daħħal Lm7 miljun aktar, l-aktar minħabba dħul akbar min Fondi mill-Unjoni Ewropea u dak tal-Protokol Taljan.", "F'dik li hija in-nefqa rikurrenti tal-Gvern, din żdiedet bi Lm33 miljun fuq is-sena li għaddiet.", "L-akbar żiedet kienu fuq il-pensjonijiet u servizzi soċjali ta' madwar Lm12-il miljun fuq is-sena li għaddiet.", "Il-Gvern ukoll ikkontribwixxa Lm5 miljun aktar għall-Fond tal-Kontribuzzjonijiet għas- Sigurtà Soċjali, riżultat taż-żieda aktar fid-dħul mill-impjiegi.", "Kellna żieda wkoll ta' Lm2 miljun għas-settur ta' l-anzjani.", "Lm3 miljuni aktar mis- sena l-oħra ngħataw lill-Korporazzjoni Enemalta, biex il-Gvern jerfa aktar mill-impatt taż-żieda fil-prezz taż-żejt.", "Kellna ukoll, kif previst, żieda fil-pagi tal-Gvern ta' madwar Lm4 miljun u żieda fir-rifużjonijiet ta' ħlas lura ta' taxxa ta' Lm5 miljun.", "Fl-aħħarnett, kellna wkoll żieda ta' Lm3 miljun interessi tal-Gvern minħabba l-fatt li l-programm ta' privatizzazzjoni ma mmaterjalizzax. kollu.", "F'dak li hu l-investiment kapital, din is-sena kellna Lm20 miljun aktar mis- sena li għaddiet.", "Lm2 miljun aktar marru għall-qasam ta' l-Edukazzjoni, Lm2 miljun fil-qasam tat-turiżmu, Lm4 miljun għal Għawdex u Lm2 miljun għas- Saħħa, apparti l-investiment li qed isir fl-Isptar Mater Dei.", "Il-qasam ta' l-ambjent u l-agrikoltura gawda minn żieda ta' Lm7 miljun investiment aktar matul din is-sena, ċertifikat tal-impenn tal-Gvern għal dan is-settur.", "Kellna ukoll investiment akbar ta' madwar Lm4 miljun marbuta mat-tisfija tad-dranaġġ.", "F'kull livell ta' l-edukazzjoni qed isir l-akbar investiment li qatt sar.", "Illum minn kull Lm100 li nipproduċu nonfqu Lm6 fuq l-edukazzjoni.", "Ir- riżultati diġa` bdew jidhru u se nsemmi xi eżempji malajr.", "Fl-aħħar ħames snin, in-numru ta' dawk li jitilqu mill-iskola qabel it-18-il sena niżel b'10%, iż-żgħażagħ f'korsijiet post-sekondarji u vokazzjonali żdiedu b'26% fil-mija.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Għandna 20,000 żagħżugħ u żagħżugħa jipparteċipaw f'diversi oqsma u livelli ta' edukazzjoni avvanzata u ogħla.", "Pajjiżna għandu tassew għaliex ikun kburi li anke fi żmien ta' trażżin fl- ispiża pubblika xorta baqa' jinvesti bis-sħiħ fl-edukazzjoni.", "L-istess nista' ngħid għall-qasam ta' l-ambjent f'pajjiżna.", "Mit-trattament ta' l-iskart għall-enerġija minn sorsi li jiġġeddu għat-tħawwil ta' siġar, għall-biedja u s-sajd, u moniteraġġ ta' l-arja.", "Pajjiżna llum qiegħed jindirizza dawn l-oqsma bis-serjeta` u bl-investiment qawwi li jirrikjedu.", "Filwaqt li rnexxielna naslu għall-objettivi finanzjarji stretti li għamilna għalina tul din is-sena, xorta pajjiżna baqa' jsostni t-tessut soċjali u l- ispiża li jġib miegħu.", "Din is-sena biss, iż-żieda fil-pensjonijiet kienet ta' Lm10.8 miljun aktar mis-sena li għaddiet.", "Ma' dawn hemm il-firxa wiesgħa ta' benefiċċji soċjali oħra kif ukoll ix-xibka ta' servizzi soċjali personalizzati fil-qasam tad-djar, tfal, familja, persuni b'diżabilità, droga, alcohol, saħħa mentali u ħafna aktar.", "Hawn ukoll, il-gvern baqa' jsostni programm wiesa' ta' solidarjetà.", "Barra minn hekk bdejna l- implimentazzjoni tar-riforma fil-pensjonijiet, riforma importanti li filwaqt li ma tolqot xejn lill-pensjonanti tal-lum u dawk li waslu għall- pensjoni, tiżgura ġejjieni fis-sod għaż-żgħażagħ tagħna.", "F'Għawdex għamilna progress sostanzjali fl-iżvilupp ta' l-infrastruttura fiżika u turistika.", "L-isfida prinċipali għal Għawdex tibqa' l-impjiegi fejn il-progress li rajna f'Malta ma ġiex reġistrat f'Għawdex.", "Il-gvern qed jagħmel il-parti tiegħu bit-trasferiment għal Għawdex ta' kull xogħol ta' l-uffiċċju li jista' jsir Għawdex.", "Matul din is-sena, ħdimna bla heda biex inkomplu nagħmlu suċċess mis-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea.", "Malta kienet waħda mill-ewwel pajjiżi membri ġodda li kkommettiet il-fondi strutturali kollha tal-perijodu 2004 sal-2006 fi proġetti u aħna l-uniku pajjiż li kkommetta l-flus kollha tal-fond ta' koeżjoni.", "Mhux dan biss.", "Pajjiżna hu wieħed mill-ftit pajjiżi membri ġodda li uża l-flus kollha għall-2006.", "Dan kollu sitt xhur qabel iż-żmien stipulat sa Diċembru 2006.", "Mhux biss, imma pajjiżna rnexxielu juża l-fondi kollha li kellu għad- disposizzjoni tiegħu qabel is-sħubija talli Malta gawdiet minn ħafna aktar fondi li pajjiżi oħra ma laħqux użaw.", "Illum nista' ngħid li 78 proġett b'valur ta' madwar Lm50 miljun qed jitwettqu sabiex intejbu l-livell ta' l- għajxien tal-poplu Malti u Għawdxi.", "Rendikont aktar dettaljat ta' dawn l- aħbarijiet tajba jinsabu fit-tabelli numri 6 sa 10 ta' hawn taħt li nitlob lill-Kamra teħodhom bħala moqrija.", "Tabella 6: Edukazzjoni", "Ix-xogħol huwa mportanti għax jippermettilek tiekol illum.", "L-edukazzjoni hija mportanti għax tagħtik il-possibilità li tiekol aħjar għada.", "U għax nixtiequ li uliedna jkunu jistgħu jieklu aħjar minna ma xxaħħaħniex fl- infiq fuq l-edukazzjoni tagħhom.", "Minn kull 100 lira li jipproduċi l-pajjiż nonfqu 6 liri fuq l-edukazzjoni.", "B'kollox infaqna Lm109 miljun fuq l- edukazzjoni.", "Barra dan, il-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada nefqet 16.7 miljun lira sabiex uliedna jkollhom skejjel isbaħ u attrezzati aħjar.", "L-isforzi tagħna wasslu sabiex uliedna jieħdu edukazzjoni aħjar u għalhekk ikunu jistgħu jiffaċċjaw aħjar l-isfidi ta' għada.", "Illum sitta minn kull għaxart itfal li joqogħdu għall-eżami tal-Junior Lyceum jgħaddu mill-eżami.", "Fl-1985, tlieta biss minn kull għaxra kienu jgħaddu mill-istess eżami.", "It-titjib fil-livell ta' l-edukazzjoni li jieħdu uliedna qed iħajjarhom biex ikomplu jistudjaw.", "Illum hemm 20,000 student jitgħallmu fil-livell post-sekondarju jew terzjarju.", "Għaxar snin ilu kien hemm 11,000 biss.", "Biddilna s-sistema mill-qiegħ.", "Is-sistema ta' kulleġġi li daħħalna għandha tagħmel rivoluzzjoni fl-edukazzjoni.", "Uliedna issa jistgħu jagħżlu.", "Jekk ma jridux jew ma jistgħux imorru l-Università jistgħu jmorru l-MCAST.", "Hemm kważi 6,000 li għażlu li jagħmlu hekk u hemm ma' l-10,000 li għażlu l- Università.", "Wara konsultazzjoni fit-tul fuq il-proposti mħabbra fid- dokument Biex Uliedna Jirnexxu Lkoll, il-Parlament f'Lulju li għadda approva l-proposti tal-Gvern biex jemmenda l-Att dwar l-Edukazzjoni, Il- Ministeru u d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni matul din is-sena kellhom taħditiet u negozjati fid-dettal mal-Malta Union of Teachers dwar ir- riforma fil-qasam ta' l-edukazzjoni obbligatorja.", "Filwaqt li l-oqsma u l-livelli ewlenin ta' l-edukazzjoni issa ġew eżaminati kważi kollha bħala bażi soda għar-riformi li qed iwettaq il-Gvern u saru rakkomandazzjonijiet għat-titjib tagħhom, diġa` bdew jittieħdu l-passi meħtieġa għat-twettiq ta' ħafna minn dawn ir-rakkomandazzjonijiet, xogħol li ser ikompli matul is-sena li ġejja.", "Wara r-Rapport Spiteri, ittieħdu diversi miżuri bl-iskop li jibda l-proċess għat-twettiq tar-rakkomandazzjonijiet li għamel il-Grupp dwar l-edukazzjoni inklużiva u speċjali li issa qed jitmexxew mill-Koordinatur tan-network.", "L- iskejjel speċjali qed jiġu trasformati f'ċentri ta' riżorsi u ser jiġu riorganizzati biex iservu tfal u żgħażagħ bi bżonnijiet speċjali skond l- eta`.", "Dan għandu jwassal biex is-sena d-dieħla tinħoloq faċilita` post- sekondarja u vokazzjonali għal żgħażagħ bi bżonnijiet speċjali li ma jkunux jistgħu jkomplu l-iżvilupp tagħhom fl-MCAST jew fl-Universita`.", "Diġa` sar ħafna xogħol biex min jaħdem f'dan il-qasam, sew fl-iskejjel regolari kif ukoll fl-iskejjel speċjali, ikun imħarreġ aktar professjonalment u qed jittieħdu miżuri biex jiżdied in-numru ta' dawk li jitħarrġu fi speċjalitajiet li għandhom x'jaqsmu ma' otiżmu, nuqqas ta' smigħ, nuqqas ta' vista, diffikultajiet multipli u severi fit-tagħlim, inkluż dawk konnessi ma' imġieba emozzjonali diffikultuża.", "Wara r-rapport Chalmers u r-rapport dwar il-Kummissjoni għal Edukazzjoni Ogħla, komplew jittieħdu passi u qed isir l-investiment biex jissaħħu l- Universita` u l-MCAST.", "Waqqafna l-Kummissjoni Nazzjonali għal Edukazzjoni Ogħla li qed topera mill-bini ta' l-Universita` fil-Belt.", "Waqt li sostnejna għal sena oħra l-Youth Studies Specialisation Scheme li nħaddmet flimkien ma' l-APS Bank, kien ukoll ta' sodisfazzjon kbir għalija li nagħti ċ-ċertifikati lill-ewwel grupp ta' ħamsa u tletin żagħżugħ u żagħżugħa li ntgħażlu biex ikomplu l-istudji tagħhom f'livell ta' Masters u Ph.D taħt il- Malta Government Scholarship Scheme li twaqqfet apposta s-sena l-oħra.", "Ma' dawn wieħed irid iżid għoxrin membru ta' l-staff akkademiku ta' l- Universita` li bi scholarships mogħtija mill-istess Universita` kisbu d- dottorat ta' Ph.D. f'diversi speċjalizzazzjonijiet.", "Il-bini u l-immodernizzar ta' l-iskejjel permezz tal-Fondazzjoni għall- Iskejjel ta' Għada (FTS) kompla b'ritmu qawwi.", "Matul din is-sena l-FTS ħarġet b'tenders tad-Dipartiment tal-Kuntratti jew Dipartimentali b'aktar minn 5 miljun lira f'xogħol ta' skejjel ġodda u mmodernizzar konnessi ma' tmienja u tletin skola tal-Gvern, inkluż il-bidu tal-bini ta' skola sekondarja ġdida f'Ħal Qormi, Skola oħra f'Bormla, u l-estensjoni ta' l- iskola sekondarja ogħla Giovanni Curmi fuq standards u kwalita` bħal dawk stabbiliti fil-Kulleġġ San Benedittu.", "F'parti minn din il-ħidma l-FTS kellha l-appoġġ tat-taqsima tas-Servizzi Teknici tad-Diviżjoni ta' l- Edukazzjoni.", "Dan kollu b'investiment qawwi fl-edukazzjoni tat-tfal u ż-żgħażagħ tagħna li, fuq il-bażi ta' l-ispiża pubblika u l-Prodott domestiku Gross, jħabbatha ma' l-aħjar stati fl-Unjoni Ewropea.", "Il-politika edukattiva tal- Gvern hi fid-direzzjoni t-tajba u qed tagħti riżultati, għalkemm fadlilna ħafna x'inwettqu biex nilħqu l-mira tagħna ta' edukazzjoni ta' kwalita` għal kulħadd biex uliedna jirnexxu lkoll.", "Tabella 7: L-Ambjent", "L-ambjent huwa wieħed mill-pilastri ewlenin fil-politika tal-Gvern immexxi minni.", "Is-sena l-oħra din in-nefqa telgħet għal Lm32 miljun.", "Matul is- sena li għaddiet fassalna l-'Istrateġija Nazzjonali għall-Iżvilupp Sostenibbli'.", "Din-l-Istrateġija hija ntiża sabiex isservi ta' gwida għall- ħidma tagħna b'risq l-ambjent li ngħixu fih.", "L-'Istrateġija għall-Iżvilupp Sostenibbli' tagħti direzzjoni dwar l-iżvilupp soċjali u ekonomiku ta' pajjiżna li hija konformi mad-direzzjoni ġenerali tal-Gvern kif qiegħda tiġi ndikata f'dan il-Baġit.", "Immaniġġjar tal-Iskart", "Din in-nefqa qed twassal għal riżultati tanġibbli f'oqsma li sa' ftit ilu kienu jitqiesu bħala l-akbar ġerħiet fuq l-ambjent tagħna.", "Biżżejjed insemmi l-progress impressjonanti li għaddej fil-miżbla tal-Magħtab li minn mindu ngħalqet f'April ta' l-2004 għaddiet minn trasformazzjoni impressjonanti.Il-ħidma li għaddejja hija fuq diversi bnadi.", "Hemm ħidma li r-riżultati tagħha diġa jidhru biċ-ċar filwaqt li hemm ħidma li għanda tagħti riżultati fix-xhur li ġejjin.", "Nista' nsemmi x-xogħol ta' tħejjija għat-twaqqif ta' l-ewwel ċentri li se jilqgħu skart goff, magħrufa bħala civic amenity sites.", "L-istess jgħodd għall-ħidma bi preparazzjoni għaż- żieda fil-bring in sites madwar Malta u Għawdex.", "Bħala parti mill- engineered landfill l-ġdida fl-Għallis, qed titlesta wkoll l-ewwel faċilita' tal-landfill għal skart perikoluż.", "Investiment bla preċedent u ħidma bla heda li għaddejja wkoll biex pajjiżna jkollu faċilita' għat- trattament ta' l-iskart ta' Sant' Antnin li tħaddem l-aqwa teknoloġija.", "Pajjiżna jinsab fi stadju avvanzat biex mill-iskart jiġġenera l-enerġija u għalhekk ninsabu f'qagħda li anke l-iskart jipprovdilna riżorsa u hu l- ħsieb tal-Gvern li l-benefiċċji jinqasmu fost il-poplu tagħna.", "Konservazzjoni ta' Enerġija", "Fil-qasam tal-konservazzjoni tal-enerġija nidejna skemi ta' inċentivi maħsuba li jnaqqsu l-konsum tal-elettriku fid-djar.", "Dawn l-iskemi kienu suċċess.", "Filwaqt li matul l-2005 in-numru ta' applikanti għal dawn l- iskemi kienu ta' 364, dawn telgħu għal 1,012 matul din is-sena.", "S'issa tajna b'aktar minn mitt elf lira f'rifużjonijiet tal-VAT fuq dawn l-iskemi.", "Tmexxija b'eżempju", "Il-Gvern qed jara li jagħmel il-parti tiegħu anke fil-binjiet tiegħu.", "Wara sejħa pubblika, ġiet rakkomandata offerta biex il-Gvern jibda jinstalla panelli fotovoltaiċi fuq ministeri u dipartimenti tal-Gvern.", "Din l-offerta saret bħala parti mix-xogħol siewi li qed jagħmlu l-Green Leaders fi ħdan is-servizz pubbliku.", "Bis-saħħa ta' dan il-Gvern qed ipoġġi lilu nnifsu bħala katalista għall-bidla li għandha twassal għall-ġenerazzjoni ta' enerġija nadifa anki fuq skala domestika.", "Barra hekk tfassal abbozz ta' pjan nazzjonali għal Green Public Procurement.", "L-adozzjoni ta' Green Public Procurement, timplika li fix- xiri, l-aġenziji tal-Gvern iridu jieħdu inkonsiderazzjoni mhux biss il- prezz ekonomiku imma wkoll il-prezz ambjentali.", "Ix-xiri favur l-ambjent ifisser ukoll li tagħti eżempju u li tinfluwenza is-suq.", "Aktar kmieni din is-sena nħarġet sejħa pubblika sabiex tiġi nstallata sistema ta' enerġija li taħdem bir-riħ.", "Irrid ngħid b'sodisfazzjon kbir li disa' kumpaniji urew interess f'dan il-proġett.", "Għaldaqstant wara li ssir l-evalwazzjoni meħtieġa tal-offerti li daħlu, inkunu nistgħu ngħaddu sabiex nieħdu dawk id- deċiżjonijiet li jgħoddu għal pajjiżna.", "Tħawwil ta' Siġar", "Il-proġett li nieda l-Gvern biex għat-tħawwil ta' siġar, 34U, matul l-2006 kien wieħed suċċess.", "Il-mira ta' 10,000 siġra għal din is-sena nqabżet bil- kbir.", "Il-pubbliku rrisponda sew għal din il-kampanja tant li ġew mogħtija madwar 16,000 siġra minn individwi, ażjendi u għaqdiet li tħawlu jew qed jitħawlu fil-ħames siti magħżula mill-Gvern.", "Il-ħames siti huma: l- estensjoni ta' Kennedy Grove fis-Salini, l-inħawi tat-Torri l-Aħmar fil- Mellieħa, Xrobb l-Għaġin, Delimara u Ta' Qali.", "Agrikoltura u sajd", "Fis-settur agrikolu komplejna bl-istrutturar u investiment meħtieġ fis- setturi tal-biedja u l-ipproċessar ta' prodotti lokali b'investimenti minn fondi strutturali taħt il-miżura 3.1 u 3.2 flimkien ma' għajnuna minn fondi lokali skond ma ġie nnegozjat ma' l-Unjoni Ewropea taħt l-Ispecial Market Policy Programme for Maltese Agriculture.", "Sa' Ottubru, l-għajnuna matul din is-sena kienet tlaħħaq għal aktar minn Lm4.2 miljuni.", "Permezz ta' dan ir-ristrutturar u l-investiment rajna setturi bħal dak tat- tjur u l-produzzjoni tal-bajd jikkonsolidaw u jilqgħu aħjar għall- kompetizzjoni minn barra.", "Kien hemm titjib kontinwu wkoll fil-ħalib prodott mill-Malta Dairy Products u s-settur tal-produzzjoni tal-majjal baqa' preżenti sew fis-suq lokali u l-Koperattiva ta' min Irabbi l-Majjali (KIM) sabet suq ġdid għall-majjali fi Sqallija.", "Kien hemm żviluppi wkoll bil-ħidma ta' għaqdiet ta' produtturi partikolarment permezz ta' Gomriza (Malta) u Gozitano (Għawdex).", "Il-Gvern qed jgħin sabiex għaqdiet tal-produtturi jbiegħu direttament lill- konsumaturi Maltin u Għawdxin prodotti ta' kwalita' u qegħdin fil-fażi finali biex tingħata għajnuna wkoll lil għaqda oħra skond ir-regoli ta' l- Unjoni Ewropea.", "Fil-pitkalija tkompliet il-ħidma sabiex il-prodott jinbiegħ skond il-kwalita' u l-klassifikazzjoni informali ta' prodotti.", "Tkompliet ukoll il-ħidma ta' ċertifikazzjoni Eurepgap għall-esportazzjoni tal-patata, settur importanti għall-biedja lokali u rajna titjib fil-produzzjoni ta' tadam għall-ipproċessar, fejn wara diffikultajiet minħabba kompetizzjoni qawwija erġajna tlajna għal produzzjoni ta' madwar 10,500 tunnellata.", "Il-bdiewa u r-raħħala gawdew ukoll minn fondi taħt il-Pjan ta' l-Iżvilupp Rurali, Ad Hoc, Meeting Standards, Agri Environment, b'għajnuna li tlaħħaq l-Lm4 miljuni.", "Tlestiet il-ħidma biex ikun konkluż il-pjan ġdid għall- Iżvilupp Rurali (EAFRD) u l-Pjan Strateġiku għall-finanzjament ta' fondi mill-Unjoni Ewropea għas-snin 2007 sa l-2013.", "Fis-settur tas-sajd ukoll sar xogħol li qed iħalli l-frott.", "Is-sajjieda mistennija jibdew igawdu mill-proġett ta' hardstanding facilities, liema proġett se jsir b'investiment ta' €2 miljuni, li minnhom 75% huma fondi ta' l-Unjoni Ewropea.", "Komplew jiġu pproċessati l-għajnuniet finanzjarji għas- sajjieda b'total ta' Lm123,000, filwaqt li għajnuniet b'total ta' Lm54,000 mistennija jkunu approvati matul din is-sena.", "Qed naraw ukoll kif nistgħu nirrevedu l-ftehim mas-sajjieda fuq fuel bla dazju u din ir-reviżjoni titħabbar meta jitlesta l-eżerċizzju.", "Toroq", "Matul l-aħħar sena komplejna bil-programm kbir ta' titjib fit-toroq ta' pajjiżna.", "Saru madwar għoxrin kilometru ta' toroq arterjali ġodda bejn Ħal Far u l-Imġarr f'Malta.", "Bħalissa qegħdin isiru aktar toroq arterjali fosthom dawk ta' Ħal Luqa, San Pawl il-Baħar u f'Għawdex.", "Qiegħed isir titjib fl-aċċess għar-Rikażli fejn se jsir il-proġett ta' SmartCity@Malta.", "Saru wkoll erba' mitt triq lokali filwaqt li saru l-pjanijiet kollha meħtieġa sabiex isiru erba' mija u ħamsin triq residenzjali oħra.", "Fl-aħħar tliet snin l-investiment fit-toroq ta' Malta laħaq l-ogħla livelli li qatt ra pajjiżna.", "Mill-2004 sal-lum intefqu Lm19-il miljun mill-Bagit tagħna, Lm16-il miljun mill-Protokoll Taljan u Lm5.5 miljun mill-fondi tal- Unjoni Ewropea f'dan il-qasam.", "Ma' dawn għandha tiżdied ukoll in-nefqa fuq it-toroq t'Għawdex li toħroġ mill-Bagit tal-Ministeru għal Għawdex.", "Ir- ritmu nżamm, ukoll, matul din is-sena b'ħames proġetti oħra ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea taħt il-perjodu finanzjarju li jiġi fi tmiemu din is- sena.", "Dawn huma l-bypass ta' San Pawl il-Baħar, it-triq ta' Ħal Far, il- pont Manwel Dimech, u f'Għawdex, it-triq li mir-Rabat tagħti għal San Lawrenz kif ukoll it-triq ta' bejn l-Imġarr u Għajnsielem.", "Tisbiħ tal-Ambjent Urban", "Tkompla t-tisbiħ tal-ġonna pubbliċi u t-tħaddir tat-toroq tagħna.", "Tlesta t- tisbiħ tal-ġnien ta' Hastings, u tal-Ġnien Howard.", "Ir-roundabouts ta' pajjiżna tkomplew jissebħu.", "Saru aktar minn mitt proġett ta' restawr bħal dawk tal-akwadott u tal-Barrakka ta' Fuq.", "Fl-istess waqt sar tindif kbir tal-widien u twettqu xogħlijiet bżonnjużi sabiex nilqgħu għal kontra l- għargħar f'Ħal Qormi u s-Salina.", "Tabella 8: Il-Qasam Soċjali", "Il-Gvern iħares lejn il-qasam soċjali bħala element integrali għall- iżvilupp ekonomiku ta' pajjiżna.", "Mhux nefqa iżda investiment.", "Għalhekk żviluppajna Politika Soċjali li tħares lejn il-bżonnijiet ta' kulħadd iżda li fl-istess ħin kapaċi tiffoka fuq dawk li l-aktar jeħtieġu sapport.", "Dan qed nagħmluh bi programmi li jilħqu l-ħafna kif ukoll bi programmi ta' għajnuna li huma mibnija fuq ħtiġijiet speċjali anke meta dawn ikunu ta' ftit nies biss.", "Is-sena 2006 tibqa' mmarkata bħala sena oħra b'numru ta' żviluppi importanti fil-qasam soċjali:", "Ippublikajna u bdejna niddiskutu fil-Parliament ir-riforma tal- pensjonijiet, riforma ta' importanza kbira għall-ġenerazzjonijiet ta' ghada.", "Ġiet fis-seħħ il-Liġi Dwar il-Vjolenza Domestika filwaqt li għaddejja diskuzzjoni fil-Parliament għall-emendi fil-kodiċi tal-pulizija biex tħares lit-tfal mill-perikli ta' l-alkohol.", "Twaqqaf direttorat biex jaħdem kontra l-abbużi tal-benefiċċji soċjali, bħal min jirreġistra u jaħdem.", "Din is-sena, sal-aħħar t'Awissu, irnexxielna niffrankaw lill-pajjiż aktar minn tliet kwarti ta' miljun f'abbużi – medja ta' Lm3,000 kuljum – li ser imorru għal min verament jeħtieghom.", "B'hekk, il-Lm228 miljun li ser ikun nefaq il-Gvern fuq dan is-settur ikunu dejjem aktar indirizzati lejn min ħaqqu.", "L-Aġenzija Appoġġ, l-Aġenzija Sedqa, u l-Aġenzija Sapport, taħt il- Fondazzjoni għas-Servizzi ta' Ħarsien Soċjali, taw numru rekord ta' servizzi lil numru record ta' nies, b'akbar Baġit li qatt kellhom għad- disposizzjoni tagħhom.", "Dawn is-servizzi llum saru parti mill- infrastruttura ta' sapport għall-familji Maltin.", "Komplejna nsaħħu s-settur tal-volontarjat b'aktar minn miljun lira f'għajnuna diretta jew kontratwali.", "Tlestew wkoll il-konsultazzjojijiet kollha dwar l-abbozz ta' liġi biex jissapportja l-volontarjat.", "Ħamsa u erbgħin ċentru għall-ħarsien tat-tfal (childcare centres) ibbenefikaw f'għajnuna finanzjarja u teknika biex jogħllu l-livell ta' servizz li jagħtu skond l-istandards pubblikati mill-Gvern din is-sena.", "Il-qasam soċjali qed jiffaċċja l-isfida ta' l-immigranti illegali li jingħataw status ta' refuġjati u allura jkunu ser jibqgħu f'Malta għal żmien twil.", "Minbarra l-impatt finanzjarju, hemm xogħol kbir għaddej biex igħin lil dawn ir-refuġjati jerġgħu jibdew jibnu ħajjithom mill-ġdid, jew f'Malta jew inkella barra minn xtutna, b'attenzjoni speċjali fuq it-tfal.", "L-Awtorità tad-Djar ħarġet 260 propjetà taħt l-iskema ta' Shared Ownership li biha familji b'mezzi limitati xorta jistgħu jsiru sid ta' darhom.", "Entitajiet fil-qasam soċjali bbenifikaw minn fondi tal-Unjoni Ewropea li jammontaw għal madwar 3 miljun Ewro.", "Dawn il-fondi ġew primarjament mill- Fond Soċjali Ewropew u l-Programm Equal.", "Is-suċċess tal-Politika Soċjali li qed inħaddmu tinħass meta permezz ta' diversi miżuri u servizzi u l-kordinament bejniethom dawn jirnexxilhom jagħmlu differenza sostanzjali fil-ħajja tan-nies.", "Bħal meta l-Awtorità tad-Djar, l-Aġenzija Sapport, u l-għajnuna finanzjarja jgħinu persuni b'diżabilità biex jilħqu l-aspirazzjonjiet tagħhom, jifformaw familja, u jsiru sid ta' darhom.", "B'unur ngħid li l-passi li ħadna f'dawn is-snin qed iwasslu għal kwalità ta' ħajja aħjar fil-ħajja ta' diversi nies.", "Tabella 9: Għawdex", "Għawdex gawda mill- u kkontribwixxa fl-iżvilupp kollu li seħħ fil-pajjiż.", "Iżda dan il-Gvern jagħraf li Għawdex għandu ċ-ċirkostanzi partikolari tiegħu u għalhekk, kif dejjem għamel, tah l-attenzjoni speċjali tiegħu.", "Ħadna ħsieb ta' l-infrastruttura fiżika ta' Għawdex b'mod partikolari t- toroq.", "Matul din is-sena l-Gvern kompla jinvesti wkoll fil-ħaddiema Għawdxin li huma r-riżors primarju għall-qasam tax-xogħol f'Għawdex.", "Fil- qasam ta' l-edukazzjoni, matul din is-sena komplejna bil-programm ta' mmodernizzar ta' l-iskejjel primarji u sekondarji f'Għawdex, bil- konċentrazzjoni ta' l-investiment imur fuq l-iskola primarja Rosa Magro fix- Xewkija.", "Fil-qasam ta' l-ambjent rajna l-bidu tax-xogħol infrastrutturali fuq il-bini ta' l-Impjant għat-Trattament tad-Dranaġġ sabiex naslu biex l- iskart solidu u l-iskart likwidu ġġenerat f'Għawdex ikun qiegħed jiġi trattat b'mod sostenibbli u li verament jirrispetta l-ambjent naturali ta' pajjiżna.", "Saħħaħna l-Gozo Channel biex din tkun kumpanija soda li tista' taqdi wkoll l-obbligi tagħha għas-servizz ta' l-Għawdxin u l-Maltin.", "Tabella 10: Unjoni Ewropea Tliet snin ilu ddeċidejna li nidħlu fl-Unjoni Ewropea.", "Sentejn wara nistgħu ngħidu li s-sħubija ssarfet f'ħafna ġid għall-poplu tagħna.", "Dan il- ġid ma waqax mis-sema bħal manna.", "Kellna nitħabtu u nistinkaw biex inġibu flus għall-poplu tagħna li, ras għal ras, qed jieħu aktar milli jieħdu popli oħra.", "It-twettiq ta' proġetti permezz tal-Fondi Strutturali u dawk ta' Koeżjoni hija esperjenza ġdida għalina.", "Is-sena li għaddiet kienet waħda mimlija xogħol minħabba l-fatt li ħafna mill-proġetti nbdew filwaqt li xi wħud tlestew.", "Kienet esperjenza li tgħallimna minna lkoll.", "Fl- istess ħin irnexxielna nibnu l-kapaċità amministrattiva tal-pajjiż – kemm fis-settur pubbliku kif ukoll f'dak privat – sabiex inkunu nistgħu nużaw dawn il-fondi aħjar u bl-aktar mod tajjeb.", "Matul l-aħħar sentejn sar progress f'diversi oqsma ta' l-ekonomija permezz ta' dawn il-proġetti ffinanzjati mill-Fondi Strutturali u ta' Koeżjoni.", "Fost dawn insibu: Investiment sostanzjali ta' aktar minn Lm7 miljun fil-ħiliet tal-Maltin u l- Għawdxin sabiex ngħollu l-livelli ta' taħriġ u edukazzjoni tar-riżors primarju ta' pajjiżna;", "Skemi ta' għajnuna għall-intrapriżi, il-bdiewa u s-sajjieda.", "Aktar minn erba' mitt intrapriża qed igawdu minn dawn l-iskemi;", "Investiment fl-infrastruttura fiżika fl-oqsma ta' l-industrija u t-turiżmu;", "Investiment kapitali, taħriġ kif ukoll kampanji ta' tagħrif ta' mhux inqas minn Lm20 miljun favur l-ambjent, speċjalment fil-qasam ta' l-immaniġġjar ta' l-iskart u l-ilma;", "Investiment ta' aktar minn Lm12 miljun fil-qasam tat-trasport li diġà bdejna naraw ir-riżultati tiegħu;", "Proġetti speċifiċi għal Għawdex fl-oqsma tat-trasport, turiżmu, u żvilupp tar-riżorsi umani.", "Għall-kuntrarju ta' dak kollu li kien jingħad qabel is-sħubija, illum jiena kburi ngħid li Malta kienet waħda mill-ewwel pajjiżi membri ġodda li kkommettiet il-Fondi Strutturali kollha tal-perjodu 2004 sal-2006 fi proġetti u huwa l-uniku pajjiż li kkommetta l-flus kollha tal-Fond ta' Koeżjoni.", "Mhux dan biss iżda pajjiżna hu wkoll wieħed mill-ftit pajjiżi membri ġodda li laħaq nefaq il-flus kollha għall-2006 – u dan sitt xhur qabel iż-żmien stipulat ta' Diċembru 2006.", "Grazzi għall-perseveranza, l- ħila u l-għaqal ta' kulħadd illum nista' ngħid li tmienja u sebgħin proġett b'valur ta' madwar Lm50 miljun qed jitwettqu sabiex intejbu l-livell ta' l- għixien tal-poplu Malti u Għawdxi.", "Barra minn dawn il-Programmi Nazzjonali nixtieq insemmi wkoll li Malta qed tibbenefika minn numru ta' Programmi oħra li wkoll jaqgħu taħt il-kappa tal- Fondi Strutturali.", "Dawn huma l-Programmi Equal u Interreg.", "Il-Programm Equal jindirizza l-ugwaljanza u l-inklużjoni soċjali waqt li l-Programmi Interreg huma programmi ta' koperazzjoni reġjonali bejn diversi reġjuni ta' l-Unjoni Ewropea li għandhom interessi u sfidi komuni.", "Malta qed tipparteċipa f'erba' Programmi ta' l-Interreg b'aktar minn ħamsin proġett approvat u oħrajn li mistennija jiġu approvati fil-jiem li ġejjin.", "Hawnhekk irrid ngħid li kienu ħafna mill-Kunsilli Lokali li applikaw għal proġetti taħt dawn il-Programmi.", "Mr Speaker, f'dan is-sens nibqa' ntenni dak li għedt mill-ewwel ġurnata li sirt Prim Ministru.", "Nixtieq li l-poplu Malti jiġġudikana fuq dak li nagħmlu u mhux fuq dak li ngħidu.", "Għal dan ix-xogħol kollu li sar nixtieq nirringrazzja mill-qalb lill-sħabi l-ministri u l-grupp parlamentari.", "Nirringrazzja lill-ħaddiema kollha, f'kull livell, fil-ministeri, fid- dipartimenti tal-gvern u fil-korporazzjonijiet pubbliċi.", "Grazzi lill- ħaddiema u l-managers fis-settur privat.", "Grazzi lis-sidien u lill- investituri.", "Grazzi lil dawk li jaħdmu għal rashom.", "Ħajr minn qalbi lill- membri kollha tal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali.", "Grazzi lilkom kollha talli b'ħilitkom, tul din is-sena, għelibna ħafna xkiel u wettaqna ħafna xogħol.", "Flimkien għamilna ħafna, iżda nistgħu nagħmlu aktar.", "Irridu nagħmlu iżjed.", "Qatt ma għandna nieqfu mill-ħidma tagħna.", "Irridu wkoll nagħmlu iżjed u aħjar.", "F'kollox, f'kull settur, irridu nilħqu l-aħjar li nistgħu nilħqu.", "Bħala soċjetà, bħala pajjiż, bir-riżorsi li għandna bħalissa.", "Għalhekk, issa se npoġġi quddiemkom il-pjan tal-gvern għas-sena d-dieħla.", "Dan il- pjan jiġbor fih ħafna milli għedtulna intom.", "Irridu li flimkien inkomplu nsaħħu s-sisien għall-ġejjieni fis-sod għalina u għal uliedna.", "Flimkien Nibnu Ġejjieni fis-Sod għal Uliedna", "Mr Speaker, nibda issa biex nagħti ħarsa lejn il-programm ta' ħidma li l- gvern tiegħi huwa impenjat li jwettaq għas-sena id-dieħla.", "Qagħda finanzjarja ta' pajjiżna għall-2007", "Mr Speaker, qed nippreżenta baġit li jixhed li pajjiżna wasal għal finanzi fis-sod u sostenibbli.", "Wasalna għad-deficit ta' taħt it-3% ta' dak li jipproduċi il-pajjiż.", "Fl-2007 il-finanzi tal-pajjiż għandhom jispiċċaw b'deficit ta' 2.5%.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Qed nippreżenta aktar dettalji dwar id-dħul u l-infiq tal-gvern u tad-dejn pubbliku għas-sena li ġejja fit-tabelli numru 11 sa 13.", "Il-gvern qed jipproġetta deficit ta' inqas minn 1% fl-2009.", "[pic]", "[pic]", "Tabella 13: Dħul u Nfieq proġettat tal-Gvern għall-2007", "Il-Gvern qed jipproġetta dħul akbar ta' madwar Lm27 miljun fuq is-sena li għaddiet.", "Mill-income tax, minħabba ir-riforma fil-bands tat-taxxa li id-dettalji tagħhom ser inħabbar aktar tard, il-Gvern jistma li ż-żieda fid-dħul tkun ta' madwar Lm7 miljun.", "F'dak li hu dħul mill-bolla, anke minħabba li l- 2007 għandha ġimgħa aktar minn din is-sena u previżjoni ta' żieda fid-dħul u l-impjiegi minħabba ir-ritmu pożittiv li issa l-ekonomija qabdet, il- Gvern ser idaħħal Lm12-il miljun aktar minn din is-sena.", "Iż-żieda fid-dazji hi riżultat tal-konverżjoni li għamilna aktar kmieni din is-sena tal-profitti ta' l-Enemalta mit-Taqsima tal-Fuels għal dazji, biex b'hekk il-Gvern ikun jista' jerġa jgħaddihomlha lura bħala sosten tal- ġenerazzjoni eletrika tal-Korporazzjoni u b'hekk jitneħħa il-cross subsidisation bejn diviżżjonijiet u jkun jista' jitkompla il-proċess ta' liberalizzazzjoni tas-settur tal-Fuels mingħajr impatt negattiv fuq il- kontijiet tad-dawl.", "Għalkemm mingħajr effett finanzjarju, l-aġġustamenti li bdew fl-2005 biex gradwalment naslu għal minimu fis-sisa stabilit mil- Unjoni Ewropea fuq prodotti ta' l-enerġija, ser ikomplu is-sena id-dieħla.", "Mil-VAT il-Gvern qed jiprevedi żieda ta' Lm6 miljun, konformi mat-tkabbir fid-dħul li kellna f'dawn l-aħħar snin mill-attività ekonomika u li nistennew li tkompli ukoll fl-2007.", "Kif indikajna fid-dokument ta' qabel il-Baġit, il-Gvern qiegħed ukoll fil- proċess li jirregola is-settur tal-magni tal-logħob li hawn fis-suq.", "Fid- dokument elenkajna diversi miżuri biex nassiguraw li dawn il-magni joperaw f'qafas regolatorju ħafna iktar kontrollat, tidaħħal sistema ċentralizzata ta' sorveljanza biex nassiguraw ruħna li persuni taħt l-età ma jingħatawx aċċess u jinġabar il-kontribut dovut.", "In-nefqa rikorrent tal-Gvern din mistennija ser titla biss Lm6.6 miljun.", "Waqt li l-pensjonijiet u s-servizzi soċjali ser jiżdiedu b' Lm12.1 miljun, żieda ta' Lm4 miljun fuq is-Saħħa kif ukoll żieda ta' Lm8.3 miljun lil Enemalta, il-Gvern qed ikompli bil-proċess ta' tnaqqis fl-ispiżi tiegħu billi ikopri dawn iż-żidiet b'tnaqqis f'dik li hi spiża rikurrenti ta' amministrazzjoni ta' madwar Lm17.8 miljun.", "F'dak li hu nvestiment kapitali, in-nefqa għall-2007 ser tkun Lm17-il miljun aktar minn din is-sena.", "Waqt li in-nefqa fil-Mater Dei Lm8 miljun anqas mis-sena li għaddiet, jew il- proġetti marbuta mal-Protocol Taljan ser ikunu konklużi sa l-aħħar ta' din is-sena, ser ikun hemm investiment akbar f'dak li hu l-Edukazzjoni ta' Lm10 miljun, it-Turiżmu Lm3 miljun, Għawdex Lm2 miljun, Saħħa Lm4 miljun , Ambjent Lm6 miljun, u Toroq Lm5 miljun.", "Edukazzjoni u Taħriġ", "Mr Speaker, il-gvern tiegħi, u kull gvern immexxi mill-partit tiegħi, dejjem emmen li ċ-ċavetta ta' ġejjieni fis-sod hija l-edukazzjoni.", "L- investiment fl-edukazzjoni huwa l-garanzija li uliedna jkollhom l- opportunitajiet miftuħa quddiemhom.", "L-edukazzjoni hija l-bieb tas-suċċess għalihom u għal pajjiżna.", "Irrid nieħu l-okkażjoni biex nirringrazzja lil kulmin ta u qed jagħti sehmu f'dan il-qasam.", "B'mod partikolari rrid pubblikament nirringrazzja lill- edukaturi u lill-għalliema kollha.", "B'dedikazzjoni kbira intom qegħdin tgħinu lil uliedna joħorġu l-aqwa tagħhom.", "Intom bennejja ewlenin ta' pajjiżna.", "Grazzi.", "Ħalli ngħidha mill-ewwel.", "Fil-qasam ta' l-edukazzjoni u taħriġ qed nistmaw li matul is-sena d-dieħla se ninvestu s-somma globali ta' aktar minn Lm121 miljun.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Dan ifisser li se niddedikaw Lm12 miljun aktar mis-sena l-oħra.", "Dan huwa l-ogħla ammont li qatt ġie vvotat għall- edukazzjoni f'pajjiżna.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Mr Speaker, xi jfisser dan?", "Ifisser li ras għal ras, se ninvestu Lm1,332 f'nefqa rikorrenti fuq kull tifel u tifla, ġuvni u tfajla, raġel u mara li qegħdin fis-sistemi edukattivi tagħna.", "Hawn mhux qed ninkludi n-nefqa kapitali.", "Edukazzjoni Obbligatorja", "Matul is-sena li ġejja se nkomplu l-proġett tagħna li nibnu u nimmodernizzaw l-iskejjel ta' l-Istat.", "Qed nippjanaw li nlestu l-bini ta' żewġ skejjel sekondarji ġodda, waħda f'Ħal Qormi u oħra f'Bormla.", "Se nibdew nibnu skejjel ġodda fil-Mosta, f'Pembroke, u f'Għawdex.", "Se nkomplu l-immodernizzar sħiħ tal-junior lyceum tas-subien fil-Ħamrun.", "Se jsiru diversi xogħlijiet ta' manutenzjoni u immodernizzar f'diversi skejjel f'Malta u Għawdex.", "Hu stmat li fl-2007 il-gvern se jinvesti Lm5 miljun fuq dawn il-proġetti taħt l-iskema ta' arranġamenti finanzjarji li għandha l- Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada.", "Il-bini waħdu mhux biżżejjed.", "Id-diskussjonijiet li l-Ministeru ta' l- Edukazzjoni qiegħed ikollu ma' l-union ta' l-għalliema issa jinsabu fil- fażi finali tagħhom.", "Nieħu gost nirrapporta lill-Kamra l-ispirtu kostruttiv u kollaborattiv bejn iż-żewġ naħat.", "Fiduċjużi li se jkollna ftehim li jsaħħaħ ir-riforma estensiva li qed titwettaq fil-qasam ta' l- edukazzjoni obbligatorja.", "Ma rridu xejn inqas mill-aqwa edukazzjoni għal uliedna.", "Irridu li l-iskejjel ta' l-Istat ikollhom laboratorji mill-aktar moderni tax-xjenzi tal-fiżika, kimika, bioloġija u teknoloġija, u laboratorji tal-lingwi.", "Hawn se ninvestu 'l fuq minn Lm1.5 miljun.", "Se naslu sabiex ikollna 103 laboratorji mill-aqwa, skond normi ta' l-Unjoni Ewropea, fl-iskejjel tal-Istat.", "Aħna nqisu lill-iskejjel tal-Knisja u l- iskejjel privati bħala sieħba ewlenin tagħna fl-edukazzjoni ta' uliedna.", "Dan it-twemmin tagħna jissarraf f'żewġ programmi importanti.", "L-ewwel, dan il-baġit qed jipproponi nefqa ta' Lm12.75 miljun għall-iskejjel tal-Knisja.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Din hija żieda ta' Lm1 miljun fuq il-vot allokat is-sena li għaddiet.", "Din tfisser medja ta' Lm755 kull tifel u tifla.", "It-tieni, nagħrfu l-ispejjeż li jidħlu għalihom il-ġenituri li jagħżlu li jibagħtu lill-uliedhom fl-iskejjel privati.", "Fl-2003 introduċejna tnaqqis mill-ammont taxxabbli biex jagħmel tajjeb għall-parti mill-miżati mħallsa.", "Dakinhar konna stabbilejna massimu ta' Lm200 bħala spejjeż deduċibbli għal studenti f'livell primarju u Lm300 fuq livell sekondarju.", "Bi pjaċir inħabbar Ii b'effett mill-1 ta' Jannar li ġej, il-gvern se jirdoppja dawn l- ammonti għal Lm400 fuq livell primarju u Lm600 fuq livell sekondarju għal kull student.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla", "Irridu nkomplu nsaħħu wkoll il-qasam ta' l-edukazzjoni avvanzata u ogħla.", "Il-gvern se jagħmel l-akbar użu mill-fondi ta' l-Unjoni Ewropea biex ikompli jsaħħaħ l-università u l-MCAST, żewġ pilastri ta' l-edukazzjoni f'pajjiżna.", "Is-sena d-dieħla se nibdew programm ta' bini, infrastruttura u xiri ta' apparat mifrux fuq numru ta' snin.", "Qed nipprogrammaw li fl-2007, se nonfqu Lm4.3 miljun u Lm4.5 miljun rispettivament f'dawn iż-żewġ istituzzjonijiet.", "B'hekk ikollna l-ispazju li għandna bżonn sabiex ikompli jiżdied l-għadd ta' studenti li jkomplu l-edukazzjoni u t-taħriġ tagħhom.", "Fl-istess ħin ikollhom il-faċilitajiet u s-servizzi meħtieġa biex jirċievu edukazzjoni u taħriġ ta' kwalità.", "L-ispiża rikorrenti tas-sena li ġejja għall-istituzzjoni ta' edukazzjoni avvanzata u ogħla hu stmat li tilħaq is-somma ta' Lm19.3 miljun.", "Il-gvern qed iżid l-għotja rikorrenti ta' l-università b'Lm700,000 għal Lm11.3 miljun.", "Tajjeb infakkar li ma' dawn, il-gvern qed jinvesti kważi Lm9 miljun f'appoġġ dirett lill-istudenti bħala stipendji.", "Qed nerġgħu wkoll nivvotaw is-somma ta' Lm200,000 għal numru ieħor ta' scholarships fil-livell ta' Master u Dottorat taħt il-Malta Government Scholarship Scheme li nidejna b'suċċess din is-sena.", "Fid-diskussjonijiet ta' qabel il-baġit, il-gvern iltaqa' ma' diversi studenti li qed isegwu kors post-sekondarju jew kors universitarju fuq bażi full-time fis-settur privat.", "Il-gvern iddeċieda li b'seħħ mis-sena skolastika li tibda fl-2007, dawk l-istudenti li jkomplu l- istudji tagħhom fuq bażi full-time f'istituzzjoni ta' edukazzjoni avvanzata u ogħla jibbenefikaw minn għotjiet ta' manteniment skond rakkmandazzjoni tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni Għolja.", "Nemmnu li s-settur privat liċenzjat huwa ta' benefiċċju għal pajjiżna.", "Dan għandu rwol importanti biex Malta tiżviluppa ċentru reġjonali ta' servizzi edukattivi u ta' taħriġ.", "Nemmnu li qatt m'għandna nieqfu nitgħallmu u nitħarrġu.", "Se nużaw il-fondi ta' l-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari madwar Lm3.5 miljun mill-fond soċjali Ewropew għal dan il-għan.", "Dawn jinkludu korsijiet ta' tagħlim u taħriġ għal faxex kollha tas-soċjetà.", "Fil-qasam ta' l-isport il-gvern qed jivvota s-somma globali ta' Lm1.1 miljun.", "Il-vot kapitali ta' Lm200,000 se jkopri t-tkomplija tal-kumpless sportiv f'Ħal Kirkop.", "F'dan il-kontest tajjeb ngħid li barra dan l-investiment il-gvern qed jinvesti f'faċilitajiet sportivi.", "Għalkemm dawn qed isiru fi skejjel tal-gvern, huma maħsuba li jintużaw ukoll wara l-ħin ta' l-iskola mill-għaqdiet sportivi u dawk interessati fl-isport.", "B'dan il-mod se jkollna numru ta' grawnds moderni, b'terf artifiċjali u mixgħula bil-lejl mifruxa f'Malta u Għawdex.", "Dan ifisser li minbarra f'Ħal Kirkop, fit-tliet snin li ġejjin se jkollna grawnds ta' dan il-livell f'Ħal Qormi, Bormla, Ħal-Luqa, Mosta, n- Naxxar u Għawdex.", "Mr Speaker, għan wieħed għandna.", "Li l-poplu tagħna jkun wieħed mill-aktar popli edukati u mħarrġa fid-dinja.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "Inkomplu Nkabbru l-Ekonomija u Noħolqu x-Xogħol", "Irrid issa nitkellem ftit fuq kif se nkomplu nkabbru l-ekonomija u niżguraw il-ħolqien tax-xogħol.", "L-Ewro", "Is-sena d-dieħla se tkun is-sena li tħejji lil pajjiżna għall-pass ieħor importanti fl-iżvilupp soċjo-ekonomiku tagħna.", "Fl-isfond tal-progress ekonomiku li qed jagħmel pajjiżna, l-1 ta' Jannar 2008 qed tidher data dejjem aktar probabbli għad-dħul ta' l-ewro f'pajjiżna.", "Is-sħubija fil- munita ewro, it-tieni l-aktar munita b'saħħitha fid-dinja, għandha tagħti stabilità akbar lill-ekonomija tagħna.", "Dakinhar pajjiżna ikun aktar attraenti għal min irid jiġi jinvesti u joħloq ix-xogħol.", "L-ewro ta lill-Ewropa stabbilità mhux biss billi eliminat ir-riskji fir- rati tal-kambju bejn il-pajjiżi parteċipanti imma ħolqot ambjent ta' rati ta' interessi baxxi fit-tul.", "Iffavoriet l-istabbiltà fil-prezzijiet.", "Għad għandna min jgħid li pajjiżna għandu jieħu aktar żmien qabel idaħħal l- ewro, mingħajr ma qiegħed jagħti raġuni ekonomika tajba.", "Jgħid li pajjiżna l-ewwel għandu jiffoka fuq it-tkabbir ekonomiku.", "Min jgħid hekk donnu qed jinsa li l-ewro huwa għodda importanti sabiex inwasslu għat-tkabbir ekonomiku.", "Hemm riskji jekk pajjiżna jtawwal bla bżonn.", "Il-pajjiżi li ma bdewx dan il- proċess qed jiġu meqjusa li għad għandhom problemi ekonomiċi kbar.", "Nistgħu niġu meqjusa bħala li m'aħniex kommessi lejn politika ekonomika serja u li aħna 'l bogħod mill-miri li huma stabbiliti.", "Bil-maqlub, b'sodisfazzjon ngħid li llum kulħadd qed jgħid li aħna on track.", "Investiment barrani", "L-ekonomija tagħna kompliet tiżviluppa u tikber filwaqt li għamilna tajjeb għal strutturi ekonomiċi qodma li ma kenux għadhom jgħoddu għal Malta.", "Il- miżuri li ħadna taw il-frott.", "Ir-rekord kbir ta' investiment li semmejt jixhed dan.", "Matul d-disa' xhur li għaddew, il-Malta Enterprise approvat 71 proġett ġdid li matul it-tliet snin li ġejjin se joħolqu 3,600 impjieg ġdid u jiġġeneraw Lm44 miljun f'investiment f'setturi li jgawdu mill-inċentivi li noffru.", "Iżda l-ekonomija hija ferm akbar minn hekk.", "Biex inkomplu nsostnu u nistimulaw l-investiment ġdid lejn pajjiżna, flimkien mal-Lm2.3 miljun li qed jiġu allokati lill-Malta Enterprise sabiex jinħolqu skemi ta' assistenza lill-industrija, il-gvern se jpoġġi Lm1 miljun ieħor mill-fondi tal-Unjoni Ewropea għal dan il-għan u 25% minnhom se jkunu dedikati esklużivament għal Għawdex.", "Wasal iż-żmien li noħorġu mill-istruttura preżenti ta' l-inċentivi fl-Att dwar il-Promozzjoni ta' l-Industrija.", "Jeħtieġ naddottaw qafas legali ġdid.", "Se nressqu dan it-tibdil fl- istrutturi legali tagħna.", "Waqt li qed nitkellem dwar l-investiment barrani rrid nirriferi għall-akbar investiment barrani li qatt kellna f'pajjiżna, il-proġett ta' SmartCity fir-Rikażli.", "Sitt snin ilu iddikjarajna l- aspirazzjoni tagħna li nagħmlu lil Malta bħala l-kapitali tal-Mediterran fil-qasam tat-teknoloġiji ta' l-informazzjoni.", "Dak inhar, kien hawn min qalilna li qed noħolmu.", "Ippropona minflok futur mgħarraq fil-passat fejn Malta tiżola ruħha mill-bqija tad-dinja biex tipproteġi manifattura tradizzjonali bħat-tessuti u l-ġild.", "Kienu dawn l-istess nies li opponew id-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea.", "SmartCity waħedha tfisser aktar minn Lm100 miljun investiment.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Eluf ta' Maltin se jaqilgħu ħobżhom minn dan l-investiment.", "Ilkoll kemm aħna għandna nħossuna kburin b'dan l-akkwist li se jkun għamel pajjiżna.", "L-Istrateġija tal-gvern għall-industrija", "Bħalma diġà għedt, illum qegħdin nippubblikaw l-istrateġija tal-gvern għall- industrija f'Malta.", "Din l-istrateġija tfasslet wara diversi laqgħat ta' konsultazzjoni li saru mal-partijiet konċernati, b'mod partikolari mal- Federazzjoni tal-Industrija.", "Żgur li din l-istrateġija se tkun strumentali biex tkompli tikber l-ekonomija u jiżdied ix-xogħol.", "Teknoloġija ta' l-Informazzjoni", "SmartCity ma ġietx b'kumbinazzjoni.", "L-investituri li pperswadejna jiġu hawn kellhom ħafna għażliet oħrajn fejn jagħmlu l-espansjoni Ewropea tagħhom.", "Din is-sena l-Unjoni Ewropea rrikonoxxiet is-servizz pubbliku mogħti on-line mill-gvern Malti bħala t-tieni l-aqwa fl-Ewropa kollha.", "Il- forum ekonomiku dinji rrapporta li l-gvern Malti hu t-12-il gvern fid-dinja li l-aktar juża t-teknoloġija biex itejjeb il-livell ta' servizz li jagħti.", "Dan jagħmilna kompetittivi u jtejjeb il-kwalità ta' ħajjet il-Maltin.", "Il-gvern elettroniku Malti wasal biex jagħti pass ieħor importanti.", "Matul is-sena d-dieħla se jinbena portal uniku, b'investiment ta' Lm400,000.", "Minnu s-servizzi pubbliċi elettroniċi kollha jkunu offruti ċentralment u se jkun l-ogħla livell ta' servizz pubbliku uniku pprovdut minn xi gvern.", "Qegħdin fl-aħħar tat-tliet snin ta' l-Istrateġija Nazzjonali dwar it- Teknoloġiji ta' l-Informazzjoni u l-Kommunikazzjoni li ppubblikajna fil- bidu ta' l-2003.", "Min kien xettiku dak iż-żmien illum għandu risposta.", "Illum f'pajjiżna għandna soċjetà u ekonomija ta' l-informazzjoni fost l- aktar avvanzati fid-dinja.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "Matul it-tliet snin li ġejjin se naħdmu fuq Strateġija Nazzjonali dwar it- Teknoloġiji aktar ambizzjuża.", "Konvint li tliet snin oħra, se jerġa' jkolli l-istess sodisfazzjon li nistqarr li pajjiżna huwa fost l-aktar pajjiżi sofistikati teknoloġikament fid-dinja.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "Riċerka u Innovazzjoni", "Jekk irridu li pajjiżna jkun fuq quddiem fost il-pajjiżi l-aktar kompettitivi u li jiġbed l-aqwa investiment, irridu nseddqu l-impenn tagħna fir-riċerka u l-innovazzjoni.", "Kif ħabbarna fl-Istrateġija Nazzjonali għar- Riċerka u Innovazzjoni li ppubblikajna flimkien mad-dokument ta' qabel il- baġit, il-gvern qed iżid in-nefqa pubblika fir-riċerka u innovazzjoni.", "Din l-istrateġija pproponiet Lm1.25 miljun għall-Programm Nazzjonali għar- Riċerka u Innovazzjoni.", "Bi pjaċir inħabbar li fil-fatt l-allokazzjoni se tkun aktar minn Lm250,000 aktar minn dan, jiġifieri total ta' kważi Lm1.5 miljun.", "Hawnhekk irrid ngħid li l-gvern għaqqad flimkien riżorsi mill- Kunsill Malti għax-Xjenza u Teknoloġija, il-Malta Enterprise, l-università u s-settur privat.", "Dan it-tim waqqaf il-EuroMedITI, identifika u beda numru ta' proġetti f'setturi teknoloġiċi magħżula.", "Turiżmu", "L-importanza tat-turiżmu għal pajjiżna diġà ġiet enfasizzata f'dan id- diskors.", "Pajjiżna' jista jibqa jiġbed it-turisti jekk inkunu kompetittivi, jekk inkomplu ninvestu fil-prodott tagħna, jekk noffru esperjenza unika lil min iżurna, u jekk nifhmu li kulħadd għandu sehem x'jagħti.", "Il-gvern mhux se joqgħod lura milli jinvesti kull fejn hemm bżonn biex naraw lil dan is-settur jikber u jtejjeb il-kwalità tat-turist.", "Għas-sena d-dieħla se nkunu qed niddedikaw xejn inqas minn Lm15 miljun favur dan is- settur importanti għall-ekonomija tagħna.", "Din is-somma tirrappreżenta żieda ta' kważi 40% fuq il-vot approvat għal din is-sena.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Għas-sena d-dieħla l-gvern se jerġa' jalloka Lm8 miljun direttament lill-Awtorità tat-Turiżmu.", "Barra minn din is-somma, se nallokaw Lm7.3 miljun oħra favur titjib fil-prodott turistiku.", "Dan jinkludi t-tkomplija tal-proġett tat-tempji ta' l-Imnajdra u Ħaġar Qim, l-iżvilupp ta' bajjiet ġodda u l-immaniġġjar aħjar ta' bajjiet eżisteni, skemi direttament favur l- industrija tat-turiżmu u t-tkomplija ta' l-eżerċizzju ta' branding li jfisser ukoll aktar flus favur marketing addizzjonali għal pajjiżna.", "In-nefqa tal-gvern fuq il-prodott turistiku waħdu, inkluż dak li se nagħmlu fuq l-aspett storiku ta' dak l-istess prodott se tkun ta' Lm5 miljun.", "Ma' dan irrid inżid il-valur ta' l-investimenti kollha li qegħdin nagħmlu taħt ministeri differenti biex inwettqu proġetti u programmi li huma intiżi biex intejbu b'mod drastiku l-prodott turistiku tagħna li jinkludi, l-ambjent in ġenerali, l-indafa fit-toroq u fil-kampanja tagħna, baħar nadif, arja nadifa, toroq imsebbħa bil-fjuri u siġar, toroq ġodda u ta' kwalità u rħula u pjazez li jkunu ġew riabilitati.", "Inżid ukoll il-valur tal-proġetti li se nkunu qegħdin niffinanzjaw mill- fond konsolidat u mill-fondi ta' l-Unjoni Ewropea biex nirrestawraw il-wirt storiku tagħna kull fejn hemm bżonn.", "Dan jgħodd għal bini storiku kollu li pajjiżna huwa mogħni bih, inkluż il-fortifikazzjonijiet uniċi li għandna kemm f'Malta u kemm f'Għawdex.", "Dan kollu qed isir għaliex konvinti li għandna prodott uniku li jista' jirbaħ il-kompetizzjoni qalila li qegħdin niffaċċjaw.", "Nafu li għandna ħafna x'noffru; taħlita ta' wirt storiku u kultura sinjura, baħar u kosta naturali, u irħula u pajsaġġ ikkulurit.", "Barra minn dan Għawdex joħolqilna opportunitajiet oħra għat-turiżmu għaliex hu jirrappreżenta valur miżjud għall-gżira ta' Malta.", "Għalhekk irridu nippromwovu lil Għawdex għal dak li hu – destinazzjoni b'karatteristiċi uniċi.", "L-Air Malta tibqa' kumpanija strateġikament vitali għal pajjiżna għaliex is- servizz li hi tagħti jirrispondi għal prijoritajiet u bżonnijiet nazzjonali inkluż dawk industrijali.", "Madankollu r-realtajiet tal-lum jirrikjedu li nespandu l-mezzi li jeżistu biex inġibu t-turisti lejn pajjiżna.", "Kien għalhekk li aktar kmieni matul din is-sena ħadna l-ewwel pass u nidejna skemi li permezz tagħhom ġbidna lejn pajjiżna linja ta' l-ajru low cost apparti dawk li kienu diġà joperaw.", "Hawnhekk tajjeb infakkar li dawn l- iskemi se jiswew lill-gvern aktar minn Lm1 miljun.", "Dan qed ngħidu biex kulħadd jifhem li l-prezz ta' biljett low cost hu irhis għaliex ilkoll kemm aħna qed inħallsu biċċa minnu.", "Madankollu l-gvern hu konvint li din hija l-aħjar direzzjoni għal pajjiżna.", "Għalhekk minn hawn u ftit ieħor se nieħdu t-tieni pass kif konna iddeċidejna aktar kmieni din is-sena u dan billi ninkoraġġixxu l-ftuħ ta' rotot ġodda bejn Malta u destinazzjonijiet ġodda minn pajjiżi Ewropej.", "F'dawn l-aħħar ġranet il-gvern irċieva r-rakkmandazzjonijiet tal-grupp konsultattiv li twaqqaf ftit tal-ġimgħat ilu.", "Dawn ir-rakkmandazzjonijiet se jkunu integrati fil-pjan nazzjonali fuq it-turiżmu.", "Il-ħsieb tagħna huwa li nibdew il-fażi ta' implimentazzjoni fl-iqsar żmien possibbli.", "Eżenzjoni Mingħajr Kreditu mill-Ħlas tal-VAT fuq Attivitajiet Kulturali", "Il-kultura hija parti integrali mill-identita nazzjonali u ingredjent ewlieni għall-pakkett turistiku.", "Għalhekk inqisu illi wasal iż-żmien li nkomplu ngħinu lill-komunità artistika lokali billi neżentaw mingħajr kreditu mill-ħlas tal-VAT dawk is-servizzi u l-attivitajiet ta' natura kulturali li jingħataw jew jiġu organizzati minn għaqdiet kulturali rikonoxxuti li l-ħidma tagħhom mhix għal skop ta' profitt.", "Din il-miżura għandha tinkoraggixxi l-għoti u l-produzzjoni ta' aktar attivitajiet kulturali f'postijiet bħal Għawdex sabiex ikomplu jgħinu fl-iżvilupp kulturali u ekonomiku ta' postijiet bħal dawn.", "Host Families", "Niċċa partikolari marbuta mat-turiżmu li nixtieq nindirizza f'dan il-baġit hija dik tal-host families.", "Aktar kmieni din is-sena, konna ħabbarna struttura fiskali vantaġġjuża għal dan is-servizz.", "Jidhrilna li issa għandna nimxu pass ieħor billi nagħtu l-għażla lil dawn l-operaturi li jekk iridu jiġu eżentati mill-ħlas tal-bolla b'effett retroattiv.", "Servizzi Finanzjarji", "Qed ikollna suċċess fis-settur tas-servizzi finanzjarji.", "Din is-sena huwa stmat li madwar 2,500 kumpanija ġdida se jkunu żdiedu fir-reġistru tal- kumpanniji.", "In-numru totali ta' kumpaniji f'dan ir-reġistru mistenni jkun ilaħħaq għal madwar 40,000.", "Illum għandna 18-il istituzzjoni bankarja, aktar minn 150 fondi ta' investiment u tmien kumpanniji għall-immaniġġjar ta' l-insurance.", "Bi pjaċir ninnota illi aktar kmieni din is-sena lħaqna ftehim mal- Kummissjoni Ewropea li effettivament iħarsilna is-sistema ta' full tax imputation.", "Bħalissa qed niddiskutu mal-Code of Conduct (Business Taxation) Group il-provvedimenti kontra abbuż fis-sistema ta' taxxi proposta.", "Il-gvern qed jittama li jagħlaq dan il-proċess politiku imminentement.", "Dalwaqt se nippubblikaw il-leġislazzjoni neċessarja sabiex nimplimentaw, mill-1 ta' Jannar li ġej, il-ftehim li lħaqna mal-Kummissjoni Ewropea.", "Is-Settur tan-Negozji Żgħar u Medji", "Nemmnu li dawk li jaħdmu għal rashom u n-negozji ż-żgħar huma fil-qalba tal- mutur ekonomiku ta' pajjiżna.", "Permezz ta' l-inizjattivi kollha mħabbra f'dan il-baġit, irridu li jiżdedilhom ix-xogħol sabiex joħolqu aktar impjiegi ġodda.", "Miżura importanti li se nieħdu din is-sena hija li se nagħmluha possibbli għal raġel jew mara li jaħdmu fin-negozju tal-familja li jirreġistraw ruħhom bħala impjegati ta' l-istess negozju tal-familja għal skop ta' taxxa.", "Dan ifisser li raġel jew mara li jaħdmu fin-negozju tal-familja tagħhom ikollhom is-sehem tagħhom irreġistrat fil-kotba tan- negozju u għalhekk ikollhom l-opportunità u l-vantaġġ li jgawdu mill- benefiċċji soċjali kollha u jkunu intitolati għall-pensjoni wara li jkunu ħallsu l-kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali tagħhom.", "Għall-familja konċernata dan ma jfissirx biss aktar rikonoxximent għal xogħolhom, iżda fuq kollox il-fatt li n-negozju tal-familja nnifsu se jgawdi minn tnaqqis fit-taxxa.", "Se nallokaw Lm1.4 miljun, kważi Lm1 miljun aktar mis-sena li għaddiet, għal titjib tal-postijiet minn fejn jaħdmu numru kbir ta' dawk li jaħdmu għal rashom u s-sidien tan-negozji żgħar.", "Dawn il-fondi se jwasslu għall- iżvilupp tal-villaġġ ta' l-artiġġjanat f'Ta' Qali li jinkludi wkoll Incubation Centre għall-istudenti fl-artiġjanat u li se jitmexxa mill- MCAST.", "Se nkomplu l-programm ta' titjib fiż-żoni industrijali għall-SMEs fil-Ħandaq, l-Imrieħel, Ħaż-Żebbuġ, il-Mosta, Ħ'Attard u Ħal-Luqa.", "Din is-sena rridu li dawk li jaħdmu għal rashom u s-sidien tan-negozji ż- żgħar jitnaqqsulhom l-ispejjeż ta' l-operat tagħhom.", "Irridu nikkonkludu emendi fir-regolamenti tal-liċenzji tal-kummerċ li jippermettu roħs fil- liċenzji tan-negozju filwaqt li nkomplu niffaċilitaw il-proċess tal-ħruġ tal-liċenzji tan-negozju fejn din tkun tista' tibda tinħareġ fi żmien definit.", "Venture Capital Fund", "Il-gvern għadu kommess li joħloq venture capital fund.", "Wara numru ta' attentati nemmnu li l-aħjar triq hija li dan il-fond ikun illiċenzjat bħala skema ta' investiment kollettiv fi ħdan l-Awtorità dwar is-Servizzi Finanzjarji.", "Il-gvern, permezz tal-Malta Government Investments Limited, se jippromwovi u jgħin fil-finanzjament tal-fond billi jonfoq Lm900,000 mill-kapital tal-bidu.", "Riforma fil-Portijiet", "Ir-riforma tal-portijiet hija importanti ħafna sabiex intejbu l- kompetittività ta' pajjiżna.", "Beda jaħdem operatur ġdid fil-port il-kbir u tkomplew it-taħdidiet mal-partijiet kollha.", "Konna nafu li se jkollna negozjati mhux faċli.", "Id-diskussjonijiet mal-ħaddiema tax-xatt waqgħu ftit lura minħabba l-iżviluppi li kienu qed jiġru fil-General Workers' Union.", "Issa li l-Malta Dockers' Union u l-Union Ħaddiema Magħqudin ġew rikonoxxuti bħala l-unions li għandhom id-dritt jinnegozzjaw għas-setturi rispettivi tagħhom, it-taħdidiet qegħdin ikomplu.", "It-taħdidiet li għaddejjin jinkludu ir-rijorganizzazzjoni tal-ħaddiema tax-xatt, it-tneħħija ta' prattiċi li għadda żmienhom u li ma jgħoddux għall-port modern u t-traħħis tat-tariffi għall-immaniġġjar tal-merkanzija.", "Titjib fir-regolamentazzjoni", "It-titjib fir-regolamentazzjoni u t-tnaqqis tal-burokrazija huwa essenzjali għas-settur tan-negozju tagħna.", "Għaldaqstant il-gvern se jkompli jinsisti li kull tip ta' regolamentazzjoni għandha tkun proporzjonata.", "F'dan il- qasam diġà sar ħafna xogħol.", "Madankollu għadna m'aħniex kuntenti u rridu aktar titjib.", "Irridu nkomplu nneħħu dak kollu li jxekkel l-oqsma tan- negozju u l-ħolqien tal-ġid fil-pajjiż.", "Tabella numru 14 tispjega l-pjan ta' azzjoni għas-simplifikar imħejji mill- gvern.", "Tabella 14: Pjan ta' Azzjoni ta' Simplifikar", "Il-Pjan ta' Azzjoni ta' Simplifikar qed iressaq ħames prijoritajiet ewlenin tal-Gvern fir-rigward ta' Better Regulation, sabiex jintlaħqu dawn l- għanijiet.", "Dawn huma:", "Twaqqif ta' Entitatijiet tat-tip One Stop Shop, jew tisħieħ ta' Entitajiet Eżistenti.", "Din l-mossa strateġika għandha l-għan li toffri firxa ta servizzi tal-Gvern u tagħmilhom faċilment aċċessibbli b'tali mod li il- pubbliku u n-negozji jiffrankaw ħin u flus għax jinqdew minn post wieħed li jkopri il-ħtiġijiet kollha relatati.", "Dan ikun ta' benefiċċju wkoll għall- Entitajiet tal-Gvern għax dawn ikunu jistgħu jagħmlu użu aħjar mir-riżorsi umani u fiżiċi li għandhom għad-disposizzjoni tagħhom.", "Reviżjoni ta' Proċeduri/Proċessi.", "Hawnhekk, livelli ogħla ta' effiċjenza u servizzi sodi ta' customer service, f'diversi oqsma, huma ntiżi biex inaqqsu it-tul ta' proċessi li jwasslu għall-għotja ta' servizz, mingħajr ma jikkompromettu is-servizz aħħari lil-klijent.", "Użu ta' Teknoloġija tal-Informatika u Kommunikazzjoni (ICT) u Servizzi ta' e- Government.", "F' dan il-qasam qed nibnu fuq il-kisbiet notevoli li saru fis-settur tal ICT u l-hekk imsejħa soċjeta' tal-informatika u il-vantagġġi ewlenin f'dan ir-rigward huma li tagħmel possibbli għall-pubbliku u n- negozji li jiffrankaw ħin u flus għax ma jkollhomx għalfejn jogħqodu jiġru minn Dipartiment għall-ieħor u għax ir-regolamenti li jkunu applikabbli għalihom jarawhom aktar ċari u aċċessibbli.", "Simplifikar ta Leġislazzjoni u rrevokar ta' leġislazzjoni barra minn żmienha.", "Dan il-pass strateġiku hu mmirat li jagħmel il-ligijiet ċari, jinftehmu, aġġgornati maz-żminijiet u faċli biex tużhom, b'mod li jkunu jistgħu jwasslu għal regolamenti ta' kwalità.", "Konsolidazzjoni ta' Formolarji.", "Flimkien ma l-istrateġiji li semmejna, dawn il-miżuri għandhom l-iskop li jeliminaw komplessità żejda, b'mod li l- interazzjoni bejn Gvern u l-klijent issir aktar sempliċi u faċli għal min hu involut u b'hekk is-servizzi tal-Gvern jingħataw b'effiċjenza akbar lill- klijenti.", "Ġew identifikati aktar minn 100 proposta biex jiġu mplimentati.", "Minn dawn, aktar minn 30 huma meqjusa ta prijorita' għolja, filwaqt li 20 proposta jistgħu jiġu mplimentati b'mod immedjat.", "Hu ppjanat li tibda l- implimentazzjoni ta' 50 proġett minnufih.", "Fil-fatt il-Better Regulation Unit bdiet tpoġġi il-Pjan fis-seħħ.", "Dawn il-proposti mistennija jkollhom effett fuq is-soċjeta' kollha, għalkemm b'mod varjat, billi jirrigwardaw aspetti differenti tal-ħajja ta' kuljum, bħas-servizzi tas-saħħa, edukazzjoni, is-settur tan-negozju u s- servizzi tas-sigurtà soċjali.", "Ħafna mill-proġetti li qegħdin nimplimentaw mistennija jkollhom effett li jinħass sew.", "Eżempji tipiċi jinkludu:", "Twaqqif ta' Business Facilitation Centre biex jingħata tagħrif preliminarju lin-negozji u biex iservi bħala one-stop-shop ħalli jiffaċilità reġistrazzjoni ta' negozji mill-bidu tagħhom.", "B'hekk jitħaffef il-proċess preżenti ta' reġistrazzjoni ta' negozju ġdid, li huwa kumplikat, burokratiku għall-aħħar u jieħu ħafna ħin; u", "Introduzzjoni ta' applikazzjoni waħda komuni biex ikunu evalwati it-talbiet kollha għall-benefiċċji soċjali u b'hekk jinġabru f'waħda l- applikazzjonijiet kollha preżenti biex, per eżempju, tapplika għall- Assistenza Soċjali, Pensjoni tal-Età, Allowance Supplementari, u Assistenza Medika.", "Proposti oħra li huma nklużi fil-pjan ikunu ta' benefiċċju partikolari għal setturi speċifiċi minħabba n-natura aktar speċjalizzata tagħhom.", "Dan huwa biss l-ewwel pass, għalkemm fundamentali, biex ngħinu in-negozji tagħna joperaw f'qafas aktar kompettitiv, kif ukoll biex ngħinu liċ- ċittadin biex ikollu l-akbar aċċess possibbli għas-servizzi tal-Gvern, bl- eħfef mod possibbli.", "Il-Gvern se jkun qed jikkonsulta mas-settur privat, mal-entitatijiet pubbliċi, ma' dawk fil-qasam tal-volontarjat, kif ukoll ma' individwi biex jsma l-fehmiet tagħhom.", "Dan hu konformi mal-politika tal-Gvern tiegħi biex, f'kull waqt, ifittex il-konsultazzjoni.", "Għawdex", "Fid-dokument ta' qabel il-baġit, il-gvern ippubblika strateġija soċjo- ekonomika għal Għawdex.", "Din l-istrateġija tenfasizza l-ħtieġa li nsostnu l- ekonomija distinta ta' din il-gżira, inkabbru s-suq tax-xogħol, ninvestu fl- edukazzjoni u t-taħriġ u li titjieb il-kwalità tal-ħajja ta' l-Għawdxin.", "Mr Speaker, huwa pjaċir tiegħi li nħabbar li l-baġit għal Għawdex għas-sena d-dieħla se jiżdied b'Lm2.4 miljun fuq dak ta' din is-sena, għal madwar Lm29 miljun.", "Nemmnu li dan l-investiment għandu jgħin biex Għawdex ikompli jiżviluppa kif jixraqlu.", "Qegħdin nallokaw somma rekord ta' Lm9 miljun għall- proġetti kapitali ġewwa Għawdex.", "Tajjeb infakkar li ma' dawn wieħed irid iżid ukoll l-investiment ta' Lm3 miljun fil-bini ta' kumpless edukattiv ġdid mill-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada u Lm3.3 miljun għall-impjant tat-tisfija tad-drenaġġ.", "Tabella numru 15 tagħti spjegazzjoni aktar dettaljata tal-proġetti li se jsiru f'Għawdex.", "Tabella 15", "Lm1.4 miljun ser jiġu allokati għall-proġetti turistiċi li jkomplu jsaħħu lil Għawdex bħala destinazzjoni distinta.", "Dawn jinkludu ir-riġenerazzjoni tal-ġnien pubbliku ta' Villa Rundle, ix-xtajta qrib il-Port ta' l-Imġarr bl- iżvilupp ta' Żewwieqa u żvilupp tal-bajjiet.", "Il-Gvern ser jikkumissjona studju dwar l-interventi meħtieġa biex iċ-Ċittadella tiġi ppreservata bl- aħjar mod, filwaqt li permezz ta' Heritage Malta, se nkomplu l-proġett tal- ħolqien ta' ċentru għall-viżitaturi u xogħol ieħor fit-tempji tal-Ġgantija.", "Matul is-sena li ġejja ser jibda jopera ċ-ċentru ta' taħriġ għall- industrija turistika li l-Gvern qiegħed jibni bħalissa fil-Qala.", "Se jibda jopera wkoll l-incubation centre għall-artiġjanat f'Għajnsielem.", "Ser inkomplu l-programm ta' titjib tat-toroq fiż-żoni residenzjali li għal din is-sena qed tiġi allokata is-somma ta' 'l fuq minn nofs miljun lira.", "B'fondi lokali u fondi mill-Unjoni Ewropea, ser nagħmlu b'Lm2.1 miljun xogħol estensiv fuq toroq prinċipali, li jinkludu t-Triq tax-Xlendi, it- Triq li twassal għal Ta' Pinu u t-triq tar-Ramla.", "Hekk kif jiġu konklużi l- istudji dwar triq alternattiva għall-Port ta' l-Imġarr, il-Gvern ikun f'pożizzjoni li jibda x-xogħol fuq il-by-pass għall-Port ta' l-Imġarr skond ir-riżultati ta' dawn l-istudji.", "Fil-qasam ta' l-edukazzjoni, il-Gvern permezz tal-Fondazzjoni għall- Iskejjel t'Għada se jagħti bidu għall-proġett ta' twaqqiegħ tal-kumpless eżistenti tal-Junior Lyceum u skola sekondarja tas-subien biex minflokha tinbena skola moderna għall-bżonnijiet tal-lum u t'għada, faċilitajiet sportivi u faċilitajiet ta' parkeġġ taħt l-art.", "Fl-istess ħin jerġgħu jiġu offruti opportunitajiet edukattivi ġodda permezz ta' korsijiet u skemi mfassla biex jindirizzaw il-ħtiġijiet ta' Għawdex b'mod partikolari.", "Se jitkompla wkoll il-programm ta' modernizzar ta' l-Isptar Ġenerali t'Għawdex permezz tal-immodernizzar ta' Operating Theatre kif ukoll it- twaqqif ta' Radiology Unit b'finanzjament ta' Lm1 miljun.", "Fl-istess ħin se jibda jitħaddem d-decompression chamber.", "Mil-lat ambjentali, matul is-sena li ġejja ser jitkompla u jitlesta l-bini ta' l-Impjant għat-Trattament tad- Dranaġġ filwaqt li jinbeda x-xogħol fuq il-bini ta' Waste Transfer Station, b'investiment ta' Lm1.5 miljun.", "Ser jitkompla l-proġett ta' l-immaniġġjar tad-Dwejra kif ukoll ir-riabilitazzjoni tal-miżbla tal-Qortin, bi spiża ta' Lm750,000.", "Għawdex għandu jgawdi wkoll mis-settur tal-cruiseliners.", "Għaldaqstant l- Awtorità Marittima se tinvesti f'faċilitajiet ta' rbit meħtieġa għal dan is- settur.", "Nagħrfu l-impatt qawwi tal-istaġjonalità fuq is-suq turistiku Għawdxi.", "Għalhekk ħadna d-deċizjoni li mill-1 ta' Jannar li ġej, mat- tiġdid ta' liċenzja jew ħruġ ta' liċenzja ġdida, l-istabbilimenti ta' akkommodazzjoni u catering ġewwa Għawdex se jibdew iħallsu 75% tar-rati preżenti.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "Matul l-2006, il-gvern kompla bl-eżerċizzju li jidentifika aktar servizzi tiegħu li jistgħu jimxu lejn Għawdex.", "Fost is-servizzi identifikati hemm is- servizz tal-Freephone 153, ix-xogħol marbut mas-salarji tal-ħaddiema tas- servizz pubbliku u tal-pensjonijiet tat-Teżor, ix-xogħol relatat mal- verifika tar-reġistrazzjonijiet u ċertifikati ta' l-Istat Ċivili fir- Registru Pubbliku.", "Sa l-aħħar ta' din is-sena mistenni li numru minn dawn ikunu mxew lejn Għawdex.", "Dan ifisser li madwar 30 ħaddiem Għawdxi li qabel kienu jaħdmu Malta se jkunu jaħdmu ġewwa Għawdex.", "Se nkomplu s-sena d- dieħla bil-għan aħħari li l-ħaddiema Għawdxin fis-servizz pubbliku fil- qasam ġenerali jkollhom xogħol ġewwa Għawdex.", "Il-viżjoni tal-gvern hija li kull xogħol ta' back office li tirrikjedi l-amministrazzjoni pubblika jsir ġewwa Għawdex.", "Il-gvern jemmen li Għawdex jipprovdi ambjent ideali għal dan it-tip ta' xogħol u jawgura li l-industrija privata ssegwi il-passi tal- gvern.", "Dan kollu għandu jgħin sabiex Għawdex ikollu ekonomija aktar żviluppata fuq il-bażi tad-distintività tal-gżira, jissaħħu l- opportunitajiet edukattivi u taħriġ u titjib il-kwalità ta' ħajja.", "Lejn Soċjetà li Tħaddan lil Kulħadd", "Is-Saħħa u l-Kura fil-Komunità", "Mr Speaker, pajjiżna jiftaħar li għandu servizzi ta' saħħa ta' l-ogħla kwalità.", "Mertu tad-dedikazzjoni u l-impenn tal-ħaddiema f'dan il-qasam, tat-tobba, konsulenti, infermiera, midwives, fiżjoterapisti, occupational therapists, social workers, teknici medici tal-laboratorji, paramedici oħra u s-support staff kollu f'dan il-qasam.", "F'isem il-poplu Malti nixtieq nirringrazzjakom ilkoll.", "Biex ikollna ġejjieni fis-sod irridu nassiguraw ruħna li l-livell u kwalità tas-servizzi tas-saħħa tagħna ikomplu jingħataw il-prijorità meħtieġa.", "Għaldaqstant il-gvern se jkompli jinvesti bil-kbir fis-settur tas-saħħa.", "Kien tassew interessanti li wieħed jinnota li parti sostanzjali mill- kwestjonarju li rċevejna mingħand il-pubbliku bħala reazzjoni għad-dokument ta' qabel il-baġit, fejn intwera biċ-ċar li s-settur tas-saħħa għandu jibqa' jingħata l-ogħla prijorità mill-gvern.", "Fi żmien għaxar xhur oħra l-gvern se jkun qiegħed jinawgura l-akbar proġett li gvern Malti qatt daħal għalih.", "F'Lulju 2007, il-kumpannija Skanska hija marbuta li tlesti l-Isptar Mater Dei u tgħaddih lill-gvern.", "Il-poplu Malti se jibda jgawdi minn qabża kbira fis-servizzi tal-kura ta' saħħtu.", "In-numru ta' operazzjonijiet ġewwa San Luqa qiegħed dejjem jiżdied.", "Filwaqt li fis- sena 2000 saru ftit inqas minn 25,000 operazzjoni, matul is-sena li għaddiet saru 'l fuq minn 32,000 operazzjoni, żieda ta' 7,000 operazzjoni, medja ta' 20 operazzjoni iżjed kuljum.", "Minkejja dan, il-gvern irid jirrispondi għad-domanda dejjem akbar ta' pazjenti li qed jistennew biex issirilhom operazzjoni.", "Irrid nagħmilha ċara li hawn mhux qed nirriferu għall-operazzjonijiet urġenti għax dawn isiru mill-ewwel.", "Filwaqt li qed ninvestu fi sptar li se jkollu aktar teatri għall-operazzjonijiet, irridu nagħrfu li r-riżorsi umani f'dan is-settur huma skarsi.", "Għalhekk il-gvern qed jaħdem fuq soluzzjonijiet sabiex titnaqqas il-waiting list.", "Ħadna dawn id-deċiżjonijiet biex inkomplu ntejbu s-servizzi tas-saħħa.", "L- ewwelnett se nibnu faċilità ta' riabilitazzjoni ta' 280 sodda ġewwa Ħal- Luqa, maġenb ir-residenza San Vinċenz.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Dan ifisser li n-numru ta' sodod se jkun erba' darbiet aktar milli għandna llum.", "Il-proġett tagħna se jippermetti wkoll li pazjenti li llum jibqgħu fl-isptar minħabba riabilitazzjoni ikunu jistgħu jingħataw kura barra mill- isptar u s-sodod jiġu wżati kollha biex tingħata kura akuta.", "Se nittrasformaw l-Isptar Zammit Clapp għal servizzi ta' l-onkoloġija u d- dermatoloġija ta' l-ogħla kwalità b'investiment ta' Lm3.5 miljun.", "It-talba għall-kura tal-kanċer qegħda dejjem tiżdied u l-Isptar Boffa illum sar żgħir wisq.", "Is-servizz il-ġdid se joffri faċilitajiet aħjar kemm għall- pazjenti kif ukoll għall-ħaddiema.", "Wasal ukoll iż-żmien li jsir investiment ġdid fl-apparat mediku ta' l-onkoloġija.", "Għalhekk se jsir investiment qawwi f'xiri ta' żewġ linear accelerators li jiswew madwar Lm2 miljun.", "Ftit ġranet ilu kelli l-pjaċir niftaħ il-kumpless Madre Tereża f'San Vinċenz li jakkomoda 108 mara anzjana.", "Dan huwa ċertifikat ieħor ta' l- impenn tal-gvern favur l-anzjani tagħna.", "Dan il-proġett ta' Lm3 miljun huwa pass ieħor minn programm sħiħ ta' immodernizzar mibni ftit tas-snin ilu.", "Is-sena d-dieħla se jibda l-bini ta' dar għall-anzjani fil-Mellieħa fuq konċett ta' public private partnership.", "Servizzi Soċjali Personalizzati u l-Qasam tad-Diżabilità", "Il-qasam soċjali jibqa' pilastru ewlieni fil-politika tal-gvern.", "In-nefqa fuq benefiċċji soċjali is-sena dieħla se tlaħħaq is-somma rekord ta' Lm243.3 miljun.", "Dan huwa settur li jsaħħaħ is-soċjetà Maltija u jagħti kontribut indirett lejn l-ekonomija.", "Mr Speaker, ma nistgħux naħdmu biex nassiguraw ġejjieni fis-sod għal uliedna jekk ma nagħrfux l-isfida li għandna quddiemna biex insostnu sistema ta' pensjonijiet li tkun adegwata għall-ġenerazzjonijiet li ġejjin.", "Il-konvenjenza politika li nipposponu s-soluzzjoni għal din il-problema m'huwiex fl-interess taż-żgħażagħ tagħna.", "Huwa għalhekk li tul din is-sena l-gvern ikkonkluda proċess ta' diskussjoni li ilu għaddej aktar minn għaxar snin taħt amministrazzjonjiet differenti.", "Il-gvern ressaq quddiem dan il- parlament l-abbozz li jaħseb biex is-sistema ta' pensjonijiet tagħna tkun waħda sostenibbli u adegwata.", "Irrid nuri l-apprezzament tiegħi lil kulmin ta sehmu biex nistgħu nibdew l-implementazzjoni ta' din ir-riforma importanti s-sena d-dieħla.", "Minbarra n-nefqa tal-gvern fuq il-benefiċċji soċjali, dan il-baġit qed jivvota madwar Lm10 miljun biex isostni servizzi soċjali personalizzati li jwieżnu lil persuni f'ċirkostanzi diffiċli.", "L-aġenzija Appoġġ, l-aġenzija Sedqa, l-aġenzija Sapport illum saru għodda importanti biex is-soċjetà Maltija tipprovdi servizzi professjonali ta' sapport lil min ikollu bżonnhom.", "Is-sena d-dieħla se nagħtu bidu għal numru ta' programmi soċjali oħra biex jindirizzaw diversi bżonnijiet.", "Il-gvern se jidħol fi sħubija mal- knisja biex tinfetaħ Dar Pirotta f'Birkirkara bħala residenza fil-komunità għall-persuni b'diżabilità.", "Il-gvern qed jagħti bidu wkoll għall-programm ta' fostering għat-tfal b'diffikultajiet kbar.", "Dan is-servizz se jibni fuq is-suċċess li akkwistajna fl-aħħar snin fil-programm ta' fostering li żviluppat l- aġenzija Appoġġ.", "Flimkien mal-kunsill lokali ta' Birkirkara, se jiġi żviluppat ċentru għall-ħarsien tat-tfal matul il-jum li għandu jservi bħala mudell ta' kif il-gvern ċentrali u kunsill lokali jistgħu jikkooperaw flimkien biex jipprovdu dan is-servizz importanti.", "Is-sena d-dieħla se nwaqqfu wkoll l-uffiċċju tal-Kummissarju ta' l-Għaqdiet Volontarji li għandu jipprovdi l-qafas legali u amministrattiv biex dan is-settur importanti għall-iżvilupp tas-soċjetà Maltija jibqa' jissaħħaħ.", "Dan il- qafas se jagħti għodda importanti lill-għaqdiet volontarji biex ikunu jistgħu jipparteċipaw fi programmi ta' l-Unjoni Ewropea.", "Is-sena d-dieħla se tkun iċċelebrata s-sena Ewropea għall-opportunitajiet indaqs għal kulħadd.", "Din is-sena għandha sservina ta' opportunità biex niffokaw fuq kif is-soċjetà Maltija tista' tkompli miexja fit-triq li tassigura opportunitajiet indaqs għal kull settur tas-soċjetà Maltija.", "Dawn huma biss ftit mill-miżuri importanti li l-gvern qed jivvota għalihom għas-sena d-dieħla, finanzjament li jissarfu f'servizzi li jwieżnu lil dawk il-persuni li l-aktar għandhom bżonn biex ħadd ma jibqa' lura.", "Il-Qasam tad-djar", "Filwaqt li l-gvern għadu jħaddan politika li tinkoraġġixxi liċ-ċittadini biex kemm jista' jkun isiru sid ta' djarhom, il-gvern huwa wkoll konxju li hemm faxxa fis-soċjeta` li ma jistgħux jilħqu dan l-għan mingħajr għajnuna.", "Għaldaqstant il-politika tal-gvern f'dan is-settur hija waħda dinamika u tfittex li tindirizza dan il-qasam permezz ta' inizjattivi differenti li jvarjaw minn għajnuniet lill-familji żgħażagħ li jkunu se jixtru l-ewwel dar tagħhom mis-suq privat sa programm estensiv ta' instalazzjoni ta' lifts f'djar u appartamenti ta' persuni anzjani jew b'diżabilità.", "Matul din is-sena, l-Awtorità tad-Djar ħarġet 260 post għall-bejgħ bi prezz issussidjat b'aktar minn Lm1.6 miljun.", "Għaddiet ukoll madwar 100 appartament lid-Dipartiment ta' l-Akkomodazzjoni Soċjali sabiex jiġu allokati b'kera.", "L-awtorità qed tippjana li toħroġ għall bejgħ 'il fuq minn 450 post ieħor matul is-sena d-dieħla.", "Se tkompli taħdem fuq proġetti ta' riġenerazzjoni urbana fil-lokalitajiet tal-Belt, il-Furjana, l-Imsida u Bormla.", "Din is-sena l-awtorità nediet żewġ skemi sabiex tattira proprjetà ta' sidien privati fis-suq ta' l-akkomodazzjoni soċjali.", "L-ewwel skema tħeġġeġ lil sidien li huma interessati li jikru l-proprjetà tagħhom lill-awtorità tad-djar għal perijodu ta' mhux inqas minn għaxar snin.", "Il-gvern beħsiebu jagħti rati vantaġġjuża ta' taxxa ta' 5% fuq id-dħul ta' dawn l-kirjiet.", "Fit-tieni skema, l-awtorità tixtri proprjetajiet mingħand sidien privati, li jew jinkrew wara li jiġu rranġati, jew jinbiegħu taħt l-iskema ta' shared ownership.", "Matul is-sena li għaddiet, l-Awtorità tad-Djar nediet l-ewwel skema tax- shared ownership b'132 proprjeta`.", "L-iskop ta' din l-iskema hu li tgħin lill-aktar persuni sabiex isiru sidien ta' darhom.", "Tabella numru 16 tagħti aktar informazzjoni dwar din l-iskema.", "Tabella 16: Skema ta' Shared Ownership", "Din l-iskema taħdem billi dawk l-applikanti li finanzjarjament ma jkunux jifilħu jixtru l-propjetà kollha jingħataw l-opportunità sabiex jixtru parti mill-propjetà, bil-possibilità li jkunu jistgħu jixtru l-bqija aktar tard.", "F'din l-iskema, il-Gvern qed jagħti opportunità lil dawk li normalment ma jlaħqux max-xiri ta' propjetà biex il-flus ekwivalenti li huma s-soltu jonfqu f'kirjiet, jonfquhom biex isiru sidien ta' darhom.", "Il- prezz kummerċjali tal-propjetajiet taħt l-ewwel ħarġa tal-iskema kien ilaħħaq 'il fuq minn Lm5 miljun.", "Dan juri kemm dan il-Gvern hu mpenjat bil- fatti biex jinvesti fl-akkomodazzjoni soċjali ta' dawk li l-aktar għandhom bżonn.", "Fid-diskussjonijiet ta' qabel il-Baġit, irċevejna kummenti pożittivi ħafna fuq din l-iskema.", "Jidher li din waslet biex numru ta' familji li għal ftit qatt ma setgħu jaslu li jkunu sidien ta' djarhom issa qed iwettqu x-xewqa tagħhom.", "Mis-sena dieħla, il-Gvern qed jestendi din l-iskema għal min jixtri mill-privat.", "L-Awtorità tad-Djar ser tiffinanzja jew tiggarantixxi sa Lm8,000 lil persuni li jkunu jixtiequ jixtru l-ewwel dar tagħhom imma li ma jkollhomx il-kapital kollu biex jieħdu loan mill-Bank.", "B'din l-iskema rridu ngħinu mal-400 familja oħra ssir sid ta' darha.", "Ambjent", "Mr Speaker, illejla rridu inkomplu nikkonfermaw l-impenn tagħna favur l- ambjent.", "Se nivvotaw total ta' Lm46.9 miljun għall-iżvilupp rurali u ambjent fejn l-ispiża kapitali fl-2007 se titla' b'Lm5.8 miljun għal Lm22.1 miljun.", "Barra minn dan se ninvestu wkoll Lm21.8 miljun oħra, Lm5.8 miljun aktar mis-sena li għaddiet f'toroq u proġetti li jkomplu jtejbu d-dehra u l- ambjent ta' l-ibliet u l-irħula tagħna.", "Dan ifisser investiment kapitali ta' Lm43.9 miljun jew Lm11.6 miljun aktar mis-sena l-oħra.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Dan kollu sabiex darna tkun isbaħ.", "Illum, 17% ta' l-art Maltija hija mħarsa bil-ligi bħala special area of conservation jew specially protected area.", "Dan jissarraf f'aktar minn 50 km kwadru ta' art protetta bil-liġi.", "Dan ma jinkludix il-meded ta' ibħra li wkoll qed jitqiegħdu taħt ħarsien legali.", "Dan il-gvern jgħożż il-wirt storiku ta' pajjiżna fejn se ninvestu Lm3.6 miljun fi proġetti li se jkomplu joħorġu fid-deher il-wirt storiku u arkitettoniku ta' pajjiżna.", "Dan ifisser li filwaqt li jitkompla l-ħafna xogħol li diġà nbeda, jinbdew ukoll proġetti ġodda.", "Dawn jinkludu fost l-oħrajn, xogħol fuq il-biblijoteka nazzjonali, il-bieb prinċipali ta' l-Imdina, il-konservazzjoni u r-restawr tal-knisja l- qadima tas-Siġġiewi, l-akwadott bejn Santa Venera u Ħal Balzan u xogħlijiet fiċ-ċentru tal-Qrendi, Ħal Luqa, Ħaż-Żabbar u f'Xatt is-Sajjieda Marsaxlokk, fil-mall fil-Furjana u l-promenade ta' Ta' Xbiex.", "Pajjiżna huwa magħruf għal kilomentri sħaħ ta' swar u fortifikazzjonijiet, madwar 25 kilometru li jdawru t-tlett ibliet, il-Belt u l-Furjana, l-Imdina u ċ-Cittadella f'Għawdex.", "Irridu nwaqqfu l-ħsara li qed issirilhom waqt li noħorġu s-sbuħija tagħhom.", "Ħejjejna proġett li se jiswa għexieren ta' miljuni ta' liri u li se jkun mifrux fuq seba' snin.", "Qed nikkonsidraw il- proġett għal ko-finanzjament ta' l-Unjoni Ewropea.", "Flimkien mal-Lm11.9 miljun allokati mill-gvern ċentrali, il-kunsilli lokali se jkollhom l- opportunità li jipparteċipaw f'numru ta' programmi li għalihom hemm allokati 'l fuq minn Lm1.8 miljun.", "Tabella numru 17 tispjega dan fid- dettall.", "Tabella 17: Fondi għal titjib fil-lokalitajiet", "Il-Gvern irid li l-awtoritajiet tiegħu ikunu impenjati li jippromwovu l- izvilupp tal-lokalitajiet tagħna.", "Għal dan il-għan, il-MEPA approvat li tgħaddi ftit anqas minn miljun lira lill-lokalitajiet diversi għal proġetti ta' titjib urban.", "L-Urban Improvement Fund jinġabar meta jkunu approvati applikazzjoniiet li ma jipprovdux għal parkeġġ fejn m'hemmx Commuted Payment Parking Scheme.", "Il-flus jistgħu jintużaw għal proġetti sottomessi mill-Gvern ċentrali jew mill-Kunsilli Lokali.", "Fost il-proġetti li jkunu meqjusa mill-MEPA bħala eliġibbli għal dan il-fondi hemm ġonna, skemi għat- titjib fl-immaniġġjar tat-traffiku, u faċilitajiet għal persuni b'diżabbiltà.", "Fond ieħor amministrat mill-MEPA huwa Environment Initiatives in Partnership Programme (EIPP).", "Dan huwa maħsub sabiex jgħin lil dawk il- komunitajiet li jkunu għaddew minn xi inkonvenjent minħabba żvilupp konsiderevoli li jkun seħħ fil-lokalità tagħhom.", "Il-MEPA temmet erba' proġetti bil-fondi ta' l-EIPP.", "Dawn kienu r-restawr tal-kappella ta' San Mikiel f'Burmarrad, it-tindif tas-sit f'Tal-Baqqari, ir-restawr tal- Victoria Lines f'Ta' Kaduma u l-monitoraġġ tas-sikek artifiċjali qrib il- Merkanti fil-ponta tad-Dragunara.", "Għaddej ukoll xogħol fuq tmien proġetti oħra fosthom fuq dokumentarju edukattiv dwar il-baħar Mediterran u żewg proġetti ta' restawr f'Għawdex.", "Il-Kunsilli Lokali, flimkien ma' NGOs, ser ikunu jistgħu jipparteċipaw minn żewġ programmi tal-Unjoni Ewropea biex ikomplu jtejbu l-kwalità tal-ħajja fil-lokalitajiet tagħhom.", "Ser nallokkaw Lm500,000 mill-European Agricultural Fund for Rural Development kif ukoll Lm300,000 mill-European Regional Development Fund.", "Waste Management", "Il-WasteServ ġiet allokata Lm3.5miljun bħala ko-finanzjament mill-fondi strutturali ta' l-Unjoni Ewropea għar-riabilitazzjoni tal-miżbliet magħluqa fil-Magħtab, il-Qortin u Wied Fulija.", "Qegħdin avvanzati fir- riabilitrazzjoni tal-miżbla tal-Magħtab.", "L-engineered landfill f'Ta' Żwejra ħadet madwar 600,000 tunnellata skart.", "Issa li din imtliet, il-gvern qed jinvesti Lm10 miljun fl-iżvilupp ta' l-engineered landfill ġdida fl- Għallis.", "Huwa stmat li l-faċilità għall-iskart domestiku se timtela b'rata ta' 250,000 tunnellata fis-sena għal perijodu ta' mhux inqas minn seba' snin.", "Il-WasteServ tinsab fi stadju avvanzat ferm sabiex tibda tħaddem il-ħames ċentri għal riċiklaġġ ta' skart goff u x-xahar id-dieħel l-ewwel tnejn minn dawn iċ-ċentri.", "Dawn iċ-ċentri se jagħmluha faċli sabiex wieħed jiddisponi minn materjal goff.", "L-iżvilupp ta' dawn iċ-ċentri huwa parti mill-proġett li jinkludi wkoll l-introduzzjoni ta' aktar bring-in sites u l-kampanja ta' informazzjoni kontinwa.", "Dan kollu qed isir permezz ta' kważi Lm2 miljun ko- finanzjati mill-fond Ewropew għall-iżvilupp reġjonali.", "Inizjattivi oħra jinkludu family park maġenb Sant'Antnin, taħwil ta' siġar u ċentru għall- annimali.", "Nitlob lill-Kamra tieħu tabella numru 18 bħala moqrija.", "Tabella 18", "Family Park maġenb Sant'Antnin", "Ġie sottomess il-Project Description Statement lill-MEPA biex isir Family Park f'M'Scala biswit l-impjant ta' Sant'Antnin.", "Is-sit magħżul s'issa kien mitluq u kien jintuża bħala miżbla.", "Permezz ta' dan il-Family Park se nsebbħu l-karatteristiċi ta' l-ambjenti naturali f'Wied il-Għajn.", "Taħwil ta' Siġar", "Wara s-suċċess tal-kampanja 34U, il-Gvern se jkompli jagħti sehmu ħalli jitħawlu aktar siġar f'pajjiżna.", "Is-sena li ġejja se tikber il-mira biex bl-għajnuna tal-pubbliku jkomplu jkunu żviluppati ħames żoni madwar Malta.", "Se nirduppjaw il-mira għas-sena d-dieħla għal 20,000 siġra.", "Għalkemm bosta mis-siġar qed jingħataw mill-pubbliku, il-Gvern minn naħa l-oħra qed jieħu ħsieb ilesti l-infrastruttura meħtieġa, inkluż bini ta' ħitan tas-sejjiegħ, ġibjuni u sistemi ta' tisqija, kif ukoll ix-xogħol ta' manutenzjoni.", "Sabiex il-Gvern ikompli jagħmel il-parti tiegħu il-vot għal dan il-għan se jiżdied għal Lm150,000.", "Animal Welfare", "Il-Gvern qed jaħdem biex iwaqqaf fondazzjoni għall-ħarsien ta l-annimali.", "L-iskop ta' din il-fondazzjoni jinkludi tmexxija taċ-Ċentru Nazzjonali għall-Ħarsien ta' l-Annimali li se jwaqqaf il-Gvern.", "Dan iċ-ċentru li se jkun jiġbor fih għadd ta' faċilitajiet moderni li jinkludu after-care clinic u boarding kennels.", "Għal dan il-għan il-Gvern qiegħed jivvota Lm60,000 sabiex l-2007 jinbeda x-xogħol fuq dan iċ-ċentru.", "Programm ta' żvilupp rurali", "Taħt il-programm preżenti ta' l-iżvilupp rurali 2004 sa l-2006, hemm numru ta' miżuri li se jkomplu għaddejjin għal numru ta' snin fil-programm li jmiss.", "Dawn huma miżuri agro-ambjentali u jinkludu bini ta' ħitan tas- sejjieħ u biedja organika.", "Għal dawn il-miżuri l-infiq maħsub għas-sena 2007 huwa ta' madwar Lm1.5 miljun.", "Minn barra dawn hemm ukoll l-għajnuniet mill-fondi strutturali għall-investiment fi strutturi agrikoli kif ukoll għal titjib fl-ipproċessar.", "In-nefqa għas-sena 2007 taħt dawn iż-żewġ miżuri tlaħħaq il-Lm1.44 miljun.", "Għaldaqstant l-infiq totali fuq l- iżvilupp rurali għas-sena 2007 huwa maħsub li jilħaq madwar Lm2.94 miljun.", "Fis-sena 2007 se jidħol ukoll fis-seħħ il-programm il-ġdid ta' l-iżvilupp rurali 2007-2013.", "Taħt dan il-programm li bħalissa qiegħed jiġi ppreparat qed nipproġettaw nefqa ta' madwar Lm2.5 miljun għas-sena 2007.", "Minnhom Lm2 miljun huma f'għajnuniet għall-bdiewa u l-produtturi sabiex isaħħu l- kompetittività u jilħqu l-istandards ta' kwalità, saħħa u ħarsien ta' l- ambjent.", "Il-bqija tal-fondi li jammontaw huma għall-proġetti f'investiment f'żoni rurali li jsebbħu u jippreżervaw l-ambjent rurali u naturali.", "Sajd", "Fil-qasam tas-sajd fost il-prijoritajiet prinċipali se jkun hemm aktar titjib fil-faċilitajiet għas-sajjieda fil-portijiet ta' Malta u Għawdex, miżuri sabiex tissaħħaħ il-produzzjoni ta' l-akwakultura, ri-allokazzjoni tal-pixkeriji kif ukoll għajnuna għall-immodernizzar u titjib fil- bastimenti.", "Dawn il-proġetti flimkien ma' oħrajn se jkunu ffinanzjati parzjalment mill-Unjoni Ewropea.", "Għal dan il-għan qed jiġu vvotati Lm1.9 miljun fl-2007.", "Toroq", "Tajna spinta lin-network tat-toroq f'Malta u Għawdex.", "Permezz tal-fondi mill-ħames protokoll finanzjarju bejn Malta u l-Italja u fondi mill-Unjoni Ewropea, in-nefqa medja għat-toroq f'Malta u Għawdex għal dawn l-aħħar tliet snin telgħet għal aktar minn Lm15 miljun kull sena.", "L-effett pożittiv ta' dawn ix-xogħlijiet qiegħed jinħass.", "Huwa ppjanat li dan ir-ritmu ta' xogħol se jinżamm fis-snin li ġejjin.", "L-isfidi li x- xogħlijiet isiru skond l-ogħla kwalità u fiż-żmien stipulat qegħdin niffaċċjawhom b'suċċess.", "Tibqa' l-isfida li nwettqu x-xogħlijiet bl-inqas inkonvenjent għal kull min juża t-toroq jew jgħix madwarhom.", "Mis-sena 2003 'l hawn inbnew 379 triq residenzjali ġdida f'46 lokalità f'Malta filwaqt li f'Għawdex għaddej programm ieħor immexxi mill-ministeru għal Għawdex u l-ADT.", "Ir-ritmu ta' xogħol li nqabad f'dawn l-aħħar snin naqqas sostanzjalment it-toroq li ma kenux saru.", "Il-gvern issa ppubblika lista definittiva ta' toroq li fadal.", "Identifikajna madwar 450 triq residenzjali li se jinbnew mill-gvern ċentrali sa l-aħħar tal-2008.", "L- istima għax-xogħlijiet f'dawn it-toroq, b'tul ta' 55 kilometru, taqbeż it- Lm8 miljun.", "Diġà nħarġu sejħiet għall-offerti biex ikun jista' jibda' x- xogħol fuq 80 minn dawn it-toroq.", "Fix-xhur li ġejjin il-gvern se joħroġ sejħa għall-offerti għal proġetti ta' toroq arterjali li se jiġu ffinanzjati mill-Unjoni Ewropea.", "Fost dawn se jkun hemm l-upgrading tat-triq li tgħaqqad Triq Diċembru 13 fil-Marsa mal- cruise passenger terminal u l-upgrading ta' Triq il-Kunsill ta' l-Ewropa f'Ħal-Luqa.", "Huwa ppjanat li sa tmiem is-sena d-dieħla nlestu b'kemm jiswew Lm13 miljun proġetti ta' toroq arterjali.", "Fondi mill-Unjoni Ewropea", "L-esperjenza ta' pajjiżna fl-użu tal-fondi mill-Unjoni Ewropea kienet pożittiva u li tawgura tajjeb għall-futur.", "Mr Speaker, is-sena d-dieħla se jkollna quddiemna sfidi ħafna akbar f'dan il-qasam!", "Għandna ħafna aktar fondi mill-Unjoni Ewropea milli kellna s'issa, aktar minn erba' darbiet iżjed fis-sena.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Taħt dan il-baġit ġdid, Malta se jkollha medja ta' Lm50.4 miljun fis- sena f'fondi strutturali u fond ta' koeżjoni biss.", "Dan minbarra Lm33.6 miljun oħra mill-fond għall- agrikoltura u żvilupp rurali u l-fond tas-sajd għall-perijodu finanzjarju.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Dawn iċ-ċifri huma sbieħ iżda jirrikjedu għaqal u dixxiplina biex jissarrfu f'benefiċċji għal pajjiżna.", "Il-gvern ħejja l-istrateġija u abbozzi tal-programmi li bħalissa qed jiġu innegozjati b'mod informali mal-Kummissjoni Ewropea.", "L-għan tal-gvern huwa li dawn il-fondi jibdew jissarfu fi proġetti minn kmieni s-sena d-dieħla.", "L-istrateġija tal-gvern għall-użu ta' dawn il-fondi hija mibnija fuq numru ta' għanijiet fosthom li ntejbu l-kompetittività ta' pajjiżna u l-livell ta' l-għajxien tal-poplu Malti u Għawdxi u li nindirizzaw il-bżonnijiet speċjali ta' Għawdex.", "Minn dawn l-għanijiet joħorġu numru ta' prijoritajiet fosthom l-edukazzjoni u t-taħriġ, l-impjiegi u l-inklużjoni soċjali, ir-riċerka u l-innovazzjoni, it-turiżmu, il-wirt storiku, l- industrija, l-ambjent, it-trasport u l-enerġija li tiġġedded.", "Dawn huma prijoritiajiet li ħarġu wkoll fid-djalogi li kelli fil-bidu ta' din is- sena.", "Nista' ngħid li hemm ukoll qbil fil-prinċipju mal-Kummissjoni Ewropea fuq dawn il-prijoritajiet u issa wieħed jistenna li nibdew in-negozjati formali.", "Meta l-programmi jiġu maqbula jkunu jistgħu jibdew il-proġetti.", "Fl-istess ħin qed jiġu mħejjija wkoll l-istrateġiji fil-qasam ta' l- agrikoltura u l-iżvilupp rurali u dik tas-sajd.", "Jien konvint li l-poplu Malti u Għawdxi u l-amministrazzjoni pubblika se jidħlu għal dan l-impenn bl-istess kuraġġ u perseveranza li wera kulħadd fl-implimentazzjoni tal- programmi eżistenti.", "Jien fiduċjuż li ser ikollna l-istess riżulat.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "Inċentivi biex Inkattru x-Xogħol, il-Ħolqien tal-Ġid u Miżuri Oħra", "Mr Speaker, fil-bidu tad-diskors tiegħi, stqarrejt li l-għan ta' dan il- baġit huwa li niżguraw ġejjieni fis-sod għal uliedna.", "Wieħed mill-mezzi kif nilħqu dan huwa li jitkattar ix-xogħol u tikber l-ekonomija.", "Għalhekk se nipproponu numru ta' miżuri mfassla propju biex nilħqu dawn l-għanijiet.", "Nixtieq nenfasizza li fil-miżuri li se jħabbar, il-gvern qed jimxi b'responsabilità u qed jieħu deċiżjonijiet wara analisi dettaljata tad-dħul proġettat għas-snin li ġejjin.", "Inżid ukoll li l-miżuri li qed nipproponi f'dan il-baġit għandhom iħallu effett ekonomiku pożittiv bħal, per eżempju, aktar nisa fid-dinja tax-xogħol, ħaddiema aktar produttivi u tnaqqis tal- piż fuq min jaħdem għal rasu.", "Huwa fatt li qed jirnexxielna nrażżnu n-nefqa rikorrenti tagħna mingħajr ma nonqsu fl-obbligi soċjali tagħna.", "Barra minn dan, id-dħul tal-gvern qiegħed konsistentement iżomm mal-miri li qed inpoġġu fil-bidu ta' kull sena, mingħajr żidiet f'taxxi.", "Aħna persważi li hekk se jerġa' jiġri s-sena d-dieħla u fis-snin ta' wara.", "It-tkabbir ekonomiku li qegħdin nirreġistraw juri biċ-ċar li ż-żieda fid- dħul li qed ikollna ġejja minn aktar attivita` ekonomika u mhux minn żieda fit-taxxi.", "Għalhekk għandi l-pjaċir inħabbar li għat-tieni sena konsekuttiva, irnexxielna nfasslu baġit mingħajr taxxi ġodda u saħansitra mingħajr żieda f'taxxi eżistenti.", "Aktar minn hekk, din is-sena nibdew nieħdu l-ewwel passi biex intaffu fejn nistgħu l-piż tat-taxxi.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "Benefiċċju ta' l-enerġija u inċentivi għall-konservazzjoni ta' l-enerġija", "Kif għedt fil-bidu tad-diskors tiegħi, il-gvern jirrikonoxxi li l-pressjoni li qed jagħmel il-prezz taż-żejt fuq il-familji Maltin u Għawdxin qed tħalli effett.", "B'responsabilità nsostnu li jekk għandha tingħata xi għajnuna, din għandha tkun żieda fid-dħul tal-familji tagħna u mhux f'sussidju fuq is-surcharge inkella nkunu qed niddiskriminaw kontra min jagħraf il-bżonn li ma jaħlix u li juża l-enerġija b'responsabilità.", "Il- gvern se jintroduċi benefiċċju b'rabta ma' l-enerġija għal faxex tas- soċjetà li jeħtieġu s-solidarjietà tagħna lkoll.", "Biex intaffu l-piż fuq dawk il-familji li qegħdin f'qagħda finanzjarja diffiċli, se nintroduċu l-benefiċċju ta' l-enerġija.", "Il-familji li qegħdin fuq benefiċċji mhux kontributorji, li huma madwar 17,000 familja, se jibbenefikaw minn din l-għajnuna.", "Il-benefiċċju se jkun ikkalkolat biex jinnewtralizza l-impatt tas-surcharge abbażi tal-konsum medju, skond in- numru tal-benefiċjarji.", "Se jingħata f'forma ta' voucher li jissarraf mal- pagament tal-kont tad-dawl u ilma ta' dik il-familja.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "Irridu nieħdu miżuri li jkomplu jgħinu fl-użu aħjar ta' l-enerġija li nipproduċu.", "Mill-1 ta' Novembru se tingħata għajnuna ta' 20% fuq il-prezz tax-xiri, sa massimu ta' Lm50, fuq makni tal-ħasil tal-ħwejjeġ, tumble dryer, friġġ, friża, dishwasher u apparat għall-arja kkondizzjonata għal skop domestiku li jkunu ċertifikati li huma effiċjenti fl-użu ta' l- elettriku.", "Dan se jsir skond avviż legali 99 ta' l-2002.", "Bdil fis-sistema ta' kif tiġi komputata l-kontribuzzjoni soċjali fuq l- impjieg part-time", "Ix-xogħol fuq bażi part-time bħala x-xogħol prinċipali sar element ewlieni ta' l-ekonomija Maltija.", "Għalhekk il-gvern iddeċieda li jaġġusta l-bolla tas-sigurta` soċjali li jħallas impjegat fuq bażi part-time bħala x-xogħol ewlieni tiegħu.", "S'issa, min jaħdem bħala impjegat part-time għal aktar minn tmien sigħat fil-ġimgħa, jaqla' kemm jaqla' paga, irid iħallas kontribuzzjoni minima ta' Lm5.79 fil-ġimgħa, li hija ekwivalenti għal 10% tal-paga minima nazzjonali.", "Din twassal biex ħafna nies li jixtiequ jaħdmu part-time ma jarawhiex li tirrendilhom.", "Biex jindirizza d-diffikultajiet ta' min jaħdem part-time f'dan il-baġit, il-gvern iddeċieda li mill-1 ta' Jannar 2007 se jaġġusta l- bolla ta' impjegati li jaħdmu tmien sigħat jew aktar għal 10% ta' kemm ikunu qed jaqilgħu minn dak ix-xogħol.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "Din ir-rata ta' bolla pro-rata tkun tintitola lill-kontributur għall- benefiċċji kontributorji pro-rata.", "B'dawn il-miżuri, il-gvern ikun qed itaffi l-piż fuq il-ħaddiem u jsaħħaħ is-settur tax-xogħol part-time.", "Huwa kkalkolat li din il-miżura se tnaqqas id-dħul tal-gvern b'madwar Lm1 miljun.", "Il-gvern iqis din il-miżura bħala pass ieħor fir-riforma li hemm bżonn biex ix-xogħol part-time jirrendi aktar.", "Id-diskussjonijiet li jmiss jikkonċernaw il-kontribuzzjoni tas-sigurta` soċjali li jħallas min jimpjega impjegati part-time.", "Din id-diskussjoni trid tikkonsidra wkoll l-obligi ta' min jimpjega lejn l-impjegati tiegħu li jkunu qed jaħdmu bejn tmien sigħat u 19-il siegħa fil-ġimgħa.", "Miżuri biex igħinu lill-familja fir-responsabilitajiet tagħha", "Il-gvern huwa konxju li ħafna aktar nisa u rġiel qed jagħmlu l-għażla li jaħdmu barra d-dar.", "Din l-għażla tfisser sfidi ġodda għall-familja biex tilqa' għar-responsabiltajiet tagħha bħala familja f'bilanċ mar- responsabiltajiet tax-xogħol.", "F'dan il-baġit, il-gvern se jieħu numru ta' miżuri biex jgħinu lill-familja fir-responsabilitajiet tagħha.L-ewwel il- gvern iddeċieda li jestendi dawk il-miżuri tas-servizz pubbliku favur il- familja għas-settur pubbliku kollu.", "B'din il-miżura se jibbenifikaw mat- 13,000 impjegat tas-settur pubbliku.", "(Onor. Membri: Hear, hear) It- tieni, il-gvern se jippermetti ġenituri li jnaqqsu Lm400 mill-ammont taxxabbli biex jagħmel tajjeb għal parti mill-ispejjeż li jsiru f'servizzi ta' childcare liċenzjati.", "(Onor. Membri: Hear, hear) It-tielet, f'dawk il-każijiet fejn min jimpjega jħallas lill-impjegati tiegħu għal spejjeż relatati ma' servizzi ta' childcare, dawn l-ispejjeż jiġu konsidrati bħala spejjeż ta' l-intrapriża u għalhekk huma deduċibbli mid-dħul taxxabbli.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Ir-raba', f'dawk il-każijiet fejn impjegati ikunu qed jirċievu ħlas minn min jimpjeghom għal spejjeż relatati ma' servizzi ta' childcare, dan il-ħlas mhux se jibqa' kkonsidrat bħala fringe benefit f'idejn l-impjegat u għalhekk mhux se jkun aktar taxxabbli.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Ma' dawn il-miżuri, il-gvern se jkompli jgħin b'finanzi u b'pariri tekniċi s-servizzi eżistenti ta' ħarsien tat-tfal biex itejbu l-operat tagħhom.", "Se jitkomplew ukoll programmi varji għall-istess skop li huma finanzjati mill-fond soċjali Ewropew.", "Reviżjoni fil-Bands tat-Taxxa", "L-istudju tal-Kummissjoni għar-Reviżjoni tat-Taxxa wera biċ-ċar li l-gvern m'għandux ibiddel ir-rati tat-taxxa.", "Madankollu l-gvern għandu jikkonsidra kif jaġġusta l-bands tat-taxxa ħalli nagħtu inċentiv akbar lil min irid jaħdem tassew.", "Iddeċidejna, wara analisi dettaljata, li nbiddlu l-istruttura preżenti tal- bands tat-taxxa biex inħajru lil min irid jaħdem.", "L-għan ewlieni wara din il-bidla hu li nnaqqsu d-diżinċentiv li hemm illum għal min irid jaħdem aktar.", "Illum għandna min jirrifjuta li jagħmel is-sahra għax jaħseb li se jkollu jħallas rata ta' taxxa ogħla milli jekk imur jagħmel part-time bil- 15%.", "Din il-bidla se tfisser tnaqqis ta' madwar Lm12 miljun fid-dħul tal- gvern mit-taxxa tad-dħul.", "Tabelli 19 u 20 juru l-faxex ġodda għall- komputazzjoni konġunta u komputazzjoni separata rispettivament:", "Tabella 19 |Rati Riveduti tat-Taxxa fuq id-Dħul | |ta' koppja miżżewġa li tagħmel | |dikjarazzjoni konġunta | |Rati Preżenti |Rati Riveduti | |Dħul sa |Rata |Dħul sa |Rata | | | | | | | 0 - 4300 |0 |0-4500 |0 | |4301 - 6000 |15 |4501-8000 |15 | |6001 - 7250 |20 | | | |7251 - 8500 |25 |8001-10000 |25 | |8501 - 10000 |30 | | | |10000+ |35 |10000+ |35 |", "Tabella 20 |Rati Riveduti tat-Taxxa fuq id-Dħul | |ta' dikjarazzjoni separata | |Rati Preżenti |Rati Riveduti | |Dħul sa |Rata |Dħul sa |Rata | | | | | | |0 - 3100 |0 |0-3250 |0 | |3101 - 4100 |15 |3251-5500 |15 | |4101 - 5000 |20 | | | |5001 - 6000 |25 |5501-6750 |25 | |6001 - 6750 |30 | | | |6751+ |35 |6751+ |35 |", "Bil-bidla li qiegħed inħabbar illum, f'każ ta' komputazzjoni konġunta, l- ammont mhux taxxabbli fl-ewwel kategorija se jogħla b'Lm200 għal Lm4,500.", "Biex tassew ninċentivaw lil min irid jaħdem, il-band tad-dħul intaxxata bi 15% se tiġi estiża b'Lm2,000 minn Lm6,000 għal Lm8,000.", "B'hekk tispiċċa r- rata ta' 20%.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Il-band ta' 25% se togħla b'Lm750 u tiġi estiża sa Lm10,000 biex b'hekk tispiċċa r-rata ukoll ta' 30%.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Koppja li ma taqlax aktar minn Lm8,000 fis-sena, b'din ir-riforma se tiffranka sa Lm168 fis-sena f'taxxa fuq id- dħul.", "Jekk taqla' bejn Lm8,000 u l-Lm10,000, din il-familja se tibbenifika minn tnaqqis fit-taxxa ta' bejn Lm168 u Lm243 fis-sena.", "F'każ ta' komputazzjoni separata, l-ammont mhux taxxabbli se jogħla b'Lm150 għal Lm3,250.", "Biex tassew ninċentivaw lil min irid jaħdem, il-band tad-dħul intaxxata bi 15%, se tiġi estiża b'Lm1,400 għal Lm5,500.", "B'hekk tispiċċa r- rata ta' 20%.", "Il-band ta' 25% se togħla b'Lm1,750 u tiġi estiża sa Lm6,750 biex b'hekk tispiċċa r-rata ta' 30% għal dan is-settur.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Dan ifisser li persuna mhux miżżewġa li taqla' bejn Lm4,500 u Lm5,500 fis-sena, se tiffranka bejn Lm43 u Lm118.", "Min jaqla' bejn Lm5,500 u Lm7,000 se jiffranka bejn Lm118 u Lm143 fis-sena.", "Dan ifisser li koppji li bejniethom jaqilgħu bejn Lm11,000 u Lm14,000, u li jagħżlu komputazzjoni separata, se jiffrankaw bejn Lm236 u Lm286.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "Il-messaġġ huwa ċar.", "Il-gvern jemmen li taxxa medja ta' 15% sa massimu ta' 25% huwa kontribut raġonevoli għall-ħteġijiet finanzjarji tal-pajjiż.", "Mhux eskluż li jekk il-miri finanzjarji jkomplu jintlaħqu u l-ekonomija tassew tirrispondi b'mod pożittiv għal din il-miżura, il-gvern ikompli b'din ir- riforma u jibda japplika r-rata ta' 35% aktar tard minn kif inhi bħalissa.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Fil-bidla li se nwettqu fuq il-bands ta' dawk li jagħmlu l-komputazzjoni separata u dawk li jgħixu waħedhom, qed tipprova tilħaq l-istess għan, dak li tinċentiva lil min irid jaħdem.", "Tabelli 21 u 22 jindikaw l-impatt pożittiv tal-bands il-ġodda.", "Tabella 21: Komputazzjoni Konġunta", "|Komputazzjoni Konġunta | |Dħul |Tnaqqis | | |fit-Taxxa | |0-4300 |0 | |4500 |30 | |5000 |30 | |5500 |30 | |6000 |30 | |6500 |55 | |7000 |80 | |7500 |118 | |8000 |168 | |8500 |168 | |9000 |193 | |9500 |218 | |10000 |243 | |10500+ |243 |", "Tabella 22: Komputazzjoni Separata", "|Komputazzjoni Separata | |Dħul |Tnaqqis | | |fit-Taxxa | |0-3100 |0 | |3250 |23 | |3500 |23 | |4000 |23 | |4500 |43 | |5000 |68 | |5500 |118 | |6000 |118 | |6500 |143 | |7000 |143 | |7500 |155 |", "Ħadna wkoll id-deċiżjoni li l-ħlas ta' rifużjonijiet li d-Dipartiment tat- Taxxi Interni għandu jagħti lil diversi individwi u kumpaniji għas-snin l- imgħoddija ma jibqgħux ikunu posposti aktar għal żmien indefinit.", "Għalhekk matul is-sena d-dieħla, kulmin għandu jieħu xi ħlas lura tat-taxxa se jkun informat bl-ammont li għandu jieħu u kif se jitħallas.", "L-ammonti dovuti għandhom jitħallsu fiż-żmien stipulat.", "Il-medja prevista tkun ta' 12-il xahar u tasal sa massimu ta' 36 xahar fejn l-ammonti huma sostanzjali.", "Id- dipartiment se jintrabat li jħallas imgħax ta' 1% fix-xahar jekk dawn il- miri ma jinlaħqux.", "B'hekk ikun ittieħed pass ieħor li ma jħallix lil kulmin ħallas xi taxxa żejda fil-għama.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "Għajnuna supplimentari", "B'seħħ mill-1 ta' Jannar 2007, il-gvern qed iżid ir-rata tal-benefiċċju supplimentari kemm għal koppja miżżewġa kif ukoll għal persuna waħedha.", "Dan il-benefiċċju jipprovdi dħul addizzjonali għal min id-dħul tiegħu huwa baxx u ma jibbenifikax mill-allowance tat-tfal.", "Għall-koppja miżżewġa dan il-benefiċċju se jiżdied b'minimu ta' Lm15 fis-sena u b'massimu ta' Lm20 fis-sena skond id-dħul tal-koppja.", "Għal persuna waħedha, dan il-benefiċċju se jiżdied b'minimu ta' Lm12.50 fis-sena u b'massimu ta' Lm15 fis-sena dejjem skond id-dħul tal-persuna.", "Huwa stmat li dan l-aġġustament se jfisser żieda ta' Lm250,000 fis-sena fuq dan il-benefiċċju għas-sena 2007.", "Taxxa fuq l-ivvjaġġar bl-ajru", "Issa li se nkunu lħaqna l-miri finanzjarji tagħna u fl-isfond tal-miżuri tat-taxxa li għadni kif ħabbart, b'effett mill-1 ta' Ġunju 2007, se nneħħu l-Lm10 mit-taxxa ta' l-ivvjaġġar li konna daħħalna f'Awissu tas-sena li għaddiet.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "Pensjoni tad-diżabilità severa", "Fil-baġit ta' sentejn ilu konna ħadna l-miżura li meta żewg persuni b'diżabilità li jkunu qed jirċievu l-pensjoni tad-diżabilità severa jiżżewġu, dawn ma jitilfuhiex.", "Naf personalment li din il-miżura diġa` għamlet differenza fil-ħajja tan-nies.", "Se nimxu pass ieħor.", "Persuna b'diżabilità li tkun qed tirċievi l-pensjoni tad-diżabilità severa u tiżżewweġ persuna mhux b'diżabilità ma titlifx il-pensjoni minħabba d-dħul ta' min tiżżewweġ fl-ewwel ħames snin taż-żwieġ.", "B'din il-miżura, il- pensjoni tad-diżabilità severa tkompli tkun ta' għajnuna finanzjarja għall- persuna konċernata fl-ewwel ħames snin taż-żwieġ.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "Pensjoni tar-romol", "Fil-konsultazzjoni wiesgħa li saret qabel dan il-baġit, kelli x-xorti li niltaqa' ma' żewġ sitwazzjonijiet ta' persuni romol li spjegawli kif il- baġit jista' jkun ta' għajnuna għalihom.", "Armla ta' tlett itfal li spiċċaw l-edukazzjoni sekondarja spjegatli li kien se jkollha tnaqqas is-sigħat li taħdem biex ma taqlax aktar mill-paga minima għax inkella kienet titlef il- pensjoni tar-romol.", "U dan fiż-żmien meta l-ispejjeż tat-tfal tagħha kienu jiżdiedu aktar ma jikbru.", "Armla oħra kellmitni fuq il-fatt li xtaqet terġa' tiżżewweġ imma li meta tiżżewweġ kienet titlef il-pensjoni tagħha.", "Il-gvern sema' dawn l-istejjer u ddeċieda li f'dan il-baġit nirranġaw din is-sitwazzjoni.", "B'seħħ mill-1 ta' Jannar 2007, armla jew armel b'pensjoni tar-romol jibqgħu intitolati għal rata fissa ta' din il-pensjoni meta jaqilgħu aktar mill-paga minima u fl-ewwel ħames snin taż-żwieg.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "Taxxa fuq dokumenti u trasferimenti", "Se nemendaw it-taxxa fuq dokumenti u trasferimenti skond kif spjegat f'tabella 23 sabiex ngħinu lill-koppji meta jirtu mingħand xulxin.", "Effettivament se nkunu qed innaqqsu din it-taxxa.", "Tabella 23 Illum meta persuna tiret propjeta li kienet ir-residenza tal-persuna li minnha oriġina t-trasferiment, l-ewwel Lm10,000 tal-valur tal-propjetà huma eżenti mit-taxxa.", "Qegħdin nestendu dan il-valur għal Lm15,000.", "Fl-istess waqt, jekk il-persuna li tiret il-propjeta kif insemmi hawn fuq tkun tgħix mal-persuna li minnha oriġina t-trasferiment, din il-persuna tħallas ir-rata konċessjonarja ta' 3.5 fil-mija, minflok il-5 fil-mija fuq it-tieni Lm10,000.", "Din ir-rata konċessjonarja ta' 3.5 fil-mija issa se tapplika fuq it-tieni Lm15,000.", "Hemm regola oħra li meta persuna tkun tgħix fil-fond li tiret u li fih ma tkunx tgħix il-persuna li minnha oriġina t-trasferiment, l-ewwel Lm20,000 tal-valur tal-propjeta tattira r-rata ta' 3.5 fil-mija minflok 5 fil-mija.", "Din l-Lm20,000 se tkun estiża għal Lm30,000 tal-valur tal-propjeta.", "Securitisation", "Hawn ammont ta' nies li ilhom jistennew snin twal sabiex jitħallsu mill- gvern wara l-esproprjazzjoni ta' l-art tagħhom.", "Il-gvern, permezz tal-liġi tas-securitisation, kif spjegat f'tabella 24, se jwaqqaf fond ta' Lm20 miljun sabiex jinqatgħu aktar malajr dawn il-pendenzi.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "Tabella 24: Fond tal-Propjetà", "Bħalissa għandna numru kbir ta' persuni li għadhom qed jistennew kumpens għal dik l-art li tteħditilhom mill-Gvern għal skopijiet pubbliċi.", "Illum, il-liġi tas-Securitisation qed toffrilna opportunità ġdida biex il- Gvern jonora l-obbligi tiegħu ħafna aktar qabel milli kieku nibqgħu għaddejjin bil-prattiċi ta' dawn l-aħħar snin.Tajjeb ngħid li dawn il- kredituri diġà sar provvediment għalihom matul is-snin u, għaldaqstant, dak li qed nipproponi f'dan il-Baġit mhu se jkollu l-ebda mpatt fuq id-dħul tal- Gvern, billi għandu jitqies biss bħala finanzjament skond ir-regoli tal- European System of Accounts (ESA) tal-1995.", "Matul is-sena d-dieħla, il-Gvern se jpoġġi numru ta' propjetajiet tiegħu ġewwa fond, amministrat minn istituzzjoni finanzjara li se tintagħżel wara li ssir sejħa għall-offerti, u li se tkun ikkwotata fuq il-Borża ta' Malta.", "Il-Fond għandu joffri lil dawn il-kredituri tal-Gvern, bonds li jimmaturaw wara għaxar snin b'rata ta' imgħax.", "L-akbar vantaġġ ta' din l-iskema hi li min ikun irid jillikwida dan l-investiment jew jissellef fuqu, ikun jista' jagħmel dan billi jew ibiegħ l-bonds fuq il-Borża ta' Malta jew inkella juża l-istess bond sabiex jagħmel tajjeb għal self ieħor.", "Il- parteċipazzjoni f'dawn il-bonds se ssir b'offerta, iżda min għandu jieħu mingħand il-Gvern fuq propjetà esproprijata se jingħata priorità bi preferenza għall-mijiet ta' sidien żgħar li ilhom jistennew snin twal għall- kumpens dovut.", "Id-dokument tat-twaqqif ta' dan il-fond, stmat b'valur ta' Lm20 miljun, se jorbot lill-istituzzjoni finanzjarja bi proċeduri ta' trasparenza u kontabbilità, fuq kif tista' tiddisponi mill-propjetà fil-fond, l-obbligi tagħha ta' ħlas, l-imgħax annwali lill-bond holders u l-kapital meta jagħlqu l-bonds wara għaxar snin.", "Kumpens għall-għoli tal-ħajja", "Iż-żieda għall-għoli tal-ħajja din is-sena, kif maħduma fuq ir-rata tal- inflazzjoni li toħroġ mill-indiċi tal-prezzijiet bl-imnut, għandha tkun ta' Lm2.25 fil-ġimgħa.", "Bħal dan iż-żmien sena konna għaddejjin minn ċirkostanzi speċjali bħala riżultat taż-żieda qawwija fil-prezzijiet taż-zejt.", "Dakinhar konna bassarna li bħala riżultat ta' dan, l-għoli tal-ħajja għal din is-sena kien se jkun kemmxejn ogħla.", "Sabiex jagħmel tajjeb għal dan, fil-baġit tas-sena li għaddiet, il-gvern ta żieda ta' 50 ċenteżmu mill-kumpens għall-għoli tal- ħajja ta' din is-sena bil-quddiem.", "Dan l-ammont ta' 50 ċenteżmu huwa parti miż-żieda ta' Lm2.25 imsemmija hawn fuq.", "Ħarsitna 'l Quddiem", "Mr Speaker, dan huwa baġit li bħall-baġit tas-sena li għaddiet ma jagħmel ebda żidiet fit-taxxi.", "Jimxi pass ieħor b'aġġustamenti tat-taxxa fuq id- dħul biex jippremja lil min jaħdem.", "Huwa baġit li jsaħħaħ il- parteċipazzjoni tal-mara fis-soċjetà Maltija.", "Huwa baġit li minnu se jgawdu l-familji Maltin kollha.", "Meta ngħidu li flimkien irridu nibnu ġejjieni fis-sod għal uliedna ma nkunux qed nitkellmu dwar xi ħaġa fil-bogħod.", "Il-ġejjieni jibda llum għax jissawwar b'dak li nagħmlu jew ma nagħmlux mil-lum.", "Ma nistgħux nitfgħu fil- ġenb il-problemi li għandna llum għax ngħidu li fadal iż-żmien.", "Il-gvern insista li jiffaċċja l-problema tal-pensjonijiet illum biex uliedna ma jiġux iffaċċjati bi kriżi għada.", "Hekk jistenna l-poplu Malti minn tmexxija serja.", "Il-baġit li ippreżentajt illum huwa ġebla fil-binja li flimkien irridu ntellgħu għal ġejjieni fis-sod.", "Kull miżura li qed nieħdu rridu nanalizzawha f'dan id-dawl: Kemm tgħin biex waqt li llum ikun tajjeb, għada jkun aħjar?", "Id-dinja li uliedna se jkunu jgħixu fiha 10, 15 u 20 sena oħra se tkun differenti mid-dinja li fiha qed ngħixu llum.", "Kif se tkun eżatt ħadd ma jaf imma tiddependi ħafna minna llum.", "Iżda fil-ħżuż li qed jitfasslu llum, nistgħu nilmħu l-qafas ta' l-istampa ta' għada li qed tissawwar.", "Se jkollna dinja dejjem aktar dominata mit-teknoloġija ta' l-informazzjoni.", "Irridu niżguraw li t-teknoloġija tkun għas-servizz tal-bniedem u mhux bil- maqlub.", "It-teknoloġija trid titfassal fuq ix-xbieha tal-bniedem u mhux il- bniedem fuq ix-xbieha tat-teknoloġija.", "L-investiment qawwi li qed nagħmlu fl-edukazzjoni ta' uliedna jagħtihom iċ-ċavetta biex jiftħu l-bibien tal- ġejjieni, jaħkmu u mhux jinħakmu mill-possibbiltajiet li se toffri din id- dinja.", "Irridu nassiguraw irwieħna li dawk fost uliedna li għal xi raġuni, ma jkunux jistgħu jaħkmu l-possibbiltajiet il-ġodda, ma jaqgħux fil-ġenb tas- soċjetà u jaqgħu lura.", "Dawn uliedna wkoll u rridu inwieżnuhom biex id- dinjità tagħhom qatt ma tkun imkasbra u huma wkoll iridu jilħqu l-mira tagħhom.", "Fid-dinja tal-ġejjieni, is-soċjetà se tibqa' tkun aktar importanti mill- Istat.", "F'din is-soċjetà, jingħataw aktar u aktar importanza u setgħa l- organizzazjonijiet mhux governattivi li jifformaw is-soċjetà ċivili.", "Irridu nsibu l-mod kif inkomplu nsaħħu l-isforzi ta' dawn l- organizzazjonijiet.", "Flimkien ma' l-Istat huma joħolqu soċjetà mibnija fuq nisġa ta' komunikazzjoni li tassew tistħoqq lil uliedna u li tissodisfa l- ħteġijiet u l-ħiliet varji tagħhom.", "Fil-bini ta' ġejjieni fis-sod għal uliedna hemm post importanti wkoll għal min ma jaqbilx mal-politika tagħna.", "Id-diskussjoni dwar soluzzjonijiet alternattivi għal dak li jagħmel il-gvern u għal dak li qed jipproponi f'dan il-baġit, isaħħaħ il-ġejjieni ta' uliedna.", "Hemm affarijiet li ma jimpurtax li ma naqblux dwarhom.", "Imma hemm ħwejjeġ oħra li jeħtieġu li kulħadd, inkluż l-oppożizzjoni, niġbdu l-istess linja.", "Nemmen li l-poplu tagħna huwa għatxan li jarana naħdmu aktar flimkien.", "Jeħtieġ li naħdmu aktar flimkien biex uliedna jkollhom ġejjieni fis-sod.", "Aħna lkoll familja waħda u huwa biss bħala familja waħda li nistgħu nikbru aktar b'saħħitna.", "L-aħħar kelma.", "Uliedna jkollhom ġejjieni fis-sod jekk aħna, il-Maltin u l- Għawdxin tal-lum, ikollna fiduċja fina nfusna u fil-ħiliet tagħna.", "Flimkien diġa` mxejna ħafna u rbaħna kemm-il sfida.", "Flimkien nibnu ġejjieni aħjar għalina u ġejjieni fis-sod għal uliedna.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "Mr Speaker, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Diskors tal-Budget 2007;", "Estimi Finanzjarji 2007;", "Economic Survey (Ottubru 2006);", "Proklama Nru. VII ta' l-2006 dwar l-Abbozz ta' Liġi biex jimplimenta diversi miżuri ta' l-Estimi u miżuri amministrattivi oħra;", "Kopja draft ta' Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jimplimenta diversi miżuri ta' l-Estimi Finanzjarji għall-2007 u miżuri amminstrattivi oħra\"; u Dokument \"Strateġija għall-Industrija ta' Malta: 2007-2010 – Ngħinu lill-Industrija Tikseb Valur Miżjud ta' Kwalita` Għolja u Tkabbir tal- Produttivita`\".", "MR SPEAKER: Nirringrazzja lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi għad- diskors tiegħu.", "Nirringrazzja wkoll lill-impjegati tat-televiżjoni u nitlobhom jirtiraw mill-Kamra.", "L-impjegati tal-Public Broadcasting Services irtiraw mill-Kamra ABBOZZ TA' LIĠI BIEX JIMPLIMENTA MIŻURI TA' L-ESTIMI FINANZJARJI GĦALL-2007 U MIŻURI AMMINISTRATTIVI OĦRA", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sur President, nitlob il-permess tal-Kamra sabiex inressaq l-Ewwel Qari ta' Abbozz ta' Liġi mingħajr avviż.", "MR SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sur President, nipproponi l-Ewwel Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi biex jimplimenta miżuri ta' l-Estimi Finanzjarji għall-2007 u miżuri amministrattivi oħra.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni): Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jimplimenta miżuri ta' l-Estimi Finanzjarji għall-2007 u miżuri amministrattivi oħra\" jkun moqri l-Ewwel Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri l-Ewwel Darba.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Nitlob lill-Viċi Prim Ministru biex, jekk jogħġbu, jressaq l-Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "TONIO BORG: Sur President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tnejn, 23 ta' Ottubru, 2006 fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi tal-Liġijiet tal-Pulizija - Tieni Qari (Kont);", "Diskussjoni miftuħa dwar rapport maħruġ mis-Segretarjat għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed - Kontinwazzjoni;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Sigurta` Soċjali (Emenda Nru. 2) - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta (Emenda Nru. 2) - Tieni Qari; u xi aġenda oħra li ttista' tiġi komunikata aktar tard. --------------------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Reġistru Ċentrali - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili (Emenda Nru 2) - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it-Tnejn, 23 ta' Ottubru, 2006 fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fit-8.25 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "DAWL U ILMA", "20920.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm azjendi jew organizzazzjonijiet hawn jaħdmu bi qligħ li għandhom kontijiet pendenti mal-WSC u/jew ma' l-Enemalta?", "Kemm hemm azjendi li nqatalhom id- dawl jew ilma din is-sena?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "UFFIĊJALI PUBBLIĊI", "20921.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm nies ittellgħu l-qorti akkużati li kkorrompew uffiċjali pubbliċi din is-sena u fejn kienu jaħdmu l-uffiċjali?", "ONOR.", "TONIO BORG: Bejn Jannar u Settembru ta' l-2006 il-pulizija bdiet proċeduri kriminali kontra tmien persuni talli b'xi mod ikkorrompew xi uffiċjal pubbliku.", "Ħamsa minn dawn l-uffiċjali pubbliċi kienu jaħdmu ma' l- ADT u wieħed kien membru tal-korp tal-pulizija.", "KAŻI TA' VANDALIŻMU", "20922.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm każi ta' vandaliżmu ġew rappurtati din is-sena, ta' liema tip u fejn seħħew?", "ONOR.", "TONIO BORG: Bejn Jannar u Settembru ta' l-2006 ġew rappurtati lill- pulizija 2,126 każ ta' ħsara volontarja - minn dawn erbgħa kienu jirrigwardaw ħsarat f'monumenti.", "Dawn kienu:", "*kliem biż-żebgħa mal-pedestal tal-monument li hemm mar-roundabout fit-tarf ta' Triq San Tumas f'Ħal Luqa;", "*twaqqiegħ minn niċċa ta' statwa tal-Madonna fl-Imġarr;", "*kliem biż-żebgħa mal-pedestal mal-Mafkar ta' George Stevens fil-Fgura u *żebgħa mal-monument fil-Ġnien Hastings il-Belt.", "UFFIĊJALI PUBBLIĊI", "20923.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm nies ittellgħu l-qorti talli aggredew xi uffiċjal pubbliku din is-sena?", "Xi grad kellu l-uffiċjal?", "ONOR.", "TONIO BORG: Bejn Jannar u Settembru ta' l-2006 il-pulizija bdiet proċeduri kriminali kontra 128 persuna talli b'xi mod aggredew uffiċjal pubbliku.", "It-tagħrif mitlub fl-aħħar parti tal-mistoqsija mhux disponibbli.", "BOMB HOAXES", "20924.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm bomb hoaxes saru kull sena għal dawn l-aħħar ħames snin, fejn u kemm ġew solvuti?", "ONOR.", "TONIO BORG: It-tagħrif mitlub hu kif jidher mit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.", "Ninsab infurmat ukoll illi tlett każi ġew solvuti.", "PULIZIJA – SISTEMA ELETTRONIKA TAS-SWABA", "20925.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid min huma dawk ir- rankijiet tal-korp tal-pulizija li qed jużaw il-finger print clock meta jidħlu jew jitilqu mix-xogħol?", "ONOR.", "TONIO BORG: Il-membri tal-korp u l-impjegati ċivili kollha li jaħdmu fil-kwartieri ġenerali tal-pulizija, irrispettivament mill-grad tagħhom, qed jużaw is-sistema elektronika tas-swaba' kull meta jidħlu jew joħorġu mill-kwartieri ġenerali.", "SKEJJEL TA' L-ISTAT - GĦALLIEMA LI WASLU BIEX JIRTIRAW", "21078.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid kemm għalliema hemm fl- iskejjel ta' l-istat li mistennija jirtiraw bl-eta' f'din is-sena skolastika?", "X'suġġett jgħallmu u f'liema skejjel qegħdin?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: F'din is-sena skolastika 2006/2007, 54 għalliem/a se jagħlqu 60 sena – għaxra minnhom diġa' irtiraw jew informaw li se jirtiraw malli jilħqu s-60 sena, filwaqt li 40 għalliem mistennija jilħqu l-eta' ta' 61 sena matul din is-sena skolastika.", "Dawn l-għalliema mqassmin hekk:", "| |Primar|Sekondarj|Sezzjonijiet| | |ja |a |oħra | |60 |2 |6 |2 | |sena | | | | |61 |15 |19 |6 | |sena | | | |", "Is-suġġetti li jgħallmu l-għalliema li jinsabu fl-iskejjel sekondarji huma dawn:", "Matematika, Franċiz, Arti, Craft, Ingliż, Xjenza, Malti, Għarbi, Storja, Fizika, Komunikazzjoni Grafika, Teknoloġija ta' l-Informatika, Needlework, Business Studies u Edukazzjoni Fizika.", "KAPIJIET TA' SKEJJEL", "21079.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid matul din is-sena skolastika kemm kapijiet u assistenti kapijiet se jirtiraw minħabba l-eta' u f'liema skejjel qegħdin?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Żewġ kapijiet ta' skola primarja se jagħlqu 60 sena u se jirtiraw u sebgħa kapijiet ta' skola – ħamsa minn skejjel primarji u tnejn minn skejjel sekondarji - mistennija jagħlqu 61 sena.", "Informat ukoll li żewġ assistenti kapijiet ta' skola - waħda primarja u oħra sekondarja - se jirtiraw wara li jagħlqu s-60 sena, filwaqt li 14-il assistent kap ta' skola – disgħa minn skejjel primarji u ħamsa minn skejjel sekondarji - mistennija jagħlqu 61 sena.", "GĦALLIEMA FI SKEJJEL TA' L-ISTAT", "21080.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid kemm għalliema ggradwaw u kemm minnhom ġew impjegati fl-iskejjel ta' l-Istat matul din is-sena skolastika?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif mitlub se jitpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "REĠISTRAZZJONI TA' VAPURI", "21081.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid x'inhu t-tunnellaġġ ta' vapuri minbarra jottijiet reġistrati taħt il-bandiera Maltija?", "Jista' jgħid ukoll kemm kien hemm inċidenti li kienu nvoluti fihom matul din is-sena?", "Fejn seħħew u ta' liema tip kienu?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Filwaqt li nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 14273, ninformah li l-kumplament tar-risposta għadha qed tinġabar u tingħata aktar 'il quddiem.", "REĠISTRAZZJONI TA' JOTTIJIET", "21082.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' jottijiet reġistrati taħt il-bandiera Maltija?", "Kemm minnhom jorbtu fil-marinas Maltin?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: In-numru ta' jottijiet taħt il-bandiera Maltija hu ta madwar 1,900 b'933 minnhom għandhom berth fil-faċilitajiet ta' l-awtorita' marittima.", "BINI TA' MARINAS", "21083.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid x'inhi l-politika tal-gvern dwar bini ta' marinas għal jottijiet?", "Hemm xi studji li qed isiru għal postijiet partikolari?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Il-politika tal-gvern hija favur żvilupp sostenibbli fil-qasam tal-yachting - l-ewwel permezz ta' yacht marinas żviluppati u mmexxija mill-awtorita' marittima u aktar tard permezz ta' żvilupp li sar f'dan il-qasam mis-settur privat.", "Għal dan il-għan, fl-1996 l-awtorita' ta' l-ippjanar, flimkien ma l-awtorita' marittima, kienu nedew il-yachting subject study li permezz tiegħu ġew identifikati numru ta' siti li possibbilment setgħu jiġu żviluppati bħala yacht marinas.", "Bħala riżultat qegħdin jiġu nvestigati, aktar fil-fond permezz ta' studji tekniċi, żewġ siti partikolari ġewwa x-Xemxija u Marsaskala.", "L-awtorita' taqbel ukoll li għandha ssir yacht marina oħra f'Għawdex.", "Barra min dan, qegħda tiġi mistħarrġa l-possibbilta' li tiġi ntrodotta sistema ta' irmiġġi temporanji għall-yachts f'lokalitajiet differenti sabiex tilqa' għad-domanda minn visiting yachts barranin.", "Minbarra dan, l-awtorita' marittima tintalab tgħaddi l-kummenti tagħha meta jkun hemm talbiet ta' żvilupp ta' marinas mis-settur privat.", "GARAXX TAL-GVERN", "21147.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 21032, peress li xhur ilu ġejt imwiegħed f'risposta għall-mistoqsija parlamentari li se ssir spezzjoni ta' garaxx tal-gvern li għandu mikri għandu persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, minħabba periklu ta' saqaf bil-ħsara, jista' il-Ministru jgħid meta se ssir l-ispezzjoni meħtieġa peress li baqgħet ma saritx?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "SANTA MARIA ESTATE - PJAN LOKALI", "21148.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 20879, jista' il-Ministru jagħti t-tagħrif meta u kif saret il- konsultazzjoni pubblika fuq il-pjan tal-Majjistral ta' Malta?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Il-konsultazzjonijiet fuq il-pjan tal-Majjistral ta' Malta saru skond il-provedimenti ta' Artiklu 27 ta' l-Att dwar l- Ippjanar ta' l-Iżvilupp, liema artiklu jikkontempla perijodu b'minimu ta' sitt gimgħat wara li l-abbozz tal-pjan lokali joħrog fid-dominju pubbliku.", "L-istess att ma jikkontemplax konsultazzjonijiet addizzjonali.", "TRIQ MANOEL DE VILHENA, GŻIRA", "21149.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 20880, jista' il-Ministru jgħid jekk saritx l-ispezzjoni msemmija u x'irriżulta?", "Jekk ma saritx, meta se ssir?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-ispezzjoni fil-post imsemmi diġa' saret u nstab li l- garaxx in kwestjoni ilu jopera għal numru ta' snin bħala garaxx ta' mekkanik.", "Informat li l-uffiċjali ta' l-awtorita' tas-sigurta' u s-saħħa fuq il-postijiet tax-xogħol irrappurtaw li l-garaxx huwa organizzat, nadif u b'extractor addatt li ma jarmix dħaħen barra lejn in-nies.", "Il-kwestjoni mhix ġudikata waħda ta' saħħa li taqa' fil-mansjoni ta' l- awtorita' ta' saħħa u ħarsien fuq il-post tax-xogħol.", "TOROQ F'SAN PAWL IL-BAĦAR", "21150.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jgħid meta hemm ħsieb li jsiru x-xogħlijiet meħtieġa biex ir-residenti ta' Trejqet Toni Fenech u Triq ġdida fi Triq Katerina Vitale, San Pawl il-Baħar ikollhom toroq diċenti?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Dawn it-toroq imsemmija jinsabu fil-programm ta' bini ta' toroq ġodda li d-direttorat ħejja, li jkopri l-perijodu mill-2006 sa l-2008.", "BEJJIEGĦA TAT-TIME SHARE", "21151.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid x'passi konkreti qed jittieħdu biex jinqatgħu l-abbużi li qed ikomplu jagħmlu bejjiegħa tat-time share (OPCs) minkejja li daħal fis-seħħ avviż legali ġdid biex jaqta' tali abbużi?", "Jista' jagħti rendikont ta' abbużi maqbuda u nvestigati mid-dħul ta' dan l- avviż legali?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Mid-19 ta' Ġunju sat-8 ta' Ottubru, 119-il bejjiegħ, magħrufa aħjar bħala promoturi tat-timeshare (OPC), ġew avviċinati u ċċekkjati li 13 minnhom qed jiġu investigati.", "Rendikont tat- 18-il akkuża lil dawn it-13-il persuna huma hekk:", "*Ħarġu tliet akkużi li ħadmu bla liċenzja;", "*Ħarġu erbgħa akkużi li kienu aggressivi fl-atteġġjament tagħhom;", "*Ħarġu ħames akkużi peress li ma esponewx biżżejjed l-identity tag tagħhom", "*Ħarġu sitt akkużi li għamlu promozzjoni mill-vettura.", "Ħamsa minn dawn it-13-il persuna ġew akkużati b'iktar minn reat wieħed.", "SERVIZZ TA' FACILITATOR", "21152.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid x'arranġamenti saru mat-tifel li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, bi bżonnijiet speċjali li tneħħietlu l-facilitator?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-facilitator li kellu s-sena l-oħra ma tneħħielux.", "ENEMALTA - PETROLEUM DIVISION", "21156.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 21039 u jgħid jekk hemmx ħsieb li tiġi privatizzata l-petroleum division ta' l-Enemalta?", "L-aviation fuel se jiġi privatizzat separatament?", "Jista' jikkonferma li l-Enemalta qabbdet ħaddiema barranin f'din is-sezzjoni?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Il-korporazzjoni Enemalta għandha l-ħsieb li tikkummerċjalizza d-diviżjoni tal-Petroleum inkluż l-aviation u qed isir xogħol fuq ir-request for proposal relattiv (RFP).", "Mhux minnu li l-Enemalta qabbdet ħaddiema barranin fis-sezzjoni ta' l- avjazzjoni.", "PROĠETTI FINANZJATI MILL-UE", "21172.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' il- Ministru tirrispondi mistoqsija parlamentari 20218?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "MINISTERU GĦAL GĦAWDEX", "21173.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' il- Ministru tgħid hux qed isir studju mill-Management Efficiency Unit għar- ristrutturazzjoni tal-ministeru tagħha?", "Jekk fl-affermattiv, meta ngħata l- inkarigu lil din il-unit biex tagħmel l-istudju?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: S'issa mhu qed isir l-ebda studju mill-Management Efficiency Unit għar-ristrutturazzjoni tal-Ministeru għal Għawdex.", "GĦAWDEX - FONDAZZJONI GĦAS-SERVIZZI MEDIĊI", "21174.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim MInistru jekk jogħġbu jirrispondi mistoqsija parlamentari 20215?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "MINISTERU GĦAL GĦAWDEX", "21175.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 20212, peress li jidher li jista' ikun li n-normi u l-prinċipji etiċi, deontoloġiċi u regolamentari mhux dejjem ġew rispettati, tista' il-Ministru tpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tad-dokumenti mitluba?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: M'għandix x'inżid mat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 20212.", "IMPJANT GĦAT-TRATTAMENT TAD-DRENAĠĠ", "21176.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' il- Ministru tgħid x'jonqos isir biex titlesta l-infrastruttura fuq is-sit għat- twaqqif ta' l-impjant innifsu li se jkun jitratta d-drenaġġ f'Għawdex?", "X'sar s'issa fuqu?", "Min huma l-kuntratturi?", "Meta mistenni jkun ikkummissjonat l-apparat li jitratta d-drenaġġ?", "X'sar s'issa biex jiġi prokurat dan l-apparat/makkinarju u x'jonqos isir?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Huwa stmat li tlesta madwar 40% tax-xogħol fuq l- impjant għat-tisfija tad-drenaġġ f'Għawdex.", "Il-kuntrattur huwa l-joint venture Degremont Italia SpA u C&F Building Contractors Ltd.", "L-impjant mistenni jibda jopera għal nofs is-sena 2007.", "Ix-xogħol tat-tħammil u skavar tlesta.", "Bħalissa għaddej il-bini ta' diversi strutturi, fosthom tankijiet.", "L-istallazzjoni ta' l-apparat jibda għal bidu tas-sena 2007.", "ASFALTAR TA' TOROQ F'GĦAWDEX", "21177.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 15937, tista' il-Ministru tgħid x'xogħlijiet saru s'issa ta' asfaltar fuq kull waħda mit-toroq imsemmija u kemm kienet l-ispiża fuq kull waħda?", "Kemm kienet l-istima oriġinali ta' kull waħda?", "Min kien il-kuntrattur għal kull triq?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: L-informazzjoni mitluba hija skond kif jidher mit- tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.", "DEFENCE DIRECTOR", "21198.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jirrispondi t-tieni u t-tielet parti tal- mistoqsija parlamentari 20794 dwar id-defence dirctor fl-OPM?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Għar-rigward ta' ħatriet ta' kapijiet ta' dipartimenti, issir rakkmandazzjoni għal ħatra wara li jintgħażel l- uffiċjal l-aktar idoneu għal din il-pożizzjoni partikolari li tagħha tkun ħarġet is-sejħa.", "Nassigura lill-Onor.", "Interpellant li l-persuna appuntata għandha l- kwalifiċi, it-taħriġ u l-esperjenza neċessarji għall-kariga li nħatret fiha, in vista tal-pożizzjonijiet varji li kienet tokkupa tul il-perijodu li ħadmet mal-ministeru ta' l-affarijiet barranin.", "LAQGĦA ANNWALI TA' L-IMF", "21199.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid min irrappreżenta lil Malta fil- laqgħa annwali ta' l-IMF li saret dan l-aħħar?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Waqt il-laqgħa annwali ta' IMF, Malta kienet ġiet rappreżentata minn Michael Bonello, Governor Bank Ċentrali kif ukoll minn Alfred de Marco, Temporary Alternate Governor Bank Ċentrali.", "SUB-POST OFFICE F'ĦAD-DINGLI", "21212.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid f'liema stadju waslu t-talbiet għal ftuħ ta' sub-post office f'Ħad-Dingli peress li din hi faċilita' neċessarja ħafna f'dan ir-raħal?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 21119.", "CEO TA' HERITAGE MALTA", "21213.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jikkonferma jekk Heritage Malta hux se tkun mingħajr CEO sakemm il-persuna li ntgħażlet tibda x-xogħol is-sena d- dieħla?", "Min se jagħmilha ta' CEO matul dan il-perijodu?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi għat- tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 21120.", "CEO TA' HERITAGE MALTA", "21214.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid taħt liema kriterji ġie magħżul is-CEO ta' Heritage Malta meta dan m'għandu l-ebda esperjenza jew expertise fuq heritage management?", "Kemm kienu l-applikanti għal dan il-post, kemm ġew short-listed u kemm minnhom għamlu second interview?", "Il-bord ta' Heritage Malta kellu quorum meta approva din l-għażla?", "Il-kabinett approvaha din l-għażla?", "Jista' jikkonferma jekk saritx protesta ma' l-ombudsman minn xi applikanti għal mod kif saret l-għażla?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Il-bord iddeċieda favur dan l-applikant għax għaraf li għandu l-iskills meħtieġa u l-esperjenza fit-tmexxija ta' aġenzija kbira u kumplessa kif inhi Heritage Malta.", "L-applikant wera wkoll li għandu viżjoni ċara u sensittività kbira fir-rigward tal-wirt kulturali.", "Infakkar lill-Onor.", "Interpellant li anke s-CEO preċedenti ma kellhiex expertise f'Heritage Management.", "Dan ma żammhiex milli tmexxi l-aġenzija bl-aktar mod professjonali.", "Kien hemm ħames applikanti li ssejħu biex jagħmlu t-tieni intervista iżda wieħed minnhom irtira l-applikazzjoni.", "Il-bord approva din il-ħatra skond kif jitlob l-Att dwar il-Patrimonju Kulturali (Kap 445).", "Ninsab informat illi kien hemm quorum meta ttieħdet din id-deċiżjoni.", "L-aġenzija mhix informata li saret protesta ma' l-Ombudsman dwar din il- ħatra.", "COLLECTIVE AGREEMENT", "21216.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l- collective agreement ta' l-impjegati ta' l-awtorita' tad-djar, tan-nutara, tal-periti u ta' l-avukati?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal- ftehim kollettiv bejn l-awtorita' tad-djar u l-Union Ħaddiema Magħqudin dwar l-impjegati ta' l-awtorita' filwaqt li ninformah li dan il-ftehim ma jkoprix in-nutara, il-perita u l-avukat ta' l-awtorita'.", "POST TAĦT TITLU TA' PUSSESS U UŻU", "21217.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-post li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament hux milqut mil-liġi possession and use?", "Jekk fl-affermattiv, jista' jinxtara?", "ONOR.", "TONIO BORG: Il-post li rrifera għalih l-Onor.", "Interpellant huwa meħud mill-gvern taħt titlu ta' pussess u użu u għalhekk ma jistax jinbiegħ lill-inkwilin.", "NATIONAL HOUSING POLICY", "21218.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid f'liema stadju waslet in- national housing policy u meta se tkun ippreżentata lill-pubbliku għad- diskussjoni?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Kif żgur jifhem l-Onor.", "Interpellant, l-abbozzar tad-dokument indikat minnu jitlob ħiliet spjeċjalizzati li ma ssibhomx faċilment.", "Il-ministeru tiegħi kien identifika persuna biex titqabbad taħdem fuq dan id-dokument iżda, wara li din kienet indikat li kienet lesta li tagħmel dan ix-xogħol, sussegwentement ma ħaditx dan l-impenn.", "Madankollu l-ministeru tiegħi qed jagħmel ħiltu kollha biex tiġi identifikata persuna adatta u bil-kompetenzi meħtieġa li tidħol għal dan ix- xogħol.", "LIĠI TAL-KERA", "21219.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Għal snin twal smajna li se jkun hemm tibdil fil-liġi tal-kera.", "Tista' il-Ministru tgħid f'liema stadju waslet u meta mistennija tkun ippreżentata fuq il-mejda tal-Kamra?", "Tista' tikkonferma li kollox se jibqa' l-istess?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Kif kelli okkażjoni ngħid pubblikament, ix-xogħol biex tiġi ppubblikata l-white paper dwar ir-riforma fil-liġijiet tal-kera għadu għaddej.", "Fuq direzzjoni li ngħatajt mill-Kabinet fuq l-aħħar Memorandum ippreżentat dwar is-suġġett, il-ministeru qed jevalwa statistika rilevanti li ħarġet mill-aħħar ċensiment.", "Dan l-eżerċizzju hu meħtieġ biex wieħed ikollu stampa ċara u riċenti kemm jista' ikun tas-sitwazzjoni tas-settur.", "Il-ministeru qiegħed ukoll janalizza riformi simili li saru f'numru ta' pajjiżi oħra.", "Sa l-aħħar ta' dan ix-xahar hu mistenni li jkun tlesta dan ix-xogħol biex jitressaq lill-Kabinet li, wara li jeżamina d-dokumenti, l-informazzjoni u l-proposti sottomessi, jiddeċiedi meta għandha tiġi ppubblikata l-white paper.", "Għalhekk it-tweġiba għall-aħħar parti tal-mistoqsija hi fin-negattiv.", "AWTORITA' TAD-DJAR", "21220.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid meta mistennija ssir l- amalgamazzjoni tad-dipartimenti tal-gvern relatati mal-housing għal ma' l- awtorita' tad-djar?", "Min qed jieħu sehem f'dawn it-taħditiet?", "Kif se jaħdmu?", "X'se jiġri mill-ħaddiema u mill-professjonisti tad-dipartimenti tal-gvern meta jiġu amalgamati ma' l-awtorita' tad-djar?", "X'kondizzjonijiet u pagi se jkollhom?", "L-istess bħal ta' l-awtorita' tad-djar?", "Se jkollhom dritt jagħżlu jew imorru f'dipartimenti oħra tal-gvern?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Filwaqt li nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat- tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 20652, ninsab informata li bdew laqgħat ta' informazzjoni mal-unions li jirrappreżentaw il-ħaddiema kollha fis- settur.", "F'dan l-istadju nħoss li jkun prematur li nikkummenta aktar dwar is- suġġett.", "ĦADDIEMA BIR-REDUCE HOURS", "21230.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk hux se jestendi l-kondizzjoni tax-xogħol li tirregola li mara tista' taħdem mal-gvern b'reduced hours anke wara li t-tfal tagħha jkunu qabżu l-age limit ta' 12-il sena?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Il-benefiċċju li mpjegati mal-gvern jistgħu jaħdmu bir-reduced hours sakemm it-tfal jilħqu l-eta' ta' 12-il sena għadu kif ġie ntrodott fil-Ftehim Kollettiv għas-sena 2005 sal-2010, għall-impjegati fis- servizz pubbliku.", "Għalhekk m'huwiex previst li dan il-benefiċċju jiġi estiż fil-futur qrib.", "SUSSIDJU FUQ DAWL U ILMA", "21231.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tinvestiga jekk persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, tikkwalifikax għal sussidju fuq il-kontijiet tad- dawl u l-ilma billi għandha tifla ta' 35 sena permanently disabled u bed- ridden?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Il-persuna ndikata ġiet informata bil-miktub mid- dipartiment tas-sigurta' soċjali dwar il-każ tagħha.", "[pic]", "[pic] [pic]", "[pic] [pic] [pic] [pic]", "[pic]", "[pic]", "[pic] [pic] [pic]"]} {"filename": "20030610_008d_par.doc", "date": "2003-06-10", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 8 It-Tlieta, 10 ta' Ġunju, 2003 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 8 It-Tlieta, 10 ta' Ġunju, 2003", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.02 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "8", "It-Tlieta, 10 ta' Ġunju, 2003", "WERREJ", "MINUTI 254", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI 254", "TQEGĦID TA' KARTI 261", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-KUMMISSARJU GĦAT-TFAL (IT-TIENI QARI)", "THE COMMISSIONER FOR CHILDREN BILL (SECOND READING) 261", "AĠĠORNAMENT 282", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 286", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 7 li saret fit-9 ta' Ġunju, 2003 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "TARZNA - TISWIJA TA' SUPER YACHTS", "25.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għat-Teknologija ta' l- Informazzjoni u Investiment: Jista' il-Ministru jgħid minn kemm nies hi magħmula s-sezzjoni għat-tiswija ta' super yachts fit-tarzna?", "Kemm hemm barranin jagħmlu parti minn din is-sezzjoni?", "Meta sar il-ftehim ma' Palmer Johnson?", "Fiex jikkonsisti dan il-ftehim u jista' il-Ministru jpoġġi kopja tiegħu fuq il-mejda tal-Kamra?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru għat-Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u Investiment): In-natura ta' l-informazzjoni mitluba hija sensittiva kummerċjalment u għalhekk ma tistax tingħata.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Leo Brincat, domanda supplimentari.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Skond kif ġie irrapportat fil-media, il-kumpannija li magħha għamlet ftehim it-tarzna ta' Malta biddlet l-idejn fi Frar.", "Jista' il-Ministru jgħid jekk il-ftehim kienx beda jiġi nnegozjat mal-kumpannija qabel ma din inbiegħet?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jiddispjaċini iżda quddiemi m'għandix din l- informazzjoni u għaldaqstant nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel id- domanda tiegħu bil-miktub ħalli nkun nista' nagħtihielu fi stadju ieħor.", "Madanakollu nixtieq nirrimarka li kumpannija tibqa' kumpannija, indipendentement minn min ikun l-owner.", "Legalment hija korp statutorju indipendenti u jekk jinbidlux ix-shares, ma tagħmilx differenza għalkemm tagħmel differenza mil-lat finanzjarju.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, napprezza li hemm żewġ divisions ta' Palmer Johnson, hemm dik ta' Wisconsin li ddikjarat ruħha bankrupt u hemm Palmer Johnson ta' Savannah fil-Georgia, li magħha għamlet il-joint venture it-tarzna ta' Malta.", "Issa skond dak li deher fil-media u li huwa wkoll available mill-internet, għalkemm f'Marzu ta' din is-sena Palmer Johnson ta' Wisconsin filed for bankruptcy, kien hemm kreditur li jinvolvi lid-division l-oħra ta' Palmer Johnson.", "Jista' il-Ministru jikkonferma dan?", "Konxju mill-istat ta' fatt kif jirriżulta mill-media internazzjonali?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Speaker, xtaqt nippreċiża li għalkemm il-holding company ta' Palmer Johnson kellha żewġ kumpanniji differenti, ix-xogħol li kienu jagħmlu dawn il-kumpanniji kien totalment differenti.", "Fil-fatt waħda minnhom u cioe' dik li marret bancarotta, kienet tagħmel yacht building.", "L-oħra, li magħha għamlet l-agreement it-tarzna, kienet tagħmel yacht repair jew yacht maintenance.", "Din il-kumpannija assolutament ma fallietx u nxtrat minn businessman Ingliż.", "Li falliet - anzi mhux teknikament falliet, it has actually filed for bankruptcy taħt Chapter 11 ta' l-Istati Uniti - hija dik il-parti tal-kumpannija li tibni l-jottijiet u li m'għandha x'taqsam xejn mat-tarzna ta' Malta, kemm min-natura tax-xogħol tagħha kif ukoll bħala agreement.", "Nimmaġina li l-fatt li l-kumpannija l-oħra jista' ikollha xi kredituri hija ħaġa normalissima.", "Jien ma nafx dwar il-każ speċifiku, pero' dak li qed jgħid l-Onor.", "Brincat joħroġ mill-internet fis-site ta' Palmer Johnson.", "Kif diġa' għedt, din il-kumpannija nxtrat minn businessman Ingliż - ma nafx jekk hux fi Frar jew qabel - u dan ħa over x-shareholding kollu ta' din il- kumpannija.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Mr Speaker, fil-media lokali kien hemm diversi rapporti dwar it-trattattivi li saru ma' din il-kumpannija u dwar il- prospetti ta' xogħol li nawgura sinċerament li jirnexxu biex ħadd ma jaħseb li aħna qed nippruvaw nitfgħu xi dell ikrah u forsi nisfrattaw xi ftehim jew xi riżultati pożittivi li jistgħu jinkisbu.", "Issa ejja ninsew għall-mument il-kumpannija Palmer Johnson ta' Wisconsin u dik ta' Savannah u nirriferu għall-kumpannija Palmer Johnson Malta li rriferew għaliha kemm The Times kif ukoll The Malta Independent.", "Jista' il- Ministru jikkonferma li għalkemm fil-media saret riferenza għal Palmer Johnson Malta, sal-lum din il-kumpannija għadha ma ġietx irreġistrata mar- registrar of companies?", "Jikkonferma li meta tiġi rreġistrata hu mistenni li jkollha biss Lm100 bħala paid-up capital?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Speaker, la nista' nikkonferma ħaġa u lanqas oħra.", "Jien ma fittixtx biex nara jekk Palmer Johnson ta' l-Amerika rreġistrawx kumpannija f'Malta.", "Jekk huma ddeċidew li jagħmlu hekk, affari tagħhom.", "Li nista' nikkonferma hu li l-agreement tat-tarzna sar ma' Palmer Johnson ta' l-Amerika.", "TARZNA - BAĊIR NRU.", "3", "26.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ghat-Teknologija ta' l- Informazzjoni u Investiment: Jista' il-Ministru jgħid meta se jitgħatta l- baċir nru.", "3?", "Kemm se jqum dan il-proċess?", "Min se jħallas għalih?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Il-progett tal-bacir nru.", "3 li qed ikun konvertit f'facilita' għat-tiswija ta' super yachts se jitmexxa minn kumpannija bejn it-tarzna u kumpannija Amerikana.", "Sa l-aħħar ta' Lulju 2003 hu mistenni li din il-kumpannija tkun tista' topera.", "L-informazzjoni finanzjarja mitluba hija ta' natura kummercjali u għalhekk ma tistax tingħata.", "STAMPERIJA TAL-GVERN - IMPJEGATI", "27.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Prim Ministru: Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hemm persuni mpjegati ma' l-istamperija tal-gvern?", "Jista' jgħid x'tip ta' xogħol jingħatalhom?", "Għaliex ċertu xogħol jingħata lill- kumpanniji privati meta dan jista' isir mill-istamperija tal-gvern?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni)(f'isem il- Prim Ministru): Hemm 67 impjegat jaħdmu fl-istamperija tal-gvern.", "Ir- responsabbiltajiet ta' dawn l-impjegati jvarjaw skond il-grad.", "Il-parti l-kbira tax-xogħol ta' stampar tad-dipartimenti jsir fl- istamperija tal-gvern.", "Madanakollu jkun hemm okkażjonijiet fejn ix-xogħol mitlub ikun mgħaġġel ħafna u l-istamperija tal-gvern ma tkunx f'qagħda li tlestih minħabba pressjoni ta' xogħol.", "Drabi oħra, it-tip ta' xogħol mitlub jkun jeħtieġ makkinarju li l-istamperija tal-gvern m'għandhiex.", "BORMLA – PROĠETT TA' PJAZZA STA.", "MARGERITA", "28.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ghar-Rizorsi u Infrastruttura: Jista' il-Ministru jgħid jekk il-pjan għall-Pjazza Santa Margerita, f'Bormla, li sar minn gvern Nazzjonalista ta' qabel l-1996 għadux attwali?", "Jista' jagħti indikazzjoni meta se jsiru x-xogħlijiet?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-proġett ta' Pjazza Santa Margerita se jitkompla s-sena d-dieħla issa li ngħataw il-permessi meħtieġa mill-MEPA.", "Dan ix-xogħol kien waqaf peress li l-kunsill lokali ta' Bormla biddel il- pjan dwar it-tkomplija tal-proġett.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Mizzi, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Dan il-proġett jinkludi fih il-parking area li tinsab 'l isfel mill-iskola?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, quddiemi m'għandix din l-informazzjoni, pero' inwiegħed lill-Onor.", "Interpellant li se niċċekkja u nkun nista' nagħtih risposta f'seduta oħra.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, dik l-area li qed nirriferi għaliha kienet oriġinarjament indikata biex fiha jsir post għall-parking imma peress li taħt l-art hemm affarijiet storiċi, huwa diffiċli li jsir l-iskavar.", "Fil- fatt nixtieq inkun naf jekk id-dewmien li kien hemm fil-parti ta' fuq kienx dovut għal dan il-fatt.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ovvjament kull meta jkun qed isir xi proġett, anke jekk ikun jikkonsisti sempliċement f'bini ta' dar, u jinstabu affarijiet li jkunu ta' natura storika jew ta' natura arkeoloġika, ix-xogħol jitwaqqaf.", "Peress li f'din l-area li qed jirriferi għaliha l-Onor.", "Interpellant qed jingħad li jista' ikun hemm xi fdalijiet storiċi, irid isir rapport u mbagħad skond ir-riżultati ta' dak ir-rapport naraw kif għandu jitmexxa l- proġett.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jista' il-Ministru jgħidli tteħdux passi biex jiġi rrranġat il-periklu serju li jeżisti fil-married quarters ta' San Nikola?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, l-informazzjoni li tani l-bieraħ l-Onor.", "Interpellant dwar il-married quarters ta' San Nikola għaddejtha lit-tekniċi u malli dawn jagħtuni risposta, ngħaddihielu.", "BORMLA PRIMARY SCHOOL FOOTBALL GROUND", "29.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Issa li għaddew ħafna snin minn meta l-ground ta' l-iskola primarja ta' Bormla tkissret biċċa minnu, jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li dan il-ground żgħir li tant kien ikun frekwentat, jiġi rranġat biex ikun jista' jintuża?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni): Informat li l- ground li qed jirriferi għalih l-Onor.", "Interpellant hi pjazza pubblika li ma taqax taħt il-ġurisdizzjoni ta' l-iskola.", "TARZNA - BAĊIR NRU.", "1", "30.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għat-Teknologija ta' l- Informazzjoni u Investiment: Peress li għaddew ħafna snin minn meta suppost saret xi bidla f'baċir nru.", "1, jista' il-Ministru jgħid jekk sarx progress?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: In-no.", "1 dock hu parti integrali fit-trasferiment ta' l-artijiet kollha li llum tokkupa t-tarzna u li trid issir bejn it- tarzna u l-gvern.", "Hu mistenni li l-aspetti legali ta' dan it-trasferiment jigu konkluzi fix-xhur li gejjin.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Mizzi, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Nixtieq niġbed l-attenzjoni tal-Ministru li peress li baċir nru.", "1 huwa magħluq u ġo fih qed jinżel ħafna ilma tad-drenaġġ, apparti li qed ikun hemm intiena enormi, qed ikun hemm ukoll kwantita' kbira ta' nemus.", "Jista' il-Ministru jqabbad lil xi ħadd min-naħa tas- sanita' biex jispezzjonaw dan il-post?", "Nixtieq ukoll nissuġġerilu biex jekk inhu possibbli, dan l-ilma mniġġes jiġi ppumpjat permezz ta' bowsers u jintefa' fejn normalment jintefa', skond prattiċi tas-sanita'.", "Jien naħseb li wara li l-baċir jiġi mnaddaf, għandu jimtela' bl-ilma u jitħalla miftuħ biex l-ilma jiċċirkola.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ngħaddi dan is-suġġeriment lill-awtoritajiet konċernati.", "NI CONTRIBUTIONS - DEFAULTING COMPANIES", "77.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomici: Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n- numru ta' kumpanniji jew fabbriki li fil-preżent qed jiġu mħarrka mid- dipartiment sabiex iħallsu l-pagamenti tan-national insurance li għadhom pendenti?", "Kemm hi ċ-ċifra fi flus?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (f'isem il-Ministru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomici): Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li n-numru ta' kumpanniji jew fabbriki li qed jiġu mħarrka mid-dipartiment huwa 11.", "Iċ-ċifra fi flus pendenti hija ta' Lm1,099,502.31.", "INLAND REVENUE – ARRETRATI MINN KUMPANNIJI", "78.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jgħid kemm hi ċ-ċifra fi flus tat-taxxa ta' l- income li għandhom iħallsu kumpanniji privati, parastatali, eċċ. f'Malta u Għawdex separatament?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (f'isem il-Ministru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomiċi): Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar u se tingħata f'seduta oħra.", "VAT/INLAND REVENUE – ARRETRATI MINN KUMPANNIJI", "79.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jgħid kemm kumpanniji privati, eċċ. ġew imħarrka mid-dipartimenti tat-taxxi interni u tal-VAT sabiex iħallsu l- pagamenti li tħallew jakkumulaw tul is-snin?", "Kemm hi ċ-ċifra fi flus?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (f'isem il-Ministru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomici): Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li d-dipartiment tat-taxxi interni ħa proċeduri legali kontra 2554 kumpannija permezz ta' ittra uffiċjali u mandat ta' sekwestru.", "L-ammont involut hu ta' Lm23,753,194.", "Fir-rigward tal-VAT, sal-31 ta' Mejju 2003 kienu ttieħdu proċeduri kriminali bil-pulizija kontra 42 operatur tan-negozju għal misapproprjazzjoni.", "L-ammont involut huwa Lm168,507 taħt il-VAT 1994 u Lm407,015 għall-VAT 1999.", "Qed jittieħdu proċeduri ċivili wkoll fi 382 każ ieħor għall-ammonti dovuti lid-dipartiment kif jidher hawn taħt:", "VAT 94 - Lm1,927,070 CET 97 - 1,027,164 VAT 99 - 2,814,909", "Barra minn hekk, id-dipartiment joħroġ regolarment statements lit-taxpayers li jkollhom jgħaddu l-VAT lid-dipartiment.", "Meta minkejja l-avviżi li jingħataw dawn jibqgħu ma jħallsux, id-dipartiment jibda proċeduri ċivili u kriminali kontra tagħhom.", "VAT/INLAND REVENUE REFUNDS", "80.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jgħid kemm taxpayers irċevew ir-refund ta' l- income tax u tal-VAT fix-xhur ta' Jannar, Frar, Marzu u April ta' din is- sena?", "X'kienet is-sitwazzjoni għall-istess perjodu għas-snin 1999, 2000, 2001 u 2002 rispettivament?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (f'isem il-Ministru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomici): Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li fir-rigward ta' l-income tax, l-informazzjoni mitluba tidher fit-tabella mehmuza, filwaqt li r- rifużjoni ta' VAT mill-1999 sa 2003 hija kif ġej:", "|Janna|Ammont |Taxpayer| |r/Apr| |s | |il | | | |2000 |Lm5,545,92|4,934 | | |6.85 | | |2001 | |5,880 | | |7,600,011.| | | |05 | | |2002 | |5,662 | | |6,791,503.| | | |91 | | |2003 | |7,364 | | |9,694,796.| | | |01 | |", "Billi s-sena 1999 kienet l-ewwel sena taħt il-VAT 1999, ir-refunds tal-VAT bdew isiru wara April 1999.", "AIR MALTA - ĠARR TA' ELETTURI", "81.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomici: Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' passiġġieri ta' ċittadinanza Maltija li ġarret l-Air Malta sabiex jiġu jivvotaw għall- elezzjonijiet ġenerali 2003 u għar-referendum tat-8 ta' Marzu, 2003?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (f'isem il-Ministru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomici): Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jgħaddi l-mistoqsija lill- ministru konċernat.", "UE - PRODOTTI TA' L-IKEL - SUSSIDJU", "82.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: B'riferenza għan-negozjati li saru bejn il-gvern u l-Unjoni Ewropea dwar is-sussidji fuq il-prezzijiet interni u esterni ta' l-Unjoni kif imħaddma taħt is-sistema tas-CAP, jista' il-Ministru jpoġġi fuq il- mejda tal-Kamra l-lista tal-prezzijiet interni u esterni ta' l-ikel ta' l- Unjoni Ewropea jew kalkoli li fuqhom ġew stabiliti l-ammonti u s-sussidju kif imfissra fit-trattat li sar bejn il-gvern u l-Unjoni, bħal fil-każ ta' zokkor, fejn fl-ewwel xhur tas-sħubija l-prezz ta' dan il-prodott se jkun issussidjat mit-taxxi tal-Maltin u l-Għawdxin b'euro 11-il miljun?", "Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra lista ta' dawn il- prezzijiet jew kalkoli tal-gvern fis-snin ta' qabel ġie ffinalizzat it- trattat, cioe` fis-snin 1999, 2000, 2001 u 2002 rispettivament?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent): L-Onor.", "Interpellant jaf tajjeb li l-gvern nnegozja ma' l-Unjoni Ewropea dawk li jissejħu supply measures fuq certi prodotti agrikoli importati.", "Il-gvern għamel dan għaliex dejjem kellu kuxjenza socjali u għaldaqstant ried jassigura li s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni ma ġġibx magħha impatt fuq żieda fil-prezzijiet ta' prodotti importati, bħal dak li hu wkoll semma, jigifieri z-zokkor.", "Biex dan il-għan jintlaħaq, anki fil- process tan-negozjati, il-gvern kien assistit minn esperti barranin.", "Dawn kienu forniti b'kalkoli tal-prezzijiet, dawk dinjija u dawk ta' l-Unjoni Ewropea.", "Kollox kien jorbot fuq l-andament previst tas-swieq tal-prodotti agrikoli li fuqhom Malta talbet supply measures.", "F'dan ir-rigward, fi zmien in- negozjati l-oħra fuq il-biedja fi ħdan id-WTO u wara l-esperjenzi tas-swieq wara l-konklużjoni tal-Uruguay round fl-1994, ġie deciż li l-aħjar mekkaniżmu għandu jkun wieħed digressiv fuq il-modalita' innegozjata.", "Id- dettalji huma hekk: Is-sussidju jibda fl-2004 u jintemm fl-2010.", "Din l- għajnuna tkun digressiva billi s-sussidju jkun ta' 100% fl-ewwel sena, 95% fit-tieni sena, 90% fit-tielet sena u jonqos bi 18% kull sena bejn ir- raba' u s-seba' sena.", "Dan il-mekkaniżmu hu l-aħjar wieħed li l-gvern b'kuxjenza socjali seta' jasal għalih.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Fit-tweġiba tiegħu, il-Ministru qed jgħid li dawn huma l-aħjar negozjati li l-gvern seta' jasal għalihom.", "Allura l-bażi tal- prezzijiet interni u esterni qiegħda elenkata bħala informazzjoni?", "Jekk le, huwa possibbli li din il-Kamra jkollha tagħrif ta' kemm fil-fatt qed jirrappreżentaw dawn il-persentaġġi f'sussidji?", "Nixtieq li l-Ministru jagħtihom importanza ħalli wieħed ikun jista' jasal għall-konklużjoni li tabilħaqq din kienet l-aħjar soluzzjoni li setgħet issir fiċ-ċirkostanzi.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, quddiemi m'għandix din l-informazzjoni u għalhekk nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex jerġa' jagħmel din id-domanda bil-miktub u jingħata tweġiba mill-ministru konċernat.", "TARXIEN: TRIQ JOSEPH BURLO - SLEEPING POLICEMAN", "135.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA (f'isem l-Onor.", "Jason Azzopardi) staqsa lill- Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jixtarr il- possibbilta' li ssir sleeping policeman fi Triq Joseph Burlo`, Tarxien, minħabba l-ispeed eċċessiv li bih qed jgħaddu l-vetturi?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li d-direttorat għall-immaniġjar tat- traffiku huwa informat mill-kunsill lokali ta' Ħal Tarxien li dan il- kunsill ma jaqbilx mal-kunċett ta' sleeping policeman.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Galea, domanda supplimentari.", "ONOR.", "MARIO GALEA: B'riferenza għat-tweġiba tal-Ministru għall- mistoqsija li saritlu ftit tal-ġranet ilu dwar Triq id-Daħla ta' San Tumas fiż-Żejtun, jista' jikkonferma ...", "(Interruzzjonijiet) Li kont qed nipprova ngħid lill-Ministru qabel interrompih l-Onor.", "Farrugia ...", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, on a point of order.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, jien ma nterrompejt lil ħadd.", "Peress li l-Ministru għadu kemm qalli biex nagħmel domanda lill-ministru konċernat, jiena kulma għamilt qsamt il-Kamra b'mod ġentili u nformajtu li l-mistoqsija li qalli biex nagħmel lill-ministru konċernat kienet parti mill-mistoqsija li hu qalli biex nagħmel.", "Jien żgur ma mortx biex intellfu.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Galea jkompli bil-mistoqsija tiegħu.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Niskuża ruħi imma kont naħseb li l-Onor. kollega għandu ftit sense of humour aktar.", "Milli jidher s-sens of humour huwa nieqes ħafna f'din il-Kamra.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Ikompli l-Onor.", "Galea.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Mr Speaker, jista' il-Ministru jikkonferma li għalkemm ix-xogħol fi Triq id-Daħla ta' San Tumas fiż-Żejtun qed isir mill- kunsill lokali, finalment se jkun qed iħallas il-gvern permezz tad- dipartiment tat-toroq?", "Qed ngħid hekk għax il-kunsill għandu ftehim mad- dipartiment tat-toroq biex f'numru ta' snin jitħallas lura tax-xogħol li jkun għamel.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Fix-xhur li għaddew id-direttorat tat-toroq wasal fi ftehim ma' diversi kunsilli lokali – fil-fatt il-kunsill lokali taż-Żejtun approfitta ruħu minn dan l-arranġament - biex huma jkunu jistgħu jagħmlu x- xogħlijiet meħtieġa fil-lokalita` tagħhom, liema xogħlijiet strettament suppost jagħmilhom il-gvern ċentrali.", "Skond dan il-ftehim, huwa l-gvern ċentrali li finalment iħallas lill-kunsill talli jkun għamel ix-xogħol.", "Dan ifisser li wara li l-kunsill lokali taż-Żejtun indika t-toroq li hemm bżonn jiġu rranġati u qabbad kuntrattur biex jagħmel ix-xogħol meħtieġ, il- gvern ċentrali se jibda jħallas lill-kunsill Lm25,000 kull sena għat-tliet snin li ġejjin.", "Wieħed irid japprezza li għalkemm finalment huwa l-gvern ċentrali li jkun qiegħed iħallas, il-kunsill lokali jkun qiegħed f'qagħda li dak ix-xogħol ilestih qabel milli kien normalment jitlesta kieku kellu jħalli f'idejn il- gvern biex jagħmlu hu.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Galea.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Mr Speaker, nafu li meta d-dipartiment tat-toroq jagħti kuntratt lil xi ħadd, ir-responsabbilta' biex jaraw li x-xogħol ikun qed isir sew hija f'idejn il-periti u d-diviżjoni tat-toroq.", "Jista' il- Ministru jgħid min se jagħmel is-sorveljanza meħtieġa biex f'każi bħal dawn, jassigura li x-xogħol ikun qed isir kif għandu jsir?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Fil-fatt il-kunsilli lokali li jagħmlu dan il-ftehim huma responsabbli li jassiguraw li x-xogħol li jsir ikun ta' kwalita' tajba.", "Irrid ngħid li bħalma f'każi oħra meta x-xogħol isir a spejjeż tal- kunsill lokali, id-dipartiment tat-toroq jassigura li l-kwalita' tax-xogħol tkun waħda tajba billi jagħmel spezzjonijiet, f'dawn il-każi id-direttorat tat-toroq ukoll jagħmel l-ispezzjonijiet neċessarji biex jassigura li x- xogħol li jkun qed isir mill-kunsill lokali f'isem il-gvern, ma jkunx ta' kwalita' inferjuri għal dak li jesiġi l-gvern fuq ix-xogħol li jagħmel hu.", "LIĠI DWAR IL-VJOLENA DOMESTIKA", "136.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA (f'isem l-Onor.", "Jason Azzopardi) staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid fiex wasal il-proċess ta' l-abbozzar ta' liġi kontra l- vjolenza domestika?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA (Segretarju Parlamentari) (f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-abbozz ta' liġi kontra l-vjolenza domestika jinsab quddiem l-avukat ġenerali.", "GUDJA : TRIQ IL-MIĠRA - ASFALTAR TA' TRIQ", "137.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA (f'isem l-Onor.", "Jason Azzopardi) staqsa lill- Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jogħġbu il-Ministru jinterjveni sabiex Triq il-Miġra fil-Gudja tingħata l-asfalt minħabba li l-istat tagħha huwa ħażin immens?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li Triq il-Miġra hija waħda mid-diversi toroq li qed jiġu spezzjonati mill-awtorita' dwar it-trasport biex tiżdied fil-programm ta' kostruzzjoni ta' toroq li qed isiru mid-direttorat.", "Ix- xogħol f'dawn it-toroq isir aktar 'il quddiem, skond il-prioritajiet li jkollu quddiemu d-direttorat.", "RAĦAL ĠDID: TRIQ L-ISQOF PACE - ASFALTAR", "138.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA (f'isem l-Onor.", "Jason Azzopardi) staqsa lill- Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jintervjeni sabiex Triq l-Isqof Pietru Pace, f'Raħal Ġdid tiġi asfaltata ladarba s- servizzi neċessarji diġa' ġew mgħoddija?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien ninsab informat illi d-direttorat tat-toroq qiegħed il-ħin kollu f'kuntatt mal-kunsilli lokali biex ikun implimentat xogħol ta' titjib f'diversi toroq madwar Malta kollha, bix-xogħol fit-triq imsemmija mill-Onor.", "Interpellant isir aktar 'il quddiem skond l-esiġenzi tad-direttorat.", "SKEJJEL SEKONDARJI - TFAJLIET TQAL", "139.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA (f'isem l-Onor.", "Jason Azzopardi) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jindika n-numru ta' tfajliet li matul din is-sena telqu kmieni mill-iskola sekondarja minħabba tqala?", "X'kienet l-iżgħar eta'?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni): Informat li n-numru ta' tfajliet li ħarġu mill-iskola kmieni minħabba tqala huma 20.", "L-iżgħar tfajla kienet ta' 14-il sena.", "Id-diviżjoni ta' l-edukazzjoni għandha servizz apposta għal dawn it-tfajliet.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru Louis Galea.", "TQEGĦID TA' KARTI", "MR SPEAKER: Il-Ministru Louis Galea.", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni): Mr Speaker, f'isem il- Prim Ministru nqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar l-għadd ta' impjegati fit-taqsima ta' l-awditjar u investigazzjonijiet interni fil-31 ta' Mejju 2003, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari 309;", "f'isem il-Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura nqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' disa' atti ta' kurazija ffirmati bejn is-sovvrintendenza tal- patrimonju kulturali u Din l-Art Ħelwa, skond artiklu 48 (2) ta' l-Att dwar il-Patrimonju Kulturali, Kap 445.", "u f'ismi nqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar vakanzi fid-diviżjoni ta' l-edukazzjoni fi grad 3 ta' direttur, assistent direttur, uffiċjal edukattiv, kap u assistent kap, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 311;", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Ngħaddu għal stqarrijiet ministerjali( Mozzjonijiet( Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-KUMMISSARJU GĦAT-TFAL", "THE COMMISSIONER FOR CHILDREN BILL", "L-ordni għat-Tieni qari ġie moqri", "Ikompli mid-9 ta' Ġunju, 2003", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet", "MR SPEAKER: Rimarki?", "L-Onor.", "Jose` Herrera huwa in possession.", "ONOR.", "JOSE` HERRERA: Mr Speaker, il-bieraħ kont qed nitkellem fuq subklawsola (2) ta' klawsola 14 li tillimita l-poteri investigattivi tal- kummissarju.", "Fost il-limitazzjonijiet li hemm imposti fil-liġi hemm li l- kummissarju ma jistax jinvestiga dwar konflitti speċifiċi u individwali bejn tfal u ġenituri jew tuturi tagħhom.", "Jien għedt li ma nafx kemm hija tajba din ir-restrizzjoni għax ħafna drabi jkun hemm bżonn ta' l-intervent ta' terza persuna f'każ ta' diżgwid familjari.", "Il-bieraħ spjegajt kif jista' ikollok tfal soġġetti għal piki legali.", "Jista' ikollok kwestjonijiet ta' wirt fejn it-tifel minuri m'għandux locus standi jew kwestjonijiet ta' trasferiment fejn it-tfal minuri jkollhom ishma u dawn iħossu li t-tutur jew il-ġenitur tagħhom ikun qed jippreġudikahom bl-azzjoni tiegħu.", "Ladarba t-tfal m'għandhomx locus standi quddiem il-qrati u fil-liġi u m'hemm ħadd li jista' jidher għalihom, jekk mhux il-ġenitur tagħhom, naħseb li f'każi eċċezzjonali l-kummissarju għandu jintervjeni.", "F'każi simili fuq livell personali, meta tkun trid tintervjeni għan-nom ta' minuri u l-ġenituri ma jkunux iridu x'tagħmel( Tipprova ddeffes b'xi mod lill-avukat ġenerali, pero` again fil-liġi l- avukat ġenerali m'għandux locus standi ħlief f'ċerti każi eċċezzjonali.", "Allura jekk il-minuri jħoss li qed jiġi ppreġudikat minħabba l-aġir tal- ġenitur jew tat-tutur tiegħu, m'hemm ħadd li jista' jintervjeni għan-nom u fl-interess tiegħu.", "Jien nirrikkmanda li l-kummissarju jkun jista' jintervjeni almenu f'kawżi ta' separazzjoni jew f'kawżi li jkun hemm quddiem it-tribunal tat-tfal taħt Kap. 285, fuq care orders eċċ. Jiġifieri jekk it-tfal ikunu jridu jsir xi approach il-kummissarju għandu jintervjeni.", "Imbagħad spjegajt li fil-fatt kien il-ħsieb tal-gvern preżenti li meta jintroduċi l-qorti tal-familja, kien se jikkrea istituzzjoni ġdida fis- sens li kien se jkun hemm avukat apposta biex jidher għall-interessi tat- tfal, apparti li jkun hemm l-avukat tal-mara u l-avukat tar-raġel li jiġġieldu għad-drittijiet tagħhom.", "Veru li min ikun qed jiġġudika se jiġġudika fl-interess sovran tal-minuri, pero` ħafna drabi jekk ma jkunx hemm min jitkellem b'mod oġġettiv għall-interessi tal-minuri, dawn id- drittijiet jistgħu jiġu ppreġudikati.", "GĦalhekk hemm din l-idea li meta tinħoloq il-qorti tal-familja jkun hemm avukat apposta biex isegwi l- interessi tal-minuri.", "Bl-istess linja ta' ħsieb ma nistax nifhem għaliex qegħdin nikkreaw istituzzjoni tal-kummissarju responsabbli għall-welfare tat-tfal u mhux qegħdin nagħtuh dan id-dritt.", "Naħseb li din hija weakness fil-liġi li trid tiġi indirizzata.", "Ladarba qed nitkellem fuq il-kwestjoni tal-qorti tal-familja, ta' min jinnota b'dispjaċir li l-leġislazzjoni li tikkrea din il-qorti għadha ma tressqitx quddiem dan il-parlament, għalkemm ilna nitkellmu fuqha minn leġislatura għall-oħra.", "Pero` agħar minn hekk, l- unika struttura ġudizzjarja li bħalissa qisha l-qorti tal-familja, li hija l-qorti tas-sekond'awla, m'hijiex qed tiffunzjona.", "Is-sekond'awla tal-qorti ċivili ilha ma tiffunzjona kważi sena u hemm numru konsiderevoli ta' każi li jibqgħu mingħajr rimedju.", "Wieħed jippreżenta rikors u m'hemmx imħallef li jippresjedi s-sekond'awla tal-qorti ċivili.", "Veru li b'sagrifiċċju kbir għandna żewġ imħallfin li fuq part-time basis jindirizzaw l-iktar każi urġenti, dawk il-każi li għandhom terminu, li jridu jiġu appuntati within six days li jiġu ppreżentati.", "Hemm l-Imħallef Galea Debono li jippresjedi l-qorti kriminali u l-Imħallef Ray Pace li qed jagħmel dawn il-kawżi, imma dawn jagħmluhom a skapitu ta' xogħol ieħor.", "Allura qed jiġu indirizzati biss każi li jkunu ta' urġenza kbira.", "Każi ordinarji li wkoll huma urġenti u importanti qed jiġu shelved.", "Mela qed nikkreaw liġi biex insaħħu d-drittijiet tat-tfal u fl-istess nifs f'pajjiżna għandna stat fejn id-drittijiet tat-tfal qed jiġu ppreġudikati minħabba nuqqas ta' organu ġudizzjarju li jindirizza dawn il-kwestjonijiet.", "Hemm tfal, per eżempju, li mhux qed jaraw ġenitur għax dan jagħmel rikors u m'hemmx qorti biex tagħtih digriet ħalli jara t-tfal tiegħu.", "Kieku tgħid li din hija ħaġa temporanja ta' xahar jew xahrejn tifhimha, imma meta għandek dan l-istat ta' fatt li ilu jippersisti għal kważi sena jiena nibqa' mbellah.", "Jien ippreżentajt protesti ġudizzjarji kontra l-gvern fuq każi speċifiċi lill-ministru tal-ġustizzja fil-leġislatura l-oħra.", "Naħseb li l-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici li qiegħed preżenti fil-Kamra rahom l- ittri uffiċjali.", "Jien għandi klienta li għamlet rikors ħames xhur jew sitt xhur ilu u għadha mhix qed tara t-tfal tagħha.", "Għandi każ ieħor klienta li mhix tingħata manteniment u dawn il-każi baqgħu ma ngħatawx digriet.", "Ir-risposta kienet fis-sens li qed isir arranġament temporanju u bl-arranġament temporanju bqajna.", "Jien qed nagħmel enfasi fuq din il- problema għax naħseb li hija rilevanti fuq il-kwestjoni tad-drittijiet tat- tfal ukoll.", "Mr Speaker, hemm żewġ aspetti oħra li għandhom jiġu indirizzati għax jidħlu wkoll f'din il-kwestjoni tal-kummissarju għat-tfal.", "Hemm il-kwestjoni ta' l-adozzjoni tat-tfal u hemm il-kwestjoni tal-fostering.", "Mill-esperjenza limitata tiegħi, għalkemm hemm ammont sostanzjali ta' tfal li qegħdin miżmumin f'istituti kemm tal-gvern u kemm tal-Knisja, u għalkemm nazzarda ngħid li numru żgħira minnhom huma abbandunati għal kollox mill-ġenituri, meta jsiru xi proċeduri għall-adozzjoni neħlu jew minħabba raġunijiet egoistiċi daparti ta' l-omm - jistgħu jkunu emozzjonali imma ħafna drabi jkunu egoistiċi - jew minħabba raġunijiet egoistiċi daparti tal-missier li ma jkunx irid jagħti l-kunsens tiegħu.", "Għalkemm hu minnu li s-sekond'awla tal-qorti ċivili tista' tiddispensa mill-kunsens tal-missier naturali f'ċerti ċirkostanzi, il-prassi tal-qrati hija li xorta waħda jaraw x'inhi l- pożizzjoni - u kien hemm kawża kostituzzjonali fuq din - u jekk hemmx il- kunsens tal-missier naturali.", "Allura fil-prattika ftit isiru adozzjonijiet ta' tfal Maltin.", "Hemm każi - naf bihom jien u jaf bihom ħaddieħor - fejn it-tfal li qegħdin f'istitut kull tant żmien jittieħdu d-dar, il-ġenituri jew il-ġenitur jipperċepixxi l-għajnuna soċjali u t-tfal jerġgħu jmorru lura l-istitut.", "Jiġifieri t-tfal qed jintużaw biss għall-finijiet li tittieħed l-għajnuna soċjali fuqhom.", "Dan m'huwiex sew għax dan huwa preġudikali għall-aħħar.", "Il-ġenituri li jħobbu t-tfal jagħmlu s-sagrifiċċju u jekk ma jistgħux iżommmuhom huma u jkunu f'istitut, xorta waħda għandhom isegwu l-interessi tagħhom.", "Pero` li jkollok tfal abbandunati f'istitut u ma tagħtix kashom u ma tmur tarahom qatt u mbagħad meta jkollhom ċans li jkollhom ħajja normali u jiġu adottati ma tiffirmalhomx, dik hija preġudikali għat-tfal.", "Kif jidħol dan il-kummissarju( Naħseb li l-kummissarju għat-tfal għandu jingħata ċerti poteri f'dan ir-rigward.", "Jekk ikollok proċedura għall- adozzjoni u jkollok reżistenza min-naħa ta' wieħed mill-ġenituri u l- imħallef jirrealizza li r-raġuni hija waħda ta' egoiżmu pur, allura dan il- kummissarju għandu jinvestiga u jagħmel rapport.", "U jekk wara dak ir- rapport tal-kummissarju, l-imħallef jirriżultalu li l-permess ta' dak il- ġenitur għandu jiġi ssorvolat għax ma jkunx jaġixxi in good faith, allura għandu jsir hekk.", "Dak huwa punt interessanti.", "It-tieni punt huwa l-fostering li f'daqqa waħda f'Malta qed isir ħafna.", "L- ewwel problema hija li m'għandniex qafas legali serju li jirregola l- fostering.", "F'Malta l-liġi tal-familja hija bbażata fuq il-Liġi Rumana u għandek l-istitut ta' l-adozzjoni li huwa l-istitut tradizzjonali.", "Huwa rregolat tajjeb bid-dettall fil-Kodiċi Ċivili tagħna - taħt it-titlu \"Of Persons\" - pero` fuq kwestjonijiet iktar riċenti ta' fostering m'għandniex qafas legali.", "Hemm xi regolamenti governattivi 'l hawn u 'l hemm jew xi legal notices, imma qafas legali jew liġi serja li tikkonċerna l-fostering m'hemmx.", "Ikollok każi fejn tifel li jkun fostered, għal xi raġuni jew oħra dak it-tifel jerġa' imur lura l-istitut.", "Imbagħad meta jiġi għall- fostering darb'oħra, it-tifel jingħata lil familja \"B\" minflok lil familja \"A\" u jkun hemm diżgwid bejn familja \"A\" u familja \"B\".", "Dak li jkun qed jiffosterja ma jafx xi drittijiet għandu, ma jafx x'responsabbiltajiet għandu u safejn għandu jasal.", "Ċertament li hemm problemi serji fil- fostering, Sur President.", "M'iniex qed ngħid li l-kwestjonijiet ta' fostering għandhom jiġu deċiżi minn dan il-kummissarju.", "Biss huwa fatt li l-kummissarju se jiltaqa' ma' diversi problemi individwali u bilfors se jkollu jidħol fil-kwestjoni tal- fostering għax se jiġi face to face magħha.", "Allura naħseb li tkun idea tajba li l-kummissarju jirrikkmanda bill idoneu biex il-fostering jiġi rregolarizzat.", "Kif għedt fil-bidu, il-kummissarju qiegħed hemm biex jiggwida lill-gvern.", "Veru għandu poter jinvestiga każi partikolari jekk ikun hemm rapporti bil-miktub, pero` l-funzjoni ewlenija ta' dan il- kummissarju hija li jiggwida lill-gvern fuq din il-materja.", "Huwa jrid iġib il-liġi tagħna synchronised mal-konvenzjonijiet internazzjonali, ma' liġijiet oħra barranin u jipprova jżomm il-pożizzjoni legali tagħna at par ma' l-iżviluppi li qegħdin isiru.", "Irid jassigura li l-konvenzjoni dwar id- drittijiet tat-tfal ta' l-20 ta' Novembru 1989 tal-United Nations tiġi implimentata.", "Mela għandu din il-funzjoni.", "Il-gvern kien ilu jgħid li se jagħmel charter tad-drittijiet tat-tfal u about time li jkollna din iċ- charter.", "Waħda mill-ewwel biċċiet xogħol tal-kummissarju għandha tkun li janalizza l-liġijiet prevalenti, jiġborhom f'qafas wieħed u jirrikkmanda lill-gvern kif għandha tkun din il-liġi tat-tfal.", "Il-kummissarju għat-tfal jista' wkoll jagħmel pressure fuq il-gvern, għalkemm l-iskop tal-liġi m'huwiex li jkollok dupplikazzjoni ta' xogħlijiet.", "U tajjeb li qiegħda hekk għax jekk diġa` għandek organu li qed jagħmel ċertu xogħol f'dan ir-rigward, tkun ħaġa stupida li jkollok il- kummissarju jerġa' jagħmel l-istess xogħol.", "Madanakollu mill-poteri li ngħataw mhijiex ċara x'għandu jagħmel jekk ikollu xi lment dwar xi istituzzjoni li ma tkunx qed tiffunzjona tajjeb.", "Jien naħseb li dan għandu jkollu l-poter li jmur għand il-gvern u jirrapportalu li tali istituzzjoni, f'tali dipartiment jew tali bord, li xogħlu huwa li jieħu ħsieb ċerti affarijiet, l-affarijiet m'humiex sejrin tajjeb.", "Jien naħseb li għandu dritt li jissuġġerilu x'għandu jsir.", "Iktar minn hekk naħseb li għandu d-dritt li jagħmel pressjoni fuq il-gvern.", "Naħseb il-kwestjoni tal-fostering hija waħda mill-areas fejn jista' jintervjeni.", "Qed insemmi istituzzjonijiet għax il-fostering huwa handled mid-dipartiment tal-welfare.", "M'iniex qed ngħid li għandhom jiġu handled minnu, pero` jrid jara kif qed isiru l-affarijiet fuq il-fostering mid- dipartiment konċernat.", "Nikkonkludi billi ngħid li l-liġi għandha ħaġa oħra li hija tajba, li kif l- ombudsman jippreżenta l-ombudsplan darba fis-sena quddiem dan il-parlament biex aħna d-deputati nanalizzaw dak ir-rapport, f'din il-liġi il- kummissarju għat-tfal għandu l-obbligu wkoll li jippreżenta r-rapport annwali tiegħu lill-ministru, u mbagħad il-ministru jipreżentah quddiem dan il-parlament.", "Huwa tajjeb li l-parlament se jkollu dritt jiskrutinja x- xogħol ta' l-uffiċċju tal-kummissarju, pero` l-metodu kif qed nagħmluh mhux tajjeb.", "Huwa fatt li se jkollna d-dokumenti esebiti biex inkunu nistgħu narawhom aħna d-deputati u jekk irridu nieħdu aġġornament u nistaqsu domandi.", "Pero` naħseb li biex verament ikollok dibatittu ħaj u ta' interess nazzjonali dwar rapporti ta' ċerti uffiċjali daqstant importanti għandha tiġi allokata seduta għalihom, kif jiġri għall-estimi ta' ċerti aġenziji governattivi.", "Naħseb li l-liġi għandha tinbidel u għandhom jinbidlu anke l-iStanding Orders.", "Mr Speaker, qed nirrikkmandalek, bħala president ta' din il-Kamra, biex l- istanding orders jinbidlu fis-sens li meta jkollna dawn it-tip ta' rapporti jkun hemm ġurnata allokata f'dan il-parlament biex isir dibattitu fuqhom.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI (Segretarju Parlamentari): Mr Speaker, wara li smajt dan id-diskors tant tajjeb ta' l-Onor.", "Jose` Herrera, se nipprova nidħol għal dan is-suġġett tassew interessanti.", "Dan l-abbozz ta' liġi jindika b'mod mill-iktar ċar li l-gvern qed jieħu passi mill-iktar avvanzati biex is-soċjeta` Maltija tħares lejn l-avvanzi ġenerali li għaddejjin fid-dinja moderna sabiex mhux biss niġu in line ma' pajjiżi oħrajn, imma biex nwieġbu wkoll għall-esiġenzi ta' pajjiżna stess.", "Irridu naċċettaw li tul iż-żmien fil-pajjiż kibret mentalita` li t-tfal m'humiex kapaċi li jitkellmu jew li jieħdu sehem f'ċerti ħwejjeġ tas- soċjeta`.", "Kulħadd jiftakar li waħda mill-massimi Ingliżi kient li children should be seen but not heard.", "Naħseb li dan it-tip ta' ħsieb ħoloq preġudizzju kemm fis-sistema legali kif ukoll f'dik soċjali sabiex iżżomm lit-tfal barra milli jipparteċipaw b'mod attiv fis-soċjeta` tagħna.", "Illum id-dinja qiegħda tinbidel, pero` rridu naċċettaw li qegħdin iffaċċjati b'soċjeta` ingranata b'tali mod li t-tfal ftit tikkonsidrahom u ftit tagħti kashom.", "Għalhekk kien pass tajjeb li l-United Nations ħarġet b'din il-konvenzjoni dwar id-drittijiet tat-tfal, dik li ġeneralment hija magħrufa bħala s-CRC.", "Mis-CRC 'il quddiem inbidel ix-xenarju internazzjonali u għall-ewwel darba bdejna niffokaw ftit iktar fuq dak li kien qiegħed isir fid-dinja tat-tfal u kif wieħed iħares mhux biss id- drittijiet tat-tfal, imma anke dan il-kunċett ġenerali dwar l-interessi tat- tfal.", "Wieħed irid jgħid li avvanzi bħal dawn fid-dinja ftit jiġu ħabta u sabta.", "Jekk wieħed jiftakar biss li l-Ġnus Magħquda fl-1948 kienu għamlu d- dikjarazzjoni tad-drittijiet fundamentali tal-bniedem u jiftakar kemm dawn il-prinċipji damu biex jiġu tradotti f'dokumenti legali biex ikunu jistgħu jenforzawhom, wieħed japprezza kemm-il proċess li nbeda mill-Ġnus Magħquda fl-1989 sabiex id-drittijiet tat-tfal jingħataw importanza, kien ferm inqas fit-tul minn dak li ħadna fid-dikjarazzjoni tad-drittijiet fundamentali tal- bniedem.", "Wieħed irid jgħid ukoll li s-settur legali bena qafas li ġie mit- tradizzjoni legali Rumana u mill-kodiċi ċivili Franċiż, li fih it-tfal dejjem ikollhom xi ħadd biex jirrappreżentahom.", "Fil-fatt ċerti drabi aħna l-avukati ninsew li l-Kodiċi Ċivili tagħna għandu diversi mumenti meta l- qorti hija obbligata li taħtar tutur biex tipproteġi l-interessi tal- minuri.", "Il-ħsieb fi żmenijiet oħra kien li minuri trid tappuntalu bniedem kbir għax dak m'huwiex kapaċi jieħu ħsieb l-interessi tiegħu, m'huwiex kapaċi jitkellem u allura trid tqabbadlu persuna li laħaq l-eta` ta' 18-il sena u fuqha sabiex jirrappreżenta l-interessi tiegħu.", "Waħda mill-affarijiet li jitnesew - pero` ta' min ifakkarhom - hija li fil- kodiċi tagħna kellna wkoll sitwazzjoni fejn il-qorti tista` tappunta tutur lill-omm li tormol biex jipproteġi t-tarbija li tkun qed tistenna biex twelled.", "Dan il-kuratur u t-tuturi l-oħrajn kollha kienu parti sħiħa mix- xenarju legali sabiex il-liġi tagħna tipprova tirrispondi għall-bżonn li tipproteġi l-interessi tat-tfal.", "Pero` ż-żmenijiet inbidlu u dak il- makkinarju li għandna stabilit permezz tat-tutur u tal-kuratur illum m'għadhomx adegwati u tajjeb li nimxu 'l quddiem u nagħmlu xi ħaġa ġdida.", "Fuq il-kamp legali wieħed irid jgħid li naraw ċerti defiċenzi f'dan is- settur, fosthom kif jixhdu t-tfal.", "Għall-ewwel darba s-sena l-oħra saret emenda fil-Kodiċi Kriminali fejn it-tfal ingħataw protezzjoni speċjali waqt li jkunu qegħdin jixhdu fil-konfront ta' min ikun ikkommetta delitt, kemm jekk id-delitt ikun fuq il-persuna tagħhom kif ukoll jekk ikunu raw id- delitt isir.", "Fil-fatt mis-sena l-oħra għall-ewwel darba ġewwa l-qrati tagħna qegħdin inħaddmu s-sistema ta' xiehda bil-video conferencing b'mod kostanti u regolari.", "Jiġifieri l-minuri jkun qiegħed f'kamra separat minn fejn ikun hemm l-akkużat u jkun jista' jixhed, u x-xiedha tiegħu tinstema' fl-awla b'mod u manjiera li t-tifel ikun protett u fl-istess ikun jista' jitkellem b'iktar liberta` mis-soltu.", "Wieħed irid jgħid li għalkemm ħadna din il-miżura u min-naħa tal-pulizija, huma stess ħadu ħsieb li meta jiġu arrestati minuri jiġu segwiti ċerti regoli, jiġifieri li t-tfal ma jistgħux jaqbdu u jitilqu mill-għassa jekk kemm-il darba ma jkollhomx il-maġġuri magħhom, pero` wieħed irid jgħid ukoll li f'ċerti setturi, speċjalment f'dak tas-separazzjoni li ssemma' diversi drabi hawnhekk, il-minuri ftit jingħataw importanza.", "L-istess fuq kwestjonijiet oħrajn tal-familja - jiġifieri fejn għandu jmur il-minuri, jekk għandux imur mal-missier jew ma' l-omm - ħafna drabi jkun soġġett għan- negozjati li jsiru bejn il-ġenituri u qajla tingħata attenzjoni għal dak li jkunu jridu l-minuri.", "Aħna qegħdin nipprovaw nirreaġixxu mill-aspett legali għal din is-sitwazzjoni permezz tal-qorti tal-familja.", "Mhux veru, kif qal l-Onor.", "Herrera, li ma saritx leġislazzjoni fuq il-qorti tal- familja.", "Il-leġislazzjoni diġa` saret u tista' tidħol in operazzjoni permezz ta' legal notice.", "Pero` kif jaf tajjeb l-Onor.", "Herrera, il-post fejn se ssir il-qorti tal-familja għadu qiegħed jinbena, allura wieħed irid jistenna li l-ewwel ikollna l-bini fejn se nagħmlu l-qorti tal-familja u mbagħad wieħed ikun jista' jimxi 'l quddiem.", "L-istess għandu jingħad għal dak li jirrigwarda s-sekond'awla.", "Għalhekk kultant il-kollega tiegħi jiskantani għax donnu mhuwiex qiegħed magħna u ma jafx li l-Imħallef Joseph Azzopardi għadu kemm ingħata l-ġurament u li għandu jagħmel l-ewwel seduta tiegħu jumejn oħra.", "Wieħed għandu jħares 'il quddiem u jittama li s-sitwazzjoni fis-sekond'awla tal-qorti ċivili ̧ skond l-assenjazzjoni li tingħata mill-Prim Imħallef, tkun tista' taħdem b'mod regolari u tajjeb.", "Fil-qorti hemm numru tajjeb ta' imħallfin u naħseb li m'għandux ikun hemm diffikulta` biex is-sekond'awla tkompli tiffunzjona tajjeb wara li għamlet perijodu żgħir ta' żmien li fih ma kenitx qed taħdem fuq ir-rubini.", "Wieħed irid igħid ukoll li minkejja dawn l-isforzi biex wieħed jipprova jieħu ħsieb l-interessi tal-minuri, dan qed isir pezzi bukkuni u f'setturi varji mingħajr ma wieħed jieħu x-xenarju sħiħ.", "Għalhekk dan il-kummissarju għat-tfal għandna bżonnu.", "U għalkemm dan qed insejħulu kummissarju ̧ mhuwiex bħall-kummissarju tal-pulizija, bħall-kummissarju ta' l-income tax jew inkella bħall-kummissarju tal-VAT imma se jkun il-bniedem li se jkollu fuqu d-dmir mill-Istat li jieħu ħsieb l-interessi u d-drittijiet tal-minuri.", "Sur President, wieħed irid jgħid ukoll li mhux is-settur tagħna biss waqa' lura.", "Per eżempju, wieħed mis-setturi li ġie ttraskurat fl-Unjoni Ewropea huwa l-istatus legali tal-minuri u l-leġislazzjoni li ssir fl- Unjoni Ewropea qajla tagħti kas l-interessi jew id-drittijiet tagħhom.", "Fil-fatt meta qrajt numru ta' rapporti dwar l-għarfien u l-bżonn li wieħed iħares b'mod sistematiku lejn il-liġijiet u l-policy li għandha l-Unjoni Ewropea sabiex il-minuri u t-tfal ikunu aktar protetti, sibt li hemm min qed jipproponi li jidħol artiklu ad hoc fil-konvenzjoni.", "Tant hu hekk li qed jingħad li:", "\"The European Union shall take the best interests of the child into account under the provisions of the treaties as expressed in the UN convention.\".", "Sur President ̧ kapitlu 4 tal-Kostituzzjoni li jittratta d-drittijiet fundamentali tal-bniedem kif ukoll it-trattat tal-protezzjoni tad- drittijiet fundamentali li hemm fi Strasbourg huma żewġ branki fejn id- drittijiet ta' l-ulied mhumiex meħudin in konsiderazzjoni.", "U għalkemm saru numru ta' protokolli mill-Kunsill ta' l-Ewropa fuq l-esplojtazzjoni sesswali tat-tfal, fuq it-traffikar tat-tfal, fuq l-edukazzjoni u fuq ir- refuġjati ̧ m'hemmx politika sħiħa li tħares verament l-interessi u d- drittijiet fundamentali tal-minuri.", "Issa f'din il-liġi qed ngħidu li qegħdin naċċettaw li qabel ma tajniex kas id-drittijiet fundamentali u l- interessi tal-minuri pero' issa se nibdew nagħtu kashom.", "Dan nistgħu nibdew nagħmluh billi nħarsu lejn is-setturi biċċa biċċa u dan jista' jiġi faċilitat billi naħtru persuna bid-dmir mogħti mill-Istat biex tħares lejn l-aspetti legali u l-aspetti amministrattivi kollha sabiex id-drittijiet u l-interessi tal-minuri jkunu protetti aħjar.", "Per eżempju, hawnhekk qed ngħidu li l-kummissarju għandu dritt li jinvestiga pero' anke fuq il-kelma \"jinvestiga\" rridu noqgħodu attenti għax hawnhekk il-kummissarju mhux se jinvestiga bħalma jinvestiga l-kummissarju tal-pulizija jew il-kummissarju ta' l-income tax imma jrid jagħmel rapport fuq il-problemi li jiltaqgħu magħhom il-minuri u kif dawn qed jiġu ttrattati mis-soċjeta`.", "L-investigazzjoni hija mod ta' kif tagħmel rakkmandazzjoni ħalli l-policies ta' l-Istat jinbidlu u jieħdu in konsiderazzjoni lill-minuri.", "Xi żmien kienu jgħidulna it's a man's world fejn l-irġiel biss huma importanti, imma mbagħad daħal is-settur femminili u llum qiegħed dejjem jissoda u jieħu l-post li jixraqlu.", "Pero` issa wasal iż-żmien li s-soċjeta` tagħna, bħala parti minn dan il-proċess ta' ċivilta` ̧ tagħti importanza lit-tfal.", "Ovvjament wieħed ma jridx iħalli lit- tfal jagħmlu li jridu imma rridu nisimgħuhom u nagħtuhom vuċi.", "Wieħed mid-dmirijiet tal-kummissarju huwa li jitkellem mat-tfal u li jirrappreżenta l-interessi tagħhom.", "Permezz tiegħu, is-soċjeta` tagħna għandha tiġi mgħarrfa dwar x'ikunu l-bżonnijiet attwali tal-minuri u allura l-investigazzjonijiet u r-rakkmandazzjonijiet li jsiru huma kompletament differenti minn dak li jsiru minn kummissarji oħrajn.", "Donnu hawnhekk kien hawn min insista li l-investigazzjoni għandha tkun anke f'każi individwali.", "Pero' il-kummissarju għandu dmir li dawn il-każi jibgħathom lill-partijiet rispettivi.", "Jiġifieri dan m'għandux jissostitwixxi lill-kummissarju tal- pulizija, imma fejn jara każi bħal dawn għandu jinforma lill-awtoritajiet konċernati.", "Sur President ̧ waħda mill-funzjonijiet tal-kummissarju għat-tfal hija li jara x'qed jiġri fid-diversi setturi li jinvolvu t-tfal.", "Per eżempju, fis- soċjeta` tagħna għandna lakuna kbira f'dak li għandu x'jaqsam ma' informazzjoni u kemm l-adulti kif ukoll it-tfal ma jafux eżattament x'inhuma d-drittijiet u l-interessi tagħhom.", "Għalhekk il-kummissarju għandu d-dmir li jinforma lis-soċjeta` u lil kulħadd xi drittijiet għandhom il-ġenituri fuq it-tfal u t-tfal fil-konfront tal-ġenituri, anke fejn jidħlu d-drittijiet fil-qasam ta' l-edukazzjoni.", "Per eżempju, it-tfal għandhom ikunu mgħarrfa li l-ġenituri tagħhom m'għandhom ebda dritt iżommuhom id-dar u ma jibagħtuhomx l-iskola.", "Dawn għandhom ikunu jafu wkoll li meta jkunu morda għandhom id-dritt li joqogħdu d-dar u jiġu kkurati u mhux jintbagħtu barra mid-dar.", "Dawn huma affarijiet żgħar li aktar ma nidħlu fid-dettall tagħhom aktar nagħtu dinjita` lit-tfal.", "Per eżempju ̧ waħda mill-problemi prinċipali ta' dan il-kummissarju hija kif jipproteġi lil dawk it-tfal li huma emarġinati u barra mis-soċjeta`.", "Waħda mill-funzjonijiet l-aktar importanti hija mniżżla f'paragrafu (j) ta' klawsola 9 li tgħid li l-kummissarju għat-tfal għandu jiżgura li jittieħdu l-miżuri kollha possibbli mill-awtoritajiet rilevanti biex jipprevjenu u jirrimedjaw il-faqar u l-esklużjoni soċjali minn fost it-tfal.", "Dan qed ngħidu għaliex l-informazzjoni tgħin biex ħaġa bħal din issir imma din il- liġi mhijiex biss avvanz soċjali imma hija wkoll att ta' ġustizzja soċjali.", "Jekk lit-tfal li għandhom il-problemi mhux se nagħtuhom l-attenzjoni li għandhom bżonn issa ̧ qatt mhu se jkunu integrati fis-soċjeta`.", "Sur President, jien inkwetajt ftit meta f'ġurnal partikolari kien hemm dan il-kliem:", "\"35.7% of individuals below the risk of the poverty line were aged between zero to 19 years; 20.6% were between 20 to 39 years.\".", "Din hija xi ħaġa li tinkwetak għax dawn it-tfal ikunu esklużi mis-soċjeta`.", "Fil-fatt minn studji li saru nstab li jekk tfal ta' tliet snin ma jkunux jintegraw ruħhom tajjeb fis-soċjeta`, se jkollhom problema.", "Għalhekk dan il-kummissarju għandu rwol importanti ħafna fis-soċjeta` u mhuwiex sempliċement bniedem li jinvestiga kif donnu qed jarawh ċerti nies.", "Huwa għalhekk li dan ma nistgħux insejħulu ombudsman għaliex ombudsman jieħu ħsieb każi partikolari u individwali.", "Pero' il-kummissarju għandu d-dmir kbir li jġib ġustizzja soċjali aqwa f'dan il-pajjiż.", "Sur President, f'dan l-abbozz ta' liġi qed ngħidu li l-kummissarju għat- tfal għandu jkollu aċċess għall-informazzjoni għaliex inkella ma jkunx jista' jara ċerti affarijiet.", "Per eżempju ̧ minn ċerti files li jkun hemm f'xi dipartimenti wieħed ikun jista' jara jekk l-interessi tat-tfal ikunux qed jiġu ssalvagwardati jew le.", "Pero' qed ngħidu wkoll li hemm id-dmir li wieħed jassisti lill-kummissarju.", "Dan huwa importanti ħafna għax id- dipartimenti, l-NGOs u kulħadd għandu d-dmir li jgħin lill-kummissarju u dan jagħmel lill-kummissarju għat-tfal xi ħaġa kompletament differenti mill- kummissarji l-oħrajn.", "F'dan ix-xenarju kollu huwa mportanti li nrawmu lis-soċjetà tagħna li ma jistax ikun li l-minuri jistgħu jitkellmu biss jekk ikunu jridu l-kbar.", "It- tfal għandu jkollhom iċ-channels fejn jitkellmu u l-kummissarju għandu d- dmir li dawn jipprovdihom.", "Il-kummissarju għandu jinsisti li organizzazzjonijiet kbar, dipartimenti u ministeri jagħtuh dan l-aċċess.", "Per eżempju ̧ dan l-aħħar dħalt f'website - din se nsemmiha biex forsi min jinħatar bħala kummissarju għat-tfal din ifittixha - magħmula mill- iScottish alliance for children's rights li tgħid li jekk xi minuri jkunu qed jaraw xi affarijiet ma jkunux sejrin tajjeb għandhom jaqbżu lil kulħadd u jiktbu ittri direttament lil xi membru parlamentari sabiex id-drittijiet tagħhom jiġu ssalvagwardati.", "Jekk wieħed joqgħod jaħseb ftit jibdew jiġuh ħafna mistoqsijiet f'moħħu.", "Per eżempju ̧ x'inhuma d-drittijiet tal-minuri f'affarijiet li għandhom x'jaqsmu ma' affarijiet mediċi?", "Il-ġenituri għandhom dritt jieħdu ċerti deċiżjonijiet fuq it-trattament mediku ta' wliedhom?", "U x'inhuma d- drittijiet u d-dmirijiet ta' l-ulied fil-konfront tal-ġenituri( X'inhuma d- drittijiet tal-minuri f'kull eta`?", "Naħseb li hemm bżonn li nagħtu kas bis- serjeta` dan is-settur.", "Hawnhekk nixtieq infaħħar lill-ministru għall-politika soċjali li l-ewwel abbozz ta' liġi li qiegħed fuq l-aġenda ta' din il-Kamra kien proprju dan l- abbozz ta' liġi hekk importanti.", "Per eżempju ̧ meta wieħed jeżamina l- konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-drittijiet tat-tfal jinnota li din il-liġi fiha avvanzi ferm akbar.", "Fil-fatt waħda mill-funzjonijiet tal- kummissarju hija li jippromwovi l-ħarsien ta' l-għaqda tal-familja u dan huwa improvement fuq il-konvenzjoni.", "Dan l-improvement huwa vitali għax sfortunatament il-minuri tħallew lura.", "Pero' fortunatament illum se nibdew it-triq fejn nibdew nisimgħu aktar fuq it-tfal u l-interessi tagħhom.", "Per eżempju, wara li kienet twaqqfet il-kummissjoni nazzjonali persuni b'diżabilità, fil-gazzetti bdejna nisimgħu l-kummenti u l-opinjoni ta' ċerti nies b'diżabilità fuq diversi affarijiet.", "Titjib ieħor kien li meta wieħed ikun irid xi permessi għall-bini jkun irid imur għand dik il- kummissjoni.", "Sur President, wieħed irid jgħid ukoll li hawnhekk mhux sempliċement qed nagħmlu charter tad-drittijiet fundamentali tat-tfal qishom it-tfal għandhom xi drittijiet fundamentali separati minn tagħna.", "Kulħadd għandu dritt għal-liberta` ta' l-espressjoni, kulħadd għandu dritt għall- ħajja u kulħadd għandu dritt li jabita ġo dar.", "Dawn l-affarijiet kollha huma aċċettati pero` mbagħad hemm settur li jirrigwarda l-interessi tal- minuri.", "Per eżempju ̧ meta konna l-universita` kienu jgħidulna li meta niġu biex niddeċiedu jekk tifel imurx ma' l-omm jew mal-missier, irridu nħarsu lejn l-interessi tal-minuri u f'din il-ħaġa dan li qed nagħmlu.", "Sur President ̧ din hija liġi li se tibqa' msemmija bħala pass importanti, mhux biss fl-istorja legali tagħna imma anke fl-istorja taċ-ċivilta` Maltija, fl-istorja tal-kultura Maltija u fl-istorja ta' kif dan il-pajjiż mexa 'l quddiem.", "Dawn l-interessi tal-minuri mhux biss se jitħarsu fil- parlament nazzjonali tagħna imma meta jiġu eletti d-deputati tagħna fil- Parlament Ewropew ̧ dawn id-drittijiet se jitħarsu hemmhekk ukoll u għaldaqstant niddikjara li se nivvota favur dan l-abbozz ta' liġi.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Stefan Buontempo.", "ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO: Sur President, l-abbozz ta' liġi li qed niddiskutu llum li jirrigwarda l-interessi tat-tfal huwa pass lejn id- direzzjoni t-tajba.", "Fid-diskors tal-ftuħ ta' dan il-parlament, il- President tar-Repubblika qal li l-qofol tal-politika tal-gvern tibqa' t- tisħiħ tal-familja, bl-uffiċċju tal-kummissarju għat-tfal ikompli jwettaq servizzi personalizzati mogħtija minn aġenziji bħal Sedqa, Appoġġ u Sapport.", "Fil-manifest elettorali tal-Partit Laburista hemm ukoll propost charter li jistabilixxi d-drittijiet tat-tfal.", "L-idea taċ-charter hi li mhux biss jitħarsu d-drittijiet tat-tfal li jkollhom il-protezzjoni tal- familja, iżda wkoll id-drittijiet ta' dawk it-tfal li jispiċċaw fi xquq soċjali.", "Waħda mill-funzjonijiet tal-kummissarju għat-tfal hija li jara li t-tfal b'diżabilita` u tfal li jgħixu f'ċirkostanzi żvantaġġjati għandhom igawdu l-istess kwalita` ta' ħajja bħal tfal l-oħra kollha.", "Huwa dmir l-Istat li joħloq il-kondizzjonijiet fis-soċjeta` ħalli kull individwu jiżviluppa l-personalita` tiegħu fl-ogħla livell possibbli.", "B'hekk is-soċjeta` jirnexxielha jkollha individwi b'saħħithom biżżejjed għall-ħajja materjali, intellettwali u morali, mhux biss għall-ġid tagħhom infushom iżda wkoll biex jagħtu parti minn dan il-ġid lill-oħrajn.", "Il- futur ta' pajjiżna jiddependi fuq it-tfal tal-lum u f'dan is-sens, it-tfal huma tas-soċjeta` u ta' kulħadd.", "Naturalment l-ewwel dmir lejn it-tfal huwa dak tal-ġenituri imma l-Istat għandu wkoll id-dmir u fl-istess ħin l- interess li jiżgura li t-tfal jitrabbew sewwa, b'saħħithom u kuntenti.", "Għalhekk jien naqbel ma' dan l-abbozz ta' liġi, imma importanti li nfakkar li kienu gvernijiet Laburisti li taw l-ewwel drittijiet fejn jidħlu t-tfal.", "Ma rridux ninsew li ċ-children allowance kienet saret biex tgħin lill- ġenituri jrabbu lil uliedhom sewwa.", "Anke fejn jidħol il-housing, kienu gvernijiet Laburisti li ħadmu kemm felħu fuq dan il-qasam.", "Għat-tfal housing ifisser wens, dar li tilqek u l-ispazju fejn jistgħu jiżviluppaw b'sens ta' sigurta` u identità.", "It-tfal iridu ilma tajjeb għax-xorb, ikel biżżejjed, ma jridux arja mniġġsa ̧ ma jixtequx li jkunu morda, iridu jilbsu u jridu spazju fejn jitgħallmu, jiżviluppaw u jilagħbu.", "It-tfal iridu jgħixu fil-paċi, fit-trankwillita`, 'il bogħod mill-periklu u l-vjolenza u f'kondizzjonijiet ambjentali tajbin.", "Fejn hu possibbli, it-tfal għandhom jitrabbew f'għożża ta' familja u fejn dan ma jistax isir huwa l-obbligu ta' l-Istat li jipprovdu l-assistenza meħtieġa.", "Meta jkun possibbli wkoll id-dar għandha tkun adatta għall-ħajja tal- familja.", "Issa dan l-abbozz ta' liġi għandna nħarsu lejh ħolistikament u f'dan il-kuntest nista' nsemmi xi ħaġa li kiteb il-Ġiżwita Alfred Darmanin fil-ktieb tiegħu \"Il-psikoloġija f'ħajjitna\".", "Fr. Darmanin staqsa hekk: Min qed ikollu l-aktar problemi?", "Min għandu l- affarijiet kollha, imma qisu mejjet għaliex huwa marbut magħhom, jew min qed jgħix il-veru ħajja allavolja mingħajr lussu?", "U liema familji l-aktar li jirnexxu, dawk li għandhom il-ġid kollu jew dawk li għalihom il-valuri umani jiġu qabel l-oġġetti?", "Liema familja hija tassew ħielsa, dik li tiddependi minn x'tippossjedi jew dik li tuża dak li tippossjedi biex tgħaqqad il-persuni?", "Iva, id-dar ideali hi dik fejn dawk li joqogħdu fiha jieħdu gost jgħixu fiha, jistrieħu fiha, jikbru ta' bnedmin fiha u jaqsmu l- esperjenzi tagħhom mal-membri l-oħra mingħajr biżgħa.", "F'dar bħal din taħkem klima ta' fiduċja, armonija, għaqda u mħabba.", "Dar ideali tinbena u ma ssirx waħedha, tieħu ż-żmien u ma titlestiex mil-lum għal għada.", "Għalhekk titlob tħejjija u formazzjoni.", "Aktar huwa faċli li tibni dar tal-ġebel u timliha bl-affarijiet materjali milli tibni relazzjoni personali u timliha b'valuri umani.", "Sfortunatament xi għarajjes jgħaddu aktar ħin u enerġija fil-bini tad-dar tal-ġebel milli fil-bini ta' relazzjoni ta' bejniethom.", "Dar ideali teżisti fejn hemm relazzjonijiet personali ġenwini li joħolqu ambjent uman.", "Imma kemm qed jiġri dan f'pajjiżna?", "Il-koppji kemm qed ikunu ppreparati għaż- żwieġ?", "Kif jaf kulħadd, iIllum f'pajjiżna hawn problema kbira ta' separazzjonijiet.", "Fil-fatt wara ftit żmien ħafna koppji qed jisseparaw u jkollhom problema kbira bit-tfal għax ma jkunux jafu x'se jiġri minnhom u x'effett se jkollhom fuq tfal oħra u fuq is-soċjeta` in ġenerali.", "Il-pass kbir li jieħdu l-ġenituri biex xi ħadd minhom jitlaq mid-dar matrinomjali joħloq problema intortament fuq it-tfal.", "Ma' min se jgħixu?", "Ma' xi ħadd mill-ġenituri, man-nanniet, f'xi waħda mid-djar tat-tfal?", "Kemm qed nistaqsu x'tip ta' relazzjoni teżisti bejn il-ġenituri u t-tfal?", "Kemm qed ikun hemm komunikazzjoni bejn il-ġenituri u t-tfal?", "Nafu b'każi ta' tfal li jorqdu fit-toroq għax ix-sheltered homes li għandna huma mimlijin kollha u m'humiex ilaħħqu mad-domanda.", "Huwa veru li l-Istat qed jimpenja ruħu sewwa fuq dawn ix-sheltered homes imma xorta waħda għad jonqos ħafna x'isir.", "Wieħed ma jistax jinsa l-problemi psikoloġiċi u soċjali li jgħaddu minnhom dawn it-tfal.", "Sur President, illum bil-prezzijiet tal-proprjeta` kif inhuma, biex koppja tixtri dar fejn toqgħod u tilħaq l-aspettattivi tagħha qed ikollha tidħol għal djun kbar li ma tiflaħx għalihom u din qed tkun waħda mir-raġunijiet li l-familja Maltija qed titfarrak.", "Meta koppja tiġi biex, per eżempju, tixtri maisonnette ġebel u saqaf, moħħha iżjed ikun mehdi fuq x'tip ta' madum se tagħmel u minn liema stabiliment se tixri l-kamra tal-banju milli kif se tlaħħaq mal-ħajja.", "Mhux hekk biss, filwaqt li l-ġenituri jitkellmu fuq l-imħabba li għandhom għal uliedhom, qed jidħlu jgħixu f'postijiet li ma jkunux għadhom lesti għall-abitazzjoni, ngħidu aħna mingħajr poġġaman u mingħajr opramorta.", "Ġieli wkoll ikun hemm il-periklu minħabba li l-plugs tad-dawl ikunu mwaħħlin fil-baxx u jħalluhom mikxufin.", "Kulħadd jaf kemm nisimgħu b'każi ta' tfal li jweġġgħu b'konsegwenza ta' dan il-periklu u t- tfal ma jkunu jaħtu xejn għall-inċidenti li jistgħu jinqalgħu.", "Basta dik il-koppja daħlet tgħix f'dak il-post!", "Dan ġieli jiġri minħabba li l- postijiet bil-kiri huma għoljin ħafna għad-dħul finanzjarju ta' dawn il- koppji u jippreferu jidħlu f'post li huwa semi-finished milli jkomplu jikru.", "Sur President, għandna mbagħad dawk it-tfal li jgħixu mal-ġenituri jew mal- qraba tagħhom f'postijiet ikkundannati.", "Skond iċ-ċensiment li sar fl-1995 jirriżulta li hawn 14,000 ruħ jgħixu f'dawn it-tip ta' kondizzjonijiet.", "Nippresumu wkoll li hawn ftit mijiet li jgħixu f'abitazzjoni b'ħafna umdita`.", "Din hija wkoll kondizzjoni li tikkaġuna nuqqas ta` saħħa lil dawn it-tfal.", "Jien fil-professjoni tiegħi niltaqa' ma' ħafna tfal li jgħixu f'dawn il-kondizzjonijiet allarmanti.", "X'jaħtu dawn it-tfal?", "Jiena naf b'każi ta' tfal b'diżabilita` li minħabba t-tip ta' akkomodazzjoni li jgħixu fiha, ma jistgħux jiżviluppaw u saħħithom dejjem sejra mill-ħażin għall-agħar.", "Naf b'każ ta` tifel b'diżabilita` ta` ħames snin li li għandu bżonn terapija minħabba iċ-ċokon tal-kmamar tad-dar li jgħix fiha, dar tal- gvern amministrata mill-joint office.", "Din il-familja ilha madwar ħames tirrikorri l-housing għal akkomodazzjoni soċjali, imma s'issa għadhom joqogħdu f'din id-dar għax għadhom ma sabulhomx post alternattiv.", "Tista' timmaġina l-frustazzjoni ta' din il-koppja meta jaraw li t-tifel tagħhom ma jistax jiżviluppa.", "Jiena naf iktar b'każi ta' dan it-tip u ma jistax ikun li nibqgħu passivi, niġu hawnhekk nitkellmu u ma nagħmlu xejn biex ngħinu.", "Jien ħafna drabi nidħol fil-problema ta' l-individwu u nistaqsi: Kieku allaħares qatt ikolli t-tifel jew tifla b'diżabilita`, x'nagħmel jekk bħal din il-familja nkun ngħix bis-servizzi soċjali, jew id-dħul finanzjarju tiegħi jkun baxx, mingħajr il-mezzi finanzjarji biex nixtri jew biex nikri post?", "Il-Ġimgħa d- dieħla se nagħmlu meeting fuq dawn it-tip ta' każi ġenwini, tip tal-ħames każi mid-distrett tiegħi li naf bihom jien.", "Ħadt gost ħafna meta l-Onor.", "Cristina qaltli biex niltaqgħu l-ġimgħa d-dieħla biex inressqu dawn il-każi biex flimkien naraw x'nistgħu nagħmlu.", "Li ngħinu lit-tfal huwa impenn kbir.", "It-tfal, kif għedt qabel, tenħtieġilhom għajnuna skond l-eta` li jkollhom u allura l-kwestjoni ta` l-għajnuna trid tkun tvarja skond l- etajiet.", "Sur President, b'dan l-abbozz li għandna quddiemna llum, il-kummissarju se jkollu dritt jinvestiga każi ta` tfal imkassbra u jressaq problemi bħal dawn għall-attenzjoni ta' l-awtoritajiet biex jekk jista' jkun jiġu solvuti.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Joe Falzon.", "ONOR.", "JOE FALZON: Sur President, l-għan ta' dan l-abbozz ta' liġi huwa li jiġi stabilit uffiċċju tal-kummissarju għat-tfal, bl-iskop li jiżgura l- promozzjoni għall-ġid tat-tfal u jippromwovi konformita` mal-konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-drittijiet tat-tfal.", "Huwa ta' sodisfazzjon kbir għalija li dan l-abbozz ta` liġi qed niddiskutuh proprju fil-bidu ta' din il-leġislatura ġdida.", "Din hija liġi intiża biex issaħħaħ il-familja.", "It-tisħiħ tal-familja ssemma' bħala wieħed minn dawk il-ħames oqsma prinċipali li se jkompli jaħdem fuqhom il-gvern f'dawn is-snin li ġejjin.", "F'dan id-dbattitu s'issa assistejna għal diversi diskorsi minn diversi kelliema taż-żewġ naħat tal- Kamra.", "Hawnhekk irridu nirrikonoxxu li ż-żewġ partiti qed jiddiskutu din il- liġi għaliex jixtiequ ġid lit-tfal tas-soċjeta` Maltija.", "Huwa interessanti iżjed għalhekk li wieħed iwassal il-veduti tiegħu u jipparteċipa f'dan id- dibattitu għax jinħass dan l-ispirtu kollettiv għall-ħarsien tal-ġid komuni.", "Sur President, meta wieħed jitkellem fuq it-tfal awtomatikament jiġih f'moħħu l-omm u l-missier.", "Qegħdin infasslu din il-liġi u nitkellmu b'dan il-mod għax aħna sensittivi għall-omm u għall-missier u nħossu l-ġid li jridu jaraw fil-familja.", "Jien inħoss, per eżempju, li kemm ommi u missieri dejjem xtaquli l-ġid u dejjem riedu li nirsisti u ta' dan minn hawnhekk nirringrazzjahom.", "Nitkellem b'dan it-ton emozzjonali għax ilkoll kemm aħna trabbejna b'dan il-valur b'saħħtu tal-familja u nixtieq li l-kumplament tat-tfal tas-soċjeta` Maltija jitrabbew eżattament kif trabbejt jien.", "Pero` sfortunatament mhux it-tfal kollha għandhom ix-xorti li jitrabbew f'dan l- ambjent, fuq prinċipji bbażati fuq il-valur tal-familja.", "Aħna li qatt m'għexna l-esperjenza kerha ta` familja mkissra, nistgħu nitkellmu dwar dik l-esperjenza minn dak li nisimgħu u minn dak li naraw.", "Meta l-viċi prim ministru kien qed iressaq dan l-abbozz ta' liġi spjega tajjeb is-sinifikat reali li għandha din il-liġi u semma' kif din il-liġi hija marbuta ma' liġijiet oħra, ilkoll intiżi biex isaħħu l-familja.", "Semma' wkoll l-inizjattivi, waħda wara l-oħra, li l-gvern ħa tul is-snin li għaddew, kollha ntiżi biex jgħinu lill-familja li tinsab f'diffikulta`.", "Fost dawn l-inizjattivi ssemmew l-aġenzija Appoġġ, iċ-ċentru Aċċess u diversi inizjattivi oħra li ttieħdu mill-ministeru għall-politika soċjali.", "Issa ma' dawn se jiżdied ukoll l-uffiċċju tal-kummissarju tat-tfal.", "Dan ix- xogħol huwa kollu frott ta' ħidma, studji u riċerka u esperjenzi ta' sitwazzjonijiet diffiċli li ffaċċja dak il-ministeru tul is-snin.", "Naturalment, kull liġi tal-familja hija sensittiva ħafna, pero` liġi dwar it-tfal mhux biss hija sensittiva iżda fiha nfisha hija wkoll liġi delikata ħafna.", "Il-qafas ta' din il-liġi huwa l-promozzjoni għad-drittijiet tat- tfal.", "Wieħed pero` jistaqsi kif fil-prattika dawn it-tfal li jinsabu f'diffikulta` se jwasslu dan l-ilment u f'liema forma.", "Hemm sitwazzjonijiet, per eżempju, fejn fil-familja l-ilment jasal mill-omm jew mill-missier skond il-każ.", "Pero` issib sitwazzjonijiet diffiċli ħafna għax it-tfal ikunu isolati u mhedda mill-ġenituri u għalhekk ikun hemm ċerta biża` biex tifel jew tifla jiżvelaw dak li jkun għaddej.", "Dan qed ngħidu għaliex din il-liġi hija liġi tajba ħafna fiha nfisha u għalhekk huwa tajjeb li flimkien insibu l-aktar forma aċċessibbli li twassal ir-realta` ta' ċerti esperjenzi f'dan l-uffiċċju tal-kummissarju li qed nistabilixxu.", "B'hekk inkunu qed nisfruttaw bl-aktar mod tajjeb din il-liġi li qed infasslu.", "Sur President, jeħtieġ ukoll li nedukaw u ngħallmu lit-tfal fl-iskejjel li issa twaqqaf dan l-uffiċċju għall-kummissarju għat-tfal.", "Naturalment l- iskop m'huwiex li ngħallmuhom id-dettalji u t-teknikalitajiet tal-liġi, pero` irid ikun hawn awareness fit-tfal li jeżisti dan il-kummissarju għalihom.", "Irridu niftakru wkoll li l-għalliema ta' l-iskejjel huma l-iktar nies li jistgħu jkunu jafu jew jindunaw b'sitwazzjonijiet ta` tfal li jkunu f'diffikulta` u jistgħu jagħmluha ħafna faċli biex ċerti każi jitressqu fl- uffiċċju tal-kummissarju.", "Kif qed insemmi l-iskejjel, jiġini f'moħħi aspett ieħor li jrid jiġi indirizzat ukoll minn dan il-kummissarju u qed nirriferi għall-bullying.", "Trid ukoll issir struttura biex ċerti każi li huma magħrufin ħafna f'diversi nħawi mir-residenti tal-madwar, jiġu mgħoddija lill-uffiċċju tal- kummissarju b'ċertu faċilita`.", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq tfal li fil- maġġor parti tagħhom isibuha diffiċli biex huma stess jirrapportaw jew jesprimu dawn iċ-ċerti sitwazzjonijiet li jkunu għaddejjin minnhom.", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq bnedmin li ma jafux jiddefendu d-drittijiet tagħhom u għalhekk irridu niffaċilitaw kemm jista' ikun il-mod ta' kif tiġi espressa lill-kummissarju din is-sitwazzjoni ta` diffikulta` li jkunu għaddejjin minnha dawn it-tfal.", "Issa f'dan l-abbozz ta` liġi, il-kelma \"tfal\" tfisser kull persuna li tkun għadha ma laħqitx l-eta` maġġuri, jiġifieri dik ta' 18-il sena.", "Dan il- punt huwa wieħed importanti ħafna għax it-tfal jgħaddu minn diversi esperjenzi sakemm jagħlqu l-eta` ta' 18-il sena.", "Dan il-perjodu jfisser għalhekk iż-żmien tat-trobbija, iż-żmien ta' l-iskola primarja u ż-żmien ta` l-iskola sekondarja.", "Hawnhekk ta` min jgħid ukoll li fiż-żmien ta` bejn is-16 u t-18-il sena dawn lanqas jibqgħu jissejħu tfal iżda jsiru żgħażagħ.", "Qed nagħmel enfasi speċjali għaliex trid issir enfasi għall-uffiċċju tal- kummissarju f'dan il-kuntest għax fil-prattika t-tfal isiru żgħażagħ u jiltaqgħu ma' sfidi u realtajiet ġodda fil-ħajja tagħhom.", "Dak il-perjodu ta` żmien huwa żmien ta' realtajiet u ta' esperjenzi ġodda għal kull bniedem.", "Fl-istess ħin huwa wkoll żmien avventuruż ħafna fil- ħajja tal-bniedem.", "Jaf ikollok żgħażagħ li din l-avventura fil-ħajja jsarrfuha f'ħiliet ġodda u toħroġ il-kreattivita` u joħorġu t-talenti tagħhom, pero` jaf ikollok oħrajn li jsarrfuha f'ħafna vizzji ħżiena, fosthom it-tipjip, ix-xorb, id-droga, il-logħob ta' l-azzard u min jaf kemm affarijiet oħra.", "Din għandha tkun, fil-fehma tiegħi, sfida ewlenija għal dan l-uffiċċju tal-kummissarju għat-tfal.", "Sur President, nikkonkludi billi ngħid li din hija liġi li għandha tiġi fis- seħħ kemm jista' ikun malajr biex inkomplu nsaħħu d-drittijiet tat-tfal u nieħdu eżempji minn diversi pajjiżi fejn laqgħu din il-liġi bħala waħda li kellha appoġġ internazzjonali minn kull naħa tad-dinja.", "Bħala gvern, għalkemm qatt ma nistgħu nissostitwixxu r-rwol ta' l-omm u tal-missier fil- familja, nistgħu pero` inwasslu messaġġ qawwi lis-soċjeta` li t-tfal għandhom id-dinjita` u d-drittijiet tagħhom.", "B'hekk inkunu qed niggarantixxu l-ogħla livell ta` għajxien li jixraq lit-tfal biex ma jkunux imċaħħdin li jiżviluppaw b'mod tajjeb il-personalita' tagħhom minħabba ambjent li intortament ikunu sabu ruħhom fih għax it-tfal huma l-għożża u l- investiment tal-bniedem.", "Nirringrazzjak.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Carmelo Abela): Grazzi.", "Iktar rimarki?", "L- Onor. Gavin Gulia.", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Sur President, kif diġa` kkummentaw sħabi minn din in- naħa tal-Kamra, dan huwa abbozz pożittiv li żgur se jsib l-approvazzjoni kif ukoll il-koperazzjoni ta' l-oppożizzjoni għat-tisħiħ u għat-titjib tiegħu.", "Jekk għandna nagħmlu kritika lejn dan l-abbozz ta' liġi mhux se nagħmluha għall-għanijiet ta' dan l-abbozz ta' liġi.", "Dan l-abbozz għandu skop nobbli.", "Naturalment seta' kien aħjar, seta` forsi kellu naqra iktar snien u forsi seta` jirrifletti aħjar l-għanijiet u d-dispożizzjonijiet tal- konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-drittijiet tat-tfal.", "Jidher li l-gvern qed jgħabbi lill-kummissarju għat-tfal bi tfassil, jew addirittura l-implimentazzjoni ta' dawk id-dispożizzjonijiet li hemm imsemmija fil-konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti.", "Allura meta inti taqra x'inhuma l-prinċipji li għandhom jiggwidaw lill-kummissarju għat-tfal qisek qed titkellem dwar l-astratt.", "B'hekk il-kummissarju se jkollu piż kbir mill- bidunett, bħalma jkollu piż qualsiasi persuna li se tiftaħ uffiċċju ġdid, biex ngħidu hekk, sabiex tibda tlaħħam l-uffiċċju.", "Per eżempju, l- ombudsman għandu l-funzjonijiet tiegħu, bil-liġi li waqqfitu, ftit jew wisq ftit iktar imlaħħma għax jaf eżattament li jrid jindirizza lmenti dwar nuqqasijiet amministrattivi.", "Meta mbagħad inħarsu lejn il-funzjonijiet tal- kummissarju tat-tfal naraw li hemm ċerti gwidi ta' kif għandu jmexxi, pero` m`humiex gwidi mfissra tajjeb.", "Per eżempju, waħda mill-funzjonijiet tal- kummissarju hija li jippromwovi u jaqbeż għad-drittijiet u l-interessi tat- tfal.", "X'inhuma d-drittijiet u l-interessi tat-tfal?", "Ċerti drittijiet u interessi tat-tfal nafu x'inhuma, pero` min aħna aħna li ngħidu li dan huwa dritt u ċirkostanza oħra m'huwiex dritt jew interess?", "Imma fuq dan niġi ftit iktar 'il quddiem.", "Irrid ngħid li gvern Laburista bejn l-1996 u l-1998 kien diġa` beda jaħdem fuq liġi dwar it-tfal.", "Mhux neċessarjament fuq din il-linja, imma kienet waħda daqstant nobbli u forsi naqra iktar komprensiva minn din il- liġi li għandna quddiemna.", "Jien niftakar li fl-1998, dak iż-żmien meta kont ministru tal-ġustizzja, kienet avviċinatni s-segretarju parlamentari għad- drittijiet tan-nisa, l-Onor.", "Helena Dalli, sabiex nagħmlu dan il-proġett flimkien.", "Proprjament kienet inizjattiva tagħha u naturalment talbet l- assistenza u l-għajnuna tal-ministeru tal-ġustizzja, bl-involviment anke ta' l-avukat ġenerali.", "Ejja ħalli nitkellmu ċar.", "Din mhux l-ewwel darba li se jkollna liġi li tittratta d-drittijiet u l-interessi tat-tfal.", "Hawn għandna xi ħaġa iktar speċifika u iktar diretta, u dan huwa pass tajjeb proprju għaliex l-interessi u d-drittijiet tat-tfal huma mħarsa mil- liġijiet diġa` eżistenti li pero` huma sparpaljati f'diversi liġijiet.", "Per eżempju, hemm id-drittijiet u l-interessi tat-tfal li huma enunċjati fl- Att dwar is-Sigurta' Soċjali.", "Hemm l-Att dwar l-Edukazzjoni li fih hemm ukoll imfissra d-drittijiet u l-interessi tat-tfal.", "Hemm ukoll il-Kodiċi Kriminali li wkoll jittratta problemi u kwestjonijiet li għandhom x'jaqsmu mat-tfal.", "Hemm l-Att dwar il-Probation li prattikament jitkellem dwar il- minuri.", "Hemm ukoll liġijiet dwar reġistrazzjoni tat-twelid li għandhom x'jaqsmu mal-minuri.", "Pero` kif qed ngħid kollha qegħdin sparpaljati taħt diversi liġijiet u mhux ben identifikabbli u kollha jaqgħu fil-kompetenza ta' ministeri differenti.", "Jien naħseb li dan huwa xi ftit jew wisq weakness.", "Hemm min jaħseb li forsi huwa indispensabbli li jkun hekk.", "Waħda mill-kritika li ssir ta' spiss hija li aħna mimlijin b'liġijiet imma rarament ninforzawhom.", "Jiena nemmen li għandna ħafna u ħafna liġijiet li lanqas nafu li jeżistu tant li ġieli nagħmlu liġijiet ġodda li piu` o meno jkunu l-istess bħal-liġijiet eżistenti.", "L-idea tagħna kienet li nidentifikaw dawn il-liġijiet, naraw fejn qegħdin u naraw jekk nitfgħuhomx taħt saqaf wieħed f'liġi waħda komprensiva u effettiva.", "Jiġifieri ridna ngħaqqdu l-liġijiet li għandhom x'jaqsmu mad-drittijiet u l-interessi tat- tfal taħt liġi waħda komprensiva.", "Naturalment mhux hekk biss imma ridna naraw fiċ-ċirkostanzi tad-dinja moderni kif żviluppaw l-affarijiet, naraw jekk hemmx ċirkostanzi li jeħtieġu li jiġu rregolati permezz ta' liġijiet u emendi ġodda u naturalment dawn jiġu nkorporati wkoll taħt liġi waħda komprensiva.", "Jista` ikun ukoll – imma dak iż-żmien ma naħsibx li konna qed niddiskutu dwaru – li fost affarijiet oħra li konna qegħdin niddiskutu konna se ndaħħlu wkoll il-kummissarju għat-tfal.", "Bil-Malti aħna ridna naqtgħu fil-laħam il-ħaj mill-ewwel.", "Issa f'dan l-abbozz ta` liġi li għandna quddiemna qegħdin ngħidu li l-kummissarju għat-tfal irid jippromwovi u jaqbeż għad-drittijiet u l-interessi tat-tfal, jiżgura li t-tfal ikunu qed jingħataw l- opportunita` li jesprimu l-fehmiet tagħhom u li dawn fil-fatt jiġu kkonsidrati u jippromwovi l-ħarsien ta` l-għaqda tal-familja.", "Fl-opinjoni tiegħi dawn huwa affarijiet daqsxejn vagi.", "Il-kummissarju jrid jistabilixxi hu kif se jagħmel dawn l-affarijiet.", "Jiġifieri aħna konna qed nippretendu li jkun hemm aktar direzzjoni, aktar tifsir ċar ta' x'inhuma l- funzjonijiet, l-ewwel u qabel kollox, u l-prinċipji li għandhom jiggwidaw lill-kummissarju għat-tfal.", "Jien nemmen li wieħed jista' jaħdem ħafna fil- kumitat dwar l-affarijiet soċjali u anke fil-kumitat dwar il- konsiderazzjoni ta' abbozzi ta' liġi sabiex naraw kif nistgħu nsaħħu aktar dan l-abbozz ta' liġi ħalli finalment meta jkollna strument legali pożittiv, dan l-istrument legali l-ewwelnett ikun wieħed li jirrifletti l- qbil taż-żewġ naħat tal-Kamra u t-tieni jkun wieħed li verament iħares id- drittijiet u l-interessi tat-tfal.", "Sur President, ħaġa li lili ddejjaqni hija li għandna ħafna awtoritajiet jirregolaw l-istess ħaġa.", "Din il-liġi qiegħda twaqqaf uffiċċju ta' kummissarju għat-tfal.", "Over and above that imma weak ħafna, hemm il-kumitat dwar l-affarijiet soċjali tal-Kamra tar-Rappreżentanti li seta` ingħata ħafna iktar importanza, u se ngħid għalfejn.", "Mela għandek kumitat dwar l- affarijiet soċjali, għandek kummissarju nnifsu u over and above that hemm il-kunsill.", "Meta taqra l-liġi ssib li dawn prattikament qegħdin jagħmlu l- istess funzjonijiet.", "Issa l-kumitat dwar l-affarijiet soċjali li huwa kumitat li jaħdem, ħawtiel u vibranti, skond il-liġi – sakemm ma qabiżlix xi ħaġa - se jkun hemmhekk sempliċement sabiex jaħtar il-kummissarju għat- tfal u sabiex jiġi kkonsultat mill-prim ministru", "jekk il-kariga tiegħu tkun se tiġi sospiża jew addirittura l-persuna tal- kummissarju tkun se tiġi mneħħija minn dik il-kariga.", "Jien naħseb li l- involviment tal-kumitat dwar l-affarijiet soċjali fil-qafas ta' din il-liġi se jkun wieħed verament fqir.", "Jien ħarist lejn il-liġi darba, darbtejn, tlieta, imma ma rajtx funzjonijiet oħra għajr dik.", "Jiena nittama li jkun hemm xi ħadd min-naħa li jgħidli aħjar x'funzjoni aħjar minn hekk se jkollu dan il-kumitat.", "Il-kumitat għall-affarijiet soċjali se jkun qiegħed hemmhekk sempliċement għall-ħatra tal-kummissarju jew għat-tneħħija jew sospensjoni tiegħu mill-kariga.", "Irrid ngħid ukoll li l-uniku obbligu li se jkollu l-kummissarju hu li lill- Kamra tar-Rappreżentanti jgħaddilha rapport annwali dwar l-attivitajiet tiegħu tul is-sena, deskrizzjoni ġenerali tal-qagħda tat-tfal f'Malta, b'rakkomandazzjoni dwar ħtieġa ta' leġislazzjoni jew bidla fir-regoli jew policies u reazzjonijiet oħrajn.", "Issa kemm se jkun attiv il-kumitat permanenti tal-Kamra dwar l-affarijiet soċjali se jiddependi minn kemm se jkun proattiv huwa nnifsu li jiddiskuti affarijiet li għandhom x'jaqsmu mad- drittijiet u interessi tat-tfal.", "Issa lanqas dan ma joħroġ mil-liġi, għax l- uniku ħaġa li hemm fil-liġi li għandha x'taqsam ma' dan il-parlament hi li l-kummissarju jippreżenta r-rapport lill-ministru responsabbli mill- politika soċjali, imbagħad il-ministru għandu obbligu li jpoġġih fuq il- mejda ta' din il-Kamra.", "Dan qed ngħidu biex nuri li l-kumitat permanenti dwar l-affarijiet soċjali m'għandux involviment partikolari ħlief sabiex jaħtar jew ineħħi jew jissospendi mill-kariga dik il-persuna li tkun qed tagħmilha ta' kummissarju.", "Jiena kont nistenna li dan il-kumitat ikollu funzjoni li toħroġ mill-liġi nnifisha, anke in vista tal-fatt li jrid ikun imħejji u ppreżentat rapport lill-Kamra tar-Rappreżentanti.", "Nixtieq ngħid ukoll li għandi ċerti riżervi dwar il-mod kif inhu maħtur il- kunsill għat-tfal.", "Jiddispjaċini ngħid - u forsi dan huwa l-unika kumment politiku partiġġjan li nista nsemmi fir-rigward ta' dan il-kunsill - li fi klawsola 12 jingħad li għandu jkun hemm kunsill għat-tfal maħtur mill- ministru għall-politika soċjali, magħmul mill-kummissarju li jippresjedi u sitt membri oħra.", "Issa ħoll xagħrek u ġib iż-żejt meta tħares lejn min huma s-sitt membri l-oħrajn!", "Mela se jkun hemm persuna maħtura mill-ministru għall-politika soċjali, persuna waħda maħtura mill-ministru responsabbli għas-saħħa, persuna waħda maħtura mill-ministru responsabbli għall- edukazzjoni, persuna waħda maħtura mill-ministru responsabbli għall-intern, persuna waħda maħtura mill-ministru responsabbli għall-ġustizzja - u dawn huma kollha ħatriet politiċi – plus il-president tal-kumitat dwar l- affarijiet soċjali tal-Kamra tar-Rappreżentanti, persuna politika, li tkun membru tan-naħa tal-gvern, kariga li kienet tokkupaha l-Onor.", "Helen D'Amato fil-leġislatura l-oħra.", "Hawnhekk għandek ekwipaġġ politiku u s-soċjeta ċivili hija kompletament eskluża.", "Jiena din il-ħaġa ma narahiex fair.", "Wieħed kien jistenna li f'dan il-kunsill ikun hemm aktar is-sehem proattiv ta' nies li jiffurmaw parti minn organizazzjonijiet mhux governattivi li għandhom għal qalbhom l-interessi u d-drittijiet tat-tfal u li ilhom jiġġieldu u jissieltu għalihom.", "Dawn baqgħu esklużi minn dan il-kunsill, almenu kif inhi proposta s'issa l-liġi.", "Imma mhux hekk biss, Sur President, aħna nisimgħu ħafna li l-gvern Nazzjonalista jistieden lill-oppożizzjoni sabiex tieħu sehem fuq kummissjonijiet 'l hawn u 'l hemm.", "Dawn ġeneralment ikunu kummissjonijiet li jitrattaw affarijiet xi ftit jew wisq delikati, xi ftit jew wisq fejn hemm l-iebes bħalma hi dik li tirrigwarda l-pensjonijiet.", "Dan l-appell reġa' ġie estiż anke kif bdiet din il-leġislatura fuq tal-pensjonijiet.", "Naturalment fejn il-gvern jaf li għandu l-iebes quddiemu, allura jipprova jdaħħal lill-oppożizzjoni sabiex ma jitgħabbiex bil-piż tad-deċiżjonijiet jew rakkomandazzjonijiet li jkunu qegħdin isiru.", "F'dan il-każ ma ġarax hekk.", "Jiddispjaċini ngħid li l-kompożizzjoni tal-kunsill għat-tfal hija l- antitesi tar-rikonċiljazzjoni nazzjonali u wieħed kien jistenna, u naħseb li huwa ġust, li waħda mill-persuni fuq dan il-kunsill tkun maħtura mill- oppożizzjoni.", "Mela huma n-Nazzjonalisti biss li jifhmu fid-drittijiet u l- interessi tat-tfal?", "GĦalfejn m'għandux ikun hemm rappreżentant mill- oppożizzjoni li jkun jifforma parti mill-kunsill?", "U dan ma ngħidux bi spirtu partiġġjan għaliex għada pitgħada jkun hemm l-alternanza tal-poter.", "Apparti minn dan, jiena niskanta kif dan il-kunsill se nimlewh b'persuni maħtura minn ministri u mhux se tinħatar persuna mill-ministru responsabbli għaż-żgħażagħ, arti u kultura.", "Huwa veru li l-abbozz ta' liġi tfassal qabel l-aħħar elezzjoni ġenerali u allura forsi ma kienx previst li jkun hemm ministeru għaż-żgħażagħ, arti u kultura, imma meta inti għandek ministeru li huwa ffokat proprju fuq il-benestanza u r-rikreazzjoni taż-żgħażagħ, allura jien kont nistenna li persuna waħda tiġi appuntata minnu.", "Dan qed ngħidu għax jekk hemm awtorita`, ministeru jew dipartiment li żgur jaf xi ħaġa fuq iż-żgħażagħ huwa żgur il-ministeru taż-żgħażagħ.", "Veru li hemm indikat li tinħatar persuna waħda mill-ministru responsabbli għall- edukazzjoni u forsi kien previst li dan jidħol hemmhekk minħabba li dak iż- żmien is-segretarjat parlamentari kien jaqa` taħtu, pero' il-ministru responsabbli għall-edukazzjoni għandu jkun hemmhekk żgur minħabba l- importanza ta' l-edukazzjoni fit-trobbija u għall-benestanza ta' żgħażagħ minorenni, imma mbagħad jagħmel aktar sens jekk jinħatar bniedem mill- ministeru għaż-żgħażagħ.", "Mela biex nirrikapitola rrid ngħid li l-ewwelnett jidhirli li dan m'għandux ikun kunsill b'political appointees biss u għandu jkun hemm appointee min- naħa ta' l-oppożizzjoni biex verament ikun rikonċiljazzjoni nazzjonali u mhux ir-rikonċiljazzjonmi ssir biss fejn jaqbel lill-gvern biss.", "Fl- opinjoni tiegħi għandu jkun hemm ukoll l-involviment tas-soċjeta` ċivili, Sur President, u żgur l-involviment, la ħa nagħmluh kunsill politiku, ta' persuna waħda maħtura mill-ministru responsabbli għaż-żagħżagħ.", "F'subklawsola 2 ta' klawsola 12 jingħad li l-kunsill:", "\"...ikollu d-dritt li jeleġġi b'għażla sa seba` persuni oħra li fl- opinjoni tal-kunsill, jirrappreżentaw l-aħjar lit-tfal u d-drittijiet tat-tfal.\"", "Issa ma nafux kif jiġru l-affarjiet hawn Malta!", "Jien għalhekk nemmen li għandu jkun hemm involviment iktar wiesa' ta' dan il-parlament f'dan il- kunsill.", "Sur President, jien semmejt li hemm il-kummissarju, hemm il-kunsill u hemm ukoll il-kumitat soċjali.", "Fl-opinjoni tiegħi hemm ħafna overlapping tal- funzjonijiet u din hija problema.", "Fil-fatt jekk taqra l-funzjonijiet tal- kummissarju u taqra l-funzjonijiet tal-kunsill issib li prattikament huma l- istess.", "Jien nibża' li b'dan il-mod se jkun hemm diversi pressjonijiet li se joqogħdu jikkonverġu fuq xulxin u jgħaffġu fuq xulxin.", "Fl-opinjoni tiegħi l-funzjonijiet jew tal-kummissarju jew tal-kunsill għandhom jiġu definiti aħjar sabiex nevitaw li jkun hemm dan l-overlapping, kif ukoll jeħtieġ li naraw x'funzjoni jista' ikollu aħjar il-kumitat tal-Kamra dwar l- affarijiet soċjali u milli biss ikun involut fil-ħatra jew fit-tneħħija mill-kariga tal-kummissarju.", "Dwar il-liġi nnifisha dawk huma l-affarijiet li ridt insemmi bħala kritika u din għamiltha biex wieħed jipprova jsaħħaħ il-liġi.", "Nixtieq issa nsemmi żewġ affarijiet li m'għandhomx x'jaqsmu ma' din il-liġi pero' li jinteressaw id-drittijiet u l-interessi tat-tfal.", "Sur President, f'dak li se ngħid se nkun grafiku biex nuri x'nuqqas kbir għandu l-Att dwar is-Sigurta` Soċjali.", "(Interruzzjonijiet)", "Meta inti tħares lejn il-konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tinduna bil- faqar ta' ċerti provisions ta' l-Att dwar is-Sigurta` Soċjali.", "Meta kont qed nagħmel il-home visits qabel l-elezzjoni ġenerali, kont iltqajt ma' familja li sfortunatament tweldilhom tifel mingħajr id waħda.", "Ommu qaltli li kienet applikat għar-relief pero' qalulha li ma tikkwalifikax għalih.", "Issa din to say the least, din rajtha stramba u appalling.", "Fl-opinjoni tiegħi bilfors li kien hemm malintiż, bilfors li d-dipartiment ma fehemx.", "Persuna li titwieled b'dik id-diżabilita` ċertament li jistħoqqilha mhux biss il-wens imma l-għajnuna soċjali.", "Id-dwejjaq tiegħi kien li meta jien indagajt mad-dipartiment u kellimt anke uffiċjali għolja mid-dipartiment, dawn qaluli li ma jikkwalifikax għaliex il-liġi dwar is-sigurta` soċjali tipprovdi li sabiex dik il-persuna tieħu r-relief irid ikollha ż-żewġ idejn neqsin.", "Dawn huma affarijiet li ma jitwemmnux u jien nappella lill- ministru jew lis-segretarju parlamentari konċernat sabiex dawn il-każi jarawhom jew jekk hemm bżonn il-kummissarju l-ġdid jidħol fiha.", "Ma titwemminx, għarukaża kbira li l-Istat għandu għalfejn jistħi biha.", "Sur President, b'dan li qed ngħid jiena mhux qiegħed nagħmel kritika lill- gvern, għax din hija provision taħt l-Att dwar is-Sigurta` Soċjali li ilha hemmhekk minn dejjem.", "U biex żgur inkun ċert li ma niżvijax dan il- parlament, qabel tkellimt illum erġajt iċċekkjajt u reġgħu kkonfermawli li sabiex inti tikkwalifika għar-relief irid ikollok double disability, irid ikollok the loss of two limbs mhux of one.", "Bħalikieku persuna li għandha diżabilita` parzjali mhux xorta tbati.", "Din hija provision fil-liġi li tiddiskrimina adirittura bejn żewġ disabilities.", "GĦalija it is a shame li qatt ma sar xejn dwarha.", "Huwa veru li forsi ma tantx saret pubbliċita` dwarha, imma hija għarukaża li din il-familja ma tistax tieħu benefiċċju daqs ħaddieħor li sfortunatament forsi għandu diżabilita` akbar minn hekk.", "Imma l-fatt huwa li diżabilita` akbar jew inqas, xorta diżabilita` tibqa'.", "Din hija provision tal-liġi li hija kattiva u żgur li ma tirriflettix l- ispirtu u anke d-diżpożizzjonijiet tal-konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-drittijiet tat-tfal li f'artiklu 26 jgħid - u naqra testwalment:-", "\"States Parties shall recognise for every child the right to benefit from social security, including social insurance and shall take the necessary measures to achieve the full realisation of this right in accordance with their national law.\"", "Jiena nappella lill-ministru u lis-segretarju parlamentari konċernati sabiex din jarawha.", "Jiena lest li anke nipprovdi l-isem tal-familja konċernata li ma tista' tagħmel xejn qabel tinbidel il-liġi.", "Din hija xi ħaġa that I found appalling u ħlift li jekk nerġa' nirritorna fil- parlament, kif fil-fatt kelli l-unur, din il-kwestjoni żgur li nqajjimha.", "Ħaġa oħra li ktibt dwarha hi l-bżonn li f'pajjiżna ma jkollniex over- reliance fuq il-faċilita` korrettiva ta' Kordin għal dawk li huma minuri li jkunu kkommetew allegatament reati gravi.", "Jiena wieħed minn dawk li ma nemminx li billi nimponu pieni ħorox jew li noqogħdu nżidu d-detterenti se nwasslu sabiex innaqqsu l-kriminalita` ġovanili.", "Jien niftakar każ ta' omiċidju li ġara ġewwa Paceville fejn tifel ta' 13-il sena qatel ġuvni ieħor ftit ikbar imma minorenni wkoll.", "Niftakar li meta tressaq il-qorti, il-maġistrat kien wera kompassjoni kemm għall-vittma imma anke għall- persuna li allegatament ikkommetiet ir-reat u kienet inqalgħet problema kbira fejn se jinżamm.", "Kien hemm ukoll pressjoni ta' l-opinjoni pubblika fuq il-maġistrat konċernat minħabba li dan kien reat gravi.", "Il-maġistrat sab ruħu f'diffikulta għax jaf li jekk se jiċħadlu l-bail, se jibagħtu fil- faċilita` korrettiva ta' Kordin.", "Huwa ver li wieħed jista jibagħtu fit- taqsima tal-YOURS, imma rridu namettu, Sur President, li t-taqsima tal- YOURS hija part and parcel mill-faċilita` korrettiva ta' Kordin.", "Hemmhekk mhux edukaturi għandek jaħdmu imma welfare officers u social workers.", "Hemmhekk inti għandek jaħdmu pulizija, nies tas-sigurta` u uffiċjali korrettivi.", "Jien nemmen li wasal iż-żmien li bħalma kellna diġa fl- imgħoddi jkollna halfway house.", "Jidhirli li darba l-ministru ta' l-intern kien qal li għandna l-mezz legali kif nagħmluha, pero' konkretament kienet baqgħet ma saritx taħt diversi gvernijiet.", "Jien nemmen li din hija riflessjoni ta' administrative shortcomings.", "Fl-opinjoni tiegħi għandu jkollna halfway house li tkun fuq bażi terapewtika.", "Il-minuri għandhom bżonn mhux pulizija u correctional officers jiġru ma' saqajhom għax dawn moħħhom li jħarsu s-sigurta` istituzzjonali, imma social workers u welfare officers in a homelike theurapeutic environment.", "Jiena nemmen ġenwinament li b'dan il-mod aħna nistgħu niddiljaw mad-delinkwenza ġovanili biex verament ikollna soċjeta` aktar pożittiva, aktar ta' wens u aktar ħanina.", "Din hija xi ħaġa li l- kummissarju li se jiġi mwaqqaf għandu jħares lejha immedjatament u jagħmel il-pressjoni fuq il-ministeri konċernati.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru tal-Ġustizzja u Intern): Sur President, din hija liġi li kif smajna minn diversi kelliema hawn qbil dwarha.", "Huwa tajjeb li hemm qbil dwarha għaliex meta liġi jkun hemm il-kunsens tal-Kamra dwarha, din toħroġ b'ċerta saħħa u naħseb li din hija liġi li għandna bżonnha u tirifletti l-valuri wkoll tas-soċjeta` Maltija fil-konfront tat- tfal.", "Jien naħseb li meta nikkomparaw is-soċjeta' tagħna ma' dik ta' ċerti pajjiżi, anke ġirien tagħna, naraw li minkejja li f'Malta għandna d-difetti bħal kulħadd ieħor, insibu li fil-konfront tat-tfal hemm ċerta rabta speċjali u hemm ċertu interess speċjali.", "Dan narawh mhux biss minħabba s- sens qawwi ta' familja li għandha s-soċjeta` Maltija imma wkoll mill- kuxjenza dwar id-drittijiet tat-tfal.", "Huwa veru li kultant ġieli nisimgħu b'ċerti inċidenti li wieħed jitkaża dwarhom, imma jiena ngħid li dan huwa dovut anke għaż-żieda fil-kuxjenza dwar id-drittijiet tat-tfal.", "Mr. Speaker, diversi kelliema għamlu referenza għall-konvenzjoni tad- drittijiet tat-tfal adottata min-Nazzjonijiet Uniti fl-20 ta' Novembru ta' l-1989.", "Irrid ngħid li l-fatt li se jkollna kummissarju - jien mhux se nsejjaħlu ombudsman tat-tfal, imma dan għandu minn dawk il-funzjoniijet - juri s-serjeta` li rridu nagħtu għal din il-kwestjoni sabiex id-drittijiet tat-tfal jiġu mħarsa.", "Issa meta aħna ngħidu d-drittijiet tat-tfal, fl- aħħar mill-aħħar fuq xiex qegħdin nitkellmu?", "GĦandna elenku fil-liġi dwar meta jista` jintervjeni l-kummissarju tat-tfal u ħaġa li laqtitni mill- ewwel hi li l-kummissarju għandu dritt li jinvestiga xi mewt ta' tfal jew ta' tifel li setgħet tiġi evitata.", "Jiena naħseb li dan huwa punt validissimu li ġie nserit f'din il-liġi għaliex għalkemm inħobbu l-familja u nħobbu t-tfal, ħafna drabi forsi aħna stess nikkaġunaw inċidenti minħabba traskuraġni jew fid-djar jew fi stabilimenti kummerċjali għax ma neħdux biżżejjed in konsiderazzjoni l-ħarsien tas-safety u tas-sigurta` tat-tfal.", "Ħaġa importanti li tixbaħ ħafna l-poteri ta' l-ombudsman hija dik li l- kummissarju se jkollu d-dritt li jinvestiga mhux biss ilmenti li huwa jista jirċievi minn xi għaqda jew minn xi individwu dwar id-drittijiet tat-tfal, imma wkoll li jista jibda investigazzjoni waħdu spontanjament.", "Dan ifisser li m'hemmx għalfejn jirċievi lment sabiex jibda investigazzjoni imma dik l- investigazzjoni jista jagħmilha waħdu.", "Per eżempju, jekk jara li hemm skola li m'għandhiex faċilitajiet biżżejjed ta' playground, ta' rikreazzjoni għat-tfal, jekk jara li f'xi sitwazzjoni partikolari kif diġa għedt m'hemmx safety biżżejjed fi stabiliment tal-gvern għar-rigward tat- tfal, hu jista' jaqbad u jinvestiga spontanjament.", "L-unika ħaġa li ma jistax jindaħal fiha huma l-affarijiet li jaqgħu taħt il- qorti hekk imsejħa tal-familja.", "Aħna m'għandniex qorti tal-familja as such imma għandna mħallfin li jagħmlu xogħol li għandu x'jaqsam mal-kustodja tat- tfal, separazzjonijiet u kwestjonijiet li jinqalgħu.", "Peress li din hija istituzzjoni partikolari li tieħu ħsieb dawk il-ħwejjeġ, allura m'hemmx għalfejn li jindaħal fihom ukoll il-kummissarju.", "Il-bqija jista jindaħal u jinvestiga diversi affarijiet, fosthom dwar aċċess għat-tfal għal-servizzi bbażati fil-komunita` jew il-kwestjoni li ħafna drabi nisseparaw iżżejjed bejn iż-żewġ sessi b'mod li t-tfal ningranawhom f'direzzjoni jew oħra.", "Il-kummissarju jista' jinvestiga lmenti anke ta' bullying.", "Aħna nisimgħu fuq bullying fi skejjel kemm tal-gvern, kemm tal-privat, kif ukoll f'dawk tal-Knisja jew indipendenti.", "Tisma' anke stejjer ta' nies li joħorġu lit- tfal mill-iskola minħabba bullying.", "Din hija problema li mhux dejjem faċli li ssolviha għaliex mhux it-teachers kollha huma kompetenti fil-mod kif jieħdu passi fejn ikun hemm il-bullying.", "Il-fatt li se jkollna din il- persuna li tkun tista` tindaga dwar dawn l-affarijiet naħseb li huwa fatt pożittiv.", "Mr. Speaker, nixtieq issa nirrispondi għal żewġ punti ta' kritika li għamlet l-oppożizzjoni.", "L-Onor.", "Gulia qal li hemm wisq appointees minn ministri fil-kunsill.", "Huwa veru li dawn huma kollha persuni maħtura minn ministri differenti, pero` rridu noqogħdu attenti qabel ngħidulhom political appointees.", "Min jismagħna nsemmu l-political appointees jieħu l-impressjoni li se ndaħħlu l-partiti fil-kunsill għat-tfal.", "L-ewwel ħaġa naħseb li dan huwa kunsill li se jkollu x'jagħmel, u min se jidħol fih se jidħol għaliex ikun iħobb dan it-tip ta' xogħol u jkun irid jagħti l-kontribut tiegħu.", "Ma naħsibx li se jkollna n- nies bil-queque lesti biex jidħlu f'dan il-kunsill u l-fatt li jaħtarhom il- ministru ma jfissirx li dawn huma appointments politiċi.", "Irrid ngħid ukoll li l-ministru m'huwiex se jappunta lil dawn in-nies minn fost nies politiċi imma minn fost nies li jkunu jifhmu f'dan il-qasam.", "Huwa għalhekk li hemm il-ministru tal-ġustizzja, il-ministru tas-saħħa u l- ministru tal-politika soċjali.", "Issa jiena nieħu gost li ngħad li għandu jkun hemm xi persuna li jkollha l-fiduċja ta' l-oppożizzjoni, għax niftakar liġi li kienet tagħti dritt lill-oppożizzjoni tinnomina persuna waħda fil- bordijiet differenti tal-gvern li ġiet imħassra mill-gvern Laburista ta' bejn l-1996 u l-1998.", "Jiena m'għandix xi opinjoni partikolari dwar din il- ħaġa, imma ma rridux naħarbu bl-idea li għax huwa nominat mill-ministru allura huwa a political appointee.", "Allura l-imħallfin u l-maġistrati u diversi membri ta` ħafna organizazzjonijiet oħra, għax jaħtarhom il- ministru huma ta' natura politika?", "Imbagħad fil-kunsill tat-tfal ma naħsibx li se jkun hemm xi ħerqa partikolari li xi ħadd bilfors irid jagħżel minn xi area jew oħra ta' opinjoni politika għax dan se jkun kunsill li se jieħu ħsieb l-interessi tat-tfal.", "Sur President, l-Onor.", "Gavin Gulia semma' il-problema dwar persuni ta' eta` tenera li jikkommettu reati serji.", "Fl-Ingilterra ġewwa Manchester kien hemm każ ta' żewġ persuni ta' għaxar snin li qatlu.", "Għalkemm dawn il-każi huma rari, f'Malta ġieli ġraw ukoll.", "Rari ħafna imma ġieli ġara li persuni taħt is-16-il sena fis-saħna tal-mument jew inkella għax ikunu taħt l-influwenza tax-xorb jikkommettu reati serji, inkluż reati ta' omiċidju volontarju.", "Meta ngħidu li rridu nagħmlu istituzzjoni wieħed irid joqgħod attent.", "Għaliex?", "Għax aħna mhux se nagħmlu istituzzjoni għal persuna waħda jew tnejn.", "Jiġifieri għandna ċerti riżorsi limitati f'pajjiżna li ma nistgħux nisparpaljawhom.", "Fir-regolamenti tal-ħabs diġa` teżisti l-possibbilta` – sew fil-ħabs normali kif ukoll fil-YOURS, li huwa parti mill-ħabs imma kompletament separat mill-ħabs, b'reġim differenti u mmexxi minn assistant manager proprju ħalli jieħu ħsieb il-problemi taż-żgħażagħ - li xi ħadd jingħata leave anke għal skop ta' riabilitazzjoni, l-iktar minħabba l-problema tad- droga.", "Pero` apparti minn hekk hemm artikolu ieħor li jagħti d-dritt lid- direttur fuq ċerti guidelines li joħorġu mill-ministeru wkoll, li jibgħat lil xi ħadd għall-programm taż-żgħażagħ.", "Jiġifieri li dak semma l-Onor.", "Gulia huwa possibbli li jsir.", "Jekk xi ħadd jeħel il-ħabs, anke jekk dan ikun ta' eta` tenera u jkun ikkommetta reat serju bħal omiċidju volontarju, jista` jagħmel applikazzjoni fil-ħabs stess mis-sezzjoni tal-YOURS sabiex jintbagħat għall- programm ma' xi istituzzjoni oħra u dak il-perjodu li huwa jqatta` f'dak il- programm jitnaqqas mis-sentenza tiegħu.", "L-esperjenza tiegħi hija li meta jkun hemm każi bħal dawn, wara ċertu żmien jingħataw ukoll il-liberta' provviżorja.", "Mill-banda l-oħra, ħadd ma jista` jiċħad li bħalma l- individwu għandu d-drittijiet tiegħu, anke s-soċjeta` għandha d-drittijiet u meta jkun hemm ċerti reati serji, għalkemm tittieħed ukoll in konsiderazzjoni l-eta`, ċerti miżuri jkollhom jittieħdu wkoll.", "Sur President, jiena nittama li fl-istadju tal-kumitat wieħed ikun jista` jagħmel ċerti proposti, kemm minn naħa kif ukoll l-oħra tal-Kamra, biex kif qalu xi kelliema min-naħa ta' l-oppożizzjoni ntejbu dan l-abbozz.", "Jidher li hemm qbil ġenerali dwar dan l-abbozz u jekk wieħed jista` jtejbu dan se nagħmluh fl-interessi tad-drittijiet tat-tfal ukoll.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joe Brincat.", "ONOR.", "JOE BRINCAT: Sur President, se nieħu mill-ewwel l-ispunt li għadu kemm spiċċa bih l-Onor.", "Tonio Borg, jiġfieri li dan l-abbozz irid jiġi rfinut sewwa.", "Irid għallinqas ikun hawn cross debate, fis-sens li wieħed jirrispondi lill-ieħor, għax inkella kulħadd jiġi hawn f'din il-Kamra u joqgħod jitkellem waħdu mingħajr ma jkollu risposta.", "Jiena jidhirli li l- idea bażika ta` dan l-abbozz ta' liġi hija pożittiva, pero` il-mod kif inhu miktub jinkwetani minn ċerti aspetti u hemm bżonn li jiġi rranġat.", "Per eżempju, wieħed mill-prinċipji tal-kummissarju għandu jkun li l-aqwa interessi tat-tfal u tal-familji jiġu l-ewwel u qabel kollox.", "Hawnhekk għandna terren delikat ħafna.", "Meta tfittex d-definizzjoni tal-kelma \"familja\" m'intix se ssibha.", "L-esperjenza turi li dawk li huma within the traditional family, bl-omm u l-missier jgħixu flimkien, bil-bejta tat-tfal u jaraw kif irabbuhom, it-tfal ma jkollhomx bżonn il-kummissarju.", "L-aktar li għandhom bżonn il-kummissarju se jkunu dawk it-tfal li fil-ħajja tagħhom, il-mudell ta' familja li qed jgħixu fih mhux ta' familja tradizzjonali.", "Per eżempju, illum għadni kemm kont qed inkellem persuna li għandha żewġt itfal minn raġel u xi tfal minn ta` raġel ieħor.", "X'inhu l- kunċett tal-familja li se nużaw f'dan il-każ?", "Għaliex qed ngħid dan?", "Qed ngħid dan għax it-trattament ħażin u l-problemi soċjali aktarx li mhux se jkunu f'dawk it-traditional families fejn l-interess tat-tfal jiġi l-ewwel.", "Irridu nżommu quddiem għajnejna li t-tfal li għandhom ħafna għażliet ta' toys illum m'għandhomx l-għażla ta` f'liema familja jitwieldu.", "Ma jistgħux jagħżlu u jgħidu: Irridu nitwieldu f'dik il-familja jew fil-familja l- oħra!", "Mela dawn se jkollhom fuqhom eredita` ta' deċiżjoni ta' fatt ta' ħaddieħor u se jkollhom jgħixu bih.", "Ħafna mit-tfal minn eta` żgħira - mhux dawk li jgħixu fil-familja tradizzjonali - minħabba deċiżjonijiet tal-kbar, se jsibu ruħhom f'ċirkostanzi li se jkollhom ibatu bihom.", "Mela jekk verament irridu nieħdu l-interessi tat-tfal ma rridux noqogħdu nikkonċentraw fuq dak li tradizzjonalment huwa lixx.", "Anzi rridu naħsbu f'dawk il-każi fejn it-tfal mhux b'deċiżjoni jew b'għażla tagħhom imma ħafna drabi bi sfortuna tagħhom, se jkunu jgħixu f'ambjent ta` familja li għalihom mhuwiex l-ideali.", "Irridu naraw il-family unit li qiegħed fih it- tifel u naraw il-kondizzjonijiet tat-tifel għax inkella qed naqbdu d- dnubiet tal-kbar and we visit them on the children, meta għandu jkun bil- maqlub.", "Għalhekk fid-drafting, il-kunċett ta' familja jrid għallinqas ikun definit li jkun il-family unit li fih qed jgħix it-tifel.", "Dawn jistgħu jkunu n-nanniet, jistgħu jkunu foster parents u anke familja li adottatu.", "Hawnhekk mhux qiegħed inkun moralista u ngħid li t-traditional family tajba u hija perfetta u l-oħra m'hijiex.", "Irridu narawha from the point of view tat-tifel li jsib ruħu f'ċirkostanzi bħal dawn.", "Ħaġa oħra li tolqotni f'din il-liġi hija n-nebulożita` dwar il-figura tal- kummissarju.", "Jiena nifhem li l-kelma \"commissioner\" ittieħdet mill- convention tal-United Nations.", "Pero' meta inti tiġi biex tuża kelma f'ambjent Malti, il-kelma \"commissioner\" ġewwa pajjiżna sfortunatament wieħed mill-ewwel imur għal xi kummissarju ....", "(Interruzzjonijiet) Għandek raġun!", "Is-sinjura minn faċċata qed tgħid kummissarju tal-pulizija jew kummissarju tat-taxxi interni jew xi kummissarji oħra li l-pożizzjoni tagħhom m'hijiex l-idea li hemm wara din il-persuna, li għalija hija ibrida.", "La taf hijiex fil-linja ta` ombudsman għaż-żgħar u lanqas taf hijiex rapporteur fuq il-problemi tat-tfal.", "GĦaliex?", "GĦaliex dak li hemm inkluż u dak li hemm eskluż iħalli ċerta ambivalenza meta f'dawn il-każi ma naħsibx li l-kummissarju qiegħed hemmhekk biss biex jara l-politika tal- ministru għall-politika soċjali hijiex taħseb għad-drittijiet tat-tfal jew jekk il-ministeru tas-saħħa u dak ta` l-edukazzjoni humiex qed jieħu ħsieb l-interessi tat-tfal.", "Għaliex?", "Għax inkella se nagħmlu super ministru fuq il-ministru.", "Jiġifieri kważi se ngħaddu responsabbilta' li hija tal- ministru tas-saħħa jew ta' l-edukazzjoni għal xi ħaddieħor u minflok ikollna l-collective responsibility tal-parlament u tal-prim ministru, se jkollna dan il-kummissarju jonfoħ wara widnejn il-ministru!", "Mela l-ewwel ħaġa li għandna bżonn hija li jkollna idea ċara ta` x'irridu nagħmlu minn dan il-kummissarju għax jekk dan il-kummissarju se jkun speċi konsultattiv b'mod ġeneriku ħafna, x'jiswa li tagħmel kummissarju biex jinvestiga ċerti problemi u wara li joqgħod jinvestigahom jagħmel rapport u affarijiet bħal dawn u meta tagħsru ssib li ma jkun qal xejn?", "Le, ma naqbilx mal-kelma \"kummissarju\".", "Għandu jkollna l-figura ċara li dan għandu jkun ombudsman tad-drittijiet tat-tfal.", "F'subklawsola (2) ta` klawsola 14 jingħad li l-kummissarju m'għandu jagħmel ebda investigazzjoni dwar konflitti speċifiċi individwali bejn it-tfal jew tuturi tagħhom.", "Dan huwa żbaljat għaliex jista' jkollok tfal li jsibu ruħhom f'diffikultajiet mal-ġenituri.", "Allura meta se jinvestgahom dawn il- każi, meta tifel żgħir ikollu xi jgħid mal-ministru tas-saħħa?", "Dan it-tifel kif se jaċċedi għand il-kummissarju, għax kif inhija l-proċedura m'hawn xejn stabilit proċeduralment kif wieħed jitlob l-intervent tal-kummissarju?", "Mela fid-drafting tagħha din il-liġi tħallilek nuqqas għallinqas ta ' proċedura li trid issegwi biex tmur għand il-kummissarju għaliex f'parti jidher li jista' jindaħal ....", "(Interruzzjonijiet) Kollox sew, jirċievi ilment.", "Imma min jista' jagħmel ilment?", "Kif jista' jagħmel ilment?", "F'kemm żmien irid jirċevih l-ilment?", "Dawn huma affarijiet li għandhom ċerta importanza għaliex meta mbagħad jibda jiġi stabilit, kulħadd jibda jgħid li \"din\" m'hijiex qiegħda preċiżament skond il-proċedura.", "Dawn huma regoli biex il-proċedura żżomm kemm id-dritt ta' l-individwu u kemm lil min qiegħed jeżerċita dawk id-drittijiet.", "Kieku, per eżempju, m'għandniex l- istanding orders, l-iSpeaker jista` jgħid li hu jagħmel li jrid għax hu l- iSpeaker tal-Parlament u jibqa' rieqed hemmhekk u ma jqum qatt.", "Imma għalhekk nagħmlulu l-istanding orders biex kultant ħin iqum.", "Allaħares ma jkollniex il-proċedura li tiġi stabilita u tikkjarifika din il-pożizzjoni.", "Sur President, jekk imbagħad wieħed jeżamina dan il-bill fid-dettall, meta tiġi għall-funzjonijiet tal-kummissarju ssib li waħda mill-agħar affarijiet li hemm nieqsa hija l-esplojtazzjoni kummerċjali tat-tfal.", "Din hija assolutament nieqsa għaliex waqt li fl-abbozz jingħad li l-kummissarju għandu jippromwovi l-ogħla standards ta' servizzi tas-saħħa, edukazzjoni u servizzi soċjali għat-tfal - dan se jiġi qisu superminister tas-servizzi tas-saħħa, edukazzjoni u servizzi soċjali - u jippromwovi l-ogħla standards ta' mistrieħ, logħob u faċilitajiet rikreattivi għat-tfal, naħseb li l- iktar affarijiet li għandhom jolqtu huma dawk il-problemi tat-tfal fil- konflitt ma' dawk li huma anzjani iktar minnhom u l-esplojtazzjoni tat-tfal għal skopijiet kummerċjali, li hawn ma tidher imkien.", "Sfortunatament bil- mod il-mod din il-kultura ta' esplojtazzjoni tat-tfal għal skopijiet ta' kummerċ dieħla u dieħla bil-kbir.", "Ħalli ma nitkellimx fuq il-babies tar- reklami tat-terra li kulħadd jiggustahom, imma li jkollok tfal, speċjalment bniet f'eta` pre-puberty, ta' disa` snin jew għaxar snin, li tlibbishom b'mod provokattiv - u dan narawh iktar fuq tv stations barranin - u jesponu ruħhom b'ċertu mod meta għadhom daqshekk żgħar, għalija huwa messaġġ ħażin u żbaljat u huwa wkoll kummerċjalizzazzjoni tat-tfal.", "M'għandniex għalfejn noqogħdu ngħidu kemm hi kerha l-prostituzzjoni tal-mara adulta.", "Dik il-mara adulta tieħu d-deċiżjonijiet tagħha, imma li jkollok it-tfal iż-żgħar esplojtjati b'dak il-mod għal skopijiet ta' kummerċ hija żbaljata.", "Jien semmejt l-aspett tal-ħwejjeġ imma din l-esplojtazzjoni ma ssirx hemm biss, Sur President.", "Illum malli jkollhom 15-il sena, it-tfal ikunu maturi biżżejjed, ħafna drabi maturi aktar mill-ġenituri tagħhom f'ċerti oqsma.", "Imma noqogħdu attenti wkoll li ma jkollniex l-esplojtazzjoni kummerċjali tat-tfal taħt ċerta eta` fl-ikbar tenerezza tagħhom, anke fi programmi li suppost qed jippromwovu ċerti valuri jew ċertu tagħlim.", "Jiena dilettant li nara t- television.", "Ġieli, per eżempju, nara programm ta` l-aħbarijiet fuq ir-Rai maħluq mit-tfal li fih it-tfal jagħmlu xi intervisti.", "Il-bieraħ filgħaxija kien hemm programm fejn ġurnalista li kienet l-Iraq ġiet intervistata mit- tfal u bdew jistaqsuha xi affarijiet għall-informazzjoni tagħhom.", "Imma li jkollok tfal fi programmi biex speċi: Ara t-tifla ta' dik qiegħda hemmhekk, u allura t-tifla tiegħek għandha tkun hemmhekk ukoll, ma naħsibx li nkunu qegħdin nippromwovu l-aħjar interess tat-tfal.", "Għaliex?", "Għax waqt li nagħmlu ħafna liġijiet u nsemmu li t-tfal m'għandhomx jaħdmu u m'għandhomx imorru jagħmlu ċertu xogħol, dan it-tip ta' xogħol jaf ikun battikata kbira għat-tfal.", "Jiena naf b'każ ta` tifel Taljan li meta kien żgħir kien ħadem partita films u kien għamel suċċess kbir.", "Imma mbagħad tant għafset fuqu l-ħajja li llum spiċċa terrorista u weħel għomru l-ħabs, imbagħad kienu jġibuh b'wiċċu twajjeb twajjeb ta' meta kien għadu tifel.", "Imma l-pressjoni li kellu u t-taħbit li kellu dak iż-żmien kienu pressures żejda għaliex kien qiegħed jaħdem bħall-bagħal tas-sienja.", "U dan huwa żbaljat għax jekk aħna fix-xogħol li l-kummissarju jew ombudsman, f'dak Ii huwa mod proprju, jiġifieri ex-officio, għandu jinvestiga hu u jgħid: Isma', dan qiegħed idarras, inkunu qed nonqsu jekk ma nagħtuhx dan il-poter u nsemmuh speċifikament.", "Fuq it-televisions tagħna, kollha kemm huma, ġieli nara programmi fejn tfal żgħar jippruvaw iżeffnuhom qishom kbar.", "Din għalija hija xi ħaġa kompletament żbaljata u l-ġenituri m'għandhomx biex jifirħu wisq b'din il- ħaġa, sempliċement għax għandhom it-tfal li qed jidhru fuq it-television b'dak il-mod.", "Dak m'huwiex il-post edukattiv li jirispetta t-tfulija.", "L- aħħar ħaġa li qed tonqos f'pajjiżna huwa proprju r-rispett lejn it-tfulija li huwa ż-żmien li ma tirrepetihx.", "Meta tkun adult jista' jiġi żmien li tirrepeti l-istess ħajja, jista' ikun hemm mitt ħaġa imma t-tfulija ma tirrepetiha qatt.", "Jien għalhekk semmejt l-aspett ta' l-esplojtazzjoni kummerċjali fejn jidħlu l-minuri u dan huwa aspett li huwa assolutament mankanti f'din il-liġi.", "Sur President, ngħaddi issa biex ngħid xi ħaġa dwar il-kwestjoni ta' kunsill u kummissarju.", "Jien nemmen li meta tibda toħloq strutturi konnessi ma' super strutturi minflok ikollok linearita' ta' dak li se jiġri, kulħadd jibda jfittex x'inhija verament il-ġurisdizzjoni tiegħu - jien ngħid li l-kummisarju għandu jkun ombudsman għat-tfal u b'hekk nkunu qegħdin nissodisfaw l- esiġenzi li hemm taħt il-UN convention – u allura f'dawn iċ-ċirkostanzi jien nemmen li l-kwestjoni tal-kunsill għandha kompletament tinqala' minn din il-liġi.", "Jien ngħid la qed nagħmlu minn kollox biex il-kummissarju ikun persuna kompletament barra mill-politika, għalfejn se nagħmlu kunsill f'pajjiż żgħir bħal tagħna li effettivament se jkun prattikament qed jagħmel l-istess affarijiet li qed jagħmel l-ieħor.", "Per eżempju, waħda mill- funzjonijiet tal-kunsill hija li jissorvelja li jkun hemm konformita' mal- konvenzjoni.", "U l-ieħor x'qiegħed jagħmel?", "Jekk l-ieħor qiegħed hemmhekk proprju biex jissorvelja, għalfejn hemm bżonn li nagħmlu kunsill biex jerġa' jissorvelja?", "Meta jibda jkollok dawn l-affarijiet ikun hemm il- konflitti tal-ġurisdizzjonijiet.", "Wieħed jgħid li din taqa' fil-funzjonijiet tiegħu u l-ieħor jgħidlu li le taqa' fil-funzjonijiet tiegħu għax tkun tinsab f'tat-tnejn li huma.", "Allura kif se nispiċċaw?", "Tug-of-war ħalli naraw min għandu l-poter, naħa jew oħra?", "Allura din l-idea tal-kunsill naħseb li hija waħda rħisa.", "Iktar hemm bżonn li verament nagħmlu ombudsman għat-tfal bil-poteri u bis-sistema analoga u bis-sistema kif tista' taċċedi.", "Għaliex?", "Għax jekk inti m'intix se tagħti l-aċċessibilita', ma jiswix li toqgħod tagħmel ħafna prinċipji fl-ajru ta' x'funzjonijiet x'beħsiebek tagħti lill-kummissarju.", "Fl-abbozz ta` liġi tissemma' \"il-promozzjoni ta' l-aqwa interessi tat- tfal\", li hija ġenerika ħafna.", "Jingħad ukoll li l-kummissarju jrid \"irawwem l-iżvilupp ta' kura alternattiva għat-tfal li jeħtieġuha\".", "Jiġifieri jien għandi nifhem li dan se jinxteħed fuq aspetti mediċi?", "Qed tissemma l-kura alternattiva.", "Imma kura alternattiva għalxiex, għax alternative care hija kwestjoni oħra?", "Jekk aħna se nitkellmu fuq treatment of offenders allura ejja nagħmlu l-liġi ċara.", "Ħalli naqra x'tgħid il-liġi fit-test Ingliż.", "Subklawsola (e) ta` klawsola 9 tgħid hekk:", "\"The commissioner shall have the following functions:-", "(e) to foster the development of alternative care to children who need such care;\"", "Imma f'liema sens din?", "Il-liġi m`hijiex ċara.", "Se ngħidu li alternative care se tiġi sistema ta' fostering fuq l-istituti, fuq dawk li huma f'każi penali?", "Fuq liema?", "Kif inhi miktuba tant hija ġenerika li tfisser kollox u ma tfisser assolutament xejn.", "Hawnhekk ta' min jgħid li ċerti regoli u drittijiet verament tat-tfal għandna bżonn nistabiluhom fil-leġislazzjoni tagħna mhux by reference imma by inclusion u għandu jkun annex ma' din il-liġi stess.", "Għaliex?", "Għax jekk jien se nagħmel kummissarju tat-tfal, il-leġislazzjoni u l-prinċipji wieħed m'għandux joqgħod imur ifittixhom 'l hemm u 'l hawn.", "Dawk għandhom ikunu annexes ma' din il-leġislazzjoni u ngħidu li \"din\" tapplika għal \"hekk\" u \"dik\" tapplika għal x ħaġa oħra ħalli jkollna l-guidelines, u jekk jiġu emendati ikun hemm kif se jkun japplika dan l-att.", "Mela l-messaġġ tiegħi huwa li huwa tajjeb li nagħmlu minn kollox ħalli t-tfal ikollhom leħen u biex forsi l-problemi tat-tfal innaqqsuhom għax dawn il-problemi m'humiex problemi tat-tfal biss.", "Il-problemi tat-tfal tal-lum huma l-problemi tal- kbar ta' għada.", "Il-problemi li jista' ikolli jien kapaċi ħafna drabi ssibhom li kienu problemi tat-tfulija.", "Dawn il-problemi ħafna drabi niltaqgħu magħhom fil-każijiet matrimonjali, fl-annullamenti taż-żwieġ u affarijiet bħal dawn.", "Il-problema li tqum fuq persuna ta' 30 jew 35 sena, kapaċi ssib li dik il-problema nibtet l-ewwel darba meta dik il-persuna kellha għaxar snin jew tnax-il sena.", "Per eżempju, il-vjolenza fid-dar tiġi riflessa għal vjolenza li kien jara t-tifel mingħand missieru għal għand ommu.", "Li jippreokkupani lili huwa li qed nagħmlu vetrina sabiħa imma bl- ixkafef vojta.", "Mela ejja ma nħallux il-vetrina sabiħa u l-ixkafef vojta.", "Sur President, fl-istadju tal-kumitat, dan l-abbozz ta' liġi għandu jiġi mirqum sewwa u għandu jikkonċentra fuq soluzzjoni waħda, dik li kummissarju jkollu poteri li jwettaq u jintervjeni.", "Ma nagħmlux minn dan il-bill li l- kummissarju jkun hemmhekk biex jagħmel il-filosofija.", "Jien persważ li jekk nispiċċaw b'dibattiti fejn il-kummissarju għandu opinjoni mod u ħaddieħor għandu opinjoni mod ieħor u jinħolqu dawn il-konflitti, inkunu qed naslu għal dibattitu ikbar u t-tfal ibatu.", "It-tfal għandhom bżonn ta' a very immediate response, u dak irid ikun il-kummissarju.", "X'jiswa' li toqgħod tagħmel ħafna filosofija, per eżempju, fuq il-liberta' ta' l-istampa?", "L- ewwel ħaġa li trid tagħmel hija li tara kif se toħloq l-istampa.", "Billi tgħid kemm hi tajba l-liberta', din trid titwettaq.", "Dan huwa każ fejn il- kummissarju għandu bżonn ikollu poteri li jwettaq u jintervjeni, u jintervjeni in a timely way.", "Kif qiegħda hawnhekk se nagħmlu vetrina sabiħa imma xkafef vojta.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Insejjaħ lis-Segretarju Parlamentari biex, jekk jogħġobha, tressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni kienet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA (Segretarju Parlamentari): Sur President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal għada l-Erbgħa, 11 ta' Ġunju 2003 fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kummissarju għat-Tfal – Tieni Qari (Kont);", "Abbozz ta' Liġi dwar Awditjar Intern u Investigazzjonijiet Finanzjarji – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Unjoni Ewropea – Tieni Qari; u", "Abbozz ta' Liġi dwar Elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew – Tieni Qari.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Tonio Fenech.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Sur President, nibda biex nirringrazzjak ta' din l- okkażjoni li qed tagħtini sabiex nagħmel l-ewwel indirizz tiegħi f'dan l- Għaxar Parlament.", "Jiena nħossni onorat li ġejt fdat b'din ir- responsabbilta` mill-kostitwenti tat-tmien distrett u nirringrazzjahom tal- fiduċja li wrew fija.", "Jiena se nagħmel ħilti biex fil-ħames snin li ġejjin nagħti sehmi sabiex ngħin fil-ħidma ta' dan il-parlament.", "Meta kont għadni tfajjel kont ġejt f'din il-Kamra fuq żjara skolastika – li jkolli ngħid ma tantx inbidlet minn dak iż-żmien 'il hawn - u niftakar li dak iż-żmien xtaqt inpoġġi fuq wieħed minn dawn is-siġġijiet imma dakinhar ma stajtx għaliex qalulna biex noqogħdu biss fil-parti fejn ipoġġu l-ġurnalisti.", "Illum din ix-xewqa saret realta` u kien proprju l-poplu Malti li tani l-okkażjoni li mhux biss inpoġġi imma anke li nkun protagonista f'dan il-parlament.", "Sa xi ftit snin ilu, ftit kelli f'moħħi li qatt se nkun qiegħed hawn ġew pero` wara dak li ġara xi sitt snin ilu, jiena ħassejt il-ħtieġa li nibda nagħti sehmi b'mod attiv għall-pajjiż.", "U hawnhekk nixtieq ngħid proprju x'kienet dik il-ħaġa li wasslet biex jiena nidħol fil-politika.", "Dak iż-żmien, il-Partit Nazzjonalista kien għadu kemm tilef l-elezzjoni ta' l-1996 u l-gvern il-ġdid kien iffriża l-applikazzjoni biex pajjiżna jidħol fl-Unjoni Ewropea.", "Għalkemm sa dak iż-żmien jiena ma kontx bniedem attiv fil-politika - fil-fatt kont just immur nivvota u xejn aktar – ħassejt li kelli nibda nagħmel xi ħaġa biex ngħin lill-pajjiżi jerġa' jaqbad it-triq ta' sħubija fl-Unjoni.", "Illum inħossni onorat li nifforma parti minn dan il-parlament li fil-ġimgħat li ġejjin se jiddiskuti dak li ġie ffirmat f'Ateni mill-prim ministru u se jkolli anke l-unur li nivvota sabiex pajjiżi jidħol fl-Unjoni Ewropea.", "Sur President, f'dawn l-aħħar sitt snin jiena kkontestajt ħames elezzjonijiet, tlieta tal-kunsilli lokali u żewġ elezzjonijiet ġenerali.", "Dawn kienu esperjenzi li ressquni viċin in-nies u għalkemm xi wħud għadhom jaħsbu li jkunu qed jagħmlulek xi pjaċir meta jivvotawlek, matul dawn is- snin jiena għaraft li tkun politiku tfisser li tkun lest tagħti servizz lin- nies, anke jekk dan ikun jitlob sagrifiċċji personali.", "Jiena nittama li fir-rwol ġdid tiegħi bħala membru parlamentari, inkompli nservi lill- kostitwenti tiegħi u lill-pajjiż inġenerali.", "Jiena għamilt ħames snin bħala sindku ta' Birkirkara u jkolli nammetti li għandi xi daqsxejn nostalġija ta' dak iż-żmien.", "Ċertament li jiena se nuża l-esperjenza ta' sindku biex inwettaq bl-aħjar mod possibbli l-ħidma tiegħi bħala membru parlamentari.", "Kien pass tassew għaqli min-naħa tal-gvern Nazzjonalista li ntroduċa l- kunsilli lokali mhux biss għaliex dan kien in line mal-prinċipji tal-partit li jrid fora demokratiċi viċin tan-nies, imma għaliex dawn il-kunsilli huma ideali biex bniedem jagħmel l-ewwel passi tiegħu fil-politika u jitgħallem minn din l-esperjenza.", "F'dawk il-ħames snin li għamilt sindku ta' Birkirkara jiena mmaturajt, fhimt x'jiġifieri tkun ta' servizz u dan wassal biex jitkabbar ġo fija ċertu sens ta' imħabba għal dak li kont qed nagħmel.", "Meta kont sindku kont inħossni li għandi responsabbilta` diretta lejn kulma jiġri fil-lokalita` u ċertament li din l-esperjenza ta' tmexxija fuq lokalita` kbira bħal Birkirkara tatni sens ta' tmexxija li biha nkun nista' naqdi aħjar id- dmirijiet li se niġi fdat bihom.", "Inħossni onorat li wieħed mill-irwoli li ġejt fdat fih minn dan il-parlament hu li nkun osservatur fil-Parlament Ewropew.", "Din se tkun esperjenza differenti mill-esperjenza tal-Parlament Malti għax fiha nnifisha titlob ċertu commitment mhux biss għax hemmhekk tkun qed tirrappreżenta pajjiżek, imma anke għaliex il-Parlament Ewropew jaħdem b'sistemi differenti minn dak Malti.", "F'din is-sena li jiena se nkun osservatur, sejjer nagħmel l-almu tiegħi biex f'din l-istituzzjoni nkun tassew vuċi għall-pajjiżi.", "Fid-dibattiti ta' qabel ir-referendum fuq l-UE, kien hemm min esprima d- dubbji dwar l-influenza li jista' ikollhom il-ħames membri Maltin tal- Parlament Ewropew pero` f'din l-esperjenza inizjali tiegħi nħoss li anke ħames membri - tlieta min-naħa tal-gvern u tnejn min-naħa ta' l- oppożizzjoni - jista' ikollhom vuċi li mhux biss tinstema imma li anke ninfluwenzaw ċerti deċiżjonijiet.", "Għall-benefiċċju ta' din il-Kamra, nixtieq nagħti xi ftit dettalji dwar kif jaħdem il-Parlament Ewropew u kif aħna qed nagħtu s-sehem tagħna fuq dak il-livell.", "Peress li s'issa aħna għadna sempliċi osservaturi, fil-plenary session li ssir fl-aħħar ġimgħa ta' kull xahar ġewwa Strasbourg, aħna ma nipparteċipawx direttament fid- debate għax la nistgħu nitkellmu u lanqas nivvotaw.", "F'dik is-sessjoni aħna nkunu sempliċement osservaturi.", "Pero` il-Parlament Ewropew ma jikkonsistiex biss f'dan u x-xogħol isir mainly fuq livell ta' kumitati, kumitati li aħna se nkunu nvoluti fihom.", "Peress li l-Partit Nazzjonalista huwa affiljat mal-Partit Popolari Ewropew – partit li jħaddan fih il-partiti demokristjani kollha, b'40% tas- siġġijiet fil-Parlament Ewropew - aħna qegħdin f'pożizzjoni li nistgħu ninfluenzaw dak li jiġri f'dan il-livell.", "Għalkemm il-voti jittieħdu fil- plenary session, ix-xogħol proprju jsir fi stadju ta' kumitat u dan ifisser li d-deċiżjonijiet li jittieħdu fl- istadju ta' kumitat ġeneralment jissarfu fil-vot tal-grupp politiku fil-plenary session.", "Anke b'ħames osservaturi li 'l quddiem isiru ħames membri, aħna nistgħu ninfluwenzaw id- deċiżjonijiet li jittieħdu għaliex il-kumitati jkunu komposti minn grupp żgħir ta' nies li jirrapreżentaw id-diversi gruppi politiċi fl-Unjoni Ewropea.", "Personalment jiena ġejt innominat fil-kumitat tal-budget ta' l- Unjoni li, nazzarda ngħid, hu wieħed mill-aktar kumitati importanti għaliex f'dan il-kumitat tiġi approvata l-ispiża ta' l-Unjoni u anke liġijiet li jolqtu b'xi mod il-budget ta' l-Unjoni.", "F'dan il-kumitat tal-budget ta' l-Unjoni Ewropea qed jiġu diskussi proprju l-fondi strutturali li l-Unjoni tagħti lil kull pajjiż membru, kif dawn qed jintnefqu u x'passi għandhom jittieħdu fil-konfront ta' dawk il-pajjiżi jew reġjuni li ġew mogħtija fondi strutturali u ma ntużawx.", "Hemm regola importanti ħafna li tgħid li meta l-kummissjoni tapprova proġett, jekk dak il-proġett ma jsirx fi żmien sentejn, il-flus jintilfu.", "Din hi regola li importanti li nifhmuha u nżommuha f'rasna għax parti mid-Lm 90 miljun li ġibna mill-Unjoni Ewropea jikkonsistu f'fondi strutturali.", "F'din id- diskussjoni dwar il-fondi strutturali, kien qed jiġi diskuss jekk il- kummisjoni għandhiex tkun riġida mal-pajjiżi ġodda proprju fuq din ir- regola meta l-istess kummissjoni ma kinitx daqshekk riġida mal-pajjiżi membri.", "Dan kollu juri kemm id-diskussjoni hija dinamika u attwali u kemm hu importanti li jkun hemm il-parteċipazzjoni ta' pajjiżna f'dawn il- kumitati.", "Il-laqgħat isiru fuq żewġ livelli, Sur President.", "Jekk qed nitkellmu dwar liġi, l-ewwel tgħaddi minn dak li jissejjaħ working committee - bażikament bħall-kumitati li jsiru fil-parlament tagħna – u ġimgħa wara jiltaqgħu l-membri li huma fi grupp politiku u hemmhekk jiġi diskuss dak li jkun ġie diskuss ġimgħa qabel f'dak il-working committee tal- parlament sabiex tittieħed pożizzjoni.", "Wara dan, ir-rapporteur li jkun f'isem il-kumitat imur u jinnegozja mal-gruppi politiċi l-oħra sakemm naslu għal dik il-liġi kif għandha titressaq fil-plenary session.", "Dan ifisser li jekk pajjiżna jkun kapaċi imqar ikollu persuna waħda f'dawn il-kumitati, li huma sitta prattikament u jkun hemm xi ħadd jinteressa ruħu f'xi kumitat ieħor avolja ma jkunx voting member, pajjiżna jista' jkollu sorveljanza tajba u influwenza fuq id-deċiżjonijiet finali.", "Jekk xi ħadd jagħmel argument u dan jiġi aċċettat, dak li jkun ma jkollux biss il-vot ta l-20 membru f'dak il-kumitat imma effettivament ikollok 40% - fil-każ tagħna għax qegħdin fil-EPP - tal-parlament li se jappoġġa dik il-pożizzjoni.", "Ċertament li l-UE se toffri ħafna opportunitajiet għal pajjiżna, pero` sfortunatament s'issa il-debate kien wisq iffokat fuq dak li ġie nnegozjat.", "Jien naħseb li issa wasal iż-żmien li nibdew inħarsu 'l quddiem u nippreparaw lil pajjiżna sabiex ikun f'pożizzjoni li jieħu l- opportunitajiet li hemm.", "Bħala parti mix-xogħol tiegħi jiena bdejt nagħmel xi ftit riċerka u dħalt fuq il-website ta' l-UE fejn hemm elenkat il-programmi finanzjarji ta' assistenza li l-Unjoni tagħti lil pajjiżi membri u anke lil xi pajjiżi li magħha jkollha ftehim.", "Hemm 'il fuq minn 130 programm differenti ta' assistenza u ħafna minn dawn il-programmi jistgħu jkunu ta' benefiċċju mhux biss għall-gvern imma anke għall-korpi kostitwiti bħal unions, il-ħaddiema, il-kumpanniji, l-industrija u l-istudenti.", "Fost l-aktar programmi li jissemmew hemm il-programmi dwar l-edukazzjoni - Leonardo, Socrates u Comenius.", "Dawn huma tlieta minn dawk il-130, pero` hemm ħafna programmi oħra li nistgħu nipparteċipaw fihom u żgur li m'hemmx biżżejjed informazzjoni fost il-korpi kostitwiti, l-industrija, il-ħaddiema u l- unions.", "Aħna, bħala gvern, nistgħu nieħdu l-atteġġament li ngħidu li jekk dan il- programm mhux se jibbenefika minnu l-gvern direttament, allura ma nagħtux kas pero` ċertament mhux se nagħmlu hekk għax f'dan l-istadju inizjali, huwa importanti li ngħinu lil kulħadd jaħtaf l-opportunitajiet li hemm.", "Jekk jirnexxielna nġibu aktar fondi minn dawn il-programmi, dan se jgħin biex l-industrija tagħna tagħmel ir-ristrutturazzjoni, il-ħaddiema tagħna jitħarrġu aħjar u above all jekk dan jiġri, se jseħħ dak li hu magħruf bħala multiplier effect fuq l-ekonomija, fejn iżjed ma nġibu flus, iżjed tiżdied l-attivita` ekonomika, b'konsegwenza li jiġi mtejjeb l-istandard of living tal-Maltin u l-Għawdxin.", "Jien se nsemmi programm partikolari li żgur jinteressa ħafna lill-industrija Maltija, programm li kelli opportunita` nidħol aktar fid-dettall tiegħu u hawn qed nirreferi għall- programm LIFE.", "Il-programm LIFE huwa direttament indirizzat lejn l-ambjent li llum sar issue importanti ħafna.", "Il-gvern għandu programm ambizzjuż ta' kif se jindirizza l-problemi ambjentali ta' pajjiżna, speċjalment dawk dwar l- iskart.", "Pero` minkejja dan, tajjeb li nifhmu li l-ambjent ma huwiex biss responsabbilta` tal-gvern u li anke l-industrija trid tagħmel il-parti tagħha.", "Proprju għal din ir-raġuni, l-Unjoni Ewropea għandha dan il- programm biex tgħin lill-industrija tgħolli l-istandards ambjentali tagħha biex issolvi ċerti problemi ambjentali li hi stess toħloq, bħalma huma ċ- ċmieni li jdaħħnu u l-iskart li jiġi prodott.", "Dan il-programm LIFE huwa maqsum fi tlieta - nature, environment u third countries - u huwa indirizzat proprju biex jassisti lil min japplika biex isib soluzzjonijiet favur l-ambjent.", "S'issa pajjiżna kien intitolat għal dak tat-third countries, u cioe` għal dawk il-pajjiżi li ma kenux imsieħba fl-Unjoni pero` issa li pajjiżna ffirma u allura se jkun membru fl-Unjoni Ewropea mill-1 ta' Mejju 2004, Malta għandha dritt tipparteċipa fil-programmi l- oħra.", "Dan il-programm iwassal sas-sena 2004 u dan ifisser li jistgħu jiġu funded proġetti sas-sena d-dieħla, basta jiġu sottomessi l-applikazzjonijiet, applikazzjonijiet li wieħed għandu jkun jaf bihom u f'hiex jikkonsistu.", "Allura jien ngħid li jkun tajjeb li l-gvern ikollu organizzazzjoni li twessa' l-viżjoni tagħha u mhux biss tara f'liema programmi l-gvern jista' jipparteċipa, imma jara wkoll f'liema programmi s-settur privat jista' jipparterċipa ħalli nkunu f'pożizzjoni li nieħdu kemm nifilħu mill-Unjoni.", "Dan kien il-mod kif ħadmet l-Irlanda fl-Unjoni Ewropea fejn il-gvern flimkien ma' l-imsieħba soċjali u l-oppożizzjoni ħadmu fi front magħqud sabiex jieħdu kemm jifilħu mill-Unjoni.", "Il-programm LIFE-environment jiffinanzja sa 50% ta' proġetti favur l-ambjent li ma jiġġenerax qligħ u 30% ta' proġetti li jirrendu xi flus, bħal fil-każ tar-recycling.", "Hu importanti li dawn l-opportunitajiet jittieħdu mill-industrija Maltija għax tajjeb li l-industrija tiftakar li għalkemm hemm ċerti derogi, dawn jagħlqu sas-sena 2007 u wara dik id-data, ħafna normi ambjentali li jesiġi l-poplu Malti se jiġu fis-seħħ.", "Nixtieq li issa nitkellem xi ftit dwar it-turiżmu kulturali u x'sar f'Birkirkara f'dan ir-rigward.", "F'pajjiżna nitkellmu ħafna dwar il-bżonn li nwessgħu s-setturi turistiċi tagħna u fil-fatt, dan l-aħħar anke smajna lill-MHRA li kienet inkwetata għax jista' jkollna wisq sodod għan-numru ta' turisti li jiġu f'pajjiżna.", "Spiss nisimgħu diskors li hemm bżonn li t- turiżmu nifirxuh fl-istaġuni u mhux biss niffokaw fuq it-turiżmu tas-sajf u t-turiżmu kulturali jaf hu s-soluzzjoni ta' din il-problema.", "Bla dubju ta' xejn, pajjiżna għandu ħafna x'jista' joffri f'dan is-sens u l-gvern għamel ħiltu biex kompla kabbar dan is-settur.", "Jekk naraw l-MTA u d-diversi inizjattivi li tieħu fosthom attivitajiet kulturali proprju fl-istaġun tax- xitwa, naraw li din qed taħdem biex tattira turisti li jiġu għall- avvenimenti speċifiċi fi żmien li mhux is-sajf.", "Fis-snin imgħoddija l-gvern għamel investiment kapitali f'postijiet li huma meqjusa turistiċi.", "Huwa importanti li dawn il-postijiet nieħdu ħsiebhom għaliex dawn huma l-vetrina li jara t-turist u huwa tajjeb li għandna kumitat ta' rijabilitazzjoni f'postijiet li huma meqjusa bħala prime sites turistiċi bħalma huma l-Belt Valletta, l-Imdina u l-Kottonera.", "Minkejja dan kollu, importanti li ma ninsewx li biex ikollna turiżmu kulturali, rridu nħajru lit-turist idur ukoll l-irħula Maltin u Għawdxin.", "F'dan ir-rigward, il-kunsill lokali ta' Birkirkara f'dawn l-aħħar ħames snin – u m'għandix dubbju li dan se jkompli għaddejj – ħadem biex jirrestawra iċ-ċentru storiku ta' Birkirkara li ċertament għandu potenzjal biex jattira t- turisti.", "Sfortunatament il-kunsilli lokali għandhom fondi limitati u hemm ħafna rħula li idejalment jiġu rranġati biex ikunu ta' attrazzjoni kulturali għal dawk it-turisti li dejjem ifittxu l-kultura tal-pajjiż li jżuru.", "Jiena nemmen li l-gvern għandu jkollu strateġija kif jipprova jiżviluppa aktar l-ibliet u l-irħula tagħna biex joħorġu l-karatteristika kulturali tagħhom u jiġu rinnovati.", "Dan għandu jsir biex l-ewwelnett l-irħula tagħna ma jispiċċawx irħula abbandunati bħal ma qed jiġri bħalissa u anke biex inkunu nistgħu nattiraw iżjed turiżmu kulturali.", "Fil-fatt, bl-iżvilupp li sar f'Birkirkara, f'dik li nsejħula l-heritage route, rajna ħafna iktar koppji ġodda jixtru djar antiki u jirrestawrahom.", "Jiena nemmen li għandu jkun hemm programm fuq livell nazzjonali li jinċentiva dan it-tip ta' proġetti f'pajjiżna.", "Sur President, jiena nagħlaq hawn u nerġa' nirringrazzjak ta' l-okkażjoni li tajtni biex naqsam il-ħsibijiet tiegħi u nittama li nkun nista' nagħti l- kontribut tiegħi f'dan il-parlament.", "MR SPEAKER: Onorevoli, waqt li nifraħlek għad-diskors tiegħek, il-Kamra hija aġġornata għal għada l-Erbgħa, 11 ta' Ġunju 2003 fis-6.00 p.m. bl- aġenda kif komunikata mis-Segretarju Parlamentari.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "SUWIĊIDJI", "140.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Ministru jindika n-numru ta' suwiċidji matul din is-sena, bl- etajiet rispettivi?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi bejn Jannar u Mejju ta` l-2003 ġew irrapportati lill-pulizija seba' każi ta` persuni li kkomettew suwiċidju.", "L-eta` tagħhom kienet tvarja bejn 22 u 82 sena.", "SIĠĠIEWI – FAĊILITAJIET GĦAL PERSUNI B'DIŻABILITA'", "294.", "L-ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Ministru jikkonsidra li l-art tal-gvern li hemm bejn Triq l-Imdina, Triq Wied Ħesri u Triq it-Tabib Nikola Zammit, fis-Siġġiewi tiġi mgħoddija lill-kunsill lokali biex tiġi żviluppata f'faċilita' għal persuni b'diżabilita' u għall-anzjani?", "ONOR.", "TONIO BORG: Jien informat li l-uffiċċju konġunt jamministra diversi proprjetajiet li jinstabu bejn Triq l-Imdina, Triq Hesri u Triq it- Tabib Nikola Zammit fis-Siġġiewi.", "Għalhekk l-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jindika fuq pjanta l-art li qiegħed jirriferi għaliha.", "ĦAŻ-ŻEBBUĠ - XOGĦOL FUQ IS-SISTEMA TAD-DRENAĠĠ", "295.", "L-ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' il-Ministru jindaga meta se jinbeda x-xogħol fuq is- sistema ta' drenaġġ fiz-zona ta' Dawret Ħaż-Żebbuġ, peress li leakages fis- sistema qed joħolqu inkonvenjent kbir lir-residenti?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Jiddispjaċini imma d-dipartiment m'għandux rapporti ta' xi leakages tad-drenaġġ f'Ħaż-Żebbuġ u għalhekk nitlob lill-Onor.", "Interpellant jispeċifika l-isem jew l-ismijiet tat-toroq fejn qed jgħid li qed ikun hemm leakages tad-drenaġġ.", "Ħ'ATTARD – ZONA TA' REKREAZZJONI", "296.", "L-ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Minsitru jirrikkmanda li l-art tal-gvern li hemm bejn Triq il-Ponsjetta u Triq Lorenzo Manche', f'Ħ'Attard tiġi żviluppata f'zona ta' rekreazzjoni?", "ONOR.", "TONIO BORG: L-uffiċċju konġunt li jamministra l-art ma jirrakkomandax l-użu tal-proprjeta`.", "Meta jkun hemm proposta ta` żvilupp ta` żona ta` rekreazzjoni mill-ministeru responsabbli għal tali żvilupp, l- uffiċċju jgħaddi l-art lid-dipartiment għal dak l-użu, sakemm ma jkunx hemm konsiderazzjonijiet oħra li jimmilitaw kontra l-użu ta` dik l-art għal dak l-iskop.", "ĦAŻ-ŻEBBUĠ: TAL-GRAZZJA - XOGĦOL TA' CULVERTS", "297.", "L-ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' il-Ministru jgħid għalfejn għadu ma tkompliex ix- xogħol ta' culverts mibdi mill-kunsill lokali ta' Ħaż-Żebbuġ, xi ħaġa li qed toħloq inkonvenjent kbir għar-residenti taz-zona?", "Jista' il-Ministru jagħmel pressjoni biex dan ix-xogħol jitlesta?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel id-domanda tiegħu lill-ministru kkonċernat.", "ĦAŻ-ŻEBBUĠ: TAL-GRAZZJA - FLOODING", "298.", "L-ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO staqsa lill-Ministru ghar-Rizorsi u Infrastruttura: Jista' il-Ministru jirrikkmanda li jitlesta x-xogħol li nbeda fiz-zona Tal-Grazzja, Ħaż-Żebbuġ biex tittaffa il-problema ta' flooding li jkun hemm kull meta tagħmel ħalba xita sew?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħtini aktar tagħrif dwar ix-xogħol li nbeda fiż-zona għaliex is-sezzjoni responsabbli ma bdiet l-ebda xogħol konness mal-problema ta' l-għargħar, peress li din iż-żona taqa' taħt ir-responsabbilta' tal-kunsill lokali.", "OPM: INTERNAL AUDIT - IMPJEGATI", "309.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Prim Ministru: Kemm hemm persuni jaħdmu fit-taqsima ta' l-awditjar u investigazzjonijiet interni?", "X'kariga għandhom?", "X'inizjattivi ttieħdu matul is-snin 2002 u 2003 u f'liema ministeri u dipartimenti?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra tliet appendiċi li jagħtu l-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant.", "INIZJATTIVI INTER-MINISTERJALI", "310.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid f'liema oqsma għaddejjin inizjattivi inter-ministerjali li huwa qiegħed jikkordina?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-esperjenza turi li minn żmien għal żmien ikun hemm diversi inizjattivi li jinvolvu kordinazzjoni bejn numru ta' ministeri u lili ngħatat ir-responsabbilta' għall-kordinazzjoni meħtieġa.", "Il-ministeru qiegħed jibni l-kapaċita' amministrattiva biex ikun jista' jaqdi din il-funzjoni.", "DIVIŻJONI TA' L-EDUKAZZJONI - VAKANZI", "311.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jagħti l-lista ta' vakanzi li jeżistu fid-diviżjoni ta' l-edukazzjoni fil-livelli ta' direttur, assistent direttur, uffiċjal edukattiv, kap u assistent kap?", "Jista' il-Ministru jgħid f'liema oqsma jeżistu dawn il-vakanzi u meta hemm il-ħsieb li jimtlew?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Membru li t-tagħrif mitlub qiegħed jitpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "KUNSILL GĦAX-XJENZA U TEKNOLOĠIJA – PROGRAMM TA' ĦIDMA", "312.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-programmi ta' ħidma tal-kunsill għax-xjenza u teknoloġija għas-sena 2002 u 2003?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Tlabt li ningħata t-tagħrif meħtieġ biex inkun nista' nagħti tweġiba f'xi seduta oħra.", "INLAND REVENUE/VAT – SETTLEMENT OF CLAIMS", "313.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jgħid matul is-sena 2003 kemm kien hemm każi pendenti ta' persuni b'kontijiet x'jagħtu lid-dipartiment tat-taxxi interni u lid-dipartiment tal-VAT u dawn il-każi issa ġew solvuti?", "Jista' jgħid b'kollox kemm kellhom jagħtu bħala totalita' u kemm fil-fatt ħallsu meta ntlaħaq ftehim dwar il-każi?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar u ser tingħata f'seduta oħra", "PBS LTD. – AUDITED ACCOUNTS", "314.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Teknoloġija ta' l- Informazzjoni u l-Investiment: Meta huwa maħsub li jqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra kopja awditjata tal-kontijiet tal-kumpannija PBS Ltd għas-sena 2002?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-audited accounts tas-sena 2002 għad iridu jiġu approvati fil-laqgħa ġenerali annwali meta din tinżamm u wara, sommarju tagħhom jiġi ppubblikat fil-gazzetti lokali kif dejjem sar fil-passat.", "ĦAŻ-ŻEBBUĠ: TRIQ L-IMDINA – TRAFFIC-LIGHTS", "320.", "L-ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jikkonsidra li jirrikkmanda li jsiru traffic-lights fil-viċinanzi tax-showroom ta' SMW Cortis fi Triq l-Imdina, Ħaż-Żebbuġ?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li minn riċerka li saret fir-records tad-direttorat għall-immaniġjar tat-traffiku, jirriżulta li d-direttorat ma rċieva ebda rikjesta mill-kunsill lokali ta' Ħaż-Żebbuġ rigward traffic- lights fi Triq l-Imdina.", "Madankollu, id-direttorat ma jirrikomandax li din il-junction tiġi kkontrollata minn sistema ta' traffic-lights għax ir- roundabout li hemm eżistenti għandha biżżejjed capacity għat-traffiku li jgħaddi minn din it-triq.", "ŻEJTUN: TRIQ IL-PRESIDENT BUTTIGIEG – PELICAN-CROSSING", "328.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Possibbli d-dipartiment tat-toroq jgħid meta se ssir pelican-crossing fil-post li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat illi fi Triq il-President Buttigieg hu ppjanat li ssir zebra-crossing u mhux pelican lights.", "Din iz-zebra- crossing mistennija titlesta aktar 'il quddiem."]} {"filename": "19940706_287d_par.doc", "date": "1994-07-06", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Uffiċjali u Rivedut) IS-SEBA' PARLAMENT Seduta Nru. 287 L-Erbgħa, 6 ta' Lulju, 1994 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati Malta Prezz Lm1 IS-SEBA' PARLAMENT Seduta Nru. 287", "L-Erbgħa, 6 ta' Lulju, 1994", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-9.06 a.m.", "Talba", "Seduta Nru. 287", "L-Erbgħa, 6 ta' Lulju, 1994", "WERREJ", "MINUTI 313", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 313", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA 319", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI KONTRA MONEY LAUNDERING", "PREVENTION OF MONEY LAUNDERING BILL", "Kumitat 319", "AĠĠORNAMENT 343", "MISTOQSIJIET IMWIEĠBA BIL-MIKTUB 349", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 286 li saret fil-5 ta' Lulju, 1994, ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "VETTURI - TAĦLIT TA' PITROLJU MAD-DIESEL", "19306.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: X'inhu n-numru ta' vetturi li nqabdu mill-pulizija jħalltu il-pitrolju mad-diesel f'dawn l-ewwel ħames xhur tas-sena?", "X'tip ta' vetturi kienu?", "Kemm saru testijiet b'kollox fuq vetturi mill-pulizija għal dan il-għan?", "X'passi ttieħdu?", "Huwa minnu li t-taħlit tal-pitrolju mad-diesel jgħin mhux ftit biex vetturi jibdew jitfgħu duħħan iswed?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali): L- Awtorita' tat-Trasport Pubbliku titlob lill-Pulizija, minn żmien għal żmien, sabiex isiru testijiet simili.", "Meta tiġi mitluba, l-Pulizija tagħti din l-assistenza.", "Mill-1990 sa l-1993 35 persuna tressqu l-Qorti insegwitu ta' abbuż ta' din ix-xorta.", "Minnhom 31 għadhom pendenti quddiem il-Qorti.", "Din is-sena l-Pulizija ma ġietx mitluba tassisti l-Awtorita' tat-Trasport Pubbliku f'testijiet ta' din ix-xorta.", "Testijiet fuq vetturi oħra għal dan l-iskop, barra dawk imsemmija, ma jsirux mill-Pulizija.", "MR SPEAKER (Onor. Lawrence Gonzi): L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jista' l-Ministru jgħidli jekk karozzi tad- Dipartimenti jew Ministeri tal-Gvern, speċjalment dawk li jaħdmu bid- diesel bħal trakkijiet, isirulhomx spezzjonijiet?", "M'iniex qed nirreferi għal biss għall-pitrolju imma naf li dawn jarmu ħafna dħaħen.", "X'passi qed jieħu l-Korp tal-Pulizija dwar dan?", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Louis Galea.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Vetturi tal-Gvern huma soġġetti għall-istess proċeduri li huma soġġetti l-vetturi l-oħrajn li għandna ħlief għal xi aspetti li għandhom x'jaqsmu ma' l-assikurazzjoni, fejn allura l-Gvern innifsu huwa l-assikuratur għal inċidenti li jistgħu jkunu nvoluti fihom il- vetturi tal-Gvern.", "Il-vetturi tal-Gvern jieħdu l-istess trattament.", "Naturalment is-sitwazzjoni llum hija li l-ittestjar tal-vetturi - kwalunkwe ittestjar ta' vetturi - qiegħed jiġi riorganizzat taħt il-Ministeru tat- Trasport, Komunikazzjoni u Teknoloġija u allura l-Ministru tat-Trasport, Komunikazzjoni u Teknoloġija jkun jista' jagħti aktar informazzjoni fil-ħin li jidhirlu li huwa opportun.", "Aħna bħala pulizija nsegwuhom dawn.", "Jien nifhem li jenħtieġ illi jkun hemm iktar ekwiparazzjoni bejn kif inhuma sorveljati l-vetturi privati u kif inhuma sorveljati l-vetturi tal-Gvern.", "Ma nkun qiegħed ngħid xejn sigriet u ma nkun qiegħed ngħid xejn stramb għaliex hija ħaġa magħrufa minn kulħadd illi l-Gvern għandu vetturi li qed joqrob iż-żmien - biex inkun naqra ġeneruż - li jinbidlu ma' vetturi aktar ġodda.", "Naturalment, anke f'dan l-aspett għandek kwestjonijiet - mhux tant ta' nuqqas ta' rieda daqskemm għandek kwestjonijiet ta' spiża rikorrenti - li huma marbuta ma' kif għandu jkun organizzat it-trasport pubbliku.", "Fi ħdan il-Gvern ikun hemm diskussjoni kif l-aħjar wieħed għandu jorganizza din il-materja.", "Dwar ittestjar ta' karozzi hija materja li jrid jirregola l-Ministeru tat-Trasport, Komunikazzjoni u Teknoloġija.", "KORPORAZZJONI GĦAX-XOGĦOL U TAĦRIĠ - XOGĦOL LIS-SUR JOE A. INCORVAJA", "19363.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Il-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ kemm opportunitajiet differenti ta' xogħol permanenti offriet lis- Sur Joe A. Incorvaja li joqgħod 56, Marina Street, Pieta' Nru tas-Sigurta Nazzjonali: 190165A?", "Kemm ilu jirreġistra għax-xogħol?", "X'possibbilta' hemm li jiġi offrut impjieg full-time?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON (Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani): Il- persuna msemmija huwa mpjegat bħala \"part-time instructor\" mad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni.", "Minkejja l-fatt li mhux jirreġistra fl-Ewwel Parti tar- Reġistru tal-persuni bla xogħol, huwa kellu diversi laqgħat ma' uffiċjali tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ li tawh l-attenzjoni kollha biex jgħinuh isib opportunitajiet ta' xogħol \"full-time\".", "Huwa rreġistra fit- Tielet Parti tar-Reġistru fl-1 ta' Lulju 1993, iżda din ir-reġistrazzjoni waqgħet għaliex qatt ma ġiet imġedda.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jista' l-Ministru jgħidilna eżattament xi jkopru l- eluf ta' impiegi li ntqal li ntsabu mill-ETC dan l-aħħar?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Hawnhekk m'għandiex breakdown tagħhom, pero' jeżistu.", "Issa nitlob lill-ETC sabiex tagħtini breakdown tagħhom", "ONOR.", "ALFRED SANT: Mhux in terms ta' breakdown jew jekk jeżistux jew le qed nistaqsi imma rrid inkun naf xi jkopru bħala impiegi.", "Jiġifieri kull impieg li qed jingħata fil-pajjiż qed jiġi kklejmjat mill-ETC?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Le.", "Ftit ilu tkellem iċ-Chairman ta' l-ETC u qal li l-maġġor parti tan-nies fil-pajjiż isibu job by word of mouth, jiġifieri la mill-gazzetti u lanqas permezz ta' ETC.", "Dan huwa stat ta' fatt. Dak li tikklejmja l-ETC huma l-placements li tagħmel hi.", "Jiġifieri lil min ikun qed jirreġistra jew min imur il-Job Centre - għax il-Job Centre imorru nies li jkunu qed ifittxu job u anqas ikunu qed jirreġistraw - l-ETC tagħmlilhom il-placements hi.", "Jiġifieri l-claim ta' l-ETC hija ristretta għal placements li tkun għamlet hi.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Il-punt tiegħi huwa eżattament dan.", "Xi tfisser meta tgħid il-placements li tagħmel hi?", "Jiġifieri tkun sabet il-job hi jew sempliċement min ikun jirreġistra u b'xi mod jikkuntattja lill-ETC u mbagħad wara rnexxielu jsib job l-ETC tikklejmjah bħala replacement tagħha?", "L-ETC qiegħda tikklejmja wkoll kull job li joħroġ mal-Gvern bħala placement tagħha?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Il-jobs li joħorġu mal-Gvern ma naħsibx li tikklejmjahom bħala placements tagħha, pero' wieħed irid jara.", "Jekk ikun hemm każi ta' jobs mal-Gvern jew ma' korpi parastatali li ma jkunx hemm permess biex ikun hemm sejħa pubblika għall-applikazzjonijiet għaliex l- ewwel irid isir il-proċess li jridu jiġu mpjegati n-nies li jkunu qed jirreġistraw jista' jkun il-każ li dawn ikunu inklużi fil-placements.", "Pero' I stand to be corrected.", "Bi placement nifhem li jkun hemm employers li jridu nies għal jobs speċifiċi, jkun hemm nies li qed ifittxu l-jobs ....", "Ħafna mill-placements l-ETC qed jirnexxielha tagħmilhom għax qed torganizza korsijiet ta' taħriġ għall-jobs li taf li huma rikjesti.", "Min jirreġistra u sab job minn rajh, ETC ma tkunx għamlitlu l-placement hi.", "Il- placements isiru mill-ETC meta l-Placement Officer jibgħat għal xi ħadd għax ikun sablu job.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Il-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ ma tidħolx meta Telemalta toħroġ call for applications?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Fil-każ tal-korpi parastatali u tal-Gvern il- proċess huwa li l-ewwel dawn jinformaw lill-ETC li jkollhom bżonn ċerti nies għal ċerti jobs, l-ETC jaraw għal liema tip ta' xogħol in-nies qed jirreġistaw, imbagħad jekk mir-reġistru ta' dawk li qed jirreġistraw jirriżulta li m'hemmx nies adatti għal dawk il-jobs jingħata permess għall- call for applications.", "Fil-fatt meta toħroġ call for applications, il-korpi parastatali jkollhom miktub l-ETC Permit li juri li dawn ikunu ħadu permess mingħand l-ETC biex toħroġ call for applications.", "Ovvjament dawk in-nies li jkunu mpjegati wara call for applications bħal din, ma jkunux inklużi fil-placements ta' l-ETC.", "TELEPHONES - TRANSFER TA' TELEPHONE NRU.311149", "19364.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: Tista' tintlaqa' l-applikazzjoni 2049/93 li ntefgħet fit-18 ta' Ġunju, 1993 biex it- telephone nru.311149 jiġi trasferit minn 9, Triq l-Imrabat, San Ġiljan għal Villa Jennifer, Triq il-Bies tat-Tuffieħa, San Ġwann?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO (Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknoloġija): Jiena nformat li l-applikazzjoni bin-numru AT2049/75 (mhux 2049/93) giet ipproċessata u l-applikant ngħata s-servizz fid-9 ta' Ġunju 1994.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Meta l-Ministru qed jgħid li ngħata s-servizz ifisser li ngħatatlu l-linja?", "Jista' l-Ministru jikkonferma li f'dik l-area qed jintbagħtu karti biex jiffirmaw il-kuntratt - anzi ffirmaw il-kuntratt - u ma jistgħux jingħataw is-servizz tat-telephone minħabba xi problema teknika għax għad iridu jistennew biex jieħdu n-network tal-cable?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: L-informazzjoni li għandi jien hija li dan l- applikant ingħata s-servizz fid-9 ta' Ġunju, 1994.", "B'hekk jiena nifhem li dan l-applikant għandu l-linja.", "Rigward it-tieni punt li qajjem l-Onor. interpellant wieħed għad irid jivverifika u jekk jagħmilli mistoqsija bil- miktub inkun nista' nagħtih risposta dettaljata.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jiena fil-fatt xi erbat ijiem ilu diġa' għamiltu mistoqsija dwar dan u rrispondieni li veru m'hemmx cable.", "Ma nistax nifhem kif f'erbat ijiem il-Ministru diġa' nesa.", "Il-Ministru qal li qed jaħdmu b'sistema li sakemm jiġi ffirmat il-kuntratt u jsiru xi affarijiet oħra ix- xogħol jilħaq ikun lest u allura mbagħad jkunu jistgħu jieħdu is-servizz.", "Dan ikkonfermah il-Ministru f'mistoqsija parlamentari.", "Pero' apparti din jiftakar il-Ministru li l-Gvern kien qal li qatt m'hu se jibgħat għal ħadd biex jiffirma l-kuntratt tas-servizz tat-telephone jekk ma jkunx hemm kollox lest?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Nerġa' nikkonfermalu li dan l-applikant speċiku ngħata s-servizz skond kif irrispondejt fil-mistoqsija.", "Naturalment wieħed irid imur jiffirma l-kuntratt, għax huwa kuntratt li jagħmel is-subscriber ma' Telemalta - u wara dan ikun jista' jagħmel użu mil-linja.", "Naħseb li din hija proċedura normali u ma narax għaliex wieħed għandu jibdilha.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Fir-risposta għal din il-mistoqsija l-Ministru qal li n-numru tar-referenza huwa skorrett.", "Jista' l-Ministru jikkonfermalna li l- applikazzjoni bir-referenza li għandu quddiemu ntefgħet fit-18 ta' Ġunju, 1993 biex inkunu żgur li qed nitkellmu fuq l-istess applikazzjoni?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Il-fatt li l-mistoqsija ta' l-Onor.", "Bartolo m'hijiex biss magħmula fuq numru, imma hija magħmula fuq indirizz speċifiku hija r-raġuni li nstab li dik ir-referenza ma kenitx tajba.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jiġifieri r-referenza bit-18 ta' Ġunju, 1993 hija korretta?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Iva, nifhem li hi korretta.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Issa inti kkonfermajtilna li t-trasferiment sar fid-9 ta' Ġunju, 1994, hux hekk?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Iva, din hi l-informazzjoni li għandi.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Tista' tikkonfermalna wkoll li l-mistoqsija saret fit- 8 ta' Ġunju, 1994, jiġifieri li t-trasferiment sar ġurnata wara li saret l- interpellanza waqt li l-applikazzjoni kienet saret sena qabel?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Dwar dan ma nista' ngħidlek xejn imma jien naħseb li jidher li fil-fatt, is-servizz ingħata fid-9 ta' Ġunju li għadda.", "Meta ssir mistoqsija fit-8 ta' Ġunju jista' jkun li sad-9 ta' Ġunju din tkun għadha lanqas waslet għandna.", "GĦalhekk it-tweġiba m'hijiex neċessarjament marbuta mal-fatt li saret il-mistoqsija.", "Fi kwalunkwe każ, jekk Membru Parlamentari jirrileva applikazzjoni bħal din, naħseb li huwa ġust li tingħata attenzjoni speċifika.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Imma aħna qed nikkonfermaw li l-applikazzjoni saret f'Ġunju ta' l-1993 u qed nikkonfermaw li l-interpellanza saret sena wara u qed nikkonfermaw ukoll li t-trasferiment sar fid-9 ta' Ġunju, l-għada li saret l-interpellanza.", "Tista' tassigurana li kien kumbinazzjoni li t- trasferiment sar l-għada li saret l-interpellanza?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Jien ma nistax nispjega fid-dettal għax m'iniex mgħarraf bid-dettalji kollha tal-fatti meta waslet il-mistoqsija u meta marret għand Telemalta bil-kumplament tal-proċedura normali.", "Pero' jien naħseb li l-fatt li l-mistoqsija saret fit-8 ta' Ġunju u s-servizz ingħata l-għada, minnha nnifisha turi li l-mistoqsija ma laħqitx waslet għand Telemalta.", "Imma din li qed nagħmel m'hi xejn ħlief ipotesi għax ma nistax ngħid fiċ-ċertezza li l-każ hu kif qed ngħid jien.", "Imma jien naħseb li wieħed irid jara li jkun hemm applikazzjonijiet oħra li jridu jiġu ipproċessati u f'dan il-każ ma nistax nivverifika mija fil-mija li din hija kumbinazzjoni.", "Pero' jien naħseb li d-dati humaa viċin wisq ta' xulxin biex wieħed ikun jista' jgħid li ....", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jekk dan ma kienx każ ta' kumbinazzjoni, jista' l- Onor. Frendo jgħidilna jekk għal Telemalta hux possibli li mil-lum għal għada tiddeċiedi li tagħmel it-trasferiment teknikament?", "Dan hu possibli li jiġri?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Jien naħseb li dan jiddependi mill-kapaċitajiet li jkollhom l-exchanges u mill-post partikolari minn fejn isiru dawn it- trasferimenti.", "Naħseb li hemm każi fejn dan jista' jsir u hemm każi oħra fejn dan ma jistax isir.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jekk teknikament ikun possibbli, nistgħu naċċettaw l- ipotesi li malli saret l-interpellanza - wara li l-applikazzjoni kienet ilha sena li saret - id-deċiżjoni ttieħdet dak inhar stess u l-għada sar it- trasferiment?", "MR SPEAKER: Point of order.", "L-Onor.", "Michael Falzon.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: L-iStanding Orders jippermettu li jsiru domandi ipotetiċi?", "MR SPEAKER: M'iniex nikklassifika l-mistoqsijiet ta' l-Onor.", "Sant bħala ipotetiċi.", "ONOR.", "ALFRED SANT: B'risposta u b'referenza għal dak li għadu kemm intqal, l-ipotesi għamilha l-Ministru u jien kont qed nirrispondih b'ipotesi oħra.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Michael Frendo.", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Mr Speaker, jien naħseb li hija ħaġa ċara li Telemalta għandha quddiemha diversi applikazzjonijiet li qed tagħtihom l- attenzjoni neċessarja.", "Ta' min jgħid - ladarba qed iqumu dawn il- kwestjonijiet - xi ħaġa fuq tipi ta' applikazzjonijiet bħal dawn.", "L-aħħar informazzjoni li għandi hija li n-numru ta' nies li qed jistennew servizz mingħand Telemalta baqa' dejjem nieżel konstantament u issa hawn madwar 3,000 persuna f'Malta li qed jistennew biex ikollhom it-telefon.", "Aħna nafu li qabel dan in-numru kien ikbar u l-isforz li qed tagħmel Telemalta biex tagħti servizz lil kulħadd huwa wieħed ġenwin u naħseb li dan l-isforz hu apprezzat ukoll minn kull min josserva kif qed isiru l-affarijiet.", "Jekk hu possibbli, sa l-aħħar tas-sena se jkollna service on demand f'pajjiżna u għalhekk naħseb li ta' min wieħed ifaħħar lil min qiegħed jimpenja ruħu biex jasal għal dan.", "Bħala Ministru responsabbli għal din il-Korporazzjoni u għalhekk anke mis-settur tat-telephones, aħna ma nkunux kuntenti qabel ma niġu fis-sitwazzjoni - jekk dan hu possibbli - fejn kulħadd ikun jista' jinqeda.", "Dan ifisser li aħna se nibqgħu nirsistu kemm nifilħu biex in- numru jibqa' dejjem jonqos għax din hi xi ħaġa li hi marbuta ma' stat modern tat-telekommunikazzjonijiet f'pajjiżna li min ikollu bżonn is- servizz tat-telefon ikun jista' jinqeda fil-pront.", "Jien għext u għaddejt minn esperjenzi f'pajjiżi oħra - fil-fatt anke l- Kap ta' l-Oppożizzjoni għex f'pajjiżi oħra - fejn min japplika għat-telefon jingħata s-servizz mill-ewwel għax kważi jiġġieldu bejniethom biex jagħtuk it-telefon.", "Aħna għadna ma wasalniex f'dak l-istadju, imma żgur li għamilna avvanzi kbar meta tqabbel is-sitwazzjoni ma' kif kienet qabel.", "Naħseb li ta' min jiftakar li aħna konna f'sitwazzjoni ta' diffikulta' kbira biex wieħed ikun jista' jkollu t-telefon.", "Meta jien kont ġurnalist ma' l-iStamperija Indipendenza, ma kontx stennejt sena biss biex ikolli s- servizz tat-telefon imma kelli nistenna għal diversi snin, minkejja li kont ktibt u għidt li jien għandi bżonn it-telefon ħafna minħabba n-natura tax- xogħol tiegħi.", "Aħna rridu naraw l-iżvilupp tat-telefons f'pajjiżna f'dan il-kontest.", "Qed isir sforz ġenwin mill-Korporazzjoni Telemalta biex innaqqsu kemm jista' jkun it-talbiet li jibqgħu pendenti.", "Irrid ngħid ukoll li mit-3,000 applikant għat-telefon, probabbilment hemm xi wħud li applikaw meta għadhom kemm ħadu plot u l-post għad iridu jtellgħuh u allura meta l-ħaddiema ta' Telemalta jiġu biex jagħtuhom l-linja, huma stess ma jkollhomx l-interess li jagħmlu l-kuntratt biex jieħdu l-linja tat-telefon.", "Pero' ma nistax ngħid x'inhu l-persentaġġ ta' dan għaliex probabbilment m'huwiex xi persentaġġ daqshekk kbir.", "Nifhem li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni qajjem punt fejn qal li aħna qagħadna nistennew il-mistoqsija parlamentari biex dan ikun jista' jkollu s-servizz ta' transfer.", "Naħseb illi ma nkunux ġusti ma' Telemalta jekk sempliċement għaliex kien hemm il-mistoqsija fit-8 ta' Ġunju u s-servizz ingħata fid-9 ta' Ġunju nattribwixxu dan għall-mistoqsija parlamentari nnifisha.", "Ma nara xejn ħażin li jkun hemm Membru Parlamentari li jiġbed l-attenzjoni tiegħi għal xi applikazzjoni li huwa jħoss li tkun ilha żmien twil u li allura jitlob li tiġi għall-attenzjoni tal-Ministru responsabbli biex ikun jista' jara kif qed isiru l-affarijiet, anzi dan huwa ġust u huwa funzjoni wkoll ta' dan il-Parlament, pero' naħseb li d- data tal-mistoqsija u d-data ta' meta ngħata s-servizz tant huma viċini li ma naħsibx li nistgħu nattribwuha - qed nitkellem f'ipotesi - għall- mistoqsija nnifisha.", "Ngħid illi l-mistoqsija li saret sabet ir-risposta ġusta li fil-fatt kienet staqsiet jekk is-servizz ta' transfer ingħatax u fil-fatt ingħata.", "Għar-rigward ta' transfers, ikun hemm okkażjonijiet fejn transfer jista' jsir malajr u jkun hemm okkażjonijiet fejn transfer ma' jistax isir malajr minħabba raġunijiet tekniċi.", "Jiena m'iniex tekniku u ma nistax ngħid id-dettalji għaliex transfer ma jistax isir malajr, pero' jgħiduli li ġieli jkun hemm problemi jew bil-box innifisha li jkun hemm fil-lokal innifsu jew problemi fl-exchanges infushom, allura naturalment wieħed irid jistenna l-mument tekniku meta dan ikun jista' jsir.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Alfred Sant.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Il-Ministru li kien magħruf għall-għajta \"drittijiet mhux pjaċiri\", jaqbel illi mhux sew illi transfer li seta' sar bejn disa' xhur u sena ilu baqa' ma' sarx u sar l-għada li saret l- interpellanza parlamentari?", "Fil-kuntest ta' din il-klima ġdida li huwa arkitett tagħha fost oħrajn il-Ministru tad-\"drittijiet u mhux pjaċiri\" jaqbel li ħaġa bħal din m'hijiex aċċettabbli?", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Michael Frendo.", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Jekk il-Kap ta' l-Oppożizzjoni qed jassumi li l- fatti huma kif qed jgħid hu, imma ma naħsibx li għandu bażi għalxiex jassumi li l-fatti huma kif qed jgħid hu, allura jekk din hija s- sitwazzjoni allura naturalment naqbel miegħu li m'għandux ikun hemm sitwazzjoni fejn dak li huwa dritt tiegħek isir pjaċir.", "Wieħed jista' wkoll, meta jkun qed jagħmel ipotesi bħal din, jara l-possibilita' ta' ipotesi li naturalment min ikun talab lill-Onor.", "Membru biex jagħmel il- mistoqsija għalih kien ukoll jaf li wasal biex ikollu t-transfer,. imma jekk nibqgħu sejrin hekk nibdew nattribwixxu motivi oħrajn għal kull ma' jiġri fil-pajjiż.", "Jien naħseb li jidher ċar li d-data ta' meta ngħata t-telefon hija viċin wisq id-data ta' meta saret il-mistoqsija u fi żmien qasir hekk lanqas biss tkun għadha waslet għand Telemalta.", "Għalhekk dan juri li dan sar bi proċess normali tax-xogħol li tadotta Telemalta u ma naħsibx li dan huwa każ ta' \"drittijiet mhux pjaċiri\".", "Jien naħseb li Telemata m'għadhiex f'dak l-istadju fejn taqa' għall-pjaċiri biex tagħti servizz tat-telefon.", "Niftakru diversi okkażjonijiet fejn it-telefon kien jingħata bi pjaċir anzi kellna diversi listi li kienu jkunu mmarkati għal min jista' jieħu t- telefon u min ma jistax u dawn ukoll ġew esebiti u mqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Din is-sistema hija sistema li naħseb li ħadd ma jaqbel magħha.", "Jien naħseb li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni huwa lest li jikkundanna din is- sistema u jgħid li l-partit tiegħu mhux beħsiebu jadottaha jekk u meta jistgħu jkunu fil-gvern.", "Naħseb li l-kultura ta' \"drittijiet mhux pjaċiri\" f'dan il-pajjiż għar-rigward ta' kull ħaġa - inkluż it-telephones - in- nies din kienu jħossuha ħafna.", "Dan hu li qed nipprovaw nagħmlu f'Telemalta.", "Għalhekk il-lista niżżlet għal madwar 3,000 minn figura ħafna ikbar u se tkompli tinżel sakemm naslu għal service on demand.", "Meta ngħidu service on demand inkunu qed noħolqu l-istruttura fejn m'hemmx għalfejn isiru pjaċiri.", "Il-Gvern biddel is-sistemi li kienu jkattru l- pjaċiri u llum kulħadd jieħu d-drittijiet tiegħu.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Tqegħid ta' Karti.", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA", "MR SPEAKER: Il-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknoloġija.", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Lista tal-lokalita' ta' kull cardphone installati f'Malta u GĦawdex, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 19991.", "MR SPEAKER: Il-Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura.", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO (Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura): Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Lista bin-numru ta' ċentri sportivi f'Malta, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 19573.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI KONTRA MONEY LAUNDERING", "PREVENTION OF MONEY LAUNDERING BILL", "L-ordni għall-Kumitat ġie moqri", "FIL-KUMITAT", "L-Onor.", "Charles Mangion, President tal-Kumitati, jipprejedi.", "(Ikompli mill-5 ta' Lulju, 1994)", "Klawsola 5 - Iffriżar ta' proprjeta' ta' persuna akkużata (Kont.)", "Clause 5 - Freezing of property of person accused.", "(Cont.)", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Konna qed ngħidu li din il-klawsola għandha d-diffikulta' li ma tikkawtelax id-drittijiet tal-konjugi u rridu nsibu mezz kif dan nikkawtelawh.", "Jekk aħna rridu verament li min hu suspettat jiġi investigat ma jista' bl-ebda mod jaljena l-proprjeta' tiegħu.", "Aħna rridu nipprovdu li dan la jista' jissellef flus fuq il- proprjeta' u lanqas jipoteka l-proprjeta'.", "Issa l-provvedimenti li hawn fil-klawsola ma jħarsux kontra self ta' flus u b'hekk il-Gvern meta jkun hemm conviction u jiġi biex jirrealizza jew il-konfiska tal-proprjeta' jew jitħallas, jista' jsib kredituri ta' l-individwi li jsiru kredituri anke wara li tkun bdiet l-investigazzjoni jew inkella jista' jsib ukoll anke wara li bdiet l-investigazzjoni l-ipoteka fuq il-proprjeta'.", "B'hekk allura jiġi mfixkel id-dritt li rridu nikkonservaw jew inħarsu permezz ta' dan il- provvediment.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "John Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI (Ministru tal-Finanzi): Il-pożizzjoni li qed nieħdu dwar il-kumment li sar fuq il-proprjeta' u d-drittijiet tal-konjugi f'din it-tip ta' amministrazzjoni hi li ma nagħmlux id-differenza bejn il- proprjeta' f'dan l-Att.", "Jekk il-proprjeta' tinqabad, din tinqabad kollha kemm hi imbagħad naturalment jekk ikun hemm xi drittijiet diretti ta' wieħed jew waħda mill-ispouses allura dik trid tiġi prelevata mod ieħor.", "Rigward it-tieni kumment ta' l-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici fuq il- pledging u l-hypothecation jien naħseb li għandu raġun u fil-fatt f'subklawsola 5(1) (b) fejn għandna \"prohibiting the accused from transferring or otherwise disposing\" għandna ndaħħlu l-kliem \"prohibiting the accused from hypothecating, pledging, transferring or otherwise disposing\".", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Jien ma narax għaliex hawnhekk m'għandux ikun hawn ir-riżerva biex l-ispouse tkun tista' tieħu passi biex tittutela l-interessi tagħha skond il-liġi.", "B'hekk is-seizure hija soġġetta għal dritt ta' l-ispouse li tikkawtela d-drittijiet tagħha, ħalli ma tispeċifikax kif imma almenu fil-liġi għandu jkun hemm li dik is-seizure hija soġġetta għal dak id-dritt.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Onor. Mifsud Bonnici, qegħdin jinformawni li dawn huma provvedimenti normali tal-liġi u m'hemmx għalfejn inkunu speċifiċi.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: M'iniex konvint għal kollox dwar dan.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Għaliex dan l-Abbozz qed jittressaq 'il quddiem mill- Ministru tal-Finanzi u mhux mill-Ministru tal-Ġustizzja?", "L-affarijiet li qed jitqanqlu huma legali u mhux finanzjarji.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Dan huwa parti mill-pakkett li qed nagħmlu u bħalissa fil-Kamra għandi l-assistenza ta' l-Attorney General.", "Mr Chairman, nitlob il-permess biex klawsola 5 tiġi posposta.", "THE CHAIRMAN: Hawn permess biex klawsola 5 tiġi posposta?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata u l-klawsola ġiet posposta.", "Klawsola 6 - Piena għall-ksur ta' l-ordni tal-Qorti.", "Clause 6 - Penalty for contravening Court order.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Din tipprovdi għall-penalitajiet fuq kontravenzjonijiet illi jsiru fuq ordnijiet tal-Qorti.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: F'din il-klawsola naħseb li l-iktar ħaġa li hi ndikata hija nieqsa.", "Din hija d-dikjarazzjoni tan-nullita' ta' dak li jsir b'kontravenzjoni ta' l-ordni.", "Ma jiswiex li inti tgħid li ksirt l- ordni u allura trasferejt il-proprjeta'.", "Jekk it-trasferiment jibqa' validu, tkun qed tħallas biss prezz ta' Lm5000 biex tagħmel trasferiment, allura bilfors trid, bħala l-ewwel ħaġa, li tikkontempla n-nullita' ta' dan l-att li jsir kontra l-ordni tal-qorti u trid tispeċifikaha.", "L-ewwel m'għandu jkun kontemplat huwa n-nullita' u mbagħad il-penali għax inkella tevadiha, tħallas il-penali, tiskapriċċaha u jekk jaqbilllek tagħmel l-att, b'kontravenzjoni ta' l-ordni tal-qorti.", "L-aħħar biċċa ta' klawsola 6 tgħid hekk:", "\"... and the Court may order the person ... \"", "Din issa se tiġi kanċellata u minflokha se jidħol il-wording fejn ngħidu illi t-transazzjoni se tiġi annullata.", "Il-Qorti tiddikjarah null jew ikun null fih innifsu?", "Kull att li jsir bi ksur ta' l-ordni tal-Qorti fih innifsu jkun null?", "Għax jekk jiġi dikjarat null irid ikun hemm l- espressjoni espressa tal-qorti in relazzjoni għal kull transazzjoni u dik trid tkun magħrufa l-qorti biex tagħmilha.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "John Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Chairman, nitlob il-permess biex klawsola 6 tiġi posposta.", "THE CHAIRMAN: Hawn permess biex klawsola 6 tiġi posposta?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata u klawsola 6 ġiet posposta.", "Klawsola 5 - Iffriżar ta' persuna akkużata.", "Clause 5 - Freezing of property of person accused.", "(Posposta aktar kmieni fil-Kumitat)", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "John Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Għal klawsola 5 għandna din l-emenda:", "\"D\" F'paragrafu (b) ta' subklawżola (1) ta' klawżola 5, minflok il-kliem \"milli jittrasferixxi jew xort'oħra jiddisponi\" daħħal il-kliem \"milli jitrasferixxi, jagħti b'rahan, jipoteka jew xort'oħra jiddisponi\".", "\"D\" In paragraph (b) of subclause (1) of clause 5 for the words \"from transferring or otherwise disposing\" substitute the words \"from transferring, pledging, hypothecating or otherwise disposing\".", "THE CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No)", "Il-mistoqsija hi emenda \"D\" kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"D\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi emenda \"Ċ\" kif imressqa u moqrija mill- Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"ĊĊ\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 5 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 5, kif emendata, għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill- Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 7 - Proċedimenti speċjali tal-Qorti", "Clause 7 - Special Court proceedings", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Fuq din il-klawsola xtaqt nagħmel dawn ir- rimarki.", "L-ewwelnett aħna qed nitkellmu fuq ordni li saret in breach of clause 3, cioe' forfeiture li saret b'konsegwenza.", "Jien jidhirli li d- dritt li wieħed jgħid li dik il-proprjeta' maqbuda m'hijiex biss taħt klawsola 3 imma taħt kull provvediment ta' din il-liġi ...", "GĦadna kif għamilna klawsola 5, per eżempju; l-prova li proprjeta' maqbuda ...", "ONOR.", "JOHN DALLI: Klawsola 5 terġa' tirreferik għal klawsola 3 u tgħid:", "\"Where a person is charged under Section 3 of this Act, ...\"", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: L-importanti hu li mhux biss il-persuna li tinstab ħatja ...", "Per eżempju jien ikolli oġġett għand sieħbi li jiġi maqbud.", "Dan ma jinteressaħx li jgħid li dak mhux tiegħu imma jien jinteressani.", "Irid ikolli proċedura kif jien immur quddiem il-Qorti u nipprova li dak l-oġġett li ġie maqbud għax kien misluf għandu huwa tiegħi u mhux tiegħu.", "Allura mhux il-persuna ħatja biss imma kull persuna li verament u ġenwinament hija s-sid ta' dik il-proprjeta' maqbuda għandu jkollha l-mezz kif jipprova dan ħalli tillibera l-oġġett tagħha.", "Din hija proċedura komuni anke meta jkun hemm sekwestru jew qbid imma trid toqgħod tagħmel ċitazzjoni u tipprova li l-oġġett - jekk il-kreditur jirreżisti t- talba ta' min qed jivvanta d-dritt fuq l-oġġett - ...", "ONOR.", "JOHN DALLI: Fil-fatt se ssir \"the person found guilty and any person having an interest\".", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: GĦandi nifhem ukoll li għalkemm il- proċedura se tibqa' ssir quddiem il-Qorti Ċivli u mhux quddem il-Qorti Kriminali li ssentenzjat lill-presuna misjuba ħatja, din se ssir permezz ta' rikors u mhux permezz ta' ċitazzjoni, hux hekk?", "Qed ngħid hekk għax subclause 7 (3) tgħidlek \"jehmeż mar-rikors id-dokumenti kollha\" u meta tgħid applikazzjoni tkun qed tirreferi għal rikors mhux għal-ċitazzjoni.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Qegħdin jinformawni li se ssir b'rikors.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Hawnhekk konna għamilna wkoll ir-rimarka jew l-osservazzjoni li issa min se jikkontesta r-rikors jew it-talba għall-proprjeta' maqbuda u li quindi saret tal-Gvern, hu l-Kummissarju tal- Pulizija u jien issottomettejt li ladarba saret prorpjeta' tal-Gvern, speċjalment meta hija każ ta' mmobbli, normalment huwa l-Commissioner of Land li jidher għall-Gvern bħala l-bniedem li qed jopponi t-talba f'dik li hija proprjeta' li diġa' saret tiegħu u mhux il-Kummissarju tal-Pulizija.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Fil-fatt għamilniha hekk minħabba li l-proprjeta' li tiġi konfiskata mhux neċessarjament tkun proprjeta' mmobbli għax jistgħu jkunu shares, per eżempju.", "Issa minflok il-Kummissarju tal-Pulizija nistgħu nagħmlu l-Avukat Ġenerali; wara kollox imbagħad huma jridu jidhru.", "GĦalhekk, Mr Chairman, nipproponi li din il-klawsola tiġi posposta.", "THE CHAIRMAN: Hawn permess biex klawsola 7 tiġi posposta?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata u l-klawsola ġiet posposta.", "Klawsola 6 - Piena għall-ksur ta' l-ordni tal-Qorti.", "Clause 6 - Penalty for contravening Court order.", "(Posposta aktar kmieni fil-Kumitat)", "ONOR.", "JOHN DALLI: Nipproponi din l-emenda għal klawsola 6:", "\"E\" Fil-klawżola 6 minflok il-kliem minn \"u l-Qorti tista' tordna\" sal- kliem \"l-ordni tal-Qorti\", għandhom jidħlu l-kliem \"u kull ħaġa hekk magħmula bi ksur ta' ordni tal-Qorti bħal dik tkun nulla u bla effett fil-liġi\".", "\"E\" In clause 6 for the words from \"and the Court may order\" to the words \"in contravention of that court order\" there shall be substituted the words \"and any act so made in contravention of such court order shall be null and without effect at law\".", "THE CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No)", "Il-mistoqsija hi l-emenda \"E\" kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"E\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 6 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsoal 6, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 8 - Radd lura ta' proprjeta' li ma tibqax konfiskata.", "Clause 8 - Reversion of property ceasing to be forfeited.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Fi klawsola 8 qegħdin nagħmlu provvedimenti għal meta l-applikazzjoni tiġi aċċettata mill-Qorti biex il-proprjeta' ma tibqax iffriżata.", "Allura qed ngħidu li l-proprjeta' u xi income ieħor li jkun iġġenerat jgħaddu lill-applikant.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Billi aħna qed nitkellmu fuq rikors, ma naħsibx li se jkun hemm sentenza imma digriet u allura mhux judgement.", "(Interruzzjonijiet) Ħalli nipprovaw naraw f'dan il-każ kif se jsir.", "Naħseb li qed nikkontemplaw li hemm possibilita' ta' proċeduri ta' appell, hux hekk?", "Ma nistgħux nevitawha.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Jiġifieri li qed ngħidu huwa li minflok il-kelma \"sentenza\" se nużaw il-kelma \"deċiżjoni\" u l-appell se jiġi speċifikat.", "Mr Chairman, nitlob il-permess tal-Kumitat sabiex din il-klawsola tiġi posposta.", "THE CHAIRMAN: Hawn permess sabiex klawsola 8 tiġi posposta?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata u l-klawsola ġiet posposta.", "Klawsola 9 - Regoli u Regolamenti.", "Clause 9 - Rules and Regulations.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Chairman, għal din il-klawsola nipproponi emenda li tgħid hekk:", "\"F\" (a) Is-subklawżola (2) tagħha għandha tiġi renumerata bħala subklawżola (3).", "(b) Daħħal subklawżola (2) ġdida kif ġej:", "\"(2) Il-Ministru jista' b'regolamenti jestendi d-dispożizzjonijiet kollha ta' dan l-Att jew parti minnhom u ta' regolamenti magħmula taħt dan l-Att għal kategoriji ta' azjendi u ta' professjonijiet li jwettqu attivitajiet li fl-opinjoni tal-Ministru jistgħu b'mod partikolari jintużaw għal finijiet ta' money laundering.\".", "\"F\" (a) Subclause (2) thereof shall be renumbered as subclause (3).", "(b) Insert a new subclause (2) as follows:", "\"(2) The Minister may by regulations extend the provisions of this Act in whole or in part and of any regulations made thereunder to categories of undertakings and to professions which engage in activities which, in the opinion of the Minister, are particularly likely to be used for money laundering purposes.\".", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: GĦaliex inħasset il-ħtieġa li l-Ministru jista' jestendi l-provvedimenti ta' din il-liġi għal attivitajiet differenti minn dawk speċifiċi.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mhux reati imma anke attivitajiet għaliex minn żmien għal żmien jistgħu jinqalgħu attivitajiet ġodda, kif spjegajna drabi oħra meta konna qed niddiskutu liġijiet oħra.", "GĦalhekk irridu nkunu flessibbli biżżejjed li ninkorporaw dawn l-attivitajiet ġodda li m'aħniex nikkontemplaw taħt l-umbrella ta' din il-liġi.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Imma jien dak li qed ngħid hu li attivitajiet li, jew bid-definizzjoni li issa se tkun eżistenti fil-liġi jew kif jibdilha l-Ministru b'regolamenti li huma kwalifikati bħala money laundering, jagħmilhom min jagħmilhom, hemm għalfejn nispeċifikaw ....?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Hawnhekk qed ngħidu żewġ affarijiet.", "L-ewwel ħaġa li qed ngħidu l-attivitajiet u l-kategoriji ta' l-azjendi - għax bħalissa qed ngħidu, banek, insurance companies u l-kumpanniji li jinvestu taħt l- Investement Services Act - u l-ewwel emenda għal dawn qiegħda.", "Qed ngħidu wkoll li jista' jkun hemm xi tipi ta' attivitajiet li bħalissa m'aħniex naħsbu fihom u allura rridu nżommu l-flessibilita' li jekk dawn jiġu, ninkorporawhom kemm jista' jkun malajr taħt l-awspiċi ta' din il-liġi bħala activity.", "Imbagħad hemm il-lista tar-reati.", "Li qed nagħmlu hawnhekk huwa li m'aħniex inkunu estensivi bħalma konna meta ppubblikajna l-Att għax qed innaqqsu xi ftit mir-reati, pero' mbagħad qed nagħmlu provvediment li dawn ir-reati jistgħu jiġu miżjuda.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Li qed ngħid huwa li fit-test tal-liġi l- azjendi m'humiex speċifikati, qegħdin fin-noti li għandi, pero' m'humiex fit-test tal-liġi.", "Nifhem li l-attivitajiet jista' jkabbarhom biex idaħħalhom taħt il-kappa ta' money laundering imma l-azjendi m'huma imkien.", "Persuna li tagħmel money laundering tista' tkun bank, nista' nkun jien ....", "Din ta' l-azjendi minn fejn toħroġ?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Subklawsola 9 (1) tgħid li:", "\"The Minister may make rules or regulations generally for the better carrying out of the provisions of this Act and in particular may by such rules or regulations provide for the regulation and control of banks, credit and other financial institutions to provide inter alia for procedures and systems ...\"", "Jiġifieri banks, credit and other financial institutions li jistgħu jiġu estiżi bħala activities.", "Per eżempju jista' jinħass il-bżonn li nagħmlu antique dealers.", "(Interruzzjonijiet) Qed nitkellmu dwar subklawsola 9 (1).", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Allura kulma rridu nagħmlu fi klawsola 9 mhux and all other institutions stabbiliti mill-Ministru?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Hekk qed nagħmlu imma ftit iżjed long winding, permezz ta' subklawsola għaliha, pero' l-istess effett għandha.", "MR CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Dan li se nqajjem mhux punt legali imma l-ewwel darba li qed niltaqa' miegħu kemm ili nsegwi din il-biċċa xogħol.", "Fil-verżjoni Maltija se nibqgħu nużaw \"money laundering\"?", "L-espressjoni bil-Malti mhux \"ħasil tal-flus\"?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Dan huwa term tekniku u naħseb li nistgħu nibqgħu nużaw lilu.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Pero' huwa term tekniku li għandu l-ekwivalent tiegħu bil-Malti mingħajr ebda problemi.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Imma ħasil ta' flus!", "ONOR.", "ALFRED SANT: Money laundering mhux hekk tfisser?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Fl-opinjoni tiegħi hija colloquial wisq biex terġa' ....", "Ħasil hija washing.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Laundering mhux washing?", "Mhux l-istess ħaġa?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Jista' jkollok dry cleaning!", "ONOR.", "ALFRED SANT: Il-Maltin lanqas se jifhmu x'inhi \"money laundering\".", "Għaliex se nibqgħu nużaw il-kelma \"money laundering\" meta hemm il-kelma tajba ħafna \"ħasil tal-flus\"?", "Din m'hijiex problema.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Jien naraha bħala term tekniku u għalhekk għandna nibqgħu nużawh.", "Ma nafx għaliex għandna nagħmlu term artifiċjali.", "ONOR.", "ALFRED SANT: \"Ħasil tal-flus\" m'huwiex term artifiċjali għax jintuża regolarment fil-Malti.", "M'hijiex problema u kulħadd jifhem x'inhi.", "Anzi iktar jifhem x'inhi \"ħasil tal-flus\" milli \"money laundering\" jekk qed jitkellem bil-Malti.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Issa f'liġi oħra li se niddiskutu se jkollna wkoll it- tem \"insider dealing\", allura se noqogħdu ngħidu ....", "Insider dealing m'hemmx term għaliha.", "Xi ħadd beda juża t-terminu \"ħasil ta' flus\", pero' m'hemmx veru ħsieb wara dan it-terminu.", "Riċiklaġġ ta' flus per eżempju ...", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Alfred Sant.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ma naqbilx mal-Ministru.", "Fil-lingwa kurrenti tal- pajjiż diġa' qed jintuża t-terminu \"ħasil ta' flus\".", "Rajniha fil-ġurnali taż-żewġ naħat jew tliet naħat - jekk hemm - u lanqas hemm konsistenza.", "Per eżempju, kelma li jien qed nipprova nifhem x'inhi, fit-Tieni Skeda hija l-kelma \"barratry\".", "Hawn forsi kien aktar ikun tajjeb li kieku tħalliet \"barratry\" fit-test Malti minflok ġiet tradotta bħala \"baratterija\".", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "JOHN DALLI: Probabbilment għax teżisti diġa' tradotta hekk.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Għadni kemm staqsejt lill-Onor.", "Mifsud Bonnici u lanqas jaf x'inhi l-kelma \"barratry\".", "ONOR.", "JOHN DALLI: Lanqas jien ma naf imma probabbilment issibha translated diġa' hekk f'xi parti oħra tal-Liġi.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Imma l-punt huwa li fil-każ ta' \"barratry\" ħadna l- inkarigu li noqogħdu nintroduċuha bħala \"baratterija\" meta ħadt ma jaf x'inhi ...", "ONOR.", "JOHN DALLI: Fl-Extradition Act diġa' jeżisti dak it-terminu.", "ONOR.", "ALFRED SANT: ... filwaqt li fil-każ ta' money laundering għandna t-terminu \"ħasil tal-flus\" li diġa' jintuża korrentement, tispjega eżattament x'inhu jintqal u tiftiehem aħjar mill-Maltin u m'għamilnihiex.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Għall-general knowledge ta' kulħadd \"barratry\" tfisser meta tkisser vapur biex tieħu l-insurance.", "Jien qed nissuġġerixxi li nħallu t-terminu \"money laundering\".", "Fil-fatt qed jiġbduli l-attenzjoni li dan diġa' rreferejna għalih f'liġijiet oħra.", "THE CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No)", "Il-mistoqsija hija l-emenda \"F\" kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"F\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 9 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 9, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 7 - Proċedimenti speċjali tal-Qorti.", "Clause 7 - Special Court proceedings", "(Posposta aktar kmieni fil-Kumitat)", "ONOR.", "JOHN DALLI: Għal klawsola 7 għandi dawn l-emendi:", "\"Ġ\" (a) Fis-subklawżola (1) tal-klawżola 7, minflok il-kliem \"il-persuna misjuba ħatja\" daħħal il-kliem \"il-persuna misjuba ħatja u kull persuna oħra li jkollha interess\".", "(b) fis-subklawżola (5) tal-klawżola 7 minflok il-kliem \"jiġu notifikati lill-Kummissarju tal-Pulizija mingħajr dewmien, u l-imsemmi KUmmissarju għandu jippreżenta r-risposta tiegħu\" daħħal il-kliem \"jiġu notifikati lill-Avukat Ġenerali mingħajr dewmien, u l-imsemmi Avukat Ġenerali għandu jippreżenta r-risposta tiegħu\".", "\"G\" (a) In subclause (1) thereof substitute the words \"the person found guilty\" with the words \"the person found guilty and any other person having an interest\".", "(b) In subclause (5) thereof substitute the words \"shall be served on the Commissioner of the Police withour delay, and the said Commissioner shall file his reply\" with the words \"shall be served on the Attorney General withour delay, and the said Attorney General shall file his reply\".", "\"Ħ\" Fis-subklawżola (8) minflok il-kliem \"Kull sentenza\" daħħal il-kliem \"Kull deċiżjoni\".", "\"Ħ\" In subclause (8), for the words \"Any judgement\" substitute the words \"Any decision\".", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: Jien kont qed nara l-Ordinanza dwar id-Drogi Perikolużi u jidher li dawn huma kważi identiċi.", "Jiġifieri m'hemmx appell f'każ ta' forfeiture ta' proprjeta' ta' xi ħadd li kien involut fit- traffikar tad-drogi, imbagħad xi ħadd jista' jagħmel il-kawża sabiex jipprova li l-proprjeta' tiġi konfiskata jekk fil-fatt ma kenitx riżultat tar-reat tad-drogi.", "Għalhekk f'dan il-każ m'hemmx appell u inċidentalment anke r-rikors jiġi notifikat mill-Kummissarju tal-Pulizija.", "Issa hawn se nagħmluha li jkun l-Avukat Ġenerali u mhux il-Kummissarju tal-Pulizija.", "Ħafna mill-kliem huwa identiku.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Imma hemmhekk il-forfeiture ta' liema proprjeta' tkun?", "ONOR.", "TONIO BORG: Jekk xi ħadd jinstab ħati ta' reat ta' selling or dealing - inċidentalment issa bil-liġi estendejnih għal kull attivita' li għandha x'taqsam mad-drogi, ħlief il-pusses waħdu - allura f'dak il-każ tiġi konfiskata the entire property immobbli ta' l-akkużat imbagħad sta għall-akkużat li jkun instab ħati tat-traffikar li jagħmel dan ir-rikors.", "Dan huwa l-istess bħalma qed jiġri f'dan il-każ.", "Din hija kkopjata anke fit-termini.", "Jiġifieri minflok li jkun il-Kummissarju tal-Pulizija li jrid iwieġeb fi żmien il-15 il-ġurnata, se nagħmluha li jkun l-Avukat Ġenerali li se jwieġeb.", "Jekk se jkun hemm xi raġuni, allura tajjeb li nagħmluha hekk imma jien wisq nibżgħa li se jkun hemm żewġ proċeduri simili, b'ċerti dettalji differenti li jistgħu jħawdu lin-nies, l-iktar fejn jidħlu l- Avukat Ġenerali u l-Kummissarju tal-Pulizija.", "Il-punt tiegħi huwa li se jkun hemm żewġ proċeduri.", "Nistgħu ngħidu li dik li se nagħmlu issa hija t- tajba.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Jekk m'hijiex xi ħaġa ta' sustanza jien nippreferi li nżommuhom l-istess.", "Jekk qed naqblu li nħalluhom uniformi allura nirtira parti minn waħda mill-emendi li għamilt.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Fil-Liġit dwar id-drogi, l-proċedura se tkun fil-Prim'Awla?", "ONOR.", "TONIO BORG: Subklawsola 7 (2) tgħid hekk:", "\"Such section shall be brought not later than three months from the date on which the sentence ordering the forfeiture shall have become definite, by an application in the Civil Court, First Hall.\".", "Fil-fatt dan l-Abbozz huwa kkopjat b'kelma b'kelma.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Allura jidher li daħlet.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Allura l-aħjar hu li nagħmluha preċiż bħalha.", "Għalhekk, Mr Chairman, nitlob il-permess tal-Kumitat sabiex nirtira paragrafu (b) ta' l-emenda \"Ġ\".", "THE CHAIRMAN: Hawn talba biex il-paragrafu (b) ta' l-emenda \"Ġ\" li ġiet imressqa u moqrija mill-Ministru tiġi rtirata.", "Il-Kumitat jaqbel?", "(Onor. Membri: Iva)", "THE CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No)", "Il-mistoqsija hi l-emenda \"Ħ\" kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"Ħ\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi l-emenda \"Ġ\" kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"Ġ\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 7 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 7, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 8 - Radd lura ta' proprjeta' li ma tibqax konfiskata.", "Clause 8 - Reversion of property ceasing to be forfeited.", "(Posposta aktar kmieni fil-Kumitat)", "ONOR.", "JOHN DALLI: L-emenda li kont se nressaq għal klawsola 8 m'iniex se nressaqha għax kienet dwar l-appell, ħalli nibqgħu konsistenti.", "THE CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No)", "Il-mistoqsija hi klawsola 8 .Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 8 għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 10 - .Ħwejjeġ preskritti u regolamenti.", "Clause 10 - Matters to be prescribed by regulations.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Nipproponi din l-emenda għal klawsola 10:", "\"I\" Ħassar klawżola 10 u daħħal flokha klawżola 10 ġdida kif ġej: \"10.", "Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet ta' l-artikolu 9 ta' dan l-Att, il-Ministru jista', b'konsultazzjoni mal-Ministru responsabbli għall- ġustizzja,", "(a) jippreskrivi b'regolament kull ħaġa li tkun meħtieġa li tiġi preskritta b'dan l-Att;", "(b) b'regolament jemenda, jibdel jew iżid mal-lista ta' reati speċifikati fit-Tieni Skeda ta' dan l-Att.\".", "\"I\" Delete clause 10 and insert the new clause 10 as follows:", "\"10.", "Saving the provisions of section 9 of this Act, the Minister may, in consultation with the Minister responsible for justice,", "(a) prescribe by regulation any matter required to be prescribed by this Act;", "(b) by regulation amend, alter or add to the list of offences specified in the Second Schedule to this Act.\".", "THE CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No)", "Il-mistoqsija hi l-emenda \"I\" kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"I\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 10 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 10, kif emendata, għaddiet nem.con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 2 - Tifsir.", "Clause 2 - Interpretation.", "(Posposta fis-Seduta tal-5 ta' Lulju, 1994)", "ONOR.", "JOHN DALLI: Nipproponi dawn l-emendi għal klawsola 2:", "\"J\" Ħassar is-subklawżola (2) tagħha, daħħal subklawżola (2) ġdida kif ġej:", "\"(2) (a) Persuna tista' tinsab ħatja tad-delitt ta' money laundering taħt dan l-Att, anke fin-nuqqas ta' sentenza ta' Qorti li tistabilixxi ħtija fir-rigward ta' l-attivita' kriminali sottostanti, liema attivita' kriminali għalhekk tista' tiġi stabbilita minn xhieda ċirkostanzjali, mingħajr il-ħtieġa li l-prosekuzzjoni tipprova li kien hemm sentenza ta' kundanna għall-offiża sottostanti.", "(ċ) Persuna tista' tinstab ħatja separatament kemm ta' delitt ta' money laundering taħt dan l-Att, kif ukoll ta' l-attivita' kriminali sottostanti li minnha inkisbet il-proprjeta' jew ir-rikavat li fir- rigward tiegħu ikun qed jiġi akkużat ta' money laundering.", "(c) GĦall-finijiet ta' dan is-subartikolu \"attivita' kriminali sottostanti\" tirreferi għall-attivita' kriminali li minnha il- proprjeta' jew rikavat ieħor, li tkun involuta fir-reat ta' money laundering taħt dan l-Att tkun ġiet direttament jew indirettament miksuba.\".", "\"J\" In lieu of subclause (2) thereof, insert a new subclause (2) as follows:", "\"(2) (a) A person may be convicted of a money laundering offence under this Act even in the absence of a judicial finding of guilt in respect of the underlying criminal activity, the existence of which may accordingly be established on the basis of circumstantial evidence without it being incumbent on the prosecution to prove a conviction in respect of the underlying criminal activity.", "(b) A person can be separately charged and convicted of both a money laundering offence under this Act and of an underlying criminal activity from which the property or the proceeds, in respect of which he is charged with money laundering, derived.", "(c) For the purposes of this subsection, \"underlying criminal activity\" refers to the criminal activity from which the property or other proceeds, which are involved in a money laundering offence under this Act have been directly or indirectly derived.\".", "\"K\" Fis-subklawżola (1) tagħha, minflok id-definizzjoni ta' \"attivita' kriminali\" daħħal dan li ġej:", "\"\"attivita' kriminali\" tfisser kull attivita', tkun fejn tkun magħmula, u tkun meta tkun magħmula, li taħt il-liġi ta' Malta jew ta' Stat jew ta' Stati sovrani oħra, tammonta għal:", "(a) delitt jew delitti speċifikati fl-artikolu 3(1)(a) tal-United Nations Convention Against Illicit Traffic in Narcotic Drugs and Psychotropic Substances adottata fid-19 ta' Diċembu 1988 fi Vjenna, liema artikolu jinsab riprodott fl-Ewwel Skeda għal dan l-Att;", "(b) wieħed mid-delitti elenkati fiit-Tieni Skeda għal dan l-Att.\".", "\"K\" In subclause (1), substitute the definition of \"criminal activity\" with the following:", "\"\"criminal activity\" means any activity, whenever or wherever carried out, which, under the law of Malta or of any sovereign State or States, amounts to:", "(a) a crime or crimes specified in Article 3 (1)(a) of the United Nations Convention Against Illicit Traffic in Narcotic Drugs and Psychotropic Substances adopted on the 19th December 1988 in Vienna reproduced in the First Schedule to this Act; or", "(b) one of the crimes listed in the Second Schedule to this Act.\".", "\"L\" Ħassar l-Iskeda u minflokha daħħal żewġ skedi ġodda bħala l-Ewwel Skeda u t-Tieni Skeda, rispettivament.", "\"L-EWWEL SKEDA", "(Artikolu 2)", "Article 3 (1) (a) of the United Nations Convention", "Against Illicit Traffic in Narcotic Drugs and Psychotropic substances.", "(i) The production, manufacture, extraction, preparation, offering, offering for sale, distribution, sale, delivery on any terms whatsoever, brokerage, dispatch, dispatch in transit, transport, importation or exportation of any narcotic drug or any psychotropic substance contrary to the provisions of the 1961 Convention, the 1961 Convention as amended or the 1971 Convention;", "(ii) The cultivation of opium poppy, coca bush or cannabis plant for the purpose of the production of narcotic drugs contrary to the provisions of the 1961 Convention and the 1961 Convention as amended;", "(iii) The possession or purchase of any narcotic drug or psychotropic substance for the purpose of any of the activities enumerated in (i) above;", "(iv) The manufacture, transport or distribution of equipment, materials or of substances listed in Table 1 and Table II, knowing that they are to be used in or for the illicit cultivation, production or manufacture of narcotic drugs, or psychotropic substances;", "(v) The organization, management or financing of any of the offences enumerated in (i), (ii), (iii) or (iv) above;\".", "\"IT-TIENI SKEDA", "(Article 2)", "*Reat kontra l-liġi dwar mediċini jew narkotiċi perikolużi", "*Transazzjonijiet illegali f'armi u f'armamenti", "*Tressiq ta' kummerċ ta' persuni taħt l-eta' jew ta' nisa jew irġiel għal skopijiet immorali", "*Negozju ta' skjavi", "*Piraterija", "*Ħtif jew sekwestru illegali ta' persuna", "*Omiċidju volontarju", "*Offiża gravi volontarja kontra l-persuna", "*Rikatt.\".", "\"L\" Delete the Schedule to the Act and substitute therefor the two new Schedules as First Schedule and Second Schedule respectively.", "\"FIRST SCHEDULE", "(Section 2)", "Article 3 (1) (a) of the United Nations Convention", "Against Illicit Traffic in Narcotic Drugs and Psychotropic substances.", "(i) The production, manufacture, extraction, preparation, offering, offering for sale, distribution, sale, delivery on any terms whatsoever, brokerage, dispatch, dispatch in transit, transport, importation or exportation of any narcotic drug or any psychotropic substance contrary to the provisions of the 1961 Convention, the 1961 Convention as amended or the 1971 Convention;", "(ii) The cultivation of opium poppy, coca bush or cannabis plant for the purpose of the production of narcotic drugs contrary to the provisions of the 1961 Convention and the 1961 Convention as amended;", "(iii) The possession or purchase of any narcotic drug or psychotropic substance for the purpose of any of the activities enumerated in (i) above;", "(iv) The manufacture, transport or distribution of equipment, materials or of substances listed in Table 1 and Table II, knowing that they are to be used in or for the illicit cultivation, production or manufacture of narcotic drugs, or psychotropic substances;", "(v) The organization, management or financing of any of the offences enumerated in (i), (ii), (iii) or (iv) above;\".", "SECOND SCHEDULE", "(Section 2)", "*An offence against the law relating to dangerous drugs or narcotics", "*Illegal dealing in arms and armaments", "*Procuring, or trafficking in, women or young persons for immoral purposes", "*Dealing in slaves", "*Piracy", "*Kidnapping", "*Wilful homicide", "*Wilful grevious bodily harm", "*Blackmail", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Evarist Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Xtaqt nitlob punt ta' kjarifika.", "Qed nifhem tajjeb li persuna li tinstab ħatja ta' money laundering jew attivita' simili mill-qorti barranija taqa' wkoll taħt dan?.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Dalli", "ONOR.", "JOHN DALLI: Jien m'iniex avukat, pero' jekk sar blackmail f'Timbuctoo u l-flus tiegħu qed jiġu maħsula Malta, ma jimportax li r-reat li qed jagħti lok għall-money laundering sar barra minn Malta.", "Jekk il- money laundering qed isir f'Malta xorta hu reat.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Jien qed nistaqsi jekk persuna li nstabet ħatja ta' money laundering f'pajjiż ieħor, per eżempju mill-Qorti Taljana, tistax tiġi tifaħ attivita' hawn.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Dak imbagħad wieħed irid jara jekk jagħtuhiex liċenzja biex tiftaħ, imma ma taqax taħt din il-liġi għax ma tkunx għamlet reat taħt din il-liġi.", "Pero' jekk bniedem inqabad b'money laundering barra u jiġi biex jiftaħ xi attivita' hawn, m'għandux jingħata linċenzja biex jopera.", "ONOR.", "TONIO BORG: Waqt li fiċ-Ċivil wieħed jista' jirrikonoxxi sentenzi ta' barra minn Malta, fil-Kriminal huwa diffiċli biex tagħmel hekk, ħlief fil-Konvenzjoni li teżisti li priġunier jiġi kkundannat u ġġibu jiskonta s- sentenza hawn Malta.", "Pero', ma naf l-ebda każ li pajjiż irrikonoxxi sentenza kriminali ta' pajjiż ieħor.", "Per eżempju, nagħtu kas li dan għandu villa f'Malta imma ma jagħmel l-ebda money laundering hawn.", "Aħna ma nistgħux nikkonfiskaw dik il-proprjeta' jew inkella nużaw is-sentenza Taljana biex nikkonfiskawha.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Le, jien għidt jibda attivita' ekonomika hawn li m'hijiex ta' money laundering.", "(Interruzzjonijiet) Veru, tista' titqies li qed jagħmilha hawn biex jagħmel il-money laundering.", "ONOR.", "TONIO BORG: Jekk wieħed jgħid li dik l-attivita' qed tintuża biex taħsel il-flus, allura jkun qed jikkommetti reat hawnhekk anke jekk ir-reat prinċipali li jkun ta lok għal dawk il-flus ikun sar l-Italja jew inkella xi mkien ieħor.", "Qed insemmi l-Italja bħala eżempju.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Ħalli nieħdu dawn il-konċetti wieħed wieħed u nibdew b'attivita' kriminali.", "M'hemmx dubju li hawn aħna qegħdin nikkontemplaw l-istadju fejn ikun hemm ġudizzju, deċiżjoni fuq l- attivita', jiġifieri kien hemm sentenza ta' qorti li tgħid li kien hemm dak id-delitt.", "Fil-konċett ta' attivita' kriminali aħna - li m'aħniex qrati - ma nistgħux ...", "ONOR.", "JOHN DALLI: Fl-emenda li qrajna m'aħniex ngħidu li anke m'hemmx deċiżjoni, li hemm att kriminali?", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Dak hu li qed ngħid jien.", "L-ispunt qed nieħdu mill-emenda.", "Ma tista' qatt, tagħmel x'tagħmel, tgħid li hemm attivita' kriminali jekk m'hemmx ġudizzju li dik l-attivita' hija kriminali.", "Ħadd ma jista' jarroga d-dritt tiegħu biex jgħid li dik l- attivita' hija kriminali.", "Ma jistax ikun dan.", "Meta għandna l-prinċipju sagrosant li kulħadd huwa meqjuż innoċenti sakemm jiġi ppruvat ħati, kif jista' jiġi xi ħadd u jgħid li dik il-persuna hija ħatja ta' attivita' kriminali jekk m'hemmx sentenza kontra tiegħu?", "ONOR.", "TONIO BORG: Jien niftakar li din iddiskutejna wkoll fil-Liġi tad- drogi - qed insemmi din il-Liġi għaliex ħafna provvedimenti huma simili ħafna - u niftakar l-eżempju li ingħata li kien li jista' jkun hemm reat li huwa preskritt pero' li imbagħad il-flus tiegħu jintuża bħala money laundering.", "Mela għal fini ta' money laundering jeżisti reat imma r-reat l- ieħor ma tistax ....", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: F'dak il-każ wieħed jaċċettah imma fil- każijiet l-oħra le.", "ONOR.", "TONIO BORG: Jekk aħna qed ngħidu li anke reat li jsir barra minn Malta jekk imbagħad il-money laundering jsir Malta konness ma' dak ir-reat li sar barra minn Malta dak huwa reat ukoll.", "Kif se jkollok is-sentenza ta' l-ewwel reat?", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: M'għandekx reat.", "ONOR.", "TONIO BORG: F'Malta ma jkollokx żgur.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Tkun fejn tkun is-sentenza, fuq reat irid ikun hemm ġudizzju.", "Inti qed tgħid li hu reat u jien nisfidak biex teħodni f'liema Qorti trid u nipprova li m'huwiex reat.", "ONOR.", "TONIO BORG: Din il-prova ma tistax issir fil-proċeduri tal-money laundering innifishom?", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Imma trid issir.", "Dak li qed nipprova ngħid.", "ONOR.", "TONIO BORG: Minn fejn toħroġ fil-liġi li ma tridx issir?", "Fl- emenda hemm li m'hemmx għalfejn ikun hemm sentenza fuq l-ewwel reat imma fil-proċeduri ta' money laundering irid jiġi pprovat li dak huwa reat inkella ma jkunx hemm il-prova tal-money laundering.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Mela allura jridu jsiru żewġ akkużi; waħda tar-reat imbagħad fl-istess proċedura ta' money laundering ...", "ONOR.", "TONIO BORG: Jista' jkun li r-reat ikun sar minn persuna differenti li tkun qed tagħmel il-money laundering.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Imma allura xorta trid tistenna s-sentenza tal-persuna differenti.", "ONOR.", "TONIO BORG: Jekk, per eżempju, jien akkużat li rċevejt oġġetti li huma jew misruqa jew provenjenti minn reat, f'dak il-każ il-prova li dawn ikunu ġejjin minn reat isir fil-proċess ta' riċettazzjoni nnifsu.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Le, għandek preżunzjoni bil-liġi li tgħidlek li inti tista' tipprova li mhux ġejjin minn reat u mhux li ġejjin.", "Dik ma tagħmilx sens.", "ONOR.", "TONIO BORG: Il-ħalliel m'hemmx għalfejn ikun inqabad u m'hemmx għalfejn ikun hemm sentenza imma jrid jiġi pprovat mill-prosekuzzjoni li dawk l-oġġetti li nstabu għandu ġejjin minn dak ir-reat.", "Issa jekk jirriżulta li mhux reat, jien niġi liberat minn riċettazzjoni,u hawn l- istess se jkun.", "Qed ngħidu li m'hemmx għalfejn ikun hemm sentenza li sabet lil xi ħadd ħati ta' l-ewwel reat għal diversi raġunijiet pero' fil-money laundering, jekk jien jirnexxili nipprova li dawn m'humiex ġejjin minn reat għax reat ma sar qatt - anke bi provi ċirkostanzjali - jien niġi liberat.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Ħalli nerġgħu nanalizzaw x'aħna ngħidu eżatt.", "Hemm persuna li kkommettit reat imbagħad hemm persuna oħra li kkommettit l-offiża tal-money laundering jiġifieri li r-rikavat mill-ewwel reat se taħslu.", "Issa jekk inti b'xi mod ma tistabbilix li dik il-proprjeta' li qed tinħasel verament ġejja minn reat, din ma tistax tassumiha.", "Kif tista' tassumiha?", "Dik hija l-ewwel ħaġa li trid tipprova fil-money laundering, li l-proprjeta' li qed taħsel ġejja minn reat.", "Imma kif tista' tassumiha din?", "ONOR.", "TONIO BORG: Jiena stess għidtlek li trid tipprovaha.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Iva imma bil-maqlub qed ngħidu.", "Nassumuha din.", "Mela allura biex tipprova li ġejja minn reat ...", "Min se jagħmel din il-prova?", "Jew tkun diġa saret il-prova jew trid tagħmilha int. Mela jekk tkun diġa saret, paċifiku, saret il-prova.", "Jekk trid tagħmilha, fil- proċedura trid tagħmel proċedura oħra imma trid tagħmel dik il-proċedura l- ewwel u meta tagħmel dik il-proċedura, anke fl-istess proċedura, tkun ipprovajt il-premessa tar-reat, tkun stabbilejta imma trid tagħmilha din u mhux trid tassumiha.", "Ma tistax tassumiha.", "Aħna l-ewwel qed nitkellmu fuq attivita' kriminali u qed nikkontemplaw li fid-definizzjoni meta tgħid attivita' kriminali, la qed titkellem fuq reat, f'xi mument hemm deċiżjoni li sar dak ir-reat, u allura m'hemmx ... (interruzzjonijiet) Għalhekk qed ngħid f'xi mument.", "Issa meta nagħmlu l- proċeduri rridu nipprovdu li jew qabel jew f'dak il-mument irid ikun prova tar-reat.", "Issa jekk jiena għamilt ir-reat - id-delitt - u sieħbi qed jiġi akkużat bil-money laundering, jiġifieri m'aħniex fl-istess proċeduri, f'dawk il-proċeduri ma tistax issir il-prova tad-delitt tiegħi.", "Dan ma jistax jiddefendi ruħu billi jgħid \"Jien ma kkommettejtx ir-reat\".", "Kif jista' jagħmlu dan?", "Jien irrid niddefendi ruħi.", "Mela allura bilfors trid tassumi li l-persuna li għamlet l-attivita' kriminali - money laundering in itself is a criminal activity, imma mhux għal dik qed nirreferu - trid tkun jew fl-istess proċeduri tal-money laundering, għax tkun hi li għamlet il- money laudering ukoll, jew akkużata fl-istess proċeduri, jew il-proċeduri tagħha diġa' saru.", "Inkella kif qed tieħu dawn proċeduri kontra l-money laundering?", "Id-delitt tiegħi li għamilt l-attivita' kriminali fejn jiġi ppruvat?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ejja ngħidu li nsterqu għax tas-serq ...", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Ippermettili, għax kull darba li nieħdu eżempju jkollu elementi partikolari.", "Ejja niddiskutu l-prinċipju u mbagħad napplikaw dan il-prinċipju għal kull kontinġenza.", "ONOR.", "TONIO BORG: Il-prinċipju jeżisti wkoll.", "Fir-riċettazzjoni, anke jekk m'hemmx sentenza li sar serq għaliex il-ħalliel...", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Imma hemm l-oġġett misruq.", "ONOR.", "TONIO BORG: Il-prova li nsteraq mingħand is-sid jiġifieri li jiena kelli dak l-oġġett ...", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Le, għax hemm l-oġġett misruq.", "ONOR.", "TONIO BORG: F'riċettazzjoni il-prova kif issir?", "Jiġi s-sid u jgħid li nsteraq l-oġġett.", "Mela l-fatt li l-oġġett qiegħed għandi u ma tajtx spjegazzjoni kif ġie għandi skond il-liġi, neħel tar-riċettazzjoni.", "Għaliex f'dan il-każ ma jistax isir l-istess?", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Ipprova ifhem.", "Jien qed ngħid li inti għandek xi ħaġa li huwa stabbilit li hija misruqa.", "Huwa stabbilit li l- oġġett huwa misruq u m'hux min seraqha.", "ONOR.", "TONIO BORG: Fejn jiġi stabbilit?", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Bilfors għaliex inkella fuq kull oġġett li għandi takkużani b'riċettazzjoni.", "ONOR.", "TONIO BORG: Fejn jiġi stabbilit, mhux fil-proċedura tar- riċettazzjoni?", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Le.", "Jiena għamilt rapport li tteħditli l- karozza u nstab li kien qed jużaha l-Onor.", "Portelli.", "Hu jrid jipprova kif ġiet għandu imma li l-oġġett huwa misruq ġie stabbilit.", "Min ħadhieli ma ġiex stabbilit għax forsi għada pitgħada jirriżulta li ħadhieli xi ħadd ieħor.", "Issa li qed ngħidu huwa dan.", "Jekk wieħed huwa akkużat biss b'laundering, qabel jew fl-istess proċeduri jrid ikun hemm assodat l- attivita' kriminali.", "ONOR.", "TONIO BORG: S'hemm naqbel imma li ma nistax nifhem huwa għaliex ma tistax issir.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Jien qed ngħidlek mhux għaliex ma tistax issir.", "Jiena qed ngħidlek li jekk il-persuna akkużata bil-money laundering m'hijiex l-istess persuna li kkommettiet l-attivita' kriminali, ladarba l- money laundering hija fuq il-premessa ta' l-attivita' kriminali, il-prova ta' l-attivita' kriminali tkun jew saret qabel jew trid issir f'dik il- proċedura.", "Imma ladarba min għamel l-attivita' kriminali mhux qed jiġi pproċessat fl-istess proċediment tal-money laundering, il-proċediment tiegħu jrid isir jew separat imma qabel.", "ONOR.", "TONIO BORG: Ma jistax isir bi provi oħra?", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Provi oħra kif?", "Provi oħra tar-reat?", "ONOR.", "TONIO BORG: Iva.", "Għaliex ma jistax isir hekk?", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Qed jgħidlek li ġie kommess delitt, speċifikaha.", "ONOR.", "TONIO BORG: Imma mhux jinstab ħati b'sentenza.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Jien ma jinteressanix min instab ħati.", "Jien li jinteressani hu li meta qed tgħid li sar delitt trid tipprova li sar delitt.", "Xi ħadd irid jiddeċiedi li sar delitt.", "(Interruzzjonijiet) Ma jinteressanix min għamlu.", "Dan mhux bħal qtil meta persuna tkun instabet mejta u ġie aċċertat li m'hijiex kawża naturali u allura xi ħadd ikun qatilha.", "Din hija proprjeta' għand bniedem.", "Issa kif tista' tassumi li din il-proprjeta' tkun ġejja minn attivita' kriminali jekk lilu tgħidlu li tippreżumi li kull proprjeta' li għandu ġejja minn attivita' kriminali u l- oneru tal-prova qiegħda fuqu.", "Jekk irridu nagħmluha hekk, għandna nagħmluha hekk imma rridu nkunu nafu x'aħna nagħmlu.", "Trid tipprova li l- attivita' kriminali tkun saret.", "Issa minn min tkun saret jien ma jinteressanix.", "Għalhekk irridu nsibu formola kif nissodisfaw dawn il- prinċipji.", "ONOR.", "TONIO BORG: Kif inhi l-liġi dan tkoprih.", "Issa aħna mhux qed naqblu jekk dan l-Abbozz ta' Liġi jkoprix dan.", "Ma tistax issib ċirkostanzi jew provi oħra li r-reat ikun sar fil-proċeduri kontra tiegħi tal-money laundering?", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Jekk jien akkużat b'money laundering kif tippretendi li jien għandi x-xjenza ta' min se jipprova bi provi ċirkostanzjali li dawk il-flus ikunu ġejjin minn reat?", "Jekk jien kaxxier il-bank kif jista' jkolli din il-fakulta'?", "ONOR.TONIO BORG: Imma m'hemmx prova.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Inti jirnexxilek tagħmilha l-prova fil- proċeduri kontra tiegħek għax għandek l-apparat tal-Gvern kollu u ta' l- investigazzjoni imma jien x'apparat għandi bil-provi ċirkostanzjali?", "Ara x- xalata għandhom il-kostituzzjonalisti!", "Hemmhekk mhux hekk tirraġuna kieku!", "ONOR.", "JOHN DALLI: Il-parir li għandi jien hu li huwa essenzjali li ma norbtux il-crime tal-money laundering per se ma' sentenza li tkun ingħatat il-Qorti għax nitilfu ħafna mill-possibbiltajiet ta' proċeduri kontra min ikun issuspettat li qed jagħmel money laundering.Li qed ngħidu huwa li sakemm wieħed ikollu anke circumstantial evidence li l-flus li qed jiġu proċessati mis-sistema - għax fuq hekk qed nitkellmu - huma flus li qed jiġu minn xi reat speċifikat fis-schedues li se nippreżentaw, għandna nagħmlu proċeduri neċessarji.", "U din hija wkoll stat ta' fatt li jeżisti f'ċerti pajjiżi, bħall-Kanada.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Imma trid tiddistingwi bejn min huwa akkużat b'money laundering, li huwa l-proprjetarju tal-proprjeta' li inti qed tissuspetta li ġejja mill-attivita' kriminali, u min qed jaħsel il- proprjeta' ta' ħaddieħor li għamel l-attivita' kriminali.", "Trid tidistingwi bejn każ u ieħor.", "Fl-ewwel każ tista' tassumi li trid għax ma nsibx diffikulta' imma fit-tieni każ ma tistax tassumiha biss min hu akkużat b'money laundering ta' flus ta' ħaddieħor u proprjeta' ta' ħaddieħor.", "Ma tistax tassumi hekk jekk ma tipprovax li l-attivita' kriminali veru saret.", "Ħalli nieħdu eżempju biex kulħadd ikun jista' jifhem sew.", "Per eżempju, jiġi Toto Riina hawn Malta biex jixtri xi proprjeta'.", "Jien għandi nassumi li l-flus li se jġib biex jagħmel il-money laundering tagħhom ġejjin minn attivita' kriminali?", "Issa rrispondini fuq din.", "(Interruzzjonijiet) Imma kif nistgħu nagħmlu hekk?", "Kieku ġibt nota ta' bank li n-numru tagħha jipprovaw jorbtu ma' xi ostaġġ ta' persuna jew inkella serq ta' flus, allura iva.", "ONOR.", "TONIO BORG: Imma naqblu li f'dawk il-proċeduri trid issir il- prova li dawk il-flus ġew minn attivita' kriminali?", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Il-proċeduri ma tistax tagħmilhom għax f'dan il-każ, dan ġie għandek u allura imbagħad bilfors tkun akkużat.", "(Interruzzjonijiet) Imma inti kif tista' tiddefendi ...", "ONOR.", "TONIO BORG: Il-prova min se jagħmilha?", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Jien hawn qed nassumi.", "Inti trid tipprova li l-flus m'humiex ġejjin mill-attivita' kriminali.", "Allura, inti kif tista' tagħmel dik il-prova fuqi.", "Nerġa' nirrepeti l-istess eżempju fejn Toto Riina ġie għandek u allura inti tkun akkużat b'money laundering.", "Issa kif se tipprova li mhux veru għamilt l-attivita' kriminali?", "ONOR.", "TONIO BORG: Waqt il-proċeduri ta' money laundering, min jagħmel il- prova tal-money laundering?", "Mhux il-prosekuzzjoni?", "Il-preżunzjoni qiegħda li proprjeta' immobbiljari kollha hija frott tar-reat għar-rigward tal- proċeduri tal-konkwisti imma dwar l-element tar-reat m'hemmx preżunzjoni li dawn ġejjin minn reat.", "Il-prosekuzzjoni għandha l-oneru li fil-proċeduri tal-money laundering il-money laundering isir bi flus minn reat.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Kif tista' tagħti l-provi tal- prosekuzzjoni jekk dawn ma jirrigwardawx lilek?", "ONOR.", "TONIO BORG: Għax inti semmejt il-preżunzjoni.", "M'hemmx preżunzjoni.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Kif tista' mingħand il-persuna akkużata bil-money laundering, tippretendi li tista' tagħmel kontestazzjoni li fl- flus tiegħi jiena m'għamiltomx minn attivita' kriminali?", "Jekk jiena ma nistax nikkontestaha, kif tista' tpoġġini f'din il-pożizzjoni?", "Inti li ġejt akkużat b'money laundering, kif tista' tikkontesta l-provi indizjarji tal-prosekuzzjoni li l-flus li inti ħsilt, li huma tiegħi, jiena m'għamilthomx minn attivita' kriminali?", "ONOR.", "TONIO BORG: Bl-istess mod bħalma l-prosekuzzjoni trid tipprova li ġejjin minn attivita' kriminali.", "Trid tikkontrolla dawk ix-xhieda.", "Allura mhux fuq il-prosekuzzjoni se jibqa?", "Saret attivita' kriminali in the first place.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Jekk ma jkunx hemm diġa' sentenza ta' attivita' kriminali, jien, li għad irrid niġi proċessat dwar dik l- attivita', nista' noħroġ liberat.", "Mela dak li pprovat il-prosekuzzjoni fil- każ tiegħek jinstab li fil-fatt kien infondat u għalhekk qed ngħidlek li l- ewwel bilfors trid issir il-prova ta' l-attivita' kriminali.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Qegħdin ngħidu f'sitwazzjoni fejn taf li hemm blackmail u għaddew flus għal dan l-iskop, pero' jekk bniedem li kien qed jiġi akkużat b'dak il-blackmail u għal xi raġuni jew oħra ġie liberat, ma jfissirx li aħna se nwaqqfu l-att tal-money laundering minn flus li ġejjin minn blackmail għar-raġuni li m'hemmx sentenza speċifika ...", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Bilfors trid twaqqafhom.", "Jiena ngħidlek li int qed tassumi li l-flus li jien ħsilt ġejjin mir-reat, ġie ipprovat li m'hemmx reat għax ġie liberat ...", "ONOR.", "JOHN DALLI: M'iniex ngħid li ġie ppruvat li m'hemmx reat, ġie ppruvat li jien m'għamiltx ir-reat, imma r-reat jista' jkun li sar.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Allura trid tispeċifika f'liema ċirkostanzi.", "Nagħtu kas ġejt liberat għal insuffiċjenza tal-prova.", "Allura tista' tkompli tassumi li sar ir-reat?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Jekk ikun hemm insuffiċjenza ta' prova minħabba l- identita' ta' min għamel ir-reat, tista' tkun money laundering imma jekk l- insuffiċjenza tal-prova hija dwar jekk sarx ir-reat innifsu imbagħad hemmhekk il-prosekuzzjoni għandha l-problemi biex tipprovah, imma mhux tgħid li għax ġie liberat b'insuffiċjenza tal-provi fir-reat oriġinali m'hemmx il-money laundering.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: M'hux għalhekk qed ngħid li bilfors l- ewwel irid ikun hemm il-proċeduri dwar l-attivita' kriminali.", "L-ewwel iridu jkunu saru dawk il-proċeduri.", "ONOR.", "JOHN DALLI: In konnessjoni ma' l-emendi li ressaqt għandi wkoll l- emendi ta' l-iskedi li nixtieq li jkunu annessi.", "Pero' fuq din il- kwestjoni rrid ngħid li l-pożizzjoni hi li aħna nħossu li dawn il-proċeduri huma fundamentali għall-affarijiet li qed nagħmlu, fis-sens li jrid ikun hemm każ li tipproċedi kontra xi ħadd li qed tissuspetta li qed jagħmel money laundering, anke jekk f'idejk m'hemmx diġa' sentenza tal-qorti li qed takkuża lil xi ħadd speċifiku jew sabet lil xi ħadd speċifiku ħati tar- reat li minnu ġej il-money laundering.", "F'dawn iċ-ċirkostanzi hija l- proċedura internazzjonali li jekk dan ma jkunx il-każ allura nkunu qed nivvizzjaw il-bażi kollha li fuqha topera l-liġi.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Ma naqbilx lanqas per prinċipju anzi nħoss li din il-pożizzjoni hija anti-kostituzzjonali.", "Niġu issa għal kwestjoni oħra.", "Meta bniedem jiġi biex jiddepożita f'bank flus li jkunu ġejjin minn attivita' kriminali, id-depożitu fih innifsu, qed nikkontemplaw li huwa money laundering?", "Id-depożitu biss, mhux imbagħad se nirtira l-flus, imma se niddepożitahom biex inkompli nipperċepixxi l- imgħaxijiet.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Jekk hu jaf li ġejjin minn attivita' kriminali u jiddepożitahom, iva huma money laundering.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Mela jien qed nittrasforma l-proprjeta'?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Dażgur, qed tittrasformahom minn cash għal depożitu f'bank.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Mela dik trasformazzjoni!", "ONOR.", "JOHN DALLI: U żgur li trasformazzjoni.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Dażgur li le.", "X'jiġifieri?", "Mela jien meta nisilfek flus ...", "Jien qed nislef il-flus lill-bank bl-obbligu tar- rifusjoni.", "ONOR.", "TONIO BORG: Fil-każ ta' self, l-ownership ma jgħaddix f'każ ta' mewt?", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Imma x'għandu x'jaqsam?", "ONOR TONIO BORG: Ma taqax taħt definizzjoni?", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNCI: Jien qed ngħid li meta qed nitkellmu fuq konverżjoni ta' proprjeta' qed immorru għal stadju ta' wara u mhux l- istadju inizzjali tad-depożitu.", "ONOR.", "TONIO BORG: Jien naħseb li d-definizzjoni ta' money laundering taqa' għax tgħid li conversion or transfer of property ...", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Iva, dik li qed nipprova ngħid.", "Hemmhekk irridu ninkludu anke depożitu fil-bank?", "ONOR.", "TONIO BORG: Le.", "Hemm żewġ issues; l-ewwel kwestjoni hija jekk id- depożitu huwiex covered minn dan l-Abbozz ta' Liġi u t-tieni hija jekk għandhiex tkun covered.", "Jiġifieri dawn huma żewġ affarijiet differenti.", "Jien naħseb li depożitu huwa covered għax id-depożitu huwa self.", "(Interruzzjoniijiet) Imma mil-lat legali tiġi meqjusa li l-proprjeta' tal- ħaġa, anke mobbli, tkun għaddiet bil-mewt, imbagħad għandek l-obbligu li tatiha lura, imma tkun diġa' saret fil-każ ta' flus.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Hemm xi kjarifika li sempliċi depożitu huwa transfer tal-proprjeta' kif inhi hawn, jiġifieri ta' conversion or transfer of property?", "ONOR.", "TONIO BORG: Hemm żewġ provvedimenti ta' money laundering; waħda taħt \"conversion or transfer\" u l-oħra taħt \"retention\", għax property tinkludi kollox, anke affarijiet mobbli.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Le.", "Il-konverżjoni qed issir bi skop for the purpose of concealing eċċ., imma f'każ ta' depożiti ma jsirx hekk.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Fil-fatt wieħed jista' jagħmel depożitu mbagħad jissellef separatament fuq id-depożitu li jkun għamel u juża dan id- depożitu bħala garanzija.", "Jiġifieri mhux neċessarjament ikun daħal f'dak id-depożitu mbagħad reġa' ġibed il-flus.", "Huwa jkun ġibed il-flus b'mod indirett waqt li juża d-depożitu.", "Id-depożitu huwa l-ewwel pass ta' l- eżerċizzju ta' money laundering.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Allura, jekk dan id-depożitu jkun l-ewwel u l-uniku pass, għax ma tistax tieħu dejjem l-aħjar kontinġenza, li ma jissellef xejn?", "B'hekk li ddepożitajt il-flus fil-bank tkun saret for the purpose of concealing.", "ONOR.", "TONIO BORG: F'dak il-każ, din taqa' taħt id-definizzjoni bħala conversion or transfer of property, pero' xorta waħda jrid jiġi pprovat li dak id-depożitu sar for the purpose of concealing or disguising.", "Jekk ma jsirx dan, m'hemmx money laundering.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Jien dak li qed ngħid.", "Mela l-każ ta' dak li jagħmel sempliċement depożitu biex huwa jkun jista' jieħu l-imgħax mill-bank, ma jkunx każ ta' money laundering.", "ONOR.", "TONIO BORG: Imma skond jekk ikunx concealing or disguising.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Onorevoli, ħalli nagħti eżempju.", "Jekk jien għandi bagalja bil-flus mill-blackmail - biex nibqa' fuq l-istess argument - u dawn il-flus ħadthom il-bank biex niddepożitahom, allura hemm niġi li I have converted the nature of the money.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Jien mhux għal dik qed ngħid imma qed nirreferi for the purpose of concealing.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Per eżempju, jista' jkun li nkun poġġejt il-flus f'ismi minflok f'isem il-blackmailer.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Meta minn negozju leċitu - mhux minn attivita' kriminali - jirnexxilek tagħmel senduq sħiħ flus, mhux il-bank trid tieħdu biex tiddepożitah?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Nista', per eżempju, inpoġġih f'ismi minflok f'isem il-blackmailer, but I'm still in the origin.", "F'dak il-każ, m'hemmx money laundering għax ġej minn negozju leċitu, pero' meta l-flus qegħdin għandi, u naf li ġejjin minn xi ħaġa illeċita, u mmur niddepożithom il-bank, I am converting that money.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Aħna qegħdin nitkellmu dwar l-intenzjoni wara l-fatt li ġew concealed u mhux fuq il-conversion.", "ONOR.", "TONIO BORG: Naħseb li depożitu jaqa' taħt conversion or transfer of property.", "Pero' hemm żewġ elementi oħra li huma disguising or concealing the origin u assisting any person or persons involved or concerned in criminal activity.", "Naħseb li ċerti depożiti jaqgħu taħt dawn id-definizzjonijiet.", "Jekk inkun naf li persuna ġiet kundannata mill-qorti, jista' jkun li meta nircievi depożiti tagħha, inkun qed nassisti lil dik il-persuna biex il-frott tar-reat tagħha jakkumula profitti oħrajn fuq dak il-profitt.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Jekk bniedem jiġi biex jiddepożita Lm1 miljun li jkunu ġejjin minn attivita' kriminali u ma jagħżilx li tinżammlu l-withholding tax ħalli l-Commissioner of Inland Revenue jkun jaf kemm għandu flus depożitati u jintaxxah fuqhom - naturalment jibqa' jieħu l- imgħaxijiet fuqhom - ikun qed jiġi sodisfatt xi wieħed minn dawk it-tliet elementi?", "ONOR.", "TONIO BORG: Jekk ibiddel l-isem fid-depożitu naqblu li hemm l- elementi tal-concealment.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: U jekk ma jbiddlux?", "Teħux l-aħjar ipotesi, Onor. Tonio Borg.", "Dejjem hekk tagħmlu, tistrieħu fuq l-aħjar ipotesi.", "Imma fil-fatt bil-maqlub trid tagħmel.", "ONOR.", "TONIO BORG: Nieħdu l-każ li xi ħadd jisraq imbagħad ipoġġi l-flus fuq ismu stess.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Jekk jien sraqt jew għamiilt xi reat ieħor, u l-flus li akkwistajt immur biex niddepożitahom fuq ismi ...", "ONOR.", "TONIO BORG: Jekk l-iskrivan tal-bank jkun jaf b'dan kollu, jaqa' taħt il-klawsola dwar assisting a person who has committed a criminal activity.", "Għaliex le?", "ONOR.", "KARMENU MIFSUB BONNICI: X'jiġifieri?", "Mela m'hijiex ħaġa normali li kull min għandu sold jiddepożitah il-bank?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Imma aħna x'irridu nagħmlu?", "Aħna rridu naqbdu dawn ir- reati u dawn trid taqbadhom kemm jista' jkun fl-oriġini tagħhom.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Taqbad ir-reat ta' l-attivita' kriminali, jew tal-money laundering?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Jien issa qed nitkellem fuq il-money laundering.", "Aħna ma rridux li jsir money laundering.", "Dak hu l-konċett kollu.", "Ma tistax tassumi li kull depożitu li se jsir fil-bank se jibqa' fil-bank - mhux se jintuża jew jittieħed - u tiffriża kull azzjoni sakemm xi ħadd jiġbed dak id-depożitu.", "GĦalhekk trid tieħu azzjoni immedjata biex isir l-ewwel pass.", "Hawnhekk qed nassumu ħafna affarijiet bħalma qed nassumu li meta xi ħadd jinqabad, il-proprjeta' kollha tkun ġejja mill-money laundering.", "Inti trid tassumi li dak beda proċess biex jagħmel il-money laundering jekk taħseb li l-affarijiet kienu ħżiena.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Iva, imma wara li tassumi dan, meta tmur il-qorti trid tipprova wieħed mit-tliet elementi li stabbilejt u ma tibqax tassumi biss.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Imma almenu trid tibda t-triq tal-prova bid-depożitu.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Ma tistax tagħmel dan li qed tgħid inti.", "Mela meta jitressaq bniedem il-qorti, se tgħidlu li almenu bdejt?", "Inti jrid ikollok l-elementi biex tippruvahom.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Imma inti jrid ikollok il-mezzi neċessarji biex tibda.", "Jekk ma jkollokx il-mezzi biex tibda, ma tkunx tista' tkompli.", "ONOR.", "TONIO BORG: F'din id-diskussjoni l-ewwel konna qed naħsbu li depożitu ma jaqax taħt id-definizzjoni u mbagħad wasalna f'konklużjoni li d- depożiti jaqgħu taħt id-definizzjoni.", "Issa qed naraw jekk kull depożitu jaqax taħt id-definizzjoni.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Il-purpose trid tinqata' barra biex inti tkun ċert.", "Jekk inti se tintrabat li trid tipprova one of the three elements, inti se tfalli f'sempliċi depożitu.", "F'każ ta' trasformazzjoni, ta' conversion jew ta' depożitu sempliċi, dak l-element trid tippruvah u jekk ma jirnexxielekx tipprovah, fil-fatt innifsu ma jkunx hemm money laundering.", "GĦalhekk trid tneħħi l-elementi biex tibqa' fuq il-fatt biss għax inkella tagħmel an obstacle li trid tissuperah biex ikun hemm money laundering.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Din trid tagħmilha iktar wiesgħa, jiġifieri tista' taqbad iktar nies għax m'hemmx il-ħtieġa li tipprova iżjed.", "L-unika problema li qed insibu aħna hija li din id-definizzjoni li qed nagħmlu hija d-definizzjoni internazzjonali ta' money laundering li jeżistu fil-liġijiet internazzjonali kollha ta' money laundering illum.", "Billi nħarrxuha iktar minn ta' pajjiżi oħra ma tagħmlilniex differenza lilna, anzi nkunu inkonsistenti.", "ONOR.", "KARMENU MIFUSD BONNICI: Ejja naraw jekk għandniex nieħdu dan il- pass jew le.", "Mhux se nagħmlu dan b'kapriċċ.", "Huwa fatt illi jekk aħna ngħidu li dan il-fatt ta' conversion irid ikun sar b'dik l-intenzjoni, fil- qorti trid tipprova wkoll dik l-intenzjoni.", "M'hemmx kwestjoni fuqha.", "Jien jidhirli li min irid jissopprimi l-money laundering għandu jkun biżżejjed li jiġi sodisfatt il-fatt li qed ssir il-conversion u li min qed jagħmel il-conversion jaf li l-proprjeta' ġejja minn attivita' kriminali, u mhux li hu qed jagħmel il-conversion biex jgħatti lil xi ħadd.", "Il-fatt biss li saret il-conversion għandu jkun biżżejjed għax inkella se toħloq ostaklu ieħor żejjed li jrid jiġi ipprovat mill-prosekuzzjoni.", "Għandna nkunu sodisfatti li min jaf li għandu proprjeta' ġejja minn attivita' kriminali speċifika m'għandux jgħin lil min jikkonvertiha.", "Mela allura kif pajjiżi oħra jirrikjedu element ieħor ukoll?", "Dak li jingħad mil-lat spjegattiv hija ħaġa imma dak li hemm fit-test tal-liġijiet hija ħaġa oħra.", "Aħna qed nikkwotaw testijiet tal-liġijiet jew spjegazzjonijiet li jingħataw?", "Spegazzjonijiet li jingħataw huma ħaġa u testijiet tal-liġijiet huma ħaġa oħra.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Aħna qed nikkwotaw il-legal text ta' pajjiżi fejn hemm Money Laundering Act.", "Dan huwa l-legal text fil-Vienna Convention.", "ONOR.", "KARMENU MIFUSD BONNICI: Fil-Convention ikun hemm spjegazzjoni wkoll imma mbagħad meta tadatta l-liġijiet fuq il-Convention mhux neċessarjament .....", "ONOR.", "JOHN DALLI: Għalija nistgħu nneħħu l-aħħar tliet linji imma naħseb li b'hekk inkunu qed inħarrxu ....", "Il-liġi tagħna tkun differenti minn ta' pajjiżi oħra.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Min ikun għamel l-attivita' kriminali u jmur iħallas it-taxxa bil-flus rikavati minn din l-attivita', il-Commissioner of Inland Revenue ikun liable għal money laundering?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Neħduhomlu żgur!", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Għax anke min ikun aċċetta depożitu jkun ħadhom.", "ONOR.", "JOHN DALLI: B'daqshekk dak ma jkunx qed jikkonverti iżda jkun qed iħallas kont.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Issa niġu għall-element l-ieħor li hu l-iktar diffiċli u ma nafx kif dan tista' taħrab minnu.", "F'paragrafu 2 (1) (ii) insibu mniżżel hekk:", "\" ... knowing that such property is derived directly or indirectly from ciminal activity or ffrom an act or acts of participation in criminal activity;\".", "Issa qed naraw l-element ta' jekk wieħed ikunx jaf li dik il-proprjeta' ġejja minn attivita' kriminali.", "Biex tissodisfa l-prova ta' l-element ta' għarfien li dik il-proprjeta' ġejja minn attivita' kriminali trid tagħmel żewġ affarijiet; trid tipprova l-istat ta' fatt li hu kien jaf, kif ukoll li kien jaf li ġejja minn attivita' kriminali.", "Issa kif se tipprova dawn iż-żewġ ħwejjeġ?", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: L-intenzjoni f'kull każ toħroġ mill-fatti, mill-provi u mill-indizji.", "Jekk wieħed jgħid li ma kienx jaf, ma jfissirx li ma kellux l-intenzjoni.", "Il-prosekuzzjoni jkollha l-provi biex turi li ċ- ċirkostanzi li fihom sar in-negozju u t-tip ta' persuna ma' min sar in- negozju kien jaf li ġej minn reat.", "Hekk se nidħlu fit-tieni diskussjoni li m'hemmx għalfejn ikun hemm, purche' li tirriżulta mill-provi.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Din id-diskussjoni diġa' qanqalnieha.", "M'hux qed nirreferi għall-provi fil-qorti imma minn min qed jiġi akkużat hu f'dak il-mument li għamel il-money laundering tant xhur jew snin qabel.", "Allura minkejja li dak li jgħidu l-konvenzjonijiet internazzjonali, min kien f'qagħda li jmessu ssuspetta l-provenjenza tainted ta' dik il- proprjeta' ...", "Bniedem f'ċirkostanzi raġjonevoli imessu ssuspetta dan.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Fil-fatt il-provvedimenti tar-regolamenti kollha li se jkunu mal-liġi se jagħtu regoli speċifiċi ta' kif wieħed għandu jieħu l- prekawzjonijiet kollha biex isir jaf li t-tranżazzjonijiet jistgħu jkunu tranżazzjonijiet ta' money laundering.", "Jekk wieħed ma jkunx ħa dawk il- prekawzjonijiet li qed nispeċifikaw, se jiġi assunt bil-liġi li hu messu kien jaf.", "Dan ifisser li l-kwestjoni ta' \"messu kien jaf\" hija fil-konċett ta' dak li qed nagħmlu.", "Il-bank suppost ikollu l-proċeduri ta' kif għandu jsir ir-rapport u għandu bżonn ikollu wkoll training schemes biex in-nies tiegħu jkunu mħarrġin dwar kif isir il-money laundering.", "Dan ifisser li jekk imbagħad jiġi stabbilit li ma sarx mill-bank, lil dan se ngħidulu \"imissek kont taf u ma kontx taf għax ma għamiltx dawn il-proċeduri li kellek tagħmel\".", "Pero' mbagħad \"imissek kont taf\" ma tridx tiftaħha f'punt li tista' teħodha ...", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Imma meta qed nagħmlu definizzjoni ta' \"delitt\", irridu nispeċifikawh b'dawn l-elementi fid-definizzjoni tad- delitt.", "X'inhuma l-elementi li jridu jiġu sodisfatti biex jinkixef id- delitt tal-money laundering?", "Jekk inti tgħid li dan kien jaf, tgħidx li fir-regolamenti se tagħmel li jekk ma osservax ċerta proċedura, huwa preżunt li kien jaf.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Chairman, din hija problema li ma tinqalax biss f'dawn it-tipi ta' reati imma anke fir-reat tal-riċettazzjoni.", "Fl- interpretazzjoni tal-provvediment ta' din il-liġi qalu li jekk jiġi tifel ta' 13-il sena u jbiegħlek radio li jqum Lm100 b'lm10, allura hemmhekk hemm suspett għax imissek kont taf li hemm xi ħaġa li ma kenitx sew f'dak in- negozju li għamilt.", "F'dak il-każ hemm il-prova ta' l-intenzjoni allavolja ma tkunx ammettejt u lanqas ma tkun saret prova verament.", "Jista' jkun ukoll li jien ma tajtx kas, nagħmilha ta' iblaħ u nagħlaq għajnejja għall- fatt li qed nirċievi oġġett li ġej mir-reat meta suppost li nsir naf.", "Jekk kellek suspett raġjonevoli li dawn ġejjin minn reat u xorta kien hemm l- interpretazzjoni tal-qrati fuq dan il-punt, nimmaġina li anke f'dan il-każ għandha tapplika l-istess interpretazzjoni.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Aħna x'għandna quddiemna?", "GĦandna żewġ persuni; il- bniedem li qed jagħmel il-laundering, jiġifieri għandu l-flus u jrid imexxihom, u l-bniedem l-ieħor li f'dan il-każ huwa l-impjegat ta' l- istituzzjoni li qed jirċievi dawn il-flus f'depożiti u affarijiet bħal dawn.", "L-ewwel wieħed huwa knowing li qed jagħmel dan it-trasferiment tal- flus għal raġunijiet illeċiti, lit-tieni wieħed se ngħidulu li hu ħati ta' money laundering jekk hu jaf li dik it-tranżazzjoni - u dan fil-kontest ta' dak li kien qed jgħid l-Onor.", "Mifsud Bonnici qabel - hija parti minn money laundering, jekk issa qed narawha from the receiver point of view.", "In- knowing qed nissupportjawha bir-regolamenti fejn ngħidu xi proċeduri għandhom jittieħdu biex dan in-knowing ikun reali u mhux kulħadd jgħid li ma kienx jaf.", "Aħna se nistaqsuh jekk għandux il-proċeduri in place biex ikun jaf u jekk ma jkollux allura aħna fir-regolamenti se ngħodduh li jmissu kien jaf.", "Pero', dak li qiegħed in-naħa l-oħra tad-desk he's making the transaction knowingly.", "Din id-definizzjoni għandha tkun covered anke fil-concealing or disguising.", "ONOR.", "TONIO BORG: Dawn l-affarijiet jistgħu jiġru lil kulħadd.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Nikkonsidraw l-iskedi wkoll issa?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Iva nikkonsidraw l-iskedi.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: \"An offence\" naf li hi speċifikata għal trafficking, imma kif qegħda \"an offence against the law\" anke min għandu possess tad-droga hija offiża kontra l-istess liġi.", "Mentri aħna speċifikajna trafficking u production imma kif inhi hawn qegħda \"an offence\".", "ONOR.", "JOHN DALLI: Qed nifhem il-punt, pero' jekk teħodha fil-final destination tagħhom din id-definizzjoni se tagħti lok għal flus li se jiġu depożitati.", "Aħna qed ngħidu possession of drugs, il-possession għall-użu mhux se tagħti każ għal money laundering.", "Jekk bniedem imexxiha tikkastigah imma \"possession for use\" ma tistax tagħti lok għal money laundering.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Issa fit-Tieni Skeda qed ngħidu", "\"Procuring, or trafficking in men, women or young persons for immoral purposes\".", "Jien nifhem għaliex il-white slavery għandna kemm jista' jkun nissopremuh, imma issa qed nikkreaw ukoll ir-reat ta' money laundering li ġej minn white slavery u naħseb li din hi xi ftit perikoluża.", "Kif se nagħmlu biex il- banek jiddistingwu l-flus ta' bniedem li ġejjin minn white slavery jew minn xi attivita' oħra tiegħu?", "(Interruzzjonijiet) X'jiġifieri taqbad!", "Mhux taqbad il-white slavery, dawk taqbadhom kemm trid, imma jekk taqbadx lill- impjegati tal-bank.", "Allura taqbad ukoll meta jiġu mħallsa in kind.", "ONOR.", "TONIO BORG: L-att sesswali għal skop ta' flus m'huwiex ...", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Se npoġġuhom f'diffikulta' kbira.", "Dawn ma jistgħux jaċċettaw depożiti mingħand ċerti nies li għandhom ċerta fama.", "Il- flus jistgħu jkunu ġejjin minn ...", "ONOR.", "TONIO BORG: Bil-liġi tagħna, persuna innifisha li toffri s- servizzi tagħha għal flus bi skop immorali, ma tkunx qed tagħmel reat sakemm ma tagħmilx xi ħaġa barra t-triq biex tiġbed lin-nies jieħdu dak is- servizz.", "Min-naħa l-oħra huwa llegali li wieħed ikollu xogħol li jħaddem lil dawn in-nies biex jagħtu s-servizz u jagħmel qliegħ minn fuqhom.", "Dak li qed jiġi deskritt fis-Second Schedule bħala attivita' kriminali fejn ma jistax isir il-ħasil tal-qliegħ ...", "ONOR.", "JOHN DALLI: Imma aħna qed nitkellmu anke fuq bażi internazzjonali.", "Sfortunatament fid-dinja qed jiżviluppaw attivitajiet li qed isiru minn pajjiżi li għaddejjin minn ċerti trawmi ta' żvilupp.", "Qed ikun hemm esplojtazzjoni ta' nies li effettivament qed jiġu mġarra minn post għal ieħor.", "Aħna qed ngħidu li minn din it-tip ta' attivita' jistgħu jiġu bil- miljuni imma aħna ma rridux li dawn jiġu wżati f'pajjiżna biex minnhom isir dak it-tip ta' money laundering.", "Per eżempju jekk jiġi Russu hawn li jkollu din it-tip ta' attivita' ta' tfajliet Russi u jġibhom għall-briedel fl-Ewropa, jekk dan jipprova jiġi biex iħaddimhom hawnhekk, dan huwa ħażin.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Imma hawnhekk inti qed tassumi li l- briedel huma immorali.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Li hu ħażin hu li min iħaddem lil dawn it-tfajliet Russi jeħodhom fl-Ewropa biex ibiegħhom lis-sidien tal-briedel fl-Ewropa.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Jekk ma taċċettax li hemm dik l-attivita' - mhux iġġib lin-nies jew tikri lin-nies - li fl-aħħar mill-aħħar l-att huwa mmorali, dan kollu jaqa' għax jekk ir-relazzjoni sesswali m'hijiex immorali, m'hemmx immoral purposes.", "Dan hu servizz ieħor u xejn iktar!", "ONOR.", "TONIO BORG: Hemm differenza bejn dak li jagħmel servizz innifsu u bejn dak li jgħix minn fuq dak is-servizz filwaqt li jġiegħel lil ħaddieħor jagħmel hekk.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Jekk is-servizz innifsu m'huwiex immorali kif hu immorali min jgħix minn fuqu?", "Is-servizz li nagħtu aħna fil-qorti m'huwiex immorali fih innifsu imma jekk dan is-servizz fih innifsu jkun immorali...", "Allura l-qofol hu jekk dan is-servizz huwiex immorali jew le.", "ONOR.", "TONIO BORG: Allura m'hemmx differenza bejn prostituta u dak li jgħix minn fuqha?", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Imma inti qed tassumi li l-prostituta qed tagħmel xi ħaġa immorali?", "Jien dak li qed ngħid.", "Aħna mhux qed nitkellmu fuq illegal purposes imma qed nitkellmu fuq immoral purposes.", "ONOR.", "TONIO BORG: Illum l-att innifsu m'huwiex kontra l-liġi imma ...", "(Interruzzjonijiet) Imma hemm trafficking minn ħaddieħor fuq ħaddieħor għax ma tistax tittraffika lilek innifsek; trafficking in men and women.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Inti tista' ġġib ħaddiem minn barra biex jaħdem f'pajjiżek u tista' ġġib bniedem minn barra minn Malta biex jagħti dak is-servizz f'pajjiżek.", "Jekk dak is-servizz huwa immorali, dan huwa ħażin u jekk dak is-servizz m'huwiex immorali m'hemmx differenza bejniethom.", "Jien għalhekk qed ngħidilkom li l-qofol ta' kollox hu jekk dak is-servizz huwiex immorali jew le.", "ONOR.", "TONIO BORG: Jista' jkun li dawn it-tnejn huma mmorali, pero' l- liġi tagħmel illegali ...", "Jekk jien nigdeb, dan hu mmorali.", "Jekk jien nigdeb fit-triq ma nkun għamilt l-ebda reat mentri jekk nigdeb taħt ġurament inkun għamilt reat.", "Jekk nigdeb hawnhekk ma nafx x'se jiġri.", "Imbagħad hemm ċerti affarijiet li huma kemm immorali kif ukoll illegali.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Imma hawnhekk mhux qed nitkellmu fuq xi ħaġa illegali imma fuq xi ħaġa immorali.", "ONOR.", "TONIO BORG: Imma d-definizzjoni, bil-mod kif inhi, bilfors trid tiġi illegali.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: GĦaliex?", "Mhux for illegal purposes?", "ONOR.", "TONIO BORG: Fih innifsu trafficking in men and women bilfors huwa llegali għax it-trafficking hu fuq xi ħaddieħor.", "Biex inġib eżempju, jekk inti tagħmel trafficking ma tkunx qed tagħmlu fuqek innifsek imma fuq ħaddieħor.", "Dan il-każ żgur li ma japplikax għal min qed joffri s-servizzi imma għal min qed iġiegħel lil ħaddieħor joffri dak is-servizz kif ukoll jagħmel il-qliegħ minn fuqu.", "GĦalhekk f'din għandna element ta' skjavitu' wkoll.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Jien naħseb li din ma tridx tiġi \"immoral\", imma \"illegal\".", "(Interruzzjonijiet) Liema qorti se tiddeċiedi jekk din hijiex immorali jew le?", "(Interruzzjonijiet) Aħna se niddeċiedu dan?", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: Qed jiġbduli l-attenzjoni li fl-Extradition Act meta hemm il-lista tar-reati li dwarhom tista' tintalab l-estradizzjoni minn pajjiż għall-ieħor jintuża l-istess kliem, jiġifieri \"għal skopijiet immorali\".", "Dwar għal liema tip ta' reati wieħed jista' jitlob l- extradition insibu l-istess \"Procuring, or trafficing in women or young persons for immoral persons\".", "Issa fil-fatt żidna l-irġiel ukoll.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNIC: Dawn huma r-raġunijiet storiċi meta hawn Malta l-morali kienet il-liġi tal-pajjiż, imma issa ċ-ċirkostanzi qed jitbiddlu u dak li hu kkonsidrat immorali f'pajjiż m'huwiex ikkonsidrat iktar bħala immorali f'pajjiż ieħor.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il- mistoqsija hi emenda \"L\" kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"L\" għaddiet nem. con.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi emenda \"K\" kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"K\" għaddiet nem. con.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi emenda \"J\" kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"J\" għaddiet nem. con.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 2 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 2, kif emendata, għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill- Abbozz ta' Liġi.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Sar il-ħin għall-Aġġornament.", "Fn'12.00 p.m. il-Kamra rriżumiet u l-Viċi President tal-Kumitati rrapporta progress u talab il-permess sabiex il-Kumitat jerġa' jiltaqa'.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO: Sur President, nipproponi l-aġġornament tal-Kamra għall-Erbgħa, 6 ta' Lulju, 1994 fis-6.00 p.m. b'din l-agenda:", "Abbozz ta' Liġi dwar Taxxa fuq il-Valur Miżjud - it-Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi kontra Money Laundering - Kumitat (Kont);", "Abbozz ta' Liġi li jirrikonoxxi Trusts - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi kontra Insider Dealing - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi dwar Segretezza Professjonali - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Attivitajiet Kummerċjali Internazzjonali ta' Malta - it-Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Servizzi ta' Investiment - it-Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kummerċ Bankarju - it-Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda t-Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti - it- Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income - it-Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Amministrazzjoni tat-Taxxa - it-Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar ir-Reġistrazzjoni ta' Artijiet - it-Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar it-Tribunal għal Talbiet Żgħar - it-Tieni Qari; Abbozz ta' Liġi dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar iż-Żwieġ - it-Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Edukazzjoni - Kumitat (Kont);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili (Emenda Nru 2) - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi tal-Liġijiet tal-Pulizija - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Servizzi ta' Impieg u Taħriġ - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Korporazzjoni għall-Iżvilupp ta' Malta - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar l-GĦajnuna lill-Industriji - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Uffiċċju tal-Posta - it-Tieni Qari; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Massa Frumentarja - it- Tieni Qari.", "MR SPEAKER: Hemm rimarki?", "L-Onor.", "Leo Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Mr Speaker, ir-riżenja ta' ministru li kellna din il- ġimgħa fil-fehma tiegħi tefgħet dell ikrah iktar milli fuq l-individwu, fuq il-kejl differenti li tidher li qed timxi bih il-Kummissjoni Permanenti Kontra l-Korruzzjoni.", "Jiena f'ċirkostanzi bħal dawn inħoss - kif għamel anke l-Partit tagħna - li għandi nipparaguma l-għaġġla li bih ittrattaw il- każ ta' l-ex Ministru Gatt mal-fatt li inti imbagħad għandek każ ieħor tal- Ministru Galea dwar l-Awżiljarji li kulħadd jaf illi ilu jiġi nvestigat minn qabel l-aħħar Elezzjoni Ġenerali.", "Infatti, jiena niftakar li qabel l- aħħar Elezzjoni Ġenerali kien hemm dibattitu politiku fuq it-television bħala wieħed mis-sensiela ta' dibattiti politiċi fil-kampanja elettorali u b'battibekk li kellna dak inhar, jiena lill-Ministru Galea kont għidtlu li mingħajr ma nidħol fil-merti tal-każ tiegħu li kieku hu kien fil-Partit Laburista lanqas biss kien jitħalla jikkontesta l-Elezzjoni Ġenerali li għaddiet.", "Jiena nittama li nin-naħa tagħna l-Kummissjoni Permanenti Kontra l-Korruzzjoni m'hijiex qed timxi b'xi favuri politiċi u nittama li dawn m'humiex qed jimxu anke skond - biex ngħid hekk - l-importanza li l- individwi konċernati jistgħu jgawdu jew ma jgawdux fi ħdan il-ġerarkija tal- Partit Nazzjonalista.", "Iżda jibqa' l-fatt li l-mod li bih se tiddeċiedi l- Kummissjoni dwar il-każ tal-Ministru Louis Galea, fil-fehma tiegħi, se jkun importanti dwar żewġ aspetti għal dik li hi l-kredibilita' ta' l-istess Kummissjoni.", "L-ewwelnett, it-timing, jiġifieri kemm se ddum tiddelibera u kemm se ddum biex tasal għall-konklużjonijiet tagħha u t-tieni nett se jkun determinanti anke l-verdett jew id-deċiżjoni li tieħu l-Kummissjoni nnifisha.", "Dwar dan ovvjament nitkellmu once li l-Kummissjoni tieħu d- deċiżjoni finali tagħha.", "Il-Leader tagħna għamel tajjeb li semma' diversi każi li tul dawn ix-xhur aħna konna ilna nisħqu li kienu każi li kellhom riħa ta' korruzzjoni.", "Illum il-ħin ma jippermettilix li nelenka ħafna każi, imma anke bħala wieħed konness mat-turiżmu min-naħa tal-Partit Laburista, inħoss li għandi nelenka b'mod partikolari l-każ ta' Forti Chambray.", "Dan huwa każ illi aħna bħala Oppożizzjoni ma' qajjimnihx il- bieraħ għall-ewwel darba fil-Parlament imma qajjimnih - hekk m'iniex sejjer żball - madwar sena u nofs ilu u sa llum mhux biss ma ngħatajna ebda sodisfazzjon, imma għadna lanqas biss nafu jekk il-Kummissjoni ta' Kontra l- Korruzzjoni qattx ħasset il-ħtieġa li tipprova tindaga dwar dan il-każ.", "Tindaga dwar dan il-każ kemm dwar biex ngħid hekk ir-riħa ta' suspetti li kien hemm dwar il-kuntratt innifsu kif ukoll dwar il-promotur ewlieni Roberto Memmo illi dwaru f'diversi okkażjonijiet aħna konna diġa' wrejna dubji u tħassib serju.", "Illum bil-permess tiegħek, Mr Speaker, nixtieq inpoġġi fuq il-Mejda tal- Kamra Extract minn ktieb ippubblikat ġewwa l-Italja bl-isem La Banda Sindona li jittratta fuq Storia di un ricatto, Democrazia Cristiana, Vaticano, Bankitalia, P2, Mafia, Servizzi Segreti.", "Dan huwa l-isem kollu ta' dan il-ktieb.", "Fih Roberto Memmo mhux biss jissemma' mas-16, 17-il darba imma hemm anke saħansitra kapitolu sħiħ ta' faċċata u nofs dwar Roberto Memmo.", "Bil-permess tiegħek nixtieq li npoġġi dan l-Extract fuq il- Mejda tal-Kamra.", "MR SPEAKER: Hemm il-permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Estratt minn \"La Banda Sindona: Storia di un Ricatto - Democrazia Cristiana, Vaticano, Bankitalia, P2, Mafia, Servizzi Segreti\".", "(Interruzzjonijiet) Mhux Roberto Memmo I u II imma Antimen I u II.", "Mr Speaker, nerġa' ngħid, jiena nħoss li l-Kummissjoni kontra l- Korruzzjoni għandha tinvestiga dan il-każ ta' Chambray kemm għal raġunijiet li semmejt aktar kmieni marbutin mal-kondizzjonijiet tal-kirja tal-proġett u iżjed u iżjed dwar dak li ftit ftit beda ħiereġ fl-istampa internazzjonali dwar Memmo nnifsu.", "Il-kapitlu li għadni kif poġġejt fuq il- Mejda tal-Kamra dwar Memmo jagħmilha ċara li Memmo kien fuq quddiem nett fit-tmexxija ta' l-għaqda sigrieta \"P2\" kif ukoll ta' l-operat tal-banda kriiminali ta' Sindona.", "Il-ktieb jagħmilha ċara li speċjalment, fis-snin 1975 u 1978 Memmo kien fuq quddiem nett ukoll fil-ġrajja ta' Sindona, għalkemm l-awtur jgħid li huwa diffiċli li wieħed jippreċiża u jintraċċja r- rwol preċiż u l-funzjoni speċifika li kien jaqdi Memmo f'dan kollu.", "Wara li l-awtur jiddiskrivi lill-Memmo bħala intermedjarju finanzjarju fl- ispekulazzjoni tal-proprjeta', il-ktieb jirrakkonta kif Memmo ħa sehem ukoll fil-mumenti l-aktar importanti ta' l-inizjattivi favur Sindona wara l- famuż crack.", "Tul dan il-ktieb naqraw ukoll Mr Speaker, kif Memmo kien jikkollabora mill-qrib kemm ma' Licio Gelli - li kulħadd jaf min hu - kif ukoll mal-Banchiere Calvi li kulħadd jaf li kien instab maqtul jifflowtja fix-xmara ġewwa l-Ingilterra.", "Jiena nħoss illi f'dan il-ktieb il-Kummissjoni kontra l-Korruzzjoni ta' pajjiżna għandha materjal biżżejjed biex tibda nvestigazzjoni dwar il-middle man u anke l-Ministri Maltin illi ġabu lejn pajjiżna lil dan il-bniedem, bniedem illi issa jidher ċar li kien imdeffes sa griżmejh fil-ġrajja ta' Sindona.", "Kienet ġrajja li fiha kellhom sehem determinanti - kif jgħid l-awtur tal-ktieb - il-Mafja, il- Mażunerija kif ukoll is-servizzi sigrieti barranin.", "Iżda jien ma' nixtieqx nieqaf hawn, Mr Speaker.", "Inħoss illi diversi fatturi llum qed iwasslu lil Malta biex tiġi mpinġija quddiem il-barrani bħala gżira li spiċċat qisha l-panama tal-Mediterran.", "Mela għandek Prim Ministru li jirrifjuta li jippubblika inkjesta ta' imħallef dwar frame ups għax issemmi għadd ta' nies li ħadu diversi promotions taħt dan il-Gvern.", "GĦandek Ministru responsabbli mill-pulizija li tajjeb jew ħażin qed jiġi ndagat għal korruzzjoni li allegatament saret taħt imnieħru.", "GĦandek minn suppost qed iħarisna mill-evazzjoni tat-taxxa u mill-kuntrabandu huwa magħruf li għandu nies qribu li huma imdefsin sew f'diversi atti ta' evazzjoni tad-dazju.", "Biex naqleb is-suġġett minħabba r-ristruzzjoni tal-ħin, irrid nitkellem dwar Malta kif inhi f'għajnejn it-turist bħalissa li deħlin lejn il-peak tas-sajf.", "Illum, jekk hemm ħaġa li tikkaterizzana għadha l-famuża ħmieġ, traskuraġini u zdingar li wieħed isibha kullimkien speċjalment fiż-żoni turistiċi u b'mod partikolari f'postijiet bħal Coast Road Tas-Salini li mhux biss għadha bla dawl imma tinsab mimlija ħaxix ħażin li Alla biss jaf kemm ilu ma jinżabar.", "Apparti minn hekk, Mr Speaker, hemm ħafna xogħlijiet żgħar, mhux bilfors marbutin mat-turiżmu, zgombru tat-triqat - affarijiet li qajjimna fil-Parlament ġimgħat u xhur ilu - li baqgħu fuq l-ixkaffa u għadu ma sar xejn dwarhom.", "Insemmi eżempju wieħed żgħir, hemm it-triq li tagħti għal Ta' l-Ibraġġ għal Mekkek Bar li hemm f'Tal-Balal li din qed timblokka t-triq għat-traffiku u sal-lum il-Public Works lanqas kellhom d- diċenza li jqabbdu lil xi ħadd biex din it-triq pubblika tiġi cleared.", "Osservazzjoni oħra li rrid ngħid fuq il-kunsilli hija li fil-fehema tiegħi dawn il-kunsilli li għandhom funzjoni importanti x'jaqdu fis- soċjeta' - biex ħadd ma jifhimni ħażin - bla ma jafu, diġa' nqabdu f'ċerta morsa.", "Min-naħa dawn qed jiġu mbuttati biex jieħdu inizzjativi li jmorru oltre l-poteri li tagħtihom l-liġi almenu s'issa, filwaqt li f'dak li huwa l-proprju xogħol tagħhom, f'dak li huwa mistenni minnhom qed jkunu ħafna drabi ineffettivi minħabba apatija jew tfixkil minn diversi dipartimenti governattivi.", "Xorta waħda, inħoss li għalkemm b'aġir tagħhom dawn qegħdin iservu ta' paraventu għal Gvern, u qegħdin niffaċċjaw sitwazzjoni fejn minflok li nisimgħu lin-nies igorru kontra l-Gvern għal dan in-nuqqas ta' riżultat, diġa' bdiet dieħla drawwa li nisimgħu l-garr jiġi shifted għal fuq il-kunsilli u jkollok ħafna nies jgħidulek li l- biċċa kbira minn dawn il-kunsilli qegħdin hemm għalxejn.", "Dan huwa ħażin; aħna nixtiequ li dan l-esperiment tal-kunsilli jirnexxi.", "Biex l-esperiment jirnexxi ma jiddependix biss miċ-ċittadin kwalunkwe imma jiddependi anke mill-Gvern tal-ġurnata.", "Il-kumment tiegħi fuq l-Awtorita' ta' l-Ippjanar, hi li bil-mod li bih l- Awtorita' mxiet kemm fir-rigward tal-fabbrika tal-Foster Clarks, f'San Gwann u anke fil-każ tal-Capua Palace, f'Tas-Sliema tidher li din l- Awtorita' hija aktar favur l-interess ta' sidien milli taċ-ċittadin kwalunkwe.", "Dwar il-fabbrika ta' Foster Clarks, il-Ministru fil-fehma tiegħi wieġeb fil-Parlament b'mod xejn sodisfaċenti - għaliex minn kliemu ta l-impressjoni li l-Awtorita' bħal donnu qiegħda hemmhekk bħal f'każi oħrajn - li qiegħda hemm aktar biex tilleġittimiżża l-legalitajiet milli biex tara illi ssir ġustizzja.", "GĦalkemm jiena dan l-aħħar kont qajjimt anke fil-Parlament il-każ tat-tniġġiż ta' l-arja li ħafna residenti mill- Gżira u mill-Imsida qed ibatu minnha minħabba fil-fabbrika tal-Wembley, jidher li f'dan il-każ li l-awtorita' qed tkun impotenti u nibża' li anke f'dan il-każ l-awtorita' se torqod fuqu għal kollox.", "Jiena xorta waħda nħoss - meta wieħed jitkellem dwar dawn il-ħniżrijiet illi semmejt - li ċerti għaqdiet kellhom jitkellmu f'mod iktar vokali, imma min-naħa l-oħra ma nemminx li s-skiet ta' ċerti għaqdiet u tjubija tal-poplu in ġenerali għandhom jiġu nterpretati bħallikieku l-elettorat Malti f'daqqa waħda sar poplu bla sinsla jew xi grupp ta' nies imbeċċili.", "Jiena persważ li l- elettorat Malti knows better.", "Nixtieq ngħid żewġ osservazzjonijiet żgħar qabel nagħlaq.", "Ftit ilu l-Gvern irċieva dokument mill-Gvern Ingliż jismu \"Proposal for the Privatization of the UK Air Traffic Services\".", "Dan ircevih mid-Dipartiment tat-Trasport Ingliż.", "GĦalkemm f'mistoqsija parlamentari li jiena għamilt, il-Gvern naqas li jikkummenta dwar din il- paper, inħoss illi l-Gvern għandu jirreaġġixxi uffiċjalment għal dan id- dokument għaliex dan m'huwa xejn ħlief dokument mimli tifħir għall-allegata żieda f'effiċjenza li tista' ġġib magħha l-privatizzazzjoni meta wieħed idaħħal anke fis-Settur ta' l-Air Traffic Services, b'mod partikolari fis- Settur ta' l-Air Traffic Control Services.", "GĦalhekk jiena nistieden u nisfida lil Gvern biex jgħid jekk huwiex jaħseb fuq dawn il-linji ta' privatizzazzjoni jew le.", "L-aħħar osservazzjoni titkellem dwar ċertu abbużi li kienu u għadhom qed isiru fi ħdan is-San Gwann Housing Estate.", "Kienu qed jaslulna diversi rapporti ta' droga abbużata f'appartament li saħansitra kien okkupata llegalment.", "Jiena tlabt lill-Ministru konċernat u anke lill-Kummissarju biex jieħu passi imma sal-lum għalkemm il-Ministru qal li veru hemm persuna li qed tokkupa dan il-fond illegalment la nafu jekk ġietx evicted u wisq nafu jekk il-Pulizija ħadux passi kontra minn qed jippuxxa d-drogi.", "Hemm każ ieħor fil-Housing Estate ta' San Gwann - inċidentali viċin dan il-post li għadni kif semmejt - fejn għandek persuni li with impunity tidher li qed tipprova testendi l-parti ta' wara ta' l- appartament fejn toqgħod hi billi effettivament għalaq il-passaġġ illi hemm.", "Mr Speaker, dan kollu bit-tama li l-awtorita' takkommoda t-talba tagħha.", "Dan huwa każ li l-Ministru ma jistax jgħid li ma jafx bih għaliex il-Ministru diġa' għamiltlu domanda parlamentari fuqu, nixtieq hawnhekk nuri t-tama lil Ministru ma jagħlaqx għajnejh għal dan kollu.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Schembri Adami.", "ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI: Mr Speaker, f'dawn l-aħħar ġimgħat kien hawn ħafna li stgħaġbu anke fost nazzjonalisti ġenwini li l-Onor.", "Fenech Adami akkumpanjat minn purċissjoni sħiħa mar jilgħaq ġewwa ċ-Ċina Komunista ta' l-Li Peng, dak li ordna l-massakru ta' Tienanmen.", "Kieku meta l-Onor.", "Fenech Adami mar iċ-Ċina ħa miegħu kopja tal-ġurnal \"In-Nazzjon Tagħna\" tad- 9 ta' Settembru, 1976 - dawn jiddellettaw jippubblikaw li jridu, ukoll jekk gideb - forsi lil Li Peng kien jgħidlu li l-Partit tiegħu kien dejjem igħid li: \"ċ-Ċiniżi qatt ma jitbissmu\", \"qishom tiġieġ\", \"jgħixu biss biex jipproduċu\", \"skorfina minn makna\" u tant insulti oħra.", "L-Onor.", "Eddie Fenech Adami ma qalilniex jekk dan il-kliem li nkiteb f' \"In-Nazzjon Tagħna\" tad-9 ta' Settembru, 1976 qalulux f'wiċċu lil Li Peng.", "Jiena fittixt iktar u sibt li fil-ħarġa ta' \"In-Nazzjoni Tagħna\" tas-27 ta' Settembru, 1975 kienu kitbu hekk:", "\"Ħalli jfaħħarhom kemm irid liċ-Ċiniżi komunisti, Mintoff.", "Jekk irid, imur jgħix fiċ-Ċina hu.", "Jekk il-komuniżmu li hemm fiċ-Ċina jogħġob lil Mintoff, aħna ngħidulu: \"Lilna jdardarna, lilna jwerwirna\".\".", "Aħna lill-Onor.", "Fenech Adami ngħidulu: \"Wara li dak inhar il-komuniżmu Ċiniż kien idejqek u jdardrek, illum x'inhi l-pożizzjoni tiegħek?", "Tista' tgħid li llum il-komuniżmu spiċċa?", "Tista' tgħid li llum dort lejn iċ-Ċina?", "Tista' tgħid illi llum bdilt il-politika tiegħek?", "Wieġeb, qum, stenbaħ u għidlu lill-poplu Malti.\".", "Imma forsi m'għandix insemmi lill-Onor.", "Fenech Adami li fl-1975 kien għadu ma sarx il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, għax fil-fatt dik il-kariga ħadha fl-1976.", "Huwa kien ġie co-opted bħala membru parlamentari wara li falla darbtejn, fl-1962 u fl-1966, tela' fl-1969 u mbagħad fl-1975 jiġi jitkellem hekk.", "Imma ħalli nsemmu lil Dr. Borg Olivier.", "Wara kollox iħobbu tant lil sieħbu Dr Borg Olivier!", "Ħalli naraw x'kien jgħid Dr. George Borg Olivier u forsi nfakkruhulu lill-Onor.", "Fenech Adami.", "Dr George Borg Olivier kien jgħid li l-periklu komunista huwa kbir u li fostna - f'Malta - għandna influwenza komunista kbira, anzi influwenza Ċiniża.", "Il- komunisti l-ewwel jibdew bil-parteċipazzjoni u mbagħad jispiċċaw bid- dominazzjoni.", "Aħna ngħidulu: \"Semmejnielek lil Dr. Borg Olivier.", "Naf kemm kont tħobbu, naf kemm kont tirrispettah, naf kemm Dr. Ġużeppi Maria Camilleri u l-klikka kollha kienu jħobbuh lil Dr. George Borg Olivier.", "Jien ma rridx inxerridlek id-dmugħ, imma ejja xerrdu issa u għidilna għaliex wara li kien hawn din l-influwenza kbira taċ-Ċiniżi f'pajjiżna fl- 1976, influwenza kbira li dak inhar Dr. Borg Olivier kien qed jibża' minnha, issa qed tibla' kollox u tmur iċ-Ċina.\".", "Kemm kellu raġun il- Partit Laburista dak inhar.", "Dak inhar inti lill-Partit Laburista u lilna ż-żgħażagħ kont tgħidilna li mexjin f'rotta ħażina.", "Qum, stenbaħ, tkellem, il-poplu qiegħed jisma'.", "Fil-11 ta' Jannar, 1976 l-Onor.", "Fenech Adami qal li huma ma jogħġobhom xejn li f'pajjiżna hawn mijiet ta' esperti Ċiniżi.", "Mela dan qabel maċ- Ċiniżi ma riedx ikollu x'jaqsam, imma issa qiegħed imur iċ-Ċina, bil- purċissjonijiet u bl-entourage tiegħu, jitkellmu, ħafna tgħanniq u bews ...", "Meta kienu jaraw lil ministru ma' Ceaucescu kienu jgħidu: Ma' min rajtek xebbaħtek.", "Jiġifieri pprovaw jiddenegraw lil dak il-ministru.", "Allura kif jista' wieħed jinterpreta l-kliem li qal l-Onor.", "Fenech Adami fl-1976, skond kif irrapportat f'\"In-Nazzjon Tagħna\"?", "X'għamla ta' difiża għandu quddiem il-poplu?", "Allura l-poplu Malti jkollu jibqa' jistenna.", "Issa se jkolli nsemmi lill-ex Minstru Lawrence Gatt li fil-25 ta' April, 1976, kien qal li jekk jitla' l-Gvern Soċjalista f'Malta jkollna l- komuniżmu għax l-unika alternattiva li għandu Mintoff hija li jkollna relazzjonijiet maċ-Ċina.", "Aħna lil dan il-Gvern ngħidulu: Allura jekk dak inhar l-unika alternattiva kienet li jkollna relazzjonijiet maċ-Ċina, illum wara li l-Unjoni Ewropea ċaħditek u umiljatek, l-unika alternattiva tiegħek m'hix iċ-Ċina wkoll?", "Irridu nkuna nafu fejn ninsabu bħalma rridu nkunu nafu r-reazzjoni għall-kliem ta' Dr Ugo Mifsud Bonnici, illum President ta' Malta, li fl-1973 kien qal hekk fuq iċ-Ċina: \"Mintoff qiegħed itellifna ż- żmien bit-taparsi ħbiberiji ma' dawn iċ-ċerti pajjiżi.", "Dawn huma kollha purċinellati għax mhux se jġibu liċ-Ċiniżi biex jiżviluppaw lil pajjiżna.", "It-Tarzna tagħna qatt ma jkollha bżonn esperti Ċiniżi.\".", "Din hija denegrazzjoni fil-konfront taċ-Ċina u llum l-Onor.", "Fenech Adami jmur bil- purċissjoni tiegħu ġewwa ċ-Ċina!", "X'inhi l-pożizzjoni llum?", "Lil min tridu tgħajru?", "Lilna tridu tgħajru?", "Ħarsu lejn wiċċkom fil-mera u tindunaw kemm intom ipokriti, ipokriti u ipokriti!", "MR SPEAKER: Aktar rimarki?", "L-Onor Noel Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, fil-ftit ħin li baqa' nixtieq nitkellem dwar il-problemi li jiltaqgħu magħhom il-kostitwenti tat-12-il distrett, partikolarment dwar l-istat li tinsab fih il-bajja ta' Golden Bay.", "Kif qal il-kelliemi ewlieni dwar it-turiżmu l-Onor.", "Leo Brincat, meta f'dawn iż- żmenijiet Malta tilqa' eluf ta' turisti, ikun mistenni li jkun hemm ċerta effiċjenza fl-inħawi fejn ovvjament jiġu milqugħa dawn it-turisti kif ukoll iċ-ċittadini Maltin li fil-jiem tas-sajf imorru biex iqattgħu l-ħin liberu tagħhom ħdejn ix-xtut.", "Jiddispjaċini ngħid li l-inħawi ta' Golden Bay huma mitluqin u jeżisti nuqqas ta' attenzjoni.", "Minn sena għal oħra nisimgħu ħafna kliem dwar studju u analiżi ta' kif l-amministrazzjoni fil- lokalitajiet tista' ssir b'mod iktar effiċjenti.", "Minn dan ma jirriżulta xejn.", "Wara li għamilt diversi mistoqsijiet parlamentari, xi ħadd ħass li għandu jibda jsir it-tindif fl-inħawi ta' Golden Bay, mhux fuq ix-xatt imma 'l barra mix xatt.", "Jiena nistenna li f'dawn l-inħawi kemm jista jkun malajr jitpoġġew numru ta' litter bins għad-dispożizzjoni ta' l-eluf ta' turisti u Maltin li jiffrekwentaw din il-bajja.", "Naturalment dan ix-xogħol għandu jiġi attwat għall-bqija tal-bajjiet u x-xtut ta' Malta.", "Ma jistax ikun li meta aħna lit-turist u liċ-ċittadin irridu nagħtuhom l-aħjar servizz, affarijiet sempliċi ma jiġux organizzati, għaliex illum kulħadd huwa konxju mill-ħarsien ta' l-ambjent li qed jgħix fih.", "Nixtieq ukoll nagħmel referenza għall-problema li qed tiffaċċja l- komunita' Rabtija fir-rigward taċ-ċimiterju tar-Rabat.", "Hemm bżonn li l- awtoritajiet, partikolarment min hu responsabbli fil-Ministeru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali jifhem li l-komunita' Rabtija ilha tgawdi l-opportunita' li żżur kuljum il-familjari tagħha midfuna fiċ-ċimiterju ta' Santa Margherita, għal numru ta' snin.", "Irrispettivament mid-deċiżjonijiet li ttieħdu dan l-aħħar, ġaladarba l-komunita' Rabtija tixtieq li tibqa' żżur, tpoġġi l-fjuri u tgħid it-talb għall-għeżież li għandha midfuna f'dan iċ- ċimiterju, f'soċjeta' fejn nemmnu li ċ-ċittadin għandu jkollu kull opportunita' u kull dritt li jgħix ħajja kif jixtieq, sakemm ma jkunx qed jabbuża mil-liġi, l-ebda ministru u l-ebda uffiċjal m'għandu jiddeċiedi li jneħħi dan id-dritt bil-konsegwenza li joħloq diffikultajiet kbar għal numru ta' familji.", "Infakkar li sfortunatament riċentement fir-Rabat numru ta' żgħażagħ tilfu ħajjithom jew b'overdose jew b'mewt li l-kawża tagħha għadha m'hix magħrufa.", "Wieħed irid jifhem u japprezza kemm dawn it-traġedji joħolqu elementi ta' sentimentaliżmu.", "Għalhekk f'soċjeta' bħal din wieħed m'għandux għalfejn ikompli jipprova jċaħħad lill-komunita' Rabtija mill- opportunita' li tkun tista' żżur lil qrabatha midfuna fiċ-ċimiterju ta' Santa Margerita imma għandu jkompli jgħożż ir-rispett lejn iċ-ċittadin u lejn il-komunita' u ma jabbużax mill-poter li jkollu.", "Aħna niftakru li n- naħa tal-Gvern meta kienet fl-Oppożizzjoni kienet tikkritika lill-Gvern Laburista dwar diversi ħwejjeġ fejn kien jidhrilha li jwebbes rasu.", "Illum, jiddispjaċini ngħid, dan il-Gvern qed jipprova jaqbad mal-poplu u qed jipprova jostakola liċ-ċittadin f'kull livell.", "Dan m'għandux isir għaliex għalkemm il-Partit fil-gvern għandu l-maġġoranza assoluta tal-poplu, kif irriżulta mill-aħħar elezzjoni ġenerali, dan ma jfissirx li għandu jara liċ- ċittadini dubbien.", "Bir-rispett kollu, irrid nirreġistra f'din il-Kamra li jekk il-kwestjoni mhux se tiġi rimedjata, jien personalment i se nkun wieħed miċ-ċittadini Rabtin li se mmexxi iktar azzjoni biex it-talba u x- xewqa tal-komunita' Rabtija tiġi milqugħa.", "Fil-ftit ħin li fadalli nixtieq ngħid xi ħaġa wkoll dwar il-problemi li qed jiffaċċjaw ir-residenti ta' l-Imtarfa.", "Il-Ministru qed jinsa li r- residenti ta' dan il-lokal huma n-nies li diġa' qed jgħixu f'din il-belt li qed tinbena u jrid li dak li jiġi deċiż mill-periti dwar id-disinn tal- pjanta r-residenti jbaxxu rashom għalih.", "Dan huwa raġunar ħażin.", "Il- Ministru jrid jirrispetta li r-residenti li qed jgħixu f'Belt il-Ġmiel għandhom id-dritt jgħidu fejn jixtiequ li jsir ċertu żvilupp ħalli ma jaffettwax il-ħajja ta' kuljum.", "Dan id-dritt għandu jiġi rispettat u nittama li issa li l-Ministru Galea għandu iktar responsabilita', jifhem l- importanza li ma jkomplix jaġixxi b'dan il-mod.", "Anzi mill-pożizzjoni li issa għandu fil-Kabinett, għandu jagħraf jirrispetta iktar lir-residenti ta' l-Imtarfa.", "Nixtieq nitkellem ukoll dwar il-problema tad-drenaġġ li teżisti f'dan id- distrett partikolarment fil-Baħrija.", "Din il-ġimgħa kelli l-okkażjoni li nispjega din il-problema personalment lis-Segretarju Parlamentari għall- Ambjent.", "Huwa fehem x'diffikultajiet jeżistu.", "Huwa importanti li tingħata attenzjoni immedjatament sabiex il-fossa ta' Ġnien in-Nigra titħammel regolarment.", "Huwa importanti li filwaqt li wieħed jifhem u jfiehem x'inhuma d-diffikultajiet, jirrispetta li r-residenti u l-ambjent tal- Baħrija qegħdin ibatu.", "Hemmhekk qed jiġi kkreat l-agħar impatt ambjentali li qatt eżista.", "Biżżejjed ngħid li l-ispejjer ta' l-ilma naturali li jeżistu ġewwa l-Baħrija llum huma kollha kontaminati, barra li qed issir ħsara kbira lill-uċuh tar-raba'.", "Id-drenaġġ li qed ifur fl-inħawi ovvjament qed jeqred totalment il-prodotti ta' l-għelieqi.", "Pero' l- problema tmur iktar 'il bogħod, għaliex illum anke f'Buġibba tista' tara volum ta' drenaġġ ħiereġ fit-toroq, u dan sal-bieraħ fil-għaxija stess.", "Hemmhekk imorru eluf ta' turisti jqattgħu l-btajjel tagħhom u dawn saħansitra qed ibatu minn dik ir-riħa anke fil-kmamar tal-lukandi.", "Din hija atmosfera li dwarha wieħed bilfors ikollu jirreġistra nuqqas ta' qbil mal-Gvern.", "Hemm bżonn li flok li f'dan il-Parlament noqogħdu nitkellmu dwar il-ħidma li qed issir, nibdew nitkellmu dwar fejn verament il-Gvern qed ikun konsistenti - biex ngħid hekk - fit-twettiq ta' dmirijietu, f'affarijiet sempliċi, f'affarijiet li ċ-ċittadin jippretendi illi l-Gvern aġġorna ruħu kif suppost biex iwettaq ix-xogħol.", "S'issa jidher li qed iħalli diżastru sħiħ.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal-lejla, l-Erbgħa, 6 ta' Lulju, fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif kommunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fn'12.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET IMWIEĠBA BIL-MIKTUB", "MELLIEĦA - ESTENSJONI TA' DRENAĠĠ", "19365.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Meta huwa maħsub li s-sistema tad-drenaġġ tiġi estiża għall-inħawi tal- Kortin, il-Mellieħa biex ir-residenti jeħilsu mill-problemi kollha li qed jikkaġunawlhom il-fosos li jkollhom jużaw?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Napprezza jekk l-Onor.", "Interpellant jiddefinixxi b'fejn qiegħed jifhem bħala \"l-inħawi tal-Kortin\".", "SAN PAWL IL-BAĦAR - TRAFFIKU", "19366.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Fil-11 ta' Diċembru 1992, kont weġibt domanda parlamentari tiegħi (6145) u għidtli li l-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku se jikkonsidra jaqta' l-passaġġ ta' vetturi ta' ċertu piż - ħlief karozzi tal-linja mit-triq prinċipali ta' San Pawl il-Baħar u minflok jgħaddu mix- Xemxija għall-Buġibba u viċi-versa.", "Għaddew aktar minn sena u nofs - x'iddeċieda l-Bord għall-Kontroll tat- Traffiku?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li l-Bord għall-Kontroll tat- Traffiku ikkonsidra s-suġġeriment u ma laqax it-talba.", "SWIEQI - PROBLEMI TA' PARKEĠĠ", "19367.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Fi tweġiba li ta l-Ministru lill-Onor.", "Kollega tiegħi Leo Brincat għall- mistoqsija parlamentari numru 17911, qal li \"hemm pjanijiet biex jinbena car park f'Paceville, li hu maħsub li jsolvi wkoll il-problema tas-Swieqi.\"", "Fejn hu ppjanat li jsir dan il-car park?", "Min hu nteressat f'dan il-proġett?", "Saru applikazzjonijiet għal car park?", "Kemm hu maħsub li jesa' karozzi dan il-car park?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Jien informat li minn studju preliminari li sar dwar il-problemi ta' Paceville kien identifikat post fejn isir Car Park kbir.", "Peress li dan il-post, u siti oħra, għadhom qed ikunu kkonsidrati, mhux prudenti li f'dan l-istadju jingħataw aktar dettalji.", "F'kull każ għadha ma saret ebda applikazzjoni kif qed jissuġġerixxi l-Onor.", "Interpellant.", "TELEMALTA - TRASFERIMENT TAT-TELEFON", "19570.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: X'inhi r-raġuni għaliex għadu ma sarx it- transfer tat-telefon ta' Nina Niesz numru 14/13, Felix Str, Valletta għal entratura A Flat 8 Binja tas-Salib, Triq G. Dimech Debono, Santa Venera?", "Meta se jkollha dan is-servizz li tant għandha bżonn?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: L-applikazzjoni għat-trasferiment tat-telefon tas-Sinjura Nina Niesz li ġġib id-data tat-8 ta' Ġunju 1994, ġiet ipproċessata fis-16 ta' Ġunju 1994.", "Fl-24 ta' Ġunju 1994 l-applikanta giet informata sabiex tiffirma l-kuntratt.", "Is-servizz mistenni jingħata fi żmien qarib.", "DIPARTIMENT TAS-SAĦĦA - KORS TA' \"NURSING AIDES\"", "19571.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Meta se jsir il-kors ta' \"Nursing Aides\"?", "Min jista' jidħol għal dan il-kors?", "Jista' japplika wieħed minn barra?", "Id-Diviżjoni tas-Saħħa f'liema stadju ta' progress laħaq fid-diskussjonijiet ħalli jsir dan l-imsemmi kors?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li l-Kors li d-Diviżjoni qed tħejji flimkien ma' l-'Institute of Health Care' huwa għal dawk il-'Health Assistants' li lesti li jaħdmu fis-swali ta' l-Isptarijiet skond Paragrafu 2.2 tal-Ftehim dwar in-'Nursing Support Service Grades'.", "Għalhekk ma jistgħux japplikaw għalih minn barra.", "Id-diskussjonijiet ma' l-'Institute of Health Care' għadhom għaddejjin.", "SKEJJEL - INFIQ FUQ MANUTENZJONIJIET", "19572.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Kemm hu n-numru ta' l-iskejjel ta' l-Istat?", "Kemm huma Primarji?", "Kemm huma Sekondarji?", "Kemm huma skejjel Tekniċi?", "Kemm nefaq tul is-snin il-Gvern mill-1987 sa l-1994, sena b'sena f'maintenance ta' dawn l-iskejjel?", "Kemm tiġi tiswa n-nefqa għal kull student f'kull skola?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: L-għadd ta' skejjel ta' l-Istat huwa 151 imqassmin hekk:", "Skejjel primarji 81 Skejjel sekondarji 30 Skejjel tas-snajja' 18 Skejjel speċjali 7 Skejjel oħrajn (post 16) 15", "Dwar in-nefqa għall-manutenzjoni ta' l-iskejjel, nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 19580 (seduta 282).", "MALTA/GĦAWDEX - ĊENTRI SPORTIVI", "19573.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura: Kemm hu n-numru ta' Ċentri Sportivi f'Malta u Għawdex?", "Fejn jinstabu?", "Min hu responsabbli għall-manutenzjoni ta' l-istess Clubs?", "Min jista' jagħmel użu minn dawn id-diversi Clubs?", "X'koordinament jeżisti bejn il-Clubs flimkien?", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il- Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "BELT VALLETTA - RIVITALIZZAZZJONI", "19574.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: X'hemm ippjanat b'mod konkret biex il-Belt, Valletta verament tieħu l- ħajja u tiġi tassew rivitalizzata b'mod sħiħ?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Naħseb li l-Onor.", "Membru jaf biżżejjed bl- isforzi li qed isiru mill-Proġett għar-Riabilitazzjoni tal-Belt Valletta u mill-Gvern b'mod ġenerali biex kemm jista' jkun il-Belt Valletta tiġi riabilitata.", "Dan hu proċess li jrid jieħu ż-żmien tiegħu u ma tistax tikkwantifikah bi żmien meta jitlesta.", "Hemm żewġ elementi importanti, dik tar-restawr u konservazzjoni tal-monumenti u bini storiku tagħna u f'dan ir-rigward hemm programm ta' xogħol bla waqfien u l-proċess aktar diffiċli ta' iżjed attivita' soċjali u kulturali.", "Fil-ġimgħat li ġejjin huwa ttamat li jsir progress f'dan ir-rigward peress li l-Proġett għar-Riabilitazzjoni tal-Belt Valletta, li diġa' qed jieħu ħsieb diversi attivitajiet kulturali direttament jew jgħin oħrajn isiru, għandu jħabbar aktar żviluppi f'dan ir-rigward.", "VALLETTA - PROĠETT MATTIA PRETI", "19575.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Meta se jkun assigurat ix-xogħol fuq il-proġett ta' Mattia Preti, Valletta, jitlesta sa qabel is-Sajf?", "Meta se jkun assigurat li jsir ix- xogħol regolarment bla waqfien?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ix-xogħol proprju jinbeda hekk kif jinħarġu l-permessi meħtieġa mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "CHILD DEVELOPMENT ADVISORY UNIT - TEAM MULTI-DIXXIPLINARI", "19674.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jindika fiex jikkonsisti t-team multi- dixxiplinari, jekk jista' jkun bl-ismijiet u speċjalizzazzjoni, li se jkun responsabbli għas-servizz li se jkun mogħti miċ-Child Development Advisory Unit?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Peress li t-tagħrif mitlub ma laħaqx wasal fil- Ministeru, tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "SPTARIJIET - XIRI TA' APPARAT MEDIKU ĠDID GĦAT-TAGĦMIR DIJANJOSTIKU", "19675.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Billi jidher li nofs miljun lira ġew ivvotati għas-sena 1994 biex jinxtraw apparat mediku ġdid bħala tagħmir dijanjostiku għall- isptarijiet, jista' l-Ministru jindika x'inhuwa dan l-apparat u x'inhu l- valur ta' kull wieħed?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Peress li t-tagħrif mitlub ma laħaqx wasal fil- Ministeru, tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "DIPARTIMENT TAS-SAĦĦA - TMEXXIJA TA' LAUNDRY", "19676.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: F'Ġunju 1993 kienu ġew Malta żewġ esperti Belġjani biex jagħtu pariri ta' kif għandha titmexxa l-Laundry, x'makkinarju għandu jinxtara u xi proċessi għandhom jintużaw sabiex il-Laundry fl-Isptar Monte Carmeli tkun aktar effiċjenti?", "Jista' l-Ministru jgħid kienx tħejja rapport wara din il-vista?", "Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jpoġġi kopja ta' l- istess rapport fuq il-Mejda tal-Kamra jew jagħti resume' tal-pariri li kienu taw l-esperti barranin?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Filwaqt li tweġiba dettaljata għal din il- Mistoqsija tingħata aktar tard, nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li r-Rapport minn naħa ta' l-esperti kien sar.", "Barra minn hekk, ġie identifikat ukoll Direttur sabiex janalizza u jevalwa s-sitwazzjoni preżenti u l-possibilitajiet offruti f'dan ir-Rapport sabiex tiġi addottata l-aħjar sistema biex b'hekk jingħata servizz effettiv u effiċjenti.", "DIPARTIMENT TAS-SAĦĦA - TOBBA", "19677.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm tobba mpjegati mad- Dipartiment tas-Saħħa li qegħdin jistudjaw barra minn Malta waqt li qegħdin fuq leave mingħajr ħlas?", "Minn huma?", "Fiex qed jispeċjalizzaw u kemm kull wieħed/waħda minnhom ilhom fuq leave mingħajr ħlas?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li n-numru ta' tobba mpjegati mad- Diviżjoni tas-Saħħa li qegħdin jistudjaw barra minn Malta waqt li qegħdin fuq 'leave' mingħajr ħlas huwa 56.", "Lista bl-informazzjoni l-oħra dwarhom mitluba mill-Onor.", "Interpellant ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il- Ħin ta' Tqegħid ta' Karti f'xi seduta.", "IMMODERNIZZAR TA' BEREĠ", "19678.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid liema kienu dawk id-diversi bereġ f'Malta u Għawdex li ġew immodernizzati f'dawn l-aħħar ħames snin?", "Fiex kien jikkonsisti dan l-immodernizzar?", "X'kienet in-nefqa għal dan l- immodernizzar f'kull berġa li ġiet immodernizzata?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li l-Bereġ li ġew immodernizzati jew li nagħtalhom 'face lift' f'dawn l-aħħar 5 snin huma dawn li ġejjin:", "Mqabba Lm 520 Marsa Lm 585 Valletta (Strait Street) Lm 108 St. Venera Lm 725 Hamrun Lm 775 Sliema Lm 945 Msida Lm 338 B'Bugia Lm 173 Gharghur Lm 777 B'Kara Lm 761 Gudja Lm 193 Ghaxaq Lm 186 Zejtun Lm 180 Fgura Lm 113 L-Isla Lm 445 Luqa Lm 507 Naxxar Lm 211 Mellieħa Lm 1048 San Pawl il-Baħar Lm 158 Mgarr Lm 96 Xogħol li sar f'dawn il-Bereġ kien ta' 'Refurbishment', għamara u fejn kien hemm bżonn sar tqassim bl-'aluminium'.", "Ta' min jgħid li x-xogħol ta' 'refurbishment' sar mill-ħaddiema tal- manutenzjoni.", "Il-Bereġ ta' l-Isla, Luqa, Ghaxaq, Naxxar u Mġarr ġew trasferiti f'postijiet ġodda.", "SKEMA TAT-TABIB B'XEJN - ŻVILUPPI", "19679.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid x'kienu l-aħħar żviluppi fuq l-Iskema tat-Tabib b'xejn, li kienet mwiegħda lill-poplu sa minn l-elezzjoni tan- 1987?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li t-taħdidiet interni li rreferejt għalihom fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari numru 18310 għadhom għaddejjin.", "RABAT - ĊIMITERJU SANTA MARGERITA", "19709.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: X'kienu r-raġunijiet li ċ-Ċimiterju Santa Margerita fir-Rabat ngħalaq għall-pubbliku?", "Billi ħafna familji jżuru l-mejtin għeżież tagħhom kuljum, jista' l- Ministru jintervjeni sabiex ma jkunx hemm aktar inkonvenjenza għalihom ċioe' jirrimedja biex iċ-ċimiterju Santa Margerita fir-Rabat jinżamm miftuħ regolarment kif kien matul dawn l-aħħar snin?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li ċ-Ċimiterju tar-Rabat jiftaħ għall-pubbliku nhar ta' Tnejn, l-Erbgħa u s-Sibt bejn it-8.00 a.m. u nofs- in-nhar.", "Iċ-Ċimiterju jinfetaħ ukoll jekk ikun hemm xi funzjoni u l-Awtoritajiet fl-Addolorata jkunu avżati minn qabel.", "RABAT - KADAVRI MISRUQA MIĊ-ĊIMITERJU", "19710.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk riċentement ġewx irrapportati numru ta' kadavri tal-mejtin nieqsa jew mitlufa fiċ-ċimiterju tar-Rabat, Malta?", "Jekk iva, kemm huwa n-numru ta' kadavri irrapportati u x'investigazzjonijiet qed isiru dwar dan il-każ?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Peress li t-tagħrif mitlub ma laħaqx wasal fil- Ministeru, tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "MTARFA - ŻVILUPP FI' NĦAWI RESIDENZJALI", "19711.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd: B'referenza għall-ittra mibgħuta fis-17 ta' Jannar, 1994 mir- residenti ta' Block \"N\" u \"S\" ta' l-Imtarfa, sabiex ma jsirx żvilupp f'dawn l-inħawi residenzjali li jostakolha lil dawn ir-residenti kif spjegat fl- ittra, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'passi ttieħdu għat-talbiet imsemmija?", "Għaliex minkejja dan iż-żmien kollu r-residenti tħallew bla ebda informazzjoni?", "Jista' l-Ministru jara li l-Awtoritajiet konċernati jżuru immedjatament l- inħawi sabiex jiġi rimedjat l-inkonvenjent lil dawn ir-residenti ta' Blocks \"M\" u \"S\" fl-Imtarfa?", "Jekk fl-affermattiv, meta?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Vicin tal-Blokki Nru S u N qieghed isir 'parking area' adegwata.", "It-triq bejn dawn iz-zewg blokki se tkun 'pedestrian' imma l-entratura ghall-blokki tkun tista' tintlahaq f'kaz t'emergenza.", "Bhalissa qieghed isir xoghol fl-inhawi msemmija.", "Il-kuntrattur gie nformat biex ilesti x-xoghol fi zmien qasir biex jitnehha x'inkonvenjent li seta' nqala ghar-residenti.", "BURMARRAD - NUMRU TA' ĦADDIEMA MA DA TONG LTD", "19712.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Kemm huma f'numru l-ħaddiema ta' Da Tong Ltd ta' Burmarrad?", "Kemm fil-fatt ġie esportat laħam lejn il-pajjiżi Ewropej li tipproduċi din id-ditta?", "Oriġinarjament kemm kien in-numru ta' ħaddiema li trid timpjega uffiċjalemnt din il-kumpannija?", "Kemm huwa n-numru ta' ħaddiema Maltin impjegati magħha full-time u part- time?", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Apparti mill-fatt li din hija kumpannija li topera minn premises privati u ghalhekk ma taqax taht il-gurisdizzjoni tal- MDC l-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant hija ta' natura kummercjali.", "ĦABS ĊIVILI - PRIĠUNIERI", "19713.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 18962 Seduta 276 kemm fil-fatt huwa n-numru ta' pulizija li jeskortaw lil priġunier meta jżur il-familjari?", "Għaliex fil-fatt qed jintalab dan il-ħlas lill-familjari tal-priġunieri?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li n-numru ta' Pulizija li jeskortaw lill-priġunieri meta jżuru il-familja jew jattendi xi okkażjoni oħra jsir skond kif ikun imniżżel fil-'Warrant' li joħroġ mill-President tar-Repubblika ta' Malta.", "Mill-1983 dejjem intalab li l-priġunier iħallas ta' l-ispejjeż ta' l- istess skorta.", "FORTINA HOTEL - TINDA KBIRA FUQ IL-BEACH", "19720.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: It- tinda kbira li waħħlu l-Fortina Hotel, Tigne' fuq il-beach concession tagħhom ta' livell għola mill-livell tat-triq twaħħlet bil-permess ta' l- Awtorita' ta' l-Ippjanar?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Jien informat li t-tinda li qed jirreferi għaliha l-Onor.", "Interpellant saret kontemporanjament mat-twessiegħ ta' Tigne Seafront fl-1988 - 1989.", "Din saret qabel ma ġiet kostitwita l-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "Din it-tinda mhux ogħla mit-triq.", "STABBILIMENT DA VINCI - ĦLAS LILL-ĦADDIEMA", "19893.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Billi hu magħruf li sid ir-restaurant \"Da Vinci\" ma ħallasx il-bolli tal- ħaddiema, id-Dipartiment tax-Xogħol kellu jagħmillu mandatt, jikkonsidra l- Ministru li l-HCEB tieħu l-liċenzja lura ta' dan ir-restaurant meta ġie pprovat li s-sid mhux kapaċi jżomm mal-liġi?", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Fid-dawl ta' l-informazzjoni migjuba mill- Onor Interpellant, il-Bord tal-\"Lukandi u Stabbilimenti li Jservu Ikel\" se jikkomunika mad-Dipartiment tax-Xogħol fuq il-kaz.", "Il-Bord jieħu l-passi meħtiega jekk jinstab li s-sid tar-ristorant ma kkonformax mal-ligijiet u mar-regolamenti li jaqgħu taht dan il-bord.", "QRENDI - SERVIZZ TA' DRENAĠĠ F'FULIJA RD", "19894.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 18609, minħabba qagħda mwegħra li tinsab fiha l-familja Agius li hija magħmula minn missier, omm u għaxar ulied, jista' l-Ministru jordna biex ix-xogħol tad- drenaġġ fit-triq imsemmija jsir malajr?", "Japprezza li din il-familja ma jistax ikollha l-faċilitajiet sanitarji bħalma għandhom il-familja kollha Maltin minħabba li d-drenaġġ mhux għaddej minn din it-triq?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: It-talba għad-drenaġġ fi Triq il-Fulija, Qrendi ġiet imdaħħla ma' xogħlijiet oħra fil-futur.", "PULIZIJA - REGOLAMENTI DWAR KAROZZI PPARKJATI ĦAŻIN", "19895.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 18901, tista' l-Pulizija titlob lid-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi biex jagħmel splay żgħira li toħroġ mit-tarf tal-bankina tat-triq imsemmija kif hemm f'post fi Strada Forni biex ix-xufiera ma jkunux jistgħu jipparkjaw hemmhekk?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-talba tiegħu se titressaq quddiem il-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku għall- konsiderazzjoni.", "TOROQ LI JWASSLU GĦALL-ISPTAR SAN RAFFAELE", "19896.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: B'referena għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 18610, billi l- Ministru għat-Trasport weġibni li dan ix-xogħol qed isir mill-Malta University Services, jista' l-Ministru jagħti d-dettalji mitluba?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Peress li l-proġett li qed jirreferi għalih l-Onor.", "Membru huwa responsabbilta' tal-Ministeru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.", "SKOLA ST.", "PATRICK'S - FLUS MOGĦTIJA MILL-GVERN", "19897.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru għas-Sigurta' Soċjali: Kemm ingħatat flus mill-Gvern l-iskola ta' St.Patrick's tas-Salesjani għall-iskema biex iħarrġu tfal minn familji mkissra, etc. mill-1987 'il hawn sena b'sena?", "Kemm tfal tħarrġu minn din l-iskola sena b'sena f'dawn is-snin?", "F'liema snajja' tħarrġu dawn it-tfal?", "Peress li dan l-aħħar tħabbar li l-istamperija ta' din l-iskola fejn jitħarrġu dawn it-tfal saret entita' kummerċjali, il-Gvern se jibqa' jgħinhom kif kien jew se jbiddel il-policy?", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Din il-materja ma taqax taht il-Ministeru tieghi.", "Ghaldaqstant nitlob lil Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tieghu lil Ministru koncernat.", "TELEMALTA - TALBIET GĦALL-ABBONATI TAT-TELEPHONE", "19990.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: Kemm kien hemm talbiet fil-waiting list għall-abbonati ġodda tat-telephone sena b'sena mill-1984 sa Jannar ta' din is-sena, sena b'sena?", "X'inhi l-waiting list fil-preżent u kif kienet f'Mejju 1987 f'dawn il- postijiet:", "Zejtun; Zabbar; Wied il-Għajn; Marsaxlokk; Xgħajra - Zabbar?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Jiena nformat li l-waiting list għall-abbonati tat-telefon, sena b'sena, mill-1984 sa Jannar ta din is-sena kienet kif tidher hawn taħt:", "1984 - 27516 1985 - 24671 1986 - 27187 1987 - 18613 1988 - 15767 1989 - 16437 1990 - 18590 1991 - 20172 1992 - 17055 1993 - 14074 1994 (Jannar) 5446", "Il-waiting list f'Mejju 1987 u Ġunju 1994 fil-lokalitajiet imsemmija mill- Onor. Interpellant kienet kif tidher hawn taħt:", "| |Mejju198|Ġunju | | |7 |1994 | | | | | |Żejtun |344 |36 | |Żabbar |650 |60 | |Wied |303 |302 | |il-Għajn | | | |M'Xlokk |148 |22 | |Xgħajra-Żab|34 |71 | |bar | | |", "TELEMALTA - NUMRU TA' KIOSKS TAT-TELEPHONE", "19991.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazz-joni u Teknologija: Jista' l-Ministru ġentilment jagħti lista ta' telephone booths u mobile booths kif ukoll telecard telephone booths imxerrda ma' Malta u Għawdex?", "Jista' jagħti l-informazzjoni raħal b'raħal u jsemmi kemm minn dawn ġew installati mill-1987 'l hawn?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Jiena nformat li sa Ottubru 1992, l- Korporazzjoni Telemalta kellha 84 cardphones kif ukoll 126 coinboxes.", "Dawn il-coinboxes ġew kollha mibdula f'cardphones.", "Lista ta' madwar 500 cardphone li l-Korporazzjoni għandha nstallati f'Malta u Għawdex, raħal b'raħal tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "Il- Korporazzjoni għandha wkoll mobile unit waħda li tħaddem 4 cardphones.", "Din bdiet tintuża fl-1993.", "L-informazzjoni għall-aħħar parti tal-mistoqsija qed tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.", "TA' QALI - WORLD CHILDREN'S DAY", "19992.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Billi fil-World Children's Day f'Ta Qali kien hemm ħafna ilmenti mill-ġenituri u għalliema minħabba x-xemx qawwija li kien hemm u ħafna ħasshom ħażin minħabba s-sħana, jikkonsidra l-Ministru li s-sena d- dieħla din l-attivita' tant sabiħa ssir fis-7.00 p.m. meta tkun niżlet ix- xemx?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Sfortunatament din is-sena l-ġurnata li fiha ġiet ċelebrata l-\"World Children's Day\" kienet waħda rekord għas-sħana li għamlet.", "B'danakollu, il-membri tal-kumitat li kienu preżenti mill-11.30 ta' filgħodu - uħud anke mid-9.00 ta' filgħodu - sat-8.00 ta' filgħaxija ma jafux bil-\"ħafna li ħasshom ħażin minħabba s-sħana.\"", "L-attivita' għas-sena d-dieħla tkun imfassla mill-kumitat li jrid jinħatar għas-sena 1995.", "Tkun xi tkun l-attivita', is-7.00 ta' filgħaxija mhux ħin adatt għal attivita' organizzata speċifikament għat-tfal.", "DISTRETT NRU.3 - TISWIJA TA' TOROQ", "20009.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Meta jkunu se jsiru xogħlijiet fit-triqat speċjalment meta dawn ikunu se jsiru fit-tul, bħal fil-każ tax-xogħlijiet ta' l-ilma fit-Tielet Distrett Elettorali, qabel ma jibdew ix-xogħlijiet; l-għeluq tat-toroq jew id-devjazzjoni tat-traffiku tiġi mgħoddija għal konsultazzjoni tal-Bord tat- Traffiku?", "Il-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku tal-Pulizija jew il-Pulizija jiġu avżati minn qabel biex jiġi evitat periklu waqt xogħlijiet stradali?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Peress li t-tagħrif mitlub ma laħaqx wasal fil- Ministeru, tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "DISTRETT NRU.", "3 - PROBLEMA TA' L-ILMA", "20010.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru ġentilment jgħid kemm qed jintnefqu flus biex tittaffa darba għal dejjem il-problema ta' l-ilma fin-naħa t'isfel ta' Malta speċjalment, Ħaż Żabbar, iż-Żejtun, Marsaxlokk u Wied il-Għajn?", "Meta hemm il-ħsieb li jitlesta dan il-proġett?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "NTOM - KERA TA' UFFIĊĊJU FI NEW YORK", "20025.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid b'kemm inkera/inxtara l-uffiċċju ta' l-NTOM fl- Empire State Building, New York?", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: L-Ufficju ta' l-NTOM fl-Empire State Building fi New York qed jinkera $26,000 fis-sena.", "GŻIRA - IRRANĠAR TA' BANKINI FI TRIQ G. ZAMMIT", "20026.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari numri 19050 u 19582 dwar Triq G. Zammit, Gżira?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Tlabt lid-Dipartiment tad-Distretti tat- Taqsima tax-Xogħlijiet jara x'jista' jagħmel dwar l-ilment ta' l-Onor.", "Interpellant.", "MOSTA - TISWIJA TA' TRIQ DURUMBLAT", "20064.", "L-ONOR.", "FREDDIE MICALLEF staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid x'kienet il-ħtieġa li fi Triq Durumblat, il-Mosta fi spazju ta' anqas minn sentejn terġa' titħaffer trinka ta' iżjed minn sitt piedi wisa' eżatt kif kien sar sentejn ilu f'din l-istess triq?", "X'inhi r-raġuni li għalkemm kien hemm qbil min-naħa tal-Gvern li trinek ta' din l-għamla kienu qed eventwalment iwasslu għal nefqa aktar biex tissewwa t-triq u allura din is-sistema mhux se tkompli, reġa' ġara l- istess f'dan l-istess lokal?", "Meta din it-triq traffikuża se terġa' tiġi fi stat tajjeb?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru għat-Trasport, Komunikazzjoni u Teknoloġija.", "ASSISTENZA SOĊJALI U ASSISTENZA GĦAD-DISIMPIEG", "20065.", "L-ONOR.", "FREDDIE MICALLEF staqsa lill-Ministru għas-Sigurta' Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li kienu qegħdin jirċievu l-Assistenza Soċjali jew l-Assistenza għad-Disimpieg kull xahar, matul 1993 u l-ewwel ħames xhur ta' din is-sena?", "Kemm kienu nisa u kemm irġiel?", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: In-numru ta' persuni, nisa u rgiel li xahar b'xahar kienu qed jircievu l-Ghajnuna Socjali matul l-1993 u matul l-ewwel hames xhur ta' din is-sena hu kif jidher f'tabella ta' hawn taht.", "Fost dawk li qed jricievu l-Ghajnuna Socjali hemm inkluz dawk li jircievu l-SAF (Ghajnuna Socjali li tithallas lil dawk li qed jiehdu hsieb ta' xi qraba), Romol u kazijiet ta' persuni separati.", "1993", "|XAHAR |GHAJNU| |GHAJNUNA| | | |NA | |SOCJALI | | | |SOCJAL| |GHAD-DIS| | | |I | |IMPIEG | | | |IRGIEL|NISA|IRGIEL |NISA | |Jannar |2575 |196 |834 |3769 | |Frar |2604 |205 |833 |3769 | |Marzu |2624 |216 |831 |3781 | |April |2697 |226 |837 |3779 | |Mejju |2739 |223 |839 |3785 | |Gunju |2773 |234 |836 |3802 | |Lulju |2836 |253 |844 |3817 | |Awissu |2879 |266 |844 |3838 | |Settembr|2910 |271 |848 |3853 | |u | | | | | |Ottubru |2975 |277 |853 |3884 | |Novembru|3014 |280 |849 |3901 | |Dicembru|3050 |291 |850 |3916 |", "1994", "|XAHAR |GĦAJNU| |GĦAJNUNA| | | |NA | |SOĊJALI | | | |SOĊJAL| |GĦAD-DIS| | | |I | |IMPIEG | | |Jannar |3088 |283 |853 |3920 | |Frar |3117 |298 |844 |3915 | |Marzu |3134 |307 |837 |3906 | |April |3127 |296 |835 |3909 | |Mejju |3117 |273 |835 |910 | |Gunju |3102 |264 |827 |3912 |", "IMPIEGI", "20066.", "L-ONOR.", "FREDDIE MICALLEF staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien n-numru ta' persuni li wara li biddlu x-xogħol tagħhom imbagħad kellhom jitilqu mill-impieg il- ġdid qabel tliet xhur u ma tħallewx jirreġistraw fl-ewwel parti tar- Reġistru għal sitt xhur fl-1992, 1993 u fl-ewwel ħames xhur ta' din is- sena?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "KORPORAZZJONI GĦAX-XOGĦOL U TAĦRIĠ - PERSUNI LI NSTABILHOM XOGĦOL", "20067.", "L-ONOR.", "FREDDIE MICALLEF staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li nstabilhom xogħol mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ matul is-sena 1993 u fl-ewwel ħames xhur ta' din is-sena?", "Kemm kien in-numru ta' dawk li m'aċċettawx ix-xogħol li ġie offrut lilhom u ma tħallewx jirreġistraw fl- ewwel parti tar-Reġistru għal sitt xhur f'dan l-istess żmien?", "X'kien in- numru li aċċettaw ix-xogħol li offrewlhom, kellhom jitilqu mix-xogħol qabel tliet xhur u xorta ma tħallewx jirreġistraw fl-ewwel parti tar-Reġistru għal sitt xhur?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "IMTAĦLEB - BOZZA ĦDEJN L-ARBLU TAL-FRAJNA", "20068.", "L-ONOR.", "FREDDIE MICALLEF staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid għaliex li minkejja n-numru ta' rapporti li saru dwar il-fatt li l-bozza li hemm ma' l-arblu tal-Frajna, l-Imtaħleb ilha ma tixgħel aktar minn tliet xhur, sal-lum għad ma ttieħdux passi biex tinxtegħel?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Tlabt lill-Korporazzjoni Enemalta tieħu l- passi meħtieġa.", "KANALI - CABLE TAL-KURRENT ELETTRIKU", "20069.", "L-ONOR.", "FREDDIE MICALLEF staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jidhirlu l-Ministru li l-mod li qegħdin isiru l-kanali biex jiġi mgħoddi l- cable tal-kurrent elettriku għall-indikaturi tal-pedestrian crossings qed jikkaġuna ħsara lil dik il-parti tat-triq minn fejn iridu proprju jaqsmu n- nies?", "Dan il-kanal hu bilfors isir eżatt f'nofs is-sinjali tal-pedestrian crossings, billi wara ftit ġranet li jsir l-asfaltar ta' dawn il-kanali ħafna drabi jifformaw ħofor li huma ta' inkonvenjent kontinwu u anke ta' periklu b'mod speċjali għall-anzjani li jaqsmu t-triq?", "Jista' l-Ministru jibgħat lil xi ħadd jara eżempju ċar ta' din is- sitwazzjoni fil-pjazza tal-Knisja tal-Mosta fejn ħofor imdaqqsa f'nofs il- pedestrian crossings issa ilhom hekk ix-xhur sħaħ?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru għat-Trasport, Komunikazzjoni u Teknoloġija."]} {"filename": "20070626_543d_par.doc", "date": "2007-06-26", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Uffiċjali u Rivedut) L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 543 It-Tlieta, 26 ta' Ġunju, 2007 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 543", "It-Tlieta, 26 ta' Ġunju, 2007", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.02 p.m.", "Talba", "Seduta Nru. 543", "It-Tlieta, 26 ta' Ġunju, 2007", "WERREJ", "MINUTI 87", "KUNSENS GĦAL ATTI 87", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 87", "TQEGĦID TA' KARTI 93", "MOZZJONIJIET", "ABBOZZ TA' LIĠI BIEX JEMENDA L-ATT DWAR L-AWTORITA' MALTIJA DWAR L-ISTANDARDS U DIVERSI LIĠIJIET (L-Ewwel qari) 94", "ABBOZZ TA' LIĠI BIEX JEMENDA L-ORDINANZA DWAR IL-ĦADDIEMA TAL-PORT (L-Ewwel Qari) 95", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR L-AMMINISTRAZZJONI PUBBLIKA (It-Tieni Qari)", "PUBLIC ADMINISTRATION BILL (Second Reading) 95", "AĠĠORNAMENT 116", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 122", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 542 li saret fil-25 ta' Ġunju, 2007 ġew konfermati.", "KUNSENS GĦAL ATTI", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): Ninforma lill-Kamra li l-President ta' Malta għoġbu jagħti l-kunsens tiegħu għal:", "Att Nru VII ta' l-2007 - Att ta' l-2007 li jemenda l-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili; u", "Att Nru VIII ta' l-2007 - Att ta' l-2007 li jemenda l-Kodiċi Ċivili.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "MALTAPOST - KODIĊI POSTALI", "24318.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 24005, jista' l-Ministru jgħid meta se joħroġ il-ktejjeb li fih jidhru l-kodiċi postali l-ġodda issa li l- Maltapost biddlithom biex ma jkunx hemm taħwid u dewmien fit-tqassim tal- posta?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni): Ninsab infurmat li minflok il-ktejjeb, il-Maltapost se tikkomunika l-kodiċi postali l-ġodda permezz ta' post code finder fuq il- website tal-kumpannija www.maltapost.com.", "Din il-post code finder, li hija magħmula minn search engine u database bl-indirizzi ta' kull residenza f'Malta u Għawdex, tiġi aġġornata f'ħin reali.", "Dawk in-nies li m'għandhomx aċċess għall-internet ikunu jistgħu jċemplu l- Maltapost customer care fuq freephone numru 80072244 mis-07.30 a.m. sa 16.00 p.m. mit-Tnejn sal-Ġimgħa.", "Il-Maltapost se tniedi inizjattiva fejn sejra tiċċirkola kartolini bil- kodiċi postali f'kull residenza.", "Dawn il-kartolini ikunu jistgħu jintbagħtu lill-qraba kemm ġo Malta kif ukoll barra minn Malta biex tinforma lill-qraba bil-kodiċi l-ġdid ta' dik ir-residenza partikolari.", "Dawn il-kartolini jistgħu jintbagħtu mingħajr bżonn ta' bolla u jinġarru b'xejn mill-Maltapost.", "Apparti dan kollu l-pubbliku se jiġi informat bil-kodiċi postali l-ġodda b'kampanja ta' informazzjoni fil-media kollha inkluż it-TV.", "FABBRIKI", "24770.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Chris Agius) staqsa lill- Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Kemm hu n-numru ta' fabbriki reġistrati mal-Malta Enterprise u mal-Malta Industrial Parks?", "Jista' jaqsamhom skond is-setturi differenti u jgħid ukoll kemm hemm impjegati f'kull settur?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Rigward l-ewwel parti tal-mistqosija nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 23493.", "Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija ninsab infurmat li din it-tip ta' informazzjoni ma tinżammx.", "Għall-aħħar parti tal-mistoqsija, nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi l-mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Hemm xi raġuni għaliex ma tinżammx statistika dwar in- numru ta' impjegati f'dawn il-fabbriki?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Safejn naf jien is-setturi li jżommu l-informazzjoni huma dawk ta' l-NSO.", "TELF TA' ELETTRIKU ĠENERAT", "25176.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Silvio Parnis) staqsa lill- Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: X'inhu l-persentaġġ ta' elettriku ġenerat li qed jintilef qabel ma jasal għand il-konsumatur?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Il-persentaġġ ta' l-elettriku ġenerat li qed jintilef qabel ma jasal għand il-konsumatur huwa ta' 15.8%, kif indikat fil- financial statements tal-korporazzjoni għas-sena li tagħlaq fit-30 ta' Settembru, 2005.", "Huwa stmat li 5% huma technical losses u l-kumplament jinkludu serq, meters weqfin, stimi żbaljati eċċ.", "MĠARR - ĦWIENET", "25999.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Anton Refalo) staqsa lill- Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: X'se jsir mill-ħwienet li kien hemm fil-port tax-xatt ta' l-Imġarr, Għawdex, li kienu mikrija mil-lands department lil terzi?", "Dawn it-terzi se jinstabulhom ħwienet alternattivi jew se jingħataw xi forma ta' kumpens?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi l-mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "MALTA INDUSTRIAL PARKS", "26717.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Kemm kienu l-individwi jew azjendi li matul din is-sena l-Malta Industrial Parks Limited infurmathom li jridu jitilqu minn Ħal Far u jmorru fil-qasam industrijali ta' Ħal Luqa?", "Jista' jqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-kundizzjonijiet li qed tesiġi l-Malta Industrial Parks Limited mill- azjendi involuti?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Din is-sena l-ebda individwu jew azjenda ma ġew informati sabiex jitilqu minn Ħal Far u jirrilokaw lilhom infushom ġewwa Ħal Luqa.", "NEFQA FUQ SAFAR UFFIĊJALI", "25605.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'Joe Debono Grech) staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Kemm sewa flus is-safar, inkluż flights, subsistence allowance u accommodation li fih kien involut il-Ministru, inkluż l-uffiċjali li marru miegħu, globalment għal kull safra separata?", "Fejn kienet id-destinazzjoni u min akkumpanjah matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 separatament?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura) (f'isem il- Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent): Qed inpoġġi fuq il-mejda tal- Kamra l-informazzjoni mitluba.", "NEFQA FUQ HOSPITALITY", "25606.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joe Debono Grech) staqsa lill- Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Kemm kienet in-nefqa fuq kull tip ta' hospitality fil-ministeru, dekasteru u enti tiegħu separatament u xahar b'xahar matul Jannar, Frar u Marzu 2007?", "Min ta l-approvazzjoni għal dan l-infiq f'kull każ separatament?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent): Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.", "SAFAR UFFIĊJALI – KONTIJIET PENDENTI", "25607.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joe Debono Grech) staqsa lill- Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Hemm kontijiet pendenti mhux magħluqa jew flus minn subsistence allowance żejda mhux ritornati fuq xi safar li sar matul Jannar, Frar jew Marzu 2007, fil-ministeru, dekasteru u enti tiegħu?", "F'każ li fl-affermattiv, min huma dawn l-uffiċjali u x'inhi r- raġuni?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT (Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq): Il- kontijiet tas-safar minn uffiċjali tal-ministeru bejn Jannar u Marzu 2007 huma kollha magħluqa u m'hemmx subsistence allowance żejda mhux ritornata fuq xi safar li sar matul Jannar, Frar jew Marzu,2007.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Il-Ministru huwa f'pożizzjoni li jinformani dwar il- bypass ta' Ħaż-Żebbuġ fejn kont ġbidtlu l-attenzjoni li parti minnha sfrundat?", "Marru l-esperti biex jiċċekjaw?", "Jekk fl-affermattiv, x'kienu r- rapporti tagħhom?", "MR SPEAKER: Din m'hijiex relatata mad-domanda oriġinali, pero' jidher li l- Ministru mhux qed joġġezzjona għaliha, u għalhekk jista' jirrispondi.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Mr Speaker, għalkemm il-mistoqsija supplimentari m'għandhiex x'taqsam ma' dik oriġinali, xorta waħda se nwieġeb għax lill- Onor. Interpellant kont tajtu l-kelma li se niċċekja dwar dak li kien staqsieni fuq il-bypass ta' Ħaż-Żebbuġ.", "Jiena kont bgħatt lill-perit konċernat jiċċekkja u ma rriżultax li hemm xi ċediment ġdid.", "Li hemm hu difett sekondarju li għandu x'jaqsam mas-sistema tad-drenaġġ.", "Konna nafu diġa' bih u qegħdin f'kuntatt mal-kuntrattur biex jiffinalizza.", "NEFQA FUQ SAFAR UFFIĊJALI", "25608.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joe Debono Grech) staqsa lill- Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Kemm sewa flus is-safar, inkluż flights, subsistence allowance u accommodation, li fih kien involut il- Ministru, inklużi l-uffiċjali li marru miegħu, globalment għal kull safra separata?", "Fejn kienet id-destinazzjoni u min akkumpanjah matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 separatament?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Matul il-perjodu indikat kien hemm safra waħda flimkien maċ-chairman ta' l-ADT għall-Ingilterra.", "L-ispejjez involuti globalment kienu ta' Lm2,296.20, li Lm982.65 minnhom ġew rifużi mill-ADT.", "NEFQA FUQ HOSPITALITY", "25609.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joe Debono Grech) staqsa lill- Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Kemm kienet in-nefqa fuq kull tip ta' hospitality fil-ministeru, dekasteru u enti tiegħu separatament u xahar b'xahar matul Jannar, Frar u Marzu 2007?", "Min ta l-approvazzjoni għal dan l-infiq f'kull każ separatament?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: In-nefqa ta' hospitality xahar b'xahar matul Jannar, Frar u Marzu ta' din is-sena kienet kif jidher hawn taħt:-", "Jannar", "Ministeru/Dipartiment Lm 203.17 Awtorita' dwar it-Trasport Lm 1010.97", "Frar", "Ministeru/Dipartiment Lm 200.01 Awtorita' dwar it-Trasport Lm 705.79", "Marzu", "Ministeru/Dipartiment Lm 454.49 Awtorita' dwar it-Trasport Lm 1746.60", "SAFAR UFFIĊJALI – KONTIJIET PENDENTI", "25610.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joe Debono Grech) staqsa lill- Ministru ta' l-Affarijiet Barranin: Hemm kontijiet pendenti mhux magħluqa jew flus minn subsistence allowance żejda mhux ritornati fuq xi safar li sar matul Jannar, Frar jew Marzu 2007, fil-ministeru, dekasteru u enti tiegħu?", "F'każ li fl-affermattiv, min huma dawn l-uffiċjali u x'inhi r- raġuni?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (Segretarju Parlamentari) (f'isem il-Ministru ta' l- Affarijiet Barranin): F'Jannar, Frar u Marzu 2007 kien hawn sitt każi ta' kontijiet ta' safar mhux magħluqa.", "Ir-raġuni hija l-pressjoni ta' xogħol fil-ministeru fejn is-safar huwa parti integrali minnu.", "FABBRIKI FIL-QASAM INDUSTRIJALI TAX-XEWKIJA", "25651.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Chris Agius) staqsa lill- Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru jagħti l-ismijiet tal-kumpanniji li jinsabu joperaw fil- qasam industrijali tax-Xewkija f'Għawdex?", "X'tip ta' prodotti jimmanifatturaw u kemm hemm impjegati f'kull fabbrika?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ir-risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' impjiegi se jiġu ġenerati f'dan il-qasam industrijali tax-Xewkija?", "Għandi nifhem li ħaġa bħal din il-Ministru jkun jafha fuq ponot subajgħ abbażi tal-planning u l- pjan politiku tal-gvern?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Billi l-politika tas-central planning spiċċat mal-gvern Soċjalista ta' l-1987 huwa impossibbli, improbabbli u mhux desiderabbli li wieħed ikollu dan it-tip ta' planning li jgħid li f'dan il-qasam irid ikollu bilfors dawn it-tip ta' impjiegi.", "Ir-realta' ta' l-ekonomija llum, li għadu ma rrealizzax il-partit Laburista, hija li l-livell ta' impjiegi jiddependi mit-tip ta' investiment u jiddependi wkoll mill-inċentivi li jkollna meta komparati mad-dinja globalizzata tal-lum.", "Aħna ma nagħmlux bħalma jagħmel il-partit Laburista li jgħid li se jġib fabbrika ta' l- 1000,dik il-fabbrika tibqa' ma tiġix u eżatt wara jitlef l-elezzjoni.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jiġifieri qed nifhem sew li l-inċentivi li jagħti l- gvern għall-manifattura huma bla direzzjoni?", "Jekk dan m'huwiex il-każ, jista' jispjega għal liema inċentivi qed jingħataw dawn il-benefiċċji?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-Onor.", "Interpellant qed jifhem totalment ħażin u nistiednu jaqra l-lista ta' inċentivi li huma parti mill-Business Promotion Act u li jiddiskrivu fid-dettall f'liema setturi aħna qegħdin ninċentivaw l- investiment f'Malta.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Kemm hemm kumpanniji f'Għawdex li qed jiggwadanjaw minn dawn l-inċentivi li l-Ministru qed jirriferi għalihom?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Sur President, ftit ilu l-kollega tiegħu staqsieni kemm hemm kumpanniji f'Għawdex li qegħdin jiggwadanjaw minn dawn l-inċentivi u jiena rrispondejtu.", "Għaldaqstant nitolbu jirriferi għal din it-tweġiba.", "BIRGU - XOGĦLIJIET FUQ ĠNIEN", "25652.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Chris Agius) staqsa lill- Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Fiex waslu x-xogħlijiet sabiex il- ġnien imwiegħed li kellu jsir fuq l-appartamenti ta' Sant'Anġlu fil-Birgu jibda jitgawda mir-residenti?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Il-ġnien fuq l-appartamenti ta' Sant'Iermu f'Sant'Anġlu jibda jitgawda meta l-konsorzju jitrasferixxi dan l-ispazju lura lill-gvern sabiex ikun jista' jiftħu għall-pubbliku.", "Dan it- trasferiment huwa marbut mall-kuntratt u l-obbligi tal-konsorzju.", "BAĊIR NRU.", "1", "25653.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Chris Agius) staqsa lill- Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Fiex wasal il-proċess tal-baċir Nru. 1?", "Meta jaħseb li jista' jibda dan ix-xogħol?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Bħalissa l-proġett ta' dock Nru. 1 qiegħed fil- fażi ta' negozjati mal-konsorzju ROMEGAS u l-MEPA qed tipproċessa l- applikazzjoni għall-permess ta' l-outline development magħmula mill- konsorzju.", "Il-ħruġ ta' dan il-permess jiddetermina meta jkun jista' jiġi konkluż il-kuntratt mal-konsorzju biex jiġi ppreżentat għall-approvazzjoni tal-parlament.", "Ix-xogħlijiet ikunu jistgħu jibdew wara dan il-proċess u wara li l-konsorzju jikseb ukoll il-full development permit.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Kemm se jieħu żmien biex jitlesta dan il-proċess?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Nispera li l-permess ta' l-outline development application ikun ħareġ sa Settembru li ġej.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Hemm xi unit partikolari li qiegħda tikkordina din it- target date?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Fi ħdan il-ministeru tiegħi waqqaft il-capital projects development unit li qiegħed isegwi hands-on l-iżviluppi kollha mal- MEPA.", "Barra minn hekk hemm negotiating team chaired mis-segretarju permanenti fil-ministeru tiegħi, bl-involviment ta' persuni minn diversi dipartimenti fosthom il-lands, il-finanzi u anke ta' xi esperti privati.", "Dawn iż-żewġ entitajiet bejniethom qegħdin jieħdu ħsieb il-proċess kollu neċessarju kemm mal-MEPA biex toħroġ l-outline development permit kif ukoll biex isiru n-negozjati fuq il-quantum u l-kondizzjonijiet li jridu jmorru mar-riżoluzzjoni parlamentari.", "BORMLA: SKOLA E. S. INGLOTT – GĦALLIEMA TA' L-INGLIŻ", "25654.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Chris Agius) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Huwa minnu li hemm għalliem ta' l-Ingliż nieqes għall-istudenti tal-Form IV fl-iskola E. S. Inglott Bormla?", "X'inhi r-raġuni li t-tours li kienu jsiru lill-istess studenti fl-universita' twaqqfu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi): L- għalliema ta' l-Ingliz tal-Form IV ilha marida l-isptar minn Jannar 2004.", "L- iskola għamlet arranġamenti sabiex l-istudenti jkollhom lezzjonijiet ta' l- Ingliz.", "Informat ukoll li din is-sena l-iskola imsemmija ma ġietx mitluba torganizza tours ta' l-universita'.", "Sur President, qed nissuspetta li fir-risposta hawn xi żball għax naħseb li d-data trid tiġi \"Jannar 2007\" u mhux \"Jannar 2004\".", "Nivverifika f'mument ulterjuri.", "KOTTONERA - STUDENTI GRADWATI", "25655.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Chris Agius) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Kemm gradwaw studenti mill- Kottonera f'Novembru u f'Diċembru li għaddew, maqsuma skond il-lokalita' u fiex iggradwaw?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif mitlub se jitpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "BIRGU - XOGĦLIJIET FUQ ĠNIEN", "25656.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Chris Agius) staqsa lill- Ministru għall-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Fiex waslu x-xogħlijiet sabiex il-ġnien li ġie mwiegħed li kellu jsir fuq l-appartamenti ta' Sant'Anġlu fil-Birgu jibda jitgawda mir-residenti?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA (Ministru għall-Familja u Solidarjeta' Soċjali): Il- ġnien li għamel riferenza għalih l-Onor.", "Interpellant m'huwiex fost il- proġetti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tal-ministeru tiegħi.", "GIOVANNI CURMI HIGHER SECONDARY", "26601.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Kemm hija l-popolazzjoni ta' Giovanni Curmi Higher Secondary u minn liema lokalita' ġejjin l- istudenti?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif mitlub se jitpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Sur President, fl-iskejjel sekondarji ċerti studenti qed ikollhom jiffaċċjaw diversi diffikultajiet, fosthom li ċerti għalliema, għal raġunijiet mediċi, qed ifallu għal ġimgħat u xhur sħaħ, u f'ċerti każi anke għal nofs it-term skolastiku.", "Ovvajment fil-frattemp jintbagħtu għalliema oħra, imma wara xi sitt ġimgħat jew tmienja.", "Fir-rigward ta' din is-sitwazzjoni, isir xi monitoring bil-għan li jsiru xi rakkmandazzjonijiet lill-istudenti jew lill-ġenituri tagħhom ħalli s-sillabu ta' dawn l- istudenti jkun sostnut matul is-sena skolastika?", "MR SPEAKER: Onorevoli, din m'għandha x'taqsam xejn mad-domanda oriġinali u jekk m'hawnx il-permess tal-Kamra nistgħu ngħaddu għall-mistoqsija li jmiss.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Point of order, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: X'inhu l-point of order, Onor. Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Sur President, jiena hawnhekk mhux qed nirrappreżenta l-interessi tal-poplu li eleġġieni u l-ġurament li ħadt li nkun fidil u leali lejn il-poplu u l-Kostituzzjoni tagħna?", "Tista' tgħidli, Sur President?", "MR SPEAKER: Onorevoli, dan m'huwiex point of order.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG (Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern): Mr Speaker, jien se nagħmel is-sottomissjoni tiegħi, mhux se nagħti ruling.", "Dak li qal l-Onor.", "Interpellant m'għandu x'jaqsam xejn mal-ġurament tal- lealta'.", "Aħna l-ġurament ta' lealta' għamilnieh ukoll lejn ir-regoli tal- Kamra.", "Dawn jgħidu li mistoqsija supplimentari trid tkun relatata mad- domanda oriġinali.", "Allura l-iSpeaker għandu raġun li jiġbed dik l- attenzjoni.", "Jekk imbagħad il-Ministru jkun irid iwieġeb xorta waħda, jista' jwieġeb.", "B'dan il-mod irridu nimxu imma l-iSpeaker għandu dritt jiġbed l- attenzjoni dwar din il-ħaġa.", "M'għandu x'jaqsam xejn il-fatt li l-Onor.", "Farrugia jirrappreżenta lill-poplu, Mela din in-naħa ma tirrappreżentax lill-poplu wkoll!", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Sur President, il-mistoqsija oriġinali hija fuq il- popolazzjoni studenteska ta' l-iskejjel sekondarji u qed nagħmel mistoqsija lill-Ministru ta' l-edukazzjoni dwar il-fatt li ċerti studenti qed jiffaċċjaw diffikultajiet għax l-għalliema tagħhom qed ifallu – dan għal raġunjiet mediċi, m'hu tort ta' ħadd – għall-perjodu twil ħafna, u jiena nifhem li din hija xi ħaġa ta' interess nazzjonali.", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Bl-istess argument, nistgħu nneħħu l-questions, ħadd ma jagħmel questions u kulħadd isaqsi fuqiex irid.", "Jekk trid li nagħmlu hekk, nagħmlu hekk.", "Aħna diġa' għamilna proposta darba biex isir hekk, intom għadkom ma weġibtuniex.", "Imma sakemm ir-regoli huma hekk, il-mistoqsija supplimentari trid tkun relatata ma' dik oriġinali, u mhux għax il- mistoqsija tkun dwar l-edukazzjoni, allura wieħed jista' jsaqsi li jrid fuq l-edukazzjoni.", "Id-domanda oriġinali kienet dwar il-popolazzjoni tal-higher secondary u m'għandhiex x'taqsam xejn ma' dak li qed jistaqsi issa l-Onor.", "Interpellant.", "(Interruzzjonijiet) Issa jekk irid il-Ministru, jekk irid hu, jista' jirrispondi.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Point of order, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, on a point of order.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Niġbidlek l-attenzjoni li m'hawnx quorum, Sur President.", "MR SPEAKER: Hawn talba għall-quorum, u għalhekk is-seduta hija sospiża għal ħames minuti.", "Fis-6.19 p.m. is-seduta ġiet sospiża u rriżumiet ħames minuti wara.", "MR SPEAKER: Peress li issa hawn quorum is-seduta tista' tkompli.", "Ngħaddu għall-mistoqsija li jmiss.", "MCAST - POPOLAZZJONI", "26604.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Kemm hija l-popolazzjoni ta' l-MCAST u minn liema lokalita' ġejjin l-istudenti?", "Jista' jagħti din l-informazzjoni istitut b'istitut?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif mitlub se jitpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "SKEJJEL - GĦALLIEMA TA' L-ICT", "26605.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Kemm hawn għalliema ta' l- ICT fil-preżent u f'liema skejjel qegħdin?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li hawn 87 għalliem ta' l-ICT.", "Lista ta' l- iskejjel fejn qegħdin se titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "BORDIJIET", "26608.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-bordijiet, awtoritajiet u kummissjonijiet imwaqqfa mill-gvern?", "X'inhu n-numru ta' nisa u ta' rġiel li huma membri ta' dawn il-bordijiet, awtoritajiet u kummissjonijiet?", "Jista' jagħti din l-informazzjoni skond l- etajiet li dawn il-persuni għandhom maqsuma f'dawk li għandhom inqas minn 29 sena, bejn it-30 u l-45 sena u 'l fuq minn 46 sena?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra tabelli A u B għar-rigward ta' l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u l-Ministeru tal-Finanzi rispettivament u li jagħtu l- informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant.", "Fir-rigward ta' ministeri oħra nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-ministru konċernat.", "BORDIJIET", "26609.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Liema huma l- bordijiet, awtoritajiet u kummissjonijiet imwaqqfa mill-gvern?", "X'inhu n- numru ta' nisa u ta' rġiel li huma membri ta' dawn il-bordijiet, awtoritajiet u kummissjonijiet?", "Jista' jagħti din l-informazzjoni skond l- etajiet li dawn il-persuni għandhom maqsuma f'dawk li għandhom inqas minn 29 sena, bejn it-30 u l-45 sena u 'l fuq minn 46 sena?", "ONOR.", "TONIO BORG: It-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant hu kif jidher fit-tabella li qed inoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.", "BORDIJIET", "26610.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Liema huma l-bordijiet, awtoritajiet u kummissjonijiet imwaqqfa mill-gvern?", "X'inhu n-numru ta' nisa u ta' rġiel li huma membri ta' dawn il-bordijiet, awtoritajiet u kummissjonijiet?", "Jista' jagħti din l-informazzjoni skond l-etajiet li dawn il-persuni għandhom maqsuma f'dawk li għandhom inqas minn 29 sena, bejn it- 30 u l-45 sena u 'l fuq minn 46 sena?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nirriferi l-Onor.", "Membru għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 24496.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Tqegħid ta' Karti.", "Il- Ministru Zammit.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar l-għadd u l-grad ta' l-uffiċjali u ħaddiema fis- segretarjat tal-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 26790.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Anthony Abela.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Sur President, f'isem il-Ministru għal Għawdex, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:-", "Tagħrif dwar l-għadd u l-grad ta' l-uffiċjali u l-ħaddiema fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex li għandhom shift allowances bejn Jannar 1999 u Marzu 2007, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 26773;", "f'isem il-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l- Informazzjoni nqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:-", "Tagħrif dwar l-għadd u l-grad ta' l-uffiċjali u ħaddiema fis- segretarjat tal-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 26789; u", "f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:-", "Tagħrif dwar uffiċjali u ħaddiema li rriżenjaw jew spiċċaw mix-xogħol u dwar uffiċjali u ħaddiema li nħatru fid-dekasteru li għalih hu responsabbli l-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent bejn Mejju 2004 u Ġunju 2007, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 26827.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Helen D'Amato.", "ONOR.", "HELEN D'AMATO (Segretarju Parlamentari): Sur President, f'isem il- Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunita' inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:- Tagħrif dwar l-għadd u l-grad ta' l-uffiċjali u ħaddiema fis- segretarjat tal-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunita', bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 26794.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet.", "MOZZJONIJIET", "ABBOZZ TA' LIĠI BIEX JEMENDA", "L-ATT DWAR L-AWTORITA' MALTIJA DWAR L-ISTANDARDS U DIVERSI LIĠIJIET", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni): Sur President, nipproponi l-Ewwel Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi imsejjaħ \"Att ta' l-2007 biex jemenda l-Att dwar l-Awtorita' Maltija dwar l-iStandards u Diversi Liġijiet\".", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR ANTHONY ABELA: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att ta' l-2007 biex jemenda l-Att dwar l-Awtorita' Maltija dwar l-iStandards u Diversi Liġijiet\" ikun moqri l-Ewwel Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ABBOZZ TA' LIĠI BIEX JEMENDA", "L-ORDINANZA DWAR IL-ĦADDIEMA TAL-PORT", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Sur President, nipproponi l-Ewwel Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att ta' l-2007 biex jemenda l-Ordinanza dwar il-Ħaddiema tal- Port\".", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "FRANCO GALEA: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att ta' l-2007 biex jemenda l-Ordinanza dwar il-Ħaddiema tal-Port\" ikun moqri l-Ewwel Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "MR SPEAKER: Ngħaddu issa għall-Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR", "L-AMMINISTRAZZJONI PUBBLIKA", "PUBLIC ADMINISTRATION BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mill-25 ta' Ġunju, 2007.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "MR SPEAKER: Il-Prim Ministru huwa in possession.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sur President, se nkompli fejn ħallejt il-bieraħ meta kont qiegħed nagħmel l-introduzzjoni tiegħi għal dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna.", "Il-bieraħ tajt ftit tar-retroxena li wasslet għal dan l-abbozz ta' liġi, li effettivament se tkun l-ewwel liġi mgħoddija mill- parlament Malti li se tkun qiegħda tirregola s-settur pubbliku.", "Fl-istorja tagħna qatt ma kellna liġi speċifika li tirregola s-settur pubbliku kollu kemm hu.", "Qatt ma kellna liġi li tirregola s-servizz ċivili.", "Issa llum m'għandix għalfejn nirrepeti dak li għedt il-bieraħ u għalhekk se nkompli fejn ħallejt.", "Il-bieraħ qrajt lill-Kamra r-raġunijiet li l-liġi stess tpoġġi fl-ewwel faċċata ta' dan l-abbozz ta' liġi u r-raġuni għalfejn il-gvern qiegħed jipproponi din il-liġi.", "Naturalment il-gvern qiegħed jipproponi din il- liġi wara li saru l-konsultazzjonijiet kollha li semmejt il-bieraħ.", "Hawnhekk għandna miktub ċar u tond li dan l-abbozz ta' liġi qiegħed jitressaq quddiem din il-Kamra sabiex naffermaw il-valuri li aħna nemmnu li għandu jkun hemm fl-amministrazzjoni pubblika bħala dak l-istrument li joħloq il-ġid komuni.", "Jekk il-Bambin irid, meta nkunu għaddejna din il- liġi mill-istadji kollha tal-proċess legislattiv u nkunu wasalna sabiex nippubblikawha, il-mira tagħna għandha tkun dik li finalment, l- amministrazzjoni pubblika ta' pajjiżna tkun strument aħjar minn dak li għandna llum u li tkun qiegħda taħdem għall-ġid komuni.", "Meta ngħidu għall- ġid komuni nkunu qegħdin infissru għall-ġid tagħna lkoll, għall-ġid tal- pajjiż kollu u għall-ġid ta' kulmin b'xi mod jew ieħor huwa klijent ta' servizz li jiġi pprovdut mis-settur pubbliku.", "Sur President, qegħdin ngħidu wkoll li l-mira tagħna hija dik li nipprovdu għall-applikazzjoni ta' dawk il-valuri li għandek stabbiliti fil-liġi fis- settur pubbliku kollu.", "Mela hawnhekk m'aħniex qegħdin nitkellmu biss fuq iċ-ċivil jew fuq id-dipartimenti tal-gvern, imma qegħdin nitkellmu wkoll fuq l-entitajiet tal-gvern u fuq l-aġenziji tal-gvern.", "Fl-opinjoni tiegħi hawnhekk qegħdin nagħmlu breakthrough kbir.", "Illum qegħdin inpoġġu lil kulmin b'xi mod jew ieħor għandu x'jaqsam mas-settur pubbliku taħt reġim partikolari u taħt sett ta' valuri u ta' atteġġjament ta' etika partikolari.", "Qegħdin ngħidu wkoll li dan l-abbozz ta' liġi irid iservi sabiex jipprovdi għall-organizzazzjoni dettaljata u għat-tmexxija ta' dan is-settur pubbliku kollu kemm hu fid-diversi aspetti tiegħu.", "Għaldaqstant inħoss li llum għandi ndur daqxejn l-aktar aspetti importanti ta' dan l-abbozz ta' liġi.", "Aħna nafu li d-dettalji tal-liġi nidħlu fihom fil-kumitat u mhux hawnhekk.", "L-iskop ta' dan id-dibattitu huwa wieħed fuq prinċipji ġenerali.", "Allura sabiex nimxi mar-regoli tal-Kamra u nagħmel dak li tkun trid il-Kamra meta nidibattitu l-liġijiet f'dan il-parlament, jien se nsemmi l-prinċipji ewlenin u l-aspetti l-aktar importanti ta' dan l- abbozz ta' liġi.", "Eventwalment kif diġa' għedt, id-dettalji nkunu nistgħu narawhom meta niġu fl-istadju tal-kumitat u wara li nkunu smajna lil xulxin f'dan id-dibattitu.", "Għalhekk nispera li dan id-dibattitu jkun wieħed kostruttiv.", "U se nibda bl-ewwel punt importanti li nsibu f'din il-liġi.", "Il-liġi tibda billi tistabilixxi x'inhuma l-prinċipji u l-valuri, li bħala gvern qegħdin nipproponu lil dan il-parlament sabiex japprova u i għandhom jiġu mħaddna mis-settur pubbliku kollu kemm hu.", "Din se nerġa' nenfasizza fuqha għaliex għalkemm aħna nifhmuha, hemm ħafna nies li jkunu qegħdin jisimgħuna li xi kultant jitfixxklu.", "Meta ngħidu \"settur pubbliku\" in-nies jaħsbu li qegħdin nitkellmu fuq id-dipartimenti tal-gvern biss, jew inkella fuq iċ-ċivil.", "Imma hawnhekk m'aħniex qegħdin ngħidu ċ-ċivil biss imma qegħdin ngħidu wkoll dawk l-entitajiet, dawk l-aġenziji, dawk il- fondazzjonijiet u dawk il-korporazzjonijiet li jaqgħu taħt din il-kelma aktar wiesa' u li aħna ngħidulha s-settur pubbliku.", "Għall-ewwel darba fl- istorja ta' pajjiżna għandna liġi li issa se tpoġġi fl-ewwel artikoli tagħha x'inhuma l-prinċipji u l-valuri li għandhom jiggwidaw lil dan is- settur pubbliku kollu kemm hu.", "Sur President, naħseb li huwa importanti li nibdew fuq dan il-punt.", "Huwa importanti li nenfasizzaw mill-bidunett li wieħed mill-ewwel prinċipji li ġie stabbilit f'din il-liġi huwa dak ta' l-accountability.", "Kull dipartiment, aġenzija jew entita' tal-gvern għandhom jimxu skond dan il- prinċipju ta' l-accountability.", "Ovvjament għandek dawk l-entitajiet li huma ta' natura kummerċjali u li allura joperaw b'regoli tal-kummerċ u tal- kompetizzjoni.", "Dawn jaħdmu differenti mill-entitajiet l-oħra u huma speċifikament esklużi.", "Fil-fatt il-liġi tgħid liema huma dawk il-kumpanniji li qegħdin neskludu.", "Imma dawk kollha li għandhom b'xi mod jew ieħor responsabilita' lejn il-gvern u lejn il-pubbliku għar-riżorsi li jamministraw, għall-flus li aħna nivvotawlhom, iridu jimxu skond dan il- prinċipju ta' l- accountability.", "Naturalment accountability mhux bil- paroli.", "Ftit wara li lħaqt prim ministru kont sejjaħt żewġ laqgħat f'Kastilja, waħda għall-kapijiet tad-dipartimenti u l-oħra għall-kapijiet tal- fondazzjonijiet u ta' l-entitajiet kollha li għandu l-gvern.", "Dawn il- laqgħat kienu pubbliċi għaliex kien hemm il-ġurnalisti u ġew irrapportati.", "Dakinhar kont għedt li jien qiegħed nistenna mingħand kull kap ta' dipartiment, mingħand kull chairman u mingħand kull CEO li jkunu accountable ta' l-azzjoni tagħhom, li jkunu trasparenti fl-azzjoni tagħhom u li jridu jerfgħu r-responsabilita' li l-pajjiż ipoġġi fuq spallejhom meta huma jkunu qegħdin jamministraw il-flus tal-poplu tagħna.", "Kont għedtilhom li huma jridu jaraw li fl-entitajiet tagħhom u fost in-nies u l-impjegati li jkunu taħthom ikun hemm mhux biss id-dixxiplina, imma jkun hemm ukoll l- accountability tagħhom sal-livelli l-aktar 'l isfel ħalli nkunu ċerti, sal- massimu possibbli, li nkunu qegħdin nagħtu lill-poplu tagħna dak li verament jistħoqqlu, jiġifieri l-accountability.", "Għalhekk f'din il-liġi qegħdin nagħmlu prinċipju li fl-artikoli l-oħrajn kollha jiġi msarraf fi struttura partikolari li tixrob din l-accountability u twettaqha.", "Naturalment mhux l-accountability biss, imma hemm affarijiet oħra marbuta mat-trasparenza, mal-professjonalita' u ma' standards li aħna qegħdin nistennew mill-amministrazzjoni pubblika.", "L-artikolu 4 tal-liġi jkompli jsemmi l-valuri partikolari li aħna qegħdin nenfasizzaw fuqhom.", "Naħseb li jkun utli li barra l-prinċipji li huma stabbiliti, insemmi wkoll x'tip ta' valuri qegħdin nipproponu bħala dawk il- valuri li għandhom jiġgwidaw lis-settur pubbliku f'pajjiżna.", "Fl-artikolu 4 qegħdin ngħidu ċar u tond li d-dipartimenti, l-aġenziji u l-entitajiet tal- gvern għandu jkollhom dawn il-ħames valuri partikolari.", "L-ewwel valur huwa dak li jeżerċitaw is-setgħa, il-poteri u r-responsabilitajiet li l-liġi - kemm din il-liġi kif ukoll liġijiet oħra – tkun qiegħda tagħtihom.", "Dawn għandhom jeżerċitaw din is-setgħa skond ir-regolamenti tal-liġijiet li jkunu qegħdin jirregolawhom.", "Fl-eżerċizzju ta' dak il-poter għandhom ukoll jaqdu u jagħtu servizz lill-pubbliku b'korteżija, malajr u b'imparzjalita'.", "Dawn it-tliet aġġettivi m'aħniex qegħdin insemmuhom b'kumbinazzjoni.", "Hawnhekk irridu noqogħdu attenti sabiex f'dan id-dibattitu li se jkollna ma niġġeneralizzawx għaliex hemm min jaħdem tajjeb, jaħdem b'korteżija, jaħdem b'effiċjenza u hemm min jaħdem b'imparzjalita'.", "Pero' xi kultant issib dawk l-irqajja' fejn ikollok dawn id-difetti.", "Allura hawnhekk qegħdin inwasslu messaġġ, u nixtieq li dan il-parlament iwassal dan il-messaġġ b'mod unanimu lis-settur pubbliku kollu.", "Min-naħa tagħna qegħdin nistennew mingħand kulħadd, mill-kbir saż-żgħir, li s-servizz li jingħata b'obbligu mill- ħaddiema taċ-ċivil u mill-ħaddiema tas-settur pubbliku jkun servizz li jingħata b'korteżija.", "Il-ħaddiema m'humiex qegħdin jagħmlulna pjaċir, imma huma mħallsin sabiex jagħtu servizz.", "Issa dan is-servizz għandu jkun wieħed li jaqdi l-bżonnijiet tal-pubbliku, li jkun effiċjenti u li jingħata malajr u li jkun servizz imparzjali, jiġifieri li ma jħarisx lejn l-uċuh.", "It-tieni kategorija ta' valuri li qegħdin nistennew mingħand is-settur pubbliku huwa dak li n-nies tagħna jagħtu pariri b'mod oġġettiv u b'għarfien fuq ħwejjeġ li jkunu fil-kompetenza tagħhom.", "Hawnhekk qegħdin nippretendu li kulħadd jerfa' r-responsabilita' tal-kariga tiegħu, li jerfa' r-responsabilita' tal-promotion li jkun ħa u mhux nispiċċaw b'nies li jieħdu promotion u mbagħad jistennew li jibqgħu bl-istess responsabilitajiet li kellhom qabel.", "Dawn iridu jerfgħu l-piż tar- responsabilita' tagħhom u allura jridu jagħtu l-pariri, l-għajnuna u s- servizz b'mod oġġettiv u skond il-kompetenza tagħhom.", "It-tielet valur huwa li jimplimentaw il-politika tal-gvern tal-ġurnata b'mod effiċjenti u effettiv.", "Kif dejjem għedna - anke minn dak li writna mill-amministrazzjoni Ingliża f'dak li għandu x'jaqsam ma' l- amministrazzjoni pubblika - aħna dejjem emminna li għandu jkollna s-settur pubbliku u ċ-ċivil, b'mod partikolari, li jimplimenta l-politika tal-gvern tal-ġurnata.", "U dan għandu jagħmlu indipendentement minn min ikun fil-gvern.", "Mela hawnhekk m'hijiex kwestjoni ta' partit jew ieħor.", "Dawn huma ħaddiema tal-gvern u huma ħaddiema fis-settur pubbliku, li qegħdin hemmhekk sabiex jimplimentaw il-politika tal-gvern tal-ġurnata.", "Barra minn hekk iridu jimplimentaw il-politika tal-gvern b'mod effiċjenti u effettiv.", "Ir-raba' valur li l-liġi qiegħda tistabbilixxi huwa dak li l-ħaddiema jikkontribwixxu għall-koordinazzjoni tal-politika tal-gvern flimkien ma' dipartimenti, aġenziji u entitajiet oħra tal-gvern u kunsilli lokali.", "Il- messaġġ primarju hawnhekk huwa dak li nindirizzaw il-kritika li kultant issir għaliex ma jkunx hemm biżżejjed sinerġiji u koordinazzjoni bejn id- dipartimenti u oħrajn, bejn id-dipartimenti u aġenziji, u xi kultant anke bejn id-dipartimenti u kunsilli lokali.", "Fil-liġi qegħdin ngħidu li wieħed mill-valuri importanti li għandu jiggwida lill-ħaddiema huwa dak li jagħmlu ħilithom sabiex ikun hemm din il-koordinazzjoni u sabiex jikkontribwixxu ħalli jintlaħaq dan il-livell ta' sinerġija.", "Il-ħames valur huwa dak li l-ħaddiema tal-gvern għandhom b'kontribut ta' l- imġiba tagħhom stess jagħmlu l-post tax-xogħol wieħed li jagħraf it- talenti, jiżviluppa l-kapaċitajiet u l-ħiliet, jippremja t-twettiq, jevita diskriminazzjoni u joffri sigurta'.", "Hawnhekk qegħdin ngħidu li r-riżorsi umani tagħna, fiċ-ċivil u fis-settur pubbliku kollu, huma riżorsi umani li fuq il-post tax-xogħol għandna dejjem naraw kif niżviluppawhom u ninvestu fihom.", "Għandna naraw kif dawn jimxu 'l quddiem u li jkun hemm sistemi, li bihom, il-kapaċitajiet u l-ħiliet tal-ħaddiema tagħna nkunu nistgħu nkomplu niżviluppawhom.", "Sur President, dawn huma valuri li wieħed jista' jżid u jkabbar magħhom, pero' il-liġi qiegħda tiffoka u tpoġġi dawn il-valuri ewlenin bħala dawk il- valuri li jippernjaw fuq dak li għandha tkun il-ħidma tal-ħaddiema fis- settur pubbliku kollu.", "F'dan l-istess kapitolu ta' din il-liġi qegħdin nagħmlu biċċa xogħol oħra.", "Ftit tas-snin ilu il-gvern kien ippubblika kodiċi ta' etika u kien qal li dan il-kodiċi ta' etika għandu jorbot u jirregola lill-ħaddiema fis-settur pubbliku.", "Matul is-snin kien hemm min għamel il-kritika tiegħu fuq dan il-kodiċi ta' l-etika.", "Dan għaliex filwaqt li huwa tajjeb li jkollna kodiċi ta' etika, li permezz tiegħu wieħed jista' jkejjel jekk l-aġir ta' l-individwu huwiex korrett jew le, jew inkella sabiex wieħed ikollu gwida ta' x'jista' jagħmel u x'ma jistax jagħmel, kien hemm min ikkritika li l-kodiċi ta' etika m'huwiex enforzabbli u li kien biss espressjoni ta' xewqat sbieħ.", "Aħna qegħdin niproponu li nagħmlu qabża 'l quddiem sabiex il-kodiċi ta' l- etika jifforma parti integrali minn din il-liġi.", "Għalhekk se nkunu qegħdin ngħidu li llum il-kodiċi ta' etika se jkollu l-forza tal-liġi.", "Tant hu hekk li jekk ikun hemm xi ksur fil-kodiċi ta' etika, jista' ikun hemm stabbilit bil-liġi miżuri ta' dixxiplina li wieħed ikun jista' jieħu.", "Naħseb li dan huwa pass importanti li għandu jqanqal dibattitu san fuq dan il-punt partikolari.", "Aħna jidhrilna li wasal iż-żmien f'pajjiżna fejn wara li ttestjajna l-kodiċi ta' etika fis-snin li għaddew u rajna li kien qiegħed jaħdem, issa jkollna s-sinsla legali li allura ġġib konsegwenzi ta' proċeduri dixxiplinari f'każ li jirriżulta li jkun hemm ksur tal-kodiċi ta' etika.", "It-tieni parti ta' dan l-abbozz ta' liġi hija intitolata organizzazjoni tas- servizz pubbliku.", "Hawnhekk qegħdin nittrattaw l-istruttura tal-ministeri u tad-dipartimenti għaliex anke f'dan il-każ - għall-kurżita' tan-nies – għad m'għandniex liġi partikolari li tirregola l-istruttura tal-ministeri u tad- dipartimenti.", "Fl-amministrazzjoni Maltija, il-ministeru, bħala organizzazzjoni, dejjem eżista separatament mid-dipartimenti li jaqgħu taħtu.", "Madankollu l-ebda liġi ma rrikonoxxiet dan il-punt, jiġifieri dejjem il-ministeru huwa l-ministeru, imbagħad għandek id-dipartimenti.", "Għandek il-ministeru bil-ministru u bis-segretarjat tiegħu, u mbagħad għandek id-dipartimenti bil-kapijiet tagħhom.", "Għalkemm fil-prattika dejjem hekk kienet, qatt ma kellna din l-istruttura rikonoxxuta fil-liġi.", "L-abbozz ta' liġi li qegħdin nippreżentaw lill-Kamra qiegħed jaħseb sabiex jagħmel dawn l-affarijiet.", "Għall-ewwel darba qegħdin nispeċifikaw x'inhuma s-setgħat ta' ministru fuq id-dipartimenti u entitajiet oħra li huwa responsabbli għalihom.", "It-tieni ħaġa li qegħdin nagħmlu f'dan l-abbozz ta' liġi huwa dak li nirrikonoxxu l-eżistenza tas-segretarjati personali ta' kull ministru.", "Hawnhekk ukoll nistgħu ngħidu li sal-lum ma kellna mkien xi ħaġa li tirregolahom.", "L-unika ħaġa li kellna kienet il-policy approvata mill-kabinett li tiġi mqiegħda fuq il-mejda tal-Kamra ħalli wieħed ikollu direzzjoni ta' kif jiġi regolat is-segretarjat personali.", "Imma dan l- abbozz ta' liġi qiegħed jirrikonoxxi l-fatt li jeżisti segretarjat personali ta' kull ministru u li dan is-segretarjat huwa parti mill- ministeru li tiegħu jkun jifforma parti.", "L-abbozz ta' liġi qiegħed jagħti s-setgħa lill-prim ministru sabiex jirregola l-operat tas-segretarjati u l- ingaġġ ta' l-istaff tagħhom.", "Sur President, din il-Kamra għandha fuq il-mejda tal-Kamra direttivi approvati mill-kabinett u approvati mill-prim ministru.", "Dawn id-direttivi jagħtu indikazzjoni ta' x'inhuma l-guidelines tas-segretarjat u dwar kif għandu jkun kompost u b'liema regoli għandu jiġi ggwidat.", "Issa l-liġi qiegħda tagħti l-infrastruttura legali li tawtorizza lill-prim ministru sabiex jagħmel dan, u allura llum hemm il-forzi legali fejn qabel kien hemm biss guidelines.", "It-tielet ħaġa li qegħdin nagħmlu f'dan l-abbozz ta' liġi huwa dak li jinħoloq ministeru għall-organizzazzjoni distinta taħt kull ministru li għandu responsabilita' ta' dak il-portafoll.", "U allura f'dan il- ministeru se jiġi kkonfermat uffiċjalment, bil-liġi, l-uffiċċju tas- segretarju permanenti f'dak il-ministeru u uffiċċji oħra li ma jkunux parti mid-dipartiment imma jkunu parti mill-ministeru.", "Issa bil-liġi għandna din l-istruttura ta' ministeru, kif ikun kompost, minn min ikun komposta u x'inhuma r-responsabiltajiet tiegħu.", "Ir-raba' ħaġa li li fir-rigward tad-dipartimenti tal-gvern, l-abbozz joħloq mekkaniżmu li bih il-gvern ikun jista' jispeċifika liema huma dawk l- uffiċċji fis-servizz pubbliku li għandhom l-istatus ta' dipartiment u li għalhekk il-kapijiet tagħhom jitqiesu bħala kapijiet ta' dipartiment li jinħatru taħt l-artikolu 92 tal-kostituzzjoni.", "Din kienet xi ħaġa neċessarja għaliex sal-lum kienet teżisti ċerta ambigwita' fuq liema huma dawk il-kapijiet tad-dipartimenti li jistgħu jiġu appuntati kapijiet ta' dipartiment b'awtorita' tal-prim ministru, jew inkella liema huma dawk li jridu l-ewwel jiġu approvati mill-kummissjoni għas-servizz pubbliku.", "Issa l-liġi qiegħda tiċċara dan id-dubju li seta' kien jeżisti sal-lum, u qiegħda tistabbilixxi l-istatus preċiż tad-dipartimenti.", "L-abbozz ta' liġi qiegħed joħloq mekkaniżmu sabiex jabbina t-titolu preżenti ta' kap ta' dipartiment u ta' xi uffiċjali oħra ma' titoli differenti li jista' jkollhom taħt il-liġi u qiegħed jagħtihom ekwivalenza legali.", "Per eżempju, hemm direttur ġenerali d-dwana u mbagħad għandu titolu ieħor li huwa dak ta' kontrollur tad-dwana.", "Permezz ta' din il-liġi t-titoli kollha ta' dan it-tip qegħdin jinġabru b'mod stabbilit u b'mod uffiċjali taħt skeda fil-liġi stess.", "B'hekk ma jkollniex il-konfużjoni li daqqa wieħed jirriferi għal xi ħadd bħala, per eżempju, kontrollur tad- dwana u mbagħad, drabi oħra jirriferi għalih bħala direttur ġenerali tad- dwana.", "Issa qegħdin nagħmlu streamlining tat-titoli kollha sabiex hawnhekk ukoll ikollna linja ċara.", "Sur President, f'din il-parti ta' l-abbozz ta' liġi qegħdin nispeċifikaw li jekk jinħoloq segretarjat ta' xi board jew kummissjoni komposta minn uffiċjali ta' dipartiment, il-kap ta' dak id-dipartiment jibqa' jżomm l- awtorita' amministrattiva fuq dawk l-uffiċjali sakemm dan ma jolqotx l- awtonomija tal-bord fuq ħwejjeġ fejn il-bord għandu awtonomija.", "Anke hawnhekk qegħdin naħsbu sabiex fid-diversi bordijiet u kummissjonijiet li jeżistu fl-istruttura tal-gvern, għall-funzjonijiet differenti, neliminaw ftit il-komplikazzjonijiet li mill-esperjenza tgħallimna li jeżistu.", "Għalhekk il-liġi issa qiegħda tiċċara dan kollu.", "Hemm artikolu partikolari li jgħid li dan ma japplikax għall-kummissjonijiet li huma mwaqqfa bil- kostituzzjoni.", "Allura l-public service commission se tibqa' irregolata bl- argumenti u bir-regolamenti stabbiliti taħt il-kostituzzjoni.", "It-tielet parti ta' dan l-abbozz ta' liġi titkellem fuq l-uffiċċju tas- segretarju permanenti ewlieni.", "Dan huwa żvilupp riċenti f'pajjiżna, u li issa, wara perijodu ta' żmien irriżulta li jiffunzjona b'mod tajjeb.", "Għalhekk il-liġi qiegħda tagħtih ukoll il-bażi legali u fil-parti li titkellem dwar it-tmexxija tas-servizz pubbliku, qiegħda tirrikonoxxi r- rwol tas-segretarju permanenti ewlieni u qiegħda tirrikonoxxilu l- pożizzjoni tiegħu bħala l-kap tas-servizz pubbliku.", "Imbagħad minn hemmhekk toħroġ is-setgħa li joħroġ direttivi, li bihom jorbot lill-impjegati pubbliċi kollha li jaqgħu taħtu.", "Naturalment il-liġi tispeċifika li dan kollu jsir taħt id-direzzjoni tal-prim ministru.", "F'din il-parti qegħdin nispeċifikaw ukoll x'inhuma s-setgħat tas-segretarji permanenti fil-qadi tar-responsabbiltajiet tagħhom.", "Mela għandek is- segretarju permanenti ewlieni li qiegħed jingħata l-qafas legali tal- pożizzjoni tiegħu.", "Taħtu għandek is-segretarji permanenti fid-diversi ministeri li l-liġi qiegħda tistabbilixxi wkoll ir-regoli li bihom għandhom jitmexxew.", "Taħt dawk imbagħad għandek il-kapijiet tad-dipartimenti u l- liġi qiegħda tgħid x'inhuma r-responsabbiltajiet tagħhom.", "Imbagħad qegħdin noħolqu dak li qiegħed jissejjaħ bħala servizz eżekuttiv anzjan.", "Dan huwa maħsub sabiex jiġbor fih lil dawk l-uffiċjali għolja fis-servizz pubbliku li għandhom rwol maniġerjali.", "Hawnhekk qisu għandek management team fejn il- liġi qiegħda tgħid li f'dan is-servizz eżekuttiv għandhom jingħaqdu l- uffiċjali li mbagħad ikunu jistgħu jaħdmu flimkien għall-interess kollu tas- servizz pubbliku.", "Ir-raba' punt li xtaqt nenfasizza f'din l-introduzzjoni tiegħi huwa fuq il- parti li titkellem fuq kif isir l-ingaġġ tal-ħaddiema u x'inhuma l-effetti tiegħu.", "Hawnhekk qegħdin nidħlu f'ċertu dettall billi qegħdin nirrikonoxxu li l-kap tad-dipartiment, għall-iskopijiet ta' din il-liġi, huwa meqjus bħala l-employer tal-ħaddiema li jaqgħu taħtu.", "Naturalment dan dejjem jgħodd fil-kontest ta' dak li jissejjaħ il-public service management code jew għal dak li qabel kien magħruf bħala l-estacode.", "F'kelma waħda minflok l-estacode llum għandna dan il-public service management code, fejn il-kap tad-dipartiment qiegħed jingħata l-funzjoni ta' employer bl- implikazzjonijiet kollha li dan iġib miegħu.", "Kap ta' dipartiment qiegħed jingħata s-setgħa li joħloq pożizzjonijiet u mhux gradi.", "Mela hawnhekk qegħdin nagħmlu differenza bejn dak li huwa grad u pożizzjoni.", "Allura jaf ikollok ħaddiem fis-settur li jilħaq grad u ladarba laħaq dak il-grad, jibqa' hemmhekk.", "Mela dak ikun il-grad tiegħu b'distinzjoni minn dik li hija l-pożizzjoni.", "Jiġifieri kap ta' dipartiment jista' jagħżel persuna u jagħtiha inkarigu partikolari.", "Din il-kariga tista' tkun marbuta ma' objettiv partikolari jew ma' terminu ta' żmien partikolari, u dik tkun pożizzjoni mogħtija.", "Meta mbagħad l-eżerċizzju jintlaħaq, jew l-iskop ikun intlaħaq, jew inkella l-perijodu ta' żmien ikun għalaq, l-individwu jerġa' imur lura għax-xogħol li kien qiegħed jagħmel qabel.", "Sur President, din il-liġi qiegħda taħseb sabiex tintroduċi konċett ġdid, dak li qegħdin ngħidulu s-surplus pool.", "Permezz tiegħu, f'każ li jirriżultalna li għandna ħaddiema li f'ċerti oqsma jistgħu jkunu żejda għal dak li hemm bżonn fid-dipartiment jew f'dak il-post partikolari, aħna se nkunu nistgħu nagħtu t-taħriġ meħtieġ lil dawn il-ħaddiema u b'hekk inkunu nistgħu nibagħtuhom fil-postijiet fejn ikollna bżonn.", "L-idea tagħna hija dik li s-settur pubbliku nkomplu nagħmluh aktar effiċjenti billi r-riżorsi umani jkunu mpoġġija fl-aħjar pożizzjonijiet possibbli ħalli jagħtu l-aħjar servizz lill-pubbliku.", "Il-ħames punt li wkoll xtaqt nenfasizza fuqu huwa l-fatt li l-liġi qiegħda toħloq rwol li qiegħed jissejjaħ bħala l-kummissjoni għall-ħarsien tal- mertu.", "Dan ifisser li aħna qegħdin inwaqqfu kummissjoni li se tkun il- kummissjoni għas-servizz pubbliku li għandna llum stabbilita' bil- kostituzzjoni, pero' issa se nagħtuha dan ir-rwol li taqdi funzjoni ta' kummissjoni li hi tara x'qed jiġri mhux fiċ-ċivil biss imma anke dak li qiegħed jiġri fis-settur pubbliku.", "Din se tara li l-affarijiet hemmhekk ikunu qegħdin isiru kif suppost.", "Ir-rwol tal-kummissjoni għall-ħarsien tal- mertu u r-rwol tal-kummissjoni dwar is-servizz pubbliku se jkun dak li jrażżnu l-abbużi li jista' ikun hemm fl-employment jew fl-ingaġġ mal-gvern.", "Madankollu hawnhekk se nagħmlu d-differenza.", "Filwaqt li t-tnejn li huma għandhom l-istess skop, il-liġi qiegħda tipproponi mod differenti ta' kif għandhom jaqdu d-doveri tagħhom.", "Il-kummissjoni għall-ħarsien tal-mertu tapplika biss għall-aġenziji u l- entitajiet tal-gvern, filwaqt li l-kummissjoni dwar is-servizz pubbliku se tibqa' tapplika għas-servizz pubbliku, jiġifieri għal dak li aħna ngħidulu ċ-ċivil.", "Mela l-public service commission se tibqa' tirregola ċ-ċivil bir- regoli li jeżistu llum u skond ma' tgħid il-kostituzzjoni.", "Pero' l-istess public service commission qiegħda tingħata l-funzjoni ta' kummissjoni għall- ħarsien tal-mertu, li taħt dan il-kappell se tkun qiegħda tara x'ikun qiegħed jiġri f'dak li għandu x'jaqsam ma' korporazzjonijiet u entitajiet li jaqgħu taħt it-titolu ta' servizz pubbliku.", "Irridu ngħidu li din hija xi ħaġa ġdida għaliex sal-lum ma kellna xejn li jirregola l-mod ta' kif isiru l-affarijiet f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-ingaġġ ta' ħaddiema mas- settur pubbliku, ma' l-aġenziji u ma' l-entitajiet tal-gvern.", "Għalhekk qegħdin nipproponu din il-biċċa tax-xogħol, imma b'dawn id-differenzi li qiegħed insemmi.", "Naturalment hemm differenza oħra.", "Il-kummissjoni għall-ħarsien tal-mertu ma taħdimx billi tapprova deċiżjonijiet minn qabel.", "F'kelma waħda meta l-public service commission tiġi għall-employment, tiffunzjona billi toħroġ sejħa, li mbagħad jgħaddi l- proċess tagħha u jkun hemm l-interviews.", "Dak il-proċess kollu l-public service commission tikkontrollah ħalli tara li l-affarijiet ikunu qegħdin isiru kif suppost.", "Issa għar-rigward tas-settur pubbliku, il-proposta li qegħdin inressqu f'dan l-abbozz ta' liġi hija dik li l-kummissjoni għall- ħarsien tal-mertu tinvestiga xi jkun qiegħed isir f'każ li jkun hemm ħjiel ta' xi abbuż fl-ingaġġ ma' entita' jew aġenzija pubblika tal-gvern.", "Il- kummissjoni għall-ħarsien tal-mertu tista' u għandha l-poter sabiex jekk jirriżultalha li xi ħadd ikun ġie ngaġġat ma' entita' pubblika bi ksur tar- regoli, l-istess kummissjoni għall-ħarsien tal-mertu se jkollha s-saħħa li tbiddel dik id-deċiżjoni ħażina li tkun ittieħdet.", "U allura tneħħi l- impjegat li jkun ħa dik id-deċiżjoni mill-pożizzjoni tiegħu.", "Sur President, qegħdin noqogħdu b'seba' għajnejn dwar kif din il- kummissjoni se tkun qiegħda topera fil-kontest ta' dak li ġie stabbilit taħt il-liġi dwar ix-xogħol.", "Qegħdin nagħmluha ċara li l-kummissjoni għall- ħarsien tal-mertu ma tistax taġixxi jew tissostitwixxi r-rwol tat-tribunal industrijali.", "It-tribunal industrijali li huwa regolat bil-liġi dwar ix- xogħol u r-relazzjonijiet industrijali għandu funzjoni taħt dik il-liġi.", "Il-liġi li qegħdin nipproponu lllum tagħmel distinzjoni bejn ir-rwol tal- kummissjoni għall-ħarsien tal-mertu u tgħid ċar u tond li din ma tistax taġixxi fir-rwol tat-tribunal industrijali.", "Is-sitt punt li joħroġ minn dan l-abbozz ta' liġi huwa l-artikolu 34 li jitkellem fuq il-whistle blowing.", "Effettivament l-artikolu 34 jitkellem fuq il-vittimizzazzjoni ta' xi ħadd li jkun irrapporta xi ħaġa ħażina.", "Dan ifisser li għandna nagħtu protezzjoni lil min ikun sar jaf b'xi ksur ta' liġi jew b'xi abbuż jew b'xi korruzzjoni u jirrapporta dak li jkun sar jaf.", "Bħalma nafu hemm liġijiet li jistgħu jfissru li jista' ikun hemm konsegwenzi talli jirrapporta ċerti affarijiet.", "Għalhekk barra minn Malta twieled il-konċett - li eventwalment beda dieħel bil-mod il-mod f'pajjiżna – li nagħtu protezzjoni lil min jikxef lil dak li jkun qiegħed jabbuża.", "Dan l-aħħar kien hawn dibattitu fejn f'daqqa waħda kulħadd qisu beda jissuġġerixxi li għandna ndaħħluha meta l-ewwel artikli dwar il- vittimizzazzjoni daħlu fil-liġi tax-xogħol.", "Il-liġi l-ġdida dwar ix-xogħol u r-relazzjonijiet industrijali għandha artiklu li jitkellem dwar il-vittimizzazzjoni u jagħti protezzjoni lil dak li jkun.", "Pero' dan għandu x'jaqsam mas-settur privat għaliex il-liġi tax- xogħol, għal diversi raġunijiet, ma stajniex nagħmluha applikabbli kollha kemm hi għas-settur pubbliku.", "Ridna fażi ta' transizzjoni sabiex bil-mod il-mod l-aspetti tal-liġi tax-xogħol inġibuhom applikabbli wkoll għas- settur pubbliku mingħajr ma niksru l-artikli tal-kostituzzjoni.", "L-ewwel darba li tfaċċa artiklu fuq il-vittimizzazzjoni tfaċċa fil-liġi tax-xogħol u dak kien jagħti protezzjoni lill-ħaddiema fis-settur privat li jkunu kixfu xi ħaġa li tkun sejra ħażina fil-post tax-xogħol tagħhom jew x'imkien ieħor.", "Permezz ta' dik il-liġi seta' jkollhom il-protezzjoni meħtieġa.", "F'dan l-abbozz ta' liġi qegħdin nagħmlu pass ieħor f'din it-triq billi din id-darba qegħdin nagħtu l-protezzjoni lill-ħaddiema li jaħdmu fis-settur pubbliku.", "L-artiklu 34 huwa ħarira differenti minn dak li konna ppubblikajna fil-white paper, pero' is-sostanza tiegħu hemm qiegħda.", "Jiena naħseb li pprovajna ntejbu dak li kien hemm qabel u fil-fatt subartiklu (1) ta' dan l-artiklu qiegħed jgħid hekk:", "\"Safejn dan l-Att jagħtiha s-setgħa, il-Kummissjoni għandha tiżgura li ebda impjegat ta' aġenzija jew entita' tal-Gvern ma jkun vittimizzat għax ikun għamel xi rapport lis-superjur tiegħu, lill-Kummissjoni jew lil awtorita' oħra rilevanti fuq xi ksur minn impjegat ieħor tal- Kodiċi ta' Etika jew ta' xi dispożizzjoni oħra ta' dan l-Att jew kull Att ieħor.\".", "Hawnhekk qegħdin nintroduċu funzjoni importanti li issa qiegħda teħodha l- kummissjoni għall-ħarsien tal-mertu, li tfisser il-kummissjoni għas-servizz pubbliku, pero' taħt dan il-kappell li qiegħda tagħti din il-protezzjoni f'dak li għandu x'jaqsam ma' whistle blowing.", "Jiena naħseb li dan huwa punt importanti ħafna u jwassal messaġġ importanti, b'mod partikolari fil- kontest ta' ċerti diskorsi li kienu qegħdin isiru dan l-aħħar.", "U hawnhekk nixtieq niftaħ parentesi żgħira.", "Matul is-snin li għaddew il-gvern - anke dawk riċenti li kellna f'dawn l-aħħar 20 sena - welled f'pajjiżna diversi istituzzjonijiet li l-iskop tagħhom kien dak li jattakkaw il-korruzzjoni u l-abbużi.", "Min-naħa tagħna komplejna nsaħħu dak li kien hemm għaliex fil- ħajja dejjem trid tipprova ssaħħaħ dak li għandek u dejjem se jkollok l- ispazju fejn ittejjeb.", "Aħna wellidna kummissjoni permanenti kontra l- korruzzjoni, tajna poteri ġodda lill-pulizija sabiex ikunu jistgħu jagħmlu ċerta investigazzjonijiet, ħloqna l-ombudsman ħalli jkun jista' jinvestiga ċerti affarijiet, u fl-1995 tajna l-poter lill-qrati sabiex dawn ikunu jistgħu jirrivedu deċiżjonijiet amministrattivi.", "Bil-mod il-mod bnejna ċerti affarijiet u naħseb li għandna nibqgħu nibnu anke amministrattivament.", "Ftit wara li lħaqt prim ministru, jiena stess waqqaft il-financial management assessment unit li l-iskop tiegħu kien dak li jikkontrolla l- finanzi u konna tajnieh poteri kbar.", "L-iskop ta' dan il-unit kien li minn post ċentrali, jiġifieri taħt il-ministeru tal-finanzi, ikun jista' jinvestiga kollox u kullimkien.", "Mela apparti l-awditur intern tal-gvern – li wkoll twaqqaf fis-snin riċenti – waqqafna dan il-unit speċjalizzat fi ħdan il-ministeru tal-finanzi.", "L-iskop tiegħu kien dak li jħuf l- entitajiet kollha tal-gvern u fejn jinduna li hemm xi ħaġa li m'hijiex korretta, jirrapporta dak in-nuqqas.", "Issa meta qiegħed ngħid xi ħaġa li m'hijiex korretta, qiegħed infisser fis-sens wiesgħa tal-kelma.", "Allura jekk ikun hemm xi ħaġa li m'hijiex iddoqq jew ikun hemm xi aġenzija li ma tkunx qiegħda ssegwi l-budget tagħha jew inkella jkun hemm xi esaġerazzjoni, dan il-unit kellu l-poter mogħti minni sabiex ma joqgħodx iħares lejn ħadd u lejn xejn, imma jindaħal, jikkontrolla u jirrapporta dak li jkun sab.", "Sur President, parti mis-suċċessi li rreġistrajna fit-tliet snin li għaddew bħala kontroll fl-ispiża finanzjarja, kien dovut għall-kontrolli ħafna ikbar fuq kif l-entitajiet pubbliċi tagħna jkunu qegħdin jonfqu l-flus.", "Madankollu dak ma kienx l-għan ewlieni.", "L-għan ewlieni tagħna ma kienx biss li nikkontrollaw l-ispiża tal-gvern u li nagħmlu mezz fejn kulħadd jimxi ma' budget li jkun mogħti fil-bidu tas-sena u mbagħad naġġustaw as we go along.", "Aħna ridna li dan il-unit joqgħod għassa għal ċerti affarijiet li jistgħu jkunu qegħdin jiriżultaw.", "Ir-riżultat huwa li fuq diversi affarijiet kienet din il-unit li stimulat u ġabet il-każijiet għall- attenzjoni tal-kummissarju tal-pulizija.", "U dan għamlitu permezz tal-kap tad-dipartiment jew anke saħansitra permezz tal-ministri, fejn meta ġew alerted fuq ċerti affarijiet, kienu huma stess li talbu l- investigazzjonijiet.", "Irrid ngħid li dan sar b'suċċess għax kien hemm persuni li ġew arrestati u mressqa l-qorti għall-ġudizzju.", "Issa sta għall-qorti li tiġġudika jekk jinstabux ħatja jew le.", "Jiena bl-ebda mod ma rrid nagħti xi ġudizzju, pero' irrid nenfasizza l-fatt li r-riżultati ta' sistema effettiva huwa dak li l-ġurdien jinqabad.", "U l-fatt li l-ġurdien jinqabad juri li hemm impenn qawwi sabiex l-affarijiet isiru bis-serjeta' u fejn ikun hemm allegazzjoni, issir l-investigazzjoni tagħha.", "Jista' jagħti l-każ ukoll li l- allegazzjoni tkun falza bħalma kien il-każ klassiku vvintat minn individwu, li fuqu sar plejtu għal snin twal f'pajjiżna.", "Imma fl-aħħar mill-aħħar irriżulta li din l-allegazzjoni kienet falsita' tal-prima sfera.", "Dan irriżulta għax ħadna l-inizjattiva li malli daħlet l-informazzjoni tlabna investigazzjoni serja mill-kummissarju tal-pulizija.", "L-investigazzjoni saret u rriżulta li min kien qiegħed jagħmel dawk l-allegazzjonijiet kien qiegħed jigdeb sfaċċatament.", "Pero' daqstant ieħor kien hemm allegazzjonijiet oħra fejn irriżulta li l-allegazzjoni kellha bażi.", "U fejn kien hemm allegazzjoni li kellha bażi ttieħdet azzjoni u dik l-azzjoni fissret li l-investigazzjoni identifikat l-individwi u kien hemm proċess tal-qorti.", "Għalhekk kien hemm ċerti każijiet li ngħalqu mentri oħrajn għadhom għaddejjin.", "Sur President, huwa skandaluż li jsir attakk fuq min qiegħed jikxef dawn l- abbużi.", "Huwa skandaluż, għax minflok ngħidu li s-sistema qiegħda taħdem u naraw x'nistgħu nagħmlu ħalli nirfinawha, niġu ngħidu li issa nqabdu.", "Imma skużi dawk il-persuni nqabdu għaliex aħna għamilna ħilitna kollha ħalli naqbduhom!", "Jiena ngħid li rridu nagħmlu ħilitna sabiex naqbduhom u mhux jitwassal messaġġ li jwerwer lil min qiegħed joħroġ għonqu sabiex jaqbad il- ħażin.", "Alla jbierek f'pajjiżna ċerti affarijiet jgħaddu qisu qatt ma kien xejn u jiġu nies li jipprovaw jgħawġu l-affarijiet li jkunu ġusti, korretti u li juru serjeta'.", "Dan kollu jagħmluh għax b'daqshekk jaħsbu li jistgħu jakkwistaw xi gwadann politiku.", "Hawnhekk ridt nagħmel din il-parentesi għaliex bħalissa qegħdin jidħlulna r- rapporti, isiru l-investigazzjonijiet u aħna ninqabdu – meta ngħid \"aħna\" qiegħed nirriferi għal kull min huwa responsabbli, jista' ikun il-ministru, jista' ikun il-kap ta' dipartiment u jista' ikun il-permanent secretary – f'pożizzjoni fejn ikollok tigdem ilsienek għaliex ma tkunx trid tippreġudika l-investigazzjoni li tkun għaddejja mill-pulizija.", "Imma mbagħad nieħdu pjaċir li l-ħażin jinqabad.", "Li qiegħed jiġri huwa li mbagħad tispiċċa tiġi kkritikat u jgħidulek li dawk l-affarijiet qegħdin isiru taħtek.", "L-aħħar statement li għamel il-kap ta' l-oppożizzjoni matul il- ġimgħa li għaddiet kien każ klassiku.", "Dan ġie jgħidilna li dawn l-abbużi jeżistu taħt Gonzi.", "Skużi jiena ngħid li taħt Gonzi qegħdin jinqabdu dawn l-abbużi!", "U jien nixtieq inkun naf kemm inqabdu abbużi taħt ħaddieħor meta dan kien responsabbli.", "Li naf hu li dak iż-żmien kienu saru allegazzjonijiet fil-konfront tan-nies imma mbagħad ma rriżulta assolutament xejn fil-konfront tagħhom.", "Din hija l-ipokrezija li ma nistgħux inkomplu nħallu għaddejja f'dan il-pajjiż għaliex hija attakk kontra min qiegħed jerfa' ir-responsabilita' sabiex l- affarijiet isiru sew f'dan il-pajjiż.", "Hija għarukaża li xi ħadd jipprova jwerwer lil dawk li qed jagħmlu ħilithom sabiex jaqbdu lil min jagħmel ħażin f'dan il-pajjiż.", "(Interruzzjonijiet) Ir-riżultati jitkellmu waħedhom.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom inżommu l-ordni.", "Il-Prim Ministru, jekk jogħġbu, jindirizza lis-Sedja.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sur President, dan huwa l-ħażin.", "Dawn huma l- invenzjonijiet ta' l-oppożizzjoni!", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Point of order, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Vella, on a point of order.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: F'din il-Kamra ħadd ma jista' jagħmel allegazzjonijiet kontra n-naħa l-oħra u jgħid li dak li qed ngħidu aħna huma allegazzjonijiet meta dawn kienu ssostanzjati b'fatti recorded on tape.", "Aħna qegħdin nirriferu għall-fatt li għandna ministru on tape fejn kien jaf li l-affarijiet qed isiru ħażin fid-dipartiment tiegħu u baqa' m'għamel xejn.", "MR SPEAKER: Il-Prim Ministru jkompli bl-intervent tiegħu.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-Onor.", "Vella qiegħed jirriferi għall-każ tat-tapes tal-Ministru Ċensu Galea.", "Dan ifisser li l-Onor.", "Vella qiegħed jipproteġi persuna li kisret ir-regoli u għaddiet minn proċeduri dixxiplinari għax inqabdet tagħmel ċerti affarijiet li ma kellhiex tagħmilhom.", "Din il- persuna ttieħdet azzjoni kontra tagħha u sabiex tpattiha lill-ministru, talli ħa passi kontriha, marret b'dawn it-tapes għand l-oppożizzjoni u talbet lill-oppożizzjoni – bilfors hekk ġara - sabiex tagħmel użu mill-każ tagħha.", "Dan kollu sar għaliex mit-tapes irriżulta li l-Onor.", "Galea kien il- ministru li ħa passi kontra dan l-individwu fl-affarijiet li kien qiegħed jagħmel ħażin.", "(Interruzzjonijiet) X'jiġifieri m'hu veru xejn!", "Intom qegħdin tipproteġu l-ħażin f'dan il-pajjiż!", "(Interruzzjonijiet) Intom qegħdin tipproteġu l-ħażin!", "(Interruzzjonijiet) Iva, hekk qed tagħmlu!", "ONOR.", "HELENA DALLI: Point of order, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Dalli, on a point of order.", "ONOR.", "HELENA DALLI: Sur President, jiena nixtieq nistaqsi lill-Prim Ministru li la huwa ha passi fuq ir-rapport falz ta' Zahra – il-każ ta' l- isptar - għaliex ma ħax passi fuq dan meta kellu voice on tape?", "MR SPEAKER: Onor. Dalli dan m'huwiex point of order.", "L-Onor.", "Vella, on a point of order.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Il-Prim Ministru qiegħed jagħmel allegazzjoni li din in-naħa qiegħda tipproteġi lil din il-persuna li qiegħed isemmi hu.", "Nixtiequ jissostanzja din il-kwestjoni kollha.", "Nipproteġu le.", "ONOR LAWRENCE GONZI: Iva, nissostanzjaha.", "MR SPEAKER: Ma naħsibx li l-Prim Ministru semma' lil xi ħadd.", "Il-Prim Ministru jkompli bl-intervent tiegħu.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sur President, nissostanzja dak li għedt għax l- individwu kkonferma li mar bit-tapes hu għand il-partit Laburista.", "(Interruzzjonijiet) Mela le!", "Mela x'inti tagħmel Onor. Vella!", "Dażgur li qiegħed tipproteġih!", "Il-bieraħ filgħaxija waqt il-ħin ta' l-aġġornament ġie l-Onor.", "Joe Mizzi u lanqas naf kemm akkuża u għajjar giddieb lill- Ministru Ċensu Galea.", "Issa safejn naf jien għandna noqogħdu ħarira attenti.", "(Interruzzjonijiet).", "Fatti?!", "Mhux veru!", "Anke din hija falsita'.", "(Interruzzjonijiet)", "Stenna ftit ħalli nġibu l-affarijiet in order.", "Lill-Onor.", "Dalli se nikkonċedilha li tagħmel il-punt tagħha, pero' l-ewwel xtaqt nirrispondi lill-Onor.", "George Vella.", "L-Onor.", "Vella qed jgħidli: Imma tal-maritime authority m'hijiex vera?", "Dażgur li veru, u se jitressqu n-nies il-qorti.", "Imma vera taf għaliex?", "Għax il-Ministru Galea ħa l-passi li kellu jieħu.", "(Interruzzjonijiet) Mhux veru!", "Dik li mhux vera!", "Hawn qiegħed il-qerq!", "Ara kif spiċċajna f'din il-Kamra, Mr Speaker.", "Minflok li ż-żewġ naħat imissna qegħdin ngħidu li huwa tajjeb u għamilna sew li qbadniehom, in-naħa tal-gvern qiegħda taqla' il-krititka mill-oppożizzjoni bħalikieku m'għamilna xejn!", "U dan meta l-mertu ta' kif inqabdu dawn in-nies u dan l- abbuż huwa kollu tal-gvern bl-investigazzjonijiet li għamel u bl-istrutturi kollha li waqqaf.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Dalli, on a point of order.", "ONOR.", "HELENA DALLI: Sur President, il-Prim Ministru allega li aħna qegħdin nipproteġu lil min ġie bit-tapes tal-Ministru Ċensu Galea.", "Bl-istess argument il-Prim Ministru pproteġa lil Zahra meta mar bir-rapport?", "Dak ir- rapport kien wieħed falz, mhux bħal tagħna tapes bil-vuċi!", "MR SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sur President, l-informazzjoni li għandi jiena hija li lil dan l-individwu, li kien għadda minn proċeduri dixxiplinarji, meta fl-1997 il-partit Laburista tela' fil-gvern kienu ħafrulu.", "Din hija l- informazzjoni li għandi ħalli kulħadd ikun jaf x'inhuma l-fatti.", "(Interuzzjonijiet) Issa jiena kont qiegħed nitkellem fuq l-artikolu 34 li għandu x'jaqsam mal-whistle blowing.", "Kont qiegħed ngħid li mhux biżżejjed li wieħed iparla fuq il-whistle blowing, għax effettivament dan huwa protezzjoni lil min.....", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Agħtih l-immunita' mela lil Frank Portelli.", "(Interrruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Nitlobkom sabiex iżżommu l-ordni.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sur President, bilfors ikolli nirreaġixxi għal ċertu kliem li jingħad.", "L-Onor.", "Vella qiegħed jgħidli sabiex nagħti l-immunita' lil Dr Frank Portelli.", "Għall-informazzjoni tiegħu jiena ltqajt ma' Dr Frank Portelli u wara l-laqgħa li kellna flimkien, Dr Frank Portelli, ta' raġel li hu, ippubblika ittra li fiha rrikonoxxa li l-isforz li qegħdin nagħmlu huwa wieħed ġenwin sabiex jekk hemm xi ħaġa ħażina tinqabad u li l- investigazzjoni m'hijiex fuqu, imma fuq l-allegazzjonijiet li qed jagħmel hu.", "Din l-ittra ġiet ippubblikata minn Dr Frank Portelli.", "(Interruzzjonijiet) Dr Frank Portelli m'għamel xejn ħażin.", "Anzi għamel id- dover tiegħu ta' ċittadin.", "Huwa dehrlu li kellu jagħmel rapport.", "Nerġa' ngħid li wara l-laqgħa li kellu miegħi, Dr Frank Portelli kkonferma li l-allegazzjonijiet li qiegħed jagħmel qegħdin jiġu investigati.", "Issa jiena ma rridx ngħid iż-żejjed għaliex bħalissa għadhom għaddejjin l- investigazzjonijiet, u għal min għandu interess li jħawwad dik il-borma jiena ma rridx inħawwad dik il-borma.", "Naħseb li jkun aħjar li nħallu lill- kummissarju sabiex jagħmel id-doveri tiegħu.", "Minn hawnhekk irrid insellem lill-kummissarju u rrid nirringrazzjah għall-impenn professjonali tiegħu.", "Kull darba li nkarigajtu sabiex jagħmel l-investigazzjoni, l- investigazzjoni li għamel dejjem għamilhom sa l-aħħar, senza rispetti ta' xejn kif għandu jagħmel.", "Allura anke fuq dan il-kumment across the floor fuq Dr Frank Portelli, jiena ngħid lill-Onor.", "Vella sabiex ifittex daqsxejn fil-gazzetti riċenti r-risposta jeħodha.", "L-investigazzjonijiet qegħdin isiru, u mhux qed isiru fuq Dr Portelli.", "Dik hija tgħawwiġa tal-mezzi tal- media tal-partit Laburista.", "L-investigazzjoni qed issir fuq l- allegazzjonijiet li għamel Dr Frank Portelli.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Dalli, on a point of order.", "ONOR.", "HELENA DALLI: Sur President, il-Prim Ministru qed jgħid li dan huwa tgħawwiġ tal-media tal-partit Laburista.", "Meta lil Dr Frank Portelli staqsewh għaliex ma marx għand il-kummissjoni tal-korruzzjoni qalilhom li hu kien qiegħed jibża' li jistgħu jagħmlulu bomba.", "MR SPEAKER: Dan mhux point of order.", "Jekk jogħġobkom inżommu l-ordni.", "Kulħadd għandu ċans li jitkellem waqt id-dibattitu.", "Il-Prim Ministru, ikompli bl-intervent tiegħu.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sur President, jekk l-Onor.", "Dalli tkun trid tagħmel intervent, titlobni biex tagħmlu u jien niddikjara li nagħtiha l-permess.", "M'għandhiex għalfejn toqgħod tagħmel point of order għax jekk se toqgħod tagħmel point of order nitlob ruling ħalli naraw jekk ikunx point of order.", "(Interruzzjonijiet) Onor. Dalli, għidli li trid tagħmel intervent u jiena ngħidlek iva.", "(Interruzzjonijiet) Le, is-serjeta' hekk titlob.", "(Interruzzjonijiet) Le, irrid nagħtik il-permess jien.", "La nkun qiegħed nitkellem jien u xi ħadd ikun irid jagħmel xi punt, irid jitlob il-permess lili.", "Il-permess mingħandi jrid jieħdu.", "Li kieku tkun qiegħda titkellem l- Onor. Dalli u jien inkun irrid ninterrompiha, allura rrid nitlob il-permess minn għandha.", "Din hija xi ħaġa li tgħodd għat-tnejn li aħna.", "Imma bħalissa hi trid titlob il-permess lili, u jien irrid nagħtiha l-permess.", "Jekk ikun point of order ma rridx nagħti l-permess jien, pero' l-iSpeaker diġa' ta ruling li dak ma kienx point of order.", "Sur President, ejja issa ħalli nkompli fuq il-liġi.", "Naħseb li fuq il- paragrafu tal-whistle blowing irridu nitkellmu aktar.", "Naħseb li hemm spazju biżżejjed sabiex wieħed jikkonsidra inizjattivi oħra f'dan is-sens.", "U ladarba dan l-abbozz ta' liġi qiegħed jestendi l-whistle blowing għas- settur pubbliku kollu, naħseb li dan huwa pass pożittiv u juri għal darb'oħra l-impenn tagħna sabiex naqbdu dak li jkun qiegħed isir ħażin u li nipproteġu lil dik il-persuna li tirraporta xi abbuż.", "Ikun x'ikun u jkun min ikun, sakemm jirriżulta li l-akkużi huma validi, wieħed ikun jista' jinvestigahom.", "Fl-opinjoni tiegħi f'dan l-abbozz ta' liġi hemm kapitlu ieħor importanti ħafna.", "Dan il-kapitlu għandu x'jaqsam ma' l-aġenziji u jinsab taħt titolu 2 fl-artikolu 36 u l-oħrajn.", "Issa għalfejn qegħdin nintroduċu din ta' l- aġenziji?", "Ftit tas-snin ilu meta l-Ministru Louis Galea kien responsabbli mill-politika soċjali niftakar li kien welled konċett ġdid f'pajjiżna.", "Kien welled l-Aġenzija Sedqa u mbagħad l-Aġenzija Appoġġ fil-qasam soċjali.", "Naħseb li matul is-snin ilkoll kemm aħna rrealizzajna li din il-formola ta' l-aġenziji kienet waħda effiċjenti, li tipprovdi għal aktar flessibilita', li tilħaq targets ħafna iktar ambizzjużi u li taddatta ruħha għall-bidliet u l-pressjonijiet li jkun hemm f'dak iż-żmien partikolari.", "Minn dawk iż- żmenijiet lil hawn twaqqfu aġenziji oħra, pero' l-unika aġenzija li għandha l-libsa legali hija l-aġenzija ta' l-avukat ġenerali.", "Dik ingħatat b'liġi partikolari l-libsa uffiċjali ta' aġenzija.", "Imma l-kumplament ta' l- aġenziji tagħna - mhux aġenziji biss imma anke fondazzjonijiet, bħalma hija l-Fondazzjoni għas-Servizzi Soċjali – għalkemm joperaw fis-settur pubbliku, jiġifieri taħt il-kappa tal-gvern, sal-lum ma kellhomx backbone legali, infrastruttura legali li fiha jkunu jistgħu joperaw.", "Allura dan il-kapitlu partikolari qiegħed jintroduċi r-regolamenti li jkunu jistgħu jirregolaw dawn l-aġenziji.", "Fost affarijiet oħra l-abbozz qed jaħseb biex aġenziji ġodda jkunu regolati minn fethim li jiddetermina l- budget u l-miri tax-xogħol ta' kull aġenzija, li jkunu taħt id-direzzjoni tal-ministru responsabbli u taħt is-sorveljanza tas-segretarju permanenti.", "Din trid tkun ċara daqs il-kristall, jiġifieri aġenzija taqa' taħt ir- responsabbilta' u taħt it-tmexxija tal-ministru responsabbli minn dak id- dikasteru u allura tal-permanent secretary f'dak il-ministeru.", "Allura dawn jaqgħu wkoll taħt il-kap taċ-ċivil li huwa s-segretarju permanenti ewlieni u dawn l-aġenziji jkunu soġġetti għall-verifika tal-kontijiet tagħhom ukoll.", "Aħna jidhrilna li, ladarba kellna suċċess f'pajjiżna fil-forma ta' l- aġenziji, fejn għandna foundations inkunu nistgħu nikkonvertuhom għal fondazzjonijiet u għandna nimmiraw biex bil-mod il-mod nimxu lejn din id- direzzjoni.", "Madanakollu ngħid li m'għandniex nagħmlu bidliet bl-għaġġla.", "Il-liġi tagħti l-infrastruttura biex dan inkunu nistgħu nagħmluh, pero` mbagħad bil-għaqal nagħmlu t-trasformazzjoni skond iċ-ċirkostanzi u s- sitwazzjoni li nkunu qegħdin fiha.", "Infatti l-uniku unit li qegħdin nagħmlu aġenzija skond il-liġi hija l-management efficiency unit fl-uffiċċju tal- prim ministru.", "Qegħdin ngħidu li dak il-unit jista' jiġi konvertit f'aġenzija.", "L-aħħar punt li xtaqt insemmi huwa li l-liġi tkopri mhux biss l-aġenziji u l-fondazzjonijiet imma qiegħda tindirizza wkoll il-kummissjonijiet u l- bordijiet li l-kwantita` kbira li hemm minnhom iġġib għajnejk wara widnejk.", "Qegħdin ngħidu li l-liġi tkopri wkoll dawn l-entitajiet u allura b'żieda mad-dispożizzjonijiet li diġa` semmejna dwar il-valuri u l-kodiċi ta' etika li issa jkunu applikabbli, l-abbozz iqiegħed dawn l-entitajiet taħt is- sorveljanza tas-segretarji permanenti fid-diversi ministeri.", "Allura bl- eċċezzjoni ta' dawk li huma stabbiliti fil-kostituzzjoni - il-kummissjoni elettorali, il-public service commission, dawk qed inħalluhom barra biex inkunu ċari, - il-kummissjonijiet u bordijiet l-oħrajn qegħdin inpoġġuhom kollha kemm huma taħt ir-responsabbilta` tas-segretarji permanenti biex ikun hemm linja ta' responsabbilta` minn fuq s'isfel ħalli kulħadd ikun jaf fejn hu qiegħed.", "Sur President, hemm ħafna iżjed xi tgħid fuq dan l-abbozz ta' liġi.", "Nerġa' nirrepeti li jien ipprovajt biss nislet seba' aspetti partikolari ta' ċerta importanza minn din il-liġi.", "Se nagħmlu biċċa xogħol li naħseb pajjiżna ilu jistenna.", "Irridu nagħmluha bil-għaqal u b'mod kostruttiv.", "Qegħdin nagħtu liġi li nistennew li tagħti lis-settur pubbliku dak li għandu bżonn biex ikun jista' jirrispondi għall-isfidi tal-lum u għall-isfidi ta' għada.", "Allura trid tkun liġi li filwaqt li tirregola ma tkunx straightjacket.", "Jiġifieri trid tippermetti li jkun settur pubbliku li jkun jista' jaġġusta ruħu għall-bżonnijiet u l-isfidi ta' żmenijiet partikolari.", "Jien personalment kemm ilni midħla tal-politika, u allura viċin il-ħaddiema tal-gvern, irrid ngħid li kultant il-ħaddiema tal-gvern huma vittmi ta' kritika li hija inġusta u vittmi ta' perception li hija inġusta.", "Hawn ħafna u ħafna ħaddiema tal-gvern li jaħdmu u jaħdmu b'ħilithom kollhom, b'dedikazzjoni, b'lealta`, b'impenn u b'sens ta' servizz lejn il-komunita` u lejn min jiġi bżonn is-servizz tagħhom.", "Irrid ngħid li fl-esperjenza tiegħi l-maġġoranza kbira ta' nies li kelli x'naqsam magħhom dejjem kienu f'din il-kategorija.", "Dejjem ammirajt lil min jiddedika sigħat twal biex jagħti servizz tajjeb.", "Bħal kollox fil-ħajja jkun hemm min ma jilħaqx dawn l-istandards.", "Imma jien li għandi background li għextu fis-settur privat ngħid li dan jeżisti anke fis-settur privat.", "Jiġifieri kullimkien issib min ma jilħaqx il-livelli ta' ħaddieħor.", "L-importanti - u din forsi t-tagħlima kbira li naħseb ilkoll kemm aħna ħadna tul is-snin li għaddew - hu li f'dak li għandu x'jaqsam mas-settur pubbliku kollu sal-lum għexna mingħajr ma kellna liġi li tirregola dan kollu, imma l-esperjenza għallmitna li wasal iż-żmien li ċerti affarijiet nirregolarizzawhom, nilleġislaw fuqhom u niċċaraw aspetti li kienu forsi dubjużi jew kien hemm dibattitu fuqhom.", "Wasal iż-żmien ukoll li ndaħħlu kontrolli aħjar jew iżjed jew ġodda milli kellna s'issa.", "Wasal iż-żmien ukoll li dak li ilu jeżisti bħala ċivil, id- dipartimenti, kif ukoll dak li jeżisti bħala aġenziji u entitajiet tal- gvern, dak li aħna ngħidulu s-settur pubbliku in ġenerali, inġibuhom taħt ir-regoli li jikkontrollaw, li nkunu ċerti li l-affarijiet isiru b'iktar serjeta', b'iktar accountability u b'iktar trasparenza.", "Dan hu l-iskop ta' din il-liġi, li naslu li nilħqu u nlaħħqu dawn it-tip ta' livelli.", "Jien nittama li d-dibattitu f'dan il-parlament iwassalna biex dan li għandna hawn inkomplu ntejbuh.", "Nagħlaq bil-ħsieb li bdejt bih li l-gvern huwa miftuħ beraħ għal suġġerimenti biex intejbu dan li għandna, mhux biex indgħajfu, imma biex intejbuh.", "Allura s-suġġerimenti li jistgħu jiġu aħna nkunu lesti li nisimgħuhom u napprezzawhom u eventwalment, meta niġu għall- istadju tal-kumitat ta' din il-liġi, inkunu nistgħu nieħdu d-deċiżjonijiet dwar l-abbozz finali, dwar l-emendi li jkunu neċessarji, dwar dak li jidhrilna li jkun tajjeb li nintroduċu.", "Għalhekk nawgura li dan id- dibattitu jgħinna biex fl-aħħar ikollna liġi li tkun tixraq lil pajjiżna, l- ewwel liġi fl-istorja ta' pajjiżna li tkun qed tirregola s-settur pubbliku kollu kemm hu.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Insejjaħ lill-Onor.", "Helena Dalli.", "ONOR.", "HELENA DALLI: Sur President, il-bieraħ ġejt f'dan il-parlament ippreparata biex nitkellem u niffoka fuq din il-liġi li għandna quddiemna, imma kif smajt lill-Prim Ministru jitkellem biddilt il-pjan kollu.", "Għaliex?", "Għax ladarba l-Prim Ministru kien politiku jien ikolli nkun politika wkoll.", "Il-Prim Ministru għoġbu jaqla' ta' 20 sena ilu.", "Dan biex taraw f'liema stadju wasal dan il-gvern innovattiv, kreattiv u immaġinattiv li qed iħares 'il quddiem.", "Suppost se nitkellmu fuq liġi - kif qed jgħidu huma forward looking - u hu ġie jitkellem fuq x'għamel il-partit Laburista 20 sena ilu.", "Mela la se jkun hemm on record fid-dokumenti ta' dan il- parlament li l-Prim Ministru tkellem fuq x'għamel il-labour 20 sena ilu, jien, flok se nitkellem fuq din il-liġi se jkolli nwieġbu u nitkellem fuq dawn l-20 sena kemm ilu fil-gvern il-Partit Nazzjonalista.", "Jiddispjaċini għal dawk il-ħaddiema taċ-ċivil li huma serji u ta' l-affari tagħhom li forsi qegħdin jisimgħu u li stennew affarijiet oħra, imma naturalment jifhmu wkoll li la l-Prim Ministru kien politiku, jien, li rrid inwieġeb lill-Prim Ministru, ikolli nkun politika bħalu.", "Kulħadd jifhem li min jiġi jagħtik bl-ingwanti tal-boxing ma tistax tagħtih lura bl-ingwanti tal-bellus.", "U l-bieraħ il-Prim Ministru attakka u allura jien se jkolli nattakka llum.", "Bil-mod kif tkellem il-Prim Ministru l-bieraħ kompla jikkonfermali kemm ma kienx il-waqt li din il-liġi tersaq issa f'dan il- parlament.", "Fejn ilna, nistennew ftit ieħor.", "Għalfejn din l-għaġġla?!", "Qegħdin lejliet elezzjoni.", "Nerġa' ngħid li l-mod politiku li bih tkellem il- Prim Ministru l-bieraħ ikompli jikkonferma kemm m'huwiex il-waqt li tersaq din il-liġi fil-parlament.", "Mhux għax m'għandniex bżonnha, imma għax il- mument sensittiv fil-ħajja politika ta' dan il-pajjiż m'huwiex tajjeb li jkollna din il-liġi fil-parlament.", "U l-prova ta' kemm il-partit Nazzjonalista m'huwiex kapaċi to rise to the occasion tahielna l-prim ministru l-bieraħ meta b'mod politiku ġie hawnhekk jattakka, u issa jippretendi li aħna nimxu mal-liġi.", "L-affarijiet mhux hekk!", "Dan apparti l- affarijiet li qal il-Prim Ministru llum li għalija ħafna minnhom huma ċuċati.", "Sur President, qalilna li waqqaf unit li tħuf ma' l-entitajiet tal-gvern biex jekk imorru over budget iwaqqfuhom.", "Lanqas jistħi jgħid dawn l- affarijiet meta għandna sptar li mar over budget u over l-over budget u over over over l-over budget!", "Dawn huma r-realtajiet ta' dan il-pajjiż.", "Il-Prim Ministru qiegħed bis-solennita` kollha jiftaħar b'din il-unit li waqqaf li qiegħda tħuf ma' l-entitajiet tal-gvern biex jekk imorru over budget iwaqqfuhom, meta hemm entita` li qed tibni sptar li marret miljuni ta' miljuni ta' miljuni over budget.", "Iddaħħakniex Sur Prim Ministru!", "Dawn x'affarijiet huma?", "Ejja nitkellmu bis-serjeta`!", "Il-Prim Ministru qed jitkellem fuq il-korruzzjoni meta għandu rebus sħiħ ma' saqajh.", "Għandu l- każ ta' l-ADT, tal-MMA, u Frank Portelli jgħid li l-isptar ta' Malta ġie jiswa iktar mill-isptar ta' Edinburgh meta bejn wieħed u ieħor huma ta' l- istess livell.", "Imbagħad Tonio Fenech qallu li l-isptar ta' Edinburgh sar ta' kafkaf għax daħlilhom l-ilma kif għamlet ix-xita.", "Alla jista' kollox, lanqas laħaq spiċċa l-kelma Tonio Fenech li ma daħalx qabda ilma fl-isptar f'Tal-Qroqq, li jiddispjaċini ngħid se jkollna nħallsu aħna għal din l- ineffiċjenza.", "Din hi l-korruzzjoni!", "Ma nafx kif il-Prim Ministru jiġi jitkellem fuq il-korruzzjoni - and he keeps a straight face - meta għandu dawn l-affarijiet kollha għaddejjin ma' saqajh u jgħid li qed qegħdin jieħdu azzjoni.", "Kemm fil-każ ta' l-ADT, kemm f'dak tal-MMA kif ukoll ta' l-isptar, l- azzjoni dejjem ittieħdet għax kien hemm min kixef jew għax tkellimna aħna.", "Il-Prim Ministru, qisu qaddis, ġie hawn u qalilna li issa qed jieħdu azzjoni.", "Iddaħħakniex!", "Ħadtu azzjoni għax kxifniekom meta sirna nafu x'inhu jiġri!", "Jew inkella qalilna - lanqas temmen għax kultant ngħid li trid tkun verament kapaċi biex titkellem b'dan il-mod - li huwa skandaluż li jiġi attakkat min jikxef l-abbużi.", "Imma kif jiġi jgħid dan id-diskors il-Prim Ministru meta nafu li taħtu l-permanent secretary Gauci Borda, li saffar is-suffara u kixef l-abbużi spiċċa biex telaq għax għamlulu ħajtu infern?!", "Ħajtu miżerja għamlulu!", "Imbagħad jiġi jgħidilna li skandaluż li jiġi attakkat min jikxef l-abbużi!", "Mela tagħmlu skandli intom!", "Gauci Borda was hounded out of office, u l-Prim Ministru jiġi jgħid li huwa skandaluż li jiġi attakkat min jikxef l-abbużi!", "Allura qed jgħajjar skandaluż lill- gvern tiegħu stess minħabba l-korruzzjoni li għaddejja u li issa tielgħa f'wiċċ l-ilma għax qed nikxfuha.", "U din li nafu biha, għax ovvjament dak li ma nafux bih ma nistgħux nitkellmu dwaru.", "Il-Prim Ministru ġie jgħid li għandu unit li qiegħda tħuf biex tara li l- entitajiet ma jaqbżux il-budget meta għandu elf entita` li qabżu l-budget, l-akbar waħda l-isptar il-ġdid.", "Allura jien bilfors ikolli nwieġbu u nitkellem fuq dawn l-affarijiet.", "Jiena nammirah lill-Prim Ministru għall- kuraġġ u għall-marketing skills li għandu, sakemm jitkellem waħdu.", "Għax dan bħal tar-reklami, jibdew jiftaħru bil-prodott u jgħidulek biex tixtrih u meta tixtrih issib li jkunu daħku bik.", "Per eżempju, il-bieraħ il-Prim Ministru tkellem fuq l-effiċjenza fiċ-ċivil, fuq value for money, fuq flessibilita`, fuq kontabilita` u fuq trasparenza.", "Kliem sabiħ, imma mbagħad f'daqqa waħda qal li lejliet l-elezzjoni ta' l-1987 - 20 sena ilu - il-gvern Laburista kien impjega 8,000 ruħ u huma kellhom jaraw x'se jagħmlu biex jassorbuhom.", "Il-Prim Ministru qal li huma ma baqgħux idaħħlu mpjegati maċ-ċivil u li kienu bdew inaqqashom.", "Issa ħalli ngħidlu kemm hu minnu li bdew inaqqashom.", "Sur President, skond l-economic survey fl-1987 kien hemm 24,299 impjegat maċ-ċivil, fl-1990 kien hemm 26,324, fl-1991 kien hemm 28,002, fl-1992 kien hemm 30,452 u fl-1993 kien hemm 30,515.", "Mela l-Prim Ministru qal li gvern Laburista għabba liċ-ċivil bi 8,000 impjegat żejda u kellu jara kif se jassorbihom u hu baqa' jżid fuqhom.", "Issa dan suppost li hawnhekk ġejna biex nitkellmu fuq il-liġi u mhux fuq dawn l-affarijiet.", "Imma jekk ma jitfgħux xi ħaġa li skond huma saret ħażin mill-gvern Laburista ma jkunux huma.", "Hawnhekk il-Prim Ministru lanqas żamm l-istatus tiegħu meta ġie jitkellem b'dan il-mod.", "Issa dan prim ministru mhux xi backbencher.", "Ejja nkunu ftit serji!", "Kif tiġi hawnhekk tattakka fuq xi ħaġa li saret 20 sena ilu meta inti komplejt tagħmel l-istess għax bqajt iżżid fuqhom!", "Mela fejn kienet id-diffikulta' li kellek biex tassorbi lil dawn it-8000 ruħ meta itni komplejt iżżid fuqhom?!", "Mela allura kellek bżonnhom la kompljet iżżid fuqhom!", "Issa hawnhekk ikun tajjeb li wieħed ifakkar ukoll li fl-1996, qabel l- elezzjoni li rebaħ il-partit Laburista, kien hemm 30,561 impjegat maċ- ċivil.", "Kemm domna fil-gvern aħna bejn l-1996 u l-1998 dawn naqqasnihom bi ftit - minn 30,561 niżżilniehom għal 30,533.", "Meta tlaqna mill-gvern aħna fl-1998 kien hemm ftit inqas impjegati minn meta kien fil-gvern il-partit Nazzjonalista.", "Jiġifieri llum żgur iċ-ċivil għandu iktar milli kellu fl- 1987, meta għamlu plejtu sħiħ għax qalu li daħħalna 8,000 impjegat żejda, u anke aktar minn meta spiċċa gvern Laburista fl-1998.", "U dan apparti li ħafna mill-ħaddiema taċ-ċivil marru ma' l-entitajiet li ġew imwaqqfa.", "Jiena m'għandix ħin noqgħod nidħol f'din il-kwestjoni fid-dettall, pero' kellek ħafna nies miċ-ċivil li emigraw f'dawn l-entitajiet, u dawn m'humiex inklużi hawnhekk għaliex qegħdin f'section għalihom.", "Dan qed ngħidu biex nuri li l-ammont ta' nies li jieħdu l-paga mis-settur pubbliku huwa ħafna ikbar minn dawn il-figuri li qegħdin insemmu.", "Jiġifieri mhux talli d-darbtejn il-gvern Laburista ħalla inqas nies fiċ-ċivil milli qatt kien hemm taħt il-gvern nazzjonalista, talli m'aħniex qegħdin ngħoddu lil dawk in-nies li kienu fid-dipartimenti u issa qegħdin f'dawn l- entitajiet.", "Mela l-Prim Ministru ġie hawnhekk jitkellem fuq għoxrin sena ilu u qal li aħna poġġejna 8,000 ruħ żejda fiċ-ċivil meta fil-fatt kienu gvernijiet Nazzjonalista li dejjem komplew iżidu l-eluf.", "Jiena vera jiddispjaċini li għandna prim ministru li jiġi hawnhekk, keeping a straight face, u jgħid dawn l-affarijiet.", "Jien qed nikkonfrontah bid-dokumenti ta' l- economic survey.", "Dawn qegħdin hemmhekk u kulħadd jista' jarahom.", "M'hijiex serjeta' tal-Prim Ministru li jiġi hawnhekk u jgħid dawn l-affarijiet.", "U nerġa' ngħid li bilfors kelli nwieġbu.", "Fost ħafna affarijiet oħra, il-Prim Ministru l-bieraħ semma lill-ombudsman.", "Sur President, kif tiġi ssemmi l-ombudsman meta qed nitkellemu fuq effiċjenza, kontabilita' u trasparenza jekk meta l-ombudsman Joe Sammut kkritika l-proċess ta' l-eżerċizzju ta' promozzjonijiet fil-Forzi Armati ta' Malta dawn ħarġu jattakkawh?!", "Mela nsejtu kemm attakkajtuh lil Joe Sammut meta qal li l-eżerċizzju tal-promozzjonijiet fil-Forzi Armati huwa korrott?!", "Kien qal li l-korruzzjoni diffiċli biex tiddefeniha, imma kellu każijiet fejn individwu jkun ġab 400 points, imbagħad jiġi appuntat xi ħadd b'inqas marki minnu.", "Għax l-ombudsman qal hekk, tan-naħa l-oħra spiċċaw attakkawh.", "Issa llum ġie l-Prim Ministru u qal li huwa skandaluż li min jikxef l-abbużi jiġi attakkat.", "Dażgur li huwa skandaluż!", "Imma hekk għamiltu intom!", "Insejtu kemm attakkajtuh lill-ombudsman?!", "Sur President, hemm każ ieħor fejn l-ombudsman - u din qiegħda on record fil-kotba tiegħu – kien qal li għandu evidenza li l-Air Malta, il-linja nazzjonali ta' Malta, tqabbdu summer workers fuq political considerations.", "Xi tfisser din?", "Li biex tidħol fl-Air Malta trid tkun nazzjonalista.", "Kemm qalu li l-Air Malta se tispiċċa!", "Kemm kienu qalu li din hi għasafar taċ- ċomb!", "Taf x'naf ngħid li l-Air Malta taħt il-partit Laburista dejjem għamlet il-profitti, mxiet 'il quddiem u ħaddmet in-nies u kif daħlu n- nazzjonalisti imlewha bid-dejn u kissruha.", "Imma mbagħad għall-jobs lin- nazzjonalisti jdaħħlu.", "Sur President, din hi l-kontabilita', l-effiċjenza u t-trasparenza.", "L-ombudsman hawnhekk qed jgħid: \"I have evidence that Air Malta, the national airline, employed summer workers on political considerations\".", "Kemm kienu għajruh għaliex kixef dak li kien qed jiġri!", "Dan huwa skandlu, u dan qalu l-istess Prim Ministru meta qal li huwa skandaluż li jiġi attakkat min qed jikxef l-abbużi.", "Sur President, il-Prim Ministru semma wkoll il-public accounts committee.", "Jien qiegħda membru fuq dan il-kumitat u hemmhekk suppost ikollna t- trasparenza u l-accountability.", "Fejn huma t-trasparenza u l-accountability?", "Fil-każ tal-ħneżrijiet ta' Richard Muscat, dak li kien jaqbad u jixtri l- air tickets mingħand it-travel agency tal-partit Nazzjonalista mingħajr quotations?!", "Dan xtara sufani, purtieri, għamara u lanqas naf x'ma xtarax u mbagħad marru jbigħuhom bix-xejn.", "Ma rridx nidħol f'dan il-każ, imma għax l- awditur ġenerali investiga dan il-każ x'għamlu?", "Investigaw lill-awditur!", "Austin Gatt qal li issa se jressaq lill-awditur għall-investigazzjoni.", "U dan meta kien hemm dawn il-ħneżrijiet kollha.", "Imbagħad jiġi l-Prim Ministru hawnhekk u jgħidilna li għandna l-PAC.", "Ejja ngħidu kollox dwar x'inhu l- PAC.", "Fit-teorija sabiħ u tajjeb, imma mbagħad fih hemm trasparenza u accountability?", "Mela għax l-awditur ġenerali kixef u investiga qalulu li issa se jinvestigaw lilu!", "Huwa skandaluż, qal il-Prim Ministru, li jiġi attakkat min jikxef u min jinvestiga l-abbużi.", "Dażgur li huwa skandaluż!", "U intom qed tagħmlu l-iskandli, Sur Prim Ministru!", "Il-Prim Ministru l-bieraħ semma wkoll il-kummissjoni kontra l-korruzzjoni.", "Nafu aħna li kellna prim ministru li ma tax kas tad-deċiżjonijiet li ttieħdu minn din il-kummissjoni?!", "Tafuha din?!", "Din qiegħda on record!", "Dr. Fenech Adami bħala prim ministru, meta dehrlu ma tax kas din il- kummissjoni.", "Hawnhekk nista' nsemmi wkoll dak li qal Dr. Frank Portelli fuq programm tal-PBS dwar l-isptar Mater Dei, meta qal li hu konvint li m'hemmx value for money, u allura d-differenza fil-flus bilfors għebet x'imkien.", "La inti m'intix se tieħu l-valur tagħhom bilfors li għebet x'imkien.", "Din hi l-korruzzjoni u mhux billi issa noqogħdu ngħidu li tkellimna miegħu u ħafna minn dan.", "Xi tridu tagħmlu issa?!", "La tkellem bilfors ikollkom titkellmu miegħu!", "Fuq il-PBS li huwa l-istazzjon nazzjonali qal li kien hemm korruzzjoni fl-ammont ta' commissions li ngħataw down the line u li dan kien applikat kullimkien.", "Meta l- preżentatur qallu biex jagħti evidenza fuq dak li kien qed jgħid, Frank Portelli mill-ewwel semmielu l-każ ta' dak li kien ġie offrut commission kbira u issa spiċċa l-ħabs.", "Huwa importanti li ngħidu kollox u mhux imbilli jiġi l-Prim Minsitru u joqgħod jgħid li huwa skandaluż li jiġi attakkat min qed jikxef l-abbużi.", "Meta Frank Portelli ġie mistoqsi għaliex ma jmurx jirrapporta għand il-kummissjoni kontra l-korruzzjoni u għand il-pulizija, mill-ewwel qal li ma jagħmilx hekk għaliex jibża' li jagħmlulu xi bomba.", "Issa ma rridux ninsew li dan il-gvern fl-20 punt tiegħu kien wiegħed li kulħadd kien se jgħix f'daru bla biża' u li l- korruzzjoni kienet se titneħħa bl-għeruq u x-xniexel!", "Qed insemmi dawn l- affarijiet għaliex il-Prim Ministru għoġbu jsemmi ta' 20 sena ilu.", "Frank Portelli ta d-dettalji ta' l-affarijiet u mbagħad jiġi l-Prim Ministru hawnhekk jiftaħar bl-ombudsman, bil-PAC u bil-kummissjoni kontra l- korruzzjoni!", "Il-bieraħ il-Prim Ministru tkellem fuq ħafna affarijiet oħra u semma wkoll l-whistle blowing.", "Jiena ngħid li din hija whistle blowing meħjuta.", "Aħna fid-dokument tagħna dwar l-amminstrazzjoni pubblika ilna iktar minn sena li ddikjarajna li se nagħmlu l-whistle blower act u qegħdin nimxu fuq il- public disclosure act ta' l-Ingilterra u qegħdin naraw ukoll liġijiet oħra serji bħalma huma l-liġijiet ta' l-Iskandinavja li huma inqas komplikati u iktar effiċjenti.", "Jiġifieri qegħdin nippreparaw liġi bis-serjeta' u mhux xi tmien linji jew parti minn liġi oħra.", "Sur President, jiena se ngħid x'wassalhom li f'daqqa waħda bdew jitkellmu fuq il-whistle blower act li fil-fatt m'hi whistle blower act xejn.", "Il-Prim Ministru skanta u beda jgħid li huwa ħażin li jaqlagħha min isaffar is-suffara.", "U jiena se nfakkar lill-Prim Ministru kemm hawn min qalagħha għaliex saffar is- suffara.", "Se nibda bil-każ tas-Sur J R Aquilina li għax kien tkellem fuq il- każ ta' l-iskema ta' l-awżiljari kienu neħħewh mill-ETC.", "Kulħadd jiftakru lil Edward Gauci Borda li għax irrapporta abbużi fit-tmexxija taċ-ċentru nazzjonali ta' l-akwakultura fit-Torri San Luċjan tneħħa minn segretarju permanenti fil-ministeru tal-biedja.", "Dawn spiċċaw ħażin għax saffru s- suffara.", "Spiċċa ħażin ukoll is-Sur Albert Ferrante li kien CEO tal- fondazzjoni għall-iskejjel ta' għada li kien irrapporta li kienu qed joħorġu numru esaġerat ta' direct orders minn din il-fondazzjoni.", "B'kumbinazzjoni kemm is-Sur J R Aquilina u kif ukoll is-Sur Albert Ferrante jaqgħu taħt il-ministeru ta' Louis Galea, li qiegħed hawnhekk.", "U tajjeb ngħidu li ħafna minn dawk li marru tajjeb kienu mid-distrett tal-Ministru Galea.", "Il-Prim Ministru fakkarna f'20 sena ilu, pero' jien qed infakkru f' każijiet iktar reċenti.", "Nerġa' ngħid li t-8,000 impjegat li semma huma komplew iżidu fuqhom.", "Jiġifieri ma nafx għalfejn qed jiskanta l-Prim Ministru meta huma komplew iżidu fuqhom!", "Insemmi wkoll l-awditur intern tal-MEPA, is-Sur Joe Falzon, li għax tkellem fuq il-ħneżrijiet li hemm fil-MEPA ħallewh bla riżorsi biex jiffunzjona u lanqas jista' jaħdem.", "Dan huwa l-mod fin u pulit kif ġie ttrattat biex hu ma jkunx jista' jkompli jaħdem.", "Tkellmu miegħu u taraw kif ħallewh bla riżorsi għax beda jaqla' l-ħama tal-MEPA.", "Insemmi wkoll lil Philip Rizzo, direttur ġenerali tal-FMSS, li qalagħha għaliex kixef u fil-qorti qal: Ikollok tirriżenja int minflok lil min kxift li qed jisraq.", "Min irid jista' jmur iġib it-transcript rigward l-isptar.", "Qed insemmi l-ismijiet għax dawn l-affarijiet qegħdin kollha on record.", "Sur President, jiena ma nistax nippermetti li jiġi l-Prim Ministru f'dan il- Parlament u joqgħod jilgħabha tal-qaddis u jgħid li hija għarukaża u huwa skandaluż li jiġi attakkat min qed jikxef l-abbużi meta għaddejjin dawn l- affarijiet kollha!", "Jiena semmejtlu l-ismijiet.", "U min jaf kemm daħak Philip Rizzo jekk sema' l-Prim Mnistru jitkellem illejla u jgħid li huwa skandaluż li jiġi attakkat min jikxef l-abbużi.", "Dan qal fil-qorti li jkollok tirriżenja int minflok min inkifex li qed jisraq.", "Imbagħad jiġu jitkellmu fuq il-whistle blowing!", "Tifhimhom dawn l-affarijiet?!", "Dan mhux whistle blowing għamel?!", "Imma kellu jirriżenja għax kixef lil min qed jisraq!", "Mela aħna qegħdin hawnhekk biex noqogħdu ngħidu l-kliem kbir u ma nkunux nafu x'qegħdin ngħidu?", "Il-Prim Ministru tkellem fuq l-effiċjenza u fuq l-accountability.", "U hawn nixtieq ngħidlu xi ħaġa fuq l-accountability ta' l-isptar.", "Mhux se ngħidlu x'għidna aħna għax il-ġimgħa l-oħra kien hawn xi ħadd skifuż f'din il-Kamra u qal li tal-labour qed jieħdu pjaċir għax daħal l-ilma fl-isptar!", "Kif nistgħu nieħdu pjaċir b'dawn l-affarijiet meta l-ineffiċjenza tagħkom irid iħallas għaliha l-poplu Malti?!", "X'hemm x'tieħu gost?!", "Mhux se ngħid x'qed ngħidu aħna li ma jkunx hawn xi skifuż ieħor hawn ġew u jiġi jagħmel xi kumment ta' din ix-xorta.", "Imma se ngħid x'qal - u se nikkwotah eżatt – il-Perit Michael Falzon, ex ministru Nazzjonalista fuq il-mod ta' kif saru l-affarijiet fl-isptar:", "\"Il-gvern post 1998 ...\"", "- jiġifieri ta' wara l-1998 li kien gvern Nazzjonalista -", "\"ma kienx sod biżżejjed ma' Skanska u għamlilhom kuntratt cost plus ...\"", "Dan x'ifisser?", "Jiġifieri inti tara kemm tonfoq u jien nagħtik persentaġġ fuq kemm tonfoq b'tali mod li meta tiġi tagħmel il-persentaġġ cost plus.....", "Allura lill-kuntrattur trid tikkontrollah b'mod inkredibbli għax iktar ma jdum iktar se jitla' l-kont.", "Minħabba dawn iċ-ċirkostanzi wasalna f'pożizzjoni li għandna sptar li meta se jispiċċa ma nafux u kemm se jiswa ma nafux.", "Ma rridux ninsew li skond dak li kien jiġi rapportat fil- gazzetti u dak li kienu juru d-dokumenti, dan l-isptar kellu jinfetaħ fl- 2003, erba' snin ilu.", "Jiġifieri l-ex ministru nazzjonalista għandu raġun jgħid li meta tagħmel il-kuntratt cost plus, la tkun taf meta se jispiċċa u lanqas kemm se jiswa.", "Allura fejn huma l-effiċjenza, it-trasparenza u l- kontabilta' li jiġi jitkellem fuqhom il-Prim Ministru?!", "Sur President, nerġa' ngħid li jien qed noqgħod attenta li ngħid x'qalu nies b'sentimenti nazzjonalisti stess ħalli ma jerġax jiġi xi wieħed hawn ġew u jgħaddi xi kumment kif għadda.", "Allavolja lanqas imissni nagħti kasu għax min jasal biex jgħaddulu dawn l-affarijiet minn moħħu huwa verament miskin.", "Qed ngħid l-affarijiet kif qaluhom nies nazzjonalisti.", "Naħseb li dan l-ex ministru, nazzjonalist għadu.", "Sur President, trid tara d-dewmien esaġerat imbagħad fil-kontest ta' l- ispiża li issa laħqet 'l fuq minn Lm0.25 biljun, proprju minħabba din d- deċiżjoni żbaljata li jsir kuntratt cost plus.", "Jiena hekk fhimt li qed jgħid.", "Il-kuntrattur għandu kull interess li jkabbar l-ispiża biex is- somma li jieħu bħala persentaġġ tkun akbar.", "Jiġifieri tifhem għalfejn kien hemm dan id-dewmien u għax ix-xogħol dejjem baqa' jiżdied, għax il- kuntrattur kien jaqbillu.", "Issa l-kuntrattur m'huwiex xi fidil u ma jaċċettax li jagħmlulu l-kuntratt cost plus għax ikun se jmur ħażin il- poplu!", "Jekk il-gvern innegozja miegħu kuntratt cost plus u tahulu fuq platt tal-fidda, il-kuntrattur m'huwiex iblah u mhux se jgħidlu le.", "Jiġifieri l-ex ministru nazzjonalista qed jattribwixxi l-fatt li parti mir- raġuni li l-isptar dam daqshekk ma tlesta u l-ispiża splodiet b'dan il-mod hija li lill-kuntrattur għamlulu dan il-kuntratt cost plus.", "Fuq l-RTK l-istess ex ministru nazzjonalista qal li l-gvern ma kienx sod biżżejjed fin-negozjati ta' dan il-kuntratt ma' Skanska li spiċċaw ħaduh kompletament mil-lat ta' żmien biex jibnu u anke bħala kontroll fuq in-nefqa li splodiet m'għola s-smewwiet.", "Dan qed jgħidilhom li l-gvern m'huwiex negozjatur tajjeb.", "Imbagħad jiġi l-Onor.", "Deguara jitkellem u jibgħat l-full colour brochure fid-djar tan-nies!", "Il-bieraħ kont għand familja u qaluli li ma kellux għalfejn jibgħat dan il-brochure għax dan l-isptar aħna ħallasna għalih.", "Ma nefqux biżżejjed miljuni fl-isptar!", "Kien hemm għalfejn joqgħod jibgħat il-full colour brochure?!", "Ma naħsibx li l-isptar għandu bżonn xi reklam għax jekk nikser saqajja naf li bilfors l-isptar irrid immur.", "Fil- fatt lil din il-familja jiena għidtilhom li din hija l-kampanja elettorali tal-partit Nazzjonalista li qed issir minn fuq daharna wkoll.", "Dawn huma affarijiet moqżieża li toqgħod tibgħat f'kull household full colour brochure biex tirreklama l-isptar wara dawk il-miljuni li ntnefqu.", "L- isptar m'għandux bżonn reklam għaliex dan m'huwiex xi holiday complex fejn trid tagħżel jekk tridx tmur f'wieħed jew f'ieħor.", "Naħseb li l-isptar huwa l-uniku post li m'għandux bżonn reklami għax jekk timrad bilfors ikollok tmur l-isptar.", "Jiġifieri dawn huma l-ħneżrijiet li qed jiġru f'dan il-pajjiż.", "Ma kienx biżżejjed, kif qalhom l-ex ministru Falzon, li ma kenux sodi fin-negozjati tal-kuntratt ma' Skanska li spiċċaw ħaduh kompletament kemm mil-lat ta' żmien biex jibnu għax ilhom 17-il sena issa u kif ukoll mil-lat ta' kontroll tan-nefqa li splodiet.", "Suppost l-ewwel fażi nfetħet fl-2003 u mbagħad biex jitfgħu l-bżar fl-għajnejn jiġu jibagħtu dan il-full colour brochure fid-djar.", "In-nies huma disgustati b'dawn l-affarijiet.", "Jiena ma nistax nifhem kif il-Prim Ministru jiġi jitkellem fuq l-effiċjenza meta mbagħad issib xi familja li tkun qiegħda fuq is-social security u jaqtgħulha kollox, u sakemm jiċċekkjaw u jsibu li ma kellhomx raġun dik il-familja lanqas ikollha x'tiekol.", "Jew inkella ikun hemm xi ħaddiem li jaqtgħuh mir-reġistrar biex jgħidu li għandna inqas nies li qegħdin jirreġistraw għax-xogħol milli fil-fatt għandna, u sakemm jappella biex juri li kellhom tort jagħmel xi sitt xhur ma jidhirx fuq ir-reġistrar!", "Sur President, jiena kelli nwieġeb għal dak li qal l-Prim Ministru, imma rrid nagħti daqsxejn background fuq din il-liġi.", "Fl-1995 l-ex Prim Ministru Eddie Fenech Adami kien talab biex issir liġi għall- amministrazzjoni pubblika u fil-kampanja elettorali ta' l-1996 kien qal li jrid din il-liġi biex jagħti d-drittijiet lill-ħaddiema.", "Pero' meta reġa' tela' fil-gvern fl-1998 qatt ma ressaqha minkejja li kellu żewġ abbozzi, wieħed kien magħmul mill-MSU u l-ieħor magħmul minn Godfrey Pirotta u Edward Warrington.", "Fl-2003 reġgħu ħarġu b'white paper oħra għas-settur pubbliku u reġgħu waqfu hemmhekk.", "Ma rridux ninsew li l-partit Nazzjonalista ilu jitkellem fuq riformi fis-settur pubbliku sa minn mindu tela' fil-gvern fl-1987.", "Għalhekk nistaqsi: Kemm hija etika politika li tressaq liġi bħal din lejliet elezzjoni?", "Il-liġi għandha ssir bis-serjeta' wara l-elezzjoni.", "Hemm bżonn ta' studju bis-serjeta' għax jidher li din il-liġi minflok se tgħin liċ-ċivil jiżviluppa aktar se tfixklu.", "Sur President, irrid infakkar li meta fl-1998 aħna ġejna biex nappuntaw kap taċ-ċivil peress li konna sejrin għall-elezzjoni ħassejna li ma kienx ġust li ngħabbu amministrazzjoni ġdida - jekk din tinbidel u ma tkunx labour administration - b'persuna daqshekk importanti fis-settur pubbliku.", "Fil-fatt konna appuntajnieh bi ftehim short-term, soġġett għall- approvazzjoni ta' gvern ġdid.", "L-affarijiet għandhom isiru b'dan il-mod u mhux kif qed isiru issa, li liġi bħal din titressaq lejliet l-elezzjoni wara li ilhom is-snin ikaxkru saqajhom.", "L-ewwel ikkummissjonaw lill-MSU, imbagħad qabbdu lil Pirotta u lil Warrington u mbagħad ħarġu white paper!", "Din m'hijiex serjeta'.", "Aħna biex sempliċiment appuntajna kap taċ-ċivil għamilnihielu ċara li jekk inkunu aħna fil-gvern ikompli imma jekk ma nkunux aħna jiddeċiedi l-gvern li jidħol.", "Imma llum qed naraw li aktar ma tersaq l-elezzjoni iktar qed jiġri bil-maqlub taħt il-gvern Nazzjonalista.", "Qed jingħataw promozzjonijiet, appointments u impjiegi ġodda fis-settur pubbliku li jistgħu jaġevolaw lill-gvern u qed jingħataw kuntratti lil suppliers favoriti.", "L-intenzjoni tagħhom hija li jorbtulna idejna hekk kif nidħlu fil-gvern.", "Sur President, irrid insemmi wkoll il-kuntratt fit-tul illi jkopri s- supply tal-computer hardware fis-settur pubbliku.", "Hawnhekk il-gvern qed jidħol f'xi ħaġa biex jorbot lill-gvern ta' warajh u dawn l-affarijiet ma jirriflettux serjeta'.", "Kuntratt fit-tul tagħmlu lejliet l-elezzjoni?!", "Aħna nafu x'sibna meta saru l-kuntratti tal-vapuri tal-Gozo Channel!", "Huwa veru każ fejn history repeats itself.", "Qegħdin jingħataw promozzjonijiet fl-ogħla strutturi taċ-ċivil u anke fl-armata.", "Dan huwa inaċċettabbli lejliet elezzjoni u għalhekk qed ngħid li dawn l-affarijiet huma kollha parti mill-pjan tal-gvern biex jorbot lill-gvern ta' warajh.", "L-istess ħaġa m'huwiex aċċettabbli li wara dawn is-snin kollha din il-liġi titressaq lejliet elezzjoni, speċjalment fil-kontest ta' kif qed isiru l-affarijiet f'dan il-qasam.", "Din il-liġi tbeżżagħni iktar meta naf li ġejja minn gvern li għandu ministru fil-kabinett – jien se nsemmi wieħed, jista' jkun li hemm oħrajn - li ddikjara pubblikament, u qiegħda on record, li ċ-ċivil jeħtieġ li jkun politiċizzat biex jimxi, u minn gvern li għandu track record ta' każijiet fejn iċ-ċivil intuża għal għanijiet politiċi.", "Sur President, jien se nikkwota dak li qal Austin Gatt li llum huwa ministru, meta kien segretarju ġenerali tal-partit Nazzjonalista, fil- kunsill ġenerali ta' l-1989.", "Dan kien qal hekk:", "\"Id-direzzjoni taċ-ċivil trid tkun politika u l-ogħla appointments iridu jkunu politiċi.", "Dawk appuntati jibqgħu fil-post tagħhom sakemm il-gvern li jappuntahom jispiċċa.", "Hija ħrafa li ċ-ċivil huwa indipendenti u li huwa leali u jservi lil kull gvern.\".", "Jiġifieri fil-kabinett, minn fejn ġejja din il-liġi, għandek ministru importanti – mhux qed ngħidu xi backbencher – illi bid-dikjarar qal illi d-direzzjoni li għandu jkollu ċ-ċivil trid ikun waħda politika u l-ogħla appointments - jiġifieri tal-permanent secretaries, tad-directors general u appointments f'dawk il-livelli jridu jkunu politiċi.", "Il-Ministru Austin Gatt kien qal li hija ħrafa li ċ-ċivil huwa indipendenti u li l-ħaddiema taċ-ċivil huma leali u jservu lil kull gvern.", "Din kienet dikjarata fil- kunsill ġenerali tal-partit Nazzjonalista u rapportata fil-gazzetta tal- partit Nazzjonalista \"In-Nazzjon\" u l-ebda prim ministru jew viċi prim ministru qatt ma ħareġ jgħid li ma jaqbilx mad-dikjarazzjoni ta' Austin Gatt jew li jemmen fin-newtralita' taċ-ċivil u li l-affarijiet iridu jibqgħu sejrin anke jekk jinbidel il-gvern.", "Għalkemm fuq l-aġenda kellna li se niddiskutu din il-liġi, pero' ma naħsibx li l-Prim Ministru jippretendi li ma nwieġbuhx meta beda jitkellem fuq dawn l-affarijiet, iktar u iktar meta din il-liġi ġejja mingħand gvern li fost il-ministri ewlenin tiegħu għandu persuna li temmen dawn l- affarijiet.", "Fil-fatt dak li kien qal Austin Gatt fil-konferenza ġenerali tal-partit Nazzjonalista fl-1989 twettaq u aktar tard se nagħti l-provi ta' kif ġara dak li qal Austin Gatt.", "U huma jafuhom dawn l-affarijiet għaliex meta titkellem man-nies jirrakkontawlek l-esperjenzi tagħhom, pero' jiena issa se ngħidilhom bil-miktub kif imxew b'dan il-mod.", "Sur President, kif kont qed ngħid qabel, dan il-whistle blower act m'hu xejn għajr att vag b'żewġ klawsoli.", "Waħda mill-klawsoli titkellem fuq ir- rappurtar tal-ksur tal-kodiċi ta' etika ta' xi impjegat.", "Dan ifisser li lill-ministru ma tistax tirrapportah?", "Allura jekk jirrapporta lill-Prim Ministru jew xi Ministru, ma tapplikax għalih il-whistle blower act?", "Mela ma jistax isaffarha s-suffara għax m'huwiex protett.", "Imbagħad fi klawsola 2 jingħad li jingħata rapport lill-Prim Ministru fejn jingħata parir ta' regress mill-Prim Ministru lill-vittma.", "L-esperjenza għallmitna li l-Prim Ministru mhux dejjem jagħti protezzjoni għax ġieli ma tax kas ta' deċiżjonijiet ta' din ix-xorta, pero' m'għandix ċans noqgħod nidħol fihom hawnhekk.", "Insemmi biss il-każ ta' Gauci Borda li għaliex żvela li l- affarijiet ma kenux qegħdin isiru sewwa he was hounded out of office.", "U meta taqra t-tieni klawsola tasal għall-konklużjoni li l-impjegat m'huwiex protett jekk f'dak li qed jirrapporta jmiss ministru jew segretarjat privat ta' ministru, għax finalment huwa l-ministru li jiddeċiedi - skond dan l-abbozz - x'miżuri jittieħdu u mhux xi kummissjoni indipendenti.", "S'issa dak li għandna hawnhekk.", "Allura la qegħdin fiż-żifna għax ma niddiskutux riforma tal-kummissjoni għas-servizz pubbliku qabel il-liġi?", "Il-kodiċi ta' etika li qed jiġi ppreżentat japplika għas-segretarjati privati tal-ministri?", "Allura kif nistgħu neħduhom bis-serjeta' issa dawn l-affarijiet meta diġa' kellna każijiet fejn ħadd ma ta kas?", "Qed jgħidu li l-kodiċi ta' etika tapplika għas-segretarjati privati.", "Issa aħna diġa' għandna kodiċi ta' etika.", "Kif nistgħu neħduh bis-serjeta' lil dan il-gvern meta kellna każijiet fejn inkisret din il-kodiċi ta' etika u ħadd ma ta kas?!", "Qed tissemma l-merit commission, pero' ma qalulna xejn kif se jsiru l-appointments.", "X'inhuma l-kriterji ta' din il-merit commission?", "X'tagħmel din il-merit commission meta jkun hemm xi kariga tailor-made għal xi uffiċjal?", "Sur President, nafu li mhux kariga jew tnejn kellna tailor-made għal xi uffiċjali!", "U dawn l-affarijiet saru u qisu ma ġara xejn.", "Kif jista' jkollna fiduċja fil-merit commission jekk nafu li kemm-il darba kellna esperjenza ta' jobs li jiġu mfassla tailor-made għal ċerti persuni?", "X'se tagħmel il-merit commission jekk immur jiena bħala ministru u ngħidilha li rrid wieħed b'għajnejh blu, xagħru sewda u mnieħru żgħir?", "Naħseb li l- merit commission tgħidli: Għandek lil dan għax wieħed hawn li għandu dawn id-doni.", "Imma jiena nkun ħadt ħsieb minn qabel li dak li tlabt naf li qiegħed għand din il-persuna biss.", "Din il-persuna jista' ma jkollhiex merit imma jiena bħala ministru jew prim ministru lilha nkun irrid.", "Allura nfassal kif irrid u nara li m'hemmx ħaddieħor li għandu dawk id-doni li għandha l-persuna li nkun irrid jiena.", "L-affarijiet għandna ngħiduhom kif inhuma u mhux ngħidu ħafna diskors fuq merit commission, għax min ma jgħaddix mill-bieb jgħaddi mit-tieqa!", "Jiena qed ngħid dawn l-affarijiet mill-esperjenza, Sur President, għax nafu li kellna nies li għamlu l-eżamijiet, marru għall-interviews u weħlu fl- interviews, għax fuq l-interview kien hemm iktar marki milli kien hemm fuq il-kapaċitajiet li dak li jkun ikun wera fl-eżami!", "Fl-interview mhux jekk taf jew ma tafx bħal meta fl-eżami għandek xi ħaġa jew tafha jew ma tafhiex, jew qed tagħmel kritikta tajba tas-suġġett jew m'intix.", "Hemmhekk, jiena li qed nikkorreġi l-karta tiegħek nista' ngħid din ħaqqa 80 marka jew 50 marka.", "Imma mill-interview soġġettiva.", "Mela kif l-interview carries more marks mill-eżami!", "Imbagħad niġu nitkellmu fuq il-merit commission!", "Nerġa' ngħid li jiena naf nies li kkompetew imma meta waslu fit-tarf għamlulhom affarijiet illi wieħed jew waħda biss kellha.", "L-Onor.", "Brincat irid jagħti eżempju.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Brincat, bil-permess ta' l-Onor.", "Dalli", "ONOR.", "JOSEPH BRINCAT: Kien hemm waħda li waqt l-interview staqsewha fuq leħinha.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Tkompli l-Onor.", "Dalli.", "ONOR.", "HELENA DALLI: L-Onor.", "Brincat qed jillustra l-punt tiegħi - jiena naf li huwa interessat ħafna is-servizz pubbliku - imma dawn huma affarijiet li niltaqgħu magħhom kuljum!", "Sur President, jiena nerġa' ngħid li din m'hi whistle blower act xejn.", "Meta semmiha Dr Frank Portelli, il- Prim Ministru qallu li m'hemmx pjan għall-whistle blower act.", "Wara li kien hemm reazzjoni min-nies u mill-media u l-ġurnalisti bdew jagħfsu fil- gazzetti bdew jippanikkjaw u raw kif se jagħmlu u bdew jirriferu għal dawn it-tmien linji li hemm f'din il-liġi u bdew jgħidu li għandna l- whistle blower act.", "Kif tista' ssejħilha whistle blower act meta lanqas titkellem fuq x'inhuma kriterji, merits u dan kollu!", "Ma nidħkux bin-nies!", "Dawn kellhom il-liġi ta' l-amministrazzjoni pubblika u mingħajr m'huma qed jgħidu li din hija sempliċement tmien linji li tagħti protezzjoni lil min isaffar is-suffara, dawruha f'li għandna whistle blower act.", "Sur President, ta' min isemmi hawnhekk li meta fl-1994 Dr. Fenech Adami kien bagħat għal Dr. Mizzi u talbu biex jabbozzalu public service act - issa din hija xi ħaġa li nafha jien, hemm dokumentazzjoni dwarha pero' jistgħu jikkonfermawha nies oħrajn - ma kienx għamilha għaliex meta qalulu x'irid, qalilhom: M'hemmx għalfejn nagħmlilkom liġi għax dak li tridu nista' niġbru f'sentenza waħda.", "U din kienet li kull civil servant jobdi kull ordni tal-ministru.", "U din timxi u torbot ma' dak li kien qal l-Onor.", "Austin Gatt li ċ-ċivil irid ikun politiċizzat u hija ħrafa li ċ-ċivil ma jkunx politiċizzat.", "Dr. Edgar Mizzi qalilhom li l-liġi taċ-ċivil jagħmililhom f'sentenza waħda: Kull civil servant jobdi kull ordni tal- ministru.", "Wara kienu qabdu lill-MSU biex jagħmel abbozz u għamluh.", "Imbagħad qabdu lil Godfrey Pirotta u lil Edward Warrington u dawn ħadu l- istess impressjoni ta' Dr. Mizzi meta qalulhom x'iridu.", "Fl-2003 reġgħu ppreżentaw white paper dwar is-settur pubbliku u reġgħu għaddew erba' snin biex ħarġu dan l-abbozz ta' liġi, jiġifieri qegħdin nitkellmu fuq 12-il sena sħaħ.", "Kif għidt fil-bidu, il-partit Laburista kien ilu iktar minn sena li poġġa fid-dokument tiegħu li l-whistle blower act se jkun fil-programm elettorali tiegħu u għidt li qegħdin naħdmu fuq abbozz ta' liġi bis-serjeta' u mhux xi abbozz ta' liġi bi tmien linji.", "Il-Prim Ministru beda jitkellem fuq affarijiet li ġraw 20 sena ilu.", "Jekk meta 20 sena ilu l-partit Laburista kien daħħal 8,000 ħaddiem maċ-ċivil kienet saret xi ħaġa ħażina - ħalli nkejjel bir-riga tal-Prim Ministru - u int komplejt iżżidhom over the years, allura inti ma kontx qed tagħmel ħażin ukoll?!", "Jew inkella jiġi jgħid li allaħares ikun attakkat min jagħmel l-akkuża!", "Il-gvern Nazzjonalista għandu track record ta' kemm spiċċaw nies għax kixfu l-korruzzjoni.", "Allura kif tgħidu li allaħares ikun attakkat min jikxef il-korruzjzoni?!", "La l-Prim Minsitru għoġbu jkun politiku issa se ngħid x'intqal fuq is- settur pubbliku f'rapport maħruġ min-nies mqabbda mill-Partit Nazzjonalista stess.", "Meta l-partit Nazzjonalista bejn l-elezzjoni ġenerali ta' l-2003 u l-elezzjoni għall-parlamentari Ewropej ta' l-2004 tilef 50,000 vot ikkummissjona studju biex jara għaliex mar daqshekk ħażin.", "Nifhem li skantaw għax dawn huma maqtugħin minn man-nies u għalhekk ħadu sorpriża kbira tant li kkummissjonaw studju ħalli jaraw fejn marru żmerċ.", "Dan id- dokument żammewh mistur għax kien dokument sigriet, imma eventwalment ħareġ.", "Pero' ħareġ mhux għax ħarġu l-partit Nazzjonalista għax dak żammewh Joe Saliba u l-Onor.", "Lawrence Gonzi.", "Pero' mbagħad meta ħareġ kien għal kulħadd u stajna narawh.", "Issa se naraw dan ir-rapport ikkummissjonat mill- partit Nazzjonalista stess ħalli naraw biex kien qed jiftaħar il-bieraħ il- Prim Ministru meta beda jitkellem fuq trasparenza, effiċjenza u kontabilita' fis-settur pubbliku.", "Issa ħalli naraw x'qed jgħidu dawk li qabbdu l-Prim Ministru u s-segretarju ġenerali stess biex jagħmlilhom rapport ħalli jara x'inhi s-sitwazzjoni reali, x'inhi l-verita' u għalfejn f'sena tilfu 50,000 vot.", "Se nikkwota eżatt mir-rapport intern tal-partit Nazzjonalista.", "Ippermettili, Ministru Galea, tista' titkellem ma' sħabek, imma l-prudenza titlob li jekk xi ħaddieħor qed jitkellem quddiemek iżżomm leħnek daqsxejn baxx.", "(Interruzzjonijiet) Dejjem kont prudenti miegħek.", "(Interruzzjonijiet) Aqtagħha, ja pastaż!", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom, inżommu l-ordni.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, on a point of order.", "MR SPEAKER: Il-Ministru Galea, on a point of order,", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Sur President, l-Onor.", "Dalli għadha kemm qaltli pastaż.", "Nitlobha tissostanzjaha jew inkella tirtiraha.", "ONOR.", "HELENA DALLI: Iva, pastaż għax qed nitkellem jien u qed tgħajjat.", "MR SPEAKER: Ippermettili, Onor. Dalli.", "Jiena dejjem nappella biex hawn ġew kulħadd juża diskors parlamentari u meqjus.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Sur President, il-pastażati f'dan il-Parlament hawn min jagħmilhom, imma mhux jien.", "ONOR.", "HELENA DALLI: Sur President, il-Ministru Galea huwa pastaż għax qed jitkellem ħaddieħor u hu qed jgħajjat u qed itellfu.", "Bil-provi pastaż.", "MR SPEAKER: Onor. Dalli, jekk jogħġbok, ma nkomplux għaddejjin bl-istess linja.", "ONOR.", "HELENA DALLI: Jekk inti oversensitive problema tiegħek.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: L-Onor.", "Dalli qed tgħid li jiena pastaż u ovesrsensitive.", "Il-pastażati f'din il-Kamra jsiru min-naħa l-oħra tal- Kamra.", "MR SPEAKER: Onor. Dalli kompli bl-intervent tiegħek u indirizza lis-Sedja.", "ONOR.", "HELENA DALLI: Sur President, nirrepeti li min qed jitkellem waqt li jkun qed jitkellem ħaddieħor u ma jżommx leħnu baxx huwa pastaż.", "MR SPEAKER: Kompli Onor. Dalli, u nitlob li wieħed iżomm l-ordni u l- kalma.", "ONOR.", "HELENA DALLI: Qed jiddejqu jisimgħuni u ma nagħtihomx tort.", "Dan ir-rapport jgħid hekk:", "\"Ħafna jassoċjaw lill-ministeri, lill-aġenziji tal-gvern u liċ-ċivil ma' ħela ta' flus, ma' nuqqas ta' dixxiplina, ma' nuqqas ta' rieda fuq quddiem nett.", "Quddiemna dehret ċara l-fehma li l-gvern mhux jiggverna bil-qies, bil-għaqal u b'saħħa ma' min hemm bżonn u li pjuttost imexxu l-uffiċjali tal-gvern iktar milli l-gvern permezz tal-ministri tiegħu.\".", "Il-bieraħ smajna lill-Prim Minsitru jitkellem fuq l-effiċjenza u fuq id- dixxiplina u jiena hawnhekk qed nikkwota minn rapport intern li qed jgħidilhom li tilfu dawn il-voti kollha għax il-poplu qed jassoċja lill- gvern, lill-aġenziji tiegħu u liċ-ċivil ma' ħela ta' flus, ma' nuqqas ta' dixxiplina u ma' nuqqas ta' rieda.", "Dan ir-rapport ikkummissjonat minnhom stess ikompli jgħid hekk:", "\"Ħafna għandhom l-impressjoni li l-PN ilu wisq fil-gvern, ilu wisq imdawwar mill-istess nies, li m'hemmx biżżejjed uċuħ ġodda kemm fl- aġenziji u fil-korporazzjonijiet parastatali kif ukoll fil-kabinett.", "Dan jagħti dehra li l-gvern żmienu għadda, li hu maqtugħ mir-realta' u li mhux qed jifhem il-problemi ta' nies li faxxa kbira minnhom ma vvotawx għall-partit Nazzjonalsita.", "L-għajta ilha tinstema' issa li l-PN fil-gvern imdawwar bi klikek ta' nies li m'hemmx ħafna x'jiġġustifika li jkunu f'dawn il-karigi.", "Din l-għajta qed tiżdied mhux qed tonqos.\" .", "Sur President, qed nikkwota kelma b'kelma mir-rapport intern li kkummissjona l-partit Nazzjonalista fuq is-settur pubbliku u fuq iċ-ċivil, imbagħad jiġi hawnhekk il-Prim Ministru u jitkellem fuq l-effiċjenza, fuq il-meritokrazija, fuq il-kontabilita` u fuq it-trasparenza.", "Dawn qalulhom ukoll:", "\"Il-gvern kellu jibda jidher li huwa fuq in-naħa tal-poplu ...\"", "- jiġifieri l-gvern m'huwiex qiegħed fuq in-naħa tal-poplu -", "\"... billi ma jagħtix raġun lil dawk li n-nies fehmu li huma responsabbli għall-isparpaljar ta' fondi pubbliċi, deċiżjonijiet strambi u inġusti, nies li f'moħħ il-kotra ma jiġu kastigati qatt ...\"", "- għall-blue-eyed boys and girls qed jgħidu hawnhekk -", "\"... anzi jipproteġuhom il-ministri u li jibqgħu jokkupaw pożizzjonijiet ...\"", "- u għandna każijiet għaddejjin bħalissa -", "\"... li f'ħafna każi la huma kwalifikati għalihom u lanqas ma juru xi ħila partikolari biex jokkupawhom.", "Minflok għamel ir-riformi li kien hemm bżonn, ...\"", "- għall-gvern qegħdin jgħidu hawnhekk u dan id-diskors mhux qed jgħidu l- partit Laburista imma qed jgħiduh nies imqabbdin apposta biex jagħmlu studju għat-telfien ta' dawk il-voti kollha fi żmien sena -", "\"...minflok ta lilu nnifsu dehra ta' partit li ried jipproteġi l- interessi tal-massa, deher minflok jistrieħ fuq il-klikek.\".", "Sur President, dawn huma affarijiet illi qaluhom internament lill-gvern Nazzjonalista u mbagħad jiġi hawnhekk il-Prim Ministru u jagħmel sessjoni sħiħa l-bieraħ jitkellem fuq x'ġara 20 sena ilu.", "Imissu għamel riferenza għal dak li qed qed jiġri taħt imnieħru!", "Fir-rapport qalulu wkoll:", "\"Smajna ilmenti sintomatiċi ta' amministrazzjoni żbilanċjata dwar istituzzjonijiet immexxijin ħażin.\".", "Sur President, dak iż-żmien li nkiteb dan ir-rapport kien għad ma kellniex il-każijiet ta' l-ADT u ta' l-MMA.", "Jiġifieri dawn minflok marru 'l quddiem minn meta għamlulhom ir-rapport - jien naħseb li tefgħuh fid-dustbin dan ir- rapport - marru iktar lura għax ċerti affarijiet li ġraw f'dawn is-sentejn huma ħżiena u agħar milll-affarijiet li nnotat din il-kummissjoni.", "Imbagħad jiġi l-Prim Ministru hawn u jgħid kemm taw nifs ġdid lis-settur pubbliku, kemm waqfu entitajiet u kemm għamlu affarijiet meta f'dan ir- rapport intern qed jgħidulhom x'inhi r-realta' tas-settur pubbliku.", "Ir-rapport jgħid ukoll li –", "\"Gvern Nazzjonalista jidher dgħajjef fil-konfront taċ-ċivil, partikolarment fil-konfront ta' ċerti awtoritajiet li dawn ikunu b'saħħithom mad-dgħajjef u dgħajfin ma' min hu b'saħħtu.", "Ilment li fih jiġbor għadd kbir ta' ilmenti oħrajn kien dwar il- burokrazija żejda li teżisti fil-pajjiż, li qiegħda tifni lill- pubbliku.", "Minn ilmenti li ġew mill-kumitati ...\"", "- għax dawn anke tkellmu mal-kumitati –", "\"wieħed kważi jmiss b'idejh il-frustrazzjoni bl-aġir tan-nies tal- gvern.\".", "Naturalment mhux in-nies kollha tal-gvern huma hekk, imma n-nies t'għajnejhom blu għandhom l-arja u ħadd ma jista' jkellimhom.", "Dan ir- rapport jitkellem ukoll dwar il-frustrazzjoni li taqbdu t-taxpayer meta jiġi biex imiss ma' dawn in-nies li ħadd ma jista' għalihom u jgħid hekk:", "\"Dawn huma allat li intom m'għamiltulhom xejn u huma qegħdin ikissrukom.", "Il-kummissjoni tifhem li dejjem jibqgħu jeżistu nies li fiċ-ċivil issir diskriminazzjoni politika magħhom, imma l-ilmenti li smajna kienu mifruxin aktar minn hekk u kienu jkopru għadd ġmielu ta' każi.", "Il-kummissjoni hija ċerta li n-nies stennew li l-gvern jiggverna liċ-ċivil, jiddixxiplina liċ-ċivil ferm aktar milli għamel u kellu jkun anqas ġeneruż ma' dawk li ma jagħtux valur għat-taxxi li jħallsu n-nies.", "Talli deher dgħajjef maċ-ċivil u ma' istituzzjonijiet oħrajn, il-gvern qed iħallas il-prezz politiku issa talli qed jimxi b'dan il-mod.\".", "Jiġifieri din hija r-realta' tas-settur pubbliku.", "Nerġa' ngħid li hemm ħafna nies li jagħmlu xogħolhom sewwa, imma dan ix-xogħol igerfxuh dawk in- nies li jagħtuhom l-arja l-ministri u li ma jista' jkellimhom ħadd, li jagħmlu l-arja ma' min m'għandux saħħa u jibżgħu minn dawk li għandhom ħafna saħħa u jagħtuhom li jridu!", "Huma dawn in-nies li jagħmlu l-ħajja ta' nies oħra miżerja u mhux dawk in-nies fiċ-ċivil li jagħmlu d-dover tagħhom, li huma serji u ta' l-affari tagħhom u li jagħtu l-ġurnata tax-xogħol tagħhom.", "In-nies tal-ministeri u ta' l-entitajiet huma untouchable!", "U hawnhekk qed nitkellem fuq nies li għandhom eluf kbar ta' liri f'salarji u mhux qed nitkellmu fuq xi ħadd bil-minimum wage bħal dawk it-8,000 ruħ li semma l-bieraħ il-Prim Ministru li daħlu fiċ-ċivil!", "Dan ir-rapport tassew qed jikkundanna l-mod kif qiegħed jimxi s-settur pubbliku u jgħid illi issue importanti ħafna f'moħħ in-nies kienet l- impressjoni negattiva li teżisti dwar l-amministrazzjoni tal-partit.", "Dan ir- rapport jgħid li l-partit Nazzjonalista ma riedx jiddiskuti dan il-punt fil-beraħ ma' l-elettorat.", "Dażgur li ma jiddiskutihx, Sur President!", "Lanqas kellu d-diċenza li jiġi f'dan il-Parlament u jkun onest u jgħid l- affarijiet kif inhuma.", "Il-kummissjoni qaltlu li hija konvinta li hemm ħafna nies li m'humiex sodisfatti bil-mod kif il-PN kien qiegħed jiggverna u għadu jiggverna u qed tagħtih ir-raġunijijiet li sabet għalfejn f'sena l- partit Nazzjonalista tilef 50,000 vot.", "Minflok ma ta kas dawn l- affarijiet, il-bieraħ ġie fil-Parlament il-Prim Ministru u qagħad jiftaħar fuq il-kontabilita', fuq l-effiċjenza u fuq dawn l-affarijiet, meta jaf li qed jagħmel bil-maqlub u m'hu qed joffri xejn differenti minn dak li ilhom jitkellmu fuqu.", "Il-kummissjoni tagħhom stess qed tgħidilhom biex jitkellmu fuq din il-problema li għandhom; cioe' li f'moħħ in-nies m'humiex qed jiggvernaw tajjeb.", "Imbagħad jibqgħu jiġu hawnhekk u jidħku bin-nies!", "MR SPEAKER: Sar il-ħin.", "Tibqa' in possession?", "ONOR.", "HELENA DALLI: Nibqa' in possession.", "MR SPEAKER: Insejjaħ issa lill-Viċi Prim Ministru biex, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "TONIO BORG: Sur President, nipproponi l-aġġornament tal-Kamra għal nhar l-Erbgħa, 27 ta' Ġunju 2007 fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Amministrazzjoni Pubblika - Tieni Qari (Kont);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta - Kumitat; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta (Emenda Nru 2) - Tielet Qari.", "--------------------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili (Emenda Nru 2) - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Foster Care - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Reġistru Ċentrali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza li tneħħi l-Kontroll tad-Djar - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Kumpanniji - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Mediċini - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Istituzzjonijiet Finanzjarji - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Awtorita' ta' Malta dwar ir- Riżorsi - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Organizzazzjonijiet Volontarji - Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Sur President, f'dan l-aġġornament se nipprova ngħaddi xi kummenti fuq dak li għaddej bħalissa f'dan il-parlament.", "Din id-darba, minflok se nitkellem fuq sitwazzjonijiet lokali, se nitkellem fuq affarijiet li qegħdin jiġru f'din il-Kamra, affarijiet li fl-opinjoni tiegħi qegħdin isiru b'mod abbużiv, b'mod żbaljat, b'mod barra minn loku u b'mod li juri disprezz lejn dan il-parlament u lejn il-membri li jifformawh.", "Qabel xejn irrid nirringrazzja lill-pulizija u lill-ħaddiema li jaħdmu mal- protezzjoni ċivili li llejla kienu impenjati sabiex jassiguraw li n-nirien li qabdu 'l barra mit-telephone exchange ta' San Pawl il-Baħar u li nfirxu mal-bitħa ta' l-istess telephone exchange jiġu kkontrollati ħalli l-ħsara li saret ma tkomplix tinfirex mal-makkinarju u l-mekkaniżmi li hemm f'dan il-bini.", "Li kieku ġara hekk konna ndumu numru ta' ġimgħat, jekk mhux xhur, bla servizz tat-telephone fl-inħawi ta' San Pawl il-Baħar u diversi postijiet oħra li jinqdew b'bik it-telephone exchange.", "Minn issa 'l quddiem se neddedika l-kumplament ta' l-aġġornament għall-kontroversja li issa ilha għaddejja għal numru ta' ġimgħat f'dan il-parlament.", "Hawnhekk qiegħed nirriferi għal dak li ġara, għal dak li ma ġarax, għal dak li suppost ġara u għal dak li suppost ma ġarax fl-awtorita' marittima.", "Matul il-ġimgħat li għaddew, f'dan il-parlament u anke barra minnu, kien hemm min għamel riferenza għas-suppost fatt li jien b'xi mod ħabib ta' persuna – li llum ittellgħet quddiem il-qorti imma xorta waħda ma nħossx li għandi nsemmi l-ismijiet f'dan l-istadju - li fost affarijiet oħra kienet responsabbli mil-liċenzji tas-sewqan ta' l-opri tal-baħar li joħorġu mill- awtorita' marittima.", "Sur President, f'dan il-parlament intqal li din kienet persuna ħabib tiegħi u kien hemm min qal li dan kien ħabib intimu tiegħi.", "Għalhekk bħalma ddikjarajt f'diversi postijiet oħra fuq il-media ta' pajjiżna, nerġa' ngħid li l-persuna kkonċernata, għalkemm nafha fuq ix-xogħol tagħha, għaliex ovvjament f'disa' snin responsabbli minn dan is-settur fejn fihom il- persuna kkonċernata kienet responsabbli minn aspetti differenti ta' l- awtorita' marittima, ma nistax niċħad li lil din il-persuna nafha.", "Naf lill-istess persuna bħala uffiċjal tal-Malta Football Association.", "Imma għal darb'oħra nerġa' niddikjara li hija gidba meta jingħad li din il- persuna hija ħabib intimu tiegħi.", "M'hemmx mod ieħor kif tista' tiddeskrivi dak li qiegħed ngħid bħalissa ħlief bil-kelma \"gidba\".", "Hija gidba dak li ntqal li b'xi mod jew ieħor il-persuna kkonċernata hija jew kienet meqjusa bħala ħabib intimu tiegħi.", "Lil din il-persuna nafha professjonalment u daqshekk.", "Ħaġa oħra li ssemmiet hija li din il-persuna suppost ġiet tkellimni fil-5 ta' Ġunju u fis-6 ta' Ġunju.", "Għal darba oħra nagħmel dikjarazzjoni ċara min-naħa tiegħi li din m'hi xejn ħlief gidba.", "Min qiegħed jgħid dan id- diskors huwa giddieb mingħajr l-ebda skrupli.", "M'hemmx triq oħra ħlief dik li ngħidlu dan il-kliem għaliex ma jixraqlux aktar minn hekk.", "Issa safejn naf jien, f'dan il-parlament għandna l-prassi fejn seduti tal-parlament jixxandru sħaħ jew inkella ma jixxandru xejn.", "Il- membru parlamentari li qiegħed nagħmel riferenza għalih, jiġifieri l-Onor.", "Joe Mizzi, bħalissa qiegħed jaqbad partijiet mid-diskorsi tiegħu u jpoġġihom fuq l-internet.", "Barra minn hekk ġie wkoll f'dan il-parlament jgħidilna sabiex nidħlu fis- site tiegħu.", "Sur President, jiena qiegħed nitolbok tinvestiga bis-serjeta' dwar kemm huwa leċitu u jekk huwiex skond ir-regolamenti ta' din il-Kamra li xi ħadd jiġi hawnhekk, jgħid dak li jfettillu - ħafna drabi jkun gideb – u mbagħad jibqa' jipperpetwa dak li jkun qal fuq il-mezzi ta' komunikazzjoni ġodda li għandna f'pajjiżna qisu m'hu qiegħed jiġri xejn.", "Il-gideb postu x'imkien ieħor u mhux f'dan il-parlament.", "Il-bieraħ filgħaxija l-Onor.", "Mizzi qalilna li jiena għedt żewġ gidbiet faħxija meta għedt li l- investigazzjonijiet bdew fl-24 ta' Mejju u mhux wara li kien hu stess li qajjem dan il-każ fil-parlament.", "Issa quddiemi għandi ittra mill-avukati ta' l-awtorita' marittima, indirizzata lill-kummissarju tal-pulizija u datata l-24 ta' Mejju li għadda, jiġifieri fil-ġurnata li jiena kont informat bis-suspetti li seta' ġara xi ħaġa fuq il-liċenzji għas-sewqan ta' l-opri tal-baħar.", "Min-naħa tiegħi se nqiegħed din l-ittra fuq il-mejda tal- Kamra.", "Kif għedt din hija ittra mibgħuta mill-avukat li qiegħed jirrappreżenta lill-awtorita' marittima - ma nħossx li għandi nsemmi l-isem pero' dan se jkun parti mir-records ta' din il-Kamra – u hija indirizzata lill-kummissarju tal-pulizija fl-24 ta' Mejju.", "Fil-fatt nista' malajr malajr naqra din l-ittra li tgħid hekk:", "\"Għażiż Kummissarju,", "Niktbu għan-nom ta' l-Awtorita' Marittima ta' Malta ta' Maritime Trade Centre, Xatt l-Għassara ta' l-Għeneb, Marsa sabiex nitolbuk tinvestiga suspetti ta' irregolaritajiet fil-proċess li jwassal għall-ħruġ ta' liċenzji għas-sewqan ta' speedboats.", "Ai termini tar-Regolament 29 tar-Regolamenti dwar Bastimenti Żgħar (A.L. 129 ta' l-2001) ħadd ma jista' jsuq speedboat li taqbeż il-100 h.p. mingħajr ma jkollu liċenzja nawtika (nautical licence) maħruġa mill-Awtorita'.", "Qabel tinħareġ tali liċenzja, l-applikant irid jimla' formola u jipprovdi lill-Awtorita' l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni rikjesta.", "Fost ir-rekwiżiti biex tinħareġ tali liċenzja, l-Awtorita' titlob li l-applikant jagħmel kors ta' \"basic seamanship\" mal-Kulleġġ MCAST u li jipprovdi ċertifikat maħruġ mill-MCAST bħala prova li għadda minn dan il-kors.", "Dalgħodu stess,...\"", "- jiġifieri fl-24 ta' Mejju li għadda –", "\"...waqt li l-awdituri ta' l-Awtorita' kienu qed jagħmlu internal audit ta' rutina kif isir regolarment fl-Awtorita', irriżultalhom mill- files rigwardanti l-liċenzji msemmija, dawk li jistgħu jkunu irregolaritajiet fid-dokumentazzjoni pprovduta minn numru ta' applikanti lill-Awtorita'.", "Jidher prima facie li f'diversi każi ċ- ċertifikat ta' l-MCAST miżmum fil-files ta' l-Awtorita' huwa wieħed iffalsifikat.\".", "Naturalment m'iniex se nkompli naqra l-ittra kollha u għalhekk se naqra malajr il-konklużjoni tagħha.", "Din tkompli tgħid hekk:", "\"Għaldaqstant ġentilment nitolbuk sabiex immedjatament tinvestiga dan il-każ u tieħu dawk il-passi jew proċeduri legali li jidhirlek xierqa.", "Nenfasizzaw l-urġenza tas-sitwazzjoni, minħabba li jista' jkun hemm implikazzjonijiet dwar safety fl-ibħra Maltin.", "Ma' dan ir-rapport qegħdin ngħaddulkom kopji ta' diversi dokumenti li jistgħu jkunu ta' relevanza għall-każ, fosthom kopji ta' ċertifikati suspetti, il-lista ta' persuni li ottjenew ċertifikat mill-MCAST mill-2001 sal-lum u kopja tar-Regolamenti dwar Bastimenti Żgħar.\".", "Sur President, din hija ittra bil-miktub u dokumentata fejn qiegħda turi li l-awtorita' marittima, hekk kif saret taf – jiġifieri fl-24 ta' Mejju – li kien hemm suspett ta' irregolaritajiet fl-għoti ta' dawn il-liċenzji, għaddiet il-każ lill-pulizija.", "Naturalment il-pulizija mxew bil-mod ta' kif jaġixxu huma.", "Għalhekk hija assolutament barra minn lokha u hija assolutament gidba li tiġi f'dan il-parlament u tgħid li jien b'xi mod jew ieħor immiżlidjajt lill-Kamra meta għedt li ma kont naf b'xejn dwar l- allegazzjonijiet ta' l-Onor.", "Mizzi fir-rigward ta' dawk li huma l-ħatjin.", "Għalhekk se nerġa' nirrepeti għal ma nafx kemm-il darba żewġ affarijiet.", "Qabel xejn irrid ngħid li dan huwa dokumentat fid-dokumentazzjoni ta' din il-Kamra u qiegħed hemm għal min irid jarah, għal min għandu sens ta' diċenza li jirrapportah u għal min għandu sens ta' responsabbilta' lejn dan il-parlament.", "Ftit tal-ġranet ilu, meta tkellimt ikkwotajt mis-suppost maiden speech tiegħi f'dan il-parlament.", "U dakinhar kont għedt hekk:", "\"Wieħed irid jipprova, matul iż-żmien li ġej, jirrispetta l-opinjoni taż-żewġ naħat tal-Kamra, tkun xi tkun l-opinjoni.\".", "Matul dawn l-20 sena pprovajt u għamilt ħilti kollha sabiex nirrispetta u nibqa' nirrispetta l-opinjonijiet ta' kulħadd.", "Pero' fejn hemm affarijiet li huma assolutament barra minn lokhom, ma tistax taċċetta li dawn l- affarijiet jibqgħu jsiru u jintqalu.", "B'mod partikolari rrid nerġa' nenfasizza li ma jistgħux jibqgħu jintqalu dawn l-affarijiet taħt il- protezzjoni tal-parlament u għaliex dak li jkun, bħala membru parlamentari għandu d-dritt - \"għandu dritt\" m'hijiex il-frażi t-tajba – li jiġi hawnhekk jivvinta l-istejjer, jgħid dak li jfettillu, ipeċlaq dak li jfettillu u mbagħad jibqa' taħt il-kappa tal-protezzjoni.", "Sur President, nerġa' nitolbok sabiex tinvestiga ftit x'inhi s-sitwazzjoni dwar dan il-każ, fejn bil-protezzjoni tas-suppost parlament, ikun hemm l- istazzjonijiet tat-televiżjoni li b'makkakerija u b'ħażen kbir jikkwotaw word for word, live, dak li jkun inqtal hawnhekk sabiex taparsi huma wkoll ikollhom il-protezzjoni tal-parlament.", "Jiena ngħid li abbuż aktar sfaċċat minn hekk f'dan il-parlament ma' jistax ikun hemm.", "Jieħu għalih kemm jieħu għalih lill-Onor.", "Mizzi se ngħidlu li d-diskors li għamel il-bieraħ f'dan il-parlament se nerġa' nibgħatu - għar-raba' darba fi 15-il ġurnata - lill- kummissjoni ta' kontra l-korruzzjoni sabiex hi tkun tista' tinvestiga dawk il-ftit aspetti ġodda li għamel riferenza għalihom l-Onor.", "Mizzi fid- diskors tiegħu.", "Jiena qiegħed nitlob lil din il-kummissjoni sabiex tinvestiga l-allegazzjonijiet li għamel l-Onor.", "Mizzi fil-konfront ta' hu min hu membru ta' din il-Kamra, barra minn din il-Kamra u ħaddiem ma nafx ma' min.", "L-importanti hu li l-kummissjoni kontra l-korruzzjoni tinvestiga u kemm jista' jkun malajr toħroġ il-verita' minn din il-kampanja moqżieża u barra minn lokha, li naturalment hemm min għandu interess li jagħmilha.", "Ilejla kelli l-opportunitá li nisma' lill-Onor.", "George Vella fl-intervent li għamel waqt li kien qiegħed jitkellem il-prim ministru.", "U l-Onor.", "Vella qalilna xi prova għandu bżonn aktar dan il-gvern sabiex juri li għandu problemi f'dawk li huma nuqqasijiet fl-amministrazzjoni korretta meta għandna ministru li qiegħed on tape....", "Issa forsi l-Onor.", "George Vella ma kellux iċ-ċans li jsegwi mill-qrib dak li kien qed jiġri fuq il-każ tal- cassettes.", "Għalhekk għal darb'oħra se nieħu l-opportunitá sabiex nisfida lil min irid, min-naħa ta' l-oppożizzjoni, sabiex mhux joħorġu dak li jridu mill-cassettes, ħalli noqgħodu nidħku bin-nies u ngħidulhom li qtajna l- ismijiet u l-kliem ħażin, imma li jippubblikahom mill-A saż-Z.", "M'għandi l- ebda problema dwar dan!", "Jippubblikahom kollha l-cassettes u juru d-diskors kollu li ntqal u bl-ammissjonijiet li saru.", "Sur President, kien hemm min qalli li ffissat li rrekordjani xi ħadd.", "Xi ħadd li l-ewwel bdew jiddiskrevuh bħala l-canvasser.", "Qatt ma kien canvasser u nispera wkoll li qatt ma jkolli canvassers ta' dak it-tip ta' persuna li hija involuta.", "Però li forsi ma jafx min akkużani bil-fissazzjoni tiegħi f'din il-perusna, hija li din il-persuna ftaħret man-nies li kienet hi li rrekordjat il-cassettes sabiex tkun tista' tużahom fil-konfront tiegħi u biex mingħaliha theddidni.", "Kien hu li fil-fatt - ma qalx lili imma qal lil nies oħrjan li wħud minnhom kienu investigati fuq dak li allegaw fil- konfront ta' din il-persuna .....", "U naf ukoll id-dikjarazzjonijiet li saru minn dak iż-żmien sal-lum.", "Il-lejla l-Prim Ministru qal li l-persuna konċernata kienu nħaffrulha xi akkużi wara l-elezzjoni ta' l-1996.", "Din il-persuna partikolari nħaffrulha akkużi mhux ta' natura ħafifa imma ta' tfiegħ ta' tazzi u ta' ġlied li nqala' bejn l-istess staff ta' l-ADT.", "Issa jistgħu jgħiduli li jien iffissat fuq dan il-bniedem imma ma' tantx għandi għalfejn niffissa fuqu.", "Madankollu hemm nies li xehdu u hemm nies li huma preparati jkomplu jixhdu mhux bil-paroli, mhux bid-diskors, mhux bil-protezzjoni ta' dan il- parlament, imma lesti jixhdu fir-realta' u bil-fatti.", "Dawn il-persuni kienu huma li ġew 'il quddiem u wasslu l-kummenti tagħhom.", "L-Onor.", "Mizzi l-bieraħ filgħaxija reġa' għamel l-elenku ta' akkużi li kien għamel meta tkellimna fuq l-awtoritá marittima fit-23 ta' April li għadda.", "Il-bieraħ reġa' irrepeta li hemm min qiegħed ibill subgħajh fil-proġett taċ- Ċirkewwa u li hemm min qiegħed jirreġistra vapuri li għandhom aktar minn 25 sena meta s-sistema mhux suppost li tippermetti dan.", "Li s-sistema ma tippermettix li jiġu reġistrati vapuri li għandhom aktar minn 25 sena hija invenzjoni!", "Jekk wieħed jara l-liġi li tirregola l-merchant shipping ta' pajjiżna, liema liġi għaddejnieha minn dan il-parlament ħames jew sitt snin ilu, jara li hemm ċerti ċirkostanzi fejn wieħed jista' jirreġistra vapuri li għandhom aktar minn 25 sena.", "Naturalment hemm il-policy u l-mod ta' kif wieħed jista' jirreġistra dawn il-vapuri u dan wieħed jista' jixhdu.", "Però l-Onor.", "Mizzi ġie hawnhekk u qalilna li kien hemm min l-ewwel mar għand xi ħadd bħala aġent u dak l- aġent ma rreġistralux il-vapuri, imbagħad mar għand aġent ieħor u rreġistrawlu l-vapuri.", "Għalhekk nistieden lill-Onor.", "Mizzi sabiex mhux bil- paroli imma bis-serjeta' u b'responsabilitá - f'dan il-parlament u anke barra minnu – jgħaddi jekk għandu l-iċken ħjiel ta' informazzjoni lil min għandu jgħaddiha ħalli din tiġi investigata.", "Nispera li jressaq il-provi li għandu quddiem il-kummissjoni kontra l-korruzzjoni.", "Fejn tidħol is- serjetá, fejn tidħol il-kwestjoni tal-korruzzjoni, fejn tidħol il-kwestjoni ta' l-abbuż, fejn tidħol il-kwestjoni ta' l-investigazzjonijiet marbutin ma' l-irregolaritajiet, m'għandniex inwasslu l-informazzjoni li jkollna bil- qatra l-qatra.", "Hawnhekk m'aħniex il-bdiewa li qegħdin ninqdew bid-drip irrigation!", "Sur President, kulmin għandu xi informazzjoni għandnu l-obbligu sagrosant li jgħaddi dik l-informazzjoni fl-ewwel okkażjoni li jkollu.", "Mhux imbilli jiġi l-Onor.", "Mizzi bħalma għamel il-bieraħ filgħaxija u jgħidilna li baqagħlu x'joħroġ Jekk għandu x'joħroġ ħalli joħorġu, jekk għandu xi jgħid ħallih jgħidu, u jekk għandu informazzjoni konkreta dwar xi ħadd jew xi ħaġa, nitolbu joħroġ dik l-informazzjoni.", "Imma nerġa' ngħid li l- informazzjoni li għandu ma jużahiex bħad- drip irrigation, bil-qatra l- qatra, imma joħroġha u jgħaddiha lil min għandu jgħaddiha ħalli jinvestigaha.", "Jiena nista' nassigura lill-Onor.", "Mizzi li fil-mument li kien hemm l-iċken indikazzjoni ta' xi irregolaritajiet f'dawk li huma l-ħruġ ta' liċenzji fl- opri tal-baħar, fl-24 ta' Mejju li għadda, mill-ewwel il-każ għadda għand il-pulizija.", "Il-pulizija mill-ewwel ġew mitluba jinvestigaw, u jekk ikun hemm l-iċken ħjiel serju dwar xi ħaġa li hija irregolari, allura din l- informazzjoni tkun tista' mill-ewwel tgħaddi ħalli tiġi investigata.", "Issa mbilli niġu hawnhekk u ngħidu l-qorti korrotta, li l-pulizija korrotta u li ma nafx min iżjed hu korrott!", "Aħna mhux paroli bil-protezzjoni tal- parlament irridu!", "Aħna rridu diskors responsabbli u dan għandu jsir mhux lejja bħala ministru, mhux lejn din in-naħa tal-Kamra bħala n-naħa li qiegħda fil-gvern, imma rridu diskors responsabbli fil-konfront ta' dan il- pajjiż u fil-konfront ta' dan il-poplu li lilna jeleġġina f'dan il- parlament.", "Sur President, il-poplu jeleġġina f'dan il-parlament bir-responsabbiltá li mmexxu lil pajjiżna 'l quddiem.", "M'hijiex kwestjoni li niġu hawnhekk u taħt il-protezzjoni tal-parlament ngħidu dak li jfettlilna!", "M'hijiex kwestjoni li niġu f'dan il-parlament inħammġu u nċappsu lil min ifettlilna u nivvintaw fuqu!", "Għandna responsabilitá ċara u obbligu ċar li dak li nafu ngħadduh ħalli jkun jista' jiġi investigat bis-serjetá.", "Imbagħad l-iskuża li xi ħadd jipproteġi lil xi ħadd qiegħed jgħidilna li hemm min qed jipproteġi ma nafx lil min!", "Li kieku kelli noqgħod fuq il-bażi ta' dak li qal l-Onor.", "Mizzi, fejn qal li l-persuna konċernata fil-kariga li kellha kienet xi ħabib intimu tiegħi - kif diġa' għedt għandna l-provi li dan m'huwiex xi ħabib intimu tiegħi – allura hawnhekk għandna prova ta' kemm aħna mmexxu fil-konfront ta' kulħadd.", "Illum din il-persuna konċernata, flimkien ma' persuna oħra, ġiet imressqa quddiem il-qrati ta' pajjiżna.", "L-investigazzjonijiet min-naħa tal-pulizija għad iridu jkomplu fil-konfront ta' allegati persuni oħra li b'xi mod jew ieħor ma mxewx mal-proċedura u ngħataw liċenzji meta mhux suppost ingħataw liċenzji.", "Dawn ukoll hemm il-proċeduri li jridu jittieħdu fil-konfront tagħhom meta tispiċċa l-investigazzjoni neċessarja.", "Hawnhekk ukoll taqra li dak qiegħed jipproteġi lil dak u l-ieħor qiegħed jipproteġi lil ieħor!", "Jekk l-Onor.", "Mizzi jaf b'xi ħadd li qiegħed jipproteġi lil xi ħadd, għandu jressaq il-provi li għandu ħalli jiġu investigati!", "Issa mbilli ġie hawnhekk u qalilna li hemm min qiegħed suppost jaħdem b'dan il-mod!", "Tana indikazzjoni ta' karozza li serviet bħala taxi, tana indikazzjoni ta' karozza Pajero u tana indikazzjoni ta' karozza Transit.", "Issa jien ma nafx kemm-il elf hawn minn dawn il-karozzi f'pajjiżna.", "Imbagħad qalilna li wieħed minn dawn il-persuni - ma nafx għal liema wieħed preċiż - qiegħed jgħid li parti minn dawn il-flus qegħdin jingħataw lil xi canvasser tal- Ministru Ċensu Galea!", "Lill-Onor.", "Mizzi ngħidlu li nispera li dan is-suppost canvasser m'huwiex xi canvasser daqskemm kien canvasser dak li għal numru ta' ġimgħat ġie wżat b'mod għal kollox barra minn loku min-naħa tal-media tal-partit Laburista.", "Nispera li dan il-bniedem m'huwiex xi canvasser daqs dik il-persuna li rrekordjat dak id-diskors, u mbagħad għax wassalna l-proċeduri fil-konfront tiegħu sat-tmiem tagħhom ġie mkeċċi b'deċiżjoni tal-bord tad-dixxiplina ta' l-awtoritá dwar it-trasport.", "Naturalment imbagħad saru l-appelli.", "Issa anke hawnhekk nixtieq nagħmel mistoqsija sempliċi lill-avukati - avukat minnhom huwa membru ta' l-oppożizzjoni - ta' din il-persuna billi nistaqsi: X'interess għandu li wara sentejn li beda l-proċedura quddiem il-qrati tagħna għadu ma ressaqx ix-xiehda li suppost għandu ħalli kemm jista' jkun malajr il-każ tiegħu jinqata'?", "Lil dan il-membru min-naħa ta' l- oppożizzjoni ngħidlu sabiex iħaffef il-proċeduri kemm jista' ikun malajr.", "Huwa responsabbli li jtella' ix-xhieda għaliex s'issa x-xiehda li nġabru – jekk inġabar xi ħadd – huma x-xhieda li ġejjin min-naħa ta' l-avukat ta' din il-persuna.", "Dan għaliex għadhom ma bdewx jittellgħu x-xiehda fil- konfront ta' din l-istess persuna min-naħa ta' l-awtorita` dwar it- trasport.", "Jien naħseb li l-avukat u l-partit ta' l-oppożizzjoni aktar jinteressahom li jkun hemm procrastination tal-każ ħalli jkunu jistgħu jużaw il-każ meta jridu.", "B'hekk meta jfettlilhom jużaw xi tiċpisa, xi parti mill-kwotazzjoni li għedt jien meta kont qiegħed niġi rrekordjat b'mod illegali!", "Ma jimportax li rrekordjawni b'dan il-mod u issa wieħed irid jara dan xi jfisser.", "Imma għan-naħa ta' l-oppożizzjoni l-aqwa li jikkwotaw partijiet barra minn lokhom u partijiet li m'humiex impoġġijin fil-kontest ta' dik id- diskursata.", "L-aqwa li naqbżu xi żewġ sentenzi u l-aqwa li ngħidu żewġ kelmiet!", "Sur President, fost dak il-kliem li ħareġ kien hemm frażi li tgħid li dan huwa pajjiż tal-cowards.", "U jekk f'dan il-parlament għandna membri parlamentari li lanqas tista' tgħidilhom cowards għaliex m'għandhomx il- ħila joħorġu barra minn din il-Kamra ħalli jgħidu dak li suppost jafu, mhux bilfors imbagħad ikollna oħrajn li jagħmlu bħalhom!", "Coward huwa dak il- bniedem li jiġi hawnhekk jallega, iparla, ipaċpaċ u jgħid li jaf ċerti affarijiet, imma mbagħad meta għandu r-responsabilita` bil-ġuramenti li ħadna quddiemek, Sur President, meta sirna membri ta' din il-Kamra, sabiex dak li jkun jaf li huwa żbaljat immexxi fil-konfront tiegħu jiġi jgħid li jrid jipproteġi s-sors ta' min għaddielu l-informazzjoni!", "X'sors hu li niġu hawnhekk u ngħidu li qegħdin nipproteġu lil min jagħtina din it-tip ta' informazzjoni?!", "Anke min tana din it-tip ta' informazzjoni – jekk hemm xi ħadd li jkun tana din l-informazzjoni – għandna d-dover li nġiegħluh u nfiehmuh li għandu jagħti x-xiehda tiegħu jekk verament nemmnu li hemm xi verita` fl-affarijiet u jekk nixtiequ li l-affarijiet jimxu 'il quddiem.", "Hemm diversi sitwazzjonijiet li rridu nkomplu nenfasizzaw fuqhom.", "Il- bieraħ l-Onor.", "Mizzi qalilna li matul dawn l-aħħar erbat ijiem irċieva bosta theddid.", "Jiena nista' niddikjara li minkejja dak kollu li għedt f'dan il-parlament, minkejja dak kollu li għamilt u minkejja dak kollu li jiena responsabbli minnu, la f'dawn l-erbat ijiem u lanqas f'dawn l-aħħar erba' snin ma kelli xi forma ta' theddid.", "Ma kelli l-ebda theddid għaliex min jiġi jkellimni jaf li jekk m'għandux raġun mhux se jingħatalu dak ir- raġun.", "Jekk jiġi jkellimni xi ħadd fuq xi ħaġa li hija barra minn lokha jaf li mhux se jingħatalu r-raġun.", "Diversi drabi l-Onor.", "Mizzi ġie jgħidilna li attakkaw lil dak u lil ieħor minn tal-familja tiegħu.", "Jien nispera li m'huwiex minnu li jkun hemm min jattakka b'dan il-mod li qalilna l-Onor.", "Mizzi.", "Pero` anke hawnhekk, jekk inhu minnu li xi ħadd attakka lil xi ħadd, jekk inhu minnu li xi ħadd hedded lil xi ħadd, jekk hu jaf min jista' ikun li heddu, għandu r-responsabilita` - u mhux jinħeba wara l- privileġġ parlamentari – li jersaq 'il quddiem u jgħid dak kollu li jaf.", "Il-bieraħ l-Onor.", "Mizzi qalilna kif inhuwa possibbli li l-awdituri fis-snin li għaddew ma ndunawx u ħallew kollox għaddej!", "Jien nerġa' nirrepeti li l- awdituri interni ta' l-awtorita` marittima raw id-diskrepanzi fuq din il- kwestjoni tal-liċenzji proprju fl-24 ta' Mejju.", "Għalhekk għaddew l- informazzjoni lill-awtorita` marittima, li min-naħa tagħha għaddiet l- informazzjoni lill-pulizija.", "Għaldaqstant ma noqogħdux niġu hawnhekk ngħidu li kien hemm xi ħadd li pprova jaħbi dawn l-affarijiet mill-ministru.", "Ejjew ma noqogħdux ngħidu li kien hemm min ipprova jgħid: Ejjew ma nikxfux għaliex il-ministru għadu kif għadda minn burraxka.", "Fil-ħajja politika il- burraxki tgħaddi minnhom il-ħin kollu.", "Jekk nitkellem mill-esperjenza personali tiegħi fil-ħajja politika nista' ngħid li bdejtha b'burraxka kbira fl-1983 u fl-1984, meta dak iż-żmien il- gvern tal-ġurnata deherlu li għaliex jien ma ddejjaqtx ngħid dak li għandi ngħid, għaliex ma ddejjaqtx nikteb u nitkellem dwar l-abbuż ta' poter li kien għaddej, jaqbad u jkeċċini mix-xogħol tiegħi.", "Fil-fatt domt tliet snin u nofs niġġieled u nikkumbatti lill-gvern tal-ġurnata li kien immexxi mill-partit Soċjalista li għadu l-istess wieħed illum.", "Għad hemm min illum qiegħed jimmilita fil-partit ta' l-oppożizzjoni li dak iż-żmien kien minn ta' quddiem nett u kien uffiċjal għoli ferm fi ħdan il-partit Laburista ta' dak iż-żmien u li ma refax difer wieħed sabiex jipprova jirranġa s- sitwazzjoni.", "Il-burraxki politiċi għaddejt minnhom diversi drabi, pero` forsi li ta' dakinhar kienet l-akbar burraxka għaliex kont għadni żgħir fl- eta' u allura jkollok inqas metodi ta' kif tikkumbatti ċerti affarijiet.", "Madankollu dawk il-burraxki lili dejjem għamluni aktar b'saħħti u aktar lest li niġġieled għall-verita`.", "Sur President, il-verita` tista' tkun waħda biss.", "Il-verita` ma tistax tkun waħda moħbija, imħawda u mbażwra b'xi mod minn xi membru ta' din il- Kamra.", "Għall-kuntrarju l-verita` tibqa' dik li hi dejjem quddiem kulħadd.", "Ikun għalxejn li l-media uffiċjali tal-partit Laburista tinqeda bid- diskorsi moqżieża ta' l-Onor.", "Joe Mizzi sabiex mingħaliha tirrepeti u tipperpetwa l-ħmieġ ta' hawn ġew barra minn din il-Kamra u twassal dan il- messaġġ lin-nies li jkunu qegħdin isegwuha.", "Jekk il-media tal-partit Laburista għandha imqar l-iċken diċenza, għandha hi wkoll tara xi jkunu r- risposti li jkunu saru f'dan il-parlament u anke barra minnu.", "Jiena nagħlaq l-aġġornament tiegħi bl-aħħar punti.", "Quddiemna għandna sitwazzjoni fejn qiegħed ikun hemm abbuż sfaċċat mill-privileġġ parlamentari.", "Quddiemna għandna abbuż mill-aktar goff u mill-aktar barra minn loku, fejn dak li jkun jaqbad jiġi f'din il-Kamra u jgħid dak li jfettillu mingħajr ma jissostanzja dak li jkun qiegħed jgħid.", "Għandna sitwazzjoni li meta lil dak li jkun tgħidlu sabiex jirrepeti dak li jkun qal barra minn din il-Kamra jgħidlek li jrid jipproteġi s-sors tiegħu.", "Issa dak li jkun jgħid hekk anke meta s-sors tiegħu ma jkunx xi sors ta' veru imma jkun biss fl-invenzjonijiet tiegħu.", "Għalhekk ir-responsabilita` tagħna lkoll - il-65 membru ta' din il-Kamra - tibqa' dik li wieħed imexxi 'l quddiem il-każijiet li jkollu.", "Ma rridux ninqdew bil-privileġġ parlamentari imma għandna noħorġu barra minn din il- Kamra u l-veritajiet ngħiduhom.", "Il-veritajiet ma taħbihomx taħt il-gideb jew taħt il-privileġġ parlamentari.", "Il-veritajiet ma ġġibhomx billi tmeri s-sewwa magħruf.", "Is-sewwa magħruf huwa dak li fl-24 ta' Mejju l-awtorita` marittima kitbet lill-kummissarju tal-pulizija – din l-ittra se npoġġiha fuq il-mejda tal-Kamra kif għedt iktar kmieni – li hi stess kienet informata li hemm il-possibilita` ta' xi irregolaritajiet fil-ħruġ ta' liċenzji.", "Qabel dakinhar ħlief dikjarazzjonijiet li jgħidu li fl-awtorita` marittima hemm il-ħmieġ ma smajniex.", "Hawnhekk nerġa' nirrepeti dak li għedt l-aħħar darba.", "Jien nista' niġi f'din il-Kamra u ngħid li f'Malta hawn il-ħallelin u hawn min ibigħ id- droga.", "Imbagħad wara sena jew sentejn jinqabad xi ħadd jisraq jew ibigħ id- droga u noqgħod ngħid li jiena kont wissejt li hawn il-ħallelin jew li hawn min qiegħed ibigħ id-droga f'Malta.", "Ta' xejn nagħmlu riferenza għal April u għal Novembru.", "L-interess tiegħi jibqa' dak li toħroġ il-verita`.", "Jien qatt ma pproteġejt lil min kien qiegħed jabbuża b'xi mod jew ieħor.", "Lanqas se nipproteġi lil min fuqu ikun hemm xi indikazzjoni li qed jabbuża.", "Anzi b'wiċċi minn quddiem ngħid li kull meta jkolli mqar l-iċken ħjiel serju ta' abbuż naqbad u ngħaddi din l-informazzjoni, kif jien obbligat li nagħmel, lill-pulizija sabiex huma jkunu jistgħu jinvestigaw il-każ.", "Naturalment dawn huma investigazzjonijiet li jridu jsiru bis-serjeta`.", "L- akkużi jsiru fil-konfront ta' min jidher li jkun abbuża mill-poteri u mid- drittijiet tiegħu, pero` fl-aħħar mill-aħħar jiena għadni nemmen li dan il- pajjiż għandu sistemi ġudizzjarji u sistemi ta' investigazzjonijiet li huma serji fil-kummissjoni permanenti kontra l-korruzzjoni, fil-pulizija u fil- qrati tagħna.", "Jien se nibqa' nuża din l-għodda – u mhux ninħeba wara l- privileġġ ta' dan il-parlament - sabiex dak li jiġi allegat hawnhekk, jiġi investigat sakemm toħroġ il-verita` kollha.", "U dan nagħmlu mhux fl-interess tiegħi bħala ministru jew fl-interess tal-partit fil-gvern, imma nagħmlu fl- interess ta' Malta u tal-Maltin kollha.", "Qabel nagħlaq nixtieq nitlob il- permess tal-Kamra sabiex inpoġġi kopja ta' din l-ittra fuq il-mejda tal- Kamra.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' ittra bid-data ta' l-24 ta' Mejju 2007 li MAMO TCV Advocates bagħtu lill-Kummissarju tal-Pulizija dwar suspetti ta' irregolaritajiet fil-ħruġ ta' liċenzji għas-sewqan ta' speedboats.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada l-Erbgħa, 27 ta' Ġunju, 2007, fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "SISTEMI TA' ENERĠIJA ELETTRIKA", "26666.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huwa l-bini li jaqa' taħt il- ministeru tiegħu li fil-preżent jitħaddem fuq sistemi ta' enerġija elettrika/ect solari u jew ta' xorta oħra sabiex ikun imħares aħjar l- aspett ambjentali?", "X'inhu l-pjan tal-ministeru għas-sitt xhur li ġejjin u cioe' liema dipartimenti eċċ se jkunu bbażati fuq dawn is-sistemi sostenibbli?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "SISTEMI TA' ENERĠIJA ELETTRIKA", "26667.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid liema huwa l-bini li jaqa' taħt il-ministeru tiegħu li fil-preżent jitħaddem fuq sistemi ta' enerġija elettrika/ect solari u jew ta' xorta oħra sabiex ikun imħares aħjar l-aspett ambjentali?", "X'inhu l-pjan tal-ministeru għas-sitt xhur li ġejjin u cioe' liema dipartimenti eċċ se jkunu bbażati fuq dawn is-sistemi sostenibbli?", "ONOR.", "TONIO BORG: Għall-mistoqsija ta' l-Onor.", "Interpellant jista' jingħad li s'issa twaħħlet sistema fotovoltaika ta' 3.20 kiloWatt (peak) - kWp - fuq il-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija.", "Ta' min jgħid ukoll illi fid-Dipartiment tas-Servizzi Korrettivi bdiet tiġi implimentata il-policy ta' Solar Heating.", "Fil-preżent id-diviżjoni numru 4 hija mgħammra bis-Solar heating għall-użu tal-misħun.", "Hemm ippjanat li matul is-sitt xhur li ġejjin diviżjonijiet oħra u primarjament il-kċina jiġu mgħammra b'apparat solar flok dak preżenti ta' electric water heaters.", "SISTEMI TA' ENERĠIJA ELETTRIKA", "26668.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' l-Ministru jgħid liema huwa l-bini li jaqa' taħt il- ministeru tiegħu li fil-preżent jitħaddem fuq sistemi ta' enerġija elettrika/ect solari u jew ta' xorta oħra sabiex ikun imħares aħjar l- aspett ambjentali?", "X'inhu l-pjan tal-ministeru għas-sitt xhur li ġejjin u cioe' liema dipartimenti eċċ se jkunu bbażati fuq dawn is-sistemi sostenibbli?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Għall-mistoqsija ta' L-Onor.", "Interpellant jista' jingħad li s'issa twaħħlet sistema fotovoltaika ta' 3.20 Kilowatt fuq il- bejt tad-Dipartiment tal-Manutenzjoni u Kostruzzjoni fi ħdan il-Ministeru għar-Riżorsi u Infrastruttura.", "Għas-sitt xhur li ġejjin, il-Ministeru mhux maħsub li ser jinstalla xi sistemi oħra ta' dan it-tip.", "SISTEMI TA' ENERĠIJA ELETTRIKA", "26669.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid liema huwa l-bini li jaqa' taħt il- ministeru tiegħu li fil-preżent jitħaddem fuq sistemi ta' enerġija elettrika/ect solari u jew ta' xorta oħra sabiex ikun imħares aħjar l- aspett ambjentali?", "X'inhu l-pjan tal-ministeru għas-sitt xhur li ġejjin u cioe' liema dipartimenti eċċ se jkunu bbażati fuq dawn is-sistemi sostenibbli?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li kull fejn qiegħed isir xogħol ġdid mis-Sezzjoni tal-Manutenzjoni tal-Ministeru qegħdin jintużaw sistemi ta' economy lamps.", "Dan biex jitnaqqas il-konsum ta' l-elettriku.", "S'issa dawn il-lampi ġew installati fid-Direttorat ta' l- EU Affairs, fil-Microvinification Laboratory u fl-uffiċċji tal-Crop Husbandry.", "Barra minn hekk, fil-bini tal-Ministeru nbidlu t-tubi tal- kmamar kollha b'tip energy efficient li jiffrankaw sa massimu ta' 50% enerġija elettrika.", "Infurmat ukoll li kull fitting ta' l-elettriku li tinbidel issir b'dan il-mod.", "Hekk, fi ftit żmien nibdlu l- istallazzjonijiet kollha elettriċi li għandna għal sistemi li jiffrankaw l- enerġija.", "Barra minn hekk twaħħlet sistema fotovoltaika ta' 1.33 kWp (kilo Watt - peak) fuq il-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent u sistema oħra ta' 2.30 kWp fiċ-Ċentru għall-Iskart Goff ta' l-Imrieħel.", "Dan iċ-Ċentru se jkun qiegħed jieħu nofs l-enerġija meħtieġa għall-operat tas-sit minn enerġija rinovabbli, li jikkonsisti f'enerġija mix-xemx u mir-riħ.", "Hu ppjanat li l-panelli fotovoltajki jiżdiedu tant li l-operat kollu tas-sit jikseb l-enerġija kollha meħtieġa minn sorsi rinovabbli u se jkun hemm ukoll 30% ta' enerġija żejda li tkun mitfugħa fil-grid nazzjonali.", "Hu ppjanat li sorsi ta' enerġija rinovabbli se jkunu nstallati fi tliet siti oħra biex jissuplixxu totalment jew parzjalment l-enerġija meħtieġa mis- siti.", "Fl-Imrieħel stess twaħħal ukoll micro-wind turbine ta' 1.20 kWp.", "Il-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent ħareg ukoll period contract, li minnu jistgħu jibbenifikaw Ministeri u Dipartimenti tal-Gvern, sabiex jiġu nstallati sistemi fotovoltaici.", "S'issa, bis-saħħa ta' dan il- kuntratt, twaħħlu madwar 42kWp f'sistemi fotovoltaiċi fuq diversi bini pubbliku.", "Fis-sitt xhur li ġejjin il-Ministeru ser jinstalla turbina oħra tar-riħ fl- Għammieri.", "Fil-futur se jinbena park ta' l-enerġija mix-xemx fil-Kumpless ta' l- Immaniġġar ta' l-Iskart tal-Magħtab.", "L-enerġija li se tkun iġġenerata minn dawn il-panelli fotovoltajki se tkun mitfugħa fil-grid nazzjonali flimkien ma' dik l-enerġija li tiġi ġġenerata mill-gassijiet ta' l-engineered landfills wara li jkunu ġew sodisfatti l-ħtiġijiet ta' l-enerġija għall- operat ta' kuljum tas-sit.", "Se tiġi installata wkoll turbina tar-riħ li se tintuża għall-istess skop.", "Qiegħed ikun ikkunsidrat li fl-impjant ta' Sant'Antnin, li bħalissa qiegħed jiġi mmodernizzat, ikunu nstallati panelli solari fuq is-soqfa u l-enerġija ġġenerata tintuża għall-operat ta' dak is-sit.", "TENDER TAL-LEASING TA' L-IT", "26679.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Indipendentement mir-riservi li għad għandna dwar il-mod kif ġie strutturat it-tender tal-leasing ta' l- IT għas-servizz pubbliku u l-iskejjel tal-Gvern kif ukoll dwar it-timing tiegħu, jikkonferma jekk it-tender kienx ristrett għal pajjiżna biss jew jekk ġiex miftuħ għall-EU-wide tendering process?", "Jekk jirriżulta li dan kien miftuħ għall-kumpanniji kollha fl-istati membri ta' l-Unjoni Ewropea, jista' jgħid meta dehret is-sejħa/posting fl-official journal ta' l-Unjoni Ewropea?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninsab infurmat li t-tender tal-leasing ta' l-IT għas- servizz pubbliku u l-iskejjel tal-Gvern ma kienx ristrett għal pajjizna biss izda kien miftuħ għall 'EU wide tendering process' skond ir-regoli stipulati fil-'Procurement regulations' tal-Gvern u l-EU.", "It-tender ġie ppublikat fl-Official Journal ta' l-Unjoni Ewropea u deher fil-25 t' April 2007 taħt ir-referenza 2007/S 78-095606.", "MANOEL ISLAND - COMMUNITY GROUND", "26681.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Filwaqt li nirreferi ġentilment lill-Ministru għall- ittra tal-Gzira United Football Club tat-2 ta' Ġunju, 2007 fejn dawn qed iħossu li minkejja seba' snin sħaħ ta' laqgħat ma waslu mkien ma' l- awtoritajiet kompetenti:", "billi kif inhuma l-affarijiet bil-club tagħhom għat-twaqqiegħ minħabba l- proġett tal-MIDI ftit jagħmel sens li jonfqu flus f'maintenance tal-club preżenti; u", "billi b'żieda ma' dan għadhom kif qabbdu perit li ċċertifika li l-kamra użata min-nursery hija 'unsafe' u dan irrakkmanda li din għandha tingħalaq; u", "billi huma qegħdin jitolbu biex temporanjament jużaw xi kmamar oħra fil- viċin li m'humiex jiġu wżati u li jinsabu qrib il-football pitch iżda sal- lum baqgħu bla tweġiba; u", "billi talbu wkoll jekk jistgħux jiġu allokati temporanjament xi proprjeta' fil-Gżira bħala premises għall-football club innifsu; u", "billi hemm ftehim bejn MIDI u Gvern biex jinbena Community Ground f'Manoel Island u s-sit għal ground diġa' ġie allokat;", "x'qed iżomm dan il-ground milli jinbena u jiġi ttrasferit it-titlu lil football clubs minn issa?", "Tistax tikkonsulta lill-Ministru responsabbli għal Lands dwar dan?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Se nitkellem mal-ministri sħabi li b'xi mod jista' għandhom x'jaqsmu mal-proġett biex l-obbligi li daħlu għalihom il-MIDI fir- rigward tas-suġġett imqanqal mill-Onor.", "Membru jiġi onorat mill-aktar fis.", "FORZI ARMATI – SEJĦIET GĦAL OFFERTI", "26687.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 26366 u 26491 u jgħid mill-1 ta' Jannar sal-20 ta' Mejju, 2007 kemm ħarġu sejħiet għall-offerti mill-Armata?", "Kemm tefgħu l-offerti, x'kienet kull offerta u min kienu f'kull każ?", "Min rebaħ dawn l-offerti?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jien infurmat li bejn l-1 ta' Jannar u l-20 ta' Mejju 2007 l-Armata ħarġet sittax-il sejħa għall-offerti.", "Dettalji rigward l-offerti msemmija qegħdin jitpoġġew fuq il-mejda tal- Kamra.", "IBRAĠĠ - GĦALQA", "26688.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsiijiet parlamentari 26387 u 26490 u cioe': Għandi rapporti li fi Triq is-Siegħ, l-Ibraġġ hemm għalqa li tinfed għal Triq il-Miżieb li qed tintuża bħala rubbish dump u li minkejja li skond il-mapep tal-MEPA hija pproġettata li trid issir Triq il-Wejba, għandha bini fuq art li n-nies ingħataw x'tifhem li hi art tal-gvern.", "Jista' l-Ministru jikkonferma jekk hiex se ssir din it-triq kif indikat fil- website tal-MEPA?", "U jekk iva, jista' jikkonferma wkoll jekk xi bini mbarrat li hemm fl-inħawi ħdejn Triq il-Miżieb li jinfed għal Triq is-Siegħ inbeniex bil-permessi meħtieġa?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra..", "ĠNIEN QADDAFI", "26689.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 26479 u cioe' : Billi f'mistoqsija parlamentari 6516 il-Ministru għall- Affarijiet Barranin qal li l-Ministru responsabbli mill-agrikoltura u sajd għamel talba għall-assistenza biex jiġi stabbilit ġnien klassiku Għarbi, possibilment fi Ġnien Qaddafi, f'Raħal Ġdid, kif ser jiġi effettwat dan il- proġett mill-estenzjoni ta' l-MCAST li ħabbar il-Prim Ministru il-bieraħ?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Meta jkunu qed jitfasslu l-pjanti dettaljati tal- proġett ta' l-MCAST tiġi konsidrata t-talba msemmija.", "MSIDA - MISRAĦ IL-BARRIERI", "26722.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: B'referenza għal mistoqsija parlamentari 26526, ix-xogħol li qed nirreferi għalih huwa dak tad-drenaġġ.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninsab infurmat li x-xogħlijiet li huma tad-drenaġġ inbdew fl-4 ta' Mejju 2007 u mistennija li jitlestew sa l-aħħar ta' Gunju 2007.", "Il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma ma rċeviet ebda lmenti dwar konsenturi li nfetħu f'propjeta privata b'riżultat ta' dan ix-xogħol.", "L-asfaltar tat-trinka jsir skond kif specifikat fil-kuntratt.", "SKOLA NINU CREMONA", "26772.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru jgħidli fiex jikkonsisti l-proġett Foundation for Tomorrow Schools li se jinbena fis-sit ta' l-iskola Ninu Cremona fir-Rabat Għawdex?", "X'inhuma t-time frames għall-bini ta' dan il- proġett?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-iskola Ninu Cremona fir-Rabat Għawdex se tiġi żviluppata mill-ġdid.", "Il-proġett għandu jkun implimentat fi żmien tlett snin, suġġett għall-approvazzjoni tal-permessi neċessarji mill-Awtorita' Maltija ta' l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA).", "SPTAR ĠENERALI - SHIFT ALLOWANCES", "26773.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: B'referenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 24458 dwar shift allowances fl- Isptar Ġenerali t'Għawdex, tista' l-Ministru tagħtini l-istess informazzjoni għall-aħħar ta' Marzu 2007?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant hija skond t-tabella li tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni fis- seduta waqt it-Tqegħid ta' Karti.", "GĦAWDEX - BINI TA' QORTI ĠDID", "26774.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta se joħorġu l- offerti għall-bini tal-qorti l-ġdid f\"Għawdex?", "Meta hu mistenni li jitlesta u jibda jiffunzjona dan il-qorti?", "Kemm hu mistenni li jiġi jiswa?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi din il- mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.", "SAN LAWRENZ - TRIQ RABAT", "26775.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: B'referenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 24456 dwar Triq Rabat, San Lawrenz bħala tweġiba għal mistoqsija parlamentari 24132 fejn jien talbatha tgħidli liema prezzjijiet inbidlu wara li ntrebħet l-offerta tat-Triq Rabat, San Lawrenz u tlabtha tagħtini wkoll breakdown ta' l-ispejjeż skond kif kienu aċċettati meta ngħatat l-offerta u breakdown ta' l-ispejjeż wara li saru l- varjazzjonijiet.", "Peress li fit-tweġiba tagħha għal mistoqsija parlamentari 24456 ma tatnix t-tagħrif li jien kont tlabtha fil-mistoqsija parlamentari 24132, tista' jekk jogħġobha tagħtini t-tagħrif li kont tlabtha aktar minn xahar ilu?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Jiena nfurmata li l-informazzjoni mitluba tinsab fl-iskeda annessa mar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 26771.", "BINI TA' KUMPLESS EDUKATTIV", "26776.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru jgħid fiex jikkonsisti l-bini ta' kumpless edukattiv ġdid li se jsir mill-Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada u li fuqu din is-sena se jintefqu Lm3 miljuni kif il-Prim Ministru ħabbar fid-diskors tiegħu tal-budget għall-2007?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nirreferi lill-Onor.", "Membru għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 26772.", "SAN LAWRENZ - TRIQ IR-RABAT", "26777.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: B'referenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 24134 dwar Triq ir-Rabat, San Lawrenz fejn jien kont tlabtha tgħidli liema kwantitajiet inbidlu wara li ntrebħet l-offerta tat-Triq Rabat, San Lawrenz.", "Kemm kienu l-kwantitajiet oriġinali u kemm saru wara li nbidlu, x'xogħlijiet saru li l-kwantitajiet tagħhom ma kenux inklużi fl-iskeda tax-xogħlijiet u tal-kwantitajiet oriġinali, tista' l-Ministru jekk jogħġobha tagħtini t-tagħrif mitlub?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba, diġa' ngħatat fir-risposta għal-mistoqsijiet parlamentari 23409, 24457 u 22760.", "SEGRETARJAT PRIVAT", "26788.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri tas-Segretarjat Privat?", "X'inhi l-kariga li jokkupaw u x'inhu s-substantive grade tagħhom?", "Kemm minnhom huma impjegati tal-Gvern u kemm minnhom bil-kuntratt?", "Fuq liema kriterji ntgħażlu?", "Hemm xi paga speċjali għal dawn l-impjegati?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant, dwar il-membri tas-segretarjat tiegħi.", "SEGRETARJAT PRIVAT", "26789.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri tas-Segretarjat Privat?", "X'inhi l-kariga li jokkupaw u x'inhu s-substantive grade tagħhom?", "Kemm minnhom huma impjegati tal-Gvern u kemm minnhom bil-kuntratt?", "Fuq liema kriterji ntgħażlu?", "Hemm xi paga speċjali għal dawn l-impjegati?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni fis-seduta waqt it-Tqegħid ta' Karti.", "SEGRETARJAT PRIVAT", "26790.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri tas-Segretarjat Privat?", "X'inhi l-kariga li jokkupaw u x'inhu s-substantive grade tagħhom?", "Kemm minnhom huma mpjegati tal-Gvern u kemm minnhom bil-kuntratt?", "Fuq liema kriterji ntgħażlu?", "Hemm xi paga speċjali għal dawn l-impjegati?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni fis-seduta waqt it-Tqegħid ta' Karti.", "SEGRETARJAT PRIVAT", "26791.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri tas-Segretarjat Privat?", "X'inhi l-kariga li jokkupaw u x'inhu s-substantive grade tagħhom?", "Kemm minnhom huma impjegati tal-Gvern u kemm minnhom bil-kuntratt?", "Fuq liema kriterji ntgħażlu?", "Hemm xi paga speċjali għal dawn l-impjegati?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "SEGRETARJAT PRIVAT", "26792.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri tas-Segretarjat Privat?", "X'inhi l-kariga li jokkupaw u x'inhu s-substantive grade tagħhom?", "Kemm minnhom huma impjegati tal-Gvern u kemm minnhom bil-kuntratt?", "Fuq liema kriterji ntgħażlu?", "Hemm xi paga speċjali għal dawn l-impjegati?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra tabella li turi l-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant.", "L-għażla ta' dawn il-persuni ssir skond l-prassi li normalment tintuża f'dawn il-każijiet.", "Il-pagi ta' dawn l-uffiċjali huma kif indikat fil- Guidelines for the Engagement of Staff for Ministers li tpoġġa fuq il-mejda ta' din il-Kamra.", "Ma nara ebda raġuni valida għalfejn għandi nsemmi l- ismijiet ta' dawn l-uffiċjali.", "SEGRETARJAT PRIVAT", "26794.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri tas-Segretarjat Privat?", "X'inhi l-kariga li jokkupaw u x'inhu s-substantive grade tagħhom?", "Kemm minnhom huma impjegati tal-Gvern u kemm minnhom bil-kuntratt?", "Fuq liema kriterji ntgħażlu?", "Hemm xi paga speċjali għal dawn l-impjegati?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Tabella li turi l-informazzjoni mitluba mill-Onor. tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni fis-seduta waqt it-Tqegħid ta' Karti.", "ĦADDIEMA LI RRIŻENJAW", "26827.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 26644 u jgħid min kienu l-uffiċjali/ħaddiema li rriżenjaw u jew spiċċaw mix-xogħol fid-dipartimenti, ministeru, entitajiet li jaqgħu taħtu mill-1 ta' Mejju, 2004 'l quddiem?", "Liema vaganzi mtlew u liema għadhom pendenti?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni fis-seduta waqt it-Tqegħid ta' Karti.", "ĦADDIEMA LI RRIŻENJAW", "26828.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 26645 u jgħid min kienu l-uffiċjali/ħaddiema li rriżenjaw u jew spiċċaw mix-xogħol fid-dipartimenti, ministeru, entitajiet li jaqgħu taħtu mill-1 ta' Mejju, 2004 'l quddiem?", "Liema vaganzi mtlew u liema għadhom pendenti?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra."]} {"filename": "20061206_475d_par.doc", "date": "2006-12-06", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Uffiċjali u Rivedut) L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 475 L-Erbgħa, 6 ta' Diċembru, 2006 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 475", "L-Erbgħa, 6 ta' Diċembru, 2006", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.02 p.m.", "Talba", "Seduta Nru. 475", "L-Erbgħa, 6 ta' Diċembru, 2006", "WERREJ", "MINUTI 521", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI 521", "TQEGĦID TA' KARTI 529", "MOZZJONIJIET", "ESTIMI TA' DĦUL U NFIQ TA' L-AWTORITA' TA' MALTA DWAR", "L-AMBJENT U L-IPPJANAR GĦAS-SENA 2006-2007 529", "AĠĠORNAMENT 553", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 557", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 474 li saret fil-5 ta' Diċembru, 2006 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "VETTURI TAL-GVERN", "21888.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Anġlu Farrugia) staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Kif issir l-għażla ta' kull karozza li tinxtara' u għal liema għan tkun inxtrat tip ta' vettura minn oħra?", "Jistgħu jiġu ppreżentati t-tenders ta' kull vettura li ġiet mixtrija jew mikrija?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (Segretarju Parlamentari) (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Ix-xiri ta' vetturi għall-ħteġijiet tal-gvern, bħal kull xorta ta' akkwist ieħor għall-użu uffiċjali, jaqa' taħt ir-regolamenti ta' l-2005 dwar il-kuntratti pubbliċi.", "Madanakollu, fir-rigward ta' karozzi akkwistati biex jintużaw bħala l-vettura uffiċjali ta' kapijiet jew uffiċjali oħra li, skond il-kuntratt tagħhom huma ntitolati għal karozza bl- ispejjeż kollha mħallsa, ir-regolamenti li japplikaw huma dawk ipprovduti taħt iċ-ċirkulari tal-ministeru tal-finanzi MFC 5/98.", "Għar-rigward it-tieni part ital-mistoqsija, ma narax il-ħtieġa li dawn jitpoġġew fuq il-mejda tal-Kamra.", "SPTAR MATER DEI - SISTEMA TA' I.T.", "21988.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Michael Farrugia) staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jgħid f'liema stadju waslet is-sejħa għal offerti għall-IT għall-isptar Mater Dei?", "Meta mistenni li s-sistema tkun installata kollha kemm hi u l-ħaddiema jkunu ngħataw it-taħriġ kollu kif din għandha titħaddem?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel riferenza għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 21058.", "AMMINISTRAZZJONI TAL-ĠUSTIZZJA", "22113.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 21418, jista' il-Prim Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni li kellha tintalab lill-kummissjoni għall-amministrazzjoni tal-ġustizzja?", "Peress li l-informazzjoni mitluba suppost li tkun għand il-kummissjoni sa kull 15 ta' Jannar ta' kull sena, hemm xi raġuni valida għaliex tali informazzjoni ma tiġix pubblikata bħal kull informazzjoni oħra ta' interess pubbliku, biex l-istess pubbliku jkun informat b'kulma qed isir fil-qrati tal-ġustizzja?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Peress li l-liġi tikkontempla li dawn ir-rapporti jsiru lill-kummissjoni għall-amministrazzjoni tal-ġustizzja, il-kummissjoni jidhrilha li m'huwiex il-każ li dawn jitqiegħdu fuq il-mejda tal-Kamra iżda l-kummissjoni lesta li tqiegħed a dispożizzjoni ta' l-Onor.", "Interpellant fl-uffiċċju tas- segretarju tal-kummissjoni r-rapporti msemmi.", "NATIONAL EURO CHANGEOVER COMMITTEE - XIRI TA' COMPUTERS", "22309.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Leo Brincat) staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 22182 dwar computers mixtrija min-National Euro Changeover Committee, jista' l-Prim Ministru jgħid mingħand min inkisbu quotations qabel ma waqgħet l-għażla fuq FGL information rigward tal-computers u l-laptops mixtrija fi Frar 2006?", "X'kienu r-restrizzjonijiet ta' l-għażla u d-disponibbilta' li l-Prim Ministru rrifera għalihom fit-tweġiba tiegħu?", "Rigward dawk mixtrija f'Ġunju 2006, jista' il-Prim Ministru jipprovdi l-e- procurement RFQ?", "X'kienu l-ispecifications mitluba?", "Kemm kien hemm kumpanniji oħra li ttenderjaw għalihom?", "X'kienu l-prezzijiet ikkwotati?", "Fuq liema kriterju saret l-għażla finali?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 22185 irriżulta li dawn il- computers inxtraw mingħand id-ditta FGL għad-dwana u mhux għall-NECC.", "Intużat is-sistema ta' l-e-procurement – referenza Q001689 (S008829).", "Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, ir-riferenza ta' l-e-procurement hija Q002143 (S010919).", "Se nqiegħed fuq il-mejda tal-kamra kopja tal- quotations status maħruġa mis-sistema ta' l-e-procurement fejn tidher kull informazzjoni mitluba.", "Intagħżlu l-offerti tal-FGL abbażi ta' l-orħos offerta.", "AFM", "22329.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk il- Forzi Armati Maltin humiex se jgħinu fl-ispejjeż tal-funeral ta' persuna minn Pembroke, li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, kif soltu jsir meta jmutu membri tal-forzi armati?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Il- forzi armati ta' Malta qatt ma għenu fi spejjeż ta' funerali minn fondi pubbbliċi pero' tezisti skema kontributorja volontarja li tgħin f'ċirkostanzi simili iżda l-persuna konċernata ma tagħmilx parti minn din l- iskema.", "AFM - SERQ", "22395.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Kemm ġew irrapportati serqiet ta' proprjeta' ta' l-armata din is-sena?", "X'insteraq f'kull każ?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Din is-sena kien hemm sitt kazijiet fejn proprjeta' tal-forzi armati ta' Malta kienet irraportata nieqsa.", "Dawn kienu jinvolvu kwantitajiet zgħar ta' fuel, digital camera, parts ta' body ta' truck, steel helmet foul weather jacket u flying suit.", "Saru investigazzjonijiet u ġie ndikat li ttieħed l- passi dixxiplinarji skond kif kien jimmerita l-kaz.", "ONLINE GAMBLING", "22426.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Jose' Herrera) staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Fid-dawl ta' l-Att tad-29 ta' Settembru, 2006 ta' l-USA, li kkriminalizza l-logħob ta' l-online gambling fil-USA, jista' il-Prim Ministru jgħid jekk l-awtorita tal-lotteriji u logħob ħaditx prekawzjoni biex tassigura lis-service provider ewlenija, BellMed, ma tagħtix servizzi lil soċjetajiet li jaċċettaw skommessi minn ċittadini Amerikani?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Ngħarraf lill-Onor Interpellant li sal-lum l-awtorita' ma ħadet l-ebda azzzjoni fuq il-liġi Amerikana ta' l-internet gambling.", "Wieħed irid japprezza li Malta tirregola remote gaming, li hija industrija aktar wiesgħa minn dik tal-gambling u li wkoll tinkorpora teknoloġiji ta' kommunikazzjoni varji u mhux biss dik ta' l-internet.", "AWTORITA' TAL-LOTTERIJI U LOGĦOB - CHIEF INSPECTOR", "22427.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Jose' Herrera) staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Il-Ministru ma jarahx stramb il-fatt li wara li l-Casino' di Venezia reġa' ingħata l-liċenzja, kumbinazzjoni s-CEO li nħatar ġdid fl-istess casino' kien chief inspector ta' l-awtorita' tal- lotteriji u logħob?", "Il-fatt li f'Malta hawn biss tliet casinos u l-fatt li s-CEO ta' wieħed minnhom kien ex chief inspector ta' l-awtorita' ma jindikax vantaġġ fuq l-operaturi l-oħra?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Peress li s-suq tal-logħob f'Malta huwa ristrett ħafna u n-nies li jaħdmu f'din l-industrija huma ftit, l-awtorita u l-ażjendi liċenzjati jispiċċaw jieħdu minn ta' xulxin.", "Ta' min jinnota li qabel ma l-persuna in kwestjoni kienet daħlet ma' l-awtorita' bħala chief inspector, kellha karriera twila fil-management tal-casinos f'Malta li m'huwiex il-Casino di Venezia.", "Illum 60% tan-nies li jaħdmu ma' l-awtorita' ġejjin mill-industrija tal- gaming f'Malta għax għandhom l-expertise neċessarju biex jirregolaw tajjeb dan is-suq.", "GĦAQDA TAL-PROPRJETARJI TAL-KAXXI TAL-LOGĦOB", "22429.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Jose' Herrera) staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Jaf il-Prim Ministru li l-ex legal advisor jew uffiċjal ta' l-awtorita' tal-lotteriji u logħob (persuna indikata separatament) kien jokkupa preċedentement il-kariga ta' segretarju ta' l- għaqda tal-proprjetarji tal-kaxxi tal-logħob?", "Huwa ġustifikat il-fatt li waħda mir-raġunijiet għala ma ġietx implimentata immedjatament it-taxxa l- ġdida kien minħabba dan l-istat ta' fatt?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Ngħarraf lill-Onor Interpellant li l-ex legal advisor kien jokkupa l-kariga ta' avukat u mhux ta' segretarju, ma' l-għaqda tal-kaxxi tal-logħob.", "Il- kaxxi tal-logħob huma rregolati minn LN 43 tas-sena 1998 li jaqa' taħt il- pulizija u qatt ma kien irregolat mill-awtorita'.", "Għaldaqstant, huma l- pulizija li jiġbru l-ħlas tal-liċenzja.", "AWTORITA' DWAR IL-LOGĦOB", "22432.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Jose' Herrera) staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: X'inhi r-raġuni li l-awtorita' konċernata mhux qiegħda tirregola l-payouts fil-makni tal-logħob biex tipproteġi l- ġokaturi u l-konsumaturi, speċjalment dawk li huma minorenni?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Ngħarraf lill-Onor Interpellant li l-makni preżenti huma rregolati mill- avviż legali 43 tas-sena 1988.", "Dawn l-istess makni jaqgħu taħt ir- responsabbilta' tal-pulizija.", "KUMPANNIJA ZETURF U BELLMED - KAWŻA KONTRA PMU", "22433.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Jose' Herrera) staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: X'inhi r-raġuni li ma kienx l-avukat ta' l- awtorita' tal-lotteriji u logħob li ddefenda lil kumpannija Zeturf u lis- service provider BellMed fil-kawża li kellhom kontra PMU, monopolu statali Franciż, quddiem il-qrati Maltin sabiex tiġi kontestata l-inforzar ta' sentenza Franċiża?", "Liema ditta ta' avukati ħadu ħsieb din il-kawża anke sabiex jipproteġu l-interessi ta' l-awtorita' li daħlet parti fil-kawża?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): L- awtorita' talbet lill-qrati Maltin biex hi tintervjeni fil-kaz ta' Zeturf u dan sar mill-house lawyer ta' l-awtorita', pero' il-qrati rrifjutaw din it- talba.", "L-awtorita' ma kenitx involuta fil-kazi speċifiċi u għalhekk m'għandhiex lista ta' avukati li kienu nkarigati fiz-zewġ kazi.", "TAXXA FUQ IL-KAXXI TAL-LOGĦOB", "22434.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Jose' Herrera) staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: X'inhi r-raġuni li l-proposta li kien hemm fill-budget ta' l-2004 dwar il-provvediment li tinġabar taxxa spċjali fuq il-kaxxi tal-logħob ġiet irtirata?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Infakkar lill-Onor.", "Interpellant illi f'paġna 75 tad-diskors tal-budget ta' l-2004, konna għedna li Lm12-il miljun kienu se jinġabru minn taxxi fuq il- logħob u dħul mil-lotteriji u li parti minnhom kienet se tkun dovuta mil- liċenzja lill-kumpanija li kienet se topera l-logħob f'Malta.", "Nixtieq nispjega li dħul minn dan is-sors hu magħruf bħala taxxa minħabba l-fatt li hu miġbur ma' dħul ieħor fil-kategorija ta' liċenzji, taxxi u multi.", "Fejn jidħol dħul konness ma' makni tal-logħob, jinħass li kif il-gvern indika fid-diskors tal-budget għall-2007, u kif ukoll saret riferenza fid- dokument ta' qabel il-budget, hu issa l-waqt li l-kunċett immatura bizzejjed.", "Il-gvern issa wasal biex jippubblika l-avviż legali għal konsultazzjoni ma' l-istakeholders involuti qabel ma jiġi ppubblikat fil- gazzetta tal-gvern.", "ONLINE BETTING", "22435.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Jose' Herrera) staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Japprezza l-Prim Ministru li l-industrija ta' l-online betting attwalment tinsab fi kriżi u dan peress li ntilef is- suq Amerikan li kien jikkostitwixxi nofs is-suq internazzjonali?", "Jinkwieta l-Prim Ministru li f'nofs dan id-diżgwid kollu u li s-suq Ġermaniż ukoll se jingħalaq, li nies ewlenin ma' l-awtorita' tal-lotteriji u logħob, fosthom il-head of legal department, il-personal assistant taċ-CEO u ċ-chief casino' inspector illum irriżenjaw?", "Jista' il-Prim Ministru jispjega għaliex dawn il-karigi għadhom kollha vacant sal-lum?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li għalkemm l-industrija fuq livell internazzjonali ta' l-online betting attwalment tinsab fi krizi minħabba l- leġizlazzjoni ġdida Amerikana, is-suq lokali ma ġiex affetwat.", "Dan minħabba li f'Malta hawn liċenzjati 130 kumpan bija, li s-suq tagħhom huwa fil-biċċa l-kbira Ewropej.", "Id-diżgwid fis-suq Ġermaniz huwa dovut għall-fatt li ċerti awtoritajiet iridu jzommu l-monopolju tagħhom madanakollu l-qrati Ġermanizi qegħdin jirrifjutaw.", "Għaldaqstant il-gvern qiegħed isegwi dawn l-izviluppi.", "L- awtorita' diġa' mliet il-postijiet vacant ta' chief inspector, ta' l- assistenta personali tas-CEO, tad-direttur tal-compliance u mliet ukoll dipartiment sħiħ tal-compliance u mpjegat spetturi ġodda.", "AWTORITA' TAL-LOTTERIJI U LOGĦOB", "22436.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Jose' Herrera) staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Japprezza l-Prim Ministru li fiċ- ċirkostanzi tal-lum huwa indispensabbli għall-awtorita' tal-lotteriji u logħob li din tingaġġa urġentement esperti fil-materja, fosthom esperti legali?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Prim Ministru u l-Ministru tal-Finanzi): Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-awtorita' diġa' qiegħda bħalissa fil- proċess biex tirrekluta espert legali fil-materja tal-logħob.", "VAT", "22306.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Chris Aguis) staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm inqabdu persuni jiksru l-liġi tal-VAT mis-sena 2000 sal-lum, sena b'sena, u l- ammonti li ġew mitluba jħallsu bħala multi?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Prim Ministru u l-Ministru tal-Finanzi): Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li matul is-snin imsemmija 2000-2006, in- numru ta' nies li nqabdu jiksru l-liġi tal-VAT u l-ammont li ġew mitluba jħallsu, huma kif jidher hawn taħt :", "|Sena |Numru ta'| | | |Nies |Ammont | | | |Lm | |2000 |5,772 |87,610 | |2001 |8,103 |160,366 | |2002 |8,539 |176,151 | |2003 |8,357 |206,989 | |2004 |2,278 |293,366 | |2005 |1,686 |326,933 | |2006 |1,498 |93,484 | |(Ottubru) | | |", "SERVIZZ PUBBLIKU", "22307.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Chris Agius)staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Hemm il-ħsieb li joħorġu vakanzi għal skrivani ġodda maċ-ċivil għas-sitt xhur li ġejjin?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Prim Ministru u l-Ministru tal-Finanzi): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li minn żmien għal żmien il-gvern joħroġ numru ta' vakanzi f'diversi gradi taċ-ċivil skond l-esiġenzi tal-istess servizz.", "SIGURTA' SOĊJALI - PARENTAL ALLOWANCE", "22421.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Leo Brincat) staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid jekk single parent raġel bi tliet itfal u jaħdem,. huwiex intitolat għal xi forma ta' parental allowance?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA (Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali): Peress li taħt l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali ma jeżistix benefiċċju bl- isem ta' parental allowance, nassumi li l-Onor.", "Interpellant qed jirriferi għall-allowance tat-tfal.", "Jekk dan hu l-każ, il-ħlas ta' din l-allowance hi suġġetta għat-test tal-mezzi.", "Għalhekk nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi lill-persuna konċernata għand l-uffiċċju distrettwali tad- dipartiment tas-sigurta' soċjali biex tiġi gwidata dwar jekk għandhiex dritt għall-allowance msemmi jew le.", "SWATAR - SPEZZJONI FI BLOKK TAL-GVERN", "22422.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Leo Brincat) staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Jista' id-dipartiment tal-maintenance tal-housing jispezzjona u jekk hemm bżonn jieħu azzjoni dwar ix-shafts li minnhom qed jidħol l-ilma fl-indirizz li qed jintbagħat separatament?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Għaddejt il-każ indikat mill-Onor.", "Interpellant lid-dipartiment tal-bini u tiswija ta' djar biex jinvestiga u jieħu l- azzjoni meħtieġa.", "AWTORITA' TAD-DJAR - KAŻ DWAR KERA", "22423.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (F'isem l-Onor.", "Leo Brincat) staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tinvestiga għaliex il-kera tas-sinjura li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, żdiedet mindu miet ir-raġel tagħha flok naqset?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Is-sussidju fuq il-kera tal-persuna ndikata mill- Onor. Interpellant ġie rivedut din is-sena u ġie kkalkulat skond il- kuntratt iffirmat fil-21 ta' Novembru, 1997.", "SWATAR - STRAY DOGS", "22424.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Leo Brincat) staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja Intern: Jistgħu jittieħdu passi dwar l- istray dogs li qed ikun hemm spiss fi Swatar Road, Swatar?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja): Ninsab infurmat illi xi xhur ilu, fuq rapporti li kienu saru, membri ta' l-SPCA kienu ġabru xi klieb minn l-inħawi imsemmija mill-Onor.", "Interpellant.", "Ma jirriżultax li l-pulizija kellha aktar rapporti wara li kien sar dan l-eżerċizzju.", "QALA - GARAXXIJIET", "22441.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Stephan Buontempo) staqsa lill- Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid meta ħarġu għall-offerti l-arja ta' fuq il-garaxxijiet fil-Qala li dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament?", "Kemm applikaw għalihom?", "Min applika?", "Kemm hu l-prezz?", "Kemm kienu stmati?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: L-awtorita' tad-djar kienet irċeviet talba mingħand is-sid tal-garaxxijiet indikati mill-Onor.", "Interpellant biex jixtri l-arja ta' fuqhom għal skop ta' nxir peress li l-bitħa tiegħu kienet żgħira u mudlama minħabba l-ħitan għoljin li jiċċirkondawha.", "Ninsab infurmata wkoll li l-awtorita' laqgħet din it-talba u l-imsemmija arja nbiegħet lis-sid tal-garraxxijiet għas-somma mitluba mill-awtorita' ta' Lm5,000, fid-29 ta' Awissu, 2003.", "KAŻ DWAR HOUSING", "22442.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Stefan Buontempo) staqsa lill- Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Fejn waslet it-talba tal- persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: L-awtorita' tad-djar qed tistenna tweġiba minn diversi entitajiet biex tagħmel il-verifika tal-means test dwar it-talba tal-persuna ndikata mill-Onor.", "Interpellant.", "Jekk minn din il-verifika jiġi konfermat li l-persuna għandha dritt għall-għotja biex isir ix-xogħol, jiġi ffirmat il-ftehim għall-għotja.", "POSSESSION AND USE", "22443.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Stefan Buontempo) staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-fondi li dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament humiex milquta mil-liġi tal-possession and use?", "Jistgħu jinxtraw?", "Jekk iva, x'inhi l-proċedura biex dan isir?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern): Il-fondi li qed jirriferi għalihom l-Onor.", "Interpellant huma parti minn blokki ta' appartamenti mibnija fuq fondi oriġinarjament meħuda taħt titlu ta' possession and use.", "Dawn il-blokki issa saru proprjeta' tal- gvern skond l-emendi l-ġodda ta' kap.", "88 ta' l-Ordinanza dwar Akkwist ta' l-Artijiet għal skopijiet pubbliċi.", "Għaldaqstant dawn il-fondi jistgħu jinxtraw mill-inkwilini.", "Bħala proċedura l-inkwilini jridu japplikaw għand l-awtorita' tad-djar sabiex jixtru dawn il-fondi.", "AWTORITA' TAD-DJAR", "22444.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Stefan Buontempo) staqsa lill- Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Il-prezz ta' Lm24,500, li ssemma meta persuni - dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament - għamlu t-talba tagħhom quddiem l-awtorita' tad-djar biex jixtru l-fond fejn joqogħdu f'Birżebbuġa, huwa kummerċjali jew issussidjat?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Il-prezz indikat mill-Onor.", "Interpellant hu mingħajr sussidju.", "F'dan il-każ, il-prezz issussidjat ikun determinat fuq id-dħul li l-applikanti kellhom is-sena ta' qabel.", "Il-persuna konċernata ntalbet tipproduċi d-dokumenti meħtieġa biex jiġi stabbilit il-prezz issussidjat.", "ĦAŻ-ŻABBAR - TRIQ BARUMBARA", "22445.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Stefan Buontempo) staqsa lill- Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' l-Ministru jgħid meta se ssir Triq Barumbara, Ħaż-Żabbar?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq): It- tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.", "ĦAŻ-ŻABBAR - TRIQ BARUMBARA", "22446.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Stefan Buontempo) staqsa lill- Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' l-Ministru jgħid x'passi se jieħu d-dipartiment tas-saħħa dwar il-problema kbira ta' ġrieden li hemm fi Triq il-Barumbara, Ħaż-Żabbar, liema ġrieden qed ikunu ta' periklu għat-tfal li jkunu qed jilagħbu fit-triq?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil- Komunita'): Ninsab infurmat li ħaddiema tal-pest control fi ħdan id- dipartiment tas-saħħa pubblika, għamlu trattament intensiv fit-triq imsemmija nhar it-Tnejn 13 ta' Novembru, 2006 u reġa' sar trattament ieħor nhar it-Tnejn 27 ta' Novembru.", "Dawn it-trattamenti msemmija saru bħala rutina.", "Nixtieq inżid li dan l-uffiċċju ma rċieva l-ebda lment rigward problema ta' ġrieden f'din it-triq u minn investigazzjonijiet li saru ma rriżulta l-ebda akkumulu li jista' jkun ta' attrazzjoni għall-ġrieden.", "MSIDA - ĠIBJUN", "22457.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Leo Brincat) staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 22193, jista' il-Ministru jgħid kemm ilu ma jitnaddaf il-ġibjun li hemm f'Valley Road, Msida fit-tarf ta' Conception Street kantuniera ma' Triq it-Torri?", "Jaf li l-ġibjun jinsab mimli weraq tas-siġar wara ż-żabra li saret qabel ma qaleb it-temp?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni): Il-korporazzjoni għas-servizzi ta' l- ilma m'għandha l-ebda informazzjoni fuq kemm ilu ma jitnaddaf dan il- gibjun.", "Minkejja illi dan il-gibjun jinsab fl-inventarju tal-KSI, il- korporazzjoni ma tagħtix prijorita' lil dan it-tip ta' xogħol billi dan hu wieħed mill-ġibjuni li jservi biss biex jilqgħu x-xita u m'humiex parti min- network ta' l-ilma tax-xorb.", "Madanakollu, dawn it-tip ta' ġibjuni qed ikunu kkunsidrati fil-pjan nazzjonali dwar l-ilma tax-xita li qed jiġi ppreparat.", "Eventwalment huwa ttamat li fir-rakkmandazzjonijiet finali jkun hemm indikazzjoni dwar x'għandu jsir biex xogħol tal-manutenzjoni u l-operat ta' strutturi ta' ilqugħ tax-xita jkun jista' jsir minn entita' waħda li jkollha r-riżorsi li hemm bżonn.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Ma nafx jekk is-Segretarju Parlamentari huwiex f'pożizzjoni li jgħidli jekk il-kumpannija privata ġdida li xtrat il- lukanda Crowne Plaza Holiday Inn għamlitx il-ftehim mal-gvern biex tkun tista' tieħu t-titlu u tibda tiffunzjona.", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: M'għandix din l-informazzjoni quddiemi pero' jidhirli li din id-domanda trid tiġi ndirizzata lil-land department minn fejn se jsir il-kuntratt tat-tender attwali, għalkemm din il-lukanda kienet ta' l- Air Malta u se jsiru t-trasferimenti bejn id-dipartimenti.", "Għaldaqstant nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel din id-domanda lill-Ministru Gatt sabiex ikun jista' jagħtih din l-informazzjoni.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jien ivverifikajt u sibt li l-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni kien responsabbli għall- privatisation tal-Crowne Plaza Holiday Inn, imma peress li din il-ġimgħa kellu jiġi ffirmat il-kuntratt, xtaqt li l-Ministru jgħidli x'inhi r-raġuni li dan il-kuntratt ma ġiex iffirmat u x'inhi l-pożizzjoni ta' l-ex ħaddiema ta' din il-lukanda.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: M'għandix din l-informazzjoni quddiemi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: F'każ li l-Ministru jinsab imsiefer, min hu acting minfloku?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Il-Ministru Austin Gatt m'huwiex imsiefer, imma l- kuntratt kellu jsir mal-land department.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jiena qed nesiġi li ningħata risposta għax din hija xi ħaġa ta' interess nazzjonali.", "Xtaqt inkun naf jekk il-kuntratt ġiex iffirmat u x'inhi l-pożizzjoni ta' dawn il-ħaddiema.", "MR SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): L-Onor.", "Interpellant irid japprezza li rrid noqgħod attent kif inwieġeb għax f'dan ir-rigward hemm interessi kbar.", "Huwa veru li kien hemm terminu ta' żmien biex jiġi ffirmat il-kuntratt.", "Il- partijiet konċernati li kienu huma l-ewwel għażla, ma ġewx bil-flus li aħna ridna fil-mument tal-firma u talbu affarijiet li ma kenux parti mit-tender, allura nformajnihom li n-negozjati magħhom mhux se jitkomplew u li konna se nitolbu lid-dipartiment tal-kuntratti biex jawtorizza lill-gvern jinnegozja mat-tieni u t-tielet offerenti.", "Għaldaqstant il-pożizzjoni llum hi li n- negozjati ma' l-ewwel għażla waqfu u qegħdin fil-proċess li nitolbu lill- gvern jew lin-negotiating team sabiex jiġi awtorizzat li jinnegozja ma' dak li ġie t-tieni.", "F'każ li dak ma jirnexxix, ngħaddu għat-tielet għażla.", "It-tender oriġinali kienet tinkludi kondizzjoni dwar il-ħaddiema u fil-fatt l-għażla ta' l-offerenti tat-tenderers ġiet ranked skond il-proposti li kienu qed jagħmlu fir-rigward tal-ħaddiema.", "Dan ifisser li matul in- negozjati li kienu għaddejjin fil- ġimgħat li għaddew min ġie fl-ewwel pożizzjoni kien qiegħed ikopri wkoll il-pagi tal-ħaddiema.", "Issa dawn in- negozjati waqqfu, kif għedt, u se nibdew ninnegozjaw mat-tieni jew mat- tielet offerent f'każ li għadhom interessati.", "Jiġifieri l-pożizzjoni tal- ħaddiema se tiddependi mir-riżultat illi se jkollna wara li jsiru dawn il- kuntatti.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Imma x'se jiġri mill-ħaddiema sakemm isir dan il-ftehim?", "Dawn se jitħallsu jew le?", "MR SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sal-lum dawn il-ħaddiema kienu qegħdin jitħallsu u kien qed jiffinanzja l-ħlas tal-paga tagħhom it-tenderer li miegħu konna qegħdin ninnegozjaw.", "Peress li issa l-pożizzjoni nbidlet, se nibdew ninnegozjaw mat-tieni jew mat-tielet offerent, jiddependi jekk it-tieni jkunx għadu interessat li jinnegozja.", "Jiġifieri l-pożizzjoni tal-ħaddiema llum hija prċiżament bħalma kienet matul il-ġimgħat li għaddew, pero' din trid tiġi riżolta.", "Din il-kumpannija trid tiġi mibjugħa, jiġifieri l- proċess tat-tender hemm qiegħed u rridu nikkonkludu, allura l-pożizzjoni tal-ħaddiema tiddependi mir-riżultat li se jkollna minn dawn in-negozjati.", "Aktar minn hekk ma nistax ngħid.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Imma peress li l-ftehim ma' l-ewwel kumpannija waqaf u għadu ma sarx ftehim ma' l-oħrajn, x'se jiġri in between?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sur President, nerġa' ngħid li rrid noqgħod attent ħafna kif inwieġeb peress li dan huwa proċess ta' negozjati.", "S'issa dawn il-ħaddiema kienu qegħdin jitħallsu mill-kumpannija li ntagħżlet bħala l- aħjar offerent.", "Issa s-sitwazzjoni nbidlet u rridu naraw in-negozjati kif jirriżultaw.", "Naturalment il-ħaddiema m'humiex se jispiċċaw barra għax ma rridux ninsew li fit-tender kien hemm imposta kundizzjoni illi fl-għażla ta' min joffri l- aħjar - u l-ewwel tlieta ġew viċin ħafna - konna se nikkonsidraw l-offerta li kienet qed issir fil-konfront tal-ħaddiema.", "Hekk għamilna u hekk se nkomplu nagħmlu, pero' nitlob lill-Onor.", "Interpellant ma jġegħelnix ngħid aktar għax għadhom għaddejjin in-negozjati.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jien mhux se noqgħod ninsisti dwar meta se jsiru n- negozjati imma xtaqt inkun naf jekk sakemm dawn isiru, il-ħaddiema humiex se joqogħdu jferfru u jekk għandhomx xi garanzija ta' ħlas.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sakemm għadhom ħaddiema, huwa ovvju li għandhom d- dritt li jieħdu l-paga.", "KUMMISSJONI PERMANENTI KONTRA L-KORRUZZJONI", "22484.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Leo Brincat) staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: L-uffiċċju tal-kummissjoni permanenti kontra l-korruzzjoni minn kemm ilu li twaqqaf kemm sab każi fejn irriżulta li kien hemm korruzzjonijiet?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern): Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "SKEJJEL - KAŻI TA' TEHID TA' DROGA", "22502.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi każi ta' pussess jew teħid ta' droga li ġew irrapportati fl-iskejjel ta' l-Istat, fl-iskejjel tal-knisja u f'dawk indipendenti, separatament, fl-ewwel term skolastiku s'issa?", "X'passi ttieħdu?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi): Ma ġie rrapportat l-ebda każ ta' pussess jew teħid ta' droga ġewwa l-iskejjel imsemmija mill-Onor.", "Membru.", "Informat ukoll li l- awtoritajiet huma nformati li 30 student fi skejjel ta' l-Istat u sitt studenti fi skejjel tal-Knisja allegatament jabbużaw mid-droga.", "Informat ukoll li f'dawn il-każijiet issir ħidma mill-SAPT, is-substance abuse policy team, fi ħdan is-safe schools programme, diviżjoni ta' l- edukazzjoni, flimkien mal-guidance team u l-amministrazzjoni ta' l-istess skejjel.", "Fil-każijiet kollha l-carers ta' l-istudenti nvoluti ġew informati u offruti assistenza kemm mid-diviżjoni ta' l-edukazzjoni kif ukoll minn servizzi speċjalizzati speċjalment mis-Sedqa.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Tqegħid ta' Karti.", "L- Onor. Anthony Abela.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR ANTHONY ABELA: Mr Speaker, f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Ġustizzja u l-Intern, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tabella li turi l-għadd ta' visas li nħarġu/ġew miċħuda matul l-2006, maqsuma skond id-diversi pajjiżi, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 22565;", "f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjieg, inqiegħed fuq il- mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar l-applikazzjonijiet għal Uffiċjali Edukattivi fid- Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni li nħarġu matul l-2005, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 22506;", "f'isem il-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunita`, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar direct orders maħruġa mid-dekasteru li għalih hu responsabbli l-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunita`, matul l-2006, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 22562.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Il-Ministru George Pullicino.", "MOZZJONIJIET", "ESTIMI TA' DĦUL U NFIQ TA' L-AWTORITA' TA' MALTA DWAR L-AMBJENT U L- IPPJANAR GĦAS-SENA 2006-2007", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO (Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent): Nipproponi:", "Illi l-Kamra tapprova l-Estimi tad-dħul u nfiq ta' l-Awtorita` ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għas-sena finanzjarja mill-1 ta' Ottubru 2006 sat-30 ta' Settembru 2007 skond l-Att ta' l-1992 dwar l- Ippjanar ta' l-Iżvilupp.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "MARIO GALEA: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Infakkar lill-Kamra li d-diskussjoni fuq din il-mozzjoni għandha tieħu seduta waħda bil-ħin jinqasam indaqs bejn il-kelliema tal- gvern u l-kelliema ta' l-oppożizzjoni u l-winding up għall-gvern.", "Rimarki?", "Il-Ministru George Pullicino.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Mr Speaker, kieku kelli nieħu tema għall-MEPA għas- sena li għaddiet din kienet tkun \"ħafna twettaq, ħafna fadal x'jitwettaq\".", "Din l-awtorita` hija istituzzjoni li tiġi indirizzata ħafna kritika lejha.", "Hija istituzzjoni li poġġejniha ġo binja trasparenti u hekk kienet l- għażla, li npoġġuha ġo binja trasparenti.", "Ħafna jiddiskutu l-operat tagħha għax konna aħna li ddeċidejna li l-operat tagħha nesponuh kemm jista' jkun lill-pubbliku.", "Dan għamilnieh għax aħna m'aħniex l-oppożizzjoni.", "Kull pass li sar f'dan il-pajjiż biex jiżdied l-aċċess għall-informazzjoni fuq is-sistema ta' l-ippjanar f'pajjiżna konna aħna li għamilnieh.", "Konna wkoll aħna fuq il-bankijiet ta' l-oppożizzjoni li rreżistejna l-bidliet li l-gvern Laburista ġie bihom f'dan il-parlament fl-1997 biex inaqqas l- aċċess għall-operat tal-MEPA.", "Stajna għażilna li l-operat tal-MEPA nostruh, imma minflok għażilna li nagħtu aċċess akbar għall-operat tal-MEPA lill- pubbliku kollu.", "Għamilna hekk għax nemmnu li huwa l-pubbliku stess li jista' jagħmel l-akbar u l-aħjar skrutinju.", "Tista' tagħżel persuna biex tagħmel awditjar, kif fil-fatt għamilna, imma l-aħjar awditjar, l-aħjar skrutinju jsir billi tiftaħ beraħ il-bibien ta' l-operat lil kulħadd.", "Il- MEPA hija istituzzjoni li taqla' kritika ġusta u anke kritika inġusta, hija istituzzjoni li primarjament trid tiddċiedi xi żvilupp isir f'pajjiżna u fejn isir dak l-iżvilupp f'pajjiżna u hija istituzzjoni magħmula mill- bnedmin li ovvjament jiżbaljaw ukoll.", "Sur President, minkejja dan li qed ngħid, meta jiena nara l-istampa kollha nibqa' nsostni li din hija istituzzjoni li tat valur kbir lil pajjiżna wara d-diżastru li kellna għal għexieren ta' snin fil-qasam tal-permessi tal- bini.", "Il-MEPA se tibqa' dik l-awtorita` li qatt ma tista' tingħoġob minn kulħadd.", "Jekk applikazzjoni tiġi approvata l-applikant ikun kuntent imma min ikun oġġezzjona se jibqa' rrabjat u jipprova jqajjem l-argumenti tiegħu.", "B'dan il-mod l-awtorita` dejjem tispiċċa ballun bejn dawk li jridu li jsir l-iżvilupp u dawk li jaħsbu li għandna biżżejjed żvilupp.", "Hemm uħud li jgħidu li kważi għandna nwaqqfu kollox.", "Il-verita` hija li l-MEPA hija istituzzjoni li trid tibqa' ssib bilanċ bejn l-iżvilupp ekonomiku, dak soċjali, kif ukoll il-protezzjoni ta' l-ambjent f'pajjiżna.", "Ma nistgħux nippretendu li din issir awtorita` li qiegħda hemm biss biex twaqqaf kollox kif jippretendu xi wħud.", "Mill-banda l-oħra lanqas ma trid tkun awtorita` li tgħid iva għal kollox.", "Fid-dawl ta' dan wieħed irid iżomm f'rasu wkoll l- input ta' din l-awtorita` fil-qasam ta' l-iżvilupp ekonomiku ta' pajjiżna, li kultant inħoss li jittieħed forgranted wisq f'pajjiżna.", "Fi klima fejn l-indikaturi ekonomiċi kollha qed juru xejriet pożittivi, inħoss sodisfazzjon partikolari li l-qasam tal-bini, li huwa relattivament effettwat mill-permessi tal-MEPA, żied il-kontribut tiegħu lill-ekonomija ta' pajjiżna bi kważi 7% matul l-aħħar sena.", "Biżżejjed ngħid li matul is- sena finanzjarja ġew deċiżi madwar 430 applikazzjoni ta' proġetti maġġuri min-naħa tal-MEPA.", "Din is-sena reġgħet approvat proġetti li ppumpjaw madwar Lm100 miljun fl-ekonomija ta' pajjiżna.", "Il-figuri f'Ġunju li għadda juru li l-valur miżjud fl-industrija tal-bini żdied bi kważi Lm1.5 miljun meta mqabbel ma' l-istess perijodu tas-sena l-oħra.", "Meta wieħed jara dan kollu jkun jista' jifhem l-impatt ekonomiku qawwi li din l-awtorita` għandha fuq pajjiżna.", "Dan ir-riżultat jidher ukoll fil-finanzi tal-MEPA.", "Id-dħul marbut ma' l-ipproċessar ta' l-applikazzjonijiet żdied u żdied tajjeb.", "Fil-fatt id-dħul tal-MEPA matul l-2006 żdied b'madwar Lm800,000 jiġifieri żieda ta' 30% fuq id-dħul ġenerat fis-sena ta' qabel.", "Dan id- dħul jippermetti li ninvestu iktar fil-protezzjoni ta' l-ambjent.", "Din is- sena d-dħul żdied bi kważi Lm1 miljun filwaqt li l-ispejjeż żdiedu wkoll bi kważi Lm100,000 b'mod partikolari fejn jidħlu inizjattivi ġodda bħalma huma l-green wardens.", "Kif diġa` għedt, il-MEPA m'għandhiex biss impatt fuq l-iżvilupp ekonomiku iżda anke impatt soċjali speċjalment fil-qasam tal-ġenerazzjoni ta' l- impjiegi.", "Bis-saħħa tal-proġetti approvati mill-MEPA l-impjiegi fil-qasam tal-bini żdiedu bi 300 f'Ġunju ta' din is-sena meta mqabbel ma' Ġunju tas- sena l-oħra.", "Apparti hekk, kull ħaddiem f'dan il-qasam qed jieħu d-dar Lm150 aktar f'paga din is-sena milli kien jieħu s-sena li għaddiet.", "Ovvjament hawnhekk wieħed mhux qed jitkellem fuq il-ġenerazzjoni ta' impjiegi mill-operazzjonijiet li jsiru f'dawn l-istabbilimenti li jkunu approvati.", "Mr Speaker, matul is-sena li għaddiet il-MEPA ma kkonċentratx biss fuq il- ħruġ tal-permessi iżda ħadmet bis-sħiħ fuq il-finalizzazzjoni ta' l-ewwel sett sħiħ ta' seba' pjani lokali għal pajjiżna.", "Dawn il-pjani lokali kienu fformolati prinċipalment minn tekniċi Maltin li tgħallmu matul din l-ewwel esperjenza għal pajjiżna.", "Is-sena l-oħra ġejna quddiem dan il-parlament u għedna li l-pjani lokali jkunu lesti din is-sena.", "Dan is-sajf il-MEPA lestiet il-pjani lokali kollha li kien għad fadal biex jitlestew.", "Kien jeħtieġ li tittieħed deċiżjoni dwar iż-żoni ta' żvilupp biex irnexxielna nagħlqu dawn il-pjani lokali.", "B'responsabbilta` kellna ngħidu le lil ħafna nies li għamlu t-talbiet biex l-artijiet tagħhom jidħlu fiż-żona ta' l- iżvilupp.", "Fil-fatt għedna le lil 'il fuq minn 90% ta' l-art mitluba biex tingħata għall-bini.", "Sur President, din kienet deċiżjoni diffiċli għax l-aspettattivi tan-nies kienu għoljin ħafna.", "Nifhem li kulħadd ikun jixtieq li l-art tiegħu tiġi inkluża, iżda aħna ma ridniex noqogħdu nħarsu lejn l-uċuħ.", "Aħna ridna li d- deċiżjonijiet jittieħdu abbażi ta' kriterji li kulħadd ikun jaf x'inhuma.", "Il-Kabinett afferma l-pożizzjoni tiegħu li t-teħid ta' art ġdida għall- iżvilupp kellu jkun mill-inqas u jsir primarjament biex jindirizza anomaliji eżistenti fl-iskemi ta' l-iżvilupp ta' l-1989, liema eżerċizzju kellu jkun wieħed bilfors ta' malajr biex inwaqqfu l-emoraġija li kien hemm dak iż-żmien.", "Irrid infakkar li dakinhar kienu naqsu ferm l-artijiet tajba għall-bini f'pajjiżna pero' minkejja dan, l-oppożizzjoni ma kenitx ivvotat favur.", "Sur President, hawnhekk irrid ngħid li aħna ridna li l-proċess ikun wieħed trasparenti għal kollox u għalhekk anke ppubblikajna l-kriterji u l-mapep kollha.", "F'din il-kwestjoni kellna żewġ fronti, wieħed li jgħidilna biex ma mmissu xejn u l-ieħor, li lanqas jinstema' fil-pubbliku iżda effettiv fil- pressjoni, li kien qed jitlob li nwessgħu ż-żoni ta' l-iżvilupp biex nakkomodaw l-interessi individwali.", "Wara li smajna kollox, għax aħna responsabbli, għażilna l-interess ta' pajjiżna u żidna l-art għall-bini bi 2.3% biss fuq l-ammont ta' art li kellna għall-bini skond id-deċiżjoni ta' dan il-parlament fl-1998.", "Din hija żieda żgħira ħafna meta tqis li din hija żieda li pajjiżna se jkun ippermetta għal perijodu ta' kważi 30 sena.", "Għall-ewwel darba f'pajjiżna għandna pjani lokali li jiflu kull lokalita`, kull triq, u jiddefinixxu l-iżvilupp għal dawk l-inħawi.", "Kif kelli l- opportunita` ngħid dan l-aħħar lill-membri kollha tal-kummissjonijiet tal- kontroll ta' l-iżvilupp, dawk li jissejħu DCCs, aħna nistennew li huma jassiguraw li d-deċiżjonijiet li jittieħdu jkunu konformi ma' dawn il-pjani lokali ġaladarba issa huma approvati.", "Apparti l-ipproċessar ta' l-iżvilupp u dak tal-forward planning, il-MEPA matul is-sena li għaddiet ħadmet ħafna fuq il-protezzjoni ta' l-ambjent naturali ta' pajjiżna.", "Xi kultant dan ninsewh.", "Biżżejjed insemmi x-xogħol li sar fuq il-lista tas-siti li ġew sottomessi lill-Unjoni Ewropea għan- network Natura 2000, kif ukoll ix-xogħol siewi li sar fuq il-moniteraġġ tal- kwalita` ta' l-arja.", "Tajjeb ngħid ukoll li din is-sena l-MEPA ħadmet fuq għadd ta' proġetti li flimkien jiswew mal-€4.2 miljun.", "Dan ix-xogħol mistenni li jitkompla matul is-sena d-dieħla wkoll.", "Fadal x'isir, u nistenna li matul is-sena d-dieħla l-MEPA tikkonċentra aktar fuq żewġ oqsma li se nsemmi.", "L-ewwel qasam huwa l-klassifikazzjoni taċ-ċentri storiċi ta' pajjiżna u t- tieni huwa t-titjib fl-infurzar tal-liġi.", "Għal dak li għandu x'jaqsam ma' klassifikazzjoni taċ-ċentri storiċi ta' pajjiżna rrid ngħid li f'uħud mill- pjani lokali saret klassifikazzjoni taċ-ċentri storiċi ta' pajjiżna skond il-valur tal-kwartieri rispettivi.", "Dan huwa importanti li jsir sabiex ma nipprovawx nagħtu l-istess libsa lil kull bini, hu x'inhu l-valur tiegħu.", "Dan importanti li nagħmluh sabiex nifhmu fejn irridu nagħtu l-akbar importanza fil-protezzjoni tal-wirt storiku u fl-istess ħin ma nkunux restrittivi żżejjed u nispiċċaw noħonqu dawn iċ-ċentri li rridu nkomplu nagħtuhom il-ħajja mill-ġdid jekk irridu li n-nies jgħixu fihom.", "Dik hija l- aħjar protezzjoni li tista' tagħti lil dawn iċ-ċentri.", "Tajjeb ngħid li kuntrarjament għall-impressjoni li kultant għandu l- pubbliku, 15% biss ta' l-applikazzjonijiet ta' żvilupp li jsiru fiċ-ċentri storiċi ta' pajjiżna, li-MEPA tħallihom iwaqqgħu l-faċċata.", "Mill-bqija ta' l-applikazzjonijiet ta' żvilupp li jsiru fiċ-ċentri storiċi mhux qed jitħalla twaqqigħ ta' bini jew għallinqas qed jintalab li tinżamm il- faċċata.", "L-ilmenti li kultant jasluli minn żviluppaturi dwar id- diffikultajiet li jiltaqgħu magħhom fl-applikazzjonijiet ġewwa ċ-ċentri storiċi, jekk xejn, huwa konferma ta' din il-politika.", "Bil-maqlub, li kieku ma kellniex sistema ta' ippjanar taħdem tajjeb naħseb li kieku ftit għandna ċentri storiċi x'nipproteġu.", "Sur President, jiena nistenna li s-sena d-dieħla l-MEPA tlesti klassifikazzjoni taċ-ċentri storiċi kollha anke biex inkunu f'pożizzjoni li nimponu regolamenti differenti.", "Jien nemmen li l-MEPA għandha tistudja l- possibbilta` li f'ċerti żoni jkollhom l-anqas livell ta' protezzjoni, nkunu nistgħu nawtorizzaw l-użu ta' materjali alternattivi bħal PVC f'aperturi sakemm dawn ikunu skond profiles li jkunu indikati mill-MEPA.", "Naf li diġa` nbeda dan l-istudju imma rrid li sas-sena d-dieħla dan ikun konkluż.", "Fil-qasam ta' l-infurzar ukoll irrid nirrapporta progress.", "Fil-fatt l-għadd ta' każi pendenti għall-infurzar kompla jonqos, għalkemm fil-fehma tiegħi xorta għadu għoli.", "Bħalissa hemm madwar 1,500 każ pendenti, madwar 100 anqas mill-istess perijodu tas-sena l-oħra.", "Bla tlaqliq ikolli ngħid li għadni m'iniex kuntent bir-riżultat tal-MEPA fil-qasam ta' l-infurzar.", "Għalkemm kien hemm progress, wisq nibża' li l-poteri li diġa` jeżistu fil- liġi preżenti, speċjalment dawk li daħħalna fl-2001, mhux qed jiġu sfruttati biżżejjed mill-uffiċjali tal-MEPA biex jinfurzaw il-liġi.", "Is- sezzjoni ta' l-infurzar trid tiġi msaħħa ħalli taġixxi aħjar.", "Kif diġa` għedt m'iniex neskludi li nbiddlu l-liġi sabiex inżidu l-poteri ta' l- infurzar iżda hemm bżonn li qabel xejn nużaw l-għodda li għandna.", "Anke hawn nittama li eventwalment insib il-koperazzjoni ta' l-oppożizzjoni.", "Mr Speaker, dan kollu li qed ngħid juri li matul is-sena li għaddiet twettaq ħafna iżda fadal ħafna wkoll x'isir.", "L-awtorita` trid tkompli timpenja ruħha li sservi lill-komunita` Maltija bħal dik l-istituzzjoni li filwaqt li tassigura l-iżvilupp xieraq għal pajjiżna, anke biex pajjiżna jibqa' kompetittiv, trid tassigura wkoll li dan l-iżvilupp ikun wieħed sostenibbli għalina u għal dawk li ġejjin warajna.", "Il-MEPA trid tibqa' tarka ta' min ifittex wens kontra min jabbuża.", "Dan kollu il-MEPA trid tagħmlu permezz ta' operat trasparenti u aċċessibbli għall-komunita` Maltija.", "Nirringrazzjak, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Roderick Galdes.", "ONOR.", "RODERICK GALDES: Sur President, qegħdin niddiskutu l-annual report li ħarġet dan l-aħħar il-MEPA wara l-15-il sena esperjenza.", "Se niddiskutu fiex wasalna llum l-ġurnata fil-proċess ta' l-ippjanar.", "Iċ-chairman ta' din l-awtorita` ftit tal-jiem ilu ġie kkwotat li qal lill-media: Tistennewx li n-nies se jagħtuna prosit għal dak li qed tagħmel din l- organizzazzjoni.", "Ovvjament qal li ħafna mill-akkużi li kien hemm kontra t- tmexxija tal-MEPA kienu sweeping statements pero` fl-istess waqt jien nistaqsi għalfejn in-nies illum il-ġurnata għandhom din id-diżillużjoni qawwija fuq din l-organizzazzjoni li suppost qiegħda hemm biex tipproteġi l- għajxien tagħhom u li suppost iggarantitilhom a better quality of life.", "Jekk wieħed jistaqsi x'qed imur ħażin f'din l-organizzazzjoni jsib li altru l-kliem sabiħ u ta' propaganda li qed jgħid il-ministru, fir-realta`, meta tagħsru, ma ssib xejn.", "Mr. Speaker, ejja issa naraw x'kienet il-viżjoni u l-missjoni li telqet biha din l-organizzazzjoni proprju fl-1992.", "Għalfejn kienet twaqqfet din l- awtorita'?", "Hawnhekk jiena se nikkwota minn dak li hemm fuq il-website tal- MEPA.", "Il-ministru hawnhekk ftaħar kemm binjiet ġew approvati, kemm l- awtorita` qed tagħti kontribut lill-ekonomija u kemm kien hemm permessi li ġew ipproċessati pero` ma qalilniex kif qed jiġu pproċessati.", "Jekk tara l- istatistika interna ssib diversi diżillużjonijiet fir-rigward ta' kif qed jiġu pproċessati l-permessi llum.", "Dan kollu qed ngħidu għax il-viżjoni li kellha din l-awtorita' tgħid xi ħaġa hekk:", "\"L-għan ewlieni tagħna huwa li nħallu lil uliedna pajjiżna isbaħ milli writna.", "Huwa għalhekk li nqabblu l-ambjent ma' teżor, li nagħmlu ħilitna kollha biex inħarsuh, nieħdu ħsiebu u ntejbuh.", "L-ambjent jiġbor fih n-natura, l-wirt kulturali u arkitettoniku fl-ibliet u l- irħula, il-kampanja, il-baħar u l-arja.", "Aħna nħossu li flimkien għandna nippjanaw bil-għaqal ħalli dan il-wirt, dan it-teżor li aħna tant ngħozzuh ma jisfumax fix-xejn.", "Għaldaqstant l-awtorita' Maltija għall-ambjent u l-ippjanar qed timpenja ruħha bis-sħiħ sabiex l- ippjanar ta' l-użu ta' l-art u l-ħarsien ta' l-ambjent jaqdu l- ħteġijiet tal-komunita` tal-lum.\"", "Hawnhekk nistaqsi: Illum il-komunita` min hija?", "Il-ħbieb tal-ħbieb jew il- komunita` li hemm barra qiegħda tibki għall-mod kif qed tara l-ambjent jinqered?", "Fil-mission statement tagħha l-awtorita` tkompli tgħid:", "\"Qed naħdmu biex niżguraw kwalita` ta' ħajja li tkun f'armonija ma' l- ambjent naturali, kulturali u mibni, kif ukoll biex nagħtu direzzjoni għall-iżvilupp li jħares l-ambjent.\"", "X'żvilupp hu li jħares l-ambjent?", "Il-ghettos li qegħdin nibnu?", "Il-qerda tal-wirt storiku li qed isseħħ quddiem għajnejna?", "Il-mod kif nies jinħarġulhom permessi li mhux suppost ħarġulhom minħabba l-policies?", "Meta naraw il-mod kif qed nippjanaw f'pajjiżna llum il-ġurnata sfortunatament insibu li waqajna fl-aktar livell baxx li stajna waqajna f'din il- professjoni.", "Jien mort anke fil-pajjiżi ta' l-East li m'għandhomx xi sistemi żul minn hemm f'dan ir-rigward, imma dawn ukoll iħarsu l- arkitettura aħjar minna.", "Aħna qed nitilfu l-estetika kullimkien.", "Sur President, ikolli ngħid li l-MEPA falliet fil-mira ewlenija li għaliha kienet twaqqfet 15-il sena ilu.", "Din mhux falliet hi imma fallewha għax ma ħallewx il-professjoni ta' l-ippjanar taħdem kif suppost u ma tawhiex l- appoġġ mixtieq fejn verament kien hemm bżonn li tittieħed azzjoni.", "U dan mhux jien qed ngħidu, imma qalu l-awditur ġenerali f'intervista lil \"The Times\" matul din is-sena.", "Il-headlines li kien hemm għal din l-invervista kienu \"MEPA has failed\", il-MEPA falliet.", "Minn hawnhekk irridu nitilqu f'dan il-parlament.", "X'se nagħmlu bil-MEPA llum wara li nafu li ma waslux ir- riżultati mistennija minnha?", "L-għanijiet li għalihom twaqqfet il-MEPA 15-il sena ilu meta fuq in-naħa l-oħra tal-Kamra kien hemm il-Perit Michael Falzon żgur li m'humiex l-għanijiet li għalihom qed taħdem illum il- ġurnata.", "Mr. Speaker, nixtieq issa nagħti ħarsa lejn l-iktar parti ambizzjuża li kienet telqet biha l-MEPA 15-il sena ilu.", "Din kienet li trazzan il-firxa ta' l-iżvilupp fuq art verġni.", "Lanqas din il-missjoni ma laħqet għax ġie deċiż mill-Ministru Pullicino nnifsu li jwarrab għal kollox dak li kienet qed taspira għalih il-MEPA matul dawn l-aħħar snin u ġegħelha żżid il-firxa ta' l-art għall-iżvilupp.", "Jiġifieri l-għan kardinali li għalih suppost twaqqfet il-MEPA wkoll ma laħqitux.", "Dan għax minkejja li kien hemm oppożizzjoni interna fl-organizzazzjoni stess, għax kienu jafu li se jmorru kontra dawk il-policies li dejjem ippridkaw professjonisti fil-qasam ta' l- ippjanar, illum il-ġurnata nafu xi żbalji saru li se jħallu diżastru fuq l- ambjent ta' pajjiżna mhux issa, imma fil-futur, meta uliedna jibdew jaraw ir-riżultat tad-deċiżjonijiet li ħadna f'dan il-parlament.", "Jien niftakar li meta kont dħalt apprendist fil-MEPA konna fiż-żmien meta l- MEPA kienet qiegħda tiġi mwaqqfa u s-sistema tal-PAPB kienet qed tinbidel għall-awtorita` li nafu llum.", "Dak iż-żmien Allaħares kont issemmi l-PAPB għax tgħidx x'kienu jagħmlulek għax aqta' x'atroċitajiet kienu jsiru dak iż- żmien.", "Pero` llum il-ġurnata jien ngħid li morna agħar minn dak iż-żmien.", "Illum għandna l-organizzazzjoni, għandna l-policies, għandna l-liġijiet kollha f'pajjiżna, imma qed induru magħhom, nipprovaw naraw kif niżgiċċaw mil-liġi u nieħdu deċiżjonijiet rampanti li qed iħallu effett qawwi fuq l- ambjent ta' pajjiżna.", "Sur President, ikolli ngħid li minn proċess informattiv u trasparenti, il- proċess ta' l-applikazzjonijiet sar eżerċizzju ta' abbużi minn deċiżjonijiet kontroversjali li kienu ntiżi biex jaġevolaw lil min xtaqet l- id politika b'detriment għall-ambjent ta' madwarna.", "Dan mhux jien qed ngħidu, imma qalu l-awditur u anke esponenti ewlenin li qalu dawn l- affarijiet fl-apert, għax qed jaraw id-deċiżjonijiet kontroversjali li qed jittieħdu minn jum għal jum.", "Suppost l-iskop tal-MEPA kien li telimina l- politika mill-proċess ta' l-ippjanar, imma llum morna oltre minn hekk.", "Mr. Speaker, niġi issa għal punt ieħor, it-trazzin fil-qerda tal-wirt storiku ta' pajjiżna.", "Qatt daqs illum ma kellna sitwazzjoni fejn ikkalpestajna n-normi ta' konservazzjoni bi skuża għall-iżvilupp rampanti fl-hekk imsejħa riġenerazzjoni.", "Din ir-riġenerazzjoni hija waħda fittizja u qed tħalli marka kerha fuq il-karattru u l-identita` arkitettonika ta' pajjiżna.", "Ftit tal-jiem ilu kien hemm seminar fejn kien hemm xi konsulenti tal-ministru li ftaħru ħafna dwar ir-riġenerazzjoni li saret f'ċerti postijiet.", "Hawnhekk jien nistaqsi jekk din kenitx riġenerazzjoni jew spekulazzjoni.", "Għandna xi proġett ta' suċċess li nistgħu nħarsu lejh li sar kemm ilha li twaqqfet il-MEPA?", "Illum il-ġurnata lanqas hemm idea ta' x'inhi riġenerazzjoni fil-qasam soċjali.", "Fejn saru dawn il-proġetti hemm social divide qawwija fost in-nies għax ikkalpestajna l-forti, ikkalpestajna s-swar, ikkalpestajna anke elementi partikolari ta' l-ambjent f'pajjiżna biex illum l-ġurnata tellajna massa ta' concrete.", "Spekulazzjoni saret, ma kienx hemm riġenerazzjoni fil-komunitajiet differenti, altru milli għandna proġetti ta' suċċess.", "Jien insejħilhom ghettos, kif kien hemm min sejħilhom waqt dan is-seminar ukoll.", "Sur President, ħalli niġi għar-rapport innifsu li tressaq quddiemna.", "Nibda l-ewwel billi nagħti ħarsa lejn dak li qal ic-chairman ta' din l- organizzazzjoni.", "Dan qal li l-main drive ta' din is-sena kienet il-local plans.", "Dawn fl-aħħar saru, u saru wara 14-il sena mill-establishment ta' l- awtorita` ta' l-ippjanar u 17-il sena wara li sar l-istructure plan.", "X'ġara biex dawn tlestew?", "Wara numru konsiderevoli ta' snin jitlajjaw fuq dawn il- pjani lokali f'daqqa waħda l-ministru għoġbu li jlestihom għax kellu data stabbilita mill-Unjoni Ewropea li jekk jaqbiżha kellu jagħmel studju ta' l- impatt ta' dawn il-pjani lokali fuq l-ambjent u tal-madwar, l-SCA directive.", "Billi ried jevita l-assessment ta' l-SCA, allavolja ħafna NGO's u l-kamra tal-periti u numru sostanzjali mill-pubbliku xtaqu u talbu li dan l-istudju jsir, il-ministru insista li l-pjani lokali jitlestew malajr akkost ta' kollox, basta ma tinqabiżx din id-data.", "Il-ministru ried ilesti dawn il-pjani lokali għax beża' minn dan l-istudju ambjentali, qisu kien qed jaħseb li kien se jkollu jbiddel ħafna partijiet mill-pjani kif kien xtaqhom hu jew inkella kien ikollu jirrispondi jew isib ħafna skużi u raġunijiet biex jiġġustifika l-pjani lokali tiegħu.", "Għalhekk x'ġara?", "Filli kienu qed isiru l-affarijiet b'ritmu bil-mod ħafna filli f'daqqa waħda ġew aċċellerati l-pjani b'ritmu fenomenali b'għan wieħed biss, li jitlestew sad-data msemmija.", "Il-pjani bdew jinbidlu mil-lejl għan- nhar.", "U jien nistaqsi lil min ridna naġevolaw?", "Fil-fatt kien hemm bidliet sostanzjali mid-draft local plan li kien ħareġ għall-public consultation.", "Ir-riżultat kien li l-prodott finali sar bl-għaġġla ħafna, kien sostanzjalment differenti mid-draft local plan u kellu ħafna policies u elementi li ma kenux addattati għal-lokalita` partikolari peress li saru wisq malajr.", "Dan ikkrea ħafna problemi lil diversi nies għax iċ-ċittadin kien ikkonsultat fuq id-draft local plan l-ieħor li kellu policiies, natura, height limitation, eċċ. differenti.", "Il-pjan kien qed jiġi propost mod imbagħad dan l-aħħar sar mod ieħor.", "Per eżempju, il-pubbliku kien informat li hemm ċertu tip ta' żvilupp li kellu jsir fit-tali post jew aħjar quddiem ir-residenza tiegħu, u għalhekk dak it-tali ċittadin seta' kien kuntent u ma oġġezzjonax kontra l-pjani waqt il-public consultation.", "F'daqqa waħda dan l-iżvilupp inbidel, u per eżempju għola sular ieħor mingħajr ħadd ma qatt qal x'kien se jiġri f'dan l- istadju tal-pjani lokali.", "Din hija inġustizzja kbira.", "Ta' min wieħed jiftakar proprju l-frażi li ftaħar biha l-istess chairman ta' din l- awtorita` fl-annual report tas-sena 2005 fejn qal:", "\"The need for effective customer relations has long been felt.", "People are not cases, people are not numbers, people are not files, people need to be listened to.", "That is what we are in the process of creating, an ear for the face of MEPA.\"", "U jien nistaqsi fejn hija l-widna li qed nagħtu lill-poplu meta anke d- dritt ta' fair public consultation neħħejnilu fl-approvazzjoni tal-pjani lokali?", "Saħansitra biddilna u ħawwadna fl-aħħar mumenti biex aġevolajna lil min ridna naġevolaw.", "Dik hija l-public consultation, dik hija l-widna li wegħdna lin-nies?", "It-tieni persuna li ntlaqtet kienet l-iżviluppatur.", "Kien hemm ħafna żviluppaturi li naturalment m'humiex tal-qalba, żviluppaturi normali, li ngidmu sew għax investew f'xi sit li mingħalihom minnu kienu se joħorġu ċertu ammont ta' appartamenti iżda f'daqqa waħda skoprew li setgħu jġibu biss permess għan-nofs l-ammont ta' units li kienu pproġettaw billi jew inbidel il-height limitation jew inkella nbidlu l-policies rilevanti.", "Per eżempju ttieħdet id-deċiżjoni li l-appartamenti f'seba' lokalitajiet biss għandhom ikunu mhux inqas minn 120 metru kwadru.", "Għalhekk jekk wieħed kien ipproġetta li kien se jdaħħal ċertu ammont ta' appartamenti forsi ftit iżgħar biex ikun irħas fuq is-suq, dawn f'daqqa waħda se jkollhom jagħmluhom ta' kobor fenomenali, ta' aktar minn 120 metru kwadru, u allura bi prezz fenomenali peress li l-art inxtrat għolja ħafna.", "Ir-riżultat huwa li ftit hawn bejgħ ta' dawn il-proprjetajiet kbar minħabba l-prezzijiet esaġerati li dawn l-appartamenti jġibu fuq is-suq.", "Fil-fatt il-ministru nduna b'dan l-iżball u proprju xahrejn wara li ħareġ il-pjan qed jipproponi emendi fil-policy and design guidance biex idur madwar is-sistema.", "Dan qed isir peress li gergrulu ħafna nies li dawn il- bidliet effettwawhom ħażin u dan wara li suppost ilna aktar minn għaxar snin nistudjaw il-pjani lokali.", "Pero` l-emendi proposti jikkonċernaw biss lin-nies li applikaw qabel ma l-ministru ffirma l-pjani lokali fit-3 ta' Awissu li għadda u ma jikkonsidrawx dawk in-nies li sfortunatament għadhom ma applikawx għal xi raġuni jew oħra.", "Il-ministru ma ta l-ebda ħjiel meta l- pjanijiet kienu se jiġu ffirmati u qabad u ppreżentahom fuq il-MEPA ħabta u sabta u min ġietu tajba u min ġietu ħażina skond ix-xorti.", "Mela wara kważi 15-il sena nistudjaw dawn il-pjani fl-aħħar waslu u saru ta' malajr b'ħafna defiċjenzi fihom minħabba l-bidliet radikali li saru fl-aħħar.", "Biex tkompli, issa qed nerġgħu nagħmlu u-turns fuqhom.", "Dik hija l-widna?!", "X'widna kellna!", "Sur President, in-nies li kienu qed jaħdmu fil-MEPA lanqas biss kienu nformati b'dawn il-bidliet ħlief għal dik is-sezzjoni żgħira ta' nies li kienu jaħdmu fil-local planning unit.", "B'hekk id-direttorati ġewwa l-MEPA, il-periti u professjonisti oħra kienu qed jagħtu pariri u nħadmu l-files fuq policies u regolamenti mod ieħor u b'hekk l-applikanti aktar ġew żvijati b'dan it-tibdil.", "Din hija r-realta` li n-nies qed iħabbtu wiċċhom magħha u dan ma jidhirx fl- istatistika li uriena l-ministru hawn illum.", "Dan huwa t-tbażwir li llum il- MEPA qed tirredikola l-pajjiżna bih.", "U dan mhux jien qed ngħidu, imma qalu anke l-awditur tal-MEPA.", "Ħalliha li hemm għajdut li l-ministru għandu l- ħsieb li jbiddel lil din il-persuna li għad fadalilha l-aħħar ftit xhur.", "U hawn jiena ngħid li nittama li dan l-għajdut m'huwiex vera li qed nisma', pero` qed jingħad li l-ministru ma jridx iġeddidlu jew inkella jerġa' jpoġġih hemmhekk għax mhux qed jieħu pjaċir bil-mod kif qed isiru r- rapporti fi ħdan il-MEPA u fuq ċerti deċiżjonijiet li qed jittieħdu.", "Se niġi wkoll għar-rationalisations għax ikolli ngħid li l-ministru qal li aħna bħala oppożizzjoni ridna nżidu n-numru ta' artijiet.", "Iżda meta konna qed niddiskutu l-kwestjoni tar-rationalisations fil-planning development committee aħna mill-ewwel iddikjarajna li l-mod kif sar il-proċess kien fallaċi għaliex il-kriterji ma kenux ġusti ma' kulħadd u kienu vagi ħafna.", "Tant hu hekk li bdejna nagħtu eżempji ta' ċerti artijiet li kienu jikkwalifikaw skond il-kriterji imma għal xi raġuni tħallew barra.", "U sal- lum ħafna nies għadhom ma ngħatawx spjegazzjoni xjentifika tad-deċiżjoni li l-art tagħhom baqgħet barra meta dawn kienu ċerti li dawk jikkwalifikaw skond il-kriterji.", "Aħna tajna eżempju ta' każi bħal dawn u staqsejnihom kif ma daħħluhomx meta kienu jaqgħhu taħt l-istess kriterji li għamlu huma u l-ministru fehem li aħna rridu nżidu l-art għall-iżvilupp.", "Le, aħna għedna li l-kriterji kif saru biex jiġu aġġustati l-anomaliji ma sarux tajjeb, kienu abbużivi u ma ġewx applikati kif suppost.", "Imma l-ministru ried idawwarha mod ieħor u qalilna li aħna ridna nżidu l-art għall- iżvilupp.", "Altru milli hekk.", "Hemm diversi nies li kellhom biċċiet ta' art li kienu jikkwalifikaw biex jidħlu fiż-żoni ta' żvilupp skond il-kriterji stabbiliti u xorta ma daħlux.", "Għalhekk waqt id-diskussjoni teknika ridna nuru biċ-ċar li l-affarijiet ma sarux tajjeb jew inkella l-kriterji ma kenux applikati kif suppost.", "Jien tajt diversi eżempji anke ta' nies li kellhom każijiet soċjali li jmorru lura fis-snin u xorta ma daħħluhomlhomx.", "Jiġifieri jidher biċ-ċar li dak il-proċess ma sarx tajjeb.", "Aktar minn hekk, anke l-forecast li għamel il- ministru fir-rigward tal-prezz tal-proprjeta` jidher ċar li waqgħetlu wara ftit tal-jiem għax anke esponenti ewlenin fil-qasam tal-proprjeta` diġa` ddikjaraw li l-prezz tal-proprjeta` żgur li mhux se jorħos kif kien qiegħed jiddikjara l-prim ministru u l-Ministru Pullicino.", "Infatti fil-\"Malta Today\" wieħed mill-esponenti ewlenin fil-qasam tal- proprjeta` qal biċ-ċar li jidher li l-parir li ngħata l-Prim Ministru u anke l-Ministru Pullicino kien wieħed ħażin.", "Tant hu hekk li ħadd mis- sidien li daħlitlu l-art fiż-żona ta' żvilupp m'hu se jazzarda jneħħiha b'irħas mill-prezz tas-suq.", "U tagħmel sens għax l-ekonomija hekk titlob.", "Altru milli r-raġuni tad-demand u s-supply li aħna dejjem nittamaw li forsi sseħħ, imma nafu li fir-realta` fil-qasam tal-proprjeta` min daħlitlu art għall-iżvilupp, x'jagħmel?", "Iqabbad perit, jikkwotalu skond il-qisien li jkollu u jgħidlu xi prezz għandu jġib tagħha, u żgur mhux se jitlaqhielek b'inqas minn dak il-prezz wara li jkun ilu 15-il sena, 20 sena jistenna li xi darba jingħata l-permess biex tkun tista' tinbena din il-biċċa art.", "Jiġifieri altru milli lħaqna dak l-iskop li kien qiegħed jaspira l-Ministru Pullicino għalih.", "Fl-annual report tiegħu d-direttur ġenerali tkellem fuq xi ħaġa differenti għal kollox.", "Fir-rapport tiegħu ddeċieda li jinjora kompletament il-local plans u r-rationalization scheme boundaries.", "Donnu ma kienx kuntent b'dak li ġara u b'li kien approvat.", "Jien ngħid li jekk hemm persuna li ħadem ħafna fil-qasam ta' l-ippjanar - u jien konvint li l-professjoni tiegħu għenet ħafna biex il-MEPA titlaq fit-triq li kienet bdiet, li tipprova trażżan il-firxa ta' l-iżvilupp - dan huwa d-direttur ġenerali.", "Jien konvint anke moralment li d-deċiżjoni li l-ministru jimponi fuq il-MEPA li jżid il-firxa ta' l-art ma niżlitx tajjeb ma' ċerti nies fil-MEPA għaliex marret kontra l-prinċipji ewlenin ta' l-ippjanar li ilna nsostnu għal diversi snin.", "Anke l-ministru kien ikkwotat għal darba, darbtejn fil- gazzetti u fil-media li m'għandniex għalfejn inżidu l-art meta għandna b'mod abbundanti units fis-suq biex jaqdu n-need, mhux id-demand imma n- need ukoll tal-housing.", "Hawnhekk id-direttur ġenerali tkellem fuq xi ħaġa importanti ħafna, il- marine spacial planning pero` ta' min jinnota li jekk 'il quddiem se jkollna applikazzjonijiet anke fl-ispazju tal-baħar huwa importanti li ssir konsultazzjoni tajba.", "Kellna każijiet fejn kien hemm applikazzjonijiet fuq il-baħar u nies ilmentaw li ma kenux informati għaliex ma kienx hemm notifika ċara lir-residenti li kienu se jintlaqtu mill-impatt ta' dik in- natura ta' żvilupp.", "Għaldaqstant wieħed jittama li l-MEPA tagħti kas ukoll il-komunita` kollha li tista' tintlaqat għax il-kosta u l-baħar għandhom importanza kbira b'mod partikolari meta nafu li hemmhekk hemm żvilupp massiv.", "Niġi għar-rapport tad-direttur ta' l-ippjanar li reġa' tkellem prattikament fuq local plans.", "Ħadd ma semma xejn dwar l-istudju ambjentali li kellu jsir fuq il-local plans jew ir-rationalization boundaries.", "Ħaġa interessanti hija li kien hemm 'il fuq minn 4,000 submission kemm fil-local plans kif ukoll fir-rationalisation.", "Il-problema hi li filwaqt li fil-local plans il-pubbliku kellu aktar ċans iressaq l-ilmenti tiegħu, u l-MEPA kellha ċans ukoll biex tarahom, fir-rationalisation ma kienx hemm dan iż- żmien.", "Il-pubbliku kellu żmien limitat ħafna biex iressaq l-ilmenti tiegħu u l-uffiċjali tal-MEPA ma kellhomx ċans biex jarawhom u janalizzawhom.", "Bil- ħniena kellhom iċ-ċans idaħħlu d-data saż-żmien stipulat, aħseb u ara kemm kellhom iċ-ċans jarawhom u jifluhom.", "Jiġifieri l-kummenti u r-rikjesti li ressaq il-pubbliku kienu kollha għalxejn fir-rationalisation għax kollox kien diġa` lest u kemm ħallew il-pubbliku taparsi jikkummenta ftit ġranet wara li ġew approvati.", "Jiġifieri l-MEPA kienet ilha 17-il sena biex tlesti l-pjani lokali u oħroġ il-għaġeb il-Kabinett ipprepara draft u approvahom fi ftit ġimgħat.", "Hija ħaġa ċara li kienu jafu diġa` li ta' min xtaqu daħlu fl-iskema.", "Ħadd ma ta spjegazzjoni għalfejn ir-rikjesti li ġew miċħuda ma jikkwalifikawx mal- parametri li kien ressaq il-Kabinett fil-memo tiegħu u lanqas ħadd ma ta spjega kif dawk li ġew approvati kienu jikkwalifikaw taħt l-istess Cabinet memo.", "Hemm hija t-trasparenza li ftaħar biha l-ministru!", "Niġi issa għar-riorganizzazzjoni tan-nies fl-awtorita`.", "Nista' ngħid li ħadd ma qal xejn dwar dan fir-rapport, semmew biss ir-restructuring tad- development control system u s-cell structures, iżda ma ntqal xejn kif saret ir-riorganizzazzjoni biex intejbu l-awtorita` u nużaw in-nies tajbin li kien hemm jew biex nimmanipulawhom u nwarrbu n-nies li ma kenux \"yes- men\" għall-gvern.", "Ir-riorganizzazzjoni saret biex twarrbu nies kapaċi u tpoġġew nies tal-klikka jew tal-qalba minflokhom.", "Fil-fatt wieħed jistaqsi għalfejn irriżenjaw u twarrbu ħafna nies li kienu jokkupaw pożizzjonijiet għoljin.", "Ma naħsibx li dan għamluh għaliex xebgħu, imma għaliex iddejqu sakemm ġegħluhom jirriżenjaw.", "F'dawn l-aħħar snin kellna ħafna nies fil- MEPA li jokkupaw pożizzjonijiet għoljin li rriżenjaw għax ma kellhomx triq oħra.", "Ir-riżultat hu li ftit baqa' nies bl-esperjenza fil-MEPA u ċerti sections u units m'għandhomx nies professjonali biżżejjed biex jaħdmu magħhom bir-riżultat li l-applikazzjonijiet ta' dawn il-proġetti jieqfu għal żmien twil.", "Sur President, irrid ngħid ukoll li fir-rapport ma ntqal xejn fuq l- effiċjenza u dwar kemm qed idumu biex jiġu proċessati l-files.", "Il-managers u l-case officers il-ħin kollu jinbiddlu u għalhekk qed jinħela ħafna ħin biex jissetiljaw.", "Fil-website tal-MEPA l-Ministru Giovanna Debono tiftaħar li qed isir scanning tal-korrispondenza kollha li tidħol fil-MEPA f'Għawdex u li din qed issir f'ġurnata.", "Mill-informazzjoni li għandna din il- korrispondenza qed iddum minn ġimgħa sa ġimgħatejn u għalhekk dan qed itawwal il-proċess ta' l-applikazzjoni sostanzjalment meta wieħed jaf kemm huwa importanti li ma jkunx hemm dewmien fejn tidħol l-applikazzjoni.", "Dan mhux jien qed ngħidu, imma qed jgħiduhulna l-periti.", "Niġi issa għar-rapport tad-director of environment.", "Ikolli ngħid li jekk għandna sezzjoni fl-awtorita` li għadha qed tbati mill-eku tal-merger bejn il-planning authority u d-dipartiment ta' l-ambjent, hija din is-sezzjoni.", "Sal-lum għadha ma ġietx f'postha.", "Biżzżejjed tara, per eżempju, kemm qed ikun hemm dewmien esaġerat f'konsultazjzoni interna ta' files bejn is- sezzjoni ta' l-ambjent, l-EPD u s-sezzjoni tal-planning.", "Tant hu hekk li ġieli nies jilmentaw magħna li jdumu diversi ġimgħat jistennew biex titlesta konsultazzjoni interna minn uffiċċju għall-ieħor li jkun qed jaspira li jagħmel il-case officer.", "Ta' min jerġa' jikkonsidra jekk il-merger kenitx ta' suċċess u jekk wasalx iż-żmien li l-ambjent nagħtuh dak li jixraqlu, li jkollna aġenzija li verament qiegħda hemm biex tħares l-ambjent, mhux timbela' mill-ippjanar għax l-ippjanar u l-ambjent ma jmorrux flimkien.", "Il-Ministru sfidajtu għal darba, darbtejn, tliet darbiet iġibli lista ta' dawk il-pajjiżi barra minn Malta li qegħdin joperaw bl-istess sistema tagħna.", "Sal-lum għadu m'għamilhiex għax jaf li ma teżisti mkien u din iċċekkjajtha fuq li ċekkjajtha.", "Ikolli ngħid li din il-merger qed tkompli tfalli iktar ma jgħaddi ż-żmien u wieħed għandu jikkonsidra dan il-punt.", "M'iniex qed ngħid li naqbdu u nagħmlu aġenzija, imma rridu nikkonsidraw l-affarijiet.", "Veru hemm elementi ta' management, imma llum il-ġurnata qed ikollna min jipproteġi l-ambjent?", "Jew qed naraw kollox żvilupp?", "Illum il-parir tan-nies ta' l-EPD - li qabel kellhom iċ-ċans li jitkellmu u setgħu anke jagħtu l- pariri tagħhom - qed ikun effettiv jew qed jarawhom bħala unit intern li jistgħu jibqgħu għaddejjin b'ċerti proġetti u jagħmlu li jridu?", "Fir-rigward tal-qasam ta' l-ambjent, per eżempju, hemm problema li min irid japplika fuq xi deċiżjoni ambjentali li m'għandhiex taqsam ma' l-iżvilupp għad m'għandux l-istrutturi meħtieġa kif għandhom il-qasam ta' l-ippjanar fir-rigward tad-DCC, fejn ħafna mill-każi minflok imorru l-qorti jistgħu jmorru fil-bord ta' l-appell u minflok tidħol il-pulizija biex issir l- enforcement action, kwestjoni tiġi riżolta kemm jista' jkun malajr hemmhekk.", "Fil-qasam ta' l-ippjanar hemm din l-istruttura pero' jidhirli li struttura simili qatt ma eżistiet fil-qasam ta' l-ambjent.", "Qed nirriferi wkoll għal dik is-section li kienet fl-EPD.", "Sur President, nerġa' niġi għal-local plans.", "Wieħed jista' jgħid li dawn huma inkonsistenti.", "Lanqas għandhom ċertu standardization bejniethom.", "Issa rridu nistennew ir-rationalization u b'hekk nispiċċaw b'dokument ieħor addizzjonali flok ikollna fact book wieħed komplut.", "Dejjem bil-biċċiet u dokumenti separati!", "Fl-aħħar il-local plans ġew approvati meta pajjiżi oħrajn qegħdin jitħajru jneħħuhom.", "Il-pajjiżi kollha ta' l-Ewropa jsemmu li hemm bżonn ta' ċerta flessibilita` fis-sistema ta' l-ippjanar u aħna niftaħru li issa m'hemmx bżonn flessibilita` minħabba l-local plans li ġew approvati.", "Pero' issa ħalli nsemmi xi nuqqasijiet li hemm fil-local plans.", "Il-local plans misshom kellhom iktar standardization bejniethom.", "Per eżempju, kull local plan għandu ODZ settlements f'kategoriji differenti u policies differenti.", "L-għoli tas-sulari fil-village core illum m'għadux skond il-predominant height iżda skond il-height limitation map.", "Fin-north- west plan milli jidher dan m'huwiex konformi u d-development briefs ma ngħataw l-ebda guidance kif għandhom imexxu f'dawn il-problemi.", "Sur President, nixtieq nistaqsi wkoll kif se namalgamaw il-ħsieb ta' l-SMEs fil- local plan.", "Ħsibna għall-art industrijali neċessarja fil-gżira ta' Għawdex?", "Fil-local plans ħsibna fejn jistgħu jmorru ċerti farms speċjalment f'Għawdex, meta nafu li minħabba l-policies ta' l-EU l-farms iridu jagħmlu relocation u għad m'hemmx idea ċara jew policies ċari li jistgħu jiggwidaw dan is-settur?", "Insemmi wkoll il-qasam ta' l-iżvilupp sostenibbli.", "Din hija kelma li smajniha kemm-il darba u kullimkien, pero` fir-realta` qed nilħqu l-għanijiet fir-rigward ta' l-iżivlupp sostenibbli anke fir-rigward tal-local plans infushom?", "Qegħdin nagħtu direzzjoni tajba biex l-iżvilupp sostenibbli verament inwettquh fil-prattika?", "Qegħdin nieħdu deċiżjonijiet biex finalment, rigward dak li qed jindikalna l-istate of the environment report nipprovaw innaqqsu l-impatt li diġa` qed ikollna fil-qasam tal-proprejta`?", "Hemm problemi wkoll fil-qasam tal-bini għax bil-mod kif il-gvern iddeċieda fir-rigward tar-rationalization żgur li mhux se jkollna żvilupp sostenibbli tajjeb meta nafu li anke fir-rapporti li għamlet il-kummissjoni għall- iżvilupp sostenibbli nazzjonali matul is-sena li għaddiet tat ċerti indikazzjonijiet, pero` llum il-ġurnata qegħdin nagħmlu mod ieħor.", "Allura x'sinerġija hemm bejn iż-żewġ naħat fir-rigward ta' l-iżvilupp sostenibbli?", "Nerġa' nisħaq fuq il-local plans għax jidher biċ-ċar li d-direzzjoni ewlenija tal-local plans marret ferm 'il bogħod milli oriġinarjament kellha l-ħsieb li tmur meta ġew żviluppati d-draft local plans.", "Il-ministru ftaħar li għamilna progress fl-enforcement.", "Xi progress għamilna f'ġieħ is-sewwa?", "Ftit li xejn qed issir direct action.", "Infatti ttieħdu seba' azzjonijiet biss f'sena, lanqas waħda fix-xahar.", "Ma ġiex spjegat kif qed jagħżlu l-iżvilupp ta' min iwaqqa', qed jaqbdu biss maż- żgħir u min ma jridux jaqbdu miegħu jħalluh għaddej.", "Kien hemm każi rampanti li tkellem fuqhom anke l-awditur tal-MEPA.", "Anke min qed jagħmel l- infurzar qed iħossu bla jdejn għax ma jitħalliex jagħmel l-infurzar.", "Sena wara sena nisma' lill-ministru hawnhekk jgħid li għad irid isir progress f'dan il-qasam, imma x'qed jagħmel fir-realta` biex isib soluzzjoni għal dan il-qasam li l-MEPA tant falliet fih?", "Nittamaw li issa jsir progress għax smajna sena wara sena li kellu jsir progress, imma sal-lum nafu li hemmhekk il-MEPA taġixxi b'mod differenti man-nies, skond x'ikunu iċ- ċirkostanzi.", "Wieħed jistaqsi kif u come qed taġixxi f'dan is-settur.", "Xtaqt nitkellem ukoll dwar id-dewmien.", "Suppost ir-riforma fil-MEPA kienet intiża biex tnaqqas il-queues ta' l-applikazzjonijet għall-iżvilupp waqt il- proċess ta' l-ippjanar innifsu.", "U dan mhux jien qed ngħidu, imma qaluh il- professjonisti fil-MEPA meta għamlu preżentazzjoni quddiem il-periti u bdew jelenkaw il-problemi li hemm fil-proċess ta' l-ippjanar, fosthom li kien hemm numru ta' queues.", "Wara r-riforma rnexxielna nilħqu dan l-iskop?", "Hawnhekk ikolli ngħid li għad għandna l-istess problemi.", "Qed ikun hemm konsultazzjoni interna li qed iddum diversi jiem u anke diversi ġimgħat.", "Sur President, ikun hemm ukoll ċerti applikazzjonijiet li jkunu waslu fil- parti taċ-chairman's block, jiġifieri meta jkunu waslu għad-deċiżjoni finali, u jekk applikazzjoni tidħol hemm ma tafx meta se toħroġ.", "Tant hu hekk li anke n-nies hemmhekk saru unreachable għax riċentement kellna għaref ħafna li ġietu l-idea li jwaħħal karta biex ħadd ma jidħol fl- uffiċċju, lanqas l-impjegati stess.", "Bir-rispett kollu, jekk hemm problemi ta' dewmien ejjew nipprovaw naraw fejn huma.", "Minkejja li tittieħed id- deċiżjoni wara ġimgħa, ġimagħtejn in-nies jibqgħu jċemplu biex jaraw meta se jirċievu l-karti għax idumu ma jirċevuhom.", "L-istess problema nsibu meta l-files jitilgħu għall-bordijiet għax jinqabdu fi queues kbar u għandhom xahar, xahrejn jistennew biex jitilgħu għall-bord.", "Meta l-bord jitlob ċerta informazzjoni, sakemm terġa' tintbagħat l-ittra għall-informazzjoni u tiddaħħal il-pjanta hemmhekk qed idum xahrejn, tliet xhur miżerjament.", "Kellna każi li nqabdu fil-problema ta' l-executive committee li qed joqgħod janalizza dawk il-files minħabba l-bdil tal-local plan.", "Minn Jannar għadhom qed jistennew il-consultation process jintemm li għad fadallu sat- tielet ġimgħa ta' Diċembru.", "Dan huwa żmien moħli għall-iżviluppaturi u għan- nies li xtaqu jagħmlu xi proġett żgħir.", "Hemmhekk qed nitkellmu fuq l-aħħar fażi ta' l-applikazzjoni u wara r-riforma nafu l-problemi tal-queues xorta għadhom jeżistu.", "Riċentement kellna sitwazzjoni fejn anke biex tagħmel minor amendment iddum mill-inqas erba' ġimgħat, xahar u nofs minflok ġimgħa kif kienet oriġinarjament u kull darba li tmur jgħidulek li għandhom turrun ta' files xi jlestu u li m'humiex qed ilaħħqu.", "Fejn hu l-management?", "Kellna problema fir-rigward tar-reconsiderations li bdiet tiġi solvuta imma xorta għad hemm problema ta' dewmien biex file jitla' quddiem il-bord.", "Wasalna x'imkien?", "Ir-riforma saret imma fil-fatt bqajna l-istess.", "Problemi oħra li ġew identifikati waqt il-proċess tar-riforma fil-MEPA kienu d-dimotivazzjoni ta' l-istaff.", "Naħseb qatt daqs illum wara din is-suppost riforma li saret, ma kien hemm daqshekk dimotivazzjoni fost l-istaff ta' din l- organizzazzjoni.", "Iktar u iktar issa wara li ntbagħat messaġġ abbużiv min- naħa tal-bord tal-MEPA li jrid jorbot il-performance review ma' targets li ma jistgħu qatt jintlaħqu.", "Dan qed ngħidu għax is-sistema tant baqgħet burokratika, li tagħmel x'tagħmel qatt ma tista' tilħaqhom.", "Jekk m'aħniex se nbiddlu s-sistema kollha kemm hi inutli tagħmel targets li ma jistgħux jilħquhom il-ħaddiema.", "Hija insensittiva li wara ġimgħa li ffirmajna l- collective agreement tibgħat e-mail biex tgħidilhom li jridu idaħħlu iktar flus.", "Minn fejn se ddaħħalhom il-flus?", "In nies li jaħdmu fil-forward planning kif jistgħu jagħmlu t-targets tagħhom?", "Mhux aħjar nagħmluhom mod ieħor it-targets?", "Ejjew nagħmlu t-targets lill-bordijiet tal-MEPA għall-overturning decisions mingħajr ġustifikazzjoni ta' xejn.", "Mhux aħjar nagħmluhom hemm Ministru Pullicino iktar milli fuq il-ħaddiem li qiegħed b'ilsienu barra u xorta ma jistax ilaħħaq?", "Mela timponi fuqu anke biex jiġbor iktar flus!", "X'inhi s- soluzzjoni tal-MEPA?", "Li niġbru iktar flus.", "Kif ġabret Lm800,000?", "Dawn qabdu u għamlu policy, l-urban improvement funds, li lanqas biss kitbuha, li kienet qed tiġi applikata għall-penthouses biss, imbagħad kien hemm deċiżjoni fil-bord li din tiġi applikata across the board.", "Hija flessibbli, hija tajba, pero` ejja nagħmlu l-affarijiet regolati ħalli anke l-periti jkunu jafu kemm suppost għandhom iħallsu għat-tnaqqis fil-parkeġġ.", "Dawn it-tip ta' policies qed isiru biex il-MEPA tiġbor iktar flus.", "Dawk huma t-Lm800,000 Ministru Pullicino, il-UIF u s-CPPS għax kieku ma kienx hemm dawk kieku l-MEPA ma kenitx tagħmel revenue mod ieħor.", "Illum il- ġurnata dan il-fond qed imur għall-iskopijiet oriġinali li twaqqaf għalihom, li nipprovdu l-parkeġġ fil-lokalitajiet tagħna?", "Jekk għamilt policy li tgħid li jekk m'intix qed tiprpovdi l-parkeġġ u qed toħloq skema li suppost tagħmel tajjeb għan-nuqqas ta' parkeġġ ejja naraw jekk din is- sistema hijiex taħdem jew qegħdin nużawha biex forsi nġibu l-permess imma mbagħad il-problemi jibqgħu ma' wiċċna.", "Jekk il-pjan ta' l-istruttura qed jidentifika dawn il-problemi ejja naraw li l-għanijiet tagħna jkomplu jintlaħqu.", "Sur President, ikolli ngħid ukoll li hemm nuqqas ta' kordinazzjoni bejn id- direttorat u l-bordijiet tal-MEPA, fosthom il-bordijiet tad-DCCs.", "Mhux l- ewwel darba li, per eżempju, jitilgħu files quddiem il-bordijiet, dawn jibagħtuhom lura, isiru talbiet oħrajn li ċerti files jistgħu jiġu riżolti malajr kemm jista' jkun, u qed ikun hemm dan id-dewmien imbagħad fil- proċess ta' l-applikazzjoni.", "Anke fir-rigward tal-case officers jien dejjem insostni li hemm bżonn inkunu iktar prattiċi.", "Hemm ċerti każi li minflok file jitla' għal refusal jista' jkun granted għax ikunu każijiet żgħar.", "Nerġa' nappella lil sħabi stess biex inkunu prattiċi f'ħafna mill-każijiet.", "Hemm qasma kbira anke fil-mod kif nikkordinaw mal-boards tad-DCC.", "Meta l- applikazzjoni ta' persuna ma tkunx strettament mal-policy, imma nkunu nafu li r-realta` hija differenti fil-post fejn qiegħed dan is-sit, m'għandniex naqbdu u nagħtu refusal biex nieħdu the easiest way out.", "Ftit ilu ċempilli ħabib tiegħi li għandu tifel b'diżabilita` u għandu post fil-UCA li għadu kemm ħareġ fil-local plan.", "Dan applika biex jagħmel lift fuq in-naħa ta' wara, jiġifieri mhux se jidher minn quddiem, u applika wkoll biex itella' tromba fuq il-bejt ħalli dan it-tifel ikun jista' jitla' għall-arja għax ma jistax jimxi.", "Ħaġa ta' l-iskantament qalulu li l-lift jista' jagħmlu sas-sular ta' fuq u mhux sal-bejt għax inkella jkerrah l- estetika.", "F'każ soċjali bħal dan, fejn missier jixtieq li qabel ma jmut jiggarantixxi li t-tifel tiegħu li ma jistax jimxi jkollu aċċess mad-dar tiegħu, l-uniku post fejn jgħix, hemm bżonn inkunu riġidi u mill-ewwel nagħtu refusal?", "L-istess ħaġa rigward il-policy fit-town centres fejn għedna li jekk ħanut ma jkunx neċessarju li jkun f'ċerti żoni partikolari bilfors irid ikun fit- town centre.", "Nafu li mill-għada l-bordijiet dehrilhom li din il-policy hija ħażina u bdew jaqilbu d-deċiżjonijiet u għandhom raġun għax ma tistax tħallat is-city centres ta' barra minn Malta mat-town centres ta' Malta.", "L- irħula tagħna huma villaġġi naturali, m'humiex it-town centres li nafu barra mill-pajjiż fejn għandek iż-żoni residenjzali għalihom u t-town centres għalihom.", "Illum nafu li hemm ċerti case officers li jibżgħu jieħdu d-deċiżjoni li jmorru kontra l-policy jew inkella jaraw ir-realta`.", "Hemm ċerti policies skaduti, inkluż fil-pjan ta' struttura.", "Sur President, wasal iż-żmien li ssir reviżjoni tal-pjan ta' struttura għax hemm problemi ta' policies li m'humiex qegħdin jirriflettu r-realta` u l-esiġenzi tal-pajjiż.", "Wara 17-il sena minn mindu sar dan il-pjan ta' struttura it is about time li l-Ministru Pullicino jgħidilna meta se joħroġ ir-review jew jagħmel pjan ta' struttura ġdid għax jekk mhux se jagħmlu hu se nagħmluh aħna meta nieħdu t-tmexxija tal-pajjiż f'idejna fi ftit xhur oħra.", "Sur President, fir-rigward tad-DPA reports waħda mill-problemi li kien hemm kienet li wħud minnhom kellhom ċerti żbalji fihom u meta jintbagħtu lill- applikanti lanqas biss jifhmuhom, lanqas ikunu jafu x'qed jgħidu d-DPA reports.", "Minflok joqogħdu jintbagħtu rapporti bħal dawn mhux aħjar l- applikant jiġi notifikat b'mod sempliċi x'inhi l-problema marbuta mal- permes tiegħu iktar milli tibgħatlu d-DPA report.", "Imbagħad dan jiġi jgħidlek li rċieva din il-karta li ma jafx x'inhi, u jistaqsik x'se jiġri mill-permess tiegħu.", "L-applikant l-ewwel ma jara huwa jekk għandux refusal jew inkella granted, mhux se joqgħod jaqra ir-rapport kollu.", "Hemm nies li huma illitterati, ma jistgħux jaqraw dik it-teknika kollha marbuta mad-DPA report.", "Hemm bżonn li nagħtu iktar informazzjoni u jekk hemm bżonn li nagħmlu rapporti żgħar bil-Malti nagħmluhom ukoll għax importanti li nwasslu l-informazjzoni.", "Ħafna nies lanqas biss jafu x'inhi l-policy tal- MEPA sal.", "Ikolli ngħid li minkejja l-kliem sabiħ li qalilna l-ministru r-realta` tal- lum fi ħdan il-MEPA hija sitwazzjoni għal kollox differenti.", "Insostni dak li qal l-awditur tal-MEPA li iktar ma jgħaddi ż-żmien il-MEPA qed turina kemm qed tkun iktar falluta fid-deċiżjonijiet tagħha għax l-għanijiet prinċipali li nħolqot għalihom żgur li ma ntlaħqux u bid-direzzjoni li qed jagħtiha l-gvern innifsu mhix se tilħaq l-aspirazzjonijiet li hija kienet twaqqfet għalihom.", "Għaldaqstant nemmen li hemm bżonn bidla mhux biss fid-direzzjoni, imma anke fir-rigward tal-politika li qed iħaddan il-gvern fil-qasam ta' l-ippjanar.", "L-istrateġija ta' din l-awtotita' suppost hi li tħares l-interessi ambjentali fil-komunitajiet tagħna pero' llum il-ġurnata nafu li l- intenzjoni tal-gvern m'hijiex li jħalli lil din l-awtorita` taħdem biex tilħaq dawn l-għanijiet tagħha, imma biex jużaha bħala ballun politiku.", "Minkejja li jgħajjarna li aħna kellna nkunu l-gvern li nnaqqsulha s-saħħa, il-ministru stess naqqsilha s-saħħa u falliha għax qed jimxi b'mod arroganti man-nies fil-qasam ta' l-ippjanar.", "U dan mhux jien biss qed ngħidu, imma anke l-ex-uffiċjal tal-partit Nazzjonalista, il-perit Carmel Cacopardo, li qed jistagħġeb bl-arroganza tal-ministru fir-rigward tal-mod kif esprima ruħu fuq it-taxxa ta' l-eco-tax.", "L-ewwel qalulna li kienet taxxa li kienet intiża biex ikollha għanijiet ambjentali u llum il-ġurnata nafu li din sempliċement kienet taxxa fiskali.", "Il-Perit Cacopardo qal li l-ministru kien qiegħed jibblaffja anke fil- parlament meta qalilna li kellu l-istudji kollha meħtieġa.", "Nirrepeti li mhux aħna qed ngħiduh dan, imma ex-uffiċjal tal-partit Nazzjonalista.", "B'dan il-mod qed jaġixxi l-ministru fir-rigward tal-MEPA fuq il-kwestjoni kollha li wasalna fiha llum, li qed ikollna awtorita` li suppost qiegħda hemm biex tħares l-interessi tan-nies, iżda qiegħda hemm ċertament għal skopijiet oħrajn.", "Iktar ma jgħaddi ż-żmien iktar qed jidher li l-partit Laburista għandu raġun jgħid li hemm bżonn li din l-istituzzjoni tkun riformata malajr kemm jista' jkun.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joe Brincat.", "ONOR.", "JOSEPH BRINCAT: Sur President, ir-rapport ta' l-awditur skond l- artikolu 17 tal-liġi dwar il-MEPA qiegħed hemmhekk bħala watchdog.", "Għandu ma jaslux il-każijiet kollha li jista' jkun hemm complaint fuqhom, imma jaslu biss numru limitat ta' każi.", "Hemm partijiet minn dan ir-rapport li lili laqtuni imma minkejja dan ma sibt l-ebda risposta għalihom ma tinstab f'dan ir-rapport tal-MEPA.", "Jien nippreokkupa ruħi peress li kien hemm żmien meta bħala ombudsman ta' l- universita`, minkejja r-rapporti li kont nagħmel, rarament kienu jagħtu kashom, anzi kienu jibqgħu għaddejjin bis-sistema li kienu qabel.", "U meta nara li l-ombudsman parlamentari wkoll ġieli ġie attakkat fuq deċiżjonijiet li ħa - u mhux attakkat b'xi mod ta' kritika għax kulħadd huwa soġġett għall-kritika, imma attakkat bil-goff – hawnhekk ikolli nistaqsi jekk f'pajjiżna għandniex il-kultura li jkollna watchdog.", "Il-watchdog qiegħed hemmhekk għall-iskop prinċipali li l-operat tiegħek, jekk huwa verament indipendenti, jekk huwa verament fl-interess tal-pajjiż, jiġi skrutinizzat minn xi ħaddieħor.", "Dan għaliex il-poter huwa misluf.", "Ħadd m'għandu poter assolut.", "Il-poter huwa misluf, u la huwa misluf allura trid tagħti kont lil xi ħaddieħor.", "Fil-paragrafu 29 tar-rapport ta' l-awditur hawn ħaġa inkwetanti li tmur verament kontra l-għerq ta' l-awtorita` li twaqqfet mill-Ministru Michael Falzon.", "Fl-entużjażmu li kellu huwa kien qal li biex jeqred deċenni - jiena qatt ma kelli ħajta f'ilsieni - mhux l-aħħar 20 sena, imma mill-inqas 50 sena qabel - fejn il-permessi tal-bini kienu prerogattiva ta' xi ministru, ried joħloq din l-awtorita`.", "L-iskop tiegħu kien tajjeb, imma llum, wieħed minn dawk li l-iktar li jipprovaw jigdmu minkbejhom huwa l-istess ex- ministru Michael Falzon u din qalha pubblikament.", "Waqt li kien qed jitkellem fuq kif twaqqgħet l-iskola tal-Qala, l-awditur qal li l-planning directorate taw parir favorevoli minkejja li l-heritage advisory committee u l-heritage management team kienu qalu le.", "F'paragrafu 29 jgħid hekk:", "\"The argument brought forward by MEPA through the development permit application report, signed by the case officer and countersigned by the team manager to accept the demolition of this building are at best derisory.", "At worst they lead to the suspicion of undue pressure (both internal and external) exerted on the MEPA officials concerned.\"", "Meta għandek kumment bħal dan jeħtieġ li nkunu nafu fejn aħna u m'aħniex għax inutli li toqgħod tagħmel iċ-ċerimonja li għandek awtorita` indipendenti mill-poter, li tikkontrolla lil kulħadd, imbagħad meta niġu għas-si u n-no nsibu li dan m'huwiex minnu.", "Jekk hemm min qiegħed jagħmel id-dover tiegħu skond il-liġi, m'huwiex pupazz u jgħid li f'xi każ partikolari jidher li biex ingħata l-approval hemm l-imbottatura esterna, ma naħsibx li qal hekk għax kien qed jonfoħ il-majjistral u allura, peress li l-iskola tal-Qala qegħdin 'l isfel, f'daqqa waħda nefaħ ir-riħ u dawwar kollox.", "Ma kienx qiegħed jirriferi għall-external pressure tar-riħ bil- majjistral.", "Is-sinjurija tiegħek bħala Għawdxi naħseb taf liema riħ l-iktar li jonfoħ fuq dawk l-inħawi, imma s-Sinjorija tiegħek ma tistax tirrispondini.", "Li nista' ngħid hu li meta fittixt biex nara x'ġara u ma ġarax fuq din il-kwestjoni ma sibt xejn.", "Niġi għal aspett ieħor li hemm bżonn nindirizzaw kompletament.", "Fl-istess rapport hawn dan il-kliem:", "\"In particular, development permit application reports generally fail to distinguish between cases where an application is objectionable in principle and where it is just the details that are objectionable.\"", "Din hija ħaġa li ilni nikkummenta fuqha żmien twil.", "Hemm policies li tant huma miktubin b'mod ġeneriku li jekk jien irrid naqbad din u nagħtiha interpretazzjoni assolutament soġġettiva, inwaħħalhielek ma' wiċċek u ngħidlek: Ma tistax.", "Iktar 'l isfel imbagħad issib xi oħra li nista' nimbuttak biha.", "Ikun hemm każijiet, mhux wieħed jew tnejn, fejn għandek A u B li qegħdin japplikaw forsi 50 metru 'l bogħod minn xulxin, imma lil wieħed insemmulu dik il-policy ġenerika u fil-każ ta' l-ieħor ma tissemmiex.", "Hawnhekk mhux awtorita` waħda hemm, imma diversi awtoritajiet u allura kulħadd repubblika għalih innifsu u kulħadd jinterpretaha kif jidhirlu.", "Għax il-kliem tant hu vag li jekk inti trid tagħtih gambetta, tista' faċilment tagħtih gambetta, u jekk trid tgħinu allura tista' tgħinu.", "Dan huwa ħażin speċjalment f'dan il-qasam fejn għandna art limitata, fejn kulħadd huwa fuq xulxin u allura kulħadd jaf bil-fatti ta' xulxin.", "Hawnhekk l-awditur qiegħed jgħid li jekk wieħed jara r-reports isib li l- case officers - u kultant ma tagħtihomx tort - jirraġunaw li aħjar jagħmlulu objection, u jgħidulu kontra għax jekk jgħidulu favur jidhru li qishom mixtrijin.", "Allura jibdew bin-negattiv ħalli mbagħad ħaddieħor jerfa' s-salib li jgħidlu iva.", "Ħafna drabi r-rapporti jkunu cut and paste, jgħidulu le, ħalli mbagħad ikun hemm l-argument u jiġi xi ħaddieħor jgħidlu iva.", "U dan qiegħed inaqqas definittivament l-effiċjenza.", "L- applikazzjonijiet li joħorġu \"for approval\" mill-ewwel huma limitati.", "Il-periti jafu li jridu joqogħdu għal ċerti regoli.", "Mhux qiegħed ngħid li kultant ma jipprovawx ukoll - jew uħud minnhom ħalli ma niġġeneralizzax - ibellgħu s-sunnara fl-applikazzjonijiet.", "Kellna każijiet fejn ħajt li jarah kulħadd huma ma jarawhx, perit li mar fuq il-post u ma rahx.", "Allura peress li l-każijiet li jkun hemm ma jiġux vetted verament jiġri, kif jgħid anke l-awditur, li jkun hemm ħafna refusals li meta jmorru quddiem il-bord, dan jistaqsi għalfejn uħud minnhom ġew rifjutati.", "Imbagħad peress li nikkwotaw dak il-kliem li huwa kollu suf, allura titfixkel u tgħid: Imma fejn hi s-sustanza?", "Qisek għandek il-kiwi, il-frotta li għandha s-suf fuq barra, qoxra iebsa, imbagħad meta tneħħiha ssib li fiha ħafna żerriegħa u affarijiet oħra.", "Trid toqgħod taqsamha biex tkun taf, mhux bħall-ħawħa li tara mill-ewwel jekk hijiex misjura, tajba bil-kulur u kollox.", "Hekk jiġri, allura trid toqgħod tgħaddi mill-proċess li taqsamha.", "Hawnhekk l-awditur qed jagħmel ċerti suġġerimenti li rridu nagħtu kashom jekk verament irridu nirriformaw il-MEPA.", "Per eżempju f'paragrafu 27 qed jgħid li l-case officer ħafna drabi jkun qed jara l-file biss, imma meta jara biss il-karti miktuba - għax hekk tgħidilhom il-pjanti wkoll – ma jkunx qiegħed jara l-perspettiva veru ta' dak li hemm u m'hemmx.", "Allura jiġri - persważ minn dan jien - li waqt li l-bank ta' maġenbi jieħu l- permess, tiegħi ma jeħux permess għax applikajna regola li fil-każ ta' l- ieħor u l-każ ta' l-ieħor u l-każ ta' l-ieħor ma ġietx applikata.", "U jien niġi the odd one out, qisu wieħed għandu sinna tad-deheb bħalma kienu jagħmlu fl-antik.", "Ma nistgħux inkunu hekk għax jekk hemm xi ħaġa li hija importanti hija l-kwestjoni tal-konsistenza.", "Sur President, jekk irridu verament nirrispettaw l-ambjent ma rridux inħarsu biss lejn il-pjanti u lejn il-karti, imma rridu naraw il-context li fih ikunu qed isiru l-affarijiet.", "Jiddispjaċini ngħid li dan qed inaqqas l- effiċjenza.", "Ir-refusals jew l-objections, jew inkella dak li jiġri meta wieħed jimxi biss fuq il-pjanti u ma jarax il-kontest li fih ikunu se jsiru l-affarijiet, qed joħolqu ħafna diffikultajiet anke f'ċertu żvilupp - m'iniex se naħli żmien iżjed nispjega fuqu - fejn se jintlaqtu nies fil- viċin li jbatu.", "Għaliex?", "Għax li tagħmel policy hija ħaġa u li tapplikaha on the ground hija ħaġa oħra, għax meta tkun qed tapplikaha on the ground tista' ssib li qed tagħmel mostru hemmhekk.", "Għaliex kollox tista' tippjana fuq il-karta, imma mbagħad trid tpoġġih in context biex tara x'effett se jkollu u ma jkollux.", "Din l-ewwel parti mill-proċess.", "Sur President, jien ma niġix hawnhekk biex nikkritika biss, imma nipprova noffri s-soluzzjonijiet ukoll.", "Ħaġa oħra li qed tnaqqas l-effiċjenza enormement – u hawnhekk il-ministru għandu r-responsabbilta` li jressaqha u l-parlament irid japprovaha – hija l-kwestjoni tar-reconsideration.", "Qed jiġri li kważi kull applikazzjoni jkollha l-objection - u l-objection tista' tkun oġġett żgħir – allura tidher quddiem bord u jekk tieħu refusal tmur għar-reconsideration.", "Imbagħad fir-reconsideration jibda jgħid li se jbiddel din u jbiddel l-oħra, jirranġa hawn, jirranġa hemm u jieħu l- approval.", "Jekk ma jeħux approval imur l-appell eċċ, eċċ. X'jiġri?", "La għadna marbutin bil-kwestjoni tar-reconsideration, ħafna jirraġunaw li jaqblilhom imorru għar-reconsideration milli joqogħdu jmorru fl-appell.", "Meta jmur għar-reconsideration - proċess li għandu jiġi eliminat ngħid jien – kif qiegħed jgħid anke l-awditur f'paragrafu 26, jekk il-case officer ikollu kwestjoni ta' dettall dan għandu jgħid li hemm objection fuq dan id- dettall.", "Għandna nkunu iktar sempliċi fid-diskors u mhux nagħmlu rapporti twal fejn nikkwotaw ħafna artikli tal-policies u tal-liġi.", "Għandna ngħidu li l-unika objection li hawn hija fuq it-tali dettall.", "Kif isir dan?", "Jien se nsemmi eżempju.", "Il-MEPA għandha qasam ieħor li huwa tal-major project fejn l-affarijiet jipprovaw jirranġawhom fuq l-iskrivanija qabel ma l-applikazzjoni tiġi għad- deċiżjoni.", "Veru hawnhekk l-awditur jgħid li l-bord m'għandux ikollu preview tad-deċiżjonijiet u tal-case file billi ssir rakkmandazzjoni jew inkella direction, imma jekk il-MEPA qiegħda hemmhekk biex tkun indipendenti fil-ġudizzju tagħha, u fl-istess waqt qiegħda hemmhekk biex tipproċessa l-applikazzjonijiet f'ċerti termini u tagħti servizz lil min għandu bżonn, allura jien nemmen li bħalma jsir fil-major projects, il-case officer qabel jibgħat ir-rapport u jagħmel objection għal xi raġuni jew oħra u fl-aħħar forsi jżid xi ħaġa, għandu jinforma lill-perit li fil- prinċipju mingħajr preġudizzju – se nagħmluha għax jista' jkun tinqala' xi ħaġa oħra – tgħaddi, imma fuq it-tali dettall hemm objection u allura jiġi rranġat dak id-dettall.", "Għaldaqstant meta jmur quddiem il-bord m'hemmx għalfejn li l-ewwel id-DCC jgħidlu le, imbagħad jagħmel ir-reconsideration.", "Dawk l-affarijiet li tista' tirranġa minn qabel preventivament, bħalma jsir fil-major projects, tirranġahom u mhux tgħidlu: Għandek żball hawn, ħudha lura.", "Meta kont naħdem id-dwana niftakar li kienu jiġu b'formoli ta' l- importazzjoni tal-karozzi.", "Dak iż-żmien kienet għadha dieħla dik li kienet tissejjaħ il-Brussels nomenclature u meta kienet tiġi xi applikazzjoni ta' l-ispare parts tal-gaskets, per eżempju, kienu jaqgħu taħt artikolu b'rata mod u oħra taqa' taħt artikolu ieħor.", "Jekk kien ikollu xi żball anke tal- kwotazzjoni ta' l-artikolu li jaqa' taħtu kien ikun hemm min jgħidlu: Isma' għandek żball.", "U meta l-applikant jistaqsih fejn hu l-iżball kienu jirrispondih: Ara inti għax għandek żball.", "Imma n-nies ma jinqdewx hekk!", "Jien kont naħdem il-long room u naħseb il-knisja ta' Liesse kien ikollha bżonn reġiment patrijiet u qassisin biex jaħfru d-dagħa li konna nisimgħu għax ikun hemm wieħed li jibgħathom lura.", "Ma kienx sew li jekk wieħed ikollu żball wieħed f'dikjarazzjoni u invoice li jkun fiha xi 150 item tgħidlu li ħażina kollha.", "Jien qed ngħid li l-proċess tar-reconsideration qed itawwal u qed jgħabbi lill-MEPA b'diskussjonijiet quddiem l-istess bord tad-DCC, qisu l-qorti ta' l-appell terġa' tmur quddiem il-qorti ta' l-appell biex tgħidlek li issa se tikkonsidra l-każ.", "Ejja nirranġaw dawn l-affarijiet minn qabel u jekk l- objection tkun minħabba dettall jgħid li hija kwestjoni ta' dettall.", "Jien nippretendi wkoll - ħaġa li tkellimt fuqha u hemm bżonn li ssir defenittivament għax hija kwestjoni urġenti - li jkun hemm konformita` bejn id-deċiżjonijiet tad-DCC.", "Jeħtieġ ikun hemm ukoll informazzjoni vera fuq x'ġie deċiż fuq tali area.", "Qed ngħid dan għaliex jien dehert f'każ tad-DCC fejn perit staqsa għaliex kienu qed joġġezzjonawlu meta next door u faċċata l-permess ngħata.", "Ikkwotalna dawn il-każi.", "Għaldaqstant jien ngħid li l- ewwelnett il-case officers għandhom ikunu informati għax jekk każi oħra ġew deċiżi b'dak il-mod tinħoloq inkongruwenza u nkejja għal dak li qed japplika, qed jara l-każ tiegħu bħal ta' maġenbu, u tiegħu ma ngħatax permess u ta' ħaddieħor ingħata.", "Hemmhekk jidħlu s-suspetti - li f'Malta hija l-iktar ħaġa faċli - li dak li jkun ikun irranġa.", "Allura min ikollu l- objection jgħidlek: Jien ma nistax nirranġa?", "Quddiem liema qaddis se mmur nixgħel ix-xemgħa għax jekk ma nixgħelx ix-xemgħa ma nirranġax bħal dak u bħall-ieħor.", "U jistgħu jkunu każijiet assolutament ġenwini fejn wieħed jew tnejn jingħataw permess u wieħed ma jingħatax.", "Sur President, kemm fadalli ħin.", "MR SPEAKER: Fadallek sitt minuti.", "ONOR.", "JOSEPH BRINCAT: Mela se nkompli fuq dan l-aspett għax iktar importanti nikkonċentra fuq dan milli nitkellem fuq affarijiet oħra.", "Il- filosofija li aħjar tgħid \"le\" għal applikazzjoni ħalli mbagħad xi ħaddieħor jgħid iva hija fundamentalment żbaljata.", "Aħjar jingħad le għal din ir-raġuni, jew minħabba dan id-dettall, jew jingħad iva għax jidher hekk u hekk, jew għax każ ieħor ġie deċiż b'dan il-mod.", "U hawnhekk wieħed irid jinforma lill-ieħor.", "Wieħed jista' jgħidli: Imma inti taħdem il-qorti u ġieli tara deċiżjonijiet li jittieħdu bil-maqlub ta' xulxin minkejja li jkunu kamra ma' kamra.", "Veru, imma f'dan il-każ għandhom ikunu b'dak il- mod?", "Huwa ħażin għax hawnhekk hawn interessi finanzjarji u allura jibda jidħol ċertu suspett.", "Nirrepeti li l-filosofija li min qed jagħmel ir-rapport mill-ewwel jgħid le ħalli jfarfar minn fuq spallejh, u jekk jiġri xi ħaġa 'l quddiem jurihom li hu kien qal le, hija ħażina.", "Jekk l-oġġett huwa sewwa ejja nerfa' r- responsabilita` li ngħid li huwa sewwa.", "Jekk insiblu tentufa ħażina ngħid li hemm tentufa ħażina u mhux ngħidlu rejected because it goes against xi ħaġa fl-ajru.", "Per eżempju, it goes against good neighbourly relations.", "F'applikazzjoni waħda jiġi deċiż mod u fl-oħra mod ieħor.", "Dik bniet id-dar tagħha, jien bnejt id-dar maġenbha u ċ-ċint ta' bejnietna għamilnieh baxx u tgħidli very good neighbourly relations ħalli tkunu tistgħu taqbżu mingħand waħda għal għand l-oħra.", "Imbagħad f'każ ieħor fejn wieħed ikun irid itella' ħajt għoli jgħidlu: Le, għal raġunijiet ta' good neighbourly relations.", "Imma f'dak il-każ forsi wieħed ikun qed jittanta lill-ieħor u għalhekk ikun irid jgħolli l-ħajt.", "Tista' tagħti interpretazzjoni differenti għal kollox.", "Dawn huma t-tip ta' affarijiet li jwaqqfu l- proċessi.", "Għalhekk nerġa' ngħid li kieku l-major projects ma jaħdmux bis- sistema ta' liaison ma' l-iżviluppaturi u mal-periti kieku l-ebda wieħed minnhom ma jsir għax jekk f'daqshekk issiblu l-għawġ aħseb u ara jekk ikollok proġett li jkun enormi.", "Sur President, nixtieq nitkellem dwar liġijiet tal-pajjiż li qegħdin in conflict ma' dak li jkun qed isir mill-MEPA.", "Il-MEPA ma tistax tkun iktar in isolation minn dawn il-liġijiet.", "Jekk wieħed jara x'tgħid il-liġi tal- MEPA stess isib li din trid tosserva l-liġijiet l-oħrajn kollha u tieħu in konsiderazzjoni fatturi oħra.", "Waħda minnhom hija fuq il-wisa' tat-toroq peress li qed ikollna żviluppi li qegħdin jitilgħu 'l fuq.", "Darba kont mal- ministru fix-xatt ta' Tas-Sliema u konna dahrna lejn ix-xemx u waqt li kont qed inħares lejn faċċata nara bini li tela' għoli.", "It-toroq li qabel kienu triq, kienu qed jidhru qishom sqaq.", "In-naħa t'isfel ikun hemm l-umdita` u jekk ngħaddi minn hemm inpejjep il-pipa, in-nies kollha jispiċċaw ixommuha għax lanqas arja m'hemm.", "Għandna liġi li tgħid kemm għandhom ikunu wesgħin it-toroq fi żvilupp ġdid.", "Qed ngħid għall-Code of Police Laws, imma l-MEPA ma tħosshiex marbuta b'din il-liġi.", "Jien nemmen li għandna ndaħħlu b'mod ċar ċerti provvedimenti ta' dawk il- liġijiet fil-liġijiet tal-MEPA ħalli kulħadd ikun jaf u l-ewwel ma jkunu jafu huma l-istess periti u l-istess żviluppaturi.", "Jien nemmen li l- iżviluppatur għandu joqgħod attent pero` kemm għandu joqgħod attent iktar il-gvern!", "Kif jidher f'paragrafu 33 tar-rapport ta' l-awditur huwa għajb li hawn mill-inqas ħames każi fejn dipartimenti tal-gvern ġew jaqgħu u jqumu minn kwalunkwe liġi tal-MEPA.", "Dan huwa żbaljat, imma ma rrispondewx quddiem il-MEPA.", "Jekk ma rrispondewx quddiem il-MEPA dawn kollha għandhom jirrispondu quddiem il-pubbliku għal dak li għamlu, per eżempju, li għamlu twaqqigħ mingħajr permess.", "Il-gvern stess jisfida lil-awtorita`.", "Nirringrazzjak, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Joe Falzon.", "ONOR.", "JOSEPH FALZON: Mr Speaker, nixtieq nibda billi nirringrazzja liċ- chairman, lill-membri tal-bord kollu, inkluż l-Onor.", "Joe Brincat, id- direttorat u l-ħaddiema kollha - quddiemi hawn l-Onor.", "Galdes - tal-ħidma tagħhom tul is-sena li għaddiet li kienet waħda mill-iktar impenjattivi għall-MEPA.", "Tajjeb li nagħtu ħarsa lura biex naraw l-iżviluppi li kellna din is-sena, pero` tajjeb ukoll li naraw xi sfidi prinċipali rridu nindirizzaw fis-snin li ġejjin.", "Naturalment dawn ikunu affarijiet li tisma' mingħand in-nies u li taqra fil-ġurnali li fl-aħħar mill-aħħar jirriflettu x-xewqa u x'jistenna l-pubbliku in ġenerali mill-MEPA.", "Jien ħadt pjaċir nisma' lill-Onor.", "Joseph Brincat li għamel ċerti suġġerimenti tajbin, pero` rrid ngħid li wħud minnhom diġa' ġew indirizzati.", "Qed nirriferi għall-kwestjoni tar-reconsiderations kif ukoll għall-bżonn ta' iżjed prattiċita` fil-mod kif napplikaw il-policies b'mod ġenerali.", "Irridu nifhmu hawnhekk li tagħmel kemm tagħmel policies fil- qasam ta' l-ippjanar, kull sit m'huwiex bħall-ieħor.", "Għalhekk kif jindika l- isem ta' dawn il-policies stess, dawn huma design guidelines u importanti li nużawhom biss bħala gwida u mhux neċessarjament bir-riga li tagħtina l- kejl preċiż.", "Hawnhekk jidħol il-judgement biex fl-aħħar mill-aħħar noħolqu disinn tajjeb għall-bini tagħna u għal kull żvilupp li jkun hemm quddiem il- MEPA.", "Irridu nifhmu li ċerti każijiet ma japplikawx għalihom ċerti klawsoli li jiġu applikati f'każijiet oħra, pero` tajjeb li wieħed jenfasizza fuq ċerta konsistenza tal-case officers.", "Ikun tajjeb li jagħtu d- deċiżjoni ċara tad-direttorat, jiġifieri jekk hux recommended to grant jew to refuse permission, pero` jistgħu jagħtu indikazzjonijiet biex ikunu jistgħu jiggwidaw iżjed il-bordijiet li fl-aħħar mill-aħħar jiddeċiedu l- applikazzjonijiet li jkunu quddiem il-MEPA.", "Sfida oħra li trid tiġi ndirizzata mhux mill-MEPA waħedha imma anke minn entitajiet oħra hija l-kwestjoni tar-regolamenti tal-bini, speċjalment waqt l-eżekuzzjoni tal-proġetti.", "Ħafna mill-complaints li tirċievi l-MEPA m'humiex minħabba l-permessi per se, imma għall-mod kif ix-xogħol ikun qed jiġi esegwit.", "F'ħafna areas il-bini qed jiġi demolished u minfloku jitla' bini ġdid u dan qed joħloq ħafna inkonvenjent għar-residenti.", "Jien mhux qed ngħid li għandna nwaqqfu l-iżvilupp, ħalli ma ninftiehmx ħażin, pero` naħseb li jrid ikollna gwidi iżjed ċari ta' kif dak l-iżvilupp għandu jsir.", "Illum qed naraw – u din hija ħaġa pożittiva ħafna - li we're containing urban sprawl, m'aħniex qed nifirxu ħafna u ħafna iżjed fuq art li m'hijiex mittiefsa, allura rridu noqogħdu iżjed attenti għaliex ix-xogħlijiet qegħdin isiru iżjed viċin tar-residenti.", "Ftit ilu ddedikajt aġġornament dwar din il-kwestjoni fejn għamilt ċerti suġġerimenti dwar kif jistgħu jsiru construction management reports li fl-aħħar mill-aħħar iħallu l- attivita` tal-kostruzzjoni għaddejja, pero` fl-istess ħin joffru l-inqas inkonvenjent għar-residenti.", "Sfida prinċipali oħra li l-MEPA għandha tindirizza hija li tiżviluppa l- kunċett tal-one-stop shop.", "Il-one-stop shop inħoloq b'mod tajjeb ħafna u finalment l-applikant mhux se joqgħod jiġri minn dipartiment għall-ieħor, imma se jgħaddi l-proċess kollu, l-approvals kollha li hemm bżonn taħt il- framework u l-qafas leġislattiv tal-MEPA.", "Dan jitlob li d-dipartimenti l- oħra kollha konċernati jgħinu biex dan il-proċess jittejjeb billi jagħtu r- response tagħhom kemm jista' jkun malajr meta jiġu kkonsultati mill-MEPA fuq applikazzjonijiet speċifiċi.", "Jien u l-Onor.", "Joe Brincat li qegħdin fuq il-bord tal-MEPA naraw kif ħafna mill-applikazzjonijiet fejn inti jkollok bżonn tikkonsulta ma' l-entitajiet qed idumu biex jaslu.", "Jeħtieġ li ntejbu dawk il-links u jkollna kordinazzjoni ħafna u ħafna aħjar biex finalment wieħed ikun jista' jasal għal deċiżjoni iktar faċli.", "Tajjeb ngħidu li l-MEPA llum il-ġurnata avvanzat ħafna fl-aspirazzjonijiet tagħha għax dejjem tiltaqa' ma' żviluppaturi, ma' kuntratturi u ma' entitajiet oħra li jkunu qegħdin iressqu quddiemha proġetti li joħolqu ħafna impjiegi, li jkunu innovattivi, li jagħtu xejra tal-pajjiż kif wieħed jixtiequ għas-snin li ġejjin pero` f'dak l-istadju partikolari l-MEPA tkun trid titlob ir-response minn ċerti entitajiet fosthom is-civil protection department u l-Enemalta li hija responsabbli mill-infrastruttura tal- pajjiż.", "Huwa importanti li dawn jiġu kordinati għax huma proġetti li jfasslu kif pajjiżna jista' jiġi żviluppat minn hawn u ftit snin oħra.", "Tajjeb li f'dan ir-rigward insemmi lil dawk in-nies kollha li huma nvoluti f'dan is-settur, jiġifieri mhux biss l-iżviluppatur imma fis-settur tal- kostruzzjoni, fis-settur tat-turiżmu, fis-setturi l-oħrajn kollha tan- negozji li għandna f'Malta u anke ta' l-investimenti barranin li verament għandhom ideat tajbin ta' kif jistgħu jfasslu l-futur ta' dan il-pajjiż.", "Sur President, kwestjoni oħra li trid tiġi ndirizzata hija kif se noħolqu proġetti ta' kwalita` iżjed għolja.", "Għal dan il-għan minn żmien għal żmien aħna noħorġu policy and design guidelines.", "Hawnhekk jiena nistieden lill- pubbliku li jipparteċipa kemm jista' jkun fil-konsultazzjonijiet li l-MEPA tagħmel biex finalment l-aspirazzjonijiet tal-pubbliku kollu in ġenerali jistgħu jiġu ndirizzati f'dawn il-policies li jkunu qegħdin jitħejjew.", "Għaddejna minn eżerċizzju jkolli ngħid tajjeb ħafna tal-pjani lokali li fl- aħħar ikkonkludejnihom u allura llum il-ġurnata għandna qafas tajjeb fuqiex wieħed jista' jiddetermina l-applikazzjonijiet.", "Kif semma l-Onor.", "Galdes hemm sitwazzjonijiet fejn ikun hemm ċerti differenzi bejn pjan lokali u ieħor, pero` huma affarijiet li jridu jiġu ndirizzati f'perspettiva li kull lokalita` titlob affarijiet differenti minn lokalita` oħra.", "Wieħed irid jifhem dan il-kontest kollu għax wara kull klawsola, wara kull deċiżjoni, hemm qafas importanti ta' diskussjoni importanti ħafna.", "Xtaqt insemmi wkoll kemm ħadem tajjeb l-uffiċċju ta' l-awditur tal-MEPA li llum hemm ċerta fiduċja fih.", "Il-gvern ried li jwaqqaf uffiċċju li jkun jista' jinvestiga kull proċess ta' applikazzjoni 'l fuq minn kull konflitt ta' interess li wieħed jista' jimmaġina.", "Hija ħaġa pożittiva ħafna li llum il-ġurnata l-MEPA għandha awditur li l-pubbliku in ġenerali, hu min hu, kemm jekk huwa l-applikant, kemm jekk huwa l-objector jew third party, jista' jikteb jew iressaq l-ilment tiegħu f'dan l-uffiċċju u l-awditur jista' jinvestiga kwalunkwe każ.", "Hawn i rridu nifhmu wkoll li ma nistgħux naħdmu f'ċirkostanzi li jpoġġu lil xi ħadd f'sitwazzjonijiet ta' konflitti ta' interess.", "Jien nappella li l-interess f'dan il-każ għandu jkun u jibqa' dejjem biss il-ġid komuni fiċ-ċirkostanzi kollha li nkunu qegħdin noperaw fihom.", "Jeħtieġ ikollna proċess kemm jista' jkun miftuħ u jien naħseb li qatt u qatt ma kien hawn organizzazzjoni bħal din li l-proċess tagħha huwa miftuħ għal kwalunkwe skrutinju kemm tal-pubbliku u anke ta' għaqdiet, fosthom dawk ambjentali.", "Jien dejjem ngħid kemm huwa importanti li l-NGO's fil-pajjiż isemmgħu leħinhom kemm meta jkunu f'minoranza u kemm meta jkunu f'maġġoranza fuq ċerti stands.", "Pero` rridu nifhmu lkoll li f'dan ir-rigward wieħed irid ifittex dejjem il-bilanċ bejn dak li huwa l-iżvilupp, bejn in-nies li huma involuti fin-negozju u l-interess tal-komunita` kollha in ġenerali.", "L-NGO's għandhom jifhmu li dan huwa wieħed mill-iżjed oqsma li jpoġġi pressjoni biex issib il-bilanċ bejn dak li huwa żvilupp u bejn dak li huwa ambjent.", "Iċ-challenge kbira tal-MEPA hija li ġġib l-iżvilupp u l-ambjent jaħdmu flimkien, jiġifieri li jiġi applikat iżjed il-prinċipju ta' l-iżvilupp sostenibbli.", "Nixtieq nikkonkludi dan l-intervent tiegħi billi nawgura lill-MEPA sena ta' ħidma tajba biex tilqa' għall-isfidi li dejjem jiżdiedu.", "Is-sena li għaddiet għaddejna minn ċirkostanzi li forsi ma kenux daqshekk normali u li poġġew fuq l-uffiċjali tal-MEPA ħafna pressjonijiet ta' xogħol.", "Jien nawgura li s-snin li ġejjin jagħtu l-frott tal-ħidma skond il-policies li jkunu mfassla minn dan il-gvern.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Il-ministru jista' jagħmel il-winding up.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Mr Speaker, se nipprova ngħaddi xi informazzjoni oħra kif ukoll inwieġeb ċerti punti li ssemmew mill-kelliema ta' l- oppożizzjoni.", "Ninnota li fil-bidu tad-diskors tiegħu l-Onor.", "Roderick Galdes qal li s- sistema ta' l-ippjanar falliet, anzi kif poġġiha hu, falliha l-gvern għax intervjena.", "Kwotazzjoni ta' l-Onor.", "Roderick Galdes tgħid hekk:", "\"Il-ministru għandu jirrevedi l-pożizzjoni li tkun ħadet il-MEPA f'każ li ma jkunx hemm qbil fuq il-policy nazzjonali.", "Jekk il-MEPA tiddeċiedi li tmur kontra l-policy nazzjonali, il-gvern għandu jirbaħ fuq l-awtorita` għaliex fl-aħħar mill-aħħar il-gvern huwa elett demokratikament u huwa l-poplu li se jivvota għalih.\"", "Ħa nkompli naqra minn din il-kwotazzjoni.", "\"Il-poplu mhux se jivvota lill-planners u l-aspett politiku ma tistax taqtgħu mill-ippjanar.\"", "Din il-kwotazzjoni ġejja mid-dibattitu ta' sena ilu dwar l-estimi tal-MEPA u qalha l-Onor.", "Roderick Galdes stess.", "Mela llum qed jiġi jgħidilna li l- gvern falla s-sistema ta' l-ippjanar għax skond hu, intervjena, imma s-sena li għaddiet ġie hawnhekk jippontifika kemm hu importanti li l-gvern jintervjeni.", "(Interruzzjonijiet) Jien ma telliftux, ħallejtu jgħid.", "Qal il- ħmerijiet u issa se nirrispondi għalihom.", "MR SPEAKER: Kompli Onorevoli.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Kontradizzjoni ikbar minn din diffiċli ssib.", "Qalilna wkoll biex ninjoraw iċ-ċifri.", "Jien m'iniex wieħed minn dawk li nħobb nilgħab ħafna biċ-ċifri, dak hemm ħaddieħor ibażwar fihom, imma wara kollox huma ċ-ċifri li jagħtuk indikazzjoni.", "Kif tista' tinjora l-fatt li l-MEPA s-sena l-oħra rċeviet 5% aktar applikazzjonijiet u żiedet l-ammont ta' deċiżjonijiet tagħha bi 3% minkejja ż-żieda ta' 5% aktar?", "Allura dawn għandna ninjorawhom?", "Għandna naċċettaw l-isweeping statements li għamel l- Onor. Roderick Galdes?", "Lill-Onor.", "Galdes ngħidlu biss li b'riżultat dirett tal-ħruġ tal-pjani lokali l-ammont ta' differimenti fid-deċiżjonijiet tal- bordijiet naqas b'10%.", "Ir-rata ta' differiment bħalissa niżlet għal 33% li xorta nqisha, iva anke jien, bħala għolja u nistenna li din tkun sostanzjalment inqas sena oħra minħabba l-fatt li llum għandha pjani lokali li huma deċiżi.", "Issa niġi fuq il-pjani lokali u dwar dak li għedt int, Onor. Galdes.", "(Interruzzjonijiet) Issa jekk ma jimpurtax ħallini nitkellem għax qed takkużani li jien arroganti pero' jidher li inti daqsxejn arroganti wkoll.", "MR SPEAKER: Indirizza lis-Sedja, jekk jogħġbok.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Dan ir-riżultat jidher ukoll fil-finanzi tal-MEPA.", "Kif għedt diġa`, id-dħul tal-MEPA żdied bi 30%.", "Qalilna li din hija ereżija oħra għax aħna għoddejna dak li daħal permezz tal-policy ta' l- urban improvement fund.", "Jekk l-Onor.", "Galdes jara l-estimi sew jinduna li dawk il-flus ta' l-urban improvement fund m'humiex ikkalkulati fir-revenue tal-MEPA.", "Nittama li għallinqas ikollok il-konsapevolezza li tara d- dokumenti qabel ma tiġi titkellem ġo din il-Kamra.", "Issa apparti l-konklużjoni tal-ħames pjani lokali, il-MEPA għamlet xogħol utli fuq numru ta' development briefs u fuq supplementary planning guidance.", "Fost ix-xogħol li għamel il-forward planning tal-MEPA sar id- development brief għal Fort Cambridge, development brief għall-fuel depot site f'Birżebbuġa, emendi għall-pjan ta' azzjoni ta' Ta' Qali, action plan għaż-żona Ta' Masrija, u xogħol ieħor bħal dak li sar fuq il-legal notice tad-development notification order.", "Hemm diversi dokumenti li għaddew mix- xogħol tal-forward planning u ġew għandi għall-approvazzjoni u qiegħed narahom biex il-gvern jagħti l-input.", "Meta nevalwa d-dokumenti li jibagħtuli l-MEPA, apparti li narawhom fil-fond nikkonsulta wkoll ma' ministeri oħrajn għax hu importanti li l-gvern ikollu politika waħda.", "Irrid ngħid li wara li s-sena li għaddiet l-MEU għamel ir-rapport tiegħu, bdew jidħlu fis-seħħ numru ta' tibdiliet.", "Per eżempju, daħħlu s-sistema taċ-ċelloli, li jidher li kien hawn min ikkritikaha wkoll.", "Irrid nikkummenta fuq xi ħaġa li qal l-Onor.", "Joe Brincat li għandu raġun fuqha.", "Aħna ilna ninsistu li meta jmur każ quddiemhom il-case officers tal-MEPA m'għandhomx sempliċement jiktbu r-rapport u jagħmlu recommendation for refusal, imma għandhom jikkonsultaw ma' l-applikant meta ma jkunux qed jaqblu.", "Dak huwa obbligu li diġa` daħal fuq il-case officers tal-MEPA. l- Onor. Joe Brincat għandu raġun dwar dan.", "Ġiet imwaqqfa wkoll sezzjoni fil- front office biex nassiguraw assistenza sħiħa lill-pubbliku.", "Ġew impjegati tmien planning officers oħra u hemm il-ħsieb li jiġu impjegati sebgħa oħra sabiex ikun hemm aktar effiċjenza.", "Niġi issa għal ħaġa oħra li rrifera għaliha l-Onor.", "Brincat kif ukoll l- Onor. Falzon.", "Meta entitajiet, dipartimenti, aġenziji jew korporazzjonijiet tal-gvern, ma jirrispondux fit-terminu stipulat, il-MEPA għandha l-obbligu li tipproċessa u tibqa' għaddejja bl-applikazzjoni in kwestjoni.", "Minkejja l-fatt li din ir-riforma ħolqot taqliba sħiħa fi ħdan id-direttorat ta' l-ippjanar, l-istess direttorat qed jipproċessa 90% ta' l- applikazzjonijiet fil-ħin hekk kif stipulat fil-liġi, ċifra li wieħed jista' jiċċekkjaha.", "L-Onor.", "Galdes jaħdem il-MEPA u għandu aċċess għal din l-informazzjoni fuq il-computer tiegħu iktar milli għandi jien, allura jista' faċilment jiċċekkjaha.", "Għadna fil-bidu ta' din il-bidla ħalli jkun hemm verament iktar effiċjenza.", "Issa niġi għall-pjani lokali.", "Qalilna li t-tibdiliet li għamilna fihom wara li ħarġu abbozzati għamilnihom biex naqdu l-ħbieb tal-ħbieb.", "Issa ħalli ngħid x'kienu t-tibdiliet.", "Waħda minnhom kienet li fiċ-ċentri storiċi ta' pajjiżna, li ħafna minnhom inbnew wara t-Tieni Gwerra m'għandux ikun hemm semi-basement ħalli wieħed iżomm l-estetika ta' dawk iċ-ċentri storiċi.", "Għedna wkoll li peress li f'ċerti postijiet l-esperjenza wrietna li kien hemm over-development għandna ndaħħlu threshold, jiġifieri daqs minimu ta' 120 metru kwadru.", "Din għamilniha biex ma nammassawx żvilupp f'żoni li kienu rinomati bħala low jew medium density areas u nispiċċaw nikkaġunawlhom impatt negattiv.", "Infatti kien hemm tlett idjar li applikaw biex iwaqqgħuhom u minflokhom jibnu 47 appartament u 75 garaxx.", "Dak l-ammassament ta' żvilupp iġib impatt fiżiku u jġib ukoll impatt negattiv soċjali fuq dawk l-inħawi.", "Dawk huma t-tibdiliet li għamilna.", "Dawn għalfejn għamilnihom, għal xi ħbieb ta' ħbieb?", "Għax lin-nies li jagħmlu spekulazzjoni u jidħlu fin-negozju ta' l- artijiet m'għoġbuhomx dawn il-kondizzjonijiet.", "Aħna m'għamilnihomx għalihom, imma għall-ġid tal-komunita` in ġenerali ta' pajjiżna.", "Allura kif jiġu jgħidulna li t-tibdiliet li għamilna huma għall-ħbieb tal-ħbieb?", "Għamilna tibdiliet li huma per neċessita` biex il-MEPA tibqa' t-tarka fl- interess tal-ġid komuni.", "Meta daħħalna it-2.3% iktar fiż-żoni ta' l-iżvilupp l-Onor.", "Membru qalilna li hemm każi li ma jistħoqqilhomx.", "Jien nistiednu minn hawnhekk jgħidli liema huma l-każi li qed jirriferi għalihom u jgħaddihomli.", "Nittama li jiġu iktar malajr minn kemm ġew ir-risposti ta' l-akkużi li għamel il-kap tiegħu li ilu 200 ġurnata jgħid li l-proċess kien mimli xkora korruzzjoni u sal-lum għadu ma ġab xejn.", "Nispera li dawn il-każi jagħtihomli ħalli nkun nista' narahom.", "L-Onor.", "Galdes qalilna wkoll li l-estate agents qalulhom li l-proprjeta` mhux se torħos.", "Dażgur li jgħidu hekk!", "Jekk hawn nies li m'għandhomx interess li l-proprjeta` torħos dawn huma l-estate agents għax huma n-nies li jieħdu l-kummissjoni fuq il-prezz.", "Allura mhux mingħand l-estate agents irrid nisma', imma mingħand il-familji.", "Jien għedt mill-bidu li jekk xejn iż-żieda li għamilna probabbilment mhux se traħħas imma l-impatt se jkun li r-rata fiż-żidiet tal-prezzijiet ma tibqax qawwija kif kienet matul l-aħħar snin.", "Ma rridx nidħol ħafna fuq il-kwestjoni tar-razzjonalizzazzjoni imma l-Onor.", "Galdes ġie jgħidilna li huma ma vvotawx favur.", "Jien nistiednu jmur jara l- minuti tal-planning development committee u jara jekk huma wkoll għamlux rakkmandazzjonijiet biex jidħlu artijiet, anke artijiet li l-Onor.", "Charles Buhagiar kellu interess dirett fihom - u naf x'jien ngħid għax semmejthom fil-kumitat u hemm każi oħra li għadni ma semejthomx, imma meta jiġi l- mument addattat insemmihom - u ma ddikjarahx fil-kumitat.", "Kieku ma kienx l- Onor. Austin Gatt li ġibidlu l-attenzjoni dak il-fatt qatt ma kien joħroġ.", "Inkompli fuq il-kwestjoni tad-dħul ta' l-artijiet fiż-żoni ta' l-iżvilupp.", "Jien għandi quddiemi rapport li għadha kemm ħarġet il-European Environment Agency fl-24 ta' Novembru li jismu \"Urban sprawl in Europe: the ignored challenge.\"", "Minn dan ir-rapport ħareġ li bħala medja bliet fl-Ewropa jespandu b'5% kull għaxar snin.", "F'ċerti pajjiżi Ewropej tal-punent kif ukoll tal-lvant kien hemm anke żieda fl-isprawl, jiġifieri fl-iżvilupp li jitħalla jsir anke bid-doppju ta' l-average Ewropew, jiġifieri iktar minn 10% kull għaxar snin, meta ż-żieda fil-popolazzjoni kienet ta' 6%, ma kenitx xi żieda qawwija.", "Ħalli nqabblu ftit ma' dak li ġara f'Malta.", "Fl-1989 b'deċiżjoni tal-partit Nazzjonalista fil-gvern sar tnaqqis fiż-żona ta' l-iżvilupp li kien hemm qabel b'madwar 437 ettaru ta' art.", "F'Lulju li għadda saret żieda fiż-żoni ta' żvilupp ta' 134 ettaru ta' art.", "Jekk inqabblu kemm kellna art qabel l-elezzjoni ta' l-1987 ma' dak li għandna llum insibu li globalment kellna tnaqqis ta' 303 etari ta' art, jiġifieri naqqasna b'kollox iktar minn area daqs is-Siġġiewi għal darbtejn.", "Mela aħna kellna tnaqqis fl-art għall-iżvilupp b'5% bejn l-1987 u llum f'Malta, b'deċiżjoni ta' dan il-gvern, mhux tagħhom għax huma ma kenux favur id- deċiżjoni li ħa dan il-parlament fl-1989, filwaqt li ħaddieħor fl-Ewropa kellu żieda ta' 5% fl-iżvilupp ta' bini kull għaxar snin.", "Jekk tħalli barra t-tnaqqis globali u tikkalkula biss iż-żieda li kellna din is-sena, jiġifieri 2.3%, u tinjora t-tnaqqis globali li sar mill-1987 sal-lum, perijodu ta' kważi 30 sena, aħna se jkollna żieda ta' 0.8% kull għaxar snin, filwaqt li fil-pajjiżi Ewropej kellhom żieda ta' 5% kull għaxar snin.", "Mela aħna kellna żieda ta' 0.8% kull għaxar snin u fl-Ewropa l-average huwa ta' 5% kull għaxar snin.", "Waqt id-dibattitu dwar ir-razzjonalizzazzjoni kien hemm min qal li dan il- pajjiż huwa second world country.", "Jien ngħidlu li b'dawn iċ-ċifri naħseb li qegħdin fil-premier mhux second world country.", "Meta tara dan kollu tirrealizza kemm aħna konna għaqlin fid-deċiżjonijiet tagħna biex nipproteġu l-kampanja ta' pajjiżna.", "Inkompli fuq xogħol ieħor li għamlet il- MEPA.", "Ir-reviżjoni tal-pjan ta' struttura matul din is-sena tkompla bit- tħejjija ta' l-ewwel draft intern tal-pjan ta' struttura li jikkonsisti f'erba' oqsma prinċipali, impjiegi u djar, protezzjoni ambjentali, sosteniment ta' komunitajiet u trasport.", "L-abbozz kien diskuss fi ħdan l- istrutturi tad-direttorat tal-MEPA - kif jaf l-Onor.", "Galdes għax jaħdem fil- MEPA - u ma' stakeholders oħra importanti mis-soċjeta` ċivili.", "It-tħejjija ta' dan l-abbozz kien ikkumplimentat bl-istrategic environmental assessment ħalli jitlesta l-ewwel abbozz tar-rapport ambjentali.", "Wara li jgħaddi mill- proċess ta' konsultazzjoni pubblika l-MEPA tiffinalizza l-pjan ta' struttura matul is-sena li ġejja.", "Għar-rigward ta' l-infurzar, kif diġa` għedt, kien hemm titjib imma jrid ikun hemm iktar titjib fil-qasam ta' l-infurzar.", "Jien qed ninnota ċertu tibdil fil-kultura tan-nies.", "Punt pożittiv li wieħed jista' jqajjem huwa li l-istatisitka turi li l-għadd ta' ilmenti li l-MEPA irċeviet din is-sena kien madwar elf inqas minn dak tas-sena ta' qabel, li jfisser li hemm soċjeta` hemm barra li qed tkun compliant iktar milli tabbuża.", "Sur President, ippermettili nidħol fuq punt ieħor li qabad l-uffiċċju ta' l- awditur, li hemm bżonn li l-infurzar ikun iktar effikaċi u iktar effettiv.", "Hawnhekk naqbel totalment ma' l-awditur u se nara li matul is-sena li ġejja jkun hemm it-tibdil dovut f'dan il-qasam.", "Kif qed insemmi l-uffiċċju ta' l- awditur ħalli ngħid x'naħseb anke jien fuq ir-rapport li għamel l-awditur.", "L-ewwelnett min waqqaf l-uffiċċju ta' l-awditur, il-gvern Laburista meta kien fil-gvern bejn l-1996 u l-1998?", "Waqqafnieh aħna.", "Iktar tard nitkellem dwar x'għamel il-gvern Laburista bjen l-1996 u l-1998.", "Kien hemm ħafna kummenti dwar ir-rapport li għamel l-awditur kemm fil-media u kemm minn persuni hawn ġew.", "Dan ir-rapport irridu narawh fil-kontest wiesa' tiegħu.", "Il-gvern waqqaf l-uffiċċju għax, kif diġa` għedt, apparti l- iskrutinju pubbliku, importanti wkoll li jkollna persuna iffokata biex tinvestiga fuq l-operat tal-MEPA u jista' jibda jinvestiga hu mingħajr ma jkollu talba la tiegħi u lanqas ta' ħadd.", "Jista' jaqbad u jinvestiga hu.", "Fuq kollox, iktar milli jkollna persuna li tagħmel witch-hunt ridna li jkollna persuna li tagħmel rakkmandazzjonijiet u tagħti soluzzjonijiet kif il-proċess jista' jaħdem aħjar.", "Kien għalhekk li jien tlabt lill-Perit Joe Falzon biex jaqdi din il-funzjoni.", "Infatti f'wieħed mill-ġurnali lokali semma li jien insistejt miegħu li jkun hu.", "Huwa aċċetta imma talabni li jagħżel persuna tal-fiduċja tiegħu ħalli jkun jista' jgħinu fl-operat tiegħu.", "Jien għażilt lil Joe Falzon għax kont ċert li mhux se joqgħod lura milli jgħid dak li jeħtieġ jintqal.", "Dan ma jfissirx li wieħed għandu jaqbel ma' dak kollu li jgħid Joe Falzon u fl-intervent tiegħi se ngħid fejn naqbel u fejn ma naqbilx.", "L-awditur għamel numru ta' punti fir-rapport tiegħu.", "Naqbel, per eżempju, fejn jgħid li ċerti case officers joqogħdu lura milli jużaw il-ġudizzju professjonali tagħhom fl-ipproċessar ta' l-applikazzjoi.", "Dan huwa punt li semma wkoll l-Onor.", "Joe Brincat, imma jiena rrid inqajjem il-punt li ċerti case officers kultant iħossuhom imbeżża' li jekk huma jużaw il-ġudizzju professjonali l-awditur jista' jaqbad magħhom li jkunu ħarġu mil-linja.", "Irridu nifhmu li l-proċess ta' l-ippjanar jitlob djalettika u mhux li nimxu bil-punto u l-virgola.", "Naqbel ukoll fejn l-awditur jenfasizza, kif diġa` għedt, fuq l-infurzar effettiv.", "L-awditur għamel tajjeb ukoll li fakkar lid-dipartimenti u l-aġenziji tal-gvern fir-responsabilita` tagħhom li jaġixxu mal-liġi, anke dik ta' l-ippjanar.", "Id-dipartimenti u l-aġenziji tal-gvern għandhom ikunu minn ta' l-ewwel li jagħtu l-eżempju.", "Hija x- xewqa tiegħi li l-gvern jagħti iktar għodda legali lill-MEPA biex tkun iktar effettiva fl-infurzar.", "Fir-rapport tiegħu l-awditur għamel riferenza wkoll għal kodiċi ta' etika għall-ħaddiema tal-MEPA.", "Irrid ngħid li l-kodiċi ta' etika dalwaqt jiġi konkluż wara li evalwajt il-kontenut tiegħu flimkien ma' persuni b'esperjenza f'dan il-qasam.", "Hemm affarijiet li naqbel u hemm affarijiet li ma naqbilx magħhom.", "Kumment ieħor ta' l-awditur jikkonċerna l-prattika tal-bord tal-MEPA li jara l-applikazzjonijiet b'mod informali qabel ma dan isir fil-pubbliku.", "Skond hu dan m'huwiex skond il-liġi.", "Hekk qal l- awditur fir-rapport tiegħu.", "Irrid ngħid li l-MEPA issostni li dan huwa strettament skond il-liġi għax f'dawn il-laqgħat ma jittieħdu l-ebda deċiżjonijiet.", "Il-MEPA tgħid ukoll li dan huwa meħtieġ fuq livell prattiku biex jiżgura li meta ssir il-laqgħa fil-pubbliku l-informazzjoni tiġi preżentata kollha.", "Naħseb li hemm ċerta validita` fl-argumenti taż-żewġ naħat għalkemm ikolli ngħid li rridu narawha iktar fil-fond biex naraw x'tibdiliet jista' jkun hemm, imma dejjem fil-kontest tal-liġi li għandna jew fil-kontest tal-liġi li għandu jkollna.", "Il-punt m'huwiex min għandu raġun imma li rridu naraw kif se ntejbu l-proċedura.", "Nittama li l-awditur jifhem li l-prassi tal-bord li jkollu laqgħat informali ilha addottata mill-1992, meta anke l-Perit Joe Falzon kien deputy chairman ta' l-istess MEPA.", "Dan qed ngħidu għax din m'hijiex xi ħaġa li ġiet ivvintata miċ-chairman li hemm illum.", "Irid jingħad li dawn il- laqgħat informali jintalbu mill-membri tal-bord stess u jservu biex jinformawhom dwar dak li jkun se jiġi diskuss f'laqgħat pubbliċi.", "Dan huwa importanti biex il-membri tal-bord jaraw l-applikazzjonijiet b'mod serju u anke b'mod sensittiv.", "Ikolli ngħid li jekk xejn l-awditur għandu jisħaq li l-laqgħat ikunu strutturati aħjar jew b'mod differenti, imma ma naqbilx li jattakka l-prattika fiha nnifisha.", "Ippermettili, Sur President, nidħol fl-issue li qajjem l-awditur dwar il- konsultazzjoni pubblika fil-proċess tal-pjani lokali.", "Nistqarr li nħossni sorpriż kif l-awditur għażel li jagħti interpretazzjoni strettament legali fir-rapport tiegħu mingħajr ma jidher li talab parir legali.", "Inħoss ukoll sens ta' kontradizzjoni bejn il-fatt li f'mument minnhom jgħid li ma ġiex osservat l-ispirtu tal-liġi, imbagħad iktar tard fl-istess rapport jgħid li hemm bżonn tinbidel il-liġi ħalli jkun hemm iktar konsultazjzoni.", "Il-fatt li qed jirrimarka li hemm bżonn bdil fil-liġi jikkonferma li l-emendi fil- liġi biss jistgħu jwasslu għal iktar konsultazzjoni pubblika u mhux il-MEPA timxi mal-liġi preżenti għax il-MEPA imxiet mal-liġi preżenti.", "Fost iktar minn 7,000 applikazzjoni li tipproċessa l-MEPA l-awditur identifika problemi f'numru żgħir minnhom u rrid ngħid li għamel tajjeb, imma wisq nibża' li bit-ton li uża fir-rapport tiegħu jista' jagħti l- impressjoni li x-xogħol tal-MEPA kważi huwa kollu bla valur jew kollu ħażin.", "Iċ-chairman u l-uffiċjali l-oħra tal-MEPA għandhom raġun iħossuhom imweġġa' meta jagħtu kontribut tant siewi biex il-MEPA tagħmel ix-xogħol tajjeb li tagħmel, imma jidher li jinstema' biss dak li hu negattiv.", "Hawnhekk irrid nagħmel appell lill-mezzi tax-xandir.", "Nifhem li l-media għandhom għatx għall-aħbarijiet sensazzjonali u li tgħid li l-awditur tal- MEPA qed jikkritika lill-MEPA għandha valur sensazzjonali.", "Hekk għandu jsir u għalhekk qiegħed il-ġurnaliżmu f'pajjiż, imma hemm bżonn li l-qarrej jingħata l-istampa kollha jekk irridu nkunu ġusti mal-qarrejja tagħna.", "Irridu noqogħdu attenti li ma naqgħux fin-nasba li, kif jgħidu l-Ingliżi, we miss the wood for the trees.", "Niskanta, per eżempju, li l-unika ħaġa li ġiet irrapportata mill-mezzi tax-xandir kienet is-sezzjoni dwar l-awditur mir-rapport tal-MEPA.", "Tiskanta kif ħadd ma ta prominenza għall-fatt - insemmi każ wieħed - li f'paġna 35 tar-rapport hemm li permezz tas-site insepctions li tagħmel il-MEPA f'sena waħda biss ġew skoperti 17-il sit arkeoloġiku ġdid f'pajjiżna.", "Din ma tagħmel l-ebda news!", "Huwa pożittiv li pajjiżna llum jiddiskuti kritika li ssir lill-MEPA minn uffiċjal imwaqqaf minn dan il-gvern stess, pero` ejja ma ninsewx ix-xogħol siewi l-ieħor li twettaq mill-MEPA f'kull ġurnata.", "Sur President, pajjiżna għandu sistema ta' ppjanar li taħdem.", "M'hijiex eċċellenti, l-affarijiet m'humiex jimxu fuq ir-rubini imma hija sistema li naħseb hija ferm iktar robusta minn kwalunkwe sistema li qatt kellna fl- imgħoddi.", "Kif diġa` għedt pubblikament wara li nara r-rapport, kif rajt ir- rapport ta' l-awditur, jien lest li nikkonsidra li nagħmel bidliet fil-liġi li jgħinu fil-proċess ta' konsultazzjoni pubblika aktar wiesgħa.", "Imma fl- istess ħin irrid nagħmel punt ċar, li rridu noqogħdu attenti li bl-emendi li nagħmlu ma nispiċċawx nipparalizzaw is-sistema ta' l-ippjanar.", "Nappella lill-oppożizzjoni biex tifhem hi wkoll - għax xi darba jkunu fil-gvern - li meta jitolbu li għandu jsir hekk jew għandu jsir hekk iridu joqogħdu attenti li ma jispiċċawx jimminaw is-sistema li għada pitgħada trid tkompli taħdem f'dan il-pajjiż.", "L-Onor.", "Galdes tkellem ukoll fuq l-urban improvement fund.", "Naħseb waħda mill-affarijiet pożittivi li għamlet il-MEPA matul is-sena li għaddiet kienet li għaddiet Lm1 miljun lill-kunsilli lokali u qalilna li din l- informazzjoni ma ġietx ikkomunikata.", "M'hu veru xejn, ġiet ikkomunikata lill-periti u jien informat ukoll li qiegħda wkoll fid-development control guidelines ta' l-2005.", "Allura ma nistax nifhem kif wieħed jgħid li ma ġietx ikkomunikata.", "Immur fuq il-punt tal-kultura ta' servizz.", "Il-MEPA għamlet pass qawwi biex applikazzjonijiet għal żvilupp jibdew isiru on line.", "Bħalissa qed isir scanning ta' l-applikazzjonijiet u d-dokumentazzjoni kollha relatata magħhom.", "L-Onor.", "Galdes qalilna li jdumu ġranet twal.", "Jien m'għandix din l- informazzjoni, imma mill-computer tiegħu hu jista' jiċċekkja u nitolbu jgħaddihuli.", "L-informazzjoni li għandi jien hija li jekk komunikazzjoni tintbagħat qabel it-3.00 p.m. tal-lum, sa għada filgħaxija dik il- komunikazzjoni tkun tpoġġiet on line u sa pitgħada filgħodu, l-ewwel ħaġa titqassam lill-ħaddiema tal-MEPA.", "Issa jekk għad hemm xi diffikultajiet minħabba li s-sistema għadha tibda, nitlob lill-Onor.", "Galdes biex jekk jaf b'każijiet jgħaddihomli ħalli nkun naf bihom.", "Imma minn dak li ġie spjegat lili, s-sistema qed taħdem u qed taħdem b'mod tajjeb.", "Dan huwa pass wieħed, irridu naslu f'sitwazzjoni fejn l-applikazzjonijiet ta' żvilupp ikunu kollha f'format elettroniku.", "Għalfejn?", "Mhux biex navvanzaw biss lill-perit, biex ikollu anqas xogħol, imma biex navvanzaw ukoll l-interess tal-komunita` li tkun tista' tara anke l-file minn ġod-dar tagħha jew mill-uffiċċju tagħha, u mhux dejjem trid toqgħod tmur fiżikament fil-bini tal-MEPA.", "Sur President, nixtieq issa nipprova niffoka wkoll fuq ħidma li ma tiġix diskussa f'dan il-parlament meta nitkellmu fuq il-MEPA, il-protezzjoni ta' l-ambjent.", "Irrid ngħid li fil-qasam tal-protezzjoni ta' l-ambjent is-sena li għaddiet il-MEPA kienet involuta fil-kordinazzjoni ta' proġetti li għalihom jew kollha jew parzjalment qed nirċievu fondi mill-Unjoni Ewropea.", "Din is-sena l-MEPA qed taħdem fuq għadd ta' proġetti li flimkien jiswew €4.2 miljun ewro.", "Insemmi b'mod partikolari l-ħolqien ta' l-ewwel żona ta' protezzjoni marittima bejn l-Irdum Majjiesa u l-Ponta ta' Ras ir-Raħeb - ovvjament dan il-pass importanti li għamilna ma jissemmiex min-naħa ta' l- oppożizzjoni - il-ħarsien ta' l-ibħra ta' madwar Filfla u x-xiri ta' aktar stazzjonijiet li jagħmlu monitoring tal-kwalita` ta' l-arja ta' pajjiżna.", "Il-MEPA kienet involuta wkoll f'ħidma biex ikunu ppreparati management plans għal siti bħalma huma s-santwarju ta' l-għasafar, postijiet oħrajn bħar-Ramla l-Ħamra, Għajn Tuffieħa, il-Ballut ta' Marsaxlokk u r-Ramla tat- Torri.", "Pjanijiet għal siti oħra qed jitlestew u jinsabu fil-fażi preliminarji.", "Inbeda wkoll il-pjan tar-restawr tal-gżejjer ta' San Pawl.", "Matul is-sena li għaddiet il-MEPA għamlet ħidma kbira biex tgħaddi lista ta' siti biex ikunu dikjarati bħala parti mil-lista tan-natura 2000 ta' l- Unjoni Ewropea.", "Niskanta kif lanqas fuq dan il-punt ma tisma' nofs kelma.", "Barra minn hekk il-MEPA tagħmel xogħol ieħor, per eżempju, li ssegwi l- implimentazzjoni ta' madwar 200 strument legali li għandha l-Unjoni Ewropea.", "Irrid nitkellem ukoll fil-qosor fuq il-qasam ta' monitoring ta' l- arja li tagħmel il-MEPA.", "F'dan il-qasam sar xogħol qawwi fosthom it-teħid ta' kampjuni minn 44 lokalita` madwar Malta u Għawdex.", "L-analiżi ta' l- informazzjoni miksuba u l-istallazzjoni ta' urban air monitoring station fiż-Żejtun u l-Imsida u t-twaqqif ta' stazzjon temporanju f'Għawdex li jkejjel il-gass ożonu.", "Fil-qasam tat-tibdil tal-klima ġie ppreżentat lill- Unjoni Ewropea t-tieni pjan nazzjonali ta' allokazzjoni.", "Irrid nagħmel kumment fuq dak li qal l-Onor.", "Galdes fuq il-kwestjoni tat- targets finanzjarji tal-MEPA u t-targets fl-effiċjenza tan-nies li jaħdmu l- MEPA.", "L-ewwelnett dawn it-targets effettivament m'huma xejn għajr targets li l-MEPA tpoġġi għaliha stess fil-bidu tas-sena.", "M'huma xejn ta' barra minn hawn.", "Kien hemm snin oħrajn fejn dawn it-targets intlaħqu mill- ħaddiema tal-MEPA.", "Qabel xejn irrid ngħid li din hija prassi li tintuża f'kull intrapriża serja, kemm kummerċjali kif ukoll mhux kummerċjali jekk tkun serja.", "Il-MEPA qed tgħid li l-impjegati għandhom jilħqu t-targets stabbiliti.", "Huwa ħażin li l-MEPA tara li l-flus ivvotati għaliha, li wara kollox ġejjin minn flus il-poplu, jintnefqu bl-aktar mod effiċjenti u effettiv?", "Huwa ħażin li l-impjegati tal-MEPA jkollhom inċentiv li jaħdmu aħjar u fl-aħħar mill-aħħar igawdu huma u jgawdi wkoll il-poplu stess?", "L-aħħar kelma li nixtieq ngħid hija lill-impjegati nfushom.", "Din il-miżura għandha tistimulakom ħalli l-miri tal-MEPA jintlaħqu u magħhom tgawdu intom ukoll.", "Ħalli ngħaddi għal punt li diġa` semmejt fid-dibattitu li kellna fil-Kamra dwar il-ministeru tiegħi, jiġifieri l-construction site regulations li rrifera għalihom diġa` l-Onor.", "Joseph Falzon.", "Huwa importanti li l- industrija tal-kostruzzjoni tagħmel xogħlha, imma l-profitt m'għandux jegħleb l-interessi u r-responsabbiltajiet li hemm lejn il-komunita`.", "Aktar kmieni din is-sena l-Kabinett approva abbozz ta' regolamenti ta' prattiċi li rridu li jkunu mdaħħla fl-industrija tal-bini f'pajjiżna.", "Fost dawn insibu regolament dwar il-ħinijiet li fihom jista' jsir xogħol b'riferenza wkoll għaż-żoni turistiċi, il-ħtieġa ta' lqugħ, hoarding biex l- aspett viżiv jittejjeb u biex jiġu kkontrollati t-trabijiet u mhux nibqgħu f'sitwazzjoni fejn wieħed ikun qed jonvja l-faċċata, ma jagħlaq imkien, hu kuntent u ta' ħdejh jibilgħu t-trabijiet.", "Aspett ieħor huwa t-trasport u l-ħażna tal-materjal bħar-ramel f'kontenituri li jridu jkunu ssiġillati biex jiġi limitat l-ammont ta' trab ġenerat.", "Għadna naraw trakkijiet iniżżlu x-xaħx u r-ramel, jitfgħuh fl-art u mbagħad jagħmel ir-riħ u timtela t-triq kollha, u n-nies iridu jnaddfu.", "L- obbligu fuq l-iżviluppatur biex iżomm l-akkwati tal-madwar nadif kuljum, l- obbligu li kull sit ikollu site manager li jkun responsabbli minn dak il- post 24 siegħa.", "Fuq it-tabella jkun hemm min hu s-site manager u jkun hemm it-telephone number biex jekk jinqala' xi ħaġa n-nies ikunu jafu lil min jistgħu jikkuntattjaw.", "Imxejna bi proċess ta' djalogu imma issa rridu nimplimentaw dawn ir-regolamenti.", "Wara li ddiskutejna ma' l-istakeholders issa se joħorġu għall-konsultazzjoni pubblika.", "L-Onor.", "Galdes semma wkoll l-eko-kontribuzzjoni.", "Smajna minn ċerti nies x'kellu jagħmel il-gvern, pero` fuq dak li għamel il-gvern u fuq l-effett ta' dak li għamel il-gvern fl-eko-kontribuzzjoni u l-fatt li l-industrija privata qed tersaq 'il quddiem hi b'mod proattiv biex iddaħħal sistemi fejn jinġabar il-materjal, fuq dak ma nitkellmux.", "Nitkellmu biss fuq dak li suppost għedt jien.", "Ħalli niċċara x'għedt f'dan il-Parlament, għax lill- Perit Cacopardo se nagħtih il-benefiċċju tad-dubju li ma kienx jaf eżattament x'għedt jien għax wara li ġie l-ministeru u intervistani u qalli li ried jerġa' jiġi jintervistani għax kien tħassarlu t-tape ta' l- intervista li kien għamilli.", "Se nagħtih il-benefiċċju tad-dubju li ma kienx jaf x'għedt jien meta intervistani.", "Sur President, se nikkwota preċiżament dak li kont għedt jien testwalment f'dan il-parlament fis-seduta 228.", "Jien għedt hekk:", "\"Dawn qaluli biex inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra studji dwar l-impatt ta' din il-miżura u dan nagħmlu b'kondizzjoni waħda ...\"", "- u jekk tisma' t-tape tisma' wkoll il-battuta, Sur President –", "\"Jien se npoġġih fil-ġurnata li huma ...\"", "Jiġifieri n-naħa ta' l-oppożizzjoni", "\"... ipoġġu fuq il-mejda tal-Kamra l-istudju li kienu għamlu huma rigward iż-żidiet fit-taxxi ta' l-ilma, id-dawl u d-drenaġġ fl-1997 u anke l-istudju tagħhom dwar l-impatt ta' l-implimentazzjoni tal-miżuri fid-dokument tagħhom \"Lejn pjan ta' riġenerazzjoni ekonomika u soċjali\".\"", "Dak hu li għedt jien.", "B'hekk joħroġ ċar li mhux minnu li jien għedt li kien sar studju dwar l-impatt ambjentali ta' l-eko-kontribuzjzoni, iżda kien biss il-Perit Cacopardo li assuma hekk.", "Jiena kont għaddejt dak il- kumment peress li kont konxju li l-gvern ta' Alfred Sant ma kienx għamel studju dwar l-impatt ambjentali tal-miżuri li kienu daħħlu huma.", "Ġaladarba kont naf li ma setgħux ikunu preżentati daqstant ieħor weġibt b'mod ipotetiku li jekk dawn jitpoġġew jien inpoġġi dak li ħaddieħor kien qed jippretendi li l-gvern kellu jagħmel.", "Għalhekk huwa ċar li bl-ebda mod ma kont qed niżgwida lil dan il-parlament, iżda t-tweġiba li tajt ġiet użata assolutament barra l-kontest li fiha ngħatat.", "Fid-diskors li għamilt fil-parlament waqt id-dibattitu fuq l-eko- kontribuzzjoni jien qatt ma tajt x'nifhem li kien sar xi studju dwar l- impatt ambjentali imma rriferejt għal sistemi simili li kienu ddaħħlu fid- Danimarka u fl-Irlanda.", "Barra minn hekk il-Perit Cacopardo ingħata l- informazzjoni kollha disponibbli, inkluż studji oħra li kien qed jagħmel jew għamel il-gvern.", "Allura jiġi l-Onor.", "Roderick Galdes u jgħid li jiena arroganti?!", "Fost dawn kien hemm wieħed dwar l-impatt soċjali.", "(Interruzzjonijiet) Intom ma kontu għamiltu l-ebda studju dwar l-impatt soċjali meta għamiltu l-miżuri li għamiltu fl-1997 u ħaddieħor qalilkom li tliftu l-boxxla soċjali.", "Madankollu l-istudju speċifiku li qed jirriferi għalih il-Perit Cacopardo ma jeżistix u dan intqal lilu bl-iktar mod ċar meta saret it-talba.", "Ma nistax nifhem kif nista' niġi akkużat li żgwidajt lill-Kamra.", "Sur President nikkonkludi billi ngħid li sabiħ ħafna li l-Onor.", "Galdes jiġi jitkellem dwar it-trasparenza, sabiħ ħafna li jgħid li għandu jkun hemm aċċessibilita` għall-informazzjoni, imma fil-verita` meta kienu huma fil- gvern bejn l-1996 u l-1998 waqqfu xi uffiċċju ta' l-awditur?", "Ma tarax!", "Ħalli nfakkar lin-nies x'kien jiġri dak iż-żmien.", "U dan l-NGOs jiftakruh.", "Meta huma kienu fil-gvern, f'Lulju ta' l-1997 ġabu numru kbir ta' emendi biex ibiddlu l-liġi dwar l-ippjanar ta' l-iżvilupp u rrid ngħid li fost it- tibdiliet li kienu ġabu, li aħna rreżistejna meta konna fl-oppożizzjoni u kellhom ibiddluhom, riedu li d-deliberazzjonijiet tal-bordijiet tal-MEPA jsiru kollha fil-magħluq.", "Dan li riedu jbiddlu.", "L-Onor.", "Galdes qed ixengel rasu.", "Hu ma kienx fil-parlament dak iż-żmien pero' nistiednu jmur jara l-abbozz ta' liġi li l-partit tiegħu ressaq f'Lulju ta' l-1997 ħalli jkun jaf x'mistħija ta' emendi ġab f'dan il-parlament.", "Mur arahom dawk l- emendi li ġibtu hawnhekk!", "Kieku ma konniex aħna, fosthom jien, kieku intom naqqastu l-aċċessibilita` kull meta kellkom iċ-ċans.", "Ħalli nkompli nsemmi x'emendi ġabu f'dan il-parlament biex in-nies ma jinsewx.", "Riedu li l-perit biss ikun jista' jara l-pjanti fil-MEPA, jiġifieri ma ridux li Ċetta jew ħaddieħor imorru jaraw il-pjanti.", "Aħna tajna l-aċċessibilita` biex in-nies jaraw il-files u jaraw il-pjanti u huma ġew f'dan il-parlament b'emenda tal-mistħija biex ineħħu l-aċċessibilita` lill-poplu Malti għall-files tal-MEPA u riedu li jkun jista' jarahom il- perit biss.", "Onor. Galdes sabiħ ħafna li tippontifika, imma n-nies ikejluna b'dak li nagħmlu mhux b'dak li ngħidu.", "Intom tgħidu ħafna affarijiet meta tkunu fl-oppożizzjoni, imma meta titilgħu fil-gvern ...", "(Interruzzjonijiet) Fadlilkom biex titilgħu.", "Hekk għedtu qabel ukoll.", "Kien hemm min qal li anke r-referendum irbaħtu!", "Tal-mistħija!", "Il-kap tiegħek lanqas għandu d-diċenza jiblagħha li r-referendum tliftuh u għadu jgħid li rbaħtuh, Onor. Galdes, pero' issa ħalli ngħidlek xi ħaġa oħra li intom insejtu.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom, żommu l-ordni u l-kwiet.", "Kompli Ministru.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Taf li meta kien ministru responsabbli mill- ippjanar, l-Onor.", "George Vella qal pubblikament li se jagħmel white paper?", "Se npoġġiha fuq il-mejda tal-Kamra.", "Imbagħad fl-20 ta' Lulju l-għaqdiet ambjentali ħarġu jikkundannawhom li ġew f'dan il-parlament jagħmlu oxxenitajiet ta' emendi mingħajr lanqas biss ħarġu white paper.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Onor. Glades, jekk jogħġbok, issa l-Ministru huwa in possession.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Onor. Galdes, naħseb li jekk tieqaf tipprova tfixkilni biex nikkonkludi turi li inti ħafna inqas arroganti.", "Nagħlaq billi nirrepeti li n-nies ikejlu b'dak li jsir u mhux b'dak li jingħad.", "Il- MEPA ġabet bidla kbira kulturali fil-pajjiż, iżda aħna konxji li m'hijiex perfetta u jeħtieġ tkompli tittejjeb.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom, Onorevoli, qed jikkonkludi l-Ministru.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Tisma' l-għajat u tikkonvinċi ruħek bin-new Labour.", "Dan huwa n-new Labour.", "(Interruzzjonijiet) Minkejja dak li wettaqna għad fadlilna x'nagħmlu biex naġġornaw din l-istituzzjoni ħalli tagħti servizz aħjar lill-komunita`.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Jekk jogħġbok, Onor. Mizzi, m'hemmx interruzzjonijiet.", "Ikkonkludi, jekk jogħġbok, Ministru.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Dan għaliex awtorita` dinamika bħalma hi l-MEPA jrid ikollha kapaċita` li taddatta ruħha maż-żmenijiet u l-bżonnijiet veri tal-pajjiż.", "Nikkonkludi billi nirringrazzja lill-bord u lill-ħaddiema kollha li taw sehmhom biex il-MEPA jkollha din il-kapaċita` li taqdi lill- komunita`.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-mistoqsija hi li l-Kamra tapprova l-Estimi ta' Dħul u Nfiq ta' l-Awtorita` ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għas-sena 2006/2007.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MR SPEAKER: Id-division tittieħed minn hawn u 20 minuta oħra.", "Billi ntalbet votazzjoni fid-9.00 p.m. l-Kamra ġiet sospiża u rriżumiet 20 minuta wara.", "MR SPEAKER: Se nerġa' npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi li l-Kamra tapprova l-Estimi ta' Dħul u Nfiq ta' l-Awtorita` ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għas-sena 2006/2007.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mario Galea.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Mr Speaker, ninforma lill-Kamra li se jiġu paired l- Onor Francis Agius, l-Onor Tonio Borg, l-Onor Joseph Cassar, l-Onor Dolores Cristina, l-Onor.", "Ċensu Galea, l-Onor Louis Galea u l-Onor Clyde Puli.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, ninforma lill-Kamra li se jiġu paired l-Onor Leo Brincat, l-Onor Justyne Caruana, l-Onor Karl Chircop, l-Onor Anġlu Farrugia, l-Onor Charles Mangion, l-Onor Alfred Sant u l-Onor George Vella.", "VOTAZZJONI NRU.", "180", "FAVUR : 27", "L-Onor.", "|Abela Anthony |Galea Franco | |Agius David |Galea Mario | |Arrigo Robert |Gatt Austin | |Asciak Michael |Gonzi Lawrence | |Azzopardi |Gonzi Michael | |Frederick | | |Azzopardi Jason |Mifsud Bonnici | | |Antoine | |D'Amato Helen |Mifsud Bonnici | | |Carmelo | |Dalli John |Mugliett Jesmond | |de Marco Mario |Pullicino George | |Debono Giovanna |Pullicino Orlando | | |Jeffrey | |Deguara Louis |Vassallo Edwin | |Falzon Joseph |Zammit Ninu | |Fenech Antonio |Zammit Dimech | | |Francis | |Frendo Michael | |", "KONTRA : 17", "L-Onor.", "|Abela Carmelo |Farrugia Noel | |Agius Chris |Galdes Roderick | |Brincat Joseph |Gulia Gavin | |Buhagiar Charles |Mizzi Joe | |Buontempo Stefan |Parnis Silvio | |Cardona Chris |Refalo Anton | |Coleiro Preca |Sammut Joseph | |Marie Louise | | |Dalli Helena |Vassallo Adrian | |Debono Grech Joe | |", "Il-mozzjoni għaddiet", "MR SPEAKER: Insejjaħ lill-Ministru George Pullicino biex, jekk jogħġbu, iressaq l-aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it- Tnejn, 11 ta' Diċembru, 2006 fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att tal-Bank Ċentrali ta' Malta - Tieni Qari (Kont);", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Organizzazzjonijiet Volontarji - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Ġustizzja Amministrattiva - Tieni Qari (Kont);", "Abbozz ta' Liġi li Jimplimenta Miżuri ta' l-Estimi - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta (Emenda Nru 2) - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili (Emenda Nru 2) - Tieni Qari;", "Diskussjoni miftuħa dwar rapport maħruġ mis-Segretarjat għan-Negożji Żgħar u s-Self Employed - Kontinwazzjoni; u", "Xi aġenda oħra li tista' tiġi komunikata aktar tard.", "---------------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili (Emenda Nru 2) - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Reġistru Ċentrali - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi tal-Liġijiet tal-Pulizija - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Joseph Brincat.", "ONOR.", "JOSEPH BRINCAT: Mr Speaker, ġie għall-għarfien tiegħi fatt li dwaru għandi d-dokumenti u li jippreokkupani tassew.", "Wara riformi li saru fid- dipartiment tas-servizzi soċjali nħoloq direttorat ġdid dwar fraud benefit investigation li for short jgħidulha l-FBI.", "U kif qed jaġixxu dawn?", "Dawn qed imorru għand in-nies li jkunu suspettati li qed jagħmlu frodi, jidħlu fid-dar jeħdulhom ir-ritratti, jiftħulhom il-gwardarobbi, joħorġu, jagħmlu deċiżjoni - mhux rapport, imma deċiżjoni - lid-direttur tas-social services u jgħidulu: Dan mhux intitolat iżjed, aqtagħlu l-benefiċċju soċjali.", "X'fiha ħażin din?", "Jien għandi s-suspett li din is-sistema tmur kontra l- Kostituzzjoni, tmur kontra d-drittijiet tal-bniedem fl-artikolu 8 għaliex kulħadd għandu dritt għall-privatezza tad-dar tiegħu.", "Sur Presidnet, jiena ma kellix l-opportunita` li nara l-poteri ta' dawn l- ispetturi, imma meta jkun hemm investigazzjoni, skond l-artikolu 2 irid ikun hemm raġunijiet serjissimi għalfejn wieħed jista' jikser ir-rispett lejn il-family life jew inkella il-private life ta' individwu.", "Filwaqt li taħt il-liġi kriminali huwa permess li taqbad u tidħol għand individwu u tagħmillu investigazzjoni għax għandek suspett, imma ma tistax taqbad u tidħol tagħmel li trid fi kwalunkwe każ.", "Per eżempju l-korrispondenza li wieħed li qiegħed fil-ħabs jibgħat mill-ħabs 'il barra lanqas l- awtoritajiet tal-ħabs m'għandhom dritt jiftħuha, aħseb u ara li jiġi spettur ta' l-FBI, tad-direttorat il-ġdid fid-dipartiment tas-servizzi soċjali, li jiftaħ il-post, jiftaħ il-gwardarobbi u jaqbad u jiddeċiedi there and then.", "Għaliex?", "Għax hawnhekk għandna każ li min qed jinvestiga qed jieħu d-deċiżjoni hu.", "Minn informazzjoni li għandi l-agħar ħaġa li hemm imbagħad hi li dan id-direttorat lanqas jagħti r-rapport x'sab u ma sabx lid-direttur tas-servizzi soċjali.", "Mela d-direttorat jinvestiga u hu stess jaqbad u jieħu d-deċiżjoni.", "Id-direttur lanqas għandu l-opportunita` li jeżamina dawk il-fatti, jagħmel mistoqsijiet oħrajn u jagħti opportunita` lill-persuna li tkun fil-kwestjoni li tispjega lilha nfisha jew tiddefendi ruħha, u din importanti ħafna.", "Jiġifieri d-direttur tas-servizzi soċjali jrid joqgħod fuq id-deċiżjoni, on the spot, ta' direttorat ta' l- investigazzjoni għall-frodi fuq il-benefiċċji.", "Sur President, irrid nagħmilha ċara li m'iniex favur, anzi kontra ħafna, li jkun hemm xi frodi jew abbuż mis-sistema ta' benefiċċji soċjali.", "Ir-raġuni hija, kif għedt diversi drabi hawnhekk, għaliex ikun hemm il-każijiet assolutament ġenwini, u jekk ikun hemm każijiet ġenwini u m'hemmx biżżejjed, dak li jkun żaqqieq jaħtaf u l-ieħor jispiċċa b'xejn minħabba li jkun hemm ħafna tgergir fuq is-sistema.", "Dak huwa żbaljat għax il-ġustizzja soċjali titlob li l-istat għandu jgħin lil min m'għandux, lil min qiegħed fil-bżonn, imma huwa ħażin li xi ħadd juża s-sistema biex jibbenefika u jkun kapriċċuż.", "Madankollu ma tistax tiġġieled il-ħażin billi tagħmel xi ħaġa iktar ħażina.", "Jekk wieħed ikollu d-dubji li jkun hemm xi ħadd qiegħed jaħleb is-sistema tas-servizzi soċjali illeġittimament, allura m'għandhiex issir inspection darba biss, imma għandu jkun hemm żmien ta' osservazzjoni u jiġu kkonsidrati fatturi oħrajn ħalli dik l-investigazzjoni tkun tista' tagħti riżultat.", "Apparti minn hekk dak li jkun għandu jkunu jaf li qiegħed jiġi investigat u tagħtih l-opportunita` li jiddefendi lilu nnifsu.", "Ħalli nagħti eżempju.", "Ejja ngħidu jien qiegħed mingħajr impjieg, niġi fil-bar tal-parlament fejn wieħed mill-istaff huwa ħabib tiegħi u nidħol fil-kċina.", "Ħaġa li nagħmel hawnhekk meta jkolli xi ftit ġuħ biex jagħmluli l-ħobż biż- żejt u l-kunserva.", "Ejja ngħidu li jiġi inspector u jistaqsini jekk iniex qiegħed nirreġistra għax-xogħol.", "Meta ngħidlu iva jistaqsini x'qed nagħmel hemm ġew u jien inwieġbu li qed nieħu biċċa ħobż biż-żejt għax qabadni l- ġuħ imma dan imur jirrapportani li sabni naħdem.", "Veru, kont qed naħdem għax kont qed nomgħod, kont qed inħaddem il-muskoli ta' ġismi, pero' bla kliem u bla sliem, kif ngħidu bil-Malti, dan jirrapportani lid-direttur u jgħidlu: Aħna deċiżi, lil dan aqtagħlu l-benefiċċju tal-qgħad.", "Almenu agħmilli r- rapport u mhux inti li nvestigajt tiddeċiedi imma jkun id-direttur li jiddeċiedi wara li jagħtini ċans nispjega lili nnifsi.", "Għallinqas ikolli ċans inġib prova kuntrarja.", "Ħalli nkompli b'dan l-eżempju.", "Kieku l-inspection issir ripetutament u meta jiġu jarawni kuljum jew għal diversi drabi qiegħed fil-kċina nagħmel l- affarijiet, jistgħu jgħiduli: Rajniek darba, darbtejn, tlieta, allura inti dejjem tkun bil-ġuħ u tidħol tqatta' l-ħobż hemmhekk?", "Allura jgħidu li għandhom provi biżżejjed biex ikollhom suspett raġjunevoli.", "Imma xejn minn dan ma jsir.", "Dawn sempliċement imorru jagħmlu inspection darba u jfaqqgħulu r-rapport u jiddeċiedu mill-ewwel li jaqtgħulu l-benefiċċju soċjali.", "Dan huwa ħażin u huwa kontra kull prinċipju mhux biss ta' ġustizzja soċjali, imma kontra kull prinċipju ta' ġustizzja naturali, dak li jgħidulu audi et alteram partem.", "Din tfisser isma' wkoll lin-naħa l-oħra.", "Sur President, jien nista' nagħmel ġudizzju fuq persuna għax narah dieħel fi block of flats viċin hawnhekk u ngħid li dak dieħel hemmhekk biex imur fis-sular ta' fuq nett, meta fil-fatt fil-kantina ta' dak il-block of flats hemm private clinic u dan il-bniedem ikun mar ikellem lit-tabib mhux biex joperah imma biex ikellmu.", "Jien inkun ittimbrajtu li tela' biex jara lil Jessie meta hu kellu bżonn jinżel sular 'l isfel biex jara tabib.", "Ma tistax tiġġudika lin-nies hekk!", "Hawnhekk qed nitkellem fuq affarijiet tal-ħajja komuni, imma kemm huwa agħar li bniedem taqtagħlu l-għajxien tiegħu għax inspector dehrlu hekk!", "Jekk isir hekk lanqas hemm għalfejn isiru inspections, jistgħu jaqbdu l-karti u jgħollu s-sold, jaqtgħu lil dak, lil dak u lill-ieħor.", "Min jagħmel l-inspection m'għandux jieħu d-deċiżjoni hu.", "Sur President, se nsemmi fatt li ġara.", "Inspectors li marru f'dar ta' persuna li m'għandha xejn ħlief sufan twil li torqod fuqu qalulha li hi mhux veru toqgħod hemmhekk.", "Hi qaltilhom li toqgħod hemmhekk u torqod fuq is-sufan għax ma kellhiex biex tixtri l-kamra tas-sodda.", "Hija xi ħaġa barra minn hawn li persuna torqod fuq sufan?", "Kieku dawn l-inspectors qalu li osservaw over a period of time li ma tidħol u toħroġ qatt f'dan il-post, hemmhekk iva, jibda jidħollok suspett raġjonevoli, imma ma nistgħux nieħdu deċiżjonijiet malajr.", "Apparti minn hekk id-direttur tas-servizzi soċjali ma jkunx jaf ir-raġuni għaliex għandu jinqata' l-benefiċċju għax ma jagħtuhx ir-rapport ħalli jkun jista' jieħu d-deċiżjoni tiegħu.", "Dan id-direttur tas-servizzi soċjali jrid joqgħod fuq id-direttorat l-ieħor u jaqbad u jiddeċiedi.", "Fit-13 ta' Diċembru niċċelebraw il-jum meta Malta saret Repubblika, pero` aktar ma jgħaddi ż-żmien iktar qed ninduna li mhux repubblika waħda għandna, imma kulħadd repubblika għalih.", "Kwestjoni oħra ta' ġustizzja li issa qed iddejjaqni bis-serjeta`, kif għedt fil-parlament għal diversi drabi, hija dik tal-wardens.", "Irridu nkunu nafu kif qegħdin jiġu mpjegati u b'liema kondizzjonijiet.", "X'ġustizzja hi li jekk il-wardens ma jagħmlux ċertu numru ta' ċitazzjonijiet jeħlu huma?", "Mela jien se nibagħtek mhux biex inti żżomm is-sewwa, imma biex bis-sewwa jew bid-dnewwa tagħti ċ-ċitazzjonijiet għax jekk ma tagħtix ċitazzjonijiet biżżejjed, il-kumpanija ma jkollhiex biżżejjed qligħ.", "Dan huwa prinċipju tal-ġustizzja żbaljat għax ħadd ma jista' jkollu interess fl-azzjonijiet tal-ġustizzja li jieħu.", "L-affarijiet iż-żgħar huma importanti daqs il-kbar.", "Fl-antik ġewwa pajjiżna kellna l-prattika li meta l-pulizija jirrapportaw lil xi ħadd jieħdu perċentaġġ mill-multi li jeħel dak li jkun.", "Forsi jkun hawn min jgħidli li din kienet issir biex iddaħħlilhom l-entużjażmu ħalli jagħmlu ċ-ċitazzjonijiet.", "Allura dak li jkun jirraġuna li jaqbillu jagħmel iktar ċitazzjonijiet għax se jdaħħal il-perċentaġġ tiegħu minnhom.", "X'ġustizzja tista' ssir meta xi ħadd ikollu l-interess li jagħmel ċitazzjonijiet kemm jiflaħ ħalli jdaħħal il-perċentaġġ tiegħu mill-multi?", "Dan jiġi sensar tal-ġustizzja u mhux qed jagħmel il-ġustizzja, u l-ewwel ġustizzja li trid issir trid tkun proprju minn dak il-warden.", "Hawnhekk jien ma niskandalizza ruħi xejn għax jien kont dehrt quddiem il- kummissarju tal-pulizija fuq każ ta' dixxiplina dwar pulizija tat-traffic li kien immultat għax ma kienx ġab biżżejjed ċitazzjonijiet.", "Meta staqsejt kif setgħu jikkalkulaw, ir-risposta kienet li jafu li f'dik l-area għandek mill-inqas tagħmel daqstant ċitazzjonijiet.", "Ladarba ma ġabx daqshekk ċitazzjonijiet ifisser li naqas minn dmiru.", "X'ġustizzja hi din?", "Huwa ħażin anke jekk wieħed weħel Lm10 multa biss u anke jekk qalulu biex ma jerġax biss.", "Sur President, qiegħed nitkellem fuq dawn l-affarijiet għax dan il-pajjiż ftit ftit jew għall-interess finanzjarju, jew biex insoddu t-toqba tas- servizzi soċjali, jew bl-iskuża li neqirdu l-abbuż qed isiru abbużi oħrajn li fundamentalment imorru kontra l-fairplay li kull ċittadin jistenna.", "Jiddispjaċini nsemmi każ ta' warden li għal naqra ma qalgħetx xebgħa mingħand wieħed li kien qiegħed jitkellem għan-nom tal-mara tiegħu meta qaltlu: Inti tindaħalx għax jien lill-mara se nagħtiha ċ-ċitazzjoni.", "Dan qalilha: Imma jien qed inkellmek ħalli nispjegalek.", "Meta qaltlu li ma jimpurtahiex kien se jagħmel għaliha li kieku ma ppreċedihiex ċittadin ieħor.", "U waqt li kienet qed tkellmu qaltu: Xi tridni nagħmel, mhux bilfors irrid nagħmel iċ-ċitazzjonijiet!", "Jekk ma nagħmilx iċ- ċitazzjonijiet se nlaqqatha jien.", "X'ġustizzja hi dik?", "Sur President, jien qed ngħid dan biex niddefendi l-wardens.", "Jien irrid inkun naf jekk dak li qiegħed b'kuntratt mal-gvern hux qiegħed imexxi sistema ta' employment li dawn il-wardens jiġu self-employed, mingħajr drittijiet ta' leave, sick leave, eċċ., li jieħdu ċerti benefiċċji limitati u meta huma suppost impjegati jidhru li huma on their own.", "Jekk aħna rridu neqirdu l-abbużi tat-traffiku ma nistgħux nivvintaw is-sistema ta' l-abbużi kontra l-liġi dwar l-impjiegi għax inkunu qegħdin innaddfu l-faċċata u fl- istess waqt inkunu qed noħolqu dnubiet oħrajn.", "Hija r-responsabbilta` ta' dan il-parlament, tal-ministri responsabbli li jarawdawn l-affarijiet u jagħtu r-risposti.", "Jien qed nikkritika hawnhekk mhux biex l-affarijiet jiħżienu, imma biex l- affarijiet isiru aħjar u jsiru b'rispett tal-fairplay li huwa importanti ħafna.", "Il-fairplay irid ikun ma' kulħadd, maċ-ċittadini onesti li jħallsu t-taxxi u jmorru għas-social services, ma' dawk li ma ħaqqhomx u jżommuhomlhom, kif ukoll ma' dawk li ħaqqhom u żżommilhom il-benefiċċju b'mod illegali, b'mod mhux ġustifikat għax imbagħad hemmhekk terġa' qed tagħmel ġustizzja bil-maqlub.", "Inkella ngħidu ċar u tond li nneħħu s-social services imma min jiddeċiedi li jneħħihom jerfa' r-responsabbiltajiet.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Insejjaħ lill-Onor.", "Charles Buhagiar.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Mr Speaker, f'dawn il-ftit minuti li fadal xtaqt ngħid kelma dwar il-kontroversja li għaddejja bħalissa fil-gazzetta bl- Ingliż ta' kuljum \"The Times\" li tirrigwarda l-konġestjoni tat-traffiku ġewwa Ħ'Attard.", "Ħ'Attard huwa raħal li qiegħed fiċ-ċentru ta' Malta u mindu nbena l-bypass ta' l-Imrieħel, jintuża ħafna bħala shortcut minn min ikun sejjer fin-north ta' Malta għax jaqbdu l-bypass ta' l-Imrieħel, jgħaddu minn ġo Ħ'Attard, jaqbdu t-triq tal-Mosta u jibqgħu sejrin 'il fuq.", "Minn meta dan it- traffiku beda jgħaddi minn dawn l-inħawi , minn raħal kwiet Ħ'Attard spiċċa wieħed mill-aktar irħula li jgħaddi traffiku minnu.", "Xi snin ilu, il-kunsill lokali tar-raħal ta' Ħ'Attard għamel ħaġa tajba billi għalaq għat-traffiku t-triq ta' fejn il-knisja ta' Ħ'Attard, għamel pjazza kbira u b'hekk għallinqas inqata' t-traffiku milli jgħaddi proprju miċ-ċentru storiku ta' fejn il-knisja pero` mill-banda l-oħra t-traffiku qed isib postijiet oħra minn fejn jgħaddi u l-postijiet l-oħrajn minn fejn qed jgħaddi t-traffiku ġo Ħ'Attard ħafna drabi m'humiex toroq li huma wesgħin biżżejjed biex jifilħu tali traffiku.", "L-ewwelnett, fl-opinjoni tiegħi, volum ta' traffiku kbir bħal dan żgur m'għandux jgħaddu minn ġol-pjazza tar-raħal.", "Biex aktar tikkomplika ruħha s-sitwazzjoni f'xi ħinijiet ikun hemm ċerti toroq fir-raħal li huma magħluqin minħabba d-dħul u l-ħruġ ta' l-istudenti mill-iskola primarja ta' Ħ'Attard li qiegħda fiċ-ċentru tar-raħal.", "Allura wieħed jista' jimmaġina l- konfużjoni kbira li qed ikun hemm f'dan ir-raħal b'mod partikolari fir-rush hours ta' filgħodu.", "Fir-rush hours ta' filgħodu meta t-traffiku min-naħa tar-Rabat, il-Mosta u min-naħa ta' fuq ta' Malta ikun għaddej kollu minn ġo Ħ'Attard u meta għandek toroq magħluqin minħabba li jkun hemm l-iskola, it- traffiku kollu qed jiġi funnelled minn żewġ toroq partikolari.", "Dan qed joħloq konfużjoni u konġestjoni kbira ta' traffiku.", "Apparti li toħloq ħafna hardship għax-xufiera li jkunu qed jgħaddu minn dawk it-toroq, din il- konġestjoni toħloq ukoll ħafna hardship għar-residenti li jkollhom isofru dan il-flow ta' traffiku daqshekk kbir, u tagħmel ħafna ħsara minħabba t- tniġġis ta' l-arja permezz ta' emissjonijiet.", "Sur President, f'dan ir-raħal ta' Ħ'Attard żgur li hemm bżonn isir xi ħaġa.", "Ma jistax ikun li jibqa' għaddej dak il-volum kbir ta' traffiku li għaddej bħalissa minn dan ir-raħal.", "Snin ilu kien ippjanat li f'Ħ'Attard isir bypass biex il-karozzi li jkunu ġejjin in-naħa tal-Belt ma jibqgħux għaddejjin proprju mit-triq tar-Rabat kif jagħmlu llum, imma jinqabdu fuq in-naħa ta' barra tar-raħal, jgħaddu mill-bypass u jibqgħu telgħin għat- triq tar-Rabat.", "Dan il-bypass qatt ma sar għalkemm kien ilu ppjanat għal snin sħaħ.", "Hemm bżonn li jsir u fil-fatt fil-manifest elettorali tal- partit Laburista ta' l-elezzjoni tas-sena 2003, kien wieħed mit-tliet proġetti li konna ħabbarna li kellu jsir.", "Jidher ċar li dan il-bypass ta' Ħ'Attard m'huwiex ta' prijorita` għall- gvern għax jekk wieħed jara t-tweġibiet għad-domandi parlamentari jinnota li l-ministru qatt ma jsemmi dan il-bypass ta' Ħ'Attard.", "Jien naħseb li wasal iż-żmien li naraw bis-serjeta` x'nistgħu nagħmlu biex nevitaw it- traffiku minn ġoċ-ċentru tar-raħal.", "Qed nitkellem dwar Ħ'Attard l- ewwelnett għax huwa raħal li naf sewwa, u t-tieni nett għaliex dejjem għaddejja din il-kontroversja sħiħa.", "Jekk mhux se jsir xi ħaġa biex it-traffiku niddevjawh miċ-ċentru ta' Ħ'Attard se jibqa' jkollna l-problemi.", "Dawn il-problemi jiżdiedu meta jkollok sewwieqa ta' vetturi li jgħaddu mir-raħal, li ma jafux it-toroq alternattivi li jridu jieħdu meta jsibu xi triq magħluqa minħabba, per eżempju, id-dħul ta' l-istudenti fl-iskola u jibdew jgħaddu minn wrong ways.", "Ħafna mit-toroq ta' Ħ'Attard huma one-way system, allura f'daqqa waħda ssib traffiku ġej kontra tiegħek għax m'hemmx triq oħra minn fejn se joħroġ u dak li jkun jgħaddi minn one-way street.", "Il-konfużjoni hija kbira u ma jistax ikun li nibqgħu għaddejjin hekk.", "Problema oħra relatata wkoll mat-traffiku f'Ħ'Attard hija l-problema kbira ħafna li hemm tal-parkeġġ, problema tinstab f'irħula oħra, mhux fir-raħal ta' Ħ'Attard biss, pero` llum qed nitkellem fuq Ħ'Attard.", "Fiċ-ċentru proprju, fil-pjazza fejn għandek il-knisja hemm nuqqas kbir ta' parkeġġ.", "Konsegwenza ta' hekk kulħadd jipparkja kif irid u donnu l-pulizija ma jeżistux, il-wardens qatt ma narawhom ġo Ħ'Attard - għallinqas jien qatt ma narahom u jien noqgħod fiċ-ċentru - biex jipprovaw iġibu ftit dixxiplina fuq it-traffiku.", "Ma jistax ikun li jkun hawn dawn il-problemi.", "Ħafna drabi anke biex toħroġ minn ġol-garaxx tiegħek ikollok iċċaqlaq ma nafx kemm-il karozza għax jipparkjaw ħażin.", "Dan m'huwiex sew.", "Jien nappella lill-awtoritajiet biex l-ewwelnett iwettqu miżuri ħalli l- konġestjoni tat-traffiku ġewwa Ħ'Attard titnaqqas.", "Fl-opinjoni tiegħi dan jista' jsir biss jekk jinbena dak il-bypass li ilu ppjanat is-snin twal.", "It- tieni nett l-awtoritajiet għandhom jagħtu attenzjoni bis-serjeta` għall- problema tas-sewqan u parkeġġ kontra r-regolamenti li qed isir proprju fiċ- ċentru tar-raħal.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it- Tnejn, 11 ta' Diċembru, 2006 fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill- ministru.", "Fid-9.50 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "SERVIZZ TA' FOSTERING", "22503.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru tgħid kemm mill-152 tifel u tifla li llum qed jirċievu s-servizz tal-fostering qed jiġu fostered minn familji li mhumiex il-qraba tagħhom?", "Kemm kien hemm tfal fostered mill-qraba tagħhom li qabel kienu jgħixu f'dar residenzjali?", "Kemm hemm impjegati jaħdmu fuq dan is-servizz u x'inhi l-ispiża biex jingħata dan is-servizz kull sena?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Fil-preżent hawn 154 tifel u tifla li qed jiġu fostered, 80 minnhom qed jiġu fostered minn familji li m'humiex il-qraba tagħhom u 24 mill-74 l-oħra li qed jiġu fostered minn qrabathom, kienu jgħixu f'xi dar residenzjali għat-tfal.", "In-numru ta' ħaddiema fil-fostering unit ta' l-aġenzija appoġġ hu ta' għaxra, sebgħa full-time u tlieta part-time.", "Matul l-2005 l-ispiża għal dan is-servizz laħqet il-Lm180,200.", "Din kienet tinkludi s-somma ta' Lm115,452 imħallsa bħala benefiċċju ta' child in care benefit lill-foster families.", "Sa Ottubru ta' din is-sena, l-ispiża kienet ta' Lm153,900, li tinkludi Lm99,120 bħala child in care benefit.", "SKEJJEL PRIVATI - TAGĦLIM TA' L-IT", "22504.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim li l-gvern laħaq ma' erba' skejjel privati fil-qasam ta' l-IT sabiex jgħallmu studenti li applikaw għall-kors ta' l-IT fl-MCAST u ma ġewx magħżula fl-ewwel intake?", "Liema huma dawn l-iskejjel u kemm se jieħdu studenti kull waħda minnhom?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-Onor.", "Membru huwa mitlub jirriferi l-mistoqsija tiegħu lill-ministru responsabbli għall-investiment, industrija u teknoloġija ta' l-informazzjoni.", "Informat ukoll li l-MCAST qed isegwi l- programmi ta' taħriġ li qed joffru l-istituzzjonijiet privati biex jiżgura l-kwalita' tal-korsijiet.", "ADULT TRAINING CENTRES", "22505.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Billi l-Ministru qalet li t-transizzjoni ta' l-adult training centres ilha li saret, tista' tgħid jekk l-impjegati ġewx informati formalment mill-fondazzjoni u mill-ministeru li issa ġew trasferiti magħha?", "X'konsultazzjoni saret mill-fondazzjoni mal-ġenituri ta' persuni b'diżabilita' li jattendu dawn iċ-ċentri?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Filwaqt li l-proċess ta' transizzjoni ta' l-adult training centres għal mal-fondazzjoni għas-servizzi ta' ħarsien soċjali ntemm, dan il-proċess għadu ma ġiex formalment konkluż billi fadal xi punti minuri x'jiġu kkjarifikati qabel ma l-ħaddiema jiġu informati formalment dwar id-deployment tagħhom ma' l-istess fondazzjoni.", "Tajjeb nirrimarka li f'dan l-istadju ħadd mill-ħaddiema impjegati mas- servizz pubbliku u li jaħdmu fl-adult training centres m'huma se jiġu trasferiti mal-fondazzjoni.", "Il-ġenituri tal-persuni b'diżabilita' ġew informati dwar it-trasferiment ta' l-adult training centres għal mal-fondazzjoni u s-suġġerimenti li għamlu ġew ikkonsidrati.", "UFFIĊJALI EDUKATTIVI", "22506.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru jgħid kemm applikazzjonijiet ħarġu għal uffiċjali edukattivi u f'liema suġġetti matul l-2005 u l-2006?", "B'mod partikolari, meta ħarġu sejħiet għal suġġetti marbuta max-xjenza u l-PSD?", "Kemm applikaw f'kull każ u x'inhi r-raġuni li ħadd ma ġie magħżul?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Fl-2005 ħarġet applikazzjoni għal uffiċjali edukattivi fis-suġġetti kif jidher mil-lista li qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra, filwaqt li fl-2006 ma ħarġet l-ebda applikazzjoni.", "L-applikazzjoni għal uffiċjali edukattivi tal-PSD ma ħarġitx fl-2005 billi dan il-post ma kienx vakanti.", "Il-post ta' uffiċjali edukattivi fix-xjenza ma nteliex fl-2005 billi ma applika ħadd.", "Il-post hu mimli minn persuna fuq bażi ta' aġent.", "GĦALLIEMA TAL-PSD", "22507.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru jgħid f'liema livell qed jiġi mgħallem is-suġġett tal-PSD?", "F'liema skejjel jiġi mgħallem dan is-suġġett?", "Kemm qed isiru lezzjonijiet fil-ġimgħa f'kull livell fejn qed jiġi mgħallem?", "X'inhu l-futur ta' dan is-suġġett?", "Hemm vakanzi għal aktar għalliema tal-PSD?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-PSD qed jiġi mgħallem fl-iskejjel kollha ta' l-istat, kemm fil-livell primarju kif ukoll f'dak sekondarju.", "In-numru ta' lezzjonijiet huma dawn:", "|Primarja (Yrs |lezzjoni waħda | |4 – 6): |fil-ġimgħa | |Sekondarja: |żewġ lezzjonijiet| |form 1 u 2 |fil-ġimgħa | |Form 3 sa 5 |lezzjoni waħda | | |fil-ġimgħa |", "Il-ħiliet li qed jiġu mgħallma f'dan is-suġġett se jibqgħu jiġu mgħallma.", "Informat ukoll li fil-preżent m'hemmx vakanzi għal aktar għalliema tal-PSD.", "KORSA TAL-GOLF FIX-XAGĦRA L-ĦAMRA", "22528.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid meta beħsiebu jxandar ir-rapporti li saru lill-gvern dwar għandhiex issir korsa tal-golf fix-Xagħra l-Ħamra?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jagħmel il- mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "PJAN NAZZJONALI TAT-TURIŻMU", "22529.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' l-Ministru jagħti lista tar-rakkmandazzjonijiet li għamlu l- grupp konsultattiv tat-turiżmu biex jidħlu fil-pjan nazzjonali tat-turiżmu?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Bħalissa għaddejjin diskussjonijiet bejn il- gvern u l-grupp konsultattiv fuq kif u liema mir-rakkmandazzjonijiet magħmula mill-istess grupp għandhom jiġu integrati fil-pjan nazzjonali għat- turiżmu.", "PJAN NAZZJONALI TAT-TURIŻMU", "22530.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' l-Ministru jgħid meta se jxandar ir-rapport li sar lill- gvern mill-grupp konsultattiv tat-turiżmu dwar il-miżuri li l-gvern irid jieħu permezz tal-pjan nazzjonali tat-turiżmu?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jirriferi għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 22529.", "ŻBROFF TA' DRENAĠĠ F'TAS-SLIEMA", "22531.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'passi urġenti se jittieħdu biex jiġu solvuti l-problemi serji li qed ibatu minnhom ir-residenti fi Triq Viani f'Tas-Sliema minħabba d-drenaġġ li qed jiskula għandhom?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Il-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma se tagħmel ispezzjoni (CCTV) tas-sistema tad-drenaġġ fl-inħawi biex ikunu jistgħu jittieħdu l-passi meħtieġa.", "FTEHIM MA' L-AWTORITA' TAD-DJAR", "22532.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru tgħid meta se tittieħed deċiżjoni u l-awtorita' tad-djar tonora l-ftehim li ffirmat fit-18 ta' Novembru, 2004 ma' koppja minn San Ġiljan li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li jingħataw għajnuna ta' Lm470 u minflok ingħataw Lm350?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: F'qasir żmien l-awtorita' tad-djar se tibgħat cheque lil persuna konċernata ekwivalenti għall-bilanċ dovut skond il- ftehim iffirmat ma' l-istess awtorita' fit-18 ta' Novembru 2004.", "MEMBRI TA' L-ARMATA", "22533.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 22329 u jgħid jekk il-forzi armati ta' Malta humiex se jgħinu fl-ispejjeż tal- funeral ta' persuna minn Pembroke li miet dan l-aħħar u li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, kif soltu jsir meta jmutu membri tal-forzi armati?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 22329.", "DIRECT ORDERS", "22561.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jgħid kemm direct orders ħarġu mid-dekasteru tiegħu din is-sena?", "Lil min ingħataw, kemm kien il-valur tagħhom u għaliex?", "Minn liema dipartiment ħarġu?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "DIRECT ORDERS", "22562.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' l-Ministru jgħid kemm direct orders ħarġu mid- dekasteru tiegħu din is-sena?", "Lil min ingħataw, kemm kien il-valur tagħhom u għaliex?", "Minn liema dipartiment ħarġu?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal- Kamra.", "DIRECT ORDERS", "22563.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm direct orders ħareġ kull kunsill lokali?", "Kemm kien il-valur tagħhom, lil min ingħataw u għaliex?", "ONOR.", "TONIO BORG: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jispeċifika għal liema perijodu qiegħed jirriferi.", "ĦRUĠ TA' VISAS", "22565.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm visas inħarġu din is-sena?", "Minn liema pajjiż kienu?", "Kemm ġew rifjutati u għaliex?", "Kemm kien in-numru ta' persuni li ma tħallewx jidħlu Malta u ntbagħtu lura mill-port u mill-ajruport?", "ONOR.", "TONIO BORG: Bejn Jannar u Novembru 2006 inħarġu 50,632 visa kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra, filwaqt li matul l-istess perijodu ġew rifjutati 3,072.", "Kif għedt fi tweġibiet preċedenti dwar is-suġġett, kull applikazzjoni għal ħruġ ta' visa tkun ikkonsidrata skond il-meriti u ċ-ċirkostanzi tal-każ individwali.", "Informat ukoll illi matul l-istess perijodu kien hemm 243 persuna li ma tħallewx jidħlu wara li waslu Malta - minn dawn sebgħa waslu bil-baħar u l-kumplament bl-ajru.", "PERSUNI TAĦT HOUSE ARREST", "22566.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm persuni hawn taħt house arrest?", "Kemm ilhom u x'inhu r-reat?", "ONOR.", "TONIO BORG: Fil-preżent hawn 38 persuna taħt house arrest fuq ordni tal-qorti bħala kondizzjoni ta' liberta' proviżorja, fuq akkużi li jinkludu omiċidju, offiżi fuq il-persuna, reati relatati ma' droga, serq, stupru, korruzzjoni ta' minorenni, frodi u attentat ta' omiċidju.", "MONEY LAUNDERING", "22568.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm nies ġew akkużati b'money laundering din is-sena?", "Kemm hu l-valur totali li hu maħsub li ġie moħbi?", "ONOR.", "TONIO BORG: Bejn Jannar u Novembru 2006 kien hawn ħames persuni li tressqu l-qorti mill-pulizija b'akkużi relatati ma' money laundering.", "L- ammont involut ilaħħaq madwar Lm1,750,000."]} {"filename": "20050127_226d_par.doc", "date": "2005-01-27", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Uffiċjali u Rivedut) L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 226 Il-Ħamis, 27 ta' Jannar, 2005 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 226 Il-Ħamis, 27 ta' Jannar, 2005", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6:01 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "226", "Il-Ħamis, 27 ta' Jannar, 2005", "WERREJ", "MINUTI 229", "MISTOQSIJIET -TWEĠIBIET ORALI 229", "TQEGĦID TA' KARTI 234", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IL-KUNSILLI LOKALI (IT-TIENI QARI)", "LOCAL COUNCILS (AMENDMENT) BILL (SECOND READING) 234", "AĠĠORNAMENT 263", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 263", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB 278", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 225 li saret fis-26 ta' Jannar, 2005 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET -TWEĠIBIET ORALI", "SAJJIEDA - DIESEL DUTY FREE", "9820.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent: B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 9638, jista' l-Ministru jikkonferma jekk hux iż-żewġ kategoriji tas-sajjieda full- time u part-time huma ntitolati għad-diesel duty free?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO (Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent): Ninsab informat li skond il-ftehim li kien intlaħaq fl-1 ta' Mejju, 2000, il-fuel duty free kien intiż biss għas-sajjieda full-time.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Il-ministru kellu xi talbiet mingħand koperattivi rispettivi tas-sajjieda biex dan is-sussidju fuq id-diesel duty free jitwessa' aktar?", "MR SPEAKER: Il-Ministru Pullicino.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Ma jidhirlix li kien hemm talbiet f'dan is-sens.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Anġlu Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Jista' l-ministru jinformana jekk hu kellux xi sehem indirett meta kien hemm l-investigazzjoni dwar l-abbuż tad-diesel duty free?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Jekk l-Onor.", "Farrugia qiegħed jirriferi għall- investigazzjoni li saret dwar abbuż ta' diesel duty free, li dwarha diġa' kien hemm rapporti fuq il-mezzi tal-media, ngħarrfu li l-ministeru tiegħi ma kienx involut fiha għax, safejn naf jien, l-abbuż ma sarx min-naħa tas- sajjieda.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mario Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Fil-kontroversja li għaddejja fuq l-impjant ta' riċiklaġġ ta' Sant'Antnin, il-ministru jikkonferma li l-materjal organiku li se jiżdied jammonta biss għal 5,000 tunnellata fis-sena?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Nikkonferma li llum l-impjant ta' Sant'Antnin diġa' jieħu ġo fih, bl-apparat antikwat li għandu, 30,000 tunnellata ta' skart organiku sabiex isir il-kompost minnu.", "Effettivament huwa maħsub illi meta dan l-impjant jiġi modernizzat, jibda jinżel fih 35,000 tunnellata ta' skart organiku, jiġifieri ż-żieda se tkun biss ta' 5,000 tunnellata fis-sena.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Ġaladarba l-ministru ma rċeviex korrispondenza biex iwessa' aktar is-sussidju fuq id-diesel, jista' jgħid jekk kemm-il darba l- koperattivi jwasslu l-ħsieb tagħhom, dan ikunx ikkonsidrat jew il-gvern huwa deċiż li jimxi skond il-ftehim li sar fis-sena 2000?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Mill-memorja jidhirli li l-aħħar miżuri fuq id- diesel duty free kienu effettivament ittieħdu minn gvern Laburista ta' l- 1972.", "Minn dak iż-żmien 'l hawn l-għajnuna dejjem ġiet ikkonsidrata, inkluż il-ftehim li sar fl-1 ta' Mejju 2000, għal dawk is-sajjieda full- time għax l-għajxien tagħhom jiddependi kompletament fuq is-sajd.", "Allura jkun jagħmel sens li fejn il-gvern jista' jagħti assistenza mill-baskett li għandu, jagħtiha lil dawn in-nies.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Galea.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Jista' l-ministru jgħid jekk fil-proċess ta' konsultazzjoni dwar l-impjant ta' riċiklaġġ ta' Sant'Antnin kienx hemm xi reazzjoni negattiva li ma jaqblux magħha kemm il-partit Laburista, li issa qiegħed fuq quddiem nett fil-kampanja kontra dan l-impjant, u kif ukoll l- Alternattiva Demokratika?", "MR SPEAKER: Il-Ministru Pullicino.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Le, għal dak li għandu x'jaqsam ma' pjan ta' strateġija nazzjonali għall-immaniġġjar ta' l-iskart li kien tlesta f'Ottubru 2001, kienu ġew ikkonsultati l-NGOs ta' pajjiżna, inkluż Dr. Harry Vassallo, iċ-chairman ta' l-Alternattiva Demokratika li kien ta wkoll il-feedback tiegħu bil-miktub għall-abbozz ta' l-istrateġija.", "Fl-input li kien ta Dr. Vassallo m'hemmx lanqas kelma waħda li turi li l-Alternattiva Demokratika kienet oġġezzjonat li l-impjant ta' riċiklaġġ ta' l-iskart ikun dak ta' Sant'Antnin ġewwa Marsascala.", "Tant hu hekk, li f'paġna 78 tal- manifest elettorali ta' l-Alternattiva Demokratika ta' l-2002, hemm speċifikat li hija favur l-immodernizzar ta' l-impjant ta' riċiklaġġ ġewwa Sant'Antnin.", "Biex inkun preċiż il-kliem użat kien \"l-impjant ta' l-iskart solidu ġewwa Sant'Antnin\", u allura żgur li ħadd ma jista' jgħid li l- Alternattiva Demokratika kienet qed tirriferi għall-impjant ta' l-iskart likwidu, jiġifieri dak tat-tisfija tad-drenaġġ li hemm hemmhekk.", "Inkwantu tal-pożizzjoni tal-partit Laburista, m'iniex informat li kien hemm reazzjoni jew kummenti negattivi fir-rigward ta' l-istrateġija nazzjonali għall-immaniġġjar ta' l-iskart.", "Li nista' ngħid hu li f'wieħed mid- dokumenti maqbula fil-konferenza straordinarja tal-partit Laburista f'Ottubru ta' l-2002, hemm speċifikatament illi gvern Laburista ta' bejn l- 1996 u l-1998 għamel pass 'il quddiem bl-introduzzjoni ta' ecopods, tant li skond l-istess partit, dak l-impjant kien qed jaħdem biżżejjed mingħajr dannu għar-residenti ta' l-inħawi.", "Jekk fl-2002 l-impjant antikwat li kien hemm kien qed jaħdem mingħajr dannu, ma nistax nifhem kif ġaladarba żżid biss 5,000 tunnellata ta' skart organiku, jista' jkollok pożizzjoni negattiva għall-proposta li qed jagħmel il-gvern għall-immodernizzar u upgrading ta' l-impjant!", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, xtaqt immur lura għall-mistoqsija li tikkonċerna s-sajd.", "X'miżuri applika l-gvern biex jiġi assigurat li fiż- żoni sensittivi ta' l-ibħra tas-sajd Maltin, jiġifieri fis-sikek fejn jitrabba l-ħut, ma jsirx dumping ta' vapuri?", "Qed ngħid hekk għax b'mod regolari naraw vapuri li jkunu qegħdin madwar il-kosta, anke qrib sikek fejn jistadu s-sajjieda meta jkun il-maltemp.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Filwaqt li nifhem li din il-mistoqsija qed issir lili bħala ministru responsabbli mis-sajd, l-Onor.", "Farrugia jrid jifhem ukoll li jiena m'għandix x'naqsam mas-superviżjoni ta' l-ibħra Maltin.", "Din qiegħda f'idejna il-forzi armati li flimkien ma' l-MMA għandhom ir- responsabilita' prinċipali f'dan ir-rigward.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Galea.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Mr Speaker, ħa nerġa' mmur lura għas-suġġett ta' l- impjant ta' riċiklaġġ.", "Il-ministru jikkonferma li l-kunsill lokali ta' Wied il-Għajn ħeba r-rapport tal-Profs.", "Vella li kkummissjona hu stess u li fil-laqgħa pjuttost vjolenti li saret f'Wied il-Għajn u li suppost kellha tkun ta' konsultazzjoni, is-sindku ta' Wied il-Għajn ma semmiehx dan ir- rapport?", "Jikkonferma li f'dan ir-rapport il-Prof.", "Alfred Vella jgħid bl- aktar mod ċar li m'huwiex mistenni li jkun hemm ammont sinifikanti ta' trab mitfugħ fl-arja minħabba li l-proċess se jsir f'bini magħluq u li jekk l- impjant jitmexxa kif suppost, l-irwejjaħ li joħorġu minnu jibqgħu f'livell baxx?", "Jikkonferma wkoll li dan ir-rapport jgħid li fejn jidħlu l-vetturi għal dan l-impjant tar-riċiklaġġ, l-impatt fuq it-tniġġis ta' l-arja mit- traffiku addizzjonali m'huwiex mistenni li jkun sinifikanti?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Nikkonferma dawn il-kwotazzjonijiet mir-rapport tal-Profs.", "Alfred Vella.", "Niddikjara li għandi stima professjonali lejn il- Profs.", "Alfred Vella tant li f'żewġ kumitati li waqqafna dan l-aħħar bħala gvern kemm għar-reviżjoni ta' l-istrateġija nazzjonali, kif ukoll fil- kumitat tekniku li jrid jidentifika x'tip ta' teknoloġija hawn fis-suq dinji li taqleb l-iskart f'enerġija u liema l-aħjar li nagħżlu minnhom għal pajjiżna ...", "Irrid ngħid li r-rapport tal-Profs.", "Alfred Vella, li ġie kkummissjonat min-naħa tal-kunsill lokali ta' Wied il-Għajn - u mhux mill- gvern issa - biex jeżamina l-environmental impact assessment, qrajtu kollu mill-ewwel sa l-aħħar linja u nista' ngħid li b'mod ġenerali jikkonferma li m'hemmx affarijiet ta' barra minn hawn li jibnu biżżejjed argumenti sabiex ikun hemm dik ir-reżistenza għal dak l-impjant modernizzat.", "Jidher bl-aktar mod ċar li sal-lum il-kunsill lokali ta' Wied il-Għajn għadu ma ddiskutiex dan ir-rapport u dan ġie kkonfermat ukoll fl-istqarrija li ħarġu l-kunsilliera Laburisti ta' l-istess kunsill.", "Mhux talli hekk, talli effettivament fil-laqgħa li saret u li jiena kont preżenti għaliha, kien preżenti wkoll il-Profs.", "Vella, li kien fl-ewwel ringiela u la s- sindku u lanqas persuna oħra ma talbuh fl-ebda ħin biex jirrelata dak li hemm fir-rapport u jħallu lin-nies preżenti jagħmlulu l-mistoqsijiet.", "Jien naraha stramba li wara li l-kunsill lokali ħareġ il-flus biex jikkummissjona rapport tekniku mill-Profs.", "Alfred Vella, mhux biss ma esponiex dan ir-rapport waqt il-laqgħa li suppost kienet ta' konsultazzjoni jew forsi aktar ta' konfrontazzjoni, imma lanqas biss għadu ma ddiskuta dan l-istess rapport.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Il-ministru jikkonferma li kien gvern Laburista ta' bejn l-1996 u l-1998 li rranġa dan l-impjant biex ma jkunx hemm tniġġis ta' l-arja li kien iktar qawwi taħt l-amministrazzjoni Nazzjonalista?", "Jaf li skond statistika li ħarġet mill-EU fejn għandha x'taqsam id-direttiva 2003 ta' l-1987 dwar il-kwestjoni ta' greenhouse gases li joħorġu fil- pajjiż, Malta m'hijiex qiegħda skond l-obbligi tal-Kyoto protocol u li fil- fatt aħna wieħed mis-sitt pajjiżi li qegħdin lura tant li l-emission per capita tal-carbon dioxide hija għolja u qiegħda fil-kategorija ta' 8,000 kilogramme per capita per annum u li din hija l-iktar konċentrata fuq in- naħa tas-south ta' Malta?", "Meta l-ministru jqis li kollox huwa kkonċentrat fis-south ta' Malta, inkluża l-power station u l-freeport, ma jaħsibx li se jkompli jżid il-ħsara li se taffettwa ħażin l-ħajja u s-saħħa tan-nies li joqogħdu f'dawn l-inħawi?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Nitlob lill-Onor.", "Farrugia biex qabel ma jagħmel mistoqsija dwar l-obbligi ta' pajjiżna skond il-protokoll ta' Kyoto, imur jiċċekkja fl-annessi tal-protokoll biex jara x'inhuma l-obbligi ta' pajjiżna f'dan ir-rigward.", "Meta mbagħad effettivament jara x'obbligi għandu pajjiżna, inkun f'pożizzjoni li nwieġeb u anke nieħu din il- mistoqsija oltre.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mario Galea.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Il-Ministru jikkonferma li oriġinarjament fl-impjant ta' Sant'Antnin kien jinżel 200,000 tunnellata ta' skart organiku u li issa dan l-ammont ġie mnaqqas għal 35,000 tunnellata?", "Jikkonferma wkoll li ma jagħmilx sens dak li qed jingħad minn uħud minn dawk li qed jipprotestaw għall-impjant, li nibdew b'35,000 tunnellata ta' skart organiku u mbagħad inżidu l-ammont, għax diġa' ġie deċiż li kieku dan l-ammont jinżel aktar minn hekk, l-ammont ta' kompost li nipproduċu minnu jkun ħafna iktar minn dak li għandna bżonn?", "Għax il-massimu ta' kompost li għandna bżonn jammonta biss għal 35,000 tunnellata ta' skart organiku.", "Peress li l- ministru segwa dan il-proċess mill-bidu tiegħu, sema' lill-partit Laburista joffri xi sit alternattiv?", "Għax filwaqt li wieħed jifhimha li l-partit Laburista jgħid li ma jaqbilx, ma jidhirlix li hu offra xi sit alternattiv.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Mr Speaker, ħalli nwieġeb il-mistoqsija ta' l-Onor.", "Mario Galea u nikkoreġi xi ħaġa milli qal.", "L-istrateġija nazzjonali kif approvata f'Ottubru ta' l-2001 kienet tgħid li fl-impjant ta' Sant'Antnin għandhom jinżlu 125,000 tunnellata ta' skart organiku kif ukoll 126,000 tunnellata ta' skart li jkun ġej minn bring-in sites.", "Hawnhekk qed nirriferu għal plastic, ħġieġ, metall u kartun.", "Jiġifieri dan huwa l- materjal li nitfgħu llum fil-50 bring-in sites li għandna u li fis-sentejn li ġejjin se jitilgħu għal 400.", "Meta eventwalment ġew imqabbda l-konsulenti biex jitħejja dak li jissejjaħ il-project description statement u jsir ix-xogħol preliminari fuq l- environmental impact statement, il-konsulenti barranin ġibdu l-attenzjoni li ma jagħmilx sens li f'pajjiżna nipproċessaw 125,000 tunnellata ta' skart organiku biex nagħmlu l-kompost għax l-ammont ta' kompost li konna se nispiċċaw bih, kien ikun ferm żejjed minn dak li pajjiżna għad jista' effettivament juża jew jassorbi.", "Għalhekk it-talba lill-Unjoni Ewropea għall-fondi mill-fond ta' koeżjoni saret sabiex l-impjant ta' Sant'Antnin jiġi modernizzat u jieħu fih 35,000 tunnellata ta' skart organiku biex minnu jkun prodott 15,000 tunnellata ta' kompost, kif ukoll jinżel fih 36,000 tunnellata ta' skart mill-bring-in sites, dak li jissejjaħ inert waste, li huwa skart li ma jagħmilx riħa għax jikkonsisti fi plastic, ħġieġ, kartun u metall.", "Mr Speaker, sal-lum la jien u lanqas il-Wasteserv ma rċevejna l-ebda talba jew proposta ta' sit ieħor minn dak li effettivament ġie konkluż.", "Ta' min jgħid li sar studju ta' siti alternattivi li tat il-MEPA lill-Wasteserv sabiex jinkluduhom fir-rapport ta' analiżi ta' siti possibbli fejn ikun jista' jsir impjant bħal dan.", "Dak ir-rapport sar, intbagħat ukoll lill- kunsill lokali ta' Wied il-Għajn, lill-kunsill lokali ta' Ħaż-Żabbar u lill- kunsill lokali taż-Żejtun u l-impjant ta' Sant'Antnin ġie meqjus bħala l- iktar site li joffri potenzjal, anke minħabba l-fatt li dan l-impjant mhux se jiġi żarmat kollu imma hemm partijiet minnu li se jibqgħu jintużaw.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Carmelo Abela, domanda supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Jista' l-ministru jgħid jekk l-applikazzjoni li hemm quddiem il-MEPA ġietx mibdula jew le, jiġifieri jekk din tirriflettix dak li qed jgħid il-gvern, li skond hu se jkun hemm 35,000 tunnellata ta' skart organiku u 36,000 tunnellata ta' skart li ġej mill-bring-in sites?", "Jista' jgħid ukoll jekk il-pjanti u d-disinji humiex lesti peress li f'risposta għal mistoqsija parlamentari dawn kienu għadhom m'humiex lesti?", "X'konsultazzjoni saret mill-gvern fuq inizjattiva tal-gvern stess mal- kunsilli lokali ta' l-inħawi biex jiddiskuti magħhom qabel il-gvern iddeċieda li jkabbar l-impjant ta' riċiklaġġ?", "Il-gvern għandu f'moħħu li għada pitgħada tintuża xi barriera li hemm fil-viċinanzi ta' l-impjant ta' riċiklaġġ sabiex jitpoġġa xi skart fiha, l-aktar meta l-engineered landfill f'Ta' l-Għallies tkun ġiet użata kollha?", "Billi jidher li l-Wasteserv qagħdet fuq dak li qal il-gvern u cioe' li l-impjant ta' riċiklaġġ jitkabbar - dan ħareġ ukoll minn konsultazzjoni li saret wara li telaq il- ministru minħabba mpenji oħra li kellu fil-laqgħa li saret f'Wied il-Għajn stess - u l-MEPA kienet diġa' esprimiet ruħha li hi kontra dan, dan ifisser li d-deċiżjoni li dan l-impjant jitkabbar ħadha l-gvern?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Mr Speaker, qabel xejn nirringrazzja lill-Onor.", "Abela għall-mistoqsijiet tiegħu.", "Sal-lum l-applikazzjoni għadha ma ġietx mibdula pero' l-intenzjoni li tinbidel diġa' ġiet espressa minni pubblikament u definittivament se tinbidel.", "Irrid ngħid li t-talba li saret lill-Unjoni Ewropea għall-fondi kienet tispeċifika - kif diġa' għidt - 35,000 tunnellata ta' skart organiku u 36,000 tunnellata ta' skart li jinġab mill-bring-in sites.", "Jiġifieri żgur illi dak li l-gvern irid jagħmel hemmhekk huwa bbażat ukoll fuq il-fondi li se tgħaddi l-Unjoni Ewropea, li huma 70% minn spiża ta' madwar Euro 18 miljun li rridu nagħmlu hemmhekk.", "Huwa impossibbli li għalissa jkunu lesti l-pjanti għas-sempliċi raġuni li qegħdin fl-istadju ta' environmental impact assessment, dan qed ikun analizzat min-naħa tal-MEPA u huwa f'dak l-istadju li l-EIA jkun approvat, imbagħad toħroġ it-tender għax it-tender trid toħroġ ukoll abbażi ta' speċifikazzjonijiet li tista' tagħmel il-MEPA stess.", "Allura min jitfa' t- tender irid jgħid kif l-impjant se jkun effettivament iddisinjat.", "Huwa f'dak l-istadju li joħorġu d-dettalji tal-pjanti.", "Rigward il-barriers li semma l-Onor.", "Interpellant nista' nwieġbu li l- engineered landfill f'Ta' l-Għallies hija maħsuba biex għallinqas tieħu skart għal 20 sena oħra.", "X'jiġri wara dan iż-żmien, żgur li ma nistax inwieġbu imma ġaladarba l-pajjiż imur għall-faċilita' ta' waste u energy, nittama li dik il-barriera tagħtina aktar minn 20 sena.", "Dwar il-mistoqsija l-oħra jekk il-MEPA kenitx esprimiet ruħha jew le, bir- rispett kollu ngħidlu li l-istrateġija nazzjonali m'hijiex remit tal-MEPA imma hija tal-gvern.", "L-istrateġija nazzjonali ġiet approvata f'Ottubru ta' l-2001 u huwa l-kumitat li waqqafna dan l-aħħar li jrid jagħmel - dan fih rappreżentanza tal-MEPA imma m'hijiex il-MEPA - l-aġġornament ta' din l- istrateġija nazzjonali u eventwalment il-gvern irid jaqbel fuqha.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet issa għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti u nsejjaħ lill-Ministru Pullicino.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Dettalji dwar l-allokazzjoni ta' fondi għal miżuri stipulati fil-Pjan ta' l-Iżvilupp Rurali 2004-2006, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari 9961; u", "f'isem il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura, inqiegħed fuq il-mejda tal- Kamra:", "Tagħrif dwar il-parteċipazzjoni ta' l-Awtorita' ta' Malta dwar it- Turiżmu f'fieri ta' vvjaġġar, wirjiet u workshops matul l-2004-2005, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari 10187; u", "f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Barranin, inqiegħed fuq il-mejda tal- Kamra:", "Kopja tad-diskorsi tal-President Malti u dak tar-Repubblika Ċeka waqt ikla statali li saret fit-18 ta' Jannar 2005 fl-okkażjoni taż-żjara statali tal-President ta' Malta fir-Repubblika Ċeka, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari 10157.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Ngħaddu issa għal Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IL-KUNSILLI LOKALI", "LOCAL COUNCILS (AMENDMENT) BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mis-26 ta' Jannar 2005.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Silvio Parnis huwa in possession.", "ONOR.", "SILVIO PARNIS: Mr Speaker, il-bieraħ waqt id-diskussjoni ta' din il-liġi kelli ċans niddiskuti ftit il-bidu tal-kunsilli lokali u l-ħidma li għamlu.", "Enfasizzajt kemm bħala partit Laburista nemmnu li fil-kunsilli lokali wara li jgħaddu l-elezzjonijiet irridu ninsew li qegħdin hemmhekk bħala partit u li rridu naħdmu bħala lokal.", "Għidt ukoll li fejn kien hemm kunsilli Laburisti kien hemm riżultati pożittivi ħafna.", "Tkellimt fuq il- gwardjani lokali u għidt li ftit hemm xi tgħid favur dawn il-gwardjani lokali għaliex il-maġġoranza kbira tal-votanti ma jaqblux magħhom!", "Għidt ukoll li jista' jsir użu aħjar mill-gwardjani lokali billi jintużaw aktar fejn tidħol l-indafa u d-dixxiplina fil-lokalitajiet tagħna.", "Mr Speaker, jiena kont, għadni u nibqa' nemmen li l-partiġġjaniżmu fil- kunsilli lokali m'huwiex loku!", "Hija ħaġa pożittiva li l-maġġoranza tal- poplu Malti jemmen li l-flus tal-kunsilli qegħdin hemm sabiex jintużaw b'mod tajjeb.", "Il-partit Laburista ma jaqbilx mat-taxxi lokali u għidt ukoll li gvern Nazzjonalista sena wara sena naqqas il-fondi tal-kunsilli lokali.", "Fil-fatt il-VAT fissret aktar ħruġ għall-kunsilli lokali u konsegwentement inqas dħul.", "Imbagħad wara dort dawra mal-lokalitajiet ta' Raħal Ġdid, Ħal Tarxien, Santa Luċija, il-Gudja u l-Marsa.", "Per eżempju, semmejt il-problema tal- power station u n-nuqqas ta' spazju fil-Marsa.", "Semmejt ix-xogħol tajjeb li sar mill-kunsill lokali ta' Raħal Ġdid flimkien mal-kunsilliera kollha tiegħu, fejn dawn marru f'uffiċini ġodda li għandhom il-faċilitajiet kollha meħtieġa għall-persuni b'diżabilita'.", "Semmejt il-kunsill lokali ta' Santa Luċija li għandu rekord ta' organizzazzjoni u rispett għall-persuni b'diżabilita', semmejt il-Gudja fejn il-kunsill ta' dan ir-raħal flimkien mal-gvern ħadmu fl-area Ta' Xlejli u taw it-tarmac f'dik l-area.", "Semmejt ukoll ix-xogħol kbir li sar f'Ħal Tarxien fejn hemm kunsill lokali b'maġġoranza Laburista u li huwa mmexxi minn sindku abbli.", "Semmejt wkoll problemi fejn jidħol l-ambjent, it-toroq, il-parkings, il- bankini, it-traffiku, id-drenaġġ, il-powerstation, il-vandaliżmu, il- kliniċi tas-saħħa, il-problema tad-droga, il-wardens, id-dawl, il-fish farms u lista li ma tispiċċa qatt.", "Irrid ngħid li llum wara għaxar snin ta' eżerċizzju tal-kunsilli lokali, il-poplu Malti jħares lejhom b'xejra pożittiva u dan joħroġ mill-fatt li kważi 80% tal-votanti joħorġu jivvotaw għall-kunsilli lokali.", "Nittama li nkomplu naħdmu fuq dawn il-binarji li s'issa ħdimna bihom.", "Mr Speaker, hemm bżonn li nibqgħu naħdmu fil-kunsilli lokali u naraw li jkun hemm ukoll interess fil-qasam ta' l-anzjani bħalma diġa' rajna f'uħud mill-kunsilli lokali li ħadmu u fetħu day centres.", "Pero' naħseb li wasal iż-żmien li f'pajjiżna nibdew naħsbu wkoll għal night centres u naraw jekk dawn humiex vijabbli għal pajjiżna.", "Nemmen ukoll li l-kunsilli lokali għandhom jibdew jaħdmu flimkien.", "Fil-fatt il-kunsilli lokali ta' Raħal Ġdid, Ħal Tarxien, Gudja, Marsa u Santa Luċija kienu għamlu talba sabiex jinfetaħ day centre jew dar ta' l-anzjani fil-lokalita' tagħhom.", "Madankollu nkunu qed nidħku bil-poplu jekk ngħidu li f'kull lokal se nagħmlu day centre jew dar ta' l-anzjani u għalhekk naħseb li wasal iż- żmien li l-kunsilli lokali jingħaqdu flimkien u jaraw kif jistgħu jagħmlu day centre li minnu jiggwadanjaw il-lokalitajiet li jkunu viċin xulxin.", "Sa minn dejjem il-partit Laburista għafas dwar il-ħtieġa li l-kunsilli lokali jaħdmu aktar għal dak li għandu x'jaqsam ma' l-aspett soċjali.", "Il- kunsilli lokali kisbu riżultati pożittivi fl-ambjent, fil-ġbir ta' l- iskart u anke fejn tidħol l-edukazzjoni.", "Fil-fatt il-kunsilli ħadmu flimkien ma' l-iskejjel u mal-kunsilli skolastiċi sabiex tiżdied l- effiċjenza u jkun hemm modernizzazzjoni fl-iskejjel.", "Rajna riżultati pożittivi fl-immaniġġjar tat-traffiku, fil-bini ta' toroq, f'dak li għandu x'jaqsam ma' attivitajiet soċjali u fil-manutenzjoni ta' housing estates.", "Kunsilli lokali ħadmu wkoll fuq trasport għall-iskejjel, fuq ġemelaġġi, scholarships, permessi għall-bini u permessi għal attivitajiet tal-massa f'żoni pubbliċi.", "Mr Speaker, il-partit Laburista huwa favur din il-liġi li qed niddiskutu llejla u għalkemm hemm affarijiet li l-partit Laburista jaqbel magħhom, hemm affarijiet oħra fejn il-partit Laburista qiegħed jipproponi li jsiru sabiex inkomplu nsaħħu l-kunsilli lokali.", "Il-partit Laburista huwa l-partit ta' gvern alternattiv għal pajjiżna.", "Mill-oppożizzjoni rridu nsaħħu l-istituzzjonijiet ta' pajjiżna u minn dawn il-bankijiet irridu naħdmu sabiex għada, pitgħada meta nkunu fil-gvern insibu li ħafna mix-xogħol diġa' qabad ir-rankatura.", "Minn dawn il- bankijiet ta' l-oppożizzjoni rridu nkunu sinċiera mal-poplu u dak li huwa tajjeb ngħidu li huwa tajjeb u fejn nistgħu nipproponu għall-aħjar nipproponuh.", "Il-poplu Malti m'għadux aktar dak il-poplu li jibla' kollox iżda issa tgħallem jaqra, jevalwa, jisma' u jiddiskuti.", "Għalhekk bħala partit Laburista qegħdin inħarsu lejn il-kunsilli lokali bħala xi ħaġa pożittiva għal pajjiżna.", "Mr Speaker, il-partit Laburista jemmen ukoll li fil-kunsilli lokali m'hemm ħadd għar-rimi għaliex kulħadd jista' jagħti s-sehem tiegħu sabiex il- lokalitajiet tagħna jimxu 'l quddiem.", "Inkunu qegħdin nagħmlu suwiċidju jekk naħsbu li rridu naħdmu biss b'tendenzi politiċi jew li rridu nħarsu u naħdmu biss fejn hemm maġġoranzi Laburisti!", "Anzi b'wiċċi minn quddiem nista' ngħid li l-partit Laburista permezz tal-kunsilliera tiegħu f'kull lokalita', sew fejn għandu maġġoranza u sew fejn għandu minoranza qiegħed jaħdem sabiex verament il-poplu tagħna jieħu dak li jixraqlu u dak li huwa l-aħjar għalih!", "Il-partit Laburista jemmen ukoll li wieħed mill-prinċipji fundamentali tal- kunsilli lokali hija l-awtonomija u li jingħataw l-ispazju kollu sabiex iwettqu l-ħidma tagħhom skond kif inhu spjegat lilhom fil-liġi.", "Madanakollu kunsill lokali jista' jingħaqad ma' kunsill lokali ieħor sabiex iwettaq ħidma kollettiva li tkun tista' tagħti riżultati aħjar.", "Bħala partit nemmnu wkoll li għandna naħdmu flimkien ma' kunsilli oħra, l-aktar fejn jidħlu d-djar ta' l-anzjani.", "Kif għidt fil-bidu tad-diskors tiegħi, aħna ma nistgħux nidħku bil-poplu tagħna u jekk ma jkunx possibbli li ssir dar ta' l-anzjani f'kull lokalita' għandna naħdmu flimkien u nsibu t-triq tan-nofs.", "Mr Speaker, jekk kulħadd ifajjar bl-addoċċ u kulħadd jagħmel dak li jaqbillu ma naslu mkien!", "Irridu naħdmu sabiex pajjiżna verament jimxi 'l quddiem.", "Illum nifhmu li ħafna mill-poteri li għandhom il- kunsilli lokali huma importanti ħafna u li kieku xi kunsill lokali kellu jieqaf għal ftit tal-ġranet malajr nindunaw bid-differenza.", "L-ambjent huwa importanti ħafna għal pajjiżna u għalhekk irridu nkomplu naħdmu biex inġibuh 'l quddiem.", "L-appell tiegħi huwa li nibqgħu ngħinu lil dawk il-kunsilli lokali, sindki u kunsilliera li jaħdmu b'rispett kbir lejn il-lokal tagħhom.", "Per eżempju, fil-lokal tiegħi rajt il-mirakli jsiru bil-ħidma tal-kunsill lokali!", "Dawn lanqas biss kellhom fejn jaħdmu iżda b'abilita' ħadmu sabiex ikollhom uffiċini ġodda, taw it-tarmak f'toroq ġodda, għamlu bankini ġodda, introduċew l-iskips fil-lokalita' u wettqu ħidma tremenda fiċ-ċentru tas- saħħa!", "Pero' xi kultant in-nies ftit tifhem kemm verament il-kunsilli ħadmu bis-serjeta' u kemm ikunu qed jagħmlu sagrifiċċji sabiex il-kunsill lokali jibqa' għaddej!", "Mr Speaker, irridu nħarsu wkoll lejn il-futur.", "Ma nistgħux ngħidu issa ħdima għaxar snin u allura nistgħu nieqfu hawn iżda rridu nħarsu lejn għaxar snin ta' ħidma oħra biex lill-poplu tagħna nagħtuh l-aħjar servizz li nistgħu.", "Illum il-ġurnata kulħadd qed jifhem l-importanza ta' l-ambjent fil-lokal tiegħu u fil-pajjiż kollu.", "Il-poplu Malti dar ħafna pajjiżi u kont tistħi tisma' lil xi ħadd jgħid li kullimkien issib ambjent isbaħ minn ta' pajjiżna!", "Għalhekk nitlob sabiex flimkien naħdmu ħalli din il-gżira nagħmluha gżira mill-isbaħ.", "Jekk naħdmu bil-għaqal fil-qasam ta' l- ambjent, ta' l-indafa u fit-tħaddim tas-sistema tat-traffiku, inkunu qegħdin naħdmu sabiex inressqu aktar turisti lejn pajjiżna!", "Dan ifisser li nkunu qed inkomplu nirrankaw l-ekonomija ta' pajjiżna!", "L-appell tiegħi jmur ukoll lejn l-awtorita' ta' l-ippjanar għaliex din il- ġimgħa kont qed indur lejn il-parti ta' isfel ta' Raħal Ġdid, magħrufa bħala Ta' Lourdes fejn hemm ħafna plots li għadhom m'humiex mibnija u qed juru ambjent ta' traskuraġni.", "Jien tkellimt mas-sindku u mar-residenti u nista' ngħid li għandhom raġun għaliex f'din l-area hemm ħafna djar sbieħ imma l-ambjent ma tantx huwa sabiħ.", "Għalhekk mill-aktar fis il-MEPA għandha tesiġi li fejn hemm plots li m'humiex mibnija jittellgħu ċnut ta' erba' jew ħames filati ħalli kemm jista' jkun l-ambjent jinżamm nadif.", "Il-kunsilli lokali huma gvernijiet lokali li bdew jaħdmu għaxar snin ilu u baqgħu jaħdmu anke meta kien hemm xi nuqqas ta' ftehim.", "Il-partit Laburista emmen li l-kunsilli għandna nħalluhom indipendenti u dan emmnitu wkoll il-Knisja.", "Madankollu l-partit Nazzjonalista dejjem ried idaħħal il- politika fihom!", "Mr Speaker, il-partit Laburista qagħad lura għal diversi snin milli joħroġ kandidati għall-kunsilli lokali u dan għamilnieh għaliex ridna nħalluhom 'il bogħod mill-politika.", "Pero' sa mill-bidunett li ħareġ il-partit Laburista fil-kunsilli lokali rajna r-riżultati u fejn qabel il- partit Laburista lanqas biss kien jeżisti u fejn il-partit Nazzjonalista kważi kellu l-maġġoranza f'kull lokal, illum il-ġurnata qed naraw li l- partit Laburista rebaħ il-maġġoranza assoluta fil-lokalitajiet ta' Malta!", "Fl-aħħar mill-aħħar irridu naħdmu sabiex verament il-kunsilli lokali jaħdmu għall-ġid tal-poplu.", "Min-naħa tiegħu, il-poplu jrid japprezza wkoll il- ħidma li jagħmlu s-sindki u l-kunsilliera tar-raħal tiegħu.", "Il-poplu jrid japprezza li s-sindki u l-kunsilliera qegħdin hemm sabiex jagħtu ambjent aħjar lill-familji tagħna, lil uliedna u lil ulied uliedna!", "Irridu nifhmu li l-kunsilliera qegħdin jaħdmu b'mod volontarju għal pajjiżna.", "Wara għaxar snin ta' ħidma qegħdin inressqu dan l-abbozz ta' liġi sabiex jemenda l-att dwar il-kunsilli lokali li l-għan aħħari tiegħu huwa sabiex jirregola l-elezzjonijiet tas-sindku u tal-viċi sindku.", "Dan se jsir permezz ta' involviment aktar dirett mill-votanti fejn bil-vot tagħhom ikunu qed jesprimu liema sindku jew viċi sindku jixtiequ.", "Il-partit Laburista dejjem emmen f'din il-ħaġa u dan għamilnieh ukoll sabiex inżidu l- poteri tal-kunsilli lokali u nagħtuhom aktar jeddijiet proċedurali, anke lil min ikun f'minoranza fil-kunsilli lokali.", "Mr Speaker, aħna nemmnu li anke min ikun fil-minoranza għandu dritt għal- leħen fil-kunsilli lokali għaliex fl-aħħar mill-aħħar il-kunsilli lokali huma tagħna lkoll!", "Irridu naħdmu għall-aħjar interess tal-poplu għaliex dan ma jiflaħx aktar jara li ndaħħlu l-politika f'kollox!", "Hemm bżonn li nifhmu li fejn jidħlu l-kunsilli lokali għandna nagħtu l-ewwel preferenza lir-raħal fejn inkunu twelidna, għexna fih u ħafna minna wkoll ikollhom ix- xewqa li jmutu wkoll f'raħal twelidhom.", "Nittama wkoll li liġi bħal din tibqa' dejjem tiġi aġġornata ħalli l-poplu Malti u Għawdxi kollu jkompli jżid il-fiduċja tiegħu fil-kunsilli lokali.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Anġlu Farrugia.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Mr Speaker, nixtieq nagħmel xi osservazzjonijiet li bilfors ikollok tagħmilhom meta taqra dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna.", "Jien nikkondividi l-ħsebijiet li għamel l-Onor.", "Parnis u m'hemmx dubju li bħala partit Laburista, aħna ma naqblux li għandu jkun hemm il-partit politiċi fl-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali.", "Pero' ladarba l-partit Nazzjonalista webbes rasu u għal elezzjoni wara l-oħra daħħal il-kandidati tiegħu, ma kellniex għażla oħra ħlief li nieħdu sehem aħna wkoll!", "Madankollu meta taqra klawsola 11 tal-liġi - il-kritika tiegħi se tkun waħda oġġettiva - wieħed jifhem li min iġib l-aktar għadd ta' voti mill-ewwel għadd fost il-kandidati ta' dak il-partit politiku għandu jkun il-persuna li tiġi eletta bħala sindku ta' dak ir-raħal.", "Pero' fatt ieħor li għandna naqblu fuqu huwa li ladarba l-prinċipju huwa dak li min iġib l-aktar numru ta' voti, jista' jkollok sitwazzjoni fejn il-partit Nazzjonalista jtella' tliet siġġijiet, il-partit Laburista jtella' tliet siġġijiet oħra u jkun hemm siġġu ieħor li jittella' minn xi ħadd indipendenti u li jkun ġab l-aktar ammont ta' voti!", "Jiġifieri l-first count votes ikunu fuq il-kandidat indipendenti.", "F'dak il-każ x'se jiġri?", "Hawnhekk għandna anomalija!", "(Interruzzjonijiet) Li qed ngħid huwa li jista' jkollok tliet kandidati Nazzjonalisti - ħalli ma nsemmix il-partit tagħna – li jaqblu li s-sindku għandu jkun dak indipendenti iżda jista' jiġri wkoll li jinħoloq ċertu diżgwid jekk kemm-il darba l-kandidat indipendenti jġib l-akbar ammont ta' voti.", "U meta taqraha ssib li l- artiklu huwa silenzjuż!", "Aħna m'aħniex qed ngħidu li mhux qed naqblu u qed nifhem li din m'hijiex problema fejn jidħlu ż-żewġ partiti iżda kemm-il darba jiżdiedu l- kunsilliera, allura ovvjament qiegħed tiskarta l-prinċipju ta' min ġab l- aktar ammont ta' voti, jiġifieri l-persuna li tkun ħarġet bħala indipendenti.", "Aħna x'qegħdin ngħidu?", "Jekk il-prinċipju huwa ta' min iġib l-aktar voti għandu jiġi rikonoxxut il-każ meta dik il-persuna tkun indipendenti.", "Jekk ikun ta' partit politiku m'għandniex għalfejn nagħmluha għax diġa' qiegħda f'din il-klawsola.", "Din hija kritika tiegħi u forsi fl- istadju ta' Kumitat inkunu nistgħu niddiskutuha aħjar.", "Mr Speaker, m'hemmx dubju li dan l-att huwa żvilupp li jien nemmen għandu jkun ma' żviluppi oħra f'demokrazija ħajja.", "Per eżempju, huwa tajjeb li f'pajjiż li għandu popolazzjoni ta' ftit aktar minn 400,000 kull darba li tasal elezzjoni ġenerali rridu naraw kif se nagħmlu l-boundaries sabiex inżidu l-persentaġġ 'l hawn u nnaqqsu minn hemm u noqogħdu naqsmu d- distretti?!", "Aħna l-membri parlamentari għalfejn qegħdin f'dan il-Parlament?", "Qegħdin hawnhekk għaliex nemmnu li għandna nikkontribwixxu għall-politika ta' pajjiżna fl-interess nazzjonali u mhux fl-interess tar-raħal biss!", "L- interess primarju għandu jkun l-interess nazzjonali.", "Ħalli mbagħad forsi xi darba - mhux qed ngħid issa iżda f'xi żmien fejn inkunu għadna aħna hawn f'din il-Kamra – nikkonsidraw li jkollna distrett nazzjonali wieħed biex min irid jivvota lill-Onor.", "Tonio Borg minn tas-Sliema jew minn Għawdex ikollu kull dritt li jagħmel hekk, bħalma jkollu kull dritt min irid jivvota lili.", "U forsi b'hekk verament ikollna - ħalli ngħid hekk - the best cream għal dan il-Parlament Malti.", "Dan qed ngħidu b'responsabilita'.", "Ħalli issa niġu għall-kunsilli lokali.", "Meta nkun qed nitkellem fuq il- kunsilli lokali nħobb nara x'inhu jiġri f'xi kunsill partikolari u se nieħu l-kunsill lokali tal-Mosta.", "Bħalissa għaddejjin il-proġetti tat-toroq u l- ewwel ħaġa li rrid ngħid huwa li bil-fondi mill-Ewropa x-xogħol tat-toroq diġa' qiegħed lura!", "Jekk nieħdu t-toroq li qegħdin in-naħa ta' fejn kien hemm l-Alpha restaurant - hawnhekk il-Mostin jifhmuni – insibu li t-toroq li jagħtu għar-Rabat jew għall-Imġarr għadhom magħluqin u ħadd ma jista' jgħaddi minnhom.", "Hemm taħwida sħiħa fis-sistema tat-traffiku li ilha sejra x-xhur!", "Dawn it-toroq suppost li kellhom jitlestew f'Novembru li għadda iżda sal-lum għadhom m'humiex lesti.", "Mr Speaker, għadda Jannar u bdejna Frar ukoll u hemm xi indikazzjoni li forsi sa Marzu li ġej dawn it-toroq jitlestew.", "Mill-informazzjoni li għandi dawn it-toroq se jingħataw coating wieħed biss u lanqas se jagħtuhom il-coatings li suppost jingħataw!", "Anke fil-proġett tan-naħa tat- triq li mir-roundabout tagħti għar-Rabat, fejn in-nies li jinżlu mir-Rabat iridu bilfors jidħlu l-Mosta qed tinħoloq il-problema li r-Rabtin u l- Mostin qed jispiċċaw f'bottleneck fi Triq l-Indipendenza u ninvita lill- membri kollha sabiex jipprovaw jgħaddu minn hemmhekk bejn il-5.00 p.m. u s- 6.00 p.m. ħalli taraw kemm iddum biex tgħaddi!", "Ħdejja hawn bil-qiegħda l- Onor. Gavin Gulia li jaf ukoll kemm din qed taffettwa n-naħa l-oħra ta' Ħaż- Żebbuġ u naf fiż-żgur li se jitkellem dwarha.", "Hawnhekk xtaqt nistaqsi wkoll fuq il-famuż proġett tal-pjazza tal-Mosta.", "L- ewwel mistoqsija li rrid nagħmel hija: Meta se jkun lest dan il-proġett tal- pjazza?", "Dan mhux qed nistaqsih jien iżda qed jistaqsuh il-Mostin kollha għaliex jinsabu nkwetati bil-problemi li qed jinqalgħu fil-pjazza, bħal, per eżempju, problemi ta' parking, problema fis-sistema tat-traffiku u problema wkoll ta' ambjent.", "Hawnhekk irrid nagħmel osservazzjoni wkoll għaliex b'kumbinazzjoni l-periti li qed jieħdu ħsieb dawn il-proġetti inzertaw minn kumpannija li huwa mdaħħal fiha l-Ministru Mugliett!", "Għalhekk huwa tajjeb li nistaqsu jekk din hijiex xi kumbinazzjoni jew inkella hemmx xi interess ieħor!", "Bħala rappreżentant tal-poplu għandi kull dritt li meta jkun hemm xi xamma ta' xi ħaġa li m'hijiex miexja kif għandha timxi niġi hawn u nsemmiha ħalli nkunu nistgħu naraw x'inhu jiġri.", "Xtaqt insemmi wkoll is-siġar li hemm imħawla fil-pjazzi tal-Mosta.", "Niftakar li dawn kienu tħawwlu fis-snin '60 meta jien kont għadni żgħir ħafna u niftakar lill-ex-ministru Pawlu Borg Olivier meta fetaħ is-civic centre tal-Mosta.", "Niftakru għaliex kienet xi ħaġa tajba, pero' llum dawn is-siġar għadhom lokhom hemm?", "Ma tistax tipparkja karozza taħthom u lanqas tista' tieqaf titkellem taħthom għaliex jiġrilek bħal meta tmur f'Ġibilta', li bil-ħamiem u l-għasafar li jgħaddu bilfors tiċċappas bil-ħmieġ tagħhom.", "Għalfejn ma nagħmlux sistema fejn dawn is-siġar jiġu trimmed f'forma ta' lembut ħalli apparti li jsebbħu l-ambjent ma jikkawżawx dan l-inkonvenjent?", "Għalfejn il-kunsill lokali ma jeħux dawn il-passi?", "Qiegħed nistaqsi lis- sindku għaliex fil-Mosta għandna maġġoranza mmexxija mill-partit Nazzjonalista.", "L-istess ħaġa tista' tingħad għal-latrini pubbliċi li hemm fil-pjazza tal- Mosta.", "Dawn qegħdin 'l isfel mill-art u sabiex wieħed jużahom irid jinżel it-taraġ.", "Ma taħsbux li llum meta qed nagħmlu refurbishing fihom naraw li jkunu fl-istess livell tal-ġnien ħalli jkunu aċċessibli wkoll għall-persuni b'diżabilita'?", "U ladarba qiegħed insemmi l-ġnien ta' wara l-knisja nixtieq ngħid xi ħaġa fuqu wkoll.", "Niftakar li meta kont għadni attiv ħafna u kont fl-għaqda żagħżagħ soċjalisti dak iż-żmien, konna għamilna dan il-ġnien u semmejnieh għal Reggie Cilia li kien attivist kbir Laburista mill-Mosta u li kien miet ta' eta' żgħira.", "Niftakar li dan il-ġnien kien infetaħ minn sieħbi l-ex-ministru Freddie Micallef u fil-kommemorazzjoni ta' dan il- ġnien kienet tqiegħdet lapida li tgħid: \"Ġnien Reggie Cilia''.", "X'saret minnha dik il-lapida?", "Min qalagħha dik il-lapida u fejn tinsab bħalissa?", "Wara li jitlestew dawn ix-xogħlijiet se terġa' titpoġġa f'postha?", "Huwa importanti li dawn il-mistoqsijiet jiġu mwieġba għaliex din tagħmel parti mill-istorja politika tal-Mosta!", "Mr Speaker, jiddispjaċini ngħid li titqażżeż tgħaddi mill-area Ta' Mlit - qed insemmiha mhux għax noqgħod hemm jien - li tinsab fi stat diżastruż.", "Dan il-housing estate huwa monument tal-partit tal-ħaddiema għax kull housing estate hi monument għall-partit tagħna għax kien il-partit tagħna li meta kien hemm il-bżonn, ħa ħsieb li jipprovdi l-housing.", "Nhar il-Ħadd li ġej aħna se noħorġu n-nies fit-toroq u nimlew il-Fosos pero` jiena nħeġġeġ lill-Mostin - speċjalment lir-residenti ta' Ta' Mlit - biex jingħaqdu u jorganizzaw protesta fil-housing estate tal-Mosta biex ix- xogħlijiet meħtieġa jsiru mill-iktar fis possibli.", "Illum qiegħed fl-agħar sitwazzjoni li jista' jkun dan il-housing estate u għalhekk inħeġġeġ biex il-Laburisti u l-oħrajn kollha li joqogħdu f'dan il-housing estate jingħaqdu wara l-partit Laburista għax dan biss jista' jagħmel attivitajiet biex iqajjem il-kunsill lokali tal-Mosta u jħeġġu jagħmel ix-xogħol meħtieġ.", "Mr Speaker, irrid ngħid ukoll li hemm bżonn li jsir culvert min-naħa ta' Cauchi, fil-pjazza li jibqa' nieżel fejn hemm il-ħanut tal-familja ta' l- Onor. Edwin Vassallo biex l-ilma jmur għall-wied.", "Nixtieq ngħid xi ħaġa wkoll dwar it-tħawwil tas-siġar mill-gvern fi Triq l-Imsaqqfin.", "Din it- triq tinsab qrib l-oqbra ta' żmien il-Feniċi li jinsabu mitluqin.", "Dan huwa sit turistiku importanti bejn in-Naxxar u l-Mosta fejn hemm ukoll xi fdalijiet Rumani.", "Il-gvern kien ħawwel is-siġar f'dik l-area u ftiehem mal- kunsill biex jibgħat il-ħaddiema tiegħu jieħdu ħsiebhom imma jidher li xi ħadd qabad u tefa' t-terrapien, bena ħajt u għalaq l-area fejn hemm is- siġar li ħawwel il-gvern.", "Allura l-gvern jagħmel proġetti u ma jkunx jaf x'qed isir minnhom?", "Issa jekk il-privat għandu dritt għal din l-art, allura jeħodha imma għallinqas għandu jkun hemm kontroll mill-gvern biex jara li dan ma jagħlaqx dak li jsebbaħ l-ambjent.", "Fejn qiegħda l-MEPA?", "Jekk dan huwa proġett tal-gvern, jiena nifhem li qed isir fuq art pubblika.", "B'liema dritt qed jinbena dan il-ħajt?", "Jekk min qiegħed jibni l-ħajt għandu dritt għal dik l-art, allura għiduli x'se jagħmel il-gvern biex jipproteġi dak li diġa` sebbaħ l-ambjent?", "Sfortunatament uħud minn dawn is-siġar tqaċċtu u dan hu vandaliżmu imma ħadd ma jagħmel xejn fuq dan il- każ.", "Dawn huma affarijiet li jista' jarahom kulħadd.", "Qaluli bihom in-nies u investigajthom jien personali biex nara eżattament x'sar u ma sarx.", "Issa li qed insemmihom jeħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jieħdu l-passi.", "Mr Speaker, fil-Mosta li hi t-tieni l-akbar belt f'pajjiżna wara Birkirkara għandna telqa kbira fil-Mosta.", "(Interruzzjonijiet) Ħal Qormi huma warajna għax fis-census għaddejnihom bi ftit.", "Fil-fatt aħna għandna l-akbar parroċċa f'Malta.", "Il-kunsill lokali tal-Mosta li huwa kunsill Nazzjonalista hu riflessjoni ta' x'qed jiġri lill-pajjiż taħt gvern Nazzjonalista.", "In-nuqqas ta' effiċjenza qed ikun rifless anke f'affarijiet żgħar.", "Per eżempju, il-bankina li qed tinbena fil-pjazza għandha l-kantunieri kollha b'forma ta' xewka mentri nafu li dawn kollha għandhom ikunu għat-tond għax imbagħad bilfors li jekk se jaqa' xi ħadd se jweġġa!", "Imma għandna għalfejn niġu f'dan il-Parlament biex ngħidu dawn l-affarijiet?", "Dan huwa sens komun!", "Il-partit Nazzjonalista, bir-rispett kollu lejh, lanqas common sense biex jagħmel bankina sura ta' nies m'għad baqagħlu, aħseb u ara biex imexxi lil dan il-pajjiż.", "Mr Speaker, aħna se nivvotaw favur din il-liġi għax dak kien il-qbil u għaliex issa t-tliet partiti qegħdin jieħdu sehem f'dawn l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali pero` ngħid li filwaqt li naqblu mal-prinċipji li hemm f'din il-liġi, naħsbu li – kif anke qalet il-knisja kattolika Maltija – ikun ħafna aħjar kieku l-partiti politiċi ma jeħdux sehem fl-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali.", "Issa la dħalna għal-logħba demokratika, se nilagħbu u jien ċert li l-partit Nazzjonalista wasal għal tkaxkira oħra fl- elezzjonijiet li ġejjin.", "Jiena nħeġġeġ biex nhar il-Ħadd li ġej in-nies jiġu bi ħġarhom u jimlew il-Fosos sabiex juru lill-gvern li ma jaqblux mal- politika negattiva tiegħu.", "Inħeġġeġ ukoll lill-Mostin biex 'il quddiem jorganizzaw protesta lokali għall-istat diżastruż li qed jgħixu fih, speċjalment fl-area tal-housing estate ta' Ta' Mlit.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Clyde Puli.", "ONOR.", "CLYDE PULI: Mr Speaker, qabel nibda nixtieq nagħmel punt ta' kjarifikazzjoni fuq dak li qal il-kelliem ta' qabli fuq il-kobor tal- lokalita' tal-Mosta fejn għalkemm huwa veru li għandhom popolazzjoni akbar pero` jibqa' l-fatt li Ħal Qormi hija l-akbar belt f'Malta.", "(Interruzzjonijiet) Le, m'għandix żball, kont sindku tagħha u naf eżatt x'qed ngħid!", "Mr Speaker, għaddew 22 sena minn meta l-partit Nazzjonalista kien tkellem għall-ewwel darba dwar l-idea tal-kunsilli lokali fil-programm elettorali tiegħu ta' l-1981.", "Imbagħad il-proċess nazzjonali kien telaq aktar tard bil-white paper ta' l-1992, li kienet tat il-bidu wkoll għal diskussjonijiet wiesgħa dwar il-konċett ta' gvern lokali li mbagħad ikkonkretizza ruħu anke bl-Att ta' l-1993 – li llum qed nemendaw - li fil- fatt stabbilixxa l-kunsilli lokali f'Malta.", "Nistgħu ngħidu li l-esperjenza pożittiva ta' iktar minn għaxar snin ta' kunsilli lokali neħħew għal kollox ix-xettiżmu li kien hemm waqt id- diskussjoni fuq din il-liġi u llum nistgħu ngħidu li ftit għadhom jaħsbu li Malta hija żgħira wisq biex ikollha l-kunsilli lokali tagħha bħalma ħasbu xi wħud dak iż-żmien fejn kien jingħad li dawn il-kunsilli lokali kienu se jġibu tberbiq ta' flus jew korruzzjoni żejda.", "Dan il-kliem kienu jgħiduh ċerti esponenti ta' l-oppożizzjoni inkluż il-kap tagħhom ta' dak iż-żmien, l-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici.", "Ftit tas-snin ilu l-consensus bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra dwar il- validita` tal-kunsilli lokali laħaq il-quċċata tiegħu għax iż-żewġ naħat irrikonoxxew li dan huwa saff ieħor ta' gvernar u għalhekk il-konċett tal- kunsilli lokali ġie entrenched fil-Kostituzzjoni.", "Fl-opinjoni tiegħi, is- suċċess tal-kunsilli lokali jista' jitkejjel primarjament fuq tliet kriterji.", "L-ewwel kriterju jkun it-tisħiħ tal-proċess demokratiku, it-tieni kriterju jkun it-tisħiħ ta' l-ispirtu tal-komunita` u t-tielet kriterju jkun l-iżvilupp fl-ambjent tal-lokalitajiet tagħna.", "L-ewwelnett il- kunsilli lokali kienu suċċess għaliex ħolqu ħolqa oħra importanti fil- katina tad-demokrazija ta' pajjiżna flimkien mal-liberalizzazzjoni tax- xandir.", "Bit-twettiq tas-sussidjarjeta`, fejn kull deċiżjoni tittieħed minn min hu l-aktar qrib ta' min ikun se jintlaqat minn dik id-deċiżjoni, u bi program ta' deċentralizzazzjoni, fejn id-deċiżjonijiet li essenzjalment ma jolqtux lill-pajjiż imma jolqtu lill-belt jew lir-raħal jittieħdu minn kunsill lokali elett demokratikament, iċ-ċittadini saru l- protagonisti ta' ġrajjiethom aktar minn qatt qabel.", "Tajjeb li wieħed jiftakar li sa Ġunju li għadda, pajjiżna assista għal 270 elezzjoni lokali li fihom ipparteċipaw mijiet ta' nies.", "Fil-fatt sa l-elezzjonijiet ta' l- 2003, kienu kkontestaw xejn inqas minn 1,870 persuna.", "Ħafna minn dawn in- nies, li kieku ma kienx għat-twaqqif tal-kunsilli lokali u li kieku ma kienx għal xi partit politiku li nkoraġġihom biex jieħdu l-pass, qatt ma kienu se joħolmu li jikkontestaw għal xi karigi simili.", "Għal oħrajn il- kunsilli lokali servew bħala l-benniena tagħhom fil-politika.", "Biżżejjed wieħed jinnota li f'din il-Kamra stess hawn 22 membru - terz tal-membri parlamentari - li wkoll kienu kunsilliera, 14 fuq in-naħa tal-gvern u tmienja fuq in-naħa ta' l-oppożizzjoni.", "Wieħed jinnota b'sodisfazzjon li l- kunsilliera lokali komplew inkoraġġew il-parteċipazzjoni tagħhom anke fost ir-residenti mhux biss permezz ta' elezzjonijiet lokali, iżda anke permezz ta' laqgħat ta' konsultazzjoni u anke permezz ta' referenda bħalma ġara fil-Belt Valletta fejn il-kunsill kien iddeċieda li jikkonsulta lir- residenti permezz ta' referendum dwar pożizzjoni li huwa eventwalment ried jieħu mal-gvern ċentrali.", "It-tieni kriterju li bih wieħed jista' jkejjel is-suċċess ta' dawn il- kunsilli lokali huwa fuq il-livell ta' komunita` fejn il-kunsilli stinkaw sabiex ikabbru l-ispirtu tal-komunitajiet tagħhom u fejn dawn – kif inħoss jien – issodisfaw l-għatx li kellhom il-lokalitajiet sabiex jippreservaw l- identita` tagħhom.", "Rajna li saru diversi xogħlijiet ta' restawr li żgur li ma kenux ikunu fil-lista ta' prioritajiet tal-gvern ċentrali.", "Inkitbu diversi kotba dwar il-lokalitajiet li tqassmu anke b'xejn lir-residenti f'okkażjonijiet differenti.", "Rajna diversi innijiet jinkitbu u ċelebrazzjonijiet ta' jum il-lokal iseħħu.", "Dan hu ritwal li kellu effett pożittiv anke fuq it-tkattir tas-sens ċiviku.", "Madanakollu l-ispirtu ta' komunita` ma sseddaqx biss permezz ta' dan ir-ritwal.", "Fit-twettiq tal- politika tagħhom, il-kunsilli lokali ħarsu lejn il-familja Maltija u taw attenzjoni partikolari liż-żgħażagħ, lill-anzjani u lill-persuni bi bżonnijiet speċjali u għamlu investimenti f'dan is-sens bħalma huma d-day care centres għall-anzjani, il-playing fields għat-tfal, korsijiet għal persuni ta' kull eta` u mitt inizjattiva oħra.", "It-tielet aspett li nħoss li rnexxew tassew fih il-kunsilli lokali – anke jekk wieħed jista' jargumenta li fadal ħafna xi jsir pero` meta nħarsu lura u naraw minn fejn tlaqna, nindunaw li sar ħafna progress – huwa proprjament it-titjib ta' l-ambjent tal-lokalita`.", "Ir-riżultat huwa wieħed tanġibbli, jiġifieri wieħed jista' jarah u jħossu b'idejh.", "Fil-fatt saru numru ta' toroq li saru, ġew irranġati numru kbir ta' ġonna, numru ta' pjazez li ġew restawrati b'mod li jirriflettu ċerta identita` u ħafna inizjattivi oħra li saru skond kemm kien jippermetti l-budget li kellhom dawn il-kunsilli.", "Iżda hawn tajjeb wieħed jgħid illi l-kunsilli lokali għandhom formola li bin-nuqqasijiet kollha tagħha talloka ta' kull sena ammont ta' fondi fuq il- lokalitajiet kollha.", "Dan ifisser illi jekk il-ministru tat-toroq jew għallinqas il-ministru tax-xogħlijiet pubbliċi ma jinzertax joqgħod fil- lokalita` tiegħek issa m'għadx għandek għalfejn tqis ruħek bħala Malti ddiżgrazzjat kif forsi kien jiġri qabel.", "Hawnhekk tajjeb nifhmu li fl- aħħar għaxar snin, il-kunsilli lokali ġew mgħoddija s-somma ta' Lm108 miljun u illum ukoll qed igawdu madwar Lm2 miljun mill-ġbir tagħhom mit- tribunali lokali, Lm600,000 f'ħaddiema tal-gvern u eluf ta' liri oħra fi proprjetajiet tal-gvern li ġew devoluti lilhom.", "Dawn huma miljuni ta' liri li nistgħu niftaħru li nvestejnihom fis-sod u din l-esperjenza kienet tant pożittiva li wasslitna sabiex mhux biss nirriaffermaw il-prinċipji li fuqhom bnejna lill-istess kunsilli, iżda wkoll li nħarsu b'ottimiżmu 'il quddiem anke billi niddiskutu l-emendi proposti mill-ministru għall-intern sabiex inkomplu ntejbu l-operat ta' l-istess kunsilli u allura tas-sistema demokratika tagħna.", "Ngħaddi issa biex nitkellem fuq dak li għandna quddiemna llum.", "Naħseb li l-emendi li għandna, speċjalment dawk li saru sabiex jiġi ffaċilitat il- proċess elettorali, għandhom jintlaqgħu tajjeb minn kulħadd għaliex dawn l- emendi jirriflettu li pajjiżna, kontra dak li jaħsbu xi wħud, mexa ħafna 'il quddiem f'dik li hija maturita` politika.", "Il-fatt li mhux se jkollok aktar pulizija akkumpanjati mir-rappreżentanti tal-partiti jħabbtu bieb bieb biex iqassmu d-dokumenti tal-vot – kulħadd attent wieħed fuq l-ieħor – juri li lħaqna ċerta normalita` ta kif nipprattikaw id-demokrazija f'pajjiżna.", "L-istess ikompli jiġri meta l-ID cards elettroniċi eventwalment jieħdu post id-dokument tal-vot.", "Jien nittama li din in- normalita` ma tissarrafx f'apatija għall-istess proċess demokratiku.", "Nifhem ukoll li kulħadd għandu jaċċetta li ħanut m'għandux jingħalaq sempliċement għaliex fil-ġurnata ta' l-elezzjoni jkun inzerta inqas minn 50 metru minn fejn tkun qed issir il-votazzjoni.", "Madanakollu, m'hemmx dubju li l-aktar emenda importanti f'dan l-abbozz hija dik dwar l-elezzjoni tas-sindku.", "Meta l-liġi tipproponi li dik il-persuna li ġġib l-akbar numru ta' voti minn fost il-partit li jġib il-maġġoranza tal-voti fil-lokal tilħaq sindku, tkun qed tassigura li l-poplu qed jingħata sehem dirett fl-għażla tas-sindku u li s-sindku jkollu wkoll maġġoranza warajh li tiggarantixxi stabbilita` lit-tmexxija tal-kunsill lokali.", "Li forsi m'huwiex ċar biżżejjed huwa x'jiġri meta kandidat indipendenti waħdu jaqbeż il-50% tal-voti.", "Għaliex jekk il-liġi – kif qed nassumi jiena – tagħtih id-dritt tas-sindakat allura l-istabbilita` tal- kunsill m'hijiex garantita daqs fil-każ illi blokk partikolari jirbaħ il- maġġoranza.", "L-emendi qed jipproponu wkoll li jekk l-ebda partit ma jġib il- maġġoranza assoluta tal-voti, allura nerġgħu lura għas-sistemi preżenti fejn is-sindku jkun l-aktar kunsillier anzjan fl-akbar blokk.", "Hawnhekk għandna improvement għaliex issa qed ngħidu li l-anzjan irid ikun fl-akbar blokk.", "Pero` min-naħa l-oħra hawnhekk jiena nixtieq nipproponi emenda alternattiva u cioe` li l-kelma \"anzjan\" ma tkunx qed tiġi interpretata bħala eta` imma bħala l-aktar persuna li jkun ilu jservi fil-kunsill u dan sabiex ta' l- anqas ikun aċċertat li s-sindku magħżul ikun wieħed li diġa` jaf kif jopera l-kunsill lokali.", "Biex nagħlaq fuq il-kummenti dwar l-elezzjoni tas- sindku, xtaqt nirrimarka fuq il-krtika li saret li l-aktar persuna li ġġib voti m'hijiex neċessarjament l-aktar persuna idonea biex tkun sindku.", "Filwaqt li dan jista' jkun veru u filwaqt li jista' jkun li dan ġara diġa` fil-passat, ma rridux ninsew li d-demokrazija hija mibnija fuq prinċipju bażiku, jiġifieri l-fiduċja fil-kapaċita` tan-nies li jagħżlu x'inhu l- aħjar.", "Fuq kollox, min qalilna li aħna hawn ġew l-aktar persuni idonei biex inservu lil pajjiżna jekk l-istess nies li sal-lum għażlu l-kunsilliera, għażluna u għada bis-saħħa ta' l-emenda ta' din il-liġi se jkunu dawk li jagħżlu wkoll lis-sindku tagħhom?", "Hemm diversi emendi li naħseb li hawn qbil fuqhom b'mod ġenerali pero` hemm emenda li xtaqt li naraw ftit.", "Jiena ferm diżappuntat li l-emenda li kellha testendi t-terminu ta' kunsill tħalliet barra.", "Possibbli li emenda bħal din – li naqblu fuqha - norbtuha ma' affarijiet oħra li s'issa forsi m'hemmx qbil fuqhom?", "Possibbli li m'hemmx ċans li l-emendi li għandna nlestuhom f'dan l-abbozz u naraw li dawn jidħlu fis-seħħ bl-aktar mod immedjat?", "Jiena għandi x'nifhem li s'issa hemm qbil li t-terminu ta' kunsill jiġi estiż b'sena għal erba' snin.", "Dan jista' jwassalna biex jibda jkollna elezzjonijiet lokali kull sentejn minflok kif għandna bħalissa kull sena.", "Aħna għandna sistema fejn kull tliet snin il-kunsill lokali jinbidel imma jiena ngħid li tliet snin għal kunsill lokali huma ftit wisq.", "Fil- fatt nazzarda ngħid li t-tielet sena għal kunsill lokali tkun is-sena li fiha l-kunsill jibda jirranka u jibda jitwettaq dak il-ħafna xogħol li jkun ġie ppjanat fis-sentejn ta' qabel.", "Dan qed iwassal biex malli kunsill ikun se jibda jwettaq ix-xogħol tiegħu, dan qed jiġi mġiegħel jaqleb, biex ngħid hekk, għall-election mode u b'hekk dak il-ħafna tajjeb li jkun qed isir jiġi, b'xi mod jew ieħor, imxekkel.", "Għalhekk jiena wieħed minn dawk li naqbel li jkun aħjar jekk nestendu t-terminu tal-kunsill lokali għal erba' snin.", "Anzi nerġa' ntenni dak li għidt madwar sena ilu f'dan l-istess Parlament meta kont għidt li jkun aħjar kieku l-perjodu tagħhom ikun ta' ħames snin.", "Jiena wieħed minn dawk li nemmen li t-terminu ta' kunsill fiċ- ċirkostanzi tal-lum għandu jkun kull ħames snin.", "Kif spjegajt drabi oħra, issa li qed ikollna l-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew m'għadx għandna l-iskuża li jekk niġbru l-kunsilli lokali kollha flimkien se nkunu qed nikkreaw, biex ngħid hekk, atmosfera ta' elezzjoni ġenerali.", "Allura jiena ngħid li l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali għandhom isiru kollha f'lot wieħed għal terminu ta' ħames snin flimkien ma' l-elezzjonijiet għall- Parlament Ewropew.", "Qed nagħmel din il-proposta għaliex nemmen li filwaqt li l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew forsi huma meqjusa bħala elezzjonijiet għal xi ħaġa distanti, fl-istess ħin il-kunsilli lokali huma elezzjonijiet għal xi ħaġa viċin tagħna u għalhekk dawn jistgħu jikkumplimentaw lil xulxin u jwassluna għal turnout akbar.", "Jiena ngħid li hija xi ħaġa pożittivi ħafna li jkollna turnout kbir u jiena ma neħux gost li jkollna turnout żgħir fl-elezzjonijiet.", "Jiena nixtieq nibqa' nara lill- poplu Malti joħroġ jivvota b'dik il-ħeġġa li dejjem ħareġ biha.", "Apparti minn hekk, ikollok probabbilment spiża inqas għaliex tkun spiża ta' darba u tnaqqas anke l-perjodu ta' polarizzazzjoni politika f'pajjiżna.", "Jekk ma naqblux ma' din il-proposta, għalinqas ikun hemm qbil immedjat fuq il- proposta ta' l-erba' snin li fuqha b'xi mod jew ieħor diġa` hemm qbil.", "Proposta oħra li xtaqt nagħmel u li naħseb li xi darba - anke jekk mhux neċessarjament b'mod immedjat - trid issir diskussjoni serja fuqha hija dwar l-onorarja tas-sindku u l-kumpens finanzjarju ġust tal-kunsilliera.", "Dwar l-onorarja tas-sindku, nixtieq ngħid ċar u tond li ma naħsibx li s- sindki kollha għandhom ikollhom l-istess onorarja.", "Nemmen li s-sistema għandha tkun waħda gradwatorja bl-istess metodu li jintuża għas-segretarji ta' l-istess kunsilli.", "Irridu nirrikonoxxu li s-sindki ta' lokalitajiet żgħar, filwaqt li għandhom igawdu mill-istess stima tas-sindki l-oħra kollha, żgur li m'għandhomx l-istess piż ta' kunsilli kbar bħalma huma l- kunsilli ta' Birkirkara, ta' Ħal Qormi u tal-Mosta.", "Is-sindakat bir- responsabbiltajiet kollha li jġorr illum, ma naħsibx li għandu jibqa' jitqies bħala kompletament missjoni ta' volontarjat.", "Għalhekk irridu nibdew naħsbu kif il-pakkett offrut ikun wieħed aktar ġust sabiex ma nibqgħux ingerrxu nies validi milli jidħlu għal din il-missjoni.", "Jiena ma nemminx li xi ħadd għandu jagħmel xi karriera mill-politika, imma min-naħa l-oħra ma jistax ikun li persuna tħoss li se titlef wisq jekk tagħti l- kontribut tagħha lill-kunsilli lokali u għalhekk naħseb li għandu jkun hemm kumpens aktar ġust li żgur ma jgerrixx lil dawn in-nies.", "L-istess ikolli ngħid dwar il-kumpens tal-kunsilliera.", "Filwaqt li dawn għandhom jibqgħu fuq bażi kompletament volontarja, ma nemminx li minbarra li jinvestu l-ħin tagħhom, għandhom ukoll jinvestu flushom biex jgħinu l- lokalita` tagħhom.", "Wieħed jista' jwieġeb għal dan billi jgħid li kunsillier illum għandu dritt jitlob għar-refund ta' l-ispejjeż li jagħmel.", "Iżda mill-esperjenza tiegħi fil-kunsilli lokali, fil-prattika kemm huma dawk il-kunsilliera li ma jistħux jitolbu Lm2 għat-telefon u forsi Lm1 għall-petrol jew għad-diesel?", "Għaliex ma naqbdux u nintroduċu expense allowance żgħira imma fissa, fuq fuel u forsi fuq ammont ta' telefonati?", "Ma naħsibx li xi card tal-mobile fix-xahar għal kull kunsillier għandha tkun xi ħaġa li jikkummenta fuqha l-awditur tal-kunsill.", "Bħalissa qegħdin f'sitwazzjoni li jekk il-kunsill jiddeċiedi li jixtri card tal-mobile kull xahar għal kull kunsillier, ikun jidher li qisha nxtrat minn qabel u allura m'hijiex rifużjoni.", "Jien naħseb li 'l quddiem irridu nagħmlu ftit aktar diskussjoni fuq dawn l-affarijiet u naraw li nemendawhom sabiex il- kunsilliera tagħna jkunu jistgħu jaħdmu aħjar.", "Ma naħsibx li din il- proposta xxekkel ir-rwol volontarju tal-kunsillier.", "Mr Speaker, irrid ngħid li dawn is-suġġerimenti għamilthom mhux biss mill- qalb iżda wkoll wara disa' snin ta' esperjenza fil-kunsill lokali ta' Ħal Qormi fejn tliet snin minnhom kellu l-unur li ngħaddihom bħala sindku u sitt snin bħala President tal-Kulleġġ Kunsilliera tal-partit Nazzjonalista.", "Sinċerament inħossni kburi li anke jiena kont wieħed mill-pijunieri f'dan il-proċess u allura bilfors inħares b'entużjasmu kbir lejn dawn l-emendi li qed iressaq il-Ministru Borg, liema emendi nħoss li se jkomplu jtejbu il- ħidma ta' l-istess kunsilli lokali.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Charles Buhagiar.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Mr Speaker, matul dan id-dibattitu fuq dawn l- emendi, ma tantx kien hawn dibattitu fuq l-emendi nfushom anke għaliex hawn qbil dwarhom pero` jiena nħoss li ntqalet ħafna kritika min-naħa tal-gvern li m'hijiex ġusta.", "Per eżempju, intqal li l-partit Laburista mhux dejjem kien favur il-kunsilli lokali.", "Din hija kritika inġusta għax il-pożizzjoni tal-partit Laburista fejn jidħlu l-kunsilli lokali ma kenitx li l-partit Laburista huwa kontra l-kunsilli lokali imma li huwa kontra l- parteċipazzjoni tal-partiti politiċi fl-elezzjonijiet għall-kunsilli lokali.", "Din hija xi ħaġa li konna nħossu dakinhar u jiena għadni nemmen fiha sal-lum, pero` minħabba l-fatt li wara diversi elezzjonijiet tal- kunsilli lokali, il-partit Nazzjonalista baqa' jwebbes rasu u jibgħat kandidati tiegħu biex jieħdu sehem f'dawn il-kunsilli, il-partit Laburista ma kellux triq oħra ħlief li jipparteċipa hu wkoll.", "Ir-raġuni għaliex fl-elezzjoni tal-kunsilli lokali kien jagħmel sens li kull min jipparteċipa bħala kandidat ma jkunx ġej mill-partit b'mod uffiċjali hi waħda sempliċi.", "Il-kunsilli lokali jaħdmu b'mod differenti minn kif jaħdem il-gvern ċentrali.", "Aħna għandna sistema fejn għandek l- oppożizzjoni u l-gvern u r-rebbieħ jieħu kollox.", "Fil-każ tal-kunsilli lokali, kull kunsillier li huwa elett, hu min hu dak il-kunsillier u ġej minn liema partit ġej, jingħata responsabbilta` fi ħdan dak il-kunsill.", "Dan ifisser li kemm il-kunsilliera li jkunu ġejjin min-naħa ta' dak il-partit li rebaħ l-elezzjoni tal-kunsilli lokali kif ukoll il-kunsilliera l-oħrajn jingħataw rwol fil-ħidma tal-kunsill lokali kollha u allura m'għandekx l- istess sistema bħalma għandek fl-elezzjoni ġenerali fejn the winner takes it all u l-partit li jirbaħ u jġib il-maġġoranza tal-voti jieħu kollox.", "Il-kunsilli lokali jaħdmu b'mod differenti u meta taħdem b'mod - jien naħseb li dan huwa mod aktar demokratiku kif isir ix-xogħol – li tifrex ix- xogħol fuq ir-rappreżentanti kollha eletti mill-poplu, ma stajniex nifhmu għalfejn il-kandidati għandhom ikunu ġejjin mill-partiti politiċi.", "Din kienet ir-raġuni għalfejn aħna għidna li l-kandidati li joħorġu għall- kunsilli lokali m'għandhomx ikunu kandidati tal-partiti politiċi.", "Sfortunatament il-partit Nazzjonalista donnu ma fehmux dan ir-raġunament u baqa' jinsisti li ried joħroġ il-kandidati tiegħu għall-elezzjonijiet tal- kunsilli lokali.", "Inħoloq power vacuum fil-kunsill lokali u l-partit Laburista ma kellux triq oħra ħlief li huwa wkoll jibda joħroġ il-kandidati tiegħu biex jikkontestaw f'dawn l-elezzjonijiet.", "Jiena naħseb li l-mod kif jaħdmu l-kunsilli lokali u cioe` li jinstab rwol għal dawk kollha li huma eletti fil-kunsilli hija xi ħaġa li gvern ċentrali għandu jħares lejha b'ċertu interess u serjeta`.", "Jien jidhirli li tliet kwarti mill-problemi li għandna f'pajjiżna llum ġejjin mill-fatt li meta jkollok fil-gvern partit politiku partikolari, l-amministrazzjoni tal-pajjiż tkun kollha f'idejn dak il-partit politiku.", "Aħna pajjiż żgħir u m'huwiex possibbli li ninqasmu meta ssir elezzjoni u dawk li jġibu l-maġġoranza tal-voti jagħżlu l-aħjar nies min-naħa tagħhom biex imexxu.", "Għalfejn għandna nagħmlu dan?", "Allura tan-naħa l-oħra m'għandhomx nies tajbin ukoll li jistgħu jmexxu?", "Għandna nibqgħu nimxu bis-sistema fejn min ikun elett fil-gvern juża biss lin-nies tiegħu kif qed jiġri bħalissa?", "Jiena ngħid li dawn il-problemi li għandna f'pajjiżna ġejjin mill-fatt li l-gvernijiet li jkollna - gvernijiet nazzjonalisti f'dan il-każ - m'humiex qed jagħżlu l-aħjar nies fil-pajjiż imma l-aħjar fost dawk tan-naħa tagħhom.", "L-aħjar nies ma jinstabux fuq naħa waħda imma jinstabu kullimkien u ma' kull partit.", "Allura m'għandniex inkomplu b'sistema fejn għax rebaħ partit, allura dan jieħu kollox.", "Għandna bżonn nimxu 'l hinn minn hekk għax kif għidt, tliet kwarti mill-problemi li għandna f'pajjiżna ġejjin mill-fatt li ma jinstabux nies tajbin min-naħa tal-gvern sabiex jimlew ċertu positijiet u flok jieħdu tan-naħa l-oħra li jkunu kapaċi, ipoġġu nies li ma jkunux kapaċi u jagħmlu ċerti żbalji li jrid iħallas għalihom il-poplu Malti.", "Dan rajnieh jiġri f'diversi okkażjonijiet.", "Kellna diversi korporazzjonijiet, fondazzjonijiet u awtoritajiet li fihom laħqu nies għax huma sempliċiment tal-partit u mhux għax huma kompetenti għall-post li qegħdin fih b'konsegwenza li dawn għamlu żbalji kbar fit-tmexxija tagħhom.", "Insemmi l-każ ta' meta l-Air Malta xtraw il-famużi RJ70's. Żball kbir li spiċċa falla lill-Air Malta.", "Dan l-iżball għamlitu persuna li forsi ma kenitx l-iktar persuna idonea li kellna f'Malta biex tmexxi lill-Air Malta.", "Imma kien tal-partit u l-iżbalji tiegħu se jħallas għalihom il-poplu Malti u Għawdxi kollu!", "Il-partit Laburista f'dawk it-22 xahar li għamel fil-gvern verament ipprova jagħmel xi ħaġa dwarha din u minkejja li kien hemm ċerti nies li ma kenux iħaddnu l-politika tiegħu, ra kif tahom biċċa mir-responsabbilta` tat-tmexxija tal-pajjiż.", "L-isfortuna kienet li fosthom kien hemm min tellef u għalhekk l-esperiment ma rnexxiex.", "Pero` jiena ngħid li rridu nimxu lejn sistema bħal tal-kunsilli lokali għax b'hekk biss nistgħu nimxu 'l quddiem f'dan il-pajjiż.", "Mr Speaker, jien ħassejt li saru xi diskorsi interessanti.", "Fid-diskors tiegħu l-Ministru Ċensu Galea qal li jekk niffissaw il-boundaries tal- kunsilli lokali, id-distretti jkunu ffissati u ma jkollniex il-problema li għandna llum u ġab l-eżempju - li jiena ilni nitkellem fuqu - tad- distretti differenti li għandhom l-entitajiet differenti.", "Huwa semma korrettement li, per eżempju, id-distrett għad-dipartiment tas-saħħa huwa distrett differenti għal dawk tax-xogħlijiet pubbliċi.", "Id-dipartimenti u l- awtoritajiet tal-gvern spiċċaw jivvintaw id-distretti tagħhom.", "Mr Speaker, jiena ngħid li għandna mmorru lejn sitwazzjoni fejn f'dan il-pajjiż ikollna qbil fuq dawn l-affarijiet.", "Naħseb li fil-pajjiż jonqosna saff ieħor ta' amministrazzjoni.", "Illum għandna l-amministrazzjoni fil-livell ċentrali u għandna l-amministrazzjoni fil-livell lokali.", "Naħseb li rridu nersqu – din hi l-opinjoni personali tiegħi – lejn is-saff reġjonali u ngħid għalfejn.", "Jekk aħna fil-pajjiż ikollna saff reġjonali li allura jkun bejn il-kunsilli lokali u l-gvern ċentrali, allura jkollna saff li fih jistgħu jipparteċipaw il-kunsilli lokali kollha li jkunu jifformaw parti minn dak ir-reġjun u fih ukoll allura jista' jkun hemm ċertu economies of scale.", "Fir-realta` din diġa` qed issir f'diversi funzjonijiet li għandhom il-kunsilli lokali bħal, per eżempju, fl-amministrazzjoni tal-ġustizzja lokali, fejn il-kunsilli għandhom id-devoluzzjoni tal-lampi pubbliċi mill- enemalta u fejn il-kunsilli qed jagħmlu pooling tar-riżorsi għall-ġbir ta' l-iskart.", "Pero` dan kollu sar b'mod pjuttost esperimentali u naħseb li bħala pajjiż irridu nersqu lejn sitwazzjoni fejn il-ħidma tal-kunsilli lokali u tal-gvern ċentrali tikkonverġi fuq bażi reġjonali.", "Din għall- partit Laburista m'hijiex xi ħaġa ġdida.", "Fit-22 xahar li l-partit Laburista għamel fil-gvern għamilniha ta' l-inqas f'żewġ okkażjonijiet meta konna ridna naħtru kunsill reġjonali għal Għawdex u meta għamilna pjan għall- qawmien soċjo-ekonomiku għan-naħa t'isfel tal-pajjiż.", "Dawn kienu żewġ inizjattivi fuq bażi reġjonali li ried jagħmel il-partit Laburista.", "Mr Speaker, jagħmel sens li ssir ħidma fuq bażi reġjonali, mhux biss għax tagħtik l-economies of scale - fejn tista' tagħmel ċerta ħidma fuq livell reġjonali li permezz tagħha tiġik irħas milli kieku tagħmilha fuq livell lokali - imma għax għandek ċerti reġjuni bħal Għawdex li huma verament reġjuni u li verament għandhom bżonnijiet partikolari u differenti minn reġjuni oħrajn.", "Per eżempju, jiena ngħid li l-bżonnijiet li għandhom iż-Żejtun huwa differenti mill-bżonnijiet li għandhom Buġibba u San Pawl il-Baħar u allura aktar jagħmel sens li jkollna dan is-saff reġjonali.", "Jiena nittama li xi darba f'dan il-pajjiż għad nimxu għall-pass li jmiss u wara l-gvern ċentrali u l-kunsilli lokali, indaħħlu saff amministrattiv ieħor li jkun dak reġjonali.", "Jekk isiru r-reġjuni ġeografiċi – m'iniex qed nitkellem fuq id-distretti elettorali - l-istess gvern u l-awtoritajiet tiegħu jkunu marbutin bl- istess definizzjoni ta' fejn jibda u jispiċċa distrett.", "Ma jistax ikun li jkollok is-seba' distrett tal-public works li jkun differenti mis-seba' distrett ta' l-enemalta għaliex dan ma jagħmilx sens.", "Jien naħseb li biex dawn l-affarijiet ma jiġrux għandna bżonn li naħdmu b'din is-sistema fejn ikun hemm qbil fuq il-prinċipju ta' reġjonalita` u li ċerti inizjattivi jagħmlu aktar sens jekk jittieħdu fuq bażi reġjonali.", "Allura mbagħad ikun jagħmel aktar sens li l-amministrazzjoni reġjonali tkun b'rappreżentanza tal-kunsilli lokali li jkunu jippartjenu għal dak ir- reġjun.", "Din m'hijiex xi ħaġa ġdida għax issir anke barra minn Malta fejn apparti li għandhom il-kunsilli lokali, għandhom ukoll il-kunsilli reġjonali, jiġifieri m'iniex qed ngħid xi affarijiet ta' barra minn hawn.", "Din hi ħaġa innovattiva għalina li rridu nħarsu lejha biex 'il quddiem tiġi implimentata wkoll.", "Mr Speaker, ngħaddi issa biex nitkellem fuq il-ħidma tal-kunsilli lokali nfushom.", "Meta dawn twaqqfu aktar minn 12-il sena ilu ngħataw ir- responsabbilta` għall-infrastruttura tal-lokal tagħhom fl-istat li kienet dakinhar.", "Jiġifieri jekk kien hemm raħal li kellu t-toroq tiegħu mkissrin allura ħa dawn it-toroq imkissrin bħala responsabbilta` tiegħu.", "Jekk kien hemm raħal fejn it-toroq kienu għadhom kif ingħataw it-tarmak, il-kunsill kien iffortunat għax ħadhom f'dak l-istat.", "Sfortunatament kellna ħafna aktar kunsilli lokali li ħadu infrastruttura fi stat li ma kienx tajjeb milli kellna kunsilli lokali li ħadu infrastruttura fi stat tajjeb.", "Il- verita` hija li din bdejna biha mit-twaqqif tal-kunsilli lokali u minkejja l-ħidma kollha li saret matul is-snin, din il-problema għadha magħna sal- lum u qed tikber għaliex dawk il-kunsilli lokali li ħadu over infrastruttura li ma kenitx tajba, kellhom jagħmluha mill-fondi speċjali li ngħataw imma li matul iż-żmien ma baqgħux jiġu mogħtija b'konsegwenza li dawn setgħu jagħmlu ħafna anqas minħabba l-fondi limitati.", "Irridu nfakkru li l-ispejjeż fuq il-kunsilli qegħdin jiżdiedu mhux biss għax mhux qed jingħataw fondi speċjali imma aktar u aktar għaliex illum dawn iridu jħallsu l-VAT fuq is-servizzi li huma jingħataw u anke għaliex l-affarijiet maż-żmien għolew u mhux raħsu.", "Dan kollu qiegħed iwassal biex il-kunsilli lokali bilkemm qed iservuhom il-fondi biex jagħtu s-servizzi li huma fid-dover li jagħtu bħal ġbir ta' skart, knis u dawn l-affarijiet.", "Il- kunsilli lokali ftit qed jifdallhom flus f'idejhom biex permezz tagħhom jistgħu jwettqu proġetti ħalli jsaħħu l-infrastruttura tar-raħal u tal- komunita` tagħhom.", "Din hija s-sitwazzjoni llum.", "Ħafna drabi biex kunsill lokali jagħmel proġett partikolari jrid idum iġemma' s-snin.", "Dan ifisser li jkun hemm perjodu ta' żmien twil mhux ħażin li matulu ma jsirux xogħlijiet u din hi ħasra.", "Kien hemm żmien meta l-gvern Nazzjonalista kien qisu beda jifhem il- problema u kien ħoloq skemi li permezz tagħhom il-kunsill lokali kien jipparteċipa mal-gvern sabiex jitwettqu ċertu xogħlijiet fir-raħal.", "Skema minnhom li kienet tagħmel sens kienet dik li kienet saret proprju mid- dipartiment tat-toroq fejn kien isir ftehim bejn id-dipartiment tat-toroq u l-kunsill lokali ħalli f'dik il-lokalita` jsir bini ta' toroq ġodda jew tiswija ta' toroq li jkunu fi stat ħażin ħafna u li l-valur tagħhom jammonta għal Lm75,000 li kienu jitħallsu lill-kuntrattur fi tliet snin.", "Din kienet bdiet taħdem u tant kienet tajba li pparteċipaw fiha xi 25 kunsill imma f'daqqa waħda waqqfuha u jiena għadni ma nafx għaliex.", "F'din l-iskema l-gvern kien qed jipprattika dak li dejjem jgħid li jemmen fih u cioe` li jagħti lill-kunsill id-dritt li jagħżel it-toroq li jrid jagħmel għax il-kunsill jaf liema huma l-aħjar toroq li fihom għandu jsir ix- xogħol.", "F'daqqa waħda erġajna morna lura għas-sistema li l-ministru jiddeċiedi liema huma l-aħjar toroq li għandhom bżonn it-tiswija, hi liema hi dik il-lokalita`.", "Jien naħseb li dan kien żball għax jien nemmen li dik kienet skema li kienet tagħmel sens.", "Dik kienet skema li kienet qed twassal biex il-kunsilli lokali jimpenjaw ruħhom bis-serjeta` biex l- infrastruttura tat-toroq fil-lokalita` tagħhom tiġi rranġata.", "Imma għal xi raġuni din twaqqfet.", "Ingħataw ħafna skużi għalfejn twaqqfet din l-iskema fosthom li l-kwalita` tax-xogħol li kien qed isir ma kenitx tajba.", "Ma nafx minn fejn ġabuha din l-iskuża għaliex din kienet gidba u ngħid għaliex kienet gidba.", "Ix- xogħlijiet li jsiru taħt dan il-kuntratt jiġu monitored u ċertifikati mill- periti tad-dipartiment tat-toroq u jekk ma jkunux ċertifikati, ma jsirx ħlas.", "Jiġifieri minkejja li x-xogħol isir mill-kunsill, xorta waħda jkun hemm il-moniteraġġ tad-dipartiment tat-toroq.", "Ma jistax jiġi jgħidli li l- kwalita` tax-xogħol ma kenitx tajba biżżejjed għax allura l-periti tad- dipartiment ma kenux qed jagħmlu xogħolhom sew.", "Qalulna wkoll li din l- iskema ma kenitx qed taħdem għax it-toroq ma kenux qed jitlestew f'ċertu żmien u kienu qed idumu aktar milli suppost.", "Bħallikieku l-gvern ilesti t- toroq fiż-żmien eżatt li jistipula!", "Dawn huma kollha skużi għax il-gvern deherlu li huwa dritt tiegħu u tiegħu biss li jiddeċiedi fejn u meta jsiru t-toroq flok iħalli l-kunsilli jimpenjaw ruħhom bis-serjeta` biex jieħdu l- flus ħalli dawk it-toroq li ma kenux tajbin ikunu jistgħu jibnuhom mill- ġdid.", "Din hija l-verita`.", "Mr Speaker, din hija sfortuna għax jien jidhirli li sakemm ma twaqqfet din l-iskema, kien hemm xi 20 kunsilli oħrajn li kienu applikaw għaliha.", "Mhux ġust li tajna l-flus lill-25 kunsill u l-20 l-oħra għidnielhom li għalihom m'hemmx flus.", "Jien nappella lill-gvern biex jerġa' jintroduċi din l- iskema għax, kif diġa' għidt, din kienet skema tajba.", "Metodu ieħor kif il-kunsilli jagħmlu ċertu xogħol u proġetti huwa billi jipprovaw jinvolvu lill-privat.", "Din hija xi ħaġa li bilfors iridu jersqu lejha jekk iridu jiżviluppaw il-faċilitajiet fil-lokal tagħhom u dan għaliex kif għidt, dawn m'għandhomx ir-riżorsi finanzjarji biex jagħmlu ċertu xogħol.", "Din is-sistema taħdem billi ħafna drabi l-kunsilli lokali jidentifikaw sit u jaraw kif dak is-sit jista' jiġi żviluppat f'faċilita` li hemm bżonn fir-raħal.", "Issir applikazzjoni lill-MEPA, jinħareġ il- permess, jibdew id-diskussjonijiet mal-lands department għax fl-aħħar mill- aħħar l-art hija tal-gvern u mbagħad finalment jiġi mħajjar il-privat biex jidħol għal dan il-proġett.", "Fit-teorija dan jidher tajjeb imma meta tiġi għall-prattika jaqilgħulek fwiedek.", "Apparti li l-MEPA taqlagħlek fwiedek biex toħroġ il-permess – din hija xi ħaġa li l-Ministru Tonio Borg m'għandux kontroll fuqha – dawn jiltaqgħu ma ħafna intoppi u burokrazija biex mil-lands jieħdu d-devoluzzjoni u jagħżlu l-proġett.", "Jekk aħna verament nemmnu li għandna nies serji u ta' l-affari tagħhom fil-kunsilli lokali m'għandniex noqogħdu naħsbu li dawn se jagħmlu xi ħaġa sabiex iqarrqu b'xi ħadd!", "U meta jibdew idaħħlulhom ċerti kondizzjonijiet ikun qisu hemm il-ħsieb li xi ħadd qiegħed jagħmel xi ħaġa ħażina!", "Madankollu ħafna drabi dan ma jkunx il-każ għaliex dawn ikunu qed jagħmlu proġett partikolari u jkunu jridu jaraw kif se jinteressaw lill-privat sabiex isir dan il-proġett.", "Mr Speaker, il-kunsilli lokali x'jieħdu minn din is-sitwazzjoni kollha?", "Meta l-kunsill lokali jkun qed jagħmel skema bħal din, ikun qed jagħmilha sabiex proprjeta' li tkun fil-lokalita' tiegħu ma tibqax mitluqa imma tiġi żviluppata.", "Ħafna drabi jagħmel xi kondizzjoni lill-privat li jkun se jiżviluppa l-art biex jagħtih xi parti mill-faċilita' lura ħalli jkun jista' jmexxiha l-kunsill lokali u mbagħad min-naħa tiegħu, l-interess tal- privat hija li jkun parti minn proġett li jkun ta' natura kummerċjali għaliex ikollu d-dħul minnu.", "Għalhekk, fil-fehma tiegħi, lill-kunsilli lokali għandna naħsbu aktar kif nistgħu niffaċilitawlhom aktar dawn l- iskemi.", "Jekk irridu li l-affarijiet ma jibqgħux jimxu bil-pass ta' nemla għandna bżonn naraw kif dawn it-tip ta' proposti li joħorġu mill-kunsilli lokali ngħinuhom sabiex iseħħu u jwettquhom u mhux nagħmlulhom id- diffikultajiet kollha sabiex iwettquhom!", "Madanakollu jiena naf li l-liġijiet tad-disposal of government land sabiex tingħata art lil terzi huma dawk li huma, pero' naħseb li għad fadal ħafna fejn wieħed jista' jidħol għal dak li għadnu x'jaqsam mal-kunsilli lokali sabiex niffaċilitaw aktar l-affarijiet.", "Imbagħad għandna ħafna każi fejn isiru talbiet għad-devoluzzjoni mill-kunsilli lokali li ma jiġux milqugħa u jien dan ma nistax nifhmu!", "Per eżempju, kellna każ fejn il-kunsill lokali ta' Ħad-Dingli talab id-devoluzzjoni fuq il-winery, xi ħaġa li semmiha wkoll l-Onor.", "Noel Farrugia.", "Fil-fatt semma kif din il-winery tinstab mitluqa, qed taqa' biċċiet u hija mimlija ġrieden!", "Dan huwa kollu minnu.", "Li forsi ma semmiex huwa li kien hemm talba għad-devoluzzjoni tagħha mill- kunsill lokali ta' Ħad-Dingli għaliex ried jagħmilha mużew ta' l-inbid.", "Pero' din it-talba ma ntlaqgħetx mill-gvern u l-kunsill ta' Ħad-Dingli ma ngħata l-ebda raġuni għal dan!", "Dan m'huwiex sewwa!", "Meta għandek kunsill li qed jimpenja ruħu ħalli ċerti affarijiet nressquhom 'il quddiem, ma nistax nifhem għalfejn nagħmluhielhom daqshekk diffiċli sabiex nagħtuhom il- faċilitajiet meħtieġa ħalli jkunu jistgħu jaħdmu!", "Għalija dan ma jagħmilx sens!", "Mr Speaker, għandna ħafna kunsilli lokali li jagħmlu xogħol u dan ix- xogħol li jagħmlu jidher.", "M'hijiex xi ħaġa faċli li taħdem fil-komunita' għaliex tagħmel x'tagħmel dejjem se ssib lil min togħġob u lil min ma togħġobx!", "Per eżempju, meta dan l-aħħar il-kunsill lokali ta' Ħaż-Żebbuġ ried isebbaħ l-inħawi tal-pjazza tgħidx kemm inqalgħu problemi ma' entitajiet differenti, fosthom mal-każini tal-baned, ma' l-għaqdiet tan-nar ta' l-art, tal-ħwienet u ma' kulħadd!", "Jiġifieri m'hijiex xi ħaġa faċli għall-kunsilli lokali sabiex iwettqu ċerti proġetti.", "Madanakollu jagħmlu l-isforzi tagħhom sabiex iwettquhom.", "Issa fil-każ tal-kunsill lokali ta' Ħaż-Żebbuġ nista' ngħid li vera għamel biċċa xogħol tajba u ħaqqu prosit għall-proġett ta' tisbiħ li sar fiċ-ċentru storiku tal-lokal.", "Naf ukoll li l-gvern ċentrali għen fix-xogħol ukoll għaliex il-Ministru Ninu Zammit tgħidx kemm jiftaħar li jrid isebbaħ l-pjazez ta' Malta u Għawdex.", "Pero' l-pjazez ma jeżistux biss fiż-Żurrieq, fl-Imqabba, f'Ħal Safi, f'Ħal Kirkop u dawk l-akwati!", "Il-bqija tal-pjazez ma jagħmlux miegħu u għalhekk dawk il-pjazez iridu jieħdu ħsiebhom il-kunsilli lokali!", "U fil- fatt il-kunsilli qed jagħmluh dan ix-xogħol.", "Il-kunsill lokali tar-Rabat għandu proġett simili - u nittama li jsir – fejn irid jagħmel embellishment taċ-ċentru storiku li jinsab proprju quddiem il-knisja tal- lokal, jiġifieri fil-pjazza ta' San Pawl, liema pjazza jgħaddu l-maġġoranza l-kbira tat-turisti li jiġu Malta.", "Pero' hemmhekk hemm tgerfixa sħiħa fis- sistema tat-traffiku!", "Issa jien naf x'qiegħed ngħid, bħalma jaf il-kollega min-naħa l-oħra tal-Kamra li wkoll jgħaddi minn hemmhekk.", "Għalhekk iridu jaraw kif se jsolvu l-konflitti li hemm bejn it-traffiku, in-nies tal-lokal u bejn il-viżitaturi li jżuru ċ-ċentru tar-Rabat.", "Qegħdin jaraw kif jistgħu jsibu mod jew kompromess li filwaqt li ċ-ċentru tar-Rabat jeħilsuh mill-problema ta' konflitt eterna li hemm bejn il-vetturi u n-nies, jiġi msebbaħ aktar milli hu!", "U dan huwa l-ispirtu li għandhom jaħdmu bih il- kunsilli lokali.", "Dawn għandhom jaħdmu bi spirtu li jagħmlu mill-aħjar li jistgħu ħalli dejjem isebbħu l-lokal tagħhom.", "Mr Speaker, għandna wkoll diversi kunsilli li jidħlu għal ħafna proġetti ambizzjużi, bħal, per eżempju, il-kunsill ta' Ħad-Dingli li għadu kif ingħata permess mill-MEPA proprju ftit tal-jiem ilu sabiex żewġt ikmamar tas-servizz abbandunati li qegħdin fuq l-irdum jinbidlu f'interpretative centre.", "Jiġifieri se jinbidlu f'post fejn turist jew anke viżitatur Malti, ikun jista' jmur u jieħu l-informazzjoni fuq dik l-area.", "F'Ħad-Dingli għandna wirt kulturali u arkeoloġiku kbir ħafna u forsi ħafna nies ma jirrealizzawhiex din il-ħaġa.", "Pero' issa turist ikun jista' imur jieħu l- informazzjoni minn dan l-interpretative centre u jkun jista' jdur bil-mappa madwar il-cliffs u jkun jaf fejn huwa sejjer!", "Madanakollu nittama li issa l-kunsill lokali ta' Ħad-Dingli ma jsibx xi diffikultajiet min-naħa tal- gvern meta jiġi biex jingħata din l-art b'devoluzzjoni!", "Pero' għallanqas il-permess mill-MEPA diġa' inħareġ.", "Hemm diversi skemi oħra li l-kunsilli lokali jipparteċipaw fihom u li jgħinu ħafna sabiex il-lokal tagħhom isebbħuh aktar.", "Dawn huma tajbin u se nsemmihom għaliex huma inizjattivi li ttieħdu mid-dipartimenti tal-gvern jew minn awtoritajiet governattivi.", "Per eżempju, nista' nsemmi l-iskemi li permezz tagħhom il-kunsilli lokali qed jipparteċipaw flimkien ma' l- awtorita' tad-djar sabiex jitbiddlu l-ġonna fil-housing estates.", "Din hija skema tajba u mmexxiha b'mod tajjeb mill-Perit Anton Camilleri mid- dipartiment tad-djar.", "Jien minn hawnhekk nixtieq insellimlu għax-xogħol li qed jagħmel fuq din l-iskema mal-kunsilli lokali u naf bil-paċenzja li ħafna drabi jieħu bihom.", "Din hija skema li ssebbaħ l-irħula tagħna u fil-fatt hemm diversi rħula li qegħdin jagħmlu użu minn din l-iskema.", "Pero' xorta waħda għad hemm bżonn ta' aktar inkoraġġiment min-naħa tal-gvern.", "Huwa veru li l-kunsilli lokali mxew 'il quddiem u għamlu ħafna xogħol fejjiedi, mhux biss fil-qasam ta' l- infrastruttura iżda anke f'oqsma oħra, inkluż dak kulturali u dak soċjali, pero' għad fadal ħafna aktar x'isir.", "U jekk il-gvern se jibqa' bil-ħsieb li jagħti aktar responsabilitajiet lill-kunsilli lokali, hemm bżonn li mar- responsabilitajiet nagħtuhom ukoll il-fondi u r-riżorsi meħtieġa sabiex ikunu jistgħu jaħdmu.", "Huwa inutli li tagħti r-responsabilita' u tagħti x- xogħol iżda mbagħad ma tagħtix il-fondi lill-kunsilli għaliex inkella tkun qed torbtilhom idejhom!", "Mr Speaker, sabiex indur fuq l-emendi li qed jitressqu quddiemna, nixtieq ngħid li dawn huma pass fid-direzzjoni t-tajba.", "Aħna naqblu magħhom u fejn is-sindku jiġi elett bil-maġġoranza tal-voti m'hijiex xi ħaġa ġdida għall- partit Laburista!", "Aħna din il-prattika ta' kif jiġi elett sindku fi ħdan maġġoranza Laburista li jkun hemm fil-kunsilli ilna nipprattikawha.", "Allura bilfors se naqblu ma' emenda bħal din u naħseb li dawn l-emendi huma pass fid-direzzjoni tajba, għalkemm għad fadal ħafna u ħafna aktar x'isir.", "Nagħlaq dan id-diskors tiegħi billi nawgura lil dawk il-kunsilli kollha li verament jimpenjaw ruħhom.", "Naf li l-maġġoranza tal-kunsilliera u s-sindki huma nies ta' l-affari tagħhom u li verament iridu l-ġid għal-lokalita' tagħhom.", "U għaldaqstant l-appell tiegħi jmur lejn il-gvern sabiex jgħin lill-kunsilli lokali, lill-kunsilliera u lis-sindki fil-ħidma tagħhom.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Gavin Gulia.", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Naturalment meta jkun hawn abbozz ta' liġi li jkollu x'jaqsam mal-kunsilli lokali jservi ta' vetrina u opportunita' għall-membri parlamentari sabiex jitkellmu dwar sitwazzjonijiet li jolqtu proprju l- lokalitajiet li jaqgħu fid-distretti tagħhom.", "Ikun hemm min jgħid ukoll li din hija opportunita' jew forma ta' gallerija sabiex il-membri parlamentari jippropogaw lilhom infushom!", "Din hija xi ħaġa inġusta għaliex proprju d-deputati li jkunu f'dan il- Parlament huma eletti mill-kostitwenti tagħhom fid-distrett tagħhom u allura għandhom mhux biss kwestjoni ta' dritt imma huwa wkoll obbligu li jissensibillizzaw lil din il-Kamra dwar id-diversi problemi u ħteġijiet li jolqtu lil-lokalitajiet tagħhom!", "U mhux biss jitkellmu dwar il-problemi iżda jitkellmu wkoll fuq dawk l-affarijiet li huma pożittivi.", "Mr Speaker, naħseb li din hija l-ewwel darba li qiegħed nintervjeni fuq abbozz ta' liġi li għandu x'jaqsam mal-kunsilli lokali.", "Naturalment kullħad jaf li jien il-kelliem ewlieni Laburista dwar l-intern u dan il- qasam jinkorpora fih il-kunsilli lokali wkoll.", "Barra minn hekk, għandi x'naqsam ukoll ma' dekasteri oħra mill-intern.", "Pero' ma nistax ma nsemmix u ħassejtni fl-obbligu lejn il-kostitwenti tiegħi li niġi f'din il-Kamra u nqajjem ċerti punti b'mod kostruttiv li qed jolqtu ċerti lokalitajiet li jaqgħu taħt id-distrett tiegħi.", "F'dawn il-lokalitajiet qed isiru ċerti xogħlijiet li huma neċessarji iżda qed jolqtu lin-nies b'mod negattiv ukoll.", "Kif jaf kulħadd bħalissa għaddejjin xogħlijiet estensivi ħafna f'areas li jolqtu ċerti lokalitajiet mis-seba' distrett.", "Hawnhekk qiegħed nagħmel rifirenza b'mod partikolari għal-lokalita' ta' Ħaż-Żebbuġ u tas-Siġġiewi, kif ukoll Ħal Qormi li jagħmel parti mis-sitt distrett u li wkoll għandi x'naqsam miegħu.", "Pero' minkejja li x-xogħlijiet huma ta' ħtieġa jeħtieġ li jsir management ta' l-affarijiet aħjar ħalli l-impatt ta' dawn ix- xogħlijiet ikun inqas negattiv fuq ir-residenti ta' dawn il-lokalitajiet.", "Kif kulħadd jaf bħalissa għaddejin xogħlijiet li għandhom x'jaqsmu mal- protokoll Taljan, liema xogħlijiet qed jaffettwaw medda estensiva f'area partikolari ta' Malta.", "Dawn ix-xogħlijiet jibdew mit-triq li hija qrib l- istabbiliment tax-shopwise f'Ħal Qormi, jgħaddu minn ħdejn l-istabbiliment tal-KIA, jibqgħu telgħin sa Ħaż-Żebbuġ, jestendu għas-Siġġiewi u jibqgħu sejrin sa taħt ir-Rabat.", "Naturalment hemm ukoll xogħlijiet oħra li qed isiru bħax-xogħlijiet li għaddejjin taħt l-Imtarfa.", "Li nista' ngħid huwa li qed isir sforz sabiex dawn ix-xogħlijiet jitlestew mill-aktar fis possibbli.", "Lejn il-bidu tas-sena l-oħra kien ġie reklamat li dawn ix- xogħlijiet għandhom jitlestew sa Awissu 2004, pero' dak kien żball għaliex l-intenzjoni tal-ministeru konċernat kien li x-xogħlijiet jispiċċaw sa Awissu tas-sena 2005.", "Madanakollu xi jumejn ilu l-Onor.", "Jesmond Mugliett iddikjara li x-xogħlijiet se jitlestew għall-ħabta ta' Novembru ta' din is- sena.", "Issa sabiex nitkellmu b'mod ċar, il-ministru konċernat ma speċifikax liema toroq se jitlestew sa Novembru.", "Jiġifieri jista' jkun li ċerti toroq se jiġu finalizzati fil-futur qarib, anke x-xahar d-dieħel iżda karreġjata partikolari li kellha titlesta sa Awissu se ttawwal għal Novembru ta' din is-sena!", "Diġa' ninsabu f'Jannar u kulħadd jaf kif imorru dawn l- affarijiet, li wisq probabbli dawn ix-xogħlijiet ma jispiċċawx f'Novembru iżda jtawlu sa Diċembru!", "B'hekk se jkollna sena sħiħa bix-xogħlijiet għaddejjin f'dawn it-toroq b'detriment għar-residenti li jgħixu jew jgħaddu minnhom.", "Jien ngħix f'Ħaż-Żebbuġ u għalhekk naf x'jiġifieri!", "Jien se nagħmilha ċara li x-xogħolijiet li għaddejjin bħalissa huma doverużi u importanti, pero' qed joħolqu impatt negattiv fuq in-nies li jridu jivvjaġġaw minn u għal Ħaż-Żebbuġ.", "Dan għaliex qed jinqalgħu ċerti karreġjati ta' toroq u filwaqt li x-xogħol ikun għaddej fihom jinqalgħu toroq ġodda fl-istess lokalitajiet!", "Naturalment dan qed ikollu impatt fuq il-flow tat-traffiku minn u għal Ħaż-Żebbuġ.", "Għalhekk qiegħed nagħmel din il-kritika kostruttiva u nittama li l-ministru konċernat jieħu in konsiderazzjoni dawn il-punti li se nqajjem għaliex qed jinqalgħu diffikultajiet kbar fit-traffic management.", "Jiġifieri l-kritika tiegħi mhux qed nagħmilha għax-xogħol li qed isir f'dawn it-toroq iżda fuq il-mod ta' kif qed jiġi organizzat it-traffiku.", "Mr Speaker, bħalissa biex toħroġ minn Ħaż-Żebbuġ, b'mod partikolari fis- sigħat bikrin ta' filgħodu meta jkollok ir-rush hour saret qisha nightmare!", "Jien nista' nitkellem għaliex ta' kuljum noħroġ minn Ħaż-Żebbuġ sabiex immur lejn il-Belt u fejn qabel kont noħroġ b'ċerta faċilita', illum mhux talli hemm inkonvenjent iżda kważi kważi sar impossibbli li toħroġ minn Ħaż- Żebbuġ fi żmien raġjonevolment qasir!", "Per eżempju, sabiex xi ħadd joħroġ bil-karozza tiegħu minn Ħaż-Żebbuġ u jasal safejn ir-roundabout li tmur għas-Siġġiewi jrid mill-anqas 20 minuta!", "Hawnhekk qiegħed nirriferi għat- triq prinċipali ta' Ħaż-Żebbuġ, jiġifieri dik it-triq fejn jiġu organizzati l-mass meetings.", "Din il-problema qed tinħoloq għal raġuni sempliċi li tista' faċilment tiġi rranġata.", "Il-problema hija li t-traffiku li qed joħroġ minn ġo Vjal il-Ħelsien qed jinqabad fil-flow tat-traffiku li jkun tiela' minn Ħal Qormi.", "Il-karreġjata tat-triq li tagħti minn Ħal Qormi għal Ħaż-Żebbuġ bħalissa qiegħda taħdem fuq lane wieħed biss u allura għandek żewġ flows tat-traffiku ġo fiha, wieħed dieħel lejn Ħaż-Żebbuġ u l- ieħor ħiereġ minnha!", "Naturalment il-problema hija li t-traffiku qed ikun heavy ħafna u slow ħafna.", "Dan għaliex it-traffiku li jkun ġej min-naħa ta' Ħal Qormi u jkun wasal għar-roundabout ta' fejn hemm il-monument ta' Dun Mikiel Vassalli - proprju barra l-arkata ta' Ħaż-Żebbuġ - irid bilfors jingħata the right of way minħabba li huwa traffiku li ġej mid-direzzjoni tal-lemin.", "Din qed toħloq sitwazzjoni fejn it-traffiku kollu li jkun ħiereġ minn Ħaż-Żebbuġ ikun irid jagħti preċedenza lit-traffiku li jkun tiela' minn Ħal Qormi, bil-konsegwenza li t-traffiku ta' Ħaż-Żebbuġ jispiċċa wieqaf kompletament!", "Hija xi ħaġa redikola li sabiex karozza waħda toħroġ minn Ħaż-Żebbuġ u tidħol fil-main stream tat-traffiku li jkun nieżel minn Ħal Qormi jkollha tistenna mill-anqas erba' minuti sakemm jinħoloq gap bejn karozza u oħra!", "B'hekk Vjal il-Ħelsien ġewwa Ħaż-Żebbuġ qed jinħoloq serbut twil ta' karozzi li jkollhom jistennew it-turn tagħhom sabiex joħorġu minn ġo Ħaż-Żebbuġ u din is-sitwazzjoni nħolqot proprju minħabba x-xogħlijiet li qed isiru barra Ħaż-Żebbuġ.", "Mr Speaker, ninsab informat li l-kunsill lokali ta' Ħaż-Żebbuġ għamel diversi rappreżentazzjonijiet mal-ministeru konċernat u ma' l-awtorita' tat-trasport sabiex jitqiegħdu traffic lights jew inkella jkun hemm xi warden jew pulizija ħalli jidderieġu t-traffiku u jagħtu l-preċedenza lit- traffiku li jkun ħiereġ minn ġo Ħaż-Żebbuġ u t-traffiku li jkun ġej minn Ħal Qormi ħalli ma jibqax ikun hemm din il-konġestjoni kollha.", "Din hija xi ħaġa żgħira iżda jidher li għal xi raġuni jew oħra għadha ma ġietx implimentata!", "Pero' hija xi ħaġa li tista' tiġi attwata u li minnha jistgħu jibbenefikaw ir-residenti ta' Ħaż-Żebbuġ li jkunu jridu joħorġu mir- raħal.", "Issa jien nifhem il-ħtieġa tal-ministeru konċernat sabiex ilesti x- xogħlijiet mill-aktar fis possibbli.", "Dan għaliex qabel kien hemm qisu l- urġenza sabiex jitlestew ix-xogħlijiet minħabba li l-protokoll Taljan kien jiskadi lejn tmiem din is-sena u allura kien hemm il-biża' li l-flus minn dan il-protokoll kienu se jintilfu kemm-il darba x-xogħol ma jitlestix!", "Pero' jiena jidhirli li l-protokoll Taljan ġie estiż sas-sena 2007 u allura ma nistax nifhem għalfejn qed issir din l-urġenza kollha!", "Issa forsi dan il-hotchpotch ta' xogħlijiet kollha qegħdin isiru sabiex nissodisfaw il- miri li fassal għalih innifsu l-ministeru, jiġifieri kemm jista' jkun possibbli jlesti x-xogħlijiet sa tmiem din is-sena?!", "Jien ukoll nixtieq li dawn it-toroq jitlestew kemm jista' jkun malajr, pero' at what cost?", "Jekk ix-xogħol ġewwa Ħaż-Żebbuġ fadallu sa Novembru li ġej u allura se jkun ta' impatt negattiv fuq ir-residenti tal-lokal, il- ministeru jew l-awtorita' dwar it-trasport għandhom jirrevedu l-mod ta' kif qed jiġi immaniġġjat il-flow tat-traffiku f'dawn it-toroq.", "Mr Speaker, waħda mill-problemi kbar li qed toħloq din il-konġestjoni kollha hija proprju r-roundabout li kien hemm – għaliex issa tneħħiet - bejn Ħaż-Żebbuġ u s-Siġġiewi u qiegħed nirreferi għal dik ir-roundabout li tinsab ftit 'l isfel mill-istabbiliment kummerċjali tat-Toyota.", "Hawnhekk qed isiru xi xogħlijiet estensivi proprju f'dik il-parti ta' fejn hemm ir-roundabout bil- konsegwenza li l-traffiku li ġej mid-direzzjoni ta' Ħaż-Żebbuġ, mid- direzzjoni tas-Siġġiewi u dak mid-direzzjoni ta' Ħal Qormi qed jikkonverġu f'area limitata ħafna u fejn fir-rush hours ta' filgħodu u ta' filgħaxija qed ikun impossibbli sabiex tlaħħaq mal-flow tat-traffiku.", "Dik il-parti tat-triq qed tkun insostenibbli proprju minħabba x-xogħlijiet li għaddejjin fiha.", "Jien qed niskanta kif ix-xogħljiet li nbdew proprju fejn kien hemm din ir- roundabout qed jieħdu dan iż-żmien kollu sabiex jitlestew.", "Li kieku dawn ix-xogħlijiet jitlestew mill-aktar fis possibbli l-arranġament tat-traffiku li hemm bħalissa, ikun jista' jaħdem b'mod aktar effiċjenti.", "Għalhekk minn hawnhekk qed nappella lill-ministeru konċernat jew lill-awtorita' dwar it- trasport pubbliku sabiex kemm jista' jkun possibbli jimpenja ruħu ħalli dawk ix-xogħlijiet li qed isiru f'dawk l-akwati jitlestew mill-aktar fis possibbli.", "Dan għaliex is-sitwazzjoni saret impossibbli għar-residenti tal- lokal ta' Ħaż-Żebbuġ, b'mod partikolari fil-ħinijiet ta' filgħodu.", "Irrid niġbed ukoll l-attenzjoni tal-ministeru konċernat dwar il-ħtieġa li kemm jista' jkun possibbli jsiru t-tiswijiet fit-Triq 12 ta' Mejju ġewwa Ħaż-Żebbuġ.", "Din it-triq hija parallela ma' Triq l-Imdina, jiġifieri f'dik il-karreġjata tat-triq bejn l-iskola ta' St. Dorothy u r-Rabat li bħalissa għaddej ix-xogħol fihom.", "Dawn ix-xogħlijiet jinstabu fi stadju avvanzat u qed jiġi ttamat li din it-triq tinfetaħ fi Frar li ġej.", "Hawnhekk irrid ngħid li l-kuntrattur Taljan li kien inkarigat mix-xogħlijiet ta' din it- triq kien qed jiġi kkritikat għaliex waqa' lura fix-xogħol, pero' milli jidher dan il-kuntrattur se jispiċċa x-xogħlijiet tiegħu qabel kuntratturi oħra li ġew imqabbda f'areas oħra ta' din il-lokalita'!", "Mr Speaker, Triq 12 ta' Mejju hija parallela ma' Triq l-Imdina li bħalissa qiegħda tintuża minn heavy plants u qed tkun il-kawża ta' ħafna ħsarat ġo fiha.", "Jidhirli li l-kunsill lokali ta' Ħaż-Żebbuġ għamel rappreżentazzjonijiet mal- ministeru konċernat sabiex isiru t-tiswijiet f'din it-triq għaliex din it- triq tista' tħaffef it-trasport li jgħaddi minn Triq l-Imdina!", "Ninsab informat mill-kunsill lokali ta' Ħaż-Żebbuġ li x-xogħlijiet f'din it-triq inbdew iżda mexjin bil-mod ħafna.", "Nifhmu li Triq 12 ta' Mejju m'hijiex iffinanzjata mill-protokoll Taljan imma hija ffinanzjata mill-ministeru stess, pero' qiegħed nappella lill-ministeru konċernat sabiex jagħti l- importanza neċessarja lil din it-triq għaliex proprju tgħin ħafna fil-flow ta' traffiku li kien qiegħed kompletament ikkonċentrat fuq Triq l-Imdina.", "U naturalment meta titlesta Triq l-Imdina, il-flow tat-traffic se jerġa' jibda jgħaddi minn hemmhekk.", "Nixtieq li f'dawn il-ftit minuti li fadalli nagħti prosit lill-kunsill lokali għax-xogħlijiet importanti li għamel fil-lokalita' ta' Ħaż-Żebbuġ.", "Irrid ngħid ukoll li l-kunsill lokali ma bediex xogħlu b'mod faċli għaliex gvern Nazzjonalista kien waqqaflu l-fondi għal perjodu twil, tant li għal żmien twil il-kunsill lokali ta' Ħaż-Żebbuġ kellu jdejh marbutin u ma setax jimbarka ruħu fuq proġetti kapitali li għandhom x'jaqsmu mat-tisbiħ tal- lokal tiegħu!", "Pero' reċentement il-kunsill lokali ta' Ħaż-Żebbuġ li huwa mmexxi minn maġġoranza Laburista għamel xogħlijiet li wieħed għandu jieħu l- opportunita' u jfaħħarhom f'din il-Kamra.", "Ta' min isemmi li f'perjodu verament qasir, il-kunsill lokali ta' Ħaż- Żebbuġ irnexxielu jlesti 15-il triq ġewwa Ħaż-Żebbuġ fi żmien relattivament qasir u fi żmien meta kellu wkoll il-proġett ambizzjuż ħafna ta' l-upgrading taċ-ċentru ta' Ħaż-Żebbuġ!", "Naturalment l-upgrading li sar ġie mwettaq b'ħafna impenn u dedikazzjoni, għalkemm mhux mingħajr garr għaliex meta tkun qed tagħmel ċerti xogħlijiet ikun hemm min jaħseb li qed jintrifes fuq il-kallu – ħalli nuża l-espressjoni Maltija – pero' ladarba x- xogħol tlesta kulħadd apprezza u fehem l-isforzi li kien qed jagħmel il- kunsill lokali f'dan il-qasam.", "U llum rajnihom r-riżultati u minn hawnhekk nixtieq ngħid prosit lill-kunsill lokali ta' Ħaż-Żebbuġ għaliex bi bżulija kbira rnexxielu jagħmel dawn ix-xogħlijiet fi żmien verament qasir.", "Mr Speaker, qabel nagħlaq id-diskors tiegħi nixtieq nagħmel l-aħħar appell tiegħi lill-ministeru konċernat sabiex jikkonsulta aktar mal-kunsill lokali f'dak li għandu x'jaqsam ma' xogħlijiet kapitali fit-toroq ta' Ħaż-Żebbuġ.", "Huwa veru li ħafna mix-xogħlijiet li għaddejjin bħalissa fil-lokalita' ta' Ħaż-Żebbuġ huma fuq toroq distributorji u arterjali u għalhekk jaqgħu taħt il-kompetenza tal-gvern ċentrali pero' xorta waħda jibqgħu toroq li jaffettwaw lil Ħaż-Żebbuġ.", "Għalhekk minn hawnhekk nagħmel appell sabiex anke fuq affarijiet żgħar, bħalma semmejt fil-bidu, li jistgħu jgħinu fl-immaniġġjar aħjar tat- traffiku fl-inħawi ta' Ħaż-Żebbuġ, l-awtorita` dwar it-trasport pubbliku kif ukoll il-ministeru konċernat għandhom iżommu konsultazzjonijiet aktar importanti mal-kunsill lokali ta' Ħaż-Żebbuġ.", "Nemmen li b'konsultazzjoni aktar importanti nistgħu naslu sabiex it-traffiku ġewwa Ħaż-Żebbuġ, kif ukoll fl-inħawi immedjati ta' Ħaż-Żebbuġ, ikun jista' jimxi b'mod aktar aktar effiċjenti.", "Nirringrazzjak, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joe Cassar.", "ONOR.", "JOSEPH CASSAR: Mr Speaker, illum qegħdin nitkellmu fuq abbozz ta' liġi importanti li jirrigwarda l-kunsilli lokali.", "Nixtieq infakkar li l- proġett inizjali tal-kunsilli lokali kien ta' gvern Nazzjonalista u hija ħaġa sabiħa li emenda importanti bħal din se toħroġ ukoll mill-istess gvern li dejjem kellu għal qalbu l-kunsilli lokali u li dejjem ħadem bis-sħiħ għall-kunsilli lokali.", "Mr Speaker, kien hemm ħafna li qalu li l-partit Laburista ma riedx idaħħal il-politika fil-kunsilli lokali, imma ried iħallihom f'idejn in-nies tal- lokal.", "Din ma nistax nifhimha għaliex il-politika fiha nnifisha hija xi ħaġa li ssibha kullimkien.", "Il-politika hija t-twemmin tiegħi bħala persuna, x'nemmen jien politikament u dak li nemmen nieħdu miegħi kullimkien.", "Jiġifieri jekk jien demokristjan, il-fatt li jien demokristjan nieħdu miegħi d-dar, nġibu miegħi fil-Parlament, nieħdu miegħi fil-kunsill lokali, nieħdu miegħi fil-każini u kull fejn immur.", "Mr Speaker, l-argument jekk indaħħlux il-politika jew le fil-kunsilli lokali qed nużawh bħala skuża għaliex proprjament il-partit Laburista ma kienx favur il-kunsilli lokali bħala konċett.", "Dik hija l-vera raġuni.", "Għalhekk il-partit Laburista qatta' ftit żmien jistudja jekk il-kunsilli lokali kenux se jkunu suċċess jew le u wara li ra li l-kunsilli lokali kienu suċċess kbir, iddeċieda li jipparteċipa fihom.", "Għaliex se nibqgħu nbellgħuha lin-nies li l-partit Laburista ma riedx li jkun hemm il-politika fil-kunsilli lokali?", "Il-politika tidħol kullimkien għax hija t-twemmin ta' dak li tkun temmen fih persuna.", "Huwa importanti li din niċċarawha lill- poplu Malti u anke lil dan il-Parlament ħalli ma nibqgħux nisimgħu lil kull kelliem Laburista jirrepeti l-istess kantaliena għax naħseb li kważi kollha qaluha.", "Jien ma smajtx lil kulħadd imma dawk li smajt kollha qaluha.", "Dan huwa dak li nħoss jien, pero` naħseb li ħafna minn sħabi jaħsbuha l-istess.", "Mr Speaker, nitkellmu ħafna fuq it-trasparenza u fuq is-sinċerita` u jien inħobbha ħafna t-trasparenza u s-sinċerita`, pero` r-realta` l-oħra hija li ħafna kunsilli lokali, bir-rispett kollu, speċjalment fejn għandhom maġġoranza lokali Laburista, qed jużaw lill-gvern għal skopijiet negattivi.", "U iktar tard se nispjega u ġibt anke fatti biex nuri lill-poplu li ma tistax taqbad ma' xi ħaġa u tibqa' tużaha bħala skuża għall-affarijiet l- oħra li ma ġrawx jew li ma kontx kapaċi tagħmel.", "Huwa importanti li nkunu sinċieri fuq l-affarijiet li nesprimu speċjalment lin-nies li qegħdin naqdu.", "Kif ħafna nies jafu, il-kunsill lokali tar-Rabat biddel l-maġġoranza tiegħu minn maġġoranza Nazzjonalista għal maġġoranza Laburista.", "Id-demokrazija hija importanti u jekk il-poplu Rabti ried ibiddel il-maġġoranza għal waħda Laburista demokratikament hekk kellu jsir.", "Pero` li jweġġagħli qalbi huma mhux biss ċerti attitudinijiet imma anke ittri li ntbagħtu fid-djar tal- poplu Rabti.", "Irridu noqogħdu attenti għax il-poplu m'huwiex injorant, imma huwa għaqli u jaf jara u jisma' kollox.", "Dan l-aħħar saru żewġ affarijiet li nixtieq niċċara darba għal dejjem bħala rappreżentant f'dan il-Parlament.", "L-ewwel ħaġa hija l-kwestjoni dwar il- famuża Triq George Borg Olivier, li fl-antik kienu jgħidulha Buskett Road, li hija uġigħ ta' ras mhux biss għal kulmin hu mir-Rabat imma anke għal min jgħaddi minn hemmhekk bil-karozza.", "In-nies li joqogħdu f'dik it-triq għadhom ma jistgħux jifhmu ħaġa bażika, cioe` taħt min jaqa' l-immaniġġjar tat-traffiku ta' din it-triq.", "Għalhekk iddeċidejt li nagħmel domanda parlamentari ħalli niċċara din il-kwestjoni.", "L-Onor.", "Farrugia qed jidħak.", "(Interruzzjonijiet) F'din l-aħħar sena l-kunsill lokali qal pubblikament li din it-triq ma taqax taħt ir-responsabbilta` tiegħu imma hija responsabbilta` tal-gvern ċentrali.", "Għalhekk jien għamilt domanda parlamentari lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq - li fil-fatt ġiet imwieġba llum – fejn staqsejtu jekk jistax jiċċara ta' min hi r- responsabbilta` għall-immaniġġjar tat-traffiku ta' Triq George Borg Olivier, fir-Rabat u jekk jistax jgħid jekk il-kunsill lokali tar-Rabat għandux ir-responsabbilta` għall-immaniġġjar tat-traffiku?", "Nixtieq naqra r-risposta verbatim:", "\"Ninsab informat li t-Triq Olivier Borg Oliver fir-Rabat, Malta mhix ikklassifika bħala triq arterjali u lanqas triq distributorja.", "Bħal kull triq oħra li taqa' fil-konfini tal-kunsill lokali l-proposti ta' immaniġġjar tat-traffiku jiġu mressqa għand l-awtorita` dwar it- trasport mill-kunsill lokali u flimkien jiġu diskussi tali proposti minn aspett tas-sigurta` fit-toroq u skond il-ħteġijiet tal-lokal.", "Din ir-risposta ngħatat fis-seduta tal-lum.", "Nispera li din tiġi rapportata, jiġifieri li l-immaniġġjar tat-traffiku fi Triq George Borg Olivier jaqa' taħt il-kunsill lokali.", "Jekk nifhem bil-Malti sew, hekk tfisser din.", "Allura nisperaw li minn issa 'l quddiem ir-Rabtin li joqogħdu f'dik it-triq ma jisimgħux iktar il-kliem: \"Dik irid jiddeċidiha l-gvern.\"", "Wara din id-domanda parlamentari nisperaw li l-kunsill lokali jibda jieħu ħsieb l-immaniġġjar tat-traffiku f'din it-triq.", "Ħaġa oħra li dejqitni kien il-fatt li f'dan il-każ il-kunsill lokali bagħat ittra fejn qal li l-gvern ċentrali naqqaslu l-flus u allura hemm ċerti affarijiet li ma jistax jagħmilhom.", "Imma ntqalet b'tali mod – u hawnhekk anke kien hemm persuni li nafhom personalment għax ġew għandi – li wasalna f'estrem fejn f'ċerti kunsilli, anke jekk ma jkunx hemm dawl f'bozza, qed tingħata l-iskuża li m'għandhomx flus biex jagħmlu l-bozza.", "Fil-fatt se nsemmi Triq Santa Marija fir-Rabat - biex ħadd ma jaħseb li qed nivvinta - fejn joqogħdu nies anzjani u għaliex m'hemmx dawl, dawn lanqas jistgħu jaraw kif jiftħu l-bieb.", "Ħadd m'hu lest jieħu r-responsabbilta` mid-dehra għax fil-fatt anzjana li ċemplet lill- kunsill lokali dwar dan qalulha biex iċċempel lill-korporazzjoni enemalta.", "Jiena staqsejt domanda parlamentari dwar dan u qaluli li dik it-triq taqa' taħt il-kunsilli lokali.", "Għalfejn qegħdin isiru dawn l-affarijiet?", "Ma naħsibx li bozza tiswa daqstant flus li minħabba t-tnaqqis fil-budget, il- kunsill ma setax jagħmilha!", "Jiena se nagħti lista ta' xogħlijiet approvata ħafna qabel ma kien hemm it- tnaqqis fil-budget tal-kunsilli lokali u dan xorta ma sarx.", "Żgur ħadd ma jista' jibqa' juża l-iskuża li ma ngħatawx flus f'dawn il-każi.", "Kien hemm il-proġett tal-librerija reġjonali fir-Rabat, Malta.", "Din kellha tinfetaħ mit-Tnejn sal-Ġimgħa sas-7:00 pm u s-Sibt sas-1:00 pm. Sa x'ħin qed tiftaħ din?", "Il-librerija mhux qed tiftaħ minħabba li l-kunsill m'għandux flus?!", "Proġett ieħor huwa dak ta' Għar Barka fir-Rabat li ilu li nbeda minn Diċembru tas-sena 2002.", "Twaqqaf minħabba emendi żgħar biex jitressqu l- latrini fuq talba tar-residenti tal-faċċata u l-emenda ma waslitx.", "Ix- xogħol kien miexi u kien konformi mar-regolamenti tal-MEPA imma waqaf.", "Ma naħsibx li għandu x'jaqsam il-budget cut ta' dan l-aħħar mis-sena 2002!", "Hemm il-proġett tal-fanali antiki fir-Rabat ukoll.", "Fi żmien il-kunsill lokali ta' qabel, twaħħlu l-fanali biex jikkumplimentaw l-ambjent storiku – infakkru li kien kunsill lokali b'maġġoranza Nazzjonalista u b'sindku Nazzjonalista – u twaħħlu b' mod temporanju sakemm jiġu kkonnettjati mas- sistema tal-gvern.", "Issa nqalbu għas-sistema proprja u saru jinqatgħu mix- xejn għax kull wieħed għandu bżonn ta' switchgear biex jiġu konformi ma' l- istandards tal-korporazzjoni enemalta u għal dan il-biċċa switchgear għadhom ma sarux b'konsegwenza li n-nies fi Triq ir-Repubblika u Triq San Pawl qed jispiċċaw fid-dlam.", "Jekk hawn xi ħadd li jista' jikkonvinċini li dan qed jiġri minħabba l-budget cut, nitolbu jikkonvinċini.", "Hemm il-proġett tar-resurfacing fit-Triq tas-Salib.", "Is-sindku Nazzjonalista ta' qabel is-sindku Laburista preżenti kien approva li jsir resurfacing fit- Triq tas-Salib limiti tar-Rabat u din kellha ssir fi tliet fażijiet.", "L- ewwel fażi saret fl-2002 u wara ma sar xejn aktar.", "Infakkar li fl-2002 l- flus ma kenux għadhom ġew imnaqqsa.", "Il-kunsill lokali ta' qabel kien għadda wkoll mozzjoni biex ikun hemm resurfacing f'Għar Barka biex din l-area terġa' tiġi resurfaced pero' ma sar xejn.", "Hemm ukoll il-proġett tal-gallarija tal-palju, dik li naraw aħna u telgħin is-Saqqajja.", "Staqsejt domanda parlamentari dwar dan u jidher li l-kunsill fir-restawr ta' siti storiċi m'għandu l-ebda interess għaliex din ilha biex issir żmien twil.", "L-approvazzjoni mill-MEPA ħarġet u l-affarijiet kollha li kellhom isiru biex jibda dan il-proġett saru imma l-proġett xorta ma bediex.", "Apparti din il-gallarija - għax ovvjament ir-Rabat huwa post storiku ħafna – inżid l-għajn tal-ħasselin u n-niċċa tal-Madonna ta' Buqana.", "Mr Speaker, għamilt ukoll domanda parlamentari dwar it-tabelli fl-area ta' Ħal Bajjada, Triq San Piju V u dawk l-inħawi.", "Hemmhekk saru ħafna tabelli biex itaffu l-volum ta' traffiku fi Triq Borg Olivier.", "Dawn it-tabelli saru xi sena ilu, ġew approvati li jitwaħħlu mill-kunsill preżenti u għadhom mgħottijin bil-garbage bags suwed.", "Ovvjament ir-riħ qed iqatta' dawn il-garbage bags u kieku tafu r-rebus li jgħaddu minnu l-karozzi meta jkollok one-way jidher u ieħor mgħotti.", "In-nies ma jkunux jafu x'iridu jagħmlu eżatt u tifhimhom!", "Ilhom sena mgħottijin minħabba ras iebsa ta' bniedem.", "Dawn huma affarijiet li għaddew mill-awtorita` dwar it-trasport, ġiet imwieġba domanda parlamentari mill-Ministru Mugliett f'dan il- Parlament, qabel miegħu l-kunsill lokali tar-Rabat, anke ta' issa, u jibqgħu ma jsirux!", "Dan kollu biex jaqilgħu biċċa plastic bag sewda u minn fuq, ikollhom il-wiċċ jibagħtu ittra lill-poplu Rabti u jwaħħlu fil-gvern ċentrali fuq il-problema tat-traffic fi Triq Borg Olivier.", "Mr Speaker, skandlu akbar huwa l-kuntratt tal-Lm75,000 ta' kisi ta' toroq fir-Rabat.", "Il-kunsill preċedenti kien iffirma kuntratt għall-kisi ta' toroq fir-Rabat.", "It-toroq f'dan il-kuntratt li kellhom jiġu mibdula riedu jkunu toroq jew li qatt ma saru jew għax kienu fi stat ta' 70% ħsara.", "Il- kunsill preżenti reġa' għażel toroq, fuq il-parir tal-perit tal-kunsill li kienu jagħtu lejn ta' Ġieżu.", "Dawn għal darb'oħra ma kenux konfomi, għalkemm il-kuntratt kien jispeċifika x'kellhom ikunu t-toroq.", "Issa t- talba tressqet għal toroq li qatt ma saru fil-Baħrija.", "Kulħadd qara fuq ir- rabja tal-poplu tal-Baħrija fuq it-toroq li dejjem kienu mwiegħda u qatt ma saru.", "L-avviż legali biex jinbeda x-xogħol ħareġ f'April ta' l-2004 u hu validu għal tmien xhur biss.", "Hemm ukoll il-proġett ta' l-isqaq fi Triq San Franġisk.", "Hawn ġie approvat li jinbeda x-xogħol imma meta sar il-proċess ta' scarifying, il-perit informa lill-kunsill li hemm bżonn ta' sub-base, bil-konsegwenza li l- ispiża minn Lm700 issa se titla' għal xi Lm4,500 jekk jingħata t-tarmac jew Lm2,400 jekk ikun hemm creteprint.", "Il-kunsill iddeċieda li jsir bi creteprint iżda l-kuntrattur m'għandux speċifikazzjonijiet fit-tender li jagħmel dan ix-xogħol u għaldaqstant ix-xogħol waqaf.", "F'dan l-isqaq jipparkjaw ħafna karozzi u skond min hu tekniku, il-creteprint m'huwiex adattat.", "L-aħħar proġett li xtaqt nitkellem fuqu huwa l-proġett tas-Saqqajja.", "Kien hemm proġett modern li jammonta għal xi Lm200,000 iżda dan il-kunsill biddel id-deċiżjoni biex issa se jagħmel xi emenda fil-proġett, li hija ferm inferjuri għal kif kienet qabel.", "Kulħadd jaf kemm is-Saqqajja huwa post importanti għax jgħaddu ħafna nies u turisti minnha.", "Għalfejn semmejt dawn l-affarijiet kollha?", "Għaliex irridu nkunu sinċieri u lill-poplu tal-lokal infehmuh u mhux nibqgħu nwaħħlu fil-gvern.", "Ma nistgħux nibqgħu sejrin hekk għal kull ħaġa ta' xejn u l-kunsilli jridu jieħdu r-responsabbilta` ta' dak li jagħmlu u ma jagħmlux.", "Mr Speaker, jiena nemmen li kull min joħroġ għall-kunsilli lokali, għandu għal qalbu l-lokal u minn hawnhekk nixtieq nirringrazzja lil kull min jaħdem bi ħġaru fil-kunsilli lokali għax isir ħafna ġid u ħafna xogħol siewi.", "Nerġa' nfakkar li l-viżjoni li n-nies li l-iktar jafu l-lokal huma n- nies tal-lokal, kienet xi ħaġa li ħaseb fuqha l-gvern Nazzjonalista.", "Dawn l-emendi li qed nitkellmu fuqhom huma emendi serji u interessanti u se jtellgħuhom fuq skala Ewropea fejn, per eżempju, dawn se jkunu jistgħu jiċċelebraw żwieġ ċivili.", "Din hija xi ħaġa li ttella' l-livell anke tas- sindku fuq livell interessanti u żżidlu ferm ir-responsabbilta`.", "Id- demokrazija li tgħid li min iġib l-aktar voti jiggverna hu se tidħol ukoll fil-kunsilli lokali u ninsab kuntent li l-oppożizzjoni taqbel magħna u se nimxu 'l quddiem.", "Mr Speaker, nagħlaq billi nirringrazzja lill-kunsilliera u lis-sindki tax- xogħol siewi li qed jagħmlu u li se jibqgħu jagħmlu u nawgura kull suċċess lil kull kandidat li se joħroġ għall-elezzjoni tal-kunsilli lokali.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Michael Farrugia.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Mr Speaker, qgħadt nisma' daqsxejn b'interess ċerta diskussjoni li kienet għaddejja f'dan il-Parlament u minkejja li donnu ingħatat l-impressjoni li l-big daddy qatt m'għandu tort, jiena ngħid li ħafna drabi l-big daddy ikollu ċertu tort.", "U se nibda billi nsemmi – se nibqa' fl-istess lokalita` li semma l-Onor.", "Cassar - l-problema tal- fossa fil-Baħrija li dejjem tfur għaliex m'hijiex qed tlaħħaq mad-domanda tar-residenti u qed tkun ta' inkonvenjent kbir għalihom.", "Issa din m'hijiex problema tal-kunsill u l-kunsill ilu jagħmel rapporti fuqha imma l-big daddy m'għamel assolutament xejn.", "Irrid insemmi wkoll il-problema taċ-ċimiterju tar-Rabat fejn saru rapporti kemm min-naħa tal-kunsill kif ukoll minn diversi setturi, inkluż is-settur tas-saħħa għax minħabba ċertu skavar li kien għaddej hemmhekk, spiċċaw f'sitwazzjoni fejn kien hemm numru ta' oqbra miftuħin.", "Minkejja r-rapporti li saru, il-big daddy m'għamel xejn filwaqt li big daddy ieħor xtaq jagħlaq il-ħajt minn wara imma minħabba li dan kien ġej minn dipartiment differenti, is-sitwazzjoni baqgħet kif kienet.", "Dawn huma eżempji ta' inizjattivi li kienu qed jieħdu ċerti kunsilli lokali imma minħabba li big daddy ma jkunx irid jagħmilhom, allura ma jsirux.", "It- toroq tal-Baħrija tawhom lagħqa tarmac.", "Huwa tajjeb li t-toroq ngħataw laqgħa tarmac biex meta wieħed imur il-Baħrija, ma jsibx dawk il-ħofor kollha li kien hemm imma l-problema prinċipali u kardinali tal-Baħrija hija s-sistema tad-drenaġġ u din ma ġietx solvuta.", "Issa biex issir is-sistema tad-drenaġġ iridu jkissru kulma sar u s-sistema tad-drenaġġ m'hijiex ir- responsabbilta` tal-kunsill lokali.", "Il-kunsill lokali ilu jagħmel pressjoni fuq il-big daddy imma big daddy m'għamel xejn.", "Se nsemmi xi problemi oħrajn li għalkemm jaqgħu taħt ir-responsabbilta` tal- kunsilli lokali xorta jridu l-approvazzjoni ta' l-awtoritajiet konċernati.", "Insemmi, per eżempju, il-problema ta' l-immaniġġjar tat- traffiku.", "Huwa l-kunsill lokali li qed jagħmel ċerti rakkommandazzjonijiet, imma fl-aħħar mill-aħħar hija l-awtorita` tat-traffiku li fil-fatt tieħu r- responsabbiltajiet u tagħti l-go-ahead biex ċerti talbiet iseħħu.", "Nixtieq ngħid xi ħaġa wkoll dwar is-sinjali tat-traffiku u hawnhekk qed nitkellem b'mod ġenerali.", "Kemm hawn kunsilli lokali li jiddeċiedu li jwaħħlu sinjal tat-traffiku mingħajr l-approvazzjoni ta' l-ebda awtorita`?", "Imorru persuni jipparkjaw f'dawk il-lokalitajiet fejn hemm dawn is-sinjali tat-traffiku li ġew mwaħħlin bla permess u l-wardens iħarrkuhom.", "Dawn in-nies qed jiġu imħarrka meta mhux suppost jiġu mħarrka għax dawk is-sinjali tat-traffiku saru bla permess.", "Jekk irid il-ministru, nista' nsemmi diversi lokalitajiet fejn twaħħlu sinjali tat-traffiku bla permess u l-wardens qed iħarrku fuqhom.", "Din hija inġusta.", "L-istess ħaġa qed tiġri fis-sinjali ma' l-art li qed jiġu miżbugħa mingħajr il-permess meħtieġ min-naħa ta' l-awtoritajiet konċernati.", "Irrid nagħmilha ċara li dawn huma abbużi mid-drittijiet li jingħataw il-kunsilli lokali.", "Il-vittmi qed ikunu s-sewwieqa li jmorru jipparkjaw f'dawn il-lokalitajiet u jekk dawn ikunu jafu li dawk it-tabelli huma bla permess u jisfidaw it-taħrika, din it-taħrika għandha titwaqqa'.", "Problemi oħra li nsibu f'diversi lokalitajiet hi ta' l-isleeping policemen.", "Ftit taż-żmien ilu kont għamilt mistoqsija parlamentari dwar dan imma qatt ma rċevejt risposta.", "Ħafna minn dawn l-isleeping policemen m'humiex skond in-normi ta' kif suppost għandhom isiru.", "Uħud minnhom huma ħafna aktar għoljin milli suppost b'konsegwenza li qed jikkawżaw ħsarat fil-karozzi u fil-bini fejn ikun hemm dawn l-isleeping policemen.", "Uħud minnhom lanqas fihom pied tul, litteralment qishom hump tal-ġemel u mhux road hump kif suppost jesiġu l-istess awtoritajiet tal-gvern.", "Suppost ħdejn kull sleeping policeman, ikun hemm sinjal li juri li ġej sleeping policeman.", "Jekk iddur dawra mar-road humps kollha tan-Naxxar u l-Mosta ma issibx tabella li twissik li ġejja road hump li hija skond in-normi ta' l- awtoritajiet ta' l-istess gvern.", "Dawn l-affarijet irridu naraw għax minkejja li saru ċerti protesti, anke mill-kunsilliera fuq ċerti affarijiet li jkun hemm, dawn kollha waqgħu fuq widnejn torox u kollox baqa' kif kien.", "Imbagħad immorru nagħmlu l-VRT tal-karozzi u ma jgħaddux!", "Jekk tmur f'ċerti lokalitajiet fil-Mosta, għandek ir-riskju li tkisser is-suspension tal- karozza anke jekk tkun għadha ġdida u f'din is-sitwazzjoni, anke jekk nagħmlu l-VRT fuq karozzi li ilhom sena fit-triq, nibdew insibulhom id- difetti.", "L-ewwel VRT li rridu nagħmlu hija dik tat-toroq qabel ma nibdew naraw jekk il-karozzi humiex tajbin għat-toroq tagħna.", "Jekk iddur dawra mat-toroq issib li f'ħafna minnhom għandek problema kbira ta' ħofor, biex ma nsemmix it-toroq li għadhom qatt ma ġew asfaltati u allura hemmhekk hija r-responsabbilta` tal-big daddy li s'issa għadu m'għamilhomx minkejja li ħafna mil-lokalitajiet ilhom mibnijin għal diversi snin u minkejja d- diversi talbiet li jsiru mill-kunsilli lokali.", "Mr Speaker, nixtieq nitkellem ukoll fuq il-kwestjoni tal-bus shelters.", "Issa nafu li r-responsabbilta` ta' l-installar u l-manutenzjoni tal-bus shelters se tkun f'idejn il-kunsilli lokali u dawn iridu jkunu skond standards u speċifikazzjonijiet stipulati mill-awtoritajiet kompetenti.", "S'hawnhekk kollox tajjeb imma l-bus shelters li qegħdin jitwaħħlu m'humiex tajbin biex jilqgħu għall-elementi tan-natura.", "Hawn Malta kulħadd jaf li nbatu mir-riħ u jekk jinzerta r-riħ u x-xita bħalma kien il-bieraħ tgħidx kemm tieħu \"pjaċir\" tistkenn taħt il-bus shelter għax tinħasel darba darbtejn f'ċerti lokalitajiet!", "Dawn il-bus shelters m'għandhom l-ebda lqugħ kontra x-xita u r-riħ.", "Dawn huma mibnijin ħażin.", "Meta tibni bus shelter, il-parti tal-ħġieġ - l-ilqugħ – għandu jkun fejn għandek il-ftuħ u mhux bil-kontra.", "Nagħti eżempju.", "Fin-naħa ta' fejn hemm tal-Mercedes f'Ħal- Lija, hemm bus shelters li ma jilqgħux għall-wied ta' ilma li jkun għaddej għaliex il-ħġieġ magħmul bil-maqlub u minflok qiegħed fuq in-naħa tat-triq biex tistkenn warajh ħalli l-karozzi li jgħaddu ma jaħslukx bħalma jsir barra minn Malta, il-ħġieg qiegħed in-naħa l-oħra u x'ħin tkun qed tistenna tkun at the mercy tas-sewwieqa sabiex ma jaħslukx!", "Din hija sitwazzjoni tad-daħk jew tal-biki imma min ikun hemmhekk jibki jkun qiegħed!", "Forsi xi ħadd ikun għaddej bil-karozza u jara lil xi ħadd jinħasel jidħak, imma li tinħasel bl-ilma li ħafna drabi jkun ukoll imħallat mad-drenaġġ m'hijiex xi ħaġa tad-daħk!", "Il-ministru jaf li n-naħat ta' bejn in-Naxxar, Ħal-Lija u Birkirkara, anke bi ftit xita, nispiċċaw bl- ilma imħallat bid-drenaġġ.", "Huwa importanti li naraw xi standards u xi speċifikazzjonijiet qed tagħmel l-awtorita` tat-trasport kompetenti għax qed nispiċċaw nagħmlu l-istess żbalji.", "Ħa nsemmi post ieħor.", "Fin-niżla tan- Naxxar fejn jagħmel il-wied twaħħal bus shelter modern imma kieku twaħħal bil-kontra, bil-ħġieġ fuq barra, kien jilqa' lil min ikun qed jistenna minn xi tixriba li jista' jieħu meta jgħaddu l-karozzi.", "Dawn huma l-affarijiet li wieħed irid jara għax faċli li niftaħru li għamilna bus shelter imma l- affarijiet iridu jsiru bis-sens.", "Nafu li hawn Malta nbatu b'temperaturi għoljin u l-bus shelters tal-perspex iżommu ħafna sħana ġo fihom.", "Qabel kellna bus shelters tal-ġebel imma forsi m'għoġbuhomx il-bus shelters tal- ġebla Maltija.", "Pero` jekk ma kellhom xejn, almenu kienu jilqgħu mill- elementi tan-natura bħax-xemx u x-xita.", "Niġi issa għal problemi oħrajn li sfortunatament ċerti kunsilli lokali ma jagħtux kashom minkejja li t-toroq ikunu għaddejjin min-naħa tagħhom u wkoll għax forsi jgħidulhom li hija arterja prinċipali u allura hija responsabbilta` tal-gvern.", "Nixtieq inkun naf min ħa d-deċiżjoni li qabel ma jinfetħu l-bypasses tal- Mosta, it-traffiku li jkun dieħel lejn il-Mosta jgħaddi min-Naxxar għax iktar tgħaġġel?", "Dan qed joħloq konġestjoni fil-Mosta u fiċ-ċentru tan- Naxxar!", "X'monitoring qed isir biex naraw li dawn it-tabelli jitwaħħlu qabel ma jsir ix-xogħol neċessarju biex isiru l-bypasses kollha li qed isiru fil-preżent bejn l-areas tal-Mosta u n-Naxxar?", "Dan juri nuqqas ta' kordinament.", "L-isfortuna hija li l-kunsilli lokali tan-Naxxar u tal-Mosta għandhom maġġoranza Nazzjonalista u allura biex ma jurtax lill-gvern ma jitkellmux fuq affarijiet li huma ta' dannu għar-residenti tal-Mosta, tan-Naxxar u ta' dawk in-naħat.", "MR SPEAKER: Sar il-ħin.", "Tibqa' in possession?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Nibqa' in possession.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia jibqa' in possession.", "Nitlob lill-Viċi Prim Ministru biex, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "TONIO BORG (Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l- Intern): Nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar il-Ġimgħa, 28 ta' Jannar 2005, fid-9.00 a.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Kunsilli Lokali - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li Jimplimenta Miżuri ta' l-Estimi – Kumitat; u", "Abbozz ta' Liġi dwar Arkivji Nazzjonali – Kumitat (Kont.).", "-----------------------------------", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Reġistru Ċentrali - Kumitat Permanenti.", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Chris Cardona.", "ONOR.", "CHRIS CARDONA: Mr Speaker, ovvjament l-Aġġornament tiegħi m'iniex se niddedikah għall-kunsilli lokali, pero' se nitkellem fuq tema ta' importanza kbira fil-pajjiż - kif wara kollox huma wkoll il-kunsilli lokali – li għalkemm għandha l-implikazzjonijiet speċifiċi tagħha, irridu naraw tul dawn l-aħħar ftit snin, x'kien l-argument politiku li kien qed isir fuqha miż-żewġ naħat tal-Kamra, mill-partiti politiċi hawn Malta u min-nies kollha li huma nvoluti fix-xogħol politiku f'dan il-pajjiż.", "Ovvjament qed nirreferi għall-mod ta' kif dan il-gvern immexxi mill-partit Nazzjonalista qiegħed imexxi lill-pajjiż, x'qal ftit taż-żmien ilu, x'qed jagħmel illum u x'qed jipproġetta għaż-żmien li ġej.", "Mr Speaker, ftit taż-żmien ilu – u m'hemmx għalfejn tkun anzjan biex tiftakar dan li se ngħid – il-partit Nazzjonalista fil-gvern, kellu diversi slogans u kien jgħid ħafna affarijiet pożittivi.", "Jien infakkar, per eżempju, kif fl-1996 kien jinnega li hawn xi problema finanzjarja fil- pajjiż u kien jagħmel farsa mill-fatt li l-partit Laburista fil-gvern dak iż-żmien kien jgħid li għandna ħofra finanzjarja.", "Hu min-naħa l-oħra kien jgħid li f'dan il-pajjiż – hawn m'iniex qed nitkellem fuq xi 20 sena ilu imma fuq ftit inqas minn għaxar snin ilu – kollox ward u żahar u kollox ilellex.", "Hawn infakkar f'dak li kienu jgħidu l-kelliema Nazzjonalisti li għandna l-finanzi fis-sod, li bil-partit Nazzjonalista fil-gvern hemm il- garanzija tax-xogħol u iktar riċenti kienu jgħidu wkoll - forsi hemm min jitbissem - li riesqa rebbiegħa ġdida!", "Rajna wkoll matul iż-żmien kif il-partit Nazzjonalista – u dan m'iniex qed ngħidu biss bħala kumment partiġġjan, imma bħala kumment politiku bir- responsabbilta' kollha - irnexxielu b'xi mod jew ieħor jimmanipula l-imħuħ tan-nies li hawn good feel factor, li qegħdin ngħixu komdi u se nibqgħu ngħixu komdi, li bit-tmexxija f'idejn il-partit Nazzjonalista mhux se jkollna problemi u li l-kwalita' u l-livell ta' l-għajxien tagħna se jibqgħu l-istess.", "Dan kien żmien ukoll meta fil-pajjiż kien hemm dibattitu importanti ħafna dwar jekk Malta għandhiex issir membru sħiħ fl-Unjoni Ewropea, li wasal għal deċiżjoni li ttieħdet b'mod demokratiku mill-poplu Malti u Għawdxi li jagħżel li jmur għal sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea pero' rrid infakkar ukoll x'kien x-xenarju.", "Konna ġejna mwiegħd li bi sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea, Malta se tfawwar bil-ġid, se tiffjorixxi, se mmorru 'l quddiem u dan id-diskors sabiħ sfortunatament għalina, għal pajjiżna u kif kienu jgħidu għal uliedna, m'għadniex nisimgħuh.", "Illum il- ġurnata qegħdin ngħixu realta' differenti, mhux biss minħabba li Malta ssieħbet fl-Unjoni Ewropea - dak huwa argument li naħseb il-partit Laburista, anke għall-ġid tiegħu stess, m'għandux jagħmel għaliex illum qed jgħid li għandna nesploraw kif insaħħu lil pajjiżna anke fl-Unjoni Ewropea u dan qed nagħmluh mill-oppożizzjoni u se nsaħħuh meta nkunu fil-gvern.", "Pero' l-isfortuna hi li dak il-kliem sabiħ li kien jagħmel il-partit Nazzjonalista llum qiegħed jiġi skontrat bi problemi ekonomiċi u soċjali kbar.", "Qegħdin naraw li meta niltaqgħu man-nies, kif għandna d-dover nagħmlu aħna li qegħdin involuti temporanjament fil-politika - għaliex aħna llum hawn u għada ma nkunux - qegħdin niltaqgħu ma' faqar li huwa allarmanti u li huwa ġdid.", "Qegħdin naraw kif illum għandna gvern li minn dak is-slogan sabiħ ta' rebbiegħa ġdida qed jattakka l-aktar lil dik il- faxxa fis-soċjeta' li hija dgħajfa u li għandha bżonn lill-istess gvern.", "Minflok m'għandna gvern li jmexxi bi prioritajiet li jagħmlu ġid lill- pajjiż, għandna gvern li fetaħ attakk frontali fuq min għandu bżonnu.", "L- istess nies li kienu mitmugħa kontinwament speranza u fiduċja, fejn kienu jgħidulhom li s-sitwazzjoni tagħhom jekk għallinqas m'hijiex se tmur għall- aħjar se tibqa' komda kif kienet, illum fir-realta' dawn l-istess nies - sfortunatament għal kulħadd mhux għall-gvern biss imma anke għalina fl- oppożizzjoni - qegħdin jiġu attakkati.", "Din għadha tiġri inevitabbilment f'kull demokrazija u jiddispjaċini ngħid li ċerti artikolisti meta jridu jkunu Ewropej jikkwotaw id-drittijiet ċivili u l-libertajiet fundamentali tal-persuna li għandha d-dritt għall-opinjoni u meta mbagħad il-partit Laburista jagħmel dan jiġi kkritikat mill-istess erbgħa min-nies li jaħsbu li huma xi opinion leaders fil-pajjiż, pero' m'huma xejn ħlief merċenarji li dak li qegħdin jiktbu, qegħdin jiktbuh biss għaliex huma mħallsin li jiktbuh.", "Jien nispera li dawn ma jemmnux dak li jiktbu, pero' niskanta kif jattakkaw lill-partit Laburista li qed jgħid - mhux waħdu imma mat-trade unions, ma' l-unions ta' min iħaddem u ma' organizzazzjonijiet oħrajn - li wasal iż-żmien li l-poplu jsemma' leħnu b'mod ċivili, pero' b'mod qawwi.", "Jekk il-poplu se jibqa' jonqos milli jagħmel dan se jkun qed iħalli lill- gvern - ikun min ikun, illum inzerta huwa gvern tal-partit Nazzjonalista - jibqa' għaddej minn fuqu.", "Il-kritika tiegħi hi li għandna gvern li daħak bil-poplu għal darba darbtejn u se jidħak aktar bih jekk kulmin jgħix f'dan il-pajjiż ma jagħmilx l-almu tiegħu biex juri n-nuqqas ta' impenn li għandu l-istess gvern.", "Jien xtaqt inġib bħala eżempju tal-problemi li qegħdin inħabbtu wiċċna magħhom bħalissa, dak li qal il-bieraħ id-deputat mexxej tal-partit, l-Onor.", "Charles Mangion, fejn ikkwota ċerti figuri allarmanti għaliex dan il-pajjiż illum wara 15-il sena ta' tmexxija ta' dan il-gvern għandu aktar minn Lm1,400 miljun f'dejn.", "Jiġifieri kull familja f'dan il- pajjiż qed iġġorr piż ta' aktar minn Lm7,000 dejn u fuq dan id-dejn il- pajjiż qed ikollu jħallas imgħaxijiet ta' Lm85 miljun kull sena, aktar milli sar investiment fl-istess pajjiż fuq l-edukazzjoni u s-saħħa.", "Għandna wkoll sitwazzjoni tal-biki li wasslet biex 8,000 persuna jinsabu bla xogħol.", "Għalhekk il-partit Laburista qed jistieden lil kulħadd biex nhar il-Ħadd jipprotesta b'mod nazzjonali u b'mod kollettiv ħalli l-gvern ma jibqax miexi fuq il-binarju li qiegħed fuqu.", "Ma nistgħux nibqgħu nħabbtu wiċċna u naffrontaw il-problemi li hawn f'dan il-pajjiż billi konvenjentement nieħdu miżuri li ma jagħmlux sens fil-kontest kollu ekonomiku ta' dan il-pajjiż bħal, per eżempju, it-tnaqqis fil-leave tal- ħaddiema.", "Il-partit Laburista qed ikun proattiv u qed jgħid li aħna nistgħu nsibu soluzzjoni għall-problemi, se jkun diffiċli, pero' rridu naraw kif se nkattru l-investiment u kif se nnaqqsu l-ispejjeż.", "L-affarijiet kif qed isiru llum m'humiex isiru bis-serjeta', m'humiex isiru bil-ġustizzja u wisq inqas qegħdin isiru bil-galbu.", "Nhar il-Ħadd jeħtieġ li jkun hemm għaqda sħiħa kontra din it-tmexxija mingħajr direzzjoni.", "Irridu nuru li x-xogħol, il-ħarsien soċjali u d-dinjita' tal-ħaddiema għandhom tifsira kbira għalina.", "Irid ikollna protesta li tiżvela biċ-ċar il-paradoss li qed iġibna ngħixu fih dan il-gvern, li minn naħa qed iġiegħel liż-żgħir iġorr il- piżijiet u min-naħa l-oħra nisimgħu kontinwament bi stejjer li jmorru b'mod parallel kontra u naraw miljuni ta' liri maħruqa fuq dar Malta fi Brussell, fuq port fallut fi Brindisi u fuq xiri ta' karozzi lussużi.", "Dan huwa l- messaġġ li rridu nwasslu u qed nistiednu lil kulmin jixtieq juri li l- protesta ta' nhar il-Ħadd m'hijiex protesta tal-Laburisti biss, imma hija protesta ta' dawk kollha li jixtiequ jaraw li dan il-pajjiż jista' joħroġ minn din it-triq li qabad.", "U aħna se nipprotestaw għal diversi raġunijiet.", "Mr Speaker, se nagħlaq l-intervent tiegħi billi niċċita artiklu li qrajt illum f'ġurnal lokali miktub mill-ħabib tiegħi li elenka għalfejn se nipprotestaw.", "Se nipprotestaw kontra l-ingann, kontra l-ingustizza soċjali, kontra l-għoli ta' 20% VAT, kontra l-fatt li s-servizz tas-saħħa mar ħażin għal min hu l-aktar fil-bżonn, kontra l-fatt li m'aħniex inlaħħqu ma' għoli tal-ħajja, kontra l-fatt li qed niġu mċaħħda mill-affariijiet essenzjali, kontra l-indiċenza tal-prezzijiet fosthom tal-mediċini u ta' l- iskarsezza tagħhom, kontra l-fatt li għandna d-dejn, li t-tberbiq tal-flus qed isir mingħajr l-ebda rendikont u qed isir ukoll fi proġetti li huma dubjużi u li għandhom dellijiet skuri fuqhom, kontra l-fatt li għandna klassi fis-soċjeta' tagħna li qed tgħix fil-miżerja bħalma huma l-anzjani, kontra l-fatt li hawn nuqqas ta' xogħol u ta' investiment, kontra d- diżastru li hawn fl-ambjent, kontra l-mod kif it-taxxi inkluż dawk ambjentali qegħdin jogħlew bla limitu u b'mod astronomiku, kontra l- kontijiet esaġerati tad-dawl u ta' l-ilma, kontra l-Magħtab, kontra t-telqa u l-iżdingar fl-ambjent u kif ukoll kontra l-fatt li hawn faqar enomri li qed jerġa' jieħu rankatura 'l quddiem.", "Se nipprotestaw għaliex il-poplu għandu d-dritt jipponta subgħajh lejn il-gvern u jgħidlu li qiegħed jiżbalja.", "Il-gvern m'għandux dritt jitfa' l-kapriċċi u l-ineffiċjenza tiegħu fuq il-poplu.", "Għalhekk se nipprotestaw biex ngħidu li aħna rridu ġustizzja llum qabel għada ħalli erbat ijiem oħra meta jkun hemm partit Laburista fil-gvern inkunu f'sitwazzjoni li nirranġaw l-affarijiet u mhux insibu s-sitwazzjoni agħar milli hija llum.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joseph Cuschieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Mr Speaker, se nkompli fuq l-intervent ta' l- Onor. Chris Cardona u nistaqsi: Għaliex se ssir il-protesta ta' nhar il- Ħadd?", "X'inhi r-raġuni għall-protesta nazzjonali tal-poplu Malti kollu kemm hu?", "Mhux il-poplu Laburist, mhux il-poplu Nazzjonalist waħdu, imma l-poplu kollu flimkien.", "X'inhu l-iskop ta' din il-protesta?", "L-iskop ta' din il- protesta huwa l-mod kif il-poplu qiegħed iħossu li ġie ngannat.", "Jekk immorru ftit tax-xhur lura kulħadd jiftakar li qabel l-aħħar elezzjoni ġenerali l-poplu Malti u Għawdxi kien ġie mwiegħed li se tisbaħ rebbiegħa ġdida u li pajjiżna se jibda jwarrad.", "U dan il-kliem kien ifisser, fost slogans oħra tal-partit Nazzjonalista, li pajjiżna għandu l-finanzi tiegħu fis-sod, li pajjiżna għandu futur garantit, li l-opportunitajiet għall- ħaddiema f'pajjiżna kienu se jkunu kbar u li l-investiment f'pajjiżna qiegħed jistenna li Malta tidħol fl-Unjoni Ewropea.", "Dan kien ġie mwiegħed lill-poplu Malti u Għawdxi qabel l-aħħar elezzjoni mill-partit Nazzjonalista.", "Dak li qabel l-elezzjoni ma kienx problema, illum jirriżulta li sar problema u l-problemi ma jitfaċċawx f'ġimgħa jew fi ftit xhur, imma jkun akkumulahom min ikun qed imexxi.", "Sa mill-1987 - apparti s- sena u għaxar xhur ta' bejn l-1996 u l-1998 - dan il-pajjiż kien immexxi mill-partit Nazzjonalista.", "Kien hu li mir-riservi finanzjarji ta' 'l fuq minn Lm400 miljun tella' dejn nazzjonali ta' 'l fuq minn Lm1.3 biljun.", "Kien il-partit nazzjonalista fil-gvern li għal sena wara l-oħra ppreżenta budget b'deficit fenomenali, kien il-partit Nazzjonalista fil-gvern li ttama li dawn id-deficits u dan id-dejn nazzjonali jitħallas miż-żgħażagħ ta' għada u dawk ta' pitgħada - dan huwa kliem ex-ministru tal-finanzi fi ħdan il-Kabinett Nazzjonalista.", "Kien il-partit Nazzjonalista li lil dan il- pajjiż wiegħdu li l-opportunitajiet u l-investiment f'pajjiżna se jikbru mentri fil-fatt jirriżulta li naqsu.", "Nafu li pajjiżna għaddej minn kriżi kważi f'kull qasam.", "Jekk nieħdu biss il-qasam tas-servizzi soċjali wieħed faċilment jista' jasal għall-konklużjoni - u dan m'iniex qed ngħidu għax għandi aptit ngħidu, imma qed ngħidu għax bħal kull deputat ieħor taż-żewġ naħat tal-Kamra niltaqgħu miegħu kuljum - li kemm familji tal-ħaddiema, kemm dawk tal-middle class u tas-self-employed u kif ukoll il-pensjonanti għaddejjin minn diffikultajiet għax qed iħossu l-piż dejjem jagħfas fuqhom.", "Nafu lkoll kemm aħna kemm familji qed iħossuhom li ġew ingannati minn dan il-gvern.", "Nafu kemm anzjani u nies li huma morda qed iħossu kontinwament li s-servizzi li kienu jgawdu sal-lum qegħdin jiġu mnaqqra, fosthom il- provvista u d-drittijiet għall-mediċini b'xejn.", "Nafu lkoll kemm aħna kif is-servizz ta' l-isptar u tas-saħħa b'mod governattiv kulma jmur qiegħed jiġi mminat, anzi issa qed jgħidu li għandhom proposta li kulmin jidħol l- isptar jibda jħallas persentaġġ mill-ispiża.", "Nafu kif iċ-children's allowance kważi ġiet eliminata.", "Nafu kif dan il-gvern li ta Lm1.75 żieda fl-aħħar budget minnha ħa aktar minn Lm1 f'żieda ta' national insurance, allura ż-żieda li ngħatat għall-għoli tal-ħajja ġiet imminata biż-żieda mħabbra fin-national insurance mill-gvern Nazzjonalista żewġ budgets ilu.", "Mr Speaker dawn dejjem jidħku bil-poplu u jingannawh.", "Jien konvint li mhux biss din in-naħa tal-Kamra, mhux biss membri min-naħa tal-partit Nazzjonalista, mhux biss il-partitarji tal-partit Laburista, imma anke partitarji tal-partit Nazzjonalista - jien ġej minn distrett li huwa tradizzjonalment Nazzjonalista - illum huma konvinti li dan il-partit fil-gvern qarraq bihom u ma qalilhomx il-verita'.", "Din hija l-akbar problema li hemm fuq in-naħa tal-partit Nazzjonalista, mentri fuq in-naħa tal-partit Laburista hemm il-kredibilita' u l-verita'.", "Aħna lill-poplu dejjem għidnielu l-verita'.", "Meta bejn l-1996 u l-1998 għidna l-verita' lill-poplu, kien hemm min qal li qed inqarrqu, li qed nivvintaw, li qed inħarrfu, imma r-riżultati wrew li kellna raġun għax id-dejn u d-deficit li konna qed insemmu huma fattwali u llum il-poplu Malti qed iħallas għalihom.", "Ir-rebbiegħa l-ġdida sparixxiet u m'għadhiex tissemma.", "Il-finanzi fis-sod m'għadhomx fis-sod għax għandna problemi kbar finanzjarji.", "Jien nappella lill-poplu Malti, lil kulmin iħossu Malti u lil kulmin jirrispetta lilu nnifsu u l-intelliġenza tiegħu biex ma jħallix aktar min iqarraq bih.", "Il- partit Laburista huwa partit miftuħ għal kulħadd, huwa partit tal-poplu, huwa partit tal-popolin lest li jaċċetta lil kulħadd fi ħdanu, lil kulmin hu ta' rieda tajba, lil kulmin irid il-ġid lil dan in-nazzjon, lil kulmin irid il-ġid komuni ta' dan il-pajjiż, il-ġid tiegħu stess u tal-familja tiegħu.", "U għalhekk il-partit Laburista filwaqt li jwassal din il-kritika b'mod qawwi, nhar il-Ħadd irid jagħti sinjal fil-protesta nazzjonali.", "Meta tgħid protesta nazzjonali tfisser li l-Maltin kollha huma mistiedna, irrelevanti l-kulur politiku tagħhom, biex nhar il-Ħadd jingħaqdu lkoll flimkien u ma jħallux l-ingann ikompli jirrombla minn fuqhom.", "Ma nistgħux inħallu lil dan il-gvern jimponi aktar taxxi u jnaqqas il-livell ta' l- għajxien tal-familji Maltin u Għawdxin.", "Għalhekk huwa d-dover ta' kulmin iħossu Malti li 'l bogħod mill-politika partiġġjana nhar il-Ħadd isemma' leħnu.", "Jien ngħid li l-partit Laburista qed jorganizza din il-protesta u huwa l- leader f'din il-protesta, imma din il-protesta m'hijiex tal-partit Laburista għax din il-protesta hija tal-poplu Malti.", "Il-poplu Malti jrid juri fejn huma l-weġgħat tiegħu, fejn qed iħossu li qed jiġi ngannat u fejn iħoss li l-livell tal-ħajja tiegħu qed jiġi mminat.", "Il-partit Laburista ma jikkritikax biss, imma jagħmel il-proposti tiegħu u appuntu għalhekk li ftit tax-xhur ilu ħejja abbozz ta' dokument li jħares lejn il-pjan ta' riġenerazzjoni ekonomika u soċjali ta' pajjiżna.", "Dan id-dokument, li huwa biss abbozz, kulħadd jista' jiflih, kulħadd jista' jressaq il-proposti tiegħu, kemm fejn jidħol is-suġġett ta' l-ekonomija u kif ukoll dak li għandu x'jaqsam mal-qasam soċjali, għax il-partit huwa ta' kulħadd, irrelevanti mingħand min jiġu l-proposti, is-suġġerimenti u l-ideat.", "U dan l-abbozz irid ikun jirrappreżenta l-aspirazzjonijiet tal-poplu Malti, dak li l-poplu Malti jrid jara fil-futur, fil-qafas ekonomiku u soċjali, fl- interess ta' dan il-pajjiż.", "Din hija triq li trid twassalna biex noħorġu lil dan il-pajjiż mill-politika ta' ingann, ta' qerq u ta' gideb.", "U aħna bħala partit Laburista ninsabu miftuħin u disposti għal kulħadd.", "Nhar il-Ħadd il-poplu Malti jrid jingħaqad fl-interess nazzjonali, fl- interess tiegħu nnifsu, fl-interess tal-familja tiegħu u fl-interess wara kollox tad-drittijiet tiegħu.", "Ma jistax ikun li wara tant sagrifiċċji u wara tant ħidma, il-ħajja tal-poplu Malti u l-livell ta' għajxien tiegħu jiġi mminat b'dan il-mod meta kien imwiegħed mod ieħor.", "U bir-raġun il- poplu Malti nhar il-Ħadd se jkun magħqud biex jagħti sinjal lil dan il- gvern li mhux se jiġi ngannat aktar, li m'għandux fiduċja aktar fil-gvern u fuq kollox li l-poplu Malti huwa konvint li l-partit Nazzjonalista daħak bih fl-aħħar elezzjoni ġenerali.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada l- Ġimgħa, 28 ta' Jannar, 2005 fid-9.00a.m. bl-aġenda kif ikkomunikata mill- Viċi Prim Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "MINISTERU GĦAL GĦAWDEX - PAGAMENTI", "9821.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' issa l-Ministru tirrispondi mistoqsija parlamentari 9314?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: M'ghandi xejn x'inzid ma' l-informazzjoni li kont diga' pprovdejt fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 9314.", "TEKNOLOĠIJA TA' L-INFORMATIKA - PAGAMENTI", "9822.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru issa jirrispondi mistoqsija parlamentari 9313?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: M'għandi xejn xi nżid ma l-informazzjoni li kont diġa prrovdejt fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 9313.", "KOMPETITTIVITA' U KOMUNIKAZZJONI - PAGAMENTI", "9823.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni: Jista' issa l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 9315?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: M'għandi xejn x'inżid ma' l-informazzjoni li kont diġa' ipprovdejt fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 9315.", "ĠOBON CHEDDAR", "9941.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 9694 u cioe' jgħid jekk jikkonfermax li l-ġobon cheddar għola għall- konsumatur 50c fil-kilo?", "Jekk le, kemm għola jew kemm roħos?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "SETTUR TAL-BIEDJA", "9961.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 9717, jista' il-Ministru jagħti breakdown ta kif se jintnefqu l-Lm15 miljun f'fondi li se jingħataw għal diversi miżuri li huma stipulati fil-Pjan ta' l-Iżvilupp Rurali bejn l- 2005 u l-2006?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni fis-seduta.", "ĦAL TARXIEN - BENEFIĊĊJU TAL-MARD", "10067.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tal-Familja u tas- Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tara x'sar mill-każ dwar benefiċċju tal-mard ta' persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Minn riċerka li għamel id-dipartiment tas- sigurta' soċjali ma rriżultax li l-persuna ndikata għandha xi talba pendenti għall-benefiċċju tal-mard.", "EX MEMBRI PARLAMENTARI - PENSJONI TAS-SERVIZZ", "10068.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm ex membri parlamentari qegħdin attwalment jieħdu l-pensjoni tas-servizz li taw bħala prim ministri, ministri, segretarji parlamentari u membri tal-Parlament?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "ANZJANA - DĦUL FL-SVPR", "10086.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l- Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jara li jitmexxa 'il quddiem każ ta' anzjana - id-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - li tgħix waħedha u hemm bżonn urġenti li tidħol fl-SVPR?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ir-riferenza ta' l-applikazzjoni u l-isem li ngħataw bħala dettalji fil-mistoqsija ma jaqblux.", "Ir-riferenza hi ta' persuna oħra.", "ĦAL TARXIEN - APPARTAMENT TAL-GVERN", "10104.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tal-Familja u tas- Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tara li jiġi stallat il-lift fil- flat tal-gvern fl-indirizz li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: It-tender għall-istallazzjoni ta' lifts fil- blokki ġodda fi Triq Dun Karm Sant, Tarxien ingħatat, il-lifts ġew ordnati u l-makkinarju kollu wasal Malta aktar kmieni dan ix-xahar.", "Ix-xogħol għall-istallar ta' dawn il-lifts mistenni jinbeda fil-bidu ta' Frar.", "ĦAL TARXIEN: TRIQ DUN KARM SANT - ARBLU TAD-DAWL", "10105.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jara li pole tad-dawl fi Triq Dun Karm Sant, f'Ħal Tarxien li jinsab fi stat perikoluż jiġi rranġat?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Minn investigazzjoni li saret ma jirriżultax li hemm arblu perikoluż.", "GREEN LEADERS", "10126.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Ministru tal-Familja u tas- Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid f'liema dipartimenti fil- ministeru tagħha saret l-għażla ta' Green Leaders?", "Saret sejħa għall-applikazzjonijiet fid-dipartimenti konċernati?", "Xi kwalifiki għandhom dawn il-persuni?", "Kemm se jitħallsu ta' dan ix- xogħol?", "Hemm xi allowances marbuta ma' din il-pożizzjoni?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Il-Green Leaders ġew nominati mis-segretarju permanenti wara li ntalbu mis-segretarju prinċipali ewlieni fl-uffiċċju tal- Prim Ministru.", "M'hemm l-ebda ħlas jew allowances marbuta ma' dan l-inkarigu.", "ADT - KODIĊI TA' DIXXIPLINA", "10135.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Jista' il-Ministru jgħid meta se joħroġ Kodiċi ta' Dixxiplina għax- xufiera għaliex għalkemm il-ftehim mas-sidien tat-trasport pubbliku sar f'Ottubru, għadu ma ħareġ l-ebda Kodici ta' Dixxiplina?", "Jista' jgħid min huma dawk li qed jaħdmu fuqu?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "MARSA - KUMPLESS SPORTIV", "10136.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid jekk ġiex kommunikat lill- ministeru tiegħu li hu responsabbli mill-isport xi tibdil fil-konfini tal- kumpless sportiv tal-Marsa kif propost mill-MEPA minħabba tkabbir propost fil-korsa tal-golf?", "X'kienet ir-reazzjoni tal-ministeru?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: S'issa ma sar l-ebda kommunikat lill-ministeru jew il- kunsill Malti għall-isport dwar ir-rapport tal-MEPA fuq il-korsa tal-golf.", "JUNIOR COLLEGE - LABORATORJI", "10137.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm laboratorji għall- użu ta' l-istudenti fil-Junior College fl-Imsida?", "Kemm intnefqu flus fuq tagħmir ġdid f'dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena mill-1999 'il hawn?", "Jista' jelenka x'tagħmir inxtara?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "JUNIOR COLLEGE - STUDENTI", "10138.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta'studenti li bħalissa qed jattendu l-Junior College fl-ewwel u fit-tieni sena separatament?", "Kemm huma ġuvintur u xebbiet?", "Kemm qed jirrepetu l-ewwel jew it-tieni sena?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat hekk :-", "Studenti fl-ewwel sena li qed jattendu l-Junior College din is-sena :", "Subien - 667 Bniet - 963 Total - 1630", "Studenti fit-tieni sena li qed jattendu l-Junior College din is-sena :", "Subien - 573 Bniet - 887 Total - 1460", "Studenti fl-ewwel sena li qed jirrepetu l-Junior College din is-sena :", "Subien - 66 Bniet - 52 Total - 118", "Studenti fit-tieni sena li qed jirrepetu l-Junior College din is-sena :", "Subien - 88 Bniet - 61 Total - 149.", "JUNIOR COLLEGE – SPEZZJONIJIET MILL-PULIZIJA", "10139.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Vici Prim Ministru jgħid jekk il-pulizija ta' kontra l-vizzji tagħmilx ronda b'mod regolari fl-inħawi tal-Junior College fl-Imsida peress li ġieli kien hemm rapporti minn ġirien ta' possibbilta` ta' teħid tad-droga f'dawk l-inħawi?", "Kien hemm xi rapporti dwar dan lill- pulizija?", "Jista' jordna li ssir ronda regolari f'dawn l-inħawi biex jekk qed ikun hemm xi teħid/traffikar ta'droga jittieħdu l-passi neċessarji?", "ONOR.", "TONIO BORG: It-taqsima ta' kontra d-droga tal-pulizija qegħda tagħmel ronda u spezzjonijiet b'mod regolari fl-inħawi tal-Junior College fl-Imsida sabiex kemm jista' ikun ma jkunx hemm abbuż ta' droga.", "JUNIOR COLLEGE - STUDENTI", "10140.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm studenti li kienu bdew jattendu l-Junior College fil-bidu ta' din is-sena skolastika u li fil- fatt issa jew telqu għal kollox u ma baqgħu jattendu l-ebda Sixth Form oħra jew inkella telqu biex imorru f'Sixth Form oħra?", "Fejn qed jattendu issa?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat hekk :-", "Studenti fl-ewwel sena tal-Junior College li ma komplewx bil-kors wara l- ewwel term - 57 Studenti fit-tieni sena tal-Junior College li ma komplewx bil-kors wara l- ewwel term - 13", "M'għandniex informazzjoni fejn qed jattendu dawn l-istudenti ladarba telqu mill-Junior College.", "FLORIANA - TRIQ SANT'ANNA", "10155.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jgħid għaliex l-awtorita' dwar it-trasport awtorizzat l-għeluq ta' Triq Sant'Anna fil-Floriana fl-istess żmien meta taf li t-triq quddiem Pinto Wharf tinsab magħluqa wkoll għat-traffiku?", "Jikkonferma li dan hu nuqqas ta' ippjanar serju min-naħa ta' l-awtorita' dwar it-trasport?", "Jista' jinnota li se jiġu kkawżati ħafna konġestjonijiet tat-traffiku bla bżonn minħabba din id-deċiżjoni?", "Jaqbel li dan jikkonferma li minkejja li d-dipartiment tat-toroq sar awtorita', xorta waħda mhux qed jaqdi d-doveri tiegħu b'mod professjonali kif inhu mistenni mill-poplu li qed iħallas it-taxxi?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ix-xogħol li qed isir bħalissa mill-awtorita' dwar it-trasport fi Triq Sant' Anna qed isir għal żewġ raġunijiet.", "L-ewwel skop huwa li tiġi rranġata l-ġeometrija fil-parti bejn Pjazza Robert Sammut u Portes Des Bombes biex tiġi mtejba s-safety tat-triq.", "Fl-istess waqt qed isiru l-alterazzjonijiet neċessarji b'konnessjoni mall-proġett tal-Park and Ride.", "L-awtorita' dwar it-trasport għamlet il-konsultazzjoni kollha meħtieġa ma' dawk kollha konċernati fosthom il-Kunsill Lokali Floriana u t-taqsima tax- xogħlijiet li bħalissa qed tieħu ħsieb ix-xogħol fit-triq ta' ħdejn Pinto Wharf.", "Fl-istess waqt, qed jiġi assigurat li fl-ebda ħin Triq Sant' Anna ma qed tingħalaq għat-traffiku li jkun ħiereġ mill-Belt u l-Floriana billi l-parti tal-karreġġjata fuq in-naħa ta' ġewwa għadha miftuħa għat-traffiku.", "Biex ikompli jitnaqqas l-inkonvenjent għat-traffiku, il-pelican lights fi Triq Sant' Anna ġew mitfija bil-għan li jiġi minimizzat il-waqfien tat- traffiku.", "Fl-istess waqt gew irranġati s-subways f'din it-triq.", "L-awtorita' dwar it-trasport ħadet prekawzjoni meħtieġa għal meta tinbeda t- tieni parti tal-proġett billi ġiet provduta rotta alternattiva minn Triq Sant Anna għal Hornworks Ditch għal Belt il-Ħażna u lura għal Triq Nazzjonali, Blata l-Bajda.", "Ix-xogħlijiet fuq dan il-junction diġa' kienu posposti darb'oħra minħabba l-biża' li l-perjodu tal-kuntratt jittawwal għaż-żminijiet tal-Milied.", "Minħabba proġetti oħra fuq junctions oħra fl- istess triq ma kienx possibbli li x-xogħol jerġa' jiġi pospost.", "Dwar l-aħħar parti tad-domanda, ninforma lill-Onor.", "Interpellant li d- direttorat tat-toroq dejjem qeda d-dmirijiet tiegħu u mexa skond il- prioritajiet u l-urġenza tax-xogħol.", "DELEGAZZJONI PRESIDENZJALI", "10156.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jikkonferma l-Ministru li d- delegazzjoni Presidenzjali li żaret ir-Repubblika Ċeka dan l-aħħar marret b'titjira charter ta' l-Air Malta?", "Apparti mid-delegazzjoni Presidenzjali u membri ta' l-istampa, kemm kien hemm preżenti passiġġieri fuq it- titjira?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "PRESIDENT MALTI/PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA ĊEKA", "10157.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin: Tista' titqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra kopja bl-Ingliż tad-diskorsi li saru mill-President Malti u dak tar-Repubblika Ċeka waqt l-ikla jew l- ikliet statali li saru?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Kopja bl-Ingliż tad-diskorsi li saru mill- President Malti u dak tar-Repubblika Ċeka waqt l-ikla statali tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni fis-seduta.", "IMMIGRANTI LLEGALI", "10158.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Fid-dawl tar-rapporti li kien hemm dan l-aħħar fl- istampa internazzjonali, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk sarux xi kuntatti ma' l-awtoritajiet Taljani dwar il-possibbilta' li xi immigranti llegali li marru l-Italja minn Malta seta' kellhom xi rbit jew konnessjonijiet mal-grupp terroristiku Al Qaeda?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ma kien hemm ebda talba għall-assistenza lill-pulizija Maltija mill-awtoritajiet Taljani dwar is-suġġett imsemmi.", "IMMIGRANTI LLEGALI", "10159.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Fid-dawl tar-rapporti li dehru fl-istampa internazzjonali, speċjalment dik Taljana, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk sarux xi kuntatti bejn l-awtoritajiet Maltin u dawk Taljani dwar id-dħul ta' immigranti llegali Ċiniżi fl-Italja li jkunu ġejjin minn Malta?", "ONOR.", "TONIO BORG: Il-pulizija Maltija u l-awtoritajiet Taljani qegħdin f'kuntatt bejniethom dwar is-suġġett imsemmi.", "ŻJARA PRESIDENZJALI FIR-REPUBBLIKA ĊEKA", "10160.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin: Jista' il-Ministru jgħid x'kien ir-rwol u l-feedback li kellu l-kap ta' l- economic department tal-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin fiż-żjara riċenti Presidenzjali fir-Repubblika Ċeka?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Il-kap ta' dan id-dipartiment flimkien mal-persuni l-oħra assenjati fl-istess dipartiment assistew fil-preparazzjonijiet meħtieġa għal din iż-żjara.", "L-Onor.", "Interpellant japprezza li l-kompitu tal-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin huwa li jiftaħ it-triq u jagħti kull assistenza oħra lill- komunita' kummerċjali Maltija biex jiffaċilita' il-kummerċ.", "Dan kien l- iskop ta' l-assistenza li ngħatat għaż-żjara Presidenzjali.", "Il-follow-up irid isir mill-Malta enterprise u mis-settur privat, u meta jkun il-każ, dan jaqa' taħt il-kompetenza ta' ministeri oħrajn.", "AMBAXXATURI ĠODDA", "10161.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin: Billi tħabbar li se jkun hemm erba' ambaxxaturi ġodda f'postings barra minn Malta, jista' il-Ministru jgħid x'kontroll se jkun hemm fuq ir- refurbishment costs li jistgħu jsiru mill-ambaxxaturi u l-familjari tagħhom?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Kull talba għal refurbishment ta' ambaxxati jew residenzi uffiċjali trid issir fuq talba ta' l-ambaxxatur jew ambaxxatriċi u trid tiġi approvata mis-segretarju permanenti tal-ministeru jew minn uffiċjal delegat minnha fil-parametri tal-vot allokat lill-ministeru.", "PULIZIJA - ROAD CHECKS", "10162.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hemmx policy uffiċjali għall-pulizija u l-armata dwar meta u fejn għandhom isiru r-road checks?", "Dawn isiru ad hoc jew fejn ikun hemm suspetti ta' xi attivita' illegali?", "Kien hemm xi deċiżjoni li dawn jitnaqqsu?", "ONOR.", "TONIO BORG: Il-pulizija tagħmel road checks kif provdut fl- artikolu 355 tal-Kodiċi Kriminali bi skop ewlieni li tippreveni l- kriminalita'.", "Road checks isiru wkoll bi skop li jinqabdu persuni li jkunu għadhom kif wettqu xi reat serju, bħal per eżempju xi hold up.", "Ikun hemm okkażjonijiet ukoll li road checks isiru bi skop relatat ma' droga.", "Ma ngħataw ebda struzzjonijiet sabiex dawn jitnaqqsu.", "Għal dak li jirrigwardja l-Armata, nitlob lill-Onor.", "Interpellant jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "PULIZIJA - QTIL TA' RAYMOND CARUANA", "10163.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Billi hemm skadenzi legali fil-każ tal-qtil ta' Raymond Caruana li kien sar fil-każin Nazzjonalista tal-Gudja fil-5 ta' Diċembru 1986, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-pulizija għadhiex tinvestiga dan il-każ?", "Hemm xi uffiċjal tal-pulizija allokat biex ikompli jinvestiga dan il-każ?", "ONOR.", "TONIO BORG: Fit-23 ta' Diċembru 1990 kienet ittellgħet persuna b'konnessjoni ma' dan id-delitt li pero' mietet fil-mori tal-kawża.", "Il-provvedimenti tal-Kodiċi Kriminali dwar il-preskrizzjoni ma japplikawx meta ma jkunx magħruf min seta' ikkommetta d-delitt.", "ĦAL FAR - INĊIDENTI TAT-TRAFFIKU", "10164.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien hemm inċidenti tat-traffiku fatali fit-triq ta' Ħal Far li minn ħdejn l- ajruport tagħti għal Birżebbuġa, fis-snin 1999, 2000, 2001, 2002, 2003 u 2004?", "Fl-istess perjodu u fl-istess triq kemm kien hemm vittmi ta' inċidenti li l- feriti tagħhom ġew deskritti bħala grievous injuries?", "ONOR.", "TONIO BORG: L-inċidenti tat-traffiku irrapurtati lill-pulizija li seħħew fi Triq Ħal Far u l-area ta' madwar, li fihom tilfu ħajjithom jew weġgħu gravi xi persuni huwa kif ġej:", "Sena Lokalita' Numru ta' inċidenti | | |Fatali |Ferit| | | | |i | | | | |gravi| |1999 |Limiti |0 |1 | | |ta' Ħal | | | | |Far | | | | |Triq Ħal |0 |1 | | |Far | | | |2000 |Limiti |0 |5 | | |ta' Ħal | | | | |Far | | | | |Triq Ħal |0 |6 | | |Far | | | |2001 |Limiti |0 |2 | | |ta' Ħal | | | | |Far | | | | |Triq Ħal |1 |10 | | |Far | | | |2002 |Limiti |0 |6 | | |ta' Ħal | | | | |Far | | | | |Triq Ħal |1 |7 | | |Far | | | |2003 |Limiti |0 |2 | | |ta' Ħal | | | | |Far | | | | |Triq Ħal |0 |2 | | |Far | | | |2004 |Limiti |0 |2 | | |ta' Ħal | | | | |Far | | | | |Triq Ħal |1 |10 | | |Far |(żewġ | | | | |persuni| | | | |) | |", "Infurmat ukoll illi t-tagħrif dwar kemm weġġgħu persuni ma jinżammx taħt forma ta' statistika.", "TRIQ TAL-BARRANI - INĊIDENTI TAT-TRAFFIKU", "10165.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien hemm inċidenti tat-traffiku fatali fit-Triq tal-Barrani, Tarxien/Żejtun fis-snin 1999, 2000, 2001, 2002, 2003 u 2004?", "Fl-istess perjodu u fl-istess triq kemm kien hemm vittmi ta' inċidenti li l-feriti tagħhom ġew deskritti bħala grievous injuries?", "Kemm minn dawn kienu fil-junction li miż-Żejtun tidħol jew toħroġ għat-Triq tal-Barrani?", "ONOR.", "TONIO BORG: L-inċidenti tat-traffiku rrapurtati lill-pulizija li seħħew fi Triq tal-Barrani li fihom tilfu ħajjithom jew weġgħu gravi xi persuni huwa kif ġej:", "Sena Numru ta' inċidenti | |Fatali |Feriti | | | |gravi | |1999 |0 |11 | |2000 |0 |24 | |2001 |0 |23 | |2002 |0 |27 | |2003 |0 |15 | |2004 |0 |12 |", "It-tagħrif dwar kemm weġġgħu persuni u l-post eżatt ta' fejn seħħ l- inċident ma jinżammx taħt forma ta' statistika.", "PASSAPORTI – SISTEMA KOMPJUTERIZZATA", "10166.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk inxtarax apparat teknoloġiku biex jintuża għall-kontroll meħtieġ ta' l-immigrazzjoni u passaporti, u dan skond il-ftehim ta' Schengen, fl-aħħar sentejn?", "Jista' jgħid jekk tali apparat fil-fatt inxtarax, minn fejn ġew il-flus u jekk jirriżulta li nxtara, saritx sejħa għal tender u jispeċifika l- kondizzjonijiet ta' l-istess tender u minn min intrebħet?", "ONOR.", "TONIO BORG: Inxtara diversi apparat fosthom sistema kompjuterizzata li tidentifika dokumenti falsifikati, in konnessjoni max- Schengen wara li kienet ħarġet sejħa pubblika għall-offerti, li kienet maqsuma f'għaxar lots.", "Seba' minn dawn il-lots ingħataw lill-kumpanniji Maltin u tlieta lill-kumpanniji barranin kif indikat fit-tabella hawn taħt.", "|Lot |Tender awarded to: | |1 |Foster and Freeman | | |(British) | |2,3,6,8|ITEC International | |,10 |Technology Ltd | | |(Maltese) | |4 |IBCOL Gmbh (German) | |5 |Forestals Ltd | | |(Maltese) | |7 |Medcomms Ltd | | |(Maltese) | |9 |Bonowi Gmbh (German) |", "Dan l-apparat ġie ffinanzjat minn fondi kemm ta' l-Unjoni Ewropea kif ukoll dawk lokali.", "PULIZIJA - APPART FORENSIKU", "10167.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk ingħatax permess lil xi spettur tal-pulizija sabiex jidħol f'negozjati privati ma' kumpanniji privati f'Malta u barra sabiex jinbiegħ apparat forensiku lill- aġenzija statali tal-Libja?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ma ngħatat ebda awtorizzazzjoni kif imsemmi mill-Onor.", "Interpellant.", "Għaldaqstant napprezza jekk l-Onor.", "Interpellant jagħtini aktar tagħrif sabiex inkun nista' nivverifika ulterjorament.", "PULIZIJA - LABORATORJU FORENSIKU", "10168.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kienet l- ispiża rikorrenti u kapitali tal-laboratorju forensiku tal-pulizija ta' Malta mis-snin 2000 sa l-2004?", "Kemm minn din l-ispiża kienet l-ammont minfuq fuq apparat tal-fotografija u mingħand min inxtara?", "Kemm minn din l- ispiża kienet is-somma ta' infiq fuq karti fotografiċi, kimika fotografika, films u oġġetti oħra fis-sezzjoni tal-fotografija u mingħand min inxtara?", "Kemm mill-ispiża kapitali u rikorrenti tal-laboratorju forensiku matul dawn is-sentejn kienet ġiet offruta f'tenders u kemm f'direct orders u f'dan il-każ lil liema ditta ngħataw dawn id-direct orders?", "ONOR.", "TONIO BORG: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "GĦAWDEX - WIRJA TA' SANTA MARIJA", "10170.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għal Għawdex: Tista' il-Ministru tgħid meta se jingħataw il-premjijiet lir-rebbieħa tal-wirja ta' Santa Marija 2004 peress li issa għaddew diversi xhur?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Il-premjijiet lir-rebbieha tal-wirja ta' Santa Marija 2004 se jithallsu meta s-soċjeta' agrarja, kulturali u industrijali Għawdxija jkollha l-fondi meħtieġa.", "Jiena se nara li dawn jinghatawlha mill- iktar fis possibbli.", "GĦAWDEX: SAN LAWRENZ - TAL-QASAM", "10172.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għal Għawdex: Peress li z-zona magħrufa bħala tal-Qasam f'San Lawrenz kif ukoll it-triq huma fi stat delapidat ħafna, tista' il-Ministru tgħid jekk huwiex maħsub li jsiru xi xogħlijiet biex din iz-zona ma tibqax żdingata?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jindirizza l- mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat peress li z-zona msemmija taqa' taħt ir-responsabbilta' tal-kunsill lokali.", "MALTACOM - DIRECT PROMOTIONS", "10173.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid jekk sarux xi direct promotions (bla sejħa għal applikazzjonijiet) fil-Maltacom jew xi kumpannija sussidjarja fil-Maltacom minn Jannar 2004 sal-lum?", "Jekk fl- affermattiv, kemm saru, min huma l-ħaddiema, xi grad u skala kellhom qabel u xi grad u skala ta' salarju għandhom issa?", "Kemm hi d-differenza fil- massimu li se jiżdiedu dawn il-ħaddiema b'dawn id-direct promotions?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "INVESTIMENTI ĠODDA", "10174.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru issa jirrispondi mistoqsija parlamentari 9974 u cioe' jgħid kemm fetħu investimenti ġodda fis-sena 2004 u kemm inħolqu mpjiegi għal kull waħda?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Fis-sena 2004 ġew approvati total ta' 64 proġett li 35 minnhom huma barranin.", "Minn dawn l-64 proġetti, 23 minnhom huma investiment ġdid u 41 espansjonijiet ta' proġetti eżistenti.", "Huwa pproġettat li l-64 proġett flimkien wara tliet snin jkunu qed iħaddmu 1,719 ruħ.", "It-23 investiment ġdid waħedhom huwa pproġettat li jħaddmu total ta' 940 ħaddiem full time wara tliet snin.", "Minn dawn il-proġetti 11 diġa' bdew joperaw u qed iħaddmu 66 ħaddiem full time u 11-il ħaddiem part-time.", "MALTA ENTERPRISE - ĦADDIEMA", "10175.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru issa jwieġeb mistoqsija parlamentari 9931 u cioe' jgħid jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda mal-Malta Enterprise minn Settembru 2004 sal-lum?", "Jekk fl- affermattiv, f'liema grad kienu dawn l-impjiegi?", "Kif saret is-sejħa għall- impjieg?", "Kemm applikaw?", "Jista' jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jkunu mpjegati ħaddiema ġodda ma' l-istess entita' fix-xhur li ġejjin?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Minn Settembru sal-lum ġew impjegati sitta min-nies, żewġ Executives u erbgħa Managers.", "Matul l-istess perjodu telqu tlieta u għad hemm tmien postijiet vakanti.", "Is-sejħa għall-impjieg l-ewwel bdiet internament segwita b'sejħa lill- impjegati tal-MDC.", "Wara, is-sejħa marret għand il-MIMCOL u wara marret għand l-ETC li ħarget il-permess biex toħrog avviż pubbliku.", "Kien hemm 254 persuna li applikaw għal diversi pożizzjonijiet.", "Ħaddiema ġodda ma' l-istess entita' fix-xhur li ġejjin jistgħu jiġu mpjegati skond il-bżonnijiet tax-xogħol.", "PULIZIJA – AĠENZIJI TA' GWARDJANI PRIVATI", "10176.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'qiegħed iżomm lill- Kummissarju tal-Pulizija milli joħroġ il-liċenzji lill-Aġenzija tas- Sigurta' li joperaw b'servizz ta' gwardjani privati?", "Liema huma dawk l-aġenziji reġistrati?", "Jista' jgħid jekk hux kull aġenzija għandha l-insurance kif rikjest mil-liġi?", "Jista' jgħid jekk hux kull aġenzija qiegħda topera skond il-liġi?", "ONOR.", "TONIO BORG: Il-liċenzji skond l-Att ta' l-1996 dwar Gwardjani Privati u Lokali (Kap. 389) m'humiex miżmuma u qed ikunu proċessati skond ir-regolamenti.", "L-aġenziji ta' gwardjani privati reġistrati mal-pulizija huma:", "Safetrust Security J.F. Security Consultancy Services Ltd The Guard & Warden Service House Ltd Securital Ltd Monitoring Services Ltd Grange Security & Consultancy Services Ltd Khiron Security Ltd Zenith Investigative Services Sterling Security Co. Ltd Group 4 Securitas Group 4 Services Personal Security Services Security Services Ltd I.H.B. Oscar 7", "Hemm tnejn oħra li t-talba tagħhom għadha qed tkun proċessata.", "Matul is- sena l-oħra nqalgħu xi diffikultajiet dwar il-polza ta' assigurazzjoni. pero' jidher li din issa ġiet sorvolata u għalhekk il-liċenzji qed jiġġeddu.", "WIED ĦESRI - PLOTS", "10177.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru tal-Familja u tas- Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni li għad fadal plots mhux mibnija fl-iskema tal-home ownership ta' Wied Ħesri (fejn il-ground) minkejja li dawn l-istess plots ilhom li ngħataw aktar minn għaxar snin?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħtini aktar dettalji dwar il-plots li qed jirreferi għalihom biex inkun nista' ninvestiga.", "BORMLA – TINDIF TA' AREA ĦDEJN L-ISKOLA PRIMARJA", "10178.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' il-Ministru jara li titnaddaf area ħdejn l-iskola primarja ta' Bormla li saret miżbla?", "Jista' jara li din il-ħofra li tħaffret snin ilu timtela' livell mal-ground ta' l-istess skola għal- livell oriġinali?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "KORDIN GRAIN TERMINAL - SILOS", "10179.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 9921 u cioe' jista' jgħid x'tip ta' xogħol qed isir fis-silos ta' Kordin Grain Terminal?", "Minn min qed isir?", "X'inhi l-istima tax-xogħol?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "KAROZZI SECOND-HAND", "10180.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Jista' il-Ministru jgħid kemm daħlu f'Malta karozzi second-hand minn Mejju sa Diċembru 2004?", "Jista' iqassamhom skond iċ-ċilindraġġ u l- għamla tal-karozza?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "RABAT - TRIQ ĠORĠ BORG OLIVIER", "10181.", "L-ONOR.", "JOSEPH CASSAR staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Jista' il-Ministru jiċċara eżatt ta' min hi r-responsabbilta' għall- immaniġjar tat-traffiku minn Ġorġ Borg Olivier Street, ir-Rabat, Malta?", "Jista' jgħid jekk il-kunsill lokali tar-Rabat għandux ir-responsabbilta' għall-immaniġjar tat-traffiku?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Triq Ġorġ Borg Olivier fir-Rabat mhux ikklassifikata bħala triq arterja u lanqas triq distributorja.", "Bħal kull triq oħra li taqa' fil-konfini tal-kunsill lokali, il-proposti ta' immaniġġar tat-traffiku jiġu mressqa għand l-awtorita' dwar it-trasport mill-kunsill lokali u flimkien jiġu diskussi tali proposti minn aspett tas- sigurta' fit-toroq u skond il-ħtiġijiet tal-lokal.", "CCF - EX-ĦABSIN", "10182.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni ta' dawk ex-ħabsin meta joħorġu mill-ħabs wara sentenza, fir-rigward ta' post xieraq fejn joqogħdu u għajnuna biex jinstabilhom impjieg?", "Jista' jgħid kemm persuni ħarġu mill-ħabs fis-sena 2004 wara li kienu ilhom hemm għal aktar minn sena?", "Kemm minnhom instabilhom impjieg?", "ONOR.", "TONIO BORG: Matul is-sena 2004 kien hemm 97 priġunier li ġew rilaxxati mill-ħabs wara li kien ilhom aktar minn sena.", "Minn dawn, 20 ġew deportati lura lejn pajjiżhom.", "Fir-rigward tal- priġunieri l-oħra kien hemm 16 li ngħataw għajnuna diretta flimkien ma' l- ETC biex instabilhom impjieg, sitta li ngħataw assistenza u għajnuna biex instabilhom post fejn jabitaw u 30 li ġew mogħtija għajnuna soċjali.", "Dawn ta' l-aħħar jinvolvu xogħol soċjali dirett mall-familjari tagħhom speċjalment l-ulied.", "Kull intervent soċjali li jsir ma' priġunieri jiġi mgħoddi lid-dipartiment tas-social workers biex ikun jista' jitkompla anke wara li priġunier jiskonta s-sentenza.", "Fir-rigward ta' priġunieri li jispiċċaw sentenza wara li jkunu għamlu programm ta' rijabilitazzjoni ġewwa s-S.A.T.U, dawn jiġu offruti anke l- faċilita' li jkomplu jattendu follow-up sessions.", "Sfortunatament huma ftit dawk li japprofittaw minn din l-opportunita'.", "BDIEWA - FINAL WITHOLDING TAX", "10183.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Minsitru jgħid jekk il-final witholding tax ta' 3% fuq il-bdiewa mħabbra fil-budget 2003 ġietx fis-seħħ?", "Jekk fl-affermattiv, kif qegħda titħaddem din it-taxxa?", "Din it-taxxa tapplika għal bdiewa full time u part-time?", "F'każ tal-part-time, din it-taxxa teżenta lil dawn il-persuni li jiddikjaraw id-dħul tagħhom fil-formola tar-returns f'Ġunju jew inkella it- TA22 tal-15 ta' Frar?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "SIGURTA' SOĊJALI - BENEFIĊĊJU TAL-MARD", "10184.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tal-Familja u tas- Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tara għaliex il-persuna – id- dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - li hija boarded out inqatgħalha l-benefiċċju tal-mard?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Id-dipartiment tas-sigurta' soċjali nforma bil- miktub lill-persuna ndikata dwar il-każ tagħha.", "MTA - FIERI TAT-TURIŻMU", "10187.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid liema fieri tat-turiżmu u l-ivvjaġġar mistennija tieħu sehem fihom matul is-sena 2005 l-awtorita' Maltija tat- turiżmu?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il- mejda tal-Kamra aktar kmieni fis-seduta.", "MTA - FIERA TA' L-IVJAĠĠAR U T-TURIŻMU", "10189.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid x'passi qed jittieħdu biex jiġi żgurat li f'kull fiera ta' l-ivvjaġġar u t-turiżmu li l-MTA se tieħu sehem fihom ikun hemm spazju biżżejjed għall-parteċipanti privati minn Malta u Għawdex?", "Jista' jgħid jekk f'ċerti fieri l-ispazju hux se jkun biżżejjed għal dawk kollha li xtaqu jieħdu sehem minn pajjiżna?", "Liema fieri huma dawn u x'passi ttieħdu biex dan in-nuqqas jiġi rimedjat?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Għall-fieri li għadna ma bbukjajniex l- ispażju għalihom, l-azjendi privati tat-turiżmu qed jiġu mitluba jesprimu l- interess tagħhom li jipparteċipaw fuq l-istand ta' Malta fil-fieri ndividwali, qabel ma l-awtorita' Maltija tikkommetti ruħha fuq id-daqs ta' l-istand Malti.", "Dawn il-kumpaniji jiġu mitluba jħallsu depositu fuq l- ammont totali tal-parteċipazzjoni u jintrabtu li jieħdu commitment.", "F'dan il-każ, nippruvaw nakkomodaw lil kull azjenda li tkun interessata.", "Pero' mhux dejjem hu possibbli li nakkomodaw lil kulħadd speċjalment meta jkun hemm konkorrenza qawwija, minħabba l-fatt li nkunu marbutin b'kuntratti speċifici li mhux faċli toħroġ minnhom.", "Din is-sena f'żewġ fieri partikolari d-domanda kienet ħafna akbar mill- ispazju li kien hemm diġa' allokat mis-sena l-oħra.", "Dawn huma fieri speċjalizzati għall-organizzaturi tal-konferenzi u inċentivi.", "Vera li ma stajniex nakkomodaw lil kulħadd fuq l-istand ta' Malta, pero' appoġġjajna l- inizjattivi ta' l-azjendi privati b'dan il-mod:", "i) CONFEX li se ssir f'Londra bejn il-15 u s-17 ta' Frar", "Id-daqs ta' l-istand ta' Malta huwa 20 metru kwadru Barra l-mejda li l-MTA tokkupa ma' l-Airmalta, hemm tliet mwejjed oħra li jakkomodaw ħames azjendi privati tat-turiżmu", "L-għaxar azjendi li ma kienx hemm spazju għalihom fuq l-istand ta' Malta ingħaqdu bejniethom u rnexxielhom jibbukkjaw spazju ta' 16 il- metru kwadru li jmissu ma' l-istand ta' Malta.", "Huma ppreferew li l-istand tagħhom topera ndipendentement mill-istand ta' Malta.", "L-MTA offriet u qed tinkludi d-dettalji ta' dawn l-azjendi f'kull promozzjoni li qed issir għal din il-fiera daqslikieku dawn l- azjendi se jkunu fuq l-istand ta' Malta.", "ii) IMEX li se ssir ġewwa Frankfurt bejn id-19 u l-21 ta' April", "Id-daqs ta' l-istand ta' Malta huwa 60 metru kwadru.", "Barra l-mejda li l-MTA tokkupa ma' l-Airmalta, hemm tmien imwejjed oħra li jakkomodaw 16-il azjenda privata tat-turiżmu.", "Għal dawk id-disgħa azjendi li ma kienx hemm spazju għalihom fuq l- istand ta' Malta, l-MTA issuġġeriet il-possibbilta' li tibbukkja disgħa metri kwadri li jmissu ma' l-istand ta' Malta.", "B'hekk dawn l- azjendi jkollhom post fejn jistgħu jiffissaw l-appuntamenti tagħhom.", "L- MTA offriet li tinkludi d-dettalji ta' dawn l-azjendi f'kull promozzjoni li se ssir għal din il-fiera, daqslikieku dawn l-azjendi se jkunu fuq l-istand ta' Malta.", "TURISTI ĊINIŻI", "10191.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid x'passi konkreti se jittieħdu matul din is-sena biex turisti Ċiniżi jitħajru jiġu f'pajjiżna?", "Għaliex l- organizzaturi tal-Beijing Travel and Tourist Market 2005 għadhom ma ngħatawx risposta jekk Malta hix se tieħu sehem f'dik il-fiera?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Bħalissa qiegħed jiġi rivedut l-operat ta' l-awtorita Maltija tat-turiżmu fis-suq Ċiniż.", "Qed isiru laqgħat ma' aġenziji kbar ta' l-ivjaġġar biex jiżdied ix-xogħol miċ-Ċina indirettament.", "Ma naħsbux illi s-sehem tagħna fil-fiera ndikata hija daqshekk ta' importanza.", "Pero' ħadna sehem f'dawn il-fieri ewlenin fejn l-awtorita Maltija tat-turiżmu kellha stand:", "CITM China International Travel Mart – Shanghai 25 – 28 November 2004 WTF – Shanghai 20 – 23 January 2005", "L-awtorita Maltija tat-turiżmu ikkreat:", "Publikazzjonijiet promozzjonali bil-lingwa Ċiniża (Mandarin) Website bil- lingwa Ċiniza www.visitmalta.com/cn", "Fix-xogħol normali li jsir mill-uffiċċju tagħna f'Beijing, l-MTA:", "Tibni kuntatti ma operaturi Ċinizi u Maltin u entitajiet governattivi; Tistieden operaturi u ġurnalisti għall-żjarat ta' informazzjoni fil- gżejjer Maltin.", "Dan jiġġenera interess ma' l-operaturi u bosta artikli fil-media lokali Ċiniża u stazzjonijiet televisivi; Tqassam press releases; Tipprova tiffaċilita' l-applikazzjonijet għal visas.", "GĦADDASA", "10193.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid x'inizjattivi konkreti se jittieħdu matul din is-sena biex jitjiebu l-faċilitajiet u l-attrazzjonijiet li għandna biex iżjed għaddasa jitħajru jiġu jgħoddsu fl-ibħra tagħna?", "Mill-50,000 iżjed persuni li l-gvern għandu l-mira jħajjar lejn pajjiżna, kemm minnhom huma maħsuba li jkunu għaddasa?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Se jsir inventarju dettaljat li jinkludi l- istat ta' faċilitajiet u ta' l-attrazzjonijiet ta' taħt il-baħar.", "Dan se jsir biex jitjieb is-settur tad-diving.", "Sadanittant se nkomplu ntejbu l-aċċess għall-postijiet f'Malta u Għawdex li huma popolari ma' l-għaddasa.", "Huwa stmat li 5% tal-50,000 turist iżjed li l-gvern għandu l-mira li jħajjar iżuru pajjiżna se jkunu għaddasa.", "TAL-PIETA' - BUS LANE", "10194.", "L-ONOR.", "MICHAEL ASCIAK staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jikkonsidra li terġa' tinfetaħ il-bus lane li kien hemm f'Tal-Pieta' quddiem l-ex torpedo depot - illum ġnien - fid- direzzjoni ta' l-Imsida?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Preżentament m'hemm l-ebda ħsieb illi din il-bus lane terġa' tinfetaħ.", "DVD DWAR L-ATTRAZZJONIJIET GĦALL-GĦADDASA", "10195.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid x'għajnuna lesta tagħti l-MTA lill- inizjattiva privata li dan l-aħħar xandret DVD dwar l-attrazzjonijiet għall- għaddasa fl-ibħra tagħna u li tixtieq tirreklama din l-inizjattiva fid- diver magazine?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Il-head office tal-MTA kien infurmat fuq il- produzzjoni ta' DVD li jiffoka fuq wreck diving fl-ibħra Maltin.", "Billi ma' l-uffiċċju tagħna f'Londra qedgħdin naħdmu fuq numru ta' inizjattivi biex nippromwovu l-gżejjer tagħna bħala destinazzjoni għall-għaddasa, bħalissa qegħdin nikkonsidraw il-proposti kollha.", "Waħda minn dawn il- proposti tagħti lil dan is-suq opportunita' ideali biex nippromwovu estensivament madwar l-Ingilterra kollha.", "L-iskop tagħna huwa li nassistu lil kumpanija li qed tagħmel dan il-DVD, imma rridu nżommu f'moħħna cost effectiveness biex nassiguraw maximum coverage.", "Din il-kumpannija diġa' ħadet riklam ta' nofs pagna fuq diver magazine biex jippromwovu d-DVD, L-uffiċċju ta' l-MTA f'Londra ħa riklam ta' paġna sħiħa fuq l-istess magazine biex nippromwovu l-gżejjer Maltin bħala destinazzjoni għall-għaddasa.", "Dawn iż-żewġ riklami se jidru fl- edizzjoni ta' Marzu ta' l-istess magazine, li taqa' fl-istess żmien tal- London dive show.", "GĦAWDEX - DESTINAZZJONI TURISTIKA", "10196.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid x'ħidma beħsiebu jagħmel il-gvern matul din is-sena biex jippreżenta lil Għawdex bħala destinazzjoni turistika separata?", "Mill-50,000 turist iżjed li l-gvern qed jimmira li jġib din is- sena, kemm minnhom huma maħsuba li se jibbukkjaw il-vaganzi tagħhom f'Għawdex?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Fl-ewwel fażi ta' l-implimentazzjoni ta' l- eżerċizzju ta' ristrutturar ta' l-awtorita' Maltija għat-turiżmu, il-bord ta' l-awtorita' għadu kif ħatar numru ta' segment committees, fosthom wieħed għal Għawdex.", "Dan il-kumitat, immexxi minn Joe Muscat (Membru tal-Bord tal-MTA), se jkun responsabbli biex jifformula strateġija għat-titjib ta' l-industrija turistika ta' Għawdex kemm mil-lat ta' prodott kif ukoll dak ta' promozzjoni u marketing.", "Madanakollu fl-istess ħin l-awtorita' Maltija għat-turiżmu tattiva numru ta' inizjattivi li jippromwovu lill-gżira Għawdxija:", "Brochure għal Għawdex Għajnuna lil Gozo tourism association.", "Il-GTA – The island of Gozo huma ko- esibituri mal-MTA f'dawn il-fieri ewlenin (bla ħlas): World Travel Market, Londra ITB, Berlin BIT, Milan MITT, Moska Destinations, Londra", "Taħdidiet ma' operaturi ewlenin biex ibigħu programmi ta' vaganzi f'Għawdex", "Jintuża l-logo \"Malta – Gozo – Comino\"", "Ritratti ta' Għawdex murija waqt fieri ewlenin", "Programm ta' ġurnalisti u crew televiżivi matul is-sena.", "Uħud minn dawn jiġu biex jiktbu jew ixandru esklussivament fuq Għawdex", "L-awtorita' tippromwovi wkoll il-Festival Mediterraneana", "Il-gżira ta' Għawdex hija nkluża fis-sit www.visitmalta.com", "Bosta artikli fuq Għawdex jinħargu fl-e-newsletters illi jiġu ppublikati mill-uffiċini tal-MTA barra minn Malta", "Features fuq Għawdex fl-online training websites", "Fil-Ġermanja fil-passat l-awtorita' nidiet billboard campaign fuq Għawdex", "Huwa stmat li 5% tal-50,000 turist iżjed li l-gvern għandu l-mira li jħajjar iżuru pajjizna jiġu għall-btala f'Għawdex, skond ma hi l-medja normali.", "DELIMARA - POWER STATION", "10197.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 10072 u cioe' jgħid kemm intefgħu flus sena b'sena għal bini tal-power station ta' Delimara?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "INSURANCE PREMIUMS", "10200.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 10015 u cioe' jgħid jekk ġietx approvata ż-żieda esaġerata fil-premium ta' l- insurance għall-vetturi li jintużaw fit-trasport pubbliku?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "SOLAR WATER HEATERS", "10202.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 9914 u 10016 u cioe' jgħid jekk l-eżenzjoni tal-VAT fuq solar water heaters imħabbra fil-budget tapplikax ukoll għal xogħol ta' manutenzjoni fuq l- istess sistemi?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "SIĠĠIEWI - TRIQ PATRI ĠUŻE DELIA", "10204.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 10018 u cioe' jara l-kwalita' ta' xogħol li sar fil-bini ta' Triq Patri Ġuże Delia, fis-Siġġiewi peress li issa l-persuna li toqgħod fit-tarf ta' ġewwa tat-triq ma tistax toħroġ mill-garaxx?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ix-xogħol fit-triq imsemmija sar bħala parti mill-ftehim fejn il-kunsill lokali tas-Siġġiewi gie allokat il-fondi mill- awtorita dwar it-trasport biex isir xoghol ta' kostruzzjoni ta' toroq.", "L- uffiċjali tal-ADT xorta jispezzjonaw dawn ix-xogħlijiet b'mod regolari.", "Il- bini ta' din it-triq sar skond il-livelli li nghataw mill-MEPA", "MARSA - SKOLA SAN ĠUŻEPP ĦADDIEM", "10208.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tal-Familja u tas- Solidarjeta' Soċjali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 10008 u cioe' tista' il-Ministru tgħid jekk kuntrattur li qiegħed jagħmel xogħol ta' refurbishing fl-ex skola San Ġużepp Ħaddiem tal-Marsa huwiex jitħallas doppjament ta' ċertu xogħol li qiegħed jagħmel fosthom tibjid doppju ta' ċerti klassijiet?", "Tista' tinvestiga wkoll jekk hemmx ċertu ħaddiema li qed jispiċċaw mix- xogħol fl-10.00 a.m.?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Ix-xogħol li sar s'issa fl-ex skola San Ġużepp Ħaddiem, il-Marsa ma sarx minn kuntrattur iżda mill-ħaddiema tal-gvern impjegati mad-dipartiment tal-bini u tiswija tad-djar.", "Il-klassijiet inżebgħu darba biss għalkemm fejn kien hemm bżonn, speċjalment fejn il- kulur oriġinali kien skur, ingħatat passata oħra.", "Kien hemm ġranet fejn il-ħaddiema lestew kmieni u marru jkomplu xogħol ieħor fuq tiswijiet ta' djar tal-gvern fil-programm ta' xogħlijiet ta' l- imsemmi dipartiment.", "ĦAL QORMI – ASFALTAR TA' TOROQ", "10212.", "L-ONOR.", "CLYDE PULI staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jagħti lista ta' tenders li ħarġu u l- ammonti li bihom ġew mogħtija, għal toroq li saru bit-tarmac f'Ħal Qormi mill-1994 sal-lum?", "Jista' jagħti r-rendikont triq bi triq u sena b'sena?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB", "QRATI - INKJESTA MAĠISTERJALI", "123.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 9330 peress li l-avukat ġenerali m'għandux oġġezzjoni li r-rapporti u x-xhieda jiġu pubblikati, jista' il-Viċi Prim Ministru issa jpoġġihom fuq il-mejda tal- Kamra?", "ONOR.", "TONIO BORG: L-Avukat Ġenerali ma jsib ebda oġġezzjoni li l-Onor.", "Interpellant jeżamina l-atti tal-proċess in kwestjoni fl-uffiċċju tiegħu.", "L-Onor.", "Interpellant jista' ukoll jitlob kopji lill-uffiċċju ta' l-Avukat Ġenerali."]} {"filename": "20070620_541d_par.doc", "date": "2007-06-20", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Uffiċjali u Rivedut) L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 541 L-Erbgħa, 20 ta' Ġunju, 2007 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 541", "L-Erbgħa, 20 ta' Ġunju, 2007", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.02 p.m.", "Talba", "Seduta Nru. 541", "L-Erbgħa, 20 ta' Ġunju, 2007", "WERREJ", "MINUTI 1", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 1", "TQEGĦID TA' KARTI 10", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR L-AWTORITA` TA' MALTA DWAR IR-RIŻORSI (It-Tieni Qari)", "MALTA RESOURCES AUTHORITY (AMENDMENT) BILL (Second Reading) 10", "AĠĠORNAMENT 31", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUBA 37", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 540 li saret fid-19 ta' Ġunju, 2007 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "DIRECT ORDERS", "25151.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Chris Agius) staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Kemm-il direct order ingħatat mill- ministeru u enti li jaqgħu taħtu matul is-sena 2006?", "Għal liema xogħol jew servizz inħarġet kull waħda minnhom?", "X'kien il-valur ta' kull waħda u min ġie awarded dawn id-direct orders?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (Segretarju Parlamentari) (f'isem il-Ministru għall- Affarijiet Rurali u Ambjent): Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l- informazzjoni mitluba.", "F'kull każ kien hemm l-approvazzjoni tal-ministeru tal-finanzi.", "PARKEĠĠ FIL-BELT", "25777.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Charles Buhagiar) staqsa lill- Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: B'riferenza għall-parkeġġ fil-Belt, issa li daħlet is-sistema tas-CVA, jista' l-ministru jgħid x'inhu n-numru ta' parking bays riservati għar-residenti ta' areas pedonali; riservati għar-residenti tal-Belt; riservati għall-karozzi uffiċjali tal-gvern; in- numru ta' parking bays għal kulħadd fl-area ta' CVA u n-numru ta' parking bays fil-Belt iżda 'l barra mis-CVA?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq): B'riferenza għat-tweġiba li tajt għal mistoqsija parlamentari 25777, qiegħed nagħti informazzjoni aktar dettaljata kif indikat fl-istess tweġiba.", "In-numru ta' parking bays għall-parkeġġ fit-toroq tal-Belt Valletta huma kif jidher hawn taħt:", "Riservati għar-residenti ta' areas pedonali - 141;", "Riservati għar-residenti tal-Belt - 90 fuq ir-ring road matul il-ġurnata u 493 filgħaxijiet fis-CVA;", "Riservati għall-karozzi uffiċjali tal-gvern - xejn;", "In-numru ta' parking bays għal kulħadd fl-area ta' CVA - 2,502 matul il- ġurnata u 2,009 filgħaxija;", "In-numru ta' parking bays fil-Belt iżda 'l barra mis-CVA - 634.", "Din il- figura tinkludi madwar 150 spazju ta' parkeġġ fil-Fossa li għadhom mhux miżbugħa.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Peress li issa hawn din is-sistema ta' parking, il- liċenzja għall-Belt għadha titħallas?", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Kif forsi jaf l-Onor.", "Interpellant, il-liċenzja li kien hemm għall-Belt tħallset proporzjonalment sa meta bdiet din is- sistema.", "Il-flus li tħallsu żejda nżammew bħala kreditu biex min imbagħad jidħol jipparkja l-Belt u jirċievi l-kont, jitnaqqaslu minn dak il-kreditu sakemm ma jibqa' ebda kreditu, imbagħad jibda jħallas minn hemm 'il quddiem.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jiġifieri jekk persuna llum tmur tħallas il-liċenzja tal- karozza, ma tiġix mitluba li tħallas il-liċenzja għall-Belt?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Suppost li hekk hu.", "ONOR.", "JOE MIZZI: X'irid jgħid biha l-kelma \"suppost\"?", "ANTHONY ABELA: Inneħħi l-kelma \"suppost\", Mr Speaker.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Allura x'inhi r-raġuni li membru parlamentari min-naħa tal-gvern u membru parlamentari minn din in-naħa ġew mitluba jħallsu l- liċenzja għall-Belt?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Peress li issa hawn il-Ministru Mugliett, forsi jista' jwieġbu hu.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT (Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq): Dik li kienet magħrufa bħala l-V-licence issa spiċċat.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Hemm xi fee oħra li trid titħallas?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Skond is-sistema tas-CVA, wieħed iħallas skond il- ħinijiet li fihom ikun ipparkjat fil-Belt.", "Imbagħad hemm ċerti kategoriji li jħallsu Lm20 għall-eżenzjoni li għandhom, pero` xorta ma jkollhomx V- licence.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Allura min ikun eżenti se jħallas fee?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Jekk qabel min jidħol il-Belt kien iħallas Lm20 bħala fee licence, dan illum m'hu se jitlef xejn milli kellu qabel.", "Jiġifieri dan mhux se jkun iċċarġjat over and above l-Lm20 li kien imdorri jħallas minkejja li forsi jidħol il-Belt b'ċerta frekwenza u minkejja li r- rati applikabbli skond is-sistema tas-CVA li bihom kieku jispiċċa jħallas iktar.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Allura teknikament il-fee ta' Lm20 għal xi wħud ma spiċċatx għax minflok qed iħallsuha għall-V-licence, qed iħallsuha biex jipparkjaw?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Il-liċenzja bħala sistema ta' reġistrazzjoni spiċċat.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jiġifieri jekk jiena mmur inħallas il-liċenzja u nintalab inħallas Lm20 biex inkun nista' nidħol il-Belt, dawn għandi dritt ma nħallashomx, hux hekk?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Is-sistema ta' reġistrazzjoni ta' V-licence issa spiċċat.", "KIRI TA' GARAXX GĦALL-KAROZZA UFFIĊJALI", "25499.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Chris Agius) staqsa lill-Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni: Matul l-2006 kien qed jinkera xi garaxx biex fih tinżamm il-karozza uffiċjali tal-Ministru?", "F'każ li t- tweġiba hija fl-affermattiv, kemm kienet in-nefqa globali għal din il-kirja u fejn jinsab il-garaxx?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għall-Kompetittivita` u Komunikazzjoni): Matul l-2006 kien qed jinkera garaxx f'San Pawl il-Baħar biex fih tinżamm il- karozza uffiċjali.", "In-nefqa globali għal din il-kirja kienet ta' Lm450.", "KIRI TA' GARAXX GĦALL-KAROZZA UFFIĊJALI", "25500.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Chris Agius) staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Matul l-2006 kien qed jinkera xi garaxx biex fih tinżamm il-karozza uffiċjali tal-Ministru?", "F'każ li t-tweġiba hija fl- affermattiv, kemm kienet in-nefqa globali għal din il-kirja u fejn jinsab il-garaxx?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura): L-ispiża globali għall-kirjiet ta' garaxxijiet li fihom jinżammu l-karozzi uffiċjali tal-ministeru hija ta' Lm300 fis-sena.", "Dawn il-garaxxijiet jinsabu fil- lokalitaijiet tal-Qrendi u ż-Żurrieq.", "KIRI TA' GARAXX GĦALL-KAROZZA UFFIĊJALI", "25509.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Chris Agius) staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Matul l-2006 kien qed jinkera xi garaxx biex fih tinżamm il- karozza uffiċjali tal-Ministru?", "F'każ li t-tweġiba hija fl-affermattiv, kemm kienet in-nefqa globali għal din il-kirja u fejn jinsab il-garaxx?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru għal Għawdex): Matul l-2006 ma kien qed jinkera l-ebda garaxx biex fih tinżamm il-karozza uffiċjali.", "KIRI TA' GARAXX GĦALL-KAROZZA UFFIĊJALI", "25510.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Chris Agius) staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita`: Matul l-2006 kien qed jinkera xi garaxx biex fih tinżamm il-karozza uffiċjali tal-Ministru?", "F'każ li t- tweġiba hija fl-affermattiv, kemm kienet in-nefqa globali għal din il-kirja u fejn jinsab il-garaxx?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita`): Matul l-2006 kien qed jinkera garaxx biex fih tinżamm il-karozza uffiċjali.", "In-nefqa globali għal din il-kirja hi ta' Lm200 fis-sena u l-garaxx jinsab f'numru 10, Triq Dun Giakomino Galea, Naxxar.", "Il-kuntratt li jorbot għal tliet snin ġie mġedded fit-18 ta' Awissu, 2006 bil-prezz annwali ta' Lm240.", "KIRI TA' GARAXX GĦALL-KAROZZA UFFIĊJALI", "25511.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Chris Agius) staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Matul l- 2006 kien qed jinkera xi garaxx biex fih tinżamm il-karozza uffiċjali tal- Ministru?", "F'każ li t-tweġiba hija fl-affermattiv, kemm kienet in-nefqa globali għal din il-kirja u fejn jinsab il-garaxx?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni): Le, ma kien qed jinkera l-ebda garaxx biex fih tinżamm il-karozza uffiċjali.", "KIRI TA' GARAXX GĦALL-KAROZZA UFFIĊJALI", "25512.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Chris Agius) staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Matul l-2006 kien qed jinkera xi garaxx biex fih tinżamm il-karozza uffiċjali tal-Ministru?", "F'każ li t-tweġiba hija fl-affermattiv, kemm kienet in-nefqa globali għal din il-kirja u fejn jinsab il-garaxx?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO (Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent): Matul l-2006 kien qed jinkera garaxx biex fih tinżamm il-karozza uffiċjali.", "In- nefqa globali għal din il-kirja hija ta' Lm250 fis-sena u l-garaxx jinsab f'Tas-Sliema.", "SAFAR UFFIĊJALI – KONTIJIET PENDENTI", "25593.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joe Debono Grech) staqsa lill- Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Hemm kontijiet pendenti mhux magħluqa jew flus minn subsistence allowance żejda mhux ritornati fuq xi safar li sar matul Jannar, Frar jew Marzu 2007, fil-ministeru, dekasteru u enti tiegħu?", "F'każ li fl-affermattiv, min huma dawn l-uffiċjali u x'inhi r-raġuni?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura): Fil- ministeru għat-turiżmu u kultura m'hemm l-ebda kontijiet pendenti mhux magħluqa jew flus minn subsistence allowance żejda mhux ritornati fuq safar li sar matul Jannar, Frar u Marzu 2007.", "NEFQA FUQ SAFAR UFFIĊJALI", "25594.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joe Debono Grech) staqsa lill- Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Kemm sewa flus is-safar, inkluż flights, subsistence allowance u accommodation li fih kien involut il-ministru u uffiċjali li marru miegħu, globalment għal kull safra separata?", "Fejn kienet id-destinazzjoni u min akkumpanjah matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 separatament?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura): L- informazzjoni mitluba mill-Onor. interpellant hija kif tidher fit-tabella li qed inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra.", "NEFQA FUQ HOSPITALITY", "25595.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joe Debono Grech) staqsa lill- Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Kemm kienet in-nefqa fuq kull tip ta' hospitality fil-ministeru, dekasteru u enti tiegħu separatament u xahar b'xahar matul Jannar, Frar u Marzu 2007?", "Min ta l-approvazzjoni għal dan l- infiq f'kull każ separatament?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura): In-nefqa fuq kull tip ta' hospitality fil-ministeru għat-turiżmu u kultura, dekasteru u enti li jaqgħu taħtu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 kienet ta' Lm13,294.83, Lm12,191.20 u Lm21,429.13 rispettivament.", "Ta' min jgħid illi Lm9,939 f'Jannar, Lm9,305 fi Frar u Lm19,116 f'Marzu intnefqu f'hospitality ma' ġurnalisti barranin bil-għan li jinkitbu artikli u riklamar fir-rivisti tagħhom.", "L-uffiċjali li approvaw dawn iċ-ċifri u l-entitajiet rispettivi huma kif ġej:", "Segretarju Permanenti, Segretarju Privat/Assistent Segretarju Privat - Ministeru għat-Turiżmu u Kultura", "Chairman, CEO, Director Communications & PR u Manager Hospitality – Awtorita` tat-Turiżmu", "Kap Eżekuttiv - Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti", "Chairman - Orkestra Nazzjonali", "Chairman - Teatru Manoel", "Kap Eżekuttiv - Heritage Malta", "Aġent Sovrintendent - Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali", "SAFAR UFFIĊJALI – KONTIJIET PENDENTI", "25596.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joe Debono Grech) staqsa lill- Ministru għall-Kompetittivita` u Komunikazzjoni: Hemm kontijiet pendenti mhux magħluqa jew flus minn subsistence allowance żejda mhux ritornati fuq xi safar li sar matul Jannar, Frar jew Marzu 2007, fil-ministeru, dekasteru u enti tiegħu?", "F'każ li fl-affermattiv, min huma dawn l-uffiċjali u x'inhi r-raġuni?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Hemm tliet kontijiet pendenti mhux magħluqa fuq safar matul ix-xhur ta' Jannar, Frar, u Marzu 2007, iżda dawn huma fil-proċess li jitħallsu.", "Dawn jikkonċernaw ħlas ta' żewġ biljetti ta' l-ajru, wieħed ta' l-awtorita` marittima u l-ieħor tad-diviżjoni tal-konsumatur u l- kompetizzjoni, u ħlas wieħed biss ta' travel insurance ta' l-awtorita` marittima.", "Ma kien hemm l-ebda flus minn subsistence allowance żejda li ma ġewx ritornati minn xi uffiċjali fil-ministeru, dekasteru jew xi enti li jaqgħu taħtu.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jista' jgħid min huma l-uffiċjali?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: M'għandix din l-informazzjoni, pero` ma nsibx diffikulta` li ngħaddihielu aktar tard.", "NEFQA FUQ HOSPITALITY", "25597.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joe Debono Grech) staqsa lill- Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Kemm kienet in-nefqa fuq kull tip ta' hospitality fil-ministeru, dekasteru u enti tiegħu separatament u xahar b'xahar matul Jannar, Frar u Marzu 2007?", "Min ta l-approvazzjoni għal dan l- infiq f'kull każ separatament?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant hija kif tidher hawn taħt:", "|Tip ta'|Janna|Fra|Marzu|Awtori| |Hospita|r |r |2007 |ta` | |lity |2007 |200|(Lm) | | | |(Lm) |7 | | | | | |(Lm| | | | | |) | | | |Diviżjo|25.15|49.|- |Dirett| |ni | |30 | |ur | |tas-Ser| | | |Ġenera| |vizzi | | | |li | | | | | |(Servi| | | | | |zzi) | |Diparti|709.1|75.|- |Segret| |ment |5 |00 | |arju | |tat-Tif| | | |Perman| |tix | | | |enti | |għaż-Że| | | | | |jt | | | | | |Ministe|- |136|- |Kap | |ru | |.91| |tas-Se| |għar-Ri| | | |gretar| |żorsi u| | | |jat | |l-Infra| | | |Privat| |struttu| | | | | |ra | | | | |", "SAFAR UFFIĊJALI – KONTIJIET PENDENTI", "25598.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joe Debono Grech) staqsa lill- Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita`: Hemm kontijiet pendenti mhux magħluqa jew flus minn subsistence allowance żejda mhux ritornati fuq xi safar li sar matul Jannar, Frar jew Marzu 2007, fil-ministeru, dekasteru u enti tiegħu?", "F'każ li fl-affermattiv, min huma dawn l-uffiċjali u x'inhi r-raġuni?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: X'inhi r-raġuni li hemm persuni li ilhom jistennew madwar tliet snin biex jagħmlu l-operazzjoni tal-hip bone, filwaqt li hemm min mar l-isptar xi sitt xhur ilu u għamluhielu?", "MR SPEAKER: Onor. Mizzi, din il-mistoqsija m'hijiex marbuta ma' dik orġinali u għaldaqstant ngħaddu għal-mistoqsija li jmiss.", "(Interruzzjonijiet) Le mhux jekk il-Ministru jrid jirrispondi jirrispondi.", "Il-mistoqsija supplimentari trid tkun relatata mal-mistoqsija oriġinali.", "Dan id-diskors diġa` għednieh.", "(Interruzzjonijiet) Is-Sedja se tippermettilek tagħmel il-point of order.", "Kont qiegħed sempliċement nispjega s-sitwazzjoni kif inhi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: On a point of order, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: X'inhu l-point of order, Onor. Mizzi?", "ONOR JOE MIZZI: L-istanding orders jgħidu li nista' nagħmel mistoqsija supplimentari u jekk din ma tkunx relatata ma' dik oriġinali, sta għall- ministru jekk jirrispondix jew le.", "L-istanding orders ma jgħidux speċifikament li ma nista' bl-ebda mod nagħmilha.", "MR SPEAKER: Onor. Mizzi, f'dawn l-aħħar seduti għamilna diskors sħiħ fuq din is-sitwazzjoni u ġie deċiż li d-domanda supplimentari għandha tkun marbuta ma' dik oriġinali.", "(Interruzzjonijiet).", "Il-mistoqsija oriġinali saret skond kif tidher fuq l-order paper.", "Naturalment jekk il-mistoqsija supplimentari għandha xi forma ta' konnessjoni magħha, tista' tagħmilha bil- liberta` kollha.", "(Interruzzjonijiet) Le, m'hijiex kwestjoni li l- ministru, jekk irid, jista' jirrispondi.", "Jekk id-domanda ma tkunx relatata ma' dik oriġinali, ma tkunx skond l-Ordnijiet tal-Kamra.", "Din hija l- pożizzjoni, Onor. Mizzi, u ma naħsibx li hija xi ħaġa li wieħed ma jistax jifhimha.", "ONOR.", "JOE MIZZI: On a point of order, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: X'inhu l-point of order, Onor. Mizzi?", "ONOR.", "JOE MIZZI: Veru li l-istanding orders jgħidu li jekk inti tagħmel mistoqsija li ma tkunx relatata, il-ministru jista' jekk irid jirrispondi u jekk ma jridx ma jirrispondix?", "MR SPEAKER: L-istanding orders ma jgħidu xejn minn dan.", "Diġa` kellna okkażjoni nitkellmu dwar din il-ħaġa u l-mod kif kont ippronunzjajt ruħi mis-Sedja, għadu jgħodd.", "Din il-materja ġiet deċiża dakinhar li inti tlabtni nagħti ruling jew spjegazzjoni, u dik l-ispjegazzjoni ngħatat.", "Għaldaqstant ma naħsibx li għandna nitilfu aktar ħin fuq din il-ħaġa.", "Id- deċiżjoni li ttieħdet hi li d-domanda supplimentari trid tkun relatata ma' dik oriġinali.", "ONOR.", "JOE MIZZI: On a point of order, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: X'inhu l-point of order?", "ONOR.", "JOE MIZZI: Skond l-istanding orders nistgħu nirregolaw ruħna.", "Dakinhar intqal li se nimxu skond l-iStanding Orders u int aċċettajt, Mr Speaker.", "Qed ngħidu li se nimxu skond l-iStanding Orders.", "Is-Sedja taf li l-bieraħ jew il-bieraħt lura nkisru l-iStanding Orders u ma ħaditx passi.", "Kien hemm abbozz ta' liġi li l-iskeda tiegħu fil-verżjoni bil-Malti kienet bl-Ingliż, u s-Sedja ma qalet xejn!", "MR SPEAKER: Onor. Mizzi, dan m'huwiex point of order.", "F'dan il-mument aħna qegħdin nitkellmu fuq il-question time.", "Hemm ħin ieħor biex tqajjem punt bħal dan.", "Aħna qegħdin fil-ħin tal-mistoqsijiet u kulħadd jaf li ġie deċiż - ġaladarba ġie challenged il-mod li bih konna mexjin - li jekk domanda supplimentari ma tkunx relatata mad-domanda oriġinali, tkun out of order.", "Għaldaqstant nistgħu ngħaddu għall-mistoqsija li jmiss.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, għandi point of order ieħor.", "MR SPEAKER: X'inhu l-point of order, Onor. Mizzi?", "Issa ara li jkun point of order!", "ONOR.", "JOE MIZZI: Waqt question time għandi dritt nagħmel point of order.", "MR SPEAKER: Imma jrid ikun point of order, Onor. Mizzi, l-istess kif mistoqsija supplimentari trid tkun relatata mal-mistoqsija oriġinali, inkella ma tkunx supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Peress li ntqal li se nimxu skond l-Standing Orders fil- ħin tal-mistoqsijiet, ma nafx għaliex is-Sedja ħalliet li jibqgħu għaddejjin ċerti affarijiet li kienu out of order.", "MR SPEAKER: Onor. Mizzi, dan m'għandu x'jaqsam xejn ma' dak li qed nitkellmu fuqu.", "Dan huwa r-ruling li qed nagħti jiena f''dan il-mument.", "Aħna qegħdin nitkellmu fuq id-domandi supplimentari u qed ngħidu li dawn iridu jkunu relatati mad-domanda oriġinali.", "Issa għedna biżżejjed u nistgħu ngħaddu għall-mistoqsija li jmiss.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, qed navżak li se nikkontesta r-ruling tiegħek għax nerġa' nsostni li dik il-liġi li għaddiet hija illegali.", "Int qed issostni li hija legali u jien qed nikkontesta r-ruling tiegħek.", "MR SPEAKER: Ngħaddu għall-mistoqsija li jmiss.", "PORTABLE TRAFFIC LIGHTS", "26569.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: X'inhi r-raġuni li meta jkunu qegħdin isiru xogħlijiet fit-toroq, kemm minn ħaddiema tal-gvern, kif ukoll minn dawk tal-privat, ikun hemm restrizzjonijiet fuq it-traffiku billi jintuża lane wieħed u ma jintużawx portable traffic lights?", "Dawn jeżistu f'Malta?", "Il-Ministru japprezza li l-użu ta' dawn it-traffic lights jgħin fl-immaniġġjar aħjar tat-traffiku?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Il-portable traffic lights li qed jirriferi għalihom l-Onor.", "Interpellant jintużaw kemm-il darba għal xogħlijiet f'toroq li jirrikjedu maniġġjar ta' traffiku speċjalment f'każ ta' two-way traffic wisa' ta' karreġġjata li tippermetti biss one-way traffic u meta x- xogħol idum għal perjodi twal.", "F'ħafna mill-każijiet minflok il-portable traffic lights jintużaw local wardens, speċjalment meta x-xogħlijiet ma jdumux għal perijodi twal u meta l-arranġament tat-traffiku ma jibqax sejjer matul il-lejl.", "MCAST – FAĊILITAJIET SPORTIVI", "26570.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: X'faċilitajiet sportivi se jiġu pprovduti l-istudenti fil-proġett ta' tkabbir tal-campus ta' l- MCAST?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi): Fil- campus ta' l-MCAST hu maħsub li jkun hemm faċilitajiet sportivi li jikkonsistu f'indoor sports u gym flimkien ma diversi outdoor games courts u faċilitajiet oħra.", "VENDING MACHINES", "26571.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Stefan Buontempo) staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 25786, rigward vending machines, jista' l-Viċi Prim Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-permessi li nħarġu mill- kunsill lokali peress li l-istess kunsill qed jiċħad li ta dawn il- permessi?", "ONOR.", "TONIO BORG (Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern): Bħalma jaf l-Onor.", "Interpellant, il-kunsilli lokali huma korpi statutorji tal-gvern lokali b'personalita` legali distinta u għalhekk nissuġġerilu jirriferi l-mistoqsija tiegħu lill-kunsill lokali konċernat.", "OBEŻITA`", "26572.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: X'inhu ppjanat li jsir, speċjalment fis-sena skolastika 2007/08, biex it-tfal ikunu aktar konxji mill-perikli tal-ħxuna u biex jieklu u jixorbu affarijiet tajbin għalihom?", "Hemm il-ħsieb li jiżdied il-ħin għall-edukazzjoni fiżika u għall-attivita` fiżika fl-iskejjel sabiex mid-diskors dwar l-obeżita' ngħaddu għall-fatti?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Kif jaf l-Onor.", "Interpellant, id-diviżjoni ta' l- edukazzjoni għadha kif ippublikat policy u pjan konkret dwar ikel u xorb bħala parti mill-ħidma kontra l-ħxuna żejda tat-tfal.", "Huwa maħsub li ssir aktar enfasi, speċjalment fl-iskejjel primarji, biex aktar attivita` fiżika ssir fl-iskejjel.", "Din hi marbuta wkoll ma' ċirkulari li ħarġet din is-sena skolastika li indikat il-ħin li għandu jiġi allokat għall-edukazzjoni fizika.", "SKEJJEL - TUCK SHOPS/CANTEENS", "26573.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Kemm kien hemm tuck shops u canteens ta' l-iskejjel ta' l-Istat li fihom instab li kien qed jinbiegħ ikel u xorb li ma kienx konformi mal-kuntratt li kien sar għall-kiri tal- post matul is-sena skolastika 2006/2007?", "X'kien dan l-ikel u xorb?", "X'passi ttieħdu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Kien hemm erba' każijiet fejn instab li kien qed jinbiegħ ikel u xorb li ma kienx konformi mal-kuntratt.", "Dan l-ikel kien jinkludi pastizzi.", "F'kull każ is-sidien ġew avżati, inġibdet l-attenzjoni u tneħħa l-ikel.", "ARMAR TA' SCAFFOLDING", "26574.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Stefan Buontempo) staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Kunsill lokali jista' jimponi xi forma ta' taxxa għall-armar ta' scaffolding meta dan ikun qed jagħlaq xi parti minn bankina?", "Jekk fl-affermattiv, sa kemm jista' jkun il-prezz mitlub?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant illi, skond l-Avviż Legali 119 ta' l-2002, kunsill lokali jista' jitlob ħlas għal awtorizzazzjoni għal depożitu ta' materjal tal-bini jew materjal ieħor jew xi oġġetti f'xi triq (Regolament 7).", "Skond Skeda C ta' l-istess avviż legali, id-dritt dovut hu ta' Lm1 għal kull metru kwadru jew parti minnu għal kull jum jew parti minnu.", "KORP TAL-PULIZIJA – REKLUTAĠĠ TA' KUNTISTABBLI", "26575.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Stefan Buontempo) staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Kemm daħlu pulizija fil- korp mis-sena 2000 sena b'sena sal-lum?", "Xi kwalifiki jrid ikollhom?", "Meta se toħroġ sejħa oħra biex jidħlu?", "Ġew ingaġġati pulizija mingħajr livell ordinarju ta' l-edukazzjoni?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ir-reklutaġġ ta' kuntistabbli fil-korp tal-pulizija bejn is-sena 2000 u 2006 kien kif ġej: Fl-2000 - 76; fl-2001 - 88; fl-2002 - 72; fl-2003 - 100; fl-2005 - 100; 2007 - 135.", "Fost il-kwalifiki rikjesti f'dawn ir-reklutaġġi kienu li l-applikanti jkollhom ta' l-inqas tliet suġġetti f'livell ordinarju, li tnejn minnhom ikunu l-Malti u l-Ingliż.", "Għaldaqstant min ma kellux dawn il-kwalifiki ma setax japplika.", "Infurmat ukoll illi l-aħħar sejħa għall-applikazzjonijiet kienet ġiet pubblikata fil- gazzetta tal-gvern tal-11 ta' Mejju, 2007, liema sejħa għalqet fl-4 ta' Ġunju 2007.", "FORZI ARMATI – REKLUTAĠĠ TA' SULDATI", "26576.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Stefan Buontempo) staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Kemm daħlu suldati fl-armata mis-sena 2000 sena b'sena sal-lum?", "Xi kwalifiki jrid ikollhom?", "Meta se toħroġ sejħa oħra biex jidħlu?", "Ġew ingaġġati suldati mingħajr livell ordinarju ta' l- edukazzjoni?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant.", "PSIKOLOGI EDUKATTIVI", "26577.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: X'passi qed jittieħdu fil- preżent sabiex jiġu ngaġġati psikologi edukattivi mad-diviżjoni ta' l- edukazzjoni?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-preparazzjoni għall-ħruġ ta' sejħa għall- applikazzjonijiet qed tiġi proċessata u tinsab fi stadju avvanzat.", "BORMLA - DOCK NRU.", "1", "26578.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Stefan Buontempo) staqsa lill- Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Meta hu mistenni li jibda x-xogħol fuq Dock Nru. 1, Bormla?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li għadhom għaddejjin in-negozjati bejn il-gvern u l-consortium.", "Hekk kif dawn in- negozjati jiġu konklużi u tgħaddi r-riżoluzzjoni parlamentari għat- trasferiment ta' l-art, ix-xogħol ikun jista' jinbeda wara li l-permessi tal-MEPA jkunu finalizzati.", "UFFIĊJALI EDUKATTIVI", "26579.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: X'passi qed jittieħdu fil- preżent sabiex jiġu mimlija l-postijiet vakanti fejn jikkonċerna l- uffiċjali edukattivi mad-diviżjoni ta' l-edukazzjoni?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-preparazzjonijiet għall-ħruġ tas-sejħa għall- applikazzjonijiet min-naħa tad-divizjoni ta' l-edukazzjoni jinsabu fi stat avvanzat.", "FOND F'BORMLA - POSSESSION AND USE", "26580.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Stefan Buontempo) staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern: Il-fond f'Bormla, li d- dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, huwa milqut bil-liġi tal- possession and use?", "ONOR.", "TONIO BORG: Il-fond li rrifera għalih l-Onor.", "Interpellant huwa mibni fuq art li ġiet esproprjata mill-gvern taħt titlu ta' pussess u użu.", "STREET LIGHTING", "26630.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Leo Brincat) staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l- Ministru jgħid hijiex il-policy ta' l-Enemalta li jitwaħħlu street lighting mal-faċċati tar-residenzi privati mingħajr il-permess tar-residenti nfushom?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni): Il-wall mounted streetlighting jaqgħu taħt ir-responsabbilta` tal-kunsilli lokali u mhux taħt il-korporazzjoni Enemalta.", "SPTAR MATER DEI - SISTEMI TA' L-IT", "26633.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Leo Brincat) staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: B'riferenza għal mistoqsijiet parlamentari 26476 u 26304, jista' l-Prim Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar l-aħħar żviluppi fir-rigward tas-sistemi ta' l-IT ta' l-isptar Mater Dei li kienu oriġinarjament koperti mit-tender li ġie miżmum wara allegazzjonijiet ta' abbużi u ħruġ ta' tagħrif kunfidenzjali?", "Jikkonferma li l-hardware issa qed jinxtara b'direct order?", "Jekk fl-affermattiv, mingħand min qed jinxtara u b'liema prezz?", "X'inhi l-pożizzjoni fir-rigward ta' xiri ta' software għall-istess għan?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): It- tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u jingħata f'seduta oħra.", "TARZNA - ĦADDIEMA BARRANIN", "26635.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Leo Brincat) staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: B'riferenza għal mistoqsijiet parlamentari 26477 u 26263, kemm hemm ħaddiema barranin jaħdmu fit-tarzna bħalissa?", "X'xogħol qed jagħmlu u ta' liema nazzjonalita` huma?", "X'inhu t-terminu tal-kuntratt tagħhom?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' lnformazzjoni): Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l- informazzjoni mitluba.", "CVA - AĠĠUDIKAZZJONI TAT-TENDER", "26637.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Leo Brincat) staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 26414, kien hemm xi kontestazzjoni dwar l-aġġudikazzjoni tat-tender dwar ic- CVA fil-Belt Valletta?", "Liema hi l-kumpannija li qed tfittex lill-gvern dwar dan?", "Huwa minnu li l-kumpannija konċernata qed tfittex lill-gvern għal loss of profits and damages?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-kumpannija SG Solutions Ltd qiegħda tikkontesta l-iskwalifika tagħha mill- aġġudikazzjoni tat-tender.", "Il-kumpannija konċernata qiegħda tfittex għad- danni u rifużjoni tal-flus imħallsa sabiex interponiet appell quddiem il- bord ta' l-appelli tal-kuntratti.", "SKILLS GAP ANALYSIS", "26638.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Leo Brincat) staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Sar xi skills gap analysis li b'xi mod jindirizza l-ħteġijiet ta' pajjiżna dwar l-informatika?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nitlob lill-Onor.", "Membru jirriferi l-mistoqsija lill- ministru responsabbli għas-settur tat-teknoloġija ta' l-informatika, stante li apparti t-tagħrif mogħti fit-tweġiba għal mistoqsija parlamentari 26416, ma tirriżultalix analiżi tat-tip imsemmi mill-Onor.", "Membru.", "E-ID ADJUDICATION PROCESS", "26640.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Leo Brincat) staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 26412, fiex wasal l-adjudication process ta' l-e-ID tender tal- gvern?", "Liema kienu l-kumpanniji short-listed?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ebda tender ta' l-e-ID ma ġie pproċessat jew se jiġi pproċessat minn dan il-ministeru.", "ĦADDIEMA LI RRIŻENJAW", "26653.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għall-Familja u Solidarjeta` Soċjali: Min kienu l-uffiċjali u ħaddiema li rriżenjaw jew spiċċaw mix-xogħol fid-dipartimenti, ministeru, entitajiet li jaqgħu taħtha mill-1 ta' Mejju, 2004 'l quddiem?", "Liema vakanzi mtlew u liema għadhom pendenti?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA (Ministru għall-Familja u Solidarjeta` Soċjali): It- tagħrif mitlub hu kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal- Kamra.", "ĦADDIEMA LI RRIŻENJAW", "26654.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Min kienu l-uffiċjali u ħaddiema li rriżenjaw jew spiċċaw mix-xogħol fid-dipartimenti, ministeru, entitajiet li jaqgħu taħtu mill-1 ta' Mejju, 2004 'l quddiem?", "Liema vakanzi mtlew u liema għadhom pendenti?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif mitlub se jitpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "ĦADDIEMA LI RRIŻENJAW", "26655.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Min kienu l-uffiċjali u ħaddiema li rriżenjaw jew spiċċaw mix-xogħol fid-dipartimenti, ministeru, entitajiet li jaqgħu taħtu mill-1 ta' Mejju, 2004 'l quddiem?", "Liema vakanzi mtlew u liema għadhom pendenti?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata f'seduta oħra.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru Cristina.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar sistemi ta' enerġija elettrika u miżuri oħra biex jitnaqqas il-konsum ta' enerġija li ttieħdu mid-dipartimenti u enti fid-dekasteru li għalih hi responsabbli l-Ministru għall-Familja u Solidarjeta' Soċjali, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 26658.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR L-AWTORITA` TA' MALTA DWAR IR- RIŻORSI", "MALTA RESOURCES AUTHORITY (AMENDMENT) BILL", "MR SPEAKER: Il-Ministru Ninu Zammit.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, nipproponi t-Tieni Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Att dwar l-Awtorita` ta' Malta dwar ir- Riżorsi\".", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "FRANCO GALEA: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Rimarki?", "Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, nibda biex nagħti ħarsa fuq fuq dwar x'inhi din l-awtorita` ta' Malta dwar ir-Riżorsi.", "Irrid ngħid li din l-awtorita` kienet ġiet imwaqqfa fi Frar ta' l-2001, jiġifieri sitt snin ilu.", "Bħalma jaf kulħadd, l-awtorita` tittratta tliet oqsma importanti għall-ħajja tagħna ta' kuljum, u dawn huma l-enerġija, l-ilma u r-riżorsi minerali.", "Din l-awtorita` għandha l-funzjoni ta' regolatur.", "Sa ftit tas-snin ilu, qabel ma ġiet imwaqqfa din l-awtorita`, kellna entitajiet, bħalma kienu l- Korporazzjoni Enemalta u l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma, li kellhom il-funzjoni ta' regolatur u fl-istess ħin kienu jipprovdu s- servizz.", "Proprju wieħed mill-għanijiet prinċipali ta' din l-awtorita` kien li jkun hemm separazzjoni bejn l-aspett regolatorju u l-aspett ta' provvediment tas-servizz.", "L-aspett regolatorju jirriferi b'mod partikolari, għall-oqsma ta' l-ilma u l-enerġija.", "Parti mix-xogħol ta' din l-awtorita` jikkonsisti fi preparazzjoni ta' diversi leġislazzjonijiet fir-rigward ta' direttivi biex ikun jista' jiġi implimentat l-acquis ta' l-Unjoni Ewropea.", "Dan huwa meħtieġ biex, per eżempju, fil-każ ta' l-enerġija tkun garantita s-sigurta` tal-provvista.", "Meta ngħidu s-sigurta` tal-provvista qed nirriferu għall-ġenerazzjoni u d- distribuzzjoni ta' l-enerġija, għall-ħażna u d-distribuzzjoni ta' fuel, għar-renewable energy sources, jiġifieri għar-riżorsi alternattivi, u affarijiet oħra relatati ma' dawn is-setturi.", "Għan ieħor importanti ta' din l-awtorita` huwa li tara li jkun hawn effiċjenza fil-provvista tal-prodott kif ukoll fis-servizz li tagħti, per eżempju, fil-mod kif jiġi mqassam il-fuel u kif jitwassal għand il- konsumatur.", "Kulħadd jaf li iktar ma s-servizzi jkunu effiċjenti, iktar igawdi l-konsumatur għax l-effiċjenza ovvjament tfisser prezzijiet kompetittivi, li jkunu teknikament l-irħas possibbli.", "Meta nsemmi kompetittivita` nkun qed nirriferi għall-kompetittivita` f'kollox.", "L- awtorita` trid tkun geared tajjeb biex tara li s-servizz jitwassal tajjeb.", "Jekk nieħdu l-qasam tad-distribuzzjoni ta' l-ilma rridu naraw li jkun hemm effiċjenza li twassal għall-kompetittivita` ħalli l-prezz ta' l-ilma jkun wieħed raġunevoli u teknikament l-irħas possibbli.", "Dan kollu jrid isir f'ambitu fejn ikun hemm il-ħarsien ta' l-ambjent.", "Inutli li jkollna s- sigurta` tal-provvista, il-kompetittivita` u l-effiċjenza jekk dan kollu ma jsirx f'ambitu li jiggarantixxi li jkun qed isir minn kollox biex l-operat isir b'mod li jkun imħares l-ambjent.", "Dawn l-erba' affarijiet flimkien iridu jwasslu biex is-settur ikun wieħed sostenibbli.", "Dan jgħodd kemm għall-qasam ta' l-enerġija kif ukoll għall-qasam ta' l-ilma.", "Dawn l-għanijiet kontinwament jinvolvu ħidma estiża għall-istakeholders involuti kif ukoll ħidma f'forma ta' networking ma' l-entijiet l-oħra bi skop li kull riforma fis-setturi msemmija, b'mod partikolari s-settur ta' l- ilma u ta' l-enerġija, ikollha l-akbar consensus teknikament possibbli, inkluż ta' l-istess stakeholder.", "Irridu niftakru li kull riforma li tkun qiegħda ssir, kull programm li jkun qed isir irid jinvolvi fih lill- istakeholders kollha.", "Inutli li l-Malta Resources Authority, b'daqqa ta' pinna, mil-lum għal għada, tgħid li jrid isir \"hekk\" jew \"hekk\".", "L- affarijiet ma jsirux b'dak il-mod.", "L-awtorita` għandha titkellem ma' l- istakeholders kollha u ma' l-entijiet pubbliċi kollha biex jintlaħaq l- akbar consensus teknikament possibbli ħalli b'hekk il-programmi jkunu jistgħu jitwettqu u r-riformi jkunu jistgħu jiġu implimentati bl-inqas skossi teknikament possibbli.", "Wara kollox, eventwalment dawn isiru bl- iskop li jgawdi l-konsumatur ukoll.", "Sur President, ħalli ngħid x'inhuma l-funzjonijiet ta' l-awtorita` dwar ir- riżorsi għax mhux biżżejjed li ngħidu li hija l-awtorita` regolatorja u nieqfu hemm.", "Għalkemm din l-awtorita` għadha ċkejkna u għadha qed tkabbar il-capacity tagħha, din għandha ħafna funzjonijiet.", "Waħda minnhom hija li tirregola u taġġorna l-operazzjonijiet kollha li għandhom x'jaqsmu ma' l- enerġija, l-ilma u r-riżorsi minerali.", "Hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq il- produzzjoni u d-distribuzzjoni ta' l-enerġija elettrika u fuq il- produzzjoni u d-distribuzzjoni ta' l-ilma b'mod effiċjenti u bl-inqas losses teknikament possibbli.", "Funzjoni oħra hija konnessa mal-qasam tar-riżorsi minerali, per eżempju l- provvista tal-ġebla, il-materja li biha nibnu, il-mod kif isiru l-barrieri, il-fond ta' l-istess barrieri, id-distanzi li dawn għandhom ikunu mill- abitat, fejn għandhom isiru l-barrieri tal-ġebla tal-qawwi, il-mod kif għandu jinqata' l-blat u aspetti oħra li jidħlu kemm fil-produzzjoni kif ukoll fid-distribuzzjoni ta' l-istess materjal.", "Din l-awtorita` hija responsabbli wkoll mill-ħruġ ta' liċenzji għal kull tip ta' attivita` relatata ma' dawn ir-riżorsi.", "Wieħed jista' jsemmi l-ħruġ ta' liċenzja għall-operat ta' service station, liċenzja ta' electrician, liċenzja ta' utility bħalma hija l-korporazzjoni Enemalta jew il-Korporazzjoni għas- Servizzi ta' l-Ilma.", "Fil-fatt l-awtorita` hija responsabbli mill-ħruġ u mill-monitoring ta' l-istess liċenzji.", "Bħalma diġa` għedt, funzjoni oħra hija li tara li sseħħ kompetizzjoni ġusta f'kull settur imsemmi.", "Illum għad għandna monopolju f'dan il-qasam għax il- ġenerazzjoni u d-distribuzzjoni ta' l-enerġija elettrika jinsabu f'idejn il- korporazzjoni Enemalta.", "Pero` jista' jasal iż-żmien – u ma jdumx – fejn ikollna iżjed minn operatur wieħed u meta jkun hemm din il- liberalizzazzjoni l-korporazzjoni Enemalta trid tara li jkun hemm kompetizzjoni ġusta.", "L-istess jekk niġu għall-qasam tal-fuel.", "Meta tibda il-liberalizzazzjoni tas-suq intern tal-fuel, l-awtorita` trid tara li jkun hemm kompetizzjoni ġusta u li l-prezzijiet ikunu ġusti bl-iskop li jkun jista' jgawdi wkoll il-konsumatur.", "Din l-awtorita` trid tirregola l-istandards tal-kwalita` u l-ħarsien tal- miżuri essenzjali fuq il-ħajja, jiġifieri tirregola l-public and private safety.", "Xi jfisser dan?", "Per eżempju, meta jkun hemm barriera li t- tħaffir tagħha jitniżżel dritt mat-triq, din l-awtorita` trid tara li jittieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex dan it-tħaffir isir kif suppost.", "L- awtorita` tirregola wkoll il-mod kif u ta' fejn jinbnew l-installations u trid tara li dawn ikunu mibnija kif suppost, li jkunu safe u li jkunu ċerta distanza 'l bogħod mill-abitat ħalli tiġi mħarsa l-ħajja tal-pubbliku.", "L- istess ħaġa tgħodd għall-mod kif isir il-bini ta' service stations li jipprovdu l-petrol, id-diesel u fuels oħra.", "Iridu jiġu mħarsa standards li jirregolaw fejn u kif isiru t-tankijiet, kemm għandhom ikunu 'l bogħod mill- għejun ta' l-ilma u affarijiet oħra simili.", "Sur President, din l-awtorita' trid tirregola, u tara li jiġu implimentati, miżuri ta' operat li jissarrfu f'sistemi aktar effiċjenti ta' progress.", "Per eżempju, jekk l-awtorita` tara li l-produzzjoni ta' l-ilma - li ovvjament issir at a cost għaliex kollox isir at a cost - tista' issir bi spiża aktar effiċjenti, tinforma lill-entita` involuta li tista' tipproduċi l-ilma b'dan il-mod effiċjenti, u b'hekk tgawdi l-istess entita` li tipproduċi l-ilma u jgawdi wkoll il-konsumatur li eventwalment ikun qiegħed iħallas għall-provvista ta' dan l-ilma.", "Hija wkoll funzjoni ta' l-awtorita` li tipprovdi l-informazzjoni u tagħti pariri lill-pubbliku in ġenerali.", "Każ tipiku hija l-kampanja li l-Malta Resources Authority - l-MRA - kienet għamlet fuq l-effiċjenza fit-tħaddim tal-household appliances u skemi ta' sussidji relatati max-xiri tagħhom.", "L-iskop ta' dan kollu huwa sabiex dejjem inżidu l-effiċjenza fil-konsum ta' l-elettriku.", "Għalhekk il-gvern nieda dan il-programm ta' sussidju fuq il-white goods, bħalma huma r- refrigerators, freezers u washing machines, fost l-oħrajn.", "Il-gvern informa lill-pubbliku li kulmin jixtri minn dawn il-white goods kien se jingħata sussidju relatat ma' l-effiċjenza fil-konsum ta' l-istess prodott.", "Irrid ngħid li din il-kampanja nbdiet fil-bidu ta' din is-sena u sa l-aħħar ta' Mejju ta' din is-sena kienu diġa` daħlu 7,400 applikazzjoni, li minnhom ġew ipproċessati madwar 1,084 applikazzjoni u s-sussidju fuqhom diġa` tħallas.", "L-Onor.", "Michael Asciak se jagħti aktar dettalji fuq din l-iskema waqt id-diskors tiegħu.", "Funzjoni oħra ta' l-MRA hija dik li tirregola l- prezzijiet u, fejn jeħtieġ, tistabbilixxi l-mekkaniżmu ta' kif għandu jiġi ffissat il-prezz ta' ċerti operazzjonijiet.", "Fost dawn insibu l-bejgħ ta' fuels, bħall-petrol, id-diesel u l-prezz ta' l-elettriku.", "Għalissa l-MRA qiegħda tagħmel dan it-tip ta' xogħol ma' l-Enemalta li sal-lum għandha l- monopolju f'dan is-settur.", "Sur President, funzjoni oħra ta' din l-awtorita' hija li tistabbilixxi l- ħteġijiet u l-kwalifiki neċessarji - ngħidu aħna l-liċenzji meħtieġa - għal kulmin huwa involut f'xi attivita' rregolata mill-istess MRA.", "Hawnhekk qiegħed nirriferi għal-liċenzji ta' authorised provider.", "L-MRA se tifformola u tipprovdi liċenzji lil kulmin jopera f'dan is-settur.", "Dawn huma liċenzji li jingħataw lill-electricians, lis-service stations u lil min jopera entitajiet kummerċjali bħalma huma barrieri tal-franka u barrieri tal-ġebla tal-qawwi.", "Funzjoni oħra ta' din l-awtorita' hija li tistabbilixxi miżuri u guidelines għall-ħarsien ta' l-ambjent fejn ikun meħtieġ u għal kull attivita' regolata mill-istess MRA.", "Ħalli nispjega fiex jikkonsistu dawn il- guidelines.", "Per eżempju, meta jkun hemm applikazzjonijiet għat-tqattigħ tal-ġebel fil-barrieri, l-MRA tagħti l-guidelines dwar safejn jista' jinżel it-tqattigħ u tara jekk ikunx hemm xi aquifer jew tafal f'dik il-barriera.", "B'hekk l-MRA tiggarantixxi l-ħarsien ta' l-istruttura ġeoloġika kollha.", "U dan għaliex għandna partijiet tal-pajjiż li jiddependu fuq dik l-istruttura ġeoloġika għall-ħażna ta' l-ilma tal-pjan, dak li huwa magħruf bħala l-main aquifer.", "Funzjoni oħra ta' din l-awtorita' hija li tipprepara, tifforma u timplimenta kull obbligazzjoni u ftehim li l-gvern jintrabat bih.", "Barra minn hekk, tifformola u tipprovdi diversi issues ta' policies li jirrigwardaw ir-riżorsi msemmija, jiġifieri ta' l-enerġija, ta' l-ilma u tal-mineral resources.", "Hawnhekk qegħdin nirriferu għad-direttivi li joħorġu u l-mod kif għandhom jiġu implimentati l-istess direttivi.", "Jekk ikun hemm bżonn, din l-awtorita' tifformola l-istudju, il-preparazzjoni u d- dokumenti kollha neċessarji sabiex isiru d-derogi.", "Każ tipiku kien dwar id- direttiva ta' l-elettriku, fejn l-MRA kienet ippreparat b'suċċess il- formolazzjoni tad-deroga minn ċerti partijiet ta' l-istess direttiva ta' l- elettriku.", "Kif diġa' semmejt, fis-settur ta' l-enerġija l-MRA trid taħdem sabiex jintlaħqu l-għanijiet prinċipali tas-security of supply, tal- kompetittivita` u tal-ħarsien ta' l-ambjent b'tali mod li jiggarantixxu li s-settur ta' l-enerġija jibqa' sostenibbli fil-futur.", "Ladarba qegħdin nitkellmu fuq is-security of supply, ikun tajjeb li nispjegaw ċerti affarijiet.", "Ħareġ dokument fuq l-energy policy li ġie fformolat wara konsultazzjoni vasta ma' diversi entitajiet u stakeholders.", "Illum l-istess dokument għadda mill-fażi ta' konsultazzjoni u qiegħed jiġi fine-tuned ħalli jkun konformi ma' l-energy policy ta' l-Unjoni Ewropea.", "Irrid ngħid li anke fis-security of supply tidħol il-kwestjoni tar- renewable energy sources, u f'dan ir-rigward sar studju fuq energy performance in buildings li fih hemm involut parti mill-ministeru.", "L-MRA għamlet ukoll l-istudji u l-proposti tagħha dwar il-photovoltaics, is-solar water heaters u l-wind energy.", "Barra minn hekk, l-MRA ikkummissjonat rapport, li sar minn Mott MacDonald, li ta indikazzjoni ta' kif Malta tista' ddaħħal ir-renewable energy sources.", "F'dan ir-rapport ġie indikat fejn potenzjalment nistgħu ndaħħlu dawn l-affarijiet, kif ukoll il- constraints li għandu pajjiżna f'dan il-qasam tar-renewable energy sources.", "L-MRA qiegħda taħdem u tipprepara l-istudju neċessarju ħalli jsir cost benefit analysis ta' interconnection mal-grid ta' l-Ewropa.", "Hawnhekk qiegħed nitkellem fuq il-mod kif is-sistema ta' l-elettriku tagħna, li m'hijiex daqstant kbira, tkun tista' tingħaqad mal-grid ta' l-Ewropa.", "Qiegħed isir ukoll studju ħalli naraw jekk jaqbilx għal pajjiżna li jkollna provvista ta' gass naturali billi ningħaqdu man-network Ewropew.", "F'dan il- kuntest sar dokument estensiv rigward renewable energy sources, u naħseb li tajjeb li ssir riferenza għalih.", "F'dan id-dokument ġew evalwati l- kondizzjonijiet ta' pajjiżna.", "Jien konvint li f'Malta kulħadd jixtieq li ndaħħlu r-renewable energy sources bħalma huma l-enerġija mix-xemx u mir- riħ, madankollu wieħed irid jiftakar li f'pajjiżna għandna ċerti limitazzjonijiet.", "Sur President, hawnhekk kulħadd jifhem fuq xiex qegħdin nitkellmu.", "Ngħid għalija, j'Alla jkollna l-fakulta`, l-ispazju u l-finanzi meħtieġa sabiex l- enerġija kollha ta' pajjiżna ssir b'mezzi renewable.", "Min ma jridx xi ħaġa bħal din?", "Min ma jridx li nneħħu l-power stations mill-pajjiż?", "Min ma jridx li nneħħu l-emissions mill-pajjiż?", "Naħseb li kieku nistgħu nsiru 100% dipendenti fuq l-alternative sources of energy kulħadd jaqbel li għandna mmorru għal din is-sistema; jien l-ewwel wieħed.", "Kulħadd jaf li l- Malti kapaċi jimxi 'l quddiem u kieku verament ikun jaqbel għall-pajjiż u jkun cost effective mil-lat finanzjarju, jiena persważ li ma jkollux għalfejn jiġi Ninu Zammit jew xi ħadd ieħor min-naħa ta' l-oppożizzjoni sabiex jgħid lill-poplu Malti jekk għandux idaħħal jew le din it-tip ta' enerġija.", "Il-poplu Malti għandu moħħ biżżejjed sabiex fejn jara li fil- pajjiż tista' tidħol sistema li tkun cost effective, jaqbad u jdaħħalha.", "Pero` ħalli nagħti ftit background information fuq il-constraints li għandu pajjiżna f'dan ir-rigward.", "Kif nafu, pajjiżna għandu popolazzjoni ta' 400,000 ruħ u meta nqabblu l-popolazzjoni tagħna ma' dik tal-kumplament ta' l-Ewropa naraw kemm għandna popolazzjoni żgħira.", "Il-konsum ta' l-elettriku domestiku, kummerċjali u industrijali tagħna huwa ta' madwar 2,300 gigawatt- hours biss.", "Żgur li dan huwa ammont relattivament żgħir.", "Il-maximum demand tagħna hija a' madwar 414 megawatts.", "Għandna area ta' madwar 316 kilometru, li minnhom 23% biss huma urbanizzati, jiġifieri fihom bini jew toroq.", "Dan juri kemm aħna ngħixu f'wieħed mill-aktar pajjiżi densely populated fid-dinja.", "Fil-fatt għandna densita` ta' madwar 1,266 persuna kull kilometru kwadru, li żgur li hija densita` qawwija.", "Sur President, hawn min jgħid li għandna nipproduċu l-biofuels.", "J'Alla f'pajjiżna kellna area kbira biżżejjed sabiex fiha nkunu nistgħu nkabbru l- bioproducts ħalli minnhom nagħmlu l-biofuels!", "Infakkar li f'pajjiżna għandna area agrikola żgħira li hija ta' madwar 100,000 tomna biss.", "Wieħed mill-iżvantaġġi tagħna huwa li għad m'għandniex provvista indiġena tagħna ta' fuels.", "Minn rapport li sar irriżulta li minħabba d-densita` qawwija ta' popolazzjoni li għandu pajjiżna, huwa diffiċli li jsir wind farm ta' ċertu kobor.", "Minn dan l-istess rapport jirriżulta li s-soluzzjoni hija li nagħmlu wind farm ta' ċertu kobor off-shore.", "Madankollu hawnhekk ukoll għandna l-constraints u l-iżvantaġġi.", "Meta wieħed jara l-pjanti li ġew ippreparati jara x'inhuma l-iżvantaġġi fir- rigward ta' stallazzjoni ta' off-shore wind farm.", "Dawn il-wind farms iridu jkunu ċerta distanza 'l barra mix-xatt, imma f'pajjiżna malli toħroġ ċerta distanza se ssib il-problema tal-fond tal-baħar.", "U meta l-fond tal-baħar jaqbeż l-40 jew il-50 metru jibdew il-problemi fl-istrutturi.", "S'issa aħna qegħdin nanalizzaw dak li qegħdin jagħmlu pajjiżi oħra li qegħdin jipprovaw sistemi ta' wind turbines f'fond ta' baħar ta' aktar minn 50 metru.", "Qegħdin naraw ukoll x'qiegħed isir f'postijiet oħra madwar id-dinja ħalli jekk dawn il-proposti jirnexxu fis-sistemi li qed jipprovaw u dawk is- sistemi jkunu cost effective, aħna wkoll naddottawhom għal pajjiżna.", "F'dak li għandu x'jaqsam ma' renewable energy sources, l-MRA qiegħda tagħmel il-preparamenti u l-evalwazzjonijiet neċessarji sabiex bil-mod il- mod, jibdew jiddaħħlu f'pajjiżna sorsi alternattivi ta' l-enerġija, li huma l-photovoltaic systems.", "Il-prezz tagħhom għadu daqsxejn għoli imma bil-mod il-mod dieħel f'pajjiżna wkoll.", "Nista' ngħid li fil-kulleġġ San Benedittu u fil-Works Division diġa` twaħħlu stallazzjonijiet bis-sistema photovoltaic.", "Dawn jikkonsistu fi plattini kbar fuq il-bejt li jiswew il- flus.", "Barra minn hekk il-provvista ta' l-enerġija minn dawn il- photovoltaic systems tiġi tiswa bejn 12ċ u 14ċ per kilowatt-hour filwaqt li l-prezz ta' l-Enemalta fil-preżent huwa ta' bejn 5ċ u 6ċ per kilowatt hour.", "Naturalment fis-sistemi tal-photovoltaics hemm l-ispiża tax-xiri.", "Ir- running costs huma b'xejn peress li l-enerġija tkun ġejja mix-xemx li tiġi konvertita f'enerġija elettrika, pero` kif għedt aktar qabel, il- ġenerazzjoni ta' l-enerġija elettrika minn dawn il-photovoltaics illum tiġi tiswa bejn 12ċ u 14ċ per kilowatt hour, meta l-prezz ta' l-enerġija li nħallsu lill-Enemalta huwa ta' bejn 5ċ u 6ċ per kilowatt hour.", "Sistema li taqbel għal pajjiżna - u nħeġġeġ li tidħol aktar f'pajjiżna – hija dik tas-solar water heaters li wkoll għandha x'taqsam mar-renewable energy sources.", "Il-penetrazzjoni ta' pajjiżna f'dak li għandu x'jaqsam mas- solar water heaters sal-lum hija ta' 35 kilowatt hour thermal għal kull 1,000 persuna.", "Din l-informazzjoni ksibnieha fl-2005.", "Jekk inħarsu lejn il-medja fl-Unjoni Ewropea f'dak li għandu x'jaqsam mas-solar water heaters insibu li dawn għandhom penetrazzjoni ta' 29 kilowatt hour thermal għal kull 1,000 persuna, jiġfieri inqas minn dik ta' pajjiżna.", "Meta mbagħad nikkomparaw il-penetrazzjoni tas-solar water heaters f'pajjiżna ma' dak ta' 'Ċipru nsibu li l-livell f'pajjiżna għadu baxx ħafna.", "Fil-fatt Ċipru huwa l-leader f'dan il-qasam għaliex għandu penetrazzjoni ta' madwar 479 kilowatt hour thermal għal kull 1,000 persuna.", "It-target tagħna huwa li nagħmlu l-almu tagħna kollu possibbli ħalli ndaħħlu aktar stallazzjonijiet ta' solar water heaters li jkunu jaqblu għall-klima tagħna.", "Sur President, bil-penetrazzjoni attwali ta' 35 kilowatt hour thermal għal kull 1,000 persuna nsibu li – skond kalkoli li saru fis-sena 2006 – niffrankaw biss 0.28% mill-konsum nazzjonali ta' l-enerġija f'sena sħiħa.", "Madankollu jekk inżidu aktar il-penetrazzjoni tas-solar water heaters u nġibuhom fil-livelli ta' Ċipru naslu biex niffrankaw sa 4% mill- ġenerazzjoni ta' l-enerġija elettrika mill-power station tagħna.", "Din tista' tfisser ukoll effiċjenza minn lat ieħor għaliex jekk tkun qiegħed tnaqqas mill-ġenerazzjoni ta' l-enerġija fil-power station, tkun qiegħed tnaqqas mill-ħtieġa ta' importazzjoni ta' fuel għall-konsum elettriku u allura tkun qed tnaqqas mill-emissions fl-ajru.", "Aspett ieħor tar-renewables huwa li l-enerġija tista' tiġi mill-biomass.", "Pajjiżna għandu jagħmel l-almu kollu tiegħu ħalli kull fejn nistgħu, indaħħlu s-sistema tar-renewable energy sources.", "Pero` rridu niftakru wkoll fil-limitazzjonijiet tagħna.", "Kif għedt aktar qabel, l-enerġija mill- biomass tiġi mill-iskart u hawnhekk għandna potenzjal.", "Fil-fatt f'pajjiżna diġa` nbeda programm f'dan ir-rigward billi ġew installati tubi apposta sabiex minnhom jibda jgħaddi dan il-gass mil-landfills.", "Imbagħad hemm additional plants li se jsiru min-naħa tal-Wasteserv biex sas-sena 2010 inkunu nistgħu nibdew dan il-proċess tal-biomass, jiġifieri l-proċess li mill-wastes nieħdu l-enerġija.", "Permezz tal-biomass se nkunu nistgħu nieħdu madwar 3.6% ta' enerġija.", "Aspett ieħor huwa dak tal-biofuels.", "Hawnhekk għandna ċerti żvantaġġi peress li m'għandniex area kbira biżżejjed fejn nistgħu nkabbru dawn il-prodotti.", "Madankollu anke miċ-ċokon ta' pajjiżna, diġa` hawn entita` li qed tirrafina ż-żejt użat ħalli jkun jista' jitħallat mad-diesel normali u b'hekk isir dak li nafuh bħala l-bio-diesel.", "Dawn l-affarijiet kollha li qiegħed insemmi jridu jwasslu sabiex pajjiżna jiġi konformi mat-targets ta' l-Unjoni Ewropea u sas-sena 2020 madwar 20% ta' l-enerġija tkun ġejja mir-renewables.", "It-target ta' l-Unjoni Ewropea huwa li sas-sena 2020 inżidu l-effiċjenza tagħna b'20% u nnaqqsu l-ammont ta' CO2s b'20%.", "Jekk jirnexxilna, inkunu ġejna konformi ma' dak li qiegħed jiġri fil-kontinent Ewropew.", "Għalhekk irridu noqogħdu attenti biex naraw kif nistgħu nsiru iżjed effiċjenti.", "Aspett ieħor li tidħol fih il-Malta Resources Authority huwa dak tal-produzzjoni ta' l-ilma.", "Sur President, sabiex aħna nipproduċu metru kubu ta' ilma rridu madwar 5.5 kilowatt hour ta' enerġija.", "Issa l-ammont ta' enerġija meħtieġa sabiex jiġi prodott one cubic metre of water permezz ta' dawn is-sistemi tal-produzzjoni ta' l- ilma, li kienu ddaħħlu fl-1995 u 1996, jista' jitnaqqas minn 5.5 kilowatt hour għal 4.4 kilowatt hour.", "Pero` dan jirrikjedi l-installazzjoni ta' ċertu apparat li jiswa ammont ta' flus.", "Ladarba dan l-apparat jiġi nstallat, kif jien persważ li se jsir, l-enerġija meħtieġa se nkunu nistgħu nnaqqsuha tant li nibdew niffrankaw 20% ta' l-enerġija meħtieġa sabiex nipproduċu l-ilma.", "Meta tqis li dawn l-20% fuq is-6% ta' l-overall consumption, dan se jkun ifisser li f'sena waħda aħna nkunu nistgħu niffrankaw 1% ieħor mill-konsum nazzjonali ta' l-enerġija.", "Dawn l-affarijiet kollha jaqgħu fid-doveri tal-MRA.", "Huwa l-obbligu tagħha li tiġbed l-attenzjoni ta' l-entijiet involuti ħalli flimkien naħdmu sabiex intejbu l-effiċjenza fil-provvista ta' dawn is-servizzi essenzjali, bħalma huma l-ilma u l-enerġija, għall-ġid kemm ta' l-istess entijiet, kemm tal- pajjiż, kif ukoll tal-konsumatur.", "Dawn huma affarijiet li l-MRA qiegħda taħdem fuqhom u se tkompli taħdem fuqhom.", "Aħna rridu naraw fejn huma l- istrengths tagħna f'dawn l-oqsma ħalli nkomplu nirfinawhom.", "Min-naħa l- oħra, il-weaknesses tagħna rridu naraw li nirranġawhom ħalli nsiru kemm jista' ikun effiċjenti f'dan il-qasam.", "Dan kollu qiegħed ngħidu sabiex nispjega ftit xi wħud mix-xogħlijiet li tagħmel il-Malta Resources Authority.", "Madankollu, taħsbux li l-MRA qiegħda hemmhekk biss sabiex tagħmel ir-regolamenti u tiġbor il-liċenzji.", "Din l-awtorita` qiegħda tagħmel affarijiet li jaffettwaw ħafna l-mod kif aħna ngħixu; jaffettwaw ħafna l-arja, jaffettwaw ħafna l-mod u l-prezz li bihom is-servizzi essenzjali ta' l-ilma u l-enerġija jiġu mwassla għand il-konsumatur.", "Sur President, l-MRA għandha xogħol ieħor relatat ma' l-obbligi li għandna bħala pajjiż taħt il-water framework directive.", "Din id-direttiva tħares lejn l-aspetti kollha ta' l-ilma u tinkludi l-potable water, ir-run-off water, is-second-class water, il-harvesting ta' l-ilma u s-sewage purification.", "Hemm direttivi oħra li l-MRA tieħu ħsieb sabiex nosservaw l- obbligi li għandna f'dawn l-oqsma ta' l-ilma u nilħqu l-oġġettivi li għandna nilħqu fiż-żmien stipulat.", "Ovvjament minbarra dawn il- funzjonijiet, li jvarjaw mill-ħruġ ta' liċenzji tas-service stations, ta' l- electricians u tat-tħaddim tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma, l- obbligi ta' l-MRA jridu jaslu sal-punt li jirregolaw safejn u kif għandhom isiru l-ħażniet tal-fuels f'pajjiżna.", "Ladarba qiegħed insemmi l-ħażna u l- provvista tal-fuels, ngħaddi biex nitkellem fuq suġġett li huwa relatat ħafna ma' dawn l-emendi li għandna quddiemna.", "Irrid ngħid li f'dawn l-aħħar xhur u snin il-Malta Resources Authority ħadmet ukoll sabiex tara jekk is-suq intern tal-fuel jistax jiġi liberalizzat.", "L-MRA għamlet l-istudji u l-preparamenti kollha meħtieġa, u qabbdet ukoll xi konsulenti għal dan il-għan.", "Dan wassal sabiex fi ftit tal-ġimgħat oħra se tkun tista' tibda sseħħ il-liberalizzazzjoni tas-suq intern tal-fuel.", "Dan il-proġett ħa ż-żmien u involva ħafna xogħol, inkluż networking ma' entitajiet oħra.", "Imma fl-aħħar l-abbozz ta' liġi ġie drafted, tlesta u għadda mill-kabinett.", "Wara konsultazzjoni pubblika, dan l-abbozz reġa' ġie rfinut, ġie approvat mill-kabinett u ġew ippreparati l- emendi meħtieġa għall-approvazzjoni ta' dan il-parlament.", "B'dawn l-emendi l-MRA jkollha l-għodda amminstrattiva neċessarja sabiex twettaq il- liberalizzazzjoni tal-fuel.", "Dan il-proġett fih innifsu joffri challenge qawwija għaliex, bħalma diġa` spjegajt fir-rigward ta' l-alternative sources of energy, ir-renewables, hawnhekk ukoll għandna ċerti constraints fiżiċi, li wħud minnhom huma uniċi għal pajjiżna.", "Kif jaf kulħadd, Malta hija pajjiż żgħir iżolat mill-pajjiżi l-oħra għaliex huwa gżira.", "Diġa` għedt ukoll li pajjiżna m'huwiex mgħaqqad man-network Ewropew, l-aktar f'dak li għandu x'jaqsam mal-grid tal-provvista tal-gass naturali.", "Iċ-ċokon tagħna minnu nnifsu huwa handicap għaliex jillimita l- kompetizzjoni.", "Fil-passat kellna diversi ditti li kienu joffru s-servizzi tagħhom lil pajjiżna.", "Kellna x-Shell, il-BP u l-Esso li kienu jimpikaw bejniethom fuq min se jipprovdi l-fuel lin-Navy, lill-Army u lill-Airforce.", "Illum dawn id-ditti m'għadhomx joffru s-servizzi tagħhom lil pajjiżna u minflok għandna l-Enemalta.", "Issa minkejja li llum id-domanda qiegħda kontinwament tiżdied, xorta waħda s-suq huwa ċkejken.", "U meta jkollok suq ċkejken ikun diffiċli li jkollok ħafna kompetituri għax inutli jkollok għaxar players jekk id-domanda tkun żgħira.", "Kull player li jidħol f'dan is- suq ovvjament għandu rasu fuq għonqu, u jara li fl-investiment li jkun se jagħmel ikollu l-qliegħ.", "Allura meta wieħed jara ċ-ċokon ta' pajjiżna ma tantx jitħajjar li jidħol għal dan ix-xogħol.", "Dan il-proċess ta' preparament għal-liberalizzazzjoni sar wara studju li involva lill-istakeholders kollha u ħa in konsiderazzjoni fatturi bħal sigurta` f'kull aspett ta' ħażna.", "Fil-fatt mhux biss kellhom jitranġaw ir- regolamenti tal-Malta Resources Authority, imma biex ġie ppreparat dan il- programm saret konsultazzjoni vasta u ġie studjat fid-dettall kull aspett, inkluż id-distribuzzjoni, it-tip ta' bowsers li jidħlu fis-service stations, jekk it-tankijiet ikunux double barrel, kif isiru l-ħażniet u dawn l-aspetti kollha.", "Ovvjament wara li sar dan il-proċess kollu, qegħdin jiġu proposti l-emendi neċessarji għal-liġi prinċipali li se tibqa' l- umbrella li taħtha jaqa' dan is-settur kollu li qed nitkellem fuqu, jiġifieri l-liberalizzazzjoni tal-fuel.", "Imbagħad ovvjament taħt din l- umbrella ta' l-MRA, jidħlu l-avviżi legali, li wħud minnhom diġa` huma drafted, u ladarba jiġu approvati mill-kabinett, ikunu jistgħu jinħarġu.", "Nista' nsemmi tliet legal notices li huma diġa` lesti in draft form.", "Dawn huma l-Petroleum for the Inland Fuel Market Regulations, il-Biofuels Market Regulations u l-Bulk Liquefied Petroleum Gas (installation and use) Regulations.", "Mr Speaker, dan il-proċess ta' ħruġ ta' legal notices se jirrepeti ruħu għal kull aspett li jaqa' taħt il-Malta Resources Authority.", "Jiġifieri jekk se jkun hemm bżonn ta' xi tibdil fi kwalunkwe aspett li jaqa' taħt il-kappa ta' MRA, sija jekk ikun taħt il-qasam ta' l-ilma, sija jekk ikun taħt il-qasam ta' l-enerġija, u sija jekk ikun taħt il-qasam tar- riżorsi minerali, jinħareġ avviż legali biex ikun jista' jsir dak it- tibdil.", "Għaldaqstant dan l-abbozz huwa intiż li jsaħħaħ il-poter tal-Malta Resources Authority, b'mod partikolari fir-rigward tas-safety issues għal dak li għandu x'jaqsam ma' fejn isiru l-installations, kif għandhom joperaw l-installations u l-miżuri li għandhom jittieħdu.", "Dawn id-dettalji kollha se jinħarġu f'guidelines u f'legal notices.", "Aspett ieħor fejn se jkun hemm tisħiħ tal-poter huwa fir-rigward ta' monitoring, ġbir u żamma ta' data u informazzjoni minn kull licensed jew authorised provider.", "Jiġifieri x-xogħol li qabel kien isir mill-Enemalta, plus il-monitoring, il-ġbir u ż-żamma ta' data, issa se jibda jsir mill-MRA fuq bażi regolari mingħand kull licensed jew authorised provider.", "Dan jgħodd kemm għal min għandu l-ħażna fit-tankijiet tal-fuel bħalma hemm f'Birżebbugia, kif ukoll għal dawk li għandhom is-service stations li minnhom jinbiegħu l-fuels.", "Mela l-Malta Resources Authority issa se tkun qed timmoniterja l-informazzjoni minn kulmin huwa involut fl-importazzjoni u fid-distribuzzjoni, ħalli jkollha d-data kollha neċessarja biex tassigura security of supply, jiġifieri li pajjiżna verament ikollu ħażna li tlaħħaq mad-domanda regolari tal-pajjiż.", "Dawn l-emendi se jsaħħu jdejn il-MRA fis-sens li din se tagħmel iċ- ċertifikazzjoni u l-iċċekkjar ta' l-istallazzjoni fuq bażi perjodika, inkluż il-mod kif jiġu operati l-installations fil-qasam tal-fuel, fil- qasam tal-ġenerazzjoni ta' l-enerġija, kif ukoll fil-qasam tal-produzzjoni ta' l-ilma.", "L-MRA trid tiċċertifika li l-operat ikun safe minn kull aspett, li ma jkunx qed iniġġeż l-arja u li ma jkunx qed jagħmel ħsara lill- ambjent.", "Dawn l-emendi se jsaħħu wkoll il-verifikazzjoni biex l-operat isir skond il-liċenzja.", "Hawnhekk qegħdin ngħidu li jekk it-tħaddim ta' stallazzjoni li tipproduċi l-enerġija elettrika jkun qed isir bi fuel li jkun fih ċertu ammont ta' sulphur, l-MRA siss se jkollha l-poter li tivverifika li l-fuel li jkun qed jintuża huwa skond ir-regolamenti, skond l-ispecifications u b'tali mod li jagħmel l-inqas ħsara teknikament possibbli lill-ambjent.", "Dawn l-emendi se jsaħħu idejn l-MRA ukoll fejn jidħol il-ħarsien rigoruż ta' l-ambjent.", "Ħalli nieħdu l-aspett tal-purifikazzjoni tad-drenaġġ.", "Meta l-ilma tad-drenaġġ ikun jista' jintuża għat-tisqija, anke f'ċerti areas ta' landscaping, il-Malta Resources Authority se tkun obbligata li tara li l- proċess illi bih ikun magħmul dan l-ilma jkun ta' ċerta kwalita`.", "Allura f'dan ir-rigward l-MRA jkollha l-poter li tiċċekkja l-operat u tagħmel analiżi ta' l-istess prodott.", "Dan jgħodd anke għall-mod kif l-MRA tista' tieħu kampjuni tal-fuel importat, dak li jkun fis-service stations, ħalli tiċċekkja li t-tip ta' fuel li jkun qed jiġi mqassam għall-użu pubbliku jkun kif speċifikat fl-importazzjoni.", "B'hekk kemm jista' jkun jiġi assigurat li ma jkunx hemm abbuż fl-użu ta' fuels, jiġifieri li ma jkunx hawn fuel li jiddaħħal immarkat bħala duty free u jsib postu fis-suq.", "U sabiex jiġi eliminat dan l-abbuż fil-provvista tal-fuel, l-MRA jkollha l- poter - ladarba dan ix-xogħol jispiċċa min-naħa tal-korporazzjoni Enemalta - li dan ix-xogħol tibda tagħmlu hi u tkun armata għalih.", "Bis-saħħa ta' dawn l-emendi l-MRA se tkun tista' toħroġ ukoll guidelines dwar kif għandhom ikunu rilokati xi service stations.", "Qed insemmi dan kollu biex nagħti idea ta' l-umbrella wiesgħa ta' kompetenzi li għandha l- Malta Resources Authority.", "Illum għad baqgħalna kerb service stations, u min għandu din il-kwalita` ta' service station ikun jista' jaqlagħha minn fejn hi u minbarra li jġib il-permess neċessarju tal-bini, irid jimxi skond guidelines fornuti mill-MRA ħalli l-operat tas-service station ikun jista' jsir bl-iktar mod safe għan-nies li jmorru hemm biex jieħdu servizz.", "Dan it-tisħiħ fil-poteri ta' l-MRA huwa intiż li jissalvagwarda l-interessi tal- konsumatur b'mod partikolari fejn jidħlu l-prezzijiet.", "Ovvjament trid tara li l-prodotti jinbiegħu bi prezz ġust u anke li fejn tidħol importazzjoni ta' fuel, il-prezz li jitwassal għand il-konsumatur ikun fair, fis-sens li min jagħmel l-operazzjoni ta' l-importazzjoni, tad-distribuzzjoni u tal- bejgħ jagħmel il-qliegħ tiegħu, imma eventwalment il-prezz li bih jinbiegħ lill-konsumatur ikun wieħed ġust.", "L-MRA trid tara wkoll li bis-saħħa ta' dawn ir-regolamenti l-prodott ikun ta' kwalita` u s-servizz ikun adegwat u tajjeb.", "Kif diġa` għedt, l- awtorita` trid tara li jkun hemm sigurta` tal-provvista.", "Għalhekk hemm bżonn li jsir il-ġbir ta' informazzjoni u data, u li jsir monitoring kontinwu, ħalli l-MRA tkun tista' tipprovdi lill-gvern informazzjoni li kontinwament tkun turi li fil-pajjiż hawn sigurta` fil-provista.", "L-MRA trid taqdi wkoll ir-rwol ta' regolatur u arbitru għax irridu niftakru illi f'dan il-qasam, bħal f'kull qasam ieħor, jistgħu jinqalgħu ċerti disputes.", "Dawn l-emendi li qed jidħlu se jsaħħu jdejn l-MRA ħalli fejn ikun hemm bżonn, minbarra li taqdi l-funzjoni ta' regolatur, ikollha wkoll il- funzjoni ta' arbitru.", "Sal-lum din il-funzjoni ma kenitx daqstant ċara.", "Dawn l-emendi se jagħtu l-fakulta` lill-MRA biex tiffissa pieni amministrattivi kif ukoll pieni kriminali għal reati li jmorru kontra r- regolamenti ta' l-istess Att u l-avviżi legali maħruġa mill-istess MRA.", "Hawnhekk ukoll inħass il-bżonn li fejn jidħlu reati amministrattivi u kriminali jkun hemm sistema ta' skeda ta' pieni u multi li l-MRA tista' tużahom f'każijiet fejn ikun hemm ksur tar-regolamenti ta' l-istess MRA.", "Dawn l-emendi se jsaħħu wkoll il-mod kif l-MRA tiġbor l-informazzjoni neċessarja għall-iffissar ta' prezzijiet u tariffi, b'mod li tassigura li l- affarijiet ikunu qed isiru b'mod ġust.", "Fejn ikun hemm bżonn ta' public service obligation, l-MRA se jkollha wkoll l-għodda biex tkun tista' tagħmel dan ix-xogħol.", "Dan minbarra li, kif għedt diġa` diversi drabi, l- MRA se jkollha l-għodda biex verament tħares u tipproteġi l-ambjent.", "L- approvazzjoni ta' dawn l-emendi se jissarraf f'aġġornament u tisħiħ tal- poteri tal-Malta Resources Authority, tisħiħ li huwa meħtieġ għaċ- challenges li għandna quddiemna, b'mod partikolari dik tal-liberalisation of the inland fuel market.", "Din il-liberalizzazzjoni għandha sseħħ b'mod ordnat u bl-inqas skossi teknikament possibbli, u għaldaqstant jeħtieġ il- kordinazzjoni u r-rieda tajba ta' l-istakeholders kollha.", "Jiena persważ li r-regolatur, f'dan il-każ il-Malta Resources Authority, f'ħidma u sinerġija flimkien ma' l-istakeholders kollha, kapaċi tegħleb l-isfida tal- liberalizzazzjoni tas-suq intern tal-fuel għall-ġid kemm ta' l-istess operaturi, kif ukoll tal-konsumatur b'mod li tiżdied l-effiċjenza fis- settur, tissaħħaħ il-kompetittivita`, tkompli tiġi assigurata l-provvista u fl-istess waqt jiġi salvagwardat l-ambjent.", "B'hekk l-operat kollu jkun jista' jibqa' jsir b'mod sostenibbli.", "Nagħlaq hanwnhekk, Mr Speaker, u nistieden lill-membri tal-Kamra jagħmlu l-kummenti tagħhom fuq dan l- abbozz.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Charles Buhagiar.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Mr Speaker, illum qegħdin niddiskutu emendi għall- Att dwar il-Malta Resources Authority.", "L-emendi fihom infushom huma tekniċi u ma tantx hemm x'wieħed jgħid fuqhom, għalkemm se nagħmel xi ftit kummenti dwarhom.", "Pero` żgur li dwar l-operat tal-Malta Resources Authority hemm ħafna xi tgħid.", "Ħalli nibda l-ewwel bl-emendi.", "Jiena naqsam l-emendi li għandna quddiemna llum fi tlieta.", "Forsi l-aktar waħda importanti hija l-emenda li permezz tagħha l-funzjoni li jiġu ffissati l-prezzijiet għas-servizzi u għall-prodotti li jiġu mir-riżorsi naturali, se tgħaddi f'idejn il-Malta Resources Authority.", "Sal-lum qegħdin f'sitwazzjoni fejn il-prezz ta' l-elettriku u tal-fuel f'pajjiżna huwa ffissat mill-Enemalta, jiġifieri huwa l-provider tas-servizz jew tal- prodott li jiffissa l-prezz b'mod arbitrarju.", "L-istess jisa' jingħad għall- prezz ta' l-ilma, li tiffissah il-Water Services Corporation b'mod arbitrarju, fis-sens li m'hemm l-ebda rikors, m'hemm ħadd lejn min tista' tirrikorri biex tivverifika jekk il-prezz li qed jiġi ċċarġjat lill- konsumatur Malti għall-prodott jew għas-servizz li qed jingħata, huwiex wieħed ġust.", "Għalhekk naħseb li bħalma sar f'setturi oħrajn fejn hemm awtoritajiet regolatorji u l-prezz irid jiġi ppreżentat lill-awtorita` għall- approvazzjoni tagħha, naħseb li f'dan is-sens huwa tajjeb li jkollna awtorita` li tgħarbel il-prezzijiet għas-servizzi u l-prodotti, f'dan il- każ tar-riżorsi, u tara jekk it-talba li tkun qed issir mill-provider hijiex ġusta jew le.", "Sfortunatment sal-lum is-sitwazzjoni m'hijiex hekk.", "Sal-lum jiġi hawnhekk il-ministru responsabbli mill-Enemalta, jgħidilna li l-prezz taż-żejt għola u allura se jgħollu s-surcharge, jew inkella li peress li l-prezz taż-żejt raħas ftit se jbaxxu s-surcharge.", "Nittama li meta jiġu fis-seħħ dawn l-emendi u jinħarġu r-regolamenti permezz ta' legal notices, kif qal il-ministru, din il-kummiedja titnqata'; ma nibqgħux niġu hawnhekk u ngħollu u nniżżlu l-prezzijiet b'mod arbitrarju.", "Nittama li verament ikun hemm awtorita` li oġġettivament tara li t-talbiet li jsiru mill-providers ikunu talbiet ġusti.", "Li hemm inkwetanti f'din l-istorja huwa li, b'mod partikolari fejn jidħlu l- Enemalta u l-Water Services Corporation, jiena konvint li factored in fil- prezzijiet tagħhom hemm l-ineffiċjenza ta' l-istess korporazzjonijiet.", "Jiena ċert li jekk dawn il-korporazzjonijiet jitħaddmu b'mod iktar effiċjenti, il-prodotti u s-servizzi li jagħtu jkun iktar kompetittiv, xi ħaġa li llum m'hix qed tiġri.", "Illum il-ġurnata l-korporazzjonijiet jgħaddu l-cost ta' l-ineffiċjenzi tagħhom fuq il-konsumatur biex ma jagħmlux telf għax ħafna drabi l-liġi stess li waqqfithom – dan jgħodd kemm għall- Korporazzjoni Enemalta kif ukoll għall-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l- Ilma – tistipula li mhux suppost jagħmlu telf.", "Allura jaraw li ma jagħmlux telf billi jgħaddu l-ispiża fuq il-konsumatur jew permezz ta' żieda fir- rati li jiċċarġjaw jew billi jżidu s-surcharge, jew inkella permezz tas- sussidju jew subvention li jagħtihom il-gvern kull sena.", "Din hija xi ħaġa li wieħed irid iħares lejha.", "Ma naħsibx li l-Malta Resources Authority għandha tara biss jekk prezz li qed jiġi ċċarġjat jew mitlub minn korporazzjoni huwiex ġust abbażi ta' workings li jingħatawlha, imma għandha tidħol hi stess fil-workings biex tara kemm dik il-korporazzjoni qed tkun effiċjenti f'dak li qed tagħmel.", "Meta nitkellmu fuq l-effiċjenza ma nkunux qegħdin nitkellmu biss fuq l- effiċjenza tal-ħaddiema, fuq jekk hux l-impjegati kollha tal- korporazzjonijiet qed jagħtu mija fil-mija dak li għandhom jagħtu, imma nkunu qed nitkellmu wkoll fuq problemi oħrajn li żgur jaffettwaw il- costings li jagħmlu l-korporazzjonijiet meta jiġu biex jipprezzaw is- servizzi li jagħtu, b'mod partikolari problemi ta' losses li għandhom.", "Kemm il-Water Services Corporation kif ukoll l-Enemalta għandhom ċertu ammont ta' losses.", "Issa jien naf li matul is-snin kienu saru tentattivi biex il-losses jiġu identifikati u kategorizzati għal raġunijiet differenti, pero` naħseb li għad hemm ħafna xi jsir f'dan il-qasam sabiex il-losses li jkun hemm fis-sistema jitnaqqsu.", "Proprju fl-aħħar rapport dwar l-ambjent rajna li, per eżempju, il-Water Services Corporation żiedet ir-rata ta' losses fis-sistema tad- distribuzzjoni tagħha, jiġifieri fis-sistema li permezz tagħha twassal l- ilma għand in-nies.", "Din hija xi ħaġa ta' tħassib għax għal ħafna snin il- Water Services Corporation kienet qiegħda tnaqqas l-unaccounted for water imma f'daqqa waħda donnu li dan reġa' beda jiżdied.", "Allura wieħed għandu jistaqsi: F'każ fejn il-costs ta' korporazzjoni jkunu qed jiżdiedu minħabba t-telf li jkun hemm fis-sistema – huma x'inhuma r-raġunijiet għal dan, fosthom serq – jekk dik il-koporazzjoni tkun qed titlob li żżid il- prezz li tiċċarġja, l-MRA se tkun f'pożizzjoni li tesiġi mill-korporazzjoni li qabel ma żżid il-prezz, għandha tara li verament tagħmel l-almu tagħha biex iddaħħal l-effiċjenza fl-operat tagħha?", "Huwa faċli ħafna li biex tasal għal sitwazzjoni ta' break-even titlob lill-gvern biex jagħtik il- flus jew iżżid ir-rati għall-konsumatur.", "Imma huwa ħafna aktar diffiċli li tieħu l-miżuri neċessarji sabiex iżżid l-effiċjenza f'dak li qed tagħmel.", "Sur President, il-ministru qal tajjeb li fil-produzzjoni ta' l-ilma nistgħu nużaw sistemi li permezz tagħhom nużaw inqas elettriku biex nipproduċu ilma desalinat mir-reverse osmosis.", "Dan huwa tajjeb u għandna mmorru għal sistemi bħal dawn, pero` għad hemm ħafna xi jsir f'dan il-qasam.", "Jien ngħid li sal-lum il-korporazzjonijiet għadhom m'humiex effiċjenti biżżejjed.", "Qabel ma nibdew ngħaddu l-extra costs ta' l-ineffiċjenzi lill- konsumatur u qabel ma l-MRA tidħol f'din il-kwestjoni kollha, għandna naraw li l-korporazzjonijiet jaħdmu b'mod aktar effiċjenti.", "Naf li mhux possibbli li dawn ikunu effiċjenti mija fil-mija, imma għallinqas għandhom isiru sforzi serji sabiex itejbu l-effiċjenza tagħhom.", "Dak huwa l-għan ta' waħda mill-ewwel emendi li qed jiġu proposti.", "Għalhekk l-MRA se tkun inkarigata biex ikollha say meta jiġu biex jinbidlu r-rati tal-prodotti u tas-servizzi pprovduti.", "Naturalment il-ministru tkellem fuq il-liberalizzazzjoni tal-fuel.", "Din ġiet fuqna mhux tant għaliex irridu nagħmluha issa, jew fi żmien sena, imma għax meta dħalna fl-Unjoni Ewropea parti mill-pakkett li ġie negozjat mal- gvern Malti kienet tinkludi l-liberalizzazzjoni tal-fuel market.", "Jien li jinkwetani mhux li nilliberalizzaw il-fuel market imma minn fejn se ġġib il- flus l-Enemalta.", "Għax safejn naf jien, mill-ġenerazzjoni tad-dawl l- Enemalta titlef il-flus; il-flus tagħmilhom mill-bejgħ tal-fuels.", "Issa jekk il-bejgħ tal-fuels ma jibqax isir mill-Enemalta u jiġi privatizzat, x'se jiġri mill-Enemalta?", "Din se tibqa' bit-telf?", "Dawn huma affarijiet li wieħed irid jistudjahom ftit.", "Jien mhux qed ngħid li m'għandniex nilliberalizzaw il-bejgħ tal-fuel, biex ma ninftiehemx ħażin, imma l- affarijiet irridu naħsbuhom qabel ma nagħmluhom.", "Emenda oħra li tressqet permezz ta' din il-liġi hija sabiex ir-reati li jsiru jkollhom penali aktar ebsin u naħseb illi ladarba se nagħtu aktar poteri lill-Malta Resources Authority bilfors li l-penali jridu jissaħħu fis-sens li jekk taqbad lil xi ħadd li jkun qed jikser il-liġi, trid tippenalizzah b'mod ġust.", "Hawnhekk irrid insemmi l-każ li kien ġara xi snin ilu - u s-Sur Antoine Riolo jiftakru dan il-każ – meta persuna, jew aċċidentalment jew għax riedet, kienet waddbet żejt maħruq fil-galleriji ta' l-ilma li hemm f'Ta' Kandja.", "Issa din il-persuna partikolari kellha batching plant viċin dawn l-istess galleriji.", "L-istorja li kienet intqalet lilna dakinhar kienet li din il-persuna kienet ittella' l-ilma permezz ta' pompa li kien hemm f'din il-gallery u meta darba weħlitilha waddbitilha ż-żejt maħruq biex mingħaliha ttellagħha minn fejn kienet imwaħħla.", "Il-konsegwenza kienet li dan iż-żejt spiċċa fl-ilma li hemm f'Ta' Kandja.", "Dan kien inċident serju ħafna u l-Water Services Corporation u l-pulizija ħadu battikata kbira biex jinvestigaw il-każ u x'wassal għalih.", "Kieku l-uffiċjali tal-Water Services Corporation ma ndunawx b'dan il-każ mill-ewwel kien ikollna diżastru fil-pajjiż.", "Immaġina x'jiġri kieku ma tindunax li fil-galleriji f'Ta' Kandja jkun hemm iż-żejt maħruq!", "Is-sistema tagħna li nitfgħu l-chlorine biex niddiżinfettaw l-ilma ma taħdimx fuq iż-żejt maħruq, bil-konsegwenza li dan iż-żejt jibqa' għaddej mis-sistema u jispiċċa għand il-households.", "Tista' timmaġina x'jiġri kieku jkollu jiġri hekk?", "Fortunatament dakinhar l-uffiċjali tal-korporazzjoni indunaw li kien ġara hekk u ttieħdet azzjoni mill-ewwel biex din il- gallerija partikolari ngħalaq u sar wash-out.", "Pero` din l-operazzjoni qamet eluf ta' liri.", "Meta l-persuna li kienet responsabbli għal dak li ġara tressqet il-qorti - jekk din l-azzjoni saritx apposta jew le ma nafx, imma l-fatt hu li saret - weħlet ħmerija, lanqas ħaqq il-hassle.", "Hekk nittrattawh l-ilma li huwa riżors importanti ħafna f'pajjiżna?", "Jien nittama li dawn il-penali li qegħdin nagħmlu hawnhekk iwasslu biex abbużi ta' dan it-tip jinqatgħu għax dan kien inċident gravi ħafna li seta' jwassal biex jimirdu n-nies minħabba l-ilma li jixorbu.", "Jiġifieri ma kenitx xi ħaġa taċ-ċajt, anzi kienet xi ħaġa serja ħafna.", "It-tielet emenda li nsibu f'dan l-abbozz hija dik li tipprovdi għat-twaqqif ta' bord ta' l-appell biex jekk dak li jkun ma jaqbilx ma' dak li tkun qed tipproponi l-Malta Resources Authority ikollu dritt għall-appell.", "Din hija xi ħaġa ġusta.", "Issa se nitkellem ftit dwar l-awtorita` nnifisha u kif din qed taġixxi fis- settur ta' l-ilma.", "Dan l-aħħar kellna diskussjoni nazzjonali dwar l-ilma f'dan il-pajjiż, b'mod partikolari fil-gazzetta bl-Ingliż \"The Times\".", "Nafu li l-ilma huwa riżors importanti ħafna, nafu li llum il-ġurnata parti kbira mill-ilma li nixorbu ġej mill-impjanti tar-reverse osmosis, nafu li minkejja dak li qal il-ministru, dawn l-impjanti jieħdu ħafna enerġija biex tħaddimhom, nafu li l-enerġija tiġi mill-power stations u li mill-power stations joħorġu ħafna emissions li rridu nnaqqsuhom.", "Pero` nafu wkoll li l-impjanti tar-reverse osmosis rridu nużawhom aktar għax aktar ma jgħaddi żmien, l-ilma tal-pjan qed jonqos.", "Din hija s-sitwazzjoni reali f'pajjiżna.", "X'qed tagħmel l-MRA dwar din il-ħaġa?", "Illum qegħdin f'sitwazzjoni fejn l-aquifer qed jiġi depleted.", "Għaliex qed jiġri dan?", "L-ewwelnett qed ikun hemm nuqqas ta' ilma tax-xita, xi ħaġa li ma tistax tikkontrollaha.", "Hemm ukoll il-problema li qed jiżdied il-bini u allura l-catchment areas, fejn isir ir-replenishment ta' l- aquifer, aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar qegħdin jispiċċaw.", "Imbagħad ikun hemm min joħlom li jagħmel xi golf course fuq xi catchment area partikolari biex żgur inkomplu nnaqqsu l-catchment areas li għandna fl-aquifers!", "Imma għallinqas il-golf course issa mhux se jsir.", "Hemm ukoll il-problema enormi ta' l-illegal boreholes.", "Din hija problema reali li l-MRA trid tiffaċċjaha u nixtieq li fil-winding up il-ministru jgħidilna eżattament x'qed tagħmel din l-awtorita` biex tindirizza din il- problema.", "Hemm żewġ tipi ta' illegal boreholes.", "Hemm l-illegal boreholes li ħafna drabi jitħaffru minn min jaħdem fl-agrikoltura.", "Dawn trid toqgħod attent kif tittratta magħhom għaliex jekk lill-bidwi taqtagħlu l-ilma jkollu problema kbira u tkun trid issiblu alternattiva.", "Imbagħad hemm ukoll l-illegal boreholes li jsiru minn min jaħdem fis-settur kummerċjali.", "Dawn itellgħu l-ilma biex imbagħad ibigħuh; jew jagħmlu bunkering lill- vapuri, jew jimlew is-swimming pools tan-nies, jew jagħmlu l-konkos bih jew inkella jimlewh fil-fliexken.", "Illum għandna sitwazzjoni fejn il-privat qed itella' ilma mill-boreholes aktar milli ttella' l-Water Services Corporation.", "Jekk il-Water Services Corporation ittella' tant, il-privat itella' madwar id-doppju jew aktar.", "Pero` anke jekk itellgħu indaqs, xorta jibqgħalna problema.", "Allura x'se nagħmlu?", "Jien għedt mill-ewwel li rridu noqogħdu attenti x'nagħmlu għaliex jekk lill-bdiewa naqtgħulhom l- ilma jkollna problema akbar u din irridu nindirizzawha.", "Pero` ma jistax ikun li ngħidu li għandna problema u ma nagħmlu xejn dwarha.", "Sur President, dwar l-ilma li jintuża mis-settur kummerċjali biex jaqla' l- flus minnu, żgur li hemm x'tagħmel.", "Per eżempju, kulħadd jiftakar – u ta' min jgħid li wieħed mill-uffiċjali ta' l-MRA qabel kien fil-Water Services Corporation – li konna għamilna diversi affarijiet biex nipprovaw nikkontrollaw, fosthom li wieħed joħroġ liċenzja lill-water bowsers ħalli mbagħad il-pulizija jkollhom dritt iwaqqfu lil tal-bowsers u jistaqsuhom għal-liċenzja u anke minn fejn ikunu ġabu l-ilma.", "U m'huwiex biżżejjed li dak li jkun jgħidlek li l-ilma jkun ġabu mit-tali sors.", "Għalhekk huwa importanti li jsir test ta' l-ilma mis-sors u ta' l-ilma mill-bowser biex wieħed jara jekk ikunux jaqblu u allura jekk dak li jkun ikunx qed jigdeb jew le.", "Wieħed jista' jara l-water bowsers jiġru ma' Malta l-ħin kollu, jiġifieri jidher li hemm business kbir ta' l-ilma għaddej.", "Għalhekk xi ħadd irid jagħti kas.", "Jien m'iniex qed ngħid li dawn m'għandhomx jitħallew itellgħu ilma iktar imma naħseb li jrid ikun hemm ċertu kontroll.", "Il- ministru saħaq ħafna fuq il-bżonn tal-moniteraġġ tar-riżorsi tagħna.", "Qegħdin nimmoniterjaw l-aqwa riżors li għandna f'pajjiżna, jiġifieri l-ilma tal-pjan?", "Jien naħseb li għandna naraw x'jista' jsir fuq dan l-ilma li nafu li qed jonqos.", "Jien nixtieq li l-MRA tieħu din l-issue ta' l-ilma tal-boreholes bis- serjeta` għax hemm ħafna x'jista' jsir.", "Per eżempju, waħda mill- affarijiet li kienu saru biex jiddaħħal ftit kontroll kienet skema ta' reġistrar tal-boreholes.", "Imma jien nagħmel imħatra li minn dakinhar 'l hawn il-boreholes irdoppjaw għax kulħadd iħaffer!", "(Interruzzjonijiet) U ħallina minnek, Onor. Zammit!", "X'ilu li waqaf!", "Għadhom iħaffru sal-lum.", "Illum kulmin għandu swimming pool għandu borehole.", "(Interruzzjonijiet) M'hemmx legislation fuq il-boreholes.", "(Interruzzjonijiet) Naqblu li jkun hemm legislation fuq il-boreholes imma ma jfissirx li ma sarux boreholes illegali.", "U inti ma tafx li saru, bħalma naf jien?!", "Dakinhar l-idea kienet li għallinqas ikollna benchmark u ngħidu li f'dan il-pajjiż għandna, per eżempju, 7,000 borehole; mhux biex naraw jekk sarux bil-permess jew le, imma għallinqas biex inkunu nafu kemm hawn.", "Illum jekk tagħmel skema simili ssib li n-numru ta' boreholes irdoppja għax kulħadd baqa' għaddej bit-tħaffir.", "Issa dawn il-boreholes malajr issibhom għax jew tiċċekkja mal- bowsers biex tkun taf minn fejn qed iġibu l-ilma, jew inkella tmur iddur fl- għelieqi fis-sajf u tara fejn ikun hemm il-ħdura.", "Anke mill-ajru tkun taf fejn qegħdin il-boreholes; ma tridx tkun xi bravu.", "Għalhekk dawn huma affarijiet li wieħed jista' jivverifikahom.", "Per eżempju, xi ħaġa li lili tinkwetani ħafna hija li minkejja li l- funzjoni ta' l-MRA hija li timmoniterja r-riżorsi naturali ta' pajjiżna, l- aktar riżors naturali u importanti, jiġifieri l-ilma tal-pjan m'hijiex qed tagħti kasu.", "Peress li l-popolazzjoni, il-konsum u l-kumdita` fil-ħajja tan-nies dejjem qed jiżdiedu u min-naħa l-oħra l-ilma tal-pjan qed jonqos, ikollna nżidu l-ilma li nipproduċu permezz ta' l-impjanti tar-reverse osmosis u dan ifisser aktar enerġija, aktar emissions fl-arja u aktar problemi għall-gvern tal-ġurnata, hu min hu, biex iżomm ma' l-istandards dwar il-pollution iffissati mill-Unjoni Ewropea fl-aġenda ta' Lisbona.", "Dawn huma affarijiet li wieħed irid iħares lejhom bis-serjeta` u jrid jagħti kas ta' dak kollu li qed jiġri.", "Sal-lum, sfortunatament, naħseb li mhux qed nagħtu kas biżżejjed.", "Ħalli niġi għall-kwestjoni oħra li qamet dan l-aħħar u li xi ftit jew wisq qajmet interess nazzjonali.", "Qed nirriferi għall-kwestjoni dwar ir-reuse of treated affluent.", "Qegħdin nibnu impjanti tat-trattament tad-drenaġġ – forsi xi darba nlestuhom; safejn naf jien, kollha waqgħu lura – f'Għawdex u fil- Mellieħa, u se nibdew nibnu ieħor fin-naħa ta' isfel ta' Malta, bejn ix- Xgħajra u Wied il-Għajn, minbarra li għandna impjant li qed jiffunzjona wkoll, dak ta' Sant' Antnin, ħdejn Wied il-Għajn.", "Nafu li 90% tad-drenaġġ huwa ilma li jista' jerġa' jiġi rkuprat – fil-fatt kollu jista' jiġi rkuprat jekk tneħħilu s-solids u affarijiet oħrajn – imma m'aħniex qegħdin naħsbu dwar policy ta' reuse ta' dan l-ilma, meta dan l-ilma biex nipproduċuh nonfqu l-miljuni ta' liri.", "Mela sewwa, l-ewwel nonfqu miljuni ta' liri biex intellgħu l-ilma mill-baħar, ngħadduh mis-sistema tar-reverse osmosis, inwassluh fid-djar tan-nies bi spiża kbira - għaliex ikun hemm ħafna losses sakemm jasal fid-djar - imbagħad ikun ikkonsmat min-nies, jerġa' jmur fis-sistema tad-drenaġġ, imur fl-impjant tat-trattament tad- drenaġġ, nippompjawh fil-baħar u nerġgħu ntellgħuh mill-baħar.", "Din hija cycle perfetta!", "Mela dan l-ilma ntellgħuh mill-baħar u nwaddbuh fil-baħar u sadanittant ara kemm qed nonfqu flus.", "M'aħniex naraw li qed nagħmlu affarijiet li m'humiex sostenibbli għal pajjiżna?", "Dan x'sens jagħmel?", "Sur President, għax kien hemm xi nies li tkellmu fuq dan, tgħidx kemm għajruhom u qalulhom li ma jafux x'qed jgħidu.", "L-ewwel tkellem fuqha l- ħabib tiegħi Joseph Muscat, li kiteb xi żewġ artikli fil-ġurnal \"The Times\" - u kellu raġun fuq dak li kiteb – fejn qal li għandna nagħmlu water reuse plan għal dak li huwa treated affluent ħalli naraw x'se nagħmlu bid-drenaġġ li aħna nittrattaw.", "Imbagħad kien hemm ukoll l-Inġinier Marco Cremona – jidhirli li hekk jismu; ma nafux - li wkoll kiteb tajjeb fuq dan is- suġġett.", "Pero` għax dawn qalu li għandna nsibu mezz kif nużaw it-treated affluent ipprovaw jirredikolawhom.", "Issa naturalment biex tagħmel dan trid tkun ħsibt l-affarijiet tajjeb mill-bidunett.", "Per eżempju, id-drenaġġ nistgħu nittrattawh għal-livell li forsi jkun jista' jintuża fl-agrikoltura, jekk is-salinita` tippermetti.", "Imma issa jekk l-akbar impjant li jittratta 60% tad-drenaġġ ta' Malta u Għawdex kollu tpoġġih ix-Xgħajra, lil min se tqassmu dak it-treated affluent meta hemmhekk m'hemmx għelieqi biżżejjed u l-għelieqi li hemm diġa` huma fornuti bl-ilma ta' l-impjant ta' Sant'Antnin?", "Allura x'se tagħmel?", "Se tagħmel sistema ta' pajpijiet biex is-second-class water li tipproduċi permezz ta' treated affluent tieħdu r-Rabat jew fejn hemm l-għelieqi?", "Dawn huma affarijiet li jridu jiġu maħsuba u deċiżi minn qabel ma ssib il-location tat-treatment plant.", "M'iniex se nitkellem fuq dak tal-Mellieħa u fuq dak ta' Għawdex għaliex dawk jipproduċu volumi żgħar, u naħseb li għallinqas parti mill-ilma li jiġi prodott mit-treatment tad-drenaġġ, jekk mhux kollu, u għallinqas f'parti mis-sena - għax fix-xitwa ma naħsibx li jintuża – ikun jista' jmur għall-agrikoltura.", "Imma xi ħadd jaf x'se jiġri bil-volum il- kbir li se jipproduċi l-impjant tax-Xgħajra?", "Nafu x'se nagħmlu b'dan is- second-class water li se jiġi prodott?", "Jien qed nistaqsi f'isem il-pajjiż kollu għax id-domanda qed jagħmilha kulħadd.", "Kulmin għandu idea ta' kif taħdem is-cycle ta' l-ilma jistaqsi x'se nagħmlu b'dan l-ilma wara li nkunu nfaqna ma nafx kemm fuq kull metru kubu ilma sa ma jasal fis-sewage treatment plant biex nerġgġu nittrattawh.", "Allura dan fl-aħħar se nerġgħu nwaddbuh fil-baħar?!", "Prosit!", "U dan biex inkunu konformi ma' l-obbligazzjonijiet u l-conventions li hemm biex ma nħammġux il-baħar.", "Imma at what cost!", "Riżors bħal dak, ilma second-class li b'xi mod nistgħu nerġgħu nutilizzawh u ma nerġgħux nutilizzawh!", "Lili dan jinkwetani.", "Kif għedt qabel, lill-bdiewa trid tagħtihom sors alternattiv ta' l-ilma.", "Issa dan l-ilma l-aktar li jista' jintuża huwa proprju għat- tisqija tar-raba'.", "Imma jekk is-sistema mhix imwassla għal kullimkien, dan l-ilma ma tistax tużah kullimkien.", "Dan se jkun qiegħed imwassal biss sax- Xgħajra jew Ħaż-Żabbar.", "Jiġifieri ma nafx kif tista' tieħdu minn hemmhekk għal ġol-heartland ta' l-agrikoltura, ir-Rabat, l-Imġarr, Burmarrad u dawk l-inħawi.", "Żgur li mhux se twasslu hemmhekk għax biex twasslu hemm trid tgħaddi pajpijiet kbar minn taħt it-toroq tagħna u ara x'jiġri kieku tkisser it-toroq biex tgħaddi pajpijiet kbar biex ittella' l-ilma għal dawk in-naħat!", "Minn dan tara kif ma sarx ħsieb biżżejjed meta saret il-location ta' dawn it-treatment plants.", "Forsi jagħmel sens li tilloka waħda fejn hemm l- outfall tad-drenaġġ f'Wied Għammieq, għax hemmhekk jaqa' d-drenaġġ ta' Malta kollha u għalhekk tkun qed tittrattah proprju fil-punt fejn dan jitwaddab fil-baħar.", "Minn dak il-lat jagħmel sens.", "Imma mil-lat ta' reuse jagħmel sens li t-treatment plant isir hemmhekk?", "Il-ministru qal li l- Malta Resources Authority għandha tidħol u tagħti l-veduti tagħha anke dwar fejn tkun se tiġi sited xi petrol station.", "Allura l-Malta Resources Authority taqbel li jinbena sewage treatment plant enormi għar-reuse ta' l- ilma, li se jqum madwar Lm40 miljun, proprju f'Wied Għammieq?", "Forsi l- ministru jgħidilna fil-winding up.", "Xi ħaġa li żgur li hemm bżonn issir jekk aħna se nittrattaw l-ilma tad- drenaġġ biex nipproduċu second-class water, hija li noqogħdu attenti xi nwaddbu fid-drenaġġ.", "Jekk nibqgħu bis-sistema li għandna llum fejn kulħadd iwaddab kollox fid-drenaġġ, m'aħna se nittrattaw xejn.", "Sal-lum il-farms kollha jimlew fil-bowsers u jwaddbu kollox fis-sistema tad-drenaġġ.", "Ħafna drabi jsibu l-main tal-gvern, isibu l-mini u jwaddbu ġo fihom meta dan mhux suppost li jsir.", "Għax dan imbagħad joħloq problema ta' akkumulu enormi u ta' kimika oħra fid-drenaġġ li ma ssolviha bl-ebda mod meta tittratta d- drenaġġ.", "Mr Speaker, niftaħru kemm għandna fabbriki tal-farmaċija - u tajjeb li jkollna dawn it-tip ta' fabbriki fil-pajjiż; ma rrid li ħadd jifhimni ħażin – imma nafu li l-waste water li jużaw dawn il-fabbriki fil-proċessi tagħhom qed imur ukoll fid-drenaġġ?", "Jekk mhux hekk, xi ħadd jiġi jgħid hawnhekk li mhux veru.", "Dawn qed iwaddbu l-kimika fid-drenaġġ.", "Issa meta d-drenaġġ jasal biex jiġi filtered u treated, din il-kimika x'effett se jkollha fuq il-makkinarju li jkun qed jagħmel il-proċess tat-trattament?", "Dan se joħolqilna problemi kbar.", "Nassigurakom minn issa li l-kwalita` ta' l-ilma li se nipproduċu, b'mod partikolari mill-impjant ta' Wied Għammieq mhix se tkun tajba għax id-drenaġġ li se jiġi ttrattat hemmhekk se jkun fih il- waste ta' l-industriji ta' Malta kollha.", "Fil-każ ta' l-impjant tal- Mellieħa jista' jkun hemm ammont ta' drenaġġ ta' l-annimali mwaddab fis- sistema, imma f'dik in-naħa ta' Malta ma naħsibx li jkun hemm waste ta' l- industrija.", "U f'Għawdex m'hemmx industriji ta' dan it-tip, għalkemm jista' jkun hemm xi waste tal-farms ukoll.", "Il-Malta Resources Authority x'tgħid fuq din il-problema reali, fuq il- kwalita`, fuq il-make-up tad-drenaġġ ta' pajjiżna, u fuq min qed iwaddab b'mod abbużiv fis-sistema tagħna?", "Qed tagħmel xi proposti fuq din il-ħaġa?", "Għax jekk aħna verament irridu nkunu f'pożizzjoni li nużaw it-treated affluent irridu nkunu nistgħu nużawh.", "Jekk minħabba l-kimika li għandu fih m'hux tajjeb biżżejjed, żgur li mhux se jintuża, apparti li ma jistax jiġi treated.", "X'qed nagħmlu dwar dawn l-affarijiet?", "Forsi fil-winding up il- ministru jilluminana ftit dwar x'qed jiġri.", "Hemm bżonn li jkollna a national policy on the reuse of water from treatment plants.", "Jeħtieġ li naħdmu fuq din il-politika, b'mod partikolari - nerġa' ngħid – f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-impjant ta' Wied Għammieq li huwa l-akbar impjant li se jkollna f'Malta.", "L-ammont ta' ilma li se jipproduċi dak l-impjant huwa enormi.", "Jekk niftakar tajjeb, dan se jkun jista' jittratta 60,000 cubic metres, li huwa ammont kbir ħafna ta' ilma biex nerġgħu nwaddbuh lura fil-baħar mingħajr ma nagħmlu użu minnu.", "Din hija xi ħaġa li jien ma nistax nifhimha.", "Għalhekk l-appell tiegħi huwa sabiex il-Malta Resources Authority toħroġ bi proposti fattibbli dwar l-użu ta' dan l-ilma.", "Pero` f'dawn il-policies trid tinkorpora wkoll dawk ir- regolamenti li hemm bżonn isiru sabiex jiġu limitati d-discharges li jsiru fis-sistema tad-drenaġġ tagħna.", "Ma nistgħux nagħmlu waħda mingħajr l-oħra.", "Żgur li mhux se jkollna treated affluent ta' kwalita` li tista' tintuża jekk mhux se nkunu kapaċi nikkontrollaw id-discharges li jsiru fid-drenaġġ tagħna.", "Il-ministru qal ukoll li hemm bżonn li pajjiżna jibda jħares lejn renewable sources of energy.", "Aħna naqblu perfettament; hemm bżonn li nibdew inħarsu lejn dawn l-affarijiet.", "Pero` kultant ma nħarsux sew lejn l-affarijiet li nagħmlu.", "Ħalli nsemmi l-biodiesel li jiġi prodott miż-żjut.", "Ma nafx jekk xi ħadd minnkom qattx kien wara karozza tal-linja taħdem bil-biodiesel; tkun qisek qiegħed fi kċina bir-riħa ta' chips li tibda ħierġa.", "Il-Malta Resources Authority tidħol f'dawn l-affarijiet?", "Tidħol fl-emissions tal- biodiesel?", "Meta ngħidu emissions mhux qed nirriferu biss għall-gassijiet imma anke għar-riħa għax, kif għedt, bir-riħa li toħroġ minn dawn il-buses li jaħdmu bil-biodiesel tistħajlek qed taqli ċ-chips!", "Ġibna Malta kollha minn fejn jgħaddu dawn il-karozzi tal-linja li jaħdmu bil-biodiesel, qisha kċina.", "Naħseb li l-Malta Resources Authority għandha tagħti kas l-ambjent tagħna anke fejn jidħlu l-irwejjaħ.", "Il-Malta Resources Authority qed tħares lejn il-chemical make-up tal-biodiesel tagħna biex din il-problema ta' l- irwejjaħ li jipproduċi b'xi mod tiġi kkontrollata?", "Ma nafx, qed nistaqsi.", "Il-ministru tkellem ukoll fuq is-solar energy u l-wind energy.", "Jien naqbel li għandna fejn nużawhom dawn is-sistemi, għalkemm is-solar water heating m'huwiex tajjeb daqskemm jgħidu.", "Jien għandi din is-sistema fid-dar tiegħi u ma naħsibx li biha tiffranka daqstant enerġija, imma żgur li sistemi bħal dawn għandhom jiġu nkoraġġiti.", "Sistema oħra li semma l-ministru hija r-refuse derived fuel.", "Jien naqbel li għandna nagħmlu xi ħaġa dwar dan, pero` anke hawnhekk qisna ma nafux x'qegħdin nagħmlu.", "Ir-refuse derived fuel nipproduċuh mill-compost.", "Jekk il-Malta Resources Authority qed tidħol f'dawn il-kwestjonijiet ta' renewables u qed tara l-bżonn li bħala alternative fuel nużaw ir-refuse derived fuel, jiġifieri naħarqu l-compost u nużawh bħala fuel, daħlet fil- mod kif se jsir l-impjant tal-composting?", "Il-kwalita` ta' compost li se jiġi prodott mill-impjant tal-compost li suppost għandu jinbena, se jkun tajjeb biżżejjed biex minnu għada pitgħada jkun jista' jsir l-RDF?", "Qed nistaqsi dawn il-mistoqsijiet għax donnu ħadd ma jistaqsihom u ħadd ma jirrispondihom.", "Jien m'għandix problema bl-RDF.", "Jekk aħna kapaċi nsibu sistema fejn nużaw ir-refuse biex noħolqu l-enerġija, m'għandix problemi biha.", "Pero` rridu nkunu ċerti li l-compost li nagħmlu jkun tajjeb biżżejjed.", "Nistaqsi wkoll jekk il-Malta Resources Authority ġietx ikkonsultata qabel ma beda jinbena l-impjant tal-compost f'Sant'Antnin ħalli jiġi assigurat li għallinqas il-compost li se nipproduċu huwa tajjeb biżżejjed biex minnu mbagħad noħorġu r-refuse derived fuel.", "Nerġa' mmur lura għall-impjant tat-trattament tad-drenaġġ.", "Dan l-aħħar xi ħadd qalli li hawn teknoloġija ġdida li biha tista' tipproduċi l-enerġija permezz ta' kurrenti ta' l-ilma li jdawru turbina.", "Fil-każ ta' l-impjant ta' Wied Għammieq, xi ħadd ħaseb dwar il-possibbilta` li dan id-discharge qawwi ta' ilma għal ġol-baħar, li se jkun ħafna iktar ikkontrollat milli huwa llum, jintuża biex noħolqu xi tip ta' enerġija mill-kurrenti li jagħmel?", "Il-ministru tkellem ukoll dwar ir-rwol li għandha l-Malta Resources Authority mhux biss f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-ilma u l- enerġija, imma anke fejn jidħlu riżorsi fiżiċi bħalma huwa l-blat.", "Jekk għandna żewġ riżorsi f'Malta – apparti n-nies – dawn huma l-ilma u l-blat.", "Il-Malta Resources Authority qatt għamlet xi studju fuq il-blat li għandna f'pajjiżna qabel ma saru l-iskemi ta' l-iżvilupp, jew qabel ma tkabbru l- iskemi ta' l-iżvilupp f'ċerti areas?", "Għax matul is-snin li għaddew kien hemm każi fejn inbnew housing estates sħaħ fuq blat li kien tajjeb.", "Illum il-ġurnata għandna problema kbira għax m'aħniex insibu ġebel tajjeb biex nibnu bih.", "Illum il-ġebla tal-franka t-tajba – dik li nużaw għall- bini – spiċċat; kważi ma ssibha mkien.", "Illum kulmin għandu barriera li għandha franka ta' kwalita` tajba qisu għandu d-deheb, għax ma ssibx minnha.", "Dan in-nuqqas 'il quddiem se joħolqilna problema enormi għax peress li m'aħneix insibu l-franka, kantun tajjeb biex nibnu, f'daqqa waħda qed nispiċċaw nibnu kullimkien bil-bricks, imbagħad niksu, nagħmlu l- graffiato u niżbgħu b'ħafna kuluri.", "Qed jiġi sabiħ, imma qed tispiċċa l- karatteristika tagħna bħala pajjiż.", "Il-bini tagħna jiddistingwina minn postijiet oħrajn proprju minħabba l-ġebla tagħna, il-mod kif inhu mibni u l- kulur ħamrani tal-ġebla meta jgħaddi ż-żmien minn fuqha.", "Dak jiddistingwi l-bini tagħna minn dak ta' postijiet oħrajn.", "Imma se niġu f'sitwazzjoni li din il-karatteristika se nitilfuha kollha, għax iktar ma jgħaddi ż-żmien inqas qegħdin nibnu bil-ġebla, proprju għax ma fadalx ġebla tal-franka tajba.", "Għalhekk nistaqsi jekk sarx xi studju xjentifiku min-naħa tal-Malta Resources Authority biex dawk l-areas fejn hemm franka tajba li tista' tintuża għall-bini l-ewwelnett jiġu safeguarded u ma nħallux li jsir żvilupp fuqhom, u t-tieni nett, jekk ikollna bżonn niftħu l-barrieri – mingħajr ma nagħmlu ħsara ambjentali – inkunu nafu f'liema areas għandna stock ta' ġebla li nistgħu nużawha.", "L-istess nistgħu ngħidu għall-ġebla tal- qawwi; hemmhekk ukoll nistgħu ngħidu li għandna problema.", "Il-ġebla tal- qawwi tagħna qatt ma kienet tal-qawwi proprja għax ma tantx hija b'saħħitha.", "Pero` anke dan il-blat qed jispiċċa iktar ma jgħaddi ż-żmien.", "Allura nistaqsi lill-Malta Resources Authority jekk hijiex qed tara kif nistgħu nużaw il-blat tagħna b'mod tajjeb, b'mod li ma jinħeliex wara ċertu żmien.", "Għax jekk se nibqgħu sejrin hekk, fi ftit taż-żmien ieħor kemm il- ġebla tal-franka, kif ukoll il-ġebla tal-qawwi se jispiċċaw għal kollox.", "Mr Speaker, jien nemmen li huwa importanti li jkollna awtorita` bħalma hi l- Malta Resources Authority.", "Pero` din l-awtorita`, li hija awtorita` tar- riżorsi, trid tingħata r-riżorsi biex taħdem, biex tkun iffokata fuq il- problemi reali li għandna f'pajjiżna.", "Għalija l-aktar problemi importanti fejn jidħlu r-riżorsi f'pajjiżna – mhux se nitkellem fuq iż-żejt, dak jitkellem fuqu l-kollega tiegħi – huma fejn jidħlu l-blat u l-ilma għax ma nistax nimmaġina lil dan il-pajjiż mingħajr ilma.", "Irridu naraw li jkollna policies serji fuq l-ilma f'pajjiżna.", "Per eżempju, nafu li l-ilma tax-xita f'Malta jgħarraq kullimkien u wara ftit jispiċċa l-baħar; ħafna drabi ma nieħdu xejn minnu, ħlief il-ftit li jipperkola ġol-blat għal ġo l-aquifer.", "Illum il-ġurnata sar ħafna żvilupp u konsegwenza ta' hekk ħafna mill-ilma jitlaq, ma jibqax dieħel ġol-blat.", "Irridu naraw x'se nagħmlu fuq l-ilma tax-xita f'pajjiżna.", "Kif għedt, l-ilma u l-blat huma żewġ riżorsi importanti li hemm bżonn nagħtu kas tagħhom.", "Irridu naraw ukoll li dawk il-korporazzjonijiet li suppost qed jiġu regolati mill-awtorita`, jiġifieri l-providers ta' l-enerġija, ta' l-ilma u tal-fuels, jaħdmu b'mod effiċjenti u fl-istess waqt ma jibqgħux jgħaddu l- costs ta' l-ineffiċjenzi tagħhom lill-konsumatur.", "Nirringrazzjak, Sur President.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Michael Asciak.", "ONOR.", "MICHAEL ASCIAK: Illum qed niddiskutu l-abbozz ta' liġi li jemenda l- Malta Resources Authority Act.", "Il-Malta Resources Authority hija waħda mill-awtoritajiet li għandhom il-funzjoni ta' regolatur fuq is-soċjeta` ċivili.", "Billi l-gvern huwa wkoll attur, konna ħloqna l-konċett ta' awtoritajiet bħalma huma l-MEPA, il-Malta Standards Authority, l- Occupational Health & Safety Authority u l-Malta Resources Authority.", "Illum l-MRA għadha żgħira u, jekk tikkomparaha ma' l-awtoritajiet l-oħra tinduna li r-responsabbilta` li għandha hija limitata fl-iskop tagħha, għax l-awtoritajiet l-oħra, bħalma hija l-MEPA, kollha huma kbar.", "Pero`, kif qal il-ministru, din is-sitwazzjoni dalwaqt titbiddel drastikament meta, ftit ftit, tibda ssir il-liberalizzazzjoni tal-produzzjoni ta' l-enerġija.", "Illum l-enerġija għadha monopolju tal-gvern, pero` dejjem konna nafu li bid- dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea dan il-monopolju jrid jispiċċa.", "Huwa monopolju li l-gvern ma jistax iżomm, skond il-liġijiet ta' l-Unjoni Ewropea li jitkellmu fuq freedom of services, freedom of goods, freedom of peoples u freedom of financial capital.", "Din hija waħda mill- kondizzjonijiet tas-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea.", "Kif kien miftiehem fid-diskussjonijiet għas-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, dan is-settur irid jgħaddi f'idejn is-settur privat.", "Jekk m'iniex sejjer żball, diġa` ġie lliberalizzat il-qasam tal-fuel ta' l-ajruplani u issa rridu ngħaddu wkoll għal-liberalizzazzjoni tal-fuel tal-vetturi.", "Għaldaqstant naħseb li l-MRA maż-żmien se tkun waħda mill-aktar awtoritajiet importanti li għandna fil-pajjiż għax, bħalma jaf kulħadd, ir- riżorsi naturali għandhom prezz għoli għax hemm domanda qawwija għalihom.", "Allura tajjeb li ftit ftit l-MRA tibda tibni l-kapaċita` li terfa' r- responsabbiltajiet li se jiġu fuq spallejha.", "Għalhekk jeħtieġ li minn issa jibda jsir it-training tal-ħaddiema fit-teknika li se jkollhom bżonn.", "Il- liġi li għandna quddiemna llum qiegħda temenda l-Att oriġinali li bih twaqqfet l-awtorita`m u hawnhekk nixtieq nitkellem ftit dwar il-qasam ta' l- enerġija.", "Mr Speaker, jien diġa` attendejt żewġ laqgħat fi Brussell, quddiem il- parlament Ewropew, fejn ġie diskuss il-futur ta' l-Ewropa.", "Għal dawn il- laqgħat, li saru fil-parlament Ewropew, kienu preżenti l-parlamenti tal- pajjiżi Ewropej u l-parlament Ewropew.", "L-aħħar seduta saret il-ġimgħa l- oħra, pero` jiena ma stajtx nattendi għaliha peress li kont qed nattendi laqgħa li saret mal-kummissjoni Ewropea.", "Fil-fatt għal din il-laqgħa, li saret fil-bini tal-kummissjoni, konna madwar 12-il deputat minn dan il- parlament u ltqajna ma' erba' kummissarji tal-kummissjoni Ewropea.", "Waħda mill-issues li ddiskutejna kienet proprju l-enerġija u nista' ngħid li kellna diskussjoni interessanti ħafna ta' madwar siegħa mal-kummissarju Piebalgs, li ssottolinja d-direzzjoni li pajjiżna jeħtieġ jaqbad.", "Fuq livell ta' parlament Ewropew, is-sessjonijiet dwar the future of Europe qegħdin jisħqu fuq il-kwestjoni ta' l-enerġija.", "Id-diskussjonijiet isiru fi ħdan tliet working groups; wieħed fuq foreign policy, ieħor fuq l- ekonomija u l-ieħor fuq l-enerġija.", "L-Unjoni Ewropea, kemm fuq livell ta' kummissjoni kif ukoll fuq livell ta' parlament, qiegħda tagħfas ħafna fuq il-qasam ta' l-enerġija.", "Meta qiegħed insemmi l-enerġija qiegħed nirriferi għall-enerġija li qiegħda tintuża bħalissa u għas-sorsi ġodda li hemm bżonn li jiġu investigati.", "Malta, bħala membru ta' l-Unjoni Ewropea, qiegħda tieħu sehem f'dan id-djalgou strutturat fi ħdan il-parlament, fi ħdan il- kummissjoni u fi ħdan il-kunsill ta' l-Unjoni Ewropea.", "M'għandix dubju li aktar ma jgħaddi ż-żmien, is-suġġett ta' l-enerġija se jassumi importanza ikbar għaliex, bħalma nafu, hemm numru ta' problemi li qegħdin jgħollu rashom fil-konsum ta' l-enerġija.", "Illum il-parti l-kbira ta' l-enerġija li tiġi kkonsmata ġejja mill- hydrocarbons.", "Naturalment hemm xi ftit pajjiżi, bħalma huma Franza, is- Slovenja u l-Ġermanja, li investew fl-enerġija nukleari, għalkemm il- Ġermanja qiegħda tipprova tagħlaq il-power stations nukleari tagħha.", "Pero` l-parti l-kbira ta' l-enerġija fid-dinja ġejja mill-hydrocarbons, partikolarment mill-fossil oil li jittella' mill-qiegħ.", "Dan iż-żejt ikun ġej minn pjanti fossilizzati u jkun ilu jifforma minn żmien il-preistorja.", "Dan l-użu qawwi ta' enerġija minn hydrocarbons qiegħed joħloq żewġ problemi.", "L-ewwelnett ir-riżervi taż-żejt fid-dinja dejjem qegħdin jonqsu u naħseb li qegħdin noqorbu lejn żmien fejn inkunu qed niffaċċjaw problemi bir-riżervi taż-żejt.", "Fil-fatt qrajt xi artikli ġeografiċi li jsostnu li fi żmien 15-il sena oħra se jkollna problemi serji bir-riżervi taż-żejt.", "J'Alla nsibu ż-żejt f'pajjiżna wkoll ħalli r-riżervi ma jkunux daqshekk ta' problema għalina.", "Pero` anke jekk insibu ż-żejt f'pajjiżna, milli jidher id-dinja xorta se tiffaċċja problemi fl-enerġija fi żmien mhux daqshekk imbiegħed.", "Sur President, l-aktar li jinkwetani huwa l-użu ta' l-enerġija bil-ħruq ta' hydrocarbons kemm fil-power stations li jdawru t-turbini, kif ukoll fil- fuel li nużaw għall-karozzi tagħna.", "Dawn qegħdin jitfgħu fl-atmosfera tagħna ammont sostanzjali ta' particulate matter u gassijiet oħra li jikkawżaw il-famuż greenhouse gas effect.", "Dawn il-gassijiet qegħdin joħolqu diversi problemi għad-dinja.", "Ħalli nibda bil-problema tal- greenhouse gas effect.", "Naħseb li sa ftit taż-żmien ilu kulħadd kien jaħseb li x-xjentisti huma mġienen u li mhux veru li kien qed iseħħ dan il-famuż global warming.", "Illum ħadd m'għadu jidħak meta jisma' dan il-kliem għaliex l-effetti tat-tibdil fil-klima qed jinħassu minn kulħadd.", "Dan qed isir minħabba l-greenhouse gases u minħabba l-attakk fuq l-ozone layer li qegħdin iħallu aktar sħana tidħol mix-xemx, bir-riżultat li d-dinja qiegħda tisħon.", "Nafu li din is-sħana tippreżenta problemi kbar għal ħafna pajjiżi, b'mod partikolari għal dawk il-pajjiżi żgħar tad-daqs ta' Malta.", "Fil-fatt bid- dewbien tal-polar icecaps il-livell tal-baħar qiegħed jogħla ftit ftit u pajjiżi żgħar, bħal Malta, se jkollhom problema għaliex ċerti costal areas se jispiċċaw taħt il-livell ta' l-ilma.", "Meta kont membru tal-Kunsill ta' l- Ewropa kont sibt rapport dwar Malta li wera kif pajjiżna kien se jiġi milqut jekk il-baħar jitla' b'xi metru jew metru u nofs.", "Jekk jiġri hekk, areas bħall-Imsida, Marsaxlokk u San Pawl il-Baħar se jiġu affetwati.", "Imma għalkemm Malta hija gżira, m'hijiex se tiġi affettwata daqs pajjiżi oħra li huma ċatti ħafna.", "Hemm il-gżejjer tal-Maldivji fl-oċean Indjan li se jkollhom problemi kbar għaliex jekk il-livell tal-baħar jitla' b'metru jew b'metru u nofs, se jispiċċaw jegħrqu kollha.", "Aħna għandu jkollna interess f'dan il-qasam imma hemm pajjiżi oħra li għandhom interess ħafna aktar serju minn tagħna.", "Nafu wkoll li sabiex jiġi assigurat li jkun hemm ir-riżervi u sabiex ikun hemm xi ħaġa li tipprova tillimita l-użu ta' l-enerġija u l-ħruq tal- hydrocarbons, kien ġie varat il-famuż protokoll ta' Kyoto fil-Ġappun.", "Fil- bidu kien hemm ħafna pajjiżi xettiċi li ma ridux jiffirmaw dan il- protokoll, pero` aktar ma beda jgħaddi ż-żmien, dan il-protokoll aktar beda jiġi aċċettat minn pajjiżi fejn tidħol il-famuża equation li l-użu tal-ħruq tal-carbons jiġi ttrasferit minn pajjiż għal ieħor.", "Kull pajjiż għandu l- kwota tiegħu ta' hydrocarbons u jekk dak il-pajjiż ma jużax il-kwota tiegħu, jista' jbigħ sehmu lil pajjiż ieħor li jrid jagħmel użu minn dawk il-hydrocarbons.", "Fl-opinjoni tiegħi il-protokoll ta' Kyoto huwa too little too late.", "Illum li l-pajjiżi qegħdin jindunaw li hemm bżonn li l-protokoll ta' Kyoto jidħol in vigore, qegħdin naraw li huwa ftit wisq u tard wisq.", "Għalhekk naħseb li hemm bżonn li jinħolqu kriterji ġodda ta' limitazzjonijiet għaliex minn dak iż-żmien lil hawn – ma ninsewx li l-protokoll ta' Kyoto għandu madwar 15-il sena - il-problema tal-klima marret għall-agħar.", "Min-naħa tiegħi, l-aktar li jien inkwetat huwa fuq l-Istati Uniti għaliex dan il-pajjiż, flimkien ma' l-Indja, qiegħed ikaxkar saqajh biex jiffirma u jaċċetta dan il- protokoll.", "Madankollu nafu li saru xi passi importanti fl-aħħar G8 summit li sar fil-Ġermanja, b'mod partikolari minħabba l-pressjoni li saret mill- Kanċillier Ġermaniża Angela Merkel u anke mill-Unjoni Ewropea.", "Fil-fatt issa qegħdin naraw li l-Istati Uniti qiegħda timmolla xi ftit u għalkemm ma tridx tintrabat bi kriterji aritmetiċi, bdiet turi l-ewwel sinjali ta' ċaqliq.", "Nerġa' ngħid, dan seħħ l-aktar minħabba pressjoni li poġġiet fuqha l-Unjoni Ewropea.", "Ovvjament l-amminstrazzjoni Amerikana ħadet pożizzjoni li ma taffettwax lill-amminstrazzjoni preżenti, imma tkun taffettwa lill- amministrazzjonijiet li ġejjin warajha.", "Madankollu naħseb li f'dak il- qasam sar breakthrough, għalkemm kwantitattivament ma sarx xi żvilupp kbir.", "Naħseb li l-fatt li l-Istati Uniti qed tikkonoxxi din il-problema, għandu jkun a paradigm shift li wieħed għandu jkun kuntent bih.", "Problema oħra fejn tidħol l-enerġija li ġejja mill-ħruq tal-hydrocarbons hija dik tal-particulate matter.", "Sa ftit tas-snin ilu dan il-particulate matter kien ikun ta' 10 microns.", "Meta qiegħed nitkellem fuq particulate matter qiegħed nirriferi għall-ħruq tal-hydrocarbons li jipproduċu dawn il- particles tal-carbon li jintefgħu fl-atmosfera.", "Minħabba l-avvanzi fit- teknoloġija tal-karozzi, dawn illum qegħdin ikunu aktar effiċjenti u l- particulate matter qiegħed ikun iżgħar.", "Fil-fatt minflok ma qed ikollna particulate matter ta' 10 microns, qed ikollna particulate matter ta' 2.5 microns.", "Fl-opinjoni tiegħi din hija sitwazzjoni ħafna agħar minn ta' qabel.", "Bis- sitwazzjoni li kellna qabel, meta l-particulate matter kien ta' 10 microns, kien ifisser li dan jittieħed man-nifs u jeħel fil-pulmun.", "Naturalment dan kien iġib ċerti problemi u jien, bħala tabib li ħdimt f'dan is-settur, nista' ngħid li kien jikkawża problemi ta' saħħa, fosthom il-kanċer, l- obstructive pulmonary disease, l-asthma, il-chronic bronchitis u mard ieħor.", "Madankollu llum, b'dawn it-2.5 microns, qegħdin nikkreaw problemi mediċi ħafna aktar serji għaliex dan il-particulate matter ma jibqax fil- pulmun imma jidħol fis-sistema tad-demm.", "Meta tieħu n-nifs, il-particulate matter li jkun inqas minn 2.5 microns ma jiqafx fil-pulmun imma jaqsam il- barrier bejn il-pulmun u l-arterji tad-demm fil-pulmun u jidħol fiċ- ċirkolazzjoni tad-demm.", "Jekk jidħol fiċ-ċirkolazzjoni tad-demm ifisser li dak li qabel kien limitat għall-pulmun, issa se nsibuh jiġri mal-ġisem kollu.", "Sur President, illum dan il-particulate matter, li huwa fin aktar milli kien qabel, jista' jiddepożita ruħu fil-fwied, fil-moħħ, fl-għadam jew fl- intestini.", "Jien m'għandix dubju li dan il-particulate matter qiegħed joħloq problemi mediċi kbar kemm f'pajjiżna kif ukoll f'pajjiżi barranin.", "L-aktar problemi li qegħdin naraw huma fiż-żieda tar-rata ta' l-asthma.", "Issa l-asthma tista' tinqasam f'żewġ tipi; dik li ngħidulha asthma estrinsika u l-oħra li ngħidulha asthma intrinsika.", "Jien ċert li dan il- particulate matter, li qiegħed jiġi assorbit mill-ġisem huwa l-kawża ewlenija taż-żieda allarmanti ta' każijiet ta' asthma kemm f'pajjiżna, kif ukoll f'pajjiżi oħra.", "Per eżempju, f'Malta għandna rata ta' asthma ta' 20%, li hija rata pjuttost għolja għaliex tfisser li wieħed minn kull erbgħa jintlaqtu minn din il-kondizzjoni.", "Minn dejjem kienu jeżistu każijiet ta' asthma li nsejħulha familjari, imma llum qegħdin naraw każijiet ġodda ta' asthma fejn ma jkunx hemm family history tagħha.", "Jiena għandi suspett qawwi li anke l-catalyctic converters tal-karozzi qegħdin joħolqu dawn il-fine particulate matters.", "M'għandix dubju li hemm min qiegħed jilgħab b'dawn il-catalyctic converters sabiex isolvi ċerti problemi, imma qiegħed joħloq oħrajn.", "Kif għedt, din it-tip ta' asthma qiegħda tiżdied b'rata qawwija u x-xjentisti qegħdin jissuspettaw li l-particulate matter għandu x'jaqsam ma' din iż-żieda.", "Madankollu qed ikun hemm każijiet minn dawn anke f'northern Scotland.", "Issa hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq il-highlands, fejn m'hemmx ħafna karozzi u industriji, imma xorta waħda qed ikun hemm żieda allarmanti ta' każijiet ta' asthma.", "Din tista' tkun ġejja mil-livell tal-particulate matter tal- karozzi eżistenti u tista' tkun ġejja minn livell importat ta' inkwinament.", "Hemm ħafna teoriji dwar ir-raġuni għaliex pajjiżi bħal northern Scotland għandhom żieda allarmanti fir-rata ta' l-asthma, meta dan huwa post pjuttost mingħajr inkwinazzjoni.", "Sur President, dan kollu qiegħed iwassal sabiex nagħtu kas aktar tal- kwestjoni tal-ħruq tal-fossil fuels, jiġifieri dawk li ngħidulhom il- hydrocarbons.", "Il-kummissarju Piebalgs għamel premura lid-deputati taż-żewġ naħat tal-Kamra sabiex ninvestu aktar f'alternative energy sources.", "Issa nafu li sa ftit taż-żmien ilu l-alternative energy sources kienu jiswew aktar miż-żejt.", "Pero` kif inhu sejjer il-prezz taż-żejt – nafu li ftit taż- żmien ilu l-prezz taż-żejt għamel qabża kbira 'l fuq u maż-żmien aktarx li se jkompli tiela' - m'hemmx dubju li fil-futur se jilħaq il-livelli tal- costs of alternative energy sources.", "It-teknoloġija ġdida qiegħda tagħmel dawn is-sorsi ta' l-enerġija aktar amenibbli għal aktar effiċjenza.", "Min jistudja l-fiżika jaf kemm hija importanti l-kwestjoni ta' l-effiċjenza.", "Għax jista' ikollok sistema li taħdem imma ma tkunx effiċjenti għax biex tħaddimha tkun trid tonfoq aktar flus milli kieku kellek tagħmel użu mill-ħruq taż-żejt.", "Il-kummissarju Piebalgs spjegalna li bħala pajjiż żgħir jeħtieġ li ninvestu f'dawk li huma sorsi ta' enerġija alternattiva.", "S'issa diġa` tkellimna fuq l-użu tal-gass minflok il-ħruq taż-żejt.", "Il-gvern ilu jgħid li l-użu tal- gass naturali jinkwina inqas mill-ħruq taż-żejt, pero` fl-aħħar mill-aħħar xorta waħda jibqa' hydrocarbon, u għalkemm iħammeġ inqas, il-problema tal- particulate matter b'daqshekk ma tisparixxix għal kollox.", "Imma b'hekk, fl- aħħar mill-aħħar, hemm ċans li tonqos il-problema tal-greenhouse gases.", "Żgur li f'Malta nistgħu nużaw ir-riżorsi tar-riħ, tax-xemx, tal-mewġ u tas- solidarjeta` mal-pajjiżi viċin tagħna.", "Sur President, meta tkun għaddej bl-ajruplan minn fuq il-Ġermanja u tħares 'l isfel, tara l-investiment kbir li għamel dan il-pajjiż fl-imtieħen tar- riħ sabiex jipproduċi l-enerġija.", "Dawn l-imtieħen qegħdin isiru dejjem aktar cost effective pero` għandhom tliet problemi.", "L-ewwel problema hija dik li jieħdu ħafna art li normalment tintuża għal affarijiet oħra.", "It- tieni problema hija li dawn l-imtieħen jagħmlu ħoss irritanti ħafna u għaldaqstant ma tistax tqegħedhom ħdejn zoni residenzjali.", "It-tielet problema hija dik li dawn l-imtieħen ikerrhu l-ambjent.", "Per eżempju, ħadd ma jista' jimmaġina li fejn is-soltu l-iskyline Malti jkun iddominat minn xi knisja u erbat idjar, f'daqqa waħda l-pajsaġġ Malti jinbidel u tibda tara mtieħen kbar iduru mar-riħ.", "Żgur li xi ħaġa bħal din tħassar il- pajsaġġ Malti, u ma ninsewx li l-ambjent għandu l-aspett estetiku tiegħu wkoll.", "Is-soluzzjoni hija li wieħed ipoġġi dawn l-imtieħen fil-baħar.", "Naħseb li l- gvern Malti qiegħed jaħdem fuq din l-alternattiva, jiġifieri li dawn l- imtieħen jitpoġġew fuq xi skoll fil-baħar.", "Ovvjament f'dan il-każ ikunu jirrikjedu ,aktar maintenance peress li l-baħar jagħmel aktar ħsara.", "Barra minn hekk trid issib xi skoll li ma jkunx daqshekk fond għaliex inkella z- zalza tiġik ogħla mill-ħuta.", "Dawn l-imtieħen tar-riħ huma importanti għaliex f'pajjiżna m'aħniex neqsin mir-riħ, l-aktar f'Marzu, April u Mejju, kif ukoll qabel ma tidħol ix-xitwa.", "Pajjiżna jinsab imżejjen ukoll bix- xemx.", "U għalkemm s'issa l-photovoltaic couples kienu ineffiċjenti mmens, dan l-aħħar saru passi kbar 'il quddiem f'din it-teknoloġija.", "Jien m'iniex xi espert fil-materja, pero` naf li hawn kumpanniji Maltin li twaqqfu dan l-aħħar li qegħdin jużaw dawn il-photovoltaic couples, li jaħdmu bl-enerġija tax-xemx, sabiex isaħħnu l-water heaters fuq il-bejt b'mod effiċjenti.", "Illum dawn qegħdin jintużaw ukoll sabiex jipproduċu l- enerġija direttament.", "Naħseb li 'l quddiem irridu nħarsu aktar mill-viċin lejn dawn il-photovoltaic couples għaliex għalkemm s'issa l-effiċjenza tagħhom kienet pjuttost baxxa, 'il quddiem dawn jistgħu jitħaddmu b'aktar effiċjenza.", "Min-naħa tiegħu l-gvern diġa` ta xi inċentivi fil-budget li għadda u anke f'dak ta' qablu għall min jagħmel użu minn dawn il- photovoltaic couples, billi introduċa r-rifużjoni tal-VAT li titħallas fuqhom.", "Sors ieħor ta' enerġija alternattiva li nistgħu nitkellmu fuqu huwa l-mewġ tal-baħar.", "Kif nafu pajjiżna jinsab imdawwar bil-baħar u l-mewġ jista' jintuża sabiex nieħdu l-enerġija minnu.", "Dan l-aħħar qrajt artiklu fuq kif fl-Awstralja għamlu l-ewwel power station - ta' daqs żgħir - li taħdem bil- mewġ tal-baħar.", "Il-mewġ tal-baħar iħabbat ma' pjanċa kbira li tkun im qabbda ma' dynamo u biċ-ċaqliq tal-mewġ jiġi ġġenerat id-dawl.", "L- alternattiva l-oħra hija dik li pajjiżna jingħaqad mal-grid ta' l-Ewropa.", "Il-grid networking huwa interessanti għal pajjiżna għaliex hemm pajjiżi ġirien tagħna li għandhom kapaċita' żejda ta' elettriku.", "Per eżempju, Sqallija tipproduċi kapaċita` żejda; hekk ukoll Franza.", "Jista' jkun li dawn il-pajjiżi jkunu f'pożizzjoni li lilna jbigħulna din l-enerġija elettrika żejda u b'hekk ma jkollniex għalfejn nużaw sorsi tagħna u allura nnaqqsu l-inkwinament f'pajjiżna.", "Naturalment b'dan il-mod inkunu qegħdin nittrasferixxu l-problema tagħna għal pajjiż ieħor!", "Nafu li llum id-domanda għall-enerġija elettrika hija aktar qawwija fis- sajf milli fix-xitwa.", "Qabel, fix-xitwa d-domanda għall-enerġija elettrika kienet tkun akbar minħabba l-heaters ta' l-elettriku.", "Imma llum, peress li daħlu aktar l-air conditioners, l-akbar domanda għall-elettriku qiegħda tkun fis-sajf.", "Għalhekk fis-sajf bdejna nisimgħu bi problemi ta' overload li qabel ma konniex nisimgħu bihom.", "Ladarba qegħdin nitkellmu fuq l- enerġija u fuq it-tibdil fil-klima, ikun tajjeb li nfakkar ftit fuq kif Malta, madwar għaxar snin ilu kienet issuġġeriet li t-tibdil fil-klima kellu jkun ikkonsidrat bħala a common concern ta' l-umanita`.", "Niftakar li dak iż-żmien il-Prim Ministru ta' Malta, Dr. Fenech Adami, kien mar l-Ingilterra, li kellha l-presidenza ta' l-Unjoni Ewropea, u kien l- ewwel wieħed li ressaq il-konċett ta' common heritage.", "Pero` l-Prim Ministru Ingliż ta' dak iż-żmien, is-Sinjura Margaret Thatcher, ma riditx tisma' b'dan is-suġġeriment u sfortunatament, dan il-konċett ġie mdawwar f'common concern.", "Hawnhekk tajjeb ngħidu li hemm differenza bejn common heritage u common concern għaliex meta titkellem fuq il-prinċipji ta' common heritage, tkun qiegħed iddaħħal konċetti legali li huma marbutin mal- ġid komuni tal-bniedem.", "Meta titkellem fuq konċetti ta' common heritage, tkun qiegħed mill-ewwel taqbad it-tliet konċetti tal-ġid komuni li huma applikati.", "Ma ninsewx li Malta kienet l-ewwel pajjiż li ħarġet b'din l- idea meta ġiet applikata l-liġi tal-baħar u kien irnexxielna.", "Taħt gvern Nazzjonalista kien hemm l-Arvid Pardo, li kienet il-Pacem in Maribus Convention meta twaqqfet il-liġi tal-baħar.", "Sfortunatment fis-snin sebgħin, gvern Laburista ma kienx kompla b'din l-inizjattiva sabiex imbagħad il-frott ta' dak kollu li konna għamilna aħna kien mar għand il- Ġamajka fejn proprju sar dak iċ-ċentru li konna ħdimna għalih aħna.", "Kif għedt, meta wieħed jitkellem fuq common heritage jaqbad immedjatament u legalment ma' tliet punti.", "L-ewwel punt huwa dak li jgħidulu r-res nullius jiġifieri li l-ġid m'huwa ta' ħadd.", "It-tieni punt huwa dak tar-res communis, u t-tielet punt huwa dak tar-res communis omnium, li huwa l- prinċipju tal-common heritage.", "Naħseb li din l-inizjattiva ta' Malta kienet waħda tajba u importanti.", "Illum li n-nies huma receptive għaliha, xtaqt nissuġġerixxi li terġa' titqajjem għaliex illum dan il-konċett huwa aktar aċċettabbli milli kien għaxar snin ilu.", "Fl-aħħar ħames minuti li fadalli xtaqt nitkellem fuq ir-rebate scheme li nieda l-gvern fl-aħħar budget.", "Permezz ta' din l-iskema kulmin jixtri electrical appliance kkonsidrata bħala energy efficient, jiġifieri li ma taħlix enerġija jew li ma taħlix enerġija daqs appliances oħra, jingħata ċertu sussidju fuq ix-xiri tagħha.", "Min jistudja l-mekkanika jifhem mill- ewwel kemm dawn il-konċetti ta' l-efficiency huma importanti għaliex minn meta tidħol l-enerġija sakemm toħroġ ikun hemm transition u telf ta' l- effiċjenza.", "B'hekk iz-zalza taf tiġik ogħla mill-ħuta.", "Jekk l-effiċjenza hija ħażina ħafna lanqas ħaqq il-flus li tippompja għaliex, kif għedt, iz- zalza tiġik ogħla mill-ħuta.", "Jaf ikollok sistema elettrika li tkun qiegħda titlef 30% jew 40% ta' l-efficiency tagħha u allura inti tkun qiegħed tħallas ukoll għall-ineffiċjenza.", "Kif għedt, fil-budget li għadda l-gvern kien nieda din l-iskema fejn min jippreżenta ċertifikati ta' xiri ta' appliances li huma energy efficient, ikun jista' jieħu lura s-somma ta' Lm25 jew Lm50 mill-flus li jkun nefaq fuq dik l-appliance.", "Din hija skema eċċellenti li naturalment ħadet ftit taż-żmien sakemm ġiet varata.", "Prinċipalment kien hemm żewġ raġunijiet għal dan id-dewmien; l-ewwel raġuni kienet iż-żmien li ħa l-ministeru tal- finanzi sakemm għamel ir-regoli u l-kriterji, u t-tieni raġuni kienet iż- żmien li ħadet l-MRA sabiex tagħmel ir-regoli tagħha.", "Ovvjament dan kollu jieħu ż-żmien.", "Kien hemm problemi wkoll minħabba nuqqas ta' ċertifikazzjoni min-naħa ta' min kien qiegħed ibigħ dawn il-prodotti.", "Kien hemm min kien ta' l-affari tiegħu u serju u pproduċa d-dokumenti neċessarji - għaliex mhux kulmin jixtri kitla jew fridge jikkwalifika biex jieħu lura Lm50; hemm ċerti kriterji li jridu jiġu sodisfatti mis-supplier – u kien hemm oħrajn li ma kienu effiċjenti xejn.", "Minn hawnhekk nagħti parir lill-konsumaturi sabiex iwarrbu lil dan it-tip ta' kumpanniji għaliex m'humiex serji u ma joffrux servizz tajjeb lill-konsumatur.", "Kien hemm każi fejn l-application forms li tipprovdi l-MRA, ma kenux qegħdin jimtlew sew.", "Hemm min ma ffirmax l- applikazzjonijiet, hemm min ta informazzjoni ħażina u hemm min ma ta l-ebda informazzjoni.", "Din hija materja daqsxejn ikkomplikata u għalhekk huwa importanti li l-formoli jimtlew kif suppost.", "Sur President, sa l-aħħar ta' Mejju ta' din is-sena kien hemm 7,400 applikazzjoni ma' l-awtorita`, li minnhom ġew ipproċessati 4,000.", "Ta' min jgħid li għalkemm ir-rata li biha qed jiġu pproċessati tista' tidher baxxa, hemm ċertu paper work li jrid isir.", "Ikunu jridu jsiru wkoll ċerti investigazzjonijiet u kellhom jiġu stabbiliti ċerti kriterji.", "Issa li dawn ġew stabbiliti, kif ukoll għaliex l-awtorita` mpjegat il-manpower neċessarju, dawn is-7,000 applikazzjoni ma jdumux ma jiġu cleared kollha.", "Ta' min jgħid li minn dawk l-4,000 applikazzjoni li ġew ipproċessati, 1,200 ħadu l-pagament, 900 għadhom pendenti minħabba li l-importatur għadu ma ssottomettiex id-dokumentazzjoni, 850 għadhom pendenti minħabba li l- customer naqas milli jissottometti d-dokumentazzjoni u l-formoli neċessarji, 67 applikazzjoni ġew imwarrba għaliex l-appliance ma kkwalifikatx taħt din l-iskema jew inkella għaliex kienet inxtrat qabel ma bdiet l-iskema, u 1,000 applikazzjoni kienu eliġibbli għall-pagament wara li r-retailer jew min xtara ssottometta d-dokumentazzjoni wara l-kuntatt li sar mill-awtorita`.", "Tajjeb li ngħidu li ħafna drabi l-MRA kellha ċċempel ripetutament lis- supplier jew lill-konsumatur sabiex tħeġġiġhom jippreżentaw id- dokumentazzjoni meħtieġa jew inkella għaliex id-dokumentazzjoni ppreżentata ma kenitx mimlija kif suppost.", "Kif għedt aktar qabel, sabiex l-awtorita` tlaħħaq ma' dawn l-applikazzjonijiet, kellha żżid ir-riżorsi tagħha fuq bażi kuntrattwali, imma naħseb li fil-preżent mexjin tajjeb.", "Jeħtieġ li din il-kwestjoni ta' l-enerġija tibqa' dejjem fuq skala ta' prijorita` għall-gvern.", "Qabel nagħlaq, nixtieq nitlob il-permess sabiex inqiegħed dan id-dokument fuq il-mejda tal-Kamra.", "MR SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "MICHAEL ASCIAK: Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Dokument intitolat Operation of the energy appliances rebate scheme.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sur President, wieħed mit-tasks tal-Malta Resources Authority kien li tagħmel pjan strateġiku għall-qasam ta' l-enerġija f'pajjiżna u għal dan il-għan ingħatat madwar Lm100,000 fis-sena.", "Pero` xorta waħda falliet il-missjoni tagħha, bħalma falliet mill-obbligi l-oħra li kellha.", "Qasam importanti li jaqa' taħt il-kontroll tal-Malta Resources Authority żgur li huwa dak ta' l-enerġija.", "Mingħajr dubju ta' xejn, l- enerġija hija waħda mill-aktar komponenti importanti fl-ekonomija mhux biss ta' pajjiżna imma ta' kull pajjiż ieħor fid-dinja.", "L-enerġija hija element li jaffettwa l-futur ta' kull wieħed u waħda minna, sew jekk tkun ħaddiem, sew jekk tkun employer u sew jekk tkun self-employed.", "L-effetti negattivi li joħorġu minn nuqqas ta' akkwist ta' enerġija jew minn prezzijiet instabbli jew għolja f'dan ir-rigward, jolqtu ħażin lil kulħadd mingħajr ebda distinzjoni.", "Fl-opinjoni tiegħi, jekk pajjiż ikun sinjur f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-enerġija, dak il-pajjiż ikun wieħed li jipprometti, għax hija l-enerġija l-ingredjent li jagħmel pajjiż sinjur jew fqir.", "L-enerġija hija element mill-aktar importanti b'mod speċjali għalina l-Maltin, mhux biss bħala konsumaturi in ġenerali imma anke minħabba li l-ekonomija tagħna hija bbażata fuq dak li nsejħulu l-value added, sew fil-qasam tal-manifattura kif ukoll fis-settur tas-servizzi.", "Il- prezz ta' l-enerġija jiġi rifless f'kull prodott u servizz li noffru jew nixtru.", "Żball kruċjali fil-politika ta' l-enerġija jista' ikun kritiku għall-futur ta' pajjiżna, u jista' jwassal – fost konsegwenzi oħrajn - għal telf ta' impjiegi fl-industriji u f'kull kamp ieħor għaliex pajjiżna ma jibqax kompetittiv.", "Sur President, il-politika tal-gvern Nazzjonalista f'dan il-qasam falliet bil-kbir għaliex l-iskop prinċipali wara kull azzjoni li twettqet qatt ma kien il-ġid tal-poplu Malti.", "Dejjem kienu għaddejjin f'ġirja waħda sabiex jaraw li l-infrastruttura li nbniet matul iż-żmenijiet mit-taxxi tal-poplu tgħaddi għand xi ftit ħbieb tal-ħbieb!", "Dan diġa` rajnieh iseħħ f'diversi azjendi li f'pajjiżna kienu, biex ngħid hekk, iħallu introjtu u kienu joħolqu ħafna mpjiegi.", "Infakkar li fid-diskors tiegħi dwar l-estimi tal-korporazzjoni Enemalta u tal-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma, jiena kont żvelajt li kien hemm pjan sottili sabiex dawn iż-żewġ korporazzjonijiet jiġu mfarrka taħt it- taparsi pjan ta' privatizzazzjoni li kien fassal il-gvern Nazzjonalista.", "Mr Speaker, bla dubju ta' xejn naħseb li llum kulħadd jifhem li s-sigurta` tax-xogħol tal-ħaddiema tagħna kif ukoll jekk stabbiliment jew negozju jibqax jopera jew jagħlaq, jiddependi minn jekk pajjiżna jibqax kompetittiv.", "Nista' ngħid li l-istatistika ta' l-Unjoni Ewropea diġa` żvelat ir-ranking tagħna f'dan il-qasam: pajjiżna huwa wieħed mill-inqas kompetittivi fl-Unjoni Ewropea.", "Ħalli ngħaddi issa biex nikkummenta dwar l-emendi li qed jipproponi l- gvern.", "Għaddew kważi seba' snin minn mindu din l-awtorita` ġiet stabbilita.", "U x'għamlet matul dan iż-żmien din l-awtorita`?", "Kulħadd jaf li din suppost li ndunat u wissiet lil din il-Kamra li l-prezzijiet taż- żjut u l-fuels kienu se jisplodu fis-swieq barranin.", "Minn dan m'għamlet xejn.", "Kulħadd jaf li din l-awtorita` ma ħadmet xejn sabiex tipproteġi lill- konsumatur, lill-ħaddiema u lil min iħaddem mis-surcharge u mill-kontijiet tad-dawl, tal-fuel u ta' l-ilma.", "Kellna seba' snin ta' skiet.", "Lanqas emenda waħda f'dawn is-seba' snin ma tressqet f'dan il-parlament.", "U hawnhekk ta' min jgħid li wieħed irid iħares lejn dawn l-emendi li qegħdin jiġu proposti f'kontest sħiħ.", "Sur President, kif diġa` aċċennajt fil-bidu, il-prezz ta' l-enerġija jaffettwa l-kompetittivita` ta' pajjiżna.", "Meta ġiet stabbilita din l- awtorita` kienet ingħatat poter b'saħħtu ħafna, poter li għal seba' snin sħaħ l-awtorita` ma wżatu qatt.", "Per eżempju, artiklu 7 tal-liġi prinċipali jistabbilixxi lill-awtorita` bħala kumpannija awtonoma b'responsabbilta' legali distinta.", "Mela din l-awtorita` setgħet taħdem mingħajr intervenzjoni ta' ħadd; setgħet tixtri, tbigħ, tagħmel investimenti, tislef u tissellef.", "Kollox setgħet tagħmel din l-awtorita`.", "Ovvjament biex setgħet tagħmel dan, il-gvern ried jippompjalha l-flus mit-taxxi tal-poplu.", "Barra minn hekk, fis-seba' snin li għaddew din l-awtorita` suppost li kellha tirregola l-prezzijiet, tipproteġi lill-konsumatur u ddaħħal il- kompetittivita`.", "Suppost li l-ewwel target tagħha kien li tagħmel pjan dwar l-enerġija f'pajjiżna.", "Fil-fatt l-awtorita` għamlet il-kuntrarju ta' dan kollu.", "Il-funzjonijiet ta' din l-awtorita` huma kollha deskritti f'artiklu 4.", "U hawnhekk insibu l-\"imma\", għaliex din l-awtorita` ingħatat il-poter li tirregola l-kompetittivita` f'kull qasam li jmiss ma' riżorsi, inkluż l- enerġija, id-dawl u l-fuel u saħansitra anke ż-żejt bħala materja prima fit- territorju tagħna.", "Jiena nista' nitkellem fuq din il-materja prima imma nixtieq li nkompli dwar l-awtorita`.", "Wara kollox, meta konna qed niddiskutu l-estimi tal-korporazzjoni Enemalta kelli l-opportunita` li nitkellem dwar il-qasam ta' l-enerġija; meta konna qed niddiskutu l-estimi tal- Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma tkellimt dwar il-qasam ta' l-ilma, u meta kien il-mument, tkellimt ukoll dwar it-tiftix tal-materja prima taż- żejt.", "Sur President, ta' min ifakkar li l-poplu kien ingħata x'jifhem li issa li se nibdew inħaffru għaż-żejt flimkien mat-Tuneżini jew mal-Libjani, u allura żgur li se ntellgħu ż-żejt.", "Fir-realta` dan ma kien xejn ħlief paroli fil-vojt.", "Meta jien staqsejt dwar dan lill-ministru responsabbli, li huwa dak ta' l-affarijiet barranin, dan qalli li hu m'għandux x'jaqsam għax dan huwa suġġett li jieħu ħsiebu l-ministru responsabbli mir-riżorsi.", "Meta kellimt lill-ministru tar-riżorsi qal li kien il-ministru ta' l- affarijiet barranin li daħal f'dak il-kuntratt, u qagħdu jibagħtuni mingħand Pilatu għal għand Kajfa!", "Imma apparti dan kollu, għax dan m'huwiex il-mument li niddiskutu dan is-suġġett, għalkemm tajjeb li ngħid li mill-paroli li kien sar dwar il-joint ventures, fir-realta` ma sar xejn.", "Fil-fatt jien kont korrett f'dak li għedt dak iż-żmien.", "Issa ħalli nkompli nitkellem fuq l-awtorita`.", "Din l-awtorita` kienet ingħatat il-poter li tiddetta l-istrutturi ta' prezzijiet fis-suq lokali.", "U minn dawn il-poteri m'hu se jintmiss xejn bl-emendi li qegħdin jiġu propost għaliex jidher li l-pjan tal-gvern Nazzjonalista huwa li l-Malta Resources Authority tassumi r-rwol li tirregola l-kompetittivita` f'pajjiżna, liema rwol kien f'idejn l-uffiċċju għall-kompetizzjoni ġusta.", "Dalwaqt nisimgħu li se jiġi emendat l-Att dwar il-Kompetizzjoni Ġusta, Kap. 379, sabiex dan l-uffiċċju jiġi mneżża' għal kollox minn dan il-poter li se jingħata kompletament f'idejn il-Malta Resources Authority!", "L-istess kif se jiġri fis-settur tat-telekomunikazzjoni.", "Sur President, ta' min jgħid li din il-manuvra biex il-Malta Resources Authority ikollha din il-ġurisdizzjoni, minn dejjem kienet legalment inkorretta u qatt ma setgħet tiġi aċċettata minn dan il-parlament.", "Qed ngħid hekk għax taħt l-istess Att dwar il-Kompetizzjoni Ġusta, Kap. 379, il- Malta Resources Authority m'hi xejn ħlief korp jew kumpannija b'identita` legali distinta u li tista' tesegwixxi attivita` ekonomika.", "Skond artiklu 7 ta' l-Att li jistabbilixxi l-Malta Resources Authority, Kap. 423, din l- awtorita` m'hi xejn ħlief kumpannija bħall-oħrajn.", "Sur President, jiena nemmen li waħda mill-ewwel emendi li għandhom jiġu proposti għandha tkun sabiex timpedixxi lill-Malta Resources Authority milli teżerċita xi rwol li għandu x'jaqsam mas-salvagwardja tal- kompetizzjoni ġusta jew it-theddida ta' strutturi ta' prezzijiet.", "MR SPEAKER: Onor. Mizzi, niġbidlek l-attenzjoni li sar il-ħin.", "Se tibqa' in possession?", "ONOR.", "JOE MIZZI: Iva, Mr Speaker, se nibqa' in possession.", "MR SPEAKER: Nitlob lill-Ministru biex, jekk jogħġbu, iressaq l- Aġġornament.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR NINU ZAMMIT: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tnejn, 25 ta' Ġunju 2007, fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:-", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income – Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija - Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Awtorita' ta' Malta dwar ir- Riżorsi - Tieni Qari (Kont);", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Amministrazzjoni Pubblika - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Organizzazzjonijiet Volontarji - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta - Kumitat; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta (Emenda Nru 2) - Tielet Qari; u", "Xi aġenda oħra li tista' tiġi komunikata aktar tard.", "--------------------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili (Emenda Nru 2) - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Foster Care - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Reġistru Ċentrali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza li tneħħi l-Kontroll tad-Djar - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Kumpanniji - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Mediċini - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Istituzzjonijiet Finanzjarji - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "Il-Ministru Mugliett.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Mr Speaker, xi ġimgħatejn ilu l-kap ta' l- oppożizzjoni f'aġġornament għamel diskors fil-konfront ta' diversi ministri sħabi, u fl-aħħar tad-diskors irrifera għalija wkoll rigward xi allegazzjonijiet li kienu qed isiru fil-konfront tiegħi f'dan il-parlament mill-Onor.", "Joe Mizzi.", "Madankollu l-iktar li nixtieq li nirrispondi hawnhekk huwa statement li għamel il-kap ta' l-oppożizzjoni fejn qal li l- kuntratti tax-xogħlijiet rigward it-toroq qegħdin jittieħdu minn kuntratturi ħbieb tiegħi.", "Jien mhux se nirrispondi għall-ewwel parti ta' l-attakk tiegħu lejja dwar ir-relazzjoni tiegħi ma' l-uffiċċju fejn kont naħdem jien.", "Dawn l-istess allegazzjonijiet għamilhom anke l-Onor.", "Joe Mizzi.", "Jien nippreferi jekk dawn l-allegazzjonijiet isiru barra mill-parlament u jien, bil-liberta` kollha, nirrispondihom barra mill-parlament.", "Issemmew nies u uffiċċji li m'għandhomx x'jaqsmu mal-ħidma pubblika, u dawn ukoll qed jistennew li jkollhom l-opportunita` li jkunu jistgħu jieħdu passi legali fuq il-gideb li sar fuqhom.", "Kif għedt, Mr Speaker, nixtieq nirribatti dak li qal il-kap ta' l- oppożizzjoni fil-konfront tiegħi meta qal li t-tenders tax-xogħlijiet il- kbar tat-toroq ittieħdu minn kuntratturi ħbieb tiegħi.", "L-ewwelnett ta' min jistaqsi għalfejn il-kap ta' l-oppożizzjoni għoġbu jagħti din it-tiċpisa.", "Raġuni ovvja hija dik tal-character assassination, jiġifieri li taqbad ma' ministru li jkun qed jaħdem, jew għallinqas ikun iġġudikat bħala ministru li qed jaħdem tajjeb, u biex ittappanlu r-rekord li jkollu u tipprova tiskreditah, iddaħħal id-dubju f'moħħ in-nies li dak il-ministru qiegħed jiekol xi ħaġa minn dak ix-xogħol li mhux suppost jiekol.", "Dan huwa l-iktar mod irħis kif tagħmel kritika politika, l-iktar mod miskin ta' min mhux kapaċi li jlaħħaq max-xogħol li qed nagħmlu u lanqas hu kapaċi jikkritikah fil-fond.", "Hija wkoll l-iktar tip ta' kritika politikament perikoluża, għax jekk aħna verament inħobbu l-politika rridu niżguraw l- affidabilita` politika, li n-nies jafdawna meta nagħmlu xi ħaġa tajba.", "Huwa b'dan il-mod li nħajru l-parteċipazzjoni tan-nies fil-politika.", "Jekk ikollna dan it-tip ta' gideb bla bażi fil-parlament, fejn dak li jkun jinħeba wara l-kumdita` ta' l-immunita` parlamentari, żgur li ma narawx nies ta' ċerta stoffa u ta' ċerta integrita` jipparteċipaw fil-ħajja politika.", "Mr Speaker, jiena ngħid li forsi hemm raġunijiet oħrajn għalfejn il-kap ta' l-oppożizzjoni għoġbu jattakka dan is-settur ta' ħidma ta' dan il-gvern preżenti.", "U naħseb li waħda mir-raġunijiet hija li l-kap ta' l-oppożizzjoni xejn m'hu kuntent bil-ħidma li qed jagħmel dan il-gvern fis-settur tat- toroq.", "Għalfejn, Mr Speaker?", "L-ewwelnett minħabba l-programm ta' xogħol li qed inwettqu.", "Bħalissa qed inwettqu programm fejn realment irdoppjajna l-budget f'dan is-settur.", "Qabel konna nonfqu medja ta' Lm7 miljun fis- sena.", "Illum jekk wieħed jara x'intnefaq mill-protokoll Taljan, x'qed jintnefqu mill-fondi ta' l-Unjoni Ewropea u x'qed jivvota l-gvern kull sena għal dan is-settur, isib li qed nonfqu madwar Lm14 miljun fis-sena.", "Ovvjament b'dan il-programm sostnut qed nagħmlu differenza fit-toroq kemm arterjali kif ukoll residenzjali.", "Meta tibda tlesti numru ta' toroq arterjali, ix-xogħol jibda jidher, jibda jinħass u jibda jintuża min-nies kuljum.", "U hemmhekk verament tinħass id-differenza.", "Sur President, qegħdin nagħmlu wkoll xogħol tajjeb u li jitlesta fil-ħin.", "In-nies jibdew jesperjenzaw ix-xogħol malli jitlesta.", "Barra minn hekk, meta jgħaddi ż-żmien, in-nies tesperjenza dan ix-xogħol fl-aspetti kollha tiegħu, ngħidu aħna wara li tagħmel ix-xita jew waqt traffic jams.", "Illum nistgħu ngħidu li t-toroq li saru mill-protokoll Taljan, li wħud minnhom ilhom lesti sentejn, għadhom jidhru kważi ġodda.", "F'dawn it-toroq ma kellniex fallimenti.", "Ma kellniex toroq li kellhom xi problemi.", "Kien hemm xi problemi żgħar, pero` fi proġett ta' 17-il kilometru, bħalma kien il- proġett tal-protokoll Taljan, dan it-tip ta' problemi tistennihom.", "Dawn kienu problemi minimi, minkejja li l-oppożizzjoni pprovat tkabbarhom ħafna biex tiskredita x-xogħlijiet li saru.", "Sur President, waħda mill-affarijiet li għamel dan il-gvern f'dan is-settur huwa li ppjana tajjeb ix-xogħlijiet kemm at the tendering stage, kif ukoll meta ġejna biex inwettquh.", "Aħna ppjanajna tajjeb u mill-bogħod biex wasalna sa hawn, u naħseb li din hija xi ħaġa li lill-oppożizzjoni tweġġagħha ħafna.", "Ippjanajna tajjeb anke meta kien responsabbli minn dan is-settur sieħbi l-Onor.", "Censu Galea.", "Dakinhar konna bdejna nagħmlu lassessment ta' x'kien hawn bżonn isir fil-pajjiż f'dak li jirrigwarda l- infrastruttura tat-toroq, bdejna nassessjaw kemm se jiġu jqumu u bdejna nġibu ċertu expertise.", "Naħseb li l-iktar ħaġa li l-gvern Nazzjonalista preċedenti għamel tajjeb kienet li nnegozja tajjeb anke fil-fora Ewropej biex it-toroq prinċipali tagħna ġew klassifikati bħala parti mit-Ten-T Route.", "Din hija xi ħaġa li qed tagħmel differenza enormi lix-xogħol f'dan is-settur għax b'hekk it-toroq tagħna jistgħu jgawdu mill-fondi ta' koeżjoni.", "Kieku t-toroq tagħna ma ġewx klassifikati b'dan il-mod, kieku ma konniex ingawdu minn dawn il-fondi fil-ħames snin li ġejjin, u jekk Malta ma ssirx objective one tibqa' tgawdi anke wara.", "Sur President, jiena naħseb li din il-ħaġa lill-kap ta' l-oppożizzjoni tagħtih ġewwa għaliex turi wkoll gidba oħra tal-kap ta' l-oppożizzjoni.", "Jien niskanta kif il-kap ta' l-oppożizzjoni jgħajjar lil diversi ministri, fosthom lill-kollega tiegħi l-Onor.", "Ċensu Galea, li gidbu lil dan il- parlament, meta mbagħad l-ikbar gidba li saret fl-istorja politika riċenti f'Malta kienet dik tal-kap ta' l-oppożizzjoni li qabel l-elezzjoni li għaddiet qal lill-elettorat li pajjiżna mhux se jikseb iktar minn Lm1.5 miljun mill-Unjoni Ewropea u li ma jkunx kapaċi jonfoqhom!", "Jien naħseb li dik hija l-ikbar gidba politika li qatt saret u naħseb li dan is-settur tat- toroq huwa l-iktar settur lill-kap ta' l-oppożizzjoni jfakkru kemm kienet sfaċċata din il-gidba għaliex huwa l-iktar settur li b'mod viżibbli rnexxielu jonfoq flus li ġew mill-Unjoni Ewropea, u li kienu ħafna iktar minn Lm1.5 miljun.", "Issa xtaqt nitkellem ftit fuq dak li qal il-kap ta' l-oppożizzjoni li l- kuntratti tax-xogħlijiet il-kbar qed jittieħdu minn ħbieb tiegħi.", "L- ewwelnett rigward ix-xogħlijiet tal-protokoll Taljan irrid ngħid li kien hemm selective tendering u l-proċess tax-short-listing kien sar qabel ma jien sirt ministru.", "Meta mbagħad sirt jien ġew magħżula tlieta u konna bil- ħsieb li nibqgħu ma' dawk it-tlieta jekk dawn jgħaġġlu bix-xogħol tagħhom.", "Meta mbagħad iddeċidejna li anke nestendu x-xogħlijiet, indunajna li dawk it-tlieta mhux se jkunu kapaċi jieħdu iktar xogħol u għalhekk daħħalna tliet kuntratturi oħra.", "Dan ifisser li fil-każ tal-protokoll Taljan frixna x-xogħol mal-kuntratturi kollha u kważi l-kuntratturi l-kbar kollha li hawn f'Malta kienu soċji tal- kuntratturi Taljani.", "Il-main contractors kienu Taljani u bħala sub- contractors kienu qed jipparteċipaw kważi l-kuntratturi prinċipali kollha Maltin.", "Issa jekk qed jirriferi għall-proġetti li saru taħt il-protokoll Taljan, il-kap ta' l-oppożizzjoni għandu jgħid min huma dawn il-ħbieb tiegħi.", "Nitolbu jgħid ukoll kif jiena ndħalt fil-proċess ta' l-għoti tax-xogħlijiet biex iffavorejt lil xi ħabib partikolari tiegħi.", "Pero' issa niġi għad- definizzjoni ta' ħbieb.", "Jekk nieħdu l-proġetti ffinanzjati mill-Unjoni Ewropea, hemmhekk l-istorja hija ftit differenti.", "It-tenders f'dan il-każ kienu sitta.", "Jiġifieri, jekk irid, il-kap ta' l-oppożizzjoni faċilment jista' jkun ħafna iktar speċifiku.", "Dawn huma tenders li joħorġu minn dik is-sistema li ngħidulha tat-three envelopes, fejn l-Awtorita` dwar it-Trasport tikteb it-tender u tkun involuta biss fl-evalwazzjoni teknika.", "Meta tara li l-kuntratturi jgħaddu mill-evalwazzjoni teknika, l-aġġudikazzjoni tal-pakkett finanzjarju ma ssirx mill-awtorita` imma ssir mid-dipartiment tal-kuntratti.", "Il- ministeru ma jkollu l-ebda rwol fl-aġġudikazzjoni.", "Jekk imbagħad naraw min intgħażel fis-sitt tenders - tnejn minnhom f'Għawdex u tlieta oħra f'Malta – nindunaw li fil-każi kollha ġie magħżul dak li kien l-orħos.", "Ħafna drabi l-ewwel kriterju li jikkonsidra d-dipartiment tal-kuntratti huwa min hu l- orħos, u jekk dan jgħaddi mill-apsett tekniku, allura jintgħażel hu.", "Hekk saret l-għażla ta' dawn it-tenders.", "Veru li rriżulta li fil-joint ventures ta' erbgħa minn sitta kien hemm komuni żewġ kuntratturi kbar, pero` din hija xi ħaġa li tiġri f'ċertu tendering.", "Ikun hemm kuntratturi li għal raġunijiet diversi jkunu kapaċi jbaxxu l-prezzijiet tagħhom u għalkemm ġieli nkunu nixtiequ li jkun hemm firxa ikbar ta' kuntratturi, dan ma tkunx tista' tagħmlu.", "Lanqas tista' teskludi lil xi kuntrattur milli jieħu tender oħra għax, per eżempju, għandu xogħol ieħor.", "Huma l-prezz u l- evalwazzjoni teknika li jreġu.", "Sur President, jiena komplejt nagħmel analiżi ta' kuntratti oħrajn li tajna, kemm dawk tad-dipartiment tal-kuntratti, kemm kuntratti li joħorġu dipartimenti oħrajn kif ukoll kuntratti oħra, biex nara jekk il-firxa ta' tenders tirriflettix xi ħaġa li għandna nistħu minnha.", "Jekk naraw it- tenders kollha li ħarġu mid-dipartiment tal-kuntratti bejn is-sena 2004 u s- sena 2007 ssib li hemm ħames kuntratturi li ħadu bejniethom bejn Lm400,000 u Lm500,000 f'xogħol; tnejn ħadu Lm280,000 f'xogħol u erbgħa li ħadu b'madwar Lm100,000.", "Jiġifieri hemm varjazzjoni.", "Issa hawn irridu nżommu f'moħħna li fil-pajjiż m'hawnx ruxxmata kuntratturi tat-toroq.", "B'kollox hawn madwar 22 u kuntratturi kbar hawn madwar disgħa.", "Allura meta ngħidu li ħamsa ħadu bejn Lm400,000 u Lm500,000 inkunu qed nitkellmu fuq nofs il- kuntratturi l-kbar.", "Il-firxa ta' kuntratti li ngħataw naħseb li hija waħda tajba u żgur li m'humiex kollha nazzjonalisti.", "Issib ismijiet bħal Pata Builders li ħadu Lm560,000 u Penza li matul dawn is-snin ħa b'madwar Lm120,000 f'xogħol.", "Jiġifieri altru milli qed nagħtu xogħol lil xi nazzjonalisti jew lil xi ħbieb tiegħi.", "Dawn huma nies li jagħmlu tendering abbażi ta' prezzijiet u performance u għalhekk jieħdu x-xogħol.", "L-istess nistgħu ngħidu għat-tenders tad-dipartiment tal-kuntratti.", "Hemmhekk ukoll kien hemm firxa kbira ta' kuntratturi li ħadu x-xogħlijiet.", "Per eżempju, fis-sena 2004 kien hemm 18-il kuntrattur differenti, fis-sena 2005 kien hemm 19-il kuntrattur differenti, fis-sena 2006 kien hemm 14-il kuntrattur differenti u fis-sena 2007 diġa` hemm għaxra li ħadu t-tenders.", "Jiġifieri l-firxa kienet wiesgħa.", "Hawnhekk ukoll irrid ngħid li ma konniex kuntenti għal kollox għax kien hemm ċerti kuntratturi li kienu qed jagħmlu undercutting u biex verament ikun hemm spread ekwa ta' kuntratti, ta' tenders residenzjali, ħloqna dak li ngħidulu period contract fejn qbilna ma' l-FOI dwar il-proċedura li konna se nużaw u għamlna ċertu negozjar tal- prezzijiet.", "Fil-fatt ħriġna s-sejħa għal min irid jipparteċipa, u lil kulmin ipparteċipa bdejna nagħtuh ix-xogħol.", "Imbagħad lil min ilesti komplejna nagħtuh ix-xogħol.", "Żgur li kien hemm xi 20 jew 22 li applikaw u lil dawn kollha tajniehom ix-xogħol.", "Fil-fatt kien hemm wieħed li applika taħt żewġ ismijiet u ma ħallejnihx, għednielu li jista' japplika biss taħt isem wieħed biss.", "Sur President, il-kap ta' l-oppożizzjoni allega li l-kuntratturi li ngħataw ix-xogħol kienu ħbieb tiegħi.", "Il-kap ta' l-oppożizzjoni huwa obbligat li jispjega u jiċċara x'qed jifhem bi ħbieb, jekk humiex nies li nkun magħhom soċjalment, jekk humiex nies li għamiltilhom xi xogħol professjonalment jew jekk humiex nies li nnegozjajt magħhom.", "Jiena ma nkun ma' l-ebda kuntrattur b'mod regolari.", "Jekk xi ħadd jistedinni għal tieġ immur, pero` ma mmur niekol ma' l-ebda kuntrattur b'mod regolari, ma nagħmel l-ebda xogħol ma' xi kuntrattur u wisq inqas ninnegozja.", "Sur President, jiena ngħoddni bħala ħabib ta' kulħadd u ħabib ta' ħadd.", "Ħabib ta' kulħadd għax għandna bżonn lil kulħadd biex inżommu dan il- programm kbir ta' xogħol, pero` żgur li ma jien ħabib ta' ħadd partikolari.", "Il-kap ta' l-oppożizzjoni għandu obbligu li jispjega hawnhekk dak li qal rigward ħbieb tiegħi.", "Jien ngħid biss li fil-kritika li qed jagħmel dwar kontabilita` il-kap ta' l-oppożizzjoni donnu qed ipoġġi aside l-iktar punt validu.", "Għalija l-ikbar test ta' kontabilita` huwa dak tal-value for money, fejn għal-lira li qed jonfoq il-gvern qed jieħu l-valur ta' lira f'xogħlijiet tajbin.", "U jien nistieden lill-poplu Malti jħares lejn ix- xogħol li kien jagħmel il-Labour party meta kien fil-gvern, fosthom it-triq ta' l-Imtarfa li falliet, il-bypass ta' San Pawl li falliet u r-ruxxmata toroq oħra li fallew.", "Jien nitlob lill-poplu jara wkoll ix-xogħlijiet li qed nagħmlu aħna, xogħol ta' toroq tajbin li jibqgħu hemm u li jfaħħruhom anke l-barranin.", "Naħseb li dan huwa l-ikbar test ta' kontabilita'.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "Il-Ministru Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, se nieħu din il-parti ta' l-aġġornament biex mill-ġdid nagħmel riferenza għal dak li ntqal il-bieraħ waqt id- dibattitu dwar liġi partikolari.", "L-Onor.", "Joe Mizzi uża dak id-dibattitu biex jirripeti l-allegazzjonijiet li saru marbutin ma' l-Awtorita` marittima.", "Sabiex żgur ma ninsiex se nibda bi tliet punti, imbagħad inkompli fuq affarijiet oħra.", "Fost affarijiet oħra, l-Onor.", "Joe Mizzi qal li hu jemmen li l-ministru huwa parti mill-istess brimba, anzi huwa l-għanqbuda nnifisha.", "Jiena diġa` kelli l-opportunita` li nisfida lill-Onor.", "Mizzi li joħroġ barra u jispjega din id-dikjarazzjoni barra ħalli nkun nista' nieħu l-passi legali kollha marbutin ma' allegazzjoni bħal din.", "Jien ma naħsibx li fil-każ ta' din l- allegazzjoni għandu xi sors li, kif qal hu, għandu bżonn jipproteġi.", "Din hija allegazzjoni tiegħu u jekk hu raġel għandu jirrepetiha barra.", "L-Onor.", "Mizzi l-bieraħ reġa' għamel numru ta' allegazzjonijiet li kien għamilhom drabi oħra.", "Fil-fatt uħud minnhom ġew risposti u oħrajn ma ġewx risposti.", "Bħalma għamilt fuq id-diskors tiegħu stess matul il-ġimgħa u kif għamilt fuq id-diskors ta' l-Onor.", "Herrera l-bieraħ, jiena se ngħaddi dak id-diskors lill-kummissjoni kontra l-korruzzjoni biex ikollha ċ-ċans tinvestiga kull waħda mill-allegazzjonijiet li saru l-bieraħ.", "Barra minn hekk se mmur oltre u nistieden lill-istess kummissjoni kontra l-korruzzjoni biex, jekk ikun hemm bżonn, tinvestiga kull allegazzjoni oħra li għamlu xi darba l-Onor.", "Mizzi matul dawn is-snin kollha li għaddew marbutin ma' l- Awtorita` Marittima.", "Sur President, jien nerġa' nirrepeti dak li għedt il-bieraħ, li l-privileġġ parlamentari m'huwiex dritt li taħtu ninħbew biex taparsi ngħidu li qegħdin nipproteġu s-sorsi tagħna imma huwa dover, u naħseb li wasal iż-żmien li s- Sinjorija Tiegħek tagħmel ftit ta' investigazzjoni dwar kif dan is-suppost privileġġ qed jiġi abbużat.", "Ngħid \"kif dan is-suppost privileġġ qed jiġi abbużat\" għax illum, bil-mezzi ta' komunikazzjoni li għandna f'pajjiżna, għandna persuni li jistgħu jaqbdu partijiet minn dibattitu u jitfgħuhom fuq il-websites tagħhom, b'mod li dak id-dibattitu jkun jidher li hu l-verita`.", "U mbagħad jippretendu li dak id-diskors ikun protett mill-privileġġ parlamentari.", "Jien naħseb li din it-tip ta' repetizzjoni fuq websites m'għandha tingħata l-ebda forma ta' privileġġ parlamentari.", "F'partijiet differenti mid-diskors tal-bieraħ, l-Onor.", "Mizzi qal li fit-23 ta' April, meta konna qed niddibattu hawnhekk l-estimi ta' l-Awtorita` Marittima, hu kien għamel numru ta' allegazzjonijiet.", "Jiena dawk kont irrispondejthom dakinhar stess mill-informazzjoni li stajt niġbor f'dak il- mument.", "Wara kollox ma tkunx taf b'liema allegazzjonijiet se joħroġ min ikun se jitkellem min-naħa ta' l-oppożizzjoni.", "Ovvjament dakinhar kont weġibt biss għal uħud minn dawk l-allegazzjonijiet għax dwar l-oħrajn kelli bilfors nivverifika kemm kienu f'posthom jew le.", "Sur President, irrid ngħid li f'dak id-dibattitu partikolari, kuntrarju għal dak li qed jiġi rrapportat illum fil-media tal-partit ta' l- oppożizzjoni, fl-ebda ħin ma kien hemm riferenza għall-allegati abbużi marbutin mal-ħruġ ta' liċenzji u fl-ebda ħin ma kien hemm xi riferenza għall-allegazzjonijiet li eventwalment ħarġu iktar tard.", "Il-bieraħ l-Onor.", "Mizzi qal li dakinhar kien semma diversi każi li juru li kien hemm intiena kbira, ħmieġ u abbużi serji fl-Awtorita` Marittima.", "Allura jien nista' niġi f'dan il-parlament u ngħid li f'Malta hawn il-ħallelin u hawn min ibigħ id- droga, imbagħad jekk xahar jew xahrejn wara jinqabad xi ħadd li jkun seraq jew li biegħ id-droga, nerġa' niġi u ngħid li sena ilu kont għedt li hawn il-ħallelin f'pajjiżna.", "Jekk nagħmel hekk inkun għamilt statement li ma jfisser xejn u li jista' jitwessa' u jfisser ħafna.", "Fir-realta` f'dak li qal l-Onor.", "Mizzi ma kien hemm l-ebda indikazzjoni ta' l-allegazzjonijiet li mbagħad saru dwar il-ħruġ ta' liċenzji.", "Rigward ir-reġistrazzjoni ta' bastimenti ta' li għandhom 'il fuq minn 25 sena jkollna l-opportunita` nispjegaw x'inhuma l-fatti wara dan il-każ.", "Nispera li meta nersqu quddiem il-kummissjoni kontra l-korruzzjoni, kemm l- Onor. Herrera kif ukoll l-Onor.", "Joe Mizzi ma jaħarbux mir-responsabbilta` u joqogħdu jgħidu li jridu jipproteġu xi sors tagħhom.", "It-tnejn li huma tant kienu kategoriċi f'dak li qalu, li ma naħsibx li biex isalvaw id-dinjita` tagħhom ta' membri parlamentari jinstgħu jinħbew wara l-iskuża li jridu jipproteġu xi sors partikolari.", "Ħaġa oħra li ntqalet il-bieraħ u ġiet ripetuta fuq xi mezzi tax-xandir kienet li jiena kont qed nipprova, f'xi ħin jew ieħor, nimmiżlijdja lil din il-Kamra.", "U biex jipprovaw jagħtu din l-impressjoni f'din il-Kamra u anke barra, pero` xorta waħda taħt il-protezzjoni ta' l-immunita` parlamentari, il-bieraħ l-Onor.", "Mizzi qal li jien gdibt f'din il-Kamra meta ġejt mistoqsi dwar jekk kienx hemm xi tip ta' investigazzjoni marbuta ma' ħlasijiet ta' Lm170.", "Ħalli ngħid x'kien id-diskors preċiż.", "L-Onor.", "Mizzi staqsa hekk:", "\"Jien qed nistaqsi jekk dan il-bord huwiex qed jieħu r-remunerazzjoni għalxejn u jekk il-Ministru jaħsibx li għandu jinvestiga l-allegat abbuż li biex persuna tingħata ċertifikat qed tintalab tħallas Lm170.", "Ma jaħsibx li huwa fl-interess tal-poplu li jagħmel din it-tip ta' investigazzjoni biex jara hemmx diskrepanza bejn in-numru ta' persuni li qagħdu għall-eżami u n-numru ta' ċertifikati li ħarġu fir-realta`?", "Ir-risposta għal dawn iż-żewġ domandi ...\"", "Jien irrispondejt dak il-ħin stess - bil-problemi kollha li nqalgħu dwar jekk għandniex inwieġbu domandi supplimentari mhux marbutin jew le mad- domanda oriġinali - u se naqra verbatim mit-transcript tal-parlament fejn għedt:", "\"Mr Speaker, jekk inti qed taċċetta dawn id-domandi se nqum biex nirrispondihom.", "L-Onor.", "Mizzi għamel żewġ domandi.", "F'waħda minnhom staqsa jekk il-membri tal-bord tal-MMA humiex jirċievu remunerazzjoni għalxejn u r-risposta tiegħi hija: Le, dawn jirċievu remunerazzjoni skond kif tistipula l-liġi ta' pajjiżna dwar sitwazzjonijiet bħal dawn.", "Dwar it-tieni parti fejn qal li hemm persuni li ħallsu Lm170 biex jingħataw ċertifikat, nitolbu jagħmel domanda speċifika bil-miktub ħalli nkun nista' nivverifika jekk huwiex minnu li hemm min qed jallega dan il-fatt.\".", "Nistaqsi lilek, Mr Speaker, lill-Onor.", "Mizzi, lil din il-Kamra u lill-media dwar x'gidba għedt jien meta għedt li ma naf b'xejn fuq dan il-każ u meta tlabt li jkun hemm domanda partikolari biex allegazzjoni bħal dik inkun nista' ninvestigaha.", "Hawn jiena nerġa' nirripeti.", "Naturalment issa tibda tisma' xnigħat 'l hawn u 'l hemm – kemm f'din il-Kamra u anke barra.", "Pero`, kif għedt anke nhar is-Sibt li għadda meta ġejt mistoqsi mill- gazzetta \"Malta Today\" dwar jekk kienx hemm xi indikazzjoni ta' ħlasijiet bħal dawn, jien nirripeti li fl-ebda ħin u fl-ebda mument ma kelli xi indikazzjoni li xi ħadd qed iħallas xi ammonti ta' flus, żgħar, kbar jew medji.", "Il-kwestjoni marbuta ma' l-informazzjoni li jien kelli min-naħa tal- pulizija u oriġinarjament miċ-chairman tal-MMA, kienet li kienu nstabu xi diskrepanzi dwar liċenzji maħruġin għal skopijiet ta' sewqan.", "L- indikazzjoni ġiet fl-24 tax-xahar u marret għand il-pulizija.", "U jien kont informat li l-pulizija qed tinvestiga dan il-każ.", "F'dak il-mument u fil- ġranet ta' wara ma kelli l-ebda indikazzjoni - qabel ma ġie l-Onor.", "Mizzi f'din il-Kamra u indika ħlas ta' Lm170 jew xi somma oħra - li kien hemm allegazzjoni dwar ħlasijiet ta' Lm170 jew xi ammonti oħra.", "Kien hemm biss indikazzjoni ta' diskrepanza u ta' nuqqas ta' qbil bejn dawk li huma liċenzji maħruġa u dawk li għamlu l-kors, pero' dwar ħlasijiet ma kelli l- ebda indikazzjoni.", "Dan għidtulu dakinhar, nerġa' ngħidu llum u nibqa' ngħidu għal kemm hemm bżonn għax il-verita` tibqa' waħda u r-realta` tibqa' waħda.", "Intqal – mhux min-naħa ta' l-Onor.", "Mizzi f'dan il-każ, imma min-naħa ta' oħrajn – li fl-24 ta' Mejju li għadda jien kelli nagħmel dikjarazzjoni u ngħid li l-pulizija f'dak il-mument partikolari qiegħda tinvestiga xi allegati irregolaritajiet f'dawk li huma ħruġ ta' liċenzji.", "Dakinhar il- pulizija kienu għadhom qed jibdew l-investigazzjonijiet tagħhom fuq tip-off ta' l-awdituri interni ta' l-istess awtorita`.", "Nerġa' ngħid, mhux fuq tip- off ta' xi ħadd ieħor, imma fuq tip-off ta' l-awdituri interni, li meta kienu mitluba jagħmlu ċerti investigazzjonijiet mhux fuq dan il-każ partikolari, imma fuq affarijiet oħrajn, taw indikazzjoni li kien hemm xi diskrepanzi.", "Dawk l-indikazzjonijiet marru għand il-pulizija u l-pulizija bdew jinvestigaw.", "Issa jien m'għandix dubju li kieku dakinhar, fil-bidu ta' l-investigazzjonijiet, jien ħriġt xi stqarrija biex ngħid li l-pulizija qed tinvestiga dawn l-affarijiet, kont inkun akkużat f'din il-Kamra u f'postijiet oħrajn li qed nagħmel dan biex nipprova nisfratta l- investigazzjoni marbuta ma' dan il-każ.", "Qed ngħid dan għax fl-aħħar mill-aħħar, dan huwa parlament li fih tista' tiġi tallega li jfettillek, tgħid li jfettillek u kollox jibqa' għaddej.", "Anzi, bil-mezzi tal-lum, il-media wkoll ikollha l-protezzjoni meta tirrepeti gideb li jsir f'dan il-parlament!", "U tippretendi li ħadd ma jikkritikaha, ħadd ma jgħidilha xejn u ħadd ma jipprova, b'xi mod, jattakkaha fuq dak li tkun qed tagħmel.", "Il-bieraħ l-Onor.", "Mizzi biex ikompli juri x'tip ta' mentalita` għandna f'dan il-parlament u f'dan il- pajjiż staqsa jekk iniex lest li b'xi mod niċħad jew nikkonferma li dakinhar li saret id-domanda, fil-5 ta' Ġunju, il-persuna li kienet qed tiġi investigata ġiet il-ministeru u reġgħet ġiet l-għada.", "Naturalment hu ta l-impressjoni li hekk ġara.", "Jien nisfida lill-Onor.", "Mizzi jew xi deputat ieħor ta' din il-Kamra, jew inkella xi ħadd ieħor, li jgħid li l- persuna kienet qed tiġi investigata ġiet il-ministeru u b'xi mod, f'xi ħin, iltaqgħet miegħi dakinhar li saru d-domandi hawnhekk jew inkella l-għada jew inkella f'xi ġurnata oħra.", "Jiena nerġa' nikkonferma li mill-mument ta' l-24 ta' Mejju, meta kelli l- ewwel indikazzjoni li l-pulizija bdew jagħmlu l-investigazzjoni marbuta mal- ħruġ ta' liċenzji, apposta ddistakkajt ruħi mill-awtorita`.", "Fejn is-soltu ġieli nċempel l-awtorita` biex nistaqsi u niċċekkja ċerti affarijiet, minn dakinhar iddistakkajt ruħi.", "Għax kieku mur ġib lil din il-Kamra, u anke barra minn din il-Kamra kemm kienu jgħidu li qed nipprova nipproteġi lil xi ħadd.", "Jiena nirripeti li d-dover tiegħi huwa li fejn ikun hemm xi forma ta' abbuż, nara li dak l-abbuż jinkixef u jinqata' u fl-ebda ħin ma pprovajt nintervjeni biex il-pulizija ma tagħmilx ix-xogħol tagħha.", "Anzi, għall-kuntrarju, nerġa' ngħid - u dan li qed ngħid hawnhekk mhux qed ngħidu taħt il-privileġġ parlamentari – li jiena qed ngħaddi l-informazzjoni lill- kummissjoni kontra l-korruzzjoni u niddikjara li lest li mmur nixhed fuq dak kollu li ġie allegat mill-Onor.", "Mizzi.", "Issa nispera li hu wkoll ikun f'qagħda li jitla' jixhed.", "Għax il-bieraħ mill-ewwel ta numru ta' indikazzjonijiet li jrid jipproteġi s-sors, irid jipproteġi lil dak u lill-ieħor!", "L-ewwel dover li għandna f'din il-Kamra huwa li niġu u ngħidu l-verita`.", "Jekk ma tgħidx il-verita` jew inkella tgħid parti żgħira mill-verita` u tipprova tgħaqqadha ma' parti żgħira ta' verita` oħra, ikun ħafna agħar milli kieku tkun għedt gidba, u f'dan il- parlament mhux suppost li niġu ngħidu l-gideb għax inkella nkunu qed nimmiżlijdjaw lill-Kamra.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it-Tnejn, 25 ta' Ġunju 2007, fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUBA", "SISTEMI TA' ENERĠIJA ELETTRIKA", "26656.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru jgħid liema huwa l-bini li jaqa' taħt il-ministeru tiegħu li fil-preżent jitħaddem fuq sistemi ta' enerġija elettrika/ect solari u jew ta' xorta oħra sabiex ikun imħares aħjar l- aspett ambjentali?", "X'inhu l-pjan tal-ministeru għas-sitt xhur li ġejjin u cioe' kemm skejjel, mużewijiet eċċ se jkunu bbażati fuq dawn is-sistemi?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Propjament m'hemm l-ebda bini li fil-prezent jitħaddem fuq sistema ta' enerġija solari.", "Iżda l-iskola Sekondarja San Benedittu għandha wkoll tagħmir ta' sistema ta' enerġija solari.", "Hu maħsub li l- iskejjel kollha li qed jew ser jinbnew ikollhom ukoll sistemi ta' enerġija alternattiva.", "SISTEMI TA' ENERĠIJA ELETTRIKA", "26657.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' l-Ministru jgħid liema huwa l-bini li jaqa' taħt il-ministeru tiegħu li fil-preżent jitħaddem fuq sistemi ta' enerġija elettrika/ect solari u jew ta' xorta oħra sabiex ikun imħares aħjar l-aspett ambjentali?", "X'inhu l-pjan tal-ministeru għas-sitt xhur li ġejjin u cioe' liema dipartimenti eċċ se jkunu bbażati fuq dawn is-sistemi sostenibbli?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Għall-mistoqsija ta' l-Onor.", "Interpellant jista' jingħad li s'issa twaħħlet sistema fotovoltaika ta' 3.20 kiloWatt (peak) - kWp - fuq il-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura.", "Għas-sitt xhur li ġejjin il-Ministeru beħsiebu jkompli bil-programm ta' bdil ta' bozoz minn dawk tradizzjonali għal dawk energy saving fl-istess bini u dak tad-Dipartiment.", "SISTEMI TA' ENERĠIJA ELETTRIKA", "26658.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru tgħid liema huwa l-bini li jaqa' taħt il-ministeru tagħha li fil-preżent jitħaddem fuq sistemi ta' enerġija elettrika/ect solari u jew ta' xorta oħra sabiex ikun imħares aħjar l- aspett ambjentali?", "X'inhu l-pjan tal-ministeru għas-sitt xhur li ġejjin u cioe' liema dipartimenti eċċ se jkun bbażati fuq dawn is-sistemi sostenibbli?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-tabella li poġġejt fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni fis-seduta waqt it-Tqegħid ta' Karti.."]} {"filename": "20050404_251d_par.doc", "date": "2005-04-04", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Uffiċjali u Rivedut) L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 251 It-Tnejn, 4 ta' April, 2005 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 251 It-Tnejn, 4 ta' April, 2005", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6:10 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "251", "It-Tnejn, 4 ta' April, 2005", "WERREJ", "MINUTI 466", "TELFA TAL-QDUSIJA TIEGĦU, IL-PAPA ĠWANNI PAWLU II 466", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 472", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB 496", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 250 li saret fis-16 ta' Marzu, 2005 ġew konfermati.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Mr Speaker, nitlob l-approvazzjoni tal-Kamra għas-sospensjoni ta' l-agenda kif ċirkolata, ħalli nkun nista' nagħmel intervent jien li mbagħad jiġi segwit b'intervent ieħor min-naħa tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni, proprju fil-kuntest tat-telfa ta' Papa Ġwanni Pawlu II li l-mewt tiegħu tħabbret nhar is-Sibt li għadda.", "MR SPEAKER: Nifhem li m'hawn l-ebda oġġezzjoni u allura nitlob lill-Prim Ministru biex jibda l-intervent tiegħu.", "TELFA TAL-QDUSIJA TIEGĦU, IL-PAPA ĠWANNI PAWLU II", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sur President, nistgħu ngħidu li d-dinja kollha ngħaqdet f'tislima waħda lejn dan il-bniedem kbir li tħabbret il-mewt tiegħu nhar is-Sibt li għadda wara xi ġranet li fihom id-dinja kollha kienet qed issegwi l-istat ta' saħħet il-Papa, bniedem li ġie rikonoxxut minn kulħadd għal dak kollu li għamel tul ħajtu kollha, speċjalment għal dak li għamel tul il-pontifikat tiegħu.", "Wara li kkonsultajna anke man-naħa ta' l-oppożizzjoni dehrilna li jkun xieraq li anke dan il-Parlament isellem lill-Papa Ġwanni Pawlu II għaliex bħala deputati eletti mill-poplu Malti, f'din l-ogħla istituzzjoni ta' pajjiżna, aħna nirrappreżentaw is-sentiment li l-poplu Malti u Għawdxi kollu kemm hu esperjenza matul il-ġranet li għaddew, partikolarment meta tħabbret il-mewt tal-Papa.", "Għalhekk ninsab żgur li f'din il-Kamra nkunu qegħdin nirriflettu dak li qed jinħass mill-poplu tagħna kollu f'dawn il- ġranet.", "Issa f'isem in-naħa tal-gvern xtaqt nagħmel ftit riflessjonijiet fil-qosor għalkemm intqalu ħafna affarijiet diġa` u m'għandniex għalfejn nirrepetu kollox, pero` hemm riflessjonijiet importanti li jidhirli li għandi nagħmel f'din l-okkażjoni, Sur President.", "L-ewwelnett naħseb li għandna nsellmu lil dan il-Papa bħala ragħaj spiritwali li dawwal id-dinja kattolika u kristjana b'mod straordinarju, bil-mod kif wettaq il-pontifikat tiegħu matul is-27 sena li għamel bħala Papa.", "Huwa wera lil kulħadd kif wieħed għandu jgħix il-valuri tiegħu u kif iwettaq dawk il-valuri tat-twemmin tiegħu fir-realta' tal-ħajja ta' kuljum.", "Jidher ċar li għal dan il-Papa, tul il-ħajja kollha tiegħu, it-twemmin li kellu kien fundamentali fid-dinjita` tal-persuna umana, bl-enfasi tiegħu li din id-dinjita' tibda mill-mument tal-konċepiment sal-mument tal-mewt.", "Għaliex hemm dinjita` sħiħa li m'hi mċajpra b'xejn, allura taħt l-ebda ċirkostanza u fl-ebda mument dik id-dinjita` ma tippermetti li inti tiddiskrimina jew b'xi mod jew ieħor tagħmel differenza bejn persuna u oħra, imma għandek il-ħin kollu tesprimi, iġġib ruħek, tiddeċiedi u twettaq il-ħidma tiegħek b'rispett sħiħ lejn din id-dinjita` sħiħa li tibqa' sħiħa l-ħin kollu, nerġa' ngħid mill-mument tal-konċepiment sal-mument tal-mewt.", "Dan il-kriterju fundamentali huwa wettqu tul ħajtu u naħseb li joħroġ b'mod qawwi ħafna bħala valur li għalina li nemmnu u nħaddnu l-valuri nsara, għandna npoġġuh quddiemna fil-ħidma tagħna ta' kuljum min fiċ-ċirkostanzi partikolari tiegħu fuq il-post tax-xogħol, min internament fil-familja u oħrajn fil-professjoni, fil-vokazzjoni jew anke saħansitra fil-ħajja politika tagħhom.", "Fil-fatt dan il-Papa kellu karatteristika partikolari għaliex kważi kulħadd jista' jassoċja ruħu miegħu peress li hu personalment għex traġedji differenti, mumenti sbieħ u mumenti koroh.", "Allura tista' tgħid li kulħadd jista' jara fih xi ħaġa li ddawlu fiċ-ċirkostanzi partikolari tiegħu.", "Per eżempju, wieħed mill-ewwel jammira u jinduna li ż-żgħażagħ mid-dinja kollha ngħaqdu wara dan il-Papa għaliex raw fih mudell fejn sabu affarijiet li huma komuni u tajbin u valuri li mexxewhom 'il quddiem, anke fiċ- ċirkostanzi ta' ħajja moderna fejn jeżistu pressjonijiet minn diversi affarijiet oħrajn li dinja moderna tista' tipprovdi.", "Meta hu stess kien żagħżugħ għex perijodu ta' żmien diffiċli, għex it-tirannija, għex il- komuniżmu, għex in-naziżmu u allura kien jaf x'jiġifieri li tkun vittma ta' sistemi li ma jirrispettawx id-dinjita` tal-persuna.", "Kien personaġġ li f'żogħżitu stess, anke qabel ma laħaq Papa, għex u esperjenza personalment xi tfisser dik it-tip ta' tirannija u allura esperjenza hu stess xi tfisser id-diskriminazzjoni u n-nuqqas ta' liberta`.", "Hu fehem ukoll xi tfisser li titlef il-ġenituri meta tkun għadek żgħir u allura xi tfisser li inti tkompli tfendi biex tfassal il-ħajja tiegħek anke fit-telfa tal-ġenituri f'sitwazzjoni fejn tispiċċa orfni.", "Hu kien ukoll ħaddiem ta' l-id li ħadem f'postijiet tax-xogħol u allura kien jaf xi jfisser li tkun ħaddiem, iżda daqstant ieħor jaf xi tfisser li tkun studjuż, li tkun għalliem, li tkun poeta u li tkun ukoll vittma ta' att kriminali jew att ta' vjolenza fuq il-persuna tiegħek.", "Kien jaf xi jfisser il-mard, xi jfisser li tkun anzjan u xi tfisser kull sitwazzjoni tista' tgħid fil-ħajja tal-bniedem.", "Allura huwa naturali li mad-dinja kollha n-nies normali u n-nies tat-triq, biex ngħid hekk - issa m'iniex ngħid għall-kapijiet ta' l-istat, għall-gvernijiet u għall-personaġġi \"importanti\" imma qed ngħid għan-nies fil-familji tagħna, fit-toroq tagħna, fid-djar tagħna u mad-dinja kollha - f'dan il-Papa raw personaġġ li miegħu jistgħu jassoċjaw ruħhom u jaraw mudell ħaj ta' kif wieħed jista' jgħix id- diffikultajiet tal-ħajja u s-sabiħ tal-ħajja u jesperjenzahom b'mod pożittiv.", "F'kull ċirkostanza huwa kien joffri dan il-mudell imma kien ukoll personaġġ, jew aħjar personalita`, li b'għemilu għaraf is-sinjali taż- żmenijiet kontinwi li hu għadda minnhom u li allura influwenza wkoll bil- ħidma tiegħu u bil-papat tiegħu, il-kors ta' l-istorja ta' pajjiżna.", "Min segwa dak li kien qed iseħħ fuq it-televiżjoni matul il-ġranet li għaddew, żgur li segwa intervista interessanti ħafna ma' Lech Walesa tal- moviment Solidarnosch, li għamel dikjarazzjoni biex jirrikonoxxi li s-sehem tal-Papa f'dawk il-mumenti ta' bidliet kbar li kienu qed iseħħu fil-Polonja kien kruċjali biex beda moviment li eventwalment nafu x'impatt kellu fuq kif żviluppaw l-affarijiet.", "Dan il-moviment wassal għall-waqgħa tal- komuniżmu, għall-waqgħa tal-ħajt ta' Berlin u għall-għaqda mill-ġdid tal- kontinent Ewropew li kien għamel snin twal mifrud.", "Finalment dan wassal biex dawk il-popli li kienu mifrudin ingħaqdu bejniethom u warrbu dak li kien qiegħed jisseparahom.", "Għalhekk is-sehem ta' Papa Ġwanni Pawlu II f'dan il-proċess kien importanti, pero` jien nenfasizza li s-sehem tiegħu ma kienx fuq livell politiku imma kien mibni fuq il-valur fundamentali li kien il-gwida tiegħu tul ħajtu kollha, u cioe' d-dinjita' tal-persuna li m'għandha qatt tiġi mittiefsa mill-ebda sistema politika, tirannika jew ta' dittatorjat li tnaqqas jew b'xi mod jew ieħor tiddiskrimina bejn persuna u oħra.", "Kien ukoll personaġġ li għaraf il-valur tad-djalogu - djologu kontinwu, djalogu miftuħ, djalogu li ma jagħlaq qatt il-bieb għal possibbilta` ta' soluzzjoni, anke meta ċ-ċirkostanzi partikolari jkunu jindikaw li s- sitwazzjoni tkun waħda ddisprata.", "Għalhekk kien hu li fetaħ u ħalla l-bieb miftuħ il-ħin kollu biex iġib ir-reliġjonijiet differenti ma' xulxin ħalli jsibu art komuni bejniethom.", "Pero` mbagħad kien ukoll il-bniedem li konsistentement baqa' jippriedka messaġġ ta' paċi u allura messaġġ li jikkundanna l-gwerra u kull rikorrenza għall-vjolenza, bil-frażi importanti li ħareġ biha meta qal li m'hemmx paċi mingħajr ġustizzja imma m'hemmx ġustizzja mingħajr maħfra.", "Naħseb li dawn il-valuri huma relevanti għad- dinja kollha, pero` huma relevanti wkoll biex idawlu lilna l-politiċi fil- ħidma tagħna għall-ġid komuni.", "Kien bniedem li kellu messaġġ għal kulħadd, għad-dinja kollha, pero` kellu messaġġ speċjali għalina l-Maltin u l- Għawdxin.", "Aħna kellna l-privileġġ speċjali li għexna flimkien fiż-żewġ okkażjonijiet meta l-Papa żar lil pajjiżna, m'hijiex iż-żjara fiha nnifisha li hija importanti imma pjuttost il-messaġġ li wasslilna l-Papa f'dawk iż-żjarat - u għalhekk nixtieq li f'okkażjoni bħal-lum infakkru għallinqas żewġ punti importanti minn dak il-messaġġ.", "Messaġġ minnhom kien li huwa ra fil-poplu tagħna missjoni partikolari mogħtija lilna, u cioe' li Malta u l-Maltin għandhom il-missjoni li jkunu u jibqgħu xhieda fidili tal-valuri li aħna ngħożżu bħala poplu, dak li jagħtina l-identita` tagħna bħala poplu nisrani, b'valuri li writtna u li ilhom ġejjin għal 2000 sena, li mexxewna tul dawn is-snin u li għandhom ikomplu jmexxuna.", "L-appell tal-Papa, il- missjoni li qalilna li għandha tkun tagħna, hija li għandna nkomplu nkunu xhieda fidili ta' dawn il-valuri, mhux biss f'pajjiżna imma anke fil-fora li aħna nipparteċipaw fihom.", "F'dak il-mument hu kien qed jitkellem fil- kuntest ta' l-Ewropa, fejn qal li l-Ewropa għandha bżonn ix-xiehda fidili tagħna.", "It-tieni messaġġ li l-Papa wassal f'diskors partikolari għal pajjiżna kien indirizzat lilna meta appellalna biex bħala poplu dejjem infittxu li nwarrbu kemm jista' jkun l-affarijiet li jifirduna, infittxu dak li jgħaqqadna u naħdmu flimkien għall-ġid komuni.", "Fl-opinjoni tiegħi, dawn kienu żewġ messaġġi ta' saħħa u ta' relevanza kbira flimkien ma' ħafna affarijiet oħrajn importanti, imma li f'dan il-mument għandna nfakkruhom bħala l-messaġġ li għandna ngħożżu bħala poplu, bħala teżor li ħallielna f'idejna dan il-Papa kbir.", "Għal dan il-għan u għal tant raġunijiet oħrajn, kif għedt, dehrilna li huwa xieraq li nagħtu dan il-ġieħ f'dan il- parlament.", "Sur President, irrid ngħid li l-gvern diġa` kkommetta ruħu li se jkun preżenti għall-funeral li se jsir nhar il-Ġimgħa fil-belt tal-Vatikan.", "Ħabbarna wkoll li pajjiżna għandu jżomm tlett ijiem luttu b'sinjal ta' stima u rispett f'dan il-mument, f'ċertu sens ta' sogħba pero` anke mument ta' sodisfazzjon.", "Qed ngħid hekk għax naħseb li mad-dinja kollha wieħed iħoss dan is-sens ta' kburija li dan il-Papa, bil-ħidma tiegħu, ta lill- valur tal-ħajja.", "Allura li tkun bniedem li taħdem u li tagħti l-kontribut tiegħek għall-ġid ta' ħaddieħor jagħtik sens ta' kburija li tkun qed taħdem għall-ġid tal-komunita` li tkun qiegħed taħdem fiha.", "Għalhekk f'isem iż- żewġ naħat tal-Kamra nesprimi s-sens ta' sogħba tagħna lkoll, pero` fl- istess ħin sens ta' rispett u stima kbira lejn dan il-Papa kbir u nipproponi li minflok ma nkomplu bix-xogħol ta' dan il-Parlament, naġġornaw għal nhar it-Tnejn, 11 ta' April.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Insejjaħ issa lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT (Kap ta' l-Oppożizzjoni): Sur President, konna ilna snin nafu li l-Qdusija Tiegħu kien marid b'marda li ma kellhiex fejqan.", "Meta ġie f'pajjiżna t-tieni darba, stajna naraw lill-Papa Pawlu Pawlu Ġwanni II, b'mod erojku ngħid jien, jissielet ma' l-infermita` li ħakmitu biex xorta waħda jibqa' jaqdi dmirijietu tul iż-żjara.", "Jien kelli missieri li bħall-Papa kien maħkum mill-istess marda għal numru ta' snin u naf din x'toqol tpoġġi fuq il-ħajja ta' min ikun qed iġarrabha.", "Naħseb li kull espressjoni ta' ġieħ lejn il-Papa li għadu kemm ħalliena trid tagħfas fuq il-ħeġġa u r-rieda tiegħu bħala bniedem, fuq il-mod kif tul ħajtu kien tassew eroj tal-ħsieb u ta' l-azzjoni.", "Għalhekk, kif għadu kemm qal il- Prim Ministru, il-Papa Ġwanni Pawlu II ħalla impressjoni daqstant qawwija fuq iż-żgħar u fuq il-kbar, kemm fuq il-popolin u kemm fuq l-intellettwali.", "Għal kważi kwart, jekk mhux terz jew aktar ta' l-umanita`, kien figura tul ħajjithom kollha li wriet kuraġġ u rieda.", "Ħajtu għexha b'integrita` liema bħalha.", "Il-ġieħ li qed nagħtuh illum, kif qed tagħtihulu tista' tgħid id- dinja kollha, jimmarka l-effett enormi li ħalla bħala bniedem fuq żmenijietna.", "Forsi, ippermettuli ngħid, li dan kien kontribut ieħor li ta Ġwanni Pawlu II bħala r-ragħaj spiritwali ta' l-għaqda kattolika fid-dinja.", "Kien kontribut li wassal biex hu jikseb stima u attenzjoni li jmorru ħafna aktar 'il bogħod minn dak li seta' kiseb kull papa qablu, bl-eċċezzjoni naħseb jien ta' Ġwanni XXIII.", "Il-Papa li għadu kemm miet għaqqad warajh il- ħeġġa u l-qlubija tal-personalita` tiegħu lil ġnus sħaħ li ma kenux jifhmu jew ma kenux jaqsmu t-twemmin reliġjuż tiegħu u tal-Knisja li mexxa.", "U fil- ġieħ li nagħtuh bħala bniedem minn dan il-Parlament nagħtuhulu għaliex jistħoqqlu u għandna fejn nissuperaw żgur il-kontroversji u l- apprezzamenti kuntrastanti li nistgħu nagħtu ta' ħidmietu bħala kap tal- Knisja Kattolika.", "Hawn intqal kemm-il darba - forsi kien qed jaċċenna għaliha wkoll il-Prim Ministru - li l-aqwa kontribut tiegħu kien dak li għen biex fl-aħħar jiġġarraf il-komuniżmu fl-Ewropa, inkluż ir-Russja.", "L-istudju ta' l-istorja moderna għad jagħti verdett sħiħ fuq dan il-ġudizzju.", "Kien hemm żgur fatturi oħra li wasslu biex il-komuniżmu statali jikkollassa, li kollha ħarġu mill-użu fuq skala mondjali ta' poter militari enormi min-naħa ta' l- Istati Uniti ta' l-Amerika.", "Min-naħa l-oħra, żgur li Ġwanni Pawlu II ma qagħadx lura milli juża l-influwenza qawwija tal-Vatikan biex jgħin ħalli f'pajjiżu, il-Polonja, iseħħu bidliet enormi li għenu, jekk ma kenux determinanti, fil-bidliet kbar l-oħra li mbagħad ġraw fil-bqija ta' l- Ewropa.", "Bħala politiċi, aħna li ninsabu f'dan il-Parlament, ma nistgħux ma nirrikonoxxux il-bidliet li saru fid-dinja ta' żmenijietna u nagħrfu kif Ġwanni Pawlu II kellu sehem sħiħ f'dak li ġara fl-aħħar kwart ta' seklu.", "Biss wieħed irid jistqarr ukoll li daqskemm stinka kontra l-komuniżmu, Ġwanni Pawlu II kien jimmilita bil-qawwa kollha kontra n-naziżmu u l- faxxiżmu u sofra bi kbir talli għamel hekk.", "Ħajtu nistgħu nqisuha bħala pellegrinaġġ ma jaqta' xejn fit-tiftix għall-verita` u għall-ġustizzja kif kien jifhimhom hu, tiftix li kien imdawwal jew imxekkel, skond il- perspettiva li tieħu, mill-valuri u forsi wkoll mill-preġudizzji li fihom trawwem.", "Nistgħu nitkellmu b'dan il-mod dwaru għaliex il-Papa Ġwanni Pawlu II baqa' uman f'dak kollu li għamel.", "Għalhekk ħabbewh daqstant biljuni ta' nies - qed nuża l-kelma preċiża, mhux \"miljuni\" imma \"biljuni\" - u għamlu dan minkejja li ħa deċiżjonijiet li ssarrfu, ngħid jien, fi dnewwa għal ħafna u ħafna nies.", "Hemm kważi qbil li dak li ddeċieda dejjem iddeċidih b'rieda tajba, Sur President.", "Anke dawk li ma qablux miegħu jikkonċedulu bilanċ bħal, per eżempju, fil- każ tat-teoloġija ta' liberazzjoni, bħal fil-każ ta' kif ġew trattati teologi li ma mxewx pass pass mal-fehmiet kif espressi mill-burokrazija tal- Vatikan, bħall-kwestjonijiet morali li tqajmu tul il-pontifikat tiegħu u li se jibqgħu jitqajmu dwar l-omosesswalita` u bħad-dilemmi li jiffaċċjaw daqstant biljuni ta' koppji fir-rigward tal-kontraċezzjoni.", "F'dawn l-oqsma u f'oħrajn bħalhom, il-kontroversji fil-mod kif Ġwanni Pawlu II mexxa l- pontifikat tiegħu, qatt ma kienu bogħod mill-kuxjenza tal-popli għax hu xorta waħda żamm ix-xbieha u, ngħid jien, ir-realta` ta' persuna retta u qaddisa li leħinha kien jibqa' dejjem fuq in-naħa tal-fqir u l-batut, anke meta għal raġunijiet li hu jqishom bħala morali u għalhekk fundamentali, ħa deċiżjonijiet li wieżnu piżijiet aqwa u aktar ħorox fuq il-fqir u l-batut.", "Imma kien tassew li Papa Ġwanni Pawlu II, kif jgħidu xi wħud, ħares in-naħa l-oħra meta l-Arċisqof Romero ta' l-Amerika Ċentrali talab għal appoġġ sħiħ mill-Vatikan kontra l-inġustizzji politiċi u soċjali ta' pajjiżu?", "Jekk huwiex veru jew le tiġġudika l-istorja.", "Ninsab żgur li Gwanni Pawlu II kellu l-kuraġġ tat-twemmin tiegħu, tal- prioritajiet li poġġa 'l quddiem għat-tmexxija tal-Knisja Kattolika li hu kien fuq quddiem tagħha.", "Aħna l-Maltin nibqgħu niftakru l-umanita` tiegħu, kif għadu kemm qal il-Prim Ministru u nibqgħu niftakru l-ħila tiegħu tul iż- żewġ żjarat li għamel fostna.", "Sirna nafuh bħala personalita` li rrispettatna u li ħabbitna.", "Fost il-Maltin u l-Għawdxin Ġwanni Pawlu II kiseb imħabba akbar għax deher viżibilment li qed japprezza l-imħabba li wrewh u tawh il-folol li nġabru madwaru, kemm meta kien għadu fl-aħjar ta' saħħtu u kemm meta wasal fostna mgħawweġ taħt il-piżijiet tal-Parkinson's disease.", "Ħabib tiegħi qalli li f'dak li ngħidu dwar il-Papa Ġwanni Pawlu II irridu nifhmu li hu kien poeta, mhux biss qassis, mhux biss isqof, mhux biss kardinal, mhux biss papa, mhux biss politiku - għaliex kien ukoll politiku – u mhux biss mexxej.", "Kien poeta li jifhem tabilħaqq il-ħsus ta' ruħ in- nies.", "F'kitbietu Gwanni Pawlu II radd għarfien sħiħ ta' kif id-dinja tax- xogħol kellha tibqa' ċentrali fil-mod kif norganizzaw ħajjitna.", "Dan urieh tajjeb anke f'kitbietu mhux bħala Papa biss, mhux bħala politiku biss, imma wkoll bħala poeta.", "Il-bieraħ fuq il-PBS jien qrajt traduzzjoni ta' poeżija miktuba mill-Papa meta kien għadu żagħżugħ u meta kien jaħdem f'barriera fil-Polonja u, bil- permess tiegħek, Sur President, se nerġa' naqraha llum, bil-verżjoni magħmula mill-ħabib tiegħi Frans Sammut, bħala rispett lejn Karol Wojtyla, il-Papa li tħobbu jew le, kien eroj tal-ħsieb u l-azzjoni.", "Il-poeżija hija intitolata \"Il-Barriera\":", "\"Il-ġebel jafha din il-vjolenza, iżda l-kurrent għandu l-ħila jħollu saħħtu?", "Huwa hu li jġorr is-saħħa f'idejh, il-ħaddiem .", "L-idejn huma l-pajsaġġ tal-qalb, xi drabi jinfirdu qishom ħniedaq li fihom tinxtered qawwa bla qies.", "L-istess idejn li l-bniedem jiftaħhom biss meta l-palmiet tagħhom ikunu temmew ħidmiethom kollha.", "Issa qed jara, minħabba fih biss l-oħrajn jistgħu jimxu 'l quddiem fis- sliem.", "L-idejn pajsaġġ, meta jinfirdu l-uġigħ tal-ġrieħi tagħhom jixref ħieles bħal nixxiegħa.", "Iżda l-ebda każ ma jagħti ta' l-uġigħ, ma jilmaħ l-ebda kobor fl-uġigħ innifsu għaliex il-kobor tiegħu lanqas isem ma jaf jagħtih.", "Iż-żgħażagħ ifittxu t-triq, it-toroq kollha jieħdu dritt għal ġo qalbi.", "Ifiġġ mill-ġdid is-skiet bejn il-qalb, il-ġebel u s-siġar.", "Kulmin jidħol fih is-skiet iżomm lilu nnifsu sħiħ, min ma jidħolx ma jeħux sehem fil-ħajja ta' din id-dinja.\".", "Sur President, f'ismi, f'isem il-Membri Parlamentari Laburisti ta' dan il- Parlament u f'isem il-Maltin u l-Għawdxin kollha nfisser id-dieqa profonda u s-sogħba tagħna lkoll għat-telfa li għadha kemm ġarrbet id-dinja bil-mewt ta' Ġwanni Pawlu II.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Is-Sedja naturalment tingħaqad mas-sentimenti espressi kemm mill-Kap tal-Gvern kif ukoll mill-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "Jekk tippermettuli jien ukoll nixtieq ngħaddi xi ftit riflessjonijiet.", "Fix-xena internazzjonali ilu jingħad illi kieku ma kienx għall-Papa Ġwanni Pawlu II il-ħajt ta' Berlin ma kienx jaqa'.", "Hekk reġa' ġie rrapportat li qal l-ex-mexxej Sovjetiku Mikhail Gorbachev fl-istampa internazzjonali, proprju f'dawn il-ġranet meta kien qiegħed jikkummenta wara l-mewt tal- Qdusija Tiegħu il-Papa.", "Li hu veru u żgur huwa l-fatt li l-Papa li ħalliena nhar is-Sibt kien responsabbli għat-twaqqigħ ta' ħafna ħitan, mhux biss dak ta' Berlin.", "Nistgħu ngħidu b'konvinzjoni li l-Papa Ġwanni Pawlu II waqqa' l-ħajt li jifred il-fidi Nisranija minn dik Musulmana u minn dik Lhudija.", "Kisser il- ħajt li jifred pajjiżi għonja minn dawk foqra.", "Kisser il-preġudizzju storiku bejn l-Orjent u l-Oċċident.", "B'umilta` kbira hu talab skuża għall-iżbalji li setgħu saru fl-imgħoddi, anke fil-qasam reliġjuż, waqt li ħafer lil min seta' għamel ħsara lir- reliġjon Nisranija.", "Id-dedikazzjoni assoluta tiegħu għall-ksib tal-paċi kull fejn hemm konflitti u għawġ serviet ta' l-akbar eżempju għall-mexxejja tal-pajjiżi, anke dawk kbar u potenti.", "Il-ġieħ li qed jagħtuh il-mexxejja kollha tad-dinja, bla ebda eċċezzjoni, huma ta' liema reliġjon huma, jixhed bla ebda dubju ta' xejn l-istima kbira li jgawdi f'kull rokna tad-dinja.", "Wieħed jista' jgħid li l-istess umilta` tiegħu tatu s-saħħa morali li l- personalita` immensa tiegħu tgawdi fid-dinja kollha.", "Nemmen ukoll b'konvinzjoni sħiħa li għalina l-politiċi kien fonti ta' ispirazzjoni bid- dedikazzjoni tiegħu lejn il-batut, il-fqir, il-marid u l-emarġinat.", "Saħansitra ħafer lil min ittanta jtemmlu ħajtu.", "Uħud minna kellna x-xorti kbira li niltaqgħu miegħu f'dan il-bini fiż-żewġ okkażjonijiet li ġie f'pajjiżna u ma stajniex ma nkunux imqanqlin u ispirati mill-preżenza tiegħu fostna.", "Iż-żewġ żjarat tiegħu f'Malta ħallew effett kbir ma' dawk li kellhom ix-xorti li jiltaqgħu miegħu.", "Kliemu għadu jidwi f'widnejna bl-imħabba li kellu u li dejjem wera għal pajjiżna.", "Ma nistgħux ninsew il-laqgħa kbira li saret f'Ruma ħames snin ilu għall- parlamentari mid-dinja kollha, fl-okkażjoni tal-Ġublew għall-mexxejja ta' gvernijiet, membri parlamentari u politiċi.", "Kien proprju f'dik l-okkażjoni li fuq talba ta' diversi nies ġejjin minn oqsma differenti tal-ħajja, il- Papa nnomina lil St Thomas More bħala l-patrun tal-membri parlamentari u ta' dawk fid-dinja tal-ħajja politika.", "Inċidentalment St Thomas More innifsu kien membru parlamentari fl-1504 u nħatar ukoll Speaker tal-House of Commons fis-sena 1523.", "F'Ruma flimkien ma' kollegi minn pajjiżi oħra stajna nisimgħu d-diskors imħeġġeġ tal-Papa li tant ħalla effett f'oqsma parlamentari u politiċi tad- dinja.", "Fost affarijiet oħra, niftakruh jgħid li l-involviment fil-ħajja politika għandu jidher li jkun bħala servizz għall-oħrajn u mhux eżerċizzju għar-rebħ tal-voti.", "Fakkarna wkoll illi r-responsabbiltajiet fil-ħajja politika għandhom jiġu minn vokazzjoni tassew ġenwina.", "Id-delegazzjoni mill-Parlament Malti li jien kelli l-unur immexxi, kienet tassew sodisfatta u kuntenta partikolarment meta l-President ta' Malta ta' dak iż-żmien hu ġie magħżul biex jaqra waħda mil-lezzjonijiet fil-quddiesa li saret fi Pjazza San Pietru f'dik l-okkażjoni għall-parlamentari mid- dinja kollha.", "Il-mewt ta' Papa hekk kbir tnikkitna lkoll u tnissel fina sens profond ta' dwejjaq.", "Fl-istess ħin inħoss li għandna nroddu ħajr lil Alla ta' dan il- pontifikat twil li ħalla tant frott u żgur li se jkompli jservi ta' ispirazzjoni għalina lkoll.", "Għalhekk il-Kamra tad-Deputati tal-Parlament Malti, bl-iktar mod solenni, tagħti ġieħ lill-Papa Ġwanni Pawlu II fl- okkażjoni tal-mewt tiegħu.", "Issa nitlob lill-Onor.", "Membri biex iqumu ħalli flimkien nagħmlu minuta silenzju.", "Fis-6.49 p.m. il-Kamra osservat minuta silenzju.", "MR SPEAKER: Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it-Tnjen, 11 ta' April, 2005 fis-6.00 p.m. b'aġenda li tiġi kkomunikata aktar tard.", "Nirringrazzjakom.", "Fis-6.50 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "SISTEMA TA' ENERĠIJA SOLARI", "10565.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm dipartimenti tal-gvern matul dawn l-aħħar ħames snin qalbu għal sistema ta' enerġija solari?", "Liema huma dawn id-dipartimenti u kemm ġiet tiswa l-bidla?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: It-tweġiba hija fin-negattiv, kemm għall-uffiċċju tal-prim ministru kif ukoll għall-ministeru tal-finanzi.", "OPM - KIRI TA' KAROZZI", "10566.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid matul l-2004 kemm karozzi nkrew mill- uffiċċju tal-prim ministru, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu?", "X'kienet l-ispiża għal dawn il-kirjiet, inkluż l-ispiża tal-fuel?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-informazzjoni se titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra ma l-ewwel opportunita' li jkolli.", "PRODOTT GROSS DOMESTIKU", "10711.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid x'kien il-prodott gross domestiku fis-snin 1999, 2000, 2001 u 2002 u jispjega x'ikkontribwixxa biex kull sena tela' jew niżel?", "F'liema qasam tela' u niżel?", "Jista' jgħid x'kien il- prodott gross domestiku meta mqabbel mal-medja ta' l-Unjoni Ewropea mill- 1999 sa l-2002?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 11362.", "PRODOTT GROSS DOMESTIKU", "11175.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 10711 u jgħid x'kien il-prodott gross domestiku fis-snin 1999, 2000, 2001 u 2002 u jispjega x'ikkontribwixxa biex kull sena tela' jew niżel?", "F'liema qasam tela' u niżel?", "Jista' jgħid x'kien il-prodott gross domestiku meta mqabbel mal-medja ta' l-Unjoni Ewropea mill-1999 sa l-2002?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 11362.", "FONDI MGĦODDIJA MILL-UE", "11193.", "L-ONOR.", "GEORGE VELLA staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm ġew fondi mill-Unjoni Ewropea matul l-2004?", "Jista' jagħti breakdown ta' kemm minnhom huma grants u kemm minnhom huma project-related?", "Jista' jgħid għal liema proġetti ġew earmarked u jagħti l-ammont ta' kull proġett?", "Fl-istess ħin jista' jgħid kemm flus kellha tibgħat Malta lill-Unjoni Ewropea bħala own resources u jagħti breakdown tagħhom?", "Jista' jgħid ukoll pajjiżna kemm ħallas aktar matul l-2004 biex importa mill-Unjoni Ewropea affarijiet bħal ċereali, zokkor, prodotti tal-laħam, prodotti tal-ħalib u prodotti ta' tadam semi proċessat u prodotti oħra?", "Jista' jgħid x'ammont ta' flus kellna noħorġu biex inkunu nistgħu nieħdu l- flus allokati għall-proġetti li konna intitolati għalihom mill-Unjoni Ewropea?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-informazzjoni mitluba se titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra ma' l-ewwel opportunita' li jkolli.", "STATISTIKA TAL-QGĦAD", "11359.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Fid-dawl li fl-aħħar statistika ta' l-uffiċċju nazzjonali ta' l- istatistika ngħataw dawn iċ-ċifri dwar il-qgħad:", "| |Nov.20|Dec.20|Jan.20| | |04 |04 |05 | |Part 1 | | | | | |7353 |7390 |7409 | |Part 2 | | | | | |772 |713 |771 | |Total | | | | |registering (1|8125 |8103 |8180 | |and 2) | | | | |New | | | | |registrands |---- |1342 |1741 | |under part 1 | | | | |during the | | | | |month | | | |", "Kif wieħed jispjega li f'Novembru 2004 kien hemm 8,125 qegħda u kien hemm ukoll 3,083 (1,342+1,741) reġistrazzjoni ġdida bejn Diċembru u Jannar u sadanittant dawk qegħda baqgħu jidhru bħala 8,180?", "Jikkonferma li madwar 3,028 ma komplewx jirreġistraw?", "Jistgħu jiġu spjegati dawn iċ-ċifri?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-uffiċċju nazzjonali ta' l-istatistika jaħdem l- istatistika tal-qgħad billi maċ-ċifra tal-qgħad tax-xahar n, tiżdied iċ- ċifra ta' dawk li jkunu bdew jirreġistraw għax-xogħol fix-xahar n + 1 u minn dan it-total jitnaqqas l-ammont ta' nies li jkunu bdew jaħdmu jew li ma jkunux baqgħu jirreġistraw fix-xahar n + 1.", "Mela biex naħdmu fuq ċifri attwali ta' nies li kienu qed jirreġistraw f'part 1 irridu naħdmu hekk:", "Nies qegħda f'Diċembru 2004 – 7,390; numru li żdied f'Jannar 2005 – 1,741; ġew impjegati jew ma baqgħux jirreġistraw f'Jannar 2005 - 1,722; ergo nies qegħda f'Jannar 2005 – 7,409.", "INVESTIGAZZJONI TA' INĠUSTIZZJI - KUMPENS", "11419.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jikkonferma li wara li skada t-terminu tal- kummissjoni għall-investigazzjoni ta' inġustizzji, il-gvern ħareġ estimi sussidjarji konċernanti kumpens li kien ġie rakkmandat mill-istess kummissjoni?", "Jista' jgħid kemm hu dan l-ammont u min huma n-nies li ġew debitament ikkumpensati u jagħti dettalji?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Wara li skada t-terminu tal-kummissjoni għall- investigazzjoni ta' inġustizzji, ingħata kumpens li jammonta għal Lm376,039 lill-111 persuna.", "Ma nħossx li hija etika li nagħti l-ismijiet ta' dawn il- persuni u kemm tħallsu kull wieħed.", "Biex tħallas dan l-ammont ma kienx hemm bżonn li jinħarġu estimi sussidjarji.", "PENSJONANTI TAL-PUBLIC LOTTO", "11422.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk dawk il-ħaddiema li daħlu mal- gvern qabel l-1979 u kienu mpjegati mal-public lotto u li fl-1984 bdew jitqiesu bħala self-employed, humiex intitolati għas-somma meta jispiċċaw mix-xogħol?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Id-dipartiment tal-lottu pubbliku qatt ma kellu mpjegati li daħlu mal-gvern qabel l-1979 u li bdew jitqiesu bħala self- employed fl-1984.", "GĦAWDEX - BIĊĊERIJA", "10771.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' il- Ministru tgħid kemm ilha magħluqa l-biċċerija ta' Għawdex u kemm hu n-numru ta' bhejjem li nqatlu Malta?", "X'inhi l-pożizzjoni tal-ministeru dwar il- biċċerija ta' Għawdex?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Il-ministeru qiegħed jagħmel upgrading tal- biċċerija ta' Għawdex biex din tkun tista' terġa' tibda titħaddem u nista' ngħid li kemm ilha wieqfa l-biċċerija f'Għawdex inqatlu 4,399 majjal u 1,141 ċanga.", "GĦAWDEX - LIVESTOCK", "10773.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' il- Ministru tinformana x'wassal biex il-produzzjoni tal-livestock niżlet minn Lm455,000 għal Lm155,000 matul ix-xhur ta' Lulju, Awissu u Settembru 2004?", "X'miżuri qed jieħu l-ministeru biex jipproteġi r-raħħala Għawdxin li sofrew dan it-telf ta' flus?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: F'Għawdex kien hemm tnaqqis fil-qatla tal-majjal u ċanga fil-perjodu Lulju, Awissu u Settembru 2004 meta mqabbel ma' l-istess perjodu fl-2003 u dan minħabba li l-qatla tal-bhejjem kienet qed issir fil- biċċerija ta' Malta.", "It-tnaqqis fil-qatla ta' broilers skond iċ-ċifri maħruġa mill-uffiċċju nazzjonali ta' l-istatistika, tvarja minn żmien għal ieħor iżda ma jidhirx li l-problema hija limitata għal Għawdex.", "Il-gvern qiegħed jindirizza l- problema permezz ta' għajnuna biex is-settur jiġi ristrutturat.", "GĦAWDEX - PRODUZZJONI TA' TJUR U BHEJJEM", "10775.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Fid-dawl tal-fatt li l-produzzjoni tat-tjur u l-bhejjem fil-gżira qiegħda dejjem tonqos sostanzjalment, tista' il-Ministru tinformana x'inhi l-istrateġija attwali tal-ministeru sabiex tingħeleb din il-kriżi serja fil-gżira ta' Għawdex?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Il-qatla tal-majjal u ċ-ċanga mrobbija f'Għawdex baqgħet bejn wieħed u ieħor l-istess, iżda jidher li kien hemm tnaqqis fil- qatla tal-broilers li skond ċifri maħruġa mill-uffiċċju nazzjonali ta' l- istatistika ma' jidhirx li hija problema limitata għall-gżira ta' Għawdex.", "Il-gvern qiegħed jindirizza l-problema permezz ta' għajnuna biex is-settur jiġi ristrutturat.", "PITKALIJA – GRADING/PACKING", "10776.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tar- regoli tal-grading u l-packing li jridu jkunu konformi magħhom il-bdiewa meta jdaħħlu l-bejgħa fil-pitkalija ċentrali?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Ir-regoli tal-grading u l-packing li jridu jkunu konformi magħhom il-bdiewa meta jdaħħlu l-bejgħa fil-pitkalija ġew pubblikati permezz ta' l-avviż legali nru.", "241 tas-sena 2003.", "DOMUS ROMANA", "10778.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jinformana kemm sewa r-restawr ta' Domus Romana u kemm ħa żmien biex isir?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ir-restawr ta' Domus Romana li nbeda fl- 2002 ġie jiswa Lm182,753.", "RESTAWR TA' SITI STORIĊI", "10780.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jikkonsidra li jżid aktar ix-xogħol ta' restawr u tindif ta' siti storiċi fir-Rabat?", "Fid-dawl tal-fatt li mill-miljun turist li jżuru l-gżejjer tagħna madwar 800,000 minnhom iżuru r-Rabat u l-Imdina, jista' il-ministeru jniedi programm ta' xogħlijiet issa li spiċċa x-xogħol ta' restawr f'Villa Rumana?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Il-ministeru jqis il-lokalitajiet tar-Rabat u l-Imdina bħala żewġ lokalitajiet li jgħollu l-livell tal-prodott turistiku u se nippreparaw pjan li jelenka b'mod priorizzat ix-xogħlijiet li jridu jsiru f'dawn il-lokalitajiet.", "Pjani simili se jsiru għal żoni turistiċi oħra.", "RAĦAL ĠDID - SKOLA PRIMARJA", "11155.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jara li siġra li hemm fl-entratura ta' l-iskola primarja Santa Monika, f'Raħal Ġdid, kantuniera bejn Triq Santa Monika u Triq San Ġużepp, tinqala' minħabba li qed tagħmel ħsara lill-istudenti ta' l-istess skola?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-taqsima tal-ġardinara tad-diviżjoni qed tieħu ħsieb dan il-każ.", "ĦAMRUN - SKOLA PRIMARJA DUN ĠORĠ PRECA", "11156.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid x'passi ħadet il-fondazzjoni għall-iskejjel t'għada dwar supply ta' dawl għall-iskola primarja B, Dun Ġorġ Preca, fil-Ħamrun?", "Jista' jgħid ukoll meta se jitwaħħlu r-railings li kienu ġew mitluba s-sena li għaddiet qabel ma jkun tard wisq?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-fondazzjoni għall-iskejjel t'għada għamlet stallazzjoni ta' l-elettriku fl-imsemmija skola kif ukoll bniet substation ġdid fl-inħawi ta' l-iskola.", "Jonqos issa li l-Enemalta tqiegħed l-apparat ta' l-elettriku fis-substation biex fl-iskola jkun hemm kurrent qawwi biżżejjed għal ħteġijiet ġodda taż-żewġ skejjel li flimkien jifformaw il- bini kollu ta' dan il-kumpless.", "Il-fondazzjoni tinsab informata li l- Enemalta ppjanat li tkun lestiet ix-xogħol kollu meħtieġ sa nofs Mejju 2005.", "Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija, informat ukoll li dan ix-xogħol huwa wieħed minn diversi xogħlijiet u proġetti oħra li l-fondazzjoni għall- iskejjel ta' għada qiegħda tikkonsidra li tagħmel u li għalihom irid isir programm biex dawn isiru fuq perjodu ta' żmien.", "ĦAMRUN - SKOLA PRIMARJA DUN ĠORĠ PRECA", "11157.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid x'passi ħadet l-Enemalta sabiex is-sitwazzjoni tas-supply ta' l-elettriku fl-iskola primarja B, Dun Ġorġ Preca, Ħamrun tiġi rranġata?", "Jista' jgħid ukoll meta l-Enemalta kienet informata b'din is-sitwazzjoni?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: F'Ġunju tas-sena 2004, il-fondazzjoni għall-iskejjel ta' għada għaddiet kamra lill-Enemalta biex din tkun tista' tintuża bħala substation biex tiġi estiża t-talba għall-elettriku.", "Ix-xogħol kien inbeda f'Lulju 2004 u kien ġie interrot minħabba xogħlijiet oħra.", "Huwa mistenni li x-xogħlijiet neċessarji jitlestew sa l-aħħar ta' April ta' din is-sena.", "ADT - IMPJEGAT", "11161.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Jista' il-Ministru jgħid meta bdiet tiġi mqabbda taħdem ma' l- awtorita' dwar it-trasport persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament u x'xogħol qed tagħmel?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "ENEMALTA – UNACCOUNTED FOR UNITS", "11247.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm hu l-persentaġġ ta' units ta' enerġija elettrika li joħorġu mill-power stations u li eventwalment ħadd ma jħallas għalihom?", "X'qed isir biex jonqos dan it-telf??", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Iċ-ċifra ta' unaccounted for units hija 17.8%, skond l-audited accounts għas-sena li għalqet fit-30 ta' Settembru 2003 u nista' ngħid li l-Enemalta qed tieħu miżuri biex tnaqqas din iċ-ċifra, fosthom aktar spezzjonijiet tal-meters u aktar kontrolli biex tkun ċerta li jonqsu żbalji fil-billing.", "L-Enemalta anke qed tippjana li tintroduċi sistema ta' automatic meter reading fi żmien qasir biex tkompli tnaqqas mill-unaccounted for units.", "GAS PIPELINE", "11248.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Billi hemm diskussjonijiet bejn l-Italja, il-Libja u l-Unjoni Ewropea dwar medda ta' gas pipeline li jista' ikun ta' interess u benefiċċju għall-qasam ta' l-enerġija f'pajjiżna, jista' il-Ministru jgħid jekk sarux jew kienx hemm xi attentat min-naħa tal-gvern biex forsi Malta tkun tista' tiġi inkluża f'dan l- investiment?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jindirizza l- mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "QUALITY SERVICE CHARTER", "11249.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra fiex wasal iċ- charter tal-konsumatur li kien qiegħed jiġi ppreparat mill-amministrazzjoni preċedenti?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Il-proċess biex isir quality charter fid-diviżjoni tal-konsumatur u kompetizzjoni nbeda fl- 2004.", "L-ewwel ma nbdiet il- proċedura kienet fid-direttorat ta' l-operations u f'dak ta' l- informazzjoni u servizz għall-klijent.", "Dan il-quality service charter hu mistenni li jiġi attwat lejn l-aħħar ta' Ġunju jew għal bidu ta' Lulju 2005.", "WIED IŻ-ŻURRIEQ - ARBLI TAD-DAWL", "11250.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Billi f'Wied iż-Żurrieq hemm arbli tad-dawl imsadda u perikolużi, jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li dawn jiġu mibdula?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Minn investigazzjoni li saret jirriżulta li hemm madwar 11-il arblu lesti li jinqalgħu hekk kif jitneħħew il-wires ta' entita' oħra.", "WIED IL-GĦAJN - VULTAĠĠ BAXX", "11251.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm hi reali l-problema ta' vultaġġ baxx f'Wied il-Għajn?", "X'qiegħed isir biex din il-problema tiġi solvuta?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Il-problema ta' vultaġġ baxx diġa' ġiet mistħarrġa u għalhekk ġew proposti substations fi Triq is-Sajjieda/Triq il-Gandoffli, Triq is-Silla (kantuniera ma' Triq il-Ħamrija), Triq Ta' Gidwet, Triq Tal- Buttar, St. Thomas Bay u xogħol ieħor ta' infurzar tas-sistema ta' vultaġġ baxx.", "Substation waħda diġa' ġiet ikkummissjonata u waħda oħra qed tinbena, waqt li tnejn oħra jkunu jistgħu jitlestew hekk kif ikunu solvuti xi problemi konnessi ma' l-art fejn iridu jinbnew.", "Hemm pjan għall-bini ta' substation oħra iżjed 'il quddiem.", "KUNSILLI LOKALI - TWAĦĦIL TA' BOZOZ", "11252.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid x'talbiet pendenti hemm mill-kunsilli lokali biex jitwaħħlu bozoz?", "Jista' jagħti risposta raħal b'raħal u jagħti l-isem tat-triq f'kull każ?", "Kemm hu n-numru totali ta' dawn il-każi?", "Kemm minn dawn it-talbiet ġew sodisfatti mill-5 ta' Settembru 1998 sal-lum?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-informazzjoni mitluba se tingħata separatament fi tliet dokumenti li se npoġġi fuq il-mejda tal-Kamra ma' l-ewwel opportunita' li jkolli, liema dokumenti juru t-talbiet magħmula mill- kunsilli lokali biex l-Enemata tapprova x-xogħol li jkun se jagħmel il- kunsill lokali; il-lampi stallati sas-sena 1999; u dawk li ma kenux saru minħabba d-devoluzzjoni u huma mmarkati bħala cancelled.", "MALTA EMPLOYEES SPORTS ASSOCIATION", "11317.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 10769, jista' il-Ministru jgħid x'wassal biex ikun hemm bidla meta l-ministri preċedenti qatt ma rraġunaw b'dan il-mod?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-Malta employees sports association hija ente mhux governattiva, awtonoma u bl-istatut u l-amministrazzjoni tagħha.", "Ir- relazzjoni tal-ministeru responsabbli għall-isports ma' din l-assoċjazzjoni għandha tkun fuq l-istess livell tar-relazzjonijiet ma' assoċjazzjonijiet sportivi oħra.", "AFM - REKLUTI", "11318.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid meta se terġa' issir sejħa għal rekluti fl-armata?", "Kemm hu n-numru totali ta' nies fl-armata?", "Kemm hemm vakanzi f'kull rank?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Fil-21 ta' Marzu 2005 bdew l-ingaġġ tagħhom 30 suldat ġdid fl-armata, għalhekk ma jidhirx li hu possibbli li jsir reklutaġġ ieħor qabel jgħaddi ċertu żmien.", "In-numru totali ta' nies fl-armata bħalissa huwa 1,609 filwaqt li n-numru ta' vakanzi f'kull rank huwa dan:", "|Kurunell | 1| |Logutenent kurunell | 1| |Maġġuri | 8| |Kaptani | 1| |Logutenenti | 23 | |Warrant officers | 44 | |Sergeants/staff |102 | |sergeants | | |Bombardiers/lance |119 | |bomb. | | |Gunners |241 |", "BORMLA - REĠISTRAZZJONI GĦAX-XOGĦOL", "11338.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid għaliex persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, mhix qed titħalla tirreġistra għax- xogħol?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-persuna msemmija kienet qed tirreġistra fuq l-ewwel parti u għalhekk ġiet mitluba tattendi għal job search seminar biex tiġi mgħejjuna titħarreġ u ssib xogħol skond skemi tal-korporazzjoni tax-xogħol u taħriġ.", "Il-persuna msemmija rrifjutat li tagħmel dan u għaldaqstant ġiet maqtugħa minn fuq ir-reġistru.", "STA.", "LUĊIJA - AKKOMODAZZJONI SOĊJALI", "11339.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid x'qed iżomm lid-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali milli jibgħat il-file number lil persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?", "Meta mistennija ssir spezzjoni fil-fond indikat?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: L-applikazzjoni tal-persuna indikata li saret fit-2 ta' Marzu 2005 qed tiġi pproċessata.", "BIRGU - FOND POSSESSION AND USE", "11340.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-fond li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, huwiex milqut mil-liġi dwar possession and use?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li t-tweġiba hi fl-affermattiv.", "Il- fond imsemmi ġie esproprjat taħt it-titolu ta' pussess u użu permezz ta' dikjarazzjoni tal-gvernatur tat-23 ta' Settembru 1949.", "BIRGU - CARE & REPAIR", "11341.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid meta l-awtorita' tad-djar se tibgħat il-ħaddiema tagħha fil-fond li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, sabiex il-persuna konċernata tibbenefika mis-servizz tal-care & repair?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Ninsab informata li l-awtorita' tad-djar irċeviet l-ittra bid-dettalji tal-persuna li għamel riferenza għaliha l- Onor. Interpellant fis-7 ta' Marzu 2005, jiġifieri fl-istess ġurnata li saret din il-mistoqsija.", "Ninsab informata wkoll li fi żmien qasir l-awtorita' mistennija tagħmel spezzjoni biex tivverifika jekk din il-persuna tistax tibbenefika taħt l- inizjattiva tal-care and repair.", "PERSUNI BARRA FUQ PLEDGE", "11408.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħarraf lill-Kamra kemm hu l-għadd ta' persuni li jinsabu barra fuq pledge?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li ma tinżammx statistika fir-reġistru tal-qorti dwar l-informazzjoni mitluba.", "SENTENZA TA' ĦABS SOSPIŻA", "11409.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħarraf lill-Kamra kemm hawn persuni barra fuq sentenza ta' ħabs sospiża u reġgħu ttellgħu l- qorti għal reat ieħor?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li ma tinżammx statistika fir-reġistru tal-qorti dwar l-informazzjoni mitluba.", "INVESTIMENT MILL-GVERN MALTI", "11410.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm hu l-valur ta' l-investiment li għamel il-Gvern Malti permezz ta' l-MDC, l- MGI, il-MIMCOL u entitajiet oħra?", "Kemm minn dan l-investiment sar fl- aħħar sentejn?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant tinsab f'appendiċi F ta' l-estimi ġenerali għas-snin 2003 u 2004 u f'appendiċi I fl-estimi ġenerali għas-sena 2005, liema dokumenti diġa' ġew impoġġija fuq il-mejda tal-Kamra.", "TA' QALI ACTION PLAN", "11411.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid f'liema stadju wasal il-proġett għall-iżvilupp ta' crafts village modern f'Ta' Qali wara li kien imxandar id-dokument magħruf bħala Ta' Qali action plan fi Frar 2000 u wara li l- awtorita' ta' l-ippjanar kienet xandret id-dokument Ta' Qali crafts village development brief fi Frar 2001?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel din il- mistoqsija lill-ministru konċernat.", "TALBIET TA' ESTRADIZZJONI", "11412.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm saru talbiet ta' estradizzjoni f'dawn l-aħħar ħames snin?", "Kemm minnhom ġew milqugħa?", "Minn liema pajjiż saru u ta' liema nazzjonalita' hi l-persuna li dwarha saret it-talba?", "ONOR.", "TONIO BORG: Filwaqt li nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat- tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari 3722, 5712 u W117, ninsab informat illi minn Settembru ta' l-2004 'il hawn ma sarux talbiet ta' estradizzjoni.", "MIC - GĦOTI TA' FONDI", "11413.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin: Jista' il-Ministru jgħid kemm ingħataw fondi minn sorsi lokali u barranin lill-Malta-EU information centre minn meta twaqqaf sal-lum?", "Minfejn ħarġu l-fondi u kif intnefqu?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li bejn l- 1999 u l-2004 il-Malta-EU information centre kien ipprovdut b'fondi minn sorsi lokali u minn sorsi barranin kif indikat fit-tabella li ser titqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra meta jerġa' jaġġorna l-parlament.", "Dawk lokali nħarġu mill-fond konsolidat, filwaqt li dawk barranin mill- istituzzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea.", "FABBRIKI ĠODDA", "11437.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 11128 u jgħid kemm mistennija jiftħu fabbriki ġodda għall-kumplament ta' din is-sena?", "Kemm mistennija jimpjegaw nies?", "F'liema qasam huma dawn il-fabbriki?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jien informat li mill-proġetti li ġew approvati, minbarra dawk li diġa' bdew joperaw, huwa mistenni li matul il-bqija ta' l- 2005 jiftħu mill-inqas 27 fabbrika ġdida.", "Mill-business plans sottomessi lill-Malta Enterprise huwa stmat li bejniethom se jħaddmu madwar 900 persuna fi żmien tliet snin.", "Dawn il-fabbriki ser ikunu involuti f'dawn is-setturi:", "|Riċerka u żvilupp | 1 | |Għamara u xogħol ta' | 2 | |l-injam | | |Transport equipment | 1 | |Metall | 4 | |Electrical equipment | 2 | |Printing | 4 | |Plastic injection | 3 | |Food & beverages | 2 | |Farmacewtika | 4 | |Software development | 1 | |Non metallic | 1 | |Data management | 1 | |Industrial laundry | 1 |", "QTUGH TAD-DAWL U L-ILMA", "11439.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm- il meter tad-dawl u l-ilma kellhom is-servizz maqtugħ mill-Enemalta u mill- korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma minħabba li ma tħallsux il-kontijiet fis-snin 2000, 2001, 2002, 2003 u 2004?", "Jista' jgħid xahar b'xahar kemm kienu din is-sena u f'liema lokalitajiet?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "UŻU TA' CHLORINE U CHLORINE DIOXIDE", "11455.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jipprovdi breakdown ta' l-ammonti ta' chlorine u chlorine dioxide li ntużaw bħala bioċidi mill-power stations tal-Marsa u Delimara matul l-1990 sa l-2004?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jien informat li tipikament 26 tunnellata ta' chlorine kienu jintużaw kull sena mindu bdiet taħdem il-power station ta' Delimara fl-1992 sa l-aħħar tas-sena 2002, waqt li minn Marzu 2003 sa Diċembru 2004 beda jintuża chlorine dioxide bir-rata ta' 2.8 tunnellata fis-sena.", "Bejn l-1990 u Ġunju ta' l-2000 fil-power station tal-Marsa kienu jintużaw xi 20 tunnellata chlorine kull sena.", "Minn Ġunju ta' l-2000 beda jonqos l- użu tal-chlorine u bejn l-2001 u nofs l-2004 ma ntuża xejn chlorine għax kienu qed jiġu ttestjati prodotti oħra.", "Minn nofs is-sena 2004 'il quddiem beda jintuża xi 13.8 kg ta' chlorine dioxide kuljum.", "NITROGEN OXIDES", "11456.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jagħti breakdown ta' l-ammonti ta' nitrogen oxides li ħarġu bħala emissions mill- power stations tal-Marsa u Delimara matul is-snin 1990 u l-2004?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-informazzjoni mitluba se titpoġġa fuq il-mejda tal- Kamra ma' l-ewwel opportunita' li jkolli.", "VOLATILE ORGANIC COMPOUNDS", "11457.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jagħti breakdown ta' l-ammonti ta' volatile organic compounds li ħarġu bħala emissions mill-power stations tal-Marsa u Delimara matul l-1990 u l-2004?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jien informat li l-ammonti ta' volatile organic compounds li joħorġu mill-power station tal-Marsa huma negliġibbli u ma jiġux imkejla.", "DELIMARA - MONITORAĠĠ AMBJENTALI", "11458.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jinformana dwar x'monitoraġġ ambjentali qed isir fir-rigward tal-power station f'Delimara?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jien informat li ċ-ċmieni tal-power station ta' Delimara huma mgħammra b'apparat li janalizza l-gas li jkun ħiereġ.", "Il- gassijiet imkejjla huma NOx, SOx, CO, CO2 u O2 u wkoll il-particulates.", "Hemm ukoll apparat simili fuq il-boilers bħala parti mis-sistema ta' kontroll ta' l-istess boilers fejn il-livell ta' CO, CO2 u O2 jiġi mkejjel biex jiġi ottimizzat il-proċess tal-ħruq.", "L-emissions miċ-ċmieni jiġu wkoll iċċekkjati perjodikament permezz ta' apparat li jista' jinġarr u emissions għal ġol-baħar ukoll jiġu mkejla perjodikament u kampjuni jintbagħtu fl-laboratorji indipendenti biex jiġu analizzati.", "FUEL GAS DESULPHURISATION", "11459.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jinformana dwar jekk hemmx ħsieb li tiġi implimentata teknoloġija ta' flue gas desulphurisation fir-rigward tal-power station ta' Delimara?", "Jekk le, jista' jispjega għaliex u x'alternattivi qed jintużaw?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-ammonti ta' sulphur oxides li tipproduċi power station jistgħu jiġu kontrollati jew billi jintuża żejt li jkun fih ammont inqas ta' sulphur jew billi jiġi mnaddaf il-gas li joħroġ miċ-ċumnija permezz ta' trattament apposta.", "L-Enemalta temmen li huwa iktar ekonomiku li jiġi evitat il-produzzjoni ta' l-SOx milli jsiru investimenti sostanzjali f'apparat kapitali biex jitnaddaf il-gas li joħroġ miċ-ċumnija.", "Għal dan il-għan l-Enemalta diġa' qed tuża żejt b'sulphur content ta' 1%.", "Barra minn dan ikun hemm spejjez rikorrenti kbar biex titħaddem is-sistema tat-tindif u biex il-prodotti li jibqa' jitwarrbu b'mod li ma ssirx ħsara, apparti li apparat tat-tindif irid ukoll spazju sostanzjali u allura ftit li xejn jista' jiġi akkomodoat fil-power stations.", "ĦAL FAR – ĦRUĠ TA' DRENAĠĠ", "11460.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid x'għamlet, jew x'inhi tagħmel, id-drainage section fi ħdan id-WSC biex twaqqaf il-ħsara kbira li qed issir f'Wied Żnuber, Ħal Far mid-drenaġġ li ħiereġ mill-fabbriki?", "Għaliex l-impjant tad-drenaġġ tħalla jitkisser biex inqered u qed ikompli jinqered bid-drenaġġ wieħed mill-isbaħ widien ta' pajjiżna?", "X'kumpens se jagħti l-gvern lil wieħed bidwi li sofra danni kbar minħabba dan il-leakage ta' drenaġġ li ilu jfur għal ġol-wied għal snin sħaħ?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jien informat li t-taqsima tas-sewerage master plan (SMPU) fi ħdan id-diviżjoni tax-xogħlijiet kienet ħarġet żewġ sejħiet għal offerti għall-bini ta' pressure main u pumping station fi Frar u Awissu ta' l-2003.", "Dan hu x-xogħol li hemm bżonn isir biex jinġabar id-drenaġġ fl- inħawi msemmija ħalli ma jibqax jiskula fil-wied.", "Il-pressure main ta' madwar żewġ kilometri tlesta f'Novembru ta' l-2003.", "Madankollu x-xogħol fuq il-pumping station ma setax jipproċedi minħabba li s-sit viċin tal-proġett ġie skedat mill-MEPA bħala special area of conservation f'Settembru ta' l-2003 u dan minkejja li t-tender għall-bini tal-pumping station ingħatat f'Awissu ta' l-istess sena u l-applikazzjoni kienet sottomessa lill-MEPA f'Diċembru ta' l-2002.", "Minn Ottubru 2003 'il hawn ir-responsabbilta' ta' dan il-proġett għaddiet għand il-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma.", "Sussegwentament il-MEPA talbet lill-KSI tagħmel studju ta' impatt ambjentali li għalih ħarġet talba għal kwotazzjonijiet.", "Naturalment il-bini tal-pumping station ma jistax isir qabel ma jinħareġ il-permess mill-MEPA a bażi ta' l-imsemmi studju.", "Mill-informazzjoni li għandha l-KSI l-impjant eżisenti nbena fis-snin '70 u ftit li xejn, jekk qatt, serva l-għanijiet tiegħu.", "L-istrutturi ta' l- impjant illum huma fi stat irreparabbli u jixhdu nuqqas kbir ta' manutenzjoni.", "Għaldaqstant kienet tkun spiża ħafna akbar li kieku wieħed kellu jerġa' jattiva l-impjant milli jsir il-proġett propost.", "Il-korporazzjoni qatt ma kellha talba formali għal xi kumpens minn bdiewa f'dawk l-inħawi.", "ŻEJTUN: TRIQ IL-BARRANI - TRAFFIC LIGHTS", "11461.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Peress li bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 9437 tad-29 ta' Novembru 2004 il-ministeru ġie informat li x-xogħlijiet fil-proġett tat- traffic lights fi Triq il-Barrani, Żejtun kellhom jitlestew fi żmien ħames ġimgħat u li kienu se jiġu jiswew madwar Lm45,000, jista' il-Ministru ġentilment jispjega għaliex dik is-somma ta' Lm45,000 inqabżet bil-bosta?", "Ma jidhirlux li l-qabża f'somma ta' Lm22,462 hi waħda esaġerata?", "Jista' jgħid fiex intnefqet id-differenza bejn l-istima u s-somma attwali?", "Fiex kien jikkonsisti x-xogħol għall-agrikoltura ta' madwar Lm1,462?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: It-tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "LOCAL PLAN GĦAN-NAĦA T'ISFEL TA' MALTA", "11462.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari 1684, 2640 u 5262, jista' il-Ministru jgħid meta se jkunu lesti l-local plans għan-naħa t'isfel ta' Malta?", "X'inhi r-raġuni għal dan id-dewmien esaġerat?", "Għaliex s'issa kontinwament qed jingħataw dati differenti meta suppost għandhom jitlestew dawn il-local plans?", "Huwa każ li dan id-dewmien hu minħabba prokrastinazzjoni tal-MEPA?", "Jista' il-Ministru jinnota li peress li ċ- ċittadini tan-naħa t'isfel ta' Malta jħallsu l-istess taxxi bħal ċittadini oħra, bir-raġun jistennew dan is-servizz fil-ħin?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Ninsab informat li l-pjan għan-nofsinhar ta' Malta diġa' tressaq quddiem il-bord tal-MEPA u mistenni li jiġi approvat fis- seduta li jmiss.", "Kulma jonqos huwa li jsir il-proċess ta' printing, internet, inputting fuq CDs u l-materjal kollu normalment assoċjat mal- varar ta' pjan lokali.", "Huwa indikat li l-pjan jiġi varat għal ħabta tat- tieni gimgħa ta' April.", "Id-data eżatta se titħabbar dalwaqt.", "Ta' min jgħid li kien hemm numru ta' ostakli tekniċi u proċedurali li wasslu għal dewmien, iżda żgur mhux il-każ li wieħed jindika prokrastinazzjoni min-naħa ta' l-awtorita ta' Malta dwar l-ambjent u l- ippjanar.", "Meta nqalgħu dawn id-diffikultajiet sar minn kollox biex jiġu megħluba fl-iqsar żmien possibbli.", "In-natura tal-proċess minnu nnifsu tieħu ammont konsiderevoli ta' żmien u dan kien japplika għal kull pjan lokali li ħareġ s'issa u żgur li ma japplikax biss għall-pjan tan-nofsinhar ta' Malta.", "Ta' min isemmi wkoll li dan kien l-aktar pjan lokali li għandu kunsilli lokali – 18 b'kollox.", "Għalhekk wieħed jifhem ukoll li t-termini ta' konsultazzjoni kienu aktar wiesa'.", "Tajjeb li l-Onor.", "Interpellant jiftakar li l-ewwel pjan lokali li tlesta kien jikkonċerna ż-żona ta' Birżebbuġa u Marsaxlokk li tinsab fin-naħa t'Isfel ta' Malta.", "L-ordni ta' kif jitlestew il-pjani lokali kienet ġiet stabilita qabel l-1998.", "JOINT OFFICE - ĊNUS FUQ ARTIJIET", "11463.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm jinġabru flus fi ċnus fuq dawk l-artijiet li qabel kienu tal-knisja?", "Jista' jgħid kemm ċnus mhux qegħdin jitħallsu u x'passi qed jittieħdu, jew beħsiebu jieħu, kontra dawk li ma ħallsux u li mhux qegħdin iħallsu?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li l-uffiċċju konġunt li twaqqaf bl- iskop li jivverifika l-informazzjoni kollha dwar il-proprjeta' trasferita lill-gvern mill-entijiet ekklesjastiċi, għadu ma temmx il-funzjoni tiegħu.", "Fil-fatt sal-lum id-dipartiment għadu qiegħed jirċievi mingħand l-entijiet ekklesjastiċi korrezzjonijiet li jinkludu żidiet jew tnaqqis ta' proprjeta' minn annex 8 u għal din ir-raġuni d-dipartiment ma jistax jipprovdi informazzjoni eżatta dwar kemm huma dovuti ċnus fuq artijiet li qabel kienu tal-knisja.", "Madankollu l-uffiċċju konġunt qiegħed jagħmel l-aħjar li jista' biex jiġbor ċnus li mhux jitħallsu u fejn hemm ħtieġa jibgħat ittri uffiċċjali.", "Dan qiegħed jagħti riżultati tajbin, kif jidher miċ-ċifri hawn taħt:", "|Sena | Ammont|Arretrati | | | |Miġbura | |2002 |Lm350,227 | 14% | |2003 | | 28% | | |388,677 | | |2004 | | 47% | | |502,675 | |", "ARTIJIET - FIDI TA' ĊENS", "11464.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm ċenswalisti li applikaw biex jifdu ċ-ċens ta' fejn joqogħdu mill-2002 sal- lum?", "Kemm hu n-numru ta' ċenswalisti li fdew iċ-ċens mill-2002 sal-lum?", "Kemm hu n-numru f'kull belt u raħal?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li fil-każ tad-dipartiment ta' l- artijiet li beda jilqa` applikazzjonijiet għall-fidi ta' ċnus wara avviż legali 1002 ta' l-2004, s'issa applikaw 12 li minnhom infdew tnejn minn Raħal Ġdid.", "Fil-każ ta' l-uffiċċju konġunt jien informat li taħt l-iskema ta' fidi ta' ċnus imħabbra fil-budget speech ta' Novembru 2001, id-dipartiment irċieva 3,688 applikazzjoni li minnhom s'issa ġew ipproċessati 2,280 kif qed jingħad hawn taħt:", "*460 applikazzjoni huma invalidi;", "*1,255 applikant ġew informati bil-prezz tal-fidi;", "*255 applikant ieħor ġew informati li d-dipartiment għad irid jirċievi dokumentazzjoni;", "*310-il applikazzjoni ġew finalizzati u sar il-kuntratt relattiv tal-fidi u tabella li turi l-lokalijiet tagħhom se titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "SIGURTA' SOĊJALI – KONTRIBUZZJONIJIET", "11465.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid jekk hux possibbli li persuna tkun tista' tħallas bolli nieqsa b'lura għall-skop ta' pensjoni?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: L-Att dwar is-Sigurta' Soċjali ma jippermettix ħlas ta' kontribuzzjonijiet b'lura għal perjodu ta' aktar minn ħames snin mid-data li jkunu dovuti.", "Kull ħlas irid isir qabel ma persuna tilħaq l- eta' tal-pensjoni.", "AIR MALTA", "11466.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 10929 u jgħid x'inhi r-raġuni li filwaqt li l-impjegati ta' l-Air Malta kellhom tnaqqis fis-salarju sabiex jagħmlu tajjeb għat-telf, mhux l-istess fil-każ ta' barrani li għandu salarju fenomenali - in-nazzjonalita' tiegħu qed tintbagħat separatament – u li għadu fil-kariga mingħajr ma nstabet persuna oħra li tista' tagħmel l- istess xogħol b'anqas spejjeż?", "X'ammont ġie mnaqqas mis-salarju jew allowances ta' l-istess persuna sabiex jagħmlu tajjeb għad-diffikultajiet li l-kumpannija għandha?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jien informat li l-Onor.", "Interpellant hu skorrett meta qed jallega li xi mpjegat ta' l-Air Malta tnaqqaslu s-salarju.", "Fil- fatt it-tnaqqis miftiehem ma' l-unions kien jaffettwa l-allowances u l- overtime u jien informat li tnaqqis relattiv sar ukoll fl-allowances ta' l- executives kollha, inkluż tal-persuna indikata mill-Onor.", "Interpellant.", "MALTAPOST - TQASSIM TA' ITTRI", "11467.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 11121 u jara li jinħarġu struzzjonijiet sabiex ittri li jkunu mingħajr numru tal-bieb jew juru n- numru l-antik, jiġu mqassma xorta?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li għaddejt it-talba tiegħu lill-Maltapost plc.", "PBS ACCOUNTS", "11468.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jara li jitqiegħdu fuq il-mejda tal-Kamra l-PBS accounts għas-sena 2003, ħalli b'hekk aħna d-deputati parlamentari ma jkollniex għalfejn nirrikorru għand ir-registrar of companies?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Peress illi r-reġistru tal-kumpanniji huwa pubbliku u aċċessibbli elettronikament, id-deputati ta' din il-Kamra jistgħu liberament jitolbu kopja ta' l-accounts ta' liema kumpannija jridu mingħand ir-reġistratur tal-kumpanniji.", "PBS SENIOR POSTS", "11469.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Peress li dan l-aħħar il-PBS ħareġ sejħa għal applikazzjonijiet għall-mili ta' ħames senior posts ġodda, jista' il-Ministru jgħid jekk dawn kenux maħsuba fil-pjani oriġinali ta' ristrutturar tal-kumpannija jew inkella dan sarx bħala afterthought, kif ġara fil-każ tas-CEO designate?", "Ma jaħsibx li dawn il-postijiet ġodda sejirn jirrendu l-management structure tal-kumpannija top heavy?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Qabel xejn nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-PBS ħarġet sejħa għal applikazzjonijiet għall-mili ta' erba' senior posts u mhux ħamsa kif qed jingħad fil-mistoqsija tiegħu.", "Ta' min jiċċara li tnejn minn dawn l-applikazzjonijiet huma għal postijiet li għadhom vojta mill-complement tal-kumpannija u t-tnejn l-oħra huma postijiet ġodda.", "Żgur li l-Onor.", "Interpellant jifhem li huwa l-obbligu ta' kull kumpannija li kontinwament tevalwa l-operat tagħha u tieħu l-passi meħtieġa biex iżżid l-effiċjenza u ttejjeb il-performance u f'dan il-każ, wara eżerċizzju ta' ristrutturar, il-PBS ħasset il-ħtieġa biex issaħħaħ dawk id-dipartimenti fejn tqis li għandhom bżonn iżjed għajnuna biex iżidu l-performance tagħhom.", "Għalhekk għamlet sejħa għal applikazzjonijiet biex jimtlew senior posts fejn il-kumpannija tqis li huma meħtieġa.", "L-Onor.", "Interpellant għandu jiftakar li f'Jannar 2000 din l-organizzazzjoni kellha 26 manager jew aħjar seba' impjegati għal kull manager, waqt li llum għandha seba' managers jew aħjar disa' impjegati għal kull manager.", "Jekk, kif donnu qed jagħmel l-Onor.", "Interpellant, wieħed irid jissuġġerixxi li l-PBS illum hi top heavy, żgur li llum hi anqas top heavy milli kienet sa ftit ilu!", "VICTORIA - ĊITTADELLA", "11471.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għal Għawdex: Tista' il-Ministru tgħid għaliex il-ġimgħa li għaddiet is-sentinella fiċ- Ċittadella kienet qed tkun magħluqa meta kien hemm wirja ta' artist internazzjonali?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: L-informazzjoni għadha qed tinġabar u r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "XEWKIJA - TRIQ IR-ROTUNDA", "11472.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għal Għawdex: Tista' il-Ministru tgħid meta se tingħata tarmak Triq ir-Rotunda, ix-Xewkija?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Jien informata li parti minn Triq ir-Rotunda fix- Xewkija diġa' miksija bit-tarmak.", "Il-parti l-oħra tat-triq tkun tista' issir aktar 'il quddiem skond il-prioritajiet għal Għawdex kollu.", "VICTORIA – TRIQ L-IMGĦALLEM", "11473.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għal Għawdex: Tista' il-Ministru tara li l-ħajt tas-sur tan-naħa ta' Triq l-Imgħallem, Victoria issirlu l-manutenzjoni meħtieġa peress li qed jinqala' ġebel imdaqqas li jista' ikun ta' periklu?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Jien informata li qiegħda tittieħed azzjoni biex isiru tiswijiet fil-ħajt tas-sur tan-naħa ta' Triq l-Imgħallem, Victoria.", "MARSALFORN - BREAKWATER", "11474.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għal Għawdex: Tista' il-Ministru tgħid xi żvilupp qed isir in-naħa tal-breakwater f'Marsalforn?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Jien informata li saret applkazzjoni lill-MEPA għat-twaqqigħ u bini mill-ġdid ta' taraġ eżistenti fl-inħawi tal- breakwater bil-ħsieb li jigu wkoll provduti faċilitajiet sportivi.", "MOBC - CEO", "11479.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 11349 u jgħid il-kuntratt tas-CEO tal- MOBC meta kellu jiskadi?", "Huwa minnu li dan ingħata kumpens talli ġie mġiegħel jitlaq qabel iż-żmien?", "Kemm hi s-somma involuta?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jien informat li l-kuntratt tax-xogħol tac-CEO kien wieħed indefinit.", "Ic-CEO ħa terminal benefits skond it-termini tal- kuntratt ta' xogħol li ser inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra ma' l-ewwel opportunita' li jkolli.", "BIGHI - ĊENTRU TA' RESTAWR", "11480.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jispjega l- aġir tal-bord taċ-ċentru ta' restawr f'Bighi li ġimgħatejn biss qabel ma ġie xolt il-bord, ħareġ call for applications għall-pożizzjoni ta' direttur tal-laboratorji?", "Jaqbel il-Ministru li dan l-aġir tal-bord mhux etiku?", "Jikkonferma li din l-applikazzjoni jmissha ħarġet minn Heritage Malta?", "Jista' jispjega wkoll kif f'din il-call for applications hemm klawsola bil- kondizzjoni li l-applikant għandu jkollu esperjenza ta' għaxar snin fir- restawr tal-ġebel?", "Jista' jgħid ukoll jekk din hijiex l-ewwel darba fl- istorja li hemm klawsola li titlob esperjenza daqshekk fit-tul?", "Jaqbel il- Ministru li b'dan il-mod il-bord qiegħed iċaħħad nies b'ideat ġodda milli japplikaw u b'hekk inkomplu nirripetu l-istess żbalji tal-passat?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi l-mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "ENEMALTA - BORD TAD-DIRETTURI", "11481.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid min kienu l-membri tal-bord tad-diretturi ta' l-Enemalta kull sena mill-bidu ta' l-2003 sal-lum?", "Kemm-il darba ltaqa' il-bord ta' l-Enemalta matul dan il-perjodu?", "X'kienet l-attendenza ta' kull membru tal-bord f'kull laqgħa tul dan il-perjodu?", "X'allowances u perks oħra jirċievu l-membri tal-bord ta' l-Enemalta?", "Jista' jgħid xi ħlasijiet saru lil kull membru tal-bord f'allowances u perks mill- bidu ta' l-2003 sal-lum?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-informazzjoni mitluba ser titpoġġa fuq il-mejda tal- Kamra ma' l-ewel opportunita' li jkolli.", "COLLECTIVE AGREEMENTS", "11482.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Peress li saru ħafna mistoqsijiet parlamentari dwar iż-żidiet taż- żewġ terzi tal-collective agreements lill-pensjonanti ta' azjendi u kumpanniji differenti u ntqal li dawn ser jingħataw, tista' il-Ministru tgħid dan id-dewmien għalxiex hu dovut u meta se jingħataw?", "Tista' tgħid ukoll jekk il-pensjonanti ex-ħaddiema taċ-ċivil hux kollha ħadu dawn iż- żidiet?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Kif kelli l-opportunita' ngħid fi tweġibiet li tajt għal mistoqsijiet parlamentari preċedenti dwar l-istess suġġett, ix- xogħol estensiv u laboruż biex isiru r-reviżjonijiet indikati għadu għaddej.", "Inżid ngħid li ninsab informata li sa l-aħħar ta' Ġunju 2005 mistennija jsiru l-ħlasijiet fejn ġie finalizzat il-proċess tax-xogħol preparatorju msemmi.", "TARZNA - PENSJONANTI", "11483.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni għaliex għadhom jistennew iż-żidiet dovuti lilhom il-pensjonanti tat-tarzna u dan meta għadhom rikonoxxuti uffiċjalment bħala li għadhom marbutin bil-ftehim kollettiv rilevanti?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 11482.", "PENSJONI TAD-DIŻABILITA'", "11484.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni għaliex pensjoni tad- diżabilita' tas-servizzi Ingliżi - din ma tiġix intaxxata fl-Ingilterra u dan l-eżempju kien jiġi segwit ukoll f'Malta mid-dipartiment konċernat - issa qed tiġi intaxxata mid-dipartiment tas-servizzi soċjali?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jgħaddili aktar dettalji dwar il-każ speċifiku, anke b'mod kunfidenzjali, biex nitlob lid- dipartiment konċernat jinvestiga.", "KARTANZJAN", "11485.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jikkonsidra l-possibbilta' li l- kartanzjan issir fuq il-mudell tal-karta ta' l-identita' u forsi tkun tinkludi wkoll il-grupp tad-demm u informazzjoni oħra?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-possibbilta' li l-kartanzjan issir fuq il-mudel tal-karta ta' l-identita' qed tiġi kkonsidrata.", "Rigward l-informazzjoni li jkun inkluż il-grupp tad-demm, dan ma jistax isir skond l-Att ta' l-1975 li jgħid li l-grupp tad-demm mhux wieħed mill- partikolaritajiet li għandu jidher fuq il-karta ta' l-identita'.", "UŻU TA' ENERĠIJA ELETTRIKA FIS-SAJF", "11486.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 8628, jista' il-Ministru jgħid għaliex aħna ma nistgħux nagħtu din l-informazzjoni meta pajjiżi oħra ħafna akbar minna għandhom din l- informazzjoni aċċessibbli?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "ASIAN BIRDFLU", "11487.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid jekk id-dipartiment tas-saħħa għandux il-mediċini u l-ammont adegwat għal kontra xi mewġa ta' l- influwenza Asjatika, dik tat-tjur?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Din l-issue diga' bdiet tiġi indirizzata minn kumitat maħtur apposta mid-dipartiment tas-saħħa fejn qed tiġi analizzata l- aħjar azzjoni u kura f'sitwazzjoni bħal din.", "F'dan ir-rigward għandu jingħad ukoll li d-dipartiment tas-saħħa qiegħed isegwi l-pariri tad-WHO u l-Unjoni Ewropea.", "KONTIJIET TAD-DAWL U L-ILMA", "11488.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11081 u stante li l-uffiċjali nkarigati daparti ta' l-Enemalta m'huma qed joffru l-ebda spjega suffiċjenti, jara x'inhi r- raġuni li l-kont ta' persuna anzjana li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, qiegħed ta' kull darba jkun eżorbitanti avolja m'għandhom l- ebda element li jistgħu jikkontribwixxu għal tali kont?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jien informat li wara li saru l-investigazzjonijiet neċessarji, irriżulta li l-meter ta' l-ilma rreġistra konsum eċċessiv minħabba arja li daħlet fis-sistema meta kien qed isir xogħol fiha viċin tal-post.", "Din mhux ħaġa normali iżda setgħet ġrat f'dan il-każ minħabba l- pożizzjoni għolja tal-meter f'tarf is-sistema.", "Il-kont ta' l-ilma kien rivedut u l-konsumatur kien informat.", "Jien informat ukoll illi rigwardanti l-kont tad-dawl ma jidhirx li kien hemm xi varjazzjonijiet fil-konsum meta mqabbel ma' l-average ta' l-istess dar f'dawn l-aħħar disa' snin.", "SERVIZZ TAD-DAWL U L-ILMA", "11489.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jagħti tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 11110 u ġaladarba fallew il-mezzi ordinarji fil-konfront tal-persuna indikata, jinvestiga l-istess stante illi mill-istess dokumenti annessi jidher li dawn ma jirriflettux l-użu għall-istess?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex ikun iżjed ċar u dirett fil-mistoqsija tiegħu ħalli nkun nista' inwieġbu sew.", "INTRAPRIŻI - ĊERTIFIKAZZJONI INTERNAZZJONALI", "11510.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn fabbriki jew intrapriżi industrijali li għandhom ċertifikazzjoni internazzjonali, bħal EMAS jew ISO1401?", "Jista' jgħid liema huma dawn l- intrapriżi industrijali?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi l-mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "PEMBROKE: SKOLA SIR ADRIAN DINGLI - NISSEN HUTS", "11514.", "L-ONOR.", "MICHAEL ASCIAK staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: Jista' il-Ministru jindaga jekk l-erba' nissen huts li hemm ħdejn l-iskola ta' Sir Adrian Dingli, Pembroke, għandhiex bżonnhom l-iskola jew le?", "Jekk le, jista' jikkonsidra li jiġu mislufa jew jingħataw għal użu filantropiku?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li n-nissen huts li hemm ħdejn l-iskola Sir Adrian Dingli, Pembroke mhumiex parti mill-iskola.", "EURES – XOGĦOL BARRA MINN MALTA", "11515.", "L-ONOR.", "MICHAEL ASCIAK staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jindaga għalfejn gradwati tal- B.Pharm li qed japplikaw biex jaħdmu l-Ingilterra mhumiex jitħallew jirreġistraw għal dan ix-xogħol?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-korporazzjoni tirreġistra persuni li jkunu jridu jaħdmu f'Malta u mhux barra minn Malta.", "Għal dawk interessati biex jaħdmu barra, l-korporazzjoni toffri s-servizz tal-EURES .", "Dan huwa servizz fejn wieħed jingħata tagħrif kif jista' ifittex barra.", "Wieħed jista' ukoll ipoġġi c-CV tieghu fuq il-EURES portal.", "Informat ukoll li għal aktar tagħrif wieħed jista' javviċina l-uffiċċju tal-EURES bejn id-9.00 a.m. u 12.00 p.m. mit-Tnejn sal-Ġimgħa.", "SIGURTA' SOĊJALI - GĦAJNUNA GĦALL-MARD", "11516.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tispjega r-raġuni għaliex persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, ma tikkwalifikax għall- għajnuna għall-mard?", "X'konnessjoni hemm bejn il-valur kapitali tal-membri tal-familja tagħha ma' din it-talba?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Ninsab informata li l-persuna indikata mill- Onor. Interpellant ġiet informata bil-miktub mid-dipartiment tas-sigurta' soċjali dwar il-każ tagħha.", "BORMLA - BAĊIR NRU.", "1", "11517.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tad- development brief imħabbar mill-gvern għall-iżvilupp ta' l-inħawi ta' baċir numru 1 f'Bormla?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "KASTILJA – ARCHITECTURE PROJECT", "11518.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 10450 u jgħid liema xogħlijiet wettqet f'Kastilja d-ditta Architecture Project?", "Kemm tħallsu fees sal-lum dawn il-periti?", "Dawn tqabbdu wara sejħa għal offerti?", "Jista' ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt li għandha d-ditta?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "KALKARA – ĊIMITERJU MILITARI", "11523.", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jinforma lill- Kamra f'liema stadju waslet it-talba sabiex iċ-ċimiterju militari li jinsab fi Triq il-Missjoni Taljana, Kalkara jinħariġlu l-permess tad-dipartiment ta' l-artijiet issa li l-kawża ċivili spiċċat?", "ONOR.", "TONIO BORG: Il-kawża ċivili għadha ma spiċċatx u tinsab differita quddiem l-assistent ġudizzjarju għad-29 ta' April 2005.", "SKEJJEL – ON-CALL FACILITATORS", "11528.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Peress li qed ikun hemm ilmenti daparti ta' ġenituri li għandhom lil uliedhom b'facilitator fl-iskola - għaliex meta l- facilitators ma jattendux it-tfal jintbagħtu lura lejn id-dar - jista' il- Ministru jara jekk hux possibbli li jkun hemm facilitators extra?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Hemm facilitators extra li jissejħu on-call facilitators.", "Mill-istess natura tax-xogħol tagħhom, dawn il-facilitators jiġu kkuntattjati mill-iskejjel fi żmien qasir u għalkemm mhux dejjem ikunu f'pożizzjoni li jattendu l-iskola biex jieħdu post facilitator li ma tkunx attendiet.", "GĦAWDEX: SPTAR ĠENERALI – APPUNTAMENTI TA' L-ENT", "11529.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għal Għawdex: Tista' il-Ministru tgħid għaliex l-appuntamenti tal-pazjenti ma' l-ENT fl-isptar ġenerali ta' Għawdex ġew kanċellati u bagħtuhom Malta?", "Tista' tgħid jekk dan l-inkonvenjent hux temporanju jew le?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: L-appuntamenti ta' l-ENT ġew kanċellati għaliex telqu bla ma kien mistenni żewġ speċjalisti ta' l-ENT, it-tnejn senior registrars.", "B'riżultat ta' dan in-nuqqas ta' speċjalisti, kellhom jitnaqqsu s-servizzi ta' l-ENT.", "Is-sitwazzjoni għandha tiġi għan-normal meta jiġi konkluż il-proċess li hu għaddej għar-reklutaġġ ta' speċjalisti ta' l-ENT.", "EKO-KONTRIBUZZJONI FUQ L-IMTIERAĦ", "11530.", "L-ONOR.", "ROBERT ARRIGO staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jikkonferma li mtieraħ importati minn barra minn Malta mhux qegħdin jiġu miżjuda bl-eco-contribution minkejja l- plastic li jkollhom imdawwar magħhom, filwaqt li dawk manifatturati Malta huma?", "Jista' jgħid kemm hi l-kontribuzzjoni mitluba mill-Maltin?", "Kemm inġabret s'issa eco-contribution minn dan is-settur?", "Jekk dan huwa l-każ, jista' jara li dawn ikunu on a level playing field?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-eko-kontribuzzjoni fuq imtieraħ u prodotti tas- sodda taħt HS Codes 940421, 940429, 940430 u 940490 bdiet tkun pagabbli b'effett mill-1 ta' Jannar 2005.", "Din il-kontribuzzjoni hija dovuta meta l- prodott jitqiegħed fis-suq għall-ewwel darba, kemm jekk jiġi minn stat membru ta' l-Unjoni Ewropea kif ukoll jekk ikun importat minn barra l- Unjoni Ewropea.", "Il-fatt li dawn il-prodotti huma mgeżwra fil-plastic huwa irrilevanti għax l-eko-kontribuzzjoni titħallas fuq il-prodott innifsu u mhux fuq il- materjal li bih ikun ippakkjat il-prodott.", "Il-liġi tipprovdi fejn l-eko- kontribuzzjoni għandha tkun dovuta fuq materjal tal-plastic, bażikament fuq boroż u basktijiet tal-plastic għax-xiri.", "Rigward l-ammont ta' eko-kontribuzzjoni li nġabret mis-settur imsemmi, peress li l-prospetti ta' l-eko-kontribuzzjoni għadhom m'humiex dovuti li jintbagħtu, id-dipartiment mhux f'pożizzjoni jgħid kemm hu l-ammont miġbur minn dan is-settur.", "ĦAL QORMI – ASFALTAR TA' TOROQ", "11531.", "L-ONOR.", "CLYDE PULI staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 10070, jista' il-Ministru jerġa' jagħti rendikont tat-toroq li saru bejn l-1994 u l-2005, peress li s- snin ta' bejn l-1994 u l-2002 huma nieqsa mil-lista mogħtija fit-tweġiba?", "Jekk ma jistax jagħmel dan, jista' jispjega għalfejn?", "Jista' jagħti wkoll lista ta' toroq mogħtija, minflok jispeċifika biss li sar xi industrial estate li allura jkun ifisser numru ta' toroq?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Minn informazzjoni li nġabret mill-awtorita' dwar it-trasport, it-toroq li saru fil-perjodu msemmi f'Ħal Qormi jinkludu:", "|Toroq |Sen|L/A |Inc/ |Total| | |a | |Dec | | |Triq-Serer|200|Lm10,|Lm3,6|Lm6,6| | |3 |317 |29 |87 | |Triq N |200| | | | |Baldacchin|3 |11,09|425 |11,52| |o | |8 | |3 | |Triq |200| | | | |id-Deheb |3 |11,67|4,207|7,463| |Fin | |1 | | | |Triq |200| | | | |id-Dragun |3 |7,338|1,949|9,287| |Triq 10 |200| | | | |ta' Sett |3 |7,664|2,148|5,515| |Triq |200| | | | |il-Furnar |5 |8,901|1,397|7,503| |Triq Ġ M |200| | | | |Azzopardi |3 |4,640|573 |4,066| |Triq |200| | | | |il-Poeżija|3 |1,778|519 |1,258| |Triq San |200| | - | | |Ġakkin |2 |27,09|416 |26,67| | | |2 | |5 | |Mrieħel |200| | | | |Ind.", "Est. |2 |315,4|63,42|251,9| | | |11 |5 |86 | |Tal-Ħandaq|200| | | | |Ind.", "Est |2 |403,0|7,188|410,1| | | |00 | |88 | |Triq P |200| | | | |Farrugia |4 |19,32|7,579|11,74| | | |8 | |8 | |Triq Marju|200| |- | | |Pace |4 |15,54|2,577|12,97| | | |8 | |0 | |Triq M |200| | | | |Montabello|5 |21,57| |21,57| | | |7 | |7 | |Triq |200| | | | |in-Nassab |5 |26,32| |26,32| | | |3 | |3 |", "Il-lista tat-toroq li ġew asfaltati fiż-żmenijiet imsemmija se titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "Din il-lista ma tinkludix toroq li saru mill-kunsill lokali f'dan il-perjodu.", "ĦABS - TFITTXIJA GĦAL DROGI U XORB ALKAĦOLIKU", "11534.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm-il tfittxija saret f'dawn l-aħħar sitt xhur mill-SRT fil-faċilita' korrettiva ta' Kordin għal drogi u xorb alkoħoliku?", "Kemm instabu?", "ONOR.", "TONIO BORG: Il-membri ta' l-SRT ta' kuljum jagħmlu numru sostanzjali ta' tfittxijiet.", "Dawn isiru fuq dawk il-persuni li jintbagħtu l-ħabs u fuq kull priġunier li jkollu bżonn imur il-qorti, xi klinika, sptar jew fuq prison leave, kemm qabel joħorġu kif ukoll meta jirritornaw.", "Dawn jammontaw għal medja ta' 40 kuljum.", "Minbarra dawn isiru wkoll tfittxijiet fiċ-ċelel tal-priġunieri, ħwienet tax-xogħol, btieħi u reception areas.", "It-tfittxijiet ma jsirux biss għal xorb alkaħoliku u drogi imma jsiru għal kull ħaġa li hija projbita li tkun fil-pussess tal-priġunieri.", "Tant hu hekk li f''dawn l-aħħar sitt xhur kien hemm erba' każi ta' sejbiet ta' inbid magħmul mill-frott mogħti lill-priġunieri stess u 14-il sejba ta' trab li huwa suspettat li huwa droga.", "AWTORITA' MARITTIMA - ĦADDIEMA", "11537.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid x'se jiġri mill-ħaddiema li hemm mislufa mill-ex-wireless telegraphy lill-maritime authority?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: L-awtorita' ta' Malta dwar il-komunikazzjoni flimkien ma' l-awtorita' marittima taw bidu għal proċess biex l-awtorita' marittima tieħu r-responsabbilta' tal-funzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal- bastimenti.", "Fit-tmiem ta' dan il-proċess jiġi deċiż kemm u liema ħaddiema se jibqgħu jaħdmu ma' l-awtorita' marittima.", "Jekk ikun il-każ, l-oħrajn jiġu trasferiti ma' xi dipartiment governattiv ieħor.", "Dan isir b'konsultazzjoni mar-rappreżentanti tal-ħaddiema involuti.", "TA' GIORNI – APPARTAMENTI TAL-GVERN", "11539.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tieħu l-passi meħtieġa biex jiġu spezzjonati l-fili tal-faċċata ta' l-appartamenti A, B, C, D, E, F, G, H, I u J li jinsabu fil-housing estate ta' Ta' Giorni peress li wasluli diversi rapporti mir-residenti ta' dawn l-appartamenti li wħud mill-faċċati ta' l-istess appartamenti jinsabu fi stat ħażin u għandhom bżonn jiġu mkaħħla urġentement minħabba li qed issir ħsara fi djarhom?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Għaddejt it-talba ta' l-Onor.", "Interpellant lid- dipartiment tal-bini u tiswija ta' djar għall-azzjoni meħtieġa.", "PENSJONANTI TAL-BOV", "11540.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid meta hu maħsub li jingħataw iż-żidiet u l-arretrati ta' l-istess żidiet lill- pensjonanti ex-ħaddiema tal-BOV, skond l-aħħar ftehim kollettiv?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jindirizza l- mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "ST LUKE'S - PILLOLI COOZAR", "11541.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-pilloli Coozar mhux qed jingħataw kif suppost mill-isptar għax qegħdin out of stock?", "Billi hemm anzjani li nefqu Lm20 f'pilloli, jista' il-Ministru jaċċerta li dawn il-pilloli jiġu ordnati u jkunu in stock?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Is-servizzi farmaċewtiċi tal-gvern jixtru l- mediċina Lozartan u mhux il-prodott speċifiku Coozar.", "Informat ukoll li l- pilloli Lozartan mhumiex out of stock.", "MTARFA - ŻBIR TA' SIĠAR", "11542.", "L-ONOR.", "JOSEPH CASSAR staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra jekk kemm-il darba n- numru ta' siġar protetti ai termini ta' avviż legali 12/01 għall- protezzjoni ta' l-ambjent ġewwa l-Imtarfa f'sit biswit Dar il-Kaptan u sisters' quarters ingħatax il-permess lil xi ħadd sabiex dawn jinqalgħu jew jinżabru?", "Jekk le, x'passi legali jistgħu jittieħdu?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Il-MEPA ma saritilhiex talba sabiex is-siġar protetti skond avviż legali 12/2001 f'sit biswit Dar il-Kaptan u sisters' quarters ġewwa l-Imtarfa jinqalgħu jew jinżabru.", "Jirriżulta però li hemm permess ta' żvilupp PA 0216/00 maħruġ mill-awtorità ta' l-ippjanar fit-22 ta' Frar 2002 fuq is-sit in kwestjoni, liema permess għadu ma ġiex utilizzat sal-lum il-ġurnata.", "Għar-rigward ta' x'passi jistgħu jittieħdu, oltre li qed tissorvelja s-sit in kwestjoni, il-MEPA talbet lill-applikant sabiex qabel ma jutilizza l- permess ta' żvilupp relattiv, jottjeni l-permessi neċessarji u jagħti t- tagħrif kollu meħtieġ dwar kif se jintlaqtu l-istess siġar protetti.", "UNIVERSITA' – KORS TA' M. PSYCH", "11543.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jikkonferma li għall-kors ta' masters of psychology ta' l-Universita' ta' Malta ġew ammessi applikanti li għandhom l-honours biss fil-bachelor of psychology filwaqt li tħallew barra applikant jew applikanti li għandhom il-first class honours?", "Jekk dan huwa minnu, jista' jgħid kif min ikollu honours għal dan il-kors jiġi ppriferut a skapitu ta' min hu aktar kwalifikat?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-għażla ta' l-applikanti għall-kors ta' l-M.Psych saret mill-bord ta' l-għażla tal-fakulta ta' l-edukazzjoni ta' l- Universita' ta' Malta fuq il-kriterji stabiliti mir-regolamenti ta' l- universita', jiġifieri: kwalifiki, esperjenza, xeħta u riferenzi.", "Għaldaqstant filwaqt li persuna li għandha grad first-class honours tkun mogħtija aktar marki minn min ikollu second-class, l-istess persuna jista' ikollha anqas marki fuq il-kriterji l-oħra.", "L-applikanti tpoġġew fl-ordni skond il-marki totali li ġabu.", "EC DIRECTIVE – 2000/35", "11544.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'miżuri ttieħdu sabiex tiġi implimentata d-direttiva 2000/35/EC tal-Parlament Ewropew u tal- Kunsill Ewropew tat-22 ta' Ġunju 2000 on combating late payments in commercial transactions?", "ONOR.", "TONIO BORG: Il-ministeru għall-investiment, industrija u t- teknoloġija ta' l-informazzjoni għamel konsultazzjonijiet mal-Malta Enterprise u mal-ministeru tal-finanzi u konsegwentement qed isir id- drafting ta' l-emendi neċessarji u l-ħsieb hu li dawn jiddaħħlu fil-kodiċi kummerċjali.", "MOSTA BOĊĊI CLUB", "11545.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jara l-każ tal-Mosta boċċi club fejn qed isir awment fiċ-ċens għall-Lm150 sabiex dan jitnaqqas għal wieħed ta' Lm50, peress li n-numru ta' membri li hemm fil-club illum huwa ta' 25 u għalhekk mhux possibbli li jiġi mtella' għal dan l-ammont?", "ONOR.", "TONIO BORG: Iċ-ċens ta' Lm150 ma jistax jitnaqqas peress li l- għotja u l-abbozz tal-kuntratt ġiet approvata b'riżoluzzjoni tal-parlament fit-28 ta' Ġunju 2004 f'seduta 144.", "ĦRUĠ TA' VISAS", "11549.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u lntern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jindika, xahar b'xahar minn Lulju 2004 sal-lum, il-pulizija kemm irċeviet talbiet għall-ħruġ ta' visas lil ċittadini Ċiniżi mill-ambaxxata Maltija f'Bejing?", "Kemm minnhom ġew approvati xahar b'xahar?", "X'kien it-total ta' visa applications rifjutati minn dak iż-żmien 'il hawn?", "ONOR.", "TONIO BORG: It-tagħrif mitlub dwar talbiet għall-ħruġ ta' visas lil ċittadini Ċiniżi hu kif jidher hawn taħt:", "|Sen|Xahar |Talbi|Approv|Rifju| |a | |et |ati |tati | |200|Lulju |388 |344 | 44 | |4 |Awissu|320 |297 |23 | | |Settem|247 |209 |38 | | |bru |211 |185 |26 | | |Ottubr|281 |228 |53 | | |u |340 |224 |116 | | |Novemb| | | | | |ru | | | | | |Diċemb| | | | | |ru | | | | |200|Jannar|373 |138 |235 | |5 |Frar |146 |84 |62 | | |Marzu*|146 |84 |62 |", "sat-30 ta' Marzu", "ĦRUĠ TA' VISAS", "11550.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid fiex waslu l- investigazzjonijiet tal-pulizija dwar l-allegazzjoni ta' abbużi fl- ipproċessar ta' visas lil ċittadini Ċiniżi mill-Ambaxxata ta' Malta f'Bejing?", "ONOR.", "TONIO BORG: L-investigazzjoni msemmija għadha mhijiex konkluża.", "ĦRUĠ TA' VISAS", "11551.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal- Kamra kopja tar-rapport li l-ministeru ta' l-affarijiet barranin għadda lill-pulizija taħt il-firma ta' l-Ambaxxatur ta' Malta fiċ-Ċina dwar il- proċeduri adottati meta jkun hemm talbiet għal visas lil Ċiniżi li jkunu jridu jżuru Malta bħala studenti ta' l-Ingliż?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ma nħossx li huwa opportun illi dokumenti mgħoddija lill-pulizija fil-kors ta' investigazzjoni għandhom ikunu pubblikati.", "AFM – GĦOTI TA' MEDALJI", "11559.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk is-suldati fl-armata li huma eliġibbli hux se jingħataw il-medalji, kif soltu kienu jingħataw, wara 18-il sena u 25-il sena servizz?", "Jekk le, għaliex u fil-każ meta se tingħatalhom?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Il-gvern mhux marbut li jagħti l-imsemmija medalji kull sena.", "Fis-snin 1997 u 1998 il-gvern ta' dak iż-żmien għażel li ma jagħtix dawn il-medalji.", "ŻEJTUN - KAMRA TAL-LOGĦOB TAN-NAR", "11560.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-MEPA qed tinsisti mal-kamra tal-logħob tan-nar taż-Żejtun dwar apparat speċjali fejn fih jinħarqu l-karti li jkunu skart wara li jinħadem in-nar?", "Kemm għandha nies kwalifikati fix-xjenza tal-piroteknika l-MEPA, min huma u xi kwalifiki għandhom?", "Xi kwalifiki fix-xjenza piroteknika għandha l-persuna li qed tinsisti għal dan l-apparat?", "Kemm-il kamra tal-logħob tan-nar hawn f'Malta u Għawdex li huma liċenzjati li għandhom dan l-apparat li qed jintalab lill-kamra tan-nar taż-Żejtun?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Ir-responsabbiltà għall-immaniġġjar ta' l-iskart hi dejjem fuq dak li jipproduċih.", "Il-karti kontaminati bi fdalijiet pirotekniċi jitqiesu bħala skart perikoluż.", "Il-MEPA mhux qed tesiġi li dawn il-karti għandhom jinħarqu f'apparat speċjali iżda qed tesiġi li jekk irid jinħaraq xi skart bħal dan għandu jintuża apparat apposta skond il- liġi.", "Il-liġi ma tippermettix li jsir ħruq ta' skart bħal dan fl-apert.", "Il-persuni li ħadmu fuq din l-applikazzjoni huma kwalifikati fil-kimika, fl- immaniġġjar ta' l-iskart u fil-ħarsien ambjentali u għaldaqstant huma kwalifikati biex jiddeterminaw li l-ħruq ta' karti kontaminati bil-kimika piroteknika b'mod mhux kontrollat iġib miegħu riskju għas-saħħa tal-bniedem kif ukoll għall-ambjent.", "Il-MEPA ma taf bl-ebda kamra tan-nar li għandha apparat speċjali biex jaħraq l-iskart.", "ĦAL QORMI – TRIQ VALLETTA", "11575.", "L-ONOR.", "CLYDE PULI staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Jista' il-Ministru jgħid jekk l-awtorita' dwar it-trasport ikkonsidratx il-pożizzjoni tar-residenti meta approvat it-talba tal-kunsill lokali ta' Ħal Qormi biex parti minn Triq Valletta ssir one-way?", "Meta saret it-talba mill-kunsill?", "Meta ġiet approvata t-talba mill-awtorita' dwar it-trasport?", "Tista' l-awtorita' dwar it-trasport tikkonsidra li t-triq issir one-way minn Mill Street sa Qormi football ground u tkompli bħala two-way mill- istess football ground sa Qormi Road, b'dan il-mod ikun qiegħed xorta jittaffa t-traffic flow mid-direzzjoni ta' Mill Street għal Qormi Road u fl-istess ħin jaġevola lir-residenti fit-talbiet u l-preokkupazzjoni tagħhom?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: It-talba finali, bil-pjanti emendati kif issuġġerit mid-direttorat għall-immaniġġjar tat-traffiku, saret mill- kunsill lokali ta' Ħal Qormi fil-11 ta' Ottubru 2004 u dan sabiex Valletta Road issir one-way minn Mill Street sa Cannon Road.", "Din kienet parti minn skema ta' junction upgrading bejn Cannon Road, Valletta Road u Triq Correa li allura tinkludi wkoll junctions oħra fl-inħawi.", "Saru laqgħat mal-kunsill lokali u wara spezzjoni dettaljata fuq il-post minn uffiċjali tad-direttorat għall-immaniġġjar tat-traffiku u analisi tal- pjanti sottomessi mill-kunsill lokali, l-approvazzjoni għall-junctions ħarġet fl-1 ta' Diċembru 2004.", "ERM - RAPPORTI/STUDJI", "11577.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Peress li l-Prim Ministru diġa' stqarr li l-gvern se jiddeċiedi jekk Malta tidħolx fil-mekkaniżmu ERM biex eventwalment tadotta l-euro, jista' ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra xi rapporti jew studji li hu seta' ikkummissjona dwar l-impatt ta' adozzjoni kmieni jew aktar tard u kif l- adozzjoni se jimpatta ekonomikament u soċjalment, u x'miżuri qed jippjana l- gvern biex jilqa' kontra l-effetti negattivi li jistgħu jokkorru?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Il-gvern u l-Bank Ċentrali ta' Malta huma fil- proċess li jiffinalizzaw dokument ta' strateġija li jħares lejn is-sħubija ta' Malta fl-ewro.", "Id-deċiżjoni li jinħareġ id-dokument se tittieħed flimkien mal-Bank Ċentrali ta' Malta wara konsultazzjonijiet mal-kumitat finanzjarju u ekonomiku ta' l-Unjoni Ewropea li se jiltaqa' fil-ġranet li ġejjin.", "GĦAWDEX – ĠBIR TA' SKART", "11578.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jispjega għaliex iż-żibel li jinġabar f'Għawdex ħalli jiġi trasportat lejn Malta qed jitħalla fit-trakkijiet f'Għawdex u ieħor Malta minn filgħaxija sa filgħodu?", "Jista' jieħu passi biex dan l-abbuż jieqaf immedjatament?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Dak li qed jirriferi għalih l-Onor.", "Interpellant effettivament mhux prattika imma ġrat biss f'eċċezzjonijiet.", "Se jsir kulma hu possibbli biex dan ma jerġax iseħħ.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB", "RAĦAL ĠDID: ST JOSEPH JUNIOR LYCEUM – SERVIZZ TA' TRASPORT", "124.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-coach ta' St Joseph Junior Lyceum, Paola, route no. 7, li tmur għalihom l-iskola, ħafna drabi mhux qed tmur la filgħodu u wisq anqas wara l-iskola, bil-konsegwenza li t-tfal ikollhom jeħduha bil-mixi?", "X'passi ttieħdu jew se jittieħdu billi dan qed jiġri ta' spiss?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Id-diviżjoni ta' l-edukazzjoni ħarġet ordni biex dan ix-xufier jispiċċa minn fuq din ir-rotta mill-bidu ta' April 2005."]} {"filename": "20080121_609d_par.doc", "date": "2008-01-21", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Uffiċjali u Rivedut) L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 609 It-Tnejn, 21 ta' Jannar, 2008 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 609", "It-Tnejn, 21 ta' Jannar, 2008", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.02 p.m.", "Talba", "Seduta Nru. 609", "It-Tnejn, 21 ta' Jannar, 2008", "WERREJ", "MINUTI 323", "KUNSENS GĦAL ATTI 323", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI 323", "TQEGĦID TA' KARTI 331", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR L-AFFARIJIET TAL-KONSUMATUR (It-Tieni qari)", "CONSUMER AFFAIRS (AMENDMENT) BILL (Second Reading) 332", "AĠĠORNAMENT 351", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 355", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB 362", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 608 li saret fis-16 ta' Jannar, 2008 ġew konfermati.", "KUNSENS GĦAL ATTI", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): Ninforma lill-Kamra li l-President ta' Malta kien ta l-kunsens tiegħu għal:", "Att Nru. I ta' l-2008 - Att ta' l-2008 li jemenda l-Att dwar l- Amministrazzjoni tat-Taxxa.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "SPTAR MATER DEI", "27065.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Michael Farrugia) staqsa lill- Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Kemm ġiet tiswa ċ-ċerimonja li saret fid-29 ta' Ġunju, 2007 fl-Isptar Mater Dei?", "Jista' jingħata breakdown ta' dawn l-ispejjeż?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (Segretarju Parlamentari) (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant illi t-tlestija u l- handling over ta' l-Isptar Mater Dei mingħand Skanska Malta JV għal għand il-gvern ta' Malta ġiet iċċelebrata b'numru ta' attivitajiet li seħħew bejn id-29 ta' Ġunju, 2007 u l-1 ta' Lulju, 2007.", "Il-konċett ġenerali kien wieħed ta' promozzjoni tal-kura tas-saħħa.", "L-attivitajiet prinċipali kienu: Ċelebrazzjoni dinjituża tat-tlestija ta' l- akbar proġett nazzjonali, eżerċizzju ta' familjarizzazzjoni permezz ta' open weekend fejn il-poplu ġie mistieden iżur u jara b'għajnejh dan il- proġett ta' sptar state of the art u eżerċizzju ta' promozzjoni tas-saħħa fejn ġie organizzat health festival biex wara li wieħed ikun ra l- faċilitajiet disponibbli, jiġi mħeġġeġ jieħu ħsieb saħħtu permezz ta' mezzi ta' prevenzjoni, primarjament billi jiekol ikel bnin, jagħmel eżerċizzju fiżiku, jibża' għall-ambjent, jagħmel screening tal-kondizzjonijiet tiegħu u jevita dak li jagħmillu l-ħsara.", "L-attivitajiet kienu ta' suċċess kbir tant li huwa stmat li aktar minn 80,000 persuna żaru dan il-proġett matul dawn it-tlett ijiem; 2,500 għamlu testijiet mediċi ta' prevenzjoni filwaqt li eluf oħra ħadu sehem f'attivitajiet ta' eżerċizzju fiżiku u sport filwaqt li kielu ikel bnin mir- restaurant armat għall-okkażjoni.", "In-nefqa totali għal dan il-weekend, eskluż il-VAT, kienet ta' Lm56,797.48 jew 71 ċenteżmu għal kull persuna li pparteċipat f'dawn l-avvenimenti.", "Il-breakdown ta' l-ispejjeż qed jitpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Sur President, fit-tabella hemm ċifra ta' flus li tirriferi għal less sponsorship.", "Jista' s-segretarju parlamentari jispjega x'inhi n-natura ta' dan l-isponsorship?", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Peress li sar xi reklamar, iċ-ċifra ta' flus li tħallset għalih ġiet imnaqqsa.", "SPTAR MATER DEI", "27218.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Michael Farrugia) staqsa lill- Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 27065, kemm ġiet tiswa ċ-ċerimonja li saret fid-29 ta' Ġunju, 2007 fl-Isptar Mater Dei?", "Jista' jingħata breakdown ta' dawn l-ispejjeż?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba mogħtija għal mistoqsija parlamentari 27065.", "KONTIJIET TA' MOBILE PHONES", "28227.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joe Debono Grech) staqsa lill- Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Kemm tħallsu flus f'kontijiet ta' mobile phones fil-ministeru, dekasteru u enti tiegħu minn Jannar 2007 sal- lum separatament u xahar b'xahar?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra tabelli A u B għar-rigward ta' l-uffiċċju tal-prim ministru u l-ministeru tal-finanzi rispettivament li jagħtu l- informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Hija normali li ssir nefqa ta' Lm22,726 mill-uffiċċju tal-prim ministru jew hija inqas jew aktar minn dik ta' snin oħra?", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Naħseb li ċ-ċifra li qed jirriferi għaliha l-Onor.", "Interpellant hija normali bħal dik ta' snin oħra.", "Meta jkun jidher li hemm nefqa eċċessiva, issir l-investigazzjoni u l-verifika meħtieġa biex wieħed jaċċerta ruħu li l-calls ikunu saru fuq xogħol tal-gvern u skond ir-regoli.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jista' s-segretarju parlamentari jgħid x'kienet iċ- ċifra minfuqa mill-istess dipartiment għas-sena 2006?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Jiddispjaċini imma m'għandix din l-informazzjoni quddiemi.", "Pero` jkun tajjeb li ngħid li din in-nefqa ma tirriflettix fuq persuna waħda imma taf tirrifletti fuq 15 jew 20 persuna.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Imma dan li qed jgħid is-segretarju parlamentari huwa abbażi tal-ħsieb tiegħu jew għax analizza l-kontijiet tas-sena l-oħra jew ta' qabilha?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Jekk nitkellem dwar it-tieni item, li jirriferi għall- uffiċċju tas-segretarju parlamentari, nassigurah li t-telefonati dejjem saru fl-istess ambitu.", "Fil-fatt f'Lulju m'għandek l-ebda telefonata peress li tħallas il-kont ta' xahrejn f'daqqa.", "Jiġifieri jekk wieħed jara kemm huma t-telefonati jsib li l-ammont minfuq minni u miż-żewġ persuni li huma ntitolati għall-mobile phones, huwa wieħed regolari u ma naħsibx li fis- snin ta' qabel kien inqas.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Irrid niġbed l-attenzjoni tas-segretarju parlamentari li f'Jannar, fl-uffiċċju tas-segretarju permanenti, intnefqet is-somma ta' Lm1,400 filwaqt li fl-uffiċċju tas-segretarju parlamentari ntnefqet is- somma ta' Lm109 fuq mobile phones.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Kif għedt qabel, hemm differenza bejn li jkollok tnejn min-nies biss li jużaw bi dritt il-mobile phone fl-uffiċċju milli jkollok numru akbar ta' nies li jużawh.", "Barra minn hekk hemm min ikollu bżonn juża l-mobile phone meta jkun imsiefer fuq xogħol tal-gvern.", "Naturalment hemmhekk il-kontijiet jogħlew b'mod sostanzjali.", "Jekk l-Onor.", "Interpellant għandu bżonn breakdown ta' xi wieħed mill-kontijiet, nitolbu jgħidli u nipprova nipprovdilu l-informazzjoni separatament.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: X'inhi r-raġuni li hemm qabża bejn dak li ntnefaq fl- uffiċċju tas-segretarju permanenti u dak li ntnefaq fl-uffiċċju tas- segretarju parlamentari, forsi għax f'wieħed hemm aktar mobile phones milli fl-ieħor?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Jirriżulta li f'wieħed mill-uffiċċji jintnefqu aktar flus milli fl-ieħor għax hemm complement ta' nies akbar.", "Wieħed irid iqis ukoll li hemm tliet permanent secretaries, li wieħed minnhom għandu x'jaqsam ma' l-affarijiet ta' l-Unjoni Ewropea.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Bir-rispett kollu, dan li qed jgħid l-Onor.", "Abela ma jreġix.", "L-ewwelnett hemm ċifra separata għas-segretarju permanenti ta' l- Unjoni Ewropea li tammonta għal Lm2000.", "(Interruzzjonijiet) Allura s-somma ta' Lm1,400 f'Jannar tkopri kontijiet ta' mobile phones għal tliet segretarji permanenti li hemm fl-uffiċċju tal-prim ministru?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Għandek il-principal permanent secretary, li huwa Dr Grima, għandek lil Mr Tony Vella, li għandu x'jaqsam mal-parti li tiġi inkarigata eżatt taħt l-uffiċċju tiegħi u għandek ukoll lis-Sur Paul Zahra li, in parti, għandu x'jaqsam max-xogħol ta' l-uffiċċju tal-prim ministru.", "Imbagħad għandek lis-Sur Alfred Camilleri, li huwa permanent secretary ieħor fil-ministeru tal-finanzi.", "Jiġifieri effettivament taħt il-prim ministru hemm erba' permanent secretaries u mhux wieħed.", "NEFQA FUQ SAFAR", "28234.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joe Debono Grech) staqsa lill- Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq safar inkluż spejjeż ta' lukandi, flights u subsistence allowance fil-ministeru, dekasteru u enti tiegħu (inkluż safar ministerjali) minn Jannar 2007 sal-lum separatament, xahar b'xahar u min kienu l-uffiċjali separatament?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra tabelli A u B li juru n-nefqa fuq safar li l- kontijiet ġew magħluqa għar-rigward ta' l-uffiċċju tal-prim ministru u l- ministeru tal-finanzi rispettivament u li jagħtu l-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant.", "FORZI ARMATI", "29534.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Leo Brincat) staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: X'inhi r-raġuni li persuna li tkun irtirat ta' 55 sena mill-armata tkun mitluba tirreġistra ma' l-ETC filwaqt li persuna li tkun għamlet mill-inqas 25 sena servizz m'għandhiex obbligu simili, minkejja li ta' l-ewwel ġieli ħallsu NI contributions akbar minn ta' l-aħħar?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Skond ir-regolamenti tal-korporazzjoni għax-xogħol u taħriġ, persuna li tkun iddeċidiet li tieqaf mill-impjieg bħalma huwa l-każ tal-persuna li għamlet 25 sena servizz u li tkun iddeċidiet li titlaq qabel iż-żmien, ma tistax tirreġistra fuq l-ewwel parti imma fuq it-tieni parti tar-reġistru.", "Dan dejjem jekk il-persuna tixtieq terġa' taħdem xogħol full-time u li tkun għadha qiegħda.", "Persuna li għandha 55 sena u spiċċat mix-xogħol mhux għax riedet hi imma għax għalaq il-kuntratt hekk kif stabbilit fil-liġi, ma tilfitx ix-xogħol għax riedet hi imma għax hekk huwa mitlub.", "Għalhekk persuna bħal din, li dejjem tixtieq terġa' taħdem xogħol full-time u li hija bla mpjieg, tista' tirreġistra fuq l-ewwel parti tar-reġistru.", "PARK AND RIDE", "29542.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Charles Buhagiar) staqsa lill- Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Meta beda jopera l-park and ride fil-Furjana?", "Kemm hu stmat li użawh vetturi sal-lum?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq): B'riferenza għat-tweġiba li tajt għal mistoqsija parlamentari 29542, qiegħed nerġa' nagħti l-informazzjoni mitluba fejn qed tingħata kjarifika dwar il-patrunaġġ tal-park and ride.", "Kif ingħad fir-risposti tal- mistoqsijiet parlamentari 21207, 27969 u 28067, il-park and ride fi Crown Works/Horn Works Ditch, bdiet topera fis-6 ta' Novembru, 2006 u l- estensjoni bdiet topera fit-12 ta' Settembru, 2007.", "L-awtorita` dwar it- trasport iżżomm biss estimi tal-patrunaġġ tax-shuttle bus.", "L-estimi tal- patrunaġġ sal-lum huma:", "|Xahar |Estimi | | |tal-Patrunaġġ| | |(medja | | |kuljum) | |Novembru |1020 | |2006 | | |Dicembru |2736 | |2006 | | |Jannar |1574 | |2007 | | |Frar 2007 |1674 | |Marzu 2007|1589 | |April 2007|1504 | |Mejju 2007|1437 | |Gunju 2007|1263 | |Lulju 2007|1255 | |Awwissu |1352 | |2007 | | |Settembru |1336 | |2007 | | |Ottubru |1148 | |2007 | | |Novembru |1251 | |2007 | | |Dicembru |1514 | |2007 | |", "NEFQA FUQ KONSULENZI", "28448.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joe Debono Grech) staqsa lill- Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Kemm kienet in-nefqa fuq servizzi ta' konsulenti (kemm servizzi minn individwi jew kumpaniji) fil-ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul ix- xahar ta' Jannar, Frar u Marzu 2007?", "Jista' jagħti d-dettalji ta' min kienu l-konsulenti u kemm tħallsu kull wieħed separat, x'tip ta' servizz taw u min approva t-tali spiża f'kull każ separat?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni): Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi għat-tweġiba li tajt għal mistoqsija parlamentari 26182.", "NEFQA FUQ SERVIZZI TA' L-INTERNET", "28449.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joe Debono Grech) staqsa lill- Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Kemm kienet in-nefqa fuq is-servizz ta' l-internet provdut fir-residenzi ta' l-uffiċjali tal-ministeru, dekasteru u enti tiegħu minn Jannar 2007 sal- lum separatament, uffiċjal b'uffiċjal u xahar b'xahar?", "Min hu l-ISP f'kull każ separatament?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni): Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l- informazzjoni mitluba.", "KONTIJIET TA' MOBILE PHONES", "28450.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joe Debono Grech) staqsa lill- Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Kemm tħallsu f'kontijiet ta' mobile phones fil-ministeru, dekasteru u enti tiegħu minn Jannar 2007 sal- lum separatament u xahar b'xahar?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent): It-tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "PREPAID TOP-UP MOBILE CARDS", "28451.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joe Debono Grech) staqsa lill- Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Kemm kienet in-nefqa fuq prepaid top-up mobile cards fil-ministeru, dekasteru u enti tiegħu minn Jannar 2007 sal-lum separatament u xahar b'xahar?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent): It-tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "XIRI TA' MOBILE PHONES", "28452.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joe Debono Grech) staqsa lill- Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Inxtraw mobile phones ġodda fil- ministeru, dekasteru u enti tiegħu minn Jannar 2007 sal-lum?", "F'każ li fl- affermattiv, kemm-il mobile inxtara, b'liema prezz separatament u għal min kienu?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent): It-tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "KIRI TA' KAROZZI", "28453.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joe Debono Grech) staqsa lill- Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Min huma l-uffiċjali li kellhom karozza mikrija jew leased fil-ministeru, dekasteru jew enti tiegħu minn Jannar 2007 sal-lum u kemm hi r-rata li biha tinkera jew tiġi leased il- karozza kull ġurnata?", "X'ċilindrata għandha l-karozza f'kull każ separtament?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent): It-tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "SCRAPPED VEHICLES", "29386.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Kemm ġew scrapped vehicles din is- sena?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq): Bejn l-1 ta' Jannar u l-31 ta' Diċembru 2007 ġew scrapped 2495 vettura.", "ĊITAZZJONIJIET", "29387.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Kemm saru ċitazzjonijiet din is-sena u għaliex?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern): L-istatistika dwar persuni mressqa l-qorti mill-pulizija matul is-sena 2007, għadha qed tinġabar.", "SEWQAN TAĦT L-INFLUWENZA TA' L-ALKOĦOL", "29388.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Kemm saru testijiet mill-pulizija għal sewqan taħt l-influwenza ta' l-alkoħol din is-sena u kemm kienu pożittivi?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern): Matul l-2007 kien hemm 169 sewwieqa ta' vetturi li l-pulizija għamlitilhom it-test tan-nifs wara li r-riżultat fl-ewwel test fit-triq kien pożittiv, li minnhom 112 instabu li kienu qed isuqu vettura taħt l- influwenza tax-xorb, filwaqt li 41 irrifjutaw li jagħmlu jew ma komplewx it- test.", "LIĊENZJI TAS-SEWQAN", "29389.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Kemm ġew cancelled jew sospiżi liċenzji tas-sewqan din is-sena u għaliex?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq): L- informazzjoni qed tinġabar u r-risposta tingħata f'seduta oħra.", "PERSUNI LI ĠEW BOARDED OUT", "29390.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Ministru għall-Familja u Solidarjeta` Soċjali: Kemm ġew boarded out persuni mix-xogħol xahar b'xahar din is-sena u x'tip ta' xogħol kienu jagħmlu?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru għall-Familja u Solidarjeta` Soċjali): Ebda dipartiment jew entita` li taqa' taħt id-dekasteru tiegħi ma żżomm statistika dwar in-numru ta' persuni li jiġu boarded out jew dwar ix-xogħol li kienu jagħmlu qabel ma ġew boarded out.", "Jekk l-Onor.", "Interpellent qed jirriferi għan-numru ta' persuni li matul l-2007 bdew jirċievu pensjoni għall-invalidita` mħallsa taħt l-Att dwar is-Sigurta` Soċjali, it-tagħrif dwarhom hu kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il- mejda tal-Kamra.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: X'inhi r-raġuni li ma tinżammx din it-tip ta' statistika peress li għandna s-safety regulations li minnhom jiddependi dan it-tip ta' monitoring li huwa effikaċi ħafna għas-sitwazzjoni?", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Lanqas jien ma naf x'inhi r-raġuni.", "TRABI MWIELDA MINN SINGLE MOTHERS", "29391.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita`: Kemm twieldu tfal ta' single mothers din is-sena u minn liema lokalita` huma l-ommijiet?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil- Komunita`): Bejn l-ewwel ta' Jannar u l-aħħar ta' Settembru tas-sena 2007 ġew irreġistrati li twieldu total ta' 672 tarbija minn ommijiet rapportati bħala single.", "It-tabella ta' hawn taħt turi l-informazzjoni skond minn liema lokalita` huma l-ommijiet.", "|Lokalita` |Trabi| |North Harbour |214 | |South Harbour |188 | |South East | 93 | |West | 58 | |Northern | 92 | |Region | | |Gozo | 27 | |Total |672 |", "MSIDA - VALLEY ROAD", "29556.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Leo Brincat) staqsa lill- Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Billi Valley Road u B'Kara Road, Msida, hija triq arterjali li taqa' taħt il-gvern ċentrali, jista' l- Ministru jindika meta se jitneħħa l-ħafna ħmieġ li jġorr miegħu il-wied wara l-maltempati għal quddiem l-uffiċini ta' Pantalesco minħabba l- inkonvenjent li dan qed joħloq lir-residenti ta' l-inħawi?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura): L- imsemmi xogħol ta' tindif sar fl-aħħar jiem u cioe` immedjatament wara l- aħħar maltemp li laqgħat l-inħawi.", "KARTA TA' L-IDENTITA` SPEĊJALI", "29557.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Karl Chircop) staqsa lill- Ministru għall-Familja u Solidarjeta` Soċjali: Tista' l-Ministru tara li l- karta ta' l-identita` speċjali tingħata l-importanza mistennija minnha għax ħafna nies li għandhom din il-karta m'humiex jottjenu l-benefiċċji tagħha?", "Fost l-oħrajn, per eżempju, il-karta ta' l-identita` speċjali suppost li tintitola lil min jesibiha biex jinqeda l-ewwel f'diversi postijiet bħalma huma banek, sptarijiet, ċentri tas-saħħa, qorti, postijiet tal-votazzjoni u xi uffiċini tal-gvern.", "Tista' tara li jitwaħħal avviż f'dawn l-imsemmijin postijiet biex jispeċifika dan id-dritt lil kulmin huwa interessat sabiex b'hekk inkunu verament qed ngħinu lil nies b'diżabilita`?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru għall-Familja u Solidarjeta` Soċjali): Il-karta ta' l-identita` speċjali maħruġa lill-persuni b'diżabilita` mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita` tintitola lil dak li jkun għal diversi benefiċċji, inkluż li persuna jkollha prijorita` fl-għoti ta' servizzi minn diversi dipartimenti, entitajiet u kumpanniji.", "Din il-prijorita`, bħal benefiċċji oħra li jgawdi minnhom min għandu karta ta' l-identita` speċjali, tista' ma tingħatax b'mod awtomatiku u ma tkunx marbuta ma' kondizzjonijiet skond id-diskrezzjoni ta' min joffri s-servizz.", "Minħabba dawn id-diffikultajiet ma naħsibx li s-suġġeriment ta' l-Onor.", "Interpellant jista' jitħaddem fil-prattika.", "Inżid ngħid li l-benefiċċji offruti lill-persuni li għandhom il-karta ta' l- identita` speċjali huma elenkati fil-ktieb \"Servizzi u Benefiċċji għal Persuni b'Diżabilita`\", li jista jinkiseb mill-uffiċċju jew jiġi aċċessat fuq il-website tal-kummissjoni.", "UNIVERSITA` TA' MALTA - BORD AKKADEMIKU", "29558.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Leo Brincat) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Il-Ministru jikkonferma li membru tal-bord akkademiku ta' l-universita` ta' Malta ġie mġiegħel jirriżenja minħabba irregolaritajiet finanzjarji fl-universita`?", "Jikkonferma wkoll li din il persuna sa ftit tax-xhur ilu kienet il-kap tas segretarjat ta' ministru tal-Kabinett?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi): Ma kien hemm ħadd li ġie mġiegħel jirriżenja minħabba irregolaritajiet finanzjarji fl-universita`.", "GĦALLIEMA - TEMPORARY WARRANT", "29559.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Leo Brincat) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Kemm għad hemm għalliema b'temporary warrant mal-gvern u kemm imorru lura fiż-żmien uħud minnhom?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi): It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "BIRŻEBBUĠA – ENVY BAR", "29560.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Leo Brincat) staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Qed jaslulna diversi ilmenti minn residenti fi Triq il-Bajja s-Sabiħa, Birżebbuġa u tal-madwar fuq bar bl-isem Envy Bar.", "Allegatament dan il-bar qed jibqa' miftuħ sal- ħinijiet bikrin tat-3.00 a.m. fost il-ġimgħa.", "Barra minn hekk, nhar ta' Ħadd qed jibda minn kmieni wara nofsinhar u jibqa' sejjer sa kmieni t-Tnejn filgħodu.", "Qed jiġi allegat li meta jmorru l-pulizija, dan ibaxxi l- mużika, iżda malli jitilqu jerġa' jgħollilha.", "B'hekk jidher li sid dan l- istabbiliment qed jiġi jaqa' u jqum mhux biss mir-residenti tal-madwar iżda saħansitra mill-pulizija u qed jagħmel li jrid.", "Jista' l-Viċi Prim Ministru jinformani x'passi ttieħdu s'issa u x'passi se jittieħdu fil-futur qrib, biex sid dan il-bar jinġieb konformi mal-liġi u ma jkunx aktar ta' inkonvenjent għal dawn ir-residenti?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern): Il-ħanut imsemmi mill-Onor.", "Interpellant huwa kopert bil- liċenzji meħtieġa sabiex jibqa' miftuħ kuljum sal-4.00 a.m. Ninsab informat ukoll li l-pulizija tagħmel spezzjonijiet fil-ħwienet kollha, inkluż dak imsemmi, u kull meta kien osservat xi ksur ta' liġi, il-pulizija ħadet passi quddiem il-qorti.", "MR SPEAKER: Ngħaddu għall-mistoqsija 29561.", "Billi jidher li m'hawn ħadd biex jagħmel il-mistqosija, ir-risposta għaliha tingħata bil-miktub skond Ordni Permanenti Nru. 32.", "AKKOMODAZZJONI TURISTIKA", "29562.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' l-Ministru jara li l-Awtorita` Maltija tat-Turiżmu toħloq kategorija ġdida għal akkomodazzjoni turistika, budget li għandna bżonn biex nilqgħu l-ħteġijiet ta' l-independent travellers li qegħdin ifittxu din it-tip ta' akkomodazzjoni u mhux qed isibuha għax il-lukandi tagħna huma mfassla għal turisti ta' package holidays bi bżonnijiet differenti?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura): L- awtorita` tat-turiżmu qiegħda tikkonsidra numru ta' inizjattivi fir-rigward ta' kategoriji ta' akkomodazzjonijiet biex tiżgura li l-independent traveller isib it-tip ta' akkomodazzjoni li jixtieq.", "Fost dawn l-inizjattivi hemm dik li jiġu estiżi l-opportunitajiet ta' bed and breakfast għall-kategoriji ta' tnejn u tliet stilel biex b'hekk ikollna wkoll lukandi li jipprovdu servizzi minimi għal dawk li jfittxu akkomodazzjoni li tipprovdi sodda u breakfast biss.", "Dawn l-inizjattivi għandhom jidħlu fis-seħħ fil-qarib, kif fil-fatt diġa` kien imħabbar.", "Fis- sitwazzjoni kurrenti, kull lukanda hija fil-liberta` li tippromwovi l- istabbiliment tagħha bħala budget hotel, sakemm din tipprovdi l- faċilitajiet u servizzi minimi kif mitlub skond ir-regolamenti rilevanti.", "IBRAĠĠ - WIED GĦOMOR", "29563.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Leo Brincat) staqsa lill- Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: B'riferenza għat-tweġiba riċenti tal-ministru dwar Wied Għomor, l-Ibraġġ, jista' jindika –", "Meta tnaddaf il-wied?", "Meta se jinżergħu s-siġar li kellhom jinżergħu f'Ottubru li għadda?", "Meta se jissewwew il-boundary walls (li bi żvista dehret fil-mistoqsija oriġinali bħala \"Jitneħħew il-boundary walls\"?", "Meta se jitwaqqgħu l-kmamar jew binjiet illegali li hemm fl-istess wied?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent): L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "REFURBISHMENT FIL-BINI TAL-MITTS", "29564.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: X'xogħol ta' refurbishment sar fil-bini tal-MITTS matul is-sena 2007?", "Kemm intnefaq fuq dan ix-xogħol?", "Liema kumpanniji pprovdew dan ix-xogħol jew minn fejn inxtraw l-oġġetti għal dan ir-refurbishment?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni): Matul is-sena 2007 ix-xogħol ta' refurbishment li sar fil-bini tal-MITTS Ltd. kien kif muri fuq it-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.", "SITI TA' L-GĦADDASA", "29565.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Fejn wasal il-proċess biex siti ta' l-għaddasa jiġu protetti minn sajd abbużiv li qed iħarbat il-ħut ta' l- inħawi?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent): L-avviż neċessarju lill-baħħara biex jiġu protetti dawn is-siti fejn hemm bastimenti mgħarrqa madwar il-kosta biex iservu ta' siti għall-għaddasa qiegħed fl-aħħar fażi ta' preparazzjoni u għandu jkun ippubblikat mill- Awtoritá Marittima ta' Malta fil-gazzetta tal-gvern fil-jiem li ġejjin.", "Niġbed l-attenzjoni ta' l-Onor.", "Interpellant għat-talba konfliġġenti biex jitneħħew dawn il-projbizzjonijiet li l-kollega tiegħu għamel f'mistoqsija parlamentari 29510.", "LUQA BARRACKS", "29566.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Karl Chircop) staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 29546, min huma r-residenti li joqogħdu fl-ex- married quarters ta' Luqa Barracks?", "Veru li hemm waħda mir-residenzi li hija okkupata minn xi squatters?", "X'inhi tagħmel il-Housing Authority fil- konfront ta' dawn l-isquatters?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern): Skond l-arkivji tat-taqsima proprjeta` tal-gvern, l-uniku barracks ta' l-Ingliżi f'Ħal-Luqa li llum jikkonsistu f'residenzi, huma dawk tal-Housing Estate ta' Ħal Farrug.", "L-estate kollu kien ġie ttrasferit lill-Awtorita` tad-Djar permezz ta' avviż legali numru 68 ta' l-14 ta' Lulju, 1981.", "Għalhekk l-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jagħmel il- mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "KAWŻA FIL-QORTI", "29567.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Għal-liema data ġiet maħtura l-kawża li l-aħħar seduta tagħha saret fit-8 ta' Frar 2006 b'ċitazzjoni numru 2710/97 JRM?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern): Mit-8 ta' Frar 2006 sad-19 ta' Ġunju 2007 saru ħames seduti fejn kienet qed tistenna r-rapport ta' perit tekniku.", "Fl-aħħar seduta intbagħtet sine die.", "Wara dan, sar rikors biex il-kawża terġa' titqiegħed fuq il-lista tal-kawżi u l-qorti laqgħet dan ir-rikors u appuntat il-kawża għas-seduta tas-6 ta' Frar, 2008.", "Din l-informazzjoni tinstab fuq il-website tal-ministeru www.mjha.gov.mt.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-Mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti u nsejjaħ lill-Ministru Ċensu Galea.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għall-Kompetittività u Komunikazzjoni): Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru. 9 ta' l-2008 – Measuring Instruments (Amendment) Regulations, 2008;", "f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi, inqiegħed fuq il-mejda tal- Kamra:", "Exemption order lil Public Broadcasting Services Limited b'riferenza għad-donazzjonijiet taħt l-Istrina Funds 2007 skond l-artikolu 12(2) ta' l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income, Kap 123;", "f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru. 10 ta' l-2008 - Avviż ta' bidu fis-seħħ tad- disposizzjonijiet kollha ta' l-Att ta' l-2007 li jemenda Diversi Liġijiet li jirrigwardaw Materji Kriminali;", "f'isem il-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq, inqiegħed fuq il-mejda tal- Kamra:", "Kopja ta' talba datata s-7 ta' Jannar 2008 li saret minn residenti ta' Ħal Għaxaq dwar rotta ġdida tal-karozza tal-linja nru 8, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 29592; u", "f'isem il-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali, inqiegħed fuq il- mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru. 8 ta' l-2008 - Avviż ta' bidu fis-seħħ tad- disposizzjonijiet kollha ta' l-Att ta' l-2007 li jemenda l-Att dwar l- Awtorità tad-Djar.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Il-Ministru Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Sur President, nitlob il-permess tal-Kamra sabiex minflok niddiskutu l-mozzjoni li tidher l-aġenda ngħaddu mill-ewwel għall- ewwel item li hemm taħt l-ordnijiet tal-ġurnata.", "MR SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata", "MR SPEAKER: Ngħaddu għall-Ordnijiet tal-Ġurnata", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA", "L-ATT DWAR L-AFFARIJIET", "TAL-KONSUMATUR", "CONSUMER AFFAIRS (AMENDMENT) BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mis-16 ta' Jannar, 2008.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "MR SPEAKER: Il-Ministru Ċensu Galea huwa in possession.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Sur President, nixtieq inżid xi kummenti oħra dwar dan l-abbozz ta' liġi b'kontinwazzjoni ma' dak li għedt fl-aħħar seduta fejn kont qed ngħid li l-gvern tal-ġurnata qiegħed b'diversi miżuri u b'diversi modi jgħin biex il-konsumatur jingħata kemm jista' jkun informazzjoni dwar id-drittijiet tiegħu.", "Fl-aħħar mill-aħħar din għandha twassalna biex inkunu f'qagħda li nagħżlu l-aħjar prodott u l-aħjar servizz li jiffittja l- budget tagħna u fl-istess ħin ikunu ta' l-ogħla kwalita` possibbli fil- limiti tagħna.", "Għalhekk huwa importanti li ngħaddu l-informazzjoni b'mod tajjeb lill-konsumatur, tkun ta' liema tip tkun.", "Kultant ċerta għodda ta' komunikazzjoni f'pajjiżna mhux talli twassal informazzjoni li ma tkunx korretta talli tkun żbaljata għall-aħħar.", "Hawnhekk nixtieq nagħmel parentesi żgħira li tikkonċerna programm li sar fuq Super One Radio nhar il-Ġimgħa li għaddiet, f'xi ħin qrib nofsinhar, fejn ċemplet persuna - jien ngħid li din kienet telefonata ppjantata - biex tgħid li l-Perit Catherine Galea, li għadha kif irriżenjat mill-post li kienet tokkupa, hija l-mara tiegħi.", "Din hija invenzjoni ta' min xandarha.", "Min kien qed jagħmel il-programm, is-Sur Manuel Cuschieri, miskin, għamilha ta' l-iblah taparsi ma jafx b'dan u meta wara l-programm ċempillu uffiċjal mill-ministeru tiegħi biex jitolbu jagħmel korrezzjoni, dan wiegħed li kien se jagħmilha fil-programm tal-lum.", "Imma naturalment dak l-istazzjon l- iktar ħaġa importanti li għandu quddiemu hi li jxerred il-malafama u jipprova jqarraq b'min ikun qed jisimgħu.", "Fil-fatt meta erġajna kellimna lis-Sur Cuschieri wara l-programm tal-lum, qalilna li nesa jagħmel il- korrezzjoni meħtieġa.", "Din hija indikazzjoni mill-aktar qawwija ta' kif dak l-istazzjon jittratta lis-semmiegħa tiegħu, ta' kif stazzjon ta' partit politiku juża lin-nies ...", "Dakinhar għaddieli suspett li din l- informazzjoni setgħet kienet ippjantata, imma llum kważi għandi l-konferma li fil-fatt dik kienet telefonata ppjantata minn min kien qed jagħmel il- programm.", "Issa ħalli nkompli nitkellem dwar il-konsumatur, Sur President.", "Dakinhar tkellimt dwar dan is-suġġett biex proprju nassiguraw illi l-informazzjoni li jingħata l-konsumatur isservi biex hu jagħżel il-prodott u s-servizz li jkun ta' l-ogħla kwalita` bl-inqas spejjeż possibbli.", "Proprju filgħodu ta' l-istess ġurnata li fiha kont qed nitkellem dwar dan is-suġġett fil- parlament, kont preżenti għal seminar għal-launching mill-ġdid tal-Malta Quality Group.", "In-nies li kienu preżenti għal dik l-attivita` kienu qegħdin juru x-xewqa qawwija li minn eta' żgħira ningħataw it-tagħrif u l- edukazzjoni meħtieġa biex inkunu kapaċi nagħmlu għażla tajba, meta nixtru prodott u meta ningħataw servizz, mingħajr ma niġu mqarrqa.", "Kont qed ngħid ukoll li matul is-snin li għaddew ir-reazzjoni bejn il-konsumatur u min qed jagħti s-servizz tjiebet pero` jibqa' wkoll il-ħtieġa illi jkun hemm ċertu sanzjonijiet fil-konfront ta' min ma jkunx qiegħed jobdi r-regoli tal- logħba u ma jkunx qiegħed jimxi mal-mod kif għandhom isiru l-affarijiet.", "Peress li nafu li fejn hemm il-bniedem hemm il-possibbilta` wkoll ta' nuqqasijiet, ridna nassiguraw li d-direttivi, ir-regoli u l- obbligazzjonijiet taż-żewġ naħat, prinċipalment f'dan il-każ l- obbligazzjonijiet ta' min ikun qed ibigħ il-prodott, ikunu qegħdin jiġu mogħtija b'mod li d-drittijiet tal-konsumatur fl-ebda ħin ma jkunu mittiefsa u jekk ikun hemm xi ħadd li jipprova jmiss dawk id-drittijiet, jittieħdu s-sanzjonijiet.", "L-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna jdaħħal numru ta' restrizzjonijiet fil-konfront ta' min ikun qed jabbuża u bl-introduzzjoni tiegħu nkunu qegħdin niggarantixxu li jiddaħħlu d-direttivi ta' l-Unjoni Ewropea.", "Dawn id-direttivi f'dan il-qasam tal-konsumatur żgur m'għandhomx ikunu politikament kontroversjali għax anke fuq livell Ewropew dejjem ikun hemm qbil fuq dan is-suġġett.", "Aħna rridu nassiguraw li kull direttiva li tidħol tkun ta' benefiċċju għalina bħala konsumaturi biex inkunu nistgħu nieħdu d- drittijiet tagħna.", "Sur President, aħna minn dejjem ridna niggarantixxu li fis-suq tagħna jkollna prodotti u servizzi ta' l-ogħla kwalita`.", "Dan għamilnieh matul is-snin li għaddew b'mod partikolari fl-aħħar sena meta konna qegħdin nippreparaw biex f'pajjiżna ndaħħlu l-munita ġdida ta' l- ewro.", "Ridna nassiguraw li jkun hemm l-informazzjoni meħtieġa biex il-bidla minn prezz għal ieħor issir b'mod ġust u b'mod li ma jħallix lok għal abbużi.", "Nafu li kellna aktar minn 7,000 ħanut li daħlu fl-arranġament tal-\"FAIR\" u li jagħmlu dual display tal-prezzijiet.", "Dan kollu kien qed jorganizzah in- national euro changeover committee biex inkunu f'qagħda li nagħtu garanzija lill-konsumatur li dak li jkun ma kienx se jabbuża mill-fatt li konna għaddejjin minn din it-tranżizzjoni.", "Bl-aktar mod wiesa' u trasparenti dawn is-sidien għażlu minn jeddhom li jidħlu f'din is-sistema u l- benefiċċju ta' dan kollu, l-ewwel u qabel kollox, kien għalina bħala konsumaturi.", "B'dan il-mod aħna bħala konsumaturi kellna moħħna mistrieħ li konna qegħdin niġu ttrattati b'mod ekwu.", "Sur President, mill-informazzjoni li għandi l-persuni li kienu qegħdin fis-sistema \"FAIR\" irrealizzaw li kellhom ċerti vantaġġi fil-konfront ta' min ma kienx daħal fl-istess sistema minn jeddu.", "Li tidħol jew ma tidħolx fis-sistema \"FAIR\" ma jagħti l-ebda ċans jew possibilita` li xi ħadd jabbuża għax kien hemm il- possibilita` ta' sanzjonijiet.", "Meta wieħed iqis in-numru ta' negozji li għandna f'pajjiżna, wieħed isib li kien numru żgħir ħafna dak ta' persuni li b'xi mod inqabdu jipprovaw iqarrqu bil-konsumatur wara dawn l-20 ġurnata li seħħet il-bidla mil-lira Maltija għall-ewro u din hija indikazzjoni ċara ta' kemm min qed jagħti servizz jew ibigħ prodott fehem li huwa fl-interess tiegħu u fl-interess tan-negozju li jmexxi dak in-negozju b'mod ġust.", "Sur President, f'dawn ix- xhur li għaddew kelli l-opportunita` li ngħid li kellna 19,000 spezzjoni fuq diversi prodotti f'diversi ħwienet u stabbilimenti madwar Malta u Għawdex.", "Minn dak iż-żmien 'il hawn in-numru ta' spezzjonijiet żdiedu u dan wassal biex fid-diversi outlets tinħoloq dik il-kuxjenza li minbarra s-sens ta' fiduċja reċiproka bejn il-klijent, bejn il-konsumatur u dak li qed jagħti s-servizz ikun hemm ukoll is-sens ta' dixxiplina.", "Fil-fatt kien hemm din id-dixxiplina, għax kif għedt, kien hemm numru relattivament żgħir ta' każi fejn kien hemm xi forma ta' problema fil-konfront ta' min qed ibigħ jew jagħti servizz.", "Sur President, f'pajjiżna għal numru twil ta' snin konna nikkuntentaw b'dak li niddubbaw basta dak il-prodott ikun available fuq l-ixkafef tagħna.", "Ma konniex naħsbu wisq fuq il-possibilita` li jkollna xi forma ta' għażla.", "F'pajjiżna kellna s-sitwazzjoni fejn dak li jiġi importat, jew kien jiġi importat mill-gvern tal-ġurnata inkella mill-privat wara numru ta' restrizzjonijiet u konsiderazzjonijiet.", "Dawn ir-restrizzjonijiet kienu kontra l-istess operazzjoni tan-negozju u jien wieħed minn dawk li nemmen li din m'hijiex l-aħjar sistema li permezz tagħha jista' jsir negozju.", "Nafu li meta l-gvern kien jimporta prattikament kollox f'pajjiżna, kellna problema f'dik li hija kwantita` u kellna problema wkoll, forsi akbar, f'dik li hija kwalita`.", "Dan għaliex meta ma jkunx hemm l-għażla, ma tinħassx l-importanza li jkollok il-kwalita`.", "Matul is-snin, b'mod partikolari minn meta Malta kompliet tidħol b'mod aktar integrat fis-sistemi ta' l-Unjoni Ewropea, ridna nassiguraw li permezz tad-diviżjoni tal-konsumatur, il-gvern jipproteġi l-konsumatur billi jara li jkollna l-kwalita`.", "F'dan is-sens ridna ndaħħlu sitwazzjoni f'pajjiżna li permezz tagħha nkomplu nassiguraw li fis-swieq tagħna jkollna dawk il-prodotti li huma ta' l-ogħla kwalita` u nneħħu mis-suq prodotti li jkunu ta' periklu għall-konsumatur.", "Il-periklu jista' joriġina f'diversi modi.", "Hemm periklu li jista' jiġi mill-mod kif ikun magħmul il-prodott innifsu u periklu minħabba l-kwalita` ta' materjal li minnu jkun magħmul dak il-prodott.", "Per eżempju, prodott jista' jkollu wiring li jkun ta' dannu fil-konfront ta' min ikun qed jixtrih u aħna, permezz tad-diviżjoni tal- konsumatur, ridna nassiguraw li jkun hemm l-informazzjoni neċessarja biex fis-swieq tagħna ma jkollniex prodotti li m'humiex ta' kwalita` tajba.", "Sur President, f'dan is-sens bħala membri fl-Unjoni Ewropea qegħdin nifformaw parti minn dik li tissejjaħ is-sistema RAPEX Alert.", "Din hija sistema li permezz tagħha s-27 pajjiżi membru ta' l-Unjoni Ewropea jaqsmu bejniethom informazzjoni dwar prodotti li jkunu fis-swieq Ewropej jew inkella jkunu qed jipprovaw jiġu introdotti fis-swieq Ewropej.", "Din l- informazzjoni mhux dejjem tkun tista' tinġabar individwalment minn kull stat membru.", "Barra minn hekk aktar u aktar huwa diffiċli li tinġabar minn stat membru bħalma huwa pajjiżna li għandu numru ta' limitazzjonijiet f'ċertu sens naturali.", "Pero` permezz tar-RAPEX Alert id-diviżjoni tal- konsumatur flimkien ma' l-uffiċjali tad-dwana waslu biex jagħmlu wkoll spezzjonijiet.", "Wieħed jista' jgħid li meta daħlu informazzjonijiet dwar possibbilta` li jkun hemm prodotti li fil-fatt ikollhom xi forma ta' periklu, ittieħdu passi fil-konfront ta' min ikun importa.", "Naturalment imbagħad anke l-prodott jitneħħa mis-suq.", "Matul is-sena li għaddiet id-diviżjoni rċeviet informazzjoni dwar 1,200 prodott li kienu kkonsidrati - mhux f'Malta imma madwar l-Ewropa - li b'xi mod jew ieħor jifformaw xi forma ta' periklu għal min ikun qed jixtri dak il-prodott.", "F'pajjiżna nstab li kien hemm 69 minn dawn l-1,200 prodott li kienu qegħdin fis-suq u ttieħdu l-miżuri neċessarji biex dawn jitneħħew minn fuq is-suq.", "Naturalment il-prodott mhux bilfors ikun wieħed li jiġi mikul imma jista' jkun prodott ieħor li jintuża b'mod partikolari mill- persuna umana.", "Fost dawn kien hemm każi wkoll fejn il-prodott seta' jintuża u jkun ta' periklu għat-tfal.", "Per eżempju, matul is-sena li għalqet ftit tal-ġimgħat ilu kellna każ internazzjonali fejn il-ġugarelli ta' kumpannija partikolari inġabru lura u hawn Malta wkoll ħadna l-miżuri neċessarji biex il-prodotti ta' dik il-kumpannija partikolari jkunu rtirati.", "Fil-fatt kien hemm sitwazzjoni fejn ridna nassiguraw li dawn il-prodotti ma jibqgħux fis-suq u fejn kienu nbiegħu diġa`, dawn inġabru lura.", "Bħalissa qed tittieħed ukoll azzjoni biex jinġabru sitt prodotti li kienu meqjusa li kienu jifformaw xi forma ta' periklu.", "Naturalment aktar riċenti kellna sitwazzjoni ta' importatur li kellu jirtira mis-suq ta' pajjiżna plastik partikolari.", "Kieku tħalla fis-suq dan seta' jikkawża sitwazzjoni ta' periklu għal min kien jagħmel użu minnu.", "Naturalment irridu nkomplu nassiguraw ukoll li dak li għamilna matul ix-xhur li għaddew ma jservix biss ta' okkażjoni biex noqogħdu niftaħru biha.", "Aħna ridna nitgħallmu u rridu nitgħallmu, u fil-fatt irridu nkomplu nassiguraw li ma jkunx hemm diffikulta` fil-konfront tal-konsumaturi.", "Irrid ngħid ukoll li diversi drabi jissemmew sitwazzjonijiet marbutin mal- prezzijiet tal-mediċinali.", "Ħadd m'hu se jiġi f'dan il-parlament u jgħid li ma kien hemm l-ebda mediċina li fil-fatt għoliet.", "Huwa veru li kien hemm numru ta' mediċini li għolew pero` jien m'għandix dubju li dawn se jibqgħu jogħlew taħt kull gvern f'pajjiżna.", "Dan qed ngħidu biex ħadd ma jieħu impressjonijiet żbaljati pero` rrid ngħid li f'dan il-każ aħna ridna nassiguraw li fis-swieq ta' pajjiżna ma jkunx hemm sitwazzjoni ta' xi forma ta' abbuż.", "Nafu li d-diviżjoni tal-konsumatur assigurat li l-prezzijiet tal- mediċinali f'pajjiżna jkunu marbutin ma' struttura ta' ffissar ta' prezzijiet.", "Din l-istruttura ma ssirx permezz ta' xi avviżi tal-gvern li jistabbilixxu l-prezz innifsu, imma permezz ta' sistema fejn jittieħdu l- averages tal-prezzijiet tal-mediċini fl-Unjoni Ewropea.", "Issa aħna rridu naraw ukoll li dak l-average ikun wieħed bażiku.", "Dan għaliex jista' jkun hemm pajjiżi fejn ċerti prodotti jkunu irħas minn dak li għandna f'pajjiżna pero` nafu li fejn jidħlu l-mediċini ma nistgħux niċċajtaw.", "Irridu nkunu ċerti li min jippreskrivi l-mediċini jkun qiegħed jippreskrivi mediċini li jassiguraw il-kwalita` ta' fejqan li dak li jkun ikun jixtieq.", "Naturalment meta b'xi mod jew ieħor inkunu esposti għal xi tip ta' marda, kull wieħed minna jagħmel ħiltu kollha biex hu u l-familjari tiegħu jkunu dejjem imħarsa bl-aħjar mod.", "Dan iwassalni biex ngħid li f'pajjiżna għandna wkoll regolamenti li jridu jiġu osservati, li huma marbutin mal-lingwa li tintuża fil-preskrizzjoni tal-mediċini.", "Hemm ukoll regolamenti fuq il-fatt li l-mediċina trid tkun irreġistrata f'pajjiżna bħala mediċina li fil-fatt hija aċċettata u li hija ta' l-ogħla kwalita`.", "Ridna nassiguraw li filwaqt li norbtu l-prezz, naraw ukoll l-aktar ħaġa importanti li hija l-garanzija ta' kwalita`.", "Nafu li d-diviżjoni investigat numru sostanzjali ta' mediċinali.", "Fil-parti l-kbira tagħhom instab li ma kienx hemm abbużi jew diverġenzi sostanzjali.", "Barra minn hekk irrid ngħid li fir-realta` kien hemm mediċini li mhux talli m'għolewx talli f'ċerti każi roħsu bħalma kien hemm mediċini l-prezz tagħhom żdied.", "Hawnhekk irrid ngħid li aħna analizzajna mijiet ta' mediċini.", "Jekk m'iniex sejjer żball analizzajna madwar 700 mediċina differenti bis-sistema li kienet maqbula ma' l-importaturi u ma' dawk li jipproduċu l-mediċina u fil-fatt instab li kien hemm 47 mediċina li dwarhom kellu jkun hemm l-intervent tad-diviżjoni biex tassigura li dawn jorħsu.", "Dan għamilnieh biex nassiguraw li nimxu mal- prezzijiet average kif miftiehem u kif spjegajt aktar kmieni.", "Sur President, hawn irrid ngħid li meta nitkellmu dwar ċertu tip ta' mediċini rridu nipprovaw naraw li dak li nkunu qed nitkellmu dwaru jkun fil- fatt marbut mar-realta`.", "Dan l-aħħar l-aġent kap tal-partit Laburista l- Onor. Charles Mangion għamel attivita` tal-partit tiegħu fejn semma ċerti mediċini li għolew f'dawn l-aħħar xhur.", "Jekk wieħed jagħmel analisi ta' dak li qal isib li l-Onor.", "Mangion ma kienx korrett.", "Barra minn hekk semma numru ta' prezzijiet li ma kenux marbutin mal-mediċinali pero` jien mhux se nidħol f'dak il-punt.", "Matul is-sena li għaddiet kien hemm il-ħtieġa ta' intervent min-naħa tal-gvern rigward ċerti prodotti li huma kkonsmati fil- ħajja tagħna ta' kuljum, b'mod partikolari dawk marbuta maċ-ċereali.", "Il-ġimgħa l-oħra tkellimt fuq il-fatt li ċ-ċereali u l-affarijiet taċ- ċereali qegħdin jogħlew b'mod sostanzjali.", "Il-gvern iddeċieda li jintervjeni u jżid l-ammont ta' sussidju li kien jagħti fuq id-dqiq li jintuża biex issir il-ħobża hekk imsejħa Maltija.", "Dan għamilnieh għax aħna ridna nassiguraw li dak illi f'pajjiżna għadu meqjus bħala ikel importanti ferm għall-ħajja tagħna ta' kuljum – fil-fatt ħafna nies jgħidulek li mingħajr biċċa ħobż qishom ma kilux – ma jitħalliex jogħla.", "Illum is- sussidju li qed nagħtu f'dak li huwa dqiq indirizzat għall-ħobża Maltija jlaħħaq aktar minn Lm1 miljun.", "Jekk m'iniex sejjer żball ilaħħaq Lm1.3 miljun li jiġu kważi €4 miljun, xi ħaġa li rridu nkomplu nibnu fuqha matul iż-żmien li ġej jekk irridu niggarantixxu li l-ħobża Maltija tkun il-ħin kollu ta' l-ogħla kwalita` b'mod ġenerali.", "Irridu wkoll nassiguraw li l-kampanji ta' informazzjoni li jsiru f'pajjiżna jkunu dejjem u l-ħin kollu ta' livell tajjeb u f'dan is-sens wieħed ma jistax ma jsemmix illi d-diviżjoni, permezz ta' diversi persuni li għandha, tkun preżenti prattikament fuq l-istazzjonijiet tar-radju u fuq l- istazzjonijiet kollha tat-televiżjoni li għandna f'pajjiżna.", "Dan tagħmlu biex tkompli bil-kampanja tagħha ta' edukazzjoni lill-pubbliku Malti billi tagħti tagħrif neċessarju u fundamentali dwar id-drittijiet tagħna.", "Dawn il- kampanji ta' informazzjoni jservu wkoll biex ikollna l-għodda ħalli nkunu nistgħu nikkumbattu lil min jipprova jqarraq bina.", "F'dan ir-rigward irrid ngħid li minkejja li it leaves much to be desired, f'pajjiżna teżisti għaqda tal-konsumatur li għandha obbligu li tipparteċipa b'mod informattiv - mhux b'mod ta' politika partiġġjana imma b'mod informattiv - proprju biex tassigura li aħna l-konsumaturi Maltin ikollna l- informazzjoni li tkun ġejja mhux biss min-naħa tal-gvern, mhux biss minn naħa ta' min ikun qed ibigħilna xi prodott partikolari pero` wkoll minn organizzazzjonijiet li jirrappreżentawhom.", "Jien bi pjaċir ngħid li bejn Settembru u Ottubru tas-sena li għaddiet kien hawn f'pajjiżna l-Kummissarju Kuneva li flimkien ma' l-uffiċjali li jmexxu l-għaqda tal-konsumatur kellha l-opportunita` li tiftaħ iċ-ċentru Ewropew tal-konsumatur f'pajjiżna.", "Ovvjament hi fethet il-post li minnu qed jopera dan iċ-ċentru għax fil-fatt iċ-ċentru kien diġa` stabbilit hawn Malta numru ta' xhur qabel.", "Fil-qosor aħna nistgħu mmorru f'dan iċ-ċentru biex nistaqsu x'inhuma d-drittijiet tagħna barra minn pajjiżna u hawnhekk irrid ngħid li numru ta' Maltin diġa` qegħdin jagħmlu użu minn dan is-servizz.", "Sur President, irrid ngħid ukoll li fost oħrajn aħna tajna l-għajnuna neċessarja lill-għaqda tal-konsumatur f'pajjiżna biex ikollha s-support ta' direttur eżekuttiv illi jkun qed jiġi mħallas bl-għajnuna governattiva jew inkella bl-għajnuna Ewropea.", "Permezz taċ-ċentru Ewropew tal-konsumatur f'pajjiżna tajna wkoll il-lok li minnu l-għaqda tal-konsumatur tkun tista' topera ferm aktar tajjeb milli kienet tagħmel sa ftit tax-xhur ilu.", "Naturalment dan huwa importanti għaliex nemmnu li dawk li jagħtu l-għajnuna u s-support tagħhom lill-konsumatur f'pajjiżna jrid ikollhom l-aħjar faċilita`.", "Aħna nafu li mingħajr sistemi elettroniċi wieħed ma jistax jaħdem jew iwassal il-messaġġ tiegħu b'mod qawwi lill-konsumaturi u din ukoll hija faċilita` li llum għandu dan iċ-ċentru.", "Jien nispera li matul iż-żmien li ġej permezz tal-consumer house li għandna fil-Belt inkunu f'qagħda li nkomplu ngħaddu din l-informazzjoni, informazzjoni li trid tibda – u qed tibda - mill-iskejjel.", "Din l-informazzjoni qed tingħata wkoll permezz ta' preżentazzjonijiet lill-għaqdiet volontarji u permezz ta' pubblikazzjonijiet li jiġu ppubblikati.", "Nixtieq ngħid xi ħaġa wkoll fuq dawk li huma enforcements.", "Nista' ngħid li matul is-sentejn li għaddew kien hemm ukoll numru ta' ilmenti li attwalment waslu għand id-diviżjoni tal-konsumatur.", "In-numru ma jfissirx li kienu dawn biss li marru għand id-diviżjoni tal-konsumatur pero` dawn kienu l-każi li eventwalment ma kienx intlaħaq ftehim dwarhom bejn il-partijiet konċernati u allura mbagħad kellhom jittieħdu aktar passi lil hinn minn sempliċement telefonati jew diskussjoni bejn il-personnel fid-diviżjoni tal-konsumatur u min kien qiegħed ibigħ jew inkella joffri xi prodott partikolari.", "Għal dawk li huma ilmenti formali, matul is-sena 2006 kien hemm 829.", "Imbagħad l- istess diviżjoni kompliet fuq 117-il każ illi kienu pendenti mis-sena ta' qabel.", "Dawn kienu każi li parti minnhom spiċċaw quddiem it-tribunal tal- konsumatur.", "Hawnhekk irrid ngħid li aħna għandna wkoll għodda oħra tajba, b'saħħitha u mhux daqshekk expensive f'dawk li huma proċeduri quddiem it-tribunal tal- konsumatur.", "Jekk wieħed jgħodd it-829 każ u l-117-il każ li kienu għadhom pendenti mis-sena 2005 isib li prattikament kien hemm 940 każ.", "Minn dawn 839 ġew finalizzati, imbagħad kien baqa' 107 li kellhom jiġu wkoll mgħoddija biex ikomplu jiġu kkonsidrati matul is-sena 2007.", "Irrid ngħid ukoll li għal darb'oħra din is-sena reġa' kellna numru ta' każijiet li ġew quddiem id-diviżjoni.", "Fil-fatt sa Settembru kellna 634 każ, bejn wieħed u ieħor is-sena li għaddiet spiċċajna wkoll fuq il-livell ta' madwar 800 każ għaliex għandek 200 każ kull tliet xhur li jidħlu quddiem id-diviżjoni, imbagħad dawn bil-mod il-mod jiġu settled.", "Sur President, matul iż-żmien li ġej bl-għodda li qegħdin nagħtu rridu nassiguraw li l-konsumatur ikun informat.", "Irridu nkunu f'pożizzjoni li nassigraw li dik l-informazzjoni li tasal għand il-konsumatur tkun informazzjoni korretta, reali u veritiera.", "Irridu nassiguraw ukoll li meta l-konsumatur iħossu, b'xi mod jew ieħor, li ma ngħatax dak illi kien tiegħu jew dak li kien ħaqqu, huwa jsib ukoll is-solliev u l-post li jagħmel ġustizzja miegħu bħala konsumatur mingħajr ma jkun hemm xi forma ta' witch- hunt fil-konfront ta' min ikun qed jagħti s-servizz.", "Sur President, irridu nassiguraw ukoll - u l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna jkompli jassigura dan - li anke d-drittijiet ta' min ikun qed jagħti s-servizz u l- prodott jiġu mħarsa.", "B'dan il-mod ir-relazzjoni bejn min jagħti s-servizz u min jixtri s-servizz tkompli titjieb.", "Terġa' l-prodott jista' wkoll ikun garazija li permezz tiegħu din ir- relazzjoni tkompli titjieb, tkompli tikber u jien konvint illi l-għodda ġdida, b'mod partikolari l-għodda tad-direttivi ta' l-Unjoni Ewropea implimentati f'pajjiżna se jkomplu jwasslu biex aħna li ngħixu f'dan il- pajjiż ikollna kwalita` ta' servizz u prodott li dejjem jiggarantixxi l- ogħla livell ta' kwalita`.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Marie Louise Coleiro Preca.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO PRECA: Sur President, jien inħoss illi dan l- abbozz ta' liġi li għandna quddiemna għandu importanza enormi għaliex jista' jagħti ħafna vantaġġi lill-konsumaturi imma jagħti wkoll vantaġġi lill-istess suq tagħna naturalment għax aħna membri ta' l-Unjoni Ewropea.", "Dan l-abbozz ta' liġi huwa maħsub biex idaħħal direttiva ta' l-Unjoni Ewropea bħala parti mill-leġislazzjoni tagħna.", "Anke kieku ma daħħalnihiex, din id-direttiva wkoll kienet se taffettwana.", "L-ewwelnett irridu jew ma rridux din ikollna ndaħħluha parti mil-leġislazzjoni tagħna għax dik hija parti mill-proċedura legali li aħna marbutin biha fl-Unjoni Ewropea imma kienet taffettwana għaliex din torbot is-27 pajjiż membru stat ta' l-Unjoni Ewropea u dak li jkun qed jiġri barra mix-xtut tagħna jista' jaffettwana.", "Għas-saħħa ta' l-argument, jekk Malti jixtri xi ħaġa minn Franza u dan iħoss li kien hemm prattika kummerċjali żleali fil-konfront tiegħu, hu għandu kull dritt, minkejja li jgħix Malta, li bħala konsumatur ikollu r- rimedji li għandu dritt għalihom.", "Din id-direttiva għandha importanza wkoll għaliex aħna suq żgħir.", "Ikun hemm mumenti meta wieħed isib diffikultajiet għaliex il-kompetizzjoni f'suq żgħir mhux dejjem tista' taħdem b'mod eċċellenti kif tista' taħdem f'suq ħafna ikbar.", "Din id-direttiva tkompli tintegrana fis-suq intern ta' l-Unjoni Ewropea.", "Għalhekk bħala suq żgħir qed naċċessaw għas-suq kbir li jiġbor fih l-Unjoni Ewropea.", "Hawn qed nitkellmu fuq 493 miljun konsumatur fl-Unjoni Ewropea u allura din il-ħaġa għandha, fil-fehma tiegħi, dimensjoni kbira ħafna.", "Fil-fehma tiegħi l-gvern għandu responsabbilta` ħafna akbar milli fil-fatt qegħdin inpinġuha.", "Ir-responsabbilta` tal-gvern ma tibdiex u tieqaf ma' din il-leġislazzjoni.", "Ir-responsabbilta` tal-gvern trid tkompli billi toħloq u taċċerta li jkun hemm strutturi effettivi biex din il-liġi, ma' liġijiet oħrajn li għandna, jkunu jistgħu jiġu implimentati bis-serjeta` u l-konsumaturi Maltin ikollhom dak l-effett u dawk id-drittijiet li suppost ikollhom.", "Sur President, għaliex qed ngħid dan?", "Qed ngħid dan għax inħoss li l-gvern qed jieħu l-qasam tal-konsumaturi b'mod leġġer.", "Din l-issue m'għandhiex tiġi kkonsidrata bħala kwestjoni ta' propaganda.", "Jien qed ngħid hekk għax il- gvern Nazzjonalista dejjem jgħid li l-partit Laburista għamel l-għoli tal- ħajja l-cavallo di battaglia tiegħu f'din il-kampanja elettorali.", "Bir- rispett kollu, min jaħseb li l-għoli tal-ħajja m'għandux ikun il-cavallo di battaglia ta' kull politiku responsabbli, allura lanqas jaf x'inhi politika.", "L-għoli tal-ħajja hija parti u xi ħaġa integrali li għandha x'taqsam mal- konsumaturi u din mhux aħna biss ngħiduha imma anke l-istess Unjoni Ewropea.", "Il-kwestjonijiet tal-prezz u ta' l-affordibilita` huma prinċipji ewlenin li fuqhom hija mibnija l-consumer policy fl-Unjoni Ewropea.", "Allaħares politiku responsabbli, persuna fil-politika responsabbli, ma teħux l-għoli tal-ħajja bis-serjeta`.", "Dan qed ngħiduh għax hekk hu.", "Il- gvern Nazzjonalista jagħmel ħafna ftaħir – bir-rispett kollu lejh, dan għamlu l-Onor.", "Ċensu Galea fl-intervent tal-ġimgħa l-oħra u kompla bih illum - li għamel ħafna leġislazzjonijiet, imma skużi, il- leġislazzjonijiet suppost li huma għodda.", "M'humiex biss volumi ta' karti biex aħna ngħidu Alla jbierek x'kodiċi legali għandna!", "Il-leġislazzjoni qiegħda hemmhekk biex tkun tista' tintuża bħala għodda.", "Il-mastrudaxxa ma jgħidx li għandu ċ-ċana u jiftaħar li għandu ċ-ċana fuq l-ixkaffa imma jgħid li għandu ċ-ċana biex jillixxa l-injam.", "Hekk ukoll leġislazzjoni.", "Mhux qiegħda hemmhekk biex issebbaħ il-volumi li jista' jkollna fuq l-ixkafef imma trid tkun effettiva u trid tkun għodda li tista' titħaddem.", "Jekk dik l-għodda ma tkunx qed taħdem biżżejjed tajjeb għandu jkun hemm l-aċċess għar-rimedju.", "Sur President, qed ngħid dan għax hawnhekk għandna direttiva ta' ċerta importanza u portata.", "Jien ippretendejt li dan il-gvern ikollu ftit rieda politika bis-serjeta` fuq dan il-qasam u hawnhekk joħloq dibattitu bis-serjeta` dwar dan l-abbozz ta' liġi.", "Jien hawnhekk ġibt miegħi dokument ta' l-istess Unjoni Ewropea pero` f'dan il-parlament la d-dibattitu fuq id-dokument per se ma kellna u sfortunatament meta ġejna biex niddiskutu din il-leġislazzjoni, lanqas in- naħa tal-gvern ma tkellmet dwaru.", "Il-gvern kien marbut u għadu marbut li din id-direttiva jdaħħalha bħala parti mill-korp tal-liġijiet tagħna.", "Dan ifisser li suppost sat-12 ta' Ġunju ta' l-2007 kellha tgħaddi minn dan il-parlament u mbagħad kellu leeway sat-12 ta' Diċembru li għadda biex din issir effettiva u tibda titħaddem.", "Illum il-21 ta' Jannar u dan ifisser li l-impenn li kellu l-gvern lejn il-kummissjoni ta' l-Unjoni Ewropea li jdaħħal id-direttiva nqabeż b'seba' xhur u qbiżna b'xahar u 15-il ġurnata id-data meta suppost l-għodda leġislattiva tkun effettiva.", "Irrid ngħid ukoll li l-istess Ministru Ċensu Galea fl-intervent tal-ġimgħa l-oħra qal li qabel ma dħalna membri sħaħ ta' l-Unjoni Ewropea, min-naħa ta' l- oppożizzjoni konna ngħidu li din hija move cumbersome għax kien se jkollna madwar 80,000 paġna ta' regolamenti.", "Bir-rispett kollu, aħna qatt ma konna kontra liġijiet li huma effettivi.", "Anzi aħna pijunieri fuq il-consumer policy u fuq il-consumer legislation f'dan il-pajjiż.", "Jista' jiġi l-akbar kapurjun Nazzjonalista għax il-fatti wieħed jista' jsibhom fir-records.", "Jien immur lura sa l-1982, jekk m'iniex sejjer żball – jekk qed nieħu żball, qed nieħu żball ta' sena - meta l-gvern Laburista ta' dak iż-żmien għadda liġi minn dan il-parlament – l-ewwel liġi tista' tgħid – li kienet liġi konkreta li tagħti għodda effettiva biex l-ewwelnett ikun hemm għarfien legali ta' l-għaqdiet tal-konsumaturi.", "Permezz ta' din il-liġi kienet ingħatat is-saħħa legali - għax mhux li tagħrafhom, li toqgħod titkellem dwarhom u li toqgħod tgħid kemm huma tajbin huwa importanti, imma li dawn ikollhom l-għodda - lill-għaqdiet tal-konsumaturi biex jekk ikun hemm xi konsumatur li jiġi abbużat jew imqarraq, l-għaqdiet ikollhom id- dritt tan-name and shame.", "Jekk għas-saħħa ta' l-argument xi ħadd imur jiekol x'imkien u jingħata biċċa ċanga ħażina u jmur jilmenta għand id- dipartiment tal-konsumatur, l-għaqda tal-konsumatur kellha dritt li tgħid li dak it-tali ristorant jew dak it-tali snack bar għandu l-laħam taċ-ċanga ħażin.", "Daqshekk għaraf l-għaqdiet tal-konsumatur f'dan il-pajjiż il- partit Laburista fil-gvern fis-snin tmenin.", "Qabel l-1987 biċċa leġislazzjoni oħra importanti li għadda l-gvern Laburista dak iż-żmien kienet it-Trade Descriptions Act fejn kull persuna li tipproduċi prodott riedet tagħti deskrizzjoni.", "Jekk dik id-deskrizzjoni ta' dak il-prodott ma tkunx korretta allura mbagħad jittieħdu passi legali.", "Bir-rispett kollu l-gvern Nazzjonalista għadu għajjien f'dan ix-xogħol.", "Kien il-partit Laburista fil-gvern li għamel dawn l-affarijiet, u dan qabel ma dħalna fl-Unjoni Ewropea, jiġifieri ħadd ma jista' jgħidilna li kkonvertewna l-Ewropej.", "Anzi f'dan il-qasam tal-konsumaturi probabbilment aħna konna ħafna qabel ħafna pajjiżi fl-istess Unjoni Ewropea.", "Hija ħasra li l-gvern Nazzjonalista joqgħod jiftaħar għax meta tagħsar u tfittex ma ssib xejn.", "U llum hija aktar ħasra għax għandu saħansitra l-kummissjoni ta' l-Unjoni Ewropea timbuttah biex jagħmel ċerti affarijiet u xorta jibqa' jkaxkar.", "Imbagħad jieħdu għalihom għax ngħidulhom li m'għandhomx rieda politika u li l-qasam tal-konsumatur qed jeħduh qisu s-Cinderella.", "Ħudu għalikom kemm tridu imma dik hija l-verita`.", "U dawn huma l-fatti.", "Dan kollu jidher mill fatt li tliftu seba' xhur u nofs minn meta suppost għaddiet din il-liġi mill-parlament u komplejtu tliftu xahar u nofs ieħor biex din tkun effettiva.", "Issa aħna nafu li l-proċedura parlamentari tieħu ċertu tul ta' żmien u bir-raġun, għax hawnhekk, apparti li aħna fuq bażi part-time, irridu nimxu b'ċerta proċedura li tieħu ċertu żmien.", "Jiġifieri wara li tgħaddi minn dan l-istadju, din il-liġi trid tmur fi stadju ta' Kumitat fejn nibdew nagħrblu artiklu artiklu u mhux l-ewwel darba li tmur hemmhekk biex tagħmel xogħlok bis-serjeta` u tagħrbel u tistaqsi u tipprova timbotta anke biex ittejjeb l-affarijiet u mill-banda l-oħra jibdew jarawk kerha.", "Jien nippretendi li din il-liġi ma ddumx ma titressaq quddiem il-kumitat ħalli ma nkomplux nitilfu ż-żmien għaliex biżżejjed intilef żmien mill- gvern li ma ressaqx din il-liġi in time.", "Nittama f'Alla li ma jkunx hemm xi xoljiment ta' dan il-parlament għax imbagħad żgur tibqa' fuq l-ixkaffa, jiġifieri nkunu ħlejna ż-żmien f'dan il-parlament.", "Issa ħalli nkompli niġbed l-attenzjoni ta' kemm hija importanti din il-liġi u kemm naqas il-gvern Nazzjonalista milli jġibha fil-pront.", "L-ewwelnett jien ippretendejt li l-Ministru Ċensu Galea jġib din il-liġi quddiem dan il- parlament fl-2006.", "Għaliex?", "Għax l-Unjoni Ewropea waqqfet l-EU consumer policy strategy għas-snin 2007-2013.", "Issa aħna din qatt ma smajna biha hawn ġew.", "Kieku qatt kellna l-opportunita` li niġu hawnhekk u niddiskutu x'qed jgħidu dawn u ma' xiex qed naqblu!", "Aħna bħala pajjiż qbilna magħha u Allaħares ma qbilniex.", "Qed ngħid hekk għax din il-consumer policy hija xi ħaġa li fl-aħħar mill-aħħar hija maħsuba biex tagħti empowerment lill- konsumaturi, tkabbrilhom id-drittijiet tagħhom u anke tkabbar il-kuxjenza dwar il-consumer welfare.", "Jiġifieri Allaħares aħna ma naqblux ma' dawn it- tliet għanijiet kbar u importanti.", "Mela sas-sena 2006 l-Unjoni Ewropea kellha strateġija dwar il-konsumaturi u għal bejn is-snin 2007 u l-2013 għandha consumer policy oħra, jiġifieri strateġija oħra.", "Naturalment sar review tal-consumer policy li kellha qabel, imbagħad ovvjament imxiet 'il quddiem minn dak li tgħallmet, minn dak l-istock li ħadet u minn dak li kellha l-idea li qed jiġri fil-qasam tal-konsumaturi.", "Issa f'dan il-pajjiż, bħal fil-kumplament ta' l-Unjoni Ewropea u l- kumplament tad-dinja, is-sena 2007 għaddiet.", "Mela diġa` tlifna sena u Alla jbierek dan il-gvern dan ma jsemmih imkien.", "Din l-istrateġija kellha enfasi fuq tliet aspetti.", "Kien hemm id-direttiva li qed niddiskutu aħna llum u li se tidħol parti mil-leġislazzjoni tagħna, kien hemm ir-regolament numru 2006/2004 u kien hemm ukoll il-kwestjoni ta' l-European consumer centre, dak li fil-fatt il-Kummissarju Kuneva fetħet ftit tal-ġimgħat ilu.", "Dawk kienu tliet affarijiet li fil-fatt konna marbutin bihom li twettqu bis- saħħa ta' din l-istrateġija.", "Jiġifieri again dan il-gvern kellhom jimbuttawh biex jiċċaqlaq.", "Jien naħseb li rridu nirringrazzjaw lil Alla li ġiet din id-direttiva għax kieku kien għal dan il-gvern, ma kenitx issir.", "U meta saret obbligatorja, dan ġabha hawnhekk seba' xhur u nofs tard biex niddiskutha fil-parlament.", "Qegħdin ukoll xahar u nofs tard minn meta suppost din saret parti mil-liġi tagħna u qegħdin inħaddmuha.", "Dak huwa punt ieħor li jkompli jirrifletti n- nuqqas ta' rieda politika ta' dan il-gvern.", "Ried ikun hemm min jimbuttah dan biex l-aspett tad-drittijiet tal-konsumaturi jagħti kasu.", "Sur President, irrid ngħid ukoll li din id-direttiva se terġa' tmur under review fis-sena 2011.", "Jiġifieri aħna diġa` tlifna dawn ix-xhur milli din titħaddem u sentejn u nofs oħra, fit-12 ta' Ġunju tas-sena 2011, trid terġa' tmur under review.", "Per eżempju, artiklu 18 ta' din id-direttiva jitkellem bl-aktar mod ċar li l-gvernijiet tal-membri stati jridu jieħdu din id-direttiva under review biex jaraw jekk ħadmitx tajjeb, tatx ir- riżultati u kienx hemm l-outcome mixtieq.", "Apparti minn hekk hemm ukoll deadline sat-12 ta' Ġunju ta' l-2013 fejn irid ikun hemm aktar regolamenti.", "Dan ifisser li huwa diġa` deċiż li l-Unjoni Ewropea trid torbot aktar regolamenti fuq livell nazzjonali biex tagħti aktar protezzjoni u drittijiet lill-konsumaturi pero` issa ejja naraw din id-direttiva b'mod b'saħħtu x'qiegħda tgħidilna.", "Fost affarijiet oħra, l- istrateġija ta' l-Unjoni Ewropea dwar il-politika tal-konsumatur li tiġbor is-snin 2007 sa l-2013 għamlet analisi biex tara ċerti affarijiet.", "Riedet tara kemm il-konsumaturi Ewropej qegħdin jixtru across border, jiġifieri kemm Malti jew Maltija jixtru, per eżempju, minn Franza jew Franċiż jew Franċiża jixtru mill-Ġermanja.", "Per eżempju, minn statistika li għandi, li toħroġ mill-istrateġija wkoll, jirriżulta li l-cross-border market qed jikber.", "Fis-sena 2006, per eżempju, instab li 26% tal-konsumaturi għamlu mill-inqas one cross-border purchase.", "Fis-sena 2003 dawn kienu biss 12%, jiġifieri ara x'qabża hemm.", "Kien hemm qabża ta' aktar mid-doppju fi kwestjoni ta' sentejn.", "Dan huwa pożittiv għax ovvjament għall-Unjoni Ewropea, il-kwestjoni tas-suq intern hija biex ngħidu hekk il-pedament tagħha u xi ħaġa li teħtieġ biex hi tkun tista' ssaħħaħ is-suq tagħha.", "Jien ngħid li dan jaqbel anke għalina għax aħna suq żgħir u l-kompetizzjoni daqqa taħdem u daqqa ma taħdimx.", "Dan jagħti wkoll ċans biex nies Maltin fin-negozju ma jkollhomx barriers u jkollhom suq intern daqshekk kbir.", "B'dan il-mod hemm iċ-ċans li jistgħu jkabbru n- negozju tagħhom għax jekk jibqgħu iżolati fil-gżira żgħira tagħna, in- negozju tagħhom jista' jibqa' żgħir.", "Dan se jkun ta' vantaġġ anke għall- konsumatur Malti għax jekk se jkun qiegħed jagħmel ix-xiri minn suq aktar kbir allura hemm aktar kompetizzjoni u allura se jgawdi minn kwalita` u affordabilita` aħjar.", "Issa ħalli nkompli daqsxejn fuq l-istatistika li stabbiliet l-Unjoni Ewropea u li fuqha bbażat il-ħtieġa ta' din id-direttiva biex toffri aktar protezzjoni lill-konsumaturi.", "Xi ħaġa oħra li nstab huwa li l-e-commerce, jiġifieri n-negozju permezz ta' l-internet, qed isir ukoll popolari ħafna.", "Per eżempju, instab li fis-sena 2006, 27% tal-konsumaturi kienu għamlu negozju jew xtraw permezz ta' l-internet pero` 6% biss minn dawn is-27% kienu għamlu xiri permezz ta' l-e-commerce cross-border.", "Imbagħad instab li minn 50% tal-konsumaturi li għandhom internet connection id-dar, 12% minnhom kienu xtraw affarijiet over the internet imma minn pajjiż għal ieħor.", "Ħalli nipprova naqra biex inkun preċiża għax it-text li għandi qiegħed bl-Ingliż.", "Hawnhekk jingħad hekk:", "\"57% of EU retailers, mostly SMEs, sell through e-commerce and 49% of them would be prepared to sell cross-border in at least one EU country.\"", "Din hija xi ħaġa li tolqot lin-nies fin-negozju Malti.", "Hawnhekk sar survey u nstab li 57% ta' dawk li huma retailers fl-Unjoni Ewropea, li ħafna minnhom huma SMEs, jiġifieri negozji żgħar, ibigħu permezz ta' l-e-commerce u 49% minnhom huma lesti, jiġifieri mħejjijin u attrezzati biex ibigħu minn pajjiż għal ieħor.", "Pero` mbagħad qed jingħad li 29% biss attwalment ibigħu minn pajjiż għal ieħor permezz ta' l-internet.", "Forsi din hija tieqa miftuħa għan-nies fin-negozju f'Malta.", "Imma mbagħad qed jingħad ukoll li: \"The figures for financial services are even more striking.\".", "Jiġifieri huma aktar impressjonanti.", "Fil-fatt jingħad li:", "\"26% of consumers have bought a financial service at a distance from a seller or provider based in their home country, but only 1% have done so cross-border.\".", "Mela filwaqt li 26% tal-konsumaturi, b'xi mod, użaw l-internet biex jixtru, fil-fatt huma biss 1% ta' dawn il-konsumaturi li xtraw xi servizz finanzjarju minn xi pajjiż ieħor mhux fejn joqogħdu.", "Dan għaliex qed ngħidu?", "Għax hawnhekk għandna strateġija li fuqha sar ċertu studju u ċerta riċerka u mbagħad, permezz ta' din l-istrateġija, ħarġet aktar l-importanza li tat din id-direttiva.", "Hawnhekk qed naraw li n-negozju qiegħed jikber b'mod li jmur lil hinn mix-xtut tal-pajjiżi jew rather mill-borders tal- pajjiżi fl-Unjoni Ewropea.", "Illum il-Maltin għandhom aktar faċilita` u aċċess biex jixtru mill-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea.", "Hawnhekk daħlet il- kummissjoni ta' l-Unjoni Ewropea u qalet li rridu nħarsu 'l quddiem u naraw li l-konsumaturi fl-Unjoni Ewropea – u hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq 493 miljun, jiġifieri mhux ċajta - għandhom bżonn aktar protezzjoni u għandhom bżonn ikollhom dak li bit-terminoloġija fil-qasam tal-konsumatur jissejjaħ il-consumer confidence.", "Irridu nagħtuhom aktar kunfidenza li jkollhom rashom mistrieħa meta ma jkunux qed jixtru minn pajjiżhom imma jkunu qed jixtru minn pajjiż ieħor fl- Unjoni Ewropea.", "Wara kollox kulħadd irid ikollu moħħu mistrieħ li jekk se jagħmel xirja u se jkun hemm xi prattika kummerċjali żleali, ikollu drittijiet u jkun jista' jieħu r-rimedji.", "Huwa għalhekk li daħlet din id- direttiva.", "Sur President, din id-direttiva hija maħsuba l-ewwelnett biex tnaqqas, kemm jista' jkun, id-differenza li hemm bejn il-leġislazzjonijiet nazzjonali fis-27 pajjiż fl-Unjoni Ewropea.", "Fis-27 pajjiż ta' l-Unjoni Ewropea hemm leġislazzjonijiet nazzjonali u din id-direttiva hija maħsuba biex tqarribna aktar lejn xulxin ħalli l-konsumaturi Maltin u l-konsumaturi ta' l-Unjoni Ewropea iħossuhom iktar konfidenti li meta jkunu qed jagħmlu xirja cross-border u jkunu abbużati, ikollhom id-drittijiet tagħhom salvagwardati permezz ta' din id-direttiva.", "Din l-istrateġija titkellem ukoll fuq il-European consumer centre, dak li l- kummissarju Kuneva fetħet ftit tal-ġimgħat ilu ġewwa Malta.", "Din id- direttiva hija maħsuba wkoll biex għalissa tagħti minimum harmonization pero` definittivament hemm il-ħsieb li fis-snin li ġejjin imbagħad tilħaq il-forza massima tagħha, jiġifieri li l-pajjiżi membri stati jintrabtu iktar qrib xulxin fejn tidħol il-kwestjoni tad-drittijiet tal-konsumaturi.", "Forsi hawnhekk ikun tajjeb li nagħmlu daqsxejn ta' parentesi żgħira u ngħidu: Meta qed nitkellmu dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur, dan x'jinvolvi?", "Jien ħassejt li l-gvern għandu jagħti ftit spjegazzjoni dwar dan.", "Aħna nirċievu kwantita` ta' karti u magazines ta' pubbliċita` dwar x'qed jagħmel il-gvern.", "Allura possibbli l-gvern ma affordjax li lill-konsumaturi Maltin jgħidilhom x'inhu għaddej fuq dan il- qasam?", "Għax fl-aħħar mill-aħħar wieħed mill-prinċipji ewlenin li fuqhom tinbena consumer policy hija proprju l-informazzjoni lill-konsumaturi.", "Issa jekk il-konsumaturi Maltin lanqas huma informati bl-għodda li għandhom, kif allura se jużaw dik l-għodda biex iħossuhom iktar konfidenti li jistgħu jixtru minn barra pajjiżna minn xi wieħed mill-pajjiżi ta' l- Unjoni Ewropea permezz ta' l-internet u permezz ta' affarijiet oħra?", "Il- gvern kif fuq dawn l-affarijiet jixxaħħaħ, imbagħad jieħu għalih għax ngħidulu li m'għandux rieda politika fejn jidħol il-qasam tal-konsumaturi?", "(Interruzzjonijiet) Le, m'hemmx rieda politika, għax l-optimum situation għall-gvern hi li jagħmel leġislazzjoni.", "Fil-fehma tiegħi kull meta ngħaddu liġi minn dan il-parlament huwa biss il-bidu u mhux l-optimum.", "Meta l- leġislazzjoni tiġi approvata minn dan il-parlament, huwa biss il-bidu tal- ħajja tagħha, għaliex dik il-liġi mbagħad tkun għodda f'idejn iċ-ċittadini u tkun trid tiġi mħaddma.", "Issa biex ikunu jistgħu jifhmu li dik hija għodda u li jistgħu jħaddmuha, hemm żewġ affarijiet importanti ħafna.", "L-ewwel iċ-ċittadini jridu jkunu verament informati.", "M'huwiex biżżejjed li liġi bħal din titħabbar fil- gazzetta tal-gvern.", "Huwa veru li hekk huwa stabbilit li jsir fil-proċedura legali tagħna pero` mill-banda l-oħra jien ngħid: Min jaqra l-gazzetta tal- gvern ħlief dawk is-selected few fil-pajjiż li għalihom huwa importanti li jkunu jafu x'hemm fil-gazzetta tal-gvern?!", "Iċ-ċittadini hemm barra, fit- toroq u fil-pjazez tagħna, ma jafux xi jkun għaddej biżżejjed minn dan il- parlament.", "Barra minn hekk, l-istess dipartiment tal-konsumatur jew il- kummissjoni għall-kummerċ ġust għandha r-responsabbilta` li tinforma lill- konsumaturi Maltin bid-drittijiet tagħha.", "Jien kont nistenna li almenu l- gvern iqassam biċċa leaflet dwar x'ifissru prattiċi kummerċjali żleali fin- negozju.", "Kont nistenna li almenu l-gvern iqassam leaflet dwar x'aħna qed ngħaddu minn hawnhekk rigward dawn il-prattiċi żleali fin-negozju meta tiġi biex tixtri cross-border.", "Fejn huma dawn il-karti?", "Dan il-gvern għandu l-belli liri biss biex joqgħod jgħidilna wara 20 sena x'se jagħmel fil-port il- kbir.", "Dejjem noħolmu, għax wara 20 sena ma sar xejn.", "Issa qed jgħidilna li sas-sena 2015 se jagħmel xi ħaġa.", "Qed nużaw il-mezzi finanzjarji tan-nies permezz tat-taxxi li jiġbor, għall-propaganda Nazzjonalista.", "Imbagħad jgħidilna li l-kampanja elettorali għadha ma bdietx!", "Dażgur li bdiet!", "Ma jaqbillux jgħid li bdiet għax it-taxxi tagħna qed jagħmlu tajjeb biex il- partit Nazzjonalista jagħmel il-kampanja elettorali.", "Imma mbagħad fejn jidħol il-konsumatur, filwaqt li bil-paroli ngħidu ħafna, bil-fatti nagħmlu mill-inqas.", "Meta kien hawn il-Kummissarju Kuneva rajna erba' billboards li jgħidu li l- konsumatur għandu d-drittijiet.", "Skoprew l-Amerka, Alla jbierek!", "Bħallikieku kellhom bżonn jiġu wara 20 sena fil-gvern jgħidulna dan permezz tal-billboards!", "Il-partit Laburista fil-gvern kien ilu ħafna aktar minn hekk li għaraf id-drittijiet tal-konsumaturi u ġie hawnhekk jilleġisla u b'mod effettiv implimenta u inforza dak li kien illeġisla.", "Lilna jgħajruna bid-difensuri tax-xerrejja u bil-pulizija tal-kontroll.", "F'dawk iż-żmenijiet dawk kienu l-istrutturi li kienu mħaddma mhux f'Malta biss jew mill-gvern Laburista biss ta' dak iż-żmien imma kienu jeżistu anke f'pajjiżi oħra fil- kontinent Ewropew.", "Dawn l-istrutturi kienu mħaddma anke mill-Ġermaniżi, jiġifieri mhux qed insemmu Timbuctoo imma qed insemmu pajjiżi avvanzati.", "Dawn kienu jħaddmu ordni ekonomika professjonista.", "Imma dan il-gvern dejjem jipprova jpinġi stampa li bħallikieku d-dinja xirfet f'wiċċ l-art kemm ilu fil-poter il-gvern Nazzjonalista.", "Issa ħalli nispjega ftit xi tfisser il-prattika kummerċjali żleali għax il- ministru ma smajtux jispjegaha.", "Din hija marbuta ma' promozzjoni qarrieqa ta' xi ħaġa.", "Dan bħal meta xi ħadd jgħidlek li qed ibigħlek oġġett mod imbagħad tiskopri li hu mod ieħor.", "Din tgħodd ukoll f'dak li għandu x'jaqsam mas-supply ta' prodott, jiġifieri ara kemm hija intensiva din il- ħaġa.", "Din ma taqbadx biss lil tal-ħanut li forsi jkun biegħlek prodott li ma jkunx eżattament kif qed jgħidlek u allura kien żleali fil-mod ta' kif spjegalek li hu dak il-prodott, imma saħansitra tista' taqbad anke lil dak li qed jipproduċi dak il-prodott fil-fabbrika jew fil-post tax-xogħol tiegħu.", "Taqbad ukoll lil dak li forsi permezz tat-televiżjoni, gazzetta jew radju jkun qiegħed jippromwovi dak il-prodott partikolari.", "Sur President, huwa importanti li l-konsumaturi Maltin dan ikunu jafuh għax aħna llum bl-internet, bis-satelliti u bil-mezzi ta' komunikazzjoni soċjali ninsabu miftuħin għal kwalunkwe xorta ta' promozzjoni, ta' supply u anke ta' tranżizzjoni ta' xiri.", "Huwa importanti li din id-direttiva li qed indaħħlu f'parti mill-korp legali tagħna u li qed jitkellem fuq prattiċi kummerċjali żleali tkun mifhuma imma l-gvern ma ħassx il-ħtieġa li għallinqas jonfoq ftit flus biex jinforma lill-konsumaturi dwar dan.", "Jien illum nifhem għaliex naqas b'dan il-mod.", "Naqas b'dan il-mod għax il-gvern lanqas kellu d-diċenza li mqar jiġi f'din l-ogħla istituzzjoni biex niddiskutu l-istrateġija ta' l-Unjoni Ewropea għas-snin ta' bejn l-2007 u s- sena 2013.", "Bir-raġun ukoll jistħi għax dan mhux fis-sena 2007 kellu jiġi biha din.", "Kieku verament fuq nett ta' l-aġenda tiegħu għandu l-qasam tal-konsumaturi, kien jiġi fl-2006 jgħidilna li l-Kummissjoni Ewropea qed tagħmel reviżjoni u qed tagħti ħarsa lejn l-istrateġija li spiċċat fl-2006 bil-ħsieb li tmur fuq il-way forward għall-istrateġija ta' bejn l-2007 u l-2013.", "B'dan il- mod kien jagħti opportunita` lil dan il-parlament li jiddiskuti din l- istrateġija bis-serjeta`.", "Minn hawnhekk joħroġ il-messaġġ li għalina l- konsumaturi dawn l-istrateġiji huma importanti mhux biss biex ħadd ma jingidem, ħadd ma jkun abbużat u ħadd ma jkun esplojtjat imma wkoll għal dak li huwa tkabbir ekonomiku ta' pajjiżna u dak li huwa wkoll ħolqien ta' impjiegi.", "L-istrateġija ta' l-Unjoni Ewropea qed titkellem ċar u tond li għandha tliet sfidi ewlenin.", "Dawn huma t-tkabbir ekonomiku, l-impjiegi u wkoll li tkun qrib in-nies, qrib iċ-ċittadini.", "L-Unjoni Ewropea trid turi li ma tridx tkun istituzzjoni li ċ-ċittadini tagħha jħossuhom 'il bogħod minnha, li hija xi ħaġa fuq rashom, imma istituzzjoni li żżomm relazzjoni mill-qrib u komunikazzjoni bejn iċ- ċittadini tas-27 pajjiż membru.", "Imma għall-gvern Nazzjonalista dan kollu ma kienx importanti.", "Ma kienx importanti li jkollu strateġija li ġejja mill- Unjoni Ewropea u li suppost il-gvern kien parti minnha meta kienet fi stadju ta' diskussjoni.", "Dan qed ngħidu għax meta l-Unjoni Ewropea toħroġ b'direttiva jew bi strateġija din tkun iddiskutietha fl-istrati kollha ta' l-istituzzjonijiet tagħha u allura definittivament il-gvern kien qiegħed ukoll jiddiskuti f'dawk il-livelli.", "Minkejja dan, il-gvern ma ħassx il- ħtieġa li f'dan il-parlament fil-ħin iġib xi ħaġa daqshekk importanti li għandha x'taqsam mat-tkabbir ekonomiku ta' pajjiżna, li għandha x'taqsam ma' l-impjiegi u li tirrigwarda l-kuntatt bejn iċ-ċittadini u l- istituzzjonijiet Ewropej.", "Sur President, issa se nħares lejn id-direttiva li dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna qiegħed idaħħal bħala parti mill-korp legali tagħna.", "Id- direttiva qed tiċċara x'inhuma d-drittijiet tal-konsumaturi u tipprova tissimplifikahom f'dawk li huma negozji cross-border, jiġifieri minn pajjiż għal ieħor.", "Qed tipprova wkoll dejjem iċċekken id-differenza bejn dawk li huma leġislazzjonijiet nazzjonali fejn jidħlu l-interessi u d-drittijiet tal-konsumaturi f'pajjiż għal pajjiż ieħor.", "Qed tagħti mbagħad fuq kollox l- istess tip ta' protezzjoni kontra l-prattiċi żleali u persuni fin-negozju li jistgħu jabbużaw.", "Sur President, hawnhekk nixtieq nagħmel parentesi.", "Jien bl-ebda mod m'hu qed ngħid li n-nies fin-negozju kollha jabbużaw imma jkun hemm min jittanta jabbuża u jkun hemm min attwalment jabbuża.", "L- Unjoni Ewropea hija aware minn dan u għalhekk toħroġ dawn it-tip ta' direttivi.", "Din id-direttiva tfisser ukoll li n-negozji jkunu jistgħu jirreklamaw u jbigħu lil madwar 493 miljun konsumatur fl-Unjoni Ewropea bl-istess mod li jbigħu lill-konsumaturi f'pajjiżhom.", "Jiġifieri l-għan huwa li s-suq intern jikber, jissaħħaħ, ikun iktar effettiv u allura tinħoloq iktar kompetizzjoni u konsegwentement ikun hemm aktar benefiċċji għall-istess konsumaturi.", "Jien hawnhekk nerġa' nagħmel enfasi fuqna bħala Malta.", "Aħna suq żgħir u din it-tip ta' direttiva tista' tagħtina iktar ċans.", "Bħala suq żgħir għandna diffikultajiet fejn il-kompetizzjoni mhux dejjem taħdem u allura l-konsumaturi Maltin mhux dejjem ikollhom aċċess għall-benefiċċji li jistgħu jieħdu mill-kompetizzjoni.", "Bl-istess mod fuq in-naħa l-oħra, in- nies fin-negozju, in-nies li jipproduċu, minħabba li aħna suq żgħir, jistgħu jkunu dejjem limitati u allura anke huma bil-limitazzjoni għall- bejgħ lokali, ma jkunux jistgħu joħorġu l-aħjar prezz tal-prodott tagħhom.", "Dawn it-tip ta' direttivi hawnhekk qed ikollhom aċċess biex jiftħu għas-suq intern fl-Unjoni Ewropea li jkopri 493 miljun konsumatur.", "Filwaqt li qed tissimplifika u tnaqqas id-differenzi bejn leġislazzjonijiet nazzjonali dwar il-ħarsien tad-drittijiet tal-konsumaturi, din it-tip ta' direttiva tkompli ssaħħaħ ukoll l-aspett l-ieħor tas-suq intern, li toħoq kompetizzjoni, li tagħti aċċess għas-swieq iż-żgħar biex il-persuni fin- negozju, nies li jimmanifatturaw u l-industrijalisti jkollhom swieq akbar fejn jistgħu jittantaw, biex ngħid hekk, li jbigħu l-prodotti tagħhom.", "Imbagħad din id-direttiva qed toħloq struttura ġenerali dwar x'tip ta' komportament huwa pprojbit, jiġifieri x'jikkostitwixxi prattiċi kummerċjali żleali.", "Dwar dan hawnhekk għandna klawsola ġenerali li qed tieħu post il- klawsoli differenti li għandhom il-pajjiżi stati membri.", "Dan ifisser li issa se jkun hemm standardisation ta' l-affarijiet.", "Jiġifieri jekk forsi aħna llum fil-provvedimenti legali tagħna qegħdin nidentifkaw ċertu tip ta' prattiċi kummerċjali żleali li m'humiex konformi ma' dawk li forsi għandhom l-Ingliżi, il-Franċiżi, il-Ġermaniżi jew it-Taljani, issa se nkunu qegħdin nagħmluhom standard permezz ta' dan l-abbozz ta' liġi.", "Din hija xi ħaġa li fl-aħħar mill-aħħar tgħin lill-konsumatur u tagħtih il- kunfidenza meħtieġa biex ikun jista' jixtri mil-liema pajjiż jaqbillu jew jixtieq.", "Imbagħad hemm żewġ kategoriji ewlenin ta' prattiċi kummerċjali żleali li qishom jaqgħu taħt żewġ kapep fejn waħda qed isejħulha \"misleading\" u l-oħra \"aggressive\".", "Jiġifieri kull prattika kummerċjali żleali tista' taqa' jew taħt misleading jew taħt aggressive.", "Imbagħad din l-istess direttiva qed tagħti dik li qed isejħulha l-blacklist u li tikkonsisti f'lista ta' prattiċi li f'kull ċirkostanza huma żleali u m'humiex leċiti.", "Hemm lista sostanzjali dwar, per eżempju, \"limited offers\", \"special offers today only\", il-misleading impression of consumer rights, \"special for you\", il-pyramid schemes u oħrajn.", "Jien qed insemmi waħdiet.", "Per eżempju, rigward insurance claims hemm dik magħrufa bħala \"No one picks up the phone\" u dawn it-tip ta' pressjonijiet emozzjonali.", "Hemm affarijiet oħrajn fuq prize winning.", "Għalhekk din id-direttiva qed tagħti lista eżawrjenti li se tkun ukoll standardized ma' dak li għandu ħaddieħor.", "Jien nixtieq inkompli nitkellem ftit fuq il-kwestjoni ta' l-istrateġija ta' l-Unjoni Ewropea dwar consumer policy għal bejn l-2007 u l-2013 u niġbed ftit l-attenzjoni dwar ċerti affarijiet li jien kont nistenna li l-gvern Nazzjonalista kellu jġib hawnhekk biex niddiskutu.", "Per eżempju, ejja nħarsu ftit lejn l-oġġettivi ta' din il-consumer policy, ta' din l-istrateġija ta' l-Unjoni Ewropea li aħna rridu nkunu qegħdin inħaddmu sas-sena 2013 u li s'issa, fil-fehma tiegħi, il-gvern Nazzjonalista, minkejja li diġa` għaddiet sena sħiħa minn fuq din l-istrateġija, ftit li xejn għadu ċċaqlaq biex b'mod konkret jagħmel xi affarijiet.", "Sur President, fost oħrajn għandna l-kwestjoni ta' kif il-konsumaturi jridu jiġu empowered billi jingħataw l-informazzjoni.", "Fil-fatt nixtieq naqra t-test preċiż ta' l- istrateġija li jgħid hekk:", "\"Empowered consumers need real choices, accurate information, market transparency and the confidence that comes from effective protection and solid rights.\".", "Din hija sentenza li hija mgħobbija.", "Jekk taqbad u tanalizzaha, bir-rispett kollu tesponi lill-gvern għal ħafna u ħafna affarijiet li naqas u qed jonqos milli jwettaq.", "Kemm huma empowered il-konsumaturi Maltin?", "Kemm huma informati?", "L-informazzjoni tagħmlek b'saħħtek u tough.", "Jien nittama li forsi fil-winding up il-ministru jgħidilna kemm matul dawn l-aħħar ħames snin it-taqsima tal-kummerċ ġust kienet qiegħda tikkomunika mal-konsumaturi Maltin permezz ta' leaflets, per eżempju, dwar id-drittijiet tagħhom.", "Barra minn Malta hemm magazines sħaħ dwar dawn l-affarijiet.", "Per eżempju, fl-Ingilterra hemm wieħed mill-aqwa magazines li għandu x'jaqsam ma' consumer protection, il-Witch Magazine, fejn il-konsumaturi jingħataw informazzjoni kontinwa anke fuq prodotti.", "Dawn ma jiddejqux jagħmlu namimg and shaming.", "Issa aħna fil-liġi tagħna l-kwestjoni tan-name and shame teżisti.", "Jien mhux qed ngħid biss li l-konsumatur Malti u Għawdxi għandu jkun informat biss meta jkun hemm prodott ħażin fis-suq imma għandu jkun informat dwar id-drittijiet tiegħu, x'inhuma l-għodda u wkoll xi strutturi għandu biex jersaq għar-rimedji.", "Minbarra li jittieħdu passi biex ikun informat, għandhom jittieħdu passi wkoll biex l-istess strutturi li jkunu għad-dispożizzjoni tal-konsumatur għar-rimedji jkunu kemm jista' jkun simplifikati.", "Sur President, fl-aħħar parti ta' l-intervent tiegħu l- ministru semma t-tribunal tal-konsumaturi.", "Huwa veru li dan hemm aċċess iktar faċli għalih u m'huwiex bil-flus, imma ejja ngħidu kollox.", "L- ewwelnett hemm ħafna nies li jmorru Santa Venera għand id-dipartiment u dawn jibagħtuk il-Belt għat-tribunal.", "Barra minn hekk dan it-tribunal għandu defiċjenza enormi.", "Meta konsumatur iressaq ilment quddiemu u t-tribunal jiddeċiedi li dan għandu jieħu r-rimedju mingħand dik it-tali kumpannija, ġieli jagħti l-każ li l-kumpannija tiddeċiedi li ma tagħtix dan il-kumpens.", "L-uniku rimedju li jkun fadallu l-konsumatur huwa li jdaħħal idu fil-but u jmur il-qorti.", "Ħafna konsumaturi ma jagħmluhiex din.", "L-ewwelnett dak it-tribunal qiegħed hemm għall-konsumaturi li jkollhom claims sa mhux aktar minn Lm1,500.", "Mela inti għandek dan il-massimu ta' Lm1,500 u biex inti mbagħad tidħol il-qorti trid tħallas xi Lm200 f'tariffi.", "Barra minn hekk trid ukoll tħallas għas- servizzi ta' avukat u trid tħallas ukoll jekk tkun trid ittella' x-xhieda.", "B'dan il-mod, kif jgħid il-Malti, iz-zalza tiġik ogħla mill-ħuta.", "Aħna rridu naraw li r-rimedji li nagħtu lill-konsumaturi bl-istrutturi li għandna jkunu verament rimedji faċli fis-sens li jkollhom aċċess għalihom kemm jista' jkun malajr.", "Sur President, meta nitkellmu f'dan il-parlament ma nitkellmux bil-mod kif nitkellmu fil-każini tal-partiti rispettivi tagħna.", "Hawnhekk suppost qegħdin nitkellmu biex nagħmlu l-aħjar.", "Mela li kull darba nisimgħu lin- naħa tal-gvern jiftaħru bl-affarijiet u jagħtu impressjoni li l-affarijiet huma perfetti imma fil-fatt ikunu lil hinn mill-perfezzjoni, dak huwa nuqqas ta' responsabbilta` politika lejn in-nies.", "Fil-każini oqgħodu ftaħru b'rixkom kemm tridu imma fil-parlament, aħna x'aħna u aħna min aħna, għandna d-dmir li ngħidu l-verita`.", "U l-verita` hi li minkejja li hemm struttura għar-rimedju, din mhux dejjem taħdem.", "Barra minn hekk, anke meta t-tribunal ikun mgħobbi b'ċertu ammont ta' każijiet, hemm numru ta' xhur li tkun trid tistenna sakemm tibda s-seduta.", "Issa din oħra.", "Tista' toħloq aktar minn tribunal wieħed biex inti jkollok proċess aktar imħaffef imma għall-gvern dan il-kliem minn widna jidħol u mill-oħra joħroġ.", "Dan għaliex fuq il-qasam tal-konsumaturi dan il-gvern m'għandux rieda politka, m'għandux sinsla, ma jridx jimxi 'l quddiem.", "Dan il-gvern lil min irid jaqdi?", "Irid ikollok oġġettiv ġenwin.", "Min ifixklek ma tistax tagħti kasu imma trid tibqa' miexi bl-oġġettiv ġenwin.", "Ma tistax toqgħod tibża' għax titlef il-voti jekk inti tkun responsabbli fil-politika.", "L-importanti huwa li jkollok oġġettiv ġenwin, li tqiegħed idejk fuq il-kuxjenza u tgħid li qed taqdi dmirek sew.", "Dan il-gvern m'għandux minn dan.", "Dan rajnih aħna f'dawn l-aħħar xhur.", "Matul l-ewwel erba' snin qagħad jgħaffeġ fuq kulħadd, bit-taxxi deħlin lanqas nafu minn fejn bil-konsegwenza li ġab lill-familji għarkopptejhom bilkemm ilaħħqu ma' l-aktar affarijiet bażiċi, imbagħad Alla jbierek ġie l-aħħar budget ta' qabel l-elezzjoni u mbierka s-sapjenza ta' Alla sab il-manna nieżla u beda jferrixha.", "Din m'hijiex serjeta`!", "Biex gvern ikun responsabbli politikament irid ikollu oġġettivi ġenwini u jimxi lejhom b'mod rett u kuxjenzjuż.", "Meta nitkellmu hawnhekk irridu nitkellmu bis-serjeta`, bil-verita` u mingħajr biża' li dak li nkunu qegħdin ngħidu nkunu qegħdin ngħiduh biex jasal u nagħmlu l-ġid u mhux niddejqu li forsi xi ħadd jarana ikrah.", "Sur President, dan il-gvern mhux qed jimxi skond l-istrateġija maqbula mill-Unjoni Ewropea, m'huwiex jinforma lill-konsumaturi, m'huwiex iħeġġeġ lill-konsumaturi Maltin u Għawdxin, m'għandux biżżejjed market transparency, għax kieku għandu biżżejjed strutturi li jagħtu market transparency sew, allavolja jgħid li saru ħafna studji.", "Dan qed ngħidu għax il-ġimgħa l-oħra kien hemm programm fuq l-istazzjon tal-partit Nazzjonalista fejn kienu qegħdin jiddiskutu l- konsumaturi u Alla jbierek tgħidx kemm smajna li saru studji mid-diviżjoni tal-kummerċ ġust.", "Imbierka s-sapjenza ta' Alla dawn l-istudji baqgħu fuq xi skrivanija ta' xi ħadd.", "Jien li ilni viġilanti fuq dan il-qasam minn dejjem, lanqas naf bi studju wieħed u ma ltqajt ma' l-ebda konsumatur Malti jew Għawdxi li qalli li sema' b'xi studju li sar u b'liema mod il-gvern, bl-istruttura li għandu, ħa ħsieb minn qabel li ħadd ma jkollu dominant position f'dan il-pajjiż, ħadd ma jagħmel cartel f'dan il-pajjiż u ħadd ma jkollu monopolju f'dan il- pajjiż.", "Dan kollu huwa finta għax il-gvern m'għandux rieda politika pero` mbagħad għandu ħafna kapaċita` ta' kif Alla jbierek jagħmel l-advertising.", "Fuq hekk huwa espert u għall-marketing tilgħablux!", "Naħseb li l-aktar post fejn jistgħu jaqtgħu figura huwa kieku l-esperti li għandu l-gvern f'dan il- qasam jintefgħu fl-industrija biex jagħmlu marketing ta' prodotti Maltin barra minn Malta.", "Hemmhekk jaqtgħu figura imma li tkun fil-politika u ma tagħmel l-ebda marketing huwa nuqqas kbir ta' responsabbilta` u nuqqas serju lejn in-nies li suppost qed tmexxi.", "Sur President, oġġettiv ieħor ta' l-istrateġija ta' l-Unjoni Ewropea huwa \"to enhance EU consumers' welfare in terms of price, choice, quality, diversity, affordability and safety.", "Hawnhekk toħroġ l-ipokrisija Nazzjonalista!", "L-istrateġija Ewropea dwar consumer policy ta' bejn l-2007 u l-2013 li Alla jbierek il-gvern Nazzjonalista kien qiegħed jiddiskuti f'isimna ġewwa Brussels, titkellem fuq prezz!", "Imbagħad jiġu tal-partit Nazzjonalista jgħidulna li l-għoli tal-ħajja għamilnieh il-cavallo di battaglia!", "L-Unjoni Ewropea mhux ukoll qed tagħmel din l-issue cavallo di battaglia!", "Bir-raġun nitkellmu hekk għax aħna ma niddejqux.", "Il-kwestjoni tal-prezzijiet għalina dejjem hija l-cavallo di battaglia mhux għall- elezzjoni biss.", "U hija cavallo di battaglia ta' kulmin huwa responsabbli politikament lejn in-nies li jkun qed jirrappreżenta, li fosthom hemm familji magħfusa bi prezzijiet u li ma jaffordjawx għax l-income tagħhom ikun limitat.", "U jekk tkun politiku responsabbli ma trid lil ħadd tara mgħaffeġ f'pajjiżek.", "Imbagħad bir-raġun li l-partit Laburista jitkellem kif jitkellem.", "Aħna ma niddejqux b'dan!", "Igħidulna kemm tridu cavallo di battaglia imma mhux ta' l- elezzjoni imma ta' dejjem u dan bil-fatti.", "Bejn l-1996 u l-1998 kien hemm il-partit Laburista fil-gvern pero` l-ordni ekonomika dinjija ma kenitx titlob miżuri ta' kontroll kif kienet titlob fis-snin sebgħin u tmenin u li kienu jintużaw minn gvernijiet Laburisti ta' dak iż-żmien.", "Dak iż-żmien minħabba prezzijiet jew abbużi oħra, aħna biddilna l-mezz ta' kif aħna nagħmlu l-affarijiet ħalli naċċertaw ruħna li l-konsumaturi ma jkunux misruqa.", "U x'għamilna, Sur President?", "Bdejna nibnu one-stop shop għall- konsumaturi.", "L-Onor.", "Alfred Sant kien committed personalment fuq dan ix- xogħol.", "Dan nafu għax jien kont involuta fid-dipartiment tal-konsumaturi f'dawk iż-żmenijiet.", "Dan kellu jkun one-stop shop biex il-konsumatur ma joqgħodx jiġri ma' l- erbat irjieħ.", "Jekk għas-saħħa ta' l-argument sab xi ħaġa ħażina fil- kwalita`, il-konsumatur ma joqgħodx imur il-laboratorju - għax hekk kienet dak iż-żmien - jew imur is-sanita` jekk kien ikun prodott ta' l-ikel.", "Jekk sab xi ħaġa fuq prezz ma joqgħodx imur id-dipartiment.", "Għalhekk jekk ikollna one-stop shop wieħed ikun jista' jċempel bi freephone u jgħid dak li għandu jgħid.", "U jkun dak il-one-stop shop li jieħu ħsieb, jara u jivverifika l-affarijiet ma' l-awtoritajiet konċernati u jagħti fuq kollox sodisfazzjon lill-konsumatur, bi trasparenza, Sur President.", "Fl-1996 kien qed isir dan ix-xogħol u mhux issa fl-2008, meta suppost il-gvern Nazzjonalista huwa committed ma' l-Unjoni Ewropea li jmexxi din it-tip ta' strateġija f'Malta.", "Għalhekk lanqas kien hemm bżonn li tiġi l-Unjoni Ewropea timbottana, kif qed ikollha timbotta lill-gvern Nazzjonalista, u xorta jgħaddiha minn għajn il-labra, għax hekk qed jagħmel.", "Il-gvern qed jgħaddi lill-Unjoni Ewropea minn għajn il-labra, Sur President.", "Pero` din m'hijiex bħal ta' l- ambjent, fejn wieħed jista' joqgħod jitlajja.", "L-affarijiet li jirrigwardaw l-ambjent jidhru fil-wiċċ u allura l-Unjoni Ewropea tista' timbotta l- multi.", "Fil-qasam tal-konsumaturi l-affarijiet ma jidhrux daqshekk fil- wiċċ.", "Sur President, aħna kellna u għandna r-rieda politika biex il-qasam tal-konsumaturi jkun fuq il-quċċata ta' l-aġenda politika tagħna u jekk Alla jrid, fi żmien ġimgħat jew xhur, se nkunu qegħdin inwettqu dawn l- affarijiet.", "Imma dan il-gvern le, anzi dan il-gvern, meta niġbdu l-attenzjoni dwar x'qed jiġri, jiġi jgħidilna li aħna qisna qed nużaw l-issue ta' l-għoli tal- ħajja biex nirkbu xi jolly ride politiku.", "Come on, ejja ħalli nikbru, nimmaturaw u nkunu responsabbli lejn min aħna lkoll nirrappreżentaw f'dan il-pajjiż u ngħidu li meta inti jkollok kwestjoni ta' għoli ta' ħajja għandek familji sħaħ li qegħdin ibatu, li qed jaqgħu lura, li uliedhom qed jiġu esklużi bil-mod il-mod, u li aktar ma jkollna esklużjoni soċjali aktar se jkollna faqar ta' kwalunkwe tip.", "Allura min ikun qiegħed jaħdem ikollu jerfa' aktar biex iħallas aktar taxxi ħalli nwensu lil dawk in-nies.", "Dan huwa ċirku, Sur President, u għalhekk imbagħad l-Unjoni Ewropea, l- istrateġija għas-snin 2007 u 2013 rabtitha ma' tliet għanijiet ewlenin, jiġifieri mal-kwestjoni tat-tkabbir ekonomiku, mal-kwestjoni tal-ħolqien ta' l-impjiegi u mal-kwestjoni biex iżżomm kuntatt man-nies.", "Hawnhekk irrid nagħmel enfasi fuq dan għax il-gvern Nazzjonalista jew verament tilef il-kuntatt man-nies jew verament l-arroganza telgħetlu għal rasu u qed jinjora jew inkella qiegħed jipproteġi lil ċerti setturi a skapitu tal- maġġoranza assoluta tal-Maltin u l-Għawdxin.", "Sur President, jingħad li l-consumer welfare is at the heart of well functioning markets.", "Hawnhekk l-istrateġija Ewropea terġa' tenfasizza li fejn għandek il-kwestjoni tal-welfare tal-konsumaturi, jiġifieri kif qed jgħixu, jekk hux qed ikollhom l-aċċess liberu għall-affarijiet li jistgħu jagħtuhom livell ta' għajxien diċenti, kwalita` tal-ħajja suret in-nies, dawk huma l-qalb ta' suq li jkun qed jiffunzjona tajjeb.", "Imma għall-gvern dan ma jgħodd xejn.", "Meta ssemmihomlu dawn jgħidlek li qed tagħmel il- cavallo di battaglia tal-kampanja elettorali.", "Come on, ejja ħalli nikbru, ejja ħalli nkunu maturi u responsabbli politikament u npoġġu bil-qiegħda fuq dawn l-affarijiet.", "Il-partiti għandu jkollhom missjoni waħda nazzjonali.", "Sfortunatament il-gvern f'20 sena tant rabba kallu li qed jiġi jaqa' u jqum b'mod komplet.", "Għan ieħor ta' din l-istrateġija huwa \"to protect consumers effectively from the serious risk and threat that they cannot tackle as individuals.", "A high level of protection against this threat is essential to consumer confidence.\"", "Hawnhekk hawn l-enfasi tal-ħtieġa li l-konsumatur ikun protett.", "Biex se tipproteġih?", "Se tipproteġih bi strutturi effettivi u hawn nerġa' ndur fuq l-istrutturi.", "F'dan il-pajjiż neqsin minn strutturi effettivi.", "Aħna ħriġna bil-proposti fejn għedna li għandna nagħmlu moniteraġġ.", "Anke din il-kwestjoni tal-moniteraġġ fl-istrateġija hija ċentrali.", "Ejja nitkellmu ċar, il-kliem \"moniteraġġ\" u \"market surveillance\" huwa kliem tipiku ta' min verament ikollu għal qalbu l-interessi tal- konsumaturi.", "L-istrateġija Ewropea titkellem b'mod kontinwu dwar dan imma l- gvern xejn.", "Aħna bħala partit għednielu li l-ewwelnett biex tagħmel dan irid ikollok strutturi effettivi u mgħammra bir-riżorsi li hemm bżonn.", "Kemm hemm nies li huma mħarrġa fid-diviżjoni?", "Mhux għax jien inkun fil- public service ifisser li jien tajba biex naħdem fid-diviżjoni tal-kummerċ ġust imma n-nies iridu jkunu mħarrġin.", "Kemm offrejtu opportunita` ta' taħriġ lin-nies li hemm hemmhekk?", "Kemm għandkom nies li qegħdin jaħdmu f'market surveillance u fuq moniteraġġ?", "Mhux li tagħmel moniteraġġ biss jgħodd imma li tagħmel riċerka u affarijiet oħrajn.", "Trid tkun proattiv.", "Il- ministru għoġbu jsemmi xi prezzijiet li xandar il-partit Laburista u hawnhekk ġibt żewġ kaxxi ta' l-istess mediċina Eltroxin.", "Dawn huma tablets importanti ħafna u m'humiex xi mediċina li teħodha darba f'mitt qamar.", "Fil- fatt din il-mediċina tittieħed għal kondizzjonijiet mill-aktar komuni.", "Fi żmien erba' ġimgħat din il-mediċina għoliet minn 63c għal 82c li jiġu €1.92.", "Aktar 'il quddiem din se nqegħedha fuq il-mejda tal-Kamra biex issa l-Ministru Galea jinvestiga għaliex għoliet daqshekk f'erba' ġimgħat.", "Sfortunatament dan il-gvern veru sar kummiedja.", "Qed ngħid sfortunatament għax kieku sar kummiedja u qed jaffettwa lilu nnifsu biss ma jimpurtax imma bl-aġir tiegħu qed jaffettwa lill-poplu Malti u Għawdxi kollu.", "Kellu jkun Frans Ghirxi, l-editur ta' \"l-orizzont\", fuq il-fosos tal-Furjana fil-festa ta' l-indipendenza biex lill-prim ministru jgħidlu li kaxxa pilloli nxtrat minn xi pajjiż fl-Unjoni Ewropea - ma nafx jekk kienx l-Italja – bi prezz inqas minn Malta!", "Alla jbierek minn hemm skatta eżerċizzju sħiħ biex jagħmlu evalwazzjoni tal-mediċina u qalulna li sabu madwar 40 mediċina bi prezz aktar għoli milli suppost.", "Sal-lum ħlief nofs tuzzana fuq il-gazzetta ma rajtx li ġegħluhom iraħħsu.", "U meta ġejjin bir-rapporti?", "Mill- indipendenza 'l hawn jiġifieri minn Settembru għaddew madwar erba' xhur oħra.", "Meta se jiġu bir-riżultat ta' x'għamlu rigward market surveillance, moniteraġġ fuq il-kwestjoni tal-prezzijiet tal-mediċina?", "Il-mediċini ma tistax tgħaddi mingħajrhom.", "Il-marid irid ifiq imma min m'għandux flus u qed ikun mgħaffeġ bi prezzijiet esaġerati tal-mediċini qed ikollu jibqa' bla mediċina jew ikollu jissellef biex jixtri l-mediċina għax lanqas tgħid għamlu xi sostituzzjoni fejn qed jagħtu l-mediċina b'xejn.", "Lanqas min hu eliġibbli m'hu qed isib il-mediċina b'xejn fl-isptarijiet u mill-kliniċi tal-gvern, aħseb u ara dawn in-nies b'mezzi limitati.", "Igħidulna x'kien ir-riżultat mhux kulma rajt huma sitt mediċini msemmijin fil-gazzetta u daqshekk.", "Igħidulna kemm-il mediċina fil-verita` sibtu li suppost kellha torħos, meta roħsot u jekk kienx hemm xi rimedju għall- konsumatur.", "Min diġa` nsteraq ma tistgħux tagħtuh rimedju.", "Irid ikollna strutturi effettivi fil-pajjiż li jipproteġu lill-konsumatur u d-drittijiet tagħhom.", "Irid ikun hemm ir-riżorsi u l-investiment f'dawn l-istrutturi u jrid ikun hemm gvern li jkun politikament responsabbli bir-rieda u s-sinsla li jkollu l-oġġettiv ġenwin li jmexxi.", "Min itellfu m'għandux jagħti kasu jew jibża' minnu.", "Dan il-gvern m'għandux minn dan u għalhekk il-partit Laburista llum jiftiehem aktar man-nies.", "Dak li konna ngħidu għaxar snin ilu għadna ngħiduh b'ċerta saħħa pero` sfortunatament dan il-gvern ma tgħallem xejn anzi l-affarijiet tajbin tal-gvernijiet Laburisti kissirhom u ħarbathom minflok bena fuqhom.", "Nixtieq insemmi xi prijoritajiet li għandha din l- istrateġija u fosthom hemm \"better monitoring of consumer markets and national consumer policies\" jiġifieri dak il-moniteraġġ li konna qegħdin ngħidu tal-konsumatur u l-moniteraġġ tan-national consumer policies.", "Irrid nistaqsi u nittama li l-ministru jagħtini risposta dwar xi studji qed isiru min-naħa tad-diviżjoni tal-kummerċ ġust.", "Dan l-aħħar il-prim ministru ħareġ jiftaħar li l-NECC tant ħadem tajjeb li se nagħmluh qisu awtorita` jew aġenzija għall-ħarsien tal-konsumatur.", "Dan se jibda jinforma lill-konsumatur.", "Issa hawnhekk nixtieq nistaqsi: Meta se jibda?", "Bir- rispett kollu, min b'xi mod ħareġ mill-pajjiż u forsi diġa` ħadem bl-ewro jkun sabha faċli li jibda jixtri bl-ewro imma lanqas naf kemm iltqajt ma' nies li sfortunatament għadhom imgerfxin u mħawdin.", "Dan qed ngħidu għax kont nippretendi li x-xogħol ta' l-NECC jmur aktar minn hekk.", "Għallinqas jinżel fil-livelli l-aktar 'l isfel.", "Naf li kienu qegħdin jagħtu xi taħdidiet f'xi komunitajiet imma fil-fehma tiegħi l-NECC kellu bżonn jidħol ħafna iktar fuq livell komunitajru u jispjega u jipprova jgħallem lin-nies mhux straħ fuq in-nies tal-ħwienet.", "Sur President, kif qed insemmi lil tal-ħwienet, nixtieq insellmilhom minn hawn għall-biċċa xogħol kbira li għamlu għax, fil-fehma tiegħi, huma ġarrewha l-bidla għall-ewro.", "Dawn għamluha ta' kolletturi tal-banek mingħajr kumpens ta' xejn u f'kull ħanut li nidħol dejjem insib lil xi ħadd minn tal-ħanut jispjega lil xi konsumatur kemm ġieħ il-kont u kif irid iħallas bl-euros.", "Bir-rispett kollu, l-inizjattiva FAIR kienet xi ħaġa tajba ħafna imma dan il-kumitat xogħlu għadu ma waqafx u għandu jibqa' għaddej, jiġifieri issa ma nispiċċawx nissantifikaw ix-xogħol ta' dan il- kumitat, kif għamel il-prim ministru li qal li issa se jsir speċi ta' awtorita` biex jinforma lill-konsumatur.", "Sur President, tan-naħa l-oħra rredikolaw il-proposti tal-partit Laburista fuq l-istrutturi u qalulna li dawn diġa` qegħdin hemm.", "Madwar ħames snin ilu, meta konna qegħdin nikkonformaw il-leġislazzjoni tagħna mad-direttivi ta' l-acquis communautaire ta' l-Unjoni Ewropea u jien kont il-kelliem ewlieni dwar dan il-qasam u Dr George Hyzler kien ippilota l-consumer legislation min-naħa tal-gvern, meta konna niġbdu l-attenzjoni tal-gvern għal ċerti affarijiet, jien minjaf kemm-il darba tkellimt fuq dik li kienu qegħdin jgħidulha riforma f'din id-diviżjoni.", "Kont nistaqsi dwar din ir-riforma għax kulma sar kien qisu musical chairs.", "Dakinhar fid- diviżjoni kienu daħħlu ċerti nies li kienu forsi aktar ħbieb minn ħbieb oħra.", "Illum meta nitkellmu fuq strutturi l-ewwel ipprovaw jirredikolawna għax qalu li hemm biżżejjed strutturi biex imbagħad tliet ġimgħat ilu l- Prim Ministru Gonzi qalilna li l-NECC tant ħadem tajjeb li se nagħmluh awtorita` jew aġenzija biex tħares il-konsumaturi.", "Hawnhekk wieħed jibda jgħid: Imma jien f'Malta qed ngħix?", "Erbat ijiem ilu dawn ma kenux qegħdin jgħidu li aħna qegħdin ngħidu l-ħmerijiet bħala partit!", "Issa kif m'għadhomx ħmerijiet?", "Issa dawn lanqas spjegaw x'se jagħmel u x'mhux se jagħmel dan l-NECC.", "Dawn il-mistoqsijiet ikollok tagħmilhom mhux biex tkun fiergħa imma fl-interess tan-nies.", "Għax x'se jiġri?", "X'se jiġri meta l-NECC taqleb ir-rwol tagħha għal xi aġenzija jew awtorita` għall-protezzjoni tal-konsumaturi?", "Id-diviżjoni tal-kummerċ ġust se tiddupplika x-xogħol jew veru l-istrutturi li hemm illum, kif qed jgħid l-Onor.", "Alfred Sant u l-partit Laburista, m'humiex effettivi u hemm bżonn shake-up?", "Dawn għandhom ikunu rġiel u nisa u jgħidu l-verita` għax il- poplu għandu dritt għas-sodisfazzjon ta' dak li jkun qed jintqal u ta' dak li l-gvern ikun qed jipproponi biex iwettaq mhux inħallu l-affarijiet fl- arja u nipprovaw nirredikolaw il-proposti tal-partit Laburista biex imbagħad jirkbu fuqhom huma ħalli taparsi l-affarijiet għamluhom huma!", "Jalla kull proposta li għandna twettquha għax għall-grazzja ta' Alla m'aħniex neqsin mill-ideat u l-proposti fl-aħjar interess tal-poplu Malti u Għawdxi.", "Għal kull waħda li teħdulna biex twettquha bis-serjeta`, għall- grazzja ta' Alla, għandna ħafna aktar x'nistgħu nipproponu u x'beħsiebna, jekk Alla jrid, inwettqu meta nkunu fil-gvern.", "Jien nippretendi li l- Ministru Ċensu Galea jgħidilna x'tip ta' studji saru mid-diviżjoni tal- kummerċ ġust ħalli nkunu nafu din l-istruttura tal-gvern kemm hija effettiva u x'ġid qed tagħmel.", "Għaliex sal-lum ma ssirx pubbliċita`.", "Ara, per eżempju, il-fair competition office fl-Ingilterra, m'għandhomx bżonn lill-gvern biex jixprunahom u lanqas għandhom bżonn l-Unjoni Ewropea biex tgħidilhom x'għandhom jagħmlu.", "Dawn bl-aktar mod proattiv, kif ixommu issue, - dawn qed jimmoniterjaw lil kulħadd għax jagħmlu market surveillance kontinwu - jaqbdu u jirriċerkaw, jagħtu l-pariri lill- konsumaturi mill-ewwel u jieħdu passi kontra dawk il-kumpanniji jew dawk l- individwi li jkunu qegħdin jabbużaw bħala suppliers jew inkella bħala bejjiegħa ta' dak it-tip ta' prodott jew servizz.", "Nixtieq insemmi wkoll il-kwestjoni li qed titkellem fuqha l-istrateġija ta' l-Unjoni Ewropea, dwar better enforcement and redress.", "Hawn qed jingħad hekk:", "\"The previous strategy placed a strong emphasis on enforcement and this will continue.\".", "Mela l-istrateġija ta' l-Unjoni Ewropea li għalqet fis-sena 2006 waddbet enfasi kbira fuq l-inforzar u qed tgħid li l-aspett ta' inforzar fi kwalunkwe politika ta' konsumatur irid jibqa' jkun enfasizzat.", "Jien ngħid li aħna għadna lanqas bdejna.", "Jien ftit ilu kont qiegħda nitkellem fuq il- kwestjoni tal-mediċini.", "Per eżempju, wara li Frans Ghirxi ressaq l-ilment tiegħu fuq xi mediċini lill-prim ministru fl-Indipendenza fuq il-fosos tal- Furjana għadna lanqas nafu x'ġara minn dawk il-prezzijiet tal-mediċini li suppost il-gvern wiegħed li se jistħarreġ dwarhom.", "Jien nistaqsi: L- inforzar tal-gvern kemm ilu li għamel ir-riforma fid-diviżjoni tal-kummerċ ġust?", "Kemm ilna li armonizzajna ma' l-acquis communautaire u għaldaqstant ħadna on board il-qafas legali tal-konsumaturi fuqna wkoll bħala parti mill- Unjoni Ewropea, kif ħadmet l-enforcement section, jekk teżisti?", "U issa bl- istrateġija l-ġdida għas-snin bejn l-2007 u l-2013 x'tip ta' tisħiħ fit- taqsima ta' l-inforzar se jkollna?", "B'hekk inkunu nafu x'qed jiġri u jekk dawn l-istrutturi humiex effettivi jew le.", "Imbagħad din l-istrateġija taħt il-kwestjoni ta' l-inforzar u r-redress tkompli tgħid li:", "\"The application of consumer law calls from action from many actors; consumers, traders, the media, consumer NGOs, self-regulatory bodies and public authorities.\".", "S'issa jien għamilt enfasi fuq il-public authorities għax jien dejjem nemmen illi l-eżempju jkaxkar u l-eżempju l-ewwel ma jrid jagħtih huwa l- gvern.", "U hawnhekk forsi nieħu l-opportunita` li nindirizza ruħi lill- konsumaturi Maltin.", "Huwa importanti li l-konsumaturi Maltin ma jkunux complacent, ma jaċċettawx l-affarijiet qisu m'hu qed jiġri xejn.", "Dan huwa importanti ħafna għaliex iridu jkunu huma.", "Meta jkollok gvern rieqed huwa l-poplu li jrid iċaqilqu u f'dan il-każ għandna gvern rieqed u lanqas għandu rieda politika biex jimxi 'l quddiem.", "L-element ta' viġilanza minn naħa tal-konsumaturi, f'dan il-każ, irid ikun ħafna aktar qawwi minn żmenijiet oħra.", "Jien inħeġġeġ lill-konsumaturi Maltin u Għawdxin biex jingħaqdu fl-għaqda tal-konsumaturi għax fl-għaqda, kif dejjem jingħad, dejjem kien hemm is- saħħa.", "Hemm bżonn inkunu protetti, hemm bżonn li l-konsumaturi Maltin jagħrfu d-drittijiet tagħhom u jkunu protetti anke fl-għaqda tal- konsumaturi.", "Għaliex?", "Għax illum aħna ngħixu f'forzi tas-suq u meta jkollok gvern dgħajjef, gvern li jiddejjaq li jikser għonqu ma' ċerti nies, bilfors inkunu esposti għal ċerti sitwazzjonijiet.", "Dan il-gvern biegħ ruħu għall-forzi tas-suq u allura aktar u aktar il-konsumaturi Maltin u Għawdxin huma esposti għal ċerti affarijiet.", "Għalhekk nappella biex il-konsumaturi Maltin u Għawdxin jingħaqdu fi ħdan l-għaqda tagħhom.", "L-istess in-nies tan- negozju.", "Hawnhekk nixtieq nagħmel appell lin-nies tan-negozju onesti li huwa importanti li jħarsu l-politika tal-konsumatur u anke huma jimmilitaw biex dejjem ikun hemm kompetizzjoni ġusta.", "Dan għaliex meta ma jkunx hemm kompetizzjoni ġusta mhux biss il-konsumatur imur minn taħt imma jmorru minn taħt ukoll in-nies tan-negozju onesti.", "Tisma' b'ħafna affarijiet dwar x'jiġri f'dan il-qasam u għalhekk hawnhekk irrid nappella li l-għaqdiet tan-nies tan-negozju jimmilitaw ukoll biex ikollna kompetizzjoni ġusta f'dan il-pajjiż ħalli l-membri tagħhom onesti jkunu jistgħu jkomplu b'xogħolhom u jimxu 'l quddiem.", "Huwa importanti wkoll li l-media tagħti s-sehem tagħha f'dan ix-xogħol.", "Fl-istess waqt imbagħad hemm il-kwestjoni tal-NGOs.", "Hemm bżonn li l-NGOs jissaħħu u l-NGOs fil- qasam tal-konsumatur ma jistgħux jissaħħu għax imorru jġibu l-isponsorships mingħand in-nies tan-negozju.", "Dawn iridu jissaħħu billi l-gvern jinvesti wkoll fondi pubbliċi għall-proġetti tagħhom.", "Dak huwa l-mod kif l-għaqdiet tal-konsumaturi jistgħu jimxu 'l quddiem f'dan il-pajjiż u dan mhux hawnhekk biss imma kullimkien.", "L-għaqdiet tal-konsumaturi ma jistgħux, bħal għaqdiet oħrajn, imorru jieħdu sponsorship mingħand xi industrija, għax dik hija unethical, ma tistax tagħmilha għax inkella inti tkun qed tirriskja li tkun qisek – ħalli ngħidha bil-Malti – qed tinxtara.", "Allura jridu jkunu l-fondi pubbliċi li jsostnu lil dawn l-għaqdiet.", "Xi ħaġa oħra li rrid insemmi - din għandha rilevanza kbira għal sitwazzjoni tagħna bħala Malta - hija li din l-istrateġija ta' l-Unjoni Ewropea titkellem ukoll fuq putting consumer at the heart of other EU policies and regulations.", "Din tgħid hekk: \"There are two main issues to be addressed.", "(1) While liberalization of essential services has delivered considerable benefits for most consumers, safeguards will continue to be needed for the few for whose market do not work.\".", "Din l-istrateġija tammetti li l-liberalizzazzjoni ta' ċerti servizzi essenzjali jistgħu jħallu ċerti benefiċċji għall-konsumaturi u jrid ikun hemm safeguards kontinwi għal dawk il-ftit li għandhom swieq żgħar bħall- każ tagħna, fejn iċ-ċirkostanzi tagħna huma partikolari.", "Aħna suq żgħir ħdejn it-Taljani, ħdejn il-Franċiżi u ħdejn il-Ġermaniżi.", "Il- liberalizzazzjoni u l-kompetizzjoni jistgħu jaħdmu tajjeb f'kull ċirkostanza imma fil-każ tagħna le.", "Għalhekk f'dawn iċ-ċirkostanzi, l- istrateġija ta' l-Unjoni Ewropea f'dik li għandha x'taqsam politika tal- konsumatur tgħid li filwaqt li l-liberalizzazzjoni ta' ċerti servizzi essenzjali jistgħu jħallu ċerti benefiċċji għall-konsumaturi, irid ikun hemm is-salvagwardji.", "Hawnhekk l-Unjoni Ewropea, fil-fehma tiegħi, qed tiftaħ tieqa ġdida li tagħti konfort.", "L-Unjoni Ewropea bdiet b'pajjiżi kbar, pajjiżi li l-qagħda ekonomika tagħhom hija differenti minn tagħna u s- swieq tagħhom huma kbar u allura hemm għadd ta' regolamenti li għalina huma libsa żewġ sizes akbar milli fil-fatt nilbsu.", "Fil-fehma tiegħi, l-Unjoni Ewropea qed tkun sensittiva ħafna għal swieq bħal tagħna u dan huwa konfort għalina speċjalment quddiem il-politika tal- partit Nazzjonalista li qed jiġi jaqa' u jqum f'ħafna affarijiet.", "Dan għaliex l-Unjoni Ewropea qed tagħti salvagwardji li jgħoddu għall- parkolarita` tagħna ta' poplu żgħir.", "Imbagħad l-istrateġija li qed nindirizzaw tkompli hekk:", "\"Affordable access to essential services for all is both essential for a modern and flexible economy but also for social inclusion.\".", "Żgur li din tgħodd għaċ-ċirkostanzi tagħna.", "X'qed jgħid hawn?", "\"Affordable access to essential services\".", "Hija meħtieġa l-affordabilita` għas- servizzi essenzjali u hawnhekk jien se nsemmi l-kwestjoni tas-surcharge.", "Jien kull ġurnata niskanta u niċċassa bl-insensittivita` ta' dan il-gvern.", "Fejn tista' tasal aktar milli tiġik familja u tgħidlek li marret hi stess il-Water Services Corporation biex jaqtgħulha l-meter għax ma tistax taffordja l-kontijiet tad-dawl u l-ilma!", "Il-gvern Nazzjonalista jilgħabha taċ-champion ta' l-Unjoni Ewropea f'dan il- pajjiż u jridu mingħalihom iċekknu lilna fuq affarijiet li bir-raġun kollu nitkellmu dwarhom meta fil-fatt huma l-aktar nies li qed jagħmlu dispett lill-istess Unjoni Ewropea.", "Ftit tas-snin ilu, fis-sena 2004 jew 2005, jekk m'iniex sejra żball, jien attendejt għal seminar ġewwa Ċipru organizzat minn aġenzija ewlenija ta' l-Unjoni Ewropea, il-foundation for living and working condition.", "Din l-aġenzija għamlet riċerka dwar benchmarks ġodda ta' kif tagħmel kalkolu ta' faqar u esklużjoni soċjali.", "Fost dawk il-benchmarks stabbiliet – issa nittama li ma jkunx hawn xi ħadd min-naħa l-oħra li jqum imerina wkoll - li meta inti għandek familja li qed titħabat biex tħallas il-kontijiet tad-dawl u l-ilma, li huwa wieħed mis- servizzi li inti ma tistax tgħix mingħajrhom, dak ifisser faqar.", "Imma dawn l-affarijiet ma jgħoddux għan-naħa tal-gvern Nazzjonalista, iċ- champion ta' l-Unjoni Ewropea.", "Issa ħalliha li la jien u lanqas ħadd mill- partit Laburista ma nħossuna inferjuri ħdejhom.", "Ara dawn l-affarijiet, qatt ma smajniehom min-naħa l-oħra.", "Jien dawn l-affarijiet ili ngħidhom minn meta smajthom l-ewwel darba u għamilt il-mistoqsijiet tiegħi fejn kelli nagħmilhom.", "Fil-fehma tiegħi, din hija irresponsabbilta`.", "Jien qed ngħidilkom li ġew ifittxuni membri ta' familja li marru huma stess il- korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma biex jgħidulhom jaqtgħu s-servizz ta' l-ilma u d-dawl għaliex m'għandhomx biex iħallsu.", "Dan minkejja li hawn għandna l-istrateġija għas-snin bejn l-2007 u l-2013 ta' l-Unjoni Ewropea li qed titkellem ċar li huwa essenzjali li jkollna aċċess affordabbli għall- essential services for all. Imisshom jistħu, Sur President.", "Bir-raġun ma ġewx b'din l-istrateġija biex niddiskutuha hawn ġew!", "Ġabulna biss id-direttiva biex idaħħluha fil-leġislazzjoni Maltija.", "Bir-raġun għax għandhom biex jistħu.", "Qalulha lill-Kummissarju Kuneva fiex qegħdin il- familji Maltin?", "Mhux billi l-ministru hawnhekk fis-seduta tal-ġimgħa li għaddiet ġie jgħidilna li aħna għedna ċerti affarijiet.", "Per eżempju, jien nixtieq nistaqsi jekk Kuneva hijiex kuntenta bl-istruttura li għandna.", "Għedtulha l-verita`?", "Għedtulha li hawn nies li meta jħallsu l-kontijiet tad-dawl u ta' l-ilma għax m'għandhomx mezzi biżżejjed għax jgħixu bil- minimum wage jew b'part-time work bħala primary job, jispiċċaw lanqas ikollhom biex jieklu matul dak ix-xahar sakemm jergġħu jieħdu ċ-ċekk tal- paga?", "Għedtulhiela din ħalli tkun taf il-Kummissarju Kuneva li intom qed tiġu taqgħu u tqumu u qed tgħaddu lill-Unjoni Ewropea minn għajn il-labra?", "Dan m'huwiex sew u l-gvern imissu jkun responsabbli.", "Imbagħad jieħdu għalihom meta ngħidu l-verita`!", "Jieħdu għalihom għax ngħidulhom biex ikunu responsabbli u għax ngħidulhom li m'għandhomx rieda politika.", "Jieħdu għalihom ukoll meta ngħidulhom li l-qasam tal-konsumatur qed jittrattawh bħala s-cinderella tal-kumplament.", "Jieħdu għalihom u jgħidulna li qed nużaw l-għoli tal-ħajja bħala l-cavallo di battaglia.", "Dan m'huwiex il-cavallo di battaglia għall-elezzjoni ġenerali imma se jibqa' l-cavallo di battaglia għal kull mument fil-ħajja politika tagħna għax ma nistgħux nagħlqu għajnejna u ma nħarsux lejn is-sofferenzi u t-tbatijiet ta' għoli tal-ħajja li m'huwiex ġej minħabba l-prezzijiet ta' barra biss.", "Allura għalfejn il- prezzijiet ta' l-Unjoni Ewropea m'humiex sploduti bħal tagħna?", "Għaliex parti mill-għoli tal-ħajja huwa dovut ukoll għat-taxxi li għabbew fuq in- nies, għall-burokrazija li taparsi jitkellmu kontra tagħha imma jkomplu jkabbruha minn ġurnata għal oħra kif ukoll għall-VAT li tellgħu minn 15% għal 18%.", "Sur President, jien nittama li l-Ministru Galea fl-għeluq tad-diskors tiegħu jgħidilna fiex waslu dwar il-commitment li għandna bħala Malta li daħħluna fih li fis-sena 2010 rridu ndaħħlu l-VAT ta' 5% fuq l-ikel u l- mediċini.", "Jgħidilna fiex waslu għax dik ukoll għandha x'taqsam ma' consumer welfare u ma' wieħed mill-prinċipji ewlenin li fuqhom hija mibnija l-istrateġija ta' l-Unjoni Ewropea.", "Nagħlaq billi nitlob il-permess biex inqiegħed xi mediċini fuq il-mejda tal-Kamra.", "MR SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO PRECA: Sur President, inqiegħed fuq il- mejda tal-Kamra:", "Żewġ kaxxi ta' Eltroxin 50 mcg ta' 28 pillola tad-ditta Goldshield li juru d-differenza fil-prezz ta' meta nxtraw.", "MR SPEAKER: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Noel Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Sur President, f'diskussjoni dwar abbozz ta' liġi bħal dan, bħala oppożizzjoni ma nistgħux ma nsemmux sitwazzjonijiet kurrenti li qed jesperjenza l-konsumatur minħabba l-politika falza ta' dan il-gvern Nazzjonalista mmexxi mill-Prim Ministru Lawrence Gonzi.", "Ftit taż- żmien ilu bħala kelliem ewlieni dwar is-settur tal-biedja jien żvelajt li minkejja li għandna ħafna ftaħir li qegħdin nissussidjaw l-agrikoltura b'aktar minn Lm1 miljun, spiċċajna biex l-industrija tal-produzzjoni tal- laħam frisk tad-dundjan marret il-baħar.", "Fl-opinjoni tagħna dan kien diżrispett lejn id-drittijiet tal-konsumatur u lejn id-drittijiet tal- produttur inkluż tal-proċessuri li flimkien ifornu s-suq.", "Il-gvern ħareġ jgħid li tkabbru 3,600 dundjan kontra dak li qed issostni l-oppożizzjoni meta nafu li din l-industrija kienet tlaħħaq medja ħafna akbar.", "Għall-ewwel darba fl-istorja ta' pajjiżna l-konsumatur Malti kellu jsib ma' wiċċu prodotti importati, maqtula barra u ffriżati.", "Hawnhekk jien nisfida lill-gvern biex jikkonferma li f'pajjiżna m'għandniex biċċerija konformi mal-liġijiet ta' l-Unjoni Ewropea biex isir is-slaughtering ta' dawn id- dundjani.", "Dan qed ngħidu biex inkompli nikkonferma l-kritika ta' din in- naħa tal-Kamra dwar il-mod żleali u falz li dan il-gvern qed jittratta d- drittijiet tal-konsumatur f'pajjiżna.", "Sur President, irrid infakkar il-mod ta' kif irridu nindirizzaw aktar l-issue tal-value for money.", "F'pajjiżna daħlet kultura minn wara s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea li ħafna prodotti ta' l-ikel jidħlu ta' kwalita` li tagħmel tajjeb għall-competitive edge li jkun aċċessibbli fis-suq lokali.", "X'jiġifieri?", "Per eżempju, għandek ċerti prodotti li jkunu ta' kwalita` għolja pero` meta jiġu importati dawn ikun hemm magħhom ukoll prodotti ta' kwalita` inferjuri.", "Dan narawh fil-każ taċ-ċanga.", "Per eżempju, it-tradizzjoni kienet li mill- pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea nimportaw ċanga tal-barri biss għax il- ġenetika tal-barri ma tipproduċix il-frieħ u l-ħalib bħalma tipproduċi l- ġenetika tal-baqra u allura l-laħam tal-barri jkun ta' kwalita` aħjar.", "Illum insibu li fis-suq qed jidħol laħam li mhux qed ngħid li huwa ħażin, imma m'huwiex daqstant ta' kwalita` bħalma huwa l-laħam ta' l-għoġol.", "Regolarment tisma' ristorantiera, lukandiera u konsumaturi li jilmentaw dwar il-kwalita` tal-laħam lokali.", "Huwa importanti li meta nitkellmu fuq id-drittijiet tal-konsumatur insegwu dejjem il-value for money.", "Per eżempju, riċentement l-Unjoni Ewropea, għal raġunijiet marbuta mal-politika tagħha, waqqfet l-importazzjoni tal-laħam mill-Brazil.", "Dan ifisser li l- prezz tal-laħam u aktar 'il quddiem numru ta' prezzijiet ta' laħam abjad ieħor fosthom tiġieġ u majjal ikollu jogħla minħabba d-domanda li tinħoloq.", "Ċirkostanzi bħal dawn iridu jkunu analizzati b'iktar reqqa, b'iktar professjonalita` u dan għal numru ta' raġunijiet.", "Għalkemm aħna membri fl- Unjoni Ewropea, l-ekonomija ta' pajjiżna hija dik li hi.", "Barra minn hekk, aktar ma jgħaddi żmien aktar qed innaqqsu u mhux inżidu l-produzzjoni ta' l- ikel.", "Barra dawn in-nuqqasijiet għandna wkoll l-industrija tat-turiżmu li minħabba numru ta' fouls li għamel f'diversi oqsma l-gvern Nazzjonalista, tinsab bl-ankri ma' saqajha.", "Irridu noqogħdu attenti wkoll għall-mod kif jiġu handled ċerti prodotti fis-suq.", "Per eżempju, riċentement - se nsemmi dan il-prodott għax il-prim ministru semma kemm il-poplu jieħu pjaċir imur jimxi mal-kosta u jiekol borża karawett – xkora karawett minn Lm15 jew Lm17 għoliet għal Lm35.", "Hemm numru ta' fatturi għaliex qed jikontribwixxi għal dan l-għoli ta' prezzijiet pero` huma x'inhuma dawn ir-raġunijiet, ikun inutli għalina li naġġornaw irwieħna mad-direttivi prinċipali ta' l-Unjoni Ewropea jekk ma nqisux il-value for money.", "Ikun inutli jekk ma nqisux kemm qed jieħu l-poplu għal dak li jkun qed iħallas.", "Rajna wkoll ruxxmata ta' mediċini li jistgħu jinxtraw bi prezzijiet aktar kompetittivi, li minħabba direttivi ta' l-Unjoni Ewropea ma nistgħux insibuhom aktar fis-suq.", "Rajna wkoll numru ta' kontrolli fuq l- importazzjoni ta' l-ikel u dan laqatna b'mod negattiv għax aħna pajjiż importatur nett.", "Sur President, dawn huma kollha fatturi li kkontribwew u kkawżaw nuqqas ta' kontroll f'dak li huwa għoli tal-ħajja.", "Qed nagħmel riferenza għal dawn l-affarijiet għax irridu nżommu f'moħħna li meta jogħla l-għalf għat-trobbija tat-tjur u trobbija tal-bhejjem, jogħla wkoll l-ikel li nieklu u dan idgħajjef is-saħħa tal-familja u tal-konsumaturi Maltin u Għawdxin.", "Għandi nifhem li din is-sitwazzjoni trid tiġi ffokata aktar.", "Irid ikun hemm nies iktar professjonisti li din id-darba mhux juru biss l- ittri li għandhom wara isimhom imma juru l-abilita`, ir-realta` u jipprovaw isibu bilanċ.", "Qed ngħid hekk għax huwa evidenti li aktar ma jgħaddi żmien, is-saħħa tal-paga u tal-pensjoni qed tonqos b'mod li mhux qed tħalli lill- konsumaturi jsostnu ċerti drittijiet fundamentali.", "Dawn huma wkoll constraints marbuta mal-cost of production u dan kollu wieħed irid janalizzah bi profondita` kbira.", "Din l-analisi għandha ssir għax aħna dejjem ngħidu li rridu soċjeta` aktar inklużiva u li nemmnu fid-drittijiet tal-konsumaturi li jkollu għażla ħielsa.", "Jien ngħid li pajjiżna, minn wara s-sħubija 'l hawn, kellu numru ta' vantaġġi pero` esperjenza wkoll numru ta' żvantaġġi u wieħed irid janalizza dan b'aktar reqqa.", "Sur President, irrid ngħid ukoll li d-drittijiet tal-konsumatur m'humiex biss li jkollok prodott ma jaħdimx u tkun tista' tbiddlu jew meta jkun hemm xiri ta' xi prodott skadut imma huma marbuta wkoll mal-kwalita`.", "Bil-mod kif dan il-gvern qed imexxi l-politika tiegħu ħafna drittijiet tal- konsumaturi waqgħu lura.", "Dan minħabba l-fatt li dan il-gvern mhux qed jirnexxielu jerfa' l-piż li daħal għalih.", "Per eżempju, minħabba t- traskuraġni u l-inkompetenza tiegħu dan il-gvern waqqaf numru ta' inizjattivi ta' investiment relatati mal-konsumatur jiġifieri mal-kwalita` tal-prodott u mad-dritijiet tal-konsumatur.", "Per eżempju, il-pjan għall- iżvilupp rurali li kellu jersaq u jiġi approvat is-sena l-oħra ttardja sena.", "Mhux il-flus tlifna, imma tlifna sena, għax il-flus minflok ġew disponibbli għall-investiment f'pajjiżna fl-2007 se jiġu fl-2008.", "Għalhekk tlifna sena ta' investiment u ristrutturar importanti biex ngħollu l- kwalita` tal-prodott lokali.", "Sur President, meta l-politika tal-gvern taqa' lura allura qegħdin jaqgħu lura numru ta' drittijiet.", "Il-gvern irid iħares pass 'il quddiem.", "Il- gvern irid ikun dik l-għodda u dak il-mekkaniżmu li jkollu forecast.", "U mhux l-ewwel nidħlu fil-ħajt imbagħad noqogħdu nagħmlu l-faxex.", "Nagħmlu l- analiżi wara li nkunu dħalna fil-ħajt.", "Id-drittijiet tal-konsumatur kulma jmur qegħdin f'ċertu sens jimxu 'l quddiem f'dak li hu l-aspett leġislattiv imma mbagħad fin-normi tal-prattika, fin-normi ta' saħħa ta' flus, fin- normi ta' konsum, fin-normi ta' value for money tajjeb jew ħażin qed jaqgħu lura.", "Il-konsumatur qed ikun espost għas-suq u għal ċirkostanzi li ebda gvern u oppożizzjoni ma jifhmu kif seħħew.", "Nasal biex ngħid li jekk il- ministeru responsabbli mhux se janalizza din is-sitwazzjoni bis-serjeta`, se jkollna problemi aktar serji fix-xhur u fis-snin li ġejjin għax imbagħad niġu f'sitwazzjoni fejn jekk inkunu rridu nsostnu l-kompetittivita`, il- value for money u d-drittijiet tal-konsumatur mhux se jibqa' spazju għall- profittabilita`.", "U meta ma jibqax spazju għal profittabilita` tajba bilfors jonqos il-valur.", "Jien nista' nieħu eżempju ta' lukanda li minħabba constraints ta' budget għal dak li hu food and beverage, ma tkunx tista' ssib il-kwalita` ta' prodott biex it-turist joħroġ sodisfatt.", "L-istess jista' jingħad għall- butcher shops, għall-grocers u għas-supermarkets.", "Ħafna pajjiżi fl- imgħoddi għaddew minn esperjenza fejn kont tidħol u ssib li numru ta' affarijiet huma żlugati, qisu għandek siġġu li poġġejt fuqu u ma tħossokx fis-sod.", "Irridu noqogħdu attenti għax kulma jmur il-konsumatur riesaq lejn din is-sitwazzjoni.", "Dan qed jiġri għax jidher li hemm ċerti weaknesses fl- istrutturi mħejjija minn dan il-gvern.", "Hemm ċerti nies li dan l-element mhux qed iħossuh imma b'kull rispett dawn huma sinjali li veru li huma diffiċli biex titkellem fuqhom u biex timmoniterjahom pero` at the end of the day huma fid-dmir u fir-responsabilita` li jimmoniterjawhom u jifhmu s- sinjali tagħhom.", "Sur President, ma jistax ikollok nies impjegati mit-taxxi tal-poplu jgħidu li l-oppożizzjoni ma tafx x'inhi tgħid meta tgħid li l-industrija tad- dundjan marret il-baħar.", "Ta' min jgħid li għall-festi tal-Milied u ta' l- Ewwel tas-Sena mhux talli ma kabbarniex 40,000 u 50,000 dundjan frisk - bejn Malta u Għawdex - għas-suq lokali talli kellna nimportaw prodott barrani ffriżat u kellna nagħmlu slaughtering tagħhom f'impjanti li m'humiex approvati skond l-istandards ta' l-Unjoni Ewropea.", "Dan huwa mod kif nidħku bil-konsumatur.", "Dawn huma dikjarazzjonijiet foloz.", "Aħna ma nistgħux nikkreaw issue falza, politika falza u jkollna riżultat tajjeb.", "Il- gvern u dawk kollha li qed jagħmlu dawn ir-rapporti għandhom jifhmu li ma jistgħux jibnu xi ħaġa li ma teżistix meta mbagħad fl-istess nifs jippretendu li d-drittijiet tal-konsumatur qed ikunu sostnuti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Se tibqa' in possession?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Iva.", "MR SPEAKER: Sar il-ħin.", "Il-Ministru, jekk jogħġbu, jipproponi l-Aġġornament tal-Kamra.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Sur President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tlieta, 22 ta' Jannar, 2008 fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Mozzjonijiet", "Mozzjoni li tawtorizza ż-żieda ta' lista ta' trattati u konvenzjonijiet ma' l-Att dwar il-Bastimenti Merkantili, Kap. 234.", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur - Tieni Qari (Kont).", "-----------------------------", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Amministrazzjoni ta' l-Adozzjoni - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Istituzzjonijiet Finanzjarji - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Ligi dwar ir-Reġistru Ċentrali – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Amministrazzjoni Pubblika - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att dwar Awtorita` dwar it-Trasport ta' Malta - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Evarist Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Sur President, fid-djar differenti li nidħol fihom ta' familji fl-inħawi differenti ta' Malta, waħda mill-aktar affarijiet li qed niltaqa' magħhom, li jsemmuli nies ta' opinjonijiet politiċi differenti, nies li jivvotaw għall-partiti differenti, hija l-kwestjoni tal- korruzzjoni.", "Isemmu affarijiet li jiltaqgħu magħhom huma fil-ħajja tagħhom ta' kuljum f'oqsma differenti fosthom fl-oqsma tax-xogħol u fl-oqsma tal- permessi għall-bini.", "Lili ddejjaqni ħafna l-idea li qed tinxtered li qisu ma jista' jsir xejn kontra din il-kultura ta' korruzzjoni li nxterdet u ssaħħet ħafna f'pajjiżna.", "Jien mhux l-ewwel darba li nagħmlilhom kuraġġ biex jersqu 'l quddiem jitkellmu u jressqu l-provi u l-fatti ta' dak li jkunu qed jgħidu pero` kull darba jgħiduli li jibżgħu jersqu 'l quddiem, minħabba li jibżgħu li jbatu l-konsegwenzi jekk jitkellmu u joħorġu provi fuq din il-korruzzjoni.", "Niftakar li l-partit li qiegħed fil-gvern f'elezzjonijiet differenti kien qal li se jagħmel ġlieda kontra l-korruzzjoni.", "Niftakar frażijiet li pajjiżna se jsir nadif tazza.", "Kienu jgħidu li jekk ikun hemm xi dell ta' korruzzjoni anke fuq nies responsabbli jew attivisti fil-partit Nazzjonalista jkun hemm passi mill-partit stess biex dawn itiru.", "Niftakar u nikkwota li meta kien segretarju ġenerali anke l-Onor.", "Austin Gatt kien qal li jispiċċa jtir anke min ikollu l-iċken dell fuqu.", "Niftakar stqarrijiet b'saħħithom ħafna dwar kif min ma jiġġelidx il-korruzzjoni huwa korrott ukoll.", "Jien naħseb li ta' min wieħed jirrifletti ftit fejn wasalna f'dan il- qasam wara kważi 20 sena ta' gvern immexxi mill-partit Nazzjonalista li kien qal kif se jagħmel ġlieda kontra l-korruzzjoni u ħa passi, jgħid hu, biex itaffi u jwaqqaf din il-korruzzjoni.", "Issa llum tiltaqa' u titkellem man-nies fil-kwiet ta' djarhom, nerġa' ngħid, f'inħawi differenti tal-pajjiż, nies ta' opinjonijiet differenti, nies li jivvotaw għall-partiti differenti, jsemmu kemm huma mdejqin b'din ir-realta` ta' korruzzjoni li hawn f'pajjiżna.", "Il-partit Nazzjonalista fil- gvern qed iserraħ rasu li dawn il-fatti ma joħorġux fil-beraħ pero` ma joħorġux mhux għax ma jeżistux imma għax in-nies jibżgħu jitkellmu dwarhom, jibżgħu jressqu provi dwarhom.", "Niltaqa' ma' nies li jkunu migdumin.", "Nerġa' ngħid li jien nipprova nagħmlilhom il-kuraġġ u ngħidilhom jersqu bil-provi għax ċertament li biex il-korruzzjoni tinqata' jew titnaqqas mill-pajjiż bis-serjeta`, s'intendi jrid ikun hemm l-imġieba tal-politiċi, l-azzjoni tal-partiti politiċi, l-azzjoni tal-gvern, l-azzjoni tal-pulizija u strutturi serji li jinvestigaw bis-serjeta` l-korruzzjoni u lesti li jieħdu passi mhux kif jiġri ħafna drabi f'Malta fejn jaqlagħha mhux min ikun korrott iżda min jikxef lil min hu korrott.", "Din hija waħda mir-raġunijiet għalfejn imbagħad jibżgħu jiġu 'l quddiem, jagħtu provi u juru l-fatti li jkunu jafu dwarhom.", "Ċertament anke s- soċjeta` ċivili u ċ-ċittadini jridu jagħtu sehemhom biex ikollna soċjeta` iżjed nadifa u inqas korrotta imma ma nistgħux nitfgħu sempliċement kollox fuq iċ-ċittadini.", "Lanqas ma nistgħu nserrħu rasna li la mhux qed joħorġu fatti ta' korruzzjoni allura l-korruzzjoni ma teżistix għaliex jien ċert li sfortunatament ħafna drabi min hu korrott moħħu mistrieħ li ma jinqabadx għax jaf li mhux se jinkixef, għax jaf li l-aktar li jistgħu jikxfuh huma dawk vulnerabbli, huma dawk li jiksbu dak li jkollhom dritt għalih b'mod onest.", "Miż-żjajjar tiegħi fil-familji u mil-laqgħat tiegħi man-nies differenti jissemmew ta' spiss affarijiet li għandhom x'jaqsmu ma' permessi għall-bini.", "Tiltaqa' ma nies li jgħidulek jew intalbu jew inkella kellhom iħallsu eluf ta' liri biex ikunu jistgħu jibnu x'imkien.", "Imbagħad tiltaqa' ma' każi fejn hemm min jgħidlek li kellu jħallas Lm1,000 jew Lm1,200 biex jikseb impieg.", "Jekk se tkomplu taċċettaw din is-sitwazzjoni, il-korruzzjoni se tissaħħaħ u se tinxtered u se jkomplu jissaħħu dawk li huma korrotti fis-soċjeta` tagħna.", "Issemmew każi ta' persuni li applikaw biex ikunu jistgħu jaħdmu f'pajjiżna.", "Irrid insemmi persuni barranin ġejjin minn pajjiżi mhux fl- Unjoni Ewropea li japplikaw biex jaħdmu hawn regolament, iħallsu t-taxxi u biex jaħdmu skond il-liġijiet ta' pajjiżna, u lil dawn jagħmluhielhom diffiċili ħafna biex jagħtuhom dan il-permess.", "Jagħmluhielhom diffiċli ħafna mhux għax ikunu qegħdin jipproteġu l-impiegi Maltin jew ikunu qed jipproteġu l-interessi ta' pajjiżna imma jagħmluhielhom diffiċli ħafna biex, imorru darba, imorru t-tieni darba, – sadanittant ikunu għaddejjin il- ġimgħat u x-xhur - dawn isiru ddisprati, sakemm imbagħad tiffaċċa persuna oħra u tgħidilhom li jekk iħallsu Lm400, Lm600 jew Lm800 l-permess jinħarġilhom.", "Naf min ipprova jġib nurses mill-Filippini biex jieħdu ħsieb lill-ommu marida u l-istess, l-ewwel jagħmilhielhom diffiċli ħafna u x'ħin imbagħad ikunu se jaqtgħu qalbhom jew tant is-sitwazzjoni tkun iddisprata, is- sitwazzjoni tinbidel meta jgħaddu l-flus.", "Ċertament dawn l-affarijiet m'humiex tajbin f'pajjiżna.", "Pajjiż li jkollu daqshekk kultura ta' korruzzjoni fih huwa pajjiż li tkun qed tiġrilu ħafna ħsara mhux biss morali, mhux biss politika imma anke ħsara ekonomika għax kieku dawk il- flus ma jmorrux għand il-korrotti u ma jintnefqux fil-korruzzjoni imma jkunu parti mill-ġid li jkun qed jiċċirkola fil-pajjiż.", "Meta biex jiċċaqilqu ċerti affarijiet f'pajjiżna jridu jmorru tant miljuni ta' liri f'korruzzjoni tkun qed titfa' lill-pajjiż lura moralment, soċjalment, politikament u ekonomikament.", "U mhux sew li hawn min iserraħ rasu li dawn l- affarijiet jistgħu jibqgħu għaddejjin għax min jingidem, min iweġġa' u min ikollu jħallas dawn il-flus mhux se jitkellem anke biex ma jiġrulux affarijiet li jibża' li jistgħu jiġrulu u biex ma jġibx il-ġebla fuq saqajh.", "Il-korruzzjoni hija dejjem relazzjoni ta' min jikkorrompi u ta' min jaċċetta li jiġi korrott.", "Mhux sew li min qed imexxi sempliċement iserraħ rasu li meta jkun hawn min ikollu l-kuraġġ jitkellem waqt dibattitu televiżiv jew f'xi diskussjoni x'imkien, tintuża l-arma ta' libell jew ta' l-intimidazzjoni għax isiru telefonati ta' theddid.", "Jekk dik hija t-triq li l-partit Nazzjonalista fil-gvern irid ikompli jieħu pajjiżna se jibqa' jmur mill-ħażin għall-agħar f'dan il-qasam.", "Ma nistgħux nippretendu li pajjiżna jkun pajjiż li jiġbed l-investiment minn barra.", "Ma nistgħux nippretendu li pajjiżna jkun pajjiż li jkollu reputazzjoni u fama tajba jekk anke internazzjonalment tkompli tissaħħaħ ir-reputazzjoni ħażina li hawnhekk, biex isiru l-affarijiet trid ixxaħħam, trid tikkorrompi u trid tixtri.", "Qed ngħid hekk għax dawn l-affarijiet ma jsirux fostna biss imma jsiru wkoll fir-relazzjoni tagħna mal-barranin.", "Dawn huma affarijiet li lilna jagħmlulna ħafna ħsara.", "Minkejja d-diskorsi sbieħ li saru li pajjiżna se jsir nadif tazza u li se jkun hemm mod ġdid ta' kif issir il-politika f'pajjiżna, minkejja l- mexxejja differenti li kellu l-partit Nazzjonalista u tmexxija li kellu f'dawn l-aħħar snin, xorta ma sarux il-passi serji li kellhom jittieħdu biex ir-rotta ta' din ix-xmara ta' korruzzjoni tieqaf, tinbidel u tonqos.", "Kultant ikollok xi ħaruf tas-sagrifiċċju li tużah biex tagħti l-impressjoni li qed tieħu passi serji pero` xejn aktar.", "Dik forsi tagħmilha għall- opportuniżmu politiku, forsi taħseb li se tiggwadanja għal ftit żmien, imma nerġa' ngħid li min jiltaqa' man-nies jisma' ħafna stejjer.", "Issa forsi dak li jkun jgħid: X'tippretendi minn membru parlamentari ta' l-oppożizzjoni?", "X'tippretendi minn membru parlamentari Laburista?", "Mhux hekk se joqgħod jitkellem biex iħammeġ lill-partit Nazzjonalista jew lill-gvern?", "Jekk dak li qed ngħid jien huwa xi ħaġa li qed nivvinta jien biex noqgħod nitkellem kontra l-partit Nazzjonalista allura dak li jkun m'għandux għalfejn jinkwieta għax huma affarijiet li nkun qed ngħidhom jien biss imma min hu onest u min hu sinċier jaf li dawn m'humiex affarijiet li qed nivvinta jien jew li qed ngħidhom biex inħammeġ lill-partit Nazzjonalista.", "Jien m'għandix dubju li anke kollegi membri parlamentari min-naħa l-oħra jafu x'qed ngħid għax huma stess fid-djar jiltaqgħu wiċċ imb' wiċċ ma' dawn l-affarijiet u jisimgħu b'affarijiet kif smajt jien.", "Dan kollu qed ngħidu u nerġa' ngħidu għax jien inkwetat ħafna li qed tidħol l-idea ta' fataliżmu għax tant l-affarijiet tħassru, tant l-affarijiet tnittnu, tant hija mxerrda din il-korruzzjoni, li qisu hawn aċċettazzjoni li ma tista' tagħmel xejn kontra tagħha.", "Dan mhux dak li għandu bżonn il-pajjiż biex jimxi 'l quddiem bis-serjeta` fl-oqsma kollha tiegħu.", "Il-korruzzjoni therri mhux biss lir-ruħ tal-pajjiż imma therri anke l-ġisem tal-pajjiż.", "Nerġa' ngħid, dawk il-flejjes u r- riżorsi li jmorru f'korruzzjoni huma riżorsi li qed jittieħdu mill-familji u mingħand l-imprendituri li jmisshom ikunu hemm jew biex itejbu l-ħajja tal-familji li jkollhom iħallsu dawn il-flus jew biex in-negozju li jkun qed isir ikun aħjar.", "Mod jew ieħor, direttament jew indirettament, l-ispiża tal-korruzzjoni jispiċċa jħallas għaliha ċ-ċittadin permezz tat-taxxi tiegħu jew tal-prezzijiet li jkollu jħallas.", "Dan għaliex jekk xi ħadd, biex jingħata permess kellu jxaħħam lil xi ħadd jew kellu jħallas lil xi ħadd, imbagħad x'ħin jagħmel il-kontijiet m'għandix dubju li dan se jinkludi dak il-prezz fil-prezz li jiċċarġja meta jiġi biex ibigħ dak il-post jew dak is- servizz li kellu jikkorrompi għalih biex iġibu.", "Hemm bżonn li ħaġa bħal din tittieħed mhux bid-diskors sabiħ imma tittieħed bis-serjeta` u billi wieħed jindirizzaha sewwa.", "L-ewwel ħaġa għandu jkun hemm l-umilta` u l-onesta` li naċċettaw li din hija problema vera u problema li teżisti.", "Il-partit Nazzjonalista jaf li teżisti, il-mexxejja u l-uffiċjali tal-partit Nazzjonalista jafu b'nies li marru għandhom u qalulhom bi stejjer u b'fatti dwar dak li qed nitkellem dwaru jien.", "Meta l- partit Nazzjonalista tilef l-elezzjoni għal parlament Ewropew f'Ġunju tas- sena 2004, kien ħatar kummissjoni biex jifhmu għaliex fi ftit iktar minn sena, mill-elezzjoni ta' l-2003, tilef 50,000 vot.", "Waħda mill- konklużjonijiet ta' din il-kummissjoni, li ħarġet rapport li l-partit Nazzjonalista qatt ma ppubblika, kienet li ntilfet il-bażi morali li fuqha kien tela' l-partit Nazzjonalista li kienet biex ibiddel dan il-pajjiż.", "Fost l-affarijiet li kien tant għamel kampanja dwarhom fis-snin tmenin kienet li kellu jagħmel ġlieda qawwija, b'saħħitha u totali kontra l- korruzzjoni.", "Dak it-tip ta' impenn morali ntilef.", "Kien hemm anke l-kritika li l-istess nies baqgħu mwaħħlin mas-siġġu tal-poter fil-Kabinett, f'korporazzjonijiet jew f'awtoritajiet, u meta tħalli l-istess nies għal żmien twil f'post, u jagħmlu x'jagħmlu tħallihom hemmhekk, dawk mhux se jinkwetaw għax jafu li jħawdu kemm iħawdu m'hu se jiġri xejn.", "Ma tistax min- naħa waħda tgħid li se tagħmel il-politika b'mod ġdid, tgħid li se ġġedded, tgħid li se tagħti ħajja ġdida lill-politika u fl-istess ħin, meta tara t- taħsir, meta tara l-ħażin, ma tiħux passi biex twaqqfu jew għallinqas tagħmel minn kollox biex tnaqqsu.", "F'dak ir-rapport tal-kummissjoni kien intqal ċar li jekk il-partit Nazzjonalista - dan ir-rapport tressaq f'Settembru tas-sena 2004 – jrid jikseb lura l-fiduċja li kellu, kellu jieħu passi ġodda anke f'dan il- qasam.", "Is-sena 2004 għaddiet, is-sena 2005 għaddiet, is-sena 2006 għaddiet, is-sena 2007 għaddiet u minn dak iż-żmien 'il hawn x'passi ġodda ttieħdu mill-partit Nazzjonalista fil-gvern biex jindirizza bis-serjeta` din il-problema serja?", "Nistgħu ngħidu li mhux biss ma tteħdux passi serji talli meta kien hemm min kellu jirrispondi għall-fatti dwar korruzzjoni, minflok ittieħdu passi biex dawn iwieġbu għal għemilhom, ingħataw iċ-ċans kollu biex jiddefendu ruħhom.", "Jekk ma teħux passi u tkompli tiddefendi lil dawn in-nies akkost ta' kollox għax taħseb li b'hekk qed tiddefendi l- interessi tal-partit tiegħek, l-interessi taċ-ċirku tal-partit tiegħek jew l-interess ta' ċerti ċrieki fil-partit tiegħek, fl-aħħar mill-aħħar tkun qed tagħmel ħsara fit-tul lill-partit innifsu imma fuq kollox - u dak li jinteressana – tkun qed tagħmel ħsara lill-pajjiż kollu.", "Naħseb li fil-ftit żmien li baqa' għall-elezzjoni huwa tard wisq għall- partit Nazzjonalista fil-gvern biex iġedded lilu nnifsu u jieħu l-passi li hemm bżonn ħalli jindirizza dawn l-affarijiet.", "Iċ-ċans intilef.", "Mat- tmexxija l-ġdida kien hemm ċans li l-partit Nazzjonalista jaqleb paġna ġdida.", "Meta nħatar il-mexxej il-ġdid seta' jieħu passi ġodda, jaħtar persuni ġodda pero` dan m'għamlux u issa qed iħallas il-prezz talli ma bedix paġna ġdida.", "Mill-wegħdi li se jibda politika ġdida, li se jkollu mod ġdid kif issir il-politika u li se jieħu direzzjonijiet ġodda ma sar xejn u minħabba f'hekk qed jikber in-numru ta' nies li tradizzjonalment ivvotaw għall-partit Nazzjonalista għax kienu jemmnu fil-valuri u f'dak li kien jiġġieled għalih il-partit Nazzjonalista li llum qed iħossuhom li ma jistgħux jerġgħu jivvotaw għall-istess partit.", "B'daqshekk mhux qed ngħid li dawn se jivvotaw għall-partit Laburista.", "Fid- diskussjonijiet li jkolli magħhom nipprova ngħidilhom biex kemm jista' jkun inkunu sinċieri ma' xulxin u biex jitkellmu ċar.", "Hemm min jgħidlek li jsibha diffiċli jbiddel il-vot tiegħu u allura forsi jasal biex jivvota għall-kandidati ġodda ta' l-istess partit.", "Hemm ukoll min jgħidlek li mhux se joħroġ jivvota għax filwaqt li jħoss li ma jistax ikompli jivvota għall- partit Nazzjonalista, m'għandux fiduċja f'xi partit ieħor.", "Issib ukoll min ikun lest li jivvota għal partiti li qatt ma vvota għalihom fosthom għall- partit Laburista.", "Ma naħsibx li dak li qed ngħid jien huwa xi ħaġa ta' barra minn hawn.", "Ma naħsibx li dawn l-affarijiet li rrakkontajt illejla smajthom jien biss jew naf bihom jien biss.", "Nerġa' ngħid li hija skuża li toqgħod tgħid: Min jaf kemm nisimgħu affarijiet!", "Jien illimitajt ruħi għall- affarijiet ta' nies li jgħidulek li jkollhom ixaħħmu biex jaħdmu x'imkien.", "Issemma, per eżempju, li biex wieħed jaħdem il-Freeport kellu jħallas Lm1,000.", "Hawn min kellu jħallas Lm1,200.", "Javviċinaw nies u jgħidulhom: Jekk trid tmur taħdem hemm, aqbad Lm1,000, ħallas u taħdem.", "Issemmew ukoll il-permessi għall-barranin mhux minn pajjiżi fl-Unjoni Ewropea.", "L-ewwel jaqtgħulhom qalbhom u jagħmluha diffiċli kemm jifilħu biex joħorġu l- permessi, imbagħad x'ħin iħallsu l-flus, il-permessi joħorġu f'oqsma differenti.", "Jissemmew ukoll permessi għall-bini li jintalbu biex iħallsu eluf ta' liri biex joħorġu dawn il-permessi.", "Sur President, li nsib interessanti huwa li fost l-aktar li jħossuhom imweġġgħin b'affarijiet bħal dawn m'humiex votanti Laburisti, li jistgħu jgħidu li kulma jagħmel il- partit Nazzjonalista huwa kollu ħażin u allura jistennew li dawn l- affarijiet jiġru, imma dawk Nazzjonalisti.", "Dan qed ngħidu mill-esperjenza personali tiegħi meta nidħol fi djar f'Tas- Sliema, San Ġiljan, il-Gżira, Pembroke u anke fid-distrett l-ieħor bħal San Pawl il-Baħar, il-Mellieħa u n-Naxxar.", "L-aktar li jweġġgħu minn affarijiet bħal dawn huma nies li jivvotaw għall-partit Nazzjonalista u li dejjem ivvotaw għall-partit Nazzjonalista.", "Dawn iħossuhom tassew irrabbjati u mweġġgħin li l-partit li tant emmnu fih, il-partit li tant ħadmu għalih, il- partit li dejjem appoġġjaw tħassar u ħalla dawn l-affarijiet jiġru meta tant kien għamel kampanja li se jieħu passi biex dawn l-affarijiet jieqfu, biex pajjiżna jsir nadif tazza, biex il-korruzzjoni ma tibqax tinxtered anzi tonqos, biex il-politika tindaf u biex ma jkunx hawn iktar min isir sinjur minn fuq il-korruzzjoni, minn fuq l-għaraq, is-sagrifiċċji u x- xogħol ta' ħaddieħor.", "Nerġa' ngħid li issa huwa tard wisq biex il-partit Nazzjonalista jġedded lilu nnifsu.", "Issa la tibda l-kampanja elettorali l-partiti jidħlu fit- trunċiera tagħhom jiddefendu lilhom infushom u jattakkaw lin-naħa l-oħra, jiġifieri issa żgur m'huwiex il-ħin li jġeddu lilhom infushom.", "Issa l- partit Nazzjonalista tilef iċ-ċans li jġedded lilu nnifsu u naħseb li huwa minħabba f'hekk li l-maġġoranza tal-poplu trid il-bidla għax tħoss li anke f'dan il-qasam pajjiżna ma jistax jibqa' sejjer kif inhu sejjer.", "Jekk irridu futur aħjar għal uliedna u futur aħjar għaż-żgħażagħ tagħna allura pajjiżna jixraqlu jitmexxa ħafna aħjar minn min iħalli pajjiżna jitħassar u jitnitten bil-korruzzjoni kif inhu bħalissa.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada t- Tlieta, 22 ta' Jannar 2008, fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill- Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "PEMBROKE – PLOT ŻDINGAT", "29561.", "L-ONOR.", "ROBERT ARRIGO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jinfurmani xi ħsibijiet għandu l-gvern fuq plot mitluqa, maħmuġa u zdingata li hemm biswit plot no 160, Billion Street, Pembroke li tagħti għal fuq Mons. A Portelli Street, li hija proprjeta' tal-gvern u taqa' taħt il-Lands?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi minn spezzjoni li saret mill- ispetturi tat-Taqsima Proprjeta' tal-Gvern, l-art li hemm biswit Plot 160, Billion Street, Pembroke kienet ġiet ikkonvertita mill-Kunsill Lokali fi ġnien pubbliku magħruf bħala 'Ġnien Jum il-Paċi' u dan skond plakka kommemmorattiva li hemm fuq il-post.", "QORTI TA' GĦAWDEX GĦAWDEX - INKJESTI", "29568.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm inkjesti f'Għawdex li għadhom ma ngħalqux?", "Jista' jgħid kemm minn dawn f'Għawdex għad lanqas sar r-rapport ta' l-Uffiċjal Investigattiv?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi mir-records tal-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex) jidher li hemm 281 inkjesta pendenti.", "Minn dawn, hemm 19-il waħda li jonqoshom ir-rapport ta' l-Uffiċjal Investigattiv (Pulizija) u dawn huma reġistrati fis-sistema tal-LECAM.", "Hemm wkoll 160 rapport ta' esperti fejn m'hemmx rapport ta' l-Uffiċjal Investigattiv (Pulizija), li jirreferu għal 130 inkjesta.", "Peress li dawn, fil-maġġoranza tagħhom huma antiki, dawn m'humiex kompjuterizzati.", "KUNSILLI LOKALI - ĦADDIEMA", "29569.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hemmx ħaddiema mal-kunsilli lokali li ġew appuntati/seconded ma' dipartimenti tal- gvern, ministeri jew entitatjiet oħra fis-settur pubbliku?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninforma lill-Onor Interpellant li jekk bil-mistoqsija qed tirreferi għall-ħaddiema tal-Kunsilli Lokali appuntati/seconded ma' Dipartimenti tal-Gvern, Ministeri jew entitajiet oħra, ninsab infurmat illi m'hemm l-ebda ħaddiema f'din il-kategorija.", "Mill-banda l-oħra hemm numru ta' ħaddiema tal-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura, Dipartiment għall-Gvern Lokali u ta' l-IPSL li huma appuntati/seconded mal-Kunsilli Lokali f'Malta u Għawdex.", "Sa l-aħħar tas-sena 2007 dawn kienu jammontaw għal madwar mitejn u għaxra (210), jiġifieri iffrankar lill-Kunsilli Lokali f'salarji għas-somma ta' €2.80 miljun (Lm1.2 miljun).", "PROGRAMMI TA' TAĦRIĠ", "29570.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 28742 u għall-fatt li Lm17.7 miljun ġew allokati għall-programmi ta' taħriġ li ġew allokati għalihom l-istess fondi, jista' l-Prim Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 29207, 29291 u 29494 u jgħid kemm inħolqu mpjiegi full time bħala riżultat ta' l-istess taħriġ?", "Min kienu l- entitajiet jew aġenziji privati u jew pubbliċi li mplimentaw dawn l- programmi?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant illi mis- 17,794,614.01 miljun lira Maltin li għalihom irreferejt fir-risposta għall- mistoqsija parlamentari 28742, Euro 6,337,161.25 biss huma relatati ma' programmi ta' taħriġ.", "Bħala riżultat ta' l-istess taħriġ, 781 persuna sabu impjieg full-time.", "L-entitajiet li implimentaw dawn il-proġetti kienu:", "FES - Fondazzjoni għal-Servizzi Edukattivi ETC - Korporazzjoni għax-xogħol u t-Taħriġ APPOĠĠ WSM - WasteServ Malta MGOZ - Ministeru għall-Għawdex ACCESS MCAST - Kulleġġ ta' Malta għall-Arti, ix-Xjenza u t-Teknoloġija ME - Malta Enterprise NCPE - Kummissjoni Nazz. għall-Promozzjoni ta' l-Ugwaljanza FSWS - Foundation for Social Welfare Services FUND FOR GOOD CAUSES", "29571.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 29256, 29348 u 29512 u cioe' : B'riferenza għat-tweġiba li ngħatajt għal mistoqsija parlamentari 27278, jista' jgħid jekk huwiex ċert li t-tweġiba li tani għall-mistoqsija parlamentari 29129 hija sħiħa u li m'hemmx partijiet li tħallew barra?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "TOBBA GRADWATI", "29572.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' l-Minisru jirrispondi mistoqsija parlamentari 29506 u jgħid kemm iggradwaw tobba fl-aħħar 5 snin sena b'sena?", "Kemm minnhom kienu rġiel u kemm minnhom kienu nisa?", "Kemm minnhom marru jaħdmu barra minn Malta?", "Minn dawk li baqgħu Malta kemm minnhom jaħdmu full time jew part time mal-Gvern?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: In-numru ta' tobba li ggradwaw fl-aħħar ħames snin huwa kif ġej:", "|Sena |Rġie|Nisa |Total| | |l | | | |2003 |23 |11 |34 | |2004 |28 |37 |65 | |2005 |27 |34 |61 | |2006 |23 |21 |44 | |2007 |26 |26 |52 | | |127 |129 |256 |", "Minn total ta' 256 baqa' 223 li kollha qegħdin f' impjieg full-time mal- Gvern.", "BORDIJIET", "29573.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 29504 u jgħid kemm għandu boards l-Gvern?", "Liema huma?", "Kemm jimpjegaw nies dawn il-boards?", "Kemm huwa l-qliegħ, deficit ta' kull board?", "Jekk l- impjegati/membri ta' dawn il-boards humiex kunsidrati bħala mpjegati tac- Civil?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "AWTORITAJIET", "29574.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 29503 u jgħid kemm hawn awtoritajiet?", "Liema huma u meta twaqqfu?", "Kemm qed iħaddmu total ta' nies u kemm huwa l-qliegħ, deficit ta' kull awtorita'?", "Jekk l-impjegati ta' dawn l-awtoritajiet humiex kunsidrati bħala impjegati tac-Ċivil?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "PEMBROKE - TRIQ BURMA", "29575.", "L-ONOR.", "FRANCO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 29482 u jinvestiga l-periklu li jinsab ġewwa Triq Burma, f'Pembroke peress li taħt l-imsemmija triq jinsab parkeġġ u bandli u kien hemm każi fejn karozzi li jkunu ġejjin minn Triq Burma spiċċaw li saħansitra waqgħu fuq din iż-żona, u għalhekk jidher li jeħtieġ li ssir crash barrier ġewwa Triq Burma?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ninsab infurmat li minn riċerka li saret fir- records tat-Taqsima għall-Imminiġjar tat-Traffiku irriżulta li fit-2 ta' Marzu 2004 il-kunsill lokali ta' Pembroke kien talab għal crash barrier fi Triq Burma.", "Fit-29 ta' Marzu 2004, wara li saret spezzjoni fuq il-post minn uffiċjali tat-taqsima, t-taqsima kienet ipproponiet lill-kunsill lokali Pembroke sabiex jimplimenta mizuri ta' traffic calming u railings fi Triq Bruma sabiex tigi ndirizzata l-problema ta' sigurta' f'din it-triq.", "Il-kunsill kien intalab ukoll li jibgħat aktar dettalji dwar dawn il- proposti, iżda sal-lum it-taqsima ma rċeviet xejn mill-kunsill.", "STALLAZZJONI TA' LIFT", "29576.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għall-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru tara li jsir lift fi flat, li d- dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, għax fih toqgħod persuna b'saqajha maqtugħa?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Ninsab infurmata li l-Awtorita' tad-Djar ipprocessat applikazzjoni għal stallar ta' lift fil-blokk indikata mill- Onor. Interpellant.", "Ninsab infurmata wkoll li minn dan il-proċess, li kien jinkludi spezzjonijiet fuq il-post mill-perit u l-inġinier ta' l-Awtorita', irriżulta li t-tromba tat-taraġ hi dejqa wisq biex takkomoda lift ukoll.", "FORZI ARMATI", "29577.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jgħid x'persentaġġ tal-budget attwali tal- Forzi Armati qed jintnefaq fuq l-immigranti irregolari?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Il-persentaġġ tal-budget tal-Forzi Armati li ntefaq fuq l-immigranti irregolari fl-2007 kien ta' 14% tan-nefqa Rikurrenti u 40% tan-nefqa Kapitali.", "Il-valur tan-nefqa Rikurrenti jinkludi persentaġġ tal- kontijiet tad-dawl u l-ilma tal-Forzi Armati u tal-pagi tas-suldati li jagħmlu xogħol relatat ma' l-immigranti irregolari.", "STUDENT CARD", "29579.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Wara d-dikjarazzjoni tas-Superintendent Sharon Tanti fil-programm Xarabank li l-pulizija qed issib ħafna żgħażagħ li qed jiffalsifikaw l-istudent card biex juru li għandhom aktar eta', jista' l- Viċi Prim Ministru jgħid x'passi qed jittieħdu dwar dan?", "Min joħroġ dawn il-cards?", "Meta jinħarġu dawn il-cards jintalbu ċertifikat tat-twelid jew joqogħdu fuq dak li jgħidilhom l-istudent?", "ONOR.", "TONIO BORG: L-ewwelnett ninsab infurmat illi fl-intervent tagħha s- Supretendent Sharon Tanti aċċennat li l-pulizija sabet \"xi\" student cards u mhux \"ħafna\" student cards b'informazzjoni falza fuqhom.", "Infurmat ukoll illi minn dak li ġie stabbilit s'issa jidher li sabiex student/a jingħata dan id-dokument kull ma jrid jipproduċi prova li huwa student/a. Ta' min iżid illi dawn id-dokumenti jindikaw biss illi l-persuna indikata hija student u m'humiex dokumenti ta' identita' uffiċjali.", "BREATHALYSER", "29580.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid matul is-sena 2007 fuq kemm-il persuna ntuża l-breathalyser?", "Kemm inqabdu li kienu 'l fuq mil- limiti permessi mil-liġi?", "Kien hemm min inqabad aktar minn darba?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li jien tajt għall-mistoqsija parlamentari 29388 f'din l-istess seduta.", "ABBUŻI MINN MINORENNI", "29581.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għall-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Wara diversi dikjarazzjonijiet li saru minn sidien ta' ħwienet ta' nies li jiffrekwentaw Paceville fuq il-programm Xarabank li jkun hemm wisq tfal kemm taħt is-sittax-il sena kif ukoll taħt it-tmintax- il sena li qed itellfilhom ħafna xogħol, tista' l-Ministru tgħid jekk hux qed tikkonsidra li tgħolli l-eta' li fihom żgħażagħ jistgħu jidħlu f'bars u jixorbu titla' għal tmintax-il sena?", "Il-Ministru hija sodisfatta kif sejrin l-affarijiet f'dan il-kamp mindu ġiet in vigore din il-liġi fl-1 ta' Lulju?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Il-liġi ġiet emendata s-sena li għaddiet.", "Ma neskludix li terġa tkun emendata meta jinħass li wasal iż-żmien.", "Kif żgur li jaf l-Onor.", "Interpellant għada qegħda titwettaq kampanja intensiva ta' edukazzjoni biex kulħadd jifhem il-provedimenti tal-liġi kif ġiet emendata.", "Fuq dan is-suġġett, bħal f'oqsma oħra fil-kamp soċjali, diffiċli li tgħid li int sodisfatt kompletament.", "Iżda m'għandix dubju li l-emendi li għamilna fil-liġi huma pass 'il quddiem u jipprovdu għodda ġdida biex nikkumbattu l-abbuż mill-alkoħol minn minorenni.", "GĦOLI TAL-ĦAJJA", "29582.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il sid ta' ristorant, ħanut, night club eċċ nstab li għolla l-prezzijiet wara l-1 ta' Lulju, 2007?", "Kemm kienu ġustifikati?", "X'passi ttieħdu kontra dawk li ma kellhomx raġun?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "GĦALLIEMA GRADWATI", "29583.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti li ggradwaw bħala għalliema fl-aħħar gradwazzjoni li kien hemm ftit tal- ġimgħat ilu?", "Jista' jgħid jekk dawn hux kollha sabu mpjieg?", "Kemm iggradwaw biex igħallmu fl-iskejjel primarji?", "Jista' jgħid kemm kienu subien u kemm kienu bniet f'kull każ?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li fl-iskejjel primarji t-total ta' studenti li ggradwaw ftit tal-ġimgħat ilu u li ġew impjegati fl-iskejjel primarji ta' l-Istat huwa ta' 37, 34 bniet u 3 subien.", "Fl-iskejjel sekondarji t- total li ggradwaw u ġew impjegati huwa ta' 121, 35 subien u 86 bniet.", "Informat ukoll li fl-aħħar gradwazzjoni (2007) kien hemm 132 student li gradwaw fil-kors tal-Bachelor of Education (Hons), maqsuma kif ġej:", "Nisa 106 Rġiel 26 Total 132", "Minnhom hemm 51 student li gradwaw Bachelor of Education (Hons) with Primary Education, maqsuma kif ġej:", "Nisa 48 Rġiel 3 Total 51", "KUMMIZZJONI NAZZJONALI GĦAL EDUKAZZJONI GĦOLA", "29584.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rakkmandazzjonijiet tal-Kummissjoni Nazzjonali għal Edukazzjoni Ogħla dwar il-Kwalita' fl-Edukazzjoni Ogħla?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-Ministeru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi, ippubblika r-rapport tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni Ogħla, fuq is-sit elettroniku http://www.education.gov.mt/NCHEqualityassurance.htm.", "ADT - ROTTA ĠDIDA", "29592.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jara li ssir xi ħaġa fuq talba tar-residenti dwar ir-rotta l-ġdida - tal-karozza tal-linja Nru 8 - li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ninsab infurmat li din ir-rotta saret bi ftehim bejn l-Awtorità tat-Trasport ta' Malta, l-Assoċjazzjoni tat-Trasport Pubbliku u l-Kunsill Lokali fuq talba u petiżżjoni ta' aktar minn mija u ħamsin resident tal-lokalita.", "Kopja ta' din it-talba u l-petizzjoni tpoġġew fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni fis-seduta waqt il-ħin tat-tqegħid ta' karti.", "Bl-arranġament li sar issa qed jiġu moqdija dawk ir-residenti li qabel ma kellhomx aċċess dirett għat-Trasport Pubbliku.", "GĦAXAQ - TRIQ JOSEPH GRAVINO", "29593.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jgħid meta ser jibda x-xogħol fuq Triq Joseph Gravina, Hal Għaxaq li skond ittra datata 10/1/07 mibgħuta mill-Ministru, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, dan ix-xogħol kellu jibda u s'issa għadu ma sar xejn?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ninsab infurmat li x-xogħol fuq it-Triq Joseph Gravina ser jinbeda fil-gimgħat li ġejjin kif ġa nforma l-Ministeru konċernat SIĠAR TAL-PALM", "29596.", "L-ONOR.", "ROBERT ARRIGO staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm siġar tal-palm f'Malta u Għawdex li ġew affettwati bil-marda kkaġunata mir-red palm weevil?", "Minn fejn ġejja din il-marda u x'inhu l-kaġun tagħha?", "X'rimedji qegħdin jitfasslu għaliha?", "Se jkun hemm xi kumpens għat-tibdil ta' dawn is-siġar?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Ninsab infurmat li ġew identifikati madwar 150 siġra tal-palm li huma infettati ħafna bil-Bumunqar Aħmar (Red Palm Weevil) ġewwa Malta.", "Mill-ispezzjonijiet u l-monitoraġġ li qiegħed isir sa issa f'Għawdex ma nstabet ebda palma li hi nfettata b'din il-ħanfusa.", "Dan l-insett, li jaf l-oriġni tiegħu fl-Asja, jinstab kważi mal-Mediterran kollu u jinġarr permezz ta' materjal ta' propagazzjoni li jista' jvarja minn biċċiet tal-palm sa siġar sħaħ.", "L-insett ma jkunx viżibbli meta jkun trasportat minn pajjiż għal ieħor għax huwa jkun jinstab fil-qalba tas- siġra.", "Din il-ħanfusa tagħmel ħsara kbira għax l-istadji larvali jgħawwru u jieklu fiz-zokk prinċipali u jistgħu jikkawżaw il-mewt tal-palma.", "Għaldaqstant, il-larvae ma jidhrux u lanqas is-sintomi tal-ħsara li tkun qiegħda ssir.", "Is-sintomi jibdew jidhru meta l-marda tkun diġà qiegħda fi stat avvanzat.", "Dan l-insett kapaċi jeqred siġra tal-palm fi ftit xhur.", "Id-Dipartiment għas-Saħħa tal-Pjanti kien jieħu l-prekawzjonijiet kollha meħtieġa anke qabel feġġ l-ewwel każ.", "Fil-fatt, id-Dipartiment fassal pjan ta' kontingenza u miżuri ta' emergenza ta' kif wieħed għandu jikkontrolla jew inaqqas it-tifrix ta' din il-marda.", "L-ispettorat fi ħdan id- Dipartiment għas-Saħħa tal-Pjanti hu dejjem f'kuntatt ma' spettorati oħrajn fejn hemm din il-marda biex jindaga dwar is-sitwazzjoni tal-Bumunqar l- Aħmar tal-Palm.", "Id-Dipartiment organizza wkoll tliet seminars għall- pubbliku ġenerali u għall-Kunsilli Lokali kemm f'Malta kif ukoll f'Għawdex u fisser il-miżuri li wieħed għandu jieħu.", "Dawn kienu spjegati wkoll waqt konferenza stampa li saret fuq is-suġġett nhar it-28 ta' Novembru 2007.", "Wieħed jista' jsib bosta informazzjoni fuq dan l-insett fil-website tad- Dipartiment (www.planthealth@gov.mt).", "Ir-rimedji li qegħdin jittieħdu jinkludu trattament ta' bexx kemm preventiv kif ukoll fuq siġar diġà attakkati.", "S'issa m'hemm l-ebda pjan li jingħata kumpens għat-tibdil ta' dawn is- siġar.", "Madankollu, id-Dipartiment qiegħed jagħti għajnuna finanzjarja biex siġar infettati gravament jew inkella mejtin jiġu maħruqa.", "Id-Dipartiment qiegħed ukoll jagħti servizz kontinwu ta' informazzjoni u pariri.", "Ta' min jgħid ukoll li l-Ministeru appunta numru ta' persuni biex flimkien jistħarrġu u jistudjaw l-impatt tal-bumunqar aħmar tal-palm fuq dawn is- siġar kif ukoll biex iħejju pjan ta' azzjoni u jaraw x'rimedji oħrajn jistgħu jittieħdu biex tixxejjen kemm jista' jkun il-firxa ta' dan l-insett fis-siġar tal-palm f'Malta.", "BALZAN - TRIQ BIRBAL", "29597.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 29488 u ċioe' jikkonsidra li wara li qegħda tiġi resurfaced Triq Birbal, Hal Balzan isiru traffic lights fil-junction bejn Triq Birbal u Pjazza Wesgħa Guże Aquilina?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ninsab infurmat li l-Awtorita' Dwar it-Trasport eżaminat din il-proposta u mhux rakkommandat li jkunu installati traffic lights fil-post li għalih qed tirreferi din il-mistoqsija parlamentari għax minħabba l-konfigurażżjoni tat-triq, ma hemmx post fejn tkun implimentata holding lane għall vetturi li jduru lejn il-lemin.", "Għaldaqstant il-post ta' l-STOP tkun trid tiġi mressqa lura aktar mill-istandards sabiex vetturi kbar jkunu jistgħu jimmanuvraw.", "Dan bir-riżultat li vetturi li jkunu fuq l- STOP ma jkollhomx visibilita' ta' vetturi oħra fuq il-lemin u x-xellug .", "Iżda, t-Taqsima għall-Immaniġjar tat-Traffiku hija infurmata li l-kunsilli ta' Hal Balzan, Hal-Lija u ta' Hat-Attard qed jagħmlu studju komprensiv sabiex iħejju proposti konkreti ta' mmaniġġjar tat-traffiku fit-tlett lokalijiet bl-iskop li titnieda skema ħolistika w sostenibbli għall-inħawi.", "SPTAR MATER DEI - TWAQQIGĦ TA' BINI", "29598.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 29303 u ċioe': B'referenza għax-xogħlijiet li saru fl-Isptar Mater Dei jista' l- Prim Ministru jgħid x'volum ta' materjal u blat ġie eskavat għall-proġett kollu, kemm ġie jiswa x-xogħol ta' skavar, u kemm ġew jiswew x-xogħljiet ta' twaqqigħ ta' bini li kien diġa' sar wara li ried jitwaqqa' minħabba bdil fil-pjanta?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "HOME HELP", "29602.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' l-Ministru jara li l-anzjana li tgħix fl- indirizz li qed jidher separatament, tingħata l-home help li għandha bżonn minħabba l-kundizzjoni tagħha?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Kif jaf l-Onor.", "Interpellant din il-mistoqsija mhijiex skond l-istanding orders tal-Kamra u għalhekk ma tistax tiġi mwieġba.", "MANWEL DIMECH BRIDGE", "29603.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jgħid jekk it-tarmac li ngħata fuq id-deck tal- Bridge Manwel Dimech ġiex ittestjat?", "Jekk fl-affermativ, dan għadda mit- test?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: L-informazzjoni qed tinġabar u r-risposta tingħata f'seduta oħra.", "IMPJIEG FIX-XATT", "29604.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jgħid jekk hux minnu li sabiex persuna tidħol taħdem ix-xatt jeħtieġ li tattendi l-MCAST?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Nissuġġerixxi lill-Onor Interpellant jagħmel il- mistoqsija tiegħu lill-ministru kkonċernat.", "ENEMALTA - PRIVATIZZAZZJONI", "29605.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk is-setturi ta' l-Enemalta li hemm il-ħsieb li jiġu privatizzati?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Il-Gvern għandu l-ħsieb li jipprivatiżża id- divizjonijiet taż-żjut u tal-gas tal-Korporazzjoni Enemalta.", "SPTAR MATER DEI - FORNITURA TA' IKEL", "29606.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 29311 u jgħid jekk il-kuntratt għall-fornitura ta' ikel lill-pazjenti ta' l-Isptar Mater Dei ingħatax lill-privat?", "Jekk fl-affermattiv, lil min ingħata u x'inhu stmat li hu l-valur ta' dan il-kuntratt kull sena?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "EŻAMIJIET TAL-CLERKS", "29613.", "L-ONOR.", "ROBERT ARRIGO staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jinfurmani jekk dawk li għaddew mill-eżami ta' clerks in Public Service fil-2007 hux se jiġu ngaġġati mal-Gvern?", "Jekk fl-affermattiv, hemm xi data?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Issa li beda l-proċess biex dawk li għaddew mill- eżami ta' l-Executive Officers jingħataw il-ħatra u jitqassmu skond l- esiġenzi tas-Servizz, f'qasir żmien ser jibda wkoll l-ingaġġ ta' numru ta' skrivani.", "TA' QALI CRAFTS VILLAGE", "29620.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk it-tenders fuq xogħol fil- crafts village Ta' Qali li kellhom jaqgħlu fid-9 ta' Jannar, għalqux?", "Jekk dan ma sarx, x'inhi r-raġuni wara dan?", "Jista jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-pjanti ta' l-istess xogħlijiet?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li dawn it-tenders ħarġu mill-Ministeru għall-Iżvilupp Urban u Toroq, u għalhekk nitolbok tindirizza l-mistoqsija lil dak il-Ministeru.", "BIRGU - SANT'ANĠLU", "29622.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jgħid jekk ix-xogħol li ġie mwiegħed snin ilu fuq l-appartamenti ta' Sant'Anġlu, il-Birgu, jiġifieri l-ħolqien ta' ġnien pubbliku, tlestiex?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi għat- tweġiba li nagħtat għall-mistoqsija parlamentari 25652 fis-seduta numru 543.", "BORMLA - TRIQ IX-XATT", "29623.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Peress li ġie deċiż li jsir xogħol ta' tiswija ta' toroq f'numru ta' lokalitajiet wara l-maltempati li kellna, jista' l-Ministru jara li jsir xogħol simili fi Triq ix-Xatt, Bormla minn Dock 1 sal-Knisja ta' Santa Tereża?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ninsab infurmat li l-Maintenance Unit tal-ADT għamlet xogħol ta' patching bil-cold asphalt f'din it-triq immedjatament wara l-maltemp sabiex għalqet il-ħofor li rriżultaw u b'hekk tneħħa l- periklu.", "L-ADT ser tkun qed tevalwa l-possibilita' li jsir reinstatement bil-hot tarmac.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET", "BIL-MIKTUB", "SPTAR MATER DEI", "W380.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 27065 u 27218 u jgħid kemm ġiet tiswa ċ-ċerimonja li saret fid-29 ta' Ġunju, 2007 fl-isptar Mater Dei?", "Jista' jagħti breakdown ta' dawn l-ispejjeż?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari nru 27065.", "IMPJIEGI B'KUNTRATT TA' TLIET XHUR", "W437.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru jgħid meta jkun hemm kumpanija privata li tħaddem ħaddiema bil-kuntratt ta' tliett xhur tliet xhur, kemm- il darba din tista' ġġedded dan il-kuntratt qabel ma jsir tal-post?", "Huwa skond il-liġi li ħaddiem jagħmel aktar minn sena b'din il-kundizzjoni u qatt ma jsiru ħaddiema regolari?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-Avviz Legali tal-51 ta' l-2007 jirregola kuntratti ta' servizz għal terminu ta' żmien fiss.", "Il-liġi tistabbilixxi li kuntratt ta' servizz għal żmien fiss għandu jinbidel f'kuntratt ta' servizz għal żmien indefinit jekk l-impjegat kien impjegat taħt kuntratt jew kuntratti għal żmien fiss li waħdu jew flimkien jeċċedu perjodu ta' mpjieg kontinwu għal aktar minn erbgħa snin u l-prinċipal ma jkollux raġunijiet li bihom ikun jista' jiġġustifika li dak l-impjegat għandu jibqa' fuq kuntratt għal żmien fiss."]} {"filename": "20031014_042d_par.doc", "date": "2003-10-14", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 42 It-Tlieta, 14 ta' Ottubru, 2003 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 42 It-Tlieta, 14 ta' Ottubru, 2003", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-6.02 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "42", "It-Tlieta, 14 ta' Ottubru, 2003", "WERREJ", "MINUTI 54", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI 54", "TQEGĦID TA' KARTI 59", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IL-PROFESSJONI", "TA' L-ACCOUNTANCY (IT-TIELET QARI)", "ACCOUNTANCY PROFESSION (AMENDMENT) BILL (THIRD READING) 60", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-KODIĊI ĊIVILI (IT-TIENI QARI)", "CIVIL CODE (AMENDMENT) BILL (SECOND READING) 60", "EMENDI GĦALL-ORDNIJIET PERMANENTI TAL-KAMRA 62", "AĠĠORNAMENT 86", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 87", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 41 li saret fit-13 ta' Ottubru, 2003 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "ETC - PERSUNI JAĦDMU ILLEGALMENT", "1586.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm inqabdu ħaddiema barranin jaħdmu illegalment mill-1 ta' Jannar sat-23 ta' Settembru u ta' liema nazzjonalita'?", "X'kien ix-xogħol prinċipali li kienu qed jagħmlu?", "X'passi ħadet l-ETC kontra s-sidien li ħaddmuhom?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni): Informat li l-ħaddiema barranin li nstabu jaħdmu matul din is-sena mill-korporazzjoni għax-xogħol u taħriġ kienu:", "|Xahar|Tip ta' xogħol | |Janna|tlieta fil-catering | |r | | |Frar |sebgħa fil-kostruzzjoni, | | |tnejn fir-retail u wieħed| | |fl-industrija | |Marzu|erbgħa fil-catering u | | |ħamsa fil-kostruzzjoni | |April|Xejn | |Mejju|disgħa fil-kostruzzjoni u | | |tnejn fil-catering | |Ġunju|wieħed fil-catering | |Lulju|tliet hawkers, tnejn | | |fil-kostruzzjoni u 13 | | |fil-catering | |Awiss|19 fil-kostruzzjoni, | |u |tlieta fil-catering u | | |wieħed f'servizzi oħra | |Sette|sitta fil-catering | |mbru | |", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Joseph Abela, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOSEPH ABELA: Peress li minn din il-lista jidher li numru kbir ta' barranin inqabdu jaħdmu f'diversi oqsma, b'mod partikolari fuq xogħol ta' kostruzzjoni, jista' il-Ministru jgħid jekk f'dan il-qasam partikolari – nafu li nies ta' l-industrija stess jilmentaw li ma jsibux Maltin biex jagħmlu dan it-tip ta' xogħol adegwatament - isirux konċessjonijiet għar- rigward ta' importazzjoni ta' ħaddiema barranin u x'tip ta' konċessjoni tingħata?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Speaker, il-mistoqsija ta' l-Onor. kollega hija rilevanti ħafna għax veru li l-industrija tal-bini u l-kostruzzjoni tgħaddi minn sitwazzjonijiet fejn ma ssibx ħaddiema li jkollhom il-ħiliet meħtieġa f'diversi oqsma ta' dan is-settur partikolari.", "Meta l-bord konċernat - magħmul minn rappreżentanza tal-korporazzjoni għax-xogħol u taħriġ, tal- ministeru tal-politika soċjali u ta' l-awtoritajiet ta' l-immigrazzjoni - jirċievi applikazzjoni mingħand ħaddiem barrani biex jingħata l-permess ħalli jkun jista' jaħdem hawn Malta fl-industrija tal-kostruzzjoni, din it- talba tiġi pproċessata u jsir l-istħarriġ neċessarju u jekk jinstab li ġenwinament ma jkunx hemm ħaddiema Maltin li kapaċi jagħmlu dak ix-xogħol partikolari, il-permess relattiv jinħariġlu.", "Fil-fatt għandna numru ta' ħaddiema barranin li jaħdmu fl-industrija tal-kostruzzjoni, b'ħiliet speċifiċi, li għandhom il-permessi relattivi mill-awtoritajiet kompetenti.", "Naturalment il-politika tal-gvern hi li l-ewwel u qabel kollox isiru l- isforzi kollha possibbli biex jekk hawn Maltin li jistgħu jagħmlu dan ix- xogħol, naturalment ikunu huma li jagħmluh.", "L-awtoritajiet qegħdin ukoll f'diskussjonijiet mal-federazzjoni li tiġbor fi ħdanha l-kuntratturi tal- kostruzzjoni u l-bini bl-iskop li flimkien isibu l-aħjar soluzzjonijiet biex minn naħa waħda l-industrija jkollha l-ħaddiema tas-snajja' meħtieġa biex twettaq il-proġetti tagħha u t-tieni, biex kemm possibbilment ikunu l- Maltin li jagħmlu dan ix-xogħol.", "Ta' min ifakkar li madwar tliet snin ilu, il-korporazzjoni għax-xogħol u taħriġ kienet daħlet fi skema ma' din il-federazzjoni li permezz tagħha, dawk in-nies li kienu qegħdin jirreġistraw għax-xogħol fis-settur tal-bini u l-kostruzzjoni kienu ġew intervistati mill-kuntratturi nnifishom, fil- preżenza ta' uffiċjali tal-korporazzjoni, u kienet ukoll inħadmet skema li permezz tagħha l-korporazzjoni kienet qiegħda tissussidja r-rimunerazzjoni ta' dawn il-ħaddiema fil-limitu ta' 50%, bil-patt u l-kondizzjoni li dawn il-ħaddiema magħżula mill-istess kuntratturi jiġu mħarrġa u finalment anke joqogħdu għal trade test.", "Fil-fatt hemm numru ta' ħaddiema li għaddew minn dan it-trade test u biċċiet minnhom għadhom qegħdin jirreġistraw.", "Allura wieħed irid ifittex il-manjiera kif il-kuntratturi jiġu nkoraġġiti li jieħdu magħhom lil dawn il-ħaddiema Maltin l-ewwel u qabel kollox.", "Fid-diskussjonijiet li kien hemm ġie wkoll rilevat il-fatt illi l-istutut ta' l-inġinerija, bini u kostruzzjoni ta' l-MCAST għandu numru ta' studenti li qed jitħarrġu f'dan il-qasam.", "Huwa importanti ferm li jkun hemm relazzjonijiet kostruttivi bejn il-kuntratturi u dan l-istitut biex kemm jista' jkun mhux biss insibu soluzzjonijiet immedjati għal każi speċifiċi, imma in the pipeline jkollna wkoll it-taħriġ kif suppost ta' dawn iż-żgħażagħ.", "Aħna nemmnu li jekk dan is-settur jiġi kkurat tajjeb ikun jista' joffri numru ta' opportunitajiet ta' xogħol.", "Aħna nsistejna wkoll li l-industrija tal-bini u l-kostruzzjoni għandha torganizza lilha nnifisha, anke permezz ta' pariri u inkoraġġimenti mill- federazzjoni tagħha biex tagħti ħarsa kritika lejn il-kondizzjonijiet tax- xogħol li qiegħda toffri.", "Huwa evidenti li f'suq ta' xogħol li qiegħed ambjentat ġo soċjeta` li qiegħda dejjem ittejjeb il-kwalita` ta' l-ħajja tagħha, din l-industrija m'għandhiex tippretendi li tiġbed lejha nies b'kondizzjonijiet li m'humiex biżżejjed attraenti u fuq kollox ma jħarsux ir-regoli tas-saħħa u s-sigurta` fuq il-post tax-xogħol.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Fil-fatt dwar l-aħħar punt li ssemma', xtaqt inkun naf jekk qattx sar studju jew qattx saret xi tip ta' komunikazzjoni ma' min hu involut fil-qasam tal-kostruzzjoni proprju dwar il-kondizzjonijiet offruti.", "Ovvjament jekk dan sar u l-kondizzjonijiet baqgħu l-istess, minkejja li jkun hemm persuni li jkunu qed jerriġistraw għal dawn it-tip ta' xogħlijiet, dawn bilfors m'humiex isibuhom attraenti.", "Ma jaħsibx allura li għandna nikkonsidraw li permessi għal ħaddiema barranin f'dan il-qasam m'għandhomx jibqgħu jinħarġu sakemm il- kondizzjonijiet ma jitranġawx u jkunu xierqa kemm għal dak li għandu x'jaqsam ma' rimunerazzjoni bħala ħlas, kif ukoll f'dak li jirrigwarda s- saħħa u s-sigurta' tal-ħaddiema, kif semma' tajjeb il-Ministru?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Speaker, jien jidhirli li m'huwiex f'waqtu u għaqli li minn qabel, wieħed jgħid li m'għandhomx jinħarġu l-permessi għall- ħaddiema barranin fis-settur ta' l-industrija tal-bini u l-kostruzzjoni jekk ma jitjebux il-kondizzjonijiet u r-rimunerazzjoni tax-xogħol.", "Nista' ngħid li dalgħodu stess, f'laqgħa li ppreseda l-Viċi Prim Ministru u li kont preżenti għaliha jien, kif ukoll rappreżentanti mill-korporazzjoni għax-xogħol u taħriġ u mill-federazzjoni tal-kuntratturi f'din l- industrija, ġie diskuss dan is-suġġett.", "U l-punt li qed iqanqal l-Onor.", "Interpellant, jiġifieri r-rabta tal-kondizzjonijiet tax-xogħol ma' l- attrazzjoni ta' ħaddiema Maltin f'dan is-settur, ħa pjuttost ċertu ħin.", "Issa bħalma jiġri f'kull industrija, meta qed titkellem fuq dan it-tip ta' xogħol għandek kuntratturi li għandhom ċerta organizazzjoni, li għandhom ċertu volum ta' xogħol u li allura l-kondizzjonijiet li joffru huma l- kondizzjonijiet veri u proprji tas-suq.", "Allura hemmhekk wieħed isib li r- rimunerazzjoni hija dik stabilita mis-suq u li l-kondizzjonijiet tas-saħħa tal-ħaddiema huma relattivament imħarsa tajjeb u allura jinkoraġġixxu lil dak li jkun.", "Naturalment dawn ikunu kuntratturi li jqisuha fl-interess tagħhom li jagħmlu minn kollox biex iżommu magħhom ħaddiema tas-sengħa.", "Nafu li hemm kuntratturi li minħabba li l-ħaddiema li jaħdmu magħhom ikunu laħqu rawmu l-workforce li għandha l-firxa tal-ħiliet u tas-snajja' meħtieġa f'din l-industrija, ikunu qed jikkurawhom tajjeb għax ma jkunux jixtiequ jitilfuhom.", "Din l-industrija għandha ċertu ammont ta' poaching minn kuntrattur għal ieħor fejn il-kuntratturi jibdew jieħdu dawk il- ħaddiema tas-sengħa li huma tajbin u li huma ppruvati.", "Pero` nafu wkoll li għandna kuntratturi li għax m'humiex ta' din l-iskala ta' ekonomija, jiġifieri jkunu kuntratturi relattivament żgħar, evidentement hemmhekk wieħed jara li l-fattur ta' l-ispiża tax-xogħol jiġi ttrattat b'mod differenti.", "Filwaqt li wieħed irid f'ċertu sens iħalli dan is-suq ta' xogħol jiżviluppa u jiżviluppa anke r-rimunerazzjoni relattiva, huwa diffiċli li wieħed jirregolah fuq il-livell massimu.", "Nafu li dan huwa suq ta' xogħol li huwa regolat, bħas-swieq l-oħra tax-xogħol, fuq il-livell minimu, jiġifieri hemm il-pagi minimi li jridu jitħallsu, il-kondizzjonijiet tax-xogħol, in-numru ta' sigħat li wieħed irid jagħmel, il-vakanzi li huma ntitolat għalihom u ħwejjeġ oħra li huma regolati bl-istandard labour order li toħroġ għas- setturi differenti.", "Pero' hija realta' li biex nattiraw liż-żgħażagħ tal- lum lejn il-qasam tal-bini u l-kostruzzjoni, anke jekk huma jagħżlu din is- sengħa bħala linja ta' taħriġ, il-kondizzjonijiet tax-xogħol kif ukoll ir- rimunerazzjoni, anke minħabba l-iskabrożita' tal-kwalita' tax-xogħol, huma fatturi li għandhom piż kbir.", "Allura aħna ninkoraġġixxu lill-industrija li taħdem b'mod u manjiera li tattira lill-ħaddiema mhux biss bil-paga – għax din m'hijiex l-uniku fattur - imma anke b'tip ta' kondizzjonijiet oħrajn.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Mr Speaker, filwaqt li wieħed jifhem l-aspett pekunjarju tagħha u allura naqbel mal-Ministru li wieħed m'għandux jitkellem biss minn dan il-lat, pero' ċertament l-ebda kumpannija kbira jew żgħira m'għandha tagħmel kompromessi mas-saħħa u s-sigurta` fuq il-post tax- xogħol.", "Sfortunatament ta spiss nisimgħu diversi inċidenti fejn jintlaqtu ħaddiema, indipendentement jekk dawn ikunux qed jaħdmu ma' kumpannija kbira jew ma' kumpannija żgħira.", "Jista' il-Ministru jgħid x'qed isir kemm mill-ETC kif ukoll mill-awtorita` dwar is-saħħa u s-sigurta` fuq il-post tax-xogħol – għalkemm naf li din ta' l-aħħar ma taqax taħt il-kompetenza tiegħu direttament – biex forsi jkun hemm xi tip ta' kordinament aħjar biex isiru spezzjonijiet aktar spissi u jittieħdu dawk il-passi neċessarji biex verament tiġi protetta s-saħħa u s- sigurta` fuq il-post tax-xogħol?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Jiena nħoss li hemm livell ta' kordinament tajjeb imma naturalment dejjem hemm lok biex dan jitjieb.", "Kif qed naraw, il- korporazzjoni għax-xogħol u taħriġ tinvestiga b'mod preventiv l-affarijiet.", "Żgur li m'hijiex qiegħda hemm biex sempliċement tirċievi r-rapporti imma hi stess, permezz ta' l-uffiċjali tagħha, tfittex biex tara li l-liġijiet li għalihom hi direttament responsabbli jiġu osservati u li jkun hemm ukoll liaison ma' l-awtorita` tas-saħħa u s-sigurta` fuq il-post tax-xogħol biex jekk ikun hemm ħwejjeġ li għandhom jiġu rrapportati, dawn jiġu rrapportati.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joseph Abela.", "ONOR.", "JOSEPH ABELA: Peress li hemm min jallega li dawn l- ispezzjonijiet qegħdin isiru b'ċerta diskriminazzjoni, fis-sens li hemm kumpanniji li jilmentaw li lilhom jsirulhom aktar spezzjonijiet minn kumpanniji oħrajn – ma nafx jekk il-Ministru jirċevix dawn it-tip ta' lmenti – jista' il-Ministru jgħid x'tip ta' metodu jintuża biex isiru dawn l-ispezzjonijiet?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ilum il-korporazzjoni għax-xogħol u taħriġ akkwistat ċerta esperjenza f'dan ir-rigward u nemmen li twettaq l-ispezzjonijiet tagħha b'mod mifrux u b'mod ġust.", "Pero` l-esperjenza li akkwistat turi wkoll li f'ċerti oqsma jkun aktar possibbli li jkun hemm ċertu ksur ta' regolamenti.", "Jekk industrija jkollha ċertu kobor u ċertu tip ta' xogħol, x'aktarx li mill-esperjenza tagħha l-korporazzjoni tkun taf fejn hemm l- aktar tendenza li jkun hemm ksur tar-regolamenti.", "Allura jista jagħti l- każ li f'xi industriji fejn din it-tendenza tinħass aktar isiru spezzjonijiet aktar spissi.", "X'aktarx jiġri wkoll li dawn l-ispezzjonijiet isiru fejn ikun irriżulta li diġa' kien hemm ksur tal-liġi.", "Jekk wara li jingħataw warnings dawn il- kumpanniji ma jagħtuhomx is-serjeta' li suppost jagħtuhom, jerġgħu jsirulhom spezzjonijiet oħra.", "F'każ li dawn jerġgħu jiksru r-regolamenti, ikun jidher ċar li dak l-employer partikolari jkun jenħtieġ ċerta insistenza biex jottempora ruħu mal-liġijiet.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Carmelo Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Jista' il-Ministru jilluminana dwar il-partijiet l- oħra li jien staqsejt fuqhom fl-interpellanza oriġinali tiegħi?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-ewwelnett fuq l-issue in kwestjoni dwar in- nazzjonalita`, il-korporazzjoni għax-xogħol u taħriġ m'għandhiex il-mezzi biex tistabilixxi n-nazzjonalita` ta' dak li jkun.", "Hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq ħaddiema barranin u ħafna drabi l-individwu ma jagħtikx din it-tip ta' nformazzjoni.", "Li jiġri hu li meta jsir rapport, il-korporazzjoni għax-xogħol u taħriġ tgħaddi mill-ewwel il-każ lill-pulizija.", "Il-bieraħ ukoll kelli domanda dwar dan is-suġġett u spjegajt illi f'dawn il-każi, aħna naqbdu d-dettalji u nagħtuhom lill-pulizija biex jagħmlu l- investigazzjoni tagħhom.", "(Interruzzjonijiet) Jiddispjaċini imma quddiemi m'għandix informazzjoni dwar in-nazzjonalita' tal-persuni li nqabdu jaħdmu.", "Dwar il-passi li jittieħdu kontra s-sidien, il-bieraħ ukoll weġibt li dawn jeħlu l-multi li huma stabiliti.", "Hemm multi li huma ta' natura amministrattiva u hemm oħrajn li huma stabiliti mill-qrati konċernati.", "CCF - PRIĠUNIERI FL-ISPTAR SAN LUQA", "1587.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Ministru jgħid għaliex priġunieri mill-faċilita' korrettiva ta' Kordin li jkollhom bżonn kura medika fl-outpatients ta' l-isptar San Luqa u li jitmexxew mal-kuriduri ta' l-isptar bil-manetti, jittieħdu fil-ħinijiet ta' filgħodu?", "Ma jaħsibx li dawn għandhom jingħataw trattament f'ħin differenti tal-jum u mhux meta jkun hemm mijiet ta' nies fl-outpatients?", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru tal-Ġustizzja u Intern): L-amministrazzjoni tad-dipartiment tas-servizzi korrettivi m'għandhiex kontroll fuq il- ħinijiet appuntati għall-priġunieri f'St. Luke's – dawn jiġu ffissati mit- tobba, professuri u d-dipartimenti konċernati ta` l-istess sptar – għalkemm mhux l-ewwel darba li ngħataw appuntamenti għal wara nofsinhar.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joseph Abela, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOSEPH ABELA: Mr Speaker, jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li immigranti illegali jittieħdu St Luke's immanettjati, bil-konsegwenza li l-image tagħhom tkun ta' priġunieri?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Minħabba l-fatt li jistgħu jaħarbu.", "SPTAR SAN LUQA – KAŻI SOĊJALI", "1588.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' il- Ministru jgħid kemm hemm każi li jissejħu soċjali miżmuma fl-isptar San Luqa?", "Kemm minnhom huma rġiel u kemm minnhom huma nisa?", "Dawn in-nies ġew abbandunati mill-familji tagħhom?", "X'inhi l-medja ta' l-eta' ta' dawn il- pazjenti?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa): Ninsab informat li n-numru totali ta' każi soċjali fl-isptar San Luqa bħalissa huwa ta' 70 persuna, 49 minnhom nisa u 21 huma rġiel.", "Skond is-social workers li għandna jaħdmu fl- isptar, erbgħa biss minn dawn huma abbandunati mill-familji tagħhom.", "L-eta' ta' dawn il-pazjenti tvarja bejn is-67 u l-95 sena.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Stefan Bountempo, domanda supplimentari.", "ONOR.", "STEFAN BOUNTEMPO: Jista' il-Ministru jgħidilna x'inhu joffri l- ministeru tas-saħħa bħala alternattiva għall-problema ta' każi soċjali?", "Jista' jgħid ukoll kemm hemm residenti fl-isptar San Luqa li qed jistennew li jidħlu f'dar ta' l-anzjani jew f'xi sheltered home?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Primarjament, minkejja li fl-isptar San Luqa hemm dawn il-każi soċjali, is-sodod li hemm ġewwa l-isptar huma kollha għal mard akut, fis-sens li l-aħjar mod li wieħed jista' jużahom huwa għal mard akut.", "Illum hemm it-tendenza – din hija xi ħaġa li mexjin lejha fis-sistema tagħna - li malli pazjenti li jkunu ta' ċerta eta' jiddaħħlu l-isptar, jiġu evalwati fl-admission ward biex naraw mill-ewwel stadju liema huma dawk li għandhom problemi soċjali barra li għandhom il-mard u jibdew it-trattament għall-problemi soċjali tagħhom.", "Hija filosofija ta' dan il-gvern li kemm jista' jkun, l-anzjani jiġu mfejqa u jintbagħtu lura fi djarhom biex ikomplu jgħixu fl-ambjent fejn huma mdorrijin u ma' familjari u ħbieb fil-komunita` li kienu jgħixu fiha.", "Għal dan il-għan, dawk il-pazjenti li juru l-intenzjoni li jridu jerġgħu jmorru f'darhom, jintbagħtu jekk ikun hemm bżonn ġewwa l-isptar Zammit Clapp, fejn jingħataw programm ta' fiżjoterapija li jgħinhom ikunu indipendenti kemm jista'.", "Waqt li dawn ikunu għadhom l-isptar, jiġu individwati wkoll dawk il- pazjenti li l-aktar jibbenefikaw jekk imorru fl-isptar Zammit Clapp u jingħajtu s-social workers biex jaraw xi programm ifasslu għalihom jew inkella x'diffikultajiet jistgħu jintaqgħu magħhom, anke wara li joħorġu mill-isptar Zammit Clapp.", "Per eżempju, jaraw għandhomx bżonn is-servizz ta' meals-on-wheels, jaraw għandhomx bżonn is-servizz tat-telecare, jaraw għandhomx bżonn is-servizz ta' handyman u jipprovdulhom dak kollu possibbli biex kemm jista' ikun, jibqgħu jgħixu indipendentement.", "Naturalment is-70 każ soċjali li hemm fl-isptar ikunu akkumulaw għas- sempliċi raġuni li s-sodod ġewwa r-residenza San Vinċenz huma kollha okkupati.", "Barra minn hekk u minkejja li l-pazjenti li jkunu jixtiequ jiġu rikoverati fl-isptar St. Vincent de Paule jingħataw priorita` fuq applikazzjonijiet oħra, wieħed ma jistax jagħmel din bħala regola.", "Qed ngħid hekk għal żewġ raġunijiet.", "Fi żmien il-gvern l-ieħor kienet tintuża l-proċedura li kienet tingħata preferenza u preċedenza lil dawk il-pazjenti li kienu riedu jidħlu fl-isptar San Vinċenz pero' kienu rikoverati ġewwa l- isptar San Luqa.", "Allura kien qed jiġri li kulmin ried imur f'San Vinċenz, kien bi skuża jew oħra jidħol fl-isptar San Luqa biex jaqbeż il-queue, jgħidilhom li m'għandux fejn imur u allura kien jingħata l-preċedenza.", "Ikun hemm każi ġenwini ta' anzjani li jkunu qed jgħixu indipendenti fid-dar tagħhom.", "Ħafna drabi dawn ikunu koppji li jgħinu lil xulxin.", "Allura meta wieħed minnhom jitfellek, l-ieħor ma jkunx jista' ikompli jdur bih.", "U allura ma tistax bħala regola tagħmilha li f'San Vinċenz jidħlu l-ewwel dawk li hemm rikoverati ġewwa l-isptar.", "Jiġifieri rridu nippruvaw nilħqu bilanċ bejn is-social cases li għandna fis-swali tagħna u l- applikazzjonijiet li jiġu barra mill-isptar.", "Barra minn hekk, meta jkun hemm dawn it-tip ta' każi soċjali, is-social workers jagħmlu wkoll kuntatt mad-dipartiment tas-servizzi soċjali biex it-tnejn flimkien inkunu nistgħu nikkoordinaw il-ħidma tagħna biex nilħqu l-għanijiet favur il-pazjenti.", "Pero` is-70 social cases li qegħdin imsemmijin f'din ir-risposta li ngħatat fit-22 ta' Settembru, m'huwiex numru statiku.", "Fix-xitwa ġieli jkollok mal- 100 każ u allura kważi tliet swali fl-isptar San Luqa jkunu okkupati minn dawn il-persuni.", "Ħafna drabi dawn ma jkunux qegħdin hemm għax m'għandhomx fejn imorru imma jew għax il-familjari tagħhom ma jkunux jistgħu jduru bihom, speċjalment illum li ħafna nisa qed joħorġu jaħdmu jew minħabba l- fatt li peress li llum qed ngħixu aktar fit-tul, jista' jagħti l-każ li t- tfal ta' l-istess anzjani rikoverati - issib minnhom li jkollhom qrib id-90 sena – ikollhom huma stess ċerta eta' u ġieli jkunu aktar morda mill- ġenituri tagħhom stess.", "Jiġifieri minkejja li l-anzjan ikollu r-residenza tiegħu u minkejja li uliedu jkunu jridu jduru bih, dan ma jkunx possibbli.", "Dan huwa fenomenu li ovvjament se jibqa' jikber għax qed ngħixu aktar fit- tul u minkejja li kemm jista' jkun inkunu rridu ngħixu aktar indipendenti, fl-aħħar parti ta' ħajjitna se jkollna niġu rikoverati ġewwa l-isptar.", "U allura hemm iċ-ċans li din il-problema tikber u l-gvern qed jieħu l-miżuri opportuni biex ikun jista' jindirizzaha.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru Tonio Borg.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar l-ammont ta' pagamenti pendenti lill-membri tal-korp tal- Pulizija minn kumpanniji u organizzazzjonijiet li talbu s-servizz tal- pulizija matul l-2003, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 1589;", "u f'isem il-viċi prim ministru u ministru għall-politika soċjali nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar refurbishment li sar fis-sala Sant'Anna fl-isptar ġenerali ta' Għawdex, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 1920.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IL-PROFESSJONI TA' L-ACCOUNTANCY", "ACCOUNTANCY PROFESSION (AMENDMENT) BILL", "MR SPEAKER: Il-Ministru Dalli, jekk jogħġbu, iressaq it-Tielet Qari.", "ONOR.", "JOHN DALLI (Ministru tal-Finanzi u l-Affarijiet Ekonomiċi): Mr Speaker, nipproponi t-Tielet Qari ta' l-abbozz ta' liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Att dwar il-Professjoni ta' l-Accountancy, Kap 281\".", "MR SPEAKER: Min jissekonda, jekk jogħġobkom?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA (Segretarju Parlamentari): Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-abbozz ta' liġi li jemenda l-Att dwar il-Professjoni ta' l-Accountancy jiġi moqri t-Tielet Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Att dwar il-Professjoni ta' l-Accountancy, Kap 281\" ġie moqri t- Tielet Darba u għadda.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-KODIĊI ĊIVILI", "CIVIL CODE (AMENDMENT) BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mill-21 ta' Lulju, 2003.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "MR SPEAKER: Il-Ministru Borg huwa in possession of the House u kien qed jagħmel il-winding up.", "S'issa ħa 17-il minuta.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, l-Onor.", "Herrera staqsieni jekk f'dan l- abbozz ta' liġi hux se jkun hemm provvediment transitorju, u jien ngħidlu iva, naħseb li se jkun hemm.", "Huwa veru li dan il-provvediment m'huwiex imniżżel fl-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna, pero` meta qrajt id- dibattitu, anke taħt il-leġislatura l-oħra, jidher li kien hemm xi forma ta' commitment li jkun hemm dan il-provvediment.", "Fil-fatt din se niddiskutuha ma' l-avukat ġenerali biex naraw jekk dawn ir-regoli għandhomx ikunu retroattivi jew le.", "L-opinjoni personali tiegħi hi li dawn ir-regoli għandhom ikunu prospettivi.", "Mr Speaker, nibda biex ngħid li ħadt gost li għalkemm kien hemm min oppona għaż-żewġ raġunijiet li għalihom qed jitressaq dan l-abbozz ta' liġi, kien hemm uħud li approvawhom għax fehmu li ma jistax ikun inkomplu b'sitwazzjoni fejn ma jkunx hemm regoli dwar il-likwidazzjoni tad-danni, li jkunu r-riżultat ta' atti ta' negliġenza.", "Il-fatt li jkun hemm regoli dwar xi ħaġa ma jfissirx li qed tindaħal lill-qrati jew saħansitra li qiegħed tużurpa d-dritt tagħhom li jaslu għall-konklużjonijiet fil-parametru tal- liġi.", "Li wieħed jagħmel il-parametri b'daqshekk ma jfissirx li huwa qiegħed jassumi d-dritt ta' ġudikant.", "Wara kollox il-ġudikanti kollha, l- imħallfin u l-maġistrati, mhux liġijiet mgħoddija minn dan il-parlament japplikaw?", "Allura għax aħna ngħaddu liġi mill-parlament, b'daqshekk inkunu qed nindaħlulhom?", "Anzi huma għandhom dover kostituzzjonali li ma jagħmlu xejn ħlief li jinterpretaw dawk il-liġijiet.", "Kif għedt anke l-aħħar darba, huwa veru li hawn min mhux biss jinterpreta l-liġi imma donnu joħloqha bil- mod kif jinterpretaha, pero` l-fatt huwa li l-ġudikanti għandhom id-dover li jinterpretaw il-liġijiet li jgħaddu r-rappreżentanti tal-poplu.", "Kulma se nagħmlu aħna huma regoli li jridu jiġu osservati ħalli ma jkollniex diskrepanzi li joħolqu inġustizzji bejn vittmi ta' inċidenti u oħrajn.", "B'hekk ma jkollniex sitwazzjonijiet fejn imħallef jiddeċiedi li jillikwida d-danni mod u jagħti wisq u mbagħad ħaddieħor ma jieħux dak li ħaqqu u jieħu inqas.", "Li jkun hemm xi forma ta' capping fl-ammont massimu tad-danni li jistgħu jingħataw huma tendenzi li mhux biss qed narawhom iseħħu f'pajjiżna imma anke f'pajjiżi oħrajn.", "Issa hawn ta' min jgħid li sa l- 1962 kien hemm capping, u mingħalija dan kien jammonta għal Lm1,200, pero` llum, bl-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna, qed nissuġġerixxu li l- capping ikun ta' Lm0.25 miljun.", "Huwa veru li l-ħajja għoliet mill-1962 'il hawn, pero` ma naħsibx li għoliet bl-istess proporzjon ta' dan il-capping, li minn Lm1,200 se jogħla għal Lm250,000, jiġifieri bl-ebda mod m'huwa pass retrogradu li se mmorru lura għaż-żmenijiet meta forsi kienet qed tinħoloq inġustizzja minħabba li l-capping kien baxx wisq.", "Terġa` biex żgur din il- liġi tkun tista' timxi maż-żminijiet aħna qegħdin ninkludu wkoll provvediment biex il-ministru, permezz ta' avviż legali, ikun jista' jgħolli dak il-capping, jiġifieri m'hu se jkun hemm xejn xi jżomm lill- ministru milli jgħolli l-capping minn Lm0.25 miljun għal Lm300,000, per eżempju.", "Jien naħseb li hija xi ħaġa tajba li jkun hemm capping.", "L-għoti ta' danni lil min hu dipendenti diġa` jeżisti fil-Kodiċi Ċivili.", "Jekk wieħed iħares lejn ir-regoli tal-lum isib li strettament, fil-każ ta' qarib li ma jkunx dipendenti, mhux suppost jingħataw danni, u għalhekk f'każ li l-inċident ikun wassal għall-mewt ta' dak li jkun, il-fatt li l- qraba ma jkunux dipendenti tal-mejjet, ikunu qed jingħataw id-danni u jkun hemm capping ta' Lm20,000 fil-konfront tagħhom, dan huwa indikazzjoni li mhux biss qegħdin nagħtu ħjiel u konsiderazzjoni għal telfien materjali imma forsi wkoll għal telfien li ġej mill-fatt li għalkemm m'intix indipendenti, inti qarib ta' dak li jkun miet fl-inċident u allura wieħed jistenna li jkun hemm xi forma ta' ħlas.", "Jekk wieħed iħares lejn din il- parti tal-liġi strettament jista' jasal għall-konklużjoni li dawn huma danni morali għax jekk inti m'intix dipendenti u l-liġi tad-danni tagħna dejjem kienet ibbażata fuq li biex inti jirnexxielek tieħu azzjoni tad- danni b'riżultat ta' inċident trid tipprova in pounds, shillings and pence li int sofrejt telfa, ...", "Sal-lum il-fatt li inti tkun għamilt sajf sħiħ f'qiegħ ta' sodda ma kienx jintitolak għal payment, allavolja tkun għaddejt minn ħafna uġigħ u tkun batejt moralment jew psikoloġikament.", "Sal-lum il- liġi għadha li inti tiġi intitolat għal payment biss jekk tipprova telfien, li jista' jkun telfien materjali jew inkella telfien ta' qligħ fil-futur għax minħabba l-mankament li sofrejt, inti ma tkunx tista' taqla' flus kemm tixtieq.", "Imma hawnhekk dejjem qed nitkellmu fuq flus.", "Il-fatt li l-qraba se jkunu jistgħu jingħataw sa massimu ta' Lm20,000 minkejja li ma jkunu jiddependu xejn mill-mejjet - mhux bħal per eżempju, armla jew tfal li jitilfu lil missierhom taħt l-eta` u allura f'daqqa waħda jsibu ruħhom mingħajr sors ta' income - huwa prova ta' kemm qegħdin nagħtu kas lill- qraba tal-mejjet.", "Fil-każ ta' persuni li huma dipendenti, bħall-mara ta' dak li jkun miet, it- tfal jew anke l-ġenituri - għax jista' jkun li l-ġenituri jkunu qed jgħixu ma' din il-persuna li tkun mietet u allura jkunu dipendenti tagħha - il- capping huwa għoli ħafna wkoll.", "Fil-fatt f'dawn il-każijiet, il-capping huwa ta' Lm0.25 miljun.", "Aħna qed nipprovaw indaħħlu ċertu ordni fil-qasam tad-danni u qegħdin ukoll nipproteġu l-kumpanniji ta' l-assikurazzjoni għax għalkemm is-servizz tagħhom huwa wieħed kummerċjali, dawn għandhom direzzjoni soċjali.", "Per eżempju, Allaħares nispiċċaw f'sitwazzjoni fejn il-premiums tant jogħlew li ħadd ma jkun jista' jaffordjahom jew inkella ma jkollniex cover ta' assigurazzjoni tajba li tkopri sitwazzjonijiet bħal dawn, pero` jekk nibqgħu f'kamp mhux regolat nistgħu niġu ffaċċjati f'din is-sitwazzjoni, kif ġara f'pajjiżi oħrajn.", "Għalhekk huwa tajjeb li f'dan il-qasam qed nilleġislaw bil-capping kif ukoll bil-limitazzjonjiet li semmejna, għalkemm fadal fejn wieħed forsi jista' jbiddel xi affarijiet.", "Ta' min jgħid li anke barra minn dan il-parlament hemm diskussjoni dwar jekk dawn ir-regoli għandhomx japplikaw ukoll f'każ li l-inċident ma jkunx ir-riżultat ta' negliġenza imma jkun ir-riżultat ta' intenzjoni.", "Sakemm inkunu qegħdin nipproteġu lill-persuni u lill-kumpanniji ta' assigurazzjoni f'każ ta' negliġenza wieħed jista' jaqbel magħna, pero` f'każ li xi ħadd joqtol lil xi ħadd, aħna għandna nagħmlu xi capping fuq id-danni jew inkella għandna nidħlu f'xi dettalji oħra biex b'xi mod nillimitaw id-danni?", "Din se niddiskutuha fi stadju tal-kumitat u nispera li jkollna diskussjoni tajba u anke naslu għall-konklużjoni dwar jekk id-dolo għandux ukoll jiġi inkluż f'dan l-abbozz ta' liġi.", "S'issa kif inhu redatt dan l-abbozz ta' liġi, hawn inkluż kull azzjoni tad-danni, kemm dik li ġejja minn negliġenza kif ukoll dik li ġejja minn intenzjoni.", "Mr Speaker, jien ma fadalli xejn xi ngħid ħlief li nirrikmanda dan l-abbozz ta' liġi għall-approvazzjoni tal-Kamra.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Se npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi li l-abbozz ta' liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Kodiċi Ċivili, Kap 16\" jiġi moqri t-Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MR SPEAKER: Skond il-Mozzjoni Nru 48 mgħoddija fis-Seduta Nru 7 tad-9 ta' Ġunju 2003, din il-votazzjoni għandha tittieħed fil-ħin ta' l- interruzzjoni tax-xogħol.", "EMENDI GĦALL-ORDNIJIET PERMANENTI TAL-KAMRA", "Ikompli mit-13 t'Ottubru, 2003.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Attard Montalto huwa in possession of the House.", "S'issa ħa seba' minuti.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Mr Speaker, il-bieraħ jien bdejt id-diskors tiegħi billi spjegajt li l-politika u l-ħsieb tal-partit Laburista huma li għandu jkun hemm żewġ kumitati separati; wieħed ikun kumitat dwar l- affarijiet barranin u l-ieħor ikun kumitat dwar l-Ewropa.", "Fost affarijiet oħra, jien għedt li din il-proposta tirrifletti politika totalment differenti bejn il-gvern u l-oppożizzjoni u m'hijiex biss kwestjoni ta' proċedura jew ta' strateġija.", "Għall-partit Nazzjonalista jidher li l- Ewropa hija l-ewwel, it-tieni, it-tielet u tista' tibqa' sejjer sakemm tasal f'dak in-numru li ma jispiċċa qatt.", "In-naħa tal-gvern taf li jekk l- affarijiet Ewropej u l-affarijiet barranin jiġu diskussi f'kumitat wieħed, l-affarijiet barranin mhux se jingħataw l-importanza li jixirqilhom.", "Il- partit Laburista jħares lejn il-kwestjonijiet ta' l-affarijiet barranin b'mod li l-Ewropa għandha importanza li ma tistax iċċekkinha, u għalhekk aħna rridu li jkun hemm kumitat ad hoc fuq l-Ewropa u li dan il-kumitat ikun iffokat prinċipalment fuq żewġ affarijiet.", "Aħna rridu li dan il- kumitat ikun iffokat fuq l-affarijiet li jkunu qed jiġu mplimentati, jiġifieri dan il-kumitat qisu jkollu funzjoni ta' skrutinju billi jara li dak li jkun ġie maqbul u dak li jkun qed jiġi implimentat f'pajjiżna jkun qed jiġi implimentat skond dak il-ftehim jew it-trattat li jkun sar.", "Funzjoni oħra li għandu jkollu dan il-kumitat hija li jara kif leġislazzjoni futura se teffettwa ċ-ċirkostanzi partikolari ta' dak li jkun qed jiġi diskuss.", "Permezz ta' dan il-kumitat ikunu jistgħu jiġu evalwati dawk il-liġijiet li jkunu għaddejjin mill-parlament Ewropew - li jistgħu jkunu liġijiet relatati ma' l-industrija, ma' l-agrikoltura jew ma' l- intern - u mbagħad b'kuntatt mal-membri tagħna fl-Ewropa nkunu nistgħu nsemmgħu leħinna u naddestraw kemm ikun possibli dawn l-abbozzi ta' liġi skond il-ħtieġa tal-pajjiż.", "Mela hawnhekk qed naraw li fih innifsu l- kumitat dwar l-affarijiet Ewropej għandu żewġ branki jew żewġ elementi li wieħed ma jistax jgħid liema hi l-iżjed waħda li għandha tkun ewlenija, u hawn qed nirriferi għall-element ta' l-iskrutinju kif ukoll għall-element ta' leġislazzjoni futura.", "Mr Speaker, aħna qed nipproponu li jkun hemm żewġ kumitati għax fl- affarijiet barranin il-partit Laburista ma jarax biss l-Ewropa.", "Id-dinja m'hijiex biss l-Ewropa.", "Id-dinja hija ħafna ikbar mill-Ewropa, u Malta għandha tiżviluppa relazzjonijiet bilaterali anke ma' pajjiżi li m'humiex fl-Ewropa jew ma' istituzzjonijiet internazzjonali.", "Jekk inti jkollok kumitat wieħed, dan il-kumitat bl-ebda mod ma jkun jista' jlaħħaq maż-żewġ funzjonijiet li għandu f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-Ewropa, ma' funzjonijiet oħrajn ma' pajjiżi li m'humiex fl-Ewropa magħquda u ma' organizzazzjonijiet internazzjonali.", "Minħabba l-pożizzjoni ġeografika tagħna, aħna rridu nagħtu sehem u dimensjoni lil oqsma oħra ta' ħwejjeġ internazzjonali b'mod bilanċjat u b'mod li nagħtu importanza lill- affarijiet li għandhom x'jaqsmu ma' l-Ewropa magħquda.", "Per eżempju, id- dimensjoni Mediterranja hija parti integrali mill-politika barranija ta' pajjiżna, dimensjoni li għandna naraw u nevalwaw għal-Lvant nofsani.", "Dan tant huwa suġġett importanti u din tant hija kwestjoni li tolqot lil pajjiżna direttament li l-kumitat dwar l-affarijiet barranin għandu jkollu focus sħiħ fuq dak li qed jiġri f'dan il-qasam f'din il-parti tal- Mediterran, iktar u iktar meta nafu x'inhuma d-dimensjonijiet u r- relazzjonijiet tagħna ma' partijiet oħra tad-dinja apparti mill-Ewropa.", "Per eżempju, ir-relazzjonijiet ma' l-Amerka tant huma importanti li għandhom jieħdu dimensjoni iktar wiesgħa milli ħadu sal-lum, u l-politika li għandu jkollna ma' ċerti pajjiżi li hemm fl-Asja u fl-Afrika, li huwa kontinent sħiħ u li aħna qegħdin bieb ma' bieb miegħu, għandha tkun il-mira ta' l-iżvilupp ekonomiku ta' pajjiżna.", "Huwa impossibbli li jkollok kumitat wieħed dwar l-Ewropa u dwar l- affarijiet barranin.", "Għadni ma semmejtx l-importanza li dan il-pajjiż ikollu wkoll relazzjonijiet m'organizzazzjonijiet internazzjonali, bħall- United Nations u anke l-Commonwealth, u dawn ir-relazzjonijiet m'għandhomx jifformaw marġini żgħira minn dan il-kumitat imma għandhom ikunu parti integrali minn dan il-kumitat tal-Kamra.", "Wara kollox huwa ħafna iktar importanti għal pajjiż żgħir Ii jiffoka fuq dawn l-affarijiet milli għal pajjiż kbir.", "Mr Speaker, wieħed għandu jħares lura lejn l-istorja u jara kif pajjiżi jew repubbliki żgħar, permezz ta' relazzjonijiet barranin qawwija, irnexxielhom joħolqu kummerċ, pressjoni u poter ħafna ikbar mill-istat ġeografiku tagħhom.", "Per eżempju, jekk wieħed jara l-istorja ta' pajjiżi marittimi bħal Genoa, Pisa u Venezja jsib li dawn kellhom politika barranija li f'dawk iż-żminijiet kienet l-iżjed waħda diplomatikament avvanzata mill- pajjiżi Ewropej u Mediterranji kollha.", "Aħna għandna ninvestu u ma noqogħdux lura milli jkollna relazzjonijiet barranin fuq pedament li mhux biss ikun sod imma jkun anke wiesa'.", "L-ewwel għedt li r-relazzjonijiet barranin narahom iktar essenzjali għal pajjiż żgħir milli għal pajjiż kbir għar-raġuni li pajjiż kbir jista' juża l- muskoli tiegħu filwaqt li l-pajjiżi żgħar iridu jużaw iktar l-istrateġija, il-moħħ, id-diplomazija, u dan jiġri jekk ikollok il-fulcrum f'pajjiżek.", "Għalhekk jeħtieġ li jkollna ministeru qawwi biex jieħu ħsieb l-affarijiet barranin.", "Aħna m'aħniex qed ngħidu li għandu jkollna żewġ ministeri, imma min-naħa l-oħra fejn għandhom x'jaqsmu l-kumitati tal-parlament m'għandux ikun hemm focus li jkun wiesa' żżejjed.", "Il-problema m'hijiex jekk għandekx loġistika, jekk għandekx post fejn tiltaqa`.", "Fejn jidħlu problemi ta' loġistika wieħed għandu jsolvihom u mhux jużahom bħala skuża biex ma jagħmilx żewġ kumitati tal-Kamra meta jkun hemm bżonn li jitwaqqfu żewġ kumitati tal-Kamra.", "Jien għandi diversi suġġerimenti biex l-impasse li hemm bejn il-gvern u l- oppożizzjoni jkun jista' jsolvi ruħu.", "Aħna, bħala oppożizzjoni, qegħdin ninsistu fuq l-importanza li jkollna żewġ kumitati imma l-gvern huwa kontra dan il-konċett għax kieku aċċetta dak li konna qed ngħidu aħna qabel ma ressaq din il-proposta quddiem il-Kamra.", "Ma nistax nara għaliex ma rnexxilniex nirrealizzaw l-importanza li jkollna żewġ kumitati, u fil-fatt s'issa ma nġab l-ebda argument validu biex jipperswadina li l-proposta tagħna ta' żewġ kumitati hija waħda li ma tagħmilx sens.", "S'issa ma nġab l- ebda argument li loġikament juri li fil-pożizzjoni realistika li jinsab fiha dan il-pajjiż għandu jkollna kumitat wieħed għall-affarijiet barranin u għall-affarijiet Ewropej.", "Kif għedt il-bieraħ, l-affarijiet barranin m'humiex ta' l-istess dimensjoni ta' l-affarijiet Ewropej għax il-liġijiet, id-direttivi u r-regoli l-oħra li se jgħaddu fi Brussels u fi Strasbourg se jkunu affarijiet ta' natura domestika minħabba li l-parti l-kbira tagħhom se jiġu implimentati f'pajjiżna u se jsiru parti mil-leġislazzjoni ta' pajjiżna.", "Għalhekk il- mistoqsija li wieħed irid jagħmel hawnhekk hija din: Allura hawnhekk kif se ngħaqqdu l-affarijiet barranin ma' xi ħaġa li titqies bejn nazzjonali u internazzjonali?", "Jekk il-gvern qed iġib l-argument li loġistikament ma nistgħux naffordjaw li jkollna kumitat ieħor, allura jien personalment nipproponilu li nnaqqsu kumitat eżistenti u nagħmlu żewġ kumitati b'dawn ir- responsabbiltajiet.", "Hemm il-kumitat dwar il-privileġġi tal-Kamra - li jien kont membru tiegħu fil-leġislatura li għaddiet u jien membru tiegħu f'din il-leġislatura wkoll - li niddubita jekk iltaqax ħames darbiet matul il- leġislazzjoni li għaddiet, u għalhekk nipproponi li jekk hemm bżonn dan il- kumitat jingħata funzjoni bħala sotto-kumitat tal-House business committee u minfloku noħolqu kumitat dwar l-Ewropa u kumitat ieħor dwar l-affarijiet internazzjonali.", "Jekk din hija kwestjoni ta' loġistika, nistgħu nsolvuha b'dan il-mod.", "Jekk il-problema hija li ma jistax ikollna iktar kumitati, allura nistgħu nnaqqsu wieħed li għandu importanza ħafna inqas minn dak li qed nipproponu aħna.", "GĦandna nipprovaw insibu soluzzjoni u mhux ngħidu \"iva\" jew \"le\", \"abjad\" jew \"iswed\".", "Qabel kienu jgħidulna li aħna konna partit negattiv, imma issa li qed inkunu pożittivi qed ngħidu lin-Nazzjonalisti: Agħmlu l- pass intom issa.", "Mr Speaker, aħna mill-bank ta' l-oppożizzjoni qegħdin nipprovaw naraw kif jista' jkun hemm ċerti strutturi li jaqbel magħhom kulħadd.", "Allura għax inti għandek il-maġġoranza f'dan il-parlament lanqas pass ma trid tagħmel biex inti ssib it-triq fuq din il-kwestjoni tant importanti?", "Meta aħna qed nipproponu li jkun hemm kumitat għall-Ewropa biss jien niskanta kif il- gvern ma qabiżx u aċċettaha biex juri li l-pajjiż għandu jkollu focus bejn il-partit tal-gvern u l-oppożizzjoni fuq l-Ewropa.", "Wara li kien ilhom dan iż-żmien kollu jgħajru lill-oppożizzjoni għax aħna kontra l-Ewropa, issa li qed nipproponu xi ħaġa biex nagħtu enfasi fuq l-Ewropa, il-gvern stess - li l-Ewropa hija l-kredu tiegħu, ir-radd tas-salib ta' filgħodu - qiegħed joġġezzjona biex ikun hemm kumitat purament fuq l-Ewropa!", "Meta nisma' dan jien nibda naħseb li forsi hemm xi ħaġa oħra wara dan kollu.!", "Ġieli jien nibda niddubita li l-gvern mhux veru qed jirreaġixxi b'dan il- mod minħabba li hemm wisq kumitati għax jien qed nagħtih soluzzjoni; u ċioe` jnaqqas il-kumitat dwar il-privileġġi tal-Kamra - li lanqas iltaqa' ħames darbiet fil-leġislatura li għaddiet - u jagħmlu sotto-kumitat tal- House business committee.", "Jien ngħid li l-gvern ma jridx li jkun hemm kumitat iffokat fuq l-Ewropa minħabba raġuni politika.", "Forsi l-gvern ma jridx li f'dan il-kumitat nikkonċentraw u niskrutinizzaw dak kollu li se jiġi implimentat fil-liġi domestika ta' pajjiżna wara April li ġej?", "Forsi l-gvern jaqbillu li ma jkunx hemm kumitat iffokat li jiskrutinizza liġijiet futuri u l-mod li bih dawn se jeffettwaw l-ambjent, l-industrija u t- turiżmu fost l-oħrajn?", "Bilfors li mbagħad aħna nibdew naħsbu ħażin u ngħidu li l-gvern, fejn jaqbillu jibda jiffoka fuq affarijiet li ma għandhomx x'jaqsmu ma' l-Ewropa u fejn jaqbillu jerġa` jitfa' l-aġenda fuq l-Ewropa, u ċertament din m'hijiex serjeta`!", "Jien ma ppretendejtx li l- gvern ma kienx lest jipprova jsib consensus f'dan ir-rigward meta l-Prim Ministru u l-Viċi Prim Ministru qegħdin jitolbu lill-oppożizzjoni biex niġbdu l-istess ħabel għaliex il-pajjiż tant għandu problemi li huma rridu daqqa t'id min-naħa ta' l-oppożizzjoni.", "Imma meta aħna nipprovaw nagħtu daqqa t' id, x'jiġri?", "Jibdew isibu skużi kemm jifilħu biex ma nilħqux consensus, lanqas fuq affarijiet li mhumiex kontenzjużi, bħal-lum, għax dan li għandna quddiemna llum żgur li m'huwiex kontenzjuż.", "Aħna qed naqblu fuq it-terms of reference imma qed ngħidu li għandna nkunu iktar professjonali billi nkunu iktar iffokati, u eta nisma' l-iskużi li probabbli meta jibda jiltaqa' dan il-kumitat, il-ministri jkunu impenjati f'kumitati oħra, allura jien nħoss li dawn qed jaċċettaw li għandna l-limitazzjoni imma minflok ma jċekknu u jiffokaw, qegħdin iktar iwessgħu sabiex ma nkunux iffokati.", "Fi ftit kliem, il-membri tan-naħa l-oħra minflok ma jridu jispeċjalizzaw, iridu jibqgħu general practitioners, u dan kollu għalija hu amateurism.", "Dan il-parlament qisu dejjem għandu f'moħħu li aħna m'aħniex kapaċi nkunu f'ħafna kumitati - u kważi niftaħru li aħna part-timers!- għaliex m'għandniex il-ħin, il-post u l-loġistika, u minflok ma nipprovaw inkunu ftit kreattivi u innovattivi u għal darba naħdmu flimkien, dejjem jiġi vvintat xi ħaġa biex dan ma jseħħx.", "Jien nitlob lill-gvern biex għal darba jbaxxi rasu u jaċċetta l-proposta li qed tagħmel l-oppożizzjoni.", "Hemm bżonn li l-partit Nazzjonalista fil-gvern ineħħi din l-idea li għandu li kulma jgħid hu, hu tajjeb u kulma ngħidu aħna m'hux tajjeb.", "Din it-tip t'arroganza qed tkun ta' dannu għall-partit Nazzjonalista u mhux għall- partit Laburista għaliex issa l-affarijiet inqalbu.", "Jekk m'għandhomx kuntatt man-nies, aħjar jagħmluh.", "Tafu x'qed jgħidu n-nies tagħkom?", "Qed jgħidu: X'għamilna b'idejna li tellajna lill-partit tagħna!", "U ma nagħtihomx tort li jgħidu hekk meta aħna qed noħorġu bi proposti li juru biċ-ċar li aħna disposti nersqu lejn it-triq tan-nofs u l-gvern m'hu qed jagħmel xejn u għax għandu l-maġġoranza, dejjem qiegħda tgħaddi tiegħu.", "Hekk taħdem id-demokrazija parlamentari?!", "Mr Speaker, id-demokrazija parlamentari titlob li jekk l-avversarju politiku tiegħek joħroġ b'idea tajba, inti m'għandekx taqbad u tiskartaha sempliċement għax tkun ġejja min-naħa ta' l-avversarju tiegħek.", "Għalhekk nitlob lill-gvern biex isewwi d-differenzi li hemm fi ħdanu għaliex nafu li hemm nies fi ħdan il-partit Nazzjonalista li qed jaqblu magħna f'dan ir- rigward.", "Fil-fatt aħna nafu li hemm pika kbira fuq din il-kwestjoni fi ħdan il-partit Nazzjonalista, imma għalissa se nieqaf hawn fuq dan il-punt.", "Issa ejjew naraw x'inhu l-aħjar għall-ġid tal-pajjiż; jekk hux li jkun hemm żewġ kumitati; wieħed għall-affarijiet barranin u l-ieħor għall-affarijiet ta' l-Ewropa jew hux li jkun hemm kumitat wieħed li ma jkunx focused.", "Għalfejn qed jinġiebu skużi loġistiċi?", "Skużi ġġib ħafna imma raġuni tajba waħda biss iġġib, u dik ir-raġuni trid tagħti attenzjoni għaliha għaliex veru illi huwa diffiċli li tkun fil-gvern u li tkun fl-oppożizzjoni huwa ħafna iktar faċli minħabba li xogħlok ikun li tikkritika biss, pero` aħna li qegħdin fl-oppożizzjoni qed inkunu pożittivi għax qed nipproponu u nagħmlu xogħol li għandu jagħmlu l-gvern.", "Aħna għandna nagħmlu dak li hu l-aħjar għal pajjiżna, u mhux billi joqogħdu jġibulna l-eżempju tal-Lussemburgu!", "Il-Lussemburgu m'huwiex Malta; il- Lussemburgu qiegħed fil-Benelux.", "Ma nafux li l-Lussemburgu, il-Belġju u l- Olanda qishom federazzjoni u li l-Lussemburgu għandu ġo fih parti mill- amministrazzjoni ta' l-Ewropa?", "Mela l-Lussemburgu għandu l-ħtiġijiet li għandu bżonn pajjiżna meta dan għandu l-ogħla standard of living fl-Ewropa kollha?", "Aħna lanqas in-nofs ta' l-istandard of living tiegħu m'għandna!", "Il-bżonnijiet tagħna huma li jkollna kumitat iffokat fuq l-Ewropa u fih nagħmlu skrutinju tal-liġijiet li għandhom jiġu applikati sabiex naraw kif il-liġijiet ġodda se jeffettwaw lil pajjiżna, u dan għandu jsir bl-għajnuna ta' nies tekniċi u esperti fis-settur.", "Huwa dan li għandu jsir u mhux ikollna kumitat ta' l-affarijiet barranin li daqqa jitkellem fuq xi liġi ta' l-UE, daqqa fuq l-UN, daqqa fuq iċ-Ċina u mbagħad nerġgħu fuq xi liġi oħra ta' l-UE!", "Il-problema hi ċara u aħna l-membri ta' l-oppożizzjoni ma nistgħux nifhmu kif il-gvern ma jistax jaraha din, jew inkella qed jaraha sewwa imma jrid iwebbes rasu għaliex laħaq qal li l-affarijiet Ewropej u l- affarijiet barranin għandhom ikunu diskussi f'kumitat wieħed.", "Mr Speaker, fil-kumitat dwar l-affarijiet barranin aħna ma niddiskutux id- direzzjoni politika dwar jekk għandux ikollna relazzjonijiet mat-tali -pajjiż jew jekk għandniex nieħdu pożizzjoni dwar dik il-ħaġa li tkun qed tiġri f'dak il-pajjiż.", "Dawn huma affarijiet internazzjonali, bħall-ħwejjeġ nukleari fuq il-Middle East, fuq il-human rights fit-third world, fuq l- Afrika u fuq il-ġuħ li hemm.", "L-affarijiet Ewropej huma differenti għax hemmhekk irridu niffokaw fuq il-liġijiet li aħna ntrabatna li se ndaħħlu, u għalhekk hemm bżonn żewġ kumitati; wieħed huwa kumitat politiku u l-ieħor huwa kumitat tekniku.", "Għalhekk hemm differenza kbira fil-konċetti u fil- ħsieb, u hija xi ħaġa magħrufa li din in-naħa hi iktar abbli fl- amministrazzjoni mill-gvern Nazzjonalista, bħalma hu magħruf illi li kieku ma kenitx il-kwestjoni ta' l-Ewropa, aħna qegħdin bilqiegħda fuq in-naħa tal-gvern u mhux hawn!", "In-Nazzjonalisti stess jammettu li l-partit Laburista huwa amministratur aħjar anke f'din il-ħaġa sempliċi, imma ma' dan il-gvern ma taqbadx art!", "Mhux imbilli l-gvern ħaseb li se jbellagħha lill-votanti u lin-nies li m'humiex tekniċi li għaliex l-Ewropa qiegħda 'l barra minn pajjiżna, allura din l-issue għandha taqa' taħt l-affarijiet barranin!", "Il-votanti huma nies li llum qed jixtarru.", "Ma għadx fadal kwestjoni fuq l-Ewropa; issa qegħdin fuq level playing field u meta tiġi l-elezzjoni li jmiss, inkunu nafu lil min irid il-poplu biex jamministra lil dan il-pajjiż.", "Ladarba l-kwestjoni ta' l-Unjoni Ewropea tneħħiet, issa l-partit Nazzjonalista m'għandux ir-riħ favuru.", "Kif jista' jkun li anke f'affarijiet li huma daqstant ovvji, ma nistgħux insibu triq tan-nofs?", "Mr Speaker, kif il-membri tan-naħa tal-gvern ma jirrealizzawx li l-kwestjoni ta' l-Ewropa m'għandhiex x'taqsam iżjed ma' ħwejjeġ li huma ta' l-affarijiet barranin għax issa qegħdin ġewwa din l- unjoni, u li għalhekk hemm bżonn ta' kumitat għall-affarijiet Ewropej kompletament differenti mill-kumitat ta' l-affarijiet barranin?!", "Hemm bżonn kumitat b'nies tekniċi u esperti fil-materja sabiex jaraw l-effetti tad-direttivi ta' l-UE fuq is-setturi tagħna, bħas-sussidji tad-dockyards u l-ambjent.", "Dawn huma affarijiet tal-kumitat ta' l-Ewropa biss mentri l- kumitat dwar l-affarijiet barranin għandu jieħu ħsieb affarijiet internazzjonali, bħalma hi l-pożizzjoni tal-gvern dwar ir-reatturi nukleari ta' l-Iran u l-gwerra fl-Iraq.", "Issa neħħejna l-kwestjoni ta' l-Ewropa min-nofs u għalhekk hemm bżonn li nkunu professjonali u naraw kif il-kwestjoni ta' l-Ewropa għandha tiġi assorbita minn dawk in-nies li verament jifhmu fis-suġġett flimkien mal- leġislaturi.", "It-teknokrazija u l-leġislatur iridu jaħdmu flimkien.", "Issa fl-Ewropa, il-kwestjoni hija iktar ta' implimentazzjoni u ta' skrutinju ta' liġijiet ġodda li sejrin jeffettwaw lill-pajjiż.", "Huwa veru li l-gvern kien iffokat biex jidħol fl-Ewropa u ma kinitx triq faċli biex jasal s'hawn, imma tajjeb ngħidu li l-problemi veri se jibdew wara li nidħlu u mhux qabel.", "It-tqil għadu ġej.", "Li tgħaddi mill-eżami huwa diffiċli imma m'hux diffiċli daqskemm tibda l-ħajja u l-karriera.", "Aħna qed ngħidu lill-gvern li aħna lesti biex inkunu nifformaw parti minn kumitat li jara u jtaffi l- effett tat-transition u l-proċess kollu li pajjiżna se jgħaddi minnu.", "Aħna qed noffru l-għajnuna tagħna imma kull darba li noħorġu idejna, intom tneħħu tagħkom!", "Jew tgħajruna għax ma noħorġux l-id ta' koperazzjoni jew inkella, meta noħorġuha ddaħħlu tagħkom!", "Baxxu ftit raskom!", "Veru li intom fil-gvern imma araw naqra jekk dak li qed ngħidu aħna huwiex oġġettiv u jekk jaqbilx għall-pajjiż u mhux ħsiebkom biss fil-partit tagħkom!", "Ma jistax il-gvern jipprova jsib it-triq tan-nofs billi jkollu tlieta min- nies li jkunu coordinators u mbagħad ikun hemm żewġ sotto-kumitati; wieħed ta' l-affarijiet barranin u l-ieħor ta' l-Ewropa?", "Qed nipproponi t-triq tan-nofs biex intom min-naħa tagħkom ma jkollkomx għalfejn tirtiraw dak li pproponejtu kompletament.", "Qed titkellmu fuq problemi loġistiċi, u jien ipproponejt li nneħħu l-kumitat dwar il-privileġġi, li ma tantx jiltaqa', u minfloku nagħmlu sotto-kumitat tal-House business committee sabiex b'hekk ikollna post għal kumitat ieħor.", "Mela aħna qed nipproponu żewġ affarijiet imma issa jiġi mingħandkom li forsi turu ċertu maturita`.", "Veru li għandkom maġġoranza ta' ħamsa, veru li kull vot m'hemmx għalfejn tgħoddu għax se jgħaddi imma jekk intom tridu tkunu gvern li jirrappreżenta lill-Maltin kollha, meta l-oppożizzjoni toħroġ b'ideat li jistgħu jkunu ta' ġid għall-pajjiż, intom għandkom turu ċerta reċiproċita` u mhux taqbdu, tniżżlu l-purtiera mal-ewwel u tiskartaw l-idea.", "Jekk se tagħmlu hekk, tikkritikawniex jekk nieħdu attitudni differenti minn dik preżenti.", "Qed nieħdu pożizzjoni pożittiva u l-gvern imessu jieħu din l-okkażjoni biex isib consensus fuq ċerti affarijiet.", "Din tal-kumitat hija xi ħaġa verament żgħira imma minkejja dan, xorta ma nistgħux naqblu fuqha.", "Aħna qed naqblu mal-kontenut, imma ma nistgħux naqblu fuq in-numru ta' kumitati għax hi ovvja li l-affarijiet barranin u l- affarijiet Ewropej m'għandhomx x'jaqsmu ma' xulxin.", "Aħna lesti nikkonsidraw anke kontro-proposta min-naħa tal-gvern.", "Nappella lill-gvern biex qabel ma jersaq għall-vot, jaħseb kif isib konverġenza fuq din il-kwestjoni għax dan huwa l-ewwel ċans li għandu biex isib konverġenza fuq l-Ewropa.", "Aħna diġa` għamilna pass meta vvotajna fuq id-diskussjoni dwar l-Ewropa mingħajr ma ħadna division, pero` issa jmiss lill-gvern jagħmel pass hu wkoll ħalli naraw min hu verament lest li jsib mod kif ningħaqdu għall-ġid ta' pajjiżna.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Iktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Puli.", "ONOR.", "CLYDE PULI: Mr Speaker, bażikament nista' ngħid li ħadt gost nisma' lill-kelliema kollha li għamlu l-intervent tagħhom fuq il-mozzjoni tal-viċi prim ministru, b'mod partikolari għaliex qed jidher biċ-ċar li wara kampanji intensivi għal referendum u għall-elezzjoni ġenerali fejn kien hemm daqstant nuqqas ta' qbil, issa jidher li l-opinjonijiet qed jersqu lejn xulxin u qegħdin naraw li għandna Kamra quddiemna fejn għallinqas il-gvern u l-oppożizzjoni qegħdin jaqblu li jridu jagħmlu pass 'il quddiem u jridu jaħdmu id f'id f'din ir-realta` ġdida li qegħdin ngħixu u se nkomplu ngħixu b'mod iktar intensiv minn Mejju 2004.", "Għalhekk f'dan id-dibattitu jien inħoss li qiegħda tingħata indikazzjoni pożittiva ħafna min-naħa ta' l-oppożizzjoni li b'xi mod nistgħu naslu biex naħdmu flimkien f'din ir-realta` għall-ġid tal-poplu Malti kollu.", "In-Nazzjonalisti stess jammettu li l-partit Laburista huwa amministratur aħjar anke f'din il-ħaġa sempliċi, imma ma' dan il-gvern ma taqbadx art!", "Mhux imbilli l-gvern ħaseb li se jbellagħha lill-votanti u lin-nies li m'humiex tekniċi li għaliex l-Ewropa qiegħda 'l barra minn pajjiżna, allura din l-issue għandha taqa' taħt l-affarijiet barranin!", "Il-votanti huma nies li llum qed jixtarru.", "Ma għadx fadal kwestjoni fuq l-Ewropa; issa qegħdin fuq level playing field u meta tiġi l-elezzjoni li jmiss, inkunu nafu lil min irid il-poplu biex jamministra lil dan il-pajjiż.", "Ladarba l-kwestjoni ta' l-Unjoni Ewropea tneħħiet, issa l-partit Nazzjonalista m'għandux ir-riħ favuru.", "Kif jista' jkun li anke f'affarijiet li huma daqstant ovvji, ma nistgħux insibu triq tan-nofs?", "Mr Speaker, kif il-membri tan-naħa tal-gvern ma jirrealizzawx li l-kwestjoni ta' l-Ewropa m'għandhiex x'taqsam iżjed ma' ħwejjeġ li huma ta' l-affarijiet barranin għax issa qegħdin ġewwa din l- unjoni, u li għalhekk hemm bżonn ta' kumitat għall-affarijiet Ewropej kompletament differenti mill-kumitat ta' l-affarijiet barranin?!", "Hemm bżonn kumitat b'nies tekniċi u esperti fil-materja sabiex jaraw l-effetti tad-direttivi ta' l-UE fuq is-setturi tagħna, bħas-sussidji tad-dockyards u l-ambjent.", "Dawn huma affarijiet tal-kumitat ta' l-Ewropa biss mentri l- kumitat dwar l-affarijiet barranin għandu jieħu ħsieb affarijiet internazzjonali, bħalma hi l-pożizzjoni tal-gvern dwar ir-reatturi nukleari ta' l-Iran u l-gwerra fl-Iraq.", "Issa neħħejna l-kwestjoni ta' l-Ewropa min-nofs u għalhekk hemm bżonn li nkunu professjonali u naraw kif il-kwestjoni ta' l-Ewropa għandha tiġi assorbita minn dawk in-nies li verament jifhmu fis-suġġett flimkien mal- leġislaturi.", "It-teknokrazija u l-leġislatur iridu jaħdmu flimkien.", "Issa fl-Ewropa, il-kwestjoni hija iktar ta' implimentazzjoni u ta' skrutinju ta' liġijiet ġodda li sejrin jeffettwaw lill-pajjiż.", "Huwa veru li l-gvern kien iffokat biex jidħol fl-Ewropa u ma kinitx triq faċli biex jasal s'hawn, imma tajjeb ngħidu li l-problemi veri se jibdew wara li nidħlu u mhux qabel.", "It-tqil għadu ġej.", "Li tgħaddi mill-eżami huwa diffiċli imma m'hux diffiċli daqskemm tibda l-ħajja u l-karriera.", "Aħna qed ngħidu lill-gvern li aħna lesti biex inkunu nifformaw parti minn kumitat li jara u jtaffi l- effett tat-transition u l-proċess kollu li pajjiżna se jgħaddi minnu.", "Aħna qed noffru l-għajnuna tagħna imma kull darba li noħorġu idejna, intom tneħħu tagħkom!", "Jew tgħajruna għax ma noħorġux l-id ta' koperazzjoni jew inkella, meta noħorġuha ddaħħlu tagħkom!", "Baxxu ftit raskom!", "Veru li intom fil-gvern imma araw naqra jekk dak li qed ngħidu aħna huwiex oġġettiv u jekk jaqbilx għall-pajjiż u mhux ħsiebkom biss fil-partit tagħkom!", "Ma jistax il-gvern jipprova jsib it-triq tan-nofs billi jkollu tlieta min- nies li jkunu coordinators u mbagħad ikun hemm żewġ sotto-kumitati; wieħed ta' l-affarijiet barranin u l-ieħor ta' l-Ewropa?", "Qed nipproponi t-triq tan-nofs biex intom min-naħa tagħkom ma jkollkomx għalfejn tirtiraw dak li pproponejtu kompletament.", "Qed titkellmu fuq problemi loġistiċi, u jien ipproponejt li nneħħu l-kumitat dwar il-privileġġi, li ma tantx jiltaqa', u minfloku nagħmlu sotto-kumitat tal-House business committee sabiex b'hekk ikollna post għal kumitat ieħor.", "Mela aħna qed nipproponu żewġ affarijiet imma issa jiġi mingħandkom li forsi turu ċertu maturita`.", "Veru li għandkom maġġoranza ta' ħamsa, veru li kull vot m'hemmx għalfejn tgħoddu għax se jgħaddi imma jekk intom tridu tkunu gvern li jirrappreżenta lill-Maltin kollha, meta l-oppożizzjoni toħroġ b'ideat li jistgħu jkunu ta' ġid għall-pajjiż, intom għandkom turu ċerta reċiproċita` u mhux taqbdu, tniżżlu l-purtiera mal-ewwel u tiskartaw l-idea.", "Jekk se tagħmlu hekk, tikkritikawniex jekk nieħdu attitudni differenti minn dik preżenti.", "Qed nieħdu pożizzjoni pożittiva u l-gvern imessu jieħu din l-okkażjoni biex isib consensus fuq ċerti affarijiet.", "Din tal-kumitat hija xi ħaġa verament żgħira imma minkejja dan, xorta ma nistgħux naqblu fuqha.", "Aħna qed naqblu mal-kontenut, imma ma nistgħux naqblu fuq in-numru ta' kumitati għax hi ovvja li l-affarijiet barranin u l- affarijiet Ewropej m'għandhomx x'jaqsmu ma' xulxin.", "Aħna lesti nikkonsidraw anke kontro-proposta min-naħa tal-gvern.", "Nappella lill-gvern biex qabel ma jersaq għall-vot, jaħseb kif isib konverġenza fuq din il-kwestjoni għax dan huwa l-ewwel ċans li għandu biex isib konverġenza fuq l-Ewropa.", "Aħna diġa` għamilna pass meta vvotajna fuq id-diskussjoni dwar l-Ewropa mingħajr ma ħadna division, pero` issa jmiss lill-gvern jagħmel pass hu wkoll ħalli naraw min hu verament lest li jsib mod kif ningħaqdu għall-ġid ta' pajjiżna.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Iktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Puli.", "ONOR.", "CLYDE PULI: Mr Speaker, bażikament nista' ngħid li ħadt gost nisma' lill-kelliema kollha li għamlu l-intervent tagħhom fuq il-mozzjoni tal-viċi prim ministru, b'mod partikolari għaliex qed jidher biċ-ċar li wara kampanji intensivi għal referendum u għall-elezzjoni ġenerali fejn kien hemm daqstant nuqqas ta' qbil, issa jidher li l-opinjonijiet qed jersqu lejn xulxin u qegħdin naraw li għandna Kamra quddiemna fejn għallinqas il-gvern u l-oppożizzjoni qegħdin jaqblu li jridu jagħmlu pass 'il quddiem u jridu jaħdmu id f'id f'din ir-realta` ġdida li qegħdin ngħixu u se nkomplu ngħixu b'mod iktar intensiv minn Mejju 2004.", "Għalhekk f'dan id-dibattitu jien inħoss li qiegħda tingħata indikazzjoni pożittiva ħafna min-naħa ta' l-oppożizzjoni li b'xi mod nistgħu naslu biex naħdmu flimkien f'din ir-realta` għall-ġid tal-poplu Malti kollu.", "Hija realta` li ngħidu li llum Malta tagħmel parti mill-UE daqskemm hija realta` li issa l-UE tagħmel parti minn pajjiżna.", "Dan ifisser li fiċ- ċirkostanzi tal-lum, ma nistgħux nibqgħu nħarsu lejn l-Ewropa bħala xi ideal 'il bogħod, pero` kif jidher ċar anke minn din il-mozzjoni, hemm bżonn li dan il-parlament jaġġorna s-sistemi politiċi tiegħu b'tali mod li jakkomodaw u jiffaċilitaw il-ħidma tagħna f'din ir-realta` ġdida.", "Ovvjament, Mr Speaker, dan l-aġġornament irid jinkludi wkoll il- parteċipazzjoni tagħna kemm fil-parlament Ewropew - u l-ġimgħa li għaddiet konna qed niddibattu liġi biex il-poplu jkun jista' jeleġġi lir- rappreżentanti tiegħu f'dan il-parlament b'mod dirett - kif ukoll fil- kunsill tal-ministri.", "Se nipparteċipaw ukoll billi fi Brussels se noħolqu direttorat li se jżomm lill-kabinett aġġornat bl-iżviluppi kollha li jkunu qegħdin iseħħu, li huwa rwol importanti ħafna.", "Ovvjament huwa importanti li dak li qegħdin niddiskutu jkun jinkludi wkoll l-livell tal-parlament nazzjonali.", "Naħseb li hawnhekk qed naqblu li jkun żball jekk dan ma jsirx b'mod għaqli, mhux biss għaliex b'hekk inkunu qed nagħmlu lill-parlament tagħna irrilevanti imma wkoll għaliex b'hekk inkunu qed inċaħħdu lill-poplu tagħna mill-massimu ta' l-opportunitajiet li aħna nistgħu nieħdu mill-UE; opportunitajiet li llum kulħadd qiegħed jirrikonoxxi li toffri din l-isħubija fl-UE.", "Kieku għedt dan sa ftit xhur ilu, dan kien joħloq dibattitu qawwi, imma issa m'għadux il-każ għax kulħadd qed jifhem li l-UE tagħti opportunitajiet kbar lil min jissieħeb fiha.", "Ikun tajjeb jekk ngħid jgħid li l-UE stess trid tarrikkixxi ruħha mill-esperjenza tal-parlamenti nazzjonali.", "Fil-fatt, jekk wieħed jagħti ħarsa lejn l-abbozz tal-kostituzzjoni Ewropea, wieħed ma jistax ma jindunax b'dan, u hawn se nikkwota minn paġna 109:", "\"The high contracting parties, recalling that the way in which individual national parliaments scrutinize their own governments in relation to activities of the union, is a matter for the particular constitutional organisation and practice of each member state ...\".", "Imbagħad dan l-abbozz ikompli jgħid hekk:", "\"... desiring, however, to encourage greater involvement of national parliaments in the activities of the EU and to enhance their ability to express their views on legislative proposals as well as on other matters which may be of particular interest to them having agreed upon the following provisions which shall be annexed to the Constitution.\",", "u mbagħad hawn il-kostituzzjoni Ewropea tgħaddi biex tagħti lista sħiħa t'affarijiet li bihom il-parlamenti nazzjonali ma jirrendux ruħhom irrilevanti u ta' kif il-parlament Ewropew jarrikixxi ruħu bl-esperjenza tal-parlamenti nazzjonali.", "Aħna diġa` qed induqu ftit minn din it-tip ta' parteċipazzjoni u tinduna kemm huma keen dawn il-pajjiżi, li issa huma sħabna fl-UE, biex iżommu l- parlament nazzjonali tagħhom mill-iktar effettiv.", "Il-ġimgħa li għaddiet jien u l-kollega tiegħi l-Onor.", "Evarist Bartolo kellna l-esperjenza sabiħa li nkunu Ruma għal laqgħa tal-COSAC, li tgħallimna ħafna minnha.", "Din l- esperjenza għallmitna fuq kollox li meta tmur hemmhekk, bażikament tkun qiegħed titkellem fuq livell nazzjonali u mhux bħala partit, u dan juri kemm jeħtieġ li aħna jkollna l-interessi ċari quddiem għajnejna u li l- objettivi tagħna jkunu jaqblu jekk verament irridu nimmassimizzaw l- opportunitajiet kollha li nistgħu nieħdu.", "Huwa proprju dan li għadni kif semmejt l-għan tal-mozzjoni li ressaq il- viċi prim ministru.", "Kif qal l-Onor.", "Gonzi stess, permezz ta' dan il- kumitat permanenti dwar l-affarijiet barranin u Ewropej, aħna qegħdin nittamaw li jkollna stuttura parlamentari effiċjenti li taqdi l-bżonnijiet tal-poplu fiċ-ċirkostanzi ta' din ir-realta` ġdida.", "Jien nifhem u napprezza l-preokkupazzjonijiet li saru min-naħa ta' l-oppożizzjoni.", "Nafu li l-parlament Ewropew għandu 18-il kumitat apparti strutturi oħra u nafu li kulħadd se jibgħatilna ħafna dokumenti u rridu niskrutinizzaw 1,500 jew 2,000 dokument fis-sena - li ċertament huma ħafna - u wieħed ma jistax ma jgħidx ukoll li din hija responsabbilta` kbira ħafna li tirrikjedi li aħna nagħmluha b'mod professjonali.", "Ovvjament wieħed irid jara l-limitazzjonijiet li għandna.", "Dan huwa parlament żgħir b'sistema li sal-lum ma tatx biżżejjed spazju biex il-ħidma parlamentari forsi tkun tista' tiżviluppa kif wieħed jixtieq.", "Madanakollu hawn huwa l-punt fejn l-argumenti tiegħi ma jibqgħux jikkonverġu ma' dawk ta' l-oppożizzjoni.", "Huwa veru li aħna parlament żgħir u llum żgur li m'għadux jgħodd l-argument li 65 membru huma ħafna.", "Kien hawn żmien meta konna ngħidu li 65 membru f'dan il-pajjiż huma ħafna imma issa diġa` bdejna naraw li kważi kważi dawn il-65 membru huma ftit għas-sistemi li naħdmu fihom illum.", "Min-naħa l-oħra, irridu nirrikonoxxu li l-membri parlamentari għandhom bżonn li jkollhom dik l-assistenza professjonali għax-xogħol kbir li huma se jagħmlu, u dan il-kumitat huwa pass 'l quddiem f'dak is-sens.", "Il-Ministru Gonzi tkellem dwar din l-assistenza professjonali li se jkun hemm u nispera li ma joqgħodx ikollna ħafna dubji dwar kemm din l- assistenza tkun professjonali jew le.", "Kif għedt, l-esperjenza diġa` qed turina li aħna rridu nkunu f'dawn l-istituzzjonijiet bħala pajjiż iktar milli bħala partit u għalhekk, aħna għandna nitgħallmu naħdmu flimkien u nużaw din l-assistenza għall-mod kif jaqbel lil pajjiżna, mhux għal xi partit jew ieħor.", "Ovvjament dan għaliex ix-xogħol huwa kbir u l-ħin huwa limitat imma bl-istess argument, irridu nirrikonoxxu wkoll li jekk ix- xogħol huwa kbir, il-parlament huwa żgħir u l-ħin huwa limitat, iż-żieda fin-numru ta' kumitati se tkompli tiggrava l-problema.", "Iż-żieda ta' kumitat ieħor żgur li m'hijiex ser tgħin biex aħna nkunu nistgħu nlaħħqu ma' dan ix-xogħol kollu, anzi se tkompli tiggrava l-problemi li għandna.", "Jekk inti għandek nuqqas ta' nies u tkompli żżid ix-xogħol, se toħloq strain, u naħseb li din hija loġika biżżejjed biex jifhimha kulħadd.", "Irridu nammettu wkoll li fil-każ tan-naħa tal-gvern, l-istrain ikun pjuttost ikbar għaliex kif spjega l-Onor.", "Gonzi, bażikament ix-xogħol ta' skrutinju qiegħed jaqa' fuq 11-il ruħ għax l-oħrajn huma ministri jew segretarji parlamentari.", "Dan jaf joħloq xogħol iżjed milli wieħed jista' jiflaħ.", "Jien nappella lin-naħa ta' l-oppożizzjoni li b'xi mod irridu nsibu qbil.", "Din il-mozzjoni fiha ħafna pożittiv għax kif semmejt fil-bidu, jidher li hemm sinjali li rridu nipprovaw naħdmu flimkien fuqhom, hemm żieda ta' membri f'dan il-kumitat u hemm ukoll il-possibilta` li jiġu maħluqa anke s-sotto-kumitati.", "L-Onor.", "Attard Montalto qal li nistgħu nagħmlu sotto-kumitat fuq l- affarijiet barranin, però paragrafu (3) ta' ordni permanenti 120F, kif propost f'din il-mozzjoni, jgħid hekk:", "\"Il-Kumitat Permanenti għandu s-setgħa li jaħtar sotto-kumitati magħżula kif ukoll li jiddelega lil dawk is-sotto-kumitati funzjonijiet li jispettaw lill-istess Kumitat.\".", "Mela dawn l-affarijiet jista' jsir qbil fuqhom fl-istess kumitat fejn nistgħu nallokaw sotto-kumitat li jħares lejn ċerti aspetti tal-politika barranja.", "Issa bażikament hawnhekk qed naqblu li l-politika Ewropea m'għadhiex daqstant barranija għalina.", "Sur President ̧ qabel nagħlaq nixtieq ninnota b'sodisfazzjon li l-viċi prim ministru qal u ggarantixxa li se jkun hemm l-assistenza teknika tant meħtieġa biex il-kumitat jaħdem b'mod tajjeb u b'mod professjonali li finalment jissarraf f'ġid b'mod konkret għall-poplu tagħna.", "Kuntrarjament għall-oppożizzjoni dan il-pass qed narah bħala pass 'il quddiem.", "L-ideal jeżisti x'imkien imma l-limitazzjonijiet iġegħluk tkun ħarira aktar prattiku.", "Ovvjament m'għandniex nikkuntentaw b'hekk imma rridu nirrikonoxxu li għamilna pass u avvanz li huwa pjuttost tajjeb.", "Però jien sodisfatt l-aktar għax dan in-nuqqas ta' qbil li qegħdin ngħidu li hawn bejn gvern u oppożizzjoni m'hu xejn għajr nuqqas ta' qbil tekniku ħafna.", "Naħseb li fuq is-sustanza qegħdin naqblu u jien naħseb li dan jawgura tajjeb ħafna għall-futur.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Jose' Herrera.", "ONOR.", "JOSE' HERRERA: Sur President ̧ din hija mozzjoni li lili tinkwetani ftit u se nispjega għaliex.", "Meta nitkellmu fuq dak li barra minn Malta jissejjaħ kumitat ta' skrutinju bażikament inkunu qegħdin nitkellmu fuq organu leġislattiv li jħalli lil Malta tipparteċipa fil- proċess demokratiku li hemm fl-UE.", "Għaliex fil-pajjiżi membri ta' l-UE u f'pajjiżi oħra qed jiġu kkreati kumitati simili?", "Il-membri tal-kumitat ta' skrutinju tar-Renju Unit qed iżuru diversi pajjiżi li se jsiru parti mill- UE – fil-fatt dawn żaru Malta wkoll u jien, flimkien ma' sħabi l-Onor.", "Leo Brincat u l-Onor.", "Evarist Bartolo u d-deputati Nazzjonalisti li qegħdin fil- kumitat permanenti għall-affarijiet barranin iltqajna magħhom ukoll – u fil- fatt wara li tiltaqa' magħhom face to face, taqsam l-ideat u wara li taqra u tagħmel ċerta riċerka tifhem x'inhu l-iskop veru ta' kumitat bħal dan.", "F'paragrafu (5) ta' Ordni Permanenti 120F insibu l-poteri u l-funzjonijiet kollha li se jkollu dan il-kumitat.", "Però fil-verità l-kumitati ta' skrutinju fl-UE għandhom funzjoni ewlenija waħda, mhux dawn il-funzjonijiet kollha.", "Mhuwiex ħażin li jkollhom dawn il-funzjonijiet però l-maġġoranza ta' kumitati simili għandhom funzjoni waħda u se nispjega x'inhi.", "Għalkemm il-Parlament Ewropew huwa l-uniku organu rappreżentattiv tal-poplu fl-UE qatt ma jista' jkun istituzzjoni sovrana bħall-parlamenti ta' l- istati l-oħra.", "Għaliex?", "Għaliex il-prinċipju fi ħdan l-UE hu li jkollok għaqda ta' stati sovrani u mhux li jkollok stat federali.", "Hemm min qed jiġbed biex ikun hemm stat federali però s'issa jidher – u hekk nispera li jibqa' - li l-UE se tkun għaqda unika fid-dinja ta' stati sovrani u mhux stat federali.", "Minħabba dan, il-Parlament Ewropew qatt ma jista' jassumi r-rwol ta' organu leġislattiv għall-UE.", "Dan se jkollu poteri ̧ kif diġà għandu ̧ li jissindika u japprova l-budgets u li jissindika l- amministrazzjoni ċivili ta' l-UE, jiġifieri l-Kummissjoni Ewropea.", "Għandu wkoll poteri limitati leġislattivi u poteri li jissuġġerixxi, jiġifieri poteri ta' a consultative assembly.", "Però jien nemmen li l-poteri ta' dan il-parlament se jieqfu hemm.", "Jista' jkun li forsi dawn isiru xi ftit aktar sofistikati, però se jieqfu hemm għax jekk il-Parlament Ewropew isir l- organu leġislattiv ewlieni ta' l-UE, dakinhar li jiġri hekk l-UE ma tibqax teżisti u ssir stat federali bħall-Istati Uniti.", "Imbagħad il-pajjiżi membri fi ħdan l-UE jispiċċaw, isiru stati jew provinċji u jkollok pajjiż wieħed.", "Dan mhuwiex l-iskop.", "Allura kif issir il-leġislazzjoni fl-UE u kif joħorġu dawn id-direttivi?", "Ħafna nies għandhom il-misconception li d-direttivi ta' l-UE, jiġifieri l- leġislazzjoni Ewropea li tapplika għall-pajjiżi membri kollha ssir fil- Parlament Ewropew.", "Dan m'hu veru xejn.", "Il-leġislazzjoni u r-regolamenti li joħorġu mill-UE bażikament joħorġu mill-kunsill tal-ministri.", "Il- kunsill tal-ministri huwa l-forum li jħaddan ġo fih ir-rappreżentanti tal- gvernijiet rispettivi ta' l-istati membri.", "Ovvjament dawn jiltaqgħu every now and then u japprovaw id-direttivi li ħafna drabi jkunu suġġeriti lilhom mill-kummissjoni.", "Il-kummissjoni hija ċ-ċivil ta' l-UE u l-kummissarji huma qishom il- kapijiet ta' l-UE.", "Fil-fatt dawn jamministraw il-burokrazija Ewropea ̧ ikunu viċin il-problemi ta' l-UE u jħejju l-leġislazzjoni Ewropea li nsejħulhom direttivi.", "Ħafna drabi s-suġġerimenti li joħorġu mill- Parlament Ewropew u d-deċiżjonijiet li jittieħdu mill-qorti tal-ġustizzja biex isiru ċerti tibdiliet ħalli jiġu mplimentati ċerti affarijiet jiġu mgħarbla mill-kummissarji u dawn iressquhom għall-approvazzjoni tal-kunsill tal-ministri.", "Mela teknikament il-proċess leġislattiv ta' l-UE mhuwiex xi proċess demokratiku prima facie għax huwa proċess amministrattiv.", "Il-leġislazzjoni Ewropea qed issir fuq il-format ta' dak li fl-antik kien l-order in council, l-ordni tar-re jew l-ordni tal-gvern.", "Però hemm mekkaniżmu demokratiku u dan irid jissaħħaħ.", "Dan ifisser li qabel ma joħorġu d- direttivi ta' l-UE, dawn għandhom joħorġu f'forma ta' abbozz.", "Kif aħna jkollna l-abbozzi ta' liġi jew l-avviżi legali li joħroġ il-gvern li jitqiegħdu fuq il-mejda tal-Kamra ħalli aħna d-deputati nkunu nistgħu niddiskutuhom f'terminu ta' żmien, l-istess għandhom ikunu dawn id- direttivi li minnhom ikun hemm bejn 1,800 u 2,000 fis-sena.", "Dawn għandhom joħorġu f'forma ta' abbozz u kull pajjiż membru jkollu kopja tiegħu.", "Allura fejn jidħol il-proċess demokratiku u leġislattiv u fejn jidħlu r- rappeżentanti tal-poplu u l-parlamenti rispettivi?", "Il-parlamenti rispettivi jridu jiflu u jikkontrollaw dan il-korp ta' leġislazzjoni biex jekk ikun hemm xi parlament li jidhirlu li jkun hemm xi leġislazzjoni li l- pajjiż ikun kontra tagħha, allura l-parlament jivvota u l-ministru ta' dak il-pajjiż li jkun fil-kunsill tal-ministri jivvota skond il-mandat tal- parlament tiegħu.", "Mela at the end of the day il-parlament tagħna u l-parlamenti tal-pajjiżi rispettivi ta' l-UE b'mod indirett se jipparteċipaw fil-ħajja leġislattiva ta' l-UE.", "Il-ministru tagħna ma jistax iwaqqaf leġislazzjoni milli toħroġ mill-kunsill ta' l-Ewropa – fil-fatt dan se jkollu inqas voting rights minn uħud jew minn kollha - però l-poplu tagħna, tramite r-rappreżentanti tiegħu fil-parlament, se jkun jista' jieħu deċiżjoni demokratika fil- parlament tiegħu.", "B'dan il-mod aħna se nkunu nistgħu nivvotaw kontra.", "Mela din mhux jiddeċiediha l-gvern jew il-ministru minn wara dahar il-parlament imma l- parlament irid jipparteċipa fil-proċess leġislattiv ta' l-UE.", "Jekk ma jsirx hekk id-demokrazija tkun spiċċat.", "Mela kif jista' l-parlament jikkontrolla din il-leġislazzjoni kollha?", "Sur President, il-parlament nazzjonali jista' jipproponi lill-gvern jew lill-ministru li jressaq regolament jew biċċa leġislazzjoni fil-kunsill tal- ministri biex imbagħad din issir ukoll direttiva.", "Din tiġi promulgata bħala draft form ̧ tintbagħat lill-pajjiżi l-oħra, tiġi diskussa u l- parlament nazzjonali jista' wkoll jagħmel proposti leġislattivi u b'hekk id- demokrazija tkun qed titħaddem.", "Din hija l-importanza tremenda ta' kumitat bħal dan.", "Dan il-kumitat se jkun l-aktar kumitat importanti li hawn fil-parlament.", "Min ikun membru f'dan il-kumitat se jkollu responsabbilità kbira ħafna għax il-parlamenti m'għandhomx il-ħin li jgħarblu din il-leġislazzjoni kollha.", "Jien tkellimt fuq dan u mhux sħabi kollha qablu miegħi, però fl-opinjoni tiegħi l-iskop ta' dan il-kumitat huwa biex jiskrutinizza l-leġislazzjoni Ewropea.", "Dak hu l-iskop ewlieni tiegħu u xejn iżjed.", "L-affarijiet l- oħra huma anċillari u l-proċess demokratiku leġislattiv ta' l-UE huwa l- aktar ħaġa mportanti.", "Għallinqas dik hija l-opinjoni tiegħi u ta' xi wħud.", "Sur President ̧ il-parlamenti rispettivi kif jistgħu jikkontrollaw din il- leġislazzjoni kollha?", "Billi jqegħduha fuq il-mejda tal-Kamra u mbagħad ikun hemm ̧ per eżempju, l-Onor.", "De Marco u jqajjem xi ħaġa fl-aġġornament li tkun interessatu?", "Jew inkella nagħmlu kif nagħmlu meta niskrutinizzaw ir-rapport ta' l-ombudsman li jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra u jarawh tnejn min-nies għax lanqas għandna seduta dedikata għalih?", "Mhux hekk se niskrutinizzawha l-leġislazzjoni Ewropea!", "Għalhekk fi ħdan l-Ewropa ġew ikkreati dawn il-kumitati ta' skrutinju li x- xogħol ewlieni tagħhom hu li jaraw li jidħlu dawn l-1,900 direttiva Ewropea.", "Issa ma jfissirx li dawn id-direttivi kollha se jispiċċaw f'xi dibattitu.", "Fil-fatt huwa persentaġġ żgħir minn din il-leġislazzjoni which catches the eye – din qaluhielna fil-kumitat permanenti għall-affarijiet barranin meta ltaqgħu magħna nies membri f'kumitati simili - u li jista' jkollha impatti avversi jew konsegwenzi importanti għall-pajjiż.", "Għalhekk il-kumitat iħejji rapport kull ġimgħa u dan jintbagħat għand l-iSpeaker u jitqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra – dan ifisser li l-parlament ikun qed jiskrutinizza l-leġislazzjoni Ewropea kull ġimgħa – u mbagħad jekk dan ir- rapport li jkun ġie mgħarbul minn dan il-kumitat ikun se jkollu impatt importanti allura ssir mozzjoni fil-parlament u jsir dibattitu fuqu.", "B'dan il-mod jittieħed vot fil-parlament u b'hekk inkunu nistgħu ngħidu li, per eżempju, fuq direttiva numru 35 il-parlament huwa kontra.", "Meta mbagħad il-ministru għall-affarijiet barranin imur fil-kunsill tal- ministri, dan irid jivvota kontra għax il-parlament Malti ikun ivvota kontra.", "Allura b'mod indirett il-parlament Malti jkun qed jipparteċipa fil- proċess leġislattiv ta' l-UE.", "Ma nistax nimmaġina xi ħaġa aktar importanti minn hekk għax illum il-leġislazzjoni Ewropea se ssir parti mill- leġislazzjoni tagħna.", "Il-parlament tagħna jrid japprova dawn il-liġijiet u l-qrati tagħna jridu jimplimentawhom.", "Għalhekk ma nistax nimmaġina xi ħaġa aktar mportanti minn dan il-mekkaniżmu biex jikkontrolla din il-leġislazzjoni u biex igħin lill-parlament Malti jipparteċipa fil-leġislazzjoni Ewropea.", "Il-kumitati l-oħra kollha f'daqqa lanqas se jkunu 5% importanti daqs dan il-kumitat.", "Dan il-kumitat huwa indispensabbli għall-ħajja demokratika futura tal-pajjiż u m'hemm xejn aktar importanti minnu.", "Allura meta wieħed jara dan kollu jibda jgħid kemm għandu raġun u kemm hu għaqli l-partit Laburista fl-oppożizzjoni.", "Aħna ma ħadniex deċiżjoni kapriċċjuża biex ninku u din kienet xi ħaġa li ddiskutejnieha bejnietna.", "Sur President ̧ minn hawnhekk nixtieq insellem lill-Onor.", "Gonzi għax kien fiż-żmien meta hu kien Speaker tal-Kamra li ġew ikkreati l-kumitati tal- Kamra.", "Dak iż-żmien jien ma kontx membru tal-parlament imma kont għadni avukat żgħir jew student imma niftakar li kien sar dan il-proċess innovattiv li għen lill-Kamra għax ix-xogħol tagħha kien sar aktar voluminuż.", "Kien hemm bżonn li jinħolqu l-kumitati biex il-Kamra tikkontrolla dak li qed isir fil-pajjiż.", "Fil-kumitat permanenti għall-affarijiet barranin li sar kumitat importanti ħafna ̧ wieħed irid isegwi x'qed jiġri hemm u x'qed jiġri hawn u fil-public accounts committee wieħed jikkontrolla l-infiq pubbliku.", "Jien ilni seba' snin fil-kumitat permanenti għall-affarijiet barranin – kemm ilni f'dan il- parlament – u nista' ngħid li dejjem ħadem għax jiltaqa' b'mod regolari ġimgħa wara ġimgħa u dejjem ingħata l-importanza li tixraqlu.", "L-istess ngħid għall-kumitat permanenti dwar il-kontijiet pubbliċi.", "Hemm kumitati oħrajn ̧ fosthom il-kumitat permanenti dwar il-privileġġi li semma l-Onor.", "Attard Montalto, li għalkemm huma mportanti ma tistax tqabbilhom ma' dawn il-kumitati li għadni kemm semmejt.", "Però l-kumitat ta' skrutinju ̧ li kont qed nitkellem dwaru aktar qabel, se jkun l-aktar kumitat importanti.", "Sur President, fl-ewwel sentejn li kont fil-kumitat permanenti għall- affarijiet barranin – naħseb li jien l-aktar wieħed xiħ f'dan il-kumitat għax jien ilni hemm tliet leġislaturi – jiġifieri fl-1996 meta l-partit Laburista kien fil-gvern, għalkemm l-applikazzjoni ta' Malta għal sħubija sħiħa fl-UE kienet iffriżata, din kienet xi ħaġa li konna niddiskutu għax dak iż-żmien konna qed ninnegozjaw trattat speċjali.", "Allura baqgħet issue importanti, imma kienet issue li sa ċertu punt kienet ġiet sidelined.", "Fil-fatt bejn l-1996 u l-1998 konna nitkellmu fuq il-kwestjoni ta' l-UE, però minn għaxar seduti konna naħlu tlieta fuq l-UE u fis-seba' seduti l- oħra konna niddiskutu kollox.", "Niftakar darba ddiskutejna t-tħaffir taż- żejt ̧ darb'oħra ddiskutejna l-UNESCO, darb'oħra ddiskutejna l-Euromed process fil-Mediterran - fil-fatt kien ġie wkoll l-ambaxxatur - konna nagħmlu hearings u konna ddiskutejna wkoll x'pożizzjoni għandha tieħu Malta fl-IPU.", "Meta nbidel il-gvern u ġiet riattivata l-applikazzjoni ta' Malta għall-UE, il-kwestjoni ta' l-UE saret prijorità.", "Dak iż-żmien konna qed ninnegozjaw l-acquis communautaire paragrafu paragrafu u kapitlu kapitlu u niddubita jekk f'erba' snin u nofs kellniex żewġ seduti li ma kenux fuq l-UE.", "Din kienet issue interessanti - almenu jien hekk kont inqisha għax kont inkun naf x'kien għaddej – però naħseb li ffokajna kollox fuq l-UE.", "Għalhekk il- kumitat permanenti għall-affarijiet barranin ma kien xejn ħlief forum li jiddiskuti affarijiet ta' l-UE.", "Ovvjament iddiskutejna kwestjonijiet bilaterali ̧ bħall-kwestjonijiet bejn Malta u l-Ingilterra u bejn Malta u l- Italja, imma dan aktar kien kumitat li jiddiskuti biss l-affarijiet ta' l- UE.", "Din m'hijiex xi ħaġa ideali.", "Jien m'iniex qed ngħid li għamel ħażin il- kumitat permanenti għall-affarijiet barranin meta spiċċa jservi ta' kumitat għall-affarijiet ta' l-UE minħabba l-pressjoni ta' xogħol u minħabba l-prijoritajiet u n-neċessitajiet tal-pajjiż.", "Imma jekk issa, apparti din il-funzjoni li diġà belgħet il-ħin kollu, se nżidu wkoll il- funzjonijiet li qed ikollhom il-kumitati ta' skrutinju, diġà m'hemmx spazju għal affarijiet oħra.", "Jekk jiġri hekk dan il-kumitat la se jkun kumitat li jiddiskuti affarijiet Ewropej u lanqas se jkun kumitat għall-affarijiet barranin, imma se jispiċċa biss kumitat ta' skrutinju u xejn aktar.", "Issa jekk aħna rridu li l-kumitat permanenti għall-affarijiet barranin inpoġġuh ftit fil-ġenb minħabba l-limitazzjonijiet li għandna ...", "Jien m'iniex xi wieħed li nikkritika bl-addoċċ imma rrid ngħid li l-parlament tagħna huwa l-iżgħar wieħed fl-UE; fil-fatt il-parlament ta' Ċipru huwa akbar minn tagħna għax għandu 69 membru parlamentari.", "Kif qal l-Onor.", "Clyde Puli hawn Malta għandna sistema fejn il-membri tal- Kabinett u s-segretarji parlamentari - hekk għandu jkun u jien naqbel magħha - iridu jkunu deputati parlamentari għaliex aħna nsegwu l-module Ingliża.", "Jista' jkollok consultants u permanent secretaries li jkunu qishom technocrats però l-ministri jridu jiġu hawn u jirrispondu fil- parlament.", "Għalija dan il-proċess huwa aktar demokratiku.", "Iżda kif qal l-Onor.", "Puli stess , li jiġri hu li ħafna membri huma spokespersons fuq suġġetti differenti f'diversi kumitati.", "Issa huwa importanti li ngħid li dawn huma kollha part-timers u jgħidu x'jgħidu fuqna fil-gazzetti ̧ apparti l-onorarja, aħna rridu naħdmu wkoll biex ngħixu għax min ma jaħdimx ibati finanzjarjament.", "Għalhekk l-istruttura tagħna għandha l-limitazzjonijiet u din hija xi ħaġa li jien napprezzaha.", "Dan ifisser li aħna għandna problema ta' riżorsi umani.", "Għaldaqstant jekk il-kumitat permanenti għall-affarijiet barranin se nħalluh hemm biex meta xi darba tinqala' xi gwerra jew ikun hemm xi trattat importanti niddiskutuh hemmhekk ̧ bażikament inkunu qed inħallu dan il- kumitat rieqed.", "Jekk nagħmlu hekk inħallulu l-isem biss biex inkunu bħall- pajjiżi l-oħra Ewropej, imma fil-verità dan ma jkunx daqshekk importanti.", "Bħala parlament il-messaġġ ikun li fiċ-ċirkostanzi u fir-realtajiet tal-lum il-kumitat permanenti għall-affarijiet barranin mhuwiex daqstant importanti; li hu importanti biss huwa li jkollok strument li jikkontrolla u jissindika l-kwestjonijiet ta' l-UE.", "Jekk din hija l-verità għandhom jgħiduha; jgħidu li llum li jkollok kumitat għall-affarijiet barranin huwa redundant.", "Għandna kumitati oħrajn li ma nistgħux ngħaddu mingħajrhom imma ma jagħmilx sens li jkollok kumitat għal meta forsi jinqala' xi ħaġa.", "Il-punt hu li hemm hemm kumitati li ̧ fl-opinjoni tiegħi, huma ħafna inqas importanti – dan semmieh ukoll l-Onor.", "John Attard Montalto - għaliex jiltaqgħu darba f'mitt qamar.", "Ma fiha xejn ħażin li jkollok deputati li jkunu f'aktar minn kumitat wieħed, però barra minn Malta rari ssib membru parlamentari li jkun f'aktar minn kumitat wieħed.", "Issa hemmhekk il- kumitati jkunu kbar u ġieli jkun hemm ukoll sub-committees li jkunu magħmula mill-kumitati stess.", "Però f'Malta ħafna membri parlamentari qegħdin f'aktar minn kumitat wieħed.", "Per eżempju ̧ jien qiegħed f'żewġ kumitati, hemm min qiegħed fi tlieta u hemm min qiegħed f'iktar.", "(Interruzzjonijiet) Fil-fatt hemm min m'hu qiegħed fl-ebda kumitat bħall- kollega l-Onor.", "Debono Grech.", "Għalhekk ma tkunx xi ħaġa ta' barra minn hawn li jkollok kumitat ta' skrutinju li fih ikun hemm l-istess membri tal-kumitat permanenti għall- affarijiet barranin.", "Però dan ifisser li jridu jsiru aktar seduti u dak li jkun irid jimpenja aktar ruħu.", "(Interruzzjonijiet) Imma x'tagħmel?", "(Interruzzjonijiet) Li trid tagħmel hu li tirranġa l-orarju u tgħid li kumitat minnhom, per eżempju, jiltaqa' t-Tnejn u l-ieħor jiltaqa' l- Erbgħa.", "Sur President ̧ il-verità hi – din ġieli tkellem fuqha l-Onor.", "Jason Azzopardi wkoll - li llum ix-xogħol parlamentari ma jistax jitqies aktar bħala part-time.", "Ix-xogħol tal-parlament qed isir dejjem u dejjem aktar impenjattiv.", "Apparti dan kollu, peress li issa se jkollna l-volum ta' xogħol kollu ta' l-UE li dan il-parlament irid jiskrutinizza ̧ il-membri parlamentari tagħna kollha jridu jkunu impenjati ferm aktar.", "Jien naf li qed isiru diskussjonijiet dwar xi arranġamenti għaċ-chairmen tal-kumitati, però jien ngħid li għandhom isiru arranġamenti wkoll fuq il- membri tal-kumitati.", "Jien naħseb li jekk iċ-chairman tal-kumitat ta' skrutinju se jkun full time anke l-membri ta' dan il-kumitat iridu jkunu full time.", "Ma naħsibx li kumitat ta' skrutinju li jrid jeżamina u jifli 1,900 direttiva Ewropea ...", "Ta' min igħid li minbarra dawn id-direttivi wieħed irid jifli wkoll kull istituzzjoni Ewropea, kull sentenza tal- qrati, kull ħaġa tal-kunsill u kulma joħroġ mill-Ewropa, jiġifieri hawnhekk se jkun hawn iżjed xogħol.", "Per eżempju, il-kumitat ta' skrutinju ta' l- Ingilterra huwa limitat biss biex jeżamina d-direttivi u xejn aktar, però aħna żidna tmien funzjonijiet kbar oħra li biex taqrahom biss trid tkun superman!", "Għalhekk jien naħseb li rridu nisfruttaw l-affarijiet.", "Jien qed ngħid dan għax naf li għaddejjin dawn it-tip ta' negozjati bejnietna biex naraw kif se nirristrutturaw il-karigi.", "Però naħseb li min se jkun involut f'dawn l- affarijiet irid jikkonsidra wkoll ...", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Il-viċi prim ministru, bil-permess ta' l-Onor.", "Herrera.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nixtieq nikkoreġi lill-Onor.Herrera għax jien għandi d-dokument ta' riċerka li kkwotajt fl-introduzzjoni li jispjega xi strutturi għandhom fl-Ingilterra.", "Nassigurah li l-European affairs committee ta' l-Ingilterra jkopri l-oqsma kollha li hemm imsemmija f'dak ir- regolament u anke affarijiet oħrajn.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Ikompli l-Onor.", "Herrera.", "ONOR.", "JOSE' HERRERA: Però din staqsejtha lil dawn il-membri li kienu hawn u dawn qaluli li ladarba m'għandhomx ħin ̧ kulma jagħmlu huwa li jiskrutinizzaw id-direttivi ta' l-UE.", "Għalhekk 98% tax-xogħol tagħhom huwa li jiskrutinizzaw 1,900 direttiva li toħroġ mill-UE biex il- parlament Ingliż jipparteċipa fil-proċess leġislattiv li hemm għaddej fl- UE.", "Huwa veru li jrid ikollok l-experts u għandek id-dritt li tagħmel is-sub- committees, però mil-liġi jirriżulta li s-sub-committees jistgħu jkunu fformati minn deputati wkoll għax dawn iridu jirrappreżentaw ir- rappreżentanza parlamentari li teżisti.", "Mela allura qed nikkontradixxu lilna nfusna għax minn naħa qed ngħidu li m'għandniex biżżejjed deputati biex immexxu u nikkreaw kumitat ieħor u mbagħad qed ngħidu li dan il- kumitat li se nagħmlu se jkollu l-poteri li jaħtar sub-committees, però dawn iridu jirriflettu s-siġġijiet tal-parlament.", "Dan ifisser li f'dawn il- kumitati se ninvolvu membri parlamentari oħrajn.", "U kemm għandna membri parlamentari li nistgħu ninvolvu?", "Jien ma rridx noħloq xi konfrontazzjoni hawnhekk għax fis-sustanza ż-żewġ naħat jaqblu li jrid ikollok struttura jew makkinarju biex jikkontrolla dawn l-affarijiet għax ma jistax ikun li l-parlament jagħmel dan f'sessjoni plenarja.", "Fejn mhux qed naqblu hu fuq il-kwestjoni ta' prattiċità.", "Jien intenni li għal pajjiżna llum huwa aktar importanti li jkollok kumitat ta' skrutinju jew kumitat għall-affarijiet Ewropej milli kumitat għall- affarijiet barranin.", "Dan huwa aktar importanti għad-demokrazija fil- pajjiż.", "Però mill-banda l-oħra huwa importanti wkoll li jkollok kumitat għall- affarijiet barranin.", "Allura x'suġġeriment qed isir?", "Fiċ-ċirkostanzi li qegħdin fihom irridu bilfors nikkreaw kumitat ieħor.", "M'hemmx x'tagħmel iżjed għaliex kif jibda jiffunzjona l-kumitat ta' skrutinju, il-kumitat għall-affarijiet barranin se ninsewh.", "Fil-fatt kulmin jara l-minuti ta' l- aħħar erba' snin u nofs tal-kumitat permanenti għall-affarijiet barranin isib li l-uniċi affarijiet li ddiskutejna kienu l-kwesjtonijiet ta' l-UE.", "Issa jekk iridu li nibqgħu hekk jgħidulna ħalli aħna nirregolaw il- pożizzjoni tagħna.", "Fil-prattika dan diġà kien qed jiġri meta għad m'għandniex kumitat ta' skrutinju.", "Per eżempju, ġieli kien ikollna bħal kumitat taċ-ċerimonji.", "Meta kien jiġi xi bniedem prominenti biex jiltaqa' mal-President ̧ mal-prim ministru jew mal-ministru ta' l-affarijiet barranin u kien jiltaqa' magħna biex naqsmu b'mod informali l-veduti taż-żewġ naħat, dawn aktar kienu jkunu laqgħat kordjali milli laqgħat ta' sustanza.", "Għalhekk meta fil-kumitat permanenti għall-affarijiet barranin isiru xi laqgħat, dawn ikunu kordjali aktar minn ħaġa oħra għax ikunu laqgħat ta' darba.", "Huwa veru li dawn ikollhom impatt għax jiġu skambjati l-ideat u jkun hemm attività segwenti, però bħala regola dawn il-laqgħat ikunu kordjali.", "Fil- fatt ma jkun hemm follow-up ta' xejn.", "Mela niddiskutu l-UE u mbagħad nagħmluha ta' master of ceremonies u nilqgħu lil dawn il-VIPs fil-kamra tal- kumitati.", "Dan huwa li kien qed jiġri fil-prattika u jien qed nitkellem mill-esperjenza tiegħi.", "Ovvjament din hija esperjenza sabiħa għaliex fil- kumitat permanenti għall-affarijiet barranin ħadt gost u tgħallimt ħafna.", "Però huwa dnub li affarijiet oħrajn barra mill-ambitu ta' l-UE qed jiġu kompletament skartati.", "Għalhekk naħseb li rridu nagħmlu sagrifiċċju u bażikament nikkreaw kumitat ieħor.", "Dan mhux qed ngħiduh bi ġlied.", "Sfortunatament f'dan il-parlament meta ngħaddu liġi mit-Tieni Qari ikun hawn biss skambjament ta' oratorja bejnietna fuq punti ta' prinċipji u rari titbiddel xi ħaġa.", "Fil-fatt f'dak l-istadju rari xi ħadd iċedi.", "Però meta nkunu fil-kumitati nbiddlu ħafna affarijiet, jiġifieri jsir ħafna xogħol minn wara l-kwinti bi qbil bejn iż-żewġ naħat.", "Sfortunatament in-nies dan ma jafux bih u jaħsbu li hawnhekk jirrenja biss l-element ta' konfront.", "Dan m'hu veru xejn u min jara l-kumitati jinduna b'dan.", "Għalhekk jien naħseb li l-isforz li qed nagħmlu aħna d-deputati parlamentari ta' din in-naħa llum m'huwiex xi sforz negattiv biex sempliċement nikkritikaw imma biex nipprovaw nipperswadu lil tan-naħa l- oħra.", "Jien tkellimt biex ngħid l-esperjenzi tiegħi u naħseb li l- affarijiet li semmejt għandhom jikkonsidrawhom.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Is-Segretarju Parlamentari Carmelo Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Sur President, jien ħadt pjaċir b'din il- mozzjoni għax fil-leġislatura l-oħra tkellimt ħafna fuq il-bżonn li wieħed jemenda l-istanding orders ħalli l-kumitat permanenti għall-affarijiet barranin ikollu fi ħdanu kumitat li jieħu x-xogħol ta' skrutinju ta' dak kollu li għandu x'jaqsam ma' l-UE.", "Naħseb li llum rajna żewġ kelliema tajbin min-naħa ta' l-oppożizzjoni – qed nirriferi għall-Onor.", "John Attard Montalto kif ukoll għall-Onor.", "Jose' Herrera - li ħarġu l-aħjar tagħhom.", "Naħseb li dan huwa proċess tajjeb għax permezz tiegħu ż-żewġ naħat tal-Kamra se jibdew jiddiskutu u jħarsu 'l quddiem.", "Ir-realtà ta' l-UE qed tixħet fuqna piż biex fl-aħħar nemendaw l- istanding orders li ilna biex nemendawhom żmien twil - is-Sinjorija Tiegħek aċċennat għal dan il-fatt diversi drabi - u biex nirranġaw il- Kostituzzjoni tagħna.", "Il-Kostituzzjoni tagħna ħadnieha fi żmien l-indipendenza u wara dan iż- żmien kollu wasal iż-żmien li nagħmlu kostituzzjoni ġdida jew nerġgħu niddiskutu l-binarji tal-Kostituzzjoni kollha kemm hi, speċjalment in vista tal-fatt li qegħdin ngħidu li se jkollna ħames deputati Ewropej li ż-żewġ naħat tal-Kamra qed jaqblu li m'għandhomx ikunu deputati ta' din il-Kamra.", "Għalhekk se jkollna sitwazzjoni fejn ħames deputati li jirrappreżentaw lil pajjiżna barra minn Malta ma jkollhomx rapport ma' din l-ogħla istituzzjoni.", "Naħseb li għandna bżonn inpoġġu ftit bil-qiegħda u naraw b'mod realistiku għalxiex aħna sejrin u liema huwa l-aħjar mod kif naffrontaw is-sitwazzjonijiet li se jiġu fuq pajjiżna għall-50 sena li ġejjin.", "Għalhekk naħseb li din il-mozzjoni hija l-bidu ta' din it-triq.", "Jien ħadt pjaċir nisma' lill-ħabib tiegħi ̧ l-Onor.", "Jose' Herrera ̧ jgħid li matul dawn l-aħħar erba' snin f'dan il-kumitat l-akbar aċċenn kien fuq dak kollu li għandu x'jaqsam ma' l-UE.", "Wieħed irid jgħid li kull kumitat li hawn fil-parlament huwa kumitat ta' skrutinju, jew fuq ħidmet il-parlament jew fuq ħidmet dipartimenti oħra tal-gvern.", "Però aħna qegħdin ngħidu li rridu nkunu realistiċi u naraw jekk hemmx bżonn li jiġi appuntat kumitat ġdid.", "Fil-fatt m'hemmx bżonn li jiġi appuntat kumitat ġdid u m'hemmx bżonn li jkun hemm dupplikazzjoni għax il-verità hija li dan il-kumitat waħdu se jkollu n-nies kapaċi u abbli li waħedhom jagħmlu dan is-suppost skrutinju ta' l-UE.", "Huwa importanti wkoll li ma nesaġerawx.", "Il-kollega tiegħi qal li issa rridu niflu kull direttiva u naqraw kull sentenza li tingħata minn barra.", "Dan huwa veru għax huwa dmir ta' kull deputat li jagħmel din il-ħaġa, però ma jfissirx li kull direttiva jew kull sentenza li tingħata minn barra neċessarjament tfisser li din imbagħad trid tiġi quddiem dan il- kumitat.", "F'dan il-kumitat għandna nagħmlu kif nagħmlu fil-kumitati l- oħrajn li fejn naqblu nimxu u fejn ikun hemm xi punt ta' diskussjoni, niddiskutu.", "Naħseb huwa tajjeb li dan isir, però ma rridux nesaġeraw fuq il-kwantità kbira ta' xogħol li se jkollu jidħol għalih jew inkella ngħidu li rridu nagħmlu kumitat ieħor u jkollna dupplikazzjoni ta' xogħol u problemi ta' loġistika li aħna lkoll nafu bihom.", "Mr Speaker, hija ħaġa tajba li bħala deputati naħsbu sabiex inkunu on a full-time basis hawnhekk.", "Però llum għandna l-possibbiltà li nsiru full- time?", "Le, naħseb li m'aħniex qegħdin f'din il-pożizzjoni llum.", "Għada pitgħada għad inkunu u tajjeb li nistudjaw is-sitwazzjoni sabiex inkunu deputati full-time, però preżentement ma nistgħux.", "Mr Speaker, il-kumitat mhux se jsir sentejn oħra, se jsir illum, allura rridu naffrontaw is-sitwazzjoni kif inhi llum.", "Bid-deputati part-time u bil-problemi kollha li diġà ssemmew dwar ħin biex tistudja d-dokumenti, u anke problemi finanzjarji, il-verità hija li min minna jrid jagħmel ix- xogħol bis-serjetà jirnexxilu jagħmlu.", "Fil-leġislatura l-oħra jien kont backbencher.", "Ma nistax ngħid li kont backbencher perfett, però ma nistax naqbel mal-parti l-oħra li d-dokumenti li kienu jitqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra ma kontx naqrahom.", "L-Onor.", "Membru semma r-rapport ta' l-ombudsman.", "Jien kont naqrah bħal kwalunkwe deputat ieħor u naf li diversi backbenchers hawnhekk kienu jaqrawh.", "Kwalunkwe rapport li jiġi ppreżentat fuq il-mejda tal-Kamra jgħaddi minn quddiem għajnejna u naqrawh.", "B'hekk aħna nkunu aġġornati b'dak li qiegħed jiġri, però jiddependi dejjem minn kemm id-deputat huwa lest li jagħti l- ħin tiegħu u kemm huwa lest li jagħti l-impenn tiegħu.", "L-Onor.", "John Attard Montalto għamel appell għall-għaqda biex nipprovaw naslu.", "Jien naħseb li qed nagħmlu much-a-do about nothing fuq dan.", "Jekk kemm-il darba nħarsu lejn id-dettall tal-mozzjoni li ġiet imressqa mill- gvern, nirrealizzaw mhux biss kemm hija magħmula tajba, imma li tagħti l- fakultà li fiċ-ċirkostanzi tal-lum taħdem.", "Però aħna qatt ma għedna li jekk għada pitgħada l-volum tax-xogħol jikber tant b'mod qawwi u voluminuż, kif qed jiġi deskritt mill-kollegi tiegħi tan-naħa l-oħra, li allura jkun hemm bżonn nagħmlu kumitat, aħna dan ma nagħmluhx.", "U j'Alla jkollna deputati full-time, jiġifieri nies li jkunu qegħdin hawnhekk il-ħin kollu.", "Dak li jfisser full-time, li nkunu hawn il-ħin kollu.", "Però dik ir-realtà għadha mhijiex fuqna.", "Naħseb li qegħdin nagħmlu a storm in a teacup fuqha din, qegħdin nesaġerawha.", "Jien nieħu pjaċir li qed niddibattuha, però ma nesaġerawx, ma nġibux id- dinja daqshekk fit-tarf fuq mozzjoni li hija daqshekk loġika, fuq mozzjoni li qiegħda tiftaħ new ground.", "Hawn qegħdin nidħlu fuq new ground, f'sitwazzjoni ġdida.", "Allura ejjew nimxu b'ċerta kawtela, ejjew nimxu skond x'għandna preżentement u ejjew nimxu wkoll bl-esperjenza li għandna.", "Aħna kollha kemm aħna nixtiequ li għandna sitwazzjonijiet differenti, li għandna realtajiet differenti, b'danakollu rridu naċċettaw ir-realtà tal-lum.", "U fir-realtà tal-lum, il-mozzjoni li qegħdin nippreżentaw għandha ssib il- qbil taż-żewġ naħat tal-Kamra.", "Jien ma narax għaliex m'għandniex naqblu fuq din il-mozzjoni.", "Bir-rispett kollu lejn il-kollegi tiegħi, meta tagħsar kulma ntqal issib li m'hemmx verament argument biex tagħmel kumitat ġdid.", "Ejja nkunu saqajna ma' l-art meta niġu għall-kumitati.", "Jien kont wieħed mill-iktar nies assidwi fil-kumitati.", "Jien kont membru fil-kumitat għall-konsiderazzjoni ta' abbozzi ta' liġi, wieħed mill-iktar kumitati li ltaqa', Mr Speaker.", "Is- Sinjorija Tiegħek żgur taf kemm-il darba għamilna sa l-10.00 ta' bil-lejl jew sal-11.00 ta' bil-lejl niddiskutu u nidibattitu klawsola kwalsola ta' liġijiet differenti.", "Konna niltaqgħu darbtejn jew tliet darbiet fil-ġimgħa fil-leġislatura l-oħra.", "Jiġifieri m'hemmx bżonn li wieħed jgħidli kemm il- kumitati ta' skrutinju huma importanti.", "Però rridu nammettu li l-maġġoranza tal-ħin tal-kumitat ta' l-affarijiet barranin diġà kien qed jieħdu fuq issues dwar l-UE.", "Il-kollegi tiegħi tan- naħa l-oħra semmew ħafna issues internazzjonali.", "Issa nkunu saqajna ma' l- art.", "Kemm-il darba l-kumitat ta' l-affarijiet barranin iddiskuta affarijiet internazzjonali b'mod u manjiera li qisna qed nagħmlu dibattitu ta' opinjonijiet fuqhom?", "Il-kumitat ta' l-affarijiet barranin għandu jiddiskuti proposta li se twassal għal xi ħaġa.", "Ma jagħmilx sens li aħna noqogħdu niddiskutu l-kwestjoni tal-middle east u l-kwestjoni ta' l-Iraq in vacuo.", "GĦaldaqstant dak li qed jitqajjem mill-kollegi tiegħi tan-naħa l-oħra fir- realtà, fis-sustanza ma fih ebda saħħa ta' xejn.", "Ejja naqblu biex nimxu fuq din il-mozzjoni kif inhi mressqa mill-viċi kap għan-nom tal-gvern għax naħseb li m'għandux ikollna diffikultà fiha, anzi għandha tkun il-bażi.", "Veru li l-ġimgħa li għaddiet kont on record li kont naqra niggieżi man-naħa l-oħra fuq il-kwestjoni ta' l-UE.", "U ħassejt li għandi nagħmilha għax verament nieħu pjaċir li l-parti l-oħra issa qiegħda tapprezza iktar li hemm ħafna vantaġġi li wieħed jista' jibbenefika minn sħubija fl-UE.", "Mhux qed ngħid li jaqblu magħna fuq kollox, però qegħdin jibdew iħarsu lejn affarijiet li qabel ma kenux iħarsu lejhom.", "Din hija realtà li aħna ferħanin biha.", "Qed nieħdu pjaċir li aħna flimkien fuq din il-ħaġa, però rridu noqogħdu attenti sabiex affarijiet żgħar bħal dawn ma noħolqux daqshekk dibattitu fuqhom.", "Jeħtieġ ikollna saqajna ma' l- art, inħarsu ftit lejn ir-realtà u naċċettaw il-limitazzjonijiet li għandna llum fil-parlament.", "B'hekk ma nkunux qed inċekknu lilna nfusna, imma nkunu qed naċċettaw x'għandna llum.", "Il-pjaċir tiegħi jkun li kulħadd ikun full- timer hawnhekk u li kulħadd ikollu staff miegħu.", "Veru hekk għandu jkun.", "Għandna nħarsu 'l quddiem.", "Però issa għandna nkunu saqajna ma' l-art u naċċettaw li biex nagħmlu dan il-pass 'il quddiem irid ikun hemm l-għaqda taż-żewġ naħat tal-Kamra.", "Jien naħseb li din il-mozzjoni għandha sservi wkoll - id-diskussjoni li għaddejja hija tajba - sabiex inħarsu b'mod iktar realistiku lejn l- istanding orders.", "Minkejja li jkollna mumenti ta' dawl fejn nirrealizzaw li huma antikwati u għandhom bżonn jinbidlu, xorta jibqgħu hemmhekk.", "Anke fejn tidħol il-kostituzzjoni tagħna jeħtieġ nirrealizzaw li din għaddiet minn ħafna cut-and-paste u issa wasal iż-żmien li nħarsu lejha b'mod iktar sħiħ għaliex għandna konċetti ta' kostituzzjoni li saret fl- 1964 u mbagħad għandna konċetti li daħlu wara.", "Illum wasal iż-żmien li npoġġu ftit bil-qiegħda u nibnu qafas legali aħjar sabiex l-istituzzjoni leġislattiva tagħna taħdem aħjar għall-ħamsin sena li ġejjin.", "Nirringrazzjak, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Helen Dalli.", "ONOR.", "HELENA DALLI: Nixtieq niċċara xi ħaġa li qrajt fuq gazzetta llum u kellmuni anke xi nies dwarha.", "Waħda mir-raġunijiet għalfejn in-nies ivvotaw lilna kienet għaliex kienu jaqblu mal-politika tagħna li ma ridniex sħubija fl-UE.", "Iżjed minn nofs l-elettorat Malti vvota favur sħubija fl- UE.", "Issa huwa stat ta' fatt li f'Mejju 2004 se nsiru membri u se nintrabtu bir- regoli kollha ta' l-UE, anke dawk ir-regoli li ma jgħoddux għalina u li se joħolqulna problemi.", "Għalhekk huwa importanti ħafna s-sehem tal-partit ta' l-oppożizzjoni.", "Minkejja li aħna ma konniex naqblu ma' din ir-rabta sħiħa ma' l-UE, huwa fl- interess ta' dawk li poġġewna hawnhekk li nkunu l-watchdogs u nagħmlu kritika kostruttiva ħalli nilqgħu għad-daqqiet li nafu li se jiġu żgur.", "Irridu nitkellmu għall-interessi ta' dawk in-nies li poġġewna hawnhekk u ntaffulhom xi ftit mill-effetti ta' wħud mill-policies li, irridu u ma rridux, issa se jsiru parti mil-liġijiet, mid-direttivi tagħna.", "Huwa d- dover tagħna li nagħmlu dan.", "Issa li għandna dan l-istat ta' fatt quddiemna d-dover tagħna huwa li naraw l-aħjar interessi ta' l-elettorat li nirrappreżentaw fiċ-ċirkostanzi li se nsibu ruħna fihom fil-futur viċin.", "Ma nistgħux nitkellmu fuq ħafna 'l bogħod, imma nistgħu nitkellmu fuq x'inhu jiġri issa u x'se jiġri sa sena oħra.", "Quddiem l-istat ta' fatt tad-dħul ta' Malta fl-UE irridu nagħmlu d- dover tagħna biex inħarsu l-interessi tan-nies kollha ta' Malta, speċjalment ta' dawk in-nies li kienu jemmnu fil-politika tagħna.", "Issa huwa d-dover tagħna li nnaqqsu mill-effett li se jkun hemm fuq dawn in-nies li lilna poġġewna hawnhekk.", "Qed ngħid dan għax nafu li hemm u se jkun hemm regoli li ma jgħoddux għalina.", "M'aħniex se ngħidu affarijiet li m'għednihomx qabel hawnhekk.", "Nafu kif taħdem l-UE, kif il-pajjiżi l-kbar jipprovaw jirromblaw fuq iż- żgħar.", "Nagħti l-iktar eżempju li jissemma bħalissa; Franza u l-Ġermanja ġew jaqgħu u jqumu milli jżommu l-budget deficit skond ir-regolamenti ta' l- UE, jiġifieri ta' 3% tal-GDP, imma qisu ma ġara xejn!", "Imbagħad lill- Awstrija jissikkawha u jerġgħu jissikkawha biex tiġi in line fil-budget tagħha.", "Dan huwa eżempju ta' kif il-kbar jirromblaw fuq iż-żgħar.", "Issa aħna ta' l-oppożizzjoni se noqogħdu ngħidu li dik ma kenitx il-policy li ridna nadottaw aħna u nħalluhom jirromblaw minn fuqna kemm iridu?", "Le, ma nistgħux.", "Jien m'għandix il-kuxjenza li nagħmel hekk.", "Aħna ma nistgħux ma niddefendux l-interessi taż-żgħar, speċjalment f'dawn iċ- ċirkostanzi fejn ħafna mid-direttivi se jiġu lesti u se jkollna nobduhom.", "Irridu nkunu attivi, anzi proattivi f'din il-kwestjoni kollha u jeħtieġ li nkunu ffokati sew fuq dak li ġej mill-UE għalina.", "Għalhekk aħna qegħdin ninsistu fuq dan il-kumitat għall-affarijiet Ewropej u qegħdin ngħidu li huwa ħażin li dan il-kumitat ikun diluted bil-foregin policy kif qed jipproponi l-gvern.", "Minn Mejju li ġej il-policy ta' l-UE mhux se tkun foreign policy għalina, rridu u ma rridux, imma se tkun domestic policy.", "Mela kif aħna se nħalltuha fl-istess kumitat tal- foreign policy?", "M'hemmx għalfejn ngħidu fuqxiex nistgħu nitkellmu fil- kumitat għall-affarijiet barranin.", "Kif semmew il-kollegi tiegħi qabli, hemm il-Mediterran, iċ-Ċina, l-Amerika u l-pajjiżi kollha barra l-UE li aħna għandna l-kuntatti magħhom.", "Qegħdin ngħidu li l-affarijiet ta' l-UE se niddiskutuhom fil-foreign affairs committee meta l-policy ta' l-UE issa saret domestic policy għalina.", "Il-bieraħ il-ministru qal li hemm pajjiżi li għandhom kumitat wieħed biex jieħu ħsieb kemm l-affarijiet ta' l-EU u kemm il-foreign affairs.", "Però jmissu kompla jgħid li ħafna minn dawn il-pajjiżi - għax bħalna jsegwi x'inhu jiġri - qed jaraw kif jistgħu jkunu aktar iffokati billi jisseparaw il-foreign affairs committee minn ma' l-EU committee.", "Allura l-loġika tiegħi tgħid li jekk għadna se nwaqqfu dan il-kumitat, għaliex ma nwaqqfuhx mill-ewwel bil-mod li jista' jkun aktar effettiv?", "Ħafna pajjiżi oħrajn qed jimxu f'din id-direzzjoni għax qed jaraw li hemm dak il-bżonn.", "Anke l-konvenzjoni Ewropea qed tgħid li trid li l-parlamenti nazzjonali jkunu aktar involuti.", "U waħda mill-modi kif qed jipprovaw jagħmlu dan huwa billi dawn il-kumitati jkunu ffokati fuq affarijiet ta' l- UE.", "Imma dik irrid niġi għaliha aktar tard.", "Għalhekk aħna li għadna se nwaqqfu dan il-kumitat, għaliex ma nwaqqfuhx mill-ewwel b'mod li jista' jkun aktar effettiv?", "Dak li qed ngħidu aħna.", "Dan se jkun il-kumitat li fih se niflu dak kollu li jiġi mill-UE - u se jiġu ħafna affarijiet x'niflu - allura biex ikun aktar effettiv m'għandniex inżidulu l-foreign affairs ukoll u jispiċċa jkollu jagħti l-ħin u jaħli r-riżorsi għalihom ukoll.", "Il-bieraħ il-Ministru semma l-Lussemburgu imma inti tista' tapplika dak li hemm fil-Lussemburgu għal hawn Malta meta l-Lussemburgu qiegħda fil-qalba ta' l-UE?", "X'għandha x'taqsam ir-realtà tal-Lussemburgu mar-realtà tagħna?", "Kif nistgħu ngħidu li għax dawk għamlu hekk, aħna għandna nagħmlu bħalhom!", "Apparti l-fatt li nafu li hemm pajjiżi li, jekk mhux diġà għandhom, qed jaħsbu li jkun aħjar li dan il-kumitat ikun separat.", "Jien rajt studji empiriċi dwar l-impatt domestiku ta' l-UE li qed juru modi differenti ta' kif il-pajjiżi jadattaw għall-proċess.", "Fil-fatt dawn għandhom mekkaniżmi differenti biex jinternalizzaw ir-regolamenti li jiġu mill-UE.", "Dawn l-istudji juru li l-omoġenjità u l-armonizzazzjoni mhijiex aspettattiva realistika għaliex kull pajjiż għandu l-kultura tax-xogħol parlamentari tiegħu.", "Għalhekk jien ngħid li filwaqt li nitgħallmu minn pajjiżi oħra u naraw x'qegħdin jagħmlu, irridu nadattaw dak li hemm bżonn nagħmlu skond ir-realtajiet tagħna li nafuhom aħna biss, jew l-aħjar li nafuhom aħna, għax aħna qegħdin ngħixuhom.", "Allura nistgħu nifhmu iżjed x'inhi l-aħjar sistema għalina biex nassorbu tajjeb dawn ir-regolamenti u l- policies li ġejjin.", "Meta ngħid nassorbu tajjeb il-policies irrid infisser li nassorbu b'mod effettiv u b'mod li nkunu fil-ħin li nistgħu nagħmlu xi ħaġa fuqhom, jekk ikun il-każ.", "Mhux kif issemma hawnhekk, li tagħti daqqa ta' għajn, tolqotlok għajnejk xi ħaġa u tiddiskutiha.", "Se jiġu patafjun ta' regolamenti u ma naħsibx li dan huwa l-mod kif nifluhom.", "Wara kollox hawnhekk qed nitkellmu fuq il-ħajja tan-nies - that is what it boils down to - fuq ir-regolamenti li se tagħmlilhom f'ħajjithom, fuq kif se ngħixu flimkien, fuq kif se nimxu 'l quddiem.", "Allura dan huwa l-mod kif se nagħmlu l-iskrutinju tagħna, billi dak li jiġi taħt għajnejna nagħmluh u dak li jaqbżilna jkun qabżilna?!", "Ma naħsibx li dan huwa tajjeb.", "Nerġa' niġi għax-xogħol tal-parlament.", "Kif diġà għedt, kull pajjiż għandu l-metodi u l-kultura tiegħu kif jagħmel ix-xogħol.", "Aħna nafu kif jiffunzjonaw il-kumitati fil-parlament tagħna u nafu l-ħinijiet li jagħmlu l-membri parlamentari ġo dan il-parlament, kif semma l-Onor.", "Mifsud Bonnici qabli.", "Nafu wkoll x'jirrikjedi biex jiltaqa' kumitat u x'support staff għandu bżonn.", "Dan huwa aspett ieħor importanti li rridu nidħlu fih għax inutli jkollok il-kumitat u mbagħad ma jkollokx struttura ta' nies effiċjenti u kompetenti li qegħdin hemmhekk biex jagħtuk l-informazzjoni u biex jagħmlu r-riċerka ħalli inti tkun tista' tmexxi bis-serjetà.", "Minn dak li nafu mill-esperjenza ta' kemm ilu jkollna l-kumitati f'din il- Kamra nistgħu ngħidu minn issa li ma jagħmilx sens li kumitat li se jkollu quddiemu dak kollu li joħroġ mill-UE, jkollu jaqsam il-ħin tiegħu biex jaħdem ukoll fuq affarijiet internazzjonali.", "Nafu x'aġenda jkollu l- kumitat ta' l-affarijiet barranin u jien ma narax kif nistgħu nippretendu li se nagħmlu xogħol bis-serjetà b'dan il-kumitat li qed jipproponi l- gvern.", "Sur President ̧ il-qasam tal-politika barranija huwa qasam importanti ħafna u ma nagħmlux sewwa jekk dan jingħata back burner role għaliex dejjem hemm xi ħaġa mill-EU għaddejja li tkun trid tingħata prijorità.", "Qed ngħid dan għax żgur li se jiġri hekk.", "Jekk il-kumitat se jibqa' kif inhu propost, jiġifieri jkollu l-foreign affairs mal-European affairs, kuljum se tkun ġejja xi ħaġa mill-UE, allura l-affarijiet internazzjonali se jintefgħu fuq il-back burner.", "Bil-mod kif inhu propost il-kumitat mhux se jkun possibbli li ċerti issues internazzjonali jingħataw il-prijorità li tixirqilhom billi jitpoġġew fuq l- aġenda.", "Dan għaliex apparti li dejjem se jkollna x-xogħol ġej mill-UE, aħna se nħossu li dan jolqotna aktar mill-viċin.", "Dejjem se jkun hemm xi ħaġa urġenti li se tolqot lil wieħed jew lill-ieħor, u nispiċċaw niddiskutu lilha.", "Għax, kif għedt, din se ssir domestic policy mhux foreign policy.", "Sur President ̧ din hija kwestjoni li biex niddeċiduha rridu nħarsu wkoll lejn kif jaħdmu l-kumitati tagħna, għaliex anke l-letteratura fuq pajjiżi oħra turi li s-sistema li jużaw il-parlamenti li huma determinant strutturali partikolari għadu ħafna under researched.", "Il-bieraħ il- Ministru semma studju komparattiv f'dan il-qasam.", "Però min qed jirriċerka dan il-qasam jaf ukoll li l-istudjużi f'dan is-settur jammettu li dan huwa settur li għadu ħafna under researched.", "Hemm bżonn aktar studji, mhux dak li semma l-Ministru biss.", "Però meta tistaqsi u tfittex ħafna drabi jgħidulek li għad m'għandniex riżultati, data u riċerka biżżejjed.", "Dan jafu kulmin qiegħed jaħdem f'dan is-settur.", "Mela minbarra li ngħidu li hemm studju rridu ngħidu wkoll li għad hemm ħafna x'jiġi riċerkat biex toħroġ xi formula li tgħid liema huwa l-aħjar mezz.", "Wara kollox l- affarijiet il-ħin kollu qegħdin jinbidlu.", "Fil-Konvenzjoni Ewropea qed jingħad li rridu nagħtu rwol akbar lill- parlamenti nazzjonali għax din hija xi ħaġa li għadha ma teżistix.", "Id- demokrazija fl-UE tiddependi ħafna mil-leġittimità demokratika tal- proċeduri fil-livell nazzjonali, dak li qegħdin niddiskutu llum.", "Nafu li hemm deficit kbir fid-demokrazija ta' l-UE u għalhekk, nerġa' ngħid, fil- Konvenzjoni Ewropea ssemma ħafna li għandu jingħata rwol akbar lill- parlamenti nazzjonali.", "Allura ladarba qed ngħidu li se nagħmlu xi ħaġa ̧ issa wara li nafu dan kollu, għalfejn se noqogħdu nsemmu l-Irlanda u pajjiżi oħra li din l- istruttura ilhom ħafna li bnewha u llum qegħdin jaraw kif jistgħu jsaħħuha billi jikkonċentraw biss fuq issues ta' l-UE?", "Rigward il-parlamenti nazzjonali, l-istudji li rajt jien juru kif il- proċess ta' l-integrazzjoni ta' l-Ewropa jdgħajjef il-parlamenti nazzjonali.", "Dan huwa fatt studjat u magħruf u ħadd ma jista' jiċħdu.", "Fil- fatt, hemm studju, per eżempju, li juri kif l-eżekuttiv jiggwadanja miċ- ċaqliqa li ssir u cioe` mill-policy making għas-sistemi ta' negozjar ma' l- UE.", "Dan għaliex l-eżekuttiv imbagħad ikun jista' jiddomina l- informazzjoni, l-istituzzjonijiet, l-interessi, l-ideat u anke spjegazzjonijiet għal ċertu political outcomes.", "L-eżekuttiv ikollu aċċess ħafna aktar faċli għall-informazzjoni milli jkollu l-parlament u mingħajr din l-informazzjoni, il-parlament mhux se jkun armat biżżejjed biex jiskrutinja jew jikkontrolla l-eżekuttiv.", "Għaldaqstant, it-trasferiment tal-policy making għal-livell Ewropew isaħħaħ l-eżekuttiv vis-a-vis il-parlament u għalhekk, aħna nibqgħu ninsistu fuq l- importanza li ta' l-inqas ikun hemm dan il-kumitat li x-xogħol tiegħu jkun li jiskrutinja dak kollu li jkun ġej mill-UE mingħajr ma jiġi mxekkel minn xogħol ieħor ta' natura internazzjonali.", "Jien naħseb li r-reazzjoni tagħna m'għandhiex tkun dik li mmorru mal-mewġa tad-deparliamentisation imma għandna nirreaġixxu strateġikament biex naġġustaw l-istrutturi interni tagħna u billi nibnu - jidhirli li din rrifera għaliha l-Onor.", "Bartolo - relazzjonijiet inter-parlamentari biex negħlbu r-restrizzjonijiet li policy making inter-governattiva tista' timponi fuq dak li nistgħu nagħmlu aħna.", "Forsi hawnhekk hawn min qed jgħid li aħna qegħdin ngħidu hekk għaliex qegħdin fl-oppożizzjoni u mhux fil- gvern.", "Le, aħna qed ngħidu dan mhux għax qegħdin fl-oppożizzjoni imma għaliex huwa dmir tagħna, bħala rappreżentanti tal-poplu, li nagħmlu dak kollu li nistgħu biex leħen in-nies li aħna nirrappreżentaw jasal fil- postijiet fejn qegħdin jittieħdu d-deċiżjonijiet tant importanti li se jkollhom effett kbir fuq il-ħajja tagħhom.", "Ma nafx kif il-gvern jippretendi li se nkunu kapaċi naħdmu bis-serjeta` jekk nimxu fuq il-proposti tiegħu ta' kumitat wieħed għall-affarijiet barranin u Ewropej meta sejrin jaslu ammont enormi ta' proposti u ta' policies mill-UE.", "Lanqas kieku jiltaqa' kuljum ma jkun jista' jlaħħaq, aħseb u ara!", "Barra minn hekk, ma rridux li issa, ix-xogħol mal-kumplament tal-pajjiżi li mhumiex fl-UE jitpoġġa fuq il-back burners.", "Jien ngħid li x-xogħol mal-pajjiżi l-oħra huwa mportanti ħafna u għandu jingħata l-ispazju fuq kumitat apposta għalih.", "Jekk jiġri kif qed jingħad fil-Kostituzzjoni proposta ta' l-UE u cioe` li l-parlamenti nazzjonali għandhom jingħataw rwol akbar fit-tkattir tal-liġijiet, dak ikun ifisser li se jkun hemm aktar xogħol għall-parlament tagħna.", "Allura ma jagħmilx sens li l-kumitat ikun kif qed jipproponi l-gvern.", "Fil-fatt pajjiżi oħrajn li m'għandhomx dawn l-istrutturi qegħdin jaraw huma wkoll, kif se jbiddlu l- istrutturi tagħhom sabiex ikunu jifilħu għal aktar xogħol.", "Hemm ħafna mistoqsijiet u affarijiet li rridu naħsbu bis-serjeta` fuqhom.", "X'jagħmel kumitat b'saħħtu?", "X'jagħmel kumitat dgħajjef?", "Kemm se jkollu għajnuna teknika?", "Fl-interess ta' min huwa li dan il-kumitat ikun kumitat bis-serjeta`?", "Issa jekk il-gvern huwa fl-interess tiegħu li l-affarijiet ma jkunux skrutinati bis-serjeta`, allura ma jagħtihx l-importanza li qegħdin ngħidu aħna, imma jekk il-gvern ġenwinament jemmen li dan il-kumitat għandu xogħol kbir li jrid iwettaq, allura naħseb li għandu jaċċetta l-proposta li qed tagħmel l-oppożizzjoni.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT (Kap ta' l-Oppożizzjoni): Sur President, jien nixtieq li nieħu dawn il-ftit minuti li baqa' biex nappella għall-kompromess fuq din il-ħaġa.", "Min-naħa tal-gvern qed jintqal li hemm bżonn ta' kumitat wieħed dwar l-affarijiet barranin u affarijiet Ewropej ħalli kemm jista' jkun nekonomizzaw fuq ir-riżorsi umani tal-parlament.", "Pero' min-naħa ta' l-oppożizzjoni qed jintqal li hemm differenza sostanzjali bejn ix-xogħol ta' kumitat ta' l-affarijiet barranin u x-xogħol meħtieġ b'mod parlamentari fuq l-affarijiet Ewropej.", "Dan għaliex ix-xogħol fuq l-affarijiet barranin bilaterali - per eżempju, bejn Malta u l-Italja - u multilaterali – per eżempju, bejn Malta u l-aġenziji tal-Ġnus Magħquda – huwa differenti mix-xogħol li se jkun meħtieġ għall-iskrutinju parlamentari fuq dak li għandu x'jaqsam ma' l-affarijiet Ewropej.", "Għaliex?", "Għax f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-affarijiet barranin, qed nitkellmu b'mod ċar fuq ħafna affarijiet u kwestjonijiet li jirrigwardaw ir-relazzjonijiet bejn Malta u xi ħadd barrani filwaqt li f'dak li għandu x'jaqsam ma' l- affarijiet Ewropej, qed nitkellmu b'mod sostantiv dwar ħafna kwestjonijiet li jittrattaw il-mod ta' kif jaħdem dan il-pajjiż bħal ̧ per eżempju, f'dak li għandu x'jaqsam ma' regolamenti tal-biedja, ta' l-ambjent, ta' l- industrija u tat-taxxi fost oħrajn, regoli li dejjem se jibdew ġejjin minn Brussell.", "Allura jekk tħawwad ħaġa ma' oħra, se tkun jew qiegħed tpoġġi l- affarijiet Ewropej fuq kejl li mhux se jkun tabilħaqq tajjeb biex tifli x'inhu għaddej jew inkella se tkun qed tpoġġi fil-ġenb l-affarijiet barranin li huwa ħażin ukoll għaliex huwa importanti li dan il-pajjiż - minkejja li se jkun membru ta' l-UE - iżomm focus biex jara kif se jtejjeb ir-relazzjonijiet bilaterali u multilaterali ma' pajjiżi oħra.", "Il-gvern qed igħid li għandu 20 membru li huma ministri jew segretarji parlamentari u 15-il membru parlamentari.", "Imma bir-rispett kollu, jien naħseb li kemm fil-kwestjoni ta' l-affarijiet barranin, kemm fil-kwestjoni ta' l-affarijiet Ewropew u anke fil-kwestjoni tal-PAC u affarijiet oħra, il- ministri tal-gvern ikunu involuti.", "Dik hija l-prattika ta' dan il-parlament safejn naf jien.", "Ħafna drabi, ministri tal-gvern huma involuti anke f'kumitati oħra.", "Mela mhuwiex argument li tgħid li għax hemm daqstant ministri, allura rridu neskluduhom milli jkunu f'kumitat jew f'ieħor għax din diġa` qed tiġri.", "Din saret kemm mill-gvernijiet Nazzjonalisti u kemm mill-gvern Laburista ta' l-1996/1998.", "Allura l-punt mhuwiex dak.", "Il-punt huwa kif se naħdmu bl-aħjar mod biex niffokaw fuq xi ħaġa li se tkun kruċjali għal dan il-pajjiż.", "L-oppożizzjoni qed issostni – minkejja l-akkużi infondati li l-partit Laburista mhuwiex interessat f'relazzjoni ma' l-UE – li hemm bżonn li l- affartijiet li jiġu mill-UE, jiġu skrutinati b'mod iffokat.", "Jekk se jkollna kumitat li min-naħa se jkun responsabbli għall-affarijiet barranin u min- naħa l-oħra se jkun responsabbli fuq l-affarijiet Ewropej, kun ċert li xi ħaġa jew oħra se titlef u dan, ċertament, la hu fl-interess tal-parlament u lanqas hu fl-interess ta' dan il-pajjiż.", "Żgur li din m'għandhiex x'taqsam ma' partiġġjaniżmu!", "Sur President ̧ aħna stajna nagħlqu għajnejna u nibqgħu għaddejjin.", "Stajna ngħidu: Il-gvern irid kumitat ta' l-affarijiet barranin u ta' l-Ewropa fl- istess bixkilla?", "Nagħmluha, ma ġara xejn u mbagħad noqogħdu nisparaw wara.", "Imma għalfejn?", "Aħna qed nagħmlu dan kollu għaliex irridu li l-affarijiet isiru sew.", "Issa, jekk qed nifhem tajjeb, l-oġġezzjoni tal-gvern għal proposta tagħna hi li kumitat ieħor se jkun żejjed minħabba li r-riżorsi tal-gvern huma limitati peress li hemm 20 ministru u 15-il deputat.", "Pero' bir-rispett kollu, din ma treġix.", "Possibbli ma nistgħux naħsbu kif jekk hemm bżonn, il-kumitat ta' l- affarijiet barranin innaqqsuh għal tlieta, per eżempju ̧ u l-ieħor ikun standing bl-istess mod kif inhu l-kumitat permanenti għall-konsiderazzjoni ta' abbozzi ta' liġi li jkun standing il-ħin kollu; jiġifieri daqqa jidħol ministru, daqqa jidħol ieħor, daqqa jidħol membru u daqqa jidħol ieħor?", "Il- punt huwa li għandna nkunu ffokati fuq l-affarijiet Ewropej il-ħin kollu.", "Sur President, l-argument huwa li se jkun hemm xmara ta' affarijiet ġejjin u affarijiet li diġa` għaddew u li rridu nitkellmu dwarhom.", "Dawn mhux se jitkellmu biss fuq affarijiet barranin imma se jitkellmu fuq affarijiet li jmissu l-mod ta' kif jaħdem dan il-pajjiż.", "Aħna għalhekk imbagħad daħħalna l-kwestjoni dwar jekk għandux ikun hemm is-soċjeta` ċivili wkoll sabiex dawk kollha li jkollhom x'jaqsmu, ikunu jistgħu jiddibattu b'mod ċar fuq affarijiet li se jmissu kull settur tas-soċjeta`.", "Issa jekk il-problema hi li se jkollna, per eżempju, kwestjoni interna jew esterna ta' fejn se jpoġġi l-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u cioe` jekk għandux ipoġġi f'kumitat ta' l-affarijiet barranin jew fil-kumitat ta' l-affarijiet Ewropej, iż-żewġ naħat għandhom ikunu flessibbli fuqha u jekk hemm bżonn, jista' jmexxihom it-tnejn.", "X'hemm ħażin b'daqshekk?", "Jekk imbagħad, f'naħa jew oħra, il-ministru jkollu deputat tiegħu li jkun jista' jmexxi minfloku biex il-ministru ma jkunx maqbud iżżejjed, niddiskutuha wkoll.", "Ejja nkunu flessibbli fuq din il-ħaġa.", "Din il-ħaġa m'aħniex qed nissuġġeruha b'pika imma bil-għan li nsibu l-aħjar mod kif nagħmlu l- affarijiet.", "Sur President ̧ aħna ma rridux li l-affarijiet barranin jispiċċaw minsija pero' biex inkun ċar irrid ngħid li sfortunatament f'dawn l-aħħar snin spiċċaw minsija.", "Jien iltqajt ma' ministri jew ambaxxaturi ta' pajjiżi oħra u qaluli li f'dawn l-aħħar snin, il-pajjiż – ħalli ngħid il-pajjiż imma huma qaluli affarijiet oħra - kien moħħu biss fl-UE u allura l-affarijiet bilaterali ntnesew.", "Issa dan mhuwiex tajjeb imma jiddispjaċini ngħid li hekk se nibqgħu jekk il-gvern irid li dan il-kumitat jiddiskuti kemm affarijiet barranin kif ukoll affarijiet Ewropej.", "Għalhekk naħseb li jkun tajjeb li nerġgħu nirriflettu ftit.", "Issa hawnhekk sħabi se jgħiduli li l-gvern dejjem ikun dommatiku fuq din il-ħaġa u xi kultant nemminha jiena wkoll pero` jekk hemm ċans li nistgħu nsibu spazju għall-kompromess fuq din il-ħaġa, għandna nsibuh.", "Jekk veru l-problema hi kif se jitqassmu l-20 ministru u 15-il deputat, nistgħu naraw jekk il- kumitat ta' l-affarijiet barranin jitnaqqasx fin-numru - ma nafx kemm se jaqbel miegħi l-Onor.", "Brincat għaliex ma tkellimthiex miegħu din - u jkun hemm kumitat ta' l-affarijiet Ewropej li jkun jaħdem kif jaħdem il-kumitat permanenti dwar l-abbozzi ta' liġi.", "Jekk hemm bżonn nikkonsultaw biex l- istess Ministru jmexxi ż-żewġ kumitati u jkollu d-deputat tiegħu li jmexxi meta hu jkun nieqes, nikkonsultaw.", "MR SPEAKER: Il-viċi prim ministru bil-permess tal-kap ta' l- oppożizzjoni.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sur President, jien nibqa' ngħid li għandna nagħmlu l-isforz biex nipprovaw insibu s-soluzzjoni għaliex kif qed ngħidu, finalment l-objettiv tagħna huwa l-istess u cioe`, li jkollna struttura li taħdem, li tkun effikaċi u effiċjenti fejn il-parlament jiffunzjona u jaqdi l-miri kollha tiegħu.", "Fit-tieni ittra li jien bgħatt, jien offrejt varjazzjoni bħala soluzzjoni.", "Fil-fatt hemmhekk issuġġerejt varjazzjoni biex nipprovaw insibu t-triq li taqdi l-bżonnijiet skond kif qed jarawhom iż-żewġ naħat u biex nilħqu l- objettivi tagħna.", "Jien issuġġerejt jekk nistgħux invarjaw il-proposta ta' l-emenda għall-ordni permanenti billi ngħidu li meta dan il-kumitat ta' l- affarijiet barranin u Ewropej ikun qed jiltaqa' fil-vesti tiegħu ta' l- affarijiet barranin, il-kompożizzjoni tiegħu tkun ta' sebgħa u meta jkun qiegħed jiltaqa' b'aġenda li tkun iffokata fuq skrutinju ta' l-affarijiet Ewropej, dan ikun kompost minn disgħa.", "Jien offrejt dan il-kompromess biex nipprovaw naslu għal qbil fuq il-forma għax fuq is-sustanza qbilna.", "Naħseb li din il-proposta hija viċin ħafna għal dak li qed jgħid il-kap ta' l- oppożizzjoni u ta' xi interventi oħra li smajt illejla.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Ikompli l-kap ta' l-oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Le, m'hijiex u se ngħid għaliex.", "Issa jekk il-viċi prim ministru jrid jerġa' jintervjeni, jintervjeni.", "MR SPEAKER: Pero` ma tantx fadal ħin.", "Nitlob lill-kap ta' l-oppożizzjoni biex jagħlaq.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Il-focus huwa differenti.", "Jien li qed ngħid huwa li nżommu focus fuq l-affarijiet Ewropej u focus fuq l-affarijiet barranin.", "Ma jistax jiġri hekk b'dak li qed jissuġġerixxi l-gvern.", "Pero' apparti minn hekk, il-punt huwa li jkollok focus fuq l-affarijiet Ewropej miexi b'dak il- binarju u focus fuq l-affarijiet barranin, ristrett kemm hu ristrett, miexi fuq dak il-binarju.", "(Interruzzjonijiet) Le, mhux hekk tfisser għaliex mhux hekk ġara fl-imgħoddi u ma jistax jiġri hekk.", "L-esperjenza turina li ma jistax jiġri hekk.", "Il-każ tal-Lussemburgu ̧ per eżempju ̧ huwa assolutament out of context, bir-rispett kollu.", "(Interruzzjonijiet) Ħalli ngħidlek għaliex.", "(Interruzzjonijiet) Sinjal li ma studjajtx l-istorja tal-Lussemburgu la qed tistaqsini għaliex!", "Il-Lussemburgu ilu għal dawn l- aħħar 40 sena bis-sistemi diplomatiċi u tat-tmexxija tal-politika barranija tiegħu marbuta ma' dawk tal-Belġju u ta' l-Olanda.", "(Interruzzjonijiet) Ħu paċenzja bija issa.", "Mhux il-Lussemburgu ssemmu intom?!", "(Interruzzjonijiet) Ħallini nitkellem fuq il-Lussemburgu l-ewwel għaliex il- Lussemburgu ssemmu s-soltu.", "Il-Lussemburgu huwa pajjiż li f'dawn l-aħħar 30 jew 40 sena kellu ħafna mid-diplomazija tiegħu delegata lill-Belġju.", "(Interruzzjonijiet) Dażgur li dak huwa l-punt!", "Allura fil-każ tal-Lussemburgu, il-kwestjonijiet ta' l- affarijiet barranin mhumiex daqstant iffokati u mportanti daqs affarijiet oħra.", "Imbagħad mhux bilfors tispiċċa appendix!", "Jien għadni kemm ġej mil-Libja u nista' ngħid li waħda mill-affarijiet li tinstema' f'dan il-kontest hija din.", "Aħna fejn se nkunu qed nitkellmu fuq il-Libja fil-kontest ta' kumitat – qed nitkellem bħala parlament – li jiddiskuti kemm affarijiet barranin u affarijiet Ewropej?", "Dan ma jagħmilx sens f'dan il-focus għax minflok affarijiet Ewropej f'daqqa waħda se nkunu qed nitkellmu fuq ir-regime tal-pitravi u tal-karrotti li jkun immexxi minn Brussell biex japplika f'Malta u l-ġimgħa ta' wara nkunu qed nitkellmu fuq ir-relazzjonijiet bilaterali tagħna mal-Malasja u mal-Libja.", "Mela din ma tagħmilx sens bħala focus.", "Għalhekk is-suġġeriment tiegħi huwa li għandna bżonn naħsbu ftit fuq kif nistgħu noħolqu struttura li tolqot u tilqa' għall-problema tal-gvern – jien din mhux qed naraha bħala problema – li għandu 20 ministru u 15-il deputat u naraw kif nistgħu nqassmuhom.", "Hemm bżonn li jkollna struttura li tiffoka fuq affarijiet li huma bilaterali u multilaterali fil-kontest ta' l- affarijiet barranin u struttura oħra li tkun tiffoka biss fuq l-affarijiet Ewropej li tidħol fil-visceral tat-tmexxija tal-pajjiż.", "Din nistgħu nagħmluha billi l-kumitat ta' l-affarijiet barranin ikun ristrett bħala numru; issa jekk ikunx ministru ta' l-affarijiet barranin li jmexxih li jkun ukoll ministru li jmexxi l-affarijiet Ewropej huwa immaterjali.", "B'dan il-mod il-kumitat għall-affarijiet Ewropej ikun jiffoka biss fuq l- affarijiet Ewropej.", "B'dan il-mod dak li jinqala' fil-kontest Ewropew inkunu nistgħu niffaċċjawh u niddiskutuh b'mod li jkun tabilħaqq organiku.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "MR SPEAKER: Issa se ngħaddi biex inqiegħed il-mistoqsija fuq l-Abbozz ta' Liġi dwar il-Kodiċi Ċivili.", "Il-mistoqsija hija li l-abbozz ta' liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l- Kodiċi Ċivili, Kap. 16\" ikun moqri t-Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MR SPEAKER: Din id-division tittieħed minn hawn u 20 minuta oħra.", "Billi ntalbet votazzjoni l-Kamra ġiet sospiża u rriżumiet fid-9.20 p.m.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mario Galea.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Sur President, irrid ngħid li hawn ftehim fuq il- pairing.", "Min-naħa tal-gvern hawn erba' membri li se jiġu paired li huma l- prim ministru, l-Onor.", "Josef Bonnici ̧ l-Onor.", "Michael Frendo u l-Onor.", "Ninu Zammit.", "Pero' billi hemm deputat ta' l-oppożizzjoni li ma jiflaħx qed jiġi paired ukoll l-Onor.", "Jeffrey Pullicino Orlando.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Min-naħa ta' l-oppożizzjoni se jiġu paired l-Onor.", "Joe Debono Grech ̧ l-Onor.", "Gavin Gulia, l-Onor.", "George Vella u l-Onor.", "Karmenu Vella.", "Se jiġi paired ukoll l-Onor.", "Anton Refalo.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Mela issa se nerġa' nqiegħed il-mistoqsija.", "Il- mistoqsija hija li l-abbozz ta' liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Kodiċi Ċivili ̧ Kap. 16\" ikun moqri t-Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "VOTAZZJONI NRU.", "5", "FAVUR : 29", "L-Onor.", "|Abela Anthony |Fenech Antonio | |Agius David |Galea Censu | |Agius Francis |Galea Louis | |Arrigo Robert |Galea Mario | |Azzopardi |Gatt Austin | |Frederick | | |Azzopardi Jason |Gonzi Lawrence | |Borg Joe |Gonzi Michael | |Borg Tonio |Mifsud Bonnici | | |Antoine | |Cristina Dolores |Mifsud Bonnici | | |Carmelo | |D'Amato Helen |Mugliett Jesmond| |Dalli John |Puli Clyde | |de Marco Mario |Pullicino George| |Debono Giovanna |Vassallo Edwin | |Deguara Louis |Zammit Dimech | | |Francis | |Falzon Joseph | |", "KONTRA : 24", "L-Onor. | | | |Abela Carmelo |Coleiro Marie | | |Louise | |Abela Joseph |Cuschieri Joseph| |Agius Chris |Dalli Helena | |Attard Montalto |Farrugia Angelo | |John | | |Bartolo Evarist |Farrugia Michael| |Brincat Joseph |Farrugia Noel | |Brincat Leo |Herrera Jose' | |Buhagiar Charles |Mangion Charles | |Buontempo Stefan |Mizzi Joe | |Cardona Chris |Parnis Silvio | |Caruana Justyne |Sammut Joseph | |Chircop Karl |Sant Alfred |", "Il-mozzjoni għaddiet u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tieni Darba.", "MR SPEAKER: Il-Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern.", "ONOR.", "TONIO BORG: Sur President, nipproponi li dan l-abbozz ta' liġi jiġi ttrattat mill-kumitat permanenti għall-konsiderazzjoni ta' abbozzi ta' liġi maħtur skond il-mozzjoni Nru. 54 tas-17 ta' Ġunju 2003.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "JASON AZZOPARDI: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi l-mozzjoni kif imressqa mill-Ministru tal- Ġustizzja u l-Intern.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "MR SPEAKER: Issa nsejjaħ lill-viċi prim ministru ̧ biex, jekk jogħġbu, jipproponi l-aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nipproponi l-aġġornament tal-Kamra għal nhar l- Erbgħa, 15 ta' Ottubru, 2003, fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Emendi għall-Ordnijiet Permanenti tal-Kamra – Kontinwazzjoni;", "Abbozz ta' Liġi dwar Elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew - Kumitat (Kont.); u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Amministrazzjoni Finanzjarja u l- Verifika – Tieni Qari.", "------------------------------------------", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Professjoni tax-Xogħol Soċjali - Kumitat Permanenti.", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Hawn rimarki?", "L-Onor.", "Leo Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, l-aħbar li ħarġet il-bieraħ f'\"The Guardian\" ta' Londra taħt it-titlu \"Only seconds away from Disaster\" - ta' min igħid li fl-1974 kien hemm torpedo blast fuq l-HMS Tiger li seta' wassal għal tixrid ta' radjuattivita` fil-portijiet Maltin – għandha tiftaħ għajnejn il-gvern Malti biex jirrevedi l-pożizzjoni tiegħu dwar l-għadd kbir ta' vapuri ta' forzi navali barranin li qed iżuru l-portijiet tagħna.", "Dan minkejja li issa għaddew 30 sena minn dan l-inċident.", "Jien mhux qed ngħid li għandu jkun hemm total ban fuqhom iżda minflok jaċċetta din il-konċentrazjoni kollha ta' vapuri ta' forzi barranin, il- gvern għandu jimxi bl-istess kawtela li mexa biha l-partit Laburista fil- gvern li jaċċetta biss numru limitat ta' żjarat ħalli jiżgura li l-image ta' pajjiżna ma tibqax tiġi mtappna.", "L-aktar ħaġa li nkwetatni mir-rapport tal-ministeru tad-difiża Ingliż kienet li l-awtoritajiet Maltin lanqas biss kienu ġew notifikati b'dan l-inċident ta' kważi 30 sena ilu.", "Rigward il-kwestjoni tal-berthing tal-vapuri tan-NATO bi preċedenza fuq cruise liner tat-turisti, naħseb li l-poplu għandu dritt ikun jaf jekk din id-deċiżjoni żbaljata kenitx deċiżjoni arbitrarja meħuda mill-gvern Malti jew saritx xi talba diplomatika minn gvernijiet barranin biex jiġu akkomodati dawn il-vapuri fil-post fejn effettivament tqiegħdu.", "Jekk it- tweġiba hi li fil-fatt saret talba mill-ambaxxati barranin għal dan l-għan, allura tajjeb li wieħed jistaqsi jekk meta l-MMA allokat il-berthing space, ħaditx in konsiderazzjoni li kien ġej cruise liner fl-istess żmien, aktar u aktar billi hu magħruf li normalment, il-cruise liners jibbukkjaw il- berthing space tagħhom xhur bil-quddiem sakemm ma jkollhomx xi urgenza biex jidħlu f'xi port.", "Jien naf li l-gvern għandu għalfejn jistħi minħabba dan kollu iżda nargumenta li s-skiet tiegħu hu iżjed tal-mistħija.", "Għaldaqstant jien inħeġġeġ lill-gvern biex jitkellem fuq din l-issue kemm jista' jkun malajr.", "Sur President, it-tieni suġġett li nixtieq nitkellem fuqu hu dwar il-vittmi tal-maltempati kbar li kellna xi ftit ġimgħat ilu.", "Wieħed mil-lokalitajiet li ilu snin jintlaqat ħażin kull meta tagħmel maltempata kbira hu l-lokal ta' l-Imsida, partikolarment fl-inħawi ta' Valley Road.", "Gvern Laburista tas- snin 1996/1998 kien qed iħejji pjani konkreti biex itaffi din il-problema.", "Pero' sfortunatament minn dak iż-żmien 'il hawn ma jidher li sar xejn mill- amministrazzjoni Nazzjonalista biex toffri relief lir-residenti u lill- ħwienet ta' l-inħawi.", "B'riferenza għall-maltempati kbar li saru dan l-aħħar, tajjeb li wieħed jgħid li għandna d-dmir li nestendu l-ħajr tagħna lill-ħaddiema tal- protezzjoni ċivili u anke lill-pulizija għall-ħidma tagħhom iżda min-naħa l- oħra naħseb li huwa ta' għajb, kif ġie kkonfermat minn residenti Misidjani sal-bieraħ stess, li mhux talli l-ħsarat li saru fl-Imsida ma ssewwewx talli għad hemm ġebel li waqa' dakinhar tal-maltempata u li effettivament tħalla fejn kien.", "F'dawn iċ-ċirkostanzi m'hemm ebda garanziji li l-problema mhux se tirrepeti ruħha jekk ikollna maltempata oħra.", "Issa nixtieq nitkellem fuq l-istess issue imma fuq skala nazzjonali.", "Fuq skala nazzjonali, ftit ilu nsistejt dwar il-fatt, li apparti minn kull għajnuna li tista' tintalab mill-EU, wieħed mill-prinċipji ewlenin tal-bank Ewropew għall-iżvilupp tal-Kunsill ta' l-Ewropa li fih Malta ilha membru 30 sena hu li jgħinu lill-vittmi tad-diżastri naturali f'sitwazzjonijiet ta' emergenza billi jirreaġixxu b'urġenza u anke jagħtu għajnuna finanzjarja fejn ikun hemm bżonn.", "Tajjeb li wieħed ifakkar li l-gvern Malti, fl-istqarrijiet uffiċjali li ħareġ, irrikonoxxa li matul il-maltempati kbar u x-xita qawwija li kellna, kien hemm aktar minn elf talba għall-għajnuna minn persuni li daħlilhom l- ilma fi djarhom u kien hemm 'il fuq minn 60 persuna li ġew salvati mill- għargħar.", "Il-maltempati fil-fatt affettwaw kemm lil Malta kif ukoll lil Għawdex bil-konsegwenza li ntlaqtu diversi setturi tal-ħajja ta' l- ekonomija u anke ta' l-infrastruttura ta' pajjiżna.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "PULIZIJA – EXTRA DUTY PAY", "1589.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Ministru jgħid liema huma dawk l-entitajiet li talbu lill- pulizija biex jagħmlu xogħol extra u s'issa għadhom ma ħallsux?", "Jista' jgħid kemm hi s-somma dovuta?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi sa l-aħħar ta` Settembru 2003, l- ammont ta` flus li għad irid jitħallas lill-membri tal-korp tal-pulizija għall-extra duty maħdum fuq talba ta` terzi jammonta għal Lm76,315, kif jidher mit-tabella li poġġejt fuq il-mejda tal-Kamra.", "Kif diġa` kelli l-okkażjoni nispjega, dan is-servizz isir fuq talba ta` terzi u sabiex isir il-ħlas lill-membri tal-korp, l-ammont dovut irid l- ewwel jinġabar mingħand min ikun għamel it-talba.", "Informat ukoll illi qed isir kull sforz sabiex dan l-ammont dovut jinġabar u jitħallas lill-membri tal-korp.", "PULIZIJA – EXTRA DUTY PAY", "1590.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Ministru jgħid x'passi ttieħdu kontra dawk l-entitajiet li ilhom ma jħallsu lill-korp tal-pulizija ta' xogħol extra?", "Kemm ilhom ma jħallsu?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tagħrif mogħti fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 1589.", "MCAST - STUDENTI", "1591.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm applikaw studenti għal kull istitut fl-MCAST u kemm ġew aċċettati, nisa u rġiel?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-kulleġġ Malti ta' l-arti, xjenza u teknoloġija kien għadu qed jirċievi l-applikazzjonijiet ta' l-istudenti u għalhekk mhux f'pożizzjoni li jagħti tweġiba finali f'dan l-istadju.", "Biss bħala tagħrif parzjali, ġejt informat li fl-ewwel sejħa ta' Awissu applikaw 2,386 student.", "Tagħrif aktar definit inkun nista' nagħtih meta l-ipproċessar ta' l- applikazzjonijiet fit-tieni sejħa jiġi kkompletat.", "ĦSARAT KAWŻATI MILL-MALTEMP", "1713.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' skejjel li rrapportaw ħsarat lid- dipartiment ta' l-edukazzjoni kawża tal-maltemp li ħakem lill-pajjiżna matul dan ix-xahar?", "X'passi ttieħdu x'xogħlijiet pendenti baqa' li jsiru?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: In-numru ta' skejjel li rrapportaw ħsarat kienu 21 f'Malta.", "Ma kien hemm l-ebda rapporti minn skejjel GĦawdxin.", "Saret ħidma kontinwa sabiex jitnaddfu l-postijiet mill-ħamrija u l-materjal li nġarr mal-kurrenti, inbnew iċ-ċnut u chainlink fencing li waqgħu; makkinarju li kien mgħarraq fl-ilma kien overhauled; sar ittestjar tas- sistemi elettriċi u twaħħlu salvaviti f'xi postijiet; u xi għamara li spiċċat kompletament intremiet.", "Bħalissa għadu għaddej eżerċizzju ta' tqegħid ta' membrane f'diversi skejjel.", "ĦSARAT KAWŻATI MILL-MALTEMP", "1714.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' organizzazzjonijiet sportivi, soċjali, kulturali, eċċ. li talbu xi forma ta' għajnuna sabiex jirranġaw il- ħsarat li kkawżalhom il-maltemp li ħakem il-gżejjer tagħna f'dan ix-xahar?", "X'passi ttieħdu, kemm-il talba ġiet approvata u kemm-il talba għad hemm pendenti?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Żewġ entitajiet għamlu talba formali għall- għajnuna għall-ħsarat, cioe' il-Malta basketball association u l-Malta racing club.", "Dawn it-talbiet qegħdin jiġu evalwati flimkien mar-rapport ta' ħsarat li ġarrbu l-faċilitajiet immexxija mill-kunsill Malti għall-isport, partikolarment il-kumpless sportiv tal-Marsa.", "Sal-lum għadu għaddej it-tindif u nisperaw li ċerti xogħlijiet ta' tiswija jaqbdu ritmu aktar mgħaġġel fil-jiem li ġejjin.", "VAT FUQ PETROL U DIESEL", "1715.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jgħid kemm huwa d-dħul tat-taxxa tal-VAT minn fuq il-petrol u d-diesel din is-sena?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Id-dħul tat-taxxa tal-VAT minn fuq il-petrol u d-diesel minn Jannar sa Settembru 2003 huwa kif jidher fit-tabella hawn taħt:-", "|Xahar |2003 | |Jannar |Lm503,248 | |Frar |595,161 | |Marzu |558,712 | |April |528,646 | |Mejju |555,688 | |Ġunju |632,738 | |Lulju |628,242 | |Awissu |627,003 | |Settembru|737,824 |", "ĦSARAT KAWŻATI MILL-MALTEMP", "1716.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' talbiet li rċieva d-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali dwar ħsarat kawżati fl-istrutturi tal-bini, kawża ta' l-aħħar maltemp li ħakem lill-gżejjer tagħna matul Settembru ta' din is-sena?", "X'passi ttieħdu u x'inhi s-sitwazzjoni llum?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Kien hemm tmien persuni li marru d-dipartiment għall- akkomodazzjoni soċjali jirrapportaw ħsarat konnessi mal-maltemp tal-15 ta' Settembru 2003.", "Tnejn minnhom diġa' kellhom applikazzjoni mad-dipartiment u l-ilma li daħlilhom ma kkawżax ħsarat strutturali.", "F'żewġ każi oħra infetħet applikazzjoni ġdida u f'każ minn dawn it-tnejn, il-ħsara kienet ta' periklu serju u l-familja involuta ngħatat akkomodazzjoni alternattiva.", "Fl-erba' każi l-oħra, minkejja li marru d-dipartiment, il-persuni konċernati ma applikawx u ma reġgħux avviċinaw lid-dipartiment.", "MIA – DELAYED FLIGHTS", "1717.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Teknoloġija ta' l- Informazzjoni u Investiment: Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' titjiriet bl-ajru li telqu tard kawża tal-maltemp li ħakem lill-gżejjer matul ix-xahar ta' Settembru ta' din is-sena?", "Kemm hu n-numru ta' passiġġieri li tħallew jistennew u għal liema destinazzjoni kienu sejrin u x'linja ta' l-ajru kellhom?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Waqt li nifhem li l-Onor.", "Interpellant għamel id- domanda biex jaqdi d-dmir tiegħu ta' membru parlamentari, nitolbu jifhem li l-MIA li hi responsabbli għall-operat ta' l-ajruport m'hijiex dipartiment tal-gvern iżda kumpannija kkwotata fuq li-istock exchange.", "Konsegwentement it-tip ta' informazzjoni li qed tintalab hi min-natura tagħha privata u mhux kompitu li tiġi mistħarrġa minn dan il-parlament.", "PITKALIJA – GRADING TA' ĦAXIX FRISK", "1718.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess ta' grading ta' prodotti ta' ħaxix frisk li jiddaħħal fil-pitkalija ċentrali?", "Meta hu maħsub li jintlaħaq dan il-proċess sabiex pajjiżna jkun konformi mar-regoli l-ġodda ta' l-Unjoni Ewropea li jibdew japplikaw fl-1 ta' Mejju tas-sena d- dieħla?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Ir-rapport fuq il-grading fil-pitkalija ffinanzjat mill-Unjoni Ewropeja u magħmul minn konsulent Spanjol qiegħed jiġi diskuss u studjat sewwa.", "Qegħdin isiru laqgħat mal-partijiet interessati ħalli jittieħdu d- deċiżjonijiet neċessarji biex il-pjan jiġi implimentat mill-fondi tal- protocol Taljan mill-aktar fis possibbli.", "ĦSARAT KAWŻATI MILL-MALTEMP", "1837.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' il-Ministru jgħid x'passi ttieħdu s'issa biex jinġiebu fondi mill-Unjoni Ewropea biex jgħinu lill-vittmi ta' l-għargħar li kellna dan l-aħħar?", "Kemm intalbu fondi?", "Għal liema tip ta' ħsarat?", "ONOR.", "JOE BORG: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 1561.", "UE - FONDI LIL MALTA", "1838.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' il-Ministru jgħid f'liema proġetti se jintnefqu l-fondi li se toħroġ l-Unjoni Ewropea lil Malta fit-tliet snin li ġejjin?", "Għal kull proġett, x'parti se toħroġ l-Unjoni Ewropea u x'parti se toħroġ Malta?", "ONOR.", "JOE BORG: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "UE- SEHEM TA' MALTA", "1839.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' il-Ministru jgħid liema huma l-programmi kollha ta' l- Unjoni Ewropea li bħalissa pajjiżna qed jieħu sehem fihom?", "Kemm qed toħroġ fondi l-Unjoni Ewropea għal kull programm u kemm qed toħroġ Malta?", "Fiex jikkonsistu dawn il-programmi differenti?", "ONOR.", "JOE BORG: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "RIMI TA' SKART", "1840.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' il-Ministru jgħid fejn qed jintrema l-iskart domestiku u industrijali bħalissa?", "X'passi qed jittieħdu biex ma jeħux in- nar meta jintefa' l-Magħtab?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Bħalissa f'Malta hawn żewġ siti fejn jista` jintrema skart domestiku, cioe' il-miżbla tal-Magħtab u l-impjant ta' Sant Antnin waqt li f'Għawdex l-iskart domestiku jintrema fis-sit tal-Qortin.", "Skart mill-industrija li ma jiġix klassifikat bħala perikoluż jista` jintrema l-Magħtab u l-Qortin.", "Qed isiru arranġamenti speċjali sabiex skart perikoluż mill-industrija ma jintremiex f'dawn is-siti.", "Biex l-iskart kemm domestiku kif ukoll industrijali ma jeħux in-nar meta jintrema' il-Magħtab u l-Qortin, dan jiġi mirdum minnufih b'materjal inert li hemm maħżun fuq dawn is-siti.", "MATERJAL TA' KOSTRUZZJONI", "1841.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' il-Ministru jgħid fejn qed jintrema' l-iskart tal- bini bħalissa?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Bħalissa l-materjal ta' kostruzzjoni qiegħed jintrema fil-barrieri li m'għadhomx jintużaw.", "Dawn il-barrieri qed jiġu pprovduti mill-consortium li ngħata t-tender għall-istess għan ta' radam b'materjal ta' kostruzzjoni.", "SLIEMA - STABILIMENT TA' L-IKEL", "1842.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'passi ttieħdu mill-awtorita' għall-ħarsien tas-saħħa u s-sigurta' dwar ilmenti tar- residenti li jgħixu fl-appartamenti fuq ir-ristorant Mamma Mia, li jaħżen ċilindri tal-gass taħthom u diġa' kellu mill-inqas okkażjoni waħda fejn ħa n-nar?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Uffiċjali ta' l-awtorita' għas-saħħa u s-sigurta' fuq il-post tax-xogħol spezzjonaw il-post indikat mill-Onor.", "Interpellant fil-bidu ta' Settembru 2003 u ħarġu struzzjonijiet li jindirizzaw il- problema.", "Ninsab informat ukoll li l-implimentazzjoni tal-miżuri ordnati jeħtieġu ż- żmien sabiex jiġu fis-seħħ.", "MOSTA: SANTA MARGERITA - ĦRUĠ TA' DRENAĠĠ", "1889.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Teknoloġija ta' l- Informazzjoni u Investiment: Jista' il-Ministru jgħid meta se jirranġaw il- ħsarat li hemm f'Santa Margerita u fi Triq il-Pont, fil-Mosta fejn għal ġranet sħaħ qed ikun hemm outflow tad-drenaġġ u kull xorta oħra bla ebda riserva, ta' detriment għas-saħħa tar-residenti ta' l-inħawi u wkoll għal kull min jgħaddi minn hemm?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-outflow tad-drenaġġ waqaf għalkemm it-tindif għadu għaddej u se jibqa' isir sakemm jittella' il-ġebel kollu.", "ĦADDIEMA BIL-PAGA MINIMA", "1896.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn ħaddiema jgħixu bil-paga minima?", "Kemm minnhom huma familji?", "Kemm hemm tfal jiddependu minn dan l-income?", "ONOR.", "JOHN DALLI: L-informazzjoni għadha qed tinġabar u risposta tingħata f' seduta oħra.", "PERSUNI BIL-PENSJONI MINIMA", "1897.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hawn anzjani bil-pensjoni minima nazzjonali?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Hemm 7,939 persuna tirċievi l-pensjoni minima nazzjonali mħallsa taħt l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali.", "SAĦĦA U S-SIGURTA' FUQ IL-POST TAX-XOGĦOL", "1898.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm intnefqu fondi fuq edukazzjoni u tkabbir ta' kuxjenza favur is-saħħa u s- sigurta' fuq il-post tax-xogħol kull sena mill-1995 sal-lum mill-entitajiet relevanti fi ħdan il-gvern?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-awtorita' għas-saħħa u s-sigurta' fuq il-post tax- xogħol ma żżommx statistika dwar l-informazzjoni mitluba fejn jirrigwarda entitajiet jew dipartimenti oħra governattivi.", "Tabella li turi l-informazzjoni mitluba fejn jirrigwarda l-awtorita' mis- sena 2002 - meta daħlu fis-seħħ il-provedimenti kollha tal-liġi relevanti minbarra dawk li jirrigwardaw il-bord ta' l-awtorita' - tpoġġiet fuq il- mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "Ta min jgħid li l-maġġor parti tal-fondi minfuqa fis-sena 2002 ġew mill- Unjoni Ewropea.", "INĊIDENTI FUQ IL-POST TAX-XOGĦOL", "1899.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Peress li l-istatistika uffiċjali turi li l-aktar postijiet tax-xogħol milquta minn inċidenti huma fl-industrija tal- manifattura, dik tal-kostruzzjoni u fit-tarznari, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'inizjattivi qed tieħu l-awtorita' għas-saħħa u s-sigurta' biex tindirizza din il-problema?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Fiż-żmien relattivament qasir li ilha mwaqqfa, l- awtorita' għas-saħħa u s-sigurta' fuq il-post tax-xogħol ħadmet biex tqajjem aktar għarfien dwar il-ħtieġa ta' ħarsien tas-saħħa u s-sigurta' fuq ix-xogħol, biex teduka u twassal kull informazzjoni dwar is-suġġett lil dawk li għandhom xi rwol f'dan il-kamp, biex tippromwovi t-taħriġ u biex tara li jkun hawn qafas legali effettiv li jirregolamenta s-suġġett.", "L-awtorita' ħadet diversi inizjattivi biex tippubblika u twassal gwidi li jindirizzaw aspetti, speċifiċi fosthom dwar l-armar għall-bini, l-użu ta' l-asbestos, xogħol fi spazji ristretti, xogħol ta' skavar, użu ta' krejnijiet, użu ta' fork-lifters u l-użu ta' sustanzi perikolużi.", "Għal dak li jirrigwarda speċifikament is-settur tal-kostruzzjoni, l-awtorita' qed tniedi sensiela ta' korsijiet ta' taħriġ għall-ħaddiema f'dan is-settur, b'kollaborazzjoni mal-BICC.", "Flimkien ma' l-istess kunsill, l-awtorita' bdiet inizjattiva msejħa safety bus, fejn uffiċjali ta' l-awtorita' jduru siti ta' kostruzzjoni, jittieħdu videos ta' prattiċi ħżiena ta' xogħol biex wara jintwerew lill-ħaddiema u jiġi spjegat lilhom kif seta' sar ix-xogħol mingħajr periklu.", "L-awtorita' organizzat ukoll erba' seminars li kienu jkopru dawn is-suġġetti: evalwazzjoni tar-riskju; l-użu ta' makkinarju u nġenji fuq ix-xogħol; is-saħħa u s-sigurta' fis-settur tal-kostruzzjoni; u s-saħħa u s-sigurta' waqt manifatturar ta' logħob tan-nar.", "L-awtorita' pproduċiet ukoll awareness spots li xxandru fuq il-mezzi tax- xandir.", "Barra minn dan, kull sena l-awtorita' qed torganizza ġimgħa Ewropea dwar is- saħħa u s-sigurta' fuq il-post tax-xogħol li tkun tittratta dwar suġġett speċifiku.", "Din is-sena, is-suġġett se jkun dwar sustanzi perikolużi u s- sena d-dieħla se jkun dwar is-settur tal-kostruzzjoni.", "Biex tibni l-kapaċita' u taqdi d-doveri tagħha, inkluż l-implimentazzjoni effettiva tal-leġislazzjoni u r-regolamenti dwar is-suġġett, l-awtorita' ipparteċipat fi twinning project flimkien ma' l-awtoritajiet dwar is-saħħa u s-sigurta' fuq il-post tax-xogħol Ingliżi u Irlandiżi.", "Dan il-proġett sewa euro 700,000 u ġie ffinanzjat mill-Kummissjoni Ewropea.", "Fl-istess ħin l-awtorita' kompliet tinvesti fit-taħriġ ta' l-impjegati tagħha li wħud minnhom ħadu taħriġ anke barra minn Malta.", "INĊIDENTI FUQ IL-POST TAX-XOGĦOL", "1900.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm-il persuna li mietet fuq il-post tax-xogħol kienet impjegata mad-dipartiment tad-drenaġġ skond is-snin, u dan fil-perjodu li jeżistu r-records?", "X'kien il-kumpens li ngħata lill-familja rispettiva ta' dawn il-vittmi?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mir-records li għandha l-awtorita' dwar is-saħħa u s- sigurta' fuq il-post tax-xogħol dwar inċidenti fatali fuq il-post tax- xogħol - records li jmorru lura sas-sena 1994 - kien hemm tliet inċidenti fatali ta' impjegati mad-dipartiment indikat mill-Onor.", "Interpellant li ġraw kollha fl-2000.", "Nitlob lill-Onor.", "Interpellant tindirizza l-aħħar parti tal-mistoqsija tagħha lill-ministru konċernat.", "BORMLA – XOGĦOL FIL-KUMPLESS SPORTIV", "1901.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura: B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 1804, jista' il-Ministru jgħid x'inhu l-valur totali tal-ħlasijiet li saru fuq ix-xogħol tal-kumpless sportiv f'Bormla?", "Jista' jagħti breakdown skond it-tip ta' xogħol li sar?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: L-informazzjoni għadha qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "TOROQ – TWAĦĦIL TA' TABELLI", "1902.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 1799, jista' il-Ministru jgħid kemm huma stmati li jqumu l-111 it-tabella li jridu jitwaħħlu?", "Jista' jgħid sa meta hu ppjanat li jitwaħħlu dawn it- tabelli?", "Jista' jgħid x'inhi l-ispiża għall-irranġar tas-37 tabella li ġarrbu ħsara?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: It-tabelli li baqa' x'jitwaħħlu hu stmat li se jiswew Lm137,000.", "Din is-somma tinkludi l-pedamenti, strutturi, tabelli u xogħol ieħor neċessarju biex dawn jeħlu fil-post.", "Fil-preżent, madwar 70 signboards waslu biex jitwaħħlu u jibqa' 41 li jkunu jistgħu jitqiegħdu wara li l-gantries tagħhom jinħadmu fi Franza.", "Peress li dan jimplika element ta' shipment, mhux possibbli għalissa li tingħata d- data ta' meta dawn it-tabelli kollha jitwaħħlu.", "It-tibdil ta' tabelli li ġarrbu ħsara se jinxtraw bir-rata tal-kuntratt skond il-ftehim tal-kuntratt oriġinali.", "It-tabelli li tkissru jiswew madwar Lm12,000 biex jiġu ordnati mill-ġdid.", "ĦADDIEMA TAD-DRENAĠĠ - KONDIZZJONIJIET TAX-XOGĦOL", "1903.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għat-Teknoloġija ta' l- Informazzjoni u Investiment: Jista' il-Ministru jgħid jekk il- kondizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema tad-dipartiment tad-drenaġġ li ġew integrati fil-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma humiex se jibqgħu l- istess?", "Il-ħaddiema se jingħataw l-għażla jekk iridux jibqgħu mal- korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma jew imorrux lura fis-servizz pubbliku?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Il-kondizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema tad- dipartiment tad-drenaġġ li ġew detailed mal-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma huma rregolati skond artikli 38 u 39 ta' l-Att dwar il-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma.", "Għalissa m'hemmx pjani biex il-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma tapplika artiklu 40 ta' l-Att dwar il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l- Ilma, li jirregola offerta ta' impjieg permanenti mal-korporazzjoni lil uffiċjali pubbliċi allokati fuq dmirijiet mal-korporazzjoni.", "CHANGEOVER GĦALL-EURO", "1905.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jgħid xi strutturi jeżistu dwar iċ-changeover għall-Euro?", "Il-ministeru għat-teknoloġija ta' l-informazzjoni huwa nvolut b'xi mod?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li għalkemm jeżisti kuntatt bejn il-bank ċentrali u l-ministeru tal-finanzi u affarijiet ekonomiċi fuq il-passi neċessarji għall-adozzjoni ta' l-euro bħala munita ta' Malta, s'issa m'hemm ebda data stabilita għal dan.", "Għalhekk fil- preżent għadhom ma ġew stabiliti l-ebda strutturi formali għat-tħejjija ta` changeover għall-euro.", "Ninforma lill-Onor.", "Membru li l-bank ċentrali, permezz ta' l-istrutturi interni tiegħu, diġa' beda jħares lejn il-ħtigijiet li bidla bħal din iġġib magħha.", "ECB WORKING GROUPS", "1906.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm ECB working groups imwaqqfa li fihom hemm sehem Malti?", "Liema huma?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Hemm 26 working group imwaqqfa mill-ECB li fihom jieħdu sehem rappreżentanti tal-bank ċentrali ta' Malta.", "Accounting and monetary income committee - accounting issues and financial reporting working group u working group on allocation of monetary income;", "Banknote committee - counterfeit working group, issue working group u security working group;", "Banking supervisory committee - working group on macro prudential analysis u working group on banking developments;", "External communications committee - working group on external communications;", "Information technology committee - information systems security working group, information technology network and communications working group, information technology applications working group u in-N13 working group;", "Legal committee - financial law experts working group;", "Market operations committee - monitoring working group u working group on monetary and exchange rate policy instruments and procedures;", "Monetary policy committee - working groups on forecasting, econometric modelling u public finance;", "Payment and settlement systems committee - payment systems policy working group, securities settlements working group u TARGET management working group;", "Statistics committee, b'ħames working groups li huma tal-balance of payments and external reserves statistics, general economic and government financial statistics, money and banking statistics, monetary union financial accounts u statistical informationsystems.", "GĦAWDEX: SPTAR ĠENERALI - SALA SANT'ANNA", "1920.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Peress li ilni mill bidu tal-leġislatura nistenna risposta, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk fir-refurbishment tas- sala Sant'Anna, fl-isptar ġenerali ta' GĦawdex, ingħatawx direct orders?", "Kemm intnefqu flus u min għamlu x-xogħol u l-ammont ta' kull kuntratt?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-informazzjoni mitluba hi kif tidher fit-tabella li poġġejt fuq il-mejda tal-Kamra.", "XAGĦRA : SKOLA PATRI MATTEW SULTANA – SERVIZZ TA' FACILITATOR", "1921.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jara li tifla ta' sitt snin - isimha qed jintbagħat separatament - li tattendi l-iskola Patri Mattew Sultana fix-Xagħra, GĦawdex tingħata s-servizz ta' facilitator?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tifla msemmija ġiet assessjata mill-istatementing moderating panel fil-5 ta' Settembru 2003 li rrakkomanda li tingħata shared help fl-istess klassi flimkien ma' complementary education.", "Skond il-kap ta' l-iskola, it-tifla diġa' kienet qed tingħata l-għajnuna.", "Uffiċjalment ingħatat l-għajnuna mill-bidu tas-sena skolastika.", "VAPURI TAL-GOZO CHANNEL", "1922.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' il-Ministru tgħid jekk huwiex minnu li l-vapuri l-ġodda tal-Gozo Channel żviluppaw ħsarat fis-sistema tal-kanen minħabba t-tip ta' materjal li ntuża?", "Kemm ġie jiswa x-xogħol ta' irranġar tas-sistemi konċernati?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jindirizza l- mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "TEŻOR - ĦRUĠ TA' STOCKS", "1927.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jikkonferma rapporti li l-Gvern Malti ppospona ħruġ ta' stocks tal-gvern li kienu skedati għax-xahar ta' Ottubru minkejja l-programm bid-dati ndikattivi li kien inħareġ aktar kmieni din is- sena?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Kif imsemmi mill-Onor.", "Interpellant stess, il-kalendarju tal-ħruġ ta' stocks mill-gvern huwa wieħed indikattiv.", "Dan ifisser li l- ħruġ ta' l-istocks jista' ivarja skond il-ħtiġijiet tal-gvern u ċ- ċirkostanzi tas-suq.", "IRAQ – PJAN TA' RIKOSTRUZZJONI", "1928.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' il-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi ditti, kumpanniji kummerċjali, azjandi, aġenziji tal-gvern u/jew istituzzjonijiet pubbliċi li wrew lill- Gvern Malti li xtaqu b'xi mod jipparteċipaw fil-pjan ta' rikostruzzjoni ta' l-Iraq?", "ONOR.", "JOE BORG: Iċ-ċentru Malti għar-restawr informa lill-ministeru tiegħi illi kien ressaq proposta lill-UNESCO sabiex ikun involut fil-pjan ta' rikostruzzjoni ta' l-Iraq, b'mod partikolari fil-qasam tar-restawr tal- wirt kulturali.", "Sadanittant, tagħrif miksub mill-ambaxxata Maltija fi Spanja dwar konferenza internazzjonali li se tittratta r-rwol tas-settur privat fir-rikostruzzjoni ta' l-Iraq – din se ssir f'Madrid fit-23 ta' dan ix-xahar - intbagħat għall-attenzjoni tal-korporazzjoni Maltija għall- iżvilupp u tal-METCO.", "EEA ENLARGEMENT AGREEMENT", "1929.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' il-Ministru jgħid meta mistenni jiġi ffirmat l-EEA enlargement agreement?", "Huwa minnu li fin-negozjati dwar l-EEA li saru aktar kmieni din is-sena, Malta diversi drabi wriet in-nuqqas ta' qbil tagħha dwar il- mod kif kien se jiġi mplimentat l-hekk imsejjaħ distribution key fl-EEA enlargement agreement?", "X'kienu r-raġunijiet għal dan?", "ONOR.", "JOE BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-trattat ta' l-EEA ġie ffirmat minni fil-Lussemburgu fit-13 ta' Ottubru 2003.", "Huwa minnu li Malta esprimiet ir-riservi tagħha fuq l-implimentazzjoni ta' l-hekk imsejjaħ distribution key fil-ftehim.", "Il-Kummissjoni Ewropea ibbażat id-distribution key fuq id-daqs tal-popolazzjoni u l-prodott gross domestiku ras għal ras.", "B'dan il-mod pajjiżna, bħala wieħed mill-aktar sinjuri fost il-pajjiżi li se jidħlu fl-Unjoni s-sena d-dieħla, ma jiġix affettwat daqstant tajjeb fit-tqassim tal-fondi provenjenti minn dan il- ftehim.", "Malta, flimkien ma' l-Estonia, il-Latvia u s-Slovenia, liema pajjiżi wkoll ħadu l-istess pożizzjoni ta' Malta, spiċċat biex aċċettat il-pożizzjoni tal- Kummissjoni Ewropea wara li ntlaħaq qbil li fid-dokument tiġi nkluża dikjarazzjoni li tgħid li hija l-fehma ta' dawn il-pajjiżi illi d- distribution key użata ma tifformax preċedenti u m'għandiex tkun ta' preġudizzju għal kwalunkwe proposta magħmula fil-futur dwar id-distribution key li għandha tintuża fir-rigward ta' l-istructural and cohesion instruments.", "L-erba' pajjiżi aċċettaw it-trattat ta' EEA b'din id-dikjarazzjoni li tinsab f'artiklu 5 tal-protokol 38 A fl-EEA financial mechanisms.", "LVANT NOFSANI - PJAN TA' PACI", "1930.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' il-Ministru jgħid x'kienet ir-reazzjoni tal-gvern Malti għall-attakk Iżraelit li sar fuq territorju Sirjan kif ukoll għal-lobby li dejjem qed jikber fl-Istati Uniti biex jiġu imposti sanzjonijiet ekonomiċi fuq is- Sirja?", "ONOR.", "JOE BORG: Attakki bla rażan u l-qtil spjetat ta' bnedmin, b'mod speċjali kif sfortunatament għadhom iseħħu b'mod regolari fil-Lvant Nofsani, dejjem ġibdu l-kundanna mingħajr kwalifika tal-Gvern Malti.", "Kif jaf tajjeb l-Onor.", "Interpellant, esponenti ewlenin tal-gvern dan jistqarruh pubblikament kemm verbalment kif ukoll bil-miktub.", "Żgur li politika ta' botta u risposta, kif ġara f'Haifa u viċin Damasku dan l-aħħar, ma tgħinx sabiex jitkompla d-djalogu għat-twettiq tal-pjan ta' paċi bejn il-partijiet kollha konċernati.", "Nikkonferma li fid-dawl tal-fatti li jaf sal-lum, il-Gvern Malti mhux qed jikkonsidra li jissieħeb ma xi lobby sabiex jittieħdu sanzjonijiet ekonomiċi kontra xi pajjiż jew pajjiżi fir-reġjun."]} {"filename": "20040621_141d_par.doc", "date": "2004-06-21", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 141 It-Tnejn, 21 ta' Ġunju, 2004 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 141 It-Tnejn, 21 ta' Ġunju, 2004", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.02 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "141", "It-Tnejn, 21 ta' Ġunju, 2004", "WERREJ", "MINUTI 1", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 1", "TQEGĦID TA' KARTI 8", "STQARRIJA MILL-PRIM MINISTRU U MINISTRU TAL-FINANZI 9", "MOZZJONIJIET", "RIŻOLUZZJONI DWAR TRASFERIMENT TA' PROPRJETA' 23", "AĠĠORNAMENT 34", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 39", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 140 li saret fis-16 ta' Ġunju, 2004 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "ALCOHOL ANONYMOUS", "5504.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tal-Familja u tas- Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tirrispondi mistoqsija parlamentari 4856 li oriġinarjament saret lill-Ministru tas-Saħħa u Kura fil-Komunita' u tgħid jekk jeżistux kuntatti bejn il-ministeru tagħha jew it-taqsima li tieħu ħsieb dawk il-pazjenti li jabbużaw mill-alkoħol u l- alcoholics anonymous?", "X'għajnuna tingħata?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA (Ministru tal-Familja u tas-Solidarjeta' Soċjali): Ninsab informata li l-aġenzija Sedqa u l-alcoholics anonymous għandhom relazzjoni tajba ħafna bejniethom li ilha teżisti minn mindu twaqqfet l- aġenzija fl-1994.", "Bħalissa Sedqa qed tipprovdi akkomodazzjoni f'bini tagħha biex żewġ gruppi ta' l-alcoholics anonymous jiltaqgħu filgħaxijiet.", "Ninsab informata wkoll li r-regolamenti ta' l-alcoholics anonymous ma jippermettux li tirċievi għajnuna finanzjarja minn kwalunkwe sors, ħlief mill-membri tagħha.", "SKEJJEL - IKEL LI JINBIEGĦ FL-ISKEJJEL", "5505.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l- Kura fil-Komunita': Peress li kelli lmenti minn xi ġenituri rigward ikel xaħmi, bħal pizza mimlija żejt u ħobż bil-bajd u l-bacon moqli, li qed jiġi servut fl-iskola li isimha qed jingħata separatament, jista' il- Ministru jieħu ħsieb li ssir spezzjoni malajr kemm jista' jkun biex jara jekk dawn l-ilmenti jirrizultawx jew le?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil- Komunita'): Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel id-domanda lill-ministru konċernat.", "PULIZIJA - TIPJIP FIL-PUBBLIKU", "5506.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Issa li huwa magħruf b'mod xjentifiku li t-tipjip huwa ħażin għas-saħħa u nħarġu regolamenti biex jikkontrollawh, ma jaħsibx il- Viċi Prim Ministru li tkun ħaġa tajba li membri ta' korp dixxiplinat, bħall- pulizija, jagħtu eżempju billi ma jpejpux fil-pubbliku?", "ONOR.", "TONIO BORG (Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern): Ninsab informat li membri tal-korp tal-pulizija m'humiex permessi li jpejpu waqt li jkunu bl-uniformi fil-pubbliku.", "EŻAMIJIET TAS-SEC U L-MATSEC - INVIGILATORS", "5507.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Issa li bdew l-eżamijiet tas-SEC u l-MATSEC, jista' il- Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' invigilators li jintużaw f'dawn l- eżamijiet?", "Jista' jgħid kemm minn dawn huma pensjonanti?", "Jista' jgħid ukoll kemm mit-total huma ex għalliema?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (Segretarju Parlamentari) (f'isem il-Ministru ta' l- Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi): Informat li fl-2004 id-dipartiment ta' l-eżamijiet uża madwar 400 invigilator fl-eżamijiet tal-MATSEC.", "Madwar kwart minnhom huma persuni li għandhom iktar minn 60 sena.", "Ma tistax tingħata informazzjoni aktar preċiża dwar pensjonanti u ex għalliema, minħabba li din l-informazzjoni bdiet tinġabar biss riċentement.", "Sa ftit taż-żmien ilu d-dipartiment kien jiddistingwi biss bejn persuni li ġejjin mis-settur pubbliku u oħrajn mis-settur privat.", "EŻAMIJIET TAS-SEC U L-MATSEC - INVIGILATORS", "5508.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid x'taħriġ ingħata din is-sena lil dawk li jagħmluha ta' invigilators fl-eżamijiet tas-SEC u l-MATSEC?", "Kemm hemm minnhom li se jagħmlu dan ix-xogħol għall-ewwel darba?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi): Informat li d-dipartiment ta' l-eżamijiet din is-sena bħal fi snin imgħoddija, sejjaħ laqgħat għal dawk il-persuni li qed iservu kemm bħala supervisors kif ukoll bħala invigilators.", "F'dawn il-laqgħat ġew spjegati l-iktar punti importanti li wieħed għandu joqgħod attent għalihom meta jservi ta' supervisor jew invigilator.", "Tqassam ukoll ktejjeb li jispjega fiex jikkonsistu d-dmirijiet u r-responsabilitajiet ta' kull supervisor jew invigilator.", "Din is-sena ġew użati madwar 45 persuna minn total ta' madwar 400 invigilator, jiġifieri 11% tat-total, li għamlu dan ix-xogħol għall-ewwel darba.", "Dawn tqassmu bejn 22 ċentru li fihom qed isiru l-eżamijiet tal- MATSEC.", "EŻAMIJIET TAS-SEC U L-MATSEC - INVIGILATORS", "5509.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid kemm jitħallsu l-invigilators li jissorveljaw lill-istudenti li jagħmlu l-eżamijiet tas-SEC u l-MATSEC?", "Kemm huwa stmat li l-gvern se jħallas b'kollox għall-eżamijiet li qed isiru bħalissa?", "Kemm huwa l-ħlas kull siegħa?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l- Impjiegi): It-tagħrif mitlub se jitpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "ARMATA - TKEĊĊIJA TA' MEMBRI", "5734.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm tkeċċew membri ta' l-armata kull sena għal dawn l-aħħar ħames snin u għaliex?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Jien informat li n-numru ta' persuni li l-impjieg tagħhom ġie tterminat mill-Forzi Armati ta' Malta minħabba mġiba ħażina fis-servizz jew minħabba li nstabu ħatja mill-Qorti Ċivili ta' reat li jinvolvi kontravenzjoni ta' xi liġi kontra drogi perikolużi jew ġew ikkundannati mill-Qorti Ċivili għal priġunerija, kien ta' 15.", "Dawn huma mqassmin kif ġej:", "1999 – Sitta 2000 – Tnejn 2001 – Tlieta 2002 – Xejn 2003 – Tlieta 2004 - Wieħed", "KORP TAL-PULIZIJA - TKEĊĊIJA TA' MEMBRI", "5735.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm tkeċċew membri mil-korp tal-pulizija kull sena għal dawn l-aħħar ħames snin u għaliex?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li matul dawn l-aħħar ħames snin kien hemm disa' membri li tkeċċew mill-korp tal-pulizija wara li kienu nstabu ħatja ta' reati kriminali filwaqt li ħamsa oħra tneħħew fl-interess pubbliku.", "VETTURI BIL-MUTUR - REĠISTRAZZJONI", "5736.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati vetturi bil-mutur ġodda f'dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?", "Kemm ġew reġistrati vetturi second hand u x'tip kienu f'kull kategorija?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq): Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja ta' l-informazzjoni li qed jirriferi għaliha l-Onor.", "Interpellant.", "CCF - PRIĠUNIERI LI NQABDU BID-DROGA", "5737.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ħabsin li ġew misjuba li ħadu d-droga waqt li kienu l-ħabs?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jispeċifika l-perijodu li dwaru qed tintalab l-informazzjoni.", "CCF - PRIĠUNIERI LI NGĦATAW AMNESTIJA", "5738.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ingħataw amnestiji lill-ħabsin f'dawn l-aħħar 20 sena, għaliex ingħataw u kemm żmien ingħata f'kull każ?", "Se tingħata amnestija għad-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea?", "ONOR.", "TONIO BORG: Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopji tal-proklami li permezz tagħhom ingħataw amnestiji lill-ħabsin f'dawn l-aħħar 20 sena.", "Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija ninforma lill-Onor.", "Interpellant li ma ngħatat ebda amnestija fl-okkażjoni minnu msemmija.", "CCF - PRIĠUNIERI LI NGĦATAW HOME LEAVE", "5739.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm ħabsin li gawdew minn home leave din is-sena, għaliex u għal kemm żmien?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li n-numru ta' applikazzjonijiet għall- leave li ġew approvati mill-1 ta' Jannar sa l-14 ta' Mejju, 2004 kien ta' 135.", "Dawn kienu maqsuma kif jidher hawn taħt:-", "|Mon|Compa|Famil|Speci|Educati|Work| |th |ssion|y |al |onal | | | |ate |Occas| | | | | | |ion | | | | |Jan|18 |3 |4 | |2 | |Feb|19 |4 |5 | |3 | |Mar|17 |4 |8 | |2 | |Apr|10 |11 |4 |1 | | |May|10 |9 | | |1 | |14t| | | | | | |h | | | | | |", "Compassionate leave - vista ta' sagħtejn Family occasion - vista ta' erba sigħat Special - appuntamenti għal visti medikali privati, skond il- bżonn.", "ĦAL QORMI - PERSUNI LI ŻARU Ċ-ĊENTRU TAS-SAĦĦA", "6042.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l- Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' żjarat jew visti li saru miċ-ċittadini fiċ-ċentru tas-saħħa ta' Ħal Qormi matul l- ewwel ħames xhur tas-sena?", "Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għas- snin 2003, 2002, 2001, 2000, 1999 u 1998?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: It-total ta' ċittadini li żaru ċ-ċentru tas-saħħa ta' Ħal Qormi matul l-ewwel ħames xhur għal kull sena rispettivament huwa kif ġej:", "|Sen|Kliniċi|Kura |Serviz|Spiże| |a |Speċjal|mill-Inf|z |rija | | |iżżati |ermiera |mit-To| | | | | |bba | | |199|18771 | 11752 |22100 |18200| |8 | | | | | |199|21496 | 11363 |24838 |18261| |9 | | | | | |200|13974 | 10815 |25049 |18534| |0 | | | | | |200|12781 | 7353|25049 |17611| |1 | | | | | |200|13179 | 6267|22292 |18957| |2 | | | | | |200|15185 | |18312 |19192| |3 | |8773 | | | |200|17836 | 15724|19692 |20112| |4 | | | | |", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, peress li f'din il-Kamra kien intqal li se tinstab soluzzjoni biex iċ-ċentri tas-saħħa jerġgħu jibdew jinfetħu 24 siegħa, anke peress li ħafna minn dawn iċ-ċentri qegħdin saħansitra jagħlqu għal 36 siegħa matul il-weekends, jista' l-Ministru jgħid x'inhi l- pożizzjoni ta' dawk il-lokalitajiet fejn iċ-ċittadini ilhom imċaħħda minn dan is-servizz għal numru ta' snin?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Mr Speaker, meta l-kollega tiegħi jikkwota x'għedt jien, ikun aħjar jekk jgħid kollox u mhux jieqaf fin-nofs.", "L-ewwelnett is- servizzi taċ-ċentri tas-saħħa kienu ġew ridotti għax kien hemm nuqqas ta' tobba u l-Onor.", "Membru jafu ben tajjeb dan.", "Jien kont iddikjarajt f'din il- Kamra li malli jkollna tobba biżżejjed biex inkunu nistgħu nħaddmu dawn iċ- ċentri, nerġgħu nirrevedu s-sitwazzjoni minn kif inhi.", "Għedt ukoll li qabel ma t-tobba li se jkollna nkunu nistgħu nibagħtuhom fiċ- ċentri tas-saħħa, irridu l-ewwelnett nimlew in-nuqqas skond il-prijorita' li għandna fl-isptarijiet ġenerali, fosthom fl-isptar San Luqa.", "Ta' min jgħid li din is-sena se tkun l-ewwel darba li l-istudenti fil-korsijiet tal- mediċina se jibdew jiggradwaw kull sena.", "Fil-fatt dan il-kors fih madwar 80 tabib u allura s-sitwazzjoni suppost għandha tirranġa.", "Jiena dejjem għedt li s-sitwazzjoni terġa' tmur għal dik li kienet jekk jiġu sodisfatti dawn iż-żewġ kriterji li semmejt.", "Mr Speaker, il-kollega tiegħi għamel numru ta' domandi dwar iċ-ċentri tas- saħħa ta' Ħal Qormi, il-Furjana u Bormla.", "Fil-fatt jekk jara l-istatistika li talab hu stess isib li filwaqt li fis-sena 2001 fiċ-ċentru tas-saħħa ta' Ħal Qormi – li wkoll qed jingħalaq għal ċerti ħinijiet - kienu jattendu madwar 7,300 ruħ, din is-sena attendew 15,000 ruħ.", "Filwaqt li fi kliniċi speċjalizzati fis-sena 2001 kienu jattendu 12,700 ruħ, din is-sena attendew kważi 18,000 ruħ.", "Jekk tieħu s-servizzi kollha ssib li fl-2001 fl- ispiżerija ġewwa Ħal Qormi attendew 17,000 ruħ mentri fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena attendew madwar 20,000 ruħ.", "Minn dan wieħed jara kemm m'hijiex ġustifikata l-kritika li ssir li minkejja li naqsu s-servizzi tal-health centres, qegħdin ibatu l-pazjenti.", "Fil-fatt iċ-ċifri ta' persuni li attendew fil-kliniċi u ċ-ċentri tas-saħħa kollha juru li minkejja r-restrizzjonijiet, in-numru ta' pazjenti baqa' jiżdied.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, fid-dawl tal-ħafna paroli fil-vojt li ntqal anke f'leġislaturi oħrajn, fosthom li se jkollna s-servizz tat-tabib b'xejn u li se nagħtu Lm5 biex ikollna s-servizz ta' tabib fil-kumdita' tagħna fil-privat, affarijiet li l-poplu ma esperjenza qatt, huwa dehen għal dan il-poplu li 36 siegħa mill-weekend ikollu ċ-ċentru tas-saħħa magħluq?", "Jista' almenu jsir sforz biex fis-sajf, meta t-tfal ma jkunux l- iskola, dan is-servizz fil-weekend jingħata daqskemm jingħata fi ġranet oħra matul il-ġimgħa?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Mr Speaker, kieku wieħed qabel ma jikkummenta jħares ftit lejn iċ-ċifri, isib li dawn igiddbu ...", "(Interruzzjonijiet) Jiddipjaċini imma jkolli nuża din il-kelma.", "Ħallejtek tgħid il-ħmerijiet, issa isma' lili!", "MR SPEAKER: Ippermettili ftit Onor. Farrugia.", "Il-Ministru bħalissa qiegħed iwieġeb għad-domanda tiegħek.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ma jiena se nirtira xejn!", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, on a point of order.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Xi ħmerijiet?!", "Għidilhom lin-nies li dak li qed ngħid huwa biss paroli!", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Bħalissa m'hu qed jisimgħek ħadd u jekk trid tibqa' tgħid il-ħmerijiet ...", "Mr Speaker, ħalli niġġustifika ruħi għala qed ngħid hekk.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Ippermettuli ftit, dan huwa ħin tal-mistoqsijiet, l-Onor.", "Farrugia għamel domanda u issa qed iwieġbu l-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Mr Speaker, jiena kont nistenna li jekk semmejt il- kelma \"ħmerijiet\" u l-kollega tiegħi qiegħed joġġezzjona, għandu jagħtini ċ- ċans nispjega għalfejn qed ngħid hekk.", "(Interruzzjonijiet) Il-kollega tiegħi qiegħed jgħid li minn mindu naqqasna s-servizzi ġewwa ċ-ċentri tas- saħħa, qegħdin ibatu n-nies.", "Jien hawnhekk qrajtlu statistitka, li hija ripetuta għaċ-ċentri tas-saħħa kollha, li minkejja li fis-sena 2001 kienu jinqdew 10,000 ruħ, fl-istess ċentru tas-saħħa li l-kollega tiegħi qed jgħid li jkun magħluq, qegħdin jinqdew 12,000 ruħ.", "Jekk fis-sena 2001 kienu jinqdew 18,000 ruħ, fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena nqdew 25,000 ruħ.", "Mela m'huwiex veru li n-nies qegħdin ibatu.", "Hawnhekk kelli ċ-ċans nispjega jekk huwiex qed ibati l-klijent jew qed tonqos il-kumdita' meta naqqasna s-servizzi fiċ-ċentri tas-saħħa.", "Għaliex?", "Għax iċ-ċifri juru li n-nies qegħdin jitgħallmu li għal affarijiet li ma jkunux urġenti m'għandhomx jinqdew miċ-ċentri tas-saħħa x'ħin jidhrilhom huma u għall- kumdita' tagħhom.", "Jekk raġel qabel kien imur fiċ-ċentru tas-saħħa fis-6:00 p.m. biex sempliċement jipprova l-pressjoni waqt li lill-mara tiegħu ħalliha tixtri mis-supermarket, illum qed imur fil-ħin li ċ-ċentru jkun miftuħ.", "Dan ma jfissirx li waqt li ċ-ċentru tas-saħħa jkun magħluq, kull emerġenza ma tiġix ittrattata.", "Aħna qegħdin sempliċement ngħidu li jekk tinqala' emerġenza ġewwa r-Rabat, per eżempju, għandek iċ-ċentru tas-saħħa tal-Mosta li jibqa' miftuħ u wieħed jista' jinqeda fih.", "Jiena għedt il-kelma \"ħmerijiet\" għax il-wegħda tal-Lm5 għall-vista tat- tabib tiegħek, ma vvintajnihiex aħna.", "Jien kemm-il darba spjegajt ġewwa l- Kamra li ppruvajna diversi mezzi biex iċ-ċentri tas-saħħa nħaddmuhom għal 24 siegħa.", "Għedt ukoll li sar approachment ma' kunsilli lokali, fosthom dak ta' Birkirkara u ta' Bormla, biex iċ-ċentru tas-saħħa jkun jista' jinqeda b'servizzi ta' tobba privati u jħallas il-gvern, pero' kull meta tlabna stima għal house visit kienu qed jitolbuna Lm5.", "Issa wieħed ma jridx ikun intelliġenti ħafna biex jifhem li kieku aħna ċedejna li kumpannija ta' tobba privata tiċċarġjana Lm5 għal kull vista, it-tobba li hemm jaħdmu ġol-health centres kien jaqblilhom jirriżenjaw kollha kemm huma u jidħlu ma' din il-kumpannija!", "Dik hija r-raġuni kollha.", "Imma ma jagħmilx sens li nibqgħu nirrepetu li l-poplu qed ibati.", "Jista' jkun li l- poplu m'għadux moqdi bl-istess kumdita' kif kien moqdi qabel imma l- istatistika ta' kemm nies qegħdin jinqdew miċ-ċentri tas-saħħa turi u tikkonferma li għandi raġun fl-argument tiegħi.", "Barra minn hekk, in-numru ta' pazjenti li dejjem jattendu l-casualty department qiegħed jiżdied b'5% u 10% kull sena, immaterjalment jekk iċ- ċentri tas-saħħa jkunux miftuħin jew le.", "Dik iċ-ċifra baqgħet tiżdied bl- istess mod meta ġew imposti fuqna restrizzjonijiet biex inkunu nistgħu niftħu ċ-ċentri tas-saħħa.", "Jiena spjegajt kemm-il darba li r-raġuni għala ma nistgħux niftħu ċ-ċentri tas-saħħa kif kienu qabel, hija n-nuqqas ta' tobba.", "Għedt ukoll li din hija l-ewwel darba li numru ta' tobba se jibdew jiggradwaw kull sena.", "Fil-fatt din is-sena se jiggradwaw bejn 70 u 80 tabib - qed ngħid hekk għax għaxra minnhom huma barranin – u dan il-proċess se jibqa' sejjer sena wara l-oħra.", "Dan ifisser li jekk nidentifikaw x'inhi r-raġuni għala t-tobba li jkunu jaħdmu fil-health centres mhux qed jirnexxielna nżommuhom f'pajjiżna - ħafna minnhom isiefru biex jispeċjalizzaw u oħrajn imorru jaħdmu għal rashom fil-privat – inkunu nistgħu verament insolvu l-problema li għandna quddiemna.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra informazzjoni li turi li għalkemm iċ-ċentri tas-saħħa qed ikunu magħluqin, xorta waħda n-nies li marru fihom żdiedu u mhux naqsu?", "Għax bir-rispett kollu lejn il-Ministru, dan l-argument ma nistax nifhmu!", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Veru, xi kultant huwa diffiċli biex tifhem argument sempliċi!", "Jiena qed ngħid li jekk tieħu ċ-ċentru tas-saħħa ta' Bormla, per eżempju, minkejja li hemm restrizzjonijiet wara l-ħin tal-5:00 p.m. u minkejja li s-Sibt u l-Ħadd dan iċ-ċentru tas-saħħa ma jkunx qed jagħti s- servizzi ta' tabib il-ħin kollu, in-numru ta' klijenti li żaruh baqa' jiżdied.", "Dan xi jfisser?", "Li n-nies baqgħu jirrikorru fiċ-ċentri tas-saħħa għax għandhom fiduċja fihom pero' qegħdin joqogħdu attenti u jagħżlu meta għandhom imorru, il-ħin li fih għandhom imorru u għal xiex għandhom imorru.", "Dik hi l-ispjegazzjoni!", "FLORIANA - PERSUNI LI ŻARU Ċ-ĊENTRU TAS-SAĦĦA", "6043.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l- Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' żjarat/visti li saru miċ-ċittadini fiċ-ċentru tas-saħħa tal-Floriana matul l-ewwel ħames xhur tas-sena?", "Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għas- snin 2003, 2002, 2001, 2000, 1999 u 1998?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: It-total ta' ċittadini li żaru ċ-ċentru tas-saħħa tal-Floriana matul l-ewwel ħames xhur għal kull sena rispettivament huwa kif ġej:", "|Se|Kliniċi |Kuramill|Kura |Spiże| |na|Speċjali|-Infermi|mit-Ta|rija | | |żżati |era |bib | | |19|25179 |10896 |23445 |20540| |98| | | | | |19|24598 |10623 |24362 |24769| |99| | | | | |20|26192 |10833 |23489 |16707| |00| | | | | |20|24942 |10899 |23489 |18091| |01| | | | | |20|27776 |10878 |25614 |20547| |02| | | | | |20|25759 |11033 |25124 |23977| |03| | | | | |20|25269 |12012 |25529 |25431| |04| | | | |", "Mr Speaker, inżid ngħid li din l-iskeda tikkonferma dak li għadni kemm għedt.", "BORMLA - PERSUNI LI ŻARU Ċ-ĊENTRU TAS-SAĦĦA", "6044.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l- Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' żjarat/visti li saru miċ-ċittadini fiċ-ċentru tas-saħħa ta' Bormla matul l- ewwel ħames xhur tas-sena?", "Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għas- snin 2003, 2002, 2001, 2000, 1999 u 1998?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: It-total ta ċittadini li żaru ċ-ċentru tas-saħħa ta' Bormla matul l-ewwel ħames xhur għal kull sena rispettivament huwa kif ġej:", "|Sen|Kliniċi|Kura |Servizz|Spiż| |a |Speċjal|mill-Inf|mit-Tob|erij| | |iżżati |ermiera |ba |a | |199|1541 |5440 |17078 |Nil | |8 | | | | | |199|1024 |4713 |14216 |Nil | |9 | | | | | |200|3305 |5181 |14013 |Nil | |0 | | | | | |200|5573 |3884 |14013 |Nil | |1 | | | | | |200|5336 |3293 |11011 |Nil | |2 | | | | | |200|6643 |3557 |10680 |Nil | |3 | | | | | |200|10645 |4086 |11424 |4838| |4 | | | | |", "Irrid nirrimarka wkoll hawnhekk li bħala kliniċi speċjalizzati fis-sena 2001 marru 5,500 ruħ filwaqt li fl-ewwel xhur ta' din is-sena marru 10,600 ruħ.", "Dan ukoll jikkonferma l-argument li kont qiegħed ngħid.", "STABBILIMENTI TA' L-IKEL - TITJIB FIL-LIVELL SANITARJU", "6045.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l- Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' ristoranti u stabbilimenti ta' l-ikel li fil-preżent ġew mitluba mid-dipartiment tas- sanita' sabiex itejbu l-livelli sanitarji u ta' iġjene tagħhom?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Informat li mill-1 ta' Jannar ta' din is-sena sal- lum in-numru ta' ristoranti u stabbilimenti ta' l-ikel li ġew mitluba mid- dipartiment tas-saħħa pubblika sabiex itejbu l-livelli sanitarji u ta' iġene tagħhom jammonta għal 1989.", "Dan ma jfissirx li l-livell sanitarju ta' dawn l-istabbilimenti huwa ta' periklu għas-saħħa pubblika.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, il-Ministru qal li hawn madwar 2,000 ristorant li ġew mitluba mid-dipartiment tas-sanita' biex jagħmlu upgrading.", "Jista' il-Ministru jgħid x'time frame ingħataw dawn ir- ristoranti biex jagħmlu dan ix-xogħol?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ġeneralment id-diviżjoni tas-saħħa tuża l-mod tal- konvinzjoni iktar milli timponi.", "Ħafna drabi n-nuqqas li jkun hemm f'dawn ir-ristoranti jkun jikkonsisti f'affarijiet żgħar, per eżempju wieħed juża l-istess board biex iqatta' il-ħaxix u l-laħam fiuqha.", "Ovvjament din hija ħaġa li tista' tiġi rranġata mill-ewwel u f'dak il-każ jingħata time frame żgħir ħafna.", "Imbagħad hemm ristoranti oħra – m'għandix id-dettalji tagħhom – li minkejja li tkun inġibditilhom l-attenzjoni dwar xi nuqqas u ngħataw żmien raġjonevoli biex dan ikunu jistgħu jirranġawh, jibqgħu ma jagħmlu xejn.", "Fil-fatt nista' nsemmi numru ta' bakeries li nħarġitilhom notice biex ma jkomplux iservu lin-nies sakemm jiġi rranġat in-nuqqas li jeżisti fil- ħwienet tagħhom.", "Jiġifieri ż-żmien ikun jiddependi mill-complaint u n- nuqqas li jkollu tali restaurant jew bar.", "ĦAŻNA TA' ILMA FL-AQUIFERS", "6046.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Skond ir-rapporti li għandu l-gvern permezz ta' l-awtorita' tar-riżorsi, jista' il-Ministru jgħid kemm hi l-ħażna ta' l-ilma fl- aquifers fil-gżejjer ta' Malta u Għawdex separatament?", "Kemm hi kkalkulata li sservi din il-ħażna f'Malta u kemm f'Għawdex?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura): Jien informat li l-ħażna ta' l-ilma fil-mean sea level aquifer ta' Malta hija stmata li tlaħħaq il-biljun metru kubu.", "Bħalissa bħala medja huwa stmat li jittellgħu 38 miljun metru kubu fis-sena, iżda hemm recharge ta' madwar 34 miljun metru kubu fis-sena.", "F'Għawdex m'hemmx figuri għal numru ta' snin biżżejjed biex issir stima preċiża.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Il-Ministru jirriżultalu li fl-aquifers ta' Malta u Għawdex qed jiżdied il-livell ta' salinita'?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, hawnhekk m'għandix din l-informazzjoni pero' il-mistoqsija li jmiss titkellem dwar in-nitrates u l-chlorides fl- ilma.", "Naturalment il-Water Services Corporation dejjem tieħu passi biex tagħmel il-blending neċessarju ħalli l-ilma li jittella' minn taħt l-art jitħallat bl-ilma tar-reverse osmosis.", "Fil-fatt biex intejbu l-kwalita' ta' l-ilma u jkollna livell ta' chlorides aħjar minn dak tal-mean sea level aquifer, qegħdin isiru impjanti apposta.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Mizzi, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li għal żmien twil il-pubbliku in ġenerali ma ġiex informat dwar il-livell ta' nitrate li kien jinstab fl-ilma ta' ċerti areas ladarba l-Water Services Corporation kienet taf bih u dan kien ta' dettriment għas-saħħa u seta' anke poġġa f'periklu l-ħajja tat-trabi?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, li nista' ngħid hu li meta jien kont responsabbli minn dan il-qasam, il-boreholes kienu jsirulhom inspections regolarment biex jiġi determinat il-kwalita' ta' ilma, il-livell ta' nitrati u l-livell ta' chloride li jkun fih l-istess ilma.", "Meta kien ikun hemm borehole li kienet tkun viċin ta' xi razzett u jkollok indikazzjoni li hemm xi livell ta' nitrati fl-ilma, kienu jittieħdu l-miżuri kollha neċessarji biex l-ippumpjar minn dak is-sors jitneħħa, jew għallinqas jitnaqqas, kif ukoll biex l-istess sors ta' ilma jsirilulu x-xogħlijiet meħtieġa biex ma jibqax jiġi kkontaminat.", "Mr Speaker, jien m'għandix l-informazzjoni dwar xi area partikolari pero' kif diġa' għedt, meta jkun hemm borehole li tkun qiegħda f'xi area fejn għandek l-irziezet, ġeneralment jittieħdu l-miżuri kollha neċessarji biex ma jkunx hemm kontaminazzjoni fl-ilma.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' Karti u nsejjaħ lis-Segretarju Parlamentari Mifsud Bonnici.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI (Segretarju Parlamentari): Mr Speaker, f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Dokumenti in konnessjoni mar-Riżoluzzjoni dwar trasferiment ta' proprjeta' lil clubs u assoċjazzjonijiet ta' l-iSports, l-iScouts u l- Girl Guides, mozzjoni numru 130; u", "Pjanta li turi art tal-gvern f'San Ġiljan li hija mogħtija b'kera, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari 6140.", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari Helen D'Amato.", "ONOR.", "HELENA D'AMATO (Segretarju Parlamentari): Mr Speaker, f'isem il- Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunita', inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kriterji għar-reġistrazzjoni ta' infermiera barranin f'Malta, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari 6196.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Cristina.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Mr Speaker, inqiegħdet fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar infiq mill-Kummissjoni għall-Promozzjoni ta' l-Ugwaljanza bejn l-Irġiel u n-Nisa matul l-2004, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari 6155.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Ngħaddu għal Stqarrijiet Ministerjali.", "Il-Prim Ministru.", "STQARRIJA MILL-PRIM MINISTRU U MINISTRU TAL-FINANZI", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Mr Speaker, xtaqt nagħmel stqarrija dwar il-konklużjoni tal-konferenza inter- governattiva dwar it-trattat tal-Kostituzzjoni Ewropea li jien attendejt għaliha flimkien ma' delegazzjoni magħmula mill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u Promozzjoni ta' l-Investiment, il-Ministru John Dalli u s- Segretarju Parlamentari Michael Frendo.", "Din id-delegazzjoni kienet akkumpanjata wkoll mill-Onor.", "Jasan Azzopardi u mill-Ambaxxatur tagħna s- Sur Richard Cachia Caruana.", "Nhar il-Ġimgħa 18 ta' Ġunju, 2004 ġiet konkluża f'Brussell il-konferenza inter-governattiva dwar it-trattat tal-kostituzzjoni Ewropea.", "Intlaħaq ftehim unanimu dwar test finali għal dan it-trattat li għandu jagħti lill- Ewropa l-ewwel kostituzzjoni tagħha.", "Dan kien l-ewwel ftehim ta' importanza kbira milħuq minn mindu l-Unjoni Ewropea kibret minn 15 għal 25 Stat Membru.", "Dan huwa wkoll għalhekk mument ta' sinifikat storiku għall- futur ta' l-Unjoni Ewropea u taċ-ċittadini tagħha.", "F'dan il-proċess li wassal għal dan il-ftehim Malta pparteċipat anke sa qabel ma kienet membru ta' l-Unjoni Ewropea permezz tar-rappreżentanza ta' din il-Kamra u tal-gvern fil-konvenzjoni Ewropea.", "Din il-parteċipazzjoni wara kompliet fuq livell ta' gvern, din id-darba fuq bażi ugwali ma' l- istati membri fil-konferenza inter-governattiva li issa ntemmet b'suċċess.", "Din il-Kostituzzjoni tagħti bażi soda lill-Unjoni Ewropea issa li kibret għal 25 Stat u li se tkompli tikber fil-futur biex tinkorpora stati oħra Ewropej.", "Hija ta' importanza għalina li dan it-trattat ikompli jirrifletti l-kunċett tagħna ta' Ewropa li hija kemm ta' popli kif ukoll ta' stati.", "Għalhekk fil-ħidma tagħna f'dan il-proċess aħna fittixna li filwaqt li nassiguraw li nkunu parti minn Unjoni Ewropea li tiffunzjona u li tkun f'pożizzjoni li tieħu deċizjonijiet, fl-istess ħin fittixna wkoll li din l- Ewropa tkompli tħaddan il-prinċipju ta' l-ugwaljanza bejn l-istati.", "Xhieda ta' din l-importanza u rilevanza huwa l-fatt li talbiet speċifiċi ta' Malta ġew inkorporati fit-test li ġie miftiehem tard il-Ġimgħa filgħaxija.", "F'dan ir-rigward wieħed għandu jsemmi prinċipalment dawn il-punti.", "L-ewwel, fil- parti tat-trattat li tirrigwarda l-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali hemm stabbilit li l-Unjoni għandha tagħti attenzjoni partikolari għall-partijiet mit-territorju tagħha nklużi l-gżejjer li jsofru minn żvantaġġi permanenti kemm naturali kif ukoll demografiċi.", "Fil-passat ir-rifirenza għall-gżejjer kienet interpretata bħala rifirenza għal dawk il-gżejjer li fuqhom m'hemmx belt kapitali.", "Permezz ta' dikjarazzjoni li għall-ewwel darba hija nkluża fit-test finali miftiehem fit-tmiem tal-konferenza inter-governattiva, huwa dikjarat bl-aktar mod ċar li gżejjer tinkludi anke gżejjer li huma stati u dan għat-territorju tagħhom kollu.", "Dan ifisser li l-azzjoni ta' l-Unjoni Ewropea diretta lejn it-tisħiħ tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali tagħha, issa tista' tkun diretta wkoll lejn Malta fit-territorju kollu ta' l-istat tagħha.", "It-tieni punt.", "F'dak li għandu x'jaqsam ma' deċiżjonijiet li jridu jittieħdu b'unanimita` t-trattat jinkorpora dawn l-oqsma prinċipali li fihom Malta kienet qed tinsisti li tibqa' l-unanimita`, jiġifieri unanimita` fid-deċiżjonijiet li jirrigwardaw it-tassazzjoni u unanimita` fil-politika barranija u ta' sigurta.", "Il-konferenza inter-governattiva żammet it-test adottat mill-konvenzjoni Ewropea u ċioe`, li l-unanimita` hija neċċessarja fit-teħid ta' deċiżjonijiet anke meta dawn ikunu fuq inizjattiva tal-ministru Ewropew ta' l-affarijiet barranin.", "Inżammet ukoll l-unanimita` fil-proċedura għall-emendi fit-trattat dwar il-kostituzzjoni nkluż emendi li jirrigwardaw il-policies interni ta' l-Unjoni, fejn hija meħtieġa wkoll l-approvazzjoni kostituzzjonali ta' kull pajjiż membru.", "It-tielet punt f'dak li għandu x'jaqsam ma' maġġoranza kwalifikata l-ftehim milħuq jistabilixxi li deċiżjoni tiġi adottata biss jekk tkun approvata minn 55% ta' l-istati membri li jirrapreżentaw popolazzjoni ta' mill-inqas 65%.", "Dan il-persentaġġ ta' 55% ta' l-istati membri jrid ikun magħmul minn ta' l-inqas 15-il stat membru.", "Barra minn dan in-numru ta' stati membri li jistgħu jwaqqfu deċiżjoni jrid ikun mill-inqas ta' erbgħa.", "Dan ifisser li għalkemm tliet stati kbar flimkien jistgħu jilħqu 35% tal-popolazzjoni, ġie stabbilit li xorta waħda ma jistax ikun hemm imblokkar tad- deċiżjonijiet minn tliet pajjiżi kbar waħedhom u hemm bżonn ta' stat membru ieħor, hija x'inhija l-popolazzjoni tiegħu.", "Dan ifisser li anke f'din id- definizzjoni ta' maġġoranza kwalifikata, inżamm il-prinċipju li l-Unjoni hija għaqda kemm ta' popli kif ukoll ta' stati sovrani.", "Ir-raba` punt huwa li l-kummissjoni se tibqa' magħmula minn kummissarji nominati minn kull pajjiż membru sas-sena 2014.", "Wara din id-data, abbażi ta' sistema ta' rotazzjoni ugwali bejn l-istati membri, il-kummissjoni tkun komposta min-numru li jirrifletti żewġ terzi tal-pajjiżi membri.", "Fuq proposta Maltija fi ħdan il-grupp hekk imsejjaħ ta' l-istati like minded, jiġifieri li jaħsbuha l-istess, ingħatat ukoll il-possibilita` li wara l- 2014, b'unanimita` fost il-membri, jiġi stabbilit xi arranġament differenti, inkluż naturalment li tinżamm is-sistema preżenti.", "Saret ukoll dikjarazzjoni li meta l-kummissjoni ma tkunx rappreżentanta minn kull nazzjonalita`, din għandha tagħti attenzjoni partikolari sabiex tiżgura trasparenza sħiħa fir-relazzjonijiet tagħha ma' kull pajjiż membru u li tagħti kas il-bżonn li taqsam l-informazzjoni ma' kull pajjiż.", "Il- kummissjoni trid ukoll tiżgura li r-realtajiet politiċi, soċjali u ekonomiċi ta' kull pajjiż, anke ta' dawk li ma jmisshomx jinnominaw membru għal perijodu partikolari, jittieħdu in konsiderazzjoni.", "Il-ħames punt li rrid nagħmel hu li fil-kontest tal-parlament Ewropew kien ta' sodisfazzjon kbir għal Malta li t-talba tagħha għal minimu ta' sitt siġġijiet għal kull pajjiż ġiet milqugħa.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Din kienet pożizzjoni li Malta kienet ilha tisħaq fuqha kemm fil-konvenzjoni Ewropea kif ukoll matul il-konferenza inter-governattiva.", "Fir-rigward tal-parlament Ewropej ġie deċiż ukoll li t-total tal-membri m'għandux jeċċedi s-750 min-numru li jeżisti llum ta' 736, u li l-massimu ta' kull pajjiż għandu jkun ta' 96 deputat.", "Dan ifisser li jidħlu kemm jidħlu pajjiżi ġodda fl-Unjoni Ewropea, in-numru ta' sitt siġġijiet għal Malta ma jistax jonqos.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Din hija kisba kostituzzjonali ta' importanza kbira u dejjiema għal pajjiżna bħala membru ta' l-Unjoni Ewropea u tirrifletti l-influwenza effettiva li eżerċitajna bħala membri ta' l-Unjoni, influwenza li ma stajniex neżerċitaw qabel meta konna barra l-istituzzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea.", "Dan kollu juri biċ-ċar li l-pakkett finali, speċjalment dak istituzzjonali maqbul mill-konferenza inter-governattiva huwa aċċettabbli ferm għal Malta, kif ukoll kompromess tajjeb ħafna bejn il-pożizzjoni kultant kuntrastanti tal-pajjiżi membri.", "Fil-każ ta' Malta, aħna bqajna nsostnu sa l-aħħar mument li kellha ssir riferenza għall-wirt nisrani Ewropew fil-preambolu tat-trattat, pero` kien jidher ċar li minkejja t-tentattivi tal-presidenza ma kien hemm l-ebda possibilita` ta' kompromess fuq din il-materja.", "Nixtieq nieħu din l-okkażjoni biex nirringrazzja lil kulmin fuq livell parlamentari, governattiv u amministrattiv ta sehmu f'dan il-proċess kemm fl-istadju tal-konferenza inter-governattiva, kif ukoll fl-istadju tal- konvenzjoni Ewropea.", "Dan huwa mument storiku għall-Ewropa li fih pajjiżna, issa bħala membru ta' l-Unjoni, ma kienx biss spettatur imma kien pajjiż li pparteċipa bi sħiħ fit-tiswir tal-proġett kostituzzjonali ta' l-Unjoni Ewropea.", "Aħna għandna fiduċja li dan it-trattat kostituzzjonali jipprovdi l-qafas neċċessarju għas-suċċess ta' l-Unjoni Ewropea fis-snin li ġejjin.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Domandi?", "L-Onor.", "Charles Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Sur President, nirringrazzja lill-Prim Ministru għall-istqarrija li għamel fuq materja importanti li tolqot ħafna lil pajjiżna.", "Huwa tajjeb li nikkonstataw ukoll li l-prinċipju ta' ugwaljanza bejn il-pajjiżi u l-popli - din iddikjaraha l-istess Prim Ministru - jkun osservat u rispettat.", "Waħda mill-ikbar problemi li jista' jkollu stat żgħir bħal tagħna huwa li jkun irromblat mill-pajjiżi l-kbar.", "Nixtieq li ssir spjegazzjoni aħjar ta' l-implikazzjonijiet ta' Malta bħala gżira għax jekk fhimt l-istqarrija sew, l-iżvantaġġi li jbati pajjiż bħal tagħna jikkwalifikawh għal konsiderazzjonijiet partikolari.", "Allura fil-każ ta' pajjiżna li fil-qasam tal-kummerċ bħala gżira huwa maqtugħ mill- mainland u t-trasport tagħna huwa essenzjali u jaffetwalna anke l- kompetittivita`, dan ifisser li f'dan l-aspett Malta tkun tikkwalifika għal konsiderazzjonijiet partikolari?", "Il-fatt li għandna suq żgħir u allura minnu nnifsu jagħmilna inqas attraenti għal dak li huwa investiment dirett minħabba li m'għandniex suq intern, hija konsiderazzjoni oħra li nistgħu nesplojtjaw.", "Qed ngħid dan għax ladarba issa se nkunu qegħdin nipparteċipaw - ftit ilu kellna l-elezzjonijiet biex neleġu l-membri parlamentari Ewropej tagħna u l-poplu ta d-deċiżjoni tiegħu - huwa importanti li jekk dan huwa qasam li jinterresana ħafna wieħed jista' jiżviluppa aktar fuqu.", "Rigward l-unanimita` jekk fhimt sew l-istqarrija tal-Prim Ministru qegħdin nagħmluha ċara u tonda li n-newtralita` ta' pajjiżna bil-mod kif inhi nkorporata fil-kostituzzjoni tibqa' tagħti l-interpretazzjoni u d- definizzjoni tagħha.", "Fil-punti kif espressi fl-istqarrija tal-Prim Ministru dwar l-unanimita` tal-politika barranija u ta' sigurta`, kif ukoll l-unanimita` fil-proċedura ta' elementi fit-trattat dwar il-kostituzzjoni jagħti lok - nitolbok li jekk mhux il-każ tiċċarah u jekk hu hekk tikkonfermah - li n-newtralita` ta' pajjiżna kif qegħda inkorporata fil- kostituzzjoni tibqa' tagħti d-definizzjoni u tiddermina hi u ma jkunx hemm xi pajjiż ieħor jew xi stati oħra, anke kolletivament, li jistgħu jagħtu interpretazzjoni differenti.", "Il-Prim Ministru tkellem ukoll dwar il-kummissjoni u l-possibilita` li minkejja d-deċizjoni li ttieħdet li mis-sena 2014 'il quddiem se jkun hemm żewġ terzi tal-pajjiżi rappreżentati, jista' jagħti l-każ li din terġa' tiġi riveduta.", "B'hekk nixtieq nistaqsi jekk dan il-proviso huwiex inkorporat fil-kostituzzjoni jew kenitx saret xi diskussjoni li tista' twassal biex ikun hemm lok għal tibdil f'dan ir-rigward.", "Allura l-fatt li l-kummissjonarji ta' kull pajjiż jiġu biex jagħtu l-konsiderazzjoni għall- bżonnijiet ta' pajjiżi oħra, huwa tassattiv jew le?", "Din in-naħa minn dejjem appoġġjat il-fatt li jkun hemm sitt membri, anke meta ddiskutejniha sena ilu.", "Dakinhar konna għedna li dan kellu jkun parti mill-ftehim bejn Malta u l-Unjoni Ewropea.", "Għalissa dawn huma l- mistoqsijiet u r-rimarki li xtaqt nagħmel.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Iktar domandi?", "L-Onor.", "Mario Galea.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Sur President, jien ukoll irrid nirringrazzja lill- Prim Ministru għall-istqarrija tiegħu u nifraħ lilu u lid-delagazzjoni tal- gvern Malti għall-akkwisti li rnexxielhom jagħmlu.", "Fl-istqarrija tiegħu l- Prim Ministru qal li Malta għamlet talbiet speċifiċi li ġew inkorporati fit- test li ġie miftiehem nhar il-Ġimgħa.", "Qabel ir-referendum f'Malta kien hawn kampanja sħiħa dwar taxxi li suppost kellhom jiġu minn Brussell ladarba nkunu membri.", "Jikkonferma l-Prim Ministru li issa li Malta akkwistat l-unanimita` fit-tassazzjoni, dan m'huwiex il-każ u kull taxxa li ssir minn Brussell il-25 pajjiż membru jridu jkunu unanimi u jaqblu lkoll fuqha, inkluż il-gvern Malti?", "Il-Prim Ministru semma l-akkwist kbir, fl-opinjoni tiegħi, li għamlet Malta li l-minimu ta' siġġijiet għal kull pajjiż membru fil-parlament Ewropew ikun ta' sitt siġġijiet.", "Fil-futur l-Unjoni Ewropea jista' ikollha membri aktar ġodda, allura x'se jkun ifisser dan mhux biss għal Malta li żgur se jkollha sitt siġġijiet imma anke għal pajjiżi ferm ikbar tagħna, bħalma hi l-Ġermanja, li llum għandha 99 siġġu?", "Għax minkejja li hemm qbil mal-fatt li kull pajjiż ikollu minimu ta' sitt siġġijiet, hemm qbil ukoll li l-parlament Ewropew ma jkollux iktar minn 750 membru.", "Nixtieq li l-Prim Ministru jispjega aktar dwar il-pożizzjoni li ħa mill- bidu sa l-aħħar fir-riferenza għall-wirt nisrani ta' dan it-trattat.", "Nafu li llum l-isqfijiet għamlu stqarrija fejn irringrazzjaw lill-gvern Malti għall-pożizzjoni tiegħu minħabba li kien wieħed minn dawk li mbotta din l- inizjattiva 'l quddiem.", "Jista' l-prim ministru jispjega ftit il-pożizzjoni li baqa' jżomm il-gvern Malti mill-bidu sa l-aħħar dwar il-wirt nisrani?", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Evarist Bartolo.", "ONOR EVARIST BARTOLO: Nixtieq li l-Prim Ministru jagħtina l-evalwazzjoni personali tiegħu għaliex wara li ntemmet il-laqgħha, Tony Blair qal f'konferenza stampa li l-Unjoni Ewropea miexja fid-direzzjoni ta' kooperazzjoni bejn stati membri, filwaqt li Jacques Chirac qal li dan huwa proġett iktar integrazzjonista u aktar poteri telqu mill-istati membri biex imorru fl-istituzzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea.", "Nixtieq inkun naf jekk il- Prim Ministru għandux valutazzjoni personali dwar dan.", "It-tieni mistoqsija li nixtieq nagħmel hi jekk ġiex diskuss li minkejja l- ftehim li sar fil-laqgħa tal-kapijiet ta' l-istati membri, id-diċitura fit- trattat tal-kostituzzjoni se tagħti marġini kbira lill-qorti Ewropea biex tinterpreta dawk li Blair u li ...", "Jien nifhem li l-pożizzjoni Maltija - meta qed ngħid il-pożizzjoni Maltija m'iniex nirriferi għall-Gvern biss imma anke għall-oppożizzjoni - li oqsma importanti bħat-tassazzjoni u oħrajn li l-prim ministru għamel riferenza għalihom fl-istqarrija tiegħu, jibqgħu kemm jista' jkun f'idejn l-istati membri.", "Hemm min qiegħed jgħid li hekk hu.", "M'iniex nitlob lill-Prim Ministru jkun xi profeta u jkun jaf x'se jiġri fir-rulings tal-qorti Ewropea fix-xhur u s-snin li ġejjin, imma nixtieq inkun naf jekk hijiex fondata l-biżgħa – almenu din hi d-diċitura – li t-trattat kostituzzjonali se tagħti ċans kbir lill-qorti Ewropea tinterpreta favur il-proġett integrazzjonista dak li kien hemm qbil dwaru.", "L-aħħar punt tiegħi huwa jekk il-prim ministru huwiex fil-pożizzjoni li jgħid jekk meta pajjiżna jirratifika dan it-trattat kostituzzjonali aħniex se mmorru għar-referendum popolari jew għar-ratifika parlamentari.", "MR SPEAKER: Aktar domandi?", "Insejjaħ lill-Onor.", "Leo Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Fuq nota pożittiva nixtieq nirringrazzja lill-Prim Ministru talli fil-paragrafu ta' qabel ta' l-aħħar radd ħajr lil kulmin għen f'dan il-proċess fuq kull livell, kemm dak parlamentari, governattiv, amministrattiv u anke fil-konvenzjoni Ewropea.", "Qed ngħid hekk mhux biex nieħdu xi mertu aħna, għaliex din hija xi ħaġa pożittiva għal Malta kollha, imma just for the record f'konformita ma' dak li qal tajjeb il-prim ministru fis-27 ta' Mejju, 2003 kemm l-Onor.", "Alfred Sant bħala membru tal- konvenzjoni għall-futur ta' l-Ewropa kif ukoll l-Onor.", "George Vella bħala membru alternattiv tal-konvenzjoni għall-futur ta' l-Ewropa, kienu ħadu pożizzjoni komuni li f'annex għal dokument li huma ppreżentaw kienu qalu - u se nikkwota eżatt:", "\"The minimum representation of any member state in the European parliament, no matter what ceiling is placed on the total number of Euro MPs, should not be set at less than six.\".", "Jista' l-Prim Ministru jgħidilna jekk huwiex tal-fehma li s-summit jistituzzjonalizza a two speed Europe jew le?", "Nixtieq ikun naf ukoll x'beħsiebu jagħmel il-gvern Malti biex ifiehem liċ-ċittadini Maltin u Għawdxin l-impatt u l-implikazzjonijiet ta' dak kollu li hemm imnaqqax fil- kostituzzjoni Ewropea.", "X'jara bħala l-aktar bidliet fis-sustanza mill- konvenzjoni Ewropea?", "Jidhirlu li t-trattat saħħaħ – fil-fehma tiegħi le – id-djufija li dejjem kien hemm fl-economic pillar fl-iggvernar ta' l-Unjoni Ewropea?", "Mistoqsija li torbot ma' dak li qal l-Onor.", "Evarist Bartolo hi jekk iħossx li l-idea ta' stat federali Ewropew tbiegħed jew le b'riżultat ta' dan it-trattat?", "Il-foreign minister Ingliż Jack Straw ġie rraportat li qal li r-rwol tal-parlament nazzjonali ġie msaħħaħ b'riżultat ta' din il- kostituzzjoni, taqbel ma' din il-konklużjoni u jekk iva, kif taħseb li dan jista' isir fuq livell prattiku?", "Jissemmew ukoll dawk li huma deskritti bħala emergency breaks li hemm fil- kostituzzjoni.", "Saret ċerta kritika - mhux neċċessarjament li nikkonvidiha - anke f'pajjiżi barranin oħra, li dawn l-emergency breaks m'huma break xejn imma huma a delaying device.", "Nixtieq li jkollna l-interpretazzjoni tal-gvern Malti dwar dan l-aspett partikolari.", "Fl-aħħarnett nixtieq nagħmel żewġ mistoqsijiet li iktar huma marbutin mas- summit milli mat-trattat innifsu.", "X'inhi l-pożizzjoni tal-gvern Malti dwar is-sħubija prospettiva tat-Turkija?", "Ladarba l-kandidat preferit ta' Malta għall-presidenza, il-Prim Ministru tal-Lussemburgu, ma deherx interessat fil-kariga, lil min kienet qed tapoġġja Malta fis-summit tal-weekend li għadda għall-presidenza tal-kummissjoni Ewropea?", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar domandi?", "Insejjaħ lill-Onor.", "Joe Brincat.", "ONOR JOE BRINCAT: Nixtieq nistaqsi lill-Prim Ministru fuq id- dikjarazzjoni li għamel hu stess meta fit-tieni paragrafu tat-tieni faċċata qal li hemm unanimita` fil-proċedura għall-emendi fit-trattat dwar il- kostituzzjoni, inkluż emendi li jirrigwardaw policies interni ta' l-Unjoni fejn hija meħtieġa wkoll l-approvazzjoni kostituzzjonali ta' kull pajjiż membru.", "Mela hawnhekk il-Prim Ministru qiegħed jgħid li biex tiġi emendata din il-kostituzzjoni hemm bżonn l-unanimita`.", "Iktar 'l isfel - hawnhekk qiegħed nagħmel riferenza għar-raba` punt - fuq proposta Maltija fi ħdan il- grupp ta' l-istati hekk imsejjaħ like minded group, ingħatat ukoll il- possibilita` li wara l-2014 b'unanimita` jiġi stabbilit xi arranġament differenti inkluż naturalment li tinżamm is-sistema preżenti.", "Mela jien qiegħed nifhem li din tal-like minded group wara l-2014 ma tfisser xejn għaliex kollox tarah dak iż-żmien li b'unanimita` tista' tħalli kollox li jkun hemm rotation jew b'unanimita` tbiddel u tħalli s- sistema jew tagħmel sistema oħra.", "Għax ma tfissirx ħaġa oħra, jiġifieri dan fuq proposta Maltija ma kienet tfisser xejn għax fl-2014 jew b'unanimita` temendaha, jew b'unanimita` tikkonfermaha, jew b'unanimita` ssib soluzzjoni oħra.", "Imma as it is going to be hija li l-commission se tkun magħmula bir- rotation u jekk ma jintlaħaq l-ebda ftehim fl-2014 il-proposta Maltija fil- grupp tal-like minded tibqa' għall-like minded biss u l-unlike minded jaħsbuha mod ieħor u ma tgħaddix.", "Ħaġa oħra li nixtieq nistaqsi hija din.", "Jiena l-bieraħ - għaliex nhar is- Sibt kont iktar interessat fir-riżultati tal-kunsilli lokali li kien fihom interess kbir - qgħadt ninteressa ruħi nipprova nniżżel mill-websites it- test tal-kostituzzjoni kif inhi.", "Lill-Prim Ministru nixtieq nistaqsih jekk hux se jerġa' jiġri bħalma kien ġara żmien ilu meta f'Diċembru ta' l-2002 kien sar il-ftehim li biex kellna t-text qlajna fwiedna nfittxuh u kulħadd iniżżlu?", "Il-gvern Malti fit-test ta' kif ġiet il-kostituzzjoni se jagħtina l-possibilita` li nifluha ħalli nkunu nistgħu niddiskutuha?", "Huwa veru s- sistema tagħna hija li għar-ratifika tat-trattat hemm is-sempliċita` tagħha bil-mozzjoni fil-parlament.", "Jien m'iniex se nistaqsih x'metodu se juża għax diġa' staqsih sieħbi, imma anke jekk niġu biex nirratifikaw biss fil- parlament irid ikollna an informed opinion, mhux biss tal-membri parlamentari imma anke tal-pubbliku, ħalli ma jiġrix bħalma ġara fin- negozjati, li jien persważ li m'hawnx għaxra min-nies Ii qrawhom kollha u jafu x'fihom.", "Ħaġa oħra li nixtieq nistaqsi hija din: Peress li hawn il-gvern Malti jieħu l-pożizzjoni li kien hu li tħabat fuq id-deċiżjonijiet rigward it- tassazzjoni, il-media internazzjonali kienet qed turi li kien qed iżomm iebes fuq l-ewwel punt u fuq il-politika barranija u tas-sigurta`, Tony Blair.", "Meta qed isemmi like minded group kien qed isemmi li kien hemm appoġġ għal Blair fuq l-ewwel waħda u fuq it-tieni waħda( Kollox kien juri li Blair kien qed iżomm il-pożizzjoni tiegħu jitkellem fuq ir-red lights tiegħu u jgħid li mhux se joltrepassahom.", "Il-gvern Malti kien qed jieħu dik l-istess pożizzjoni u għamilha pubblika jew inkella, peress li Blair irnexxielu jasal fejn irnexxielu, allura imbagħad aħna għidna li konna naħsbuha l-istess( Dan qed ngħidu għax peress li rajt lill-Prim Minsitru bi tbissima simpatika ma' oħra simpatika ta' Chirac li kien fuq in-naħa opposta, ma nafx kenux like minded hu u Chirac jew hu u Blair.", "Jekk il-Prim Ministru għandu ritratt ma' Blair, għallinqas jurini wieħed ħalli nikkonvinċi ruħi li kien qed jaqbel ma' Blair għax skond ir-ritratti, iżjed kien qed jaqbel ma' Chirac.", "Rigward il-kwestjoni tal-valuri nsara, din kienet manifesta li l-pajjiżi lajċi mhux se jdaħħluha u Valery Giscard d'Estaing qal bid-diffikulta` li kien hemm li din tidħol.", "Ma jidhirlux il-Prim Ministru li l-sforz tiegħu kienet aktar propaganda politika qabel ir-referendum u l-aħħar elezzjoni minn xi ħaġa oħra( Smajt dikjarazzjonijiet ta' Membri li jgħidu li jekk ma jaċċettawx il-valuri nsara fil-kostituzzjoni, ma jiftehmux fuqha.", "Jaqaw kien konvenjenti s-siġġu u allura l-valuri nsara twarrbu?", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Hawn aktar mistoqsijiet( L-Onor.", "Carmelo Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Sur President, nixtieq nistaqsi lill-Prim Ministru liema kienu dawk il-pajjiżi li l-aktar taw appoġġ lill-Malta fil-proposti ta' Malta mingħajr ma nikxfu sigrieti li ma jistgħux jingħadu.", "Liema kienu dawk il-pajjiżi li l-aktar oġġezzjonaw li l-wirt nisrani jidħol fil- kostituzzjoni( Peress li l-Prim Ministru pubblikament diġa` stqarr li mhux se jkun hemm referendum fuq il-kostituzzjoni li ġiet maqbula ftit tal-jiem ilu, jista' jgħid kif il-Prim Ministru jew il-gvern wasal għal deċiżjoni li ma jsirx referendum meta hemm numru ta' pajjiżi li se jagħmlu dan ir- referendum.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Hawn iktar mistoqsijiet( (Onor. Membri: No) Mela nsejjaħ lill-Prim Ministru sabiex iwieġeb għall-mistoqsijiet li sarulu.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sur President, irrid nirringrazzja lil kulmin intervjena u għamel il-mistoqsijiet anke għall-aspett kostruttiv u pożittiv tal-biċċa l-kbira tal-mistoqsijiet.", "Qabel ma nidħol fid-dettall tat- tweġibiet, xtaqt nenfasizza li aħna għexna flimkien - il-poplu Malti u Għawdxi u l-gvern u l-oppożizzjoni - f'dawn il-ġranet esperjenza storika għax dak li sar fil-jumejn li konna preżenti fi Brussels, kienet xi ħaġa li ħafna nies ħasbu li mhux se ssir; li Ewropa ta' 15-il membru tikber għal 25 u allavolja tkun kibret, jirnexxilha tasal għal xi ħaġa li rrid ngħid li sa Diċembru tas-sena li għaddiet kien sar sforz qawwi biex jaslu għaliha taħt il-presidenza Taljana u dakinhar ma rnexxilhomx, pero` din id-darba kellna 25 kapijiet ta' gvernijiet madwar mejda, sar sforz kbir mingħand kulħadd, Malta inkluża, u ntlaħaq dan il-ftehim storiku li hu tassew pass 'il quddiem għall-Unjoni Ewropea stess.", "L-UE diġa` ġabet ġid kbir lejn il-popli kollha li jifformaw parti minnha u jiena ngħid anke lejn popli oħrajn ta' pajjiżi mhux membri ta' l-Unjoni Ewropea.", "Dan il-pass importanti kien mibni fuq is-suċċess ta' dan il- proġett Ewropew li wassalna biex nieħdu dan il-pass importanti li toħolqu kostituzzjoni għall-Unjoni Ewropea.", "Malta kellha dan il-privileġġ li ħdimna ħafna għalih u finalment wasalna għalih, li konna madwar il-mejda u kellna l-opportunita` li nikkontribwixxu - kif ikkontribwixxejna - mhux biss fuq l- affarijiet li jinteressaw lilna bħala pajjiż imma fuq l-affarijiet li jiinteressaw lill-Unjoni Ewropea.", "Dan kien tassew privileġġ kbir għal pajjiżna u rrid ngħid li l-akbar sodisfazzjon tiegħi bħala Prim Ministru m'huwiex li ġejt lura Malta u għedt li ġibna siġġu ieħor, imma l-akbar sodisfazzjon huwa li jiena f'isem il-poplu Malti u Għawdxi, kont parti minn dan il-grupp ta' 25 pajjiż f'dan il-mument fejn konna qed niktbu l-istorja.", "M'għandix dubbju li l-ħsieb tiegħi huwa shared miż-żewġ naħat tal-Kamra.", "Irrid ngħid ukoll li importanti nkunu ċari magħna nfusna pero` l-aktar ħaġa importanti hi li nkunu ċari mal-poplu.", "Naħseb il-membri tal-Kamra jifhmuh dan imma ċ-ċittadini tagħna mhux bilfors qegħdin japprezzaw kollox.", "It- trattat li issa qbilna fuqu, irid l-ewwelnett jinkiteb fil-forma legali tiegħu.", "Malli jinkiteb fil-forma legali tiegħu ssir ċerimonja f'Ruma li fiha l-pajjiżi jiffirmaw.", "Ladarba t-trattat ikun iffirmat, jibda l-proċess fil-pajjiżi kollha għall-approvazzjoni ta' dak it-trattat.", "Malta u l- pajjiżi l-oħrajn kollha jridu jgħaddu dan it-trattat għall-approvazzjoni mill-parlamenti tagħhom.", "Hemm uħud mill-pajjiżi, s'issa jidher li hemm disa', li min għax għandu obbligu kostituzzjonali u min għax iddeċieda hekk, barra l-approvazzjoni tal-parlament, se jmur ukoll għal referendum.", "Kollox irid jitlesta, skond kif miftiehem fit-trattat, sa l-2006.", "Jiġifieri l-pajjiżi kollha jridu jkunu għaddew minn dan il-proċess kollu sa l-2006 u jkun f'dak il-mument u minn dak il-mument 'il quddiem li ċerti affarijiet li ftehemna fuqhom jibdew jiffunzjonaw.", "Għar-rigward tas-sitt siġġu, fit-trattat kif inhu miktub dan isir available għalina fl-elezzjoni li jmiss, jiġifieri fl-2009.", "Qed ngħid hekk għax diġa` bdejt nisma' min jitkellem fuq kwota u teoriji.", "Issa biex inkun għedt kollox, kieku nsibu mezz kif dan is-siġġu nistgħu nutilizzawh malajr kemm jista' jkun, jiena ma niddejjaqx immur għalih u b'loġika u b'konsistenza mal-pożizzjoni tagħna għax aħna sostnejna fuq is-sitt siġġu mhux għax is-sitt siġġu huwa numru maġiku, imma għax dejjem argumentajna ma' kulħadd li l-esperjenza - anke ta' pajjiż bħall-Lussemburgu li dejjem kellu sitt siġġiiet - turina li biex inkunu effettivi sal-massimu possibbli li nistgħu fil-limitazjonijiet tagħna fil-Parlament Ewropew, għandna bżonn sitt siġġijiet u allura kieku huwa possibbli, kieku jiena ma niddejjaqx immur għalih, imma biex inkunu ċari u ma jkunx hemm illużjonijiet, il-proċess ifisser li f'elezzjoni oħra li hija scheduled li ssir fl-2009, dakinhar minflok il-poplu tagħna jeleġġi ħames deputati, jkollu l-opportunita` li jeleġġi sitt deputati.", "Issa se nwieġeb għall-mistoqsijiet li saruli.", "L-ewwelnett l-Onor.", "Mangion talabni biex nispjega ftit iżjed fuq il-punt li semmejt fl-istqarrija tiegħi dwar il-kwestjoni tal-gżejjer.", "Ħalli nispjegaha tajjeb għax din hija akkwist kbir ħafna għal pajjiżna biex ma nitfgħux l-attenzjoni tagħna biss fuq is-siġġu iżjed li ġibna.", "Dan hu akkwist kbir ħafna għal pajjiżna għax l-Unjoni Ewropea għandha politika li jgħidulha l-politika ta' koeżjoni, fosthom koeżjoni ekonomika u koeżjoni soċjali.", "Koeżjoni tfisser li kemm jista' jkun ma jkunx hemm dfferenzi bejn popli differenti, bejn pajjiżi differenti u hija mibnija fuq il-valur tas-solidarjeta`.", "Jiġifieri min hu b'saħħtu jgħin lil min hu dgħajjef biex min hu dgħajjef isir b'saħħtu daqs ħaddieħor.", "L-Unjoni Ewropea fiehmet li wħud mill-pajjiżi li jifformaw parti minnha għandhom bżonnijiet iżjed minn inħawi oħrajn.", "Per eżempju, fejn għandek area muntanjuża għandek ċerti problemi li ma ssibhomx f'areas oħrajn.", "Fost affarijiet oħra l-Unjoni Ewropea aċċettat il-fatt li l-gżejjer jiffaċċjaw ċerti problemi, fosthom l-ispiża fit-trasport żejda, id- diffikultajiet fil-komunikazzjoni, iċ-ċokon u l-problemi biex tieħu ħsieb l- ambjent.", "L-Unjoni Ewropea fiehmet dawn iċ-challlenges kollha u qalet li fejn jirriżulta li f'dawn il-gżejjer il-livell mhux qed ilaħħaq ma' ħaddieħor, tagħtihom għajnuna iżjed minn inħawi oħra, mhux lill-pajjiżi, imma lit-territorji, lill-gżejjer.", "Il-problema kienet li meta saret id-definizzjoni ta' gżejjer, din kienet qed tirriferi għal dawk il-gżejjer kollha li m'għandhomx belt kapitali fuqhom.", "Ir-raġuni warajha kienet biex ma jmurx jinqala' xi ħadd u jgħid li l-Ingilterra għandha bżonnijiet iżjed minn ħaddieħor għax l-Ingilterra għandha l-belt kapitali fuqha.", "Malli ndunajna b'din il-problema sar proċess li beda mid-delegazzjoni ta' l-osservaturi li bdejna nibagħtu bħala parlament fil-parlament Ewropew - u hawnhekk irrid insellem partikolarment lil Josef Bonnici u l-Onor.", "Michael Frendo, imma mhux lilhom biss anke l- bqija tad-delegazzjoni li ħadmu immensament - biex finalment il-parlament Ewropew approva dikjarazzjoni li fiha ġie stabbilit li meta jkun hemm il- kelma gżejjer dik ma tfissirx li qed taqta' barra gżejjer li fihom belt kapitali fuqhom, u allura tinkludi gżira bħalma hija malta u gżira bħalma hija Ċipru.", "Ma kienx biżżejjed li jkun hemm din id-dikjarazzjoni tal-parlament Ewropew għax id-dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew waħedha ma kienet se twassalna mkien, imma kien neċessarju li ndaħħlu stqarrija ċara fit-trattat kostituzzjonali, fejn ikun imniżżel ċar li d-definizzjoni ta' \"gżejjer\" mhijiex telimina gżejjer li għandhom bliet kapitali fuqhom.", "Wara l- pressjoni kollha u x-xogħol kollu li għamlu n-nies li ħadmu fuqha finalment ħadna pożizzjoni ċara meta kellna l-viżita ta' Bertie Ahern hawn Malta tliet ġimgħat jew erba' ġimgħat ilu.", "Wieħed mill-punti li ġew diskussi ma' Bertie Aherne kien dan.", "Aħna insistejna, bħala Malta, li din għandha tkun ċara daqs il-kristall u pproponejna li l-presidenza stess għandha tieħu l-inizjattiva hi stess biex din tidħol b'mod ċar fl-emendi l-ġodda għat-trattat kostituzzjonali li kien ġie propost mill-konvenzjoni.", "B'sodisfazzjon ngħid li fl-ewwel laqgħa tas-summit li għadda, jiġifieri fil- laqgħa li nżammet il-Ħamis filgħaxija u ġie ċċirkolat it-test ta' l-aħħar proposti, jiġifieri l-iktar aġġornati, li mbagħad bdejna d-diskussjonijiet fuqhom, kien hemm miktub ċar li l-presidenza Irlandiża kienet qed tipproponi li l-kelma \"gżejjer\" tiġi ċċarata billi tfisser li gżejjer li għandhom belt kapitali fuqhom huma nklużi f'dik id-definizzjoni.", "Dik tfisser li pajjiżna jikkwalifka għal dawk l-għajnuniet extra li l-Unjoni Ewropea tagħti lir-reġjuni differenti li huma identifikati bħala reġjuni li għandhom bżonnijiet iżjed minn reġjuni oħrajn, u allura tidħol fil-politika ta' koeżjoni.", "Ma rridx nidħol wisq f'dettall għax inkella ma nispiċċaw qatt.", "Hawnhekk jidħlu ċerti regoli ta' state aid, ċerti regoli li japplikaw preċiżament għax hemm ċerti problemi naturalment sakemm dak ir- reġjun jilħaq l-istandard ta' ħaddieħor għax imbagħad jiskatta mekkkaniżmu differenti.", "Huwa ċar daqs il-kristall li fejn tidħol il-politika barranija u s-sigurta` hemm ir-regola ta' l-unanimita`.", "Ikun hemm bżonn istruzzjoni mingħand il- Kunsill tal-Ministri biex tkun tista' tittieħed xi inizjattiva, u fil- Kunsill tal-Ministri, jiġifieri fil-Kunsill Ewropew fejn jattendu l-prim ministri, irid ikun hemm l-unanimita`.", "Jiġifieri Malta tkun madwar dik il- mejda u jekk ikun hemm xi ħaġa li b'xi mod jew b'ieħor ma nkunux naqblu magħha, aħna ma nivvotawx favur tagħha.", "L-Onor.", "Mangion u l-Onor.", "Brincat għamluli l-istess mistoqsija dwar in- numru ta' kummissarji.", "Il-proposta li sibna quddiemna l-Ħamis filgħaxija kienet li fl-2014 in-numru ta' kummissarji jonqos bin-nofs.", "GĦax kulħadd qed jagħmel l-argument li ma jistax ikun fl-Unjoni Ewropea - b'25 membru, li tista' ssir 27, 29 jew 30 - ikun hemm 30 kummissarju li jiffunzjonaw b'mod effiċjenti.", "Dan kien l-argument, allura l-biċċa xogħol kbira li kellha l-konvenzjoni kienet biex toħloq Unjoni Ewropea li tkun kibret pero` toħolqilha mekkaniżmu li tgħin lill-Unjoni Ewropea tiffunzjona, mhux li teħel, tistaġna.", "Wieħed mis-suġġerimenti kien li n-numru ta' kummissarji jrid jonqos u jsiru nofs.", "Dak ikun ifisser li b'rotazzjoni pajjiż jista' jinzerta f'perijodu ta' żmien meta għandu kummissarju tiegħu, pero` jista' jinzerta f'perijodu ta' żmien meta m'għandux kummissarju tiegħu.", "Dak kien il-punt ta' tluq il- Ħamis filgħaxija.", "Bis-saħħa ta' interventi li saru min-naħa ta' Malta, min- naħa tal-pajjiżi l-oħrajn li qed jiġu deskritti bħala l-grupp tal-like minded states li qbilna bejnietna dwar x'għandha tkun il-pożizzjoni tagħna, sar argument fuq żewġ livelli.", "L-ewwelnett intqal li n-numru m'għandux jonqos bin-nofs.", "L-argument kien - u jien għamilt dan l-argument fl-ewwel intervent tiegħi - għaliex qegħdin naqtgħu qalbna minn issa li l-Unjoni Ewropea ma tkunx tista' tiffunzjona bi 30 kummissarju jew b'25 jew b'27( Għaliex qegħdin nieħdu din id-deċiżjoni minn issa( Forsi tiffunzjona!", "Issa għandna 25 membru fl-Unjoni Ewropea u għandna 25 kummissarju, ejja nagħtu ċans lil din is-sistema li tiffunzjona.", "Allura għalfejn se ndaħħlu fit-trattat kostituzzjonali li fis-sena 2014 in- numru jrid bilfors jonqos bin-nofs(", "L-argument ta' Malta kien: Ejja nagħtu ċans li tiffunzjona u nħallu l- possibbilita` li niddeċiedu li wara kollox qed taħdem tajjeb u nħallu s- sistema kif inhi.", "L-argument kien li noħolqu mekkaniżmu li ma jkollniex għalfejn nagħmlu menda għat-trattat kostituzzjonali għax dik żgur tkun impossibbli.", "Ejja nassumu li kulħadd jiskopri li qed tiffunzjona, biex tagħmel emenda għat-trattat kostituzzjonali tiftaħ Pandora's box.", "U ridna li minn issa - allavolja fadal sa l-2014 - inkunu daħħalna mekkaniżmu li jippermetti reviżjoni tad-deċiżjoni mingħajr ma tagħmel emenda għat-trattat kostituzzjonali.", "Dan l-argument li Michael Frendo u John għamluh fil-grupp tal-like-minded u qablu fuqu hemmhekk, imbagħad tressaq uffiċjalment u ġie aċċettat billi daħlet emenda li tgħid li fl-2014 in-numru se jinżel, pero` jekk ikun hemm deċiżjoni b'unanimita` li għandha tibqa', allura dik tibqa'.", "Issa proprjament il-proposta li għamilna aħna kienet xi ftit iktar irfinuta minn din għax aħna għamilna l-proposta li din ma tkunx b'unanimita` imma tkun bil-qualified majority voting, pero` dik ma ġietx aċċettata għax insistew fuq l-unanimita`.", "Madanakollu dan żgur li huwa pass 'il quddiem u improvement fuq il-pożizzjoni li sibna fl-ewwel mument li ltqajna.", "Ta' min jgħid li kien hemm kompromess ieħor għax ġie aċċettat ukoll l-argument li minn nofs, in-numru għandu jitla' għal żewġ terzi.", "Mela fl-2014 mhux se jkun hemm nofs il-kummissarji li hemm illum imma se jkun hemm żewġ terzi tal-kummissarji li hemm illum.", "Iddaħħal ukoll l-obbligu fuq il-kummissarji li jintagħżlu li dawn iżommu informati b'kollox u b'mod mill-iktar viċin lil dawk il-pajjiżi li ma jkollhomx kummissarju biex ma tinħoloqx sistema fejn għal xi raġuni jew oħra pajjiż li jinzerta m'għandux kummissarju jinqata' barra mill-kuntatt, mill-mekkaniżmu u mill-affarijiet li jkunu għaddejjin.", "(Interruzzjonijiet) L-Onor.", "Mangion staqsieni jekk din hijiex tassattiva.", "Fil-fatt din hija tassattiva u ddaħħlet fil-Kostituzzjoni.", "Rigward is-sitt membri jien napprezza l-appoġġ ta' l-oppożizzjoni u nieħu pjaċir nisma' ċerti dikjarazzjonijiet, pero` nixtieq nieħu l-opportunita` li ngħid - fil-fatt din hija xi ħaġa li diġa` ħriġna stqarrija dwarha, imma jien se ngħidha uffiċjalment - illi l-Kap ta' l-Oppożizzjoni kien skorrett meta fil-konferenza stampa li kellu, jidhirli nhar il-Ħadd li għadda, qal li l-gvern Malti ma kisibx sitt siġġijiet għax qabad u telaq kmieni minn xi laqgħa.", "L-ewwelnett jien nistaqsi: Imma kif meta jirnexxielna nakkwistaw xi ħaġa għal pajjiżna, il-Kap ta' l-Oppożizzjoni b'xi mod jew ieħor irid jara kif iżellaqha, igerrixha u jnaqqarha?", "Għal darba let's grow a bit!", "Ejjew ninqalgħu 'l barra mill-partiġġjaniżmu politiku, nammettu li l-pass li sar kien pożittiv u nieqfu hemm!", "Madanakollu l-iktar punt importanti li rrid nagħmel hawnhekk huwa li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni kien skorrett.", "Fil- fatt irrid infakkar li minħabba li fis-sena 2000 Malta kienet għadha m'hijiex membru ta' l-UE, għalkemm hija kienet mistiedna biex tattendi għall-kunsill, ma kenitx mistiedna biex tattendi għall-konferenza intergovernattiva.", "Meta sirna nafu li kienet ħarġet il-proposta li l-inqas numru ta' siġġijiet għandu jkun ta' erbgħa, mal-ewwel sar intervent diplomatiku qawwi b'kuntatti mill-iktar qawwija ma' kulħadd, u dan ħalla r- riżultati għax għalkemm dak iż-żmien id-deċiżjoni li ttieħdet kienet li l- inqas numru ta' siġġijiet għandu jkun dak ta' erbgħa, dik id-deċiżjoni ġiet riveduta u minn erbgħa s-siġġijiet telgħu għal ħamsa.", "Għalhekk altru li aħna ma qgħadniex bil-qiegħda nħallu l-affarijiet jiġru weħidhom!", "Jien naħseb li din hija żgarratura li f'dan il-mument ma kellniex għalfejn nidħlu fiha.", "Issa se niġi għall-mistoqsijiet li għamilli l-Onor.", "Mario Galea dwar il- kwestjoni tat-tassazzjoni u l-unanimita`.", "Issa hawnhekk ikun tajjeb jekk inżommu quddiem għajnejna li meta qed nitkellmu fuq tassazzjoni qegħdin nitkellmu fuq kwestjonijiet ta' sigurta` soċjali u affarijiet oħra li rridu nibqgħu niddeċieduhom aħna għax aħna biss nafu x'inhuma l-bżonnijiet u l- iżviluppi li qed niffaċċjaw f'pajjiżna.", "Aħna nsistejna fuq il-punt ta' l- unanimita`, u naturalment kien hemm pajjiżi oħrajn li ħadu din il- pożizzjoni, fosthom l-Ingilterra permezz ta' Tony Blair.", "But so what, Onor. Brincat?", "Mela issa se noqogħdu ngħidu \"għax Chirac\", \"għax Tony Blair\" u x'naf jien?!", "Kien hemm affarijiet li qbilt ma' Tony Blair fuqhom u kien hemm affarijiet oħra li ma qbiltx ma' Tony Blair fuqhom, bħalma kien hemm affarijiet li qbilt ma' Chirac fuqhom u kien hemm affarijiet oħrajn li ma qbiltx ma' Chirac fuqhom.", "Meta ttieħed ir-ritratt u rajtni nitbissem ma' Chirac, Onor. Brincat, dak il-ħin konna qegħdin naqblu fuq xi ħaġa.", "Kien hemm affarijiet li ma qbilniex fuqhom, pero` dak il-ħin inzerta ma kienx hemm il-fotografu jieħu r-ritratti!", "Dwar is-siġġijiet, l-Onor.", "Galea għamilli mistoqsija importanti ħafna u jenħtieġ li noqogħdu attenti hawnhekk.", "Aħna għamilna rebħa mhux għal pajjiżna biss, għamilna rebħa għall-pajjiżi ż-żgħar kollha li hemm illum u li jista' jkun hemm għada jew pitgħada, għax għandhom garanzija li sitta se jkunu s-siġġijiet li se jkollhom.", "Ħalli niftehmu sewwa kemm hija kbira din ir-rebħa biex ma nibqgħux biss ngħidu sempliċiment: Għaliex irbaħna siġġu ieħor.", "Id-deċiżjoni kienet li n-numru massimu ta' siġġijiet fil-parlament Ewropew hu 750 u ġie deċiż ukoll li l-massimu tas-siġġijiet tad-deputati li pajjiż wieħed jista' jkollu huwa 96.", "Tafu xi tfisser din?", "Din tfisser li l- Ġermanja li llum għandha 99 siġġu se jkollha titlef tlieta minn dawn is- siġġijiet u se tinżel għal 96 siġġu.", "It-Turkija, li meta tidħol se tkun it- tieni l-akbar pajjiż bħala popolazzjoni, wkoll se tilħaq is-ceiling ta' 96 siġġu.", "Allura ladarba stabbilejna l-minimu ta' sitt siġġijiet għada pitgħada, ma jista' jiġi ħadd u jgħidilna bħalma se jgħidu lill-Ġermaniżi li jridu jnaqqsu tliet siġġijiet.", "Sitta huwa l-minimu u sitta se jibqgħu, u ħadd ma jista' jnaqqashomlna.", "Naturalment din ir-rebħa hija rebħa kbira għal Malta imma wkoll għal pajjiżi oħra b'popolazzjoni żgħira.", "Jien ngħid li din kienet rebħa anke għal-Lussemburgu għaliex xi darba xi ħadd seta' joħroġ jgħid: \"Isma', le anqas siġġijiet jgħodd għal kulħadd,u mhux għal dak biss\".", "Din hija rebħa kbira ħafna għal pajjiżna fil-kuntest u fid-dimensjoni Ewropea.", "Dwar il-wirt nisrani, aħna għamilna ħilitna kif stajna, sa fejn stajna u mhux f'dawn il-jumejn biss, imma għamilnieh tul ix-xhur u s-snin li għaddew.", "Mhux hekk għall-gost u l-pjaċir jew biex ninstemgħu tajbin, u mhux Onor. Brincat, minħabba xi elezzjoni.", "(Interruzzjonijiet) Ejja ma nkunux redikoli.", "Li kieku ħriġna biha l-ġimgħa li għaddiet, kont ngħid li l- Onor. Brincat għandu raġun imma din tal-wirt nisrani ilna nirsistu fuqha għal xhur sħaħ.", "(Interruzzjonijiet) Ġimgħatejn qabel ma tlaqt għas-summit, irċevejt ittra mingħand il-Kardinal Solana mibgħuta by hand permezz ta' l- Eċċellenza Tiegħu l-Arċisqof Mercieca, indirizza lili bħalma kien indirizza lill-pajjiżi oħrajn, tappella biex Malta tkompli tagħmel ħilitha biex issir din ir-riferenza.", "Mela għall-elezzjoni!", "Ta' moħħok l-elezzjoni!", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Brincat, on a point of order.", "ONOR.", "JOE BRINCAT: Mr Speaker, il-Prim Ministru m'għandux jirriferi għalija b'dan il-mod meta qal \"ta' moħħok l-elezzjoni\".", "Jiena meta tkellimt kont qed nirriferi għall-elezzjoni ta' l-2003 u mhux għall-elezzjoni tal- membri tal-parlament Ewropew.", "Jikkonċentra u jfittex imma ma jgħidlix \"ta' moħħi\"!", "Moħħi tajjeb.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Ikompli bl-intervent tiegħu l-Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sur President, jien ħsibt li qed nagħmillu kumpliment għaliex jekk mhux idea ta' moħħu, ma nafx minn fejn ġiet!", "Jekk ġiet minn x'imkien ieħor għidli, ma jimpurtax.", "(Interruzzjonijiet)", "Jien kont qed nassumi sal-lejla li l-oppożizzjoni kienet qed taqbel magħna.", "Issa dan l-attaġġjament u dan il-mod kif qed ipoġġi l-mistoqsija l-Onor.", "Brincat, qed jimplika li l-oppożizzjoni donna ma riditx li l-gvern Malti jieħu pożizzjoni fuqha din.", "(Interruzzjonijiet) Hekk tfisser!", "Dażgur li hekk tfisser din!", "(Interruzzjonijiet) Mela agħmel il-point of order.", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom, żommu l-ordni.", "Ippermettili ftit, Onor. Prim Ministru.", "L-Onor.", "Joe Brincat ....", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: M'hemmx għalfejn jagħmel point of order.", "Nagħtih iċ-ċans li jintervjeni.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "JOE BRINCAT: Mr Speaker, għamiltha ċara li fir-rigward tal- kwestjoni tal-valuri, qiegħed nagħti l-opinjoni personali tiegħi, u ngħid għaliex.", "Żmien ilu kont ktibt f'\"The Sunday Times\" li dan il-ħafna paroli dwar ir-reliġjon m'huwiex se jirnexxi għax m'huwiex se jintlaħaq consensus biex ikun hemm din ir-riferenza.", "L-opinjoni tiegħi tista' tkun differenti minn ta' ħaddieħor, pero' jien m'esprimejtx l-opinjoni ta' l-oppożizzjoni Laburista, iżda dik tiegħi personali.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Biex ma jinqalgħux polemiċi, ikun tajjeb li ngħid x'kienet l-opinjoni u l-pożizzjoni tal-partit Laburista f'dan ir-rigward.", "Meta sena ilu kienet saret diskussjoni f'dan il-parlament dwar it-trattat tal-kostituzzjoni, konna għedna li aħna nappoġġjaw l-inklużjoni tal- Kristjaneżmu fil-kostituzzjoni, pero' konna għedna wkoll li wieħed irid jagħti kunsiderazzjoni adegwata għall-fatt li din hija unjoni ta' popli li għandhom reliġjonijiet differenti.", "Din m'hijiex opinjoni personali imma hija l-pożizzjoni tal-partit Laburista.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Prim Ministru jista' jkompli bl-intervent tiegħu.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Qiegħed nieħu pjaċir li ż-żewġ naħat tal-Kamra qegħdin jaqblu li l-gvern Malti għamel sew li baqa' jinsisti u jagħmel ħiltu biex ir-riferenza għall-wirt Nisrani tkun inkluża fil-preambolu tat- trattat kostituzzjonali, għax dak huwa fatt storiku li ħadd ma jista' jmerih.", "Il-gvern Malti għamel dan mhux għax it-trattat ma jagħmilx riferenza għar-reliġjonijiet, għax f'artiklu 5 jissemma' r-rispett li l- Unjoni Ewropea għandu jkollha lejn ir-reliġjonijiet, pero', fil-preambolu kollu, aħna għedna li kellu jkun hemm din ir-riferenza.", "Magħna qablu sitta jew seba' pajjiżi oħra, fosthom l-Irlanda, l-Awstrija, il-Polonja, l-Italja u l-Litwanja.", "Aħna bqajna ninsistu fuq din il-pożizzjoni sa l-aħħar mument, pero`, sfortunatament, kif kien avżana li se jiġri Bertie Ahern, fil-press conference li tajna flimkien jien u hu meta kien ġie f'Malta, kien hemm ostakoli u oġġezzjonijiet kbar għal din ir-riferenza.", "Mr Speaker, irrid nirringrazzja lill-isqfijiet Maltin talli fl-istqarrija li ħarġu llejla stess urew l-apprezzament u l-gratitudni tagħhom għax- xogħol li sar mill-gvern Malti, li flimkien ma' gvernijiet oħrajn impenja ruħu biex fil-kostituzzjoni ta' l-Unjoni Ewropea jkun hemm riferenza għall- wirt Nisrani, anke jekk ma rnexxielniex naslu għal dan.", "L-Onor.", "Bartolo staqsieni x'inhi l-valutazzjoni tiegħi, għax Tony Blair qal mod....", "Effettivament quddiemi għandi printout ta' website li rrapportat x'qal Jacques Chirac, u ċioe' li dan huwa trattat li jfisser unjoni ta' stati u unjoni ta' popli.", "Dan ifisser li Chirac m'huwiex qiegħed jgħid li dan it-trattat joħloq xi federazzjoni, iżda ħalli nagħti l-valutazzjoni tiegħi.", "Sar sforz ġenwin minn kulħadd biex ikollna Unjoni Ewropea li tiffunzjona, issa li kibret minn 15-il membru għal 25.", "Kien importanti li titfassal infrastruttura biex l-Unjoni Ewropea tiffunzjona b'mod effiċjenti b'25 membru.", "Dan kien kruċjali għal kulħadd, kemm għal Malta kif ukoll għall-24 pajjiż l-ieħor, għax aħna bħala Malta nafu li issa rridu nittraduċu s- sħubija tagħna fl-Unjoni Ewropea f'titjib għall-poplu tagħna, titjib li jagħmel differenza fil-ħajja ta' kuljum, titjib li jintmiss u jitgawda.", "Biex naslu għal dan l-għan, huwa kruċjali li jkun hemm Unjoni Ewropea li tiffunzjona verament, mhux Unjoni Ewropea li ma' kull pass li tipprova tieħu, teħel bis-sulluzzu jew ikun hemm xi ħadd li għax jaqbillu u għax hu kbir u b'saħħtu, ma jħallix li jittieħdu ċerti deċiżjonijiet li jkunu fl- interess komuni.", "Għalhekk kien, għadu u jibqa' fl-interess tagħna li naraw Unjoni Ewropea li tiffunzjona, li tkun effiċjenti, li tkun sensittiva, li tifhem li r-rwol tal-parlamenti nazzjonali huwa rwol importanti, li trid li ċ-ċittadin Ewropew jifhem u jħoss il-benefiċċju ta' l-Unjoni Ewropea għalih innifsu.", "Allura naħseb li dan it-trattat kostituzzjonali, għalkemm m'huwiex perfett u seta' kien aħjar milli fil-fatt hu, żgur li huwa pass tajjeb li jiggarantixxi li l-Unjoni Ewropea tibni fuq is-suċċessi kbar li rnexxielha tirreġistra minn mindu twaqqfet.", "Rigward it-tassazzjoni u dak li qiegħed jingħad dwar il-periklu li hemm li bl-interpretazzjoni tal-qorti Ewropea, wieħed jista' jidħol mit-tieqa minflok jidħol mill-bieb, jien ma jidhirlix li huwa hekk, anzi l-pożizzjoni hija kategorika.", "F'affarijiet li għandhom x'jaqsmu ma' tassazzjoni, hemm bżonn l-unanimita`.", "Dan tniżżel b'mod ċar fit-trattat preċiżament biex il- qorti Ewropea ma tkunx tista' tagħti xi interpretazzjoni ħalli dak li ma jkunx ġie akkwistat b'unanimita`, jidħol b'mod differenti.", "Fir-rigward tar-referendum, fil-ġimgħat li għaddew tajt bosta spjegazzjonijiet.", "Jien jidhirli li issues kardinali li kienu nvoluti fit- trattat kostituzzjonali kienu kollha issues li trattajnihom fir-referendum.", "Aħna għandna vantaġġ li l-15-il pajjiż l-ieħor m'għandhomx, għax dawn il-15- il pajjiż mhux kollha kellhom referendum, mentri aħna kellna.", "14-il xahar ilu kellna referendum li fih ipparteċipa kważi l-poplu Malti u Għawdxi kollu.", "F'dak ir-referendum, l-issues tas-siġġijiet, tat-tassazzjoni, tal- kummissarji, eċċ. kienu kollha parti mill-aġenda tagħna.", "Jiena ngħid li lkoll għandna nifhmu li dan ma sarx b'kapriċċ imma biex nirrikonoxxu l- pożizzjoni tagħna.", "Din il-kostituzzjoni hija pożittiva, aħna ġibna dawk l- affarijiet li kellhom l-ikbar prijorita' għalina, u għalhekk ma jidhirlix li f'dan l-istadju għandi ngħid li għandna għalfejn ngħaddu mill-proċess ta' referendum, għax jekk isir hekk, il-pajjiż ibati minħabba implikazzjonijiet ekonomiċi, eċċ. Ir-raġuni ewlenija għaliex ma jidhirlix li għandu jsir referendum f'dan l-istadju hi li 14-il xahar ilu għexna mument ta' referendum intens u qawwi.", "GĦalhekk issa ejjew inħarsu 'l quddiem u nagħmlu suċċess minn din l-esperjenza.", "Ningħaqad ma' l-Onor.", "Leo Brincat, li faħħar lill-ħames rappreżentanti - li kienu kemm min-naħa tal-gvern kif ukoll min-naħa ta' l-oppożizzjoni - li pparteċipaw fil-konvenzjoni.", "Nappella biex nagħmlu sforz u ninżgħu mill- partiġġjaniżmu politiku tagħna.", "Dan kien kontribut li rnexxielna nakkwistawh grazzi għall-input ta' ħafna nies, fosthom persuni tekniċi u esperti.", "Mr Speaker, irridu nħarsu 'l quddiem.", "Issa għandna esperjenza ġdida.", "Il- poplu tagħna eleġġa ħames deputati - tlieta min-naħa ta' l-oppożizzjoni u tnejn min-naħa tal-gvern, b'daqshekk ma ġara xejn - biex jirrappreżentawh fil-Parlament Ewropew u jaħdmu għall-ġid ta' pajjiżna.", "Jien qiegħed nittama li fil-ġranet li ġejjin, bħala Prim Ministru jkolli l- opportunita` li niltaqa' ma' dawn il-ħames deputati biex ilkoll flimkien nitkellmu dwar liema huma dawk il-kumitati importanti għal pajjiżna, dwar f'liema kumitati se nipparteċipaw u dwar il-mod li bih se naħdmu f'dawn il- kumitati.", "Qiegħed nara li l-Onor.", "Mangion u l-Onor.", "Bartolo qegħdin jaqblu ma' dan li qiegħed ngħid.", "Dan huwa l-mod ideali ta' kif inħarsu 'l quddiem biex flimkien nittraduċu din l-esperjenza f'waħda pożittiva għall-poplu tagħna.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "L-Onor.", "Brincat staqsa jekk dan it-trattat ifissirx li qegħdin nistituzzjonalizzaw a two speed Europe.", "Naħseb li dan huwa mod negattiv ta' kif wieħed jiddeskrivi lil dan it-trattat.", "Il-kompromess li ntlaħaq jippermetti li f'ċerti areas, fejn il-pajjiżi jidhrilhom li jistgħu jieħdu inizjattiva flimkien, jeħduha.", "L-Unjoni Ewropea diġa' għaddiet minn din l- esperjenza, pero' ma naħsibx li ħolqot a two speed Europe.", "Jien ma narax li dan it-trattat huwa magħmul biex ikun hemm żewġ tipi differrnti ta' Unjoni Ewropea, anzi, intuża mekkaniżmu li kellu suċċess fis-snin li għaddew, biex iħalli dejjem l-opportunita` għal żvilupp f'ċerti oqsma.", "Imbagħad, pajjiżi oħrajn, jekk ikunu jridu, jistgħu jissieħbu ma' dak l- iżvilupp.", "GĦalhekk ma naqbilx li dan it-trattat jistituzzjonalizza a two speed Europe.", "Rigward x'se nagħmlu biex nispjegaw liċ-ċittadini, jien ngħid li ż-żewġ naħat għandhom jagħmlu ħilithom, pero' aħna bħala gvern irridu nużaw il- mezzi kollha disponibbli biex nispjegaw.", "Nittama li l-istqarrija li għamilt illejla, flimkien mal-mistoqsijiet u t-tweġibiet, iservu wkoll biex il-poplu Malti jifhem iżjed, pero` għad irridu ngħaddu mill-proċess ta' dibattitu parlamentari, li wkoll se jkun parti mill-proċess ta' spjegazzjoni lill-poplu, ħalli dan effettivament jifhem x'sar u x'ma sarx.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Mr Speaker, fl-intervent tiegħi staqsejt ukoll jekk it-tieni parti ta' l-istqarrija, li titkellem dwar l-unanimita` fil- politika barranija u tas-sigurta` u l-unanimita` fil-proċedura għall-emendi dwar il-kostituzzjoni, timplikax jew tfissirx ċar u tond li n-newtralita` ta' pajjiżna kif qiegħda fil-Kostituzzjoni se tibqa' bl-interpretazzjoni li nagħtuha aħna hawnhekk, bħala pajjiż sovran.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ir-risposta hija iva.", "Mistoqsija oħra li għamel l-Onor.", "Brincat kienet dwar x'inhuma l-bidliet il- kbar mal-konvenzjoni Ewropea, jiġifieri d-differenzi bejn x'qalet il- konvenzjoni Ewropea u ....", "Hemm lista sostanzjali u ma naħsibx li għandi noqgħod nidħol fid-dettal.", "Il-bidliet li jolqtu lilna bħala pajjiż u li l- iktar li jaffettwawna, li kienu l-issues li semmejt, fil-konvenzjoni ma kienux hemm.", "Bħala poplu Malti dawn jagħmlulna differenza kbira.", "Hemm imbagħad il-kwestjoni tal-kummissarji u l-kwestjoni tal-qualified majority voting, li jekk nidħlu fihom ma nispiċċaw qatt.", "L-Onor.", "Brincat staqsa wkoll jekk f'dan it-trattat, stat federali Ewropew tbiegħedx.", "Fl-opinjoni sinċiera personali tiegħi, jien ngħid iva.", "Lil dan it-trattat ma narahx bħala wieħed li b'xi mod jew ieħor iressaqna viċin stat federali Ewropew, imma narah bħala trattat li ħoloq mekkaniżmu prattiku ta' kif din l-Unjoni Ewropea ta' 25 pajjiż, li se ssir ta' 30 pajjiż, tista' tiffunzjona.", "GĦalhekk kien hemm deċiżjonijiet ....", "Wieħed jista' jgħid li issa se jkollna l-ministru ta' l-affarijiet barranin, imma ovvjament, jekk l-Unjoni Ewropea trid li jkollha vuċi u saħħa biex tintervjeni b'mod qawwi f'aspetti internazzjonali, bilfors irid ikun hemm ministru ta' l-affarijiet barranin.", "Issa wieħed jista' jgħid li dak huwa stat federali iżda jien ngħid le, dan huwa mod prattiku ta' kif l-Unjoni Ewropea tkun tista' tikkompeti fuq livelli ekonomiċi u internazzjonali biex ikollha s-saħħa ta' vuċi waħda.", "Wieħed jista' jinterpreta dan bħala pass lejn stat federali u ieħor jista' jinterpretah, kif qiegħed nagħmel jien, bħala pass lejn Unjoni Ewropea effiċjenti, li tiffunzjona u tilħaq l- għanijiet tagħha.", "Il-parlament nazzjonali se jissaħħaħ?", "Iva, it-trattat irrikonoxxa r-rwol tal-parlamenti nazzjonali u qiegħed jagħtihom spazju.", "J'Alla li flimkien inkomplu naħdmu biex lil dan ir-rwol insaħħuh.", "Naf li għadna fil-bidu ta' din il-mixja, naf li hemm affarijiet li jistgħu jsiru, imma j'Alla naslu iktar minn hekk.", "L-emergency breaks huma mezz ta' kif pajjiżi li ma jkunux qegħdin jaqblu ma' ċerti affarijiet, ikunu jistgħu jiskattaw mekkaniżmu biex iġiegħlu lill- membri li jkunu qegħdin jaqblu jerġgħu jiddiskutu dak is-suġett.", "Din hija innovazzjoni, huwa improvement qawwi fuq is-sistema li kienet teżisti qabel, u jiena naraha bħala xi ħaġa pożittiva.", "Rigward is-sħubija tat-Turkija jiena ngħid li sakemm it-Turkija tibqa' miexja u tilħaq il-kriterji stabbiliti għas-sħubija tagħha bħala membru fl- Unjoni Ewropea, il-pożizzjoni ta' Malta għandha tkun favur is-sħubija tat- Turkija.", "Jekk tippermettuli, rigward il-kwestjoni ta' min għandu jilħaq minflok Prodi ma nixtieqx nidħol f'ħafna dettal peress li trid isir laqgħa oħra u din il-kwestjoni għad trid terġa' tiġi diskussa.", "Jien iddikjarajt pubblikament li l-ewwel preferenza tiegħi huwa Jean-Caude Juncker, pero', jekk ma jimpurtax, nippreferi ma nidħolx f'dettalji.", "Naħseb li l-kwestjoni taż-żewġ terzi tal-kummissarji u ta' x'se jiġri fl- 2014, diġa' spjegajtha.", "It-test Malti se jkun wieħed tajjeb, rigward il- fatt li jkun hemm an informed opinion, naqblu, u għandu jkun hemm dibattitu fil-parlament biex ikun hemm an informed opinion, u rigward il-valuri Nsara, irrispondejt diġa`.", "L-Onor.", "Abela staqsa dwar liema kienu l-pajjiżi li l-iktar li taw appoġġ u liema kienu dawk li l-iktar oġġezzjonaw, filwaqt li staqsa wkoll dwar ir- referendum.", "Rigward dan ta' l-aħħar, diġa` weġibt.", "Ejjew niftehmu, fost il- pajjiżi li l-iktar li taw appoġġ – b'daqshekk m'hu se nikxef ebda sigrieti - hemm pajjiżi żgħar u hemm pajjiżi kbar.", "Kull pajjiż għandu r-realta` ekonomika u politika tiegħu, kull pajjiż jieħu pożizzjoni skond il- prijoritajiet li jara hu, pero` bil-ħsieb li l-kontribut tiegħu fl-Unjoni Ewropea jservi biex din tissaħħaħ.", "U l-punt ta' tluq tagħna huwa proprju dan, li meta tissaħħaħ l-Unjoni Ewropea tkun qiegħda tissaħħaħ Malta, għax issa aħna niffurmaw parti minnha.", "Issa sta għalina kif, fejn u b'liema mod nippartepiċaw f'kull inizjattiva.", "It-tisħiħ ta' l-Unjoni Ewropea jfisser it-tisħiħ ta' Malta u allura ma naħsibx li għandi noqgħod ngħid min tana appoġġ u min ma taniex.", "Pero' ċerti affarijiet huma pubbliċi.", "Il-fatt li l-prim ministru Ingliż Tony Blair esprima l-appoġġ tiegħu għall-pożizzjoni ta' Malta, huwa xi ħaġa pubblika, jiġifieri b'daqshekk m'hu qiegħed nikxef l-ebda sigriet.", "Il-prim ministru ta' l-Awstrija, Wolfgang Schussel, meta ġie f'Malta u flimkien miegħi għamel konferenza stampa, pubblikament qal li pajjiżu jaqbel mal- pożizzjoni ta' Malta fir-rigward ta' sitt siġġijiet, jiġifieri li huwa pubbliku, huwa pubbliku.", "(Interruzzjonijiet) Biex inkun ġust, anke ....", "Li l-presidenza Irlandiża stess aċċettat li fl-abbozz tat-test li kien se jiġi ċirkolat, jitniżżel is-sitt siġġu, kien fatt kruċjali.", "Il-presidenza Irlandiża fehmet il-pożizzjoni ta' Malta and took it on board.", "Irrid ngħid li meta Bertie Ahern ġie f'Malta, kien għadu kemm żar lill- pajjiżi kollha biex jittestja u jara x'inhuma l-pożizzjonijiet tagħhom rigward issues diversi.", "La ġie deċiż li s-sitt siġġu jitniżżel fl-abbozz, allura żgur li kellna l-appoġġ tal-maġġoranza tal-pajjiżi membri.", "Mr Speaker, jidhirli li weġibt il-mistoqsijiet kollha.", "Jekk tippermettili, nagħlaq b'ringrazzjament lil dawk kollha li taw sehemhom biex stajna naslu s'hawn, lill-presidenza Taljana, li għalkemm sa Diċembru li għadda ma rnexxielhiex tressaq il-pedament, biex stajna naslu s'hawn huwa dovut għax- xogħol tajjeb li għamel il-Prim Ministru Silvio Berlusconi, matul il- presidenza tiegħu, partikolarment fl-IGC ta' Diċembru.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "Irrid nifraħ lill-Prim Ministru Irlandiż, Bertie Ahern, tal-kapaċita' tiegħu li jservi ta' moderatur ħalli permezz tal-ħidma tiegħu, jinstabu s- soluzzjonijiet li jkunu fl-interess ta' l-Unjoni Ewropea, mhux ta' xi naħa jew oħra.", "Kemm jien kif ukoll l-Onor.", "Michael Frendo, l-Onor.", "John Dalli u l-Onor.", "Jason Azzopardi konna xhieda tal-kapaċita' ta' din il-persuna.", "Irrid nesprimi s-sodisfazzjon li ħadt meta wara li ntlaħaq ftehim, indirizzajt lill-kunsill kollu bil-lingwa Maltija, fejn irrikonoxxejt l- importanza ta' dak li rnexxielna nagħmlu flimkien filwaqt li awgurajt li d- deċiżjoni li ħadna tgħinna nimxu 'l quddiem u li dak li ftiehmna dwaru, effettivament jiġi approvat mill-parlamenti u mir-referenda kollha.", "Dak kien mument ta' apprezzament kbir għax-xogħol li Bertie Ahern irnexxielu jagħmel b'intelliġenza kbira.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Mozzjonijiet.", "Il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Ġustizzja u l-Intern .", "MOZZJONIJIET", "RIŻOLUZZJONI DWAR TRASFERIMENT TA' PROPRJETA'", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, nipproponi li l-Kamra tapprova din ir- riżoluzzjoni:", "Billi hija l-politika tal-Gvern li jippromowovi l-isport kif ukoll is- sehem fil-qasam soċjali ta' għaqdiet volontarji, il-Gvern tar- Repubblika ta' Malta bi ħsiebu jagħti proprjetajiet lil Clubs u Assoċjazzjonijiet ta' l-Isports, l-iScouts u l-Girl Guides, b'titlu ta' ċens temporanju jew kera, il-proprjetajiet kif inhuma deskritti aħjar fl-abbozzi ta' ftehim imqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra għaż- żmien, biċ-ċens jew kera, u taħt il-kundizzjonijiet li jinsabu fl- istess abbozzi;", "U billi huwa maħsub fil-paragrafu (c) tas-subartiklu (1) ta' l-artiklu 3 ta' l-Att Nru XXXIII ta' l-1976 dwar it-Trasferiment ta' Artijiet tal-Gvern li art li tkun proprjeta' tal-Gvern jew amministrata minnu tista' tiġi trasferita skond riżoluzzjoni speċjali tal-Kamra tad- Deputati li tkun fis-seħħ fil-waqt tat-trasferiment;", "U billi huwa xieraq li t-trasferimenti fuq imsemmija jsiru skond riżoluzzjoni speċjali tal-Kamra tad-Deputati;", "Għalhekk huwa b'dan riżolut illi:-", "(i) Il-proprjetajiet li jinsabu :- 1.", "Art f'Pembroke (Melita Football Club)", "2.", "Art f'Kordin (The Malta Girl Guides Association)", "3.", "Żewġ ħwienet fi Triq il-Gżira, Gżira (Malta Girl Guides Association)", "4.", "Art f'Ħal Qormi (Qormi Clay Shooting Club)", "5.", "Football Pitch u kmamar f'San Ġwann (San Ġwann Football Club)", "6.", "Kumpless u clubhouse f'Marsalforn (Otters Aquatic Sports Club) 7.", "Ground tal-Football, pitch u kmamar f'Ħaż-Żebbuġ (Żebbuġ Rangers Football Club)", "8.", "Estensjoni għal Clubhouse (Exiles Sports Club – W.P.)", "9.", "Kumpless u clubhouse f'Buġibba (Bogner Beach Aquatic Sports Club)", "10.", "Clubhouse u boċċi pitch fil-Mosta (Mosta Boċċi club)", "11.", "Clubhouse u boċċi pitch f'Marsascala (Marsascala Boċċi Club)", "12.", "Clubhouse u boċċi pitch f'Ħal Qormi (Klabb tal-Boċċi San Sebastjan)", "13.", "Clubhouse u boċċi pitch f'Santa Lucija (Santa Lucija Boċċi Club)", "14.", "Bini u art f'Birżebbugia limiti ta' Ħal Far (Southern Shooting Club)", "15.", "Basketball court u kamra fis-Siġġiewi (Siġġiewi Basketball Club)", "16.", "Art f'Casal f'Paola (Paola Wolves Sports Club)", "kif deskritti aħjar fl-abbozzi tal-ftehim li jinsabu fuq il-Mejda tal- Kamra jiġu mogħtija b'titlu ta' ċens temporanju lill-Clubs, Assoċjazzjonijiet, l-iScouts u l-Girl Guides hawn fuq imsemmija għaż- żmien, għall-iskop u skond il-pattijiet u kundizzjonijiet imsemmija fl- istess abbozzi.", "(ii) Il-proprjetajiet li jinsabu:- 1.", "Clubhouse fir-Rabat, Għawdex (Victoria Hotspurs Football Club) 2.", "Football Ground u Dressing rooms fil-Gudja (Gudja United Football Club) 3.", "Fortizza fil-Mellieħa (Mellieħa Scout Group) 4.", "Kumpless ta' l-isport fil-Ħamrun (Ħamrun Spartans Football Club)", "5.", "Clubhouse u boat storage rooms fil-Floriana (Vikings Sailing Club)", "6.", "Clubhouse u boat storage rooms fil-Birgu (Vittoriosa Regatta Club)", "7.", "Ground tal-Football, Tennis Court u kmamar fil-Marsa (Marsa Football Club)", "8.", "Il-Kumpless tal-Pixxina f'Marsascala (M'Scala Sports Club)", "kif deskritti aħjar fl-abbozzi tal-ftehim li jinsabu fuq il-Mejda tal- Kamra jiġu mikrija lill-Clubs, Assoċjazzjonijiet, l-iScouts u l-Girl Guides hawn fuq imsemmija għaż-żmien, għall-iskop u skond il-pattijiet u kundizzjonijiet imsemmija fl-istess abbozzi.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "DAVID AGIUS: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, xtaqt nibda billi nipproponi dawn l- emendi:", "Illi fil-kuntratt ta' konċessjoni enfitewtika favur l-Otters Aquatic Sports Club fit-tieni paġna, il-kliem \"u mingħajr l-arja tagħha li sejra tibqa' public terrace\" jiġu sostitwiti bil-kliem \"u mingħajr l- arja tagħha li sejra tibqa' public terrace, u soġġetta għall-passaġġ eżistenti ta' 3 piedi wisa' favur il-pubbliku\"; u Illi fil-kuntratt ta' konċessjoni enfitewtika favur is-Siġġiewi Basketball Club il-kliem \"elfejn lira\" f'paragrafu 1, jiġu sostitwiti bil-kliem \"mitejn lira\".", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "DAVID AGIUS: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Rimarki?", "Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, dawn ir-riżoluzzjonijiet huma maqsumin f'żewġ kategoriji.", "L-ewwel kategorija hija dik ta' konċessjonijiet emfitewtiċi u t-tieni kategorija hija dik ta' għoti ta' kiri.", "Għaliex uħud mill-għaqdiet se jieħdu ċens u wħud se jieħdu kiri?", "Żgur li mhux skond id- distrett tal-Ministru, kif darba pprova jinkini l-Onor.", "Brincat, anzi hawnhekk kważi kważi hawn għaqdiet minn kullimkien ħlief mid-distretti tiegħi.", "(Interruzzjonijiet) Le, mhux din id-darba, dejjem hekk kienu, u l- Marsa kemm-il darba ħadet is-sehem tagħha.", "Jista' jkun li f'ċerti postijiet il-gvern għad m'għandux titolu u għalhekk ma jistax jittrasferixxi proprjeta' b'ċens.", "Il-kapitlu 88 tal-liġijiet ta' Malta jagħti d-dritt lill-gvern li jagħti b'kera, mhux b'ċens, art esproprijata mingħand il-privat li tkun għadha ma ġietx akkwistata permezz ta' kuntratt.", "Fejn l-art hija tal-gvern jew ġiet akkwistata mill-gvern mingħand il- privat, allura jista' jsir trasferiment b'ċens.", "Kull trasferiment ta' proprjeta' li se jsir lil clubs sportivi ġie approvat wara li ġie mgħarbel mill-Kunsill Malti għall-Isport, li llum huwa korporazzjoni pubblika u għandu l-liġijiet tiegħu.", "Din id-darba m'humiex se jsiru trasferimenti ta' proprjeta' lil għaqdiet filantropiċi, ħlief għall-girl guides association.", "Nistgħu ngħidu li t- trasferimenti se jsiru lil għaqdiet ta' sport tal-baħar, lil clubs tal- boċċi, lil football clubs u lil basketball clubs.", "Illum fil-gazzetta \"The Times\" ġie mxandar li l-president tal-Vikings Sailing Club – u jien kelli l-unur li mmur nara lil dan il-post – talab it- titolu u donnu li l-provvidenza divina pprovdiet mill-ewwel għax illejla stess bdejna niddiskutu biex proprju nagħtu titolu lill-Vikings Sailing Club.", "Ovvjament il-mozzjoni ilha xahrejn li ġiet ippreżentata, pero' forsi mhux kulħadd kien jaf li l-parlament diġa' beda jiddiskuti dan it-titolu.", "Kien hemm affarijiet oħra li kellna ngħaddu, bħal liġijiet, pero' ma ninsewx li mozzjonijiet bħal dawn iridu jgħaddu mill-Kumitat Permanenti dwar il-Verifika.", "Mr Speaker, f'dan l-istadju nixtieq ngħid li ma nafx kemm għad fadal utilita' li dawn il-mozzjonijiet ngħadduhom mill-Kumitat Permanenti dwar il- Verifika.", "Jien m'iniex qiegħed ngħid li se nbiddel il-liġi, pero' s'issa, ħlief f'okkażjoni waħda, kull riżoluzzjoni, kemm jekk kienet kontroversjali kif ukoll jekk le, minkejja li ntbagħtet għand il-Kumitat dwar il-Verifika ....", "Irrid ngħid li teknikament, dan il-kumitat m'għandux x'jaqsam ma' dawn il-mozzjonijiet imma biex ma noqogħdux noħolqu kumitat ieħor, meta fl-1999 konna għaddejna l-emenda, iddeċidejna li nibagħtuhom f'dan il-kumitat.", "Bil-liġi suppost li meta riżoluzzjoni ma tkunx kontroversjali, ma terġax tiġi diskussa fl-awla plenarja.", "Issa qiegħed jirriżulta li kull darba li jkollna riżoluzzjoni, kemm jekk tkun kontroversjali kif ukoll jekk ma tkunx, qegħdin nispiċċaw biex niddiskutuha darbtejn.", "Bil-pretest jew raġuni – skond liema naħa ta' l-argument wieħed ikun qiegħed – għandna nagħtu l-opportunita' lill-65 deputat biex jiddiskutiha.", "Ovvjament, id- deputati kollha għandhom l-opportunita' li jagħmlu dan.", "Min ma jiġix biex jiddiskuti ma jkunx tort tan-nies li qegħdin hawnhekk biex jiddiskutu din il-mozzjoni.", "Meta l-gvern ippropona dik il-liġi ried li fejn ikun hemm biċċa għadma iebsa jew fejn ikun hemm xi ħaġa li ma nkunux qegħdin naqblu dwarha, infettquha, ngħarbluha u neżaminawha f'dan il-kumitat biex ta' l-inqas inkunu nafu fejn qegħdin naqblu u fejn le.", "GĦar-rigward ta' din ir- riżoluzzjoni m'hawn l-ebda xamma ta' kontroversja, għax m'hemmx involuti l- Każin Malti jew xi biċċa art biex tinbena lukanda jew xi biċċa art għal xi partit politiku.", "Hawnhekk għandna nvoluti biss il-girl guides association u bosta għaqdiet sportivi.", "Meta din ir-riżoluzzjoni tressqet quddiem il-Kumitat Permanenti dwar il- Verifika, iż-żewġ naħat qablu li ma fiha xejn kontroversjali, iżda minkejja dan kollu, l-oppożizzjoni qalet li riedet dibattitu plenarju biex tagħmel diskussjoni ġenerali dwar it-trasferiment ta' proprjeta' tal-gvern.", "Allura ejjew niftiehmu biex ma nibqgħux nibagħtu r-riżoluzzjonijiet parlamentari quddiem il-Kumitat Permanenti dwar il-Verifika u nerġgħu mmorru lura għas- sistema l-antika, u ċioe' li niddiskutu kollox f'din il-Kamra.", "Fl-opinjoni tiegħi l-oppożizzjoni m'hijiex qiegħda tagħmel sens meta filwaqt li qiegħda tgħid li taqbel ma' din ir-riżoluzzjoni, xorta waħda trid tiddiskutiha hawnhekk.", "L-iskop ta' dik il-liġi kien biex dak li dwaru ma naqblux, ngħadduh mill- għarbiel darbtejn biex nistabbilixxu x'inhuma l-punti ta' kontroversja.", "Allura anke dak li dwaru naqblu għandna ngħadduh mill-għarbiel darbtejn?", "Ġejna fis-sitwazzjoni fejn jien immur fil-kumitat, naqra r-riżoluzzjoni ....", "(Interruzzjonijiet) Kif għandha d-dritt li tagħmel.", "Jien m'iniex qiegħed ngħid li l-oppożizzjoni m'għandhiex dritt li tagħmel dan.", "L-oppożizzjoni tgħid li trid tgħaddi għad-diskussjoni plenarja, il-liġi tgħid li jekk ma naqblux ilkoll kemm aħna, bilfors irridu niġu hawnhekk, u wara ħames minuti - kemm meta kien jippresjedi l-Kumitat Permanenti dwar il-Verifika l-Onor.", "Lawrence Gonzi, kif ukoll meta kont nippresjedih jien bħala l-leader of the House – suq ħalli mmorru ħalli nerġgħu niġu hawnhekk.", "Jien niftakar biss okkażjoni waħda - li kienet titratta dwar għotja urġenti ta' akkomodazzjoni alternattiva, meta ħadna proprjetajiet biex nagħtuhom lill-Viset – meta lkoll qbilna fil-Kumitat Permanenti dwar il-Verifika u ġejna hawnhekk għall-vot biss, mhux għad-dibattitu.", "Qiegħed ngħid dan biex forsi anke f'dan id-dibattitu, nisma' l-opinjonijiet ta' ħaddieħor miż-żewġ naħat tal-Kamra dwar jekk għandniex immorru għas-sistema kif kienet qabel jew għal xi sistema oħra.", "Jiena naf li l-Onor.", "Brincat, li huwa x-shadow minister f'dan is-suġġett, dejjem joħroġ b'xi proposta ġdida, kif ġieli għamel fil-passat, jew b'xi proposta li aħna naqblu magħha biex nilħqu kompromess.", "Qiegħed ngħid dan kollu għax qiegħed inħoss li nkunu qegħdin naħlu l-ħin meta mmorru quddiem dak il-kumitat biex nerġgħu naqraw dak li qiegħed naqra hawnhekk.", "Il-kundizzjonijiet kollha ta' dawn il-kuntratti huma bejn wieħed u ieħor l- istess bħal dawk tal-kuntratti li saru f'dawn l-aħħar snin, u ċioe' li meta jingħata ċ-ċens, ikun hemm żieda gradwali matul iż-żmien, il-gvern u l- kunsilli lokali għandhom id-dritt li jużaw il-proprjetajiet in kwestjoni għal ġimgħatejn fis-sena, li mhux bilfors ikunu konsekuttivi, id-dħul ma jmurx fil-fond konsolidat imma jgħaddi għand il-Kunsill Malti għall-Isport u għalkemm l-emfitewta jew il-kerrej m'huwiex intitolat li jassenja l- emfitewsi jew il-kirja jew jagħti b'sub-emfitewsi jew jissulloka, dan ma japplikax jekk l-isports club jagħti faċilitajiet ta' bar, catering jew servizzi oħra, basta ma tinbidilx in-natura prinċipali tal-kumpless.", "Per eżempju fil-każ tas-Siġġiewi Basketball Club qiegħed jingħad li l- proprjeta' li se tiġi trasferita tista' tintuża biss għal faċilitajiet sportivi u tista' tinkludi uffiċini għall-amministrazzjoni sportiva, gymnasium, sports clinics u faċilitajiet oħra għal min juża jew jiffrekwenta din il-proprjeta'.", "Dan ifisser li jista' jinfetaħ ħanut taż- żraben jew tal-gears ta' l-isport.", "Qiegħed ngħid dan għax ħafna drabi, l-NGOs u l-għaqdiet sportivi jitolbu dritt reali ta' emfitewsi fuq l-art biex ikunu jistgħu joffruh bħala kollaterali f'każ li jieħdu xi loan mill-bank.", "F'każ li huma ma jħallsux il-loan u l-bank jieħu over il-proprjeta', il-bank huwa obbligat li jużah biss għal skop sportiv, mhux għal skop spekulattiv jew għal skop residenzjali.", "Kundizzjoni oħra li bdiet tiġi inkluża f'dawn il-kuntratti minn tliet snin 'l hawn hija dik li tgħid li kwalunkwe kwestjoni li tinqala', kemm mill- gvern kif ukoll mill-privat, trid tiġi riferita liċ-ċentru ta' l-arbitraġġ.", "Din il-kundizzjoni ma bdietx issir biss fil-każ ta' għoti ta' proprjeta' mill-parlament imma bdiet tiddaħħal ukoll f'kull trasferiment ta' proprjeta' tal-gvern, kemm dak li jsir b'riżoluzzjoni parlamentari kif ukoll dak li jsir permezz ta' tender.", "Mr Speaker, ma fadalli xejn iktar x'inżid, ħlief li nispjega ż-żewġ emendi li għamilt u l-emenda li għaddiet mill-Kumitat tal-Kamra.", "Mill-Kumitat tal-Kamra għaddiet emenda, bi qbil miż-żewġ naħat, biex fir- rigward ta' l-Exiles, żdied l-għoli mill-art, b'korrezzjoni għal kuntratt ieħor.", "Ressaqna imbagħad żewġ emendi oħra, li qrajt fil-bidu ta' din is-seduta, fejn waħda minnhom saret għax fir-rigward tas-Siġġiewi Basketball Club, fil- kliem ħarġet iċ-ċifra ta' 2000 u fil-figuri ħarġet iċ-ċifra ta' 200, meta din ta' l-aħħar hija ċ-ċifra korretta.", "It-tielet emenda tressqet għax fir-rigward ta' l-Otters Club ta' Marsalforn, deputat li kien preżenti f'dak il-kumitat ġibidli l-attenzjoni li ħdejn il-klabb jeżisti passaġġ tal-konkos, li hu miftuħ għall-pubbliku, u għalkemm huwa fl-interess tal-klabb li dan il-passaġġ jibqa' miftuħ, għax inkella n-nies ma jkunux jistgħu jaslu għall-istess klabb, huwa tajjeb li ngħidu li l-konċessjoni emfitewtika qiegħda ssir soġġetta għall-passaġġ eżistenti ta' tliet piedi, li huwa miftuħ għall-pubbliku in ġenerali, biex ma jmurx ikun hemm xi ħadd bravu li jipprova jostakola lill-pubbliku milli jidħol hemmhekk, avolja m'huwiex fl-interess tal-klabb li jsir dan.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Joe Brincat.", "ONOR.", "JOE BRINCAT: Mr Speaker, il-Ministru għadu kif staqsa jekk huwiex tajjeb li noqogħdu mmorru quddiem il-Kumitat Permanenti dwar il-Verifika, fejn ħafna drabi f'dan il-kumitat ma jkunx hemm qbil, imbagħad niġu f'din il-Kamra fejn din id-darba, il-65 membru kollha jkollhom l-opportunita' li jitkellmu.", "Il-liġi li rrifera għaliha l-Ministru kienet saret biex ikun hemm il-kontroll tal-parlament fuq kif il-ministru ta' l-artijiet jiddisponi mill-artijiet, biex ma jaħsibx li dawn tahomlu n-nannu.", "Din il- liġi saret fi żmien amministrazzjoni Laburista ħalli tinqata' darba għal dejjem l-idea li l-ministru huwa l-baruni tal-barunijiet, il-landlord ta' Malta.", "L-Onor.", "Borg qal – u dan huwa minnu – li meta kien ministru hu, kollox kien qiegħed imur għall-eżami fil-kumitat, ħalli d-dettall imur fil-kumitat.", "GĦalhekk staqsa għaliex m'għandniex niġu f'din il-Kamra mill-ewwel, mingħajr ma mmorru fil-Kumitat Permanenti dwar il-Verifika, peress li hemmhekk kważi qatt ma naqblu.", "Jien naħseb li kien il-Ministru stess li qajjem il-kwestjoni tat-tielet triq, fejn il-liġi tibqa' kif inhi, il- kumitat jibqa' kif inhu, iżda jinbidel il-mod ta' kif jiffunzjona.", "L-ewwel ħaġa li l-Ministru għandu jaċċetta hi li filwaqt li huwa konvenjenti għal dan il-parlament li jkollu quddiemu mozzjoni waħda, meta din il-mozzjoni tkun tinkorpora fiha bosta riżoluzzjonijiet, bħal bajda b'ħafna isfra, peress li jkun irid jittieħed vot globali, mhux neċessarjament se jkun hemm qbil.", "Dan għaliex ikunu qegħdin jitpoġġew ħafna affarijiet ma' xulxin, avolja fl-istess seduta, bil-konsegwenza li jkun hemm min jaqbel ma' l-ewwel ħamsa imma mas-sitt waħda ma jaqbilx.", "Iżda jien immur oltre minn hekk.", "Peress li s-seduta tal-kumitat tixxandar fuq ir-radju – u hawnhekk nitlob lill-Ministru biex jagħti kasi –u għalhekk l-oppożizzjoni se tinstema' tgħid li taqbel jew ma taqbilx, jien ngħid li l- Kumitat Permanenti dwar il-Verifika għandu jkun, iżda l-funzjonament tiegħu jrid ikun fi stadju preliminari ta' trattattivi ħalli kulħadd jaħseb minn qabel, mhux il-ministru jiġi b'kuntratt li imbagħad ma jiġix aċċettat.", "Qiegħed ngħid dan għax jekk jien nara xi ħaġa ħażina f'kuntratt, per eżempju fil-kuntratt tal-football club tal-Marsa, bħala membru parlamentari għandi d-dover li niġbed l-attenzjoni tal-Ministru, iżda jekk il-kuntratt ikun diġa' lest u jgħid ngħid li ma naqbilx miegħu, il-klabb tal-Marsa se jgħid li bil-Malti, jien waħħaltulhom.", "GĦalhekk, il-Kumitat Permanenti dwar il-Verifika, peress Ii huwa a scrutinising committee ....", "Jien mhux lill-Ministru biss qiegħed ngħid b'din il-biċċa xogħol.", "L-aħħar darba ċċajtajt miegħu għax kien qiegħed jitkellem dwar id-distrett tiegħu.", "Issa, biex ipattihieli lura, qegħdin nitkellmu dwar id-distrett tiegħi, dwar il-Marsa football club, Ta' Lourdes u postijiet oħrajn.", "Mr Speaker, irridu nżommu f'moħħna li filwaqt li l-ministru responsabbli mill-artijiet jista' jinbidel, u mhux neċessarjament għax jinbidel il- gvern, iżda jista jinbidel anke mill-istess partit, in-nies fid-dipartiment ta' l-artijiet, ħafna drabi ma jinbidlux.", "Dan id-dipartiment huwa post delikat ħafna.", "Jekk wieħed ma jkunx qiegħed jara kif qegħdin isiru t- trattattivi ma jistax ikun qiegħed f'pożizzjoni li lill-ministru jiftaħlu għajnejh jew jagħtih l-opinjoni tiegħu.", "GĦalhekk, waħda mill-affarijiet li hemm bżonn li jsiru hi li fil-Kumitat Permanenti dwar il-Verifika, naqblu dwar il-prinċipji u l-kundizzjonijiet li jkunu inderogabbli, ħalli l- ministru jagħti struzzjonijiet lid-dipartiment ta' l-artijiet li jekk dawk il-kundizzjonijiet ma jiġux aċċettati kif inhuma, m'humiex se jinbidlu xi partijiet ħalli b'dawk id-dokumenti kollha, ħadd ma jinduna.", "Dawk iridu jkunu kundizzjonijiet inderogabbli.", "Ħalli nagħti eżempju.", "Kulħadd jaqbel li jingħataw faċilitajiet għall- isport u li dawn ma jsirux santa sanctorum.", "Ilkoll naqblu li għalkemm dawn il-faċilitajiet ikunu jappartjenu lil għaqda partikolari, iridu jkunu aċċessibbli għal ħaddieħor biex filwaqt li jkun hemm ċertu kontroll, isir użu massimu minn dawn il-faċilitajiet.", "Din hija xi ħaġa importanti għax b'hekk biss inkunu qegħdin ngħinu lill-qasam ta' l-isport.", "Huwa ħażin li kulħadd jingħalaq fit-territorju tiegħu u ma jħalli lil ħadd imissu, għax minflok ikun qiegħed jiġi mgħejjun l-isport, ikun ingħata titolu lil xi ħadd biex jiġi eskluż ħaddieħor.", "L-attivitajiet sportivi jkunu tajbin meta jkunu aċċessibbli.", "Ħalli nagħti eżempju mill-passat.", "Meta kont għadni tifel, ix-xagħra tal-Furjana kienet tintuża mis-Seminarju, mit-tfal ta' Balzunetta, mit-tfal tal-Furjana, mit-tfal tal-Belt, għax kienet miftuħa minn kullimkien.", "Hekk kif ix-xagħra ingħalqet bil- barrikati, ma baqgħetx aċċessibbli għal kulħadd.", "Meta fil-Marsa sar tennis court, iċ-ċavetta kienet għand xi ħadd partikolari.", "Allura, meta kien ikun irid jilgħab hu, ma kellux problemi għax kemm imur jiftaħ u jidħol jilgħab, iżda meta kienu ikun irid jilgħab ħaddieħor, kien ikollu jmur ifittxu biex jiddobba ċ-ċavetta.", "Mela jekk verament irridu ngħinu lill-qasam sportiv, irridu naħdmu fuq il- kwestjoni ta' l-aċċessibilita' għax inkella jista' jkun li nkunu qegħdin ngħinu lil clubs sportivi li mhux neċessarjament ikollhom interess fl- isport għal kulħadd.", "L-isport huwa sabiħ meta huwa għal kulħadd, meta fih jipparteċipaw it-tfal, il-ġenituri, eċċ. Jien nieħu gost nara lit-tfal jilagħbu bil-ballun fuq il-ħaxix f'Ta' Qali.", "Huwa f'postijiet bħal dawn, li huma aċċessibbli għal kulħadd, li n-nies jipparteċipaw.", "Meta wieħed jagħmel il-barrikati u jaqfel l-enclosures ma jkunx qiegħed iżid il- parteċipazzjoni fl-isport imma jkun qiegħed inaqqasha.", "Mr Speaker, il-klawsola li titratta dwar l-accession, il-kirja jew l- emfitewsi, bil-mod ta' kif qiegħda tiġi drafted ma naħsibx li tirrispekkja l-intenzjoni tal-Ministru li tkun klawsola riżoluttiva tal-kuntratt.", "Ma nafx jekk il-Ministru jaqbilx miegħi jew le, pero' din il-klawsola hemm bżonn li ssir għax jekk jien għandi emfitewsi u nittrasferiha lil ħaddieħor, inbiegħ iċ-ċens, jekk fil-kuntratt ma jkunx hemm stipulat li dan jista' jiġi riżolt minħabba l-vjolazzjoni ta' dik il-kundizzjoni, inkun nista' niskappa minnha.", "Ilkoll nafu li wieħed jista' jiddisponi miċ-ċens u għalhekk, jekk fil-kuntratt, din il-klawsola ma tkunx riżoluttiva .....", "(Interruzzjonijiet) Ma jħallasx iċ-ċens.", "(Interruzzjonijiet) Jużaha għal skop ieħor li ma jkunx dak stipulat.", "(Interruzzjonijiet) Nittama li dik tkun a standard condition kullimkien u tibqa' hemmhekk.", "(Interruzzjonijiet)", "Huwa għalhekk li jien qiegħed nistieden lill-Ministru biex meta jkun hemm mozzjonijiet bħal dawn, iressaqhom waħda waħda, jgħidilna x'se jkunu l- varjazzjonijiet bejn il-kuntratt u l-istandard conditions qabel ma jasal għad-draft finali u niltaqgħu fl-abbozz biex inkunu nistgħu niddeċiedu jekk l-affarijiet humiex qegħdin tajbin jew jekk ikunx hemm xi green light jew red light.", "Mil-lista kollha li għandu l-Ministru, hemm partijiet li dwarhom, definittvament naqblu, u hemm partijiet oħrajn li dwarhom għandna ċertu dubju.", "Per eżempju fil-każ ta' l-exiles, fejn se jogħla mil-livell tal-baħar u jitla' 'il fuq mil-livell tat-triq, naħseb li dalwaqt se naraw applikazzjoni quddiem il-MEPA biex isir xi restaurant jew affarijiet \"anċillari għall-isport\".", "Jekk wieħed huwa dilettant....", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Il-Ministru, bil-permess ta' l-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "TONIO BORG: Jien ma naqbilx li dawn il-faċilitajiet jintużaw għal skopijiet li m'għandhomx x'jaqsmu ma' l-isport, għax inkella iva, nibdew nagħmlu spekulazzjoni fuq art tal-gvern, pero` jekk isir restaurant li jkun iservi anke għal min m'huwiex membru, b'daqshekk m'hijiex se taqa' id- dinja.", "Niftakar li ċerti postijiet f'Tas-Sliema, taħt amministrazzjonijiet differenti ingħataw permessi ta' din ix-xorta u llum il-ġurnata kważi kważi huma separati mill-faċilita` sportiva, pero` jagħmlu parti mill-konċessjoni emfitewtika u d-dħul imur għand il-klabb.", "La rridu nkunu laxki żżejjed u lanqas irridu nkunu esaġerati.", "ONOR.", "JOE BRINCAT: Inkella rridu nivvintaw li f'pajjiżna, u l-Onor.", "Mifsud Bonnici....", "Hemm sport ieħor, li ma jissemmiex, u ċioe' l-isport ta' l-ikel, fejn wieħed jimpika ma' ħaddieħor dwar kemm jirnexxielu jiekol.", "Dak huwa sport ukoll u allura, li lil xi ħadd tagħtih il-faċilita`.....", "(Interruzzjonijiet) Le, iżda hawn min l-isport tiegħu hu kemm jiekol u kemm jixrob, pero' ma naħsibx li dik hija l-intenzjoni.", "Li l-Ministru jgħid li għax f'postijiet oħrajn sar hekk....", "Jekk nimxu fuq l-argument li għax lil Nettuno tajnih, allura lil ħaddieħor irridu nagħtuh ukoll, ikollna noħorġu minn Tas-Sliema u nsemmu postijiet oħrajn li ma ngħatawx dawn il- faċilitajiet.", "Ejjew nagħmluha ċara li din se tippresta ruħha mhux għall-iskop li għalih qiegħda tingħata.", "Issa jekk il-Ministru, fl-interpretazzjoni tiegħu, l- ewwel jaqra klawsola 18 tal-kuntratt, fejn jgħid li dak huwa użu differenti milli għall-attivita' sportiva, imbagħad jgħid li billi jinfetaħ restaurant ma jkun qiegħed isir xejn ħażin....", "Ejjew nitkellmu ċar u ma noqogħdux nilagħbu bil-bżallu.", "Jew se jingħataw il-proprjetajiet biex jinfetħu r- restaurants jew biex isiru attivitajiet sportivi.", "Jekk se jinfetaħ gym, mod, imma jekk se jinfetaħ restaurant, mod ieħor.", "Ovvjament wieħed jista' jargumenta li r-restaurant se jinfetaħ biex mill- flus li jdaħħal ikun jista' jiġi ffinanzjat l-isport.", "Diġa' bdejna ma ninterpretawx l-affarijiet l-istess.", "Din is-sitwazzjoni hija l-istess bħal dik ta' Birkirkara, fejn dan sar sportiv ħafna, għax dik hija l-aħjar dieta' li wieħed jista' jieħu biex iżomm ruħu fit, pero' ċertament li dan m'huwiex konduttiv għall-isport.", "Hemm bżonn li niddefinixxu x'inhu sport.", "Jekk se ngħidu sport kompetittiv biex ikun hemm il-finanzjament, allura qegħdin inħeġġu li jkun hemm ċerta spekulazzjoni.", "Ma nixtieqx nara dak it-tip ta' żvilupp ta' l-isport.", "Jien nieħu gost nara l-iżvilupp ta' l-isport meta jkun hemm iż-żgħar jipparteċipaw.", "(Interruzzjonijiet) Jimporta?", "Issa ngħidlek kif se tħallas lill-coaches!", "Jew se nagħtu lil kulħadd l-istess, jew inkella, permezz ta' proprjeta' tal-gvern se niffavorixxu lil klabb iktar mill-ieħor u allura se jkun hemm klabb sinjur, għax għamlu l-gvern sinjur, u klabb ieħor li ma jkollux flus u allura ma jkunx jista' jħallas fees ta' players iktar rinomati minn oħrajn.", "Dan m'huwiex sport imma huwa the business of sports, li huwa differenti mill-isport.", "Billi l-Onor.", "David Agius qiegħed jgħolli rasu....", "Iva, illum wieħed irid jagħmel distinzjoni bejn l-isport u the business of sports.", "Jekk il-ħabib tiegħi huwa dilettant tal-football, bħali, jaf li fil-World Cup, il-players il-kbar nett....", "Il-bieraħ kien hemm dibattitu kbir dwar il-players li llum, l-immaġini tagħhom saret tqum il-flus.", "Xi ħadd li kont qiegħed nitkellem miegħu fuq it-telefon qalli li ma jaħsibx li Del Piero se jiġri ħafna għax deher bosta drabi jixrob l-ilma, imbagħad ħa żball u bela' l-għasfur.", "Qiegħed ngħid dan għax fuq it-televiżjoni iktar naraw lil Del Piero f'reklam fejn jidher jixrob l-ilma, bl-għasfur maġenbu.", "L-immaġini tal-players saret business.", "Dr. Mifsud Bonnici, x'qiegħed tara stramb f'dan li qiegħed ngħid?", "Illum din hija l-image.", "Tant hu hekk li meta Maradona qabad il-vizzju tad-droga, ċerti nies sensati bdew jgħidu li aħna qegħdin ngħollu persuni partikolari b'ċertu mod, biex imbagħad they let down the image li jkunu jridu jwasslu liż-żgħażagħ.", "Jekk verament irridu l-isport f'pajjiżna, ma nistgħux nemmnu biss fil- business of sports.", "(Interruzzjonijiet) Tgħidlix dan, għax jekk inti tgħidli li l-isport kollu huwa flus, nispiċċaw biex in-nies titlef il- fiduċja f'dak l-isport, għax min ikun qiegħed jinteressa ruħu bis-serjeta' jgħid għalfejn se jmur jara partita football, li tista' tkun irranġata?", "Minn fejn qegħdin iġibu l-flus dak u l-ieħor?", "(Interruzzjonijiet) Tgħin lil kulħadd indaqs, mhux lil wieħed, għax kien hemm l-opportunita', tajtu, u lill- ieħor ma tajtux.", "Inkella tkun qiegħed tintervjeni fil- kompetizzjoni u fil-possibilitajiet tal-parteċipanti.", "Jien immur oltre minn hekk.", "Kemm-il sport qiegħed jaqa' lura għax m'huwiex qiegħed jingħata l-importanza li tingħata lil dixxiplini oħrajn?", "Huwa f'dan ir-rigward fejn il-Ministru għandu verament jagħti kas.", "Hawn ħafna attivitajiet sportivi li għandhom ikunu iktar aċċessibbli għaż-żgħar, mingħajr il-ħtieġa ta' flejjes kbar biex jipparteċipaw.", "Sfortunatament, dan m'huwiex qiegħed isir.", "Iktar ma l-Onor.", "David Agius jinterrompini, iktar nikkonferma li l-isport huwa flus, għax mingħajr flus, il-coaches ma jkunux jistgħu jitħallsu.", "Żmien ilu konna nistgħaġbu għax player Ingliż kellu Lm100 paga fil-ġimgħa.", "Illum player Ingliż għandu Lm100 kull sekonda.", "Iżda b'dan kollu, x'messaġġ qiegħed jgħaddi lin-nies, il-messaġġ ta' l-isport jew il-messaġġ tal- kompetizzjoni?", "Din hija waħda mill-affarijiet importanti.", "Issa jekk ikun hawn min jgħid li jekk klabb sportiv jingħata l-faċilita' li jiftaħ restaurant, jaqla' l-flus biex ikun jista' jiffinanzja l-isport, jiena ngħid li this is a very roundabout way of doing things.", "Ħalli nagħti eżempju li b'kumbinazzjoni kont qiegħed niddiskutih ilbieraħ.", "F'pajjiżna dalwaqt jibda' l-għawm.", "GĦalkemm f'ħafna postijiet, il-kwalita' ta' l-ilma tiġi ttestjata, xorta tibqa' l-biża' li xi speedboat ittajjar lil xi għawwiem.", "Isiru r-regolamenti, jinqabdu erba' min-nies u ġieli jinqabad min m'għandux ħtija, biex għallinqas ikun inqabad xi ħadd.", "Jien nippretendi li għandu jkun hemm areas magħluqin b'xi blalen u bagi biex ma jidħlux muturi tal-baħar fiha.", "Anke permezz ta' affarijiet bħal dawn inkunu qegħdin ngħinu fl-isport, għax billi jkun hemm klabb li jilgħab biss il-waterpolo, imbagħad in-nies ma jinżlux jgħumu, ma jkunx qiegħed isir ġid għall-isport.", "Iva, f'pajjiż li hu mdawwar bil-baħar, in-nies jippreferu jixxemxu milli jgħumu.", "Fejn immur ngħum jien, ġieli jkun hemm ir-Russi, li għalkemm f'pajjiżhom m'għandhomx baħar, ħlief għall-Black Sea, jgħumu qishom ħuta.", "Imbagħad il- Maltin, biex jinżlu fil-baħar irid ikun brodu.", "Karfusa jkun jonqsu, għax melħ ikun fih!", "Ir- Russi jibdew jgħallmu lit-tfal tagħhom kif jgħumu minn mindu jkunu żgħar.", "Dak huwa t-tip ta' sport li rridu nagħtu kas.", "(Interruzzjonijiet) Aħna għandna l-baħar taħt imneħirna u m'aħniex dilettanti.", "Dan huwa t-tip ta' sport li qiegħed nirriferi għalih.", "L- attivitajiet l-oħrajn m'humiex li wieħed rebaħ trophy u l-ieħor le, għax tgħaddi sena u kollox jintesa.", "GĦaliex m'għandniex nikkonċentraw bis- serjeta' fuq dawn l-attivitajiet?", "Il-Ministru qal li se tingħata proprjeta' lill-klabb tal-Marsa.", "Jien nittama li dik l-area fil-Marsa, li kienet pjuttost mitluqa u li issa, grazzi għax-xogħol li għamel il-kunsill lokali, ġiet mibdula fi ġnien sabiħ fejn in-nies jistgħu jirrikreaw ruħhom, ma tinbidilx f'secluded area biex tintuża mill-football club u ma tkunx aċċessibbli għan-nies.", "Jekk isir hekk nispiċċaw fis-sitwazzjoni fejn l-isport isir business għal ċerti nies.", "Ovvjament, il-klabbs sportivi għandhom bżonn il-finanzjament, pero' għandu jkun dan l-ewwel prijorita'?!", "L-idolu tiegħi fl-isport – u ngħid dan b'ċerta simpatija, għax meta kont membru ta' l-MFA, għalkemm kien anzjan, xorta kien jiġi jiġġieled il- każijiet – huwa Ġanni Bencini tal-Melita FC, klabb li kien tradizzjoni enormi ta' l-isport f'pajjiżna.", "Kienet il-benniena tal-Melita FC li tat players lil diversi....", "Fi programm li kont qiegħed insegwi, player antik beda jgħid li biex jilagħbu kienu jmorru fil-klabb, ibiddlu l-ħwejjeġ hemm imbagħad jaqbdu x-xarabank biex twassalhom fil-ground.", "Illum lanqas dik l- attivita' soċjali bejn il-players m'għadha teżisti.", "Illum player jasal bil- karozza tiegħi, ibiddel u jitlaq.", "Dan meta suppost jinbena a team spirit.", "Mr Speaker, qiegħed ngħid dan kollu għax huwa inutli li nipparteċipaw fl- isport biex taparsi nipparteċipaw, għax b'hekk ma nkunux qegħdin ngħinu lill-isport.", "Il-Ministru, filwaqt li jista' jkollu l-intenzjonijiet it- tajba kollha, irid jara li dak li jsir, mhux biss isir b'konsultazzjoni mal- klabbs involuti imma li fuq kollox ikun fair għal kulħadd.", "Hemm bżonn li naraw li dak li nistgħu nagħtu lil wieħed, nistgħu nagħtuh lill-ieħor.", "Jien nappella lill-Ministru biex bħal missier ta' familja, ikun preparata li bħalma se jagħti lil wieħed, jagħti lill-ieħor.", "Il-Ministru qal li hemm ċerti artijiet li ġew esproprijati, li l-gvern għad m'għandux titolu tagħhom u se jikrihom lil ħaddieħor.", "Din l-istorja ilha tirrepeti ruħha.", "(Interruzzjonijiet) Hekk għedt.", "Qiegħed nikkwotak tajjeb.", "Ċerti proprjetajiet qegħdin jingħataw b'kirjiet għax il-gvern għad m'għandux it-titolu tagħhom.", "Mr Speaker, jien niġbed l-attenzjoni tal-Ministru....", "(Interruzzjonijiet) Fis-27 ta' Marzu, 2003, il-qorti kostituzzjonali Maltija bagħtet sentenza ta' Emanuela Vella kontra l-kummissarju ta' l-artijiet, quddiem dan il- parlament, biex aħna nieħdu l-miżuri.", "Dan sar peress li hemm partijiet mil- liġijiet ta' pajjiżna li jivvjolaw il-kostituzzjoni u l-konvenzjoni Ewropea.", "F'sena sħiħa ma ġara xejn.", "(Interruzzjonijiet) Fil-qorti kostituzzjonali, maqtugħa!", "Mhux talli hekk, talli l-kummissarju ta' l- artijiet, interpellat biex iħallas id-danni u l-ispejjeż tal-kawża, madwar erba' xhur ilu bagħat ittra....", "(Interruzzjonijiet) Le, ara l-punt legali.", "(Interruzzjonijiet) Il-punt legali huwa mirbuħ, il-kummissarju ta' l-artijiet ġie kkundannat biex iħallas Lm500 u ma ħallashomx.", "Lanqas l- ispejjeż tal-kawża ma ħallas.", "Jien qiegħed ngħid li se nidħol....", "(Interruzzjonijiet) Le, mela l- Ministru lanqas jaf.", "Il-qorti kostituzzjonali ġabet....", "(Interruzzjonijiet) Mr Speaker, jekk ma waslitx....", "ONOR.", "TONIO BORG: .... jew nagħtux camping site li bdiet fi żmienkom.", "ONOR.", "JOE BRINCAT: Mr Speaker, qalu li l-artiklu dwar l-esproprjazzjoni kif inhu qiegħed jivvjola lill-kostituzzjoni.", "GĦalhekk il-qorti kostituzzjoni bagħtet dan quddiem il-parlament biex jikkoreġih.", "Jekk il- Ministru ma jafx b'dan, inġiblu kopja mill-internet.", "Mr Speaker, jekk din ma waslitx hawnhekk, il-ħtija m'hijiex tiegħek għax f'dak iż-żmien kienet qorbot l-elezzjoni.", "Jekk ma twasslitx mill-posta ta' Malta....", "Issa kollox bl-air mail qiegħed jintbagħat, għax fil-posta hemm il-briegħed, u l- briegħed għandhom il-ġwienaħ.", "Mr Speaker, nagħlaq b'dak li għedt fl-introduzzjoni ta' dan l-intervent, u ċioe' li aħna ninsabu lesti li nikkooperaw fir-rigward tal-Kumitat Permanenti dwar il-Verifika, pero' ejjew ma niġux bil-ħobża magħġuna lesta.", "Jekk il-ħobża tkun qiegħda tintagħġen biex tinħema, aħna nkunu lesti li niddiskutu iżda jekk il-ħobża tkun ħierġa mill-forn, aħna jkollna neżaminawha bil-mod għax ma nkunux nafu x'fiha.", "Jekk il-Ministru jrid li nkunu preżenti waqt l-għaġna – mhux fl-istadji kollha – biex nagħtuh il- parir ġenwin tagħna, inkunu qegħdin naqdu d-dover tagħna taħt is-sistema li ħoloq hu stess.", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru bil-permess ta' l-Onor.", "Brincat.", "ONOR TONIO BORG: Mr Speaker, ħafna drabi l-Onor.", "Brincat jgħid ħafna affarijiet li jien ma naqbilx magħhom, pero' ġieli joħroġ b'xi ħaġa li dwarha nkunu naqblu.", "Jien ma nsib ebda oġġezzjoni biex għall-futur, meta jkollna riżoluzzjonijiet bħal dawn, ngħaddihom lill-oppożizzjoni fi stadju iktar bikri, bl-intiża li tgħidilna fejn sabet l-problemi u fejn le.", "B'hekk inkun nista' nressaq xi riżoluzzjonijiet b'mod separat, biex jgħaddu mill-kumitat biss, filwaqt li nkun nista' niġbor f'mozzjoni waħda lil dawk li jkollhom bozza ħamra – kif qal l-Onor.", "Brincat stess – u f'mozzjoni oħra lil dawk li jkollhom bozza ħadra.", "ONOR JOE BRINCAT: M'hemmx għalfejn tgħaddi l-kopja kollha tal-kuntratt.", "(Interruzzjonijiet) Letter of intent li tgħid li hemm il-ħsieb, hemm it- talba, qegħdin naraw dawn il-kundizzjonijiet, short paragraph.", "(Interruzzjonijiet) Iva naslu, imma mhux niġu....", "ONOR TONIO BORG: Peress li r-reazzjoni ta' l-oppożizzjoni kienet li trid tagħmel diskussjoni ġenerali, allura imbagħad bdejt naqta' qalbi.", "Jien ninsab lest li nipprova din is-sistema – b'daqshekk m'għandna għalfejn nemendaw lil ebda liġi – u nagħti l-mozzjonijiet lill-oppożizzjoni minn qabel biex jintgħażlu liema se jmorru fuq il-fast lane u liema se jkollhom....", "ONOR.", "JOE BRINCAT: Iva, imma mhux tagħmilli kawlata ta' kollox f'daqqa iżda tagħmel kull mozzjoni għaliha.", "Mr Speaker, ma naħsibx li dibattitu ġenerali ta' kultant, dwar dan il- qasam, ikun ħażin.", "Nerġa' ngħid li l-Ministru jkun qiegħed hawn jew hemm, jew f'Santa Venera, jew fil-Belt....", "(Interruzzjonijiet) Imma jien niftakrek daqqa f'Santa Venera u daqqa fil-Belt, għax jidher li l-lands department, lilek jaqdik.", "(Interruzzjonijiet) Kollox sew, qiegħed fil- Belt.", "Meta l-Ministru jiġi hawnhekk b'dawn il-proposti, nofshom ikunu moħbijin.", "Li jkun hawn dibattitu dwar dan, li nitkellmu dwar il-lands department....", "Irridu noqogħdu attenti qabel nibdew nesproprijaw l-art li kienet tal- privat.", "Fir-rigward ta' dik l-art li nzertat tal-gvern, li ġiet mingħand il-Knisja jew minn x'imkien ieħor, filwaqt li nirrispettaw it-trattat mal- Vatikan u l-iskopijiet tiegħu, għandna nagħmlu dibattitu għax huwa fl- interess tal-pubbliku Malti u GĦawdxi li dan isir, għax il-proprjeta' pubblika hija wirt ta' kulħadd, la ħalliha n-nannu lili u lanqas ħalliha lill-Ministru, allura la hu ma jista' jagħmel li jrid biha u lanqas jien.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "David Agius.", "ONOR.", "DAVID AGIUS: Mr Speaker, naħseb li huwa tajjeb li din ir- riżoluzzjoni dwar it-trasferiment ta' proprjeta' telgħet quddiemna għad- diskussjoni, għax ħafna mill-għaqdiet sportivi huma għatxana biex finalment il-gvern jgħaddilhom dawn il-proprjetajiet.", "Fl-opinjoni tiegħi din hija xi ħaġa pożittiva għax jekk fil-futur irridu soċjeta' b'saħħitha u dixxiplinata, irridu nibdew proprju mill-isport.", "Peress li ma tantx għandi ħin għad-dispożizzjoni tiegħi, ikun aħjar li nenfasizza mill-ewwel il-punt li dwaru nterrompejt għal darba, tnejn, lill- Onor. Brincat, li peress li ma jiffurmax parti minn klabb sportiv jew għax ilu ma jkun magħġun ġo klabb, ma jafx li llum, biex klabb sportiv jiffunzjona jrid il-flus.", "Illum il-ġurnata, kull għaqda sportiva, hi x'inhi, biex tmexxi għandna bżonn il-flus.", "L-għaqdiet sportivi f'Malta għandhom bżonn il-flus biex iħallsu l-coaches, biex jixtru l-equipment għat- tfal u għall-kbar.", "L-Onor.", "Brincat irrifera għall-Melita Football Club u għal Ġanni Bencini.", "Jien nistiednu biex imur jara x'hemm illum f'dan il-klabb.", "Fejn qabel niftakarni nilgħab fuq art biż-żrar, u nweġġa' saqajja u nqatta' l-qalziet kull darba li nilgħab, illum nieħu pjaċir nara lill-assoċjazzjonijiet jippruvaw jagħmlu turf.", "U hekk għandu jkun, għax għada pitgħada, meta t- tfal Maltin se jmorru jikkompetu ma' oħrajn, se jilagħbu fuq it-turf u f'pitches tajbin.", "Kif jista' klabb jibni pitch tajjeb jekk ma jkollux flus?", "Kif tista' għaqda sportiva timxi 'l quddiem jekk ma jkollhiex il- flus, mhux biex tixtri l-players tat-teams avversarji jew biex tixtri xi referee 'l hemm u 'l hawn, kif forsi jaħsbu ċerti nies, imma biex tkun tista' tiffunzjona?", "Iva, kull għaqda sportiva tinħtieġ il-flus biex ikollha equipment sura ta' nies, biex il-lasti jkunu tajbin, imwaħħlin sew ma' l-art, ħalli l-ebda tifel ma jweġġa' u jmut, bħalma ġara ftit xhur ilu, biex torganizza tournament wara l-ieħor, biex tkun tista' taċċetta numru ikbar ta' tfal li jissieħbu magħha.", "Dażgur li llum trid tħallas biex ikollok coach tajjeb, biex minflok imur jagħmel part-time job x'imkien, jiġi fil-klabb biex iħarreġ lit-tfal u lill-kbar!", "Hemm bżonn li anke fir-rigward ta' din ir-riżoluzzjoni nifhmu li jekk it- team ta' l- Exiles jew it-team tan-Neptunes se jiftħu restaurant, dak se jfisser income għall-klabb.", "Ejjew ma noqgħodux induru mal-lewża.", "Allura l- clubs ta' San Ġwann, tal-Mosta, ta' Ħaż-Żebbuġ, tas-Siġġiewi, li ma jistgħux jiftħu restaurant, minn fejn se jġibu l-flus biex imexxu l-għaqda sportiva tagħhom?", "Jien naħseb li jekk klabb ma jnaqqasx l-area sportiva tiegħu, jiġifieri l-area li jagħtih il-gvern iżommha bħala area sportiva, pero' jkun kreattiv u jkun kapaċi joħloq income għalih innifsu, b'daqshekk ma jkun qiegħed jagħmel xejn ħażin.", "Spekulazzjoni għax klabb uża moħħu?", "Jekk hemm bżonn hekk, allura naraw kif induru ma' dik l-affari u jekk ikun hemm il-ħtieġa, il-gvern jgħid li dawn għandhom isiru kumpanniji u tidħol fin-nofs l-MFSA.", "Jekk hemm bżonn ukoll, ikun hemm skrutinju u l-accounts jiġu analizzati.", "Illum il-ġurnata rridu nifhmu li biex klabb juża gym irid iħallas minimament 'il fuq minn Lm1,000 f'sena.", "U dawn il-flus minn fejn se jġibhom jekk illum, anke biex wieħed jakkwista reklam jew sponsor huwa diffiċli?", "Illum il-ġurnata, jekk ma jkunx hemm xi businessman li jkun iħobb ħafna lil klabb partikolari u jkun lest li joħroġ il-flejjes minn butu, il-clubs ibatu għax huwa diffiċli biex jakkwistaw sponsorship.", "GĦalhekk l-argument tiegħi hu li filwaqt li huwa importanti li naraw li dawn l-areas li qegħdin jingħataw, jintużaw kollha kemm huma għall-isport, min-naħa l-oħra m'għandniex għalfejn nimpedixxu lill-clubs milli jużaw moħħhom ħalli joħolqu finanzjament għall-istess sport.", "X'hemm ħażin billi l-clubs sportivi jkollhom income, minflok joqogħdu jiddependu fuq xi businessman, bil-possibilta' li jekk dan il-businessman, one fine day jiddeċiedi li m'huwiex sejiffinanzja iżjed lil dak il-klabb, il-klabb jispiċċa bla flus u ma jkunx jista' jkompli bl-attivita' sportiva tiegħu?", "Jekk jiġri hekk, minn fejn se jiġu l-flus?", "Ovvjament imbagħad jogħlew il- miżati tat-tfal li jattendu n-nurseries, u minn Lm20 lira fis-sena jitilgħu għal Lm35 jew Lm40, għax il-coach irid jitħallas, il-blalen iridu jinxtraw u lill-ground trid issirlu manutenzjoni.", "Ground tat-turf miżerjament jiġi jiswa bejn Lm10,000 u Lm12,000.", "U l-clubs tal-football minn fejn se jġibu dawn il-flus?", "Dawk l-għaqdiet li b'kumbinazzjoni nzertaw max-xatt, jistgħu jiftħu restaurant u jaqilgħu eluf kbar ta' liri, iżda dawk li m'humiex qegħdin max-xatt kif se jirnexxielhom, mill-istess proprjeta' li jagħtihom il-gvern, jagħmlu l-qliegħ?", "Din m'hijiex spekulazzjoni.", "Jekk wieħed ikun kapaċi juża moħħu u jiġġenera l-flus, ħalli jiġġenerahom!", "Jekk wieħed ikun kapaċi jakkwesta r-reklami, ħalli jakkwestahom!", "Jien naħseb li m'għandniex nibqgħu ngħaddsu rasna fir- ramel u ngħidu lill-għaqdiet sportivi biex imexxu kif jistgħu, biex jaraw huma minn fejn se jġibu l-flus għax m'hemm xejn x'wieħed jista' jagħmel.", "Jien nistieden lill-kollegi tiegħi biex imorru sal-kulleġġ ta' San Alwiġi u jaraw x'faċilitajiet hemm.", "Pero', biex jintuża l-ground ta' dan il- kulleġġ, il-Youth FA trid tħallas eluf kbar ta' liri.", "Hemm bżonn li dan it- tip ta' grounds sportivi jiżdiedu billi għaqdiet sportivi li diġa' għandhom il-grounds tagħhom, jiżviluppawhom anke billi jagħmlu ċertu tip ta' business li mhux neċessarjament ikun relatat ma' l-isport.", "GĦalfejn għandu jkun bilfors relatat ma' l-isport?", "Jekk klabb jaf li jista' joħloq attivita' li minnha se jdaħħal il-flus, għaliex m'għandux jagħmel hekk?", "Ovvjament, dejjem b'kontroll.", "Jekk hemm bżonn ngħaddu anke l-metodi neċessarji għall-kontroll minn dan il-parlament.", "Jekk verament irridu nsaħħlu lill-kultura sportiva f'pajjiżna, fir-rigward ta' kull dixxiplina rridu mhux biss ngħinu - kif qegħdin nagħmlu daqstant tajjeb permezz ta' din ir-riżoluzzjoni - billi nittrasferixxu proprjetajiet tal-gvern lil dawn l-għaqdiet, iżda rridu wkoll insibu mod biex niffinanzjaw lill-isport.", "Jekk wieħed jistaqsi lill-għaqdiet sportivi kemm qegħdin iġibu flus mill-isponsors jinduna li l-ammont ta' nies li qegħdin jisponsorjaw, illum naqas.", "GĦalhekk il-gvern, b'xi mod irid joħloq inċentiv fiskali għal min ikun lest li jisponsorja lill-clubs, għal min hu lest li jagħti l-flus tiegħu biex l-isport jimxi 'l quddiem.", "GĦada pitgħada, hemm irridu naslu.", "Jekk m'aħniex se nagħtu inċentiv lill- businessmen biex jisponsorjaw lill-isport, u in return jieħu r-reklam, l- isport f'pajjiżna se jbati.", "Mingħajr ma nafu qegħdin noqtlu lill-isport bil-mod il-mod.", "GĦalhekk jien ninsab fiduċjuż li ż-żewġ naħat tal-Kamra jaslu biex għada pitgħada....", "Hemm bżonn li t-trasferiment ta' dawn il-proprjetajiet ma jsirux biss għal skopijiet sportivi.", "Ovvjament, l-iskop prinċipali jibqa' dak sportivi pero' jekk klabb, b'intelliġenza u bi kreattivita' jkun kapaċi li filwaqt li ma jnaqqasx l-area għall-isport, fl-istess ħin isib metodu kif ikun jista' jdaħħal il-flus, anke billi jekk ikun hemm bżonn, jifforma kumpannija u joqgħod għar-regoli ta' l-MFSA, m'għandux jitwaqqaf milli jagħmel dan.", "Iva, hemm bżonn li ma nħallux iżjed lill-clubs sportivi jiddependu fuq individwi partikolari li jkunu kapaċi jdaħħlu jdejhom fil- but u jagħtuhom il-flus, għax meta jispiċċaw dawk il-flus ikun hemm problemi kbar.", "Wieħed mill-clubs li se jibbenefika mir-riżoluzzjoni li qegħdin niddiskutu llum huwa l-Ħamrun Spartans Football Club.", "Ejja naraw x'ġara fil-Ħamrun, meta min kien jiffinanzja lil dan il-klabb, ma baqax!", "Ejjew inħarsu lejn il-clubs li issa m'għadhomx jiġu ffinanzjati minn individwi partikolari!", "Huwa għalhekk li jien qiegħed ngħid li hemm bżonn li l-clubs ikollhom finanzjament kontiwu, li joħolqu income kontinwu.", "Dan irid isir billi finalment, dawn il-proprjetajiet li qegħdin jiġu trasferiti ma jintużawx biss għal skopijiet sportivi imma billi jekk il-clubs ikunu kapaċi jużaw moħħhom u jġibu finanzjament għalihom stess, inħalluhom jagħmlu dan, ovvjament b'ċertu skrutinju.", "B'hekk inkunu qegħdin nagħtu s-saħħa lill- isport f'Malta.", "Mr Speaker, nixtieq nuża l-aħħar żewġ minuti li fadalli billi ngħid li waħda mill-affarijiet li għandna ndaħħlu f'dawn ir-riżoluzzjonijiet fil- futur hi li f'ċerti ħinijiet, dawn l-artijiet u proprjetajiet jintużaw b'mod esklussiv mit-tfal.", "Hemm bżonn li l-clubs li se jingħataw l-artijiet jiġu obbligati li jużawhom ukoll għat-tfal ta' l-areas tal-madwar.", "Hemm bżonn li l-isport ma jiġix promoted biss fost il-kbar iżda anke fost it- tfal.", "Qiegħed ngħid dan għax naf li ħafna mill-clubs diġa' qegħdin jagħmlu dan.", "Fl-opinjoni tiegħi dan huwa pass tajjeb 'il quddiem.", "Nagħlaq billi nħeġġu lill-24 assoċjazzjoni li se jibbenefikaw minn din ir- riżoluzzjoni biex jużaw tajjeb il-proprjetajiet li se jkunu qegħdin jingħatawlhom ħalli finalment nibnu soċjeta' iktar b'saħħitha, b'mentalita' li ssaħħaħ lill-isport f'pajjiżna.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Onor. Agius, tibqa' in possession?", "ONOR.", "DAVID AGIUS: Le, xtaqt pero' nirraporta li l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili - Abbozz Nru 3 – ġie mgħoddi mill-Kumitat Permanenti għall-Abbozzi ta' Liġi b'emendi.", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Sar il-ħin.", "Nitlob lis-Segretarju Parlamentari Mifsud Bonnici sabiex, jekk jogħġbu, jressaq l-aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR CARMELO MIFSUD BONNICI: Mr Speaker, nipproponi l-aġġornament tal- Kamra għal għada t-Tlieta, 22 ta' Ġunju, 2004, fis-6:00 p.m. b'din l- aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Riżoluzzjoni dwar trasferiment ta' proprjeta' – Kontinwazzjoni;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Ilsien Malti – Tielet Qari; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili - Tielet Qari.", "------------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili (Emenda Nru 2) - Kumitat Permanenti.", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar ir-Rifuġjati – Kumitat Permanenti.", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Professjoni tal-Psikoloġija – Kumitat Permanenti.", "Abbozz ta' Liġi biex Jemenda Liġijiet dwar il-Komunikazzjoni - Kumitat Permanenti.", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Reġistru Ċentrali – Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Rimarki?", "Is-Segretarju Parlamentari Abela.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (Segretarju Parlamentari): Mr Speaker, illum il-Prim Ministru tkellem dwar dak li ġara fl-elezzjonijiet tal-parlament Ewropew il- ġimgħa l-oħra, pero` min ried seta' jaħseb x'kienet tkun is-sitwazzjoni tagħna l-Maltin li kieku 15-il xahar biss ilu l-poplu Malti ddeċieda li nibqgħu 'l barra mill-UE.", "Kieku l-poplu Malti ma kienx ikun jista' jeleġġi ħames rappreżentanti għall-parlament Ewropew, tlieta mill-Partit Laburista u tnejn mill-Partit Nazzjonalista, biex ikunu jistgħu jiġġieldu flimkien.", "Naturalment dawn se jiġġieldu bl-argumenti u mhux bil-ponnijiet, pero` jridu jiġġieldu sabiex jaraw li fl-isfond ta' dak li se jiġri fil-ġejjieni, li m'huwiex daqstant 'il bogħod, iġibu dak li jistħoqq lil Malta.", "Mr Speaker, din kienet triq diffiċli li bdiet tissawwar madwar 15 jew 16-il sena ilu meta saret l-ewwel talba biex Malta ssir membru ta' l-UE, u minkejja l-ħofor tat-triq, minkejja s-saqajn li ħarġu 'l barra biex jagħtu l-gambetti u minkejja li kien hemm half-time ta' 22 xahar fejn l- applikazzjoni ta' Malta tpoġġiet fid-deep-freeze, meta fl-1998 il-Partit Nazzjonalista reġa' tela' fil-gvern, minflok ma dan mexa bil-mod u b'ċertu atteġġjament ta' laissez-faire, ħadem bis-sħiħ, tefa' kollox on the fast lane, applika, innegozja, tkellem u ġab 77 deroga biex il-Maltin, filwaqt li jottjenu s-sħubija, min-naħa l-oħra ma ieħdux skossi kontra tagħhom u jbatu.", "Bl-għaqal tat-team li kien qed jinnegozja, li kien immexxi minn Richard Cachia Caruana, aħna konna kapaċi nġibu l-aħjar kondizzjonijiet għalina, kondizzjonijiet li pajjiżi mustaċċuni u ikbar minna, li saru membri ta' l-UE magħna, lanqas biss ħolmu li jġibuhom.", "Pero` x-xogħol ma waqafx hemm u aħna bqajna niġġieldu u nirsistu li Malta jkollha rappreżentanza aħjar milli kellha diġa`.", "Ma kellniex in-numru minimu ta' rappreżentanti għax kellna ħamsa u n-numru minimu ta' rappreżentanti kien erbgħa, pero` aħna bqajna nirsistu għax emminna li biex inkunu nistgħu nieħdu sehem aħjar fil-kumitati, fid-diskussjonijiet u fix-xogħol parlamentari ta' l-UE, kellna bżonn ikollna sitt deputati u mhux ħamsa.", "Huwa veru li jirriferu għal pajjiżna bħala little Malta, but little Malta made a mark għax illum little Malta rnexxielha takkwista l-permess li b'effett mill-elezzjoni li jmiss, il-minimu ta' rappreżentanti li pajjiż ikollu fl-UE jkun ta' sitta.", "Meta noqogħdu naħsbu fuq x'kien kapaċi jġib dan il-pajjiż żgħir tagħna, insibu li aħna għamilna d-differenza kollha f'dik li hi sħubija ma' l-UE, u t-tibdil għall-aħjar li se jkollna mhux se nakkwistawh biss minħabba li se jkollna ħames rappreżentanti fil-parlament Ewropew imma wkoll għax aħna llum għandna kummissarju fl-UE u għandna lill-ex-membru parlamentari Josef Bonnici.", "Fil-fatt illum aħna qed nipparteċipaw bħala membri sħaħ bħal ħaddieħor, bid-dritt tal-vot, u fejn ma naqblux qed ngħidu \"le\" fejn imbagħad l-affarijiet jew imorru lura għand il-COREPER jew imorru biex jiġu diskussi f'fora oħrajn.", "Aħna noqogħdu attenti li ma nitkellmux żejjed, pero` l-ftit li nitkellmu nistudjawh sew, u tistagħġeb meta tara kemm jisimgħuna u jaċċettaw dak li aħna kapaċi ngħidu.", "Dan għaliex meta huma jħarsu lejn pajjiżna jirrealizzaw x'kien kapaċi jagħmel dan il-poplu bl-intelliġenza u bl-għaqal tiegħu.", "Hawn Malta aħna m'għandna l-ebda riżorsi, u huma biss l-għaqal, il- bżulija u x-xogħol tagħna li wassluna biex ngħajxu lil uliedna u naslu għall-istandard ta' ħajja li għandna llum.", "Aħna għandna l-viżjoni, l- intelliġenza, il-kuraġġ u l-abbilta` li naħdmu u li naslu għal dak li rridu.", "Din wieħed jaċċettaha, u jekk wieħed joqgħod iqis isib li fil- verita` din hija waħda mill-ftit differenzi li jeżistu bejn il-gvern u l- oppożizzjoni.", "Għaliex?", "Għax aħna ma nemmnux li għax għaddejjin, għandna nibqgħu kif aħna.", "Aħna nemmnu li għada għal uliedna jkun aħjar mil-lum, u nemmnu wkoll li jekk nirsistu, kif se nagħmlu - issa nisperaw li ħaddieħor se jirsisti wkoll - fi ħdan din il-familja ġdida li qegħdin fiha - peress li aħna żgħar, forsi filwaqt li dak li nitolbu għalina jista' jidher ħafna, għal ħaddieħor ma jitqiesx bħala ħafna - se nakkwistaw biżżejjed biex mhux biss nibqgħu f'wiċċ l-ilma imma nitilgħu iktar 'il fuq minn hekk, u iktar 'il quddiem nużawh sew għall-ġenerazzjoni li jmiss.", "Waqqfu l-poplu għax għażel gvern ieħor għal sentejn, pero' imbagħad wara dawk is-sentejn il-polpu reġa` iddeċieda li jerġa` jagħżel Gvern Nazzjonalista għax seta` jafdah aktar mill-gvern li kien tella` fl-1996.", "Sur President, issa dħalna għall-proċess li fih l-ewwel irridu noqogħdu attenti u u nistudjaw li nikkwalifikaw għal dawk il-mezzi ta' għajnuna li se nieħdu.", "Nista` ngħid li diġa` qegħdin naraw xi jfisser li dħalna f'din il-familja.", "Għax dħalna fl-Unjoni Ewropea, l-Italja iffirmat il-ħames protokoll u tatna perijodu ta' żmien sabiex nibbenefikaw minn diversi aspetti.", "Fil-fatt x'tawna?", "Diġa` tawna fondi, ħarġu l-kuntratti, u qegħdin naraw ix-xogħol li qed issir biex intejbu s-sistema tat-toroq tagħna.", "Is- sena d-dieħla se jkollna patrol boat tat-tip li għandhom l-Italja li ovvjament se tkun l-ikbar waħda li se jkollna.", "Jiġifieri bis-saħħa tal- protokoll ħadna din l-għajnuna u ħa nieħdu dan il-mezz ta' salvagwardja tal- baħar ta' madwarna.", "Kieku ma konniex fl-Unjoni Ewropea, jew kien ikollna noħorġu il-flus għaliha jew kellna nibqgħu niddubaw b'li kellna.", "Sur President, se nieħdu wkol għajnuna finanzjarja oħra rigward l-ambjent.", "Talli sirna membri ta' Unjoni Ewropea ħadna wkoll kważi Lm90 miljun f'cohesion funds għax naqgħu taħt objective 1 u għalhekk nikkwalifikaw għal ċerta għajnuna.", "Issa bis-saħħa tax-xogħol li sar riċentement rappreżentanti Maltin fil-Parlament Ewropew Malta ħadet id-dritt li tikkwalifika għall- fondi ta' ġżira minkejja li l-kapitali tagħha hija f'din il-gżira stess.", "Nafu wkoll li GĦawdex se jibbenefika minn ċerti fondi li jibbenefikaw minnhom ċerti reġjuni.", "Pero' dan mhux kollox għax ta' min jgħid ukoll li bgħatna madwar 3,000 student li għamlu esperjenza pożittiva fid- diversi setturi ta' l-edukazzjoni u fid-diversi proġetti li hemm f'ambitu edukattiv fl- Unjoni Ewropea.", "Irrid ngħid ukoll li llum jekk uliedna jmorru jistudjaw barra jħallsu l-prezzijiet bħalma jħallsu studenti oħra ta' l-Unjoni Ewropea.", "Imma donnu li dan mhux importanti għall-Partit Laburista għax l- edukazzjoni forsi mhux qiegħda fuq nett fil-klassifika tal-prioritajiet tagħhom.", "Għaliex?", "Għax meta teduka bniedem tgħallmu jaħseb, u meta jitgħallem jaħseb tippreparah għall-ħajja u tnaqqaslu mill-biża` tiegħu biex kull darba li jqum xi prinċipal jew xi kmandant ta' partit u jipprova jbeżża` bil-babaw ma jibqax jaħseb li hemm xi Pandora's box li kif se jiftaħha se tisplodi f'wiċċu.", "Ħalli nagħti eżempju żgħir.", "Sa ftit xhur jekk student Malti kien imur għall-kors ta' l-arti fl-universita' l-Ingliterra kien iħallas kważi Stg 12,000 għal sena tuition, u dan apparti l-lodging u affarijiet oħra li jrid iħallas.", "Illum, min għandu l-kwalifiki u jista` jmur jitgħallem hemmhekk, dawk l-ispejjeż niżlu għal Stg3,400.", "Tagħmel differenza din għall-ġenituri li tant jagħmlu sagrifiċċji biex jaraw li wliedhom ikunu aħjar minnhom?", "Ftit ilu kont qed nitkellem ma` diversi ġenituri u smajt ħafna jitkellmu dwar is-sagrifiċċji li jagħmlu u l-loans li jieħdu sabiex uliedhom jkollhom ċans jibbenefikaw.", "Pero issa it-triq ħa tkun ftit eħfef u wliedhom se jkollhom iċ-ċans li jibbenefikaw għax l- ispejjeż m'għadhomx dawk li kienu.", "Sur President, illum il-Prim Ministru qalilna wkoll li biex jittieħdu ċerti deċiżjonijiet fuq affarijiet ta' importanza, bħal ngħidu aħna deċiżjonijiet li jirrigwardjaw it-tassazzjoni, mhux veru li huma pajjiżi oħrajn kapijiettaż pajjiżi oħrajn ħa jiddeċiedu fuq it-tassazzjoni jridu jaqblu kulħadd.", "Jiġifieri biex tittieħed deċiżjoni fuq tassazzjoni li tkun proposta u magħġuna fl-Unjoni Ewropea mhux se jkunu l-kapijiet tal-pajjiżi l-kbar li jiddeċiedu dan.", "Hemmhekk m'hemmx il-kbir u ż-żgħir, kulħadd siġġu wieħed għandu fil-kunsill tal-ministri.", "Jekk hemm 25 pajjiż, 25 siġġu hemm.", "Sur President, fil-politika barranija u ta' siġurta' l-istess ħaġa.", "Il- kostituzzjoni ta' l-Unjoni Ewropea żammet wkoll il-bżonn li jkun hemm unanimita` fid-deċiżjonijiet li jittieħdu.", "Jiena dan l-aħħar, fl-isfond tax- xogħol tiegħi fi ħdan l-uffiċċju tal- Prim Ministru, bħala segretarju parlamentari mort għal żewġ laqgħat dwar id-difiża.", "Anke hemmhekk, minkejja li l-forzi armati tagħna huma nominali ħdejn li għandhom dawn il-pajjiżi u minkejja li l-kontribut li nistgħu nagħtu huwa limitat xorta semgħuna u biex ħadu ċerti deċiżjonijiet qagħdu jistennew l-opinjoni tagħna biex jaraw jekk Malta hux se tappoġġahom jew le.", "GĦaliex?", "GĦaliex qed naraw politika ġdida tinħoloq, politika ta' konsensus fejn in-nies imorru 'l bogħod kemm jista' jkun milli jħabbtu ras ma' ras u joqogħdu jikkustinjaw u jipprovaw isibu l-aħħar triq għal koabitazzjoni bejn il-pajjiżi, ninsew ftit differenzi u nużaw l-iktar dak li jgħaqqadna.", "Sur President, hemm baħar jaqsam bejn dak li pproponew u kantaw il-bieraħ tan-naħa l-oħra u li pproponejna aħna, dak li emminna fih, qegħdin nemmnu u nibqgħu nemmnu fih għada.", "Din id-differenza kollha.", "Aħna rridu min jiddefendi l- interessi tal-Maltin, pero` jrid jinsiha l-Kap ta' l- Oppożizzjoni li mn'alla telgħu t- tliet membri tiegħu biex jiddefendu dawn id-drittijiet għax jiena ċert li iż-żewġ deputati l-oħra, Simon Busuttil u David Casa, it-tnejn li huma se jagħtu l-kontribut tagħhom biex id-dritt tal-Maltin ikunu salvagwardati u dak li hu tagħna nżommuh.", "Sur President, irrid ngħid, għax kont se ninsa, li għaddiet ġimgħa mill- elezzjoni u l-pensjonijiet għadhom ma spiċċawx, għax suppost wara l- elezzjoni tat-12 ta' Ġunju kellhom jinqalgħu l-irwiefen kollha.", "Tan-naħa l- oħra qalu ħafna diskors, forsi ħadu l-voti tagħhom, il-Bambin iberikomlhom, pero` nisperaw li issa li t-tliet deputati tagħhom flimkien mat-tnejn tagħna jagħmlu dik id-differenza li lilna tista' tagħtina aħjar milli ġibna s'issa.", "Aħna m'aħniex ngħidu li għamilna kollox perfett, però żgur li aħna stajna żbaljajna għax ħdimna u għax ma ntgħoġobniex kellna r-riżultat li kellna.", "Però nippreferi li naħdem u niżbalja xi ftit milli ma naħdem xejn, noqgħod b'idejja fil-but u nikkritika biss.", "Dak li kelli xi ngħid illejla dwar dak li tkellem fuqu tant tajjeb il- Prim Ministru iżjed kmieni llejla.", "Mr Speaker, illejla nixtieq nitkellem fuq żewġ punti oħrajn li jaqgħu wkoll taħt ir-responsabbiltà tiegħi li mhumiex qed jiġu interpretati sew jew għal tapposta jew għax in-nies jridu jfehmuhom ħażin.", "Wieħed mill-argumenti li smajt qabel l-elezzjoni tal-membri parlamentari Ewropej, u li n-nies qalu li se jpattuhielna fuqu, kien il-fatt li fil-budget li għadda l-gvern introduċa liġi li tgħid li l-proprjetà li ġejja minn eredità tħallas taxxa fuqha.", "Mr Speaker, aħjar infiehmu lin-nies x'jiġri eżatt u nispera li l-gazzetti jinterpretawha sewwa din.", "Meta tmut persuna l-gvern jintaxxa dik il- proprjetà sa massimu ta' 5% fuq il-valur li jiddeċiedu l-werrieta.", "Jekk bniedem wiret dar suppost jagħtiha valur tas-suq, fi żmien xhur imur għand nutar u jsir kuntratt fejn jiddikjara kemm hi l-proprjetà.", "Jekk kienet id- dar ta' residenza tal-persuna l-ewwel Lm10,000 mhumiex taxxabli u fuq id- differenza hemm taxxa ta' 5%, b'xi eċċezzjonijiet, fejn hemm xi tnaqqis anke minn dik it-taxxa.", "Minkejja li tagħti valur għoli, jekk il-proprjetà tkun suġġett għal użufrutt ta' armla jew armel allura jkollu tnaqqis skond kemm għandu età.", "Jekk it-taxxa ta' kull persuna mill- benefiċjarji tkun inqas minn Lm1,000, meta tagħmel id-deduzzjonijiet kollha terġa' tnaqqaslu Lm100 mit-taxxa.", "Ejja nieħdu eżempju ta' familja b'ħamest itfal li għandha dar ta' Lm50,000.", "Jekk id-dar kien joqgħod fiha l-mejjet jitnaqqsu Lm10,000, tiġi Lm40,000, u jekk hemm armla li għandha 60 sena jew iżjed jerġgħu jonqsu 20% minn dawk l-Lm40,000 li jibqa' u jiġu Lm32,000.", "Allura l-ħames werrieta li jibqgħu jħallsu bil-5% taxxa fuq it-Lm32,000.", "Imbagħad skond kemm jitla' l-ammont għal kull wieħed, per eżempju, jekk jiġihom Lm610 kull wieħed, terġa' titnaqqsilhom Lm100 kull wieħed.", "Issa niġu għall-parti ta' fejn tidħol it-taxxa jekk tinbiegħ il-proprjetà.", "Jekk imbagħad tinbiegħ din il-proprjetà l-familjari jħallsu t-taxxa fuq id- differenza 'l fuq minn kemm ikunu ddikjarawha fis-suċċessjoni, 'il fuq mill- ammont li jkunu diġà ħallsu taxxa u wara li bniedem jieħu in konsiderazzjoni xi spejjeż ikunu għamlu fil-proprjetà, kif ukoll l- inflazzjoni bejn meta ddikjarawha għas-suċċessjoni u d-data li fiha din tinbiegħ.", "Din id-diċerija li jekk tbigħ proprjetà li tkun ġejja minn wirt il-gvern jeħodlok 35% hija qerq, hija gidba!", "Il-gvern jitħallas it-taxxa tal-qligħ li tista' veru titla' sa 35% skond kemm ikun l-introjtu tal-werrieta.", "Però jekk il-werriet huwa pensjonant li għandu biss Lm4,300 - ħalli nġibuh taxxabbli - minn dak li jmissu mill-qligħ żejjed 'il fuq minn kemm iddikjaraw fis-suċċessjoni jkollu parti bil-15%, parti bl-20%, parti bil- 25%, parti bit-30% u mbagħad jasal għal 35%.", "Meta nispjegaw l-affarijiet lin-nies irridu nispjegawlhom sew li mhux veru li l-prezz kollu huwa taxxabbli bil-35% kif qed jipprovaw ipinġuhielhom.", "Mhux veru.", "L-iżball li qed isir huwa li meta n-nies jiġu biex jagħmlu d-dikjarazzjoni tat-trasferiment tal-proprjetà wara l-mewt jiddikjaraw proprjetà ta' valur ogħla b'valur baxx.", "Hemmhekk jeħlu iżjed taxxa.", "Però min verament jiddikjara prezz tas-suq, l-ammont tat-taxxa li se jeħel huwa inqas, l- ammont tat-taxxa li se jeħel huwa simili għal ta' min jixtri appartament, żammu għal erbgħa, ħames jew sitt snin imbagħad biegħu u jħallas it-taxxa fuq il-qligħ li jibqagħlu, u nerġgħu nnaqqsu l-ispejjeż li għamel, innaqqsu l-ispejjeż li għamel għall-kuntratt u nnaqqsu wkoll l-inflazzjoni li jkun hemm.", "Nixtieq infakkar ukoll li nhar l-Erbgħa tal-ġimgħa d-dieħla jagħlaq il- perijodu li fih in-nies għandhom jiddikjaraw il-formoli tat-taxxi tagħhom ħalli din is-sena ma jiġrix bħas-sena li għaddiet u jkun hemm ħafna nies li jippretendu li jimlew il-formola tard.", "Ma jkunx hemm ħafna, imma min ikun imlieha tard jiġi għandna, min jimlieha fil-ħin ma jiġix ikellimna.", "U nispera li n-nies jiddikjaraw dak li għandhom jiddikjaraw fil-formola tat- taxxa.", "Mr Speaker, irrid ngħid minn hawn li min biegħ proprjetà matul is-sena li għaddiet, 2003, li ma kenitx ir-residenza tiegħu għal iżjed minn tliet snin u fuq il-kuntratt ħallas is-7% akkont tat-taxxa, huwa dovut li jiddikjara l- bejgħ ta' din il-proprjetà fil-formola tat-taxxa tiegħu.", "Qed ngħid dan ħalli mbagħad ma jiġrix bħalma ġara fis-snin ta' qabel, li d-dipartiment tat-taxxa jkollu għalfejn joqgħod jibgħat għan-nies għaliex forsi huma jkunu ħasbu - issa qed nagħti d-dubju favur in-nies li ma ddikjarawx - li meta tħallas is-7% tal-prezz kollu int tkun koprejt it-taxxa dovuta.", "Għaliex fis-snin ta' qabel sfortunatament ġara li meta daħlu l-formoli tat- taxxi, id-dipartiment kien qabad u bagħat lura ċ-ċekkijiet - ħafna minnhom tas-7% - lil min ma kienx iddikjara, u llum qed jirrevedu dawk il-files u issa dawn qed jeħlu taxxa, imgħaxijiet u multa.", "Jien ngħid li bniedem irid jara l-każ wieħed wieħed u jara x'jista' jirranġa għaliex hemm ħafna każijiet li huma innoċenti, però mbagħad hemm ukoll każijiet ta' nies li malizzjożament ma ddikjarawx dak li kellhom jiddikjaraw.", "Però minn din is-sena d-dipartiment qed jara li min ikun ħallas taxxa akkont ta' capital gains u ma jiddikjarahiex fil-formola tat-taxxa tiegħu mhux se jirċievi ċ-ċekk lura ta' dawk is-7% li ħallas, imma l-ewwel irid jirranġa l-pożizzjoni tiegħu fil-formola tat-taxxa li jkun mela u mbagħad jekk għandu jieħu lura jieħu lura, jekk għandu jżid iżid u jekk ġie paċi jkun ġie paċi.", "Mr Speaker, huwa importanti li n-nies jifhmu li hemm bżonn li jagħmlu l- obbligu ċiviku tagħhom li jimlew il-formoli tat-taxxi fiż-żmien li suppost.", "Dan iħaffef ix-xogħol lid-dipartiment biex dan ikun jista' jitfa' l- enerġiji tiegħu fuq affarijiet oħrajn importanti u mhux joqgħod jaħli ħin fuq nies li ma jkunux imlew il-formoli tajjeb jew ma mlewhom xejn.", "Nixtieq ngħid li l-poplu Malti biddel il-kultura li ma jimliex dawn il- formoli.", "Illum hawn 'il fuq minn 90%, kważi 96% tan-nies li fiż-żmien preskritt jimlew il-formoli tat-taxxi tagħhom.", "Issa jimlewhomx eżatt jew le, dik hija ħaġa oħra u hija soġġetta għal ċerta investigazzjoni, jekk id- dipartiment jidhirlu li mhumiex mimljin sew jew li mhux id-dħul kollu huwa ddikjarat.", "Però jibqa' l-fatt li by and large il-poplu Malti qiegħed jimla dawn il-formoli.", "Kien hemm ċerti nuqqasijiet li huwa tajjeb li niġbdu l-attenzjoni tan-nies għalihom ħalli l-iżbalji li għamlu qabel, u sfortunatament kellhom jeħlu multi jew taxxi żejda fuqhom, ma jerġgħux jagħmluhom.", "Mr Speaker, il-gvern jemmen li t-taxxa li għandu jiġbor għandu jiġborha.", "Ma rridux niġbru iżjed minn dak dovut, imma nippretendu li dak li għandhom iħallsu n-nies iħallsuh.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada t-Tlieta, 22 ta' Ġunju 2004, fis-6:00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mis-Segretarju Parlamentari.", "Fid-9:30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "ĦAŻNA TA' ILMA FL-AQUIFERS", "6047.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' il-Ministru jinformana f'liema livelli jinsab l-ilma fl-aquifers, u cioe' kemm minnu huwa tajjeb għax-xorb u kemm mhuwiex?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Bħalissa l-pajjiż qiegħed jaħdem biex ikollu livell ta' kwalita' ta' ilma daqs tal-pajjiżi Ewropej.", "Minn testijiet li saru fuq l-ilma li jiġi mtella' mill-aquifers, jidher illi l-chlorides u n-nitrates biss f'xi lokalitajiet jaqbżu l-livelli indikati fid-direttivi ta' l-Unjoni Ewropea.", "Kimiki oħra ma rriżultawx f'dawn it-testijiet.", "Għalhekk il-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma qiegħda tibni mpjanti apposta biex ittejjeb il-kwalita' ta' l-ilma għal-livelli Ewropej.", "AFFARIJIET BARRANIN - BILJETTI TA' L-AJRU", "6117.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk għadhomx in vigore struzzjonijiet biex delegazzjonijiet tal-gvern sejrin barra minn Malta jaqtgħu l-biljetti tagħhom priferibbilment mill-Air Malta direttament?", "Fil- każ tal-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin, jista' jikkonferma li, kuntrarju għal dak li ġie rapportat f'\"The Times\" tad-9 ta' Ġunju 2004, sa ftit ilu kienu qed jinqatgħu l-biljetti kollha mingħand aġenzija, li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li għandha shareholding interest f'Holding Co li fiha huma nvoluti membri tal-familja tal-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin, u dan mingħajr ma jinġiebu kwotazzjonijiet minn travel agents oħrajn?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ma nbidel xejn mill-istruzzjonijiet li kien hemm s'issa dwar biljetti ta' l-ajru.", "Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija, il-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u Promozzjoni ta' l-Investiment diġà wieġeb li d-dipartiment konċernat jitlob kwotazzjonijiet mill-Air Malta u minn aġenzija privata u jordna l-biljetti minn fejn jirriżulta l-irħas.", "AFFARIJIET BARRANIN - BILJETTI TA' L-AJRU", "6120.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jivverifika illi l-Ministeru ta' l- Affarijiet Barranin dejjem ġab quotations għall-biljetti ta' l-ajru mixtrija fiż-żmien li l-Ministru Dalli ilu foreign minister, mingħand tliet kumpanniji ta' l-ivjaġġar separati?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Il-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u Promozzjoni ta' l-Investiment diġà iddikjara li fil-każ ta' biljetti ta' l- ajru d-dipartiment responsabbli jitlob kwotazzjonijiet mill-Air Malta u minn aġenzija privata u jordna l-biljetti minn fejn jirriżulta l-orħas.", "AMBAXXATI – KONTIJIET", "6121.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u Promozzjoni ta' l-Investiment: Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm ambaxxati li bagħtu kontijiet mhux bilanċjati f'din l-aħħar sena jew aktar?", "Liema kienu dawn l-ambaxxati?", "X'kienu l-ammonti nvoluti?", "ONOR.", "JOHN DALLI: L-ambaxxati ta' Malta, kemm f'din l-aħħar sena kif ukoll qabel, dejjem bagħtu l-kontijiet bilanċjati, jiġifieri l-cash book dejjem ġie rikonċiljat mal-bank statement skond il-proċeduri normali ta' accounting.", "AFFARIJIET BARRANIN - BILJETTI TA' L-AJRU", "6122.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jinvestiga jekk il-kumpannija ta' l- ivjaġġar li mingħandha jixtri l-biljetti regolarment il-Ministeru ta' l- Affarijiet Barranin iġġibx ukoll tfajliet mill-Ewropa tal-Lvant f'pajjiżna?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ovvjament din il-mistoqsija tikkonċerna l-operat ta' kumpannija privata.", "M'huwiex ċar jekk l-Onor.", "Interpellant huwiex qiegħed jallega li hemm xi ksur tal-liġi.", "F'dan il-każ hu mistenni jirrapporta lill-awtoritajiet kompetenti.", "COUNTERTRADE", "6123.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għat-Teknoloġija ta' l- Informazzjoni u Investiment: Jista' il-Ministru jgħid x'sar minnha l- kumpannija Countertrade?", "X'pagamenti kien hemm involuti u lil min?", "X'inhi l-konnessjoni tal-Malta Export House mal-kumpannija Countertrade?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "MFSA - BILJETTI TA' L-AJRU", "6125.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jikkonferma li fiż-żmien li l-MFSA kienet taqa' taħt ir-responsabbilta' tal-Ministru Dalli kemm-il darba xtrat biljetti ta' l-ajru mingħand l-aġenzija ta' l-ivjaġġar li ssemmiet f'\"The Times\" riċentement u li tagħmel parti mill-holding company li tinvolvi familjari tal-Ministru Dalli?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: In-numru ta' biljetti ta' l-ajru li nxtraw mingħand Tourist Resources huwa ta' 78.", "SERVIZZ ĊIVILI - UŻU TAL-LINGWA MALTIJA", "6128.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Possibbli l-uffiċċju tal-Prim Ministru jerġa' jagħti struzzjonijiet lill-kapijiet tad-dipartimenti biex jimxu skond ċirkolari OPM 52/87 datata 4 ta' Ġunju 1987 dwar l-użu tal-lingwa Maltija meta jkunu qed jikkorrispondu bejn dipartiment u ieħor u mal-pubbliku, kif ukoll f'formoli uffiċjali wżati fl-istess dipartimenti?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Minn żmien għal żmien joħorġu ċirkolari dwar l-użu tal-lingwa Maltija f'korrispondenza uffiċjali.", "Se jittieħdu l-passi neċessarji biex jiġi mwettaq is-suġġeriment ta' l- Onor. Interpellant biex il-kapijiet tad-dipartimenti jiġu mfakkra dwar l- importanza ta' l-użu tal-lingwa Maltija f'korrispondenza uffiċjali.", "ĦAL-LUQA: SEZZJONI TAL-KWARANTINA - QATTUS MAĦRUB", "6129.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 6086, jista' il-Ministru jwieġeb l-aħħar parti tal-mistoqsija, jiġifieri x'kumpens ta d-dipartiment konċernat lil sid dan il-pet?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Nirriferi lill-Onor.", "Membru għall-aħħar parti tat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 6086.", "GĦAWDEX – KANUNI MAL-FAĊĊATA TAL-KATIDRAL", "6130.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 5946, b'riferenza għall- ittra li nkitbet minn Heritage Malta lill-Katidral ta' Għawdex dwar il- kanuni li hemm quddiem il-faċċata ta' l-istess Katidral, jista' il-Ministru jgħid jekk ittri bħal din inkitbux ukoll lill-katidral ta' l-Imdina u lill- Konkatidral ta' San Ġwann, kif ukoll rigward il-kanuni li hemm quddiem il- Berġa ta' Kastilja u quddiem il-main guard fil-Belt Valletta?", "Jekk it- tweġiba hi fin-negattiv, jista' jgħid għal liema raġuni saret din id- diskriminazzjoni u jekk il-gvern hux lest jikkundanna din id- diskriminazzjoni?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-istess ittra preċiża ntbagħtet għar- rigward il-kanuni indikati mill-Onor Interpellant, ħlief għal dawk tal-main guard għax dawn ma jeżistux, u għal dawk ta' quddiem Kastilja, għax l- arranġamenti f'dan il-każ se jsiru aktar tard.", "GĦAWDEX: NADUR - SKOLA TAD-DRAMA", "6131.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għal Għawdex: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 5950 li oriġinarjament saret lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni, tista' il-Ministru tgħid jekk f'dawn l-aħħar sentejn ingħatawx flus imprest lill-iskola tad-drama fin-Nadur?", "Jekk iva, kemm kienet is-somma li ntnefqet għas-sala tat-teatru ta' l-iskola?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: F'dawn l-aħħar sentejn, il-flus imprest li ngħataw lill-iskola tad-drama fin-Nadur huwa kif jidher hawn taħt:", "Sena 2003 - Lm2,566 Sena 2004 - Lm3,200", "Minn dawn, is-somma ta' Lm114 intnefqet għas-sala tat-teatru ta' l-iskola inkwestjoni.", "MALTA RACING CLUB - ĦATRA TA' MANAGER", "6132.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: Jista' il-Ministru jagħti dettalji dwar il-proċess tal-ħatra tal-manager tal-Malta Racing Club?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-persuna li qed taġixxi ta' amministratur fil-Malta Racing Club hija uffiċjal pubbliku li ġie assenjat dan ix-xogħol wara li ċ- chairman tal-Malta Racing Club talab li l-kumitat konċernat ikollu l- assistenza ta' uffiċjal pubbliku.", "GOZO CHANNEL - MOLLIJIET", "6133.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għat-Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u Investiment: Jista' il-Ministru jgħid xi drittijiet għandha l-Gozo Channel fuq il-mollijiet tal-port ta' l-Imġarr, Sa Maison u Ċirkewwa?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "ĦAŻ-ŻEBBUĠ: TRIQ SANTU ROKKU - CULVERT", "6134.", "L-ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO staqsa lill-Ministru għall- Iżvilupp Urban u t-Toroq: In vista tal-fatt li qed isiru xogħlijiet biex titranġa Triq l-Imdina, Ħaż Żebbuġ, jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb biex il-culvert li hemm fi Triq Santu Rokku, Ħaż Żebbuġ tiġi mibdula f'waħda aktar wiesgħa minħabba li din taqsam Triq l-Imdina qabel ma tispara f'Wied is-Sewda?", "Huwa magħruf li din il-culvert mhux qed tlaħħaq ma' l- ilma li jinġabar fi Triq Santu Rokku waqt il-maltemp u jkun dnub jekk nerġgħu naqilgħu t-triq fil-futur għax ma nkunux ħsiebna għal dak li hemm bżonn isir.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Bħala parti mill-proġett ta' kostruzzjoni ta' Triq l-Imdina, hemm ippjanat li jsir culvert għall-ilma tax-xita tul Triq l- Imdina sa Wied is-Sewda hekk kif imsemmi mill-Onor.", "Interpellant.", "L-istess xogħol mistenni jinkludi wkoll il-bini ta' catchments għal ġbir ta' l-ilma fil-bidu ta' kull side street kif ukoll manholes li jkunu jistgħu jintużaw biex jitqabbdu culverts ġodda fil-futur.", "REĠISTRU PUBBLIKU - TWELID TA' TRABI", "6135.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm twieldu trabi lil koppji miżżewġin, sena b'sena matul is-snin 2000, 2001, 2002 u 2003?", "Jista' jgħid kemm twieldu trabi lil koppji mhux miżżewġin fl-istess żmien?", "ONOR.", "TONIO BORG: Fir-reġistru pubbliku ma tinżammx statistika tat- tagħrif kif mitlub mill-Onor.", "Interpellanti.", "Din l-informazzjoni toħroġ mill-uffiċċju nazzjonali ta' l-istatistika li ma jaqax taħt id-dekasteru tiegħi.", "Madankollu dawn informawni bid-dettalji kif murija fit-tabella ta' hawn taħt:", "|Sena |Twelid ta'|Twelid ta'|Total| | |trabi |trabi | | | |fiż-żwieġ |barra | | | | |miż-żwieġ | | |2000 |3,922 |464 |4,386| |2001 |3,436 |499 |3,935| |2002 |3,337 |569 |3,906|", "RAĦAL ĠDID - WIRE TAD-DAWL", "6136.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għat-Teknoloġija ta' l- Informazzjoni u Investiment: Jista' il-Ministru jara li l-wire li hemm quddiem residenza f'Raħal Ġdid, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, jinbidel peress li huwa perikoluż?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "BORD TA' L-GĦAŻLA - OFFSET PERFECTING 2 COLOUR MACHINE", "6137.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid min kienu l-membri tal-bord ta' l-għażla fir- rigward tal-makna offset perfecting 2 colour machine li għadha kif ġiet approvata?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Il-membri tal-bord ta' l-għażla fir-rigward tal- makna offset perfecting 2 colour machine li għadha kif ġiet approvata kienu dawn:", "|Charles |Chief Printer | |Sammut | | |Ray Zammit |Assistant Chief | | |Printer | |Alex Cutajar|Press Inspector | | |(Offset Section) |", "KWESTJONARJU DWAR IL-KONĊETT TA' MEDJAZZJONI", "6138.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk ġiex ippreparat, b'mod dirett jew indirett, xi tip ta' kwestjonarju sabiex jiġi stabilit x'inhi r-reazzjoni tal-pubbliku dwar il-konċett ta' medjazzjoni?", "ONOR.", "TONIO BORG: Kwestjonarju għadu ma sarx sal-lum u dan billi kien diġa' maħsub li jsir wara sitt xhur.", "Fil-fatt il-Kummissjoni Familja għandha tul is-sajf tieħu ħsieb tesegwih.", "VAT DEPARTMENT – KAŻ DWAR CASH REGISTER", "6139.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: B'riferenza għad-dokument li qed jintbagħat separatament, jista' il-Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li d-dipartiment tal-VAT ma jridx jindaga t- talba hemm spjegata?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Il-cash register indikat fil-mistoqsija nxtara b'sussidju mogħti mill-gvern fis-sena 1994.", "Kienet il-proċedura ta' dak iż- żmien li cash registers mixtrija b'sussidju jiġu ritornati lid-dipartiment meta negozju jingħalaq, bħalma kien f'dan il-każ, biex b'hekk jiġi trasferit għal negozju ieħor.", "Jirriżulta li l-cash register imsemmi kien ġie trasferit fuq negozju ieħor.", "Id-dipartiment tal-VAT se jitlob kopja ta' dawn id-dokumenti sabiex ikun jista' jindaga jekk ikun il-każ.", "SAN ĠILJAN - ARTIJIET", "6140.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 6069, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid liema partijiet mill-art murija bil- burdura ħamra hija mikrija?", "Jista' f'kull każ jgħid għal liema skopijiet hija mikrija?", "ONOR.", "TONIO BORG: It-tagħrif mitlub hu kif jidher fuq il-pjanta li tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni fis-seduta.", "STAMPERIJA TAL-GVERN", "6141.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jara li kull meta tiżviluppa xi problema fl- istamperija tal-gvern li taffettwa x-xogħol, id-direttur u ċ-chief printer jindirizzaw l-istaff b'mod diċenti u mhux bl-użu ta' kliem xejn deni u oxxen u ta' theddid?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub ikun aktar speċifiku għax il-mistoqsija hija vaga ħafna.", "STAMPERIJA TAL-GVERN - IMAGESETTER", "6142.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li l-imagesetter (CREO) fl- istamperija tal-gvern li għadha kif ġiet stallata mhijiex l-istess waħda bħal dik li kienet inħarġet it-tender oriġinali?", "Jista' jgħid għalfejn din il-bidla kienet awtorizzata u x'differenza kien hemm fil-prezz, jekk kien hemm?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-imagesetter (CREO) li ġiet stallata fl- istamperija tal-gvern hija l-istess waħda li ġiet awarded fit-tender oriġinali - CREO Dolev 800 V2 Imagesetter.", "Ma kien hemm ebda bidla mill- award oriġinali u għalhekk ma kien hemm ebda differenza fil-prezz.", "STAMPERIJA TAL-GVERN - IMAGESETTER", "6143.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid, wara l-istallazzjoni ta' l-imagesetter – CREO - kemm ġew minfuqa flus s'issa fuq films u kimika?", "Jista' jgħid jekk hemmx xi ħsieb li l-istess films u kimika jibdew jinxtraw permezz ta' l- offerti?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Wara l-istallazzjoni ta' l-imagesetter – CREO - il-flus minfuqa f'films u kimika kienu hekk:", "|Films 711mms x|Lm2009 | |60m | | |Films 508 mms |Lm1172 | |x 60m | | |Kimika |Lm145 |", "Il-films u l-kimika mixtrija huma skond kif irrikkmandat mill-manifattur ta' l-istess imagesetter u marbuta mal-garanzija ta' l-istess makna.", "Il- films u l-kimika jiġu mixtrija skond ir-regolamenti finanzjarji.", "FORTI CHAMBRAI", "6144.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għat-Teknoloġija ta' l- Informazzjoni u Investiment: Jista' il-Ministru jgħid x'passi se jieħu l- gvern fil-konfront ta' l-iżviluppaturi ta' Forti Chambrai li kisru l- kundizzjonijiet tal-kuntratt li bih ingħataw il-proprjeta'?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "MALTA ENTERPRISE - PERIT", "6145.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u Promozzjoni ta' l-Investiment: B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 6080, jista' il-Ministru jivverifika l-fatti għax jien għandi fil-pussess tiegħi korrispondenza ffirmata minn perit, li ismu qed jintbagħat separatament, f'isem l-MDC?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ninsab informat li la l-Malta Enterprise u lanqas il- Malta Development Corporation ma mpjegaw lil xi persuna bl-isem il-ġdid indikat mill-Onor.", "Interpellant.", "Madankollu perit bl-isem indikat fil- mistoqsija oriġinali 6080 huwa mpjegat mal-Malta Industrial Parks Limited.", "GŻIRA - KANNA TA' L-ILMA", "6146.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għat-Teknoloġija ta' l- Informazzjoni u Investiment: Jista' il-Ministru jinvestiga x'inhi r-raġuni li, minkejja l-bdil tal-kanna ta' l-ilma fit-toroq, Luqa Briffa, Mattew Pulis u Nazju Ellul fil-Gżira, l-ilma mill-vit xorta għadu kulur is-sadid?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "AIR MALTA - TITJIRIET BI PREZZ SUSSIDJAT", "6147.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għat-Teknoloġija ta' l- Informazzjoni u Investiment: Jista' il-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' passiġġieri li ġew Malta bit-titjiriet ta' l-Air Malta bi prezz sussidjat sabiex jivvotaw fl-elezzjoni tal-MEP's?", "Kemm ġie jiswa dan is- sussidju?", "Dan is-sussidju jagħmel tajjeb għalih il-gvern jew l-Air Malta?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "BIRKIRKARA - TRIQ OLAF GOLLCHER", "6148.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jgħid meta se tinfetaħ Triq Olaf Gollcher f'Birkirkara peress li din it-triq hi importanti għar-residenti ta' din l- area għax tgħaqqad il-bypass ta' Birkirkara mal-parti l-qadima tar-raħal?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: It-triq imsemmija ġiet spezzjonata minn perit ta' l-awtorita' dwar it-trasport u nstab illi biex din tkun tista' tinfetaħ jeħtieġ li tittieħed parti minn għalqa li tinsab fit-tarf ta' din it-triq.", "L-awtorita' mistennija tikkunsidra t-talba ta' l-Onor.", "Interpellant sabiex tara x'inhu l-aħjar li jsir.", "LIĊENZJI TAL-KUMMERĊ", "6150.", "L-ONOR.", "MICHAEL ASCIAK staqsa lill-Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 5934 u jgħid jekk persuna jkollu permess ta' ħanut fuq ismu u dan jiġi boarded out b'invalidita', jistax iżomm il-permess tal-ħanut fuq ismu u jaħdem it- tifel?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Billi r-regolamenti fil-liġi tal-kummerċ ma jiddistingwux bejn l-istat ta' saħħa ta' l-applikant jew liċenzjat, din il- materja ta' saħħa ma titteħidx inkunsiderazzjoni fil-ħruġ tal-liċenzja tal- kummerċ.", "Mill-banda l-oħra dan huwa bla preġudizzju għal xi kundizzjonijiet li jaqgħu taħt il-liġi tas-servizzi soċjali għal min qed jirċievi xi benefiċċju soċjali dwar invalidita'.", "Li wieħed ikollu liċenzja fuq ismu, mhux impedut li jimpjega sew lil ibnu jew persuna oħra biex tmexxi n-negozju.", "Jekk mill-banda l-oħra liċenzjat irid jittrasferixxi l-liċenzja fuq terza persuna - f'dan il-każ ibnu - il- persuna liċenzjata tkun meħtieġa tapplika fit-taqsima tal-kummerċ fuq il- formola apposta.", "SPTAR MATER DEI - PROVVISTA TA' ĦOBŻ", "6151.", "L-ONOR.", "MICHAEL ASCIAK staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l- Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 5563 u jgħid meta jiftaħ l-isptar il-ġdid f'Tal Qroqq it-tender għall- provvista tal-ħobż hux se tkun miftuħa għal kulħadd?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: F'dan l-istadju għadu kmieni li tingħata informazzjoni ta' kif se ssir il-provvista tal-ħobż minħabba li hemm alternattivi varji dwar kif il-proċess ta' l-ikel se jkun.", "ĦAL-LIJA: SKOLA PRIMARJA - TWAQQIGĦ TA' ĦAJT", "6154.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: Jista' il-Ministru jieħu l-passi meħtieġa biex ħajt li waqa' fil-ground ta' l-iskola primarja ta' Ħal-Lija jiġi rranġat?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Tlabt li l-ilment imqanqal mill-Onor.", "Membru jiġi investigat u jittieħdu l-passi skond il-ħtieġa.", "KUMMISSJONI GĦALL-PROMOZZJONI TA' L-UGWALJANZA BEJN L-IRĠIEL U N-NISA - ĦADDIEMA", "6155.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru tal-Familja u tas- Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid kemm hu n-numru ta' nies jaħdmu mal-kummissjoni għall-promozzjoni ta' l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n- nisa?", "Tista' tgħid mill-budget allokat lil din il-kummissjoni għal din is- sena kemm intnefaq s'issa u fiex?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: In-numru ta' persuni li jaħdmu mal-kummissjoni għall-promozzjoni ta' l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa hu sebgħa.", "L- ammont allokat din is-sena għal din il-kummissjoni hu Lm72,000.", "Tabella bl-informazzjoni mitluba fl-aħħar parti tal-mistoqsija tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni fis-seduta.", "ĦAL TARXIEN - TRIQ L-ARKATA NORMANNA", "6156.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jgħid fiex waslu l-pjani biex Triq l-Arkata Normanna f'Ħal Tarxien tiġi asfaltata?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: It-triq imsemmija ġiet inkluża fil-programm ta' kostruzzjoni ta' toroq li se jsiru mid-direttorat u x-xogħol isir aktar 'il quddiem skond il-prioritajiet li jkollu quddiemu d-direttorat.", "ĦAL TARXIEN - TRIQ LEONARDU ABELA", "6157.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jgħid fiex waslu l-pjani sabiex Triq Leonardu Abela p/o Triq iż-Żejtun f'Ħal Tarxien tiġi asfaltata?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 142.", "ĦAL TARXIEN - TRIQ DANIEL CECY", "6158.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jgħid fiex waslu l-pjani sabiex Triq Daniel Cecy f'Ħal Tarxien tiġi asfaltata?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 1567.", "ĦAL TARXIEN - TRIQ IL-KURUNELL MAS", "6159.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jgħid fiex waslu l-pjani sabiex Triq il- Kurunell Mas f'Ħal Tarxien tiġi asfaltata?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 1574.", "ĦAL TARXIEN - TRIQ ANĠLU MANGION", "6160.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jgħid fiex waslu l-pjani sabiex Triq Anġlu Mangion f'Ħal Tarxien tiġi asfaltata?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 1566.", "ĦAL TARXIEN - TRIQ DUN KARM SANT", "6161.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jgħid fiex waslu l-pjani biex Triq Ġdida fi Triq Dun Karm Sant f'Ħal Tarxien tiġi asfaltata?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 1570.", "ELEZZJONIJIET TAL-PARLAMENT EWROPEW", "6169.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 6093 u jgħid min tefa' l-offerta għall-provvista tat-trasport lill-kummissjoni elettorali għall-elezzjonijiet tat-12 ta' Ġunju 2004?", "Min rebaħ din it- tender?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Għall-elezzjonijiet tat-12 ta' Ġunju 2004 intefgħu offerti minn dawn il-kuntratturi:", "1.", "Għall-provvista ta' karozzi bix-xufier: Paramount garages, Executive transport co-op Ltd, Demicoli garage, Peppin garage Ltd, Mikalkris Ltd u First Coaches;", "2.", "Għat-trasport ta' kaxex tal-voti u persuni li jakkumpanjawhom (Malta): Public transport association u Unscheduled bus service;", "3.", "Għat-trasport ta' assistenti kummissjonarji elettorali: Executive transport co-op ltd u Co-op services ltd;", "4.", "Għat-trasport ta' persuni minn u lejn is-sala ta' l-għadd tal-voti f'Ta' Qali: Executive transport co-op ltd u Co-op services ltd;", "5.", "Għat-trasport ta' kaxex tal-voti u persuni li jakkumpanjawhom (Għawdex): Amabile Zammit f'isem il-Gozo bus owners association;", "6.", "Għat-tqassim ta' kaxex tal-voti, poloz tal-votazzjoni u dokumenti oħrajn: Public transport association u Unscheduled bus services", "L-offerti ntrebħu minn dawn il-kuntratturi: 1.", "Paramount garages 2.", "Unscheduled bus service 3.", "Co-op services ltd 4.", "Co-op services ltd 5.", "Amabile Zammit f'isem il-Gozo bus owners association 6.", "Public transport association", "GOZO CHANNEL - ŻIEDA FIN-NOLLIJIET", "6171.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għal Għawdex: Peress li issa t-tariffi tal-Gozo Channel għolew, tista' il-Ministru tgħid jekk u meta se tiżdied l-għajnuna lill-ħaddiema u studenti Għawdxin inkonsegwenza ta' din iż-żieda?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 5274.", "Il-kumpens għaż-żieda fin-nollijiet qed jiġi kkunsidrat mill-ministeru tal-finanzi.", "GOZO CHANNEL - ĦADDIEMA TAL-KAFETTERIJA", "6172.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għat-Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u Investiment: Jista' il-Ministru jgħid jekk il-pożizzjoni dwar il-ħaddiema tal-kafetterija tal-Gozo Channel hux se tiġi riveduta u jekk wara Ottubru 2004 dawn humiex se jibqgħu mal-Gozo Channel jew hux se jitkeċċew?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "ŻEJTUN: MALTAPOST BRANCH - KAXXA TA' L-ITTRI", "6175.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għat-Teknoloġija ta' l- Informazzjoni u Investiment: Possibbli li l-Maltapost tikkunsidra li fil- branch li fetħet fi Triq id-Duluri, fiż-Żejtun tagħmel kaxxa ta' l-ittri biswit il-branch għax m'hemmx waħda fil-viċinanzi u din il-kaxxa tkun handy ħdejn il-branch tal-posta?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "SPTAR SAN LUQA - OCCUPATIONAL THERAPISTS", "6176.", "L-ONOR.", "JOSEPH ABELA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l- Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm occupational therapists reġistrati ma' l-isptar San Luqa?", "Jista' jgħid kemm hemm occupational therapists reġistrati ma' l-isptar San Luqa imma qegħdin jaħdmu l-isptar Zammit Clapp jew inkella f'postijiet oħra?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Fl-isptar San Luqa hemm reġistrati 28 occupational therapists.", "Ma' dawn wieħed irid iżid 11-il occupational therapists oħra li qegħdin jagħmlu sentejn rotation ma' l-isptarijiet kollha, fosthom fl- isptar San Luqa.", "Minn dawn l-occupational therapists fl-isptar San Luqa, sebgħa qegħdin jaħdmu fl-isptar Zammit Clapp, wieħed qiegħed jaħdem fl-institute of health care, wieħed qiegħed jaħdem fl-isptar ġenerali ta' Għawdex u wieħed jinsab misluf mal-kummissjoni nazzjonali persuni b'diżabilita'.", "BIEDJA – GĦAQDIET TAL-PRODUTTURI", "6180.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid fiex waslu t-tħejjijiet biex jitwaqqfu organizzazzjonijiet tal-produtturi fost il-bdiewa Maltin u Għawdxin?", "Kemm hemm ħsieb li jitwaqqfu minn dawn l-organizzazzjonijiet?", "Jista' jgħid jekk inġabux xi Taljani biex jgħinu fit-twaqqif ta' dawn l-organizzazzjonijiet?", "Jista' jgħid jekk il-korsijiet u t-taħriġ li għamlu kienx bit-Taljan u jekk min attenda għalihom kenux kollha jafu bit-Taljan?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Fit-28 ta' Ġunju 2002 ġie pubblikat Att Nru. IX ta' l-2002 li jirregola t-twaqqif ta' l-għaqdiet tal-produtturi.", "Sussegwentement inħarġet legal notice (LN 62/2004) li tagħti aktar dawl fuq l-istess att.", "M'hemm l-ebda limitu ta' kemm jistgħu jitwaqqfu għaqdiet tal- produtturi diment li jirrispettaw l-istess att, pero' fil-kontest lokali n- numru ta' l-għaqdiet tal-produtturi li jistgħu jitwaqqfu jista' ma jkunx kbir ħafna.", "Interess fost il-bdiewa hawn, tant hu hekk li taħt il-pre- accession aid biex jitwaqqfu għaqdiet ta' produtturi applikaw erbgħa u l- applikazzjoni tagħhom qed tiġi proċessata.", "L-applikazzjonijiet għal skemi simili post-accession dalwaqt jinfetħu.", "Permezz tal-Ħames Protokol Taljan, l-Istituto agronomico Mediterraneo ta' Bari qiegħed jorganizza programm ta' informazzjoni u taħriġ li jkopri x- xhur ta' Ġunju u Lulju dwar it-twaqqif u l-immaniġġjar ta' għaqdiet tal- produtturi fil-kontest tal-biedja.", "Is-suġġetti li qed ikunu trattati jieħdu inkunsiderazzjoni kull aspett tal-liġi lokali kif ukoll dik ta' l- Unjoni Ewropea.", "Fil-korsijiet ta' taħriġ tista' tintuża sew il-lingwa Taljana kif ukoll dik Ingliża.", "F'każi fejn xi ħadd ma jifhimx bit-Taljan - f'dan il-każ kienet persuna waħda - issir traduzzjoni għal Malti mill-uffiċjali tal-ministeru.", "BDIEWA - SUSSIDJU", "6181.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid matul din is-sena x'tip ta' sussidji se jingħataw il-bdiewa lokali?", "Fuq liema prodotti?", "Kemm se jkun dan is- sussidju?", "Kif se jinħadem il-livell tas-sussidju lil kull bidwi?", "Meta hu maħsub li jitħallas?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 3157 fejn jista' isib it-tagħrif mitlub dwar it-tip u l-ammont ta' sussidji li se jingħataw il-bdiewa lokali matul din is-sena.", "Il-metodu kif jinħadem il-livell ta' dawn is-sussidji lil kull bidwi jvarja minn settur għal ieħor, iżda f'kull każ huwa marbut mal-livell ta' produzzjoni.", "MEPA - PA 6986/99", "6182.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid jekk il-persuna li applikat għal xogħol - file no PA 6986/99 - inħarġiliex refusal għat-talba tagħha?", "Meta wasal għand din il-persuna dan ir-refusal?", "X'passi se tieħu l-MEPA biex tinforza d-deċiżjoni tagħha dwar ix-xogħol illegali li sar f'dan il-post?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: L-applikant irċieva r-refusal notice mingħand il- MEPA fis-27 ta' Mejju 2004 wara diversi attentati.", "L-applikant għandu 30 ġurnata mid-data tas-27 ta' Mejju 2004 sabiex jissottometti appell quddiem il-bord ta' l-appell dwar l-ippjanar.", "Fl-assenza ta' dan il-MEPA tadotta l- proċeduri normali, kif stipulat mil-liġi.", "MEPA APPELL PA 0726/01", "6183.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid meta l-MEPA beħsiebha tipproċessa appell PA 0726/01 għax id-dewmien li jsir ix-xogħol meħtieġ qed iwassal għal tbatija kbira għall-persuna anzjana li ma tistax titla' taraġ?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Rigward appell PA 0726/01 irrid ngħid li l- appell ġie deċiż fis-16 ta' April 2004.", "Fl-10 ta' Mejju 2004 intbagħtet ittra lill-perit ta' l-applikant sabiex jissottometti żewġ pjanti.", "Dawn waslu fl-uffiċċju tal-bord ta' l-appell nhar il-Ġimgħa 11 ta' Ġunju 2004 u ġew iffirmati miċ-chairman tal-bord dakinhar stess.", "Fis-16 ta' Ġunju, is- sanitary engineering officer bagħat il-file lura lill-bord ta' l-appell li għadda l-file lis-segretarju tad-development control commission sabiex jinħareġ il-permess.", "MEPA - SPECIAL AREA OF CONSERVATION", "6184.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid liema huma l-inħawi f'Malta u Għawdex li hemm ħsieb li jiġu kklassifikati bħala special area of conservation u liema bħala special area of protection skond direttivi ta' l-Unjoni Ewropea?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Kif jaf tajjeb l-Onor.", "Membru, il-MEPA ħarġet għal skrutinju pubbliku numru ta' siti.", "Preżentament il-gvern qed jevalwa s-siti proposti u fi żmien qasir ikun hemm deċiżjoni.", "DIPARTIMENT TAL-KUNTRATTI", "6185.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk id-dipartiment tal-kuntratti pubbliċi hux armat biżżejjed b'riżorsi meħtieġa biex jipproċessa x-xogħol ġdid li żdiedlu bid-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea u l-offerti għall- kuntratti li għandhom x'jaqsmu ma' proġetti/programmi li fihom hemm finanzjament mill-Unjoni Ewropea?", "Qed jaqa' lura dan ix-xogħol b'periklu li jitilfu l-fondi mfittxija?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Matul l-aħħar sentejn id-dipartiment tal-kuntratti ssaħħaħ kemm f'dak li hu personnel kif ukoll apparat (computers) biex ikun jista' ilaħħaq max-xogħol addizzjonali li se jiltaqa' miegħu b'riżultat tad- dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea.", "Ingħata wkoll ħafna training.", "Id- dipartiment issa se jkollu wkoll żewġ diretturi oħra biex jgħinu lid- direttur ġenerali.", "Ma jidhirx li x-xogħol qed jaqa' lura jew li ntilfu xi fondi tort tad-dipartiment.", "RAĦAL ĠDID - GĦAJNUNA SOĊJALI", "6195.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru tal-Familja u tas- Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tara li l-persuna, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, titħallas l-ammont dovut lilha rappreżentanti għajnuna soċjali (tal-bolol) li hi intitolata għalihom u dan għall-perjodu ta' bejn l-1 ta' April 2003 u t-22 ta' Lulju 2003?", "Tista' il-Ministru tgħid għalfejn ittieħed dan iż-żmien kollu biex isir dan il-ħlas?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Il-persuna indikata mill-Onor.", "Interpellant ġiet informata bil-każ tagħha.", "INFERMIERA TA' NAZZJONALITA' BARRANIJA", "6196.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l- Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 6002 u jgħid x'inhuma l-kriterji stabiliti li jintużaw biex nurses barranin jiġu reġistrati Malta?", "Possibbli jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja ta' dawn il-kriterji?", "Dawn il-kriterji huma l-istess kif użati f'pajjiżi oħra ta' l-Unjoni Ewropea?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Il-kriterji wżati mill-kunsill ta' l-infermiera u qwiebel biex jirreġistra nurses barranin huma l-istess bħal dawk użati biex jirreġistra nurses Maltin.", "Dawn il-kriterji huma l-istess bħal dawk użati f'pajjiżi oħra ta' l-Ewropa.", "Kopja tal-kriterji tpoġġiet fuq il-mejda tal- Kamra aktar kmieni fis-seduta.", "VAPURI REĠISTRATI TAĦT IL-BANDIERA MALTIJA", "6197.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jispjega fid-dettall għaliex il-vapuri reġistrati taħt il-bandiera Maltija għadhom mhux konformi mal-ħteġijiet ta' l-international ship & port facility security code ta' l-organizzazzjoni MIO?", "Jista' jagħti assigurazzjoni li dak li għandu jsir isir sa l-1 ta' Lulju 2004 skond ma hu impost mill-istess ISPS?", "Jista' jgħid x'konsegwenzi jkun hemm għar-reġistru Malti jekk Malta ma taderixxiex ruħha ma' dak mitlub sa l-1 ta' Lulju 2004?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Il-provvedimenti tal-konvenzjoni SOLAS dwar l- international ship and port facility security code jidħlu fis-seħħ fl-1 ta' Lulju 2004.", "Il-bastimenti kollha li joperaw fuq vjaġġi internazzjonali jridu jkunu konformi sa dik id-data.", "L-operaturi tal-bastimenti Maltin qegħdin jirsistu biex il-bastimenti tagħhom ikunu konformi kif meħtieġ.", "Numru sew minn dawn diġa' ġew ċertifikati, waqt li numru sew ieħor qegħdin fil-fażi ta' ċertifikazzjoni.", "Mill-1 ta' Lulju 2004 dawk il-bastimenti li ma jkunux ċertifikati jistgħu jiġu miżmuma milli jbaħħru.", "BELT VALLETTA - XIRI TA' DJAR MILL-INKWILINI", "6198.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Peress li n-nies li jgħixu fl-appartamenti tal-gvern ġewwa City Gate fil-Belt Valletta kellhom żewġ okkażjonijiet sabiex jintavolaw petizzjoni sabiex jiġi konċess lilhom id-dritt li jixtru u jakkwistaw l-appartamenti minnhom okkupati b'possession and use, u peress li nifhem li kien hemm xi intoppi sabiex dan isir pero' il-gvern kien wiegħed li se jieħu l-miżuri neċessarji sabiex dan iseħħ, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħarraf lil din il-Kamra jekk il-gvern attwalment ħax dawn il-miżuri u jekk le, meta beħsiebu jeħodhom?", "ONOR.", "TONIO BORG: L-amendi f'Kapitolu 88 ta' l-Ordinanza dwar Akkwist ta' Proprjeta` għall-Skopijiet Pubbliċi saru u ġew fis-seħħ f'Marzu 2003.", "Il- gvern issa jista' jixtri t-titolu ta' pussess u użu billi jikkapitalizza l- kera bil-1%.", "Id-dipartiment ta' l-artijiet jieħu l-passi neċessarji skond dawn l-amendi kemm għal din il-lokalita' kif ukoll għal ħafna lokalitajiet oħra, dejjem skond ir-riżorsi finanzjarji li għandu a dispożizzjoni tiegħu.", "DETOX CENTRE", "6199.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l- Kura fil-Komunita': Peress illi xi żmien ilu l-Ministru kien ta ħjiel li kien beħsiebu jittrasferixxi ċ-ċentru tad-Detox band'oħra, u peress illi għadda ħafna żmien minn dakinhar, jista' jgħid jekk il-gvern għadux deċiż li jagħmel dan?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nitlob l-Onor.", "Interpellant jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat."]} {"filename": "20071107_586d_par.doc", "date": "2007-11-07", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Uffiċjali u Rivedut) L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 586 L-Erbgħa, 7 ta' Novembru, 2007 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 586", "L-Erbgħa, 7 ta' Novembru, 2007", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.02 p.m.", "Talba", "Seduta Nru. 586", "L-Erbgħa, 7 ta' Novembru, 2007", "WERREJ", "MINUTI 206", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 206", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA DIVERSI LIĠIJIET DWAR IR-RIŻORSI TA' L-ENERĠIJA (It-Tielet Qari)", "VARIOUS LAWS (ENERGY RESOURCES) (AMENDMENT) BILL (Third Reading) 211", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR L-AWTORITA' TAD-DJAR (It-Tieni Qari)", "HOUSING AUTHORITY BILL (Second Reading) 211", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JIMPLIMENTA MIŻURI TA' L-ESTIMI (It-Tieni Qari)", "BUDGET MEASURES IMPLEMENTATION BILL (Second Reading) 216", "AĠĠORNAMENT 230", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 235", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 585 li saret fis-6 ta' Novembru, 2007 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "IMPJEGATI 'L FUQ MINN 61 SENA", "28260.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joe Debono Grech) staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Kemm kellu mpjegati li għandhom 'il fuq minn 61 sena fil-ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn Jannar 2007 sal-lum?", "Min huma, x'pożizzjoni għandhom u fejn qegħdin jaħdmu?", "Dawn jaħdmu full time jew part time?", "X'salarju jew rata jitħallsu biha u minn liema distrett elettorali ġejjin?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (Segretarju Parlamentari) (f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern): L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant hi kif tidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal- Kamra.", "DIRECT ORDERS", "28262.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joe Debono Grech) staqsa lill- Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Ingħataw direct orders minn Jannar 2007 sal-lum mill-ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?", "F'każ li fl-affermattiv, kemm ingħataw u għal liema raġuni?", "Kemm kien l-ammont u min ingħata d-direct order separatament?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern): L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant hi kif tidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Teżisti regola għall-membri tal-Kabinett dwar l-ammont ta' flus li huma jistgħu jawtorizzaw għal direct orders?", "Jekk iva, kemm hu dan l-ammont?", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Safejn naf jien teżisti regola, l-ammont huwa akbar minn dak indikat f'din ir-risposta, pero' m'għandix l-informazzjoni eżatta.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Ladarba teżisti regola, li żgur m'hijiex ta' aktar minn Lm28,000 jew Lm88,000 għal direct order, x'inhi r-raġuni li l-ministri tal-Kabinett ma jżommux magħha?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Safejn naf jien ir-regola tlaħħaq mal-Lm250,000 għal kuntratt wieħed u ninsab ċert li din ma nkisritx.", "F'każ li inti diġa' jkollok kuntratt għaddej ma' De La Rue għall-produzzjoni ta' passaporti, kif inhu l-ammont il-kbir f'din it-tabella, ovvjament il-ministru jkompli bl-istess xogħlijiet magħhom u probabbilment bl-istess prezzijiet.", "Hemm il- probabbilta' li jkunu nġabu quotations oħrajn, pero' meta jkun sar xogħol inizjali mal-kuntratt oriġinali, kif hawn f'dan il-każ ta' ħruġ ta' passaporti, wieħed jimxi skond dawk ir-regoli.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jiġifieri l-Onor.", "Abela qed jgħid li ministru jista' jagħti direct order sa Lm250,000?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Le, hawnhekk m'aħniex qed nitkellmu dwar construction imma dwar xiri ta' passaporti.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Ippermettuli ftit.", "Nitlob lill-Onor.", "Farrugia jerġa' jagħmel il-mistoqsija tiegħu.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Sur President, aħna qegħdin hawnhekk biex nagħmlu d- dover tagħna.", "Allura jien fid-dritt li nistaqsi x'inhi r-regola u kemm hu l- ammont li ministru jista' japprova għal direct order, għax hawnhekk s'issa ssemmew żewġ ċifri.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Tonio Fenech.", "ONOR.", "TONIO FENECH (Segretarju Parlamentari): Sur President, jien staqsejt għal xiex qed jirriferi għax fir-realta' hemm regoli differenti u din għalhekk teċċedi s-somma għax direct order suppost hija ta' madwar €55,000.", "Għall-kostruzzjoni għandek €2 miljuni, imma din m'hijiex dwar kostruzzjoni.", "Jekk it-tip ta' xirja hija partikolari u hemm ġustifikazzjonijiet li hemm specifications u features li inti taf li mingħand wieħed biss tista' tixtri dak il-prodott jew servizz li qed tfittex, jista' jintalab permess speċjali lid-direttur tal-kuntratti - għax issa kollox skond il-liġi ta' l-Unjoni Ewropea - u jekk ikun hemm il- ġustifikazzjoni, tkun tista' tiġi eċċeduta.", "Probbabilment f'dan il-każ hekk ġara' għax li kieku ma tkunx approvata li taqbeż dik is-somma.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jiġifieri li dak kollu li qed jiġi dokumentat hawnhekk, għadda minn dan l-iskrutinju li qed jgħid is-segretarju parlamentari.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Kull direct order bilfors trid tiġi approvata mill- ministeru tal-finanzi.", "L-ebda dipartiment jew ministeru ieħor ma jista' jawtorizza direct order.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mela l-prattika hi li direct order li taqbeż il- €55,000 trid tiġi kkonfermata mid-dipartiment tal-finanzi, fir-rigward ta' kostruzzjoni sa €2 miljun tista' tiġi mogħtija direct order u lil hemm minn din is-somma, again irid jintalab il-permess tal-ministru tal-finanzi.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Meta jaqbeż il-limitu li jippermetti d-direct order imbagħad irid japprovaha d-direttur ġenerali tad-dipartiment tal-kuntratti.", "Għax il-ministeru tal-finanzi huwa wiesa'.", "Wieħed huwa d-direttur ġenerali ta' l-operazzjonijiet u l-ieħor huwa d-direttur ġenerali biex ikun hemm trasparenza.", "Ma jistax jeħodha wieħed waħdu.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jiġifieri hemm kumitat apposta jew semai l-uffiċċju ta' dan id-direttur partikolari u l-istaff ta' taħtu?", "ONOR.", "TONIO FENECH: Meta d-direct order tkun within the limits, jiddeċiedi japprovahiex jew le d-director general operations fil-ministeru tal- finanzi.", "Meta taqbeż il-limitu, trid tinkiteb l-ispjega għaliex u tmur quddiem il-kumitat tad-dipartiment tal-kuntratti.", "Jekk tiġi approvata mbagħad japprovaha d-direttur ġenerali tad-dipartiment tal-kuntratti.", "Dik hija l-proċedura.", "NEFQA FUQ PETROL", "28263.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joe Debono Grech) staqsa lill- Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Kemm kienet in-nefqa fuq petrol mill-ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, eskluż l-użu ġenerali, separatament minn Jannar 2007 sal-lum?", "Liema uffiċjali huma intitolati għal petrol imħallas mill-gvern fl-istess perjodu?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern): L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant hi kif tidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.", "NEFQA FUQ KONSULENZI", "28264.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joe Debono Grech) staqsa lill- Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Kemm kienet in-nefqa fuq servizzi ta' konsulenti, kemm servizzi minn individwi kif ukoll minn kumpanniji, fil-ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Jannar, Frar u Marzu 2007?", "Min kienu l-konsulenti u kemm tħallsu kull wieħed separat?", "X'tip ta' servizz taw u min approva t-tali spiża f'kull każ separat?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern): Nirriferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba li tajt għall- mistoqsija parlamentari 26141.", "NEFQA FUQ IS-SERVIZZ TA' L-INTERNET", "28265.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joe Debono Grech) staqsa lill- Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Kemm kienet in-nefqa fuq is-servizz ta' l-internet provdut fir-residenzi ta' l-uffiċjali tal- ministeru, dekasteru u enti tiegħu minn Jannar 2007 sal-lum separatament, uffiċjal b'uffiċjal u xahar b'xahar?", "Min hu l-ISP f'kull każ separatament?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern): L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant hi kif tidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.", "Dwar l-informazzjoni għal Jannar, Frar u Marzu nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 26143.", "KONTIJIET TA' MOBILE PHONES", "28266.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joe Debono Grech) staqsa lill- Ministru għal Għawdex: Kemm tħallsu f'kontijiet ta' mobile phones fil- ministeru u entitajiet li jaqgħu taħtu minn Jannar 2007 sal-lum separatament u xahar b'xahar?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru għal Għawdex): L-informazzjoni għadha qed tinġabar u għaldaqstant risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "DIRETTURI ĠENERALI", "28611.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: B'riferenza għal mistoqsija parlamentari W426, min huma l-persuni li ġew magħżula biex ikunu ż-żewġ diretturi ġenerali?", "Kemm applikaw nies u min kienu?", "Minn min kien magħmul il-bord ta' l-għażla?", "Kemm se jkun il-ħlas u l-benefiċċji tagħhom bħala diretturi ġenerali?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l- Impjiegi): Il-proċess għall-ħatra ta' DSE, direttur ġenerali fid- direttorat għal servizzi edukattivi u ta' DKSE, direttur ġenerali fid- direttorat għall-kwalita' u standards fl-edukazzjoni, għadu m'huwiex konkluż u għaldaqstant it-tagħrif rilevanti jingħata fi stadju ulterjuri.", "Għall-kariga ta' DSE applikaw disa' persuni, waqt li għal DKSE, applikaw tmienja.", "Qed nagħti l-ismijiet ta' l-applikanti billi npoġġi l-lista fuq il-mejda tal-Kamra.", "Il-bord ta' l-għażla kien magħmul minn dawn il- persuni:", "Is-Sur Frans Borg, segretarju permanenti fil-ministeru ta' l-edukazzjoni, żgħażagħ u xogħol bħala chairperson; is-Sur Joe Ebejer, segretarju permanenti fil-ministeru tal-familja u solidarjeta' soċjali, membru; is- Sur Paul Attard, President tal-bord tal-gvernaturi ta' l-MCAST, Membru; Dr Valerie Sollars, Dekan tal-Fakulta' ta' l-Edukazzjoni fl-Universita' ta' Malta, membru u s-Sur Joe Tong, direttur għas-servizzi korporattivi fil- ministeru għall-kompetittivita' u kommunikazzjoni, membru, bħala rappreżentant tal-management and personnel office.", "Il-ħlas u l-benefiċċji ta' dawn iż-żewġ karigi ikunu magħrufa darba jsiru l- kuntratti ta' ingaġġ relattiv.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Hemm indikazzjoni dwar meta se jsiru dawn il- kuntratti?", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Hawnhekk m'għandix l-informazzjoni kollha, pero' naf li l-proċess għaddej u appena jkun lest, tingħata l-informazzjoni kollha.", "SKEJJEL – XIRI TA' ĠAGAGI", "28612.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: B'riferenza għal mistoqsija parlamentari W427, huwa minnu li l-istudenti intalbu jħallsu għall-ġagaga u nuċċali li jintuża waqt is-suġġetti tax-xjenza fl-iskejjel sekondarji u fil-junior lyceums?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru ta l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi): Fil-biċċa l-kbira ta' l-iskejjel l-istudenti ma jintalbu jixtru xejn.", "F'ċerti skejjel oħra l-istudenti jintalbu jixtru ġagaga jew nuċċali biex kulħadd ikollu waħda personali minħabba l-iġene.", "BALZAN - SKOLA PRIMARJA", "28670.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru jieħu in konsiderazzjoni l-ilment ta' ħafna ġenituri ta' tfal li jattendu l-iskola primarja ta' Ħal-Lija u Ħal Balzan u jara li l-bieb ta' din l-iskola jinfetaħ qabel it-8.20 a.m. peress li dawn it-tfal qed ikollhom jibqgħu barra fi triq pubblika esporti għal ħafna perikli?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi): It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Imma peress li dawn it-tfal qegħdin esposti għal ċertu periklu, il-każ qiegħed jittieħed b'urġenza jew le?", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Għandi nifhem li malli l-ministru jingħata ċerta informazzjoni, jagħmel follow-up u jkun jista' jagħti t-tweġiba tiegħu.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Ladarba l-Onor.", "Interpellant qed jesiġi li hemm ċerti perikli, qegħdin jittieħdu l-miżuri neċessarji biex dawn il-perikli jiġu evitati?", "Il-Ministru qed jara li dawn il-perikli verament jeżistu jew le?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Naħseb li d-domanda qiegħda tiġi ndirizzata fil- kuntest tagħha.", "Ovvjament wieħed irid jara eżattament is-sitwazzjoni xi tkun, isiru l-osservazzjonijiet meħtieġa u mbagħad jittieħdu l-passi biex jekk verament hemm l-allegat periklu, jiġi evitat.", "Ta' min ifakkar li din id-domanda saret biss sitt ijiem ilu.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Sur President, huwa veru li din il-mistoqsija saret sitt ijiem ilu u allura dan il-periklu qiegħed hemm u ma ġiex miċħud fit- tweġiba.", "Dawn il-perikli qed jarahom il-Ministru jew le?", "Hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq tfal, Sur President.", "Peress li nemmen li jekk hemm periklu, dan għandu jiġi evitat, anke li kieku għaddew biss 24 siegħa jew anke siegħa, id-dipartiment qed jarah dan il-periklu jew le?", "Qegħdin jittieħdu l-miżuri neċessarji biex sadanittant dawn it-tfal ma jibqgħux esposti għall- periklu li qed isostni li hemm l-Onor.", "Abela?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Jien la qed nammetti u lanqas qed niċħad li jista' jkun hemm il-periklu allegat fil-mistoqsija.", "Ta' min ifakkar li fl-1 u fit- 2 ta' Novembru l-iskejjel kienu magħluqin, issa li reġgħu nfetħu, wieħed irid jara x'hemm bżonn isir u mbagħad jittieħdu l-passi meħtieġa.", "Jekk wieħed jippretendi li għax xi ħadd jagħmel allegazzjoni mil-lum għal-lum għandek taqbad u tagħlaq kullimkien, ma naħsibx li jagħmel sens.", "Naħseb li l-ministeru u d-dipartiment ta' l-edukazzjoni huma għaqlin biżżejjed biex jieħdu l-passi kollha meħtieġa biex jekk hemm periklu, mhux naqbdu u ngħalqu imma nieħdu l-passi meħtieġa biex id-deċiżjoni u l-azzjoni li tittieħed, tittieħed b'mod permanenti biex ma jkunx hemm dan is-sogru.", "Jien persważ li kull membru hawn ġew ma jixtieq li l-istudenti ma jkunux esposti għall-ebda periklu fil-lokalita'.", "Pero' fuq l-istess binarju, wieħed jista' jitlob li jingħalqu t-toroq kull fejn hemm l-iskejjel mis- 7.00 a.m.", "Peress li jiena noqgħod ir-Rabat nista' ngħid li t-toroq ta' l-iskola primarja f'din il-lokalita' jagħlqu bejn it-7.45 am.u t-8.30 a.m. u ġieli fis-7.15 a.m. diġa' jkun hemm it-tfal jistennew viċin l-iskola.", "Jiena m'iniex qed ngħid x'inhu tajjeb u x'inhu ħażin, imma qed ngħid biss Ii jien konvint li d-dipartiment ta' l-edukazzjoni qed jieħu l-passi meħtieġa fil- konfront ta' dawn l-affarijiet.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Bir-rispett kollu dwar dak li hu konvint għalih is- Segretarju Parlamentari, l-Onor.", "Carmelo Abela qed ikun speċifikament ċar u fil-mistoqsija tiegħu.", "Hu qal li rċieva ilmenti mingħand ġenituri li wliedhom imorru l-iskola primarja ta' Ħal Lija u Ħal Balzan dwar il-fatt li l-iskola tiftaħ biss fit-8.20 a.m. u qed jitlob lill-ministru jara li l- iskola tinfetaħ aktar kmieni minn dan il-ħin biex it-tfal ma jibqgħux barra fi triq pubblika bil-periklu kollu li hemm.", "Jidher ċar li l-Onor.", "Carmelo Abela qed jgħid li jeżistu perikli.", "Qed jikkonferma li din l-allegazzjoni ġejja mill-ġenituri ta' dawn it-tfal.", "Għaddew sitt ijiem u irrespettivament minn jekk fetħitx jew le l-iskola, il- perikli baqgħu hemm.", "Jiġifieri t-tweġiba tas-Segretarju Parlamentari la hi sodisfaċenti għalija, nifhem li lanqas hi sodisfaċenti għall-Onor.", "Abela u wisq aktar għall-ġenituri li qed iressqu dawn l-ilmenti.", "Jista' l- ministru jew xi ħadd mid-dipartiment jiġi kkomunikat u jara li jagħtina aġġornament aħjar?", "Għax jekk għaddew sitt ijiem, għaddew ħafna.", "Għaliex għandek tħalli dan iż-żmien kollu!", "Mela l-periklu qed jiġi mkejjel bil- jiem issa!", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Jekk wieħed jara r-risposta tad-domanda konsegwenti jsib li din tindirizza dak li qed jgħid bħalissa l-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Sur President, bir-rispett kollu qed ninsisti li jien qed nikkontesta fuq il-kelma \"periklu\".", "Il-mistoqsija ta' wara li qed jirriferi għaliha l-Onor.", "Interpellant huwa dwar \"dħul u ħruġ\" u mhux biex it-tfal jidħlu qabel ħalli ma joqogħdux barra wara l-bieb ta' l- iskola.", "Issa jekk m'għandux risposta, jien se nsejjaħ quorum għax mhux se nippermetti li għax għaddew sitt ijiem, allura m'hemmx periklu għal dawn it- tfal.", "Din x'teorija hi?", "X'riga hi?", "X'matematika hi?", "Xi xjenza hi?", "Sur President, niġbidlek l-attenzjoni li m'hawnx quorum.", "MR SPEAKER: Peress li hawn talba għall-quorum, is-seduta hija sospiża għal ħames minuti.", "Fis-6.20 p.m. is-seduta ġiet sospiża u rriżumiet ħames minuta wara.", "MR SPEAKER: Jidher li issa hawn quorum, u għalhekk is-seduta tista' tkompli.", "SKEJJEL – TRAFFIKU WAQT IL-ĦINIJIET TAD-DĦUL U L-ĦRUĠ", "28671.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: X'inhi r-raġuni li waqt il-ħinijiet ta' dħul u ħruġ tat-tfal mill-iskola primarja ta' Ħa-Lija u Ħal Balzan fi Triq Robert Mifsud Bonnici xorta jitħallew jgħaddu karozzi tal-linja minkejja li din it-triq suppost tkun magħluqa għat-traffiku u jkun hemm warden preżenti?", "Għaliex vetturi tal-ġenituri jitħallew jipparkjaw quddiem l-iskola u ġieli anke jagħmlu double parking bil-periklu għat-tfal?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern): Qed ikun hemm preżenza ta' gwardjan lokali mgħejjun mill- pulizija tad-distrett u tat-traffiku fil-post imsemmi fil-ħinijiet meta t- tfal jibdew u jispiċċaw l-iskola.", "L-imsemmija karozzi tal-linja huma privates u mini-buses li jitħallew quddiem l-iskola sabiex it-tfal ma jitħallewx jiġru fit-triq biex isibu t-trasport.", "It-traffiku ġeneralment huwa osservat li jkun taħt kontroll.", "SKEJJEL - SPEZZJONI FIT-TUCK SHOPS", "28672.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Saru spezzjonijiet fl- iskejjel ta' l-Istat, tal-Knisja u tal-privat f'din is-sena skolastika biex jiġi zgurat li mit-tuck shops u canteens ta' l-iskejjel qed jinbiegħu biss ikel u xorb li jgħin is-saħħa tat-tfal?", "F'kemm-il skola sar dawn l- ispezzjonijiet?", "Instabu xi rregolaritajiet?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impiegi): Informat li l-Healthy Eating Lifestyle Plan (HELP) ġiet introdotta din is-sena u skond il-pjan imfassal fiha, l-iskejjel iridu jibdew jikkonformaw magħha minn Jannar 2008.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Tqegħid ta' karti?", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjoniijet?", "Ordnijiet tal-ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA DIVERSI LIĠIJIET DWAR IR-RIŻORSI TA' L-ENERĠIJA", "VARIOUS LAWS (ENERGY RESOURCES) (AMENDMENT) BILL", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Sur President, f'isem il-Ministru għall- Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni, nipproponi t- Tielet Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet dwar ir- Riżorsi ta' l-Enerġija.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "TONIO FENECH: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att li jemenda Diversi Liġijiet dwar ir-Riżorsi ta' l-Enerġija\" ikun moqri t-Tielet Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tielet Darba u għadda.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR L-AWTORITA' TAD-DJAR", "HOUSING AUTHORITY BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mis-6 ta' Novembru 2007.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "MR SPEAKER: ll-Ministru Dolores Cristina hija in possession u tista' tkompli bil-winding up.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Sur President, il-bieraħ kelli biss opportunita' nirringrazzja lil dawk kollha li ħadu sehem f'dan id-dibattitu li kien mifrux fuq żewġ seduti, dik tal-bieraħ u dik tal-bieraħt lura.", "Id- dibattitu kien interessanti ħafna, ħarisina lejn bosta aspetti tal-housing u nista' ngħid li saru kontribuzzjonijiet validissimi li għamlu proposti li naħseb li għandhom jiġu mixtarra sew.", "Naturalment ma naqsitx il-battuta politika għax donnu qiegħda fid-DNA tagħna l-politiċi li nżommu l-iscore cards ta' min kienet l-ewwel idea jew f'liema moħħ nibet l-ewwel ħsieb dwar xi ħaġa li ssir.", "Pero' apparti minn hekk, irrid ngħid li kien dibattitu li verament tani sodisfazzjon, partikolarment meta bħala ministru nirrealizza li dan l- abbozz ta' liġi ntlaqa' tajjeb miż-żewġ naħat tal-Kamra u milli jidher se jgħaddi unanimament.", "Nixtieq sempliċement infakkar illi hawnhekk qegħdin nitkellmu dwar l-amalgamazzjoni ta' tliet entitajiet li għandhom x'jaqsmu ma' l-akkomodazzjoni soċjali hawn Malta, li huma l-awtorita' tad-djar, id- dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali u d-dipartiment għall-bini u tiswija ta' djar.", "Issa ladarba tidħol fis-seħħ din il-liġi, dawn jibdew jaqgħu kollha taħt il-kappa ta' l-awtorita' tad-djar, u dan ifisser li qegħdin inħarsu lejn funzjonijiet ġodda li se tassumi l-awtorita' tad-djar fiż-żmien li ġej.", "Xtaqt nagħmel ftit kummenti wkoll fuq dak li ntqal mill-kollegi taż-żewġ naħat tal-Kamra.", "L-Onor.", "Karl Chircop qal li jittama li ladarba tgħaddi din il-liġi minn dan il-Parlament, ma ddumx ma tiġi implimentata u ma ndumux ma nibdew naraw ir-riżultati tagħha.", "Irrid ngħid li kif intqal bosta drabi ilna nħossu l-ħtieġa li jkollna din l-amalgamazzjoni u ma nibqgħux bil- fragmentazzjoni li kien hemm sa ftit taż-żmien ilu u li sa ċertu punt għad hemm illum, liema fragmentazzjoni kienet toħloq – u għadha, sa ċertu punt – konfużjoni għall-klijenti tagħna.", "Imma ladarba din l-amalgamazzjoni tidħol fis-seħħ nibdew naraw servizz li huwa ħafna iktar client friendly, servizz li aktar jindirizza l-ħteġijiet, l-aspettattivi u l-bżonnijiet ta' dawk kollha li jirrikorru għalih.", "Imbagħad ħadt gost nisma' lill-Onor.", "Coleiro Preca tgħid illi diġa' jinħass l-element pożittiv ta' l-amalgamazzjoni li bdiet issir b'mod kwiet u b'mod sottili.", "Fil-fatt kif għidt jien fl-introduzzjoni tiegħi, fiżikament id- dipartiment ta' l-akkomodazzjoni soċjali diġa' ċċaqlaq minn block C fil- Furjana u mar fil-premises ta' l-awtorita' tad-djar u hemmhekk hemm customer care wieħed u issa n-nies ma jridux joqogħdu jiġru minn post għal ieħor, ħafna drabi b'ħafna inkonvenjent.", "Għalhekk nixtieq inserraħ ras l- Onor. Chircop illi l-implimentazzjoni ta' din il-liġi mhux se narawha biss meta tidħol fis-seħħ din il-liġi, imma fil-verita' diġa' qiegħda ssir.", "Il- fatt li kważi ħadd ma nduna li għaddejja mingħajr skossi, għalija jfisser illi saret b'mod pożittiv ħafna u nittama li nibqgħu mexjin b'dan il-mod.", "Jiena kelli l-opportunita' nitkellem ukoll fuq id-detailing ta' l-impjegati u jekk ikolli l-ħin illum nagħmel aċċenn għalih għal darb'oħra għax inħoss li hija xi ħaġa li trid tiġi enfasizzata.", "Waqt li kont qiegħda nisma' l- kontribuzzjonijiet li saru fejn ġew relevati bosta problemi li jkollhom in- nies li jmorru għand l-awtorita' tad-djar, għand id-dipartiment ta' l- akkomodazzjoni soċjali u anke sa ċertu punt għand id-dipartiment għall-bini u tiswija ta' djar, tkellimna wkoll dwar problemi li għandna f'dan il- pajjiż fejn jidħol il-qasam tal-kiri, speċjalment issa li għandna lifestyles li qegħdin jinbidlu f'dan il-pajjiż.", "Issemma għal diversi drabi s-settur tas-single mothers u kien hemm is-suġġeriment ukoll li hemm bżonn inħarsu lejn dan il-grupp vulnerabbli ta' single parents u t-tfal tagħhom b'mod aktar mill-qrib.", "Jiena hawnhekk nixtieq ngħid li meta single parents jirrikorru għall-għajnuna, speċjalment fejn tidħol l-akkomodazzjoni soċjali, b'rispett partikolari lejn it-tfal, dawn jingħataw ċerti vantaġġi.", "Per eżempju, jekk jirrikorru għall-kiri, għandhom numru ta' punti li huma partikolari proprju minħabba s-sitwazzjoni ta' din il-familja partikolarment fejn ikun hemm it-tfal iż-żgħar.", "Pero' mill-banda l-oħra wieħed irid joqgħod attent li ma joħloqx strutturi li jagħtu lok għall- abbuż.", "Irrid ngħid illli l-perceptions ta' kif jinqdew is-single parents fejn tidħol l-akkomodazzjoni soċjali m'humiex dejjem korretti u kultant inħoss li hawn ċerta backlash u allura l-awtoritajiet isibu ruħhom f'sitwazzjoni diffiċli għax bla dubju ta' xejn filwaqt li rridu nħarsu lejn il-ħteġijiet u l-bżonnijiet tat-tfal ħalli jkollhom ambjent san u l- iżvilupp tagħhom ikun wieħed aktar pożittiv, mill-banda l-oħra rridu noqogħdu attent li t-tfal ma jintużawx, sa ċertu punt, bħala leverage biex wieħed jieħu ċerti vantaġġi fuq gruppi oħra.", "Hawnhekk għandna kwestjoni li hija sensittiva ħafna u allura rridu noqogħdu attenti li meta nħarsu lejn il-bżonnijiet partikolari ta' dawn il-gruppi vulnerabbli ma noħolqux lok għall-abbuż għaliex dan jista' jkun kontroproduċenti.", "Waħda mill-affarijiet li turtani ħafna meta nkunu qegħdin nitkellmu f'din il-Kamra u anke meta ġieli naqra artikli li jiktbu kollegi membri ta' din il-Kamra jew inkella kontributuri oħra, hi meta, b'xi mod jew b'ieħor, insemmu eċċezzjoni, naqbdu nirrakkuntaw fuq każ partikolari u minn dik l- eċċezzjoni nagħmlu r-regola.", "Matul dan id-dibattitu kien hemm xi tliet okkażjonijiet meta deherli li seħħ dan.", "Per eżempju, l-Onor.", "Chircop rrifera għal każ ta' anzjan illi l-mara tiegħu qiegħda f'dar residenzjali tal-gvern mentri hu għadu jgħix fid-dar tiegħu.", "Huwa qak li damu ħafna biex ħadmulu kemm kellu jkun is-sehem tiegħu tal-pensjoni.", "L-ewwelnett ma kienx korrett meta semma kif tiġi kalkolata l-pensjoni ta' parti mill- koppja li tibqa' d-dar.", "Kultant nibdew ngħidu affarijiet li ma nkunux ċerti minnhom u lanqas inkunu korretti, imma għaliex xi ħadd isemmihom jibdew jittieħdu bħala regola.", "Meta għandek koppja anzjani u r-raġel jew il-mara tidħol f'dar residenzjali tal-gvern, l-ewwel il-pensjoni tinqasam f'żewġ partijiet u t-80% li tittieħed hija biss tan-nofs ta' dak id-dħul.", "Kif poġġiha l-Onor.", "Chircop wieħed jibda jgħid: Xi problemi finanzjarji qegħdin nitfgħu fihom lill-anzjani tagħna!", "Mentri dan mhuwiex il-każ.", "Jiena nemmen li qegħdin inħarsu lejn il-bżonnijiet ta' l-anzjani tagħna b'mod sensittiv ħafna.", "L-istess ġara meta kienet qed titkellem l-Onor.", "Coleiro Preca u semmiet xi każ partikolari ta' housing pero' bil-mod u manjiera ta' kif bdiet titkellem, wieħed jibda jieħu l-impressjoni li dawn huma the general rule.", "Fil-verita' ma jkunx hekk.", "Meta fil-ministeru tagħna xi ħadd iressaq każ u tibda tara li verament hemm lok ta' iktar għajnuna jew hemmhekk kien hemm xi nuqqas jew ikun sar xi żball wieħed ma jridx jieħu dawn l-eċċezzjonijiet bħala r-regola ġenerali.", "Irridu niftakru li n-nies li għandna fid-dipartimenti jiltaqgħu ma' ħafna każijiet u ma' eluf ta' klijenti.", "L-impjegati tagħna huma umani u għandhom id-difetti tagħhom, pero' nemmen li kollha jaħdmu bl-aħjar mod possibbli.", "U allura meta jkun hemm xi każ diffiċli jew li juri xi nuqqas ma nistgħux nagħmlu regola ġenerali minn dawn l-eċċezzjonijiet.", "Ħadt gost nisma' lill-Onor.", "Stefan Buontempo juża l-frażi \"għamlu l-mirakli għal iktar minn darba darbtejn\" meta kien qed jirreferi għad-diparitment tal-bini u tiswiija u d-dipartiment ta' l-akkomodazzjoni soċjali.", "Ningħaqad miegħu u nirringrazzja lil dawk kollha li jaħdmu f'dan is-settur, lid- diretturi, lil dawk li mlew il-vakanzi li nħolqu along the way u allura daħlu wkoll bħala acting directors u taw is-sehem tagħhom b'enerġija, b'ċerta innovazzjoni u b'ċerta kreattivita'.", "Nirringrazzja lil dawk kollha li qegħdin fl-awtorita' tad-djar fejn hemm ħafna xogħol x'isir u fejn l- impjegati jagħtu l-ġurnata tax-xogħol tagħhom bl-aħjar mod possibbli.", "Dan ma jfissirx li m'hemmx eċċezzjonijiet jew li m'hemmx lok għal titjib, anzi dejjem inkun minn ta' l-ewwel li ngħid li fejn tidħol il-customer care - fejn jiltaqgħu ma' nies li jiġu għandna għax għandhom bżonnijiet partikolari - qatt ma tista' tkun b'saħħitha biżżejjed.", "Tkellimna wkoll fuq iċ-ċentralizzazjoni tas-servizzi u saret il-mistoqsija dwar x'se jiġri mid-dipartiment li għandna f'Santa Venera.", "L-ewwelnett huwa diffiċli biex fil-ministeru jkollna xi bini li hu moħli, anzi bil- kontra, għandna bżonn kbir ta' spazju.", "Pero' bil-mod il-mod se naraw li ladarba sseħħ l-amalgamazzjoni dawk l-oqsma ta' l-awtorita' tad-djar li jkunu iktar f'kuntatt mal-poplu jkunu miġburin il-Furjana, imma jista' jkun li jkun hemm ċertu xogħol li jista' jsir minn Santa Venera u allura ma narax għaliex m'għandhomx jibqgħu numru ta' impjegati hemmhekk.", "Pero' nassigura lill-Onor.", "Buontempo li għandna ħafna x'nagħmlu b'dak il-bini ta' Santa Venera.", "Meta rrifera għall-bini li xtrat l-awtorita' tad-djar fil- Furjana, tkellem b'mod u b'manjiera li qisu xtrat xi ħaġa li ma kienx hemm bżonn u allura nefqet flus żejda.", "Għalfejn isiru dawn il-battuti meskini bejnietna hawn ġew?", "Jekk wieħed imur jara xi xtrat l-awtorita' tad-djar biex testendi l-uffiċċji tagħha jinduna li ma xtrat xejn speċjali iktar milli kien hemm bżonn.", "L-awtorita' tad-djar ħarset lejn premises li kienu fil-viċinanzi tal-bini preżenti, rat jekk kienx hemm xi ħaġa iktar tajba għaliha b'mod aċċessibbli finanzjarjament u ħadet id-deċiżjoni li tixtri dak li kien l- iktar iwieġeb għall-ħteġijiet tagħha.", "Jiddispjaċini li niġu hawnhekk u noqogħdu nsemmu bħalma semma l-Onor.", "Buontempo li fis-snin 80 fejn hemm l- awtorita' tad-djar illum kienet proprjeta' ta' xi membru ta' xi familja ta' ministru jew ex-ministru ta' żmenijiet oħra.", "Jekk iddur ma' Malta kollha mhux kulħadd għandu xi ħadd fil-familja li jiġi minn xi deputat jew minn xi ħadd li hu attivist fil-politika?", "Se nibqgħu sejrin hekk qisu ġrat xi ħaġa ħażina?", "Dan tefagħha fl-ajru għax m'hemm l-ebda mod kif jissostanzja li fis-snin 80 kienet ġrat xi ħaġa żbaljata jew mhux korretta meta nxtara bini għall-awtorita' tad-djar mingħand xi membru ta' xi familja ta' xi ex- ministru.", "Bir-rispett kollu lejn kulħadd dawn il-kummenti irħas li jnaqqsu mid- dinjita' ta' min qed jagħmilhom.", "Iva, jekk hemm bżonn tikri, biex l- awtorita' tad-djar tkompli testendi, tikri.", "U jekk tkun tiflaħ tixtri, u jkun hemm l-okkażjoni li tixtri, tixtri.", "Dan dejjem sakemm dak li jsir huwa bil-permess ta' min irid jagħti l-go ahead lill-awtorita' tad-djar biex tagħmel in-nefqa neċessarja.", "Aħna naħdmu mal-joint office u meta jkollna bżonn premises mingħand il-joint office jgħaddihulna u din hija xi ħaġa kontinwa.", "Nafu li hemmhekk hemm il-possibbilta' li jkollna premises li għandna bżonn.", "L-Onor.", "Stefan Buontempo ħares ħafna lejn il-kuntratt li għandha l- executive chairperson ta' l-awtorita' tad-djar.", "Dan il-kuntratt kien iffirmat f'Ġunju tas-sena li għaddiet, poġġejtu fuq il-mejda tal-Kamra iktar minn sena ilu, erġajt poġġejtu fuq il-mejda tal-Kamra madwar tliet ġimgħat ilu kif talabni l-Onor.", "Buontempo pero' l-Onor.", "Buontempo donnu jibqa' jiskanta għaliex executive chairperson ta' Awtorita' tad-Djar għandha salarju ta' Lm16,000 fis-sena, għandha wkoll il-performance bonus u għandha 5% żieda fuq is-salarju kull sena.", "Possibbli li l-Onor.", "Buontempo qatt ma ra kuntratti ta' chairmen ta' entitajiet oħra, mhux biss tal-lum imma anke ta' żmenijiet oħra?!", "Ma nafx jekk huwiex informat biżżejjed l- Onor. Buontempo imma jekk irid jista' jmur jara l-kuntratti ta' managers li hemm fl-awtorita' tad-djar għaliex dawn huma affarijiet pubbliċi u Marisa Micallef jekk għandha verament ftit iktar minn ċerti managers li hemm fl-awtorita' tad-djar.", "Wieħed irid jgħid li l-Onor.", "Buontempo jaf daqsi għax irrifera għaliha tliet darbiet bħala \"l-ħabiba kbira tiegħi Marisa Micallef\" li ċ- chairperson ta' l-Awtorita' tad-Djar ilha taħdem għal numru ta' snin bħala executive chairperson mingħajr chief executive officer, mingħajr din l- istruttura li teżisti f'entitajiet oħra u mingħajr ma kienet qed titħallas għal din il-kariga.", "Allura meta għamlet numru ta' snin fejn kellha salarju li kien verament baxx u kienet qed tagħti kontribut sħiħ u impenn ħafna iktar mis-salarju li kienet qed tirċievi, ħadd ma fetaħ ħalqu u issa għax ingħatat kuntratt sena u nofs ilu li jikkorrispondi mal-kontribut tagħha jiġu jgħidulna li ngħata għax waslet l-elezzjoni!", "Imbagħad l-Onor.", "Buontempo staqsa li jekk ikun hemm ministru – u rrifera għalija – li jista' jkun ministru Nazzjonalist u jgħid ma jistax jaħdem ma' din il-persuna, x'se nagħmlu?", "Se nagħtuha dik li jgħidulha the golden handshake?", "L-ewwelnett din m'hijiex xi ħaġa li qatt ma smajna biha, infakkar li ġrat fi żmenijiet oħra meta kien hemm bosta chairmen li ngħataw golden handshakes.", "Pero' apparti minn dan, nispera li m'hawn l-ebda kollega tiegħi ministru minn din in-naħa li jaf ikun ministru responsabbli għall-housing li jasal biex jarmi persuna validissima - u qed nikkwota dak li qal l-Onor.", "Buontempo stess – għax jgħid li ma jistax jaħdem ma' din il- persuna.", "Mela aħna n-nies narmuhom b'dan il-mod?", "Din il-persuna tagħti kontribut validissimu, tingħata remuneration xierqa għalih u allura ma narax għaliex kellu jsir dan il-fuss kollu fuq kuntratt.", "Semma wkoll il-membri tal-bord ta' l-awtorita' tad-djar.", "Sal-lum ma kien hemm xejn fil-liġi preżenti li ssemmi l-bord.", "Issa li hu bil-liġi allura nimxu fuq dak li jidher f'liġijiet oħra.", "Jekk hemm membri preżenti tal- bord li ladarba tiġi fis-seħħ din il-liġi, ma jkunux eliġibbli allura m'hemm l-ebda alternattiva ħlief li jkollhom jitneħħew minn posthom.", "Ma narax għax dan kellu jkun xi punt kontroversjali.", "L-Onor.", "Buontempo qal ukoll li l-awtorita' tad-djar trid toqgħod attenta li ma titlifx ir-ruħ soċjali tagħha.", "Kif tista' titlef ir-ruħ soċjali tagħha wara dak ix-xogħol kollu li qed tagħmel?!", "Hawnhekk irrid infakkar illi l-obbligu legali ewlieni ta' l-awtorita' tad-djar minn dejjem kien li tippromwovi l-home ownership u kien matul dawn l-aħħar snin li żviluppat ruħ soċjali akbar u aktar wiesgħa li twassal għal bosta skemi li qegħdin jgħinu lil dawk li verament għandhom bżonn.", "L-Onor.", "Coleiro Preca rriferiet għall-YMCA li semmejtha jiena wkoll.", "Nixtieq ngħid li l-YMCA ngħatat grant ta' Lm25,000 mingħand l-awtorita' tad-djar biex fetħet id-dar li għandha l-Belt Valletta u fuq bażi regolari għadha tirċievi għajnuna mhux biss mingħand l-awtorita' tad-djar, imma anke mill-ministeru tiegħi.", "L-awtorita' tad-djar tgħin għaqdiet volontarji oħra billi tagħtihom units għax hija l-viżjoni ta' dan il-gvern li ndaħħlu gruppi vulnerabbli aktar fil-qalba tal-komunita' ħalli mhux biss nitkellmu fuq inklużjoni soċjali imma nimplimentawha wkoll.", "L-iskema tal-care and repair imnedija mill-awtorita' tad-djar - ftit li xejn issemmiet waqt dan id-dibattitu - hija importanti ħafna għax tgħin lil ħafna inkwilini u lil ħafna sidien biex jibqgħu jgħixu fid-djar tagħhom billi tagħtihom l- għajnuna li hemm bżonn biex, per eżempju, idaħħlu faċilitajiet u anke biex jagħmlu t-tiswijiet li jkun hemm bżonn.", "L-awtorita' tad-djar għandha wkoll skema ta' sussidju fuq il-kirjiet u jiena jidhirli li dawn huma kollha parti mir-ruħ soċjali ta' l-awtorita'.", "Sur President, l-Onor.", "Buontempo dejjem jitkellem fuq il-prezzijiet kummerċjali tal-units li l-awtorita' toħroġ għall-bejgħ.", "L-ewwelnett irrid nagħmilha ċara li l-awtorita' tad-djar ma toħroġx units bi prezzijiet kummerċjali.", "Infatti meta nhar is-Sibt noħorġu aktar minn 330 unit għall- bejgħ ikun hemm iktar minn 1,000 applikazzjoni għalihom għax in-nies kapaċi jagħrfu meta jkun hemm a good bargain.", "L-iskema tax-shared ownership tgħin ħafna lill-first time buyers bħalma jagħmlu skemi oħra bħall-equity sharing u s-sussidju li jingħata fuq l-interessi, u dan kollu jfissser li l-awtorita' tad-djar altru milli għandha ruħ soċjali u żgur li mhijiex qiegħda toħroġ units b'xi valur kummerċjali, kif jipprova jingħad.", "Issemmiet ukoll ir-riforma fil-liġijiet tal-kera.", "Fil-fatt l-Onor.", "Joseph Falzon tkellem dwarha fit-tul u jiena ħadt gost ħafna nisma' anke membri ta' l-oppożizzjoni jsemmu l-ħtieġa għal din ir-riforma.", "U qed ngħid hekk għax fil-ministeru ħdimna ħafna fuq proposti għal riforma fil-liġijiet tal-kera.", "L-Onor.", "Falzon poġġiha b'mod suċċint ħafna u qal li din hija materja sensittiva u komplikata u għalhekk wieħed irid jimxi b'mod għaqli għax filwaqt li aħna rridu naraw li nneħħu l-inġustizzji soċjali, irridu nagħrfu li hemm implikazzjonijiet soċjali u finanzjarji fuq bażi nazzjonali, pero' bla dubju ta' xejn irridu nħarsu lejn it-tibdiliet.", "Jiena nikkwota dak li qal il-Prim Ministru li l-għan tiegħu hu li jgħaddi proposti preliminari lill-oppożizzjoni biex din tkun tista' tagħti l- feedback tagħha ħalli l-whitepaper li toħroġ tkun an interparty contribution.", "Bla dubju ta' xejn din ir-riforma m'għandhiex tintuża bħala xi ballun politiku, imma għandu jkollha l-consensus taż-żewġ naħat tal- Kamra biex aħna nkomplu nħarsu lejn soluzzjoni għal din is-sitwazzjoni u noħolqu road map ħalli neħilsu mill-inġustizzji.", "Pero' fl-istess ħin ma noħolqux terrimoti fil-ħajja tan-nies tagħna.", "L-Onor.", "Coleiro Preca tkellmet fuq bosta issues li għandhom x'jaqsmu mal- housing u jiena naqbel magħha li għandna gruppi vulnerabbli li għandhom bżonn iktar għajnuna.", "Pero' nerġa' nirrepeti dak li għidt fl-introduzzjoni għal dan id-dibattitu.", "Jiena nemmen illi għandna bżonn ta' estate management unit b'saħħtu ħafna biex il-proprjeta' tal-gvern tiġi amministrata b'mod aktar effiċjenti u b'mod aktar effettiv biex nassiguraw ruħna li l-inkwilini li qegħdin fil-postijiet tal-gvern bil-kirja qegħdin hemm għax verament huma eliġibbli għall-għajnuna li jeħtieġu.", "Xi ħaġa li lili tweġġagħni ħafna hija illi għad għandna inkwilini fil-postijiet tal- gvern li jħallsu Lm60 kera fis-sena meta huma proprjetarji ta' block ta' flats ta' xi 12 jew 16-il flat li mbagħad jikruhom bil-Lm100 fix-xahar lill- klijenti stess li aħna għandna fuq il-lista ta' l-akkomodazzjoni soċjali.", "Għalija din hija inġustizzja soċjali mill-akbar.", "Pero' ovvjament dawn huma affarijiet illi wieħed irid iħares lejhom b'mod kawt, b'mod għaqli u b'ċertu kuraġġ.", "Qabel nagħlaq xtaqt ngħid ukoll li m'għandix dubju li ladarba din l- amalgamazzjoni ssir b'mod intier, allura l-klijenti tagħna jkunu jistgħu jingħataw servizz ħafna iktar effiċjenti.", "Jiena xtaqt nerġa' nserraħ moħħ l-impjegati kollha, kemm ta' l-awtorita' tad-djar, kemm tad-dipartiment ta' l-akkomodazzjoni soċjali u kif ukoll tad-dipartiment għall-bini u tiswija ta' djar, illi meta ssir din l-amalgamazzjoni ħadd mill-impjegati m'hu se jitlef il-kondizzjonijiet li għandu, l-għażla se tkun hemm u nitkellmu iktar fil-fond ma' l-impjegati.", "Pero' jien ma jidhirlix li kien hemm xi concerns jew xi problemi partikolari.", "S'issa jidhirli li għaddejjin b'mod għaqli u m'għandix dubju li fil-ġimgħat u fix-xhur li ġejjin nibqgħu għaddejjin bl-istess mod biex naraw din l-amalgamazzjoni tidħol fis-seħħ għall-ġid ta' kulħadd.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Se ngħaddi biex inpoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi li l- Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att li jemenda l-Att dwar l-Awtorita' tad-Djar, Kap. 261\", ikun moqri t-Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tieni Darba.", "MR SPEAKER: Il-Ministru Cristina.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Nitlob il-permess tal-Kamra biex dan l-Abbozz ta' Liġi jiġi ttrattat mill-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi.", "MR SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "MR SPEAKER: Il-Ministru Cristina.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Nipproponi li l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Awtorita' tad-Djar, Kap 261, jiġi ttrattat mill-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "TONIO FENECH: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li dan l-Abbozz ta' Liġi jiġi riferut lill- Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JIMPLIMENTA MIŻURI TA' L-ESTIMI", "BUDGET MEASURES IMPLEMENTATION BILL", "ONOR.", "TONIO FENECH: Sur President, għandi messaġġ mingħand il-President.", "MR SPEAKER: Se naqra l-messaġġ tal-President:", "EDWARD FENECH ADAMI PRESIDENT", "Il-President wara li kien informat dwar is-suġġett ta' l-Abbozz ta' Liġi \"biex jimplimenta Miżuri ta' l-Estimi Finanzjarji għall-2008 u miżuri amministrattivi oħra\" jirrakommandah għall-konsiderazzjoni tal- Kamra tad-Deputati.", "6 ta' Novembru 2007", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Mr Speaker, nipproponi t-Tieni Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi li jimplimenta Miżuri ta' l-Estimi.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Rimarki?", "Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Sur President, nirringrazzjak ta' l-opportunita' li qed tagħtini biex nintroduċi din il-liġi importanti fl-istadju tat-Tieni Qari.", "Min qed jismagħna llejla żgur li se jgħid: Imma dawn kemm se jdumu jitkellmu fil-Parlament fuq il-budget?", "Effettivament dan huwa l-bidu tat- tielet dibattitu fuq il-budget għax l-ewwel kellna lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi li ppreżenta l-budget, imbagħad kien hemm ir-replika tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni u r-risposta tal-Prim Ministru, imbagħad dħalna f'dibattitu estensiv fejn il-Parlament għamel ġimagħtejn jiltaqa' filgħodu u filgħaxija biex niddiskutu l-estimi li rridu napprovaw għal kull ministeru biex jippermetti li mill-1 ta' Jannar tas-sena d-dieħla d- dipartimenti, l-entitajiet, il-korporazzjonijiet u dak kollu li jistitwixxi n-nefqa u d-dħul tal-gvern, ikun jista' jiġi implimentat bħala infiq u napprovaw ukoll il-proġettazzjonijiet ta' dħul li jkun qed jagħmel il- gvern.", "Forsi jkun hawn min jistaqsi wkoll: X'inhi l-ħtieġa ta' dan id- dibattitu li se nibdew illejla?", "Illejla se nibdew niddibattu liġi biex numru ta' miżuri li jitolbu bidliet fil-leġislazzjoni jkunu jistgħu jidħlu fis-seħħ wara li jiġu approvati mill- Kamra, bħal, per eżempju, it-tibdiliet fil-liġijiet tat-taxxa minħabba ċ- ċaqliq fil-bands tat-taxxa li se jibdew jiġu implimentati mill-1 ta' Jannar tas-sena d-dieħla u tibdil fil-leġislazzjoni li tirrigwarda l-benefiċċju taċ-children's allowance biex il-miżura mħabbra tkun tista' tiġi implimentata mill-1 ta' Jannar tas-sena d-dieħla.", "Aħna nafu li s-sena d- dieħla qegħdin nipproġettaw li nagħlqu bi żbilanċ ta' madwar Lm30 miljun – u tajjeb li nenfasizza li dan huwa fost l-inqas żbilanċi li qatt kellna f'dawn l-aħħar 20 sena – u allura biex il-gvern ikun jista' jissellef jekk ikollu shortfall fin-nefqa, dan ikun jista' jseħħ permezz ta' l- implimentazzjoni ta' din il-leġislazzjoni.", "Sur President, qrajt ukoll il-messaġġ tal-President għax din hija liġi li se ċċaqlaq il-fisku, jiġifieri t-taxxi ta' pajjiżna, u biex dak iseħħ il- proċedura parlamentari titlob li l-ewwelnett ikollok il-permess tal- President u t-tieni nett li d-dibattitu anke fl-istadju ta' kumitat ma jsirx f'kamra apparti imma jiġi dibattut fis-sessjoni plenarja jiġifieri fil-Kamra prinċipali tal-Parlament biex b'hekk ikun jista' jipparteċipa kull membru tal-Kamra u mhux xi ħames min-nies kif ikun hemm fil-kumitati.", "Dan kollu juri l-importanza ta' dan l-istadju ta' din il-liġi tal-budget li qed ngħaddu biex numru ta' inizjattivi u miżuri li tħabbru f'dan il-budget ikunu jistgħu jiġu implimentati mill-1 ta' Jannar tas-sena 2008.", "Tajjeb ngħid ukoll li kien hemm numru ta' miżuri li daħlu fis-seħħ fil-ġurnata tat-tħabbir tal-budget, bħal, per eżempju, iċ-ċaqliq ta' taxxi fuq proprjeta'.", "Kif nafu fil-budget il-Prim Ministru kien ħabbar li l- benefiċċju tal-boll li tħallas biss 3.5% minflok 5% fuq l-ewwel Lm30,000 se jitla' fuq l-ewwel Lm50,000 u dik il-miżura ġiet implimentata mill-ġurnata tal-budget, u allura jekk kien hemm koppji li xtraw l-ewwel proprjeta' tagħhom in-nutar tagħhom suppost iċċarġjahom boll ta' 3.5% fuq l-ewwel Lm50,000 u mhux fuq l-ewwel Lm30,000.", "B'din il-miżura dawn se jkunu ffrankaw madwar Lm300.", "Jekk ma ngħaddux din il-liġi allura l-benefiċċji fiskali jew bidliet fil-liġijiet soċjali u f'liġijiet oħra li huma meħtieġa biex nimplimentaw il-ħemel ta' miżuri pożittivi li dan il-budget ippropona għall-poplu Malti u Għawdxi effettivament ma jkunux qed isiru f'qafas legali li jkun approvat minn dan il-Parlament.", "(Interruzzjonijiet) Fir-realta' m'għandniex taxxi li jridu jidħlu pero' kif qed jgħid l-Onor.", "Joe Mizzi kieku kien hemm xi taxxi li jridu jidħlu, hija din il-liġi li trid timplimentahom.", "Is-sabiħ hu li dan huwa t-tieni budget li ma ppropona l-ebda żidiet fit-taxxi imma pjuttost qed inaqqas it-taxxi.", "(Interruzzjonijiet) Il-ħabib tiegħi l-Onor.", "Joe Mizzi qed jgħid li mbagħad inżiduhom wara.", "Dan il-kumment diġa' sarli mis-segretarju ġenerali tal-Partit Laburista Jason Micallef fuq programm televiżiv u għalkemm jien stedintu biex jippubblika x'kienu t-taxxi li daħlu wara l-budgets ta' dawn l-aħħar 24 xahar.", "S'issa din il-lista għadha ma ġietx għax ir-realta' hija li l-gvern żamm kelmtu u ressaq budgets li ma żidux taxxi.", "Dawn l-aħħar żewġ budgets naqqsu t-taxxi u ma daħħlux taxxi oħra minn taħt kif forsi b'mod umoristiku qed jipprova jitfa' l-botti f'din il-Kamra l-Onor.", "Joe Mizzi.", "(Interruzzjonijiet) Iż-żejt mhux taxxa.", "Inti kkummentajt off the record u allura bilfors kelli nirrispondik għax inkella in-nies ma jkunux fehmuk sew.", "Pero' nistieden lill-Onor.", "Joe Mizzi biex jekk irid jagħmlilna din il- lista u mbagħad nirrisponduh fil-winding up, basta nkunu nafu x'qed nifhmu meta nitkellmu fuq taxxi.", "L-ewwelnett nixtieq infakkar ftit l-ambitu li fih tfassal dan il-budget li huwa mibni fuq realta' li rnexxielna nġibu bil-ħidma li wettaqna f'dawn l- aħħar snin biex inkabbru l-ekonomija, insaħħu l-qagħda finanzjarja, inkattru l-investiment, noħolqu x-xogħol u nkabbru l-ġid biex b'hekk illum f'dan il-Parlament qed niddiskutu dawn il-miżuri pożittivi li se jissarrfu b'mod reali fil-bwiet taċ-ċittadini Maltin u Għawdxin.", "Dan kien possibbli għax mhux biss il-qagħda finanzjarja tal-pajjiż hija fis-sod, imma għax hija fis-sod b'mod sostenibbli.", "Jiġifieri mhux ġibna l-qagħda finanzjarja fis-sod din is-sena u s-sena d-dieħla nħarbtu kollox, imma s-sena d-dieħla se nkunu kapaċi li nibqgħu mexjin fuq is-sostenibilita' finanzjarja ta' pajjiżna.", "U dan se nagħmluh billi d-deficit li nagħlqu bih fl-2008 ikun ta' madwar Lm30 miljun, jiġifieri Lm20 miljun inqas minn dak li se nagħlqu bih din is-sena.", "Irrid infakkar lill-Onor.", "Membri ta' din il-Kamra li meta l-partit Laburista kien fil-gvern fil-perjodu ta' bejn l-1997 u l-1998 id-deficit, jiġifieri l-iżbilanċ li kellu pajjiżna f'dawk is-sentejn kien jaqbeż il-Lm100 miljun.", "Fl-ewwel sena kien ta' Lm127 miljun u mbagħad fit-tieni sena kien ta' Lm150 miljun, rekord assolut għal pajjiżna.", "Mentri dan il-budget li qegħdin nippreżentaw qed jipprevedi li l-iżbilanċ tal-pajjiż se jkun ħames darbiet inqas minn dak li kien ġie ppreżentat u attwat dak iż-żmien għax il-budget li kien ippreżentat ma kienx jipprevedi dak l-iżbilanċ imma marru żmerċ għal Lm150 miljun deficit.", "Dan il-budget li għandna quddiemna qed jipproponi li l- iżbilanċ inniżżluh għal ħames darbiet inqas minn dak li kien fl-1998.", "Ma kenitx triq faċli, saru numru ta' sagrifiċċji minna lkoll, kien hemm infurzar tal-ġbir ta' taxxi aħjar, li forsi kien hemm min ma ħax gost bih, u kien hemm kontroll ikbar fuq in-nefqa tal-gvern.", "Meta ngħid kontroll mhux neċessarjament għax kien hemm il-ħela, imma ċerti nefqiet li forsi ħassejna li kienu bżonjużi kellna noqogħdu lura minnhom biex ma nkabbrux l-ispiża tal-gvern b'mod iktar aċċellerat.", "Irridu niftakru li l-ispiża tal-gvern kibret għax żdiedu l-pensjonanti u allura żdiedu l-pensjonijiet, żdiedu ċerti benefiċċji soċjali u żidna ċerti nefqiet f'ċerti investimenti li huma meħtieġa għall-pajjiż.", "Imma n-nefqa tal-gvern qatt ma kibret iktar mid-dħul tal-gvern u għalhekk irnexxielna nnaqqsu d-deficit b'mod kredibbli u sostenibbli kif iċċertifikat il- Kummissjoni Ewropea u l-Bank Ċentrali Ewropew.", "Dan il-budget mhux qed jipproponi biss li nnaqqsu d-deficit b'Lm20 miljun imma fl-isfond tar-realta' li kibret l-ekonomiija u qed jinħoloq il-ġid, id- dħul tal-gvern qed jiżdied ukoll, kuntrarju għar-retorika li tibqa' toħroġ biha l-oppożizzjoni fejn toqgħod tgħidilna li qed jiżdied il-piż tat-taxxi meta taxxi ġodda ma daħlux.", "Is-sabiħa hija li l-oppożizzjoni tgħidilna li s-soluzzjoni tagħha kif twettaq dak kollu li twiegħed hi billi tkabbar l-ekonomija.", "Aħna kabbarnieha l-ekonomija u llum għandna ekonomija li qed tmiss l-4%.", "Il-Kap ta' l-Oppożizjzoni kien jgħidilna biex ma nidħlux fiż-żona ewro qabel ma naslu għal dik iċ-ċifra, imma aħna wasalna għal dik iċ-ċifra allavolja kien hemm min ħaseb li we can't do it u kellna min ipprova jaqtagħlna qalbna.", "Dan kollu ppermettielna biex inkomplu ninvestu f'dawk l-affarijiet essenzjali għall-pajjiż b'nefqa kapitali ta' 'l fuq minn Lm140 miljun biex intejbu l-ekonomija tagħna, l-industrija, is-settur tat-turiżmu, l- infrastruttura, nibnu skejjel ġodda, intejbu l-patrimonju ta' pajjżina, l- ambjent u nkomplu nsostnu l-qafas soċjali ta' pajjiżna b'żidiet fil- pensjonijiet li anke żdiedu iktar minħabba l-miżuri li qed nieħdu f'dan il- budget.", "Barra minn hekk, qed nagħrfu nsarrfu parti mis-suċċess ekonomiku li qed jagħmel pajjiżna f'titjib fil-kwalita' tal-ħajja tal-poplu Malti u Għawdxi permezz ta' numru ta' miżuri favur min irid ikompli jaħdem f'dan il- pajjiż għax nemmnu li rridu nnaqqsu l-piż tat-taxxi fuq min jaħdem, u dan nagħmluh mhux bil-gimmicks imma bil-fatti kif għamilna f'dawn l-aħħar 12-il xahar għax naqqasna l-income tax fil-budget tas-sena li għaddiet bi Lm12 miljun u qed nerġgħu nnaqqsu l-income tax f'dan il-budget b'din il-liġi li qegħdin nippreżentaw illum f'din il-Kamra.", "Il-familji tagħna li għandhom it-tfal se jgawdu mill-miżura importanti ta' żieda sostanzjali fiċ-children's allowance li se tfisser li 25,000 tifel u tifla li sal-lum f'pajjiżna ma kenux qed jieħdu children's allowance se jibdew jieħdu ċ-children's allowance u 'l fuq minn 30,000 tifel u tifla li sal-lum kienu qed jieħdu nofs iċ-children's allowance li kien jieħu l-ewwel wild issa dawn se jieħdu daqs it-tieni wild.", "Ħabbarna miżuri oħra importanti favur it-tfal u żgħażagħ bi bżonnijiet speċjali, favur it-tfal li huma orfni u numru ta' miżuri oħrajn li jmissu l-familja.", "Tħabbru wkoll numru ta' miżuri favur l-anzjani li nġibuhom fis-seħħ permezz tal- leġislazzjoni li qegħdin niddibattu llum f'dan il-Parlament.", "Sur President, l-impatt finanzjarju ta' dawn il-miżuri jaqbżu l-Lm21 miljun.", "F'dan il-budget komplejna npoġġu l-qagħda finanzjarja tal-pajjiż fis-sod biex nilħqu l-mira li għandna li sas-sena 2010 dan il-pajjiż jieqaf jitkellem fuq deficits u nibdew nitkellmu fuq qagħda finanzjarja li kapaċi nibbilanċjawha u ntejbuha biex mhux biss innaqqsu d-dejn pubbliku bħala piż fuq il-ġid tal-pajjiż imma nnaqqsu d-dejn pubbliku f'termini reali ta' flus ħalli lill-ġenerazzjonijiet futuri ta' pajjiżna nassigurawlhom li nkomplu nagħtuhom qagħda finanzjarja soda biex inkomplu naraw it-tkattir ta' titjib fil-livell ta' l-għajxien tal-familji fuq sisien li huma sostenibbli.", "Dan jirnexxielna nagħmluh jekk nibqgħu nsostnu din it-triq.", "Kieku ridna stajna konna iktar aggressivi u għas-sena 2008 id-deficit konna nniżżluh għal Lm10 miljun, imma għażilna li dan ma nagħmluhx għax filwaqt li rridu nkomplu mexjin fit-triq li poġġejna - u konfidenti li naslu f'dik it-triq - min-naħa l-oħra kif għamilna fil-budget tas-sena li għaddiet irridu nibdew nindirizzaw numru ta' ħteġijiet li hemm.", "Sur President, jekk wieħed jaqra l-liġi li ppreżentajna jinduna li l-miżuri mhumiex kollha ppreżentati f'din il-liġi, u dejjem hekk jiġri għax il-liġi tmur għall-printing qabel it-tħabbir tal-budget u allura hemm numru ta' miżuri li huma standard u jkunu diġa' miftiehma li jridu jidħlu fis-seħħ.", "Pero' ma nistgħux indaħħlu l-miżuri kollha fil-liġi qabel ma jkun ġie moqri l-budget u allura jkun hemm numru ta' miżuri li jiddaħħlu fil-liġi fl- istadju ta' kumitat fejn niddiskutu klawsola klawsola u jibdew jidħlu l- klawsoli li jridu jġibu numru ta' tibdiliet.", "Il-liġi titkellem dwar l- awtorizzazzjoni meħtieġa għas-self lokali tal-gvern u hawnhekk huwa importanti li nispjega b'mod ċar għax irrid inneħħi il-perċezzjoni li qed nissellfu iktar milli hu d-deficit għax qed nibżgħu, kif forsi taw x'jifhmu xi kelliema mill-oppożizzjoni li tkellmu b'mod pubbliku kemm f'dibattiti preċedenti għal din il-liġi kif ukoll f'fora oħra.", "Aħna qed nitolbu lil dan il-Parlament li jippermetti li s-sena d-dieħla l- gvern ikollu l-liberta' li jekk irid jissellef sa €300 miljun allavolja d- deficit qed nipproġettawh biss għal Lm30 miljun, li jiġu eżattament €69 miljun.", "Hemm xi emendi li mhumiex sinifikanti fil-liġi tad-dwana u xi liġijiet oħrajn, pero' l-miżuri prinċipali li jirrigwardaw iċ-ċaqliq li għamilna fil-bands tat-taxxa li se jħallu madwar Lm12 miljun f'idejn il- bwiet tal-poplu Malti u Għawdxi, iċ-ċaqliqa fiċ-children's allowance u numru ta' miżuri oħrajn mhumiex ippubblikati f'din il-liġi u se jiġu mressqa fl-istadju ta' kumitat.Pero' qabel ma nidħol fil-miżuri li huma ta' benefiċċju se nitkellem ftit fuq is-sitwazzjoni tas-self, u għaliex, f'isem il-gvern, qiegħed nitlob lil din il-Kamra l-awtorizzazzjoni biex is-sena d- dieħla jekk inħossu l-ħtieġa anke nissellfu sa €300 miljun.", "L-ewwelnett f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-amministrazzjoni tad-dejn pubbliku, tradizzjonalment il-policy tal-gvern kienet li noħorġu l-istocks biex l-ewwelnett inkopru dak li se jkun id-deficit li jissejjaħ id-deficit tal-fond konsolidat, kif ukoll biex noħolqu suq lokali għal min anke jrid jinvesti b'mod żgħir minn sena għal sena.", "Allura l-ħruġ ta' l-istocks tal- gvern kien fih żewġ għanijiet; l-ewwel għan huwa li l-gvern jiġbor il-flus li għandu bżonn u t-tieni għan ikun strument finanzjarju safe għal min iħobb dan it-tip ta' investiment.", "Filwaqt li din il-policy kienet qed taqdi tajjeb l-għan li tagħti ċerti interessi lill-investituri żgħar u lill- istituzzjonijiet li jidħlu għal dan it-tip ta' investiment, fir-realta' jekk wieħed janalizza ftit id-dejn tal-pajjiż komplessivament jinduna li huwa frazzjonat ħafna, jiġifieri għandek ħafna issues żgħar ta' Lm30 miljun, Lm40 miljun jew Lm50 miljun skond il-ħteġijiet tal-gvern li jemerġu prattikament kull erba' xhur jew anqas.", "Ma' l-adozzjoni ta' l-ewro l-possibbilta' li l-istocks ma jinxtrawx biss lokalment imma anke internazzjonalment fuq livell Ewropew se jiżdied, u allura dan jitlob minna li nagħtu ħarsa iktar fit-tul lejn l-istrateġija tal-mod kif aħna nimmaniġġjaw id-dejn tal-pajjiż biex nimmassimizzaw l- aħjar return għall-pajjiż billi kemm jista' jkun niffrankaw f'dawk li huma l-interessi li aħna nħallsu fuq id-dejn, għax ovvjament jekk innaqqsu l-piż ta' l-interessi jfisser li nkunu nistgħu nilħqu l-miri tagħna għal dawk li huma d-deficts ħafna iktar malajr.", "Issa li deħlin fiż-żona ewro u se jkollna l-istess munita ta' diversi pajjiżi oħrajn, dan se joħloq anke ċertu interess internazzjonali minn pajjiżi oħra fl-Ewropa fil-bonds li joħroġ il-gvern Malti.", "Pero' jekk wieħed joħroġ b'ċerti issues li jkunu żgħar allura effettivament dawn ma jiġbdu l-ebda interess.", "Jiġifieri biex euro bond tkun worth it kemm finanzjarjament bħala spejjeż u kif ukoll biex tiġbed l-interess internazzjonali fil-parteċipazzjoni f'dawn it-tip ta' bonds, allura jrid ikun hemm issue li tkun ftit iktar minn sempliċement Lm30 miljun li għandna bżonn is-sena d-dieħla.", "Għalkemm irrid ngħid ukoll li ġeneralment ikollna wkoll xi stocks li qed jagħlqu u kif ngħidu we roll them over, jiġifieri noħorġu stocks ġodda biex nirriplejsjaw dawk l-istocks li kellna hemmhekk.", "Issa sal-lum aħna konna noħorġu prattikament x'naħsbu li għandna bżonn biex niffinanzjaw id-deficit u noħorġu wkoll oħrajn biex nirriplejsjaw.", "Fi snin preċedenti ħriġna iktar għax la nkunu qed nissellfu mill-banek b'ċerti rati li huma għoljin, allura noħorġu l-istocks u nirriplejsjaw dak is-self għax ir-rati fuq l- istocks ikunu iktar vantaġġjużi.", "Issa qed tinħoloq l-opportunita' li nibdew nirristrutturaw id-dejn tal- pajjiż billi noħorġu issues li huma ikbar u li jagħtuna rati ta' interessi li huma aħjar.", "Dan ifisser li nnaqqsu l-ħtieġa li noħorġu ħafna treasury bills short-term fejn l-interessi ġeneralment ikunu xi ftit ogħla u mmorru għal iktar long-term u kapaċi nieħdu rati li huma aħjar.", "Skond Tabella 9 kif ippreżentata fid-diskors tal-budget għas-sena d-dieħla il-gvern qed jara li għandu bżonn żieda netta fl-istocks tal-gvern ta' madwar Lm80 miljun biex niffinanzjaw id-deficit tal-budget tas-sena d-dieħla, il-bills tat-Teżor għar-raġunijiet li diġa' spjegajt fejn qed naraw li dawn jistgħu jonqsu b'madwar Lm62 miljun u biex nilħqu ċerti miri oħrajn.", "Sur President, kif urejna f'din l-istess tabella globalment se nkunu qed naraw id-dejn tal-gvern jonqos bħala perċentwali tal-ġid li joħloq il- pajjiż fuq livell nazzjonali, minn kważi 65% tal-GDP fl-2006 għal 60% is- sena d-dieħla, jiġifieri mis-sena d-dieħla aħna nkunu wkoll mhux biss issodisfajna l-krititerji ta' Maastricht għall-iskop ta' l-ewro li kien ried biss jinżel, imma li nkomplu neżlin b'mod sostenibbli taħt is-60% u dan mingħajr il-ħtieġa ta' privatizzazzjonijiet jew mingħajr ħtieġa ta' miżuri oħrajn u nibqgħu mexjin fit-triq li issa qbadna billi nibqgħu wkoll innaqqsu dan il-piż għal 53% sas-sena 2010 li jpoġġina f'qagħda tajba ħafna meta wieħed iqabbel id-dejn tal-pajjiż ma' dak li huwa l-prodott gross domestiku, jiġifieri l-ġid li għandu l-pajjiż.", "Allura aħna qed naraw li jista' jkun li għas-sena d-dieħla jkollna l- possibbilta' li noħorġu għal self ġdid ta' madwar €300 miljun kif inhu indikat fl-ewwel taqsima ta' l-abbozz ta' liġi li qegħdin nitkellmu dwarha llejla u dan se jkun rifless f'dawn it-tliet punti li se nsemmi: L- ewwelnett biex nagħmlu tajjeb għad-deficit fil-fond konsolidat għal snin varji, jiġifieri parti minn ta' din is-sena, parti minn tas-sena d-dieħla u anke minn tas-sena ta' wara biex b'hekk inkunu ħriġna issue ta' stocks li hija tkun daqsxejn kbira u hawn qed nitkellmu dwar Lm80 miljun.", "It-tieni nett irridu nifdu l-istocks li hemm li se jagħlqu fis-sena 2008, li huma ta' madwar Lm40 miljun, jiġifieri €93 miljun u t-tielet nett biex inkunu nistgħu nbiddlu l-portfolio kurrenti ta' dak li huwa d-dejn pubbliku billi ma nibqgħux daqshekk spezzettati f'biċċiet kbar imma nkunu nistgħu nibdew niġbru d-dejn tal-pajjiż billi nnaqqsu l-ħtieġa ta' treasury bills u noħorġu issue waħda tajba.", "L-għan li qegħdin nitolbu għal €300 miljun bħala issue ta' stocks is-sena d- dieħla hu li qegħdin navvanzaw ftit issues li qegħdin naraw li se jkollna bżonn nagħmlu fis-sena 2009 u forsi fis-sena 2010.", "Għandna issue ta' stocks ta' madwar Lm40 miljun li se tagħlaq u se nnaqqsu madwar Lm63 miljun f'dawk li huma treasury bills biex b'hekk ikollna bond issue ta' ċerta sustanza ta' madwar €300 miljun.", "Il-ħteġijiet finanzjarji ta' deficit mhux se jinbidlu u se jkunu ta' Lm30 miljun, imma pprovajna nipproġettaw x'nistgħu ngħaqqdu flimkien ħalli jkollna issue tajba, għax kif għidt meta toħroġ issue fuq qafas Ewropew li ma tkunx ta' sustanza lanqas tiġi rated u allura ma jkollokx il-parteċipazzjoni desiderabbli.", "Huwa importanti bħala pajjiż li issa li se nidħlu fl-ewro nkunu nistgħu nipparteċipaw fis-swieq finanzjarji internazzjonali.", "Sabiex inkunu nistgħu nsaħħu s-suq sekondarju ta' dawn il-finanzjamenti se jkun qed isir xogħol biex l-infrastruttura ta' pajjiżna f'dak li jissejjaħ s-central securities depositary fil-Borża ta' Malta jingħaqad ma' dak internazzjonali biex din l- issue tkun tista' tiġi maħruġa fil-Borża ta' Malta imma jkunu jistgħu jipparteċipaw fiha minn exchanges barra minn pajjiżna.", "Dan huwa żvilupp importanti biex il-Borża ta' Malta nkomplu nintegrawha b'mod iktar effettiv fis-suq Ewropew.", "Pero' nerġa' ngħid dan ma jkunx worth it u ma jilħaqx l- għan tiegħu jekk l-issue ta' l-istocks tkun żgħira u ma jkollhiex sinifikat fuq livell internazzjonali.", "Kif diġa' għidt, fil-liġi li għandna ppreżentata quddiemna nsibu numru ta' bidliet li qegħdin nagħmlu għal-liġi tad-dwana li m'għandhomx impatt fiskali imma huma arranġamenti li nistgħu nidħlu fihom fl-istadju tal- Kumitat għax ħafna minnhom huma definizzjonijiet u hemm xi bidliet oħra żgħar li qed isiru b'mod konsegwenzjali.", "Il-bulk ta' l-emendi li jridu jidħlu f'din il-liġi jirrigwardaw l-inizjattivi importanti li ħabbarna f'dan il-budget.", "Bla dubju ta' xejn emenda importanti li se tidħol f'din il-liġi hija l-emenda għal-liġi ta' l-income tax li trid twassal biex inġibu fis-seħħ il-bidliet fiskali mħabbra fil-budget.", "Ta' min jgħid li ċ- ċaqliq fit-tax bands ma jibbenefikawx minnhom biss min għandu l-paga imma anke n-nies fis-settur tan-negozju, is-self-employed, dak id-direttur jew shareholder li jirċievi dividend minn kumpannija.", "Jiġifieri ċ-ċaqliq fil- faxex tat-taxxa jaffettwaw lil kulmin għandu xi dħul f'dan il-pajjiż, kemm jekk ġej minn paga jew salarju u kif ukoll jekk ġej minn dħul ieħor.", "Kif spjega l-Prim Ministru fid-diskors tal-budget b'dak li qed nagħmlu din is-sena qed inkomplu nsaħħu r-riforma li bdejna s-sena li għaddiet.", "Nixtieq infakkar li s-sena li għaddiet konna ċaqlaqna b'mod sostanzjali l- bands tat-taxxa u konna eliminajna l-bands tat-taxxa ta' 20% u ta' 30% biex b'hekk estendejna b'mod sostanzjali t-taxxa li titħallas biss bi 15% u l- faxxa ta' 25%, pero' ma konniex irtirajna minn fuq is-ceiling tal-35%.", "Dakinhar il-Prim Ministru kien qal b'mod ċar li jekk nilħqu l-miri finanzjarji li poġġejna quddiem pajjiżna li jwassluna biex anke nadottaw il- munita ewro u jekk il-proġettazzjonijiet ta' tkabbir ekonomiku għal pajjiżna jimmaterjalizzaw, dan il-gvern se jkompli miexi fuq din it-triq għax il-viżjoni tal-gvern hi li nkomplu nnaqqsu t-taxxa fuq l-impjieg u fuq il-qliegħ biex kemm jista' jkun l-employment income ma jiġix intaxxat iktar minn 15% u nkomplu nirtiraw id-dħul ta' meta tidħol il-25% u l-35% bħala rata.", "L-emenda li se tidħol għal din il-liġi u li se titressaq għall- approvazzjoni ta' din il-Kamra qed tipproponi li f'każ ta' koppja miżżewġa fejn jaħdem ir-raġel biss u allura jagħżlu l-komputazzjoni konġunta, dħul li ma jaqbiżx l-Lm4,894 - biex tiġi konvertita fl-ewro għal €11,400 - ma jiġi ntaxxat bl-ebda mod.", "Minn dan il-benefiċċju se jgawdu eluf ta' ħaddiema.", "Barra minn hekk, estendejna l-band tat-taxxa biex issa għandek 'il fuq minn Lm3,500 li fuq dawk il-Lm5,000 ma tħallasx taxxa ta' iktar minn 15% fuqhom .", "U allura din il-liġi se tipproponi li l-band ta' 15% minn Lm4,500 għal Lm8,000 kif kienet għal din is-sena titwessa' għal kważi Lm4,900 sa Lm8,800.", "Tajjeb ngħidu li wessajna b'mod sostanzjali l-band ta' 25% biex b'hekk irtirajna r-rata ta' 35% kif konna wegħidna s-sena li għaddiet.", "Dan ifisser li issa min jaqla' bejn Lm8,800 sa Lm12,000 – fejn allura għandek bracket oħra ta' Lm3,600 jiġifieri ġibna l-bracket bejn 15% u l-25%, il-25% u l-35% indaqs - dawn ma jħallsux taxxa ta' iktar minn 25% u allura t-taxxa ta' 35% titħallas biss meta jinqabżu t-Lm12,000.", "Dan mhuwiex tnaqqis żgħir u se jfisser li bir-riforma li wettaqna min sal-lum kien jaqla' taħt il- Lm5,000 jew inqas se jkun gawda minn tnaqqis ta' taxxa ta' Lm30 sa Lm90.", "Smajt lill-oppożizzjoni f'xi kritika tgħid li ż-żgħir mhux qed igawdi biżżejjed mir-riforma li saret, pero' jiena ngħid li r-riforma rridu nħarsu lejha miż-żewġ passi li ħadna u mhux wieħed.", "Għaliex?", "Għax illum min jaqla' Lm5,000 se jħallas Lm16 income tax u jista' jasal iż-żmien fejn anke dawk is-Lm16 inneħħu, għax il-viżjoni ta' dan il-gvern hi li nkomplu nnaqqsu l-piż tat-taxxa fuq id-dħul.", "Min jaqla' bejn Lm5,500 sa Lm8,000 se jiffranka minn Lm114 sa Lm227, li prattikament jiġu anke sa Lm5 fil-ġimgħa.", "Min illum jaqla' Lm5,500, kulma se jħallas taxxa s-sena d-dieħla huwa Lm90, li jiġu 1.6% tad-dħul li jaqla', jiġifieri inqas minn Lm2 fil-ġimgħa.", "Min jaqla' Lm8,000 se jħallas Lm466 taxxa minflok Lm700, li jfisser fuq id-dħul kollu tiegħu se jkun qed iħallas bis-6%.", "Allura wieħed mill-ewwel jirrikonoxxi li t-tnaqqis li sar fl-income tax huwa wieħed sostanzjali.", "Jekk niġi għal min hu miżżewweġ u qed jagħżel kompjutazzjoni miżżewġa, jekk jaqla' Lm10,000, minflok se jħallas madwar Lm1,200 taxxa fis-sena prattikament se jħallas Lm900 taxxa li tfisser 9.7% ta' dak li huwa jaqla'.", "Jiġifieri kulmin jaqla' Lm10,000 huwa 'l bogħod minn dak li kienu jgħidu li jħallsu 35% taxxa.", "Qatt ma kienu jħallsu bil-35% taxxa, dik hija notion għax jinsew li jieħdu l-benefiċċju fuq il-bands tat-taxxa u allura jħarsu biss lejn il-lira extra li taqbeż l- Lm10,000.", "Imbagħad min jaqla' anke sa Lm12,500 jew Lm13,000 se jgawdi minn tnaqqis ta' taxxa ta' kważi Lm600.", "Ikun hemm ukoll koppja miżżewġa li jaħdmu t-tnejn li jagħżlu l- kompjutazzjoni singola - min mhux miżżewweġ bilfors jagħmel il- komputazzjoni ta' wieħed li hu waħdu - għax ikun jaqblilhom u allura jagħżlu li biex jieħdu l-benefiċċju doppju jieħdu r-rati ta' dawk li huma single.", "F'dan il-każ ukoll għollejna l-parti li mhijiex taxxabbli minn dak li kienet is-sena li għaddiet u minn Lm3,100 għamilnieha Lm3,500.", "Dan ifisser li koppja miżżewġa li t-tnejn jaħdmu, l-ewwel Lm7,000 issa mhumiex taxxabbli.", "Jekk, per eżempju, jaqilgħu Lm5,000 dawn se jiffrankaw Lm106 f'taxxa, jiġifieri aktar minn Lm2 fil-ġimgħa, imma issa jekk inhuma koppja miżżewġa fejn it-tnejn jaħdmu u t-tnejn jaqilgħu iktar minn Lm5,000 allura se jiffrankaw Lm4 fil-ġimgħa, li prattikament ifisser li dawn ikunu qegħin iħallsu taxxa ta' madwar 5% fuq id-dħul tagħhom.", "Jekk din tibqa' tiela' tibda tiskopri li min, per eżempju, jaqla' Lm6,000 li hija viċin il-paga medja nazzjonali tal-pajjiż, dawn se jiffrankaw madwar Lm207 taxxa li jfisser li kulma se jħallsu taxxa hu 6% fuq id-dħul kollu tagħhom, u min jasal sa Lm8,500 prattikament se jiffranka Lm400 f'taxxa.", "Wieħed mill-ewwel jirrikonoxxi li r-riforma li wettaqna f'dawn is- sentejn u li issa se nkomplu nimplimetaw f'din il-liġi, qed tnaqqas it- taxxa b'mod sostanzjali u se tħalli ħafna flus fil-bwiet tal-Maltin u l- Għawdxin mingħajr ma tiddiskrimina x'tip ta' xogħol inti tagħżel li tagħmel, mingħajr ma tivvantaġġjak jekk id-dħul tiegħek hux ibbażat fuq ix- shift, hux ibbażat fuq performance bonus, hux ibbażat fuq il-paga bażika tiegħek, hux ibbażat fuq l-overtime, hux ibbażat fuq id-dħul kollu li tagħmel, jekk hux part-time, jekk intix qed tagħmel part-time u inti self- employed barra li għandek il-job prinċipali.", "Meta tagħti benefiċċju lil kulħadd tkun qed telimina l-lok għall-abbuż u ma tiddistortjax l- ekonomija.", "Sur President, il-gvern qiegħed iħares li jkompli jimxi fuq din it-triq għaliex aħna nemmnu li l-piż tat-taxxi jrid ikompli jonqos kif għamilna f'dawn l-aħħar sentejn, partikolarment fejn jidħol id-dħul li jagħmlu l- ħaddiema tagħna, is-self-employed tagħna u d-dħul ieħor li huma jiġġeneraw.", "U l-iktar mod effettiv li sibna biex nagħmlu dan kien proprju billi nkomplu nnaqqsu t-tax band biex inneħħu d-distortion li llum jeżisti bejn xi tip ta' xogħol jew tip ta' xogħol ieħor u nkomplu nżidu l-effiċjenza u l- produttivita' f'dan il-pajjiż għax dan huwa importanti biex aħna nkomplu niġġeneraw l-ekonomija ta' pajjiżna.", "Sur President, hemm ukoll xi miżuri fiskali żgħar li mhumiex se jidħlu permezz ta' din il-liġi imma se jidħlu permezz ta' avviżi legali, bħal, per eżempju, il-ġenituri li jibagħtu t- tfal tagħhom għal attivitajiet sportivi, se jkunu jistgħu jieħdu relief tat- taxxa billi l-miżati li huma jħallsu sa 100 ewro jkunu jistgħu jnaqqsuhom mid-dħul taxxabbli tagħhom.", "Ċerti kontribuzzjonijiet li jsiru lill- għaqdiet kulturali jew lill-għaqdiet sportivi se jkunu jistgħu jitnaqqsu mid-dħul taxxabbli u dawn it-tip ta' miżuri se jidħlu fis-seħħ permezz ta' legal notices taħt l-att ta' l-income tax.", "Fis-sezzjoni tal-liġi ta' l-income tax se jidħlu tliet emendi fuq it-taxxa tal-boll li daħlu fis-seħħ mat-tħabbir tal-budget u diġa' qed jiġu applikati min-nutura u mid-dipartiment.", "It-taxxa tal-boll li f'dan il- budget affettwat b'mod pożittiv lil dawk il-koppji ġodda li qed ifittxu l- ewwel dar tagħhom u wkoll lil dawk il-koppji li jgħaddu minn mument xejn feliċi meta wieħed mill-partijiet ta' dik ir-relazzjoni sfortunatament imut u allura jkun jeħtieġ li jsir it-trasferiment causa mortis.", "Ir-rata preżenti ta' 3.5% taxxa fuq il-boll fuq l-ewwel Lm30,000 f'każ ta' xiri ta' proprjeta' għall-ewwel residenza qed tiġi estiża għall-ewwel Lm50,000.", "Din tfisser li l-koppji li se jkunu qed ifittxu biex jixtru l-ewwel dar tagħhom jew individwi li se jixtru l-ewwel dar tagħhom, għax tajjeb niċċara li mhux biss koppji, se jkunu jistgħu jibbenefikaw minn tnaqqis sostanzjali fil-boll li jista' jwassal anke għall-iffrankar ta' madwar Lm300.", "It-taxxa tal-boll fuq it-trasferiment ta' proprjeta' se titnaqqas meta l- ġenituri jgħaddu proprjeta' lil uliedhom biex tintuża bħala r-residenza personali tagħhom u allura minn 5% se titniżżel għal 3.5% fuq il-valur tal- proprjeta' sħiħa u m'hemmx limitu ta' Lm30,000, Lm50,000 jew limitu ieħor.", "Irrid nenfasizza li biex ma jkunx hemm abbuż it-tfal jistgħu jibbenefikaw minnha darba għax inkella jispiċċaw ibigħu l-proprjeta' u jgħaddulhom oħra, dejjem bir-raġuni li hija għal skop ta' residenza.", "Hemm miżura oħra li taffettwa l-capital transfer duty.", "Din l-emenda titkellem dwar koppji li huma miżżewġin u tinqala' ċ-ċirkostanza sfortunata li xi ħadd mill-koppja jmut.", "Dan il-gvern dejjem ipprova, fejn tidħol fuq kull tip ta' taxxa li ssir mal-mument tal-mewt, sew jekk inhi taxxa ta' suċċessjoni jew xi taxxi oħrajn, inneħħi jew inaqqas b'mod sostanzjali.", "Anke s-sena li għaddiet ħadna miżura biex naqqasna dan il-piż f'din l- inċidenza, u għalkemm din il-miżura se tiswa lill-gvern madwar Lm1 miljun, il-gvern iddikjara bil-budget li meta tiġri ċirkostanza ta' causa mortis bejn koppja li qed tgħix fir-residenza tagħha, dik il-proprjeta' ma tkunx intaxxata bit-taxxa tal-boll.", "Ovvjament biex ma jkunx hemm abbuż qed ngħidu li dik id-dar trid tibqa' tiġi wżata mill-persuna li baqgħet ħajja minn dik il-koppja għal skop ta' residenza tagħha u allura t-trasferiment ikun irid jiġi insinwat biex jiġi stabbilit il-valur ħalli b'hekk on record ikun hemm il-valur li ġie stabbilit.", "Jekk imbagħad 20 sena wara jkun irid ibigħ - u qegħdin niddiskutu li jista' jkun li nirreduċu l-perjodu għal perjodu limitat - allura tkun trid titħallas dik it-taxxa biss jekk il-proprjeta' tinbiegħ qabel dak il-perjodu.", "Bla dubju ta' xejn l-emendi importanti se jmissu l-aspetti soċjali ta' pajjiżna u għalhekk ma nistax ma nitkellimx fuq il-miżura importanti taċ- children's allowance li din il-liġi se ġġib fis-seħħ.", "Din ir-riforma importanti qed tirrikonoxxi li f'soċjeta' fejn it-tfal irridu nkomplu ninvestu fihom u rridu nkomplu ngħinu lill-familji jagħtuhom l-aħjar, trid tissarraf fi dħul li jgħin lil dik il-familja.", "Ir-riforma fl-income tax tmiss lil kulħadd l-istess u nispjega għaliex.", "Koppja miżżewġa li m'għandhomx tfal jew għax għadhom jiżżewġu jew għar-raġunijiet li jistgħu jkunu b'għażla jew sfortunatament mhux b'għażla, li bejniethom jaqilgħu Lm10,000 se jiggwadanjaw minn tnaqqis ta' taxxa ta' Lm300.", "Koppja miżżewġa li jaqilgħu l-istess dħul u bl-istess mod se jiffrankaw taxxa ta' Lm300 imma għandhom żewġt itfal ir-riforma fit-taxxa ma tgħin bl-ebda mod lil dawn il-familji u kif għidna fid-dokument ta' qabel il-budget, l-ewwel prijorita' tiegħu hi li jwieżen aħjar lill-familji li għandhom it-tfal.", "Dan għamilnieh b'żewġ modi; l-ewwelnett irdoppjajna ċ-children's allowance għat-tfal ta' taħt is-16-il sena mit-tieni wild 'il quddiem biex dawn jieħdu daqs l-ewwel wild.", "Sal-lum l-ewwel wild kien jieħu 6% ta' dak li huwa d-differenza bejn id-dħul u l-means test li kien ta' Lm10,300, mentri t-tieni wild, it-tielet wild, ir-raba' wild jew il-ħames wild irrispettivament kemm għandek, kienu jieħdu biss 3%.", "Kif qed jgħid l-Onor.", "Charles Mangion, it-tfal qed jonqsu pero' għad għandna familji li għandhom erba' jew ħames ulied.", "Żewġ budgets ilu konna neħħejna l-limitu taċ- children's allowance li tingħata biss lill-ewwel tlett itfal u konna għidna li għandha tingħata lit-tfal kollha li jaqgħu taħt il-means test irrispettivament min-numru tat-tfal.", "Dan ifisser li qed nirdoppjaw b'mod sostanzjali ċ-children's allowance lil 33,000 tifel u tifla f'pajjiżna li sal-lum kienu jieħdu Lm200 children's allowance fis-sena u llum bir-riforma se jieħdu minn Lm450 sa Lm500 children's allowance minħabba ċ-ċaqliqa li għamilna.", "Bl-emendi li qed nagħmlu f'din il-liġi se ngħinu wkoll lill-familji bit- tfal li għandhom dħul inqas mill-paga minima nazzjonali biex tassew ngħinu lill-familji li huma f'ċirkostanzi li għandhom bżonn ikunu mwieżna ħafna iktar.", "Dan qed nagħmluh billi qegħdin inbaxxu d-dħul minimu għal skop ta' allowance tat-tfal u se jfisser li 'l fuq minn 13,000 tifel u tifla se jibbenefikaw minn dan il-benefiċċju.", "Barra minn hekk, qed ngħollu l-minimu fl-allowance li jista' jitħallas għal kull wild.", "Sal-lum kull tifel jew tifla li kienu jaqgħu taħt il-means test ma setgħux jieħdu inqas minn Lm52.", "Peremzz ta' dan il-budget qed ngħidu li l-minimu ta' Lm52 fis-sena se jitla' għal Lm107 fis-sena.", "Minn din il-miżura mhux biss se jibbenefikaw it-3,000 tifel u tifla li kienu qegħdin jgħaddu mill-manglu ta' means test u kienu qed jieħdu t-Lm52 u issa se jieħdu l-Lm107 imma se jgawdu wkoll it- tfal kollha.", "Il-25,000 tifel u tifla li sal-lum ma kenux qed jirċievu children's allowance għax issa qed ngħidu li filwaqt li l-means test jibqa' japplika, min ma japplikalux il-means test se jingħata ċ-children's allowance għal kull tifel u tifla.", "Qed nara ċ-Chairman tal-Kamra jitbissem għax mid-dehra se jibbenefika hu wkoll.", "Din hija miżura importanti li se tiswa lil dan il- pajjiż madwar Lm5 miljun, pero' se tfisser li se nindirizzaw b'mod iktar effettiv il-ħteġijiet tal-ġenituri Maltin u Għawdxin li jixtiequ jilħqu l- aspirazzjonjiet ta' wliedhom billi jagħtu opportunitajiet lil uliedhom, iħajruhom jipparteċipaw f'attivitajiet kulturali u sportivi għax l- edukazzjoni ma tieqafx biss ma' l-iskola.", "B'dawn l-emendi li qed ngħaddu fil-liġi llum fil-Parlament se jfissru li b'mod sostanzjali qegħdin mhux biss intejbu l-kwalita' tal-ħajja tal- familji tagħna imma qegħdin inħallu fil-familji Maltin u Għawdxin differenza fid-dħul tagħhom b'mod sostanzjali billi, per eżempju, koppja miżżewġa li qiegħda fuq ir-relief se tieħu Lm528 iktar minn dak li kienet tieħu s-sena li għaddiet.", "Bil-ħemel ta' miżuri li ħadna f'dan il-budget il- familji Maltin se jgawdu bejn Lm7 u Lm11 fil-ġimgħa żieda fid-dħul tagħhom, biż-żieda li ngħatat għall-għoli tal-ħajja, iċ- children's allowance u tnaqqis fl-income tax.", "Allura bla dubju ta' xejn wieħed jista' jgħid li dan kien budget li tassew qed jindirizza d-dħul u l-ħteġijiet tal-poplu Malti u Għawdxi.", "Kif għidt, hemm numru ta' miżuri li mhux se jgħaddu neċessarjament f'din il- leġislazzjoni u hemm emendi minnhom bħal, per eżempju, iż-żieda li se nagħtu fl-allowance tat-tfal b'diżabilita', fejn minn Lm5 fil-ġimgħa se titla' għal Lm7 fil-ġimgħa u se tingħata lil kulħadd, u miżuri oħrajn se jkunu jeħtieġu li ssir emenda legali permezz ta' din il-liġi u hemm oħrajn li mhux se nkunu qed niddiskutu f'din il-liġi għax se jidħlu fis-seħħ jew b'ċerti legal notices li se joħorġu jew b'miżuri amminstrattivi.", "U hawnhekk, nista' nirreferi, per eżempju, għat-tnaqqis fil-VAT fuq il- kultura u l-arti li minn 18% se tinżel għal 5% u din se toħroġ b'legal notice separata, kif ukoll il-VAT li se titnaqqas fuq dak li huwa tagħlim ta' żfin, arti u drama u numru ta' miżuri oħrajn simili li nafu li se jkunu ta' fejda għall-poplu Malti u Għawdxi mhumiex se jgħaddu permezz ta' din il- liġi imma b'metodi oħrajn.", "Filwaqt li nittama li d-dibattitu li se jkollna fil-jiem li ġejjin ikompli jitfa' iktar dawl fuq l-importanza ta' din il-liġi li qed ngħaddu, lest li nisma' b'interess l-intervent ta' l-oppożizzjoni.", "Grazzi, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Charles Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Sur President, naħseb li waħda mill-battuti ħelwin tad-diskors ta' l-Onor.", "Fenech kienet meta rrimarka li anke inti, Sur President, se tieħu ċ-children's allowance u inti ġustament għax ilek li kellek it-tfal għidtlu: \"Sa fl-aħħar!\"", "Hawnhekk ukoll għandna l-element ta' tard wisq għax iċ-children's allowance li kien jeħodha kulħadd sa l- 1995 kien neħħieha gvern Nazzjonalista.", "Illum li ntroduċejna din il-miżura lill-familji tagħna poġġejniehom fl-istess pożizzjoni li kienu 12-il sena ilu.", "Wieħed mill-effetti tal-fatt li ċ-children's allowance ġiet eliminata għal dawk il-familji ħabrieka fejn il-koppja kienu jaħdmu t-tnejn u kienu jaqilgħu iktar minn Lm10,000, kien li madwar 16,000 familja ġiet imċaħħda milli tieħu ċ-children's allowance.", "Statistika ppubblikata mill-istitut tal-politika tal-familja ta' l-Unjoni Ewropea, turi li sas-sena 2006/2007 Malta kienet, bħala kontribut min-naħa ta' l-istat għall-ġid u għall-benessere tal-familja, ir-raba' mill-aħħar fost is-27 pajjiż.", "Dan ifisser li l-pass li ħa l-gvern Nazzjonalista 12-il sena ilu meta żamm u rrestrinġa ċ-children's allowance tefa' lill-familji Maltin lura, u dan iċ-ċertifikat li ġie ppubblikat matul din is-sena jikkonferma li Malta qiegħda 22% tal-medja ta' l-Unjoni Ewropea.", "Qabilna nsibu pajjiżi bħall-iSlovakkja - dawk li konna ngħidulhom il-pajjiżi tal- Lvant u li għadhom lura - l-Estonja, ir-Repubblika Ċeka u Ċipru li huwa gżira fil-Mediterran.", "Għalkemm fl-aħħar il-gvern ra d-dawl wara li ilu jixrob ħafna minn fuq dahar il-poplu Malti u issa lill-familja qed jagħtiha xi ftit lura, xorta mhux qed jaħdem bis-sħiħ biex irażżan l-għoli tal- ħajja.", "Kif diġa' għidt, il-fatt li qegħdin nintroduċu ċ-children's allowance għall-familji kollha, irrispettivament mill-qligħ u mill-introjtu ta' dik il-familja ifisser li reġġajna l-arloġġ lura għal 12-il sena ilu u l-familja ġibnieha fejn kienet 12-il sena ilu.", "Xtaqt nikkjarifika ċerti misconceptions li semma fil-bidu s-Segretarju Parlamentari.", "Bħas-soltu ma setax joqgħod lura milli jsemmi s-snin 1996/1998 fir-rigward tad-deficit biex jipprova jimputa li l-muntanja ta' dejn li pajjiżna jinsab mgħobbi bih, minkejja l-fatt li parti sostanzjali mill-ġid ta' pajjiżna, jiġifieri kumpanniji bħall-Mid-Med, il-Maltacom, l- ajruport, it-Tug Malta, il-Freeport, l-Oil bunkering, dawn l-assi li kienu jiġġeneraw il-qliegħ għall-gvern inbigħu xorta u għadna mgħobbijin bid- dejn, kien kabbarha gvern Laburista bejn l-1996 u l-1998.", "Għalhekk tajjeb li din il-ħrafa tinqered bl-istatistika li ppubblika l-gvern stess u nispera li wara li nsemmiha ma tinbidilx għada filgħodu.", "Nixtieq nagħmel riferenza għall-estimi tas-sena 1996 approvati minn gvern Nazzjonalista fl- 1995.", "F'Ottubru ta' l-1996 kienet saret l-elezzjoni u jekk naraw l-estimi għas- sena 1996 approvati minn gvern Nazzjonalista nsibu li - u qed naqra minn paġna 3 – l-estimated deficit in the Consolidated Fund, 31 December 1996, kellu jkun Lm32.8 miljun.", "Dan kien approvat minn gvern Nazzjonalista f'dik l-istess sena fejn kien hemm il-famuża ittra ta' l-eks ministru tal-finanzi John Dalli dwar l-infiq żejjed.", "Skond statistika ppubblikata - u qed nirriferi għall-istructural indicators ta' Mejju 2001 li ġiet downloaded reċentement, inqas minn jumejn ilu – naraw li fl-1996 id-deficit minn Lm32.8 miljun – kif approvat minn gvern Nazzjonalista – tela' għal Lm103,200,000, jiġifieri taħt gvern Nazzjonalista fl-1996 id-deficit tela' b'Lm70 miljun.", "U tajjeb illi ninnota li fl-aħħar kwart, li xahrejn minnhom kien immexxi minn gvern Laburista dakinhar, id-deficit kulma żdied kien bi Lm8 miljun u kienu fil-quarters ta' qabel – ħa nkunu preċizi – illi dan id- deficit tela' matul dik is-sena minkejja dak li kien approvat.", "Jekk imbagħad immorru għas-sena 1997 naraw illi d-deficit minn Lm103 miljun – għax f'sena ma tistax tikkoreġi dak it-taħwid u l-ħela kollha li tkun writt – tela' għal Lm119 miljun u mhux b'Lm70 miljun, jiġifieri qegħdin ngħidu li kulma żdied kien b'Lm16 miljun biss.", "L-Onor.", "Fenech qal li fl-1998 tela' għal Lm150 miljun.", "Fil-fatt kien skorrett għax kien Lm141 miljun imma ta' min jinnota wkoll li fl-aħħar kwart ta' dik is-sena, għax l-elezzjoni kienet saret f'Settembru, id-deficit kien tela' bi kważi Lm69 miljun.", "Qed insemmi din l-istatistika ħalli din il-ħlieqa li fl-1996 gvern Nazzjonalista kien ħalla xi qagħda finanzjarja tajba tinqata' darba għal dejjem u tajjeb illi naraw li f'sena waħda, fl-1996, mar żmerċ b'Lm70 miljun.", "Is-Segretarju Parlamentari Fenech qal li f'din il-liġi li għandna quddiemna, il-gvern qiegħed jawtorizza lilu nnifsu li jissellef €300 miljun u spjega li dan se jsir biex parti mid-dejn antik jitħallas u qisek tiġbor is-self kollu f'daqqa.", "Pero' li ma semmiex huwa – u forsi fil- winding up ikun jista' jirrispondi – jekk din l-issue ta' l-ewro li tkun tista' ukoll tqajjem interess barra minn pajjizna x'impatt se jkollha fuq iż-żieda ta' l-imgħax, għax jekk toħroġ bonds biex tattira lil min irid jixtrihom, ċertament trid tagħti return fuqhom u ovvjament għalkemm se jkollok ċertu ammont sostanzjali ta' flus f'idejk, għandek il-piż ta' l- imgħax li llum qiegħed kwazi Lm80 miljun fis-sena.", "U allura tajjeb li nkunu nafu x'impatt fuq l-imgħax jista' jkollha din l-issue jew inkella kienx hemm xi evalwazzjoni ta' dan il-fattur.", "Is-Segretarju Parlamentari għadda ħafna ħin jispjega l-benefiċċji.", "Fis- sena 2003 dan il-gvern tela' bl-għajta ta' finanzi fis-sod u għalkemm matul is-sena 2003 kien hawn il-wegħda li l-VAT se tibqa' 15%, spiċċa biex għamel sena wara l-oħra jimballa l-piż tat-taxxi fuq il-poplu Malti.", "Tant hu hekk li l-Unjoni Ewropea f'pubblikazzjoni ta' l-20 ta' Marzu ta' din is-sena qalet illi bejn is-sena 2004 u s-sena 2005 – tirriferi għal dawk is-sentejn – Malta kienet wieħed mill-iktar pajjizi fejn żdied il-piż tat-taxxa u minn 36% tela' għal 37.7% f'temp ta' sena.", "U dan ovvjament tela' wkoll is-sena ta' wara bħala piż ta' taxxi fuq il-ġid nazzjonali, fuq il-profitti u l-qligħ jew il-pagi tal-ħaddiema.", "Tant hu hekk illi bejn is- sena 2003 u s-sena 2006 il-gvern, bħala taxxi minn fuq il-poplu Malti, ġabar Lm198 miljun.", "U allura ovvjament li n-nies illum qed jgħidu li dan budget ta' l-elezzjoni, għax wara li għasarna se nieħdu dak li nistgħu.", "Minkejja li l-gvern qal li dan mhuwiex budget ta' l-elezzjoni għax huwa sostenibbli, xorta jibqa' l-fatt li l-opinjoni pubblika rat, tramite il- gvern, u qalet li dan huwa budget għax waslet l-elezzjoni.", "Effettivament għal kull Lm100 li tħallsu f'taxxi lill-gvern, il-poplu Malti qed jieħu lura Lm10.", "Għalhekk aħna qegħdin ngħidu ftit wisq għax inti ma tistax tgħidli li llum qiegħed tajjeb meta tkun qed tpoġġini fl-istess sitwazzjoni li kont erba' jew ħames snin ilu.", "Biex inkun tajjeb trid tgħollini 'l fuq, kif se nkun għada u pitgħada.", "Jekk wieħed jikkonsidra t- tkabbir ekonomiku, il-GDP ta' pajjizna, kif imsarraf fi profitti li saru u mill-kumpens u l-pagi tal-ħaddiema li jammontaw għal Lm310 miljun, isib li minn dawn il-gvern ħa lura Lm198 miljun bħala taxxi, kwazi 63% ta' dawn il- qligħ u l-profitti.", "Għalhekk aħna qegħdin ngħidu li dan huwa budget ta' ftit wisq u tard ħafna u ma kellux għalfejn ikollna l-istitut tas-social policies biex jgħidilna l-piż li jinsabu fih il-familji għax dawn l- affarijiet konna nafuhom.", "Kulmin jiltaqa' mal-familji jaf li dawn qed iħossu l-piż ta' l-għoli tal- ħajja u ma jistgħux ilaħħqu bis-surcharge u l-affarijiet l-oħra kollha.", "Għalhekk il-familji qegħdin jgħidu li għax issa waslet l-elezzjoni, il- gvern qiegħed iwiżinna għax matul dawn l-aħħar erba' snin lilna għafasna kemm felaħ.", "U din hija r-realta' illi l-familji qegħdin iħossu.", "Bil- miżuri li qed jipproponi l-gvern – ovvjament opportunisti imma ta' lejliet l-elezzjoni - din l-għafsa xorta se tibqa'.", "Għaliex?", "Għax pajjiżna minflok iħares biss lejn l-elezzjoni li qiegħda fil-qrib, irid jindirizza l- problemi li qegħdin niffaċċjaw fejn tidħol il-kompetittivita' u fejn jidħol it-tkabbir ekonomiku.", "Huwa fatt li kien hemm setturi li kibru u kkontribwew bħalma ġara fis-settur bankarju fejn f'sena waħda sar aktar minn Lm100 miljun profitt.", "Huwa fatt ukoll li l-online gambling rnexxa, imma fl-aħħar mill-aħħar irridu naraw ukoll – għax aħna ma nħarsux biss lejn il-figuri – li s-setturi kollha ta' l-ekonomija jkunu qegħdin jibbenefikaw u jinteressana wkoll illi meta jikbru s-setturi kollha jkollok is-setturi kollha tal-ħaddiema li d-dħul tagħhom ikun qed jikber.", "Minkejja li matul din is-sena dawn is-setturi kellhom tkabbir sostanzjali, għamlu l-profitti u l-ħaddiema f'dawn is-setturi kellhom pagi mhux ħażin ukoll, għandek setturi oħrajn li jikkomponu l-kumplament tal-pajjiż fejn dan il-benefiċċju ma nħassx.", "Allura waħda mill-affarijiet li aħna rridu nħarsu lejha hija kif se nsaħħu l-kompetittivita' tagħna ħalli s-setturi kollha jikbru.", "Jekk inħarsu lejn il-qagħda ekonomika reali kif espressa minn istituzzjonijiet internazzjonali li jkunu ġew hawnhekk, studjaw u ħadu l-informazzjoni - dawn ma joqogħdux fuq l-opinjonijiet u fuq il-ftaħir tal-gvern - nsibu li, per eżempju, li l-IMF fil-kumment tagħha dwar it- tkabbir ekonomiku qalet li jidher ċar li t-tkabbir reali tal-ġid ekonomiku kien ta' madwar 1.25% fis-sena matul dawn l-aħħar snin.", "Kellna snin fejn ma kbirna xejn u ċkien il-ġid nazzjonali, jiġifieri kellna retraction, imbagħad fis-snin 2006 u 2007, kif diġa' għidt, kien hemm setturi li mxew 'il quddiem u oħrajn li baqgħu fejn kienu.", "Imma xorta waħda, fl-aħħar mill-aħħar, it-tkabbir reali kien dak li hu.", "Sabiex wieħed jara pajjiżna fejn qiegħed irid jikkompara mal-kumplament tal- pajjizi fil-club, dak li nsejħulu l-Unjoni Ewropea, li aħna nifformaw parti minnu.", "U hemmhekk naraw illi t-tkabbir ekonomiku tal-pajjiżi li daħlu magħna huwa ikbar minn tagħna.", "Per eżempju, fil-Litwanja huwa ta' 7.3%, fil-Latvja huwa ta' 9.6% - dawn l-iktar li mxew 'il quddiem – fil-Polonja huwa ta' 6.1%, fi Slovenja huwa ta' 4.3% u fl-iSlovakkja huwa ta' 8.5%.", "Għaliex nagħmlu dan il-paragun?", "Nagħmlu dan il-paragun għax la aħna qegħdin intellqu ma' dan it-tim bilfors irridu nikkalkulaw il-performance tagħna magħhom, inkella kulma nkunu qegħdin nagħmlu huwa ħafna running on the spot, mingħalina qegħdin niġru ħafna u nkunu qisna qegħdin fuq treadmill u nibqgħu fl-istess post.", "Meta wieħed jara kif mexa wkoll il-ġid ras imb'ras ta' pajjizna, dak li ngħidulu l-GDP per capita - li fl-aħħar mill-aħħar ma jfisser xejn ħlief il-qliegħ tal-ħaddiema - bejn is-sena 2002 u s-sena 2003 meta kien hemm il- bidla fil-gvern, isib li dan kien 80% tal-medja ta' l-Unjoni Ewropea u llum niżel għal 75% tal-medja ta' l-Unjoni Ewropea.", "Allura dan jiġi rifless fir-realta' tal-fatt illi l-pagi medji tal-familji tagħna matul dawn it-tliet snin niżlu – u hawnhekk qed nikkompara wkoll minn statistika li ġiet released fit-23 ta' Lulju ta' din is-sena – u fejn fis-sena 2003 il-medja tad-dħul tal-familji kien ta' €13,600, fis-sena 2005 dan niżel għal medja ta' €11,180.", "Għaliex qed insemmi dawn ir-realtajiet?", "Għax irridu naraw għaliex il-kompetittivita' ta' pajjiżna ma ssaħħitx.", "Fil-fatt kemm fuq il-Lisbon agenda niżlet mis-sena l-oħra għal din is-sena, meta tal-pajjizi kompetituri tagħna telgħet b'żewġ postijiet u tliet postijiet, u anke fuq il-World Economic Forum niżlet b'ħames postijiet.", "Allura jeħtieġ naraw x'inhu jaffettwa lil din l-imbierka kompetittivita' ta' pajjizna li mhijiex qiegħda tissaħħaħ.", "Għamilna żmien konna ngħidu li dan kien dovut għall-pagi tal-ħaddiema.", "Pero' kif diġa' spjegajt, l- average wage tal-ħaddiema naqset u allura sirna iktar kompetittivi fejn jidħlu l-pagi tal-ħaddiema u issa ma nistgħux nibqgħu ngħidu li jridu jkunu l-pagi tal-ħaddiema li jintrassu 'l isfel biex inħarsu l-kompetittivita'.", "Allura rridu nħarsu lejn fatturi oħra u jiena naħseb illi fost l- affarijiet illi kkontribwew għal dan in-nuqqas ta' kompetittivita', primarjament insibu r-riżultati akkwiżiti fil-qasam edukattiv.", "Għalhekk nappella biex nassessjaw x'inhi l-problema mingħajr passjoni politika, imma r-realtajiet qegħdin hemmhekk u l-ewwelnett irridu nsemmu l- element tal-burokrazija li dejjem titqal u tiswa iktar il-flus u hemm ukoll – dan ġie dikjarat mill-barranin – il-perċezzjoni ta' korruzzjoni li wisq probabbli aktar ma titqal il-burokrazija, din il-perċezzjoni aktar tikber.", "Meta wieħed iħares lejn is-settur edukattiv isib li huwa veru li pajjiżna jonfoq ħafna fuq l-edukazzjoni ras imb'ras, imma fl-aħħar mill-aħħar li jgħodd huwa r-riżultat li effettivament jintlaħaq.", "Għaliex aħna, per eżempju, għandna nkunu l-agħar pajjiz f'dak li huwa l-ischool leavers?", "Sur President, sas-sena 2006 kien hemm kwazi 42% ta' dawk li jispiċċaw mill- istream edukattiv u joħorġu mis-sistema mingħajr taħriġ u mingħajr skills.", "M'ilux kien hemm xi employers li talbuni xi żgħażagħ li għandhom xi ftit taħriġ fis-sengħa ta' mastrudaxxa.", "Issa din hija waħda mill-iktar snajja' bażiċi u tradizzjonali u meta ddur id-database tiegħek biex tara jekk issibx lil xi ħadd li għandu xi taħriġ f'din il-linja u ċċempel lil xi ħadd, jgħidlek li dik is-sengħa qatt ma jkun tgħallimha.", "U jiena ngħid li għalkemm l-iskejjel tas-snajja' li kellna fil-passat ma kenux perfetti, inti trid tipprova dejjem tespandi u tibni ġebla fuq ġebla fuq dak li ssib.", "Imma l-iskejjel tas-snajja' ġew abbandunati u llum min qed jitlob lil xi ħadd imħarreġ f'waħda mis-snajja' tradizzjonali m'huwiex qed isib.", "L-istess nista' ngħid fejn jidħlu dawk li huma technical people illi għalkemm hawn id-domanda għalihom ma ssibhomx minħabba li matul dawn l- aħħar għaxar snin ma kienx hemm ippjanar għad-demand li seta' jkun hemm u allura meta jispiċċa xi ħadd ma jsibux lil xi ħaddieħor biex jirrimpjazzah.", "Ta' min isemmi wkoll li fis-sena 2006 bħala pajjiż aħna konna ninsabu l-inqas b'25% tal-popolazzjoni bejn il-25 sena u l-64 sena fost il-pajjizi ta' l-Unjoni Ewropea li kompla l-post-secondary education.", "Il-Polonja għandhom 84% tal-popolazzjoni li għamlu l-upper secondary, l- Ungerija għandhom 76% u r-Repubblika Ċeka għandhom 90% u x'ħin tara l- paragun ta' dawk li għandhom kwalita' ta' edukazzjoni aħjar issib ukoll illi dawn imxew 'il quddiem f'dik li hija l-kompetittivita'.", "Jiġifieri hemm rabta sħiħa bejn il-kompetittivita' u l-edukazzjoni.", "Fil-fatt l- Ungerija mill-20 post fis-sena 2004 telgħet għas-17-il post fis-sena 2006 bħala kwalita', jiġifieri mxiet 'il quddiem bi tliet postijiet u għandha livell għoli ta' ħaddiema żgħażagħ li huma ikar skilled u iktar edukati.", "Is-Slovenja mis-16-il post telgħet għall-15-il post u l-iSlovakkja mit-23 post telgħet għat-18-il post. Kienet Malta biss li niżlet post.", "Settur li kiber u rnexxa f'Malta huwa ċertament is-settur tal-qasam finanzjarju b'regolatur illi ffunzjona tajjeb –ma niddejjaqx ngħidhom dawn l-affarijiet għax dak huwa stat ta' fatt – u dan kien dovut għall-fatt illi kien hawn massa ta' ħaddiema professjonisti li huma effiċjenti.", "Dan kien l-ikbar kontribut, flimkien mal-qafas regolatorju u ma' l-istabilita' politika għax kien hemm qbil bejn iż-żewġ naħat f'dan is-settur, u hekk għandu jkun.", "Jiena konvint li jkun min ikun fil-gvern jibqa' jkun hemm l- istess qbil għax l-istabilita' u ċ-ċertezza ta' dan is-settur hija l-iktar ħaġa importanti.", "Kieku għamilna l-qafas regolatorju bi qbil sħiħ bħalma kien hawn u ma kellniex in-nies imħarrġa, kieku dan is-settur ma kienx jiffjorixxi u jikber b'dan il-mod.", "Jekk illum tistaqsi lill-esperti li joperaw f'dan is-settur jgħidulek li għandhom bżonn iktar nies imħarrġa u professjonali.", "Ir-rabta bejn it- tagħlim, il-kwalita' ta' l-edukazzjoni u l-kompetittivita' hija ċara.", "Barra minn hekk – u din irridu nittekiljawha bis-serjeta' – irridu naraw x'se jkunu l-bżonnijiet ta' pajjiżna s-sena d-dieħla u fi żmien ħames snin u għaxar snin oħra.", "Għalhekk qed ngħid li din hija politika nazzjonali għax ikun min ikun fil-gvern din il-ħaġa se jiffaċċjaha.", "Jiena ngħid b'wiċċi minn quddiem illi huwa intollerabbli li jibqagħlek 42% taż- żgħażagħ li bilkemm ikunu jafu jaqraw.", "Fejn qiegħda l-marda?", "Fl-opinjoni tagħna l-weakness qiegħed fil-livelli primarja.", "Meta wieħed jidħol fi skola sekondarja tistenna li jkun diġa' profiċjenti fil-basics tas-suġġetti tal-lingwa Ingliża, tal-Malti u tal-Matematika.", "Il-ħsieb tar- reception year hija intiża biex tilqa', kemm jista' jkun, u tipprevedi li ma jibqax ikollok dik it-transizzjoni mill-primarja għas-sekondarja.", "Qabel ma ġejt hawnhekk kont għand familja fejn qaltli li waħda mill-ikbar problema li teżisti fil-classroom hija li minħabba l-fatt li għandek dik it-taħlita u m'hemmx dik il-flessibilita', dawk it-tfal, bħal binhom li huma jsusu warajh u anke jibagħtuh il-privat u allura għandu ċertu livell ta' edukazzjoni, ikunu ma' oħrajn li forsi għal xi raġuni jew oħra – mhux se noqgħod nidħol fil-problemi għax anke problemi soċjali jkun hemm f'dawn il-każijiet – ikunu inqas effiċjenti jew kompetenti minnu fl-espressjoni tiegħu, fil-lingwa Ingliża, fil-lingwa Maltija għax għadhom fil-livell primarju, u allura jsib illi dan ma jistax jibqa' miexi 'l quddiem.", "Dan qed ikollu effett ħażin fuq dan it-tifel li għalkemm ikun imbuttat mill- ġenituri, jgħidlek li hu m'għandux għalfejn jistudja ħafna għax huwa ħafna iktar bravu minn ċerti tfal oħra.", "Dan huwa stat ta' fatt u każ tipiku ta' din ir-realta'.", "Kieku jkollna iktar ippjanar fuq l-affarijiet u nidderieġu l-affarijiet lejn dak li rridu nilħqu ma kienx ikollna s-sitwazzjoni li ltqajna magħha issa meta ġejna biex niftħu l-isptar il-ġdid, fejn f'daqqa waħda skoprejna - ngħid skoprejna għax din qatt ma kien isemmiha ħadd - illi għandna nuqqas ta' 300 nurse u rridu nfittxu biex ikollna iktar nurses u nġibu n-nurses minn barra.", "Dan l-isptar ilu jinbena 16-il sena u naħseb li l-personnel requirements konna ilna nafuhom, imma minħabba nuqqas ta' ippjanar illum ġejna f'din is-sitwazzjoni.", "Ma jistax ikun illi pajjiżna jibqa' miexi f'din il-linja u allura rridu nindirizzaw din il- problema.", "Il-bżonn li tirranġa l-iskejjel u tibni skejjel ġodda jidħol mal-qasam kapitali.", "Dak huwa neċessarju u jiena ngħid b'wiċċi minn quddiem li dan il- proċess kien inbeda fl-1997, allavolja l-prim ministru ta' qabel kien qal li xi ħġieġa mkissra kien hemm meta kien hemm klassijiet mingħajr twieqi u mingħajr ħġieġ li lanqas kienu jgħallmu fihom għax kienu qishom mandra.", "U jiena ngħid li huwa tajjeb li dan il-proċess qed jitkompla, pero' huwa importanti li niffokaw iktar fuq il-kwalita' u fuq il-ħtieġa li jkun hemm ukoll direzzjoni vokazzjonali fil-livelli tal-qasam edukattiv mill-primarja biex it-tfal tagħna jibqgħu telgħin f'direzzjoni tajba fis-sekondarja.", "Jekk il-volum taż-żgħażagħ tagħna jkun qiegħed b'saħħtu fuq il-livell primarju, se jibqa' miexi għax diġa' jkollu l-impetus li jibqa' miexi 'il quddiem, imma jrid gwida vokazzjonali.", "Għandna bżonn ukoll li l-iskejjel tekniċi nerġgħu nagħtuhom imbuttatura ħalli l-bilanċ bejn dak li huwa akkademiku u dak li huwa tekniku jerġa' jiġi introdott.", "Il-verita' hi li mhux kulħadd se jilħaq livell akkademiku għoli, imma ta' l-inqas ikun hemm ukoll taħriġ tekniku.", "Irrid nagħmilha ċara li anke t-tekniku jitlob l-akkademja biex mhux xi ħadd jaħseb li jekk ma jitgħallem xejn u ma jkunx jaf jaqra se jkun jista' jitgħallem xi sengħa.", "Imma jekk wieħed ma jkunx laħaq livell tekniku għoli ta' l-inqas ikollu bażi ta' taħriġ manwali fis-snajja' li jista' jkun hawn domanda għalihom.", "Mhux kulħadd se jsir inġinier u mhux kulħadd se jsir technician bil-licences, imma dawn ikunu jridu nies magħhom li jissapportjawhom u li jkollhom idea ta' dak it-taħriġ.", "It-tieni punt huwa l-kwestjoni tal-burokrazija.", "Il-burokrazija f'pajjiżna kibret u tqalet u minkejja li sentejn ilu kellna kumitat kappeġġjat mill- Prim Ministru li kellu l-ħsieb jagħmel analisi ta' kif se titnaqqas il- burokrazija, u minkejja l-fatt li kull sena nagħmlu xi tliet seduti niddiskutu fuq l-effiċjenza għan-negozji ż-żgħar, xorta l-burokrazija għadha tqila u dan ma ngħiduhx aħna imma jgħiduh ir-rappreżentanti ta' l- operaturi ekonomiċi.", "Il-burokrazija tiswa l-flus u tnaqqas il- kompetittivita' għax min ikun irid jinvesti jkun irid imexxi l-affarijiet u allura jfittex pajjizi b'iktar effiċjenza.", "Hemm bżonn illi fl-interess tal-pajjiż l-accountability, it-trasparenza u l-performance fl- amministrazzjoni pubblika tidher li qed tinħass u jkun hemm utilizzazzjoni aħjar tar-riżorsi kbar li għandha l-amministrazzjoni pubblika li qed iżżomm bit-taxxi tal-poplu.", "Għandna wkoll il-kwestjoni tal-perċezzjoni tal-korruzzjoni.", "Il-fatt li jkollok Transparency International tgħid illi countries with a significant worsening in perceived levels of corruption in 2007 include Austria, Bahrain, Belise, Bhutan, Jordan, Laos, Macau, Malta, Mauritius, Oman, Papua New Guinea and Thailand, ma tantx huwa ċertifikat tajjeb.", "Issa nafu li dan għandu impatt fuq kif jarawna n-nies minn barra f'termini ta' l- effiċjenza, il-burokrazija u l-kompetittivita' għax kollox ikun ikkalkulat.", "Għalhekk naħseb li huwa kompitu kbir ta' gvern responsabbli li din il- perċezzjoni tiġi miġġielda u tiġi indirizzata bis-serjeta' għax xbajna nisimgħu b'kumitati li jsiru biex nikkordinaw u biex inkunu effiċjenti u dawn ma jirnexxux.", "Bħalissa qed jiġini f'moħħi l-kumitat dwar it-turiżmu li kien sar biex nikkordinaw il-ħidma li riedet issir u xorta għamilna sajf sħiħ kulħadd jagħmel il-complaints, b'turisti ma jistgħux jidħlu quddiem il-lukanda tagħhom.", "F'daqqa waħda bdew jgħidu li x-xogħol se jsir wara s-sajf imbagħad ix-xogħol beda jsir filgħodu u kien hemm konfużjoni sħiħa.", "Kellna l-MTA illi wara għaxar snin ikun hemm rapport intern kummissjonat mill-gvern stess fejn qal illi għal snin sħaħ din kienet karatterizzata minn ħela ta' riżorsi finanzjarji, minn nefqa żejda fuq amministrazzjoni, nefqa fuq l-organizzazzjoni ta' l-uffiċċju u mhux fuq dak li huwa essenzjali biex nindirizzaw il-problema tat-turiżmu li matul dawn l-aħħar għaxar snin kien staġnat u kienet biss il-miżura s'issa tal-low cost airlines - li ovvjament qegħdin ikunu ssussidjati mill-poplu Malti u Għawdxi - li tatu imbuttatura 'l quddiem.", "Matul dan is-sajf li għadda kellna l-każ li donnu ma nafx x'ġara minnu, fejn applikazzjoni għall-fondi Ewropej intbagħtet tard fuq traskuraġni amministrattiva, kellna l-kwestjoni tal-Media Consulta li ngħatat kuntratt biex tipprovdi l-pubbliċita' biex jinġiebu t-turisti lejn Malta pero' s'issa għadu ħadd ma jaf eżatt l-eżitu tiegħu.", "Ħadd ma jaf jekk hux iffirmat, jekk bdewx jaħdmu, jekk kienx hemm xi assessment għax s'issa kulma smajna kien li ż-żieda fit-turisti matul l-ewwel disa' xhur ta' din is-sena kienet dovuta għal-low cost airlines.", "Tajjeb li jingħad illi għalkemm n-numru ta' turisti li ġew matul din is-sena kien aħjar mis-sena li għaddiet, fl-ewwel tmien xhur ta' din is-sena għadna ma lħaqniex il- livell tan-numru tas-sena 2001.", "Imma għallinqas in-numru żdied u dak l- istaġnar ġie eliminat.", "Issa jeħtieġ li nħarsu iktar lejn kif se ntejbu u nsaħħu l-prodott, lejn dak li jagħmilna distinti mill-oħrajn, lejn dak li jagħmel lil Malta attraenti, lejn dak li jagħmel lil Għawdex uniku għalih u nindirizzaw il-problemi b'dak il-mod.", "Problema oħra li effettivament ma ġietx indirizzata kienet il-kwestjoni ta' l-għoli tal-ħajja.", "Huwa fatt inkontestat illi waħda mill-ikbar problemi li qed tolqot lill-familji Maltin hija l-għoli tal-ħajja u m'hemm xejn li jrażżan il-prezzijiet ta' l-affarijiet ta' kuljum.", "Il-gvern isostni li għamel ftehim biex il-prezzijiet ma jogħlewx u li dejjem qed jiżdiedu n-numri ta' importaturi jew operaturi oħrajn ekonomiċi li jgħidu li mhux se jżidu l-prezzijiet.", "Imbagħad tiltaqa' ma' nies u jgħidulek li l- bżonnijiet ta' kuljum qed jogħlew b'10c jew b'15c.", "Saħansitra kellna dikjarazzjoni mill-GRTU fejn qalet li l-prezzijiet se jogħlew.", "Kellna ammissjoni mill-Prim Ministru li minkejja li sa Mejju kellna ftaħir sħiħ illi l-inflazzjoni żammejnieha l-iktar baxxa fl-Unjoni Ewropea, effettivament ġara li l-gvern minflok ta ż-żieda prevista ta' 50c għall- għoli tal-ħajja, ta żieda ta' Lm1.50c, għax fehem illi l-piż ta' l-għoli tal-ħajja żdied ħafna.", "Imma mhux hekk biss.", "Matul is-sajf assistejna għal żieda fil-prezzijiet ta' l-ikel u meta tqabblu mal-kumplament ta' l-Unjoni Ewropea ssib li kien it-tielet l-iktar għoli fl-Unjoni Ewropea.", "L-ikel kważi jiġi kollu mill- Unjoni Ewropea.", "F'dak li huwa locally produced bħall-ħaxix u l-ħut, iż- żieda kienet iktar għolja u dan ikkonfermatu l-GRTU.", "Filwaqt li l-gvern kien qed jgħid illi dan kien dovut minħabba l-impatt fiż-żieda tal- prezzijiet taċ-ċereali – issa l-ikbar daqqa taċ-ċereali kienet bejn Settembru u Ottubru mhux bejn Ġunju u Settembru – l-istess GRTU akkużat lill-gvern li ż-żieda fil-prezzijiet tal-frott, tal-ħxejjex u tal-ħut kien dovut għal sistemi ħziena li l-gvern qatt ma indirizza.", "Imbagħad dan kollu ġie konfermat billi ngħatat żieda ta' Lm1.50c minflok ta' 50c.", "Effettivament nagħtik Lm1 qabel l-elezzjoni, pero' dik il-Lm1 imbagħad neħodhielek wara Marzu meta jogħlew iktar il-prezzijiet.", "Kulħadd qed jgħid li se jogħlew il-prezzijiet u qegħdin nibqgħu indifferenti.", "Illum f'gazzetta ewlenija kien hemm dikjarazzjoni sħiħa li l- prezzijiet se jisplodu wara Marzu u nibqgħu indifferenti u donna ma nagħmlu xejn quddiem sitwazzjoni bħal din.", "Filwaqt li naċċetta li jkollok inflazzjoni importata, imma rrid inkun konvint illi għandi inflazzjoni importata u mhux ngħidu li hija importata meta din tkun maħluqa internament.", "Jeħtieġ illi l-istrutturi regolatorji jiffunzjonaw kif għandhom jiffunzjonaw.", "Staqsi lil xi konsumatur jekk iħossux protett mis- sezzjoni tal-konsumatur taħt il-ministeru għall-kompetittivita' mhux biss fejn jidħlu prezzijiet, imma anke fejn jidħlu supplies u garanziji.", "Huwa importanti li nimitaw l-istandards li għandhom pajjizi oħra fl-Unjoni Ewropea fejn tidħol il-protezzjoni tal-konsumatur għax f'pajjiżna dawn qed jaqgħu flat u m'huma effettivi xejn.", "Fiċ-ċokon tagħna l-level playingfield malajr tispiċċa.", "X'hemm illi qed jissorvelja biex dawn l-affarijiet ma javverrawx jew ta' l-inqas nikkontrollaw l-inflazzjoni li tkun ġejja minn barra l-pajjiż?", "Primarjament aħna l-iktar li nimportaw mill-Unjoni Ewropea u allura jeħtieġ li dawn l-istrutturi jidhru li jkunu qegħdin jaħdmu.", "Għalhekk qegħdin nipproponu li dawn l-istrutturi jissaħħu biex jimmoniterjaw kontinwament l-iktar affarijiet essenzjali li jolqtu direttament l-għoli tal-ħajja u jagħtu rapport ħalli ta' l-inqas ikollna stampa ta' dak illi qed jiġri.", "Illum għandna l-wegħda li dawn mhux se jgħollu l-prodotti u fil-frattemp il-prodotti qegħdin jogħlew.", "Kellna eżempji ppubblikati fil- gazzetti ta' kemm jinbiegħ prodott mediċinali barra minn Malta u kemm jinbiegħ hawn Malta, il-prodott baqa' għaddej bl-istess prezz u ma sar assolutament xejn.", "U allura l-konsumatur iħossu diżulluż.", "Kontribut ieħor li qed jaffettwa l-għoli tal-ħajja u anke l-kwalita' tal- ħajja tal-familji hija l-kwestjoni tas-surcharge fuq id-dawl u l-ilma.", "Meta bdejna ninsistu li din trid titnaqqas bin-nofs, il-kontijiet beda jżommhom il-gvern!", "Sinjal li l-pajjiż jista' jassorbiha għax issa għandna l-finanzi fis-sod!", "Primarjament dik il-miżura se tikkontribwixxi f'dik li hija purchasing power tal-familji u se tgħinhom fil-kwalita' tal-ħajja tagħhom u dak li jibqagħlhom fil-bwiet se jkunu jistgħu jerġgħu jiġġenerawh fl-attivita' ekonomika.", "U hawnhekk nasal għall-kwestjoni tat-twessigħ tat- tax bands illi elabora ħafna fuqha l-Onor.", "Tonio Fenech.", "Din hija miżura pożittiva, u skond dak li qed nara minn tabella f'paġna 89 dawk li jaqbżu d-dħul ta' Lm6,500 u Lm7,000 fis-sena, il-benefiċċju jibda jiżdied u jitla'.", "Din ma fiha xejn ħażin u hija tajba.", "Pero' jibqa' stat ta' fatt ukoll illi għandek iktar minn 120,000 ħaddiema li d-dħul tagħhom huwa sa Lm4,500 u allura t-taxxa tagħhom hija nil.", "In-numru ta' dawk li ma jaqbżux is-Lm6,000 huwa ta' madwar 40,000.", "U l- argument tagħna huwa li dawn qegħdin iħossu l-piż ta' l-għoli tal-ħajja u l- piż tas-surcharge fuq id-dawl u l-ilma u dan qed jirrifletti fuq il- kwalita' tal-ħajja tagħhom.", "Allura l-problema ta' dawn in-nies trid tiġi indirizzata billi tpoġġi fi bwiethom direttament iktar flus.", "Issa din ġiet indirizzata parzjalment bil-miżura taċ-children's allowance, imma dawn huma kategorija ta' nies li sal-lum huma l-iktar intitolati għall- overtime u li jagħmlu l-overtime u allura trid tnaqqsilhom it-taxxa direttament.", "Issa ntqal li jista' jsir l-abbuż.", "Mhux f'kollox jista' jsir l-abbuż!", "Niltaqgħu hawnhekk u naraw flimkien kif neliminaw l-abbuż.", "Imma li tiġi tgħidli li l-ħaddiem jiftiehem biex ibaxxi l-paga tiegħu, imbagħad l-overtime jitħallaslu b'inqas u jkun irid jagħmel iktar sigħat ta' overtime, ma naħsibx li għad għandna ħaddiema ta' dan it-tip.", "Imma jekk naħsbu li hemm dan it-tip ta' abbuż, allura naħdmu flimkien għax l- abbuż ma rriduhx.", "Kulħadd jiftakar il-liġi li għaddejna tas-social services biex neliminaw l-abbuż wara li kien hemm dik l-istorja ta' min kien qed iħallas il-flus biex jiġi boarded out u pprovajna nagħmluha iktar iebsa.", "Saret kritika u evalwazzjoni tal-miżuri, imma naħseb hawn qbil illi l- abbuż m'għandux isir.", "Imma ma nistgħux ngħidu li minħabba l-abbuż m'għandniex nitfgħu l-flus fil-bwiet tal-familji.", "Kieku kellna nargumentaw b'dan il-mod naqtgħu s-social services u naqtgħu l-mediċini b'xejn!", "Imma ma jfissirx li m'għandniex nikkontrollaw biex ma jsirx abbuż mill-mediċini jew biex ma jsirx abbuż mis-social services.", "Sur President, miżura bħal din se tgħin anke lill-employer għax kulħadd ikollu perjodi fejn ikollu ħafna xogħol u ma jkollux post fejn idaħħal l-impjegati full- time, imma jkun irid ċertu flessibbilta'u din il-miżura tagħtih l- opportunita' li jkollu l-flessibbilta'.", "Fl-aħħar mill-aħħar il-ħaddiem li jinteressah hu li jibqagħlu iktar flus fil-but.", "Għalhekk jekk hemm il- biża' ta' l-abbuż għandna naħdmu flimkien ħalli ma jkunx hemm abbuż.", "Fl- aħħar mill-aħħar il-flus li jkunu f'idejn il-familji se jkabbru l-attivita' ekonomika, se jkabbru r-revenue għall-gvern u se jtellgħu l-multiplier effect u dan kollu jgħin biex nimmiraw għal ekonomija ikbar.", "Jiena xtaqt li s-Segretarju Parlamentari fil-winding up tiegħu jikklerja din l-issue li qamet fuq ir-riżervi.", "Mid-dehra l-Bank Ċentrali ma jridx jutilizza r-riżervi kif qallu l-gvern sempliċement biex jaqtgħu d-dejn, u tajjeb li forsi jkollna kjarifika jew inkella jinforma lil din il-Kamra eżattament x'qed jiġri għax bdiet għaddejja ħafna spekulazzjoni.", "Wara li begħna kollox u d-dejn ma baxxejniehx, issa mid-dehra se mmorru għall-aħħar ħaġa li baqagħlu l-pajjiż li huma r-riżervi.", "Punt ieħor li rrid nitkellem dwaru hu kif fl-estimi ta' din is-sena d-dħul tal-privatizzazzjoni kemm ta' l-oil tanking kif ukoll tat-Tug Malta ma dehru mkien fl-estimi.", "Ix- shareholder ta' l-oil tanking huwa l-Malta Freeport u hemmhekk hemm madwar Lm19 miljun.", "Pero' xi ħadd daħħalhom il-flus għax il-Malta Freeport daħħal kważi madwar €30 miljun cash payment għall-bejgħ tax-shares fl-oil tanking.", "Għaliex sena wara l-oħra qegħdin nagħtu sussidju ta' madwar Lm6.5 miljun lill-Malta Freeport?", "U dwar it-Tug Malta, fejn marru dawn il-flus?", "Nagħlaq bili ngħid illi filwaqt illi fid-diskors tiegħu l-Onor.", "Fenech tkellem ħafna dwar il-kontroll fuq l-ispiża, tajjeb illi ninnotaw illi din is-sena l-expenditure tal-gvern li kienet stmata li kellha tkun Lm7 miljun telgħet madwar Lm30 miljun u qabżet f'dawk l-oqsma li l-gvern kien qal li se jrażżan.", "Għal din is-sena l-Prim Ministru kien qal li se jkompli bit- trażżin fin-nefqa rikorrenti u effettivament minflok it-trażżin fin-nefqa rikorrenti kulma għamilna kien naqqasna l-infiq kapitali minħabba l-fatt illi anke mill-Unjoni Ewropea irċevejna ħafna inqas minn dak li konna bassarna jew li kien bassar il-gvern.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Sar il-ħin.", "Nitlob lis-Segretarju Parlamentari biex, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "TONIO FENECH: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tnejn, 12 ta' Novembru, 2007 fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li Jimplimenta Miżuri ta' l-Estimi - Tieni Qari; u", "Xi aġenda oħra li tista' tiġi komunikata aktar tard.", "-----------------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Istituzzjonijiet Finanzjarji - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Ligi dwar ir-Reġistru Ċentrali – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Amministrazzjoni Pubblika - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Awtorita' Maltija dwar l- iStandards u Diversi Liġijiet - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet dwar il-Komunikazzjoni - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Awtorita' tad-Djar - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Michael Farrugia.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Mr Speaker, waħda mill-iktar affarijiet li bil-mod il-mod kienet qed tipprova tiġi minfuħa ġewwa pajjiżna kienet dik li għandha x'taqsam mal-bini ta' l-isptar f'Tal-Qroqq.", "Mhux se noqgħod nidħol fl-argumenti jekk tlestiex erba' snin tard u lanqas se noqgħod nidħol fil- mertu jekk ġiex jiswa d-doppju meta mqabbel ma' sptar ta' l-istess kobor u l-istess teknoloġija ġewwa l-Ingilterra.", "Barra minn hekk saret ħaġa komuni li meta tagħmel ix-xita jidħol l-ilma ġewwa dan l-isptar, anzi tkun eċċezzjoni jekk ma jidħolx, kif ġara matul il-lejl li għadda stess.", "Imma forsi dan qed isir bi tpattija għall-fatt li s'issa dan l-isptar għadu ma ġiex imbierek mal-ftuħ tiegħu!", "Apparti dawn l-affarijiet kollha u apparti l-fatt li fl-1 ta' Lulju li għadda ġewwa dan l-isptar suppost kellu jkun hemm rikoverati l-ewwel pazjenti, kulma kien hemm kienu żewġ pupi tal-plastic li baqgħu hemm s'issa.", "L-ewwel interventi saru nhar it-Tnejn li għadda mingħajr ma ttieħdu l-prekawzjonijiet neċessarji.", "Qed ngħid hekk għax la kien hemm teatru ta' l-operazzjonijiet available u lanqas kien hemm il-backing neċessarju ta' kirurgu tal-qalb f'każ li allaħares qatt kellu jkun hemm xi komplikazzjoni, li f'coronary angiogram sfortunatament tista' twassal biex pazjent anke jitlef ħajtu.", "Veru li dawn m'humiex każi komuni, anzi huma pjuttost rari, pero' xorta waħda trid tkun ippreparat għalihom.", "Waħda mill- affarijiet li jgħallmuk l-iscouts hi li għandek tkun ippreparat u ma timxix bl-addoċċ.", "Wara kollox hawnhekk qegħdin nitkellmu dwar is-saħħa tal- pazjent.", "Is-segretarju parlamentari Tonio Fenech u l-Prim Ministru Lawrence Gonzi kemm-il darba qalu li m'humiex se jilagħbu bil-ħajja tal-pazjenti u li m'humiex se jieħdu riskji.", "Qalu li jekk hemm bżonn il-migration plan tiġi ttardjata, basta l-pazjenti ma jitpoġġewx f'riskju.", "Dak li ġara nhar it- Tnejn, apparti li huwa storja għax sar l-ewwel intervent fl-isptar Mater Dei, kien ukoll l-ewwel intervent li ttieħed b'riskju.", "Jiena nħoss illi l- pazjent għandu jitpoġġa l-ewwel u li l-ebda propaganda rħisa u politika m'għandha titpoġġa qablu.", "Bħala partit aħna dejjem sostnejna u għadna nsostnu li l-ewwel u qabel kollox jiġi l-pazjent.", "F'dan il-parlament kemm- il darba sostnejna li l-pjan ta' migrazzjoni għandu jiġi diskuss ma' kulħadd.", "Kull meta ssemma l-isptar - kemm fid-diskors tal-budget kif ukoll f'diskorsi oħrajn - jien dejjem għedt li hemm il-ħtieġa illi l-migrazzjoni tiġi diskussa ma' l-istakeholders kollha.", "Pero' jidher li dan ma sarx.", "Tant hu hekk li bdew jinqalgħu ħafna ntoppi waqt il-migrazzjoni.", "Wasalna f'sitwazzjoni fejn illum qegħdin isiru protesti mill-impjegati li qed jgħidulhom x'għandhom jagħmlu mil-lum għal għada u qegħdin isiru protesti mir-rappreżentanti tal-ħaddiema, inklużi dawk ta' l-infermiera u l- qwiebel.", "S'issa l-union tat-tobba għadha ma qamietx imma hemm ħafna garr u disgwid fost it-tobba u l-ispeċjalisti dwar kif qiegħda ssir il- migrazzjoni.", "Qed iħossu li fl-aħħar minuta qegħdin nimxu b'management by crises, dak li qatt m'għandu jsir fil-qasam tas-saħħa, billi mil-lum għall- għada jinbidlu l-ordnijiet u filli l-migrazzjoni tgħidlek mod u filli f'daqqa waħda l-għada nibdlu kollox.", "F'ċerti każi d-deċiżjonijiet tant qed jittieħdu fit-tul li t-trasferiment ta' ċerti dipartimenti se jsiru s-sena d-dieħla, meta suppost kollox kellu jimxi fuq ir-rubini u li bejn Novembru u Diċembru 2007 kellu jitlesta kollox.", "Imma r-realta' hija kompletament differenti, Mr Speaker.", "Hawnhekk jiena nikkundanna wkoll - aktar tard se nikkundanna affarijiet oħra - il-mod ta' kif il-gvern kien jitmellaħ b'din in-naħa tal-Kamra kull meta tkellimna fuq il-pjan ta' migrazzjoni.", "Illum li qegħdin fi stadju ta' migrazzjoni mhux biss qegħdin isiru affarijiet li qatt ma misshomx saru, fejn il-pazjent tpoġġa f'periklu, imma qegħdin naraw ukoll difetti fis- sistema ta' migrazzjoni li għaddejja bħalissa.", "L-affarijiet għandhom isiru bis-serjeta' u mhux bil-mod kif qegħdin isiru.", "Għandu jkun hemm pjan u viżjoni ta' fejn trid tibni dak il-pjan.", "Dan ma tibniħx waqt li tkun qed tattwa l-affarijiet imma trid tkun attwajtu, ippruvajtu u għaddejtu mit- test tan-nar.", "Forsi wieħed jistaqsi: Imma kif tista' tgħaddi l- migrazzjoni mit-test tan-nar?", "L-ewwel ma trid tara hu s-sistemi ġodda li trid iddaħħal biex jitmexxa l-isptar.", "L-agħar ħaġa li nistgħu nagħmlu hi li mmorru fi sptar li jaħdem bl-istess sistema kif kien immexxi l-isptar San Luqa.", "Jekk se nagħmlu hekk se nkunu nfaqna Lm300 miljun għal xejn għax waħda mill-problemi ta' l-isptar San Luqa hi l-mod ta' kif jitmexxa.", "Jekk m'aħniex se nbiddlu s-sistema tat-tmexxija se nkunu fallejna fl-iskop tagħna.", "In-nuqqas ta' ppjanar li kien għaddej deher b'mod ċar.", "Meta wieħed jitkellem dwar bini ta' sptar, l-ewwel ma jrid jagħmel hu li jkun jaf kemm se jkollu swali, kemm se jkollu teatri, kemm se jkollu laboratorji, kemm se jkollu X-ray machines u faċilitajiet oħra.", "Trid tipprepara minn qabel biex tara kemm għandek bżonn riżorsi umani.", "Kellna l- ftuħ farsa tad-29 ta' Ġunju ta' din is-sena, li suppost kien il-ftuħ uffiċjali ta' l-isptar.", "Dakinhar insiru nafu li biex is-sistema tas-saħħa ġewwa pajjiżna tkun tista' timxi b'mod effiċjenti għandna bżonn 300 infermier ieħor.", "Prosit, fejn hu l-ippjanar li sar?!", "L-istudenti fil-kors tan-nursing kienu naqqsulhom l-istipendju.", "Jiġifieri d-dipartiment lanqas biss irrealizza, u miegħu mbagħad l-universita' - għax jew kienet żgwidata jew ġew jaqgħu u jqumu - li ladarba għandna bżonn numru sostanzjali ta' infermiera ta' kwalita' ma missniex daħħalna n-numerus clausus fil- korsijiet tan-nursing u naqqasnilhom l-istipendju bil-konsegwenza li ħeġġiġniehom biex ma jidħlux għal dan il-kors.", "Tagħmel sens din?", "Jew jiena m'iniex nagħmel sens jew inkella mhux qed jagħmel sens min hu nkarigat biex jara dawn l-affarijiet.", "U r-responsabbilta' taqa' fuq il- ministeru tas-saħħa u fuq il-gvern preżenti.", "Dawn huma affarijiet illi wieħed irid jarahom minn qabel.", "Ma tridx tasal għall-punt li tgħid li m'għandekx nurses biżżejjed, li t-teatri ma tistax tħaddimhom kollha, li kulma nistgħu nħaddmu huma 13-il teatru biss għax m'għandniex biżżejjed riżorsi umani u li rridu nibdew inħaddmu l-outpatient services wara nofsinhar!", "Kollox sew, forsi mall-konsulenti u t-tobba rranġajtu bi ftehim li joqogħdu wara nofsinhar jagħmlu l-outpatient services, imma n-nies li jaħdmu magħhom, bħall-infermiera u oħrajn, kif se jagħmlu?", "Qalulna biex ma noqogħdux ninkwetaw għax għalissa l-outpatient departments m'humiex se jitħaddmu wara nofsinhar.", "Dan huwa t-tip ta' ippjanar?", "Jekk dan huwa t-tip ta' ippjanar jien żgur ma naċċettahx.", "Naħseb li lanqas din in-naħa tal-Kamra ma taċċettah.", "U meta nikkritikaw m'aħniex qed nikkritikaw l-isptar, m'aħniex qed nikkritikaw l-istaff, imma qed nikkritikaw in-nuqqas ta' viżjoni u l-mismanagement li hemm fid- dipartiment tas-saħħa.", "Il-viżjoni m'hijiex li tibni sptar.", "Huwa ovvju li sptar trid tibnih sabiħ u trid tixtri l-apparat għalih, mela le!", "U jista' jiswa Lm10 u tonfoq Lm15, mhux xorta, xtrajtu u nfaqthom!", "Il-viżjoni hi li dan l-isptar tħaddmu, tagħti servizz tajjeb u tara li l-pazjent ikun moqdi aħjar.", "Il-bini ta' dan il-parlament forsi kien jidher ħafna isbaħ meta nfetaħ milli huwa llum għax issa għadda ż-żmien minn fuqu.", "Imma biex tħaddmu ma jridx ikollok biss id-deputati, imma jrid ikollok ukoll l- impjegati, il-messaġġiera, l-iskrivani, min jagħmel ir-recordings, il-Clerk of the House u l-istruttura kollha biex dan il-parlament ikun jista' jimxi b'mod effiċjenti.", "Sfortunatament l-isptar m'huwiex qiegħed f'dan l- istadju.", "Anzi minn hawnhekk insellem lill-ħaddiema li jaħdmu fl-isptar li f'ċerti każi qegħdin jagħmlu anke mirakli biex id-difetti u x-xquq kbar li hemm fil-management tiegħu ma jidhrux.", "Insemmi wkoll il-fatt li numru ta' mediċini qed ikunu out of stock, li qed ikun hemm problemi biex jiddaħħlu mediċini ġodda li jagħtu riżultati aħjar mill-mediċini l-antiki u għal snin sħaħ ma ddaħlux fis-sistema ta' l-NHS Maltija biex jingħataw b'xejn lill-pazjenti Maltin.", "Jissemma wkoll il-ħin kollu d-dejn li għandna fejn jirrigwarda l-mediċini u medical stores, imma mbagħad xi ħaġa li lili taffaxxinani u li tajjeb li nsemmiha llum hi li l- Prim Ministru, li huwa wkoll responsabbli mill-finanzi, ilu mit-tieni ġimgħa ta' Lulju biex jirrispondi l-mistoqsija li kont għamiltlu dwar kemm intefqu flus fi propaganda għall-ftuħ ta' l-isptar.", "Possibbli f'erba' xhur u sebat ijiem il-Prim Ministru ma kienx kapaċi jagħmlu dan!", "Dan m'huwiex ftuħ ta' xi sptar privat li se jikkompeti ma' xi sptar ieħor.", "Huwa ftuħ ta' sptar tal-gvern fejn minflok il-pazjent se jibda jieħu s- servizz minn sptar maqsum fi tnejn - grazzi għad-deċiżjoni li kien ħa gvern Laburista bejn l-1996 u l-1998 li mbagħad ġiet aċċettata minn gvern Nazzjonalista - se jibda jinqeda mill-isptar il-ġdid li hemm f'Ta' Qroqq.", "Wara l-1998 gvern Nazzjonalista mexa fuq l-istess proġett tagħna, għalkemm ċekken l-isptar u kompla ħawwad u gerfex fih bl-abbużi kollha li kien hemm assoċjati miegħu!", "U kull darba li akkużajnieh qatt ma kien kapaċi joħroġ minn akkuża waħda minnhom.", "Dawk l-akkużi huma kollha veri bil-fatti!", "Kollha huma iswed fuq l-abjad!", "Nerġa' nirrepeti li hawn m'aħniex qegħdin nitkellmu fuq sptar privat, fuq sptar kummerċjali fejn wieħed jiġbed lejh u allura jħajrek biex tmur ġo fih billi jgħidlek li hu jagħtik l-aħjar servizz.", "Fi sptar kummerċjali tipprova kemm jista' jkun tiġbed iktar nies lejk.", "Dan huwa sptar tal-gvern fejn tmur il-maġġoranza tal-poplu Malti u Għawdxi u jistenna servizz mill-aqwa.", "Nafu li fil-kura sekondarja u terzjarja n-nies iktar fi sptar tal-gvern imorru milli fi sptar privat.", "U hawnhekk m'humiex se jħallsu għax diġa' qed iħallsu t-taxxi biex jitmexxew l-affarijiet.", "Jekk tmur fi sptarijiet oħra trid tħallas.", "Jiġifieri din m'hijiex kwestjoni ta' kompetizzjoni.", "Jien staqsejt kemm-il darba kemm intefqu flus fuq billboards qabel il-ftuħ ta' l-isptar u wara l-ftuħ ta' l-isptar.", "Staqsejt kemm intefqu flus biex jirriklamaw l-isptar qabel ma fetaħ u wara li fetaħ.", "Staqsejt kemm intefqu flus fuq kotba li ntbagħtu f'kull dar ġewwa Malta u Għawdex.", "Staqsejt kemm intefqu flus biex saru programmi fuq it-televiżjoni.", "U l-isptar Mater Dei kellu saħansitra jieħu sehem f'teledrammi u jħallsu għalih, mhux biżżejjed hu teledramm kollu kemm hu!", "Kellna dawn it-tip ta' mistoqsijiet dwar kemm intefqu flus fuq it-television, fuq ir-radjijiet u fil-gazzetti.", "Dawn huma flus il-poplu Malti u Għawdxi.", "Huwa smat li l-gvern nefaq iktar minn Lm0.5 miljun fuq dawn l-affarijiet, f'reklami wieħed wara l-ieħor.", "Nitolbu jgħidli jekk hux veru, u jekk mhux veru jgħid kemm verament nefaq flus f'dawn ir-reklami.", "Jien ili erba' xhur u ġimgħa nistenna din ir- risposta.", "Possibbli għandna prim ministru daqshekk ineffiċjenti li lanqas hu kapaċi jirrispondi din il-mistoqsija wara dan iż-żmien kollu?!", "Mhux darba għamiltielu din il-mistoqsija.", "Kull darba jgħidli li t-tweġiba se tingħata f'seduta oħra.", "Safejn naf jien anke l-ministru tas-saħħa kellu jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra rendikont ta' kemm tħallsu l-ħaddiema biex waqt il-ftuħ ta' l-isptar Mater Dei jaħdmu u jdawru n-nies li kienu hemmhekk.", "Imma sal-lum dan ir-rendikont għadu ma tpoġġiex fuq il-mejda tal- Kamra.", "Mr Speaker, dawn il-flus setgħu ntefqu biex pazjenti Maltin u Għawdxin jingħataw servizz aħjar, biex inkunu nistgħu nġibulhom il-pilloli neċessarji, biex jekk bżonn anke jinqata' ċertu dejn ma' l-importaturi u distributuri Maltin.", "Setgħu jintużaw għal ċerti mediċini li m'humiex jingħataw anke fil-kura tal-kanċer.", "Nies li ġew minn barra tkażaw kif f'pajjiżhom tingħata l-mediċina tal-kura tal-kanċer tas-sider filwaqt li f'pajjiżna din ma tingħatax.", "Qed jirredikolawna mal-barranin fejn tidħol din it-tip ta' kura, l-aqwa li nonfqu l-mijiet ta' eluf ta' liri fuq reklami u propaganda politika minn flus il-poplu Malti u Għawdxi.", "Daqshekk ieħor għaddejja propaganda rħisa għall-partit Nazzjonalista fuq it- televiżjoni, fit-toroq, fuq ir-radjijiet u fuq il-gazzetti biex il-gvern mingħalih jipprova jieħu vantaġġ politiku fuq il-budget li għamel, budget li fl-aħħar mill-aħħar jidher li ma tantx influwenza wisq lill-poplu għax skond is-sondaġġi li qegħdin isiru, il-maġġoranza għadha favur il-partit Laburista u issa qed jittituba meta se mmorru għall-elezzjoni.", "Nista' nassigurah li sa Lulju li ġej, l-elezzjoni jrid ikun għamilha u tkun intrebħet mill-partit Laburista.", "Nirringrazzjak, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Roderick Galdes.", "ONOR.", "RODERICK GALDES: Mr Speaker, matul dawn l-aħħar ġranet smajna fuq diversi inizjattivi anke fuq il-qasam ambjentali.", "Ċertament kellna l- attivita' interessanti ħafna tat-tħawwil ta' siġar fl-inħawi tal-Mellieħa organizzata mill-kampanja 34U biex tagħmel tajjeb għall-att vandalu li sfortunatament kien sar meta ġew meqruda eluf ta' siġar.", "Jien bħala membru ta' l-oppożizzjoni ħadt sehem f'din l-attivita' għax kien fid-dover tiegħi li nwassal messaġġ pożittiv u jkun hemm konverġenza politika biex nimpenjaw aktar rwieħna favur inizjattivi bħal dawn u flimkien inwasslu messaġġ mhux biss lill-familji imma anke lit-tfal, lill-ġenerazzjoni l-ġdida, dwar il- bżonn li jkollna aktar msaġar u nħawlu aktar siġar f'pajjiżna.", "Illum qrajt artiklu tal-Ministru Pullicino fil-ġurnal \"The Times\" fejn irringrazzjani tal-partiċipazzjoni tiegħi u jien ngħidlu li kien id-dover tiegħi li nipparteċipa f'din l-attivita.", "Din kienet attivita' tajba ħafna, pero' fl-istess ħin jixhed il-bżonn li jkollna attivitajiet bħal dawn fuq bażi nazzjonali li jkun hemm konverġenza politika bejn iż-żewġ naħat tal- Kamra għax nemmnu li għad għandna oqsma partikolari li nistgħu niftehmu bejnietna dwarhom u nwasslu messaġġ pożittiv anke favur il-poplu Malti u Għawdxi.", "Fil-qasam ta' l-ambjent nisgħu nqajmu diversi kontroversji dwar il- mod kif għandna nimmaniġġjawh.", "Forsi qabel, ftit li xejn kien jissemma' l- ambjent imma llum il-ġurnata sar parti integrali f'ħajjitna.", "Pero' mill- banda l-oħra, minkejja l-kontroversji li jistgħu jinqalgħu fit-tmexxija ta' l-immaniġġar ta' pajjiżna, għad hemm lok fejn il-prinċipji ambjentali jiddettaw li għandu jkun hemm rikonċiljazzjoni mhux biss politika, imma fl- istess ħin li jkun hemm għaqda waħda nazzjonali favur affarijiet li huma loġiċi fil-ħajja.", "Naħseb li jista' jkun hemm dan l-impatt qawwi min-naħa tagħna.", "B'dispjaċir ngħid li kien hemm membri ta' l-oppożizzjoni li kienu għatxana u xtaqu jipparteċipaw fil-kampanja 34U u attivitajiet oħra fil-Mellieħa, imma sfortunatament ħassewhom distakkati għax ma kenux mistiedna formalment.", "Dan seta' kien żball.", "Pero' aħna, bħala oppożizzjoni, ippretendejna li b'sens ta' għaqda nazzjonali nipparteċipaw bis-sħiħ u nkunu mistednin għal din l-attivita'.", "Jiena minn jeddi mort għal din l- attivita' biex nieħu sehem.", "Pero' kien ikun iktar għaqli li kieku kien hemm iktar diskussjoni bejnietna mhux biss f'dan il-parlament imma anke fuq bażi informali biex nipparteċipaw flimkien.", "Aħna ma xtaqniex li attivita' li fiha seta' jkun hemm għaqda nazzjonali bejnietna sfortunatament tinħass bħala xi ħaġa li tappartjeni lill-gvern biss jew lil sezzjoni partikolari tal-poplu Malti.", "Għaldaqstant nemmen li attivitajiet bħal dawn, li fihom il-poplu jixtieq li jkun hemm għaqda nazzjonali, ikun hemm il- parteċipazzjoni taż-żewġ naħat tal-Kamra.", "Sur President, xtaqt inqajjem punt importanti ħafna li ssemma ftit fid- diskussjoni li kellna dwar il-budget fil-qasam ambjentali u li sfortunatament qed iħabbat wiċċu miegħu pajjiżna.", "Qed nirriferi għal kwestjoni teknika, pero' fl-istess ħin hija politika wkoll, għax tista' taffettwa l-għajxien tal-poplu Malti u Għawdxi kollu, forsi mhux fil- preżent imma fi żmien sentejn jew tliet snin oħra.", "Qed nirriferi għas-CO2 emissions fl-arja, jiġifieri dik il-kimika relatata ma' emissjonijiet mill- power stations u mill-vetturi li jdaħħnu fit-toroq u fl-ambjent tal-madwar.", "Illum qed ikun hemm kontribut qawwi biex ikun hemm bdil tal-klima fid- dinja kollha.", "Din il-problema m'hijiex biss f'pajjiżna, hija fost il- pajjiżi kollha tad-dinja, pero' llum-il ġurnata aħna sibna ma' wiċċna restrizzjoni qawwija.", "Bħala firmatarji tal-Kyoto Protocol li kien sar fl- 1997 u li kien irratifika dak iż-żmien gvern Laburista, ċertament m'għandniex l-obbligi li nnaqqsu s-CO2 emissions.", "Pero' ġaladarba sirna membri ta' l-Unjoni Ewropea għandna ċerti restrizzjonijiet.", "Illum l-Unjoni Ewropea għandha magħha 25 pajjiż u allura anke dawk il-pajjiżi li daħlu ġodda għandhom ċerti restrizzjonijiet biex jaderixxu mad-direttivi ambjentali tagħha.", "L-Unjoni Ewropea qiegħda titlob li jsiru n-national allocation plans, jiġifieri li kull pajjiż ikollu dak l- ammont ta' tinġis, jiġifieri ta' CO2 emissions li jista' jintefa' fl-arja. -ewwel perijodu tan-national allocation plan li kien ikopri sa l-aħħar ta' din is-sena, ċertament ilħaqnieh għax kellna biżżejjed, pero' l-problema hi li għas-snin 2008 sa l-2012, l-Unjoni Ewropea talbet ċerti restrizzjonijiet qawwija.", "Sfortunatament dawn se jqiegħdu l-kontribut ekonomiku ta' Malta li bħala pajjiż se tkompli tiżviluppa f'periklu kbir jew fi spejjeż esaġerati li rridu nirrikorru għalihom.", "Ovvjament fejn qabel kellna allokati 2.1 million tons, il-gvern din id-darba talab 2.9 million tons ta' CO2 emissions, iżda t-tnaqqis ta' 30% li qed timponi fuqna l-Unjoni Ewropea żgur li se jitfagħna f'dawl ikrah ħafna.", "Ir-raġuni hi li minkejja li l-gvern illum qed jgħid li għandu allokata a new entrance ta' enerġija fis-snin li ġejjin, xorta waħda ma jfissirx li l- Enemalta jew il-korporazzjonijiet li huma kontributorji għall-enerġija ta' pajjiżna, jistgħu jużawhom.", "Minn kalkolu li għamlu l-esperti barranin li ġew fostna biex jitkellmu dwar din il-problema u biex jaraw x'effett se jkollha fuqna, din ir-restrizzjoni min-naħa ta' l-Unjoni Ewropea jidher li biex Malta tlaħħaq ma' l-emissjonijiet li għandha bżonn għall-ekonomija tagħha se jkollha tirrikorri għal spiża ta' madwar €400 miljun fuq bażi ta' tliet snin.", "Dan ifisser li Malta se jkollha toħroġ Lm30 miljun biex tagħmel tajjeb għat-tkabbir ekonomiku u għat-tinġis li jkollha titfa' fl- arja.", "Sal-lum ebda esponent min-naħa tal-gvern ma ċaħad dawn ir-riżultati li qed juruna l-esperti barranin.", "Imma l-iktar ħaġa li tinkwetani hi li gvern Nazzjonalista se jasal biex iżomm it-targets li għandu restritti min-naħa ta' l-Unjoni Ewropea.", "Anke jien nixtieq li jkollna inqas tinġis fl-arja, li jkollna inqas CO2 emissions, għax finalment dawn huma l-obbligi tagħna f'dak li għandu x'jaqsam mal-climate change, imma mill-banda l-oħra rridu noqogħdu attenti wkoll għax aħna gżira żgħira – apparti aħna hemm ukoll Ċipru - mdawra bil-baħar, u fi żmien għaxar snin jew 20 sena oħra se jkollna spejjeż esaġerati biex indawru l-kosta Maltija għax il-baħar bi ħsiebu jogħla minħabba fenomenu relatat mal-bdil tal-klima.", "Meta wieħed jikkonsidra l-ispejjeż esaġerati li Malta se jkollha tidħol għalihom minħabba l-adaptation measures isib li pajjiżna huwa vulnerabbli iktar minn oħrajn.", "Malta ma tistax tiġi pparagunata mal-Ġermanja li hija pajjiż enormi u li għandu teknoloġija kbira.", "Aħna bħala gżira għandna wkoll il- fenomenu ta' problemi relatati mhux biss ma' l-importazzjoni imma anke man- nuqqas ta' riżorsi ambjentali li finalment jagħmlu l-pajjiż tagħna dak li hu.", "Ċertament kont qed nistenna min-naħa tal-gvern li mhux biss jipprotesta formalment għall-mod kif ir-restrizzjonijiet qegħdin jimponu ċerti piżijiet fuqna, imma jekk kemm bżonn jidħol anke fil-qorti Ewropea u jiġġieled dan il-każ.", "Dan minħabba l-fatt li l-prijorita' ta' Malta bħalissa hija li ninvestu f'enerġija rinovabbli biex innaqsu l-emissjonijiet.", "Rajna, per eżempju, kif il-gvern Nazzjonalista kellu target li minn 5% ta' l-enerġija rinovabbli li kellha tintlaħaq sa l-2010, illum din kellha titnaqqas għal 1.73%, għax jidher biċ-ċar li l-qasam ta' l-enerġija rinovabbli m'huwiex qiegħed jilħaq l-għanijiet tiegħu.", "Dan ġej mill-fatt li sfortunatament il- Maltin għadhom m'humiex kapaċi biżżejjed b'mod ekonomiku u finanzjajru li jinvestu f'affarijiet domestiċi, bħas-solar water heaters, għax dawn għadhom wisq għoljin għall-bwiet tagħhom.", "Għad hemm fejn nistgħu naħdmu f'dan il-qasam u għad hemm inċentivi li nistgħu nagħtu.", "Per eżempju, dan l-aħħar kont qed nitkellem ma' nies lil xtaqu jinvestu f'sistema ta' photovoltaic cells, dak l-apparat li mix-xemx nistgħu niġġeneraw l-elettriku bih.", "Pero' sfortunatament anke fuq dan l- apparat għad hemm ċerta taxxa relatata miegħu, anke tal-VAT, li qed tgħolli l-ispejjeż tiegħu.", "Nagħlaq billi ngħid li Malta teħtieġ li tindirizza din il-problema u jkollna pjan serju ta' kif se nilħqu t-targets imposti fuqha, li finalment kulħadd jixtieq li jilħaqhom.", "Imma jeħtieġ li jkollna pjan konkret biex ma jkollniex piżijiet qawwija f'dak li għandu x'jaqsam ma' l- ispiża ta' l-emissions ratings li se tintefa' fuq Malta.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it-tnejn, 12 ta' Novembru 2007, fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif ikkomunikata mis-Segretarju Parlamentari.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "NEFQA FUQ MANUTENZJONI", "28673.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 28211, jista' jagħti breakdown ta' kif intnefqu Lm30,000 fuq manutenzjoni rikkorenti?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat hekk:", "|Repairs and |Lm | |Maintenance work | | |Construction works & |765.| |plastering works |23 | |Repair of depilated |1683| |and steel |1.96| |reinforcement for the | | |concrete columns | | |Laying of concrete |8032| |screed over ramp in |.50 | |diving pool | | |Floodlighting |617.| |maintenance |68 | |Repairs and |2265| |Maintenance to |.83 | |scoreboard | | |Paints |1486| | |.80 |", "PONT TAL-MISTRA", "28692.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 28343 u jgħid x'se jsir mill-pont tal-Mistra li hu fi stat perikoluż?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-ADT qed isegwi il-ħsarat fl-imsemmi pont sabiex jistabillixxi l-aħjar mod kif dawn għandhom jkunu rranġati.", "Sa issa ma hemmx periklu imminenti għat-traġitt tat-traffiku fuq dan il-pont.", "LAQGĦA DWAR IL-MIŻURI TAL-PIXXISPAD", "28710.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-Koperattiva Nazzjonali tas- Sajd ma ġietx mistiedna għal laqgħa dwar l-immaniġjar u l-miżuri għall- pixxispad li saret fi Brussell nhar is-17 ta' Ottubru, 2007 meta 95% tas- sajjieda tal-pixxispad lokali huma membri tagħha?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba mogħtija għal mistoqsija parlamentari 28709.", "TEMPORARY STATE AIDE", "28711.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 28614, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Kompetitivita' u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu, u jispjega l-fatt li minkejja t-temporary state aid li kellu jaħseb li jpaċi d-differenza fuq il-prezz tal-laħam aħmar/beef wara sħubija fl-UE għola bi aktar minn Lm5.25c fil-kilo għal dak li huwa tenderloin/fillet?", "Għaliex il-gvern tal-Prim Ministru daħak bil- poplu dwar din il-kwestjoni ukoll?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Skond it-Trattat ta' Sħubija, Malta nnegozjat skema li permezz tagħha jingħata sussidju fil-limitu tas-ceiling finanzjarju ndikat fit-Trattat għal numru ta' prodotti, inkluż il-laħam aħmar, li qabel is-sħubija kellhom export refund jew kienu impurtati minn pajjiżi terzi mingħajr dazji.", "Huwa dan li kien negozjat u mfisser.", "Irrid inżid ukoll li kull ċaqliq fil-prezzijiet jew żviluppi fis-suq taċ-ċanga ma jista' qatt jiġi ndirizzat mit-Temporary State Aid u għalhekk l-akkuża li dan il-Gvern daħaq bil-poplu hija bla bażi.", "WIED IL-QLEJGĦA - ĦSARAT", "28712.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid għaliex mhux qed jasal l-ilma minn Wied il-Qlejgħa fil-ġibjuni tal-Kmand fejn hemm il-microproragation?", "Meta se jittieħdu passi biex jissewwew il-ħsarat li qed jiżvijaw l-ilma naturali milli jasal f'dawn l-imħażen ta' l-ilma naturali?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: It-tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "PROĠETT TA' BARCODING", "28713.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 28638 u jgħid għaliex il-proġett ta' bar coding baqa' ma tħaddimx sal-ġurnata tal- lum?", "Min kienu l-uffiċjali repsonsabbli biex jiffinalizzaw dan il-proġett meħtieġ tant għat-traceability u l-kontroll tal-prodott li jiddaħħal il- pitkalija?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Il-barcoding project ma ġiex implimentat għax qed tiġi kkunsidrata sistema alternattiva li tintegra l-imwieżen tal-pitkala flimkien mas-sistemi komjuterizzati tal-pitkala individwali u sistemi oħra meħtieġa.", "B'din is-sistema ikun possibbli li jkun hemm traceability u kontroll tal-prodott li jiddaħħal fil-pitkalija.", "CABLE COMPUTER NETWORK", "28714.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 28639 u jgħid għaliex il-proġett tal-cable tal-computer network baqa' ma tħaddimx sal-ġurnata tal-lum?", "Minn kienu l-uffiċjali responsabbli biex jiffinalizzaw dan il-proġett meħtieġ tant għat-traceability u l-kontroll tal-prodott li jiddaħħal il-pitkalija?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba mogħtija għal mistoqsija parlamentari 28713.", "FABBRIKA TESSONS", "28745.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' l-Ministru jikkonferma jekk l-ftuħ ta' ħajt biex jinħoloq dħul għall-vetturi tal-fabbrika Tessons f'Hal Qormi għal ġo triq residenzjali hux kopert bil-permess neċessarju?", "Jekk iva, jikkonferma li dan il-permess ingħata wara li saret analizi/studji fuq l-effetti li ser jħalli fuq ir-residenti diġa' affettwati ħażin b'impjant industrijali qrib?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Ninsab infurmat li minn spezzjoni rriżulta li tassew infetaħ aċċess pedonali (u mhux għall-vetturi kif indikat mill-Onor.", "Interpellant) fil-ħajt tal-fabbrika Tessons (Aquatess Marketing) f'Ħal Qormi.", "Ma jirriżultax li saret xi applikazzjoni għal dan l-iżvilupp u għaldaqstant ser jittieħdu miżuri ta' infurzar kontra l-iżviluppatur kif rikjest mil-liġi (ECF 726/07).", "KAŻ DWAR ĦLAS TA' KERA", "28763.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern: B'referenza għat-tweġiba mogħtija għal mistoqsija parlamentari 28193, jien kont qed nirreferi għall-kera tar-residenza tal- kostitwent li s-sid tagħha hu l-gvern ta' Malta, jista' issa l-Viċi Prim Ministru jirrispondi l-mistoqsija?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi l-inkwilin imsemmi jista' jagħmel kuntatt mas-sezzjoni tal-ġbir tal-Kera tad-Dipartiment tal-Artijiet sabiex iħallas l-arretrati tal-kera bin-nifs."]} {"filename": "20040121_090d_par.doc", "date": "2004-01-21", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 90 L-Erbgħa, 21 ta' Jannar, 2004 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 90 L-Erbgħa, 21 ta' Jannar, 2004", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-6.03 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "90", "L-Erbgħa, 21 ta' Jannar, 2004", "WERREJ", "MINUTI 402", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI 402", "TQEGĦID TA' KARTI 407", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JIMPLIMENTA MIŻURI TA' L-ESTIMI (IT-TIENI QARI)", "BUDGET MEASURES IMPLEMENTATION BILL (SECOND READING) 408", "AĠĠORNAMENT 428", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 432", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta 89 li saret fl-20 ta' Jannar, 2004 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "PREZZIJIET TA' L-IKEL", "3510.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomiċi: B'riferenza għas-sussidju ta' Lm7 miljun fuq il-prezzijiet ta' dawk il-prodotti ta' l-ikel li se jogħlew wara s-sħubija ta' Malta fl- Unjoni Ewropea, jista' il-Ministru jgħid kemm minn dawn il-fondi se jmorru biex jissussidjaw il-250 tunnellata ta' materja prima u anke bħala kompożizzjoni ta' other butter (fat content 85%, immediate pack) skond l- ispecial temporary state aid to support processors & recognised retailers of imported products?", "Jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hu l-valur globali li se jkun qed joħroġ il-Gvern Malti u kemm hu l-valur globali li se tkun qed toħroġ l-Unjoni Ewropea sabiex ikun issussidjat il-prezz għoli ta' dan il-prodott?", "ONOR.", "JOHN DALLI (Ministru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomiċi): Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi għat-tweġiba li tajtu għall-mistoqsija parlamentari 3477.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Ladarba l-Ministru qed jiddikjara li l-prezzijiet ivarjaw minn żmien għal żmien, x'inhi r-raġuni allura li hu ftiehem fuq ammont massimu?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Appuntu mhux ammont definit għax peress li l- prezzijiet ivarjaw, ma nistgħux ngħidu eżattament kemm se jkun is-sussidju.", "Meta tagħmel massimu tkun qed tagħmel capping fuq kemm jista' ikun l- ammont globali.", "Mhux għax l-ammont se jkun daqstant imma għax jekk il- prezzijiet ivarjaw b'mod li s-sussidju jkun aktar minn dak l-ammont, mhux se jkun hemm sussidju akbar.", "Dak huwa l-massimu.", "U l-massimu tpoġġih meta jollok sitwazzjoni fejn il-prezzijiet ivarjaw għax ma tkunx taf kemm se jkun is-sussidju li se jkollok tagħti.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jista' il-gvern jgħid kemm hija d-differenza li teżisti fuq l-ammont massimu miftiehem fil-każ taċ-ċanga?", "Għax filwaqt li qegħdin nivvutaw massimu ta' euro 840,000 biex nissussidjaw id-differenza fil-prezz taċ-ċanga bejn is-suq ta' l-Unjoni Ewropea u dak estern, jekk verament il-gvern huwa kommess li jimmitiga d-differenza fil-prezz, allura s-sussidju ta' euro 840,000 rridu nimmultiplikawh b'għaxra.", "Issa din id- differenza ta' 'il fuq minn euro 8 miljun min se jbatiha?", "Se jbatiha l- imprenditur, se jbatiha l-industrijalist, se jbatiha l-ħaddiem, se jbatiha tar-ristorant jew se jbatiha tal-lukanda?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Nerġa' ngħid li ma nistax nagħti risposta definittiva f'ċirkostanzi varjabbli.", "Wieħed jitkellem u anke jasal biex jaqbel fuq prezz massimu għaliex ma jkunx f'pożizzjoni li jistabilixxi b'ċerta preċiżjoni kemm se jkun.", "Allura biex ikun covered jgħid: Dan huwa l- massimu li nista' nogħla.", "U għalhekk ma nafx kif imbagħad jiġi l-Onor.", "Membru u jippretendi li ngħidlu ċerti affarijiet.", "Id-diċitura stess turi li ma nafux kemm se jkunu.", "Ma tistax tgħid li dan huwa sussidju attwali għax dan huwa sussidju li se jkun fuq sena sħiħa, Sur President.", "L-għoxrin domanda li għamel waħda wara l-oħra l-Onor.", "Farrugia huma bbażati fuq is-Lm7 miljun u jittrattaw ma nafx kemm-il prodott.", "Lanqas ħaqq kemm ħela karti u żmien!", "Ara kieku dawn id-domandi saru f'waħda, l-affarijiet kienu jsiru b'mod aktar lineari u kienu jkunu nieqsa minn dik il- burokrazija żejda.", "Jien naċċetta li l-Onor.", "Membru huwa ntiż f'din il- materja u żgur li jaf li f'dawn l-aħħar xhur il-prezz taċ-ċanga sploda.", "Ara kieku jiena tajt xi risposta b'mod definit fi żmien il-budget, kieku llum is-sitwazzjoni kienet tkun kompletament differenti għax il-prezz taċ- ċanga huwa differenti milli kienu tliet xhur ilu.", "Qegħdin nitkellmu fuq commodities li l-prezz tagħhom jaf jinbidillek minn żmien għal żmien fis-suq internazzjonali - jew għax ikun hemm il-frost jew għax ikun hemm baqra waħda bis-SARS, kif ġara fis-suq taċ-ċanga dan l-aħħar - u allura ma tistax tgħid fir-realta` kemm se jkunu l-prezzijiet u kemm inti se tissussidja.", "U għax inti ma tafx trid tgħid li jekk jiġri xi diżastru, allura l-affarijiet jitilgħu u s-sussidju jkollu jkun iktar minn ċertu ammont.", "Fi kliem ieħor trid bilfors tistabilixxi l-massimu jekk trid tagħmel l- affarijiet bis-serjeta` u hekk tkun qed tipproteġi s-sitwazzjoni tiegħek.", "IMPORTAZZJONI TA' PRODOTTI TA' L-IKEL", "3512.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 3253 dwar it-taxxi indiretti ta' dan il-budget, jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra kemm se jkunu t-tariffi, dazji jew kwoti godda fuq l-importazzjoni ta' other butter (fat content 85%, immediate pack) minn non-EU countries?", "It-tunnellaġġ in kwestjoni skond l-ispecial temporary state aid to support processors & recognised retailers of imported products ikopri l-importazzjoni minn non- EU countries abbażi ta' l-importazzjoni storika?", "ONOR.", "CENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni) (f'isem il- Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent): Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajtu għall-mistoqsija parlamentari 3480.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, jekk tippermettili se nagħmel domanda dwar materja li jien ċert li tinteressa lill-membri kollha tal-Kamra.", "Jista' il-Ministru jgħid jekk il-gvern għamilx evalwazzjoni ta' l- environment impact assessment li ġie ppubblikat nhar is-Sibt li għadda dwar il-landfills ta' l-Imnajdra u l-area ta' Ħaġar Qim?", "U bil-permess nixtieq anke inqiegħed kopja tiegħu fuq il-mejda tal-Kamra, Sur President.", "MR SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "CENSU GALEA: Mr Speaker, jien qrajt fil-ġurnali tal-Ħadd ir- rappurtaġġ tal-press conference li saret dwar dan il-punt, pero` m'iniex f'pożizzjoni li ngħid jekk il-ministeru responsabbli minn dan is-settur partikolari kellux ċans janalizza b'xi mod ir-rapport in kwestjoni.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra jekk dan ir- rapport huwiex se jiġi evalwat fid-dawl ta' l-osservazzjonijiet u tal-fatti li ddikjaraw l-awtoritajiet tal-gvern fil-passat riċenti?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "CENSU GALEA: Mr Speaker, jien kulma għedt hu li qrajt fil-gazzetti dwar il-press conference li kien hemm u żgur li ma rċevejt l-ebda kopja ta' dan ir-rapport.", "Ma nafx kienx hemm xi ministri oħrajn li rċevewh u allura ma nistax nirrispondi għal din id-domanda li qed jagħmilli.", "IMPORTAZZJONI TA' PRODOTTI TA' L-IKEL", "3513.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 3251 dwar it-taxxi indiretti ta' dan il-budget, jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra kemm se jkunu t-tariffi, dazji jew kwoti ġodda fuq l-importazzjoni ta' natural butter (fat content 85%, immediate pack) minn non-EU countries?", "It- tunnellaġġ in kwestjoni skond l-ispecial temporary state aid to support processors & recognised retailers of imported products ikopri l- importazzjoni minn non-EU countries abbażi ta' l-importazzjoni storika?", "ONOR.", "CENSU GALEA (f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent): Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajtu għall-mistoqsija parlamentari 3480.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jista' il-Ministru jara li jinħatar kumitat bejn id- dipartiment ta' l-ambjent, dak ta' l-iżvilupp rurali u dak tal-ministeru tiegħu sabiex issir evalwazzjoni jekk għandniex nużaw aktar blokki tal- konkos minflok ħitan tas-sejjieħ f'żoni rurali fejn qed isir xogħol fuq toroq?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "CENSU GALEA: Mr Speaker, kien verament f'każi rari fejn il- ministeru għat-trasport u komunikazzjoni uża blokki tal-concrete f'xogħol ta' kostruzzjoni u dan sar fejn prattikament kien impossibbli li tuża xi sistema oħra.", "Naturalment dan ma jfissirx li ma tteħdux in konsiderazzjoni d-diversi domandi li saru mill-istess Onor. Interpellant kif ukoll il- kummenti u s-suġġerimenti li saru minn għaqdiet differenti biex kemm jista' ikun ma jintużax materjal li f'ċertu sens huwa estraneu għall-kampanja ta' Malta.", "Fejn ikun possibbli, il-ministeru jara li ssir kostruzzjoni ta' ħitan tas- sejjieħ, anke jekk nafu li hawn limitazzjoni kbira ta' persuni li kapaċi jagħmlu dan it-tip ta' xogħol bi prezz raġonevoli.", "Minbarra hekk kellna diffikultajiet kbar għal għexieren ta' snin biex ikun hemm rikostruzzjoni ta' dawn il-ħitan.", "Jiġifieri mhux għax ma naqblux li dawn għandhom jerġgħu jinbnew imma minħabba l-limitazzjonijiet kbar li jeżistu, Sur President.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jista' il-Ministru jikkonsidra li jsir kumitat inter- ministerjali biex janalizza din is-sitwazzjoni?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "CENSU GALEA: Għalkemm jien m'iniex kontra l-prinċipju li jkun hemm xi kumitat bħal dan, ta' min ifakkar li diġa` jeżistu restrizzjonijiet kbar fir-rigward ta' materjal li jrid jintuża, b'mod partikolari fejn ikun hemm il-ħtieġa ta' permess għall-iżvilupp.", "Aktar milli jitwaqqaf kumitat b'mod formali, nemmen li għandu jkun hemm koperazzjoni aktar u kordinazzjoni akbar bejn id-dipartimenti u l-enti konċernati.", "IMPORTAZZJONI TA' PRODOTTI TA' L-IKEL", "3514.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 3249 dwar it-taxxi indiretti ta' dan il-budget, jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra kemm se jkunu t-tariffi, dazji jew kwoti ġodda fuq l-importazzjoni ta' milk cream in powder or other solid form(fat content less than 1.5%) minn non- EU countries?", "It-tunnellaġġ in kwestjoni skond l-ispecial temporary state aid to support processors & recognised retailers of imported products ikopri l-importazzjoni minn non-EU countries abbażi ta' l-importazzjoni storika?", "ONOR.", "CENSU GALEA (f'isem il-Ministru għall-Affarijeit Rurali u Ambjent): Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajtu għall-mistoqsija parlamenari 3480.", "IMPORTAZZJONI TA' PRODOTTI TA' L-IKEL", "3515.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 3247 dwar it-taxxi indiretti ta' dan il-budget, jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra kemm se jkunu t-tariffi, dazji jew kwoti ġodda fuq l-importazzjoni ta' other prepared processed domestic swine products minn non-EU countries?", "It- tunnellaġġ in kwestjoni skond l-ispecial temporary state aid to support processors & recognised retailers of imported products ikopri l- importazzjoni minn non-EU countries abbażi ta' l-importazzjoni storika?", "ONOR.", "CENSU GALEA (f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent): Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajtu għall-mistoqsija parlamentari 3480.", "IMPORTAZZJONI TA' PRODOTTI TA' L-IKEL", "3516.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 3255 dwar it-taxxi indiretti ta' dan il-budget, jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra kemm se jkunu t-tariffi, dazji jew kwoti ġodda fuq l-importazzjoni ta' ġobon cheddar minn non-EU countries?", "It-tunnellaġġ in kwestjoni skond l-ispecial temporary state aid to support processors & recognised retailers of imported products ikopri l-importazzjoni minn non-EU countries abbażi ta' l-importazzjoni storika?", "ONOR.", "CENSU GALEA (f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent): Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajtu għall-mistoqsija parlamentari 3480.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, ladarba qed nitkellmu fuq qasam li jinteressa kemm lill-ministeru għat-trasport kif ukoll lill-ministeru għall- affarijiet rurali u ambjent, jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra fiex wasal ix-xogħol fuq il-bypass ta' San Pawl il-Baħar?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "CENSU GALEA: Il-kwestjoni dwar il-bypass ta' San Pawl il-Baħar tqajmet diversi drabi kemm f'din il-Kamra kif ukoll fil-ġurnali.", "Parti żgħira minn din it-triq waqgħet madwar erba' snin ilu u din trid eluf kbar ta' liri biex terġa' tinbena - qed nirriferi għal dik il-biċċa inti u tiela min-naħa tax-Xemxija lejn San Pawl il-Baħar - u barra minn hekk qamu kwestjonijiet ta' ownership u anke għall-mod ta' kif wieħed jista' jagħmel ir-riparazzjoni tat-triq.", "Riċentement proprju meta reġgħet għamlet ftit xita mhux ħażin, kien hemm parti oħra li kompliet iċċedi, Sur President.", "Naturalment id-domanda li jagħmlulek diversi persuni kemm b'mod dirett kif ukoll b'mod inidirett hija marbuta ma' meta se jkun lest ix-xogħol fuq din il-bypass kollha kemm hi u mhux sempliċement dik il-biċċa li waqgħet.", "Hu magħruf li partijiet minn din il-bypass kienu mibnija żmien ilu b'mod żbaljat fuq it-tafal u assolutament ma nistgħux inħalluha kif inhi.", "Hija waħda mill-ewwel toroq li ġiet identifikata biex terġa' tinbena permezz tal- fondi strutturali ta' l-Unjoni Ewropea u nista' ngħid li diġa` saret evalwazzjoni ta' dan ix-xogħol mir-roundabout ta' l-Erba' Mwieżeb sar- roundabout tax-Xemxija.", "Din hija stmata li se tiġi tiswa bejn euro 7 miljun u euro 8 miljun u naturalment dan huwa ammont sostanzjali ta' flus.", "Għalkemm din it-triq hija perikoluża, b'mod partikolari l-parti li qed insemmi fejn il-periklu huwa aktar goff, ma naħsibx li f'dan l-istadju jistgħu jsiru xi riparazzjonijiet, iktar u iktar meta nafu li hemm kwestjoni ta' ownership u ta' min suppost jagħmel ċerti xogħlijiet.", "Żgur li matul din is-sena jew is-sena d-dieħla irid jinqala' kollox u t-triq trid tiġi mibnija mill-ġdid mill-bidu sa l-aħħar, Sur President.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jista' almenu l-Ministru jara li ssir evalwazzjoni dwar metodi ta' xogħol sostenibbli li jistgħu jkunu kkonsidrati minflok l- użu tal-konkos f'din il-bypass li tgħaddi mill-kampanja?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "CENSU GALEA: Veru li l-bypass tgħaddi mill-kampanja għax taqbeż San Pawl il-Baħar u tibqa' sejra sa taħt il-Wardija pero' sfortunatament din hija waħda minn dawk it-toroq li nbnew fi żmien meta l-kelma ambjent assolutament ma kenitx teżisti jew inkella dawk li b'xi mod kienu interessati fl-ambjent kienu joqogħdu ħafna lura, biex ma ngħidx li kienu jibżgħu jiftħu ħalqhom, Sur President.", "Din it-triq saret madwar 25 sena ilu u saret ħsara konsiderevoli mhux biss fiha imma anke 'l fuq minnha - fil-fatt hemm tliet sulari ta' tafal li matul is-snin tkaxkar, parti minnu niżel fit-triq u tneħħa bil-gaffa – u allura mhux daqshekk faċli li terġa' ġġib it-triq lura fl-istat naturali li kienet tinsab fih, għalkemm se nippruvaw nagħmlu li nistgħu.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Carmelo Abela, domanda supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Jista' il-Ministru jgħid meta se toħroġ is-sejħa biex isiru t-traffic lights fit-triq Tal-Barrani, kwestjoni li ilha tkarkar għal kważi aktar minn sena?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "CENSU GALEA: Mr Speaker, il-preparazzjoni tat-tender min-naħa ta' l-awtorita` dwar it-trasport saret.", "Peress li l-istima tax-xogħol tlaħħaq għal madwar Lm40,000, din it-tender ma tkunx tista' toħroġ direttament mill- awtorita' imma trid tgħaddi mill-kumitat tal-kuntratti.", "Nista' ngħid li din it-tender waslet għand il-kumitat tal-kuntratti u f'dawn il-ġranet għandha tiġi ppubblikata.", "BORMLA : SKOLA ĠUŻEPPI DESPOTT - ILMA MIĠBUR", "3657.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid għaliex għadu ma sar xejn biex tiġi rranġata t-triq quddiem il-bieb prinċipali ta' l-iskola Ġużeppi Despott, peress li hemmhekk jinġabar ħafna ilma tax-xita li t-triq kważi jkollha tingħalaq?", "ONOR.", "CENSU GALEA (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni): Nirriferi l- Onor. Membru għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 3691.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sur President, ippermettili ngħidlek li ili x-xhur nilmenta minn din il-problema għax kull meta tagħmel ix-xita, dan il-post jegħreq u jsiru ħafna ħsarat fuq il-vetturi, anke b'periklu kbir għat-tfal waqt li jkunu ħerġin mill-iskola.", "Issa b'risposta għal domanda supplimentari li kont għamilt, kienu rrispondewni li din it-triq taqa' taħt ir-responsabbilta' tal-kunsill lokali ta' Bormla.", "Allura jien nistaqsi lill-ministri tal-gvern jekk jafux li r-responsabbilta' ta' din it-triq m'hijiex tal-kunsill lokali ta' Bormla.", "Tafu li kull darba li tagħmel ix-xita, din it-triq qiegħda tegħreq u li kulma qed isir hu li jintbagħat bowser?", "Fil-fatt illum il-bowser kien diġa' qiegħed hemm għax kienu jafu li se ssir din l-interpellanza fil- parlament.", "Nixtieq nistaqsikom ukoll jekk tafux li biex tissolva l- problema u ma jkunx hemm blockage, il-pipe tad-drain irid jinbidel f'wieħed kbir.", "Nistaqsikom ukoll jew waslitilkomx informazzjoni li l-ispiża biex dan ix- xogħol isir hija ta' madwar Lm10,000 u li l-kunsill lokali ta' Bormla m'huwiex se joħroġ il-flus hu għax m'hijiex fir-responsabbilta' tiegħu.", "Jista' allura xi ħadd jgħidli jekk il-gvern huwiex se joħroġ il-flus biex din il-problema tiġi solvuta darba għal dejjem?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "CENSU GALEA: Mr Speaker, l-Onor.", "Interpellant għamel diversi statements fejn qal li din it-triq m'hijiex responsabbilta` tal-kunsill lokali, qal li m'hijiex responsabbilta` ta' dak u qal li m'hijiex responsabbilta` ta' l-ieħor.", "Kulma nista' nwiegħed lill-Onor.", "Mizzi hu - anke lill-Onor.", "Abela li għamel d-domanda oriġinali - li se nara jekk hemmx id-diffikultajiet kollha li semma' u mbagħad inkun nista' nagħtih risposta.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tabella li turi l-għadd ta' familji li kienu jirċievu ċ-children's allowance fl-1986, fl-1990, fl-2000 u fl-2003, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari 3703.", "MR SPEKAR: Grazzi.", "Il-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Sur President, f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar l-għadd ta' persuni li kienu qed jirreġistraw fuq l-ewwel u t-tieni parti tar-reġistru f'Malta u Għawdex bejn Jannar u Novembru 2003 lokal b'lokal, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 3702;", "f'isem il-Ministru tat-Turiżmu nqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Estimi finanzjarji ta' l-awtorita` tat-turiżmu ta' Malta għas-sena 2004;", "f'isem il-Ministru għat-Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u Investiment, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar fejn ġew sekondati dawk il-ħaddiema li kienu mpjegati mal- Malta drydocks u l-Malta shipbuilding li marru mal-kumpanija industrial projects and services ltd, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 3705;", "u f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Barranin inqiegħed fuq il-mejda tal- Kamra:", "Tagħrif b'korrezzjoni għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 3772 ta' seduta numru 89 ta' l-20 ta' Jannar 2004, dwar pitturi u antikitajiet mislufa lill-ambaxxati barra minn Malta.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JIMPLIMENTA MIŻURI TA' L-ESTIMI", "BUDGET MEASURES IMPLEMENTATION BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri Ikompli mill-20 ta' Jannar ̧ 2004 Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet", "MR SPEAKER: Hawn rimarki?", "L-Onor.", "Silvio Parnis.", "ONOR.", "SILVIO PARNIS: Sur President, dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna qed jimplimenta l-miżuri li tħabbru fil-budget f'Novembru li għadda u li kien fih numru ta' miżuri li jolqtu lis-soċjeta` Maltija u Għawdxija b'mod negattiv ħafna.", "Pero' rrid ngħid ukoll li kien hemm xi ftit miżuri li jolqtu lis-soċjeta` tagħna b'mod pożittiv għax jekk irridu niddiskutu bis-serjeta`, ma nistgħux ngħidu li kollox huwa negattiv.", "Jien inħoss li għandi nitkellem dwar dawk id-diversi familji Maltin li jinsabu għaddejjin minn żmenijiet xejn pjaċevoli minħabba problemi soċjali.", "Bħala deputat li nirrappreżenta lill-poplu jien ta' kuljum niltaqa' ma' dawn il-familji u l-għan tiegħi hu dak li ngħinhom.", "Qabel ma sirt deputat kont nemmen f'din il-kawża pero' nħoss li minn meta sirt deputat f'dan il- parlament sirt iżjed konxju ta' dawn il-problemi soċjali li għaddejjin minnhom il-familji u għalhekk inħossni fid-dmir li nitkellem fuq dan.", "Pero' ma rridx li xi ħadd jaħseb li jien qed inkun partiġġan iżżejjed jew li qed nipprova nieħu xi vantaġġ politiku mis-sitwazzjoni preżenti tal- pajjiż.", "Sur President, jien dejjem emmint li fejn jidħlu problemi soċjali ma nistgħux niddistingwu bejn min hu magħna u min le imma għandna niġbdu ħabel wieħed għal għan wieħed; dak li ngħinu lil min qed ibati.", "Wara kollox, dawn in-nies li jkunu għaddejjin minn problemi soċjali jiġu jaqgħu u jqumu mit-twemmin politiku għaliex min ikun qed jegħreq ma joqgħodx jagħżel min se jsalvah.", "Għalkemm il-qasam tiegħi huwa l-qasam ta' l-anzjani, ħassejt li għandi nibda billi nitkellem dwar din ir-realta` fil-ħajja tagħna li ftit li xejn ħdimna fuqha, kemm f'dan il-budget u kemm f'budgets oħra.", "Jien se nibqa' ntambar fuq din il-problema kull meta jkolli ċans sew fil- parlament u sew fil-media pero' ma rridx inkun partiġjan u ngħid li din il- problema hija kollha tort tal-gvern Nazzjonalista għax jekk nagħmel hekk, in-nies jaħsbu li qed ngħid dan id-diskors b'għan partiġjan.", "Pero' l-aħħar budget tefa' ħafna mistoqsijiet fuq dawk il-familji fil-bżonn.", "Ma rridux ninsew il-ħidma ta' missirijietna ̧ ta' membri parlamentari u tal- mexxejja biex qerdu l-injoranza li kien hawn pero' f'pajjiżna għad hawn minn din l-injoranza.", "Fil-fatt fl-aħħar diskors li għamilt fis-sena 2003 tkellimt fuq il-faqar il-ġdid.", "Per eżempju ̧ fid-distrett li noħroġ fuqu jien u fejn nieħu pjaċir naħdem b' mod volontarju hemm ħafna familji li meta tidħol għandhom tħoss dan il-faqar.", "Nhar il-Ħadd li għada jien kelli ċans nitkellem f'attivita` politika tal-partit Laburista u tkellimt fuq dan il-faqar il-ġdid li qiegħed jinbet f'pajjiżna, b'mod speċjali fejn jidħlu separazzjonijiet jew single mothers.", "Hawnhekk qed ikollna nies li qed ibatu u ftit qegħdin nagħtu kas tagħhom pero' jekk verament nemmnu f'ġustizzja soċjali, hemm bżonn li l-gvern u l-oppożizzjoni jaħdmu flimkien fuq din il-problema.", "Sur President, jekk wieħed jistaqsini għalfejn nikkontesta l-elezzjoni jien nirrispondih li nagħmel hekk għax nemmen fil-prinċipji tal-partit Laburista u għax irrid nagħti s-saħħa lil dawk in-nies li fis-soċjeta` m'għandhomx leħen.", "Ejja ma naħsbux li għax qegħdin fl-2004 m'għandniex nies li m'għandhomx leħen għax inkunu żbaljati.", "Ir-realtà hi li għad fadal nies li għadhom bla leħen u li qed ibatu.", "Jien ma niddejjaq xejn ngħid li fiż-żmenijiet tal-Milied, meta ħafna familji Maltin joħorġu jgawdu, kellna familji li minħabba dan il-faqar il- ġdid ma setgħu jagħmlu xejn ħlief li jgħaddu l-festi tal-Milied ibatu fis- silenzju.", "Dan il-budget b'ebda mod ma ndirizza dawn il-problemi u jekk il- partit tagħna jrid jibqa' partit tal-ħaddiema, jeħtieġ li dan isemma leħen il-fqir f'dan il-parlament u mhux joqgħod jistenna ħames snin oħra biex jitla' fil-gvern u jagħmel xi ħaġa.", "Jeħtieġ li l-partit tagħna jwassal il- messaġġ tiegħu lil dawn in-nies li minħabba l-problemi soċjali taż- żmenijiet tal-lum ̧ bħal separazzjonijiet u single mothers, qegħdin igħixu f'faqar kbir u li kieku ma jkunux l-għaqdiet volontarji li jieħdu ħsiebhom jew inkella xi individwi li għandhom qalbhom tħabbat għal dawn in-nies, dawn in-nies jispiċċaw jorqdu ma' l-art.", "Għalhekk hemm bżonn li lil dawn in-nies nuruhom li hemm il-partit Laburista li qed jaħseb fihom.", "Hemm ħafna affarijiet li ż-żewġ partiti ma jaqblux fuqhom u din hija normali pero` jien inħeġġeġ liż-żewġ naħat biex nagħrfu u nirrikonoxxu l- prijoritajiet li għandna.", "Il-gvern waqqaf ħafna kumitati li jittrattaw oqsma differenti ̧ fosthom it-turiżmu u l-finanzi, imma issa wasal iż-żmien li jagħti leħen lil dawn in-nies li m'għandhomx x'joffru lis-soċjeta`.", "Sfortunatament dan ma seħħx fl-aħħar budget għax ma ttieħdet l-ebda miżura biex tħaffef il-ħajja tal-familji li qed ibatu l-faqar modern, anzi ttieħdu miżuri li se jpoġġu aktar piż fuq dawn il-familji.", "Il-VAT għoliet minn 15% għal 18% u fl-istess ħin, il-prezzijiet tal-prodotti qegħdin dejjem telgħin pero' ħadd m'hu qed jieħu passi biex dawn il-prezzijiet jiġu kkontrollati anzi qisu m'hu qed jiġri xejn.", "Għalhekk jeħtieġ li ssir xi ħaġa biex il- faqar modern jiġi ndirizzat.", "Issa ħalli ngħaddi biex nitkellem fuq il-qasam tas-saħħa.", "Sfortunatament għadna ma nafu xejn x'se jsir dwar l-isptarijiet.", "Barra minn hekk trid issir riforma dwar il-kartuna r-roża u dwar il-kartuna s-safra imma x'riforma se jkun hemm?", "Hemm bżonn li mill-aktar fis inneħħu l-inċertezza li hemm.", "Hemm ukoll il-problema kbira ta' listi twal ta' nies li jridu jagħmlu l-operazzjonijiet fejn min jiflaħ iħallas, imur l-isptar tal- gvern, kif għandu kull dritt, u jekk jibagħtu għalih imur u jekk ma jibagħtux għalih għandu ċ-ċans imur u jagħmel l-operazzjoni li jkollu bżonn fi klinika privata u jsolvi l-problema.", "Pero' min ma jkunx jiflaħ iħallas ikollu joqgħod jistenna u jkompli jbati l-ugigħ u din hija xi ħaġa li l- budget kellu jindirizza u ma ndirizzax.", "Sur President, jien membru tal-partit tal-ħaddiema, ġej mill-familja ta' ħaddiema u ġej ukoll mill-areas fejn jgħixu l-familji tal-ħaddiema bi dħul baxx u allura bilfors li nitkellem b'dan il-mod fuq dawn in-nies għaliex dawn il-familji bi problemi soċjali jiġu jitkellmu magħna kuljum fuq il- problemi tagħhom u allura bilfors inħossni fid-dmir li nwassal il-leħen tagħhom f'dan il-parlament.", "Fl-aħħar diskors li għamilt f'dan il-parlament lejn tmiem is-sena li għaddiet tkellimt fuq xi ħaġa mportanti ħafna u mportanti mhux għax għedtha jien imma għaliex qaluha n-nies tat-triq.", "Ħafna jaħsbu li l-għarfien tista' ġġibu biss mill-universita` imma jien ngħid li rigward il-problemi soċjali, l-akbar għarfien ma ġġibux mill-universita` imma ġġibu billi titkellem man-nies tat-triq, speċjalment ma' dawk li jkunu għaddejjin minn dawn il-problemi.", "Meta l-partit Laburista kien fetaħ l-universita` b'xejn għal kulħadd, ma ridtx tkun iben ta' xi sinjur biex tmur hemmhekk imma stajt tmur anke jekk tkun iben il-ħaddiem.", "Dawn huma prinċipji sagrosanti u huwa tajjeb li nfakkru x'għamel il-partit Laburista ħalli n-nies, speċjalment iż-żgħażagħ, ikunu jafu l-affarijiet kbar li dan il-partit għamel fejn ħoloq stat fejn min ma jiflaħx jimxi waħdu, jingħata l-għajnuna.", "Jekk ma nsemmux l- imgħoddi tal-partit Laburista forsi jkun hawn min jaħseb li dan m'għamel xejn.", "Pero' sfortunatament dan kollu qed jispiċċa u issa li qegħdin fis-sena 2004 u li t-teknoloġija f'pajjiżna miexja tant 'il quddiem, għandek tfal tal- ħaddiema li huma kapaċi jitgħallmu l-iskola u li qegħdin imorru l-iskola tal-gvern u l-universita` bis-saħħa ta' gvernijiet Laburisti li pero` issa qed isibu problema; il-problema tal-computer.", "Il-familji bi dħul baxx mhux qed ikollhom biżżejjed flus biex jixtru computer u jkollhom l-internet lit- tfal tagħhom.", "Issa llum il-ġurnata dawn huma neċessarji biex it-tfal ikomplu l-istudji tagħhom u ma jkunux żvantaġġati ħdejn it-tfal l-oħra li għandhom dawn il-faċilitajiet.", "Wieħed bil-paga minima kif jista' jaffordja jonfoq xi Lm600 biex jixtri computer u xi Lm14 fix-xahar biex ikollu l- internet?!", "Għalhekk hemm bżonn li ssir xi ħaġa.", "Jien kont għedt f'dan il-parlament li għandna niftħu l-iskejjel tagħna filgħaxijiet sabiex it-tfal li m'għandhomx dawn il-faċilitajiet ikunu jistgħu jużaw il-computers ta' l-iskola u b'hekk ngħinuhom jegħlbu l- iżvantaġġ li għandhom ħdejn it-tfal l-oħra.", "Fil-fatt fl-ewwel opportunità li jkolli se nipprova nitkellem dwar dan mal-ministru ta' l-edukazzjoni, anke biex il-partit Laburista jkun ta l-kontribut tiegħu mill-bankijiet ta' l-oppożizzjoni.", "Ovvjament, sakemm ma nkunux fil-gvern, ma nistgħux immexxu aġenda governattiva pero` anke mill-oppożizzjoni, aħna nistgħu nagħtu xi ideat biex nuru lill-poplu li aħna oppożizzjoni kostruttiva li trid il-ġid lil dan il-pajjiż.", "Dawn huma r-riformi li rridu naħdmu fuqhom jekk irridu ngħinu lin-nies li qed ibatu għax ma nistgħux nibqgħu għaddejjin kif aħna għaddejjin u ma nagħtux kas tan-nies li qed ibatu.", "Ma jistax ikun li nibqgħu nħallu dawn l-affarijiet għaddejjin.", "Fil-bidu tad-diskors tiegħi, jien ħeġġiġt liż-żewġ naħat biex flimkien nagħmlu dak kollu li huwa tajjeb u dak kollu li jgħaqqadna flimkien.", "Ejjew ħalli flimkien nagħmlu xi ħaġa fuq il-problemi tad-droga u ta' l-alkoħol, problemi li dejjem qed jikbru f'pajjiżna u li jista' jagħti l-każ li għada pitgħada niġu nitkellmu hawn u ngħidu li huwa tard wisq.", "Ejja ħalli flimkien nibdew naħdmu b'dan il-għan.", "U jekk il-poplu jistmerrna fuq tant affarijiet li aħna nagħmlu f'dan il-parlament, jien ċert li jekk nagħmlu dawn l-affarijiet li qed insemmi, il-poplu iberikna.", "Issa nixtieq nitkellem ftit fuq is-settur ta' l-anzjani li fih ħafna problemi soċjali u li ntlaqgħat ħażin ħafna minn dan il-budget.", "Bla dubju ta' xejn, l-anzjani tagħna llum qegħdin jiltaqgħu ma' ħafna problemi u jien iċempluli ħafna anzjani ta' kulur politiku differenti biex igħiduli l- problemi tagħhom.", "Jien naħseb li l-aktar ħaġa li kissret u għakkset lill- anzjani tagħna hija l-għoli tal-ħajja.", "L-għoli tal-ħajja hija xi ħaġa li tinħass ħafna ̧ għalkemm issa saret drawwa li l-affarijiet jogħlew u qisu ma ġara xejn.", "L-anzjani li jmorru jixtru qegħdin isibu li minkejja li l- pensjoni tagħhom qed tibqa' l-istess, l-affarijiet li jixtru qegħdin dejjem jogħlew.", "Apparti dan, il-VAT ta' 18% wasslet biex l-affarijiet essenzjali f'pajjiżna jkomplu jogħlew.", "Jien naħseb li għandna nuru solidarjeta` ma' l-anzjani, mal-familji u maż- żgħażagħ tagħna u hemm bżonn li l-gvern jifhem li n-nies ma jistgħux ikomplu jgħaddu minn din it-tbatija.", "L-anzjani tagħna qegħdin igħaddu minn martirju ieħor; martirju ġewwa l-isptarijiet fejn minkejja li hemm swali fejn jingħata servizz tajjeb, hemm ċerti swali fejn il-pazjent ma jagħtux kasu.", "Sur President, aktar kmieni għedt li min jiflaħ iħallas għandu d-dritt li jmur u jinqeda fl-isptarijiet tal-gvern u jekk jara li se jdum biex jinqeda, dan jaqbad u jmur jagħmel operazzjoni għand il-privat.", "Pero' hemm listi twal ħafna ta' nies li jridu jagħmlu l-operazzjonijiet ta' l- irkobba u tal-katarretti - żewġ operazzjonijiet li jsiru ħafna fuq l- anzjani tagħna – u allura hemm bżonn li l-gvern jipprova jtaffi din il- problema.", "Issa wieħed irid igħid ukoll li anke fi żmien gvern Laburista kien hemm listi twal u qed ngħid dan għax ma nħobbx inkun partiġjan meta nitkellmu fuq problemi soċjali.", "Għalhekk f'dan il-parlament irridu naħsbu f'dawk in-nies li ma jistgħux jaslu waħedhom jekk verament irridu li titwettaq il-ġustizzja soċjali.", "Ma rridux ninsew li hawn min miet bl- irkobba tuġgħu jew bil-katarretti għax finanzjarjament ma setax iħallas!", "Hemm fejn ma naqblux u fejn nistgħu noħolqu diskussjoni imma fuq dawn l- affarijiet għandhom jaqblu ż-żewġ naħat.", "Per eżempju ̧ din li l-kontribuzzjoni ta' l-anzjani fi djar tal-gvern telgħet għal 80% hija xi ħaġa inkredibbli meta wieħed jiftakar li fi żmienna, għax konna daħħalna din il-miżura b'perċentaġġ ferm anqas minn 80%, kienu skruplaw.", "Ara x'ipokrezija!", "Issa qed joqgħodu jiftaħru li se jagħtu servizz tajjeb għax se jieħdu t-80% imma jien nistaqsi jekk dawn l- affarijiet kenux miktubin fil-programm elettorali tal-partit Nazzjonalista.", "F'dan il-programm elettorali hemm li l-qasam ta' l-anzjani se jittejjeb pero' anke li se jtejbu t-toroq hemm u l-karozza tiegħi qalgħet xi erba' punctures fi żmien xahar!", "Sur President, dan il-budget kompla tefa' fil-ħama lill-anzjani tagħna.", "Per eżempju ̧ din il-ġimgħa madwar 800 anzjan ħadu qatgħa kbira meta bagħtulhom ittra bi żball li fiha qalulhom li l-benefiċċju tal-mard se jinqata', il-ħlas supplimentari se jinqata' u kien hemm xi oħrajn li qalulhom li anke l-pensjoni se tinqatagħlhom pero' d-dipartiment tas- servizzi soċjali missu kellu d-diċenza jgħidilhom li dan kien żball għaliex il-banek tawh informazzjoni ħażina.", "Fil-fatt uħud mill-anzjani għadhom jemmnu s'issa li se jinqatagħlhom il-benefiċċju u dan għaliex ma jċemplux, ma jiċċekkjawx l-affarijiet u ma jkollhomx min jiddefendihom.", "Ara min jitkellem u jċempel ̧ iserraħ moħħu.", "Aħna lill-anzjani tagħna ma nistmawhomx biss għax inkunu għamilnielhom xi sala tixgħel, xi sodda speċjali jew għax nagħmlulhom it-television fil- kamra.", "Kollox huwa mportanti imma l-aktar li qed jiġu mgħakksin f'dan il- pajjiż huma dawk l-anzjani li m'għandhomx leħen, li m'għandhom lil ħadd min idur bihom u dawk l-anzjani li ma jiddefendihom ħadd.", "Dawn jibqgħu dejjem jaqilgħu fuq rashom u għalhekk jeħtieġ li f'dan il-parlament, jekk ma jitkellmux huma nitkellmu għalihom aħna ħalli verament noħolqu l-ġustizzja soċjali għax dawn in-nies għandhom qalb, iħossu u għaddejjin minn żmenijiet diffiċli.", "Ara ma naħsbux li kollox sejjer tajjeb f'pajjiżna!", "Sur President, issa rrid nerġa' nitkellem fuq il-familji li għaddejjin minn martirju sħiħ.", "Il-bieraħ kelli ċans nagħmel numru ta' door-to-door visits u bdejt ninnota kemm hija gravi l-problema tal-qgħad.", "Kif għedt qabel, jien ma rridx inkun partiġjan meta nitkellem fuq il-problemi soċjali u fil-fatt, meta nagħmel id-door-to-door visits, jien ma nħabbatx lil-Laburisti biss imma nħabbat lil kulħadd; min irid jiftaħli, min irid isabbatli l-bieb u min irid ma jiftaħlix.", "Pero' nista' ngħid li bħalissa kulħadd jinsab imbeżża' mill-futur tiegħu minħabba l-qgħad jew il-periklu tal-qgħad u din hija problema li ma nistgħux ninjorawha.", "Din il-ġimgħa kont qed nitkellem ma' persuna li jagħmel l-għamara u dan qalli li fi żmien ġimgħa kien hemm xi erba' orders li ġew kanċellati minn koppji żgħażagħ għax tilfu x-xogħol.", "Ix-xogħol intilef kemm mil-Laburisti u kemm min-Nazzjonalisti u ma jistax ikun li jkollna membru min-naħa l-oħra tal-Kamra li bil-wiċċ tost kollu jgħid li dan il-qgħad inħoloq minħabba li l-partit Laburista ma kellux politika ċara dwar l-Unjoni Ewropea.", "Dan x'nies arroganti u tosti għandna jmexxu lil dan il-pajjiż!", "Jien nappella lin-naħa l-oħra biex ma toqgħodx tilgħab bl-imħuħ tan-nies u minflok tibda tifhem x'qed jiġri fil-pajjiż u tara l-biża` li l-familji Maltin jinsabu għaddejjin minnha.", "Ara ma taħsbux li l-Unjoni Ewropea se ssolvielna l-problemi kollha!", "Ejjew ħalli flimkien nifhmu x'inhuma dawk il- problemi li għaddej minnhom il-poplu tagħna u nibdew nuru s-solidarjeta` ma' min hu batut.", "Sur President, fejn jissemmew iż-żgħażagħ f'dan il-budget?", "Hemm bżonn li ż- żgħażagħ nagħtuhom futur billi nipprovdulhom l-impjiegi, l-inizjattivi u l- opportunitajiet ġodda.", "Jien jiġu jkellmuni żgħażagħ li jkollhom xi loan fuq il-post u jgħiduli li tilfu x-xogħol u ma jafux x'se jagħmlu.", "X'se jagħmlu dawn iż-żgħażagħ?", "Din hija s-sitwazzjoni kerha li għandna fil- pajjiż.", "Kemm hawn żgħażagħ li għandhom numru kbir ta' ċertifikati li spiċċaw jagħmlu xogħol li ma jixirqilhomx imma jkollhom jagħmluh sabiex jaqilgħu xi ħaġa!", "Illum iż-żgħażagħ ma joqgħodulekx ġewwa imma kollha jridu l-mobiles, l-internet u l-karozza.", "Din hija l-kultura tal-lum pero' din mhijiex xi kultura li ġabuha tan-naħa l-oħra kif spiss jiftaħru għax anke kieku ma kienx hemm huma fil-gvern, xorta waħda konna nispiċċaw f'din il-kultura.", "Illum in-nies jaraw it-television, isiefru u jitħalltu ma' l- oħrajn u jieħdu l-kultura tagħhom.", "Meta jien dħalt f'dan il-parlament kelli nilbes il-glekk imma taħt il-glekk, jien bqajt dak li kont, dak li tellgħu n-nies, dak li jifhem in-nies u li n-nies jifhmuh.", "Sur President, huwa mportanti wkoll li nieħdu l-problema tad-droga bis- serjeta` u mhux diġa` kellna tliet imwiet din is-sena minħabba d-droga u qisu ma ġara xejn.", "Kif għedt qabel, hemm bżonn li fuq din il-problema, il- gvern u l-oppożizzjoni jiġbdu ħabel wieħed għax f'dan il-pajjiż għandna sitwazzjoni fejn tifel li għadu jibda l-ħajja adulta tiegħu jkun jista' jixrob b'mod eċċessiv u mingħajr kontroll.", "Irridu naraw l-istatistiċi tas- Sedqa u tal-Caritas biex ikollna stampa ċara ta' liema stat jinsab fih pajjiżna.", "Il-ħabiba tiegħi Sina Bugeja għaddietli rapport ferm interessanti tas-Sedqa.", "Lil dawn in-nies irridu ngħidulhom prosit pero' huwa mportanti li nagħtuhom aktar finanzi biex ikunu jistgħu jagħmlu xogħol aħjar għax jekk se jkollna familji żgħażagħ li jiġu jaqgħu u jqumu mill-prinċipji kollha li dejjem ħaddnu missirijietna, se nispiċċaw fix-xejn.", "Sur President, jien irrid nitkellem ukoll dwar l-ambjent f'pajjiżna għax nemmen li minkejja l-isforzi kollha li qed isiru – u hawn ngħid prosit għax- xogħol tajjeb li qed isir fir-roundabouts u postijiet oħra madwar Malta – xorta għadna wisq lura f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-ambjent.", "Jien niftakar li meta l-Onor.", "Joe Debono Grech kien ministru ta' l-agrikoltura u sajd u ried jagħmel xi ħaġa bħalma qed isir issa fir-roundabouts tagħna, il- ħaddiema ta' dak iż-żmien kienu qalulna li dan ma jistax isir għax il- pjanti jispiċċaw imutu bl-exhaust.", "Issa dawn in-nies suppost li kienu qed jaħdmu magħna pero' kienu jippreferu jaqdu lill-partit Nazzjonalista u jfixklu lill-gvernijiet Laburisti milli jaqdu lill-poplu Malti.", "Allura issa l-exhaust m'għadux joqtolhom il-pjanti?!", "Din hija xi ħaġa li tibqa' f'moħħi u meta nerġgħu nkunu fil-gvern, irridu mmexxu b'nies li verament iħobbu lil art twelidhom u lill-poplu tagħhom u li l-obbligu li għandhom ikun lejn il-poplu Malti u mhux lejn il-partit Nazzjonalista.", "B'hekk biss nimxu 'l quddiem, Sur President.", "Imissna nistħu f'dan il-pajjiż fejn minkejja li aħna pajjiż tant żgħir xorta m'aħniex kapaċi nżommu l-ambjent f'kondizzjoni tajba.", "It-toroq tagħna huma fi stat diżastruż.", "Din il-ġimgħa għaddejt minn The Strand il-Gżira li hija arterja prinċipali u meta għaddejt minnha ħsibt li għaddej minn xi triq ta' pajjiż tat-tielet dinja u dan għaliex għamlet ftit xita.", "Fit-toroq tagħna hemm rifless it-telqa tal-gvern li abbanduna t-toroq arterjali ta' pajjiżna u dan b'kuntrast kbir ma' dak li qed jiġri fit-toroq li jaqgħu taħt il- kunsilli lokali li sakemm ikollhom il-fondi, dawn dejjem jieħdu l-passi biex jirranġawhom.", "It-telqa li hawn fil-gvern tidher f'dan il-parlament, tidher barra l-parlament u tidher fid-dipartimenti kollha.", "It-telqa li hawn tista' taraha u tmissha b'idejk u hija xi ħaġa tal-biża'.", "Hemm bżonn ukoll li l-gvern jinvesti fit-turiżmu għax dan is-settur iħalli ħafna miljuni f'idejn il-Maltin u b'dawn il-flus, minbarra li nsaħħu l- ekonomija tagħna, inkunu nistgħu nagħmlu dak kollu li semmejt qabel favur in-nies bi problemi soċjali u nies li qed ibatu mill-faqar il-ġdid.", "Sfortunatament it-turiżmu f'pajjiżna sejjer lura u jeħtieġ li naħdmu sabiex nerġgħu nsaħħuh mill-ġdid għax dan is-settur huwa mportanti ħafna biex nimxu 'l quddiem, biex ngħinu lil min hu fil-bżonn u biex noħolqu x-xogħol għaż-żgħażagħ u l-familji tagħna.", "Jekk m'aħniex se nkomplu nġibu investiment barrani pajjiżna se jkompli jidħol fi sqaq li ma nkunux nistgħu noħorġu minnu.", "Sur President, nittama li għal budget ieħor dawn l-ideat li semmejt ma jaqgħux fuq widnejn torox u jiġu kkonsidrati.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO (Segretarju Parlamentari): Sur President, kont qed nisma b'attenzjoni lid-deputat min-naħa ta' l-oppożizzjoni jitkellem u dan ipprova jagħmel mill-aħjar li jista' biex jagħti stampa pjuttost negattiva żżejjed ta' ħafna problemi soċjali li jeżistu pero` kien korrett meta indika li dawn il-problemi jeżistu għax hawn nuqqas ta' edukazzjoni.", "Pero' hawn nuqqas ta' edukazzjoni mhux għax hawn nuqqas ta' opportunitajiet ta' tagħlim - għalkemm hawn kemm hawn, dejjem jista' jkun hawn iżjed – imma minħabba l-mod ta' kif wieħed jagħmel l-għażliet fil-ħajja tiegħu.", "Jien mhux l-ewwel darba li għedt li ħafna problemi soċjali jwasslu għal ħafna problemi ekonomiċi ̧ għalkemm jista' jkun li jkollok sitwazzjonijiet ekonomiċi li jwasslu biex joħolqu problemi soċjali wkoll.", "Pero` dan il- gvern qiegħed jaħdem ̧ u ħadem ̧ għax għandna budget li qed juri d-direzzjoni dwar kif dan il-gvern se jkompli jaħdem biex it-tagħlim jiżdied u biex l- opportunitajiet ta' tagħlim jiżdiedu wkoll.", "Minkejja dan, il-gvern qatt ma wiegħed li se jerfa' lil kulħadd minn xagħru.", "Il-gvern ma jistax jiddeċiedi għan-nies, għaż-żgħażagħ tagħna u għall-koppji miżżewġin li jinfirdu.", "Jekk f'dan il-pajjiż issa għandna l-problemi soċjali għax qed jiżdiedu l-problemi tas-single parents, għax qegħdin jiżdiedu s- separazzjonijiet u għax qegħdin jiżdiedu n-numru ta' tfajliet li jkollhom it-trabi anke meta jkunu għadhom taħt ċerta eta`, il-gvern huwa responsabbli biex jara li soċjalment u finanzjarjament, dan il-pajjiżi joffri l-aħjar opportunitajiet għall-iżvilupp tal-bniedem pero` ma jistax jieħu post il-ġenituri jew post dawk li jiddeċiedu.", "Għalhekk huwa mportanti li naraw x'qed jiġri.", "Jien ngħid li wieħed mill- akbar tip ta' faqar ġdid li għandna f'pajjiżna mhuwiex dak intellettwali imma dak morali.", "Darba kont għamilt aġġornament dwar dan is-suġġett - u ħafna nies kienu tkellmu dwaru avolja wħud minnhom kienu nterpretawni ħażin – fejn kont għedt li llum kollox spiċċa xejn m'hu xejn u ma baqax il- konċett ta' x'inhu tajjeb u x'inhu ħażin imma spiċċajna bħall-kumplament tad-dinja.", "U dan hu l-ħażin tas-suq globali għax dan iwassal għal moralita` u għal kuxjenza globali fejn il-bniedem jibda jqis li huwa soġġett għall-pjaċiri tiegħu u ma jagħtix kas aktar il-moralità.", "Dan il-pajjiż qed jintlaqat ukoll minn dan il-proċess soċjali pero` ma nistgħux nieqfu hawnhekk u nisimgħu biss din in-naħa tal-munita għaliex għalkemm jiddispjaċina li s-sitwazzjoni soċjali hija tali, aħna qegħdin nirrispondu għal dawn il-problemi soċjali biex noffru assistenza u politika soċjali li tagħmel sens għal dawn is-sitwazzjonijiet ġodda pero` hemm il- limiti sa fejn gvern jista' jasal.", "L-Onor.", "Parnis issuġġerixxa li niftħu l-iskejjel għat-tfal tal-ħaddiema.", "Illum li titkellem u tuża l-frażi \"tfal tal-ħaddiema\" ma tantx għadu jagħmel sens għax m' għadniex fiż-żmien meta s-soċjaliżmu kien għadu jibda u meta kien hawn id-differenza bejn il-klassijiet.", "Illum ninsabu fis-sena 2004 u d-definizzjoni tal-ħaddiema hi ferm aktar wiesgħa milli kienet qabel u m'hemmx xi disprezz meta tuża l-kelma \"ħaddiema\".", "Illum min mhuwiex ħaddiem?", "Iż-żgħażagħ li hemm fl-universita` mhumiex tfal tal-ħaddiema wkoll?", "Illum m'għadx għandna soċjeta` klassista - nispera li jien korrett - fejn ikollok il-kapitalist fuq u l-ħaddiem taħt.", "M'għadx għandna sistema edukattiva li tippremja lit-tfal tal-kapitalist u tgħaffeġ taħt saqajha lit-tfal tal-ħaddiem.", "Allura meta l-Onor.", "Parnis jgħidilna biex niftħu l-iskejjel tagħna għat-tfal tal-ħaddiema, jien nistaqsi: L- MCAST għal min infetaħ?", "L-universita` tagħna li għandha iżjed minn 7,000 student għal min infetħet?", "Ta' min huma dawk il-karozzi li l-universita` tagħna għandha problema bil-parking bihom?", "Illum żdiedu t-tobba, l-avukati u n-nies ta' l-iskola imma dawn li qegħdin jilħqu, fil-maġġor parti tagħhom m'humiex ukoll ulied il-ħaddiema?", "Kien proprju dan il-gvern li bid- deċiżjonijiet tiegħu wassal biex ulied il-ħaddiema jkollhom l- opportunitajiet li għandhom illum għax hu kien li għamel sistema edukattiva miftuħa għal kulħadd.", "Kif diġà għedt l-Onor.", "Parnis qal li għandna niftħu l-iskejjel filgħaxijiet.", "Jien mhux qed nitkellem daqslikieku kont ministru ta' l- edukazzjoni imma llum kelli laqgħa mal-ministru u domna nitkellmu ħafna biex naraw kif se nkomplu ntejbu dak li diġa` bdejna fis-settur edukattiv biex lill-istudenti nagħtuhom mentalita` aktar imprenditorjali.", "Illum hemm sforz kollettiv fil-ministeru ta' l-edukazzjoni biex iż-żgħażagħ tagħna fl- universita` u fl-MCAST jingħataw edukazzjoni li tippreparahom tajjeb fil- qasam tekniku tagħhom u għal tip ta' xogħol li wisq probabbli ma jkunx wieħed fiss kif nafuh illum imma jkun wieħed ibbażat fuq sistema ta' freelancing.", "Kif tista' żżomm li f'dan il-pajjiż isiru ċerti bidliet f'dan il-qasam ta' ingaġġ ta' ħaddiema jekk il-proċeduri ta' l-impjieg fid-dinja kollha saru jimxu b'dan il-mod?", "Illum għandna sitwazzjoni fejn kull intrapriża li trid tirnexxi, trid tipprova tbigħ l-aħjar prodott bl-irħas prezz possibbli u fl-istess ħin tipprova tara kif se tkompli tavvanza u tkun innovattiva fil-prodotti li toffri imma dan trid tagħmlu bl-inqas spejjeż possibbli.", "Dan kollu jfisser li s-suq tax-xogħol illum jitlob ħafna flessibbilta`.", "Illum ir-riċetta tas-suċċess kummerċjali f'intrapriża hija li tnaqqas l- ispejjeż.", "Ovvjament jiġri li kumpannija li tkun se tnaqqas l-ispejjeż u toħloq l-aktar flessibilita` possibbli, tbiddel il-mod ta' kif timpjega u tingaġġa l-ħaddiema magħha.", "Jekk f'dan il-pajjiż, bħalma qed jiġri f'pajjiżi oħrajn, qed tiżviluppa din it-trend sabiex il-kumpanniji tagħna jibqgħu aktar sostenibbli, allura hekk ukoll trid titbiddel il-mentalita` ta' l-istudent u tal-ħaddiem tagħna għax illum it-tifsira ta' job fiss qed tinbidel minn kif kienet il-bieraħ.", "Din hija s-sistema llum bħalma hija s- sistema li llum jekk m'għandekx mobile, donnok għandek xi ħaġa nieqsa.", "Ftit taż-żmien ilu kien ikollok xi ħaġa nieqsa jekk toħroġ bla kartiera jew bla ċintorin imma llum żdied il-mobile ma' dawn l-affarijiet.", "Illum jekk toħroġ bla mobile, qisek insejt moħħok id-dar u trid tmur għalih għax inkella taħseb li m'għadekx in contact jew li ma m'għadekx within reach ta' min irid iċempillek.", "Minkejja dan jien personalment ma nkunx kuntent – għalkemm nikkwota s- suċċess tal-kummerċ anke f'dawn l-affarijiet – meta nara ġenituri li jagħtu mobiles lit-tfal żgħar tagħhom bħala rigal.", "Jien ma naħsibx li din hija xi ħaġa tajba pero` din hija waħda mis-sitwazzjonijiet li għaddejjin minnhom illum.", "Jekk neħux pjaċir bihom jew le huwa irrelevanti għaliex dawn huma r- realtajiet li rridu niffaċċjaw.", "Per eżempju ̧ il-ministeru ta' l- edukazzjoni qiegħed jara li jkun hemm evoluzzjoni fil-curriculum sabiex tidħol ċerta mentalità f'moħħ min se jilħaq tabib ̧ avukat, inġinier, social worker eċċ. bil-għan li nrawmu aħjar il-kultura imprenditorjali, il-kultura li kapaċi tieħu r-riskju, li kapaċi tara valur fix-xogħol u li kapaċi tara valur veru meta wieħed jagħti servizz.", "Illum dan it-tip ta' żvilupp jista' isir għax fl-imgħoddi saret ħidma kontinwa biex jinbena pedament.", "Kieku l-Ministru Louis Galea ma ħadimx f'dawn l-aħħar snin - bħalma ħadmu ta' qablu - biex f'dan il-pajjiż jinħolqu l-għodda u l-istrutturi li għandna bżonn biex niżviluppaw, kieku llum ma kontx inkun f'pożizzjoni li niltaqa' miegħu sabiex naraw x'jonqos isir.", "Immaġinaw kieku ma nħoloqx l-MCAST li qabel kien ġie kkritikat bħala xi ħaġa żejda!", "Immaġinaw kieku ma nħolqux l-istrutturi tal-curriculum li bihom il-ministeru ta' l-edukazzjoni jista' jenfasizza x'direzzjoni għandu jkun hemm fil-formazzjoni tal-karattru ta' l-istudent.", "Sur President, aħna qegħdin niddiskutu dan l-abbozz ta' liġi li jġib fis- seħħ ċertu emendi li meta wieħed iħares lejhom isib li huma emendi dwar żieda ta' tariffi pero` fl-istess ħin huma emendi li għandhom jgħinu biex dan il-pajjiż ikompli jbiddel is-sistema li tirrigwarda s-servizzi tiegħu u jkompli jbiddel u jirristruttura l-mod ta' kif kien qed jieħu ħsieb il- finanzi tiegħu.", "Dan il-pajjiż hu bħal intrapriża li jisimha Malta.", "F'Malta għandna numru ta' nies jaħdmu biex isostnu dawk li ma jaħdmux u għaldaqstant iridu jaraw kif se joħolqu l-ġid li mbagħad ikun jista' jitqassam lill-batut; batut jew għax ikun ħa deċiżjonijiet ħżiena, jew għax ikun sfortunat jew inkella għaliex ikollu ċertu nuqqas.", "Biex dan il-gvern ikun jista' jsostni l-politika soċjali tiegħu jrid joħloq il-ġid finanzjarju għax kif jgħid il-Malti, bla flus la tgħannaq u lanqas tbus.", "Sur President, dan il-budget qed joffri ċertu direzzjoni.", "It-tifsira ta' x'kien budget numru ta' snin ilu u x'kien budget illum inbidel u se jkompli jinbidel, ikun hawn min ikun hawn fil-gvern.", "Il-budget tal-lum qed jagħti direzzjoni imprenditorjali u fiskali jiġifieri m'għadx ikollna budget ta' gvern li kien ikun il-majority shareholder f'kull kumpannija Maltija u li kien f'pożizzjoni li jiddeċiedi fuq jekk hux se togħla jew le l-kunserva u fuq jekk għandux jiġi mportat xi ħaġa jew le.", "Illum il-budget m'għadux hekk għax il-gvern m' għadx għandu l-kontroll ta' kollox f'dan il-pajjiż kif kellu qabel.", "Il-pajjiż inbidel għax dan il-gvern bidlu u din il-bidla kienet ukoll parti mill-iżvilupp li dan il-pajjiż għadda minnu.", "Illum hemm talba biex din il- bidla tkompli sseħħ – kważi anke min-naħa ta' l-oppożizzjoni – għax m'għadux żmien li dan il-gvern jibqa' l-akbar negozjant li hawn fil-pajjiż.", "Kien hawn żmien li t-teorija ekonomika hekk kienet titlob u kien hawn żmien fejn kien hawn min jaħseb li hekk kien l-aħjar li jsir biex il-pajjiż joffri l-aħjar servizz possibbli liċ-ċittadin.", "Kien hawn żmien fejn meta konna niġu għall-budgets, konna naraw kompetizzjoni bejn iż-żewġ partiti dwar min se joffri l-aħjar servizz b'xejn liċ-ċittadin.", "Ovvjament iżjed ma kienu jingħataw servizzi iżjed kienet tintefa' responsabbilta` fuq il- gvern.", "Meta mbagħad beda dieħel il-prinċipju tas-sussidjarjeta` u tad- deċentralizzazzjoni, il-gvern beda jerħi minn taħt idejh u beda jitfa' r- resposabbilta` tiegħu fuq ħaddieħor biex ma jibqax il-factotum ta' kollox.", "Huwa proprju f'dan il-kontest li qegħdin niddiskutu l-budget tal-lum għax is-sitwazzjoni hija kompletament differenti min dik tal-passat.", "Pero' l- oppożizzjoni qed tara kif tinstiga u taqbad ma' l-isfortuna li jkun għaddej minnha l-pajjiż u tpinġiha bħallikieku din l-isfortuna teżisti f'dan il- pajjiż biss.", "Jien naħseb li bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra, aħna noffru stampa sħiħa liċ-ċittadin għax naħa tgħid li kollox sejjer tajjeb u naħa tgħid li kollox sejjer ħażin.", "Nispera biss li fl-interventi tiegħi, ma nkunx wieħed minn dawk li jgħid it-tajjeb biss.", "F'dan id-dibattitu qegħdin nitkellmu fuq emendi fil-liġijiet u l-mistoqsija għandha tkun: Din il-liġi x'qed tipprova tagħmel sabiex dan il-pajjiż joħloq ġid biżżejjed biex ikun f'pożizzjoni li jgħin lin-nies bi problemi soċjali?", "Fid-diskors tal-budget intqal li l-isfidi li qed niffaċċjaw huma l-istess bħal dawk li qegħdin jiffaċċjaw ħafna pajjiżi oħra.", "Dawn huma t- tisħiħ tal-kompetittivita` ekonomika, it-titjib fil-livell ta' l- edukazzjoni, riforma fil-kultura tas-settur pubbliku, tisħiħ tal-moralita` fiskali, riforma fil-pensjonijiet, riforma fis-servizzi tas-saħħa, it- twettiq tal-ġustizzja soċjali u l-ħarsien ta' l-ambjent.", "Il-budget huwa l- programm ta' ħidma li għandu dan il-gvern fuq livell nazzjonali dwar fuqhiex għandu jaħdem biex inkomplu naraw li dan il-pajjiż joħloq biżżejjed ġid u ħadd ma jaqa' lura.", "Dan il-gvern qed jieħu d-deċiżjonijiet u qed jieħu deċiżjonijiet tajbin.", "Irridu nsaħħu l-kompetittivita` ekonomika għax ma nistgħux naqgħu lura u rridu naraw titjib fil-livell ta' l-edukazzjoni pero' dan diġa` qed iseħħ għax il-livell ta' l-edukazzjoni tal-lum huwa ħafna aħjar minn dan tal- passat.", "Issa għandna r-riforma fil-kultura tas-settur pubbliku.", "Il-gvern għadu kemm ressaq white paper u fiha ta s-suġġerimenti tiegħu ta' kif jimmaġina li għandu jkun is-settur pubbliku.", "Il-gvern jemmen li jeħtieġ li jkun hemm konsultazzjoni u għax jemmen dan, għada stess se jkun hemm konferenza fuq livell nazzjonali msejħa mill-gvern proprju fuq dan is-suġġett.", "Min-naħa tiegħi, jien laqqajt il-kamra tal-kummerċ, il-federazzjoni ta' l- industrija ̧ il-GRTU u l-Malta institute of management biex nisma' l- proposti tagħhom u rrid nara li l-ġimgħa d-dieħla, niltaqa' wkoll mal-MHRA għax dawn jieħdu ħsieb settur importanti u għalhekk ikun tajjeb li nisimgħu l-veduti tagħhom ukoll.", "Sur President ̧ ma nistgħux insaħħu l-kompetittivita` ekonomika tagħna, ma jistax ikollna titjib fil-livell edukattiv, ma nistgħux naslu li jkollna tisħiħ tal-moralita` fiskali, riforma fil-pensjonijiet u fis-servizzi tas- saħħa u twettieq tal-ġustizzja soċjali u progress fil-ħarsien ta' l-ambjent jekk ma' dan kollu ma ntejbux il-mentalita` ta' min qed jitħallas minn flus il-poplu biex jipprovdi servizz pubbliku.", "Nixtieq nieħu din l-opportunita` biex nitlob il-permess tal-Kamra biex aktar 'il quddiem inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra rapport li fih il- proposti li ndikaw is-setturi industrijali u kummerċjali rigward servizz pubbliku aħjar.", "Hawnhekk irrid nammetti li dan ir-rapport kien ikun iżjed inklużiv kieku ħadu sehem fih l-MHRA pero` issa nagħmel ħilti biex nikkonsulta magħhom u nkun ċert li s-suġġerimenti tagħhom jaslu għand il- gvern ukoll", "Jien nifhem li l-white paper kif maħduma u proposta mill-gvern hija riżultat ta' konsultazzjoni vasta fi ħdan l-istess ċivil u kif iċ-ċivil iħares lejh innifsu u fejn jaħseb li dan għandu jirranġa pero` f'dan id- dokument li se npoġġi fuq il-mejda tal-Kamra, hawn il-kontra-proposti u proposti ġodda ta' kif is-settur kummerċjali u industrijali qed iħares lejn is-servizz pubbliku.", "Jista' jkun hemm proposti li ċ-ċivil burokratiku u n- nies li jaħdmu ġo fih ma jogħġbuhomx għax ikun hemm ċertu constraints legali bħalma mhux il-proposti kollha taċ-ċivil ikunu milqugħa mis-settur kummerċjali u industrijali.", "Pero' dan huwa rapport importanti għax fih proposti li flimkien ma' dawk li se joħorġu għada, se jkomplu juru lill- gvern x'tip ta' servizz pubbliku jixtieq jara s-settur kummerċjali biex ikun hemm inqas burokrazija u aktar ħolqien ta' impjiegi.", "Fil-fatt x'ħin dan id-dokument kien qed jiġi ppreżentat lill-Ministru Dalli waqt il-press conference ġew proposti affarijiet ġodda li ma kenux inklużi fil-white paper oriġinali li jinkludu, per eżempju, it-twaqqif ta' l- uffiċċju għall-efficiency review, li jiġu established proċeduri ta' impact assessment fuq deċiżjonijiet meħuda mid-dipartimenti u awtoritajiet, li jkun hemm aktar sinerġija bejn id-dipartimenti u awtoritajiet biex fid- deċiżjonijiet tagħhom, dawn ikunu aktar konxji mill-effett tad- deċiżjonijiet tagħhom fuq livell nazzjonali u ma jibqgħux jaħsbu biss fuq livell individwali u proposti biex id-dipartimenti u l-awtoritajiet ikunu iktar aċċessibbli għas-setturi li kull dipartiment ikun qiegħed hemm biex jaqdi.", "Għandu jkun hemm ukoll benchmarks li jgħinu biex jiġu kalkolati r-riżultati miksuba u jkun hemm għanijiet ċari li jitħabbru minn qabel u li jkunu pubblikati biex tkun magħrufa fiex tikkonsisti l-ħidma ta' dawn id- dipartimenti.", "Fuq kollox, hemm bżonn li bħala terms of reference ikun ċar li kull dipartiment u awtorita` jkollha l-obbligu li kontinwament tassessja lilha nnifisha ħalli tara kif tkun inqas burokratika.", "Dawn huma proposti miġbura waqt laqgħat li kellhom miegħi dawn il- korpi kostitwiti pero` jkun tajjeb li nsemmi wkoll li l-mentalita` tal-gvern hi dik li jmexxi pajjiż li jinsab fl-Unjoni Ewropea.", "Din il-mentalità qed tiġi sostnuta u mogħtija direzzjoni miċ-charter Ewropew għan-negozji ż-żgħar li jimpenja lill-gvern biex jara li jsaħħaħ u jiggarantixxi l-konsultazzjoni.", "Għalhekk mis- segretarjat tiegħi fi ħdan il-ministeru u bl-appoġġ tal-ministru wettaqna dan it-tip ta' eżerċizzju biex niżguraw li l-leħen ta' dawn is-setturi ta' għaqdiet kummerċjali u industrijali jkun jista' jasal għandna.", "Sur President ̧ jien nifhem għalfejn għadu kemm ċempilli Winston Zahra ta' l- MHRA u staqsa għaliex ma nkludejnihomx f'dan l-eżerċizzju.", "Meta tagħmel eżerċizzju tajjeb in-nies jibdew jitħajru biex jieħdu sehem bħalma ġara f'dan il-każ.", "Fil-fatt lis-Sur Zahra wegħedtu li se niltaqgħu ħalli niddiskutu s-suġġetti li ddiskutejna ma' l-għaqdiet l-oħra u huwa ta' sodisfazzjon li jkollok dawn l-għaqdiet li jkunu daqstant anzjużi biex jieħdu sehem f'dawn il-konsultazzjonijiet.", "Għalhekk filwaqt li rridu nsaħħu l-mod ta' kif is-servizz pubbliku jrid jaħdem, jippjana u jimplimenta d-deċiżjonijiet tiegħu, irridu nsaħħu wkoll il-kompetittivita` ta' dan il-pajjiż kif intqal fl-istess budget.", "Jekk insaħħu l-kompetittivita` ta' dan il-pajjiż, noħolqu sitwazzjoni ekonomika aħjar ħalli jkompli jinħoloq ix-xogħol.", "Sur President, fil-budget speech ingħatat direzzjoni lill-ħidma tal-kunsill Malti għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali u dan issa jrid jaħdem b'terms of reference li jrid isaħħaħ il-kompetittivita` f'dan il-pajjiż.", "Fil-fatt se nikkwota mill-budget speech li jgħid hekk:", "\"niżguraw kompetizzjoni fis-swieq tal-fatturi ekonomiċi kollha ħalli niżguraw li kull żieda fl-ispiża tkun newtralizzata bi produttivita` akbar;", "innaqqsu l-ispiża tas-settur pubbliku kemm bħala piż finanzjarju u kemm bħala piż burokratiku fuq l-ekonomija kollha;", "insaħħu l-flessibilita` fis-suq tax-xogħol ħalli nneħħu dak kollu li huwa ta' xkiel biex il-ħaddiem isib postu fl-impjieg li fih jikkontribwixxi l-aktar;", "niffaċilitaw lis-settur produttiv biex jutilizza r-riżors uman li hu qiegħed jew mhux produttiv biżżejjed;", "insaħħu r-riżors uman tagħna bi skemi ta' taħriġ li jżomm lill- ħaddiema tagħna aġġornati f'kull livell u li jgħaddilhom ħiliet u snajja' ġodda;", "il-prinċipji tal-governabbilita`ażjendali jkunu mħaddma bi skruplu kbir.", "Dan joħloq klima tajba bejn il-partijiet kollha nvoluti fl- operat ta' l-azjenda, iżid il- kompetizzjoni, u jeħles lil kulħadd mit- toqol ta' l-intriċċi; u", "nsaħħu l-proċessi tal-produzzjoni u marketing bi żvilupp ta' prodotti u sistemi ġodda.''.", "Meta wieħed janalizza dawn l-għanijiet li qegħdin jingħataw lill-kunsill Malti għall-iżvilupp, wieħed jifhem iżjed dak li għedt fil-bidu, li llum il- gvern ̧ fil-governabilita` tiegħu ̧ qed ifittex li jattwa l-proċess tad- deċentralizzazzjoni u tas-sussidjarjeta`.", "Il-gvern m'għadux jerfa' r- responsabbilta` waħdu imma qed jiddelega r-responsabilita` tal- governabilita` ma' l-imsieħba soċjali.", "Aħna għandna lkoll flimkien naħdmu bħala intrapriża waħda u għandna nifhmu aħjar x'inhuma l-prijoritajiet f'dawn iż-żmenijiet.", "Kieku għad għandna gvern fejn kollox jiddeċiedi hu kieku għandna gvern b'mentalita` li ma tistax taħdem.", "Il-mentalita` tal-gvern hi mentalita` moderna, mentalita` ta' konsultazzjoni u mentalità ta' diskussjoni.", "Meta tibgħat għan-nies biex jiddiskutu miegħek dawn iridu jidħlu fiż-żarbun tiegħek u jkunu kapaċi jiddiskutu miegħek bl-istess mod ħalli jkun hemm kompromess.", "Din it-tip ta' mentalita` qed timmatura u qegħdin nitgħallmu ħafna minnha pero` jeħtieġ li l-proċess jitjieb.", "Ċertament dan huwa l-mod ta' kif jista` jkollna governabilita` serja, governabilita` fejn kulħadd jagħraf x'inhuma l-piżijiet tiegħu.", "Sur President, jeħtieġ li dawn l- istrutturi li ħdimna fuqhom, jiġi ristrutturati ħalli jkunu adattati għall- ħteġijiet tal-lum u dan hu li l-gvern qed jagħmel.", "Ċertament li ma ħadtx pjaċir bl-islogan li ħarġu ta' l-oppożizzjoni fuq il- budget fejn qalu li dan huwa budget ta' qgħad ̧ taxxi ̧ dejn u nuqqas ta' konsum.", "Jien naħseb li din hija parti mill-pjan tagħhom biex joħolqu l- inċertezza u ma nemminx li dak kollu li qegħdin jagħmlu, qegħdin jagħmluh fl-interess tal-ħaddiema imma qegħdin jagħmluh fl-interess tagħhom minħabba l-għatx li għandhom għall-poter.", "Il-poter mhuwiex dritt assolut u meta jintrebaħ ikun intrebaħ pero` wieħed irid jifhem li biex ikun kapaċi jikkritika, irid ikun kapaċi juri l-abbiltajiet tiegħu meta jkollu ċ-ċans.", "Illum m'għadx għandna sitwazzjonijiet ta' wage freeze u diffikultajiet oħrajn kif kellna taħt gvernijiet Laburisti imma llum għandna sitwazzjoni fejn hawn ħafna flus fl-idejn u fil-banek tagħna, għandna livelli għolja ħafna – kważi l-iżjed li qatt kellna – ta' riservi barranin, għandna numru ta' nies li jaħdmu fis-settur pubbliku fost l-inqas li qatt kien hawn u għandna numru ta' nies li jaħdmu fis-settur tas-servizzi li huwa l-ogħla li qatt kien hawn.", "Sur President, nagħlaq billi ngħid li dan il-pajjiż huwa pajjiż ta' opportunitajiet u pajjiż li kapaċi jkompli jżid il-ġid nazzjonali tiegħu u jekk inkomplu naħdmu flimkien, inkunu nistgħu noħolqu biżżejjed ġid biex ngħinu lil dawk li għandhom bżonn l-għajnuna fis-soċjeta` tagħna.", "Issa nixtieq nitlob il-permess tal-Kamra biex inqiegħed xi dokumenti fuq il- mejda tal-Kamra.", "MR SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO: Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' proposti għall-white paper dwar is-servizz pubbliku miġbura wara eżerċizzju ta' konsultazzjoni mmexxi mis-segretarju parlamentari Edwin Vassallo fil-21 ta' Jannar 2004.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, dan id-dibattitu li għandna quddiemna huwa dibattitu ekonomiku u finanzjarju imma huwa wkoll dibattitu politiku.", "Jien segwejt dak li ntqal matul dawn l-aħħar ġranet speċjalment min-naħa tal-partit Nazzjonalista u l-mistoqsija li kelli l-ħin kollu f'moħħi kienet din: Minn fejn ġejja l-biża` li qed jixhdu n-Nazzjonalisti f'dak li jgħidu u f'dak li jagħmlu?", "Qed tiġi espressa ċerta biża' politika bħallikieku l- art qed tiċċaqlaq minn taħt saqajhom, qishom qegħdin fil-bidu ta' xi terremot.", "Per eżempju ̧ issa għadna kif smajna l-Onor.", "Vassallo jsemmi ħafna kliem teknokratiċi sbieħ imma anke fid-diskors tiegħu, joħroġ dan is- sentiment ta' biża` politika u qisu li kull ħaġa li qed tintqal, qiegħda tintiseġ biex jgħattu din il-biża`.", "Għandna faċċata sħiħa ta' kliem sabiħ u tekniku li jinħass tqil u li warajh hemm il-biża`.", "U jien nerġa' nistaqsi minn fejn ġejja din il-biża` tan-Nazzjonalisti.", "M'hemmx dubju li bħala pajjiż ninsabu quddiem kriżi ekonomika u soċjali li qed tikber u jgħidu x'jgħidu l-ministri tal-gvern u jgħid x'jgħid l-editur ta' \"The Malta Independent\" din hemm qiegħda.", "Ħafna mexxejja Nazzjonalisti qed jibżgħu li bil-lapazzar li rajna f'dawn l-aħħar snin u li issa qed jinħass ̧ mhux se naslu.", "Taħt il-kliem teknokratiċi u kkomplikati li smajna f'dawn l-aħħar ġranet hemm ċerta biża`.", "U jien nistaqsi: Għalfejn din il-biża`?", "Ilhom daqstant żmien jagħlqu għajnejhom għall-affarijiet li ġbidnilhom l-attenzjoni għalihom, ilhom daqstant żmien jagħtu daharhom lejn il-problemi li kienu qed jiffaċċjaw il-familji tal-ħaddiema, għaliex qed jibżgħu issa?", "Minn xiex qegħdin jibżgħu?", "Jien nissuspetta - naf li se jkun hemm min jgħid li meta nesprimi dan is- suspett, inkun qed inkun malizzjuz imma nassigurak, Sur President, li m'iniex inkun malizzjuz - li l-biża` ta' wħud mill-mexxejja Nazzjonalisti hu li t-taħsir li dieħel fid-dinja tax-xogħol u li dieħel fil-prospetti taċ- ċittadini tagħna ̧ se jolqot lit-tfal ta' l-aqwa familji tagħhom.", "Ma jimportax jekk dan jolqot lit-tfal tal-ħaddiema imma l-biża` hi li dan it- taħsir riesaq lejn il-familji ta' ċertu saffi li huma qrib wisq il-poter Nazzjonalista.", "Sur President ̧ minn fejn ġejjin il-problemi li qed jinqalgħu u li qed jiżdiedu?", "Ċertament li dawn ġejjin minn wegħdi qawwija li saru u li qed jisfumaw fix-xejn.", "Wegħdi li l-affarijiet se jimxu fuq ir-rubini, wegħdi li once li tkun settled il-problema ta' l-Unjoni Ewropea, l-affarijiet se jimxu 'l quddiem imma issa sfuma kollox.", "Biex tgħaxxaqha mbagħad, f'dawn l- aħħar ġimgħat, il-mexxejja Nazzjonalisti hedew u għadhom mehdija b'mistoqsijiet li għall-bqija tal-poplu ma jfissru xejn, cioe` min se jkun president tar-repubblika, min se jkun prim ministru jew jekk inti ̧ Sur President, intix se ssir ministru jew le u affarijiet bħal dawn.", "Dawn huma kwestjonijiet li huma interessanti għall-mexxejja Nazzjonalisti imma ma rridux ninsew id-dinja tax-xogħol li qiegħda tegħreq, qiegħda tidħol fiha nnifisha u qiegħda tnaqqas u twassal biex familji sħaħ iħossu n-nuqqas ta' sigurta` u l-problema ta' telfien ta' xogħol.", "Din it-tip ta' sfumatura dwar min se jilħaq hekk u min se jsir hekk tħalli lil kulħadd biered, biex ma ngħidx irrabjat ̧ u dan għaliex ir-realta` tas- sensji qiegħda tiżdied u se tkompli tiżdied.", "Jien imbagħad norbot din il- biża' li qed tinħass bħalissa anke fid-diskors li għadna kemm smajna min- naħa tal-gvern ma' din il-problema u ma' ċerti sentimenti li jinħassu fil- pajjiż.", "Jien nixtieq nirriferi, per eżempju, għal dak li kien qal l-Onor.", "Fenech Adami fit-13 ta' Mejju ta' l-1977 – issa forsi jkun hawn min igħidli li qed inħares lura ħafna imma qed inħares lura ħafna fuq ċerti tradizzjonijiet u għeruq ta' ħsieb li għadhom jintrabtu ma' kif inġibu ruħna llum – u se nikkwota mir-rapport li deher fil-ġurnal \"In-Nazzjon Tagħna'' ta' l-14 ta' Mejju ̧ jiġifieri l-għada:", "''Il-kap tal-partit Nazzjonalista u ta' l-oppożizzjoni, l-avukat Dr. Fenech Adami, waqt li kien qed ikellem lill-ħaddiema fil-każin Nazzjonalista ta' Birkirkara ̧ qal li fil-pajjiżi demokratiċi, jekk l- opinjoni pubblika tkun kontra l-gvern u tikkritikah konsistentement, tista` twassal għar-riżenja tiegħu.", "F'Malta bħalissa, l-opinjoni pubblika hija kontra l-gvern minħabba d-diversi miżuri li qed jirrikorri għalihom u għaliex falla u għandu konfużjoni kbira.", "Jekk il-gvern jibqa` għall-perijodu twil taħt l-attakk ta' l-opinjoni pubblika, ma jibqagħlu l- ebda triq ħlief li jirriżenja għax il-poplu ma jkunx fadallu aktar fiduċja fih.''.", "Jien nemmen li minn hawn ġejja l-biża` li qed inħossu konsistentement f'dak li qed jgħidu l-kelliema Nazzjonalisti.", "Din hija biża` motivata mill-fatt li filwaqt li kien hemm dawn il-wegħdi kollha li l-affarijiet se jmorru mit- tajjeb għall-aħjar wara li ttieħdet id-deċiżjoni li kellha tittieħed fl- elezzjoni li għaddiet, fir-realtà sejrin għall-agħar.", "Sejrin għall-agħar mhux bir-retorika politika li forsi nipprattikaw f'dan il-parlament imma sejrin għall-agħar on the ground, fil-mod ta' kif qed igħixu n-nies u fil- mod ta' kif qed iħossu r-realtajiet ta' madwarhom.", "Per eżempju ̧ il- ħaddiema tal-VF kienu ġew garantiti li għandhom suq wara l-elezzjoni li għaddiet pero' meta tkeċċew - uħud minnhom għadhom qed jitkeċċew u ma ngħataw l-ebda konfort - ħadd ma rrifera għal dak id-diskors.", "Il-logħba u l-ingann politiku ma sarux minn din in-naħa tal-Kamra imma saru min-naħa l-oħra tal-Kamra.", "Il-logħba demokratika tal-pajjiż tfisser li min jirbaħ l-elezzjoni, għandu jiggverna għal ħames snin imma l- leġittimita` tiegħu tkun ibbażata fuq dak li jkun qal b'mod onest, ċar, trasparenti u b'mod ta' min jafda fih u mhux imbagħad igħidilna li l- affarijiet jinbidlu.", "Titwemmen din?", "Titwemmen għax ikollok is-saħħa tal- poter u min għandu l-poter forsi jitwemmen, imma fir-realta` mbagħad, dawk li jkunu qed iġarrbu l-piżijiet ta' fejn qed nirrumblaw u ta' fejn mexjin ̧ x'se jgħidu?", "Huwa għalhekk li l-kelliema Nazzjonalisti huma mbeżżgħin ̧ Sur President, għax jafu li l-poter tagħhom huwa bbażat fuq logħba ta' ingann li m'għadhiex taħdem.", "Sur President, kieku kienu biss il-ħaddiema tal-VF li qed jiffaċċjaw il- problemi ngħid il-ħaddiema tal-VF biss, imma hemm lista sħiħa ta' azjendi oħra fil-qasam tal-manifattura u fil-qasam tat-turiżmu – għalkemm jista' jkun hemm oqsma oħrajn ukoll; issa naraw - li sfortunatament se jkunu qed jiffaċċjaw l-istess problemi.", "Inutli noqogħdu nsemmu l-kliem sabiħ ta' governabilità u kompetittività meta fir-realta` ma sar xejn biex tabilħaqq niffaċċjaw il-problemi.", "Jien nista` ngħid li ħaġa waħda biss għamel il- gvern preżenti; dik li jixgħel quddiem il-poplu Malti u GĦawdxi l-bozza ta' sħubija fl-Unjoni Ewropea.", "Dak biss għamel.", "Irnexxielu fit-tir tiegħu li għax jixgħel dik il-bozza, ikollu maġġoranza fl-elezzjoni imma mbagħad il- problemi u l-isfidi l-oħra x'sar minnhom?", "Xejn.", "Issa l-gvern qed idur fuq il-poplu Malti u qed jgħid li rridu ningħaqdu flimkien biex niġbdu ħabel wieħed sabiex naraw x'għandu jsir u x' ma għandux isir.", "Pero' qiegħed isemmi ċertu kliem, bħall-globalizzazzjoni ̧ u qed igħid li minħabba l-globalizzazzjoni qed jintilfu l-impjiegi.", "Anke edituri famużi bħal dawk ta' \"The Malta Independent\" qed igħiduh dan.", "Sabiħa din!", "Meta l-affarijiet taparsi jkunu sbieħ għaliex jiġu tal- Microsoft u joffrulna numru ta' software packages għax ma jkollhomx bżonnhom, jgħidulna dwar kemm hi tajba l-globalizzazzjoni pero` mbagħad meta jiġri dak li ġara fil-VF u f'postijiet oħra, jgħidulna li ma nistgħux nikkompetu minħabba l-globalizzazzjoni.", "Ma jistax ikun li nibqgħu sejrin b'dan il-mod għax dan qed inaqqas il-kredibbilta` tas-sistema tat-tmexxija ta' dan il-pajjiż.", "M'hemmx serjeta` fil-mod ta' kif naffrontaw l-issues u fil-mod ta' kif nimxu 'l quddiem.", "Dan l-istess bħal din li għax issa dħalna fl-Unjoni Ewropea, kollox se jkun ward u żahar meta nafu li dan m'hu veru xejn.", "Aħna bħala partit Laburista qegħdin ngħidu li l-poplu ddeċieda u la ddeċieda li se nidħlu fl-Unjoni Ewropea, issa rridu naraw x'inhu l-aħjar għal pajjiżna.", "Li noħorġu mill- Unjoni Ewropea fil-kontesti li ninsabu quddiemhom bħalissa, tkun aktar ta' piż milli li nibqgħu fl-Unjoni Ewropea u naraw kif nagħmlu l-aħjar mis- sitwazzjoni.", "Fil-fatt aħna hekk se nagħmlu bħala partit Laburista għax hekk iddeċidiet il-konferenza ġenerali imma min-naħa l-oħra, li ma naċċettawx li dak li konna qed inbassru qed jiġri, hekk le!", "Aħna nibqgħu ngħidu li ċerti konsegwenzi se joħorġu minn dik id-deċiżjoni u li l-gvern, bil-fondi kollha li kellu, daħħal lill-pajjiż kollu għal dawn il-piżijiet.", "Sfortunatament dawn il-piżijiet se jinvolvu wkoll telfien ta' impjiegi għaliex fil-kontest ta' kif id-dinja qed tiżviluppa se jkun hemm anqas spazju biex dan il-pajjiż ċkejken ikun flessibbli.", "Smajnih lill-Onor.", "Edwin Vassallo jitkellem dwar il-flessibbilta`.", "Issa li ġara ġara, imma l- verita` rridu nibqgħu ngħiduha.", "M'hu veru xejn li l-kriżi li qed niffaċċjaw bħalissa tirriżulta mill-globalizzazzjoni.", "M'hu veru xejn!", "Il- globalizzazzjoni qed taffettwa anke lill-pajjiżi l-oħra li deħlin fl-Unjoni Ewropea bħall-Litwanja, l-Ungerija, il-Polonja u l-Slovenja.", "Allura għaliex dawn il-pajjiżi jinsabu għaddejjin b'rankatura u aħna qisna boċċa li ma tistax iddur?", "Ċertament li hemm xi ħaġa aktar profonda minn hekk.", "Lanqas ma nistgħu ngħidu li dak li qed jiġri b'ċerti bidliet li qed isiru, mhux se jwassal biex nitilfu l-appoġġi li kellna mil-lat ta' prezzijiet ta' l-ikel, mil-lat ta' ċerti modi kif jgħixu l-bdiewa tagħna u mil-lat ta' kif f'Għawdex iżżomm ċerta ħajja għaddejja.", "Il-gvern mhux qed jgħidhom dawn l- affarijiet u għalhekk mhux qed jitwemmen għax issa li qegħdin jaqgħu l- affarijiet f'posthom u qed joħorġu l-konsegwenzi ta' ċerti affarijiet, il- bluff tal-gvern huwa inutli.", "Il-biża` tiegħi hi li għad hemm ħafna affarijiet oħra li jridu jseħħu u joħorġu.", "Huwa ċar li l-biża` tal-kelliema tal-gvern hi li se jkun hemm numru ta' familji tal-qalba Nazzjonalista li se jintlaqtu u allura hemmhekk ħoll xagħrek u ġib iż-żejt għax imbagħad żgur naraw problemi ta' governabilita` li għadu kemm semma' l-Onor.", "Vassallo.", "Hemm toħroġ imbagħad il-problema ta' governabilita` dwar x'se jagħmlu dawn it-tip ta' familji.", "Dawn mhux imdorrijin li t-tfal tagħhom ikollhom isiefru, mhux imdorrijin li t-tfal tagħhom ma jkollhomx l-aħjar edukazzjoni u mhux imdorrijin li t-tfal tagħhom ma jkollhomx il-jobs tagħhom ippostjati.", "Bħalissa diġa` qegħdin isiru manuvri biex jekk ikollhom inaqqsu, ma jnaqqsux mill-familji ta' ġewwa imma s-sinjali huma ħżiena u mhux billi joħorġu l-ġurnalisti u jipprovaw jgħattu xturhom u jgħattu xtur il-gvern.", "Ir-realta` qed tigdem, dieħla qisha aċtu u qed tiekol l-għeruq.", "Minn hawn ġejja l-biża` tal- kelliema tan-naħa tal-gvern għax qed jaraw li l-affarijiet issa ħadu ċerta lanja u ma tistax tibqa' tillapazza bil-kliem sabiħ u bir-rapporti li beda jaqra minnhom l-Onor.", "Vassallo.", "Daqskemm saru rapporti!", "Sar rapport fuq rapport u seminar fuq seminar fejn kulħadd jitħallas ta' kull kelma li jikteb, ta' kull kelma li jgħid u ta' kull sandwich li jiekol waqt is- seminar.", "Pero' mill-bqija x'sar?", "Jien jiġu għandi nies li jħaddmu l-lukandi u jgħiduli li qatt ma kienu f'sitwazzjoni ħażina bħal din.", "Jiġu għandi n-nies li qed jaħdmu f'fabbriki bħala management u bħala ħaddiema u jgħidulna li qed jiffaċċjaw sitwazzjoni ħażina ħafna.", "Għalhekk jien nuża l-kelma \"kriżi\" għaliex veru li hawn kriżi.", "Issa meta mbagħad tisma' diskors bħal dak li għadna kemm smajna issa u diskorsi oħra, tifhem is-subtext ta' biża` ttektek imma meta mbagħad tibda tipprova tara x'qed jipproponulna fis-sustanza u bħala ħidma tinduna li hemm ħafna kliem u xejn fatti.", "Nerġa' nirrepeti dak li qal l- Onor. Fenech Adami f'Mejju ta' l-1977 għax naħseb li jgħoddu għal-lum dawn:", "\"F'Malta bħalissa, l-opinjoni pubblika hija kontra l-gvern minħabba d- diversi miżuri li qed jirrikorri għalihom u għaliex falla u għaliex għandu konfużjoni kbira.", "Jekk il-gvern jibqa' għal perijodu twil taħt l-attakk ta' l-opinjoni pubblika, ma jibqagħlu l-ebda triq ħlief li jirriżenja għaliex il-poplu ma jkunx għad fadallu iktar fiduċja fih.\".", "U s-sitwazzjoni preżenti hi din; li ninsabu fejn ninsabu mhux minħabba l- globalizzazzjoni imma minħabba l-politika tal-gvern, jekk tista' tgħidilha politika.", "Kulma ried il-gvern hu li jdaħħal lil Malta fl-Unjoni Ewropea u l-affarijiet l-oħra ma ħax ħsiebhom.", "Is-slogan l-antik ta' money no problem, li nonfqu u kollox jimxi waħdu, bir-rispett kollu, għadu għaddej sal-lum u se nagħti eżempju f'żewġ oqsma li jmissu l-qalba ta' kif aħna suppost naħdmu; il-qasam tal-promozzjoni ta' l-investiment.", "Din tkellimna fuqha kemm-il darba imma ħadna xi risposta fuqha?", "Assolutament le.", "Kellna l-MDC biex iġġib l-investiment lejn pajjiżna, kellna l-METCO biex tagħmel il-ħidmiet ta' esportazzjoni għal barra u kellna l-IPSE biex tgħin lill-manifattura ż-żgħira.", "Imbagħad xi ġenju ddeċieda li kellu xi ħbieb li kellhom bżonn jieħdu promozzjoni u vvinta l- Malta enterprise fejn kollha jidħlu fl-istess qafas.", "Imbagħad tlaqna għal għonq it-triq, l-ewwel biex idaħħlu nies ġodda u mbagħad inbidel il- ministru u reġgħu bdew mill-bidu jagħmlu l-istess ħaġa.", "Issa wasalna fil- fażi fejn it-tieni batch qed jiġu aċċettati u daħlu f'posthom u l-oħrajn li kienu jaħdmu fl-MDC qabdu u neħħewhom minn hemm, spiċċaw itturrufnati għax bagħtuhom x'imkien ieħor, qed iħallsuhom u ma jafux x'qed jagħmlu.", "Qed inżidu l-ispiża?", "Dażgur li qed inżidu l-ispiża!", "Qed inżidu l-mod kif inkunu effettivi?", "Le, u dan mhux jgħidu l-partit Laburista imma qalitu wkoll il-gazzetta \"The Times\" meta ħarġet bl-istorja dwar fabbrika li kellha timmanifattura l-karozzi f'Malta u li minħabba li ilha xi sena tistenna li jkollha xi risposta fuq xi ħaġa, baqgħet imdendla.", "Mela tajba, nagħmlu sentejn sħaħ inħallsu l-flus biex taparsi qed nirranġaw, inżidu l- ispejjeż u fl-istess żmien imbagħad, fabbrika li se tipproduċi l-karozzi f'Malta, tħalliet tistenna!", "Money no problem?", "Dażgur li money no problem!", "Tant money no problem li qed nispiċċaw biż-zalza ogħla mill-ħut il-ħin kollu.", "Hemm ukoll il-proġett l-ieħor li dwaru għadna ma ngħatajna l-ebda spjegazzjoni, dak ta' l-hekk imsejjaħ public private partnership fuq it- tisbiħ tar-roundabouts.", "Veru li ċerti roundabouts saru isbaħ, u din ammettejniha kemm-il darba, imma dak suppost sar biex il-gvern isir aktar effettiv għax kellu ħaddiema li skond hu ma kenux qed jintużaw tajjeb u fuq dawn konna qegħdin nonfqu Lm900,000 jew xi ħaġa hekk plus l-appoġġi li kellhom biex ikunu jistgħu jaħdmu.", "Issa biex dawn il-ħaddiema jintużaw aħjar, il-gvern daħal f'public private partnership mas-settur privat – iċ- Ċaqnu u kumpanniji oħra, fosthom ta' Calamatta ̧ jekk niftakar tajjeb – biex imexxu proġetti aħjar.", "Kif għedt ̧ huwa veru li għandna roundabouts aħjar imma qed nonfqu Lm2 miljun aktar!", "Dan jagħmel sens?", "M'hemmx għalfejn tkun ekonomista biex tifhem li ma jagħmilx sens u li biex tagħmel Lm900,000 irendu, tonfoq Lm2 miljun aktar.", "Fejn qed imorru dawn is-Lm2 miljun?", "Money no problem!", "Kieku kien hemm dan biss ma jimportax daqshekk imma li tara dawn l- affarijiet across the board hija serja.", "Dawn l-affarijiet tarahom anke f'ċerti deċiżjonijiet u soluzzjonijiet bil-bakketta maġika li kien jagħtina l-gvern bħal, per eżempju, is-soluzzjoni bil-bakketta maġika tal- privatizzazzjoni tal-Maltapost.", "Bil-privatizzazzjoni, il-posta kellha tittrasforma ruħha b'miraklu imma kulħadd jaf x'ġara.", "Ġabu n-nies minn New Zealand biex jidħlu fiha, daħlu fiha, qed jingħataw il-kuntratti li jiswew ħafna flus - again money no problem – imma minkejja dan, id-diżastru li hemm fil-posta kulħadd qed jarah.", "Imbagħad xi ngħidu għad-diżastru li jinsabu fih it-toroq ta' pajjiżna, fejn dejjem għaddej xi proġett?", "Tliet snin ilu kien hemm proġett biex jonfqu ma nafx kemm-il miljun fuq it-toroq.", "Dak intesa.", "Issa suppost għandna l-proġett tat-Taljani imma sadanittant, it-toroq tal-pajjiż saru qishom it-toroq ta' l-infern u minkejja dan, il-flus xorta għadhom ħerġin.", "Quddiem affarijiet bħal dawn, mhux bilfors li se nkunu qegħdin niffaċċjaw sitwazzjoni where we are at the end of the game?!", "Fiċ-chess din igħidulha l-end game.", "Money no problem timxi biha fil-bidu imma għal kemm tista' tibqa' sejjer hekk?", "Il-flus spiċċaw u s-soluzzjoni tal-gvern fuq din il- ħaġa kienet waħda; dik li jżid it-taxxi.", "Jekk inħarsu lejn it-tassazzjoni fil-pajjiż – din m'għandhiex x'taqsam ma' l-Unjoni Ewropea – insibu li ż-żieda fit-tassazzjoni f'dawn l-aħħar ħames snin kienet enormi u mhux billi jgħidulna bl-evażjoni.", "X'għandha x'taqsam?", "Morru kellmu self-employed żgħir li jibda fis-6.00 a.m., jipprova jqanċeċ sa 12.00 p.m. u mbagħad jerġa' jiftaħ wara t-3.00 p.m. ħalli jipprova jara kif se jibqa' għaddej!", "Xogħol m'hemmx u t-taxxi, inkluż il-VAT, dejjem jigdmu.", "Iva, hemm evażjoni tat-taxxa imma hemm ukoll tassazzjoni qawwija u dawn huma affarijiet li jafuhom in-nies u li jafhom il-gvern.", "Ma jistgħux jibqgħu jsawtu lil min jaħsbu li qed jevadi t-taxxa, per eżempju, il-ħwienet iż-żgħar.", "Mhux ovvja li ħafna minnhom jevadu t-taxxa!", "Imma jekk tibqa' żżid il-pressjoni tat-taxxa, mhux int stess qed timbotta lin-nies biex jagħmlu hekk( Dan huwa l-lembut ta' staġnar li l-gvern ta' Fenech Adami daħħal lill-pajjiż fih u jekk il-gazzetti ma jridux jgħiduhom dawn l-affarijiet, l-oppożizzjoni Laburista għandha dmir tgħidhom u mhux noqgħodu nitkellmu fuq il-globalizzazjoni, governabilita` u djalogu - li ma jeżistix - imbagħad meta niġu on the ground, għandek nies li jgħixu fuq nett li joqogħdu jiġġieldu bejniethom min se jsir ministru ta' dak u min se jsir ministru ta' l-ieħor.", "Għandek civil servants li joqogħdu jgħaddu l- karta min-naħa għall-oħra u mbagħad il-pajjiż jinsab mitluq; l-aqwa li deħlin fl-Unjoni Ewropea!", "Għalhekk għandna l-istaġnar ̧ Sur President!", "Min igħidilna li aħna nikkritikaw biss, jien ngħidlu: Kemm int mibjugħ li tgħid hekk!", "Kemm int mixtri li tgħid hekk!", "Ovvja li jkunu mixtrija dawn in-nies.", "Mhux kollha mħallsa dawk li jgħidulna hekk!", "Dawn li jgħidulna hekk, qatt indenjaw ruħhom jaqraw il-manifest elettorali tal-partit Laburista ta' l-aħħar elezzjoni?", "Hemmhekk hemm ammont enormi ta' proposti ta' kif irridu nistimulaw l-ekonomija u ta' kif nagħmlu digi soċjali biex nieħdu ħsieb il-batut.", "Basta jgħidulna li m'għandniex soluzzjonijiet u jtambru minn hemm u minn hawn!", "Dażgur li għandna soluzzjonijiet!", "Allura dawn għaliex ma jitkellmux fuq is-soluzzjonijiet tagħna?", "Għax huma soluzzjonijiet li jinvolvu ċerti deċiżjonijiet, imma jrid ikun hemm min jiddeċiedi!", "Għalhekk ma jistax ikun li min jiddeċiedi joqgħod jaħli ż-żmien jgħid min se jsir president, min se jsir prim ministru u min se jsir ministru għal Għawdex, bir-rispett kollu lejk ̧ Sur President.", "Kif nistgħu nibqgħu noqogħdu naħlu ż-żmien f'dawn iċ-ċuċati meta hemm nies li tilfu u qed jitilfu l-impjiegi tagħhom, meta hemm lukandi li waslu biex jagħlqu u qisu ma ġara xejn għax l-aqwa li noqogħdu nagħmlu s-seminars fuq Ta' Qali, fuq l- MDC u għada se jkun hemm taparsi seminar fuq iċ-ċivil.", "Dan x'ħela ta' żmien hu?", "Għaliex ma jqumux ftit il-ministri Nazzjonalisti u jiftiehmu bejniethom biex jaraw kif se jmexxu u joħorġuna mill-problemi li daħħluna fihom!", "Sur President, se nerġa' naqra dak li kien qal l-Onor.", "Eddie Fenech Adami f'Mejju ta' l-1977:", "\"F'Malta bħalissa, l-opinjoni pubblika hija kontra l-gvern minħabba d- diversi miżuri li qed jirrikorri għalihom u għaliex falla u għaliex għandu konfużjoni kbira.", "Jekk il-gvern jibqa' għal perijodu twil taħt l-attakk ta' l-opinjoni pubblika, ma jibqagħlu l-ebda triq ħlief li jirriżenja għax il-poplu ma jkunx fadallu aktar fiduċja fih.\".", "Dawn il-kliem qalhom il-Prim Ministru preżenti, Eddie Fenech Adami.", "Bir- rispett kollu ̧ fil-finanzi pubbliċi damu dawk is-snin kollha jgħidulna li qed isolvu l-problema finanzjarja u saħansitra l-Ministru Dalli qalilna downers għax skond hu, we were running down the finance situation!", "Issa spiċċajna f'sitwazzjoni finanzjarja li hija out of control u se tibqa' sejra hekk.", "Is-sena li għaddiet id-dejn pubbliku żdied b'Lm200 miljun.", "Għal min igħidilna li m'għandniex soluzzjonijiet, aħna dejjem għedna kif tista' tinħadem din il-ħaġa, dejjem għedna li trid taħdem fuq in-naħa ta' l- ispiża u taħdem fuqha mhux b'ħafna ħmerijiet imma billi tipprova tnaqqas 3% jew 4% fl-ispiża rikorrenti.", "Din m'hijiex xi ħaġa spettakolari anzi hija diffiċli pero' almenu għandek tipprovaha u mhux nispiċċaw f'sitwazzjoni fejn mis-sena li għaddiet għal din is-sena l-ispiża rikorrenti telgħet minn 10% għal 12%.", "Kif jista' ikun nibqgħu sejrin hekk?", "Per eżempju, dawn il- quangos kollha li suppost qegħdin jagħmlu l-affarijiet aktar effiċjenti, minflok iċ-ċivil li kellna qabel, qed jiddupplikaw ix-xogħol, iżidu n-nies li għandhom uffiċċji sbieħ, segretarji, xufiera, perks, allowances u affarijiet oħra u xorta mhux qed jieħdu deċiżjonijiet!", "Ejja nieħdu l-communications authority ̧ per eżempju, dik li suppost tiddeċiedi fuq il-kwestjonijet dwar jekk il-Maltacom għandhiex iżżid it- tariffi interni tal-fixed lines Maltin.", "Din qed inħallsuha ħafna flus biex xahar wara l-ieħor u sena wara l-oħra, tibqa' tgħid li għadha ma ddeċidietx jekk għandhiex tħalli lil Maltacom iżżid it-tariffi interni.", "Din hija r-realta`, mhux qed nesaġera!", "Qed inħallsu ma nafx kemm-il eluf ta' liri lill-communications authority biex din tgħidilna li għadha ma ddeċidietx jekk il-Maltacom għandhiex iżżid jew le t-tariffi interni.", "Ara fiex wasalna!", "Jew inkella għandna l-MEPA li jdumu ma nafx kemm biex jagħmlu regional plan u dan minkejja li dawn huma imħallsa m'għola s- smewwiet u wħud minnhom jiktbu fil-gazzetti kontra l-partit Laburista.", "Meta aħna konna fil-gvern, f'temp ta' għaxar xhur irnexxielna nagħmlu pjan ta' żvilupp reġjonali għan-naħa tas-south ta' Malta kollha u konna nvolvejna lil kulħadd, imma dawn le, ma tarax!", "U qegħdin inħallsuhom!", "Jien ma nafx kemm-il miljun qegħdin nonfqu fuq il-MEPA u mbagħad nistgħaġbu għax l-ispiża tiela' u t-taxxi telgħin u min jipproduċi, bħas-self-employed iż-żgħar ̧ - li l-Onor.", "Vassallo qiegħed hemm biex jipproteġi u li darba fis-sena joqgħod jagħmel xi stqarrija biex juri kemm hu gutsy imma wara ma jagħmel xejn - il-fabbriki u l-ħaddiema ̧ jispiċċaw iġorru l-piżijiet pero` se jasal il-punt fejn kollox jikkollassa.", "Jekk ma noqogħdux attenti hemm se nispiċċaw.", "Din hi li tinkwetani lili u din hi l-biża' li għandna aħna; li mhu qed isir xejn biex nagħfsu l-brakes u biex tittieħed azzjoni ħalli l- affarijiet jinbidlu.", "Issa ħalli ngħaddi għat-turiżmu.", "Kif jista' jkun li t-turiżmu jibqa' jiġi kkonsidrat qisu kien is-Cinderella tal-pajjiż?", "Jien ma nistax nifhem kif settur bħal dan li bħalissa għaddej minn sitwazzjoni ħażina ħafna għalfejn mhux qed nieħdu emergency action fuqu?", "Għandna l-Ministru Zammit Dimech li bħas-soltu qiegħed jibblaffja pero' dan biex imexxi t-teddy bears huwa tajjeb mhux biex imexxi t-turiżmu!", "Mhu qed isir xejn biex dan is-settur nagħtuh spinta 'l quddiem.", "Din hija xi ħaġa li għandha tittieħed mill-prim ministru ̧ flimkien ma' grupp ta' ministri konċernati, u dawn għandhom jaħdmu biex jittieħdu xi miżuri.", "Per eżempju, jistgħu jittieħdu miżuri wkoll fuq il-piżijiet tat-taxxi, fuq il-mod kif qed nippożizzjonaw lill-pajjiżna u fuq il-mod kif pajjiżna jrid itejjeb il-kwalita` tal-prodott tiegħu.", "Jistgħu jittieħdu miżuri diretti minnufih fuq dawn l-affarijiet u d-deċiżjonijiet m'għandhomx jittieħdu mill- ministri biss imma għandu jkun hemm magħhom rappreżentanti tas-settur turistiku.", "Għandu jkun hemm imbottatura qawwija u mhux nibqgħu sejrin hekk, ngħaddu l-pedina min-naħa għall-oħra u ma ssir xejn!", "M'għandniex soluzzjonijiet?", "Dażgur li għandna soluzzjonijiet imma s-soluzzjonijiet jinvolvu n-nies.", "Inutli toqgħod tagħti soluzzjoni meta l-persuni li qegħdin iwettquhom jew suppost iwettquhom m'għandhomx ħeġġa u rieda u moħħhom biss biex iħokku dahar xulxin kif qed jiġri bħalissa.", "Imbilli joqogħdu jgħiduli li l-Ministru Zammit Dimech irid ineħħi lis-Sur John Grech minn chairman ta' l-MTA, x'jimpurtani!", "Ineħħih jekk hemm bżonn imma aħjar inħarsu fuq nett, lejn il-prim ministru nnifsu.", "Jekk il-prim ministru mhuwiex interessat, jitlaq u jidħol xi ħaddieħor minfloku u jibda jmexxi għax għandna bżonn xi ħadd li jiddeċidihom l- affarijiet u jieħu interess personali direttament.", "Jekk il-prim ministru mhuwiex interessat f'dawn l-affarijiet, għalfejn għadu hemm?", "Jitlaq!", "In- Nazzjonalisti għandhom jagħżlu u mhux dejjem imbeżżgħin mid-deċiżjonijiet.", "Id-deċiżjonijet interni tagħhom, affari tagħhom imma hawnhekk qed nitkellmu fuq affarijiet tal-pajjiż.", "Mela se nibqgħu sejrin hekk?!", "Fit-turiżmu hemm bżonn ċerti deċiżjonijiet qawwija pero' min-naħa tal-gvern m'hemmx l-iċken sinjal.", "Dawn huma kunfidenti li jikkontrollaw il-PBS u li din tinnewtralizza l-messaġġi kollha, huma kunfidenti li jikkontrollaw \"The Times\" u allura l-front pages tagħha jispiċċaw kollha fuq il-foreign news u mingħalihom li b'daqshekk qed isolvu l-problemi.", "Dan x'ċajt hu?", "Dawn ma jistgħux jibqgħu jaħdmu fuq perċezzjoni biss imma hemm bżonn li jindirizzaw il-problemi fundamentali fil-pajjiż pero' dan mhux qed jagħmluh.", "Anke fil-qasam tas-servizzi finanzjarji qed iberraq issa.", "Dan l-aħħar kien hemm xi ħadd li kiteb li matul in-negozjati kollha ta' l-Unjoni Ewropea, il- gvern kien assolutament interessat li ma jiffaċċjax l-iżvantaġġi li se jinqalgħu mill-Unjoni Ewropea imma spiċċa m'għamel xejn.", "Din rajniha fil- każ tal-cruiseliners u tat-tax-free holidays.", "Per eżempju ̧ is-Sur Gerada ̧ jekk niftakar tajjeb, li kien xi travel agent, qal li kien favur l-Unjoni Ewropea imma kien jifhem li kien hemm ħafna problemi li se jinqalgħu li l- gvern lanqas biss kien interessat li jilqa' għalihom minn qabel.", "Din qalha b'riferenza għal problema li malli tkun membru fl-Unjoni Ewropea, is- sistema tat-tax-free ma tapplikax aktar u allura se naqilgħuha bil-kbir ̧ kif diġa` bdejna naqilgħuha u se naqilgħuha aktar ̧ f'dak li għandu x'jaqsam mas-sistema li jiġu biha l-cruiseliners hawn Malta.", "Dan qal li n- Nazzjonalisti m'għamlu xejn.", "Is-sena li għaddiet kellna 180,000 passiġġier u s-sena d-dieħla se tkun agħar għax se jkun hemm it-tnaqqis ta' l-inċentiv tat-tax-free.", "L-istess ħaġa fis-servizzi finanzjarji.", "Dawn li għandhom żaqqhom mimlija li m'hemmx problemi, aħjar jerġgħu jikkonsidraw ftit l-affarijiet u jistudjawhom sew.", "Mhux qed ngħid hekk biex speċi ngħidilhom li kont għedtilhom għax jien ma jinteressani xejn.", "Bħala oppożizzjoni Laburista aħna li jinteressana hu li dan il-pajjiż ma jibqax jitlef l-impjiegi u għalhekk hemm bżonn li l-gvern iqum ftit fuq ruħu u jiffaċċja l-affarijiet li ġejjin u li hu jaf li ġejjin.", "Jekk le, veru li se naqgħu f'dak li qal Dr Eddie Fenech Adami f'Mejju ta' l-1977:", "\"Jekk il-gvern jibqa' għal perijodu twil taħt l-attakk ta' l-opinjoni pubblika, ma jibqagħlu l-ebda triq ħlief li jirriżenja għax il-poplu ma jkunx fadalu aktar fiduċja fih.\".", "Dawk li jaħsbu li l-partit Laburista se jagħlaq għajnejh għall-problemi u għall-isfidi għandhom żball kbir.", "Aħna min-naħa tagħna se nkunu qed nagħtu appoġġ sħiħ lill-GWU fix-xogħol kbir li se jkunu qed jagħmlu ħalli jmexxu kampanja favur l-impjiegi u tajjeb li ninnota x'qal l-avukat Eddie Fenech Adami fuq il-GWU f'Mejju ta' l-1978.", "L-avukat Fenech Adami kien tkellem dwar il-pensjonijiet u qal:", "\"Hemm ħafna li ntlaqtu mil-liġi li għadha kemm għaddiet mill- parlament.", "Fejn hi l-GWU?", "Fejn huma l-unions l-oħra li għandhom bżonn irabbu daqsxejn ta' kuraġġ u jekk ħaġa ma jaqblux magħha, għandhom id- dritt isemmgħu leħinhom?", "Hawn Malta wisq jistennew li jagħmel xi ħaġa xi ħaddieħor.\".", "Aħna tal-partit Laburista se nkunu qegħdin nappoġġjaw il-GWU fil-ħidma tagħha favur l-impjiegi u se nkunu qegħdin naħdmu bil-kbir biex nuru li hemm toroq oħra u li l-istaġnar li hawn bħalissa, hemm bżonn li jiġi ffaċċjat b'serjeta`, b'għaqda, b'impenn, bi pjan, b'kuraġġ u ċertament mhux bit-telqa li qed imexxi bħalissa l-gvern ta' Fenech Adami.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joseph Cuschieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Sur President, quddiemna għandna dan l-abbozz ta' liġi mressaq mill-ministru tal-finanzi biex iġib fis-seħħ il-miżuri ta' l-estimi u biex jipprovdi għal miżuri amminstrattivi oħra.", "Għalhekk din hija opportunita` għalina d-deputati tal-parlament li nitkellmu u nevalwaw diversi oqsma u setturi ta' pajjiżna.", "Jien smajt b'attenzjoni d-diskors li għamel is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo u smajt kliem sabiħ bħal direzzjoni, targets u pjanijiet speċjalment fejn jidħol il-qafas finanzjarju ta' pajjiżna.", "Meta nitkellmu fuq il-qafas finanzjarju ta' pajjiżna nkunu qegħdin nitkellmu dwar is- sitwazzjoni tal-finanzi tal-gvern li jmexxi dan il-pajjiż.", "Dan id-diskors ta' direzzjoni, li rridu nilħqu t-targets, li rridu nilħqu l-pjanijiet, li se naqbdu l-barri minn qrunu u se nniżżlu d-deficit hu kollu diskors li ilna nisimgħuh, xbajna nisimgħuh u ddejjaqna nisimgħuh.", "Il-poplu wkoll iddejjaq jisimgħu u ddejjaq jisimgħu għax huwa diskors li assolutament ma jfisser xejn u ma jissarraf f'xejn.", "Ngħidu ma jissarraf f'xejn għax meta tanalizza dak li ġara b'mod partikolari fl-aħħar leġislatura u dak li qed jiġri issa, minkejja l-kliem sabiħ biex tan-naħa l-oħra mingħalihom jimpressjonaw u biex jagħtu impressjoni li l-problemi ta' dan il-pajjiż kapaċi jsolvuhom b'xi bakketta maġika u kapaċi jġibu l-affarijiet f'posthom, meta wieħed iħares lejn ir- riżultati – wara kollox dak hu li jinteressa lill-poplu Malti mhux il- paroli fil-vojt; il-poplu Malti ma jinteressahx min joqgħod jippoppa u jagħmel l-isbaħ gel ma' xagħru biex jidher jew inkella min jieħu l-isbaħ segretarja miegħu waqt li jkun dieħel bil-bagalja tal-budget ̧ biex jidher tajjeb fuq il-filmati u jagħmel eżerċizzju ta' propaganda – isib li butu u l-futur ta' familtu ntlaqtu ħażin jew se jintlaqtu ħażin.", "Sur President ̧ meta ġie ppreżentat il-budget u bdejna nanalizzaw l-estimi li ġew ippreżentati, bqajna nħarsu lejn xulxin għax dan hu l-budget ta' sena ilu.", "Sena wara l-oħra, il-ministru tal-finanzi jiġi hawnhekk, jassigura lil din il-Kamra u lill-poplu Malti u Għawdxi li l-problema tad- deficit se jirnexxielu jikkontrollaha imma mbagħad x'ġara?", "Kellna splużjoni fid-deficit u splużjoni fid-dejn nazzjonali.", "Minħabba f'hekk, il-gvern Nazzjonalista kien kostrett li bħalma hu mdorri jagħmel, idur fuq il-poplu Malti u jdaħħal idejh fil-but tal-poplu biex isolvi l-problema li ħoloq hu stess u hekk ġara fil-budget.", "Matul id-diskors tal-budget, speċjalment mill-bankijiet tan-naħa l-oħra, issemmiet ħafna il-kelma \"ristrutturar\".", "Fil-fatt ir-ristrutturar ta' kumpanniji li l-gvern għandu sehem fihom se jkun ifisser tindifa mill- ħaddiema.", "L-ewwel bdew mit-tarzna u issa qed jissemmew il-PBS, l-Air Malta u ċerti dipartimenti.", "Dan huwa l-istess eżerċizzju li dan il-gvern għamel fl-1987 meta ħa l-gvern f'idejh u lill-Ministru Austin Gatt - li huwa fil- parti l-kbira responsabbli ta' dawn il-kumpanniji parastatali - ngħidlu ċar u tond li m'għandix fiduċja fil-pjanijiet tiegħu għax jekk irridu nitkellmu fuq ir-ristrutturar, irridu nitkellmu fuq ristrutturar bis-serjeta` u jekk hemm kumpanniji jew korporazzjonijiet tal-gvern li ġew fi kriżi, hemm bżonn naraw min kien responsabbli ta' din il-kriżi u min ġab lil dawn il- kumpanniji fis-sitwazzjoni li qegħdin.", "Huwa dover ta' din il-Kamra, b'mod partikolari tal-gvern, li jdur dawra serja f'kull korporazzjoni, entita` u kumpannija li għandu sehem fiha biex jara għaliex splodew dawn id-djun, fejn marru u min kien responsabbli għad- deċiżjonijiet u mhux qisu li min ħadhom, m'għandu x'jaqsam xejn jiġifieri spiċċa biex ħa dawk l-eluf kollha u daqshekk.", "Min naqas mir-responsabbilitajiet tiegħu m'għandhomx problema miegħu imma issa l-problema jridu jitfgħuha fuq il-ħaddiema u lill-Ministru Gatt ngħidlu: Hands off minn fuq il-ħaddiema!", "Ma jipprovawx jilagħbuha tal- bullies f'dan il-pajjiż għax l-iskużi nafuhom u nafuhom sew.", "Sur President, qed jaqbdu ma' dawk il-kumpanniji fejn hemm dak is-segment ta' ħaddiema li huma Laburisti u qed jaraw kif se jibqgħu jivvendikaw taħt l-iskuża tar- ristrutturar.", "Aħna l-membri ta' l-oppożizzjoni Laburista, b'responsabbilta` mhux biss lejn pajjiżna imma b'responsabbilta` lejn il-familji, qed nagħmluha ċara li dan l-atteġjament huwa inaċċettabbli.", "Mhuwiex aċċettabbli li l-ewwel ħtieġa tar-ristrutturar tkun tfisser it-telf ta' l-impjiegi tal-ħaddiema.", "Aħna tal-partit Laburista se nkunu sodi ħafna aktar minn qatt qabel biex dan kollu ma nħalluhx jiġri f'pajjiżna għax wara dan kollu hemm l-għajxien ta' ħafna familji Maltin.", "Jien qed nitkellem fuq dak li jirrigwardja kumpanniji li l-gvern għandu sehem fihom u fuq korporazzjonijiet li l-gvern imexxi hu u fejn dan jaħtar it-tmexxija, iċ-chairman, il-bord tad-diretturi u anke l-impjegati, għax jekk ma tkunx għajnejk blue ma tidħolx.", "Sur President ̧ jekk hemm falliment irridu naraw min għamlu dan il- falliment, min ħa d-deċiżjonijiet biex wasal għalih u min kien responsabbli.", "Irridu naraw fejn marru dawn il-flus; jekk intnefqux bil- għaqal u jekk sarx xi abbuż minnhom biex igawdu xi wħud.", "Imbagħad wara li jikkonvinċuna li dan ma sarx inkunu nistgħu nitkellmu fuq ristrutturar li xorta ma jkunx ifisser telf ta' impjiegi.", "Sitwazzjoni bħal din qegħdin narawha tiżviluppa b'mod partikolari fil- kumpannija nazzjonali ta' l-ajru Air Malta fejn kollox isir bil-moħbi.", "Fil- fatt hemmhekk għal snin sħaħ ̧ kollox ġie mitfugħ taħt it-tapit u xejn m'hu problema.", "Barra minn hekk matul il-ġimgħa li għaddiet sar eżerċizzju ta' propaganda biex jiġi launched l-airbus il-ġdid u sar attakk fuq il- ħaddiema.", "Pero' huwa dover sagrosant min-naħa tal-gvern li jagħti spjegazzjonijiet ċari f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-Air Malta għax hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq telf ta' Lm50 miljun.", "Min ħa d-deċiżjonijiet rema' Lm50 miljun tal-poplu Malti u minkejja dan, ħadd m'hu responsabbli u ħadd ma jiġi jagħti rendikont f'dan il-parlament.", "Imbagħad iduru fuq il- ħaddiema!", "Għalhekk irridu naraw min ħa d-deċiżjoni, għaliex ħadha u b'liema pjan ħadha biex l-Air Malta tixtri l-famużi RJ70s li kulħadd jaf kif spiċċaw.", "Irridu naraw ukoll għalfejn l-Air Malta daħlet fl-AzzurraAir.", "Dan kollu rridu narawh u għandu jingħata rendikont dwar dan f'dan il- parlament.", "Ma jistax ikun li jibqa' kollox għaddej u qisu m'hu qed jiġri xejn u ma jistax ikun li l-ħaddiema ta' l-Air Malta jinżammu fl-inċertezza li qed jinżammu fiha.", "Irridu nkunu nafu x'inhu l-futur tal-ħaddiema fil- kumpanniji sussidjarji ta' l-Air Malta.", "Irridu nkunu nafu x'inhu l-ħsieb tal-gvern dwar il-futur ta' l-Air Malta f'din iċ-ċirkostanza u rridu nkunu nafu jekk il-gvern huwiex se jbigħ l-Air Malta.", "U jekk se jbigħha rridu nkunu nafu jekk hux se jbigħha kollha f'daqqa u jekk iridx ibigħha biċċa biċċa.", "Il-poplu Malti għandu dritt ikun jafhom dawn l-affarijiet għax l- Air Malta hi asset tal-poplu Malti u mhux asset tal-Ministru Dalli jew tal- Ministru Gatt u lanqas tal-gvern Nazzjonalista.", "L-Air Malta hija tal-poplu Malti u l-poplu Malti jrid ikun jaf x'se jiġri minn dak li hu tiegħu, minn dak li hu bena bl-għaraq ta' ġbinu wara tant tfixkil.", "Il-gvern għandu jiġi hawnhekk u jfiehem lill-poplu Malti għalxiex ġew mormija Lm50 miljun minħabba deċiżjonijiet ta' wħud li ġew maħtura minnu stess.", "Bħala deputat f'dan il-parlament ma jistax ikun li nibqa' ħalqi magħluq quddiem sitwazzjonijiet bħal dawn.", "Irridu naraw x'se jiġri fuq il- kumpanniji sussidjarji ta' l-Air Malta u rridu naraw ukoll f'liema sitwazzjoni qegħdin dawn, x'qed jistennew li jagħmlu u x'inhu l-futur tal- ħaddiema li hemm jaħdmu fihom u mhux kulħadd jaħrab mir-responsabbiltà!", "Sur President, mur arahom l-RJ70s weqfin fil-parking ta' wieħed mill- ajruporti ta' Londra u mhux qed jintużaw!", "Din kienet deċiżjoni ta' ftit snin ilu u mbagħad il-ġimgħa l-oħra, għax kien hemm il-launching ta' l- airbus, ma ssemmiex l-ex-chairman għad-deċiżjoni tajba.", "Hemmhekk le, ma tarax!", "Fejn jaqblilhom isemmu!", "Sur President, irridu nkunu nafu wkoll x'se jiġri verament mis-servizz tal- helicopter.", "Irridu nkunu nafu x'qed jiġri fl-Air Malta rigward l-impjiegi li għadhom kemm ingħataw u għaliex ittieħdet id-deċiżjoni li ttieħdet.", "Irridu nkunu nafu jekk din id-deċiżjoni hijiex se taffettwa ħaddiema oħra u jekk hux se jagħmlu kollox fil-kwiet ̧ mingħalihom li aħna minn din in-naħa, ma nkunux qegħdin ninnotaw x'inhu jiġri.", "Mela ma nkunux qegħdin ninnotaw!", "Mhux ninnotaw biss, imma jien nemmen li għandha ssir inkjesta serja dwar dak li ġara fl-Air Malta.", "Din l-inkjesta għandha ssir min-nies li jgawdu l-fiduċja ta' kulħadd f'dan il-pajjiż u mhux nagħmlu inkjesta biex taparsi ssir xi ħaġa u wara ftit taż-żmien, itir kollox.", "Mela hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq flus personali( Mela hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq xi kumpannija privata ta' xi ħadd( Hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq dak li hu tal-poplu Malti.", "U nerġa' nirrepeti li Lm50 miljun intremew mill-Air Malta!", "Min ħadhom dawn id-deċiżjonijiet?", "Għaliex ħadhom?", "Xi studji saru?", "Hemmhekk żgur li ma tidħolx il-qagħda internazzjonali pero' aħna se nkunu nafuhom dawn ir-risposti għax id-diskors u s-suspetti qed jinstemgħu u jaslu.", "U dwar is-shareholding li l-Air Malta għandha fl-AzzurraAir, jien nistaqsi: Sar il-bejgħ jew le?", "Min jgħid li sar u min jgħid li ma sarx.", "Dawn x'affarijiet huma!", "Dawn huma affarijiet inaċċettabbli f'dan il- pajjiż.", "Issa jien qed insemmi kumpannija waħda u mhux qed nidħol fuq kumpanniji oħra tal-gvern għax Allaħares nibda nitkellem fuq kumpanniji oħra tal-gvern jew li l-gvern għandu shareholding fihom għax ma nispiċċa qatt.", "Daqskemm nisimgħu fuq il-korruzzjoni fil-MEPA!", "Minkejja dan ma jiġri xejn.", "Qabel kienu jsemmu l-PAPB imma llum igħidulek li l-PAPB hija verġni ħdejn il-MEPA tal-lum.", "Ma naħsibx li nistgħu nħallu kliem bħal dan jibqa' għaddej u ma jsir xejn.", "Hemm ukoll il-kwestjoni ta' l-isptar il-ġdid imma ma nixtieqx nirrepeti dak li qalu sħabi għax fl-intervent tal-lum, nixtieq niffoka fuq is-sitwazzjoni fl-Air Malta u fl-intervent li jmiss, nixtieq nitkellem fuq is-sitwazzjoni fit-turiżmu.", "Ma stajtx ma nagħtix importanza lil din il-kumpannija li fil-qasam ta' l-avjazzjoni, tagħti identita` lil pajjiżna.", "Meta twaqqfet din il-kumpannija, tgħidx kemm kienu jgħidu kontriha u llum jispiċċaw jiftaħru bis-suċċess li rnexxielha tikseb ̧ suċċess li llum hemm min għandu l-interess li jabbuża minnu għad-detriment tal-poplu Malti u dan m'għandniex inħalluh isir.", "Dak li sar s'issa għandu jiġi nvestigat f'inkjesta serja.", "Nerġa' nirrepeti li Lm50 miljun intremew mill-Air Malta u mbagħad jiġu hawnhekk, jitkellmu fuq id-deficit u jintaxxaw lill-poplu.", "Din hi s-soluzzjoni tal-gvern!", "Money no problem!", "Sakemm ma jintlaqatx il- but ta' min jieħu d-deċiżjonijiet ma tantx jinkwetaw imma żgur li hija problema jekk jintlaqat il-but tan-nies.", "Jien nerġa' nirrepeti, u nagħlaq biha, li l-Air Malta tagħtina identita` u għalhekk għandha tiġi salvata u mhux miblugħa.", "Għalhekk għandha ssir inkjesta indipendenti biex joħroġ ċar kif ittieħdu d-deċiżjonijet, għal xiex ittieħdu u għal xiex pajjiżna kellu jissagrifika Lm50 miljun minn din il-kumpannija.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Onor. Cuschieri, se tibqa' in possession?", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Iva ̧ se nibqa' in possession.", "MR SPEAKER: Sar il-ħin.", "Insejjaħ issa lis-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo biex ̧ jekk jogħġbu ̧ iressaq l-aġġornament.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO: Sur President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tnejn, 26 ta' Jannar 2004, fis-6.00 pm b'din l-aġenda:", "Abbozz ta' Liġi li Jimplimenta Miżuri ta' l-Estimi – Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att dwar l-Amministrazzjoni Finanzjarja u l- Verifika – Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili (Emenda Nru. 2) - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Reġistru Ċentrali - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Ilsien Malti - Tieni Qari; u", "xi aġenda oħra li tista' tiġi komunikata aktar tard.", "------------------------------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Hawn rimarki?", "L-Onor.", "Adrian Vassallo.", "ONOR.", "ADRIAN VASSALLO: Sur President, jien ma kienx beħsiebni nitkellem fuq l-allegat qtil ta' dawk iż-żewġ spoonbills li l-birdlife qed tallega li sar ġewwa r-riżerva ta' l-Għadira pero` nhar il-Ħadd ġejt imżeffen fin-nofs fuq il-gazzetta \"The Malta Independent\" minn artikolista - li bħala mira tiegħu għandu li jeqred il-kaċċa u l-insib minn ġewwa pajjiżna - li ried jagħti x'jifhem li għalija, kulma jagħmlu l-kaċċatturi huwa tajjeb u li jagħmlu x'jagħmlu dejjem niddefendi l-interessi tagħhom.", "Jien irrid nagħmilha ċara li jien qatt ma ddefendejt lil xi ħadd li għamel ħażin u li kiser il-liġi, anzi naħseb li jien wieħed mill-ftit hawn ġew li dejjem sħaqt li hemm bżonn li jiżdiedu l-pieni għal kwalunkwe tip ta' reat li jsir għax ̧ fl-opinjoni tiegħi, hawn ħafna pieni li m'humiex ta' deterrent biżżejjed.", "Nerġa' ngħidha din biex min qiegħed jismagħna, jifhimha din.", "Jien qatt ma nista' naqbeż għal xi ħadd – jista' jkun kaċċatur u jista' ma jkunx - li jikser il-liġi.", "Il-liġi qiegħda hemm, trid tiġi osservata minn kulħadd u trid tiġi applikata fuq kulħadd l-istess u mhux jekk tkun barrani teħel mod u jekk tkun Malti u jkollok għajnejk mod ̧ teħel mod ieħor.", "Jien nerġa' ngħid li jekk verament jirriżulta li dawk l- ispoonbills qatluhom il-kaċċatturi, jien inkun minn ta' l-ewwel li ngħid kontra min ikun wettaq reat bħal dan u jekk verament sar dan ir-reat, j'Alla dak li wettqu jinqabad u jieħu dak li ħaqqu.", "Sur President, bħalissa l-kanuni kollha huma mmirati lejn il-kaċċaturi u n- nassaba u hawn min saħansitra qed igħid li mhux qed jiġu turisti hawn Malta minħabba l-kaċċaturi u n-nassaba.", "Kulħadd qed jipprova jsib l-iscapegoats u dawk kollha li għandhom l-aġenda li minn Malta jeqirdu d-delizzju tal-kaċċa - delizzju li wara kollox huwa pprattikat fid-dinja kollha - qegħdin jipprovaw isibu kull skuża biex iħammġu dan id-delizzju u jħammġu l-15,000 ruħ li jipprattikawh ̧ kif għandhom kull dritt li jagħmlu.", "Naħseb li huwa mportanti li ladarba qed nitkellem fuq dan is-suġġett ngħidu x'intqal s'issa fuq dan l-allegat qtil, kemm mill-birdlife kif ukoll minn ħafna gruppi oħrajn u NGOs li kollha ħarġu jisparaw u jibbumbardjaw fuq id- dilettanti tal-kaċċa għax qalu li dawn l-ispoonbills inqatlu minn xi kaċċaturi li daħlu ġewwa r-riżerva ta' l-Għadira.", "Tajjeb li wieħed jara x'intqal u x'ma ntqalx għax ħafna drabi dak li ma jintqalx huwa ħafna aktar importanti minn dak li jintqal u min ma jkunx dilettant tal-kaċċa jbellgħulu li jridu faċilment.", "Dawn iż-żewġ spoonbills waslu f'pajjiżna u qisu sar it-tieni miraklu ta' Kana, għax kulħadd ġabhom fuq it-television u fuq il-front u l-back pages tal-gazzetti kollha.", "Malli rajt hekk, lill- mara tiegħi għedtilha li ġejja xi storja għax il-ġurnata ta' wara żgur li konna se nisimgħu li xi ħadd daħal ġewwa r-riżerva u qatilhom.", "Fil-fatt hekk qegħdin jallegaw li ġara.", "Sur President ̧ tal-birdlife allegaw li lejlet li allegatament inqatlu – għalkemm jien ngħid li ma nqatlu xejn - dawn iż-żewġ spoonbills kien hemm kwantita` ta' kaċċatturi jduru mar-riżerva.", "U jien nistaqsi: Dawn kellhom xi arma f'idejhom?", "Kulħadd jaf li kien hemm il-pulizija li jipproteġu l- ambjent u li kienu qegħdin għassa magħhom matul l-ġurnata u allura ma tistax tgħid li dawn kienu kaċċaturi.", "Mela l-kaċċaturi jkollhom xi tikketta fuq ġisimhom jew joqogħdu juru t-tessera tal-kaċċaturi lil kulħadd?", "Mhux bilfors li dawn l-ispoonbills imorru jarawhom ħafna nies wara li l-media għamlet dak il-fuss kollu fuqhom!", "Qalu wkoll li kien hemm ruxxmata kaċċaturi fuq id-dgħajjes u fuq l- ispeedboats jistennewhom ġewwa l-bajja ta' l-Għadira ħalli jekk jinqalgħu minn hemm jisparaw fuqhom.", "Jekk veru kien hekk, dan huwa reat għax huwa llegali li xi ħadd ikun qiegħed għall-kaċċa ġewwa l-bajjiet tagħna u jkunu inqas minn tliet kilometri bogħod mix-shoreline jiġifieri dawn setgħu faċilment jirrapportawhom.", "Pero` jirriżulta li rapporti għand il-pulizija ma sarux u ovvjament ma nqabad ħadd.", "Sur President ̧ qed jingħad ukoll li bil-lejl xi ħadd niżel b'mutur - għax sabu xi marki ta' mutur fit-tajn – u miegħu niżżel fallakka twila xi 15-il pied biex jaqsam il-foss li hemm mimli bl-ilma.", "Immaġinaw dan il-bniedem tiela' fuq il-mutur b'fallakka ta' xi 15-il pied f'idu - daqs minibus prattikament u min ra r-ritratt fuq il-gazzetta jaf - u b'xi wire-cutter!", "Issa ovvjament dan mhux se jinqeda b'xi wire-cutter li nużaw biex forsi naqtgħu xi wire tat-tiġieġ imma biex daħal hemmhekk bilfors li kellu bżonn xi wire-cutter minn dawn li l-ħaddiema jużaw biex jaqtgħu x-xibka tal- konkos.", "Mela dan ried jidħol fir-riserva, iġorr dawn l-affarijiet kollha ̧ inkluż l-arma tan-nar, isib dawn l-ispoonbills, jisparalhom u jiġbor l- iskrataċ – għax skrataċ ma sabux - u dan kollu ried isir fi dlam ċappa!", "L- unika \"visiting card\" li ħallew dawn kienu żewġ rixiet bojod - għax l- ispoonbill hija tajra bajda - bid-demm fuqhom biex dak li jkun jaħseb li dawn inqatlu.", "Min joħroġ għall-kaċċa jaf - jien ilni noħroġ għal kaċċa għal aktar minn 25 sena – li biex jaqa' r-rix, it-tir irid ikun mill-viċin ħafna.", "Issa l- ispoonbill hija tajra li tpassi bil-lejl jiġifieri aktar tara sew bil-lejl.", "Allura kif jista' jkun li bniedem fi dlam ċappa jirnexxielu jara t-tajra, jibqa' dieħel sa taħtha u jisparalha mingħajr ma din tarah?", "Barra minn dan ma tridx tkun għaref biex tifhem li meta ċ-ċomba tolqot l-għasfur, l- ewwel taqa' r-rixa u mbagħad joħroġ id-demm u għalhekk ma jistax ikun li inti jkollok rix imċappas bid-demm meta inti tispara fuq tajra.", "Nerġa' ngħid li jien ilni noħroġ għal kaċċa għal 25 sena u qatt ma rajthom dawn l- affarijiet.", "Huwa veru li ġieli toħroġ rixa minn tajra imma, kif għedt, dan irid ikun tir mill-viċin immens.", "Issa jien mhux se ngħid li l- pulizija jmisshom ħadu d-DNA u jmisshom qagħdu jaraw jekk hijiex rixa ta' spoonbill jew hijiex rixa ta' tajra oħra jew inkella jekk id-demm huwiex ta' spoonbill ̧ huwiex ta' tajra oħra jew huwiex ta' bniedem.", "Jien mhux se nidħol f'dawn il-ħafna affarijiet pero` li nista' ngħid huwa li eżatt maġenb ir-riserva hemm id-Danish village jiġifieri hemm in-nies jaħdmu u hemm it-turisti.", "Barra minn hekk ̧ ftit wara r-riserva, hemm razzett li huwa abitat pero' ħadd ma semma xejn.", "Issa kulħadd jaf li snieter bis-silencers m'hawnx u allura kif jista' jkun li ma nstemgħux tiri?", "Issa għaddew kważi għaxart ijiem mill-allegat qtil u ħadd ma qal li sema' xi tir.", "Intqalu miljun ħaġa fil-gazzetti imma ħadd ma qal li sema' tir jew ra xi dawl, la minn mir- razzett u lanqas mid-Danish village.", "Tir bil-lejl jinstema' minn mil 'il bogħod u kieku dak li jkun jisimgħu jew almenu jara lil xi ħadd.", "Ħadd ma ra lanqas lil xi ħadd jaħrab b'mutur.", "Mela minn dan kollu x'jirriżulta?", "Jirriżulta li għandek storja li jekk verament ġrat, issa għandna kaċċaturi li posthom mhuwiex f'Malta imma fl- SAS ̧ fid-Delta Force, fl-iSpetnatz jew fil-GSG9 għax dawn huma n-nies li jiġu ttrejnjati biex jagħmlu affarijiet li nies normali mhumiex kapaċi jagħmlu.", "Irid ikollok skills ta' dan il-livell biex tidħol hemm, taqta' l- wire, iġġorr l-affarijiet, tispara, tieħu t-tajra u tiġbor l-iskrataċ u dan kollu mingħajr torches u fi dlam ċappa u mingħajr ma ħadd jinduna!", "Dawn huma affarijiet ta' barra minn hawn!", "Jien mhux se ngħid bħalma qal Sidna Ġesu` Kristu li l-ġebla jitfagħha min qatt m'għamel dnub.", "Jien qed ngħid biex jitfgħu ġebel kemm iridu - u ilhom jitfgħu ġebel - imma almenu l-ġebel jitfgħuhom jekk ikollhom il-provi.", "Jekk aħna għandna żball, aħna stess nitfgħuhom il-ġebel lejn sħabna imma provi m'hemmx.", "Li nista' ngħid huwa li meta kien hemm dak il-vandaliżmu li sar fuq l-Imnajdra u kulħadd ħareġ jgħid - ibda min-Nature Trust u minn Din l- Art Ħelwa – li kienu l-kaċċaturi li kissru kulma hemm, meta l-pulizija nvestigat sabet li min għamel dak ir-reat ma kien kaċċatur xejn u lanqas kellu x'jaqsam mal-kaċċa imma kienet kwestjoni oħra.", "Jafu min huma dawn imma provi m'għandhomx biżżejjed biex iressquhom il-qorti.", "Għalhekk let's get our facts right!", "Jekk veru ġara dak li qed jgħidu li ġara, din hija storja ta' James Bond jew ta' Mission Impossible imma min hu f'sensih jaf li ma ġarax hekk.", "Il-pulizija jmisshom jinvestigaw ħalli jaraw min qed jgħid il-verita` għax ma jistax ikun li 15,000 ruħ jiġu mċappsa b'dan il-mod għas-sempliċi raġuni li għandhom delizzju li huwa prattikat fid-dinja kollha.", "Joqogħdu jgħidu li we are holding to ransom il- gvern u l-oppożizzjoni imma dan m'hu veru xejn!", "Aħna dilettanti ta' dan l- isport u nivvotaw kif jaqbel lilna bħalma jivvota kulħadd.", "Mela hawn xi ħadd li se jivvota biex ikun qiegħed f'sitwazzjoni agħar milli hu?", "Issa ħalliha li ħafna vvotaw hekk fl-elezzjoni li għaddiet u llum għandna l- provi ta' dan, imma dik hija ħaġa oħra.", "Aħna għandna l-vot ̧ bħalma għandu kulħadd ̧ u nużawh kif jaqbel lilna għax wara kollox dik hija d-demokrazija.", "Aħna ma nibżgħu minn ħadd u jekk xi ħadd irid gwerra magħna, jgħidha in the open u jekk ikun hemm bżonn, niġġieldu, mhux bl-armi imma bid-diskors ̧ bħalma jsir fi kwalunkwe pajjiż demokratiku ieħor.", "Aħna dilettanti konna u dilettanti se nibqgħu anzi d-delizzju qed jikber.", "Jien nerġa' nappella biex qabel ma jkun hemm provi biżżejjed ma jitfgħux ġebel.", "F'dan il-każ m'hemm provi ta' xejn, anzi l-provi juru bil-kontra, li dan kien frame-up ieħor bħalma ġara ħafna drabi oħra.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Anġlu Farrugia.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Sur President, illejla nixtieq nitkellem fuq il- qorti tal-familja.", "Wara li f'Diċembru li għadda xolja l-parlament, il- partit Laburista għamel konferenza stampa fis-17 ta' Diċembru ̧ li ppresedejtha jien flimkien mal-grupp parlamentari ta' l-oppożizzjoni, li fiha aħna ddiżapprovajna bl-aktar mod ċar l-avviżi legali li l-ministru tal- ġustizzja u ta' l-intern għoġbu joħroġ biex titwaqqaf il-qorti tal-familja u jagħmel proċeduri oħra dwar il-mod kif din titmexxa, dwar is-sistema ta' medjaturi f'dawn il-qrati u dwar it-telfien ta' l-indipendenza ta' l- imħallfin li se jkunu qed imexxuha.", "Fil-fatt b'dawn l-avviżi legali tneħħiet id-diskrezzjoni li huma dejjem kellhom fid-deċiżjonijiet li huma jieħdu.", "Aħna għedna li m'hijiex serjeta` li f'dan il-pajjiż ikollok gvern li jdaħħal riformi fil-qrati tal-ġustizzja u f'każijiet tant sensittivi, bħalma hija l-familja, mingħajr ma jkollu d-diċenza li jiġi f'dan il- parlament u jagħmel dibattitu fuq dan kif titlob kull demokrazija.", "Dan għednih fis-17 ta' Diċembru, ġurnata wara li l-qorti tal-familja suppost bdiet tiffunzjona taħt dawn l-avviżi.", "X'ġara minn dak inhar 'l hawn?", "Sa xahar wara l-qorti tal-familja kienet għadha mingħajr dawn il-famużi medjaturi li huma ndikati f'dawn l-avviżi legali għax lanqas biss ħadu l-ġurament pero' għandna wkoll sitwazzjoni fejn fl-istess qorti tal-familja hemm backlog kbir ta' kawżi u fejn il- funzjonament tar-reġistru u ta' l-attwarju eċċ. qiegħed fl-aktar livell baxx li jista' jkun fi kwalunkwe qorti li trid timxi u titħaddem sew.", "Minkejja li wħud minn dawn il-medjaturi se jitħallsu direttament mill-fondi pubbliċi, nafu li ma kien hemm l-ebda forma ta' sejħa pubblika dwar kif u min se jinħatar medjatur.", "Għalhekk ma kienx hemm is-serjeta` li titlob ħaġa daqstant sensittiva.", "Hemm ukoll il-fatt li bil-proċeduri l-ġodda li ddaħħlu fil-qorti tal- familja - qed nirriferi b'mod speċjali għal kawżi ta' separazzjonijiet bejn koppji - se jiddaħħal piż finanzjarju ieħor għal dawk il-koppji li jkunu jridu li jkollhom is-separazzjoni tagħhom deċiża jew mitmuma b'mod bonarju speċjalment meta dawn ikunu jridu jidħlu għal medjazzjoni b'medjatur li jagħżlu huma.", "Dan għednih kollu u għedna wkoll li mhux sew li l-gvern Nazzjonalista jagħmel riformi fil-qrati mingħajr ma jiċċekkja l-affarijiet.", "Per eżempju ̧ gaffe kbira li għamel dan il-gvern kienet dik li neħħa l-prim awla tal-qorti u ġimgħat wara li għamel dan, induna li dan ma setax jagħmlu għax kif jaf kulħadd, fil-Kostituzzjoni ta' pajjiżna hemm indikat li l-prim awla hija dik il-qorti unika fejn kull persuna li teżisti f'dan il-pajjiż għandha dritt li tmur quddiemha biex titlob rimedju kostituzzjonali u allura kellu jerġa' jirranġa l-istess avviżi billi ħareġ avviżi oħra.", "Għalhekk aħna bħala grupp parlamentari Laburista li nagħmlu kollox b'diskussjoni, iddiskutejna u ddeċidejna li niġu hawnhekk u nippreżentaw il- mozzjoni meħtieġa pero` dan mhuwiex biżżejjed.", "Filwaqt li hemm il- proċeduri li jridu jittieħdu f'dan il-parlament, il-grupp parlamentari Laburista deherlu li għandna nżommu seminar pubbliku biex dak li m'għamilx il-gvern mal-pubbliku, nagħmluh aħna billi niddibattu dawn l-issues mal- pubbliku in ġenerali u ma' dawk kollha interessati.", "Għalhekk fl-24 ta' Jannar f'Tas-Sliema - id-dettalji diġa` bdew jitħabbru fil-media - se jinżamm seminar bit-tema \"Il-qorti tal-familja - l-aspetti legali u soċjali\" li fih aħna dehrilna li għandna nistiednu wkoll lill-grupp parlamentari Nazzjonalista, lill-kamra ta' l-avukati, lill-kunsill tan-nisa u lil aġenziji bħal Appoġġ u oħrajn ̧ biex flimkien niddiskutu din il-qorti tal-familja u b'hekk nagħmlu dak li m'għoġbux jagħmel il-gvern Nazzjonalista.", "Fl-istess ħin, naraw kif nistgħu flimkien verament intejbu din il-qorti tal-familja wara li kulħadd ikollu d-dritt li jesprimi l-fehma tiegħu fil-partijiet kemm legali u kemm soċjali.", "Sur President, jidhrilna li dan kellu jsir ħafna qabel ma qed nagħmluh aħna imma ladarba l-gvern ma ħax l-inizjattiva, allura ħadna l-inizjattiva aħna u qed nagħmluh aħna u dan huwa b'segwitu ta' dak li aħna bħala partit Laburista nemmnu u cioe`, li fejn għandu jkun hemm il-qorti tal-familja, irid ikun hemm dibattitu ma' kulħadd - mhux fil-parlament biss imma anke mal-persuni u ma' l-organizzazzjonijiet li b'xi mod huma nvoluti fil-kamp tal-familja – u mhux tinkiteb liġi b'mod drakonjan, joħorġu l-avviżi legali u tiġi mponuta.", "Din m'hijiex is-sistema kif għandha titmexxa l-qorti tal- familja u aħna qed nagħmlu kull tentattiv biex nirranġaw l-affarijiet.", "Fil- fatt aħna stedinna anke lill-grupp parlamentari Nazzjonalista biex naraw x'nistgħu nagħmlu.", "Din m'hijiex xi ħaġa ta' politika partiġjana imma hija xi ħaġa li għandha tkun għożża ta' kulħadd.", "Sur President ̧ ma jistax ikun li jimponu riformi fil-qorti tal-familja mingħajr ma jagħmlu konsultazzjoni u dak huwa żball kbir.", "Il-gvern staħba wara l-fatt li kien ħareġ white paper.", "Pero' wara li kulħadd ta l-opinjoni tiegħu fuq dik il-white paper, x'irriżulta?", "Irriżulta li dan għamel kollox bil-maqlub.", "Jekk taqra l-avviżi legali li se jiġu soġġetti f'dan il- parlament fil-ħin propizju ssib li dak li kellu jagħmel jew li ġie indikat lilu li għandu jagħmel, ma sarx u nqaleb kollox.", "Dan il-gvern tfixkel f'saqajh stess u beda joħroġ avviżi legali biex jikkoreġi l-iżbalji li għamel ftit ġimgħat qabel b'avviżi legali oħra.", "Dan huwa l-mod kif dan il- gvern qed jaħdem; bħal qattusa għaġġelija li tagħmel friegħ għomja!", "Aħna rridu nagħmlu dak li mhux qed jagħmel il-gvern u għalhekk aħna, bħala oppożizzjoni Laburista serja, se nagħmlu dan is-seminar ̧ li konvint li se jħalli ħafna frott.", "Il-frott li se jħalli se jkun frott li nkomplu naħdmu fuqu biex inkabbru l-protezzjoni tal-familja u naraw li dak li sar ħażin fil-qorti tal-familja, nirranġawh fl-interess ta' kulħadd.", "Jien minn qalbi nistieden lill-grupp parlamentari Nazzjonalista biex ikun attiv f'dan is-seminar ħalli fl-interess nazzjonali u tas-soċjeta` Maltija naħdmu flimkien u noħorġu b'xi ħaġa pożittiva fl-interess ta' kulħadd.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it- Tnejn, 26 ta' Jannar 2004, fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif ikkomunikata mis- Segretarju Parlamentari.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "PULIZIJA - UŻU TA' SPEED CAMERAS", "3658.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Ministru jgħid kemm huma effettivi l-ispeed cameras li qed jużaw il-pulizija?", "Saru ċitazzjonijiet mindu ġew introdotti s-sena li għaddiet?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi l-pulizija bdiet tagħmel użu mill- ispeed cameras minn Mejju 2002.", "Minn dak iż-żmien sa l-aħħar tas-sena 2003 kien hemm 374 sewwieq li ngħataw ċitazzjoni wara li nqabdu mill-ispeed camera li kienu qed isuqu b`veloċita` aktar minn dik permessibbli.", "PULIZIJA - RAPPORTI TA' SERQ", "3659.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Ministru jgħid x'kien in-numru totali ta' serqiet li ġew irrapportati lill-pulizija fl-2003?", "Kemm minnhom saru minn djar u kemm minn vetturi?", "ONOR.", "TONIO BORG: L-informazzjoni mitluba ngħatat xahar b`xahar u għalhekk nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġibiet mogħtija għall- mistoqsijiet parlamentari 521, 523, 525, 527, 529, 1509, 1511, 1513, 2547, 2549, 3385 u 3629.", "POSTIJIET TA' DIVERTIMENT - ŻGĦAŻAGĦ TAĦT L-ETA'", "3660.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Ministru jgħid fl-2003 kemm kien hemm każi fejn inqabdu żgħażagħ taht is-16–il sena f'postijiet ta' divertiment/bars, eċċ?", "F'liema lokalitajiet?", "Ttieħdu passi kontra min imexxi l-post?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi matul is-sena l-oħra kien hemm 55 persuna taħt is-16-il sena li nstabu mill-pulizija f`postijiet ta` divertiment ġewwa San Ġiljan, Wied il-GĦajn u Birżebbuġa.", "B`riżultat ta` dan, il-pulizija bdiet passi quddiem il-qorti kontra 14-il sid ta` dawn l- istabilimenti.", "SMOKING BAN", "3661.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Ministru jgħid kemm ċitazzjonijiet ħarġu l-pulizija u l-wardens minħabba tipjip f'postijiet li huma mħarsa bil-liġi, bħal ngħidu aħna sptarijiet, trasport pubbliku, eċċ?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi matul is-sena l-oħra kien hemm erba` persuni li nqabdu mill-pulizija jpejpu f`postijiet fejn it-tipjip huwa pprojbit.", "GĦal dak li jirrigwarda d-dipartiment tal-kunsilli lokali, ninforma lill- Onor. Interpellant li d-delega ta` l-infurzar tal-liġi kontra t-tipjip f`postijiet li huma mħarsa bil-liġi għadha ma ġietx mgħoddija lill- gwardjani lokali.", "BEJGĦ TA' SIGARETTI LIL PERSUNI TAĦT L-ETA'", "3662.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Ministru jgħid kemm nies li jmexxu ħwienet/bars, eċċ inqabdu jbiegħu sigaretti lil persuni taħt l-eta`?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi matul is-sena l-oħra kien hemm persuna waħda li nqabdet tbiegħ sigaretti lil persuni taħt l-eta`.", "SKEJJEL - WATCHMEN", "3701.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema jagħmlu xogħol ta' watchmen fl- iskejjel?", "Liema skejjel għandhom watchmen?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li hemm 180 ħaddiem jagħmlu xogħol ta' watchmen bil-lejl fl-iskejjel iżda ngħatajt il-parir li ma nagħtix il-lista mitluba.", "ETC – PERSUNI JIRREĠISTRAW GĦAX-XOGĦOL", "3702.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni jirreġistraw għax-xogħol, lokal lokal u xahar b'xahar is-sena l-oħra?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif mitlub tpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni fis-seduta.", "CHILDREN ALLOWANCE", "3703.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm familji li qed jibbenefikaw miċ-children allowance?", "Kemm kien dan in-numru għas-snin 1986, 1990 u 2000?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tabella li turi l-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni fis-seduta.", "GĦAJNUNA TAL-MARD", "3704.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhu d-dħul li jrid ikollu pensjonant sabiex ikun jista' jibbenefika mill-għajnuna medika?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Biex persuna tikkwalifika għall-għajnuna tal-mard ma jridx ikollha riżorsi kapitali ta' aktar minn Lm6,000 jekk tkun persuna waħedha u Lm10,000 f'każ ta' persuna miżżewġa.", "Id-dħul fil-ġimgħa ta' persuna waħedha ma jridx ikun aktar minn Lm9.30 fil-ġimgħa.", "Dan id-dħul jiżdied bi Lm3.50 fil-ġimgħa għal kull persuna oħra li tgħix fid-dar.", "Fil- każ ta' pensjonant, mill-ammont ta' pensjonijiet li jirċievi jiġi njorat ammont ekwivalenti għall-pensjoni minima nazzjonali miżjuda applikabbli.", "It-test biex jiġi stabilit id-dħul fil-ġimgħa jsir skond kif elenkat fit- tieni parti tat-tieni skeda ta' l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali.", "INDUSTRIAL PROJECTS & SERVICES LTD. - ĦADDIEMA", "3705.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għat-Teknoloġija ta' l- Informazzjoni u Investiment: Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema li kienu jaħdmu mal-Malta Drydocks u mal-Malta Shipbuilding u marru jaħdmu mal- kumpannija industrial projects & services ltd.?", "Jista' jgħid kif tqassmu dawn il-ħaddiema u fejn ġew sekondati?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni fis-seduta.", "MALTAPOST - SERVIZZI POSTALI", "3754.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Minstru jgħid x'passi ħadet fis-sena 2003 u din is-sena l-awtorita' Maltija tal-komunikazzjoni skond l-obbligi tagħha li tħares l-interessi taċ-ċittadin mis-servizz tal-posta li qed tagħti l- Maltapost?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li bil-promulgazzjoni ta' l-Att dwar is- Servizzi Postali, f'Ġunju 2003 l-awtorita' ta' Malta dwar il-komunikazzjoni saret l-awtorita' responsabbli tal-posta.", "Malli ħadet din ir- responsabbilta' l-awtorita' bdiet taħdem bi sħiħ biex taqdi l-funzjoni tagħħa skond il-liġi.", "Aktar tard l-awtorita' ħarġet dokument konsultattiv bl-għan ewlieni li tifhem aħjar is-settur, tibda konsultazzjoni mal- partijiet interessati u tħejji biex tfassal u timplimenta struttura biex tirregola dan is-settur.", "Din is-sena l-awtorita' se tagħmel eżerċizzju biex tiddetermina f'aktar dettal il-universal service obligations tal-Maltapost u biex tara li standards f'dan is-settur ikunu implimentati.", "ĦAŻ-ŻEBBUĠ – STUDENTI MILL-ISKOLA PRIMARJA", "3755.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Huwa aċċettabbli u etikament korrett li tfal li jattendu fi skola primarja li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, jingħataw il-privat mill- istess għalliema tagħhom?", "Jistgħu jittieħdu passi biex dan ma jibqax isir?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ġejt informat li ttieħdu l-passi neċessarji.", "JUNIOR COLLEGE - EŻAMIJIET TA' L-AEB", "3756.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet li għalihom studenti tal- junior college ma jistgħux joqogħdu għall-eżamijiet ta' l-AEB waqt li sħabhom li jattendu sixth forms non-statali jistgħu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-junior college jipprepara l-istudenti għall-matsec certificate biex ikunu jistgħu jidħlu l-universita'.", "Is- sillabi li jiġu segwiti, jiġifieri dawk tal-matsec, huma differenti minn sillabi ta' bordijiet ta' eżamijiet oħra barranin.", "Filwaqt li l- amministrazzjoni tal-junior college ma żżomm lil ħadd milli jagħmel ukoll eżamijiet li jrid hu ta' dawn il-bordijiet barranin, ma tistax fl-istess ħin tippreżenta għal dawn l-eżamijiet dawk l-istudenti li ma jkunux ġew ippreparati għalihom mill-kulleġġ.", "L-istudenti jkunu informati b'dan kollu f'laqgħa li ssir fis-sajf, qabel ma japplikaw biex jidħlu l-junior college.", "AWTORITA' MALTIJA TAT-TURIŻMU – FINANCIAL BUDGETING", "3776.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' il- Ministru jikkonferma li l-persuna responsabbli għall-abbuż mill-budgeting finanzjarju f'wieħed mill-uffiċini barranin ta' l-MTA tkeċċa?", "Jikkonferma li dan kollu ġara fl-uffiċini ta' l-Olanda?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li l-awtorita' Maltija tat- turiżmu ma keċċiet l-ebda persuna mpjegata fl-uffiċini barranin tagħha.", "AWTORITA' MALTIJA TAT-TURIŻMU - DIRETTUR", "3777.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Huwa minnu li d-direttur marketing ta' l-MTA irriżenja?", "X'wassal għal dan?", "Huwa minnu li l-Ministru issa ħatru bħala konsulent tiegħu?", "X'inhu l-pakkett finanzjarju lilu offrut?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li mhux minnu li d-direttur tal-marketing and promotion ta' l-awtorita' Maltija tat-turiżmu rriżenja.", "Lanqas ma hu minnu li jien ħtartu bħala konsulent tiegħi.", "Dak li gara hu li seħħet bidla fit-tmexxija tad-direttorat tal-marketing and promotion, bir-riżultat li d-direttur preċedenti ngħata responsabbiltajiet ġodda fi ħdan l-awtorita'.", "ITS MALTA LTD", "3797.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jagħti tweġiba dettaljata dwar il-fatturi kollha li wasslu lill-kumpanija ITS, sussidjarja ta' l-innovative transportation systems, li taħsibha mill-ġdid dwar li tinvesti f'pajjiżna fejn kellha toħloq 500 impjieg fi żmien ħames snin minħabba red tape u burokrazija żejda, proprju ftit jiem wara li segretarju parlamentari kien stqarr fil-parlament li kien lest jikkonsidra l-pożizzjoni tiegħu mill-ġdid jekk ma jinqatax ir-red tape li qed tiffaċċja l-komunita' industrijali u kummerċjali?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Kif joħroġ ċar minn stqarrija maħruġa mill-Malta Enterprise, il-kumpannija ITS Malta Ltd. għadha interessata li tinvesti f'Malta.", "Fil-fatt id-diskussjonijiet bejn din il-kumpannija u l-Malta Enterprise jinsabu f'livell avvanzat.", "AIR MALTA – ĦADDIEMA B'KUNTRATT DEFINIT", "3798.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għat-Teknoloġija ta' l- Informazzjoni u Investiment: L-Air Malta għandha xi ħsieb li lil xi wħud mill-ħaddiema li kienu ġew ingaġġati għal żmien temporanju u għas-sajf tagħmilhom tal-post?", "Kemm hemm ħaddiema involuti u meta se jsir jew sar dan?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-Air Malta għandha grupp ta' 42 persuna li qegħdin allokati f'diversi dipartimenti b'kuntratt definit sa' l-aħħar t'April 2004.", "Il-kumpannija għad m'għandhiex pjan dwar dawn il-persuni jekk hux se jingħataw kuntratt indefinit jew le.", "PUBBLIĊITA' ĦAŻINA", "3799.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' il-Prim Ministru jgħid x'sar minn naħa tal-gvern dwar il-pubbliċita' ħażina li ngħatat lil pajjiżna dwar l-iskandlu tat-tender ta' l-apparat mediku ta' l- isptar Mater Dei u r-riferenzi għal Malta bħala tax haven fil-każ tal- Parmalat, anke f'ġurnali nfluwenti bħall-\"Financial Times\" u rapporti f'\"Le Figaro\" dwar il-każ tad-diżastru marittimu tal-vapur Erika?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Nissuġġerixxi lill-Onor.", "Interpellant jaqra l- istqarrijiet maħruġa mill-awtoritajiet responsabbli.", "CRUISE CALL CANCELLATIONS", "3800.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Skond il- gvern, x'inhi r-raġuni proprja u uffiċjali li kien hemm ħafna cruise call cancellations din is-sena, aktar u aktar billi l-federation of associations of travel and tourisim agents u l-iżviluppaturi tal-cruise terminal il ġdid, il-VISET, ġabu raġunijiet differenti minn xulxin?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li huwa ferm diffiċli li wieħed jipprova jistabilixxi raġuni uffiċjali għall-iżvilupp u l-andament tal-cruise market lejn Malta.", "Li wieħed jista' jagħmel hu li janalizza ċ- ċirkostanzi kollha li qegħdin jaffettwaw dan is-suq f'Malta kif ukoll barra minn Malta sabiex dak li qed iseħħ jitpoġġa f'perspettiva aktar ċara.", "F'dawn l-aħħar snin, is-suq tal-cruise wera rata ta' tkabbir sostanzjali b'riżultat li dan il-fenomenu ġie ppopolarizzat ħafna u l-appell tiegħu jinfirex f'settur soċjo-ekonomiku, li tradizzjonalment ma kienx jiflaħ għall-piż finanzjarju ta' dan it-tip ta' vjaġġar.", "L-effett kien li n-numru ta' vapuri u passiġġieri zdiedu b'ammonti sostanzjali.", "Fir-rigward ta' Malta, l-aħħar ftit snin kienu wkoll influwenzati mill-fatt li diversi linji tal-cruise liners għażlu li jikkonċentraw il-programm tagħhom fiċ-ċentru u l-punent tal-Mediterran a skapitu ta' destinazzjonijiet fil-Mediterran tal-Lvant u fl-Afrika ta' Fuq minħabba biża' ta' attakki terroristiċi f'dawn il-partijiet tar-reġjun.", "B'riżultat ta' dan Malta gawdiet minn żieda sostanzjali fil-programm ta' dawn il- cruise ships illi nkludew lil Malta bħala port of call fl-itinerarju tagħhom.", "Fil-frattemp, l-awtoritajiet Maltin kif ukoll il-consortium responsabbli għall-iżvilupp tal-cruise passenger terminal fil-Port il-Kbir, imbarkaw fuq programm ta' investiment illi għandu jwassal sabiex Malta jkollha wieħed mill-iżjed terminals moderni u avvanzati fir-reġjun.", "L-iskop wara dan l- investiment hu prinċipalment illi jattira linji tal-cruise illi jibdew joperaw minn Malta bħala home port minflok sempliċement bħala port of call.", "Din id-distinzjoni tagħmilha possibbli sabiex il-benefiċċji ekonomiċi ta' din l-attivita' jestendu wkoll għas-settur tat-trasport bl-ajru, ta' l- akkomodazzjoni u ta' service providers oħra, peress illi cruise passengers li jibdew u jtemmu l-cruise tagħhom f'Malta iridu jtiru lejn u minn Malta, kif ukoll jkollhom l-opportunita' li jestendu z-zjara tagħhom f'pajjiżna bi ftit ġranet oħra.", "GĦalhekk huwa dan is-suq partikolari li joffri l-aktar prospetti għall-iżvilupp sostenibbli tal-cruise market.", "GĦal dan il-għan, l-awtorita' Maltija tat-turiżmu qegħda tkun proattiva ħafna fl-inizjattivi li qegħda twettaq, prinċipalment mal-VISET u l-MIA, kif ukoll ma diversi stakeholders pubbliċi u privati oħra li huma relevanti għal dan is-settur, sabiex twaqqaf il-Malta cruise network li l- iskop tiegħu huwa li jissinerġizza l-isforzi tal-partijiet konċernati kollha kif ukoll jiffoka l-istrateġiji promozzjonali nazzjonali, sabiex dan is-settur iżid il-kontribut ekonomiku tiegħu, jgħin fl-iżvilupp kontinwu ta' l-industrija tat-turiżmu kif ukoll jistabilixxi lil Malta bħala waħda mid-destinazzjonijiet marittimi ewlenin fil-Mediterran."]} {"filename": "19941010_322d_par.doc", "date": "1994-10-10", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Uffiċjali u Rivedut) IS-SEBA' PARLAMENT Seduta Nru. 322 It-Tnejn, 10 ta' Ottubru, 1994 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati Malta Prezz Lm1 IS-SEBA' PARLAMENT Seduta Nru. 322", "It-Tnejn, 10 ta' Ottubru, 1994", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.06 p.m.", "Talba", "Seduta Nru. 322", "It-Tnejn, 10 ta' Ottubru, 1994", "WERREJ", "MINUTI 53", "SPJEGAZZJONI DWAR RULING MOGĦTI MINN MR SPEAKER 53", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 55", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA 59", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IL-BANK ĊENTRALI TA' MALTA", "CENTRAL BANK OF MALTA (AMENDMENT) BILL", "Kumitat 60", "AĠĠORNAMENT 78", "MISTOQSIJIET IMWIEĠBA BIL-MIKTUB 79", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 321 li saret fis-6 ta' Ottubru, 1994, ġew konfermati.", "SPJEGAZZJONI DWAR RULING MOGĦTI MINN MR SPEAKER", "MR SPEAKER (Onor. Lawrence Gonzi): Qabel ma ngħaddi għall-mistoqsijiet, nixtieq niddikjara dan li ġej:", "Jidhirli li hu neċessarju li niċċara r-ruling li tajt fl-aħħar tas-seduta ta' nhar il-Ħamis, 6 ta' Ottubru, waqt li ssejħet il-votazzjoni fuq il- mozzjoni li kienet fuq l-aġenda.", "Il-punt li ġejt mitlub nirrulja fuqu kien jittratta dwar jekk il-Kamra setgħetx, f'dak l-istadju, bi qbil unanimu, tipproċedi billi tissospendi r-regolamenti tagħha stess u żżomm votazzjoni sigrieta fuq il-mozzjoni.", "Ir-ruling tiegħi kien illi l-Kamra ma setgħetx tagħmel dan, anke kieku kien hemm qbil.", "Irrid li l-Kamra tkun taf ir- raġunijiet li fuqhom jiena bbażajt ir-ruling tiegħi.", "(1) L-ewwel kwestjoni li trid tiġi ċċarata tittratta dwar ir-raġuni għaliex it-talba magħmula mill-Whip ta' l-Oppożizzjoni, żgur ma setgħetx tintlaqa' mis-Sedja, fil-mument li saret, indipendentement minn kwalunkwe konsiderazzjoni oħra.", "Il-Kamra taf illi malli spiċċa d-dibattitu, is-Sedja qiegħdet il- mistoqsija u ddikjarat il-vot skond il-proċedura stabbilita.", "Immedjatament intalbet id-division, u l-Kamra ġiet sospiża sad-9.05 p.m. Meta wasal il- ħin stabbilit, il-Kamra rriżumiet u l-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "GĦat- tieni darba s-Sedja ddikjarat ir-riżultat tal-vot u għat-tieni darba, skond il-proċedura, issejħet id-division.", "Kien f'dan l-istadju li l-Whip ta' l- Oppożizzjoni talab il-vot sigriet.", "Il-votazzjoni hija l-aktar parti kruċjali tal-proċess parlamentari għaliex fiha u permezz tagħha tiġi espressa d-deċiżjoni finali ta' dan il- Parlament.", "Il-metodu ta' kif issir din il-votazzjoni huwa regolat bl- Ordnijiet Permanenti 83 sa 89 u b'artikolu 71 tal-Kostituzzjoni ta' Malta.", "Issa l-Kamra taf ben tajjeb li l-votazzjoni vera u proprja ssir fil- mument li min ikun jippresjedi jqiegħed il-mistoqsija u jiddikjara l-vot u mhux fil-mument tad-division.", "Id-division m'hijiex votazzjoni separata jew distinta, imma hi eżerċizzju stabbilit fir-regolamenti tagħna biex jikkonferma jew jikkorreġi d-dikjarazzjoni tar-riżultat tal-votazzjoni li tkun ġiet espressa preċedentement mill-iSpeaker jew minn min ikun qiegħed jippresjedi.", "GĦalhekk, żgur li fiċ-ċirkostanzi tas-seduta ta' nhar il- Ħamis, talba għal vot sigriet fl-istadju meta l-vot ikun diġa' ttieħed darbtejn b'mod apert, kienet mhux biss nulla imma kontradittorja.", "(2) It-tieni punt li għandu jiġi ċċarat, jittratta dwar il-poteri tal- Kamra li tirregola l-proċedura tagħha stess.", "Skond OP 194, kull ordni permanenti tal-Kamra jista' jiġi sospiż fuq mozzjoni magħmula mingħajr avviż, kemm-il darba ma jkun hemm ebda oġġezzjoni minn xi Membru preżenti.", "Il-kwestjoni, għalhekk, tqum dwar jekk dan l-OP jagħtix carte blanche lill-Kamra li tissospendi kull regolament, bla ebda eċċezzjoni ta' xejn, anke jekk ma jkunx hemm oġġezzjoni ta' xi Membru preżenti fis-sala.", "Is-Sedja hawnhekk tirrileva", "illi hi għandha l-poter li taċċetta, temenda jew saħansitra tirrifjuta kull mozzjoni li xi ħadd jista' jipproponi li jressaq lill-Kamra u li fl- opinjoni tas-Sedja tmur kontra xi regolament tal-Kamra.", "Is-Sedja, għalhekk, għandha ċerta responsabilita' u diskrezzjoni.", "Din ir- responsabilita' hi primarjament u esklussivament lejn il-Kamra u l-iSpeaker kif ukoll min jippresjedi jrid jeżerċita din id-diskrezzjoni tiegħu dejjem fid-dawl ta' dan il-prinċipju.", "Dan jgħodd ukoll għal xi mozzjoni li titressaq taħt OP 194 jew 195.", "Jiena ma nħossx li jkun fl-interess tal-Kamra li nbaxxi rasi totalment u bla riżerva ta' xejn għal dak li jgħid OP 194.", "Jekk nagħmel dan, inkun qiegħed nonqos serjament billi nikkrea sitwazzjoni fejn numru żgħir ta' membri li jinzertaw preżenti fil-Kamra jkunu jistgħu jiddettaw x'għandu jsir, anke jekk dan ikun imur kontra l-prinċipji demokratiċi li jmexxu lil dan il-Parlament.", "Wieħed għandu jenfasizza wkoll li OP 194 jitkellem dwar \"sospensjoni\" ta' xi regolament tal-Kamra.", "Imkien m'hemm, f'dan ir-regolament, xi poter mogħti biex jiġu introdotti proċeduri ġodda li huma alieni għas-sistema parlamentari tagħna u li qatt ma ntużaw la fl-istorja ta' dan il-Parlament, u lanqas fil-House of Commons, saħansitra meta kienu qegħdin isiru seduti sigrieti u fil-magħluq.", "(EM edit 21 p.252)", "Mela OP 194 m'huwiex assolut u min ikun qiegħed jippresjedi għandu d- dritt u d-dover li, f'ċerti każijiet u taħt ċerti ċirkostanzi, jiċħad mozzjoni mressqa taħt dan l-ordni permanenti anke jekk ikun hemm il-qbil tal-Membri kollha li jkunu preżenti fil-Kamra.", "(3) It-tielet u l-aħħar punt li għandu wkoll jiġi ċċarat jittratta dwar jekk it-talba għal votazzjoni sigrieta hijiex finalment permissibbli anke fid-dawl ta' dak li tgħid il-Kostituzzjoni.", "Artikolu 67 tal-Kostituzzjoni jistabbilixxi illi l-Kamra tista' tirregola l-proċedura tagħha stess, pero' dan għandha tagħmlu \"bla ħsara għad- disposizzjonijiet ta' din il-Kostituzzjoni\".", "Fost dawn id-dispożizzjonijiet insibu artikolu 71 li jirregola l- proċedura ta' votazzjoni fil-Kamra biex jiġu deċiżi kwestjonijiet proposti.", "Dan l-artikolu fih tliet subartikli u t-tieni u t-tielet jgħidu ċar u tond illi min ikun qiegħed jippresjedi għandu dak li jissejjaħ bħala l-vot deċiżiv (i.e. l-casting vote) f'każ meta l-voti jkunu ndaqs.", "Issa l-Kamra għandha tapprezza illi l-casting vote qatt ma jista' jkun sigriet u huwa dan il-konċett li jikkontradixxi għal kollox il-proċedura ta' vot sigriet.", "Minn riċerka li jiena għamilt irriżulta illi f'ċerti sistemi parlamentari kontinentali li jippermettu l-proċedura ta' votazzjoni sigrieta, bħal dawk ta' Franza u l-Italja, min jippresjedi ma għandux casting vote u f'ċerti każijiet lanqas ma għandu vot oriġinali.", "U dan jagħmel sens għaliex ma jistax ikollok proċedura li tkun maqsuma biċċa sigrieta u biċċa le.", "Dan kollu jfisser illi biex tkun tista' tidħol il-proċedura ta' vot sigriet fil-Parlament Malti, hemm bżonn li tinbidel il-Kostituzzjoni, billi jitneħħa l-obbligu tal-casting vote f'dawk il-każijiet fejn il-voti jiġu ndaqs u jiġu stabbilit regoli ċari dwar kif titmexxa votazzjoni bħal din.", "Il-Kamra għandha tiġi informata wkoll illi in vista ta' dak li hemm stipulat f'OP 197 l-Iskrivan tal-Kamra kkommunika mal-House of Commons u ġie konfermat illi t-talba għal vot sigriet f'dak il-Parlament, tkun nulla u fil-fatt ma tistax issir.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "STATI UNITI - DISKORSI TAL-PRIM MINISTRU", "21401.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Prim Ministru: Jistgħu jiġu tabled kopji tad-diskorsi li l-Prim Ministru għamel waqt iż-żjara tiegħu fl-iStati Uniti kif ukoll tal-proceedings tal-laqgħa li kellu ma' membri tal-Foreign Relations Committee?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Prim Ministru): Kopja tad-diskors li għamilt fin-National Press Club, Washington, fit-23 ta' Settembru tqiegħdet fuq il- Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "Il-laqgħa ma' membri tal- Foreign Affairs Committee kienet privata u għaldaqstant m'hemmx proceedings bil-miktub.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Leo Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Filwaqt li napprezza li ftit ilu kien hemm mistoqsija parlamentari li l-Prim Ministru weġibha b'mod pjuttost ġeneriku, nixtieq nistaqsih xi mistoqsijiet relatati maż-żjara tiegħu fl-Istati Uniti.", "Fit-taħdidiet tiegħu man-National Security Adviser Amerikan, Mr Lake, qamu l-prospetti ta' sanzjonijiet iktar ħorox kontra l-Libja?", "Jekk iva, x'kienet ir-reazzjoni tiegħu għall-punt imqajjem?", "Fil-laqgħat tiegħu mal-Ministru tat-Trasport Amerikan, Federico Pena, kien hemm xi żviluppi dwar id-deċiżjoni tal-U.S. Coastguard li jinkludu lil Malta bħala waħda mill-15-il pajjiż li huma reġistrati l-vapuri li huma targetted għal spezzjoni iktar intensiva meta jidħlu fl-ibħra territorjali Amerikani?", "Fl-aħħar nett, nixtieq nistaqsi lill-Prim Ministru wkoll jekk f'xi stadju jew ieħor, għamilx il-proposta ta' sehem prospettiv Malti fil-Partnership for Peace tan-NATO.", "X'kienet ir-reazzjoni tal-Gvern Amerikan dwar il- proposta tas-CSCM?", "Dawn esprimew ruħhom b'xi mod kategoriku dwar din il- proposta li aċċenna għaliha anke l-Prim Ministru - jekk m'iniex sejjer żball - fit-taħdidiet tiegħu man-National Press Club?", "MR SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Fir-rigward ta' l-ewwel domanda, irrid ngħid li fil-laqgħa li kelli ma' Anthony Lake f'ebda ħin ma ssemmiet il- possibilita' ta' sanzjonijiet aktar ħorox fil-konfront tal-Libja.", "Irrid ngħid ukoll li jien ma ltqajtx mas-Segretarju tat-Trasport Pena.", "It-tielet domanda ta' l-Onor.", "Brincat kienet jekk waqt id-diskussjoni tqajmitx il-kwestjoni tal-possibilita' tal-parteċipazzjoni ta' Malta fil- Partnership for Peace.", "Irrid ngħid li fid-diskussjonijiet uffiċjali li kelli ma' ministri din il-kwestjoni ma tqajmitx, pero' tqajmet f'diversi ambjenti oħra u, jekk m'iniex sejjer żball, wara li sar id-diskors li poġġejt kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra, fost id-diversi mistoqsijiet li saruli kien hemm ukoll domandi dwar dan.", "Jien spjegajt x'inhi l- pożizzjoni tal-Gvern Malti, li hija xi ħaġa magħrufa, jiġifieri li m'hemmx deċiżjonijiet min-naħa tal-Gvern Malti, imma qegħdin nesploraw jekk ikunx utli għalina li nipparteċipaw.", "Rigward reazzjonijiet dwar is-CSCM, nista' ngħid li m'hemmx dubju li fid- diversi laqgħat li kelli ntwera interess - anzi f'ċertu sens kien hemm ċerta preokkupazzjoni - għas-sitwazzjoni fil-Mediterran u, fil-fehma tiegħi, il-konċett tas-CSCM fis-sens li jkun hemm xi forma ta' djalogu li jkun għaddej bejn il-pajjiżi tal-Mediterran, hija idea li ssib ħafna interess, jekk mhux ukoll - ma nafx hux qed nuża l-kelma preċiża - appoġġ.", "Pero' ċertament li hemm ħafna interess.", "MELLIEĦA - KAŻ TAS-SUR JOSEPH VELLA TA' 16A, TRIQ SNAJJIN", "20763.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet li Joseph Vella ta' 16A, Triq Snajjin, Mellieħa u li serva matul l-aħħar gwerra baqa' ma ġiex onorat kif ġew onorati l-oħrajn fil-50 Anniversarju tat-Tieni Gwerra Dinjija?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jien informat li s-Sur Joseph Vella m'applikax għall-Midalja għall-Ħamsin Anniversarju tal-George Cross ta' Malta\".", "Is-sejħa għall-applikazzjonijiet għalqet fil-15 t'April, 1994.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Bartolo, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Hemm xi ħsieb li l-applikazzjonijiet jerġgħu jinfetħu?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Le, m'hemmx dan il-ħsieb.", "Aħna tajna terminu speċifiku, applikaw eluf, kemm minn Malta u kemm minn barra, u ma naħsibx li huwa l-każ li jerġgħu jinfetħu l-applikazzjonijiet.", "SKEJJEL - XOGĦLIJIET", "20764.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: B'refereza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari numru 20087 ta' l-4 ta' Lulju, il-Ministru ma semma xejn dwar l-iskola ta' Ħad Dingli, jista' jgħid fil-fatt x'xogħlijiet hemm mitluba li jsiru f'din l- iskola?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON (Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani): Qed ikun konsidrat liema xogħol fl-iskola ta' Ħad Dingli jista' jsir fil-futur u dan abbażi tar-rapport sottomess mill-kap ta' dik l-iskola.", "Ir-rapport tal-kap ta' l-iskola jinkludi talba għall-istallazzjoni ta' sistema ta' dawl fis-sala, bdil ta' tankijiet ta' ilma u xogħol ta' plumbing ieħor, xogħol ta' waterproofing, xogħol ta' titjib fil-laboratorji u tiswija fil-paviment tal-bitħa.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Waqt li bla dubju x-xogħol li hemm bżonn fl- iskola ta' Ħad-Dingli huwa importanti, x'jista' jgħid il-Ministru dwar l- akbar problema li jidher li għad hemm - minkejja li l-iskola ilha li bdiet ġimgħatejn - ta' nuqqas ta' għalliema f'ħafna livelli u f'ħafna klassijiet u skejjel differenti?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Fil-fatt naħseb li wara dawn l-ewwel ġimgħatejn il- problema ta' nuqqas ta' għalliema taffiet ħafna.", "Fil-verita', li jiġri - u sfortunatament dan jiġri kull sena - hu li wara li jkunu saru l-pjanijiet tad-Dipartiment, u kien hemm biss żewġ postijiet fejn ma kienx hemm għalliema biżżejjed, fl-ewwel ġurnata ta' l-iskola dawn iż-żewġ postijiet faqqsu, biex ngħid hekk, u saru aktar minn 30.", "Ir-raġuni għal dan hija li fl-ewwel ġurnata ta' l-iskola jkun hemm għalliema li jirriżenjaw, għalliema li joħorġu bi pregnancy leave, għalliema li jiddeċiedu li jmorru jgħallmu fi skejjel privati u jitilqu wara li aħna nkunu ħsibna li aċċettaw li jaħdmu mad-Dipartiment - qed nirreferi partikolarment għal dawk li jkunu għadhom kemm ħarġu mill-Universita' - kif ukoll ikun hemm numru ta' għalliema li joħorġu bis-sick-leave għaliex ma jkunux iridu jgħallmu fl- iskejjel fejn ikunu ntbagħtu, għax kulħadd jaħseb li jista' jagħżel fejn irid imur jgħallem.", "Filwaqt li d-Dipartiment jagħmel mill-aħjar biex jaġevola x-xewqat ta' dak li jkun dwar fejn irid jgħallem, wieħed jifhem li x-xewqat ta' l-għalliema mhux bilfors ikunu jaqblu mal-ħteġijiet tad- Dipartiment.", "Dan qed ngħidu biex nispjega l-problemi li jkollna.", "Minkejja dan, wieħed irid jgħid li jekk għandna 4,600 għalliem u l- problemi huma dwar 30 jew 40 għalliem, dan ifisser li għandna problema ma' anqas minn 1% ta' l-għalliema.", "Qed nitkellem b'dan il-mod biex inpoġġu s- sitwazzjopni fil-perspettiva vera u proprja tagħha.", "Id-Dipartiment qed jagħmel l-almu tiegħu kollu u naħseb li fil-fatt f'dawn il-ġimgħatejn solva ħafna minn dawn il-problemi.", "Nispera li sa l-aħħar ta' din il-ġimgħa nkunu solvejniehom prattikament kollha,", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Mr Speaker, waqt li napprezza li jekk teħodhom mil-lat ta' figuri totali, wieħed jista' korrettement jgħid li għandna problema ta' 1%, wieħed irid jifhem ukoll li għall-klassijiet li jkunu bla għalliema, il-problema tkun ta' 100%.", "Hemm klassijiet f'Form 1 ta' Sandhurst u tal-Hamrun, per eżempju, li għad lanqas kellhom lezzjoni waħda tal-Maths.", "Fis-Sixth Form, speċjalment fil-Liceo Paolino Vassallo, f'ċerti każijiet hemm timetable ta' tliet lectures biss fil-ġimgħa.", "Jiġifieri l- Ministru għandu jara li jinformawh sewwa, għaliex jidher li din hija l- akbar problema li għad għandna; hemm studenti li għadhom qed jistennew li jkollhom l-ewwel lezzjoni f'ċerti suġġetti.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien nerġa' nieħu nota ta' dak li qal l-Onor.", "Bartolo, pero' qabel ma ġejt il-Parlament kelli laqgħa proprju ma' min hu responsabbli mill-iskejjel post-sekondarji.", "Rigward il-Liceo Paolino Vasallo jien informat li hemm problema ta' nuqqas ta' għalliema fil- computer courses.", "Safejn naf jien, m'hemmx problema dwar suġġetti oħra.", "Dwar l-iskola l-oħra li semma l-Onor.", "Bartolo rrid ninvestiga, pero' nerġa' nenfasizza li hemm ċerti skejjel sekondarji - ma rridx insemmi skejjel partikolari għaliex naħseb li nagħmel ħsara jekk insemmihom - li sfortunatament għandhom fama daqsxejn ħażina għaliex hemm tfal imqarbin jew għaliex għal xi raġunijiet jew ċirkostanzi oħra, iddeġeneraw xi ftit, u malli għalliem tgħidlu li jrid imur jgħallem hemm, dan jaqbad u joħroġ bis- sick-leave għax jibża' jmur jgħallem hemm.", "Jien ma rridx insemmi ismijiet ta' skejjel għaliex inkella s-sitwazzjoni minflok inkun qed nirranġaha, inkun qed ngħarraqha aktar.", "Nieħu nota wkoll dwar l-iskola ta' Sandhurst, jew Liċeo Sir Adrian Dingli, li mhijiex waħda minn dawn it-tip ta' skejjel, u nara x'inhi s-sitwazzjoni.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Noel Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, nixtieq nagħmel żewġ domandi supplimentari lill-Ministru.", "Waħda hija dwar numru ta' studenti li qegħdin fit-tieni sena fil-kors ta' mechanical fitters li min-Naxxar ġew trasferiti għal Paola Institute u sal-lum għadhom bla workshop.", "Nixtieq li l-Ministru jgħid jekk jafx b'dan u ovvjament x'qed isir min-naħa tad-Dipartiment biex dawn l-istudenti jkollhom workshop fejn ikunu jistgħu jitgħallmu dak kollu li hu meħtieġ skond is-syllabus tagħhom.", "Nixtieq nistaqsi wkoll lill-Ministru x'kienu l-konsiderazzjonijiet tiegħu fir-rigward ta' l-estensjoni ta' l-iskola tal-Baħrija.", "Jien naf li kellu laqgħa mar-residenti biex ċerti problemi li tiffaċċja din il-komunita' żagħżugħa forsi jkunu jistgħu jiġu integrati fl-istess proċess li qed isir għat-tkabbir ta' l-iskola.", "Nixtieq li l-Ministru jispjegalna ftit dwar dan ix-xogħol.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Dwar l-ewwel domanda rrid ngħid li meta sar it- trasferiment mill-iskola tan-Naxxar għal Raħal Ġdid, diġa' kien hemm workshops u ġie trasferit dak kollu li kien hemm bżonn.", "Jiġifieri ma nafx li hemm dan in-nuqqas ta' workshops li qed isemmi l-Onor.", "Farrugia, pero' ninvestiga aktar fid-dettal.", "Rigward l-estensjoni ta' l-iskola tal-Baħrija, irrid ngħid li l-pjanti saru u jien lill-Onor.", "Farrugia kont urejtu x'beħsiebna nagħmlu.", "Fil-fatt issa saret l-applikazzjoni lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar li qed tipproċessaha.", "Irrid ngħid li biex inħaffu l-affarijiet aħna qegħdin niltaqgħu regolarment ma' membri tad-Direttorat ta' l-Awtorita' ta' l- Ippjanar ħalli niddiskutu l-applikazzjonijiet qabel ma ngħadduhom, biex jekk ikun hemm xi affarijiet li jkunu jeħtieġu li jiġu emendati jew inkella diskussi, nikkonsidrawhom qabel u b'hekk niffrankaw anke l-ħin sakemm isir l-ipproċessar ta' l-applikazzjoni.", "Kien hemm qbil anke mad-Direttorat, dwar kif se ssir l-estensjoni ta' l-iskola tal-Baħrija, saret l- applikazzjoni formali u wieħed jispera li din tiġi approvata dalwaqt biex fis-sajf li ġej ikun jista' jibda jsir ix-xogħol.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Debono Grech.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Il-Ministru għall-Ambjent kif approva li mad- dawra ta' l-iskola ta' Birkirkara, fi Brared Street, isir gandott biex jgħaddi l-ilma minnu.", "Jien kont għamilt mistoqsija parlamentari fejn għidt li minħabba fih qed ikun hemm taħwid sħiħ peress li minn hemmhekk jgħaddu wkoll it-tfal ta' l-iskola.", "Fil-fatt il-Minstru diġa' bagħat lil xi ħadd biex jara x'jista' jsir.", "Għalhekk qed nitlob lill-Ministru biex, jekk jista' jkun, jintervjeni hu stess ħalli ssir xi ħaġa mill-iktar fis possibbli għaliex hemmhekk jiltaqa' l-ilma kollu li jkun nieżel min-Naxxar u postijiet oħra.", "Dan kollu qed ikun ta' inkonvenjent għat-tfal kollha li jkunu sejrin l-iskola.", "Jien kont ġbidt l-attenzjoni tal-Ministru permezz ta' domanda parlamentari minħabba l-fatt li kull fil-għodu qed ikun hemm konfużjoni sħiħa fl-area ta' l-iskola Ta' Paris, fejn issa hemm ukoll iċ-Ċentru tal- VAT, għaliex filwaqt li l-karozzi u l-privates ikunu qed iniżżlu lit-tfal ta' l-iskola, ikun hemm ukoll it-trakkijiet bil-ħaddiema li jkunu ġew biex jaħdmu fuq dak il-gandott.", "Għalhekk nixtieq inkun naf jekk tistax issir xi ħaġa ħalli għallinqas waqt il-ħin ta' l-iskola f'Ta' Paris ma jkunx hemm trakkijiet u makkinarju ieħor għaliex it-tfal ta' l-iskola ma jkunux jistgħu jgħaddu.", "Ta' min jgħid li hemmhekk hemm żewġ skejjel, waħda primarja u l-oħra sekondarja.", "Dan qed ngħidu għaliex kull filgħodu qed ikun hemm taħwid tal-biża' hemmhekk.", "Għalhekk nixtieq li l-Minsitru jieħu nota ta' din biex jekk jista' jkun jintervjeni fuq din il-problema wkoll.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien ngħid lill-Onor.", "Interpellant li mhux biss se nieħu nota ta' dawn il-problemi imma se nikkordina ma' sħabi l-ministri l- oħra, kemm ta' l-ambjent kif ukoll tal-finanzi, biex naraw x'jista' jsir ħalli ntaffu xi inkonvenjenzi li jistgħu jinqalgħu.", "MR SPEAKER: Il-Prim Minstru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jien għandi informazzjoni mill-Onor.", "Michael Asciak, meta kien Sindku ta' Birkirakara, li effettivament din il-materja ġiet trattata.", "Fil-fatt ħarġu tenders mill-Kunsill u għal xi raġunijiet l- ewwel tender ma ġietx aċċettata.", "Imma dan il-culvert se jsir u issa qegħdin fil-proċess li jirċievu tenders ġodda.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Debono Grech.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiddispjaċini ngħid li l-Prim Ministru huwa miżinformat.", "Qabel ma twaqqaf il-Kunsill ta' Birkirkara kienu diġa' saru mistoqsijiet parlamentari dwar dan, u l-Prim Ministru jaf bihom ukoll.", "Fil-fatt kien il-Ministru li approva li jsiru dawn l-affarijiet u mhux il- Kunsill.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Peress li saru lmenti dwar nuqqasijiet li jikkonċernaw l-iskejjel, nixtieq inkun naf x'passi ttieħdu dwar it-trasport fil- lokalitajiet tat-Tieni Distrett, speċjalment fil-Kalkara, għaliex jidher li din il-problema qed tiggrava u mhux titranġa.", "Hemmhekk qed ikun hemm studenti li mhux qed tiġi l-private għalihom u peress li l-karozza tal- linja tal-Kalkara tasal fuq dan l-istage full-up, ma ttellax lit-tfal kollha.", "Jien semmejt problema oħra li teżisti wkoll fl-iskola tax-Xgħajra, u din tirrigwarda n-nuqqas ta' ilma.", "Minħabba f'hekk it-tfal m'humiex qed jintbagħtu t-toilet.", "Jista' l-Ministru jgħid x'passi ħa dwar dan?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Nista' ngħid lill-Onor.", "Interpellant li se ninvestiga l-problema ta' l-ilma li teżisti fl-iskola tax-Xgħajra.", "Ħafna drabi problemi dwar it-trasport jinqalgħu għaliex ċerti xufiera u sidien tal-privates ma jagħmlux id-dover tagħhom.", "Fil-fatt ħdimna sistema li kull meta jkun hemm xi lment partikolari mill- ewwel immorru fuq is-sid jew fuq ix-xufier li jkollu r-responsabilita' ta' dik ir-rotta u nieħdu l-passi meħtieġa.", "Proprju Ilum, qabel ma kellimni l- Onor. Mizzi, kelli l-ewwel ilment dwar din il-problema tat-tfal tal-Kalkara u se ninvestiga.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali.", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 140 ta' l-1994 - Regolamenti ta' l-1994 li jemendaw ir-Regolamenti dwar Priżervattivi fi Ħwejjeġ ta' l-Ikel.", "MR SPEAKER: Il-Ministru tal-Finanzi.", "ONOR.", "JOHN DALLI (Ministru tal-Finanzi): Mr Speaker, inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 139 ta' l-1994 - Ordni ta' l-1994 dwar Ħelsien minn Taxxa Doppja (Taxxi fuq l-Income) (Repubblika ta' Ċipru); u", "Lista li turi mil-liema Dipartimenti tal-Gvern intgħażlu l-VAT inspectors, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari numru 21443.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru għall-Ambjent.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (Ministru għall-Ambjen): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 137 ta' l-1994 - Ordni ta' l-1994 dwar il- Kummissarju ta' l-Artijiet (Trasferiment ta' Drittijiet u Responsabiltajiet) (Nru 3); u", "Avviż Legali Nru 138 ta' l-1994 - Avviż ta' l-1994 biex Jemenda l-Avviż dwar Kontenituri għal Xorb Mhux-alkoholiku.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura.", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO (Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru. 136 ta' l-1994 - Regolamenti ta' l-1994 li jemendaw ir-Regolamenti dwar id-Drittijiet ta' Dħul fil-Mużewijiet u Monumenti Nazzjonali (Emenda Nru. 2)", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIUIET TAL-ĠURNATA", "ONOR.", "CARM LINO SPITERI: Nipproponi li bi qbil bejn iż-żewġ naħat, il- Kamra taġġorna fit-8.30 p.m. u l-Aġġornament ma jitteħidx.", "Min kien imissu jieħu l-Aġġornament f'din is-seduta, jieħdu fis-seduta li jmiss.", "MR SPEAKER: Hawn qbil?", "(Onor. Membri: Iva)", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IL-BANK ĊENTRALI TA' MALTA", "CENTRAL BANK OF MALTA (AMENDMENT) BILL", "L-ordni għall-Kumitat ġie moqri.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor.", "Michael Bonnici, Viċi President tal-Kumitati, jippresjedi.", "Klawsola 2 - Sostituzzjoni tat-Taqsim ta' l-Att.", "Clause 2 - Substitution of Arrangement of Act.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Rimarki?", "Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Segretarju Parlamentari): Klawsola 2 tipproponi s- sostituzzjoni tat-taqsim ta' l-Att prinċipali.", "Bażikament qed jiżdiedu żewġ partijiet; f'Part V minflok \"Relations with Banks\" issa se jidħol il- kliem \"Relations with Banks and Financial Institutions\" u f'Part VI se jidħol il-kliem \"Relations with the Competent Authority\".", "Il-headings l- oħrajn se jibqgħu kif kienu qabel.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Lino Spiteri.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Mr Chairman, naħseb li jkun aħjar jekk, for the record, is-Segretarju Parlamentari jagħmilha ċara illi taħt din il-liġi l- Competent Authority mhux se jibqa' l-Bank Ċentrali.", "Għax peress li se ndaħħlu Part VI, intitolata \"Relations with the Competent Authority\", il- Bank Ċentrali se jkollu relazzjonijiet miegħu nnifsu u moralment din ma tantx hi ħaġa sabiħa.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Il-Competent Authority bħalissa huwa l-Bank Ċentrali, pero' jista' jkun li 'l quddiem ma jibqax, speċjalment f'dak li għandu x'jaqsam ma' bank supervision.", "Madankollu m'hijiex ħaġa irregolari li wieħed jagħmel provvedimenti fil-liġi b'mod li jekk 'il quddiem il- Competent Authority tkun iktar separata mill-Bank Ċentrali, ma jkunx hemm bżonn ta' tibdil fil-Liġi.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il- mistoqsija hi klawsola 2.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 2 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 3 - Emenda ta' l-artikolu 2 ta' l-Att prinċipali.", "Clause 3 - Amendment of section 2 of the principal Act.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Klawsola 3 tittratta definizzjonijiet ġodda jew mibdula.", "Waħda mid-definizzjonijiet ġodda hija dik ta' \"Awtorita' Kompetenti\".", "Definizzjoni oħra hija dik ta' \"bank\" mhux b'referenza għall- Bank Ċentrali, imma bażikament għal bank li huwa kummerċjali.", "It-tifsira ta' \"bank kummerċjali\" kif kienet qabel ġiet imħassra u tneħħiet ukoll id- definition ta' \"passbook\" li kien irid jiġi preżentat meta wieħed jirċievi flus lura mis-savings bank.", "Hemm ukoll definizzjoni ġdida ta' \"istituzzjoni finanzjarja\", li naturalment tirrikonoxxi dak li sar diġa' fil-Financial Institutions Act, u definizzjoni ġdida ta' \"kummerċ bankarju\" .", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Lino Spiteri.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Mr Chairman, paragrafu (f) ta' din il-klawsola jgħid li:", "\"in the definiton of \"saving deposits\" the words \"on presentation of a passboook or\" shall be deleted.\".", "Jien nimmaġina li din l-emenda qiegħda tiġi proposta minħabba l-fatt li t- trend - iżjed milli t-tendenza - issa hija biex il-passbooks jispiċċaw peress li aktar ma daħlet il-computerisation, id-depożitur, bħala konferma ta' x'għandu u m'għandux, iżjed qed jingħata statement of account.", "Jiġifieri napprezza li \"passbook\" saret kelma anakronistika f'dan is-sens.", "Mill-banda l-oħra, il-fatt li qed titneħħa kull referenza għal xi forma ta' titlu min-naħa tad-depożitur, naħseb li m'hijiex xi ħaġa għaqlija.", "GĦallinqas għandu jkun hemm \"on presentation of title\" jew xi ħaġa oħra, għax ma naħsibx li nkunu qed insaħħu l-assurance tad-depożitur jekk assolutament ma jkun hemm xejn.", "Rigward ir-referenza ta' \"bank\" u \"business of banking\", irrid ngħid li jidhirli li fil-liġijiet li għaddejna li għandhom x'jaqsmu mas-settur finanzjarju, kien daħal il-konċett, u allura anke d-diċitura, ta' \"credit institution\".", "Hawnhekk qed issir referenza - li jien naqbel magħha kif inhi - għad-diċitura oriġinali - biex ma ngħidilhiex antika, għax m'hijiex - fejn bank huwa bank u business of banking huwa business of banking.", "Imma stante li f'postijiet oħra daħħalna l-konċett ta' credit institution, forsi hawnhekk ta' min jaħseb ukoll jekk għandhiex issir referenza għal dan il- konċett.", "It-tielet kumment tiegħi jirrigwarda l-\"Competent Authority\".", "Jien ngħid - u dan qed ngħidu bl-akbar serjeta' - li ġaladarba l-Competent Authority għadha l-Bank Ċentrali stess, naħseb li jkun aħjar kieku jiġi definit li huwa mistenni li l-Competent Authority ma tibqax il-Bank Ċentrali, imma se jsir xi ħadd ieħor, anke jekk jien ma naqbilx mal-fatt li jkun xi ħadd ieħor.", "Kumment ieħor jirrigwarda xi ħaġa li rrid insemmi billi nisserva bid- definizzjoni ġdida li se jkun hemm ta' \"business of banking.\".", "Hawnhekk id- definizzjoni hija ċara, apparti dak li diġa' għidt dwar credit institutions.", "Nixtieq li l-press tagħti kas ta' din id-definizzjoni u mhux meta nkunu fil-Committee Stage ċerti affarijiet jinjorawhom.", "Qed ngħid li hemm bżonn li l-press tagħti kas ta' dawn l-affarijiet għaliex l-ereżijiet li qegħdin jingħadu minn ċerti, hekk imsejħa, analisti finanzjarji li jiktbu fil-ġurnali tagħna huma ta' mistħija għal min jgħidhom u naħseb li huma eżempju ħażin ħafna għal min jaqrahom.", "Hawnhekk għandna definizzjoni li hija ċara so far as it goes.", "Din tgħid:", "\"\"business of banking\" means", "(a) the business of a person who, as set out in sub-section (2) of section 2 of the Banking Act, accepts deposits of money from the public withdrawable or repayable on demand or after a fixed period or after notice or who borrows or raises money from the public (including the borrowing or raising of money by the issue of debentures or debenture stock or other instruments creating or acknowledging indebtedness), in either case for the purpose of employing such money in whole or in part by lending to others or otherwise investing for the account and at the risk of the person accepting such money; or\".", "GĦidt li d-definizzjoni hija ċara so far as it goes.", "Ladarba dik hija d- definizzjoni, min dan l-aħħar qagħad jikteb li bl-offerta ta' bonds li għamlet il-kumpannija finanzjarja tal-Grupp ta' Gasan, b'daqshekk kellna xi eżerċizzju in merchant banking, jekk jogħġbu, jirrealizza kemm qed jgħid ħmerijiet u kemma ma jixraqx li jingħadu ħmerijiet bħal dawn f'dan il- pajjiż.", "Jien jiddispjaċini li l-gazzetti ma jagħtux kas ta' dawn l- affarijiet u jippubblikawhom.", "Aktar u aktar jiddispjaċini meta din tkun gazzetta li nikteb fiha jien stess, bħalma jikteb fiha l-Onor.", "Josef Bonnici.", "Imma meta bniedem ikun qed jilbes il-mantell tekniku - u issa qed ngħid għall-korrispondent u mhux għall-editur - u mbagħad jippersevera li jgħid ċuċati - għax din hija l-kelma - ħmerijiet, assurditajiet u banalitajiet ta' dan it-tip, allura nkunu qegħdin inbaxxu d-diskussjoni finanzjarja li għandna ssir f'dan il-pajjiż.", "Imma ħalli nerġa' niġi għall-iskop tal-Committee Stage.", "Jien nissuġġerixxi lis-Segretarju Parlamentari li jespandi iżjed id- definizzjoni li qiegħda fil-parentesi u li tgħid:", "\"... (including the borrowing or raising of money by the issue of debentures or debenture stock or other instruments creating or acknowledging indebtedness)\".", "Il-parti li tgħid \"or other instrumetns creating or acknowledging indebtedness\" hija miftuħa biżżejjed, imma jien nissuġġerixxi lis- Segretarju Parlamentari li hawnhekk tidħol ukoll il-frażi \"certificates of deposits\" u b'hekk tkun iktar speċifikata.", "Qed ngħid hekk, għax jekk is- settur bankarju tagħna tassew se jkompli jimxi 'l quddiem u jfittex strumenti oħra kif jiġbor il-flus, żgur li se jkollu jmur għas-certificates of deposits.", "Iktar u iktar issa se jkun hemm il-ħtieġa li jinħarġu s- certificates of deposits - dawn ikunu strumenti marketable u mhux bħad- depożitu attwali tal-lum, li jekk dħalt fih tkun marbut u tista' toħroġ minnu biss meta jagħlaqlek it-terminu, għallinqas jekk ma jippermettilekx il-bank - ladarba beda dan l-esperiment li wettaq il-Grupp ta' Gasan, jiġifieri li kumpanniji kummerċjali jmorru biex jiġbru ċertu kapital li jkunu jridu mingħand il-pubbliku bi ħruġ ta' debentures stock jew bonds.", "GĦalhekk biex ikunu jistgħu jikkompetu aħjar għall-fondi pubbliċi mingħand is-savers ta' pajjiżna, 'il quddiem il-banek se jkollhom joħorġu certificates of deposits.", "Dan li qed ngħid jien huwa kopert bil-frażi \"or other instruments creating or acknowledging indebtedness)\".", "Imma s- certificates of deposits tant huma xi ħaġa sui generis, li jekk ikunu speċifikati, ikun ħafna aħjar.", "GĦalhekk jidhirli li din il-frażi għandha tiġi taqra \"including the borrowing or raising of money by the issue of certificates of deposits\".", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Speaker, rigward l-aħħar punt li semma l-Onor.", "Spiteri, m'hemmx dubju li naqbel miegħu mija fil-mija.", "Il-fatt li hemm kumpannija privata li qed toħroġ il-bonds, ċertament li ma jaqax taħt il- business of banking u allura wieħed ma jistax isejjaħlu merchant banking.", "Fid-definition hawn punt interessanti - din qed ngħidha sempliċement biex insaħħaħ dak li qal l-Onor.", "Spiteri - li jgħid li min qiegħed fil-\"business of banking\" huwa xi ħadd who is raising money from the public, imbagħad hemm parentesi dwar kif wieħed jista' jagħmel dan, u d-definizzjoni tkompli hekk:", "\"... in either case for the purpose of employing such money in whole or in part by lending to others or otherwise investing for the account and at the risk of the person accepting such money;\".", "Meta wieħed joħroġ bond issue, din m'hijiex sodisfatta u allura wieħed ma jistax jirreferi għall-bond issue privata bħala business of banking jew merchant banking.", "Ħalli ngħaddi għal punti oħrajn.", "Id-definition ta' \"savings deposits\" fl- Att prinċipali kienet tgħid hekk:", "\"\"savings deposits\" means deposits withdrawable on presentation of a passbook or on not more than thirty days' notice\";\"", "Aħna qed inbiddlu d-definition ta' \"savings deposits\" u għalkemm xorta qed ngħidu li ma jridx ikun hemm \"more than thirty days' notice\", il- presentation of a passbook m'hijiex assolutament neċessarja.", "Mhux qed ngħidu li m'għandux joħroġ passbook jekk hemm bżonn li joħroġ passbook, imma li m'hemmx bżonn tippreżentah.", "Bażikament fid-definition ta' \"time deposits\" issib li m'hemmx bżonn ta' passbook.", "Din id-definizzjoni tgħid hekk:", "\"\"time deposits\" means deposits withdrawable after a fixed period of more than thirty days or on more than thirty days' notice.\"", "Il-parir li kellna huwa li referenza speċifika għall-passbook fil-liġi tal- lum m'hijiex daqshekk relevanti u qegħdin ngħidu biss x'nifhmu b'savings deposits.", "Jekk fhimt sew il-punt ta' l-Onor.", "Spiteri, m'aħniex qegħdin ngħidu jekk għandekx bżonn ta' passbook jew le jekk ikollok savings deposits, imma qed ngħidu sempliċement li kull darba li tagħmel withdrawal m'hemmx għalfejn toqgħod tippreżenta dan il-passbook, iżda jista' jkollok xi card biex tidentifikak.", "Jiġifieri kulma hemm jinvolvi huwa ftit updating.", "Punt ieħor li qajjem l-Onor.", "Spiteri huwa dwar is-\"certificates of deposits\" u jekk dawn għandhomx jidħlu fil-parentesi ta' paragrafu (a) fid- definition ta' \"business of banking\" kif qed tiġi proposta fi klawsola 3, li tgħid hekk:", "\"... (including the borrowing or raising of money by the issue of debentures or debenture stock or other instruments creating or acknowledging indebtedness)...\"", "Il-parir tiegħi hu li peress li qed ngħidu \"other instruments\" din tirreferi proprju għal dak li semma l-Onor.", "Spiteri, jiġifieri għas- \"certificates of deposits\".", "M'huwiex neċessarju li wieħed jispeċifika s- certificates of deposits bħala wieħed minn dawn l-istrumenti għax inkella tista' tibqa' sejjer u ssemmihom kollha.", "Jiġifieri din hija captured bil- frażi \"other instruments creating or acknowledging indebtedness\".", "L-issue tal-credit institutions fil-definition ta' \"business of banking\" m'hix użata għax il-konċett ta' credit institution m'huwiex imsemmi f'dawn l- emendi li qed isiru.", "Għalhekk ma kienx hemm bżonn li wieħed jagħmel definition ta' \"credit institution\" f'dawn l-emendi.", "Jekk jagħmilx sens li wieħed jagħmel link mal-Banking Act fejn hemm definition ta' \"credit institution\", hija xi ħaġa li qed tiġi studjata u għalhekk nipproponi li naqbżu din il-klawsola biex forsi jilħaq ikolli l-parir tekniku dwar x'implikazzjonijiet hemm jekk din tiġi linked mal-Banking Act.", "Pero' f'dan l-Att il-konċett ta' credit institution mhux qed jiġi wżat u għalhekk ma kienx hemm bżonn li wieħed jagħti d-definition tiegħu.", "Jien naħseb li koprejt il-punti kollha.", "L-uniku punt li hemm pendenti huwa dwar din il- link-up mal-credit institutions, jiġifieri jekk tagħmilx sens li wieħed jintroduċiha hawnhekk.", "Għalhekk qabel irridu nħarsu lejn il-Banking Act u naraw x'implikazzjonijiet hemm.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Lino Spiteri.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Hemm ħtieġa li t-tekniċi jirriflettu tassew għax ir- referenza għal \"financial institutions\" hawnhekk m'hijiex f'postha.", "Ir- referenza trid tkun għal \"credit institutions\".", "Fis-Central Bank Act kif inhi s'issa hemm id-distinzjoni bejn \"commercial bank\" li seta' jinkludi fid-depożiti tiegħu deposits withdrawable on demand, u other financial institutions li ma setax ikollhom deposits withdrawable on demand.", "Issa the other financial institutions se jibqgħu credit institutions imma mhux se jkunu commercial banks.", "GĦalkemm neħħejna d-definizzjoni ta' \"commercial bank\" u ta' \"bank\", dawn xorta se jkunu credit institutions.", "Ir-referenza għal \"financial institutions\" kif inhi inkluża fil-Financial Institutions Act ta' l-1994 assolutament m'hijiex tirreferi għall-Valletta Investment Bank u għall-Investment Finance Bank li llum il-ġurnata huma l- ekwivalenti għal \"other financial institutions\" li għandna u kellna taħt id- definizzjoni l-qadima ta' \"bank u \"other financial institution\".", "GĦalhekk naqbel li nissospendu din il-klawsola biex it-tekniċi jkunu jistgħu jaħsbu iktar fuqha.", "Jien nirrakkommanda lis-Segretarju Parlamentari biex jissuġġerixxi li t-tekniċi jistudjaw id-definizzjoni li semmejtlu jien ta' \"certificates of deposits\" għax jekk ma jagħtux kas li l-emendi li jkunu jagħmlu sens li jiġu suġġeriti minn din in-naħa, jien l-ewwel wieħed mhux se noqgħod nissuġġerixxi emendi.", "Jien naħseb li iktar nifhem x'inkun qed ngħid minn uħud min-nies li huma involuti, u hawnhekk mhux qed nirreferi għas-Segretarju Parlamentari.", "Qed ngħid biss li t-tekniċi għandhom joqogħdu iktar attenti.", "Mhux jien stess għidt li dak li qed ngħid jien huwa kopert bil-frażi \"other instruments\"?", "Jien naf li din hi koperta, imma jekk trid tagħmel xi ħaġa biex taġġorna l-liġi b'mod tajjeb, trid tiġi taqra kif se ngħid - u se naqraha bil-mod biex min għandu jagħti kas ikun jista' jagħmel dan - \"including the raising or borrowing of money by the issue of certificates of deposits, debentures\" u mbagħad tkompli kif inhi proposta.", "Jiġifieri the raising of money or borrowing ikun jista' jsir permezz ta' certificates of deposits, debentures, eċċ. Jekk se naġġornaw il-liġi biex indaħħlu dak l-element ta' jargon li jintuża kuljum, din għandna nispeċifikawha eżatt għax jekk il-banek se jagħmlu pass innovattiv fil-prodotti li se joffru, dawn iridu jmorru għas-certificates of deposits.", "GĦalhekk ġaladarba t-tekniċi qed jirrikonsidraw section 3 kollha, nissuġġerixxi li jikkonsidraw dan li qed ngħid.", "Nixtieq nagħmilha ċara li dan mhux se nerġa' ntennih għax diġa' għidtu darbtejn.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Josef Bonnici.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Sakemm qed jippreparaw l-emenda għal din il- klawsola li tirrigwarda l-iktar is-certificates of deposits, nissuġġerixxi li naqbżu għal klawsola 4.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn permess biex din il-klawsola tiġi posposta?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata u l-klawsola ġiet posposta.", "Klawsola 4 - Emenda ta' l-artikolu 4 ta' l-Att prinċipali.", "Clause 4 - Amendment of section 4 of the principal Act.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: GĦal klawsola 4 għandi emenda li taqra hekk:", "\"A\" Ħassar l-emenda għal paragrafu (d) ta' l-artikolu 4 ta' l-Att prinċipali u minflokha daħħal dan li ġej:", "\"(d) biex jippromovi struttura finanzjarja soda u jinkoraġġixxi suq kapitali ordinat f'Malta;\".", "\"A\" For the amendment to paragraph (d) of section 4 of the principal Act there shall be substituted the following:", "\"(d) to promote a sound financial structure and to foster an orderly capital market in Malta;\".", "Fil-fatt din l-emenda li ppreżentajt issa hija riżultat tad-diskussjoni li saret fit-Tieni Qari u qed nipproponu li nneħħu mill-emenda oriġinali kif dehret fl-Abbozz il-kelma \"active\" għax din ma kienx hemm bżonnha u forsi tista' wkoll tiġi misinterpreted.", "L-iskop ta' din l-emenda hu li minflok il-kliem li kien hemm f'paragrafu (d) ta' clause 4, li kien jgħid:", "\"... to foster the development of a capital market and promote a sound financial structure in Malta;\",", "jidħol il-kliem:", "\"to promote a sound financial structure and to foster an active and orderly capital market in Malta.\".", "Issa m'għadniex fi stadju fejn qed niżviluppaw il-financial structure tagħna, imma qegħdin insaħħuha.", "Din forsi tirrifletti b'mod daqsxejn sottili l-fażijiet differenti li wasalna għalihom wara li minn mindu għadda l-Att dwar il-Bank Ċentrali ta' Malta fl-1967, saru ċerti żviluppi u ċertament li għandna suq kapitali iktar żviluppat - forsi mhux biżżejjed - milli kien fl-1967.", "Imma s-sens ta' dan il-paragrafu huwa simili ħafna għal dak li kien hemm.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Lino Spiteri.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Jien naqbel ma' din l-emenda u napprezza li l- kumment li għamilt waqt it-Tieni Qari ġie aċċettat.", "Pero' nissuġġerixxi li jerġgħu jħarsu lejn it-translation bil-Malti tal-kelma \"orderly\".", "\"An orderly capital market\" bil-Malti ġiet tradotta f'\"suq kapitali ordnat.\"", "Il-kelma \"ordnat\" tfisser xi ħaġa oħra.", "Bħalissa ma nistax insib kelma oħra bil-Malti li tfisser \"orderly\" imma \"ordnat\" żgur li m'hijiex il-kelma t-tajba.", "GĦallinqas għandha tiġi \"ordinat\".", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Iva, naħseb li din il-kelma trid tiġi \"ordinat\".", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Din nistgħu ngħodduha bħala korrezzjoni ta' żball tipografiku.", "Hemm iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l- emenda kif imressqa u moqrija mis-Segretarju Parlamentari.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"A\" għaddiet nem. con.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 4 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 4, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 5 - Tħassir ta' l-artikolu 6 ta' l-Att prinċipali.", "Clause 5 - Deletion of section 6 of the principal Act.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Klawsola 5 tirreferi għal section 6 of the principal Act which shall be deleted u transferred għal section 18 li tittratta Capital and Reserves.", "MR SPEAKER: Hemm aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 5.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 5 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 6 - Emenda ta' l-artikolu 8 ta' l-Att prinċipali.", "Clause 6 - Amendment of section 8 of the principal Act.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Din il-klawsola temenda section 8 of the principal Act.", "Qegħdin nistabbilixxu l-metodu kif anke d-Deputy Governor jiġi nominat għal perjodu temporanju in line ma' dak tal-Gvernatur.", "Fil-fatt this amendment revokes the previous amendment of 1974 and reinstates the original provision of the 1967 Act.", "Inħass li din tkun sistema tajba u li wieħed ikun jista' jimxi għal sitwazzjoni fejn id-Deputy Governor jiġi nominat bħala Gvernatur for a temporary period.", "Iktar tard hemm ukoll klawsola li tipprovdi għas-sitwazzjoni tal-lum u naturalment din tibda sseħħ bil-quddiem u ma tiħux into consideration il-passat.", "Fil-fatt klawsola 36 tgħid hekk:", "\"The provisions of this Act amending the principal Act in matters concerning the office of the Deputy Governor shall apply only to persons appointed to that office after the date of the coming into force of the provisions of this Act and, in respect of a person appointed before that date, the provisions of the principal Act on the matters aforesaid shall continue to apply as they were in force prior to such amendments.\".", "Qed nirreferi għal din il-klawsola għax hija relatata ma' section 6.", "Fi klawsola 6 hemm emendi oħra.", "Per eżempju, id-definizzjoni ta' \"Gvernatur tal-Bank Ċentrali\" ġiet miftuħa iktar biex ikun jokkupa l-kariga ta' Gvernatur fil-Malta Financial Services Centre.", "U dan skond il-pariri legali li kellna, għalkemm wieħed jista' jinterpreta li dan seta' jsir taħt paragraph (c) ta' subsection 8 (5) ta' l-Att prinċipali li jipprovdi għall- possibilita' li l-Gvernatur may:", "\"become a chairman or director of any body corporate in Malta specified under paragraph (h) of subsection (1) of section 15 of this Act.\".", "Pero' xorta waħda nħass il-bżonn li ssir l-emenda għal paragraph (a) biex tpoġġi s-sitwazzjoni iktar fiċ-ċert rigward il-possibilita' li l-Gvernatur tal-Bank Ċentrali jkun ukoll il-Gvernatur tal-Malta Financial Services Centre.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Lino Spiteri.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Napprezza li l-emenda li qed issir dwar il- permanenza ta' Deputy Governor m'hijiex immirata għall-persuna li bħalissa qiegħda tokkupa din il-kariga.", "Kif semma l-Onor.", "Bonnici, section 36, li qed tiġi proposta, tagħmilha ċara li din tiġi in vigore għal ħatriet wara li tkun mgħoddija din il-liġi.", "Jiġifieri dak li qed nagħmlu mhux se jaffettwa lill-persuna li qiegħda tokkupa l-kariga ta' Deputy Goivernor bħalissa, imma xorta tibqa' l-mistoqsija: Għaliex inħass li huwa aħjar li din titneħħa?", "Din kienet ġiet imdaħħla fl-1974 - u naf preċiżament għaliex ġiet imdaħħla għax kienet tirrigwarda lili personalment - u kienet iddaħħlet għal skop tekniku.", "Kien inħass li f'istituzzjoni bħalma hu l- Bank Ċentrali, huwa tajjeb li jkollok an anchorman, fis-sens li jkollok Deputy Governor li ma jinbidilx kull ħames snin bħalma jinbidel il- Governor, speċjalment minħabba l-kontinwita' tal-policy tal-Bank.", "Il-Bord tad-Diretturi huwa magħmul mill-Governor, mid-Deputy Governor u tliet diretturi oħra, u jekk kemm-il darba wieħed iħalliha kif kienet qabel l- 1974 u kif qed jiġi propost issa, tista' tiġi f'pożizzjoni fejn jinbidlu ħames diretturi, mhux għax ikunu għamlu xi ħaġa ħażina, imma għax hekk ikun irid min min jappuntahom.", "GĦalhekk tista' tieħu l-ipotesi daqsxejn estrema - imma m'hijiex impossibbli - li jkollok bord tad-diretturi tal-Bank Ċentrali kompletament ġdid, u biex dawn ikunu jafu x'inhi l-policy tal-Bank u x'kien il-ħsieb wara ċerti affarijiet li ġew diskussi, iridu jew jaqraw il-kotba, jew jaqraw il-minuti - imma fil-minuti ma ssibx l-ispirtu ta' diskussjoni, iżda ssib res gestae dak li jkun ġie deċiż - jew inkella jmorru jistaqsu lil xi ħadd minn dawk il-ħames diretturi li kien hemm qabel.", "U jista' jkun li dawn ma tantx ikollhom aptit jitkellmu, partikolarment jekk ikunu ġew mibdula f'ċirkostanzi li min jaf x'setgħu kienu.", "Mela huwa ta' valur speċifiku għall-istituzzjoni - mhux għall- partit li jkun fil-gvern u lanqas għall-policy - li jkun hemm a continuity person f'kariga li hija l-ogħla kariga permanenti.", "Meta l-Gvern qed jipproponi li din ineħħiha bla ma jagħti raġuni għaliex se jneħħiha, jiena ngħid li mhux qed jagħmel tajjeb.", "U dak li m'huwiex motivat tajjeb, jien immedjatament niffaċċjah bil-mistoqsija: Għalfejn qed isir?", "Din il- mistoqsija tieħu iżjed saħħa meta tqis section 36, li rrefera għaliha l- Onor. Josef Bonnici, li permezz tagħha jidher ċar li l-emenda m'hijiex immirata għall-bniedem li jokkupa l-kariga fil-preżent.", "U la din l-emenda m'hijiex immirata - hekk għandu jkun, u jien napprezza dan - għall-bniedem li jokkupa l-kariga preżenti, għalfejn qed titressaq issa?", "Safejn naf jien - jekk il-memorja tagħtini tajjeb - il-bniedem li qed jokkupa l-kariga bħalissa għandu eta' daqskemm għandi jien, jiġifieri 56 sena, u mill-aspett ta' għomor - jekk jaqta' t-tipjip, jekk ma jagħtuhx battikati bla ħtieġa u attakki politiċi kif kien hemm dan l-aħħar, li ma kenux attakki ġustifikati -dan jista' jħares lejn ħames snin oħra ta' servizz utli fil-qasam bankarju.", "Ħalli nagħmilha ċara.", "Lil dan il-bniedem ili ma nkellmu xi seba' snin u nofs, minn kemm ili li spiċċajt mill-karigi li kelli, jiġifieri qed nitkellem oġġettivament u mhux qed nitkellem għalih bħala ħabib jew kollega antik.", "Dan il-bniedem għad baqagħlu ħames snin xi jservi.", "Allura għalfejn proprju llum qed tiġi proposta din l-emenda għal xi ħaġa li fil-kors normali ta' l-affarijiet, wieħed għandu jaħseb li hemm il-probabilita' li tiġi in vigore ħames snin oħra?", "Din ma nifhimhiex.", "Ħalli nħares lejn il-parti t'isfel ta' klawsola 6, fejn se tiġi emendata subsection 8 (5), u hawnhekk nagħmel żewġ osservazzjonijiet.", "Il-proviso tagħha se jiġi jaqra hekk:", "\"Provided that they may ...\"", "- mhux iżjed il-Gvernatur biss, imma l-Gvernatur u d-Deputat Gvernatur, li hija ħaġa tajba -", "\"... act or serve as chairmen, governors, directors or members of any board, commission or committee, by whatever name called, established by or under any law to promote, regulate or enquire into matters affecting banking and finance in Malta;\".", "GĦalfejn se ndaħħlu l-kelma \"regulate\"?", "Hawnhekk jidħol il-kumment li ili nagħmel, jiġifieri li lill-Bank Ċentrali qed niżvalutawh.", "Fis-Second Reading użajt il-kelma \"nemaskulaw\"; forsi veru li din hija kelma qawwija ħafna, imma \"niżvalutawh\" m'hijiex kelma qawwija għal dak li qed nagħmlu.", "Jekk il-Bank Ċentrali huwa l-bank li għandu jirregola lill-banek, kif issa se ddaħħluh f'din id-definizzjoni tad-doveri li jistgħu jiġu allokati lin- nies li huma l-ogħla żewġ uffiċjali tal-Bank Ċentrali u tnejn mill-ogħla personaġġi fil-pajjiż?", "Irrid nemfasizza dan il-punt, jiġifieri li l- Gvernatur u d-Deputat Gvernatur tal-Bank Ċentrali, huma min huma, kienu min kienu u għad ikunu min għad ikunu, huma nies ta' statura kbira.", "Din qed ngħidha oġġettivament.", "GĦalfejn lil dawn in-nies - li suppost li huma inkarigati mill-mekkaniżmu li jirregola lill-banek - se nġibuhom f'pożizzjoni li barra li jkunu Gvernatur u Deputat Gvernatur, jistgħu jidħlu fuq xi mekkaniżmu maħsub biex jirregola lill-banek?", "Huwa l-Bank Ċentrali li għandu jirregola lill-banek!", "M'hux il-każ li l-Bank Ċentrali għandu jkun ristrett biex ifassal monetary policy, anzi l-Bank Ċentrali qatt ma jista' jagħmel monetary policy f'kontest maqtugħ minn dak li jkun qed jikkonsidra l-Gvern tal-ġurnata fil-konsiderazzjonijiet tiegħu dwar kif għandha titmexxxa l-ekonomija.", "Ma jfissirx li l-Bank Ċentrali m'għandux ikollu l-awtonomija, imma jekk hawn xi ħadd li jemmen li l-Bank Ċentrali ta' Malta u tal-parti l-kbira tal-pajjiżi tad-dinja għandu jkollu awtonomija totali b'mod li allura jerġa' jkollna gvern ieħor f'pajjiżna, ikun qiegħed jiżbalja.", "U ngħid li jkun qiegħed jiżbalja bl-awtorita' kollha li għandi bħala bniedem li għal tmien snin domt immexxi l-Bank Ċentrali - s'issa kont l-iżjed wieħed li dam imexxi l-Bank Ċentrali - u bin- knowledge li għandi tas-suġġett.", "Se nikkwota wkoll minn essay dettaljat u interessanti ħafna li kiteb f'dawn l-aħħar sentejn Sir Alec Cairncross, ekonomista tajjeb Ingliż - apparti li ħabib personali - fejn daħal proprju fis-suġġett ta' kemm għandha tkun l-indipendenza ta' bank ċentrali.", "Huwa tkellem favur ċerta indipendenza tal-Bank Ċentrali, imma bank ċentrali qatt ma jista' jkollu awtonomija totali f'pajjiż bħal tagħna.", "Fil-Ġermanja l- Bank Ċentrali għandu awtonomija totali għax għaddew mill-waħx tas-snin tletin, u għalhekk fil-liġi tagħhom ipprovaw jagħtuh awtonomija totali, għalkemm l-awtonomija hija wkoll regolata mid-diskussjonijiet li jsiru mal- gvern tal-ġurnata.", "Imma mill-bqija mkien fid-dinja ma ssib bank ċentrali li għandu awtonomija totali.", "Nifhem li fid-dinja qed nersqu lejn iżjed awtonomija għall-banek ċentrali, u hekk għandu jkun.", "Imma li xi ħadd jaħseb li għandek tagħti lil bank ċentrali awtonomija totali, huwa żball.", "Din qed niddikjaraha b'mod ċar bħala bniedem li kont fil-Bank Ċentrali u kont ukoll Ministru tal-Finanzi.", "At the end of the day huwa l-Gvern u l- politiku li huma kontabbli lejn il-poplu, u hekk għandu jkun.", "Mhux qed ngħid li għandu jkun hemm politiċizzazzjoni tal-Bank Ċentrali jew inkella ndħil politiku jew impożizzjoni politika fuq il-Bank Ċentrali.", "Ara ma jmurx xi ħadd barra minn din il-Kamra - naħseb li f'din il-Kamra qed inkun ċar biżżejjed - jifhimni jew jinterpretani li qed ngħid hekk.", "Pero' fl- aħħar mill-aħħar id-deċiżjoni finali tal-policy ekonomika tal-pajjiż - u fiha mbagħad tidħol il-policy finanzjarja u l-policy monetarja - hija tal- Gvern tal-ġurnata, hu min hu.", "Qed nitkellem dwar il-gvern tal-ġurnata u mhux il-Gvern tal-lum.", "Il-gvern ikollu l-mandat - tiddefinih kif tiddefinih - mill-poplu; hu jkun ġie elett u meta l-poplu jkun irid kontabilita' jitlobha mingħand il-Gvern tal-ġurnata.", "Meta huwa hekk ma tridx tagħmel xi ħaġa li filwaqt li mhux qed tagħti lill-Bank Ċentrali xi awtonomija totali - u naqbel li m'għandux ikollu awtonomija totali; għandu jkollu awtonomija kemm jista' jkun, imma mhux toatli - fl-istess ħin ma tistax tneħħilu waħda mill-aktar funzjonijiet bażiċi li għandu jkollu, jiġifieri li jkun il-mekkaniżmu elevat, tekniku u serju li jirregola t- tmexxija serja u responsabbli tas-settur bankarju, huma min huma l- parteċipanti fih, sew jekk huma istituzzjonijiet li s-sid tagħhom hu l- Gvern, sew jekk huma istituzzjonijiet li s-sid tagħhom huwa barrani, sew jekk huma istituzzjonijiet li s-sid tagħhom hu x-shareholder privat u sew jekk hemm taħlita ta' dawn it-tliet shareholders.", "Kif tista' lill-Bank Ċentrali tneħħilu din il-funzjoni daqstant primarja li għandu jkollu?", "Ħalli ngħaddi għall-aħħar kumment tiegħi.", "Din il-parti qabel kienet tagħmel referenza għal matters affecting currency, banking and finance in Malta.", "Issa l-kelma \"currency\" tħalliet barra.", "Hemm xi skop għaliex din tħalliet barra, jew inkella dan sar bi żvista?", "Paragrafu (a) ta' subartiklu 8 (5) ta' l-Att prinċipali jgħid hekk:", "\"Provided that he may:", "- għax ir-refererenza kienet biss għall-Gvernatur -", "\"act as a member of any commission established by the Government to enquire into any matter affecting currency, banking or finance in Malta;\".", "Issa apparti l-emendi li qed jipproponi l-Gvern, din li l-Gvernatur jew id- Deputat Gvernatur jistgħu jiġu appuntati f'xi mekkaniżmu li jitwaqqaf to enquire into matters affecting currency - speċifikament currency - spiċċat.", "Għaliex spiċċat din?", "Irrid nippreżumi li spiċċat bi żvista, u jekk inhu hekk, allura sempliċement titressaq emenda u terġa' tiddaħħal.", "Jekk mhux hekk, imma spiċċat għax xi ħadd qed jipproponi li titneħħa, allura assolutament ma naqbilx miegħu.", "Waħda mill-funzjonijiet primarji tal-Bank Ċentrali hija that the Central Bank shall be the note issuing authority.", "Jekk qatt jinqalgħu ċirkostanzi fil-pajjiż - aktarx li ma jinqalgħux imma jistgħu jinqalgħu - fejn irid ikun hemm stħarriġ dwar any matter affecting currency, wieħed m'għandux awtomatika-ment jippreżumi li l-ewwel nies li se jkunu kkonsidrati biex ikunu fuq dan il-mekkaniżmu huma jew il-Gvernatur jew id-Deputat Gvernatur, jew inkella t-tnejn?", "Issa jekk din inneħħuha, meta diġa' kienet hemmhekk, għada pitgħada xi ħadd se jgħid li tneħħiet apposta proprju biex dawk ma jkunux ikkonsidrati għal fuq enquiry bħal dik.", "Mela allura nirrikmanda li jerġa' jkun hemm konsiderazzjoni - jekk għallinqas m'hemmx xi raġuni illi jiena m'iniex naraha - dwar għaliex tabilħaqq din il-possibilita' għandha tkun eskluża.", "L-aħħar punt tiegħi m'għandux x'jaqsam ma' l-emendi u lanqas ma' kurżita', iżda għandu x'jaqsam ma' trasparenza.", "Fl-emenda għal subsection 8 (1) kif proposta fi klawsola 6 hawn ir-referenza illi:", "\"They ...\"", "- jiġifieri the Governor and the Deputy Governor -", "\"... shall receive such remuneration as shall be set out in their respective letters of appointment\".\"", "Snin ilu għamilt interpellanzi dwar dan u mhux talli ma kellix tweġiba serja u sodisfaċenti imma kelli tweġiba li min għaddieha lill-Ministru ta' dak iż-żmien biex jagħtihieli kien immiżlijdjah, u din irrid nirreġistraha.", "Għandu dritt il-poplu jkun jaf x'salarji qegħdin jitħallsu għal dawn il-karigi?", "Jien assolutament m'iniex se niċċassa bis-salarji li se jiġu kkwotati, jekk jiġu kkwotati.", "Probbabilment dawn is-salarji lanqas huma biżżejjed, anke jekk at first glance jafu jidhru qawwija u sostanzjali, għax jekk wieħed jirrifletti jsib li ma jkunux qawwija biżżejjed għar-responsabilitajiet li jġorru.", "Imma hemm xi raġuni għaliex il-poplu m'għandux ikun jaf kemm qegħdin jitħallsu?", "Fi żmien il-gvern l- ieħor, is-salarji tal-Bank Ċentrali, tajjeb jew ħażin, kienu marbutin mas- salarji taċ-Ċivil.", "Illum dik ir-rabta nqatgħet.", "Meta inti tkun trid tmur fis-suq biex issib dak li taħseb li hu l-aħjar - ikunx l-aħjar jew le hija ħaġa oħra - għandu jkollok il-flessibilita' li toffri l-pakketti ta' remunerazzjoni li jkunu meħtieġa fiċ-ċirkostanzi li qed tfittex nies li trid tutilizza fl-aħjar interess tal-pajjiż, imbagħad wara wieħed jara x'jiġri.", "Ma niddejjaqx li nqatgħet dik ir-rabta.", "Imma jekk stess inqatgħet hemm xi misteru enormi jew xi sigriet monetarju, statali, spiritwali jew morali - sejjaħlu li trid - li ma jħalliniex inkunu nafu kemm jitħallas il-Gvernatur tal-Bank Ċentrali bħalma għandna nkunu nafu kemm jitħallsu chairmen ta' korporazzjonijiet pubbliċi, u ta' dawn il- quangos u istituzzjonijiet oħra li waqqaf il-Gvern għaliex iħoss li għandu jwaqqafhom?", "Kemm għandu salarju s-Segretarju Parlamentari nafu, kemm għandu l-Ministru nafu u kemm għandu l-Attorney General nafu.", "Allura għaliex m'għandniex inkunu nafu kemm jitħallas il-Gvernatur tal-Bank Ċentrali?", "Mhux qed nirreferi għall-Gvernatur li hemm issa.", "Ara ma jmurx xi ħadd jaħseb li qed nirreferi għas-Sur Francis Vassallo.", "Il-mistoqsija tiegħi m'hijiex immirata għall-Gvernatur tal-Bank Ċentrali preżenti, imma qed nieħu l-opportunita' biex nagħmel din il-mistoqsija għax tliet snin jew erba' snin ilu kont għamiltha lill-Ministru tal-Finanzi ta' dak iż-żmien u l-bużellieqiżmu li kien hemm fit-tweġiba li ngħatatli għadu ma niżillix minn ġo ġriżmejja.", "Imma ħalli ninsa dak il-bużillieqiżmu ta' min iddraftja dik it-tweġiba, li kien xi ħadd li meta kien hu fiċ-Ċivil kien jieħu attitudni differenti ħafna.", "U kien jiżbalja meta kien fiċ-Ċivil, kien hemm Gvern Laburista u kien jagħti ċerti pariri.", "Dak iż-żmien il-Gvern Laburista bela' ħafna pariri u nittama li ħaddieħor, taħt Gvern ieħor, jitgħallem ma jiblax ċerti affarijiet li jgħidulhom is-civil servants.", "Imma mbagħad meta ġejna hawnhekk biex nistaqsu x'kienu dawk il-pariri ta' qabel u t'issa, qagħdu jiġu bil-bużillieqiżmu.", "Issa ħalli ninsa l- bużellieqiżmu u nistaqsi jekk il-poplu għandux ikun jaf kemm qegħdin jitħallsu, mhux sempliċement il-Gvernatur tal-Bank Ċentrali imma n-nies li qegħdin imexxu l-istituzzjonijiet u li jagħmlu parti mis-settur pubbliku.", "Jien ngħid li m'hemm assolutament l-ebda raġuni għaliex il-poplu m'għandux ikun mgħarraf b'dawn l-affarijiet, basta meta jsiru magħrufa ma noqogħdux nagħmlu ħafna invidjożita' għax m'huwiex il-każ.", "Pero' huwa l-każ li jkollok l-informazzjoni ħalli tkun tista' tevalwaha.", "Iżjed ma jkun hemm reżistenza - bħalma kien hemm s'issa - biex tingħata din il-kwalita' ta' tagħrif, iżjed iqumu mistoqsijiet li l-poplu mbagħad ikollu kull dritt jagħmilhom b'insistenza dejjem iżjed niffieda.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "L-Onor.", "Bonnici.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Segwejt b'ċertu interess id-diskors ta' l-Onor.", "Spiteri u naħseb li f'diversi punti - meta ttratta l-awtonomija versus l- indipendenza tal-Bank Ċentrali - hemm qbil dwar kif inħarsu lejn l- affarijiet.", "Tajjeb li wieħed jgħid li r-raġuni għaliex ċerti gvernijiet marru għal iktar indipendenza - u mhux dejjem kien ċar li l-Bundesbank għandu indipendenza assoluta - hija l-biżgħa li l-gvern ma jużax lill-Bank Ċentrali b'mod tajjeb, fis-sens li fuq ħaġa li dwarha se nitkellem iktar 'il quddiem, il-Gvern jista' jiffinanzja l-infiq tiegħu billi prattikament jistampa l-flus.", "Hemm ċerti pajjiżi li għandhom inflazzjoni għolja ta' 1,000% jew iktar fis-sena, u l-inflazzjoni tiġi kkaġunata b'dan il-mod.", "Allura hemm min jgħid li biex tiżgura li dan ma jsirx trid toħloq istituzzjoni kompletament indipendenti.", "Naturalment din il-ħaġa għandha n- negative side tagħha, fis-sens li min ikun qed jiggverna - jekk ikun responsabbli, m'għandux għax jasal għal dan il-pass, u jekk ma jkunx responsabbli żgur li mhux se jerġa' jiġi elett - għandu l-mandat biex imexxi l-politika ekonomika tal-pajjiż, li tinkludi l-politika monetarja.", "F'ħafna pajjiżi, bħall-Ingilterra, din l-indipendenza assoluta ma teżistix.", "Hemm awtonomija u hemm mod kif opinjonijiet differenti tal-Bank Ċentrali jiġu kommunikati, anke bil-miktub, mingħajr ma wieħed ikollu gvern ieħor fi gvern stess; qed ngħid hekk biex nuża l-espressjoni ta' l-Onor.", "Spiteri.", "Naħseb li fil-każ ta' Malta, jekk wieħed iħares lejn ċerti stqarrijiet li kultant isiru - waħda mill-iktar affarijiet li jinkwetawni f'dan il-qasam hija meta wieħed jaqbad u jagħmel statements, l-iktar dawk li jiktbu fil- gazzetti - dwar ir-raġuni għaliex l-inflazzjoni sseħħ f'pajjiżna ...", "Kont qed naqra teżi mill-aktar interessanti ta' student fl-Universita' li wera li l-inflazzjoni hawn Malta m'hijiex maħluqa prinċipalment mill-hekk imsejħa demand side ta' l-ekonomija jew mid-deficits tal-Gvern, u r-raġuni hi li l-ekonomija tagħna tant timporta oġġetti li it leaks like a sieve.", "U f'dan it-teżi din ġiet ipprovata b'mod xjentifiku.", "Min-naħa l-oħra, fl- ekonomija tagħna l-inflazzjoni hija ġġenerata iktar minn supply side factors, minn pagi għall-higher cost ta' l-importazzjoni, u din ukoll ġiet \"ipprovata\" f'dan l-istudju li sar.", "Hawnhekk tajjeb li ngħid kemm huwa importanti li jkollna studenti li qed jagħmlu riċerka, għax dejjem ikunu jistgħu jħarsu lejn is-sitwazzjoni minn angolu li forsi ma jkunx irċieva daqshekk attenzjoni.", "F'Malta, l-argument li jkollok gvern irresponsabbli li jagħmel pump- priming ta' l-ekonomija, fis-sens li se jiffinanzja l-infiq billi jipprintja l-flus u allura trid Bank Ċentrali kompletament indipendenti, m'huwiex daqshekk relevanti.", "Peress li s-sitwazzjoni tagħna hija li nagħmlu trade ma' barra b'dak il-persentaġġ għoli u allura għandna ċerta dixxiplina awtomatika fuqna nfusna, fis-sens li jekk nitilfu l- kompetittivita' se nitilfu l-impiegi - pajjiżi oħra meta jitilfu l- kompetittivita' jingħalqu fihom infushom billi jagħmlu protezzjoni, eċċ - u dan iwassal għas-sitwazzjoni ta' din il-biżgħa li l-Bank Ċentrali ma jkunx indipendenti għaliex jista' jiġi abbużat ...", "L-ewwelnett wieħed irid jippreżumi li jkollu gvern responsabbli u barra minn hekk l-istruttura ta' l-ekonomija tagħna hija tali li l-inflazzjoni f'pajjiżna tiġi ġenerata iktar minn supply side factors milli minn demand side factors.", "Allura wieħed ma jridx sempliċement jgħid li l-inflazzjoni ġejja mill-printing of more money - din hija konklużjoni li faċilment wieħed isib fil-gazzetti barranin, speċjalment dawk li f'moħħhom ikollhom ċerta politika ekonomika - għaliex fil-każ ta' Malta f'dawn l-aħħar 30 sena naħseb li l-evidenza turi li m'huwiex il-każ.", "Is-sitwazzjoni fejn din l-inflazzjoni hija ġenerata biss minn excess money, hi simplifikazzjoni li ma tantx tapplika għalina u allura wieħed iħares lejn l-argument ta' l-awtonomija versus indipendenza.", "Fil-fatt aħna għandna l-constraints tagħna li jwasslu biex ċertu abbuż fil- Bank Ċentrali lanqas kieku rridu ma jsir b'mod effettiv għaliex aħna għanda a very open economy.", "Madankollu aktar 'il quddiem xorta dehrilna li l-ways and means account għandu jitneħħa għax iwassal għal sistema iktar stabbli u iktar aċċettata kif gvern jiffinanzja x-short term expenditure tiegħu.", "Ma naqbilx għal kollox ma' dak li qal l-Onor.", "Spiteri fir-rigward tal- kelma \"regulate\", fis-sens ta' jekk il-Bank Ċentrali hux se jirregola jew le.", "Jien, bil-kelma \"regulation\" nifhem żewġ affarijiet, għandek ir- regulation and superfition fejn il-Bank Ċentrali se jirregola auditing tal- mod kif jaħdmu l-banek kummerċjali li qed iżommu skond ir-requirements imposti mil-liġi, u l-prudential requirements fejn il-Bank Ċentrali wkoll ikollu x'jaqsam billi jiżviluppa.", "Tista' tirregola b'mod iktar indirett, bil-policy monetarja billi tirregola kemm ikun hemm flus fl-ekonomija u allura tinfluwenza b'dan il-mod ir-rata ta' l-imgħax.", "F'ħafna pajjiżi din id-distinzjoni teżisti b'mod ċar fejn ir-regulation and supervision tal- Bank Ċentrali jsir b'mod tekniku u mhux neċessarjament jagħmlu hu, pero' r- regulation tas-sistema monetarja qiegħda fil-Bank Ċentrali u aħna qed naraw li l-ewwelnett se jkollna l-Competent Authority li eventwalment ikollha sotto-kumitat tal-banking co-ordination, li xorta għandu l-maġġoranza tal- Bank Ċentrali u allura xorta jkun jista' jiddomina dawn ir-regolamenti.", "Barra minn hekk għandek ukoll ir-rappreżentanza tal-Gvern li tmur fuq il- Bord tal-Malta Financial Services Centre li qiegħed hemmhekk biex ikun hemm iktar kordinazzjoni, fis-sens li jkollna żewġ bodies li qed jimxu in tandem u mhux kontra xulxin.", "Fil-fatt - kif nifhimha jien - bis-Central Bank Act, il-Bank Ċentrali huwa supreme xorta waħda, fis-sens li jekk iħoss li, għal raġunijet monetarji, l-Malta Financial Services Centre qed timxi b'xi regoli għandu dritt li jiddomina u li allura jitlob li jkun hemm bidliet.", "GĦalhekk jien naħseb li meta wieħed jgħid li l-Bank Ċentrali ġie maskulat ikun qed juża kelma ftit qawwija.", "Jien naħseb li l-Bank Centrali ma tilifx, anzi qed nagħtuh rwol ftit differenti li jrid jittrejnja għaliha biex ikun iktar preparat għal ġejjieni; sistema ftit iktar differenti u liberalizzata.", "Ma nixtieqx li nagħmel Second Reading fuq dawn il-punti pero' deherli li kelli nagħmel xi ftit kummenti għaliex naħseb li dawn huma punti relevanti, għalkemm kultant naħseb li veru li hawn ġew inkunu qed niddiskutu għalina nfusna għaliex ċerti punti jkunu ftit tekniċi biex ikunu jistgħu jiġu rapportati sewwa.", "Mr Chairman, punti oħra li tqajjmu kienu dwar id-Deputy Governor.", "Ċertament li l-punt ta' kontinwita' li qajjem l-Onor.", "Spiteri teżisti dejjem; teżisti f'kull bord li Gvern responsabbli jfittex li jkun hemm nies li jkollhom kontinwita' jew li għandhom esperjenza biżżejjed f'dak il- qasam biex b'hekk din in-neċessita' li jkollok il-kontinwita' li tibqa' ma tkunx daqshekk importanti.", "Jien ngħid li l-possibilita' li Deputy Governor jerġa' jiġi re-appointed hemm qiegħda.", "Jiġifieri m'aħniex qed ngħidu \"not eligible for re-appointment\".", "L-issue hi li jista' jkun li, per eżempju, tagħmel l-istess Gvernatur u tbiddel lid-Deputy Governor, jiġifieri għanek iktar flessibilita'.", "Din donnha kienet l-indikazzjoni u l-intenzjoni ta' l-Att prinċipali, meta ġie ntrodott fl-1967.", "GĦalhekk jien naħseb li wieħed ma jridx jikkonkludi li għaliex id-Deputy Governor irid jiġi appuntat għal ċertu ammont ta' snin li hi \"not exceeding five years\" dan allura, neċessarjament, mhux se jiġi appuntat, għaliex jista' jkollok mix differenti.", "Jista' jkollok każ fejn you re-appoint somebody like the Governor u każijiet fejn il-kontinwita' isservi b'mod ieħor.", "L-Onor.", "Spiteri kkummenta wkoll dwar għaliex il-kelma \"currency\" m'hijex qiegħda fit-test il-ġdid tal-klawsola 6 (5) (a) li tgħid:", "\" ... established by or under any law to promote, regulate or enquire into matters affecting banking and finance in Malta;\".", "meta qabel kienet \"into any matter affecting currency, banking or finance in Malta\" .", "Jiena nħossha inpliċita li xi ħaġa fil-currency hija wkoll inkluża hemmhekk, pero' staqsejt għaliex il-kelma \"currency\" tħalliet barra u r-risposta m'hijiex ċara u jien ma nsib l-ebda diffikulta' li nerġgħu ndaħħlu l-kelma \"currency\".", "Fil-fehma tiegħi, hi ovvja li jekk ikollok kummissjoni li qed teżamina l- currency, allaħares ma jkunx hemm il-Bank Ċentrali.", "GĦalhekk f'dak is- sens se nipproponi emenda biex il-kelma \"currency\" terġa' tidħol fit-test ta' din l-emenda l-ġdida.", "Mr Chairman, rigward ir-remuneration jien naħseb li hawnhekk wieħed irid juża wkoll ċertu bilanċ.", "Jista' jkun hemm każijiet fejn ir-remuneration tkun skond il-kapaċita', għalhekk irid ikun hemm ftit ta' flessibilita'.", "Jista' jkun hemm sitwazzjonijiet fejn wieħed irid joqgħod attent kif jimxu dwar ċerti dettalji u ma għandniex nibdew ngħidu li għaliex ikun Gvernatur tal-Bank Ċentrali bilfors se jikkmanda salarju \"x\".", "Ir- remuneration trid ikun skond il-kapaċita' tal-persuna.", "Is-sitwazzjoni hi li wieħed irid juża ċertu discretion u abilita' biex iħalli l- flessibilita'.", "Is-sitwazzjoni - kif fhimtha jien - dejjem kienet li dawn it-tip ta' dettalji ma jkunux neċessarjament miftuhin aperti b'dan il-mod.", "Pero' nifhem il-punt li wieħed irid joqgħod attent.", "Meta jsiru dawn id- deċiżjonijiet żgur li wieħed joqgħod attent rigward l-implikazzjonijiet li jista' jkollok meta qed tittratta ma' persuna li tista' jkollha esperjenza kbira u jkollha ċerta abilita' li taqla' ċertu ammont ta' flus barra.", "Naturalment f'dawn iċ-ċirkostanzi, trid, biex ngħid hekk, titteppja l- abilita' tagħha f'pajjiżna.", "GĦalhekk wieħed irid iħalli ċerta flessibilita'.", "Mr Chairman, peress li l-emenda dwar il-kwestjoni tal-currency hija ħaġa żgħira se nressaq emenda għal din il-klawsola:", "\"B\" Fil-paragrafu (a) tal-proviso tas-subartikolu (5) li hemm fil- paragrafu (b) tal-klawżola 6, minflok il-kliem \"l-kummerċ bankarju u finanzjarju\" għandhom jidħlu l-kliem \"l-flus, ix-xogħol bankarju jew il-finanzi f'Malta\".", "\"B\" In paragraph (a) to the proviso to subsection (5) in paragraph (b) of clause 6, for the words \"banking or finance in Malta\" there shall be substituted the words \"currency, banking or finance in Malta\".", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No).", "Il- mistoqsija hi emenda \"B\" kif imressqa u moqrija mis-Segretarju Parlamenti.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Emenda \"B\" għaddiet nem. con.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 6 kif emendata.", "Dawk favur (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 6, kif emendata għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 3 - Emenda ta' l-artikolu 2 ta' l-Att prinċipali.", "Clause 3 - Amendment of section 2 of the principal Act.", "(Posposta aktar kmieni fil-Kumitat)", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Chairman, għal din il-klawsola nixtieq inressaq din l-emenda:", "\"Ċ\" Fil-paragrafu (a) tat-tifsira ta' \"kummerċ bankarju\" fil-paragrafu (f) tal-klawżola 3 minflok il-kliem \"inkluż self jew ġbir ta' flus bil- ħruġ ta' obbligazzjonijiet\" għandhom jidħlu l-kliem \"inkluż ġbir jew self ta' flus bil-ħruġ ta' ċertifikati ta' depożitu, obbligazzjonijiet\".", "\"C\" In paragraph (a) of the definition of \"business of banking\" in paragraph (b) of clause 3, for the words \"including the borrowing or raising of money by the issue of debentures\" there shall be substituted the words \"including the raising or borrowing of money by the issue of certificates of deposit, debentures\".", "Ħaġa oħra li kienet pendenti f'din il-klawsola kienet jekk għandux ikun hemm referenza speċifika għal \"credit institution\".", "F'dan l-Att m'aħniex qed insemmu credit institution, pero' ġibduli l-attenzjoni li fil-Banking Act id-definition li hemm hija:", "\"\"bank\" or \"credit institution\" means any person carrying on the business of banking;\".", "Imbagħad hemm ukoll id-definizzjoni ta' \"business of banking\".", "Peress li fil-Banking Act kultant tintuża l-kelma \"bank\" u kultant jintużaw il-kliem \"credit institution\", inħasset il-ħtieġa li dawn jiġu definiti.", "Il-fatt illi fil-Banking Act qegħdin speċifikati b'dan il-mod fejn qed tintuża l- kelma \"credit institution\" hija suffiċjenti biex wieħed jara li dawn qed jirreferu għall-istess ħaġa.", "Imma f'dan l-Abbozz, sakemm m'aħniex qed nużaw il-kelma \"credit institution\" - u jidhirli li m'aħniex nużawha - m'hemmx dik in-neċessita' li nagħmlu l-istess definition kif għamilna fil- Banking Act.", "Kif inhu fil-Banking Act huwa suffiċjenti biex wieħed jifhem li \"bank\" u \"credit institution\" huma interchangeable.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il- mistoqsija hi l-emenda \"Ċ\" għal klawsola 3 kif moqrija mis-Segretarju Parlamentari.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed", "Emenda \"Ċ \" għaddiet nem. con.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 3 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 3, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 7 - Emenda ta' l-atikolu 11 ta' l-Att prinċipali.", "Clause 7 - Amendment of section 11 of the principal Act.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Fi klawsola 7 qed nagħmlu emenda biex nispeċifikaw dawk in-nies li jistgħu jiġu appuntati fuq il-Board of Directors.", "Qegħdin ngħidu illi no person shall be appointed or shall remain director who:", "\"\"(b) is a director or salaried official of an instiutution regulated by the Bank or holds more than one per centum of the ordinary paid up share capital of such institution;\" and", "(b) in subsection (2) thereof for the word \"Minister\" there shall be substituted the word \"Board\".\".", "Ir-raġuni hija li qed nittrasferixxu ċerti Ministerial powers to the Central Bank Board.", "L-intenzjoni hija illi nħallu ċerta flessibilita' fis- sens illi m'hemmx bżonn li jkun hemm divestment komplet minn wieħed li jieħu l-kariga fil-Board of Directors u li għandu \"one per centum of the ordinary paid up share capital of such institution\".", "Naħsbu li din twassal għal iktar flessibilita' fis-sistema milli kieku wieħed jgħid \"completely divesting himself from such shares\".", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Lino Spiteri.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Fis-Second Reading diġa' għidt li din ma naqbilx magħha.", "Jekk stess is-Segretarju Parlamentari jixtieq iħalliha allura jrid idaħħal il-ħtieġa li min ikun se jiġi maħtur direttur jiddikjara x'interess għandu lill-Bank Ċentrali.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Naturalment, jien nifhimha li l-Bord jiżviluppa ċerti regoli kif imexxi.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Le, mhux il-Bord, din hija l-liġi.", "Qabel il-Liġi kienet tgħid illi jekk huwa shareholder anke jekk għandu share waħda biss, ma jistax ikun direttur, fullstop.", "Issa qed ngħidu li jekk għandu mhux iżjed minn one per cent, jista' jsir direttur.", "Jekk se ddaħħalha għallinqas daħħal proviso fejn tgħid: provided that such shareholding shall be declared to the Prime Minister - għax il-Prim Ministru qed jappuntah - on the director's appointment.", "Issa jagħmlu wording kif iridu, imma trid iddaħħal l-obbligu, inkella kif se tirregolah?", "It-tieni nett f'subartikolu11(2) tal-liġi prinċipali qed jiġi propost li:", "\"for the word \"Minister\" there shall be substituted the word \"Board\".", "Hawnhekk mhux talli ma naqbilx, iżda talli naħseb li din l-emenda lanqas tista' ssir.", "Id-diretturi jaħtarhom il-Prim Ministru.", "Qabel id-delega li wieħed jista' jitneħħa minn direttur, għax ma jattendix għall-board meetings għal ċertu żmien, kienet f'idejn il-Ministru li allura huwa delegat biex jagħmel hekk mill-Prim Ministru.", "Imma issa ma tistax tiddelega l-fakulta' tat-tneħħija f'idejn il-Bord tad-Diretturi.", "Kif jistgħu d-diretturi jneħħu lil wieħed minnhom?", "Dan m'għandux ikun.", "Il- Prim Ministru jaħtar għax lill-Prim Ministru tista' tieħdu bħala r- rappreżentant tax-shareholders, li huma l-poplu.", "Mela l-Prim Ministru jaħtar lid-diretturi.", "Issa ma tistax tgħid illi d-deċiżjoni biex jitneħħa direttur - għax ma attendiex il-board meetings - għandha tiġi f'idejn il- membri l-oħra tal-Bord.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ma nifhimhiex hekk .", "Subartiklu 11(2) tal-liġi prinċipali jgħid:", "\"A director may be relieved of his office if he becomes incapable of carrying on his duties or is guilty of serious misconduct in relation to his duties, or is absent from the meetings of the Board without reasonable cause for such period as the Minister may in the circumstances consider excessive.\".", "Jiġifieri l-\"period\" li qed jiġi determinat mill-Bord, u mhux li l-Bord se jneħħi lid-direttur.", "Il-Bord se jiddetermina li, per eżempju, tliet darbiet jew erba' darbiet li wieħed ma jkunx preżenti huwa konsidrat eċċessiv u allura he will be relieved of his office.", "Imma jien nifhimha li xorta waħda the director may be relieved of his office mill-Prim Ministru.", "Hawnhekk sempliċement qed nissostitwixxu min jiddeċiedi wara kemm numru ta' sessions direttur li ma jattendix għandu jitneħħa; jekk hux il-Ministru jew il-Bord.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Le, għaliex għandu jiddeċiedi l-Bord?", "Jien persważ li għandek ħafna esperjenza ta' bordijiet, imma dejjem trid twessagħha din l-esperjenza.", "Ejja ngħidu jkun hemm ħames diretturi - mhux li hemm issa - fis-sena 2000 u jinzerta jkun hemm wieħed minnhom illi l-ħin kollu mhux jaqbel ma' l-erbgħa l-oħra.", "Is it beyond the bounds of imagination li dawn jgħidu li jekk wieħed minnhom ma jattendix għal darbtejn, dan ikun eċċessiv!", "Trid toqgħod attent għal dawn l-affarijiet.", "Il-Bord jirregola lilu nnifsu skond il-qasam li tagħtih biex jirregola.", "Imma fejn jiġu r- responsabbiltajiet tal-Bord, trid tibqa' tirregolahomlu jew il-liġi jew id- delegat tal-liġi li huwa l-Ministru jew il-Prim Ministru.", "Nirrakkommandalek biex din ma tibdilhiex.", "M'hemm assolutament l-ebda ħtieġa li tbiddilha; hawn mhux qed testendi l-awtonomija.", "Kulma qed tagħmel huwa li testendi l-possibilita' li għada pitgħada tinqala' xi ċirkostanza sempliċement għaliex daħħalna emenda daqshekk żgħira.", "Allura tagħmilha xejn għax lill-Bank m'hi se sservilu xejn.", "F'dan il-każ l-aħħar kelma dejjem għandha tkun f'idejn il-Ministru.", "Il-parti l-oħra fejn għidt li hemm bżonn proviso, jista' ma jsir xejn għaliex jekk jinqabad li għandu iżjed minn one per cent, dan awtomatikament jiġi mneħħi mill-kariga li jkun fiha.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Qed nippreparaw emenda għal paragrafu (b) ta' klawsola 7.", "Issa rigward paragrafu (a) ta' klawsola 7 għandi informazzjoni li wieħed m'għandux għalfejn jispeċifika x-share capital għax wara kollox hemm il- memorandum of association fejn jista' jiċċekkja dan.", "Naħseb li jkun aħjar jekk għalissa nipposponu din il-klawsola.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn permess biex din il-klawsola tiġi posposta?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata u l-klawsola ġiet posposta.", "Klawsola 8 - Żieda ta' l-artikolu 13A ġdid ma' l-Att prinċipali.", "Clause 8 - Addition of new section 13A to the principal Act.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Chairman, nipproponi din l-emenda għal klawsola 8:", "Minflok il-kliem \"13A.", "Il-Bank, kull direttur, funzjonarju jew impjegat tiegħu,\" daħħal dan li ġej:", "\"13A.", "Il-Bank, il-Bord tad-Diretturi tiegħu, kull funzjonarju jew impjegat tiegħu,\".", "For the words \"13A.", "The bank, any director, officer or servant thereof,\" substitute the following:", "\"13A.", "The Bank, its Board of Directors, and any officer or servant thereof,\".", "Ir-raġuni għal din l-emenda li qed nipproponi issa hija prinċipalment għaliex fit-test li ppubblikajna kien hemm żball fis-sens li skond id- definitions, il-kelma \"bank\" kienet qed tirreferi għal banek kummerċjali waqt li din suppost qed tirreferi għal Bank Ċentrali.", "Għalhekk il-kelma \"bank\" trid tinkiteb bil-capital letter \"B\", allura tinqara \"Bank\".", "GĦamilna wkoll ftit re-phrasing - forsi huwa iktar tajjeb - u għalhekk minflok \"any director\" għamilniha \"board of directors\", eċċ. Din l-emenda hija intiża biex teskludi l-liability għal azzjonijiet li ma jkunux saru in bad faith.", "Din hija simili għal provisions li hemm fil-Malta Financial Services Centre Act u t-tax amendments li għaddejna aktar kmieni din is- sena.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Lino Spiteri.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Jien nara li b'daqshekk m'hemmx diffikulta', Mr Chairman, pero' jien naħseb li tiġi taqra aħjar bl-Ingliż jekk nagħmlu \"the Bank, directors, officers or servant thereof\" minflok \"its board of directors\".", "Dan għaliex il-frażi \"its board of directors\" tirreferi għall- bord kollettivament, waqt li l-kelma \"directors\" tista' tirreferi anke għad- diretturi individwalment.", "Issa meta trid teżenta, korrettament, lil kull funzjonarju li jiġi mpjegat jew mqabbad biex jagħmel xi ħaġa bħala funzjonarju, trid tieħdu anke individwalment.", "Għalhekk jien nara li bl- Ingliż tkun iktar korretta hekk.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Pero' ma nafx tispeċifikax li dawn ikunu d- Diretturi tal-Bank Ċentrali.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Iva.", "Dan qed jirreferi għalihom u għalhekk qed nagħmlu l-kelma \"thereof\" biex inkunu nistgħu nikkwalifikawha.", "Anzi jekk nħallu l-kliem \"officer or servant thereof\" tiġi li qed tfisser tal-Board of Directors u mhux tal-Bank.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-emenda li għadna kif ippreżentajna se tiġi reworded sempliċement biex tkun iktar adatta.", "Mr Chairman, se naqra l- emenda korretta għal din il-klawsola:", "\"D\" Minflok il-kliem \"13A.", "Il-Bank, kull direttur, funzjonarju jew impjegat tiegħu,\" daħħal dan li ġej:", "\"13A.", "Il-Bank, diretturi, funzjonarji jew impjegat tiegħu,\".", "\"D\" For the words \"13A.", "The bank, any director, officer or servant thereof,\" substitute the following:", "\"13A.", "The Bank, directors, officers or servant thereof,\".", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il- mistoqsija hija l-emenda kif mressqa u moqrija mis-Segretarju Parlamentari.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"D\" għaddiet nem. con.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 8, kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 8, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 7 - Emenda ta' l-artikolu 11 ta' l-Att prinċipali.", "Clause 7 - Amendment of section 11 of the principal Act.", "(Posposta aktar kmieni fil-Kumitat)", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Chairman, nipproponi din l-emenda għal klawsola 7:", "\"E\" Il-klawżola 7 għandha tiġi emendata kif ġej:", "(a) il-paragrafu (b) tagħha għandu jitħassar; u", "(b) minflok il-kliem minn \"L-artikolu 11 ta' l-Att prinċipali\" sal- kliem \"ta' subartikolu (1) tiegħu\" għandhom jidħlu l-kliem:", "\"Minflok il-paragrafu (b) tas-subartikolu (1) ta' l-artikolu 11 ta' l- Att prinċipali.\".", "\"E\" Clause 7 shall be amended as follows:", "(a) paragraph (b) thereof shall be deleted; and", "(b) for the words from \"Section 11 of the principal Act\" to the words \"subsection (1) thereof\" there shall be substituted the words:", "\"For paragraph (b) of subsection (1) of section 11 of the principal Act\".", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hemm rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija l-emenda kif mressqa u moqrija mis-Segretarju Parlamentari.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"E\" għaddiet nem. con.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-misotqsija hija klawosla 7, kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 7, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 9 - Emenda ta' l-artikolu 15 ta' l-Att prinċipali.", "Clause 9 - Amendment of section 15 of the principal Act.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Chairman, nipproponi din l-emenda għal klawsola 9:", "\"F\" Minnufih wara l-paragrafu (f) tagħha, daħħal dan il-paragrafu ġdid li ġej:", "\"(ff) fil-proviso tal-paragrafu (ħ) tas-subartikolu (1) tiegħu minflok il-kliem \"skond l-artikolu 52 ta' dan l-Att;\" għandhom jidħlu l-kliem \"skond l-artikolu 18 ta' dan l-Att;\".", "\"F\" Immediately after paragraph (f) thereof there shall be added the following new paragraph:", "\"(ff) in the proviso to paragraph (h) of subsection (1) thereof substitute the words \"under section 52 of this Act;\" by the words \"under section 18 of this Act;\".", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hemm rimarki?", "L-Onor.", "Lino Spiteri.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Għaliex l-emenda semmejtuha \"ff\"?", "Peress li l- emenda li kien hemm qabel kienet imsejħa \"f\", allura jien naħseb li l- emenda ta' wara kellha tiġi msejħa \"ġ\" u mhux \"ff\".", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jien informat li l-Attorney General ġieli għamel hekk.", "Ir-raġuni għal dan hija għaliex diġa' hemm emenda oħra msejħa \"Ġ\" u allura kellna nagħmluha \"ff\".", "Fil-fatt għandna xi ħaġa simili fl-emenda \"Ċ\" ukoll.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Jekk trid ħalliha.", "Ngħid għalija jien qatt ma rajtha.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jien m'inix avukat, pero' l-informazzjoni li għandi hi li ...", "ONOR.", "LINO SPITERI: Jiena nissuġġerilek li kif m'hawnx avukati fil- Kamra tirranġaha.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jien se nkompli niddiskuti u mbagħad meta jiġi nkellmuh naqra fuqha.", "Kif kont se ngħid, l-informazzjoni li għandi hija li din mhijiex xi ħaġa li l-avukati ma jagħmluhiex.", "Klawsola 9 qegħda temenda l-artiklu 15 li jittratta dwar principal business and powers of the Bank.", "L-ewwelnett qegħdin jitneħħew il-minimum balances li kienu speċifikati fl-Att prinċipali.", "Dawn mhumiex konsidrati neċessarji.", "Emenda oħra li qegħda ssir hija fejn qed ngħidu li l-Bank Ċentrali jista' jsellef u jiddepożita precious metals.", "Hemm ukoll xi partijiet fejn qed nittrasferixxu Ministerial powers lis-Central Bank Board u dan qed iisir fl- ispirtu ta' aktar awtonomija.", "Qegħdin inbiddlu l-perjodu ta' \"Government Treasury bills forming part of a public issue and maturing within ninetey- three days\".", "Din issa qed tiġi estiża u m'aħniex nispeċifikaw limitu.", "Normalment Treasury bills ma jkunux għal perjodu twil ħafna pero' fil- prattika ma jkunux għal aktar minn sena.", "Qegħdin nippreżentaw emenda wkoll biex il-Bank Ċentrali jkun jista' joħroġ u jiżviluppa strumenti finanzjarji tiegħu stess for monetary purposes.", "Emenda oħra qegħda ssir biex niċċaraw id-definizzjoni ta' \"demand liabilities\".", "Qegħdin nestendu wkoll it-temporary financing from three to twelve months - li ddiskutejniha fit-Tieni Qari - għall-maturity period of Treasury bills.", "Qegħdin nagħtu l-abilita' lill-Bank Ċentrali li jidħol f'repurchase agreement mal-banek.", "Tajjeb li wieħed jgħid li din hija faċilita' importanti li twassal għal aktar flessibilita' li l-Bank Ċentrali jista' jidħol f'arranġament mal-banek li jixtri ċertu bonds mingħandhom bil-patt li aktar tard jerġa' jbiegħ dawn il-bonds b'ċertu prezz u b'ċertu kondizzjonijiet.", "Dawn iwasslu għal aktar flessibilita' fis- sens li l-banek kummerċjali tista' tiżdidilhom il-likwidita' b'mod temporanju mingħajr ma jkollhom speċifikament ibiegħu l-bonds tagħhom u allura jidħlu f'ċertu transaction costs li jinvolvi l-bejgħ.", "Illum dawn ir- repurchase agreements huma wżati b'mod estensiv mill-banek ċentrali madwar id-dinja u nistennew li 'l quddiem din għandha twassal għal żvilupp ġdid.", "Qegħdin nagħmlu xi bidliet oħra biex inkunu in line mal-Banking Act u d- definition ta' \"bank\" skond il-Banking Act.", "Qegħdin indaħħlu wkoll parti oħra li fejn qabel il-Bank Ċentrali kien marbut li jixtri \"convertible foreign currencies, negotiable certificates expressed in convertible foreign currency and maturing within two years ....\", illum din ġiet estiża għal \"floating rate notes maturing within ten years\".", "Id- diffikulta' hawnhekk kienet li d-Dipartiment in charge minn dawn ir-riżervi li jkun qiegħed jinvesti u jagħmel management ta' dawn ir-riżervi, bl- istrumenti li hemm available internazzjonalment illum qed jirriżultalu li din hija daqsxejn ta' constraint u fil-fatt talbu li jkun hemm daqsxejn ta' flessibilita' minn din ir-regola.", "Fl-aħħarnett qegħdin nagħmlu ċertu linkages li hemm bżonn għall-Banking Act u jekk naraw paragraph (k) insibu li dan fil-fatt jgħid:", "\"in paragraph (l) of subsection (1) thereof for the words \"purchase and sell\" there shall be substituted the words \"purchase, sell, deposit or lend for consideration.\".", "Din tagħmilha aktar faċli lill-Bank Ċentrali li juża l-hekk imsejħa \"euroclear services\" għal short term lending of securities.", "Bażikament dawn huma l-bidliet prinċipali.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Lino Spiteri.", "ONOR.", "LINO SPITERI: L-aħħar kumment li nixtieq nagħmel hu li nissuġġerixxi lis-Segretarju Parlamentari li jippreparaw emenda biex ineħħu fejn hemm \"(ff)\", \"(jj)\" u \"(qq)\" u jsir biss renumbering.", "Xi kummenti oħra li għandi x'nagħmel, nista' nagħmilhom għada.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Sar il-ħin.", "Il-Kamra rriżumiet u l-Viċi President tal-Kumitati rrapporta progress u talab il-permess sabiex il-Kumitat jerġa' jiltaqa'.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "CENSU GALEA (Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd): Mr Speaker, nipproponi l-aġġornament tal-Kamra għal għada, it-Tlieta, 11 ta' Ottubru, fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Bank Ċentrali - Kumitat (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar ir-Reġistrazzjoni ta' Artijiet - it- Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Ordinanza dwar il-Privileġġi u s-Setgħat tal-Kamra tad-Deputati - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Tribunal għal Talbiet Żgħar - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar iż-Żwieġ - it-Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Edukazzjoni - Kumitat (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili (Emenda Nru 2) - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi tal-Liġijiet tal-Pulizija - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Servizzi ta' Impieg u Taħriġ - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Korporazzjoni għall-Iżvilupp ta' Malta - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar l-GĦajnuna lill-Industriji - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Ligi li jemenda l-Att dwar l-Uffiċċju tal-Posta - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Massa Frumentarja - it- Tieni Qari", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kumpanniji - it-Tieni Qari; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Kummissarji għall-Ġustizzja - it-Tieni Qari.", "MR SPEAKER: Skond il-ftehim milħuq aktar kmieni fis-seduta tal-lum, il- Kamra hija aġġornata għal għada, it-Tlieta, 11 ta' Ottubru, fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif kommunikata mill-Ministru.", "Fit-8.30 p.m. il-Kamra aġġornat skond il-ftehim milħuq.", "MISTOQSIJIET IMWIEĠBA BIL-MIKTUB", "KUĊĊIERA TAL-KAROZZINI", "20765.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: Jista' l-Ministru jgħid x'kondizzjonijiet huma risposti fuq il-kuċċiera tal-karozzini biex iżommu il-post fejn ikunu nadif?", "Dawk li joperaw barra l-Belt antika ta' l-Imdina huma kollha b'liċenzja?", "Hemm xi tariffi fissi dwar kemm suppost jinżamm mill-kuċċiera għal dawra ma' l-Imdina?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Il-liċenzji li jinħarġu lill-kuċċiera tal- karrozzini ma jistipulaw l-ebda kondizzjoni dwar l-indafa, iżda l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku qed tesiġi mas-sidien u l-kuċċiera li fil-vened għandha tinżamm l-indafa.", "Jiena nformat li l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku ma waslilha l-ebda rapport li kien hemm xi ħadd jopera karrozzini mingħajr liċenzja barra l- Imdina.", "L-uniċi tariffi li jeżistu fil-każ tal-karrozzini huma dawk pubblikati fl- 1988 permezz ta' l-Avviż Legali Nru. 75, jiġifieri rata minima ta' Lm3 għall-vjaġġ li ma jiħux aktar minn nofs siegħa u rata ta' 75c għal kull nofs siegħa addizzjonali jew parti minnha.", "KAROZZINI LIĊENZJATI", "20766.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: Jista' l-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' karozzini liċenzjati biex joperaw?", "Dawn għandhom liċenzja biex joperaw kullimkien jew f'post speċifiku?", "Kemm inqabdu persuni li għamluha ta' kuċċiera jaħdmu bla permess?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Jiena nformat li sa ftit tal-ġimgħat ilu l- permessi biex persuna tkun tista' topera servizz ta' karrozzin kienu jinħarġu mill-Pulizija u l-ħlas kien isir fl-Għases tad-Distrett fejn joqgħod is-sid tal-karrozzin.", "Dan l-aħħar, l-Awtorita dwar it-Trasport Pubbliku bdiet tieħu passi biex il-ħlas tal-liċenzji jibda jsir fl-uffiċċju tagħha u b'hekk tikseb kontroll asssolut ta' dan is-settur.", "Fil-fatt, l-Awtorita' diġa' bagħtet għal dawk li jidhru li huma liċenzjati bħala sidien.", "Minn informazzjoni miksuba mid- Dipartiment tal-Pulizija jirriżulta li hawn madwar 92 karrozzin reġistrat fil-gżejjer Maltin, iżda dan in-numru qed ikun verifikat mill-Awtorita' permezz ta' eżerċizzju li qed tagħmel.", "QRATI - ĠURIJIET PENDENTI", "20767.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 20039 dwar ġurijiet pendenti?", "ONOR.", "JOE FENECH: Jiena nformat li hemm", "Sitt ġurijiet pendenti fuq traffikar ta' Droga kontra sitt persuni.", "GĦaxar ġurijiet pendenti fuq omiċidju kontra 11-il persuna differenti.", "14-il ġuri pendenti fuq serq kontra 22 persuna differenti.", "Dawn il-persuni huma kollha Maltin.", "Akkuża ta' Omiċidju", "Meta l-akkuzat Meta ntemmet Habs Liberta Numru ta' gie prezentat il-Kumpilazzjoni Provizorja persuni il-Qorti involuti", "13.02.89 16.02.90 2 2 03.01.91 19.12.91 1 1 18.05.92 10.06.92 1 1 22.01.90 27.08.92 1 1 11.06.91 15.07.93 1 1 19.11.91 27.08.93 1* 1 23.03.92 04.03.94 1 1 24.12.93 11.04.94 1 1 06.04.93 04.04.94 1 1 06.04.93 04.04.94 1 1", "* Arrestat Bail mitluf.", "Akkuża ta' Droga", "Meta l-akkuzat Meta ntemmet Habs Liberta Numru ta' gie prezentat il-Kumpilazzjoni Provizorja persuni il-Qorti involuti", "13.09.88 30.01.90 1 1 20.11.90 24.03.92 1 1 17.05.91 10.08.92 1 1 28.04.92 23.07.93 1 1 26.03.93 27.08.93 1 1 22.10.92 06.04.94 1 1", "Akkuża ta' Serq", "Meta l-akkuzat Meta ntemmet Habs Liberta Numru ta' gie prezentat il-Kumpilazzjoni Provizorja persuni il-Qorti involuti", "04.08.82 18.11.82 1 2 25.07.82 01.08.84 1 3 18.03.83 19.12.85 1 2 21.10.82 26.02.86 1 2 1 1 09.08.87 26.01.91 1 2 24.10.90 19.02.92 1* 1 1 1 28.05.84 29.07.92 1 1 18.07.90 14.09.92 1* 1 02.11.91 29.03.93 1* 1 22.05.91 07.05.93 1* 1 07.09.92 02.07.93 1 3 18.03.88 11.05.93 1* 1", "* jiskonta piena b'sentenza oħra.", "Hemm 13-il persuna arrestati: Seba' fuq akkuża ta' omiċidju volontarju li wieħed minnhom tilef il-Bail;", "Tnejn arrestati fuq akkuża ta' traffikar ta' droga;", "Erbgħa arrestati fuq akkuża ta' serq iżda fil-frattemp qegħdin jiskuntaw sentenza f'kawża oħra.", "DINGLI - DAWL FIT-TOROQ", "20768.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Diversi kostitwenti tiegħi minn Ħad Dingli lmentaw miegħi dwar qtugħ ta' bozoz f'diversi nħawi li ma nbiddlux u dwar il-bżonn li jitwaħħlu bozoz fi bnadi mudlama u xi kultant imbiegħda.", "Jista' l-Ministru jgħid xi programm jeżisti dwar tibdil u twaħħil ta' bozoz ġodda f'dan ir-raħal?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ma jirriżultax li Enemalta għandha rapporti ta' bozoz maqtugħa f'Ħad Dingli.", "Fis-26 ta' Lulju, l-Kunsill lokali rrapporta bozza waħda.", "Il-kwestjoni ta' bozoz ġodda qed tiġi kkonsidrata flimkien ma' talbiet oħra fil-kumplament ta' Malta u Għawdex.", "ENEMALTA - PETROL PUMPS/SEZZJONIJIET - BDIL TA' KULUR", "21108.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jirrispondi issa mistoqsija parlamentari numru 17743 dwar l-ispiża sabiex jinbidlu l-kuluri tas-sezzjonijiet ta' Enemalta?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Jien informat li l-ispiża biex jinbidlu l- kuluri tal-pompi tal-petrol stations f'Malta u Għawdex kienet ta' Lm3,181.", "KORPORAZZJONI TA' L-ILMA - BDIL TA' METERS", "21109.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari numru 17732 dwar meters ta' l- ilma?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma wettqet dawn ix-xogħlijiet:", "TIBDIL TA' METERS", "Saru dawn it-tibdiliet ta' meters:", "|SENA |TIBDIL | | | | |1986 |2,145 | |1987 | 4,199 | |1988 |8,490 | |1989 |7,192 | |1990 |6,601 | |1991 |6,361 | |1992* |4,787 | |1993 |6,356 |", "U 2,000 oħra inbidlu mill-Kuntrattur imqabbad mill-Korporazzjoni għas- Servizzi ta' l-Ilma.", "* Fl-1992 ġew introdotti l-Class D meters u minħabba testijiet u studju fuqhom, tbiddlu anqas meters dik is-sena.", "Ix-xiri u l-ispiża ta' meters ġodda huwa:", "|1986|-|20,00|-|Class|- |Lm4.00 | | | |0 | |C | |kull | | | | | | | |wieħed | |1989|-|15,00|-|Class|- |Lm4.86 | | | |0 | |C | |kull | | | | | | | |wieħed | |1992|-|20,00|-|Class|- |Lm6.17 | | | |0 | |D | |kull | | | | | | | |wieħed | |1993|-|20,00|-|Class|- |Lm6.16 | | | |0 | |D | |kull | | | | | | | |wieħed | |1994|-|40,00|-|Class| |bil-pulsee| |* | |0 | |D | |mitte | | | | | | | |Lm7.90 | | | | | | | |kull | | | | | | | |wieħed |", "* (għad iridu jaslu)", "Ukoll fl-aħħar ta' l-1994 se jinxtraw 110,000 Class D meters għal provvista ta' sentejn.", "Jista' wkoll ikun hemm każijiet fejn ikun hemm bżonn ta' spejjeż fit- tibdiliet tal-meter ta' l-ilma.", "Fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numr.", "18634 ingħataw dettalji ta' kif japplikaw ir-rati ta' xogħlijiet konnessi ma' tibdil ta' meters, meta jkun hemm bżonn tibdil ta' Servizz misdut, imsaddad jew misjur.", "Il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma bi ħsiebha tbiddel mal-45,000 meters kull sena bejn l-1994, 1995, 1996 u l-1997 biex sa l-1997 ikunu nbidlu mal-180,000 meters li huma weqfin jew Class B u Class C.", "Il-meters użati jinbiegħu bħala scrap bil-prezz ta' Lm0.45 kull wieħed.", "M'huwiex viabbli li jissewwew għax il-mekkaniżmu ta' ġewwa mixtri separatament jiswa daqs meter ġdid, minbarra li ma jkollokx garanziji ta' preċiżjoni fil-mekkaniżmu.", "ENEMALTA - PROVVISTA TA' ELETTRIKU/ILMA", "21110.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari numru 18244 dwar sospensjoni ta' l-elettriku?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Il-mistoqsija parlamentari numru 18244 irrispondejtha fi tweġiba numru .20993 (Seduta 317).", "POWER STATION - DELIMARA", "21111.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jirrispondi l-mistoqsijiet parlamentari numri 17999 u 18744?", "Jista' jgħid x'kienet ir-raġuni li l-Membri Parlamentari ma ġewx mistiedna għal din l-okkażjoni?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Għall-inawgurazzjoni tal-Power Station ta' Delimara kienu mistiedna diversi persuni distinti u oħrajn li jixraq f'okkażjoni bħal din.", "L-ispiża totali hija ta' madwar Lm8100.", "Għall-aħħar parti ta' l-interpellanza ta' l-Onor.", "Membru it-tweġiba hija fin-negattiv.", "Irrid nippreċiża li Membri Parlamentari fil-fatt ma kienux mistiedna.", "POWER STATION - DELIMARA", "21112.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jirrispondi l-mistoqsijiet parlamentari numri 17860 u 18747 dwar il-workings tas-sistema tal-C.C.G.T għal Power Station ta' Delimara?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li ċ-ċifra ta' 12% ħarġet minn silta minn rapport mill-konsulenti EDF fejn hemm paragun bejn l-ispiża ta' steam plant ma' combined cycle plant.", "Iċ-ċifri ġew minn database li għandhom il-konsulenti.", "Ta' min jgħid li r-rapport ta' l-EDF kien bażat fuq l-użu ta' żejt ta' 1% sulphur, li meta sar ir-rapport kien kważi 50% ogħla minn żejt bi 3.5% sulphur.", "B'żejt ta' 1% sulphur il-prezz tal-ġenerazzjoni kien ikun 9% iktar mill-prezz ta' combined cycle.", "Il-prezzijiet taż-żejt ivarjaw kontinwament, u minn meta ħareġ ir-rapport sallum it-tendenza kienet li l-prezz taż-żejt 1% naqas meta mqabbel ma' 3.5%.", "Din it-tabella turi l-kalkoli li saru:", "Plant Steam Steam Combined Cycle Fuel 1% Sulphur 3.5% Sulphur Gas Oil Investment 18.8 18.8 12.9 fixed O & M 7.8 7.8 4.4 Fuel & Var O&M 33.1 22.6 37.7", "TOTAL 59.7 49.2 55", "Iċ-ċifri huma USD/Megawatt-hour.", "ENEMALTA", "21113.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jirrispondi t-tieni u t-tielet parti ta' mistoqsija parlamentari numru 17619?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: In-numru ta' dawk li għandhom il- provvista ta' l-elettriku huwa hekk:", "| |DOMESTIK|INDUSTRIJ|KUMMERĊJAL| | |U |ALI |I | | | | | | |1993|150,115 |910 |40,458 | |1992|144,350 |927 |38,595 | |1991|140,984 |882 |37,437 | |1990|138,006 |807 |36,681 | |1989|134,561 |784 |35,803 |", "In-numru ta' meters ikun l-istess bħan-numru ta' Accounts, minbarra s- servizzi lill-Melita Cable TV u t-Transport Authority fejn jingħataw servizzi diretti peress li l-konsum huwa kostanti.", "UNIVERSITA' - RIŻULTATI TA'L-EŻAMIJIET TAL-MATRIKOLA", "21138.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jikkonferma li xi eżaminaturi siefru waqt li suppost kienu qed jikkorreġu l-karti tal- Matrikola u r-riżultati damu ma ħarġu?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li r-riżultati ta' l-eżamijiet imsemmija ħarġu fil-bidu ta' Awissu, jiġifieri fiż-żmien mistenni.", "Hemm proċeduri maħsuba apposta biex jinħatru sostituti meta membru ta' xi markers' panel ma jkunx jista' jtemm ħidmietu.", "Dan mhux impossibbli li jiġri meta wieħed iqis li b'kollox kien hemm 22 suġġett fil-Matrikola Avanzata, suġġett wieħed fil-Livell Intermedju u 28 suġġett għall-eżami taċ- ċertifikat ta' l-Edukazzjoni Sekondarja.", "TELEPHONES - SERVIZZ ĠDID", "21139.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: Meta se jkollu s-servizz telefoniku Jesmond Stafrace ta' Raħal Ġdid bl-applikazzjoni numru 5059/94 għax tant għandu bżonnu?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Jiena nformat li l-applikazzjoni għas-servizz tat-telephone tal-persuna msemmija mill-Onor.", "Interpellant, li saret fit-8 ta' Awissu, 1994, qiegħda tiġi pproċessata u s-servizz se jingħata fi żmien qasir.", "AWTORITA' TAD-DJAR - XIRI TA' ĊENS MILL-GVERN", "21140.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern huwiex intenzjonat li jixtri ċ-ċens illi tiegħu qed iħallas xi Lm300 biex ikun jista' jakkomoda lil dawk in-nies li jridu jixtru d-dar tagħhom (eż: City Gate Project, Valletta)?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nirreferik ghat-twegiba moghtija ghall-mistoqsija parlamentari numru 21186 (Seduta Nru. 316).", "ĦAMRUN - TRIQ BARBARA - MANUTENZJONI FUQ IL-BEJT TA' BLOCK C", "21141.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jara li fil-Block C tal-Housing Estate Barbara Str, Ħamrun (tar-Rabbat) issir il-manutenzjoni rikjesta, partikolarment fuq il- bejt fejn qed jaqa' l-ġebel u jiġu rranġati t-twieqi?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Għaddejt din it-talba lid-Dipartiment tat- Tiswija ta' Djar għall-azzjoni meħtieġa.", "GĦADIRA - ĦSARAT FIS-SIT NRU.", "E1", "21142.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Peress li s-sit Nru. E1 fil-Bajja ta' l-Għadira qed ikollha ħafna ħsarat, jista' l-Ministru jgħid lid-dipartiment jagħmel xi lqugħ biex il-bungalow u oħrajn ma jibqgħux jintlaqtu ħażin?", "(Ref No. L364/83/171)", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Tlabt lid-Dipartiment konċernat jieħu l- passi meħtieġa.", "ISLA - BLOCK B DOCKYARD TERRACE,MANUTENZJONI TA' L-APERTURI", "21143.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Meta se jiġu rranġati l-aperturi ta' barra tal-familja Marchett u l- familja Calleja ta' flat 1 u flat 2, rispettivament fil-Block B, Dockyard Terrace, Isla li ġratilhom il-ħsara mill-kuntratturi waqt it-tibdil tal- veranda ta' l-istess block?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Jien informat li l-ħsara msemmija mhix kbira u se titranġa mill-kuntrattur stess, spejjeż tiegħu.", "MANOEL ISLAND/TIGNE - KUMPANNIJA LI REBĦET IL-KUNTRATT", "21188.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jikkonferma li l-kumpannija li rebħet il-kuntratt biex tiżviluppa Manoel Island u Tigne' qed titlob lill-Gvern biex ma tħallasx taxxa tal-boll fuq il-proprjeta' li tbiegħ wara li l-iżvilupp ikun sar minn flus mislufa minn banek bi flus il-poplu?", "Jista' l-Ministru jikkonferma li l-iżviluppaturi qed jitolbu biex ma jħallsux l-ammont ta' ċens mitfiehem fis-sena?", "Meta l-Gvern qed jgħolli l-kera tal-ħaddiema għax il-paga tagħhom qabżet it-Lm3000 fis-sena, jista' l-Ministru jassigura lill-Kamra li qatt m'hu se jċedi għal dawn it-talbiet ta' dawn il-miljunarji?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel il- mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.", "VALLETTA - TURETTA,RECORD TA' DĦUL TA' BIĊĊIET TAL-BAĦAR", "21189.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk it-Turetta hijiex suppost iżomm records ta' kull biċċa tal-baħar li tidħol u toħroġ minn Malta?", "Jekk hu hekk, kif irnexxielu jaħrab dak is-sid ta' yacht Taljan li qatlet turista li kien qed jgħum billi tqatta' biċċiet mill-iskrun?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jien informat li skond ir-Regolamenti ta' l- 1975 dwar L-Irmiġġ, Masters/Sidien ta' yachts/bastimenti li jkunu se jbaħħru minn 'l hinn jew għal 'l hinn mill-ibħra territorjali ta' Malta għandhom, qabel ma jidħlu jew joħorġu mill-ibħra territorjali, jiksbu permess mid-Dipartiment tad-Dwana.", "L-istess Dipartiment jinforma lit- Turretta dwar il-yachts/bastimenti li għandhom il-permess meħtieġ u t- Turretta żżomm ir-records konċernati.", "Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija nirreferi lill-Onor Membru għar- risposta li se jagħtiħ il-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali għall- mistoqsija parlamentari numru 21190.", "PULIZIJA - TFITTXIJA TA' SID TA' YACHT LI QATEL TURISTA", "21190.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lllill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Il-Pulizija rnexxielha ssib min kien dak is-sid tal-yacht li qatel turista bl-iskrun tal-yacht tiegħu?", "Jista' l-Ministru jispjega kif dan irnexxielu jaħrab meta l-pulizija setgħet talbet l-għajnuna ta' l- armata għal helicopters?", "X'kuntatt kien hemm mat-Turetta biex jinstab min daħal jew ħareġ dak inhar minn fuq il-baħar?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li immedjatament kif il-Pulizija ġiet informata b'dan l-inċident, sar kuntatt mal-Forzi Armati għall- assistenza meħtieġa.", "Informat ukoll li s'issa għadha ma ġietx stabbilita l- identita' tad-dgħajsa nvoluta, għalkemm ġew spezzjonati diversi dgħajjes li daħlu jew ħarġu mill-port f'dak il-ħin, kif ukoll numru ta' dgħajjes oħra.", "AWTORITA' TA' DJAR - GĦOLI TA' CEILING", "21191.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd: Ma jidhirlux l-Ministru li għandu jogħli s-ceiling li fuqu huwa bbażat il-kera sussidjat tal-ħaddiema li ħadu flats tal-Gvern wara l-1987?", "Jekk il-pagi għolew mill-1987 għaliex is-ceiling ma għoliex?", "Jaf il-Ministru li l-ħaddiema sabu ma' wiċċhom kera ta' aktar minn Lm200 minn Lm56 għax qabżu d-dħul ta' Lm3,000?", "Meta se jbiddel s-ceiling?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Waqt li nirreferik ghat-tweġiba li tajt għall- mistoqsija parlamentari numru 21182 (Seduta 316), ninformak li d- Dipartiment tad-Djar qiegħed jistudja x'tibdiliet għandhom isiru.", "BEACH CONCESSIONS", "21192.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid meta se tiġi riveduta l-politika li fil-fehma tiegħi hija skandaluża li sidien ta' stabbilimenti ħdejn il-baħar jingħataw beach concessions?", "Jaf l-Ministru li bil-mod il-poplu Malti mhux se jibqgħalu biċċa art fejn jistrieħ biex imur jgħum?", "Ladarba qed nitkellmu fuq reviżjoni, ma jidhirlux l-Ministru li wasal iż-żmien li tiġi riveduta l- kera redikola li jħallsu dawn is-sidien, uħud minnhom Lm100 fis-sena għal biċċa art mdaqqsa, meta l-ħaddiem qed jintalab mijiet ta' liri f'kera biex joqgħod fi flat?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Dan hu suġġett li llum huwa regolat mill- Pjan ta' Struttura.", "Il-Gvern konxju ħafna mill-prinċipju bażiku li jkun hemm fejn possibbli aċċess għall-poplu biex igawdi x-xtut tagħna filwaqt li jrid ikompli jħares l-iżvilupp tal-faċilitajiet turistiċi minħabba li t- turiżmu jiddetermina ħafna mill-ekonomija nazzjonali.", "Rigward rati ta' kera, dawn ikunu determinati u mibdula skond l-obbligi kontrattwali rilevanti u policies governattivi.", "AWTORITA' TA' L-IPPJANAR - KUMPLESS FIL-MISTRA", "21193.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid jekk hux veru li l-Planning Authority tat permess biex fil- Mistra jinbena kumpless li se jkun fih disco, pizzerija u servizzi oħra?", "Ma jidhirlux l-Ministru li din il-bajja li hija waħda mill-ftit mhux mħassra bi proġetti għandha tinżamm bogħod minn żvilupp bħal dan?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Jien informat li fil-25 ta' April ta' din is-sena inħareġ permess ta' żvilupp lis-Sur Paul Vella biex jagħmel estensjoni għal bini eżistenti u jbiddlu f'recording studio (u mhux disco), pizzerija u restorant.", "Il-bini, meta jitlesta, se jkun ta' sular wieħed u s- sit li jmiss miegħu se jkun landscaped.", "Iż-żieda fl-area tal-bini għal dik eżistenti hija minima.", "Il-Kummissjoni għall-Kontroll ta' l-Iżvilupp ta' l-Ippjanar laqgħet l- applikazzjoni u ħarġet il-permess għal żewġ raġunijiet ewlenin: l-ewwel li l-iżvilupp huwa riabilitazzjoni ta' bini antik li kien diġa' eżistenti, u t- tieni għaliex il-pizzerija u r-restorant se joffru faċilitajiet għall- Maltin li jmorru f'dawn l-inħawi kemm fis-Sajf kif ukoll fix-Xitwa.", "Meta laqgħet l-applikazzjoni msemmija, l-Kummissjoni għamlitha ċara li ma kinitx lesta tikkunsidra applikazzjonijiet oħra għal żvilupp fil-Mistra u dan għamlitu ukoll biex ma jkunx hemm il-ħtieġa ta' twessiegħ tat-toroq eżistenti minħabba t-traffiku li jista' jiġġenera żvilupp bħal dan.", "BAĦRIJA - TAS-SIRENA BOZZA MA DAR \"IVY HOUSE\"", "21235.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Għaliex minkejja li ġejt informat li kellha titwaħħal bozza mar-residenza \"Ivy House\" tas-Sirena, Baħrija, sal-lum għadu ma sar xejn?", "Jista' l-Ministru jirrispetta l-fatt li din il-bozza hija meħtieġa minħabba tfajjel b'diżabilita' residenti f'dawn l-inħawi?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: It-talba biex issir bozza f'Ivy House, Tas-Sirena l-Baħrija għad qed tiġi kkonsidrata flimkien ma' talbiet oħra.", "AKWAKULTURA - APPLIKAZZJONI-JIET GĦAL FISH FARMS", "21236.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Sena b'sena matul dawn l-aħħar ħames snin kemm-il applikazzjoni għall- iżvilupp ta' \"Fish Farms\" kellu d-Dipartiment?", "Kemm ġew approvati, kemm hemm pendenti u kemm ġew rifjutati?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Jien informat li applikazzjonijiet għal żvilupp ta' Fish Farms kienu kif ġej:", "1993 - Applikazzjoni waħda (1)", "1994 - Erba' (4) applikazzjonijiet", "Minħabba li s-sistema ma kenitx kompjuterizzata, iċ-ċifri għas-snin ta' qabel l-1993 mhux possibbli li jinġabru.", "SAN PAWL IL-BAĦAR - MANUTENZJONI FI TRIQ PARADA", "21237.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Billi ħafna xogħlijiet ta' manutenzjoni fi Triq Parada, San Pawl il-Baħar baqgħet pendenti, inkluż manutenzjoni ta' bankini, jista' l-Ministru jara li jsiru x-xogħlijiet meħtieġa sabiex jitħaffew uħud mill-inkonvenjenzi kbar tar- residenti ta' San Pawl il-Baħar?", "Jekk fl-affermattiv, meta?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Jien informat li x-xogħol imsemmi se jsir mid-Dipartiment tad-Distretti tat-Taqsima tax-Xogħlijiet fi żmien qasir.", "IRZIEZET TAL-GVERN - MANUTENZJONI STRUTTURALI", "21238.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Kemm- il talba kellu d-Dipartiment sabiex jagħmel xogħol ta' manutenzjoni strutturali fuq rziezet tal-Gvern li huma mikrija lir-raħħala jew bdiewa Maltin u Għawdxin matul dawn l-aħħar ħames snin?", "Kemm ġew approvati minn dawn it-talbiet u kemm hemm pendenti u/jew rifjutati?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Id-Dipartiment ta' l-Artijiet ma jżommx statistika ta' dawn it-talbiet u din mhux possibbli li tinġabar.", "RABAT - VJAL IL-ĦADDIEM, TISWIJA TA' BIBIEN", "21239.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Billi f'House No.7 fi Vjal il-Ħaddiem, Rabat l-injam tal-bibien inkluż ix- xambrelli tagħhom tmermru għal kollox, partikolarment il-bieb ta' barra tar- residenza imsemmija, jista' d-Dipartiment jara li ssir il-manutenzjoni meħtieġa sabiex jissewwew il-ħsarat?", "Jekk fl-affermattiv, meta?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Għaddejt din it-talba lid-Dipartiment tal- Bini u Tiswija ta' Djar għall-azzjoni meħtieġa.", "DISTRETT NRU.", "12 - SERVIZZ TAT-TRASPORT GĦAT-TFAL TA' L-ISKEJJEL", "21241.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Billi l-Ministru ta' l-Edukazzjoni qabel xolja l- Parlament fi tweġiba għall-mistoqsijiet tal-membri ta' l-Oppożizzjoni qal li se titwaqqaf kummissjoni bejn l-awtoritajiet konċernati sabiex jitjieb is-servizz tat-trasport għat-tfal ta' l-iskejjel, jista' l-Ministru jinformani bl-iżviluppi?", "Liema huma dawk ir-rotot fit-12-il Distrett Elettorali li se jkollhom servizz u ħinijiet ta' trasport aħjar issa li dalwaqt se tibda s-sena skolastika 1994/95?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Kif għidt qabel xolja l-Parlament saru laqgħat u diskussjonijiet mat-tliet għaqdiet li joperaw vjaġġi bit-tfal ta' l-iskola.", "Permezz ta' dawn in-negozjati, kif ukoll bħala riżultat ta' xi bidliet li saru u ta' kontrolli aktar stretti li se jsiru, wieħed jispera li s-servizz se jkun aktar effiċjenti kullimkien - mingħajr diskriminazzjoni bejn distrett u ieħor.", "KALKARA - TISWIJA TA' TRIQ GIOVANNI RICASOLI", "21346.", "L-ONOR.", "MANUEL BORDA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: B'referenza għall-Interpellanza numru 17749 fejn kont informajt lill- Ministru li Triq Giovanni Ricasoli, il-Kalkara tinsab fi stat ħażin, jista' jgħidli xi żviluppi seħħew minn dak iż-żmien?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: M'għandi x'inżid xejn f'dan l-istadju mat- tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 17749.", "KALKARA - TINDIF FL-INĦAWI TAL-BOATHOUSES", "21347.", "L-ONOR.", "MANUEL BORDA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: B'referenza għall-Interpellanza numru 18801 fejn kont tlabt biex il- boathouses tal-Kalkara u s-swar tal-madwar jiġu mnaddfa u mdawwla, tista' tgħidli meta dan ix-xogħol se jsir?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: It-tindif madwar il-boathouses qed isir regolarment.", "KALKARA - SCRAPYARD", "21348.", "L-ONOR.", "MANUEL BORDA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: B'referenza għall-Interpellanza numru 18803 fejn kont tlabt biex jinstab post alternattiv għall-iscrapyard li hemm f'post prominenti l-Kalkara, tista' tgħidli jekk il-pjan lokali tħejjix biex it-talba tiġi kkonsidrata?", "Jekk it-tweġiba hi fin-negattiv, hu possibbli li nkun naf meta hu maħsub li l-pjan ikun finalizzat?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Xogħol fuq il-Pjan Lokali għall-Port il- Kbir, li jinkludi l-Kalkara beda uffiċjalment f'Awissu 1994 u għalhekk qiegħed fil-proċess li jiġi preparat.", "Huwa stmat li l-ewwel Abbozz ta' dan il-Pjan jinħareġ għall-kummenti tal-pubbliku sa Mejju 1995.", "KALKARA - RRANĠAR TA' PJAZZA TA' TRIQ RINELLA", "21349.", "L-ONOR.", "MANUEL BORDA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: B'referenza għall-Interpellanza numru 18337 fejn kont tlabt biex il-pjazza ta' Triq Rinella tiġi rranġata aħjar b'pavimenti attraenti u jekk jista' jkun b'funtana, tista' tgħidli xi żviluppi kien hemm min-naħa tad- Dipartiment tad-Distretti tat-Taqsima tax-Xogħlijiet?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ix-xogħol li qed jintalab f'din l- interpellanza mhux inkluż fil-programm tax-xogħol tad-Dipartiment tad- Distretti sa l-aħħar ta' Diċembru 1994.", "KALKARA - TISWIJA TAS-SUR", "21350.", "L-ONOR.", "MANUEL BORDA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: B'referenza għall-Interpellanza numru 19756 fejn kont tlabt biex is-sur li hemm maġenb il-mina tad-daħla tal-Kalkara jissewwa, tista' tgħidli x'kienu r-rapporti ta' l-ispezzjonijiet u meta se jsir dan ix-xogħol?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Mill-ispezzjonijiet li saru tal-Mina tal- Kalkara, jirriżulta li veru hemm bżonn tat-tiswijiet.", "Iżda peress illi l- Unit tas-Swar għadha kemm qed tiġi ffurmata, skond il-prioritajiet u l- entita' tagħha, mhux possibbli għalissa li jingħad meta dan ix-xogħol se jsir.", "KALKARA - MANUTENZJONI TA' MARINA ALLEY 2", "21351.", "L-ONOR.", "MANUEL BORDA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: B'referenza għall-Interpellanza numru 20286 fejn kont tlabt biex Marina Alley 2, il-Kalkara, issir tiswija fit-taraġ u d-drenaġġ, jista' l-Ministru jgħidli x'għamel id-dipartiment konċernat?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ix-xogħol meħtieġ ġie kkonsidrat mid- Dipartiment tad-Distretti.", "Minħabba li hemm xogħol ieħor kommess, din it- talba tax-xogħol trid titħalla għas-sena d-dieħla.", "UFFIĊĊJU TAL-VAT", "21415.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 21134?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi għar-risposta li ngħatat għal din il-mistoqsija fis-Seduta Nru. 318.", "VAT INSPECTORS", "21443.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 21135 dwar VAT Inspectors?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tweġiba ghall- mistoqsija tiegħu tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is- seduta.", "KUMPANNIJA ELBROS LTD - KUNTRATTI MINGĦAND IL-GVERN", "21444.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 21150 dwar Elbros Ltd?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li mill-1987 'l hawn il-kumpannija Elbros ħadet disa' kuntratti mit-Teżor.", "AWTORITA' TAD-DJAR - FOND", "21445.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid x'kien l-eżitu ta' l-investigazzjoni dwar RO 50305 (mistoqsijiet parlamentari numri 19867-20689)?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Id-deċiżjoni dwar dan il-każ għadha mhix kompluta.", "LIBJA - PAGAMENTI DOVUTI LIL AZJENDI MALTIN", "21446.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin: Billi f'mistoqsija parlamentari numru 20637 (22/7/94) il-Ministru kien qal li kien għarraf lill-Kamra li wara ż-żjara tiegħu u tal-Ministru Dalli fi Tripli, waslu fi ftehim ma' l-Awtoritajiet Libjani biex somom sostanzjali dovuti lil Malta jiġu onorati fil-futur qarib, jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm żviluppi dwar din il- kwestjoni?", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO: Wara z-zjara msemmija mill-Onor.", "Interpellant xi partijiet mis-somom dovuti gew diga' mhallsa.", "Somom ohra ta' natura sostanzjali ghad iridu jigu mhallsa skond il-ftehim li sar.", "TUNEZ - LINJA MEDJANA", "21447.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi żviluppi dwar il-kwestjoni tal-Linja Medjana ma' Tunez?", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO: Il-kwestjoni ghandha suggett ta' kuntatti bejn iz- zewg nahat, inkluza il-laqgha li jiena kelli dan l-ahhar fi New York mal- Ministru tal-Affarijiet Barranin tat-Tunezija Ben Yahia.", "ŻEJTUN - ASFALTAR TA' TRIQ L-ISQOF EMM.", "GALEA", "21464.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa ill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: Meta hu maħsub li titkompla Triq l-Isqof Emm.", "Galea, fiż-Żejtun bit-tarmac wara li dan ix-xogħol ma kienx tkompla?", "Minħabba li fadal biss biċċa żgħira li għadha mhux lesta, jista' d- dipartiment konċernat jaċċerta li dan ix-xogħol isir?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Jiena nformat li fi Triq l-Isqof Emm.", "Galea tkompla x-xogħol tal-bankini, imma x-xogħol ta' tarmac waqaf temporanjament minħabba raġunijiet tekniċi.", "Dan ix-xogħol hu maħsub li jitkompla u jitlesta matul il-ġimgħa d-dieħla.", "ŻEJTUN - FTUĦ TA' TRIQ DUN GWANN FARRUGIA MA' TRIQ MONSINJUR SPITERI", "21465.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: Minħabba li hemm domanda kbira biex tinfetaħ u tinfed Triq Dun Gwann Farrugia ma' Triq Monsinjur Spiteri, fiż- Żejtun, meta hu maħsub li ssir l-expropriation li hemm bżonn biex b'hekk jiġi jinfed il-Housing Estate mar-raħal t'isfel?", "Minħabba li x-xogħol rikjest hu verament żgħir u minħabba li din it-talba ilha pendenti, jista' l-Ministru jintervjeni biex dan ix-xogħol isir fl- aqsar żmien possibbli?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Jiena nformat li bħalissa qed isir survey u evalwazzjoni tax-xogħol neċessarju ta' din il-materja.", "SPTAR ĠENERALI - PROBLEMA TAL-KONSENTURI", "21514.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Peress li l-problema tal-konsenturi fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex ilha teżisti għal numru ta' snin u qed taffettwa diversi postijiet bħas-Sala tal-Pedjatrija, il-Maternity u d-Detox, tant li f'xi postijiet il- konsenturi laħqu mat-twieqi, u peress li kien inbeda studju xi sentejn ilu biex jiddetermina l-ammont ta' ħsara li qed tikkaġuna dan iċ-ċaqliq, jista' l-Ministru jgħid fiex wasal dan l-istudju u xi pjanijiet hemm biex tirranġa ruħha din il-problema?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ġejt informat li r-Rapport tal-Konsulent rigward l- istudju sejiżmoloġiku ġie ppreżentat riċentament u qiegħed jiġi eżaminat mid-Dipartimenti konċernati.", "SPTAR ĠENERALI - FTUĦ TAL-BLOKK IL-ĠDID", "21515.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid meta se jinfetaħ il-blokk il-ġdid ta' l- Isptar Ġenerali ta' Għawdex?", "Peress li oriġinarjament dan kien intenzjonat li jakkomoda lill-pazjenti Mentali, imma milli jidher hemm il-ħsieb li partijiet minnu se jintużaw għal servizzi oħra, jista' l-Ministru jgħid fiex se jikkonsistu dawn is-servizzi?", "Billi dan il-blokk jinsab fuq l-istess linja ta' l-Isptar Ġenerali, jista' l-Ministru jgħid jekk l-awtoritajiet konċernati studjawx il- possibilita' li ċ-ċaqliq ta' l-art li teżisti fl-area fil-futur tista' wkoll taffettwa dan il-blokk?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Huwa ttamat li l-Blokk il-Ġdid jibda jopera fi żmien ftit xhur.", "Rigward is-servizzi kollha li sejrin jingħataw f'dan il-Blokk il-Ġdid, nirreferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 19101.", "Rigward it-tielet parti tal-mistoqsija, informat li l-materja ġiet kkonsiderata.", "SPTAR ĠENERALI - XOGĦOL FIL-BLOKK IL-ĠDID", "21516.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid x'żamm lura li jitlesta x-xogħol fil- blokk il-ġdid ta' l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex?", "Għaliex kellhom jiċċartu xi twieqi u bibieb wara li kienu diġa' twaħħlu l-aperturi?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li dan ix-xogħol ħa ċertu tul ta' żmien minħabba problemi fl-għoti tal-kuntratti u għar-raġuni li l- finanzjament tiegħu kien phased fuq numru ta' snin.", "Informat ukoll li t-tiċrit ta' xi twieqi sar biex ikunu jistgħu jiżdiedu faċilitajiet għall-Kura ta' l-Anzjani.", "SPTAR SAN LUQA - PRINCIPAL NURSING OFFICER", "21517.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid għaliex wieħed mill-Principal Nursing Officers fl-Isptar San Luqa jiġi ppreferut billi qatt ma jidħol għax-xogħol is-Sibt, imma qatt ma jfalli li jaħdem il-Ħdud?", "Kemm mill-PNO's jidħlu għax-xogħol fil-Ħdud?", "Billi l-ġranet tal-Ħdud huma mħallsin doppji, jista' l-Ministru jiżgura li l-PNO's kollha jkollhom ċans li jaħdmu xi ħdud u li mhux qed issir diskriminazzjoni ma' ħadd?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "SPTARIJIET - HOSPITAL AUXILIARIES", "21518.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid min huwa nkarigat li jagħmel superviżjoni fuq il-fattigi (Hospital Auxiliaries) jew il-ħaddiema privati tal-General Cleaners, biex jiġi żgurat li x-xogħol qiegħed isir sewwa?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li kemm il-Hospital Auxiliaries, kif ukoll il-ħaddiema tal-General Cleaners jitqassmu fl-Isptar fejn ikun hemm bżonn mill-SNO, filwaqt li s-superviżjoni fuqhom issir minn min ikun inkarigat minn dik is-sezzjoni fejn ikunu jaħdmu.", "SPTAR SAN LUQA - XKEJJER TAŻ-ŻIBEL", "21519.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jinvestiga għaliex l-ixkejjer taż-żibel (refuse bags) qed jinżammu fis-swali ta' l-isptar matul il-lejl?", "Dawn qed jikkaġunaw intejjen kbar b'detriment għal pazjenti?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li l-ixkejjer taż-żibel (refuse bags) l-aħħar li jinġabru huwa fis-6.00 p.m..", "Dawn ikunu marbuta u msakkra f'kamra u ma jirriżultax li jkun hemm l-intejjen li qed isemmi l-Onor.", "Interpellant.", "KORPORAZZJONI TELEMALTA - INFIQ GĦAL IKLA", "21592.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa l- ikla li saret ftit qabel l-elezzjoni ta' l-1992 biex ġiet iċċelebrata it- tmiem tal-Master Plan mill-Korporazzjoni Telemalta?", "L-ikla msemmija saret fil-Mediterranean Conference Centre.", "Jista' l-Ministru jgħid min kienu l- mistednin, kif ukoll jagħti rendikont tar-rigali kollha li tqassmu waqt din l-attivita' kemm ġew jiswew \"item by item\", u lil min ingħataw?", "Jista' l-Ministru jikkonferma jew jiċħad li għal din l-attivita' nxtrat makna li taqta' l-laħam?", "Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid kemm inxtrat, jekk inxtratx bil-ħruġ ta' tender u x'sar minnha wara li ntemmet din l- attivita'?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: It-tagħrif għadu qed jingabar.", "KORPORAZZJONI TELEMALTA - INFIQ FUQ SPIŻA TA' PETROL", "21594.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: Jista' l-Ministru jgħid jekk qattx sar studju dwar kemm tiġi tiswa l-ispiża tal-petrol kkunsmat fil-weekends u festi pubbliċi mill-uffiċjali għoljin ta' Telemalta li għandhom permess iżommu karozza sew tal-Korporazzjoni kif ukoll mikrija u jeħduha magħhom d- dar?", "Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jagħti rendikont sena b'sena mill-1987 sa Settembru 1994?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Qatt ma sar studju bħal dan għaliex Telemalta ma żommx management għoli magħha li ma tistax tafda fuq ħwejjeġ bħal dawn.", "KORPORAZZJONI TELEMALTA - STAND BY ALLOWANCE TAS-SUR TONY DEBONO", "21595.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-General Manager ta' Telemalta, is-Sur Tony Abela jgawdix minn Stand-By Allowance barra is-salarju tiegħu?", "Jekk xi darba kien igawdi minn allowance bħal din, jista' l-Ministru jgħid minn meta bdiet tingħatalu, kemm kien jew huwa l-ammont tagħha kull xahar u jekk tiġix inkluża wkoll fil-P3 mal-bqija tad-dħul tiegħu kull sena?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk din l-allowance tingħatalux ukoll meta jkun imsiefer u għalhekk ma jkunx possibbli għalih li jkun \"stand-by\"?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx uffiċjali għoljin oħrajn li wkoll igawdu minn \"Stand-By Allowance\" ta' din ix-xorta?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Telemalta m'għandha l-ebda General Manager bl- isem ta' Tony Abela.", "KORPORAZZJONI TELEMALTA - SAFAR TAS-SUR TONY DEBONO U DR. RICHARD GALEA DEBONO", "21596.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l- ispiża kollha fuq safar li għamel il-General Manager ta' Telemalta is-Sur Tony Debono kif ukoll taċ-Chairman Dr. Richard Galea Debono mill-1992 sal- lum?", "It-tagħrif huwa meħtieġ vjaġġ vjaġġ u l-ispejjeż itemised.", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: It-tagħrif għadu qed jinġabar.", "DIPARTIMENT TA' L-EDUKAZZJONI - IMPIEG TAS-SUR JOHN DEMANUELE", "21625.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jikkonferma l-Ministru li s-Sur John Demanuele huwa mpjegat mad- Dipartiment ta' l-Edukazzjoni?", "X'inhu l-grad tiegħu u xogħolu?", "Jaf il-Ministru li huwa wkoll responsabbli mit-taqsima taż-Żgħażagħ fil- Ministeru taż-Żgħażagħ u Kultura?", "Kemm għandu leave?", "Kemm ħa leave mħallas?", "Kemm ħa leave mhux imħallas?", "Kemm għamel żmien imsiefer fuq xogħol?", "Waqt is-safar għal \"Logħob għal Kulħadd\", jitqies li qiegħed bħala \"leave\"?", "X'tip ta' leave?", "Jaf il-Ministru jekk hux jitħallas extra mill-PBS?", "Jqis il-Ministru li x-xogħol tal-preżentazzjoni tas-sensiela huwa f'konflitt ma' dak fl-edukazzjoni?", "Jaf il-Ministru li hu għandu jieħu deċiżjonijiet fit-taqsima Żgħażagħ tal- Ministeru għaż-Żgħażagħ u Kultura?", "Mnejn hu mħallas?", "Kemm ilu u kemm se jdum jaqdi ż-żewġ funzjonijiet?", "Iħoss il-Ministru li l-ħafna safar tiegħu fuq xogħol mal-PBS u privat ixekkel ix-xogħol tiegħu kemm fl-edukazzjoni kif ukoll maż-żgħażagħ?", "Għandu l-permessi kollha skond l-\"Estacode\"?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Is-Sur John Demanuele huwa impjegat mad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni fit-Taqsima tal-Youth Service Organisation.", "B'seħħ mit-2 ta' Frar 1993, il-grad tiegħu huwa ta' Education Assistant.", "Huwa jirċievi s- salarju mid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni.", "Is-Sur Demanuele għandu 28 ġurnata vacation leave, u matul din is-sena sat-22 ta' Settembru ħa tlitt ijiem minn dan il-leave.", "Jien informat li s-Sur Demanuele, meta jippermetti ż-żmien, qed jagħti pariri fuq bażi volontarja fil-qasam taż-żgħażagħ lill-Ministeru taż- Żgħażagħ u l-Kultura.", "Għalkemm jagħti l-fehmiet tiegħu, l-informazzjoni li għandi hi li huwa ma jeħux deċiżjonijiet li jirrigwardjaw lil dak il- Ministeru.", "Jien informat ukoll li dan ix-xogħol is-Sur John Demanuele ilu jagħmlu minn Frar ta' l-1993 u li minn dakinhar 'l hawn attenda, bħala rappreżentant tal-Ministeru taż-Żgħażagħ u l-Kultura, għal laqgħa ta' l- European Steering Committee for Intergovernmental Cooperation in the Youth Field bejn id-19 u l-21 ta' Ottubru 1993, u għal laqgħa oħra ta' kumitat fi ħdan il-Kunsill ta' l-Ewropa dwar kooperazzjoni fil-qasam taż-żgħażagħ bejn pajjiżi Ewropej bejn it-8 u l-11 ta' Mejju ta' din is-sena.", "Wara li l-Public Broadcasting Services talbu għas-servizzi tiegħu biex ikun jista' jippreżenta l-Logħob għal Kulħadd, is-Sur Demanuele ngħata permess biex jieħu 23 ġurnata leave speċjali minħabba n-natura internazzjonali tal-programm televiżiv li fih kienet se tkun promossa d- dehra ġenerali ta' Malta.", "Dan sar bil-kundizzjoni li dan il-leave ikun bla ħlas u li s-Sur Demanuele jieħu l-miżuri neċessarji biex waqt l-assenza tiegħu x-xogħol li normalment jagħmel hu fil-Youth Service Organisation jibqa' jsir regolarment.", "Dwar il-konflitt li allega l-Onor.", "Membru, jien ma nħossx li dan jeżisti f'dan il-każ.", "Anzi nemmen li hemm lok għal affjatament bejn uħud mis- servizzi li toffri l-Youth Service Organisation tad-Diviżjoni ta' l- Edukazzjoni u xi attivitajiet li jorganizza l-Ministeru taż-Żgħażagħ u l- Kultura.", "L-informazzjoni dwar ħlas li s-Sur Demanuele seta' rċieva mill-PBS għandha tintalab lill-Ministru konċernat.", "DIPARTIMENT TA' L-AGRIKOLTURA - AGRICULTURE OFFICER I", "21629.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Prim Ministru: B'referenza għaċ-Ċirkolari Numru DCS 104/94 (Agric.", "563/78) fejn il-PSC qegħda tagħmel sejħa għal postijiet ta' Agricultural Officer I fid-Dipartiment ta' l- Agrikoltura, jidhirlu l-Prim Ministru li skond il-kondizzjonijiet stipulati qegħda tkun ta' żvantaġġ kbir ma' dawk li ilhom fid-dipartiment snin twal u minħabba kif il-klawsoli ġew deskritti minkejja l-esperjenza twila li għandhom ma jistgħux japplikaw għal dawn il-postijiet?", "Jidhirlu wkoll l-Ministru li sakemm jiġu ċċarati l-kondizzjonijiet din iċ- ċirkolari tiġi rtirata għal dak iż-żmien li jkun meħtieġ?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Il-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku ddeċidiet illi l-postijiet ta' Agricultural Officer I jimtlew minn impjegati li għandhom ċerti kwalifiki meħtieġa għal dak il-post u mhux neċessarjament għaliex għandhom ħafna snin ta' servizz fid-dipartiment.", "MALTA DAIRY PRODUCTS - ĦALIB FIL-KARTUN \"BENNA\"", "21636.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd: Il-Ġimgħa 30 ta' Settembru, 1994 u s-Sibt 1 ta' Ottubru, 1994 ħalib fil-kartun \"Benna\" f'diversi każi kellu togħma irritanti ta' kartun maħruq.", "Għaliex ma ġiex mgħarraf il-pubbliku mid-Dipartiment tal-Konsumatur x'kienet il-kawża u biex wieħed joqgħod attent u jiċċekkja l-ħalib qabel jixorbu jew jagħtih lill-uliedu?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li l-kumpannija rċeviet numru zgħir ta' lmenti dwar togħma ta' ħruq fil-ħalib tal-kartun.", "Minn investigazzjonijiet li saru mill-kumpannija, nstab li din it-togħma kienet riżultat ta' over-heating waqt l-issiġġillar tal-kartun u li normalment isir f'temperatura ta'850xF jew (400xC).", "It-togħma fil-ħalib ma kenitx riżultat ta' xi sustanza barranija fil- ħalib, tant li l-ħalib fil-flixkun ma kellu l-ebda togħma ta' ħruq.", "Informat ukoll li dan kien każ iżolat u li qed jittieħdu l- prekawzjonijiet kollha biex ma jerġax jiġri.", "MALTA DAIRY PRODUCTS - ĦALIB FIL-KARTUN \"BENNA\"", "21637.", "L-ONOR.MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Il-Ġimgħa 30 ta' Settembru, 1994 u s-Sibt 1 ta' Ottubru, 1994, ħalib fil-kartun \"Benna\" f'diversi każi kellu togħma rritanti ta' kartun maħruq.", "X'passi ħa d-Dipartiment tas-Saħħa biex il-konsumatur ikun aċċertat li dak il-ħalib ma kienx ħażin għal saħħtu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-ebda lment ta' din in-natura ma ġie rrapportat lid-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika.", "L-uniku lment li ġie rrapportat lil dan id-dipartiment kien il-Ġimgħa 30 ta' Settembru, 1994 dwar suspett ta' ħalib qares li kien inxtara l-ġurnata ta' qabel il-Ħamis, 29 ta' Settembru 1994.", "Id-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika kontinwament jimmonitorja l-prodotti ta' l-ikel fosthom il-ħalib.", "Fil-każ imsemmi ttieħdu kampjuni u ġew analizzati.", "Dawn il-kampjuni rriżultaw normali.", "Tajjeb li l-Onor.", "Membru ikun jaf li rapporti ta' din ix-xorta jistgħu dejjem jiġu rrapportati direttament lill-Ispetturi tas-Saħħa tad-Distrett li jinvestigaw kull każ immedjatament.", "Fejn ikun hemm ilment wara l- ħinijiet normali ta' l-uffiċċju, dan jista' dejjem jiġi mgħoddi fl-Għassa tal-Pulizija tal-lokal biex jiġi mistħarreġ mill-Ispettur tas-Saħħa li jkun on call duty f'dik il-ġurnata.", "SKALORA - GĦOLI FIL-PREZZ", "21642.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Billi l- prezz ta' l-iskalora jidher li għola f'daqqa, possibbli jsir magħruf jekk dan għoliex minn barra jew le?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li minn xi investigazzjonijiet li saru rriżulta li ż-żieda fil-prezz taż l-iskalora ġiet kawżata minn żieda fil-prezz minn barra.", "SPTAR SAN RAFFAELE - TENDERERS", "21644.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tat-tenderers li bagħtu tenders/offerti tagħhom għall-bini ta' l-Isptar San Raffaele?", "Sakemm kienet kull offerta magħmula?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nitlob lill-Onor.", "Membru jagħmel din il- mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "TELEMALTA - BORD TA' L-APPELLI,PROMOZZJONIJIET", "21645.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal- Kamra r-rapport magħmul mill-Bord ta' l-Appelli (Telemalta) dwar il- promozzjonijiet ta' l-1989/90 presedut mis-Sur Edward Micallef?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Il-Korporazzjoni Telemalta attwat ir- rakkommandazzjonijiet magħmula mill-Bord ta' l-Ingustizzji u tat rimedju fejn kien hekk indikat.", "SERVIZZ PUBBLIKU - RIFORMA", "21646.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Prim Ministru: Fid-dawl tal- ftehim ġdid għar-riforma tas-Servizz Pubbliku, x'miżuri jistgħu jittieħdu biex dawn il-każi sa fl-aħħar jingħataw rimedji ssuġġeriti mill-K.I.I?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Nifhem li l-Onor Interpellant qed jirreferi għall-każijiet maqtugħa mill-Kummissjoni għall-Investigazzjoni ta' l- Inġustizzji li ma jistgħux jiġu mplimentati.", "Ninsab informat li hemm madwar 29 rapport (li jinvolvu 111 persuna) fejn id-deċiżjonijiet favur ir- rikorrenti mogħtija mill-Kummissjoni għall-Investigazzjoni ta' l- Inġustizzji ma setgħux jiġu mplimentati, jew ġew implimentati parzjalment, minħabba li l-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku ma ħassitx li setgħet tagħmel ir-rakkommandazzjoni meħtieġa skond il-Kostituzzjoni sabiex jitwettqu dawn id-deċiżjonijiet.", "L-eżerċizzju ta' ristrutturar ta' gradi li qed isir bħala parti mir-riforma tas-Servizz Pubbliku b'konsultazzjoni ma' l-Unions, m'għandux il-għan li jikkoreġi nġustizzji fuq bażi personali iżda sabiex tinħoloq struttura ġdida ta' gradi u sistemi ta' reklutaġġ u promozzjoni li huma xierqa u ġusti fil-kuntest tad-doveri u responsabbilitajiet ta' l-impjegati kollha f'kull grad.", "PULIZIJA - UFFIĊĊJU TAL-QUARTER MASTER,KAMRA TAL-MAĠĠUR", "21648.", "L-ONOR.", "LOUIS CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-kamra li kien juża l- Maġġur fl-Uffiċċju tal-Quarter Master m'għadhiex għad-dispożizzjoni tiegħu?", "X'differenza tgħaddi bejn dan il-maġġur u maġġuri oħra li ilhom jużaw karozza tas-servizz snin sħaħ u forsi xogħolhom mhux ta' importanza daqs dak ta' l-uffiċċju tal-Quarter Master?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "SANTA VENERA - TRIQ IL-KBIRA,TNEĦĦIJA TA' BUS STOP", "21649.", "L-ONOR.", "LOUIS CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: Jista' l-Ministru jara li jiċċaqlaq minn postu l-bus stop faċċata tal-Ministeru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali fi Triq il-Kbira, Santa Venera peress li qed ikun hemm ħafna karozzi ipparkjati u l-buses ikollhom jieqfu f'nofs it-triq?", "Jidhirlu l-Ministru li jkun aħjar li dan jinżel quddiem l-għassa tal- Pulizija ta' Santa Venera fejn kien oriġinarjament snin ilu?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Għalkemm l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku ntalbet tara jekk jistax isir iċ-ċaqliq mitlub mill-Onor.", "Interpellant bl- inqas tbatija għall-passiġġieri li jagħmlu użu minnu, tajjeb li wieħed igħid li ma jistax ikun li l-bus stages joqgħodu jiċċaqalqu minn posthom għar-raġuni li, bi ksur tal-liġi, jipparkjaw il-karrozzi qribhom.", "Barra minnhekk, nixtieq ngħid ukoll li l-bus stage in kwestjoni tpoġġa fejn hu biex jintlaħaq aħjar mir-residenti li joqgħodu bejn Triq il-Kbira u Triq il- Kanun, f'liema nħawi żdiedu ħafna residenti f'dawn l-aħħar snin.", "SANTA VENERA - SQAQ SAN ĠUŻEPP - TABELLI TA' \"NO ENTRY\"", "21650.", "L-ONOR.", "LOUIS CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: Jista' l-Ministru jara li jitwaħħlu tabelli ta' \"no entry\" fil-ħinijiet ta' l-Iskola fi Sqaq San Ġużepp (ħdejn l-istitut ta' San Ġużepp) Santa Venera peress li dan l-isqaq huwa dejjaq ħafna u huwa perikoluż għat-tfal u l-ġenituri tagħhom fi triqthom lejn l- iskola?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Se ngħaddi t-talba ta' l-Onor.", "Interpellant lid- Dipartiment tat-Toroq biex jekk hu possibbli tiġi milqugħa din it-talba.", "ĦAMRUN - TRIQ IL-KBIRA,DWAL MAŻ-ZEBRA CROSSING", "21651.", "L-ONOR.", "LOUIS CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: Jista' l-Ministru jara li jitwaħħlu l- lights maż-zebra crossing li hemm fi Triq il-Kbira, l-Ħamrun bejn Triq Barbara u Triq l-Annunzjata peress li m'hemm xejn x'jindika li tkun waslet fuq zebra crossing u b'hekk nevitaw xi inċident fatali?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: It-talba ta' l-Onor.", "Interpellant qed tiġi mistħarġa.", "BIRKIRKARA/SANTA VENERA - TISWIJA TA' TOROQ", "21652.", "L-ONOR.", "LINO SPITERI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazz-joni u Teknologija: Jista' l-Ministru jara li ma jdumx ma jsir l-asfaltar tat-toroq f'Birkirkara/Santa Venera ta' Triq Carmel Brincat, Triq il-Maġġur Aquilina u Triq Ħal Qormi?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: It-tlett toroq imsemmija mill-Onor.", "Interpellant ma kenux fil-programm ta' din is-sena.", "Għas-sena d-dieħla l-programm ta' l- asfaltar tat-toroq se jiġi diskuss bejn id-Dipartiment tat-Toroq u l- Kunsilli Lokali rispettivi.", "SPTARIJIET - KAŻIJIET TA' HEPATITIS A,B U C", "21668.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm każi separati ta' Hepatitis A, Hepatitis B u Hepatitis C fl-", "1. fl-isptar Santa Marija; 2.", "San Blas; 3.", "Ħabs Ċivili; 4.", "Sptar Monte Carmeli; u 5.", "Postijiet oħra li jservu bħala ħabs?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-informazzjoni mitluba hija meqjusa bħala kunfidenzjali u għalhekk ma tistax tingħata.", "TRAFFIKU - TRAFFIC LIGHTS", "21669.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li għadhom ma twaħħlux aktar traffic lights fl-iktar postijiet perikolużi f'Malta?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-mistoqsija għandha ssir lill-Ministri konċernati, jiġifieri dak għall-Ambjent u dak għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknoloġija.", "SKEJJEL - DUN GWANN MAMO - GĦALLIEMA", "21670.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Peress li fit-trade school Dun Gwann Mamo hemm klassijiet ta' l-ispray printers li m'għandhomx min jgħallimhom, x'passi qed jittieħdu biex dawn l-istudenti jkollhom l-għalliema neċessarji?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li għalkemm id-Diviżjoni konċernata qed tagħmel l-isforzi kollha possibbli biex jinstab għalliem adatt biex jgħallem l-ispray painting, s'issa dan ma tax ir-riżultat mixtieq.", "SKEJJEL - DUN GWANN MAMO,RIŻULTATI TA' L-EŻAMIJIET", "21671.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jgħid għaliex fit-trade school Dun Gwann Mamo fil-kors ESTS, riżultati ta' l-eżamijiet li saru fl-aħħar ta' Ġunju u Lulju għadhom ma ġewx ppubblikati?", "Meta se jiġu ppubblikati?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li r-riżultati ta' l-eżamijiet imsemmija issa ġew ippubblikati."]} {"filename": "20070507_521d_par.doc", "date": "2007-05-07", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Uffiċjali u Rivedut) L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 521 It-Tnejn, 7 ta' Mejju, 2007 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 521", "It-Tnejn, 7 ta' Mejju, 2007", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.02 p.m.", "Talba", "Seduta Nru. 521", "It-Tnejn, 7 ta' Mejju, 2007", "WERREJ", "MINUTI 1", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI 1", "TQEGĦID TA' KARTI 6", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-FOSTER CARE (It-Tieni Qari)", "FOSTER CARE BILL (Second Reading) 7", "AĠĠORNAMENT 27", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI IMWIEĠBA BIL-MIKTUB 31", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 520 li saret fit-2 ta' Mejju, 2007 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "ĦAL-LIJA - VILLA FRANCIJA", "25119.", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI (f'isem l-Onor.", "Michael Asciak) staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Billi Villa Francija f'Ħal-Lija tħalliet lill-gvern ta' Malta biex isservi ta' residenza uffiċjali tal-prim ministru, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk wara li jsiru x-xogħlijiet neċessarji hijiex se tintuża għal dan l-iskop?", "Jekk le, x'se jiġri mill- villa?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (Segretarju Parlamentari) (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Villa Francija f'Ħal Lija tħalliet lill-gvern ta' Malta biex jagħmel l-aħjar użu li tixraq lil din il-proprjetà storika u distinta.", "Bħalissa għaddej programm estensiv f'din id-dar bl-iskop li tiġi restawrata u preservata bħala parti mill-patrimonju Malti u tkun tista' tiġi wżata għall-funzjonijiet uffiċjali u attivitajiet oħra li jixirqu lil dan il-post.", "TAXI DRIVER", "25536.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Anġlu Farrugia) staqsa lill- Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Nirriferi għal mistoqsija parlamentari 24913, fejn il-Ministru wieġeb li t-tag ta' dan it-taxi driver ġiet sospiża sakemm tittieħed deċiżjoni finali mill-qorti fejn qed jinstema' l-każ abbażi ta' regolament 131 (6) ta' l-MVR Liġi Sussidjarja 65.11.", "Jien informat li fir-rigward tad-dewmien sabiex jinstama' l-każ ma jaqax taħt il-kompetenza ta' l-awtorita` dwar it-trasport.", "Ma jaħsibx il- Ministru li qegħdin jintużaw two weights two measures meta f'każ ieħor ferm agħar minn dan it-taxi driver in kwestjoni – qed nalludi għall-każ ta' persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - jsuq taxi wkoll, u filwaqt li hemm allegazzjoni ta' każ ta' sokor waqt il-qadi ta' dmirijietu, ħalla n-nies l-art l-Imdina meta suppost kien tour magħhom ta' sagħtejn u saħansitra ġġieled ma tnejn ta' l-awtorita`, u xorta waħda wara ħamest ijiem sospensjoni, ingħata lura t-tag?", "Ma jaħsibx li dan huwa abbuż meta ġie preferut mill-persuna li ssemmiet f'mistoqsija parlamentari 24913, li ċertament għandu każ ferm inqas serju minn din l-istess persuna li d- dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?", "X'se tkun issa l-pożizzjoni ta' l-awtorita` dwar it-trasport?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT (Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq): It-tag tal- persuna li d-dettalji dwarha intbagħtu separatament se tiġi rtirata u t-tag se tiġi sospiża sakemm jinqata' l-każ pendenti li hemm fil-qorti kif inhu stipulat fl-Avviż Legali 65.11 regolament 131.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Lill-Ministru għamiltlu diversi mistoqsijiet, waħda minnhom hija numru 25,737.", "Jista' l-Ministru jgħid għaliex ma jridx jirrispondi, għax qed jgħid li m'huwiex konformi ma' l-istanding orders tal- Kamra?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Sur President, hemm l-istanding orders, ara n- natura tal-mistoqsijiet li suppost jintbagħtu hawnhekk, u jekk huwiex l- obbligu tal-ministru li jagħti dawk ir-risposti.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, nitolbok tagħti ruling.", "Meta s-Sedja taċċetta mistoqsija jfisser li tkun skond l-istanding orders.", "Il-Ministru qed jgħid li mistoqsija parlamentari numru 25,737, li għamilt jien, m'hijiex skond l- istanding orders.", "Għaldaqstant nitolbok tagħti ruling u tgħid jekk dak li qed jgħid il-Ministru huwiex minnu, għax ladarba din ġiet aċċettata u tinsab fuq l-aġenda, ma jidhirlix li tmur kontra l-iStanding Orders.", "MR SPEAKER: Onor. Mizzi, jiena informat li din id-domanda qiegħda iżjed lura fl-aġenda tas-seduta tal-lum u naturalment hemm it-tweġiba għaliha.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jekk kif qal il-Ministru din il-mistoqsija tmur kontra l- istanding orders, ma kellhiex tiġi aċċettata.", "Jiena qed nikkontesta l- allegazzjoni li din il-mistoqsija tmur kontra l-istanding orders u qed nitolbok, Mr Speaker, biex jekk jogħġbok tagħti ruling dwar dan il-każ, irrispettivament jekk din il-mistoqsija tiġix iktar tard jew le fuq l- aġenda tal-lum.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Sur President, il-proċedura hija totalment żbaljata.", "L-Onor.", "Mizzi ppreveda risposta li suppost tiġi ħafna wara, u qed jitlob ruling fuq risposta li suppost tinqara' jew tiġi diskussa ħafna iktar wara.", "Jien ma nsib l-ebda diffikulta` li jitlob ruling, pero` dan għandu jsir wara l-ħin tal-mistoqsijiet u mhux issa.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Ippermettili ftit.", "Ma nagħmlux dibattitu fuq din il- kwestjoni.", "Is-Sedja ħadet nota, u fil-ħin opportun se tagħti ruling.", "On a point of order.", "L-Onor.Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Infakkar lill-Ministru li meta l-Onor.", "Fenech Adami kien prim ministru u kienu jinqalgħu affarijiet bħal dawn, ma kienx iġib din l- iskuża.", "Nerġa' ntenni li l-Ministru qal li din il-mistoqsija parlamentari tmur kontra l-iStanding Orders.", "Jiena nerġa' ntenni ...", "MR SPEAKER: Onor. Mizzi, ippermettili ftit.", "Is-Sedja għadha kif ippronunzjat ruħha li ħadet nota ta' dak li ntqal u tagħti ruling f'xi seduta oħra, jiġifieri fl-ewwel mument opportun li jkollha.", "Għaldaqstant nistgħu ngħaddu għall-mistoqsija li jmiss.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Kif tista' tistenna jekk il-Ministru qed jgħid li din il- mistoqsija tmur kontra l-istanding orders u s-Sedja aċċettat!", "Jiġifieri s- Sedja se tagħti ruling u tgħid li hija żbaljata u li m'hijiex skond l- istanding orders?", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Ippermettili ftit!", "Ma noħolqux dibattitu f'dan il-mument.", "Id- deċiżjoni ttieħdet u nistgħu ngħaddu għall-mistoqsija li jmiss.", "On a point of order, l-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jiġifieri s-Sedja qed tgħid illi m'hijiex ċerta jekk imxietx skond ir-regolamenti?", "Għax jekk is-Sedja ma taċċettax li dik il- mistoqsija hija skond l-istanding orders jew qed ikollha xi dubju, dan ifisser li għamlet żball.", "MR SPEAKER: Is-Sedja qiegħda tgħid biss il-mod kif sejra tippronunzja ruħha iżjed 'il quddiem.", "Għaldaqstant nistgħu nibqgħu għaddejjin bl-aġenda li għandna quddiemna.", "On a point of order.", "L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Ladarba s-Sedja aċċettat dik il-mistoqsija, awtomatikament hija skond l-istanding orders.", "Mela allura qed nitolbok, Mr Speaker, tinnejmja l-Ministru li qed imur kontra l-istanding orders u li qed jikkontesta lis-Sedja.", "M'għandekx triq oħra x'tieħu!", "MR SPEAKER: Il-pożizzjoni tas-Sedja hi dik kif diġa` ppronunzjat ruħha u nistgħu ngħaddu għall-mistoqsija li jmiss.", "L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Nerġa' ntenni li l-Ministru qed jgħid li s-Sedja m'hijiex korretta u dan il-fatt is-Sedja ma tistax taċċettah, għax din il-mistoqsija ġiet aċċettata.", "MR SPEAKER: Onor. Mizzi, inti tlabt lis-Sedja biex tagħti ruling fuq din id-domanda.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Qed nitolbok tinnejmjah tal-Ministru għax qed iżeblaħ lis- Sedja.", "MR SPEAKER: Sadanittant dik id-domanda għadha ma waslitx u s-Sedja ħadet il- pożizzjoni li tagħti ruling fil-mument opportun.", "Dik hi d-deċiżjoni tas- Sedja, Onor. Mizzi.", "Għaldaqstant qed nitolbok biex tgħaddi għall- mistoqsija li jmiss.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Nerġa' ntenni li jien qed inressaq ksur ta' privileġġ kontra l-ministru li qed iżeblaħ lis-Sedja.", "Qed nitolbok biex tinnejmjah ismu għax il-ministru mhux qed jistenna l-mistoqsija.", "Qalha hawnhekk reġa'!", "U l-parlament diġa` iddikjarah dan, għax kieku ma kienx jaċċettaha!", "Għalhekk qed nitolbok tgħajjat isem il-ministru, Mr Speaker.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Id-deċiżjoni tas-Sedja diġa` ingħatat.", "Ftehemna li jingħata ruling fil-ħin opportun.", "F'dan il-mument qed nitlob lill-Onor.", "Mizzi biex jgħaddi għall-mistoqsija li jmiss.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, bir-rispett kollu, tar-ruling hija xi ħaġa oħra.", "Hawnhekk qed nitolbok tinnejmja l-ministru għad-dikjarazzjoni li għamel u mhux biex tagħti ruling.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Ippermettuli.", "Id-deċiżjoni tas-Sedja tibqa' kif inhi.", "Nitlob lill-Onor.", "Mizzi jagħmel il-mistoqsija li jmiss.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, jiena qed ngħidlek li din hija l-ewwel opportunita`, u bħala membru ta' din il-Kamra qed nitolbok biex tinnejmjah.", "Dan inti trid tiddeċidih.", "U din m'għandhiex x'taqsam ma' ruling!", "MR SPEAKER: U jiena qiegħed nitlob ...", "Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni): Sur President, għadni kif smajt lill-Onor.", "Mizzi jgħid li se jressaq ksur ta' privileġġ u mbagħad talab lis-Sedja tinnejmja l- ministru.", "Naħseb li kemm jiena kif ukoll l-Onor.", "Mizzi naqblu li n-naming ta' membru parlamentari huwa ħaġa kwalifikata ħafna u ċertament m'huwiex il- każ li japplikah.", "Jekk l-Onor.", "Mizzi jidhirlu li għandu jressaq ksur ta' privileġġ, iressqu formalment, u mbagħad is-Sedja tippronunċja fuqu.", "Imma ma naħsibx li għandna nikkomplikaw il-fażi tad-domandi b'dan il-mod, fejn il-proċeduri nivvintawhom on the fly.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Nerġa' nsejjaħ lill-Onor.", "Mizzi biex jekk jogħġbu jagħmel il-mistoqsija li jmiss.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jien tlabtu eżatt kif kien talab ħaddieħor, ksur ta' privileġġ kontra tiegħi biex niġi named.", "Jiena m'iniex qed ngħid li għandna nagħmlu two weights, two measures, imma qed nitlob kif kien talab ħaddieħor dwari.", "Jien qed nitolbok tagħmel naming tiegħu, Sur President.", "Issa inti trid tiddeċiedi.", "MR SPEAKER: Ippermettilli ftit!", "Id-deċiżjoni tas-Sedja hi li inti tagħmel il-mistoqsija li jmiss.", "L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Safejn naf jien meta titlob ksur ta' privileġġ biex tagħti naming trid tagħti d-deċiżjoni.", "U qed nitlob deċiżjoni.", "Dik li qed nitlob, Mr Speaker, deċiżjoni!", "Agħtiha kif trid inti, dik hija responsabbilta` tiegħek, u jekk tridx tissospendi biex tagħti deċiżjoni, hija xi ħaġa tiegħek.", "Imma jiena qed nitlob issa, mhux fuq il-każ ta' l-ewwel wieħed!", "Qed nitlob biex tinnejmjah, issa ddeċiedi inti.", "Taf li tista' tintalab biex tinnejmja, imbagħad iddeċiedi inti!", "MR SPEAKER: Id-deċiżjoni tas-Sedja hi biex inti tagħmel il-mistoqsija li jmiss, Onor. Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jiddispjaċini, Mr Speaker, imma l-proċedura mhux hekk qiegħda.", "Għaldaqstant, bħala protesta, se ngħajjat quorum.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Ippermettili ftit Onorevoli!", "M'hemmx iktar dibattitu issa.", "Hawn talba mill-Onor.", "Mizzi għal quorum.", "Is-seduta hija sospiża għal ħames minuti.", "Fis-6.14 p.m. is-seduta ġiet sospiża u rriżumiet ħames minuti wara.", "MR SPEAKER: Nitlob lill-acting Clerk jgħodd lill-Onor.", "Membri.", "Jirriżulta illi m'hawnx quorum.", "L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: M'iniex se nsostnih.", "MR SPEAKER: Mela nistgħu nkomplu.", "KASTILJA - ANTIPORTA", "24737.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Stefan Buontempo) staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm swiet l- antiporta ta' barra l-entratura ta' Kastilja?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): It- tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u jingħata f'seduta oħra.", "CARE AND REPAIR", "24738.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Stefan Buontempo) staqsa lill- Ministru għall-Familja u Solidarjeta` Soċjali: Tista' l-Ministru tara li l- persuna mill-Fgura, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, tibbenefika mill-inizjattiva care and repair?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA (Ministru għall-Famiilja u Solidarjeta` Soċjali): Meta kienet ser toħroġ is-sejħa għall-offerti biex isiru x-xogħlijiet taħt l-inizjattiva tal-care and repair, l-awtorita' tad-djar ġiet infurmata mis- social worker tal-persuna ndikata li din il-persuna ma riditx li jsiru x- xogħlijiet għax bdiet tibża li ser ikunu ta' ħsara għal saħħitha u talbet li l-proċess jitwaqqaf.", "Minkejja l-intervent sussegwenti ta' ħu l- applikant biex jikkonvinċih biex ix-xogħlijiet isiru, l-applikant kien kontinwament ibiddel fehemtu jekk ix-xogħlijiet għandhomx isiru jew le.", "Ninsab infurmata wkoll li sal-lum l-awtorita` tad-djar għad m'għandhiex risposta definittiva jekk l-applikant iridx li jsiru x-xogħlijiet.", "ĊILINDRI TAL-GASS", "24772.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Chris Agius) staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l- Ministru jgħid jekk inxtrawx ċilindri tal-gass ġodda matul is-sena 2006?", "Jista' jgħid jekk inxtarax xi apparat u makkinarju ieħor relatat mad- distribuzzjoni tal-gass matul l-2006?", "Jista' jgħid x'kienu u kemm kienet l- ispiża f'kull każ?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Matul is-sena 2006 inxtraw 35,000 ċilindru tat-12-il kilo għas-somma totali ta' €635,600 jew Lm272,863.", "Fl-istess sena nxtara ukoll apparat magħruf bħala palletizing plant għas-somma ta' €139,200 jew Lm59,759 biex tiżdied il-produzzjoni u fl-istess ħin tonqos it-tbatija għall-ħaddiema kif ukoll żewġ fork lifters għas-somma totali ta' Lm36,946.", "BORMLA - DAR TA' L-ANZJANI", "24774.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Chris Agius) staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u l-Kura fil-Komunita': Jista' l-Ministru jgħid jekk ir- residenti fil-home ta' l-anzjani ta' Bormla iridux iħallsu sabiex jitteħdilhom id-demm fl-istess home?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita`): Le, ma jħallsux sakemm jinqdew bis-servizzi offruti mis-servizz pubbliku.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi. mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jekk persuna tkun qed tistenna biex tidħol f'dar ta' l- anzjani tal-gvern u sadanittant il-familjari tagħha jiddeċiedu li jdaħħluha f'home privata, anke jekk forsi din l-anzjana ma jkollhiex flus biżżejjed u jiddeċiedu li joħorġulha d-differenza huma, din l-anzjana tista' b'xi mod titlef it-turn tagħha li tidħol fid-dar ta' l-anzjani ta' l-Istat?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Le, assolutament ma jkun hemm l-ebda konsegwenza li dik l-anzjana titlef it-turn tagħha.", "Il-każ jiġi ġġudikat fuq il-mertu tiegħu u mhux jekk hijiex qiegħda fil-privat jew le.", "Jiġifieri dan il-fatt ma jagħmel l-ebda differenza.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jiġifieri l-fatt li din l-anzjana tkun qiegħda f'home privata sakemm jibagħtu għaliha biex tmur f'home ta' l-Istat, ma jaffettwa bl-ebda mod l-applikazzjoni li jkollha pendenti, hux hekk?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Assolutament le.", "SPTAR SAN LUQA - TESTIJIET TA' L-MRI U CT SCANS", "24775.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Chris Agius) staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' l-Ministru jgħid kemm saru testijiet tal-MRI u CT scans fl-isptar San Luqa matul is-sena 2006?", "Kemm kien in-numru ta' l-istess testijiet li saru ġewwa kliniċi privati fuq pazjenti riferuti minn sptarijiet governattivi?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: I-testijiet tal-MRI u CT scans li saru fl-isptar San Luqa matul is-sena 2006 huma kif jidhru hawn taħt:", "- MRI 6110 - CT Scans 14, 503", "In-numru ta' l-istess testijiet li saru ġewwa kliniċi privati fuq pazjenti riferuti minn sptarijiet governattivi huma kif jidher hawn taħt:", "- Clinic A 1 MRI and 43 CT scans - Clinic B 47 CT scans", "SPTAR SAN LUQA - SODOD", "24776.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Chris Agius) staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita`: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm sodod b'postijiet fissi bħalissa fl-Isptar San Luqa?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: In-numru ta' sodod maqsuma f'day beds u in-patient beds fl-isptar San Luqa u fl-isptar Mater Dei huwa kif jidher hawn taħt:", "| |St |Mater | | |Luke's |Dei | |In |859 |804 | |Patient-B|sodda |sodda | |eds | | | |Day Beds |63 |107 | | |sodda |sodda |", "PHARMACY TECHNICIANS", "24779.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Chris Agius) staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita`: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n- numru ta' pharmacy technicians, nursing aides u paramedic aides maqsuma f'irġiel u nisa?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant hija kif ġej:", "Sptar Zammit Clapp", "| |Rgiel|Nis| | | |a | |Pharmacy | 0 | | |Technicians | |0 | |Nursing Aides | 4 | 50| |Paramedic | 0 | | |Aides | |7 |", "Dipartiment ta' l-Anzjani u Kura fil-Komunita'", "| |Rġi|Nis| | |el |a | |Pharmacy |1 |0 | |Technicians | | | |Nursing Aides |121|54 | |Paramedic |0 |0 | |Aides | | |", "Sptar San Luqa", "| |Rġi|Nis| | |el |a | |Pharmacy |2 |5 | |Technicians | | | |Nursing Aides |176|81 | |Paramedic |11 |14 | |Aides | | |", "Sptar Monte Carmeli Sptar Boffa Dipartiment Kura Primarja", "| |Rġi|Nis| | |el |a | |Pharmacy |26 |40 | |Technicians | | | |Nursing Aides |122|42 | |Paramedic |0 |0 | |Aides | | |", "AMBULANZI", "24781.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Chris Agius) staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita`: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ambulanzi għas-servizz ta' l-Isptar San Luqa?", "Jista' jgħid ta' liema għamla huma u meta daħlu fis-servizz?", "Jista' jagħti l-istess informazzjoni għall-Isptar Ġenerali ta' Għawdex?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant tinsab fuq it-tabella annessa.", "|Ambulan|Ambulan|Registr|Date of| |ce |ce |ation | | |Make |Model |No. |Purchas| | | | |e | |FIAT |DUCATO |GVN 468|2003 | | | | |(NEW) | |FIAT |DUCATO |GVN 469|2003 | | | | |(NEW) | |FIAT |DUCATO |GVN 470|2003 | | | | |(NEW) | |FIAT |DUCATO |GVN 471|2003 | | | | |(NEW) | |FIAT |DUCATO |GVN 036|1997 | | | | |(NEW) | |FIAT |DUCATO |GVN 038|1997 | | | | |(NEW) | |FIAT |DUCATO |GVN 232|1995 | | | | |(NEW) | |FIAT |DUCATO |GVN 233|1995 | | | | |(NEW) | |FIAT |DUCATO |GVN 234|1995 | | | | |(NEW) | |FORD |TRANSIT|GVN 380|2000 | | | | |(Second| | | | |hand | | | | |from | | | | |UK) | |FORD |TRANSIT|GVN 381|2000 | | | | |(Second| | | | |hand | | | | |from | | | | |UK) | |FORD |TRANSIT|GVN 382|2000 | | | | |(Second| | | | |hand | | | | |from | | | | |uk) | |FORD |TRANSIT|GVN 386|2000 | | | | |(Second| | | | |hand | | | | |from | | | | |UK) |", "Għall-aħħar parti tal-mistoqsija nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel il- mistoqsija lill-ministru konċernat.", "KONTIJIET TAD-DAWL U L-ILMA - SKONT", "24884.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Stefan Buontempo) staqsa lill- Ministru għall-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru tgħid min hu intitolat biex jibbenefika minn skont fil-kontijiet ta' l-ilma u tad- dawl u x'inhi l-proċedura li tkun segwita biex wieħed jibbenefika?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għal Avviż Numru 384 ippublikat fil-Gazzetta tal-Gvern fl-20 ta' April, 2007, li tiegħu qed inpoġġi kopja fuq il-mejda tal-Kamra.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Għalkemm naf li saru spjegazzjonijiet fuq il-kwestjoni ta' kif se jkunu mogħtija l-kupuni f'dan ir-rigward, tista' l-Ministru tgħidli jekk pensjonanta li taqbeż il-minimum wage hijiex intitolata li tieħu dan l- iskont?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Aħna ħadna bħala benchmark dħul ta' Lm3,286.72.", "Il- minimum wage bħalissa qiegħda madwar Lm60 fil-ġimgħa, pero` jekk wieħed jiddividi din is-somma li semmejt bi 52 ġimgħa, tiġi madwar Lm62 fil- ġimgħa, jiġifieri aktar mill-minimum wage.", "Din ħarisna lejha għal tapposta biex wessajna l-band, u għaldaqstant għandek numru ta' nies illi iktar qegħdin jidħlu f'din il-faxxa u b'hekk se jgawdu minn dan il-voucher biex jieħdu dan l-iskont li qed insejħulu l-energy benefit.", "KAŻ DWAR PERSUNA", "24886.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Stefan Buontempo) staqsa lill- Ministru għall-Familja u Solidarjeta` Soċjali: Tista' l-Ministru tgħid fejn waslet it-talba tal-persuna minn Ħaż-Żabbar li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Jien infurmata illi l-applikazzjoni qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' oħrajn simili.", "AWTORITA' TAD-DJAR - REFUĠJATI", "24888.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Stefan Buontempo) staqsa lill- Ministru għall-Familja u Solidarjeta` Soċjali: Tista' l-Ministru tara hemmx xi possibbilita' li l-familja ta' ħames persuni li kienet refuġjata fil- Marsa, li dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament, u li issa għandhom ċittadinanza Maltija u qed jgħixu f'kamra tas-sodda waħda, bir-raġel ma jaħdimx, jieħdu post tal-gvern?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Jien infurmata illi l-applikazzjoni qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' oħrajn simili.", "Nixtieq infakkar ukoll li meta l- klijenti jkunu jridu informazzjoni, jistgħu jmorru għand il-customer care tad-dipartiment.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-Mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "TONIO BORG (Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern): Sur President, f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru: 125 ta' l-2007 – Avviż Nru 2 skond it-tifsira ta' \"Assi Eliġibbli\" fl-Att dwar Transazzjonijiet Esterni; u", "Avviż Legali Nru: 126 ta' l-2007 – Regolamenti ta' l-2007 li jemendaw dwar Skema għal Reġistrazzjoni ta' Flus u Depożiti Bankarji.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Cristina.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar in-nefqa fuq telefonati minn linji fissi mill-Ministeru għall-Familja u Solidarjeta` Soċjali u mid-dekasteru li għalih hi responsabbli l-Ministru għall-Familja u Solidarjeta` Soċjali bejn Jannar u Marzu 2007, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 24985; u", "Tabelli li juru (i) is-sahra li saret fid-Direttorat għall- Investigazzjoni Kontra l-Frodi u n-nefqa fuq din is-sahra minn Jannar 2006 sa April 2007, (ii) is-sahra li saret mill-Enforcement Section u n-nefqa fuq din is-sahra bejn l-1998 sa l-2005 u (iii) l-għadd ta' każijiet investigati u l-għadd ta' rakkomandazzjonijiet mid-Direttorat għall-Investigazzjoni Kontra l-Frodi biex jitwaqqaf il-benefiċċju bejn Jannar 2006 u Marzu 2007, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 25715.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Ngħaddu issa għal Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-FOSTER CARE", "FOSTER CARE BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mill-25 ta' April, 2007.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "MR SPEAKER: Il-Ministru Cristina hija in possession.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Sur President, fl-introduzzjoni tiegħi ta' dan id- dibatittu jiena għamilt miexja storika u ħarist lejn kif żviluppa l-qasam tal-foster care hawn Malta.", "Semmejt għal diversi drabi n-numru ta' foster carers li għandna f'pajjiżna minkejja l-fatt li meta ġie ntrodott għall- ewwel darba fostna kien hawn ċertu xettiċiżmu dwar kemm dan il-qasam se jiżviluppa.", "Madankollu bit-tenaċita` tan-nies li kellhom viżjoni sħiħa fuq kif dan il-qasam verament seta' jiżviluppa għall-ġid ta' ħafna tfal, wassal sabiex ikollna żieda fin-numru ta' tfal li ġew fostered kif ukoll żieda kontinwa fin-numru ta' foster carers.", "Fid-diskors tiegħi tajt daqqa t'għajn lejn il-bidu tal-liġi, tkellimt dwar dik li qegħdin ngħidulha l-awtorita` ċentrali u li nistgħu ngħidu li hija r- regolatur ta' dan il-qasam.", "Ħarist ukoll lejn dawk li qegħdin insejħulhom l-aġenziji akkreditati, li se jkunu qegħdin jaħdmu mal-foster carers u mat- tfal mill-qrib ħafna.", "Irridu ngħidu li wasalna għal din il-liġi għax diġa` kellna l-mudell li kien qiegħed jaħdem.", "Fil-fatt diġa` kellna l-istrutturi u diġa` għandna l-fostering unit fi ħdan l-aġenzija \"Appoġġ\" li ilha issa għal numru ta' snin tagħmel xogħol siewi ħafna f'dan il-qasam.", "Għaldaqstant din il-liġi kienet diġa`mfassla mill-proċeduri li kien hemm stabbiliti.", "Tkellimt ukoll dwar il-bord ta' l-appell fejn issa, għall-ewwel darba, dawk li ma jaqblux ma' xi deċiżjonijiet li jittieħdu mill-awtorita` ċentrali, kif ukoll mill-aġenziji akkreditati, jistgħu jressqu l-każ tagħhom quddiem dan il-bord.", "Tkellimt ukoll dwar l-interessi tat-tfal b'mod partikolari għax kif għedt fil-bidunett, l-aktar frażi li għandha tinstema' waqt li aħna qegħdin niddibattu din il-liġi għandha tkun proprju l-interess tat- tfal.", "Għedt ukoll li matul din il-leġislatura diġa` ħarisna lejn bosta liġijiet li jikkonċernaw it-tfal għax il-politika ta' dan il-gvern hija li nħarsu lejn liġijiet eżistenti u naġġornawhom għall-ħteġijiet tal-lum u li ndaħħlu liġijiet ġodda li s'issa qatt ma kien hemm f'dan il-pajjiż.", "Sur President, fis-sena 2003 waqqafna l-uffiċċju tal-kummissarju għat-tfal u mbagħad saru emendi għar-regolamenti dwar il-care orders, mentri issa qegħdin inressqu l-emendi tal-fostering u minn hawn u ftit ieħor din il- Kamra se tkun qiegħda tħares lejn liġi u emendi fuq l-addozzjoni kif jixraq lit-tfal Maltin u Għawdxin tagħna.", "Fir-rigward tad-drittijiet u d-dmirijiet tal-foster carers jiena bdejt ngħid li għall-ewwel darba se jkollna pjan ċar għal kull tifel u tifla, fejn il-foster family se tkun taf eżattament id-dmirijiet u d-doveri tagħha fir-rigward ta' dak it-tifel jew tifla.", "Qegħdin ukoll nagħtu ċerti drittijiet lill-foster carers li qatt ma kellhom qabel.", "Wieħed minnhom kien ukoll id-dritt għal ċerta informazzjoni li huma jħossuha meħtieġa sabiex lit-tfal li jieħdu fil-familja tagħhom ikunu jistgħu jingħataw l-aħjar trobbija li tista' tingħatalhom.", "Hawnhekk wasalt biex nitkellem fuq l-offiżi, u għall-ewwel darba fl-istorja tal-foster care ta' pajjiżna qegħdin jiġu proposti numru ta' reati speċifiċi għal dan il-qasam.", "Fil-fatt, permezz ta' din il-liġi, qiegħda ssir illegali li xi ħadd, b'xi mod jew ieħor, jagħmel arranġamenti ta' flus fejn jidħol il-foster care.", "M'hemmx għalfejn noqgħod nagħmel enfasi partikolari fuq din il-kwestjoni għax wieħed jista' jifhem x'qiegħda ngħid.", "Aħna żgur kontra t-traffikar fejn jidħlu t-tfal u lkoll kemm aħna kontra li jkun hemm il-flus ibiddlu l-idejn fejn jidħlu t-tfal.", "F'pajjiżna ma rridux naraw Alla ħares qatt sitwazzjonijiet fejn ikollok tfal li jiġu mikrija għax il-ġenituri tagħhom jingħataw wegħdiet ta' flus.", "Qiegħda ssir ukoll illegali li persuna jew xi organizzazzjoni, li m'hijiex an accredited agency, tagħmel xi arranġamenti għall-fostering.", "Irrid infakkar hawnhekk li l-accredited agencies iridu jkunu hekk bil-proċeduri li jissemmew fil-liġi.", "Sur President, aħna rridu nevitaw kull abbuż li jista' jkun hemm fejn jidħlu t-tfal.", "Xi kultant nisimgħu stejjer minn pajjiżi oħra fejn jidħlu t- tfal li jkunu stejjer tal-waħx, u aħna rridu naċċertaw ruħna li nevitaw dawn is-sitwazzjonijiet koroh.", "Għalhekk qegħdin nagħmluha wkoll illegali li xi ħadd juża lit-tfal li qegħdin f'ċirkostanzi diffiċli billi jsemmihom f'gazzetti, fuq il-media jew inkella billi jidhru fuq xi materja stampata jew li jiġu b'xi mod irriklamati, u b'dan il-mod qegħdin nagħmluha llegali li l-privatezza ta' dawn it-tfal, b'xi mod jew ieħor, tiġi mittiefsa.", "Aħna hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq kulmin għandu x'jaqsam ma' tfal li qegħdin f'sitwazzjonijiet diffiċli, tfal li qegħdin jiġu fostered, tfal li forsi wara sitwazzjonijiet imwiegħra u diffiċli qegħdin ukoll isibu ftit tal- kwiet u paċi, u li b'xi mod jew ieħor dik it-trankwilitta`, dak l-iżvilupp li jkunu qegħdin jagħmlu 'l quddiem u bi pjan ta' kura li jkun ġie mfassal għalihom, jiġu mittiefsa.", "Ftit taż-żmien ilu kellna każ fejn ukoll il-kummissarju tat-tfal ħasset li kellha titkellem fuq il-mod ta' kif il-media mxiet f'dan il-każ partikolari.", "Il-kummissarju tat-tfal ħasset li l-privatezza tat-tarbija nvoluta kienet verament mittiefsa.", "Jiena min-naħa tiegħi tkellimt maċ- chairman ta' l-għaqda tal-ġurnalisti u tal-press club, u minn hawnhekk nixtieq nirringrazzjah talli għażel li jibgħat ittra lill-edituri kemm ta' l-istazzjonijiet tat-televixin kif ukoll tal-gazzetti u tar-radjijiet ħalli jimxu b'kawtela fuq dan il-każ.", "Dan għaliex wieħed irid jiftakar li hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq tfal u fuq tfal li huma vulnerabbli.", "Issa jekk ma nkunux aħna l-vuċi tagħhom, m'għandhomx lil min iwassal leħenhom.", "Din il-liġi qiegħda tagħmel enfasi kbira fuq il-protezzjoni tal-foster carers u allura kif diġa` kelli l-okkażjoni ngħid, irrid nirringrazzja mill- qalb lil dawn il-foster carers għas-servizz imprezzabbli li qegħdin jagħtu lil dawn it-tfal billi joffrulhom familja alternattiva.", "F'dan l-abbozz ta' liġi qegħdin nsostnu li huwa llegali li jkun hemm xi ħadd li jipperswadi jew li jġiegħel lill-foster carer sabiex jirrinunzja għat-tifel jew tifla li jkun qed irabbi, anke b'mod temporanju u huwa llegali li xi ħadd jieħu tifel jew tifla mingħand il-foster carer li jkollha formalment il-kura ta' dawn it-tfal.", "Huwa wkoll illegali li jkun hemm xi ħadd li jipprova jidħol b'mod forzat fir-residenza ta' xi foster carer jew li nkella jikkawżalu xi ħsara.", "M'huwiex aċċettabbli li jkollna nies li jbeżżgħu jew li jpoġġu ċerta pressjoni u tensjoni fuq il-familji tal-foster carers li fl-aħħar mill- aħħar qegħdin jagħtu għajnuna kbira lil dawn it-tfal.", "Sur President, din il-liġi qiegħda tgħid ukoll li huwa llegali li jkollok persuna li tfixkel jew tostakola lill-bord għall-fostering, lill-bord ta' l- appell, lill-awtorita` ċentrali jew lil aġenzija akkreditata fil-qadi ta' xi waħda mill-funzjonijiet tagħhom.", "Dan l-indħil m'huwiex aċċettabbli, u allura min jagħmel hekk ma jkunx konformi mal-liġi u jkun qiegħed jagħmel ukoll reat.", "Ovvjament kif tidħol din il-liġi fis-seħħ se nkunu nistgħu ngħaddu mill-fażi ta' transizzjoni.", "Lili diġa` kellmuni bosta foster carers li wrew ċertu tħassib sakemm tgħaddi minn fażi għall-oħra, pero` hawnhekk nixtieq inserraħ moħħ dawk il-foster carers billi ngħidilhom li m'għandhomx għalfejn jinkwetaw.", "Fil-fatt jiena se nispjega eżattament kif se nimxu f'din il-fażi ta' transizzjoni ħalli nagħmluha ċara kemm jista' jkun.", "Kull persuna li bħalissa hija approvata bħala foster carer mill-panel, li bħalissa qegħdin insejħulu l-panel għal addozzjoni u għal fostering, se tkun ukoll approvata b'mod temporanju mill-bord li ġie stabbilit permezz ta' din il-liġi.", "Allura l-foster carers preżenti kulma jridu jagħmlu huwa li jikkommunikaw u jwasslu l-approvazzjoni tagħhom bil-miktub lill-bord għall-fostering fi żmien tliet xhur mid-data li din il-liġi tidħol fis-seħħ.", "Meta ssir din il- proċedura sempliċi, il-bord iqabbad aġenzija akkreditata sabiex tinkludi lill-foster carer fir-reġistru tagħha u tagħmel l-assessment li hemm bżonn isir fuq il-foster carer ħalli tara li dan ikun jista' jkompli jagħti s- servizz tiegħu.", "Imbagħad wara dan tkompli l-proċedura normali fejn il- foster carer ikollu d-dokumentazzjoni uffiċjali u jidħol fil-ftehim tal- foster care.", "Dan se jkun assessjat sakemm ikun qiegħed jipprovdi dan is- servizz.", "Jiena għamiltha ċara li mhux ladarba tkun approvat bħala foster carer inti se tibqa' approvat għal dejjem - ad infinitum - imma ta' kultant jerġa' isir l-assessment ħalli naraw jekk dawn għadhomx idonei li jkunu foster carers.", "Għaldaqstant hawnhekk nistgħu naraw li m'hemmx xi proċeduri partikolari li wieħed irid isegwi f'din il-fażi ta' transizzjoni.", "Sur President, fil-bidu semmejt kif Malta hija affiljata ma' l- International Foster Care Organisation (l-IFCO) li hija għaqda internazzjonali u li għandha kredenzjali ta' min wieħed jiftaħar bihom.", "Għalhekk huwa l-pjaċir tiegħi li ngħid li aktar tard matul din is-sena, eżattament f'Novembru li ġej, l-IFCO se torganizza l-konferenza annwali tagħha f'Malta.", "Jiena naħseb li din hija l-aktar sena propizja għalina għax qegħdin naraw din il-liġi se tidħol fis-seħħ u diġa' għandna bosta snin warajna, u għalhekk akkwistajna ftit ta' l-esperjenza.", "Imma bla dubju ta' xejn in-nies esperti li se jiġu biex jitkellmu u li se jagħtu t-taħriġ f'din il-konferenza annwali se jkunu ta' għajnuna għalina ħalli nitgħallmu mill-best practices ta' pajjiżi oħra.", "In-nies tagħna se jieħdu dan it- taħriġ li ovvjament huwa dejjem neċessarju.", "Issa sabiex wasalna għal din il-liġi saret il-konsultazzjoni ma' min huwa nvolut f'dan il-qasam.", "Saru laqgħat mal-persuni li jieħdu ħsieb dan is-servizz, jiġifieri mal-fostering unit u man-nies li kienu kruċjali sabiex wasalna llum għal din il-liġi.", "Xtaqt ukoll nirringrazzja lil John Role' u lil dawk bħalu li kellhom il- viżjoni sabiex wasalna fejn wasalna llum.", "Min-naħa tagħna tkellimna mal-foster carers, u jiena kelli wkoll l- opportunita` li nitkellem ma' xi ħadd li kien fostered, u allura ħadt ftit ideat minn hemmhekk.", "Il-ġimgħa li għaddiet fl-uffiċċju tiegħi kien hemm laqgħa bejn foster carer, il-fostering unit, l-aġenzija \"Appoġġ\" u uffiċjali mis-segretarjat tiegħi, fejn ħarisna lejn il-ħteġijiet tal-foster carers.", "Fl-introduzzjoni tiegħi rripetejt kemm-il darba l-bżonn sabiex naħdmu ħafna aktar ħalli nagħtu ħafna aktar għajnuna lill-foster carers.", "Dawn huma nies li fetħu darhom u qalbhom għal dawn it-tfal.", "Dawn huma nies li ma jitħallsux ta' dak li jagħmlu ħlief li jieħdu ċ-child in-care benefit, u jekk ikun hemm ċirkostanzi partikolari, għandna fond ta' Lm36,000 li minnu nistgħu ngħinuhom.", "Pero` jiena nemmen li rridu nħarsu wkoll lejn it-terapija ta' dawn il-familji.", "Terapija kemm waqt li jkollhom it-tfal magħhom kif ukoll terapija wara li t- tfal ma jibqgħux aktar għandhom.", "Hawnhekk qegħdin inħarsu lejn xi ħaġa li hija emozzjonali ħafna, u wieħed irid iżomm quddiem għajnejh li aħna qegħdin nitkellmu fuq familji sħaħ.", "Hawnhekk għandek l-omm, il-missier, in- nanniet, it-tfal li se jiġu fostered kif ukoll it-tfal naturali tal-familja li se ddaħħal il-foster children magħha.", "Għalhekk irridu noqogħdu attenti u nkunu sensittivi ħafna għal dak li jista' jinqala'.", "B'hekk irridu nitkellmu mal-membri tal-familja ħalli naraw eżattament kif qegħdin jiġu affettwati fuq bażi personali minn din l-esperjenza.", "Sur President, il-konsultazzjoni ma naqsitx, imma għad fadal aktar lok għaliha.", "L-assoċjazzjoni kienu kellmuni u qaluli li jistgħu jibagħtu xi kummenti tagħhom.", "Min-naħa tiegħi għedtilhom li sakemm nispiċċaw l-istadju ta' kumitat they are more than welcome sabiex jibagħtu l-kummenti tagħhom.", "Jien m'għandix dubju li dan id-dibattitu se jkun wieħed interessanti ħafna għax l-aspetti soċjali dejjem ikollhom angoli differenti.", "Jekk iqum jitkellem tabib se jagħtik angoli partikolari, jekk jitkellem avukat se jagħtik angoli oħrajn, u jekk iqum jitkellem għalliem se jagħtik angoli differenti wkoll.", "Għalhekk m'għandix dubju li fis-seduti li ġejjin se jkollna dibattitu ta' min wieħed jisimgħu.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Onor. Marie Louise Coleiro Preca.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO PRECA: Sur President, naħseb li jkun xieraq li fuq din il-liġi pożittiva nagħti ftit ta' l-għarfien u nagħti ħajr lil dawk in-nies li għal snin sħaħ ħadmu f'dan il-qasam daqshekk importanti.", "Fost l- ewwel nies irridu nirrikonoxxu x-xogħol kbir li għal snin twal għamlet il- Knisja bl-organizzazzjonijiet reliġjużi tagħha, fejn laqgħet tfal li sfortunatament ma kellhom esperjenzi xejn sbieħ f'ħajjithom.", "U li kieku ma kenitx il-Knisja li fetħet il-bibien ta' l-organizzazzjonijiet reliġjużi tagħha sabiex tilqa' lil dawn it-tfal, ma kienx ikollna fejn inqegħduhom.", "Naturalment dan kien perijodu fejn il-foster care f'pajjiżna ma kienx għadu żviluppat.", "Imbagħad irrid nagħti ħajr u għarfien lil dawk il-ħafna welfare officers li fis-snin tmenin bdew jiżviluppaw il-foster care f'pajjiżna.", "Bilfors li wieħed irid jagħti għarfien għax-xogħol kbir li għamel John Role' flimkien mat-team tiegħu.", "Għal ħafna snin għamel il-lobbying ma' kulmin seta' kien influwenti sabiex iwassal il-vuċi tiegħu ħalli kulħadd ikun aktar konxju dwar il-ħtieġa li t-tfal ma jibqgħux aktar istituzzjonalizzati imma jkollhom qafas legali u strutturi ta' sapport ħalli jkunu jistgħu jidħlu f'din it-tip ta' kura u kustodja.", "F'dan l-istadju rridu nagħtu rikonoxximent lil Dr. Ruth Farrugia li hija waħda mill-aktar nies fil-qasam legali li ħadmet f'dan il-qasam.", "Irridu nagħtu wkoll ir-rikonoxximent tagħna lill-ex-kummissarju għat-tfal, is- Sinjura Sonya Camilleri.", "Imbagħad l-akbar apprezzament irid imur lil dak in-numru sostanzjali ta' ġenituri u koppji li jogħġobhom jiftħu darhom, imma fuq kollox qalbhom, sabiex jagħtu minn dak li għandhom lil dawn it- tfal.", "Jiena dejjem qist li l-akbar opra ġenwina li bniedem jista' jagħmel m'hijiex dik li jagħti miż-żejjed li għandu imma meta jagħti minn dak li għandu.", "Il-foster parents f'pajjiżna dejjem qisthom li jaqgħu f'din il- kategorija għax proprju jagħtu minn dak li għandhom.", "U fuq kollox jagħtu l- aqwa ħaġa minn dak li għandhom għax jaqsmu ħajjithom u ħinhom mat-tfal li m'humiex tagħhom.", "Dawn in-nies dejjem ikunu lesti li jagħtu dik l-imħabba u s-sigurta` lil dawn it-tfal u jkunu lesti li jrabbuhom f'ambjent ta' familja.", "Sur President, nagħtuhom ħajr kemm nagħtuhom ħajr lil dawn in-nies ġenwini, li fetħu darhom u qalbhom għal dawn it-tfal ta' ġenituri oħra Maltin, sabiex kemm jista' jkun jagħtuhom l-aqwa u l-aħjar ambjent fejn jitrabbew, żgur li ma nistgħux nagħtuhom ħajr biżżejjed.", "Issa li qbadna r-rittmu legali f'dan l-qasam, nittama li jkollna aktar u aktar nies li huma lesti jagħmlu dan ix-xogħol ta' fejda.", "Fl-aħħar mill-aħħar dan ix-xogħol jagħti lura mhux biss ħafna ġid lill-istess tfal imma jagħti wkoll ħafna u ħafna ġid u return pożittiv lis-soċjeta` kollha tagħna.", "Forsi aktar tard fl- intervent tiegħi nkun nista' nagħmel parentesi żgħira fuq l-effett li jista' joħroġ mill-foster care.", "Jiena bdejt l-bidu ta' l-intervent tiegħi billi għedt li din hija liġi pożittiva.", "M'hemmx dubju fuq il-fehma tagħna għax aħna favur din il-liġi.", "Anzi xtaqna li liġi bħal din ġiet aktar qabel.", "Fil-fatt din il-liġi mhux biss kienet parti mill-pjan ta' politika Laburista għall-ġejjini imma għamilna dan l- eżerċizzju matul dawn l-aħħar xhur fuq il-bini ta' politika Laburista favur il-familja ħalli nipprovaw ukoll nixprunaw lill-gvern sabiex jiċċaqlaq.", "U allura issa li l-gvern iċċaqlaq, anke billi l-partit Laburista ħareġ all out permezz tad-dokument tiegħu ta' politika dwar il-familja, aħna se naqblu mal-gvern ħalli napprovaw din il-liġi.", "Naturalment f'kull proċess li nkunu qegħdin nagħmlu hawnhekk, jiena nħoss li nkunu qegħdin nonqsu jekk kemm-il darba jkollna abbozz ta' liġi li naċċettawh kif inhu mingħajr ma nanalizzawh u nagħrfu x'hemm bżonn isir.", "Sur President, ma jfissirx li għax issa se ssir din il-liġi, dak li pproponejna aħna bħala parti mill-politika futura Laburista fir-rigward tal- foster care se jiġi wiped out.", "Anzi minn hawnhekk irrid nassigura lill- poplu Malti u Għawdxi li aħna se nkunu mpenjati aktar sabiex inkomplu ngħarblu u niflu dan il-qasam mhux biss mill-aspett legali imma anke mill- aspett tat-tisħiħ ta' l-istrutturi f'dan is-settur li jridu isostnu b'mod prattiku dan il-qafas legali daqshekk importanti.", "Għalhekk aktar 'il quddiem il-partit Laburista se jkun parteċipi f'dan l-abbozz ta' liġi b'mod pożittiv u se nidħlu f'eżerċizzju ieħor ħalli 'l quddiem inkunu nistgħu noffru aktar fine tuning u aktar tisħiħ ta' din il-liġi.", "Naturalment dan se nagħmluh għax nemmnu bis-sħiħ li l-foster care huwa wieħed mill-għodod effettivi li jista' jindirizza dawk id-diffikultajiet li jolqtu lil tfal u żgħażagħ li jkunu għaddejjin minn sitwazzjonijiet, kemm familjari u oħrajn, li jistgħu jħallu ċertu effett fuqhom.", "Xi ħaġa li fil-fehma tiegħi hija importanti fir-rigward ta' din il-liġi hija li se tkompli tagħti ħajja lil diversi artikoli fil-konvenzjoni tal- Ġnus Magħquda fuq id-drittijiet tat-tfal.", "Ta' min jagħti daqqa t'għajn lejn dawk l-artikoli li huma relatati ħafna ma' dan ix-xogħol li qegħdin nagħmlu hawnhekk.", "Per eżempju, jekk wieħed imur fuq l-artikolu 19 ta' din il- konvenzjoni isib li qiegħed jitkellem bl-aktar mod ċar fuq is-States Parties.", "Tajjeb li wieħed jerġa' jirrepeti għalmin forsi qiegħed jismagħna l-ewwel darba li Malta ilha mill-1989 firmatarja ta' din il-konvenzjoni.", "U allura aktar u aktar wieħed jieħu gost jara ċerti artikoli ta' din il- konvenzjoni li aħna parteċipi fiha.", "Kont qiegħda nsemmi artikolu 19, artikolu li jitkellem bl-aktar mod ċar fuq ir-responsabbilta` ta' l-Istat li jħares lit-tfal f'dan is-sens.", "Fil-fatt l-artikolu 19 jgħid hekk:", "\"States Parties shall take all appropriate legislative, administrative, social and educational measures to protect the child from all forms of physical or mental violence, injury or abuse, neglect or negligent treatment, maltreatment or exploitation, including sexual abuse, while in the care of parent(s), legal guardian(s) or any other person who has the care of the child.\".", "Fost l-aktar sitwazzjonijiet li fihom wieħed ifittex il-foster care għandek is-sitwazzjonijiet sfortunati fejn tfal jispiċċaw abbużati, kemm fiżikament, mentalment, sesswalment jew inkella fejn jiġu wkoll neglected.", "Meta jkollok dawn is-sitwazzjonijiet l-Istat idur fuq il-care order.", "Imbagħad ir-riżultat mill-care order irid ikun dak li jew it-tifel/tifla jispiċċaw f'istituzzjoni jew inkella fl-istituzzjoni tal-foster care, jekk dan ikun jeżisti.", "U jekk ikollna biżżejjed foster parents, dak it-tifel jew tifla jistgħu jmorru fil-foster care.", "L-istess artikolu 19 ikompli jgħid hekk:", "\"Such protective measures should, as appropriate, include effective procedures for the establishment of social programmes to provide necessary support for the child and for those who have the care of the child, as well as for other forms of prevention and for identification, reporting, referral, investigation, treatment and follow-up of instances of child maltreatment described heretofore, and, as appropriate, for judicial involvement.\".", "Din il-parti ta' l-artikolu qiegħda tkompli ssostni fuq id-diversi miżuri li wieħed irid jieħu u jassigura għall-ħarsien tat-tfal.", "Wara dan l- artikolu nsibu artiklu 20 li jitkellem b'mod mill-aktar speċifiku fuq il- foster placement.", "Jiġifieri hawnhekk jidher biċ-ċar li din il-liġi hija waħda pożittiva anke minn dan il-lat.", "Fil-fatt, din il-liġi qiegħda tagħti ħajja lil dawn l-artikoli li nsibu f'din il-konvenzjoni tant importanti għall-ħarsien tad-drittijiet tat-tfal.", "Dan l-artikolu 20 qiegħed jgħid hekk:", "\"A child temporarily or permanently deprived of his or her family environment, or in whose own best interests cannot be allowed to remain in that environment, shall be entitled to special protection and assistance provided by the State.", "States Parties shall in accordance with their national laws ensure alternative care for such a child.", "Such care could include, inter alia, foster placement, kafalah of Islamic law, adoption or if necessary placement in suitable institutions for the care of children.", "When considering solutions, due regard shall be paid to the desirability of continuity in a child's upbringing and to the child's ethnic, religious, cultural and linguistic background.\".", "Mela l-istess konvenzjoni tal-Ġnus Magħquda dwar id-drittijiet tat-tfal li Malta hija parti integrali minnha qed titkellem bl-aktar mod ċar li l- foster care huwa wieħed mill-mezzi jew mill-għodod li nistgħu nużaw u li għandna nużaw fiċ-ċirkostanzi fejn ikollna tfal li rridu nħarsuhom minn abbużi ta' vjolenza fiżika jew mentali, negliġenza - fejn it-tfal ma jkunux qed jingħataw il-kura u t-trobbija li suppost - minn abbużi sesswali u ċirkostanzi oħra.", "Jien naħseb li fil-ġurnata tal-lum dawn iċ-ċirkostanzi f'pajjiżna qed jiżdiedu u qed isiru aktar viżibbli – qed nitkellem hekk għax m'għandniex statistika ma' xiex nipparagunaw - għax hawn aktar kuxjenza, awareness, kampanja u servizzi.", "Fl-aħħar mill-aħħar dawn huma affarijiet pożittivi.", "U allura f'dawn iċ-ċirkostanzi toħroġ aktar il-ħtieġa li fejn għandna dawn iċ-ċirkostanzi soċjali, ngħid jien sfortunati, huwa aktar u aktar importanti li l-foster care jintuża bħala wieħed mill-mezzi biex dawn it- tfal li jkunu sfortunati, trawmatizzati u li ma jkunux jistgħu jgħixu fl- ambjent tal-familja tal-ġenituri naturali tagħhom mhux imorru f'istituzzjoni imma jmorru f'ambjent ta' familja li tista' tagħtihom l- imħabba, is-sigurta` u li tħarishom minn dak kollu li suppost it-tfal ikunu mħarsa u protetti minnu.", "Għalhekk jien ngħid li din il-liġi għandha titqies bħala waħda pożittiva.", "Jien ngħid li kienet ħasra li ttieħed daqshekk żmien biex issir il- konvenzjoni tal-Ġnus Magħquda dwar id-drittijiet tat-tfal li titkellem tant ċar fuq il-bżonn tal-foster care bħala alternattiva, jew waħda mill- alternattivi, f'dawn it-tip ta' ċirkostanzi fejn it-tfal għandhom bżonn isibu l-imħabba ta' ġenituri li lesti li jagħtuhielhom anke jekk dawn it- tfal ma jkunux demmhom jew il-birth parents tagħhom.", "Din il-konvenzjoni ilna li ffirmajnieha mill-1989.", "Fis-snin tmenin kellna speċi ta' ad hoc situation fejn kien hemm welfare officers ta' integrita` u ta' ġenwinita` li wkoll kienu jipprovaw jiffaċilitaw dan it-tip ta' servizz, imma naturalment dan ma kienx regolat.", "Imbagħad fl-1995 kien twaqqaf working group mill-gvern ta' dak iż-żmien.", "Sfortunatament għaddew 12-il sena, u minn dak iż-żmien 'il hawn dan il- working group kellu jagħmel studju – dan għamlet riferenza għalih il- ministru l-ġimngħa li għaddiet - dwar kif il-konċett tal-fostering jista' jiġi żviluppat f'pajjiżna.", "Imbagħad fl-1999 kien hemm il-manual ta' proċeduri u l-linji gwida fuq kif għandu jsir il-fostering.", "Minkejja li ma kellniex qafas legali rrid nerġa' nsemmi u nagħti għarfien lil John Role u lit-team tiegħu għax fl-aħħar mill-aħħar, minkejja li ma kienx hemm qafas legali, rnexxielhom b'xi mod joħolqu qafas regolat u b'sistema ta' kif jittrejnjaw lill-foster parents.", "Dawn ipprovaw jagħmlu ħilithom biex jagħmlu monitoring, jagħtu initial training lil dawk li huma potenzjalment foster carers u ħafna affarijiet oħrajn li tinvolvi struttura li tista' toffri dan it-tip ta' servizz.", "Jien nixtieq nagħti ħarsa lejn x'qed jiġri barra minn xtutna fuq il-foster care.", "Hawn bilfors irridu nitilqu mill-punt ta' foster care b'mod differenti minn dak li huwa istituzzjoni.", "Niftakar li xi tmien snin ilu, waqt laqgħa tal-Kumitat Permanenti għall-Affarijiet Soċjali – dak iż-żmien iċ-chairperson kienet l-Onor.", "Helen D'Amato – konna qegħdin niddiskutu t- tema \"Children at Risk\".", "Matul il-ħafna laqgħat interessanti li kellna, li fihom kellna mistiedna prattikament lill-NGOs kollha li b'xi mod jew ieħor imissu ma' qasam bħal dan, tkellimna wkoll fuq dak kollu li għandu x'jaqsam ma' l-istituti tat-tfal.", "Niftakar li dak iż-żmien konna stedinna lid- direttur ta' l-istituti tat-tfal tal-Knisja, Fr Zammit McKeon u kont impressjonajt ruħi bil-mod ċar li tkellem bih dakinhar.", "Dan kien qal li minkejja li jipprovaw jagħmlu minn kollox biex jagħtu lil dawn it-tfal l- aħjar ambjent possibbli ħalli kemm jista' jkun isibu dik l-imħabba u dik is- sigurta` li tant għandhom bżonn u li ma sabux mill-ġenituri tagħhom, dawn it-tfal xorta waħda m'għandhomx ikunu fl-istituti.", "Jien impressjonajt ruħi b'dan, aktar u aktar meta dan kien ingħad mid-direttur ta' l-istituti tat- tfal bl-aktar mod ċar.", "Ovvjament dan kien messaġġ qawwi lilna l-politiċi li hemm bżonn nagħmlu xi ħaġa għal dawn it-tfal.", "Għalhekk nixtieq nagħti ħarsa wkoll lejn xi riċerka li saret dan l-aħħar proprju fuq l-aspett ta' l-istituti jew fuq it-tfal li jkunu fl- istituzzjonijiet, u x'qed jagħmlu pajjiżi oħrajn.", "Per eżempju, diversi pajjiżi ħadu l-istand li lit-trabi u lit-tfal taħt it-tliet snin definittivament mhux qed iqegħduhom f'istituzzjoni.Jien se nikkwota minn research project li sar bejn l-Unjoni Ewropea u l-WHO bl-isem ta' \"Mapping the number and characteristics of children under three in institutions across Europe at risk of harm\".", "Dan ir-rapport li kien sar fis-sena 2005 qal hekk:", "\"Young children (0 to 3 years) placed in residential care institutions without parents are at risk of harm in terms of attachment disorder, developmental delay and neural atrophy in the developing brain.", "The neglect and damage caused by early privation of parenting is equivalent to violence to a young child.\".", "Din hija riċerka u proġett bejn l-Unjoni Ewropea u l-WHO, u meta taqra din it-tip ta' stqarrija riċerkata tibda taħseb ħafna.", "F'pajjiżna għandna madwar 250 tifel u tifla fl-istituti u għad-daqs ta' pajjiżna dan huwa ħafna.", "Fl-Ingilterra għandhom 60,000, imma dan il-pajjiż għandu popolazzjoni ħafna akbar minn tagħna.", "Allura jekk l-effett fuq tfal li qegħdin f'istituzzjoni, partikolarment fl-ewwel tliet snin ta' ħajjithom, iħalli dan it-tip ta' effett, kif qed igħidilna dan ir-rapport, għandna għalfejn ninkwetaw.", "Għalhekk din il-liġi li se ssaħħaħ definittivament dan ix-xogħol, għax se tagħti s-saħħa legali u l-ħarsien lill-foster carers, se tirregolarizza l-mod kif isir il-fostering.", "Min-naħa l-oħra mhux se jkun biżżejjed jekk aħna ma nanalizzawx is-sitwazzjoni li għandna u nibnu l- istrutturi biex jindirizzawha.", "F'riċerka oħra dwar it-tfal li tmur lura għall-1963 fuq psychological deprivation in infancy ingħad hekk:", "\"For children to develop well, be healthy, self-confident and useful to society they must come to as little harm as possible.", "They should live in the kind of family surroundings that provide the necessary stimuli, appropriately varied and diverse, corresponding to their stage of development.", "These stimuli, together with the surrounding environment, should create for children a meaningful world permeated with love in the family and free of feelings of insecurity, anxiety or danger.", "In the harmonious surroundings of the family, children should form their first and most important emotional bond and they should gain the important feeling that they mean something to others around them.", "This is a positive identity, the awareness of one's own self and one's own word.", "For a good development it is also necessary to respect the child's need to have an open future meaning being able to look forward to or expect something.", "All of these needs of children should be and are fulfilled when children live together with those to whom they belong and who belong to them.", "When any of these needs are not met, it is bad for the child.\".", "Hawnhekk hawn l-enfasi tal-ħtieġa li t-tfal jgħixu f'ambjent ta' familja, idealment mal-familja naturali tagħhom.", "Imma fin-nuqqas ta' dawn iċ- ċirkostanzi li jagħtu dak it-tip ta' ambjent, lit-tfal nistgħu nagħtuhom ċans ieħor f'ħajjithom permezz tal-foster care.", "Għalhekk nerġa' ntenni l- punt li hemm bżonn urġenti li s-sitwazzjoni li jinsabu fiha dawk il-250 tifel u tifla li għandna fl-istituti nindirizzawha.", "Issa hawnhekk żgur li se jkun hawn min jistaqsi kif nistgħu nagħmlu dan u kif nistgħu ninvestu aktar.", "Jien ngħid li rridu ninvestu f'kampanji ta' awareness biex infiehmu xi tfisser foster care ħalli nħajru iktar ġenituri u individwi jiftħu darhom u qalbhom għal dawn it-tfal.", "Jeħtieġ nagħmlu ħilitna biex l-ebda tifel u tifla ma jkunu deprived jew inkella fir-riskju li jħossuhom neqsin minn dak li suppost ikollhom biex jimxu 'l quddiem.", "Sur President, ċerti pajjiżi fl-Unjoni Ewropea u oħrajn diġa` ħadu stand f'dan ir-rigward.", "Per eżempju fin-Norveġja, fl-Ingilterra, fl-Islandja u fis-Slovenja m'għadhomx iktar iqiegħdu tfal f'institutional care jekk ma jkollhomx bżonn medical treatment.", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq trabi sa tfal sa tliet snin.", "Issa anke fir-Rumanija hemm politika uffiċjali f'dan ir-rigward, biex tfal taħt is-sentejn ma jidħlux f'dawk li jsejħulhom baby homes.", "L-Italja wkoll qed tgħid illi sas-sena li għaddiet kellhom jagħlqu dawn il-baby homes.", "Naturalment mhux faċli li tagħmel transizzjoni mil-lum għal għada.", "Sur President, din il-liġi xprunat ruħha għax qed nagħrfu l-bżonn li t-tfal kollha, jekk jista' jkun, jgħixu fl-aħjar ambjent fejn ikollhom familja li tħobbhom u li tagħtihom is-sigurta` u l-ħteġijiet li huma importanti għall- iżvilupp psikoloġiku tagħhom, l-iżvilupp ta' life skills u dak kollu li huwa importanti biex jikbru b'mod san.", "Jekk aħna nemmnu f'dan l-oġġettiv, nemmen li ma nistgħux nistennew aktar.", "Din il-liġi ħadet 12-il sena biex waslet s'hawn.", "Pero` l-oġġettiv warajha huwa li jkollna din l-għodda effettiva biex nindirizzaw dawn id-diffikultajiet.", "Ma nistgħux nieħdu 12-il sena biex ikollna l-istrutturi li jappoġġjaw din il-liġi ħalli mhux biss nindirizzaw lil dawk it-tfal li hemm illum fl-istituti ta' Malta u Għawdex – il-250 li qed insemmu – imma wkoll lil dawk li sfortunatament, illum jew għada, jistgħu jaqgħu f'dawn is-sitwazzjonijiet soċjali li jittrawmatizzawhom, li jfixkluhom milli jimxu 'l quddiem u li joħolqulhom id-diffikultajiet.", "Għalhekk huwa importanti li nkunu ppreparati.", "Ma nistgħux nibqgħu bil- kultura li nirreaġixxu wara li jiġu fuqna l-affarijiet.", "Din hija liġi pożittiva pero` biha biss mhux se nwasslu wisq jekk mhux se jkollna l- istrutturi effettivi għaliha.", "Jien nixtieq li l-Kumitat Permanenti għall- Affarijiet Soċjali jidħol aktar fuq dan il-qasam.", "Jien ħadt gost nisma' lill-ministru tgħid illi għadha miftuħa għall-konsultazzjoni u għar- rakkmandazzjonijiet, anke sa l-istadju ta' kumitat, meta niġu biex niffinalizzaw ix-xogħol fuq din il-liġi.", "Jien ngħid li għandna nkunu miftuħin għal aktar diskussjoni u aktar konsultazzjoni dwar l-istrutturi li jridu jsaħħu din il-liġi.", "Il-liġi se tagħti l-mezz u s-saħħa legali, pero` waħedha mhux se twassal biex nilħqu dak l-oġġettiv li tant huwa importanti għal dawk il-250 tifel u tifla fl-istituti u għal dawk li llum jew għada se jispiċċaw f'din is-sitwazzjoni.", "Jien nemmen li l-Kumitat għall-Affarijiet Soċjali jista' jkun forum fejn ilaqqa' flimkien l-istakeholders kollha f'dan is-settur, kemm l-aġenziji tal-gvern kif ukoll l- organizzazzjonijiet mhux governattivi li jistgħu jikkontribwixxu f'dan is-sens biex nanalizzaw, nifhmu u nassessjaw is- sitwazzjoni tagħna u xi ħtiġijiet hemm.", "Imbagħad malli jiġi identifikat dan kollu wieħed ikun jista' jindirizza d-diffikultajiet li jkun hemm.", "Forsi jkun hemm min jgħid li din tfisser flus u fondi.", "Jien ngħid li ma nistgħux nixxaħħu mat-tfal tagħna u mas-soċjeta` tagħna.", "Jekk aħna nindirizzaw lit-tfal miċ-ċokon u mid-diffikultajiet li jista' jkollhom, inkunu qed niggarantixxu li nilqgħu għal ħafna u ħafna diffikultajiet li jistgħu jiżviluppaw 'il quddiem fl-adulti u li qed ikollna nonfqu ħafna aktar f'servizzi ta' kura fuqhom.", "Allura jien ngħid li għandna nħarsu lejn dan il-qasam f'pajjiżna bħala qasam preventiv.", "B'hekk, in the long run, mhux biss inkunu qegħdin nagħmlu ġid lil dawn l-individwi li llum huma tfal u żgħażagħ imma li għada se jkunu l-adulti ta' pajjiżna, imma wkoll lis- soċjeta` tagħna, b'mod ġenerali, mhux biss f'dik li hija dimensjoni soċjali imma anke f'dik li hija konsiderazzjoni ekonomika u finanzjarja.", "Issa nixtieq niġbed l-attenzjoni għal xi ħaġa li qed tinkwetani fl-analisi li għandna quddiemna, u hawnhekk qed nirriferi għall-kwestjoni tal- konsultazzjoni mat-tfal.", "Minkejja li qegħdin nitkellmu fuq il-care plan u fuq il-home study reports, imkien, b'mod tassattiv u ċar ma jidher li se jkollna xi child study report.", "Dan qed ngħidu għax filwaqt li llum fil- liġi tagħna għarafna l-prinċipju li t-tfal għandhom jinstemgħu – hawnhekk qed nagħmel riferenza għall-kwestjoni ta' l-avukat tat-tfal fid-diviżjoni tal-qorti tal-familja – dan ma ħadimx jew mhux qed jaħdem biżżejjed.", "Fil- liġi tagħna għandna l-għarfien għall-avukat tat-tfal, imma m'hemm xejn tassattiv li l-avukat tat-tfal, fi kwestjonijiet ta' żwiġijiet, it-tfal jinstemgħu.", "Din hija mħollija f'idejn il-ġudikant li jekk jagħraf il-ħtieġa li t-tfal jinstemgħu, isejjaħ lill-avukat tat-tfal, imma jekk ma jagħrafx din il-ħtieġa, dan ma jissejjaħx u allura t-tfal jistgħu ma jinstemgħux.", "Issa ma rridx niftiehem li f'kull każ li għandna fil-qorti, speċjalment fil- qorti tal-familja, it-tfal m'humiex jinstemgħu, għax nafu b'ġudikanti li jmorru iktar minn hekk u jagħmlu konsultazzjoni kważi diretta u wiċċ imb'wiċċ b'mod mill-iktar informali, anke ma' l-istess tfal.", "Jien dejjem nemmen li sakemm ikollok nies li huma aware u qed jagħmlu l- affarijiet oltre minn dak li qed titlob minnhom il-liġi huwa tajjeb imma jekk niġu biex inħarsu lejn ir-riġidita` tal-liġi u ma jkollokx xi ħaġa ta' din l-importanza li tkun inkluża fil-liġi nibża' li tibda tiġi overlooked.", "Jien nemmen li t-tfal iridu jkunu konsultati.", "L-ewwelnett il-konvenzjoni tal-Ġnus Magħquda titkellem ċar ħafna dwar il-ħtieġa li t-tfal jinstemgħu, u hawnhekk nixtieq nagħmel riferenza għal artiklu 12 ta' din il-konvenzjoni fejn jingħad li:", "\"States Parties shall assure to the child who is capable of forming his or her own views the right to express those views freely in all matters affecting the child, the views of the child being given due weight in accordance with the age and maturity of the child.\".", "Dan l-artiklu jippreżenta xi ħaġa ċara ħafna u tagħmel ħafna sens.", "Imbagħad dan l-artiklu jkompli jgħid hekk:", "\"For this purpose, the child shall in particular be provided the opportunity to be heard in any judicial and administrative proceedings affecting the child, either directly, or through a representative or an appropriate body, in a manner consistent with the procedural rules of national law.\".", "Jien nixtieq li dan l-artiklu nsaħħuh u nagħtuh il-ħajja, u fil-proċess meta jkun qed jiġi ppjanat li jsir fostering it-tfal jinstemgħu.", "Forsi hawn min jgħidlek li t-tifel jew it-tifla mhux dejjem ikunu qegħdin jagħrfu l- importanza li jmorru mal-foster parents jew xi ħaġa oħra.", "Jista' jkun li forsi ma jkunx hemm maturita` biżżejjed biex dawn jagħżlu l-aħjar, imma mbagħad hemm il-fall-backs tal-liġi stess fejn jekk ikun hemm bżonn, jekk it-tifel jew it-tifla ma jkunux qegħdin jaraw l-aħjar affarijiet għalihom, hemm is-setgħa li permezz tal-liġi tista' tingħata lil xi rappreżentant kif qed jingħad fl-artiklu 12 tal-konvenzjoni, u allura d-deċiżjoni tittieħed f'dik il-fażi.", "Imma t-tifel jew it-tifla għandhom ikunu konsultati u mismugħa, u dak huwa l-mod ta' kif nassiguraw li t-tfal ikollhom id- drittijiet veri u effettivi tagħhom.", "Għalhekk jien nixtieq li jkun ikkonsidrat min-naħa tal-ministru li nartikolaw aktar ċar li t-tfal iridu jinstemgħu u jiġu konsultati.", "Naturalment wieħed irid iħares lejn il-frame kollu li jkun qed jinħadem, imma għandu jkun hemm iċ-child study report speċifiku ħalli żgur ħadd ma jinsa li t-tfal iridu jkunu konsultati.", "Fil-fatt jien tajt daqqa ta' għajn lejn il-green paper ta' l-Ingliżi li qed jagħmlu assessment sħiħ dwar il- care tat-tfal.", "Dawn għamlu green paper, u fost l-affarijiet li ssuġġerew kien hemm il-konsultazzjoni mat-tfal, u allura naħseb li ladarba l-Ingliżi huma ta' l-idea li jikkonsultaw lit-tfal biex jagħtu l-inputs tagħhom fl- iżvilupp ta' l-istess care bħala policy u bħala leġislazzjoni ġdida, naħseb li t-tfal aktar u aktar għandhom ikunu konsultati.", "Jien nixtieq nagħti ftit eżempji prattiċi ta' kif irridu nsarrfu din il- liġi għax m'huwiex biżżejjed li jkollna qafas legali pożittiv, imma se jkun hemm bżonn strutturi li jkunu qegħdin isaħħu din il-liġi u approach ħolisitka biex nassiguraw li t-tfal ikunu qed jieħdu l-aħjar benefiċċju tal- foster care.", "Jien se nagħti eżempju li seħħ.", "Ovvjament mhux se nsemmi ismijiet imma se nsemmi każ ta' tifla ta' sentejn u nofs li ġiet abbużata sesswalment, ingħatat għall-foster care u l-foster parents ingħataw il- parir li kemm jista' jkun inessuha ħalli toħroġ mit-trawma.", "Illum it-tifla għandha tmien snin u ftit ġimgħat ilu ġiet imsejħa bil-qorti biex tixhed.", "Allura biex din it-tifla tingħata ċ-ċans bħal tfal oħra ingħatat għall- foster care, u għall-grazzja t'Alla sabet min verament iħobbha għax il- foster parents għamlu ħilithom kollha biex matul dawn is-snin, minn sentejn u nofs sa tmien snin, kemm jista' jkun inessuha minn dak li kienet għaddiet minnu.", "Pero` ftit tal-ġimgħat ilu din it-tifla ġiet imsejħa biex terġa' tixhed fil-każ ta' missierha.", "Allura jien nistaqsi: Aħna nafu x'qegħdin nagħmlu?", "Dawn huma sitwazzjonijiet li mhux imexxuk 'il quddiem imma jispiċċaw jitfgħuk lura.", "Jien inħoss li jekk mhux se jkollna approach ħolistiku fl-affarijiet inkunu qegħdin nagħżqu fl-ilma u inutli l-ġenituri jinvestu f'din l-imbierka tifla jekk sitwazzjoni bħal din twaqqa' kollox.", "Min se jmur minn taħt?", "Sfortunatament it-tifla se tmur minn taħt.", "Jien nemmen li issa wasal iż- żmien li ma nistgħux nibqgħu naħdmu b'mod fejn min jiġed il-ħabel naħa u min jiġbed il-ħabel naħa oħra!", "Hemm bżonn naħdmu flimkien u nidraw nagħmlu l-affarijiet b'mod ħolistiku.", "Hawnhekk nixtieq insemmi ftit id-dewmien fil- proċeduri legali f'dan il-każ u f'każijiet simili.", "Per eżempju, hemm il- kwestjoni tad-dewmien fil-każijiet ta' dawk li jabbużaw mid-droga.", "Dawn jidħlu fi programmi, jirrijabilitaw ruħhom, jiġu clean, wara l-programm ikollhom l-entużjażmu biex jibdew ħajjtihom mill-ġdid - uħud minnhom ikollhom anke familja – pero` dejjem ikollhom il-biża' li jkun fadlilhom xi każ pendenti.", "Insemmi eżempju ieħor.", "Kien hemm min għamel programm sħiħ u wara numru ta' snin verament sab id-dinjita` u l-valur tal-ħajja u beda jikkontribwixxi lejn il-familja tiegħu u lejn is-soċjeta` u f'daqqa waħda reġa' sab ruħu l- ħabs fuq xi każ ieħor li kien sar snin qabel.", "Dawn huma affarijiet li ma jaħdmux flimkien u li jistonaw, u hemm bżonn li navviċinaw dawn l-oqsma soċjali bl-aktar mod ħolistiku u kulħadd flimkien.", "Ma nistgħux nibqgħu naħdmu qisna tug-of-war fejn jien inkun responsabbli minn din il-biċċa u niġbed 'l hawn, l-ieħor jiġbed in-naħa l-oħra u ħadd ma jkun jaf x'qed jagħmel ħaddieħor.", "L-affarijiet irridu navviċinawhom flimkien ħalli dak l- investiment li qed isir f'dik it-tifla partikolari biex għada tkun mara li tkun kapaċi jkollha familja u tkun role model kif suppost għat-tfal tagħha, nagħtuha ċ-ċans kollu.", "Mhux bl-iskossi, mhux nimxu pass 'il quddiem u nerġgħu nieħdu dik it-tifla għaxar passi lura!", "Qed insemmi dawn l- affarijiet ħalli nenfasizza l-ħtieġa ta' strutturi li jappoġġjaw lil din il- liġi u fuq il-ħtieġa ta' pjan ħolistiku.", "Nixtieq insemmi wkoll is-support lill-foster parents.", "Irridu nirrikonoxxu li din il-liġi qed tagħti ċertu ammont ta' ħarsien lill-foster parents.", "Kien hemm każijiet – forsi mhux ħafna – fejn sfortunatament il-foster parents kienu jiġu harassed, biex ngħid hekk, mill-birth parents.", "Issa din il-liġi qed toffri dan il-ħarsien importanti ħalli wieħed iserraħ rasu.", "Ħalli naraw il-foster parents meta jaċċettaw li jiftħu darhom u qalbhom għal dawn it-tfal minn xiex jgħaddu.", "Ħafna drabi nsemmu l-eċċezzjonijiet biex nagħtu eżempju għar-regola u jien mhux se nagħmel hekk.", "Dawn in-nies jieħdu ċ-child in care benefit, pero` nagħmluha ċara li dan huwa ċuċata!", "Dawn in-nies m'humiex imħallsa, nagħtuhom kemm nagħtuhom, għax meta bniedem ikun qed jagħtik saħħtu, ħinu u ħajtu, qatt ma tista' tagħtih biżżejjed f'termini finanzjarji biex tikkumpensah.", "Imma mbagħad lanqas nistgħu noqogħdu lura għax ma rridux li jkun hemm xi ħadd li jippreżenta ruħu taparsi foster carer għax jagħmel għall-flus!", "Wara kollox minn dawn il-160 foster parents li għandna ħadd minnhom qatt ma nqabad li qed jagħmel dan għall-flus.", "Allura noqogħdu lura biex ma jmurx xi ħadd jitwebbel li jibda jagħmel dawn l-affarijiet għall-flus?!", "Fl-2001 dan iċ-child in care benefit kien Lm12 f'ġimgħa għal kull tifel jew tifla, illum fl-2007, kważi seba' snin wara, għadu Lm12.", "Hawnhekk ħafna minna għandna t-tfal, u jien nistaqsi jekk bi Lm12 fil-ġimgħa jirnexxilekx trabbi, tikkura u teduka lit- tfal?", "Għaldaqstant jien ngħid li l-ewwelnett fil-liġi għandu jkun hemm l-għarfien taċ-child in care benefit bħala prinċipju, għax dan huwa manteniment fl- aħħar mill-aħħar.", "Naturalment il-quantum mhux se jitniżżel fil-liġi, imma jista' joħroġ minn legal notice, imma għandu jkun hemm żgur l-għarfien.", "Dan huwa suġġeriment ieħor li qed nagħmel għax ma nistgħux inkomplu ngħaffġu lill-foster care parents wara li jkunu qed jagħmlu din l-opra kbira għas-soċjeta`.", "Jien naf foster parents li kellhom joħorġu jagħmlu part-time work biex ilaħħqu.", "Bilfors kellhom iżidu l-income biex ikunu jistgħu jagħtu kura, trobbija u edukazzjoni kif suppost lill-foster child li għandhom.", "Jien naf b'każ ta' foster parents li wara inċident xejn feliċi nefqu ma' l-Lm400 apparat biex jassiguraw li din it-tifla fostered minnhom isserraħ moħħha li m'hijiex f'periklu.", "Ma nafx kemm-il Lm12 jidħlu f'dawn l-Lm400!", "Issa ħalliha li dawn it-Lm12 mhumiex qegħdin għalhekk.", "Imma aħna bħala parents nafu li inti ma tistax tħares lejn l-ikel biss, lejn l- ilbies biss, lejn il-kura mill-mard biss, jew lejn l-edukazzjoni biss, imma għandek ħafna affarijiet oħra!", "Għalhekk jien inħoss li għandu jidħol il- prinċipju taċ-child in care benefit b'mod konkret fil-liġi.", "Sur President, fl-Olanda il-birth parents li t-tfal tagħhom jiġu fostered ikollhom jagħtu xi tip ta' kumpens bħal manteniment.", "Naturalment jekk il- birth parents ma jkunux jaħdmu ma tistax iġġegħelhom jagħtu l-manteniment, imma f'dik is-sitwazzjoni, fejn l-istess birth parents ma jistgħux jerfgħu r-responsabbilta`, irid jidħol l-Istat.", "Jiġifieri filwaqt li nirrikonoxxu li l-foster parents ma jagħmlux dan ix-xogħol għall-flus, imma rridu nirrikonoxxu b'mod sħiħ li biex trabbi t-tfal bħalma kieku kienu tiegħek għandek il-piż finanzjarju, u mhux sew li dawn in-nies ġenwini, b'qalbhom kbira, speċjalment dawk li għandhom diġa` t-tfal tagħhom, ikomplu jżidu l- piżijiet.", "Infatti hemm uħud minnhom li kellhom ifittxu l-part-time work biex iżidu l-income tagħhom ħalli jkunu jistgħu jagħmlu x-xogħol li kkommettew ruħhom għalih kif suppost jagħmluh.", "Irrid insemmi każ riċenti ta' foster parents li xtaqu jsiefru lill-foster child tagħhom li spiċċaw iħallsu Lm60 għall-passaport tat-tifla.", "Hawnhekk nixtieq nagħmel parentesi.", "Jekk il-foster parents huma fdati bit-tfal u prattikament b'kollox u din il-liġi stess qed tkompli tagħti ċerta saħħa lill-aspett tat-trasparenza, kif imbagħad il-foster parents mhumiex fdati b'dokument bħall-passaport?", "Dawn il-foster parents kellhom iħallsu Lm60 biex kisbu l-passaport ta' din it-tifla għax xtaqu jagħtuha l-esperjenza li ssiefer.", "Din għandha x'taqsam ħafna mal-każ li semmejt iktar qabel fejn wara numru ta' snin li tifla daħlet f'dan il-programm terapewtiku ħalli tinsa t-trawma li għaddiet minnha fi ċkunitha, il-qorti sejħitilha lura.", "Bl- istess mod ma tagħmilx sens li inġiegħlu foster parents jidħlu f'piżijiet li, fil-fehma tiegħi, żgur li m'għandhomx għalfejn jidħlu fihom.", "Meta l- birth parents jagħmlu passaport lit-tfal tagħhom ma jeħlux Lm60, imma Lm10, it-tariffa normali ta' passaport.", "Iżda dawn il-foster parents li kienu qegħdin jieħdu ħsieb din it-tifla spiċċaw ħallsu six times as much mill- birth parents biex jieħdu l-passport tat-tifla.", "MR SPEAKER: Ippermettili ftit, Onorevoli, jekk jogħġbok.", "Allow me to welcome with pleasure to the House the Chairperson of the Committee on Women's Rights and Gender Equality of the European Parliament and Members of her delegation while currently here in Malta for discussions and they have just been meeting the Members of our Social Affairs Committee.", "I do hope that the discussions being held in Malta are fruitful and that your stay in Malta is also enjoyable.", "Thank you indeed for visiting the House.", "Tista' tkompli Onor. Coleiro Preca.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO PRECA: Thank you, Mr Speaker.", "May I take the opportunity to apologise to our colleagues because I was supposed to be in that meeting as well but I was held here with my intervention on foster care legislation.", "Mr Speaker, kont se niġi għall-punt fuq il-ħtieġa tas-support bi strutturi li jikkumplimentaw bis-sħiħ din il-liġi.", "Għamilt diversi riferenzi għal dan l-aspett imma issa xtaqt inkun ftit iktar konkreta.", "Bħalissa għandna madwar tmien social workers li qed jaħdmu fuq il-qasam tal-foster care u tnejn minnhom huma part-timers u hemm madwar 152 foster children.", "X'inhu x- xogħol ta' dawn is-social workers?", "Dawn mhux biss iridu jagħmlu monitoring, laqgħat u affarijiet oħra fejn għandhom x'jaqsmu dawn it-tfal li huma fostered, imma jridu jagħmlu assessment ta' dawk li jistgħu potenzjalment isiru foster parents.", "Iridu jagħmlu l-initial training ta' dawk li qed jaspiraw li jsiru foster parents u jridu jagħmlu l-on-going training għal dawk li huma foster parents.", "Hemm uħud minn dawn is-social workers li għandhom case load ta' madwar 30 każ, jiġifieri 30 foster children li huma qegħdin jieħdu ħsiebhom, jimmoniterjawhom u janalizzaw kontinwament il-każ tagħhom.", "Barra minn Malta is-social worker m'għandhomx case load ta' aktar minn 20 f'dawk li huma każijiet, biex ngħidu hekk, normali, għax imbagħad hemm każijiet iktar speċjali.", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq case load, jiġifieri jkollhom 20 tifel u tifla li jkunu qegħdin jieħdu ħsiebhom u jikkonċentraw fuqhom u ma jkunx hemm iktar xogħol ta' initial training u ta' on-going training ta' foster parents.", "Ikollhom 20 każ li ma jkollhomx ċerti diffikultajiet jew inkella karatteristiċi partikolari.", "Fejn jidħlu special cases, jiġifieri każijiet li jkunu iktar diffiċli ta' tfal iktar trawmatizzati, ta' tfal li jridu iktar xogħol u support sakemm jibdew ġejjin għan-normal tagħhom, ma jkollhomx iktar minn tmien każijiet.", "Meta wieħed iħares lejn in-numru ta' child psychologists li issa għandha l- aġenzija Appoġġ, qed nitkellmu minn wieħed sa tnejn li jridu jlaħħqu mhux biss mal-foster care, imma wkoll ma' oqsma oħra.", "Veru li qed isir farming out tas-servizz ukoll – għax irridu ngħidu kollox – imma kif jista' jkun ikollok disentu minn wieħed sa żewġ child psychologists?", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq tfal li tant ikunu trawmatizzati li lanqas biss ikunu jridu jkellmu lill-foster parents li jeħduhom taħt il-kura tagħhom.", "Lanqas ikunu jistgħu jikkomunikaw magħhom.", "Anke l-parents ikollhom bżonn is-support għax jibdew jikkonfondu kif se javviċinaw lil dak it-tifel, lil dik it- tifla biex joħorġu dik it-trawma u dawk id-diffikultajiet emozzjonali minn ġo fiha.", "Dawn ikollhom bżonn ħafna u ħafna għajnuna u żgur li b'żewġ child psychologists m'aħniex se nagħmlu wisq.", "Jeħtieġ ikollna wkoll iktar nies li qed jaħdmu fuq awareness campaign li hija importanti ħafna għax hemm bżonn ta' aktar social workers.", "Hawn nerġa' ngħaqqad ma' dak li kont qed ngħid fil-bidu ta' l-intervent tiegħi.", "Hemm bżonn ta' aktar social workers li jikkonċentraw fuq l-awareness campaign flimkien ma' foster carers infushom biex inħeġġu aktar ġenituri Maltin li jilqgħu f'darhom tfal li għandhom bżonn urġenti li jkollhom ambjent ta' familja fejn ikunu jistgħu jiżviluppaw emozzjonalment u jiżviluppaw anke l- life skills tagħhom.", "Allura hawnhekk irid ikollna investiment sħiħ inkella qatt ma nistgħu nindirizzaw bis-serjeta' l-objective ewlieni tagħna.", "Filwaqt li nirringrazzja għal darb'oħra lill-Knisja u l-organizzazzjonijiet reliġjużi li għal dawn is-snin kollha pprovdew id-djar, saħħithom u d- dedikazzjoni għal tfal sfortunati - minħabba ċirkostanzi li ma ġabuhomx fuqhom imma ġabuhom l-adulti - laqgħuhom u tawhom li setgħu, nerġa' infakkar f'dak li qal madwar tmien snin ilu Fr Zammit McKeon li hemm mhux posthom.", "Posthom huwa fil-familja!", "Allura ma nistgħux inserrħu rasna biss fuq il-qafas legali - pożittiv, m'hemmx dubju - li qed nippreżentaw li għandu bżonn ukoll jiġi mirqum f'ċerti aspetti bħall-kwestjoni tal- konsultazzjoni tat-tfal li għandha tidher fil-liġi, kif għandu jidħol ukoll il-prinċipju taċ-child in care benefit.", "Wara kollox dan ikun indirizzat lit- tfal, għax il-manteniment mhux għall-parents, imma għat-tfal.", "Imma definittivament irridu nżidu n-nies imħarrġa ħalli s-servizz li nagħtu f'dan il-qasam ikun qed jindirizza l-objective ewlieni.", "Xi ħaġa li tippreokkupani ħafna, u nħoss li dan huwa l-mument fejn għandi nsemmiha, hija l-kwestjoni ta' aġenziji akkreditati, aktar minn kollox meta qegħdin nitkellmu fuq l-awtorita` ċentrali li se tkun qiegħda tirċievi l- applikazzjonijiet għal akkreditazzjoni.", "Hawnhekk irrid nistaqsi jekk hux se jkun hemm il-potenzjal li jkun hemm għarfien ta' xi aġenziji barranin għal dak li huwa cross border foster care.", "Dan it-tip ta' cross border foster care isir f'pajjiżna u sfortunatament xejn m'huwa regolat u xejn m'hu feliċi.", "Jien naf b'organizzazzjoni partikolari li tagħmel il-cross border foster care, jiġifieri jinġiebu tfal barranin u jsibu foster parents Maltin, u kulma jintalbu l-foster parents Maltin hija li jmorru jġibu ittra mingħand il-kappillan li huma magħrufa bħala nies sew.", "Issa din one side of it, jiġifieri training m'hemmx.", "Naf foster parents li ġabu tfal barranin li minħabba n-nuqqas ta' training spiċċaw trawmatizzati huma, apparti l-fatt ukoll li peress li m'hemmx regolamentazzjoni fuq din il-ħaġa, kien hemm uħud minn dawn it-tfal li meta saru żgħażagħ spiċċaw prattikament jabbużaw finanzjarjament u b'ħafna modi minn dawn l-istess foster parents.", "Għaldaqstant apparti li wieħed irid ikun iktar ċar jekk aħniex qegħdin nifhmu li aġenziji kkreditati jistgħu jkunu wkoll aġenziji barranin, nixtieq nitkellmu ftit iktar fuq il-cross border foster care u nkunu ċerti li f'dan il-qafas legali se jkunu inkwadrati dawn it-tip ta' sitwazzjonijiet.", "Dawn ma tantx jinstemgħu, imma meta tiġi across them u tisma' ċerti esperjenzi tinduna kemm dawn in-nies ikunu ġew emozzjonalment disturbati wara li attwalment ikunu taw ħafna għajnuna b'mod ġenwin lil tfal barranin.", "Xtaqt ukoll nagħmel riferenza għal Parti II ta' dan l-abbozz ta' liġi fejn qegħdin nitkellmu dwar il-Bord għall-fostering.", "Subklawsola 3(4) tgħid hekk:", "\"Kull membru tal-Bord tal-Fostering jista' jitneħħa mill-kariga mill- ministru jekk, fil-fehma tiegħu, dak il-membru ma jkunx tajjeb li jibqa' fil-kariga jew ikun sar inkapaċi li jaqdi kif xieraq id- dmirijiet tiegħu bħala membru.\"", "Dan it-tip ta' provvediment issibu f'diversi liġijiet fejn ikun hemm it- twaqqif ta' bordijiet, pero` f'diversi liġijiet issib ukoll x'inhuma r- raġunijiet li dak il-membru jista' jitneħħa.", "F'diversi liġijiet għandna b'mod speċifiku xi jfisser li ma jkunx tajjeb li jibqa' fil-kariga.", "Jien inħoss li anke hawnhekk għandna nkunu ċari ħalli ma jkun hemm l-ebda ekwivoku.", "L-istess parti ta' l-abbozz subklawsola 4(1) tgħid li:", "\"Il-funzjonijiet tal-Bord għall-Fostering għandhom jinkludu:", "(a) li jeżamina l-Home Study Reports magħmula minn ħaddiem soċjali ta' aġenzija akkreditata.\"", "Hawnhekk jien ma sibtx terminu kemm jista' jdum dan l-eżami tal-home study report, kuntrarju għal dak li hemm fi klawsola 5 fejn jingħad li d- deċiżjonijiet meħuda skond artikoli 4 (b), (c) u (d) għandhom jiġu komunikati bil-miktub, b'posta reġistrata lill-foster carer jew lill-foster carer prospettiv, skond il-każ, u lill-aġenzija akkreditata involuta fi żmien ħamest itjiem tax-xogħol mid-data ta' dik id-deċiżjoni.", "Fil-fehma tiegħi huwa importanti li wieħed ikollu terminu li fih irid jagħmel komunikazzjoni għax dak jirrifletti l-kontabilita` u anke t-trasparenza, u se ngħid għaliex.", "Riċentement kont involuta f'każ ta' adoption.", "Madwar tmien snin jew disa' snin ilu koppja li xtaqu jaddottaw kienu għamlu l-applikazzjonijiet biex jibdew proċeduri ta' adoption, jiġifieri home study reports, l-assessment tal-karattri tagħhom, eċċetra, u dawn qatt ma ngħataw an outright \"no\".", "Dawn baqgħu bit-tama li xi darba xi ħadd se jgħidilhom li ġie t-tifel jew it-tifla li huma xtaqu.", "Xi sena ilu dawn kienu avviċinawni u tant kienu ġrew 'l hemm u 'l hawn li msieken lanqas kważi kienu jafu jirrakkontaw minn liema proċeduri għaddew.", "Tlabthom isimhom biex nistaqsi dwar il-każ tagħhom u wara ċertu żmien kienet saret laqgħa - nirringrazzja lid-direttur is-Sur Mifsud - biex wieħed jara f'liema stadju wasal il-proċess.", "U going back xi tmienja jew disa' snin ilu nstab li d-deċiżjoni fuq din il-koppja kienet li dawn mhumiex addattati biex ikunu adoptive parents.", "Pero` dawn ħadd qatt ma qalilhom li ma kenux qed jarawhom addattati.", "Allura dawn in-nies, apparti li kienu diġa` emozzjonalment mgħaffġin bix- xewqa kbira li kellhom li f'ħajjithom għallinqas irabbu tifel jew tifla, tħallihom tmien snin jew disgħa jistennew u mbagħad fl-aħħar tgħidilhom!", "Hekk kienet iktar diffiċli biex jaċċettaw is-sitwazzjoni u komplew jinsistu li għandhom dritt jaddottaw.", "U reġgħu għaddew mill-eżerċizzju kollu ta' assessments u komplew iħallsu l-flus għax meta titlob is-servizzi tal- professjonisti privati ovvjament trid tħallas.", "Jiġfieri dawn kellhom jgħaddu xi disa' snin biex isiru jafu li huma qegħdin f'din is-sitwazzjoni!", "Għalhekk kif rajt dan il-provvediment ħadt gost bih għax huwa importanti ħafna li bniedem ikun jaf fejn hu u ma jitħalliex bit-tama u fl-aħħar, kif jgħid il-Malti, imut bil-piena!", "Xtaqt nerġa' nagħmel riferenza għall-aġenziji akkreditati li qed nistennew li jagħtu ċerti servizzi.", "Jien qed nifhem li qed nitkellmu fuq aġenziji li se jkunu prattikament privati u hemmhekk se jkun hemm element ta' spejjeż involuti.", "Għalhekk nixtieq niġbed l-attenzjoni biex ikun hemm xi forma ta' regolamentazzjoni fuq il-miżati, għax aktar minn kollox irridu noqogħdu attenti li ma ngħabbux lill-foster carers b'piżijiet jekk se jkun hemm xi tip ta' fees.", "Jiġifieri nixtieq li nkunu iktar ċari fuq l-affarijiet.", "Jekk se jkun hemm ħlas għal ċerti servizzi, wieħed irid jikkonsidra li nistgħu nkunu qegħdin niddiżinċentivaw lil dawk li potenzjalment jistgħu jkunu foster carers.", "Sfortunatament diġa` għandna sitwazzjoni fejn numru ta' parents qed jitolbu s-servizzi tas-CDAU, u minħabba l-waiting list li hemm qed imorru jfittxu li jagħmlu ċerti assessments u reports fil-privat u qed jitgħabbew b'piżijiet kbar.", "M'iniex qed ngħid li min qed jagħti s-servizz m'għandux jitħallas, u lanqas se noqgħod ngħid jekk il-ħlas li jintalab hux iżżejjed jew biżżejjed, imma l-outcome hu li dawn il-parents li qed ifittxu li jindirizzaw diffikulta` tat-tfal tagħhom - u fl-aħħar mill-aħħar jekk qed jindirizzaw diffikulta` tat-tfal tagħhom ikunu qed jindirizzaw diffikulta` tas-soċjeta` u mhux tat-tfal tagħhom biss - qed jitgħabbew b'piżijiet li wħud minnhom lanqas ikunu jifilħuhom.", "Għalhekk f'dan is-sens nixtieq li dan it-tip ta' provvediment jiġi spjegat iktar ħalli wieħed jifhem l-affarijiet aħjar, u jekk se jirriżulta li jkun hemm piżijiet fuq il-foster parents allura se jkun importanti ħafna li nassiguraw li dawk il-piżijiet ma jispiċċawx jiddeterminaw min se jkun foster parent jew le.", "Jiġifieri ssir foster parent mhux għax għandek il-mezzi finanzjarji, imma kulħadd jista' jkun foster parent, naturalment fil-kontest li jkun qed jagħti dak l- ambjent xieraq ta' imħabba u sigurta` lit-tfal.", "Jien xtaqt insemmi wkoll l-emergency placements li ħafna drabi jkollhom isiru meta jkun hemm ċerti sitwazzjonijiet akuti.", "Naħseb li jrid ikun hemm training partikolari għal dawn it-tip ta' foster families li jridu jkunu lesti li jieħdu tfal li b'mod urġenti jkun hemm bżonn li jiġu inklużi f'familja li tista' tagħtihom l-ambjent li huwa san għalihom.", "Meta qegħdin nitkellmu u niddiskutu fuq il-kwestjoni tad-drittijiet u l-bżonnijiet tat- tfal, hemm il-ħtieġa li dan il-pajjiż jibda jħares lejn pjan ħolistiku u mhux biss lejn biċċiet.", "Għandna naraw li jkollna l-affarijiet li qegħdin jaħdmu in tandem u mhux li jaħdmu kontra xulxin.", "Qisu għandna din il- kultura territorjali fejn dak li tagħmel din l-id ma tkunx taf bih l-id l- oħra.", "Imma b'danakollu jkunu qegħdin ibatu t-tfal.", "Nerġa' ngħid li rridu nipprovaw niġbru l-biċċiet kollha flimkien.", "Il-foster care huwa wieħed mill- mezzi li jista' jagħti għodod b'saħħithom sabiex it-tfal li jkunu qegħdin jgħixu f'sitwazzjonijiet sfortunati jingħataw iċ-ċans li jiżviluppaw bħal tfal oħra li diġa` għandhom dak l-ambjent san li jistgħu jimxu 'il quddiem.", "Waħdu biss m'huwiex se jkun jista' jaħdem imma jrid ikun mhux biss appoġġjat minn strutturi li tkellimt fuqhom fid-dettall, imma jrid ikun appoġġjat minn policies li jistgħu wkoll jissapportjawh.", "Sur President, semmejt ukoll il-każ li kien hemm fil-qorti, fejn wara proċess ta' healing mit-trawma emozzjonali li għaddiet minnha din it-tifla, kellha terġa' tiġi ffaċċjata bi trawma oħra.", "Din id-darba kienet kważi agħar minn ta' qabel għax jekk ta' sentejn kienet tiftakar xi ħaġa żgħira, ta' tmien snin żgur li se tiftakar ħafna aktar.", "Forsi wieħed jgħid li bħal dawn il-każijiet ikollna biss waħdiet, pero` jekk minn dan l-aspett infallu mqar f'każ wieħed inkunu qegħdin naħlu l-ħajja ta' persuna li stajna nagħtuha l-aqwa u l-aħjar imma minflok inkunu qegħdin inwaddbuha aktar 'l isfel.", "U allura nħoss li jrid isir sforz sabiex fejn jidħol ix-xogħol fuq il-qasam tat-tfal u tad-drittijiet u l-ħarsien tagħhom, naħdmu fuq pjan ħolistiku.", "Jiena tkellimt kemm-il darba fuq dan il-pjan bħalma tkellmu membri oħra f'din il-Kamra.", "Hemm bżonn li jkollna pjan integrat u li jkun sostnut.", "Irridu li jkollna qafas legali li jkun miġbur u mhux ikollna care order naħa, leġislazzjoni fuq il-fostering naħa oħra, leġislazzjoni fuq l- adoption naħa oħra u drittijiet oħra tat-tfal x'imkien ieħor.", "Hemm bżonn li jkollna wkoll l-att dwar id-drittijiet tat-tfal.", "Sal-lum għadni ma fhimtx x'kienet il-bidla min-naħa tal-gvern fuq dan is-suġġett.", "Sa ftit tas-snin ilu konna nisimgħu lill-gvern jitkellem b'dan il-mod ukoll, u jiena dejjem kelli tama kbira li b'xi mod jew ieħor se nkunu flimkien fuq biċċa xogħol bħal din.", "Fl-opinjoni tiegħi dan żgur kien ikun l-aqwa rigal li stajna nagħtu lit-tfal Maltin u Għawdxin.", "Imma sfortunatament sal-lum għadni qatt ma fhimt x'inhi r-raġuni tal-gvern.", "Darba naf li smajt raġuni meta kienu qalulna li jekk immorru b'children's act konna se ndumu ħafna bil-proċess tiegħu.", "Imma għalija dan huwa spezzettar!", "Meta għandek children's act għandek a special law u din tissorpassa all other secondary laws.", "Almenu dak li tgħallimna aħna fil-kors tal-liġi!", "Issa ma nafx jekk il-gvern jaħsibhiex mod ieħor!", "Il-pajjiżi Skandinavi huma l-aktar pajjiżi żviluppati f'dan il-qasam u tista' tgħid fil-qasam soċjali kollu.", "Fil-fatt fil-qasam tat-tfal ilhom aktar minn 100 sena li għamlu ċ-children's act.", "Allura kif aħna l-Maltin skoprejna l-Amerika f'daqqa waħda u din iċ-children's act narawha bħala xi ħaġa li m'hijiex flokha, ma nistax nifimha!", "Nittama li xi darba jkun hemm xi ħadd li jipprova jfehemni.", "Madankollu din il-liġi tibqa' pożittiva anke jekk m'hijiex within a children's act.", "Imma nerġa' ngħid li din il-liġi trid tkun sostnuta.", "Fl-aħħar mill-aħħar hija liġi li tista' tindirizza ħafna u ħafna diffikultajiet fost it-tfal.", "Waħda mid-diffikultajiet tista' tkun ta' deterrent sabiex dawn it-tfal trawmatizzati, li ma sabux dik l- imħabba li suppost kellhom isibu, jitbiegħdu mis-sitwazzjoni tal-poverta`.", "F'pajjiżna sfortunatament għandna sitwazzjoni fejn it-tfal jistgħu jkunu qegħdin fir-riskju tal-faqar.", "Skond statistika li ħarġet seba' snin ilu - li fil-fehma tiegħi hija outdated – għandna l-faqar ta' wieħed minn kull ħamest itfal anke fost it-tfal minn trabi sa l-eta` ta'15-il sena.", "Issa fiċ-ċirkostanzi li għaddejna minnhom matul dawn is-seba' snin minn mindu ħarġet din l-istatistika żgur li ċ-ċifri għolew aktar!", "Sur President, nemmen li fost dawn it-tfal żgur hemm dawk li b'xi mod jew b'ieħor ma sabux dak l-ambjent san ta' familja li tħobbhom u li tieħu ħsiebhom.", "Għalhekk nemmen li l-mezz tal-fostering, jekk ikun issapportjat bil-liġi u bl-istrutturi meħtieġa, anke integrat fi pjan ħolistiku, li jindirizza l-ħarsien u d-drittijiet tat-tfal, ikun jista' jindirizza din il- pjaga soċjali li għandu pajjiżna.", "Issa meta nitkellmu fuq dan is-suġġett ma nħarsux lejh minn xi lenti partiġġjana imma mmorru lil hemm minn dan u nitkellmu bl-aktar mod oġġettiv, matur u responsabbli għax fl-aħħar mill- aħħar, kull wieħed u waħda minna jrid ikollu għal qalbu dan il-qasam hekk importanti.", "Importanti li nifhmu li t-tfal tal-lum huma ż-żgħażagħ ta' għada u l-adulti ta' pitgħada.", "Għalhekk għandna nagħtuhom l-aħjar ħalli l- mixja tagħhom 'il quddiem tkun waħda li tagħtihom verament kull opportunita` li jkunu adulti denji, kemm għalihom kif ukoll għal pajjiżhom.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joseph Cassar.", "ONOR.", "JOSEPH CASSAR: Sur President, għal darb'oħra qegħdin sabiex nitkellmu fuq liġi importanti ħafna, liġi li aktar ma jgħaddi ż-żmien, aktar se napprezzaw l-importanza tagħha.", "Irrid infakkar li din hija liġi, li għal darb'oħra, kien il-gvern Nazzjonalista li ħares lejha u mexxiha 'il quddiem.", "Nifhem ukoll li l-partit Laburista huwa favur din il-liġi u dejjem kien favuriha u għalhekk għandu jkollna dibattitu f'dan il-parlament li għandu jwassal għal liġi li se tiġi rraffinata għall-ġid tal-poplu kollu.", "Se nibda mill-ewwel sabiex minn fuq l-istatement ta' l-aġenzija \"Appoġġ\" niddefinixxi x'inhuma l-kwalitajiet ta' foster carer.", "L-ewwel kwalita` ta' foster carer hija li dawn juru interess u mħabba ġenwina lejn it-tfal fostered magħhom u li jgħinuhom sabiex jingħaqdu lura mal-familja naturali tagħhom, ovvjament jekk dan ikun fl-interess tat-tfal.", "It-tieni kwalita` hija li dawn ikunu jafu jikkomunikaw mat-tfal u jifhmu d-diffikultajiet li jgħaddu minnhom wara li jkunu ġew separati minn mal-familja naturali tagħhom.", "It-tielet li jkunu lesti jaċċettaw l-isfida li jgħinu fit-trobbija tat-tfal ta' nies oħra u li jżommu kuntatt mal-familja naturali tat-tfal li ġew fostered magħhom.", "Ir-raba' kwalita` ta' foster carer hija dik li jkunu onesti, flessibbli u li jkollhom il-paċenzja u jifhmu t-tfal li jkunu qegħdin jieħdu ħsieb tagħhom.", "Il-ħames hija li jkollhom abbilitajiet sabiex jaħdmu mat-tfal li jkunu għaddew minn trawma fil-ħajja tagħhom.", "Ovvjament f'dan il-parlament ma nistax nitkellem biss bħala membru parlamentari imma rrid nitkellem ukoll bħala tabib u speċjalista f'dan il-qasam.", "Ta' min jgħid li dan il- qasam qegħdin naffaċċjawh ħafna aktar illum għax hawn aktar edukazzjoni u allura hawn aktar għarfien tal-bżonnijiet u tad-drittijiet tat-tfal.", "Il- gvern huwa aktar konxju tal-bżonnijiet li għandna f'dan il-pajjiż, u bħal pajjiżi oħra, aħna qegħdin naslu aktar viċin ta' dawn in-nies li qegħdin ibatu.", "Naturalment meta wieħed isemmi t-tfal, it-tbatija tinħass aktar għax sfortunatament dawn m'għandhomx min jitkellem għalihom bħalna l-kbar.", "Sur President, minn statistiċi u studji li saru nstab li t-tfal li jgħixu ġo familji normali, jiġifieri dawk li jgħixu ġo familji naturali, għandhom bejn 8% u 10% ċans li jkollhom problemi ta' saħħa mentali.", "Meta wieħed iħares lejn tfal li qegħdin f'foster care families, il-perċentwali ta' problemi ta' saħħa mentali jitilgħu sa 57%.", "Dan qiegħed ngħidu għax huwa importanti li nifhmu dwar kif dawn it-tfal li għaddew minn sitwazzjonijiet diffiċli jista' ikollhom riperkussjonijiet anke fuq is-saħħa mentali tagħhom.", "Wieħed irid jifhem ukoll li din tista' toħloq problema fis-sens li dawn l-istess tfal ikollhom challenging behaviour, ikollhom imġiba li toffri challenges ħafna ikbar minn tfal li qegħdin f'sitwazzjonijiet ta' familji naturali.", "Issa wieħed irid jifhem li l-lingwa li jużaw it-tfal sabiex juru sintomi psikjatriċi hija l-lingwa ta' l-imġiba tagħhom.", "Il-lingwa ta' l-imġiba hija dik il-lingwa li biha tifel jew tifla li qegħdin ibatu juruk li huma qegħdin ibatu.", "M'hemmx lingwa oħra li jużaw it- tfal, u allura ma nistgħu qatt nippretendu li t-tfal li għaddew minn dawk iċ-ċirkostanzi diffiċli jistgħu jkunu tfal b'imġiba impekkabbli, għax waħda tmur kontra l-oħra.", "Minħabba dawn iċ-challenging behaviours, dawn it-tfal joffru challenges akbar lill-familji li se jieħdu ħsiebhom.", "Għaldaqstant irridu nirringrazzjaw lil dawk il-familji kollha li għandhom il-vokazzjoni tal-fostering.", "Jiena nħoss li dawn il-familji tassew qegħdin jagħmlu ħafna u ħafna ġid lil pajjiżna, u nixtieq li minn hawnhekk mhux biss nirringrazzjahom imma li anke l-Istat jirrikonoxxihom.", "Ta' kull sena f'dan il-pajjiż ikollna diversi pesuni li jingħataw Ġih ir-Repubblika u għalhekk ikun xieraq li dawn in-nies xi darba jiġu rikonoxxuti wkoll.", "Fil-fehma tiegħi dawn in-nies huma l-qaddisin tas-seklu 21.", "Jiena li naħdem viċin tagħhom nista' ngħid li hemm bżonn li nirrikonoxxuhom aktar, anke bħala Stat, għax tabilħaqq din hija vokazzjoni.", "Ħafna mit-tfal li jkunu għaddew minn xi trawma u jiġu fl-uffiċċju tiegħi, ikolli ngħid li anke jien insibha diffiċli sabiex nikkontrollahom għal dik in-nofs siegħa jew tliet kwarti li nagħmel magħhom.", "U dan għaliex tant ikollhom problemi li xi kultant, anke fl-imġiba tagħhom, ikun diffiċli li tipprova tifhem dak li jkunu qegħdin jipprovaw jgħidu.", "Aħseb u ara kemm isibuha aktar diffiċli dawk in-nies li jkunu qegħdin jilqgħuhom fil-familji tagħhom u li jridu jqattgħu magħhom 24 siegħa kuljum, sebat ijiem fil- ġimgħa!", "Issa minn hawnhekk irrid nieħu spunt ieħor.", "Irridu nirrikonoxxu kemm id-diffikultajiet li qed jgħaddu minnhom dawn it-tfal kif ukoll id- diffikultajiet li qed jgħaddu minnhom il-foster carers.", "Hawnhekk wieħed irid jappella sabiex l-edukaturi u n-nies li qed jaħdmu viċin tat-tfal, speċjalment fl-iskejjel, ikunu aktar konxji ta' dik il-lingwa li biha jkunu qegħdin jitkellmu t-tfal.", "Jiena nemmen li jekk wieħed ikun konxju ta' dik il-lingwa li qed jitkellem biha dak it-tifel jew dik it-tifla, allura x- xogħol tal-foster carer isir eħfef.", "Jekk għandek għalliem fi skola li jipprova jifhem dik il-lingwa, li nerġa' ngħid hija lingwa diffiċli sabiex tifhimha, tkun qiegħed tgħin ħafna lill-foster carer.", "Sur President, qiegħed nitkellem b'dan il-mod għax min-naħa tiegħi niltaqa' ma' ħafna ġenituri li xi kultant il-pressjonijiet kbar li jiġu fuqhom mill- iskejjel, mill-postijiet tat-tagħlim tal-katekiżmu u minn postijiet oħra huma enormi.", "Issa dawn il-foster families diġa` għandhom pressjoni kbira sabiex jiddiljaw biċ-challenges tat-tfal bi problema, u hawnhekk nerġa' infakkar li hemm kważi 57% li jista' jkollhom problemi psikjatriċi, aħseb u ara meta jibdew jirċievu telefonati jew ittri mill-iskejjel li kważi kważi jippretendu li dak iċ-challenging behaviour jisparixxi!", "Ikun hemm diversi ġenituri li jiġu jibku għandna għax il-pretensjoni li dak it-tifel jew tifla jiġu bħall-oħrajn xi kultant hija xi ħaġa li ma jistgħux ilaħħqu magħha.", "Fid-definizzjoni tal-foster carers wieħed jara li jeżistu diversi tipi ta' fostering.", "Jeżisti dak li ngħidulu r-respite jew kif nafuh bil-Malti, fostering ta' serħan.", "Jeżisti fostering ta' emerġenza, fostering għal żmien qasir, fostering għal żmien intermedjarju, fostering għal żmien permanenti jew għal żmien twil u fostering fil-familja jew fil-privat.", "Fostering ta' serħan huwa tip ta' fostering fejn għal żmien limitat ħafna, ġenitur - illum il-fenomenu tas-single parent qiegħed jidħol ħafna f'dan il-pajjiż - jitlob lill-aġenzija sabiex, għall-perijodu qasir ħafna u limitat, isir il- fostering ta' wieħed jew aktar mit-tfal tiegħu.", "Fostering ta' emerġenza naturalment jinħoloq meta jkun hemm każ ta' emerġenza.", "Per eżempju, meta jidħlu l-pulizija, fejn xi ħadd mill-ġenituri jiġi arrestat jew inkella jidħol fi sptar minħabba xi nċident jew xi problema oħra ta' saħħa.", "Jista' jkun hemm ħafna affarijiet li jseħħu f'daqqa waħda u allura t-tifel jew it-tifla in kwesjoni jiġu ffaċċjati bin- nuqqas tal-ġenituri tagħhom u jkun hemm bżonn li jsibu sistema ta' emerġenza għal dawn is-sitwazzjonijiet.", "Ovvjament meta wieħed jitkellem fuq fostering ta' emerġenza, nafu li ma jkollokx ħafna żmien sabiex tippjana.", "Għalhekk huwa ovvju li dan ikun l-aktar fostering diffiċli li wieħed jista' jiltaqa' miegħu.", "Wieħed jifhem ukoll li l-foster carers li se jidħlu għal din il-biċċa tax-xogħol ikunu l-aktar foster carers ikkwalifikati u adattati għalihom għax dak huwa żmien diffiċli.", "Dan huwa żmien fejn it-tfal qegħdin jgħaddu minn telf, li jista' jkun telf ta' ġenitur, u allura huwa importanti li dan isir.", "Fl-istess ħin huwa importanti li wieħed jifhem kemm huwa delikat dan it-tip ta' xogħol.", "Hemm ukoll il-fostering għal żmien qasir li huwa tip ta' fostering li jingħata lit-tfal ta' kull eta` u li jintuża għal żmien pri-determinat.", "Ħafna drabi dan iż-żmien ikun determinat anke mal-ġenituri naturali.", "Il-fostering għal żmien intermedjarju huwa spjegat fil-kelma stess.", "Ħafna drabi dawn ikunu familji li jsolvu d-diffikultajiet tat-tfal billi jerġgħu jmorru lura wara li l-familja tagħhom tkun solviet id-diffikultajiet li jkunu qegħdin jiffaċċjaw.", "It-tfal li jkunu f'riskju ta' abbuż jidħlu wkoll f'dan it-tip ta' fostering, imma mbagħad wara ċerta kura jistgħu jerġgħu jmorru lura fil- familja tagħhom.", "Imbagħad għandek il-fostering għal żmien permanenti, jiġifieri sakemm it- tfal jagħlqu 18-il sena, u fl-aħħarnett għandek il-fostering tal-familja fejn il-familja estiża tieħu ħsieb lit-tifla jew lit-tifel li l-ġenituri naturali tagħhom ma jkunux jistgħu jieħdu ħsiebhom minħabba xi raġuni jew oħra.", "Din hija xi ħaġa li tintuża ħafna hawn Malta u fiha wkoll il- komplikazzjonijiet tagħha, għax wieħed irid jifhem li meta qed tuża l- extended family, inti qiegħed iddaħħal nies li għandhom ukoll ċerti interessi li forsi foster carers oħra ma jkollhomx.", "Għalhekk din m'hijiex xi sitwazzjoni sempliċi imma fiha wkoll id-diffikultajiet tagħha.", "Issa nixtieq nitkellem fuq il-liġi nnifisha u forsi nagħmel ċerti determinazzjonijiet li fuqhom kien hemm xi mistoqsijiet.", "Fl-ewwel parti ta' dan l-abbozz ta' liġi nsibu d-definizzjonjiet li nistgħu ngħidu li huma ċari biżżejjed.", "It-tieni parti tħares lejn il-bord għall- fostering li tiddefinixxi kemm se jkun fih nies.", "Imbagħad l-abboz jagħti l- funzjonijiet li dan il-bord se jkollu.", "L-ewwel funzjoni tal-bord hija li jeżamina l-home study reports magħmula minn ħaddiema soċjali ta' aġenziji akkreditata.", "It-tieni funzjoni hija li jieħu deċiżjoni dwar jekk il-foster carers prospettivi humiex adatti jew le għal dan l-inkarigu.", "Hawnhekk tajjeb li wieħed jisħaq fuq xi ħaġa importanti.", "Ħafna drabi wieħed jaħseb li għax koppja tkun tellgħet familja ta' tnejn jew tlett itfal, li tkun familja eżemplari u li tkun familja li kulħadd jitpaxxa jħares lejha, allura huma tajbin sabiex ikunu foster carers.", "Hawnhekk irridu noqogħdu attenti ħafna għax kulħadd jaf isuq id-dgħajsa fil-bnazzi, imma meta jkun hemm il-maltemp mhux kulħadd jaf isuq id-dgħajsa b'mod tajjeb!", "Probabbli jkun irid jitgħallem kif isuqha għax anke jekk tkun bniedem tal-mistjier tbati!", "Sur President, jien qed ngħid dan għalija nnifsi li jien professjonista, għax xi kultant, meta jien stess niġi biex nittratta problemi ta' nies li jiġu minni, ta' nies li nafhom, tat-tfal tiegħi stess, ukoll ninsa li jiena professjonali u naġixxi bħal bnedmin tad-dinja kollha!", "Jiena qiegħed nieħu dan l-ispunt b'umilta`, għax mhux la kemm taqbad u ttella' familja eżemplari tal-kotba.", "Trid xorta waħda ħafna u ħafna training sabiex tkun foster carer!", "U allura jien ngħid li ċerti familji jridu jħarsu lejn dan il- bord bħala bord li se jgħinhom jidentifikaw l-adaptability tagħhom għal dan il-għan.", "It-tielet funzjoni tal-bord hija li jieħu deċiżjoni dwar jekk foster carer ikunx għadu adatt sabiex jaġixxi bħala tali u r-raba' funzjoni hija li jispeċifika liema xorta ta' foster care hi adatta sabiex tingħata minn kull foster carer, għax kif għedna, hemm diversi tipi ta' foster caring.", "Il-ħames funzjoni hija li dan il-bord iżomm reġistru aġġornat ta' foster carers.", "Is-sitt funzjoni hija li jipprovdi dokumentazzjoni uffiċjali lil foster carers li tidentifikahom bħala tali u ittra uffiċjali li tidentifika t-tfal fil-kura tagħhom.", "Is-seba' funzjoni ta' dan il-bord hija li jeżamina rapporti mibnija minn aġenzija akkreditata wara lment kontra foster carer, u li jieħu kull azzjoni li titqies xierqa fiċ-ċirkostanzi.", "Hawnhekk ukoll wieħed irid joqgħod daqsxejn attent għax l-ilmenti jistgħu jkunu ħafna, pero` wieħed irid ifakkar li trid tkun fiċ-ċirkostanzi ta' dawn il-foster carers li jridu jgħixu 24 siegħa kuljum għal sebat ijiem fil- ġimgħa ma' dawn it-tfal sabiex verament tkun taf x'jiġifieri tgħix ma' persuna b'diffikultajiet u b'challenging behaviour!", "It-tmien funzjoni ta' dan il-bord hija li jagħmel rakkomandazzjonijiet lill- ministru fuq il-parametri li għandhom ikunu stabbiliti dwar l- organizzazzjoni ta' programmi ta' taħriġ, valutazzjonijiet, sessjonijiet ta' pariri għal foster carers prospettivi kif ukoll sorveljanza ta' foster carers u ta' strutturi li jagħtuhom appoġġ.", "U dan huwa importanti ħafna għax jekk ma jkunx hemm dan it-tip ta' checks and balances, jista' jkun hemm xi ħadd li jinsa li qiegħed jagħmel xogħol importanti ħafna u jibda juża affarijiet li forsi aħjar ma jużahomx, fosthom anke sistemi ta' dixxiplina.", "Id-disa' u l-aħħar funzjoni ta' dan il-bord hija li jagħmel rakkmandazzjonijiet lill-ministru għall-implimentazzjoni aktar effettiva tal-provvedimenti ta' dan l-Att u ta' kull regolament li jsiru taħtu.", "Sur President, it-tielet parti tal-liġi hija dwar l-awtorita` ċentrali.", "Fl- opinjoni tiegħi huwa importanti ħafna li jkun hemm awtorita` ċentrali u li l-għan prinċipali tagħha jkun il-benefiċċju aħħari ta' dawn it-tfal.", "Fl- aħħar mill-aħħar qegħdin nagħmlu din il-lġi għall-ġid tat-tfal u għalhekk l- awtorita` ċentrali hija essenzjali.", "Issa l-funzjonijiet ta' din l-awtorita` jinqasmu f'sitt funzjonijiet.", "L-ewwel funzjoni tagħha hija li tirċievi u tinforma li rċeviet applikazzjonijiet għal akkreditament, u t-tieni funzjoni hija li tagħti, tirrifjuta jew tirrevoka l-akkreditement lill- organizzazzjonijiet skond kriterji stabbiliti.", "It-tielet funzjoni hija dik li tirċievi, tinforma li rċeviet, tinvestiga u tieħu kull azzjoni neċessarja dwar kull ilment kontra aġenziji akkreditati jew organizzazzjonijiet li jippretendu li jkunu qegħdin jaġixxu bħala tali.", "Ir-raba' funzjoni tagħha hija li tirċievi talbiet minn persuni barranin li huma approvati bħala foster carers barra minn Malta u li - hawnhekk forsi tirrispondi daqsxejn il-mistoqsija li qajmet l-Onor.", "Marie Louise Coleiro Preca - permezz ta' aġenzija akkreditata, jitolbu li jkunu rikonoxxuti bħala foster carers skond dan l-Att, u li tiddeċiedi jekk taċċettax din it- talba wara li tikkonsulta lill-bord tal-fostering.", "Il-ħames funzjoni tagħha hija li tirċievi applikazzjonijiet minn aġenziji li jkunu jixtiequ jipprovdu foster care transkonfini, u tiddeċiedi jekk tippermettix li dawn l-aġenziji jqiegħdu t-tfal f'foster care.", "Is-sitt u l-aħħar funzjoni ta' din l-awtorita' ċentrali hija li tieħu kull miżura neċessarja fiċ- ċirkostanza jekk tqegħid f'foster care, kemm lokali kemm transkonfoni, ikun jikser id-dispożizzjonijiet ta' dan l-Att.", "Il-liġi mbagħad tkompli tiddefinixxi l-awtorita` ċentrali, min se jkun parti minnha, kif ukoll il- proċeduri sabiex isiru ċerti appelli lil din l-awtorita`.", "Ir-raba' parti tħares lejn il-bord ta' l-appell.", "Kif jindika l-isem stess, dan il-bord se jkun magħmul minn chairperson u żewġ membri oħra.", "Bażikament dan il-bord se jkun qiegħed iħares lejn kull forma ta' appell u se jikkonsidra mill-ġdid deċiżjonijiet tal-bord għall-fostering meta jitressaq appell.", "Ovvjament se jikkonsidra mill-ġdid deċiżjonijiet ta' l- awtorita` ċentrali meta jitressaq appell, se jisma' u jiddeċiedi appell imressaq skond id-dispożizzjoni ta' dan l-att u se jaqdi kull funzjoni oħra fejn il-ministru jista' jiddeskrivi b'regolamenti li jsiru bis-saħħa ta' dan l-att.", "L-awtoritajiet ċentrali se jkollhom lil xi ħadd li se jkun qiegħed iħares minn fuq ħalli dejjem inkunu ċerti li l-ġid tat-tfal jiġi protett.", "Il-ħames parti tittratta dwar l-aġenziji akkreditati.", "Artikolu 16 ta' dan l-abbozz ta' liġi jgħid hekk:", "\"Organizzazzjoni għandha titqies li tkun għamlet arranġamenti għal fostering ta' tifel jew tifla jekk tidħol f'xi ftehim jew tagħmel arranġamenti biex tiffaċilita l-fostering ta' tifel jew tifla.\".", "Artikolu 17 ta' din il-liġi jelenka r-responsabbiltajiet ta' l-aġenzija akkreditata li m'iniex se noqgħod nidħol fihom għax hemm 16-il responsabbilita' li jidħlu fid-dettalji u fl-irqaqat kollha.", "Kważi kważi se jkun diffiċli għal din l-aġenzija akkreditata li tagħmel xi żbalji fil- ħatra ta' foster carer bl-ammont ta' responsabbilitajiet li għandha!", "Fil- fatt, jekk wieħed jaqrahom waħda waħda, ma tantx hemm fejn wieħed jista' jsib xi ħaġa żgħira, u għalhekk nagħti prosit lil min fassalhom.", "Imbagħad l-istess parti tal-liġi qiegħda tħares lejn l-aċċess ta' foster carers prospettivi, jiġifieri kif għandha ssir il-proċedura u, permezz ta' l- artikoli 24, 25 u 26, lejn il-ftehim tal-foster carer, ħaġa importanti ħafna.", "Sur President, waħda mill-mistoqsijiet ta' l-Onor.", "Marie Louise Coleiro Preca kienet fuq il-passaporti.", "Jekk wieħed iħares lejn il-liġi, isib li subartikolu 3 qiegħed jgħid hekk:", "\"Il-ftehim ta' foster care skond subartikolu (1) għandu jkun fl-aħjar interessi tat-tifel jew tifla u għandu jagħti informazzjoni dettaljata relatata mad-drittijiet u dmirijiet tal-foster carer u għandu jinkludi b'mod speċifiku:\".", "Imbagħad għandek lista ta' ħames kondizzjonijiet li waħda minnhom tgħid safejn il-foster carer jista' jieħu deċiżjonijiet rigward it-tifel jew it- tifla li jkunu fil-kura tiegħu.", "Jiena m'iniex bniedem legali, pero` naħseb li wieħed jista' jagħmel ftehim ħalli dak il-foster carer ikollu passaport fuq dak it-tifel jew tifla, u allura jkun jista' joħroġhom minn dan il- pajjiż.", "Issa forsi wieħed jistaqsi għalfejn ma ndaħħlux subartikolu ieħor li jgħid li dawn il-foster carers kollha jista' ikollhom passaport.", "Naħseb li kulmin jaħdem mat-tfal li jkollhom dawn il-problemi jista' jifhem għalfejn m'għamilniex xi ħaġa bħal din.", "Min-naħa tiegħi nista' nagħtikom garanzija li m'hawnx każ wieħed li huwa bħall-ieħor, anke fejn jidħlu l- aħwa stess.", "Għaldaqstant ma tistax taqta' linja dritta u tgħid li l-foster carers kollha għandu jkollhom passaport.", "Jiena naqbel li għad irid ikun hemm foster carers li bi ftehim mal-ġenituri naturali, jew f'każ ta' care order, ikun hemm ftehim mal-care order board fejn jgħidu li jista' jkollhom passaport sabiex joħorġu lit-tifel jew tifla għal vaganza.", "Imma li tagħmilha b'mod ġeneriku u tiftaħha għal kulħadd huwa żbaljat għax jistgħu jinħolqu l-problemi.", "Ovvjament ikun hemm każijiet fejn inti stess tapprezza li jkun aħjar għall-ġid ta' dak it-tifel jew tifla li din il-kwistjoni tal- passaport ma sseħħx.", "Sur President, naħseb li l-liġi fiha nnifisha tikkomprendi ftuħ biżżejjed sabiex sitwazzjoni bħal din tkun tista' issir.", "Fl-istess ħin il-liġi hija magħluqa biżżejjed sabiex imbagħad, f'ċerti ċirkostanzi, wieħed ma jħallix ċerti affarijiet isiru.", "Importanti li nifhmu li hemm numru sostanzjali ta' tfal li huma foster cared li qegħdin taħt care order.", "Allura ħafna drabi anke l-istess Stat jirrikonoxxi l-fatt li l-ġenituri naturali jistgħu ma jkunux - f'każijiet speċifiċi - qegħdin jaġixxu għall-interess aħħari tat- tfal minħabba xi kondizzjoni mentali tagħhom infushom jew minħabba ċirkostanzi oħra li m'aħniex se noqogħdu nidħlu fid-dettalji tagħhom.", "Għalhekk f'dak il-każ, il-kustodja tat-tfal issir mill-ministru tal- politika soċjali li jkollu l-care order board maħtur sabiex jagħtih il- pariri ta' kif għandu jaġixxi.", "Nerġa' ngħid li fl-opinjoni tiegħi din il- parti tal-liġi li tittratta l-ftehim tal-foster carer hija parti essenzjali għax se tagħti vuċi lit-tfal.", "L-Onor.", "Coleiro Preca staqsiet jekk din il-liġi hijiex se tagħti vuċi lit- tfal, u min-naħa tiegħi nista' ngħidilha li iva, din il-liġi se tagħti vuċi lit-tfal għax parti minn dan il-ftehim tal-foster carer qiegħed jindirizza dan il-punt.", "Minbarra l-vuċi għat-tfal se jkun hemm ukoll vuċi għall- ġenituri naturali, in kwantu f'każijiet speċifiċi fejn forsi l-care order board iħoss li ma jkunux qegħdin jaġixxu fl-interessi tat-tfal.", "Imma aħna qegħdin nassumu li l-maġġor parti tal-ġenituri naturali, fl-aħħar mill- aħħar, se jaġixxu fl-interess tat-tfal u għaldaqstant huma wkoll se jkunu nvoluti.", "Se jkun hemm vuċi għall-foster carers għax anke dawn irid ikollhom ċerti checks and balances.", "Per eżempju, waħda mill-problemi li jiffaċċjaw il-foster carers hija meta jiġu biex jinfirdu mit-tfal li jkunu qegħdin jieħdu ħsieb tagħhom.", "Sur President, dawn jistgħu jqumu filgħodu u jirċievu telefonata fejn jgħidulhom li ġejjin jiġbru lit-tifel jew it-tifla li jkunu qegħdin irabbu għax il-ftehim ikun waqa'.", "Dawn huma affarijiet li jiġru, u kulmin jaħdem f'dan il-qasam jaf jgħidlek kif dawn l-affarijiet iseħħu.", "Ovvjament hija esperjenza xokkanti, kemm għall-foster carer kif ukoll għat-tfal involuti għax, għal darb'oħra, dawn se jiġu f'ċirkostanza fejn se jkollhom jerġgħu jitilfu dak li jkunu bnew.", "Allura huwa importanti ħafna li jkun hemm dan il-ftehim ta' foster care u li jkun hemm ukoll ftehim minn qabel dwar x'tip ta' foster care placement se jkun hemm, kemm se jdum, kif se jsir u dwar kemm-il darba dak it-tifel jew tifla jistgħu jaraw il-ġenituri tagħhom.", "Fl- aħħar mill-aħħar, sabiex dan jinbidel – għax kollox jista' jinbidel – irid ikun hemm ukoll sistema ta' checks and balances li l-bord irid jikkunsidra u li jkunu jistgħu jaħdmu fl-interessi partikolari tat-tfal.", "Subartikolu 3 jittratta wkoll il-frekwenza ta' kuntatt tat-tifel jew tifla mal-ġenitur jew ġenituri naturali tagħha, fuq il-pjan ta' kura, fuq materji ta' edukazzjoni, saħħa u manteniment tat-tifel jew tifla, u materji oħra li għandhom x'jaqsmu ma' tifel jew tifla taħt foster care.", "Hawnhekk xtaqt insemmi xi ħaġa fuq iċ-child in care benefit.", "Jekk m'iniex sejjer żball, iċ-child in care benefit beda fl-2002, fi żmien gvern Nazzjonalista.", "Allura ma nistax nifhem kif l-Onor.", "Coleiro Preca qalet li dan beda 12-il sena ilu.", "Forsi kienet qiegħda tirriferi għal xi care benefit ieħor għax, safejn naf jien, iċ-child in care benefit beda fl-2002.", "Ta' min ifakkar li dan huwa benefiċċju li diġa` jinsab fl-att tas-sigurta` soċjali, u allura m'hemmx għalfejn nerġgħu ndaħħluh fl-att tas-sigurta` soċjali.", "Naturalment il-gvern Laburista qatt ma għaddielu mill-kuriduri ta' moħħu li jagħti xi benefiċċju speċifiku lill-foster carers, dejjem jekk m'iniex sejjer żball.", "Jiena wieħed minn dawk li nemmen li dawk li qegħdin jagħmlu xogħol vokazzjonali, bħalma huwa x-xogħol tal-foster carers, għandu jkollhom child in care benefits sostanzjali.", "Irrid infakkar ukoll li ċ- child in care benefit huwa ta' Lm12 fil-ġimgħa, mentri dak taċ-children's allowance huwa ta' Lm8 fil-ġimgħa.", "Forsi hemm min Lm4 aktar ma tantx jarahom ħafna, imma l-fatt jibqa' li ċ-child in care benefit huwa aktar miċ- children's allowance.", "Nemmen u naqbel ma' l-Onor.", "Coleiro Preca dwar li ċ- child in care benefit għandu jiġi rivedut u kemm jista' jkun jiżdied.", "Ma naħsibx li xi ħadd se joġġezzjona għal din iż-żieda, pero` wieħed irid jara l-bilanċ ta' kollox.", "Ta' min ifakkar ukoll lil din il-Kamra li hemm allokati Lm36,000 għall- ispecialised foster care services.", "Dan il-fond qiegħed apposta għal tfal li għandhom challenging behaviour jew xi diżabilita` u li jaqgħu taħt il-care order.", "Barra minn hekk, wieħed irid isemmi wkoll il-high support service - magħrufa aħjar bħala l-HSS – fejn l-istess care order board jagħti benefiċċju apposta ħalli t-tfal ikollhom psikologu magħhom li jitħallas mill-istess gvern.", "Dawn it-tfal ikollhom għajnuna psikjatrika li xi kultant tkun ta' emerġenza u li din l-għajnuna taqa' taħt dan il-benefiċċju miżjud li l-gvern qiegħed iħallas.", "Għalhekk huwa tajjeb li nsemmuhom dawn l- affarijiet għax lanqas irridu nagħtu l-impressjoni li ma jeżistux!", "Sur President, fid-dibattitu tal-lum issemmiet is-CDAU, avolja ma nafx kif daħlet f'dan is-suġġett, u għalhekk se ngħid xi ħaġa fuq il-psikologi.", "L- ewwelnett irrid naqlgħalhom il-kappell għax-xogħol siewi li qegħdin jagħmlu f'dan il-pajjiż.", "Min-naħa l-oħra rrid infakkar li fid-dinja, sabiex tagħti servizz, irid ikollok il-bnedmin tad-demm u l-laħam!", "Jekk ma jkollokx bnedmin tad-demm u l-laħam nistgħu ndumu nippontifikaw kemm irridu fuq kemm għandna bżonn ratios ta' psikologi u psikjatri għal dawn it-tfal u social workers għax jekk ma jkollniex dawn in-nies, ma jkollniex lil min ningaġġaw.", "Wieħed irid iqis li l-aġenzija \"Appoġġ\" xi kultant tibki sabiex issib psikologi li jistgħu jgħinuha mat-tfal, imma tibqa' ma ssibx.", "Allura kollu ta' xejn li noqogħdu ngħidu x'inhu tajjeb u x'inhu ħażin.", "Issa nispera li ma jiġix xi ħadd li jwaħħal fil-gvern għax m'hawnx biżżejjed psikologi u psikjatri.", "Ma ninsewx li l-universita` miftuħa għal kulħadd - nerġa' infakkar li kien il-gvern Nazzjonalista li lliberaha – u kulħadd jista' jidħol għal kors tal-psikoloġija.", "Barra minn hekk, il-mara tiegħi, bħal ħafna oħrajn, marret tagħmel il-kors barra minn Malta, pero` xorta waħda n-numru huwa wieħed limitat.", "Għaldaqstant ejjew naħdmu b'dak li huwa tagħna għax jitla' min jitla' fil-gvern, xorta waħda se jkollna l- istess numri ta' psikologi!", "Naf li l-aġenzija \"Appoġġ\" ilha ħafna tipprova tingaġġahom, pero` qiegħda ssib id-diffikultajiet minħabba n-numru limitat li jeżisti.", "Fl-aħħarnett, is-sitt parti tal-liġi tittratta l-kwestjoni tar-reati.", "Din hija salvagwardja għal dawk it-tfal li se jkunu fostered minn xi ġenitur li jagħmel xi foul fil-konfront tagħhom.", "Dawn issa se jkollhom moħħhom mistrieħ li min jagħmel xi foul se jkun hemm il-penitenza, xi ħaġa li fl- opinjoni tiegħi hija essenzjali ħafna f'din il-liġi.", "L-Onor.", "Coleiro Preca tkellmet fuq id-drittijiet tat-tfal, u naħseb li din hija salvagwardja għad- drittijiet tat-tfal.", "Il-liġi tagħlaq b'parti tmienja dwar id- dispożizzjonijiet tranżitorji.", "Sur President, f'din id-diskussjoni ssemmew diversi persuni u minn hawnhekk nixtieq insellmilhom kollha għax-xogħol siewi li jagħmlu.", "Madankollu rrid ngħid li diġa` teżisti sistema li ddaħħal tfal fil-foster care, li teduka lill-foster carers u li tgħinhom ħafna.", "U din il-parti tal-liġi tinkludi dispożizzjoni tranżitorja sabiex dawk li diġa` għamlu l-korsijiet u dawk li diġa` ġew evalwati ma jkollhomx għalfejn jerġgħu jibdew il-proċess mill- ġdid.", "Nixtieq nagħlaq billi nirringrazzja lill-gvern Nazzjonalista, lill- Ministru Dolores Cristina u lin-nies li jaħdmu magħha ta' din il-liġi li qegħdin iħejju għax se tpoġġi lill-gvern Nazzjonalista fuq livell ta' gvern soċjali u ta' gvern li tassew għandu għal qalbu l-polz tat-tfal u tal-poplu Malti u Għawdxi kollu.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joe Brincat.", "ONOR.", "JOSEPH BRINCAT: Sur President, personalment għandi ċerti misgivings fuq il-fostering, u dan twieled fija mill-esperjenza tiegħi fil-qasam legali.", "Il-problema li nara f'din il-liġi hija li qiegħda toħloq struttura fi struttura u qisna aktar noqogħdu nitkellmu fuq aġenziji, bordijiet u dawn l-affarijiet milli nitkellmu fuq regoli fissi u parametri aktar ċari fuq il-kwestjoni tal-fostering.", "Meta nsemmu bord, aġenzija u awtorita` ċentrali qisu għandna dik il-pupa tal-matrioshka fejn tneħħi l-ewwel qoxra, imbagħad tneħħi t-tieni u tibqa' sejjer hekk.", "Għalija dawn is-super strutturi waħda ġo l-oħra ma jogħġbuni assolutament xejn għax fundamentalment, aktar milli fuq l-istrutturi, aktar kellna nikkonċentraw fuq il-parametri ta' x'inhu verament il-fostering.", "Huwa minnu li f'din il- liġi hemm artikolu dwar li teduka lit-tfal, li tmantnihom u li tagħtihom saqaf fuq rashom.", "Din hija l-istess ħaġa bħalma nsibu fil-Kodiċi Ċivili fuq it-tfal naturali u l-obbligi li għandu l-ġenitur sabiex jagħti lill- uliedu edukazzjoni, manteniment, ilbies u saqaf fuq rashom.", "Meta l-Ġnus Magħquda ġew biex jiddefinixxu d-drittijiet tat-tfal, l-ewwel dritt li tawhom kien dak li jitrabbew fil-familja.", "Kif nafu, dan mhux dejjem ikun possibbli u għalhekk għandna l-istitut ta' l-adozzjonijiet.", "Dawn l-adozzjonijiet jistgħu jkunu kemm lokali kif ukoll trans-nazzjonali, u li kieku kellna neżaminaw dan is-suġġett insibu li 90% tal-każi taw riżultat tajjeb.", "Riċentement f'adozzjoni li kont involut fiha, li kienet mil-lokal għal-lokal, it-tifel, waqt li kien qiegħed l-iskola, aċċidentalment sar jaf preċiżament min huma ħutu, u baqa' sejjer sakemm stabbilixxa min hu missieru.", "Sar jaf iċ-ċirkostanzi għax ġie adottat, u l- koppja twajbin, li kieku jistgħu jagħtu għajnejhom lil dan it-tifel għax għamluh tagħhom, sabu ruħhom f'din id-diffikulta`!", "X'se jagħmlu b'dan it- tifel li issa kiber?", "Jgħidulu li legalment huma l-ġenituri tiegħu u ma jħalluhx imur għand il-missier naturali kif jixtieq imur, imbagħad imur minn wara daharhom, jew kif ikollu 18-il sena jitlaq għand missieru?!", "Se tagħtih tort it-tifel?!", "Jien insibha diffiċli biex nagħti tort lit-tifel, u r-raġuni hija li kulħadd għandu rikjam għall-għeruq tiegħu.", "Meta l-ġenituri ma jkunux idonei, jew meta l-ġenituri jkunu mietu, jkun hemm il-bżonn ta' fostering jew ta' addozzjoni, imma jiddispjaċini ngħid li ġieli jkun hemm min qisu qed irabbi pet!", "Ħassejt ċertu nuqqas, u b'dan il- fostering imlejt il-bżonn mhux tat-tifel imma tiegħi, li jkolli tifel jew tifla u nrabbih daqslikieku qed inrabbi pet!", "Jista' jkun hawn ħafna li ma jaqblux miegħi, imma dan huwa ċertu tip ta' assessment li għamilt jien li jippreokkupani serjament.", "Ikun hawn min jgħid li barra jsir hekk u barra l- istatistika tgħid hekk, imma jien qed nitkellem fuq esperjenzi li għaddejt minnhom jien.", "F'ċerti każi, mhux dejjem, l-iskop tal-foster parents ikun li l-ewwel jibdew bil-fostering biex b'mod jew ieħor dawn it-tfal ikunu jistgħu jaddottawhom definittivament.", "Wieħed mill-konflitti li spiss iltqajt miegħu huwa meta jkun hemm deċiżjoni jekk tagħtix lit-tfal lil xi ħadd mill-ġenituri jew imorrux fostering.", "Esperjenza oħra li kelli jien hija li aġenzija governattiva kważi timbuttahom lil uħud mit-tfal biex jingħataw għall-fostering, tant li jkun hemm reazzjoni mill-ġenituri jew minn xi ħadd minnhom, għax il-biża' kbir li jkun hemm huwa li dan it-tifel jew tifla li jkun ta' eta` żgħira se jsib ruħu f'diffikultajiet enormi biex jorbot is-sentimenti tiegħu u jgħid: Hawn definittivament qiegħed jien.", "Il-fostering huwa it-twilight.", "La huma, bħall-adozzjoni, fejn saru t-tfal ta' dik il-koppja li tkun adottathom, għadhom bil-kuntatt mal-ġenituri, pero` ħafna drabi iktar jgħaddu żmien mal- foster carers milli jgħaddu mal-ġenituri.", "Jekk ikun hemm id-diffikultajiet fil-ġenituri m'hemmx x'tagħmel, imma jekk ma noqogħdux attenti minflok inkunu qegħdin nagħmlu ġid lit-tfal inkunu qed nagħmlulhom il-ħsara meta jkun hemm trasferiment ta' l-obbligi tat-trobbija minn fuq il-ġenituri għal fuq il-foster carers.", "Il-mara tiegħi mititilha ommha żgħira, ta' 29 sena, u peress li missierha kien imħabbat ipprovat trabbiha n-nanna daqslikieku kienet it-tifla tagħha.", "Imma iktar kienet tgħaddi ħin għand nies twajbin faċċata tagħhom - il- familja ta' l-ex-Maġistrat Ronnie Conti - u kienet tmur ġranet sħaħ għand dawn in-nies li bil-qalb it-tajba offrew li jagħtu l-għajnuna.", "Imma meta titkellem fuq dak il-perijodu, allavolja ma kienx fostering in the legal sense, imma l-ajma qalbi nismagħha!", "Dan qed ngħidu għax rajt diversi każi oħrajn fejn xi ħadd li jkun fostered iħoss li ma jafx huwiex sejjer 'l hawn jew sejjer 'l hemm.", "U dan iġiblu ċerta ribelljoni, iktar u iktar peress li ma jkunx jista' jifhem għaliex dawk li jaf li huma l-ġenituri tiegħu ma żammewhx, ma baqax magħhom, biex mar għand ħaddieħor.", "Fil-parti l-kbira tagħhom il-foster carers huma ġenituri li jfissdu, għax verament ikollhom din ir-rabta, imma għandna nikkonċentraw iktar ħalli naraw f'liema ċirkostanzi għandu jingħata l-fostering, u taħt liema garanziji.", "Mhux biżżejjed li ngħid li l-bord jista' jagħmel ir-regoli.", "Qed nara lill-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici li huwa dilettant tal-proċedura fil-qorti u jagħmel ħafna emendi għaliha, pero` naħseb jaf daqsi li meta tiġi biex tapplikaha fil-qorti kull awla għandha repubblika u arma għaliha, u tapplika dak li nkunu ktibna hawnhekk b'mod differenti!", "Veru jew mhux veru?!", "Għalhekk qed ngħid li f'din il-liġi hemm bżonn nikkonċentraw iktar fuq il-parametri milli fuq l-istrutturi, għax b'dawn l-istrutturi wieħed jgħidlek li jidhirlu hekk u tista' ddum targumenta li għandek raġun, għax jiġi xi ħadd li jkollu teorija u japplika lilha.", "Anke meta jkollok liġijiet stretti u delineati jkun hemm l-intepretazzjoni personali, aħseb u ara meta jkollna parametri ta' l-istruttura li jkunu vagi, li jagħtu parir, li jagħtu deċiżjoni u li jakkreditaw!", "Ejja mmorru iktar għall-affarijiet tas-sustanza milli għall-affarijiet li sfortunatament hawn preponderanza tagħhom f'dan l-abbozz ta' liġi!", "Nirringrazzjak, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Fid-9.00 p.m. id-diskusjsoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "MR SPEAKER: Il-Ministru Cristina, jekk jogħġobha, tressaq l-aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Sur President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tlieta, 8 ta' Mejju 2007 fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Foster Care - Tieni Qari (Kont);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Organizzazzjonijiet Volontarji – Kumitat; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta (Emenda Nru 2) – Tielet Qari.", "--------------------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili (Emenda Nru 2) - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili (Emenda Nru 2) - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili - Kumitat Permanenti.", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Reġistru Ċentrali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza li tneħħi l-Kontroll tad-Djar - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Kumpanniji - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Sur President, illejla ħassejtni fid-dmir li niddedika dan l-Aġġornament għal suġġett li huwa għal qalbi u għal qalb ħafna persuni f'dan il-pajjiż.", "Il-ġimgħa l-oħra iċċelebrajna l-1 ta' Mejju, u din hi ġurnata verament importanti għax fiha niċċelebraw il-valur tax- xogħol.", "Fortunatament f'dan il-pajjiż ma niċċelebrawx il-valuri tax-xogħol minn dimensjonijiet materjalisti u minn dimensjonijiet ta' teoriji Marxsisti biss imma niċċelebrawh ukoll minn viżjoni nisranija.", "Jien se niddedika dan l-aġġornament għal tliet punti importanti, se nelenkahom issa u niżviluppahom.", "L-ewwel punt huwa li llum huwa s-7 ta' Mejju, u fis-7 ta' Mejju ta' l-1917 kien hawn l-ewwel strike kbir li qatt ra l-pajjiż.", "Dan sar ġewwa t-tarzna u ħalla ċertu effett fil-pajjiż.", "Kif jgħid il-mibki Karmenu Ellul Galea fit-tieni ktieb tiegħu 'It- Tredjunjoniżmu f'Malta':", "\"Imma m'hemmx dubju li l-aktar u l-akbar strike li għamel ħoss, daqslikieku kien xi terrimot qawwi, matul il-gwerra l-kbira, huwa dak tal-ħaddiema tat-Tarzna.", "Kien beda nhar is-7 ta' Mejju, 1917 u baqa' sejjer għal ġimgħa.", "Ismu għadu sa żmienna mniżżel b'ittri kbar fl- istorja ta' pajjiżna.", "Għal dawk iż-żmenijiet, kemm minħabba l-eżiġenzi tal-gwerra kif ukoll għax sa dakinhar ma konniex imdorrijjin b'azzjoni industrijali kbira bħal din, dan kien riskju u sogru mhux żgħir għall- ħaddiema li kellhom sehem fih.\".", "Għalhekk, Sur President, inħossni fid-dmir li nfakkar li llum huwa d- disgħin anniversarju minn dak l-ewwel pass kbir ta' strike f'pajjiżna.", "Dan kien strike li wieħed irid jgħid li n-nies tat-Tarzna għamluh b'mod mill- iktar dinjituż u b'mod mill-iktar attent.", "Fil-fatt jidher li ma kien hemm ebda forma ta' tkissir jew tifrik.", "Anzi l-mod ta' kif sar ġab ħafna rispett kbir min-naħa tan-nies fil-pajjiż proprju għall-mod tajjeb ta' kif ġie organizzat u mbagħad għat-trattattivi u għar-riżultati li segwew b'mod li l- ħaddiema tat-Tarzna minn żieda ta' 10% li kienet ġiet offruta irnexxielhom jieħdu żieda ta' 50%.", "Ovvjament l-istorja tat-tredjunjoniżmu f'Malta mhux se nipprova nqassarha jew nitkellem dwarha kollha kemm hi llejla.", "Alla jagħtih il-ġenna, Karmenu Ellul Galea kiteb tliet volumi fuqha, pero' hu tajjeb li jingħad li t-tredjunjoniżmu f'pajjiżna kiber u ssaħħaħ prinċipalment minħabba enċiklika importanti ħafna, ir-Rerum Novarum.", "Din l- enċiklika ċerti drabi ninsewha u ma nirriflettux biżżejjed fuq id- dinjita' tax-xogħol li din ġabet fid-dinja kollha, anke f'pajjiżna.", "Infakkar li r-Rerum Novarum, li tfisser ħwejjeġ ġodda, kienet enċiklika li l-Papa Ljun XIII ippubblika fil-15 ta' Mejju 1891.", "Minn dik l-enċiklika 'l quddiem, l-affarijiet imxew ħafna u nfakkar li din inkitbet fi żmenijiet meta kien hemm konflitt politiku u ekonomiku kbir li kien qed jiżviluppa bejn id-duttrina liberalista-kapitalista u dik ta' l-ideat materjalisti- soċjalisti ta' Marx li bdew isibu ruħhom f'konflitt.", "Il-Papa Ljun XIII f'din l-enċiklika stabbilixxa diversi prinċipji.", "Huwa stabbilixxa b'mod mill-iktar ċar x'inhu verament il-valur tax-xogħol u x'inhi d-dinjita' tal- ħaddiem.", "Dan stabbilixxa wkoll b'mod ċar li kull ħaddiem għandu dritt għas- salarju ġust u kull bniedem għandu drittijiet naturali fundamentali li ma jistgħux jitneħħewlu, fosthom id-dritt tax-xogħol u d-dritt li l-ħaddiema jingħaqdu ma' assoċjazzjoni li tipproteġi l-interessi tagħhom.", "Kienet din l-enċiklika li pprevediet li s-soċjalizmu ma kienx se jreġi u kienet din l-enċiklika li stabbiliet l-għeruq sabiex jitwieldu l-partiti demokratiċi insara li għamlu u għadhom jagħmlu ġid kbir fl-Ewropa u fid- dinja.", "Din l-enċiklika iġġieldet diversi affarijiet li ma kenux ċari dak iż- żmien, fosthom id-drittijiet fundamentali tal-bniedem u li n-nisrani għandu d-dmir li jieħu ħsieb li id-dinjita' tal-bniedem tiġi protetta fuq il-post tax-xogħol.", "B'din l-enċiklika, il-Papa Ljun XIII fetaħ toroq ġodda u neħħa l-idea li t-trade unions huma xi dnub jew li l-ħaddiem huwa kommodita' bħalma kienu l-iskjavi ta' żmien l-imperu Ruman.", "Mhux tajjeb li ħaddiem jista' jinxtara u jinbiegħ u li l-prezz tax-xogħol ma jiġix stabbilit fuq il-valur intrinsiku tiegħu imma fuq il-valur tax-xogħol skond dak li jkun għaddej fis-suq.", "Kontra dan, il-Papa Ljun XIII stabbilixxa b'mod mill-aktar ċar li huwa dmir ta' kull gvern li jagħmel liġijiet li jipproteġi d-dinjita' tal-ħaddiem.", "Il- gvern irid jieħu ħsieb li l-ħaddiem ikollu ċerti ħinijiet biss għax-xogħol għax il-ħin tal-mistrieħ huwa importanti għal ħaddiem.", "Mhux biss, imma kull stat irid jieħu ħsieb li dawn id-drittijiet jagħmilhom b'mod u manjiera fil- liġijiet tiegħu li jkun hemm protezzjoni vera tagħhom.", "Il-Papa Ljun XIII għamel dan biex l-ewwelnett tiġi ċċarata s-sitwazzjoni u anke biex ikun hemm il-vuċi tal-knisja li tgħajjat favur min hu l-iktar baxx u fqir.", "U dan il-Papa Ljun għamlu, Sur President.", "Jien se nikkwota biċċa minn dak li qal hu:", "\"Meta hemm kwestjoni tad-difiża tad-drittijiet tal-bnedmin, ta' dawk li m'għandhomx difiża, il-fqar, dawn għandhom dritt għal trattament speċjali.", "Il-klassi s-sinjura għandha ħafna mezzi li permezz tagħhom tista' tipproteġi ruħha, u għandha bżonn ferm inqas ta' l-għajnuna ta' l-istat, mentri l-massa tal-fqar m'għandhomx riżorsi tagħhom fuq xiex jaqgħu u għalhekk jiddependu aktar mill-għajnuna ta' l-istat.", "Hu għalhekk li l-ħaddiem, ladarba huwa parti minn din il-klassi, għandu jkun protett u kkurat b'mod partikolari mill-gvern.\".", "Dan it-tagħlim tal-Papa Ljun XIII huwa t-tagħlim li aħna bħala partit Nazzjonalista għadna nħaddnu.", "Infakkar li meta fis-snin għoxrin kien hemm l- għaqda bejn l-Unione Politica Maltese u l-Partito Democratico, fil- prinċipji tagħhom kien hemm b'mod ċar ir-reliġjon u l-patrija.", "Issa bħala reliġjon aħna konna ninspiraw ruħna mill-enċikliċi soċjali tal-Knisja u din l-enċiklika nkitbet biex tikkombatti t-teorija soċjalista u t-teorija tal- kapitaliżmu, li llum it-tnejn fallew, filwaqt li d-duttrina soċjali tal- knisja għadha soda u għadha tafferma lilha nfisha u tgħin lil kull politiku biex isib il-mezzi tajba sabiex ikun jista' jaqbeż għal min verament għandu bżonn, sabiex pajjiżna u fi kwalunkwe ċirkostanza tirrenja aktar il- ġustizzja soċjali u tirrenja aktar l-ġustizzja u l-liberta' sabiex inkomplu nissodaw aktar lilna nfusna fl-avvanzi soċjali li aħna nrexxielna nagħmlu.", "Biż-żmien l-esperjenza uriet li s-soċjaliżmu m'huwiex risposta għall- problemi soċjali tal-pajjiż u m'humiex ir-risposta ta' kif tipprova ssolvi l-faqar fid-dinja.", "Sur President, Kristu qalilna li l-faqar hemm qiegħed u hemm jibqa', anke wara li jitlaq hu, u dan veru.", "Il-faqar f'kull żmien issibu, pero' dan ma jfissirx li aħna m'għandniex id-dmir li nibqgħu nikkombattuh billi noħolqu strutturi u metodi ġodda biex inkunu nistgħu ngħinu lil dawn in-nies jinqalgħu 'l barra minn din iċ-ċirkostanza li jkunu sabu lilhom infushom fiha.", "Aħna demokratiċi insara konna, għadna u għall-grazzja ta' Alla nibqgħu.", "Huwa żball min jaħseb li l-partit Nazzjonalista huwa partit li qiegħed b'xi mod jibdel il-linja politika tiegħu.", "Il-linja politika tagħna hija waħda ċara, u llum għandna kważi seklu ta' storja warajna bid- duttrina soċjali tal-knisja.", "Irrid infakkar f'numru ta' enċikliċi li ssodaw aktar dak li għamlet bi sforz u b'kuraġġ kbir ir-Rerum Novarum.", "Kien hemm il-Mater et Magistra ta' Gwanni XXIII u tliet enċikliċi verament tajbin tal- Papa Ġwann Pawlu II: Laborem Exercens, Solitudo Rei Socialis u Centesimus Annus.", "Dawn l-enċikliċi stabbilew bl-aktar ċar li d-duttrina soċjali tagħna għandha twassal biex ikollna ekonomija li ddur mal-bniedem u mhux vice- versa.", "Il-bniedem mhuwiex makna għas-servizz ta' l-ekonomija imma hija l- ekonomija li hija għas-servizz tal-bniedem.", "Aħna tajna messaġġ b'saħħtu li l-bniedem ma tħarisx lejh biss minn dimensjoni materjalista, minn dak li hu kapaċi jipproduċi biss, imma tħares lejh fid-dimensjonijiet kollha tiegħu.", "Għalhekk aħna tajna daqshekk importanza lill-kultura u lill-iżvilupp sħiħ tal-bniedem fl-aspetti kollha tiegħu.", "Hija proprju din il-linja li mexxietna u għadha tmexxina 'l quddiem u llum il-ġurnata nħoss d-dmir li f'dan l-Aġġornament insemmi b'mod mill-aktar ċar u qawwi t-tgħallim ta' l-enċiklika ta' l-1891, allavolja għaddew 116-il sena minn fuqha.", "Din għadha valida, għadha b'saħħitha u għadha tibagħat messaġġi li kulmin irid jagħmel il-ġid lill-proxxmu u kull min irid jagħmel ġid lil dan il-pajjiż, irid isegwihom għax bis-saħħa tagħhom wieħed isib iċ- ċavetta tad-deċiżjonijiet li jieħu.", "Minkejja dan, ara ma jmurx xi ħadd jaħseb li ladarba ngħatat din l-enċiklika, allura l-problemi soċjali tad- dinja spiċċaw.", "Din hija linja ta' gwida, hija ċavetta biex il-bniedem jibqa' jikkombatti l-forzi materjalisti u s-sens differenti ta' kif xi ħadd iħares lejn il-bniedem.", "Din il-ġlieda bejn l-idea ta' bniedem bħala bniedem sħiħ fl-aspetti fundamentali kollha tiegħu u l-idea ta' bniedem bħala oġġett - li jintrema għal skop ta' flus jew inkella għal skopijiet oħra fosthom ukoll dawk tal- poter – ilha għaddejja mill-bidu tad-dinja.", "F'dan il-kuntest, dak li nkiteb fir-Rerum Novarum hu kollu pariri siewja lil kull persuna fil-politika, aħna d-Demokristjani speċjalment, pero' anke għal dawk li ma jemmnux.", "Il- pariri li fiha dik l-enċiklika profetika huma kbar.", "Qed insejħilha \"profetika\" għax stabbiliet li s-soċjaliżmu ma jistax jirnexxi u dan ferm qabel ma kellna gvernijiet Marxisti, Leninisti u Troskisti u ferm qabel l- esperjeza qarsa li kellha l-Ewropa u d-dinja in ġenerali mill-ideoloġija materjalista tal-ġlieda tal-klassijiet.", "Dawn huma kollha ideat li fallew u fallew għax ma jaqblux mal-bniedem.", "Sur President, fil-bidu tad-diskors tiegħi għedt li rrid nfakkar tliet affarijiet, u s'issa semmejt tnejn.", "L-ewwel kien l-istrajk kbir f'pajjiżna disgħin sena ilu, it-tieni kien il-pubblikazzjoni tar-Rerum Novarum u t- tielet hi l-mewt ta' Aldo Moro.", "Jumejn oħra jaħbat l-anniversarju tal-mewt ta' Aldo Moro li fid-9 ta' Mejju 1978 instab mejjet ġo Via Caetani.", "Aldo Moro huwa bin il-ħsieb demokratiku nisrani u nħoss id-dmir li nfakkru.", "Dan għamel ħafna ġid u mexxa l-Italja 'l quddiem u proprju l-forzi liberalisti- materjalisti jippruvaw jagħtu l-impressjoni li m'għamel xejn ta' ġid u jiddenigrawh.", "Ċertament li jiena nħossni fid-dmir li nfakkar dan il-bniedem li jien ispirajt ħafna ruħi minnu, minn kitbietu, mill-mod ta' kif kien jaħseb u mill-mod ta' kif kien iġib ruħu.", "Sur President, Aldo Moro ħaqqu min ifakkru, u jien xtaqt naqra silta minn dak li jgħid Aldo Moro:", "\"Il prodotto e' certo la ragione d'essere del lavoratore, quella sua naturale utilita' senza la quale non avrebbe un serio sinificato.", "In esso si puo' dire la fatica immane del lavoro riposa e si trova giustificata.", "Il lavoro deve essere come produttivo, reditizio per il soggetto.", "La richiesta di giusto compenso non e' cosa sulla quale si possa sorvolare, che quasi attenda di essere perdonata, un uomo che domanda di vivere ed afferma il sinificato economico del suo lavoro, va rispettato perche' la vita e' dono di Dio, irregettabile dono di Dio.", "Il potere di rispondere da se a questo dono e' attributo della persona, percio' il lavoro e' attributo di dignita' della persona umana.\".", "Dan hu l-mod ċar ta' kif dan ir-raġel ifiehem ix-xogħol:", "\"Il lavoro e' vita e amore.", "Il lavoro e la vita s'identificano, s'identificano nel amore che e' pienezza della vita, prova perennemente superata, dolore perpetuamente vinto nella gioia dell'amore.\".", "Dan il-bniedem mhux biss kien Prim Ministru ta' l-Italja u kellu rapporti tajbin ma' pajjiżna - fil-fatt għadni niftakar meta hu ġie Malta - imma kien martri tad-demokrazija u tal-valuri li hu kien jirrappreżenta.", "Aldo Moro kien jirrappreżenta l-valuri tas-sewwa, il-valuri tal-bniedem li ħadem biex jikkombatti favur dawk li huma fqar u li qegħdin minn taħt.", "Dan iġġieled għal viżjoni differenti ta' l-istat.", "Dan bniedem li kliemu tant kien profond li rnexxielu jċaqlaq 'il quddiem l-affarijiet, fosthom id- demokrazija.", "Fil-fatt dan kien jgħid:", "\"Nessuna democrazia puo' sussitere senza carita'.'", "L-ebda demokrazija ma tista' issostni lilha nfisha mingħajr ma tħenn, u din nemmen fiha jiena.", "Kien jgħid:", "\"Senza carita' una democrazia non puo' sussitere, sopratutto per i cristiani, i quali hanno una fede.", "La democrazia potrebbe apparire un assurdo se non fosse l'espressione piu' genuina della carita'.'.", "Sur President, aktar ma tqis il-kliem ta' Aldo Moro, aktar tinduna kemm kien bniedem ta' profondita'.", "Dan ġie maħtuf mill-Brigade Rosse mhux biss għax kien il-bniedem li fil-politika rnexxielu jagħmel il-compremosso storico mal-partit Komunista, imma l-aktar minħabba l-vuċi tiegħu, il-vuċi ta' bniedem li jikkombatti kontro l-istat u anke jagħmel ħiltu kollha biex minkejja l-fatt li l-partit Demokristjan kien ilu fil-gvern għal snin twal - 'l fuq minn tletin sena - xorta waħda baqa' jippriedka u jitkellem b'mod li jagħti dehen u spirtu ġdid lid-demokrazija kristjana.", "Hu qal ukoll:", "\"Il nostro e' un partito innovatore, che non vuol lasciare le cose come sono, ma le vuol fare diverse e piu giuste.\".", "Għandu raġun, Sur President!", "Dan kien bniedem li mexxa 'l quddiem l-istat demokratiku, u sabiħ taqra l-kunċett u l-viżjoni tiegħu ta' stat demokratiku u kemm il-kunċett ta' demokrazija li hija ispirata mill- prinċipji insara hija demokrazija li fiha aktar valur, aktar sustanza u aktar affarijiet tajbin li jmexxu 'l quddiem il-pajjiż.", "Għalhekk l-Italja mxiet 'l quddiem, Sur President.", "L-Italja diġa' kellha demokrazija qabel il- gwerra, kellha l-partit Liberali u kellha l-partit Soċjalista, imma la wieħed u lanqas l-ieħor m'għamel l-avvanzi li rnexxielu jagħmel il-partit Demokristjan wara t-tieni gwerra dinjija.", "Dak iż-żmien l-Italja żviluppat minkejja d-diffikultajiet, il-problemi u l-kulturi strambi li hemm.", "Meta qatlu lil Aldo Moro kienu qegħdin jagħmlu attakk dirett fuq id-duttrina soċjali tal-Knisja.", "Kienu qed jattakkaw bl-aktar mod qawwi dak kollu li kien jirrappreżenta għax ħasbu li dak il-messaġġ jista' jinqatel bil-mod barbaru u inuman li nqatel bih Aldo Moro.", "X'ħadu l-Brigate Rosse b'dan l- att illegali u kriminali?", "Ċappsu jdejhom bl-omiċidju ta' ħames persuni għax Aldo Moro kellu erba' min-nies miegħu bħala bodyguards, u kollha qatluhom.", "Sur President, fl-1978 kelli tmintax-il sena u niftakar sew il-ġurnata meta ħatfuhom u anke l-ġurnata meta sabuh.", "Dik hija xi ħaġa li tibqa' fil- memorja tiegħi u nħoss li għandi nikkomemoraha.", "Sibt ħin biex nikteb fuqu dan ir-raġel u sibt ħin biex nikteb fuq ir-Rerum Novarum.", "Pero' staqsejt lili nnifsi: Għaliex m'għandix insib il-ħin biex nagħmel Aġġornament wieħed biex infakkar is-sagrifiċċju kbir li għamel dan ir-raġel?", "Aħna li qegħdin fil-politika nafu li għandna riskji, pero' dan kien bniedem li jgħix bil- bodyguards madwaru, qatlu lilhom u lilu.", "Iċċaqlaq xi ħaġa?!", "Inbidlu l- affarijiet?!", "Dawk li kienu fqar saru sinjuri b'daqshekk?!", "Dawk li kienu qed ibatu xi inġustizzja solvewlhom l-problema tagħhom?!", "Il-qattiela aktar ikkomplikaw l-affarijiet għax Aldo Moro kien bniedem li kien dejjem jemmen fil-bżonn li tasal għal kompromess mal-parti l-oħra.", "Jien nibqa' skantat kemm-il darba huwa kien strumentali biex iwassal l-affarijiet bil- kompromess.", "Hu kien jgħid li il compromesso e' carita, jiġifieri l-imħabba lejn il-proxmu.", "Sur President, min jidħol fil-politika u ma jkollux għal qalbu l-imħabba lejn il-proxxmu jsib lilu nnifsu bħalma qal San Pawl; qisu jkun strument tar-ram idoqq jew platti jċekċku!", "Tfittex, pero' ma ssib xejn!", "Fil-politika jrid ikollok l-imħabba għall-proxxmu u jrid ikollok l-imħabba għal dak li qed tagħmel; inkella għal xejn!", "Kien jgħid:", "\"Il compromesso e' come cedere un poco della propria verita'.", "La carita' e' come realizzare intera la propria verita'\".\"", "Kemm hu tassew tajjeb li wieħed jirrifletti fuq dan il-kliem, Sur President!", "Illum kelli l-pjaċir u x-xorti li bħala persuna demokristjana ngħid dan li għedt.", "Irrid ukoll ngħid li jekk hawn xi ħadd f'dan il-pajjiż li jaħseb li l-ħsieb demokristjan miet, jinsih jekk jogħġbu!", "Il-partit Nazzjonalista huwa partit demokristjan, kien, għadu u jibqa'.", "Jekk se mmorru lura fl-istorja tal-partit u anke jekk naqbdu d-diversi programmi elettorali tal-partit Nazzjonalista, insibu kull darba l-vina demokratika kristjana, b'saħħitha, soda u fundamentali.", "Sur President, nagħlaq billi ngħid li llum bil-qalb kollha nfakkar dan il-pass importanti ħafna għat- trejdjunjoniżmu Malti.", "Aħna d-demokratiċi insara għandna għal qalbna l- ħaddiem u għandna għal qalbna kull min hu minn taħt, kull min hu fqir u kull min qiegħed batut, u allura b'din id-dimensjoni l-ħidma tal-Partit Nazzjonalista tibqa' ħidma dejjem indirizzata biex inġibu iktar ġustizzja soċjali fil-pajjiż, għax mingħajr ġustizzja soċjali l-partit ma jimxix 'il quddiem.", "Min iwettaq, min iħaddem u min jilleġiżla l-ġustizzja soċjali, irid ikollu fih l-imħabba li jaħdem għall-oħrajn.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada t-Tlieta, 8 ta' Mejju 2007 fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI IMWIEĠBA BIL-MIKTUB", "MARSA - FOND", "24890.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru għall-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru tgħid jekk il-fond li jinsab il- Marsa li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament huwiex okkupat?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jindika għal liema appartament qed jirreferi fil-blokk indikat.", "HOARDING TAL-ĠOBON U Z-ZOKKOR", "24929.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid min huma dawk in-negozjanti li ġew msejħa bħala hoarders mill-Gvern innifsu li kienu responsabbli li wasslu biex Malta teħel penali għall-hoarding tal-ġobon u taz-zokkor qabel is-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea?", "Tista' ssemmihom b'isimhom?", "Billi qed jingħad li dawn ser ikollhom jagħmlu tajjeb għall-penali li ser ikollha tħallas Malta, jista' jikkonferma meta dawn mistennija jiġu mitluba jroddu dan il-ħlas lill-Gvern Malti?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel il- mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.", "INĊINERATUR TAL-BIĊĊERIJA", "24930.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 23817, jista' l-Ministru jgħid meta eżatt ħarġet is-sejħa għall-offerti li qed jirreferi għaliha u jekk ġietx ippubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta li tajt għal mistoqsija parlamentari 23817.", "Il-proċess beda fl-2003 u ntemm fl-2004 u l-għażla saret wara short-listing ta' azjendi Taljani indikati mill-Awtoritajiet Taljani.", "KUMMISSJONI GĦALL-KUMMERĊ ĠUST", "24931.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni: X'inhi r-raġuni li l-Kummissjoni għall-Kummerċ Ġust ilha minn Frar mhux kostitwita?", "Meta mistennija tiġi rimedjata din is- sitwazzjoni, xejn xejn bħala turija tal-impenn tal-gvern li jirregola b'mod ġust is-suq ħieles f'pajjiżna?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 24863.", "ENEMALTA - DĦUL MIS-SURCHARGE", "24953.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm daħħlet flus l-Enemalta mis-surcharge fuq il-konsum tad-dawl u l-ilma bejn Ottubru 2006 u Frar 2007?", "Jista' jaqsam id-dħul mis-surcharge bejn dak mill-konsum domestiku u dak mill-konsum kummerċjali/industrijali?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "FABBRIKI", "24954.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 23494 u jgħid kemm-il fabbrika waqqfet l- operazzjoni tagħha f'Malta u f'Għawdex matul l-2006?", "Kemm kienu jimpjegaw nies?", "Liema kienu?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Rigward l-ewwel parti tal-mistoqsija, ninsab infurmat li l-MIP tkun tista' tirrispondi biss dwar kemm fabbriki ħadet lura u mhux kemm waqqfu l-operazzjonijiet.", "F'dan il-każ, jien infurmat li n-numru hu 24 kumpannija minn 35 fabbrika li jinkludu kumpanniji li fallew, ġew evicted, etc.", "Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, nissuġġerixxi lill-Onor.", "Interpellant li jitlob din l-informazzjoni lill-Ministru konċernat.", "Rigward it-tielet parti tal-mistoqsija, nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant illi din l-informazzjoni hija ta' natura kunfidenzjali kif ukoll tista' tkun kummerċjalment sensittiva u għalhekk mhux prudenti li tingħata.", "MALTACOM - ART FIL-QAWRA", "24956.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-reazzjoni tiegħu għall-fatt li minkejja d-dikjarazzjonijiet tiegħu, l-għola uffiċjali tal-Maltacom ikkontradixxew dak li jidher li stqarr hu xi żmien ilu dwar l-art fil-Qawra meta dawn għamluha ċara li l- art li kienet xtrat il-Maltacom fil-Qawra qabel il-privatizzazzjoni u li għandha valur sostanzjali se tibqa' f'idejn il-kumpannija?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi għall-istqarrija dwar l-art fil-Qawra u l-Maltacom maħruġa fil-11 ta' April 2007.", "XIRI TA' MOBILE PHONES", "24984.", "L-ONOR.", "JOSEPH DEBONO GRECH staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid jekk inxtrawx mobile phones ġodda fil-ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 u f'każ li fl-affermattiv, kemm-il mobile inxtara, b'liema prezz separatament u għal min kienu?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "TELEFONATI MINN LINJI FISSI", "24985.", "L-ONOR.", "JOSEPH DEBONO GRECH staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa fuq telefonati minn linji fissi fil-ministeru, dekasteru u enti tagħha matul ix- xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 globalment?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant hu kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal- Kamra.", "SERVIZZ TA' MOBILE PHONES", "24986.", "L-ONOR.", "JOSEPH DEBONO GRECH staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru jgħid f'każ li xi uffiċjal mill- ministeru, dekasteru u enti tiegħu qabeż is-ceiling allokat għal mobile marbut mal-pożizzjoni tiegħu, itteħdux passi fil-konfront ta' dawn l- uffiċjali matul Jannar, Frar jew Marzu 2007?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li ma kienx hemm każi fejn is-ceiling inqabeż.", "XIRI TA' MOBILE PHONES", "24987.", "L-ONOR.", "JOSEPH DEBONO GRECH staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru jgħid jekk inxtrawx mobile phones ġodda fil-ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007, u f'każ li fl-affermattiv, kemm-il mobile inxtara, b'liema prezz separatament u għal min kienu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li inxtara sett ċellulari bħala replacement ta' mobile fl-OHSA b'nefqa ta' Lm27 għas-Senior Manager.", "TELEFONATI MINN LINJI FISSI", "24988.", "L-ONOR.", "JOSEPH DEBONO GRECH staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq telefonati minn linji fissi fil-ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul ix- xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 globalment?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li n-nefqa fuq telefonati minn linji fissi fil-ministeru u d-dipartimenti tiegħi matul ix- xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 globalment kienet ta' Lm15,168.06.", "L- Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) nefqet Lm10,854.41 f'telefonati minn linji fissi fl-istess perjodu filwaqt li l-WasteServ Malta Ltd nefqet Lm4,393.98.", "SERVIZZ TA' MOBILE PHONES", "24989.", "L-ONOR.", "JOSEPH DEBONO GRECH staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jgħid, f'każ li xi uffiċjal mill- ministeru, dekasteru jew enti tiegħu qabeż is-ceiling allokat għal mobile marbut mal-pożizzjoni tiegħu, ittieħdux passi fil-konfront ta' dawn l- uffiċjali matul Jannar, Frar jew Marzu 2007?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ninsab infurmat li fl-ewwel tlIet xhur ta' din is- sena l-ebda uffiċjal min-naħa tal-Ministeru/Dipartiment ma qabeż is-ceiling allokat għall-mobile marbut mall-pożizzjoni tiegħu.", "Matul l-istess perjodu kien hemm sitt uffiċjali ta' l-ADT li qabżu c- ceiling meta meqjus prorata mas-ceiling li jkopri is-sena kollha.", "S'issa għadhom ma ttieħdu l-ebda passi.", "Dan hu eżerċizzju li normalment isir bejn darbtejn u tlett darbiet fis-sena fejn l-uffiċjali kkonċernati jintalbu jagħtu spjegazzjoni u f'każ li din ma tkunx aċċettata, dawn l-uffiċjali jintalbu jirrifondu d-differenza.", "Ir-raġuni prinċipali tkun l-esiġenzi tax- xogħol.", "INLAND REVENUE - N.I. CONTRIBUTIONS", "25211.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 24345 u jgħid: Fil-preżent kemm hi ċ-ċifra globali ta' flus li għandha titħallas lill-Inland Revenue għall-ħlasijiet tal-bolla tal-N.I.?", "Jista' jagħti breakdown ta' kumpanniji u self-employed separatament?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "UE – FONDI GĦAL ŻVILUPP", "25212.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' l-Ministru jgħid kemm irċeviet flus Malta matul l- 2006 mill-Unjoni Ewropea għall-iżvilupp fuq proġetti sabiex tiġi riabilitata s-sistema idroloġika tal-gżejjer tagħna għal Malta u Għawdex separatament?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex ikun aktar speċifiku fid-domanda tiegħu", "PILLOLI OUT OF STOCK", "25413.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm pilloli out of stock fl-ispiżeriji tal-gvern fix-xhur ta' Jannar, Frar, Marzu u April 2007?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra meta tkun lesta.", "PILLOLI STATIN", "25414.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn anzjani li għandhom 'l fuq minn 75 sena li bdew jieħdu l-pilloli Liscal 40-20mg u Zocar?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: In-numru ta' pazjenti li għandhom 'l-fuq minn 75 sena li nħarġilhom permess għal Statin mid-9 ta' Novembru 2006 sal-lum huwa ta' 1164.", "1026-il permess inħareġ mill-Medicines Approval Section fl-isptar San Luqa, Malta u 138-il permess inħareġ mill-Ispiżerija ta' l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex.", "Dawn il-figuri ġew ibbażati fuq in-numru tal-karta ta' l-identita' tal- pazjenti.", "ADT - LIĊENZJI TAS-SEWQAN", "25415.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn vetturi li sidhom ma ġeddewx il- liċenzji?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ninsab infurmat li l-ammont ta' vetturi li ma ġeddewx il-liċenzji huwa ta' 21,840.", "XOGĦLIJIET FUQ TOROQ", "25416.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jgħid liema huma t-toroq li l-gvern qiegħed jagħmel f'Raħal Ġdid, Ħal Tarxien, il-Gudja, il-Marsa, Sta.", "Luċija u Ħal Għaxaq u liema huma proġettati li se jibda x-xogħol fuqhom sa l-aħħar ta' din is-sena?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: It-toroq li qiegħed jagħmel il-gvern fl-irħula imsemmija mill-Onor.", "Interpellant huma dawn elenkati hawn taħt:-", "Ħal Għaxaq", "Triq Tal-Millieri u Triq it-Tilliera, li qegħdin isiru bħalissa u Triq Dwardu Buttigieg li se ssir matul din is-sena.", "Paola", "Triq id-Durrgħajsa, li għaddej ix-xogħol bħalissa Triq it-Tfief, p/o San Alwiġi li hija lesta u l-parti l-oħra se tibda fi ftit ġimgħat ieħor u Triq Tarxien", "Tarxien", "Triq L-Arkata Normanna - ix-xogħol se jibda fil-ġranet li ġejjien u Paola Road għadha kemm tlestiet", "Marsa", "Dalwaqt se jibda x-xogħol fuq Triq il-Qaddiefa u Triq it-Tiġrija.", "Gudja", "Dawret il-Gudja u p/o Triq Dun K Farrugia għadhom kemm tlestew, p/o Triq Dun K Farrugia hija lesta, il-kumplament tat-Triq qiegħed isir ix-xogħol fuqha u Triq il-Miġra ix-xogħol għaddej", "Santa Lucija", "Triq Dawret it-Torri li bħalissa għaddej ix-xogħol fuqha u Triq Oleander", "Fil-programm imħabbar xi xhur ilu, hemm toroq oħra f'dawn l-irħula li jridu jsiru u l-program tagħhom jitħabbar aktar il-quddiem.", "PULIZIJA - RAPPORTI TA' SUWIĊIDJI", "25417.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm saru suwiċidji mill-bidu ta' l-2007 sal-lum u kemm kellhom eta' il-persuni nvoluti?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi bejn Jannar u Marzu ta' din is- sena, ġew irrapurtati lill-Pulizija 7 każi ta' suwiċidju.", "L-eta' ta' dawk involuti kienet bejn l-40 u t-68 sena.", "SPTAR SAN LUQA - PERSUNI OVERDOSE", "25418.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' l-Ministru jgħid kemm persuni daħlu l-isptar kawża ta' overdose ta' droga u kemm minnhom mietu għas-snin 2005, 2006 u 2007 s'issa?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Kien hemm 9 imwiet kawża ta' overdose jew effetti ta' droga matul is-sena 2005.", "Minn dawn 8 kienu f'residenti u 1 kien mhux residenti.", "Matul is-sena 2006 kien hemm 8 mwiet kawża ta' overdose jew effetti ta' droga.", "Minn dawn kien hemm 7 f'residenti u 1 mhux residenti.", "Ħafna minn dawn l-imwiet iseħħu qabel jidħlu l-isptar.", "Minn tagħrif miġbur permezz tas-sistema Hospital Activity Analysis, in- numru ta' każijiet ta' overdose li ddaħlu l-isptar San Luqa fl-2005, 2006 u fl-ewwel tliet xhur ta' din is-sena jidhru hawn taħt.", "It-terminu overdose jinkludi dawn it-tliet kategoriji:", "Kategorija A", "Avvelenament inċidentali ikkawżat minn drogi, mediċinali jew sustanzi bijoloġiċi (ICD-10 codes X40 - X44)", "Kategorija B", "Attentat ta' suwiċidju ikkawżat minn avvelenament b'sustanzi solidi jew likwidi (ICD-10 codes X60 - X64)", "Kategorija C", "Avvelenament minn drogi, mediċinali jew sustanzi bijoloġiċi, fejn mhux magħruf jekk l-avvelenament kienx inċidentali jew premedidat (ICD-10 codes Y10 - Y14)", "It-total għal kull kategorija għas-snin imsemmija huma mniżżla fit-tabella:", "|Sena |2005 |2006 |Jannar – | | | | |Marzu 2007* | |Kategorija|18 |19 |2 | |A | | | | |Kategorija|- |- |- | |B | | | | |Kategorija|125 |132 |27 | |C | | | |", "*Proviżorju", "Importanti li wieħed jgħid li dawn in-numri ma jinkludux dawk il-pazjenti li jiġu fid-Dipartiment ta' l-Emerġenza u għal xi raġuni jew oħra ma jidħlux bħala pazjenti fis-swali ta' l-isptar.", "ĊIRKEWWA", "25501.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: X'passi ġodda se jittieħdu biex iż-żona fuq il-blat fiċ-Ċirkewwa fejn jinżlu jgħoddsu ħafna għaddasa tinżamm iżjed nadifa milli hi għax bħalissa il-pont taħt il-ħajt qed iservi speċi ta' latrina pubblika?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat illi l-Awtorita' tat-Turiżmu għamlet assessment u għaddietu lill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa għall- attenzjoni u azzjoni meħtieġa.", "Tajjeb li wieħed isemmi li f'din iż-żona qegħdin jitwaħħlu numru ta' CCTVs biex jipproteġu lill-għaddasa mis-serq u l-vandaliżmu.", "FDALIJIET TAL-BASTIMENT \"ROŻA\"", "25502.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: X'se jsir mill-idea li kien hemm li tiġi konservata ż- żona fejn hemm mgħarrqa l-fdalijiet tal-bastiment \"Roża\" li jintuża mill- għaddasa u dan l-aħħar kien hemm min tefa' xibka u ħarbat il-ħut ta' l- inħawi?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Ninsab infurmat li l-Onor.", "Intrpellant aktarx għandu isem il-vapur żbaljat u attwalment irid jirreferi għal \"Rożi\" li jinsab ħdejn il-kosta taċ-Ċirkewwa fejn bħalissa hemm applikazzjoni biex tinżel patrol boat qadima biswit din it-tug boat u tissemma' \"Wenzu\".", "L- Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) qegħda f'diskussjonijiet flimkien mad-Diviżjoni tas-Servizzi Veterinarji u s-Sajd biex il-biodiversità fl-inhawi ta' vapuri mgħarrqa u sikek artificjali oħrajn tkun imħarsa bil-liġi.", "Id-Diviżjoni tas-Servizzi Veterinarji u s- Sajd taqbel li l-artificial reefs kollha għandu jkollhom żona ta' 200 metru ta' bahar madwarhom magħluqa għal kull forma ta' sajd.", "GOLF COURSE", "25503.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'se jiġri dwar il-qbiela tar-raba' u żewġt idjar fil-Manikata, Għajn Tuffieħa u x-Xagħra l- Ħamra li sena u nofs ilu ġiet itterminata lill-bdiewa biex jagħmlu wisa' għall-korsa tal-golf li kellha ssir fl-inħawi u mhux se ssir iżjed?", "X'se jsir mill-bdiewa?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi għalkemm il-kirja ġiet itterminata, sa issa, il-bdiewa la ġew imwaqqfa milli jaħdmu r-raba' u lanqas ma ġew mitluba joħorġu mid-djar tagħhom.", "TISWIJA F'APPARTAMENT", "25554.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru tgħid għaliex ma nżammewx il- wegħdi li saru lill-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li fis-sena 2004 sofriet ħsarat kbar fl-appartament tagħha wara ħruq fil-blokk u kienu sarulha l-wegħdi li jissewwew dawn l-ħsarat kollha?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Ninsab infurmata li x-xogħlijiet ta' tiswija konnessi mal-ħsarat li saru minn ħruq fl-2004 fl-appartamenti ndikati mill- Onor. Interpellant, kienu fil-fatt tlestew mid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar.", "Madankollu għaddejt l-ilment ta' l-Onor.", "Interpellant lill-imsemmi dipartiment biex jinvestiga.", "AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA", "25555.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: X'għajnuna prattika jista' jingħata t-tifel minn San Ġiljan li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, li jbati minn kundizzjoni rari ħafna - congenital indifference to pain - u aktar ma jgħaddi żmien aktar se jbati biex ikun jista' jitla' u jinżel it-taraġ peress li joqgħod fl-ogħla sular tal-blokk u m'hemmx lift?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Nissuġġerixxi lill-Onor.", "Interpellant jagħti parir lill-familja tal-persuna ndikata li tavviċina l-Customer Care Unit ta' l- Awtorita' tad-Djar biex tara l-possibilita' ta' stallar ta' lift fil-blokk.", "RIFUŻJONI FUQ XIRI TA' APPARAT ENERGY SAVING", "25556.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' l-Ministru jgħid kemm s'issa kien hemm persuni li gawdew mill-miżura tal-budget li jingħataw 20% lura fuq il-prezz ta' apparat domestiku li jiffranka l-konsum ta' l-enerġija?", "Għaliex minn 20% din niżlet għal Lm25?", "Kif jistgħu japplikaw iċ-ċittadini għal dan il-ħlas jekk fl-istess ħin huma nkoraġġiti li jibgħatu l-irċevuta fiskali għal- lotterija tal-VAT?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninsab infurmat li sat-30 ta' April, 468 applikant ingħataw l-għotja ta' 20% sa massimu kif stabbilit fl-Avviż Legali 1026 tal- 2006.", "Id-dewmien li hemm biex jitħallsu l-applikanti sar prinċiparjament minħabba li l-maġġoranza ta' l-importaturi damu ma rreġistraw il-prodotti tagħhom skond kif mitlub mill-Avviz u kif miftiehem mal-bejjiegħa permezz tar-rapprezentanti tagħhom.", "L-avviz legali stabilixxa massimu ta' Lm25 f'każ ta' makni tal-ħasil tal- ħwejjeġ, tumble dryers, dishwashers u apparat għall-arja kkundizzjonata, u massimu ta' Lm50 għal fridges u freezers A+ u A++ bi klassi ta' klima tropical jew semi-tropical.", "L-għotja massima għal fridges u freezers A bi klassi ta' klima tropical hija ta' Lm50 u għal dawk bi klassi ta' klima semi-tropical hija ta' Lm 25.", "Dawn ir-rati ġew stabbiliti fl-avviż legali u qatt ma' nbidlu.", "Waħda mir-rekwiżiti ta' l-iskema hija li tingħata l-irċevuta fiskali originali mill-applikant, kif inhu mitlub f'kull skema oħra ta' rifużjoni mnedija mill-gvern, għal skopijiet ta' kontrolli.", "COMMUNITY SERVICE", "25574.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hawn persuni illum illi weħlu xi forma ta' community service?", "X'kien ir-reat?", "X'forma ta' community service ingħataw u għal kemm?", "Min jimmonitorja li l-ħati effettivament \"jaħdem\" waqt iż-żmien tal-community service?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi kien hemm 22 persuna li weħlu xi forma ta' xogħol fil-komunita'.", "It-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant dwar dawn il-każijiet hu kif ġej:-", "Dawn il-każijiet jirrigwardaw ir-reati segwenti:", "2 dwar frodi 4 dwar droga (persuni li jkunu ħarġu mill-vizzju) 16 dwar serq", "Ix-xogħol fil-komunita seħħ f'10 NGO's, 3 entitajiet tal-knisja u 9 Kunsilli Lokali.", "Il-ħatja ġew mogħtija dawn ix-xogħolijiet:", "Tindif u manutenzjoni: 17-il każ Assistenza lil facilitator: 3 każijiet Filing (computerised jew manual): 2 każijiet", "F'dawn il-każijiet ingħataw total ta' 2,400 siegħa xogħol imqassma f'dan il- mod:", "2 każijiet ta' 50 siegħa 1 każ ta' 70 siegħa 13-il każ ta' 100 siegħa 2 każijiet ta' 120 siegħa 3 każijiet ta' 150 siegħa 1 każ ta 240 siegħa", "Il-ħati jiġi mmoniterjat mill-Uffiċċju tal-Probation, bil-kooperazzjoni ta' l-entita li tipprovdi x-xogħol.", "Ix-xogħol isir mill-ħati fil-ħin liberu tiegħu.", "PERITI NKARIGATI MINN PROĠETTI", "25638.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 25202 jista' l-Ministru jgħid min hu l-perit inkarigat minn kull proġett, kull proġett separatament?", "X'kienu l-kriterji li permezz tagħhom intgħażlu dawn il-periti?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "MTARFA BYPASS", "25639.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: B'referenza għall-Imtarfa bypass jista' l-Ministru jgħid: Meta se jingħalqu l-ftuħ li hemm fic-centre strip u li huma ta' periklu kbir għas- sewwieqa?", "Tista' ssir xi tip ta' faċilita' għal qsim tal-bypass min-nies peress li huma ħafna dawk li jmorru r-Rabat bil-mixi u allura jridu jaqsmu l-bypass b'sogru kbir għalihom?", "Tista' tiġi ddisinjata junction bejn il-bypass u t-toroq li tagħti access għall-Imtarfa min-naħa tan-Nigret (Rabat) peress li l-ħruġ tal-vetturi mill- Imtarfa minn dan l-aċċess u l-qsim tal-bypass hu ta' periklu kbir?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "PERSUNA LI GĦANDHA AĊĊĊESS GĦAL PERSONAL FILES TA' IMPJEGATI", "25640.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 24667 jista' l-Ministru jgħid jekk il-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, għandux aċċess għall-personal files ta' l- impjegati?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li m'hemmx iżjed x'inżid mar-risposti diġa' mogħtija.", "OPPORTUNITAJIET EDUKATTIVI GĦAL PERSUNA B'DIŻABILITA'", "25642.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO PRECA staqsiet lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: Jista' l-Ministru jgħid għaliex żgħażagħ b'diżabilita' li spiċċaw l-iskola sekondarja u li jistgħu jkomplu jitħarrġu ma sabux opportunitajiet edukattivi u/jew ta' taħriġ maħsub għalihom?", "Ma jidhirlux li din hija sfortuna mhux biss għal dawn iż- żgħażagħ li kellhom iwaqqfu l-proċess tal-kisba ta' life skills eċċ., ħesrem, iżda għas-soċjeta' li diġa' nvestiet ħafna fihom matul is-snin ta' edukazzjoni li diġa' ħadu?", "Xi pjanijiet għandu l-gvern fl-immedjat biex dawn iż-żgħażagħ ma jkomplux jitilfu dak li diġa' kisbu anzi jkomplu jkabbru l-iskills tagħhom fil-futur?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li dawk iż-żgħażagħ b'diżabilita' li spiċċaw l- iskola sekondarja u li jistgħu jkomplu jitħarrġu dejjem sabu opportunitajiet edukattivi sabiex huma jistgħu jkomplu ikabbru l-ħiliet tagħhom.", "Dawn sabu opportunitajiet edukattivi kemm fl-Universita', fl- MCAST u kif ukoll fil-Giovanni Curmi Higher Secondary, Naxxar.", "Ħadd miż- żgħażagħ li kellhom kompetenzi sabiex ikunu jistgħu jsegwu programm ta' taħriġ edukattiv f'dawn l-istituzzjonijiet imsemmija ma tħalla barra.", "Żgħażagħ oħra b'diżabilita' intellettwali li għalqu sittax-il sena u li spiċċaw l-iskola sekondarja dejjem sabu post sabiex il-proċess tal-kisba tal-life skills eċċ. komplew isaħħuhom billi jattendu għall-programmi speċjalizzati fl-iskejjel speċjali.", "Bħalissa qed issir ħidma dwar kif jistgħu jitjiebu s-servizzi f'dan il-qasam.", "QRATI - GHAZLA TA' ESPERTI", "25645.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 24167, jista' l-Ministru jgħid: Liema kriterji ntużaw fl-għażla ta' l-espert tal- qorti fir-rigward tad-DNA u drug testing?", "X'inhuma l-kwalifiki minimi meħtieġa?", "Huwa minnu li jintgħażlu nies bħala esperti tal-Qorti mingħajr ma dawn lanqas għandhom l-ewwel degree fix-xjenza?", "Min hu l-espert xjentifiku tal-qorti fuq id-DNA fil-qorti tal-familja u xi kwalifiki għandu?", "Fuq liema kriterju ssir l-għażla ta' l-esperti tal-qorti fuq id- DNA, dejjem fil-każ tal-qorti tal-familja?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi fil-kawżi ta' natura kriminali, l- għażla ta' l-esperti hija mħollija fid-diskrezzjoni tal-ġudikant.", "Għar-rigward il-Qorti tal-Familja, l-esperti li normalment jiġu nkarigati fuq materja ta' DNA huma s-Sur Christopher Farrugia u Dr Ronald Blundell.", "Hawn ukoll il-qorti teżerċita d-diskrezzjoni tagħha fl-għażla ta' l-esperti għalkemm mhux l-ewwel darba li taċċetta nomina fejn il-partijiet fil-kawża jkunu qablu fuq persuna partikolari.", "QORMI – TRIQ MONS GERALD FRENDO", "25646.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO PRECA staqsiet lill-Ministru għall- Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jgħid għaliex ix-xogħol li kien qed isir fuq Triq Mons Gerald Frendo f'Ħal Qormi, waqaf ħesrem bil- konsegwenza li issa mhux biss it-triq qed toħloq tbatijiet lir-residenti fiha, iżda wkoll il-bankini li ma tkomplewx u li wħud mir-residenti lanqas jistgħu jagħmlu użu mill-garages tagħhom u qed ikollhom iħallu l-vetturi tagħhom barra esposti għal ħafna riskji?", "Jista' l-Ministru jara li dan ix- xogħol jitkompla minnufih biex ir-residenti ma jibqgħux isofru minn dawn it- tbatijiet bla ħtieġa?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ninsab infurmat li fit-triq imsemmija qiegħed isir xogħol ta' skavar fuq plot privata u li minħabba dan ix-xogħol, kellu jinbena boundary wall li qiegħed jokkupa parti mill-wisgħa tat-triq.", "Dan qiegħed jostakola li jitkompla x-xogħol.", "Sadanittant qegħdin isiru plate bearing tests biex jiġi stabbilit jekk l-irdim li kien sar minn terzi persuni jilħaqx l-istandard stabbilit meħtieġ għall-bini ta' l-istess triq.", "DAY CENTRE GĦALL-ANZJANI", "25647.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO PRECA staqsiet lill-Ministru tal- Familja u Solidarjeta' Soċjali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 24818 dwar il-possibilta' ta' day centre għall-anzjani fis-Siġġiewi, tista' l-Ministru tgħid x'inhu l-proġett aktar kumpless ma' l-Awtorita' tad-Djar, li qed isiru diskussjonijiet dwaru u li mit-tweġiba tal-Ministru għas- Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita' huwa implikat li għandu x'jaqsam ma' day centre għall-anzjani fis-Siġġiewi?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Ninsab infurmata li l-proġett ta' l-Awtorita' tad- Djar li rreferit għalih l-Onor.", "Interpellanti jikkonsisti f'kumpless residenzjali ta' 60 appartament u blokk ta' 21 unit maħsub biex jiġi allokat lil persuni anzjani jew bi bżonnijiet speċjali.", "Dan il-kumpless maħsub li jinkludi wkoll Day Centre għall-anzjani, Child Day Care Centre, 85 garaxx kif ukoll landscaped area.", "FACILITATOR", "25648.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru jara li t-tifla li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament tingħata facilitator (for prompting)?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li din l-applikazzjoni qed tiġi proċessata mill- statementing moderating panel skond il-proċeduri normali.", "ŻEBBUĠ - XOGĦLIJIET", "25649.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jivverifika li x-xogħol li qiegħed isir fil-bini tal-parti l-ġdida ta' Triq Għar Ram, Ħaż-Żebbuġ qiegħed isir skond il- pjanti għax jidher li hemm taħwid sħiħ fl-allinjament tat-triq?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Bħalma jaf l-Onor.", "Interpellant, il-linja u l- livelli tat-toroq jiġu stabbiliti u mmarkati fuq il-post mill-MEPA kif ġara f'dan il-każ.", "Bħalissa l-ADT qed tivverifika jekk bini eżistenti fit-triq imsemmija inbeniex qabel jew wara li ġew definiti dawn il-linji.", "ANNIMALI F'APPARTAMENT TAL-GVERN", "25681.", "L-ONOR.", "MICHAEL ASCIAK staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 25401 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali u li issa ġiet riferuta lilu, jista' l-Ministru jara jekk l-annimali li hemm fuq il-bejt f'appartament tal-gvern, li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, humiex miżmuma skond il-liġi?", "Tista' tikkonsidra wkoll l- istat tal-kumplament ta' dan l-appartament minn ġewwa, ċioe' fit-taraġ?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi d-Dipartiment ta' l-Artijiet se jinvestiga l-ilment imqajjem mill-Onor.", "Interpellant.", "SISTEMA CVA - PERSUNI B'DIŻABILITA'", "25697.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Peress li skond is-sistema tas-CVA vetturi ta' persuni b'diżabilita' li ma jaħdmux il-Belt qed jingħataw kreditu ta' Lm20 fis-sena u peress ukoll li l-persuni b'diżabilita' u familjari tagħhom qed juru tħassib minħabba li biex persuna b'diżabilita' li tkun f'wheelchair tieħu ċertu ammont ta' ħin biex titla' u tinżel minn karozza u allura jilħqu jgħaddu t-30 minuta li jkunu free of charge, jista' l-Ministru jgħid jekk dawn il-problemi ttieħdux in konsiderazzjoni meta ġiet imfassla s-sistema?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "MAMMOGRAM TEST", "25698.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Peress li l-waiting list għal mammogram hija twila u ħafna nisa qegħdin b'riskju li jiġu djanjostikati b'cancer fis-sider meta jkun tard wisq, x'qed jagħmel il-gvern biex tiġi ndirizzata din il- problema?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Il-mammografija qatt ma kienet is-soluzjoni sħiħa għal dawn il-każi.", "Il-gvern qed iwettaq il-pjan indikat miċ-Charter Ewropew biex sas-sena 2015 ikun wettaq dak kollu rikomandat.", "Il-pazjenti kollha referuti b'suspett ta' kanċer tas-sider jingħataw preċedenza għall-mammografija.", "BREAST CANCER", "25699.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid x'servizzi jiġu provduti lin-nisa f'Għawdex dwar il-breast cancer u jekk hemmx il-ħsieb li titwaqqaf unit apposta biex tagħti servizz f'dawn il-każijiet?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Bħalissa s-servizzi relatati mal-breast cancer li jingħataw mill-iSptar Ġenerali t'Għawdex huma:", "Eżami tas-sider minn tobba u speċjalisti;", "operazzjonijiet tas-sider meta jkun hemm bżonn; follow up tat-treatment bir-raġġi jew Chemotherapy li jsiru mill- onkoloġisti li jattendu tlett darbiet fix-xahar.", "Hemm il-ħsieb li bħala parti mir-refurbishment tad-Dipartimenti tar- Radjoloġija fl-isptar Ġenerali t'Għawdex, ikun hemm Mammogram li tintuża kemm għal screening kif ukol dijanjosi tal-breast cancer.", "MOSTA – TISBIĦ TAL-PJAZZA", "25700.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: B'referenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 25527, x'inhu l-valur tal-kontribut ta' l-ADT għax-xogħol ta' l- embellishment tal-pjazza tal-Mosta?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Il-kontibut ta' l-ADT għax-xogħol ta' l- embellishment tal-pjazza tal-Mosta huwa ta' Lm90,000.", "S'issa tħallsu Lm60.000.", "It-Lm30,000 l-oħra se jitħallsu fl-2008.", "KAŻIJIET TA' ECZEMA", "25702.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 25063 li ġiet riferuta lill-Ministru konċernat, peress li hawn ħafna każijiet ta' eczema li huma severi u kroniċi u dawn il-pazjenti għandhom bżonn ħafna kura u assistenza u mediċini li jridu jieħdu kuljum, u peress li l-eczema mhix inkluża fit-tieni parti tal-ħames skeda tal-Kap 318 tal-Liġijiet ta' Malta, jista' l-Ministru jara kif is-sitwazzjoni ta' dawn in-nies tiġi għall- aħjar billi l-eczema tiżdied ma' din il-lista biex ikunu ntitolati għall- għajnuna medika bla ħlas?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: It-talba tal-Onor.", "Interpellant ġiet innutata u tiġi kkunsidrata fid-dawl ta' mard ieħor li għalih hemm talba biex jiddaħħal fl- Iskeda V.", "QORTI TA' GĦAWDEX - FATTIGI", "25703.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għal Għawdex: Peress li waħda miż-żewġ fattigi fil-Qorti t'Għawdex irtirat bil-pensjoni u allura spiċċajna b'waħda, tista' l-Ministru tgħid meta ser tintbagħat fattiga oħra?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Ninsab infurmata li saret talba biex din il-fattiga tiġi sostitwita.", "Infurmata wkoll li saru l-arranġamenti neċessarji biex ix-xogħol li għandu jsir ma jonqosx li jsir.", "GĦAWDXIN FIL-FORZI ARMATA", "25704.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jgħid :", "Kemm hemm membri tal-Forzi Armati stazzjonati f'Għawdex; kemm hemm membri tal-Forzi Armati Għawdxin stazzjonati Malta u x'inhu l-grad tagħhom u meta daħlu fl-Armata.", "F'dawn l-aħħar għaxar snin kemm membri Għawdxin ġew trasferiti minn Malta għal Għawdex u x'kienet ir-raġuni?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "INVESTIGAZZJONI KONTRA L-FRODI", "25715.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO PRECA staqsiet lill-Ministru tal- Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm impjegati fid-Direttorat għall-Investigazzjoni kontra l-Frodi, bid-dmirjiet tagħhom u l-iskali ta' salarji?", "Tista' tgħid fuq liema bażi dawn l-impjegati huma ngaġġati, jiġifieri jekk hux full time jew part-time jew b'xi mod ieħor?", "Kemm hemm fuq kull tip ta' kuntratt u x'inhuma d-dmirjiet tagħhom u l-iskali tas-salarji tagħhom?", "Tista' tgħid jekk qattx ġie farmed out xi tip ta' xogħol lil xi individwi u/jew entita' li mhix parti mis-servizz pubblika u/jew parti mid- Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali?", "Tista' tgħid kemm sar overtime f'dan id-Direttorat minn kemm ilu mwaqqaf, xahar b'xahar u lil min ingħata l-overtime?", "Tista' tgħid kemm sar overtime fit-taqsima, li kienet inwaqqfa għal prattikament l-istess skop qabel ma twaqqaf dan id-Direttorat, sena b'sena mill-1998?", "Tista' tgħid kemm-il spezzjoni u/jew investigazzjoni saret minn dan id- Direttorat minn meta twaqqaf sal-lum, xahar b'xahar u kemm mill-każijiet li ġew investigati ġew maqtugħa mill-eliġibilita' għal benefiċċji soċjali u kemm minn dawn il-każijiet appellaw minn din id-deċiżjoni tad-Direttur ta' dan id-Direttorat quddiem l-Arbitru u kemm dan id-Direttorat tilef appelli quddiem l-Arbitru?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Ninsab infurmata li n-numru ta' impjegati fid- Direttorat għall-Frodi ta' Benefiċċji u Investigazzjoni, preżentament hu kompost minn:", "Direttur - Skala 4;", "Assistent Direttur - Skala 5, fuq pre-retirement leave;", "Prinċipal – Skala 10;", "4 Spetturi (Frodi ta' Benefiċċji u Investigazzjoni) – 1 fuq Skala sostantiva 10, 2 fuq Skala sostantiva 11 u ieħor fuq Skala sostantiva 13;", "2 Uffiċjali Eżekuttivi (Desk Officers) - Skala 13, persuna minnhom fuq parental leave;", "Skrivan Anzjan – Skala 14;", "Skrivan – Skala 16; u", "2 Impjegati ta' l-IPSL (Desk Officers)", "Dawn l-impjegati huma kollha full time.", "Id-direttur u l-assistent direttur qiegħdin fuq kuntratt li hu standard għall-impjegati fil-pożizzjoni ta' direttur u assistent direttur rispettivament mal-Gvern.", "L-ispetturi għandhom kuntratt skond kif provdut fis-sejħa għall-applikazzjonijiet li kienet ħarġet għall-mili ta' dawn il-postijiet.", "Qatt ma ġie farmed out xi tip ta' xogħol minn dan id-Direttorat.", "It-tabella nru 1, li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra, turi l-ammont ta' overtime li sar fid-Direttorat minn Jannar 2006 'l hawn.", "Kull membru tad- Direttorat intitolat jaħdem l-overtime jingħata l-opportunita` li jagħmel dan meta jkun hemm il-bżonn.", "Dwar il-ħames parti tal-mistoqsija ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-tabella 1A li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.", "Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija, ninsab infurmata li n-numru ta' każijiet investigati u numru ta' rakkomandazzjonijiet biex jitwaqqaf il-benefiċċju huma kif jidhru f'tabella nru 2 li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.", "Irrid niċċara li dan id-Direttorat jagħmel biss rakkomandazzjonijiet, bażati fuq l-investigazzjonijiet, lid-Direttur Ġenerali għas-Sigurta' Soċjali biex jitwaqqaf xi benefiċċju.", "Id-deċiżjoni jekk il-benefiċċju jitwaqqafx jew le hi r-responsabbilita' ta' dan ta' l-aħħar.", "Għalhekk ma sar ebda appell quddiem l-Arbitru mid-deċiżjonijiet tad-Direttur għall- Frodi ta' Benefiċċji u Investigazzjoni.", "CD U DVD TA' VERTIGO", "25716.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' l-Ministru jgħid xi ftehim jew kuntratt hemm bejn Where's Everybody ( u kumpanniji sussidjarji jew assoċjati) u l-Maltasong Board, dwar il- produzzjoni u l-bejgħ tal-music video, ic-CD u d-DVD tal-kanzunetta Vertigo?", "Jista' jippreżenta kopja tal-kuntratti kollha li saru bejn iż- żewġ naħat?", "Kemm intalbu jħallsu l-kumpannija Where's Everybody għad- drittijiet tal-kanzunetta Vertigo, li skond il-liġi huma proprjeta' tal- Maltasong Board biex ikunu jistgħu jużawha fil-programmi tagħhom?", "Jista' jgħid għaliex kumpanniji u ħwienet li talbu li jbiegħu c-CD u d-DVD tal- kanzunetta Vertigo ma ngħatawx permess mill-Where's Everybody biex jagħmlu dan?", "Għaliex il-kanzunetta Vertigo qed tinbiegħ biss minn żewġ kumpanniji?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "MOSTA - TRIQ IN-NAĦAL", "25720.", "L-ONOR.", "DAVID AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 25520, jista' l-Ministru jgħid x'fadal xogħol xi jsir u meta hu mistenni jitlesta x-xogħol fi Triq in-Naħal, Mosta?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ninsab infurmat li sa l-aħħar ta' din il-Ġimgħa din it-triq għandha tkun lesta bit-tarmak.", "MOSTA - TRIQ L-GĦADAJJAR", "25721.", "L-ONOR.", "DAVID AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 25520, jista' l-Ministru jgħid x'fadal xogħol xi jsir u meta hu mistenni jitlesta x-xogħol fi Triq l- Għadajjar, Mosta?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ninsab infurmat li sa l-aħħar ta' din il-ġimgħa din it-triq għandha tkun lesta bit-tarmac.", "MOSTA - TRIQ IĊ-ĊINJU", "25722.", "L-ONOR.", "DAVID AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 25520, jista' l-Ministru jgħid x'fadal xogħol xi jsir u meta hu mistenni jitlesta x-xogħol fi Triq iċ-Ċinju, Mosta?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ninsab infurmat li qegħdin isiru l-aħħar preparamenti biex ikun jista' jibda x-xogħol tat-tarmak fi Triq iċ-Ċinju, Mosta.", "Hu maħsub li x-xogħol kollu jitlesta sa nofs dan ix-xahar.", "MOSTA - TRIQ SAN ĠUZEPP", "25723.", "L-ONOR.", "DAVID AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 25520, jista' l-Ministru jgħid x'fadal xogħol xi jsir u meta hu mistenni jitlesta x-xogħol fi Triq San Ġuzepp, Mosta?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ninsab infurmat li f'dawn il-ġranet qiegħed jingħata t-tarmak f'parti mit-triq imsemmija.", "Ix-xogħol fil-parti l-oħra tat-triq jista' jsir wara li l-MEPA tagħti interpretazzjoni dwar il-linja tal-bini.", "MOSTA - TRIQ SALVU GATT", "25724.", "L-ONOR.", "DAVID AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 25520, jista' l-Ministru jgħid x'fadal xogħol xi jsir u meta hu mistenni jitlesta x-xogħol fi Triq Salvu Gatt, Mosta?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ninsab infurmat li f'dawn il-ġranet qiegħed jingħata t-tarmak fit-triq imsemmija.", "MOSTA - TRIQ IL-MITĦNA", "25725.", "L-ONOR.", "DAVID AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 25520, jista' l-Ministru jgħid x'fadal xogħol xi jsir u meta hu mistenni jitlesta x-xogħol fi Triq il-Mitħna, Mosta?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ninsab infurmat li minħabba li Triq il-Mitħna, Mosta ġiet imwessgħa kien meħtieġ jinbena boundary wall, xogħol li qiegħed isir bħalissa.", "Sadanittant ittieħdet deċizjoni biex l-arbli li hemm fl- istess triq jitressqu a spejjeż ta' l-ADT.", "Il-fondi biex isir dan ix- xogħol diġa' għaddew lill-entitajiet rispettivi.", "L-ADT se tkompli tikkordina mal-kuntrattur biex ix-xogħol isir kemm jista' jkun malajr.", "PROĠETT TAL-PONT MANUEL DIMECH", "25728.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 24371 jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopji tat-tender documents jew offerti li kienu ppreżentaw id-ditti, periti jew kumpanniji kollha li kkonkorrew għat-tender tal-proġett tal-pont Manuel Dimech?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: It-tender 'Professional and Technical Services for the upgrading of Manuel Dimech Bridge M.A. Vassalli, St Julians, Malta Ct 2518/04' inħarġet mid-Dipartiment tal-Kuntratti f'Ottubru 2004 u ħames kumpaniji tefgħu l-offerti tagħhom fl-14 ta' Diċembru 2004.", "Dawn kienu:- a) Innovative Architectual Services b) Leonhart, Andra und Partner c) Raniolo & Associates d) Politenica, Ingeneria ed Archittetura e)Köing, Heünish und Partner(KHP) and Design & Technical Resources (DTR)", "L-evalwazzjoni ta' dawn it-tenders saret mill-kumitat ta' evalwazzjoni maħtur mid-Direttur tal-Kuntratti.", "Ir-rakkomandazzjoniet u evalwazzjoni ta' dan il-kumitat kienu approvati mill-Kumitat tal-Kuntratti.", "Il-kuntratt għal dan ix-xogħol gie ffirmat fit-30 ta' Mejju 2005, u ma kienx hemm ebda oġġezzjoni mit-tenderers l-oħrajn quddiem il-Kumitat tal- Kuntratti.", "Il-kopji ta' l-offerti u dokumenti oħra konnessi ma' din it-tender qegħdin kollha għand id-Dipartiment tal-Kuntratti.", "PROĠETT TAL-PONT MANWEL DIMECH", "25729.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 24371 jista' l-Ministru jgħid min kienu l-persuni li għamlu l-evalwazzjoni ta' l-offerti għall-proġett tal-pont Manwel Dimech?", "Jista' jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-minuti tal-laqgħat tal-Bord ta' l-għażla riferibbli għall-istess evalwazzjoni?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ninsab infurmat illi l-evalwazzjoni tat-tenders sottomessi għax-xogħlijiet tal-pont ta' Manwel Dimech saret minn membri maħtura mid-Direttur tal-Kuntratti.", "Ir-rakkmandazzjonijiet ta' dan il-bord jiġu approvati mill-Kumitat tal-Kuntratti.", "Għalhekk il-mistoqsija għandha tkun irreferuta lill-Ministru kkonċernat.", "MALTA PLANNING AND DESIGN CONSULTANTS", "25731.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 24371 jista' l-Ministru jgħid kemm tħallset il-kumpannija Malta Planning and Design Consultants għall-proġett fuq Lot 1 tat-toroq iffinanzjati mill-protokoll Taljan?", "Jista' l-Ministru jgħid meta tħallset għas-servizz mogħti u jekk tħallsitx mill-ADT jew minn xi entita' dipartimentali oħra?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "MALTA PLANNING AND DESIGN CONSULTANTS", "25734.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 24371, billi l-persuna ndikata separatament huwa partner fid-ditta li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, u billi l-Ministru responsabbli mill-ADT huwa soċju u direttur ta' l-istess ditta, u billi l-Ministru kemm-il darba fil- media lokali rrefera għall-persuna ndikata bħala \"l-ħabib tiegħu\" u saħansitra stiednu għal ikliet fid-dar tiegħu ġewwa Hal Tarxien, u billi l- persuna ndikata kien is-supervisors representative tal-Malta Planning and Design Consultants fil-Lot 1 tal-Proġett tal-Protocol Taljan fil-kwalita' personali tiegħu, ma jaħsibx il-Ministru li kellu konflitt ta' interess fit- tender in kwestjoni?", "Jaħseb il-Ministru li kien imissu jintervjeni sabiex iwaqqaf l-għoti tat- tender tal-Lot 1 lil MP & DS għar-raġuni biss li l-ħabib tiegħu, il-persuna ndikata kien qiegħed jidher bħala supervisors representative tal-MP & DS meta l-Ministru jaf li l-persuna ndikata għandu żewġ ditti peritali jisimhom, d-ditta ndikata separtament aktar qabel, u Design and Technical Resources Limited u jidher li għal xi raġuni jew oħra dawn ma tefgħux offerti?", "Jista' jgħid jekk il-persuna ndikata kienx infurmah li kien ser ikun supervisors respresentative ta' MP & DS fuq Lot 1 qabel il-ħarġa ta' l- offerti?", "Jekk le, jista' jgħid jekk sarx jaf mingħand ħaddieħor u minn min?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Bħala Ministru ma nkunx involut fl-aġġudikazzjoni jew approvazzjoni tas-supervisors jew ir-rappreżentanti tagħhom.", "MALTA PLANNING AND DESIGN CONSULTANTS", "25737.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 24371, billi l-persuna indikata separatament kien supervisors representative ta' MP & DS għal-Lot 1, u billi l-Ministru huwa soċju u direttur flimkien mal-persuna ndikata fid-ditta ndikata separatament u billi l-Ministru stqarr pubblikament li l-persuna ndikata huwa l-ħabib tiegħu, u billi l-persuna ndikata jmexxi waħdu kumpanija oħra Design and Technical Resources Limited, li rebħet it-tender tal-pont Manwel Dimech u billi din il-kumpannija għandha r-registered address tagħha b'kumbinazzjoni f'Carmel Street, B'Kara fejn hija reġistrata d-ditta ndikata u proprju ż-żewġ uffiċini jinsabu fl- istess bini, jista' l-Ministru jikkonferma li l-impjegati, l-periti u l- istaff tad-ditta ndikata li tagħha l-Ministru huwa soċju u azzjonista mal- persuna ndikata huma fil-fatt l-istess impjegati ta' Design and Technical Resources Limited li jidher li qiegħed imexxi waħdu l-persuna indikata separatament?", "Jista' jikkonferma li periti mqabbdin mid-ditta ndikata ħadmu wkoll għal Design & Technical Resources Limited?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ma jidhirlix li l-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant hija konformi ma' l-istanding orders tal-Kamra.", "PROĠETT TAL-PONT MANWEL DIMECH", "25738.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 24371, jista' l-Ministru jgħid jekk il-konsorzju DTR u KHP tħallasx għall-proġett pont Manwel Dimech?", "Jekk iva, kemm tħallas sal-lum u jekk tħallasx mill-ADT jew minn entita' dipartimentali oħra?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "MEMBRI TAL-KORP TAL-PULIZIJA", "25742.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 24674, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm applikaw għall-kors ta' spetturi?", "Dawn kollha huma diġa' membri tal-Korp?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi għall-aħħar sejħa għall- applikazzjonijiet għall-postijiet ta' Spetturi fil-Korp tal-Pulizija, li għalqet fit-13 ta' April 2007, kien hemm 63 applikazzjoni.", "Kien hemm 38 applikazzjoni minn membri tal-Korp u 25 applikazzjoni minn persuni li m'humiex membri tal-Korp tal-Pulizija.", "SKEJJEL - ASSENTEIŻMU", "25744.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 24803 u jagħti dettalji dwar l-assenteiżmu fit-tieni term tas-sena skolastika fl-iskejjel ta' l-istat imqassma fi primarji u sekondarji?", "Jista' jagħti wkoll informazzjoni f'liema skejjel kien hemm persentaġġ għoli ta' assenteiżmu?", "X'passi konkreti qed jittieħdu fil-konfront ta' studenti li qed ikunu assenti b'mod regolari?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "TOROQ", "25745.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 24672, jista' l-Ministru jgħid min huwa responsabbli minn din it-triq imsemmija?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "GĦALLIEMA TA' L-INGLIŻ", "25746.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm għalliema li għandhom warrant biex jgħallmu biss fl-iskejjel li jgħallmu l-Ingliż lill- barranin?", "Jekk ikunu għamlu l-kors tat-TEFL huwa biżżejjed biex jgħallmu f'dawn l-iskejjel?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li b'kollox hemm 2,251 għalliem li għandhom permess sabiex jgħallmu biss fl-iskejjel li jgħallmu l-Ingliz lill- barranin.", "Barra li jtemmu l-kors tat-TEFL, għalliema prospettivi irid ikollhom mill-anqas 18-il sena, ikollhom kondotta nadifa u jkollhom jew ċertifikat f'Livell Avvanzat fl-Ingliz maħruġ minn istituzzjoni rikonoxxuta inkella kwalifika komparabbli.", "KORS TAT-TEFL", "25749.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru jgħid meta jiġi organizzat kors tat- TEFL għall-għalliema prospettivi, d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni tiġix infurmata?", "Isir xi ċċekkjar fuq kif qed jiġu organizzati u jekk min imexxi l-kors huwiex ikkwalifikat li jagħmel dan?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-Bord li jissorvelja l-iskejjel ta' l- Ingliz bħala lingwa barranija, ikun infurmat b'kull kors tat-TEFL għall- għalliema prospettivi.", "Dan il-Bord kien ħareġ sett ta' guidelines li dwarhom l-iskejjel liċenzjati huma mgħarrfa.", "Qabel skola tibda xi kors, tgħarraf bil-miktub il-kontenut tal-kors u min ikun sejjer imexxieħ.", "Barra minn hekk l-iskola konċernata tinforma l-Bord bl-ismijiet tal-parteċipanti fil-kors u tagħti l-ismijiet u d-dettalji oħra tal-kandidati kollha li jirnexxilhom itemmu l-kors b'suċċess.", "GŻIRA - TRIQ MADONNA TAL-ĠEBLA", "25770.", "L-ONOR.", "ROBERT ARRIGO staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jgħarrafni jekk parti żgħira ta' Triq Madonna tal- Ġebla fil-Gżira se tkun inkluża f'xi programm ta' toroq residenzjali, ġaladarba hemm knisja, hemm nies joqogħdu fiha u l-istat tat-triq huwa ħażin ħafna?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant illi parti minn Triq il-Madonna tal-Ġebla hija nkulża fil-programm ta' Toroq Residenzjali għall-perijodu 2006-2008 u li għandha titlesta sas-sena 2008.", "LUQA - TRIQ ANTON FALZON", "25771.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 25539, jista' l-Ministru jgħid x'irriżulta mit-testijiet li saru fuq il-main tad-drenaġġ fi Triq Anton Falzon, Hal Luqa?", "Jista' jgħid jekk dan il-main hux se jinbidel qabel ma jsiru x-xogħlijiet ta' tarmac f'din it-triq?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "INFRINGEMENTS TAL-KAĊĊA U NSIB", "25772.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 25192 u 24905, cioe' li jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-korrispondenza uffiċjali li ntbagħtet mill-Unjoni Ewropea lill-Gvern Malti dwar l- infringements relatati mal-kaċċa u l-insib?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: M'għandix x'inżid mat-tweġiba li tajt għall- mistoqsija parlamentari 24905.", "RIFUŻJONI FUQ XIRI TA' APPARAT ENERGY SAVING", "25773.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex qed ikun hemm dewmien fil-ħlas tar-refunds għal dawk il-persuni li applikaw fuq xiri ta' apparat energy saving tad-djar hekk kif imħabbar fil-budget ta' din is-sena?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninsab infurmat illi skond l-avviż legali nru 1026 tal- 2006, waħda mir-rekwiżiti biex appliance tkun eleġibbli għall-għotja hija li l-prodott jiġi rreġistrat mill-importatur.", "Id-dewmien li kien hemm biex jitħallsu l-applikanti sar prinċiparjament minħabba li l-maġġoranza ta' l- importaturi damu ma rreġistraw il-prodotti tagħhom skond kif mitlub mill- avviż legali u kif miftiehem mal-bejjiegħa permezz tar-rappreżentanti tagħhom.", "BENEFIĊĊJI TAL-MARD - PAGAMENT", "25774.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru tawtorizza l-pagament tal- benefiċċji tal-mard lill-persuna, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?", "Peress li l-persuna se jkollha tagħmel operazzjoni kif mistqarr mill-ispeċjalista, tista' l-Ministru tara li l-pagament isir immedjatament?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Ninsab infurmata li l-persuna Indikata mill-Onor.", "Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali dwar il-każ tagħha.", "VAT REFUNDS", "25781.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 25074 u jgħid fil-mument kemm hi ċ-ċifra ta' flus globali li d-dipartiment tal-VAT irid jirrifondi lura lit-taxpayer?", "Kemm minn din iċ-ċifra hija maħsuba li titħallas din is-sena?", "Għal kemm snin imur lura l-aħħar pagament dovut?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "INCOME TAX REFUNDS", "25782.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 25075 u jgħid fil-mument kemm hi ċ-ċifra ta' flus globali li d-dipartiment tat- taxxa fuq l-income irid jirrifondi lura lit-taxpayer?", "Kemm minn din iċ-ċifra hija maħsuba li titħallas din is-sena?", "Għalkemm snin imur lura l-aħħar pagament dovut?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "NI CONTRIBUTIONS", "25783.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 25072 u jgħid kemm hu n-numru ta' persuni/kumpanniji (separatament) li fil-preżent għandhom arranġament sabiex iħallsu l-arretrati tal-kontijiet pendenti tal- N.I.?", "Għalkemm snin imur lura l-aħħar pagament dovut?", "Jista' jipprovdi l-istess tagħrif għall-aħħar ħames snin, sena b'sena?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "LIĊENZJI TA' L-INSIB", "25792.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Peress li skond il-ftehim ma' l-Unjoni Ewropea l-gvern Malti għamel moratorium fuq il-liċenzji ta' l-insib u li dan il-moratorium jispiċċa fl-aħħar tas-sena 2007, jista' l-Ministru jgħid jekk wara l-aħħar ta' l-2007 humiex se joħorġu liċenzji ġodda għall-insib ta' l-għasafar?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Ninsab infurmat li l-ebda liċenzja ta' l-insib ma ħarġet mill-2002 'l hawn.", "Ma hemmx intenzjoni għalissa li din il- pożizzjoni tkun riveduta.", "ĦAJT MA' BIĊĊA ART MIFTUĦA", "25801.", "L-ONOR.", "CLYDE PULI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: B'riferenza għat-tweġiba mogħtija għal mistoqsija parlamentari 25629, jista' l-Viċi Prim Ministru jikkonferma li f'każ ta' artijiet maqbuda għand il-gvern se jkun l-istess gvern li jkun responsabbli biex itella' ħajt mal-periferija ta' l-art kif mitlub mill-Ministeru ta' l- Ambjent?", "ONOR.", "TONIO BORG: Normalment artijiet li jiġu esproprjati jibqgħu jiġu okkupati mis-sidien jew inkwilini li jkunu qegħdin jaħdmuhom sa dik il- ġurnata li l-gvern jiddeċiedi li jidħol fuqhom sabiex iwettaq il-proġett li jkunu ġew esproprjati għalih.", "Fil-każ li jkun hemm il-bżonn li l-art tingħalaq b'ħajt, dan ix-xogħol huwa r-responsabbilita' tad-dipartiment jew entita' tal-gvern li tkun talbet l-esproprju ta' l-art.", "ART ESPROPRJATA", "25802.", "L-ONOR.", "CLYDE PULI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid xi ħsibijiet għandu l- gvern dwar art esproprjata snin ilu u li sal-lum baqgħet ma ntużatx għall- iskop li ġiet esproprjata għalih u li hija proprjeta' tas-sinjuri li d- dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi l-art esproprijata kif indikata mill-Onor.", "Interpellant, ġiet esproprijata fuq talba tad-Dipartiment tax- Xogħolijiet.", "L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jagħmel il-mistoqsija lill- Ministru kkonċernat.", "NSO - COMPUTERS BIL-ĦSARA", "25803.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 25452 u ċioe': Jikkonferma l-Prim Ministru li ċerti computers fl-Uffiċċju ta' l- Istatistika ilhom xhur bil-ħsara?", "Kemm għamlet kollettivament overtime it- technical section ta' l-Istatistika?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra..", "MATER DEI - GĦOTI TA' KUNTRATT", "25810.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jgħid f'liema stadju waslet l- aġġudikazzjoni u l-għoti tal-kuntratt tat-teknoloġija ta' l-IT f'Mater Dei biex jippermetti t-tmexxija minn jum għal jum ta' dan l-isptar?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "SPTAR MATER DEI", "25811.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' l-Ministru jgħid b'liema mod se tiġi integrata l- informazzjoni miġbura u miżmuma mis-sezzjonijiet, dipartimenti u entijiet kollha li b'xi mod imissu mas-saħħa fis-sistema ta' Mater Dei sabiex id- database fuq kull pazjent tkun waħda ħolistika irrispettivament minn liema sezzjoni, dipartiment, enti qed tiġi aċċessata?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninsab infurmat li s-sistemi informatiċi kliniċi fl- isptar Mater Dei ikunu integrati bejniethom permezz ta' HL7 interfaces, proprju biex id-database tal-pazjenti tkun waħda ħolistika.", "IMPJEGATI MAL-GVERN", "25812.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm impjegati mal-gvern, maqsuma f'nisa u rġiel, li matul is-snin kienu mpjegati bħala casual, minbarra dawk li qed jissostitwixxu ħaddiema back to back?", "Kif se jiġu affettwati dawn il-ħaddiema meta jidħol fis-seħħ l-Avviż Legali Nru. 51 ta' l-2007?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra..", "IMPJEGATI MAL-GVERN - KUNTRATTI", "25813.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Fl-isfond ta' l-Avviż Legali Nru. 51, Art.", "7 (3) jista' l-Prim Ministru jgħid x'miżuri se jittieħdu biex min hu inkarigat mit-tiġdid jew twaqqif ta' kuntratti jinżamm responsabbli f'każ li ma jimxix mat-termini tal-kuntratti diversi, u l-klawsoli fl-avviż legali jidħlu fis-seħħ awtomatikament?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra..", "INGAĠĠ FIS-SERVIZZ PUBBLIKU", "25814.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: L-ingaġġ fis-Servizz Pubbliku - Servizz Ġenerali - fuq bażi indefinita, sal-lum isir permezz ta' eżami fil-livell ta' clerk jew ta' principal.", "Jista' l-Prim Ministru jgħidilna jekk meta jidħol fis-seħħ l- avviż legali 51 ta' l-2007, jiġix affettwat dan il-metodu ta' ingaġġ u jekk iva, b'liema mod?", "Dan se jibqa' l-unika metodu ta' ingaġġ jew se jiġu introdotti metodi ġodda?", "Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid kif se jintlaqtu l-impjegati preżenti?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra..", "SERVIZZ PUBBLIKU - KUNTRATTI", "25815.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Artiklu 3 (2) (d) ta' l-avviż legali 51 2007 jgħid li r- regolamenti ta' l-avviż legali ma japplikawx f'każ ta' kuntratti ta' servizz fis-servizz pubbliku jew fis-settur pubbliku li ma jkunux saru skond il-liġijiet applikabbli ta' Malta u partikolarment skond il- proviżjonijiet tal-Kostituzzjoni.", "Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk f'dawn l-aħħar ħames snin sarux kuntratti simili u jekk saru, kemm kienu, f'liema gradi saru u x'kienu l-elementi fil-kuntratt/i li kienu jiksru xi liġi?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "MYALGIC ENCEPHALOPATHY", "25816.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' l-Ministru jgħid huwiex possibbli li d-diviżjoni tas- saħħa tara jekk hux il-każ li jkollna tobba u nurses li jispeċjalizzaw fil- kundizzjoni Myalgic Encephalopathy billi hawn Maltin li qed ibatu minn din il-kundizzjoni u jidher li hemm bżonn ta' aktar speċjalizzazzjoni u għarfien fuq din il-kundizzjoni medika?", "Fid-dawl li fir-Renju Unit biss hu stmat li hemm madwar kwart ta' miljun ibatu minn din il-kundizzjoni u f'Malta hawn numru ta' każi li probabbli lanqas biss ġew diagnosed, jaħseb li għandna bżonn nagħtu aktar importanza lil din il-kundizzjoni?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Is-suġġeriment ta' l-Onor.", "Interpellant ġie nnotat.", "DOKUMENT ORIĠINALI TA' L-INDIPENDENZA", "25817.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru jgħid jekk id-dokument oriġinali ta' l-Indipendenza (dak li huwa f'idejn il-Prim Ministru Borg Olivier fil-famuż ritratt tal-21 ta' Settembru 1964) huwiex miżmum fil-Biblioteka Nazzjonali?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li d-dokument oriġinali u uffiċjali ta' l-għoti ta' l-Indipendenza lill-Malta qatt ma kien miżmum fil-Biblijoteka Nazzjonali.", "HERITAGE MALTA", "25818.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' l-Ministru jgħid għaliex Heritage Malta mhix se tonora l- ftehim milħuq minnha stess ma' l-instructors mislufin mid-Divizjoni ta' l- Edukazzjoni dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom, fosthom il-ħin abbinat mas-servizz li qed jagħtu lill-aġenzija wara li dawn kienu ġew assigurati mis-CEO ta' qabel li kien intlaħaq ftehim magħhom?", "Jista' jgħid kif dawn il-persuni kienu notifikati b'ittra reġistrata mingħajr ma ħadd indenja jiltaqa' magħhom biex jistħarreġ is-sitwazzjoni?", "Ma jaħsibx li jekk dawn l-instructors imorru lura mad-Diviżjoni ta' l- Edukazzjoni, Heritage Malta se titlef is-servizz tagħhom li f'dan il-każ huwa b'xejn u se jkollha timpjega aktar nies, cioe' tiżdied l-ispiża kurrenti ta' l-aġenzija?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat illi fid-19 ta' Settembru 2005 wara li saru l-emendi meħtieġa fil-Cultural Heritage Act li permezz tagħhom dak li kien magħruf bħala ċ-Ċentru Malti għar-Restawr (CMR) kellu jiġu assorbit ma' Heritage Malta kif fil-fatt seħħ, l-instructors kollha mislufa mid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni ma' Heritage Malta irċevew ittra mill-aġenzija li permezz tagħha ġew mistiedna jagħtu s-servizzi tagħhom lil din l-agenzija.", "Ittri simili għal dawn ħarġu għal dawk kollha li kienu qed jaħdmu fiċ-Ċentru għar-Restawr.", "Fl-istess ittra l-instructors ġew mistiedna biex jissieħbu b'self ma' Heritage Malta u jzommu l-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom.", "Heritage Malta ġiet ricentement mgħarrfa li fid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni dawk l- instructors li x-xogħol tagħhom mhux fit-tagħlim imma fl-uffiċċju isegwu l- ħinijiet ta' l-uffiċċju.", "Kull ma għamlet Heritage Malta dan l-aħħar kien li allura aġġornat ruħha mar-regoli jew prassi eżistenti għal dawk kollha li huma instructors.", "Iktar minn hekk fl-ittra li l-instructors irċevew dan l-aħħar mhux biss ġie spjegat dan kollu imma wkoll ġew mgħarrfa li dan l-aġġornament se jsir b'seħħ mill-1 ta' Lulju 2007.", "Heritage Malta hija konxja mill-fatt li jista jkun hemm min jiddeċiedi li jitlaq lura lejn id-Diviżjoni ta' l- Edukazzjoni u għaldaqstant l-aġenzija qed tagħmel l-arranġamenti alternattivi.", "Irrid infakkar li l-emendi għall-Cultural Heritage Act li rriferejt għalihom kienu għaddew minn dan il-Parlament bl-approvazzjoni unanima taż- żewġ naħat tal-Kamra.", "HERITAGE MALTA", "25819.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' l-Ministru jgħid għaliex Heritage Malta m'għadhiex tagħti xogħol ta' tagħlim lill-instructors mislufin mid-Diviżjoni ta' l- Edukazzjoni?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat illi l-instructors mislufa minn mad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni ma' Heritage Malta dejjem kellhom xogħol li iktar hu tekniku.", "Dik hija l-pożizzjoni wkoll ta' l-instructors li sabet Heritage Malta meta din assorbiet dak li qabel kien magħruf bhala ċ-Ċentru Malti għar-Restawr f'Ottubru 2005.", "STRALĊ TA' KUMPANNIJA", "25833.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jgħid kif il-kumpannija, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, għadha ma ġietx stralċjata mir-reġistru tal-kumpanniji meta din ilha ma tiffunzjona snin twal tant li l-aħħar darba li ġew ippreżentati xi dokumenti kien fid-29 ta' Mejju 1979?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra."]} {"filename": "20041102_180d_par.doc", "date": "2004-11-02", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 180 It-Tlieta, 2 ta' Novembru, 2004 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 180 It-Tlieta, 2 ta' Novembru, 2004", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.02 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "180", "It-Tlieta, 2 ta' Novembru, 2004", "WERREJ", "MINUTI 1007", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 1007", "TQEGĦID TA' KARTI 1014", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-MEDJAZZJONI (KUMITAT)", "MEDIATION BILL (COMMITTEE STAGE) 1014", "AĠĠORNAMENT 1036", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 1042", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 179 li saret fl-1 ta' Novembru, 2004 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "TRASPORT BEJN MALTA U GĦAWDEX - SUSSIDJU LILL-GĦAWDXIN", "7087.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid kemm tħallas sussidju lill-ħaddiema tal-gvern u lill- istudenti Għawdxin mill-2003 sal-lum għat-trasport tagħhom bejn Malta u Għawdex?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (Segretarju Parlamentari) (f'isem il-Ministru għal Għawdex): Ninsab informat li l-ħlas ta' sussidju lill-ħaddiema tal-gvern u lill-istudenti Għawdxin bejn l-2003 sal-31 ta' Awissu, 2004, huwa kif muri fit-tabella hawn taħt:-", "| | 2003 |2004 | | | |(sal-31.| | | |08.2004)| |Ħaddiema |27,195.|29,515.3| |tal-gvern u |70 |3 | |studenti li | | | |jattendu | | | |kulleġġi | | | |f'Malta | | | | | | | |Studenti |74,115.|80,989.3| |universitarji |00 |5 | |fuq bażi | | | |full-time | | | | | | | |Studenti li | | | |jattendu |2,025.8|1,680.00| |korsijiet |0 | | |f'Malta li ma | | | |jsirux | | | |f'Għawdex | | |", "KUMMISSARJU TAL-ĠUSTIZZJA - SEDUTI", "7088.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm inżammu seduti mill-kummissarji tal-ġustizzja, wieħed wieħed, matul din is-sena?", "ONOR.", "TONIO BORG (Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l- Intern): Ninsab informat illi n-numru ta' seduti li kull kummissarju tal- ġustizzja ppresjeda f'kull tribunali lokali ta' Malta u Għawdex sa l-aħħar ta' Awissu ta' din is-sena, kien kif inhu indikat hawn:", "|Tribunal|Kummissarju |Numr| | | |u | | | |ta' | | | |Sedu| | | |ti | |Żejtun |Dr L Vella | 120| |Birkirka|Dr Ramon | 199| |ra |Rossignaud |12 | | |Dr Ian Spiteri|4 | | |Bailey | | | |Dr Matthew | | | |Brincat | | |Żurrieq |Dr Deborah | | | |Farrugia |91 | | |Dr Ian Spiteri|2 | | |Bailey |1 | | |Dr Ramon | | | |Rossignaud | | |Qormi / |Dr A Farrugia | 265| |Msida |Sacco | | |Sliema |Dr Robert | 148| | |Mangion |44 | | |Dr Deborah |8 | | |Farrugia | | | |Dr Ramon | | | |Rossignaud | | |Gozo |Dr Grazio | | | |Mercieca |90 | | |Dr Matthew |5 | | |Brincat | | |Mosta |Dr Ian Spiteri| | | |Bailey |23 | | |Dr Matthew |226 | | |Brincat | | |Fgura |Dr Ian Spiteri| | | |Bailey |74 | | |Dr Grazio |8 | | |Mercieca |2 | | |Dr Deborah |4 | | |Farrugia | | | |Dr A Farrugia | | | |Sacco | | |Valletta|Dr Benny Delia| 135|", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Azzopardi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JASON AZZOPARDI: Mr Speaker, nitolbok tkun daqsxejn indulġenti miegħi għax xtaqt nagħmel mistoqsija lill-Viċi Prim Ministru dwar materja ta' kompetenza tiegħu pero' m'hijiex relatata mal-mistoqsija oriġinali.", "Ġaladarba l-Viċi Prim Ministru eżerċita għall-ewwel darba l-poter ta' veto ta' pajjiżna fi ħdan il-kunsill tal-ministri, jista' jgħidilna eżattament x'ġara dakinhar?", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, l-ewwelnett napprezza li fuq dan is- suġġett hemm unita' sħiħa miż-żewġ naħat tal-Kamra u napprezza wkoll li l- oppożizzjoni qiegħda tagħti sostenn lill-gvern fuq din il-materja.", "Kien hemm direttiva ta' l-Unjoni Ewropea dwar ix-ship source pollution, jiġifieri dwar l-inkwinament u t-tniġġiż li jkun ġej mill-vapuri.", "Kuntrarjament għal dak li forsi hemm min qed jikteb fil-gazzetti, aħna vvotajna kontra, flimkien ma' Ċipru u mal-Greċja, mhux għax aħna favur it- tniġġiż tal-baħar, iżda għax f'din id-direttiva hemm diskriminazzjoni kontra vapuri reġistrati f'Malta u vapuri reġistrati fi kwalunkwe stat membru ta' l-Unjoni Ewropea.", "Fil-fatt din id-direttiva tipprovdi li jekk vapur li jkun irreġistrat f'pajjiż Ewropew, anke b'negliġenza, jikkaġuna inkwinament ġo ibħra Ewropej, is-sid tal-vapur u l-kaptan jistgħu jeħlu l-ħabs.", "Mentri jekk l- istess fatt, fl-istess post, jikkommettih kaptan ta' vapur li huwa rreġistrat barra mill-Ewropa, jista' jeħel biss multa.", "Dan huwa kontra dak kollu li tipprovdi għalih l-Unjoni Ewropea.", "U din hija waħda mir- raġunijiet għaliex fil-kunsill tal-ministri tal-ġustizzja u l-intern ivvotajna kontra.", "Jekk din id-direttiva tiġi attwata, l-effett tagħha jkun biss li vapuri reġistrati f'Malta jbiddlu l-bandiera tagħhom u jmorru f'pajjiż barra mill-Ewropa mingħajr ebda effett benefiku għall-ġlieda kontra t-tniġġiż tal-baħar.", "Kieku wieħed kellu jagħmel sagrifiċċju biex jevita t-tniġġiż tal-baħar, forsi kien jasal biex jagħmlu imma dan huwa sagrifiċċju inutli u kien għalhekk li Malta flimkien mal-Greċja u ma' Ċipru, ivvotaw kontra din id- direttiva.", "BELT VALLETTA - KAROZZINI LI JSORĠU QUDDIEM IL-PALAZZ", "7089.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent: Jista' l-Ministru jispjega x'għadu jżomm milli tinstab soluzzjoni għall-problema ta' nuqqas ta' lqugħ għaż-żwiemel tal-karozzini li jgħaddu ġranet sħaħ taħt ix-xemx tiżreġ quddiem il-palazz, il-Belt?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l- Ambjent): Nitlob lill-Onor.", "Membru jagħmel il-mistoqsija lill-ministru konċernat.", "AWTORITA' MARITTIMA TA' MALTA - IRMIĠĠI", "7090.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Kompetittivita' u l-Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm kellha ntrojtu mill- irmiġġi l-Malta maritime authority mill-2003 sal-lum?", "Jista' jgħid ukoll kemm għandha arretrati ta' ħlas ta' irmiġġi din l-istess awtorita'?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru għall-Kompetittivita' u l- Komunikazzjoni): Jien informat li l-introjtu mill-irmiġġi u arretrati għal ħlas ta' irmiġġi huwa dan:", "| |2003 |2004 |Arretrati | | |Dħul |Dħul |(Jannar-Sett| | |Lm |Lm |embru) | | | | |Lm | |Marina|504,4|435,2|119,742 | |berths|72 |23 | | |Organi| | | | |sed | | | | |moorin|18,15|16,61|4,795 | |g |5 |4 | | |plans | | | |", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT (Kap ta' l-Oppożizzjoni): Jista' s-segretarju parlamentari jgħidilna jekk il-bini tal-portijiet taċ-Ċirkewwa u ta' l- Imġarr, Għawdex, għadhomx responsabilita' tal-Malta maritime authority?", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari Anthony Abela.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Iva, safejn naf jien dawn jaqgħu taħt il-ministru għall-kompetittivita' u l-komunikazzjoni.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Peress li kull meta nitla' Għawdex ninnota li qed ikun hemm konfużjoni tremenda sakemm wieħed joħroġ minn fuq il-vapur, jista' s-segretarju parlamentari jgħidilna fiex wasal ix-xogħol fuq dawn iż- żewġ proġetti, speċjalment fuq il-port t'Għawdex?", "MR SPEAKER: Is-segretarju parlamentari.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Mr Speaker, peress li din id-domanda m'għandhiex x'taqsam ma' dik oriġinali, nitlob lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni biex ġentilment jagħmilha bil-miktub u jingħata r-risposta.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Mr Speaker, id-domanda għandha x'taqsam fis-sens li nixtieq inkun naf jekk hux qed ikun hemm disturb fil-pagamenti għall- irmiġġi kemm f'dak li għandu x'jaqsam mal-port taċ-Ċirkewwa u aktar u aktar ma' dak ta' port ta' l-Imġarr f'Għawdex.", "MR SPEAKER: Is-segretarju parlamentari.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: M'għandix x'inżid mar-risposta li tajt.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jista' s-segretarju parlamentari jgħidilna jekk kienx hemm xi disturb fil-pagamenti ta' l-irmiġġi f'dak li għandu x'jaqsam ma' yachts u opri oħra tal-baħar f'Għawdex?", "MR SPEAKER: Is-segretarju parlamentari.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Nerġa' nitlob lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni jagħmel domanda bil-miktub u tingħatalu risposta peress li bħalissa l-ministru konċernat jinsab imsiefer fuq xogħol tal-gvern.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Billi l-ministru jinsab imsiefer ma jfissirx li x- xogħol tal-gvern m'għandux jibqa' għaddej.", "Jekk ministru jkun imsiefer, xi ħadd għandu jkun informat f'dan il-Parlament dwar mistoqsija rilevanti li jkollna quddiemna.", "U din il-mistoqsija hija rilevanti għal dak li għandna quddiemna.", "Hemm disturb jew m'hemmx disturb għall-pagament fl- irmiġġi fil-port t'Għawdex kawża tax-xogħlijiet li ilhom għaddejjin iż- żmien?", "Ladarba s-segretarju parlamentari li qed jitkellem għan-nom tal-ministru għall-kompetittivita' u l-komunikazzjoni qed jgħid li hu m'għandux din l- informazzjoni, hawn xi ħadd li jista' jinformah?", "Għandu jkun hawn xi ħadd li jista' jirrispondi għall-ministeru?", "Għaliex inkella se nispiċċaw li kull meta jkun hawn xi ministru msiefer, il-Parlament jieqaf mill-ewwel!", "Jew inti responsabbli jew m'intix, allura tirrispondi xejn mill-ewwel!", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, li se ngħid huwa aktar bħala punt ta' ordni.", "Id-domanda oriġinali kienet dwar kemm kien l-introjtu tal-Malta maritime authority mill-irmiġġi fl-2003 u din l-informazzjoni ngħatat.", "Kieku kien hemm informazzjoni oħra li wieħed jista' jagħti, din kienet tingħata.", "Jiġifieri mhux ma rridux nagħtu din l-informazzjoni.", "Il-fatt li llum din l-informazzjoni m'hijiex available, ma jfissirx li darb'oħra ma jistax jinqala' l-każ li din l-informazzjoni tingħata.", "(Interruzzjonijiet) Għax jien kont nagħmel l-istess domandi meta kont fl- oppożizzjoni.", "Niftakar li darba l-Kap ta' l-Oppożizzjoni kien tkellem fuq l-ALE u jien kont staqsejtu jekk fit-tnaqqis ta' l-allowances tal-pulizija, kienux inklużi dawk ta' l-ALE's u hu kien irrispondini: Mhux ovvja li huma nklużi!", "Jiġifieri jien apprezzajt din il-manuvra kif naqbdu ma' l-irmiġġi imma l- informazzjoni jekk id-disturb li hemm sabiex wieħed itejjeb il-faċilitajiet fil-portijiet waslux għal disturb fl-irmiġġi ma tistax tingħata llum.", "B'daqshekk ma jfissirx li ma ġejniex hawnhekk biex nirrispondu d-domandi, Mr Speaker.", "Hawn erba' ministri li lesti jwieġbu d-domandi li qegħdin isirulhom u ma rridux nagħtu l-impressjoni li għax isiefer xi ħadd, tieqaf l-attivita' tal-gvern għaliex dan m'huwiex il-każ.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Fuq il-point of order tal-ġentilezza u tar-risposti.", "Eżattament il-Ministru Borg semma okkażjoni fejn staqsa xi ħaġa on the ball u jien kont irrispondejtu.", "Jien niftakru eżatt il-każ!", "Hawnhekk qed ikollna l-okkażjoni fejn qed jgħidilna li ma jistax iwieġeb.", "Imma allura l-gvern jinsab ipparalizzat għax siefer ministru!", "U qegħdin on the ball hawnhekk!", "Jien informat li kien hemm disturb fl-irmiġġi u għalhekk qed nagħmel din id-domanda.", "Jien m'iniex qed ngħid li l-ministru ma jridx jirrispondi imma li ma jafx jirrispondi u allura ma jistax jirrispondi.", "Il-gvern jinsab ipparalizzat għax siefer ministru u dan ma jagħmilx sens!", "MR SPEAKER: Il-Ministru Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: Illum ma jistax iwieġeb il-ministru.", "Id-disturb ma tantx jidher ħafna għax meta tikkompara ma' l-2003, issib li bażikament qegħdin fl-istess ilma, ħalli nkompli l-metafora!", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Bir-rispett kollu imma r-risposta hija inkwetanti.", "F'sitwazzjoni fejn m'għandniex tkabbir ekonomiku u li l-ministru ma jarax li hija xi ħaġa ta' dwejjaq li m'hemmx tkabbir fl-irmiġġi, hija inkwetanti!", "(Interruzzjonijiet) Eżattament, baqgħu l-istess!", "MEPA - MONITORING TAL-KWALITA' TA' L-ARJA", "7091.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-MEPA applikatx għal xi fondi mill-Unjoni Ewropea għal proġetti relatati mal-monitoring tal-kwalita' ta' l-arja u l-protezzjoni tan-natura u l-ambjent?", "X'kien l-eżitu?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l- Ambjent): Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.", "KOTTONERA - PROĠETT", "7116.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jgħid jekk fil-proġett tal-Kottonera hemmx maħsub li jkun hemm promenade li tgħaqqad il-Kalkara, il-Birgu, il-Baċir Nru. 1 u l-Isla?", "X'inhuma t-timeframes li huma applikabbli għal dan il- każ?", "Huma l-ħaddiema tal-gvern li se jagħmlu dan ix-xogħol lodevoli?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT (Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq): Il- proġett tal-Baċir Nru. 1 se jinkludi promenade li tgħaqqad dak ippjanat u li qed jiġi żviluppat għall-parti tal-Birgu flimkien ma' dak ta' l-Isla.", "Il-proġett ta' Baċir Nru. 1 se jkun żviluppat fuq sistema ta' public partnership kif sar fil-każ ta' proġetti kapitali oħra.", "Bħalissa l-brief tal-proġett ta' Baċir Nru. 1 qiegħed għand il-MEPA u se jitkompla l-proċess ta' konsultazzjoni pubblika.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Stefan Buontempo, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO: Mr Speaker, l-Onor.", "Azzopardi staqsa x'inhuma t- timeframes li huma applikabbli għal dan il-każ u jekk hux se jinvolvi lill- ħaddiema tal-gvern pero' din il-parti tar-risposta ma ngħatatx mill- ministru.", "MR SPEAKER: Il-Ministru Mugliett.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Il-ħaddiema tal-gvern kienu nvoluti meta kien qed jitwaqqa' l-ħajt ta' Baċir Nru. 1 u meta kien sar il-pavimentar.", "Ix- xogħol ikkontemplat m'huwiex indikat li se jsir mill-ħaddiema tal-gvern għax jekk wieħed joħroġ is-sejħa għal żviluppaturi potenzjali, ix-xogħol kollu jsir minnhom.", "M'hemmx risposta fuq il-parti tal-mistoqsija li titlob x'inhuma t- timeframes minħabba li bħalissa l-proċess m'huwiex qiegħed f'idejna.", "Dan mar għand il-MEPA, wara jgħaddi quddiem il-bord u jsir il-proċess ta' konsultazzjoni pubblika.", "It-timeframe li għandi f'moħħi hu ta' madwar xahar u nofs u nispera li sal-bidu tas-sena d-dieħla tinħareġ is-sejħa pubblika.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Mizzi, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jista' l-Ministru jgħid jekk għadx hemm il-ħsieb li jitwaqqa' dak il-ħajt li hemm ma' Baċir Nru. 1, liema ħajt huwa għoli ħafna u parti minnu kien inbena mill-Ingliżi u allura m'huwiex daqshekk antik?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk il-proġett li hemm huwiex mibni fuq l-istess pjan u l-kriterji li kien ippreżenta l-Bank of Valletta meta kien wera l- interess li jirrestawra xi mħażen u jużahom bħala uffiċini għalih kif ukoll jtella' bini ieħor madwar il-baċir?", "Jekk le, jista' jgħidilna x'se jiġri minn dawn l-imħażen u jekk hemmx xi ħadd li se joħroġ il-flus biex dawn jiġu restawrati?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Le, dan il-proġett m'huwiex daqstant bbażat fuq dak tal-Bank of Valletta u tad-Drydocks għax meta ħarisna lejn dak il-pjan sibna li ma kienx komprensiv biżżejjed.", "Fil-fatt dak il-pjan kien jikkontempla l-iżvilupp biss fuq parti mill-binjiet.", "Il-pjan li għandna jħares lejn il-konservazzjoni ta' dawk li jgħidulhom in- knights building u l-British building, li jkun hemm użu mill-ġdid ta' Baċir Nru. 1, li jsir ir-restawr tal-promenade biex din tiġi waħda sħiħa u li ċerti nodes jkunu ndirizzati ħafna aħjar għall-ħteġijiet tat-traffiku.", "Wieħed irid jara wkoll x'se jiġri bil-club tar-regatta ta' Bormla - ġieli saru proposti biex dan jiġi mibni mill-ġdid - u l-pjan jikkontempla wkoll l- użu differenti li jista' jsir.", "Ovvjament għandek ċerti rqajja' vojta fejn wieħed jista' jibni u l-pjan jindika x'tip ta' bini, x'tip ta' għoli u x'tip ta' intensita' jista' jkun hemm f'dan il-bini.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jista' l-Ministru jgħidilna jekk min se jagħmel dan l- iżvilupp hux se jieħu l-inkarigu li jirrestawra l-imħażen eżistenti?", "Jista' jgħidilna wkoll jekk il-gvern huwiex beħsiebu jkun kawt biex ma jħallix li jiġri bħalma ġara fil-Maċina li minkejja li nagħtat lill- consortium, din tinsab fi stat tal-biki u qed issirilha ħafna ħsara?", "Jista' l-Ministru jara jekk il-consortium huwiex responsabbli li ma jħallix li l-Maċina jkompli jiġrilha l-ħsara bil-konsegwenza li mbagħad ikun impossibbli li wieħed jutilizzaha?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Definittivament il-konservazzjoni ta' dawk l- imħażen hija parti integrali mill-iżvilupp li qed nirriferu għalih.", "Jiena diġa' kelli talbiet mill-istess żviluppaturi biex nitkellem magħhom b'mod dirett u waħda mill-affarijiet li żammitni lura kienet speċifikament l-użu ta' dawn il-binjiet antiki, in-knights building u l-British building, fejn il-proposti kienu jikkontemplaw estensjonijiet ta' sulari fuq dan il-bini.", "Jekk jiġri hekk, dan il-bini ma jibqax tant konservat imma kważi jsir żvilupp intensiv ġdid.", "It-tieni parti tal-mistoqsija kienet dwar il-Maċina.", "Waħda mir- responsabilitajiet tal-ministeru tagħna huwa wkoll li nagħmlu monitoring ta' x'inhu għaddej bħalissa fuq il-proġett tal-Kottonera u l-Maċina hija waħda mir-riżorsi ta' bini li ġiet mogħtija.", "Hemm applikazzjoni pendenti, l-użu indikat huwa ta' xi hostel u ma jidhirlix li hemm diffikultajiet biex dan l-iżvilupp isir.", "Jiġifieri għalkemm l-iżviluppatur m'huwiex għaddej b'pass daqstant mgħaġġel kif wieħed jixtieq, f'dik il-parti tal-Maċina qed nistennew ukoll li l-iżvilupp jirranka.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, meta l-Bank of Valletta ssottometta l- applikazzjoni tiegħu lill-MEPA, kien ipproġettat li jagħmel bini mhux sempliċement fejn hemm l-imħażen imma anke fl-entratura tad-Dockyard.", "Meta dan il-proġett kien ġie għad-diskussjoni quddiem il-MEPA, kienu saru protesti mir-rappreżentanti taż-żewġ naħat għax qalu li dan il-bini kien se jokkupa area li ma jagħtix żvog lin-nies tal-Kottonera, speċjalment lin- nies ta' Bormla.", "Barra minn hekk, dik l-area ma kenitx addattata għal dak it-tip ta' żvilupp.", "Issa l-ministru qed jgħid li l-proġett li se jsir se jkun jinkludi aktar bini minn dak li kien ġie indikat mill-Bank of Valletta.", "Dan ifisser li se jkun hemm aktar bini minn kif kien ġie pproġettat jew sempliċement l-iżvilupp se jsir man-naħa ta' fejn hemm l- imħażen biss u n-naħa l-oħra tibqa' miftuħa?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Li nista' ngħid hu li jista' jkollok estensjonijiet ta' bini fi tliet lokalitajiet; jew fuq il-binjiet l-antiki, jiġifieri fuq in-knights building u l-British building, jista' jkollok żvilupp ta' bini bejniethom peress li hemm ċertu spazju u jista' jkollok ukoll żvilupp fl-entratura.", "Id-development brief kif ħareġ mill-ministeru tagħna huwa tali li jagħti alternattivi jew fl-ispazju ta' bejn in-knights building u l-British building, li forsi hija l-aktar żona naturali li ma tantx ikollha xi impatt fuq l-aspett storiku tal-post, jew fil-bieb kif semma l-Onor.", "Interpellant.", "Pero' ovvvjament il-pjanijiet tagħna huma soġġetti għal tibdil li tista' tindika l-MEPA.", "Per eżempju, wieħed mill-ħsebijiet li kellna hu li naraw jekk hemmx lok li wieħed jikkontempla xi sular jew tnejn addizzjonali fuq il-binjiet l-antiki.", "Pero' s'issa ma tistax tgħid li l-pjan huwa konkluż u approvat għax irid jgħaddi mill-formalitajiet tal-MEPA.", "Il-ħsieb hu li l- bini l-ġdid ikun limitat imma trid iddaħħal element ta' bini ġdid għax ħafna drabi dan iżidlek ir-revenue generation biex verament tkun tista' tagħmel il-konservazzjoni li jitolbu dawk il-binjiet antiki li hemm, li huma estensivi ħafna.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: X'konsiderazzjoni qed tingħata l-opinjoni tal-pubbliku b'mod speċjali tan-nies li joqogħdu Bormla, in-naħa ta' fejn hemm il-posta, peress li l-ministru qed isemmi l-possibilita' li jitla' bini ieħor fuq dak eżistenti antik?", "Għax anke fuq il-bini kif inhu llum qed isiru ħafna complaints peress li n-nies ta' l-inħawi qed iħossuhom qishom qegħdin ġo ħabs bil-ħajt li hemm imtella'!", "Allura l-ministru ma jidhirlux li għandu jagħti konsiderazzjoni ta' din il-problema, li jekk jitla' aktar bini, in- nies se jiġu mgħottija aktar milli huma?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Jien ma nafx għal liema biċċa qed jirriferi l- Onor. Interpellant pero' saru konsultazzjonijiet pubbliċi mal-kunsilli lokali kollha tal-Kottonera u ħadna wkoll in konsiderazzjoni l-aspett ta' viżibilita' li għandhom ir-residenti tan-naħa ta' l-Isla u ta' Bormla.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jista' l-Ministru jgħidli x'inhi l-possibilita' tal- ħajt eżistenti li hemm illum u cioe' jekk dan huwiex se jitwaqqa' jew inkella mhux talli ma jitwaqqax imma talli se jittella' bini aktar 'il fuq minnu?", "Jista' jgħidli wkoll x'reazzjoni kellhom il-kunsilli lokali meta ġew ikkonsultati dwar din il-problema li qed insemmi?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Il-ħsieb tagħna hu li kemm jista' jkun ikun hemm il-ftuħ u, per eżempju, iż-żona ta' Baċir Nru. 1, tinfetaħ ma' Pjazza Gavino Gulia u l-aċċessibilita', kemm pedonali u kif ukoll viżwali, titkattar u mhux tkun imxekkla.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Il-gvern huwa konvint li l-aħjar mod kif tiżviluppa l- Kottonera huwa billi tagħti l-leadership ta' l-iżvilupp lill-MEPA?", "Ma jaħsibx li b'hekk l-affarijiet qed isiru b'mod spezzettat u bla ebda strateġija?", "Bir-rispett kollu, ma jaħsibx li jkun aktar worth it li jkun hemm sub-committee tal-Kabinett li jkollu l-inkarigu ta' l-iżvilupp totali tal-Kottonera u l-MEPA titħalla on the side?", "MR SPEAKER: Il-Ministru Mugliett.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Naħseb li l-fatt li nħallu lill-MEPA on the side jkun statement ta' sfiduċja fil-MEPA u ma naħsibx li jixirqilha, pero' l- proċess huwa kif se nsemmi.", "Il-ministeru tiegħi għamel id-development brief u dan stajna nagħmluh riċentement għax m'ilux wisq li l-art għaddiet f'idejn il-gvern.", "Dan id-development brief għadda mill-formalitajiet kemm ta' konsultazzjonijiet u kif ukoll mid-diskussjoni tal-Cabinet committee.", "Jiġifieri kumitat tal-Kabinett għal ċertu żvilupp jeżisti u kull żvilupp ta' din l-entita' huwa misjuq mill-Cabinet committee.", "Jiġifieri ħafna drabi ċertu monitoring jsir mill-Cabinet committee jagħmlu.", "Pero' kull development brief irid jgħaddi mill-formalita' tal-MEPA, inkella 'l quddiem neħlu.", "Jekk jiena se ngħid li fil-pjan tiegħi se nagħmel żewġ sulari fuq in-knights building, per eżempju, u noħroġ is-sejħa, kulħadd jitfa' s-sottomissjonijiet tiegħu - ikun hemm min jitfa' l-outline application jew il-full development application - u mbagħad jeħel mal-MEPA.", "Hemmhekk we are defeating the purpose.", "Jiġifieri li jkollna l-MEPA on board fid-development brief huwa tajjeb.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, fil-qosor ħafna, jekk jogħġbok.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ma jidhirlux il-ministru li jekk qed nitkellmu fuq żvilupp ta' reġjun, speċjalment fuq urban region antik, hemm bżonn ta' leadership sħiħ down the line u mhux niddelegaw parti lill-MEPA, parti lill-Cabinet committee u parti lil xi ħaddieħor!", "Ma jaħsibx li dan għandu bżonn drive waħda u unifikata biex il-punt jiġi żviluppat right across mill- ewwel ħalli ma ndumux is-snin nistennew?", "MR SPEAKER: Il-Ministru, fil-qosor, jekk jogħġbok.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Mr Speaker, il-commitment fuq il-Kottonera jidher ħafna, il-ministeru għandu r-rwol ta' drive u r-rwol ta' monitor.", "Naħseb li ċerti affarijiet qegħdin iseħħu speċifikament għax jeżistu dawn l-affarijiet.", "Pero' kultant kulħadd jaħseb li għax ikollu idea qisha dik l-idea hija xi bakketta maġika biex l-affarijiet isiru.", "M'huwiex awtomatiku li wieħed isib anke l-market għal kull żvilupp li aħna jkollna f'moħħna.", "Jiġifieri bejn dak li niktbu fid-development brief għal dak li jseħħ, irid ikun hemm ukoll l-involviment ta' dawk is-swieq.", "U xi kultant huwa l-involviment ta' dawk is-swieq li jżommu l-proġett milli jitwettaq.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "TQEGĦID TA' KARTI", "MR SPEAKER: Il-Ministru Louis Deguara.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunita`): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar persuni li servew fil-Bord tal-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi u dawk impjegati ma' l-istess Fondazzjoni li ħadmu fuq l-Isptar Mater Dei bejn l-1998 u l-2004, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 8517; u", "f'isem il-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l- Informazzjoni, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tabella li juri l-prezz tal-petrol, petrol bla ċomb, diesel u pitrolju bejn l-1980 u Ottubru 2003, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 8209; u", "Tagħrif dwar każi ta' serq rapportati fid-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tal-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni matul l-2004, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 8310.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-MEDJAZZJONI", "MEDIATION BILL", "L-ordni għal Kumitat ġie moqri.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor.", "Carmelo Abela, President tal-Kumitat, jippresjedi.", "Ikompli mill-1 ta' Novembru, 2004.", "Klawsola 17 - Meta jsir użu minn proċedimenti ta' medjazzjoni.", "(Kont.)", "Clause 17 - Recourse to mediation proceedings.", "(Cont.)", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joe Brincat.", "ONOR.", "JOSEPH BRINCAT: Il-bieraħ smajt lill-ministru jitkellem u ċerti affarijiet li qal huma minnhom, fosthom il-kwestjoni tal-perizji, ħaġa li qajjimt jien ukoll.", "Qal li għandu dritt jagħmel lista.", "Dan huwa veru, infatti kien hemm regolament li ħadd ma jista' jkollu iktar minn żewġ perizji.", "Naħseb li dak ir-regolament ġie interpretat fis-sens li ħadd ma jista' jkollu żewġ perizji f'daqqa, fl-istess ħin u jipprova jagħmilhom it- tnejn flimkien.", "F'dak il-qasam il-ministru għandu raġun.", "Pero` wara – għax id-diskussjoni kompliet mingħajr iċ-chairman, b'mod informali – jien għidt li dan l-artiklu għandu bżonn jinbidel ħalli nolqtu dawk l- iskopijiet.", "U għalhekk jien se nipproponi emenda għal klawsola 17 biex jidħol proviso li forsi jimmedja bejn iż-żewġ pożizzjonijiet fuq din il- kwestjoni.", "Din l-emenda tgħid hekk:", "\"A\" Fl-aħħar ta' klawsola 17 għandu jiżdied dan il-proviso ġdid li ġej:", "\"B'dan pero` li meta l-kwestjoni tkun pendenti quddiem xi waħda mill- qrati superjuri, l-Imħallef jekk jidhirlu li hemm possibbilta` li l- partijiet jaslu fi ftehim fuq kollox jew in parti, jista' jiddelega lill-Assistent Ġudizzjarju biex jagħmel il-medjazzjoni meħtieġa, u l- Assistent Ġudizzjarju wara li jaqdi l-funzjoni lilu mħollija għandu jinforma lill-Imħallef b'nota dwar fuq liema kwestjonijiet jew fatti l- partijiet waslu bi qbil u fuq liema kwestjonjiiet jew fatti l- partijiet ma qablux, skond il-każ.\".", "\"A\" At the end of clause 17 there shall be added the following new proviso:", "\"Provided that when the matter is pending before any one of the superior courts the Judge, if he is of the opinion that the parties may reach an agreement on all or some of the issues, may delegate a Judicial Assistant to mediate as necessary and the Judicial Assistant after performing the function entrusted to him shall inform the Judge by a note on the issues or facts on which the parties have reached agreement and on which issues or facts the parties are not agreeing, as the case may be.\".", "Nista' ngħaddilek kopja ta' l-emenda u se ngħid l-iskop tagħha.", "Meta daħlet is-sistema tal-master bl-iskop li l-affarijiet jgħaġġlu iktar spiċċaw iktar ħolqu komplessita` fil-kawżi għaliex l-ewwel kont tidher quddiem il-master, jiġu deċiżi xi eċċezzjonijiet li ġieli jkun hemm, imbagħad il-każ imur quddiem imħallef ieħor li forsi lanqas ikun qabel ma' dik l-eċċezzjoni preliminari, barra n-notifiki doppji li kien ikun hemm bżonn isiru.", "Dik li wieħed l-ewwel jidher quddiem imħallef u mbagħad jidher quddiem imħallef ieħor inqatlet.", "Pero` ladarba issa erġajna ġejna għall-proċedura li tidher quddiem imħallef partikolari, jekk l-imħallef jinduna, il-proċess tiegħu għandu jibqa' hemmhekk u m'għandekx taqbad il-proċess u tgħidlu biex imur bih fiċ-ċentru tal-medjazzjoni għax, għalkemm huwa l-Belt stess, għandna biżżejjed esperjenza ta' kif il-proċessi jintilfu minn fuq għal isfel u minn kuritur għall-ieħor, aħseb u ara jekk tibgħat il-proċess fiċ-ċentru tal- medjazzjoni.", "Jekk il-medjatur irid ikun jaf x'atti hemm fil-proċess biex jagħmel il-medjazzjoni, allura trid tieħu l-proċess mill-qorti għaċ-ċentru tal-medjazzjoni, jew tagħmel photocopy tal-proċess kollu, jew inkella l- medjatur irid imur il-qorti jara l-proċess.", "Iżda meta għandek il-judicial assistant - u hawnhekk qed nipprova nilħaq żewġ skopijiet f'daqqa – li suppost jaħdem id f'id ma' l-imħallef, meta jiddelegalu jrid jirritorna lura u jgħidlu fejn waslu, u jrid jagħmillu nota safejn waslu u ma waslux mhux biss fuq l-issues li jirnexxilu jirrisolvi imma anke fuq fatti li fuqhom il-partijiet ikunu qablu.", "Din qed ngħidha għax jekk illum wieħed jara statistikament f'liema qasam hemm l-aktar litigazzjoni fil-qrati superjuri jsib li huwa fil-qasam tal- familja.", "Mhux biss fil-bidu meta jsiru l-ewwel rikorsi, imma anke meta l- kawżi jkunu pendenti ħafna drabi – u din ġrat – il-partijiet ikunu waslu tliet kwarti mit-triq u jkun baqagħlhom punti żgħar għad-deċiżjoni u jkun hemm ċerti fatti li jkunu qablu fuqhom imma ma jkunux iridu joqogħdu jġibu l-provi u jperrċu l-affarijiet personali tagħhom hemmhekk.", "Jiġifieri jekk ikunu qablu fuq ċerti fatti, l-imħallef m'għandux bżonn jisma' provi fuqhom.", "Il-bieraħ wara s-seduta kont qed nitkellem mal- Ministru Tonio Borg u semmejna kif kien isir fl-antik.", "Bis-sistema li kien juża l-Imħallef Harding - li jien ma lħaqtux – fl-ewwel seduta kien jieħu stock tal-kawża kif inhi, jara x'inhu l-punt kruċjali li jrid jiġi deċiż, jikkonċentra fuqu u jiddeċiedih.", "Ma kienx joqgħod jisma' patafjun ta' xhieda biex ma jħalli l-ebda prova nieqsa u n-naħa l-oħra tirrispondi b'patafjun ta' xhieda oħra u dokumenti meta the point at issue tkun ħaġa żgħira ħafna.", "Issa jekk wieħed ikollu d-dokumenti jurihom lill-assistent ġudizzjarju u l- parti l-oħra tgħid li m'għandhiex problema jew inkella li għandha problema.", "Hemmhekk veru jkun ġustifikat li jkun hemm l-ispejjeż żejda minħabba dawn il-proċeduri, imma tħallas għalihom il-parti li qed tikkawżahom.", "Imma mhux kapriċċjożament nwaħħluh penali talli huwa tawwal il-proċess fl-aħħar tal- proċeduri mingħajr ebda informazzjoni.", "Qiegħed nagħmel dan is-suġġeriment għaliex il-ministru bilkemm ma jridx jimplika – u hawnhekk ma qbiltx miegħu – li din in-naħa hija kontra l- medjazzjoni.", "Aħna m'aħniex kontra l-medjazzjoni, imma kontra li tagħmel il- medjazzjoni billi lil xi ħadd taqbdu minn griżmejh u tgħidlu li jrid jimmedja.", "La fil-kawżi tal-qorti tal-familja m'hi qed tirnexxi u lanqas se tirnexxi f'din.", "Billi tagħmel bini u tagħmillu plakka ta' l-irħam fejn tgħid li dak iċ-ċentru tal-medjazzjoni fetħu l-ministru assistit mis- segretarju parlamentari ma jkun ifisser assolutament xejn.", "Aspett importanti ieħor huwa l-fatt li se jkun hemm imħallfin li jafu li, jekk se jibagħtu każ għall-medjazzjoni, se jkollhom jieqfu u ma jkunux jistgħu jkomplu biex jeħilsu dik il-kawża meta tkun kawża li wieħed jista' jeħlisha.", "Allura jekk verament għandu interess li jgħaġġel l-affarijiet, ma jistax!", "Inti trid tinduċi lill-istess ġudikanti biex jużaw lill- assistenti ġudizzjarji ħalli jħaffu x-xogħol.", "Din kienet the original intent ta' meta daħlu l-assistenti ġudizzjarji taħt gvern Laburista.", "Il-funzjoni ta' l-assistenti ġudizzjarji għandha tkun li jlaqqgħu lill- partijiet to whittle down the issues, bħal meta taqbad zokk u tibda tneħħilu l-qoxra ta' barra u tqattgħu ftit ftit sakemm jiġi injama biex tużaha għall-bżonnijiet tiegħek.", "Jekk l-assistent ġudizzjarju tużah biss bħala taperecorder ma tkunx qed tisfrutta l-kapaċita` tiegħu, il-lawrja li jkun ħa u din tkun ta' frustrazzjoni għalihom għax dawn huma kollha junior lawyers li daħlu jaħdmu f'dan il-qasam.", "Jekk tużahom skond the original intent tagħhom, effettivament tkun qed tħarriġhom - u llum ħafna minnhom draw – biex jieħdu ċertu inizjattiva u jwasslu lill-partijiet għal ftehim.", "Nerġa' ngħid li tliet kwarti tal-kawżi tas-separazzjoni fejn ikun hemm il- materja in kontenzjoni bejniethom ħafna drabi wara sena jew sena u nofs tkun spiċċat.", "Irridu nkunu realistiċi għaliex meta naħa tkun issettiljat mod, in-naħa l-oħra li tkun ħassitha offiża għaliex in-naħa l-oħra tkun issettiljat b'xi mod jew ieħor tissettilja hija wkoll, għalkemm jeżistu l- eċċezzjonijiet wkoll.", "Imma f'dawn iċ-ċirkostanzi tibda tispiċċa anke l- mibegħda u jibdew jiftiehmu x'se jagħmlu fuq id-dar u fuq il-kwestjoni tal- manteniment u l-unika kwestjoni li jibqa' tkun fuq it-tfal.", "Ġieli jaqblu fuq it-tfal u fuq il-manteniment, imma ma jaqblux fuq id-dar jew fuq affarijiet oħrajn.", "Jiġifieri minn dawk il-kwestjonijiet kollha li qabel ikun hemm gwerra dwarhom on all fronts, dawn jispiċċw ma jaqblux fuq kwestjoni waħda.", "Mr Chairman, jekk l-assistenti ġudizzjarji jkunu mħarrġin sew, wara li jlaqqgħu lill-partijiet jinformaw lill-imħallef fuq liema fatti jkunu qed jaqblu l-partijiet u liema fatti oħrajn m'humiex qed jaqblu u lill- imħallef dejjem ikunu qed jiggwidawh.", "L-assistent ġudizzjarju m'għandux ikollu l-funzjoni li jixgħel it-taperecorder u jgħid lill-partijiet biex jagħtu x-xiehda tagħhom u li mhux se jagħmel mistoqsijiet u m'hu se jindaħal xejn.", "B'dak il-mod inkunu qed nirredikolawhom.", "Għandna nagħtuhom statura vera bħalma huwa r-registrar tal-qorti Ewropea li jitolbok l- informazzjoni taħt il-guidance ta' l-imħallef u jgħidlek x'għandhom bżonn biex jippreparaw il-proċess.", "Jiġifieri x-xogħol tal-medjazzjoni li jkun qed jagħmel l-assistent ġudizzjarju - u jien naħseb li l-iskop li jrid jilħaq il-ministru huwa proprju li l-kawżi ma jispiċċawx bil-litigazzjoni sad-difer – huwa li jgħaddi lill-partijiet mill-proċess sakemm jaslu għall-agreed facts u ċerti agreed facts jeżistu f'kull kawża.", "Ma jistax ikun li ma taqbel fuq xejn u fuq ċerti affarijiet trid taqbel.", "F'każ ta' separazzjoni l-ewwel ħaġa li jaqblu żgur fuqha hija li huma miżżewġin, jaqblu fuq id-data taż-żwieġ u jaqblu fuq kemm għandhom tfal.", "Għalkemm ġieli ma jaqblux għax ikun hemm suspett li tarbija tkun ta' raġel ieħor, imma dik mhix kwestjoni li tkun trattata fil-kawża ta' separazzjoni.", "Jien niftakar żmien meta imħallef biex jaħli ż-żmien kien jgħid li l-kawża tas-separazzjoni ma tistax timxi għax ma jkollhomx iċ-ċertifikat taż- żwieġ,.", "F'dak il-każ messu ordna wkoll li jkun hemm ċertifikat tat-twelid biex dak li jkun jipprova li twieled ukoll!", "L-ewwelnett biex tiżżewweġ trid titwieled u jekk ma jkunx hemm ċertifikat m'hemmx prova li int twelidt.", "Mela trid ċertifikat tat-twelid u ċertifikat taż-żwieġ biex tara jekk jaqblux ma' xulxin.", "Qed ngħid dan għax hemm ħafna affarijiet li l- partijiet jaqblu fuqhom, speċjalment meta ma jkunx hemm il-formalita` tad- dibattitu bejniethom.", "Allura l-imħallef għallinqas jista' jkollu resume' ta' dawk il-punti li huma in issue u minn hemm jimxi 'l quddiem.", "Ħalli nagħti eżempju ta' każ ta' separazzjoni li l-iktar jiftiehem meta persuna titlaq ma' ħaddieħor.", "Illum tismagħhom apertament jgħidu għal liema raġuni jkunu telqu ma' ħaddieħor.", "Allura l-kwestjoni tagħhom m'hijiex iżjed jekk il-persuna marritx ma' ħaddieħor jew le, imma x'kienet ir-raġuni li marret ma' ħaddieħor.", "U d-diskussjoni se tkun mhux li trid tipprova li dak li jkun veru mar ma' ħaddieħor għaliex dak li jkun jammetti li mar, imma għal liema raġuni mar u l-parti l-oħra tiġġieled fuq dak il- kamp limitat biss.", "Biex nitkellem fil-lingwaġġ ta' dawn il-ġranet, nagħmlu bħal Kerry u Bush li ma qagħdux iduru d-distretti kollha u ma marrux f'California imma marru f'Ohio, Wisconsin", "Missouri li kienu l-postijiet fejn kienu qegħdin ras imb'ras.", "Jien qed ngħid li you have to whittle down to the bare essentials tal- kontestazzjoni.", "M'għandniex nagħtu poter lill-imħallef li jordna b'dan il- mod għax 'il quddiem jista' jkollok xi wieħed li jgħidlek li l-proċessi kollha bagħathom għall-medjazzjoni għax kellu l-poter li jordna u issa hu m'għandu xejn x'jagħmel.", "Jekk nagħtu metodu alternattiv u l-assistenti ġudizzjarji nutilizzawhom ħafna aħjar b'inqas ħela naħseb li nkunu qegħdin nilħqu mhux biss l-iskop li jrid jilħaq il-ministru, jiġifieri dak tal- medjazzjoni li definittivament ma tkunx forzata, imma naslu wkoll biex nilħqu numru ta' każi f'setting li huwa iżjed congenial u fattwalment jeżisti.", "Issa jekk imħallef ikollu assistent ġudizzjarju li ma jkun irid jagħmel xejn, allura l-imħallef ikun jista' jistaqsih għaliex ta' ħaddieħor qed jaslu u hu m'hu qed iwassal xejn, lanqas il-fatti fuqxiex qed jaqblu jew ma jaqblux il-partijiet.", "B'dan il-mod inkunu għamilna żewġ affarijiet f'daqqa, inkunu rriformajna s-sistema u l-utilizzazzjoni ta' l- assistenti ġudizzjarji flimkien mal-proċedura tal-medjazzjoni, li ġieli jagħmluha l-avukati u barra li jagħmluha l-avukati jkun hemm xi ħaddieħor li jiddoża u jikkalma l-problemi.", "Jiena naħseb li l-kollega tiegħi ġieli kellu każijiet fejn ikollu żewġ partijiet li jkun jafhom it-tnejn jew it- tnejn ikunu klijenti tiegħu, ilaqqagħhom fl-uffiċċju tiegħu flimkien u meta jibda jismagħhom jinduna li l-istejjer li jkunu qalu preċedentement ikunu mkabbrin u allura tkun tista' tinstab soluzzjoni.", "Naf li għal ċerti affarijiet ma tistax issib soluzzjoni u allura mbagħad f'dak l-istadju jidħol l-imħallef.", "Anke s-sistema tal-qorti Ewropea ġieli tingħata deċiżjoni preliminarja u jgħidu li se jkun hemm deċiżjoni fuq ċerti affarijiet biss.", "Jien qed ngħid li b'dan il-mod li qed insemmi l-assistenti ġudizzjarji jkunu utilizzati aħjar u l-medjazzjoni jkollha l-effett tagħha, barra li l-proċessi ma joqogħdux jiġru minn post għall-ieħor b'dokumenti li jistgħu jintilfu.", "THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Mr Chairman, jiena rajt l-emenda li qed jippreżentalna l-Onor.", "Brincat pero' sfortunatament ma tantx nista' naqbel magħha.", "Jiena napprezza li hu għandu qalbu marbuta ma' l-assistenti ġudizzjarji - u jekk m'iniex sejjer żball kienu in parti l-baby tiegħu - pero' jekk kemm-il darba ndaħħlu din l-emenda jkun ifisser li qegħdin noqtlu kompletament din il-liġi għaliex f'din l-emenda qed jgħid li l- assistent ġudizzjarju tkun il-persuna li tagħmel il-medjazzjoni.", "Issa aħna diġa' nafu li l-assistenti ġudizzjarji m'humiex medjaturi u nafu wkoll li l- assistenti ġudizzjarji għandhom il-kompitu tagħhom li diġa' qegħdin jagħmluh il-qorti.", "Issa jekk kemm-il darba wieħed irid jagħmel emenda għal dak l-Att, wieħed jaraha, pero' hawnhekk qegħdin nipprovaw nistabbilixxu li l-medjaturi jkunu nies professjonali.", "(Interrruzzjonijiet) Dan m'huwiex attakk fuq l-avukatura kif qed jgħid l-Onor.", "Brincat u avukat ma jistax jagħmel medjazzjoni fl-uffiċċju tiegħu.", "Din qatt m'għidniha fil-liġi imma qegħdin ngħidu li jekk xi ħadd irid jagħmilha ta' medjatur u n-nies jaċċettawh, jista' jagħmilha, pero' f'dan il-pajjiż x għandu jkollna ċentru li jagħti servizz lin-nies biex dawn ikollhom xi ħadd professjonali li jressaqhom u jġibhom flimkien jekk kemm-il darba dawn ma jistgħux jaslu bl-avukati jew b'affarijiet oħrajn.", "Din ma fiha xejn ħażin.", "Sur President, l-emenda ta' l-Onor.", "Brincat qiegħda toqtol kompletament dan kollu għax hawnhekk qed tgħid li l-imħallef jibgħatha quddiem l-assistent ġudizzjarju - u nafu diġa' l-attitudni lejn l-assistenti ġudizzjarji - biex dawn jagħmluha ta' medjaturi meta dawn m'għandhomx it-training ta' medjaturi.", "Allura kif jista' jkun li naqbel magħha?", "Jiena napprezza x- xogħol li ħa l-kollega pero' huwa jrid japprezza wkoll li b'din l-emenda sempliċement qed jgħid li ċ-ċentru ta' medjazzjoni ma joperax iktar għaliex nagħmlu judicial asistant u noqtlu l-affarijiet.", "Jekk nagħmlu hekk, żgur li l-medjazzjoni m'hijiex se tirnexxi.", "Għaliex hawn min qed jara l- medjazzjoni daqshekk diffiċli jew ta' minaċċa?", "Jien m'iniex qed naraha ta' minaċċa għax jekk kemm-il darba l-partijiet jiftiehmu hija ferm aħjar milli ma jiftehmux.", "F'din il-liġi se nwaqqfu ċentru li jieħu ħsieb jara li l-medjazzjoni f'pajjiżna ssir b'mod tajjeb, b'mod iktar professjonali minn nies li huma professjonisti u ssir f'ambjent fejn ikunu jistgħu jaħdmu u dan kollu jagħmel differenza għaliex in- nies li għadhom se jidħlu l-qorti jew li diġa' qegħdin il-qorti se jsibu mod ta' kif jiftiehmu u jirranġaw il- kwestjonijiet ta' bejniethom, dejjem jekk iridu jirranġaw għax jekk ma jixtiequx ma tistax iġġiegħlhom jirranġaw.", "B'din il-liġi qed nipprovaw noħolqu sistema li twassal lin-nies għal ftehim u qegħdin nipprovaw nagħmlu ambjent fejn in-nies jingħataw attenzjoni speċjali minn xi ħadd li huwa professjonist u li forsi jwassalhom fejn ħaddieħor ma rnexxilux.", "Jekk tnejn ma rranġawx l-affarijiet ta' bejniethom, marru għand l-avukati u rranġahom, huwa tajjeb, imma jekk tnejn marru għand l-avukati u xorta ma rranġawx il-kwestjonijet ta' bejniethom u jkunu se jispiċċaw il-qorti, fiha xi ħaġa ħażina li jmorru quddiem medjatur li jkun professjonist?", "Jien ma nistax nifhem din l-oġġezzjoni kollha għal dan l-abbozz ta' liġi u għalhekk ma nistax naċċetta din l-emenda.", "Xtaqt ngħid ukoll li se nagħmlu emenda rigward il-kwestjoni ta' l- adjudicatory body u se nagħmluha l-istess bħalma hija fil-Kostituzzjoni biex ma jkun hemm ħadd li joqgħod isib xi diffikulta' dwarha.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Joe Brincat.", "ONOR.", "JOSEPH BRINCAT: Mr Chairman, is-segretarju parlamentari qed jistaqsi dwar x'għandna kontra dan il-bill.", "Nerġa' ntenni li aħna naqblu li medjazzjoni hija tajba imma mhux kif trid tagħmilha bir-ras iebsa tiegħek.", "Int għandek rasek iebsa u minn issa 'l quddiem kulma se ngħidlek fil-committee stage huwa li din il-liġi hija sabiħa din il-liġi, li inti bravu u li għandek raġun!", "L-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici għadu kemm qal li l-medjaturi se jkunu trained.", "Kif se tħarriġhom?", "Sabiex tkun medjatur jew ikollok in-knack jew ma jkollokx.", "Dan bħas-sensara, is-sensar jitwieled sensar u mhux isir sensar għax ikun studja għal sensar.", "Jista' jkun bidwi li wieħed ma jagħtix kasu imma jkun sensar tajjeb.", "Issa jekk qed jaħseb li dak il-kors li sar għall-qorti tal-familja kien xi suċċess ngħidlu li huwa tad-daħk li jkollok assistenta ġudizzjarja li tagħmel qisu corner meeting biex toqgħod tgħid kemm hi sabiħa l-medjazzjoni, kemm hija utli u għaliex wieħed għandu jmur għall-medjazzjoni.", "In-nies qed jgħidu li bħall-ħmar qed ikollhom imorru għall-medjazzjoni meta ma jridux jimmedjaw.", "Is-segretarju parlamentari qed jgħid ukoll li se joħloq istitut b'nies li huma mħarrġa.", "Min se jħarriġhom?", "Min għandu l-kapaċita' li jħarreġ lil xi ħadd f'xi ħaġa li hija assolutament ġdida?", "Min jgħallem irid ikun jaf il- qasam sewwa hu.", "Dan huwa wieħed mill-każijiet li titgħallem by trial and error.", "Kif se nagħmlu speċjalisti fuq il-medjazzjoni tal-familja, fuq kwestjonijiet tar-raba', fuq kwestjonijet ta' proprjeta', fuq kwestjonijiet ta' paternita' u fuq inċidenti tat-traffiku?", "Dawn it-tip ta' kwestjonijiet kollha jistgħu jintbagħtu għall-medjazzjoni.", "Kif se tħarreġ medjaturi f'dawn l-oqsma kollha?", "Bir-rispett kollu, dawn l-affarijiet lanqas nippretendihom mingħand avukat!", "Anke żewġt aħwa fl-istess familja li saħansitra jistgħu jkunu tewmin ikollhom mentalita' differenti u trid tittratta magħhom b'mod differenti!", "X'se jkun it-taħriġ biex dawn il-medjaturi jkunu jistgħu jittrattaw b'mod differenti ma' nies differenti?", "Bħalma qallek il-president tal-qorti, din tista' tkun a white elephant.", "Possibbli ħadd ma jikkonvinċik dwar din il-liġi?!", "Għaliex minflok qed tagħmel liġi tajba u tipproduċiha tajjeb se tibqa' twebbes rasek?", "Biex mingħalik tgħaddina biż- żmien biddilt it-test tal-liġi biex il-kelma \"adjudicatory\" tagħmilha \"adjudicating\".", "U hawnhekk irrid ngħid li anke fit-test Malti hemm il- ħmerijiet għaliex, per eżempju, klawsola 18 tal-Malti assolutament ma tagħmilx sens.", "Imma s-segretarju parlamentari tant huwa bravu u kapaċi u twieled biex jaqleb kullimkien mill-ġdid u jmexxi waħdu li jien se nispiċċa ma noqgħod ninkwieta xejn, anzi nibda nċapċaplu u ngħidlu li din il-liġi se ssolvi l-problemi għaliex se jkollna l-medjaturi!", "Naħseb f'Jannar se jkollhom bżonnhom l-Iraq wara l-elezzjoni.", "Fil-każ nibagħtu l- medjaturi tagħna għax tant ikunu tajbin u mħarrġa li nibdew nibagħtuhom fil-Lvant Nofsani biex isolvu l-problemi ta' dawn il-pajjiżi!", "Anzi jmissna nagħmlu universita' tal-medjaturi u nagħtu masters in mediation għax jien irrid nara min hu kapaċi jagħti l-medjazzjoni u saħansitra nagħmlu medjaturi bejn il-politiċi u anke bejn il-ministri ħalli jkunu jistgħu jimmedjaw bejniethom ukoll!", "Jiena kont smajt li l-uffiċċju ta' Dr. Joe Fenech kien għamel il-kors tal- medjazzjoni.", "Jien għandi rispett kbir lejh bħala bniedem – allavolja lejn missieru kelli iktar rispett - pero' jekk hawn bniedem li ma tistax timmedja miegħu huwa proprju Joe Fenech għaliex dan dejjem għandu raġun.", "Nista' ngħid li miegħi jimxi tajjeb ħafna u anke jiena nimxi tajjeb miegħu imma huwa bniedem li ma tistax timmedja miegħu.", "Jiena m'iniex se ngħid bħalma qal sieħbek meta qal – u jiena nsejħilha falsita' - li jekk l- assistenti ġudizzjarji ġabu rikonċiljazzjoni waħda fiż-żweġijiet ħaqqhom premju.", "Ma tistax toħloq struttura bħal dik ħalli forsi tkun tista' tgħid li salvajt ruħ waħda.", "Mill-esperjenza nafu li għalkemm jista' jkun hemm rikonċiljazzjoni fiż-żwieġ, ġaladarba jerġgħu jiġġieldu u jerġgħu jmorru għall-medjazzjoni ma jkunux iridu jafu iżjed.", "Jien rajt b'għajnejja każijet fejn il- medjaturi jgħidu lill-partijiet involuti fil-każ li l- medjazzjoni m'hijiex rikonċiljazzjoni u huma jkunu lesti li jkellmuhom imbagħad affari tagħhom jekk ma jaslux!", "X'taħriġ kien hemm għal dawn il- medjaturi?", "Kull wieħed mill-medjaturi li hemm għandu stil assolutament differenti minn ieħor u lanqas għandhom skop li jilħqu l-istess għanijiet.", "Naħseb li anke s-segretarju parlamentari jaf b'dawk il-każijiet fejn kien hemm ċertu medjatur li kien jgħid lill-partijiet involuti biex imorru waħedhom għax jekk imorru bl-avukati dawn ikesksuhom.", "Issa jidher li waqfet din l-istorja.", "Apparti dan, kien hemm ukoll imħallef li ma kienx iħallihom jidħlu bl-avukati imma naħseb li ċertu xogħol kienu jagħmluh l- imħallfin ukoll.", "Issa għamilna din l-istruttura u naraw sakemm tibqa' taħdem.", "Imma għallinqas dawk li għandek fil-kawżi ċivili għandek tużahom, speċjalment dawk in-nies li huma trained ma' imħallef u jkunu jafu kif jaħsibha għax huma close collaborators miegħu.", "Għaliex ma nużawx din is-sistema?", "Għax inkella nwaqqgħulu xi kampnar mill-katidral li qed jibni?!", "Jiddispjaċini ngħid li sinċerament ma nħossx li jixraq li wieħed joqgħod jiddibatti miegħek għaliex huwa kollu ħela ta' żmien u dak li jidhirlek li trid tagħmel għamlu, imma l-konsegwenzi gawdihom int!", "Jiena pprovajt nissuġġerixxi xi ħaġa li biha nistgħu naslu x'imkien imma ma tridx tisma' u allura aħjar ngħidlek li din hija liġi perfetta u tista' tmexxi!", "THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Mr Chairman, x'jista' jgħid deputat meta jkollu deputat ieħor ifaħħru b'dan il-mod?", "M'għandi l-ebda kliem ieħor ħlief li ngħidlu grazzi tat-tifħir kollu!", "Veru ħadt pjaċir bid-diskors ta' l-Onor.", "Brincat fuq din il-klawosla partikolari.", "Jekk fhimt tajjeb, huwa qalli li għandi rasi ratba u affarijiet oħra.", "Onestament qed nipprova nagħmel xi ħaġa li nħoss li hija ta' ġid għal pajjiżi u qed nagħmilha b'konvinzjoni.", "X'fiha ħażin li tagħmel xi ħaġa għaliex tkun konvint li se tagħmel ġid lil pajjiżek u l-poplu jħoss li ħaġa bħal din tagħmillu l-ġid?", "Mr Chairman, jiena nħoss li l-ewwel trid tagħmel ċentru ta' medjazzjoni biex tkun tista' tara l-kwalifiki neċessarji jew x'kodiċi ta' etika għandu jkollhom dawn il-medjaturi.", "X'fiha ħażin jekk kemm-il darba qegħdin nagħmlu liġi li biha nistabbilixxu dan iċ-ċentru ta' medjazzjoni?", "M'għandi xejn iktar xi ngħid u għalhekk se nipproponi din l-emenda għal klawsola 17:", "\"B\" Klawsola 17", "F'paragrafu (b) ta' klawsola 17 minflok il-kliem \"korp ta' aġġudikazzjoni;\" għandhom jidħlu l-kliem \"qorti jew awtorita' oħra ġudikanti; jew\".", "\"B\" Clause 17", "In paragraph (b) of clause 17 for the words \"adjudicating body;\" there shall be substituted the words \"court or other adjudicating authority; or\".", "THE CHAIRMAN: Hemm iktar rimarki?(Onor. Membri: No)", "Il-mistoqsija hija l-emenda \"A\" kif imressqa u moqrija mill-Onor.", "Joe Brincat.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "L-emenda\"A\" m'għaddietx.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija l-emenda \"B\" kif imressqa u moqrija mis- Segretarju Parlamentari.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "L-emenda \"B\" għaddiet.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Joe Brincat.", "ONOR.", "JOSEPH BRINCAT: Mr Chairman, kostituzzjonalment l-emenda tiegħi għaddiet għax il-liġi tgħid present and voting.", "Kien hemm il-famuża decision ta' Michael Bonnici li l-voti jgħaddu skond kemm ikun hemm members present and voting.", "For the records tal-Parlament nixtieq nivverbalizza li waqt din il-votazjoni ta' issa konna l-Onor.", "Joe Mizzi u jiena minn din in- naħa u min-naħa l-oħra kien hemm biss is-Segretarju Parlamentari fil-mument li kien qed jittieħed il-vot.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Il-punt tiegħek għamiltu pero' qed nimxu bil- proċedura tas-soltu.", "Il-mistoqsija hija klawsola 17 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 17, kif emendata, għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill- Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 18 – Korp ta' aġġudikazzjoni jissospendi l-proċedimenti.", "Clause 18 – An adjudicatory body to stay proceedings.", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Mr Chairman, hawnhekk qegħdin ngħidu li l- partijiet konċernati - u hawnhekk irridu nerġgħu nressqu emenda oħra għall-kelma \"adjudicatory body\" - jistgħu b'nota konġuntiva jagħmlu talba biex jiġi sospiż każ li jkun għaddej.", "Hawnhekk qegħdin indaħħlu bl-iktar mod ċar li jridu jkunu l-partijiet flimkien li jibagħtuha għall- medjazzjoni u qegħdin ngħidu wkoll li dan il-korp aġġudikattiv jista', jew fuq talba li ssir jew fuq l-inizjattiva tiegħu stess kif hemm indikat f'subklawsola (2), meta jikkonsidra li hija xi ħaġa approprjata, jibgħat il- kwestjoni quddiem il-bord aġġudikattiv.", "THE CHAIRMAN: Hemm iktar rimarki?", "L-Onor.", "Joe Brincat.", "ONOR.", "JOSEPH BRINCAT: Mr Chairman, nixtieq nuri l-meravilja u l-ferħ tiegħi għall-affarijeit li qed nitgħallem f'din il-klawsola.", "Nibda ngħid kemm ġejt ċuċ f'ħajti li l-Malti ma tgħallimtux sewwa għaliex għall-ewwel darba f'ħajti qed nara l-kelma\"risolviment\" fit-test Malti tal-liġi u ngħid kemm bqajt lura li ma tgħallimtx il-kelma \"risolviment\".", "Qed nipprova nara minn liema verb ġejja l-kelma \"risolviment\".", "Jiena naħseb li ġejja mill-Ingliż pero' wirtet mingħand it-Taljan.", "Qegħdin nużaw l-aspetti Ewropej li mhux inħallu li jirbħu biss l-Ingliżi jew lit-Taljani imma dawn iż-żewġ lingwi qed inżewġuhom u nagħmlu l-kelma sabiħa li s-segretarju parlamentari għoġbu jintroduċi fil-lingwaġġ Malti legalistiku!", "Lill-poplu Malti ngħidlu li issa se jasal għall-medjazjzoni anke permezz ta' din il- kelma li ġejja mill-Ingliż imma mħallta mat-Taljan!", "B'dan il-mod issa se naqtgħu l-inkwiet bejn min iżomm ma' l-Ingliżi u min iżomm mat-Taljani għaliex issa jista' jkollna lil xi ħadd li jibda jitfixkel ma' min se jżomm u jkollu jżomm mat-tnejn!", "Bl-ikbar meravilja l-kelma \"risolviment\" qed tittraduċi l-kelma Ingliża \"settlement\"!", "Ta' l-għaġeb!", "Għaliex m'għandniex nitgħaxxqu?", "Għaliex għandna noqogħdu nitmasħnu biss?", "Għaliex għandna noqogħdu ntellgħu l-adrenalina u nargumentaw?", "Illum kont qiegħed fuq l-internet u barra l-kwestjonijet ta' l-elezzjonijiet Amerikani sibt site li tgħid li min ikun ottimist u jkollu veduta sabiħa tal-ħajja jgħix iżjed.", "Għalhekk jekk kien hawn min iqis li klawsola 17 hija ta' risq ħażin , jiena ngħidlu li minn klawsola 18 'il fuq din il-liġi hija ġovinezza, l- isbaħ tal-ħajja u l-isbaħ kelma hija l-kelma \"risolviment\".", "Imbagħad naraw kapaċita' ikbar f'dak li huwa drafting legali.", "Meta wieħed jaqra l-verbi kif inhuma marbutin, jara l-bellezza tal-kliem anke fl- Ingliż.", "Fit-test Malti qed jingħad li:", "\"Il-korp ta' l-aġġudikazzjoni għandu -", "(a) fuq talba li ssir taħt is-subartiklu (1) ta' dan ir-regolament; jew", "(b) fuq inizjattiva tiegħu stess, u meta jqis li jkun hekk adatt li t- tilwima tista' tiġi risolta bl-assistenza ta' medjatur,", "(c) jordna li l-proċedimenti jistgħu jiġu sospiżi għal kemm idum il- proċess.\".", "Issa jiena tgħallimt li meta jkollok (a) (b) u (ċ) bil-kelma \"jew\" bejniethom ifisser li għandek tliet alternattivi u tagħżel alternattiva minnhom.", "Is-sens fil-legal drafting hu li jekk għandek (a) or (b) or (c) tfisser li jekk għażilt is-(c) tkun eskludejt l-(a) u l-(b.)", "Issa hawnhekk għandna invenzjoni legali ġdida li kemm ilni hawnhekk qatt ma rajtha.", "Imma l-isbaħ waħda hija li fit-test Malti ssib (a) (b) u (ċ) imma fl-Ingliż peress li m'għandhomx \"ċ\" m'hemm xejn wara l-(b) u allura ħalluha barra biex ma jaqilgħux inkwiet ma' l-Ingliżi imma fit-test Malti daħħluha għaliex aħna għandna ħafna \"ċ\" bit-tikka!", "Għalhekk qed nistgħaġeb u nitgħaxxaq bil-preparazzjoni kbira ta' din il-liġi li se twaqqaf l- istruttura tal-medjazzjoni!", "Issa m'għandix x'nagħmel iżjed ħlief li noqgħod bilqiegħda, ninxteħet lura nitpaxxa, nitgħaxxaq u nagħti l-vot tiegħi, u ara ma jfettillux xi ħadd imiss xi ħaġa minn din il-klawsola, la fit-test Malti u lanqas fit-test Ingliż!", "Lis-segretarju parlamentari ngħidlu bravu u nawguralu ħafna affarijiet għax din il-klawsola partikolari hija verament kapulavur.", "Nirringrazzjak talli għoġbok tħallini nduq u nikkummenta fuq klawsola bħal din.", "THE CHAIRMAN: Hemm iktar rimarki?", "Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Mr Chairman, nirringrazzja lill-kollega teigħi l-Onor.", "Brincat talli ġibidli l-attenzjoni, allavolja uża ċertu ton.", "Għandu raġun u hemm bżonn li wieħed jemenda l-kelma \"risolviment\" u jdaħħal il-kelma \"soluzzjoni\".", "Għar-rigward ta' paragrafu (ċ) fi klawsola 18, dak irid jiġi magħqud mal-paragrafu (b) u se nressqu emenda wkoll f'dan ir-rigward.", "THE CHAIRMAN: Se nissospendi l-Kumitat sakemm isiru l-emendi.", "Il-Kumitat ġie sospiż fis-7.22 p.m. u rriżuma għaxar minuti wara.", "THE CHAIRMAN: Nistgħu nkomplu bid-diskussjoni fl-istadju ta' Kumitat.", "L- Onor. Carmelo Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Mr Chairman, nipproponi dawm l-emendi:", "\"C\" Fi klawsola 18 minflok il-kliem \"korp ta' aġġudikazzjoni\" kull fejn jidhru għandhom jidħlu l-kliem \"qorti jew awtorita' oħra ġudikanti\".", "\"C\" In clause 18 for the words \"adjudicating body\" wherever they occur there shall be substituted the words \"court or other adjudicating authority\".", "\"D\" Fit-test Malti ta' subklawsola (1) ta' klawsola 18 minflok il-kelma \"riżolviment\" għandha tidħol il-kelma \"soluzzjoni\".", "\"D\" In the Maltese text of subclause (1) of clause 18 for the word \"riżolviment\" there shall be substituted the word \"soluzzjoni\".", "\"E\" Fit-test Malti ta' subklawsola (2) ta' klawsola 18, paragrafu (ċ) għandu jitneħħa u wara l-kliem \"ta' medjatur\" f'paragrafu (b) tagħha għandu jiżdied il-kliem \"u jordna li l-proċedimenti jiġu sospiżi għal kemm idum il- proċess\".", "\"E\" In the Maltese text of subclause (2) of clause 18, paragraph (c) shall be deleted and immediatealy after the words \"ta' medjatur\" in paragraph (b) thereof there shall be inserted the words \"u jordna li l- proċedimenti jiġu sospiżi għal kemm idum il-proċess\".", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joe Brincat.", "ONOR.", "JOSEPH BRINCAT: Mr Chairman, nieħu gost li nbidel il-kliem għax issa għandna \"qorti\", li tfisser kwalunkwe qorti u forsi naslu wkoll f'sitwazzjoni fejn wieħed li jkun għamel reat u deher quddiem qorti jitlob lill-istess qorti biex jirranġa l-kwestjoni mal-parti l-oħra u tibgħathom għall-medjazzjoni!", "Din hija s-sapjenza kbira, l-għerf u l-ispirazzjoni tas- segretarju parlamentari u tieħu gost meta tara xi ħadd ispirat għax issa l- kelma \"qorti\" m'hijiex ristretta għall-kwestjonijiet ta' bejn persuna u oħra u tista' tkun kull qorti!", "Jiġifieri jekk wieħed ikun saq bil-karozza kif ġie ġie u ħabat ma' xi ħadd, jista' jitlob lill-qorti biex mhux teħodlu l-liċenzja imma tibgħatu għall-medjazzjoni ħalli jirranġa mal-parti ċivili għaliex skond klawsola 18, il-partijiet, fuq talba li jagħmlu flimkien, jistgħu jitolbu lill-qorti tissospendi l-proċedimenti biex huma jmorru quddiem medjatur ħalli jipprovaw jaslu għal soluzzjoni tat-tilwima.", "Sur President, dan il-break li għamilna biex daħħalna dawn l-emendi stajna nużawh b'mod aktar produttiv u wara kollox lili lanqas biss għoġbuni dawn l- emendi imma għoġobni l-oriġinal għax dak li joħroġ spontanju qatt ma tista' tbiddlu.", "Għalija dan it-tibdil sar bħalma meta pprovaw jgħattu l- Kappella Sistina b'dawk id-disinji li ma kellhomx x'jaqsmu ma' l-oriġinal.", "Il-liġi se tiġi rovinata b' dawn l-emendi u ma tibqax dik il-liġi ispirata li kien hemm.", "Issa għandna miktub \"kull qorti jew awtorita' ġudikanti\" mingħajr ebda definizzjoni u b'hekk se nispiċċaw kulħadd mgħannaq flimkien, Sur President.", "Bħalissa kulħadd qed jitkellem fuq Kerry u Bush u l-akbar problema li għandhom hi li l-pajjiż maqsum fin-nofs u jridu jerġgħu jgħaqqduh.", "Issa aħna se jkollna l-medjazzjoni internazzjonali u allura nistgħu nidħlu aħna u nimmedjaw bl-esperti tagħna!", "Anzi għandna ngħaġġlu kemm jista' jkun għaliex wara kollox naħseb li l-gvern diġa` jaf lil min se jqabbad sabiex nidħlu nimmedjaw f'din il-kwestjoni Amerikana bħalma l-Amerika tidħol biex tibni d-demokrazija fl-Iraq u f'pajjiżi oħra!", "Il-medjazzjoni se ndaħħluha anke fil-qasam kriminali u jekk xi ħadd jinsab f'inkwiet legali, jista' jmur il-qorti u jitlobha biex twaqqaf il-proċedimenti għax irid jimmedja.", "Din hija s-sbuħija tal-medjazzjoni!", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Sur President, ma nafx għaliex l-Onor.", "Brincat kellu jaħli l-muża tiegħu fuqna llum.", "Bir-rispett kollu lejh, ngħidlu li ma qarax il-liġi tajjeb għax l-ewwelnett il-medjazzjoni tista' tkun biss f'materji ċivili, familjari, soċjali, kummerċjali u industrijali u ma tistax issir fil-kamp kriminali kif qal hu bl-intenzjoni li jirredikola dan l-abbozz ta' liġi li hu vvota favur tiegħu fit-Tieni Qari.", "L-ambizzjoni ta' din il-liġi hi li ma nħallux l-affarijiet kif inhuma.", "M'għandna l-ebda intenzjoni li nimmedjaw fil-qasam internazzjonali bejn Bush u Kerry jew fil-Lvant Nofsani imma qegħdin nagħmlu affarijiet sempliċi għall-kwestjonijiet li jqumu f'Malta.", "Aħna se nieħdu kull inizjattiva biex intejbu s-sitwazzjoni u navża lill-Onor.", "Brincat li dan hu biss l-aperittiv ta' dak li se nagħmlu.", "Fil-fatt dalwaqt se noħorġu green paper fejn se nissuġġerixxu diversi affarijiet u diġa` nafu li bħas-soltu, se jkun hemm min jopponi pero` jekk jopponu b'anqas sarkażmu nimxu aħjar f'dan il- pajjiż.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joe Brincat.", "ONOR.", "JOSEPH BRINCAT: Sur President, l-ewwel ħadt battikata u pprovajt insib soluzzjoni billi nimmedja bejn iż-żewġ pożizzjonijiet imma ma sewa għal xejn.", "Allura x'nista' nagħmel?", "Jgħidu li mnieħri bħal tal-Lhud u fil- fatt għandi ħotba f'imnieħri li ma ddejjaqni xejn u meta ġie wieħed Lhudi minn Brussels u ra ismi \"Joseph\" u ħares lejn wiċċi, ħasibni wieħed minnhom.", "Dawn x'kienu jagħmlu?", "Meta kienu qed jattakkawhom f'Leningrad u jmutu wieħed wara l-ieħor, kienu jagħmlu l-plays biex jidħku għax meta ma jibqagħlek xejn, aħjar tidħak milli tibki!", "F'dawn it-tip ta' sitwazzjonijet, l-umoriżmu biss jibqagħlek u allaħares titlef l-umoriżmu.", "Issa f'din is-sitwazzjoni, jiena ninsab bħal-Lhud f'Leningrad.", "Il-Viċi Prim Ministru qal li dan l-abbozz ta' liġi hu biss l-aperittiv.", "Sur President, jiena għamiltha ċara li m'iniex qed nitkellem għall- avukati hawnhekk.", "Jekk trid il-Kamra ta' l-Avukati titkellem hi għaliex hawnhekk jiena nitkellem għan-nom taċ-ċittadin u ma jinteressani assolutament xejn mill-Kamra ta' l-Avukati.", "Jekk hi kuntenta b'din il-liġi, affari tagħha.", "Jiena għandi responsabbilta' lejn min ivvotali bħalma għandhom il-Viċi Prim Ministru u s-Segretarju Parlamentari lejn min ivvotalhom biex ikunu fuq in-naħa l-oħra.", "Dak hu l-uniku mandat li għandna.", "Il-Viċi Prim Ministru qed jgħid li l-kelma \"proċedimenti\" fid-definizzjoni .....", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Il-proċedimenti huma l-ġudizzjarji kollha pero` l- medjazzjoni ssir biss fil-kamp ċivili, familjari, soċjali, kummerċjali u industrijali u din toħroġ mid-definizzjoni ta' medjazzjoni domestika.", "ONOR.", "JOSEPH BRINCAT: Il-kelma \"proċedimenti\" tfisser \"proċedimenti ġudizzjarji\".", "Il-kelma wżata fi klawsola 18 hija \"proċedimenti\" u mhux \"medjazzjoni domestika\".", "(Interruzzjonijiet) La qed nilleġisla, jekk se mmur għall-kelma \"proċediment\", din tfisser proċeduri ġudizzjarji kollha.", "Allura l-kelma \"proċedimenti\" f'subklawsoli (1) u (2) ta' klawsola 18 tinkludi l-proċedimenti ġudizzjarji kollha, jiġifieri amministrattivi, ta' arbitraġġ jew ta' aġġudikazzjoni.", "Il-kelma wżata f'din il-liġi hija \"proċediment\" u dan huwa definit kif għidt jiena.", "ONOR.", "TONIO BORG: Sur President, fil-proċedimenti ssir il-medjazzjoni u aħna fuq dan qed nitkellmu.", "Il-medjazzjoni domestika tfisser biss medjazzjoni f'dawk il-kampijiet li semmejt u allura ma tistax issir il- medjazzjoni fil-kamp kriminali.", "Fil-kamp kriminali hemm il-pre-bargaining li konna daħħalna fil-Kodiċi Kriminali u japplika dak il-provvediment.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No).", "Il-mistoqsija hija l-emenda \"C\" kif imressqa mis-segretarju parlamentari.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"C\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija l-emenda \"D\" kif imressqa mis- segretarju parlamentari.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"D\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija l-emenda \"E\" kif imressqa u moqrija mis- segretarju parlamentari.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"E\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 18, kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 18, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 19 – Elenku ta' medjaturi.", "Clause 19 – List of mediators.", "THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari Carmelo Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Fi klawsola 19 qegħdin ngħidu li ċ-ċentru għandu jagħmel lista ta' medjaturi li tkun komposta minn persuni li fl- opinjoni taċ-ċentru jkollhom il-kwalifiki neċessarji sabiex ikunu jistgħu jaqdu d-dmirijiet u l-funzjonijiet tal-medjaturi f'dan il-kamp.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joe Brincat.", "ONOR.", "JOSEPH BRINCAT: Sur President, nerġa' nuri l-għaġeb tiegħi għad- drafting ta' din il-liġi.", "L-Onor.", "Tonio Borg daħal fil-Kamra biex jgħidli li qed naħli l-muża tiegħi fuqu u ħareġ.", "Jiena naf li qed naħli l-muża ladarba hu m'huwiex qiegħed hawn.", "Subklawsola (1) ta' klawsola 19 tgħid li:", "\"... iċ-Ċentru għandu jifforma elenku ta' medjaturi li jassistu fil- medjazzjoni domestika u dik internazzjonali.\".", "Jekk se nagħmel elenku ta' medjaturi li jassistu fil-medjazzjoni, dawn se jkunu qed jassistu u mhux jagħmlu l-medjazzjoni huma.", "Per eżempju, l-abbati biċ-ċensier jkun qed jassisti fil-quddiesa imma ma jkunx qed iqaddes hu.", "Allura jekk qed ngħidu li se jsir elenku ta' medjaturi biex jassistu fil- medjazzjoni, qed nimplikaw li l-medjazzjoni qed jagħmilha xi ħaddieħor għax il-kelma \"assistent\" tfisser li xi ħadd jgħin lil xi ħaddieħor biex jagħmel xi ħaġa.", "Skond din il-klawsola, se jkollok elenku ta' nies li jassistu lil ħaddieħor biex jagħmel il-medjazzjoni.", "Ma nistax ngħid li m'iniex qed nifhem il-Malti sew għaliex it-test Ingliż qed jgħid l-istess ħaġa.", "Fil- fatt dan jgħid hekk:", "\"... the Centre shall draw up a list of mediators to assist in domestic and international mediation.\".", "Allura jekk il-medjaturi jiġu assistenti, min se jagħmel il-medjazzjoni?", "Il- kliem fil-liġi jinkiteb biex ikollu tifsira.", "Per eżempju, id-Deputy Speaker li huwa ċ-chairman of committee wkoll jista' joqgħod flok l-iSpeaker imma jekk għandek surgeon li qed jagħmel operazzjoni u jkollu l-assistent miegħu, dak li qed jassistih qiegħed jgħinu imma l-operazzjoni s-surgeon jagħmilha.", "Allura bl-istess raġunament, min jassisti fil-medjazzjoni, ma jkunx qed jagħmilha hu l-medjazzjoni.", "Dan x'tip ta' legal drafting hu?", "Din is- subklawsola tfisser li se nagħmlu lista ta' medjaturi li se jassistu f'medjazzjoni u mhux li jagħmlu l-medjazzjoni huma!", "Dan qisu elenku ta' assistenti ġudizzjarji.", "Pero' minn din il-klawsola tgħallimt xi ħaġa oħra dwar il-lingwa Maltija.", "Meta kont għadni tifel u kont nitgħallem xi lingwa, konna nitgħallmu dwar l- artiklu definit u l-artiklu indefinit.", "Issa qed ninnota li fit-test Ingliż ta' subklawsola (2) ta' klawsola 19 qed jintuża l-artiklu definit u qed ngħidu \"the list shall be drawn ...\" filwaqt li fit-test Malti qed jintuża dak indefinit u qed ngħidu \"elenku jkun magħmul minn persuni li fil-fehma taċ-Ċentru jkunu kwalifikati biex iwettqu d-dmirijiet u l-funzjonijiet ta' medjatur f'xi qasam tekniku partikolari.\".", "Issa aħna nafu li jekk ma nużawx l-artiklu u ma ngħidux \"l-elenku\", tista' tfisser li hemm aktar minn elenku wieħed.", "Issa aħna nafu li fil-Kostituzzjoni – li bir-rispett kollu ngħid li ġieli tiġġebbed bħaċ-chewing gum anke hawnhekk u ma nistax ma nsemmix dak li kien ġara taħt iċ-chairmanship ta' Michael Bonnici ħalli nagħtuh il-glorja tiegħu wkoll u jien għandi nibqa' mpressjonat bil- kwalitajiet li kultant għaddew minn din il-Kamra li l-voti mhux jittieħdu present and voting imma anke dawk li ma jkunux preżenti jitqiesu li jivvotaw - hemm miktub li t-test Malti jipprevali fuq it-test Ingliż u allura minkejja li fit-test Ingliż hemm miktub li se jkun hemm elenku wieħed, fit-test Malti m'huwiex ċar u tfisser li tista' tagħmel aktar minn elenku wieħed għaliex fit-test Malti qed ngħidu \"elenku\" u mhux l-elenku.", "Kemm hi kbira s-sapjenza!", "Għalhekk jiena ma kontx qed nifhem.", "Niskuża ruħi mas-segretarju parlamentari għall-viżjoni fit-tul tiegħu għax meta kont qed nitbaqbaq klawsola 17, ma kontx naf li ġejja klawsola 19 li tgħid li dan l-elenku jkun magħmul minn persuni li fil-fehma taċ-ċentru jkunu kwalifikati biex iwettqu d-dmirijiet u l-funzjonijiet ta' medjatur f'xi qasam tekniku partikolari!", "Sur President, din hija l-viżjoni fit-tul u hawnhekk fejn jidħol l-aperittiv.", "Darba jien għaddejt minn esperjenza simili għaliex kont se nieħu żebbuġa u meta staqsejt jekk hux bla għadma jew bl-għadma fhimt il-kontra u malajr indunajt li kienet bl-għadma għaliex sibtha taħt snieni.", "Kemm se jkollu green, white u red papers dan il- Parlament, Sur President, qisna waqt il-marċ ta' San Duminku jitfgħu l- karti kkuluriti u nieħu gost kieku nara l-Onor.", "Mario De Marco jifraħ waqt dan il-marċ li jsir fid-distrett tiegħu!", "Jien nieħu gost li l-medjaturi se jkunu f'xi qasam tekniku partikolari.", "Mela hawnhekk se jiġu l-esperti ta' l-esperti li mhux biss ikunu kapaċi f'xi qasam tekniku partikolari imma jkunu kapaċi jqarrbu lin-nies lejn xulxin għaliex il-vizjoni fit-tul tas- segretarju parlamentari megħjun u ggwidat mill-Viċi Prim Ministru hija kbira!", "Fil-fatt kemm l-Onor.", "Mifsud Bonnici u kif ukoll l-Onor.", "Borg huma t- tnejn itwal minni u forsi għalhekk jaraw iktar fil-bogħod għaliex qegħdin iżjed fl-għoli.", "Jien qisni tapp ħdejhom, speċjalment ħdejn l-Onor.", "Tonio Borg li għalkemm jinxteħet lura u ma joqgħodx dritt, xorta jidher twil.", "Allura mhux se jkun hemm xi ħadd ġenerali li jkollu l-abilita` li jimmedja?", "Skond kif inhi definita din is-subklawsola jrid ikun hemm min ikollu t-teknika fil-qasam familjari.", "X'teknika hi?", "Ma nistax nistaqsi lilek, Sur President.", "Jekk ikun ġuvni, tista' tgħid li għandu t-teknika fil- qasam familjari?", "Forsi jkollu t-teorija imma prattika ma jkollux.", "Jista' jkollok xi ħaddieħor li jkollu l-prattika imma teorija ma jkollux u allura ċ-ċentru ma jagħżlux.", "X'teorija u prattika jrid ikollu dan?", "X'teknika jrid ikollu dan?", "Jekk ikun xi ħadd li, per eżempju, ġej min-naħa ta' dawk li jrabbu l-bhejjem ta' l-ifrat, allura jista' jkun li jkollu t-teknika ta' dawk l-annimali li jtellgħu ċerti affarijiet fuq rashom u allura ma jkollux bżonn jagħmel kors għax ikun diġa` mdorri.", "Pero' jiena verament nitħawwad meta nisma' li trid issib espert tekniku fil-qasam ta' l-affarijiet familjari għaliex dan mhux jippriedka jrid imma jressaqhom lejn xulxin.", "Dawn il-medjaturi jrid ikollhom teknika partikolari f'qasam tekniku partikolari.", "Meta fil-Malti ngħidu \"qasam tekniku\" tfisser li wieħed irid ikollu xi ħaġa li tirrikjedi t-teknika.", "Issa fit-test Ingliż qed ngħidu \"in a particular field of expertise.\".", "Pero' hawnhekk bil-Malti tekniku qed ngħidu li jekk tinqala' xi problema tad-dawl, trid issib xi inġinier.", "Issa jekk tinqala' kwestjoni kummerċjali bejn bank u ċittadin min se jkun il-bniedem tekniku li se jidħol bejniethom?", "Se jkun bankier bħall-bankier l-ieħor?", "Tgħidli: Imma dak lanqas huwa tekniku.", "Il-kelma \"tekniku\" li ġejja minn kelma Griega, tfisser affarijiet oħrajn.", "Per eżempju, il-perit huwa tekniku meta jiġi għall-kwestjonijiet ta' bini u ta' kejl għaliex huma affarijiet li joħorġu minn ċerti riżultati xjentifiċi.", "Imma ma tistax tgħidlu tekniku fuq kwestjoni ta' gost ta' arkitettura għax dik hija kwestjoni oħra.", "Mela l-elenku jrid ikun magħmul minn nies li jrid ikollhom ċertu esperjenza.", "Imma l-isbaħ waħda hija l-ispirazzjoni li se tinżel fuq iċ-ċentru biex tillumina lil dak li jkun li għall-ewwel darba jagħżel lin- nies li huma experts in a particular field.", "Jien nistaqsi: Lil dawn min se jgħallimhom jekk huma diġa' esperti?", "Jekk qed ngħidu li lil dawn se nagħżluhom għall-medjazzjoni għax huma kapaċi, kif se ngħallmuhom u noqogħdu nagħmlulhom il-korsijiet dwar kif għandhom jimmedjaw?", "Ma naħsibx li l-kelma \"espert\" tfisser li dan tant għandu – hawnhekk se nuża kelma bil- Latin li minnha ġejja l-kelma \"esperjenza\" – experire li allura dan il- bniedem ikun maħluq, magħġun u mkisser f'dak il-qasam u meta jkun imkisser imbagħad ikollok bżonn medjazzjoni biex tirranġah.", "Jien m'iniex se noqgħod nagħmel bħal sħabi, li joqogħdu jqattgħu l-istonku tagħhom u jgħidu li l- ispirazzjoni diġa' niżlet, li n-nies huma diġa' magħżulin u li aktarx għandhom ċertu kulur bħall-ktieb li għandu f'idejh l-Onor.", "Evarist Bartolo bħalissa.", "(Interruzzjonijiet) Turihx lin-naħa l-oħra li ma jeħux xi idea li jridu jkunu ta' kulur blu; forsi qed jara xi ktieb ieħor!", "Imma dawn ikunu diġa' magħżulin, jiġifieri l-ispirazzjoni tkun qiegħda hemmhekk u allura hawnhekk fejn jien biddilt it-ton tiegħ u għidt kemm hi sabiħa din il-klawsola fejn se jkollna l-ispirazzjoni li taqa' fuq iċ-ċentru li jagħżel nies li jkunu esperti f'xi qasam tekniku partikolari!", "Nitlob lill- Onor. Charles Buhagiar biex ma joqgħodlix fin-nofs għax qed itellifli l- viżwali tas-segretarju parlamentari li jien qed nindirizza biex nurih l- apprezzament tiegħi għall-mod ta' kif jagħmel id-drafting u għall-ideat fit- tul li għandu fuq dan il-qasam.", "Jien nitlob bl-ikbar umilta' li tinżel l- ikbar ispirazzjoni l-ewwel fuq il-ministru li jagħżel iċ-ċentru u mbagħad - din ngħidulha d-\"devolution\" ta' l-ispirazzjoni - tgħaddi għand is- segretarju parlamentari u wara tgħaddi għand iċ-ċentru biex finalment jintagħżlu n-nies li jkollhom l-expertise.", "Jien qiegħed nistenna b'tama u b'qalb kbira li jkun hemm għażla jew li dan il-poplu Malti jkun lest li jagħti ġieh ir-repubblika lil dawk kollha li se jkunu fiċ-ċentru.", "Jien qed nagħmel suġġeriment biex dan il-poplu jasal biex isib lil dawk li għandhom l-expertise u li huma tekniċi fil-qasam tal-problemi familjari u l- għażla tagħhom għandha tkun waħda li l-poplu jasal biex jistaqsi: Imma kif kellna dawn il-ġenji u ma konniex nafu bihom?!", "Pero' mbagħad jien nixtieq li l-ministru, fis-sapjenza tiegħu, jiggwida liċ-ċentru fuq il-kwalifiki li hemm bżonn għax jien persważ li taħt id-direzzjoni bl-appetizers ...", "(Interruzzjonijiet) U bħalma qed jgħid il-Ministru Tonio Borg imbagħad inkunu wasalna għad-deżerta!", "Dawn għandna norbtuhom kollha flimkien u meta l-pranzu jkun lest kollu, għandna ngħajtu lil dawn il-medjaturi u nagħtuhom ġieh ir-repubblika għax b'dan il-mod il-poplu Malti u Għawdxi mhux biss ikun qed juri r-rikonoxximent tiegħu lejn il-medjaturi imma wkoll lejn min ġietu l-ispirazzjoni li jagħmel id-drafting ta' l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna, b'mod partikolari klawsola 19 li tgħid li wara wara kollox dawn il-medjaturi se jassistu fil-medjazzjoni, jiġifieri m'humiex se jimmedjaw huma imma se jassistu lil ħaddieħor.", "Meta kont abbati ġieli kont inħabbat iċ-ċensier ma' l-art peress li kont qasir kont inħabbtu u ġieli kont ngħollih 'il fuq u jiġi l-ġamar fuqi.", "Meta kont inkun bix- xemgħa ġieli kont ninħasel bix-xemgħa bil-konsegwenza li kont ninħaraq!", "(Interruzzjonijiet) Toqogħdux tidħku għax dawn huma fatti li ġraw.", "Qed nirrakkonta dawn il-ġrajjiet biex nuri li jien ma kontx tekniku fil-qasam tiegħi.", "U hawn nixtieq nistaqsi x'jiġri f'każ li tinqala' kwestjoni bejn żewġ każini tal-banda u dawn jispiċċaw il-qorti.", "(Interruzzjonijiet) Anzi aħjar noqgħod bil-qiegħda u ma ngħid xejn għax la qed nitkellem fuq iċ- ċensier, il-ministru jaf jagħmilni wieħed li għandi esperjenza teknika fil- qasam u bħala medjatur b'expertise partikolari f'dak il-qasam.", "THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari Carmelo Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Din il-klawsola m'għandha xejn barra min- normal.", "Jien nammira lill-ħabib tiegħi, l-Onor.", "Brincat, għall-mod kif jitkellem bih.", "Fl-Amerika kellhom l-arti tal-filibustering u qed ninduna li anke f'dan il-Parlament hawn min għandu din l-abbilta'.", "Fil-fatt qed nitgħallem ukoll fuq iċ-ċensier u fuq parti mill-ħajja ta' l-Onor.", "Joe Brincat, pero' għalkemm din tista' tkun interessanti għal min għada pitgħada jikteb il-biografija tiegħu, illum qed nitkellmu fuq l-abbozz ta' liġi dwar il-medjazzjoni.", "Sur President, huwa veru li l-kelma \"elenku\" m'għandhiex artiklu u jiena se nressaq emenda biex l-Onor.", "Joe Brincat ma jibqax jitħawwad għax forsi jaħseb li l-kelma \"elenku\" f'subklawsola (2) ta' klawsola 19 mingħajr l- artiklu tagħti l-impressjoni żbaljata li jista' jkun hemm iktar minn elenku wieħed.", "Kulma qed ngħidu f'din il-klawsola partikolari – u din se nispjegaha biex il-poplu li jkun qed jismagħna jkun jaf x'qed ngħidu hawnhekk – huwa li ċ-ċentru għandu jagħmel elenku ta' medjaturi li jistgħu jassistu lil nies li jirrikorru għand iċ-ċentru tal-medjazzjoni f'affarijiet domestiċi jew internazzjonali, jiġifieri dan l-elenku jkun available għal min irid jagħżel lil xi ħadd partikolari minnhom.", "Forsi wieħed jista' jiddeċiedi li ċ-ċentru tal-medjazzjoni ma joffrilux persuna tajba biżżejjed biex tkun tista' tagħmillu medjazzjoni fit-tali kamp partikolari, imma jista' jkun ukoll li huwa jsib persuna tajba li tissodisfah, mhux biss għax tkun tgħallmet f'dak il-kamp partikolari imma wkoll għax ikollha l-esperjenza.", "Irridu niftakru li l-affarijiet fid-dinja ma jsirux kollha f'daqqa u kieku hawn Malta konna mimlija b'ħafna medjaturi u ma kellniex fejn inqegħduhom, kont nifhimha, imma jien fl-ebda mument m'għidt li fil-pajjiż tant għandna medjaturi li ma nafux x'se nagħmlu bihom.", "Din hija xi ħaġa li timxi pass pass u l-medjazzjoni hija proċess li ġie rikonoxxut f'ħafna pajjiżi demokratiċi bħala strument tajjeb sabiex wieħed ikun jista' jeħles ħafna kwestjonijiet legali.", "Għalhekk se nipproponi din l-emenda:", "\"F\" Fit-test Malti ta' subklawsola (2) ta' klawsola 19 minflok il-kelma \"elenku\" għandha tidħol il-kelma \"l-elenku\".", "\"F\" In the Maltese text of subclause (2) of clause 19 for the word \"elenku\" there shall be substituted the word \"l-elenku\".", "Sur President, nixtieq nipproponi emenda oħra għar-rigward tal-kelma \"tekniku\" għax jidher li din il-kelma lill-Onor.", "Brincat ispiratu ħafna.", "Ma nixtiequx innaqqsulu d-doża ta' l-ispirazzjoni, anzi j'Alla l- ispirazzjoni kollha li għandu jużaha wkoll għal-letteratura Maltija għax għalkemm nista' nkun żbaljat, jidhirli li ma tantx rajt pubblikazzjonijiet tiegħu f'dik li hija poeżija jew inkella f'xi ktieb partikolari.", "Sur President, nipproponi din l-emenda:", "\"G\" F'subklawsola (2) ta' klawsola 19 il-kelma \"tekniku\" għandha titneħħa.", "\"G\" In subclause (2) of clause 19 the words \"of expertise\" shall be deleted.", "Jiġifieri subklawsola (2) ta' klawsola 19 tat-test Malti se tiġi taqra hekk:", "\"L-elenku jkun magħmul minn persuni li fil-fehma taċ-Ċentru jkunu kwalifikati biex iwettqu d-dmirijiet u l-funzjonijiet ta' medjatur f'xi qasam partikolari.\"", "u subklawsola (2) ta' klawsola 19 tat-test Ingliż se tiġi taqra hekk:", "\"The list shall be composed of persons who in the opinion of the Centre are qualified to carry out the duties and functions of a mediator in a particular field.\".", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l- emenda \"F\" kif imressqa u moqrija mis-segretarju parlamentari.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"F\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi l-emenda \"G\" kif imressqa u moqrija mis- segretarju parlamentari.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"G\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 19, kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 19, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 22 - Għażla ta' medjatur.", "Clause 22 - Selection of mediator.", "THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari Carmelo Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Sur President, sfortunatament din il- klawsola fl-abbozz ta' liġi tidher enumerata bħala klawsola 22 mentri fil- verita' din hija klawsola 20, jiġifieri fl-istampar tal-liġi sar żball u n- numru tal-klawsoli sussegwenti kollha jridu jiġu arranġati.", "F'din il-klawsola qed ngħidu li jekk il-partijiet ma jaqblux fuq min jaħtru bħala medjatur – jiġifieri hawnhekk qed nagħmlu enfasi fuq l- importanza li l-partijiet jaqblu fuq medjatur - allura jekk iridu, ikunu jistgħu jmorru għand ir-reġistratur li mbagħad min-naħa tiegħu jissuġġerixxi lill-bord l-isem tal-medjatur li jkun imiss fl-elenku.", "Għalhekk dan dejjem isir bl-aċċettazzjoni tal-partijiet.", "Imbagħad f'subklawsola (2) ta' klawsola 20 qed ngħidu li: \"Medjatur jista' jirrifjuta kull talba mingħajr ma jagħti ebda raġuni.\",", "Jiġifieri jekk medjatur iħoss li m'huwiex kapaċi jagħmel xi medjazzjoni partikolari jew ma jkunx irid jidħol bħala medjatur f'xi kwestjoni partikolari, il-medjatur se jkun fil-liberta' li jirrifjuta li jagħmel dan.", "Jekk l-Onor.", "Brincat ma jaċċettax li nagħmel l-emenda tar-renumbering verbalment, inressaq emenda bil-miktub.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Brincat qed jgħidli li jixtieq illi tagħmel din l- emenda bil-miktub.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Kollox sew.", "L-aqwa li din il-liġi ssir.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "JOSEPH BRINCAT: Sur President, kif ngħidu bil-Latin, \"errare humanum est, perseverare autem diabolicum\".", "Minn klawsola 19 qbiżna għal klawsola 22, jiġifieri hemm qabża żgħira ta' tliet numri, imma jekk dawn it- tliet numri jkunu metri u jirnexxilek taqbeż tliet metri waqt li tkun qed tagħmel il-high jump, tirbaħ l-Olympics!", "Aħna għandna bżonn lil xi ħadd tekniku biex jgħallimna n-numri għax ma nafux x'inhi l-progression.", "Din m'hijiex arithmetic progression imma hija xi tip ta' progression oħra li forsi jien ma nifhimhiex għax illum f'din il-Kamra qed isiru ħafna affarijiet li jien m'iniex qed nifhimhom.", "Pero' kif diġa' għidt, dan huwa sintomatiku tad-drafting legali li sar.", "Irrid ngħid ukoll li għalkemm togħġobni l-espressjoni bil-Malti \"Jekk il- partijiet ma jaqblux fuq medjatur li jkun aċċettat reċiprokament\", il-kelma \"reċiprokament\" ma nużahiex wisq.", "Xi tfisser il-kelma \"reċiprokament\"?", "Kieku jien nuża espressjoni xi ftit baxxa; \"ħokkli dahri ħalli nħokklok dahrek\".", "\"Reċiprokament\" tfisser bħal, per eżempju, meta inti tibgħatli x- xewqat sbieħ għall-Milied u jien nibgħatlek ix-xewqat sbieħ għall-Milied, jiġifieri nagħti xi ħaġa lura.", "Fit-test Ingliż intużat il-frażi \"mutually acceptable\" jiġifieri jaċċettawh it-tnejn u mhux reċiprokament.", "\"Reċiprokament\" tfisser li jien għamilt xi ħaġa u inti pattejthieli b'xi ħaġa oħra, imma llum qed nitgħallem ħafna affarijiet fil-Malti, fosthom l- użu ġdid tal-kelma \"reċiprokament\".", "Meta ngħidu \"obbligu reċiproku\", dan ifisser li jien għandi obbligu lejk u inti għandek obbligu lejja u allura aħna t-tnejn għandna obbligu lejn xulxin, imma ma nistgħux naċċettaw lil xi ħadd reċiprokament għax din hija xi ħaġa li ssir biss bejn żewġ persuni.", "Issa f'dan il-każ tidħol it-tielet persuna.", "Meta inti taċċetta lil xi ħadd, aħna nistgħu ngħidu li huwa aċċettabbli għat-tnejn; pero' biex ikun aċċettat reċiprokament, dan ifisser li aċċettajnieh aħna u li hu aċċettana.", "Imma l-kelma \"reċiprokament\" fit-test Malti li torbot bil-liġi kostituzzjonali tfisser li jien naċċetta lilek u inti taċċetta lili bħal meta żewġ partijiet jagħtu l-kunsens tagħhom f'affarijiet tal-familja.", "Darba jien kont xhud f'tieġ flimkien ma' Pawlu Pace, Alla jaħfirlu, u l- għarajjes kien jisimhom Filomenu u Filomena u l-kappillan kien Patri Diegu.", "Kien staqsiehom: Filomena, inti trid lil Filomenu?", "U Filomenu, inti trid lil Filomena?", "Dik tfisser reċiprokament.", "Irrid ngħid ukoll li hawnhekk hawn xi ħaġa stramba u lili l-affarijiet strambi jimmeraviljawni u ma ninkwetax meta nara xi ħaġa stramba.", "Jekk il- partijiet ma jaqblux fuq medjatur li jkun aċċettat mill-elenku ta' medjaturi...(Interruzzjonijiet) Qed insemmi dan għax skond din il- klawsola, jekk il-partijiet ma jaqblux fuqil-medjatur, il-partijiet jew xi waħda minnhom tista' tapplika għand ir-reġistratur għall-ħatra ta' medjatur u r-reġistratur għandu jissuġġerixxi lill-bord l-isem tal-medjatur li jkun imiss fl-elenku.", "Jiġifieri l-partijiet l-ewwel jingħataw il-lista u jekk ma jaqblu fuq ħadd minnhom japplikaw għand ir-reġistratur biex jagħtihom wieħed hu minn dik l-istess lista!", "Qisna qegħdin f'xi ristorant bil-menu quddiemna!", "Il-wejter iġibli l-menu tal-pizza u mil-lista kollha ma nagħżel l-ebda waħda, imbagħad nitolbu biex jgħid lill-kok jagħżilli waħda hu.", "Imma rridu nkunu nafu bejn wieħed u ieħor x'se nordnaw għax inkella nispiċċaw li jġibilna l-flixkun ta' l-inbid quddiemna u nixorbu l-inbid fuq stonku vojt u jagħmlilna ħażin!", "Kif inhi miktuba din il-klawsola, il- partijiet l-ewwel jingħataw il-lista u jekk ma jaċċettaw l-ebda wieħed jagħżel wieħed għalihom ir-reġistratur.", "Mr Chairman, ħalli nerġa' nsemmi l-eżempju tal-pizza.", "Issa jekk il- wejter wara li nkun għidtlu biex jgħid lill-kok jagħżilli waħda hu u minflok pizza jġibli hamburger, ngħidlu li mhux hamburgers irrid.", "Għaliex qed inġib dan l-eżempjungħid hekk?", "Għaliex elenku wieħed se jkun hemm!", "X'se jiġri jekk ikun każ ta' separazzjoni u l-medjatur li jkun jmissu jkun espert fl-elettriku?", "Jekk il-mara tgħidlu li m'hijiex qed taqbel mar- raġel x'jagħmel?", "Jipprovalha s-switches kollha?", "Jara l-plakek jaħdmux?", "Jara hemmx xi short circuit jew jekk taritx is-salvavita?", "Għaliex qed ngħid hekk?", "Għax hawnhekk għandna:", "\"Jissuġġerixxi lill-bord l-isem tal-medjatur li jkun imiss fl- elenku.''", "Allura la hemm elenku wieħed turn wieħed jista' jkun hemm.", "Jekk fi klawsola 19 qed ngħidu li se jkun hemm lista waħda li m'hijiex maqsuma fi friegħi, allura jekk ikolli kawża tad-dawl kapaċi ninzerta xi ħadd li jkun espert fit-teknika taż-żwieġ u jekk jiena ninzerta għall-medjazzjoni fuq affarijiet taż-żwieġ nista' ninzerta perit.", "X'se jkejjilli l-perit?", "Jagħmilli pjanta u jgħidilna kif nistgħu naqsmu l-affarijiet?", "Għalhekk qed nara ċerti diffikultajiet dwar kif se jitħaddem dan l-elenku.", "Din m'hijiex kelma barra minn lokha imma hawnhekk qed nistaqsu dwar jekk din il-ħaġa tagħmilx sens.", "Tagħmel sens?", "Jew tagħmel sens ħafna u jien ma nifhmux dan is-sens li r-reġistratur jagħżillek wieħed u dak il-wieħed li jagħżillek trid toqgħod bih?", "L-unika ħaġa li tista' ssalvak hu li jista' jirrifjuta u jerġa' jwaddbek għand l-ieħor u kapaċi l-ieħor ikun espert fuq l- agrikoltura.", "Dan bħalma ġara riċentement li fil-bini tal-qorti tal-familja marru għamlu l-bord tal-qbiela u tar-raba'.", "Forsi xi ħadd jistaqsini: Dan x'għandu x'jaqsam?", "Jekk issib perit agrikolu jew xi ħadd illi jifhem fil- bhejjem u tgħidlu biex isolvi kwestjoni familjari fejn xi ħadd, kif ngħidu bil-Malti, ikun qed jagħmel il-qrun lil ħaddieħor, dan il-perit isibha faċli għaliex jgħidlu li dawk taqtagħhom b'sikkina ta' Tuneż u malajr jirranġahom.", "Għaliex?", "Għaliex ikun jifhem f'dak il-qasam.", "Jiena nieħu gost li qed isir minn kollox biex inġibu aktar ordni fil-pajjiż, aktar għaqda, aktar medjazzjoni u kulħadd juża l-expertise tiegħu.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "Il-Ministru Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Chairman, nipproponi din l-emenda:", "\"H\" Fi klawsola 22 in-numru tal-klawsola \"22\" għandu jitneħħa u minfloku jidħol in-numru \"20\".", "\"H\" In clause 22 for the number of the clause \"22\" there shall be substituted the number \"20\".", "\"I\" Fit-test Malti ta' subklawsola (1) ta' klawsola 22 minflok il-kelma \"reċiprokament\" għandhom jidħlu l-kliem \"minnhom it-tnejn\".", "\"I\" In the Maltese text of subclause (1) of clause 22 for the word \"reċiprokament\" there shall be substituted the words \"minnhom it-tnejn\".", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija l-emenda \"H\" għal klawsola 22 kif moqrija u mressqa mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "L-emenda \"H\" għaddiet.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija l-emenda \"I\" għal klawsola 22 kif imressqa u moqrija mill-Viċi Prim Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"I\" għaddiet nem. con..", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 22, kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 22, kif emendata, għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill- Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 23 - Medjatur għandu jiżvela kull interess konfliġġenti.", "Clause 23 - Mediator's disclosure of conflict of interest.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Chairman, klawsola 23 se nbiddluha għaliex hemm l- iżball tan-numru u trid tiġi klawsola 21.", "Din il-klawsola tipprovdi li medjatur għandu jiżvela kull konflitt ta' interess li jista' jkollu.", "Jekk f'każ li jiskopri li għandu interess wara li jkun aċċetta l-medjazzjoni, allura dan għandu jiżvela dan il-fatt lill-partijiet kemm jista' jkun malajr.", "F'dak il-każ jinħatar medjatur ġdid sakemm il-partijiet ma jaċċettawx li xorta waħda jkompli jismagħhom.", "Mr Chairman, għandi dawn l-emendi għal klawsola 23:", "\"J\" Fi klawsola 23 in-numru tal-klawsola \"23\" għandu jitneħħa u minfloku jidħol in-numru \"21\".", "\"J\" In clause 23 for the number of the clause \"23\" there shall be substituted the number \"21\"", "\"K\" Fit-test Ingliż ta' subklawsola (2) ta' klawsola 23 minflok il-kliem \"if a mediator learns any fact\" għandhom jidħlu l-kliem \"if a mediator becomes aware of any fact\".", "\"K\" In the English text of subclause (2) of clause 23 for the words \"if a mediator learns any fact\" there shall be substituted the words \"if a mediator becomes aware of any fact\".", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Rimarki?", "L-Onor.", "Brincat", "ONOR.", "JOSEPH BRINCAT: Fil-klawsola li għadha kemm għaddiet insibu li \"a mediator may decline a request without giving a reason\".", "Mela hemmhekk għandu l-poter li huwa jista' jirrifjuta dejjem u taħt kwalunkwe ċirkostanza u ħadd ma jista' jġiegħlu li jagħmilha ta' medjatur bilfors u hawnhekk jista' jiġrilek biċċa xogħol.", "Jekk il-lista kollha tal-medjaturi jirrifjutaw, x'jiġri?", "Nagħmlu medjaturi supplimentari?", "Għaliex għandhom dritt kollha li jirrifjutaw.", "M'huwiex obbligu li jkun bilfors.", "F'dan il-każ ikollna stalemate.", "Mr Chairman, veru li tħawdu n-numri jew inqabżu, imma jekk fil-klawsola ta' qabel għidna li jista' jirrifjuta, issa ma tistax tgħid \"qabel jaċċetta\".", "Il-loġika tiegħi tgħidli li l-ewwel jikkonsidra jaċċettax imbagħad tgħidli li jista' jirrifjuta u mhux l-ewwel tgħidli li jista' jirrifjuta mingħajr ma jagħti raġuni, imbagħad wara tgħid \"qabel ma jaċċetta\".", "(Interruzzjonijiet) Jien ma nafx, pero' naħseb li hemm bżonn li l-medjaturi jagħmlu medjazzjoni bejniethom ħalli jkunu jafu x'se jaċċettaw jew ma jaċċettawx u x'jirrifjutaw qabel jew x'jirrifjutaw wara.", "Fit-test Ingliż ta' din il-klawsola qed ngħidu:", "\"Prior to accepting a mediation, a mediator shall:", "(a) determine, as is reasonably possible, whether there are any known facts that a reasonable individual would consider likely to affect his impartiality as a mediator\".", "Mr Chairman, bil-Malti din il-klawsola tgħid:", "\"Qabel ma jaċċetta medjazzjoni, medjatur għandu -", "a) jistabbilixxi, skond ma jkun raġonevolment possibbli, jekk ikunx hemm fatti magħrufa li persuna raġonevoli kieku tqis bħala li x'aktarx jolqtu l-imparzjalita' tiegħu bħala medjatur;\".", "Ħalli nsemmi Ta' Kana li fil-medjazzjoni li kienu jagħmlu kellhom interess skond il-vokazzjoni tagħhom.", "Jiġifieri tgħidli li se jkunu imparzjali.", "Imma f'liema sens?", "Għaliex l-imparzjalita' tidħol meta se tiġġudika bejn tnejn, imma mhux jekk qed tressaq tnejn lejn xulxin.", "Allura jekk missier il-mara jmur ikellem lir-raġel tat-tifla biex jirranġahom bejniethom, dan għandu interess għaliex it-tifla hija tiegħu?", "Il-medjazzjoni m'hijiex kwestjoni li se tagħti raġun lil naħa jew oħra.", "Jekk missier il-mara jmur ikellem lir-raġel tat-tifla u jidħol bejniethom, dan jagħmlu mhux biex jipproteġi lit-tifla tiegħu imma biex jekk ikun hemm xi differenzi bejniethom jirranġahom.", "Fil-fatt ikollna ħafna minn dawn il-każijet fejn missier il-mara jmur ikellem lir-raġel u jirranġalhom missierha stess.", "Allura lil dak tgħidlu li m'huwiex imparzjali jew li l-medjazzjoni tiegħu hija vizzjata?", "Jekk wieħed, per eżempju, ikun tekniku fuq il-computers u jkollu ditta tal- computers ukoll jew jaħdem ma' ditta tal-computers, allura mhux bilfors ikollu interess?", "Issa jekk il-kwestjoni tkun fuq computer li wieħed mill- partijiet ikun xtara mingħand ditta partikolari, jekk se jirranġahom flimkien mhux se joqgħod jgħidlu li jmissu mar xtara mingħandu jew mingħand id-ditta tagħhom għaliex dk m'hijiex medjazzjoni.", "Jekk se jressaqhom flimkien l-interess li jrid ikollu huwa biex ineħħi l-problema ta' bejniethom.", "Dak huwa l-ewwel interess.", "Imma lil kulħadd se ssiblu xi interess.", "Jekk irridu nsibuh mingħajr interess, bl-expertise u bit- training, allura fejn se naslu?", "Imma rridu nagħmlu wegħda bħalma kienu jagħmlu fl-antik u nimxu għarkubbtejna minn hawnhekk sa fejn ġej il- parlament il-ġdid u nkunu għamilna sagrifiċċju ikbar peress li l-art tal- lava u iktar taqta' fl-għarkubbtejn!", "B'hekk nagħmlu pellegrinaġġ sal- parlament il-ġdid biex insibu lin-nies li jkunu adattati biex joqogħdu medjaturi.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l-emenda \"J\" kif imressqa u moqrija mill-ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"J\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi l-emenda \"K\" kif imressqa u moqrija mill- ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"K\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 23, kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 23, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 24 - Rikuża ta' medjatur.", "Clause 24 - Challenge of mediator.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Is-segretarju parlamentari.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Fi klawsola 24, li ovvjament trid tiġi renumbered u ssir klawsola 22, qed nelenkaw ir-raġunijiet li fuqhom medjatur jista' jiġi rikużat.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "JOSEPH BRINCAT: Sur President, l-ewwel bdejt nitkellem fuq il- pizza, u issa qed immur għal xi ħaġa li ddoqqli iktar u li hija iktar Maltija.", "Dan l-abbozz ta' liġi għandu mis-soppa ta' l-armla.", "Ma nafx kif daħlet l-armla fis-soppa, imma l-Maltin hekk jgħidulha; \"is-soppa ta' l- armla\", għax lill-medjatur qed inżommuh 'il bogħod mill-imħallef, li ma jkunx bħall-imħallef, imma jkun il-qalb it-tajba li jwassal tnejn min-nies li jieħdu b'idejn xulxin u jgħidu li ftiehmu u rranġaw.", "F'daqqa waħda qed ngħidu li dan jista' jiġi rikużat jekk ikun hemm dubju dwar l-imparzjalita` jew l-indipendenza tal-medjatur.", "Dan se jiddeċiedi xi ħaġa?", "Meta xi ħadd ikun qed jagħmel medjazzjoni kapaċi jkun hemm wieħed mill-partijiet li f'xi mument jgħid li qed jiġbed naħa waħda.", "X'jista' jagħmel?", "Irid joqgħod għalih bilfors?", "F'dak il-każ jgħidlu li ma jridx jiftiehem.", "Jagħmel l- istess bħalma għamel is-segretarju parlamentari.", "Jgħid li għandu raġun u tista' tagħmillu proposta jew oħra għaliex ma jridx jisma'.", "Mela l- medjazzjoni tista' ssir jekk ikun hemm xi ħadd li jgħid li ma jridx jirranġa?", "Jekk medjatur ma jkunx imparzjali u indipendenti, in-naħa l-oħra se tkompli tipprova tasal għal ftehim?", "Għalhekk għidt li din il-liġi għandha mis-soppa ta' l-armla.", "Għax jekk il-medjazzjoni trid tispiċċa billi tnejn jaraw id-dawl u jiftiehmu, jekk il-medjatur ma jkunx qed jimxi b'mod imparzjali, in-naħa l-oħra tirrifjuta li timmedja u jispiċċa kollox.", "Ħalli nieħu eżempju mill-isport.", "Ikun hemm tnejn qed jiġġieldu bir-referee fin-nofs iżommhom u jimbuttahom it-tnejn.", "It-tnejn jaċċettaw li qed jaġixxi biex iżomm il-paċi miż-żewġ naħat.", "Imma jien naf referee li ħareġ jiġri wara l-player u beda jagħtih bil-ponn għax qallu xi kelma u qabbiżhielu.", "Allura tgħidli li ma baqax imparzjali u indipendenti waqt il- logħba.", "Waqt il-logħba kien indipendenti imma f'dak il-mument ma kienx.", "Il-medjatur irid ikun paċenzjuż biżżejjed anke jekk jaqla' ġo l-istonku tiegħu, meta ħaddieħor jaħseb ħażin fih li qed jiġbed fuq naħa waħda, imma mbagħad ir-riedni huwa f'idejn dak li jkun, jekk iridx jiftiehem jew le.", "Allura għalfejn qegħdin nagħmlu din il-kawlata li l-medjatur irid ikun imparzjali u indipendenti?", "Mhux kulħadd ikun jaf lil xulxin!", "Nerġa' nsemmi l-iktar każijiet sempliċi ta' separazzjonijiet.", "Per eżempju, jekk ikun jaf lil missier il-mara l-medjatur jgħid: Jekk tisseparalu t-tifla missierha jmut bl-għali.", "Allura tgħidlu li m'għadux imparzjali għax qed jipprova jirranġahom?!", "Qed ikun akkanit iż-żejjed għax qed jiġbed lejn il- mara?!", "Jiġbed lejn liema naħa jiġbed il-medjatur m'għandu l-ebda saħħa li jorbot lil ħaddieħor.", "Il-medjatur jipprova biss iwassal lil ħaddieħor biex jiftiehem, jekk għadni nifhem il-kelma \"medjazzjoni\".", "Ħalli nagħti eżempju tas-sensar li jressaq żewġ partijiet, il-bejjiegħ u x- xerrej, biex iwassalhom għal ftehim.", "Forsi tgħidli li s-sensar jiġbed lejn il-bejjiegħ.", "Imma jekk ix-xerrej ma jridx jixtri, mhux imbilli jgħidlu biex jixtri!", "Il-prinċipju jibqa' l-istess wieħed: You can take a horse to water, but you cannot make it drink!", "Nerġa' nsemmi s-sensar li jkun jaħdem ma' żviluppatur u jsiblu l-bini u jixtri mingħand dak u jixtri mingħand l-ieħor.", "Hu qiegħed hemmhekk miegħu, jaf li hu ħabib tiegħu, pero` jrid jinnegozja miegħu.", "Jipprova jiġbed 'l hawn jew jiġbed 'l hemm u jipprova jwassalhom għax jaqbel lilu.", "Imma fil-medjazzjoni m'hijiex kwestjoni li l-medjatur jaqbillu jew ma jaqbillux għax imbagħad hu jinqala' 'l barra.", "M'għandux ir-responsabbilta` tad-deċiżjoni tagħhom għax id-deċiżjoni tibqa' tal-partijiet li jridu jimmedjaw.", "Għaldaqstant x'sens jagħmel li noqogħdu ngħidu li medjatur jista' jiġi rikużat?", "Dan ifisser li qed tgħidlu li huwa mixtri.", "Il- medjatur jista' jkun maħtur jew tista' tagħżlu inti stess.", "Allura mbagħad tirrikużah għax tgħid li hu mċappas!", "Jekk qed iġib ruħu ħażin tirrifjuta l-medjazzjoni.", "Jew il-medjazzjoni issa saret bilfors?", "Tant hija bilfors li jew toqgħod hemm jew taqla' xebgħa għax inkella l-medjatur iwaħħalhulek?", "Allura l-medjatur mhux veru medjatur?", "Għalhekk qed ngħid li din qisha soppa ta' l-armla.", "Nerġa' mmur għall-eżempju tal-pizza quattro stagioni.", "Ma nafx għaliex jgħidulha quattro stagioni għax qatt ma rajt staġun fuqha.", "F'Melbourne biss ikollhom xemx u xita fl-istess ġurnata, imma ma nistax nifhem kif fuq pizza jista' jkollok erba' staġuni.", "Qegħdin nagħmlu kawlata mill-konċett ta' medjazzjoni għax qisna qed nagħtu xi poter ta' deċiżjoni lill-medjatur.", "Aħna nafu li m'għandux poter ta' deċiżjoni.", "Jekk m'għandux poter ta' deċiżjoni għalfejn irrid noqgħod ngħid li jrid ikun imparzjali, indipendenti u above board?", "Allura jekk tarah ikellmu f'widnejh biex jipprova jwassalhom għal ftehim tgħid li hu mixtri?", "Hu m'hu se jiddeċiedi xejn.", "Il-partijiet iridu jiddeċiedu.", "Hawnhekk qed nitħawwad, il-medjatur se jiddeċiedi jew le?", "Jew dawn huma paroli żejda biex inżidu l-artikli fil- liġi?", "Subklawsola (4) ta' klawsola 24 tgħid li meta ċ-chairman jikkonferma r- rikuża, ir-reġistratur għandu jaħtar medjatur sostitut.", "X'jiġifieri \"sostitut\"?", "Li tagħmel medjatur ieħor minfloku mill-elenku nifhimha, imma \"medjatur sostitut\" tfisser li jkollok ieħor li m'huwiex fit-tim, tagħmillu l-karta u tgħidlu joħroġ jilgħab għax tkun qlajt lil ħaddieħor.", "Għaliex jekk se jkollna medjaturi li jassistu fil-medjazzjoni u medjaturi sostituti, allura dawk huma klassi differenti.", "Il-liġi għadha ma tkellmitx fuqhom.", "Jekk ngħidu medjatur ieħor minfloku, nifhimha għax taħtru mill- istess lista, imma kif inhi ma tagħmilx sens.", "Subklawsola (3) ta' l-istess klawsola tgħid li:", "\"Jekk il-parti l-oħra ma tkunx taqbel mar-rikuża u l-medjatur rikużat ma jirtirax, id-deċiżjoni fuq ir-rikuża għandha ssir miċ-chairman u d- deċiżjoni tiegħu tkun waħda finali u li torbot.\".", "X'jiġifieri \"torbot\"?", "Jiġifieri dak jinqala' u jsir ieħor?", "Jekk jerġa' jiġri l-istess u tispiċċa l-lista, x'jiġri?", "Inkella jekk iċ-chairman jgħidli li rrid noqgħod b'dak il-medjatur, noqgħod bih imma jgħidli x'jgħidli qisni ma nisimgħux.", "F'din il-liġi għandna balbuljata, kawlata u xi pizza quattro stagioni f'daqqa meta suppost l-għan tagħha huwa li tressaq lin-nies flimkien biex jiftiehmu!", "Jien inħossni mħawwad, imma m'iniex se noqgħod ninkwieta ruħi għaliex forsi ma nifhimx!", "Il-liġi hija ugwali għal kulħadd imma s-sapjenza, is-savoir-faire u l-kapaċita` ma titqassamx l-istess.", "Jiġifieri hemmhekk inbaxxi rasi u noqgħod bil- qiegħda.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Mr Chairman, nipproponi din l-emenda:", "\"L\" Fi klawsola 24 in-numru tal-klawsola \"24\" għandu jitneħħa u minfloku jidħol in-numru \"22\".", "\"L\" In clause 24 for the number of the clause \"24\" there shall be substituted the number \"22\".", "Permezz ta' din il-klawsola qed nagħtu l-fakulta' lill-partijiet li jekk matul il-medjazzjoni jindunaw b'xi ħaġa jkunu jistgħu jirrikużaw lill- medjatur.", "Jiġifieri din hija salvagwarda oħra sabiex kulmin qed jieħu sehem fil-proċess tal-medjazzjoni jkollu moħħu mistrieħ li dak li qiegħed isir mill-medjatur huwa tajjeb.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joe Brincat.", "ONOR.", "JOSEPH BRINCAT: Allura rridu nagħmlu regola oħra bħal tal-qrati, li medjatur ma jistax ikellem waħda mill-partijiet waħedha għax inkella ma jibqax imparzjali.", "Imbagħad dak li jkun jistaqsi: Min jaf x'qaltlu dik il- parti u ma tkunx semgħet in-naħa l-oħra?", "Issa jekk hemm xi ħaġa sempliċi f'kull medjazzjoni – mhux fl-inkwiet biss, f'kull medjazzjoni – hija li medjatur imur ikellem lil xi ħadd mill-partijiet – mhux ifesfes f'widnejh f'sens ħażin – u jgħidlu kelma għall-ġid f'widnejh.", "Imma issa jekk waħda mill-partijiet tara lill-medjatur jagħmel hekk il-parti l-oħra takkużah li mar jitkellem man-naħa l-oħra waħdu.", "Il-konċett tal-medjazzjoni huwa li titkellem ma' persuna biex tirranġa tilwima.", "Per eżempju, meta l-kappillan ikollu complaint dwar xi ħadd jibgħat għalih u jkellmu waħdu u ma jmurx fuq il-pulptu u jxandru ma' kulħadd biex ħadd ma jgħid li għamel xi ħaġa minn wara dahar xi ħadd.", "Il-kappillan m'huwiex se jagħmel hekk imma se jfittex l-opportunita` biex jitkellem miegħu bil-kalma u jipprova jsib is- soluzzjoni bil-kwiet kollu.", "Is-suċċess tagħha hija li, b'metodi li ma jilwu jdejn ħadd, in-nies jindunaw li jistgħu jaslu għat-triq tan-nofs.", "Jekk m'humiex kapaċi jaslu għat-triq tan-nofs m'humiex se jaslu.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l- emenda \"L\" kif imressqa u moqrija mis-segretarju parlamentari.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"L\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 24, kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 24, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 25 – Avviż ta' rikuża.", "Clause 25 - Notification of challenge.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Mr Chairman, nipproponi din l-emenda:", "\"M\" Fi klawsola 25 in-numru tal-klawsola \"25\" għandu jitneħħa u minfloku jidħol in-numru \"23\".", "\"M\" In clause 25 for the number of the clause \"25\" there shall be substituted the number \"23\".", "Din il-klawsola tindika l-mod kif irid isir l-avviż tar-rikuża sabiex kulħadd ikollu moħħu mistrieħ li din il-proċedura tista' ssir u allura hemm garanzija għaż-żewġ naħat li jekk kemm-il darba jaraw xi għajn ħażina jkunu jistgħu jiġbdu l-attenzjoni.", "U hawnhekk hawn il-mekkaniżmu sabiex wieħed ikun jista' jibgħat l-avviż tar-rikuża.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l- emenda \"M\" kif imressqa u moqrija mis-segretarju parlamentari.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"M\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 25, kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 25, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "THE CHAIRMAN: Sar il-ħin.", "Fid-9.00 p.m. il-Kamra rriżumiet u l-President tal-Kumitat irrapporta progress u talab il-permess sabiex il-Kumitat jerġa' jiltaqa'.", "MR SPEAKER: Insejjaħ lill-Viċi Prim Ministru biex, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "TONIO BORG: Nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar l-Erbgħa, 3 ta' Novembru 2004, fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:-", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Medjazzjoni – Kumitat (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar Arkivji Nazzjonali – Kumitat; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar it-Trusts – Tielet Qari.", "------------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili (Emenda Nru 2) - Kumitat Permanenti.", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Reġistru Ċentrali – Kumitat Permanenti.", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali – Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Joseph Cuschieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Mr Speaker, quddiemi għandi l-highlights tal- programm elettorali tal-partit Nazzjonalista ta' qabel l-aħħar elezzjoni li għaddiet.", "Fil-fatt għaddew sena u kważi seba' xhur minn mindu saret l- aħħar elezzjoni u f'dan il-ftit ħin li għandi forsi nista' nanalizza dak li l-partit Nazzjonalista wiegħed sena u seba' xhur ilu u dak li qiegħed jitwettaq u li l-poplu Malti qiegħed jgħix kuljum, kull ġimgħa u kull xahar.", "Wieħed irid jirrimarka li programm elettorali huwa kuntratt li jorbot lill- partit li jkun qed jipproponih lill-elettorat.", "Jekk wieħed janalizza x'intqal f'dan il-programm u x'qiegħed jitwettaq isib kontradizzjonijiet kbar għax il-gvern Nazzjonalista mmexxi mill-Prim Ministru Lawrence Gonzi qed imur 'il bogħod ħafna minn dak li wiegħed il-partit Nazzjonalista fl- aħħar elezzjoni ġenerali.", "Kif jaf kulħadd, l-aħħar elezzjoni ġenerali kienet xi ftit aktar importanti mill-elezzjonijiet preċedenti minħabba li konna għadna ġejjin mir-referendum dwar is-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea u l-partit Nazzjonalista ried li akkost ta' kollox jirbaħ l- elezzjoni biex ikun jista' jiffirma r-ratifika ta' sħubija ta' Malta fl- Unjoni Ewropea.", "Malli tibda tqalleb il-paġni issib li bejn dak li ntqal u dak li qed isir hemm kontradizzjoni assoluta, anzi pjuttost tibda tgħid li qed isir il- kontra ta' dak li ġie mwiegħed.", "Per eżempju, f'paġna 4 insibu li l-partit Nazzjonalista wiegħed li bit-terminal il-ġdid tal-cruiseliners Malta tkompli ssir buttun li fuqu ddur ir-rota għat-turiżmu fil-Mediterran, b'rotta ta' servizzi speċjali li torbot il-port ma' l-ajruport.", "Kulħadd jaf li f'dawn l-aħħar xhur it-turiżmu permezz tal-cruiseliners f'pajjiżna - forsi minħabba li fl-aħħar miżura tal-budget il-VAT għoliet aktar milli kienet qatt qabel - qala' daqqa' ta' ħarta.", "Wegħda oħra kienet li fl-ajruport il-ħidma toktor bi kbir bi proġetti bħal dak tat-tiswija u tal-manutenzjoni ta' l-ajruport.", "Nafu kif il-gvern iddemoralizza lill-ħaddiema fl-ajruport fejn ħafna minnhom ġew offruti somom ta' flus biex jirtiraw.", "Jekk din kienet il-ħidma li toktor bi kbir bi proġetti kbar, dak li wettaq il-partit Nazzjonalista mar oltre minn dak li wiegħed.", "Intqal ukoll li l-Port il-Kbir u l-Freeport se jaħdmu flimkien kull wieħed fil-qasam speċjalizzat tiegħu, imma fil-fatt nafu x'inhi s-sitwazzjoni tal- Freeport illum fejn l-investimenti li wettqu fallew u spiċċaw bid-dejn.", "Nafu wkoll li l-gvern mhux biss ried ikabbar il-Freeport imma llum wasal biex ipprivatizzah.", "F'punti oħra fl-istess paġna nsibu li fis-suq tad- dinja uliedna l-aqwa senduq.", "Imbagħad tissemma l-Fondazzjoni għall- Iskejjel t'Għada fejn jintqal li l-bini u l-ambjent ta' l-iskejjel tal- gvern se jsir isbaħ milli qatt kien s'issa.", "Fil-verita' nafu li din il- fondazzjoni llum hija mdawra bi skandli kbar dwar kif saru ċerti affarijiet.", "F'din il-paġna jissemma wkoll il-kulleġġ ta' arti, xjenza u teknoloġija fejn jingħata tagħlim li jsarraf daqs ta' l-universita', iżda b'xejra ħafna iktar prattika għal min l-aktar li jinqala' għal dawn l- affarijiet.", "Nafu li din is-sena fl-MCAST ddaħħal speċi ta' numerus clausus modern fejn diversi studenti tħallew barra milli jidħlu jistudjaw f'dan il-kulleġġ.", "Jekk taqleb il-paġna ssib li: Pajjiżna jiflaħ poplu b'saħħtu.", "L-isptar il- ġdid Mater Dei jkun fost l-aħjar ta' l-Ewropa, ġawhra tal-mediċini fil- Mediterran u joffri ambjent xejn inqas minn ta' l-aqwa sptarijiet privati.", "Kif nafu llum l-isptar Mater Dei sar il-farsa fid-diskussjonijiet ta' kulħadd matul il-ġurnata.", "Nafu li l-gvern falla anke fil-qasam tas-saħħa fejn jirrigwarda l-isptar Mater Dei u l-miljuni kbar li qiegħed jonfoq biex jitlesta dan l-isptar.", "Nafu wkoll bid-diffikultajiet kbar li qed jiffaċċja l-gvern għal dan il-proġett li twebbel bih hu, qed iwettqu hu u qed jgħaffeġ fih hu.", "L-akbar waħda insibuha f'paġna 5 ta' dan il-programm elettorali fejn jingħad li jintemm il-biża' tal-qgħad.", "Issa aħna li l-partit Nazzjonalista wiegħed Malta, imsieħba fl-Ewropa tiġbed aktar investiment minħabba s-suq kbir, miftuħ beraħ għalina liema investiment joħloq ix-xogħol.", "Fil-verita' nafu li r-rata tal-qgħad kulma tmur qiegħda dejjem tiżdied u l-investiment f'pajjiżna huwa niexef.", "Jiġifieri waħda wara l-oħra ssib li l-partit Nazzjonalista qed imur 'il bogħod minn dak li wiegħed.", "Imbagħad ikomplu jwiegħdu li permezz tal-Malta Enterprise, pajjiżna se jiġi ppreżentat bħala impriża waħda li taħdem b'mod mill-aktar intelliġenti.", "U nafu l-falliment li għandna f'pajjiżna għal dak li jirrigwarda l- investiment.", "Tipprova tgħix u taħdem b'moħħok mistrieħ pero' minn ġurnata għall-oħra nisimgħu bit-theddid tal-qgħad għal diversi ħaddiema.", "Per eżempju, kienu qalulna li bl-għajnuna ta' l-Unjoni Ewropea se nħarsu s- sigurta' tagħna kontra t-theddid tal-kummerċjanti tad-droga, ta' l- immigrazzjoni illegali u tal-kuntrabandisti ta' l-armi.", "Mentri fil- programm ta' nhar il-Ġimgħa \"Xarabank\" il-Prim Ministru Lawrence Gonzi qal: Ma rridux naħsbu li aħna xi kbar li nistgħu nikkontrollaw l-immigrazzjoni illegali u x-xtajtiet tagħna.", "X'differenza ta' lingwaġġ bejn iż-żmenijiet ta' l-elezzjoni u dak li qed nisimgħu llum mill-esponenti tal-partit Nazzjonalista!", "Il-partit Nazzjonalista wiegħed ukoll opportunitajiet indaqs għal persuni b'diżabilita' u l-familji tagħhom, imma nafu li meta l-prim ministru nhar il-Ġimgħa ġie ffaċċjat minn ġenitur ta' persuna b'diżabilita' lanqas kellu xi jwieġeb għal dak li l-persuni b'diżabilita' jingħataw mingħand il-gvern.", "Biss biss insemmi li persuna b'diżabilita' jekk imutulha l-ġenituri m'għandhiex fejn tmur ħlief fl-Isptar Monte Carmeli jew inkella St Vincent de Paule.", "Dawn huma l-opportunitajiet li l-gvern Nazzjonalista jwiegħed u ma jwettaqx.", "F'dan l-istess programm elettorali tal-partit Nazzjonalista ta' l-aħħar elezzjoni nsibu dan il-kliem: Malta b'saħħitha fl-Ewropa, fil-Mediterran, fid-dinja u jissaħħaħ is-servizz diplomatiku anke bil-mezzi elettroniċi biex jinqeda aħjar kull Malti fis-safar jew b'rabtiet ma' pajjiżi barranin anke bis-servizzi diplomatiċi tal-pajjiżi oħra Ewropej.", "U nafu li l-partit Nazzjonalista għadu ma sabx tarf ta' kif isolvi l-problema tal-visas li jkunu ġejjin mill-Afrika ta' Fuq, speċjalment ta' dawk il-ħaddiema li jaħdmu l-Libja.", "Din il-problema ħoloqha hu minn wara l-elezzjoni li għaddiet, konna nafu li se tiġri imma l-partit Nazzjonalista fil-gvern ma jinteressahx mit-tgergir tal-poplu.", "Imbagħad insibu dan il-kliem: Orizzonti usa' b'għodod ġodda għal kuħadd.", "Il-partit Nazzjonalista jwiegħed: Riforma fil-PBS biex jagħti prodott aktar informattiv, edukattiv u divertenti.", "U din ir-riforma kbira fil-PBS kienet l-iskema ta' rtirar li permezz tagħha l-partit Nazzjonalista umilja lill- ħaddiema biex itajjar ħafna minnhom 'il barra skond it-tendenzi politiċi tagħhom.", "Il-partit Nazzjonalista qabel l-elezzjoni wiegħed li joħloq akkademja tal-mużika li taħseb għal kulħadd, mill-baned għad-danza eċċ. Pero' nafu li bil-privatizzazzjoni tad-dipartiment tal-lottu, dak il-ftit li kienu jirċievu l-każini tal-baned mingħand il-gvern, jistgħu ma jirċevuhx.", "Imbagħad wiegħdu ħarsien tal-wirt kulturali bi twettieq ta' liġijiet u tisħiħ ta' l-istituzzjonijiet li saru f'dawn l-aħħar snin.", "Mr Speaker, il-wegħda tal-ħarsien tal-wirt kulturali ilna nisimgħuha u nafu d-diżastru li jinsab fih il-wirt kulturali f'pajjiżna.", "Jiġifieri din hija retorika li ma tispiċċa qatt u fil-fatt meta tipprova tfittex xi ħaġa ma ssib xejn.", "Imbagħad insibu: Kultura li tilqa' l-barrani; l-iżvilupp tat- turiżmu fuq pjan strateġiku mħejji mill-gvern u soluzzjoni bl-għajnuna ta' l-Ewropa tal-problema tar-refuġjati u immigranti illegali.", "Kif nafu l- problema tar-refuġjati, b'mod speċjali ta' l-immigranti illegali, kulma jmur dejjem qiegħda tikber u l-għajnuna mill-Unjoni Ewropea li l-gvern Nazzjonalista wiegħed qabel l-aħħar elezzjoni ma nafux jekk hux qed tiġi u safejn naf jien il-problema, minflok ma ċkienet, kibret.", "Jiġifieri bejn dak li wiegħed u dak li wettaq hemm baħar jaqsam.", "Il-partit Nazzjonalista qabel l-aħħar elezzjoni wiegħed ukoll li jkollna ekonomija sostenibbli u wiegħed pakkett finanzjarju ta' Lm77 miljun lill- bdiewa u lir-raħħala bi sħubija ma' l-Ewropa.", "Flus oħra jingħatawlhom permezz ta' l-għaqdiet tagħhom biex il-mod kif jinbiegħu l-prodotti jitjieb b'vantaġġ sew għall-konsumatur u sew għall-bidwi.", "Il-gvern jintervjeni jekk xi ħadd ikun se jipprova jdaħħal f'Malta prodotti minn barra bi ħsara għall-prodotturi tagħna.", "Imbagħad: Taxxa mnaqqsa ta' 3% fuq il-valur ta' prodotti mibjugħa fil-pitkalija u fil-lukandi u għall-ipproċessar.", "Il- partit Nazzjonalista jwiegħed Lm6 miljun fis-sena mill-Unjoni Ewropea għall- iżvilupp tal-kwalita' ta' ħajja fl-ambjent rurali.", "Skema ġdida u vantaġġjuża għall-assigurazzjoni.", "Aktar titjib fil-pitkalija u fil- biċċerija fis-servizzi kollha b'risq il-bdiewa u r-raħħala.", "U jekk tipprova tagħsar dan li għadni kif qrajt issib li minn dak li wiegħed il- gvern Nazzjonalista assolutament ma sar xejn, anzi sar kollox bil-kontra.", "Imbagħad niġu għall-kwestjoni ta' l-enerġija ġdida u l-ambjent fejn wiegħdu titjib ta' l-ilma u ta' l-arja bl-għajnuna mill-Ewropa.", "Nixtieq li jiġi hawnhekk il-ministru responsabbli u jagħtina rendikont ta' x'sar f'dan ir- rigward.", "Wiegħdu wkoll ħarsien tal-widien, bajjiet u speċi mhedda.", "Nixtieq li jiġi l-ministru responsabbli u jgħidilna x'sar matul dawn is- sena u nofs f'dan ir-rigward.", "F'dan il-programm elettorali l-partit Nazzjonalista wiegħed użu mill-gvern ta' karozzi li jaħdmu bl-elettriku u mhux bil-petrol.", "Din tad-daħk, Mr Speaker, biex ma ngħidilhiex, tal-biki.", "Insomma dawn wiegħdu kollox biex jirbħu l-voti!", "Mr Speaker, wiegħdu wkoll sistemi ġodda, ekonomiċi u effettivi għad-dawl u regolamenti tat-temperatura fl-uffiċċji kollha tal-gvern.", "Aħna nafu x'inhuma r-regolamenti li ġejjin: Għoli fit-tariffi tad-dawl u ta' l-ilma!", "Imbagħad wiegħdu tnaqqis ta' kwalita' ta' trab li jinqala' waqt il-bini.", "Nixtieq inkun naf x'sar f'dan ir-rigward għax safejn naf jien it-trabijiet u l-ħidma mill-kuntratturi baqgħu jsiru b'mod normali mingħajr kontroll ta' xejn u ma sar l-ebda titjib f'dan ir-rigward.", "Il-partit Nazzjonalista wegħidna wkoll li d-drenaġġ ma jintefax il-baħar jekk ma jkunx trattat.", "Safejn naf jien illum id-drenaġġ għadu jintefa' l-baħar u l-ebda drenaġġ m'hu qed jiġi trattat.", "Imbagħad wegħduna wkoll li jispiċċa t-tniġġiż ta' l- arja minn power stations u trakkijiet.", "Safejn naf jien it-trakkijiet li għandna jiġru fit-toroq huma dawk li kellna sena u nofs ilu u l-power stations għadhom jużaw l-istess fuel u għadhom jaħdmu bl-istess mod li kienu jaħdmu bih sena u nofs ilu.", "Wegħduna li jissewwew il-ħitan tas-sejjieħ bis-sehem ta' l-Unjoni Ewoprea.", "Jien nixtieq inkun naf liema ħitan tas-sejjieħ issewwew bil-fondi li nġiebu mill-Unjoni Ewropea.", "Imbagħad jitkellmu fuq il-famużi toroq ġodda u f'dan il-programm jgħidu li jinbnew u jitjiebu 56 kilometru ta' toroq prinċipali bl-għajnuna ta' Lm14 miljun li toħroġ l-Unjoni Ewropea mill-2004 sa l-2006 u aktar wara.", "Aħna nixtiequ nkunu nafu x'fondi ġew biex jitranġaw it-toroq prinċipali f'pajjiżna, għax safejn nafu aħna t-toroq li qed jitranġaw f'pajjiżna ġejjin minn fondi mill-protokoll li l-gvern Malti ffirma mal- gvern Taljan, liema protokoll kien inbeda fi żmien gvern Laburista.", "Sur President, għal dak li jirrigwarda t-trasport wiegħdu li se jitwettaq il-proġett tal-park and ride għal min irid jidħol il-Belt billi dak li jkun ikollu parking barra l-Furjana, imbagħad trasport pubbliku sal-Belt li jaħdem bl-elettriku.", "Minn dan, fil-konkret ma ssib xejn.", "Jingħad ukoll li Malta tgawdi aktar mill-baħar ta' madwarha u li t-tarzna se tirpilja.", "X'kienet is-soluzzjoni għat-tarzna?", "Joffru skema biex itajru l-ħaddiema 'l barra u l-ħaddiema tat-tarzna min-nies tas-sengħa tefgħuhom jaqtgħu l-ħaxix u jduru mar-roundabouts u jiżbgħu l-bankijiet.", "Jgħidu wkoll li huwa possibbli li jinbnew gżejjer ġodda fil-baħar kif qed isir qrib Monaco bi skart mill-bini.", "Mr Speaker, jien ma nafx liema gżira beħsiebu jibni l-gvern, jekk hux xi gżira li tissejjaħ falliment u tad- dejn!", "Imbagħad ikomplu jwiegħdu li parti sostanzjali mill-għotjiet mill-Unjoni Ewropea jintużaw għall-iżvilupp tan-naħa tan-nofsinhar ta' Malta.", "U jiena nixtieq inkun naf liema proġetti saru f'dan ir-rigward u liema fondi ġew mill-Unjoni Ewropea.", "Jissemmew ukoll proġetti flimkien ma' lokalitajiet fl- Ewropa bl-għajnuna ta' fondi mill-Unjoni Ewropea.", "Nistednuhom jgħidulna liema fondi ġabu mill-Unjoni Ewropea għal dan il-għan.", "F'dan il-programm qed jingħad ukoll li l-gvern isieħeb lill-għaqdiet fid-deċiżjonijiet kollha li Malta jkollha tieħu fi ħdan l-Unjoni Ewropea, jara li dawn ikollhom it- tagħrif kollu meħtieġ u jieħdu l-opportunitajiet kbar li toffrilhom l- Ewropa għall-iżvilupp ta' pajjiżna.", "Jiena nixtieq inkun naf fejn l- għaqdiet qed jingħataw ċans jieħdu sehem fid-deċiżjonijiet illi wiegħed l- partit Nazzjonalista.", "Dan huwa parti mill-qerq li l-partit Nazzjonalista offra lill-poplu Malti qabel l-aħħar elezzjoni ġenerali.", "Bejn il-kliem u l-fatti hemm baħar jikkumbatti, Mr Speaker, imma llum il-poplu Malti qed iħoss l-effett ta' dak li l-gvern Nazzjonalista kisser u farrak matul kull leġislatura għal dawn l-aħħar 15-il sena.", "Fost il-fallimenti nista' nsemmi d-dejn nazzjonali, il-qgħad u t-turiżmu.", "Dejjem bena fuq ir-ramel u llum meta tmur tfittex issib li kollox qiegħed jikkrolla u sfortunatament dan il-piż qiegħed jerfgħu l-poplu Malti.", "Prova akbar minn dan ma jistax ikollok.", "Jien nistieden lil kull ċittadin Malti jaqbad il-programm elettorali tal- partit Nazzjonista ta' l-aħħar elezzjoni.", "Jekk jagħmel dan mill-ewwel jinduna li l-partit Nazzjonalista huwa l-partit tal-qerq li minn dak li jwiegħed ma jwettaq xejn.", "L-importanti għalih huwa li jirbaħ l- elezzjonijiet għaliex imbagħad fil-konkret ma jwettaq xejn.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Chris Cardona.", "ONOR.", "CHRIS CARDONA: Mr Speaker, nhar is-Sibt li għadda l-partit Laburista organizza kungress nazzjonali għall-kunsilliera Laburisti.", "Dan kien l-ewwel wieħed mix-xorta tiegħu u nemmen li biż-żmien se jkun data importanti fil-kalendarju tal-partit Laburista u anke tal-pajjiż.", "U se ngħid għaliex.", "Ir-raġuni hi li l-partit Laburista llum il-ġurnata għandu rappreżentanza qawwija u jgawdi fiduċja assoluta fil-kunsilli lokali ta' Malta u Għawdex.", "Allura jekk verament nemmnu li l-kunsilli lokali għandu jkollhom rwol ta' gvern lokali, ta' gvern b'responsabbiltajiet fil-lokal rispettiv tagħhom, ta' gvern li jkun kapaċi jamministra aħjar il- komunitajiet tagħna lokalment, nemmnu wkoll li mingħajr ma jkun hemm għaqda u direzzjoni fil-ħsieb politiku tal-partit in kwestjoni - sija tagħna bħala partit Laburista, bħala partit tal-ħaddiema u anke tal-partit Nazzjonalista - il-pjan politiku tal-pajjiż jista' ma jkollux ir-riżultati mixtieqa.", "Dan il-kungress nazzjonali fuq nota organizzattiva kien impekkabbli u dan mertu u grazzi partikolarment għall-organizzazzjoni tal-partit Laburista, partikolarment tas-segretarju ġenerali tal-partit Laburista Jason Micallef.", "Din kienet organizzazzjoni li fiha nnifisha wriet l-involviment u l- interess politiku li għandu l-partit Laburista fil-kunsilli lokali għax kien hemm parteċipazzjoni attiva ħafna min-naħa tal-kunsilliera li attendew kważi b'mod unanimu - il-kunsilliera tal-partit Laburista attendew kważi kollha ħlief għal dawk li kienu skużati - għal dan il-kungress.", "Il- parteċipazzjoni ma saritx biss permezz tal-preżenza, imma kienet attiva għaliex kull kunsillier kien fil-pożizzjoni li jipparteċipa fid- diskussjonijiet li tqajmu internament fil-partit.", "Ovvjament jien se nirrispetta l-kunfidenzjalita' ta' din il-parteċipazzjoni, pero' wrejna biċ- ċar li aħna partit dinamiku anke fi struttura u f'livell ta' kunsilli lokali.", "Kienet żgur predominanti fid-diskussjoni b'mod assolut, u allaħares ma kienx hekk, il-kwestjoni ta' kif il-kunsilli lokali jistgħu jinvolvu ruħhom aħjar, b'mod aktar effettiv u b'mod iktar dirett għall-ġid tal-lokalitajiet tagħna fis-settur tal-ħarsien soċjali.", "Dan huwa settur importanti ħafna mhux biss fl-aġenda nazzjonali u tal-gvern ċentrali, imma għandu jkun wieħed mill-prioritajiet ewlenin ta' kull kunsill lokali li għandna fil-pajjiż.", "Kemm kunsilli lokali kbar bħalma huwa dak ta' Birkirkara li huwa wieħed mill-ikbar kunsilli lokali li għandna u anke kunsilli lokali żgħar bħalma huwa dak tal-Fontana fil-gżira t'Għawdex, iridu jikkonsidraw il-possibilita' li bħala priorita' fl-aġenda tagħhom għandu jkollhom is-settur tal-ħarsien soċjali.", "Dan huwa settur li fih jidħlu kwestjonijiet ta' saħħa, ta' edukazzjoni, ta' qasam tad-djar u ta' ħarsien tal-komunita' bħalma huma, per eżempju, il-ġonna pubbliċi, l- ambjent u l-kwestjonijiet ta' xogħol u ta' qgħad.", "Allura bilfors li dan is- settur għandu jkun parti waħda mill-programm ta' kull kunsill lokali.", "Qed ngħid hekk għaliex bħala riżultat ta' l-iffokar ta' kull kunsill f'dan is-settur ovvjament ikollok riżultati oħrajn.", "Per eżempju, huwa fatt magħruf li jekk kunsill jiffoka fuq il-ħarsien soċjali, indirettament ikun qiegħed jiġġieled il-kriminalita', ikun qed idgħajjef il-problemi li għandhom persuni bi bżonnijiet speċjali u jkun qed jara li kwestjonijiet soċjali jingħataw l-akbar attenzjoni li jistħoqqilhom.", "Il-kunsilli lokali jistgħu joffru ħarsien soċjali billi jassiguraw u jamministraw mill-kunsill lokali stess bi ftehim, jekk ikun hemm bżonn, mal- gvern ċentrali, ma' l-organizzazzjonijiet volontarji, ma' l-NGO's u ovvjament anke mal-privat ħalli jaraw li jamministraw f'din id-direzzjoni.", "Irridu nagħfsu fuq dan il-punt għaliex aħna rridu li jkollna komunitajiet u soċjetajiet fil-kunsill lokali li jkunu sostenibbli fis-sens li jkun hemm bilanċ li joffri opportunitajiet u kwalita' ta' ħajja tajba għal kulħadd.", "Fil-fatt il-partit Laburista li nagħmel parti minnu jien, jemmen li kulħadd għandu dritt ikollu kwalita' ta' ħajja aħjar u r-rwol ta' kull kunsill lokali huwa li jara li jkun hemm ġustizzja soċjali fil- lokalitajiet.", "U kif jista' jagħmel dan?", "Dan jista' jsir b'diversi modi.", "Ovvjament wieħed minnhom huwa li jinżamm kuntatt mill-qrib maċ-ċittadin ħalli l-kunsill lokali jkun jaf liema huma dawk il-kwestjonijiet li qed jolqtu liċ-ċittadin li jgħix fil-lokalita' tiegħu.", "Il-kunsill lokali jrid jara li, per eżempju, ikun hemm servizzi fil-lokalita' li jixirqu aktar lil dik il-komunita' lokali.", "Nafu li f'Malta, żgħar kemm aħna żgħar, mhux kull kunsill lokali joffri l- istess servizz għax is-servizzi li huma offruti mill-kunsill lokali jvarjaw skond l-esiġenzi ta' dik il-lokalita' u allura rridu naraw kif nirqmu iżjed dawn is-servizzi.", "Per eżempju, għandu jkun hemm kordinament anke fil- lokalita' ta' dawn is-servizzi li jistgħu jingħataw kemm mill-kunsill u kif ukoll minn organi oħrajn, fosthom entitajiet governattivi, entitajiet privati u entitajiet li jifformaw parti mill-organizzazzjoni non- governattiva.", "Huwa importanti li filwaqt li kull kunsill ikollu tmexxija tajba u sostenibbli, min-naħa l-oħra jkun hemm kontabilita' li tkun b'saħħitha.", "Huwa faċli li tisparpalja l-flus għaliex il-flus qegħdin hemmhekk, huwa faċli li ma tagħtix kas biżżejjed tal-fondi li jkollok bħala kunsill u mbagħad meta jinqalgħu l-problemi ngħidu li dawn il-flus jiġu mit-taxxi li jħallas il-poplu.", "Dan huwa veru, pero' s-servizz tal-kunsilli lokali li verament ikun indirizzat biex jikkawtela l-ħarsien soċjali jrid joħloq bilanċ bejn din it-tmexxija li għandha tkun tajba u kristallizzata f'kontabbilta' li hija sħiħa, għaliex għalxejn ikollna kunsilli lokali li jippriedkaw mod u mbagħad jagħmlu mod ieħor.", "Mr Speaker, għalkemm il-partit Laburista qiegħed fl-oppożizzjoni, pero' qiegħed jaspira li ftit taż-żmien ieħor ikun fil-gvern.", "U qed jagħmel hekk mhux billi jikkritika l-operat tal-gvern għal dak li għandu x'jaqsam mal- kunsilli lokali għaliex dak qed nagħmluh b'sens ġenwin.", "Imma jiena fermament nemmen li l-gvern tal-ġurnata qiegħed juża l-kunsilli lokali bħala paraventu.", "Pero' bħala rappreżentant u kelliem tal-partit irrid ngħid li l-partit Laburista minbarra li qed jikkritika l-operat tal-gvern għar-rigward ta' l-andament tal-kunsilli lokali, għandna wkoll il-proposti tagħna għax irridu nkunu gvern ippreparat, mhux biss gvern alternattiv, imma gvern li ma jitlifx ħin biex jimplimenta l-politika tiegħu anke f'livell lokali.", "U kif se nagħmluh dan?", "Dan se nagħmluh billi nġibu fid- dawl il-proposti tal-partit Laburista għas-snin li ġejjin.", "U se nsemmi wħud minnhom.", "Proposta li nħoss li hija importanti ħafna hi li għandu jkun hemm kampanja ta' informazzjoni u kampanja edukattiva qawwija dwar ir-rwoli u r- responsabbiltajiet li għandhom l-istess kunsilli lokali.", "Irridu, per eżempju, nenfasizzaw ħafna fuq l-importanza tar-reġjonalita'.", "Aħna nafu li meta l-kunsilli jkunu żgħar jistgħu jaħdmu ftit waħedhom, imma jekk ikollhom sens ta' reġjonalita', il-kunsilli flimkien jistgħu jaħdmu f'qasam soċjali li jagħmel iżjed sens.", "Każ eċċellenti huwa dak ta' Għawdex.", "Ma jagħmilx sens li fil-kunsilli lokali kulħadd jaħdem għal rasu meta nistgħu naħdmu bħala reġjun.", "U l-istess ngħid għan-Nofsinhar ta' Malta, it- Tramunata ta' Malta u ċ-ċentru ta' Malta.", "Per eżempju, ir-rwoli li għandhom il-kunsilli lokali f'dak li għandu x'jaqsam mal- manteniment tal-housing estates tal-lokal huwa importanti ħafna.", "Għalhekk huwa importanti li l-gvern japprezza aktar ix-xogħol u jitfa' iżjed responsabbiltajiet fuq il-kunsilli lokali ħalli jissarrfu f'ħidma aħjar fil-lokalitajiet rispettivi.", "Per eżempju, hemm il- kwestjoni ta' l-assenjazzjoni tal-ħaddiema tal-gvern mal-kunsill lokali.", "Naħseb li din b'xi mod hija wkoll linked mal-kwestjoni tal-gwardjani lokali li r-rwol tagħhom fil-pajjiż irid jieħu dimensjoni iżjed miftuħ.", "Ma jistax ikollna gwardjani lokali li qegħdin hemmhekk biss biex jikkalpestaw, idejqu lin-nies u jagħtu l-multi, imma r-rwol tagħhom għandu jkun iżjed miftuħ.", "Irridu naraw kif noffru servizzi edukattivi aħjar billi nużaw il- ħin ta' wara l-iskola.", "MR SPEAKER: Ikkonkludi, jekk jogħġbok.", "ONOR.", "CHRIS CARDONA: Mr Speaker, nikkonkludi billi ngħid li nhar is- Sibt li għadda l-partit Laburista, minbarra li żamm dan il-kungress, kien fil-pożizzjoni wkoll li jippreżenta riżoluzzjoni li jisimha: Insaħħu s- suċċess fit-tmexxija.", "Aħna f'din ir-riżoluzzjoni qegħdin ngħidu li nemmnu fil-kunsilli lokali.", "Għaliex?", "Għaliex irridu noħolqu opportunitajiet ġodda ta' xogħol, irridu niżguraw il-ħarsien soċjali u għaliex ilkoll nemmnu li nistgħu naħdmu flimkien biex ikun hemm suċċess fid-diriġenza politika u fit- tmexxija li jissarraf f'suċċess għaċ-ċittadini ta' l-ibliet u ta' l-irħula tagħna.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada l- Erbgħa, 3 ta' Novembru 2004, fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill- Viċi Prim Ministru.", "Fid-9.30p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "SKEJJEL – ABBUŻI SESSWALI", "7774.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew rapportati każi ta' sexual abuse fl-iskejjel sekondarji, post sekondarji u l-universita' din is-sena?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Din is-sena ma ġie rapportat l-ebda każ ta' abbuż sesswali fl-iskejjel sekondarji, post sekondarji u l-Universita' ta' Malta.", "QRATI - PIENI DWAR REATI", "7775.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-gvern għandux ħsieb li jawmenta l-pieni għal xi reati?", "Jekk iva, liema?", "ONOR.", "TONIO BORG: Iva, meta jkun hemm bżonn.", "Dalwaqt se toħroġ Green Paper fejn dan is-suġġett se jkun imsemmi.", "AFM - MEMBRI JABBUŻAW MID-DROGA", "7777.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' membri ta' l- armata li nstabu li ħadu d-droga din is-sena?", "X'rank kellhom?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Matul din is-sena, sa l-aħħar ta' Settembru, kien hemm erba' każi ta' membri ta' l-armata li nstabu li kienu b'xi mod jew ieħor jabbużaw minn drogi.", "Ir-rank ta' dawn il-membri kien ta' gunner.", "L- erba' individwi m'għadhomx aktar membri ta' l-armata.", "CCF – PRIĠUNIERI", "7778.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in- numru ta' ħabsin li nstabu li ħadu d-droga waqt li kienu l-ħabs din is- sena?", "ONOR.", "TONIO BORG: Mill-1 ta' Jannar sat-30 ta' Settembru 2004 minn 606 priġunier li daħlu l-ħabs mill-bidu tas-sena, 45 instabu pożittivi għad- droga.", "SAĦĦA - TQASSIM TA' SIRINGI", "7779.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid kemm tqassmu siringi lil dawk li jabbużaw mid-droga din is-sena u minn fejn tqassmu?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: It-total ta' siringi li tqassmu lil dawk li jabbużaw mid-droga din is-sena - minn Jannar sa Awissu - huwa:", "|Flor|Qorm|Gżi|Raħal |Borm|Mos|Rab| |iana|i |ra |Ġdid |la |ta |at | |3044|1246|286|43200 |1019|126|449| |9 |8 |18 | |9 |21 |1 |", "SPTAR SAN LUQA - TESTIJIET TA' L-HIV", "7780.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid kemm saru testijiet għall- HIV din is-sena?", "Kemm kienu pożittivi?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Matul din is-sena saru 3,791 test għall-HIV antibodies sa l-aħħar ta' Awissu fil-Virology unit tad-dipartiment tal- patoloġija ġewwa l-isptar San Luqa.", "Minn dawn 12 irriżultaw pożittivi.", "Peress li dawn it-testijiet huma anonimi jista' hemm l-istess persuna li għamlet it-test aktar minn darba.", "ISLA – BINJA BISWIT RESIDENZA PRIVATA", "8049.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u tas- Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tieħu passi biex id-dipartiment għat-tiswija tal-postijiet tal-gvern jirrimedja l-inkonvenjent li persuni - dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament - qed jallegaw li nħolqilhom meta nbniet binja biswit id-dar tagħhom?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Għaddejt it-talba ta' l-Onor.", "Interpellant lid- dipartiment tal-bini u tiswija ta' djar għall-azzjoni meħtieġa.", "FGURA - SERVIZZ TA' CARE & REPAIR", "8050.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u tas- Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tara li jittieħdu l-passi neċessarji biex persuna - dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament – tibbenefika mis-servizz ta' care & repair ta' l-awtorita' tad-djar?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: F'Ġunju 2002 il-persuna indikata bbenefikat minn għotja taħt Skema Z ta' l-awtorita' tad-djar biex isiru diversi xogħlijiet għall-irranġar fir-residenza privata tagħha.", "Permezz ta' dawn ix-xogħlijiet il-fond inġieb up to standard skond kif ċertifikat minn perit ta' l- awtorita' tad-djar.", "IMSIDA - TALBA GĦAL AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA", "8051.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u tas- Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid x'tama hemm li persuna - dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - tiġi provduta b'post alternattiv mid-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Id-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali qed jikkunsidra l-applikazzjoni indikata flimkien ma' oħrajn simili.", "BORMLA - TWAQQIGĦ TA' FOND", "8068.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u tas- Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Minsitru tgħid jekk hemmx ħsieb li jitwaqqa' il-fond li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Il-fond li għamel riferenza għalih l-Onor.", "Interpellant hu indikat għat-twaqqigħ bħala parti mit-tielet fażi tal- proġett ta' riabilitazzjoni taz-zona ta' Santa Liena.", "POSTIJIET TA' DIVERTIMENT", "8075.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Fiż-żjarat li saru biex jiġi żgurat li kull post ta' divertiment huwa attrezzat kif suppost skond il-liġi dwar affarijiet bħal ħruġ ta'malajr minħabba ħruq jew inċidenti oħra, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid liema kienu dawk il-lokalitajiet li nstabu b'nuqqasijiet?", "Kemm saru żjarat din is-sena?", "Jeżisti l-poter ta'għeluq tal-post jekk in- nuqqasijiet ikunu serji?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 8074.", "INJEZZJONI KONTRA L-INFLUWENZA", "8076.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l- Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid kemm–il persuna ħadet l- injezzjoni kontra l-influwenza miċ-ċentri tas-saħħa din is-sena s'issa?", "Kemm kienu anzjani 'l fuq minn 60 sena?", "Jista' jagħti dettalji għal kull ċentru separatament?", "Jinżamm rekord ta' kemm ingħataw injezzjonijiet minn tobba privatament?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: It-total ta' tilqim kontra l-influwenza li ngħata miċ-ċentri tas-saħħa din is-sena - sat-18 ta' Ottubru - f'Malta u Għawdex huwa kif ġej:", "|Furjana| | | |2229 | |Mosta | | | |1350 | |B'Kara | | | |1986 | |Bormla | | | |705 | |Raħal | | |Ġdid |1627 | |Qormi | | | |1206 | |Rabat | | | |837 | |Għawdex| | | |1401 | |Total |11,34| | |1 |", "Fl-istess żmien ġew distribwiti 3,026 tilqima lill-kunsilli lokali u 6,732 lill-istituzzjonijiet bħal djar ta' l-anzjani jew sptarijiet, biex jingħataw direttament lill-anzjani, morda b'ċerti kundizzjonijiet jew l- istaff , ħalli b'hekk jiffrankawlhom li jmorru fiċ-ċentri tas-saħħa.", "Minn din is-sena bdiet tinġabar informazzjoni aktar dettaljata mid- dipartiment tas-saħħa pubblika dwar min qed jieħu t-tilqima, liema informazzjoni tinkludi l-persuni mlaqqma kontra l-influwenza li huma 'l fuq minn 60 sena.", "Din l-informazzjoni għadha qed tiġi miġbura u analizzata.", "Ma tinżammx statistika ta' kemm jingħataw injezzjonijiet fil-privat.", "FTS - RAPPORTI DWAR L-ISKEJJEL", "8077.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: Jista' l-Ministru jgħid jekk ir-rapport dwar l-istat ta' kull skola li kien qed isir mill-FTS tlestiex jew le?", "Jekk fl- affermattiv, jista' ipoġġi kopja tiegħu fuq il-mejda tal-Kamra?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-FTS għandha rapport dwar il-bżonnijiet ta' immodernizzar ta' kull skola tal-gvern li jiġbor fih ċertu ammont ta' dettal.", "Ma jidhirlix li hu l-każ li f'dan l-istadju r-rapporti jitpoġġew fuq il-mejda tal-Kamra.", "MARSA SPORTS GROUND", "8078.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid meta se jitlesta x-xogħol li qed isir fil-Marsa sports ground fejn hemm il-ground tar-rugby?", "Jista' jgħid jekk dan ix-xogħol hux se jkun lest fil-ħin għal-logħob internazzjonali tat-team nazzjonali tar-rugby?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ix-xogħol li kellu jsir min-naħa tal-kunsill Malti għall-isports fil-Marsa sports ground sar, inkluż iż-żriegħ ta' l-istess ground.", "Informat li l-ground se jkun lest għall-ewwel logħba internazzjonali li se ssir nhar is-Sibt 6 ta' Novembru.", "FTS - ĦADDIEMA", "8079.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid fil-preżent kemm hemm ħaddiema ma' l-FTS?", "Min huma u x'inhu x-xogħol li qed jagħmlu?", "Jista' jgħid ukoll jekk dawn hux qed jaħdmu b'kuntratt jew le?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-FTS timpjega fuq bażi ta' kuntratt 19-il impjegat li huma: erba' periti, inġinier elettriku, tliet draughtsman, chief finance officer, executive accountant, kordinatur tal-proġetti, management consultant, tliet persuni fuq xogħol klerikali/segretarjali, receptionist, kordinatur servizzi skejjel u messaġġier/handyman.", "FTS - MEMBRI TAL-BORD", "8080.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid min huma l-membri tal-bord ta' l-FTS li jinsabu mmexxija mis-Sur Ray Fenech?", "Xi kriterji ntużaw għall- għażla tagħhom u x'inhu l-qasam li ġejjin minnu?", "X'inhuma r- responsabbiltajiet tagħhom fi ħdan l-istess fondazzjoni?", "Kemm qed jitħallsu kull wieħed u waħda minnhom?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-bord ta' l-FTS huwa magħmul minn: Mr Raymond Fenech – chairman; Ms Louise Aquilina - board member (ministeru ta' l-edukazzjoni); Dr Peter Fenech - board member (avukat); Mr Joseph Magro - vice chairman (direttur edukazzjoni); Mr.Alfred Rizzo - board member (ministeru tal-finanzi); Ms Marilyn Sciortino - board member (assistent direttur edukazzjoni).", "Il-membri ta' dan il-bord huma intitolati għal Lm100 fix-xahar bħala onorarju.", "Ir-responsabbiltajiet tagħhom huma dawk ta' membri ta' bord ta' ente pubblika kif stabilit fl-istatut li kien tpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "ARTIJIET - ĦSARA F'SOQFA TA' GARAXX", "8205.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jara li tissewwa l-ħsara li hemm fis-soqfa tal-garaxx - tender 72595?", "ONOR.", "TONIO BORG: It-taqsima proprjeta' tal-gvern kienet irriferiet il- każ lid-dipartiment tal-kostruzzjoni u manutenzjoni fi ħdan il-ministeru għar-riżorsi u infrastruttura sabiex jittieħdu l-passi neċessarji dwar il- ħsara fil-garaxx imsemmi mill-Onor.", "Interpellant.", "SPTAR SAN LUQA - OPERAZZJONI TAL-HIP REPLACEMENT", "8206.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l- Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid x'inhi l-waiting list għal kull professur għal hip replacement?", "Kemm-il operazzjoni ta' dan it-tip isiru kull xahar?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "ENEMALTA - HEDGING AGREEMENT", "8207.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika: Jista' il-Ministru jgħid kemm ilu li twaqqaf il-hedging agreement li kellha l-korporazzjoni Enemalta?", "Meta kien sar?", "B'kemm kien jinxtara ż-żejt meta kellna dan il-ftehim u kemm inxtara (b'kull bidla li seħħet fil-prezz u d-data) minn meta twaqqaf sal-lum?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "ENEMALTA - PETROL/DIESEL", "8209.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika: Jista' il-Ministru jgħid kemm kien il-prezz tal-petrol/petrol bla ċomb u diesel fis-snin 1986, 1990, 1994, 1998, 2000, 2001, 2002 u 2003?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-mejda tal- Kamra aktar kmieni fis-seduta.", "MDC/IPSE/METCO - EX-ĦADDIEMA", "8219.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 7723 u cioe' jgħid kemm minn dawk li kienu mpjegati ma' l-MDC, l-IPSE u l-METCO u li ma ġewx integrati mal-Malta enterprise għadu ma nstabilhomx xogħol ieħor produttiv u permanenti u għadhom jiddependu minn xi qasam ieħor tal-gvern, jew minn xi kumpannija li tagħha l-gvern huwa shareholder ewlieni?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: In-numru ta' impjegati ta' l-MDC, l-IPSE u l-METCO li sat-22 ta' Ottubru 2004 ma ġewx integrati mal-Malta enterprise u għadu ma nstabilhomx xogħol huwa ta' 22.", "Uħud minn dawn diġa' għamlu xi intervisti għall-impjieg u għalhekk in-numru jinbidel u jonqos minn żmien għal żmien hekk kif jinstabilhom xi xogħol.", "Sa l-istess ġurnata nstab xogħol alternattiv għal 45 impjegat mal-gvern jew parastatali fejn qed ikunu produttivi fil-postijiet rispettivi tagħhom.", "MEPA - SERVIZZ TA' L-INTERNET", "8258.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 7604 li tittratta s-servizz ta' l-internet għall-impjegati tal-MEPA, peress li bid-deċiżjoni li ttieħdet irriżulta li mpjegati klerikali u tekniċi/amministrattivi f'direttorati oħra fl-istess awtorita' xorta baqgħu jgawdu dan is-servizz u fl-istess ħin gradi professjonali fid-direttorat ta' l-ippjanar, li jinkludu fost oħrajn individwi li mhux qed jagħmlu kors l-universita' imħallsa mill-istess awtorita' kif ukoll oħrajn tekniċi li ġew esklużi b'din l-azzjoni, qed isibu diffikultajiet biex iwettqu l- obbligi kollha lejn il-professjoni tagħhom li timplika ammont ta' aġġornament kontinwu kif ukoll riċerka, jista' il-Ministru jgħid għaliex ma tteħdux miżuri oħra biex din id-deċiżjoni ma tkunx ta' detriment għal dan in-numru ta' staff fl-istess awtorita'?", "Ma jistax jintuża aħjar software partikolari fl-awtorita' li jirregola b'mod aħjar, permezz ta' aktar filtering, aċċess għal ċerti siti u informazzjoni li jista' ikollha kontenut dubjuż?", "Għaliex din id-deċiżjoni ma ġietx kommunikata b'mod dinjituż ma' l-istaff kollu fl-awtorita'?", "X'qed iżomm lill-management milli josserva l-linji gwida li għamel hu xi żmien ilu wara li soluzzjoni ġusta tittieħed f'dan ir-rigward?", "Tista' tikkonferma li gradi tekniċi u klerikali, kif ukoll professjonisti fiż-żewġ direttorati l-oħra, baqgħu bl- aċċess għal dan is-servizz bażiku?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Il-management tad-direttorat ta' l-ippjanar ħass li l-produttivita' ta' ċerti gradi ta' impjegati kien affetwat b'mod negattiv minn mindu ġie pprovdut l-aċċess ta' l-internet xi xhur ilu.", "Dawn l-impjegati m'għandhomx xi bżonn partikolari għall-internet għax-xogħol tagħhom, u kieku stess dan l-aċċess huwa pprovdut fil-librerija ta' l- awtorita`.", "Għalhekk aktar kontrolli u aspetti amministrattivi oħra msemmijin fil-mistoqsija jservu biss biex iżidu piż amministrativ fuq l- istess awtorita`.", "SKEJJEL TA' L-ISTAT – STUDENTI", "8299.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 6984 u cioe' jgħid jekk fis-snin 1999, 2000, 2001, 2002, 2003 u din is-sena sal-lum kienx hemm rapportat li xi tfal/studenti li jattendu l-iskejjel ta' l-Istat inqabdu b'xi drogi u/jew armi tan-nar?", "Meta u f'liema skola?", "X'passi ttieħdu?", "Kemm kellhom eta' it-tfal f'kull każ?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mill-istatistika li żżomm it-taqsima kontra l-abbuż ta' l-edukazzjoni, imwaqqfa fl-2001, ġew rapportati 40 każ ta' abbuż ta' droga - sitt skejjel tal-knisja, sebgħa post-sekondarji u 27 skejjel ta' l- Istat.", "L-eta' tvarja minn 14 sa 18-il sena.", "Minn dawn, 26 każ ġew riferuti lill-iskwadra tad-drogi tal-pulizija u 14 lil Sedqa.", "Kien hemm każ wieħed fejn student ta' 14-il sena kellu air pistol li ġiet konfiskata.", "TURIŻMU U KULTURA - RAPPORTI TA' SERQ", "8307.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid matul l-ewwel disa' xhur ta' din is-sena kemm-il serqa ta' oġġetti ġiet rapportata li saret fid-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt il-ministeru tiegħu kif ukoll minn fuq proġetti li għaddej bihom il-ministeru?", "X'kienu l-oġġetti misruqa u kemm jammontaw f'ċifra ta' flus globali?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Matul l-ewwel disa' xhur ta' din is-sena nsterqu Lm500.50 cash mill-Malta society of arts manufacture and commerce.", "Dawn kienu jikkonsistu fi flus mill-vending machine, petty cash flow u s- safe.", "F'dan il-perjodu nsterqu wkoll moon rock u tazza Rumana li ma jistax jingħata prezz għalihom kif ukoll Airforce World War II bicycle headlamp ta' valur zgħir.", "FINANZI - RAPPORTI TA' SERQ", "8308.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid matul l-ewwel disa' xhur ta' din is- sena kemm-il serqa ta' oġġetti ġiet rapportata li saret fid-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt il-ministeru tiegħu kif ukoll minn fuq proġetti li għaddej bihom il-ministeru?", "X'kienu l-oġġetti misruqa?", "Kemm jammontaw f'ċifra ta' flus globali?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "GĦAWDEX - RAPPORTI TA' SERQ", "8309.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' il- Ministru tgħid matul l-ewwel disa' xhur ta' din is-sena kemm-il serqa ta' oġġetti ġiet rapportata li saret fid-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt il-ministeru tagħha kif ukoll minn fuq proġetti li għaddej bihom il- ministeru?", "X'kienu l-oġġetti misruqa?", "Kemm jammontaw f'ċifra ta' flus globali?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Kien hemm tliet każi ta' serq li ġew rapportati matul l-ewwel disa' xhur ta' din s-sena.", "L-oġġetti misruqa kienu cable tat-3 phase, li l-valur tiegħu jammonta għal Lm100, numru ta' xtieli b'valur stmat ta' madwar Lm5 u first aid box b'valur ta' Lm6.75c.", "TEKNOLOĠIJA TA' L-INFORMATIKA - RAPPORTI TA' SERQ", "8310.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika: Jista' il-Ministru jgħid matul l-ewwel disa' xhur ta' din is-sena kemm-il serqa ta' oġġetti ġiet rapportata li saret fid-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt il- ministeru tiegħu kif ukoll minn fuq proġetti li għaddej bihom il-ministeru?", "X'kienu l-oġġetti misruqa?", "Kemm jammontaw f'ċifra ta' flus globali?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-mejda tal- Kamra aktar kmieni fis-seduta.", "AIR MALTA - LUKANDA", "8311.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika: Jista' il-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess tal-ħruġ tat-tender tal-lukanda ta' l-Air Malta operata mill-Holiday Inn?", "X'inhi l-pożizzjoni ta' l-impjiegi tal-ħaddiema?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-Air Malta se tbiegħ l-ishma tagħha fil-kumpannija Tigne' Development Co. Ltd. permezz ta' sejħa għall-offerti.", "Il- preparamenti għall-ħruġ ta' din is-sejħa jinstabu fi stadju avanzat u huwa stmat li dan isir sa l-ewwel nofs ta' l-2005.", "Rigward l-impjegati tal-kumpannija Tigne Development Co. Ltd, dawn għandhom relazzjoni kuntrattwali mal-kumpannija Tigne Development Co. Ltd.", "KUNSILLI LOKALI - SINDKI/KUNSILLIERA", "8312.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' kunsilliera u sindki, lokal lokal f'Malta u Għawdex, li rriżenjaw sena b'sena minn meta twaqqfu l-kunsilli lokali?", "ONOR.", "TONIO BORG: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "XIRI TA' ŻEJT MIL-LIBJA", "8350.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika: Jista' il-Ministru jgħid jekk għadx hemm arranġamenti priferenzjali dwar xiri ta' żejt mil-Libja?", "Jekk iva, meta xtrat l-aħħar il-korporazzjoni Enemalta minn dan is-sors u kemm xtrat.", "Jekk le, meta ntemm l-arranġament?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Il-korporazzjoni Enemalta m'għadx għandha arranġamenti priferenzjali dwar xiri ta' żejt mil-Libja.", "L-aħħar arranġament li kien hemm intemm fl-aħħar tas-sena 2003.", "SKEJJEL - TQASSIM TA' ĦALIB", "8357.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid jekk hux se jibqa' jitqassam il-ħalib fl-iskejjel?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-kap ta' kull skola huwa responsabbli għax-xiri tal- ħalib u kull kap jixtri l-kwota ta' ħalib li jkun hemm bżonn.", "TESTIJIET TAS-SEWQAN", "8369.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Peress li l-Għawdxin qed ibatu minn inkonvenjenti kbar biex jagħmlu t-test tal-liċenzja tas-sewqan għax dan it-test - l-iskritt - irid isir Malta, kif ukoll biex isir il-prattiku jridu jistennew li jinġabru group ta' applikanti u allura bejn sessjoni u oħra qed ikun hemm id- dewmien, jista' il-Ministru jara li jittieħdu passi biex dawn l- inkonvenjenti jitneħħew a benefiċċju ta' l-applikanti Għawdxin?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 8369, ġejt informat li:", "1 - It-test tat-teorija - l-iskritt - li bħalissa jsir Malta mhux ġustifikat ekonomikament li jsir ġewwa Għawdex; 2 - L-iskeda tat-testijiet tal-prattika ġo Għawdex se ssir b'mod li t- testijiet tal-vetturi żgħar u muturi se jiġu integrati ma' dawk tal-vetturi l-kbar - trakkijiet inkluż bit-trailer, xarabanks u mini-buses - sabiex kull test jidħol awtomatikament fil-jum li jkun imiss.", "B'hekk jiġi evitat li l-Għawdxin idumu jistennew biex jingħataw appuntament għal test b'vetturi kbar;", "3 - Id-direttorat tal-liċenzji u testijiet se jżid eżaminatur tat-testijiet ieħor li jitla' Għawdex kull nhar ta' Erbgħa b'effett mit-3 ta' Novembru 2004.", "B'hekk nirdoppjaw in-numru ta' testijiet tal-prattika ġo Għawdex u għalhekk jonqos il-perjodu bejn il-jum li jsir l-appuntament għat-test u t- test proprju.", "PERSUNI BOARDED OUT", "8373.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru tal-Familja u tas- Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid kemm-il persuna ġiet boarded out f'dawn l-aħħar ħames snin, kull sena separatament?", "Tista' tgħid ukoll kemm minn dawn ġew boarded out għal raġunijiet fiżiċi u psikoloġiċi?", "Kemm minnhom kienu nisa u kemm kienu rġiel?", "X'inhuma l- etajiet rispettivi tagħhom?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Ma tinżammx statistika dwar l-informazzjoni mitluba dwar l-aħħar tliet partijiet tal-mistoqsija.", "L-informazzjoni mitluba fl-ewwel parti tal-mistoqsija qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "GĦAWDEX - NUTAR TAL-GVERN", "8376.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għal Għawdex: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 2745, tista' il-Ministru tgħid meta se jkun hemm nutar tal-gvern f'Għawdex?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Il-kariga ta' nutar tal-gvern għal Għawdex hija okkupata.", "RAĦAL ĠDID - PLOT TAL-PRIVAT", "8378.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 8053 u cioe' : peress li ġejt informat li l-plot huwa tal-privat, jista' il-Viċi Prim Ministru jara li l-kunsill lokali jieħu passi sabiex is-sid ta' dan il-plot ma jħallihx fl-istat li hu?", "ONOR.", "TONIO BORG: Bħalma jaf l-Onor.", "Interpellant, il-kunsilli lokali huma korpi statutorji ta' gvern lokali b'personalita' legali distinta u għalhekk nissuġġerilu jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-kunsill lokali konċernat.", "MALTA FREEPORT", "8380.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 8007 u cioe' jgħid x'inhu l-investiment tal-Malta Freeport Co. Ltd fil-port ta' Brindisi?", "Jista' jagħti rendikont sena b'sena sal-lum?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għad-dokumenti dettaljati mpoġġija fuq il-mejda tal-Kamra.", "KOTTONERA - CAR PARK", "8457.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jgħid meta se jinbeda x-xogħol fuq il-carpark li diġa' ħarġu l-permessi għalih mill-MEPA u li l-gvern wiegħed li se jsir bħala parti mill-proġett tal-Kottonera?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Bħalissa l-permess approvat għand il-MEPA PA 2243/04 huwa outline għal multi-level car park.", "Il-gvern qed jistudja kif se jinbeda dan il-proġett filwaqt li jieħu in kunsiderazzjoni l-ispiża neċessarja u anke talbiet minn xi wħud mill-konsorzja eżistenti biex jipparteċipaw fl-iżvilupp tiegħu.", "ĦAŻ-ŻEBBUĠ - TRIQ TA' SRINA", "8462.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jgħid x'tip ta' sistema ta' stormwater drainage qiegħda tintuża fit-Triq ta' Srina, l/o Ħaż-Żebbuġ, biex tlaħħaq mal-volum enormi ta' xita li jaqa' fuq din it-triq kull darba li tagħmel ix- xita?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: L-ilma tat-triq, kif ukoll dak li jiġi mill- għelieqi ta' madwar, se jinġabar ġo collection chamber gullies fuq kull ġenb tat-triq.", "Il-pajpijiet ta' l-istormwater culvert li jinsabu f'kull kariġjata ġew iddisinjati biex jieħdu l-ilma li jaqa' fit-triq u dak li jiġi mill-għelieqi f'1 in 1 year storm 15min duration.", "L-istormwater culverts se jferrgħu l-ilma ġol-widien eżistenti.", "SAĦĦA – PART-TIME SOCIAL ASSISTANT", "8470.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l- Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jara li jitmexxa l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Isem il-persuna msemmija fil-mistoqsija jinsab imniżżel fil-lista ma' l-applikanti l-oħra li kienu applikaw u ġew magħżula wara intervista għall-post ta' part-time social assistant.", "Id-dipartiment jibgħat għal din il-persuna biex tibda taħdem bħala part- time social assistant fil-komunita' meta jkun hemm bżonn u skond l-order of merit.", "XIRI TA' ŻEJT MIL-LIBJA", "8471.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika: Billi l-Ministru riċentement għarraf lill-Kamra li l-Gvern Malti ilu ma jixtri żejt b'rati priferenzjali mil-Libja għal dawn l-aħħar sentejn, jista' jgħid jekk dan l-arranġament intemmx għax kien skada l-ftehim?", "Jekk ma baqax jiġi wżat, on grounds of policy?", "Saru xi attentati min-naħa tal-gvern biex dan il-ftehim jiġi ri- attivat?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-arranġament intemm meta skada l-ftehim minħabba li n-National Oil Corporation tal-Libja ma setgħetx tissuplixxi fuel oil f'sulphur content ridott kif bdiet tuża l-korporazzjoni Enemalta fl-2003.", "ĦAL TARXIEN - ASFALTAR TA' TOROQ", "8473.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 8264 u cioe' jgħid meta se jsir it-tarmac fi Triq il-Kurunell Mass u Triq 25 ta' Marzu ġewwa Ħal Tarxien peress li dawn jinsabu fi stat diżastruż?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 8264.", "ĦAL FERĦ COMPLEX - ĦADDIEMA", "8474.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika: B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari 8165 u 7727, jista' il-Ministru jgħid jekk sarux xi laqgħat dwar il-futur tal-ħaddiema ta' Ħal Ferħ complex f'Għajn Tuffieħa?", "Jekk iva, ma' min saru?", "X'inhu l-futur tal-ħaddiema?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 8463.", "MARSA - ANZJANI LI QED JITOLBU BIEX JIDĦLU L-SVPR", "8488.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l- Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jara li żewġ anzjani - dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament - li jinsabu fi stat li ma jistgħux ikomplu jgħixu waħedhom id-dar minħabba l-mard jidħlu fir-residenza San Vincenz de Paule?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-applikazzjoni ta' l-imsemmija koppja waslet fit-2 ta' Lulju 2004 u qiegħda tingħata l-attenzjoni meħtieġa.", "MEPA - MELLIEĦA –IMĠIEBAĦ", "8493.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid x'passi ħadet il-MEPA dwar irregolaritajiet li twettqu dan l-aħħar fl-Imġiebaħ, limiti tal-Mellieħa?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Il-MEPA ħarġet avviż biex tieqaf u ta' twettieq ECF 493/04.", "Wara li għadda t-terminu legali, l-awtorita' marret fuq il- post darbtejn u ħadet il-passi biex titneħħa l-illegalita' u s-sit jerġa' jiġi fl-istat oriġinali tiegħu.", "IMPJIEGI – DISKRIMINAZZJONI KONTRA L-ĦADDIEMA", "8494.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: Jista' il-Ministru jindika fiex waslu r-regolamenti li l-ministru għall-politika soċjali ta' dak iż-żmien - illum Prim Ministru - kien irrifera għalihom fit-tweġiba tiegħu għal żewġ mistoqsijiet parlamentari li kont għamiltlu jien 4392 u 4393?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-proċess ta' preparazzjoni għall-pubblikazzjoni ta' avviż legali li l-ministru ta' dak iż-żmien kien irrifera għalih fir- risposta għal domandi parlamentari 4392 u 4393, wasal fi tmiemu wara li saru l-konsultazzjonijiet meħtieġa mal-bord tar-relazzjonijiet ta' l- impjieg u mistennija li tiġi pubblikata fil-ġranet li ġejjin.", "MELLIEĦA - QORTIN - DRENAĠĠ", "8495.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika: Jista' il-Ministru jgħid meta se jsir ix-xogħol meħtieġ biex id-djar kollha fil-Qortin tal-Mellieħa jkollhom is-sistema tagħhom imqabbda mas-sistema nazzjonali tad-drenaġġ?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "ITS - TRACER STUDY", "8496.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid jekk l-istitut għall- istudji turistiċi għandux tracer studies biex jistabilixxi kemm fil-fatt dawk li jagħmlu l-korsijiet tiegħu jidħlu fil-qasam tat-turiżmu u kemm jaqbdu oqsma oħra fl-impjieg tagħhom?", "Jekk sar xi tracer study, jista' ipoġġi kopja tiegħu fuq il-mejda tal-Kamra?", "Jekk ma sarx, jista' jara li l-istitut jagħmel studju bħal dan?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-istitut għall-istudji turistiċi għandu tracer study of 1987-2000 graduates.", "Hemm il-ħsieb li fil-futur isir studju li jkopri l-perjodu għas-sena 2000 sa 2004.", "Se ngħaddi kopja tat-tracer study imsemmi hawn fuq lill-Onor.", "Membru.", "MTA - STUDJU TA' RIŻORSI UMANI", "8497.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jara li l-awtorita' Maltija tat-turiżmu tagħmel studju tar-riżorsi umani fl-industrija tat-turiżmu f'Malta u f'Għawdex fil-livelli kollha?", "X'inhuma l-ħiliet li għandhom in-nies tagħna u fejn hemm defiċjenzi f'dawn il-ħiliet biex jiġu indirizzati?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-awtorita` Maltija għat-turiżmu tagħmel numru ta' studji fuq aspetti differenti ta' riżorsi umani fl-industrija tat- turiżmu.", "Bħalissa l-awtorita` Maltija għat-turiżmu qed tagħmel studju dwar il- ħiliet, kapaċitajiet u l-kompetenzi tan-nies li jaħdmu fil-lukandi u ristoranti f'Malta u Għawdex.", "L-iskop ta' dan l-istudju hu li nsiru nafu l- possibbiltajiet ta' nuqqas ta' kompetenza fost dawk li qed iffitxu x-xogħol u li jistgħu jiġu mpjegati - skill shortages - kif ukoll in-nuqqas ta' kompetenza fost il-ħaddiema attwali - skill gaps.", "L-istudju jara wkoll il- bżonnijiet ta' taħriġ għall-impjegati fl-industrija tat-turiżmu; it- tieni parti ta' l-istudju tiffoka fuq in-numru ta' ħaddiema li l-industrija tat-turiżmu se jkollha bżonn fil-ħames snin li ġejjin (2004-2008).", "Parti mill-fondi ta' dan il-proġett kienu allokati minn fondi ta' l-Unjoni Ewropea.", "Ir-rapport għandu joħroġ fl-ewwel tliet xhur tas-sena li ġejja.", "SETTUR TURISTIKU - TAĦRIĠ", "8498.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid x'kordinazzjoni teżisti bejn l-istitut għall- istudji turistiċi, l-awtorita' Maltija tat-turiżmu u l-universita' biex jaħdmu flimkien ħalli jtejbu l-kwalita' tal-ħiliet tal-persuni li jaħdmu fit-turiżmu?", "Jista' jagħti eżempji konkreti ta' koperazzjoni flimkien minn dawn l-entitajiet pubbliċi għall-ġid tat-turiżmu?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Il-ko-ordinazzjoni li teżisti bejn l- istitut għall-istudji turistiċi u l-awtorita` Maltija għat-turiżmu tikkonsisti f'liaison sabiex jiġu milqugħa l-ħteġijiet ta' taħriġ fis- settur turistiku.", "Xi wħud minn dawn l-inizjattivi jinkludu t-tourism competence guidelines bil-għan li jitjiebu s-service standards fis-settur turistiku.", "Inizjattiva oħra tinkludi l-programm TIPS (tourism induction for professional service) li huwa mmirat sabiex dawk kollha li jidħlu fl- industrija tat-turiżmu jkunu preparati biex jilqgħu għall-ħteġijiet tat- turist.", "Barra minn hekk l-awtorita' ittella' programm ieħor bl-involviment ta' l- ITS.", "Dan iħares lejn il-promozzjoni tal-karrieri fis-settur turistiku fl- iskejjel sekondarji.", "Ma' l-universita', il-BA tourism course huwa parzjalment sponsorjat mill- awtorita' Maltija għat-turiżmu.", "Ma' l-universita' isir ukoll programm ta' tagħrif u taħriġ immirat għat-tourism frontliners taħt it-titlu \"Malta, Int u t-Turist\".", "Diversi ħaddiema professjonali fi ħdan l-awtorita` Maltija għat-turiżmu jagħtu lectures fuq it-turiżmu lill-istudenti universitarji kif ukoll tutoring u supervision fuq it-teżi.", "Dan l-aħħar ġie introdott seminar taħt it-titlu Bridging the Gap.", "L-għan tiegħu hu li jagħti t-tagħrif lill-istudenti universitarji dwar it-turiżmu sabiex jifhmu aktar id-differenza bejn it-teorija u d-dinja tax-xogħol.", "Dan is-seminar ġie milqugħ tajjeb ħafna u hemm ħsieb li jsir regolarment.", "TAX COMPLIANCE UNIT - UFFIĊINI", "8508.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm qed titħallas kera għall-użu ta' l-uffiċini tat-tax compliance unit?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: It-tax compliance unit tħallas Lm63,238 fis-sena bħala kera għall-użu ta' l-uffiċini tagħha.", "TAX COMPLIANCE UNIT - KONSULENTI", "8509.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid fuq liema bażi jsir il-ħlas tal- konsulenti fit-tax compliance unit?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "SERVIZZ PUBBLIKU - IMPJIEGI", "8510.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk hijiex policy tal-gvern li fis- settur governattiv jiġu mpjegati biss ħaddiema li ġejjin mill-Unjoni Ewropea filwaqt li jiġu rifjutati persuni oħra li jkollhom l-istess kwalifiki u li jkunu ġew approvati minn bordijiet statutorji governattivi?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Impjieg fis-servizz pubbliku jsir skond il- parametri ta' eliġibbiltà stabilita fis-sejħiet għall-applikazzjonijiet kif maħruġa mill-Kummissjoni dwar is-servizz pubbliku.", "Mill-1 ta' Mejju 2004 applikazzjonijiet bdew jiġu aċċettati wkoll minn applikanti minn pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea li jissodisfaw il-parametri stabiliti tas-sejħa.", "Ma neskludix li jista' ikun hemm każi fejn applikazzjonijiet jinfetħu wkoll għall-persuni li m'humiex mill-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea.", "SERVIZZ PUBBLIKU - ĦADDIEMA", "8511.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hemm impjegati f'kull ministeru, dipartimenti, aġenziji, fondazzjonijiet, awtoritajiet eċċ. persuni li għalqu l-61 sena?", "X'inhu l-ħlas f'kull każ u x'perkaċċi qed jieħdu?", "Kull persuna f'liema ministeru, dipartiment, aġenzija, fondazzjoni, awtorita' eċċ. qiegħda?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 8200.", "PERIT RICHARD ENGLAND", "8515.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jikkonferma li l-Perit Richard England ingħata s-servizz ta' periti u draught persons mid-dipartiment tax-xogħlijiet pubbliċi sabiex jgħinuh fuq il-proġett ta' parlament ġdid?", "Jekk fl- affermattiv, kemm qiegħed iħallas il-Perit England lill-gvern għas-servizzi offruti minn dawn il-persuni?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Il-Ministru għandu diversi ħteġijiet ta' żvilupp ta' disinn, stimi u eventwalment project management ta' proġetti kapitali ġodda.", "Għal dan il-għan saret talba lill-MPO sabiex il-ministeru jkollu project co-ordination unit li tkun magħmula minn perit, quantity surveyors u draught persons.", "Din it-talba ġiet milqugħa u numru ta' uffiċjali b'dawn il-kwalifiki kienu identifikati u trasferiti mal-ministeru.", "Minħabba x- xogħol li għaddej bħalissa fuq studji preliminari għall-proġett tas-sit tat- Teatru Rjal u d-daħla ta' Bieb il-Belt dan it-team bħalissa qiegħed jaħdem mal-Perit England.", "B'dan l-arranġament, u dejjem jekk il-proġett jitkompla, il-Perit England jitħallas fee negozjata li tieħu in kunsiderazzjoni li ħafna mix-xogħol ta' support fit-tħejjija tal-proġett qiegħed isir minn dan it-team li hu mħallas direttament mill-gvern.", "PERIT RICHARD ENGLAND", "8516.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jgħid kemm tħallas il-Perit Richard England minn meta beda l-ħidma tiegħu sal-lum fuq il-proġetti ta' St James Cavalier, is-sit tat-Teatru Rjal u l-masterplan għal Bieb il-Belt, kull pagament separat bid-data meta tħallas?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jindirizza l- mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "SPTAR MATER DEI", "8517.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l- ismijiet tal-membri ta' l-FMS, u tal-persuni li ħadmu magħha, fuq l-isptar Mater Dei f'dawn l-aħħar ħames snin?", "X'kien ir-rwol ta' kull persuna?", "Min hu responsabbli għal variation orders u min jiċċertifikahom għall-ħlas?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-mejda tal- Kamra aktar kmieni fis-seduta.", "MANOEL ISLAND - PROĠETT", "8536.", "L-ONOR.", "DAVID AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Jista' il-Ministru jgħid jekk fil-kuntratt ma' MIDI għall-proġett ta' Manoel Island u Tigne' hemmx stipulat li l-aċċess mal-baħar madwar Manoel Island ikunx liberu għaċ-ċittadini?", "Jekk fil-pożittiv, jista' jgħid jekk dan l-aċċess fil-preżent hux liberu jew le?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Skond Artiklu 15 tal-kuntratt bejn il-gvern u MIDI plc, l-aċċess jista' ikun magħluq b'mod temporanju sakemm isiru xogħlijiet fuq il-proġett.", "Bħalissa x-xogħolijiet ta' restawr inbdew fuq il- Fortizza Manoel.", "BIRŻEBBUĠA - MAIN TA' L-ILMA", "8537.", "L-ONOR.", "DAVID AGIUS staqsa lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 7838, jista' il-Ministru jgħid għaliex hu maħsub li l-ispiża titla' għal madwar Lm8,000?", "Jista' jgħid x'xogħol hemm bżonn isir u jagħti breakdown ta' l-ispejjeż li hemm involuti?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Il-proġett biex jinbidel il-main qadim ta' din it- triq jikkonsisti fi tqegħid ta' 535 metri ta' pipe ta' 63 mm diametru fi Triq il-Brolli f'Birżebbuġa, minn Triq il-Port il-Ħieles 'il ġewwa.", "Il- breakdown ta' din l-istima hi kif ġej:", "|Excavation & |Lm 1,950| |back fill | | |Pipelaying |Lm | | |371 | |Roadworks |Lm 4,550| |House services |Lm | | |244 | |Cost of pipes &|Lm | |fittings |879 | |Stima totali |Lm 7,994|", "SAĦĦA - RADIOGRAPHERS", "8538.", "L-ONOR.", "DAVID AGIUS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l- Kura fil-Komunita': B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 7836, jista' il-Ministru jgħid jekk kienx hemm żviluppi fit-taħditiet mal-unions dwar ir- radiographers?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ma kien hemm l-ebda tibdil mit-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 7836.", "MEPA - MELLIEĦA - BINI TA' ĦAJT MA' PLOT PRIVAT", "8539.", "L-ONOR.", "DAVID AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid x'passi ħadet il-MEPA ma' sid privat biex itella' ħajt mal-plot privat tiegħu - dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament - minħabba li dan qed ikun użat bħala miżbla b'inkonvenjent għar-residenti tal-madwar?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Is-sezzjoni ta' l-infurzar tal-MEPA investigat il-każ u jirriżulta li ntefa' skart u materjal ieħor fi plot vojta fi Triq is-Snajjin, Mellieħa.", "Għaldaqstant se jinħareġ avviż biex tieqaf u ta' twettieq, Referenza ECF 932/04, sabiex jitnaddaf is-sit u jinbena ħajt mal- madwar.", "PEMBROKE - BUS STAGE", "8540.", "L-ONOR.", "DAVID AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Jista' il-Ministru jgħid meta se jitwaħħal/jitranġa bus stage li hemm hekk kif taqbeż it-traffic lights ta' Pembroke?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: It-twaħħil/irranġar ta' bus stage huwa responsabbilta' tal-kunsilli lokali.", "Madankollu l-awtorita' se tieħu ħsieb tikkuntattja lill-kunsill lokali ta' Pembroke rigward l-imsemmi bus stage.", "SKEJJEL TA' L-ISTAT - TAGĦLIM AMBJENTALI", "8541.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid għaliex ma kienx hemm tweġiba mill-ministeru għall-proposta tan-Nature Trust biex għalliema jiġu sekondati ma' din l-għaqda sabiex isir tagħlim ambjentali fl-iskejjel tal- gvern?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Diġa' hemm żewġ għalliema sekondati mal-Birdlife u għalliem ieħor man-Nature Trust.", "Barra minn hekk it-tagħlim ambjentali fl- iskejjel tal-gvern isir fuq bażi regolari.", "DELIMARA - NATIONAL PARK", "8542.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid għaliex qed ikun hemm din il- burokrazija fl-implimentazzjoni tan-national park fi Xrob l-Għaġin f'Delimara?", "Jista' jgħid kemm intilfu fondi minn barra l-pajjiż minħabba d-dewmien tal- ministeru biex jagħti l-committment tiegħu għal dan il-proġett?", "Jista' jgħid għaliex wara li saru diversi laqgħat kontinwi man-Nature Trust qed jitlob li jiġi preżentat business plan dwar dan il-proġett?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Kemm in-Nature Trust kif ukoll dan il-ministeru ħadmu flimkien fuq xogħol preliminari biex ġiet sottomessa outline development permission lill-MEPA sabiex l-arja magħrufa bħala Xrob l-Għaġin f'Delimara tiġi żviluppata f'nature park/marine life and reseach centre.", "L- Onor. Interpellant jifhem li l-gvern ikun irid jifli l-pjan dettaljat tal- proġett li jkun qed jiġi propost qabel ma jidħol f'xi committment ta' dan it-tip.", "Huwa proprju għalhekk li ntalab dan il-business plan aktar dettaljat minn dak li ngħata s'issa.", "Ninforma wkoll li n-negozjati sabiex jinstabu fondi barranin għal dan il-proġett għadhom għaddejjin.", "MEPA - PROĠETTI", "8543.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid kemm għandha tagħti fondi l-MEPA mill- proġetti li fihom kien hemm planning gain?", "Min huma l-għaqdiet li għad irid jingħatawlhom dawn il-fondi?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Il-kontijiet pendenti li bħalissa għandha quddiemha l-MEPA għar-rimbors ta' fondi mitluba minn għaqdiet jammontaw għal madwar Lm15,000.", "L-għaqdiet in kwestjoni huma l-fondazzjoni natura, għall-proġett ta' Wied Għollieqa madwar Lm14,000 u l-fondazzjoni wirt artna għall-proġett tal-Victoria Lines madwar Lm1,000.", "Fil-każ tal-proġett ta' Wied Għollieqa, l-arranġamenti biex isiru l- pagamenti dovuti diġa' qed isiru.", "ENERĠIJA ALTERNATTIVA - SUSSIDJU", "8544.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm kien ilaħħaq is-sussidju li ħareġ il-Gvern Malti lill-konsumatur li għamel użu minn enerġija alternattiva (solar water heaters, battery operated cars, etc.) matul din l- aħħar sena?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "POSTIJIET KULTURALI - ŻJAJJAR", "8545.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid min qed jieħu ħsieb jorganizza ż-żjajjar lill- postijiet kulturali li kienu jsiru mid-dipartiment tal-kultura?", "Jista' jgħid għaliex m'għadhomx jiġu organizzati minn dan id-dipartiment?", "Jista' jgħid kemm qed ikunu l-fees relatati ma' dawn iż-żjarat?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Iż-żjajjar kulturali li kien jorganizza d- dipartiment tal-kultura ma tkomplewx wara Mejju 2003 u dan għal żewġ raġunijiet, cioe' id-dħul minn dawn iż-żjarat kien jammonta għal mhux aktar minn nofs l-ispiża; u żjarat kulturali bdew jiġu organizzati mis-settur privat.", "SORSI TA' ENERĠIJA ALTERNATTIVA", "8546.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid f'liema dipartimenti tal-gvern sar xi investiment jew stallar għal sorsi ta' enerġija alternattiva f'dawn l-aħħar snin?", "Kemm kien ilaħħaq dan l-investiment u fiex intnefaq?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jindirizza l- mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "GOZO CHANNEL - UNAUDITED ACCOUNTS", "8551.", "L-ONOR.", "ALFRED SANT staqsa lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika: Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-aħħar unaudited accounts annwali tal-kumpannija Gozo Channel li jkopri l-perjodu bejn Ottubru 2003 u Settembru 2004?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra."]} {"filename": "20040120_089d_par.doc", "date": "2004-01-20", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 89 It-Tlieta, 20 ta' Jannar, 2004 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 89 It-Tlieta, 20 ta' Jannar, 2004", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-6.03 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "89", "It-Tlieta, 20 ta' Jannar, 2004", "WERREJ", "MINUTI 363", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 363", "TQEGĦID TA' KARTI 369", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JIMPLIMENTA MIŻURI TA' L-ESTIMI (IT-TIENI QARI)", "BUDGET MEASURES IMPLEMENTATION BILL (SECOND READING) 370", "AĠĠORNAMENT 391", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 396", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 88 li saret fid-19 ta' Jannar, 2004 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "TII - BORDIJIET U KUMMISSJONIJIET", "1748.", "L-ONOR.", "JOSEPH ABELA (f'isem l-Onor.", "Chris Agius) staqsa lill- Ministru għat-Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u Investiment: Jista' il- Ministru jgħid kemm inħatru bordijiet u kummissjonijiet li jaqgħu taħt id- dekasteru tiegħu minn April 2003 sal-lum?", "Minn min huma magħmula?", "Jista' jgħid jekk għandhomx xi onorarja u benefiċċji oħra u anke jgħid x'inhuma?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru għat-Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u Investiment): Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Lill-Ministru jirriżultawlu xi affarijiet preliminari wara l-inċident li seħħ il-bieraħ ta' l-Air Malta?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Speaker, m'għandix din l-informazzjoni pero' kieku stess kelli ma kienx ikun prudenti li nagħtiha hawnhekk ladarba hemm l- inkjesti għaddejjin.", "PREZZIJIET TA' L-IKEL", "3504.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomiċi: B'riferenza għas-Lm7 miljun li l-gvern ivvota sabiex jissussidja l-prezzijiet ta' dawk il-prodotti ta' l-ikel li se jogħlew wara s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, jista' il-Ministru jgħid kemm minn dawn il- fondi se jmorru biex jissussidjaw il-250 tunnellata ta' natural butter (fat content 85%, immediate pack) skond l-ispecial temporary state aid to support processors & recognised retailers of imported products?", "Jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hu l-valur globali li se jkun qed joħroġ il-Gvern Malti u kemm hu l-valur globali li se tkun qed toħroġ l-Unjoni Ewropea sabiex ikun issussidjat il-prezz għoli ta' dan il-prodott?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (Segretarju Parlamentari) (f'isem il-Ministru tal- Finanzi u Affarijiet Ekonomiċi): Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi għat-tweġiba li tajtu għall-mistoqsija parlamentari 3477.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Peress li r-risposta għad-domanda li qed jitlobni nirriferi għaliha la tikkonċerna l-prodott li qed nistaqsi fuqu u lanqas tindirizza l-mistoqsija tiegħi, jista' is-Segretarju Parlamentari jagħti t- tagħrif li qed nitlob?", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Mr Speaker, ir-risposta għad-domanda 3477 li rriferejtu għaliha tgħid hekk:", "\"Is-sussidju maqbul ma' l-Unjoni Ewropea huwa ntiż sabiex jimmitiga xi differenzi li jista' ikun hemm bejn il-prezz fl-Unjoni Ewropea u dak fis-suq internazzjonali\".", "Issa din ir-risposta tkopri d-diversi prodotti li dwarhom l-Onor.", "Interpellant għamel għexieren ta' domandi u naturalment jekk hu jixtieq aktar informazzjoni, jista' jidħol fil-website ta' l-Unjoni Ewropea li jiena ġieli rrifirejtu għaliha.", "Fuq kollox, Sur President, anke skond l-istanding orders, domanda tista' issir meta l-informazzjoni ma tkunx aċċessibbli permezz ta' mezzi oħrajn, fis-sens li interpellanza fuq informazzjoni li tkun public domain m'għandhiex issir.", "Dan apparti li meta wieħed jiġi biex jitlob informazzjoni settur b'settur kemm għas-suq Ewropew u anke għas-suq dinji, irid iġib quddiem għajnejh li l-affarijiet mhux dejjem isiru kif ipproġettati.", "Huwa fi stadju ulterjuri li mbagħad wieħed ikun jista' jgħid kemm minn dak l-ammont ta' flus se jittieħed għal ħaġa u kemm se jittieħed għal ħaġa oħra.", "L-Onor.", "Interpellant għamel żmien ministru responsabbli mill-agrikoltura u jaf li meta jkollok prodott bikri, dak ġeneralment iġib prezz tajjeb mentri jekk fis-suq ikollok glut, il-prezz jaqa' u l-istess jiġri fuq affarijiet oħra.", "Jiġifieri ma naħsibx li huwa l-każ li f'dan il-mument ngħidu kemm se jkun ipproġettat li nonfqu llum għat-tali oġġett u kemm hu pproġettat li nonfqu għada.", "Aħna nipproġettaw għall-futur, pero' hemm dictum li jgħid li l-bniedem jipproponi u Alla jiddisponi.", "Effettivament għadna ma nafux x'se jiġri f'Mejju li ġej, Sur President.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Meta l-Ministru qed jgħid li trid tiġi mmitigata d- differenza fil-prezz, ikun qed jirriferi għall-prezz ta' l-Unjoni Ewropea jew għall-prezz tas-suq internazzjonali?", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Ir-risposta għad-domanda 3477 tgħid li s-sussidju maqbul ma' l-Unjoni Ewropea huwa ntiż biex jimmitiga xi differenzi li jista' ikun hemm bejn il-prezz fl-Unjoni Ewropea u dak fis-suq internazzjonali, jiġifieri l-Unjoni Ewropea vis-a-vis ħaddieħor.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Ladarba l-gvern qed iżid id-dazji fuq prodotti li pajjiżna jimporta mis-swieq internazzjonali, kif se tkun evalwata d- differenza tal-prezz abbażi ta' dawn il-kriterji ġodda ta' kontrolli?", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Sur President, kulma jrid jagħmel l-Onor.", "Farrugia huwa li jħares lejn l-istampa kollha u jinduna li tneħħew il-levies.", "Għax waħda torbot ma' l-oħra u waħda tikkanċella fil-maġġoranza tagħha l- affarijiet l-oħra.", "Li qed ngħid hu li wieħed irid jikkompara ż-żewġ affarijiet, jara kif se jkun is-suq minn żmien għal żmien u mbagħad ikun jista' jitkellem u jgħid jekk it-tali prodott għoliex jew le biex imbagħad ikun jista' jipproġetta għas-snin ta' wara.", "Il-bieraħ, waqt li kont qiegħed nirrispondi għal dawn is-serji ta' domandi, għedt ukoll li dak li jkun irid jeżamina dak li jkun ġara preċedentement u jara x'inhu t-track record tat-tali oġġett.", "Naturalment mhux bilfors li fil-ġejjieni jiġri l-istess għax jistgħu jinqalgħu affarijiet li jieħdu s- sopravvent fuq dak li jkun ġara qabel.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jiġifieri meta l-gvern jiġi biex jeżamina dawn il- fatturi ma jkunx qiegħed jeżamina biss il-prezz fis-suq imma jkun qiegħed jeżamina wkoll l-impatt tal-miżuri l-ġodda, fis-sens ta' dazji, kwoti u tariffi?", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Naħseb li l-gvern huwa dovut li jeżamina l-ambjent kollu eżistenti.", "Għax jekk inħarsu lejn ħaġa waħda speċifika jista' jiġrilna li nagħtu interess wisq lil dak l-oġġett partikolari u ninsew l- oħrajn.", "Għalhekk wieħed ikun irid jiżen sew is-suq u jara l-affarijiet li jaffettwawna u jorjenta l-enerġiji, il-ħsebijiet u r-riżorsi tiegħu għal dak li għandu bżonn il-poplu Malti in ġenerali.", "Jiġifieri rridu naraw ir- ritratt kollu billi nieħdu l-opinjonijiet ta' nies li jispeċjalizzaw f'affarijiet differenti u anke mela le, napprezzaw, il-kummenti li jgħaddu l-membri ta' l-oppożizzjoni għax sakemm dawn ikunu kummenti kostruttivi jiġu milqugħin u milqugħin bi pjaċir.", "Ċertament dawn l-affarijiet jgħinuna sabiex aħna naraw is-sitwazzjoni, nimmoniterjawha u mbagħad ovvjament nieħdu l-passi meħtieġa fil-ħin propizju, Sur President.", "PREZZIJIET TA' L-IKEL", "3505.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomiċi: B'riferenza għas-Lm7 miljun li l-gvern ivvota sabiex jissussidja l-prezzijiet ta' dawk il-prodotti ta' l-ikel li se jogħlew wara s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, jista' il-Ministru jgħid kemm minn dawn il- fondi se jmorru biex jissussidjaw il-521 tunnellata ta' materja prima u kemm bhala kompożizzjoni ta' milk cream in powder or other solid form (fat content less than 1.5%) skond l-ispecial temporary state aid to support processors & recognised retailers of imported products?", "Jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hu l-valur globali li se jkun qed joħroġ il-Gvern Malti u kemm hu l-valur globali li se tkun qed toħroġ l- Unjoni Ewropea sabiex ikun issussidjat il-prezz għoli ta' dan il-prodott ?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomiċi): Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi għat-tweġiba li tajtu għall-mistoqsija parlamentari 3477.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, peress li l-gvern dejjem iżomm monitoraġġ tas-sitwazzjoni, to what extent jirriżultalu dak li jirriżulta lill-oppożizzjoni u cioe' li d-differenza fil-prezz mhix biss ta' Lm7 miljun imma hija ta' aktar minn Lm25 miljun?", "U jekk se jgħidli li mhux il- każ, jista' is-Segretarju Parlamentari jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra d- dokumentazzjoni li f'idejh għandu l-gvern li allura wasslitu għall- konklużjoni li d-differenza fuq il-prodotti varji hija biss ta' Lm7 miljun?", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Mr Speaker, kif diġa' għedt, din l-informazzjoni hija public domain u għaldaqstant ma naħsibx li huwa l-każ li għal kull ħaġa noqogħdu nipproduċu d-dokumentazzjoni.", "Issa jekk l-Onor.", "Membru jixtieq jagħmel domanda fuq dak li jirriżulta mill-informazzjoni li toħroġ mill-website - aħna lesti noħorġu printout u npoġġuha fuq il-mejda tal- Kamra - nitolbu jagħmel domanda bil-miktub u nimxu accordingly.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jien ma kontx qed nirriferi għall-website imma għal dak li għadu kemm qal is-Segretarju Parlamentari, jiġifieri li l-gvern qed jeżamina l-fatturi kollha.", "Min-naħa tagħna qed nagħmlu dawn il- mistoqsijiet għax jirriżultalna li d-differenza attwali m'hijiex ta' Lm7 miljun imma ta' Lm25 miljun u aktar.", "Issa biex nirrispettaw l-opinjoni ta' xulxin, importanti li npoġġu l-workings tagħna fuq il-mejda tal-Kamra għax inkella nkunu qed naħlu l-ħin ta' xulxin, Sur President.", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Din bħal ta' l-Unjoni Ewropea fejn it-tnejn ħarisna lejn l-istess ritratt u t-tnejn rajnih differenti!", "Anzi jekk ikollok mitt persuna jħarsu lejn l-istess ritratt, kulħadd joħroġ b'verżjoni differenti!", "Issa aħna għandna l-verżjoni tagħna, l- informazzjoni qegħdin narawha u naħseb li fiċ-ċirkostanzi m'għandix xi nżid ma' dak li diġa' għedt, Mr Speaker.", "PREZZIJIET TA' L-IKEL", "3506.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomiċi: B'riferenza għas-Lm7 miljun li l-gvern ivvota sabiex jissussidja l-prezzijiet ta' dawk il-prodotti ta' l-ikel li se jogħlew wara s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, jista' il-Ministru jgħid kemm minn dawn il- fondi se jmorru biex jissussidjaw l-1,500 tunnellata ta' other processed cheese (Kefoalo-tyri) skond l-ispecial temporary state aid to support processors & recognised retailers of imported products?", "Jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hu l-valur globali li se jkun qed joħroġ il-Gvern Malti u kemm hu l-valur globali li se tkun qed toħroġ l- Unjoni Ewropea sabiex ikun issussidjat il-prezz għoli ta' dan il-prodott?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomiċi): Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi għat-tweġiba li tajtu għall-mistoqsija parlamentari 3477.", "PREZZIJIET TA' L-IKEL", "3507.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomiċi: B'riferenza għas-Lm7 miljun li l-gvern ivvota sabiex jissussidja l-prezzijiet ta' dawk il-prodotti ta' l-ikel li se jogħlew wara s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, jista' il-Ministru jgħid kemm minn dawn il- fondi se jmorru biex jissussidjaw l-1,000 tunnellata ta' edam cheese skond l-ispecial temporary state aid to support processors & recognised retailers of imported products?", "Jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hu l-valur globali li se jkun qed joħroġ il-Gvern Malti u kemm hu l-valur globali li se tkun qed toħroġ l- Unjoni Ewropea sabiex ikun issussidjat il-prezz għoli ta' dan il-prodott ?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomiċi): Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi għat-tweġiba li tajtu għall-mistoqsija parlamentari 3477.", "Biss jekk tippermettili, Mr Speaker, jien ma nafx kemm jittieklu 1,000 tunnellata edam cheese f'sena waħda għax allura aħna aqwa mill-ġrieden!", "U biex inkunu nistgħu nevalwaw is-suq aħjar, nixtieq li l-Onor.", "Interpellant jinformani kif wasal għal din iċ-ċifra.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Din il-mistoqsija jien nitfagħha lura lis- Segretarju Parlamentari għax il-kwantita' tirriżulta mill-kalkoli li jkunu għamlu n-nies tal-gvern.", "Għalhekk jien qed nikkwota speċifikament skond l- ispecial temporary state aid to support processors and recognised retailers of imported products.", "Issa dwar kemm ġie jiswa' dan l-istudju, nista' ngħidlu wkoll għax ħadmu s-Sur Grech li ħa madwar Lm70,000 tiegħu.", "Allura forsi jkun aħjar jekk is-Segretarju Parlamentari jagħmel din il-mistoqsija lilu nnifsu u lill-gvern tiegħu għax minn hemm toħroġ din iċ-ċifra, Sur President.", "Lis-Segretarju Parlamentari ngħidlu joqgħod attent għax milli nista' nifhem qed iwieġeb għall-gallarija.", "Għax iċ-ċifra ta' 1,000 tunnellata edam cheese ħariġha l-gvern, innegozjaha l-gvern u hija miktuba fit-trattat.", "Jien mhux qed naqlagħha minn żniedi din u mhux billi nippruvaw nagħtu l- impressjoni li rridu ndaħħqu lin-nies, Sur President.", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Mr Speaker, m'għandix iżjed xi nżid.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, lili bħala l-kelliem ewlieni ta' l- oppożizzjoni fuq prodotti ta' l-ikel, saritli mistoqsija biex niġġustifika minn fejn ġibt iċ-ċifra ta' 1,000 tunnellata edam cheese.", "Jien lis- Segretarju Parlamentari weġibtu li din iċ-ċifra ħareġ biha l-gvern tiegħu stess u tinsab imniżżla fit-trattat.", "Mela issa nitolbu jgħidilna hu minn fejn ġiet għax bħalma hu għandu interess li jkun jaf, anke jien għandi interess li nkun naf.", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: L-Onor.", "Farrugia qal li din ħarġet mir-rapport li għamel is-Sur Grech.", "Aħna issa niċċekkjaw dan ir-rapport u jekk inhu hekk nagħtuh risposta aktar 'il quddiem.", "Pero' f'dan il-mument m'għandi xejn xi nżid, Sur President.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jien qed ngħid li r-rapport sar mis-Sur Grech, pero' iċ-ċifra ta' 1,000 tunnellata edam cheese skond l-ispecial temporary state aid to support processors and recognised retailers of imported products hija elenkata fit-trattat.", "Allura possibbli s-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-mod kif il-gvern se jiddisponi minn dawn is- Lm7 miljun ma jafx b'dan li qed ngħid, Sur President?", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: L-ammont kollu ġie meqjus fil-globalita' tan- neċessitajiet li hemm bżonn.", "Pero' la l-Onor.", "Membru qed jinsisti li din iċ-ċifra ta' 1,000 tunnellata hija speċifikament imniżżla fir-rapport tas- Sur Grech, jien qed ngħidlu li se nivverifika u mbagħad ninformah b'dak li jirriżultali, Sur President.", "IMPORTAZZJONI TA' PRODOTTI TA' L-IKEL", "3508.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 3257 dwar taxxi indiretti, jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra kemm se jkunu t-tariffi, dazji jew kwoti ġodda fuq l-importazzjoni ta' edam cheese minn non-EU countries?", "It-tunnellaġġ in kwestjoni skond l-ispecial temporary state aid to support processors & recognised retailers of imported products ikopri l- importazzjoni minn non-EU countries abbażi ta' l-importazzjoni storika?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO (Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent): Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajtu għall-mistoqsija parlamentari 3480.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, il-biċċiera tal-laħam qegħdin jistaqsu x'se jiġri mill-kuntratt li għandhom wara li dan l-aħħar ġew informati li l-ministeru m'għandux flus biex iġedded il-kuntratt tagħhom.", "Jista' jagħtina l-kummenti tiegħu fuq dan il-Ministru?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Ma nafx jekk l-Onor.", "Membru huwiex qed jirriferi għal dawk il-biċċiera li diġa' għandhom kuntratt mad-dipartiment jew għal dawk il-persuni li qed jiġu mħarrġa sabiex isiru biċċiera.", "Jekk qed jirriferi għal ta' l-aħħar, jiġifieri għal dawk li kienu qed jagħmlu kors biex isiru biċċiera, ninformah li dawn kienu diġa' ġew notifikati minn qabel li kien se jkun hemm estensjoni tal-kors.", "Sur President, żgur li m'huwiex il-każ li l-gvern m'għandux minn fejn iħallashom lil dawn in-nies.", "Issa ladarba l-kors spiċċa, huma jieqfu mill-kors u eventwalment ikun hemm – kif aktarx ikun hemm - talba min-naħa tad-dipartiment għal servizzi f'dan il-qasam.", "Ladarba ssir din it-talba dawk il-persuni li għamlu l-kors ikunu jistgħu japplikaw.", "MR SPEAKER: L-Onor.Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Ladarba dan il-kuntratt spiċċa u allura dawn l- għaxra jew it-12-il biċċier tilfu x-xogħol, jista' il-Ministru jgħid jekk id-dipartiment għandux ħtieġa li fl-immedjat – forsi xahar, xahrejn, tlieta, nittama mhux xi sena oħra - isejjaħ mill-ġdid lil dawn l-istudenti ħaddiema u jimpjegahom?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Lil kulmin applika għall-kors ta' biċċier għednielu mill-bidu nett li m'hemm l-ebda rabta ta' xogħol fiss mad- dipartiment wara li jispiċċa l-kors.", "Irrid ngħid ukoll li ġaladarba jkun hemm il-kors u jkun hemm l-eżami, wieħed irid jara min jgħaddi u mbagħad id- dipartiment jeżamina - inkwantu għat-tibdil li għaddej fil-biċċerija - jekk għandux bżonn aktar nies u jekk ikollu bżonn issir sejħa pubblika.", "Fil-mument iktar informazzjoni minn hekk ma nistax nagħti, Sur President.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Allura korsijiet simili se jkomplu jiġu organizzati jew għalissa se jieqfu?", "Se jkun hemm żgħażagħ oħra li se jgħaddu mill- istess esperjenza?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Peress li min irid jaħdem ta' biċċier mhux neċessarjament jidħol jaħdem mal-gvern, m'hemm xejn xi jżomm lid- dipartiment milli jagħmel korsijiet oħrajn għal persuni li jridu jiġu mħarrġa f'dan il-mestier, sakemm wieħed ikun interessat jew li jaħdem għal rasu jew jaħdem fi ħwienet ta' dan it-tip.", "M'iniex ngħid li d-dipartiment se jagħmel kors ieħor imma m'huwiex eskluż li jkun hemm kors ieħor, Sur President.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Meta l-ministeru jasal fi ftehim li joħroġ sejħa għal dawn il-korsijiet jagħmilha internament jew b'arranġament ma' l-ETC?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Biex inkun onest ma nafx jekk hemmx prattika f'dan is-sens.", "Jekk l-Onor.", "Membru jagħmel domanda bil-miktub inkun f'qagħda aħjar li nwieġbu b'mod mill-aktar preċiż, Sur President.", "PREZZIJIET TA' L-IKEL", "3509.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomiċi: B'riferenza għas-Lm7 miljun li l-gvern ivvota sabiex jissussidja l-prezzijiet ta' dawk il-prodotti ta' l-ikel li se jogħlew wara s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, jista' il-Ministru jgħid kemm minn dawn il- fondi se jmorru biex jissussidjaw l-1,200 tunnellata ta' cheddar cheese skond l-ispecial temporary state aid to support processors & recognised retailers of imported products?", "Jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hu l-valur globali li se jkun qed joħroġ il-Gvern Malti u kemm hu l-valur globali li se tkun qed toħroġ l-Unjoni Ewropea sabiex ikun issussidjat il-prezz għoli ta' dan il-prodott?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru tal-Finanzi u l-Affarijiet Ekonomiċi): Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi għat-tweġiba li tajtu għall-mistoqsija parlamentari 3477.", "FONDI PUBBLIĊI LILL-KNISJA", "3651.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid x'inhi s-somma totali li tħallset s'issa lill- awtoritajiet tal-knisja għall-iskejjel tagħha bhala salarji u spejjeż ta' manutenzjoni mindu sar il-ftehim bejn il-gvern u l-knisja?", "Jista' jagħti dettalji sena b'sena?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa) (f'isem il-Ministru ta' l- Edukazzjoni): Se npoġġi fuq il-mejda tal-Kamra t-tagħrif mitlub.", "KODIĊI POSTALI", "3652.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid meta se jiġi ppubblikat id- direttorju tal-kodiċi postali l-ġdid?", "Ma jaħsibx li importanti li dan jiġi ppubblikat ġaladarba l-awtoritajiet tal-posta jesiġu li l-kodiċi postali jitniżżel bħala parti mill-indirizz?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni): Jien informat li l-kodiċi postali llum għandu x'jaqsam mar-regolamentazzjoni tas- settur postali u m'għadux ir-responsabbilta` diretta tal-Maltapost.", "Skond il-liġi u regolamenti li jittrattaw l-aspett regolatorju, bħalissa ma hemm l-ebda obbligu fuq il-Maltapost sabiex tippubblika dan ir-reġistru.", "Madankollu l-awtorita` Maltija għall-komunikazzjoni aktar tard din is-sena se tkun qed tagħmel eżerċizzju biex tiddetermina f'aktar dettall il- universal service obligations tal-Maltapost u wieħed jistenna li l- kwestjoni tad-direttorju tal-kodiċi postali tiġi studjata flimkien ma' aspetti oħrajn li eventwalment jistgħu jiġu ddeterminati bħala obbligi tal- Maltapost.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Abela, domanda supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Imma nista' inkun naf jekk il-Maltapost għadhiex tesiġi li l-kodiċi postali jitniżżel bħala parti mill-indirizz?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Kif inhu magħruf minn kull wieħed u waħda minna f'din il-Kamra, meta nindirizzaw ittra għandna l-obbligu li nniżżlu l- kodiċi postali.", "Jien nasal ukoll biex ngħid li jista' ikun fl-interess tal- Maltapost li tippubblika l-kodiċi postali, pero' s'issa dan għadu mhuwiex obbligatorju.", "Issa jekk aktar 'il quddiem l-awtorita` Maltija għall- komunikazzjoni tistabilixxi l-universal service obligations, m'huwiex eskluż li eventwalment ikun ukoll obbligu formali tal-Maltapost li tippubblika dan il-kodiċi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar l-għadd ta' impjegati ma' l-aġenzija Appoġġ, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 3698.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Lista ta' kuntratturi li tefgħu l-offerti għat-tenders għal proġetti ta' toroq li se jitwettqu taħt il-Ħames Protokoll ma' l-Italja flimkien ma' lista tat-toroq inklużi f'dawn it-tenders, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 3761.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Ngħaddu issa għal Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JIMPLIMENTA MIŻURI TA' L-ESTIMI", "BUDGET MEASURES IMPLEMENTATION BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri Ikompli mid-19 ta' Jannar, 2004 Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Carmelo Abela huwa in possession.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Mr Speaker, kif għedt il-bieraħ, għalkemm għaddejna minn elezzjoni, il-gvern u l-amministrazzjoni baqgħet l-istess, għalhekk appellajt lill-gvern biex jara jekk il-miżuri li ħa fil-passat tawx ir- riżultat mixtieq jew le.", "Naturalment meta wieħed jgħolli t-taxxi l-gvern ikun qed idaħħal aktar biex jagħmel tajjeb għall-ispiża li dejjem tikber.", "Però ċertament wieħed irid jara dan f'kontest aktar wiesa' u f'kontest anke ekonomiku.", "Fil-fatt il-bieraħ ikkwotajt biċċa mid-dokument li ħareġ fl-2003 dwar il- policy industrijali tal-gvern li jismu \"Prosperity in change - The way forward\" fejn il-gvern qed jgħid li għandu jagħmel dak kollu possibbli biex inaqqas l-ispejjeż għal dawk li huma fl-industrija u fil-qasam ta' l- investiment.", "Ċertament li ż-żieda fit-taxxi mhuwiex il-mod kif wieħed inaqqasilhom dawn l-ispejjeż.", "Naturalment meta jkun hemm żieda fl-ispejjeż dawk involuti f'xi attività ekonomika jkollhom jaraw minn fejn se jnaqqsu biex jagħmlu tajjeb għall-ispejjeż li jkunu ġew mgħobbija fuqhom.", "Dan jikkawża problema għax ħafna drabi jispiċċa jerġa' jgħolli rasu l-qgħad, kif sfortunatament ġara f'dawn l-aħħar xhur fejn rajna diversi ħaddiema li tilfu x-xogħolhom.", "Meta ma jkollokx tkabbir ekonomiku - li huwa l-aħjar mod kif il-gvern idaħħal iktar flus għax filwaqt li dan jikkrea aktar xogħol u ġid għaċ-ċittadini tagħna, l-istess attività tkun qed tiġġenera aktar fondi għall-gvern - il-problema tal-qgħad tibda tiżdied.", "Naturalment il-problema tal-qgħad, bħal katina, twassal għal numru ta' problemi soċjali oħra.", "Ċertament li wieħed ma jistax jgħid li l-qgħad f'pajjiżna huwa baxx, anke meta wieħed iqabblu ma' pajjiżi oħrajn.", "Il-qgħad għoli speċjalment fost iż-żgħażagħ huwa inkwetanti ħafna għax meta jispiċċaw mill-iskola ta' 16-il sena jew wara numru ta' snin jistudjaw, l- aspirazzjonijiet tagħhom ikunu li jibdew jaħdmu biex jibdew jaħsbu għall- futur tagħhom.", "In-nuqqas ta' opportunitajiet ta' xogħol qed jolqot b'mod partikolari liż-żgħażagħ.", "Jekk niftakar tajjeb, kważi 45% ta' dawk li qed ifittxu xogħol huma żgħażagħ ta' taħt it-30 sena.", "Ċertament dan ma jawgurax tajjeb għall-futur tagħhom.", "Għalhekk il-gvern tal-ġurnata għandu jagħti priorità għall-ħolqien tax-xogħol għaż-żgħażagħ.", "Jien ngħid li huwa dmir tal-gvern li jara li l-opportunitajiet ta' xogħol jitkattru u li joħloq mekkaniżmi biex ma jkunx hemm dewmien meta xi ħadd juri interess li jinvesti f'pajjiżna.", "Il-bieraħ semmejt eżempju ta' kumpannija li wriet interess li tinvesti f'pajjiżna, però sfortunatament dawn bdew jaħsbuha darbtejn u bdew idawru ħarsithom lejn pajjiżi oħrajn minħabba ċerta burokrazija u problemi li sabu ma' wiċċhom.", "Il-ġimgħa li għaddiet intqal li fl-aħħar ttieħdet deċiżjoni dwar il-crafts village f'Ta' Qali.", "Din id-deċiżjoni ħadet kważi għaxar snin biex tittieħdet.", "Naħseb li dan mhuwiex mudell ta' kif għandhom jimxu l-affarijiet.", "Hemm bżonn li nisfruttaw iċ-ċokon tagħna biex niggwadanjaw aktar investiment, għax għalkemm nifhem li f'ċerti oqsma huwa ta' żvantaġġ xi kultant huwa dan iċ- ċokon tagħna huwa ta' vantaġġ.", "Bil-ħolqien tal-Malta enterprise - għallinqas dan kien wieħed mill-għanijiet li semma l-gvern - issa se jkollna l-MDC, l-IPSE u l-METCO taħt saqaf wieħed, taħt kumpannija waħda li se tiffoka l-attenzjoni tagħha fuq kif tkattar aktar investiment u kif tattira aktar investiment.", "Ċertament nittamaw li dan isir mingħajr dewmien.", "Ħlejna diġà numru ta' xhur sakemm iddeċidejna x'se nagħmlu u sakemm isibu saqajhom il-ħaddiema li ntgħażlu.", "Naturalment kien hemm ħaddiema li ġew imwarrba minn dawn il-kumpanniji.", "Issa rridu naraw kemm il- Malta enterprise se tħalli riżultati.", "Ma jistax ikun li sena wara l-oħra nibqgħu ma jkollniex ir-riżultati li lkoll kemm aħna nixtiequ.", "Mr Speaker, jeħtieġ insibu soluzzjoni għall-problemi li għandna, liema problemi kulħadd jaf li huma reali u m'aħniex nivvintawhom aħna.", "Tista' ssejħilhom sfidi jekk trid, però xorta jibqa' l-fatt li trid issir xi ħaġa dwarhom.", "Sfortunatament il-budget għas-sena 2004 li ġie preżentat lejn l-aħħar tas- sena li għaddiet ma jagħtix risposta għall-problemi li għandu pajjiżna.", "Anzi, wisq nibża' li xi kultant il-problemi se jkompli jkabbarhom proprju minħabba ż-żieda fit-taxxi.", "Nerġa' ngħid, iż-żieda fit-tassazzjoni jkollha effett pożittiv fid-dħul tal-gvern, però jkollha effetti kollaterali fil- pajjiż.", "Biż-żieda fit-taxxi l-gvern qed ikompli jżid l-ispejjeż lill- kummerċjanti li fl-aħħar mill-aħħar se jgħadduhom lill-konsumatur.", "U hawnhekk naraw li anke l-għoli tal-ħajja jibda jieħu rankatura ġdida.", "Again, dan iwassal biex in-nies ikollhom nuqqas ta' flus f'idejhom minħabba li jkollhom iħallsu aktar biex jikkonsmaw dak li kienu jikkonsmaw s'issa għall-ħteġijiet ta' kuljum.", "Il-gvern irid joqgħod attent għax jekk l-għoli tal-ħajja jkompli jirranka ċertament ikollu talbiet mill-unions biex jagħmel tajjeb għal dan.", "Ħaġa ġġib lill-oħra u għalhekk il-gvern għandu jaħsibha darbtejn qabel ma jieħu ċerti miżuri.", "Naturalment il-gvern qiegħed hemmhekk biex jiddeċiedi, però fid-dawl ta' dawn l-aħħar erba' jew ħames snin il-gvern għandu jagħmel eżami tal-politika fiskali tiegħu biex jara jekk din ħallietx riżultati pożittivi jew negattivi b'mod ġenerali, mhux l-inqas għall-ekonomija.", "In- nuqqas ta' kummerċ li xi drabi naraw huwa frott ta' nuqqas ta' flus fl- idejn u rridu noqogħdu attenti li dawn l-affarijiet ma nħalluhomx jiġru.", "Mr Speaker, ħaġa oħra li qed tinħass, u għamilna żmien kulħadd jitkellem fuqha, hija proprju n-nuqqas ta' kompetittivita`.", "Hemm bżonn naraw x'inhuma r-raġunijiet li pajjiżna mhux qed jirnexxilu jkun kompetittiv meta mqabbel ma' pajjiżi oħrajn.", "U fid-dawl tas-sħubija tagħna fl-Unjoni Ewropea inħoss li l-problemi se jkomplu jikbru, għallinqas fil-bidu u sakemm il-gvern ma jeħux il-passi li għandu bżonn jieħu biex dan ma jseħħx.", "Jiġifieri l-gvern irid jara kif jilqa' minn qabel għal ċerti problemi li fil-bidu żgur se jkollna bis-sħubija tagħna fl-Unjoni Ewropea.", "Naturalment din hija kwestjoni magħluqa għax il-poplu ddeċieda u l-gvern intrebaħ u ntilef.", "Jiġifieri m'iniex qed niftaħ diskussjoni dwar jekk għandniex insiru membri jew le għax issa l-poplu ddeċieda u aħna, bħala partit demokratiku, nirrispettaw id-deċiżjoni tal-poplu.", "Irridu naħdmu - hekk wegħedna u hekk se nagħmlu - biex kemm jista' jkun innaqqsu dak kollu li jista' jġib problemi u nipprovaw nieħdu l-massimu tal-benefiċċji li jkun hemm bis-sħubija u nifirxuhom fost il-poplu Malti u Għawdxi kollu.", "Dik kienet il-wegħda tagħna bħala oppożizzjoni Laburista wara li l-poplu ddeċieda.", "Din hija r-realtà li ma nistgħux naħarbu minnha.", "Wara l-ħafna diskorsi li smajna ċertament il-gvern u l-poplu m'għandux iserraħ rasu li għax issa se nsiru membri ta' l-Unjoni Ewropea f'daqqa waħda l-affarijiet se jinbidlu mil-lejl għan-nhar.", "Irridu nkunu aħna bħala pajjiż, bħala poplu flimkien mal-gvern li nagħmlu l-almu tagħna kollu biex il-problemi li għandna naraw kif nistgħu noħorġu minnhom.", "M'hemm l-ebda bakketta maġika li biha se jisparixxu l-problemi meta nsiru membri ta' l- Unjoni Ewropea.", "Irridu nagħmlu l-almu tagħna kollu - kif dejjem għedna fl- aħħar mill-aħħar bħala oppożizzjoni u kif dejjem ħeġġiġna lill-gvern biex jagħmel - għax il-problemi li jeżistu, għallinqas xi wħud minnhom, ma jiddependux mis-sħubija tagħna fl-Unjoni Ewropea, imma jiddependu minn kemm il-gvern ikollu ħeġġa u minn kemm il-pajjiż jimxi 'l quddiem ukoll.", "Waħda mill-aktar miżuri li spikkat fil-budget għas-sena 2004 li għadu kemm ġie ppreżentat kienet proprju ż-żieda fil-VAT, li hija żieda reali ta' 20%, però hija ta' tliet punti perċentwali minn 15% għal 18%.", "Din iż-żieda se taffettwa l-għoli tal-ħajja - f'ċerti oqsma anke bil-kbir - minħabba ċirku vizzjuż li diġa` tkellimt fuqu.", "Dak li jkollu iktar spejjeż se jgħabbihom fuq il-konsumatur li fl-aħħar mill-aħħar se jkollu jħallas iktar għall- affarijiet li huma bażiċi għall-ħajja ta' kuljum.", "Naturalment il-gvern, għallinqas jekk ninterpreta tajjeb dak li qal l-Onor.", "Tony Abela meta ntroduċa l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna, qal li r-rata tal-VAT se tibqa' ta' 18% f'Malta sakemm ma nkunux tax compliant.", "Din hija inġustizzja doppja.", "Hija inġustizzja ma' dawk li dejjem ħallsu t-taxxa u hija inġustizzja wkoll ma' dawk li jridu jinvestu u ma' dawk li forsi kellhom aspirazzjonijiet li jkabbru l-attivita` ekonomika tagħhom, pero` minħabba spejjeż ġodda se jkollhom jagħmlu pass lura.", "Hija inġustizzja wkoll fuq dawk li addirittura, kawża ta' dan, tilfu anke x-xogħol tagħhom.", "Mr Speaker, waħda mill-ikbar inġustizzji li għandna f'pajjiżna – jien dejjem hekk tkellimt f'dan il-parlament – ġejja minn dawk in-nies irresponsabbli li jaraw x'jagħmlu biex jevadu t-taxxa.", "Ċertament li din hija inġustizzja maċ-ċittadin li jħallas kull sold li huwa dovut lill- gvern, skond il-liġijiet ta' Malta.", "Imbagħad l-inġustizzja tkompli tikber minħabba li l-gvern qed iżid il-piż tat-taxxi fuq dawk li dejjem ħallsuhom u qed jgħidilhom iħallsu iktar biex jagħmlu tajjeb għal dawk li qed jevadu t-taxxa, li nittama - anzi konvint - li huma fil-minoranza.", "Il-gvern qed jgħidilna li sakemm il-poplu Malti u Għawdxi kollu ma jiġix konxju li m'għandux jevadi t-taxxa, ir-rata tal-VAT se tibqa' ta' 18%.", "Pero` l-gvern m'għandux iġib skuża bl-evażjoni tat-taxxa biex iżid il-piż tat-taxxi.", "Jien naħseb li din hija inġustizzja soċjali kbira ma' dawk li dejjem ħallsu t-taxxa.", "Mr Speaker, tajjeb li nfakkru li ftit tas-snin ilu l-gvern - b'ċertu pompa wkoll - waqqaf dak li sejjaħ it-tax compliance unit.", "Wara numru ta' snin li bdiet topera ta' min jgħid x'ġara.", "Naf li n-naħa tal-gvern se twieġeb li kellna suċċessi u li t-tax compliance unit qabdet xi wħud mill-evażuri.", "Allaħares le, wara li nfaqna Lm1 miljun biex waqqafnieha, barra l-ispejjeż li rrikjediet biex kompliet taħdem fis-snin ta' wara!", "Allaħares ma tatx riżultati jew xi riżultati!", "Imma l-gvern qed jgħidilna li minħabba li għad m'għandniex tax compliance minn kulħadd se jżid il-piż tat-taxxi fuq dawk li dejjem ħallsu t-taxxa dovuta.", "Mr Speaker, nisimgħu ħafna diskors fuq l-e-government u fuq kemm illum għandna teknoloġija avvanzata.", "Hekk għandu jkun għax pajjiżna mhuwiex inqas minn pajjiżi oħrajn u rridu nħarsu lejn dan il-qasam biex inkomplu niżviluppaw bħala pajjiż, mela le.", "Imma l-e-government qed ikollu effett fuq ġbir effettiv tat-taxxi?", "Per eżempju, ejja nieħdu x-sharing of information.", "Jekk niftakar tajjeb ġew mibdula l-liġijiet tagħna minħabba diffikultajiet ta' natura legali proprju biex ikun hemm sharing of information bejn dipartimenti differenti tal-gvern.", "Pero` ejjew naraw li x- sharing of information tingħata lil min għandha tingħata u mbagħad jittieħdu l-passi meħtieġa biex dawk li jkunu qed jevadu t-taxxa ma jkomplux jagħmlu dan a skapitu ta' oħrajn li kienu dejjem leali.", "Dan kollu, apparti li dawk li m'għandhomx ħtija fl-aħħar mill-aħħar ikollhom iġorru l- piż taż-żieda fit-taxxi, joħloq ukoll problemi oħrajn, fosthom nuqqas ta' dħul għall-gvern, u kulħadd jaf kemm hi kbira l-problema fil-finanzi u anke tad-dejn.", "Infatti b'dan l-abbozz ta' liġi il-gvern qed ikompli jitlob lill- parlament biex ikun jista' jissellef sa Lm100 miljun oħra, jekk għada pitgħada jħoss il-ħtieġa.", "Fejn jidħol id-deficit tal-pajjiż darba l-gvern qalilna li qabad il-barri minn qrunu imma mid-dehra l-qrun baqa' f'idejh u l-barri ħarab għax il- problema tad-deficit ħarbet minn idejn il-gvern.", "Dan qed iwassal biex ikollna konsegwenzi f'oqsma, per eżempju, ta' l-edukazzjoni, fejn huwa meħtieġ li n-nefqa tibqa' dejjem tiżdied.", "Bħala kelliem ta' l-oppożizzjoni fuq l-edukazzjoni, irrid ngħid li m'għandniex inħarsu lejn il-flus ivvotati fil-qasam edukattiv bħala spiża imma għandna nħarsu lejhom bħala investiment fl-element umna, uniku riżors li għandu dan il-pajjiż.", "L-iżvilupp ta' l-element uman huwa parti importanti għax juri kemm pajjiż ikun kompetittiv u kemm qed jaspira li jattira ċertu tip ta' investiment.", "Dan huwa konfermat mid-dokument li ppubblika l-gvern fl-2003 li jismu \"Prosperity in change - The way forward\" li jirrigwarda n-national industrial policy.", "Infatti f'kapitlu minnhom jitkellem proprju fuq il-ħtieġa ta' national policy for human resources development kif ukoll fuq l-edukazzjoni vokazzjonali, fuq l-universita` u l- MCAST.", "Dawn huma oqsma li rridu nkomplu ninvestu fihom, u qed ngħid ninvestu għax il-flus li jiġu vvotati fil-qasam edukattiv m'għandhomx jitqiesu bħala spiża imma bħala investiment fir-riżorsi umani li huwa l- uniku riżors li għandna.", "Illum għandna quddiemna abbozz ta' liġi biex jiġu implimentati l-miżuri tal- budget li tħabbru mill-ministru tal-finanzi.", "Sfortunatament rajna li kien hemm tnaqqis fil-flus ivvotati f'diversi oqsma, fosthom ta' l-edukazzjoni.", "Naturalment dan seħħ għax il-gvern huwa ssikkat finanzjarjament.", "Meta aħna nitkellmu tant fuq l-importanza li ninvestu iktar fl-edukazzjoni hija ħasra li l-qasam edukattiv jintlaqat b'dan il-mod minħabba problema finanzjarja.", "Fl-intervent tiegħi fid-diskussjoni tal-voti tal-ministeru ta' l- edukazzjoni semmejt diversi oqsma fejn tnaqqsu l-voti, uħud minnhom sostanzjalment.", "Nista` hawnhekk insemmi l-vot għall-universita` li wkoll ġie mnaqqas.", "Ħafna drabi ngħidu li huwa importanti li jkollna iktar studenti fl-universita`.", "Għaliex?", "Għax meta wieħed iqabbel l-universita` ta' Malta ma' universitajiet fl-Unjoni Ewropea u f'pajjiżi applikanti, isib li għadna wieħed mill-inqas pajjiżi li għandna studenti fl-universita`.", "Ħadd ma jista' jiċħad li tul is-snin sar żvilupp, pero` l-ammont ta' studenti li għandna m'huwiex biżżejjed.", "Irridu naħdmu biex ikollna iktar studenti fl-universita` għax din hija t-triq 'il quddiem jekk irridu nkunu pajjiż iktar żviluppat.", "Barra minn hekk irridu nħajru ċerti studenti, permezz ta' guidance aħjar, biex jagħżlu oqsma li għandna nuqqas fihom.", "Meta wieħed jitkellem ma' ċerti nies fl-università jgħidulek li jixtiequ jagħmlu dejjem iktar, pero` r-riżorsi finanzjarji huma limitati.", "Allura ċertament hija ħasra li minħabba s-sitwazzjoni finanzjarja wieħed ikollu jġewweż f'qasam tant importanti.", "L-istess fil-junior college.", "Ta' spiss nisimgħu lill-prinċipal ta' dan il- kulleġġ jilmenta li għandu bżonn jirrekluta erbgħa min-nies bħala full-time staff, imma peress li m'hemmx finanzi dejjem ġie rrifjutat li jdaħħal iktar staff.", "Fl-aħħar sena u nofs, sentejn rajna li kieku ma kentix l- universita` li mill-fondi tagħha - li diġa` huma limitati - tat Lm200,000, kif ġie rrapportat li qal l-istess prinċipal, biex jagħmlu tajjeb għall- ispiża li kellhom bżonn, kieku kienu jsibu ruħhom f'iktar diffikultajiet.", "Meta nitkellmu fuq l-edukazzjoni qed nitkellmu fuq qasam importanti għall- futur ta' pajjiżna, allura għandna nagħtuh il-fondi neċessarji u mhux noqogħdu lura minħabba problemi finanzjarji.", "Għalhekk irid ikollna l- prioritajiet.", "Il-limitazzjonijiet qegħdin hemmhekk, pero` ċertament li għandna nagħtu priorita` massima lill-edukazzjoni biex nimxu 'l quddiem.", "Jekk wieħed iqabbel il-public expenditure per pupil fil-livelli edukattivi jara li fost il-pajjiżi membri u fost il-pajjiżi applikanti kollha ta' l-UE aħna l-inqas pajjiż li nonfqu fil-livell primarju u fil-livell sekondarju.", "Fil-livell terzjarju s-sitwazzjoni m'hijiex daqshekk gravi.", "M'aħniex minn ta' fuq nett imma għallinqas m'aħniex l-aħħar post, però ċertament li m'għandniex inserrħu rasna fuq dawn l-aspetti biss.", "Minkejja l-problemi finanzjarji kollha li għandu pajjiżna nappella biex naraw l-istampa kollha u nħarsu lejn il-fondi mitfugħa fl-edukazzjoni bħala investiment għall- futur ta' pajjiżna.", "Barra minn hekk ma nistgħux nibqgħu nagħmlu l- affarijiet kif konna dejjem nagħmluhom.", "Hawnhekk qed nitkellem b'mod ġenerali.", "Jekk konna nivvotaw fondi għal ċerti attivitajiet ma nistgħux nibqgħu għaddejjin minn sena għall-oħra mingħajr ma nistaqsu x'riżultat qed jagħtuna, x'value for money qed ikollna ta' dan l-infiq.", "Huwa importanti li dawk li huma responsabbli mill-finanzi jistaqsu dawn il-mistoqsijiet ħalli l-flus, li huma limitati, nużawhom bl-aħjar mod possibbli.", "Huwa importanti l-konċett ta' value for money, li għal kull sold li t-taxpayers - għallinqas dawk li jħallsu t-taxxa - qed jagħtu lill-gvern ikunu ċerti li qed jieħdu servizz tajjeb u li huwa bżonnjuż għaż-żmenijiet tal-lum.", "Mr Speaker, jeħtieġ isir sforz nazzjonali biex insolvu l-problemi qodma li għandna li, nerġa' ngħid, sħubija fl-Unjoni Ewwropea m'hijiex se tibdel mil- lum għal għada u m'hijiex is-soluzzjoni għal ċerti problemi.", "Il-Partit Laburista qed iħeġġeġ lill-gvern jibda jerfa' r-responsabbiltajiet tiegħu għax jidher li wara t-tellieqa elettorali majna daqsxejn l-entużjażmu li kien hemm, u l-problemi donnhom qed jaħarbu minn idejh.", "Il-gvern irid ikun konxju tagħhom u bħala oppożizzjoni huwa d-dmir tagħna li ngħidu dawn l- affarijiet u li nħeġġu lil min hu responsabbli biex jieħu azzjoni malajr kemm jista' jkun.", "Nixtieq insemmi żewġ punti oħra li jitkellem dwarhom dan l-abbozz ta' liġi li ppreżenta l-ministru tal-finanzi.", "Dawn jirrigwardaw iż-żieda fil-prezz tax-xorb alkoħoliku u ż-żieda fil-prezz tat-tabakk.", "Filwaqt li tista' tgħid li kull gvern jgħolli xi ftit jew wisq id-dazju jew is-sisa fuq it- tabakk u x-xorb alkoħoliku, mill-banda l-oħra tajjeb li jsir sforz minn dawk konċernati, mhux mill-ministeru tal-finanzi biss, biex jisħqu fuq l- aspett edukattiv biex miċ-ċokon tagħhom lit-tfal ngħallmuhom fuq il- problemi li dawn joħolqu.", "Anke fl-ambjent li ngħixu fih dawn l-affarijiet għandhom ikunu iktar rari milli komuni.", "Per eżempju, mhux sewwa li jkun hawn skejjel li fil-viċinanzi tagħhom hemm bars u pubs li jkunu miftuħin anke waqt il-ħin ta' l-iskola.", "Jekk wieħed imur ħdejn il-junior college jara numru ta' bars ftit 'il bogħod minnu li huma miftuħin minn filgħodu sa filgħaxija.", "Jien nemmen li kulħadd għandu dritt għax-xogħol tiegħu, kulħadd għandu dritt li jagħmel l- attivita` ekonomika tiegħu sakemm tkun leċita pero`, bħalma għamlu pajjiżi oħra, għandna nipprojbixxu li jinbiegħu ċerti prodotti alkoħoliċi jew prodotti oħrajn li mhux tajjeb li jiġu kkonsmati waqt il-ħin ta' l-iskola u noħolqu dawk li jissejħu alcohol free zones ħdejn l-iskejjel.", "Il-fatt li għandna numru ta' machines li jbigħu s-sigaretti, li kważi ssibhom kullimkien, qed idaħħal il-mentalita`, il-kultura fost it-tfal li dawn qishom m'huma xejn, li dawn huma affarijiet soċjalment aċċettabbli.", "Naturalment dan mhux qed jgħin fl-edukazzjoni tat-tfal tagħna.", "Dawn huma affarijiet li nsemmuhom sena wara l-oħra meta jiġi l-budget għax ngħollu s- sisa u d-dazju tas-sigaretti u l-alkoħol, pero` mbagħad nieqfu hemm u ċertament inkunu għadna 'l bogħod mis-soluzzjoni.", "Il-gvern se jdaħħal iktar flus mill-bejgħ ta' dawn il-prodotti, pero` għandi dubju serju kemm dawk li jpejpu u dawk li jixorbu l-alkoħol se jaqtgħu t-tipjip u x-xorb.", "Għalhekk huwa importanti bħas-soltu li l-edukazzjoni tingħata priorita` f'dan il-qasam.", "Mr Speaker, jien nappella biex meta nitkellmu fuq affarijiet ta' natura finanzjarja nagħtu kas l-aspett soċjali u kif se jintlaqat il-pajjiż f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-attivita` ekonomika b'mod ġenerali.", "Inħoss li dak li ġie preżentat mill-Gvern Nazzjonalista fil-budget għas-sena 2004 se jkompli joħloq iktar problemi milli jsolvihom.", "Nittama li l-gvern jinduna b'dan fil-ħin u jieħu l-passi neċessarji biex isewwi l-ħsara li diġa` bdiet issir.", "Nirringrazzjak, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Tonio Fenech.", "ONOR.", "TONIO FENECH: Mr Speaker, kif kellna l-okkażjoni ngħidu kemm-il darba, il-budget m'huwiex biss mezz kif il-gvern jiġbor il-fondi biex ikun jista' jipprovdi għan-nefqa tiegħu, li trid tkompli ssir fl-interess ta' l- iżvilupp ta' pajjiżna bid-diversi proġetti infrastrutturali, bl- edukazzjoni, billi nipprovdu għall-ħteġijiet soċjali, fosthom il- pensjonijiet, is-saħħa u s-servizzi soċjali, imma huwa wkoll strument fiskali importanti li rridu nużaw biex nagħtu direzzjoni lill-ekonomija.", "F'dawn iż-żmenijiet l-ekonomija tal-pajjiż qed tiffaċċja realtajiet internazzjonali mhux faċli, u għaldaqstant kien dan budget saqajh ma' l-art li jirrikonoxxi dawn ir-realtajiet bil-għan li pajjiżna mhux biss jibqa' jiżviluppa, imma minn dak l-istess żvilupp jinħolqu iktar opportunitajiet ta' xogħol.", "Din kienet il-mira tal-gvern f'dan il-budget.", "Mr Speaker, jista' jkun li hemm xi ftit miżuri li ma kenux popolari, pero` l-gvern għandu r-responsabbiltà li filwaqt li jikkontrolla l-ispiża tiegħu u anke d-deficit li qed jiffaċċja pajjiżna, irid jagħti d-direzzjoni meħtieġa, l-inċentiv meħtieġ lill-ekonomija biex inkomplu noħolqu l- opportunitajiet ta' xogħol.", "Dan mhux faċli.", "F'pajjiżi avvanzati madwarna u anke xi ftit 'il bogħod minna llum qed nisimgħu t-terminu economic growth without jobs, jiġifieri ekonomiji avvanzati qed ikollhom tkabbir ekonomiku, tkabbir fil-prodott gross domestiku tagħhom, imma m'humiex joħolqu postijiet ta' xogħol ġodda, almenu f'dik li hija statistika.", "Dan qed jiġri bħalissa fl-Amerka u sfortunatament anke fl-Ewropa.", "U jien ngħid li dan qed jiġri f'pajjiżna wkoll.", "Għaliex jiġri dan?", "Jien naħseb li dan jiġri għal żewġ raġunijiet.", "L-ewwelnett il-postijiet tax-xogħol li jkunu qed jinħolqu mill-ekonomija ma jkunux qegħdin jimtlew neċessarjament minn nies li jidhru fuq l-istatisitka uffiċjali.", "Per eżempju, is-CNN fl-Amerka tat prominenza kbira lid-diskors li għamel George Bush dwar il-miljuni ta' ħaddiema li qed jaħdmu fl-Amerka b'mod illegali.", "Infatti, biex idaħħal dawn il-jobs fis-setturi li jistgħu jitkejlu Bush iddeċieda li - hu ma riedx isejħilha amnestija imma fl-aħħar mill-aħħar hija amnestija - jagħti temporary working permits lil dawn in-nies li daħlu illegalment fl-Amerka u llum qegħdin jaħdmu.", "Il-President Bush għamel hekk għax qed jirrikonoxxi li l-ekonomija qed tikber, pero` mhux qed jidher li qed jinħolqu l-impjiegi għax ċerti jobs li l-Amerikani nfushom m'humiex lesti jagħmluhom għal ċerti pagi li qed jiġu offruti, dawn il-persuni li jidħlu fil-pajjiż illegalment ikunu lesti li jagħmluhom.", "M'iniex qed ngħid li f'Malta għandna nagħmlu l- istess ħaġa, imma qed nuża dan biex nuri r-realtajiet li qed jiġru madwarna fid-dinja llum.", "It-tieni nett l-istess nies li qed jipproduċu fl-industrija tagħna, fil- manfiattura, mhux biss f'pajjiżna imma anke f'pajjiżi oħra, qed jipproduċu prodott ta' valur miżjud ikbar mingħajr ma jeħtieġ li jiżdiedu nies f'dik il-produzzjoni.", "Anzi, sfortunatament, kultant jitnaqqsu l-ħaddiema għax bl- iżviluppi li qed isiru fit-teknoloġija u bl-avvanzi fis-sistema ta' produzzjoni tal-manifattura, minflok ma tkun teħtieġ iktar nies biex tipproduċi iktar, dik l-azjenda tkun teħtieġ inqas nies.", "Din hija sfida oħra importanti; mhux biżżejjed li nindukraw l-industrija li għandna f'pajjiżna, għax iktar ma tavvanza l-industrija - sakemm ma tkunx se żżid b'mod sostanzjali l-livell ta' produzzjoni - iktar tkun tista' tassorbi dik id-domanda fil-qafas ta' l-istruttura li diġa` għandha.", "Allura din ma toffrix postijiet tax-xogħol ġodda.", "GĦaldaqstant, bla ebda passjoni u mingħajr saħna tar-ras u noqogħdu niġru fit-toroq u nipprotestaw, irridu nħarsu bis-serjeta` lejn x'inhuma dawk il-fatturi li mhux qed jagħmlu lil pajjiżna kompetittiv, x'inhuma dawk il-fatturi li m'humiex jinkoraġġixxu lill-imprenditur Malti u barrani jinvestu f'pajjiżna.", "Irridu naraw flimkien kif nirrimedjawhom biex tassew ikollna ħolqien ta' postijiet tax-xogħol ġodda.", "Dan l-aħħar ġie f'idejja studju on ways of job creation minn Wilfried Prewo li huwa chief executive tal-Hanover chamber of industry and commerce ġewwa l-Ġermanja.", "Dan iqabbel is-sitwazzjoni fil-Ġermanja u fl-Ewropa mas- sitwazzjoni fl-Amerka, li ħafna drabi fl-Ewropa nħarsu lejha bħala ekonomija li toħloq iktar opportunitajiet tax-xogħol mill-ekonomija Ewropea, u jasal għal diversi konklużjonijiet.", "Per eżempju, dan l- ekonomista jgħidilna li jekk inħarsu lejn il-ħaddiem industrijali fil- Ġermanja nsibu li l-ispiża tiegħu bħala pagi u anke taxxi relatati ma' dik il-paga hija 30% ikbar minn dik ta' ħaddiem fl-Amerka.", "Allura meta wieħed ineħħi dak kollu li dak il-ħaddiem ikun qed iħallas f'taxxi jirriżulta li dan fil-but ikun qed jieħu 20% inqas minn dak il- ħaddiem li qed jagħmel l-istess xogħol fl-Amerka.", "Dan iġegħelna nistaqsu għaliex qegħdin inħallu l-ispejjeż jitilgħu b'dan il-mod li qed irendu l- ekonomija tagħna mhux daqstant kompetittiva.", "Hemmhekk qed nieħdu l-eżempju tal-Ġermanja.", "Issa rridu nħarsu lejn x'inhuma dawk il-fatturi li qed iżidu l-ispiża tal-produzzjoni f'pajjiżna u għaldaqstant qed iwasslu biex ma nkunux daqstant kompetittivi.", "Fil-konklużjoni tiegħu dan l-ekonomista jasal biex jgħidilna li l-iktar affarijiet li qed itellfu l-ħolqien tax- xogħol huma sitwazzjonijiet fejn ikun hemm tassazzjoni qawwija, pagi għoljin wisq, suq tax-xogħol li m'huwiex flessibbli biżżejjed u sistemi soċjali li ma jħajrux lill-ħaddiem li jaħdem.", "Mr Speaker, anke fis-sitwazzjoni lokali nsibu li meta wieħed miżżewweġ, li għandu żewġt itfal jew tlett itfal, iqabbel dak li jieħu bħala unemployment benefit mal-paga minima nazzjonali jiskopri li ma jaqbillux għax id-dħul tiegħu jiżdied b'xi miżerja ta' Lm5 jew l-iktar Lm10 fil-ġimgħa.", "Sfortunatament għalkemm dawn huma sistemi li jassiguraw li ħadd ma jaqa' lura u ħadd ma jbati minn sitwazzjoni sfortunata meta ma jkollux xogħol, jista' jkun li s-sistemi soċjali li għandna minflok qed jinkoraġġixxu persuna toħroġ għax-xogħol ikunu qed jinkoraġġixxu lil dik il-persuna tmur taħdem mingħajr ma tiddikjara x-xogħol li qed tagħmel biex tibqa' tieħu ċerti benefiċċji.", "Din żgur hija realta` li rridu nistudjawha u naraw kif insolvuha.", "Aktar milli nagħtu cheques lill-persuni li ma jaħdmux għandna nużaw parti minn dawk il-fondi biex ninvestu ħalli jsir iktar taħriġ, li għandu jkun obbligatorju fuq dawn il-persuni, biex nassiguraw li kemm jista' jkun malajr dawn jerġgħu jidħlu fid-dinja tax-xogħol, u allura jikkontribwixxu huma wkoll lejn l-ekonomija.", "Irid jinstab bilanċ importanti.", "Mhux biżżejjed li nipprotestaw u ngħidu li importanti li noħolqu x-xogħol, imma rridu naħdmu biex pajjiżna tassew jimxi 'l quddiem.", "Mr Speaker, irridu napprezzaw ukoll ir-realta` li qed jgħix pajjiżna fis- sitwazzjoni internazzjonali.", "Jien u ġej hawnhekk kont qed insegwi diskussjoni fuq radju lokali li fiha kien qed jieħu sehem is-Sur Tony Zarb, is-segretarju ġenerali tal-GWU, u bdew jgħidu li issa, li nafu li se nissieħbu fl-Unjoni Ewropea, diġa` qed jintilfu l-postijiet tax-xogħol.", "Min jitkellem b'dan il-mod l-ewwelnett juri kemm il-bidla fil-pożizzjoni tiegħu ma kienet bidla xejn, imma kienet biss bidla ta' konvenjenza biex forsi min kien Laburist li jaqbel ma' l-Unjoni Ewropea jgħid li fl-aħħar il- Partit Laburista sar jaqbel ma' l-Unjoni Ewropea.", "It-tieni nett, min jitkellem hekk qed juri biċ-ċar kemm għadu ma fehemx ir-realtajiet f'pajjiżna u r-realtajiet internazzjonali.", "Pajjiżna u l-Ewropa kollha qiegħda tikkompeti ma' postijiet oħra fejn il-pagi huma baxxi ħafna u l- gvern ta' dawk il-pajjiżi, b'mod partikolari l-pajjiżi ta' l-Asja fosthom iċ-Ċina, qed jużaw anke l-iżvalutazzjoni tal-munita tagħhom biex iżommu l- prezzijiet tal-produzzjoni u l-pagi tal-ħaddiema tagħhom baxxi kemm jista' jkun, meta mqabbla ma' dawk ta' pajjiżi oħra.", "B'hekk jattiraw industrija li tkun trid tfittex li tagħmel iktar qligħ.", "Barra minn hekk, dawn il- pajjiżi ħafna drabi joffru kondizzjonijiet tax-xogħol 'il bogħod ħafna minn dawk li pajjiżna u pajjiżi oħra fl-Ewropa joffru.", "Agħar minn hekk, ħafna drabi dawn il-pajjiżi jisfruttaw in-negliġenza f'dik li hija protezzjoni u ħarsien ta' l-ambjent għax jafu li b'hekk qed jiffrankaw ċerti spejjeż fil- manifattura tagħhom biex jibqgħu kompetittivi.", "U dan tagħmlu mhux biss iċ- Ċina imma anke l-Amerka li rtirat mill-protocol ta' Kyoto li kien ipoġġi ċerti responsabbiltajiet fuq l-industrija biex ma tkomplix tniġġes l- ambjent.", "Dawn qalu li se jirtiraw minnu biex jipproteġu l-industrija tagħhom u ma jitilfux il-postijiet tax-xogħol.", "Dan kollu jiswa l-flus u jżid l-ispejjeż tal-produzzjoni.", "Fid-dibattiti li nkun involut fihom fil-livell tal-parlament Ewropew dan huwa d-diskors li qed isir.", "Imma huwa ġust li waqt li l-Ewropa qiegħda tagħmel minn kollox biex kemm jista' jkun tħares l-ambjent, tara li jkollna żvilupp sostenibbli, tagħti kondizzjonijiet tax-xogħol xierqa lill- ħaddiema, tara li dawn ma jiġux sfruttati u tagħtihom ċerti benefiċċji, imbagħad fuq il-mejda tal-World Trade Organisation nipprovaw niftħu iktar il-bibien għal dawn l-ekonomiji l-ġodda bir-riżultat li l-fabbriki qed jitilqu mill-Ewropa biex imorru f'dawn il-pajjiżi u mbagħad ibigħu l- prodott tagħhom lura lill-Ewropa( Din hija r-raġuni li fallew u mexjin bil- mod ħafna d-diskussjonijiet fuq il-livell tal-World Trade Organisation.", "L- Ewropa qed tgħid li m'hijiex lesta ċċedi u tbaxxi ċerti tariffi u tiftaħ is- suq tagħha għal dawk il-pajjiżi li m'humiex qed japplikaw l-istess standards, u allura qed jieħdu l-industrija tagħna f'pajjiżhom sempliċement għax m'hemmx level playing field, imma qed jisfruttaw lill-ħaddiema tagħhom u l-ambjent li qegħdin fih.", "GĦaldaqstant, biex tipproteġi l-postijiet tax- xogħol tagħha, probabbilment iktar ma jgħaddi ż-żmien l-Ewropa se tibni tariffi kontra dawk il-pajjiżi li jibqgħu jużaw l-istess miżuri biex il- prodott minn dawk il-pajjiżi ma jkunx daqshekk irħis u allura ma jeqridx il- produzzjoni Ewropea.", "Kieku m'għamilniex l-għażla li nidħlu fl-Unjoni Ewropea aħna wkoll konna nbatu l-istess konsegwenzi.", "Allura s-sitwazzjoni kienet tkun mhux biss li sfortunatament ikun hemm xi fabbriki li jnaqqsu l- postijiet tax-xogħol - dan irridu nirrikonoxxuh għalkemm irridu ngħidu li m'hijiex is-sitwazzjoni katastrofika li jipprovaw ipinġu l-oppożizzjoni, imma hija xi ħaġa li rridu nkomplu nindirizzaw - imma l-kriżi fl-impjiegi kienet bla dubju ta' xejn tkun ħafna ikbar fil-futur qarib.", "Nixtieq inħares lejn il-miżuri tal-budget anke biex nirrispondi għal dak li qalu diversi kelliema ta' l-oppożizzjoni għax qalu li dan il-budget bl-ebda mod ma jipprova jindirizza l-ħolqien tax-xogħol.", "Jekk inħarsu ftit lejn ċerti miżuri li ttieħdu nindunaw li l-gvern irid ikompli jinvesti fil- manifattura għax jaf li din toħloq opportunitajiet ta' xogħol anke għal- livell ta' ħaddiema li sfortunatament huwa diffiċli li tħarriġhom f'livelli ta' xogħol ħafna iktar avvanzati fuq medja ta' żmien qasir.", "Per eżempju, fl-erba' snin li ġejjin hemm il-programm ta' Lm40 miljun f'bini ta' fabbriki oħra.", "Hemm it-twaqqif tal-Malta industrial parks biex inżommu l- areas tal-fabbriki f'livelli aċċettabbli u allura jkomplu jattiraw investiment.", "Twaqqfet il-Malta enterprise u qed isir investiment u ħidma biex din tkompli tattira iktar fabbriki lejn pajjiżna.", "Hemm ivvotati Lm10 miljun oħra biex fl-erba' snin li ġejjin isiru proġetti ta' tisbiħ ħalli nkomplu nattiraw it-turiżmu, mingħajr ma nsemmu l-proġetti l-oħra li indirettament ikunu qed jgħinu lis-settur tat-turiżmu, bħalma huma proġetti relatati ma' l-infrastruttura, fosthom il-bini ta' toroq.", "Il-gvern se jkompli jagħti inċentivi lis-settur iż-żgħir tas-self-employed, fosthom il- faċilitajiet tas-self u l-qsim ta' kuntratti kbar biex dawn ikunu jistgħu jitfgħu l-offerta tagħhom għalihom u jieħdu dan it-tip ta' xogħol.", "Anke dak li qed jipprova jagħmel is-segretarju parlamentari fi ħdan il- ministeru tal-finanzi u affarijiet ekonomiċi fil-park ta' Ta' Qali juri li rridu ntejbu bis-serjeta` l-kompetittivita` permezz tal-kwalita` tal- prodott Malti li noffru lit-turist.", "Però dan mhux biżżejjed.", "Irridu nkomplu nagħmlu iktar, u dan il-gvern huwa kommess li jagħmel iktar, pero` mingħajr ma ninjoraw, kif għedna, is-sitwazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji.", "Huwa faċli li kull settur jitlob iktar mingħand il-gvern, imma r-realta` hija li biex il-gvern joħroġ mill-but irid jiġbor iktar.", "Min-naħa l-oħra iktar ma jiġbor il-gvern iktar hemm ir-riskju li jkun ta' piż fuq min irid jinvesti.", "Allura importanti li nsibu dak il-bilanċ li filwaqt li l-gvern jiġbor biżżejjed biex ikun jista' jaqdi l-funzjonijiet tiegħu, fl-istess ħin ma jkunx ta' piż żejjed fuq il-mutur ekonomiku ta' pajjiżna, fuq min irid jinvesti u minflok iħajru jiskoraġġih.", "Irridu niddeċiedu jekk il- gvern irriduhx ikun is-sieħeb tagħna jew il-papa` tagħna.", "Huwa faċli li fejn jaqblilna ngħidu li l-gvern ma jintervjenix u jkun sieħeb magħna, imma mbagħad induru fuq il-gvern għal kollox u ngħidulu li jmissu jagħtina iktar, kemm f'dawk li huma servizzi soċjali u kemm f'għajnuna fi proġetti eċċ. Irridu niddeċiedu.", "Aħna rridu gvern li jkun is-sieħeb tagħna u allura ma jindaħalx wisq imma jgħinna, jew irridu l-papa` li jrid jiddeċiedi kollox?", "M'għandix dubju li l-oppożizzjoni tippreferi sitwazzjoni ta' papa` għax dik hija l-istorja tagħha.", "Pero` l-istorja tagħna bħala Gvern Nazzjonalista dejjem kienet li nipprovaw nissieħbu biex naraw li verament ikollna żvilupp.", "Irridu nirrikonoxxu wkoll li l-gvern għandu r-responsabbiltia` li jikkontrolla l-problema tad-deficit, xi ħaġa li qed jipprova jagħmel dan il- budget, fejn sfortunatament kellna nieħdu ċerti miżuri bħalma hi dik taż- żieda fir-rata tal-VAT.", "Tajjeb ngħidu li meta daħlet din il-miżura kienu tneħħew xi levies.", "Imma ejja nħarsu lejn il-miżura tal-VAT waħedha.", "Ittieħdet id-deċiżjoni li tintmiss il-VAT u mhux l-income tax, għax nemmnu li l-VAT hija newtrali fis-settur industrijali.", "Tant hu hekk li t-turiżmu m'hu se jiġi affettwat bl-ebda mod.", "Barra minn hekk l-industrija li tipproduċi b'mod partikolari għall-esportazzjoni - meta nitkellmu fuq il- kompetittivita` l-iktar li nkunu qegħdin niffokaw huwa fuq dik l-industrija - hija VAT neutral għax il-VAT li hija tħallas terġa' tiġborha, u allura ma taffettwahiex.", "GĦaldaqstant m'hijiex minnha l-kantaliena ta' l-oppożizzjoni u tal-GWU li l-VAT se tnaqqas il-kompetittivita`.", "Ejja nkunu realistiċi u ngħidu l-affarijiet kif inhuma.", "Fl-opinjoni tiegħi pajjiżna għandu jidħol kemm jista' jkun malajr fil-mekkaniżmu ta' l-euro għax nemmen li hemmhekk nistgħu nkomplu nsaħħu l-ekonomija u l-kompetittivita`.", "Jekk isir hekk it- turiżmu żgur li jgawdi minn dan għax il-fatt li nibqgħu barra mill-euro, dan jibqa' jkun ta' detriment għas-settur turistiku.", "Dan huwa importanti wkoll għal kulmin jesporta għax kulħadd jaf ir-riskji marbuta mal-kambju u l-ispejjeż żejda li l-industrija tidħol fihom biex tidħol f'ċerti kuntratti ta' hedging biex tipprova tnaqqas dak ir-riskju.", "Fuq kollox meta nidħlu fiż-żona ta' l-euro nkunu qed nidħlu f'munita internazzjonali bil-vantaġġi kollha li din iġġib magħha.", "Il-gvern irid jara li l-kompetittivita` ta' pajjiżna tkun imħarsa fuq dan il-livell ukoll.", "Bħalissa hemm dibattitu sħiħ dwar kif jaħdem il-mekkaniżmu tal-euro, l- istabillity pact, u rridu naraw kif il-gvern irid jagħti l-kontribut tiegħu fuq dan il-livell biex naraw li l-mekkaniżmu tal-euro jassigura li din il- munita tibqa' kompetittiva fis-suq internazzjonali.", "Bħalissa hemm il- problema li l-munita tal-euro qed tissaħħaħ ħafna kontra d-dollaru u l-Bank Ċentrali Ewropew ma jridx jagħmel l-interventi.", "Ovvjament wieħed irid jara l-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta' dawn it-tip ta' interventi, pero` r- realta` hi li fejn jidħol id-dollaru, il-Federal Bank Amerikan huwa ħafna iktar attiv milli hu l-Bank Ċentrali Ewropew biex jirrimedja għal sitwazzjonijiet li jkunu qed jolqtu ħażin lill-ekonomija fl-Amerka.", "Naħseb li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu jieħu dan it-tip ta' atteġġjament ukoll.", "Dan se jkun diskuss mill-kapijiet tal-pajjiżi membri fir-reviżjoni tal-patt ta' stabilita` dwar l-euro u nittama li anke l-gvern tagħna jagħti kontribut importanti fuq dan il-livell.", "Iżda aħna rridu nħarsu wkoll fil-livell tagħna biex naraw x'hemm bżonn isir ħalli tassew noħolqu x-xogħol f'pajjiżna.", "U biex dan iseħħ, l-ewwelnett irridu nsaħħu u nippromwovu l-kompetittivita`.", "Fl-opinjoni tiegħi l- kompetittivita`, li hija l-qofol ta' kull suċċess ekonomiku, nistgħu nkomplu ngawduha biss jekk ikollna saqajna sodi ma' l-art.", "L-ewwelnett irridu nkomplu nsaħħu l-edukazzjoni mhux biss fil-livell ta' l-iskejjel imma b'mod partikolari fil-livell tal-ħaddiema u l-imprendituri li għandna.", "Jien nemmen li l-imprenditorija trid tiġi mgħallma tajjeb biex wieħed jagħraf kif u meta għandu jieħu ċerti riskji.", "Jeħtieġ li ngħollu anke l- livell tal-ħaddiema biex inkunu nistgħu nattiraw fabbriki li jħallu iktar valur miżjud.", "Fl-opinjoni tiegħi trid tingħata priorita` ikbar lit-taħriġ tal-ħaddiema.", "Infatti dan il-budget ikompli jagħti iktar fondi lill-ETC biex tkun tista' taħgmel dan.", "Però, kif għedt diġà, irridu naraw kif dan it-taħriġ isir iktar obbligatorju għal min qiegħed ifittex ix-xogħol u mhux daqstant fuq livell volontarju.", "Irridu nagħrfu r-responsabbilta` li persuna hemm bżonn titgħallem biex tkun tista' tidħol għal opportunitajiet tax- xogħol ġodda.", "F'dan is-sens irridu nagħrfu kif nisfruttaw - diġa` bdejna nisfruttaw tajjeb ħafna, imma dejjem irridu nisfruttaw iktar - programmi li toffrilna l-Unjoni Ewropea bħal Socrates, Leonardo Da Vinci u Erasmus biex kemm jista' jkun l-istituzzjonijiet edukattivi jkomplu jħejju lit-tfal tagħna u anke lil min diġa` qiegħed fis-suq tax-xogħol għal opportunitajiet ġodda li għandna.", "Irridu nsaħħu wkoll l-id tar-riċerka għax sfortunatament ftit issir riċerka f'pajjiżna.", "L-Unjoni Ewropea llum qed toffri għajnuna finanzjarja permezz tal-programmi tar-riċerka bħal FP6.", "Jien inħeġġeġ li mhux l-universita` u l-istituzzjonijiet akkademiċi biss jidħlu għal dawn il- programmi għax l-iskop ta' dawn mhuwiex sempliċement li nagħmlu riċerka per se, imma li minn dik ir-riċerka noħolqu prodott u opportunita` ta' negozju ħalli jinħolqu l-postijiet tax-xogħol.", "Allura huwa ħafna iktar importanti li jkollna kollaborazzjoni bejn l-intrapriża u l-istituzzjonijiet ta' riċerka biex nidentifikaw affarijiet ġodda li nistgħu noħorġu bihom fis- suq.", "Importanti li nikkollaboraw ukoll ma' pajjiżi oħrajn li minnhom, m'għandix dubju, għandna x'nitgħallmu f'dan il-kamp biex nibdew ikollna dak in-nukleu ta' riċerka.", "Mr Speaker, jekk irridu naraw l-ekonomija tagħna tikber jeħtieġ ikollna politika li twassal biex ikollna imprenditorija ikbar u ta' kwalita`.", "Mhux biżżejjed li ngħidu kemm hu importanti s-settur tas-self-employed, imma rridu nagħmlu ħafna iktar f'kull sens.", "GĦandu jieħu inizjattiva mhux biss is-segretarju parlamentari li huwa responsabbli minn dan is-settur, imma l- pajjiż kollu għax kulħadd għandu r-responsabbilta` li joħloq ix-xogħol fil- pajjiż.", "Pajjiżna m'huwiex se jirnexxi jekk ikollna istituzzjonijiet li jħarsu biss lejn ir-regolamenti li titlob minnhom il-liġi, mingħajr ma jkunu iktar business friendly u jifhmu li jekk jaċċelleraw ċerti proċessi jwasslu biex ikollna iktar attivita` ekonomika.", "F'dan is-sens hija wkoll responsabbilta` tal-gvern anke fuq livell Ewropew.", "Illum hemm bżonn nevalwaw ċerti regolamenti li daħlu biex naraw jekk dawn humiex qed iħallu impatt pożittiv jew negattiv fuq l-imprenditorija u l- ħolqien tax-xogħol.", "Irridu nkunu kuraġġużi biżżejjed li nirrevedu ċerti affarijiet biex fejn naraw li m'għandniex biżżejjed flessibbilta`, fejn naraw li hemm burokrazija żejda li tista' twassal biex jintilfu ċerti opportunitajiet, dawn jiġu rimedjati llum qabel għada.", "Mr Speaker, nemmen ukoll li jekk irridu noħolqu x-xogħol għandna nimmiraw biex iktar 'il quddiem ikollna sistemi ta' tassazzjoni li jinċentivaw it- tkabbir ekonomiku.", "Il-prinċipju li jkollna inqas taxxi bilfors irid ikun il-qalba ta' mudell ekonomiku b'saħħtu.", "Jekk nibqgħu b'ċerti sistemi fiskali li ma jħajrux li wieħed jinvesti l-ekonomija tibqa' ma tikbirx biżżejjed.", "Ovvjament din trid tkun magħmula b'ċerta responsabbilta`, forsi mhux bil-mod kif iddeċidew l-Amerka, li għamlu tax cuts u mbagħad il-budget deficit sploda għax ma ħarsux lejn il-kawżi kollha.", "Jekk jingħataw inċentivi biex jonqsu r-rati ta' taxxa dawn iridu jiġu kkumpensati bi dħul ieħor, imma sfortunatament dan mhux dejjem jiġri.", "It-teorija ta' l- ekonomija tgħid li jekk tnaqqas ċerti rati, b'mod partikolari r-rati ta' l- income tax, iddaħħal iktar għax l-ekonomija tikber, allavolja r-rata tat- taxxa tkun iktar baxxa.", "Pero` dan mhux dejjem ġara f'pajjiżna minħabba l- problema tal-moralita` fiskali.", "Jekk ngħidu li l-gvern għandu jnaqqas il- piż tat-taxxi rridu nagħrfu r-responsabbilta` li rridu nibqgħu nagħtu l- istess kontribut jekk irridu l-istess għajnuna meta niġu bżonn il-gvern li, kif għedna, ikollu r-responsabbilta` mhux biss ta' l-iżvilupp tal-pajjiż, imma anke r-responsabbilta` soċjali.", "Mr Speaker, nerġa' ngħid li dan il-pajjiż jeħtieġ jagħmel għażliet importanti ħafna.", "Jekk irridu noħolqu x-xogħol f'pajjiżna huwa importanti li jkun hemm iktar flessibbilta` fis-settur tax-xogħol.", "Nittama li fil- protesta tagħha, meta l-GWU tkun qed tgħid lill-ħaddiema x'jeħtieġ isir, tgħidilhom ukoll li jeħtieġ iktar flessibbilta` fis-settur tax-xogħol.", "Ir- rapport li tkellimt dwaru iktar kmieni jgħid li l-liġijiet Ewropej jagħtu ħafna iktar protezzjoni lill-ħaddiem mil-liġijiet ta' l-Amerka, pero` r- rata ta' nies li m'humiex qed jaħdmu fl-Amerka hija nofs ir-rata li hemm fl- Ewropa.", "Għax kultant ċerti drittijiet, waqt li huma importanti, jekk jiġu applikati u kull kambjament jiġi reżistit jista' jfisser li jintilfu l- impjiegi jew min ikun qiegħed jaħsibha jinvestix f'linja ta' produzzjoni jew f'ħanut ieħor u jżid in-nies, jibda jibża' jżid in-nies.", "Dak li jkun jibqa' jġebbed u jdum kemm jista' jkun għax jara li s-suq tax-xogħol m'huwiex flessibbli biżżejjed u jrid joqgħod attent mill-konsegwenzi li llum qed iġibu ħafna regolamenti.", "Allura jekk jimpjega għaxra min-nies ma jkunx daqshekk faċli li wara jinżel għal tmienja jekk isib li l-produzzjoni tiegħu tiflaħ għal tmienja.", "Irridu nkunu lesti li nistudjaw ċerti sitwazzjonijiet biex waqt li nkomplu nħarsu d-drittijiet tal-ħaddiema - dan huwa importanti ħafna - pero` mhux għall-ispiża li l-ħaddiema jispiċċaw ma jkollhomx postijiet tax-xogħol, għax drittijiet mingħajr xogħol m'huma drittijiet xejn.", "L-ewwel dritt għandu jkun li wieħed ikollu x-xogħol.", "Hemm affarijiet oħra li rridu nħarsu lejhom jekk irridu naraw li pajjiżna jkun iktar kompetittiv, b'mod partikolari s-settur tas-servizzi.", "Fl-opinjoni tiegħi hemm bżonn li jispiċċaw il-patafjun ta' monopolji li jeżistu fit-trasport mit-twelid tal- bniedem sad-difna tiegħu.", "F'dan is-settur għandna monopolji li qed iżidu l- ispiża fuq l-industrija, fuq il-konsumatur, fuq it-turist u fuq kollox mingħajr ma nagħtu servizz ta' kwalita`, anzi ħafna drabi jkun servizz medjokri ħafna fil-kumdita` tal-monopolju.", "Jekk nitkellmu dwar is-settur turistiku nsemmu ħafna standards, pero` jien naħseb li għandhom jittieħdu ċerti inizjattivi biex nistudjaw jekk il- prodotti li qed noffru bħala tour operators humiex ta' kwalita`.", "Kemm smajna dan l-aħħar bid-daqqa li ħa s-settur tal-cruise liners minħabba s- sitwazzjoni tal-VAT u ntqal li tilef il-vantaġġ li kellu f'dak li huwa duty free shopping, imma waħda mill-iktar affarijiet li fil-fatt gergru dwarha min jopera dawn il-vapuri hija li l-kwalita` ta' l-excursions li jingħataw lit-turisti li jinżlu mill-vapur.", "Tajjeb li nifhmu kif jaħdem dan is- settur.", "Fundamentalment il-qligħ li jagħmel il-vapur mit-tour li jagħmel madwar il-Mediterran, ħalli ngħidu hekk, ma jsirx mill-biljett li jbigħ lill-passiġġier biex jitla' fuq il-vapur, imma mis-servizzi u l-bejgħ li jagħmel minn fuq dak il-vapur.", "Allura jekk l-operatur tal-vapur ma jsibx li aħna għandna excursions ta' kwalita`, imma huma medjokri, sempliċement qbadna xarabank biex ħadna lin-nies f'post, forsi ħadna l-commission mingħand il-persuna li nkunu ħadnielha n-nies biex jixtru s-souvenirs mingħandha u daqshekk, allura qed nitfgħu l-ġebla fuq saqajna u dawn il- vapuri mhux se jibqgħu jagħżlu lil pajjiżna.", "F'dan l-isfond tajjeb ngħidu wkoll li l-fatt li pajjiżna dieħel fl-Unjoni Ewropea, waqt li veru tlifna l- vantaġġ tad-duty free, pero` rbaħna vantaġġ ukoll.", "Tajjeb li nitkellmu wkoll fuq il-vantaġġi li se ġġib is-sħubija.", "Il-fatt li l-port tagħna se jkun port Ewropew - u naf li l-VISET u l-Malta International Airport qed jaħdmu flimkien f'din l-opportunita` l-ġdida - se jkun ħafna iktar faċli li issa jiġu l-vapuri.", "Ovvjament se jkollna bieb miftuħ għas-suq Ewropew għax ma jkunx hemm iktar spejjeż u restrizzjonijiet li kien hemm qabel għall- passiġġieri li jiġu mill-1 ta' Mejju 'l quddiem.", "Allura huwa ħażin li ċerti gazzetti moħħhom biss biex jaqtgħu qalb il-poplu.", "GĦandna nitkellmu dwar l-opportunitajiet kollha li għandna quddiemna.", "Issir ħafna kritika lill-gvern mill-oppożizzjoni u - forsi anke ġustament - mis-soċjeta` ċivili li m'huwiex jikkontrolla biżżejjed l-ispiża tiegħu.", "GĦalhekk naħseb li hija tajba ħafna l-idea tal-gvern f'dan il-budget li nibdew naqsmu n-nefqa tal-gvern u d-dħul tal-gvern f'erba' kontijiet separati, wieħed marbut mat-turiżmu u l-kultura, l-ieħor mat-toroq, il-bini u l-manutenzjoni, u l-ieħor dwar is-saħħa u l-ambjent.", "Nemmen li dan huwa importanti biex ikollna proċess iktar sempliċi biex nifhmu minn fejn qed jiġi d-dħul tal-gvern li se jikkontribwixxi għall-iżvilupp ta' dawn is- setturi - bil-parteċipazzjoni anke tas-soċjeta` ċivili - u kif qed issir in- nefqa tal-gvern.", "Naħseb li dan huwa mod kif il-gvern qed juri d- disponibbilta` li jkompli jaħdem ma' l-imsieħba soċjali.", "Huwa ħażin li jkun hemm min jipprova jagħti l-impressjoni li dan il-gvern qisu raqad, u ma jridx jaħdem mas-soċjeta` ċivili.", "Dan assolutament mhux minnu.", "Il-gvern huwa kommess li jkompli jinvolvi lis-setturi kollha biex inkomplu noħolqu l- opportunitajiet tax-xogħol għal kulħadd.", "Sur President, irrid nenfasizza l-importanza fuq il-ħidma li trid tagħmel il-Malta Enterprise b'responsabbilta` kbira għall-futur ta' pajjiżna.", "Irridu nassiguraw li din l-organizzazzjoni jkollha l-appoġġ kollu meħtieġ minn kull awtorita` jew entita` oħra li tista' tiġi wiċċ imb'wiċċ ma' din l- intrapriża li xogħolha se jkun li tattira iktar u iktar industrija f'pajjiżna.", "Huwa importanti li lkoll kemm aħna nagħrfu r-responsabbiltà tagħna lejn is- settur tax-xogħol f'pajjiżna.", "Jekk jien naħdem f'awtorità jew f'organizzazzjoni pubblika m'għandix nimxi biss skond ir-regolamenti jew skond dak li qalli ta' fuqi, imma jien għandi wkoll ir-responsabbiltà li jekk indum ma mmexxi file jista' jfisser li sieħbi, xi ħadd fil-familja tiegħi li qed ifittex ix-xogħol se jdum ifittex ix-xogħol aktar għaliex jien irqadt fuq dak il-file li kienet qed tistenna din il-kumpannija biex tinvesti f'pajjiżna.", "Tajjeb li nitkellmu fuq dan il-livell uman għax ħafna drabi sfortunatament kulħadd jiffoka fuq ix-xogħol tiegħu u jħares biss lejn il-karti u lejn il-files, u ninsew li wara dawk il-karti u dawk il- files hemm ukoll nies.", "Importanti li l-gvern ikollu l-mekkaniżmi biex jidentifika dawk il-korporazzjonijiet jew l-entitajiet li forsi mhumiex effiċjenti biżżejjed ħalli noħolqu strutturi ta' fast track biex verament min qed ifittex jinqeda fi ftit żmien.", "Jien ngħid f'ġimgħat, m'hemmx għalfejn xhur biex wieħed jagħmel id-deċiżjoni u l-għażla jekk jinvestix f'dan il-pajjiż jew le.", "Mr Speaker, nagħlaq l-intervent tiegħi billi għal darba oħra nenfasizza li dan kien budget li joffri direzzjoni lill-pajjiż, budget li jrid ifittex li jkompli jippromwovi l-produttività tal-pajjiż, budget li warajh għandu sens ta' responsabbiltà.", "U ngħid li r-responsabbiltà rridu nerfgħuha aħna lkoll.", "Nerġa' ngħid li jekk aħna rridu li l-gvern inaqqas il-piż tat-taxxi biex l-ekonomija tagħna tikber, allura aħna wkoll rridu nerfgħu l-parti tagħna u nrawmu aktar fina l-moralità fiskali, kemm jekk jien professjonista, kemm jekk jien ħaddiem, bajjad jew imprenditur.", "Inkun x'inkun jien għandi l-obbligu biex nara li pajjiżi jimxi 'l quddiem.", "Nirringrazzjak, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Michael Farrugia.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Sur President, waħda mill-affarijiet li l-iktar tinkwetani hija l-attitudni li qed tittieħed li donnu l-gvern m'għandu l- ebda tort fis-sitwazzjoni preżenti li jinsab fiha l-pajjiż.", "Donnhom iridu jagħtu wieħed x'jifhem li t-tort huwa tal-ħaddiema għax m'humiex flessibbli.", "Issa dan meta f'dawn l-estimi qed jittieħdu miżuri li juru b'mod ċar il-falliment ekonomiku u l-falliment ta' direzzjoni, għax assolutament ma jafx fejn sejjer, tal-gvern tal-ġurnata.", "Ċertu diskors min- naħa tal-gvern inkwetawni aktar għax jidher li l-gvern għadu ma fehem assolutament xejn.", "Tkellmu fuq diversi inizjattivi li qegħdin jittieħdu u fuq diversi proġetti li se jsiru, qisu dawn l-affarijiet se jsolvulna l- problemi kollha li għandna.", "F'dan l-abbozz ta' liġi qegħdin nitkellmu fuq diversi miżuri li ssemmew fid- diskors tal-budget.", "Ħalli nibda bl-ewwel miżura li jitkellem fuqha l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna, cioe' li l-VAT togħla minn 15% għal 18%.", "L- Onor. Tonio Fenech qal li la t-turiżmu u lanqas is-settur ta' l- esportazzjoni m'huma se jiġu affettwati biż-żieda fir-rata tal-VAT.", "Jien naħseb li qed jaħrab daqsxejn mir-realtà.", "Il-bieraħ kont qed nara l- Euronews fejn qalu li l-gvern Franċiż iddeċieda li l-VAT ta' 19.5% fuq ir- restaurants hemm bżonn titnaqqas għal 5.5% ħalli jipprovaw jattiraw aktar turisti lejn pajjiżhom u permezz t'hekk joħolqu aktar xogħol.", "Dan huwa l- kontra ta' dak li qed nagħmlu hawn Malta.", "Hawn Malta minflok qegħdin ngħidu li r-rata tal-VAT fis-settur ta' l-istabbilimenti ta' l-ikel se nniżżluha għal 10% minn 15% biex innaqqsu l-ispiża kemm għan-nies lokali li jiddeċiedu li joħorġu jieklu f'restaurant u anke għat-turisti li jiġu ġewwa pajjiżna, qed nagħmlu l-kontra.", "Jekk imorru aktar nies jieklu fir- restaurants aktar ikun għaddej kummerċ, u iktar ma jkun għaddej kummerċ aktar se jinħoloq xogħol.", "Imma aħna qed nagħmlu bil-kontra!", "Meta niġu għall-esportazzjoni, iż-żieda fil-VAT ma jkollhiex effett direttament, imma jekk il-ħaddiema se jitolbu żieda fil-pagi tagħhom minħabba l-għoli tal-ħajja, l-ispiża rikorrenti ta' l-industrija se tiżdied xorta waħda.", "Jew se nippretendu li l-ħaddiema ma jitolbux iż-żieda u jbatu l-konsegwenzi huma tad-deċiżjonijiet ħżiena li qed jieħu l-Gvern Nazzjonalista bħalissa!", "Għalhekk qed ngħid li qed naqbdu direzzjoni kompletament ħażina.", "U jinkwetani l-fatt li diversi esponenti tal-gvern, minflok qed jiġbdu l-attenzjoni tal-ministru tal-finanzi biex jibdel id- direzzjoni li miexi fiha, qed jgħidu li t-tort mhuwiex tal-Gvern Nazzjonalista, imma tal-ħaddiema għax mhumiex flessibbli.", "Per eżempju, intqal li n-numru ta' turisti mill-cruise liners naqsu tort ta' l-operators Maltin li jorganizzaw tours ta' kwalità medjokri.", "Ma qalux li issa rridu noqogħdu għal ċerti regolamenti minħabba li Malta se tissieħeb ma' l-Unjoni Ewropea, u filwaqt li qabel il-gvern seta' jieħu ċerti deċiżjonijiet għall- ġid ta' l-industrija ġewwa pajjiżna għax kellu daqsxejn leeway fejn jista' jimmanuvra ħalli nsolvu l-problemi li jinqalgħu, illum dan ma jistax jagħmlu.", "Ħafna problemi li qed jinqalgħu huma riżultat ta' din id-deċiżjoni li ħa l-poplu Malti u se nkomplu mexjin lejn aktar restrizzjonijiet u ma nkunux nistgħu nimmanuvraw ħalli nilqgħu għall-għawġ li jkun ġej fuq il- pajjiż u ma tkomplix issir ħsara lis-settur ekonomiku tagħna.", "Sur President, issa jew se naħarbu mir-realtà u ngħixu fl-illużjoni li nixtiequ ngħixu, jew inkella nibdew niffaċċjaw ir-realtà u ma nkomplux nidħku bil-poplu Malti u Għawdxi.", "Issa lill-poplu Malti u Għawdxi, ilu jiġi mgħoddi minn għajn il-labra minn esponenti tal-Partit Nazzjonalista għal tul dawn l-aħħar snin, qed jgħidulu li kif nidħlu fiż-żona ta' l-euro se nsolvu l-problemi kollha u se jkollna tisħiħ ekonomiku u żieda fil- produttività.", "Issa jekk wieħed jara l-problemi li jeżistu f'diversi pajjiżi li qed jadottaw is-sistema ta' l-euro u jqabbilhom ma' dawk tal-pajjiżi fl-UE li ma daħlux fis-sistema ta' l-euro, isib li dawk li huma barra mis-sistema ta' l-euro qegħdin f'sitwazzjoni aħjar minn dawk li qegħdin fiż-żona tal- munita ta' l-euro.", "Ejja nibdew niffaċċjaw ir-realtà u ma nibqgħux għaddejjin b'din l-illużjoni li l-affarijiet kollha huma tajbin.", "Ejja naraw l-ewwel u qabel kollox x'jaqbel lil pajjiżna u x'jaqbel lill-ħaddiem tagħna, u mhux niġu ngħidu li l-problemi li għandna huma tort tal-ħaddiem għax mhuwiex flessibbli.", "Mela l-problema tal-qgħad li għandna hija tort tal-ħaddiem għax mhuwiex flessibbli; din hi s-soluzzjoni li qed noffru lil pajjiżna?", "Jekk dawn huma s-soluzzjonijiet li qegħdin noffru allura nibda ngħid bis-serjetà li l- għawġ kollu li għandna ġewwa pajjiżna m'hu tort ta' ħadd ħlief tal- gvernijiet Nazzjonalisti mmexxija minn Dr Fenech Adami li ilhom imexxu dan il-pajjiż għal dawn l-aħħar 16 jew 17-il sena.", "GĦaldaqstant bir-raġun li r- rappreżentanti tas-settur tal-ħaddiema kif ukoll tas-settur politiku iħeġġu lill-ħaddiema li wasal iż-żmien li noħorġu nagħmlu l-protesti popolari fit- toroq bil-kalma, fil-kwiet u mingħajr ebda storbju ta' xejn.", "M'għandniex bżonn storbju għax min jagħmel l-istorbju u jaqla' l-inkwiet ikun sempliċement qed jaġevola lill-Partit Nazzjonalista u lill-gvern li għandna llum.", "U lil dawk l-esponenti min-naħa tal-gvern li qalu li din mhix parti mis-soluzzjoni ngħidulhom li l-ewwel ħaġa li jridu jagħmlu hija li jqumu daqsxejn fuq tagħhom u jibdew jaħdmu fl-interess ta' pajjiżna u fl-interess tal-ħaddiema Maltin u Għawdxin.", "Sur President, jekk nieħdu l-każ tat-tarznari naraw li minflok ma l-gvern ra kif se jkun kreattiv, kif se joħloq ix-xogħol għal dawn il-ħaddiema sab l-iktar soluzzjoni sempliċi u keċċa lill-ħaddiema.", "Il-problema solvejnieha b'daqshekk?", "Issa minflok għandna l-problema fuq naħa għandna problema fuq naħa oħra.", "Ma solvejna assolutament xejn.", "Il-gvern imissu ra kif se jiddiversifika ħalli jsalva l-impjiegi.", "Imma l-Gvern Nazzjonalista jidher li m'għandu l-ebda rispett lejn il-ħaddiema għax l-unika soluzzjoni li qed joffri hija li fejn hemm problema ikeċċihom.", "Ftit tal-ħin ilu qalulna li l- qgħad li għandna huwa tort tal-ħaddiem għax mhuwiex flessibbli, allura keċċih 'il barra!", "Dawk huma s-soluzzjonijiet li se nfittxu biex immexxu lil pajjiżna llum il-ġurnata?", "Il-ħaddiem mhux numru imma huwa persuna, huwa uman.", "Irridu nibdew nittrattaw lill-ħaddiema bħala umani, bħala persuni, bħala nies denji li taw sehemhom fid-dinja tax-xogħol, u huwa xieraq li jkomplu jgawdu l-impjieg tagħhom f'ġieħ il-familja tagħhom u f'ġieħ il-poplu Malti u Għawdxi.", "Skond dan il-gvern għandna narmu lill- ħaddiem għax mhuwiex flessibbli.", "Sur President, intqal li r-raġuni għaliex għollew il-VAT minn 15% għal 18% hija biex dawn il-Lm21 miljun li suppost għandhom jinġabru miż-żieda fir- rata tal-VAT imorru għas-settur tas-saħħa.", "Iżda l-budget ma żiedx in-nefqa rikorrenti għas-saħħa b'Lm21 miljun, imma b'Lm4 miljun jew Lm3 miljun.", "Id- differenza fejn sejra?", "Issa ngħid aktar tard fejn se tmur id-differenza ta' mill-inqas Lm17-il miljun minn dawn il-Lm21 miljun li l-gvern se jdaħħal miż-żieda tal-VAT.", "Issa se nitkellem dwar miżura oħra msemmija f'dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna li tolqot ukoll is-settur soċjali.", "Jien nittama li hemm membri parlamentari min-naħa tal-gvern li ma jaqblux ma' din il-miżura u nittama li se jiġġilduha u jekk inhuma rġiel jafu x'għandhom jagħmlu bil- vot tagħhom.", "B'daqqa ta' pinna l-gvern iddeċieda li jwaqqaf il-ħidma tal- welfare committee u l-flus li se jdaħħal minn fuq l-anzjani jmorru għand il- gvern fil-fond konsolidat.", "Mela qabel kellna sitwazzjoni fejn il-flus li jdaħħal il-gvern kienu jmorru għand il-welfare committee, li fuqu hemm rappreżentant tal-partit fl-oppożizzjoni, u dan jara li l-flus jintnefqu kif suppost għall-ġid ta' l-anzjani u għall-ġid ta' setturi oħrajn fis- settur tas-saħħa.", "Issa l-flus li se jdaħħal il-gvern minn fuq l-anzjani se jmorru fil-fond konsolidat, jiġifieri fil-but tal-gvern, imbagħad jiddeċiedi hu kif irid jonfoqhom.", "Irridu ngħidu li fejn jidħol il-fond konsolidat l-oppożizzjoni m'għandhiex leħen u ma tistax tagħmel skrutinju ta' l-affarijiet kif qegħdin isiru.", "Sur President, ħadd m'għandu għalfejn jiġi jgħidli fuq l-ikel li jiġi servut lill-anzjani għax naf x'tip ta' ikel jingħataw ġewwa San Vincenz illum il-ġurnata.", "Kien hemm xi żmenijiet meta rranġaw xi ftit, imma issa reġgħu marru l-baħar.", "Wieħed ibati bil- pressjoni jagħtuh koxxa mmellħa jew inkella wieħed diabetiku jagħtuh ikel li mhuwiex tajjeb għalih.", "Nafuha din.", "Hemmhekk addio dieta, għandek x'għandek mard, addio x'suppost tiekol u x'mhux suppost tiekol, li jipprovdi l-kunvent trid tiekol!", "Sur President, irrid infakkar li qabel l-elezzjoni ta' l-1998 il-partit ta' Dr Fenech Adami kien jgħid li jekk jitla' Alfred Sant se jieħu aktar flus lill-anzjani.", "Minn risposta għad-domanda parlamentari numru 3786 li ħadt il- bieraħ, jirriżulta li fl-1999 il-welfare committee kien idaħħal Lm867,000 mingħand ir-residenti tad-djar ta' l-anzjani.", "Kien gvern Nazzjonalista ta' Dr Fenech Adami li fil-budget tas-sena 2000 iddeċieda li lill-anzjani jibda jeħdilhom bejn wieħed u ieħor Lm2 miljun fis-sena.", "Issa se nagħmlulhom taxxa oħra li minnha l-gvern ta' Dr Fenech Adami se jdaħħal Lm1.2 miljun oħra fis-sena.", "Filwaqt li taħt Gvern Laburista l-welfare committee kien jiġbor madwar Lm900,000 jew Lm1 miljun mingħand l-anzjani, wara l-elezzjoni ta' l-1998, il-Gvern Nazzjonalista bambalulhom beda jedħilhom madwar Lm1 miljun aktar fis-sena.", "Mela minn Lm1 miljun telgħu għal Lm2 miljun u bil- miżuri li ttieħdu fl-aħħar budget, il-gvern se jkun qed jeħdilhom Lm1,200,000 oħra fis-sena.", "Din hi l-imħabba soċjali tal-gvernijiet ta' Dr Fenech Adami!", "Hawn ta' min wieħed jgħid li t-titjib kollu li sar ġewwa San Vinċenz De Paule sar kollu mill-flus li ttieħdu lill-anzjani residenti hemmhekk.", "Ma kien hemm l-ebda vot fil-budget li kien indirizzat biex isir xi proġett kapitali ġewwa San Vinċenz De Paule.", "Il-flus li ttieħdu lill- anzjani ntużaw biex isir it-tibdil li sar ġewwa San Vinċenz.", "Mela l-istess nies li beżżgħu lill-anzjani li jekk jitla' Alfred Sant se jgħollilhom it- taxxi għax huma residenti fid-djar ta' l-anzjani se jeħdulhom 80% tal- pensjoni, u isaa dawn il-flus lanqas biss se jmorru għand il-welfare committee, imma se jmorru fil-fond konsolidat.", "Sur President, issa ejja naraw għaliex il-gvern qed jieħu dawn l- inizjattivi kollha.", "Il-gvern għandu problemi finanzjarji kbar.", "Għaliex?", "Għax kull sena jistma li se jkollu tant deficit u dan jogħla bi kważi 50%.", "Jistma li se jkollu tant dejn u dan jisplodi ferm aktar milli jkun ġie pproġettat.", "Jistma li se jonfoq tant u n-nefqa tkun ferm aktar.", "Imbagħad jistma li se jkollu ċertu dħul imma fil-fatt idaħħal ferm inqas minn dak li jkun ikkalkula.", "GĦandna konfużjoni ta' accounting galore li titfa' lill- gvern f'direzzjoni kompletament mitlufa, lanqas biss jaf kif se jagħmel!", "U s-soluzzjoni x'inhi?", "Iktar taxxi, għafas aktar fuq il-poplu Malti u Għawdxi!", "Sur President, filwaqt li barra minn Malta qed jipprovaw inaqqsu l-VAT f'ċerti setturi ħalli jdawru l-ekonomija, bħalma qed jiġri bħalissa fi Franza, hawnhekk qed nagħmlu bil-kontra.", "Hawnhekk kollox bil-maqlub, ħalli mbagħad ngħidu li l-pajjiż huwa fallut tort tal-ħaddiema għax mhumiex flessibbli jew tort ta' l-oppożizzjoni għax tikkritika lill-gvern jew inkella tort tal-GWU għax tiftaħ ħalqha biex tiġġieled għad-drittijiet tal- ħaddiema.", "Għamlu ħabta jwaħħlu f'Bin Laden minħabba l-effetti ta' l-attakk terroristiku li wettaq fil-11 ta' Settembru, 2001 u issa qed iwaħħlu fis- SARS.", "Dejjem jaraw xi skuża se jsibu.", "Dawn huma s-soluzzjonijiet għall- problemi ta' pajjiżna!", "Mela waħħal f'dawn u kompli għaffeġ!", "Sur President, kieku l-gvern jagħmel it-taxxi u jsolvi l-problemi, fiha u ma fihiex!", "Imma se ngħollu l-VAT minn 15% għal 18% biex indaħħlu Lm21 miljun aktar, li Lm3 miljun jew Lm4 miljun minnhom se jmorru għaż-żieda fin- nefqa rikorrenti tas-saħħa u nassumi li l-bqija se jmorru għan-nefqa kapitali fuq il-proġett ta' l-isptar il-ġdid Mater Dei.", "Issa ejja naraw verament kemm hu xieraq li nkomplu nintaxxaw lill-poplu Malti biex inħallsu għal dan l-isptar.", "GĦal dan il-għan se nqabbel l-isptar f'Malta ma' l- isptar Norwich and Norfolk university hospital ġewwa l-Ingilterra.", "Dan l- isptar kien intuża bħala benchmark fi żmien amministrazzjoni Laburista meta konna qed niddeċiedu jekk immorrux għal sptar wieħed li jkun dak tal-Qroqq.", "Ridna nqabblu x-xogħol li kien għaddej min-naħa tagħna max-xogħol li sar f'dan l-isptar li huwa meqjus bħala l-iktar sptar state of the art ġewwa l- Ingilterra, li nbena bħala rigal tal-millennju għall-popolazzjoni li toqgħod in-naħa ta' Norfolk u Norwich.", "Il-Gvern Laburista ddeċieda li l- isptar ġewwa tal-Qroqq jinbena fuq l-istess konċett li fuqu kien qed jinbena dan l-isptar.", "Issa se nsemmi ftit ċifri ħalli nkunu nafu fuqxiex qegħdin nitkellmu.", "Dan l-isptar ġewwa l-Ingilterra fih 1,019 sodda għall- pazjenti li jidħlu l-isptar għall-kura.", "Barra minn hekk għandu 113-il sodda għal day cases, għal dawk il-każi li tidħol filgħodu, tingħata l-kura jew issirlek l-operazzjoni li għandek bżonn u tmur lejn id-dar dak inhar stess.", "Mela qed nitkellmu fuq sptar li bejn wieħed u ieħor fih madwar 1,130 sodda.", "F'Malta, kuntrarju għal dak li kien iddeċieda Gvern Laburista fil-bidu ta' April, 1997 - id-data hija importanti – Gvern Nazzjonalista oriġinarjament kien iddeċieda li l-isptar ikun jesa' 850 sodda u jkun hemm il-possibbiltà ta' estensjoni saħansitra sa 1,000 sodda, għax mal-popolazzjoni tagħna wieħed irid iżid in-numru ta' turisti li jkun hawn ġewwa pajjiżna għax irid jaħseb għall-eventwalità li jkollhom bżonn jagħmlu użu mill-isptarijiet pubbliċi tagħna.", "Wara li fl-1998 il-Partit Nazzjonalista reġa` tela` fil- gvern, dan iddeċieda li l-isptar jiċċekken biex jiftaħ b'650 sodda bil- possibbiltà li jikber għal 825 sodda.", "Apparti minn dan, l-isptar ġewwa l-Ingilterra beda jinbena fl-1997 u spiċċa f'Lulju 2001, jiġifieri f'erba' snin u nofs tlesta u fetaħ għall-pazjenti.", "F'Malta dan l-isptar beda fuq konċett żbaljat ta' sptar maqsum f'żewġ partijiet, parti f'Tal-Qroqq u parti fl-isptar San Luqa.", "Dak iż-żmien kien magħruf bħala l-isptar San Raffaele.", "Dawn kienu konċetti mħawdin u mgerrfxin bejn tal-qalba.", "Kulħadd kien kontra l-mod kif kien se jitmexxa dan l-isptar, minbarra l-Gvern Nazzjonalista.", "Ma' kulmin tkellimna qalilna li jaqbel li jkun hemm sptar wieħed għax il-konċett modern mhuwiex li jkollok biċċiet maqsumin 'l hemm u 'l hawn u l-pazjenti sejrin minn naħa għall-oħra, imma li jkollok sptar wieħed, bħalma kien qed jinbena dak ta' Norwich and Norfolk fl-istess żmien ġewwa l-Ingilterra.", "Fl-1997 il-Gvern Laburista mar għal dak il-konċett.", "Kien hemm diġà ċertu ammont ta' bini tiela' u ridna nħaffu l-proċess ħalli nagħmlu disinji fuq konċetti kompletament ġodda għax kien hemm babilonja sħiħa fid-disinji, fosthom l-elettriku għaddej minn ma' l-ilma!", "GĦaldaqstant intgħażlu disinjaturi ġodda u bdejna mexjin.", "Imma fl-1998 il-Gvern Nazzjonalista ddeċieda li jerġa' jqatta' l-karti kollha u jagħti kuntratt dirett ta' Lm83 miljun lill-consortium SKANSKA.", "Sakemm għamlu disinji ġodda u ħawdu u gerrfxu kollox mill-ġdid għaddew ħames snin minn meta beda jinbena dan l- imbierek sptar.", "Fis-sena 2000 reġgħu għamlu disinji kompletament ġodda.", "Il- ħin kollu ġejjin u sejrin għand il-MEPA biex jerġgħu jbiddlu d-disinji li jkunu tawhom qabel Għadna għaddejjin b'dan it-taħwid sal-lum il-ġurnata.", "Mela sptar ikbar minn tagħna fl-Ingilterrra beda jinbena fl-1997 u tlesta fl-2001 u aħna għadna għaddejjin b'dawn iċ-ċerimonji!", "Issa ħalli niġi għall-ikbar kuntrast f'dan il-paragun li qed nagħmel.", "Aħna ċekkinna l-isptar tagħna u se jinfetaħ b'650 sodda b'eventwalità li jikber għal 825 sodda, filwaqt li Norwich and Norfolk university hospital, li miegħu hemm l-iskola medika, jesa' 1,130 sodda.", "Jiġifieri huwa ferm akbar minn tagħna - u nispera li \"The Times'' ma terġax tikkwotani ħażin - u tafu kemm nefqu fuqu bl-apparat b'kollox?", "Nefqu Lm150 miljun.", "Issa hawn Malta l-ministru tas-saħħa qalilna li s'issa qiegħed jistma li l-isptar se jiġi jiswa Lm200 miljun.", "Mela għal sptar li se jiftaħ b'650 sodda b'eventwalità li jista' jikber għal 825 sodda, b'mod konservattiv s'issa qed nistmaw li se jiġi jiswa Lm200 miljun filwaqt li dak ġewwa l-Ingilterra li huwa state of the art with the latest technology u li jesa 1,130 sodda ġie jiswa Lm150 miljun!", "X'inhi r-raġuni għal dan?", "GĦax il-ħaddiem Malti jitħallas iktar minn ħaddiem Ingliż?", "Hawn xi ħadd jgħaddilu minn moħħu li l-ħaddiem Malti jaqla' aktar mill-ħaddiem Ingliż?!", "Jien nafha bil-kontra; ħaddiem Ingliż jaqla' bil-qabda aktar mill-ħaddiem Malti.", "Mela l-flus fejn qegħdin imorru?", "U għalhekk ma niskantax li hemm individwi - mhux se nsemmihom għax mhux qegħdin f'dan il-parlament - li għandhom ċerta stoffa qegħdin jgħidu lill-Gvern Nazzjonalista biex jagħmel inkjesta ħalli jaraw fejn qegħdin imorru verament il-flus li qed jintnefqu għal dan l-isptar.", "Imma aħna għandna gvern li tant huwa arroganti fl-attitudni tiegħu li jiġi jaqa' u jqum minn kollox.", "Sur President, il-ħniżrijiet f'dan l-isptar baqgħu għaddejjin anke fil-każ ta' l-offerta għall-apparat mediku u s-servizzi relatati miegħu.", "It-titlu tat-tender li kienet ħarġet huwa importanti għax fih ħafna tifsiriet warajh.", "Dan ma kienx għall-apparat mediku biss, imma kien għall-apparat u s- servizzi relatati miegħu gax meta wieħed jiġi biex jagħmel il-kontijiet ma nistgħux nitkellmu biss fuq l-apparat u ninsew kemm se jiġi jiswa l-after- sale service li wieħed jistenna bħallikieku dan ma jeżistix.", "Dażgur li jeżisti.", "Dak huwa parti mill-kuntratt.", "Issa jekk il-gvern iridx jieħdu jew le, irrilevanti.", "Imma d-dokument tat-tender kien jgħid b'mod ċar li bħala total cost kien jinvolvi mhux biss l-apparat imma s-servizzi relatati wkoll.", "U ħadd ma jista' jiġi jgħidilna li jinteressah biss l-apparat u l- affarijiet l-oħrajn ma jinteressawhx.", "Sa hawnhekk twassal l-arroganza ta' ċerti individwi?", "Il-gvern qed jiftaħar li kellu pariri minn esperti finanzjarji, esperti legali u esperti tekniċi.", "Issa ħalli nikkonċentra daqsxejn fuq l-esperti tekniċi li qabbdet il-fondazzjoni għas-servizzi mediċi.", "Hawnhekk ta' min jara x'jgħid ir-rapport li lestiet kumpannija Ingliża Secta li bagħtet l- espert tagħha biex jagħmel evalwazzjoni teknika ta' l-offerti mitfugħa.", "Dan ir-rapport jgħid li l-apparat li qed toffri kumpannija partikolari huwa ta' livell għoli ħafna, filwaqt li l-istess apparat eżattament, bid-dettalji kollha u kollox l-istess, li qed toffri kumpannija oħra mhux ta' livell tajjeb biżżejjed.", "Dawn huma l-esperti li l-gvern qiegħed jikkonsulta u qed jgħidilna li joqgħod fuqhom.", "Fuq dawn qed joqgħod?!", "Fuq min jagħtih żewġ opinjonijiet differenti dwar l-istess apparat?!", "Sur President, issa se nirriferi għal tweġiba li ħadt il-bieraħ għall- mistoqsija parlamentari li fiha tlabt lill-ministru tas-saħħa u lill- ministru tal-finanzi biex ipoġġu fuq il-mejda tal-Kamra r-rapporti li għandha l-fondazzjoni għas-servizzi mediċi mingħand din il-kumpannija li bagħtet l-espert tagħha biex jagħmel evalwazzjoni teknika ta' l-offerti mitfugħa.", "Tafu x'irrispondewni?", "Qaluli li dawn mhux se jqegħduhom fuq il- mejda tal-Kamra għax inkella jpoġġu f'pożizzjoni prekarja lill-kumpannija Simed li ma ngħatatx il-kuntratt.", "Fil-fatt qaluli hekk:", "\"Peress li d-dokumenti mitluba jistgħu jippreġudikaw lill-kumpannija Simed ma jidhirlix li huwa għaqli li f'dan l-istadju jitpoġġew fuq il- mejda tal-Kamra.''", "Imbagħad biex mingħalihom jitmejlu bija komplew hekk:", "\"Però jekk l-Onor.", "Interpellant jixtieq jarahom għall-informazzjoni tiegħu lest li nurih id-dokumenti li qed jitlob.''", "Sur President, jien m'għandi bżonn informazzjoni ta' xejn.", "Il-poplu Malti u Għawdxi qed jitlob din l-informazzjoni ħalli jara jekk hijiex qed tgħid il- verità l-kumpannija Simed jew inkella humiex qed jgħidu l-verità l-ministru tal-finanzi u l-ministru tas-saħħa, ħalli jara jekk l-affarijiet sarux sew u b'mod trasparenti.", "Imma le, il-ministru jrid jurihom lili ħalli jagħlaqli ħalqi.", "Jiena ngħid li għandhom juruhom lil kulħadd.", "Suppost li m'hemm xejn x'iżomm lil ħadd.", "Sur President, lili tagħmillix differenza jekk teħux l-offerta għall- apparat u s-servizzi relatati miegħu l-kumpannija Simed, INSO, Hospitalia, jew Siemens.", "Tagħmel differenza lill-poplu Malti li jrid jonfoq flusu tajjeb u jieħu l-aħjar prodott.", "Jien dak li jinteressani!", "Kliem bħal dan iktar jagħmel ħsara lill-gvern tal-ġurnata u jagħmel iktar ħsara lit- trasparenza li hemm bżonn f'dan is-settur.", "Dan huwa sempliċement ħabi ta' dak li verament qiegħed jiġri.", "Nista' ngħid li wara li l-ministru tal- finanzi sfida lill-kumpannija konċernata biex tidħol il-qorti u tieħu d- drittijiet tagħha, issa qed tiġi mhedda mill-istess ministru.", "Il-ministru tal-finanzi għandu żewġ sfidi min-naħa tiegħi li s'issa għadu ma laqax.", "Waħda minnhom hija li jsibilna fejn fir-rapport tal-bord ta' l- appell hemm imniżżel fir-rakkmandazzjonijiet tiegħu li jekk il-kumpannija Simed ma tasalx biex tagħmel kjarifiki ċari l-kuntratt jingħata lill- kumpannija Taljana INSO.", "Fuq dan jien poġġejt għonqi, poġġejt il-karriera politika tiegħi, u isss se nerġa' nifida lill-ministru ġewwa l-parlament.", "Jekk il-ministru bl-iktar mod ċar, mingħajr l-ebda dubju, juri li fir- rakkmandazzjonijiet tal-bord ta' l-appell hemm imniżżel li jekk ma jasalx mal-kumpannija Simed, jagħti l-kuntratt lill-kumpannija Taljana INSO, jien lest li nirriżenja minn dan il-parlament u nirtira mill-kamp politiku.", "Sur President, nikkonkludi billi ngħid li l-gvern Nazzjonalista qed ikompli jżid it-taxxi fuq il-poplu Malti biex ikun jista' jberbaqhom fejn jaqbillu.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru ta' l-Edukazzjoni.", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni): Sur President, segwejt id-dibattitu fuq din il-liġi li l-ħsieb tagħha huwa li tilleġisla l-miżuri li l-gvern ippropona fil-budget għas-sena 2004.", "Ma kenitx sorpriża li parti sew mid-diskorsi li saru mill-membri li tkellmu s'issa kien jiffoka fuq is-sitwazzjoni ekonomika tal-pajjiż b'enfasi partikolari fuq is- sitwazzjoni tax-xogħol ġewwa pajjiżna.", "Sur President, il-kelliem ta' qabli l-Onor.", "Michael Farrugia pinġa stampa mill-iktar sewda u qalilna li l-għawġ kollu li hawn fil-pajjiż huwa kollu tort tal-gvernijiet ta' Dr Eddie Fenech Adami.", "Dan it-tip ta' diskors huwa kontradittorju għad-diskors li sar mid-deputy leader ta' l-oppożizzjoni, il- kelliemi ewlieni għall-finanzi l-Onor.", "Charles Mangion, li kien qed jgħidilna li l-oppożizzjoni lesta tgħin biex insalvaw u noħolqu l-impjiegi, li l-oppożizzjoni hi favur kull inizjattiva li toħloq ix-xogħol.", "Jekk l- oppożizzjoni tassew temmen il-kliem li qed tistqarr, li hi favur kull inizjattiva li toħloq ix-xogħol, li hi lesta li tgħin biex issalva u biex jinħolqu l-impjiegi, allura ma jistax ikun li l-oppożizzjoni tibqa' tippropaga dianjosi żbaljata ta' x'inhi s-sitwazzjoni.", "Il-kelliemi ta' qabli huwa tabib u żgur li jgħallimni li l-agħar ħaġa li tista' tiġrilu pazjent hija meta t-tabib tiegħu jagħmillu dianjosi żbaljata, ma jirnexxilux jiskopri x'inhuma s-sintomi vera, x'inhuma l-kawżi vera li qed iwasslu għal ċerti diffikultajiet.", "U dianjosi żbaljata bilfors li twassal għal mediċina żbaljata.", "Dan hu li qed jiġri mill-kontribut ta' l- oppożizzjoni Laburista fil-pajjiż bħalissa.", "Fil-fehma tiegħi, għal skopijiet dojoq, partiġġjani u ulterjuri li huma short term, l-oppożizzjoni qiegħda tipprova tbella' lill-poplu Malti li s- sitwazzjoni ekonomika li jinsab fiha l-pajjiż illum hija kollu tort tal- gvern.", "U x'inhi l-mediċina ta' dan kollu?", "Il-mediċina hija l-protesti fit- toroq!", "Inniżżlu n-nies fit-toroq.", "Jien m'għandi xejn kontra dan għax huwa dritt fundamentali garantit fid-demokrazija sħiħa li ġab il-gvern ta' Dr Fenech Adami.", "Però l-protesti fit-toroq li se jagħmlu l-oppożizzjoni Laburista u l-GWU żgur mhumiex il-mediċina li tirrikjedi s-sitwazzjoni ekonomika li qed niffaċċjaw bħalissa.", "Sur President, għal dan il-gvern huwa ta' inkwiet anke jekk ikun hawn persuna waħda ma taħdimx għaliex jekk hawn xi ħaġa li hija sagrosanta fit-twemmin tal-Partit Nazzjonalista li qed imexxi dan il-gvern hija d-dinjità tal-ħaddiem li tiġi mix-xogħol.", "Dan huwa partit li kull darba li kien fil-gvern tqabad u rnexxielu jwettaq politika li ħolqot eluf u eluf ta' mpjiegi.", "Jista' jkun li hawn ġew ħafna ma jiftakrux - inti tiftakar ftit iktar minni, Sur President, imma jien niftakar ukoll - il-gvern ta' Borg Olivier, dak il-gvern li għamel l-ikbar pass storiku ta' l-istorja moderna ta' Malta meta għamel lil pajjiżna indipendenti.", "Dak il-gvern kien wiret pajjiż li kien kolonja, li la kellu lukandi, la kellu fabbriki, la kellu infrastruttura u lanqas kellu l-politika barranija tiegħu.", "Dak il-gvern kellu emigrazzjoni ta' eluf ta' Maltin u Għawdxin kull sena, imma rnexxielna nxejnu l-emigrazzjoni, noħolqu l-bażi infrastrutturali, noħolqu l-fabbriki, nagħmlu t-trattat ta' assoċjazzjoni mal-Komunità Ekonomika Ewropea, kif kienet tissejjaħ dak iż-żmien, inwaqqfu l-industrija tat- turiżmu, inkabbru l-industrija ta' l-agrikoltura, indaħħlu l-industrija f'pajjiżna, inkabbru l-edukazzjoni, niftħu universita`, nibnu skejjel, u noħolqu eluf ta' impjiegi.", "L-istess għamilna f'dawn l-aħħar 15-il sena taħt il-gvern Nazzjonalista ta' Fenech Adami.", "Ma rridx ngħid li fl-inter-renju bejn il-Gvern Nazzjonalista ta' Borg Olivier u l-Gvern Nazzjonalista ta' Fenech Adami, dawk is-16-il sena ta' Gvern Laburista kienu kollha kemm huma negattivi.", "Xejn minn dan, Sur President.", "F'dawk is-16-il sena ġraw ukoll affarijiet pożittivi fuq livell politiku, fuq livell ekonomiku, fuq livell soċjali u anke fuq livell edukattiv.", "Pero` sfortunatament l-għerq, il- fundament tal-politika Laburista soċjalista, kif ippriedkata, kif emmnuta u mħaddma dak iż-żmien, fl-aħħar mill-aħħar il-miżien ixaqleb għal riżultati negattivi, ixaqleb biex jurina li dawk is-16-il sena tellfu lil Malta opportunitajiet tad-deheb.", "Iż-żmenijiet tal-gvernijiet ta' Dr Fenech Adami wkoll kienu żmenijiet li ħolqu x-xogħol, u issa jkolli ċans nagħti ftit l-istampa.", "Pero` rrid ngħid li meta nkunu qegħdin nispjegaw is-sitwazzjoni ekonomika, meta nkunu qed nispjegaw il-kawżi tar-ristrutturazzjoni li qed isseħħ u li qed iġġib magħha telfien ta' impjiegi f'setturi u ħolqien ta' impjiegi f'setturi oħrajn, meta nkunu qed nagħmlu din l-analisi importanti u oġġettiva ta' x'inhuma l-kawżi tas-sitwazzjoni ekonomika, ħadd m'għandu jaħseb li f'qalbna ma nkunux ħaġa waħda mal-ħaddiema u mal-familji tagħhom li jkunu għaddejjin minn dawn id-diffikultajiet.", "Aħna, bħall-membri tan-naħa l- oħra, niltaqgħu mal-Maltin u l-Għawdxin għax fid-demokrazija tagħna għandna x-xorti li niltaqgħu magħhom kuljum, għandna x-xorti li dawn jiġu f'darna, fl-uffiċċji tagħna u fl-uffiċċji politiċi tal-partiti tagħna biex ikellmuna dwar il-problemi tagħhom.", "Aħna l-ħin kollu mmissu b'idejna l-problemi soċjali, il-problemi tax-xogħol, għax in-nies ikellmuna.", "Pero` mhux se nagħtu kontribut għas-soluzzjoni bil-mod u l-manjiera kif qed titkellem l- oppożizzjoni u l-kap ta' l-oppożizzjoni li jitkellmu b'ċertu lingwaġġ naħa u mbagħad jikkontradixxu lilhom infushom f'naħa oħra.", "Sur President, wieħed irid jara ftit il-fatti x'inhuma.", "Jien naħseb li fuq din il-kwesjtoni ma nistgħux nibqgħu nitkellmu b'mod partiġġjan, la n-naħa tal-gvern u lanqas in-naħa ta' l-oppożizzjoni.", "In-naħa tal-gvern m'għandhiex tnaqqas id-diffikultajiet, m'għandhiex tnaqqas il-miżura tal- problema, u n-naħa ta' l-oppożizzjoni m'għandhiex tesaġera l-miżura tal- problema li għandna quddiemna.", "U x'inhu l-kwadru?", "L-ewwelnett ma nistgħux nieħdu l-kwadru minn ġimgħa għal ġimgħa, imma fuq firxa ta' żmien.", "Jien se nagħmel ftit analisi ta' x'ġara dawn l-aħħar għaxar snin.", "Bejn l- 1993 u Diċembru 2003 is-settur tas-servizzi sploda għal 70.5% ta' l- impjiegi.", "Bil-maqlub, ġara li s-settur produttiv tal-manifattura naqas għal kważi 30% tax-share ta' l-impjiegi.", "Kellna fenomenu ieħor li x-xogħol part- time ttrippla f'dawn l-għaxar snin.", "Dan huwa fenomenu li wieħed seta' jarah u jmissu b'idejh.", "X'ġara iktar?", "Ġara li s-settur pubbliku naqas bi 8%.", "Kemm insemmu li s-settur pubbliku kiber u nfaħnieh, ix-share tiegħu mit- total employment f'dawn l-għaxar snin niżel għal 34%.", "F'għaxar snin ir-rata fl-employment, dik li nsejħulha l-overall employment rate, żdiedet minn 54% għal 58%.", "X'inhu l-fenomenu l-ieħor li qed jiġri, ħalli nkunu qed ngħidu kollox?", "Il-popolazzjoni li qed taħdem qiegħda tixjieħ.", "Fejn qabel il-major share ta' l-employment kien mill-age group bejn l-20 u d-39 sena, issa l- ikbar share minn dawk li jaħdmu sar mill-age group bejn l-40 u d-49 sena.", "Din hija t-trend ta' kif żviluppat l-ekonomija tagħna, mhux minn ġimgħa għal ġimgħa jew minn sena għal sena imma fuq firxa ta' għaxar snin.", "Sur President, jekk nieħdu fatturi oħrajn insibu li f'dawn l-għaxar snin il- popolazzjoni tagħna żdiedet b'iktar minn 36,000.", "Il-popolazzjoni li taħdem f'dawn l-aħħar għaxar snin żdiedet b'24,400.", "Jekk nieħdu l-figura tal- qgħad ta' għaxar snin ilu u l-figura tal-qgħad f'Diċembru li għadda nsibu li kien hemm żieda ta' 992 u li l-labour supply żdiedet b'25,393.", "F'dawn iż- żmenijiet kellna telfien ta' impjiegi, imma l-bilanċ xorta baqa' li nħolqu iktar impjiegi milli ntilfu.", "Meta wieħed jara fejn seħħ ix-shedding of labour jinduna li dan seħħ f'dawk l-oqsma li kienu ilhom għal ċertu żmien indikati li se jgħaddu minn din id-diffikulta`.", "Diġa` rajna li filwaqt li s-settur tas-servizzi żdied bil-qawwa, ix-share tas-settur tal-manifattura naqas.", "Insibu tnaqqis fil-manifattura taż-żraben, tat-tessuti u prodotti oħrajn ta' dan it-tip.", "Sur President, anke jekk nieħdu firxa ta' ħames snin u mhux ta' għaxar snin, insibu li f'Diċembru ta' l-1999 in-numru ta' dawk li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol, sew fuq il-part I kif ukoll fuq il- part II tar-reġistru ta' l-ETC, kien ta' 8,306.", "F'Diċembru tas-sena li għadha kif spiċċat, il-figura kienet ta' 8,175, jiġifieri 2% inqas milli kien hemm ħames snin ilu.", "Meta tibda tanalizza iktar il-figuri li għandna fil-korporazzjoni ta' xogħol u taħriġ issib li n-numru ta' persuni li qed jirreġistraw għall-ewwel darba fl-2003 a paragun ma' l-1999 naqas b'5%.", "Qed nitkellem fuq new registrations.", "Imma kellna żieda wkoll fin-numru ta' dawk li rreġistraw b'mod ripetut, jiġifieri dawk li kienu jirregistraw, sabu xogħol, tilfuh, reġgħu marru jirreġistraw, sabu xogħol u reġgħu tilfuh.", "Nerġa' ngħid - għax jidhirli li huwa fattur importanti - li jekk naraw x'kien ix-share tas-settur pubbliku versus is-settur privat għaxar snin ilu insibu li filwaqt li s-settur pubbliku kellu 42% tax-share ta' l- impjiegi u l-privat kellu 58% tax-share, f'Ġunju tas-sena li għaddiet rajna li s-settur pubbliku kellu 34% u s-settur privat kellu 66%.", "Sur President, il-figuri jibqgħu juru li sa l-aħħar tas-sena li għaddiet is- sitwazzjoni kienet qiegħda tiżviluppa skond it-trends tar-ristrutturazzjoni li kienet qed isseħħ fil-pajjiż influwenzata anke miċ-ċirkostanzi u r- ristrutturazzjoni internazzjonali.", "Nerġgħu nfakkru - ħaġa li ntqalet ħafna drabi - li jekk wieħed jara l-figura tas-sensji sena b'sena mill-1997 'l hawn, isib li fl-1997 kien hemm 2,257 sensja, fl-1998 kien hemm 2,123 sensja, fl-1999 kien hemm 2,500 sensja, fl-2000 inżilna għal 1,972 sensja, fl-2001 erġajna tlajna għal 2,753, fl-2002 kellna 2,800 u s-sena l-oħra kellna ftit iktar minn 2,000 sensja.", "Dawn il-figuri juru li minn sena għall-oħra jkollok bejn wieħed u ieħor dan it-turnover ta' impjiegi.", "Minkejja dawn is-sensji kollha, il-gainfully occupied population żdiedet b'iktar minn 4,000 persuna fuq l-istess perjodu.", "Allura ejjew inħarsu lejn it-trend kollha u naraw eżattament x'qed jiġri, ejjew nagħmlu dianjosi korretta u oġġettiva.", "Proprju fil-bidu ta' din is-sena kellna l-għeluq ta' xi impriżi partikolari.", "Irrid infakkar ukoll li kellna r-ristrutturar tat-tarzna fejn kellna mijiet li naqsu mill-gainfully occupied population u kien hemm numru ta' persuni li marru jirreġistraw għax-xogħol.", "Kellna numru ta' impriżi li jew naqqsu l-ħaddiema jew addirittura għalqu.", "Allura f'dawn l-aħħar żmenijiet is-sitwazzjoni kompliet tikkonferma t-trend tar- ristrutturazzjoni, li l-ekonomija ta' pajjiżna qiegħda tnaqqas l-impjiegi f'setturi li ilna nafu li mhux se jkunu kompetittivi iktar.", "Issa rridu nassiguraw li dan it-tnaqqis ta' impjiegi jiġi rkuprat minn setturi oħrajn.", "GĦaldaqstant meta wieħed iħares lejn l-istampa b'mod oġġettiv isib li din mhijiex sitwazzjoni ta' qtigħ il-qalb, kif qed tgħid l-oppożizzjoni.", "Din mhijiex sitwazzjoni ta' stampa assolutament sewda u li għandna assolutament naqtgħu qalbna minnha, imma b'saqajna fl-art hija realta` li r- ristrutturazzjoni ta' l-ekonomija ta' pajjiżna qed iġġib magħha dan l- iżvilupp inevitabbli ta' telfien ta' postijiet tax-xogħol.", "Allura rridu naħdmu ħafna biex noħolqu xogħol biex inkunu nistgħu nirrimpjazzjawhom.", "Sur President, meta nitkellmu fuq il-ħolqien tax-xogħol l-oppożizzjoni tgħidilna li l-gvern la għandu pjan u lanqas direzzjoni.", "Din hija kritika irħisa li jemmnuha n-nies li huma tal-partit.", "Imma meta wieħed janalizza l- fatti jsib li dan il-gvern għandu sens kbir ta' direzzjoni, għandu l-pjan u jaf x'qed jagħmel, imma issa rridu nassiguraw li kulħadd jingħaqad biex din is-sitwazzjoni li qed tiżviluppa naffrontawha kif suppost.", "Hawnhekk qed niffaċċjaw żewġ realtajiet li rridu nifhmu bis-serjeta`, u ma noqogħdux nżeffnu l-Unjoni Ewropea fin-nofs.", "L-ewwelnett għandna r-realta` ta' popolazzjoni li qiegħda tixjieħ, dik li jgħidulha an ageing population.", "Dan ifisser li qed jiżdied il-piż tal-popolazzjoni li taħdem u dan il-piż se jikber iktar għall-popolazzjoni li taħdem fil-futur.", "It-tieni realta` hija li hawn tibdil, ristrutturar mhux ta' darba, mhux ta' perjodu imma ristrutturar kontinwu fl-ekonomija.", "Iktar kemm intejbu l-livell ta' l- għajxien tagħna, jiġifieri iktar kemm jitjiebu l-pagi, iktar kemm aħna ntejbu l-istandards ta' l-occupational health and safety u iktar kemm intejbu l-istandards ta' l-ambjent allura iktar se niltaqgħu ma' kompetituri ġodda fis-suq tax-xogħol fid-dinja.", "Dawn huma żewġ realtajiet li m'għandhom x'jaqsmu xejn mal-gvernijiet ta' Dr Fenech Adami, m'għandhom x'jaqsmu xejn ma' l-Unjoni Ewropea, imma huma realtajiet li qed jiffaċċjawhom ekonomiji oħra u rridu naraw kif se niffaċċjawhom aħna.", "Meta għandek popolazzjoni li qed tixjieħ u għandek din il-bidla kontinwa fl-istruttura ekonomika tal-pajjiż, wieħed irid joħloq iktar impjiegi biex jilqa' għar-ristrutturar - għax ir-ristrutturar iġib miegħu telf ta' impjiegi - u rridu nkabbru wkoll ir-rata ta' parteċipazzjoni tal-poplu tagħna fid-dinja tax-xogħol.", "U hemmhekk aħna għandna problemi u realtajiet li għall-Maltin huma ġodda.", "Meta ngħidu li rridu nżidu r-rata tan-nisa jaħdmu għal circa 60% , din hi realta` soċjali u kulturali ġdida għal pajjiżna.", "Il-kultura tal-poplu Malti, is-soċjeta` tiegħu mhijiex waħda li hija mdorrija bil-mara taħdem.", "Wasalna sa 30% mill- indipendenza 'l hawn u nafu b'liema manjiera wasalna f'40 sena.", "Issa qegħdin ngħidu li t-target tagħna huwa li l-parteċipazzjoni tan-nisa jaħdmu titla' għal 60%.", "Imma jien nippretendi li biex naslu għal dan it-target irridu nassiguraw qafas ta' appoġġ nazzjonali biex din il-bidla ma jkollhiex ir-riperkussjonijiet negattivi li jista' jkollha jekk din ma naħdmuhiex b'ċertu għaqal.", "Sur President, biex nilqgħu għal din il-bidla li qed insemmi rridu naħsbu b'mod ġdid dwar kif inħarsu lejn l-edukazzjoni u lejn it-taħriġ.", "Fejn qatt qabel kellna nies li jagħlqu l-61, it-62, it-63, l-64 u l-65 sena li jinsistu li jkomplu jaħdmu?!", "U jekk għandna nies ta' din l-eta` li qed jinsistu li jkomplu jaħdmu - u iktar ma jgħaddi ż-żmien iktar se jkollna minnhom - dan se jbiddel il-konċett ta' kif irridu nħarsu lejn is-sistemi ta' taħriġ u lejn is-sistemi ta' lifelong learning.", "Naturalment ma' dawn wieħed bilfors irid isemmi l-enfasi li rridu nagħmlu biex inżidu l- produttivita` u biex nassiguraw investiment f'pajjiżna.", "Meta naraw din l-isfida rridu nistaqsu kif se nilqgħu għaliha.", "Meta tisma' l-kelliema ta' l-oppożizzjoni, wħud mill-unions u ċerti nies jitkellmu jagħtuk l-impressjoni li l-gvern irid ikun is-soluzzjoni ta' dan kollu.", "Kulħadd jipponta subgħajh lejn il-gvern bħallikieku hu jrid jagħmel dawn l- affarijiet.", "Iżda meta nanalizzaw is-sitwazzjoni ekonomika u nagħmlu dianjosi tajba, il-mediċina korretta li tirriżulta żgur li għandha tkun li l-gvern, l-oppożizzjoni, il-unions u kulħadd iridu jimxu lejn direzzjoni waħda biex aħna nilqgħu għal dawn l-isfidi u noħolqu x-xogħol.", "Ejjew nagħmlu ħilitna ħalli ngħinu lis-settur privat bl-aħjar mod possibbli għax fid-dinja tal-lum dan is-settur biss jista' jgħin lis-soċjeta` tagħna, lill-Ewropa u lid-dinja kollha kemm hi biex tiffaċċja dawn l-isfidi li qegħdin inpoġġu quddiemna.", "Meta ngħid dan ma jfissirx li m'hemmx l-ispazju bi dmir - mhux bi dritt - tal-gvern f'din l-equation kollha kemm hi.", "Dażgur li hemm!", "Biċċa sew mill-għajnuna li jrid jingħata s-settur privat trid tiġi min-naħa tal-gvern.", "Meta ngħid tiġi min-naħa tal-gvern mhux bilfors f'għajnuna diretta finanzjara, għalkemm fejn ikun hemm il-bżonn li dan isir il-gvern mhux se joqgħod lura li jsib il-manjiera kif jagħmlu, imma jrid jagħmlu permezz tal-politika li huwa jsegwi fl-infrastruttura, fl- ambjent u fl-iżvilupp tar-riżorsi umani permezz ta' l-edukazzjoni u tat- taħriġ.", "Sur President, qasam kruċjali - li fl-opinjoni tiegħi messu tajjeb l-Onor.", "Tonio Fenech - li jrid jiżdied ma' l-assi l-oħrajn kollha li fuqhom huwa premess l-iżvilupp ekonomiku ta' pajjiżna, hija s-sistema tas-servizz pubbliku li rridu nġibuha taħdem bl-istess speed li għandu bżonn l- imprenditur, skond il-bżonnijiet u l-viżjoni ta' l-imprenditur.", "Hawnhekk il-gvern mhux beħsiebu jdaħħal rasu fir-ramal u għalhekk ippropona u qed jiddiskuti white paper għar-riforma radikali tas-servizz pubbliku u tas- setturi pubbliċi kollha.", "Għaliex?", "GĦax il-gvern huwa konxju li s-sistema ta' dik li nsejħulha public policy dimension ta' l-iżvilupp ekonomiku tal- pajjiż tiddependi minn jekk is-servizzi pubbliċi hux se jirnexxilhom iżidu fit-tempo tagħhom, fir-responsiveness tagħhom, fil-flexibility tagħhom biex nassiguraw li nagħtu lil kulħadd il-value for money li hemm bżonn.", "Mr Speaker, fi ftit kliem irridu nassiguraw dak li ilu jippriedka l-Onor.", "Edwin Vassallo b'mod mill-iktar espliċitu favur l-imprenditur f'kull aspett.", "Dan ma jridx jibqa' bħallikieku huwa xi ħaġa periferali għall- iżvilupp ekonomiku tagħna, imma jrid isir parti integrali mill-kultura tagħna.", "Inkunu boloh jekk naħsbu li se jiġi xi mument fl-iżvilupp ekonomiku ta' pajjiżna li mhux se nibqgħu naraw kumpanniji jitilqu minn Malta u jmorru f'postijiet oħrajn minħabba l-kompetittivita` internazzjonali.", "Aħna konvinti li kif wassalna dan il-pajjiż għal dan il- livell għoli ta' kwalita` ta' għajxien, issa aħna kapaċi nisfruttaw l- opportunitajiet li se jkollna bħala membri ta' l-Unjoni Ewropea biex l- ekonomija tagħna tieħu l-għajnuna biex tkun tista' ttejjeb il-performance tagħha.", "Bir-riżorsi interni tagħna, bil-bidliet interni li rridu nagħmlu u bl-isforzi interni li jridu jsiru aħna kapaċi nġibu l-ekonomija tagħna b'saħħitha u tagħti riżultati pożittivi.", "Mr Speaker, hawnhekk irrid ngħid ukoll li, jagħmel kemm jagħmel sforzi l- gvern, għandu kemm għandu politika tajba l-gvern, il-prinċipju fundamentali ta' l-ekonomija huwa l-propensity to consume u l-propensity to invest.", "L- ekonomija tiddependi mit-tendenza, mill-inklinazzjoni ta' kull individwu, ta' kull kumpannija, ta' kull organizzazzjoni li tikkonsma u li tinvesti.", "Din l-inklinazzjoni tiġi influwenzata sew minn dak li jintqal u sew minn dak li ma jintqalx, u meta jkollok l-oppożizzjoni u l-GWU jitkellmu b'mod negattiv u distruttiv, kif qed jitkellmu ħafna drabi, dawn qegħdin jattakkaw il-qalba tal-propensity to consume u tal-propensity to invest, biex ma jaħsbux li d-diskors li jintqal m'għandux l-effett tiegħu.", "Jista' jkollu l-effett pożittiv u jista' jkollu l-effett negattiv.", "Meta kien hawn ċertu diskors ta' għaqal miż-żewġ naħat fir-rigward tas-settur finanzjarju, il-propensity li s-settur finanzjarju jikber u jissoda mexa 'l quddiem, għaliex kulmin kien qiegħed isegwi minn barra din il-Kamra u sema' d- diskors, id-diskors laqtu tajjeb, inkorraġġih u tah sens ta' fiduċja.", "Pero` meta jkun hawn diskors negattiv ħafna, hemmhekk l-oppożizzjoni trid tapprezza li għandha wkoll responsabbilta`.", "Veru li x-xogħol ta' l- oppożizzjoni fid-demokrazija huwa li tagħmel il-kritika, imma din għandha tkun oġġettiva u għandha tkun ispirata mill-interess nazzjonali.", "Trid tifhem ukoll li bħalma l-kritika tagħmel il-ġid, il-mod kif isir id-diskors jista' jagħmel il-ħsara, u ħafna drabi, kif rajna f'dawn il-15 il sena, mhux il-partit oppost tagħha jbati - fil-fatt għal darba wara l-oħra rebaħ il-Partit Nazzjonalista minkejja t-tixiwx, l-allegazzjonijiet, il-gideb, it- tgħawwiġ ta' fatti, il-miżinformazzjoni u l-brain washing min-naħa tal- Partit Laburista - imma jbatu n-nies li f'din il-Kamra niltaqgħu għalihom biex inġibulhom ix-xogħol.", "Għalhekk irrid ngħid li m'għandniex naqtgħu qalbna.", "Jien fiduċjuż li r- ristrutturar li sar fil-Malta enterprise għandu jħalli riżultati pożittivi.", "Minn dak li qalu dan l-aħħar iċ-chairman tal-Malta Enterprise, is-Sur Joe Zammit Tabona u ċ-chief executive, is-Sur Philip Micallef, nafu li qegħdin jaqbdu d-direzzjoni t-tajba.", "GĦandna nikkonsolidawha biex fuq it-tajjeb li diġà jeżisti nkunu nistgħu nkomplu nibnu.", "F'intervista li taw dan l-aħħar fil-business weekly dawn qalu li:", "\"The most important thing that will change will be client relationship.", "We will be much more receptive to clients' needs and in order to make sure we are always updated on these requirements we shall be holding ...''", "Jiġifieri, jien ċert li dawn l-affarijiet se jimxu 'l quddiem.", "Sur President, nagħlaq billi ngħid li l-gvern mhux biss ħadem biex ikollu sensiela ta' dokumenti bħalma huma l-joint action plan ta' l-employment, is- single programme document u affarijiet oħra bħal dawn, imma qed jagħmel xogħol importanti biex niżviluppaw in-national action plan for employment.", "Din diġà qiegħda tiġi diskussa fil-livell tal-cabinet committee biex imbagħad inkunu nistgħu niftħu d-diskussjonijiet mal-partijiet soċjali, mal- unions, ma' l-employers u ma' l-imprendituri li jintlaqtu minn dan is- suġġett.", "B'dan il-mod inkunu nistgħu nassiguraw li f'dan ir-rigward hemm qafas ta' politika li huwa żviluppat, magħmul bi djalogu ma' kulmin huwa involut biex inkunu lkoll flimkien, għaliex il-gvern waħdu m'huwiex is- soluzzjoni lanqas m'hu l-ostaklu tas-soluzzjoni.", "Kulħadd hu parti mis- soluzzjoni, mill-iċken individwu sa l-aqwa organizzazzjoni.", "Jien nawgura li tinstab ir-rieda politika biex jitwettaq b'mod oġġettiv dak id-diskors li qalet l-oppożizzjoni, li lesti jgħinu biex insalvaw u noħolqu l- impjiegi, għall-ġid tal-poplu tagħna.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "L-Onor.", "Louis Galea, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal għada l-Erbgħa, 21 ta' Jannar, 2004 fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Abbozz ta' Liġi li Jimplimenta Miżuri ta' l-Estimi – Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att dwar l-Amministrazzjoni Finanzjarja u l- Verifika – Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili (Emenda Nru 2) - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Reġistru Ċentrali - Tieni Qari; u", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Ilsien Malti - Tieni Qari.", "------------------------------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Hemm rimarki?", "L-Onor.", "Clyde Puli.", "ONOR.", "CLYDE PULI: Mr Speaker, qabel ma nibda nittratta s-suġġett li se nitkellem fuqu llum, xtaqt insellem lill-ħabib tagħna Tony Mallia li ħalliena f'dawn l-aħħar ġranet.", "Huwa kien ġurnalist u xandar eżemplari li b'xogħlu għen biex f'dan il-pajjiż tissaħħaħ id-demokrazija.", "Il- kondoljanzi tagħna jmorru wkoll għall-familjari tiegħu.", "Mr Speaker, fil-ftit ħin li għandi nixtieq naqsam ftit ħsebijiet dwar il- kontenut tal- konferenza inter-parlamentari li saret fi Strasbourg bejn l- 20 u l-21 ta' Novembru, 2003 u li attendejt għaliha flimkien mal-kollega tiegħi l-Onor.", "Leo Brincat.", "Din il-konferenza inter-parlamentari li, kif jgħid it-titlu tagħha stess, tittratta dwar the global partnership against the spread of weapons and materials of mass destruction, laqgħet parlamentari mill-pajjiżi Ewropej, mill-Awstralja, minn New Zealand, mill- Korea t'Isfel, mill-Ukraine u mill-Kazakhstan flimkien mar-rappreżentanti ta' l-Istati Uniti u r-Russja sabiex jiddiskutu din it-theddida lill- umanità.", "L-Unjoni Ewropea rat skop għal laqgħa simili għax ħasset li filwaqt li dan is-suġġett qed jingħata ċerta priorità fl-aġenda tal-gvern u tal-kungress ta' l-Istati Uniti, mhux qed ikun l-istess każ fl-Unjoni Ewropea u fil-pajjiżi membri tagħha.", "GĦalhekk ħasset li b'konferenza simili tista' tkattar l-għarfien u żżid l-attenzjoni fuq suġġett daqstant importanti li riċentement ġie diskuss anke mill-kunsill tal-ministri ta' l- Unjoni Ewropea f'Thessaloniki.", "It-tmiem tal-gwerra l-bierda jidher li wassal lil diversi stati biex ikunu aktar konxji dwar l-importanza ta' non-proliferazzjoni ta' armi tal-qerda tal-massa bħalma huma l-armi nukleari, l-armi bioloġiċi u anke l-armi kimiċi.", "Il-membri preżenti waqt din il-konferenza ġew informati dwar diversi programmi eżistenti ta' kooperazzjoni bilaterali u multilaterali biex titnaqqas it-theddida ta' dawn l-armi tal-qerda tal-massa.", "Ngħidu aħna, l-Istati Uniti kienet fost l-ewwel pajjiżi li bdiet biex tagħti importanza mhux biss bil-ħsieb iżda wkoll b'impenn konkret lejn din il- problema.", "Fil-fatt bejn l-1992 u l-2001 l-Istati Uniti ffinanzjat b'kemm jiswew USD7 biljun fi programmi li fost oħrajn koprew parti mid-diżarm ta' l-armi fl-ex-Unjoni Sovjetika.", "L-Unjoni Ewropea tagħti wkoll l-kontribut tagħha kemm bi programmi ffinanzjati mill-kummissjoni u kif ukoll bi programmi individwali ta' stati membri, anke jekk wieħed irid jgħid li fuq skala iżgħar.", "Fil-fatt waqt din il-konferenza parlamentari l-mistiedna ġew informati li l-Ġermanja, fost oħrajn, tagħmel programm - u ilha tagħmel dan il-programm għal dawn l- aħħar għaxar snin - sabiex tgħin lir-Russja tilqa' għat-theddida li jistgħu joħolqu armi kimiċi eżistenti.", "Ingħatat informazzjoni wkoll dwar programm li daħlet għalih l-Unjoni Ewropea fl-1999 fil-qafas tal-common foreign and security policy, fejn qed tagħti l-impenn tagħha fid-diżarm ta' l-armi tal-qerda tal-massa ħalli jinstabu wkoll dawk li hemm fil- Federazzjoni Russa, kif inhija magħrufa llum.", "U dan għaliex illum, speċjalment wara l-attakki terroristiċi tal-11 ta' Settembru 2001, sirna ħafna aktar konxji li l-armi li baqa' f'diversi pajjiżi, b'mod partikolari dawk ta' l-Unjoni Sovjetika, huma ta' theddida mhux biss għall-pajjiżi li jinsabu fihom, iżda aktar minn hekk huma theddida dinjija.", "Il-biżgħa li armi bħal dawn f'xi ħin jistgħu jaqgħu taħt il-kontroll ta' fanatiċi u terroristi mhijiex biss fantasija ta' xi film ta' James Bond, iżda hija wkoll possibilità reali li qiegħda thedded is-sigurtà tagħna lkoll.", "Huwa proprju għalhekk li nħasset il-ħtieġa għal sforz aktar koordinat mhux biss fuq livell Ewropew, iżda aktar minn hekk fuq livell globali.", "Din il-biżgħa komuni u l-ħtieġa ta' kooperazzjoni wasslu biex anke fl-2002, fis-summit ta' Karaiskakis fil-Canada, il-pajjiżi tal-G8 ikkommettew ruħhom għal USD20 biljun għall-għaxar snin li ġejjin proprju biex jiġi kkontrollat it-tixrid ta' armi tal-qerda tal-massa.", "Illum kulħadd japprezza li l-politika konsistenti tal-gvern Malti m'hijiex biss dik li ma jippossjedix armamenti simili iżda li lanqas jipproduċihom.", "Fil- fatt Malta hija firmatarja ta' diversi konvenzjonijiet dwar id-diżarm imsejħa mill-Ġnus Magħquda.", "Fosthom wieħed jista' jsemmi n-non- proliferation treaty, il-chemical weapons convention, il-biological and toxic weapons convention u numru oħrajn ta' konvenzjonijiet li ġew iffirmati mill-gvern tagħna.", "Il-gvern Malti mhux biss qiegħed jappoġġja bi sħiħ il-prinċipji tal-G8 global partnership li jżomm lit-terroristi kif ukoll lil dawk li jipproteġuhom milli jakkwistaw dawn l-armi, iżda qed jappoġġja wkoll l- adozzjoni mill-G8 tal-linji gwida ta' kooperazzjoni.", "Kontra dawk li jemmnu li fid-dinja tal-lum għad hemm skop għall-armi nukleari, il-gvern Malti bi qbil miż-żewġ naħat tal-Kamra - nista' ngħid b'ċerta konvinzjoni - huwa kommess lejn l-eliminazzjoni ta' dawn l-armi qerrieda li aktar qed joħolqulna perikli milli sigurtà.", "Huwa komess fuq kollox lejn l- eleminazzjoni ta' dawn l-armamenti fuq livell globali b'mod ġenerali u fuq livell Mediterranju b'mod partikolari u b'mod aktar immedjat.", "Mr Speaker, ħafna minna għadhom jemmnu li t-theddida tat-terroriżmu hija xi ħaġa li tisma' dwarha fl-aħbarijiet u li tara fi stejjer televiżivi dwar pajjiżi 'l bogħod minna.", "Madanakollu anke jekk wieħed jelimina – għalkemm jien nemmen li wara kollox wieħed ma jistax jagħmel hekk - il-possibilità li pajjiżna jsofri minn attakk terroristiku simili, xorta jibqa' l-każ li wieħed japprezza li b'ekonomija aktar globalizzata l-effetti negattivi jistgħu jinħassu fuqna wkoll.", "Minħabba f'hekk u minħabba l-valuri tagħna ta' paċi u solidarjetà jeħtieġ li bil-qies tagħna, żgħir kemm hu żgħir, nagħmlu ħilitna biex nagħtu sehemna fl-eliminazzjoni ta' din it-theddida.", "Biex nagħmlu dan jeħtieġ li nifhmu sew l-għerq tal-problema li, fl-opinjoni tiegħi u ta' oħrajn, jinkludi l-faqar u l-injoranza.", "U aħna fil-limitazzjonijiet tagħna nistgħu nattakkaw dawn anke fuq livell internazzjonali.", "Mr Speaker, m'iniex se nieħu aktar ħin, però fil-ħin li kelli tajt rapport qasir ħafna dwar din il-konferenza li attendejt għaliha, kemm għax hija interessanti u kif ukoll għaliex huwa tajjeb li wieħed jagħti rendikont dwarha.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Edwin Vassallo.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO (Segretarju Parlamentari): Mr Speaker, kif kont wegħedt hekk kif ħareġ il-permess tal-MEPA għall-proġett ta' Ta' Qali, jien bdejt inkellem immedjatament lil dawk li jaħdmu hemmhekk li se jingħataw plot ħalli jkunu jistgħu jibnu l-fabbrika tagħhom mill-ġdid.", "B'hekk dan il- villaġġ ta' l-artiġjanat ma jibqax kif ħallewh l-Ingliżi, imma jkollna villaġġ denju li jmorru fih it-turisti kif ukoll il-konsumatur Malti ħalli jgawdu l-manifattura ta' l-artiġjanat Malti.", "F'dan il-villaġġ se jkun hemm madwar 80 fabbrika, uħud minnhom pjuttost żgħar u oħrajn ftit akbar, li fihom se jkun hemm diversi artiġjani li jaħdmu għas-suq lokali, fosthom mastrudaxxi, ħaddieda u oħrajn li jaħdmu xogħol ta' deheb, fidda u ħġieġ.", "Naħseb li dawn flimkien jagħmlu villaġġ ta' l-artiġjanat pjuttost interessanti u jien nipprevedi li t-turisti se jibdew jitolbu li jmorru jaraw dan il-villaġġ.", "Qed ngħid hekk għax meta dan il-proġett ikun lest se jservi ta' attrazzjoni kemm għall-poplu Malti kif ukoll għat-turisti.", "Illum il-ġurnata n-nies li jaħdmu f'Ta' Qali qed ikollhom iħallsu eluf kbar ta' liri lill-gwidi, lit-tour operators u anke f'riklami biex jaċċertaw ruħhom li t-turisti jmorru hemmhekk.", "Nispera li meta dan il-proġett jitlesta l-artiġjani ma jkollhomx għalfejn jibqgħu jħallsu dawk il-flus kollha, apparti għar-reklami, għax it-turisti stess se jibdew jitolbu li jmorru jżuru dan il-post kemm biex jarawh u anke biex jixtru minn hemm.", "Mr Speaker, min-naħa tal-MEPA nħareġ permess għal villaġġ sħiħ ta' madwar 80 fabbrika.", "Nista' ngħid li sal-lum diġà ltqajna ma' 60 persuna minnhom b'mod individwali sabiex inkunu nistgħu nirrispondu bl-aħjar mod possibbli l-mistoqsijiet tagħhom u naċċertawhom li dak li se nagħtuhom huwa dak li ppjanajna u ħdimna għalih flimkien u kkonsultajna dwaru.", "Sal-lum il-gvern diġà ħareġ madwar 70 konvenju għal art b'65 sena ċens.", "Jiġifieri f'isem il-gvern Malti jien tajt l-opportunità lil madwar 70 artiġjan il- possibbiltà li jagħżlu jekk iridux jieħdu art b'65 sena ċens.", "Naħseb li din hija l-ewwel darba li l-gvern Malti qed jagħti l-opportunità lil dawn l- artiġjani li jieħdu art b'65 sena ċens bl-approvazzjoni tal-pjanta tal- fabbrika tagħhom mill-MEPA, mhux bħalma sar f'Ta' Dbieġi.", "Jekk dak l- artiġjan jagħżel li jieħu ċ-ċens il-gvern jagħtih stima ta' kemm se tiġi tiswieh biex jibnieha u naturalment dak li jkun jintrabat li jħallas għal dik il-binja hu meta tkun lesta.", "Il-gvern din id-darba ried ikun ċert li ma jiġrix bħalma ġara fil-passat fi proġetti oħra.", "Per eżempju, fil-każ ta' l-industrial estate ta' Ħal-Luqa, sal-lum għadek tara l-bini tiela' biċċa biċċa għax il-gvern ta' dakinhar – hawn m'iniex qed nikkritika għax il- gvern kien għamel l-aħjar li seta' dak iż-żmien - ħalla f'idejn l- imprendituri tal-post li jmorru għand il-MEPA iġibu l-permess, imbagħad kellhom stipulat sa meta riedu jibnu.", "Però ġara li minħabba esiġenzi individwali rari xi ħadd żamm maż-żmien stipulat fil-kondizzjonijiet.", "Aħna rridu nitgħallmu mill-passat, allura biex ma jiġrilniex l-istess ħaġa fil-villaġġ ta' Ta' Qali, kif kien ġara f'Ta Dbieġi, fejn xi ħadd jieħu fit- tul biex iġib il-permess, jagħmel konvenju u jibqa' ma jibni qatt, waqt li dak ta' ħdejh ikun tella' l-post, ippjanajna flimkien villaġġ sħiħ fejn kull ċaqliqa kienet ippjanata u kull bieb jew tieqa kienu ppjanati.", "Allura llum il-ballun reġa' qiegħed f'saqajn dawn is-sidien li qegħdin niltaqgħu magħhom - din il-ġimgħa għad irrid niltaqa' ma' xi għaxra oħra biex b'hekk inkun iltqajt ma' kulħadd - biex sa l-aħħar ta' Frar ikollna l-konvenji kollha ffirmati.", "Imbagħad id-dipartiment ta' l-artijiet flimkien mal- ministeru tal-finanzi u affarijiet ekonomiċi għall-ħabta ta' Marzu jkunu jistgħu joħorġu sejħa għal offerti għall-bini ta' madwar 25 tomna li hemm biswit dan il-villaġġ.", "Dan il-villaġġ se jinbena fl-istess żmien b'koordinazzjoni mill-gvern f'isem dawn l-imprendituri.", "Illum il-ġurnata, grazzi għall-konsultazzjoni li għamilna mas-sidien ta' dan il-villaġġ, ippjanajna flimkien u applikajna għall-permess tal-bini.", "Il-gvern ħallas id-development permit fee ta' madwar Lm120,000 - nerġa' ngħid li s'issa din kienet l-ogħla development fee li qatt tħallset lill- MEPA - a favur ta' dawn is-sidien li jirrappreżentaw l-artiġjanat Malti.", "Illum ninsab sodisfat li ħafna minn dawk li xi darba kienu fl-artiġjanat u maż-żmien qatgħu qalbhom u biddlu l-hut tagħhom f'ħanut qed jgħidulna li jridu jfittxu jibdew għax qed jipproġettaw li jerġgħu jmorru lura għall- artiġjanat.", "Il-gvern Malti ħadem ma' dawn in-nies u diġà ffrankalhom il- flus.", "Ħadd minnhom ma kellu għalfejn iħallas lill-perit, ħadd ma kellu jħallas id-development fee.", "Ħadd ma mar jiddiskuti mal-bord tal-planning authority peress li kellu refusal għax jien għaddejt minn dak il-martirju għalihom.", "Jiġfieri din hi l-ewwel darba li l-gvern qed jagħti opportunità ta' investiment fl-artiġjanat Malti lil dawn in-nies li wħud minnhom diġà qed jaħdmu f'Ta' Qali.", "Dan il-proġett jixbaħ lill-public private partnership, jekk wieħed iġebbed l-interpretazzjoni, fejn il-gvern qed jagħti l-art b'ċens verament baxx - ippermettili ngħid kważi b'xejn – għal 65 sena u l-artiġjani jħallsu għall- ispiża tal-binja.", "Dawn se jħallsu 10% mill-ispiża meta jiffirmaw il- konvenju u d-90% l-oħra jħallsuhom meta l-binja tkun lesta u tkun tista' tibda tintuża.", "Il-65 sena ċens se jibdew jgħoddu minn dakinhar li jiffirmaw il-kuntratt.", "Il-bini f'dan il-villaġġ mhux se jkun sempliċi forma ta' kaxxa, bħalma qalli wieħed li mbagħad, meta wrejtu l-pjanta, hu stess qal li l-pakkett illum huwa ferm aħjar minn dak li kellhom qabel.", "Il- pakkett minn dejjem kien tajjeb, imma ovvjament aħna ħawwarnieh sabiex nagħmluh aħjar.", "Fil-fatt kull binja - u 'l quddiem se ntellgħu esibizzjoni biex kulħadd ikun jista' jarah - se tkun magħmula b'tali mod biex min jagħżel li jmur jimxi f'dan il-villaġġ ta' l-artiġjanat ta' Ta' Qali jkun qed jimxi proprju ġo villaġġ tipiku Malti.", "F'dan il-villaġġ se jkun hemm binjiet ta' sular jew ta' żewġ sulari fejn il- bibien mhux se jkunu ta' l-aluminium jew taż-żingu bħalma jintużaw għall- garaxxijiet f'xi żona industrijali.", "Għada pitgħada dan il-villaġġ ta' l- artiġjanat ta' Ta' Qali jrid jikkompeti mas-sbuħija tal-proġett tal-Viset.", "Il-faċċata ta' kull binja f'dan il-villaġġ ta' Ta' Qali se jkollha dehra ta' dar Maltija bil-galleriji ta' l-injam, bil-bibien tar-remissi u bit- twieqi tal-ħadid, fejn kollox se jkollu d-dehra ta' villaġġ Malti.", "Aktar ma wieħed jitkellem fuq dan il-proġett aktar jinduna kemm se jiġi jiswa.", "Meta bdejna nitkellmu ma' dawk li se joffru s-servizzi - fosthom l- Enemalta, il-Water Services Corporation, il-Maltacom u d-dipartiment tad- drenaġġ - li se jsiru kollha ġodda sibna li s-servizzi biss se jiġu jiswew madwar l-Lm1.5 miljun, bit-toroq inklużi, filwaqt li l-proġett sħiħ se jkun jiswa madwar l-Lm5 miljun.", "Biżżejjed ngħid li huwa ppjanat li f'dan il- lokal ikun hemm żewġ sub-stations.", "Kulmin se jingħata spazju f'dan il-villaġġ se jkun qed iħallas biss għal parti mill-ispiża tal-binja li tinkludi wkoll l-aperturi.", "B'hekk anke jekk xi ħadd ma jużahiex immedjattament, jew idum biex jirranġa ġewwa, ma jdejjaqx lil dak ta' ħdejh.", "Diġà tajna lil dawn is-sidien il-bill of quantities sabiex ikunu jafu fiex tikkonsisti din il-binja.", "Fil-fatt dawn se jkollhom anke toilet bil-madum imqiegħed u dan se jkun skond il- kondizzjonijiet imposti mill-kummissjoni nazzjonali persuni b'diżabiltà.", "B'hekk kull binja se tkun iċċertifikata bħala aċċessibbli għall-ħteġijiet ta' persuni b'diżabilità.", "Meta l-binja tkun lesta se tkun tinkludi l- aperturi u se jkollha s-servizzi tad-dawl, ta' l-ilma u tad-drenaġġ imwasslin sa wara l-bieb.", "Kull fabbrika tista' tinkludi spazju ta' bejgħ kif ukoll ta' manifattura għax bil-kondizzjonijiet tal-liċenzji tan-negozju, kif inhuma llum, m'għandhiex għalfejn titlob il-permess sabiex tbigħ il-prodotti tagħha.", "Fil- fatt kull fabbrika li timmanifattura għandha l-permess li tbigħ dak il- prodott awtomatikament.", "Issa qed jingħata wkoll id-dritt - dan huwa miktub fil-konvenju sabiex jiċċara l-punt u jiggarantixxi kif se tkun l-imġiba ta' sid il-kera li f'dan il-każ se jkun il-gvern u għada pitgħada se tkun il- Malta enterprise – lil dawn is-sidien li se jieħdu ċ-ċens li jittrasferixxu l-kapital tagħhom lil persuni oħra.", "Aħna ma niddejqux li min jibni fabbrika llum, meta jkun wasal biex jirtira, jagħmel il-flus billi jittrasferixxi dik il-fabbrika lil xi ħaddieħor.", "Is-sid ikun jista' jerġa' jbigħha u jagħmel il-qligħ sabiex ipatti għaż-żmien li għamel jaħdem taħt iż-żingu ta' Nissen hut.", "Aħna diġà nafu li dan il-proġett maż-żmien se jsir jiswa ħafna u dan jafuh tajjeb ħafna s-sidien ukoll.", "Hawnhekk irrid ngħid li minn mindu bdejna nitkellmu fuq dan il-proġett, kull metru kwadru li sa ftit taż-żmien ilu ma kien jiswa xejn, sar jiswa ħafna.", "Jien ninsab sodisfatt li diġà kien hemm min ittrasferixxia l- proprjetà tiegħu lil terzi persuni, bil-barka ta' l-MDC, u llum se jiġu jiffirmaw il-konvenju sabiex jidħlu għal dan il-proġett ta' artiġjanat Malti.", "Hawn irridu nfakkru lis-sidien tal-huts li hemm f'dan il-villaġġ, anke jekk jixtruh mingħand xi ħaddieħor, li jridu jżommu quddiem għajnejhom li dan huwa spazju għall-manifattura.", "Il-bejgħ li jsir huwa tal-manifattura li ssir hemmhekk stess jew ta' l-artiġjanat Malti.", "Jien qed nipprevedi li meta jitlesta l-proġett ta' dan il-villaġġ kif ukoll il-ġnien li hemm maġenbu, dik il-kantuniera li hija parti mill-park nazzjonali ta' Ta' Qali se toffri element importanti ta' attrazzjoni u ta' rikreazzjoni kemm għat- turist kif ukoll għall-Maltin.", "Fuq kollox, il-gvern wasal biex jinvesti f'dan il-proġetti għaliex seta' jara li minn dan il-villaġġ ta' l- artiġjanat ta' Ta' Qali kienu se jinħolqu impjiegi ġodda.", "Minn mindu bdejt naħdem fuq dan il-proġett, kif diġà għidt, dak li ma kien jiswa xejn sar jiswa ħafna, u ninsab persważ li għada se jsir jiswa ħafna aktar.", "Hawn nista' nsemmi l-eżempju ta' Tal-Ħandaq u ta' l-Imrieħel fejn kull proprjetà kienet tiswa l-flus u kull garaxx kien jiswa l-flus, imma meta tajna t-tarmak u għaddejna s-servizzi infrastrutturali kulmin kien jitlob Lm1 beda jitlob Lm1.50.", "La żidna l-kumditajiet bilfors jiżdied il- prezz ta' dik il-proprjetà.", "Jien naf li minn ġurnata għall-oħra l- prezzijiet tal-proprjetà fil-villaġġ ta' Ta' Qali qegħdin jiżdiedu bis- saħħa ta' dan il-proġett.", "Is-sodisfazzjon tagħna bħala gvern hu li permezz ta' dan il-proġett qed jirnexxielna nagħtu valur lil min ħadem għal numru ta' snin fl-artiġjanat Malti u lil min għandu proprjetà għax ingħatatlu maż-żmien f'Ta' Qali.", "Se nkomplu nagħtu valur lil min jieħu ċ- ċens u jibni f'Ta' Qali u se nkomplu nagħtu valur lill-artiġjan li, jekk Alla jrid, fiż-żmien li ġej se jkun qed jaħdem f'dan il-villaġġ.", "Mr Speaker, l-ippjanar ta' dan il-villaġġ huwa lest, il-permessi tal-MEPA ngħataw u l-konvenji qegħdin isiru, allura nista' ngħid li l-ġejjieni ta' dan il-proġett qiegħed f'idejn is-sidien li magħhom iddiskutejt.", "Jien minn hawn nawguralhom li jagħmlu l-aħjar għażliet għax aħna se nkomplu ngħinuhom sabiex dak li għandhom jibqa' tagħhom u allura jkunu jistgħu jgawdu l-frott ta' dak li ħadmu għalih.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada l-Erbgħa, 21 ta' Jannar, 2004 fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "SPORT - UŻU TA' SUSTANZI ILLEGALI", "3653.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 3084, jista' il-Ministru jgħid jekk il-kunsill Malti għall-isport ingħatax parir legali dwar dak li ġie allegat mill-għaqda tal-bodybuilding dwar l-użu ta' sustanzi illegali fl- isport?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "SPIŻERIJI - BEJGĦ TA' SUSTANZI ILLEGALI", "3654.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' il- Ministru jgħid xi żviluppi kien hemm fl-investigazzjoni li qed issir dwar bejgħ illegali minn spiżeriji ta' sustanzi użati f'ċertu sport?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Informat li l-investigazzjoni li qiegħda ssir f'dawk l-ispiżeriji li jbiegħu dawn it-tip ta' mediċinali għadha għaddejja.", "Informat ukoll li s'issa ġew riferuti erba' kontravenzjonijiet lill- kummisarju tal-pulizija biex jinstemgħu quddiem il-qorti.", "TILQIM KONTRA L-INFLUWENZA", "3655.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' il- Ministru jgħid kemm ġew irrapportati każi ta' influwenza fl-2003?", "Kemm kien hemm nies li ngħataw tilqim b'xejn kontra din il-marda?", "Jista' jgħid jekk kienx hemm aktar nies li ngħataw din it-tilqima privatament?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Informat li peress li ħafna mill-każi ma jiġux notifikati, mhux possibbli li jingħata n-numru ta' każi ta' influwenza fil- popolazzjoni ġenerali.", "GĦalhekk id-dipartiment tas-saħħa pubblika waqqaf influenza sentinel surveillance sabiex jiġbor statistika dwar in-numru ta' każi ta' influwenza fejn ġie kkonsultat tabib.", "L-inċidenza ta' l-influwenza varjat matul Ottubru sa Diċembru 2003 minn 11.21 sa 99.58 għal kull 1,000 persuna li kkonsultaw tabib.", "In-numru ta' ta' nies li ngħataw it-tilqim b'xejn kontra l-influwenza kien ta' 24,900, iżda ma jinżammx record ta' kemm jingħata tilqim kontra l-influwenza fil- privat.", "BEJGĦ TA' VETTURI SECOND-HAND", "3656.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jgħid jekk huwiex obbligatorju li bejjiegħa ta' vetturi second-hand juru l-prezz b'mod ċar fuq kull vettura li jkollhom għall-bejgħ?", "Jista' jordna li dan jibda jsir?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Skond ir-regolamenti ta' l-2002 dwar prezzijiet indikati, il-bejjiegħa kollha huma obbligati li jesibixxu l-prezz li bih il- prodotti jkunu qed jiġu offruti għall-bejgħ.", "Uffiċjali mid-diviżjoni tal- konsumatur u tal-kompetizzjoni se jassiguraw li kulmin ibiegħ vetturi second-hand ikun konxju mill-obbligi li għandu taħt dawn ir-regolamenti u li jaderixxi għalihom.", "ENEMALTA - RAPPORTI TA' ĦSARAT", "3695.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għat-Teknoloġija ta' l- Informazzjoni u Investiment: Jista' il-Ministru jara fiex waslet l- investigazzjoni dwar ħsarat fl-indirizzi mniżżla separatament?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Il-persuni involuti diġa' ġew informati bil-fatti tal- każ u jirriżulta li fuq parir legali, l-Enemalta mhix taċċetta l-ħtija ta' dan il-każ.", "BORMLA: TRIQ SANTA LIENA - MANUTENZJONI FUQ GALLARIJI", "3696.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jara li ssir spezzjoni u li ssir manutenzjoni tal-gallariji li hemm fil-blocks il-ġodda fi Triq Santa Liena, Bormla peress li s-saljaturi jidhru perikolużi?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Għaddejt it-talba ta' l-Onor.", "Interpellant lid- dipartiment tal-bini u tiswija ta' djar għall-azzjoni meħtieġa.", "AĠENZIJA APPOĠĠ – CAREWORKERS", "3697.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk ħarġux vakanzi għall-grad ta' childcarers ma' l-aġenzija Appoġġ?", "Jista' jgħid meta ħarġu u anke jpoġġi kopja tas-sejħa fuq il-mejda tal-Kamra?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab informat li bejn April 2003 u Jannar 2004 l- aġenzija Appoġġ irreklutat sitt full-time u tliet part-time careworkers, persuni dawn li kienu riferuti mill-korporazzjoni għax-xogħol u taħriġ minn dawk fuq ir-reġistru jew wara li l-korporazzjoni ppubblikat il-permess relattiv fil-job centres u l-website tagħha.", "AĠENZIJA APPOĠĠ - ĦADDIEMA", "3698.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm impjegati ma' l-aġenzija Appoġġ?", "Jista' jagħti lista tagħhom?", "Minn liema lokalita' ġejjin?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tabella li turi l-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni fis-seduta.", "BORMLA: MISRAĦ SANTA MARGERITA - MULTI-LEVEL CAR PARK", "3699.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid fiex waslet l-applikazzjoni għall-multi- level car park f'Bormla?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: L-outline application għall-bini ta' multi-level car park f'Misraħ Santa Margerita, Bormla ġiet approvata mill-MEPA fit-3 ta' Lulju, 2003.", "Sussegwentement l-outline permit ġie maħruġ fl-10 ta' Awissu, 2003.", "S' issa għadha ma ġietx sottomessa l-full development application.", "GĦAJN DWIELI – XOGĦOL TA' ASFALTAR", "3700.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jara li jsir resurfacing tat-triq li minn Għajn Dwieli tinżel sa barra l-mini ta' Għajn Dwieli, lejn il- Kottonera?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li d-direttorat għat-toroq għadu kif għamel it-tiswijiet neċessarji f'din it-triq biex ħofor li tfaċċaw wara l- maltemp jitneħħew.", "Għalissa l-awtorita' se tkompli tagħmel dan ix-xogħol ta' manutenzjoni, iżda tajt struzzjonijiet biex ikun kwantifikat ix-xogħol li jkun hemm bżonn isir biex is-suġġeriment ta' l-Onor.", "Interpellant ikun jista jiġi attwat.", "PSC - POST TA' DIRETTUR TA' L-EŻAMIJIET", "3723.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Peress li issa għadda ħafna żmien mindu ġejt mgħarraf li kien wasal fi tmiemu l-proċess għall-għażla ta' direttur ta' l-eżamijiet, jista' jgħidli x'qed iżomm milli dan il-proċess jiġi mitmum?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Jiddispjaċini ngħid lill-Onor.", "Interpellant li l- proċess ta' l-għażla ta' direttur ma jiddependi xejn mill-ministeru.", "BENEFIĊĊJI SOĊJALI - KOPPJI LI JIKKOABITAW", "3724.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'passi ttieħdu fl-aħħar ħames snin mill-gvern biex koppji li jikkoabitaw ikollhom l-istess drittijiet u benefiċċji ta' koppji miżżewġa?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jekk l-Onor Interpellant qed jirriferi għall- benefiċċji soċjali mħallsa taħt l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali, koppja li tkun qed tikkoabita għandha l-istess drittijiet bħal koppja miżżewġa fil- każ ta' applikazzjonijiet għall-għajnuna soċjali u għajnuna medika mħallsa taħt l-imsemmi Att.", "L-EWWEL TA' MEJJU 2004", "3749.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid jekk hux se jsir monument sabiex jitfakkar l-ewwel ta' Mejju, 2004?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: S'issa m'hemm l-ebda ħsieb li jsir monument sabiex jitfakkar l-ewwel ta' Mejju, 2004 iżda ma neskludix li dan jista' isir.", "AIR MALTA - ĦADDIEMA", "3750.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Teknoloġija ta' l- Informazzjoni u Investiment: Jista' il-Ministru jgħid kemm mill-bidu tas- sena 'l hawn ingħataw impjieg full-time ħaddiema ta' l-Air Malta li kienu part-time?", "Kif intgħażlu dawn il-ħaddiema?", "Kemm hemm ħaddiema ma' l-Air Malta issa?", "X'inhi l-fehma tal-Ministru dwar dan meta ftit ilu qal li hemm ħaddiema żejda ma' l-Air Malta?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jien informat li kien hemm 124 part-time loaders/cleaners li kienu konfermati bħala mpjegati permanenti ma' l-Air Malta li kollha ntgħażlu bil-proċess regolari tal-korporazzjoni għax-xogħol u taħriġ.", "Dan jikkonfermah il-fatt li l-korporazzjoni għax-xogħol u taħriġ tat permess lill-Air Malta biex taqleb lil dawn il-ħaddiema minn kuntratt ta' xogħol definit għal wieħed indefinit mis-16 ta' Jannar, 2004.", "Ta' min jgħid ukoll illi l-Air Malta kellha parir legali illi 98 ħaddiem li kien ilhom mal-kumpannija għal perjodu kumplessiv ta' erba' snin, kellhom bilfors jiġu mpjegati fuq kuntratt indefinit in vista tar- regolament ġdid introdott b'legal notice 429/2002.", "Il-bilanċ ta' 26 kollha kien ilhom numru ta' snin fuq bażi part-time b'kuntratt li kien jiskadi f'Novembru 2003 u Jannar 2004 skond deċizjoni li kienet ittieħdet mill- ombudsman.", "Dawn kien ikollhom jerġgħu jiddaħħlu meta jerġa' ikun hemm bżonn aktar ħaddiema f'April 2004.", "Barra minn hekk, fuq perjodu ta' tliet snin il-ħaddiema permanenti, loaders cleaners, minn 146 f'Marzu 2000 saru 96 f'Novembru 2003, nuqqas ta' 50 impjegat li spiċċaw minħabba l-eta' u kien hemm ukoll min ġie boarded out fuq bazi medika.", "Peress li nħoloq grad ġdid ta' airport handlers u bi duties differenti minn loaders oħra, il-kumpannija tkun tista' tgawdi minn flessibbilta' fuq il- post tax-xogħol.", "Illum il-ħaddiema permanenti mal-kumpanija jammontaw għal 1,835.", "L-EWWEL TA' MEJJU 2004", "3751.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura: B'riferenza għaċ-ċelebrazzjonijiet tad-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, jista' il-Ministru jgħid jekk sarux xi sejħiet għal offerti għal min se jorganizza dawn l-attivitajiet?", "Meta saru?", "Min applika u min intgħażel?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li ħarġet tender for the design, organisation and management of a quality national event on the eve of May 1, 2004.", "Is-sejħa għalqet illum 20 ta' Jannar u għalhekk la nista' ngħid min applika u lanqas min intgħażel.", "Informat biss li kien hemm 16-il persuna u/jew kumpannija li ġibdu kopja ta' din l-offerta.", "INVESTIMENT FI PRIVATE BONDS", "3752.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jgħid x'passi konkreti ħadu fl- aħħar tliet snin l-awtoritajiet finanzjarji biex iħarsu l-interessi ta' ċittadini Maltin li jkunu investew flushom f'bonds privati lokali biex jiżguraw li dawn il-kumpanniji jitmexxew tajjeb, jinsabu f'qagħda finanzjarja tajba u jkunu jistgħu jżommu kelmthom mal-bond holders?", "ONOR.", "JOHN DALLI: L-Onor.", "Interpellant jaf bid-diversi riformi mwettqa f'dawn l-aħħar ftit snin minn dan il-parlament bi qbil unanimu fil- liġijiet li jirregolaw is-settur tas-servizzi finanzjarji.", "Fost dawn ir- riformi kien hemm it-trasferiment tal-poteri regolatorji tal-Borża ta' Malta lill-MFSA, tibdil fl-istatut tal-Borża u twaqqif statutorju ta' l- uffiċċju ta' consumer claims manager fi ħdan l-MFSA.", "Dawn huma biss tliet aspetti minn fost ħafna riformi li saru permezz ta' l-Att XVII ta' l-2002.", "Permezz ta' dawn l-emendi, kien twaqqaf ukoll listing committee li jirrapporta lill-bord tal-MFSA.", "Dan għandu ċerti responsabbiltajiet għal securities li jkunu listed jew li se ikunu listed.", "F'dawn l-aħħar xhur għaddew ukoll diversi regolamenti li ġew debitament ippubblikati fil-Gazzetta tal-Gvern u jinsabu fis-seħħ.", "Dawn jinkludu t- twaqqif ta' bank depositor compensation scheme u investor compensation scheme li jipprovdu ċertu serħan għad-depożitanti u għall-investituri.", "Dawn daħlu fis-seħħ permezz ta avviż legali 6 ta' l-2003 u avviż legali 7 ta' l-2003 u ġew emendati permezz ta' avviż legali 368 ta' l-2003 u avviż legali 369 ta' l-2003.", "Hemm ukoll diversi obbligi li joħorġu minn dawk li jissejħu listing rules u li jkunu monitorati mill-Borża ta' Malta.", "Obbligi oħra joħorġu mill-Att ta' l-1995 dwar il-Kumpanniji li ġie emendat dan l-aħħar sabiex iċċarajna d- doveri u l-obbligazzjonijiet tad-diretturi ta' kumpanniji Maltin, parti mill-qafas legali u regolatorju li jiggverna s-suġġett msemmi fid-domanda.", "Ninsab mgħarraf ukoll li fil-prattika kemm l-MFSA u kemm il-Borza jorganizzaw diversi seminars u korsijiet għall-informazzjoni u edukazzjoni tal-pubbliku, ħarġu pubblikazzjonijiet apposta u jidhru frekwentement fuq il-media kollha, inkluż radju u televiżjoni, jiddiskutu ħwejjeġ relevanti għall-pubbliku inġenerali u għall-investituri.", "BIRŻEBBUGA: SKOLA PRIMARJA - TIFLA BI BŻONNIJIET SPEĊJALI", "3753.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jistgħu jittieħdu passi biex tifla bi bżonnijiet speċjali li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, tintbagħat magħha persuna li tagħtiha l- għajnuna li għandha bżonn għax ilha mit-8 ta' Jannar, 2004 ma tattendi l- iskola?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-facilitator kienet bis-sick leave - il- kap ta' l-iskola la seta' jipprovdi xi facilitator mill-iskola stess u lanqas seta' isib facilitator on call - u reġgħet daħlet għax-xogħol fil-15 ta' Jannar, 2004.", "TOROQ - XOGĦOL TA' ASFALTAR", "3761.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq li se jsiru bis-saħħa tal-fondi mill-protokoll Taljan matul din is-sena?", "Liema huma l-kuntratturi li tefgħu offerta għal dan ix-xogħol?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Lista ta' kuntratturi li tefgħu offerta għall-proġetti ta' toroq li se jitwettqu taħt dan il-protokoll li t-tenders għalihom għalqu fil-15 ta' Jannar, kif ukoll lista tat-toroq li huma f'dawn it- tenders - liema lista tiġi estiża skond ir-riżorsi disponibbli taħt dan il- protokoll - tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni fis-seduta.", "ŻJARA STATALI FI FRANZA", "3769.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi data provviżorja għaż-żjara statali tal-President ta' Malta fi Franza?", "ONOR.", "JOE BORG: S'issa għadha ma ġietx stabilita data għal din iż-żjara.", "AMBAXXATUR TA' TUNEŻ", "3770.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' il-Ministru jikkonferma jekk l-ambaxxatur attwali f'Tuneż wara li jispiċċa minn ambaxxatur, hux se jinħatar chief organiser tal-commonwealth heads of government meeting li se jsir f'pajjiżna?", "ONOR.", "JOE BORG: L-informazzjoni li qed jagħti l-Onor.", "Interpellant fil- mistoqsija tiegħu hija ġdida għalija u għaldaqstant nitolbu jikkjarifika l- informazzjoni li għandu u jistaqsi lis-sors tiegħu minn fejn ġab din l- informazzjoni, għax jidher li dan is-sors jaf ċerti affarijiet li lanqas il- ministeru tiegħi ma jaf bihom.", "VAPURI NAVALI F'MALTA", "3771.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Il-gvern kemm għandu talbiet pendenti għal żjarat ġodda minn vapuri tal- gwerra matul din is-sena?", "Meta mistennija jseħħu?", "ONOR.", "JOE BORG: Il-ministeru sal-lum ħareġ l-awtorizzazzjoni meħtieġa għal żjarat ta' ħames vapuri navali li mistennija jiġu Malta minn issa sa l- aħħar ta' Frar 2004.", "MUŻEW NAZZJONALI TA' L-ARTI – OPRI MISLUFA", "3772.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jikkonferma l-Ministru li mill-pitturi u antikitajiet oħra mislufa mill- mużew ta' Malta lill-ambaxxati barra l-pajjiż, l-ebda waħda ma hi nieqsa u dan b'riferenza partikolari għall-ambaxxati fi Pariġi, Madrid u Ruma.", "ONOR.", "JOE BORG: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 3765 mogħtija mill-ministru għaż-żgħażagħ u kultura.", "Inżid ngħid li wara li l-ministeru għamel l-istħarriġ neċessarju, jirriżulta li m'hemm l-ebda pittura jew antikita oħra mislufa mill-mużew ta' Malta lill-ambaxxati barra l-pajjiż li hija nieqsa, stante li kollha kemm huma jirriżultaw fl-inventarju relattiv ta' l-ambaxxata jew tar- residenza uffiċjali ta' l-ambaxxatur.", "N.B. Vide P.L. 1008/04", "MOBC – PROĊESS TA' PRIVATIZZAZZJONI", "3774.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jgħid fiex waslet il-privatizzazzjoni ta' l- MOBC?", "Kemm hemm verita' li wieħed mill-bidders huwa consortium lokali kompost minn ditti lokali kompetituri ta' l-istess MOBC?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Il-proċess ta' privatizzazzjoni jinsab fi stadju ta' analisi.", "Waqt li nikkonferma li f'wieħed mill-consortia li għamlu offerta hemm inkluż kompetitur ta' l-MOBC, tista' tgħid li kulmin jaħdem fix-xoghol tal-bunkering taż-żejt minn Malta u l-viċinanzi hu kompetitur ta' l-MOBC.", "MOBC – DIRETTURI B'INTERESS F'BUNKERING OPERATIONS", "3775.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għat-Teknoloġija ta' l- Informazzjoni u Investiment: Jikkonferma l-Ministru jew jiċħad li fost id- diretturi u/jew diriġenti ta' l-MOBC hemm nies li għandhom interessi privati f'bunkering operations oħra li qed isiru minn ditti oħra kompetituri tal-kumpannija?", "Jista' jikkonferma jekk fl-operat ta' l-MOBC hemmx diriġenti għoljin li għandhom konflitt ta' interess fl-esekuzzjoni tal-qadi tad-dmirijiet tagħhom?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jien informat li l-MOBC mhijiex konxja tal-fatt allegat u m'hemm l-ebda direttur jew diriġent li għandu interess fl-operat tal- bunkering.", "Il-kumpannija tikkonferma wkoll li sa fejn taf hi, l-ebda diriġent ma għandu konflitt ta' interess fil-qadi tad-dmirijiet tiegħu.", "B'danakollu kemm-il darba l-Onor.", "Interpellant jista' ikun aktar speċifiku, anke fuq bażi kunfidenzjali, naċċertah li ma nsib l-ebda problema biex nagħmel l-investigazzjonijiet neċessarji.", "TAS-SLIEMA: SEDUTA TAT-TRIBUNAL TAL-KUNSILL LOKALI", "3782.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Ministru jgħid min kien il-kummissarju li żamm is-seduta fit-tribunal tal-kunsill lokali ta' Tas-Sliema fil-5 ta' Diċembru, 2003?", "Kemm każi nstemgħu f'dik is-seduta?", "Kemm kienu l-kawżi deċiżi?", "Kemm kienu dawk li ġew liberati u dawk immultati?", "Kemm kien id-dħul mill-multi għall- kunsill dakinhar?", "Kemm tħallas il-kummissarju għax-xogħol tiegħu fl-istess seduta?", "Min kien il-prosekutur f'din l-istess seduta?", "ONOR.", "TONIO BORG: Il-funzjoni ta` infurzar ta` kontravenzjonijiet tat- traffiku ġiet delegata lill-kunsilli lokali li kif taf l-Onor.", "Interpellant, huma korpi statutorji ta` gvern lokali u għaldaqstant nissuġġerilha tirriferi l-mistoqsija tagħha lill-kunsill lokali ta` Tas- Sliema."]} {"filename": "20030922_029d_par.doc", "date": "2003-09-22", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 29 It-Tnejn, 22 ta' Settembru, 2003 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 29 It-Tnejn, 22 ta' Settembru, 2003", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-9.02 a.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "29", "It-Tnejn, 22 ta' Settembru, 2003", "WERREJ", "MINUTI 363", "KUNSENS GĦAL ATTI 363", "PETIZZJONI 363", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI 364", "TQEGĦID TA' KARTI 372", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-PROFESSJONIJIET TAS-SAĦĦA (IT-TIENI QARI)", "HEALTH CARE PROFESSIONS BILL (SECOND READING) 378", "AĠĠORNAMENT 394", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 400", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB 412", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 28 li saret fil-21 ta' Lulju, 2003 ġew konfermati.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): Nilqa' lura lill-Onor.", "Membri wara l- vaganzi tas-sajf u nawgura li din is-sezzjoni tkun waħda li tkompli ssaħħaħ il-ħidma tal-Parlament għall-ġid tal-pajjiż.", "KUNSENS GĦAL ATTI", "MR SPEAKER: Ninforma lill-Kamra li l-President ta' Malta għoġbu jagħti l- kunsens tiegħu għal:", "Att Nru V ta' l-2003 – Att ta' l-2003 dwar l-Unjoni Ewropea;", "Att Nru VI ta' l-2003 – Att ta' l-2003 dwar Awditjar Intern u Investigazzjonijiet Finanzjarji;", "Att Nru VII ta' l-2003 – Att ta' l-2003 dwar il-Kummissarju għat-Tfal;", "Att Nru VIII ta' l-2003 - Att ta' l-2003 dwar il-Korporazzjoni Maltija għall-Intrapriża; u", "Att Nru IX ta' l-2003 – Att ta' l-2003 biex jemenda Diversi Liġijiet.", "Insejjaħ issa lill-Onor.", "Silvio Parnis.", "PETIZZJONI", "ONOR.", "SILVIO PARNIS: Mr Speaker, ir-residenti ta' Triq Għajn Dwieli u Triq Bormla ġewwa Raħal Ġdid u r-residenti tal-housing estate ta' Għajn Dwieli jinsabu nkwetati dwar l-inċineratur li hemm fit-tarzna ta' Kordin, peress li dan jista' ikun ta' periklu għal saħħithom.", "Għalhekk qed nippreżentalek petizzjoni ffirmata mir-residenti ta' Kordin sabiex l- inċineratur li hemm fit-tarzna jitneħħa.", "Qed inressaq ukoll set ta' mistoqsijiet li għandhom jgħaddu f'idejn l- awtoritajiet tat-tarzna biex dawn jaraw jekk l-inċineratur huwiex jagħmel ħsara lir-residenti ta' l-inħawi.", "Kelli wkoll kuntatt mal-kunsill lokali li qiegħed jaħdem biex flimkien mal-MEPA jara x'jista' jagħmel biex iħares is-saħħa tan-nies.", "Għalhekk jien nemmen li aħna wkoll f'dan il-Parlament, speċjalment illum li hija car-free day, għandna naraw x'nistgħu nagħmlu biex lil dawn ir- residenti nagħtuhom dak li qed jitolbu.", "Grazzi Mr Speaker.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "SKEJJEL - HEALTH FOOD POLICY", "705.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI (f'isem l-Onor.", "Marie Louise Coleiro) staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid liema huma dawk l- iskejjel li għandhom health food policy permezz ta' tuck shops, etc.?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni): Qiegħed inpoġġi fuq il- Mejda tal-Kamra lista ta' l-iskejjel li għandhom health food policy permezz ta' tuck shops, etc.", "UNIVERSITA' – IL-MALTI FIL-KORS TAL-LIĠI", "989.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Fid-dawl ta' avviż mill-UE għar-reklutaġġ ta' avukati li jafu l-Malti perfett biex jagħmlu xogħol ta' traduzzjoni, jista' il-Ministru jgħid jekk l-universita' kkonsidratx kemm 'il quddiem se jkollna avukati b'dawn il-ħiliet meta l-Malti lanqas biss għadu meħtieġ biex wieħed isegwi kors tal-liġi fl-universita'?", "Tista' tiġi rrikonsidrata din id-deċiżjoni tat-tneħħija tal-Malti mill-kors tal-liġi?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: M'huwiex eżatt li wieħed jgħid li l-Malti m'għadux meħtieġ biex wieħed isegwi kors tal-liġi fl-universita' u lanqas hu eżatt li jingħad li ttieħdet deċiżjoni li jitneħħa l-Malti mill-kors tal-liġi.", "Huwa veru li f'mument kienet issawret proposta biex dan isir iżda kien hemm reazzjoni pożittiva minn naħa tal-bord tal-fakulta' tal-liġi għall- kontroversja negattiva li din il-proposta qanqlet.", "Informat li s-sitwazzjoni illum hi li l-Malti fil-livell ordinarju tas-SEC hu rekwiżit obbligatorju għal kull kors fl-univesita' ta' Malta.", "Huma eżenti biss ulied emigranti Maltin li jkunu rritornaw u ma jkunx ilhom Malta żmien biżżejjed biex jitgħallmu l-Malti u naturalment dawk l- istudenti barranin.", "Il-Malti u l-Ingliż fil-livell intermedju tal-MATSEC hu rekwiżit obbligatorju għad- dħul fil-fakulta' tal-liġi.", "Qabel kien rekwiżit il-livell avvanzat.", "Is-senat ta' l-universita', filwaqt li żamm l-obbligu tal-Malti fil-livell intermedju, fetaħ il-livell avvanzat għal diversita' usa ta' suġġetti.", "Dan sar fid-dawl ta' l-iżvilupp li qed iseħħ fil-professjoni legali li llum m'għadhiex ristretta għal pariri u kawżi fil-qrati iżda qed tinfirex f'diversi oqsma ta' speċjalizazzjoni, kif tirrikjedi r-realta' ġdida li qed tgħix Malta fl-UE u f'ekonomija globalizzata.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Anġlu Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Jista' il-Ministru jgħidilna jekk fil-kors tal-liġi daħlux studenti li ma kellhomx il-livell intermedjarju tal-MATSEC fil- lingwa Maltija?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Jien assigurat mill-universita' ta' Malta li kulmin daħal għall-kors tal-liġi għandu r-rekwiżiti u l-kriterji akkademiċi li hemm stabiliti fir-regolamenti.", "Dan ifisser li jekk ir-regolamenti jistabilixxu li persuna jrid ikollha l-livell avvanzat biex tidħol għall- kors tal-liġi, il-persuni li daħlu għal dan il-kors kellhom il-livell avvanzat.", "Jekk ir-regolamenti jistabilixxu li persuna jrid ikollha l- livell intermedju, il-persuni li daħlu għal dan il-kors kellhom il-livell intermedju.", "MALTACOM - ĦADDIEMA GĦAWDXIN", "1192.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI (f'isem l-Onor.", "Anton Refalo) staqsa lill- Ministru għat-Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u Investiment: Jista' il- Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li ħames Għawdxin li jaħdmu mal-Maltacom p.l.c. u li ta' kuljum iridu jiġu Malta għax-xogħol u jirritornaw lura filgħaxija, sabiex jingħataw is-servizz tat-trasport qed jiġu mġiegħla jiffirmaw dikjarazzjoni li huma personalment responsabbli għall-ħlas ta' danni lilhom personali jew lill-passiġġieri fl-istess vettura kif ukoll għal kull ħlas ieħor spettanti lil terzi anke f'każ ta' danni fuq proprjeta' mobbli jew immobbli tal-Maltacom jew ta' terzi, u dan f'każ li l-assigurazzjoni maħruġa fuq l-istess vettura għal kwalunkwe raġuni ma tkoprix l-istess danni?", "Għaliex sħabhom ħaddiema Maltin ma ġewx imġiegħla jiffirmaw l-indemnity form?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru għat-Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u Investiment): Minħabba n-natura kummerċjali ta' Maltacom p.l.c., m'huwiex fl-interess tal-kumpannija li jingħata t-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant.", "XEWKIJA PRIMARY SCHOOL - TEACHING STAFF", "1233.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI (f'isem l-Onor.", "Justyne Caruana) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jispjega x'inhi r-raġuni li fl-iskola primarja tax-Xewkija, minn teaching staff ta' ħdax hemm erbgħa li huma instructors?", "Ma jidirlhux il-Ministru li dan huwa persentaġġ għoli ħafna, tenut kont anke tal-bżonnijiet tat-tfal?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li f'kull skola f'Malta u f'GĦawdex issib kemm għalliema kif ukoll instructors.", "L-instructors laħqu dan il-livell wara li kien sarilhom kors pedagoġiku.", "Id-diviżjoni ma tagħmel l-ebda differenza bejnhom u bejn l-għalliema fejn jidħol it-taħriġ tagħhom fl-in-service courses.", "SKEJJEL - GĦALLIEMA ON TRANSFER", "1301.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jindika liema kienet dik l-iskola, sija primarja kif ukoll sekondarja, li minnha ntalbu l-ikbar ammont ta' transfers ta' għalliema matul l-aħħar sena skolastika?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-ikbar ammont ta' transfers ta' għalliema mitluba matul l-aħħar sena skolastika kien jinvolvi Bormla u San Pawl il-Baħar fil-każ ta' l-iskejjel primarji u Adelaide Cini u Vincenzo Borg Brared fil-każ ta' l-iskejjel sekondarji.", "EDUKAZZJONI - DIRECT ORDERS", "836.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 117 u jgħid kemm direct orders ħarġu mill-ministeru u d- dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fix-xhur ta' Jannar, Frar, Marzu u April ta' din is-sena?", "Kemm hi ċ-ċifra totali fi flus ta' dawn id- direct orders?", "Jista' il-Ministru jagħti l-istess informazzjoni għall- perijodu tas-snin 2001 u 2002?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-tagħrif mitlub.", "POLITIKA SOĊJALI - DIRECT ORDERS", "856.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 121 u jgħid kemm direct orders ħarġu mill-ministeru u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fix-xhur ta' Jannar, Frar, Marzu u April ta' din is-sena?", "Kemm hi ċ-ċifra totali fi flus ta' dawn id-direct orders?", "Jista' il-Viċi Prim Ministru jagħti l-istess informazzjoni għall-perijodu tas-snin 2001 u 2002?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant.", "GĦAJNUNA FINANZJARJA LILL-BDIEWA", "861.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 89, jista' il-Ministru jinformani kemm hu n-numru ta' bdiewa, raħħala u sajjieda separatament u jagħti ammonti separati?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni) (f'isem il- Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.", "FINANZI U AFFARIJIET EKONOMIĊI - DIRECT ORDERS", "863.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomiċi: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 123, kemm huwa l-ammont fi flus għal direct orders awtorizzati mill-ministru, segretarju permanenti, uffiċjali, eċċ, separatament skond l- awtorita` tal-ministru tal-finanzi stabilita għal din il-leġislatura?", "X'kienet is-sitwazzjoni għal-leġislatura li għaddiet?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura) (f'isem il- Ministru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomiċi): Kemm f'din il-leġislatura kif ukoll fil-leġislatura li għaddiet, il-proċedura għall-awtorizzazzjoni ta' direct order li trid tintalab lill-ministeru responsabbli għall-finanzi skond ir-regolamenti finanzjarji, hi li s-segretarju permanenti fi ħdan l- istess ministeru jkun delegat mill-ministru responsabbli għall-finanzi għal dan il-għan.", "KORDIN - PRIĠUNIERI", "888.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern: Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm ħabsin b' ċittadinanza Maltija u b'ċittadinanza barranija?", "Kemm minnhom se jiskontaw il-piena tagħhom din is-sena?", "Jista' il-Ministru jgħid ukoll x'inhu n-numru ta' refuġjati u klandestini li jinsabu f'pajjiżna?", "Kemm minnhom huma rġiel, nisa, tfal u żgħażagħ?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem il-Ministru tal-Ġustizzja u Intern): Ninsab informat illi preżentement hemm 275 priġunier fil-faċilita` korrettiva ta` Kordin, 184 minn dawn Maltin filwaqt li 91 huma barranin.", "Hemm madwar 70 priġunier li huma maħsuba li jispiċċaw is-sentenza tagħhom sa l-aħħar tas- sena.", "Informat ukoll illi n-numru ta' persuni li ġew rikonoxxuti bħala refuġjati u li jinsabu f'pajjiżna fil-mument huwa ta' 177.", "Dawn jikkonsistu f'122 persuna li 61 minnhom huma rġiel, 19 huma nisa u 42 huma persuni taħt it-18- il sena b'ċertifikat tal-UNHCR.", "Hemm ukoll u 55 persuna li 34 minnhom huma rġiel, 15 huma nisa u sitta huma persuni taħt it-18-il sena b'ċertifikat maħruġ mill-uffiċċju Malti tal-kummissarju għar-refuġjati.", "Hemm ukoll 351 persuna li għandhom status umanitarju.", "Dawn jikkonsistu f'disa' rġiel b'ċertifikat tal-UNHCR u 342 persuna - 179 minnhom huma rġiel, 53 huma nisa u 110 huma persuni taħt it-18-il sena - b'ċertifikat ta' l-uffiċċju lokali tal-kummissarju għar-refuġjati.", "Ninsab informat li hemm 405 immigranti illegali li qed jinżammu mill-forzi tas-sigurta` - 316 minn dawn huma rġiel, 54 huma nisa u 35 taħt is-16-il sena , 21 minnhom subien u 14 huma bniet.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Jista' il-Ministru jagħti dettalji ta' l- iżviluppi li seta' kien hemm dwar il-kwestjoni li nqalgħet bejn il-Gvern Malti u l-Gvern Taljan dwar ir-refuġjati, anke fil-kuntest ta' rapporti li dehru fuq il-mezzi tal-media f'dan ir-rigward?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, m'iniex f'pożizzjoni li nagħti din it- tip ta' informazzjoni u nitlob lill-Onor.", "Interpellant sabiex jagħmel domanda bil-miktub.", "INĊIDENTI TAT-TRAFFIKU", "889.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru tal-Ġustizzja u Intern: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 106, jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' inċidenti tat-traffiku rrapportati lill-pulizija matul ix-xahar ta' Mejju, 2003?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem il-Ministru tal-Ġustizzja u Intern): Ninsab informat illi t-tagħrif mitlub huwa 1167 mingħajr feruti, 75 bil-feruti u tnejn fatali.", "KUNSILL MALTI GĦALL-ISPORT - DIRETTUR", "1070.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 822 u jgħid min hu d-direttur li jirrappreżentah fuq il- kunsill Malti għall-isport?", "Jista' jgħid ukoll x'ħidma twettqet fi ħdan il-kunsill Malti għall-isport u xi pjani hemm sabiex l-isport u l-attivita` sportiva jsiru aktar popolari?", "Jista' jgħid fil-qosor x'ġie organizzat fis-sena skolastika li għaddiet ?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Id-direttur li jirrappreżenta l-ministeru ta' l- edukazzjoni fuq il-kunsill Malti għall-isport huwa s-Sur Euchar Camilleri.", "Filwaqt li s-Sur Camilleri għandu diversi karigi fil-ħidma amministrattiva fi ħdan il-kunsill, fosthom bħala chairperson tal-bord tat-tmexxija tal- kumpless sportiv tal-Kottonera u membru fuq bordijiet oħra, qed jaħdem fuq skema bil-għan li tiffaċilita' l-użu mill-iskejjel tal-faċilitajiet sportivi reġjonali li għandu l-kunsill fil-Marsa, il-Kottonera, fil-pixxina nazzjonali, eċċ.", "Wieħed jifhem li mhux fil-kompitu tal-kunsill Malti għall-isport jew xi direttur tiegħu li jorganizza attivitajiet, iżda li jfassal u jħaddem politika nazzjonali fil-qasam sportiv.", "Inizjatttivi meħuda mid-diviżjoni ta' l-edukazzjoni jkunu jistgħu jiġu kkordinati aħjar permezz tar- rappreżentant tal-ministeru fuq il-kunsill Malti għall-isport.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Wara l-maltempata li saret bħal-lum ġimgħa jirriżulta li saru ħafna ħsarat f'diversi faċilitajiet sportivi, kemm dawk li huma taħt it-tmexxija tal-gvern u anke dawk li huma mmexxija minn għaqdiet oħra.", "Jista` il-Ministru jgħid jekk sarx rapport dwar dawn il- ħsarat, sarux talbiet mill-għaqdiet konċernati u huwiex il-ħsieb li tingħata għajnuna?", "Jekk fl-affermattiv, x'tip ta' għajnuna se tingħata?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: GĦal dak li jirrigwarda faċilitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilta` tal-gvern, ir-rapporti qegħdin jiġu kkumpilati mill- awtoritajiet u l-uffiċjali kompetenti.", "GĦar-rigward ta' talbiet li setgħu saru minn għaqdiet sportivi lill-ministeru għaż-żgħażagħ u kultura, ovvjament l-interpellanza trid issir lill-ministru konċernat.", "PIXXINA NAZZJONALI - BORD AMMINISTRATTIV", "1071.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid minn min hu ffurmat il-bord ta' amministrazzjoni tal-pixxina nazzjonali?", "Kemm hu l-ħlas li jirċievu?", "Jieħdu allowances ?", "X'inhuma?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (f'isem il-Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura): Il-bord ta' amministrazzjoni tal-pixxina nazzjonali huwa ffurmat minn :", "Maurice Gruppetta, chairman eżekuttiv b'Lm9000 p.a; Joe Cassar, segretarju b'Lm3000 p.a; Franco Azzopardi, membru b'Lm1000 p.a; Peter Bonello, membru b'Lm1000 p.a; Robert Ebejer, membru b'Lm1000 p.a;", "Iċ-chairman huwa wkoll intitolat għal persentaġġ ta' l-operational surplus li tista' tagħmel il-pixxina matul is-sena.", "PIXXINA NAZZJONALI - ĦADDIEMA", "1072.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema mpjegati mal-pixxina nazzjonali?", "Meta ġew dawn ingaġġati?", "Hemm impjegati tal-gvern li huma seconded mal-pixxina?", "X'inhu xogħolhom?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT (Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura): Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.", "PIXXINA NAZZJONALI - INFIQ FUQ FUEL", "1073.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid kemm intnefqu flus fuq fuel fil-pixxina nazzjonali fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena?", "Xi tħallas s'issa?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Informat li s'issa tħallset is-somma ta' Lm 27,432 minn nefqa fuq fuel għall-pixxina nazzjonali fl-ewwel sitt xhur tas- sena li kienet kif ġej :", "Jannar Lm 7,812 Frar 11,636 Marzu 7,254 April 6,409 Mejju 2,366 Ġunju Xejn", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Jista' il-Ministru jikkonsidra li jitkabbar il- parkeġġ li hemm ħdejn il-pixxina nazzjonali?", "Qed ngħid hekk minħabba l- fatt li meta tkun għaddejja xi attivita' bħal-logħob tal-waterpolo, aktarx li jiġu affettwati negattivament ir-residenti li joqogħdu fl-inħawi peress li m'hemmx spazju biżżejjed għall-parkeġġ fil-preżent.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: L-ewwelnett trid tara jekk l-art tippermettix li jsir dak li qed jissuġġerixxi l-Onor.", "Interpellant.", "Il-proprjeta' li hemm 'il barra mill-konfini eżistenti tal-pixxina nazzjonali huma ta' l-iskola li hemm biswitha u allura ma nafx kemm dan li qed jingħad jista' ikun fattibbli.", "Pero' ngħarraf lill-Onor.", "Membru li meta kien hemm okkażjonijiet fuq bażi nazzjonali, bħal-logħob tal-pajjiżi ż-żgħar, sar ftehim ma' l-universita' biex il-ground tal-football jintuża bħala parkeġġ għall-karozzi.", "PIXXINA NAZZJONALI - SERQIET", "1074.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew irrapportati serqiet mill-pixxina nazzjonali fl-ewwel sitt shur ta' din is- sena?", "X'kienu l-oġġetti prinċipali li nsterqu?", "Jista' jgħid ukoll minn fejn sar dan is-serq?", "Kien hemm serqiet minn xi uffiċini?", "Kien hemm każi fejn iddaħħlet il-pulizija?", "Jista' jgħid ukoll x'passi ttieħdu sabiex dawn l-affarijiet jiġu evitati?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Fil-25 ta' Frar kien ġie rrapportat sgass f'wieħed mill-uffiċini.", "Ma kien instab xejn nieqes u l-persuna konċernata qatgħetha li ma tagħmilx rapport lill-pulizija.", "Basket u telefon ċellulari kienu rrapportati nieqsa minn fuq id-deck fit-2 ta' Mejju u l-każ kien ġie irrapportat lill-pulizija li ħadet il-każ f'idejha.", "Rapport ta' basket żgħir nieqes minn fuq id-deck kien ġie rrappourtat fis- 26 ta' Ġunju.", "Skond dan ir-rapport, il-basket kien fih telefon ċellulari u arloġġ ta' l-idejn.", "Il-basket instab ftit wara iżda t-telefon ċellulari baqa' nieqes.", "Sar rapport lill-pulizija u din qed tinvestiga l-każ.", "E-EUROPE 2005 ACTION PLAN", "1089.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentri 746 dwar l-E-Europe 2005, jista' il-Ministru jgħid x'inizjattivi ttieħdu jew se jittieħdu f'dan is-sens?", "Jista' jgħid ukoll liema huma dawk l-entitajiet fid-dekasteru tiegħu li huma responsabbli mit-twettiq ta' l-action plan?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li b'kollaborazzjoni ma' l-e-Malta Commission, il-kunsill Malti għax-xjenza u t-teknoloġija huwa responsabbli għall-programm e-content, waħda mill-inizjattivi fi ħdan l-istess action plan.", "Ir-rwol tal-kunsill Malti għax-xjenza u t-teknoloġija fir-rigward ta' l-e-content huwa dak ta' disseminazzjoni tal-programm.", "Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra rapport li ħareġ mill-ICT learning centre fi ħdan id-diviżjoni ta' l-edukazzjoni.", "PROĠETT SKART - GĦAJNUNA MILL-UE", "1238.", "L-ONOR.", "MICHAEL GONZI staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' il-Ministru jgħid x'inhuma l-għajnuniet, kemm finanzjarji kif ukoll tekniċi, li l-Unjoni Ewropea se tagħtina fir-rigward tal-proġett skart u ta' l-engineered landfill?", "Se tagħtina dawn l- għajnuniet qabel ma nsiru membri sħaħ ta' l-Unjoni?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li hemm diversi għajnuniet finanzjarji u tekniċi li l-Unjoni Ewropea se tgħaddi lil pajjiżna.", "Bħala fondi pre-accession, Malta diga` gawdiet għajnuna finanzjarja ta' iktar minn euro 1.9 miljun f'diversi studji u proġetti, bħalma huma:-", "Evaluation of solid waste management proposals, li kien jammonta għal euro 92,000;", "Strategies for compliance with environmental acquis and other feasibility studies, li kien jammonta għal euro 200,000;", "Analysis and approximation for Malta in the field of environmental legislation, li kien jammonta għal euro 200,000;", "Establishing institutional capacity in the environment sector, li kien jammonta għal euro 1,400,000; u", "A solid waste management strategy for the Maltese Islands, li kien jammonta għal euro 92,000.", "Fir-rigward tal-proġett skart, l-għajnuna finanzjarja u teknika tikkonsisti f'għajnuna li l-Unjoni se tipprovdi matul il-kumplament ta' din is-sena.", "Din l-għajnuna tiswa aktar minn euro 4.2 miljun u tikkonsisti f'għajnuna teknika u fil-proġett ta' l-impjant tat-tisfija tad-drenaġġ f'Għawdex:-", "Technical assistance for the preparation of a project to upgrade the composting plant and the material recycling and recovery facility, li jammonta għal euro 198,000;", "Technical assistance for the support of waste collection services and management, li jammonta għal euro 179,000;", "Technical assistance for the development of implementation systems for producer responsibility directives, li jammonta għal euro 150,000;", "Gozo sewarage treatment plant, valur totali ta' euro 7.2 miljun.", "Dawn għandhom jiġu EU funds euro 3.7 miljun, Malta funds euro 3.5 miljun .", "Fir-rigward ta' l-engineered landfill, l-għajnuna li Malta rċeviet s'issa tikkonsisti f'żewġ żjajjar ta' familjarizazzjoni.", "Waħda minnhom diġa` saret għall-benefiċċju tal-kunsill lokali tan-Naxxar, fejn żewġ kunsillieri u s-segretarju eżekuttiv attendew żjara ta' familjarizazzjoni dwar l-operat ta' l-engineered landfill.", "It-tieni waħda se ssir aktar tard dan ix-xahar, fejn grupp ta' tekniċi Maltin minn numru ta' entitajiet governattivi – bħall-wasteserv Malta ltd., Malta environment and planning authority, the University environment institute, the federation of industry, ministeru tas-saħħa u oħrajn - se jżuru diversi stabbilmenti, inkluż hazardous waste management facility, ġo l-Ingilterra.", "Tajjeb li nżid ngħid li hemm żjajjar oħrajn ippjanati li jsiru iktar tard din is-sena.", "PROĠETT SKART- ENGINEERED LANDFILL", "1239.", "L-ONOR.", "MICHAEL GONZI staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jsiru xi kontribuzzjonijiet mill-familji jew xi tip ta' ħlas biex il-proġett skart u engineered landfill jiffunzjonaw tajjeb?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-ministeru qed jiffinanzja dawn il-proġetti mill-voti allokati għal dan il-għan.", "TARZNARI - TELF", "1250.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għat-Teknoloġija ta' l- Informazzjoni u Investiment: Jista' il-Ministru jgħid x'kien it-telf ta' l- MDD fis-sena 2002?", "Jista' jgħid ukoll x'kien it-telf ta' l-MSCL?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jien informat li r-riżultati finanzjarji tat-tarznari għas-sena 2002 għadhom qed ikunu vvertifikati mill-awdituri.", "Dan ix-xogħol huwa mistenni li jitlesta sa l-aħħar ta' Settembru 2003.", "TARZNA – SAĦĦA U SIGURTA'", "1251.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għat-Teknoloġija ta' l- Informazzjoni u Investiment: Jista' il-Ministru jgħid x'inhu l-involviment tal-kumpannija Dupont fit-tarzna?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Il-kumpannija Dupont għandha kuntratt mal-Malta shipyards għal tliet snin biex tara li jseħħ titjib fil-livelli ta' saħħa u sigurta' fuq il-postijiet tax-xogħol.", "TARZNA - KUMPANNIJA EUROBLAST", "1252.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għat-Teknoloġija ta' l- Informazzjoni u Investiment: Jista' il-Ministru jgħid x'inhu l-involviment tal-kumpannija EUROBLAST fit-tarzna?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: It-tarzna m'għandha l-ebda involviment mal-kumpannija msemmija.", "BORMLA – MULTI-STOREY CAR PARK", "1253.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid meta jaħseb li se jibda x-xogħol fuq il-multi storey car park quddiem l-iskola primarja ta' Bormla?", "Kemm hu kkalkulat li se jdum ix-xogħol?", "X'se jiġri fil-perjodu ta' kostruzzjoni meta t-tfal mhux se jkolhom fejn joħorġu għall-break?", "Se tinstab xi alternattiva?", "Ma jaħsibx li xhur sħaħ ta' kostruzzjoni daqshekk viċin ta' skola mhux se jippermetti għall-aħjar ambjent li titlob skola?", "Jaqbel li din is- sitwazzjoni tkompli tiggrava l-livell xejn aċċettabbli ta' suċċessi minn tfal f'din l-iskola fl-eżamijiet tal-junior lyceum?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-ministeru flimkien mal-FTS qed isegwi il-kwestjoni mal-MEPA biex jassigura l-interessi tat-tfal, ta' l-għalliema u ta' l- iskola in ġenerali.", "JUNIOR LYCEUM – TFAL MILL-KOTTONERA", "1255.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid jekk iħossux inkwetat bin-numru dejjem jonqos ta' studenti mill-Kottonera li jgħaddu mill-eżami tal-junior lyceum meta li ilna nisimgħu dwar il-bżonn ta' attenzjoni speċjali sabiex il-livell edukattiv fil-Kottonera jitjieb?", "Jista' jgħid jekk hemmx xi pjan serju sabiex dan iseħħ?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nirriferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 34 li kien għamel l-Onor.", "Membru, fejn jien kont weġibt li t- tagħrif mitlub irid jinġabar minn diversi taqsimiet u li se tingħata tweġiba f'xi seduta oħra.", "Mill-file tiegħi jirriżulta li fis-seduta tas-7 ta' Lulju, 2003, jien weġibt dettaljatament għal domanda nru.", "1077 li tittratta wħud mill-isforzi li qed isiru biex jingħata l-appoġġ meħtieġ lit-tfal fl-iskola.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Agius, domanda supplimentari.", "ONOR.", "CHRIS AGIUS: Filwaqt li napprezza l-isforzi tal-Ministru għar- risposta li tani dakinhar, nixtiequ jgħidli jekk iħossux inkwetat li f'Bormla għaddew biss erba' studenti għall-eżami tal-junior lyceum u li f'year 6 hemm ammont kbir ta' studenti li lanqas biss jafu jaqraw u jiktbu isimhom.", "Jista' jgħid x'qed isir b'mod fattwali sabiex dan ma jibqax jirrepeti ruħu sena wara l-oħra?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, meta fis-7 ta' Lulju weġibt b'mod mill- iktar dettaljat, urejt li l-ewwelnett l-ministeru huwa konxju ħafna dwar il- bżonn ta' appoġġi f'din l-iskola partikolari kif ukoll fi skejjel oħra.", "Barra minn hekk, ir-risposta turi li aħna m'aħniex qegħdin inparlaw biss imma b'ħafna fatti konkreti qegħdin nintervjenu bl-aħjar mod li nistgħu, skond l-aħjar xjenza li nafu dwarha u fl-iktar mument kmieni li qatt stajna nidħlu fih sal-lum fis-sistema edukattiva f'pajjiżna.", "Naturalment meta wieħed jitkellem fuq sitwazzjonijiet ta' dan it-tip, ikun min ikun responsabbli għall-edukazzjoni tal-pajjiż, ikun jixtieq li t-tfal kollha kemm huma jilħqu l-livelli stabbiliti u rikonoxxuti.", "Filwaqt li din żgur hija l-aspirazzjoni ta' kulmin qiegħed involut fil-qasam edukattiv bħalma huma l-politiċi, l-għalliema u l-ġenituri, hemm fatturi li huma komplessi u mhux faċli li tispjegahom billi tagħti risposti sempliċi.", "Jien apposta kont tajt risposta dettaljata għad-domanda 1,077 biex nagħti ftit ħjiel tal-komplessita' imma fl-istess ħin anke ta' l-interventi konkreti li qed nidħlu għalihom u li qed jagħtu riżultati tajbin.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "MR SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Prim Ministru): Mr Speaker, inqiegħed fuq il- mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' ittra mibgħuta mill-Prim Ministru ta' Malta lill-Prim MinistruTaljan fit-8 ta' Settembru 2003 dwar il-pożizzjoni ta' Malta fuq l- abbozz tat-Trattat li jistabbilixxi l-kostituzzjoni għall-Ewropa;", "Avviż Legali Nru. 229 ta' l-2003 - Regolamenti ta' l-2003 dwar Sanzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti fir-rigward ta' l-Iraq;", "Avviż Legali Nru. 236 ta' l-2003 – Regolamenti ta' l-2003 li jemendaw ir-Regolamenti dwar Sanzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti fir-rigward tal-Liberja; u", "Lista ta' żjarat uffiċjali tal-Prim Ministru barra minn Malta bejnSettembru u Diċembru 2003, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari 1347.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "L-Ombudsplan għas-sena 2004;", "Avviż Legali Nru. 198 ta' l-2003 - Regolamenti ta' l-2003 dwar is Soċjetajiet Koperativi (Ġbir ta' Drittijiet);", "Avviż Legali Nru. 224 ta' l-2003 - Regolamenti ta' l-2003 dwar il- Kunsill għax-Xogħol fl-Ewropa (Informazzjoni u Konsultazzjoni);", "Avviż Legali Nru. 225 ta' l-2003 – Regolamenti ta' l-2003 dwar Drittta' Leave tal-ġenituri; Avviż Legali Nru. 227 ta' l-2003 - Regolamenti ta' l-2003 dwar il- Protezzzjoni tas-Saħħa u s-Sigurta` tal-Ħaddiema minn Riskji relatati ma' Aġenti Kimiċi fuq il-Post tax-Xogħol;", "Avviż Legali Nru. 228 ta' l-2003 - Regolamenti ta' l-2003 dwar il- Protezzjoni tal-Ħaddiema minn Riskji relatati ma' l-Espożizzjoni għal Aġenti Bijoloġiċi fuq il-Post tax-Xogħol;", "Avviż Legali Nru. 237 ta' l-2003 - Ordni ta' l-2003 dwar l-Awtorita` tad-Djar (trasferiment ta' Proprjeta`) (Nru. 4);", "Avviż Legali Nru. 247 ta' l-2003 - Regolamenti ta' l-2003 dwar lOrganizzazzjoni tal-Ħin tax-Xogħol;", "Tagħrif dwar il-politika tal-Gvern fil-qasam tad-djar, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari W23; u", "Tagħrif dwar artijiet li fuqhom qed jinbnew proġetti ta' housing, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari W26.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Louis Galea.", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru. 184 ta' l-2003 - Ir-Regolamenti ta' l -2003 tal-Kors għall-Grad ta' Master of Science in Conservation Science - M.Sc.;", "Avviż Legali Nru. 185 ta' l-2003 - Ir-Regolamenti ta' l-2003 tal- Kors għall-Gradi ta' Doctor of Music - D.Mus. - u Master of Music - M.Mus.;", "Avviż Legali Nru. 204 ta' l-2003 – Regolamenti ta' l-2003 li jemendaw ir-Regolamenti Dwar Għotjiet ta' Manteniment għal Studenti Post- Sekondarji u Terzjarji.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI (Ministru tal-Finanzi u l-Affarijiet Ekonomiċi): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:-", "Avviż Legali Nru. 186 ta' l-2003 - Regolamenti ta' l-2003 li jemendaw ir-Regolamenti dwar Income minn Investiment;", "Avviż Legali Nru. 187 ta' l-2003 - Regolamenti ta' l-2003 dwar il- Kreditu ta' Taxxa għall-Investimenti mill-Ġdid;", "Avviż Legali Nru. 188 ta' l-2003 - Regolamenti ta' l-2003 li jemendaw ir-Regolamenti dwar Skemi ta' Investiment Kollettiv (Income minn Investiment);", "Avviż Legali Nru. 189 ta' l-2003 - Regolamenti ta' l-2003 li jemendaw ir-Regolamenti dwar Prospetti ta' Skemi ta' Investiment Kollettiv fl- Att dwar Servizzi ta' Investimenti;", "Avviż Legali Nru. 190 ta' l-2003 - Regolamenti ta' l-2003 li jemendaw ir-Regolamenti dwar l-Att dwar Servizzi ta' Investiment (Għarfien ta' Skemi ta' Investiment Kollettiv Privati);", "Avviż Legali Nru. 191 ta' l-2003 - Regolamenti ta' l-2003 li jemendaw ir-Regolamenti dwar Kumpaniji ta' Investiment b'Kapital Azzjonarju Varjabbli skond l-Att dwar il-Kumpanniji;", "Avviż Legali Nru. 195 ta' l-2003 - Regolamenti ta' l-2003 li jemendaw ir-Regolamenti dwar il-Kontroll ta' l-Importazzjoni;", "Avviż Legali Nru. 196 ta' l-2003 - Regolamenti ta' l-2003 li jemendaw ir-Regolamenti dwar il-Kontroll ta' l-Esportazzjoni;", "Avviż Legali Nru. 199 ta' l-2003 - Regolamenti ta' l-2003 kontra Money Laundering;", "Avviż Legali Nru. 206 ta' l-2003 - Avviż ta' bidu fis-seħħ ta' ċerti artikoli ta' l-Att ta' l-2003 dwar il-Korporazzjoni Maltija għall- Intrapriża (Att Nru. VIII ta' l-2003);", "Avviż Legali Nru. 207 ta' l-2003 - Korpi kostitwiti l-aktar rappreżentattivi ta' l-interessi tas-settur kummerċjali skond id- dispożizzjonijiet ta' l-Att ta' l-2003 dwar il-Korporazzjoni Maltija għall-Intrapriża (Att Nru. VIII ta' l-2003);", "Avviż Legali Nru. 209 ta' l-2003 - Regolamenti ta' l-2003 dwar Skema ta' Reġistrazzjoni dwar l-Investimenti;", "Avviż Legali Nru. 214 ta' l-2003 – Regolamenti ta' l-2003 li jemendaw ir-Regolamenti dwar drittijiet li joħorġu mill-Att dwar il-Kumpanniji (Kap. 168);", "Avviż Legali Nru. 215 ta' l-2003 – Regolamenti ta' l-2003 li jemendaw ir-Regolamenti dwar il-Kummerċ ta' l-Assigurazzjoni (Drittijiet);", "Avviż Legali Nru. 216 ta' l-2003 - Regolamenti ta' l-2003 li jemendaw ir-Regolamenti dwar Drittijiet għal Liċenza fl-Att dwar Servizzi ta' Investiment (Kap. 370);", "Avviż Legali Nru. 217 ta' l-2003 - Regolamenti ta' l-2003 dwar Drittijiet li jitħallsu f'Istituzzjonijiet Finanzjarji;", "Avviż Legali Nru. 218 ta' l-2003 - Regolamenti ta' l-2003 dwar Drittijiet li jitħallsu f'Istituzzjonijiet ta' Kreditu;", "Avviż Legali Nru. 219 ta' l-2003 – Regolamenti ta' l-2003 li jemendaw ir-Regolamenti dwar Drittijiet li jħallsu Nominees Liċenzati;", "Avviż Legali Nru. 220 ta' l-2003 – Regolamenti ta' l-2003 li jemendaw ir-Regolamenti dwar Drittijiet li jinġabru mill-Exchange ta' Investimenti Rikonoxxut;", "Avviż Legali Nru. 221 ta' l-2003 – Regolamenti ta' l-2003 li jemendaw ir-Regolamenti dwar Intermedjarji fl-Assigurazzjoni (Drittijiet);", "Avviż Legali Nru. 226 ta' l-2003 - Regolamenti ta' l-2003 li jemendaw ir-Regolamenti dwar Skema ta' Registrazzjoni dwar l-Investimenti;", "Avviż Legali Nru. 233 ta' l-2003 - Regoli ta' l-2003 dwar it- Trademark Komunitarja;", "Avviż Legali Nru. 234 ta' l-2003 - The Good Laboratory Practice Regulations, 2003;", "Avviż Legali Nru. 235 ta' l-2003 - Indication by Labellling and Standard ProdUCT Information of the Consumption of Energy and other Resources by Household Appliances (Amendment) (No. 2) Regulations, 2003;", "Avviż Legali Nru. 238 ta' l-2003 - Regolamenti ta' l-2003 dwar Amalgamazzjonijiet, Diviżjonijiet, Trasferimenti ta' Attiv u Skambji ta' Azzjonijiet;", "Avviż Legali Nru. 241 ta' l-2003 – Fruit and Vegetables Marketing Standards Regulations, 2003;", "Avviż Legali Nru. 249 ta' l-2003 - Avviż ta' bidu fis-seħħ tat- Taqsimiet XIV, XVI u XXII ta' l-Att ta' l-2003 biex jemenda Diversi Liġijiet (Att Nru. IX ta' l-2003);", "Exemption order lill-Kamra tal-Kummerċ ta' Malta skond l-Att dwar it- Taxxa fuq l-Income, Kap 123.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:-", "Avviż Legali Nru. 192 ta' l-2003 - Regolamenti ta' l-2003 dwar Servizzi ta' Telekomunikazzjonijiet (ġenerali) (Emenda Numru 2);", "Avviż Legali Nru. 192 ta' l-2003 - Regolamenti ta' l-2003 dwar Servizzi ta' Telekomunikazzjonijiet (ġenerali) (Emenda Numru 2);", "Avviż Legali Nru. 193 ta' l-2003 - Regolamenti ta' l-2003 dwar Sistemi ta' Cable (ġenerali) (Emenda Numru 2);", "Avviż Legali Nru. 194 ta' l-2003 - Regolamenti ta' l-2003 dwar it- Telegrafija mingħajr Fili (Emenda ta' l-Iskeda) (Numru 2);", "Avviż Legali Nru. 200 ta' l-2003 – Regolamenti ta' l-2003 dwar Servizzi ta' Telekomunikazzjonijiet (ġenerali) (Emenda Numru 3);", "Avviż Legali Nru. 201 ta' l-2003 – Regolamenti ta' l-2003 li jemendaw ir-Regolamenti dwar Sistemi ta' Cable (ġenerali) (Emenda Numru 3);", "Avviż Legali Nru. 202 ta' l-2003 – Regolamenti ta' l-2003 dwar Sistemi u Servizzi ta' Telekomunikazzjonijiet Privati – Awtorizzazzjonijiet ġenerali;", "Avviż Legali Nru. 211 ta' l-2003 - Regolamenti ta' l-2003 dwar il- Ġarr Stradali ta' Merkanzija Perikoluża bil-Vetturi bil-Mutur;", "Avviż Legali Nru. 223 ta' l-2003 – Oil Pollution (Liability and Compensation) Act (Amendment of Schedules) Regulations, 2003;", "Avviż Legali Nru. 231 ta' l-2003 - Regolamenti ta' l-2003 dwar Servizzi ta' Telekomunikazzjonijiet (ġenerali) (Emenda Numru 4);", "Avviż Legali Nru. 232 ta' l-2003 - Regolamenti ta' l-2003 li jemendaw ir-Regolamenti dwar Sistemi ta' Cable (ġenerali) (Emenda Numru 4); u", "f'isem il-Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern inqiegħed fuq il-mejda tal- Kamra:-", "Avviż Legali Nru. 197 ta' l-2003 - Ordni ta' l-2003 dwar id-Delega ta' Funzjoni lil Kunsilli Lokali (Kostruzzjoni ta' Toroq);", "Avviż Legali Nru. 208 ta' l-2003 - Avviż ta' bidu fis-seħħ ta' diversi artikoli ta' l-Att ta' l-2002 dwar il-Proċeduri fil-Qrati u fit- Tribunali (Att Nru. XXXI ta' l-2002);", "Avviż Legali Nru. 210 ta' l-2003 - Ordni ta' l-2003 li jemenda l- Ordni dwar id-Delega ta' Infurzar mill-Kunsilli Lokali;", "Avviż Legali Nru. 213 ta' l-2003 – Ordni ta' l-2003 dwar is-Sorveljar f'Ajruporti Msemmija;", "Avviż Legali Nru. 250 ta' l-2003 – Regolamenti ta' l-2003 li jemendaw ir-Regolamenti dwar l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali;", "K.L.B.L. 18/2/2003 - Bye-Laws ta' l-2003 dwar Reklami fuq Għamara tat- Toroq (Kunsill Lokali Floriana);", "K.L.B.L. 18/3/2003 - Bye-Laws ta' l-2003 dwar l-Organizzazzjoni ta' Korsijiet (Kunsill Lokali Floriana);", "K.L.B.L. 40/4/2003 - Bye-Laws ta' l-2003 dwar Reklami fuq Għamara tat- Toroq (Kunsill Lokali Mqabba);", "K.L.B.L. 64/5/2003 - Bye-Laws ta' l-2003 dwar l-Organizzazzjoni ta' Korsijiet (Kunsill Lokali Xewkija);", "K.L.B.L. 39/6/2003 - Bye-Laws ta' l-2003 dwar l-Organizzazzjoni ta' Korsijiet (Kunsill Lokali Mosta);", "Dokumenti in konessjoni mal-mozzjoni dwar is-sħubija ta' Malta fl- International Organisation for Migration (IOM);", "Lista ta' korrezzjonijiet u żidiet f'Annex 8 tal-Ftehim milħuq bejn is- Santa Sede u l-Gvern ta' Malta dwar artijiet tal-Knisja mgħoddija lill- Gvern;", "Kopja tar-rapport magħmul mill-Avukat Ġenerali b'riferenza għall-mewt ta' tifel waqt operazzjoni ta' l-appendiċite fl-Isptar San Luqa fit-28 ta' Frar, 2001, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari 1446;", "Tagħrif dwar każi ta' serq imwettqa matul Ġunju 2003, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari 1509;", "Tagħrif dwar reati mwettqa matul Ġunju 2003, bi tweġiba goal mistoqsija parlamentari 1510;", "Tagħrif dwar każi ta' serq imwettqa matul Lulju 2003, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari 1511;", "Tagħrif dwar reati mwettqa matul Lulju 2003, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari 1512;", "Tagħrif dwar każi ta' serq imwettqa matul Awissu 2003, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari 1513;", "Tagħrif dwar reati mwettqa matul Awissu 2003, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari 1514; Tagħrif dwar l-avukati appuntati kummissarji għall-ġustizzja, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari W45;", "Lista ta' avukati li jmexxu l-prosekuzzjoni quddiem it-Tribunali, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari W46; u", "Lista ta' persuni fuq id-Domestic Arbitration Panels taċ-Ċentru Malti ta' l-Arbitraġġ, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari W47.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Zammit.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:-", "Tagħrif dwar infiq mir-Rehabilitation Project Committee bejn l-1987 u l-2003, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari 1409;", "Lista ta' kunsilli lokali li għandhom ħlasijiet pendenti ma' diversi dipartimenti, flimkien ma' l-ammont dovut, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari W28; u", "f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent inqiegħed fuq il- mejda tal- Kamra:-", "Avviż Legali Nru. 203 ta' l-2003 – Regolamenti ta' l-2003 dwar il- Ħarsien ta' Mammiferi tal-Baħar;", "Avviż Legali Nru. 222 ta' l-2003 - Regolamenti ta' l-2003 li jemendaw ir-Regolamenti dwar il-Ħarsien ta' l-Għasafar u tal-Fenek Selvaġġ (Emenda Nru.2);", "Avviż Legali Nru. 230 ta' l-2003 - Regolamenti ta' l-2003 li jemendaw ir-Regolamenti dwar Rati ta' Taxxa dwar Bini; u", "Avviż Legali Nru. 248 ta' l-2003 - Regolamenti ta' l-2003 dwar l- Ewwel Elezzjonijiet tal-Kunsill tal-Kirurgi Veterinarji.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Deguara.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa): Mr Speaker, inqiegħed fuq il- mejda tal-Kamra:-", "Avviż Legali Nru. 183 ta' l-2003 - Regolamenti ta' l-2003 li jemendaw ir-Regolamenti dwar Liċenzi għal Kliniċi Mediċi Privati;", "Avviż Legali Nru. 212 ta' l-2003 - Regolamenti ta' l-2003 li jemendaw it-Tielet Skeda li tinsab ma' l-Ordinanza dwar il-Professjoni Medika u l-Professjonijiet li għandhom x'jaqsmu magħha (Kap. 31);", "Avviż Legali Nru. 239 ta' l-2003 - Regolamenti ta' l-2003 dwar Supplementi għall-Ikel;", "Avviż Legali Nru. 240 ta' l-2003 – Regolamenti ta' l-2003 dwar Sustanzi li Jikkontaminaw fl-Ikel (Metodi kif jittieħdu l-Kampjuni u kif issir l-Analiżi);", "Avviż Legali Nru. 242 ta' l-2003 – Avviż ta' Bidu fis-Seħħ dwar emendi fl-Att dwar il-Kontroll tat-Tipjip tat-Tabakk, Kap. 315;", "Avviż Legali Nru. 243 ta' l-2003 - Regolamenti ta' l-2003 dwar Tikketti fuq Prodotti tat-Tabakk;", "Avviż Legali Nru. 244 ta' l-2003 – Regolamenti ta' l-2003 dwar it- Tipjip f'Postijiet Pubbliċi;", "Avviż Legali Nru. 245 ta' l-2003 - Regolamenti ta' l-2003 dwar il- Prodotti tat-tabakk (Kompożizzjoni ta' Sigaretti); u", "Tagħrif dwar nurses li spiċċaw l-istudji mill-Institute of Health Care, dawk li ġew impjegati u dawk li spiċċaw mis-servizz bl-eta` jew għax irriżenjaw, bejn l-1996 u l-2003, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari 1468.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Mugliett.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT (Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru. 205 ta' l-2003 - Regolamenti ta' l-2003 dwar id- Drittijiet ta' Dħul fil-Mużewijiet, Siti u Kollezzjonijiet;", "Avviż Legali Nru. 246 ta' l-2003 - Regolamenti ta' l-2003 dwar it- treġġigħ lura ta' Proprjeta` mneħħija illegalment minn Territorju ta' Stat Membru fl-Unjoni Ewropea; u", "Tagħrif dwar infiq fuq attivitajiet kulturali, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari 1334.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Charles Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Mr Speaker, ippermettili nagħmel stqarrija qasira.", "Naħseb li llum ilkoll ħadna gost niġu hawnhekk bil-mixi, għax kienet ġurnata mill-isbaħ, pero` mhux l-istess jista' jingħad dwar bħal-lum ġimgħa, meta esperjenzajna waħda mill-agħar maltempati li qatt laqtu lill- gżejjer Maltin.", "Jidhirli li huwa xieraq li aħna l-membri ta' din il-Kamra nesprimu s-solidarjeta` tagħna ma' dawk kollha li ntlaqtu ħażin minn dan il- maltemp, fosthom dawk li tilfu oġġetti personali u sofrew ħsarat kbar fid- djar tagħhom.", "Minn hawnhekk inħeġġeġ biex malajr kemm jista' jkun titwaqqaf task force, minn dipartiment tal-gvern li għandu r-riżorsi neċessarji, biex tgħin fiżikament lill-ħafna nies li saritilhom ħsara kbira fi djarhom, biex jirranġaw dawn id-djar.", "Barra minn hekk inħeġġeġ ukoll biex jitwaqqaf xi tip ta' fond u l-għajnuna li trid tingħata lil dawn in- nies tiġi kkwantifikata.", "Naf, Mr Speaker, li qiegħed inġebbed ir-regoli ta' din il-Kamra, pero' ridt nagħmel din l-istqarrija għax naf li lkoll naqblu ma' dan li għadni kif għedt.", "Issa, mill-kliem irridu ngħaddu għall-fatti, ħalli ngħinu lil dawk kollha li ntlaqtu ħażin mill-maltemp li kien hawn.", "Nistenna li tittieħed azzjoni konkreta.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-PROFESSJONIJIET TAS-SAĦĦA", "HEALTH CARE PROFESSIONS BILL", "MR SPEAKER: Il-Ministru tas-Saħħa.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Mr Speaker, nipproponi t-Tielet Qari ta' l-Abbozz ta' liġi biex jirregola l-prattika tal-professjonijiet dwar il-kura medika f'Malta.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "MARIO GALEA: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Rimarki?", "Il-Ministru tas-Saħħa.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Mr Speaker, naħseb li kulmin hu nvolut fil-famużi caring professions iħares lejn din il-ġurnata b'ċertu sodisfazzjon.", "M'għandix dubju li llum, il-membri kollha ta' din il-Kamra se jivvutaw favur dan l-abbozz ta' liġi li l-iskop tiegħu hu li jipprovdi bażi legali biex tirregola l-professjonijiet mediċi u paramediċi.", "Jekk wieħed iħares lejn ir-regolamenti li jitħaddmu llum jinduna li dawn ma jirriflettux il-bidliet kbar li saru fil-kamp mediku, filwaqt li lanqas ma joffru l-flessibbilta` meħtieġa biex persuna tkun tista' toħroġ avviżi legali bħal dawn ħalli tilqa' għall-bidliet kontinwi li jinsabu għaddejjin f'dan il-qasam.", "Min iħares lejn dan l-abbozz jifhem li l-għan tagħna kien li minbarra li nfasslu att li jkun jista' jirregola lill-professjonijiet bl-iktar mod prattiku, jkun hemm uniformita` bejn il-professjonijiet varji li huma responsabbli mis-saħħa tal-poplu Malti.", "Dan l-abbozz qiegħed ibiddel il-Medical Kindred Professions Ordinance, li kien imwaqqaf fl-1901, jiġifieri 'l fuq minn 100 sena ilu, u li għalhekk ma naħsibx li jista' jitqies bħala modern.", "Huwa veru li minn dak iż-żmien 'l hawn, sarulu xi tibdiliet, pero' issa wasal iż-żmien li l-kunċett wara dan l-Att jinbidel b'mod radikali.", "Mod ieħor ta' kif il-professjonijiet kienu jiġu regolati kien permezz tad- DHCO, Department of Health Constitution Ordinance, li kien mibdi fl-1937.", "Mr Speaker, wara dan l-abbozz ta' liġi kien hemm ukoll ħsieb ieħor.", "Ftit tax-xhur ilu, pajjiżna demokratikament ħa d-deċiżjoni li mis-sena d-dieħla jissieħeb bħala membru fl-Unjoni Ewropea.", "L-UE timmira biex kemm jista' jkun ikun hemm uniformita` bejn il-membri tagħha, u allura kellna bżonn ta' att li jpoġġi lill-professjonisti Maltin u lil dawk barranin fuq bażi li ma tiddiskriminax bejn wieħed u l-ieħor, filwaqt li joffri l-istess faċilita` lil kull min irid jipprattika professjonijiet mediċi u paramediċi, kemm f'pajjiżu kif ukoll f'pajjiżi membri oħra.", "Illum saret xi ħaġa komuni li nisimgħu li xi ħadd qiegħed jikteb l-istorja.", "B'sodisfazzjon ngħid li bħalissa hawn żewġ kittieba li qegħdin jiktbu l- istorja tal-mediċina f'pajjiżna.", "Minħabba f'hekk, u anke peress li f'dawn l-aħħar snin, fosthom matul is-sena li għaddiet, f'pajjiżna ġew fis-seħħ liġijiet li jolqtu direttament lill-professjonijiet mediċi u paramediċi, nista' ngħid li din is-sena se tkun vintage, għax minbarra li se nkunu qegħdin nibdlu atti li ilhom fis-seħħ għal iktar minn 100 sena, dawn it- tibdiliet huma mmirati biex jiżguraw livell ogħla ta' servizz li jingħata lill-konsumatur Malti.", "Filwaqt li matul is-sena li għaddiet, iż-żewġ naħat tal-Kamra qablu favur il-Food Safety Act, f'Jannar ta' din is-sena kien hemm qbil ukoll dwar il-Medicines Act, u llum qegħdin ngħaddu l-Health Care Professions Bill biex immedjatament wara nibdew naħdmu fuq il-Public Health Bill li hu mistenni li jippromwovi u jipproteġi lis-saħħa tal-pubbliku Malti.", "Kif diġa' għedt, primarjament dan l-abbozz se jissostitwixxi d-DHCO u l- MKPO.", "Jifdal biss partijiet żgħar oħra li huwa maħsub li jiġu tackled is- sena d-dieħla fil-Health Services Bill.", "Wara li nlestu dan l-eżerċizzju jkun baqa` biss l-abbozz ta' liġi dwar il- veterinarji.", "B'hekk m'hemmx dubju li dawn ix-xhur li ġejjin se jkunu strumentali biex pajjiżna jkun jista' verament jgħid li għandu liġijiet li huma aġġornati.", "Mr Speaker, jien inħares lejn dan l-abbozz minn angolu ieħor ukoll.", "Dan l- abbozz ta' liġi huwa wieħed voluminuż, b'xejn inqas minn 54 klawsola differenti.", "Barra minn hekk wieħed jista' jinnota li l-erba` strutturi li jikkontrollaw lill-professjonijiet mediċi u paramediċi huma l-istess erba` strutturi li kienu jikkontrollawhom qabel, u ċioe' l-kunsill mediku, il- kunsill li jikkontrolla u jirregola lill-ispiżjara, il-kunsill li jirregola lin-nurses u lill-midwives u l-kunsill li jirregola lill-professjonijiet paramediċi.", "Minkejja li l-istruttura baqgħet l-istess, hemm affarijiet uniċi, li qegħdin jidhru għall-ewwel darba, u li ovvjament għandhom ċerta portata.", "Dan l-abbozz huwa uniku proprju għaliex qabel ma ġie ppreżentat quddiem din il-Kamra, saru konsultazzjonijiet intensivi u estensivi mal-kunsilli u mal- bordijiet kollha.", "Dan kien possibli għaliex smajna u rajna d- diffikultajiet ta' xulxin, u ppruvajna naslu għal kompromess li jkun komdu għal kulħadd.", "Ovvjament, huwa diffiċli biex fl-erba` kunsilli li jirregolaw lill-professjonijiet mediċi u paramediċi tiddaħħal ċerta unanimita` u uniformita`, filwaqt li fl-istess ħin kollha jkunu sodisfatti, għax ovvjament, peress li dawn jirregolaw professjonijiet differenti, ikun hemm fatturi uniċi għal xi professjoni partikolari.", "GĦalhekk wieħed għandu jifhem li l-uniformita` setgħet tiddaħħal sakemm kien possibbli, u 'l quddiem f'din id-diskussjoni nkun nista' nsemmi xi diskrepanzi li kien hemm ma' kunsill jew ieħor u r-raġuni tad-deċiżjonijiet li ttieħdu.", "Saru tliet drafts ta' dan l-abbozz kif ukoll konsultazzjoni bil-għan li meta dan jitressaq quddiem il-Kamra, ikun hemm consensus.", "Kif diġa' għedt, dan huwa abbozz uniku għax jintroduċi kunċetti ġodda, bħal per eżempju l- fatt li l-kunsilli kollha se jkunu awtonomi u f'pożizzjoni li jirregolaw lilhom infushom.", "Dan ifisser li l-ewwelnett mhux se jkun hemm indħil minn ħadd.", "M'iniex qiegħed ngħid li llum hemm l-indħil, imma ovvjament, f'kunsilli fejn il-maġġoranza tal-membri huma nominati u mhux eletti, jista' jidħol id-dubju dwar kemm dawn il-kunsilli jkunu verament indipendenti.", "Dan l-abbozz ifisser ukoll li b'mod prattiku, il-gvern preżenti għandu fiduċja fin-nies li jmexxu lil dawn il-kunsilli, li fil-maġġoranza tagħhom huma eletti mill-professjoni stess, u għalhekk huwa iktar faċli għalihom li jkunu jafu bl-iżviluppi li jkunu għaddejjin u li jieħdu deċiżjonijiet li jkun 'l fuq mill-indħil politiku.", "Wara dan l-abbozz hemm ukoll kunċett ieħor, li nistgħu ngħidu li huwa breakthrough f'dan il-pajjiż.", "Naħseb li l-pubbliku in ġenerali kien iħares lejn il-professjonisti fil-qasam tas-saħħa bħala elite, li huma biss jifhmu fil-mard u f'dak li għandu bżonn il-pazjent, u allura kien jidħol is- suspett – li personalment naħseb li kien xi ħaġa iktar minn suspett - li kultant dawn il-kunsilli huma maqtugħin mir-realta`.", "GĦalhekk kien meħtieġ, anke għaliex hekk jemmen il-gvern Nazzjonalista, li jitwaqqfu strutturi li jżommu lill-pazjent fiċ-ċentru tal-ħidma tagħhom.", "Mod prattiku ta' kif isir dan huwa billi l-pazjent jew rappreżentant tiegħu jitqiegħed fil-post fejn jittieħdu d-deċiżjonijiet.", "Huwa ta' sodisfazzjon kbir li ngħid li fil-kompożizzjoni ta' dawn il-kunsilli se nsibu rappreżentanza sostanzjali, li tvarja bejn 15% u 20%, ta' pazjenti jew rappreżentanti tagħhom.", "Fl-esperjenza tiegħi bħala Ministru tas-Saħħa, meta kienu jidħluli rapporti kontra ċerti professjonisti u kont ninforma lill-pazjent li skond il-liġi kif inhi llum, huwa hu li jrid jagħmel rapport u mhux jien, ħafna drabi dan kien jistaqsini min fil-kunsill jista' jħares l-interessi tiegħu, jekk dan huwa kompost esklussivament minn tobba.", "Qiegħed nirriferi għat-tobba bl- ebda intenzjoni partikolari, għax l-ilmenti jaslu kontra l-professjonisti kollha, però huwa fatt magħruf li l-maġġoranza tar-rapporti li jsiru jkunu jikkonċernaw allegati abbużi li jsiru minn ċerti tobba u spiżjara.", "Ovvjament, il-pazjent iħossu li se jagħmel complaint kważi għalxejn, għax se jiġi nvestigat u ġudikat minn tobba nfushom.", "Barra minn hekk ikun hemm pazjenti, ħafna minnhom turisti, li wara li jressqu complaint u jmorru lura f'pajjiżhom, jiġu nfurmati li biex iressqu r-rapport tagħhom quddiem il- kunsill mediku jridu jiġu lura f'Malta u jibdew il-proċeduri minn hawnhekk.", "Ovvjament, din is-sistema kienet tnaqqas il-fiduċja fil-kunsilli li jirregolaw il-professjonijiet mediċi u paramediċi.", "GĦalhekk, dan l-abbozz ta' liġi mhux biss huwa pożittiv u se jinżel tajjeb mal-pubbliku, imma se jġibna uniformi ma' dak li qiegħed jiġri f'pajjiżi oħra.", "GĦalkemm ir- rappreżentanza tal-pazjent fuq kull kunsill hija xi ħaġa innovattiva f'pajjiżna, f'pajjiżi barranin ilha tiġi pprattikata għal żmien twil.", "Per eżempju fil-kunsill mediku Ingliż, din ir-rappreżentanza bdiet b'persentaġġ ta' madwar 8%, u kull darba li l-liġi tiġi aġġornata, dan il-persentaġġ jibqa' dejjem jikber.", "Dan il-fatt jixhed ukoll il-fiduċja li dan l-gvern għandu fil-poplu, li m'għandux jibqa' jitqies bħala grupp ta' nies li jaċċetta kollox imma bħala persuni intelliġenti, li kapaċi jiddefendu d- drittijiet tagħhom u ta' dawk li jirrappreżentaw.", "Mr Speaker, irriferejt ukoll għall-uniformità f'dak li għandu x'jaqsam man- numru ta' membri eletti f'dawn il-kunsilli.", "F'kull kunsill, in-numru ta' membri eletti li jirrappreżentaw lill-professjonijiet se jkun ikbar min- numru ta' membri li jinnomina l-gvern.", "L-istrutturi u r-regolamenti ta' dawn il-kunsilli se jkunu unanimi kemm jista' jkun.", "Kif diġa' għedt, l-uniformità tista' ssir sa fejn hu possibbli, għax minkejja li hemm din l-uniformità, il-kunsilli m'humiex kollha ta' l-istess daqs għax per eżempju n-numru ta' professjonijiet paramediċi huwa fenomenali, u qiegħed kulma jmur jiżdied.", "GĦalhekk wieħed irid jaħseb minn issa - biex ma noqogħdux naġġornaw il-liġi l-ħin kollu – biex jekk ikun hemm professjoni paramedika ġdida li tiġi rikonoxxuta, ikollha rappreżentanza meta xi ħadd mill-membri tagħha jew suġġetti li jolqtu lilha jiġu diskussi.", "Qiegħed ngħid dan biex nispjega kif minkejja li se jkun hemm l-uniformita`, ninsabu konxji mill-fatt li se jkun hemm każi partikolari fejn għalihom ikollhom isiru xi eċċezzjonijiet għax is- sitwazzjoni tkun tirrikjedi li jsir hekk.", "Mr Speaker, xi ħaġa li żgur se ssaħħaħ il-fiduċja tal-poplu f'dawn il- kunsilli huwa l-fatt li permezz ta' dan l-abbozz, il-pazjent m'huwiex se jibqa' jiġi obbligat li jagħmel rapport hu biex il-kunsill jieħu passi.", "Filwaqt li l-kunsill se jkun qiegħed f'pożizzjoni li jekk isirlu rapport- kif inhi s-sitwazzjoni llum - irid jinvestiga, se jkollu l-faċilita` - u din hija xi ħaġa innovattiva - li jinvestiga minn rajh.", "Ħafna drabi fil- gazzetti jidhru allegazzjonijiet li iżda jekk dwarhom ma jasalx rapport lill-kunsill mill-klijent inġurjat, dan ma jkunx jista jieħu passi.", "Dan l- abbozz se jagħmilha possibbli li jekk jiġri hekk, il-kunsill konċernat ikollu l-faċilita' li jibda jinvestiga min jeddu.", "Kien hemm punt legali li tqajjem fil-bidu tad-diskussjonijiet, u ċioe` l- argument dwar kif il-kunsill jista' jibda proċeduri kontra xi ħadd u fl- istess ħin jiġġudikah huwa stess.", "GĦalhekk fl-abbozz tniżżel li minbarra li l-kunsill jista' minn rajh jibda ċerti investigazzjonijiet, jista' jqabbad grupp ta' esperti biex jinvestigaw ċerti allegazzjonijiet.", "Fattur ieħor innovattiv, u li dwaru kien hemm nuqqas ta' qbil, huwa dak li l-pazjent jista', għalkemm ikun għadda ċertu żmien, ifittex lill- professjonist jekk jidhirlu li tkun saret xi ħaġa mhux korretta.", "F'dan ir- rigward ġie deċiż limitu dwar it-tul ta' dan il-perjodu, u nista' ngħid li ntlaħaq kompromess li bih huwa kuntent kulħadd.", "Innovazzjoni oħra hija dik li m'huwiex se jibqa' possibbli li persuna teżerċita' iżjed minn professjoni waħda, jekk ma tingħatax permess speċjali.", "Dan iwassalni għal punt ieħor.", "Illum kulmin isegwi l-kamp mediku jaf li l-mediċina qiegħed tiżviluppa b'rata mgħaġġla.", "Bil-mod il- mod, il-kunċett ta' general practitioner, general medicine u general nurse qiegħed jiġi rfinut, u d-direzzjoni li qegħdin nimxu fiha hija dik ta' l- ispeċjalizzazzjoni.", "GĦalhekk huwa tajjeb li pajjiżna diġa` qiegħed jaġġorna ruħu ma' dan il- moviment u diġa` ħa ċerti inizjattivi fir-rigward ta' l-ispeċjalizzazzjoni.", "Illum l-ispeċjalizzazzjoni tant saret vasta u fina li m'għadniex nisimgħu b'kirurgu ġenerali imma b'kirurgu li jopera biss fuq il-kilwa, ieħor li jopera biss fuq il-marrara, u ħafna drabi dan isir għaliex il-mod ta' kif isiru l-operazzjonijiet illum huwa ferm differenti minn dak ta' 20 jew 30 sena ilu.", "Illum wieħed irid ikollu ċerta speċjalizzazzjoni, speċjalment fir-rigward tal-keyhole surgery.", "Għalhekk ikun tajjeb li professjonist jitniżżel f'reġistru ta' speċjalisti, għax dan ikun ifisser li hu jkun ħa training għal ta' l-apposta u ta' l-ogħla kwalità.", "Biex imbagħad professjonist jibqa' fuq dan ir-reġistru jkollu bżonn iżomm ruħu aġġornat kontinwament.", "Ħafna drabi nsibu li l-professjonisti li jmorru jispeċjalizzaw barra minn Malta, minkejja li jġibu magħhom tekniki ġodda li jkunu the latest li tkun qiegħda toffri l-mediċina, nibqgħu staġnati bihom sakemm jasal grupp ieħor ta' speċjalisti minn barra.", "Dwar dan nista' nagħti eżempji prattiċi, pero' ma naħsibx li huwa korrett li nkun fattwali minħabba li n-numru ta' professjonisti f'pajjiżna huwa żgħir ħafna, u għalhekk inkun qiegħed nidentifika lill-persuni nvoluti.", "Nerġa' nenfasizza li l-fatt li jkun hemm a specialist register li biex professjonist jibqa' jidher fuqu jrid kontinwament jibqa' aġġornat, ifisser servizz aħjar lill-klijent.", "Waħda mill-affarijiet li ridna ninkludu f'dan l-abbozz biex insaħħu l- awtonomija fil-kunsilli huwa l-fatt li dawn ikunu jistgħu jiffinanzjaw lilhom infushom ħalli titnaqqas id-dipendenza fuq il-gvern ċentrali.", "Minkejja li ħsibna biex dawn jistabbilixxu r-registration fees tagħhom stess, se jkun diffiċli li jagħmlu dan fl-ewwel perijodu, u għalhekk, fir- rigward ta' spejjeż bħar-reġistrar u spejjeż oħra li se jkollhom jaffaċċjaw fil-bidu, il-gvern qiegħed jgħid li se jagħmel tajjeb hu għal dawn l- ispejjeż, sakemm il-kunsill jkunu jistgħu jqumu fuq saqajhom.", "Wara kollox, minkejja li qegħdin ngħaddu liġi, permezz ta' dan l-abboxx qegħdin nagħmlu wkoll bidla fil-kultura fost il-professjonisti, u huwa għalhekk li ridna nagħtu nifs biżżejjed lill-kunsilli biex ikunu verament awtonomi u f'pożizzjoni li jmantnu lilhom infushom mingħajr ma jkollhom bżonn l-intervent tal-gvern ċentrali.", "Fil-bidu ta' dan id-diskors għedt li wieħed mill-għanijiet ta' dan l-abbozz ta' liġi huwa li jdaħħal uniformità ma' professjonisti li jkunu ġejjin minn pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropea.", "Illum il-ġurnata rridu nżommu quddiem għajnejna l-fatt li aħna parti minn komunità ta' pajjiżi akbar u għalhekk din l-uniformità li qegħdin insemmu ma tistax tkun uniformità li ngawdu minnha aħna biss imma anke professjonisti membri ta' pajjiżi oħrajn.", "GĦalhekk dan l-abbozz qiegħed ineħħi l-bżonn li biex professjonist jiġi reġistrat f'pajjiżna jrid ikun bilfors ta' nazzjonalita' Maltija.", "Fl- istess ħin hemm reċiproċità bejn Malta u pajjiżi oħrajn, li allura tagħti raġuni aħjar għaliex ittieħed dan il-pass.", "Fl-istadji tad-drafting ta' dan l-abbozz, minkejja li ridna li jkun hemm uniformità, kien hemm ċerti affarijiet li dwarhom ma qbilniex, bħal per eżempju l-fatt li xi rappreżentanti li jmexxu lil dawn il-kunsilli jkunu uffiċjali ta' xi union partikolari.", "GĦalkemm wieħed jista' jaħseb li qegħdin innaqqsu minn xi dritt ta' xi ħadd, wieħed irid jifhem li dawn il- kunsilli mhux biss se jkunu awtonomi u se jkollhom rappreżentanza ta' persuni eletti, imma se jkollhom jieħdu ċerti deċiżjonijiet li jistgħu jġibu lill-gvern tal-ġurnata f'pożizzjoni imbarazzanti.", "Nista' nsemmi esperjenza li għaddejt minnha ftit xhur ilu meta waħda mill- unions ewlenin ordnat azzjoni industrijali fi sptar partikolari, u bħala dipartiment tas-saħħa seta' jkollna redress biss jekk nitolbu parir dwar il- korrettezza ta' din id-direttiva proprju lil kunsilli partikolari, li imbagħad sibna li l-maġġoranza tal-membri tiegħu kienu l-istess persuni li ordnaw l-azzjoni industrijali.", "Allura x'fiduċja jista' jkollu xi ħadd quddiem sitwazzjoni bħal din?", "Dan mhux biss m'huwiex ġust fil-konfront tal- gvern imma lanqas m'hu ġust fil-konfront tad- diriġenti tal-unions, li qegħdin jispiċċaw f'pożizzjoni fejn minn naħa qegħdin jilbsu kappell u min- naħa l-oħra qegħdin jilbsu kappell ieħor li jista' jkun kompletament kontrastanti.", "Qabel ma wieħed jibda jaħseb li dan sar kapriċċożament, nassikura lil kulħadd li dan sar wara konsultazzjoni estensiva għal darba, darbtejn.", "Għalkemm għedt li saru tliet drafts ta' dan l-abbozz, naħseb li sar numru rekord ta' laqgħat mal-kunsilli biex kulħadd iħossu komdu b'din il-liġi.", "Pero' m'hemmx dubju li fl-istorja tal-mediċina f'pajjiżna, dan il-perijodu li ninsabu għaddejjin minnu se jkun wieħed uniku.", "L-ewwelnett kellna ħafna żmien x'nirkurpraw għax minkejja li fir-rigward tal-professjonisti, iż-żewġ naħat tal-Kamra dejjem insistew fuq il-fatt li l-liġi attwali hija antika wisq, qatt ma ħarisna b'mod radikali lejn dan il-fattur.", "GĦalhekk naħseb li huwa pożittiv li dan il-pass qiegħed jittieħed issa.", "Mr Speaker, is-soltu, meta xi ħadd jippilota abbozz ta' liġi jdum jitkellem għal madwar siegħa u nofs.", "Naħseb li fir-rigward ta' l-abbozz li għandna quddiemna llum, m'huwiex il-każ li nagħmel dan għax l-ispjegazzjoni ta' kull klawsola b'mod individwali nkun nista' nagħtiha fl-istadju ta' Kumitat.", "Li rrid infiehem f'dan l-istadju huma l-prinċipji li hemm wara dan l- abbozz.", "M'għandix dubju li għalkemm l-oppożizzjoni se tgħaddi r-rimarki tagħha, taqbel li dan il-pass li qegħdin nieħdu llum huwa wieħed għaqli u bżonjuż ferm.", "Nispera li meta jinqala' xi bżonn bħal dan ma nerġgħux nistennew 100 sena oħra biex naġġornaw il-liġijiet ta' pajjiżna.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Karl Chircop.", "ONOR.", "KARL CHIRCOP: Mr Speaker, smajt b'attenzjoni l-introduzzjoni tal- Ministru Deguara għal dan l-abbozz ta' liġi.", "M'hemmx dubju li fir-rigward tal-maġġoranza tal-klawsoli u ta' l-intenzjonijiet u l-għanijiet ta' dan l- abbozz, l-oppożizzjoni taqbel.", "Nista' ngħid bla tlaqliq li l-oppożizzjoni se tivvota favur dan l-abbozz, pero' minkejja dan, kif għadu kif qal il- Ministru, hemm xi punti li dwarhom nixtiequ nikkummentaw, kemm f'dan l- istadju kif ukoll fl-istadju ta' Kumitat.", "Mr Speaker, dan huwa abbozz ta' liġi pożittiv ħafna, abbozz li jagħmel ġieħ lill-professjoni medika u lill-professjonijiet anċillari paramediċi.", "Iva, wasal iż-żmien biex il-liġi li tikkontrolla l-operat ta' dawn il- professjonijiet tiġi modernizzata.", "Wieħed mill-għanijiet ta' dan l-abbozz huwa proprju biex ikun hemm rikonoxximent reċiproku tal-pajjiżi membri fl-Unjoni Ewropea, jiġifieri filwaqt li pajjiżna jkollu jaċċetta li professjonisti mediċi u paramediċi barranin jiġu jaħdmu hawnhekk, il-professjonisti Maltin ikollhom id-dritt u l-jedd li jagħmlu l-istess ħaġa f'pajjiżi oħra membri.", "Tajjeb li ngħid li sal-ġurnata tal-lum, għall-grazzja t'Alla, ħafna mill-professjonisti Maltin, kemm mediċi kif ukoll paramediċi, ftit li xejn sabuha diffiċli biex jipprattikaw il-professjoni tagħhom barra minn Malta għax kif jaf kulħadd, l-istandard ta' l-edukazzjoni fl-Universita' ta' Malta u fin-nursing school huwa pjuttost elevat.", "Għaldaqstant kulħadd jaf li l-gradwati Maltin ġeneralment ikollhom livell sodisfaċenti, u kważi kważi nazzarda ngħid ogħla mill-medja tal-membri l-oħra fl-Unjoni Ewropea.", "Kif jafu tajjeb il-membri ta' din il-Kamra, dan l-abbozz ġie mgħoddi lili proprju jumejn ilu, u għalhekk kien kważi mpossibbli għalija li nistudja 60 faċċata fi żmien daqshekk qasir.", "Pero', mill-kuntatti li lħaqt għamilt ma' professjonisti ħbieb tiegħi jidher li dan l-abbozz qiegħed jintlaqa' tajjeb mill-professjonijiet mediċi u paramediċi.", "Xorta iżda jibqa' xi affarijiet li kemm bħala tabib kif ukoll bħala rappreżentant ta' l-oppożizzjoni, nixtieq nikkummenta dwarhom.", "Fost l-oħrajn, meta dan l-abbozz jitkellem dwar il-kwalifiċi li jrid ikollhom tobba jew professjonisti mediċi u paramediċi barranin biex jiġu jaħdmu f'Malta, m'huwiex daqshekk ċar dwar kemm dawn il-professjonisti jridu jkunu jafu jitkellmu bil-lingwa Maltija.", "Tintuża' l-frażi ''profiċjenza lingwistika'', li għalkemm tindika li l-individwu jrid almenu jkun jifhem xi ħaġa bil-Malti, min-naħa l-oħra hija kemmxejn vaga.", "Ma nafx jekk ikunx possibbli li niddeċiedu dwar terminu aktar ċar, forsi anke fi stadju ta' Kumitat, biex inkunu nistgħu nipproteġu l-interessi tagħna l-professjonisti Maltin fir-rigward ta' influss esaġerat ta' professjonisti barranin li jista' jkollna f'diversi oqsma.", "Aħna l-Maltin nistgħu ngħidu li għandna l-grazzja li nafu nitkellmu tajjeb bl-Ingliż, u ħafna minna anke bit-Taljan u bil-Franċiż, jiġifieri m'għandniex il-problema li għandhom il-professjonisti barranin li jkunu jridu jiġu jaħdmu hawnhekk.", "Fl-opinjoni tiegħi, dan il-vantaġġ għandna nużawh, għalhekk inħeġġeġ biex dan l-abbozz jiġi fformulat aħjar biex nissalvagwardjaw il-futur tal-professjonisti mediċi u paramediċi Maltin.", "Fir-rigward tal-kunsilli, kif qal tajjeb il-Ministru, dawk li jidhru f'dan l-abbozz huma diġa' mwaqqfin, jiġifieri as such, hawnhekk mhux qegħdin jinħolqu kunsilli ġodda imma qiegħed biss jinbidel il-format ta' dawk eżistenti.", "Dawn huma l-kunsill mediku, li fih hemm rappreżentanza ta' dentist, il-kunsill ta' l-infermiera u l-qwiebel, il-kunsill tal-paramediċi u l-kunsill ta' l-ispiżjara.", "Meta wieħed iħares lejn dan l-abbozz jinduna li r-rappreżentanza f'dawn il- kunsilli se tinbidel.", "Fost l-oħrajn, il-mmaġġoranza li kellu l-gvern se tintilef, u din hija xi ħaġa pożittiva għax permezz tagħha se tkun qiegħda tingħata iktar awtonomija lil dawn il-kunsilli.", "Xi ħaġa li pero' setgħet ġiet indirizzata aħjar hija propju l-fatt li ċ-chairman tal-kunsilli jrid ikun bilfors persuna legali.", "Jiena nifhem li dan il-pass kellu bilfors jiġi kkunsidrat, minħabba d-diffikultajiet Ii kienu qegħdin jinħolqu, b'mod speċjali meta tiġi biex tinkiteb sentenza favur jew kontra persuna medika.", "GĦalkemm nemmen li huwa mportanti li tiddaħħal persuna legali f'dawn il- kunsilli, min-naħa l-oħra ma narax għalfejn din għandha tingħata daqstant importanza tant li għandha tiġi appuntata proprju bħala chairman tal- kunsill.", "Issa, jekk f'dan ir-rigward il-gvern se jżomm din il-pożizzjoni, ta' l-inqas l-abbozz għandu jispeċifika - kif sar anke f'liġijiet soċjali – li din il-persuna għandu jkollha mhux inqas minn seba' snin esperjenza fil- qasam legali.", "Iktar minn hekk, dejjem jekk ikun possibbli, jistgħu jiġu appuntati ġudikanti irtirati biex jaqdu dawn id-dmirijiet.", "Fattur ieħor importanti u li sa ċertu punt huwa pożittiv, imma mill-punto di vista soċjali, lili jinkwetani, huwa proprju l-kwestjoni li issa dawn il- kunsilli se jaħdmu b'mod awtonomu u se jkunu self-financing.", "Jidher ċar li l-abbozz innifsu jaħseb għal dan, fejn se jkun qiegħed jintalab ħlas ta' reġistrazzjoni lill-professjonisti membri tal-istess kunsilli.", "Min-naħa l- oħra, ma jispeċifikax kemm għandu jkun dan il-ħlas.", "Aħna nafu li l- ewwelnett, mhux il-professjonijiet kollha jħallu l-istess qligħ, jiġifieri hemmhekk jista' jinħoloq xi diżgwid, u t-tieni nett, jekk kemm-il darba l- kunsilli relattivi se jkunu qegħdin jaħdmu b'mod awtonomu, nippretendi li dan għandu jfisser ukoll b'mod awtonomu wieħed mill-ieħor, minħabba li kif diġa` għedt, mhux il-professjonijiet mhux kollha għandhom l-istess introjtu.", "Li rridu nkunu nafu aħna l-membri ta' l-oppożizzjoni f'dan ir- rigward huwa kemm se jkun qiegħed jintalab ħlas lill-professjonisti biex jiġu reġistrati fi ħdan xi kunsill.", "Kif diġa` għedt, dan kollu jinkwetani proprju għaliex jista' jiġri bħalma ġara ftit snin ilu meta għolew il-prezzijiet tar-reġistrazzjoni tal-kawżi fil-qrati Maltin, b'konsegwenza li żdiedu l-ispejjeż għall-klijenti.", "Hawnhekk, bħala tabib qiegħed nara sitwazzjoni simili, għax jekk bħala professjonist se jkolli impostazzjoni fuqi li kultant żmien – għax l-abbozz ma jikkjarifikax kull kemm żmien għandu jsir dan il-ħlas – irrid inħallas registration fee, iktar u iktar jekk din tkun eżorbitanti, ma jkollix triq oħra x'nagħżel għajr li ngħaddi din l-ispiża fuq il-pazjenti tiegħi.", "Iva, dan lili jinkwetani ħafna, iktar u iktar issa li qegħdin fi żmien fejn hawn mistoqsija kbira dwar is-sostenibilita' tas-sistema tas-saħħa, fejn il- polikliniċi jinsabu għaddejjin minn diffikultajiet diversi, fosthom problemi ta' riżorsi umani,", "diffikultajiet li qegħdin joħolqu stress fuq dawk kollha li ma jaffordjawx li jinqdew bis-servizzi mediċi privati.", "Jekk imbagħad min-naħa l-oħra, il- privat se jkun kostrett li jżid il-miżati tiegħu, dawk li jirrikorru għas- sistema primarja tas-saħħa tal-gvern, li tinsab diġà għarkobbtejha, se jiżdiedu.", "Din hija xi ħaġa li ma tagħmilx sens u għalhekk huwa mportanti li l-ministru juża l-influwenza tiegħu biex almenu dawn ir-registration fees ma jkunux daqstant għoljin.", "Xi ħaġa oħra li tista' ddaħħal lill-kunsill fi spejjeż addizzjonali huwa proprju r-rapport annwali li jrid jiġi ppreżentat kull sena.", "Huwa mportanti li dan ir-rapport isir, għaliex huwa mezz ta' kif il-gvern ikun jista' jirregola b'mod uffiċjali dak li jkun qiegħed iseħħ f'kull kunsill, pero' huwa mportanti wkoll li jiġi speċifikat min se jġorr l-ispiża ta' dan ir- rapport, għax iktar jiżdiedu l-ispejjeż fuq il-kunsilli, iktar se jmorru ħażin il-pazjenti.", "Min-naħa l-oħra, l-aspett pożittiv ta' kunsilli li jkunu self-financed huwa li dawn ikunu iktar awtonomi, ikunu jistgħu jniedu anke kampanji edukattivi jew forsi jagħti xi forma ta' sponsorships lill-istess membri reġistrati fi ħdanhom.", "Mr Speaker, xi ħaġa li nkwetatni ħafna tirrigwardja lill-kunsill ta' l- ispiżjara.", "Kif qal il-Ministru, il-liġi attwali ilha iktar minn 100 sena li ġiet imwaqqfa, u minkejja li ġiet emendata kemm-il darba, il-problema dejjiema li hemm fil-kunsill ta' l-ispiżjara qatt ma ġiet indirizzata.", "Qiegħed nirriferi għall-kwestjoni tal-pharmacy technicians, li s'issa, għalkemm dawn huma gradwati universitarji, xorta jintalbu biex joqogħdu għal eżami ieħor imniedi mill-kunsill farmaċewtiku.", "Il-pharmacy technicians minn dejjem ħassewhom inġurjati b'din is-sitwazzjoni, għax huma jsostnu li jekk huma gradwati universitarji bħalma huma l-ispiżjara, għandhom jirċievi l-istess trattament.", "Sfortunatament, ma jidhirx li permezz ta' dan l-abbozz, il-gvern qiegħed jaħtaf l-opportunità biex jindirizza lil din il-problema.", "Aħna bħala oppożizzjoni se nkunu qegħdin nippruvaw nindirizzawha biex kemm jista' jkun din is-simpatija li teżisti favur l-ispiżjara tiġi eliminata.", "Mr Speaker, jiena naqbel ma' dak li qal l-Onor.", "Deguara, u ċioe` li huwa diffiċli li fil-kunsill tal-professjonijiet paramediċi ikun hemm rappreżentant ta' kull professjoni, pero` min-naħa l-oħra ma naħsibx li huwa mpossibbli li jsir.", "Jidher li ma tħallewx biżżejjed postijiet fil- kunsill biex dawn il-professjonijiet ikollhom ta' l-inqas rappreżentant kull wieħed, u minflok reġgħet iddaħħlet persuna legali, again bħala chairman, nominat mill-Prim Ministru, u żewġ persuni oħra minn fost il- pubbliku li wkoll se jkunu nominati mill-Prim Ministru.", "Jien nemmen li fir-rigward ta' dan il-kunsill seta` sar eżerċizzju iktar favorevoli għall- professjonijiet paramediċi.", "Nammetti li hemm ħafna minn dawn il- professjonijiet, pero' ma nara xejn ħażin kieku l-gvern jiddeċiedi li jagħmel dan.", "Rigward il-kwestjoni tal-kunsill ta' l-infermiera u l-qwiebel, jidher li l- membri tiegħu ma ġewx sodisfatti f'dak li talbu lill-gvern.", "Kif jaf kulħadd, l-infermiera talbu li jkollhom warrant, pero' t-talba tagħhom ma ġietx milqugħa.", "Skond dawk l-infermiera li lħaqt tkellimt magħhom, ir- raġuni ewlenija għaliex qegħdin jitolbu li jingħataw warrant m'hijiex biex ikunu bħall-professjonisti l-oħrajn imma għax huma jħossu li l-warrant tista' tilqa' għal ċerti anomaliji u sitwazzjonijiet imbarrazzanti li jistgħu jinħolqu fost dawk l-infermiera li jaħdmu għal rashom.", "Huwa veru li l-maġġoranza ta' l-infermiera jaħdmu f'xi istituzzjoni, pero` jeżistu xi infermiera li jaqdu dmirijiethom fuq bażi privata.", "Naħseb li għal din il- kategorija, ikun jagħmel sens li dawn ikollhom warrant - ovvjament, imbagħad din trid tingħata lil kulħadd – u ngħid għaliex.", "Per eżempju għidli, Mr Speaker, xi drittijiet għandu dak in-nurse li jaqla rapport ħażin mingħand xi pazjent!", "Ma jfissirx li għax nurse ikollok warrant, huwa infallibbli, imma almenu bil-warrant ikun hemm regolamentazzjoni iktar serja ta' din il-professjoni.", "Kif qal tajjeb il-Ministru, illum il-ġurnata, it-trend fil-mediċina u fil- professjonijiet paramediċi hija dik ta' speċjalizzazzjoni.", "Anke l- infermiera u l-qwiebel mexjin f'dik id-direzzjoni.", "F'dan ir-rigward, dan l- abbozz huwa pożittiv għax ħaseb biex jagħti lok għall-ispeċjalizzazzjoni ta' l-infermiera, u naturalment dan il-fattur intlaqa' tajjeb ħafna mill- istess infermiera.", "Mr Speaker, minkejja li huwa mportanti li ssir liġi bħal din, għax kien ilu li wasal iż-żmien biex tiġi aġġornata, ma rridux ninsew l-aspett ta' tmexxija tad-dipartiment tas-saħħa, li verament irid ikun jixraq lill-poplu Malti u Għawdxi, li minnu jistenna li jieħu trattament denju tat-taxxi li jħallas.", "Sfortunatament, minn dak kollu li jasal għal widnejja, għalkemm irrid ngħid li fl-isptarijiet isir ħafna xogħol siewi, u ta' dan inrodd ħajr lill-ispeċjalisti, lill-infermiera u lill-paramediċi kollha, waħda mill-affarijiet li l-iktar tmur żmerċ huma l-finishing touches.", "Per eżempju jien nistaqsi għaliex meta ssir operazzjoni li tiġi tiswa lill- gvern xi Lm500 jew Lm1000, fl-aħħar ma tintbagħtx discharge letter lit- tabib tal-pazjent, biex dan ikun jista' jagħmel follow-up aħjar tal-qagħda tal-klijent tiegħu?", "Għaliex wara li jintefqu dawk il-flus kollha, fl-aħħar niżolqu fin-niexef?", "Il-maġġoranza taċ-ċittadini Maltin u Għawdxin huma nies ta' l-affari tagħhom, li jikkontribwixxu permezz tat-taxxi, u għalhekk għandhom jieħdu dak li ħaqqhom.", "Jiena nifhem li din hija xi ħaġa li m'huwiex daqshekk faċli li tiġi amministrata, pero' hemm bżonn li tittieħed azzjoni kontra rqaqat bħal dawn li fl-aħħar mill-aħħar qegħdin itappnu l- image tas-servizz pubbliku tas-saħħa.", "Bħala tabib nesperjenza ħafna affarijiet oħra, fosthom ilmenti dwar l- attitudni ta' ċerti front desk employees, fejn ġieli jimxu mal-pazjenti b'ċerta arroganza u paroli żejjed.", "Dan l-aġir għandu jitwaqqaf illum qabel għada, għax qiegħed jikkontribwixxi biex jintefa' dell ikrah fuq il- gvern u speċjalment fuq id-dipartiment tas-saħħa.", "Irrid ngħid, pero', li fil-maġġoranza l-kbira tagħhom, il-ħaddiema li jaqgħu taħt dan id-dekasteru huma ħaddiema qalbiena, li jagħmlu ħafna sagrifiċċji, u jkunu għal ħinijiet twal u strambi 'l bogħod mill-familji tagħhom.", "Imma sfortunatament, minħabba xi ftit eċċezzjonijiet, qiegħed jidher ikrah kulħadd.", "GĦalhekk huwa mportanti li l-gvern jieħu azzjoni f'dan ir- rigward.", "Mr Speaker, minkejja li qiegħed jipproponi dan l-abbozz ta' liġi li nerġa' ngħid li huwa pożittiv u li aħna l-membri ta' l-oppożizzjoni se nkunu qegħdin nivvotaw bi ħġarna favurih, jidher li l-gvern qiegħed ikaxkar saqajh fil-konfront ta' issues oħrajn, bħall-istrike ta' l-infermiera u l- qwiebel, li dieħel fid-disa' xahar tiegħu.", "Skond l-informazzjoni li għandi, jidher li l-gvern ilu ma jitkellem man-nurses għal dawn l-aħħar tliet xhur.", "Bażikament, l-issues imqajjma mill-MUMN huma tlieta, u huwa tajjeb li nkunu nafu x'inhuma, ħalli nkunu nistgħu naraw jekk l-infermiera u l-qwiebel humiex qegħdin jitolbu xi ħaġa ta' barra minn hawn jew jekk humiex qegħdin jitolbu xi ħaġa li hija raġunata.", "Fost l-oħrajn hemm il-konflitt li nħoloq f'ċerti gradi, mid-deputy nursing officers 'il fuq, li b'kollox jammontaw għal madwar 300 persuna.", "Dawn kulma qegħdin jitolbu huwa li jiġu konformi ma' professjonijiet oħra tal- gvern, bħal per eżempju t-teachers.", "Kwestjoni oħra titratta l-early retirement scheme, fejn l-infermiera u l-qwiebel qegħdin jitolbu li wara 25 sena servizz ikollhom il-faċilita` li jirtiraw.", "Jiena nifhem li minħabba l- problema ta' nuqqas ta' infermiera, jekk se tingħata din il-konċessjoni jista' jinħoloq nuqqas ikbar ta' dawn il-professjonisti tant meħtieġa, pero' għallinqas, għandhom jiġu mogħtija lilhom affarijiet oħra.", "Jidher li anke l- ambjent tal-post tax-xogħol ta' dawn in-nies huwa wieħed li xi kultant mhux kulħadd ikun lest li jaħdem fih.", "Biżżejjed insemmu s-swali over-crowded u dawk il-pazjenti li xi kultant ikunu wiċċhom tost u jippretendu żżejjed minnhom.", "Jista' jagħti l-każ li waħda mill-affarijiet li qiegħda taffetwa ħażin lill-infermiera hija propju d-demoralizzazzjoni tagħhom minħabba l-kundizzjonijiet tax-xogħol.", "It-tielet u l-aħħar issue kontrastanti li hemm bħalissa bejn il-gvern u l- MUMN hija dik dwar l-ispecialisation allowance, fejn l-infermiera speċjalizzati qegħdin jitolbu li jingħataw allowance li tlaħħaq għal madwar Lm500 fis-sena, u dan biex jiġu in line ma' professjonijiet oħra.", "Xi ħaġa li ġrat matul id-diskussjonijiet bejn il-gvern u l-MUMN, li jidher li għal dawn l-aħħar tliet xhur waqfu ħesrem, kienet proprju dik li f'Diċembru li għadda, id-dipartiment tas-saħħa bagħat ittra lill-MUMN fejn wiegħdha li sa Ġunju, il-collective agreement li qegħdin jitolbu l- infermiera kellu jiġi finalizzat.", "GĦadda Ġunju, għaddew Lulju, Awissu u kważi anke Settembru, u din il-wegħda s'issa għadha ma ġietx sostnuta.", "Mr Speaker, dan l-abbozz ta' liġi fih ħafna aspetti pożittivi fir-rigward tar-regolamentazzjoni tal-professjonijiet mediċi u paramediċi.", "Aħna l- membri ta' l-oppożizzjoni ninsabu assolutament favur dan l-abbozz, pero` xorta nemmnu li l-importanti m'huwiex biss li d-dipartiment tas-saħħa jirregola lill-professjonisti li jaħdmu miegħu imma li fuq kollox, il- pazjent jingħata dak li jixraqlu.", "Wara kollox, kif diġà għidt, il- maġġoranza kbira tal-Maltin u l-Għawdxin jippretendu iktar minn dan id- dipartiment għax xi kultant, iva, qiegħed jiżloq fin-niexef, speċjalment f'dak li għandu x'jaqsam ma' aftercare, li ġeneralment ma tiswiex flus.", "Dan huwa abbozz ta' liġi li ta' min jirrakkomandah, pero` fih xi affarijiet li għad iridu jiġu ċċarati, bħall-kwestjoni tal-lingwa li rriferejt għaliha iktar kmieni f'dan l-intervent.", "Iva, dan l-abbozz m'huwiex ċar dwar kemm l- ispeċjalisti u l-professjonisti barranin li jogħġobhom jiġu jaħdmu f'Malta jridu jkun jafu l-lingwa Maltija.", "Nemmen li f'dan ir-rigward il-gvern jista' jagħmel xi ħaġa biex ma jkunx hawn influss esaġerat ta' professjonisti barranin li jiġu jaħdmu f'pajjiżna.", "Kif diġà għedt, għalkemm dan l-abbozz ta' liġi huwa importantissimu, hemm ċerti issues bażiċi li ripetutatment jinstema' tgergir dwarhom, bħal per eżempju waiting lists li kultant jaqbżu s-sentejn, bħal dawk tad- dipartimenti ta' l-oftalmoloġija u ta' l-ortopedija.", "Hija esaġerazzjoni kbira li per eżempju persuni b'katarretti, li ma jarawx, jitħallew fuq il- waiting list għal aktar minn sentejn.", "Ripetutament tinħoloq ukoll il-problema ta' mediċini out of stock u xi ħaġa oħra li lili tweġġagħni ħafna huwa d-dewmien biex jiġu rinovati d-DTC approvals.", "Kif jaf kulħadd, jeżistu ċerti mediċini li huma expensive ħafna u allura l-gvern jipprovdihom bla ħlas lil ċerti kategoriji ta' nies, imma sfortunatament, il-proċedura biex id-DTC approvals jiġu ri-approvati wara li jkunu skadew qiegħda tieħu fit-tul wisq.", "Hemm każijiet li damu saħansitra xahrejn u anke tlieta biex wara li nħarġet il-kartuna s-safra, inħarġitilhom id-DTC approval il-ġdida.", "F'każijiet oħra imbagħad ġara bil-maqlub, jiġifieri d-DTC approval inħarġet imma l-kartuna s-safra le.", "Xi kultant jien niddubita dwar kemm verament hemm buona volonta` min-naħa tal-gvern biex din il-burokrazija żejda u dan it-tkaxkir tas-saqajn jiġi mnaqqas.", "Jista' jkun li din hija xi ħaġa organizzata biex kull sena l-gvern jiffranka xahrejn mediċini?", "Jien nitlob lill-Ministru Deguara biex f'dan ir-rigward jieħu azzjoni diretta.", "MR SPEAKER: Il-Ministru bil-permess ta' l-Onor.", "Chircop.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Naħseb li l-Onor.", "Chircop huwa konxju tal-fatt li bħalissa qiegħed isir tibdil sostanzjali fil-formolarji, u mediċini li qabel bilfors riedu jingħataw bil-katuna s-safra jew bid-DTC, illum jistgħu jingħataw bil-ċertifikat tat-tabib.", "Peress li hemm madwar tmien kategoriji differenti ta' mediċini, s'issa qiegħda tiġi tackled il-kategorija tal- kardjoloġija, u wara se jkun imiss ir-respiratory medicine.", "Din il-bidla se tagħmilha ħafna iktar faċli għall-pazjenti biex jieħdu l-mediċini, u allura dan jipprova li l-intenzjoni tal-gvern m'hijiex li jiffranka.", "Kulma qiegħed isir huwa li s-sistema qiegħda tiġi ssimplifikata biex il- pazjenti jkunu jistgħu jieħdu l-mediċini mingħajr il-ħafna burokrazija li kien hemm qabel.", "Pero' ovvjament iċ-change-over jieħu ċertu żmien u allura hemm dan il-perijodu ....", "MR SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Chircop jista' jkompli bil-intervent tiegħu.", "ONOR.", "KARL CHIRCOP: Jien nieħu gost u nilqa' bi ħġari riforma bħal din, pero` sfortunament is-sitwazzjoni hi li biex issir renewal ta' part 3 tal- kartuna s-safra qegħdin jgħaddu xahrejn u iktar.", "Xi ħaġa oħra li naraha wkoll bħala burokrazija żejda huwa l-fatt li biex issir din ir-renewal, il- pazjent irid bilfors jiġi riferut fl-out-patients department.", "Ħafna drabi, b'arranġament personali ma' l-istess speċjalisti, it-tabib ikun jista' jibgħat ir-request form lill-pazjent bil-posta u dan imbagħad jibgħatha lura bil-posta wkoll.", "Pero' jidher li m'hemmx proċedura formali ta' kif issir din il-biċċa xogħol, u kultant ċerti tobba jerġgħu jirriferu lill- pazjenti fl-out-patients department sempliċement biex jerġa' jiġi rinovat dan il-permess.", "Kulħadd jaf li dan id-dipartiment huwa flooded bin-nies u allura kemm jista' jkun għandna nnaqqsu mill-pazjenti li jintbagħtu jistennew fil-waiting rooms tiegħu biex sempliċiment iġeddu l-formola tal- mediċini li jkunu jużaw.", "Biex nagħlaq, Mr Speaker, nerġa' ntenni li dan huwa abbozz ta' liġi pożittiv ħafna, li iżda xorta jista' jsirlu xi titjib.", "L-oppożizzjoni se tkun qiegħda taħdem, anke fl-istadju ta' Kumitat, biex id-diffikultajiet li semmejt f'dan l-intervent ikunu jistgħu jiġu rranġati.", "Jekk aħna verament nemmnu li din se tkun sena vintage f'dak li għandu x'jaqsam mas-saħħa, kif qal il-Ministru, allura għandna nirranġaw ċerti kundizzjonijiet, fl- interess tal-poplu Malti u GĦawdxi.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Michael Gonzi.", "ONOR.", "MICHAEL GONZI: Mr Speaker, għandna quddiemna għad-diskussjoni abbozz ta' liġi li fl-opinjoni tiegħi huwa importanti ferm għax qiegħed ipoġġi lill-kura medika f'pajjiżna fuq sisien sodi.", "Mil-lum 'il quddiem, il-prattika medika u l-oqsma kollha tas-saħħa f'Malta jridu bilfors ikunu ta' l-aħjar kwalita`.", "Permezz ta' dan l-abbozz, kulmin se jibda jagħti servizz irid bilfors jgħaddi minn skrutinju speċifiku biex tiġi assigurata l-aħjar kwalità.", "Dan l-abbozz qiegħed jagħraf min jista' jieħu ħsieb is-saħħa taċ-ċittadin Malti u qiegħed jassigura li l-imġieba tal-professjonist u ta' kull persuna nvoluta fis-servizz tas-saħħa tkun dejjem ta' l-aħjar kwalità.", "Qiegħed nenfasizza fuq il-kelma \"dejjem\" għax permezz ta' kontrollur fil-forma ta' kunsill, magħmul mir-rappreżentanti ta' l-istess professjoni, l-abbozz jassigura li kulħadd ikun iktar responsabbli mis-servizz li jagħti, minn meta jiggradwa sakemm ismu jibqa' reġistrat fil-kotba ta' l-istess kunsill.", "Kulmin jieħu ħsieb is-saħħa tal-persuna għandu xogħol uniku għax qiegħed jittratta fuq il-ħajja tal-persuna nnifisha.", "Ix-xogħol ta' dawk involuti fil-kura tas-saħħa, huwa fuq il-persuna.", "Jekk ix-xogħol jitratta saħħa mentali, fiżika jew ta' xi xorta oħra, il-pazjent qiegħed jiġi kważi manipulat - ovvjament f'sens tajjeb - mill-professjonist, u qiegħed jafda lilu nnifsu f'idejn ħaddieħor.", "GĦalhekk il-professjonist irid ikun ta' integrità kbira, u dan ipoġġi f'responsabbiltà kbira anke lid-diriġenti tal- pajjiż li għandhom jassiguraw il-kontinwità tal-professjonalita` tal- professjonisti.", "Kemm idum jipprattika l-professjoni, il-professjonist irid dejjem jagħti l- ħila kollha tiegħu, filwaqt li jaġġorna lilu nnifsu kontinwament biex is- servizz li jagħti jkun dejjem l-aħjar f'dak il-mument.", "GĦalhekk, ix-xogħol ta' kull kunsill mediku msemmi f'dan l-abbozz huwa iktar importanti, għax dawn il-kunsilli, minbarra li jridu janalizzaw min hu tajjeb biex jipprattika f'pajjiżna, iridu jkunu wkoll pro-attivi u jintroduċu sistemi ta' clinical audits li jagħmlu assessments ta' clinical practices and treatments, filwaqt li jfasslu guidelines għall-istaff kliniku.", "Il- kunsilli jridu jieħu l-inizjattiva, flimkien ma' l-assoċjazzjonijiet l- oħra msemmija f'dan l-abbozz, biex kull GP practice, kemm tal-gvern kif ukoll tal-privat, ikunu up to standard.", "F'din l-era tal-lum, tabib ma jistax jimxi fuq ħsibijiet antikwati jew ideat foloz, imma jrid bilfors jimxi fuq evidence-based medicine, jiġifieri jrid jitratta pazjent skond kriterji ppruvati u studjati.", "Fl-opinjoni tiegħi, kull kunsill mediku jrid ukoll, permezz ta' sotto- kumitat fejn kulħadd ikun involut, jiġġenera tip ta' liaison bejn il-varji GP services li jeżistu f'pajjiżna, biex b'hekk jevita rduppjar ta' riżorsi.", "Ċerti punti fl-istorja tal-pazjent jistgħu jsiru aċċessibbli għat-tabib kuranti permezz ta' l-informatika.", "Kultant it-tabib ma jkunx jaf li lill- pazjent tiegħu jkunu diġà tteħdulu xi investigations mill-isptar jew li l- kundizzjoni tiegħu tkun trid tiġi riveduta permezz ta' djalogu mal- konsulent, u għalhekk isir irduppjar ta' dan, b'investigazzjonijiet żejda jew b'referral għand l-ispeċjalista għalxejn.", "Eżempju ċar u sempliċi huwa t-test tal-cholesterol.", "Nafu li hemm guidelines dwar meta persuna għandha tirrepeti dan it-test.", "Imma għaliex wara li jagħmel dan, il-pazjent jerġa' jmur għand it-tabib tiegħu biex jieħu test ieħor wara ftit ġimgħat?", "Parti mir-raġuni hi li l-pazjent m'huwiex informat, la minni u lanqas minn health workers oħrajn.", "Illum il- ġurnata, meta l-ispejjeż tas-saħħa qegħdin dejjem jiżdiedu, huwa mportanti li dawn l-affarijiet żgħar jiġu ndirrizzati.", "Guidelines jew regoli għandhom jiġu speċifikati.", "Il-kura primarja hija l- bażi tas-saħħa pubblika, u din għandha tissaħħaħ.", "Huwa fil-kura primarja fejn l-ewwel sintomi ta' mard jiġu identifikati u ndirizzati.", "Dan is- settur biss jista' jgħin biex il-pazjent jeduka ruħu dwar kif jieħu ħsieb saħħtu u kif juża s-servizz tas-saħħa aħjar.", "Rigward il-fitness to practice u l-competence to practice, dan l-abbozz jobbliga lill-kunsilli msemmija biex jassiguraw li kulħadd ikollu l- kwalifiki neċessarji.", "Il-competence to practice jew il-proċess ta' aġġornament ta' kull professjonist fil-qasam mediku jaqa' taħt ir- responsabbilta` ta' assoċjazzjoni medika li trid tassigura li kulħadd jgħaddi minn proċess ta' continued learning.", "Huwa mportanti li meta wieħed jirregola l-professjonijiet dwar il-kura medika, ma jirregolax biss il-kwantita' imma anke l-kwalita'.", "Professjonist li għadu kemm ħareġ mill-universita' huwa akkademikament perfett, pero' huwa nieqes mill-prattika.", "Mill-banda l-oħra, professjonist li ilu jaħdem għal iktar minn 20 sena, huwa espert fil-prattika, rabba dak li ngħidulu sixth sense, pero' jista' jkun nieqes minn tagħlim aġġornat.", "Illum is-sitwazzjoni hija tali li l-continuing medical education tiġi offruta fuq bażi volontarja minn kull qasam tas-saħħa, f'forom differenti, bħal courses, konferenzi barra minn Malta, eċċ. Naħseb li wasal iż-żmien li tinħoloq sistema maħduma mill-professjonisti stess biex tassigura l- bilanċ kontinwu bejn tagħlim u esperjenza, liema sistema għandha ssir obbligatorja wara ċertu żmien.", "Aspett ieħor importanti fil-qasam tal-kura tas-saħħa u li dan l-abbozz qiegħed jindirizzah huwa l-komunikazzjoni mal-pazjent, li hija mportanti daqs il-kwalifiċi li wieħed ikollu.", "Ċerti oqsma tas-saħħa jiddependu ħafna fuq din il-komunikazzjoni u għalhekk dan l-abbozz qiegħed jgħid li dawk il- barranin li jiġu jipprattikaw il-professjoni tagħhom f'Malta jridu jgħaddi minn skrutinju lingwistiku.", "Meta jien kont għadni student, niftakar li xi kultant kont nagħmilha ta' interpretu, u kienet tkun diffiċli għaliha biex ninftiehem bejn il-professur u l-pazjent.", "Meta wieħed jikkonsidra l-fatt li l-komunikazzjoni hija tant importanti fid-djalogu mal-pazjent, naħseb li dan l-abbozz qiegħed jissalvagwardja dan l-aspett, u għalhekk, min jiġi jaħdem f'pajjiżna, minbarra l-kwalifiċi neċessarji jrid ikun jista' jikkomunika tajjeb.", "Xtaqt nitkellem ukoll dwar il-mediċina kumplimentari.", "F'dan iż-żmien, il- kura tal-pazjent m'għadhiex tinvolvi biss lit-tabib bħala l-omnipotenti, imma tinvolvi ħafna oqsma differenti.", "Kulħadd huwa speċjalizzat f'xogħlu.", "Barra minn hekk, il-prevenzjoni tal-mard, li qiegħda tilgħab logħba ferm importanti fis-saħħa tal-persuna, tirrikjedi wkoll speċjalisti.", "Illum dan l-abbozz qiegħed jirrikonoxxihom u jpoġġihom f'qafas legali.", "GĦalhekk huwa ħażin meta l-mediċina kumplimentari tiġi wżata minkejja li ma jkun sar l-ebda studju xjentifiku dwarha.", "Per eżempju m'huwiex fair li pazjent jiġi mgħarraf li għandu l-pelvis imdawwar jew li għandu rukkell minn għonqu li huwa mgħawweġ, mingħajr ma jkun hemm bażi djanjostika.", "Din m'hijiex fiżjoterapija u għalhekk m'hijiex imniżżla fit-tielet skeda.", "Huwa ħażin ukoll meta permezz ta' computer, pazjent jiġi mgħarraf li għandu allerġija, jiġi mġiegħel jagħmel dieta bla bżonn u min-naħa l-oħra ma jiġix riferut għand speċjalista biex jikkura din l-allerġija.", "Jekk dawn l-affarijiet għandhom bażi xjentifika, hemm bżonn li biex jibqgħu fis-seħħ, jiġu operati biss minn professjonisti elenkati fir-reġistru, imma jekk dawn qegħdin iqarrqu bil-pazjent u jagħmlulu l-ħsara, allura jenħtieġ li jittieħdu l-passi neċessarji ħalli l-pazjent jiġi salvagwardjat.", "Mr Speaker, nixtieq nistaqsi lill-Ministru dwar kif se jiġu regolati ċerti oqsma bħall-homoeopathic medicine, il-chiropractors u l-masseurs.", "Setgħu dawn ġew elenkati fir-reġistru biex b'hekk jiġu iktar ikkontrollati?", "Bħalissa dawn jistgħu jipprattikaw mingħajr ebda qafas legali.", "Rigward il- kunsill mediku, xtaqt nistaqsi wkoll dwar x'inhuma l-kriterji neċessarji biex il-kunsill jinvestiga lil xi ħadd u dwar x'inhuma l-għodda tal-kunsill mediku għall-investigazzjoni.", "Naħseb li permezz ta' dan l-abbozz ta' liġi, il-poplu Malti qiegħed jiġi assigurat li min jieħu ħsieb saħħtu se jkun dejjem professjonali, filwaqt li l-professjoni għall-kura medika qiegħda tassigura li ħadd ma jċappasha bl-inkompetenza ta' ħaddieħor.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Joe Debono Grech.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Mr Speaker, fir-rigward ta' dan l-abbozz, jien m'iniex se nitkellem bħala professjonist mediku u m'iniex se ngħid li l- isptarijiet jew it-tobba Maltin huma ħżiena, għax jekk nagħmel hekk inkun qiegħed nidħak bija nnifsi.", "F'kull ħaġa jeżisti t-tajjeb u l-ħażin.", "L-Onor.", "Gonzi qajjem il-kwestjoni ta' pazjent li għalkemm ikun ilu għomru u żmienu jaħdem bl-istess tabib tal-familja, meta jkollu bżonn iqatta' xi jiem l-isptar għall-kura, lil dan it-tabib ma jsibux.", "Jien naħseb li tkun xi ħaġa tajba li fl-isptar ikun hemm il-GPs tal-pazjenti, li jiġu nformati b'dak kollu li jkun qiegħed isir lill-klijenti tagħhom.", "Jien ma naħsibx li dawn it-tobba, wara li jkunu jafu bl-istorja kollha tal-pazjenti tagħhom, u probabbilment ikunu huma li rriferewhom fl-isptar, qegħdin jiġu nfurmati b'dak li jkun qiegħed isir hemm ġew.", "Jien nemmen li biex pazjent jiġi kkurat b'mod mill-aħjar irid ikun hemm komunikazzjoni bejn it-tabib personali u dawk li jkunu qegħdin jieħdu ħsieb lill-pazjent fl-isptar.", "Kif għedt, jien ma ngħidx li l-isptar jew it-tobba m'humiex tajbin, u ma nagħmilx hekk għal żewġ raġunijiet.", "L-ewwelnett, anke jekk verament jkun hemm xi ħaġa ħażina, jekk wieħed jgħidha se jallarma lill-poplu.", "Hawn ħafna tobba li huma tar-ruħ u jagħmlu xogħolhom tajjeb, u għalhekk, minħabba l-ftit li forsi huma kemmxejn traskurati, m'għandux jeħel kulħadd.", "Huwa għalhekk li jien ma naqbilx li ċerti affarijiet joħorġu 'l barra mill- isptar.", "Ġeneralment, meta persuna tingħata l-aħbar li tkun qiegħda tbati minn marda jew kundizzjoni ta' ċerta gravita', tirrikorri għand tabib ieħor biex tieħu a second opinion.", "Dawk it-tobba li jkunu kuxjenzjuzi ma jiddejqu xejn jgħidu lill-pazjent li l-mediċini preskritta lilhom mill-ewwel tabib tkun tajba, pero' sfortunatament jeżistu tobba oħra – u jien qiegħed ngħid dan bħala persuna li ma nifhimx f'ċerti affarijiet - li jgħidu lill-pazjent li l-mediċina li jkunu ngħataw m'hijiex tajba, u dan jagħmluh għax il-mediċina li jippreskrivu huma tkun tiswa iktar flus.", "Peress li kulħadd għas-saħħa jagħmel kollox, dan m'huwiex ġust la għall-pazjenti u lanqas għall-istess tobba.", "Jien ma naqbilx ma' dawn l-affarijiet u għalhekk inħoss li dan l-abbozz huwa tajjeb u permezz tiegħu se nimxu 'l quddiem.", "M'iniex se ngħid li dan huwa abbozz perfett, għax kieku l-liġijiet ta' pajjiżna huma kollha perfetti, allura nistgħu nitilqu 'l barra u ma nersqux iktar 'l hawn.", "Jien nista' ngħid li kull gvern jagħmel l-aħjar għas-saħħa tal-poplu, u dan billi jfassal liġijiet li jsaħħu lill-professjoni medika.", "Nemmen li f'pajjiżna hawn consultants, professuri u tobba tajbin daqs ta' pajjiżi oħra.", "F'Malta saru operazzjonijiet tal-qalb, ta' l-għajnejn u oħrajn li quddiemhom, il-professjonisti barranin baqgħu iċċassati.", "U dwar dan ninsab ċert għax meta mort ma' persuna qariba tiegħi f'pajjiż barrani biex tingħata l-kura, it-tobba li kellmuna qalulna li konna morna għalxejn għax min kien operaha kien kirurgu ta' l-affari tiegħu.", "GĦalhekk jien ngħid li l-mentalita' li l-professjonisti mediċi barranin huma aqwa mill-Maltin għandha tinqata', bħalma għandha tinqata' wkoll id-drawwa li meta persuna tmut ngħidu li qatilha professur, u meta xi ħadd ifiq ngħidu li għamlu miraklu miegħu San Ġużepp, Santa Rita jew xi qaddis ieħor.", "Mr Speaker, għalkemm dan l-abbozz ta' liġi huwa tajjeb, nemmen li għad hemm fejn wieħed jista' jirranġa.", "Iż-żmien qiegħed jurina li l-liġi li tirregola lill-professjonijiet mediċi u paramediċi, issa qdiemet u hemm bżonn li tiġi emendata.", "Pero', jekk irridu nimxu 'l quddiem, irridu nagħmlu hekk minn kull aspett.", "Per eżempju rridu nieħdu ħsieb dawk il- waiting lists li qegħdin jinżammu għalxejn u rridu naraw li jekk pazjent jingħata appuntament fid-9:00 a.m., ma jiġix viżitat f'nofsinhar.", "Min-naħa l-oħra lanqas għandna nippretendu li f'ġurnata bħal dik ta' nhar it-Tnejn li għaddew, fejn l-isptar kien fi stat ta' emerġenza, kulħadd għandu jinqeda fil-ħin.", "Mr Speaker, ma nixtieqx intawwal fid-diskors tiegħi.", "Li rrid nistaqsi biss huwa kif jista' jkun li minkejja li t-tobba barranin li hawn jaħdmu f'pajjiżna ma jitkellmux bil-Malti, mil-lum 'il quddiem, kull min jiġi jagħti s-servizz tiegħu hawnhekk irid jitgħallem il-lingwa tagħna.", "Ejja nitkellmu bis-serjeta`.", "Jien naħseb li għalkemm il-professuri u l- consultants barranin li hawn ma jitkellmux bil-Malti, dejjem ikun hemm xi ħadd magħhom biex jispjega lill-pazjent dak li jkun qiegħed jiġri u jingħad.", "Anke persuna li ma tifhimx fil-karozzi titlob lill-mekkanik biex jispjegalha xi jkun ġara lill-vettura tagħha, aħseb u ara xi ħadd marid!", "Nirrepeti li ma naqbilx li ngħidu li jekk consultants barranin iridu jiġu jaħdmu f'pajjiżna, iridu jkunu jafu l-lingwa tagħna.", "Issa ormai isseħibna fl-Unjoni Ewropea, u allura dawn għandhom id-dritt li jiġu jaħdmu hawnhekk bħalma aħna għandna d-dritt li nagħmlu l-istess f'pajjiżhom.", "Jien nispera li dan l-abbozz li qegħdin niddiskutu llum iservi biex il-qasam tas-saħħa jmur 'il quddiem, bħalma għamel taħt kull gvern, u kull min hu nvolut f'dan is-settur jagħti s-sehem tiegħu ħalli l-poplu Malti u GĦawdxi jkun jista' jgawdi mill-aħjar vantaġġi.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Parnis.", "ONOR.", "SILVIO PARNIS: Mr Speaker, segwejt b'attenzjoni dak li kien għaddej matul din is-seduta, pero' b'mod partikolari laqatni d-diskors li għadu kif temm l-Onor.", "Debono Grech, li fost l-oħrajn kien jitratta dwar dak li jgħaddi minnu l-pazjent.", "Jien nemmen li fir-rigward tal-kura medika, rridu lkoll niġbdu ħabel wieħed.", "Qiegħed ngħid dan għax minkejja li m'għandi l-ebda kwalifiċi mediċi, minħabba li x-xogħol tiegħi huwa fost l-anzjani, spiss nintalab biex ngħinhom f'affarijiet bħalma huma appuntamenti ma' l-isptar, ġbir ta' mediċini eċċ. Irrid ngħid li mill-esperjenza tiegħi, is-servizz mediku li joffri f'pajjiżna, b'mod ġenerali huwa sodisfaċenti.", "Fl-opinjoni tiegħi, dan l-abbozz jitratta dwar aspett soċjali importantissimu fil-ħajja tal-poplu Malti, u għalhekk nemmen li m'għandux jiġi ppolitiċizzat iżżejjed.", "Ħadt gost nisma' l-intervent ta' l-Onor.", "Gonzi li fost l-oħrajn tkellem dwar ċerti skills li għandhom it-tobba fil-mod ta' kif ikellmu lill- pazjenti.", "Ġieli nisimgħu lil min jgħid li fieq mhux bil-mediċina li ħa imma bil-kliem li qallu t-tabib.", "U dan id-diskors nisimgħu ħafna fid- distrett tiegħi, speċjalment fil-konfront tat-tabib Ċensu Moran, li minkejja l-eta' li għandu, għadu joffri s-servizzi tiegħu.", "Dan l-abbozz jitkellem fit-tul dwar it-tobba u d-dentisti.", "Filwaqt li nifhem il-problemi li għandu l-gvern preżenti – li kien iffaċċjahom anke l- gvern Laburista ta' bejn l-1996 u l-1998 – minħabba n-nuqqas ta' tobba fiċ- ċentri tas-saħħa...", "Bl-ebda mod ma rrid infisser li t-tobba fil-health centres m'humiex qegħdin jagħtu servizz, anzi, ġieli jkollhom jagħmlu l- impossibbli biex ilaħħqu mad-domanda li jkun hemm f'ċerti ċentri.", "Minn dak li qaluli xi tobba li tkellimt magħhom, kemm dawk li jaħdmu fiċ- ċentri tas-saħħa kif ukoll oħrajn li jaħdmu fil-privat, jidher li dan l- abbozz qiegħed jintlaqa' tajjeb.", "Kif diġa' għedt, fiċ-ċentri tas-saħħa hemm il-problema ta' nuqqas ta' tobba.", "Xi kultant ikun faċli li mill-bankijiet ta' l-oppożizzjoni wieħed jgħid li fil-health centres għandu jkun hemm iktar tobba, pero' l-ewwel ħaġa li rridu nagħmlu hi li naraw għaliex hemm dan in-nuqqas.", "Nifhmu li l- maġġoranza tat-tobba li jaħdmu mal-gvern iħossu li m'humiex imħallsin biżżejjed u li jaħdmu għal ħinijiet twal.", "Barra minn hekk hemm min jiddejjaq ukoll bil-fatt li peress li s-servizz huwa mingħajr ħlas, ħafna nies jirrikorru fiċ-ċentri tas-saħħa għal xejn b'xejn.", "Jien nemmen li biex is-servizz pubbliku tas-saħħa jitjieb, wieħed għandu jagħti kas ukoll tal- problemi li qegħdin jiltaqgħu magħhom it-tobba.", "Mr Speaker, il-kollegi li tkellmu qabli rriferew għall-waiting lists twal li jinżammu fl-isptar u fiċ-ċentri tas-saħħa.", "Per eżempju fl-ophthalmic department teżisti lista twila ta' pazjenti li għandhom bżonn jagħmlu operazzjoni tal-kataretti.", "Jiena nifhem li peress li l-ħafna familji bi dħul baxx li hawn f'pajjiżna ma jaffordjawx li jagħmlu operazzjoni bħal din għand il-privat, id-domanda għas-servizz pubbliku qiegħda tkun kbira, pero' hemm bżonn li jsir xi ħaġa biex dawn l-imberkin waiting lists jitnaqqsu.", "Fl-opinjoni tiegħi, f'dan l-abbozz dawn il-problemi m'humiex qegħdin jiġu tackled.", "Sur President, kulħadd jaf kemm hu ikrah l-uġigħ, u għalhekk m'huwiex fair li ħafna nies – fil-maġġoranza tagħhom anzjani – ilhom fuq il-waiting list biex jagħmlu operazzjoni fl-irkoppa għal iktar minn sena.", "Wisq nibża' li jekk is-sitwazzjoni tibqa' kif inhi, il-poplu m'huwiex se jkollu alternattiva oħra għajr li jirrikorri għas-servizzi privati, bil- konsegwenza li dak kollu li ħdimna għalih tul is-snin biex intejjbu l-qasam tas-saħħa ta' pajjiżna, jibda jitmermer bil-mod il-mod.", "Taqsima III ta' dan l-abbozz titkellem dwar l-ispiżjara u l-pharmacy technicians.", "Dawk l-ispiżjara li tkellimt magħhom ilkoll qaluli li huma jippruvaw jaqdu lill-pazjenti mill-aħjar li jistgħu fl-ispiżeriji rispettivi, pero' qegħdin jiffaċċjaw ċerti problemi, bħal nuqqas kbir ta' staff fejn ma tkunx l-ewwel darba li l-istess spiżjara u pharmacy technicians ikollhom joqogħdu jistivaw il-kaxxi u jagħmlu l-ordnijiet, avolja dan m'huwiex xogħolhom.", "F'dan ir-rigward ukoll hemm il-problema li Schedule V, jew kif inhi magħrufa aħjar, il-kartuna s-safra, qiegħda ddum biex tinħareġ.", "Nerġa' ngħid li filwaqt li nifhem li fid-dipartiment tas-saħħa hemm ħafna xogħol xi jsir, ma nistax inwarrab il-problemi li jkollhom jiffaċċjaw il-morda, l- anzjani u dawk bi dħul baxx, meta jkun hawn nuqqas ta' ċerti pilloli.", "Huwa għalhekk li jien, minn xahar għal xahar, nitlob lill-Ministru biex jagħti lista tal-mediċini li jkunu out of stock fl-ispiżeriji tal-gvern.", "Nafu li Schedule V tagħti d-dritt lil kulħadd biex japplika għall-mediċini b'xejn, pero' meta ċerti mediċini jkunu out of stock, filwaqt li min hu finanzjarjament b' saħħtu ma jsibhiex diffiċli biex jixtrihom, lil dawk is- single mothers u l-anzjani li jrid jgħixu bir-relief jew bil-pensjoni tinħolqilhom problema kbira.", "Taqsima V ta' dan l-abbozz ta' liġi titkellem dwar il-kundizzjonijiet ta' l- infermiera u l-qwiebel, li bħalissa jinsabu għaddejjin minn kwestjoni mal- gvern.", "Ta' min jgħid li għalkemm ħafna affarijiet li jiġu ppreżentati lilna hawnhekk ikunu sbieħ u pożittivi, fir-realta' ikun hemm dubju dwar kemm dawn jistgħu verament jiġu attwati fil-prattika, bħalma ġara fir- rigward tal-liġi dwar il-persuni b'diżabilita' u dik dwar id-drittijiet ta' l-annimali.", "F'din it-taqsima qiegħda ssir riferenza wkoll għar-reġistri tal-qwiebel u l- infermiera.", "Filwaqt li dawn huma kollha affarijiet pożittivi u li jidhru li qegħdin jintlaqgħu tajjeb mill-għaqdiet ta' l-infermiera u l-qwiebel, ma nistgħux inwarrbu d-diffikultajiet li qegħdin jiltaqgħu magħhom dawn il- ħaddiema, fosthom il-problema komuni ta' nuqqas ta' staff.", "Ma rridx nieħu vantaġġ politiku minn dan il-fatt, pero', minħabba l-maltemp qawwi li laqat lill-gżejjer Maltin matul il-ġimgħa li għaddiet, fl-isptarijiet kien hemm nuqqas kbir ta' staff.", "Iżda minkejja dan – u hawnhekk toħroġ id- dedikazzjoni ta' l-infermiera u l-qwiebel - swali ta' 40 pazjent tmexxew b'mod sodisfaċenti minn żewġ infermiera biss.", "Per eżempju f'St. Vincent de Paule, li peress li qiegħed viċin tal-Marsa, kellu l-ikbar nuqqas ta' staff, kien hemm swali li tmexxew b'infermier wieħed u health assistant jew b'infermier u care worker.", "U minkejja l-ilma li daħal f'ċerti swali, dawn xorta taw servizz lill-pazjenti u żammew is-swali kif għandhom ikunu.", "Mr Speaker, f'dawn l-aħħar snin, is-salarji ta' l-infermiera u l-qwiebel żdiedu.", "Barra minn hekk, illum il-ġurnata dawn għandhom ċertu status.", "Nafu li biex persuna ssir infermiera jew qabla, trid tmur l-Universita'.", "Dawn huma kollha arranġamenti pożittivi pero', wara li nkunu għamilna xi ħaġa tajba, ma nistgħux nieqfu hemm.", "L-ebda gvern ma jista' jgħid li dak li għamel kien biżżejjed, lanqas il-gvern preżenti, avolja ilu fil-poter għal madwar 15-il sena.", "Dan l-abbozz ta' liġi jitkellem ukoll dwar l-ispeċjalisti.", "F'pajjiżna, is- servizz ta' l-ispeċjalisti huwa tajjeb ħafna pero', minħabba li n-numru ta' l-ispeċjalisti huwa żgħir, qegħdin jinħolqu waiting lists twal, b'dannu għall-pazjenti li jkunu jinħtieġu s-servizz tagħhom.", "Naħseb li huwa f'waqtu li problema bħal din tiġi tackled.", "Minn hawnhekk nirringrazzja lill-ispeċjalisti u lit-tobba kollha, li lkoll jaħdmu b'tant dedikazzjoni, b'mod speċjali lil Dr. Bernard, li waqt li jien kont rikoverat fl-isptar, kull nhar ta' Ħadd, fil-ħin liberu tiegħu kien jiġi jżur lill-pazjenti.", "Dawn huma nies li ta' min iroddilhom ħajr.", "Aħna bħala partit Laburista rridu nappoġġjaw lil dawn in-nies u naħdmu biex ikun hemm l-aqwa relazzjoni mal-ħaddiema kollha fil-qasam tas-saħħa u ma' l-għaqdiet li jirrappreżentawhom, ħalli l-poplu jingħata l-aħjar servizz.", "Mr Speaker, lili jweġġagħni ħafna l-fatt li uħud miċ-ċentri tas-saħħa jinsabu magħluqin.", "Jista' jkun li dan huwa riżultat tal-fatt li t-tobba qegħdin jagħżlu li jaħdmu fil-privat biex ikollhom pagi u kundizzjonijiet aħjar, u wieħed irid jifimhom.", "Pero' ejja naraw x'nistgħu nagħmlu biex inżommu lil dawn il-professjonisti jaħdmu fis-servizz pubbliku, ħalli dak li bnejna tul is-snin, b'tant tbatija u sagrifiċċji, ma jiġġarrafx.", "Fil-qasam tas-saħħa, hemm ħafna affarijiet li għandhom jiġi rranġati.", "Per eżempju jien ngħid li għandha tiddaħħal il-mentalita' li minkejja li s- servizz pubbliku tas-saħħa huwa b'xejn, xorta aħna lkoll qegħdin inħallsu għalih.", "It-tobba, il-health assistants, l-infermiera, il-kontijiet tad- dawl u l-ilma, l-istationery, il-manutenzjoni qegħdin jitħallsu mit-taxxi tal-poplu.", "GĦalhekk nenfasizza biex tingħata iktar edukazzjoni f'dan ir- rigward, anke permezz tal-media.", "Minkejja l-ispots li tagħmel il-health promotion unit fuq it-televiżjoni dwar is-sigaretti, l-aids u affarijiet oħra, hemm bżonn ukoll li l-poplu jiġi edukat dwar kif jaħdem is-servizz tas-saħħa nnifsu u dwar kif dan għandu jintuża.", "Dan l-abbozz jitratta wkoll dwar azzjonijiet dixxiplinarji, reati u tħassir ta' l-ismijiet.", "Id-dixxiplina f'kollox hi mportanti.", "Permezz tad- dixxiplina, l-affarijiet jimxu ħafna 'l quddiem.", "Anke hawnhekk f'din il- Kamra teżisti d-dixxiplina, u Alla ħares ma jkunx hekk, għax kieku kulħadd jagħmel li jrid.", "Kieku llum, minħabba l-European car free day, min jaf kemm kien ikun hawn minna li jitħajjar ma jattendix għas-seduta, peress li għal ħafna minna kienet diffiċli biex nidħlu l-Belt bil-mixi.", "Kulħadd dara fil-kumdità, pero' hija xi ħaġa sabiħa li għal darba f'sena nieħdu arja nadifa.", "GĦal min ħajtu hija easy-going, huwa tajjeb li jagħmel dawn l-affarijiet, imma għal min hu bħali, huwa kważi mpossibbli.", "Per eżempju llum kelli l-ewwel niġi hawn biex niffirma petizzjoni, imbagħad immur lura fl-uffiċju tiegħi u nerġa' niġi hawnhekk għas-seduta.", "F'waħda mill-gazzetti lokali llum kien hemm ritratt ta' karozza tal-linja u rota, u taħtu l-mistoqsija \"Liema se tagħżel minnhom?\"", "Ovvjament, l-ideali hu li wieħed jagħżel ir-rota, iżda mur ara lili l-ewwel wieħed ġej bir-rota minn Raħal Ġdid!", "Min jaf kemm ikun hawn min jgħid li tlaqt minn moħħi!", "Pero' ġurnata bħal din tal-lum, minkejja s-sagrifiċċji li kulħadd kellu jagħmel, hija pożittiva.", "Sur President, fit-Tielet Skeda ta' dan l-abbozz ta' liġi nsibu lista ta' dawk il-professjonisti li jagħtu servizz.", "Wieħed irid jifhem li s-servizz tas-saħħa f'pajjiżna, li huwa mingħajr ħlas, jiswa mitqlu deheb u għalhekk għandna nibżgħu għalih u mhux inkissruh.", "Kif diġà għidt, ħadd m'għandu jabbuża minn dan is-servizz li jingħata mill-gvern.", "Ilbieraħ tkellimt ma' persuna li kellha tieħu xi testijiet tad-demm, u biex ma ddumx tistenna marret għand il-privat – issa ta' min jgħid li d- dipartimenti tal-patoloġija fl-isptar u fiċ-ċentri tas-saħħa huma mexxejja ħafna – u l-ispiża telgħetilha għal Lm70.", "Issa din hija persuna anzjana b'pensjoni ta' Lm130 fix-xahar.", "Huwa għalhekk li għandna nibżgħu għas- servizz pubbliku tas-saħħa, u huwa proprju minħabba persuni bħal dawn li l- partit Laburista dejjem ħadem biex is-servizz tas-saħħa jibqa' mingħajr ħlas.", "Mr Speaker, fil-kritika li jagħmel, wieħed għandu jkun kostruttiv, u l- partit Laburista qiegħed jgħid li iva, għandna naraw x'hemm pożittiv f'dan l-abbozz ta' liġi.", "Dak li hu tajjeb ma nistgħux ngħidu li hu ħażin, pero' dak li hu ħażin ma jistax ma jiġix ikkritikat.", "Ix-xogħol tagħna l-membri ta' l-oppożizzjoni għal dawn l-erba' snin u nofs li ġejjin għandu jkun proprju li nikkritikaw il-ħażin u naraw kif inbiddluh f'tajjeb.", "Ma nistgħux ngħidu li kulma qiegħed isir huwa ħażin.", "F'dan l- abbozz ta' liġi hemm bosta affarijiet tajbin, allura jien, minkejja li jien deputat ta' l-oppożizzjoni, ma nistax ngħid li fih kollox ħażin.", "Jien dejjem sostnejt li biex il-poplu jemmen dak li ngħidu, irridu nwasslu l- verità.", "Ma nistgħux ngħidu li xi ħadd qiegħed jagħmel il-ħsara meta fil- fatt ikun qiegħed jagħmel il-ġid.", "It-Tielet Skeda titkellem ukoll dwar l-iġjene dentali, it-teknoloġija dentali, is-saħħa ambjentali, ix-xjenza medika fil-laboratorji, in- nutriment, it-terapija, l-ortopedija u l-fiżjoterapija, pero' minħabba l- ħin limitat, m'għandix ċans nitkellem dwar dawn.", "Dan l-abbozz ta' liġi jitkellem ukoll dwar l-assoċjazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-professjonisti, bħall-assoċjazzjoni medika ta' Malta, dik dwar il-psikjatrija, l-assoċjazzjonijiet tat-tobba, tal-kirurgi, tal- mediċina, tal-GPs, tal-patoloġisti, eċċ. Dawn huma għaqdiet li bilfors li wieħed irid jiddiskuti magħhom biex ifassal politika xierqa fir-rigward tal- qasam tas-saħħa.", "Biex nikkonkludi rrid ngħid li jidher li mil-lat tal-professjonisti, dan l- abbozz qiegħed jintlaqa' tajjeb għax fih ħafna elementi pożittivi.", "Kif għidt, biex wasalna fejn wasalna fir-rigward ta' dan il-qasam, biex is- servizz tas-saħħa u l-mediċini qegħdin jingħataw b'xejn, kellna ngħaddu minn ħafna affarijiet.", "Kulħadd jaf li s-saħħa in ġenerali tiswa lill-Istat miljuni kbar ta' liri kull sena, li ovvjament jitħallsu mit-taxxi tal-poplu kollu.", "Nittama li filwaqt li dan l-abbozz ikun pożittiv għall-ħaddiema kollha fil- qasam tas-saħħa pubblika, ma jnaqqas xejn mid-drittijiet tal-pazjenti li jirrikorru għal dan is-servizz.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Insejjaħ lill-Ministru tas-Saħħa biex jgħaddi għall-winding up.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: F'dawn il-ftit minuti li baqa' nixtieq nirrispondi għal ċerti domandi li tqajjmu waqt dan id-dibattitu.", "Xi ħaġa li stennejt kienet li kull kelliem jitkellem favur dan l-abbozz, u dan għaliex huwa diffiċli li wieħed jitkellem kontrih meta l-għan tiegħu hu li jiżgura li l- professjonisti li jagħtu s-servizz tagħhom lill-poplu Malti – li m'għandix dubju li huwa għal qalb iż-żewġ naħat tal-Kamra – ikun ta' l-ogħla kwalità.", "Dan l-abbozz qiegħed jipprovdi li biex jibqa' jwassal dak is-servizz, il- professjonist irid ikun ta' l-ogħla kwalità, tul il-karriera kollha tiegħu.", "Minkejja li kien hawn xi kelliema li ma tkellmux dwar l-abbozz innifsu imma tkellmu dwar is-sistema tas-saħħa, naħseb li dan m'huwiex il-waqt li nitkellem dwar dan.", "Pero' jkolli okkażjonijiet oħra biex nirrepeti ad nauseam dak li s-soltu ngħid dwar il-waiting lists u affarijiet oħra.", "Jekk kien hemm rimarka li kull kelliem, mhux biss min-naħa tal-gvern imma anke min-naħa ta' l-oppożizzjoni, irrifera għaliha kienet dik li minbarra li kien hemm konferma miż-żewġ naħat tal-Kamra li dan huwa abbozz ta' liġi pożittiv, għall-ewwel darba, b'mod espliċitu smajna li f'pajjiżna għandna sistema tas-saħħa li qiegħda tagħti servizz tajjeb lill-poplu Malti.", "Huwa veru li bejnietna niddibattu u forsi nippruvaw nieħdu spunt politiku minn kull sitwazzjoni, speċjalment meta tkun qed toqrob l-elezzjoni, pero' hija xi ħaġa pożittiva li kmieni fil-leġislatura jkun hemm ammissjoni minn iktar minn membru wieħed ta' l-oppożizzjoni li f'pajjiżna għandna sistema tas- saħħa li hija tajba.", "Mr Speaker, naħseb li t-tliet minuti li kelli għad-dispożizzjoni tiegħi għaddew, u għalhekk se nkompli dan il-winding up fis-seduta tal-lejla, peress li ovvjament hemm fost l-oħrajn il-punt li tqajjem miż-żewġ naħat tal-Kamra dwar il-lingwa, li jrid jiġi ndirizzat b'mod li jagħti garanzija li l-lingwa m'hijiex se tagħti xi vantaġġ lil min ikun irid jiġi jaħdem f'pajjiżna, u lanqas m'hi se tkun ta' żvantaġġ.", "Naħseb li huwa mportanti li wieħed jiftakar li skond il-kriterji u l-liġijiet ta' l-UE, il-lingwa ma tistax tintuża bħala barrier meta xi ħadd barrani jiġi jaħdem f'pajjiżna, u dan l-abbozz fil-fatt qiegħed jagħmel dan.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru jibqa' in possession.", "Insejjaħ lill-Ministru tas-Saħħa biex, jekk jogħġbu, iressaq l-aġġornament.", "F'nofsinhar id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Mr Speaker, inressaq l-aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tnejn, 22 ta' Settembru 2003, fis-6:00 p.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Professjonijiet tas-Saħħa - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Saħħa Pubblika - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Taxxa fuq il-Valur Miżjud - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Professjoni tax-Xogħol Soċjali - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Professjoni ta' l-Accountancy - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew - Tieni Qari; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili - Tieni Qari (Kont.).", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "David Agius.", "ONOR.", "DAVID AGIUS: Sur President, nispera li inti kellek żmien ta' mistrieħ tajjeb f'dawn ix-xhur tas-sajf.", "Illum sejjer nuża` l-ħin ta' dan l- Aġġornament biex nitkellem fuq diversi suġġetti.", "L-ewwelnett nixtieq nibda d-diskors tiegħi billi pubblikament, għall-ewwel darba f'dan il-Parlament, nirringrazzja minn qalbi lill-familja tiegħi għall-appoġġ kollu li tatni.", "Nirringrazzja lill-mara, lit-tifla u anke lill-ġenituri tiegħi li bis-saħħa ta' l-edukazzjoni u l-appoġġ li tawni f'ħajti, jiena ninsab hawnhekk nagħmel dan l-aġġornament.", "F'dan l-aġġornament nixtieq nirringrazzja pubblikament lill-ħbieb kollha tiegħi li b'xi mod jew ieħor għenuni għax irid ikollok numru ta' ħbieb verament sinċiera li jgħinuk u jagħtuk id-direzzjoni biex finalment tasal fejn għandek tasal f'ħajtek.", "Nixtieq nirringrazzja pubblikament ukoll lill- edukaturi kollha li kelli matul ħajti.", "L-edukazzjoni hija importanti ħafna fil-ħajja ta' kull wieħed u waħda minnha u hawnhekk xtaqt nirringrazzja lill-għalliema kollha li kelli f'ħajti, bħal sieħbi li qiegħed preżenti wkoll hawnhekk, l-Onor.", "Clyde Puli, li konna flimkien fl-iskejjel tal-liċeo Vassalli, l-għalliema li kelli fi Stella Maris College, fis-sixth form u fl-Universita`.", "Dawn kollha għenu biex ovvjament jien ħadt il-valuri, il-ħsibijiet tiegħi u l-mod kif jien naħseb illum.", "Naħseb li tul dawn l-34 sena ta' ħajti, il-karattru tiegħi ġie ffurmat anke minn saċerdoti u persuni oħrajn li għenuni.", "Meta jien kont qed indur id-djar f'Ħ'Attard, f'Ħaż-Żebbuġ, fis-Siġġiewi u Ħad-Dingli, kien hemm persuna li ħafna nies baqgħu jiftakruha u jsemmuha allavolja forsi ilha ftit li ħallietna.", "Qed nirriferi għall-maħbub Pierre Muscat u minn hawnhekk nixtieq insellimlu.", "Ovvjament nixtieq insellem nies oħra bħal Frans Dingli, Michael Bonnici, Frank Portelli u Richard Muscat li ċertament wettqu xogħol importanti u jiena, bl-umilta` kollha, nittama li nkompli tul il-karriera politika tiegħi.", "Il-karriera politika tiegħi daħlitni wkoll f'ambjent li ngħożż ħafna, il- valuri.", "Il-bieraħ smajna lill-Arċisqof ta' Malta jitkellem dwar diversi valuri li għandu wkoll pajjiżna u naħseb li hemm bżonn li anke aħna ngħaddu mill-kliem għall-fatti f'dak li ngħidu.", "Wieħed mill-affarijiet li proprju xtaqt nitkellem dwaru huwa l-importanza tal-familja Maltija.", "Hawnhekk ukoll hemm bżonn li ngħaddu mill-kliem għall-fatti.", "Fl-attivitajiet li jsiru li għandhom x'jaqsmu magħna l-parlamentari, dejjen nirċievu l-invit għas- Sinjur u Sinjura, qisu li fil-familja tal-lum ma jeżistux tfal.", "Naħseb li huwa importanti li anke fl-attivitajiet li nagħmlu, għandna nibdew nirrikonoxxu l-fatt li l-familja m'hijiex magħmula biss mir-raġel u l-mara imma wkoll mit-tfal tagħna.", "Jekk irridu nuru lit-tfal tagħna li għandhom xi ġenitur fil-politika – u forsi anke jbatu minħabba dan – dawn għandhom jiġu mistednin flimkien mal-ġenituri imbagħad jekk it-tfal jinġiebux jew le, jitħalla f'idejn il-ġenituri.", "F'dawn l-aħħar erbat ijiem, rajna kemm aħna l-politiċi għandna ftit garanziji meta proprju fl-Isvezja - f'soċjeta` miftuħa fejn il-politiċi jmorru jixtru mingħand il-grocer mingħajr problemi ta' xejn – xi ħadd fettilu joqtol lil Anna Lindt li kienet il-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin Svediż.", "Dan iwassal biex jiena nistaqsi dwar kemm verament nieħdu ħsieb is-sigurta` tal-politiċi tagħna.", "Jekk aħna rridu li f'dawn il-ħames snin li ġejjin, il-politiċi tagħna jkunu jistgħu jitkellmu b'mod miftuħ, b'mod liberu u b'mod demokratiku u li jkunu liberi li jirfsu jew jolqtu lil dak u lill-ieħor bid-diskors tagħhom, irridu naraw li dawn ma jiġux mhedda.", "U dan mhux biss għaliex forsi tkun ministru imma anke għaliex tkun deputat li tgħid dak li verament hemm bżonn li tgħid kemm fil-parlament u anke barra.", "Ovvjament ikun hawn min jgħid li għandna l-privileġġ parlamentari pero` jien naf ukoll li bħalissa qegħdin ninstemgħu dirett fuq ir-radju u allura dak li ngħidu hawnhekk jasal għand il-poplu Malti u Għawdxi.", "Jien ma naqbilx li għandu jkollna l-privileġġ parlamentari u naħseb li wasal il- mument li jitneħħa l-privileġġ parlamentari minn ġo dan il-parlament għaliex aħna għandu jkollna r-responsabbilta` li dak li ngħidu, ngħiduh wara li nkunu studjajnih b'responsabbilta`.", "Sur President, jiena naħseb li tassew wasal iż-żmien li naraw jekk dan il- privileġġ parlamentari għandux jitneħħa pero` min-naħa l-oħra, sabiex il- miżien imbagħad ikun qed jibbilanċja, irridu naraw ukoll li l-protezzjoni u s-sigurta` tagħna l-politiċi.", "Ovvjament tieħu pjaċir taħdem f'ambjent fejn inti tista' timxi fit-triq normali mingħajr ma jkollok ebda problema ta' xejn però rajna x'ġara fl-Isvezja.", "Hemm bżonn nistennew li dak li ġara fl- Isvezja, jiġri f'pajjiżna biex nieħdu xi azzjoni jew ikun aħjar li nibdew naħdmu minn issa biex dak li ġara fl-Isvezja, ma jiġrix f'pajjiżna?", "U jekk aħna rridu li d-deputati tagħna jkunu deputati li jagħmlu xogħolhom sew, allura mbagħad nistaqsi: GĦandna jkollna deputati part-timers?", "GĦandna jkollna deputati li jkollhom xogħol ieħor u l-importanza li jagħtu ma tkunx lejn dan il-parlament imma forsi lejn ix-xogħol l-ieħor li għandhom barra minn dan il-parlament?", "Jien naħseb li rridu naħdmu flimkien biex dan il- parlament - issa li qed jiżdiedlu x-xogħol u li qed ikollu funzjoni iktar importanti bid-dħul ta' pajjiżna fl-Unjoni Ewropea – ikollu politiċi full- timers li jkollhom ukoll s-set-up tagħhom bħal uffiċċji sura ta' nies u post fejn naraw il-kostitwenti tagħna u niddiskutu l-bżonnijiet tagħhom jekk hemm bżonn.", "Sur President, jekk dan il-bini m'huwiex adattat, allura naħseb li wasal iż- żmien li nibdew naħsbu biex nibdlu l-post tal-parlament.", "Hawnhekk nimmagina l-Ministru Dalli jgħid: Finanzi, finanzi, finanzi!", "Imma finalment, jekk irridu naħdmu sew fl-ambjent il-ġdid Ewropew, allura bilfors irridu nagħmlu din it-tip ta' qabża ta' kwalità 'l quddiem.", "Qed naħsbu wkoll f'ambjent fejn qegħdin nersqu flimkien għal diversi qbil bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra.", "Rajna li f'dan il-parlament qed ikun hemm ċertu qbil fuq ċerti suġġetti u jien ngħid li se nibqgħu sejrin 'il quddiem anke f'dan l-aspett.", "Qed naraw li l-oppożizzjoni Laburista issa qed timxi fil-linji li l-pajjiż irid jara x'l-aħjar li nieħdu mill-Unjoni Ewropea.", "Ovvjament hemm il-kwestjoni ta' l-edukazzjoni u l-kwestjoni tas-saħħa kif smajna llum fil-parlament u biex dawn jimxu l-quddiem, mhux biżżejjed li n- nies li hawn, hawn ġew biss jaħdmu imma hemm bżonn li l-għajnuna tad- diretturi, taċ-chairmen, tal-unions u ta' min iħaddem sabiex flimkien u b'responsabbiltà, nibdew naħdmu f'realtà ġdida, ir-realtà ta' l-Unjoni Ewropea.", "F'dawn il-ġranet rajna lill-Estonia u l-Latvja jgħidu \"Iva\" għall-Ewropa.", "Se nkunu qed naħdmu f'ambjent fejn kulħadd qed jara l-interess ta' pajjiżu fl-Unjoni Ewropea u naħseb li aħna wkoll, bħala politiċi, irridu nifthemu kif se mmexxu dan il-pajjiż bi qbil u ninsew il-piki.", "Illum forsi qegħdin 'il bogħod minn elezzjoni ġenerali u naħseb li hemm bżonn li f'ċerti oqsma partikolari, bħalma huma l-edukazzjoni, is-saħħa u l-qasam tat-tassazzjoni, naħdmu flimkien sabiex ikollna linja waħda għall-ġid ta' pajjiżna.", "Insemmi wkoll it-turiżmu li minnu jiekol kulħadd u naħseb li anke dwar it- turiżmu rridu naħdmu lkoll flimkien.", "Per eżempju, proġett li jagħmel ġid għal pajjiżna u naħseb li għandna naħdmu fuqu biex insaħħu t-turiżmu f'pajjiżna, huwa l-proġett tal-Connections sabiex naraw li n-naħat tas- Sliema u tal-Belt jingħaqdu ma' Bormla, l-Isla u l-Birgu.", "Aħna lkoll sifirna u naraw l-importanza li pajjiżi oħrajn, kompetituri tagħna, jagħtu lill-ambjent tat-turiżmu u naħseb li aħna hekk irridu nagħmlu biex nikkompetu.", "Kompetituri tagħna bħal Barċellona, Monaco, Monte Carlo u l- Italja jagħtu importanza kbira lill-qasam tat-turiżmu.", "Naħseb li wasal iż- żmien li lkoll flimkien nerġgħu naraw x'inhuma l-bżonnijiet ta' pajjiżna f'dak li għandu x'jaqsam mat-turiżmu, naraw il-carrying capacity ta' pajjiżna - għax it-turiżmu jaffettwa d-drenaġġ, l-ilma, id-dawl u t- traffiku fit-toroq - u naraw x'hemm bżonn nagħmlu biex pajjiżna jimxi 'l quddiem.", "Punt ieħor li għandna bżonn naqblu flimkien fuqu huwa dwar l-ambjent ta' pajjiżna.", "Hemm bżonn naraw mhux biss li nagħmlu l-car free day, bħalma qed nagħmlu llum imma li l-ambjent f'pajjiżna jibda fl-iskejjel tagħna fejn it- tfal tagħna jibdew iħobbu u jaraw li l-ambjent ta' pajjiżna jkun aħjar.", "GĦad għandna nies li jarmu l-iskart tagħhom bl-addoċċ u għad għandna nies bil-mentalita` li ta' ġewwa nadif pinna imma ta' barra jista' jkun miżbla.", "Naħseb li l-kunsilli lokali qed jagħmlu l-isforz tagħhom però hemm bżonn li lkoll flimkien naħdmu biex nieħdu ħsieb l-ambjent ta' pajjiżna.", "Qasam ieħor li xtaqt nitkellem dwaru – ovvjament bħalissa qed insemmi l- punti fuq fuq u 'il quddiem nitkellem b'mod iktar dettaljat dwar dawn il- punti - huwa l-qasam taż-żgħażagħ f'pajjiżna.", "Matul dan is-sajf kelli l- okkażjoni li nimpennja ruħi flimkien ma' diversi żgħażagħ - u anke oħrajn mhux daqstant żgħażagħ - tal-Kerygma biex flimkien magħhom u bl-ispirtu tas- sagrifiċċju tagħhom, rajt il-valuri ta' solidarjeta` fil-prattika.", "Naħseb li dan huwa mezz kif nuru lill-pajjiżna li għad għandna żgħażagħ li lesti li jimpennjaw ruħhom fis-soċjeta` Maltija u għaldaqstant ikun tajjeb li dawn iż-żgħażagħ jingħataw l-ispazju kollu neċessarju biex ikomplu jtejbu lill-pajjiżna u juru li għad fadal żgħażagħ tajbin.", "Iż-żgħażagħ m'humiex biss dawk li forsi nisimgħu fuqhom fl-aħbarijiet li jkunu għamlu xi affarijiet ħżiena imma hawn ħafna żgħażagħ li nistgħu nużawhom u nisfruttawhom għal ġid ta' pajjiżna.", "Punt ieħor li xtaqt nitkellem dwaru huwa l-ombudsman.", "Naħseb li dan il- Parlament għandu jara kif se jkompli jsaħħaħ l-istituzzjoni ta' l-ombudsman f'pajjiżna.", "Irridu nifhmu li l-ombudsman jagħmel xogħol siewi għal pajjiżna u għaldaqstant naħseb li rridu naraw il-funzjoni ta' l-ombudsman mill-ġdid u naraw kif din il-funzjoni tista' titjieb.", "J'Alla wkoll, fil- ġranet li ġejjin, ikollna l-opportunita` li nidħlu ftit fid-dettal dwar ix- xogħol li wettaq l-ombudsman u kif id-deċiżjonijiet tiegħu jiġu attwati minn diversi istituzzjonijiet li għanda f'pajjiżna.", "F'dan id-diskors tiegħi, ma nistax ma nitkellimx ukoll fuq il-lokalitajiet li minnhom ġejt elett u cioe` s-Siġġiewi, Ħ'Attard, Ħaż-Żebbuġ, Ħad-Dingli u anke l-Mdina.", "Bla dubju ta' xejn, f'dawn il-lokalitajiet hemm ċerti bżonnijiet li fil-ġranet li ġejjin, perezz ta' l-għajnuna minn diversi Ministeri, sejrin naħdmu fuqhom.", "Ma nistgħux ma nsemmux il-fatt li ċerti lokalitajiet għandhom bżonn ta' attenzjoni partikolari.", "Insemmi, per eżempju, Misraħ Kola f'Ħ'Attard li forsi għal diversi xhur ġie, mhux se ngħid mitluq, imma forsi l-bżonnijiet tiegħu ma ngħatawx l-importanza li kellhom u li jixirqilhom li jingħataw.", "F'Ħaż-Żebbuġ hemm bżonn li mill- kliem ngħaddu għall-fatti u nsolvu l-problema ta' l-għargħar u li t-triq prinċipali li minn Ħaż-Żebbuġ tagħti għas-Siġġiewi tiġi rranġata.", "Mhux se ndum ħafna għax naf li l-kollega tiegħi l-Onor.", "Mario Galea għandu ħafna affarijiet oħra xi jgħid.", "L-affarijiet li semmejt fl-intervent tiegħi illum huma biss snippets ta' dak li nixtieq ngħid u nixtieq ngħid li bla dubju ta' xejn, fil-ġranet li ġejjin se nkomplu naħdmu biex iseħħ dik li jiena nsejħila revoluzzjoni fis-skiet.", "Hemm bżonn li l-poplu Malti jifhem li ċerti affarijiet iridu jseħħu u ċerti affarijiet rridu nagħmluhom llum li ninsabu fl-għatba tad-dħul fl-Unjoni Ewropea.", "Naħseb li biex pajjiżna jibqa' kompetittiv, biex pajjiżna jibqa' miexi fit- triq it-tajba għandu bżonn ikollu Parlament li jaħdem bis-serjeta` u li d- deputati u ministri jaħdmu bis-saħħa u l-enerġija kollha li għandhom.", "Naħseb li għandna bżonn ngħaddu ċerti liġijiet u nieħdu ċerti deċiżjonijiet sabiex mill-kliem ngħaddu għal fatti u ċertament li l-poplu Malti dan jifhmu.", "Għandi fiduċja kbira bħal m'għandhom sħabi kollha hawnhekk fil- poplu Malti u naħseb li jekk dan nagħmluh, illum ukoll li anke l- oppożizzjoni qed tifhem il-bżonn li pajjiżna jimxi f'din it-triq, allura naħseb li nkunu qbadna verament it-triq biex niżirgħu ż-żerriegħa sabiex wara dawn is-sentejn li jaf jkunu ftit diffiċli, nibdew nieħdu l-frott mixtieq għal ġid tal-poplu Malti u Għawdxi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Mario Galea.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Sur President, jien irrid ningħaqad miegħek biex nifraħ lill-kollega tiegħi, l-Onor.", "David Agius.", "Segwejt id-diskors tiegħu b'attenzjoni u ridt nifraħlu sinċerament għaliex meta tisimgħu jitkellem, kieku ma tkunx taf li huwa deputat ġdid, taħseb li huwa deputat li ilu żmien hawn u għandu esperjenza.", "Kien diskors li kellu d-delivery tiegħu tajba ħafna imma anke l-kontenut kien tajjeb fejn għamel analisi ta' ħafna problemi b'mod tajjeb ħafna.", "M'għandix dubju li l-Onor.", "Agius flimkien mad- deputati ġodda ta' din in-naħa - għaliex irrid ngħid li din id-darba għandna numru record ta' deputati ġodda - se jagħtu kontribut u aktar valur lil dan il-Parlament.", "F'din l-ewwel sezzjoni ta' dan il-Parlament wara l-vaganzi tas-sajf, jiena xtaqt ngħaddi ftit kummenti dwar il-mod kif qed jitmexxa u kif bl-umilta` kollha, naħseb li għandu jitmexxa dan il-Parlament, imma qabel xejn irrid nagħmel kumment żgħir fuq il-fatt li llum hi l-car free day.", "Illum, għalija u għal ħafna minn sħabi kienet esperjenza pożittiva l-fatt li ġejna b'tal-linja.", "Kif qal l-Onor.", "Agius fir-rigward taż-żgħażagħ, xi kultant nisimgħu biss l-affarijiet ħżiena ta' dak li jkun.", "Tgħidli: Għax ġejt darba mid-dar s'hawn b'tal-linja hija pożizzjoni li tiġġudika s-servizz tal- linja?", "Le, u forsi se nkun ftit prużuntuż imma għalija personali kienet esperjenza pożittiva ħafna; ma domtx nistenna, fi kwarta wasalt u ma kelli l-ebda inkwiet biex insuq u nsib fejn nipparkja.", "Irrid ngħid li hija sfortuna li kien hawn min għamel a big deal minħabba din l-inizjattiva u qal li minħabba f'hekk se jonqos il-kummerċ.", "Naħseb li billi kultant nagħmlu ftit sagrifiċċju żgħir u nagħtu ftit iktar importanza lill-ambjent, kif għamilna llum, ma tkunx idea ħażina.", "Kumment li għamilt lil sħabi aħna u deħlin kien dwar kemm hi isbaħ il-belt kapitali tagħna bla karozzi.", "Naħseb li l-fatt li dħalna hawn u ma kienx hawn karozzi hija ħaġa tajba bħalma hi ħaġa tajba li kien hemm 26 kunsill li qed jieħdu sehem f'din l-attivita`.", "Jien nawgura li din il-ġurnata tkun suċċess.", "Fil-weekend tkellimt mal-kummissarju tal-pulizija fuq xi ħaġa oħra u kien qed jgħidli li din tal-car free day hija biċċa uġiegħ ta' ras anke għall-pulizija u rrid nirringrazzja lill-forzi ta' l-ordni li mingħajr il-kooperazzjoni tagħhom ma kienx ikun possibbli li ssir din il-ġurnata.", "Jien għandi xewqa - u qed ngħidha mhux biex nidħku - li xi darba niġi l-Parlament bir-rota.", "M'ilux kont Cambridge fuq delegazzjoni tal-Parlament u rajt avukati, studenti u anke tobba għaddejjin bir-rota.", "Naħseb li m'hijiex idea ħażina li nużaw mezzi oħra ta' trasport li huma iktar ekonomiċi u jagħmlu inqas ħsara lill-ambjent.", "Hawnhekk qed nagħti notice sabiex jekk xi ħadd jarani ġejt bir-rota, ma jidħakx u jżur min-nofs.", "Nispera li dakinhar jħalluni nagħmel ir-rota fid-daħla tal-palazz jew x'imkien ieħor.", "Xtaqt issa nagħmel ftit kummenti dwar dan il-Parlament.", "M'ilux jien tkellimt dwar kemm se jiżdied ix-xogħol tal-Parlament fir- realta` l-ġdida li qegħdin fiha u li se nkunu fiha wara li Malta ssir membru ta' l-Unjoni Ewropea u naħseb li hija realta` li r-rwol ta' dan il- Parlament se jitwessa.", "Per eżempju, irridu nibdew nagħmlu ħafna iktar monitoring ta' dak li jkun qed jiġri fl-UE, tad-deċiżjonijiet li jittieħdu fl-UE u tal-liġijiet li jkunu qed jiġu proposti fl-UE u għalhekk m'għandix dubju li x-xogħol se jikber.", "Li jinkwetani huwa li għadna ma bdejniex naħsbu fuq kif se norganizzaw lil dan il-Parlament aħjar.", "Kif ikkummentajt fil-bidu tal-leġislatura, bin-numru ta' staff li l- Parlament għandu llum, huwa impossibbli li dan il-Parlament ilaħħaq ma' l- ammont ta' xogħol li diġa` għandu.", "Naħseb li se tkun prattikament impossibli biex dan il-parlament ilaħħaq man-numru ta' xogħol li se jiżdiedlu fir-realta` ġdida politika li qegħdin ngħixu fiha.", "Naħseb li wasal iż-żmien li ma nibqgħux nilmentaw bejnietna li m'hawnx staff.", "Naħseb li l-gvern u din l-istituzzjoni trid tibda taħseb bis- serjeta` biex naraw kif se nħajru aktar nies miċ-ċivil li jiġu jaħdmu f'din l-istituzzjoni.", "Hawnhekk hawn numru ta' staff li rrid insellmilhom li jaħdmu b'lsienhom barra u jagħtu ħafna aktar milli jistgħu.", "Dawn jaħdmu ħinijiet twal u meta nisma' min jgħid li taċ-ċivil ma jridu jagħmlu xejn, ngħidilhom li mhu veru xejn u ngħidilhom biex imorru l-Parlament ħalli jkunu jafu kemm jaħdmu dawn il-ħaddiema.", "Minkejja dan u l-effiċjenza kollha tagħhom, xorta huwa mpossibli li dawn jibqgħu jlaħħqu ma' l-ammont kbir ta' xogħol li se jkun hawn.", "Naħseb li rridu nibdew naħsbu bis- serjeta` biex jiżdied is-support service lill-membri parlamentari.", "L-Onor.", "Aguis semma' li m'għadux iż-żmien li l-membri parlamentari jkunu part-time.", "Jiena ngħid li mhux biss m'għadux dak iż-żmien imma lanqas għadu ż-żmien li l-membri parlamentari tagħna jkunu bla support service.", "Bħalissa ninsabu f'sitwazzjoni fejn għandna segretarja part-time li trid tlaħħaq mal-backbenchers kollha, kamra waħda għall-backbenchers kollha u photocopier li lanqas taħdem suret in-nies!", "Tgħidx kemm ilni ngħid dwarha din; hemm is-Sur Cauchi qed jismagħni, naħseb li anke regattier ikollok tħallsu biex jeħodha din il-photocopier li għandna!", "Biex tgħaqqad, ninsabu f'sitwazzjoni ħażina u forsi llum se nkun ftit iebes imma naħseb li għandi dmir li ngħid dan anke minħabba l-fatt li jiena l-whip.", "Aħna għandna bżonn is-support service.", "Jekk din l-istituzzjoni m'hijiex se tagħtina s-support service, se jkun inutli li niġu kritikati mill-media li xogħolna m'aħniex nagħmluh tajjeb!", "Darba meta kont fil-laqgħa tal-Commonwealth, uffiċjal barrani qalli kemm hija sabiħa Malta għax Malta huwa wieħed mill-ftit postijiet fil- Commonwealth fejn id-demokrazija veru taħdem.", "Meta staqsejtu għaliex qalli għax il-poplu għandu aċċess għall-membri parlamentari u qalli li filwaqt li fl-Ingilterra tivvota għal membru parlamentari għal 20 sena u qatt ma tara lil wiċċu, f'Malta taqbad iċċempillu u tara kif baqgħu l-affarijiet.", "Dan veru; id-demokrazija taħdem tajjeb f'Malta bil-problemi kollha li għandna, imma at a price.", "Il-prezz hu li trid tkun aċċessibbli għan-nies 24 siegħa kuljum bħalma taf sewwa inti, Sur President, li għandek esperjenza fil- politika u taf li dak li qed ngħid huwa minnu.", "Il-ġimgħa l-oħra, kien hemm waħda ċemplitli fil-5:15a.m.!", "Ovvjament, mhux kuljum iċempluli fil-5:15a.m. imma n-nies iċemplu fil-ħinijiet kollha tal- ġurnata u trid tweġibhom.", "Għalhekk naħseb li aħna jrid ikollna ċertu support service.", "Jiena ninkwieta meta nara li donnu hawn min il- faċilitajiet li għandna irid inaqqashom mhux iżidhom.", "Jiena rrid nagħti notice hawn li se nikteb ittra lilek Sur President u illejla se nkellem lill-whip ta' l-oppożizzjoni dwar il-mod kif l-MIA qiegħda titratta lill- membri parlamentari.", "L-MIA kienet toffri lill-membri parlamentari ċerti faċilitajiet li issa spiċċaw u qed ikollna ħafna membri parlamentari li qed jitħallew fil-queue għal ħinijiet twal.", "Ovvjament jekk spiċċaw dawn il- faċilitajiet ifisser li membru parlamentari li jkun se ssiefer, anke fuq xogħol, irid imur ħafna qabel fl-airport minħabba l-ħin li trid biex toqgħod fil-queue.", "Dwar dan, jiena kellimt lill-Clerk of the House xi ġimgħatejn ilu u ma nafx x'sar min-naħa tiegħu.", "Kif għedt diġa`, illum beħsiebni nibgħat ittra lilek, Sur President, u llejla nkellem lill-whip ta' l-oppożizzjoni dwar din il-problema.", "Ironija oħra hija li meta nsiefru aħna l-membri parlamentari rridu nsibu lil xi ħadd biex iwassalna u jiġi għalina meta niġu lura anke jekk niġu bil- lejl.", "Jiena jew tiġi l-mara twassalni jew inkella jkolli naqla' lill- missieri, anzjan, minn Wied il-GĦajn sabiex jiġi jwassalni l-airport.", "Min- naħa l-oħra, jekk xi ħadd miċ-ċivil isiefer fuq xogħol, dan jitwassal u jinġieb lura mix-xufier tal-gvern u probabbli li t-ticket tiegħu jkun club class; imma ma ġara xejn, hekk għandu jkun la jkun siefer fuq xogħol.", "Issa sħna l-membri parlamentari għandna żewġ options; jew inħallu l-karozzi tagħna l-airport bil-konsegwenza li rridu nħallsu – għax lanqas faċilita` fejn nipparkjaw ma għandna – jew inkella jkollna naqilgħu xi relative biex jeħodna hu.", "Dawn l-affarijiet qed ngħidhom biex in-nies li qed jisimgħu jkunu jafu li aħna m'għandniex il-faċilitajiet li qed jaħsbu.", "Aħna stmati anqas minn uffiċjal taċ-ċivil!", "Bir-rispett kollu, għalfejn aħna m'għandniex ikollna l-istess faċilita` li għandhom l-uffiċjali taċ-Ċivil?", "Għalfejn jekk jien se nsiefer fuq xogħol tal-Parlament, għandi noqgħod naqla' lill-mara jew lil missieri jew lil xi ħadd biex jiġi għalija bil- lejl l-airport?", "Issa mhux talli ma ndirizzajniex l-punti li tqajmu jidhirli mill-Onor.", "George Vella fil-House Business Committee fejn semma l- problemi li niltaqgħu magħhom meta nsiefru, speċjalment l-Għawdxin imma minn fuq l-MIA waqqfet – jien infurmat minn sħabi – l-assistenza li kienet tagħti lill-membri parlamentari!", "Naħseb li din hija sitwazzjoni li għandna tiġi ndirizzata mis-Sedja għax hu fl-interess ta' din l-istituzzjoni li tara li tħares il-faċilitajiet li għandhom il-membri parlamentari sabiex dmirna naqduh aħjar.", "Għaliex jekk ma nkunux aħna li se nħarsu dawn il-faċilitajiet, min se jħarishom?", "Aħna għasafar tal-passa, illum hawn u għada ma nkunux hawn.", "Jien fl-elezzjoni ta' l-1996 ma tlajtx, l-elezzjoni ta' wara erġajt tlajt u taf tiġi elezzjoni oħra u ma nitlax, jitla' xi ħaddieħor.", "Pero` dment li qegħdin hawn, għandna d-dmir li nassiguraw li din li hi suppost l-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż tagħti l-faċilitajiet lill-membri parlamentari sabiex ikunu jistgħu jaħdmu.", "Sur President, se nagħlaq għaliex sar il-ħin, pero` kien għad fadalli xi ngħid.", "Il-faċilitajiet li qed ningħataw minn dan il-parlament, bir-rieda tajba kollha u bl-effiċjenza tal-ħaddiema li hawn li ma jirriflettix fuqhom, qed jagħmlilna xogħolna aktar diffiċli.", "Xbajna ngħiduh dan.", "Illejla għandna laqgħa tal-Welfare Committee u tal-House Business Committee u nittama li dawn il-problemi jiġu ndirizzati għaliex il-ħajja tagħna l- parlamentari qed isir aktar diffiċli mhux aktar faċli.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Is-Sedja tinnota u tagħmel apprezzament ta' dak li ntqal.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal-lejla, 22 ta' Settembru, 2003 fis-6:00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Ministru.", "Fin-12.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "STA.", "LUĊIJA – ASSISTENZA SPEĊJALI", "1270.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jara li l-każ ta' mara b'żewġt itfal li m'għandha l-ebda dħul ieħor jitmexxa mill-aktar fis?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi lill- persuna indikata fl-uffiċċju distrettwali tad-dipartiment tas-sigurta' soċjali.", "ANTI-SPAM INITIATIVES", "1300.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Prim Ministru: Il-Gvern Malti qed jippjana xi anti-spam initiatives biex jiġi in-line mad-direttiva ta' l- Unjoni Ewropea dwar privatezza u komunkazzjoni elettronika?", "Il-gvern iddeċieda jekk jipprovdix xi forma ta' protezzjoni kontra l-ispam lil corporate u individual e-mail users?", "Il-gvern jaqbel mal-fehma alternattiva li miżuri ebsin anti-spam ixekklu l- business to buisness commerce filwaqt li oħrajn jisħqu dwar il-fatt li e- mail li jkun unsolicited, jista' xorta waħda joħloq problemi għall-kummerċ elettroniku?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jindirizza l- mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "Dwar is-servizz pubbliku, il-gvern diġà ħa passi sabiex jirriduċi l-volum ta' spam li jasal għand l-uffiċjali li għandhom e-mail account.", "SPTAR MATER DEI - XIRI TA' APPARAT MEDIKU", "1309.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 1193, jista' il-Ministru jgħid jekk saritx diskussjoni mal-ministru għall-affarijiet barranin Taljan dwar l-offerta għax-xiri ta' apparat mediku minn consortium Taljan għall-isptar Mater Dei?", "ONOR.", "JOE BORG: Ir-risposta hi fin-negattiv.", "TESTIJIET TAN-NIFS LIS-SEWWIEQA", "1326.", "L-ONOR.", "JOSEPH ABELA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Ministru jgħid kemm-il darba ġie amministrat it-test ta' alkaħol fuq sewwieqa suspettati taħt l-influwenza ta' xorb alkaħoliku matul is-sena li għaddiet u matul l-ewwel nofs ta' din is-sena?", "ONOR.", "TONIO BORG: GĦar-rigward tas-sena l-oħra, ġentilment nirriferi lill- Onor. Interpellant għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 1325.", "Ninsab informat illi bejn Jannar u Ġunju ta` din is-sena kien hemm 45 sewwieq li l-pulizija għamlitilhom it-testijiet tan-nifs fuq suspett li kienu qed isuqu taħt l-influwenza ta` l-alkaħol.", "Minn dawn 23 irriżultaw fil-pożittiv, tnejn irriżultaw fin-negattiv, filwaqt li 20 irrifjutaw jew it-test ma kienx komplut.", "TFAL TAĦT L-ETA' F'POSTIJIET TA' DIVERTIMENT", "1327.", "L-ONOR.", "JOSEPH ABELA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Ministru jgħid kemm inqabdu tfal jiffrekwentaw postijiet tad- divertiment f'Paceville minn Jannar 2002 sal-lum?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi matul is-sena l-oħra kien hemm 51 persuna taħt is-16-il sena li nqabdu mill-pulizija f`postijiet ta` divertiment ġewwa Paċeville, filwaqt li bejn Jannar u Ġunju ta` din is-sena kien hemm 13.", "STQARRIJIET TA' L-UNJONI EWROPEA", "1328.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Bejn is-sena 2002 u s-sena 2003 s'issa, kemm kien hemm statements ta' l- Unjoni Ewropea li Malta allinjat ruħha magħhom fil-Ġnus Magħquda u fl-OSCE?", "ONOR.", "JOE BORG: Bejn l-1 ta' Jannar 2002 u l-11 ta' Lulju 2003, Malta allinjat ruħha ma' 255 stqarrija ta' l-Unjoni Ewropea li saru fil-laqgħat tal-Ġnus Magħquda fi New York, kif ukoll ma' 341 stqarrija li l-Unjoni Ewropea għamlet fil-laqgħat ta' l-OSCE.", "TECHNOLOGY VENTURE FUND", "1329.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jgħid x'ħidma saret mit-technology venture fund mindu twaqqaf?", "Kemm intlaqgħu applikazzjonijiet?", "Kemm minnhom ġew ipproċessati favorevolment?", "Min hu responsabbli għad-deċiżjonijiet esekuttivi u konsultattivi ta' dan il-fund?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li minn mindu twaqqfet it-technology venture fund, kien hemm proċess ta' konsultazzjoni u laqgħat ma' diversi stakeholders.", "Sal-lum kien hemm sitt applikazzjonijiet li minnhom gew approvati erbgħa, waħda ma ġietx approvata u l-klijent ta' l- aħħar waħda għad irid jgħaddi aktar informazzjoni.", "Bħalissa għaddejjin diskussjonijiet ma' sitt klijenti oħra li wrew interess għal assistenza mit-technology venture fund.", "Id-deċiżjonijiet esekuttivi ttieħdu mill-bord tad-diretturi tal-MDC u l- IPSE filwaqt li dawk konsultattivi jittieħdu mill-board of governors tat- technology venture fund.", "ATTIVITAJIET KULTURALI – FONDI", "1334.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm fondi budgeted għall- attivitajiet kulturali, kemm attwalment intnefqu u x'kienu dawn l- attivitajiet?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: L-Informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-mejda tal- Kamra aktar kmieni.", "GĦAWDEX - KLINIĊI PRIVATI", "1335.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' il- Ministru tgħid kemm hemm kliniċi privati liċenzjati f'Għawdex?", "Kemm minn dawn għandhom permess biex jieħdu X-rays u x'tip ta' X-rays; permess biex jagħmlu endoscopic interventions; permess għal-laboratorju; permess għal stress ECG; u permess għal operazzjonijiet taħt anestesija?", "Dawn il-kliniċi għandhom aċċessibilita, waste disposal policy, radiation protection policy, makkinarju bis-CE mark u maintenance certificates?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Nitlob lill­Onor Interpellant jindirizza l- mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "ĊENTRU TA' ARBITRAĠĠ - FONDI", "1344.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Ministru jikkonferma li matul l-aħħar snin, sar eżerċizzju akkurat fuq inizjattiva tal-Malta arbitration centre sabiex jiġu ttappjati xi fondi mill-Unjoni Ewropea?", "Jista' jikkonferma kenux pożittivi jew le dawn l-isforzi u fiex jikkonsistu?", "ONOR.", "TONIO BORG: Iċ-ċentru għamel riċerka dwar il-programm Marie Curie FP 6 li jipprovdi fondi għal taħriġ u transfer of skills/knowledge permezz ta` attivitajiet konġunti bejn istituzzjonijiet Ewropej.", "Saru kuntatti ma' l- international chamber of commerce ta` Pariġi u dawn ikkonfermaw li in principle, kienu lesti jikkonsidraw din it-tip ta` koperazzjoni.", "Bħalissa hemm persuna li qed issegwi kors ta` taħriġ fil-permanent court of arbitration f`The Hague.", "L-intenzjoni taċ-ċentru hi li wara li jsir assessment ta` din l-esperjenza titfassal proposta biex iċ-ċentru jkun jista` jipparteċipa fil-programm imsemmi u jilħaq l-għanijiet li jkun iddefinixxa.", "ĊENTRU TA' ARBITRAĠĠ - XOGĦOL", "1345.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Ministru jagħti tagħrif u jispjega xi sforzi saru, jekk fil-fatt saru, mill-arbitration centre sabiex jattira xogħol ta' arbitraġġ u disputes ta' natura internazzjonali?", "Jista' jgħid jekk dawn l-isforzi kienux pożittivi u x'tip ta' xogħol ġie ġenerat f'dan is-sens?", "ONOR.", "TONIO BORG: S`issa ċ-ċentru kkonċentra fuq arbitraġġi domestiċi biex dawk kollha involuti fil-kondotta tal-proċess arbitrali jakkwistaw l- esperjenza meħtieġa ta` l-amministrazzjoni tal-proċess.", "Sal-lum għad ma ġie rreġistrat l-ebda każ ta` arbitraġġ internazzjonali għax din l-ewwel sena fejn saru l-ewwel tentattivi għall-pubbliċita` ta` dawn l-arbitraġġi.", "WESTERN MEDITERRANEAN FORUM", "1346.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' il-Ministru jgħid meta mistennija ssir il-laqgħa li jmiss tal- western Mediterranean forum?", "ONOR.", "JOE BORG: Il-laqgħa li jmiss tal-western Mediterranean forum mistennija ssir fi Franza bejn id-29 u t-30 ta' Ottubru 2003.", "ŻJARAT UFFIĊJALI TAL-PRIM MINISTRU", "1347.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm żjarat tas-sinjurija tiegħu pendenti barra l-pajjiż?", "Kemm minnhom ġew ikkonfermati u meta mistennija li jseħħu?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Lista ta' xogħol uffiċjali barra minn Malta tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni.", "AWTORITA' TAD-DJAR – JUNIOR CLERKS", "1359.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew reklutati mpjegati ġodda minn Jannar sat-12 ta' April 2003 ma' l-awtorita' tad-djar?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab informat li fil-perijodu indikat mill-Onor.", "Interpellant ġew impjegati erba' junior clerks ma' l-awtorita' tad-djar biex jissostitwixxu skrivani oħra li tterminaw l-impjieg tagħhom ma' l- awtorita'.", "DJAR TAL-GVERN - LIFTS", "1360.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhi l- politika tal-gvern fejn jidħlu l-lifts fil-qasam ta' postijiet ġodda tal- gvern, fil-qasam ta' postijiet qodma tal-gvern u fil-qasam tas-settur privat?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Il-politika tal-gvern dwar il-lifts fil-qasam ta' blokki ġodda tal-gvern hi li dawn il-blokki jiġu fornuti b'lift.", "Għal dak li jirrigwarda blokki qodma tal-gvern, l-awtorita' tad-djar tikkonsidra applikazzjonijiet taħt skema V biex tistalla lift fejn ikun hemm persuna li jkollha diżabilita' ta' mobilita' tgħix fil-blokk.", "Residenti f'dawn il-blokki li jkunu xtraw l-appartament mingħand l- awtorita', jintalbu jħallsu 50% tas-sehem tagħhom filwaqt li l-inkwilini l- oħra ma jħallsu xejn għall-installar.", "Taħt skema 7 ta' l-awtorita' tad-djar, persuni b'diżabilita' ta' mobilita' li jgħixu fi blokki privati jingħataw sa massimu ta' Lm2,800 bħala sussidju biex jistallaw lift fil-blokk tagħhom.", "REVIŻJONI TAL-LIĠIJIET TAL-KERA", "1362.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'sar minnha l- kummissjoni għar-reviżjoni tal-liġijiet tal-kera li ġiet imwaqqfa fl-1998?", "Jista' ipoġġi kopja tar-rapport fuq il-mejda tal-Kamra rigward ir- rakkmandazzjonijiet ta' din l-istess kummissjoni?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li sal-lum il- kummissjoni għar-reviżjoni tal-liġijiet tal-kera imwaqqfa fl-1998 mill- Gvern Laburista ta' dak iż-żmien, għadha ma ppreżentatx ir-rapport tagħha u dan minkejja diversi tentattivi min-naħa tiegħi biex tagħmel dan u l-fatt li l-membri tagħha kienu tħallsu qabel ma' daħlet l-amministrazzjoni ġdida Nazzjonalista f'Settembru 1998.", "REVIŻJONI TAL-LIĠIJIET TAL-KERA", "1363.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Fid-dawl tad-diskors mill-President tar-Repubblika fl-okkażjoni tal- ftuħ ta' l-Għaxar Parlament rigward reviżjoni sħiħa tal-liġijiet tal-kera, x'għandu maħsub il-gvern dwar dan il-qasam?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "DJAR VOJTA - INĊENTIVI", "1364.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Fid-dawl tad-diskors tal-President tar-Repubblika fl-okkażjoni tal-ftuħ ta' l-Għaxar Parlament li jingħataw inċentivi għall-użu tal-ħafna djar vojta li hawn, x'għandu maħsub il-gvern dwar dan il-qasam?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "GĦAWDEX: QASAM TAD-DJAR TAĊ-ĊAWLA - LIFTS", "1366.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għal Għawdex: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 187, peress li ma kien hemm ebda aċċenn għall-istallar ta' lifts fil-blocks, ma taħsibx il-Ministru li wasal iż-żmien li tiġi ndirizzata din il-problema tar-residenti tal-flats tal- gvern f'Taċ-Ċawla li appuntu jkollhom il-faċilita' ta' lift?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Nitlob lill-Onor Interpellant sabiex tagħmel il- mistoqsija lill-ministru konċernat.", "PRIVATE INVESTIGATORS", "1367.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Ministru jindika liema hi l-liġi li tirregola l-private investigators li kulma jmur qed isiru dejjem iktar numerużi?", "Jekk m'humiex regolati b'liġi ad hoc, jikkonsidra li jiġu regolati b'liġi?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi s-servizz ta` private investigators huwa regolat bl-Att ta` l-1996 dwar Gwardjani Privati u Lokali (Kap. 389).", "DJAR VOJTA - INĊENTIVI", "1368.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid fid-dawl tad- diskors tal-President tar-Repubblika fl-okkażjoni tal-ftuħ ta' l-Għaxar Parlament, fejn intqal li se jingħataw inċentivi għall-użu tal-ħafna djar vojta li hawn, x'għandu maħsub il-gvern dwar dan il-qasam?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Il-gvern jippubblika l-pjani tiegħu dwar is-suġġett kif dawn jiġu ffinalizzati.", "ĦAL QORMI - MONTI", "1377.", "L-ONOR.", "CLYDE PULI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess ta' l- organizzazzjoni tal-monti ta' Ħal Qormi?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li għadhom qed jiġu studjati proposti differenti.", "GĦAWDEX - SKOLA TAL-BIEDJA", "1402.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għal Għawdex: Tista' il-Ministru tgħid għaliex l-iskola tal-biedja ġiet trasferita għal band'oħra?", "Taħseb li l-premises il-ġodda ta' l-iskola tal-biedja huma adatti u adegwati għall-bżonnijiet kemm ta' l-istudenti kif ukoll ta' l- għalliema?", "Tista' tgħid ukoll kemm ilu ppjanat dan it-trasferiment, peress illi ma kien kemm ebda aċċenn jew konsultazzjoni mad-diretti interessati?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jindirizza l- mistoqsija tiegħu lill­ministru konċernat.", "RAĦAL ĠDID - RESERVED PARKING", "1408.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 1268, jista' jekk jogħġbu l-Ministru jara li mill-aktar fis possibbli jsir reserved parking għal anzjana - id-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament - minħabba d-diżabilita' li għandha?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Id-direttorat għall-maniġġ tat-traffiku qed jevalwa l- applikazzjoni tal-persuna konċernata.", "REHABILITATION PROJECT COMMITTEES", "1409.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 1331 u jgħid kemm flus intnefqu mir-rehabilitation project committees sa mit- twaqqif tagħhom?", "Jista' jgħid liema huma l-proġetti li saru u kemm ġie jiswa kull proġett?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "AĠENZIJA APPOĠĠ - KAŻ DWAR TLIET NEPUTIJIET", "1410.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jagħti spjegazzjoni privata lill-persuna li jiena minnha nkarigat biex nagħmel din il- mistoqsija, għaliex itteħdulha mill-kustodja tagħha it-tliet neputijiet mill-aġenzija appoġġ?", "Jaf li din il-persuna kienet qiegħda trabbi lil dawn it-tfal b'kunsens verbali mill-istess tifla tiegħu u fin-nuqqas tal-ġenituri tagħhom li ma kenux u m'humiex f'pożizzjoni li joffru trobbija lit-tfal in kwestjoni?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ma jidhirlix li kwestjoni tant delikata, bħalma hi l- ħruġ ta' ordni ta' ħarsien dwar minorenni u li hi s-suġġett ta' din l- interpellanza, għandha tkun suġġetta għal spjegazzjoni pubblika.", "Iżda irrid ngħid li l-qorti ċaħdet l-oġġezzjoni li l-persuna li rrifera għaliha l-Onor.", "Interpellant għamlet dwar il-ħruġ ta' din l-ordni.", "IRZIEZET", "1411.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn f'pajjiżna irziezet tat-tiġieġ, irziezet tal-fniek, irziezet tal-majjal u rziezet tal-baqar?", "Jista' jgħid ukoll jekk sarux rapporti dwar kif sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea se tolqot u taffettwa n-numru ta' dawn l-irziezet?", "Jista' jgħid kif dan se jsir u minn liema rapporti u studji jirriżulta dan?", "Jista' ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja ta' dawn ir-rapporti?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li hawn 355 razzett tat-tiġieġ (broilers/layers), 172 ir-razzett tal-majjal u 149 ir- razzett tal-baqar.", "GĦar-rigward ta' fniek, dawn mhumiex reġistrati fil- mument iżda fil-futur qrib dawk li għandhom iżjed minn 20 fenka se jkunu jridu jirreġistraw mad-divizjoni ta' l-ikel u attivita' veterinarja u għalhekk se jkollna figura għal dawn.", "Ma kienx meħtieġ li jsiru xi rapporti minħabba li l-parti l-kbira ta' l- annimali fl-irziezet għal-laħam jew ħalib kellhom permess/kwoti skond il- konvenzjoni tal-Kunsill ta' l-Ewropa, li hija riflessa fil-liġijiet ta' l- Unjoni Ewropea.", "Sar survey intensiv fuq kull razzett ta' l-industrija tal-bajd fejn hemm numru ta' rziezet li m' għandhomx gaġeġ adattati.", "Intlaħaq ftehim ma' l- Unjoni Ewropea biex 12-il razzett ikollhom żmien ta' transizzjoni ta' sentejn biex jirranġaw il-gaġeġ.", "SANTA VENERA: TRIQ FLEUR-DE-LYS - RAMPA", "1413.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 957, jista' il- Ministru jara li ssir rampa fil-bankina fi Triq Fleur-de-Lys sabiex jagħmlu użu minnha persuni li jkunu qed jaqsmu minn fuq iż-zebra-crossing ta' ħdejn ir-Roxy?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Għaddejt ir-suġġeriment ta' l-Onor.", "Interpellant lill- kunsill lokali biex jaraw x'inhu l-aħjar li jsir.", "ĊENTRU TA' ARBITRAĠĠ", "1414.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru tal-Ġustizzja u Intern: In vista tas-sitwazzjoni finanzjarja taċ-ċentru Malti ta' arbitraġġ, jista' il-Ministru jgħid jekk il-gvern għandux pjani li jagħlaq iċ-ċentru jew jekk hux se jgħaddilu s-subvention li kien wiegħdu?", "ONOR.", "TONIO BORG: Il-gvern m'għandu ebda intenzjoni li jagħlaq iċ-ċentru, anzi ta` min isemmi li kien proprju fil-leġislatura l-oħra li dan beda jopera.", "Mhux biss, iżda bl-Att XXXI ta` l-2002 saru numru ta` emendi sabiex dan jiġi aġġornat maż-żminijiet u l-ħtiġijiet.", "GĦalkemm ir-riżultati m'humiex kompletament sodisfaċenti, fis-sens li n- numru ta` persuni li rrikorrew għall-arbitraġġ huwa żgħir, pero` l-gvern huwa kommess sabiex isostnih u jissudah billi huwa post tajjeb fejn jiġu meħlusa aktar malajr pendenzi legali.", "GĦalhekk għandhom jittieħdu numru ta` miżuri għal dan il-għan.", "INDUSTRIJA TAL-KOSTRUZZJONI - SKART", "1417.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 958, jista' il- Ministru jgħid x'inhi l-policy rigward skart konsistenti f'terrapien ta' l- industrija tal-kostruzzjoni?", "Fejn qed jintrema' dan l-iskart illum?", "Min huma s-soċjetajiet privati li huma nvoluti f'dan il-proċess?", "Xi ħlasijiet isiru sabiex isir dan ir-rimi?", "Kien hemm tenders għal dan ix-xogħol?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-policy rigward skart ta' l-industrija tal-kostruzzjoni hija li dan l-iskart ma jibqax jintefa' l-Magħtab, iżda jintefa' f'barrieri li m'għadhomx jintużaw għall- iskop oriġinali tagħhom sabiex dawn jiġu riabilitati għall-użu agrikolu, skond il-gwidi maħruġa mill-awtorita' ta' l-ambjent u l-ippjanar.", "Din il- policy diġa' qed tiġi mplimentata.", "Fis-sena 2002, it-taqsima tax-xogħlijiet fi ħdan dan il-ministeru ħarġet sejħa għal tenders, ristretta għal dawk il-konsorzji li kienu ġew short- listed fi proċess ieħor pubbliku relatat ma' l-integrated solid waste management project.", "Il-kuntratt għall-immaniġġjar ta' l-iskart ta' l- industrija tal-kostruzzjoni ngħata lill-konsorzju magħmul minn Polidano Brothers Ltd. u Staedtereinigung West Nolting GmbH & Co. Ltd, kumpannija Ġermaniża.", "It-tariffa għar-rimi ta' dan l-iskart hija Lm1.18 kull tunnellata mingħajr VAT.", "ĦAŻ-ŻABBAR - TRIQ BIEB IS-SULTAN", "1418.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: B'riferenza għal diversi mistoqsijiet parlamentari preċedenti tiegħi fil-leġislatura l-oħra u konsultazzjonijiet mad-direttur tat-toroq, jista' il-Ministru ġentilment jgħid fiex waslet il-parti ta' Triq Bieb is-Sultan, Żabbar li kif jaf kienet twessgħet kollha ħlief għall- parti żgħira li tħalliet b'għalqa fin-nofs?", "Billi ntqal diversi drabi li kien beda l-proċess biex din l-għalqa tiġi esproprjata wara, jista' ġentilment jgħid fiex wasal dan il-proċess ta' esproprjazzjoni u meta hemm il-ħsieb li bejn wieħed u ieħor titwessa' din il-parti tat-triq?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat illi l-parti ta' l-għalqa li għadha ma tteħdetx u li qed jirriferi għaliha l-Onor.", "Interpellant, ma kenitx inxtrat mill-iżviluppatur li bena fil-ġenb ta' din it-triq skond il-liġi.", "Fil-preżent għadhom għaddejjin il-proċeduri mas-sidien ta' din l-għalqa sabiex din l-art tkun tista' tinxtara.", "GWARDJANI LOKALI - PARKEĠĠ F'KAŻ TA' EMERĠENZA", "1419.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Ministru jikkonsidra l-ħruġ ta' regolamenti/linji gwida lil gwardjani lokali sabiex f'każ ta' emerġenza, bħalma hu l-każ ta' anzjan li jgħix fid-dar ta' l-anzjani Marina Home li jirrikjedi l-bdil ta' ċilindru ta' l-ossiġnu u l-parkeġġ huwa kważi impossibbli, il-fatt li wieħed jieqaf fuq zona ristretta sakemm jgħabbi lill-istess anzjan ma jkunx il-każ li persuna tiġi mmultata?", "Jekk fl-affermattiv, jista' ikun il-każ li l-gwardjan bin-nru.", "122 jiġi avżat b'dan?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nixtieq ngħarraf lill-Onor.", "Membru li l-gwardjani lokali normalment jimxu fuq regolamenti/linji ta` gwida li jistgħu jingħataw lilhom f`każi ta` emerġenza mill-kunsill lokali fejn ikunu qegħdin jagħmlu l-beat tagħhom.", "GĦaldaqstant nissuġġerixxi lill-Onor.", "Membru biex it-talba tiegħu jagħmilha lill-kunsill konċernat.", "BICAL - ARRETRATI", "1420.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jgħid meta se jsir l-aħħar pagament in konnessjoni ma' l-arretrati tal-BICAL?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Il-kontrollur qiegħed bħalissa fil-proċess li jillikwida l-kumpanniji assoċjati mal-BICAL biex b'hekk tkun tista' issir distribuzzjoni lid-depożitanti u kredituri tal-bank.", "ANZJANI – SERVIZZ TA' HOMEHELP", "1441.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hawn anzjani bħalissa li mhux qed jingħataw homehelp għax il-persuni li s-soltu jipprovdu dan is-servizz jinsabu bil-leave?", "Jista' jgħid jekk hemmx replacements għall-persuni bil-leave?", "Jekk m'hemmx, kif qed jiġu mgħejjuna l-anzjani li għandhom bżonn is-servizz tal-homehelp?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab informat li każijiet fejn l-assistenti soċjali jkunu bil-leave fit-tul u xi klijent tagħhom ma jkunx jista' jgħaddi mingħajr is-servizz tal-homehelp, il-klijent jingħata replacement.", "Ninsab informat ukoll li n-numru ta' klijenti tas-servizz tal-homehelp li ma jingħatawx dan is-servizz għax l-assistenti soċjali assenjati magħhom ikunu bil-vacation leave jew sick leave għax ma jkunx possibbli li dawn ta' l-aħħar jiġu rimpjazzati, ivarja minn ġurnata għall-oħra.", "Id-dipartiment responsabbli jara li kemm jista' ikun in-numru ta' assistenti soċjali bil- vacation leave jkun wieħed raġonevoli u mqassam fuq kull distrett/reġjun biex ma jkunx hemm impatt negattiv fuq l-għoti tas-servizz.", "Sfortunatament dan ma japplikax fil-każ tas-sick leave li t-teħid tiegħu hu mprevist.", "Madankollu, mill-esperjenza ta' din is-sena, li fil-fatt hi l-ewwel sena fejn l-assistenti soċjali ngħataw kondizzjonijiet ġodda ta' xogħol inkluż id-dritt għall-vacation u sick leave, id-dipartiment konċernat qed jara kif jista' jtejjeb l-effiċjenza tas-servizz.", "NADUR: SAN BLAS - POMPA TAD-DRENAĠĠ", "1442.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għal Għawdex: Tista` il-Ministru tagħti dettalji dwar il-pompa tad-drenaġġ li se ssir f'San Blas u tindika l-lokalita` eżatt fejn din se ssir?", "Tista` tgħid jekk sarux diskussjonijiet jew konsultazzjonijiet mar-residenti tal-lokal?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Jien informata li l-pompa tad-drenaġġ li se ssir f'San Blas hija neċessarja biex tingħalaq l-outfall ta' San Blas u fl- istess ħin jinqdew in-nies tal-lokal.", "Is-sit propost biex issir I-pumping station huwa dak li ġie sottomess lill- MEPA fl-applikazzjoni numru PA 338/03.", "GOZO CHANNEL - ĦADDIEMA", "1443.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għal Għawdex: Tista` il-Ministru tgħid kemm hemm ħaddiema b'kollox impjegati mal-Gozo Channel u tindika l-mansjonjiet tagħhom?", "Tista' tgħid kemm ġew impjegati nies mal- Gozo Channel din is-sena, tindika x-xhur relattivi ta' meta dawn il- ħaddiema ġew impjegati u x'mansjonijiet għandhom?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant tindirizza l- mistoqsija tagħha lill-ministru konċernat.", "GĦAWDEX – NIES BLA XOGĦOL", "1444.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għal Għawdex: Tista` il-Ministru tgħid kemm hemm nies qiegħda ġewwa Għawdex mill-ewwel tas-sena 2003 sal-lum?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant tindirizza l- mistoqsija tagħha lill-ministru konċernat.", "ST.", "LUKE'S - OPERAZZJONI TA' L-APPENDICITE", "1446.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Intern: B'riferenza għall-mewt ta' tifel waqt operazzjoni ta' l-appendicite fl-isptar San Luqa fit-28 ta' Frar, 2001 - id-dettalji qed jintbagħtu separatament - u b'riferenza għall-inkjesta li saret fuq il-każ mill- Maġistrat Lofaro u b'riferenza għall-passi legali fuq il-każ fil-qrati Maltin, x'kienet ir-raġuni li wasslet lill-avukat ġenerali biex jieħu d- deċiżjoni tan-nolle prosequi fuq dan il-każ meta suppost huwa kien jaf li l- prosekuzzjoni u l-parti ċivili kien għad fadalla provi oħra xi tressaq li huma meqjusa ta' importanza fil-każ?", "Għaliex il-Maġistrat Scerri Herrera, il-ġenituri, l-avukati tal-ġenituri u l-pulizija ma ġewx informati bid-deċiżjoni u minflok dawn saru jafu bid- deċiżjoni ta' l-avukat ġenerali mill-gazzetta The Times tat-13 ta' Marzu, 2003?", "Għaliex ma sarx rinviju għand il-Maġistrat Scerri Herrera sabiex ikomplu jinstemgħu x-xhieda li kien għad fadal jiġu mħarrka fil-każ?", "Għaliex ma kenux se jittieħdu passi kontra ħadd meta kif ikkonkludiet il- Maġistrat Lofaro fl-inkjesta, dan it-tifel miet bi traskuraġni, negliġenza nuqqas ta' tħaris tal-ħila professjonali medika u l-amministrazzjoni ta' l- isptar?", "Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tar-rapport li l- avukat ġenerali bagħat lill-President tar-Repubblika fejn fih ikun hemm ir- raġunijiet li fuqhom ikun mexa biex wasal għad-deċiżjoni tan-nolle prosequi?", "ONOR.", "TONIO BORG: Jibda biex jingħad illi skond artiklu 91(3) tal- Kostituzzjoni:", "\"Fl-eżerċizzju tas-setgħat tiegħu biex jistitwixxi, jagħmel u jwaqqaf proċeduri kriminali u f'kull setgħat oħra mogħtija lilu b'xi liġi f'termini li jawtorizzah li jeżerċita dik is-setgħa fil-ġudizzju individwali tiegħu, l-avukat ġenerali ma jkunx suġġett għad-direzzjoni jew kontroll ta' ebda persuna jew awtorita` oħra\".", "GĦalhekk f`din il-vesti l-avukat ġenerali hu kompletament awtonomu mill- gvern.", "GĦandu jingħad ukoll illi t-tifel li saret riferenza għalih fil-mistoqsija, ma mietx waqt operazzjoni ta' appendicite iżda b'kumplikazzjonijiet li ma kenux konsegwenza diretta ta' l-operazzjoni.", "Jiżdied ukoll li meta l-avukat ġenerali rċieva l-atti tal-kumpilazzjoni huwa bagħat lura l-proċess sabiex jinstemgħu provi oħra, fosthom kull prova li ġġib il-pulizija, u wara li nstemgħu l-provi mitluba, il-proċess ġie ritornat lilu mingħajr ebda riserva la da parti tal-prosekuzzjoni u lanqas da parti tal-parti ċivili, li kienet debitament rappreżentata fis-seduta quddiem il-qorti istruttorja, li kellhom xi provi oħra li riedu li jinstemgħu.", "Jekk dawn kien għad fadlilhom provi imisshom ressquhom quddiem il-maġistrat fil-kumpilazzjoni jew għall-anqas taw indikazzjoni li kellhom tali provi.", "S'issa għad mhux magħruf x'kienu dawn il-provi.", "F'każ ta' nolle prosequi, il-każ jista' jerġa' jinfetaħ jekk ikun hemm provi ġodda u jekk il-pulizija ma tmexxix, hemm ukoll ir-rimedju taċ- challenge skond il-Kodiċi Kriminali.", "Mhix il-prassi li jiġu nformati l-magistrati, il-ġenituri jew il-pulizija bid-deċiżjoni ta' l-avukat ġenerali.", "Dak li tirrikjedi l-liġi hu illi ssir nota fil-Qorti Kriminali u jsir rapport lill-President tar-Repubblika.", "Ma sarx rinviju biex jinstemgħu \"ix-xhieda li kien għad fadal\" għax ma kienx hemm xi indikazzjoni li kien għad fadal xi xhieda x'jinstemgħu.", "L- avukat ġenerali, barra mill-atti kollha tal-kumpilazzjoni, ra wkoll ir- rapport ta' l-inkjesta interna mmexxija minn Dr M. Micallef – Director Public Health, Dr H. Lenicker, Mr J. Attard u Sr Anna Theresa Pace, u kellu l-informazzjoni kollha li kien jidhirlu meħtieġa biex jieħu d-deċiżjoni tiegħu.", "L-avukat ġenerali wara li ra l-inkartament bil-provi miġbura quddiem il- qorti tal-maġistrati bħala qorti istruttorja, ma wasalx għall-istess konklużjonijiet tal-maġistrat.", "L-avukat ġenerali m'għandu ebda oġġezzjoni li f'dan il-każ titpoġġa kopja tar-rapport tiegħu (bl-ismijiet imħassra) fuq il-mejda tal-Kamra.", "BORD TA' APPELL GĦALL-BENEFIĊĊJU TA' DISIMPJIEG", "1447.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni l-bord ta' appell għall-benefiċċju ta' disimpjieg ilu ma jiltaqa' għal dawn l-aħħar xhur?", "Jaf li hemm numru ta' każi pendenti biex jiġu deċiżi, fosthom ta' individwi li ma jaħdmux u li mhu qed jirċievu l-ebda benefiċċju soċjali beix jgħixu?", "Jaf li dawn il-persuni qed jistennew b'ħerqa biex jinstema' l-appell tagħhom biex il-każ tagħhom ikun deċiż u b'hekk jibdew jirċievu l-benefiċċju dovut lilhom?", "Jista' jgħid kemm jammontaw il-każi pendenti quddiem dan il-bord?", "Jista' jintervjeni biex dan il-bord jiġi mlaqqa mill-aktar fis possibbli?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jikkjarifika għal liema wieħed mill-bordijiet ta' appell li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tad-dekasteru tiegħi qed jirriferi.", "FORZI ARMATI – OPERAZZJONIJIET TA' SALVATAĠĠ", "1467.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' Il-Prim Ministru ġentilment jgħid kemm-il darba l-forzi armati ġew imsejħa tul l- 2002 u l-2003 għal operazzjoni ta' salvataġġ?", "Kemm minnhom kienu operazzjoniet ta' salvataġġ biex ifittxu sajjieda jew baħħara mitlufa fuq il-bahar?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: In-numru ta' operazzjonijiet ta' salvataġġ li l- forzi armati ġew imsejħa jagħmlu tul is-snin 2002 u 2003 huwa kif muri hawn taħt:-", "|Sena |Numru ta' |Tfittxija ta'| | |każi |sajjieda jew | | | |baħħara | |2002 |303 |xejn | |2003 |202 |3 |", "SETTUR PUBBLIKU - INFERMIERA", "1468.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' il- Ministru ġentilment jgħid kemm laħqu nurses ġodda kull sena mill-1996 sa l- 2003 ?", "Kemm ġew impjegati nurses ġodda mas-settur pubbliku?", "Xi grad kienu?", "Kemm telqu kull sena fl-istess perjodu?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-mejda tal- Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "ANNIMALI FI KWARANTINA", "1469.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: B'riferenza għar-rapporti li dehru fl-istampa lokali wara li fid- dwana nqabdet xadina tiddaħħal Malta illegalment u li qed tinżamm kwarantina, jista' il-Ministru jgħid hemmx il-ħsieb li jsir titjib fil- faċilitajiet ta' fejn jinżammu l-annimali kwarantina minħabba li skond dawn ir-rapporti, dan il-post hu nieqes minn faċilitajiet adegwati?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Fil-kwarantina jsiru modifikazzjonijiet kontinwament biex kemm jista' jkun tkun adegwata għal kull tip ta' annimal li jiddaħħal Malta, kemm legalment kif ukoll illegalment.", "Fil-futur immedjat se jinbena border inspection post li jkun immaniġjat mit- taqsima ta' l-ikel u attivita' veterinarja u dan il-post se jkollu l- faċilitajiet l-aktar bżonjużi.", "ANNIMALI FI KWARANTINA", "1470.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm impjegati jaħdmu fil-post fejn jinżammu l-annimali kwarantina u x'inhu l-grad tagħhom?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Fil-post fejn jinżammu l-annimali kwarantina hemm disa' impjegati.", "Dawn huma 1 assistant veterinary support officer, 2 senior operatives u 6 general hands.", "ANNIMALI FI KWARANTINA", "1471.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: B'riferenza għar-rapporti li dehru dan l-aħħar fl-istampa lokali fejn intqal li annimali li jinqabdu jiddaħħlu Malta illegalment jibqgħu jinżammu maqfula fil-kwarantina sakemm imutu, jista' il-Ministru jgħid jekk dan hux veru jew le?", "Kemm hemm annimali bħalissa f'dan il-post?", "Kemm minnhom inqabdu jiddaħħlu Malta illegalment jew ġew konfiskati mill- awtoritajiet?", "Kemm ilu hemm kull annimal?", "Jista' ġentilment iwieġeb dawn il-mistoqsijiet waħda waħda?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li: l-annimali jinżammu kwarantina sakemm tinqata' is-sentenza tal-qorti u sakemm tinstab akkomodazzjoni adegwata lokalment jew barra minn Malta.", "Din issir b' kollaborazzjoni ma' l-awtorita' ta' l-ambjent u l-ippjanar.", "Kien hemm 45 li nġiebu illegalment/konfiskati.", "L-annimali l-oħra, l-aktar klieb u qtates, jagħmlu il-perjodu kif stipulat fil-liġi tal-kwarantina u għalhekk jidħlu u joħorġu regolarment.", "GĦar-rigward tat-tielet parti tal-mistoqsija, l-informazzjoni għada qed tinġabar", "KUMITAT TA' GARANZIJA - MEMBRI TAL-BORD", "1491.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid min huma l-membri tal-bord tad-diretturi tal- kumitat tal-garanziji?", "Jista' jgħid jekk għandhomx xi onorarja u benefiċċji oħra u jekk fl-affermattiv, jgħid x'inhuma?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Il-membri tal-bord tad-diretturi tal-kumitat ta' garanzija huwa kif kostitwit kif ġej: Ugo Mifsud Bonnici, Anthony Pace, Mario Tabone, Anthony Cannataci, Rosette Fenech, Godwin Cassar, Andrew Calleja, Mons. Vincenz Borg, Mark Nicholas De Piro, Martin Scicluna, Joseph F.X. Zahra u Joseph Attard Tabone.", "M'hemmx onorarja u benefiċċji għall-fatt li tkun membru fil-kumitat ta' garanzija.", "KAŻI TA' SERQ", "1509.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew imwettqa serqiet matul Ġunju 2003?", "Jista' jikklassifika s-serq?", "Jista' jgħid kemm ġew solvuti serq matul Ġunju 2003?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi matul Ġunju 2003, il-każi ta` serq li ġew irrapportati lill-pulizija kienu kif jidher fit-tabella li poġġejt fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "Matul l-istess xahar il-pulizija solviet 51 każ ta` serq.", "KAŻI TA' REATI", "1510.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew imwettqa reati matul Ġunju 2003?", "Jista' jikklassifika r-reati?", "Jista' jgħid kemm ġew solvuti reati matul Ġunju 2003?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi t-tagħrif mitlub fl-ewwel u fit- tieni parti tal-mistoqsija hu kif jidher fit-tabella li poġġejt fuq il- mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija, ninsab informat illi matul Ġunju 2003 kien hemm 362 persuna misjuba ħatja ta` reati kriminali.", "KAŻI TA' SERQ", "1511.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew imwettqa serq matul Lulju 2003?", "Jista' jikklassifika s-serq?", "Jista' jgħid kemm ġew solvuti serq matul Lulju 2003?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi matul Lulju 2003 il-każi ta` serq li ġew irrapportati lill-pulizija kienu kif jidher fit-tabella li poġġejt fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "Matul l-istess xahar il-pulizija solviet 65 każ ta` serq.", "KAŻI TA' REATI", "1512.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew imwettqa reati matul Lulju 2003?", "Jista' jikklassifika r-reati?", "Jista' jgħid kemm ġew solvuti reati matul Lulju 2003?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi t-tagħrif mitlub fl-ewwel u fit- tieni parti tal-mistoqsija hu kif jidher fit-tabella li poġġejt fuq il- mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija, ninsab informat illi matul Lulju 2003 kien hemm 271 persuna misjuba ħatja ta` reati kriminali.", "KAŻI TA' SERQ", "1513.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew imwettqa serqiet matul Awissu 2003?", "Jista' jikklassifika s-serq?", "Jista' jgħid kemm ġew solvuti serq matul Awissu 2003?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi matul Awissu 2003, il-każi ta` serq li ġew irrapportati lill-pulizija kienu kif jidher fit-tabella li poġġejt fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "Matul l-istess xahar il-pulizija solviet 55 każ ta` serq.", "KAŻI TA' REATI", "1514.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew imwettqa reati matul Awissu 2003?", "Jista' jikklassifika r-reati?", "Jista' jgħid kemm ġew solvuti reati matul Awissu 2003?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi t-tagħrif mitlub fl-ewwel u fit- tieni parti tal-mistoqsija hu kif jidher fit-tabella li poġġejt fuq il- mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija, ninsab informat illi matul Awissu 2003 kien hemm 33 persuna misjuba ħatja ta` reati kriminali.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB", "GŻIRA - ĦRUĠ TA' DRENAĠĠ", "15.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' il-Ministru jgħid jekk jafx bil-leakage ta' drenaġġ fil-garaxx tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?", "X'għamel u x'qed jagħmel id-dipartiment biex tissolva din il-problema?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Id-dipartiment tad-drenaġġ qatt ma rċieva l-ilment imsemmi.", "Minkejja dan, id-dipartiment iċċekkja l-main tal-gvern f'Upper St. Albert Street u ma nstab l-ebda leakage.", "GŻIRA - ĦRUĠ TA' DRENAĠĠ", "16.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' il- Ministru jara li d-dipartiment tas-sanita' jieħu l-passi neċessarji kollha ħalli jitneħħa l-leakage ta' drenaġġ fil-garaxx tal-fond tal-persuna li d- dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninsab informat li l-ilment dwar tnixxija ta' drenaġġ li għalih qiegħed jagħmel riferenza l-Onor Interpellant, issa ġie solvut billi nbidlet il-medda kollha tas-sistema tad-drenaġġ tal-fond indikat.", "MIA – DISEMBARKATION CARDS", "17.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Ministru jara li jiġu rtirati mill-aktar fis possibbli id- disembarkation cards li hemm l-ajruport li kważi ma jinqrawx minħabba t- tipa maħmuġa tagħhom, xi ħaġa li qed toħloq inkonvenjent għal min ikun irid jimlihom?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi ttieħdet l-azzjoni meħtieġa sabiex jekk hemm xi disembarkation cards simili jitneħħew.", "ISLA: TRIQ SAN FILIPPU – TISWIJIET", "18.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid meta se jiġu rranġati l-problemi strutturali li hemm fil-fond nru.", "19, Triq San Filippu, l-Isla, kawża tax-xogħol li qed jagħmel il-gvern fil-binja l-ġdida li qed tinbena fl-istess triq?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab informat li t-tiswijiet meħtieġa fl-indirizz indikat huma ta' natura żgħira u dawn se jsiru fil-futur qrib.", "DJAR TAL-GVERN - SUSSIDJU FUQ IL-KERA", "19.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ibbenefikaw households minn sussidju ta' kera f'postijiet tal-gvern?", "Kemm kien l- ammont ta' flus ta' sussidju?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jien informat illi d-dipartiment għall- akkomodazzjoni soċjali għandu 3,063 post suġġetti għal sussidju fuq il- kera.", "Huwa stmat li s-sussidju jlaħħaq madwar Lm440,000.", "DJAR PRIVATI - SUSSIDJU FUQ IL-KERA", "20.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ibbenefikaw households minn sussidju ta' kera f'postijiet privati?", "Kemm kien is- sussidju?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab informat li bejn l-1 ta' Lulju 2002 u t-30 ta' Ġunju 2003 kien hemm total ta' 583 households li bbenefikaw miż-żewġ skemi ta' l-awtorita' tad-djar dwar sussidju ta' kera ta' postijiet privati.", "Dan is-sussidju jammonta għal Lm86,679.", "POSTIJIET DEREKWIŻIZZJONATI", "21.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' postijiet li tneħħitilhom l-ordni ta' rekwiżizzjoni mill-1998 sal-lum?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jien informat illi n-numru ta' postijiet li tneħħitilhom l-ordni ta' rekwiżizzjoni mill-1998 sal-lum hu ta' 3,718.", "POSTIJIET REKWIŻIZZJONATI", "22.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm għandu postijiet id-dipartiment ta' l-akkomodazzjoni soċjali li huma rekwiżizzjonati?", "Kemm għandu tal-privat?", "Kemm għandu tal-gvern?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jien informat illi d-dipartiment għall- akkomodazzjoni soċjali għandu 8,739 post rekwiżizzjonat tal-gvern filwaqt li 9,767 huma tal-privat.", "HOUSING POLICY", "23.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhi l- politika tal-gvern fil-qasam tad-djar?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-mejda tal- Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "HA - XIRI TA' PROPRJETA'", "24.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhi l- politika tal-gvern/awtorita' tad-djar f'xiri ta' proprjeta' mingħand il- privat?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l- awtorita' tad-djar bħalissa ma għandha l-ebda skema miftuħa sabiex tixtri proprjeta' mingħand il-privat.", "SERVIZZ LIL PERSUNI FIL-BŻONN", "25.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhi l- politika tal-gvern għal assistenza lill-volontarjat li jipprovdi servizz lil persuni fil-bżonn?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Il-gvern jikkonsidra l-volontarjat, partikolarment dawk l-għaqdiet mhux governattivi li jipprovdu servizzi lil persuni fil- bżonn, bħala wieħed mill-pilastri fl-iżvilupp ta' soċjeta' demokratika li ma tħalli lil ħadd barra.", "Biex isostni dak li jemmen fih bil-fatti, fl-2001 dan il-gvern għolla l- allokazzjoni ta' fondi biex jgħin finanzjarjament lil dawn l-għaqdiet fis- settur soċjali minn Lm400,000 għal Lm700,000 fis-sena.", "Dawn il-fondi jiġu mqassma wara li jiġu evalwati l-proġetti sottomessi, fid-dawl tal- prioritajiet għas-servizzi meħtieġa u l-livell tas-servizz provdut.", "Dan kollu apparti għajnuna oħra li tingħata mid-diversi ministeri lill- għaqdiet mhux governattivi fl-oqsma kulturali, soċjali, sportivi eċċ.", "Minbarra għajnuna finanzjarja, dan il-gvern jgħin ukoll għaqdiet volontarji billi jassenja mpjegati pubbliċi biex jaħdmu ma' dawn l-għaqdiet waqt li jkomplu jitħallsu minn fondi pubbliċi.", "HOUSING PROJECTS", "26.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid liema huma l- lokalitajiet fejn hemm siti li qed jinbnew bħala proġetti ta' housing?", "X'inhu l-kejl ta' kull biċċa art?", "X'inhu l-valur ta' kull biċċa art?", "Kif ġiet akkwistata kull biċċa art?", "X'inhu ċ-ċens ta' kull biċċa art?", "Min kien is-sit ta' kull biċċa art?", "Min kien il-perit li għamel il-valur ta' kull biċċa art?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab informat li ebda dipartiment jew entita' li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi m'għandu informazzjoni dwar iċ-ċens u min kien il-perit li għamel il-valutazzjoni ta' kull biċċa art.", "Tabella bil-kumplament ta' l-informazzjoni tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "ADMINISTRATIVE LAW ENFORCEMENT - APPARAT", "27.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Ministru jikkonferma li d-dingies il-ġodda ta' l-administrative law enforcement jinsabu maħżunin fil-compound ta' St. Andrews?", "Jista' jagħti r-raġunijiet għala ma ġewx utilizzati?", "Jista' jikkonferma wkoll li l-vetturi Korandos mogħtija lill-istess taqsima mhux qed jiġu wżati u li dawn jinsabu maqfulin fil-garage tal-pulizija?", "Jista' jagħti r-raġunijiet għala għadhom ma ġewx utilizzati ħlief għal parata tal-police day?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi t-tagħmir imsemmi beda jintuża.", "ĦLASIJIET PENDENTI MILL-KUNSILLI LOKALI", "28.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' il-Ministru jagħti lista ta' kunsilli lokali li għandhom outstanding dues dovuti lid-dipartiment u kemm huma s-somom dovuti?", "Liema kunsilli kellhom parti mis-somom dovuti waivered mill- ministru preċedenti u kemm kienet is-somma waivered?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "STOCK EXCHANGE - TRANSAZZJONIJIET", "32.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomiċi: Jista' l- Ministru jgħid kemm-il transazzjoni ġiet proċessata mill-Borsa ta' Malta sa mill-bidu tagħha u kemm kien it-turnover tal-Borsa kull sena?", "Jista' jgħid ukoll x'tibdil kien hemm fil-persentaġġ ta' xogħol proċessat mill-Borsa matul dawn l-aħħar tliet snin?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li r-risposta tinsab fit-tabella kif gej:", "|Year |No. of |Turnover | | |dals |(Lm) | |1992 |1,694 |11,750,351 | |1993 |2,652 |41,070,718 | |1994 |2,868 |42,551,957 | |1995 |2,499 |46,411,244 | |1996 |3,789 |25,199,054 | |1997 |6,119 |114,228,749 | |1998 |8,506 |134,804,976 | |1999 |16,839 |190,492,632*| |2000 |17,057 |149,012,251 | |2001 |9,526 |169,493,450 | |2002 |7,774 |75,809,878 | |2003 |4,146 |24,100,482 | |(up | | | |to | | | |end | | | |June)| | |", "*Includes Lm74 million which represented sale of Government shareholding in Mid-Med Bank plc to HSBC.", "If this figure is removed, increase in market turnover in 2000 when compared to 1999 is 32%.", "Comparing 2001 to 2000, market turnover registered an increase of 14%.", "Comparing 2002 to 2001, market turnover registered a decrease of 55%", "INTERNATIONAL TRADING COMPANIES", "33.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew iffurmati international trading companies u international holding companies matul dawn l-aħħar tliet snin?", "Jista' jgħid kemm international trading companies u international holding companies għalqu matul dawn l-aħħar tliet snin?", "Jista' jgħid ukoll kemm baqa' kumpanniji offshore?", "ONOR.", "JOHN DALLI: In-numru ta' international trading companies u international holding companies li gew iffurmati huwa:", "|Sena |Kumpanniji | |2000 |543 | |2001 |500 | |2002 |527 | |2003 (sat-30 |310 | |ta' Ġunju) | |", "Kumpanniji offshore kien baqa' 199 sa l-aħħar ta' Ġunju 2003.", "In-numru ta' international trading companies u international holding companies li għalqu huwa dan li ġej:", "|Sena |Kumpanniji| |2000 |81 | |2001 |132 |", "INVESTIMENT BARRANI MILL-MALTIN", "34.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jgħid kemm ġie dikjarat investiment barrani mill-Maltin fl-iskema fejn setgħu jagħmlu dan b'penali mnaqqsa?", "Kemm inġabru flus taħt din l-iskema?", "Minn studji li saru kemm jirriżulta li għad baqa' investiment mhux dikjarat?", "Jikkonsidra li joħroġ skema ġdida għall-investiment li baqa' mhux dikjarat?", "ONOR.", "JOHN DALLI: L-informazzjoni mitluba fl-ewwel żewġ mistoqsijiet ingħatat fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari 38487 fi Frar 2003.", "Dwar it-tielet mistoqsija m'hemmx mezz żgur fil-preżent sabiex issir taf kemm baqa' investiment mhux dikjarat.", "Dwar l-aħħar mistoqsija, il-ministeru qiegħed jikkonsidra talba li saritlu li joħroġ skema ġdida għall-investiment li baqa' mhux dikjarat.", "LIKWIDAZZJONI TA' KUMPANNIJI", "35.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jgħid kemm kumpanniji Maltin ġew likwidati matul l-aħħar tliet snin?", "Jista' jgħid ukoll kemm kumpanniji nqatgħu mir- reġistru tal-kumpanniji f'dawn l-aħħar tliet snin?", "Jista' jgħid kemm kumpanniji għad iridu jaderixxu mal-liġi tal-kumpanniji?", "ONOR.", "JOHN DALLI: L-informazzjoni mitluba hija din:", "|Sena |Kumpanniji | | |likwidati | |2000 |576 | |2001 |682 | |2002 |683 |", "|Sena |Kumpanniji | | |maqtugħin | |2000 |342 | |2001 |275 | |2002 |665 |", "In-numru ta' kumpanniji li għad iridu jaderixxu mal-ligi tal-kumpanniji ta' l-1995 huwa ta' 102.", "NOMINEE COMPANIES", "36.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jgħid kemm jeżistu liċenzji għal kumpanniji nominee?", "Kemm inħarġu minn dawn il-liċenzji matul l-2000, l-2001 u l-2002?", "Wara s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, tali liċenzji jkunu jistgħu jingħataw lil persuni mhux Maltin minn kumpanniji membri?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sat-30 ta' Ġunju 2003 kien hemm 38 kumpannija b'warrant biex jiffunzjonaw bħala nominee waqt li hemm 77 kumpannija liċenzjati bħala nominee.", "Matul l-2000 kien hemm kumpannija waħda li ngħatat il-warrant biex tiffunzjona bħala nominee waqt li kien hemm seba' kumpanniji li ngħataw liċenzja bħala licensed nominee.", "Matul l-2001 kien hemm kumpannija waħda li ngħatat il-warrant biex tiffunzjona bħala nominee waqt li kien hemm sitt kumpanniji li ngħataw il-liċenzja ta' licensed nominee.", "Matul l-2002 kien hemm kumpannija waħda li ngħatat il-warrant biex tiffunzjona bħala nominee waqt li kien hemm erba' kumpanniji li ngħataw l-liċenzja ta' nominee.", "Skond il-proveddimenti ta' l-Att dwar l-Awtorita' għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta, biex kumpannija tingħata liċenzja ta' nominee trid tkun kumpannija reġistrata Malta u l-maġġoranza tad-diretturi jridu jkunu ċittadini Maltin.", "Iżda barranin jistgħu jkunu kemm membri kif ukoll diretturi ta' nominee company.", "Dawn il-provvedimenti ilhom fis-seħħ mill- 1994.", "PROFESSIONAL SECRECY ACT", "37.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jgħid għaliex istituzzjonijiet imsemmija fil- Professional Secrecy Act iridu jiżvelaw informazzjoni lil istituzzjonijiet oħra msemmija fl-istess Att?", "Jista' jgħid meta l-banek lokali jridu per forza jibdew jiskambjaw informazzjoni ma' pajjiżi oħra?", "Jikkonferma li dan se jaffettwa b'mod negattiv lill-benefiċċjarji barranin li għandhom depożiti f'Malta?", "Jista' jgħid sarx studju dwar x'impatt dan kollu jista' jkollu fuq l-investiment lokali?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Id-domanda sfortunatament mhijiex perfettament ċara għal liema obbligi qed tirriferi.", "Xorta waħda jista' jingħad illi din il- materja ġenerali għandha x'taqsam ma' proċeduri mandatorji li jissejħu know your customer procedures, liema obbligi joħorġu taħt il-liġi u r- regolamenti ta' kontra r-riċiklaġġ tal- flus.", "L-għoti ta' informazzjoni, partikolarment dwar identita' ta' klijenti, lill- istituzzjonijiet finanzjarji bħalma huma banek, huwa parti mill-proċess magħruf bħala know your customer li permezz tiegħu l-istituzzjoni finanzjarja ssir taf min hu l-klijent li se jingħata servizz sabiex b'hekk jiġi evitat kemm jista' jkun li s-servizzi ta' istituzzjonijiet finanzjarji jintużaw għal skopijiet illegali bħalma huwa l-ħasil ta' flus.", "Dan huwa standard internazzjonali f'dan il-qasam u huwa rikjest minn leġislazzjoni u pprattikat mill-istituzzjonijiet finanzjarji madwar id-dinja kollha.", "Meta Malta timplimenta standards internazzjonali, partikolarment fil-ġlieda kontra l-ħasil ta' flus u kontra attivitajiet kriminali oħra, dan ma jkollu ebda effett negattiv fuq l-investiment serju li rridu nattiraw lejn pajjiżna, anzi jiggarantixxi r-reputazzjoni ta' pajjiżna u s-serjeta' tas- settur finanzjarju tagħna.", "Apparti minn dawn l-ispjegazzjonijiet, jidher illi t-tieni parti tal- mistoqsija tidher li tirrelata ma' ħwejjeġ li għadhom ta' natura spekulattiva u naħseb illi għadu prematur li wieħed jiddeskrivi xi policies jew proċeduri li għadhom qegħdin jiġu studjati u fadlilhom biex jidħlu fis- seħħ.", "OFFSHORE COMPANIES", "38.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jgħid jekk is-sħubija tagħna fl-Unjoni Ewropea hux se taffettwa l-obbligu ta' kumpanniji offshore li jagħtu informazzjoni lil istituzzjonijiet oħra membri ta' l-Unjoni Ewropea?", "Meta se jsir obbligatorju li tali informazzjoni tiġi skambjata?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Qabel xejn aħjar li wieħed jispjega illi d-domanda tagħti impressjoni li fil-preżent, soċjetajiet offshore għandhom xi obbligu jagħtu informazzjoni lil pajjiżi barranin.", "Mhijiex għalhekk perfettament ċara d-domanda għal liema informazzjoni qegħda tirriferi.", "Żgur m'huwiex il-każ li offshore companies jagħtu xi informazzjoni lill-istituzzjonijiet Ewropej.", "Ta' min jirrileva illi soċjeta' offshore bħalissa jlaħħqu inqas minn 200 u dawn se jispiċċaw f'Settembru 2004.", "QORTI: SEKOND'AWLA – IMĦALLFIN LI JIPPRESEDU", "41.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Ministru jgħid min huma l-imħallfin li qed jippresjedu s- sekond'awla tal-qorti ċivili jew x'arranġamenti jeżistu f'dan is-sens?", "ONOR.", "TONIO BORG: GĦal dak li jikkonċerna l-qorti ta` Malta, minbarra l- Imħallfin Joe Azzopardi u Anton Depasquale, saru arranġamenti temporanji li permezz tagħhom il-Prim Imħallef Vincent DeGaetano u l-Imħallfin Joseph D. Camilleri, Joseph A. Filletti u Philip Sciberras joqogħdu wkoll separatament fil-qorti ċivili, sekond`awla.", "Dawn l-arranġamenti għandhom ikunu fis-seħħ biss għall-perijodu ta` bejn is-16 ta` Lulju 2002 u l-15 ta` Settembru 2003, biż-żewġ dati magħduda.", "Informat ukoll illi fil-qorti tal-maġistrati (GĦawdex), ġurisdizzjoni volontarja, (sekond`awla) hija assenjata u tippresjedi l-Maġistrat Consuelo Scerri Herrera u dan b`effett mill-10 ta` Marzu 2003.", "Ir-rikorsi li kienu għadhom pendenti f`dik id-data quddiem il-Maġistrat Paul Coppini u Antonio Micallef Trigona baqgħu sabiex jieħdu konjizzjoni tagħhom l- istess żewġ maġistrati.", "QRATI – RIKORSI QUDDIEM IS-SEKOND'AWLA", "42.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew preżentati rikorsi għal separazzjoni, f'dawn l-aħħar sitt xhur; rikorsi rigward kwestjonijiet tal-familja jew kura u kustodja pero` mhux separazzjonijiet, matul dawn l-aħħar sitt xhur; rikorsi oħra quddiem is-Sekond'Awla fl-aħħar sitt xhur?", "Kemm minn dawn ġew degretati?", "Meta ġew preżentati?", "Dawk li ġew appuntati, wara kemm ġew appuntati?", "Kemm mir-rikorsi preżentati għadhom ma ġewx appuntati jew degretati?", "Għandha tingħata informazzjoni wkoll dwar meta ġew preżentati?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat kif ġej:-", "Qorti ta` Malta", "|Rikorsi għal |557| |separazzjoni f'dawn | | |l-aħħar sitt xhur | | |Rikorsi rigward |170| |kwestjonijiet | | |tal-familja jew kura u | | |kustodja (jinkludu wkoll| | |rikorsi għal | | |manteniment, aċċess | | |għall-minuri u | | |provvedimenti simili) | | |Rikorsi oħra quddiem |399| |is-Sekond'Awla fl-aħħar | | |sitt xhur | |", "Fir-rigward tar-rikorsi msemmija fil-paragrafu 1, dawn kollha ġew appuntati u dan ifisser li l-qorti diġa` ħadet konjizzjoni tagħhom u parti sostanzjali minnhom ġew degretati seduta stante u cioe` fis-seduti tal-11, 12 u 19 ta` Lulju, 2003, kif ukoll f`seduti li nżammu f`Marzu, April, Mejju u Ġunju.", "Fir-rigward tar-rikorsi msemmija fil-paragrafu 2, ir-rikorsi kollha ġew degretati f`dawn l-aħħar xahrejn, u cioe` f`Ġunju u Lulju.", "Dawk li ma ġewx degretati finalment u cioe` madwar 30 rikors, dawn kollha qed jistennew lir- rikorrent li jagħmel xi atti oħra, bħal notifika, tweġiba jew jagħti aktar informazzjoni.", "Fir-rigward tar-rikorsi msemmija fil-paragrafu 3, aktar minn 230 ġew degretati finalment u l-qorti ħadet konjizzjoni tal-kumplament kollu.", "F`dawn ta` l-aħħar, ir-rikorrent ikun irid jimxi ma digrieti provviżorji, p.e. preżentata ta` dokumenti u proċeduri oħra li għandhom x`jaqsmu mar- rikors relattiv.", "Qorti tal-Maġistrati (GĦawdex)", "|Rikorsi għal separazzjoni |31 | |personali f'dawn l-aħħar | | |sitt xhur | | |(18/01/2003-18/07/2003) | | |Rikorsi rigward |12 | |kwestjonijiet tal-familja | | |jew kura u kustodja, pero' | | |mhux separazzjonijiet f'dawn| | |l-aħħar sitt xhur | | |Rikorsi oħra quddiem |55 | |is-Sekond'Awla fl-aħħar sitt| | |xhur (18/01/2003-18/07/2003)| | |Total: |98 |", "|Kemm minn dawn ġew degretati|51 | |Kemm mir-rikorsi preżentati |29 | |għadhom ma ġewx degretati | | |(konklussivament)** | | |Rikorsi appuntati iżda mhux |17 | |degretati finalment | | |Irtirati |01 | |Total |98 |", "** Dawn qed tittieħed azzjoni fuqhom iżda m`humiex degretati finalment.", "KUMPANNIJI MALTIN – INVESTIMENT DIRETT", "43.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jgħid jekk teżistix statistika jew tistax tingħata informazzjoni dwar kemm infetħu kumpanniji Maltin jew kemm Maltin fetħu kumpanniji/negozji fit-Tuneżija u l-Libja fl-aħħar sentejn?", "Jista' jagħti dettalji dwar dawn il-kumpanniji?", "ONOR.", "JOHN DALLI: In-numru ta' Maltin (normalment permezz ta' entitajiet u kumpanniji reġistrati taħt l-Att ta' 1994 dwar il-Kumpanniji) li fl-aħħar sentejn u nofs għamlu investiment dirett fit-Tuneżija u fil-Libja kien ta' tlieta fit-Tuneżija u ħamsa fil-Libja.", "L-Onor.", "Interpellant jifhem li mhux f'loku li tingħata informazzjoni ta' natura kummerċjali rigward dan l-investiment.", "KUMMISSARJI TAL-ĠUSTIZZJA", "45.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Ministru jgħid min huma dawk l-avukati illi ġew appuntati kummissarji għall-ġustizzja, meta bdew jokkupaw dan l-inkarigu tagħhom u meta jiskadi tali terminu?", "ONOR.", "TONIO BORG: It-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-tabella li poġġejt fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "PROSEKUTURI FI TRIBUNALI LOKALI", "46.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Ministru jgħid min huma dawk l-avukati illi jmexxu l- prosekuzzjoni quddiem it-Tribunali, f'liema sena ħadu l-lawrja u x'inhu l- onorarju tagħhom?", "ONOR.", "TONIO BORG: Jekk l-Onor.", "Interpellant qiegħed jirrIferi għat- Tribunali Lokali, it-tagħrif mitlub dwar l-avukati illi jmexxu l- prosekuzzjoni quddiem it-Tribunali hu kif jidher fit-tabella li poġġejt fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "It-tagħrif rigward is-sena ta` meta ħadu l-lawrija mhux disponibbli.", "ĊENTRU TA' ARBITRAĠĠ", "47.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Ministru jgħid min huma l-arbitri tal-Malta arbitration centre?", "Jista' jgħid ukoll kemm kienet in-nefqa biex sar dan iċ-ċentru?", "Jista' jgħid kemm iqum flus dan iċ-ċentru kull sena?", "ONOR.", "TONIO BORG: Dwar l-ewwel parti tal-mistoqsija, nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tieni parti tat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 1342.", "Dwar il-kumplament tal-mistoqsija, ninsab informat illi n-nefqa biex sar iċ- ċentru ta` l-arbitraġġ kienet ta` Lm109,421.45, filwaqt li ċ-ċentru rċieva sovvenzjoni mingħand il-gvern kull sena kif jidher hawn taħt:-", "|Sena |Ammont| | |(Lm) | |1998 |50,000| |1999 |70,000| |2000 |50,000| |2001 |30,000| |2002 |30,000| |2003 |28,000|", "L-arbitri taċ-ċentru huma dawk li jidhru fid-domestic arbitration panels taċ-ċentru.", "Dawn il-persuni ntgħażlu skond policy stabbilita miċ-ċentru bbażata fuq esperjenza u/jew taħriġ.", "F`dan ir-rigward qed tiġi ppreżentata lista ta` persuni li jinsabu fl- imsemmija domestic arbitration panels taċ-ċentru Malti ta` arbitraġġ.", "GĦAJNUNA LEGALI", "48.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Ministru jgħid kemm nefaq flus il-gvern fis-snin 2000, 2001 u 2002 fuq għajnuna legali?", "ONOR.", "TONIO BORG: Jekk l-Onor.", "Interpellant b`nefqa qed jifhem l-ispiża fis-salarji u honoraria li tħallsu fir-rigward ta` l-uffiċċju ta` l-avukat għal għajnuna legali, ninsab informat illi din kienet kif ġej:", "|Sena |Ammont | | |(Lm) | |2000 |13,892 | |2001 |18,201 | |2002 |17,484 |", "BOV HOME LOANS", "50.", "L-ONOR.", "JOSEPH ABELA staqsa lill-Ministru għat-Teknoloġija ta' l- Informazzjoni u Investiment: Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' kummissjonijiet ta' flus li ngħataw, jekk hu l-każ, lill-aġenti/sensara illi jressqu klijenti prospettivi lill-BOV Home Loans, u dan tul is-snin 1998, 1999, 2000, 2001 u 2002, sena b'sena u xahar b'xahar ?", "Jista' jingħad kemm kienu l- bad debts għall-istess xhur u snin involuti ?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Minħabba n-natura kummerċjali tal-BOV, mhux fl-interess tal-kumpannija li jingħata t-tagħrif mitlub.", "BOV – ĠBIR TA' DONAZZJONIJIET", "51.", "L-ONOR.", "JOSEPH ABELA staqsa lill-Ministru għat-Teknoloġija ta' l- Informazzjoni u Investiment: Jista' il-Ministru jgħid kemm inġabru flus f'donazzjonijiet miġbura fl-uffiċċju tal-mortgages fil-BOV Palace Square, Valletta, b'risq l-hekk imsejjaħ studju xjentifiku li sar, jew qiegħed isir, jew li kellu jsir dwar il-marda tal-kanċer?", "Jista' ġentilment jingħata breakdown tal-ġbir tul dawn l-aħħar snin u kif u fejn intnefqu?", "Sar xi forma ta' kontroll u ta' awditjar u ingħataw irċevuta għal kull donazzjoni?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Minħabba n-natura kummerċjali tal-BOV, mhux fl-interess tal-kumpannija li jingħata t-tagħrif mitlub.", "UNIVERSITA' – KAPIJIET TAL-FAKULTAJIETI", "53.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jagħti dettalji ta' min huma l-kapijiet tal-fakultajiet kollha ta' l-universita'?", "Jista' jgħid ukoll kemm hemm professuri l-universita' u kemm hemm associate professors?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat kif ġej:- Architecture and civil engineering Mr Joe Falzon Arts Prof Dominic Fenech Dental surgery Prof John M Portelli Economics, management and accountancy Prof Daniel Darmanin Education Dr Carmel Borg Engineering Prof Maurice Grech Laws Prof Ian Refalo Medicine and surgery Prof Godfrey Laferla Science Prof Alfred Vella Theology Prof George Grima", "Full-time u part-time professors 50 Full-time u part-time associate professors 38", "UNIVERSITA' - MASTERS FIL-PSIKOLOĠIJA", "54.", "L-ONOR.", "HELEN D'AMATO staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex il-kors ta' masters fil- psikoloġija mhux imniżżel fil-lista tal-korsijiet li l-universita' ta' Malta qed toffri għas-sena akkademika li tibda f'Ottubru li ġej?", "Meta hemm il-ħsieb li jinfetaħ dan il-kors?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-ministeru ta' l-edukazzjoni qiegħed jagħmel l-almu tiegħu sabiex jikseb il-fondi neċessarji ħalli l-kors jinfetaħ taħt open call għal numru limitat ta' psikoloġisti kull sena.", "In-numru huwa limitat għax il-kors jirrikjedi superviżjoni one-to-one, sabiex il-gradwat ikun konsidrat li kiseb il-kompetenzi meħtieġa fl-aħħar tal-kors.", "BOV - ĠBIR TA' DONAZZJONIJIET", "55.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għat-Teknoloġija ta' l- Informazzjoni u Investiment: Jista' il-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm inġabru flus f'donazzjonijiet miġbura fl-uffiċċju tal-mortgages fil-BOV Palace Square, Valletta b'risq l-hekk imsejjaħ studju xjentifiku li sar jew qiegħed isir jew li kellu jsir dwar il-marda tal-kanċer?", "Jista' jingħata breakdown tal-ġbir tul dawn l-aħħar snin u kif u fejn intnefqu?", "Sar xi forma ta' kontroll u ta' awditjar, u ingħatat irċevuta għal kull donazzjoni?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Minħabba n-natura kummerċjali tal-BOV, mhux fl- interess tal-kumpannija li jingħata t-tagħrif mitlub.", "BOV HOME LOANS", "56.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għat-Teknoloġija ta' l- Informazzjoni u Investiment: Jista' il-Ministru jgħid min huma l-avukati li jiċċekkjaw il-files tal-home loans, BOV, Palace Square, Valletta qabel ma jsiru l-kuntratti?", "Meta ġew ingaġġati u taħt liema kondizzjonijiet?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Minħabba n-natura kummerċjali tal-BOV, mhux fl-interess tal-kumpannija li jingħata t-tagħrif mitlub.", "BLACKLISTING TA' SQALLI", "58.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Ministru jgħid x'għadu jimpedixxi lill-awtoritajiet konċernati milli jneħħu lis-sajjied Sqalli ta' nazzjonalita' Taljana - id-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament - mill-blacklist ta' dawk il-persuni li m'għandhomx permess jidħlu f'Malta?", "ONOR.", "TONIO BORG: It-talba ta` l-Onor.", "Interpellant qed tiġi kkonsidrata."]} {"filename": "20041011_170d_par.doc", "date": "2004-10-11", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 170 It-Tnejn, 11 ta' Ottubru, 2004 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 170 It-Tnejn, 11 ta' Ottubru, 2004", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.02 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "170", "It-Tnejn, 11 ta' Ottubru, 2004", "WERREJ", "MINUTI 450", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 450", "TQEGĦID TA' KARTI 457", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-MEDJAZZJONI (IT-TIENI QARI)", "MEDIATION BILL (SECOND READING) 458", "AĠĠORNAMENT 481", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 487", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 169 li saret fis-6 ta' Ottubru, 2004, ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "PULIZIJA - TAĦRIKIET FUQ SEWQAN EĊĊESSIV", "7027.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jindika n-numru ta' taħrikiet maħruġa mill-pulizija fuq sewqan eċċessiv matul din is-sena?", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI (Segretarju Parlamentari) (f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern): Ninsab informat illi matul l-ewwel tmien xhur ta' din is-sena l-pulizija għamlet 858-il taħrika dwar sewqan eċċessiv.", "PULIZIJA - TAĦRIKIET FUQ PARKING ILLEGALI", "7028.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jindika n-numru ta' taħrikiet maħruġa mill-pulizija dwar parking illegali matul din is-sena u s-sena l-oħra?", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI (f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u l-Intern): Matul is-sena 2003 il-pulizija għamlet 21,774-il taħrika u bejn Jannar u Awwissu ta' din is-sena għamlet 19,909-il taħrika konnessa ma' parking illegali.", "QRATI - PERSUNI AKKUŻATI FUQ MONEY LAUNDERING", "7029.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jindika kemm tressqu persuni l-qorti akkużati b'money laundering minn mindu daħlet fis-seħħ il- liġi?", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI (f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u l-Intern): Mir-records disponibbli jidher li kien hemm disa' persuni li tressqu l-qorti mill-pulizija b'akkużi relatati ma' money laundering minn mindu ġiet fis-seħħ l-istess liġi.", "PULIZIJA - RAPPORTI DWAR SUWIĊIDJI", "7030.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jindika n-numru ta' suwiċidji li kienu rapportati din is-sena?", "Liema kienu l-iżgħar u l-ogħla etajiet?", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI (f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u l-Intern): Ninsab informat illi matul l-ewwel tmien xhur ta' din is-sena ġew irrapportati 20 każ ta suwiċidju lill-pulizija.", "L-eta` tal- vittmi kienet tvarja bejn is-17 u l-84 sena.", "PULIZIJA - SEJBA TA' DROGI", "7031.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jindika l-ammont ta' droga li din is-sena nqabdet mill-pulizija?", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI (f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u l-Intern): Ninsab informat illi l-ammont u t-tip ta' droga li nqabdet mill-pulizija matul l-ewwel tmien xhur ta' din is-sena huwa kif ġej:", "Cocaine 107.64grms Heroin 674.849grms Cannabis plants 288 plants Cannabis grass 2.345kg Cannabis resin 14.639kg Cannabis seed 2,281 seeds Cannabis joints 7 joints Ecstacy 845.5 tablets Amphetamine 69.4grms Dalmain 4 tablets", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Azzopardi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JASON AZZOPARDI: Jista' s-segretarju parlamentari jagħtina ftit update dwar il-laboratorju forensiku wara dak kollu li smajna f'dawn l- aħħar ġranet?", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Nixtieq infakkar lill-Onor.", "Membru li dan il-ministeru m'huwiex responsabbli mil-laboratorju forensiku jew mill- impjegati tiegħu pero' fil-mezzi tax-xandir ingħata prominenza l-fatt li dawn l-impjegati issa ġew integrati man-national laboratory.", "Jiġifieri dak kollu li kien isir fl-Evans laboratory issa se jibda jsir f'dan il- laboratorju.", "Nirringrazzja lil kulmin ħa sehem f'din il-ħaġa għax waslet f'eżitu tajjeb.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Azzopardi.", "ONOR.", "JASON AZZOPARDi: Jista' s-segretarju parlamentari jgħid jekk l- ammont ta' droga li nqabdet mill-pulizija huwiex wieħed mill-ogħla li nqabdu matul dawn l-aħħar snin f'pajjiżna?", "Jekk inhu hekk, ma jaħsibx li dan jixhed l-impenn kostanti u effettiv tal-forzi ta' l-ordni biex din il- problema tiġi miġġielda?", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Nirringrazzja lill-Onor.", "Membru tad- domanda li għamilli għax b'hekk ikolli l-opportunita` nuri biċ-ċar il-ħidma kbira li qed tagħmel il-forza ta' l-ordni - ġeneralment din ma tkunx tidher - biex tikkontrolla u tikkumbatti b'mod tajjeb u kemm jista' jkun mill- ewwel, il-problema kbira ta' traffikar ta' droga f'pajjiżna.", "Huwa minnu li l-ammont ta' droga li nstabet din is-sena kien fost l-ogħla li nstab tul is- snin.", "Infakkar lill-Onor.", "Membru li fis-snin preċedenti nqabdu diversi tipi ta' droga u anke nies li jittraffikawha, kemm Maltin kif ukoll oħrajn li jkunu ġejjin minn barra.", "Permezz ta' investigazzjoni tajba li għamlet il-forza ta' l-ordni, irnexxielha ssib 288 pjanta tal-cannabis li ġiet imħawla u miżrugħa f'pajjiżna stess.", "Huwa minnu li l-qabda ta' din is-sena kienet waħda mill-qabdiet tajbin tal-pulizija.", "Ovvjament is-sena għadha m'għalqietx u jiena nawgura li bħas-snin ta' qabel tkun waħda li turi li l- Istat huwa preżenti u qiegħed jagħmel is-sehem tiegħu biex jikkontrolla l- problema tad-droga.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Naturalment wieħed jifraħ meta jisma' li l-forza ta' l- ordni qed tagħmel xogħolha sew fejn tidħol droga u traffikar tagħha.", "Is- segretarju parlamentari ma jidhilrux iżda li l-pulizija m'hijiex mgħammra biżżejjed u l-fatt li nsibu klandestini jiġru fit-toroq tagħna bla ma ħadd ma jkun jaf bihom, juri li hawn nuqqas ta' sigurta`?", "Ma jaħsibx li l-gvern għandu jieħu passi biex jattrezzahom ħalli verament ikollna sigurta` f'pajjiżna?", "Rigward il-laboratorju forensiku, jista' s-segretarju parlamentari jassigurana li l-affarijiet fil-qrati issa qed jiffunzjonaw sew wara l- waqfa li kien hemm?", "Jista' jelabora dwar dan il-fatt u jgħidilna kif ġiet solvuta l-problema?", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Mr Speaker, aktar ma l-forzi ta' l-ordni u l-pulizija jkollhom mezzi, aktar aħjar.", "Fil-fatt tul dawn l-aħħar snin aħna ħadna ħsieb li nżidu kull darba l-istrumenti u l-mezzi kollha għad- dispożizzjoni ta' dawn in-nies.", "Ovvjament it-teknoloġija moderna dejjem tavvanza u kulmin huwa nvolut f'dawn it-tipi ta' operazzjonijiet li huma marbutin mad-droga dejjem irid jaġġorna ruħu, jiġifieri din hija ġlieda kontinwa bejn il-forza ta' l-ordni u l-forza tal-kriminalita` organizzata.", "Rigward il-kwestjoni tal-klandestini naħseb illi l-gvern Malti qed jiġi kkritikat internazzjonalment għax in-nies kollha li jiġu minn barra jieħu ħsieb li jdaħħalhom fid-detention centres.", "Sfortunatament hawn ħafna nies f'pajjżna li qed jipprovaw jimminawna sabiex meta jiġu n-nies minn barra u ai termini tal-liġi jinżammu f'post ristrett u ma jitħallewx joħorġu minnu qabel ma jsirilhom l-eżami ta' l-applikazzjoni tagħhom.", "Jiġifieri sakemm isir il-proċess li permezz tiegħu nkunu nafu jekk dawn humiex rifuġjati u ta' liema nazzjonalita` huma - għax jgħidu li jkunu ta' nazzjonalita` u fil- fatt ikunu ta' nazzjonalita` oħra - wieħed irid iżommhom fiċ-ċentru ta' detenzjoni.", "Allura l-idea li hemm xi klandestini li qegħdin jiġġerrew barra, hija għal kollox żbaljata.", "In-nies li jkunu qegħdin fl-open centres jew ikunu ġew rikonoxxuti bħala rifuġjati jew ikunu ġew mogħtija l-istatus umanitarju.", "Rigward il-kwestjoni tal-qorti rrid ngħid li l-ewwelnett il-mezzi tax- xandir taw wieħed x'jifhem li l-proċessi kollha tal-qorti jinsabu weqfin meta dan m'huwiex minnu.", "Il-verita` hi li ġew innominati tliet esperti partikolari biex jieħdu ħsieb uħud minn dawn il-proċessi.", "Dwar il-kontaminazzjoni nixtieq ngħid li s'issa kulma għandna huma ħafna dikjarazzjonijiet gratwiti ta' kelliema ta' l-oppożizzjoni li qed igħidu li dawn wisq probabbli sarilhom hekk u ġralhom hekk.", "Wieħed ma jistax jitlaq jiġri imma jrid jara ċ-ċirkostanzi partikolari ta' kull każ.", "Jien naf li s- soltu meta l-esperti jidħlilhom xi ħaġa, jaqbdu u jagħmlu l-analisi neċessarja għax jekk din ma ssirx fil-mument li jsir id-delitt jew ftit wara, speċjalment f'affarijiet li għandhom x'jaqsmu mad-demm jew affarijiet oħra anċillari ma' dawn it-tipi ta' likwidi, wieħed jitlef kollox.", "Jien nippreżumi li billi dawn huma esperti li ilhom il-qorti, jafu l-affarijiet tagħhom u ħafna mill-eżamijiet li għamlu, għamluhom fil-bidu.", "L-idea tal- kontaminazzjoni ma nistax neskludiha pero' fl-istess ħin ma nistgħux neħduha for granted li kwalunkwe ħaġa li kien hemm hemm ġew, hija kontaminata.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, lis-segretarju parlamentari rriferejtu għall-klandestini li jkunu jiġru fit-toroq, anke ġewwa Għawdex - skond kif ġie rrapportat f'gazzetti lokali - u allura ma nafx x'għandu x'jaqsam l- open space centre.", "Mhux aħjar ikun preċiż u jgħidilna eżattament x'qed jagħmel il-gvern biex ikun hemm aktar sigurta` f'dan ir-rigward?", "Jekk is- segretarju parlamentari ma jistax jinnota li ċerti klandestini sabuhom jimxu fit-toroq u hu qed jgħid li kienu f'open centre, allura kulmin jiġi jagħmel kuntrabandu f'open centre ikun!", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Mr Speaker, jiena nagħmel l-iżball li meta niġi biex inwieġeb dawn id-domandi nippreżumi li l-kelliema ta' l- oppożizzjoni jaqraw il-gazzetti u jżommu lilhom infushom aġġornati mal- ħidma tal-gvern f'dan il-kamp partikolari.", "Irrid ngħid ukoll li hija idea żbaljata li xi ħaġa li għandha x'taqsam mal-klandestini illegali nagħmluha xi ħaġa politika li taqsam iż-żewġ naħat tal-Kamra.", "Jista' jkun li kien hemm persuna jew tnejn li kienu mexjin Għawdex, waslu Malta u kienu għadhom ma daħlux fiċ-ċentru tad-detenzjoni.", "Naturalment wieħed irid jifhem li ma jistax ikollna l-pulizija max-xtut kollha l-ħin kollu biex jagħmlu l-patrol u jekk jaraw lil xi ħadd tiela' mill-bajja l- Ħamra jew mill-bajja ta' San Tumas, mill-ewwel jeħduh fiċ-ċentru tad- detenzjoni!", "Jiġifieri jekk jiġi xi ħadd hawn Malta u ma jkunx inqabad mill- ewwel nifhimha, pero' l-maġġoranza ta' dawn il-klandestini, malli jinżlu f'pajjiżna jitqegħdu fiċ-ċentru tad-detenzjoni.", "Issa nirrepeti li jekk hemm minnhom li ngħataw l-istatus ta' rifuġjati jew l-istatus umanitarju u ħarġu fl-open centres, allura dawk għandhom l-liberta` tal-moviment fil- pajjiż.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, is-segretarju parlamentari jħobb idawwar daqsxejn id-diskors għax jiena semmejtlu l-klandestini bħala eżempju.", "Jiġifieri l-fatt li dawn ġieli jirnexxielhom jidħlu f'pajjiżna bla ma jinduna bihom ħadd - ħafna drabi jiġu rapportati min-nies u mhux jaqbadhom min huwa responsabbli mis-sigurta` - ma jindikax ċar li min irid jabbuża billi jittraffika d-droga jew idaħħal xi kuntrabandu f'pajjiżna, jista' faċilment jagħmel dan ladarba m'hawnx sigurta` biżżejjed?", "Jien għalhekk semmejtlu l-klandestini!", "Jista' s-segretarju parlamentari jispjega eżatt x'sigurta` għandna fil-kosta tagħna?", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Bir-rispett kollu lejn il-ħabib kollega tiegħi, is-sigurta` f'pajjiżna hija waħda tajba u wieħed kemm jista' jkun ikun jaf minn qabel b'dawn il-persuni li jkunu ġejjin bħala immigranti illegali f'pajjiżna.", "Rigward il-kwestjoni tad-droga, wieħed jipprova jikkontrollaha bil-mezzi u l-istrumenti kollha li għandu.", "Fil-fatt il-pulizija għamlet numru ta' qabdiet - kif jidher fir-risposta għad-domanda parlamentari li saritli - u dan jindika b'mod mill-iktar ċar li meta f'pajjiżna jidħlu nies permezz ta' dgħajjes jew mill-ajruport, il-pulizija qed tara li ssir ċerta sigurta`.", "Dan ifisser li l-argument tal-ħabib tiegħi ma jreġix għax l-Istat qiegħed jagħti l-apparat kollu lill-forzi ta' l-ordni biex wieħed ikun jista' jaqbadhom.", "Pero' kif wieħed jaf, illum tant hu kbir in-numru ta' nies li ġejjin u sejrin minn pajjiżna, li ma' dan it-trapass ta' nies ikollok persentaġġ minnhom li sfortunatament iġibu magħhom id-droga minn barra minn Malta.", "Pero' lanqas irridu nċekknu lil dawk li qegħdin hawn Malta, li jkabbru l-pjanta cannabis u li huma wkoll parti mill-operazzjoni tal-ħidma li ssir f'dan il-pajjiż.", "Dan ifisser li għandna problema kemm interna kif ukoll esterna.", "Għal dan il-għan il-forza ta' l-ordni f'pajjiżna hija kkonċentrata fuq iż-żewġ setturi u fil-fatt qed tagħti riżultati pożittivi.", "Wieħed m'għandu bl-ebda mod juri lil dawn in-nies li ġo din il-Kamra hemm xi kwestjoni fuq dan il-punt u li allura hemm nuqqas ta' għaqda bejnietna fil-ġlieda kontra t-traffikar tad-droga, għax dan jista' jagħtihom x'jifhmu li jistgħu jdaħħlu aktar droga jew jabbużaw aktar.", "QRATI - PERSUNI AKKUŻATI BI TRAFFIKAR TA' DROGA", "7032.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jindika n-numru ta' persuni li din is-sena tressqu l-qorti akkużati bi traffikar ta' droga?", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI (f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u l-Intern): Ninsab informat illi matul l-ewwel tmien xhur ta' din is-sena l-pulizija ressqet 95 persuna akkużata fuq traffikar ta' droga.", "AMBAXXATA MALTIJA F'BEIJING", "7288.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Leo Brincat) staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid jekk fl-ambaxxata Maltija f'Beijing hemmx aġenta partikolari li tibgħat studenti Ċiniżi Malta għat-tagħlim ta' l-Ingliż li tingħata attenzjoni preferenzjali b'paragun ma' aġenti oħrajn Ċiniżi?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (Segretarju Parlamentari) (f'isem il-Ministru ta' l- Affarijiet Barranin): Jiena nformat li l-ebda aġent partikolari li jibgħat studenti Ċiniżi biex jitgħallmu l-Ingliz f'Malta m'hu jingħata trattament preferenzjali għad-detriment ta' aġenti oħra Ċiniżi.", "Jekk l-Onor.", "Interpellant għandu xi tagħrif għad-dispożizzjoni tiegħu li jindika l-kuntrarju, nitolbu jgħaddihuli.", "PERSUNI TA' NAZZJONALITA` ĊINIŻA", "7289.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Leo Brincat) staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew deportati Ċiniżi minn Malta mill-bidu tas-sena talli daħlu illegalment jew qagħdu f'pajjiżna aktar milli kellhom permess?", "Jista' jgħid jekk sarux protesti wkoll min-naħa ta' l-awtoritajiet Taljani dwar Ċiniżi li qegħdin jaħarbu minn Malta lejn l-Italja?", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI (f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern): Ninsab informat illi bejn Jannar u Settembru ta' din is-sena kien hemm 73 persuna ta' nazzjonalita` Ċiniża li tneħħew minn Malta wara li rriżulta li b'xi mod kienu qegħdin Malta illegalment.", "Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija ninsab informat illi l-pulizija ma kellhiex tali protesti.", "AMBAXXATI MALTIN", "7290.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Leo Brincat) staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jikkonferma jekk l-accounts ta' l-ambaxxati Maltin humiex kollha konformi mal-financial regulations tal- gvern, b'mod partikolari fl-Italja, Brussell, l-Irlanda u l-Ungerija?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin): Jien informat mis-segretarju permanenti li ma jirriżultax li l-ambaxxati msemmija m'humiex konformi mal-financial regulations.", "PERSUNA LI QED ISSERVI FIL-MISSJONI PERMANENTI TAL-UE", "7291.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Leo Brincat) staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin: Huwa minnu li l-persuna li isimha qed jintbagħat separatament u li qed isservi fil-missjoni permanenti ta' l-UE diġa` qed tgħid li se tinħatar ambaxxatur għas-Slovenja fi żmien mhux 'il bogħod?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin): M'għandix mezz biex inkun naf x'qegħdin jgħidu persuni individwali.", "MEDITERRANEAN ACADEMY OF DIPLOMATIC STUDIES", "7292.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Leo Brincat) staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin: Huwa minnu li hemm xi diffikultajiet dwar il- Mediterranean academy of diplomatic studies li għal xi raġuni jew oħra l- partners Svizzeri qegħdin jikkonsidraw li jirtiraw minnha?", "Jikkonferma li saru diversi kuntatti biex tiġi megħluba din il-problema?", "Jista' jgħid min għamel dawn il-kuntatti?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin): Fuq stedina ta' l-aġenzija Svizzera ta' l-iżvilupp u l-kooperazzjoni, delegazzjoni Maltija żaret Berna fit-2 ta' Settembru biex tiddiskuti t- tisħiħ tal-Mediterranean academy for diplomatic studies.", "Iż-żewġ naħat qablu li jġeddu l-arranġament eżistenti waqt li jiddiskutu t- tfassil ta' ftehim ġdid biex iseħħ dan it-tisħiħ.", "Iż-żewġ naħat qablu li jġeddu l-arranġament li jeżisti bejniethom għal sena oħra u li jiltaqgħu f'Malta fil-ġimgħat li ġejjin sabiex jibdew it-taħdidiet għat-tfassil ta' ftehim ġdid biex iseħħ dan it-tisħiħ.", "EUROPEAN SECURITY AND DEFENCE COLLEGE - PILOT COURSE", "7311.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Minn min kienet irrappreżentata Malta fil-pilot course ta' l- European security and defence college?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Malta kienet rappreżentata mill-logutenent kurunell Gerald Degaetano.", "AWTORITA` TAD-DJAR", "7366.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Stefan Buontempo) staqsa lill- Ministru tal-Familja u tas-Solidarjeta` Soċjali: Tista' l-Ministru tgħid jekk persuna li fil-passat kienet xtrat fond tal-gvern tistax tibbenifika minn waħda mill-iskemi ta' l-awtorita` tad-djar meta din tkun diġa` ħadet għajnuna?", "Liema hi l-iskema li tista' tibbenefika minnha?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru tal-Familja u tas-Solidarjeta` Soċjali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li persuna li tkun ibbenefikat minn xiri ta' proprjeta` mingħand l-awtorita` tad-djar ma tkunx tista' tibbenefika minn xi għajnuna oħra mill-istess awtorita`.", "ISLA - PROĠETT TAL-MOLL", "7367.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Stefan Buontempo) staqsa lill- Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jgħid, fid-dawl tar-risposta li kien tani waqt l-inawgurazzjoni tas-sur ta' Sant'Anna f'Senglea, meta se jibda l-proġett ta' irranġar tal-moll ta' l-Isla?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT (Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq): Huwa ppjanat li x-xogħlijiet fuq il-moll ta' l-Isla jiġu mwettqa s-sena li ġejja meta huwa mistenni li jiġu allokati fondi speċifiċi fuq dan il-proġett.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jista' l-ministru jgħidilna l-ewwelnett min se jkun responsabbli għal dan il-proġett u x'kienet ir-raġuni li l-moll tħalla għal ħafna xhur mingħajr ma ġie rranġat u allura ma setax jintuża?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Mr Speaker, għal kull proġett ta' natura kapitali jrid ikun hemm vot li minnu jridu jmorru l-fondi biex isir ix- xogħol neċessarju.", "Minħabba li l-ħsara li rriżultat ma kienx hemm ippjanat għaliha, ma kienx hemm it-tali vot u dan se jidħol fil-budget li jmiss.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Dan ifisser li ladarba m'hemmx flus ivvotati għal triq partikolari u din tisfronda, għandna nistennew il-budget ta' wara biex isir ix-xogħol fuqha?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Naħseb li l-Onor.", "Interpellant huwa intelliġenti biżżejjed li jista' jasal għar-risposta tal-mistoqsija li għamel hu stess pero' jekk il-valur tax-xogħlijiet huwa sostanzjali, kultant hekk ikollu jsir.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, l-aħħar darba għamilt mistoqsija supplimentari dwar toroq fil-Kalkara, fosthom Triq Ħbit mill-Ajru u Triq il- Konvoj ta' Santa Maria.", "Peress li dawn huma toroq żgħar u ilhom is-snin bir-residenti joqogħdu fihom, meta huwa pprogrammat li jiġu asfaltati?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Mr Speaker, naturalment ma jistax ikun li jiena nkun naf l-ismijiet tat-toroq kollha bl-amment pero' ma jirriżultalix li dan l-aħħar saru talbiet speċifiċi dwar xi toroq fil-Kalkara.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Infakkar lill-Ministru li f'dawn it-toroq, li jinsabu f'area speċifika fil-Kalkara, ilu li tela' l-bini u saru s-servizzi kollha fihom.", "Jista' jgħid x'inhi l-policy tal-gvern biex dawn jiġu asfaltati?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Hemm diversi kriterji li wieħed jista' jistabbilixxi.", "Naqbel miegħu li l-ikbar kriterju hu kemm it-triq tkun ilha li tlestiet u l-ispejjeż li jkunu rriżultaw minnha, għalkemm dawn huma sekondarji.", "Jekk din it-triq ilha tistenna biex isir ix-xogħol fuqha, suppost li għandha ssir, imma kultant ikollok talbiet speċifiċi li lilna jagħmluna aktar konxji mill-ħteġijiet ta' ċerti toroq.", "Dak li qed ngħid hawn hu li ma jirriżultalix li fuq dawn it-toroq fil- Kalkara kellna xi talbiet rikjesti imma bħalissa qegħdin nistabbilixxu liema se jkun il-programm tagħna fuq toroq residenzjali għas-sena d-dieħla.", "Dan se jkun ibbażat fuq il-kriterji l-iktar ta' kemm ilhom lesti dawn it- toroq, kemm hemm residenti fihom u ovvjament il-valur tax-xogħlijiet.", "BORMLA - PROBLEMA TA' DRENAĠĠ", "7368.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Stefan Buontempo) staqsa lill- Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika: Jista' l-Ministru jgħid x'passi se jieħu d-dipartiment tad-drenaġġ biex tissolva l-problema ta' drenaġġ li hemm ħdejn Cospicua Rangers F.C. f'Bormla?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għall-Kompetittivita` u l-Komunikazzjoni) (f'isem il-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l- Informatika): Jiena nformat li uffiċjali tal-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma spezzjonaw il-main pubbliku tad-drenaġġ fit-triq indikata u ma rriżultax li hemm xi problemi f'dan il-main.", "Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-korporazzjoni m'għandha ebda gurisdizzjoni fuq sufuni u konnessjonijiet privati li jagħtu għal dan il- main u investigazzjonijiet dwar dawn normalment isiru mid-dipartiment tas- saħħa.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Tqegħid ta' karti.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni, żgħażagħ u Impjieg, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar għalliema li ggradwaw fl-2004, imqassma skond is-suġġett ta' speċjalizzazzjoni tagħhom, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7518;", "f'isem il-Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali numru 432 ta' l-2004 – Regolamenti ta' l-2004 dwar il- Bejgħ fis-Suq ta' Gass Naturali;", "f'isem il-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l- Informatika, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Dokumenti in konnessjoni mal-privatizzazzjoni tal-Freeport; u", "f'isem il-Ministru għall-Familja u Solidarjeta` Soċjali nqiegħed fuq il- mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar kontribuzzjonijiet li nġabru mingħand l-anzjani bejn Lulju u Settembru 2004, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7620.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil- Komunita`.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunita`: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar ħlasijiet pendenti lil kuntratturi għal xogħlijiet u servizzi li saru jew ingħataw lid-Diviżjoni tas-Saħħa u entitajiet oħra li jaqgħu taħt ir-responsabbilta` tal-Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunita`, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7582; u", "Kopja tal-kuntratt datat 28 ta' Mejju 2001, li sar bejn il-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi u Horwath CLS/EC Harris għal xogħol ta' Cost Control fuq l-Isptar Mater Dei, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7827.", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari Anthony Abela.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Mr Speaker, f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi nqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali numru 433 ta' l-2004 – Regolamenti ta' l-2004 dwar il- Konflitt fl-Interess;", "Avviż Legali numru 434 ta' l-2004 – Regolamenti ta' l-2004 dwar Tipi ta' Awditjar Intern; u", "Tabella li tagħti tagħrif dwar persuni self-employed li ġew mistiedna mit-Tax Compliance Unit sabiex jidħlu f'taħditiet ħalli jaslu għal ftehim fuq it-taxxa tad-dħul, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7769.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-MEDJAZZJONI", "MEDIATION BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mis-6 ta' Ottubru, 2004 Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joseph Brincat huwa in possession u s'issa ħa tliet minuti.", "ONOR.", "JOSEPH BRINCAT: Mr Speaker, fl-aħħar intervent tiegħi kont qiegħed ngħid li jien qiegħed nintervjeni f'din id-diskussjoni mhux biex nitkellem dwar l-avukati, għax kif għedt, l-aktar li setgħu ivvotawli fid-distrett kienu tlieta, wieħed minnhom jien stess.", "Il-kumplament ta' dawk li vvotawli kienu ċittadini li m'humiex avukati.", "GĦalhekk id-dover tiegħi huwa lejn iċ-ċittadini, mhux lejn l-avukati, għax dawn jekk iridu jgħidu xi ħaġa, jistgħu jgħiduha fil-kamra ta' l-avukati.", "Anzi jien immur oltre minn hekk u ngħid li jista' jkun li wasal iż-żmien li l-avukati, jekk jidhrilhom li għandhom xi interessi x'jipproteġu, iwaqqfu union għalihom, filwaqt li l-kamra ta' l-avukati titħalla għall-affarijiet ta' etika u rappreżentanza b'dak il-mod.", "GĦal dak li għandu x'jaqsam mad-drittijiet tax-xogħol, naħseb li wasal iż- żmien li l-avukati joħolqu union għalihom.", "Dan kont ipprovajt ngħidu, pero' kien ikun żball kieku komplejt nipproponih jien, għax peress li jien imdaħħal fil-politika jista' jkun li kien ikun hemm min igħidli li qiegħed nagħmel dan għal skop politiku.", "Min ikun fil-union m'għandux ikun imdaħħal f'konflitti ta' interess jew f'potenzjal ta' konflitti ta' interess.", "Mr Speaker, jien bl-ebda mod m'hu se niddefendi lill-avukati.", "L-uniku korp li jeżisti hija l-kamra ta' l-avukati, u din, jekk trid, titkellem hi.", "Jien għandi obbligu lejn iċ-ċittadini li bagħtuni hawn biex nitkellem għalihom.", "Rigward dak li qal l-Onor.", "Edwin Vassallo, u ċioe' li l-avukati għandhom il-ħanut lest għalihom mill-gvern, jien ngħid li għalkemm lill- Onor. Vassallo nisimgħuh jitkellem dwar il-liġijiet, huwa s-segretarju parlamentari għas-self-employed iż-żgħar.", "Dawn huma biss is-sidien tal- ħwienet?", "L-avukati u n-nutara – li wieħed minnhom qiegħed quddiemi, avolja qiegħed jagħtihi dahru – m'humiex self-employed żgħar?", "Mela dawn ukoll jaqgħu taħt ir-responsabbilta` tas-Segretarju Parlamentari Vassallo, u għalhekk għandu jieħu ħsiebhom ukoll.", "Huwa l-Onor.", "Vassallo li għandu jieħu ħsiebhom, mhux jien.", "Jien se nitkellem għan-nom taċ-ċittadini, li permezz ta' din il-liġi, se jinqarsu.", "Lill-Onor.", "Edwin Vassallo ngħidlu li għandu żball u li ma jafx l-affarijiet kif inhuma.", "Il-qorti m'hijiex il-ħanut li l-aktar li tagħti negozju lill- avukati.", "Se nuża kelma li tidher fid-dizzjunarju tal-Professur Ġuże` Aquilina u allura ħadd ma jista' jgħidli li m'hijiex parlamentari, ċioe` li ż-żejża tal-professjoni legali qiegħda f'idejn il-gvern.", "Kieku l-Prim Ministru li kien jaħdem bħala avukat full-time, kellu jqabbel dak li kien jieħu hu mingħand il-kumpannija privata ma' dak li jieħdu l-konsulenti mingħand il-gvern – li qisu l-ħanżira ta' San Anton Abbati, li għandha ħafna żejżiet u kulħadd jerda' minnha......", "Mr Speaker, ara ma tgħidlix li m'iniex qiegħed nikkwota kelma Maltija, li l- Professur Ġuże` Aquilina, GĦawdxi ta' rispett kbir mill-Għarb ......", "MR SPEAKER: Din ma tagħmilx parti mid-diskussjoni li għandna quddiemna.", "ONOR.", "JOSEPH BRINCAT: Iva, din hija parti mid-diskussjoni għax l-Onor.", "Edwin Vassallo tħalla jitkellem b'dan il-mod.", "Jien qiegħed nirrispondih billi ngħidlu li jekk irid ikun jaf, jaqbillu jdur dawra mad-diversi ministeri biex jara kemm qegħdin jinħlew eluf ta' liri.", "Hawnhekk mhux qed nirriferi għall-avukati li qegħdin imorru jaħbtu rashom ma' xi saqaf baxx ta' xi awla magħmula b'mod taċ-ċajt, imma għal dawk il-konsulenti li joqogħdu fuq il-pultruna jistennew lill-ministru jibgħat għalihom, u li fuq kollox ma jagħmlu xejn.", "Jekk l-Onor.", "Edwin Vassallo – li jien m'għandix dubju mill-intenzjonijiet tiegħu – jaħseb dwar dawn l-affarijiet, jinduna b'dak li qiegħed jiġri.", "Jien naf li l-Onor.", "Vassallo ma jħobbx il-ħela u kieku jidħol f'dawn l-affarijiet, jinduna fejn qiegħda l-ħela.", "Pero' ejja ngħaddi għal-liġi.", "Mr Speaker, kulmin hu f'sensih huwa favur il-medjazzjoni.", "Il-medjazzjoni istituzzjonalizzata jew le hija xi ħaġa verament tajba.", "Jien persważ – u qiegħed ngħid dan bi kredtu lejh – li l-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici – it- tifel ta' l-ex-president Ugo Mifsud Bonnici, ħalli ħadd ma jaħseb li huwa l- ieħor - fil-professjoni tiegħu kien jagħmel minn kollox biex iraqqa' l- kwestjonijiet li jkun hemm bejn in-nies u ma jkeskishomx, bħalma fuq kollox kien jagħmel missieru meta kien jeżerċita l-professjoni.", "Pero' ma kellniex bżonn ta' medjazzjoni forzata meta lejliet il-festa ta' San Ġużepp, - dan kien xi s-sena 1976 - f'kawża dibattuta ta' separazzjoni, fejn il- partijiet bdew jagħtu kemm jifilħu, missieru u jien għamilna verbal barra l- awla, ippreżentajnih lill-imħallef u tlabnih jagħti sentenza skond dak il- ftehim.", "Din il-ħaġa jien għamiltha quddiem ħaddieħor, iżda minkejja dan, ġiet disattesa u spiċċajna fl-appell.", "Mhux jien appellajt, iżda n-naħa l- oħra, għax konna ftehemna li l-qorti għandha tapplika dak il-ftehim.", "Bil-mod ta' kif qiegħed jagħmel din il-liġi - filwaqt li m'iniex qiegħed nimputalu ħsebijiet ħżiena, għax irrid inkun altru konvint biex ngħidlu li qiegħed jagħmilha bi skop ħażin – l-Onor.", "Mifsud Bonnici qiegħed jaqa' fid- dnub fejn għalkemm mingħalih li se jagħmel xi ħaġa biex jgħin liċ-ċittadin, minflok se tagħmillu l-ħsara.", "L-ewwel ħsara li se tagħmillu hi li għax se toħloq struttura oħra li bilfors se jkollhom jintefqu l-flus fuqha.", "Wieħed jista' jgħid li l-bini ta' l-arbitraġġ jista' jintuża wkoll għall- konċiljazzjoni.", "Hemmhekk salvajna xi ħaġa, pero' ma jidhirx li l-bord ta' l-artibraġġ se jkun conciliation and arbitration board, bħal dak tat- tribunal industrijali.", "Allura, jekk diġa` hemm struttura, irid ikun hemm nies differenti, meta l-conciliation and arbitration huma minflok il-kawża u jistgħu jsiru fl-istess struttura, biex ma jintnefqux flus bla bżonn, u meta nafu li ċ-ċentru ta' l-arbitraġġ ma kienx suċċess, la internazzjonalment u lanqas lokalment?", "Jekk għad hemm l-ispazju ta' l- attivita`, ma jkunx aħjar kieku l-liġi dwar l-arbitraġġ tiġi emendata u l- kwestjoni tal-medjazzjoni volontarja tal-partijiet tmur fiċ-ċentru tal- konċiljazzjoni u l-arbitraġġ, jew irridu li jkollna chairman ta' l- arbitraġġ u chairman tal-medjazzjoni, fejn kulħadd ikollu l-budget tiegħu?", "Fl-aħħar mill-aħħar, jistgħu jaqilgħu l-flus, pero' jekk ma jagħmlux hekk ...", "Per eżempju, fil-passat konna ngħidu li ma konniex lesti li nagħtu gelgul ta' liri lid-dockyard jekk din ma taqlax flus, pero' llum għandna organizzazzjonijiet u aġenziji maħluqin mill-gvern, li minflok għallinqas they break even, qegħdin kontinwament jispiċċaw bid-dejn, bħaċ-ċentru ta' l- arbitraġġ.", "Fil-liġi li saret fi żmien gvern Laburista kien stipulat li dan iċ-ċentru jista' jkollu overdraft pero' dak iż-żmien ma kienx hemm dejn.", "Allura se noħolqu organizzazzjoni oħra biex inkomplu nonfqu flus il-poplu, biex nagħtu l-onorarju liċ-chairman u lill-membri?", "Fl-opinjoni tiegħi, min ġie nominat għaċ-ċentru ta' l-arbitraġġ għandu jaħdem ukoll fil-qasam tal- konċiljazzjoni, peress li m'hemmx xogħol biżżejjed fil-qasam ta' l- arbitraġġ.", "B'hekk għallinqas ma naqgħux fir-redikolaġni.", "Mr Speaker, possibilment fl-istess bini se jkun hemm l-arbitraġġ u l- konċiljazzjoni.", "Fl-opinjoni tiegħi, dawn ma jmorrux kontra xulxin pero' bil-liġi kif imressqa mis-segretarju parlamentari, any adjudicating body jista' jirriferi l-kwestjoni lill-bord tal-konċiljazzjoni.", "Mela mill- arbitraġġ, kwestjoni terġa' tintbagħat għall-konċiljazzjoni, li hija entita` kompletament differenti.", "Dan huwa ħażin għax se nżidu l-ispejjeż bla bżonn.", "Jekk il-prinċipju kien tajjeb, allura għandna naħdmu fuqu u nipprovaw nużaw dak li għandna, għax dak li għandna jista' jkun ta' użu.", "GĦallinqas ma narmux dak li għamilna bi spejjeż.", "Possibbli li l-persuni nkarigati mill-arbitraġġ ma jafux jaħdmu fuq konċiljazzjoni?", "Hemm għalfejn ningaġġaw persuni ġodda u nagħtuhom it-taħriġ?", "Hawnhekk nista' nsemmi, per eżempju, lill-periti u nistaqsi kemm-il perit jiġi nominat fil-qorti.", "Jien nista' ngħid li kull kawża li kelli mas-Sur Albert Borg Costanzi, bħala perit tekniku, spiċċat bl-iktar mod fair fejn il-perit ressaq lill-partijiet flimkien u sabilhom soluzzjoni.", "Per eżempju, f'kawża dwar qsim ta' wirt, li kienet ilha sejra għal iktar minn 30 sena, f'affari ta' seduta waħda, il-Perit Borg Costanzi solva l- kwestjoni kollha.", "Qiegħed ngħid dan biex nenfasizza l-fatt li jekk wieħed irid jagħmel konċiljazzjoni jew medjazzjoni, m'għandux għalfejn ikollu super-struttura.", "Huwa ħażin li wieħed jonfoq il-flus tal-poplu biex jappunta chairman tal-medjazzjoni, meta din tkun għadha fil-bidu nett tagħha.", "Din il-kwestjoni hija simili għas-siġra tal-banana - hawnhekk nittama li ma jerġax ikun hemm xi ħadd li jgħid li qiegħed ngħid xi kelma li m'hijiex parlamentari – li meta titla', tarmi weraq kbar 'il fuq u jista' jkun li toħroġ ukoll xi għanqud, pero' minn taħt tfaqqas u jkollha tinferaq.", "Jekk m'aħniex se nindaħlu lit-Talibani fl-Afghanistan jew lill-Iraq biex insolvulhom id-differenzi ta' bejniethom, allura l-medjazzjoni li se nagħmlu se tkun immirata għall-kamp lokali.", "Meta xi ħaġa tkun għadha se tibda, il-ħidma volontarja żgur li m'hijiex se tirrendi biżżejjed xogħol, iktar u iktar meta l-istruttura kollha ...", "Li jrid isir hu li ma' l- arbitraġġ inżidu l-kompetenza tal-medjazzjoni.", "Fil-fatt is-sens komun igħid li lil struttura li m'hijiex mgħobbija biżżejjed għandhom jiżdedulha l-funzjonijiet.", "Mr Speaker, ftit żmien ilu smajt kritika minħabba l-kulur politiku.", "Fl- opinjoni tiegħi, dan ftit li xejn jeżisti.", "Ma naħsibx li Dr. George Hyzler, fl-arbitraġġ u fil-medjazzjoni se jagħmel xi differenza papali fis- sustanza.", "Jista' jagħmilhom it-tnejn pero` rridu niffrankaw il-flus lill- pajjiż.", "Fil-liġi dwar l-arkivji, li kien għamel Dr. Ugo Mifsud Bonnici, kien ipprovdut li din il-liġi setgħet tiġi emendata, pero' jridu jsiru wkoll super-strutturi ta' bordijiet u chairmen.", "Dan huwa pajjiż taċ- chairmen!", "Fl-Italja kulħadd huwa presidente, anke dawk ta' l-għaqdiet li jiġbru l-qxur tal-bebbux tal-baħar, u f'Malta, kulħadd huwa chairman!", "Lill- Onor. Edwin Vassallo ngħidlu wkoll fejn hemm żejża kbira li qiegħed iħallas għaliha l-poplu Malti, avolja m'huwiex fl-interess la ta' naħa u lanqas ta' oħra li din tkompli, hu x'inhu l-kulur!", "Jekk il-flus jintnefqu b'mod ġust fuq iż-żewġ naħat....", "F'dan ir-rigward jien għandi kull dritt li nitkellem bl-iktar mod miftuħ.", "Meta konna fil-gvern u fl-oppożizzjoni, jien għedt li l-ebda prim ministru ma nnominani biex inkun f'xi bord x'imkien, u nirringrazzja lil Alla, għax b'hekk ħadd ma seta' jgħidli li kien qiegħed jagħmilli xi pjaċir.", "Dan jgħodd ukoll għall-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici, mhux għalija biss.", "(Interruzzjonijiet) Mill-parlament jibagħtuna, għal dnubietna, imma hemmhekk inkunu qegħdin nirrappreżentaw lill-parlament, mhux b'political appointment jappuntawna chairman ta' dik u ta' l-oħra.", "Meta kien hemm persuna li kienu jgħidulha li m'hijiex se tiġi eletta minn qabel ma tikkontesta, din kienet twieġeb li kienet tikkontesta mhux biex tiġi eletta imma biex isimha jkun hemm ħalli meta l-partit tagħha jkun fil-gvern, jiftakar fiha u jappuntaha chairman x'imkien.", "Jien ma naqbilx li għall- iskop tajjeb li għandu, l-Onor.", "Mifsud Bonnici juża din is-sistema pero` nixtieq li jirrealizza li l-oppożizzjoni m'hijiex qiegħda tagħmel din il- kritika biex tattakka lilu personalment jew lill-idea tiegħu.", "(Interruzzjonijiet)", "Skużani, jien qiegħed nitkellem.", "(Interruzzjonijiet) Nitkellem għalija.", "M'iniex qiegħed ngħid dan biex nattakkak personalment.", "L-idea m'hijiex ħażina, pero' l-metodu m'huwiex tajjeb.", "Dan għandek taċċettah, għax qiegħed ngħidlek ġenwinament li tista' tilħaq l-istess skop b'mod ieħor.", "Issa ħalli ngħaddu għall-aktar parti gravi.", "L-aħħar darba semmejt bla tlaqliq l-istorja ta' imħallef li kien iġiegħel lill-partijiet li jew jiftiehmu jew jekk il-konvenut ma jkunx irid iċedi, itellfu l-kawża.", "Jekk kien ikun l-awtur li ma kienx irid iċedi, kien jikkanċellalu l-kawża.", "Dawk l-imħallfin li ilhom fil-qorti għal ċertu żmien – u hawn neżenta lill- imħallfin li hemm illum – kienu jafu b'dawn ir-rikatti.", "Is-segretarju parlamentari, fl-aħħar klawsola tal-liġi qiegħed jgħid li jekk wieħed ma jikkooperax mal-medjazzjoni, il-qorti tista' twaħħlu spejjeż doppji.", "Din hija l-istess storja li xi ħadd qabel l-Onor.", "Mifsud Bonnici, illegalment u anti-kostituzzjonalment għamel fuq il-pieni tad-dewmien, mingħajr ma ddefinixxa x'inhu dewmien.", "Is-segretarju parlamentari jaf li jien kellimtu dwar l-interpretazzjoni li qiegħda tingħata.", "Id-deputat li hemm maġenbu jista' jgħidlu kif tiġi interpretata.", "Jekk persuna tkun qiegħda tiġġieled dwar affarijiet li jkunu l-iktar għal qalbha, f'daqqa waħda ssib ma' wiċċha l-massimu tal-piena pekunjarja, mingħajr ma jkollha d-dritt li tiddefendi ruħha kontra tagħha, għax fl-aħħar tal-kawża, mingħajr ma taf għaliex, l-imħallef iwaħħalha dik il-multa.", "Il-kawża kostituzzjonali dwar dan, anzi l-kawża dwar il-human rights, ma ddumx ma tibda.", "Qiegħed ngħid dan biex inħejju t-triq ħalli niltaqgħu fi Strasbourg.", "(Interruzzjonijiet) Ma tistax, lanqas appell.", "Hawn qiegħda l-oxxenita'!", "Mela l-kummissjoni tista' tidħol fil-mertu tas- sentenzi?", "Hemm miktub li m'hemmx appell minnha.", "Ikun hemm seba' ma jużawhiex, u wieħed jiltaqa' magħha u jibda jużaha, jekk ma jkunx hemm ukoll min jixprunah biex jużaha.", "F'kawża, avukata tista' timbotta u tissottometti li l-imħallef għandu jwaħħal l-ispejjeż, li minnhom, la hi u lanqas il-klijent tagħha ma jkunu se jgawdu.", "Id-deċiżjoni x'kienet?", "Minkejja li s-segretarju parlamentari ħa skandlu b'dak li kont qiegħed ngħid jien, fl-aħħar parti tal-liġi qiegħed idaħħal il-possibilita` li imħallef jew ġudikant, iwaħħal spejjeż doppji lil persuna talli tkun għamlet il-bsaten fir-roti għall-medjazzjoni.", "Jista' jkun hemm mitt elf raġun għaliex wieħed ma jasalx.", "Jekk persuna tidher rasha iebsa għax ikollha raġun, mhux għax trid tkun pikuża ....", "Per eżempju, meta bdejt nisma' dawk l-interpellanzi kollha dwar area partikolari fil-Kottonera, ftakart f'raġel li kien qabdu breakdown għax maġistrat, biex jgħaġġel, kien qallu biex ma jerġax.", "Dan ir-raġel kien qalli li hu m'għamel xejn u allura l-fatt li l-maġistrat qallu biex ma jerġax ifisser li beda jaħseb li huwa ħati.", "Din hija xi ħaġa żgħira, pero' maġistrat ma jistax jattakka lil persuna fuq dawk l-affarijiet li qegħdin iweġġgħuha.", "M'iniex qiegħed ngħid li l-piki l-kbar....", "Iva, f'dawk il- każijiet ikun hemm il-parti li trid tirranġa u li iktar ma tirranġa malajr, iktar jaqblilha, u l-parti li iktar ma ddum, iktar ikun aħjar għaliha.", "Per eżempju, darba persuna kienet qaltli li bilfors li l-kawża tagħha m'hijiex se timxi b'mod mgħaġġel għax hi kienet tissellef mill-bank b'interessi ta' 8%, u l-parti l-oħra, bl-interess kummerċjali b'kollok tagħtiha biss 6%, jiġifieri kienet qiegħda tiggwadanja 2%.", "Fil-fatt f'dan ir-rigward konna ġejna hawnhekk u l-liġi kienet ġiet emendata.", "Ma nafx jekk l-Onor.", "Mifsud Bonnici jiftakarx meta l-massimu ta' l-interessi kummerċjali kien ta' 6% u ta' 5% għaċ-ċivil, filwaqt li l-interessi ta' min ikun fil-kummerċ kienu ta' 8%.", "(Interruzzjonijiet) Mhux hemmhekk kienet tneħħiet, imma fil-kodiċi ċivili.", "Mr Speaker, kont qiegħed ngħid lill-kollega tiegħi li jekk se jagħti l-lok li jista' jsir hekk, għandu żball.", "Fid-drafting qiegħed jikkontradixxi lilu nnifsu, għax filwaqt li f'parti qiegħed jgħid li l-medjazzjoni għandha tkun sigrieta, f'parti oħra qiegħed jgħid li min ma jikkooperax mal- medjatur, jista' jeħel spejjeż doppji.", "Allura jekk il-medjazzjoni hija sigrieta, l-imħallef kif se jkun jaf x'ġara?", "Se jmur il-medjatur ifesfislu f'widnejh?", "Lili jekk xi ħadd jorbotni b'sigriet, lanqas biss ngħid li kellimtu aħseb u ara kemm se ngħid li kellimni u qalli ħafna affarijiet.", "Żgur m'iniex se ngħid x'qalli għax dawn huma affarijiet gravi!", "Jekk nagħmel hekk inkun diġa` qiegħed nikxef is-sigriet.", "Jekk il-medjatur imur quddiem l-imħallef u jgħidlu biex ma jikkompromettihx, li aħjar ma jitkellimx, xi jkun ifisser dan?", "Biex il-qorti u l-adjudicating body jordna l-ħlas ta' spejjeż doppji, minn fejn se jkun jaf x'ġara?", "Ġejja l- ispirazzjoni divina biex tgħidlu x'se jiġri u ma jiġrix!?", "Issa ħalli nitkellem dwar Charlie ċ-ċittadin.", "Irrid ngħid li bis-sistema forzata kif inhi, se jiżdiedu l-ispejjeż għaċ-ċittadin.", "Fil-fatt din il- liġi m'hijiex se tagħtih xi benefiċċju liċ-ċittadin imma se żżidlu l- ispejjeż, u se ngħid għaliex.", "Diġa` hemm l-esperjenza tal-medjazzjoni fil- qorti tal-familja.", "Fejn qabel, f'separazzjoni fejn il-partijiet jaqblu, ikun hemm l-ispejjeż tal-qorti, tan-nutar u ta' l-avukat, illum il-qorti qiegħda terġa' tibgħat lill-partijiet għall-medjazzjoni dwar dak li jkunu ftiehmu.", "Mela l-partijiet jiftiehmu, il-medjazzjoni m'hijiex qiegħda tiġi miftiehma bħala rikonċiljazzjoni, m'hijiex Ta' Kana tal-gvern....", "(Interruzzjonijiet) M'hijiex kwestjoni li jipprovaw jirranġawhom on the personal level.", "Charlie ċ-ċittadin huwa dak li m'huwiex l-avukat.", "Huwa għalhekk li jien qed nitkellem għan-nom ta' Charlie ċ-ċittadin u mhux għan- nom ta' l-avukati.", "GĦal dawk titkellem il-kamra ta' l-avukati.", "(Interruzzjonijiet)", "Mr Speaker, kont qiegħed ngħid li se jiżdiedu l-ispejjeż.", "Per eżempju f'kuntratt ta' separazzjoni fejn ikunu miftehmin li jekk il-partijiet jintbagħtu quddiem il-konċiljazzjoni jkollhom iħallsu....", "U għandhom dritt, għax jekk qegħdin jaħdmu, iridu jitħallsu.", "(Interruzzjonijiet) Le, inti hawnhekk taħseb mod u n-naħa l-oħra jkunu qegħdin jagħmlulek mod ieħor.", "(Interruzzjonijiet) Taf x'se jiġrilek?", "MR SPEAKER: Bil-permess ta' l-Onor.", "Brincat...", "ONOR.", "JOSEPH BRINCAT: Le, m'għandux permess.", "MR SPEAKER: Mela l-Onor.", "Brincat jista' jkompli bl-intervent tiegħu.", "ONOR.", "JOSEPH BRINCAT: M'għandux permess għal raġuni waħda; għax meta l- aħħar darba tlabt biex jagħtuni l-ħin li ħaduli fl-interruzzjonijiet, qamu u qalu le.", "Wieħed minnhom kien l-Onor.", "Pullicino, meta konna qegħdin nitkellmu dwar il-fliexken, fejn wara li qam jitkellem waqt il-ħin allokat lili, meta ġejna għas-si u n-no ma tanix permess.", "Allura jien m'hu se nagħti permess lil ħadd biex jintervjeni waqt il-ħin allokat lili.", "What is sauce for the goose is sauce for the gander.", "Mr Speaker, lis-segretarju parlamentari rrid inkompli ngħidlu li m'iniex qiegħed nigdeb.", "Per eżempju, hawnhekk nista' nsemmi esperjenza riċenti ta' avukata li taħdem fl-uffiċċju miegħi, li l-klijenti tagħha kellhom is- separazzjoni lesta, pero' reġgħu bagħtuhom għall-konċiljazzjoni biex jinqara l-kuntratt u jiffirmah l-imħallef.", "Ovvjament, kien hemm il-ħlas xi jsir.", "Pero` Charlie ċ-ċittadin qiegħed ikollu jħallas iżjed.", "Wara li ħafna mill-partijiet ikollhom moħħhom diġa` ssettjat dwar x'se jiġri u ma jiġrix, qegħdin jerġgħu jintbagħtu għall-konċiljazzjoni fuq aspetti legali, imma f'dan l-istadju, m'hemmx lok għal rikonċiljazzjoni.", "Ejjew nifhmu dan!", "Jekk il-partijiet iridu jirrikonċiljaw, għandhom jingħataw is-servizz biex jagħmlu dan, pero' l-konċiljazzjoni m'għandhiex tkun regola ġenerali għal kulħadd, għax b'hekk m'hu se naslu mkien.", "Kieku din is-sistema ntużat biex ikun hemm ġbir ta' fatti, ħalli l-imħallef ikollu rapport dwar xi tkun is-sitwazzjoni bejn wieħed u ieħor, forsi kienet tkun tajba, pero', bit-taparsi segretezza m'hu se naslu mkien.", "Qiegħed jinħela ż-żmien u qegħdin jinħlew il-flus.", "Jien nista' ngħid li Dottoressa Galea, Dr William u Mrs Delicata jagħmlu l- almu tagħhom, pero' ma jistax jingħad l-istess għal kulħadd.", "Jekk is- segretarju parlamentari jrid jimxi fuq is-sistema tal-qrati, jiena ngħidlu iva, l-istruttura għandha tkun hemmhekk.", "Veru jew le li b'Att IV ta' l- 1984, dwar l-assistenti ġudizzjarji ....", "Dan kont tħabatt għalih jien mal- ministru Cassar ta' dak iż-żmien, u għandi dubju dwar jekk kontx ktibtu jien stess.", "Il-proġett kien li filwaqt li l-assistenti ġudizzjarji jaqtgħu l-perizji u jisimgħu ħafna xhieda – xi ħaġa li qiegħda ssir illum – qabel jibdew jisimgħu x-xhieda kellhom jimmaturaw sa ċertu grad biex jipprovaw jaraw x'inhuma the agreed facts u dawk il-fatti li m'hemmx qbil fuqhom, biex dawn ta' l-aħħar imorru quddiem l-imħallef.", "Din hija s-sistema li tuża l-qorti Ewropea, biex meta tasal għall- preliminary decision, tkun ġabret il-fatti miż-żewġ naħat u jekk ma jkunx hemm qbil dwar xi ħaġa, iġġiegħel lill-partijiet iġibu supporting evidence.", "Jien nista' ngħid lill-kollega tiegħi li Victor Apap, li kien reġistratur tal-qorti qabel ma kien hemm proċeduri u sistemi u li kien jaħdem ma' l- Imħallef Eduardo Magri, kien iħaddem din is-sistema hu stess billi kien isejjaħ lill-avukati u jistaqsihom x'jonqoshom.", "Huwa għalhekk li kien ġie emendat l-artiklu 173 tal-proċedura għad-digrieti in camera, biex l- imħallef jipprepara l-faxxiklu tal-proċess.", "Jien naf li l-ministru għandu kwantita` ta' kawżi li ħafna imħallfin wirtuhom mingħand ta' qabilhom.", "U x'jiġri?", "Jiġri li imħallef ġdid, minkejja l-ideat tiegħu jkun wiret l-antikalji kollha ta' dawk ta' qablu, u allura jaqta' nifsu, għax minflok jibda jrabbi xi ħaġa ġdida hu, jiret il- ħżunija ta' ħaddieħor bil-konsegwenza li ma jkunx jaf minn fejn se jibda, għax lix-xhieda ma jkunx semagħhom hu, ma jkunx jaf għaliex saret dik il- mistoqsija, id-diskors kollu li jkun intqal ikun intilef mar-riħ eċċ.", "Dan ifakkarni f'dak li kien jintqal dwar l-Imħallef Flores, li minn speaker ta' din il-Kamra spiċċa imħallef fil-qorti ċivili.", "Lil dan l-imħallef ingħatawlu proċessi kbar u spiċċa biex beda jagħtihom bis-sieq għax ma felaħx għal dik il-muntanja ta' proċessi.", "Per eżempju, kawża dwar kanna ta l-ilma kienet ilha pendenti kważi 25 sena.", "L-Imħallef Flores mar jara kif kienet il-kanna, ordna biex ma tinqalax minn kif kienet u ddeċieda l- kawża there and then.", "Mela l-imħallfin li qegħdin jirtu kawżi li minjaf minn fejn ikunu ġejjin, li qegħdin jirtu antikalji enormi....", "Il-qorti ta' l-appell minjaf kemm wirtet kawżi ta' min jaf liema president.", "Allura mhux bilfors li l- imħallfin il-ġodda qegħdin jaqtgħu nifishom!?", "Jien nemmen li għandu jsir eżerċizzju fejn quddiem l-assistent ġudizzjarju, fir-rigward ta' kull proċess li jkun immatura, jidhru l-partijiet bl-avukati tagħhom biex jagħtu l-provi li jkun baqa' u jgħidu fejn jistgħu jaslu.", "Qiegħed ngħid li dan ix-xogħol għandu jibqa' jsir fil-qorti stess għax l- istruttura diġa' qiegħda hemm.", "Allura huwa hawnhekk fejn ma naqblux.", "Jien ma naqbilx li persuna għandha taqbad il-proċess, tmur bih quddiem il- konċiljazzjoni, imbagħad terġa' tmur lura bih quddiem il-qorti.", "Mhux biżżejjed li l-proċessi kultant jisparixxu!", "Hemm għalfejn nibagħtuhom minn post għal ieħor biex ikomplu jisparixxu?", "Mr Speaker, jekk is-segretarju parlamentari se jwebbes rasu f'dan ir- rigward u m'huwiex se jagħti widen għal dak li qiegħda tgħid l- oppożizzjoni, f'dan l-istadju tat-Tieni Qari se jkun hawn division wara l- oħra, anke jekk inkun jien biss li nagħmel dan, għax partijiet minn din il- liġi jmorru kontra l-Kostituzzjoni.", "Is-segretarju parlamentari is ramming down everybody's throat dak li jidhirlu hu u f'dan ir-rigward qiegħed jiżbalja.", "L-Onor.", "Mifsud Bonnici lanqas ma' l-oppożizzjoni li hawn quddiemu ma jrid jagħmel konċiljazzjoni.", "Allura issa x'se nagħmlu, Mr Speaker?", "Immorru għall-konċiljazzjoni forsi jsibulna soluzzjoni?", "Jekk is-segretarju parlamentari m'huwiex kapaċi jikkonċilja dawn l- affarijiet biex tinstab soluzzjoni bejnietna, allura he's going his own way, għax għandu s-saħħa u l-maġġoranza.", "Allura x'messaġġ qiegħed jgħaddi lil ħaddieħor?", "Igħidilhom: Morru tgħannqu ma' xulxin għax inkella noħroġkom mill-bini tal-qorti u nibgħathom x'imkien ieħor!", "Fil-każ jirtira dak kollu li ngħad u l-post tal-konċiljazzjoni u l-medjazzjoni jagħmluh Hastings, biex kulħadd jitgħannaq u jitbewwes fuq il-bankijiet u jinsa d- differenzi kollha!", "Din hija s-soluzzjoni!", "Jekk l-Onor.", "Mifsud Bonnici m'huwiex beħsiebu jagħti widen għal dak li qiegħda tipproponi l-oppożizzjoni għax jaħseb li s-soluzzjonijiet tiegħu huma perfetti – lanqas tiegħi m'huma perfetti – allura jien ngħid li l- iskop huwa wieħed, u ċioe' li tinħoloq super-struttura ġdida ħalli nirreġistraw fl-istorja li s-Segretarju Parlamentari Carmelo Mifsud Bonnici fetaħ iċ-ċentru ta' medjazzjoni – diġa` miftuħ minn ta' qablu għal okkażjoni oħra – li m'hu qiegħed jimmedja xejn.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Jason Azzopardi.", "ONOR.", "JASON AZZOPARDI: Mr Speaker, dan l-abbozz ta' liġi huwa verament interessanti.", "Ikolli nammetti li huwa about time li f'pajjiżna jkollna liġi dwar il-medjazzjoni.", "Qiegħed ngħid dan għax l-esperjenza, l-istudju, il-qari u r-riċerka juru li f'pajjiżi barranin, speċjalment fl-Amerka, fl- Ingilterra u fl-Awstralja, il-medjazzjoni u l-leġislazzjoni dwar il- medjazzjoni ilhom is-snin, filwaqt li l-istituzzjoni ta' l-arbitraġġ hija stabbilita, anke dik ta' l-arbitraġġ forzat.", "Naħseb li dan huwa xiehda ta' pajjiż li qiegħed jevolvi u li qiegħed jorqom l-istruttura legali tiegħu biex iżomm il-pass ma' l-iżviluppi li jkunu qegħdin iseħħu madwaru.", "Forsi nista' nieħu spunt minn dak li qal il-kelliem ta' qabli u ngħid li b'daqshekk ma jfissirx li dan huwa abbozz ta' liġi perfett.", "Jien wieħed minn dawk li nemmen li ħadd m'għandu l-monopolju tal-verita` jew huwa depożitarju tal-verita`.", "Żgur li dan il-gvern qatt ma ppretenda li huwa depożitarju tal-verita`, pero' ma naqbilx mal-ħafna kritika li saret mill- kelliema ta' l-oppożizzjoni u ma' l-argumenti li qajjmu biex jattakkaw dan l-abbozz ta' liġi.", "Ma naqbilx għax ikolli nammetti li pinġew stampa wisq negattiva u pessimista, kemm ta' l-intenzjonijiet tas-segretarju parlamentari kif ukoll ta' l-abbozz ta' liġi li qiegħed jiġi ppreżentat.", "Fl-opinjoni tiegħi, il- fire and brimstone attitude m'hijiex waħda healthy, ġusta u f'lokha.", "Ma naħsibx li dan il-biki u t-theżżiż tas-snien jagħmel ġid.", "Allura ma naħsibx li dan id-dibattitu mposta ruħu bil-mod li bih kellu jiġi mpostat, għax ħafna minna hawn ġew they were missing the wood for the trees u spiċċaw biex żvijjaw mhux biss lilhom infushom imma anke lil dawk li kienu qegħdin jisimgħu jew jaqraw ir-rapport ta' dan id-dibattitu.", "Mr Speaker, permezz ta' dan l-abbozz ta' liġi f'pajjiżna qegħdin nintroduċu qafas legali ġdid.", "GĦall-ewwel darba f'pajjiżna se jkollna l-istitut tal- medjazzjoni, li tajjeb li ngħid li dan huwa biss ħolqa f'katina li qiegħda tingħaqad ma' oħrajn li dan il-ministeru kien responsabbli għalihom fix- xhur li għaddew.", "Per eżempju, kellna abbozz ta' liġi li emenda l-kodiċi ċivili, abbozz li emenda r-reġistru ċentrali, abbozz li emenda s-COCP u dak li emenda l-att dwar ir-rifuġjati.", "Mr Speaker, huwa tajjeb li nibdew mill-istatistika.", "Din turi li fl-aħħar ta' Awwissu kien hemm 1,215 appell pendenti, 8,048 kawża pendenti quddiem il-prim awla, 1,700 fil-qorti tal-maġistrati u 2,200 fit-tribunal għat- talbiet żgħar.", "Minkejja li dawn huma ċifri kbar juru tnaqqis fuq Awwissu tas-sena li għaddiet, fejn, per eżempju, fil-qorti ta' l-appell kien hemm 1,300 kawża pendenti, filwaqt li f'Awwissu ta' din is-sena kien hemm 1,100.", "F'Awwissu 2003, fil-prim awla kien hemm kważi 1,000 kawża aktar minn Awwissu ta' din is-sena.", "Biex ma noqgħodx insemmi ċ-ċifri kollha rrid ngħid li bejn Awwissu 2003 u Awwissu ta' din is-sena ġie reġistrat tnaqqis ta' 5.5%, li jammontaw għal madwar 14,000 u xi ħaġa u 13,200, bejn kawżi u appelli.", "Pero', minkejja dan, il-gvern qiegħed jirrikonoxxi u jiddikjara li dan it-tnaqqis m'huwiex biżżejjed biex inkunu sodisfatti.", "Il-poplu jesiġi bi dritt iktar tnaqqis.", "GĦalhekk ċertament li hemm bżonn ta' mezzi u strumenti ġodda biex jibdlu s-sitwazzjoni li ninsabu fiha bħalissa.", "Irridu nammettu wkoll – u naħseb li din hija l-esperjenza ta' kull avukat li jaħdem fil-qorti – li aħna poplu litiġjuż.", "GĦandna demm Latin, biex tgħaxxaqha għandha densita` ta' popolazzjoni għolja ħafna, u allura naħbtu ma' xulxin ħafna iktar minn pajjiżi oħrajn.", "Mr Speaker, jien niftakar li sentejn ilu, meta akkumpanjajtek fl-Estonja, innotajna kemm kull dar hija imbiegħda minn oħra għax id-densita` tal-popolazzjoni f'dak il-pajjiż hija ta' 30 persuna kull kilometru kwadu.", "F'Malta hawn 1,200 abitant għal kull kilometru kwadru u allura kulħadd iħokk ma' xulxin.", "Jekk ta' fuqi se jsabbat il-bieb jew idoqq ir-radju b'volum għoli, se nisimgħu.", "Jekk ta' taħti jibdew igħajtu, jien nismagħhom u jekk ta' ħdejja kkaġunali danni fil-ħajt diviżorju, se ninduna.", "Jekk l-għeruq tas-siġar tal-ġnien ta' ħdejja xxebilku għal ġol-proprjeta` tiegħi u kkaġunawli danni, jien se ninduna wkoll.", "GĦalhekk f'pajjiż bħal tagħna hemm aktar probabilita` li jkollna fuqiex nitlewmu ma' xulxin u allura r-rikors tagħna lejn il-qrati jkun aktar frekwenti minn dak ta' pajjiżi oħrajn.", "Pero' naħseb li huwa tajjeb li dan il-parlament jiddikjara li wasal iż- żmien li nagħmlu bidla fil-kultura, fil-mod ta' ħsieb u fil-modus operandi ta' kwestjonijiet bħal dawn.", "Jien nemmen li l-professjoni legali hija pjuttost konservattiva meta tiġi biex tbiddel.", "Irridu nirrikonoxxu lkoll kemm aħna, u nibda minni, li l-ħin kollu rridu nevolvu, ninbidlu u nibdlu.", "Aħna l-avukati għandna responsabbilta` kbira li nispjegaw lil dawk li jiġu għandna jew li għandna kuntatt magħhom dwar il-bżonn li jiskopru metodi ġodda kif isolvu t-tilwim tagħhom.", "Irridu nispjegawlhom li llum l- arbitraġġ huwa mezz effettiv u ħafna iktar irħis.", "Il-medjazzjoni, li ħafna nies iħalltuha ma' l-arbitraġġ imma li m'għandhiex x'taqsam assolutament xejn miegħu, hija mod ieħor ġdid u relattivament modern ta' kif nistgħu nagħmlu bidla fil-ħsieb ta' kif nersqu lejn is-soluzzjoni tal-litiġji legali li jkollna bejnietna.", "Ejjew nagħmluha ċara li l-medjazzjoni huwa proċess sempliċi pero' effikaċi ħafna għax permezz tiegħu, terza persuna, jiġifieri l-medjatur, jgħin lill- partijiet biex isibu kompromess.", "M'hijiex kwestjoni ta' wieħed rebaħ u l- ieħor tilef imma hija kwestjoni ta' tnejn li rebħu.", "Bl-Ingliż jingħad li jista' jkun hemm a pyrrhic victory.", "Wieħed jista' jirbaħ kawża fil-qorti u meta jistaqsi bejnu u bejn ruħu x'rebaħ isib li bil-ħin li ħela u bil-flus li nefaq, għalkemm rebaħ il-kawża, iz-zalza ġietu ogħla mill-ħut.", "U fil- qorti jkun hemm minn dan it-tip ta' vittorji.", "Sfortunatament dawn ikunu kawżi li kieku l-partijiet ikunu wrew ftit bonsens u buona volonta', dan l- istat ta' fatt kien jiġi evitat.", "GĦalhekk huwa mportanti li jkun hemm proċess legali ġust, imparzjali, integru u serju, li n-nies ikollhom fiduċja fih.", "Hemm bżonn li f'pajjiżna jkollna fiduċja fl-istituzzjoni tal-medjazzjoni biex kulħadd isolvi aħjar il-kwestjonijiet tiegħu.", "L-ewwel u qabel kollox, il-medjazzjoni tfisser tnaqqis fl-ispejjeż.", "M'huwiex minnu dak li qiegħda tgħid l-oppożizzjoni, u ċioe' li l-medjazzjoni se ġġib żieda fl-ispejjeż.", "Se nikkwota statistika mill-Amerka li turi kemm in-nies ikunu iktar sodisfatti bi ftehim li jkun frott ta' medjazzjoni milli b'kawża mirbuħa.", "Kull kawża fil-qorti tinvolvi ammont ta' telf ta' ħin", "Il-medjazzjoni, jekk tkun regolata u ssir b'mod intelliġenti u professjonali, se tfisser nuqqas fil-ħela ta' ħin u mhux żieda fil-ħela ta' ħin.", "Il-ħin ifisser flus.", "Il-ħin jissarraf fi flus, mhux biss għan-nies fin-negozju imma għal kulħadd.", "Meta persuna tagħti ċertu ammont ta' ħin lill-qorti, toħloq fiha ċerta ansjeta`, frustrazzjoni u dwejjaq, filwaqt li tkun qiegħda ċċaħħad lilha nnifisha minn ħin għall-familja u ħin għall- mistrieħ.", "Kull kawża fil-qorti ġġib magħha effetti ħżiena fir-rigward tal- pubbliċita`.", "M'hijiex l-ewwel darba li dan ikun ifisser telf ta' negozju għax min jidħol fil-kuntratti jippreferi jagħmel dan ma' min m'għandux problemi milli ma' min għandu.", "Dan huwa fatt magħruf li fil-qorti narawh iseħħ ta' kuljum.", "Il-medjazzjoni tfisser ukoll tnaqqis fil-piki.", "Kemm jinfetħu kawżi li jkunu frott tal-piki?", "Kemm isiru kawżi biex wieħed jimxi għajn għal għajn, sinna għal sinna?", "Il-medjazzjoni tfisser li wara li din tkun saret, ir- relazzjoni ta' bejn il-partijiet se tkun tjiebet u mhux ħżienet.", "Ħadd ma jikkonvinċini li wara kawża fil-qorti fejn naħa rebħet u l-oħra tilfet, ir- relazzjoni ta' bejn iż-żewġ naħat marret għall-aħjar, anzi l-probabilita` hi li f'każ fejn persuna ġġarrab l-umiljazzjoni li tilfet kawża li kienet temmen li kellha tirbaħ, tara x'tagħmel biex tpattiha lill-parti l-oħra jew tagħmilha diffiċli biex in-naħa l-oħra tieħu dak li ħaqqha.", "Kemm jintrebħu kawżi fil-qorti li jkunu tajbin biss biex jitqiegħdu fi gwarniċ għax in- naħa l-oħra tagħmilha diffiċli jew iġġiegħel lir-rebbieħ jonfoq iktar milli se jdaħħal biex jieħu dak li rebaħ?", "Kemm jintrebħu kawżi li meta r-rebbieħ jiġi biex jieħu dak li rebaħ, isib li ma jaqbillux?", "Il-medjazzjoni, jekk imħaddma b'mod għaqli, intelliġenti u professjonali, se tevita dan kollu.", "Huwa għalhekk li l-gvern qiegħed jilleġisla biex f'pajjiżna jkollna ċentru ta' medjazzjoni.", "Pajjiżi barranin ilhom is-snin li ntroduċew lil din il-kultura.", "Per eżempju, f'Novembru ta' l-1990, il-kungress Amerikan kien diġa` għadda liġi li tawtorizza u tinkoraġġixxi lill-aġenziji federali biex jużaw alternative dispute resolution techniques ħalli jnaqqsu ż-żieda fil-litigazzjoni.", "Fil- fatt fl-1990 fl-Amerka għadda l-administrative dispute resolution act.", "Dan ifisser li aħna qegħdin 14-il sena lura.", "GĦalhekk huwa tajjeb li l-gvern preżenti qiegħed jirrikonoxxi din il-ħtieġa.", "Mr Speaker, saret riferenza għall-medjazzjoni fil-qorti tal-familja.", "Nixtieq nieħu dan l-ispunt biex anke mill-esperjenza personali tiegħi bħala avukat, nirribatti kritika dwar l-effetti ħżiena tal-medjazzjoni li saret mill-oppożizzjoni b'mod inġust, żleali u diżonest, mhux biss f'din il-Kamra imma anke permezz tat-televiżjoni.", "Ċertament li din il-medjazzjoni m'hijiex perfetta.", "Il-perfezzjoni m'hijiex ta' din id-dinja, pero' huwa tajjeb li għallinqas insemmi fatt wieħed li għalija jfisser li l- medjazzjoni kienet suċċess.", "F'dawn l-aħħar sitt xhur, jien rajt żewġ kawżi ta' separazzjoni f'din il-much maligned qorti tal-familja, li grazzi għall- medjazzjoni forzata u obbligata li saret fil-qorti tal-familja, ġew salvati żewġ żweġijiet.", "Għalija anke jekk żwieġ wieħed biss jiġi salvat huwa biżżejjed.", "Fl- opinjoni tiegħi, dan ifisser li l-ħolqien tal-medjazzjoni forzata fil-qorti tal-familja kien ġustifikat.", "Nirrepeti li m'iniex qiegħed ngħid li din il- medjazzjoni hija perfetta u m'hemmx bżonn li tiġi mirquma.", "M'għandi l-ebda dubju li l-gvern, permezz tas-segretarju parlamentari, m'huwiex qiegħed jistudja s-sitwazzjoni ħalli hekk kif din tevolvi, wieħed jara fejn jista' jirranġa.", "Il-medjazzjoni lanqas ilha sena li bdiet taħdem.", "Pero' rridu nirrikonoxxu li sar il-ġid u li qegħdin naraw il-frott minn din il- medjazzjoni.", "Mr Speaker, l-oppożizzjoni qalet l-ereżija li l-medjazzjoni forzata ma teżistix u li m'huwiex minnu li għandu jeżisti l-arbitraġġ forzat.", "Minn riċerka li għamilt jirriżultali li fl-Awstralja – li żgur m'huwiex xi pajjiż ta' wara l-muntanji – fl-1991, jiġifieri 13-il sena ilu, għadda l- courts mediation and arbitration act, li riċentement ġie emendat biex ikun hemm forced mediation fil-qorti tal-familja.", "Fl-Awstralja, il-liġi dwar il- familja għaddiet fl-1975, bħal Malta, iżda fl-1991, fl-Awstralja għaddiet liġi li tipprovdi għal medjazzjoni forzata u arbitraġġ forzat.", "L-artiklu 19 ta' din il-liġi jgħid hekk:", "\"The court may make an order, referring the proceedings or any part of them or any matter arising in them to an approved arbitrator for arbitration in accordance with the rules of the court.\".", "Il-punt li rrid nagħmel hu li l-Awstralja tipprovdi għal arbitraġġ forzat u għal medjazzjoni forzata.", "M'huwiex minnu dak li qalu xi kelliema ta' l- oppożizzjoni f'dawn l-aħħar xhur dwar li aħna ħloqna r-rota jew ipprovajna nivvintaw ir-rota, għax il-medjazzjoni forzata teżisti f'pajjiżi oħrajn, bħal fl-Awstralja, fl-Amerika, fl-Iskandinavja u fl-Ingilterra, li għandhom tradizzjoni legali tajba daqs tagħna, pero' b'leġislazzjoni ferm iktar avvanzata minn tagħna f'ċerti oqsma.", "Ladarba qed insemmi l-Amerka nixtieq ngħid li tliet snin ilu kelli x-xorti li ningħata scholarship mill-gvern Amerikan, fejn il-programm ta' studji li kelli kien proprju dwar alternative dispute mechanisms.", "Niftakar li kont mort f'diversi bliet, fosthom fi New York u f'Washington, fejn iltqajna ma' NGOs u ma' aġenziji federali li jispeċjalizzaw f'alternative dispute resolution mechanisms.", "Hemmhekk innotajt kemm dan huwa avvanzat, kemm huwa mirqum, kemm huwa the order of the day, kemm hija xi ħaġa naturali, for granted u awtomatika li fi kwestjonijiet ta' vjolenza domestika, ta' gender equality, ta' impjieg, ta' diskriminazzjoni u ta' diplomazija internazzjonali, in-nies jirrikorru għal dan il-mezz.", "Niftakar li darba minnhom kont iltqajt ma' żewġ ambaxxaturi, illum irtirati, li kienu nvoluti fin-negozjati li wasslu għall-ftehim ta' Camp David.", "Niftakar li għamilt mock trial u mock simulation dwar kif wieħed għandu jimmedja, dwar kif għandu jirbaħ il-fiduċja tan-naħa l-oħra, dwar kif għandu jidħol fiż-żarbun ta' l-ieħor u dwar kif juri l-empatija.", "Medjatur għandu jara għaliex parti hija inkwetata u allura għandu jipprova juriha l-kwestjoni minn ċertu aspett u fl-istess ħin jara xi tkun qed tgħid il-parti l-oħra.", "L-għaqal ta' medjatur professjonali....", "Bir-rispett kollu, hawn ħafna avukati li fihom għandhom l-arti tal-medjazzjoni pero' l- verita` hi li llum il-medjazzjoni hija professjoni fiha nnifisha, regolata anke b'korsijiet għal ta' l-apposta.", "Il-frott tal-medjazzjoni jidher meta l-medjaturi jkunu professjonisti.", "Iva, hemm bżonn li jkun hemm medjaturi, u forsi dan huwa skop ġdid għall- kamp edukattiv ta' pajjiżna.", "L-universita` ta' Malta jmissha tinvesti iktar fil-korsijiet ta' medjazzjoni, ta' alternative dispute mechanisims.", "Jien nara skop biex f'kull dipartiment tal-gvern titrawwem persuna speċjalista fl-alternative dispute mechanisms, għax id-dipartimenti tal- gvern ukoll iridu jidraw ma jmorrux mill-ewwel fil-qorti.", "F'ħafna kawżi li jiftaħ il-gvern....", "Bħalissa qiegħed niftakar f'kawża li għandu klijent tiegħi dwar art tal-gvern, fejn m'għandi l-ebda dubju li kieku d- dipartiment partikolari li fetaħ il-kawża ħafna snin ilu, qagħad attent, is- sitwazzjoni ma kenitx tasal sal-qorti u kienu jiġu ffrankati ħafna ħin u flus.", "Kieku fi ħdan kull dipartiment governattiv ikun hemm a dispute resolution specialist, kif hemm fl-Amerka....", "Iva, f'kull aġenzija federali fl-Amerika, bħal fl-income tax department u fil-labour department hemm a dispute resolution specialist.", "Allura, qabel ma d-dipartiment tal-VAT jibgħat ittra uffiċjali jew jiftaħ il-kawża, ikun hemm speċjalista mħarreġ għal ta' l-apposta biex jiffaċċja l-kwestjoni minn lenti differenti.", "Mr Speaker, għadni kemm rajt każ ta' persuna u nista' ngħid li tbellaħt.", "Ma nafx kif il-MEPA tasal biex tieħu azzjoni kontra persuna u ma nistax nifhem liema uffiċjal awtorizzaha biex tagħmel dan.", "Nispera li min hu responsabbli għal din l-azzjoni, xi darba l-kuxjenza tniggżu għall-inkwiet li ħoloq f'familja partikolari, grazzi għall-interpretazzjoni ad litteram, in a vacuum, tal-leġislazzjoni.", "Il-MEPA, li tagħmel ħafna ġid, kien hemm bżonnha, għad hemm bżonnha u jibqa' jkun hemm bżonnha, biex ħadd ma jifhimni ħażin, pero' m'huwiex ġust li jinħolqu tant inġustizzji, frustrazzjonijiet u weġgħat li bi ftit ħsieb, bi ftit sens komun, b'komunikazzjoni aħjar, jistgħu jiġu evitati.", "Naħseb li hemmhekk żgur li hemm lok għall-medjazzjoni.", "Nixtieq nissuġġerixxi emenda għal dan l-abbozz ta' liġi biex norqmu iktar fejn qiegħed jingħad \"korp ta' aġġudikazzjoni\".", "Il-korp ta' aġġudikazzjoni m'huwiex imsemmi fi klawsola 2.", "Meta kont chairman tal-kumitat għall- konsiderazzjoni ta' l-abbozzi ta' liġi, u anke mill-esperjenza tiegħi ta' avukat, tgħallimt li wieħed qatt ma jista' jilleġisla b'mod eżawrenti biex ikopri kull eventwalita`.", "Pero' ma jkunx ħażin – nissottometti bir-rispett – li fi klawsola 2, fit-tifsiriet, ikun hemm indikat x'jifhem il-leġislatur b'korp ta' aġġudikazzjoni.", "Ġieli jkun hawn liġijiet fejn il-frażi tiġi mfissra li tinkludi (a), (b) u (c).", "Per eżempju, il-VAT department huwa korp ta' aġġudikazzjoni?", "Il-commissioner of inland revenue huwa korp ta' aġġudikazzjoni?", "Il-MEPA, it-tribunal industrijali, huma korpi ta' aġġudikazzjoni?", "Moħħi qiegħed imur l-iktar fuq il-MEPA, li għandha bosta direttorati, dipartimenti u entitajiet fi ħdanha.", "GĦalhekk naħseb li jekk ma nispeċifikawx b'mod exhaustive, għallinqas għandna nagħtu indikazzjoni ta' x'qegħdin nifhmu b'korp ta' aġġudikazzjoni.", "Mr Speaker, fl-abbozz ta' liġi jingħad li l-funzjoni taċ-ċentru ta' medjazzjoni, fost l-oħrajn, hi li jippromwovi l-medjazzjoni domestika u internazzjonali bħala mezz ta' risolviment ta' tilwimiet.", "F'Malta għandna baħar ta' opportunitajiet.", "Grazzi għall-fatt li għadna kemm isseħibna fl- Unjoni Ewropea, grazzi għall-kuntatti eċċellenti li għandna fil-Mediterran, grazzi għall-istima li jgawdi l-ispectrum politiku kollu ta' pajjiżna mill- pajjiżi GĦarab u speċjalment mil-Lvant Nofsani, għandna fejn niftħu niċċa, nesplorawha u nagħmlu kapital minnha.", "Malta hija stmata u fdata.", "GĦalhekk naħseb li huwa importanti ħafna li l- kelma \"internazzjonali\" ma tiġix over-read.", "Il-medjazzjoni internazzjonali hija xi ħaġa importanti ħafna, ma tfissirx biss medjazzjoni bejn il-pajjiżi imma anke bejn kumpanniji internazzjonali.", "B'marketing intelliġenti u kif suppost, Malta tista' tattira lejha tilwimiet bejn kumpanniji internazzjonali.", "Naf x'qiegħed ngħid u m'hu qiegħed ngħid xejn ta' barra minn hawn.", "Dan nemmnu bis-serjeta` u allura naħseb li huwa mportanti ħafna li napprezzaw il-potenzjal li għandu pajjiżna f'dan il-qasam.", "Klawsola 17 tittratta dwar kif isir il-proċess ta' medjazzjoni, u ċioe` li l-medjazzjoni tista' ssir jew volontarjament, jew wara li jingħata digriet jew ordni minn korp ta' aġġudikazjoni jew skond il-liġi.", "Jien nemmen li għandu jkun hemm a time limit.", "Nemmen li għandu jkun hemm indikat ammont ta' żmien, anke jekk forsi jkun jista' jiġi mġedded, għax it-trasparenza titlob li proċess ta' medjazzjoni jkun arġinat f'parametri partikolari.", "Per eżempju, nistgħu ngħidu li medjazzjoni ma tkunx tista' ddum iktar minn xahrejn, tliet xhur, erba' xhur jew inkella rivedibbli u rinovabbli għal perijodu ieħor ta' tliet xhur jew erba' xhur oħra.", "Nemmen li l-liġi għandha tgħid li l-medjazzjoni m'hijiex open-ended, biex ma jkunx hemm lok ta' abbuż, imma tkun arġinata f'parametri ta' time limit.", "Sur President, ġustament l-abbozz ta' liġi jgħid li korp ta' aġġudikazzjoni jista' jissospendi l-proċedimenti filwaqt li l-partijiet jippruvaw jaslu għal risolviment tat-tilwima quddiem medjatur.", "Forsi l-kelma \"risolviment\" nistgħu nibdluha għax hija Taljanizzata wisq.", "Dan huwa importanti ħafna u jista' jsir fil-qorti b'mod faċli ħafna meta jkun hemm differimenti ta' iktar minn sena bejn seduta u oħra.", "Iva, ikun hemm bosta kawżi, speċjalment fil-kamp ċivili, fejn bejn differiment u ieħor tgħaddi sena u iktar.", "Dak huwa ż-żmien ideali biex l-imħallef jissolleċita jew anke jordna lill-partijiet biex imorru għall-medjazzjoni, biex imbagħad ikun jista' jara l-buona fede jew il-malafede tal-partijiet.", "F'dan ir-rigward irrid nagħmel suġġeriment.", "Filwaqt li l-liġi ġustament tgħid li jista' jiġi impost ħlas ta' spejjeż doppji favur il-parti l-oħra minħabba rifjut, li huwa penali negattiv, nissuġġerixxi li jkun hemm inċentiv pożittiv għal min juri x-xewqa li jmur għall-medjazzjoni.", "M'għandux sempliċement jiġi penalizzat dak Ii għamel il-bsaten fir-roti biex ma jmurx għall-medjazzjoni, imma jekk persuna tkun għamlet minn kollox u tkun uriet ix-xewqa tagħha li tmur għall-medjazzjoni, għandha tiġi vantaġġjata u megħjuna b'mod li jirrispekkja l-buona volonta' tagħha.", "Meta persuna tkun in bouna fede, għandha tiġi megħjuna meta tasal għall-ħlas ta' l-ispejjeż fi tmiem il-kawża.", "Mr Speaker, nixtieq nagħmel suġġeriment żgħir.", "Fi klawsola 18 qiegħed jingħad li l-korp ta' aġġudikazzjoni jista' jistabbilixxi għal kemm żmien ikun se jdum il-perijodu ta' aġġudikazzjoni u jestendi dak il-perijodu.", "Apparti l-fatt li ovvjament, hawnhekk il-perijodu għandu jkun ta' medjazzjoni, mhux ta' aġġudikazzjoni, fl-opinjoni tiegħi d-diċitura m'għandhiex tkun \"jista' jistabbilixxi għal kemm żmien\" imma \"għandu jistabbilixxi għal kemm żmien\", ħalli jkollna fatti chiari, amicizia lunga.", "Punt ieħor importanti li rrid nagħmel jikkonċerna l-preskrizzjoni.", "Fl- opinjoni tiegħi, irridu norqmu din il-liġi billi nagħmlu riferenza għal x'jiġri fuq il-preskrizzjoni waqt il-medjazzjoni.", "M'iniex se nirrepeti dak li diġa` ntqal pero' rridu nistabbilixxu jekk il-preskrizzjoni hijiex sospiża, jekk hijiex interrotta, u minn meta, jekk hux minn meta saret it- talba, minn meta bdiet il-medjazzjoni eċċ. Naħseb li huwa mportanti li dan il-fatt jiġi mniżżel fil-liġi.", "Il-liġi trid tkun speċifika kemm jista' jkun.", "Qiegħed ngħid dan għax kull abbozz ta' liġi, iktar ma jkun jidħol fid-dettall u inqas ma jkun fih lok ta' diskrezzjoni, iktar ikun tajjeb.", "Dan kienu jgħiduh l-għorrief Latini.", "Mingħalija kien Ovidium li kien qal optima est lex quae minimum relinquit arbitrio judicis jiġifieri hija tajba dik il-liġi li tħalli l-inqas ammont ta' diskrezzjoni f'idejn min għandu jiġġudika.", "GĦalhekk huwa tajjeb li l- abbozz ta' liġi li għandna quddiemna jiġi mirqum b'dan il-mod biex ikun aħjar milli hu u ma jkunx hemm lok ta' miżinterpretazzjonijiet.", "Mr Speaker, issa nixtieq nerġa' nitkellem ftit dwar id-dispute resolution specialist.", "Il-liġi ta' l-1990 tal-kungress Amerikan, u ċioe' l- alternative dispute resolution act, titlob lill-aġenziji federali biex jappuntaw dispute resolution specialists.", "Naħseb li din hija food for thought li d-dipartiment tal-gvern għandhom jistabbilixxu bil-mod il-mod hekk kif tidħol il-kultura tal-medjazzjoni u allura tal-mod ġdid ta' kif għandna niffaċċjaw dawn is-sitwazzjonijiet.", "Pero' x'inhuma dawk il-każijiet li jistgħu jiġu medjati?", "Hemm diversi, bħal, per eżempju, kawżi dwar il-kura u l-kustodja tat-tfal.", "Dan huwa każ klassiku fejn għandu jkun hemm medjazzjoni.", "GĦandha ssir medjazzjoni wkoll f'konflitti bejn il-ġirien, f'konflitti bejn sid il-kera u l-inkwilin, fi kwestjonijiet bejn il-konsumatur u n-negozjant, fi kwestjonijiet bejn il- klijent u l-insurance company, fi kwestjonijiet dwar bini, fi kwestjonijiet dwar l-użu ta' l-art, iż-zoning, f'tilwim dwar l-ambjent, f'konflitti fi ħdan familja, f'konflitti frott ta' problemi relatati ma' school truancy, jiġifieri min jaħrab mill-iskola, fi problemi bejn vittma f'reat u min jikkommetti r-reat.", "Kif wieħed jista' jara, hawn baħar ta' opportunitajiet fejn tista' ssir medjazzjoni.", "Fil-bidu ta' dan l-intervent għedt li se nirriferi għal statistika li ħarġet ftit ilu fl-Amerka dwar kemm hija effettiva s-soluzzjoni frott ta' medjazzjoni milli frott ta' kawża fil-qorti.", "Fl-Amerka l-istatistika turi li 73% tad-defendants f'medjazzjoni, mhux ta' dawk li pproponew il-medjazzjoni, \"they felt they had a legal obligation to pay....\" - l-ammonti li ġew ordnati li jħallsu - \"....as against 31% of defendants in cases tried in court\".", "Mela hemm żewġ tipi ta' każijiet; il-kawżi fejn persuna tirreklama l-flus f'qorti u l-kawżi fejn dan il- proċess isir tramite l-medjazzjoni.", "Fiż-żewġ każijiet se jkun hemm min ikollu jħallas, jew b'sentenza tal-qorti jew frott ta' medjazzjoni.", "Hemm ħafna iktar nies, kważi darbtejn u nofs iktar, li frott ta' medjazzjoni aċċettaw minn qalbhom u qagħdu għall-agreement tal-medjazzjoni, minkejja li kien se jkollhom iħallsu.", "Dan għaliex kif kont qiegħed ngħid iktar kmieni, fil-qorti, l-argument, il-konflitti huwa aspru.", "Minnu nnifsu, proċess fil-qorti joħloq friction, irrilevanti minn jekk kawża tkunx żgħira jew kbira.", "GĦalhekk huwa importanti ħafna li wieħed japprezza l-vantaġġi kbar ta' dan l-abbozz ta' liġi.", "Nerġa' ngħid li wieħed għandu jara, anke fl-istadju ta' Kumitat, jekk hemmx lok ta' tibdil u emendi.", "M'aħniex qegħdin nippruvaw nivvintaw ir-rota.", "Ejjew naqtgħuh dan id-diskors ta' biki u theżżiż tas- snien qisha se taqa' d-dinja.", "Ejjew nieqfu mill-kritika pjuttost diżonesta li qiegħda tagħmel l-oppożizzjoni biex tħawwad l-imħuħ.", "Dan m'huwiex fair għax m'aħniex qegħdin nagħtu servizz tajjeb lil min qiegħed jismagħna.", "Kif għedt lil xi ħadd ftit ilu, nerġa' ngħid hawn.", "L-avukati wkoll għandhom obbligu li jitkellmu hawn ġew, f'isem il-ġid nazzjonali, f'isem il- ġid komuni.", "Aħna l-avukati m'għandniex naraw l-interessi settorjali.", "Barra minn hekk nemmen li m'huwiex minnu dak li ntqal f'din il-Kamra minn avukati ta' l-oppożizzjoni, li din il-liġi se toħloq diffikultajiet kbar għall-professjoni legali u li se tkisser lill-professjoni legali.", "Jekk din il-liġi tkun imħaddma b'mod intelliġenti u effettiv, kif nemmen li se jsir, il-medjazzjoni se tgħin anke lill-avukati, biex dawn ikollhom iktar xogħol.", "M'huwiex minnu li qegħdin inkissru, nattakkaw jew b'xi mod noħolqu l- bsaten fir-roti lill-professjoni legali.", "Ilkoll kemm aħna rridu nemmnu li s-soċjeta` qiegħda tinbidel u allura ma nistgħux nersqu għall-problemi tal-lum bis-soluzzjonijiet tal-bieraħ.", "Hemm bżonn ta' soluzzjonijiet ġodda, u għalhekk nemmen li din il-liġi hija ħolqa f'katina importanti ħafna biex nindirizzaw il-problemi u l-litiġji li jkollna f'pajjiżna.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Justyne Caruana.", "ONOR.", "JUSTYNE CARUANA: Mr Speaker, l-għanijiet ta' dan l-abbozz ta' liġi huma biex jitwaqqaf iċ-ċentru ta' medjazzjoni għal Malta, li ovvjament se jieħu ħsieb li jistabbilixxi u jirregola lil dan is-settur, filwaqt Ii jivverifika u jikkontrolla l-kwalifiki neċessarji ta' l-aġir tal-medjaturi.", "F'dan il-kontest, dan l-abbozz se jkun importanti ħafna minħabba li dan is- settur huwa wieħed delikat.", "Kif diġa` għedt, dawn huma r-raġuniijet tal-gvern.", "Fil-prinċipju, wieħed ma jistax ma jaqbilx ma' l-għanijiet ta' dan l-abbozz ta' liġi għax huma għanijiet mixtieqa u li tant ilna nistennewhom f'dan is-settur.", "Pero', apparti l-għanijiet tajbin li qiegħed jipproponi dan l-abbozz, tajjeb li naraw eżattament x'qiegħed jiġi propost.", "Nistgħu ngħidu li l- qofol ta' kollox hija l-medjazzjoni, li f'dan l-abbozz qiegħda tiġi definita bħala proċess li permezz tiegħu, il-medjatur jiffaċilita t- trattattivi bejn il-partijiet sabiex jgħinhom jaslu għal kunsens volontarju bejniethom dwar it-tilwima li jkollhom.", "Meta wieħed jara ftit l-attivita` tal-medjatur kif definita f'dan l-abbozz isib li din hija l-attivita` jew l-eżerċizzju li kull avukat ta' bonsens prattiku jipprova jagħmel qabel jibda l-proċeduri fil-qorti.", "Minjaf kemm- il darba, qabel il-qorti, tiġi skambjata korrispondenza bejn il-partijiet u l-avukati rispettivi.", "Ġieli jsiru seduti u aċċessi mill-periti biex jipprovaw iwasslu lill-klijenti rispettivi għal kunsens.", "Kif qiegħda ngħid, aħna l-avukati nippruvaw nagħmlu dak li qiegħda tikkontempla din il- liġi, ovvjament mingħajr ma nirrikorru għall-ebda ċentru ta' medjazzjoni u allura mingħajr spejjeż ulterjuri.", "Huwa minħabba din ir-raġuni li aħna l-membri ta' l-oppożizzjoni, essenzjalment qegħdin naqblu ma' proċeduri simili.", "Pero', minkejja li hawn consensus dwar dan il-prinċipju bażilari, xorta rridu noqogħdu attenti għal ċerti nuqqasijiet li dan l-abbozz ma jindirizzax.", "Fl-opinjoni tiegħi, l- iktar ħaġa nkwetanti huwa l-fatt li l-membri tal-professjoni legali qed ikollhom jiffaċċjaw ħafna kambjamenti ġodda f'daqqa.", "Per eżempju, il- medjazzjoni hija xi ħaġa ġdida, li ġiet introdotta proprju fil-kawżi tal- familja, u nistgħu ngħidu li għadha ma ngranatx perfettament.", "GĦalkemm qegħdin naħdmu, il-medjazzjoni fil-kawżi tal-familja għadha ma laħqitx il- livelli mixtieqa kif il-gvern kien antiċipa fil-bidu.", "Bl-ikbar responsabbilta` ngħid li fil-kontest ta' dan l-abbozz, poġġejna l- karru qabel iż-żiemel.", "Qiegħda ngħid dan għax, fl-opinjoni tiegħi, kien ikun aħjar kieku l-ewwel ġiet maħluqa u ppreparata l-istruttura, jingħata t- taħriġ neċessarju lil min se jagħmilha ta' medjatur, mhux jingħataw biss kors ta' ftit xhur, imbagħad jinbdew il-proċeduri ta' medjazzjoni, pero' mhux fil-kamp tal-familja, peress li dan huwa kamp tant delikat li jaffettwa r-relazzjoni ta' bejn il-konjuġi.", "Mr Speaker, f'GĦawdex, għall-grazzja ta' Alla – u qiegħda ngħid għall- grazzja ta' Alla għax tħabatna mhux ftit biex f'GĦawdex ikollna medjatur, peress li dawn riduna nitilgħu Malta bil-klijenti b'kollox – il-medjatur li għandna hija persuna li wieħed jista' jikkoopera magħha u li tieħu interess fil-każijiet tal-familja li jkollha quddiemha.", "Pero', meta wieħed jitkellem mal-kollegi f'Malta jsib li dawn ma jikkondividux l-opinjoni li għandna aħna l-GĦawdxin.", "Dan għaliex isemmu ċerti medjaturi – li m'iniex se noqgħod insemmihom hawnhekk għax ma naħsibx li jkun korrett u opportun li nagħmel dan – li qegħdin hemm litteralment għall-paga, għax saħansitra jagħtu direzzjoni ħażina.", "GĦalhekk quddiem sistema li għandha dawn id-diffikultajiet kollha, quddiem sistema li nistgħu ngħidu li għadha fil-proċess ta' running-in, ma naħsibx li huwa opportun li ndaħħlu medjazzjoni forzata f'diversi oqsma ħabta u sabta.", "Il-membri tal-gvern qegħdin jgħidu li dan il-proċess se jnaqqas id- dewmien tal-kawżi, pero' mill-esperjenza li għandi nista' ngħid li jekk żewġ partijiet għandhom kawża li ilha għaddejja għal ċertu żmien – ovvjament ikun hemm klijenti li ma jkunux bħal klijenti oħrajn, pero' l- biċċa l-kbira tagħhom ikunu orjentati u targeted biex jirbħu l-kawża – issir kemm issir medjazzjoni, dawn iktar ikomplu jwebbsu rashom, iktar jimpikaw u jispiċċaw ma jaslu mkien.", "M'iniex se noqgħod insemmi l-każijiet tal-familja li jkolli f'idejja, għax ma naħsibx li hu korrett, pero' nista' ngħid li lil dawk il-koppji li jkunu determinati li jisseparaw, il-medjazzjoni m'hijiex tbiddlilhom ir-rotta, anzi kien hemm każijiet partikolari fejn il-partijiet spiċċaw litteralment jiħdaru lejn xulxin, peress li l-proċess tal-medjazzjoni huwa inqas formali u allura jagħtihom l-opportunita` li jiżvogaw fil-konfront ta' xulxin.", "Ġieli spiċċajna b'koppji jitgħajru, jiġifieri altru milli medjazzjoni u rikonċiljazzjoni.", "Huwa għalhekk li wieħed għandu jaħdem iktar fuq is- sistema biex jipprova jtejjibha.", "Fl-opinjoni tiegħi, qabel nibdew inħaddmu dawn il-proċeduri ġodda rridu nippreparaw lill-pubbliku u anke lill-avukati, għax sfortunatament, ħafna nies għandhom perception ħażina tal-medjazzjoni u qegħdin jarawha bħala tarġa oħra qabel wieħed jidħol il-qorti, u ċioe' iktar dewmien u iktar spejjeż.", "Anke fir-rigward ta' kawżi pendenti, ħafna nies qegħdin jaraw lill-alternative dispute settlement bħala tarġa oħra li tista' ttawwal.", "GĦalhekk naħseb li qabel ma dan l-abbozz ta' liġi jidħol fis-seħħ, għandha ssir ħafna spjegazzjoni u promozzjoni ħalli l-pubbliku jassorbi l-proċess ta' medjazzjoni kif proposta u jitnaqqas ix-xettiċiżmu li hawn.", "Meta kont qed nistudja dan l-abbozz ta' liġi biex nara x'joffri, l-ewwel ħaġa li għajnejja marru fuqha huwa ċ-ċentru, li ovvjament se jiswa l-flus għax se jkun struttura per se u apparti.", "Dan iċ-ċentru se jkun f'Malta.", "Ovvjament, bħalma nagħmel dejjem, nistaqsi x'se nagħmlu aħna l-GĦawdxin jekk iċ-ċentru se jkun f'Malta.", "Se niġu mitluba niġu f'Malta, kif kienu talbuna l-medjaturi fil-bidu?", "Se jiġri bħalma ġara fil-każ ta' l- arbitraġġ?", "La qiegħda nsemmi l-arbitraġġ se niddevja ftit biex nirringrazzja lil Dr. George Hyzler, li flimkien mat-team tiegħu ġie f'GĦawdex biex jiltaqa' magħna on the day li l-liġi daħlet fis-seħħ, biex naraw kif se naħdmu bl- aħjar mod possibbli ħalli jinħoloq l-inqas konvenjent possibbli għalina l- GĦawdxin.", "Jien nemmen li din l-attitudni min-naħa ta' Dr. George Hyzler kellha tiġi min-naħa tal-gvern, li għandu jantiċipa li se jinħolqu ċerti diffikultajiet għalina l-GĦawdxin minħabba n-nuqqas ta' strutturi li għandna f'GĦawdex.", "Jekk se naslu biex nibdlu xi premises f'GĦawdex f'ċentru ta' medjazzjoni, dan fejn se jkun?", "Se jkun parti mill-qorti jew le?", "Nixtieq li fil-winding up, xi ħadd min-naħa tal-gvern jagħti indikazzjoni ta' x'se jsir biex din il-preokkupazzjoni tiġi eliminata, kemm għall-benefiċċju tiegħi kif ukoll għall-benefiċċju tal-kollegi tiegħi l- GĦawdxin.", "Kif spjegajt lill-Onor.", "Mifsud Bonnici waqt li konna qegħdin nitkellmu, jien waħda minn dawk li nemmen li l-medjazzjoni għandha tkun fuq bażi kunsenswali, jiġifieri wieħed jidħol f'medjazzjoni jekk irid jagħmel hekk.", "Fl-abbozz ta' liġi qiegħed jingħad li:", "\"\"il-parti fil-medjazzjoni\" tfisser min jipparteċipa f'medjazzjoni u jkun- meħtieġ il-kunsens tiegħu biex jirrisolvi t-tilwima\".", "Bit-termini li qegħdin jintużaw, wieħed jista' jgħid li iva, hemm element ta' kunsens, pero' klawsola 17 qiegħda tikkontempla medjazzjonijiet li jiġu ordnati permezz ta' digriet jew ordni minn korp ta' aġġudikazzjoni jew skond il-liġi.", "Għalhekk meta nsemmu dawn l-istanzi, apparti l-ewwel waħda, ma jidhirx li tista` tgħid li hemm dan l-element ta' kunsens għax ovvjament għandek il- medjazzjoni mandatorja.", "Barra minn hekk, sub-paragrafu (b) ta' klawsola 35 li qed tirriferi għal artiklu 223 tal-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili, Kap. 12 mhux talli qed jgħid li l-medjazzjoni m'għandhiex tkun volontarja talli qed jimponi penalita` għal min jirrifjuta jew jonqos milli jipparteċipa quddiem il-medjatur jew anke jikkollabora miegħu.", "Din il-piena tikkontempla li dak li jkun jiġi ordnat iħallas l-ispejjeż doppju favur il- parti l-oħra, li sa ċertu punt jista` jkun counter- productive.", "Sur President, subklawsola (3) ta' klawsola 28 tgħid li:", "\"Il-medjatur jista' b'kunsens iqassar jew itawwal il-proċess ta' medjazzjoni.\".", "Fil-fehma tiegħi, din għandha tiġi reworded biex neliminaw kull problema dwar interpretazzjoni u ngħidu speċifikatament li l-kunsens għandu jkun taż-żewġ partijiet.", "Il-liġi ripetutament issemmi \"korp ta' aġġudikazzjoni\".", "Naf li ssemmiet qabel u li hawn ċertu inkwetudni fuqha.", "Il-korp ta' aġġudikazzjoni mkien m'hu definit f'dan l-abbozz u allura sa ċertu punt ma tistax tgħid x'jinkludi u x'ma jinkludix.", "Pero` ma naħsibx li jinkorpora biss il-qrati għax ovvjament kieku l-liġi kienet tgħid hekk u allura jekk il-liġi ma tikkontemplax il-qrati biss allura artiklu 223 tal-Kap.", "12 li jirrigwarda l-ispejjeż ma japplikawx għal korp ta' aġġudikazzjoni li m'huwiex qorti.", "Jiġifieri hawnhekk għandna dan in-nuqqas u naħseb li huwa opportun li dan il-korp ta' aġġudikazzjoni u ħafna affarijiet oħra jiġu definiti tajjeb.", "Nixtieq ngħid xi ħaġa dwar it-terminazzjoni tal-medjazzjoni.", "Mill-abbozz ta' liġi jidher li jekk parti tkun tixtieq ittemm il-proċess ta' medjazzjoni unilateralment ma tistax tagħmlu għaliex sta għall-medjatur li jagħti l-fehma tiegħu.", "Naħseb li meta parti tkun qed tara li l-proċess tal-medjazzjoni ma jkun qed iwassal imkien u jkun inutli jew ikun qed jaggrava s-sitwazzjoni għandu jkollha l-opportunita` li ma tibqax fil- medjazzjoni u ma naħsibx li għandha toqgħod tistenna lill-medjatur jifforma l-fehma tiegħu għax finalment jekk se noqogħdu nibbażaw fuq il- fehma tal-medjatur, speċjalment jekk il-medjaturi se jkunu tal-kalibru ta' ħafna mill-medjaturi li għandna bħalissa, din il-fehma mhux neċessarjament ikun kapaċi jifformaha u jekk jifformaha ma jkunx fl-aħjar interess tal- partijiet.", "Punt ieħor li nixtieq inqajjem huwa dwar il-konfidenzjalita`.", "Mil-liġi joħroġ li l-atti u l-proċeduri għandhom jibqgħu konfidenzjali.", "Pero` jekk toħroġ xi informazzjoni x'se tkun il-piena?", "Qed nistaqsi dan għaliex fl- abbozz ta' liġi m'għandna xejn indikat.", "Apparti minn hekk qed jingħad li l- partijiet se jkunu marbuta li ma jgħidu xejn fuq dak li jkun sar jew intqal fil-medjazzjoni.", "Pero` x'garanzija għandek li dan se jseħħ, speċjalment jekk il-medjazzjoni ma tagħtix ir-riżultati mixtieqa?", "Wara kollox la jeżistu safeguards u lanqas hemm il-kastig meta fi stanzi oħrajn għandek il- kastig stipulat.", "Sur President, klawsola 13 titkellem fuq ir-reġistratur.", "Issa meta qed ngħidu li l-medjaturi se jkunu marbutin b'kodiċi ta' etika, ir-reġistratur se jkun marbut b'kodiċi simili peress li ħafna mill-atti se jgħaddu minn taħt idejh u se jkollu aċċess għalihom?", "Jien m'iniex se noqgħod infittex ix-xagħra fl-għaġina pero` nixtieq niġbed l-attenzjoni – għalkemm naħseb li din nistgħu nirranġawha fl-istadju ta' Kumitat- li l-ewwel parti ta' klawsola 27 tispiċċa bil-kelma \"jew\" li tagħmel daqsxejn ikrah u naħseb li fil-paragrafu ta' wara, wara l-kelma \"Iżda\" trid tidħol il-kelma \"meta\".", "Sur President, f'subklawsola (2) ta' klawsola 28 qed jingħad li l- medjatur għandu jkollu l-fiduċja tal-partijiet f'kull waqt tal-proċess ta' medjazzjoni.", "Jien ninsisti li fuq dan il-punt għandu jsir homework tajjeb għaliex kif għedt qabel għandna ħafna medjaturi li b'dispjaċir kbir ngħid li jew ma jafux xogħolhom sew jew mhux qed jesegwixxu d-dmirijiet tagħhom sew.", "Dan qed ngħidu għax ġieli smajt mill-kollegi tiegħi f'Malta –għall-grazzja t'Alla f'Għawdex qatt ma ġrat u j'Alla ma tiġrix – li jkun hemm ċerti medjaturi li lill-partijiet igħidulhom li m'għandhomx bżonn l- avukati tagħhom jew jagħtu xi indikazzjonijiet jew xi pariri legali li jirriżultaw li jkunu ħżiena u jagħtu direzzjoni ħażina lill-klijent.", "Dawn l- affarijiet m'għandhomx isiru u ta' min jikkundannahom.", "Konsegwenza ta' dan nibet ċertu xettiċiżmu fir-rigward tal-medjaturi u għalhekk dan iċ-ċentru li se jinħoloq għandu jinsisti li l-medjaturi jingħataw taħriġ tajjeb u jiġu monitored li qed josservaw il-kodiċi ta' etika kif suppost.", "Sur President, irrid ngħid li huwa mportanti li fl-ambitu legali jiġi stipulat x'se jiġri mill-preskrizzjoni waqt il-proċeduri ta' medjazzjoni.", "Fl-aħħarnett nixtieq ngħid xi ħaġa dwar il-qorti ta' Għawdex u se nirriferi ftit għas-sitwazzjoni ta' hemmhekk biex il-kelliema tan-naħa tal-gvern forsi jifhmu l-preokkupazzjoni li għandhom l-avukati Għawdxin dwar kif se taħdem din is-sistema ta' medjazzjoni.", "Fil-qorti ta' Għawdex ix-xogħol dejjem qed jiżdied u l-problema li qed niffaċċjaw hija li l-premises tal- qorti m'għadhomx iktar adegwati.", "Qed nispiċċaw f'sitwazzjoni fejn qed ikollok ħafna affarijiet għaddejjin f'daqqa u qed nispiċċaw nagħmlu s- seduti jew fil-kamra ta' l-avukati jew fl-arkivju tal-qorti stess.", "Issa jekk se nżidu dan il-proċess ta' medjazzjoni, il-gvern għandu jaħseb għalih u jekk is-soluzzjoni se tkun li dawn il-medjazzjonijiet se jsiru fil-qorti għandu jsir ċertu homework ukoll.", "M'hijiex faċli għalina l-avukati Għawdxin li naħdmu fil-qorti ta' Għawdex għax litteralment qed naħdmu anke fit-trabijiet minħabba r-refurbishment li qed isir.", "Apparti minn dan, għandna problema ta' nuqqas ta' staff u allura jekk se jkun hemm reġistratur f'Għawdex li se jieħu ħsieb ir-records tal-medjazzjoni, ovvjament nippretendi li jkun hemm żieda fl-istaff ukoll allavolja l- istaff tal-qorti ta' Għawdex, minkejja li qegħdin bin-nieqes, jipprovaw jagħmlulek l-ilma jiżfen.", "Pero' ma naħsibx li hu fair li jkompli jiżdied il-bulk tax-xogħol fuqhom ukoll.", "Irrid nieħu l-opportunita` biex niġbed l-attenzjoni tan-naħa tal-gvern dwar ix-xogħol li mhux qed isir fir-rigward tas-subbasti fejn għandna deputat reġistratur li qed jipprova jagħmel dan ix-xogħol wara l-ħinijiet normali tiegħu għax għandna assistent reġistratur fantażma.", "Għalkemm din l- assistent reġistratur tidher fuq il-payroll tal-qorti, lanqas biss tersaq 'l hemm.", "Qed insemmi dawn l-affarijiet biex in-naħa tal-gvern tkun taf minn xiex għaddejjin u waqt li tkun qed tabbozza l-liġijiet tieħu in konsiderazzjoni anke l-aspett ta' Għawdex.", "Jekk iridu li l-medjazzjoni verament tirnexxi anke f'Għawdex iridu jaħsbu għall-istrutturi f'Għawdex ukoll.", "Sinċerament ngħid li mhux faċli għalina li naħdmu f'dawn il- kondizzjonijet għaliex lanqas awla b'air-conditioner m'għandna.", "Fil-fatt intbagħat verbal lill-ministeru għal Għawdex u lill-ministeru tal- ġustizzja dwar din il-kwestjoni għaliex ilna żmien nitolbu għal air- conditioner u qed jgħidulna li dan ma jistax isir qabel ma jkun hemm ir- risposta tas-sovrintendent tal-patrimonju nazzjonali minħabba ż-żewġ affreski li għandna mal-ħajt.", "Sur President, jiddispjaċini li ddevjajt xi ftit pero' ħassejt li kelli ngħid dawn l-affarijiet u naf li l-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici qed jagħti kas ta' dan li qed ngħid u nispera li jieħu l-azzjoni meħtieġa u opportuna biex inkunu nistgħu naħdmu aħjar fl-ambitu ta' din il-liġi l-ġdida għall- benefiċċju tal-poplu kollu.", "Nirringrazzjak.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Frederick Azzopardi.", "ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI: Sur President, b'sodisfazzjon ninnota l- kelliema ta' l-oppożizzjoni jistqarru li lesti jivvotaw favur din il-liġi dwar il-medjazzjoni.", "Ma jfissirx li kulmin tkellem s'issa kien favur il- kontenut kollu ta' l-abbozz kif ippreżentat imma għallinqas qed naqblu mal- konċett ta' din il-liġi.", "Huwa ta' ġid immens meta ż-żewġ naħat tal-Kamra jagħrfu f'kull sens il-ħjiel ta' l-interess nazzjonali, li fejn jinħtieġ is- sewwa magħruf, ikun imtejjeb u kkonsolidat.", "B'hekk iż-żewġ naħat naslu fi ftehim u minnufih is-sens partiġjan jagħmel il-wisa' mixtieqa għall-kritika kostruttiva.", "Din il-liġi hija mistennija u meħtieġa għaliex fil-kontest tagħha se twassalna biex il-poplu ma jibqax iħares lejn il-qorti bħala l-post ewlieni fejn wieħed jista' jsolvi l-kwestjonijiet legali tiegħu.", "B'hekk tibda tinħoloq il-mentalita` wkoll fost dawk konċernati li l-medjazzjoni hija soluzzjoni legali tajba.", "Fil-ħajja ta' kuljum f'ambitu komuni, ħafna huma dawk li f'qalbhom iħossu li l-liġi, u anke l-qrati, jesponu ċertu anonimita` għax qisu mhux dejjem isostnu l-element uman.", "Pero' naħseb li fl-istess nifs kulħadd jammetti li l-liġi qiegħda hemm sabiex tipproteġi kemm lill-individwu kif ukoll lill-komunita`, tirrifletti l-bżonn u l- volonta` komuni u fl-istess waqt teduka.", "Għalhekk il-ministru tal-ġustizzja ta' min jammirah li għadu kif ressaq emendi għall-Kodiċi Ċivili, abbozz ta' liġi dwar ir-reġistru ċentrali, emendi għall-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili kif ukoll abbozz ta' liġi dwar ir-rifuġjati.", "Irridu nżommu quddiem għajnejna li kull emenda trid tintgħarbel biex ma tagħtix lok għal xi inverżjoni imprevista ta' l- istess skop tagħha.", "Dan l-abbozz ta' liġi li qegħdin niddiskutu llum qiegħed jintroduċi f'pajjiżna qafas legali għat-twaqqif taċ-ċentru tal- medjazzjoni.", "L-iskop prinċipali hu biex kwestjonijiet legali bejn iċ- ċittadini tagħna ma jibqgħux marbuta mal-qrati tal-ġustizzja.", "Dan iċ-ċentru ta' medjazzjoni se jipprovdi mekkaniżmu legali modern sabiex il-partijiet fil-kwestjoni jaslu għal qbil bejniethom.", "Is-sabiħ ta' dan il- proċess hu li l-partijiet jieħdu sehem direttament huma sabiex jaslu fi ftehim u jkunu jafu minn qabel x'fih dan il-ftehim u kif se jolqothom, bil- kontra ta' dak li jsir fil-proċess ta' kawża fejn huwa l-ġudikant li jiddeċiedi.", "Barra minn hekk, kulħadd hu konxju mill-effett tal- pubbliċita` tal-każi li jkun hemm quddiem il-qrati tagħna għaliex meta ssir kawża fil-qorti m'hemm l-ebda konfidenzjalita` mentri fil-medjazzjoni kollox isir bil-magħluq fejn il-partijiet biss ikunu jafu bil-problema.", "F'dan il-mument propizju nixtieq nistieden lil sħabi l-membri l-oħra biex jiflu u jaraw kemm din il-liġi hi kapaċi tkun ġusta bl-iktar mod ovvju.", "F'ċertu sens din il-liġi tipproteġik mill-qrati u mit-tribunali li kulmin għandu rasu fuq spallejh naħseb illi jevita.", "Mhux l-ewwel darba li tiltaqa' ma' xi ħadd li jkun xeba' tiela' u nieżel il-qorti u jgħidlek li kieku kien jaf għal xiex dieħel żgur li ma kienx jintriga.", "Mill-banda l- oħra l-inkwiet ma jagħmel ġid lil saħħet ħadd u l-ġustizzja m'hijiex dejjem ben fatt. Fil-fatt is-sekond'awla tressaq ħafna każi fiċ-ċivil għal xi kwalita` ta' soluzzjoni paċifika.", "Pero' l-agħar li jista' jiġri mhux meta jintlaħaq xi forma ta' kompromess bit-tqanżiħ imma meta l-istess ġustizzja tagħti sentenza li taqta' fil-laħam il-ħaj lil xi parti jew oħra jew inkella lit-tnejn għaliex il-mibegħda li jkun hemm bejn il-partijiet konċernati iktar tikber u tibqa' għall-eternita`.", "Sur President, ma' l-ewwel daqqa ta' għajn lejn l-istatistika taħbat tibda taqta' nifsek pero' mhux kollox huwa dlam.", "Fi spazju ta' sena minn Awissu tas-sena l-oħra sar progress sostanzjali u sinċerament insellem lis- Segretarju Parlametari Carmelo Mifsud Bonnici li b'tant kuraġġ espona din l-istatistika b'kuraġġ.", "Jien ngħid li kawża li tonqos hija xaqq ta' dawl li fiha nnifisha tista' twassalna għal soluzzjoni.", "Jekk inħarsu lejn l- istatistika nsibu li l-appelli pendenti minn 1,367 naqsu għal 1,215, in- numru ta' kawżi pendenti quddiem il-prim'awla tal-qorti ċivili naqsu minn 8,969 għal 8,048, il-kawżi fil-qorti tal-maġistrati minn 1,715 naqsu għal 1,696 u l-kawżi quddiem it-tribunal għat-talbiet iż-żgħar minn 2,267 naqsu għal 1,968.", "Dan ifisser li globalment il-kawżi minn 14,009 niżlu għal 13,226.", "Dan hu tnaqqis tajjeb imma żgur li rridu nammettu li jrid isir aktar sforz u jinħolqu proċeduri ġodda biex jitħaffu u jonqsu l-kawżi pendenti.", "Huwa mportanti li wieħed jiftakar li fis-16 ta' Deċembru tas-sena l-oħra kien daħal fis-seħħ l-avviż legali li permezz tiegħu f'kawżi ġodda ta' separazzjoni bdiet taħdem is-sistema tal-medjazzjoni.", "Dak iż-żmien koppji li kienu diġa` fil-qorti kienu lmentaw li saret inġustizzja magħhom.", "Issa b'dan l-abbozz ta' liġi qed tingħata l-possibilita` li l-qorti, u anke l-partijiet konċernati, jagħmlu talba sabiex il-każ tagħhom jiġi riferut lill-medjatur.", "Fil-fatt din il-liġi tmur oltre minn hekk għaliex kull kawża oħra ċivili, kummerċjali jew industrijali li hija diġa` pendenti quddiem il-qorti tista' tiġi riferuta lill-medjatur.", "B'dan il-mod hemm il- possibilita` li jiġu solvuti kawżi diġa` pendenti.", "Fil-fatt il-ħolqien tal-qafas legali għat-twaqqif ta' dan iċ-ċentru tal- medjazzjoni jfisser l-għoti ta' strument effettiv f'idejn iċ-ċittadin li permezz tiegħu wieħed jista' jevita li jidħol il-qorti.", "Meta wieħed iqis bil-galbu l-ispejjeż involuti bħala ġranet ta' xogħol mitlufa, miżati ta' proċedura u ta' avukati u fuq kollox tbaqbiq bil-konsegwenzi kollha li jġib miegħu – hawnhekk m'iniex qed inkabbar l-affarijiet, anzi qed nimplika affarijiet serji li jekk jista' jkun lanqas trid taħseb fuqhom - il- medjazzjoni tistħajjilha anġlu fost dinja ta' għelt.", "Il-medjazzjoni tgħinna naslu għal soluzzjonijiet li żgur jevitawlna ħafna problemi.", "Jien ngħid: It-twiddiba ta' Kristu fil-vanġelu ta' San Mattew tgħodd għal kull żmien?!", "Ċertament ma rridx nidher wisq reliġjuż, imma żgur li dan li se nikkwota għadu attwali għal żminijietna.", "Fl-aħħar mill-aħħar din hija wkoll miżura li tagħmel parti minn viżjoni iktar nisranija tas-soċjeta` tagħna.", "\"U hekk seħħ fihom il-profezija ta' Isaija, u tgħid: Tisimgħu kemm tisimgħu ma tifhmux u tħarsu kemm tħarsu ma tarawx għax il-qalb ta' dan il-poplu twebbset.\".", "Sur President, nammetti li forsi fis-saħna tal-mument wieħed jagħma u bħala umani nistgħu nissuppervjaw għaliex ikollna raġun imma għaliex ma nistgħux inkunu umani u nerġgħu nersqu lejn xulxin?", "Ħalli nkompli nikkwota parti oħra li żgur tagħmel ħafna sens fir-rigward ta' dan l-abbozz ta' liġi.", "Din tgħid hekk:", "\"Jekk jitnebbħuk, mur wissih bejnek u bejnu weħidkom.", "Jekk jisma' minnek, tkun irbaħt lil ħuk.", "Jekk ma jismax, ħu miegħek wieħed ieħor jew tnejn biex kull ħaġa titwettaq bix-xiehda ta' żewġ xhieda jew tlieta.", "Jekk ma jismax minnhom, għid lill-ġemgħa.", "Jekk lanqas jisma' mill-ġemgħa, ikun għalik bħal pagan u pubblikan.\".", "F'estremita` bħal din fejn il-partijiet konċernati ma jagħrfux jaslu permezz ta' medjazzjoni bil-għaqal, allura ma jibqagħlhomx triq oħra ħlief li jispiċċaw fil-qorti bil-konsegwenzi kollha li jġibu magħhom il-proċeduri tal-qrati.", "Jien inħoss li b'attenzjoni xierqa, iktar u iktar meta wieħed jara l-aspett uman, din il-liġi se tkun pass 'il quddiem li jagħmel ġieħ lil min qed jipproponiha.", "Minkejja d-diffikultajiet li fil-bidu jistgħu ma jkunux ftit, naħseb li għandu jkollna liġi li tagħmel ukoll ġieħ lil pajjiżna.", "M'għandniex nibżgħu mill-isfidi għaliex wara kollox xi skop ikun hemm fil- ħajja tal-bniedem jekk ma jkollux l-isfidi quddiemu?", "Fl-aħħar mill-aħħar liġijiet simili diġa` ġew pprovati u taw ir-risposta moderna u loġika f'ħafna demokraziji oħra.", "Konvint li b'sens ta' maturita' politika naslu biex naqblu fuq dan l-abbozz ta' liġi, li żgur illi se jkun ta' ġid għall- proċess legali f'pajjiżna u għall-ġid tal-ġenerazzjonijiet futuri.", "Grazzi, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Aktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L- Onor. Michael Asciak.", "ONOR.", "MICHAEL ASCIAK: Sur President, quddiemna għandna abbozz ta' liġi mressaq minn dan il-gvern li jittratta l-faċilita` biex isir riżolviment tat-tilwim f'Malta permezz ta' ċentru tal-medjazzjoni.", "Forsi hawn min jistaqsi: Għaliex għandna bżonn ċentru tal-medjazzjoni meta diġa` jeżisto ċentru ta' l-arbitraġġ?", "Il-ħabib tiegħi qabli, l-Onor.", "Frederick Azzopardi, kien elokwenti fil-metodu u l-aspett etiku f'dak li għandu x'jaqsam mal-benefiċċji tat-twaqqif ta' dan iċ-ċentru.", "Għaliex medjazzjoni u mhux arbitraġġ?", "Sur President, meta wieħed jitkellem fuq arbitraġġ awtomatikament jifhem li hemm kwestjoni ta' litigazzjoni.", "Sa ċertu punt l-qorti hija arbitraġġ għaliex l-imħallef se jagħti sentenza fejn xi ħadd jitlef u xi ħadd jirbaħ.", "L-istess ħaġa fiċ-ċentru ta' l- arbitraġġ, li hu mwaqqaf b'liġi oħra, għandek l-arbitru li jiddeċiedi li xi ħadd jitlef u xi ħadd jirbaħ.", "Pero' l-għan ta' din il-liġi li se twaqqaf ċentru tal-medjazzjoni m'huwiex dan; imma huwa proprju dak li jwassal lil żewġ individwi jew iktar - għax jista' jkun hemm iktar minn tnejn min-nies; jista' jkollok tliet kumpanniji jew tliet individwi jew erbgħa, pero` normalment ikunu żewġ partijiet - li bl-għajnuna ta' medjatur jaslu biex jiftehmu li ma joqogħdux jidħlu l-qorti jew li ma joqogħdux jidħlu għall- arbitraġġ u fl-aħħar mill-aħħar ikollna dik li ngħidulha \"win win situation\", fejn kulħadd jirbaħ.", "Pero` biex jintlaħaq dan il-għan, hemm bżonn inbiddlu l-mentalita` tagħna.", "Qegħdin nitkellmu fuq mentalita` ġdida u għalhekk hemm bżonn ta' edukazzjoni profonda, kemm għall-poplu in ġenerali u kif ukoll għall-avukati u għal dawk in-nies li jkollhom x'jaqsmu mal-qorti bħall-prokuraturi legali, eċċ. Għaliex qiegħed ngħid dan?", "Forsi l-professjonisti legali jqisu dan l-abbozz ta' liġi bħala xi ħaġa li se tnaqqsilhom ix-xogħol u allura awtomatikament ħafna avukati jaslu għall-konklużjoni li huma kontra dan iċ-ċentru ta' medjazzjoni.", "Issa ħalli nħallu l-fatt li dak m'għandux ikun il-motivazzjoni ewlenija ta' avukat li jwassal lin-nies għall-arbitraġġ ħalli jaqla' x'jiekol.", "Naħseb li hawnhekk qed inpoġġu l-flixkun rasu 'l isfel jew inkella l-karretta qabel iż-żiemel għax l-iskop ewlieni ta' l-avukat għandu jkun dejjem li ma jkunx hemm arbitraġġ.", "Imma anke jekk dawn il-każijiet ma jmorrux arbitraġġ imma jmorru għall-proċess ta' medjazzjoni, ma jfissirx li l-avukati m'humiex se jkollhom il-fakulta' li jassistu lill-klijenti tagħhom fil-qasam ta' medjazzjoni wkoll, jiġifieri l-klijenti jistgħu jmorru għall-medjazzjoni u l-avukati jassistu lil dawk il-klijenti waqt il-medjazzjoni.", "Jiġifieri l-avukat m'huwiex se jinqala' mill-proċess ta' medjazzjoni, anzi jkun wise għall-klijent – allavolja jekk iħoss li għandu biżżejjed informazzjoni jista' jagħżel li ma jdaħħalx avukat - li f'dan il-proċess ta' medjazzjoni jdaħħal lill-avukat jew lill-avukati tiegħu jekk dawn ikun hemm aktar minn żewġ partijiet involuti.", "Sur President, x'inhu medjatur?", "Medjatur m'huwiex bniedem illi jasal biex jagħmel konċiljazzjoni per se imma l-medjatur kemm jista' jkun għandu jkun newtrali billi l-ewwel jisma' lill-partijiet involuti, jiggwidahom x'direzzjoni jridu jieħdu u forsi bil-kelma t-tajba iwassalhom biex jiftehmu fuq l-argument partikolari li jkun inħoloq bejniethom.", "Jien naħseb li l-gvern jew l-oqsma partikolari li huma milquta minn din il-liġi għandhom jaħsbu biex iwaqqfu training centres biex dawn il-medjaturi jiġu trained u jkunu jistgħu jagħmlu xogħolhom bl-iktar mod effiċjenti.", "Min għandu jagħmilha ta' medjatur?", "Ovvjament jista' jkun avukat pero' mhux bilfors ikun avukat.", "Jiena naħseb illi ladarba tgħaddi din il-liġi l-gvern għandu joħroġ lista ta' nies permezz ta' avviż legali li huma kkwalifikati biex jagħmluha ta' medjaturi.", "Huwa importanti li waqt il-medjazzjoni dak li jingħad bejn il-klijenti u l-medjatur, jibqa' f'dik il-kamra.", "Pero' jekk iż-żewġ partijiet ma jaqblux u jispiċċaw jerġgħu jargumentaw u jiddeċiedu illi jidħlu l-qorti jew imorru quddiem xi forma ta' arbitraġġ fejn xi ħadd jirbaħ u xi ħadd jitlef, ma jkunx sewwa illi fl-arbitraġġ jista' jissejjaħ xi ħadd mill-klijenti jew il-medjatur stess biex jixhed kontra l-parti l-oħra.", "Li qed nipprova ngħid huwa li m'huwiex sewwa illi dak li jkun ingħad b'ċertu konfidenzjalita' taħt il-liġi ta' medjazzjoni jintuża fil-qrati jew fl-arbitraġġ kontra l-parti l-oħra.", "Ħalli nagħti eżempju wieħed fejn diġa' għandna livell ta' medjazzjoni fil-pajjiż pero' sfortunatament minħabba li l-liġi tal-pajjiż qiegħda tiġi invertita m'huwiex qiegħed joħroġ wisq ġid mis-sitwazzjoni.", "Il-mara tiegħi hija counsellor mal-Moviment ta' Kana fejn tintuża l-medjazzjoni bejn il-koppji li jkollhom problemi fiż-żwieġ tagħhom.", "Dawn il-counsellors li jistgħu jkunu tal-Moviment ta' Kana jew jista' jkun counsellor ieħor f'dan il- qasam jagħmluha ta' medjaturi u jisimgħu l-koppji juru empatija magħhom u jiggwidawhom biex jekk jista' jkun isalvaw iż-żwieġ tagħhom u jaslu għall- ftehim bejniethom.", "Imma x'qiegħed jiġri, Sur President?", "U nixtieq li l- ministru konċernat jieħu nota ta' dan li se ngħid.", "Jiena nisma' lill-mara tiegħi tgħid li ħafna drabi tagħmel xhur twal, kultant anke snin, tagħmilha ta' medjatur bejn koppja li jkollha l-problemi fiż-żwieġ u mbagħad waħda mill-partijiet tiddeċiedi li trid separazzjoni ċivili jew annullament u tkun trid tidħol il-qorti u ttella' lill-parti l-oħra l-qorti u lill-medjatur bħala xhud.", "Jiġifieri ħafna drabi counsellors ta' Kana qegħdin jiġu mitlubin jitilgħu l-qorti meta parti mill-koppja tiddeċiedi li tagħmel kawża kontra l-parti l-oħra wara sforz ta' medjazzjoni.", "Dan ifisser li l-isforzi kollha li jkun għamel il-medjatur jispiċċa fix-xejn għax filli qiegħed jassumi rwol newtrali bejn iż-żewġ partijiet u filli f'daqqa waħda jkollu jispiċċa jixhed favur parti u kontra l-parti l-oħra.", "Huwa importanti illi dan m'għandux jitħalla jkompli jsir u nitlob lill- ministru illi l-medjaturi, anke f' każijiet ta' żwieġ, jiġu mniżżla fil- lista f'din il-liġi ħalli ma jiġux f'din il-pożizzjoni antipatika li jkollhom jagħtu x-xhieda tagħhom.", "Illum il-qorti tista' tgħajjat medjatur f'kawżi ta' medjazzjoni taż-żwieġ biex jixhed kontra waħda mill-partijiet involuti.", "Dan għandu jieqaf għaliex qegħdin inġibu fix-xejn l-isforzi tal- medjatur li ħafna drabi f'dawn il-każijiet ikun qiegħed jaħdem b'mod volontarju għas-servizz tal-komunita' u dan qed jispiċċa jittella' l-qorti, b'ħafna proċeduri ta' qrati u arbitraġġ f'kawżi li jdumu x-xhur jew is- snin.", "Għalhekk illum ħafna counsellors u medjaturi kważi qegħdin jiddejqu jagħmlu dan ix-xogħol u jibżgħu jidħlu għall-medjazzjoni bejn żweġijiet minħabba li hemm din il-loophole fil-liġi.", "Nispera li l-ministru ħa nota ta' dak li għidt ħalli din it-toqba nsodduha wkoll għaliex għandna l-problemi biha.", "Dawn il-mezzi ta' medjazzjoni huma aktar popolari f'pajjiżi li għandhom il- common law, jiġifieri ma teżistix proċedura ċivili u kummerċjali imma l- liġi tagħhom hija bbażata fuq dak li jinqata' mill-qrati, mit-tribunali u mill-arbitraġġi qabel.", "Bażikament din hija sistema Ingliża u tiġi mħaddma minn pajjiżi li għandhom influwenza Anglo-Sassina.", "Il-medjazzjoni ma tantx hi popolari fil-pajjiżi fejn għandek sistema pjuttost kontinentali, bħalma għandna f'pajjiżna fejn għandna l-proċedura ċivili, il-proċedura kummerċjali, eċċ.", "Għalhekk forsi f'pajjiżna wieħed jara r-reżistenza għal din it-tip ta' inizjattiva li qed jieħu l-gvern pero' qed nisimgħu li pajjiżi bħall-Italja u pajjiżi oħra li għandhom il-proċedura tal-liġi ċivili, il-qasam tal- medjazzjoni qiegħed isir iktar importanti u qed jiżdied.", "Min għandu jkun medjatur?", "L-ewwelnett jista' jkollok każ fejn ikollok iktar minn medjatur wieħed.", "M'għandniex nitilqu mill-premessa li l- medjatur għandu jkun avukat biss imma jien ngħid li l-medjaturi għandhom ikunu nies ittrejnjati f'ċertu oqsma u jekk, per eżempju, ikun hemm każ ta' xi perizja ta' xi bini jew ikun waqa' xi bini u jkun xi kwestjonijiet fuq l-arkitettura, il-medjatur għandu jkun perit, filwaqt li f'każ ta' żwieġ, ikun marriage counsellor u f'każ li jkollu x'jaqsam ma' l-isptar, jista' jkun ukoll tabib.", "Naħseb li l-gvern irid iżomm moħħu miftuħ biex kemm jista' jkun jinkorpora nies esperti f'dak il-qasam li jkun qed jiġi ttrattat fil-proċess tal- medjazzjoni.", "Jista' jkollok każijiet fejn ikollok bżonn ta' iktar minn medjatur wieħed, bħal, per eżempju, xi kawża tal-bioetika fejn għandek bżonn avukat li jkun jaf il-liġi sewwa u għandek bżonn ukoll tabib li jaf il-qasam mediku u l-qasam bioetiku tajjeb.", "Pero` hawnhekk nixtieq niġbed l-attenzjoni tal-ministru li skond din il-liġi, avukat m'huwiex obbligat li jiġi ordnat minn imħallef jew minn maġistrat biex jikxef is-sigriet ta' bejnu u bejn il-klijent tiegħu, mentri fil-professjonijiet l-oħra dan ma japplikax u allura l-qorti tista' tordna tabib biex jikxef informazzjoni li tkun għaddiet bejnu u bejn il-pazjent tiegħu u tista' tordna perit biex jagħti informazzjoni li tkun għaddiet bejnu u bejn il-klijent tiegħu.", "Ma naħsibx li huwa sewwa li l-avukati jkunu koperti bil-liġi li ma jistgħux jiġu ordnati jagħtu ċertu informazzjoni u l-professjonisti l-oħra jew nies lajċi li jkollhom ċertu taħriġ u background f'ċertu qasam, bħalma hija l- psikoloġija, jiġu mġiegħla jagħtu ċertu informazzjoni.", "Jekk medjatur li m'huwiex avukat se jkun mġiegħel jagħti evidenza kontra wieħed miż-żewġ klijenti tiegħu, allura jista' jaqa` kollox.", "Sur President, naħseb li saru ħafna sforzi mill-ministri li kienu responsabbli mill-qrati biex kemm jista` jkun il-backlog tal-qrati tagħna jonqos.", "Pero` s-sistema tant hija mimlija b'kawżi u kawża tiddependi fuq oħra li sfortunatament ħafna mill-isforzi li jsiru jispiċċaw jew jiġu mblokkati f'xi qorti superjuri jew mblokkati fl-amministrazzjoni tal-qorti u kif jgħidu l-Ingliżi justice delayed is justice denied u min jidħol għall-arbitraġġ, anke arbitraġġ fil-qorti, jispiċċa jistenna s-snin biex jara l-ġustizzja sseħħ.", "Naħseb Ii b'din il-liġi tal-medjazzjoni l-gvern qabad triq tajba għaliex qed jagħti ċans lill-individwi li jkollhom argumenti bejniethom li qabel jidħlu l-qorti jkunu jistgħu jsolvu l- problemi bejniethom u b'hekk jonqsu l-kawżi fil-qrati.", "Naħseb li hawn Malta minħabba forsi n-natura argumentattiva u Mediterranea tagħna, għandna tendenza li malajr niftħu kawża u għandna ċerti avukati, li jien ngħid li ma jkunux ta' l-affari tagħhom, li minflok iħeġġu lill-klijenti tagħhom imorru għall-medjazzjoni kważi jissuġġerulhom li jmorru għall-arbitraġġ jew għall-qrati.", "Naħseb li tajjeb nibdew nagħmlu dak li jgħidulu a paradigm shift billi nibdew naħsbu fuq sistemi oħra għaliex kif jgħidu fil- professjoni tiegħi prevention is better than cure u qabel ma ngħabbu l- qorti bil-kawżi li ħafna minnhom ikunu pettegolezzi jkollna mekkaniżmu li jagħti ċans li l-ewwelnett ikun hemm a cooling down period bejn il-klijenti u t-tieni nett il-klijenti jaslu biex jilħqu ftehim bejniethom fuq kwalunkwe argument li jkollhom, sija jekk ikun mediku u sija jekk ikun ċivili, kummerċjali jew dwar kwestjoni ta' perizja fuq xi bini.", "Tajjeb li ngħidu wkoll li jekk jintlaħaq ftehim f'kawża ta' medjazzjoni dak il-ftehim li jiġi miktub quddiem il-medjatur bejn il-klijenti, anke bl-assistenza ta' l-avukati tagħhom, jista' jiġi ppreżentat fil-qorti biex ikun hemm xi ħaġa solida li turi li dak il-ftehim sar u li l-ebda waħda mill-partijiet ma tkun tista' terġa lura minn dak il-ftehim.", "Dak il-ftehim ikun jorbot lill- klijenti u allura għandna tinstab xi sistema biex dan il-ftehim jiġi reġistrat il-qorti jew x'imkien ieħor u jkun aċċessibbli għall-partijiet konċernati.", "Għalhekk jiena nifraħ lill-gvern li kellu l-kuraġġ iressaq dan l-abbozz ta' liġi u nittama li meta jidħol fis-seħħ jibdew jonqsu l-kawżi mill-qrati tagħna u dan il-proċess ta' medjazzjoni jwassal biex il-kawżi li jkun hemm jibdew jinqatgħu fi żmien iktar qasir.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Franco Galea.", "ONOR.", "FRANCO GALEA: Mr Speaker, kif taf is-Sinjorija Tiegħek, jiena m'iniex avukat, iżda ġej mis-settur tan-negozju.", "Pero' ma nistax nifhem kif kull darba li nipprovaw nipproponu xi ħaġa ġdida dejjem irridu nħarsu lejn il-lat negattiv tagħha.", "Kif nafu kull ħaġa li ssir fid-dinja għandna tajjeb u l-ħażin tagħha.", "Dan qed ngħidu għas-sempliċi raġuni li din il-liġi hija strument li se tgħinna nbiddlu l-kultura tagħna fejn b'mezz ta' djalogu l-partijiet konċernati jistgħu jevitaw il-qrati, anke fejn jidħlu kwestjonijiet familjari bħalma huma kwestjonijiet fuq wirt li jistgħu jwasslu għall-problemi li fihom jidħlu t-tfal u anke t-tfal tat-tfal.", "Fil- fatt hemm kawżi fuq proprjeta` li ilhom għaddejjin 'il fuq minn 40 sena.", "Allura jkun tajjeb li wieħed jipprova jara li din il-liġi taħdem b'għaqal, speċjalment fejn jidħol ix-xogħol tal-medjaturi.", "Wieħed irid iżomm f'moħħu li dan il-Parlament m'huwiex xi fabbrika tal- liġijiet u għalhekk tajjeb li minn żmien għal żmien kwalunkwe tip ta' liġi tiġi riveduta biex naraw kif qed tintlaqat anke fil-prattika u wieħed ikun jista' jaġġustaha mill-esperjenza tal-prattika tagħha.", "Qed ngħid dan għaliex kif nafu ħafna mill-kawżi li jidħlu l-qorti jikkawżaw imblokk ekonomiku fejn ikollok proprjetajiet li la jkunu jistgħu jinbiegħu u lanqas jiġu żviluppati u jistaġnaw is-sistema ekonomika kollha.", "Jien involut ukoll fis-settur turistiku u ħafna drabi wieħed jiltaqa' ma opportunisti li jipprovaw iġibulek ċerti skużi biex ma jħallsux ċerti kontijiet.", "Għalhekk din il-liġi tista' tgħin lil dawk in-negozjanti jew lukandiera li jkun jaqblilhom li jmorru għall-medjazzjoni minflok jidħlu l- qorti u jdumu s-snin biex jitħallsu, apparti l-ispejjeż li jidħlu fihom u l-ħin li jitilfu.", "Għallinqas bis-sistema tal-medjazzjoni wieħed ikun jista' jiġbor l-ispejjeż tiegħu.", "Wieħed ma jridx jinsa d-dewmien li jkun hemm fil-qrati biex jinqatgħu s-sentenzi minħabba li x-xhieda ma jitilgħux jew is-seduta tiġi diferita.", "Jien ngħid li s-sistema tal-medjazzjoni hija tajba għal min ma jkunx jiflaħ għal ċertu piż u ma jkunx irid iġebbed fiż-żmien biex jieħu dak li ħaqqu għaliex kif nafu ħafna drabi, l-iżjed wieħed li jbati meta jidħol il- qorti huwa ż-żgħir.", "Għaliex qed ngħid hekk?", "Ġeneralment jidħol il-qorti min għandu l-iżjed ħin x'jitlef.", "Pero' ovvjament iż-żgħir ikollu bilfors jidħol għal dak il-piż biex forsi xi darba jieħu ġustizzja iżda kif nafu l- kawżi jdumu jġebbdu żmien twil biex jinqatgħu.", "Meta l-parti li l-iżjed għandha tieħu tirrealizza l-ħin u ż-żmien li jkun għadda u l-ispejjeż li tkun daħlet fihom, tara li forsi jaqblilha tagħti ftit milli titlef il- ħafna matul iż-żmenijiet.", "Nafu li fil-qorti hemm ħafna kawżi ta' wirt fejn il-ġenituri jkunu diġa' mietu u tibqa' tintiret mit-tfal u forsi anke min- neputijiet.", "Wieħed irid jara wkoll l-aspett uman għaliex meta wieħed jidħol il-qorti tiżdied it-tensjoni li jkollu, it-tensjoni li jrid jieħu miegħu fuq ix- xogħol, it-tensjoni fil-familja u speċjalment meta l-affari tkun waħda familjari, il-problemi jkunu akbar.", "Ġieli tmur tiġijiet u tara l-familjari ma jitkellmux għax wieħed ikun ħadlu xi biċċa mill-ġnien, l-ieħor ma jkunx biegħ il-proprjeta' kemm ried u jibdew għaddejjin ħafna battibekki.", "Għalhekk nara li din il-liġi hija ta' vantaġġ għaliex fil-medjazzjoni inti tagħżel li tidħol biex titkellem mal-parti l-oħra u allura dan ifisser li diġa' qiegħed f'sitwazzjoni li qed taċċetta li tinnegozja.", "Ovvjament wieħed ma jridx jitlaq mill-punto di partenza li jgħid li m'hu se jaċċetta xejn u dak li jrid jgħid se jgħidu jew jipprova jidħak bil-liġi billi jisma' l-medjazzjoni u tgħaddi tiegħu.", "Dak li aħna ma rridux, anzi aħna rridu l-medjazzjoni tintuża biex il-kwestjonijiet jispiċċaw with a nice handshake.", "Wieħed irid jara wkoll kif qegħdin nippromwovu din il-liġi.", "L-ewwelnett irridu nikkreaw struttura biex iċ-ċittadin ikun jaf li teżisti s-sistema tal-medjazzjoni għaliex għalkemm aħna qegħdin nitkellmu fuq din il-liġi f'dan il-Parlament ftit huma dawk in-nies li jisimgħuna minn fuq ir-radju u għalhekk ħafna nies ma jkunx jafu x'inhu għaddej bħalissa fil-pajjiż.", "Ovvjament il-media tista' tgħin billi tagħmel aktar coverage lil din il- liġi – fil-fatt xi gazzetti diġa' qegħdin jitkellmu fuqha - imma min- naħa tal-gvern għandha ssir sistema ta' follow-up ta' xi każi pendenti biex iċ-ċittadini jkunu informati dwar il-każijiet ta' medjazzjoni u meta wieħed imur biex jiftaħ kawża jiġi informat li teżisti s-sistema ta' medjazzjoni.", "Din m'hijiex bħas-sistema ta' l-arbitraġġ – sistema li ilha teżisti 'l fuq minn 150 sena - għax meta kawża tmur quddiem arbitraġġ, id- deċiżjoni tittieħed favur naħa jew oħra, anke jekk min jitlef jista' jkollu raġun, mentri jekk wieħed jiftiehem waqt il-proċess ta' medjazzjoni, iż- żewġ partijiet għandhom vantaġġ fuq kwalunkwe tip ta' kawża oħra.", "Jien nemmen li din il-liġi ta' medjazzjoni tista' tagħmel ġustizzja fuq is- sewwa u għalhekk huwa importanti li mingħajr ma wieħed itawwal iż-żejjed fuqha jara eżattament fejn twassal din il-liġi.", "Ovvjament din il-liġi se tnaqqas mill-piż tal-qrati u għalhekk il-qrati jkunu jistgħu jikkonċentraw iktar fuq il-kawżi pendenti li jkunu ta' natura iktar serji li ma jkunux jistgħu jiġu ttrattati b'medjazzjoni.", "Waqt dan id-dibattitu smajna li hemm min qed jaħseb li l-avukati se jonqsilhom ix-xogħol minħabba din is- sistema ta' medjazzjoni.", "Pero' jien ngħid li fejn jidħlu każijiet li ma jkunux ta' natura serja ħafna bħal, per eżempju, meta bniedem fis-settur turistiku jkun irid jiġbor flusu jew meta mara tad-dar ikollha xi argument ma' ta' l-aluminium jew mal-bennej jew mal-bajjad, m'għandhomx għalfejn joqogħdu jidħlu għal ċerti spejjeż biex jiftaħ kawża l-qorti u affarijiet bħal dawn, imma jidħol għall-medjazzjoni.", "Dawn it-tip ta' każijiet se jżidu ħafna responsabilita' fuq din l-istituzzjoni ġdida li qed nipproponu għaliex jidher ċar li se tkun ta' vantaġġ kbir ukoll għal min ikollu problemi żgħar.", "Allura meta qed nipproponu sistema ġdida u moderna ma nistgħux insabbtulha l-bieb ġo wiċċha, anzi huwa importanti li nibdew niddjalogaw kif suppost.", "Trid tinqata' din id-drawwa li kull darba li jinqala' xi dispute nispiċċaw il-qorti!", "Jien naħseb li kieku kellu jsir survey fost il-Maltin biex naraw kemm-il familja fetħet kawża kontra ħaddieħor jew kemm-il darba xi ħadd ġie mħarrek ...", "Allura huwa importanti li b'mod tajjeb inwasslu l-messaġġ li għandna nwasslu fuq din is-sistema ta' medjazzjoni għaliex b'din il-liġi qed noħolqu dritt ġdid għal min hu iżgħar.", "Fir-realta' b'din is-sistema m'hemmx x'titlef għaliex fl-aħħar mill-aħħar, huma l-partijiet involuti li jagħżlu li jidħlu għall-medjazzjoni, sakemm ma jkunx xi każ fejn żewġ partijiet ikunu webbsu rashom fuq xi item jew ieħor u l-qorti tobbligahom li jidħlu għall-medjazzjoni.", "Mr Speaker, l-iżjed li rrid nagħmel enfasi huwa fuq il-fatt li din l-issue tal-medjazzjoni rridu nwassluha liċ-ċittadin b'mod korrett għax naħseb li ċ- ċittadin għandu ħafna x'jiggwadanja minnha.", "Il-fatt li qed toħloq mod iżjed ċivilizzat kif wieħed jista' jikkomunika mal-parti l-oħra, diġa' hija rivoluzzjoni fis-sistema ġuridika ta' pajjiżna.", "Għalhekk huwa importanti li nħarsu lejha minn dan il-lat u ma naħsibx li għandna nfettqu fuq dettalji żgħar għax naħsbu li se jonqos ix-xogħol ta' l-avukati f'xi settur partikolari.", "Jien qed nara li se jkun lok biex avukati jispeċjalizzaw fil-medjazzjoni għaliex kif għadu kif semma l-kollega tiegħi, l-Onor.", "Michael Axiaq bħalma jista' jkollna medjaturi li jkunu speċjalizzati fil-perizja, fil-mediċina u ħafna minn dawn l-affarijiet, jista' jkollna wkoll avukati li jispeċjalizzaw f'settur partikolari, bħal, per eżempju, fis-settur tal-bini, biex meta jkun hemm każ ta' medjazzjoni, il-klijenti jfittxu lil dak l-avukat li jkun speċjalizzat f'ċertu settur partikolari.", "MR SPEAKER: Onor. Galea, ikkonkludi għaliex sar il-ħin.", "ONOR.", "FRANCO GALEA: Nagħlaq billi ngħid li din il-liġi hija ta' vantaġġ għaċ-ċittadin għaliex permezz tas-sistema tal-medjazzjoni wieħed jista' jikkomunika b'mod ċivili ma' terzi persuni u għalhekk għandna nħarsu lejha b'mod pożittiv għaliex fl-aħħar mill-aħħar huwa ċ-ċittadin li se jibbenefika minnha.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Insejjaħ issa lill-Viċi Prim Ministru biex, jekk jogħġbu jressaq l-Aġġornament.", "Fid-9.00p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, nipproponi l-aġġornament tal-Kamra għal għada t-Tlieta, 12 ta' Otubru 2004, fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Medjazzjoni – Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar Arkivji Nazzjonali – Tieni Qari; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Sigurta` Soċjali – Tieni Qari.", "------------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar it-Trusts – Kumitat Permanenti.", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili (Emenda Nru 2) - Kumitat Permanenti.", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Reġistru Ċentrali – Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Hawn rimarki?", "L-Onor.", "Charles Buhagiar.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Mr Speaker, f'dan l-Aġġornament xtaqt nitkellem ftit fuq problema li taffettwa l-lokalita` tiegħi ta' Ħ'Attard, b'mod partikolari problema li taffettwa l-iskola primarja ta' dan ir-raħal.", "F'din l-iskola primarja hemm il-librerija pubblika li hija amministrata mill-kunsill lokali u qiegħda ħdejn il-klassijiet tal-kindergarten ta' l- iskola.", "Il-librerija pubblika tiftaħ f'ħinijiet matul il-ġimgħa kemm filgħodu u kif ukoll wara n-nofs inhar u l-konsegwenza ta' dan huwa li meta l-librerija pubblika tkun miftuħa jista' jidħol il-pubbliku in ġenerali biex jissellef il-kotba mil-librerija pubblika u dan qed joħloq riskju għas- sigurta` tat-tfal tal-kindergarten.", "Dawn huma tfal ta' tliet snin u meta għandek nies li huma estranei għall-iskola u għal xi raġuni deħlin fl- iskola jista' jagħti l-każ li jsiru xi abbużi.", "Aħna nafu li f'pajjiżna għandna diversi problemi soċjali fejn ġenituri qegħdin il-qorti għaliex iridu d-dritt tar-responsabilita` ta' wliedhom u meta għandek din is- sitwazzjoni fejn għandek tfal żgħar ta' tliet snin qed jattendu l-iskola u l-barranin jistgħu jidħlu b'mod liberu bl-iskuża li jridu jieħdu xi ktieb faċilment jista' jidħol barrani hemmhekk, jaqbad tifel jew tifla ta' tliet snin li forsi tkun ħierġa mill-klassi tagħha sejra x'imkien u jeħodha miegħu 'l barra għaliex assolutament m'hemm kontroll ta' xejn.", "Din hija xi ħaġa li qed tiddejjaq ħafna lill-ġenituri li għandhom it-tfal fil- kindergarten.", "Tant iddejqu l-ġenituri li s-sena li għaddiet saret petizzjoni fuq din il-kwestjoni lill-Ministru ta' l-Edukazjzoni pero` baqa' ma sar xejn fuqha.", "Din hjiaj problema serja.", "Jidhirli li fil-klassijiet tal-kindergarten hemm bejn 40 u 60 tifel u tifla u kollha qegħdin fuq riskju u hemm bżonn li titieħed azzjoni.", "Apparti minn hekk, Ħ'Attard hemml- isptar Monte Carmeli u għandek ftit minn dawk il-pazjenti li għandhom dritt joħorġu u fil-fatt tarahom jippassiġġaw.", "Issa aħna nafu x'jiġri barra minn Malta fuq każijiet ta' tfal żgħar u allura ma nagħtux ċans li jinqalgħu xi inċidenti bħal dawn fl-iskola primarja ta' Ħ'Attard.", "Fil-fatt soluzzonijiet jeżistu u l-iktar waħda ovvja hija li jinbidlu l-ħinijiet tal-ftuħ tal-librerija pubblika billi ma tibqax tinfetaħ fl-istess ħin meta jkun hemm it-tfal l-iskola imma tinfetaħ wara nofsinhar jew nhar ta' Sibt.", "Jista' wkoll jinbidel il-post għal din il-librerija li qed tokkupa klassi waħda biss u għalhekk jien ċert li l-gvern jista' jsib post alternattiv għal din il-librerija.", "Jien nappella lill-ministru biex jagħti attenzjoni bis-serjeta' lil din il-problema.", "Irrid ngħid ukoll li jiena kellimt lis-sindku ta' Ħ'Attard fuq din il-kwestjoni għax is-sindku bħala l-persuna responsabbli mill-kunsill lokali ta' Ħ'Attard huwa interessat ukoll f'din il-problema u huwa qalli li qed jara x'jista' jsir.", "Nappella biex din il-problema tiġi solvuta kemm jista' jkun malajr.", "Problema oħra konnessa ma' l-iskola primarja ta' Ħ'Attard hija li din l- iskola tagħti fuq Triq Ħal Warda li hija triq traffikuża ħafna u minn mindu ngħalqu ċerti toroq biex fuqhom isiru xogħlijiet ta' toroq bħalissa qed jgħaddi ħafna traffiku miċ-ċentru ta' Ħ'Attard u proprju minn Triq Ħal Warda.", "Madwar sena ilu l-kunsill lokali kien waħħal tabelli fit-tarf ta' din it-triq biex waqt il-ħinijiet tad-dħul u ħruġ mil-iskola t-traffiku ma jgħaddix imma nafu li inutli li twaħħal is-signs jekk ma jkunx hemm enforcement u għalkemm ħafna drabi jkun hemm il-wardens jew il-pulizija biex jaraw li dawn is-signs jiġu osservati, meta ma jkunx hemm il-warden jew il-pulizija l-karozzi u l-vetturi jibqgħu għaddejjin qisu m'hemm xejn.", "Fil-fatt il-Ġimgħa tal-ġimgħa li għaddiet filgħodu la kien hemm pulizija u lanqas warden meta bdew deħlin t-tfal l-iskola bil-konsegwenza li għal ftit ma saritx disgrazzja kbira għaliex it-tfal u l-ġenituri mingħalihom li t- triq magħluqa għat-traffiku u allura kulħadd jista' jaqsam b'mod liberu imma xi sewwieqa irresponsabbli ġew jaqgħu u jqumu minn dawn it-tabelli u baqgħu għaddejjin bil-konsegwenza diversi drabi matul il-ġurnata li kienu se jittajru kemm tfal u kif ukoll ġenituri.", "Għalhekk nappella li jsir enforcement mill-pulizija u mill-wardens biex jaraw li Triq Ħal Warda f'Ħ'Attard fejn l-iskola primarja tingħalaq għat-traffiku fil-ħinijiet ta' l-iskola.", "Mr Speaker, nixtieq niddedika t-tieni parti ta' l-Aġġornament tiegħi għal dak li allegatament qal il-kollega tiegħi min-naħa l-oħra, l-Onor.", "David Agius - jekk tista' ssejjaħlu hekk - meta kien qed jitkellem f'konferenza pubblika.", "Skond kif irrapportat minn \"The Malta Independent\" taħt il- heading \"PN MP accused opposition counterpart of negligence\" intqal li:", "\"Nationalist Party MP David Agius yesterday accused Malta Labour Party MP Charles Buhagiar of negligence, adding that road works carried out in Dingli had to be halted and will probably have to be redone.\".", "Ħalli ngħid ftit x'inhi l-istorja dwar din l-allegazzjoni infondata ta' David Agius.", "Il-kunsill lokali ta' Ħad-Dingli bħal ħafna kunsilli lokali oħrajn għamel ftehim mal-gvern ċentrali biex jingħata s-somma ta' Lm75,000 ħalli jkun jista' jagħmel xogħlijiet fuq toroq li sal-lum kienu għadhom qatt ma ngħataw wiċċ u ġew magħżula Triq is-Sależjani u Sqaq Nru. 3 u Sqaq Nru. 5 fi Triq il-Kbira Ħad-Dingli biex isir ix-xogħol fuqhom.", "Meta beda jsir ix-xogħol lill-kuntrattur għednielu li fejn m'hemmx bankini ried jimxi mal-livelli li ngħataw mill-Planning Authority u fejn hemm il-bankini ried jimxi mal-bankini eżistenti u fil-fatt il-kuntrattur hekk għamel.", "Imma s-Sur David Agius qal li:", "\"Mr Agius said that Labour led Dingli Council had commissioned Architect Buhagiar to carry out government funded road works.\".", "L-ewwelnett dan m'hu veru xejn għaliex il-kunsilli loakli ta' Ħad-Dingli ma kkummissjonax lill-Perit Charles Buhagiar biex jagħmel ix-xogħol fuq dawn it-toroq imma kkummissjona d-ditta li naħdem magħha li hija l-Med Design Consultants li tagħmel xogħol ta' contract management lill-kunsilli lokali.", "Dawn ix-xogħlijiet ta' toroq huma parti mix-xogħlijiet tal- contract management u għall-informazzjoni tas-Sur David Agius u ta' kulħadd, id-ditta Med Design Consultants m'hijiex kumpannija ta' perit wieħed.", "Jekk is-Sur David Agius jaħseb li llum fadal iż-żmien li perit jista' jaħdem bħala a one-man band ngħidlu li qed jgħix fil-Medju Evu għaliex ma jistax ikun li llum il-periti jaħdmu waħedhom.", "Illum il-periti jaħdmu fi gruppi għal diversi raġunijiet u l-iktar waħda ovvja hija li llum il-proġetti tant saru komplikati u hemm bżonn ta' expertise li żgur li din l-expertise ma ssibhiex f'perit wieħed u allura għandek dak li nsejħulha group practice ta' periti.", "Fil-fatt il-Med Design Consultants hija group practice ta' periti.", "Dan huwa l-ewwel żball tas-Sur Agius meta qal li jiena ġejt ikkummissjonat mid-Dingli local council għaliex kienet id-ditta li naħdem magħha jiena li ġiet ikkummissjonata.", "Is-Sur David Agius kompla jgħid hekk:", "\"He said that that Mr Buhagiar never inspected the site.\".", "Din hija gidba għaliex qabel ma saru x-xogħlijiet jien kemm-il darba żort is-site u bilfors kelli naraha minħabba t-tender.", "Imbagħad kompla jgħid li:", "\"... and as a consequence the work was not done properly.\" .", "Dan m'hu veru xejn lanqas.", "Matul iż-żmien li kienu qed isiru x-xogħlijiet kien hemm perit ieħor mad-ditta li naħdem magħha li kien imur kuljum jara x-xogħlijiet.", "Imbagħad kompla jgħid hekk:", "\"To the detriment of the Dingli residents the work has now been halted and will probably have to be redone at the expense of public funds.\".", "Hawnhekk insibu xi erba' gidbiet oħra.", "L-ewwelnett m'hu veru xejn li x- xogħol twaqqaf.", "Li ġara kien li kien hemm bżonn issir ġiebja żgħira biex tilqa' fiha l-ilma tax-xita li mbagħad jiġi ppumpjat f'culvert u l-ħaddiema ntbagħtu jibnu din il-ġiebja minflok komplew jaħdmu fuq il-bankini imma ma jfissirx li l-proġett waqaf jekk komplew fuq biċċa xogħol oħra.", "Kieku stess il-kuntrattur jagħmel żball u x-xogħol ikollu bżonn jerġa' jsir, mhux se jsir \"at the expense of public funds\", imma jsir a skapitu tal-kuntrattur.", "M'hijiex l-ewwel darba - mhux f'dan il-każ - li xogħlijiet ma jsirux kif ikunu speċifikati u l-kuntrattur jiġi mġiegħel jaqlagħhom u jerġa' jagħmilhom.", "Din tiġri l-ħin kollu, imma meta jiġri hekk ma jfissirx li dan isir at the expense of public funds imma jsiru a spejjeż tal-kuntrattur li jkun ħa żball.", "Imbagħad qal hekk:", "\"Mr Agius questioned the choice of Mr Buhagiar, calling it a coincidence\".", "X'jiġifieri \"coincidence\"?", "Dan kien hemm tender għas-servizzi ta' contract management u d-ditta li naħdem magħha jien tefgħet it-tender ta' contract management u rebħet din it-tender bħalma tlifna ħafna tenders ukoll.", "Ġieli nirbħuhom u ġieli nitilfuhom.", "Din id-darba rbaħnieha u ma kienet koinċidenza xejn.", "M'hemmx koinċidenza f'din l-affari.", "Imbagħad kompla jgħid:", "\"and even queried how Mr Buhagiar had the audacity to make parliamentary questions about the methods used to choose workers and architects on particular public works when he himself was involved in this mess.\".", "X'għandu x'jaqsam?", "Hekk jonqos issa!", "Jiġi David Agius jgħidli li ma nistax nagħmel domandi parlamentari.", "Dan fejn jifhem fix-xogħlijiet tagħna?!", "Imbagħad David Agius kompla jgħid:", "\"I am morally convinced - this phrase has already been used some time ago - that the work was done badly on purpose.\"", "Qal li x-xogħol sar ħażin apposta!", "Din minn fejn ġabha?", "Għalfejn ix- xogħol sar ħażin apposta?", "Meta mort nipprova nara x'ried jgħid biha dan sirt naf li fid-diskors tiegħu qal – pero' dan ma ġiex irrapportat hawnhekk - li dak ix-xogħol sar biex jiġu vvantaġġjati l-ħbieb tal-ħbieb.", "Issa jien lanqas biss naf min joqgħod f'din it-triq.", "Meta sirt naf li David Agius qal li jien għandi l-ħbieb hemmhekk mort nara min huma dawn il- ħbieb li ma nafhomx.", "Għidt li aħjar immur nara min huma għax jieħdu għalihom jekk joqogħdu f'dik it-triq u jien ma nafx li joqogħdu hemmhekk.", "Pero' sibt li assolutament ma kont naf lil ħadd mill-ftit nies li joqogħdu f'din it-triq li hija triq ġdida.", "Jiġifieri din hija kollha immaġinazzjoni ta' David Agius.", "Jien ma nafx kif persuna li tippretendi li hi Onorevoli jmur f'każin u jgħid dawn il-ħmerijiet!", "David Agius issa jkollu ċ-ċans li jipprova dawn il-ħmerijiet meta nagħmillu l-libell.", "Issa ntellgħu ħalli nara fejn hija l-konvinzjoni li għandu.", "Mr Speaker, dawn huma affarijiet li ma nippretendihomx mingħand kollega tiegħi min-naħa l-oħra tal-Kamra.", "Jien nippretendi li jkun hawn is-serjetà u s-serjetà titlob li jkollok il-provi.", "Dan m'għandu l-ebda prova, imma qabad jispara minn żniedu u beda jfajjar bl-amment.", "Ladarba għażel li ma jiċċarax id-diskors hawnhekk issa jkollu ċ-ċans jiċċarah fil-qorti meta nressqu jien.", "Mr Speaker, David Agius iħobb jibgħat ittri lir-residenti tad-distrett tiegħu, f'dan il-każ f'Ħad-Dingli wkoll, b'informazzjoni li mhux suppost qiegħda f'idu, u joqgħod jgħidilhom bix-xogħlijiet li se jsiru fid-distrett tagħhom.", "Per eżempju, ftit ilu, fi Frar ta' din is-sena, bagħat ittra lir- residenti ta' Triq ir-Rabat, Ħad-Dingli u qalilhom li se jsir il-main tad- drenaġġ u magħha bagħtilhom ittra maħruġa minn Antoine Galea li huwa l- financial controller tal-WSC, fejn dan qed jikkonferma li t-tender se tingħata.", "Is-Sur David Agius għandu dritt jibgħat din it-tip ta' informazzjoni dwar kuntratti tal-gvern?", "Jien naħseb li dan m'għandux dritt jagħmilha.", "Mr Speaker, jien nagħlaq billi ngħid li jekk inkunu rridu xi informazzjoni għandna nkunu serji dwar kif nagħmlu l-affarijiet.", "Jien ma nippretendix li kollegi min-naħa l-oħra tal-Kamra jaħdmu b'dan il-mod u jiddispjaċini ngħid li jekk ikun hemm min irid jaħdem b'dan il-mod imbagħad ikollu jiffaċċja l-mużika.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Michael Farrugia.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Fl-aħħar ftit jiem il-Prim Ministru donnu biex ineħħi l-pressjoni li għandu fuqu dwar kif mexxa ċerti affarijiet fl-aħħar ftit xhur, ipprova jagħmel allegazzjoni serja fuq l-oppożizzjoni.", "Il-Prim Ministru qal li l-attakk li kien għaddej fuq il-kwestjoni ta' ibnu - m'iniex se noqgħod nidħol fiha - u fuq il-kwestjoni tal-kuġini tiegħu li qegħdin fin-negotiating team li qed jitkellem f'isem il-gvern mal-konsorzju SKANSKA sar bi skop wieħed għax in-naħa ta' l-oppożizzjoni trid tagħti palata lil SKANSKA.", "Issa din xi ħadd bellagħhielu bħalma bellgħulu l-każ li kien hemm 400 bieb u l-gvern se jħallas ta' 900 u bħalma bellgħulu l- każ tat-toroq ta' mad-dawra ta' l-isptar mingħajr lanqas biss iċċekkja l- affarijiet, basta xi ħadd qallu xi ħaġa u mar ipaċpaċ barra!", "Issa l-Prim Ministru jew jaf li mhux veru u qed jipprova jqarraq bil-poplu Malti u Għawdxi - u wieħed jaf x'inhi d-definizzjoni fil-miklem Malti ta' min ma jgħidx il-verità - u xorta waħda qed imur ipaċpaċ bl-addoċċ.", "Ħalli nibda bl-ewwel statement biex lill-prim ministru nagħtih ċerti dettalji anke min-naħa ta' l-oppożizzjoni.", "Kont jien li tajt lil Dr Alfred Sant l-ittri ta' korrispondenza li għaddew bejn il-Prim Ministru u s- Segretarju Parlamentari Tonio Fenech u kont jien li tajt lil Dr Alfred Sant l-ittra li għaddiet bejn is-Segretarju Parlamentari Tonio Fenech u d- direttur tal-kuntratti.", "Jekk irid ikun jaf minn fejn ġibthom ngħidlu li ġibthom bl-istess mod kif għaddew ittri u informazzjoni oħra fil-kwestjoni ta' l-Iranian Shipping line għaliex bħalma kien hemm min ma jħobbx lil wieħed hemm min ma jħobbx lill-ieħor minn ġewwa stess.", "Issa ħalli naraw kemm l-oppożizzjoni hija ħaġa waħda ma' SKANSKA!", "Sa minn meta ngħata l-kuntratt tal-bini ta' l-isptar, dak iż-żmien San Raffaele, l- oppożizzjoni Laburista kienet ikkritikat bl-ikbar qawwa l-mod ta' kif ingħata l-kuntratt lil SKANSKA.", "Fil-bidu tad-disgħinijiet tant konna ingarżati ma' SKANSKA li n-naħa tal-gvern kienu jattakkaw lill- oppożizzjoni u lil Dr Alfred Sant, li aħna qed niddefendu lill-kumpannija li ma ħaditx il-kuntratt, is-CMC u m'aħniex infittxu l-interessi ta' Malta.", "Meta konna fil-gvern bejn l-1996 u l-1998 iddeċidejna li għandu jkun hemm sptar wieħed ġenerali li jinbena f'Tal-Qroqq u lil SKANSKA konna għidnielhom li huma jistgħu jkomplu jibnu biss is-sulari li kienu qed jibnu, imma 'l barra mill-footprint fejn kien qed jinbena ried jerġa' joħroġ kollox b'tender mill-ġdid.", "Infakkar li saħansitra kienet saret public discussion ġewwa dan il-Parlament fejn konna elenkajna kif se nimxu l-affarijiet minn dakinhar 'il quddiem.", "L-oppożizzjoni Laburista tant kienet ħaġa waħda ma' SKANSKA li qabel ma ġie ffirmat il-kuntratt ma' SKANSKA fi Frar 2000, u ftit jiem wara li tpoġġa l-kuntratt fuq il-mejda tal-Kamra, kulmin kien ġej mill-kamp Laburista, kemm jien li ktibt diversi drabi dwaru, kemm Dr Alfred Sant li tkellem dwaru u kulħadd kellu l-opportunità li jgħid li l-kuntratt li sar għad-disinjar, bini u management ta' dan il-proġett li ngħata b'kuntratt dirett ta' Lm83 miljun lill-konsorzju SKANSKA bil-kumpanniji l-oħrajn li hemm miegħu, ma kienx fl-interess tal-poplu Malti u Għawdxi.", "Li kieku aħna għandna interess li niddefendu lil SKANSKA konna nattakkaw kuntratt dirett ta' Lm83 miljun lill-istess konsorzju?", "Meta konna fil-gvern dan l-istess proġett kien ġie offrut lilna pero' aħna rrealizzajna li kien ħniżrija u ma kienx fl-interess tal-poplu Malti u Għawdxi u għalhekk irrifjutajnieh!", "Nispera li l-Prim Ministru jkollu biex jirrispondi għal dawn l-affarijiet.", "Mr Speaker, ikkritikajna wkoll il-fatt li dan huwa proġett klassiku ta' kif jistgħu jsiru diversi abbużi fih.", "Dan il-proġett ingħata abbażi ta' cost plus, jiġifieri kull nefqa li ssir fih, anke jekk tintuża biro, lapes jew gomma ssir parti mill-cost u kollox jitħallas mill-gvern.", "Imbagħad il-gvern assigura li SKANSKA jingħataw il-management fee, li jekk m'iniex sejjer żball nikkalkola li kienet iktar minn Lm5 miljun.", "Jiġifieri barra li jitħallsu tan-nefqa kollha, jitħallsu assigurazzjoni li jagħmlu qligħ minimu ta' Lm5 miljun minn dan il-proġett.", "Apparti minn hekk, kienu assigurawlhom a positive cash flow, jiġifieri li jitħallsu qabel jagħmlu x- xogħol.", "Fil-fatt skeda 14 tal-ftehim turi kif SKANSKA jitħallsu xahar xahar qabel jagħmlu x-xogħol.", "Dawn huma l-ħniżrijiet li nsibu f'dan il- proġett.", "Kieku jingħataw kuntratti bħal dawn, kieku nassigurakom li kulħadd isir kuntrattur hawn ġew għaliex iktar jaqblilna!", "Aħna komplejna nikkritikaw lil SKANSKA meta ndunajna li kien hemm affarijiet li kienu qed jinbidlu l-ħin kollu.", "Fil-fatt ta' kuljum kienu qed jinbidlu l-pjanti u ġieli kien hemm żewġ pjanti għand żewġ persuni differenti fl-istess ġurnata fuq l-istess dipartiment li ma kenux l- istess.", "Aħna konna nikkritikaw dawn l-affarijiet u jien saħansitra ktibt fuqhom fil-ġurnali u tkellimt dwarhom hawnhekk.", "Ara kemm konna ħaġa waħda ma' SKANSKA!", "Mr Speaker, irrid nagħmel dikjarazzjoni oħra.", "Minn meta spiċċajna mill- gvern meta kont niltaqa' magħhom b'mod amministrattiv sal-lum jien qatt ma ltqajt ma' SKANSKA.", "Ħalli nagħmel dikjarazzjoni oħra ħalli l-affarijiet ikunu ċari.", "Semmejna l-kwestjoni tal-bibien.", "L-ewwel konna qed nitkellmu fuq bibien li jiswew Lm243-il wieħed u fl-aħħar spiċċajna nħallsu Lm605 għal kull bieb u dan kollu sar bil-kunsens tal-fondazzjoni għas- servizzi mediċi għaliex kienet hi li talbet żieda fin-numru tal-bibien minn 464 għal 967 u kienet hi li approvat li għal kull bieb jitħallas Lm605 minflok Lm243, id-doppju u nofs ta' l-istima oriġinali.", "Il-fondazzjoni għas-servizzi mediċi aċċettat dan, bl-istess rappreżentanti tagħha li kienu qegħdin jieħdu sehem fil-bord tal-procurement group bejn il-konsorzju SKANSKA u l-fondazzjoni għas-servizzi mediċi.", "L-istess ġara fil-kwestjoni tat-toroq.", "Il-bini li kien hemm ippjantat inbidel fuq talba tal-fondazzjoni għas-servizzi mediċi.", "U rrid niddikjara hawnhekk li din l-informazzjoni m'għaddewhiliex SKANSKA.", "Il-fondazzjoni għas-servizzi mediċi talbet li jinbidlu l-pjanti u wara li nbidlu l-pjanti u d-disinjaturi ta' SKANSKA ddisinjawhom mill-ġdid, dawn ġew approvati mir- roads department u nbnew bl-approvazzjoni tal-fondazzjoni għas-servizzi mediċi.", "Fil-jiem li ġejjin se nagħtu aktar informazzjoni fuq dan ħalli qabel nibdew inpaċpċu nkunu nafu fuqxiex qegħdin nitkellmu!", "Inutli li noqogħdu nimlew il-headlines tal-gazzetti tal-Ħadd u mbagħad l-għada jew il-pitgħada tibda tara kollox nieżel suf!", "Ma naħsibx li huwa aċċettabbli li l-Prim Ministru jgħaddi informazzjoni ħażina lill-poplu għaliex jew xi ħadd qed jitmellaħ bih jew inkella tawh informazzjoni tajba u hu qed jitmellaħ bil-poplu Malti u Għawdxi biex jiġġustifika dak li qed jagħmel!", "Minflok ma l-Prim Ministru jiġġustifika dak li qed jagħmel jiġi jgħid li l- affarijiet m'humiex qed isiru sewwa!", "Ħalli nitkellem fuq il-kwestjoni tal-kuġini.", "Mr Speaker, ftit taż-żmien ilu l-Prim Ministru għamel benchmark fuq wieħed mill-ministri tiegħu li kellu jirriżenja fuq kwestjoni ta' political misjudgement.", "Jien nistaqsi: Huwa political misjudgement li xi ħadd jirrakkommanda nies tal-familja tiegħu biex ikunu fuq bordijiet u jkunu konsulenti meta hawn kumpanniji oħrajn li huma ta' kalibru daqshom li jistgħu jagħmlu dan ix-xogħol?", "Ma kienx political misjudgement min-naħa tal-Prim Ministru li ħa d-deċiżjoni li jappunta kuġini tiegħu?", "Ma kienx political misjudgement li jkollok segretarju parlamentari li jkollu bħala konsulent lil min sa ftit tax-xhur ilu kien l-istess employer tiegħu u dan sar fuq rakkommandazzjoni tiegħu stess bl-approvazzjoni tal- Prim Ministru?", "Allura ma tgħidlux lill-Prim Ministru li qed tħossok daqsxejn imbarazzat li l-employer li kont taħdem miegħu sa ftit xhur ilu qiegħed hawnhekk?", "Il-benchmark li ntużat fuq l-Onor.", "John Dalli se tintuża f'dan il-każ?", "Dawn huma punti li wieħed irid jiċċekkja qabel ma jibda jpeċlaq.", "Jekk il-Prim Ministru mingħalih li se jħammeġ lil din in- naħa tal-Kamra bil-ħmerijiet li qiegħed jgħid, nista' nassigurah li wiċċna m'huwiex se jħammarulna imma għandu jiħmar wiċċ min jissettja benchmarks għal ħaddieħor u mbagħad ma jħallihomx japplikaw għalih innifsu.", "Nirringrazzjak, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada, it- Tlieta,12 ta' Ottubru, 2004 fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif kommunikata mill- Viċi Prim Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "BORMLA - BINJA TAL-GVERN", "7369.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u tas- Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid x'passi se jittieħu dwar kuntrattur privat li bħalissa qed jibni binja tal-gvern f'Bormla, in-naħa ta' Triq San Ġwann, u kisser il-komunikazzjoni tad-drenaġġ tal-Cospicua Rangers F.C.?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Għaddejt it-talba ta' l-Onor.", "Interpellant lid- dipartiment tal-bini u tiswija ta' djar għal azzjoni meħtieġa.", "BORMLA - RECREATION AREA", "7370.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u tas- Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid jekk hemmx ħsieb li r- recreation area li hemm bejn il-Cospicua Rangers u l-binja l-ġdida tal- gvern tiġi rranġata u integrata bħala parti mill-proġett sħiħ?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: L-area indikata mill-Onor.", "Interpellant hi inkluża fil-programm ta' tisbieħ ta' ġonna pubbliċi mid-dipartiment tal- bini u tiswija ta' djar.", "BIRGU - DRENAĠĠ", "7371.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika: Jista' il-Ministru jgħid x'passi se jittieħu biex tissolva l-problema tad-drenaġġ ħdejn il-klabb tar- regatta tal-Birgu?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jien informat li peress illi m'hemmx main tad-drenaġġ għaddej minn quddiem ir-regatta club tal-Birgu, l-Onor.", "Interpellant hu mitlub jispeċifka x'inhi l-problema li qed jirriferi għaliha.", "ĦAL-LUQA - TINDIF TAL-QASAM INDUSTRIJALI", "7506.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika: Jista' il-Ministru jara li jsir it-tindif u t-tneħħija ta' skart goff li hemm fil-qasam industrijali ta' Ħal-Luqa fl-area maġenb il-ġibjun?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jien informat li qed tittieħed azzjoni biex dan it- tindif isir.", "BORMLA - POST TAL-GVERN", "7507.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jara li titnaqqas il-kera tal-post, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li ngħata temporanjament lill-familja fejn il-missier ma jaħdimx minħabba kundizzjoni fiżika, peress li l-kera tal-post li kellhom u li suppost se jsirlu xogħol strutturali kienet ferm u ferm anqas?", "ONOR.", "TONIO BORG: Il-ftehim tal-kiri ta' postijiet ta' residenza, inkluża l-kera, isir mid-dipartiment ta' l-akkomodazzjoni soċjali.", "Għaldaqstant l-Onor.", "Membru huwa mitlub jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill- Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali.", "ELEZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW", "7508.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid meta se jitħallsu dawk li għamlu xogħol ta' commissioners u personnel fl-elezzjoni ta' Ġunju 2004?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "FGURA - SKOLA PRIMARJA", "7509.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid jekk hux minnu li tfal fl-iskola primarja tal-Fgura qed jintalbu li jieħdu magħhom card tat-telefon biex tintuża jekk ikollhom bżonn iċemplu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-iskola primarja B tal-Fgura talbet lill-istudenti biex volontarjament iġibu card tat-telefon peress li l-iskola għandha telefon li jintuża b'card u li minnu l-istudenti jistgħu jċemplu lill- ġenituri tagħhom li għandhom mobile phone.", "Il-kap ta' l-iskola għandu card tat-telefon biex tintuża f'każ ta' bżonn minn studenti li ma jkollhomx il- card fuqhom.", "PALAZZ TA' L-INKWIŻITUR - PENNY FARTHING BICYCLES", "7510.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid x'sar minnhom il-penny farthing bicycle u l- karrijiet antiki tal-mejtin?", "Meta tneħħew mill-Palazz ta' l-Inkwiżitur fil- Birgu?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Il-penny farthing bicycle u l-karrijiet antiki tal- mejtin qatt ma tneħħew mill-Palazz ta' l-Inkwiżitur fil-Birgu.", "Dawn jinsabu merfugħin fil-kmamar ta' fuq tal-Palazz ta' l-Inkwiżitur.", "ĦAMIEM SELVAĠĠ", "7512.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi mod kif jista' ikun ikkontrollat it-tkattir ta' ħamiem selvaġġ li għandna f'ħafna bliet u rħula peress li dan jista' ikun ta' detriment għas-saħħa?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Hemm ħafna metodi biex wieħed jikkontrolla t- tkattir tal-ħamiem selvaġġ.", "S'intendi dan għandu jkun metodu li ma jagħmilx ħsara lill-ħamiem.", "Dawn il-metodi mhux dejjem ikunu ta' suċċess kif wieħed ikun qiegħed jistenna.", "Se nitlob lill-kunsill għat-trattament xieraq ta' l-annimali biex jagħti opinjoni u pożizzjoni fuq din il-materja.", "MALTACOM - SISTEMA TAL-GIRAFF", "7515.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari W101 u t-tweġiba li ngħatat, filwaqt li nifhem it-tweġiba mogħtija, jista' il-Ministru jwieġeb il-mistoqsija sa dak il-perjodu li l- Maltacom ġiet ikkwotata fuq l-istock exchange?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Peress li jidhirli li l-interess fir-risposta hu biss wieħed storiku u fi kwalunkwe każ id-dokumentazzjoni relattiva hi f'idejn il-Maltacom, jiddispjaċini li ma nistax nagħti risposta dettaljata.", "SAN PAWL IL-BAĦAR - SKOLA PRIMARJA", "7516.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: Jista' il-Ministru jara li jiġi pprovdut trasport għal numru ta' tfal li joqogħdu l-Qawra u li jmorru l-iskola primarja ta' San Pawl il-Baħar?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Trasport mill-Qawra għall-iskola primarja ta' San Pawl il-Baħar diġa' jeżisti u hemm madwar 75 tifel u tifla li jużaw dan it- trasport.", "MCAST - STUDENTI", "7517.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid kemm applikaw studenti sabiex jidħlu fl-MCAST fid-diversi istituti?", "Għal liema korsijiet applikaw?", "Kemm kienu bniet u kemm kienu subien?", "Jista' jgħid ukoll kemm ġew magħżula?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat kif ġej:", "|Istitut |Applik|Irġ|Nis| | |anti |iel|a | |Inġinerija |184 |159|15 | |Mekkanika | | | | |Inġinerija |284 |273|14 | |Elettrika u | | | | |Elettronika | | | | |Inġinerija |243 |229|14 | |tal-Bini u | | | | |Kostruzzjoni | | | | |Teknoloġija ta'|504 |390|114| |l-Informatika u| | | | |l-Kommunikazzjo| | | | |ni | | | | |Kummerċ u |640 |224|416| |Negozju | | | | |Arti u Disinn |158 |67 |91 | |Marittimu |13 |10 |3 | |Servizzi |525 |60 |465| |fil-Komunita' | | | | |Agrikummerċ |27 |20 |7 | |Għawdex |121 |56 |65 | | |2702 |148|120| | | |8 |4 |", "Ġejt informat li l-MCAST għadu mhux f'pożizzjoni jagħti figura definittiva ta' dawk li ġew magħżula minħabba li numru ta' studenti li ġew offruti post f'xi kors fl-MCAST baqgħu ma rreġistrawx u lanqas informaw il-kulleġġ jekk għadhomx interessati jew jekk għażlux xi istituzzjoni oħra post-sekondarja (p.e. junior college) Se jintbagħat l-aħħar avviż lill-istudenti biex f'qasir żmien jagħtu l-informazzjoni meħtieġa.", "SKEJJEL – GĦALLIEMA", "7518.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid kemm iggradwaw studenti bħala għalliema għall-primarja u għall-qasam sekondarju skond is-suġġetti tagħhom?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif mitlub tpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni fis-seduta.", "SKEJJEL - GĦALLIEMA ĠODDA", "7519.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew impjegati għalliema ġodda u f'liema suġġetti?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: In-numru ta' għalliema ġodda li ġew impjegati fil- livell primarju huwa ta' 59, filwaqt li fil-livell sekondarju huwa ta' 78.", "Dawn qegħdin jgħallmu f'dawn is-suġġetti: Arti, studji fil-computer, ġeoġrafija, Ġermaniż, edukazzjoni fiżika, bioloġija, studji soċjali, kimika, matematika, Ingliż, Franċiż, Taljan, storja, reliġjon, Malti, fiżika, xjenza integrata, ekonomija tad-dar, żvilupp personali u soċjali, teknoloġija ta' l-informazzjoni u l-kommunikazzjoni, kommunikazzjoni grafika.", "PBS - PROGRAMMI TAR-RADJU", "7568.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika: Jista' il-Ministru jgħid xi kriterji qed jintużaw dwar għażla ta' programmi fuq l-istazzjon nazzjonali tar-radju?", "Min qed jieħu dawn it-tip ta' deċiżjonijiet?", "Jista' jgħid ukoll b'mod partikolari x'kienet ir-raġuni li persuna nazzjonali bħal Mons Victor Grech ġie mwaqqaf milli jkompli jagħmel il-programm tiegħu fuq l- istazzjon nazzjonali?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Il-kriterji wżati għall-għażla tal-programmi mxandra fuq l-istazzjonijiet tal-PBS jinsabu fil-programme statement of intent u fin-national broadcasting policy.", "Iż-żewġ dokumenti kienu ppubblikati f'Mejju li għadda.", "Il-proċess ta' kif jittieħdu d-deċiżjonijiet dwar programmi u l-organi responsabbli għalihom huma wkoll imsemmija fid-dettall fl-istess dokumenti.", "Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija nixtieq ninformak li għal dan il-gvern ilu li għadda ż-żmien li jindaħal fil-merti ta' kif jintgħażlu l-programmi, anzi l-policy dikjarata hi li l-PBS għandu jkun indipendenti mill-gvern editorjalment, u kemm jista' ikun anke finanzjarjament.", "Għalhekk ma nħossx li għandi nidħol fir-raġunijiet tekniċi u professjonali li jkun hemm u li a bażi tagħhom regolarment isiru bidliet fl-iskedi tal-PBS.", "Fir-rigward tal-programm imsemmi jien informat li ma saret ebda applikazzjoni biex dan il-programm isir.", "HANDS ON FISHING", "7569.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jinformana għaliex il-programm edukattiv Hands on Fishing ma baqax jiġi organizzat għall-istudenti li jattendu r-raba' u l- ħames sena sekondarja?", "Ma jħossx il-Ministru li fid-dawl tar-regoli l-ġodda tas-sajd li ddaħħlu f'pajjiżna dan il-programm edukattiv aktar sar bżonnjuż?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Minħabba prioritajiet oħra, dik l-inizjattiva fejn tfal ta' l-iskejjel kienu jittieħdu fuq dgħajsa u jiġi spjegat lilhom is-sengħa tas-sajd ma tkomplitx.", "Ittieħdet iżda inizjattiva oħra fejn numru ta' tfal ittieħdu fuq il-baħar fl-okkażjoni tar-rilaxx ta' fkieren li nqabdu mis-sajjieda.", "Hu maħsub li din l-attivita' titkompla u aktar studenti jingħataw l-opportunita' jattendu.", "Ma narax kif il-programm Hands on Fishing għat tfal ta' l-iskejjel huwa bżonnjuż fid-dawl tar-regoli l-ġodda tas-sajd, meta dawn ir-regolamenti jirrigwardjaw il-bastimenti tas-sajd li jintużaw mis-sajjieda.", "REGOLAMENTI TAS-SAJD", "7570.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jinformana bil-pożizzjoni li ħa l-bord nazzjonali tas-sajd dwar l-aħħar ilmenti imressqa mill-koperattivi tas- sajjieda Maltin dwar ir-regolamenti l-ġodda tas-sajd u tal-bastimenti tas- sajd?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Minn meta sar dak l-ilment, il-bord tas-sajd għadu ma ltaqax.", "Jien informat li r-regolamenti kif ġew ippubblikati kienu ġew diskussi għal seba' xhur fil-bord tas-sajd xi sentejn ilu.", "Ir-regolamenti pubblikati huma r-riżultat ta' dawk id-diskussjonijiet.", "TA' QALI - GRADING/PACKING STATION", "7571.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jinformana liema huma dawk ir-rappreżentanti tal-bdiewa u l-għaqdiet li ġew ikkonsultati dwar l-ispiża li se jinvolvi l- operat u t-tmexxija tal-grading u l-packing station il-ġdid fTa' Qali?", "X'se jħallsu l-bdiewa minn buthom għat-tmexxija u l-ispejjeż ta' l-operat ta' dan il-grading u l-parking station il-ġdid?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: L-operat u t-tmexxija tal-grading u l-packing station il-ġdid f'Ta' Qali qiegħed jiġi diskuss mal-konsulenti Taljani taħt il-Ħames Protokol Taljan u fil-ġimgħat li ġejjin se jiġi diskuss ukoll ma' l-għaqdiet rappreżentanti tal-bdiewa.", "KULLEĠĠ TAL-BIEDJA - STUDENTI", "7572.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' studenti fil-kulleġġ tal-biedja fil-preżent?", "Kemm hu n-numru ta' studenti li għażlu l-istudji tal-biedja wara li spiċċaw mis-sekondarja?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li n-numru ta' studenti huwa hekk:", "| |Kemm |Kemm |Kemm | | |appli|qed |irriże| | |kaw |jatte|njaw | | | |ndu | | |ESTS |0 |3 |1 | |National |0 |4 |0 | |diploma in | | | | |Agriculture | | | | |2nd years | | | | |National |18 |16 |2 | |diploma in | | | | |Agriculture | | | | |1st years | | | | |Foundation |13 |11 |2 | |certificate | | | | |in | | | | |Agriculture | | | | |First |10 |7 |3 | |diploma in | | | | |Agriculture | | | |", "Informat ukoll li hemm 58 student li jattendu għal kors ta' filgħaxija u 45 student li jattendu għal kors ta' filgħodu.", "ZOKKOR - SUSSIDJU", "7573.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid għaliex il-prezz taz-zokkor (abbażi ta' l-importazzjoni storika) mhux se jkun sussidjat skond ma huwa l- prezz ta' dan is-sors fis-suq internazzjonali kif ġie mwiegħed lill-poplu qabel ir-referendum u qabel l-elezzjoni ġenerali?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Il-gvern qiegħed jissussidja z-zokkor bir-rata ta' l- export refund li tagħti l-Unjoni Ewropea fuq iz-zokkor.", "Qabel Mejju 2004 iz-zokkor kien jiġi sussidjat b'din ir-rata mill-Unjoni Ewropea u issa qed jiġi sussidjat bl-istess rata mill-Gvern Malti.", "PREZZIJIET TA' L-IKEL", "7574.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jikkonferma l-Prim Ministru li filwaqt li l-Gvern Nazzjonalista assigura lill-poplu li l-prezzijiet ta' ċerti prodotti ta' l-ikel mhux se jogħlew wara s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea għaliex se jkunu sussidjati, għolew saħansitra b'50c fil-kilo, bħal fil-każ tal-ġobon cheddar?", "Jista' jinformana x'qed jikkawża dan l-għoli esaġerat fil- prezzijiet ta' prodotti ta' l-ikel tal-ħajja ta' kuljum?", "Jista' jassigura lill-poplu li l-prezzijiet taċ-cheddar u ġobnijiet oħra mhux se jkomplu jogħlew aktar fix-xhur li ġejjin?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "SAĦĦA - ĦLAS PENDENTI LILL-KUNTRATTURI", "7582.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l- Kura fil-Komunita': B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari 6632 u 7476 jista' il-Ministru jgħid kemm għandu jagħti flus f'xogħol li għamlu l- kuntratturi mqabbdin mill-gvern u li għadhom ma tħallsux?", "Kemm tammonta l- ispiża għal kull kuntrattur sal-lum?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-mejda tal- Kamra aktar kmieni fis-seduta.", "FURJANA - APPLIKAZZJONI GĦAL-LIFT", "7585.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru tal-Familja u tas- Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid għaliex il-persuna, li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, ilha għal żmien twil tapplika għal-lift?", "Għaliex ir-raġuni li qed iġib il-gvern sabiex ma jsegwix dan ix- xogħol hi li m'hemmx spazju sabiex jiġi kkreat lift, meta dan huwa kontradett mis-soċjeta' Euro Lifts Michael Vella Limited li tgħid li dan il- lift jista' isir?", "Tista' il-Ministru tieħu ħsieb u tinvestiga din il- kwestjoni?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Skond l-inġinier ta' l-awtorita' tad-djar, biex jiġi stallat il-lift fil-post indikat ikun meħtieġ li t-taraġ jidjieq tant li ma jibqax konformi mal-qies minimu stabilit bil-liġi.", "Dan hu kkonfermat mid-ditta li għamel riferenza għaliha l-Onor.", "Interpellant.", "MARSA - POWER STATION", "7586.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 6825 u cioe' jgħid min ħa l-offerta jew tender sabiex jiġi mneħħi l-materjal ta' l-asbestos li jinsab fil-power station tal-Marsa?", "Jista' jgħid min hu responsabbli bħala konsulent li jara li x-xogħol isir skond proċeduri stabiliti ta' l-Unjoni Ewropea?", "Min qed jieħu ħsieb li jsiru t-testijiet neċessarji magħrufa bħala airborne fiber tests ġewwa u barra l-area ta' l-attivita'?", "Fejn qed jiġi storjat dan il-materjal li preżentement qiegħed jinqala'?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: It-tender li qed jirriferi għaliha l-Onor.", "Interpellant ġiet irtirata bil-ħsieb li terġa' toħroġ iktar tard.", "REĠISTRU PUBBLIKU - ĊERTIFIKATI", "7587.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hemmx xi raġuni valida għaliex iċ-ċittadin ma jgawdix mill-faċilitajiet li għandhom l- avukati u n-nutara li jottjenu u jħallsu għal ċertifikati ta' tfittxija, eċċ. fid-dipartiment tar-reġistru pubbliku?", "Jistgħu tali faċilitajiet jiġu estiżi biex jonqos l-inkonvenjent li għandu l-pubbliku preżentement u b'hekk it-taxpayer jieħu servizz aħjar?", "Meta hu mistenni li tali dokumenti jkunu jistgħu jingħataw u jitħallsu direttament fuq is-servizz ta' l-e-gov?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nifhem li l-Onor.", "Interpellant b'\"ċertifikat tat- tfittxija\" qiegħed jirriferi għar-riċerki uffiċjali u ċertifikati tat- testmenti pubbliċi li jinħarġu mir-reġistru pubbliku.", "L-ordni u l-ħlas għal dawn ir-riċerki u ċertifikati jistgħu jsiru minn kulħadd, li jfisser li l-pubbliku għandu l-faċilitajiet li jordna dawn ir-riċerki u ċertifikati.", "Hija policy tal-gvern li d-dipartimenti jagħtu servizzi on-line, inkluż il- ħlas għalihom.", "Fil-bidu tas-sena 2003 din is-sistema diġa' ġiet introdotta b'suċċess fis-sezzjoni ta' l-Istat ċivili ta' l-istess dipartiment fejn ċertifikati tat-twelid, żwieġ u mewt jistgħu jiġu ordnati u mħallsa on-line billi jintuża l-internet address: www.ċertifikati.gov.mt.", "Is-suġġeriment ta' l-Onor.", "Interpellant li l-ordni u l-ħlas ta' riċerki uffiċjali u ċertifikati tat-testmenti jingħataw on-line se jiġi kkunsidrat.", "ATTARD - SINJALI TAT-TRAFFIKU", "7591.", "L-ONOR.", "JOSEPH CASSAR staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 6378, jista' il-Viċi Prim Ministru jiżgura li jkun hemm sorveljanza tal-pulizija f'dawn l-inħawi issa li bdiet l-iskola u diversi ġenituri b'vetturi għal darba oħra m'humiex jobdu s-sinjali tat-traffiku, b'konsegwenza li jpoġġu l-ħajja ta' oħrajn f'riskju?", "ONOR.", "TONIO BORG: Kif diġa' kelli l-okkażjoni ngħid, kull meta l- esiġenzi tas-servizz jippermettu l-pulizija jattendu fil-post imsemmi fil- ħinijiet meta t-tfal jibdew u jispiċċaw l-iskola.", "MEPA - PA2349/04", "7592.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid jekk hux qed jikkunsidra xi forma ta' kumpens jew alternattiva oħra lill-bdiewa li jaħdmu fl-art assenjata għar- relokazzjoni tal-beach rooms li hemm fil-Marfa skond il-Marfa action plan u skond applikazzjoni PA2349/04?", "Jista' jgħid jekk dawn il-bdiewa hux se jitilfu l-għelieqi li għandhom bħalissa?", "Jista' jgħid jekk hux se jsiru xi environmental impact assessments dwar din l-area?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Il-kumpens dovut lill-bdiewa fil-każ li jitteħdilhom xi raba' minħabba xi żvilupp huwa regolat mil-liġi li tikkontrolla l-kiri tar-raba', Att XVI ta' l-1967.", "L-applikazzjoni PA 2349/04 għadha qed tiġi pproċessata mill-MEPA.", "Fil-fatt l-ammont ta' art assenjata għar-relokazzjoni tal-beach rooms skond il-Marfa action plan għadha qed tiġi riveduta biex tirrifletti l-oġġezzjonijiet li saru.", "Għalhekk għadni m'inix f'pożizzjoni ngħid jekk hux se jittieħdu xi għelieqi.", "L-awtorita' talbet li minħabba l-kobor u s-siti ta' dawn l- applikazzjonijiet environmental impact assessment irid isir.", "SIGURTA' SOĊJALI - ĦLAS TA' KONTRIBUZZJONIJIET", "7593.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Ministru tal-Familja u tas- Solidarjeta' Soċjali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 7472, li oriġinarjament saret lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi u li issa ġiet riferuta lilek, tista' tgħid jekk il-part-time clerks fid- diviżjoni ta' l-edukazzjoni ma jħallsux il-kontribuzzjoni tas-sigurta' soċjali f'dan il-perjodu msemmi jiġux ikkunsidrati li mhux qed ikollhom kontinwita' fil-ħlas ta' din il-kontribuzzjoni għall-fini tal-pensjoni li jistgħu jingħataw fil-futur?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Fost kundizzjonijiet oħra, ir-rata ta' pensjoni kontributorja mħallsa taħt l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali tiddependi mill- medja ta' kontribuzzjonijiet imħallsa minn sena għal sena.", "Għalhekk perjodi skoperti minn kontribuzzjonijiet jistgħu jaffettwaw ir-rata tal- pensjoni li persuna jkollha dritt għaliha fil-futur.", "DINGLI – ARBLI TAD-DAWL", "7594.", "L-ONOR.", "JOSEPH CASSAR staqsa lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika: Jista' il-Ministru jgħid għalfejn l-arbli tad-dawl li twaħħlu fl-area magħrufa bħala Bejt il-Fenek l/o Dingli, baqgħu bla sistema ta' bozoz u qed joħolqu problema minħabba d- dlam ċappa li jkun hemm fl-inħawi?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ix-xogħol fuq l-arbli msemmija ma tkompliex minħabba oġġezzjonijiet mill-kunsill lokali.", "ECO TAX", "7595.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 7470, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent u li issa ġiet riferuta lilek, tista' tgħid kemm kien id-dħul s'issa fl-ewwel xahar mill- introduzzjoni ta' l-eco tax - inkluż id-dħul minn VAT fuq it-taxxa ta' l- eco tax?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-ewwel pagament ta' l-ECO contribution għal dawk il-persuni reġistrati għall-ECO u li l-perjodu tagħhom għalaq fil-31 ta' Ottubru 2004 għandhom, flimkien mad-denunzja tal-VAT, l-obbligu li jagħmlu l-pagament ta' l-ECO contribution sal-15 ta' Diċembru 2004 fuq id-denunzja ta' l-ECO contribution.", "MOSTA - ĦAJT TAS-SEJJIEĦ", "7596.", "L-ONOR.", "JOSEPH CASSAR staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li l-ħajt tas- sejjieħ fi Triq il-Mitħna, fil-parti li tagħti għal Triq Durumblatt, Mosta, jiġi rranġat peress li hu ta' periklu għall-vetturi li jgħaddu minn hemm?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: It-triq imsemmija taqa' taħt ir-responsabbilta' tal- kunsill lokali konċernat u mhux taħt dan il-ministeru.", "MMA - BĊEJJEĊ TAL-BAĦAR", "7597.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 7415 u jgħid x'inhu n-numru ta' bċejjeċ tal-baħar (jekk hemm) ta' sidien/kumpanniji Maltin li huma reġistrati ma' reġistri navali barranin, partikolarment dawk li jgħidulhom reġistri miftuħin - open registries?", "Jista' jgħid kemm hawn bnadar barranin rappreżentati f'Malta - jekk hawn - u x'inhuma r-relazzjonijiet li għandhom ma' l-awtorita' marittima Maltija?", "Jista' jgħid kemm-il biċċa tal-baħar - jekk kien hemm - ħalliet il- bandiera Maltija tinkiteb ma' bandiera oħra appena Malta daħlet fl-Unjoni Ewropea?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mhux possibbli li wieħed jgħid x'inhu n-numru ta' bċejjeċ tal-baħar ta' sidien Maltin reġistrati f'xi reġistru barrani.", "Dwar il-bnadar barranin rappreżentati f'Malta l-ministeru ma jkollux tali informazzjoni.", "Kulma nista' ngħid hu li bejn Mejju u Settembru ta' din is-sena 162 bastiment jew biċċa oħra tal-baħar temmew, għal xi raġuni jew oħra, ir- reġistrazzjoni tagħhom taħt l-att dwar il-bastimenti merkantili.", "Dan in- numru kien fl-istess livelli tas-sena 2003 meta għall-istess perjodu kien ta' 148.", "BIRKIRKARA: FLEUR-DE-LYS - TRIQ BORG", "7598.", "L-ONOR.", "MICHAEL ASCIAK staqsa lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 7436, jista' il-Ministru jwieġeb dwar Borg Street, Fleur-de- Lys, Birkirkara, li qiegħda Borg Street waħedha?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "MALTAPOST - TENDER - MOTORCYCLES", "7600.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika: B'riferenza għal tender Ref.", "T01MP/2001 dwar leasing of motorcycle fleet to be used in Malta and Gozo, rigwardanti l-Maltapost p.l.c., jista' il-Ministru jispjega għaliex ir- riżultat ta' dan it-tender dam dawn is-snin kollha biex ħareġ?", "Jista' jinnota li għal kważi 30 sena sħaħ il-fornitura ta' dan is-servizz kien il- persuna li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?", "Jista' jinnota li sabiex is-servizz offrut dejjem ikun ottimu, dan l-aħħar sar investiment qawwi sabiex jinxtraw muturi ġodda?", "Jista' jinnota wkoll li l-persuna li rebħet it-tender din id-darba m'għandhiex fil-pussess tagħha daqstant muturi ġodda li jistgħu jikkompetu mal-fornitur ta' qabel?", "Jista' jgħid min hi l-persuna li ġiet mogħtija t-tender?", "Meta se jibda jaħdem il-kuntratt?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "MALTA DRYDOCKS – EX-IMPJEGAT", "7603.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika: Jista' il-Ministru jgħid meta se jitħallas is-service termination bonus lill-eredi tal-persuna li d- dettalji dwarha qed jingħataw separatament, li kienet taħdem mal-Malta drydocks?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "MOSTA - PONT TA' L-ISPERANZA", "7606.", "L-ONOR.", "JOSEPH CASSAR staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Jista' il-Ministru jgħid jekk il-pont ta' l-Isperanza fil-Mosta huwiex magħluq għat-trakkijiet u heavy vehicles?", "Jekk fl-affermattiv, x'qed isir biex wieħed jaċċerta ruħu li dan qed isir?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: L-awtorita' dwar it-trasport bagħtet perit inkarigat sabiex jispezzjona dan il-pont u nstab li dan mhux magħluq għat- trakkijiet u heavy vehicles oħra.", "ĊENTRI TA' TAĦRIĠ GĦALL-ADULTI - ĦADDIEMA", "7608.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru tal-Familja u tas-Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid jekk hux veru li ċ- ċaqlieq tal-ħaddiema fl-adult training centres għandu jsir din is-sena?", "Jekk fl-affermattiv, għaliex dawn l-impjegati għadhom fl-għama u m'hu qed jiġu nformati b'xejn?", "Dawn il-ħaddiema, jew rappreżentanti tagħhom, se jiġu nvoluti minn qabel f'dan il-proċess?", "Se jingħataw l-opportunita' li jagħżlu jekk għandhomx il- pjaċir li jidħlu fis-sistema l-ġdida jew jagħżlux li jibqgħu kif inhuma, jiġifieri ħaddiema taċ-ċivil?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant tindirizza l- mistoqsija tagħha lill-ministru konċernat.", "DĦAĦEN TAL-KAROZZI", "7609.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid x'miżuri qed tieħu l-MEPA biex tipprova tnaqqas ċerti dħaħen ta' karozzi mill-village cores?", "Studjat jekk hux possibbli li fil-qalba ta' ċerti rħula u bliet jinstabu rotot alternattivi għat-trakkijiet u heavy vehicles oħra biex kemm jista' ikun jitnaqqas l- exhaust mill-qalba tar-raħal jew belt?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Ir-responsabbilta' biex jinstabu rotot alternattivi għat-traffiku u biex isiru studji fuq id-dħaħen ta' karozzi/trakkijiet taqa' taħt ir-responsabbilta' ta' l-awtorita' dwar it- trasport fi ħdan il-Ministeru għall-Iżvilupp Urban u Toroq.", "Għalhekk nitlob lill-Onor.", "Interpellant jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "ĊENTRI TA' TAĦRIĠ GĦALL-ADULTI - ĦADDIEMA", "7610.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru tal-Familja u tas-Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tikkonferma li l-adult training centres, cioe' l-impjegati li ġew ingaġġati maċ-ċivil bil- proċeduri kollha, se jgħaddu mas-Sapport taħt l-aġenzija Appoġġ?", "Jekk iva, dawn il-ħaddiema se jiġu kkonsultati qabel?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 7608.", "SAĦĦA - AMBULANZI", "7611.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l- Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru ġentilment jgħid x'investigazzjonijiet qegħdin isiru fuq iż-żewġ ambulanzi li spiċċaw bil- wires tar-radio tagħhom maqtugħa?", "Kemm ilhom joperaw dawn iż-żewġ ambulanzi?", "Kemm swew kull waħda?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Il-każ imsemmi qed jiġi investigat mill-pulizija.", "L- ambulanzi involuti ilhom joperaw minn Marzu 2004.", "Kull ambulanza swiet Lm22,000.", "ĊENTRI TA' TAĦRIĠ GĦALL-ADULTI - ĦADDIEMA", "7612.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru tal-Familja u tas-Solidarjeta' Soċjali: Il-ftehim li sar bejn il-gvern u ż-żewġ unions, i.e.", "GWU u UĦM, għall-ħaddiema ta' l-adult training centres għadu fis-seħħ?", "X'inhi l-proċedura li qiegħda tiġi attwata għall-ingaġġ ta' l-impjegati?", "Kemm ilha fis-seħħ din il-proċedura?", "L-impjegati li jissejħu support care workers kif ukoll gradi oħra bħal dawk ta' professjonisti li jaħdmu fl-ATC's jonoraw il-ftehim imsemmi hawn fuq?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellanti għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 7608.", "DIPARTIMENT TA' L-ANZJANI", "7613.", "L-ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l- Anzjani u l-Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid x'ammont ta' flus intnefaq mid-dipartiment ta' l-anzjani sa l-aħħar ta' Settembru ta' din is- sena minn Vot Rikorrenti 5029 - Residential care in private homes ta' Lm350,000 kif kien imniżżel fl-aħħar budget?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-ammont ta' flus li ntnefaq mid-dipartiment ta' l- anzjani sa l-aħħar ta' Settembru ta' din is-sena minn Vot Rikorrenti 5029 kien Lm244,235.", "Dan ikopri l-ħlas għal servizz sa Lulju 2004.", "DIPARTIMENT TA' L-ANZJANI", "7614.", "L-ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l- Anzjani u l-Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid x'ammont ta' flus nefaq id-dipartiment ta' l-anzjani sa l-aħħar ta' Settembru ta' din is- sena mis-somma ta' Lm1,400,000 - Budget Vote 5064, Home Help/Care Service Scheme?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-ammont ta' flus li ntnefaq mid-dipartiment ta' l- anzjani sa l-aħħar ta' Settembru ta' din is-sena minn Vot 5064 kien Lm1,041,908.", "VAPURI – SPIŻA TA' FUEL", "7615.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika: Jista' il-Ministru jgħid kemm hi l-ispiża kuljum - 24 siegħa - f'diesel għall-vapuri bl-iskeda tas-sajf meta ovvjament ikun hemm aktar trips?", "Kemm hu l-ammont għall-iskeda tax- xitwa?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-ispiża ta' diesel kuljum tal-vapuri - maħdum fuq medda ta' sena bejn Settembru 2003 u Awissu 2004 - hija ta': Skeda tas-Sajf - Lm3,514 kuljum Skeda tax-Xitwa - Lm2,577 kuljum", "Dan il-konsum huwa maħdum fuq u jinkludi: * il-vjaġġi skedati * it-trips extra * Il-vjaġġ tal-cargo għal Sa Maison (skedat)", "Ta' min jinnota wkoll li l-ispiża tiġi effetwata wkoll mill-prezz tad- diesel li jvarja ħafna u li bħalissa huwa għoli ħafna.", "CHOGM – LAQGĦA GĦALL-MEMBRI TAT-TASK FORCE", "7616.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin: Jista' il-Minstru ġentilment jgħid min huma l-membri tas-task force li ġew appuntati biex jieħdu sehem fil-laqgħa taċ-CHOGM li se ssir f'Novembru 2005?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Il-membri tat-task force li ġew appuntati biex jieħdu sehem fil-laqgħa taċ-CHOGM li se ssir f'Novembru 2005 huma dawn: Chairman Ambaxxatur Salv Stellini Rappreżentant ta' l-uffiċċju tal-prim ministru Is-Sur Emanuel Abela Is-Sur Publius Agius", "Rappreżentant tal-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin Is-Sur Giovanni Miceli Is-Sur Anthony Borg", "Rappreżentant tal-Ministeru tal-Finanzi Is-Sur Saviour Gauci Is-Sur Leonard Sacco", "Rappreżentant tal-Ministeru tal-Ġustizzja u Intern Is-Sur Mario Caruana Is-Sur George Zerafa", "DIPARTIMENT TA' L-ANZJANI", "7617.", "L-ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l- Anzjani u l-Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid x'ammonti ta' flus ħallas id-dipartiment ta' l-anzjani u servizzi fil-komunita' lil Care Malta Ltd u lil Casa Serena rispettivament fix-xhur ta' Lulju, Awissu u Settembru 2004?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-ammont ta' flus li ħallas id-dipartiment ta' l-anzjani u servizzi fil-komunita' lil Care Malta Ltd u lil Casa Serena minn Lulju sa Settembru 2004 huwa kif ġej:", "Care Malta Ltd F'Lulju - Lm22,769.05 Ta' Awissu u ta' Settembru għadhom mhux imħallsin", "Casa Serena F'Lulju - Lm10,878 Ta' Awissu u ta' Settembru għadhom mhux imħallsin", "SVPR - CUSTOMER CARE CENTRE", "7618.", "L-ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l- Anzjani u l-Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-customer care centre fir-residenza San Vinċenz de Paule issa ilu ħafna żmien magħluq?", "Hemm ħsieb li dan l-uffiċċju jerġa' jinfetaħ biex jinqdew il-bżonnijiet tar-residenti u tal-qraba tagħhom?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Il-customer care centre ġewwa San Vinċenz de Paule huwa temporanjament magħluq minħabba r-re-deployment tal-ħaddiema.", "Qed isiru arranġamenti biex fil-futur dan iċ-ċentru jerġa' jinfetaħ.", "DJAR RESIDENZJALI - ANZJANI", "7619.", "L-ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l- Anzjani u l-Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm anzjani residenti - nisa u rġiel - fit-30 ta' Settembru 2004 fir- residenza San Vinċenz de Paule; fi djar residenzjali tal-gvern; fi djar privati ta' l-anzjani taħt l-iskema tal-public private partnership?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: In-numru ta' anzjani residenti fit-30 ta' Settembru 2004 hu kif ġej: | |Nis|Irġi|Tota| | |a |el |l | |San Vinċenz de |688|341 |1029| |Paule | | | | |Djar residenzjali|463|152 | | |tal-gvern | | |615 | |Djar privati ta' | 76| 25 | | |l-anzjani taħt | | |101 | |il-private public| | | | |partnership | | | |", "ANZJANI - KONTRIBUZZJONIJIET", "7620.", "L-ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru tal-Familja u tas-Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid kemm inġabru flus mill- kontribuzzjonijiet totali ta' l-anzjani fix-xhur ta' Lulju, Awissu u Settembru ta' din is-sena?", "X'ammont ta' flus għadda lill-welfare committee matul dawn it-tliet xhur id-dipartiment tas-sigurta' soċjali?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Tabella bl-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il- mejda tal-Kamra aktar kmieni fis-seduta.", "GOZO HELIPORT – KONT TA' L-ILMA", "7621.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika: Jista' il-Ministru jgħid għaliex ma tħallasx il-kont ta' l-ilma tal-Gozo heliport bil-konsegwenza li l-water supply ġiet maqtugħa?", "Jista' jgħid għal kemm kien jammonta dan il- kont?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "ENEMALTA - METERS SINGLE PHASE", "7623.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika: Jista' il-Ministru jgħid għal liema raġuni l-korporazzjoni Enemalta f'Għawdex ilha mingħajr meters tas- single phase għal xhur sħaħ?", "Jista' jara li din is-sitwazzjoni tiġi rimedjata minnufih a benefiċċju ta' l-applikanti?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Il-provvista ta' meters single phase f'Għawdex intużat fi żmien aqsar milli previsti iżda għandha tiġi għan-normal fil- ġranet li ġejjin.", "ĊIRKEWWA - FAĊILITAJIET SANITARJI", "7624.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika: Peress illi fiċ-Ċirkewwa m'hemmx faċilitajiet sanitarji kemm għall-pubbliku kif ukoll għall-ħaddiema tal-Gozo Channel, jista' il-Ministru jara li jiġu pprovduti dawn il- faċilitajiet?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Il-ħaddiema tal-Gozo Channel normalment jagħmlu użu mill-faċilitajiet ta' l-uffiċċju tal-kumpannija stess li jinsab iċ-Ċirkewwa u fit-ticket booth tas-south quay skond minfejn jopera l-vapur.", "Rigward il-kumplament tal-mistoqsija, nitlob lill-Onor.", "Interpellant tindirizza l-mistoqsija tagħha lill-ministru konċernat.", "GĦAWDEX - BIĊĊERIJA", "7627.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għal Għawdex: Tista' il-Ministru tgħid għaliex għadha mhix lesta l-biċċerija f'Għawdex minkejja li t-terminu prefiss ilu li skada?", "Meta hu previst li terġa' tibda tiffunzjona din il-biċċerija, tenut kont l-inkonvenjent tar-raħħala Għawdxin li jridu joqogħdu jmorru għall-qatla tal-bhejjem fil-biċċerija ta' Malta?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: It-tender għax-xogħlijiet ta' kostruzzjoni fil- biċċerija f'Għawdex ġiet pubblikata fis-6 ta' Lulju 2004, għalqet fit-12 ta' Awissu 2004 u waslet biex tinħareġ l-ittra ta' l-aċċettazzjoni biex ikun jista' jinbeda x-xogħol li mistenni jieħu seba' ġimgħat biex jitlesta.", "Sadanittant tħejja d-dokument għad-disinn, provvista, stallazzjoni, ittestjar u kkumissjonar ta' l-apparat għall-biċċerija f'Għawdex li qiegħed jiġi verifikat qabel tinħareġ l-offerta.", "GĦAWDEX - ARTISTI", "7628.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għal Għawdex: Tista' il-Ministru telenka l-għajnuna li ngħatat lill-artisti Għawdxin matul l- aħħar ħames snin, kull sena separatament?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: L-għajnuna li ngħatat lill-artisti Għawdxin matul l-aħħar ħames snin hi skond it-tabella hawn taħt indikata:", "|Sena|Stamp|Ospita|Sussi|Pusta|TOTAL| | |ar |lita' |dju |ġġ | | | |(Lm) |(Lm) |Diret|(Lm) | | | | | |t | | | | | | |(Lm) | | | |1999|1108.|8889.6|55,77|00.00|66,77| | |1 |0 |4.09 | |1.70 | |2000|308.7|1,341.|3,836|100.0|5,586| | |8 |35 |.43 |0 |.56 | |2001|217.0|900.35|4,857|72.02|6,047| | |1 | |.62 | |.00 | |2002|665.2|349.25|5,518|431.6|6,964| | |8 | |.84 |2 |.99 | |2003|285.2|341.00|1,223|319.6|2,169| | |3 | |.13 |4 |.00 | |TOTA|1,584|3,821.|21,21|923.2|27.53| |L |.31 |55 |0.11 |8 |9.25 |", "ĊIRKEWWA - BOZOZ", "7629.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika: Peress illi l-bozoz taċ- Ċirkewwa ilhom ma jixegħlu diversi xhur u għadhom ma ġewx mibdula, u peress li biex isir l-irbit tal-vapuri filgħaxija d-dawl qed ikun permezz ta' spot light tal-vapur, jista' il-Ministru jara li din is-sitwazzjoni tiġi rimedjata mhux biss biex il-ħaddiema jkunu jistgħu jaħdmu aħjar imma anke għal skopijiet ta' sigurta'?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "SAN ĠILJAN: TRIQ SAN ĠORĠ - TAPPIERA TAD-DRENAĠĠ", "7635.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika: Jista' il-Ministru jara li tappiera li tinsab fi Triq San Ġorġ, f'San Ġiljan, bejn wieħed u ieħor quddiem The Champ Pastizzeria u li minnha qed joħroġ id-drenaġġ, tiġi rranġata u livellata peress li qed tkun ta' inkonvenjent għat-turisti u għal kulmin jgħaddi minn din it-triq?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ix-xogħol mitlub se jsir dalwaqt.", "Eventwalment anke l- main tad-drenaġġ fit-triq imsemmija jrid jinbidel.", "SPTAR SAN LUQA - ENT DEPARTMENT", "7637.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunita': Skond il-manpower plan tad-dipartiment tas-saħħa, jista' il-Ministru jgħid kemm suppost huwa l-complement ta' l-ispeċjalisti u t-tobba fl-ENT department?", "Jista' jgħid kemm hemm tobba u speċjalisti llum fid-dipartiment?", "Jekk jirriżulta li hemm nuqqas, jista' jgħid jekk hux se toħroġ sejħa għall-applikazzjonijiet biex jimtlew dawn il-postijiet vakanti?", "Jista' jgħid meta?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-informazzjoni mitluba dwar speċjalisti u tobba fid-dipartiment ta' l-ENT hija kif ġej:", "| |Complemen|Impjega| | |t |ti | |Konsulenti |4 |4 | |Senior |4 |3 | |Registrar | | | |Registrar/S|2 |1 | |enior | | | |HouseOffice| | | |r | | |", "Minbarra hekk, hemm tabiba barranija mpjegata fuq bażi ta' kuntratt minn sena għal sena u erba' housemen li qegħdin hemm għal tliet xhur fuq bażi ta' rotation.", "Id-diviżjoni tas-saħħa qed tieħu passi biex jimtlew postijiet vakanti mill- aktar fis possibbli.", "ŻABBAR - TRIQ IN-NISSIEĠ", "7653.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: B'riferenza għall-mistoqsijiet preċedenti tiegħi 6118 u W86 li saret fl-4 ta' Awissu għal tweġiba bil-miktub, jista' il-Ministru jara kif wara tant żmien ta' diskussjoni tittieħed azzjoni biex dan l-ilment li tant ilu pendenti jissolva?", "Jista' jgħid jekk bediex il-proċess imsemmi ta' esproprjazzjoni?", "Jekk iva, meta?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: L-awtorita' dwar it-trasport kienet talbet għal survey lill-MEPA hekk kif diġa' imsemmi fil-mistoqsija parlamentari preċedenti W86, iżda s'issa għadha ma rċeviet l-ebda informazzjoni.", "Hekk kif l-awtorita' tirċievi dan is-survey ikun jista' jinbeda l-proċess ta' esproprjazzjoni.", "TIPJIP F'POSTIJIET TA' DIVERTIMENT", "7654.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk ir- regolamenti dwar tipjip f'bars u restaurants japplikawx ukoll għal bars li jifformaw parti integrali minn każini sportivi, soċjali jew politiċi?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "TOROQ - XOGĦLIJIET", "7658.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: B'riferenza għax-xogħlijiet ta' toroq li qegħdin isiru mill-fond tal-Protokoll Taljan, jista' il-Ministru jagħti informazzjoni fuq kull triq separatament?", "Meta nbeda x-xogħol?", "X'persentaġġ ta' xogħol - ikkomparat mat-total - tlesta s'issa?", "Ġew preżentati xi kontijiet sal-lum?", "Jekk fl- affermattiv, kemm tħallsu l-kuntratturi?", "Meta hu previst li jitlesta x- xogħol?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Id-direttorat tat-toroq qed jiġbor l- informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant mill-kuntratturi nkarigati mix-xogħol tat-tliet lottijiet rispettivament u għalhekk risposta tkun tista' tingħata iktar 'il quddiem hekk kif din l-informazzjoni tinġabar.", "MELLIEĦA – SERVIZZ TA' DRENAĠĠ", "7659.", "L-ONOR.", "MICHAEL GONZI staqsa lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika: Jista' il-Ministru ġentilment jgħid meta x-xogħol tad-drenaġġ fin-naħa tal-Kortin, il-Mellieħa - fi Triq Isaac Newten 'l isfel - se jkun lest billi x-xogħol ilu wieqaf għal dawn l- aħħar tliet snin?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jirriżulta li n-numru ta' djar mingħajr servizz ta' drenaġġ fl-inħawi msemija hu ta' 21.", "Dawn id-djar ma jistgħux jitqabbdu mal-main eżistenti għax il-livell tagħhom hu baxx wisq u għaldaqstant mhux il-każ li ssir estensjoni ta' dan il-main.", "Biex din il-problema tinstabilha soluzzjoni hemm ħtieġa ta' xogħol ta' ċerta spiża li hi kkunsidrata bħala waħda kbira meta wieħed iqabbilha man- numru ta' djar li se tkun isservi.", "Hu għalhekk li dan ix-xogħol mhux ikkunsidrat bħala ta' priorita' min-naħa tal-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma.", "Madankollu l-korporazzjoni għadha qed tfittex soluzzjoni li permezz tagħha l-ispiża involuta tkun aktar kompattibli man-numru ta' djar li se jinqdew.", "QORMI - PELICAN CROSSING", "7660.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jgħid fiex waslet it-talba tal-kunsill lokali ta' Ħal Qormi dwar pedestrian pelican lights fil-parti ta' isfel ta' Triq l-Imdina - wara l-fabbrika tan-Nylon Knitting - li kienet saret lill- awtorita' dwar it-trasport?", "Kopji ta' l-ittri qed jintbagħtu separatament.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: L-awtorita' dwar it-trasport kienet laqghet it- talba tal-kunsill lokali ta' Ħal Qormi għal stallazjoni ta' l-imsemmija pelican crossing.", "Fil-preżent id-direttorat tat-toroq lesta d-disinn ta' dawn il-lights u x-xogħol ta' stallazjoni ġie nkluż fil-lista ta' prioritajiet li għandu d-direttorat sabiex dan ix-xogħol ikun jista' isir iktar 'il quddiem.", "MARSA - TRIQ ALDO MORO", "7663.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 6924, jista' il-Ministru jgħid huwiex konxju mit-traffic jams li qed tikkawża l-bus lane fi Triq Aldo Moro bejn is-7.00 a.m. u t-8.30 a.m. - waqt il-peak hours?", "Saret xi analisi tat-traffiku waqt dawn il-ħinijiet mill-awtorita' dwar it- trasport qabel ma ġiet deċiża li ssir din il-bus lane?", "Jaf il-Ministru li tal-linja mhux qed jużaw din il-bus lane b'mod effiċjenti waqt dawn il- ħinijiet minħabba li qed jinqabdu fit-traffiku li jwassal sal-pjazza ta' Raħal Ġdid?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: L-iskop tal-bus lane huwa biex iktar nies jużaw is-servizz tat-trasport pubbliku billi tissepara l-karozzi tal-linja mill- vetturi privati.", "B'hekk tiżdied l-effiċjenza tat-trasport pubbliku billi jkunu jistgħu jżommu mal-ħinijiet ta' l-iskedi.", "Sfortunatament l-effiċjenza minn dejjem kienet kritika ewlenija fis-servizz u l-pubbliku inġenerali għadu ma fehemx kompletament il-benefiċċju li jkun hemm lane apposta għall-użu tat-trasport pubbliku biss.", "Hija ħaġa normali li għall-ewwel li tiġi introdotta bus lane jinħolqu konġestjonijiet tat-traffiku tal-karozzi privati.", "Pero' eventwalment is- sitwazzjoni tistabilixxi ruħha fi żmien qasir.", "Qabel ma saret il-bus lane sar safety audit rigward it-triq konċernata.", "Fil-futur qarib l-awtorita' dwar it-trasport se tagħmel analisi tat- traffiku rigward is-sitwazzjoni eżistenti.", "BIRKIRKARA – TINDIF MAĠENB IL-BUS TERMINUS", "7666.", "L-ONOR.", "MICHAEL ASCIAK staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' il-Ministru jara li jitnaddaf jew jingħalaq il-bini li hemm maġemb il-bus terminus tas-71 f'Birkirkara għaliex hemm ħafna żibel fih li jagħmel ikrah, minbarra li jista' jikkaġuna problemi ta' saħħa?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Jien informat mill-kunsill lokali ta' Birkirkara li l- bini msemmi hu dar privata mitluqa.", "Madankollu s-sezzjoni tad-tindif se tindaga dwar is-sidien ħalli jsir ix-xogħol neċessarju.", "MSIDA – APPARTAMENTI TAL-GVERN", "7667.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Familja u tas- Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid meta se jitqassmu l-flats li hemm ħdejn l-Għajn tal-Ħasselin, l-Imsida?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: L-appartamenti indikati mill-Onor.", "Interpellant jonqoshom il-provvista tas-servizz tad-dawl u l-ilma u komunikazzjoni mad- drenaġġ.", "Irid ukoll jogħla l-livell tat-triq ta' quddiemhom.", "Ix-xogħol fuq l-ilma u d-drenaġġ jiddependu mix-xogħol fuq it-triq.", "L-awtorita' Maltija tat-trasport irriferiet id-dokumenti tat-tender dwar it- triq lid-dipartiment tal-kuntratti għall-pubblikazzjoni.", "MSIDA - JUNIOR COLLEGE", "7670.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: Jista' il-Ministru jara li toqba li hemm ġo ħajt f'John Borg Street, Imsida, cioe' fil-ħajt tal-junior college, tingħalaq billi minnha qed jinżel ħafna ilma tax-xita li qed imur ġo djar tal-persuni li joqogħdu fil-madwar?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Tlabt lill-awtorita' kompetenti jibdew inkjesta u jieħdu l-passi meħtieġa.", "MSIDA - MUTURI PPARKJATI", "7671.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid għaliex żewġ motoċikletti, wieħed minnhom b'teddy bear fuqu, li ma jintużawx u li qed jokkupaw spazju ta' karozza ma tneħħewx la mill-pulizija u lanqas mill- gwardjani lokali meta ilhom ipparkjati ġo Ta' Xbiex Seafront, Imsida, għal aktar minn sena?", "ONOR.", "TONIO BORG: Iż-żewġ muturi msemmija huma liċenzjati skond il-liġi sabiex jintużaw fit-triq.", "KUNSILLI LOKALI", "7672.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hawn kunsilli lokali li spiċċaw is-sena finanzjarja b'deficit is-sena l-oħra?", "Liema huma u kemm kien id-deficit?", "ONOR.", "TONIO BORG: Il-kunsilli lokali li spiċċaw is-sena finanzjarja 2003 – 2004 b'deficit fil-working capital tagħhom kienu sebgħa.", "Dawn kienu:", "KLANDESTINI", "7673.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hawn immigranti klandestini miżmuma llum?", "Jista' jagħti breakdown ta' kemm ilhom miżmumin?", "ONOR.", "TONIO BORG: Fil-preżent hemm 764 persuna li qed jinżammu mill- awtoritajiet tas-sigurta' minħabba li daħlu Malta illegalment.", "PULIZIJA - KLANDESTINI", "7674.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm swew flus lill-pulizija l-klandestini miżmuma s-sena l-oħra u din is-sena?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 2556.", "EDUKAZZJONI - EDUCATIONAL OFFICERS", "7704.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: Filwaqt li nirriferi għas-sejħa ta' l- applikazzjonijiet għall-education officers (Franċiż) fid-dipartiment ta' l- edukazzjoni, l-universita' - Ref.", "EDUC 495/2003 - jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra min huma l-persuni li qed imexxu l-interviews u xi kwalifiki għandhom fil-Franċiż?", "Jista' jindaga u jiżvela xi kwalifiki għandha l-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament li ġabet il-marka ta' 86% u l-persuna l- oħra – id-dettalji dwarha wkoll qed jintbagħtu separatament - li ġabet 67%?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li ma kien hemm l-ebda sejħa ta' applikazzjoni għal education officer (Franċiż) mid-dipartiment ta' l- edukazzjoni ta' l-Universita' ta' Malta.", "Informat ukoll li fil-każ ta' sejħiet ta' applikazzjoni ta' education officers mid-diviżjoni ta' l-edukazzjoni, dawn jaqgħu taħt ir- responsabbilta' tal-kummisjoni għas-servizz pubbliku.", "Il-ħatra tal-bord ta' l-għażla hija suġġett għall-approvazzjoni tal-kummisjoni għas-servizz pubbliku.", "Il-kriterji ta' l-għażla huma wkoll stabiliti minn qabel mill- PSC.", "Il-kunsiderazzjoni tal-kwalifiki hija biss parti minn dawn il- kriterji.", "ĠUSTIZZJA U INTERN - IMPJEGATI", "7706.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhu l-kriterju wżat mill-ministeru jew l-aġenziji tiegħu, jew fund apposta, sabiex bniedem li jiġi aggredit waqt ix-xogħol tiegħu in konnessjoni ma' l-istess, jiġi debitament ikkumpensat?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ma jeżisti l-ebda fond apposta sabiex bniedem li jiġi aggredit waqt ix-xogħol tiegħu, in konnessjoni ma' l-istess, jiġi debitament ikkompensat.", "Min jiġi aggredit għandu, apparti l-proċeduri kriminali, id-dritt li jfittex lill-aggressuri tiegħu quddiem il-prim'awla tal-qorti ċivili.", "ĊIRKEWWA - DRENAĠĠ", "7709.", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika: Jista' il-Ministrtu jara li jitneħħa l-inkonvenjent ta' irwejjaħ ta' drenaġġ li qed ikun hemm fiċ- Ċirkewwa, speċjalment matul il-lejl?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "BELT VALLETTA - TRIQ IL-MERKANTI – SISTEMA TA' WAY-ONE", "7712.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jgħid jekk il-bdil tas-sistema one-way ta' Triq il-Merkanti, il-parti ta' wara l-Palazz tal-President, ġietx approvata mill-ADT?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Minħabba x-xogħolijiet ta' bankini li qed isiru f'parti ta' Triq San Pawl saret konsultazzjoni mal-kunsill lokali tal-Belt Valletta u ġie deċiż li tinbidel is-sistema ta' one way fil-parti ta' Triq il-Merkanti bħala parti minn skema ta' traffiku temporanja sakemm jitlestew dawn ix-xogħlijiet.", "TARXIEN - EMBLEMA TAL-ĠEBEL", "7726.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' il-Ministru jara li jsir restawr fuq l-emblema tal- ġebel ta' żmien l-1800 li tinsab fi Triq l-Iskola, Ħal Tarxien?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: It-taqsima tar-restawr se tinvestiga l-emblema msemmija bil-għan li jiġi determinat ix-xogħol ta' restawr neċessarju.", "GĦAJN TUFFIEĦA - ĦAL FERH COMPLEX", "7727.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid jekk sarux xi laqgħat dwar il-futur tal-ħaddiema tal-Ħal Ferħ complex f'Għajn Tuffieħa?", "Jekk iva, ma' min saru u x'inhu l-futur tal-ħaddiema?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jindirizza l- mistoqsija tiegħu lill-ministru responsabbli għall-investiment.", "ANZJANI - SERVIZZ TAT-TELEPHONE", "7728.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l- Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid jekk hux minnu li s-sussidju fuq it-telephone għall-anzjani li għandhom il-kartuna r-roża qiegħed jingħata biss għal 5,000 anzjan?", "Din il-policy kienet minn dejjem, jew ġiet imposta issa?", "Jista' jgħid meta ġiet imposta?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Id-deċiżjoni li s-sussidju fuq it-telefon jingħata biss lil 5,000 anzjan ġiet komunikata lid-dipartiment għall-anzjani u kura fil-komunita' fid-19 ta' Mejju 2004 mill-Malta communications authority.", "Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill- ministeru għall-kompetittivita' u komunikazzjoni.", "RAĦAL ĠDID - XOGĦOL F'RESIDENZA PRIVATA", "7732.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jara li xogħol li qiegħed isir f'post, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, isir kollu skond il-liġi?", "Jista' isir bini?", "Setgħet titneħħa l-ħamrija?", "Il-persuna li qed tagħmel l-iżvilupp intalbet terġa' tpoġġi lura l-ħamrija?", "Xi jkopru l-permessi li hemm?", "Għadha tgħodd notifikazzjoni tal-gvern 384, datata 10/6/04?", "Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi oqbra taħt din l-art?", "Hemm xi problema min- naħa tad-dipartiment tal-mużewijiet?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Jien informat li kien inħareġ permess tal-bini PA 983/02 datat 23 ta' Awissu 2002 biex jinbena garaxx u xi modifikazzjonijiet oħra fil-bini eżistenti.", "Meta nbeda l-iskavar is-sid beda wkoll jiskava s-sit biswit tiegħu mingħajr il-permessi meħtieġa, għaldaqsatat inħareġ avviż tat-twettiq ECF 84/03 fl-4 ta' Marzu 2003 kontrih u l-kummissarju ta' l-artijiet.", "Is-sid ġiet mitluba li treġġa lura s-sit għall-istat oriġinali tiegħu.", "Aktar tard ġiet sottomessa applikazzjoni PA 1501/03 fuq is-sit inkwestjoni.", "Din ġiet rifjutata u kkonfermat ir-rifjut tagħha fir-rikunsiderazjoni.", "Għaldaqstant il-każ ġie riferut lis-sezzjoni tat-twettiq.", "L-iskavar li ma kellhomx permess kienu biss żewġ metri 'l bogħod minn erba' oqbra Puniċi li nstabu fl-1994 waqt twessiegħ ta' Triq il-Vittmi tax- Xogħol, Raħal il-Ġdid..", "Is-sit inkwestjoni jinstab ukoll 50 metru minn 11- il qabar Puniku oħra - datati madwar 2300 sena ilu - li nstabu fejn ir- round-about ta' Għajn Dwieli, Raħal il-Ġdid, waqt xogħol ta' żvilupp, toroq ġodda u trinkar matul is-snin 1949, 1960, 1964, u l-1968.", "In-notifikazzjoni tal-gvern 384, datata 10 ta' Ġunju 2004, imsemmija mill- Onor. Interpellant ma tapplikax għas-sit in kwestjoni.", "L-oqbra Puniċi li hemm fi Triq il-Vittmi tax-Xogħol ġew skedati bħala Klassi B (importanza lokali) permezz tan-notifika tal-gvern 290/98 datata 7 ta' April 1998, u din għadha tgħodd sal-lum.", "Is-sit in kwestjoni hu wieħed arkeoloġikament rikk u għalhekk sensittiv ħafna għax jista' ikun li għad hemm oqbra oħra fl-inħawi li għadhom ma nstabux.", "Skavi li jistgħu jaffettwaw dawn l-oqbra jistgħu jsiru biss mis- sovrintendenza tal-wirt kulturali.", "Kwalunkwe skavi oħra f'arei ta' importanza arkeoloġika jirrikjedu permessi mill-MEPA b'konsultazzjoni mas- sovrintendenza tal-wirt kulturali, b'kundizzjonijiet u garanziji bankarji sabiex jissalvagwardjaw sejbiet arkeoloġiċi jekk dan iseħħ.", "ETC – ACTING HUMAN RESOURCES MANAGER", "7734.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid jekk hux minnu li fi ħdan l- ETC se jiġi vakat il-post ta' senior executive human resources u minfloku se jiġi kkreat post ta' acting human resources manager fl-istess dipartiment ta' l-ETC?", "Jekk dan huwa minnu, se ssir call for application?", "X'rekwiżiti (esperjenza u kwalifiki) hemm maħsuba għal dan il-post?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: M'hemm l-ebda ħsieb li jiġi kkreat post ta' acting human resources manager fl-ETC.", "SERVIZZ ĊIVILI - IMPJEGATI", "7735.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hemm impjegati fis-servizz ċivili jew ma' kumpanniji/entitajiet li l-gvern għandu l-maġġoranza ta' l- ishma fihom li għandhom iktar minn 61 sena?", "Min huma?", "Kemm hemm minnhom li qegħdin b'xi forma ta' kuntratt jew huma konsulenti?", "X'remunerazzjoni għandhom?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "PULIZIJA - KONTRAVENZJONIJIET TAT-TRAFFIKU", "7738.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hu l-ammont dovut ta' ċitazzjonijiet tat-traffiku għal karozzi wżati minn impjegati tal- gvern?", "X'passi qiegħed jieħu l-ministeru biex dawn il-multi jinġabru?", "ONOR.", "TONIO BORG: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "SERVIZZ ĊIVILI - UŻU TA' VETTURI MILL-IMPJEGATI", "7740.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk awtorizzax li jitħallsu minn fondi pubbliċi multi/ċitazzjonijiet tat-traffiku għal karozzi wżati minn impjegati tal-gvern?", "Jista' jgħid jekk għandux xi claims minn sidien ta' garages tal-karozzi tal-kiri għal multi li ħallsu għal karozzi mikrija lill- gvern?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "GRANT SCHEME FOR TOURISM ENTERPRISES", "7741.", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid kemm saru applikazzjonijiet, f'kull kategorija separatament, taħt l-iskema Grant scheme for tourism enterprises li ġiet imnedija dan l-aħħar?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: In-numru ta' applikazzjonijiet li daħlu taħt l-iskema sa l-ewwel data ta' skadenza (30 ta' Settembru 2004) huwa ta' 158, minn 154 intrapriżi differenti, imqassmin skond il-kategoriji kif ġej:", "22 Travel operations (destination management companies, incoming tourism agents, excursion operators) 19 English language schools 15 Diving operations 16 Restaurants 15 Bars/Kiosques 28 Hotels 8 Aparthotels 8 Guesthouse/Hostels 15 Farmhouses 3 Private Museums 4 Tourism attractions 1 Private tourism training institute", "OPM - SERVIZZ TA' ISP PROVIDERS", "7742.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Peress li l-gvern qiegħed jipprovdi servizz ta' internet u e-mail lill-impjegati tiegħu, jista' il-Prim Ministru jgħid jekk l-uffiċċju tiegħu awtorizzax li impjegati tal-gvern/ministeri jużaw, a spejjeż tal-gvern, is- servizz ta' ISP providers privati?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Il-gvern jipprovdi numru sostanzjali ta' e-mail accounts u numru ferm aktar ristrett ta' internet accounts lill-impjegati tiegħu skond il-ħtieġa tax-xogħol.", "Dan is-servizz hu provdut lilhom bl- aċċess minn fuq il-post tax-xogħol.", "Ninsab informat ukoll li hemm numru ferm żgħir ta' impjegati f'karigi għoljin fis-servizz pubbliku li għal finijiet ta' xogħol ikollhom bżonn aċċess għal e-mail mid-dar wara l-ħin tax-xogħol.", "Għaldaqstant il-gvern ipprovda faċilità li jiġu mogħtija ADSL jew cable connection mid-dar għal MITTS Ltd.", "Il-gvern mhux iħallas lil ISP Provider privat biex jipprovdi s- servizz ta' l-internet lill-impjegati.", "KIRI TA' UFFIĊINI", "7743.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta' kera li l-gvern iħallas lill-privat għall-użu ta' uffiċini/postijiet oħra mikrija lill- gvern jew entitajiet tiegħu?", "Liema huma dawn il-postijiet mikrija lill- gvern jew entitajiet li huma tal-gvern?", "Kemm hi kull kera fis-sena u lil min titħallas?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "SERVIZZ TA' GWARDJANI PRIVATI", "7744.", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hawn kumpanniji liċenzjati f'Malta li joffru servizz ta' sigurta'?", "Kemm hawn gwardjani liċenzjati biex joffru dan is-servizz?", "ONOR.", "TONIO BORG: Fil-preżent hawn 14-il aġenzija liċenzjata sabiex tipprovdi xi servizzi ta' gwardjani privati skond l-Att ta' l-1996 dwar Gwardjani Privati u Lokali (Kap. 389), filwaqt li hawn 886 persuna li għandhom liċenzja ta' gwardjan privat skond l-istess Att.", "SERVIZZ ĊIVILI - MOBILE PHONES", "7748.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta' flus kull xahar li huma intitolati għalih l-impjegati tal-gvern għal użu tal-mobile phones?", "Kemm huma l-impjegati li qabżu dan l-ammont mill-2003 sa Settembru 2004?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "TAX COMPLIANCE UNIT – TAXXA TAD-DĦUL", "7766.", "L-ONOR.", "JOSEPH CASSAR staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid liema huma l-professjonijiet u l- kategoriji ta' self-employed li s'issa ġew mistiedna mit-tax compliance unit biex jidħlu f'taħditiet biex isir ftehim fuq it-taxxa tad-dħul?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: S'issa l-kategoriji ta' self-employed li ġew mistiedna mit-tax compliance unit biex jiddiskutu u jidħlu fi ftehim fuq it- taxxa tad-dħul huma dawn: 1.", "Automobile Repairers: mechanics, sprayers, panel-beaters 2.", "Professjoni Medika: tobba tal-familja (general practitioners), tobba speċjalisti (medical consultants) Professjonisti oħra jew nies self-employed li jipprovdu xi tip ta' servizzi oħra jiġu mistiedna biex jiddiskutu s-sitwazzjoni tat-taxxa tagħhom wara li titlesta kull kategorija.", "TAX COMPLIANCE UNIT – TAXXA TAD-DĦUL", "7769.", "L-ONOR.", "JOSEPH CASSAR staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm-il persuna, minn kull professjoni jew kategorija ta' self-employed, s'issa ġew mistiedna mit-tax compliance unit biex jidħlu f'taħditiet biex isir ftehim fuq it-taxxa tad- dħul?", "Kemm fil-fatt minn dawn daħlu fi ftehim?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-informazzjoni mitluba hi kif tidher fit-tabella li tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni fis-seduta.", "ĊENTRI GĦAL PERSUNI B'DIŻABILITA'", "7782.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru tal-Familja u tas-Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid f'Malta u f'Għawdex kemm hawn adult training centres, resource centres, kif ukoll ċentri oħra relatati mal-persuni b'diżabilita'?", "Fejn jinsabu dawn iċ-ċentri?", "Fuq bażi individwali, x'inhi l-funzjoni ta' kull post?", "F'kull wieħed minn dawn il-postijiet kemm jattendu persuni b'diżabilita'?", "Kemm hemm ħaddiema f'kull post?", "Tista' il-Ministru tagħti lista (breakdown) ta' kemm hemm ħaddiema f'kull post minn dawn u n-nomenklaturi tagħhom, per eżempju, ċentru ta' (jissemma l-post) - numru ta' careworkers, numru ta' support workers, eċċ., inkluż min qed imexxi dawn il-postijiet, professjonisti u seniors oħrajn?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 7608.", "ĊENTRI TA' TAĦRIĠ GĦALL-ADULTI", "7785.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru tal-Familja u tas-Solidarjeta' Soċjali: Din is-sena skolastika 2004/2005 studenti li spiċċaw mill-iskejjel jew persuni oħra b'diżabilita' se jiġu mdaħħla fl- ATC's?", "Jekk iva, tista' il-Ministru tgħid kemm hu n-numru ta' dawn il- persuni u fejn se jibdew jattendu?", "Jekk le, x'inhi r-raġuni?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Nirriferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 7608.", "ĊENTRI TA' TAĦRIĠ GĦALL-ADULTI", "7786.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru tal-Familja u tas-Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid x'inhu l-vot allokat għall-ATC's u l-vot allokat għas-Sapport?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Skond l-estimi finanzjarji għas-sena kurrenti, il-voti rikorrenti għall-ATCs u għall-Aġenzija Sapport jammontaw għal Lm1,227,150 u Lm270,000 rispettivament.", "Il-voti kapitali ta' l-ATCs huma Lm40,000 u dawk ta' l-Aġenzija Sapport huma Lm30,000.", "SPTAR SAN LUQA - KANĊELL PRINĊIPALI", "7823.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid kif saret il-ħsara lill- kanċell prinċipali ta' l-isptar San Luqa kif ukoll il-ħadid mal-kanċell - east gate - faċċata tad-dipartiment ta' l-emerġenza fl-istess sptar?", "Min ħallas biex issewwew iż-żewġ kanċelli?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Fis-17 ta' Mejju 2004 u fil-15 ta' Settembru 2004 il-vettura bir-reġistrazzjoni KIP 005 kienet involuta rispettivament f'kolliżjoni maż-żewġ kanċelli prinċipali ta' l-isptar San Luqa.", "Min kien responsabbli se jħallas għall-ħsarat.", "SAĦĦA - IMPJEGATI", "7824.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm u f'liema dipartimenti qegħdin nursing aides, health assistants u hospital auxiliaries li qed jaħdmu mhux f'xi dipartiment li jaqa' taħt id-dekasteri tas-saħħa u ta' l-anzjani?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "SKEJJEL - TISWIJA TA' LIFTS", "7825.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: Jista' il-Ministru jara li mill-aktar fis jissewwew il-lifts fl-iskejjel Lily of the Valley il-Mosta u Sir Temi Zammit l- Imtarfa minħabba li ċerti studenti qed ikollhom ifallu riżultat ta' diżabilita' temporanja li qed ibatu minnha?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "SPTAR MATER DEI", "7826.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid preżentement liema hi l- kumpannija mqabbda mill-fondazzjoni għas-servizzi mediċi bħala cost auditors biex tikkontrolla n-nefqa kapitali ta' l-isptar Mater Dei u biex tivverifika x-xogħol li qed jagħmlu l-kuntratturi SKANSKA u tiċċekkja l- claims ta' SKANSKA?", "Jista' jgħid fuq liema bażi jsir il-ħlas skond il-ftehim bejn l-FSM u din il-kumpannija li qed tagħmel xogħol ta' cost auditors?", "Kemm tħallsu s'issa dawn il-cost auditors għax-xogħol li għamlu fuq l-isptar Mater Dei?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Il-kumpannija preżentement imqabbda mill- fondazzjoni għas-servizzi mediċi bħala cost controllers biex tikkontrolla n- nefqa kapitali ta' l-isptar Mater Dei u biex tivverifika x-ogħol li qed jagħmlu l-kuntratturi SKANSKA u tiċċekkja l-claims ta' SKANSKA hija Howarth CLS Ltd/EC Harris.", "Il-kumpannija li qed tagħmel dan ix-xogħol tħallset bir-rata ta' 0.8% sal- 31 ta' Diċembru 2003 u bir-rata ta' 0.82% mill-ewwel ta' Jannar 2004 (li tinkludi VAT u spejjeż oħra) tax-xogħol ċertifikat fuq id-design & build contract.", "Dawn il-cost controllers tħallsu Lm581,279.", "Dan il-ħlas sar mit- 28 ta' Mejju 2001.", "SPTAR MATER DEI", "7827.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra l- kuntratt bejn il-fondazzjoni għas-servizzi mediċi u Howarth CLS għal xogħol ta' cost auditing fuq l-isptar Mater Dei?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Kopja tal-kuntratt bejn il-fondazzjoni għas- servizzi mediċi u Howarth CLS/EC Harris għal xogħol ta' cost control fuq l- isptar Mater Dei tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni fis-seduta.", "ARTIJIET – PROPRJETA' TAL-GVERN", "7828.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhu jżomm lill-gvern milli jagħti l-kumpens lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?", "ONOR.", "TONIO BORG: Il-persuna li rrifera għaliha l-Onor.", "Interpellant kienet qed tokkupa din il-proprjeta' tal-gvern b'titolu ta' encroachment, għaldaqstant m'hemm ebda kumpens dovut lilha. ---------------"]} {"filename": "20061113_460d_par.doc", "date": "2006-11-13", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Uffiċjali u Rivedut) L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 460 It-Tnejn, 13 ta' Novembru 2006 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 460", "It-Tnejn, 13 ta' Novembru 2006", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.02 p.m.", "Talba", "Seduta Nru. 460", "It-Tnejn, 13 ta' Novembru 2006", "WERREJ", "MINUTI 807", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 807", "TQEGĦID TA' KARTI 814", "KONDOLJANZI 815", "MOZZJONIJIET", "ABBOZZ TA' LIĠI BIEX JEMENDA L-ATT TAL-BANK ĊENTRALI TA' MALTA 817", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JIRREGOLA L-INFURZAR TA' DRITTIJIET", "TA' PROPRJETA` INTELLETTWALI", "ENFORCEMENT OF INTELLECTUAL PROPERTY RIGHTS (REGULATION) BILL 817", "AĠĠORNAMENT 834", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 839", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 459 li saret fit-8 ta' Novembru, 2006 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "PROTOKOLL TALJAN - BINI TA' TOROQ", "21843.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Charles Buhagiar) staqsa lill- Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 21308 u 21617 u b'riferenza għat-toroq li saru mill-fondi tal-protokoll Taljan jagħti l-valur ta' xogħol għal kull triq?", "Jista' jgħid it-tul ta' kull triq u kemm tħallsu flus f'expropriation ta' proprjeta' għal bini ta' dawn it-toroq?", "X'inhu l-ammont ta' fondi li nħarġu mill-gvern Taljan għal kull triq?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni) (f'isem il-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq): L-informazzjoni mitluba mill- Onor. Interpellant qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "XOGĦLIJIET TA' TISBIH", "21844.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Charles Buhagiar) staqsa lill- Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 21312 u 21615 u jgħid liema xogħlijiet ta' tisbiħ saru mill-2003 sal-lum u x'kienet in-nefqa fuq kull proġett?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura): L- informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant qed titpoġġa fuq il-mejda tal- Kamra.", "In-nefqa fuq kull proġett li tinsab fit-tabella annessa tirriferi għall-ispiża tal-materjal biss.", "ADT - HALLROW REPORT", "21845.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Charles Buhagiar) staqsa lill- Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il- mejda tal-Kamra kopja tal-Hallrow Report dwar it-trasport pubbliku ikkummissjonat mill-ADT?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (f'isem il-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq): Qiegħed impoġġi kopja tar-rapport fuq il-mejda tal-Kamra.", "TRASPORT BIL-BAĦAR", "21851.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Charles Buhagiar) staqsa lill- Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta se jinħarġu l-offerti għal trasport bil-baħar mill-Kottonera u Tas- Sliema lejn il-Belt?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Kienet diġa` ħarġet sejħa għall-offerti f'Mejju li għadda u minn dawk li applikaw ma kien hemm ħadd li jissodisfa l-kriterji meħtieġa li jiggarantixxu servizz kontinwu, effiċjenti u regolari minn diversi postijiet fil-port ta' Marsamxett u l-Port l-Kbir.", "Għaldaqstant se terġa' toħroġ offerta oħra fil-futur qarib.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sur President, f'mistoqsijiet li għamilt jien u anke fid- diskors li sar dwar l-MMA, issemmiet il-kwestjoni ta' karozzi li ma rritornawx lura f'din l-awtorita'.", "Jista' il-Ministru jispega eżattament x'kien ġara u kemm ilu li sar dan il-fatt?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Fir-risposta tiegħi waqt id-dibattitu li kellna dan l- aħħar fil-parlament għamilt riferenza għal żewġ karozzi ta' l-MMA li ngħataw lil persuna biex taqilbilhom il-makni tagħhom minn petrol għal diesel.", "Jien informat li qed jittieħdu passi bil-liġi kontra din il- persuna biex il-kwestjoni li nqalgħet tiġi solvuta b'mod legali.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Inkun korrett jekk ngħid li din il-kwestjoni nqalgħet tliet snin ilu u l-passi se jittieħdu issa?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Sur President, dakinhar stess li qamet il-kwestjoni staqsejt lill-uffiċjali ta' l-MMA x'kienet is-sitwazzjoni, informawni li l- każ partikolari jinsab pendenti skond il-liġi ta' pajjiżna u f'dan l- istadju ma nħossx li għandi xi kummenti x'ngħaddi.", "Ladarba l-każ jinqata', inkun nista' ngħaddi l-informazzjoni kollha lil din il-Kamra.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Il-Ministru jikkonferma li meta dawn iż-żewġ karozzi ddaħħlu f'dan il-garaxx partikolari biex jinbidlulhom il-makni minn petrol għal diesel ma nġabritx quotation minn kumpanniji oħrajn?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: M'għandix din l-informazzjoni quddiemi, pero` meta niġbor l-informazzjoni li qed jitlob inkun nista' ngħaddihielu.", "ONOR.", "JOE MIZZI: F'każ li dan li qed ngħid jiena huwa korrett, ma jfissirx li l-affarijiet ma jkunux saru sew?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nistgħu ngħidu wkoll li jekk l-affarijiet m'humiex kif qed jgħid hu, id-domanda hija żbaljata.", "Jien se niġbor l-informazzjoni u mbagħad inkun nista' ngħaddihielu.", "Id-domanda kif poġġiha l-Onor.", "Mizzi hija waħda ipotetika għall-aħħar.", "Jien żgur li ma nistax inwieġeb għal domanda fejn xi ħadd jistaqsini li kieku ġara hekk u ma ġarax hekk, x'kienet tkun is-sitwazzjoni.", "Ladaraba nivverifika l-affarijiet, inkun nista' nwieġbu.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Xi proċedura tintuża meta karozzi ta' l-MMA jkunu se jinbidlulhom il-makni minn petrol għal diesel?", "Tintalab quotation lil kumpannija waħda biss jew tintalab lil oħrajn ukoll?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: M'għandix xi nżid ma dak li għedt, Sur President.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jien qed nistaqsi dwar xi ħaġa li l-Ministru għandu l- obbligu li jirrispondini dwarha.", "Nerġa' nistaqsih jekk hijiex il-prassi jew l-obbligu li meta xi ħadd jitlob biex isir xogħol bħal dan, li għalih tintefaq somma konsiderevoli ta' flus, tintalabx quotation lil kumpannija waħda jew aktar?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jiena ma nafx għal kemm tammonta din is-somma ta' flus li qed jirriferi għaliha l-Onor.", "Interpellant, ma nafx jekk kienx hemm quotations u allura tkun suppożizzjoni fil-vojt min-naħa tiegħi li nipprova nwieġeb domanda bħal din.", "L-Onor.", "Mizzi qed jagħmel dawn id-domandi għall- ewwel darba f'din il-Kamra u ladarba jien niġbor l-informazzjoni li qed jitlob, inkun nista' ngħaddihielu.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sur President, it-tieni u t-tielet domanda għamilthom speċifikament mhux fuq il-kwestjoni ta' dawn il-karozzi partikolari.", "Jien qed nistaqsih sempliċement jekk meta xi ħadd mill-MMA, jew minn xi awtorita' oħra, jitlob li jsir xogħol fuq karozzi, il-prassi hijiex li dak ix-xogħol jingħata b'direct allocation jew billi jintalbu l-quotations.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nerġa' nirrepeti li m'għandix l-informazzjoni kif qed jitlobha l-Onor.", "Interpellant.", "Naturalment min imexxi l-MMA jrid jimxi ma' ċerti regolamenti, għandu wkoll limitazzjonijiet ta' kemm tista' tkun direct order jew ordni mod ieħor, u nispera li min hu responsabbli mill- andament finanzjajru ta' din l-istess awtorita` ikun qed josserva dawn ir- regoli.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jista' l-Ministru fl-ewwel opportunita` li jkollu jpoġġi dawn il-kondizzjonijiet jew regolamenti fuq il-mejda tal-Kamra?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Ma nafx x'regolamenti qed jitkellem dwarhom l-Onor.", "Mizzi!", "(Interruzzjonijiet) Jien ma semmejt l-ebda regolament, Onor. Mizzi.", "MR SPEAKER: Indirizza lis-Sejda, jekk jogħġbok.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Li se nagħmel hu li nivverifika jekk l-MMA kellhiex xi karozzi oħra minbarra dawn it-tnejn partikolari li nbidlulhom il-makni tagħhom minn petrol għal diesel.", "Ma naħsibx li l-Onor.", "Mizzi jippretendi li biex isir dan ix-xogħol għandu jkun hemm l-awtorizzazzjoni tal-Ministru.", "Jekk jassumi dan, irridu nassumu li l-ministri - forsi aktar tal-passat milli tal-lum - huma responsabbli għal ħafna dettalji li jien ma nikkunsidrax li għandhom jerfgħu r-responsabbilta` tagħhom.", "Għax naturalment jeżistu regoli li jridu jiġu osservati mill-ministru u regoli li għandhom jiġu osservati minn nies oħra.", "Naturalment hemm regoli li huma marbutin mhux ma' kif jinbidlu l-karozzi imma fil-każ ta' direct orders, per eżempju, li ma jaqbżux ċertu ammont.", "Jekk isiru ħlasijiet 'l fuq minn dawk l-ammonti hemm proċeduri finanzjarji li jridu jiġu osservati għax huma proċeduri tal-gvern.", "Naturalment dawn ma jikkonċernawx biss lill-MMA imma jikkonċernaw lil awtoritajiet oħra u huma wkoll dokumentazzjonijiet pubbliċi.", "Pero` jekk l-ammont ikun żgħir, hemm persuni fi ħdan l-awtorita` marittima u fi ħdan awtoritajiet oħrajn illi għandhom il-limitu ta' kemm jistgħu u ma jistgħux jagħtu direct orders b'mod ġenerali, jiġifieri għal kull biċċa xogħol jew għal kull servizz li tkun qed tingħata lil xi awtorita` partikolari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jista` l-Ministru jpoġġi kopja tal-guidelines li wieħed għandu jimxi magħhom fl-MMA fil-każ ta' xiri jew tiswijiet u kemm huma l- ammonti li wieħed jista' jonfoq bla ma jitlob quotation mingħand diversi kumpanniji?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Safejn naf jien l-awtorita` marittima m'għandha l-ebda kondizzjoni speċifika għaliha.", "Jeżistu regolamenti governattivi fuq il- finanzi li japplikaw għal kull awtorita` u għal kull entita` governattiva u allura huma regolamenti li trid ukoll tapplikahom l-istess MMA.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Il-Ministru lest li jindaga u jinforma lill-Kamra jekk it- tibdil ta' makni ta' karozzi minn petrol għal diesel kienx ġie nnegozjat direttament miċ-chairman tal-Malta Maritime Authority?", "Jekk iva, iċ- chairman mexa mal-proċedura li suppost kellu jimxi magħha fi kwestjoni bħal din jew ħa d-deċiżjoni minn jeddu?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, xi għaxar minuti ilu għall-ewwel domanda supplimentari għedt li jiena se nara s-sistema li ntużat fil-każ tal-bdil ta' makni ta' dawn il-karozzi.", "Naturalment meta nkun qed nara l-mod ta' kif sar dan ix-xogħol, se nara wkoll min fil-fatt tqabbad, jekk inhu veru li xi ħadd tqabbad direttament biex jagħmel dan ix-xogħol, u mbagħad inkun nista' nirrapporta lil din il-Kamra l-proċedura illi ntużat f'dan il-każ partikolari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Fil-kwestjoni tal-bini tal-maritime centre, kien hemm konflitt ta' interess miċ-chairman ta' l-MMA?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Sur President, il-konflitt ta' interess huwa xi ħaġa serja.", "Nista' ngħid li l-istess chairman ta' l-awtorita` marittima għamel dikjarazzjonijiet pubbliċi li sfortunatament għadhom ma ġewx irrapportati fil-mezzi tal-komunikazzjoni li qed jallegaw dak li qed jallegaw għax dehrilhom li m'għandhomx jippubblikawhom.", "Jiena nemmen li l-media li qed tittrasmetti u tipprova twassal il-messaġġ dwar dan il-każ partikolari m'hi qed tagħmel xejn ħlief tipprova timmanipula l-imħuħ tal-persuni li jisimgħu dawk il-mezzi tax-xandir u tipprova tassoċja b'mod mill-aktar qarrieqi sitwazzjonijiet differenti li m'humiex marbutin ma' xulxin biex mingħaliha b'xi mod toskura lil xi persuna li qed tagħti servizz denju lil dan il-pajjiż.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Il-Ministru jikkonferma li ċ-chairman ta' l-MMA m'għandu l-ebda konflitt ta' interess fil-proġetti li saru minn din l-istess awtorita` kemm ilu f'din il-kargia hu?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Sur President, din hija domanda oħra minn dawk li forsi wżaw anke aktar kmieni l-mezzi tax-xandir Soċjalisti matul il-ġurnata tal- lum meta .....", "(Interruzzjonijiet) Għandu x'jaqsam ħafna Onor. Mizzi!", "Jiena ma nafx f'dawn it-tmien snin li ċ-chairman preżenti ta' l-MMA ilu f'din il-kariga kemm il-biċċa xogħol saret mill-istess awtorita` u min f'kull każ kien responsabbli mil-lat arkitettoniku.", "Li naf hu li ċ- chairman huwa bniedem serju, ta' l-affari tiegħu u jaf jiddistingwi bejn osservanza tar-regoli u le u m'għandix dubju wkoll li fil-limiti ta' dak kollu possibbli jkun qed josserva l-kondizzjonijiet tal-liġi ta' pajjiżna.", "Naturalment l-Onor.", "Mizzi qed jistaqsini jekk niċħadx li matul is-snin li għaddew kien hemm xi każ fejn kien hemm konflitt ta' interess.", "Jekk ngħidlu li ma niċħadx, jista' jsib xi rokna x'imkien fejn jipprova jgħid li jien tajt informazzjoni żbaljata lil din il-Kamra.", "Jekk kemm-il darba niċħad, jgħidli: Mela inti taf kull ħaġa li għamel iċ-chairman f'dawn it- tmien snin.", "Din għalija hija a catch-22 situation, Sur President!", "Hija domanda li għal darb'oħra ma nistax inwieġeb għas-sempliċi raġuni li jiena ma niftakarx żgur bl-amment kull biċċa xogħol li saret f'dawn it-tmien snin kemm ilha chairman il-persuna konċernata ma' l-MMA, u żgur li nkun prużuntuż u niddeffes fejn ma jesagħnix jekk nipprova nagħti xi risposta biex mingħalih l-Onor.", "Mizzi b'xi mod idaħħalni f'sitwazzjoni fejn jekk ngħid ħaġa, jaqbadni naħa u jekk ngħid ħaġa oħra, jaqbadni naħa oħra.", "Għaldaqstant m'huwiex il-każ li nwieġeb din id-domanda, Sur President.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Ma jidhirlux il-Ministru li bl-istess argument, il-poplu la se jkun jaf naħa u lanqas oħra?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jekk l-Onor.", "Mizzi għandu xi allegazzjoni fuq xi każ partikolari, nitolbu jagħtihieli u jagħmel id-domanda.", "Pero` jien bl-ebda mod ma nkun nista' nwieġbu jekk isaqsini jekk kienx hemm xi każ fejn kien hemm konflitt ta' interess minn xi ħadd, hu min hu, li huwa responsabbli minn xi settur partikolari.", "Għax nirrispondi kif nirrispondi, inkun qed nipprova nagħti informazzjoni lil din il-Kamra - mhux lill-Onor.", "Mizzi - li tista' tkun żbaljata.", "U jiena m'iniex lest li nkun prużuntuż u ngħid illi qatt ma kien hemm konflitt ta' interess, jew li kien hemm konflitt ta' interess.", "U dan għas-sempliċi raġuni li jiena ma nistax niftakar kull każ li kien hemm bl-amment, jew jekk xi darba x'imkien kienx hemm xi ħadd li għamel xi ħaġa illi mhux suppost għamilha.", "JOE MIZZI: Kien hemm xi każi fejn iċ-chairman iddikjara li għandu konflitt ta' interess?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, għal darb'oħra, jekk kien hemm xi każ fejn iċ-chairman b'xi mod iddikjara li għandu konflitt ta' interess, dan ma jasalx għand il-ministru.", "Is-sistema ta' dan il-gvern ma twassalx biex iċ- chairman jiddikjara dan il-konflitt ta' interess lill-ministru.", "Hemm l- istrutturi ta' l-awtorita` marittima u jekk ikun il-każ, iċ-chairman għandu jiddikjara dan il-konflitt ta' interess lill-istess awtorita`.", "Żgur m'huwiex il-każ li joqgħod jiġi jħabbat il-bieb tal-ministru biex jinformah illi b'xi ħaġa li jkun se jagħmel hija jew m'hijiex konflitt ta' interess.", "SAN PAWL IL-BAĦAR BYPASS", "21852.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Charles Buhagiar) staqsa lill- Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 21621 u jgħid kemm hu stmat ix-xogħol ta' kostruzzjoni għall-irranġar ta' dik il-parti tal-bypass ta' San Pawl il- Baħar li ċediet minħabba xogħol ta' eskavar minn kuntrattur privat?", "Min se jħallas għal dan ix-xogħol?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT (Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq): It-tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari tingħata f'seduta oħra.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: X'inhi l-proċedura meta wieħed ikun irid jiġbed l- attenzjoni ta' l-awtorita` biex issir parti żgħira ta' triq li tkun tagħmel parti minn oħra ikbar u li tkun diġa` asfaltata, bħal Triq il-Karmnu, f'Ħaż- Żabbar, speċjalment jekk din ma tkunx imdaħħla fil-lista ta' toroq li jkun se jsir ix-xogħol fuqhom?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Kellna xi ftit każijiet bħal dawn, Sur President.", "Naturalment aħna konna qgħadna fuq dak li jirrakkmandawlna l-kunsilli lokali.", "Jiġifieri l-mankanzi m'humiex minħabba li ridna nqaċċtu, imma minħabba żvista kemm ta' l-ADT u jista' jkun anke tal-kunsilli lokali li ma jkunux irrakkmandawhom għall-inklużjoni fil-lista tagħna.", "Pero` ovvjament triq li qatt ma saret ma tistax tmeriha, u jekk xi ħadd jgħaddilna l- informazzjoni dwarha, ninvestigawha u ndaħħluha wkoll fil-lista.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Il-Ministru jikkunsidra li ssir din il-parti żgħira tat- triq li qed nirriferi għaliha peress li jidher li m'hemmx ħafna xogħol?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Iva, u nibgħat anke lill-periti ta' l-ADT biex jinvestigaw.", "HOWARD GARDENS", "21862.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Charles Buhagiar) staqsa lill- Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 21557 u jagħti breakdown tan-nefqa għax-xogħlijiet ta' upgrading ta' Howard Gardens, Mdina?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi) (f'isem il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura): Nirriferi lill-Onor interpellant għat- tweġiba li tajt għal mistoqsija parlamentari 21821.", "MELLIEĦA - SKOLA PRIMARJA", "21872.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 21773 u jgħid f'liema klassijiet se jintbagħtu studenti tal-B.Educ fl-iskola primarja tal-Mellieħa?", "X'se jsir dwar l-ilmenti li qed iqajmu l-ġenituri li t-teaching practice jħarbat l- edukazzjoni tat-tfal tagħhom u jitfagħhom lura?", "Jistgħu jittieħdu passi biex it-teaching practice isir bla tħarbit għat-tfal?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Din is-sena intbagħtu zewġ studenti tal-B.Ed. tar-raba' sena fl-iskola primarja Marija Bambina tal-Mellieħa biex jagħmlu t-teaching practice tagħhom.", "Studenta minnhom taħdem ma' klassi tat-tielet sena għax speċjalizzata fl-early years u l-oħra tqiegħdet ma' klassi tar-raba' sena billi hi speċjalizzata fil-juniors.", "Dawn l-għalliema studenti żaru l-iskola diversi drabi biex jiddiskutu ma' l- għalliema tal-klassi dwar il-materja li jkunu se jgħallmu matul it-teaching practice.", "Għamlu ħin fil-klassi josservaw biex jidraw lit-tfal u t-tfal jidraw lilhom u biex kemm jista' jkun jużaw il-metodu tat-tagħlim ta' l- għalliema tal-klassi.", "L-għalliema tal-klassi se jibqgħu fil-klassi kuljum wara l-break għal madwar nofs siegħa u jieħdu l-klassi nofs ta' nhar kull ġimgħa ħalli jaraw jekk il-materja magħzula saritx u jekk is-sillabu hux qed jiġi segwit.", "It-teaching practice isir taħt is-superviżjoni wkoll tal- fakulta' ta' l-edukazzjoni.", "Il-kap u l-assistenti kapijiet se jkunu jissorveljaw l-għalliema studenti.", "L-Onor. membru japprezza l-importanza tat-teaching practice u l-iskejjel dejjem jaraw li l-edukazzjoni tat-tfal tiġi mħarsa u li t-tfal jibbenefikaw minn esperjenza importanti ta' għalliema studenti zgħazagħ u mimlija entużjażmu.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mario Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Sur President, nixtieq nagħmel riferenza għal mistoqsija parlamentari 21967, fejn fit-tweġiba tiegħu l-Ministru prattikament ikkonferma illi studenti li applikaw għal xi kors fl-institute of health care ġew mitluba jimlew kwestjonarju kunfidenzjali, li fih jgħidu jekk ibatux b'dipressjoni jew ansjeta`.", "Naturalment għall-magħmul m'hemmx kunsill, imma xtaqt li l-Ministru jintervjeni biex fil-futur din ma tibqax issir.", "Jiena nemmen li din hija xi ħaġa nġusta, diskriminatorja u inaċċettabbli.", "Huwa magħruf li l-aqwa ġenji li rat id-dinja kienu jbatu b'dipressjoni u l- fatt li tkun tbati b'dipressjoni jew b'ansjeta' ma jfissirx li ma tkunx kapaċi ssegwi kors.", "Nerġa' ngħid li wħud mill-ħafna ġenji kbar li llum niftakru fihom u nonorawhom kienu jbatu minn xi dipressjoni.", "Għaldaqstant nemmen li din il-mistoqsija m'għandhiex issir, lanqas jekk l-informazzjoni tinżamm b'mod konfidenzjali, għax nerġa' nsostni li l-fatt li tkun tbati b'dipressjoni jew b'ansjeta' ma jfissirx li ma tistax issegwi kors.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Fil-fatt meta l-Onor. kollega għamilli din il- mistoqsija interessajt ruħi għax assolutament ma kontx naf li għal dan il- kors partikolari jsiru mistoqsijiet dwar is-saħħa ta' l-istudenti.", "Naturalment, kif jiġri dejjem, il-mistoqsija tmur għand min hu responsabbli biex jagħti it-tagħrif mitlub u anke jkun jista' jagħti tweġiba li tkun rilevanti għall-mistoqsija konċernata.", "Jien tajt l-informazzjoni kif tirriżultali mill-universita` pero` żammejt nota biex nitkellem mar-rettur ta' l-universita` ħalli jidħol fil-materja biex wieħed ikun jista' jagħmel evalwazzjoni sew tat-talba li qed jagħmel l- Onor. Mario Galea, kif ukoll tar-raġunijiet oġġettivi li jista' jkun hemm għala l-istudenti jintalbu jimlew dan il-kwestjonarju.", "Jien ma rridx naqbad u nasal għall-konklużjoni li diġa` wasal għaliha l- ħabib tiegħi billi ngħid li m'għandomx isiru dawn il-mistoqsijiet, pero` għandi an open mind fuq il-materja, nagħti ħafna piż lil dak li qed jgħid l- Onor. Galea, pero` irrid nisma' ftit iktar fis-sustanza x'inhuma r- raġunijiet li waslu lill-institute of health care biex jagħmel dawn il- mistoqsijiet.", "Naturalment hija l-universita` li trid ukoll tirrifletti fuq il-punti li qed jitqanqlu f'din il-Kamra biex jekk tara li hemm bażi, tifhem x'direzzjoni qiegħed jissuġġerixxi l-Onor.", "Membru.", "Jekk imbagħad wieħed jara li hemm raġunijiet għala wieħed għandu jkompli jindaga u jagħmel ċerta insistenza, jiena nirriserva l-pożizzjoni tiegħi biex inkun nista' anke nagħti direzzjoni skond kif jidher li huwa l-iktar xieraq.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Jien napprezza ħafna li l-Ministru ħa nota biex jidħol f'dan il-każ u għalkemm m'għandi l-ebda pretenzjoni li jien espert fil- qasam tas-saħħa mentali, tkellimt ma' nies professjonisti li kellhom l- istess opinjoni tiegħi.", "Napprezza ħafna jekk il-Ministru - għax kif diġa' għedt, għall-magħmul m'hemmx kunsill, u din id-darba ġegħluhom jimlew dan il-kwestjonarju - ġentilment jinforma lill-Kamra bl-eżitu tar-riflessjoni li tkun għamlet l-universita`.", "TRASPORT BL-AJRU BEJN MALTA U GĦAWDEX", "21873.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo): staqsa lill- Ministru għall-Kompetittivita` u Komunikazzjoni: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 21770, jista' l-Ministru jgħid min għamel il- preżentazzjoni msemmija u x'tip ta' ajruplan fixed wing ġie propost u kemm jista' jġorr persuni?", "Xi bżonn inħass għall-preżentazzjoni bħal din meta s-servizz tal-helicopter kien għadu jaħdem bejn Malta u Għawdex?", "Mela kien previst diġa` li dan is- servizz ta' helicopter se jieqaf?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li l-preżentazzjoni saret minn kumpannija Ingliża fuq talba tagħha stess.", "Din ipproponiet l-użu ta' ajruplan b'żewġ makni li jġorr massimu ta' tmien passiġġieri.", "Tajjeb wieħed jgħid li fil- każ ta' servizz b'ajruplan, jekk l-airstrip tkun tippermetti, m'hemmx limitu ta' kemm ikunu l-operaturi li jipprovdu s-servizz.", "B'KARA – RAMPA GĦALL-WHEELCHAIRS", "21875.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Chris Cardona) staqsa lill- Ministru tal-Familja u tas-Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru tara li ssir rampa tal-wheelchairs quddiem Block D, Binja tat-Torri tal-Qattus, B'Kara u dan peress li hemm residenti li għandhom ħtieġa tagħha b'mod immedjat?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (f'isem il-Ministru tal-Familja u tas-Solidarjeta' Soċjali): Għaddejt is-suġġeriment ta' l-Onor.", "Interpellant lid-dipartiment tal-bini u tiswija ta' djar biex jinvestiga u jieħu l-azzjoni meħtieġa.", "XOGĦLIJIET FUQ OQBRA FL-ADDOLORATA", "21877.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Chris Cardona) staqsa lill- Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': B'riferenza għall-ittra DH 2147/03 mid-Direttur Saħħa Pubblika (Taqsima Amministrazzjoni tad- Dfin), jista' l-Ministra jara li jsir ix-xogħol neċessarju sabiex ma jibqgħux isiru ħsarat lill-oqbra li hemm fl-east division taċ-ċimiterju?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (f'isem il-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil- Komunita'): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li kif ġie spjegat fl-ittra msemmija li għandha riferenza DH 2147/03, ix-xogħlijiet li jinħtieġu jsiru fid-diviżjoni Lvant taċ-Ċimiterju ta' l-Addolorata hemm proċeduri mibdija dwarhom.", "Dawn se jsiru meta jkun hemm il-fondi neċessarji.", "ENEMALTA – PENSJONI TA' EX ĦADDIEMA", "21879.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Leo Brincat) staqsa lill-Ministru tal-Familja u tas-Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru tgħid fiex wasal ir-ri-aġġustament tal-pensjoni ta' l-ex-ħaddiema ta' l-Enemalta u ta' l-ex Malta Electricity Board?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (f'isem il-Ministru tal-Familja u tas-Solidarjeta` Soċjali): Il-pensjoni tas-sigurta` soċjali ta' l-ex ħaddiema ta' l- Enemalta u l-Malta Electricity Board huma aġġustati sal-2005 skond l-aħħar ftehim kollettiv li kien ikopri mill-2002 sal-2005.", "SKEJJEL TAL-KNISJA - SIXTH FORM", "21880.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Xi kriterji ta' għażla jużaw skejjel tas-6th form tal-knisja biex idaħħlu l-istudenti tagħhom?", "Huma pubbliċi dawn il-kriterji?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Jien informat li s-6th form ta' l-iskejjel tal-knisja huma awtonomi fl-għazla ta' kriterji biex idaħħlu l-istudenti tagħhom.", "Informat ukoll li l-informazzjoni tingħata fil-prospett ta' l-iskejjel konċernati.", "ĦADDIEMA F'LUKANDI U RISTORANTI", "21881.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Kemm hawn persuni jaħdmu f'Malta bħala full-time u bħala part-time fil-lukandi u fir-ristoranti?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif mitlub se jitpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "KARTA ROŻA", "21882.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Leo Brincat) staqsa lill-Ministru tal-Familja u s-Solidarjeta` Soċjali: Tista' l-Ministru tgħid x'inhi r- raġuni li persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament inqatgħatilha l-entitlement għall-karta r-roża?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (f'isem il-Ministru tal-Familja u tas-Solidarjeta` Soċjali): Il-persuna indikata mill-Onor.", "Interpellant ġiet infurmata bil- miktub mid-dipartiment tas-sigurta` soċjali dwar il-każ tagħha.", "SKEJJEL TAL-KNISJA – SIXTH FORM", "21883.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: X'mekkaniżmi jeżistu li jiżguraw li l-proċeduri u metodi ta' għażla ta' studenti għas-6th form tal- knisja jitħaddmu b'mod fier u ma jkunx hemm diskriminazzjoni u favoritiżmu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-iskejjel 6th form tal-knisja jippubblikaw il-kriterji ta' l-għażla fil-prospett ta' l-iskola, jippubblikaw ir-riżultat ta' l- għazla fin-notice board u jispjegaw lill-applikanti individwali dwar il-mod kif tkun saret l-għazla jekk ikun hemm talba għal dan.", "SKEJJEL TAL-KNISJA – SIXTH FORMS", "21884.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Kemm hemm 6th forms ta' iskejjel tal-knisja ffinanzjati b'fondi pubbliċi?", "Kemm ħadu fondi f'dawn is-snin 2000-2006 sena b'sena?", "Kemm kellhom studenti u għalliema f'dawn is- snin?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif mitlub se jitpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "VETTURI TAL-GVERN", "21885.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Anġlu Farrugia) staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Kemm-il karozza hemm mal-gvern, kemm minnhom huma mixtrija u kemm minnhom ilhom mikrija mis-sena 1992 sa llum?", "F'liema dipartiment jinsabu assenjati?", "X'inhu n-numru tar-reġistrazzjoni ta' kull karozza u għal liema skop qed jintużaw?", "Min qed juża kull vettura, inklużi dawk li jintużaw mid-diretturi u diretturi ġenerali?", "ONOR.", "TONIO BORG (Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern) (f'isem il-Prim Ministru u l-Ministru tal-Finanzi): L-informazzjoni li qed jitlob l-Onor.", "Interpellant tirrekjedi ħafna ħin sabiex tinġabar u nemmen li r-riżorsi tagħna għandhom jiġu wżati aħjar.", "MSIDA - KAŻ DWAR GARAGE", "21886.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Leo Brincat) staqsa lill-Ministru tal-Familja u s-Solidarjeta` Soċjali: Billi fond fl-Imsida li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament se jittieħed mingħand persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu wkoll separatament u li kien jużah bħala store għall-ispare parts tal-garage tiegħu fil-Gżira stess, din il-persuna se tingħata xi kumpens għal dan?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (f'isem il-Ministru tal-Familja u s-Solidarjeta` Soċjali): L-awtorita` tad-djar toffri post alternattiv lir-residenti ta' djar kif ukoll ħanut alternattiv lil min l-għajxien tiegħu jkun jiddependi mill-ħanut fejn dawn ikunu milquta minn proġett ta' twaqqigħ ta' bini.", "Dan ma japplikax fil-każ tal-persuna ndikata mill-Onor.", "Interpellant.", "Din il- persuna ġiet infurmata b'dan f'laqgħa li kellha mal-panel ta' l-urban renewal.", "VETTURI TAL-GVERN", "21887.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Anġlu Farrugia) staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Għal liema raġuni kull dipartiment għażel li jixtri jew jikri tali karozzi?", "Jista' jagħti l-prezz ta' kull vettura li jinsabu maċ-ċivil u anke l-prezz mikri ta' kull karozza, il-mudell f'każ li mixtri u l-prezz ta' kirja jekk kemm-il darba tkun mikrija?", "ONOR.", "TONIO BORG (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-Mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali 267 ta' l-2006 – Regolamenti ta' l-2006 li jemendaw ir- Regolamenti dwar Drittijiet li jitħallsu dwar Permessi għal Residenza u Liċenzji għal Impieg; u", "f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi, inqiegħed fuq il-mejda tal- Kamra:", "Kopja tal-ftehim bejn il-Gvern u l-Malta Union of Teachers datat 25 ta' Awissu 1994, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari 21939; u", "Tagħrif dwar uffiċjali tal-Gvern sekondati mal-unions, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari 21953.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Louis Galea.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar l-għadd ta' studenti barranin u l-kors li qed isegwu fl- Universita` ta' Malta matul l-2006 bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari 21900; u", "Kopja ta' l-ittra u tal-kwestjonarju li jingħataw lill-applikanti għal xi kors offrut mill-Istitut għall-Ħarsien tas-Saħħa, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari 21967.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Ninu Zammit.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali 269 ta' l-2006 – Avviż dwar bidu fis-seħħ tar- Regolamenti ta' l-2006 dwar Rekwiżiti Minimi għar-Rendiment tal-Bini fl-Użu ta' l-Enerġija;", "f'isem il-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l- Informazzjoni, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali 268 ta' l-2006 – Avviż dwar bidu fis-seħħ tar- Regolamenti ta' l-2006 dwar Inċentivi Finanzjarji għall-Industrija Awdjoviżiva; u", "f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Barranin, qiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra:-", "Lista ta' impjegati li jaħdmu fir-Rappreżentanza Permanenti ta' Malta għall-Unjoni Ewropea, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari 21915.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Ngħaddu issa għal Kondoljanzi u nsejjaħ lill-Viċi Prim Ministru.", "KONDOLJANZI", "ONOR.", "TONIO BORG: Sur President, kif nafu l-ġimgħa li għaddiet tħabbret il- mewt ta' l-ex-deputat nazzjonalista, it-Tabib Hermann Farrugia.", "Naturalment aħna ta' din in-naħa konna nafuh sewwa u għalkemm jiena qatt ma kelli x- xorti li nkun miegħu f'dan il-Parlament għaliex hu spiċċa minn membru parlamentari fl-1992 u jien bdejt hawnhekk fl-1992, kont nafu sewwa għaliex bħala familja għal żmien twil kienu joqogħdu Ħal Balzan meta l-familja tiegħu ttrasferiet ruħha fil-gwerra mill-Furjana għal Ħal Balzan.", "Jiena niftakar li ommu u missieru kienu jgawdu ħafna rispett fil-komunita` u baqgħu joqogħdu Ħal Balzan.", "U din it-tjubija u rispett li kienu jgawdu l- ġenituri tiegħu ġiet trażmessa wkoll f'binhom Hermann li daħal f'dan il- Parlament fl-elezzjoni ta' l-1971.", "Sadanittant hu kien iżżewweġ u reġa' mar joqgħod il-Furjana.", "Jiena niftakar ħafna meta tela' fl-elezzjoni ta' l-1971 għaliex dakinhar il-partit Nazzjonalista kien tella' tlieta minn fuq id- distrett tal-Belt meta tilef l-elezzjoni ta' l-1971.", "It-Tabib Hermann Farrugia kien l-iżgħar mit-tliet kandidati li kienu telgħu min-naħa tal- partit Nazzjonalista u kien għad kellu biss 37 sena, u minn dakinhar baqa' jitla' kontinwament għal 21 sena sa l-1992 sakemm imbagħad warajh għal diversi snin tela' t-tifel tiegħu, Dr. Jean Pierre Farrugia li għalkemm m'għadux deputat ta' din il-Kamra għadu attiv ħafna fil-politika għaliex huwa l-president ta' l-eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista.", "Kif tiddeskrivih lil Dr. Hermann Farrugia?", "Kieku kelli nuża żewġ aġġettivi ngħid li kien bniedem ġenwin f'kull sens tal-kelma u bniedem twajjeb f'kull sens tal-kelma.", "Aħna l-Maltin għandna l-espressjoni sabiħa li tgħid \"taqta' u tiekol minnu\" għaliex kien joffri l-għajnuna tiegħu mhux għal xi interess finanzjarju imma għaliex ġenwinament kien iħoss għal dak li jkun.", "Jien bħalek, Sur President, attendejt flimkien mal-Prim Ministru u ħafna persuni oħrajn għall-funeral tiegħu fil-knisja parrokkjali tal- Furjana li kienet imballata bin-nies.", "Il-Furjaniżi li kellmuni qaluli li kienu tilfu Furjaniż kbir u jiena weġibthom li mhux biss tlifna Furjaniż kbir imma tlifna raġel li kien ġeneruż ma' kulħadd.", "Għalkemm il-Furjana kienet l-iktar ħaġa li kien iħobb, kien juri rispett u ġenorożita` lejn kulħadd.", "It-tieni ħaġa li niftakar ħafna f'Dr. Hermann kienet il-lealta` tiegħu lejn il-partit.", "Meta kien jaqbad punt anke ġewwa l-partit kien jibqa' jsostnih, imma mbagħad fl-aħħar meta konna niddeċiedu kien isostni dejjem il-linja tal-partit, baqa' dejjem leali lejn il-partit u kulma talbu l-partit dejjem wettqu b'lealta` kbira.", "U allura mhux ta' b'xejn li kien hemm dak l-ammont kbir ta' nies fil-funeral tiegħu biex jagħtu l-aħħar tislima lill-persuna li qdiet l-ewwelnett lil pajjiżna, pero` wkoll lill-partit li kien tant iħobb u lill-Furjana fejn dejjem għex.", "Għalhekk nitlob li l-iSkrivan tal-Kamra jiġi awtorizzat jibgħat il- kondoljanzi lill-mara tiegħu Alice li dejjem sostnietu, niftakarha dejjem miegħu fl-attivitajiet politiċi anke meta kien jiġi n-naħat tagħna jagħmel konferenzi politiċi, kif ukoll lit-tfal tiegħu Hermann, Jean Pierre, Marcel u lil Veronique.", "Grazzi ħafna.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Insejjaħ lill-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sur President, min-naħa ta' l-Oppożizzjoni jiena ningħaqad ma' sieħbi l-Onor.", "Tonio Borg biex inwassal dawn il-kondoljanzi.", "Jien kelli l-unur li nkun nafu wkoll u nafu bħala bniedem ġentlom u sinċier.", "Tant kien sinċier li niftakar darba konna l-Libja - kien hemm jiena, Renato Agius Muscat, Dr. Hermann Farrugia, mingħalija kien hemm ukoll Dr. Gonzi bħala Speaker dak iż-żmien u Vincent Moran - u waqt li konna fil-hotel, Renato Agius Muscat kien għamillu ċajta u kien ċempillu u qallu li kien hemm bżonn ta' tabib malajr għaliex kien hemm mara se twelled.", "U Hermann - għaliex jiena iktar nafu bħala Hermann - qallu li hu ma kellux il-bagalja tat-tabib miegħu imma ta' raġel li kien niżel bis- serjeta` biex jagħti l-għajnuna.", "Għalija Dr. Hermann Farrugia kien bniedem ta' rispett, u anke meta ġġib argument kien jargumenta, u fejn kien ikollok raġun jagħtihulek, u fejn iħoss li ma jaqbilx miegħek kien jgħidlek li ma jaqbilx miegħek, pero` b'sempliċita' li jiena ma ninsiha qatt.", "Nista' ngħid ukoll li jiena tgħallimt ħafna minnu għaliex bniedem bħal dak ta' min jagħti kas il-mod kif kien jaġixxi meta xi ħadd kien jitolbu l-għajnuna.", "Naħseb li aħna l-membri parlamentari għandna nħarsu lejn bniedem bħal dan għaliex nistgħu nitgħallmu minnu.", "Għalhekk nerġa' ningħaqad man-naħa tal-gvern u nuri s-sogħba f'iseml- oppożizzjoni u nwassal il-kondoljanzi lill-familja tiegħu.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Is-Sedja tingħaqad mas-sentimenti espressi miż-żewġ naħat tal-Kamra u titlob lill-iSkrivan tal-Kamra biex iwassal il- kondoljanzi lill-familjari tiegħu.", "Ngħaddu issa għal Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Il-Prim Ministru.", "MOZZJONIJIET", "ABBOZZ TA' LIĠI BIEX JEMENDA L-ATT TAL-BANK ĊENTRALI TA' MALTA", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Sur President, nipproponi l-Ewwel Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att tal-Bank Ċentrali ta' Malta (Kap. 204).", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "MARIO GALEA: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Att tal-Bank Ċentrali ta' Malta (Kap. 204)\" ikun moqri l-Ewwel Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri l-Ewwel Darba.", "MR SPEAKER: Ngħaddu issa għall-Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JIRREGOLA L-INFURZAR TA' DRITTIJIET TA' PROPRJETA` INTELLETTWALI", "ENFORCEMENT OF INTELLECTUAL PROPERTY RIGHTS (REGULATION) BILL", "MR SPEAKER: Il-Ministru Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Sur President, nipproponi t-Tieni Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att li jirregola l-Infurzar ta' Drittijiet ta' Proprjeta` Intellettwali\".", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "MARIO GALEA: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Rimarki?", "Il-Ministru Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Sur President, fil-ħin li ġej se nipprova nagħmel xi kummenti dwar dan l-abbozz ta' liġi li fil-fatt huwa maħsub biex id- drittijiet ta' proprjeta` intellettwali mhux biss ikunu protetti imma nkunu f'qagħda li naraw li jkun hemm infurzar aħjar tad-drittijiet ta' proprjeta` intellettwali.", "Qegħdin nagħmlu din il-liġi biex nittrasponu fil-liġi Maltija waħda mid-direttivi tal-Parlament Ewropew, Direttiva 2004/48/KE, li kienet għaddiet fid-29 ta' April 2004 u tikkonċerna l-infurzar tad- drittijiet ta' proprjeta` intellettwali.", "Għal darb'oħra rrid nenfasizza li f'pajjiżna għad jonqos ħafna biex titqajjem kuxjenza dwar x'inhuma d- drittijiet ta' min jivvinta xi ħaġa, ta' min jirnexxilu jiskopri xi ħaġa u ta' min ikun investa ħin u flus biex imbagħad isib ruħu f'sitwazzjoni li dak li kien kapaċi joħloq jew jikteb bil-ħidma tiegħu fil-fatt ikun hemm min jeħodhulu u jużahulu mingħajr ma jagħti xi forma ta' kumpens lil dak li oriġina l-idea partikolari.", "F'dan ir-rigward il-liġijiet ta' pajjiżna huma liġijiet li għalkemm oriġinarjament kienu ilhom li saru numru twil ta' snin u f'diversi aspetti tagħhom huma marbutin mal-proprjeta' intellettwali, kienu kollha mibdula fis-sena 2000 u allura wieħed jista' jgħid li f'dan is-sens bosta mil- liġijiet li għandna f'pajjiżna rigward il-proprjeta` intellettwali huma liġijiet riċenti għaliex m'ilhomx fis-seħħ numru twil ta' snin u jirriflettu l-iżviluppi li seħħew sas-sena 2000.", "Dan qed ngħidu għax huwa importanti wkoll li ma naħsbux li f'pajjiżna għandna xi għodda antikwata li ma tiġix irtokkata u aġġornata għall-ħteġijiet tal-lum.", "Imma dan m'huwiex biżżejjed, għaliex irridu nkomplu nkunu għassiesa biex naraw li dak li hemm f'dawn l-istess liġijiet ikun qed jingħata dik l-importanza neċessarja mill-awtoritajiet governattivi u minn dawk li b'xi mod jew ieħor huma responsabbli mill-infurzar ta' dawn il-liġijiet.", "Wieħed irid jipprova jassigura li dawk id-drittijiet li joriġinaw mil-liġijiet eżistenti li għandna f'pajjiżna u mill-obbligi li joħorġu minn din id-direttiva partikolari li permezz ta' dan l-Abbozz ta' Liġi qed nipproponu li ssir parti mil-leġislazzjoni ta' pajjiżna, ikunu osservati.", "Naturalment meta tkun qed titkellem dwar suġġett li popolarment ma tantx jolqot l-għajn u ma tantx ikun hemm diskussjonijiet dwaru fil-ħwienet tat- te` u f'postijiet oħrajn malajr tirrealizza kemm hu diffiċli li tiġi f'dan il-Parlament u tipproponi emendi u tipprova tenfasizza l-importanza ta' dak li jkun qed jiġi propost u b'xi mod jirnexxilek twassal għand in-nies il- messaġġ li tkun qed tipprova twassal.", "Għalhekk irridu nipprovaw inkunu ċerti li l-messaġġ, anke jekk mhux faċli, inwassluh b'mod li jinftiehem u b'mod li min qed jisma' dak li qegħdin nipprovaw nagħmlu fil-liġijiet ta' pajjiżna jkun konxju wkoll li dan mhux qegħdin nagħmluh biex b'xi mod innaqqsu mil-libertajiet li għandu.", "Ma rridux inwasslu l-messaġġ li l- iskop ta' dan l-abbozz ta' liġi huwa li sempliċiment nikkontrollaw lil dak li hu mdorri jagħmel forsi mijiet ta' kopji ta' DVDs, CDs u ta' kotba bil- mezzi elettroniċi tal-lum.", "Meta jaslu rapporti dwar dawn in-nies lid- diviżjoni tal-kummerċ, il-persuna konċernata titressaq il-qorti, imma mhux l-iskop ta' dan l-abbozz ta' liġi li ntellfu l-ħobża ta' dak li jkun.", "Għall-kuntrarju qegħdin niggarantixxu żewġ affarijiet importanti.", "L- ewwelnett qegħdin nassiguraw li min ikun għamel investiment oriġinali, b'impenn qawwi u b'diffikultajiet kbar mhux biss hawn Malta imma anke barra minn Malta, u jirnexxilu jasal għal xi konklużjoni li se tkun utli għad- dinja kollha kemm hi, fil-fatt ikollu l-protezzjoni għall-investiment li jkun għamel, u t-tieninett tkun tista' tingħata protezzjoni lill-konsumatur li jkun xtara affarijiet oriġinali.", "Meta dak li jkun jixtri DVD jew CD b'Lm2 meta dik awtentika tkun tiswa Lm10, jista' jieħu l-impressjoni li min ikun qed jilleġisla jkun qiegħed b'xi mod iwassal messaġġ biex hu jkollu jonfoq iktar minn dak li kieku jista' jħallas meta jmur on the open market u jsib kopji b'inqas flus.", "Ħafna drabi dawn il-kopji ma jkunux awtentiċi u jkunu ta' kwalita` baxxa, u meta l-istess konsumatur imur id- dar u jinduna li jkun ingidem għaliex ikun xtara oġġett li fih innifsu ma jiswa xejn u huwa illegali, żgur ma jistax jingħata protezzjoni, u kulma jista' jagħmel huwa li jirrabja!", "Pero' s'hemmhekk jista' jasal, għas- sempliċi raġuni li hu jaf li meta qed jixtri affarijiet li mhumiex oriġinali jkun qed jagħmel azzjoni illegali.", "Għalhekk huwa importanti li nifhmu li min ikun għamel tant investiment u tant ħidma biex jasal għall-konklużjonijiet li bihom ikun pproduċa xi ħaġa li tkun oriġinali, żgur li għandu bżonn il-protezzjoni.", "Irridu nipprovaw nkomplu noħolqu kuxjenza dwar suġġett li mhux faċli, u kultant forsi tmur ukoll kontra l-kurrent biex toħloq il-kuxjenza għaliex huwa faċli li n-nies jiġu misled f'dak li jkun qed jiġi propost proprju għaliex jitqies bħala mod ta' kif il-piż jiżdied minflok jonqos fuq dak li jkun qiegħed jopera f'sitwazzjoni li fiha nnifisha hija illegali.", "Kif diġa` għidt il-liġijiet ta' pajjiżna jħarsu lejn id-diversi drittijiet ta' dak li jkun u fil-fatt kapitli 415, 416 u 417 jitkellmu dwar il-proprjeta` intellettwali u dwar id-drittijiet ta' min ikun ħoloq xi ħaġa oriġinali li tkun saret b'riżultat ta' ħafna sforz, ħafna diffikultajiet u ħafna impenji fit-tul.", "Kapitlu 415 jittratta l-Att dwar id-drittijiet ta' l-awtur, Kapitlu 416 jikkonsidra d-drittijiet dwar it-trademarks u Kapitlu 417 jitkellem dwar il-privattivi (patents) u d-disinji.", "Matul dawn l-aħħar xhur kellna opportunita` aktar minn darba li f'dan il- Parlament niddiskutu xi punt jew ieħor ta' dawn l-istess kapitli, u proprju ftit tax-xhur ilu l-Parlament għadda żewġ riżoluzzjonijiet, li permezz tagħhom Malta qed taderixxi għal regolamenti tal-European Patent Office u tal-European Patent Convention, (l-EPO u l-EPC).", "Irridu nkomplu nisħqu dwar l-importanza ta' dawn l-affarijiet, u proprju f'dawn il- ġimgħat li għaddew id-diviżjoni tal-kummerċ li taħtha jaqa' l-uffiċċju li huwa direttament responsabbli għat-trademarks, reġistrazzjonijiet ta' dawn it-trademarks u patents, kien għaddej b'kampanja ta' informazzjoni biex noħolqu kuxjenza wkoll fost il-pubbliku in ġenerali dwar x'inhuma d- drittijiet u r-responsabbiltajiet tiegħu skond ir-regoli u l-liġijiet ta' pajjiżna.", "Kif għidt iktar kmieni, il-liġijiet ta' pajjiżna ilhom għal diversi snin jipproteġu lilna l-Maltin u lil dawk li jirreġistraw taħt id-drittijiet ta' l-awtur u taħt id-drittijiet tat-trademarks u l-patents.", "Matul l-aħħar xhur konna qegħdin nipprovaw nagħtu spinta ġdida lir-reġistrazzjoni tat- trademarks u b'mod partikolari lir-reġistrazzjoni tal-patents f'pajjiżna.", "Qed nagħmlu dan għaliex nemmnu li dawn huma għodod li permezz tagħhom, iktar minn ħaġa oħra, inkunu qegħdin nagħtu l-importanza meħtieġa biex dak li jkun jiġi inkoraġġit jipprova jgħum f'areas li normalment jaħseb li ma jistax jilħaq b'għawma normali, jipprova jibqa' jaqdef fir-riċerka tiegħu, joħloq innovazzjoni, u jasal għal konklużjonijiet li jkunu oriġinali, u li sakemm jasal għalihom ma jkunux għadhom magħrufa u li permezz tagħhom ikun f'qagħda li jkun jista' jipproteġi dik il-ħidma li jkun għamel.", "Permezz ta' din id-diviżjoni qegħdin naraw kif il-messaġġ ċar dwar it- trademarks u dwar il-patents jasal, u għalhekk nidejna din il-kampanja li l- parti kbira tagħha hija ffinanzjata b'mijiet ta' eluf ta' ewros mill-istess Unjoni Ewropea.", "Irridu nfiehmu lil kulħadd li pajjiżna mhuwiex agħar minn pajjizi oħrajn, u li f'pajjizna hawn min jagħmel ċertu investiment ta' ħin u ta' flus biex jipprova jivvinta jew joriġina xi ħaġa.", "Hemm il-punt l- ieħor li meta oġġett jew prodott ma jkunx oriġina minn pajjiżna rridu naraw kif min jimporta jew inkella min ipoġġi fis-swieq ta' pajjiżna xi prodott partikolari dan ikun qed jagħmlu mingħajr ma jikkawża dannu għad-drittijiet tal-persuni li oriġinarjament kienu responsabbli biex iwasslu dawk il- messaġġi partikolari u jkunu waslu għall-konklużjoni ta' invenzjonijiet li permezz tagħhom jibbenefika mhux biss min ikun għamel l-invenzjoni imma nibbenefikaw ilkoll kemm aħna.", "Naħseb li f'dawn l-aħħar ftit snin f'pajjiżna bdiet tinħoloq ukoll kuxjenza dwar ir-riċerka u l-innovazzjoni, u wara d-dħul ta' Malta fl- Unjoni Ewropea bdejna nagħrfu u nenfasizzaw wkoll il-ħtieġa ta' iktar investiment f'riċerka u f'innovazzjoni.", "Għalhekk irridu nkunu ċerti wkoll li dak li qed nagħmlu jkun ta' benefiċċju għas-soċjeta` Maltija u għal dawk li jkunu għamlu l-isforz.", "Naturalment mhux se jkun ta' benefiċċju għal min jikser ir-regoli u jkollu jħallas eluf ta' liri biex jikkumpensaw għal dak id-dannu li jkun għamel.", "U dawn mhux se joħorġu jgħidu li fil-fatt qed nagħmlu xi ħaġa tajba li qed tgawdi s-soċjeta` minnha għax, għall- kuntrarju, huma bħala individwi jew fejn ikun hemm il-gruppi, ikunu se jitilfu.", "Pero` jkunu se jitilfu proprju għaliex ikunu kisru r-regoli u ma osservawx il-liġijiet li jikkonċernaw dawn l-aspetti partikolari.", "Nieħu l-okkażjoni tal-lum biex nitkellem dwar il-ħtieġa li pajjiżna jinvesti b'mod qawwi fir-riċerka u fl-innovazzjoni.", "Nafu li wieħed mit- targets iffissati mill-Unjoni Ewropea hija li jkun hemm nefqa għar-riċerka u l-innovazzjoni bejn il-parti governattiva u l-parti li tiġi mill-privat li tkun tlaħħaq it-3% tal-gross domestic product.", "Naturalment f'pajjizna għadna 'l bogħod milli nilħqu t-3% ta' dik in-nefqa, u tajjeb wieħed jgħid li skond il-kriterji mfassla, suppost li 1% tan-nefqa tiġi min-naħa ta' l-awtoritajiet governattivi u 2% tiġi mis-settur privat, mill-industrija u minn dawk li fil-fatt qegħdin huma wkoll fin-negozju ta' diversi prodotti li jsiru fil-pajjiż partikolari.", "Forsi għal ċertu żmien kien hemm min nesa l-fatt li mis-settur privat suppost jiġi sehem qawwi li huwa d-doppju ta' dak li joħroġ min-naħa tal-gvern.", "Dwar dan, għal iktar minn darba, kien hemm kritika u dikjarazzjonijiet li jipprovaw jagħtu l-impressjoni li l-gvern m'għamel xejn, u konvenjentement jew mhux konvenjentement insew li fil-fatt l-gvern huwa responsabbli għal 1%, u t-2% l-oħra jridu jiġu mill-investiment tas-settur privat.", "Pero` matul l-aħħar xhur, b'mod partikolari matul is-sena li għaddiet, Malta bdiet tieħu b'mod serju dan is-settur u bdiet tagħmel dan b'commitments ċari, fejn iddikjarat li għalkemm mhux se naslu għat-3% sas-sena 2010, kif inhi x-xewqa ta' l-istess aġenda ta' Lisbona, pero` minn 0.22% li konna nonfqu fis-sena 2004 qed nistennew li sas-sena 2010 inkunu lħaqna l-figura ta' 0.75%, jiġifieri tliet kwarti ta' punt perċentwali, u dan ifisser li f'dan il-perjodu Malta tkun ittriplikat in-nefqa tagħha għar-riċerka u l- innovazzjoni.", "Jibqa' l-fatt li dan waħdu mhuwiex biżżejjed, irridu nkomplu naħdmu fuqu u nkomplu nenfasizzaw l-ħtieġa li meta xi ħadd ikun qed jagħmel ammont ta' riċerka u jkun qed jagħmel nefqa marbuta mar-riċerka, dik in-nefqa trid tirrifletti ruħha f'dak li jidher uffiċjalment bħala nefqa.", "U dan jgħodd iktar għan-nefqa li ssir mis-settur privat fejn sal-lum jien m'għandix dubju li trid issir nefqa ferm iktar minn dik li tidher fiċ-ċifri uffiċjali, għaliex meta żżur postijiet tax-xogħol u fabbriki ta' ċertu entita` tirrealizza li dawn il-fabbriki qegħdin huma wkoll jagħmlu riċerka fuq il-kwalita` tal-prodott li huma jipproduċu mhux biss għas-suq lokali, imma wkoll għas-suq internazzjonali.", "Nafu li għandna postijiet tax-xogħol f'pajjiżna li filwaqt li ma jagħmlux ir-riċerka kollha kemm hi fuq prodotti partikolari, pero` jagħmlu enhancement tar-riċerka li tkun saret barra minn pajjiżna u jtejbu r-riċerka b'kontinwazzjoni ta' dak li jkun sar barra minn Malta.", "Jekk l-informazzjoni li għandi hija korretta, sal-lum is-sehem ta' l- industrija lokali f'din in-nefqa ħafna drabi ma jidhirx bħala nefqa f'dik li hija riċerka u innovazzjoni mill-industrija Maltija, imma tidher bħala nefqa ta' riċerka mill-mother company, u allura wieħed irid jipprova jasal għal konklużjoni iktar ċara dwar kif se nkunu żguri li l-informazzjoni li tidħol dwar ir-riċerka f'pajjiżna kemm jista' jkun tkun korretta, għaliex iktar ma jgħaddi ż-żmien qed isir iktar evidenti wkoll - u dan ma ngħidux jien imma jgħiduh diversi studji li saru barra minn Malta - li l-pajjiżi li l-iktar li għandhom ekonomija li qed tiżviluppa, li għandhom ekonomija li tifrex f'oqsma differenti u li tista' tissejjaħ ekonomija soda huma dawk il- pajjizi fejn in-nefqa għar-riċerka u l-innovazzjoni qiegħda fuq l-ogħla livelli.", "Mhux darba jew tnejn smajna kritika min-naħa ta' l-Oppożizzjoni li n-nefqa għar-riċerka u l-innovazzjoni hija mill-iktar baxxa u hija nefqa li ma tixraqx lil pajjiżna.", "Naturalment meta dawn jitkellmu b'dan il-mod ikunu nsew li konvenjentement għal snin twal mhux biss ma konniex nitkellmu dwar ir-riċerka u l- innovazzjoni imma kellna wkoll konċetti f'pajjiżna li kienu jitkellmu mhux fuq riċerka u innovazzjoni, mhux fuq studji avvanzati għal livell ta' masters u dottorati, imma kien hemm żmien mhux daqstant 'il bogħod fejn min kien imexxi lil pajjiżna kien jgħid li dawk il-courses li mhumiex direttament marbutin ma' xi job speċifiku m'għandniex bżonnhom; li dawk il- courses li huma marbutin ma' studji avvanzati u jwassluk għall-ewwel degree kienu infiq ta' flus fix-xejn, u ma kienx jagħmel sens li pajjiżna jidħol għal dak it-tip ta' nefqa.", "Illum iċ-ċirkostanzi f'pajjiżna nbidlu, u l- gvern tal-ġurnata mhux talli ma jikkundannax lil min b'xi mod ikun irid jagħmel l-ewwel degree imma proprju minn din is-sena reġa' ta direzzjoni mill-iktar ċara b'nefqa u investiment ta' Lm200,000 li se jintuzaw bħala sponsorships għal 35 student li qegħdin jagħmlu l-masters u d-dottorat f'numru wiesa' ta' suġġetti.", "Dan qed nagħmluh proprju għaliex nemmnu li jekk pajjiżna jrid jimxi 'l quddiem u javvanza u l-poplu Malti ma jaqax lura fl-iżviluppi li jkunu qegħdin iseħħu, irridu nassiguraw li dawk kollha li b'xi mod jew ieħor għandhom ix-xewqa u l-kapaċita` li jkomplu jistudjaw u jagħmlu riċerka f'oqsma differenti tal-ħajja, dawn għandhom jiġu nkoraġġiti u megħjuna.", "B'dan il-mod nassiguraw li l-ikbar numru ta' persuni li jistgħu jagħmlu dan it-tip ta' investiment fihom infushom ikomplu jagħmluh, għaliex aħna nemmnu li minn dan l-investiment mhux biss igawdu l-istess persuni li qed jitgħallmu imma jista' jwassal biex dan it-tagħlim jitwassal lill-ikbar numru ta' persuni possibbli.", "Aħna ma nemmnux li għandu jkun hemm protezzjoni ta' l-għerf u tan-knowledge għal numru żgħir ta' nies, imma għall-kuntrarju nemmnu li dan in-knowledge jingħata lill-ikbar numru ta' persuni possibbli.", "Iż-żewġ naħat tal-Kamra naqblu li r-riżorsa prinċipali li għandu pajjizna hija r-riżorsa umana u allura kull pass li nagħmlu irid jassigura bis-serjeta` li l-iżvilupp u l-investiment li jkunu qed iseħħu, jissarrfu f'iktar knowledge għall-firxa iktar wiesgħa ta' persuni li għandna f'pajjizna.", "Illum nafu li fl-universita` għandna madwar 10,000 student - ftit iktar minn 9,000 huma Maltin - u dan in-numru huwa iktar minn għaxar darbiet ta' dak li kien ftit inqas minn 20 sena ilu.", "Jiena m'għandix dubju li dawn l-istudenti, hi x'inhi l-linja ta' studju li jkunu qabdu, ikunu qegħdin jistudjaw biex javvanzaw lilhom infushom u jilħqu targets anke personali u forsi anke wkoll targets tal-familji tagħhom.", "Fl-edukazzjoni terzjarja f'pajjizna ġew investiti miljuni kbar ta' liri, pero` jiena xorta nemmen li l-ewwel bażi soda li permezz tagħha dak li jkun jitħajjar biex eventwalment ikompli jistudja u jitgħallem, tibda mill-ewwel ġranet ta' l-iskola u cioe` mill-kindergarten.", "Jiena wieħed minn dawk li nemmen li f'dak il- livell ikun hemm diġa` formazzjoni pjuttost qawwija ta' dak it-tifel li jkompli jew ma jkomplix l-iskola, u allura huwa ferm importanti li f'dawk il-livelli jkollna l-aħjar tip ta' edukazzjoni possibbli għal dawn it-tfal biex ikunu iktar mħajra jkomplu jistudjaw.", "U hawnhekk nixtieq nagħmel parentesi żgħira u ngħid li llum fuq il-campus ta' l-universita` għadha kemm fetħet wirja bl-isem ta' \"Expo Science Mediterranean 2006\".", "Naturalment minbarra l-eluf ta' studenti ta' l- universita` li jistgħu jżuru din il-wirja, jiena ġejt informat waqt li kont qiegħed nara din il-wirja llum li fil-jiem li ġejjin huwa mistenni li madwar 7,000 tifel u tifla se jkollhom l-opportunita` li jmorru jesperjenzaw huma wkoll dak li qed jiġi espost minn żgħażagħ Maltin u minn żgħażagħ minn pajjiżi oħra.", "Dan huwa importanti wkoll għaliex m'hemmx dubju li matul iż-żmien li ġej ix-xewqa għat-tagħlim u għal iktar tagħrif se tkompli tinfirex ma' perċentwali għolja tal-popolazzjoni Maltija b'mod li jkun hemm iktar nies li jitħajru jkomplu jistudjaw.", "Nieħu din l-okkażjoni biex niftaħ għajnejn dawk il-ftit ġenituri f'pajjiżna li jaħsbu li jkunu qed jagħmlu xi pjaċir lil uliedhom jekk joħorġuhom mill-iskola qabel l-eta` obbligatorja.", "Dak li qed jagħmlu ma jkunux qegħdin jagħmluh għall-ġid ta' wliedhom u għall-ġid ta' min 'il quddiem jiġi f'kuntatt ma' wliedhom.", "Naturalment kultant jista' jkun hemm ċirkostanzi eċċezzjonali fejn wieħed ma jkunx jista' jagħmel mod ieħor minħabba problemi partikolari, imma nagħmlu żball jekk aħna l-ġenituri nipprovaw inkunu l-għodda li nħajru lil uliedna jitilqu mill-iskola qabel is-16-il sena.", "Naħseb li qed joqrob iz- zmien li nibdew ngħidu li sa 16-il sena huwa żmien relattivament baxx.", "Fil- fatt matul dawn l-aħħar għaxar snin in-numru ta' żgħażagħ li qed ikomplu jistudjaw wara l-eta` ta' 16-il sena irdoppja imma għad baqgħalna faxxa miż- żgħażagħ Maltin li jieqfu jistudjaw kif jagħlqu 16-il sena.", "U hawnhekk irridu nagħmlu dak kollu possibbli biex jekk jista' jkun l-ebda żagħżugħ u żagħżugħa ma jitlaq mill-iskola qabel ma jkun wasal għal xi forma ta' taħriġ u nkomplu nassiguraw li l-ikbar numru ta' żgħażagħ f'pajjizna jkomplu jilħqu l-ogħla livelli ta' informazzjoni u ta' tagħlim proprju biex ħadd ma jaqa' lura.", "Dan huwa importanti għaliex il-liġi li għandna quddiemna bħal liġijiet oħrajn li ttrattaw l-istess suġġetti matul iż-żmien li għadda hija waħda li iktar milli tenfasizza x'inhuma ċ-ċirkostanzi li jekk xi ħadd jikser il- liġi partikolari, allura x'suppost ikun ikkundannat, hija liġi li biha se nassiguraw li nkomplu nifirxu u nwessgħu l-bażi ta' l-informazzjoni.", "Naturalment mhux kull wieħed minna se jibda jivvinta l-affarijiet u mhux kull wieħed minna se jibda jgħaddi minn proċessi li bihom joħloq xi prodott li jkun innovattiv fih innifsu pero` rridu nassiguraw li nwessgħu kemm jista' jkun il-bażi li fuqha fil-fatt ikun hemm dik l-ikbar firxa possibbli ta' persuni li jagħtu s-sehem tagħhom ħalli matul iż-żmien ikollna iktar nies li jitħajru, li jipparteċipaw u li jagħrfu li d-drittijiet u l-obbligi li joħorġu mil-liġijiet marbutin mal-proprjeta` intellettwali huma liġijiet u obbligi li għandhom iservu biex inkomplu nħajru lill-ikbar numru ta' persuni li fil-fatt jaraw kif irridu nosservaw l-istess regoli.", "Minkejja li għidt dan kollu, irrid infakkar li din hija liġi li titkellem ukoll dwar x'jista' jiġri minn dawk il-grupp ta' persuni li minflok josservaw l-istess regoli, jagħmlu ħilithom kollha biex jiksru l-istess regoli u minflok jużaw in-knowledge biex jifirxu aktar informazzjoni u tagħrif, ikunu innovattivi biex iqarrqu ħalli dak li jkun ħadem għalih ħaddieħor, igawdu l-benefiċċju tiegħu huma nfushom.", "Naturalment għal dawn il-persuni ma jistax ikun hemm ħlief kundanna għaliex biex tgawdi minn investiment bħal dan trid tosserva l-kondizzjonijiet internazzjonali u lokali proprju biex kulħadd jingħata dak li huwa tiegħu.", "L-iskop prinċipali ta' din id-direttiva 2004/48/KE huwa li kemm jista' jkun il-25 membru stat ta' l-Unjoni Ewropea – u ftit tal-ġimgħat oħra jkunu 27 stat - josservaw b'mod dirett din l-istess direttiva u l-miżuri u r-rimedji li huma marbutin mal-proprjeta` intellettwali fid-diversi pajjiżi jkunu kemm jista' jkun qrib xulxin u ma jkunx hemm differenzi kbar bejn il-mod kif jiġu osservati f'pajjiżna u f'xi pajjiz ieħor ta' l-Unjoni Ewropea.", "Dawn l-istess regoli jridu jkunu osservati b'mod li jekk jien nabbuża minn proprjeta` intellettwali bl-innovazzjoni li tkun skoperta f'xi pajjiż ieħor jien niġi kundannat b'mod ekwu u b'mod li huwa relatat ma' l-att kriminali li nkun għamilt.", "Naturalment jekk xi ħadd jiġi f'pajjiżna u jikser ir-regola tal-proprjeta` intellettwali, dan jiġi kkundannat bl-istess mod skond id-drittijiet mifruxa madwar il-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea.", "F'dan ir-rigward tajjeb li wieħed jgħid li hemm ċerti kondizzjonijiet u regoli li f'ċertu sens għadhom jeżistu fil-pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropea, pero` mhumiex l-istess regoli u kondizzjonijiet.", "Imma jrid jiġi enfasizzat il-punt li wieħed mill- għanijiet prinċipali ta' din id-direttiva hija li kemm jista' jkun sitwazzjonijiet ekwi jqarrbu l-istess sitwazzjoni fil-pajjiżi kollha membri.", "U huwa tajjeb li jkollna sitwazzjoni fejn ikun hemm l-istess regoli.", "F'dan ir-rigward ma nistgħux niżolaw u naqilgħu din id-direttiva jew din il-liġi minn sitwazzjonijiet oħrajn li għad iridu jkomplu jiżviluppaw.", "Naturalment wieħed mill-iktar punti importanti u relevanti ma' dak li qegħdin niddiskutu hija l-kwestjoni ta' kif din il-liġi u l-obbligi li joħorġu minnha jassiguraw li jiġi ffaċilitat l-hekk imsejjaħ suq intern ta' l-istess Unjoni Ewropea permezz ta' sistema li tiffaċilita n-negozju bejn il-pajjiżi differenti biex dak l-istess suq intern jiġi protett b'mod serju f'kull wieħed mill-pajjizi ta' l-istess Unjoni Ewropea.", "Sur President, jiena m'għandix dubju li f'każ kull liġi mhux se jkun hawn min jipprova jiksirha, mhux se jkun hawn min b'xi mod jipprova jaħrab minn din is-sitwazzjoni u mhux se jkun hawn min jipprova li jieħu l-ikbar benefiċċju finanzjarju possibbli mingħajr ma josserva l-istess regoli.", "Jekk hawn xi ħadd li jaħseb li min se jkun responsabbli mill- amministrazzjoni ta' din il-liġi mhux se jkollu rapporti, ma jkunx qed ikun realistiku.", "Naturalment rridu naħsbu ukoll mod ta' kif ikun hemm l-ikbar moviment ħieles possibbli, bl-iktar mod ekwu u ġust ta' kompetizzjoni bejn il-prodotti u s-servizzi li b'xi mod jew ieħor joħorġu minn pajjiż differenti.", "L-investiment li jrid isir biex issir ir-riċerka li mbagħad tissarraf f'innovazzjoni huwa neċessarju u mingħajru ma tista' qatt tasal għal xi konklużjoni fuq xi riċerka partikolari.", "Nagħmlu żball jekk nipprovaw nagħtu l-impressjoni li l-investiment f'riċerka jista' jsir bi ftit eluf ta' liri, b'mod partikolari meta r-riċerka tkun waħda profonda.", "Allura rridu nkunu f'qagħda li mhux biss pajjiżna jkun qed josserva dawk ir- regoli imma anke pajjiżi oħrajn, b'mod li jagħtu l-possibbilta` ta' iktar ħidma, ta' iktar żvilupp u wkoll iċ-ċertezza lil min jopera f'pajjizna u f'xi wieħed mill-membri stati ta' l-Unjoni Ewropea li fil-fatt il- protezzjoni neċessarja tkun qed tingħata.", "M'għandix dubju li dan iwassal biex aktar persuni jużaw il-patents u t- trademarks u iktar pajjiżi minn barra minn Malta jitħajru jużaw is-servizzi u l-faċilitajiet li bnejna matul is-snin u li qed inkomplu nibnu b'mod iktar qawwi llum, biex jiġi assigurat li r-responsabbiltajiet ta' pajjiżna jkunu tali li jħajru l-investiment lejn pajjiżna, u min ikun qed jagħmel dan l-investiment ikollu l-ikbar ċ-ċertezza, safejn huwa possibbli, li ma jkunx hemm xi ħaddieħor li jisraqulu jew li jrid japprofitta ruħu minnu.", "Kulħadd jaf li l-ebda investiment fir-riċerka u fl-innovazzjoni m'hu se jrendilek fi żmien qasir, imma min ikun qed jagħmel dan l-investiment ikun jaf li in the long run se jieħu return tiegħu, għaliex fl-aħħar mill-aħħar min qed jagħmel ir-riċerka ma jkunx qed jagħmilha biss għall-gost u l- pjacir li jagħmel dik ir-riċerka imma ħafna drabi jkun qed jagħmilha biex jekk eventwalment jirnexxilu jiskopri xi ħaġa, jieħu dak li ħaqqu.", "Ħafna drabi meta nkun preżenti għall-kunsill tal-kompetittivita` nisma' ministri li ġejjin minn pajjiżi ferm ikbar minna, bħall-Germanja, l-Italja, Franza u l-Ingilterra li qegħdin ukoll jirrealizzaw li jridu jassiguraw il- protezzjoni tal-proprjeta` intellettwali.", "Dan il-gvern jemmen bis-serjeta` li l-poplu Malti u dawk li jiġu f'pajjiżna biex jinvestu kapaċi jagħmlu r- riċerka u jipproduċu prodotti u sitwazzjonijiet fejn wieħed ikun f'qagħda li jkollu riżultati anke fiċ-ċokon ta' pajjizna.", "Biex nagħmlu dan irridu bilfors nenfasizzaw iktar milli għamilna sal-lum li l-protezzjoni tal- proprjeta` intellettwali hija għodda qawwija, serja u mill-iktar b'saħħitha biex l-innovazzjoni u l-kreattivita` ma jsirux biss għall-gost u l-pjacir imma għal għan ferm iktar qawwi u profond li jwassal għal żieda fl-impjiegi u għal titjib ta' kompetittivita`, u din ir-rabta rridu nenfasizzawha mhux biss għal perjodu qasir imma għas-snin li ġejjin.", "U f'dan ir-rigward il-gvern fehem li jrid ikollu għodda u sistemi li permezz tagħhom min ikun qiegħed jipprepara psikoloġikament u anke b'mod ta' edukazzjoni lit-tfal ta' pajjizna, ikun jemmen bis-serjeta` fil- ħtieġa tar-riċerka u ta' l-innovazzjoni u jkun jemmen li dawn mhumiex mod ta' kif inberbqu l-flus tal-poplu Malti billi taqbad u tagħtihom lil xi ħadd biex jagħmel ir-riċerka.", "Il-poplu Malti mhux se jħallas it-taxxi biex imbagħad xi individwi jgawdu forsi b'mod sporporzjonat minn dawk l-istess taxxi.", "Għall-kuntrarju dan huwa mod ta' kif niggarantixxu aktar titjib fil- livell u l-kwalita` ta' l-impjiegi ħalli b'riżultat ta' l-investiment li jkun qed isir, pajjizna jkompli jsir aktar kompetittiv milli kien sal-lum.", "Jien nemmen li kull wieħed minna jixtieq li pajjiżna - niddikjarawha jew ma niddikjarawhiex - ikompli jkun kompetittiv fil-qafas ta' globalizzazzjoni li lilna qed tolqotna bħalma qed tolqot lill-kumplament tad-dinja.", "U sabiex inkunu kompetittivi rridu nagħmlu dan l-investiment, irridu nassiguraw li dan l-investiment jirrendi lil min ikun qed jagħmlu u li dan l-investiment ikun protett ukoll bil-liġijiet ta' pajjiżna u jkun protett fuq bażi ugwali tal-protezzjoni li tingħata f'pajjiżi oħrajn.", "Jekk ma nkunux f'qagħda li nagħtu din il-garanzija, minflok inħajru persuni li jkunu lesti jinvestu u jipprovaw jagħmlu riċerka u jivvintaw xi ħaġa għall-benefiċċju tas- soċjeta` in ġenerali, ma nħallux dak l-iżvilupp li huwa tant meħtieġ, iseħħ.", "Huwa importanti li qabel kull ħaġa oħra nassiguraw li dak li jkun għamel l-investiment jingħata dik il-protezzjoni għall-ġid tiegħu nnifsu u għall-ġid tas-soċjeta`.", "Naturalment kien hawn min argumenta mhux biss fuq livell politiku, imma anke fuq diversi livelli, li din il-protezzjoni hija mod ta' kif ma tħallix il-liberta` ta' l-espressjoni u ma tħallix il-firxa ta' l-informazzjoni ssir b'mod ħieles.", "Nafu fiż-żgur li l-għan ta' dan l-abbozz ta' liġi u ta' liġijiet oħrajn marbutin ma' dan is-settur mhuwiex li jxekkel il-liberta` u d-diffużjoni ta' l-informazzjoni b'mod ħieles, imma għall-kuntrarju din il-liġi hija għodda li permezz tagħha dak li jkun, mingħajr ma tindaħallu ż- żejjed fuq dak li huwa moviment ħieles, bħalma hija l-liberta` ta' l- espressjoni, ikun ukoll protett.", "Mingħajr din il-protezzjoni żgur ma nistgħux nippretendu li se jkun hemm persuni Maltin jew inkella mhux Maltin li jużaw ħinhom u flushom biex imbagħad ikun hemm xi ħadd li jisraqilhom dak li jkunu għamlu.", "Jekk ma nagħtux il-protezzjoni neċessarja, dak li jkun ikun skorraġġit milli jagħmel ix-xogħol.", "Hawnhekk nirrepeti li aħna kemm bħala gvern u kemm bħala pajjiż għandna l-obbligu li mhux talli niskoraġġixxu lil xi ħadd milli jagħmel dan l-investiment imma għall- kuntrarju nħajru lill-ikbar numru possibbli ta' persuni biex huma wkoll jagħtu wkoll is-sehem tagħhom u nkunu f'qagħda li dawn id-drittijiet inħarsuhom.", "Irridu naraw ukoll li dak li nagħmlu ma nagħmluhx biss għax aħna membri fl- Unjoni Ewropea, għaliex nafu li hemm numru ta' ftehim li fil-fatt jorbtu mhux biss lill-Unjoni Ewropea imma jorbtu lill-kumplament tad-dinja wkoll.", "U f'dan ir-rigward tajjeb li wieħed jagħmel riferenza ħafifa għall- agreement on trade related aspects on intellectual property li huwa magħruf bħala t-TRIPS Agreement.", "Fil-fatt dan huwa nkluż fil-framework tal-World Trade Organisation, l-għaqda dinjija tal-kummerċ, proprju fejn dawn l- obbligi li qed nagħmel riferenza għalihom jien illum permezz ta' dan l- abbozz ta' liġi huma wkoll parti integrali mir-responsabbiltajiet internazzjonali.", "Għalhekk dan il-konċett huwa marbut wkoll ma' għaqdiet internazzjonali li jwasslu ferm 'il bogħod mill-Ewropa u minn pajjiżna u jinfirxu madwar id-dinja kollha.", "Dan l-agreement jipprovdi mezzi ta' infurzar tad-drittijiet intellettwali li suppost jiġu applikati fuq il-livell ta' membership tad-WTO.", "U kif ħafna jafu, il-membership tal-World Trade Organisation huwa ferm ikbar mill- 25 membru ta' l-Unjoni Ewropea u kważi jilħaq il-pajjiżi kollha tad-dinja.", "Naturalment hawnhekk irridu naraw ukoll li fil-fatt id-direttiva ma tkunx waħda li b'xi mod taffettwa l-obbligazzjonijiet internazzjonali li l- pajjiżi membri jista' jkollhom, jew li fil-fatt għandhom, inklużi dawk il- kondizzjonijiet u responsabbiltajiet li jaqgħu taħt it-TRIPS Agreement.", "Pero` mhuwiex biss it-TRIPS Agreement li huwa marbut ma' l-obbligi u r- responsabbiltajiet li għandu pajjiż membru ta' din l-organizazzjoni, f'dan il-każ ta' l-Unjoni Ewropea, pero` hemm ukoll konvenzjonijiet internazzjonali li huma applikabbli madwar id-dinja u proprju intenzjonati f'dak li huwa infurzar tal-proprjeta` intellettwali biex jassiguraw li jkun hemm l-ikbar firxa madwar id-dinja kollha ta' dawn l-istess obbligi.", "Fost l-oħrajn insibu l-Paris Convention for the protection of industrial protection of industrial property, il-Bern Convention for the protection of literary and artistic works u r-Rome Convention for the protection of performers, producers of phonogrammes and broadcasting organisations.", "Wieħed jista' jaqbad dawn it-tliet konvenzjonijiet u jagħmel is-sigħat jitkellem dwar dak li joħroġ minnhom, pero' kull waħda minn dawn il- konvenzjonijiet għandha l-għan prinċipali li tassigura l-protezzjoni legali tal-proprjeta` industrijali, tal-litterattura u xogħlijiet artistiċi u tal-broadcasting organisations.", "Din il-protezzjoni legali mhijiex biss fuq livell lokali imma hija protezzjoni legali internazzjonali proprju biex dak li jkun ikun f'qagħda li bis-serjeta` jara li jkun qed jagħti dik il- protezzjoni lil min ikun għamel dak l-investiment li semmejt iktar kmieni.", "Irridu naraw ukoll li b'xi mod jew ieħor nassiguraw li ċerti disparitajiet ta' kif jiġu applikati ċerti regoli fil-fatt ikunu kemm jista' jkun mnaqqsa.", "U hawnhekk wieħed jista' jagħti numru ta' eżempji li huma marbutin mal-mod ta' kif tiġi applikata u inforzata l-liġi dwar id- drittijiet, u allura wieħed irid jagħti konsiderazzjoni lejn id-drittjiet ta' min ikun qed jippretendi li għandu dritt għal dik il-biċċa xogħol partikolari.", "Qabel ma wieħed jibda jikklemja li għandu d-drittijiet, irid juri u jipprova li fil-fatt dik l-invenzjoni għamilha hu jew inkella li dak ix-xogħol partikolari fil-fatt ikun tiegħu u mhux ikkuppjah jew serqu mingħand xi ħaddieħor u jibda jippretendi drittijiet ta' ħlasijiet meta hu jkun seraq dawk il-proprjetajiet partikolari.", "Hemm ukoll mod ta' kif għandhom jiġu kkalkolati d-danni f'każ li jiġi ppruvat li xi ħadd kiser dawn ir-regoli.", "Mhux la kemm taqbad u tfajjar bl- addoċċ danni partikolari li lanqas biss ikunu bl-ebda mod proporzjonati ma' dak li fil-fatt ikun qed jiġri fis-suq, u għaldaqstant wieħed irid jara li dawn l-istess danni jkunu kkalkolati b'mod li fihom infushom ikunu jagħmlu sens.", "Naturalment hemm ukoll diffikulta` prattika ta' kif tiggarantixxi li l-kundanni għall-projbizzjoni li fil-fatt ikunu neċessarji ikunu fihom infushom jagħmlu sens ukoll.", "Hemm ukoll kwestjonijiet marbutin ma' l- ispejjeż, mal-kwalita` tax-xogħol, ma' l-invenzjonijiet u ma' dawk l- affarijiet kollha li b'xi mod ikunu tpoġġew fis-swieq partikolari għall-użu ta' dak li jkun.", "Allura wieħed irid jassigura ukoll li dawn id-drittijiet bl-ebda mod ma jippreġudikaw il-possibilita` li fil-fatt iwasslu għal interventi li jkunu neċessarji.", "Jekk inħarsu lejn dawn il-punti li semmejt fid-diskussjoni s'issa u nipprovaw napplikawhom għas-sitwazzjoni ta' pajjiżna, irridu naraw kif insibu l-għodda - u jkolli nistqarr li sal-lum għad m'għandniex għodda ċara jew tajba biżżejjed - biex nassiguraw li fil-fatt ikun hemm rikonoxximent ta' dawk kollha li b'xi mod għandhom id-drittijiet.", "Allura wara li nkunu għaddejna dan l-abbozz ta' liġi minn dan il-Parlament rridu nsibu l-mod kif – u naf li qed issir il-ħidma neċessarja biex tassigura dan fiż-żmien li ġej - nassiguraw li dawk il-persuni li jkollhom xi jedd, ikunu huma li jiġu rikonoxxuti u mhux xi ħaddieħor.", "Jekk imbagħad nitkellmu dwar collective societies, irridu naraw li jkunu dawn is-soċjetajiet li għandhom id-dritt li jiġbru ċerti drittijiet u mhux sempliċement jinqala' xi ħadd minn x'imkien u jgħid li għandu dritt li jiġbor xi drittijiet partikolari.", "U allura jrid ikun hemm il-mod ta' kif dawn il-collective societies ikunu rikonoxxuti, u hawnhekk għandna punti marbutin ma' soċjetajiet professjonali li għandhom ir-responsabbilta` li jservu ta' difiża għal dawn l-istess drittijiet.", "Irridu naraw ukoll li min qed jippreżumi li għandu drittijiet ikun verament hu li għandu dawk id- drittijiet.", "Imbagħad irridu nsibu għodda aktar qawwija u aktar ċara biex ikun hemm il-miżuri neċessarji ħalli min jipprova jikklejma li huwa għandu drittijiet, ikollu wkoll il-mod legali ta' kif jippreżenta l-każ tiegħu u ta' kif iwassal il-punti marbutin max-xewqat u t-talbiet tiegħu b'mod li l- istess miżuri jkunu ippreżentati b'mod tajjeb biżżejjed li jipprovaw li huwa s-sid ta' dawk l-istess punti li jkun qed jikklemja.", "Naturalment, punt ieħor li joħroġ mil-liġi li għandna quddiemna huwa li ma jistax xi ħadd jaqbad u jivvinta sistema mod ta' kif jiġbor l- informazzjoni mingħand dak li jkun u l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna fil-fatt jara kif tista' tinkiseb l-informazzjoni waqt li jkunu għaddejjin proċeduri fil-konfront ta' min ikun kiser id-drittijiet intellettwali u l-miżuri li għandhom jittieħdu bil-qrati ta' pajjiżna fil- każ tagħna u f'każijiet oħra bil-qrati ta' pajjiżi oħra jridu jkunu ċari.", "Irridu nassiguraw ukoll li jkun hemm miżuri korrettivi li jkunu proporzjonati u li jkunu jagħmlu sens ma' l-att kriminali li jkun sar.", "Irridu nkomplu nenfasizzaw il-ħtieġa li min jittella' l-qorti jew inkella tittieħed proċedura kontrih u jeħel ftit mijiet ta' liri jew inkella ftit eluf ta' liri, l-għada ma jerġax jikser il-liġi għaliex jaf li dak li ġie kkundannat għalih huwa ħmerija ħdejn il-benefiċċju finanzjarju dirett minn dak li bih ikun qed jikser il-liġi.", "Għalhekk, Sur President, irid ikun hemm ukoll relazzjoni tajba bejn il- benefiċċju li dak li jkun jista' jakkwista billi jikser il-liġi u dak li jiġi mġiegħed iħallas jekk kemm-il darba l-istess liġi tinkiser.", "Waħda mill-akkużi li għandna f'pajjiżna minn diversi għaqdiet li għandhom il- funzjoni li jipproteġu dawn id-drittijiet ta' awturi kemm li joriġinaw minn Malta kif ukoll li joriġinaw minn barra minn Malta hija li lil dak li jkun tista' ttellgħu l-qorti u jeħel ftit għexieren ta' liri, pero` fil-ħin li jkun qiegħed il-qorti biex jiġi pproċessat ikun qed idaħħal, mill-istess attivita` illegali, iktar minn kemm fil-fatt ikun qed jiġi kkundannat bħala sentenza mill-qorti.", "U allura dak li jkun iħossu li jista' jibqa' għaddej għaliex fl-aħħar mill-aħħar meta jgħodd l-ispejjeż ta' dawn il-kundanni bħala parti mill-ispejjeż tan-negozju tiegħu, xorta se jibqa' jaqla' l- flus!", "Jiena naf li matul il-jiem li għaddew kien hemm kontroversja - mhux l- ewwel darba li kien hemm kontroversja bħal din - li qed toriġina minn rappreżentazzjonijiet li saru lill-ministeru għall-kompetittivita` u komunikazzjoni, minn waħda mill-għaqdiet li fil-fatt tirrappreżenta numru ta' persuni f'pajjiżna li għandhom ċerti drittijiet ta' l-awtur.", "Fost affarijiet oħra, dawn qegħdin jirrakkommandaw li jkun hemm żieda qawwija fil-multi, u jekk m'iniex sejjer żball qegħdin jipproponu li jkun hemm żieda fil-multi li twassal sa Lm50,000.", "Filwaqt li wieħed jenfasizza li qed tingħata konsiderazzjoni - forsi l-iktar punt sensazzjonali f'moħħ il- pubbliku Malti jew inkella f'moħħ min ried jirrapporta l-event kien li qed ikun hemm suġġerimenti li jkun hemm kundanni ta' multi sa Lm50,000 għal min jikser il-liġi – li jkun hemm żieda fil-multi, pero` hemm numru konsiderevoli ta' rakkomandazzjonijiet oħrajn.", "Id-diviżjoni tal-kummerċ qed tikkonsidra dawn ir-rakkomandazzjonijiet u eventwalment meta jkun hemm il-maturazzjoni tad-diskussjoni dwar dan il- punt inkunu f'qagħda li pajjiżna jkollu wkoll żieda f'kundanni li wieħed ikollu jħallas jekk kemm-il darba jikser il-liġijiet, pero` ma naħarbux niġru u ma naħsbux li billi nagħmlu multi li fihom infushom huma esaġerati mhux se jinstab mod ta' kif dak li jkun jipprova jikser il-liġijiet.", "U allura rridu nilħqu bilanċ u nsaħħu l-għodda neċessarja, u din mhijiex biss responsabbilta` tad-diviżjoni tal-kummerċ waħedha imma hija responsabbilta` li tifrex fuq diversi dipartimenti u entitajiet governattivi u fuq dawk li jimpurtaw f'pajjiżna materjal li għalkemm fih innifsu mhuwiex illeċitu, fis-sens li mhuwiex xi materjal li ma tistax tużah f'pajjiżna, pero` jkun materjal li ma jkunx ta' forma oriġinali.", "Għaldaqstant irridu nassiguraw li tingħata dik il-protezzjoni neċessarja biex dak li jkun ma jiġix imħajjar jikser ir-regoli.", "F'dan ir-rigward qed tingħata konsiderazzjoni lis-suġġerimenti kollha u l-persuni li pproponew dawn l-istess sitwazzjonijiet se jkollhom iċ-ċans li jkomplu jiddiskutu mad-dipartiment, inkluż miegħi bħala ministru jekk ikun il-każ, biex nassiguraw li nkunu qed nagħmlu xi ħaġa li tagħmel sens.", "Pero` fl-aħħar mill-aħħar irridu nkunu f'qagħda li pajjiżna jkun ukoll in line ma' l- obbligi Ewropej u internazzjonali biex ma jkollniex abbużi li permezz tagħhom ibati min ikun għamel ix-xogħol oriġinali u jbati wkoll dak il- konsumatur li jitwikka b'affarijiet li mhumiex oriġinali għaliex mingħalih li qed jiffranka xi ftit tal-flus, imma fir-realta' jkun qed jingħata prodott ħażin.", "Sur President, din il-liġi qed tagħti ċerti poteri wkoll lill-ministru li jkun responsabbli mill-proprjeta` intelletwali f'pajjiżna u fi żmenijiet differenti kien hemm ministri differenti li kienu responsabbli minn dan is- settur.", "Forsi min-naħa ta' l-oppożizzjoni se nisimgħu li dan il-poter lill- ministru m'għandux jingħata, pero` dawn huma argumenti li smajniehom diversi drabi.", "Jiena ngħid biss li fl-aħħar mill-aħħar ministru ta' ċertu responsabbilta` ma jistax jaħrab mir-responsabbilta` li japplika b'mod ekwu l-kondizzjonijiet tal-liġi u jiggarantixxi li min għandu r-responsabbilta` li japplika l-liġi jkollu l-għodda neċessarja biex ikun f'qagħda li japplika l-istess liġi.", "U allura hawnhekk qegħdin naraw li l-liġi se tagħti l-possibbilta` li jkun hemm estensjoni ta' kategoriji ta' persuni li jkollhom jedd li japprofittaw ruħhom mill-miżuri, jiġifieri jkun hemm iktar nies li jistgħu jiġu 'l quddiem u jikklejmjaw li għandhom drittijiet fil-konfront ta' min skond huma jkun abbuża fil-konfront tagħhom.", "Ukoll ikun hemm estensjoni ta' persuni li fil-fatt jistgħu jittieħdu proċeduri legali kontra tagħhom, u naturalment ikun hemm estenzjoni għal dawk li huma rimedji pprovduti permezz ta' din il-liġi.", "Din l-istess liġi tipprovdi li jkun hemm termini speċifiċi rigward l-eżerċizzju ta' xi azzjoni proprju biex nassiguraw li mhux ikun hemm sitwazzjoni bla ebda limitu fejn ħadd ma jaf meta d- drittijiet jistgħu jibdew u jistgħu jispiċċaw.", "Iktar kmieni fid-diskors tiegħi għamilt riferenza għall-fatt li d-danni li wieħed jiġi mġiegħel iħallas għandhom ikunu mqarrba kemm jista' jkun lejn il-ħsara jew lejn il-kontravvenzjoni li tkun saret, u dan irid isir b'mod mill-iktar trasparenti u mhux sempliċement ikun hemm l-ammonti li jridu jitħallsu.", "Għalhekk irridu nsibu metodi ta' kif id-danni li wieħed jiġi mġiegħel iħallas ikunu kkalkolati b'mod li jagħmel sens u b'mod li verament ikun hemm bilanċ bejn l-illegalita` u d-dannu li jkun sar fil-konfront ta' min oriġina l-invenzjoni u mhux lil min inwaħħluh Lm10,000, lil min inwaħħluh Lm50,000 u lil min inwaħħluh Lm500!", "Skond dan l-abbozz ta' liġi, il-mod ta' kif jiġu smati dawn id-danni għandu jiġi determinat b'metodi li jkunu magħrufa mill-ikbar numru ta' nies possibbli proprju biex wieħed ikun f'qagħda li jara li l-istess kriterji huma applikabbli għal kulħadd u li ma jiġux abbużati lanqas fil-konfront ta' min ikun abbuża u kiser l-istess liġijiet ta' pajjiżna f'dan il-każ.", "Hemm ukoll metodi ta' kif wieħed ikun jista' jipproċedi fil-konfront ta' min allegatament ikun għamel xi forma ta' abbuż, u l-qrati li se jittrattaw dawn it-tip ta' azzjonijiet huma stabbiliti bl-istess liġi biex ikun ċar għal kulħadd li dak li qed nipprovaw indaħħlu jkun qed jiġi mwassal lil dawk kollha li b'xi mod għandhom relazzjoni ma' dawn is- sitwazzjonijiet partikolari.", "Kif għidt matul id-diskussjoni, wieħed mill- għanijiet l-iktar importanti ta' din il-liġi huwa li l-piena li tingħata ma tkunx piena mitfugħa waħedha fl-ajru, imma tkun kwalifikata bi kriterji ċari b'mod li dak li jkun ikollu l-possibbilta` li jingħata wkoll dik l- informazzjoni neċessarja.", "Għan ieħor ta' dan l-abbozz ta' liġi huwa li jkompli jsaħħaħ il-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjeta` intellettwali.", "Barra minn hekk, għandu l-iskop li jkompli joħloq kuxjenza ħalli kemm dak li għamel l-invenzjoni, kemm dak li għamel il-kitba u kemm dak li ħoloq xi biċċa arti partikolari kulħadd ikun jaf fejn qiegħed u x'responsabbilta` għandu.", "Minn naħa l-oħra, min jkun irid jabbuża minn din l-invenzjoni jew minn din il-biċċa xogħol ta' arti jkun jaf x'inhuma l-konsegwenzi.", "Naturalment kif għidt aktar qabel irridu nifirxu iktar id-diskussjoni dwar dan is-suġġett, u għalkemm ma nafx l-andament ta' dan id-dibattitu kif se jmur, irridu nifhmu li permezz ta' din il-liġi mhux sempliċement qegħdin nieħdu l-miżuri neċessarji biex fejn ikun hemm abbuż ikun hemm inforzar b'mod iktar qawwi u b'mod iktar ekwu, imma li permezz ta' din il-liġi nkomplu noħolqu kuxjenza dwar dan is-suġġett.", "Nerġa' ngħid li dan mhuwiex xi suġġett popolari, imma jaffettwa lil kulħadd.", "Ma rridux ninsew li nistgħu ngawdu l-benefiċċju tal-ħidma tax-xogħol li jkun għamel ħaddieħor, imma jekk ma ninkoraġġixxux lil min ikun għamel l-isforz biex għamel investiment u uża parti minn ħajtu biex joħloq xi ħaġa partikolari billi nagħtuh il-protezzjoni neċessarja bil-liġi, inkunu ta' disservice lill- pubbliku Malti.", "Għalhekk tajjeb li nużaw din l-okkażjoni biex nifirxu iktar l-informazzjoni dwar dan is-suġġett.", "Huwa veru li quddiemna għandna liġi dwar inforzar aħjar - u din hija sitwazzjoni ideali - pero' nafu li se jibqa' jkun hemm persuni li jipprovaw jisirqu u jieħdu dawk id-drittijiet li mhumiex tagħhom, u se jibqa' jkun hemm persuni li jipprovaw jaqilgħu flus minn ħidma u minn investiment li jkunu saru minn ħaddieħor.", "F'dan ir-rigward aħna għandna l- obbligu li nfiehmu lil kull min b'xi mod jew ieħor jista' jiffaċċjana b'sitwazzjoni ta' serq ta' proprjeta' intellettwali jew inkella ta' abbuż minn proprjeta' intellettwali u nkomplu nwasslu messaġġ ċar u qawwi li din mhijiex miżura li hija meħtieġa sempliċement biex tinforza u tassigura iktar dixxiplina.", "Fil-fatt din hija miżura b'għan iktar wiesa' li tħajjar iktar persuni jinvestu flushom u ħinhom ħalli dan l-investiment iservi ta' benefiċċju mhux biss għalihom, imma wkoll biex l-ekonomija ta' pajjiżna tkun tista' timxi 'l quddiem u tkun tista' tiġi msarrfa f'żieda ta' impjiegi.", "Allura rridu nqisu dan l-abbozz ta' liġi bħala għodda oħra - forsi f'għajnejn xi wħud għodda żgħira u mhux daqshekk importanti - li permezz tagħha l- kompetittivita' ta' pajjiżna tkompli twassal għal riżultati dejjem aħjar.", "Din mhijiex sempliċement liġi iżolata, imma fil-fatt trid tintrabat ma' diversi liġijiet oħra eżistenti u oħrajn li għad iridu jsiru biex Malta ssir iktar kompetittiva u nagħrfu nsarrfu l-ħidma tar-riżors uman Malti għall-benefiċċju ta' pajjiżna.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Chris Agius.", "ONOR.", "CHRIS AGIUS: Sur President, l-għan ta' dan l-abbozz, kif imniżżel fl-istess għanijiet u raġunijiet, huwa biex jittrasponi fil-liġi tagħna d- dispożizzjoni tad-direttiva ta' l-Unjoni Ewropea u tal-Kunsill dwar l- inforzar tad-drittijiet tal-proprjeta' intellettwali.", "Dan l-abbozz qed jagħtina għodda iktar b'saħħitha sabiex niġġieldu kontra min jikser xi dritt ta' proprjeta' intellettwali fuq bażi kummerċjali.", "B'rabta ma' din il-liġi tal-lum matul dawn l-aħħar xhur iddiskutejna l-liġi tal-patents kif ukoll żewġ riżoluzzjonijiet, waħda li titlob li pajjiżna jaderixxi għall- Konvenzjoni Ewropea dwar il-privattivi u riżoluzzjoni oħra li titlob li pajjiżna jaderixxi għat-Trattat ta' Koperazzjoni dwar il-Privattivi.", "Issa f'din il-liġi se nkomplu nagħtu aktar saħħa lil-liġijiet eżistenti f'pajjiżna fosthom lill-Att dwar id-drittijiet ta' l-awtur, lill-Att dwar it-trade marks u lill-Att dwar privattivi industrijali u disinji.", "Kif qal il-ministru fl-introduzzjoni tiegħu naħseb li ftit huma dawk in-nies li jinteressahom minn dak li nkunu qegħdin ngħidu hawn ġew fuq suġġett daqshekk kumpless.", "Pero' din hija liġi li għandha interess partikolari, cioe' li tgħin lill-ekonomija ta' pajjiżna timxi aktar 'il quddiem.", "Fid- diskussjoni li kellna ftit ilu dwar it-trattati u dwar l-Att dwar il- privattivi kellna ċans nitkellmu dwar l-importanza li nħarsu lil min ikun għamel xhur jew snin jistinka sabiex jivvinta xi ħaġa ġdida.", "Rajna wkoll l- importanza li nissieħbu fil-European Patents Convention u fl-Intellectual Property Organisation sabiex patents approvati f'pajjiżna jkunu rikonoxxuti u magħrufa f'pajjiżi oħra.", "Issa qed nadottaw id-dispożizzjonijiet ta' din id-direttiva u qegħdin nagħmlu liġi dwar kif qed ikun protett l-awtur u fejn għandu jirrikorri meta jħoss li nkisru d-drittijiet ta' proprjeta' intellettwali li tagħha hu jkun l-awtur.", "Meta wieħed iħares lejn din il-liġi jsib li l-għan prinċipali tagħha hu li l-inforzar tad-drittijiet ta' proprjeta' intellettwali tkun waħda komuni fil-pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropea.", "Din il-liġi qed toħloq il-mekkaniżmu sabiex min jiksirha u jinstab li għamel dan fuq bażi kummerċjali, ċioe' biex jaqla' l-flus minnha, jittieħdu l-proċeduri kontrih.", "Sur President, se nagħti ftit tifsira għal min qed jismagħna ta' x'inhi u x'irridu nfissru bi protezzjoni.", "Per eżempju, l-iskop tal-patent huwa li tkun protetta l-invenzjoni u allura l-awtur ikun jista' jieħu xi ftit return għall-impenn li jkun wettaq sabiex ħoloq din l-innovazzjoni.", "Jekk dan ma jkunx il-każ u ma jkollu l-ebda financial return, żgur jaqta' qalbu u mhux se jerġa' jipprova joħloq xi ħaġa ġdida minkejja l-ħiliet u l- kapaċitajiet li jista' jkollu.", "Mill-banda l-oħra jekk ikun ħallielu xi return, jipprova joħloq xi ħaġa xi ħaġa oħra innovattiva li ttejjeb dak li jkun għaddej f'pajjiżna.", "Dawn in-nies huma responsabbli sabiex titjieb il- ħajja ta' kull wieħed u waħda minna.", "Imbagħad għandna t-trade marks li hija dik ir-rabta li wieħed jagħmel bejn prodott u min ikun għamilha bħal, per eżempju, ir-rabta tal-Ferrari maż- żiemel jew inkella il-ħames ċrieki ma' l-olimpjadi.", "L-importanza tat-trade marks hija li l-prodott jiġi identifikat mill-ewwel malli tara l-marka marbuta miegħu u allura prodott jingħaraf mid-disinn tiegħu.", "Imbagħad għandna l-liġi tal-copyright li hija aktar marbuta ma' mużika, films u kotba, u hawnhekk ukoll naraw il-protezzjoni ta' l-awtur li jkun impenja ruħu biex joħloq biċċa xogħol kreattiva.", "Jekk dan ma jkollux il- protezzjoni, bħall-patents, ma jkollniex il-lussu ta' mużika, ta' kotba u ta' films li għandna llum, u kieku żgur li m'għandniex libreriji daqshekk vasti ta' kotba u diski.", "Sur President, illum kulħadd qed jitkellem dwar il-qasam tar-riċerka, l- iżvilupp u l-innovazzjoni li żgur jintrabtu b'mod dirett, kemm mal-patent, kemm mal-copyrights u kif ukoll mat-trade marks.", "Fil-fatt għall-Unjoni Ewropea ir-riċerka u l-innovazzjoni jgħinu sabiex jinħolqu impjiegi ġodda, jinħoloq il-ġid u tinħoloq kwalita' ta' ħajja aħjar.", "Allura huwa importanti li permezz ta' liġi bħal din noħolqu xibka ta' protezzjoni għar- riżultat aħħari tas-snin ta' riċerka u innovazzjoni u ndaħħlu miżuri korrettivi għal min jikser dawn id-drittijiet.", "Dawn in-nies li xogħolhom hu li jaraw kif joħolqu xi ħaġa ġdida biex itejbu l-proċess jew servizz għandhom jingħataw il-garanzija li dak li ħadmu u stinkaw għalih, għallinqas igawdu ftit il-frott tiegħu.", "Illum dawn l-affarijiet huma kważi rikonoxxuti minn kull pajjiż u għalhekk jingħaqdu flimkien fit-trattati u direttivi biex jagħtu aktar saħħa lil dik il-ħaġa li tkun ġiet ivvintata.", "L-innovazzjoni għandha funzjoni importantissima fil-ħajja tagħna, b'mod partikolari fl-industrija sabiex mhux biss jinħolqu prodotti ta' kwalita' aktar għolja, iżda sabiex l- industrija tagħna tkun tista' ssir aktar kompetittiva u tkun tista' tikkompeti fis-swieq f'dinja globalizzata.", "Għalhekk ħafna kumpanniji jonfqu flejjes kbar mill-qligħ tagħhom fuq ir-riċerka u l-innovazzjoni.", "Naturalment mhux il-kumpanniji kollha jiddedikaw l-istess persentaġġi ta' flus mill-qligħ tagħhom fuq l-innovazzjoni, pero' ċerti kumpanniji f' setturi partikolari jispiċċaw ifallu mingħajr ir-riċerka u l-innovazzjoni.", "Qasam li żgur jistaġna u jispiċċa jekk ma jkollux riċerka u innovazzjoni huwa l-qasam tal-farmaċewtika.", "Nafu kemm jeħtieġ ħin ta' studju u riċerka sabiex tiġi vvintata xi mediċina ġdida, u allura huwa importanti li dawn ikollhom dik il-protezzjoni.", "Jekk ma jkollhomx din il-protezzjoni, dawk ix- xhur u snin ta' riċerka jtiru mar-riħ.", "Fis-sena 2004 fil-25 pajjiż membru ta' l-Unjoni Ewropea intnefqu €200 biljun fuq riċerka u żvilupp, li jfisser 1.9% tal-GDP minfuqa fl-Unjoni Ewropea.", "Issa l-Unjoni Ewropea poġġiet it- targets tagħha fl-istrateġija ta' Lisbona li sas-sena 2010 l-infiq fir- research and development (R&D) għandu jkun 3% tal-GDP.", "Fl-Amerika l-infiq fl-R&D huwa ta' 2.9% tal-GDP u fil-Ġappun huwa 3.15% tal-GDP.", "Pero' l- ekonomiji kompetituri tagħna ta' l-Ewropa għandhom infiq fl-R&D li huwa ħafna iktar minn tagħna u fil-fatt jekk inħarsu lejn x'qed jiġri fil- pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropea nsibu li l-ammont ivarja bejn 3.7% tal- GDP fl-Isvezja għal 0.3% tal-GDP f'pajjiżna.", "Wieħed jista' jinnota li l-akbar infiq fir-riċerka u l-żvilupp ġej mill- pajjiżi Skandinavi fejn għandhom livell għoli ta' għajxien u jiġu l-ewwel fil-gradwatorja ta' pajjiżi li għandhom l-ogħla kompetittivita'.", "Insibu wkoll li f'dawk il-pajjiżi fejn hemm l-akbar infiq fir-riċerka u żvilupp hemm ukoll l-akbar ammont ta' patents reġistrati kemm mal-Euro Patents Office kif ukoll mal-US Patents Office.", "Fis-sena 2002 l-Amerika kien dak il- pajjiż li kellu l-akbar ammont ta' applikazzjonijiet għall-patents, u fil- fatt dan l-ammont kien ilaħħaq 46,800 applikazzjoni.", "Warajhom b'ħafna inqas jiġu l-Ġermanja b'24,500 patent application u l-Ġappun b'24,490 applikazzjoni.", "Jekk naraw minn fejn ġejjin dawn il-patents insibu li l- maġġoranza tagħhom ġejjin mis-settur privat tan-negozju.", "Fl-Ewropa dan ivarja minn 63% fi Spanja għal 92% fil-Finlandja.", "Pero' fiċ-Ċina nisbu li 36% tal-patents ġejjin minn entitajiet governattivi.", "Dan kollu huwa marbut ma' l-edukazzjoni.", "Għal darb'oħra jiena qed nerġa' nsemmi l-importanza li jkollna aktar żgħażagħ ippreparati għall-isfidi tal-lum u aktar u aktar għall-isfidi ta' għada.", "Ma nixba' qatt ngħidha, għax ta' kuljum niltaqa' ma' żgħażagħ li lanqas biss ikunu jafu jiktbu isimhom u l-indirizz fejn joqogħdu wara diversi snin fl-iskola u joħorġu illitterati.", "Sfortunatament minkejja l-fatt li l-ispiża fl-edukazzjoni tibqa' tiżdied, pajjiżna għadu qed jesperjenza numru dejjem jiżdied ta' żgħażagħ li jispiċċaw mill-iskola mingħajr l-ebda taħriġ u wħud minnhom lanqas biss ikunu jafu jiktbu u lanqas jaqraw.", "Ħalli nsemmi ftit statistika li fl- interventi li għamilt dwar il-patents ftit tal-ġimgħat ilu ma semmejthiex.", "Jekk nagħtu ħarsa lejn il-persentaġġ ta' dawk iż-żgħażagħ bejn l-20 u l-24 sena li komplew sal-livell sekondarju, insibu li pajjiżna jinsab fl-aħħar post minn fost il-pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropea.", "F'Malta inqas minn 50% ta' l-istudenti f'dan l-age group waslu sal-livell sekondarju meta l- average tal-25 pajjiż ta' l-Unjoni Ewropea huwa ta' aktar minn 75%.", "Il- pajjiżi kollha, minbarra Spanja u l-Portugall, jaqbżu s-70%.", "Imbagħad insibu pajjiżi li ssieħbu magħna bħar-Repubblika Ċeka fejn il-persentaġġ ta' żgħażagħ bejn l-20 u l-24 sena li waslu sal-livell sekondarju jaqbeż id-90%.", "Huwa inkwetanti wkoll il-persentaġġ ta' early school leavers, jiġifieri dawk iż-żgħażagħ ta' bejn it-18 u l-24 sena li ma jkunu qed jieħdu l-ebda forma ta' taħriġ.", "F'dan ir-rigward pajjiżna għandu wkoll l-ogħla rata ta' school leavers fejn il-persentaġġ huwa ta' 47% meta l-average tal-pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropea huwa ta' 15%.", "Mhux ta' b'xejn li għandna ammont kbir ta' persuni jirreġistraw għal xogħol li huwa elementary occupation, jiġifieri impjieg li ma jeħtieġ l-ebda taħriġ.", "Dan jiġi rifless ukoll fuq il-fatt li qed ikollna ħafna żgħażagħ li qed idumu biex jidħlu fid-dinja tax-xogħol.", "Sur President, jiena bħal sħabi niltaqa' ma' ħafna żgħażagħ li jiġu għandna għall-għajnuna sabiex isibu impjieg u jiddispjaċini meta jiġi żgħażugħ li jkun temm l-iskola fl-eta' ta' 16-il sena u wara għaxar snin skola ma jkun kapaċi jagħmel xejn.", "Mhux faċli li tgħinhom isibu impjieg għaliex kif qed ngħid ma tantx ikollhom x'joffru, pero' mill-banda l-oħra ma jkunx faċli lanqas li tikkonvinċihom sabiex jieħdu xi kors ta' l-ETC.", "Pajjiżna għandu l- akbar persentaġġ ta' persuni li qed jirreġistraw għall-ewwel impjieg tagħhom.", "F'Malta nsibu li 30% ta' dawk li jirreġistraw għax-xogħol qed ifittxu l-ewwel impjieg tagħhom meta l-average fil-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea hu ta' 18.3%.", "Xtaqt issa nkompli ftit fuq il-patents.", "Kif diġa' għidt, meta wieħed jivvinta xi ħaġa sabiex din ma tkunx ikkupjata mingħajr il-kunsens ta' l- inventur, tiġi reġistrata mal-patents office.", "F'pajjiżna n-numru ta' patents reġistrati mal-patents office baqa' jiżdied sena wara l-oħra, u l- akbar ammont ta' patents li għandna f'pajjiżna huma fil-qasam tal- farmaċewtika.", "Sabiex inkomplu nsaħħu l-liġi tal-patents fuq skala akbar dan il-Parlament approva li naderixxu għal żewġ trattati; l-ewwel wieħed il- European Patents Convention magħmul minn 31 pajjiż Ewropew iżda mhux kollha membri ta' l-Unjoni Ewropea, u Malta kienet l-aħħar pajjiż mill-25 membru li permezz ta' dan il-Parlament approvat li nissieħbu f'dan it-trattat.", "Permezz ta' dan it-trattat il-patents reġistrati f'dawn il-pajjiżi membri jridu jirrikonoxxu dawn il-patents approvati.", "Il-European Patents Office jirċievi madwar 178,000 applikazzjoni għal patent kull sena u jsiru 800,000 applikazzjoni oħra mferrxin ma' l-erbat irħijat tad-dinja.", "Illum insibu li jeżistu madwar 400 miljun patent rikonoxxuti madwar id-dinja.", "Ftit tal-ġimgħat ilu pajjiżna aderixxa wkoll għall-Patents Co-operation Treaty li jinkorpora fih 133 pajjiż imferrxa mad-dinja u allura dan it- trattat jitlob li jkun hemm reġistru internazzjonali ta' dawk il-patents rikonoxxuti f'dawn il-pajjiżi membri.", "Iżda minkejja dawn il-liġijiet u t- trattati mimlija kollha miżuri u drittijiet xorta nibqgħu naraw min jipprova jisraq għaliex li tikkopja xi ħaġa li tkun ivvintata minn xi ħaddieħor huwa serq.", "Dan isir anke minn kumpanniji ġganteski.", "Ftit ta' xhur ilu l-Microsoft instabet ħatja li kisret il-liġi tal-patent u ġiet ordnata tħallas lill-inventur, persuna mill-Gwatemala, is-somma ta' $9 miljuni.", "Iżda l-figura hija ħafna iżgħar mis-somma li ntalbet mill-inventur li kien qed jitlob is-somma ta' $500 miljun, u dan għaliex ħafna mit- talbiet tiegħu ma kenux milqugħa.", "Din il-persuna mill-Gwatemala kienet applikat għal patent fl-1990 għaliex kienet ħolqot xi biċċa software u allura b'xi mod saret ġustizzja magħha.", "Dan kien każ fejn għal darba jidher li l-ħuta ż-żgħira rnexxielha tirbaħ fuq il-ħuta l-kbira.", "Dawn it-tip ta' każijiet ta' ġlied dwar patents bejn kumpanniji kbar huma komuni ħafna.", "Per eżempju, l-IBM fetħet kawża dwar patents kontra l-Amazon.com kif ukoll kawżi kontra l-Kodak, kontra l-Agfa u kontra s-Sanyo.", "Għalhekk dawn il- liġijiet huma importanti għax meta jkollna dawn it-tip ta' kawżi u jingħataw ir-raġun ikun xieraq li min ikollu raġun jieħu l-premju li jixraqlu.", "Ngħid xi ħaġa oħra fuq il-copyright li hija marbuta l-iktar ma' kotba, mużika u films.", "Naħseb li l-iktar kelma li norbtu ma' serq ta' copyright hija l-piracy li tfisser l-ikkupjar ta' xogħol ta' l-awtur bi skop ta' bejgħ u distribuzzjoni.", "Il-kelma piracy toqgħod eżatt f'dan il-kontest u fil-fatt meta tagħmel riċerka fuqha ssib li l-piracy huwa marbut mal-passat meta kienu jaħtfu l-vapuri, u naħseb hija tifisira eżatt ta serq bla skruplu ta' xejn fejn dak li jkun jikkopja b'mod kważi perfett kopji oriġinali.", "Din hija ħaġa li tippreokkupa ħafna nies għaliex qed jonqos id- dħul possibbli għall-awtur.", "L-iktar tipi komuni ta' piracy huma ta' video u computer games, DVDs, diski ta' mużika u computer software.", "F'pajjiżna mhux l-ewwel darba li nisimgħu li ġew elevati eluf ta' kopji ta' diski kkupjati u mhux l-ewwel darba li nisimgħu jew naraw fl-aħbarijiet it-tkissir ta' miljuni ta' kopji ta' diski kkupjati.", "Minbarra li tkun qed issir ħsara lil-industrija tkun qed issir ukoll ħsara lil-awtur innifsu.", "Fl-2001, minħabba dan l-ikkupjar illegali ta' CDs, fl-Amerika kellhom 4.5% tnaqqis fil-bejgħ, fil-Kanada kellhom tnaqqis ta' 9.6% u fil-Ġermanja kellhom tnaqqis ta' 9.2%.", "Jiena naħseb li ħafna minna ltaqgħu ma' mużiċisti jew kantanti li jilmentaw li wara li jkunu nefqu kwantita' ta' flus u ddedikaw kwantita' ta' ħin biex jipproduċu xi CD isibu li wara ftit ġranet din tiġi ikkupjata u tkun għall-bejgħ bi ftit liri għaliex ikun hawn min huwa bla skruplu u jikkopja b'mod illegali dawn id-diski.", "Dan mhuwiex fair fuq nies li jiddedikaw ħajjithom u ħinhom għal affarijiet bħal dawn u hija wkoll kompetizzjoni inġusta.", "Kif jista' jkun hemm kompetizzjoni ġusta bejn min jikkopja diska bi ftit ċenteżmi u ma jħallas l-ebda taxxi u m'għandu l-ebda spejjeż ta' overheads u kumpanniji u awturi li jagħmlu ħafna spejjeż biex jipproduċu dik l-istess diska b'mod oriġinali?", "Il-protezzjoni tal- copyright hija dritt għall-awtur u normalment biċċa xogħol li tkun reġistrata mal-Copyright Office għandha protezzjoni awtomatika mill- ħolqien tagħha sa 70 sena mil-mewt ta' l-awtur, filwaqt li meta x-xogħol ikun anonimu jew ta' psewdonimu l-ħajja tal-copyright hija ta' 95 sena mill- pubblikazjzoni jew 120 sena minn meta tinħoloq.", "Naħseb li l-ikbar piracy li teżisti hija fid-downloading ta' mużika fil- forma ta' MP3.", "Dan huwa mod modern kif tniżżel kull tip ta' mużika mingħajr ma tħallas xejn.", "Min ma jiftakarx fil-każ ta' Napster?", "Din kienet search engine minn fejn kienet tiġi downloaded kull tip ta' mużika, f'ċerti każijiet anke mużika li tkun għadha ma daħlitx fis-suq.", "Kien fatt bħal dan li fetaħ il-bibien għal kawżi kontra Napster għaliex kienet indaqqet tip ta' mużika metallika qabel ma ħarġet fis-suq, iżda dawk li jużaw in-Napster baqa' jikber u għalhekk daħlet ir-Recording Industry Association of America li talbet biex jitwaqqaf is-servizz offrut min- Napster.", "Minkejja l-ħafna appelli Napster tilfu l-kawża u kellhom iwaqqfu dan is-servizz li kien sar tant popolari ma' min kien jagħmel użu mill- internet u kellhom iħallsu wkoll US$26 miljun f'danni.", "L-iktar piracy komuni huwa l-ikkupjar ta' diski, DVDs u videos li jinbiegħu bis-soldi.", "Għalkemm il-kwalita` żgur tkun ħafna agħar mill- oriġinali, huma ħafna dawk in-nies li jirrikorru biex jixtru xogħol ikkupjat minħabba l-prezz baxx.", "Il-bejgħ ta' pirated copies wasal anke fuq l-internet.", "Fir-Russja, minn kull għaxar DVDs li jinbiegħu disa' ma jkunux oriġinali u sitta minn kull għaxar CDs li jinbiegħu jkunu kopja falza.", "Kif għidt qabel, l-awtur ikun nefaq ħafna flus biex joħloq biċċa xogħol biex titgawda minna.", "Fil-fatt ikun hemm min tant jemmen f'dak li jkun qed jagħmel li jkun lest li jirriskja flusu kollha.", "Meta ftit snin ilu Mel Gibson ħolom biex jagħmel \"The Passion of the Christ\" nefaq madwar Lm30 miljun li bdew jgħidu ġejjin minn butu, emmen fih u ħa r-riskju, iżda kellu raġun għax dan kien wieħed mill-iktar films li daħħal flus.", "Imma dan il- film xorta kien ġie kkupjat b'mod illegali madwar id-dinja kollha u jintqal li f'pajjiżna dan kien l-iktar film li tiegħu nbiegħu kopji foloz.", "Naħseb li kulħadd jaf li l-piracy tad-DVDs hija mifruxa ħafna fiċ-Ċina.", "Minkejja l-abbużi li hemm il-gvern Ċiniż għamel numru ta' liġijiet biex jiġġieled din it-tip ta' kriminalita`.", "Is-sena l-oħra żewġ Amerikani ntbagħtu 30 xahar ħabs u weħlu multa kbira fiċ-Ċina wara li kienu jbigħu DVDs ikkupjati fuq l-internet għal US$3.", "Intqal li fuq perjodu ta' tmien xhur dawn kienu biegħu madwar 180,000 kopja ta' DVDs u daħħlu madwar US$850,000.", "Imbagħad insibu wkoll is-software piracy li hija wkoll mifruxa ħafna.", "F'rapport li ħareġ mill-Business Software Alliance jingħad li fis- sena 2003 it-telf minn software piracy kien jammonta għal Lm29 biljun bl- iktar tliet pajjiżi li fihom jitwettaq dan it-tip ta' serq ikunu ċ-Ċina, il- Vietnam u l-Ukrajna.", "Tajjeb ngħidu li s-software piracy huwa illegali kemm jekk ikun għan-negozju kif ukoll jekk ikun għall-użu personali.", "Huwa fatt li meta tixtri software mhux oriġinali huwa ħafna orħos bħall- affarijiet l-oħra kkupjati iżda minbarra li tkun qed tikser il-liġi meta tixri pirated software żgur li se jkun ta' kwalita` inferjuri mill- oriġinali.", "Ftit tal-ġranet ilu fl-Amerika persuna li tmexxi website li toffri kopji ta' software tressqet il-qorti u qalet li kienet għamlet $20,000 fi profitti iżda l-investigazzjonijiet waslu biex qalu li din il-persuna kienet għamlet madwar $2.5 miljuni fi profitti fuq bejgħ ta' software.", "Fil- fatt il-proċess għadu għaddej u din il-persuna qed tistenna li tingħata sentenza li tista' twaħħalha ħames snin ħabs u multa ta' iktar minn $200,000.", "Tajjeb li ngħid li l-ksur ta' proprjeta` intellettwali ssir f'ħafna forom differenti u f'pajjiżi fejn il-protezzjoni hija limitata hija iktar lampanti.", "Per eżempju, iċ-Ċina qiegħda fl-ewwel post fejn hemm l- ikbar serq tad-drittijiet ta' proprjeta` intellettwali.", "F'dan il-pajjiż kull ħaġa mis-sema 'l isfel tkun ikkupjata, u tvajra minn karozzi sa parts ta' ajruplan u minn mediċina sa designer clothing.", "Ftit ilu l-kumpannija General Motors akkużat kumpannija Ċiniża li mmanifaturat karozza eżatt bħal wieħed mill-mudelli tagħhom.", "Il-ktieb ta' Bill Clinton \"My life\" kien għall- bejgħ għal $5 ftit ġimgħat biss wara li kien ħareġ.", "La qed nitkellem fuq il-kotba xtaqt nagħmel ftit kumenti fuq każi partikolari li qed jiġru f'pajjiżna u forsi fil-winding up il-ministru jkun f'pożizzjoni li jiċċara l-affarijiet.", "Hawnhekk qed nirriferi għall- ikkupjar ta' kotba permezz ta' photocopier.", "Naħseb huwa sigriet magħruf li huwa komuni li hawn studenti li jagħmlu photocopy ta' ktieb sħiħ u mbagħad jillegawh ħafna drabi jew għaliex il-ktieb jkun out of stock jew jista' jkun għax il-ktieb ikun iqum ħafna flus.", "Għandna istituzzjonijiet li jagħmlu photocopies ta' kotba u jgħadduhom lill-istudenti kontra ħlas ħafna inqas milli kieku xtraw ktieb.", "Il-liġi tal-copyright ma tolqotx lill- istudenti, imma jekk konna qed nagħlqu għajnejna għal xi ħaġa illegali bħalma huwa l-ikkupjar ta' kotba, x'se jiġri minn issa 'l quddiem?", "Huwa veru li jekk l-ikkupjar ma jsirx fuq bażi kummerċjali jinbidel ix-xenarju kollu, iżda tajjeb li l-kwestjoni dwar l-ikkupjar ta' textbooks tkun iktar ċara.", "Sur President, il-ħidma kordinata bejn membri tal-pulizija u d-Dwana f'pajjiżna qed tħalli ħafna frott mhux biss fil-qbid ta' DVDs u CDs foloz iżda anke fi qbid ta' prodotti oħra.", "Fil-ġurnal \"The Times\" ta' nhar is- Sibt kien hemm aħbar interessanti fejn intqal li d-Dwana ta' pajjiżna ġiet magħżula mill-customs department ta' l-Ewropa bħala l-iktar waħda li kellha suċċessi.", "L-istess rapport maħruġ minn Brussels jgħid li iktar minn 2 miljun prodott ikkupjat inqabad mid-Dwana Maltija u madwar l-Ewropa kollha l-ammont maqbud kien ta' 75 miljun item.", "La qed nitkellem fuq qbid ta' oġġetti counterfeit xtaqt ngħid xi ħaġa fuq it-trademarks u l-branding.", "Kif diġa' għidt, it-trademarks huma protetti b'din il-liġi li tpoġġi wkoll miżuri fuq min jikkupjahom.", "Tajjeb ngħidu wkoll li f'każ li trademark tagħmel snin mhux użata jew ma tibqax tkun rikonoxxuta ma' prodott din titneħħa mil-lista tat-trademarks.", "Hawnhekk nista' nsemmi l-każ ta' l-Aspirin li kienet trademark ta' Bayer iżda meta l-kelma aspirin bdiet tintuża bħala pillola kontra l-uġigħ din spiċċat minn trademark.", "Għalhekk huwa essenzjali li jkun hemm dan il- framework li jipproteġi d-dritt ta' l-awtur.", "Pajjiżna għaraf jirfina l- liġijiet dwar patents u trademarks matul is-snin għax nemmnu fis-sħiħ li dawn in-nies, li f'ħafna każi neħduhom for granted, għandhom bżonn ir- rikonoxximent tal-ġid li jkunu wettqu.", "Żgur li l-maġġoranza tan-nies lanqas qatt jgħaddilhom minn moħħhom kemm ikunu għaddew ħin u ljieli bla rqad u kemm ikunu nefqu flus dawn l-inventuri sakemm joħorġu b'xi skoperta ġdida.", "Kif diġa` għidt, dawn in-nies li xogħolhom huwa li jivvintaw xi ħaġa sabiex jagħmlulna ħajjitna aħjar għandhom bżonn il-protezzjoni, u għalhekk aħna naqblu fuq protezzjoni xierqa għad-dritt ta' l-awtur u protezzjoni tad- drittijiet tal-proprjeta` intelletwali.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki.", "L-Onor.", "Jose` Herrera.", "ONOR.", "JOSE' HERRERA: Sur President, qabel xejn ikolli nagħmel kumment biex nifraħ lill-kollega tiegħi, l-Onor.", "Chris Agius għar-riċerka estensiva li għamel u għad-diskors tiegħu li kopra s-suġġett kollu anke mill-aspett tekniku u tana anke ċerta statistika interessanti ħafna.", "Jidher li kellu diskors ippreparat tajjeb u jagħmel ġieħ lil dan il-Parlament li jkollna diskorsi ta' dan il-kalibru.", "Fil-fatt ħadt pjaċir nisimgħu b'attenzjoni u ħaqqu prosit.", "Din il-liġi li hija tajba u jiena naqbel magħha hija intenzjonata biex tittrasporta direttiva ta' l-Unjoni Ewropea.", "Naħseb li kieku ma jkunx hemm xi direttiva ta' l-Unjoni Ewropea kieku dawn it-tip ta' liġijiet tekniċi jibqgħu ma jiġux quddiemna.", "Pero` wieħed irid joqgħod attent li meta jittrasporta liġi minn korp ta' leġislazzjoni estera li jkollha nozzjonijiet ta' natura ġuridika totalment differenti minn dawk imħaddna fil-qafas legali tagħna wieħed irid joqgħod iktar attent.", "Għalkemm bħala pajjiż obbligati li nassorbu d-direttivi ta' l-Unjoni Ewropea, pero` l- ewwel irid isir skrutinju quddiem il-kumitat ta' skrutinju fil-Parlament.", "Jekk ikollna r-riservi tagħna nagħmluhom, u l-ministru għandu dritt fil- kunsill jieħu vot kif jidhirlu u għandna persentaġġ ta' saħħa tal-vot f'dak il-kunsill.", "Pero` una volta d-draft proposal isir direttiva, pajjiżna jkollu jadottaha.", "Imma dan ma jfissirx li pajjiżna jrid jittrasporta liġi cut and paste.", "Meta niġu biex nadottaw id-direttivi irridu nadottaw is- sustanza ta' dik id-direttiva, għax inkella jkollok sistema ġuridika f'pajjiż b'ħafna liġijiet oħra marbutin ma' l-istess tip ta' proċedura, imbagħad f'daqqa waħda tiddaħħal liġi li, out of the blues, jibda jkollok konċetti ġuridiċi totalment ineżistenti fil-kodiċi ta' proċedura tagħna.", "Fil-fatt, f'din il-liġi qasira għandna xejn inqas minn proċedura differenti minn kif issir kawża normali quddiem il-qrati u għandna l-introduzzjoni ta' tliet mandati ġudizzjarji totalment differenti li ma kenux jeżistu qabel u li, bid-dovut rispett lejn l-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici, bl-akkanitiżmu kollu tiegħu li jintroduċi liġi wara l-oħra, lanqas hu qatt ma ħolom bihom.", "U se nistaqsi: Għaliex dawn it-tliet tipi ta' poteri ġodda ta' eżekuzzjoni li qed jingħataw lill-qrati tagħna qed nillimitawhom biss għall- kwestjoni ta' intellectual property?", "Għaliex ma konniex iktar kawti u għamilniehom ukoll sa ċertu punt applikabbli għall-kawżi kollha u għamilna introduzzjoni fil-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili tagħna?", "Hawnhekk se jkollna proċeduri paralleli fejn tista' tmexxi b'mod u tista' tmexxi b'mod ieħor u se jkun hawn ċertu ammont ta' konfużjoni.", "Dak hu l- ewwel punt li xtaqt nagħmel, u se jkolli ċans nitkellem ftit iktar fit-tul fuqu.", "It-tieni punt li nixtieq nagħmel huwa li għal dak li jikkonċerna l- proprjeta` intellettwali, qed nitkellmu biss fuq aspetti ċivili.", "Il-ħabib tiegħi, il-Ministru Ċensu Galea jew xi ħaddieħor min-naħa tal-gvern ħabbar li l-gvern beħsiebu jħarrax ħafna l-aspett kriminali tal-protezzjoni tal- proprjeta` intellettwali.", "Issa jiena qed ngħid li kull pajjiż għandu ċ- ċirkostanzi tiegħu.", "Jien m'għandix l-istatistika fuq kemm hi verament mifruxa l-użanza ħażina fejn in-nies jabbużaw mill-proprjeta` intellettwali f'pajjiżna, u m'għandix din l-istatistika għaliex attwalment ma teżistix u ma nafux kemm verament f'Malta hemm abbużi tad-drittijiet intellettwali fuq il-proprjeta`.", "Pero` mill-esperjenza tiegħi ta' avukat nista' ngħid illi 80% ta' l-ekonomija sewda f'pajjiżna hija bbażata fuq dawn l-abbużi.", "Huwa fatt ukoll – u forsi l-gvern ma jafx - li għandek persentaġġ qawwi ta' nies fil-kummerċ li jew għax iridu, jew anke mingħajr ma jkunu jafu, qegħdin jiksru d-drittijiet intellettwali tal-proprjeta`.", "Jien naħseb li kieku kelli nistaqsi lill-ħabib tiegħi l-Onor.", "Tonio Borg dwar kemm tressqu każijiet il-qorti fuq ksur tal-liġi tal-copyright, ta' l- intellectual property u tat-trademarks fuq livell kriminali, naħseb li jirrispondini li wara l-kawżi tad-drogi, l-iktar li hemm kawżi huma fuq dawn l-affarijiet.", "Għalhekk qed ngħid li filwaqt li hemm bżonn li pajjiżna jaġġorna ruħu u nuru aktar serjeta`, min-naħa l-oħra rridu nimxu pass wara pass fuq din il-kwestjoni b'aktar kawtela u b'aktar prudenza.", "Għaliex?", "Għaliex jekk tqum filgħodu u tgħid li kulmin jikser il-liġijiet tal-copyright jew jikser xi liġi tad-dritt intellettwali se jeħel 20 sena ħabs, 15-il sena ħabs, jew jeħel Lm100,000 multa jew Lm50,000 multa, se tkun qed tiskossa bil-qawwi dak li sfortunatament huwa parti mill-ħajja tagħna f'Malta!", "Issa jiena m'iniex qiegħed hawn biex naqbeż għan-nies tal-monti tal-Belt jew tal-monti tal-Furjana jew ta' Ħal Qormi, li ma jmurx ikun hawn xi ħadd li jgħid li qed nitkellem b'dan il-mod għaliex dawn forsi jistgħu jkunu klijenti tiegħi.", "Jien mhux qed ngħid hekk, anzi qed ngħid li s-serjeta` hija indispensabbli għal dan il-pajjiż għax inkella l-investituri barranin ma jeħduniex bis-serjeta`.", "Pero` wieħed ma jistax jittrawmatizza s-suq mil- lejl għan-nhar.", "Per eżempju, diġa` ħarraxna l-penali tal-liġijiet tal- copyright, daħħalna anke ċerti emendi, u d-deterrent diġa` beda jinħass.", "Imma ma tistax telimina din il-problema.", "Jekk għandek mijiet ta' nies li għal snin sħaħ l-għajxien tagħhom kien jiddependi fuq dan it-tip ta' negozju, ma tistax teliminah f'ġurnata.", "Trid teliminah bil-fażi, u s'issa dan li kien qed jiġri.", "Bil-mod il-mod l-abbużi qegħdin jonqsu sostanzjalment, u meta l-maġistrati tagħna ġew biex jinfliġġu l-pieni wżaw ċertu kawtela.", "Il-ħabib tiegħi, l-Onor.", "Chris Agius, semma li barra minn Malta hemm min jeħel 30 xahar ħabs.", "S'issa f'Malta għadu ħadd ma weħel ħabs fuq din il- kwestjoni, u għalkemm il-Kodiċi Kriminali tagħna jagħti lok għall-ħabs, l- ebda maġistrat f'Malta, minkejja li kien hawn eluf ta' kawżi, għadu qatt ma ta piena ta' ħabs.", "Pero` l-maġistratura tagħna taf in-nies.", "Il-qrati tagħna m'humiex, skond kif jaħsbu ħafna nies, qegħdin f'xi bozza jew maqtugħin min-nies, anzi huma viċin in-nies xi kultant iktar minna l- parlamentari għax jaraw il-ħajja ta' kuljum.", "Jekk tmur il-qorti għandek suq!", "Kull kawża immaġinabbli taħt il-kappa tax-xemx!", "Kawżi ċivili, kawżi kriminali, jiġifieri l-qrati tagħna jgħixu l-ħajja tal-poplu.", "U allura jiena nħoss li b'ċertu kawtela u għaqal, il-maġistratura tagħna bdiet bil- mod il-mod iżżid id-doża tal-pieni.", "Meta kont għadni nilħaq avukat jien, min kien jagħmel dan it-tip ta' reat kien jeħel ħmerija ta' Lm20 multa, kważi daqs kawża tad-distrett.", "Illum hemm min jeħel minn Lm1,500 sa Lm3,000 multa, jiġifieri qed nuru s-severita`, u għalkemm għadhom ma bdewx jitfgħu nies il-ħabs, pero` jasal iż-żmien li jibdew jissentenzjaw in-nies għall- ħabs, imma b'ċertu kawtela.", "Mill-esperjenza tiegħi bħala avukat, nista' ngħid li hemm ħafna nies li mingħajr ma jafu - u għalhekk irridu noqogħdu attenti issa mill-aspett ċivili - qed jiksru dawn id-drittijiet.", "Għaliex?", "Għaliex illum tliet kwarti tal-prodotti f'Malta - u mhux qed nesaġera meta qed ngħid dan, allavolja statistika ma teżistix - mhumiex importati direttament imma huma kollha frott ta' parallel trading.", "Fil-fatt għandek grossisti fl-Ewropa u minn kullimkien li jixtru merċa minn aġenti, jixtru merċa direttament mis- sidien, mill-factories, jixtru prodotti li jkunu seconds, ikollhom kuntratti ma' kumpanniji li jassembiljaw taħt ċerti labels, u hemm taħwid enormi!", "Huwa faċli li wieħed jirreġistra liġi, pero` l-verita` hi li meta jkollok il-parallel trading ma tista' qatt kważi tgħid jekk oġġett huwiex kopja jew le.", "Fil-fatt, bosta kienu s-sentenzi tal-qrati tagħna - ma ġibtx il-lista hawn imma jekk irid il-ministru nibgħathielu - fejn il-qrati tagħna b'sentenza wara l-oħra illiberaw lil dak li jkun, allavolja jkollok ir-rapport ta' l-esperti, għaliex l-unika prova li jkun hemm tkun li l- kopja ma tkunx ġejja mill-aġent awtorizzat, imma mingħand aġent ieħor li jkun qed jagħmel il-parallel trading.", "Imma l-parallel trading mhuwiex kontra l-liġi.", "Issa meta qabel kont tikkopja, per eżempju, il-videos, kont tinduna li hija kopja.", "Jekk tikkopja l-elettronika, li mhijiex xi ħaġa materjali, ma jkunx hemm differenza fil-prodott - u hawn ma naqbilx mal-kollega tiegħi, l-Onor.", "Chris Agius – u jkun tajjeb daqs l-oriġinal.", "Kopja downloaded mill-internet u kopja oriġinali miġjuba mill-importatur awtorizzat, ikunu ta' l-istess kwalita` kompletament għall-intellectual property.", "Fejn jidħlu ħwejjeġ jew żraben ta' ċerta ditta b'xi mod tinduna u taqbadhom, għalkemm ikolli ngħid ukoll li llum prodotti li huma kopji tant saru ta' kwalita` tajba - u hemm każijiet għaddejjin fil-qrati li huma ta' uġigħ ta' ras kbira għal min irid jiġġudika biex jasal għal ċerti konklużjonijiet - illi ġieli jkun aħjar mill-oriġinal.", "Pero` għalissa ninsew dawn l-affarijiet għaliex hawnhekk qed nitkellmu fuq proprjeta` intellettwali.", "M'hu veru xejn li prodott li jkun kopja ta' proprjeta` intellettwali bħalma huma programmi ta' software, DVDs, eċċetra se jkun inferjuri għall- oriġinal għaliex dan ikun tajjeb u ugwali daqsu.", "X'qed ngħid?", "Fl-opinjoni tiegħi, ikun ferm għaqli li qabel ma ngħaddu din il-liġi nirregolaw ftit il-parallel trading.", "Mhux qed ngħid li m'għandux jiġi aċċettat il- parallel trading għax ma tistax tagħmel dan.", "Parallel trading tfisser li inti qed tixtri mhux direttament mingħand is-sid jew mingħand l-aġenti, imma qed tixtri mingħand grossisti li jkollhom is-supply.", "Din m'hemm xejn ħażin fiha u f'Malta minn dejjem kellna l-grossisti li jqassmu, pero` wieħed irid joqgħod attent u jrid jara kif jirregolarizza l-parallel trading għax inkella se jkollna dan it-taħwid.", "Per eżempju, hemm każijiet il-qorti fejn xi ħadd jimporta fridges ta' ċertu marka u jittella' l-qorti mill-uniku aġent li jkun jimportahom f'Malta għaliex jgħidlu li qed juża t-trademark tiegħu.", "Min ikun ittella' l-qorti jgħidlu li dawn mhux bilfors kopji imma jkun importahom direttament mingħand kumpannija A li qiegħda l-Italja u l-prodott ikun identiku.", "Dawn huma l-kawżi, u mhux faċli li tasal biex tipprova.", "U hemm nies bħalissa li għandhom oġġetti maqbudin mill-pulizija eżekuttiva, u jekk tmur id-dwana tara garaxxijiet kbar b'oġġetti maqbudin qed jitmermru hemmhekk għax l-inkjesti ma jistgħux jikkonkluduhom għax ma tistax tasal għal konklużjoni \"A\" jew konklużjoni \"B\".", "Għalhekk qed ngħid li hemm bżonn nirregolarizzaw il-parallel trading f'dan il-pajjiż u mhux neliminawh għax inkella l-prezzijiet jisparaw 'il fuq u kważi jkollna cartels.", "Sur President, issa se nidħol fil-liġi proprja.", "Għaliex qed ngħid illi qed immorru lil hinn mill-proċeduri normali tagħna?", "Għaliex skond il- Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili, il-poteri eżekuttivi ta' l- imħallfin u l-maġistrati tagħna huma definiti tajjeb.", "Meta nbiddlu xi biċċa poter ta' mħallef jew ta' maġistrat jew inneħħu xi mandat li seta' joħroġ il-maġistrat jew l-imħallef, jinqala' kjass kbir għax qed nitkellmu fuq il- poteri ta' l-organu ġudizzjarju.", "M'huwiex ħażin li nżidu l-poteri eżekuttivi tal-qrati tagħna, għax kuntrarjament għal dak li jintqal anke mill-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici illi l-problemi kbar huma tort ta' l- imħallfin u ta' l-avukati, l-ikbar problema fil-qorti hija li ma tistax tesegwixxi s-sentenzi tal-qrati tagħna.", "U din jgħidhielek kulħadd, u meta titkellem ma' min huwa involut fl-amministrazzjoni tal-ġustizzja jgħidlek li l-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici għamel foul meta qal hekk, għax għandu raġun biss sa ċertu punt għaliex il-problema monumentali hija l-esekuzzjoni tal-mandati.", "Jiena naħli ħin twil inċempel lill-marixxall biex jesegwixxi mandat, qisu qed jagħmillek pjaċir, meta tiġi biex tagħżel konsenjatarju kważi jkun irid jagħżlu hu - min jaf għaliex?! – u meta tipprova tesegwixxi mandat mill- qorti ma jirnexxilekx.", "Per eżempju, jekk tagħmel sekwestru l-bank, iddum biex iġġib risposta jekk hemmx flus jew le.", "Imbagħad biex tiżbanka u mbagħad biex tagħmel is-subbasta!", "Hija l-esekuzzjoni tas-sentenzi tagħna li qed iddgħajjef il-preġju ta' l-organu ġudizzjarju tagħna u mhux l-għoti tas- sentenzi!", "Huwa veru li l-kawżi l-antiki jeħlu, pero` ma tistax tippretendi li jekk ikun hemm każ li ilu għaddej ħames snin u titfgħu quddiem imħallef jew arbitru li jrid jerġa' jisma' x-xhieda u japprezza x-xhieda, se jagħtik sentenza mill-ewwel!", "Mill-esperjenza tiegħi nista' ngħid li matul is-snin qed ikollna ferm iktar sentenzi.", "U mhux veru li l-kawżi mhux qed jimxu, anzi qed jimxu b'ċerta speditezza!", "Li jdejjaq lill-imħallfin – u għandhom raġun għaliex dawn huma nies bħal ħaddieħor - huwa li jitwikkew b'kawżi antiki, dokumenti u notifiki neqsin, u ġieli jkun hemm anke l-mewt ta' wieħed mill-konvenuti u jkun hemm dan it-tip ta' taħwid.", "U għalhekk idumu l- kawżi.", "Ħafna drabi l-kawżi jdumu wkoll mhux għax ma jikkonkludux ruħhom, għax meta każ jikkonkludi ruħu, jekk is-sentenza ma tingħatax dak inhar stess tingħata darba oħra, u rarissimu ma tingħatax is-sentenza.", "Il-proċessi ma jiġux konklużi minħabba li meta l-imħallef imur biex jagħti sentenza isib jew digriet jew biċċa mill-file nieqes jew inkella notifika nieqsa.", "Fil- verita`, il-problema monumentali li hemm il-qorti hija waħda ta' esekuzzjoni.", "Issa għal xi raġuni jew oħra, l-intellectual property saret l- iktar ħaġa importanti f'pajjiżna, u darb'oħra se ngħid għaliex.", "La tgħaddi din il-liġi, l-iktar li se jkollhom poteri l-imħallfin tagħna - ma nafx għaliex, mhux qed ngħid li hija ħażina, imma ċerti aspetti għandna napplikawhom għal kollox - huwa fuq il-kwestjoni tal-protezzjoni tad- drittijiet tal-proprjeta` intellettwali.", "Jekk jiena għandi proprjeta` mobbli, proprjeta` immobbli, flus u eredita`, dawk se jkunu sekondarji.", "L-iktar ħaġa importanti f'pajjiżna la tgħaddi din il-liġi se tkun - għax aħna jew nejja jew maħruqa - se tkun l- intellectual property.", "Sur President, jiena se nibqa' in possession bil- permess tiegħek, u darb'oħra nispjega dawn l-erba' poteri ġodda li se jkollhom il-qrati tagħna li m'huma xejn ħlief mandati esekuttivi jew kawtelatorji uniċi li huma resi applikabbli biss għal dawn il-każijiet.", "U se ngħid għaliex inħoss li dawn il-mandati ġodda għandhom sa ċertu punt japplikaw għal kollox, u se ngħid ukoll għaliex dawn l-innovazzjonijiet ma jmisshomx daħlu f'lex specialis imma jmisshom daħlu part and parcel fil- Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili mal-mandati l-oħra kollha.", "Nibqa' in possession.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Jose` Herrera jibqa' in possession.", "Issa nsejjaħ lill-Ministru Ċensu Galea biex, jekk jogħġbu, iressaq l- Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal", "nhar it-Tlieta, 14 ta' Novembru 2006, fid-9.00 a.m. b'din l-aġenda:", "Mozzjonijiet", "Estimi ta' dħul u nfiq tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ għas-sena finanzjarja mill-1 ta' Ottubru 2006 sat-30 ta' Settembru 2007.", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li jirregola l-Infurzar ta' Drittijiet ta' Proprjeta` Intellettwali - Tieni Qari (Kont);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi tal-Liġijiet tal-Pulizija - Tieni Qari (Kont);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Sigurta` Soċjali (Emenda Nru 2) - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta (Emenda Nru 2) - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili (Emenda Nru 2) - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Organizzazzjonijiet Volontarji - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li Jimplimenta Miżuri ta' l-Estimi - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Ġustizzja Amministrattiva - Tieni Qari; u", "Diskussjoni miftuħa dwar rapport maħruġ mis-Segretarjat għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed - Kontinwazzjoni. --------------------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili (Emenda Nru 2) - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili - Kumitat Permanenti; u Abbozz ta' Liġi dwar ir-Reġistru Ċentrali - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.Roderick Galdes.", "ONOR.", "RODERICK GALDES: Sur President, f'dawn il-ftit minuti li ġejjin xtaqt inqajjem xi punti li ta' min jiddiskutihom bħalissa.", "Riċentement il- gvern ħabbar il-proġett tal-park and ride system tal-Furjana li bdiet topera ftit tal-ġranet ilu u jidher li dan il-proġett kulma jmur qed iżid il-popolarita` tiegħu.", "M'hemmx dubju li dan huwa proġett bżonnjuż, pero` xtaqt inwassal xi punti ta' kritika dwar dan il-proġett minħabba li, fil- fehma tiegħi, hemm xi nuqqasijiet li għandhom jiġu indirizzati.", "Aħna bħala oppożizzjoni naqblu li għandha tiġi mtaffija l-problema tal-parking fl- inħawi tal-belt Valletta.", "Nafu wkoll il-konsegwenzi li jista' jkun hemm jekk nibqgħu nipposponu din il-problema u matul iż-żmien ikollna niffaċċjaw problemi ikbar ta' trasport li dejjem qegħdin jiżdiedu.", "M'hemmx dubju li s-sistema tal-park and ride bdiet topera fuq art li kienet parti mill-Furjana u jirriżulta li sa ftit tal-ġranet ilu kienet isservi wkoll bħala parkeġġ għall-karozzi ta' nies li kienu jaħdmu fl-inħawi fejn qiegħed il-park and ride system.", "Bħalma nafu, f'dawk l-inħawi hemm ħafna uffiċini tal-MEPA, għandek l-uffiċini tal-Maltacom, l-uffiċini ta' l-ADT u fi żmien kien hemm ukoll il-kumpless tal-ħażna tas-Sea Malta u uffiċini oħrajn.", "F'dik l-area partikolari kienu jipparkjaw anke nies li jiġu biex jinqdew mill-Furjana stess.", "Issa kif nafu, il-ministru ħabbar li għalissa l-park and ride huwa b'xejn għal kulħadd, u nittama li jibqa' b'xejn għal kulħadd.", "Pero` ma ta l-ebda konferma li xi darba tista' ssir xi tariffa fuq din is-sistema.", "Konsegwenza ta' dan, jistgħu jintlaqtu xi ħaddiema li ġew kostretti li jipparkjaw hemmhekk għax il-parkeġġ fejn kienu jipparkjaw qabel illum huwa parti minn din is-sistema, u allura m'għandhomx alternattiva oħra ta' parkeġġ.", "Wisq nibża' li jekk 'il quddiem isir xi ħlas marbut ma' din is-sistema ta' parkeġġ jistgħu jintlaqtu ħażin dawn il- ħaddiema.", "U għalhekk ta' min jikkonsidra wkoll dan l-aspett.", "Nixtieq ukoll li jsiru xi arranġamenti dwar is-sistema ta' traffic lights li qed jikkontrollaw din l-area partikolari, speċjalment it-traffic lights li jagħtu għall-junction li toħroġ minn fejn il-MEPA.", "Ta' kull filgħodu qed ikun hemm serbut twil ta' karozzi li jistennew dawn it-traffic lights jaqilbu, u jkolli ngħid li l-parti tal-junction li tagħti minn ġol-MEPA u tibqa' ħierġa fi Triq Sant'Anna l-Furjana m'għandhiex tibqa' b'mod li wieħed irid jistenna daqshekk fit-tul biex ikun jista' joħroġ minn hemm.", "Il- konsegwenza hija li t-traffiku li jkun ġej mid-daħla prinċipali tal-MEPA qed isib serbut ta' karozzi li ħafna drabi ma jkunx qed ilaħħaq ma' dawn it- traffic lights partikolari.", "Għalkemm nifhem li f'dawn il-ġranet kien hemm tentattivi biex dawn it-traffic lights jiġu aġġustati fil-ħin, pero` nitlob lid-dipartiment konċernat biex kemm jista' jkun jikkonsidra li t-traffic lights tal-junction li tagħti fuq in-naħa tax-xellug tad-daħla tal-MEPA titħalla aċċessibbli mingħajr ma jkun hemm restrizzjoni żejda, minħabba li jista' jagħti l-każ li dan it-traffic jiżdied fl-inħawi.", "Għaldaqstant filwaqt li nsostni li jsir użu minn dan il-proġett għax dan huwa proġett li sar minn flus il-poplu b'eluf kbar ta' liri, irid jitkompla x-xogħol biex kemm jista' jkun tiġi solvuta l-problema tat-traffiku fil- Belt Valletta jew għallinqas ninkoraġġixxu lin-nies jagħmlu użu mit- trasport pubbliku.", "Il-problema tagħna hi li għad għandna nies li kontinwament jonqsu milli jużaw is-sistema ta' trasport pubbliku għax m'hijiex effiċjenti biżżejjed, u nafu li kull sena qed ikollna inqas nies li jużaw it-trasport pubbliku f'pajjiżna.", "Il-park and ride system ma rridux narawha bħala s-soluzzjoni tal-problema tal-parkeġġ fil-Belt Valetta, u għalkemm bħala proġett jgħin biex jinstab iktar spazju, wieħed irid jikkonsidra li qegħdin sempliċement nixxiftjaw il-problema mill-Belt u nieħdu areas ikbar fil-Furjana, bil-konsegwenza li qegħdin noħolqu impatt fuq residenti u ħaddiema li kienu jipparkjaw f'dawn l-inħawi wkoll.", "Għalhekk irridu naraw x'inhuma l-miżuri verament effettivi biex it-trasport pubbliku nagħmluh effiċjenti u nħajru lin-nies jużawh.", "Il-park and ride system mhijiex is-soluzzjoni għal kollox għaliex jiena xorta għadni nara problema ta' parkeġġ fil-belt Valletta, u wieħed irid jara kif din is- sistema tal-park and ride se tibda taħdem speċjalment meta jiżdiedu l- ammonti ta' karozzi li jibdew jużawha għax ikunu kostretti jagħmlu hekk minħabba t-tariffi li beħsiebu jintroduċi l-gvern wara Marzu li ġej.", "Nerġa' nappella li għandu jittieħed in konsiderazzjoni l-aspett soċjali ta' ħafna ħaddiema li jaħdmu f'dawk l-inħawi u ma jistgħux jagħmlu mod ieħor ħlief li jmorru ix-xogħol bil-karozza tagħhom.", "Xtaqt naċċenna wkoll għal problema oħra li nqalgħet dan l-aħħar min-naħa tal-ministeru għall- affarijiet rurali u l-ambjent dwar in-nuqqas ta' konsultazzjoni mal- kunsilli lokali fir-rigward ta' l-għażla tas-civic amenity sites.", "Dan l-aħħar iltqajt ma' diversi kunsilli lokali li lmentaw miegħi dwar il- problema ta' nuqqas ta' konsultazzjoni dwar l-għażla ta' dawn is-civic amenity sites.", "Fis-snin tmenin fil-lokalita` ta' Ħal Luqa kien hemm miżbla li kienet ilha tinġema' għal diversi snin.", "Issa ilha magħluqa għal ħafna snin, pero` issa tħabbar li l-gvern kellu l-ħsieb li jintroduċi civic amenity sites f'dawn l-inħawi.", "Jiena naf li għandna bżonn dawn it-tip ta' faċilitajiet biex niddisponu mill-iskart goff f'pajjiżna, pero` meta jsiru inizjattivi bħal dawn il-ministru għandu jikkonsulta ma' l-istakeholders involuti.", "Il-kunsilli lokali huma gvernijiet lokali li jirrappreżentaw lill- poplu u għandhom ikunu informati b'dak kollu li qed jiġri.", "Nafu li fir- rigward tas-sit ta' Ħal Luqa l-kunsill lokali ma qabilx ma' dan is-sit u xtaq li l-gvern jieħu azzjoni jew jirrimedja l-pożizzoni.", "Jidher li l- ministeru se jibqa' għaddej bil-pjanijiet tiegħu minkejja l-oġġezzjonijiet li ressaq il-kunsill lokali f'dan ir-rigward.", "Wieħed irid jipprova jieħu in konsiderazzjoni li dawn it-tip ta' faċilitajiet joħolqu problema għal ċerti lokalitajiet b'mod partikolari meta l-faċilitajiet jistgħu jkollhom xi forma ta' impatt fuq ir-residenti tal-madwar.", "Għaldaqstant wieħed jistaqsi jekk saritx konsultazzjoni qabel ma dawn is- siti ġew imħabbra li se jiġu magħżula u mmexxija 'l qudiem biex il- faċilitajiet jinfetħu malajr kemm jista' jkun.", "Ta' min jgħid li l-gvern issa riesaq lejn l-aħħar sena qabel l-elezzjoni ġenerali.", "F'dawn l-erba' snin m'għamel xejn fuq din il-faċilita`, u għaliex issa riesqa l-elezzjoni ġenerali jrid jipprova jagħmel kollox f'daqqa għad-detriment ta' ħafna nies li ilhom jilmentaw min-nuqqas ta' konsultazzjoni.", "Dan il-każ ġara fir- rigward ta' l-impjant ta' Sant'Antnin.", "Smajna wkoll dwar in-nuqqas ta' konsultazzjoni mal-NGOs fir-rigward ta' għażla ta' siti ta' proġetti kontroversjali, u issa qed naraw li anke rigward l-għażla ta' proġetti żgħar iżda bżonnjużi ta' civic amenity sites ma saritx konsultazzjoni kif kellha ssir, u l-kunsilli lokali jinsabu urtati ħafna għall-mod kif aġixxa l-ministru magħhom f'dan ir-rigward.", "Jien nixtieq inqajjem punt ieħor importanti.", "Dan l-aħħar għamilt diversi mistoqsijiet parlamentari dwar il-proġett tal-pont maħsub fil-bypass ta' l- Imrieħel.", "Kif nafu hemmhekk kellna inċidenti fatali ftit tax-xhur ilu u bħala deputat fuq id-distrett jiena tlabt lill-ministru biex ipoġġi kopja tal-pjanti fuq il-mejda tal-Kamra dwar dan il-proġett, liema proġett jinsab quddiem il-MEPA.", "Skond l-AROS Convention in-nies għandhom dritt ikunu jafu x'se jsir f'din il-parti tat-triq, imma sal-lum il-ġurnata l-ministru għadu ma ppreżentax din l-informazzjoni, anzi kull meta għamilt mistoqsija parlamentari, ir-risposta li ħadt għal ħames darbiet kienet li t-tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "Jiena nħoss li dan mhuwiex trattament xieraq minn ċerti ministri f'din il- Kamra dwar il-bżonn li tingħata informazzjoni importanti ħafna.", "Qed nitkellmu fuq hamlet ta' nies li ilhom ibatu minn din il-konsegwenza għal diversi snin u sfortunatament kien hemm inċidenti fatali fejn is-sena li għaddiet żewġ persuni żgħażagħ tilfu ħajjithom intortament f'dan il-post.", "Għaldaqstant nemmen li din l-informazzjoni kienet isservi ta' utilita' speċjalment għal nies li bi dritt tagħhom ikunu jafu x'se jsir fuq dan il- każ partikolari.", "Pero' jidher li sal-lum il-ministru qiegħed jipprova jittratieni milli jagħti l-informazzjoni lil dan il-Parlament.", "Qabel ma jiskadili l-ħin xtaqt inqajjem punt ieħor dwar il-bżonn li jiġi mħares il-parkeġġ fil-lokalitajiet.", "Dan l-aħħar smajna li l-ministru qiegħed jagħti fondi li ġew imfaddlin mill-urban improvements fund li kellha l-MEPA.", "Dan huwa fond li ġej mit-taxxi tan-nies jew inkella mill- ħlasijet ta' l-applikanti li japplikaw quddiem il-MEPA biex jagħmlu tajjeb għal ċerti proġetti.", "Jiena naqbel ma' din l-iskema għaliex qed tagħti wkoll ċerta flessibilita' lill-applikanti li ma jistgħux jipprovdu parkeġġ fil-permess għall-iżvilupp u allura jkunu qed jagħtu xi ħaġa bħala planning gain lin-nazzjon biex jintuża għal skopijiet fil-komunita'.", "Iżda safejn naf jien dan il-fond partikolari kellu jintuża biex tiġi eliminata l-problema ta' parkeġġ li mhux qed tiġi pprovduta minn ċerti żviluppi li jsiru fil- lokalitajiet.", "Ilum għandna l-iskema tal-commuted parking payment scheme (CPPS) li hija simili ħafna għal dan il-fond partikolari.", "Suppost skond il-policies tal- pjan ta' struttura matul dawn l-aħħar snin il-gvern kellu juża dawn l- iskemi biex jipprovdi parkeġġ li suppost ġie provdut f'dawn l-aħħar snin fil-lokalitajiet tagħna.", "U għalhekk nixtieq nistaqsi kemm dawn il-miżuri ntużaw għal dan l-iskop.", "Illum il-ġurnata huwa bżonnjuż li nagħtu flessibilita' lill-applikanti li jħallsu dawn it-tip ta' skemi, pero' rridu nassiguraw li dawn il-flus li qegħdin iħallsu dawn in-nies jintużaw għall- problema li ħafna drabi tinħoloq minħabba dak it-tip ta' żvilupp.", "U wieħed jista' jieħu in konsiderazzjoni biex dawn it-tip ta' fondi li issa se jingħataw lill-kunsill lokali jintużaw biex itaffu l-problema ta' nuqqas ta' parkeġġ f'ċerti żoni kummerċjali li hemm fil-lokalitajiet tagħna.", "Sur President, ma xtaqtx intawwal minħabba li l-kollega tiegħi għandu l-ħin tiegħu wkoll, pero' qabel nagħlaq ngħid biss li b'risq il-ħtieġa ta' l- iżvilupp fil-ħajja taċ-ċittadin fil-komunitajiet tagħna hemm bżonn li jkun hemm il-konsultazzjoni meħtieġa u tingħata l-informazzjoni li jkun hemm bżonn.", "Grazzi ħafna.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Herrera.", "ONOR.", "JOSE' HERRERA: Naturalment ħafna nies ma jqisux il-ħin ta' l- Aġġornament bħala xi ħin daqstant importanti, pero', fl-opinjoni tiegħi, xi kultant huwa l-iktar ħin importanti għar-raġuni li hija l-unika okkażjoni li jkollu d-deputat parlamentari biex jikkummenta fuq xi aspett li jkun qed idejqu jew xi ħaġa ta' interess nazzjonali u jġib awareness politika fil-pajjiż.", "Illum xtaqt nitkellem fuq żewġ affarijiet li kienu fl- aħbarijiet.", "L-ewwel waħda hija l-kwestjoni tas-servizzi sigrieti f'Malta.", "Ikolli nistqarr li personalment għandi r-riservi tiegħi ta' kif din l- aġenzija qed tiffunzjona, u dan qed ngħidu mhux għax irrid nitfa' xi dawl ikrah fuq il-kap tas-servizzi sigrieti f'Malta imma għaliex irrid nikkritika l-liġi li għandna.", "L-esperjenza wrietna li l-liġi tagħna tas-servizzi sigrieti hi ħażina, għandha d-difetti tagħha, hija perikoluża u xi kultant il-mod ta' kif joperaw is-servizzi sigrieti jfakkarna f'pajjiżi fejn m'hemmx liberta'.", "Xi kultant meta jkollok is-servizzi sigrieti b'wisq poteri u marbutin wisq - u se ngħid kif - ma' l-eżekuttiv, jiġifieri mal-Kabinett u mal-gvern, allura jistgħu jkunu ta' xkiel għat-tgawdija tal-libertajiet fundamentali taċ-ċittadini f'pajjiż demokratiku.", "Issa llum ħafna pajjiżi għandhom is- servizzi sigrieti u s-CIA għandha l-branka tagħha.", "Pero' aħna m'aħniex fi gwerra, m'aħniex dittattorjat, imma aħna pajjiż liberu.", "Għandna l- liberta' ta' l-istampa, il-liberta' tal-kelma, għandna d-drittijiet tagħna garantiti mill-Kostituzzjoni, għandna l-qrati tagħna li għandhom tradizzjoni nobbli ħafna u allura meta tintroduċi xi ħaġa f'pajjiż li ma tmurx mad-demm tagħna, irid ikollna ċertu kawtela.", "Din hija l-ewwel kritika tiegħi, u niftakar qalha darba sottovoce f'xi dibattitu l-Onor.", "Gavin Gulia.", "Meta s-servizzi sigrieti tagħna jiġu biex jaġixxu, jiġifieri biex jittappjawlek il-mobile u t-telephone, jiftħulek l-envelopes mingħajr ma tkun taf, jiċċekkjawlek id-data tiegħek fuq il- computer tiegħek, jidħlulek fuq l-internet address tiegħek biex jinvestigawk, ħaġa ta' l-għaġeb u totalment inaċċettabbli f'pajjiż demokratiku, minflok ma l-aġenzija tmur għand membru tal-ġudikatura tagħna biex iġġib il-warrant, tmur għand il-ministru responsabbli!", "U dan mhuwiex aċċettabbli.", "Għaliex?", "Għaliex jista' jkollok aġenda politika moħbija wara ċerti investigazzjonijiet li jsiru.", "Mhux l-ewwel darba li jiena u sħabi ddiskutejna dan l-issue.", "Jiena ma neskludix li jista' jkun li, minħabba xi aġenda moħbija, fuq direzzjoni tal-gvern, per eżempju, aħna d-deputati ta' l-oppożizzjoni nkunu qed niġu investigati u jkunu qed jittappjaw dak li nkunu qed ngħidu personalment b'mod sigriet bejnietna.", "Għaliex?", "Għaliex l-awtorizzazzjoni tingħata mill-gvern li jista' jkollu interess li jagħmel dan li qed ngħid.", "Mhux qed ngħid li qed isir hekk, għaliex naf li l-Onor.", "Tonio Borg, il- ministru responsabbli minn dan il-qasam, bid-difetti kollha tiegħu kif għandi jien, huwa bniedem serju.", "Pero' għada pitgħada jista' jkollok persuna oħra hemmhekk jew fuq din in-naħa tiegħi li jkollha aġenda moħbija u tista' tisserva bis-servizzi sigrieti biex tħammeġ u tirrikatta intortament lil ċerti persuni.", "Il-liġi li għandna tgħid li lanqas għandek dritt tkun taf jekk hemmx warrant, x'fih il-warrant, meta sar jew min iffirmah.", "Dan huwa ħażin u għandu jkun hemm persuna indipendenti li tkun maġistrat jew qorti kriminali biex tara jekk hux il-każ li tawtorizza l- investigazzjoni bis-servizzi sigrieti, u mbagħad isiru dawn l- investigazzjonijiet u mhux jaqbdu u jsiru.", "Illum pulizija ma jistax imur jagħmillek search jew sekwestru ta' persuna mingħajr il-mandat tal- maġistrat, imma biex jinvestigaw lili jew lilek, Sur President, mingħajr ma nkunu nafu fuqxiex, ikun hemm il-fiat ta' l-eżekuttiv tal-gvern u s- servizzi sigrieti li jkunu qed jinvestigaw il-kontijiet bankarji tiegħi, jagħmlu riċerki fuq proprjeta' tiegħi, jiċċekkjawli t-telefonati, fejn insiefer, fejn nibgħat it-tfal l-iskola, ma' min niltaqa' u ma' min inkun.", "Dan huwa ħażin u perikoluż.", "Dik l-ewwel ħaġa li xtaqt ngħid, u qed ngħidha fil-Parlament għaliex nixtieq li tingħata prominenza.", "It-tieni ħaġa, issa qed tidħol id-drawwa li f'ċerti karigi qed indaħħlu s- secret service, u jekk jien informat tajjeb – għaliex setgħu gidbuli – qed isiru rapporti tas-secret service u min jirċievi r-rapport lanqas ikun jaf hu stess għaliex persuna tkun ġiet iċċensurata li hija security risk.", "Meta avviċinajt membri tal-gvern stess fuq każ partikolari tal-maġġur Pierre Vassallo qaluli li ma jafux x'inhi security risk.", "Dan huwa ċittadin Malti bħal ħaddieħor li qed jaspira li javvanza fil-kariga tiegħu kif għandu dritt kulħadd u kif għandu dritt l-istess Segretarju Parlamentari Tony Abela.", "Ma naħsibx li biex laħaq segretarju parlamentari għaddejnieh mis-secret service biex naraw jekk hux security risk u jekk kellux xi konnessjonijiet x'imkien 'l hawn u 'l hemm, imma laħaq segretarju parlamentari għax kellu fiduċja fih il-Prim Ministru.", "M'iniex qed ngħid li m'għandex tikkonsulta, imma trid tindaga, tibgħat għal min hu responsabbli fl-aġenzija u tistaqsi għaliex persuna qed tiġi ttimbrata bħala security risk.", "Il-bieraħ kont qed naqra artiklu tad-direttur ta' l-armata.", "Jiena lanqas kont naf li hemm direttur ta' l-armata, għaliex għalija l-kap ta' l- armata huwa l-brigadier.", "Din hija realta' fid-dinja kollha.", "Mela aħna għandna xi undersecretary of state?", "Il-kap ta' l-armata huwa l-brigadier u l-ebda direttriċi jew direttur m'huma l-kap ta' l-armata.", "Jiġifieri se niżvalutaw kariga bħal dik li l-brigadier ikun jaqa' taħt direttur?!", "Skond il-liġi, il-brigadier jiġi ogħla mid-direttur u din hija realta' fid-dinja kollha.", "X'jiġifieri tgħid li għax hemm il-kwestjoni l-ġdida tal-privacy ma tistax tindaga għaliex qed jgħidu li huwa security risk?!", "Jiġifieri tippermetti li dak li jkun jiġi mħammeġ u ma tiċċekkjax għax qed iħammġuh għax inkella tkun qed tiksirlu d-drittijiet tiegħu?!", "Tkun qed tiksirlu d-drittijiet tiegħu jekk ma tindagax u tara għaliex hemm persuna jew aġenzija li qed tgħid li dan huwa security risk.", "Jekk tiċċekkja għaliex huwa security risk ma tkunx qed tindaħallu fuq id-dritt tal-privacy tiegħu, anzi huwa l-oppost.", "Għandek tindaga u tibgħat għal dak li jkun u tara ftit l-affarijiet.", "Jekk ikun sar xi rapport 30 sena ilu li persuna kienet security risk, din se tibqa' security risk sakemm tmut?!", "Jekk bniedem żbalja b'mod dixxiplinarju 30 sena ilu, allura dan huwa rovinat għal dejjem?", "Dik hi l-umanita' f'pajjiżna?!", "Dan huwa s-sens ta' ġustizzja u ekwita' f'dan il-pajjiż?!", "Jekk bniedem żbalja 25 sena ilu, allura dan ikkundannat għal għomru li qatt ma jista' jagħmel progress f'ħajtu?", "Jekk din hija s-soċjeta' li qed ngħixu fiha, lanqas irrid inkun parti minnha!", "Jiena nifhimha li mhux se tpoġġi bniedem f'kariga sensittiva li kien il- ħabs fuq hold-up, imma ma naċċettahiex li bniedem li llum qed juri l- kapaċitajiet tiegħu, tipprova tirrovinalu l-karriera tiegħu għax xi 25 sena ilu kellu xi kwestjoni ta' dixxiplina de minimis.", "Din hija inaċċettabbli.", "Huwa ħażin li l-gvern idaħħal is-secret service għax l-iskop tas-secret service huwa l-protezzjoni ta' l-istat Malti minn xi invażjoni, minn xi kolp ta' stat, minn xi atti sovversivi jew biex nipproteġu dan l-istat mill- kriminalita' organizzata jew mill-kriminalita' grossolana.", "M'għandniex nużaw is-secret service biex naraw jekk bniedem għandux jilħaq direttur jew spettur u jsir xi rapport minn wara dahru.", "Hawn xi ħadd li jaħseb li kulmin ħa promozzjoni qatt ma kellu xi rapport f'ħajtu?", "Mhux kulħadd ikollu problemi?!", "Mhux kulħadd jiżbalja?!", "Illum kont qed nitkellem ma' wieħed u għidtlu li jiena ma jdejjaqnix li jkollok ministru jew prim ministru, jew kap ta' l-oppożizzjoni jew deputat parlamentari, jew imħallef li jiżbalja.", "Mhux kulħadd jiżbalja!", "Dan il- Parlament daqskemm għamel żbalji!", "Hija xi ħaġa naturali li niżbaljaw.", "Hemm min jiżbalja mod, u hemm min jiżbalja mod ieħor, u għalhekk imbagħad jidħol is-sens ta' dak li huwa reasonable.", "Il-gvern daħħal il-kwestjoni tas- secret service fl-armata.", "Allura għada pitgħada se jdaħħalha fil-pulizija, se jdaħħalha fl-avukati biex jara min se jilħaq fl-AG's office jew min se jilħaq maġistrat!", "Se jdaħħalha fil-maġistrati biex jara min se jilħaq imħallef u se jdaħħalha fl-imħallfin biex jara min se jsir prim imħallef?", "Allura l-ewwel ħaġa li għandu jagħmel huwa li jdaħħal is-secret service fid- deputati ħalli jara min għandu jilħaq segretarju parlamentari, min għandu jilħaq ministru, min għandu jilħaq prim ministru, u kulħadd jispiċċa sottoskrutinju ta' aġenzija misterjuża!!", "Din hija witch-hunt!", "Jekk il-gvern se jipprova juża din l-aġenzija għal dawn l-għanijiet, allura jrid ibiddel il-liġi u jagħmel din il-parti ta' l- eżerċizzju tas-secret service aktar trasparenti billi fil-prinċipju bażilari ta' audi alteram partem u tad-dritt naturali tal-bniedem li jinstema', tagħtih id-dritt li jiġġustika lilu nnifsu.", "Kif tista' b'xi mod tegħleb xi ċensura mingħajr id-dritt li tiddefendi ruħek kif suppost?", "Mela minn wara l-kwinti tista' tipprova tirrevedi dik id-deċiżjoni billi tmur quddiem kummissjoni oħra li hija sigrieta daqs is-secret service nnifisha.", "Dak huwa l-mod ta' kif bniedem jista' jiġġustifika lilu nnifsu?", "Dak huwa ta' twerwir!", "Se naslu fi stat li npoġġu l-karrieri tal-poplu dipendenti fuq aġenzija misterjuża u sigrieta, qisna qegħdin fil-cold war, taħt Stalin jew taħt Hitler jew taħt Mussolini jew taħt Pinochet?!", "F'dan l- istat se nispiccaw jekk se nagħtu lil din l-aġenzija dawn il-poteri skjaċċanti.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it-Tlieta, 14 ta' Novembru 2006, fid-9.00 a.m. bl-aġenda kif komunikata mill-ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "VETTURI TAL-GVERN", "21888.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jgħid kif issir l-għażla ta' kull karozza mixtrija u għal liema għan tkun inxtrat tip ta' vettura minn oħra?", "F'dan ir- rigward nitlob li saħansitra jiġu ppreżentati t-tenders ta' kull vettura, kemm ta' dawk mixtrija kif ukoll ta' dawk mikrija.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "SPTAR SIR PAUL BOFFA", "21889.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 21819 u jikkonferma li l-isptar Sir Paul Boffa se jsir lukanda?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-isptar Sir Paul Boffa se jibqa' jintuża bħala sptar ta' l-onkoloġija sakemm jittlesta l-isptar ta' l-onkoloġija ġdid ġewwa Zammit Clapp.", "Huwa jkun prematur illi wieħed joqgħod jispekula x'se jsir wara u f'kull każ il-ministeru għat-turiżmu u kultura u l- awtorita' tat-turiżmu m'għandhom l-ebda applikazzjoni għal żvilupp ta' lukanda f'dan is-sit.", "FONDI MILL-UE", "21890.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jgħid kif se jintnefqu il-Euro 805 miljun imwegħda mill-Unjoni Ewropea sa l-elezzjoni li ġejja u jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra b'mod dikjarat kif se jintnefqu eżatt?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Il-flus li ġejjin mill-Unjoni Ewropea għas-snin 2007- 2013 qed jiġu programmati.", "Iż-żewġ abbozzi ta' programmi tal-fondi strutturali, operational programme I u operational programme II, ilhom pubbliċi u fuq il-websites prinċipali tal-gvern minn Ġunju u Lulju ta' din is-sena.", "Dawn jagħtu indikazzjoni tajba ta' kif se jintnefqu l-flus (anke b'eżempji ta' inizjattivi), mhux biss sa l-elezzjoni iżda għas-seba' snin li ġejjin.", "Il-proġetti speċifiċi jintgħażlu formalment meta jkun hemm qbil formali bejn il-Kummissjoni Ewropea u Malta fuq il-programmi.", "Dan mistenni li jintlaħaq sa l-aħħar ta' din is-sena.", "WINDFARMS", "21891.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' l-Ministru jispjega b'mod ċar kif il-gvern baqa' sabiex jaħdem flimkien mal-privat fir-rigward tal-windfarms, meta illum jista' jinvesti direttament fil-proġett il-poplu Malti permezz tal-finanzi mill-Ewropa ġaladarba llum nafu kemm jiswa l-investiment li se jibda jrendi f'enerġija fi żmien disgħa snin?", "Għaliex il-gvern qed jaħdem mal-privat u min huma dawk li tefgħu l-interess tagħhom fis-sejħiet?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Il-gvern, permezz tal-MRA, ħareġ sejħa għall- espressjoni ta' interess għall-iżvilupp ta' windfarms fl-ibħra territorjali Maltin.", "Kif kien indikat f'din is-sejħa, huwa l-ħsieb tal-gvern li jinbnew windfarms fuq bażi ta' public private partnership fejn hu qed jagħti konċessjonijiet għall-iżvilupp fuq siti fil-baħar li jiġu stabbiliti, waqt li mbagħad ikunu l-kumpaniji privati li jidħlu għall-finanzjarjament ta' l- iżvilupp, l-operat u l-manutenzjoni ta' dawn il-windfarms u r-riskji kollha assoċjati ma' żvilupp bħal dan.", "L-elettriku ġġenerat ikun jista' jinbiegħ skond tariffi stabbiliti bejn il-partijiet konċernati.", "Il-ħsieb tal-gvern huwa li r-riskji li jġorru magħhom teknoloġiji ġodda għandhom jinġarru propju minn dawk li jkunu qegħdin jippromwovuhom u b'hekk għandhom ikunu l-kumpaniji privati li jidħlu għal dan ix-xogħol.", "Il-lista ta' kumpaniji u konsorzja li tefgħu espressjoni ta' interess għall- iżvilupp ta' windfarms fl-ibħra territorjali Maltin kienet ippubblikata mid- dipartiment tal-kuntratti.", "TNEĦĦIJA TA' SIĠAR", "21892.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm se jiswa l-proġett ta' tneħħija tas-siġar u affarijiet simili fil-Belt Valletta?", "Jista' jgħid x'se jħawwel minflok il-ftit siġar li hemm quddiem Kastilja u għalxiex se jsir u kemm se jintnefaq u x'se jgawdi l-poplu Malti minn dan il-proġett?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jagħmel il- mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "SKEJJEL TA' L-ISTAT", "21896.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru jgħid kemm studenti barranin hemm fil-livell primarju u sekondarju fl-iskejjel ta' l-istat?", "Kemm minnhom huma minn pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: In-numru ta' studenti barranin fil-livell primarju u sekondarju fl-iskejjel ta' l-istat hu ta' 546.", "In-numru ta' dawk li ġejjin mill-Unjoni Ewropea huwa ta' 206.", "SKEJJEL TAL-KNISJA", "21898.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru jgħid kemm studenti barranin hemm fil-livell primarju u sekondarju fl-iskejjel tal-Knisja u dawk indipendenti?", "Kemm minnhom huma minn pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: In-numru ta' studenti barranin (inkluzi dawk mill- Unjoni Ewropea) fl-iskejjel tal-Knisja u Indipendenti hu kif jidher hawn taħt:", "| |Prima|Sekondarji| | |rji | | |Skejjel | 20 | 13 | |tal-Knisja | | | |Skejjel |272 |256 | |Indipendenti| | |", "In-numru ta' studenti mill-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea fl-iskejjel tal- Knisja u indipendenti hu kif jidher hawn taħt:", "| |Primar|Sekondarj| | |ji |i | |Skejjel | 9 | 8 | |tal-Knisja | | | |Skejjel |150 |169 | |Indipendenti | | |", "STUDENTI BARRANIN FL-UNIVERSITA'", "21900.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' studenti barranin fl-universita' li bdew jattendu xi kors din is-sena?", "Liema kors qed jattendu?", "Kemm minnhom huma minn pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Din is-sena daħlu 336 student barrani li minnhom 61 ġejjin minn pajjizi ta' l-Unjoni Ewropea.", "Informazzjoni dwar in-numru ta' studenti f'kull kors se titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "SKEJJEL – ARTIFICIAL TURF GROUNDS", "21902.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu ppjanat li jsiru grounds ta' ħaxix artifiċjali fl-iskejjel ta' l-istat matul din is-sena finanzjarja?", "Fejn u kemm se jintnefqu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Kull fejn se tinbena skola ġdida qed jiġi kkonsidrat għandux ikun hemm ground b'ħaxix artifiċjali.", "Il-kunsill Malti għall- isports jinvesti wkoll f'faċilitajiet bħal dawn.", "ASSENTEIŻMU FL-ISKEJJEL", "21904.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru jgħid kif se jikkumbatti l- assenteiżmu fl-iskejjel ta' l-istat biex dan jibda jonqos?", "Jista' jgħid kemm ġew rapportati studenti li naqsu li jattendu l-iskola matul din is- sena skolastika sa l-aħħar ta' Ottubru?", "Kull kemm żmien l-iskejjel tal- Knisja u indipendenti jridu jirrapportaw lid-diviżjoni studenti li ma jattendux?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Parti mix-xogħol tas-sezzjoni ħidma soċjali fl-iskejjel hu li l-istudenti kollha jibbenefikaw mill-edukazzjoni bl-aħjar mod possibbli.", "Informat li meta s-sezzjoni jkollha rapporti ta' assenteiżmu, is-social workers jagħmlu żjarat fid-djar u fl-iskejjel u kull intervent ieħor neċessarju biex jaraw ir-raġunijiet għala xi tfal ma jkunux qegħdin jattendu l-iskola.", "Is-social workers jgħinu lil dawn l-istudenti u lill- familja tagħhom u xi drabi lill-iskejjel sabiex it-tfal jkunu jistgħu jerġgħu jiġu integrati lura fl-iskejjel.", "Informat li għadu kmieni biex wieħed jagħti n-numru ta' studenti li naqsu li jattendu l-iskola mindu fetħet din is-sena sa l-aħħar ta' Ottubru.", "Informat li l-iskejjel tal-Knisja u dawk indipendenti jinnotifikaw lid- diviżjoni ta' l-edukazzjoni bin-numru ta' studenti li ma jattendux kull xahar tas-sena skolastika u l-informazzjoni tiġi verifikata f'kull term.", "SPORTS FL-ISKEJJEL TA' L-ISTAT", "21905.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il siegħa fil-ġimgħa huma dedikati għall-isports fil-livelli kollha ta' l-iskejjel ta' l-Istat?", "Kemm hemm għalliema tal-PE u kemm minnhom ġew ingaġġati għal din is-sena skolastika?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Fl-iskejjel primarji hu ddedikat siegħa u nofs fil- ġimgħa għall-P.E. waqt li fl-iskejjel sekondarji, forms 1 u 2 għandhom żewġ lezzjonijiet u forms 3, 4 u 5 għandhom lezzjoni waħda fil-ġimgħa.", "Dawk l- istudenti li jagħżlu l-P.E. bħala option ikollhom erba' lezzjonijiet fil- ġimgħa.", "Informat ukoll li b'kollox f'Malta u Għawdex hemm 24 għalliem/a Peripatetic tal-P.E. li minnhom sebgħa ġew ingaġġati din is-sena fl-iskejjel primarji.", "In-numru ta' għalliema tal-P.E. fl-iskejjel sekondarji hu ta' 102 li minnhom ġew ingaġġati erbgħa għal din is-sena skolastika.", "FREE FLIGHT TICKETS", "21908.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 21832 u jgħid min huma u x'jisimhom dawk il-persuni li jgawdu minn free flight tickets mil-linja nazzjonali Air Malta?", "Jista' jgħid kull persuna kif tikkwalifika biex tgawdi minn dan il- benefiċċju?", "Jista' jgħid kemm dawn il-persuni għamlu użu minn dawn il-free flight tickets tul dawn l-aħħar tliet snin?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jekk l-Onor.", "Interpellant ma jispeċifikax għal liema persuni qed jirriferi, ma nkunx f'pożizzjoni li nagħtih l-informazzjoni li qed jitlob.", "RETTUR TA' L-UNIVERSITA'", "21909.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru jgħid ta' xiex ir-rettur ta' l-universita' qed jieħu Lm15,000 konsulenza mill-OPM?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi.", "DWAL F'ĠONNA PUBBLIĊI", "21910.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 21829 u jgħid min hu responsabbli biex jara l-up keep u l-manutenzjoni tas-sistemi tad-dawl fil-ġonna pubbliċi?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Il-manutenzjoni tas-sistema tad-dawl ta' ħafna ġonna li ġew upgraded riċentement taqa' taħt ir-responsabbilta' tal-kunsill lokali ta' fejn jinsabu.", "Jekk l-Onor.", "Interpellant għandu f'moħħu xi ġnien partikolari, inkun nista' nagħtih informazzjoni iżjed preċiża.", "MALTACOM - FREE UNLIMITED CALLS", "21911.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 21830 u jgħid min huma u x'jisimhom dawk il-persuni li jgawdu minn free unlimited calls mill-Maltacom?", "Jista' jgħid kull persuna kemm-il linja tal-mobile u linja fissa tipposedi?", "Jista' jingħata rendikont dettaljat ta' l-infiq minn kull persuna fuq kull linja tul dawn l-aħħar tliet snin?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jekk l-Onor.", "Interpellant ma jispeċifikax għal liema persuni qed jirriferi, ma nkunx f' pożizzjoni li nagħtih l-informazzjoni mitluba.", "SURCHARGE FUQ ID-DAWL U L-ILMA", "21912.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Peress illi r-risposta ta' mistoqsija parlamentari 21240 mhux biss hija vaga imma ma tirrispondi assolutament xejn, jista' l-Ministru jagħti risposta aħjar, jekk mhux preċiża għallinqas stima ta' surcharge impost biex jirrispondi għall- mistoqsijiet parlamentari 21645, 21644 u 21817?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "POST BLA TARAĠ", "21913.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru tara li jitmexxa l-każ ta' anzjana li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li ilha żmien titlob biex il-gvern jipprovdilha post peress li dak li għandha hu bit-taraġ u għandha problemi tal-qalb?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: L-applikazzjoni tal-persuna ndikata qed tiġi kkonsidrata flimkien ma' oħrajn simili.", "UFFIĊJALI GOVERNATTIVI ĠEWWA BRUSSELS", "21915.", "L-ONOR.", "GEORGE VELLA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 20413 li wiegħed li se jirrispondi f'xi seduta aktar tard?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Nassumi li l-Onor.", "Interpellant qiegħed jalludi għall-uffiċjali governattivi li qegħdin jaħdmu fir-rappreżentanza permanenti ta' Malta għall-Unjoni Ewropea u għalhekk qiegħed inpoġġi l- lista rispettiva bid-data tad-9 ta' Novembru 2006 fuq il-mejda tal-Kamra.", "Iċ-chain of command huwa permezz tar-rappreżentant permanenti li jirrappreżenta lill-ministeru għall-affarijiet barranin.", "F'każ li l-Onor.", "Interpellant qiegħed jirriferi għall-uffiċjali governattivi li qegħdin jaħdmu bħala seconded national experts ma' l- istituzzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea, nirrikkmanda li jissottometti l- istess mistoqsija lill-Prim Ministru bħala l-ministru responsabbli għas- servizz ċivili.", "CHILDREN'S ALLOWANCE", "21916.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru tara għaliex persuna separata li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, ilha ma tirċievi children allowance għal dawn l-aħħar sitt xhur?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Il-persuna ndikata ġiet informata bil-miktub mid- dipartiment tas-sigurta' soċjali dwar il-każ tagħha.", "OCCUPATIONAL HEALTH & SAFETY AUTHORITY", "21917.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru jgħid kemm għandha spetturi l- occupational health & safety authority fit-taqsima ġenerali u tal- kostruzzjoni?", "Kemm għandha senior managers l-istess awtorita'?", "Kemm hemm impjegati bħalissa fi ħdan l-awtorita'?", "Kemm irriżenjaw/telqu ħaddiema mill-awtorita' mit-twaqqif tagħha sal-lum?", "Xi kwalifiki għandu l-head of technical operations f'dan il-qasam?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-awtorita' għandha żewġ spetturi assenjati speċifikament għas-settur tal-kostruzzjoni u ieħor fit-taqsima ġenerali.", "Barra dawn in-nies, f'dan is-settur jaħdmu wkoll erba' uffiċjali oħra li jintervjenu f'materji li jikkonċernaw apparat, għodda u kimiċi perikolużi, (fosthom l-asbestos) kif użati fis-settur tal-kostruzzjoni.", "Fil-preżent hemm tliet senior managers li jagħmlu xogħol tekniku u speċjalizzat, waqt li hemm senior manager u trainee senior manager b'funzjoni maniġerjali.", "Fil-preżent, l-awtorita' timpjega 20 persuna, li minnhom 12 jagħmlu xogħol tekniku waqt li t-tmienja l-oħra jagħmlu xogħol maniġerjali, amministrattiv jew relatat ma' kommunikazzjoni u d- disseminazzjoni ta' l-informazzjoni.", "Informat ukoll li minn mindu twaqqfet l-awtorita' sitt snin ilu, irriżenjaw ħames persuni biex ħadu impjieg fis-settur privat, b'kondizzjonijiet aħjar minn dawk li toffri l-awtorita', erba' li rritornaw mas-settur pubbliku u tnejn oħra li kellhom il-kuntratt ta' impieg tagħhom itterminat mill- awtorita'.", "Irid jingħad li biex persuna detailed ma' l-awtorita' tirritorna lura fis-servizz pubbliku, m'hemmx bżonn il-permess ta' l-awtorita', min- naħa l-oħra biex persuna tiġi detailed għal ma' l-awtorita', irid ikun hemm il-permess ta' l-MPO.", "Il-head technical operations huwa kkwalifikat fi proċeduri ġudizzjarji, b'esperjenza twila f'dan il-qasam.", "Ingħata taħriġ f'materji maniġerjali taħt il-kappa ta' diversi proġetti Ewropej.", "Fil-preżent qiegħed jistudja biex jottjeni kwalifika universitarja fil-qasam tas-saħħa u s-sigurta'.", "ĦADDIEMA GĦAWDXIJA", "21918.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l- Ministru tara li persuna mill-Fontana li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li taħdem St Luke's tinġieb temporanjament taħdem f'Għawdex peress illi hija tqila u minħabba t-traġitt jekk tmur u tiġi minn Malta hemm periklu li tista' titlef it-tarbija?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jagħmel il- mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "ĦADDIEM TAL-MALTACOM", "21921.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru jara li persuna li taħdem il-Maltacom u li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li qiegħed jitlob biex jieħu early retirement bħalma ħa ħaddieħor, jgħid fiex waslet it-talba tiegħu?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jirriferi għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 19438.", "XIRI/FIDI TA' ĊENS", "21922.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li jitmexxa każ li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?", "ONOR.", "TONIO BORG: L-uffiċċju konġunt qiegħed jagħmel ir-riċerka meħtieġa dwar il-proprjeta' in kwestjoni biex ikun jista' jipproċessa t-talba ta' l- enfitewta.", "MIXED COMMISSION MEETING", "21923.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jikkonferma li l-mixed commission meeting mal-Libja ġiet posposta?", "X'wassal għal dan?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Fuq talba tal-Gvern Libjan, id-dati tal-mixed commission iċċaqalqu.", "Ninsabu nformati mill-Gvern Libjan illi d-dati ġew posposti b`ġimgħa minħabba li kienu viċin wisq (back-to-back) mal-EU - Africa ministerial conference on development and migration fi Tripli u allura kien impossibbli li l-uffiċjali Libjani jkunu preżenti fiż-żewġ laqgħat.", "ARIJIET APPROVATI MILL-AREA LOCAL PLAN", "21924.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' l-Ministru jispeċifika meta se jkun jista' jinbeda l- ipproċessar tal-permessi mill-MEPA dwar l-iżvilupp fuq artijiet approvati mill-area local plan?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jiċċara l- mistoqsija tiegħu.", "CARE AND REPAIR", "21926.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru tara li l-persuni li dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament, li jgħixu f'post tal-gvern f'Bormla jibbenefikaw mill-iskema care and repair?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Mir-rekords ta' l-awtorita' tad-djar ma jirriżultax li l-persuna ndikata qatt għamlet talba biex tibbenefika mill- inizjattiva tal-care and repair.", "Ninsab informata wkoll li, b'danakollu, fil-futur qarib l-awtorita' se tispezzjona l-fond indikat biex tivverifika jekk il-persuna tistax tibbenefika minn din l-inizjattiva.", "TALBA GĦAL POST TAL-GVERN", "21928.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru tara li persuna separata minn Bormla li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, jibbenefika minn post tal-gvern?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: L-applikazzjoni tal-persuna ndikata qed tiġi kkonsidrata flimkien ma' oħrajn simili.", "MOONLIGHT FESTIVALS", "21929.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' l-Ministru jikkonsidra li l-istess bħalma jsiru moonlight festivals kull tliet xhur waqt qamar kwinta fejn it-tempji ta' Stonehenge fl-Ingilterra, bi żfin b'kostumi antiki u laser shows, issir xi ħaġa simili fejn it-tempji f'Malta u Għawdex sabiex it-turisti jkunu jistgħu jaraw xi ħaġa interessanti u divertenti anke bil-lejl?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Filwaqt li nirringrazzja lill-Onor.", "Interpellant għas-suġġeriment, ninformah li festivals ta' din in-natura mhux qed jiġu kkonsidrati fil-programm ta' events għas-sena li ġejja.", "TEMPJI NEOLITIĊI TA' ĦAL TARXIEN", "21930.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' l-Ministru jikkonferma li d-dħul fit-tempji neolitiċi ta' Ħal Tarxien huwa aċċessibbli wkoll għal persuni b'diżabilita'?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ftit xhur ilu ġiet istallata rampa fid-daħla tat-Tempji Neolitici ta' Ħal Tarxien li tiffaċilita l-aċċess kemm għall- persuni b'diżabilita` kif ukoll għall-pubbliku in ġenerali, b'mod speċjali meta tagħmel ix-xita.", "Ġewwa t-tempji nfushom hemm pjattaformi ta' l-injam u rampi li jippermettu lil min juża wheelchair biex jagħmel iż-żjara bħal ħaddieħor.", "Hemm xi punti fejn minħabba fid-djuq fl-istruttura preistorika, li naturalment ma tistax tinbidel, il-passaġġ huwa aktar dejjaq milli wieħed jixtieq, pero` xorta waħda jippermettu li xi ħadd fuq wheelchair jagħmel iż-żjara kollha.", "Ta' min jinnota li l-kmamar tal-banju f'dan is-sit huma wkoll mgħammra biex jilqgħu nies b'diżabilita`.", "Fil-preżent, bħala parti mill-proġett BOV Tarxien, hemm ukoll applikazzjoni quddiem il-MEPA għal ċentru ġdid ta' viżitaturi, li fih se jkun hemm il- faċilitajiet kollha li wieħed jistenna li jsib fuq sit ta' patrimonju dinji, inklużi dawk għall-persuni b'diżabilita`.", "Qegħdin jitfasslu wkoll passaġġi ġodda biex jgħaqqdu ċ-ċentru mal-fdalijiet arkeoloġiċi infushom.", "Dan kollu qed isir f'konsultazzjoni mal-kunsill nazzjonali għall-persuni b'diżabilita`, sabiex jiġi żgurat li l-patrimonju kulturali, li huwa ta' kulħadd, ikun tassew aċċessibbli għal kulħadd.", "ŻJARAT F'POSTIJIET STORIĊI", "21931.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jikkonsidra l-Ministru li dawk it-turisti li jkunu ġew iktar minn darba f'Malta jingħataw skont għad-dħul f'mużewijiet, wirjiet eċċ. bħala inċentiv?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Heritage Malta taqbel li għandha tagħti inċentivi.", "Fil-fatt qed jiġu ppreparati numru ta' inċentivi għal kull min iżur is-siti kollha tagħha.", "Din il-proposta wkoll se tiġi kkonsidrata.", "KNISJA SANT'UBALDESCA F'RAĦAL ĠDID", "21932.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' l-Ministru jispjega fiex jikkonsisti x-xogħol ta' restawr tal-Knisja ta' Sant'Ubaldesca f'Raħal Ġdid li beda ftit ilu mill- ħaddiema tal-ministeru tiegħu?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ix-xogħol li sar ftit ilu minn ħaddiema tal-ministeru huwa parti minn xogħol ta' restawr li huwa ppjanat li jitkompla fil-futur.", "Ix-xogħol se jikkonsisti f'zewġ fażijiet - l-ewwel fażi se jkun xogħol ta' restawr fuq il-parti esterna tal-knisja, filwaqt li t-tieni fażi se jkun il-konsolidament strutturali tal-knisja.", "INSTITUTE FOR TOURISM STUDIES", "21934.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru jgħid jekk l-istudent li jattendi l- institute for tourism studies u li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, għandux dritt għal stipendju?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Studenti maturi li jkunu għalqu t-23 sena mhumiex intitolati għall-għotja ta' manteniment għall-istudenti.", "DRENAĠĠ F'RAĦAL ĠDID", "21935.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 18626, ninforma lill-Ministru li fil-garage no. 293 fl-aħħar xita li għamlet reġa' daħal l-ilma peress li d-drain tal-gvern ma laħaqx ma' l-ammont ta' ilma li kien hemm.", "Jista' jara jistax isir rimedju?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "HARDWARE GĦALL-ISPTAR MATER DEI", "21936.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk id-dipartiment tal-kuntratti allokax tender għall-hardware għall-isptar Mater Dei?", "Jekk iva, min ħa dan il-kuntratt?", "Kemm jiswa?", "Meta ġie allokat?", "Il-kuntratt jippermetti sub-contracting fil-provvista tal-hardware?", "Jekk iva, dan is-sub- contracting sar?", "U lil min?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jispeċifika u jagħti aktar dettall sabiex it-tweġiba tkun tista tingħata b'mod korrett.", "MECHANICAL HORSES", "21937.", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' mechanical horses (tructor unit) liċenzjati mill-awtorita' dwar it-trasport biex ikunu jistgħu joperaw barra minn Malta?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "MUTURI SELF-DRIVE", "21938.", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' muturi liċenzjati mill-awtorita' dwar it-trasport bħala self-drive?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: In-numru ta' muturi liċenzjati bħala self-drive hu 97.", "FTEHIM KOLLETTIV MA' L-GĦALLIEMA", "21939.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 21834, jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim kollettiv li sar ma' l-għalliema?", "Jista' ukoll ipoġġi kopja tal-conditions of work ta' l-istess għalliema?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal- ftehim kollettiv li sar ma' l-għalliema, liema ftehim jelenka l-conditions of work ta' l-istess għalliema.", "PJAZZA G. GULIA F'BORMLA", "21940.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 20201 dwar xogħol meħtieġ fuq il-kaptelli fi Pjazza G. Gulia, Bormla, jista' l-Ministru jgħid jekk it- tender għall-istess xogħlijiet ġiex aġġudikat u jekk fl-affermattiv, meta se jibdew ix-xogħlijiet u x'se jkunu jinvolvu?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: It-tender għall-manutenzjoni tal-manholes ħareġ u ġie aġġudikat fil-ġranet li għaddew.", "Se ssir laqgħa mal-kuntratturi biex dawn ix-xogħlijiet ikunu jistgħu jibdew minnufih kif jinħareġ il-permess.", "Ix-xogħlijiet se jinkludu tindif estensiv, manutenzjoni tal-culvert u tibdil tal-gradilji eżistenti.", "ARRETRATI TAL-PENSJONI", "21941.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Peress li ftit ilu persuna li isimha qed jintbagħat separatament, ingħatat arretrati għall-pensjoni għall-perijodu 1/1/2005 sat-8/9/2006, tista' l-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni għaliex dan is-sussidju ma nħadimx sa minn meta rtira mix-xogħol?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Il-persuna ndikata ġiet informata bil-miktub mid- dipartiment tas-sigurta' soċjali dwar il-każ tagħha.", "CARE WORKERS", "21942.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Peress li ftit ilu saru xi eżamijiet interni sabiex jinħatru care workers, jista' l-Ministru jgħid fiex wasal dan il-proċess?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ma saru l-ebda eżamijiet interni biex jinħatru care workers fid-diviżjoni tas-saħħa.", "KUMPANNIJI TA' L-ASSIGURAZZJONNI - SURVEYORS", "21943.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jgħid kif surveyor jista' ikun indipendenti meta jiġi appuntat biex jagħmel survey fuq karozza u dan peress li jkun imqabbad dirett mill-kumpannija ta' l-assikurazzjoni?", "Kif inhu protett il-konsumatur f'dan ir-rigward?", "Għandu dritt il-konsumatur iqabbad surveyor privat, kif wara kollox isir barra minn Malta?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Għalkemm hija prattika tas-suq ta' l-assigurazzjoni li s-surveyor jiġi appuntat minn kumpannija ta' l-assigurazzjoni, imma huwa d-dover tas-surveyor li jispezzjona l-ħsara u jagħmel ir-rapport tiegħu fuq il-ħsarat li sofriet karozza kawża ta' claim.", "Dan ix-xogħol għandu jsir minn surveyor b'mod imparzjali.", "B'hekk l-iskop ta' polza ta' assigurazzjoni, dak li jpoġġi l-persuna assigurata fis-sitwazzjoni finanzjarja li kienet fiha qabel it-telfa, jintlaħaq.", "B'dan il-mod l- assigurat (il-policy holder) jiġi protett.", "Huwa veru wkoll illi l-assigurat, kif dejjem kellu d-dritt li jagħmel, jista' iqabbad surveyor privat biex jispezzjona l-ħsara.", "F'dan il-kas, l- appointment isir għal spejjeż ta' l-assigurat.", "AWTORITA' TAD-DJAR", "21944.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru tgħid fiex waslet it-talba għal rikonoxximent ta' familja li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: It-talba tal-persuna ndikata qed tiġi kkonsidrata flimkien ma' oħrajn simili.", "AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA", "21950.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru tara li single parent minn Bormla li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, u ma taħdimx u tgħix f'post ikkundannat u sub-standard, tingħata post alternattiv?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: L-applikazzjoni tal-persuna ndikata qed tiġi kkonsidrata flimkien ma' oħrajn simili.", "Ninsab informata wkoll li, skond l-ispetturi ta' l-awtorita' tad-djar, id- dar preżenti fejn tgħix din il-persuna la hi kkundannata u lanqas hemm periklu.", "CARE AND REPAIR", "21951.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' l-Ministru tara li persuna b'diżabilita' minn Bormla li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, tibbenefika mill- iskema care and repair?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Mir-rekords ta' l-awtorita' tad-djar ma jirriżultax li l-persuna ndikata qatt għamlet talba biex tibbenefika mill- inizjattiva tal-care and repair.", "Ninsab informata wkoll li, b'danakollu, fil-futur qarib l-awtorita' se tispezzjona l-fond indikat biex tivverifika jekk il-persuna tistax tibbenefika minn din l-inizjattiva.", "REĠISTRATUR TAT-TRADE UNIONS", "21952.", "L-ONOR.", "CLYDE PULI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru jispjega x'tip ta' tibdil hu neċessarju fil- liġi biex ir-reġistratur tat-trade unions ikollu l-poter jawditja u jivverifika ċ-ċifri ta' sħubija mogħtija lilu mill-istess unions?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-materja in kwestjoni qed tingħata konsiderazzjoni biex jiġi evalwat x'passi jistgħu jittieħdu jekk dan ikun utili.", "ĦADDIEMA TAS-SERVIZZ PUBBLIKU", "21953.", "L-ONOR.", "CLYDE PULI staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma dawk il-unions li qed jibbenefikaw mill-iskema tal-gvern li jipprovdi ħaddiema mis-servizz pubbliku biex jaħdmu sekondati magħhom?", "Kull union kemm għandha ħaddiema mis-servizz pubbliku magħha?", "Kif jiġu sekondati dawn il-ħaddiema?", "Il- gvern kemm qed joħroġ fondi pubbliċi għal dawn il-ħaddiema?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Hija l-prassi tal-gvern li jissekonda uffiċjali minn tiegħu biex jaħdmu mal-unions.", "Il-unions li qed jibbenefikaw fil-preżent huma l-GWU, il-UĦM, l-MUT, il-MAM u l-MUMN.", "Fil-preżent hemm 15-il uffiċjal tal-gvern fuq leave speċjali biex jaħdmu ma' dawn il-unions fuq bażi ta' paga sħiħa (special paid leave on grounds of public policy) jew mingħajr ħlas (special unpaid leave on grounds of public policy), kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal- Kamra.", "OQSMA TAL-BIEDJA LOKALI", "21959.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx kumitat li qed jimmoniterja l- marġini/perċentwali tal-kompetittivita' fl-oqsma varji tal-biedja lokali f'Malta u Għawdex?", "Min huma l-persuni nvoluti u xi kwalifika għandhom?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Preżentement il-ministeru qed jgħin finanzjarjament lill-oqsma kollha tal-biedja skond l-istrateġija mfassla waqt in-negozjati ma' l-Unjoni Ewropea filwaqt li qed titfassal strateġija biex tindirizza l-kompetittività ta' l-oqsma tal-biedja fost ħwejjeġ oħra permezz tal-pjan ġdid għall-iżvilupp rurali għall-perijodu 2007-2013.", "AGRICULTURE FACTOR INCOME", "21960.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid x'ikkontribwixxa biex fl-2005 l- agriculture factor income naqas b'5% meta paragunat ma' l-2004?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jagħmel il- mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "AGRICULTURE FACTOR INCOME", "21961.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jgħid kif jispjega l-fatt li filwaqt li kien jgħid kemm il-bdiewa/raħħala ħadu flus matul l-2005, l-agriculture factor income naqas b'5% għas-sena 2005?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-ammont ta' għajnuniet li ngħataw lill-bdiewa fl- 2005 żdiedu bi 2.1% fuq l-2004.", "L-ammont ta' għajnuna li l-bdiewa ħadu fl-2005 ammonta għal Lm8.2 miljun - minn dawn Lm5.4 miljun kienu sussidji fuq produzzjoni u Lm2.8 miljun li mhux relatati ma produzzjoni.", "Fl-2004 it-total ta' għajnuniet li ngħataw lill-bdiewa/raħħala ammontaw għal Lm8 miljun.", "Minn dawn, Lm5 miljun kienu sussidji fuq produzzjoni u Lm3.1 miljun li mhux relatati ma' produzzjoni. (nota : minħabba rounding xi ċifri jistgħu ma jaqblux eżatt).", "L-agricultural factor income naqas b'5% primarjament minħabba nuqqas fi qtil ta' tjur, fejn il-valur tal-produzzjoni naqas b'24%, u fil-produzzjoni tal-patata fejn il-valur ta' din naqas bi 11%.", "Fatt ieħor kif naqas l-agricultural factor income huwa minħabba li l- ispejjeż tal-bdiewa/raħħala żdiedu bi 2.3% fuq l-2004.", "Dan primarjament minħabba l-fatt li l-ammont ta' flus li ntnefqu fuq l-enerġija (fuels u żjut) żdied bi 22% fuq l-2004.", "TRIQ IL-KUNGRESS EWKARISTIKU, MOSTA", "21962.", "L-ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO staqsa lill-Ministru għall- Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jara jekk jistax jinbidel u jitwessa' culvert fi Triq il-Kungress Ewkaristiku l-Mosta - minn nru.", "160 'il fuq fid-direzzjoni ta' Birkirkara - minħabba li mhux qed ilaħħaq ma' l- ilmijiet tax-xita u qed jikkawża inkonvenjent kbir lir-residenti ta' l- inħawi?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Tweġiba tingħata f'seduta oħra", "AGRICULTURE FACTOR INCOME", "21963.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex possibbli jingħata breakdown ta' l-Agriculture Factor Income fis-settur tal-biedja f'Malta u Għawdex minflok b'ċifra globali kif ġie ppubblikat fl-NSO report ta' Awissu 2006?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jagħmel il- mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "PRODUZZJONI TAL-LAĦAM TAT-TIĠIEĠ", "21964.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-pjan li qed jiġi kordinat bejn id-dipartiment, il-produtturi/proċessuri tat-tjur sabiex il-produzzjoni tal-laħam abjad tat-tiġieġ tilħaq il-produzzjoni li kellha fl-2003 u fl-2004?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Għas-settur tat-tjur (broilers) ittieħdu diversi miżuri sabiex isir l-istrutturar meħtieġ u ġew imfasslin skemi biex tiżdied il-produzzjoni.", "Dawn il-miżuri u skemi ttieħdu wara konsultazzjonijiet ma' operaturi f'dan is-settur.", "Il-mira hi li nilħqu produzzjoni sostenibbli għas-settur f'suq liberalizzat u abbażi ta' l- effetti fuq l-ambjent u animal welfare.", "PRODUZZJONI TAT-TJUR", "21965.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid x'wassal biex il-produzzjoni tat-tjur fl- ewwel sitt xhur ta' l-2006 waqgħet b'51.7% meta paragunati ma' l-ewwel sitt xhur tas-sena 2003?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Kull tibdil li sar fil-produzzjoni tat-tjur mill- 2003 jirriżulta minħabba diversi fatturi inklużi suq liberalizzat u għażla aktar wiesgħa għall-konsumatur għall-prodotti lokali flimkien ma' ristrutturar meħtieġ fil-proċessar u t-trobbija, b'mod partikolari minħabba animal welfare u iġene u l-effetti indiretti ta' l-influwenza tat-tjur.", "Skond ċifri maħruġa mill-uffiċċju nazzjonali ta' l-istatistika, is-settur tal-biedja in ġenerali qed jassimila ruħu tajjeb mar-realtà ta' suq ħieles u ma' żvilupp fil-konsum.", "KORSIJIET FL-UNIVERSITA'", "21967.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 21868 u jikkonferma jekk hux veru li xi studenti li applikaw għal xi kors fl-universita' qed jiġu mitluba jimlew formola li tistaqsi l-applikant jekk ibatiex minn depression jew ansjeta'?", "Jekk hu veru, jaħseb li din hi diskriminazzjoni għax huwa fatt magħruf li hemm min ibati minn depression jew ansjeta' u xorta jista' ikun kapaċi jsegwi b'suċċess kors universitarju?", "Xi dritt għandha l-universita' titlob informazzjoni personali bħal din u xi ħtieġa hemm li tintalab din l-informazzjoni daqstant personali u kunfidenzjali mill-univerista' lil min applika biex isegwi kors?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-applikanti kollha għal xi kors offrut mill-istitut għall-ħarsien tas-saħħa huma mitluba jimlew kwestjonarju mediku kunfidenzjali bl-għajnuna tat-tabib tal-familja biex ikun aċċertat li huma kapaċi jaħdmu fis-settur tas-saħħa, kemm waqt, kif ukoll wara l-kors, meta huma meħtieġa jkunu f'kuntatt dirett ma' pazjenti vulnerabbli.", "Nikkonferma li waħda mill-mistoqsijiet fil-kwestjonarju tirrigwarda saħħa mentali.", "Informat ukoll li l-applikanti eliġibbli, skond ir-regolamenti meħtieġa, jagħmlu test mediku qabel jirreġistraw għall-kors biex jiġi aċċertat li huma kapaċi għad-dmirijiet relatati ma' l-istudji proposti tagħhom.", "Ninsab aċċertat li kull informazzjoni tinżamm bl-akbar kunfidenzjalita'.", "Se npoġġi kopja ta' l-ittra u kopja tal-kwestjonarju li tingħata lill- applikanti fuq il-mejda tal-Kamra.", "FLIGHT CANCELLATIONS", "21968.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 21840 u jgħid x'inhi r-raġuni li meta individwu jibbukkja u jħallas flight imbagħad jikkanċella, ma jeħux lura l-ammont kollu ta' taxxi mħallsa fuq it-ticket?", "Meta t-tour operators iżommu parti minn din it-taxxa din se tasal għand il- gvern?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "DAR IL-MEDITERRAN GĦALL-KONFERENZI", "21983.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 21850 fejn il-Ministru qal li jinsab informat li l-bibien ta' Dar il-Mediterran jinfetħu skond il- bżonn u l-esiġenzi tas-saħħa u s-sigurta', xi jrid ifisser b'din it- tweġiba?", "Huwa qal ukoll li l-bord tat-tmexxija jimplimenta regoli stretti dwar il-ftuħ ta' uħud mill-bibien sabiex jevitaw inkonvenjenza mill-ġirien.", "X'inhuma dawn ir-regolii?", "Jistgħu jsiru xi reċipjenti apposta fejn jintremew is-sigaretti?", "Informat li qed joħorġu numru ta' gruppi jpejpu barra u bl-istorbju tagħhom qed joħolqu inkonvenjent għar-residenti, apparti l-ħmieġ għax jarmu s-sigaretti barra.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "ENEMALTA - BOILER CONTROL PANELS", "21984.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-persentaġġ ta' flus li ngħataw lill-inġiniera ta' l-enemalta li ddisinjaw boiler control panels ġodda u li ffrankaw lill-enemalta għexieren ta' eluf ta' liri, hekk kif kien ħabbar hu stess fis-6 ta' Ottubru 2006?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Is-suġġeriment tiegħi li jingħata xi tip ta' kumpens lit-team li ħadem fuq il-boiler control panels il-ġodda se titressaq quddiem il-bord tad-diretturi waqt il-laqgħa li jmiss.", "MEDICAL STORES", "21985.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l- kuntratt għall-kiri tal-post għall-medical stores?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Il-firmatarji tat-tali kuntratt kienu s-sid u rappreżentant fil-ministeru tal-finanzi.", "Għaldaqstant l-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jirriferi l-mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "XOGĦOL TA' TINDIF", "21986.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kull kuntratt fid-dekasteru tiegħu dwar xogħol ta' tindif ta' sptarijiet, awtoritajiet, eċċ.?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "MEMBRI TA' L-ARMATA", "21987.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ilhom ma jingħataw żraben il- membri ta' l-armata?", "Meta mistenni li dawn jiġu pprovduti mill-ġdid?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Iż-żraben se jitqassmu sa nofs ix-xahar id-dieħel.", "SISTEMA TA' IT GĦALL-ISPTAR MATER DEI", "21988.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jgħid f'liema stadju waslet is-sejħa għal offerti għall-I.T. għall-isptar Mater Dei?", "Meta mistenni li s-sistema tkun istallata kollha u l-ħaddiema jkunu ngħataw it-taħriġ kollu kif din għandha titħaddem?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "ARBLI TAD-DAWL FIR-RABAT", "21989.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru jara li l- enemalta twaħħal arbli tad-dawl ġewwa Għar Barka fid-dħul ta' Vjal il- Ħaddiem li jagħti għal Triq Antonio Nani, Rabat u dan billi din l-area tinsab fi dlam ċappa u ta' periklu għas-sigurta'?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-Onor.", "Interpellant għandu jirriferi l-każ lill- kunsill lokali tar-Rabat peress li l-istreet lighting ġie devolut lilhom.", "IMMIGRANTI ILLEGALI", "21990.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 21865, tista' l-Ministru tikkonferma li s-somma ta' Lm62,000 fix-xahar huma fondi minfuqa minn finanzi pubbliċi ta' Malta u mhux mill-ERF u l-programm EQUAL?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Is-somma ta' Lm62,000 fix-xahar tinkludi l- ispejjeż rikorrenti għat-tmexxija ta' l-open centres inkluż dak tal-Marsa, li dwaru hemm il-proġett approvat mill-ERF għas-somma ta' madwar Euro 0.5 miljun.", "Din is-somma tiġi rifuża lill-Gvern Malti wara li jsir l-awditjar meħtieġ.", "DFIN TA' FETI", "21991.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' l-Ministru jgħid għaliex ċertu ġenituri jingħataw permess jieħdu ħsieb id-dfin tal-fetu tagħhom wara miscarriage filwaqt li ġenituri oħra jiġu sfurzati jmorru għand kummissjonanti li jieħdu ħsieb id-dfin?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jirriferi għall- mistoqsija parlamentari 21534.", "DGĦAJJES FIL-KALKARA", "21994.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20376?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: L-ispazju li qiegħed jirriferi għalih l-Onor.", "Interpellant huwa spazju fuq art fejn jitpoġġew id-dgħajjes.", "L-awtorita' marittima ta' Malta qatt ma kienet responsabbli li torganizza dan l-ispazju peress li l-art ma taqax taħt il-ġurisdizzjoni tagħha.", "PROĠETTI F'ĦAD-DINGLI", "22002.", "L-ONOR.", "DAVID AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq: Jista' l-Ministru jgħid min huma l-kuntratturi ta' kull triq magħżula wara proċess ta' tender biex jagħmlu toroq jew proġetti oħra bħal ġonna f'Ħad-Dingli?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: L-awtorita' dwar it-trasport ikkonkludiet u tat it- tenders għal żewġ toroq residenzjali f'Ħad-Dingli:-", "Triq Ġdida fi Triq Dun Karm Frendo:-", "Kuntrattur: V& C Contractors Ix-xogħol jibda meta jinħarġu l-permessi meħtieġa mill-MEPA", "Daħla tas-Sienja:-", "Kuntrattur: Bonnici Bros Ltd.", "Ix-xogħol jibda fil-ġimgħat li ġejjin u mistenni jdum tmien ġimgħat.", "PROBLEMA TAD-DRENAĠĠ F'ĦAŻ-ŻEBBUĠ", "22003.", "L-ONOR.", "DAVID AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta hu mistenni li tissolva l-problema ta' drenaġġ f'Misraħ l-Isptar, Ħaż- Żebbuġ?", "X'jinvolvi x-xogħol?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Il-problema ta' drenaġġ issa ġiet solvuta wara li sar bdil ta' mains difettużi."]} {"filename": "20050301_243d_par.doc", "date": "2005-03-01", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Uffiċjali u Rivedut) L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 243 It-Tlieta, 1 ta' Marzu, 2005 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 243 It-Tlieta, 1 ta' Marzu, 2005", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6:02 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "243", "It-Tlieta, 1 ta' Marzu, 2005", "WERREJ", "MINUTI 99", "KUNSENS GĦAL ATTI 99", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 99", "TQEGĦID TA' KARTI 107", "MOZZJONIJIET", "ESTIMI TA' DĦUL U NFIQ TAL-KORPORAZZJONI ENEMALTA GĦAS-SENA 2004/2005 108", "AĠĠORNAMENT 134", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 141", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 242 li saret fit-28 ta' Frar, 2005 ġew konfermati.", "KUNSENS GĦAL ATTI", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): Ninforma lill-Kamra li l-President ta' Malta għoġbu jagħti l-kunsens tiegħu għal:", "Att Nru. II ta' l-2005 - Att ta' l-2005 li jimplimenta Miżuri ta' l- Estimi.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "TURIŻMU U KULTURA - KIRI TA' KAROZZI", "10573.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid kemm karozzi nkrew mill-ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħtu matul l-2004?", "X'kienet l-ispiża totali għal dawn il-kirjiet, inkluż dik tal-fuel?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (Ministru għat-Turiżmu u Kultura): Matul l- 2004 kien hemm 40 karozza mikrija fil-ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħtu.", "L-ispiża totali għal-kiri ta' dawn il-karozzi kienet ta' Lm91,028.40 filwaqt li l-ammont għall-fuel kien ta' Lm18,437.82.", "KOMPETITTIVITA` U KOMUNIKAZZJONI - KIRI TA' KAROZZI", "10574.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm karozzi nkrew mill-ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħtu matul l- 2004?", "X'kienet l-ispiża totali għall-kiri ta' dawn il-karozzi, inkluż dik tal-fuel?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (f'isem il-Ministru għall-Kompetittivita` u Komunikazzjoni): Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.", "MICROPROPAGATION CENTRE – SAFAR UFFIĊJALI", "10575.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jagħti breakdown tas-safar mill-uffiċjali tal-micropropagation centre matul l- 2004?", "Min kienu l-uffiċjali u x'kien is-suġġett tal-konferenzi, laqgħat u seminars li attendew?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent): Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.", "SAĦĦA, ANZJANI U KURA FIL-KOMUNITA` - KIRI TA' KAROZZI", "10576.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita`: Jista' il-Ministru jgħid kemm karozzi nkrew mill-ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħtu matul l- 2004?", "X'kienet l-ispiża totali għal dawn il-kirjiet, inkluż dik tal-fuel?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita`): Matul l-2004 kien hemm seba' karozzi mikrija fil-ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħtu.", "L-ispiża totali għall-kiri ta' dawn il-karozzi kienet ta' Lm13,936.", "AFFARIJIET BARRANIN - KIRI TA' KAROZZI", "10577.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru ta' l-Affarijiet Barranin: Jista' il-Ministru jgħid kemm karozzi nkrew mill-ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħtu matul l-2004?", "X'kienet l-ispiża totali għal dawn il-kirjiet, inkluż dik tal-fuel?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (f'isem il-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin): Matul l-2004 kien hemm 11-il karozza mikrija mill-ministeru u l- entitajiet li jaqgħu taħtu, inkluż l-ambaxxati.", "L-ispiża totali għall-kiri ta' dawn il-karozzi kienet ta' Lm10,491 filwaqt li dik tal-fuel kienet tammonta għal Lm1,967.", "INVESTIMENT, INDUSTRIJA U TEKNOLOĠIJA TA' L-INFORMAZZJONI - KIRI TA' KAROZZI", "10578.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm karozzi nkrew mill-ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħtu matul l-2004?", "X'kienet l-ispiża totali għal dawn il- kirjiet, inkluż dik tal-fuel?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni): Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.", "UNIVERSITA` TA' MALTA - LECTURERS", "10793.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm lecturers fl-Universita' ta' Malta?", "Kemm minnhom huma full-time u kemm part-time?", "Min huma, x'nazzjonalita' huma u x'suġġetti qegħdin jgħallmu?", "Kemm ilhom lecturers u kif ġew magħżula?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi): It- tagħrif mitlub jinsab fil-kalendarju li jiġi ppubblikat ta' kull sena mill- Universita` ta' Malta.", "Informat ukoll li l-lecturers jiġu magħżula minn bord ta' għażla mwaqqaf apposta mill-kunsill fuq kriterji stabiliti fis- sejħa għal applikazzjonijiet.", "Il-ħatra ta' lecturers issir mill-Kunsill ta' l-Universita'.", "KIRKOP: SKOLA SAN BENEDITTU – SCHOOL GROUND", "10794.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid kemm ġie jiswa l-ground ta' l-iskola primarja San Benedittu, f'Ħal Kirkop?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li x-xogħol li sar s'issa fil-ground ta' l- iskola primarja ta' Ħal Kirkop, bl-iskop li jservi wkoll għall-użu ta' diversi dixxiplini sportivi mit-tfal u ż-żgħażagħ ta' Ħal Kirkop, ġie jiswa Lm28,000.", "Ix-xogħol jitlesta sal-bidu tas-sena skolastika u t-tfal ikunu jistgħu jużawh.", "KONTIJIET PENDENTI TAD-DAWL", "10795.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 9904 u 10352 u jgħid kemm-il dar, każin, għaqda, eċċ. ma baqgħux jingħataw is-servizz tad- dawl wara t-twissija maħruġa mill-Enemalta fuq kontijiet pendenti?", "Kemm hemm persuni li għamlu arranġament ma' l-Enemalta biex iħallsu bin-nifs?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li kien hemm 382 każ ta' qtugħ wara t-30 ta' Novembru, 2004 f'diversi lokalitajiet.", "F'31 każ minnhom reġa' ingħata d-dawl u anke saru 78 kuntratt.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li għalkemm kien hemm min ħallas il-kont fiż-żmien stipulat, xorta waħda rċieva kont bl- arretrati?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jista' ikun li dan huwa dovut għall-fatt li billi l- Enemalta u d-WSC riedu jaqtgħu linja sa l-aħħar ta' Diċembru minħabba l- metodu ġdid fil-ħruġ tal-kontijiet, il-perijodu ta' 45 ġurnata ta' meta seta' jitħallas il-kont preċedenti qaleb mal-perijodu li joħroġ il-kont u allura l-kreditu ma laħaqx sar.", "Pero' ovvjament minn Jannar 'il quddiem il- kreditu jrid isir.", "Ċertament inkun f'pożizzjoni li nivverifika l-affarijiet u nagħti risposta aktar preċiża jekk l-Onor.", "Mizzi jgħaddili l-informazzjoni kollha li għandu.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jien qed nagħmel din id-domanda mhux daqstant biex il- Ministru jiċċekkja - naf b'ħafna każi fejn ġara dan li qed ngħid, anke lili personali - imma biex jgħidli x'iridu jagħmlu biex iħallsu d-differenza dawk li għalkemm ħallsu fiż-żmien stipulat, irċevew kontijiet ġodda bl- arretrati.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ikun biżżejjed li jħallsu biss il-parti li tkun għadha pendenti għax fis-sistema tal-billing ikollok indikat li l-arrears ikunu tħallsu.", "VRT - GARAXXIJIET LIĊENZJATI", "10796.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn garaxxijiet liċenzjati biex jagħmlu l-VRT?", "Kemm garaxxijiet itteħditilhom il-liċenzja u għal liema raġuni?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (f'isem il-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq): Hawn 38 garaxx liċenzjati biex jagħmlu l-VRT.", "Hemm ukoll żewġ garaxxijiet li itteħditilhom il-liċenzja minħabba l-fatt li s-sidien kisru l-kuntratt li kellhom ma' l-awtorita wara li għal darbtejn iċċertifikaw vettura li ma kenitx tajba għat-triq.", "ĊILINDRI TAL-GASS", "10797.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew ordnati ċilindri tal-gass?", "Kemm se jqumu?", "Minn fejn ġew ordnati?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-Enemalta għamlet ordni ta' 30,000 ċilindru tal-gass ta' 12-il kilo kompluti bil-valve u 2,000 ċilindru tal-25 kilo.", "Dawn se jqumu total ta' euro 620,100.", "Iċ-ċilindri tat-12-il kilo se jiġu jiswew euro 559,500 u dawk tal-25 kilo se jiswew euro 60,600.", "Iċ-ċilindri nxtraw mill-kumpannija SMPC tat-Tajlandja.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jista' il-Ministru jgħidilna x'sar minnhom iċ-ċilindri tal-gass li dan l-aħħar ġew dikjarati difettużi għalkemm mhux perikolużi?", "Forsi hemm xi ftit minnhom li għadhom ma nġabrux?", "Jista' jgħid ukoll jekk min ġabhom tħallasx?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Sur President, illejla għandna d-dibattitu fuq l- Enemalta u kont beħsiebni npoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja taċ- ċertifikati li ġew mill-Italja, b'covering note li tgħid hekk:", "\"We are attaching a report on the three sample cylinders sent to Italy for test analysis.", "The test indicates a lack of fusion by way of the main welts.", "All other tests show that the materials are of correct quality.", "However due to lack of fusion of the main welt, these cylinders are not of an acceptable standard and they should be withdrawn from service.", "This does not mean that these cylinders are of immediate danger, however they should be withdrawn from circulation once they are returned by the public.\"", "Issa jien informat li kien hemm 24,000 ċilindru tal-gass involuti.", "Sa ġimgħatejn ilu kienu laħqu ġew irtirati 21,000 minnhom huma u deħlin u kien għad baqa' xi 3,000 ċilindru biex jiġu rtirati hekk kif jidħlu.", "Jien nista' ngħid ukoll li tajt istruzzjonijiet lill-Enemalta biex tikkonsulta ma' l-avukati tagħha ħalli tara tistax iżżomm il-pagamenti.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Imma l-Ministru jikkonferma li l-pagament sar?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Le, la nista' nikkonferma u lanqas niċħad għax m'għandix din l-informazzjoni.", "Meta qam il-każ jiena tlabt lill-persuni nkarigati fl-Enemalta biex jiċċekkjaw ma' l-avukati tagħhom jistgħux iżommu l-pagament.", "Sussegwentement kellna problema ma' l-istess supplier għax ovvjament kellna noħorġu tender ieħor biex nissostitwuh.", "L-Enemalta tefgħet dan it-tenderer fuq il-blacklist, hu appella lill-kumitat tal- kuntratti u l-kumitat ħa 89 ġurnata - minn Settembru sa Novembru - biex jiddeċiedi l-appell.", "Effettivament parti mill-problema li għandna llum hi li filwaqt li r- replacement cylinders kellhom jibdew jaslu f'Novembru, bl-aħħar konsenja f'Diċembru, billi l-appell twal sa l-aħħar ta' Novembru ġie delayed il- proċess kollu.", "Fil-fatt, l-ewwel konsenja waslet f'Jannar u mhux f'Novembru.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Allura kif il-Ministru qed jgħid li ma jafx jekk il- pagament sarx meta hu stess kien qal li se jwaqqfu?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Lill-Enemalta għedtilha li m'għandhiex tħallas, pero' għedtilha wkoll li għandha tikkonsulta ma' l-avukati tagħha għax wara kollox jien m'iniex l-avukat tagħha u fl-aħħar mill-aħħar dan il-parir huma jridu jagħtuh.", "(Interruzzjonijiet) L-Onor.", "Mizzi m'għandux għalfejn joqgħod iċaqlaq rasu.", "Jien tant ili maqtugħ mill-avukatura li sirt nibża' nagħti parir legali!", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Imma meta l-Ministru qed jgħid li hu qal lill-Enemalta biex ma toħroġx pagamenti, ma jfissirx dan li l-pagamenti għadhom ma sarux?", "Allura kif issa qed jgħid li ma jafx jekk il-pagamenti sarux jew le?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Bir-rispett kollu, ma jfisser hekk xejn.", "Jien jidhirli li l-Enemalta ma kellhiex tħallas, pero' kellha tikkonsulta ma' l- avukati tagħha biex tara tistax iżżomm il-pagament jew le.", "Jiena ma nafx x'jgħid il-parir legali li taw l-avukati u jekk l-Onor.", "Mizzi jixtieq din l- informazzjoni nista' nġibhielu.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Allura kif il-Ministru qal pubblikament li hu waqqaf il-pagament u issa qed jgħid li m'huwiex f'pożizzjoni jgħid jekk il- pagament sarx jew le?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nerġa' ngħid li lill-Enemalta għedtilhom biex jieħdu l-passi kollha u jaraw kif jistgħu jżommu l-pagament.", "Nista' ngħid ukoll li ma mortx niċċekkja x'kien il-parir legali li ngħataw dwar x'għandhom jagħmlu u ma jagħmlux.", "Jekk jistenna ftit dalwaqt ikun hawn l-uffiċjali ta' l-Enemalta u niċċekkja magħhom x'ġara.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jista' jgħidli min se jeħodha fuqu l-ħtija u min se jħallas ta' dan kollu?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Żgur li l-Enemalta m'għandhiex tort.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Imma min hu responsabbli għat-tendering u min hu xogħlu li jara li l-affarijiet isiru sew?", "Min se jħallas?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Diġa' għedt pubblikament u se nerġa' nirrepeti, Sur President.", "L-Enemalta waqqfet bord ta' dixxiplina taħt il-collective agreement li għandha ma' l-EPOU u ħarġet charge lill-persuna li ddisinjat l- istandards kif ukoll lill-persuna l-oħra li aċċettat dawk iċ-ċilindri.", "Iżda l-bord ta' dixxiplina ddeċieda li l-ebda wieħed minn dawn it-tnejn m'hu responsabbli.", "Issa fejn tħallina din jien ma nafx, pero' m'hemm l-ebda triq oħra fejn l- Enemalta tista' timxi kontra min kien involut f'dan it-tendering process.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jekk pubblikament ingħad li l-inġiniera ma ġewx ikkonsultati waqt it-tendering, allura kif ġew akkużati huma?", "Meta jidher ċar li waqt it-tendering kien hemm bieb miftuħ, allura għax mhux min għamel it-tendering għandu jinżamm responsabbli?", "Wara kollox il-gvern għandu jerfa' r-responsabbilta' tiegħu, Sur President.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jekk l-Onor.", "Mizzi qed jippretendi li l-ministru huwa responsabbli li jagħmel it-tender hu jew li jiċċekkjaha hu, naħseb li qed jippretendi żżejjed.", "Ġew akkużati l-persuna li kienet involuta fid- drafting ta' l-ispecifications u l-persuna l-oħra li aċċettat dawk iċ- ċilindri u ffirmat għalihom, it-tnejn li huma inġiniera.", "Issa x'tista' takkuża lil ħaddieħor iktar ma nafx, Sur President.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Imma min hu fl-aħħar mill-aħħar responsabbli biex jagħti l-go-ahead għat-tendering?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Għalija r-responsabbilta' hija ta' l-inġinier li jkun għamel it-technical specifications.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Imma wara li l-inġinier jintalab li jagħmel l- ispecifications, dik il-persuna li finalment hija responsabbli li toħroġ it- tender sempliċement toqgħod fuq ħaddieħor u tħalli kollox miexi waħdu?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Iva, jekk il-persuna tkun amministrattiva, kif inhu f'dan il-każ, trid toqgħod fuq il-pariri tekniċi li tingħata mill-esperti, allaħares le!", "Allaħares jiena għax responsabbli mit-teknoloġija ta' l- informazzjoni - jew xi ħadd min-nies tiegħi for that matter – noqgħod niċċekkja t-technical specifications ta' computer kif għandhom ikunu!", "Għalhekk inti jkollok l-esperti u għalhekk inti f'dan il-każ għandek l- inġiniera li jgħidulek x'għandhom ikunu l-ispecifications, inkella ma nimpjegaw lil ħadd għal dak li huwa expertise.", "Iva, jiena nippretendi mill-inġinera li huma esperti u mhux le, Sur President.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Imma peress li ntqal fil-gazzetti li min tefa' it- tender kemm-il darba nqalgħu problemi miegħu, x'inhi r-raġuni li min hu responsabbli mill-Enemalta ma ħa l-ebda passi u ħalla l-affarijiet mexjin?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Assolutament mhux hekk, Sur President.", "Meta ġew iċ- ċilindri tal-gass u inġinier ta' l-Enemalta ċċertifikahom li huma skond l- ispecifications, l-Enemalta għamlet independent check mhux biss fit-tarzna ta' Malta imma saħansitra ċ-ċilindri bagħtithom l-Italja wkoll u rriżulta li dawn ma kenux up to standard.", "Sussegwentement dawn ġew irtirati u l- Enemalta tefgħet lis-supplier on the blacklist.", "Dan appella lill-kumitat tal-kuntratti u b'konsegwenza ta' hekk it-tendering process twal b'90 ġurnata oħra.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, f'artiklu fuq il-gazzetta \"Malta Today\" tas- 26 ta' Settembru intqal li a former manager responsabbli minn din it- taqsima ta' l-Enemalta qal li kemm-il darba kien hemm problemi ma' dan is- supplier u skanta kif xorta waħda baqgħu jaħdmu miegħu.", "Jiġifieri x'inhi r-raġuni li dan is-supplier ġie blacklisted issa u ma tteħdux il-passi kontra tiegħu qabel meta problemi bħal dawn kienu ilhom jidhru s-snin?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ovvjament ma nistax ngħid kemm hu korrett minn kiteb fil-gazzetta \"Malta Today\" għax żgur li l-gazzetta mhix xi Bibbja jew min jikteb fiha bilfors għandu raġun hu!", "Li nista' ngħid hu dwar il-passi li ħadet immedjatament l-Enemalta fuq tender li skond il-bord ta' dixxiplina li twaqqaf kien kollox korrett.", "Għax jekk dak li ġie delivered kien skond l-ispecifications kif mitluba u jekk dawk l-ispecifications huma tajbin u min aċċetta d-delivery għamel sew b'dak li għamel, allura kważi kważi l-bord ta dixxiplina qed jgħid: Isma', mhux billi qalulkom it-Taljani u mhux billi qaltilkom it-tarzna li dawn huma defittużi, m'hu veru xejn!", "Din kienet il-konklużjoni tal-bord ta' dixxiplina u b'din il-loġika allura ma jmissna rtirajna xejn.", "Għax jekk l-ispecifications kienu tajbin u ma kienx hemm problemi dwarhom u l- inġinier aċċettahom għax kienu skond l-ispecifications, mela dak li ġabhomlna ġabhomlna sewwa.", "Din hija l-konklużjoni loġika u jien għalhekk ma nistax nifhimha, Sur President.", "Skond test li sar fit-tarzna – to be fair ma nafx jekk it-test sarx minn inġiniera - intqal li dawn m'humiex up to standard minħabba l-welting kif sar.", "Meta dawn intbagħtu l-Italja biex żgur ikollna double check l-istess ħaġa qalulna, pero' il-bord ta' dixxiplina deherlu li mhux hekk u li ċ- ċilindri huma aċċettabbli.", "Din hija l-problema vera għax il- konklużjonijiet huma totalment differenti.", "Wieħed jgħidlek li huma aċċettabbli u l-ieħor jgħidlek li m'humiex u l-Enemalta ħadet the safest option and withdrew them at a cost.", "Pero' almenu aħjar hekk milli nirriskjaw xi traġedja x'imkien.", "Dik hi l-verita', Sur President.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Imma fl-aħħar mill-aħħar min se jkun qed iħallas għalihom dawn iċ-ċilindri?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Fl-opinjoni tiegħi - pero' nerġa' ngħid li din m'hijiex opinjoni ta' avukat - l-Enemalta għandha tuża l-mezzi kollha legali biex lit-tenderer ma tħallsux.", "Issa jekk dan jiftaħ kawża u jfittixna u jirbħilna bil-qorti, nispera li mbagħad ma jiġix l-Onor.", "Mizzi u jgħidli li l-Enemalta naqset meta ma ħallsetx!", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Kif tista' tgħid hekk meta jien informat li dan tħallas?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nerġa' nirrepeti li jiena lill-Enemalta għedtilhom biex jaraw kif jagħmlu biex ma jħallsux u kellhom jieħdu parir legali.", "Issa jekk il-parir legali kienx bil-kontra, dik ħaġa oħra għaliex jien nista' nifhem x'inhi l-kwestjoni.", "Hawn il-kwestjoni hija l-istandards jew aħjar in-nuqqas ta standards u jekk hux legally enforceable.", "Dan huwa l-argument kollu.", "Għaliex jekk inti għandek bord ta' dixxiplina li qed jgħid li dawk l-istandards huma tajbin u lil dan ma tistax twaħħlu għax kitiblek dawk l-istandards, allura nifhem illi nofs il-każ diġa' mitluf una volta l-bord ta' dixxiplina ddeċieda li dawk l-istandards huma aċċettabbli.", "Issa ħalliha li t-Taljani u t-tarzna qalu li mhumiex aċċettabbli, pero' la jien u lanqas l-Onor.", "Mizzi ma nifhmu f'dawn l-affarijiet u allura jkollna noqogħdu fuqhom.", "Dik hi l-ħelwa!", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Iva, imma fl-aħħar mill-aħħar xi ħadd irid ikun accountable, xi ħadd irid jerfa' r-responsabbilta'.", "Kif inhi din li min hu responsabbli politikament għadu ma refax ir-responsabbilta' tiegħu?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nerfa' ir-responsabbilta' politika biex niddeċiedi l- istandard ta' tank tal-gass, mela le!", "Ħalli naqleb ftit l-argument biex forsi fl-aħħar jifhimni l-Onor.", "Mizzi, Sur President.", "Jekk għandu raġun il-bord ta' dixxiplina, allura ma jmissniex irtirajnihom iċ-ċilindri, mhux hekk!", "(Interruzzjonijiet) Jekk il-konklużjoni tal-bord ta' dixxiplina hi li dawk l-istandards huma tajbin u allura min kiteb dawk l-istandards ma naqasx mill-kompetenza professjonali tiegħu, ergo dawk iċ- ċilindri ma jmisshomx ġew irtirati u għandhom żball it-Taljani li qalulna biex nirtirawhom!", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ALFRED SANT (Kap ta' l-Oppożizzjoni): Minn dak li qed jgħid il- Ministru jirriżulta li fl-Enemalta hemm carousel u mhux top management għax għandna proċedura li biha joħorġu specifications, li mbagħad dak li jiġi aġġudikat ikun skond l-ispecifications li jkunu ħarġu, ikun hemm double checks li jgħidu li l-ispecifications kienu ħżiena jew li mhux qed jiġu osservati.", "Qed jintqal ukoll li l-bord ta' dixxiplina - ma nafx għalfejn dan għax ma naħsibx li din hija kwestjoni ta' dixxiplina – qed isostni li l- ispecifications huma tajbin u li ġew osservati.", "Allura carousel hemm għax at the end of the day jiġri li jkun hemm malfunctioning totali tas-sistema, fejn ħadd m'hu responsabbli għal xejn għax things have simply run out of control.", "Ma jidhirlux il-Ministru li dan kollu juri li m'hemmx struttura ta' management suret in-nies fl-Enemalta u mhux biss fejn tidħol l- accountability, imma anke għall-mod kif jittieħdu d-deċiżjonijiet u xi kriterji qed jitpoġġew fuq id-deċiżjonijiet?", "Ma jarax li assolutament m'hemmx forma ta' struttura maniġerjali li twassal biex id-deċiżjonijiet jittieħdu b'mod trasparenti?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Le, jiddispjaċini ma nistax naqbel mal- konklużjonijiet tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni mhux għax m'hemmx difetti sostanzjali fil-management ta' l-Enemalta, pero' f'dan il-każ dan huwa argument li jdur madwar liema standards trid tapplika.", "Il-bord ta' dixxiplina li eżamina l-aspett ta' l-ispecifications biex jara jekk kenux professjonali, wasal għall-konklużjoni li kif inkitbu huma standards normalment aċċettabbli.", "Iżda l-independent tests li għamlet l- Enemalta - fl-aħħar mill-aħħar m'humiex obbligati li jagħmluhom, pero' dehrilhom li għandhom jagħmluhom – iwasslu għal konklużjoni differenti minn esperti differenti.", "U allura hawnhekk il-kwestjoni hi x'tip ta' standards trid tapplika.", "Jiena ċertament m'iniex kompetenti biex niġġudika xi standards għandhom ikunu ċ-ċilindri tal-gass.", "Ċertament la jien u lanqas ħaddieħor hawn ġew m'għandu l-kompetenza biex imeri lill-inġinier u jgħidlu kif għandhom ikunu l-istandards.", "Għalhekk inqabbdu nies professjonali fl-aħħar mill-aħħar u allaħares nippretendu li l-politiċi jibdew jindaħlu huma f'dawn it-tip ta' argumenti u jiddeċiedu huma l-istandards tekniċi x'għandhom ikunu, Sur President.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Imma ċertament il-politiċi għandhom joqogħdu attenti li jkun hemm strutturi maniġerjali li jiddeliverjaw.", "Għax il-mistoqsija li tqum minnufih hija din: Soltu li jkun hemm talba għal check indipendenti fuq l-ispecifications li jkunu saru?", "Jew din l-ewwel darba li saret?", "L- ispecifications kienu ġodda jew kienu tas-soltu?", "U min iddeċieda li jkun hemm check indipendenti jekk is-soltu ma jsirx hekk?", "U għal liema raġuni sar hekk?", "U min kien li ddeċieda u fuq liema bażi ddeċieda?", "Għalhekk li l- politiku jrid ikun attent li jkollu struttura maniġerjali li tkun attenta għal dawn l-affarijiet u tmexxihom tajjeb.", "Nerġa' nistaqsi: Min iddeċieda li kien hemm bżonn ta' check indipendenti tekniku?", "L-ewwel darba li ġrat din?", "Għaliex ġrat għall-ewwel darba u fuq liema bażi ttieħdet tali deċiżjoni?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Anzi dan il-fatt se mai jipprova kemm hu professjonali l-management.", "Għax minkejja ċ-ċertifikazzjoni ta' l-inġinier li dawk huma standards tajbin u hu lest li jaċċettahom - dak iż-żmien dan l-uffiċjal kien imexxi l-gas division – il-management xorta waħda jiddeċiedi li jagħmel independent testing, allura hawn se mai tidħol il- professjonalita' tal-management u mhux bil-kontra.", "L-implikazzjoni ta' dak li qed jgħid il-Kap ta' l-Oppożizzjoni hi li kieku kulħadd baqa' ċiċċibeqqi ma kien jiġri xejn, ma kien ikun jaf ħadd xejn u allura l-management huwa professjonali għax ma skopriex id-difett!", "Ma naħsibx li jsegwi dan l-argument, assolutament le.", "L-argument anzi għandu jkun li għax beda jidħol management professjonali - u ngħid \"beda\" ......", "Meta konna qed niddibattu hawnhekk is-sena l-oħra, jien kont għedt Ii konna fl-ewwel xahar meta fl-aħħar għandna CEO wara tant snin.", "Pero' il-fatt li jsir independent testing, indipendentement miċ-ċertfikazzjoni interna tan- nies tekniċi u professjonali ta' l-Enemalta, jindika li almenu struttura bdiet tinbena.", "U l-argument ta' liema standards tapplika jew ma tapplikax nerġa' nsostnih.", "Jien ma nippretendix Ii jkolli manager li m'huwiex professjonali - għax m'huwiex inġinier f'dan il-każ - li jagħti ġudizzju dwar standards tekniċi.", "Qatt ma nippretendiha din għax min qiegħed jiddisinja l-istandards tekniċi jien qed nitlob mingħandu - in any case it is a middle management position, biex inkunu ċari ...", "(Interruzzjonijiet) Mela le, bil-qalb kollha.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: On a point of fact, din kienet l-ewwel darba fejn intalbet specific check fuq l-ispecifications?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOr.", "AUSTIN GATT: Billi dan kien a new supplier, il-prattika hi li meta jkun a new supplier jiċċekkjaw il-konsenja.", "L-oħrajn ta' qabel kienu kollha from regular suppliers, pero' dan rebaħ il-kuntratt għall-ewwel darba u allura sar iċ-checking fuqu.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru Louis Galea.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Lista ta' korsijiet mgħallmin mill-ETC, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 10876; u", "Tagħrif dwar persuni li ġew nominati għal Commonwealth Scholarship, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 11113.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Mozzjonijiet.", "Il-Ministru Austin Gatt.", "MOZZJONIJIET", "ESTIMI TA' DĦUL U NFIQ TAL-KORPORAZZJONI ENEMALTA GĦAS-SENA 2004/2005", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Sur President, nipproponi:", "Illi l-Kamra tapprova l-estimi tad-dħul u nfiq tal-Korporazzjoni Enemalta għas-sena finanzjarja mill-1 ta' Ottubru 2004 sat-30 ta' Settembru 2005 skond l-Att XVI ta' l-1977 dwar il-Korporazzjoni Enemalta.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Speaker, kif antiċipajt fil-ħin tal-mistoqsijiet, dan id-dibattitu qed isir prattikament sena wara d-dibattitu li sar s-sena l-oħra, fejn kont għedt li l-2004 kellha tkun sena fejn jibda t-tibdil fl- Enemalta għaliex fl-aħħar, wara riċerka ta' snin, konna bdejna npoġġu in place it-top management, ridna nibdew inbiddlu l-middle mangament, ridna wkoll nibdew proċess twil ta' ristrutturazzjoni.", "U jien kont ippjanajt li dak il-proċess jeħodna sas-sena 2007.", "Irrid ngħid li sena wara kellna suċċessi, kellna nuqqas ta' suċċessi, pero` għadna 'l bogħod ħafna milli jkollna korporazzjoni li ngħidu li qed timxi tajjeb u li hi mingħajr problemi.", "Ftit ilu f'dan il-parlament iddiskutejna l-accounts u d-dħul u l-infiq tal- korporazzjoni tas-servizzi ta' l-ilma li kienet ukoll f'ċertu żmien – żmien ilu rrid ngħid illum b'sodisfazzjon - korporazzjoni bi problemi kbar.", "B'impenn ta' numru ta' snin, b'impenn ta' ħafna nies, ministri, management u ħaddiema differenti matul dawn is-snin illum jien inqis il-WSC bħala korporazzjoni effiċjenti, mhux mingħajr problemi, pero` li taqdi l-funzjoni tagħha b'mod tajjeb, regolari u effiċjenti.", "Forsi għandha bżonn iktar interface mal-klijenti tagħha, pero` b'mod ġenerali insostni li l- korporazzjoni għas-servizi ta' l-ilma m'hijiex korporazzjoni problematika.", "Irrid ngħid li għadni nikklasifika l-korporazzjoni Enemalta bħala korporazzjoni problematika.", "Minkejja l-avvanzi li għamilna matul din is- sena, il-problemi għadhom varji u differenti u nemmen li se nieħdu mill- inqas sas-sena 2007 biex nibdew insibu tarf ta' dawn il-problemi.", "Għandna korporazzjoni miżgħuda bin-nies, korporazzjoni li r-rati ta' effiċjenza fil- livelli kollha għadhom problematiċi u biex tgħaxxaqha, korporazzjoni li l- finanzjament tagħha jiddependi ħafna fuq ir-rati internazzjonali taż-żejt, li m'għandniex kontroll fuqhom, u għadna ma qbadniex bis-serjeta` l- problema bażi li hemm f'din il-korporazzjoni.", "U cioe` li biex ikollok korporazzjoni li l-finanzi tagħha huma sodi u li jippermettu r- reinvestiment tant neċessarju biex tiġġenera u tqassam l-elettriku, trid bilfors tiżganċja mill-ideat antiki ta' kif isir il-finanzjament, trid tiżganċja mill-problema li għandu dan il-pajjiż li jaħseb li jgħix għal rasu u mhux effettwat b'dak li jiġri fl-ekonomija tad-dinja u trid taqleb ta' taħt fuq l-ekwazzjoni finanzjarja.", "Meta żżid ma' din il-fatt li llum din hija korporazzjoni li timpjega l- iktar nies fost il-kumpanniji u korporazzjonijiet kollha tal-gvern, li għandha prattiċi tax-xogħol li f'oqsma partikolari jmorru lura 20 jew 30 sena, fejn il-ftuħ għall-ideat ġodda huwa diffiċli ħafna, nista' nikkonkludi biss li x-xogħol li għandna quddiemna huwa sfida kbira.", "B'danakollu, wara li rajt dak li konna kapaċi nagħmlu din is-sena m'iniex qalbi maqtugħha, m'iniex ċertament pessimista li jekk inkomplu nippersistu f'din it-triq ma naslux fejn irridu naslu.", "Mhux mingħajr skossi, mhux mingħajr kwestjonijiet, mhux mingħajr ma jkollna clashes kważi kulturali biex insejħilhom hekk, iktar ta' mentalita`.", "Imma jekk inkunu kapaċi nifhmu fejn irridu mmorru u nistrutturaw il-policies tagħna biex naslu hemmhekk, allura nemmen li verament nistgħu nbiddlu din il-korporazzjoni u ngħaddu mill-istess proċess li għaddejjna fil-WSC biex il-poplu Malti jkollu korporazzjoni effiċjenti, konċentrata fuq il-core service tagħha, li huwa l-ġenerazzjoni u d-distribuzzjoni tad-dawl u li tittratta lill- klijenti tagħha b'rispett u b'effiċjenza.", "Mr Speaker, nixtieq navża li waqt id-diskors tiegħi se nagħmel riferenza għal diversi dokumenti li eventwalment se npoġġihom fuq il-mejda tal-Kamra biex ma noqgħodx ngħid kull darba.", "Xtaqt nibda b'osservazzjoni waħda li għalija hija importanti immens, cioe` li għall-ewwel darba f'dan il- parlament, mill-1977 meta twaqqfet il-korporazzjoni, għandna set of accounts għas-sena finanzjarja li għaddejjin minnha bħalissa, 2005, li huma professjonali.", "Għall-ewwel darba għandna set of accounts li saru minn chief financial officer tal-korporazzjoni - u ta' dan nirringrazzjah għax irrid ngħid li ċ-chief financial officer lanqas ilu sena impjegat - bl- istandards professjonali mistennija li jippermettu lil kull membru ta' din il-Kamra biex ikollu l-informazzjoni kollha finanzjarja neċessarja biex minn hemmhekk jiġbed il-konklużjonijiet u jibbaża d-diskorsi tiegħu fuqhom.", "Il-fatt li konna kapaċi nippreżentaw f'din il-kamra accounts - li qabel kien ikun fihom tmienja jew disa' paġni, high level numbers - li huma dettaljatissimi, fejn għamlu l-unbundling ta' l-accounts, ma ħawdux l- accounts kollha f'daqqa, imma qasmuhom fl-erba' sezzjonijiet differenti li għandha l-korporazzjoni, imbagħad għaqqduhom at group level, huwa sinjal taż-żmenijiet lejn fejn irridu mmorru.", "U cioe` li ndaħħlu l- professjonaliżmu f'kull livell.", "Ma nistgħux ikollna korporazzjoni responsabbli għal turnover li jilħaq, bejn wieħed u ieħor, il-Lm219 miljun fis-sena, li ma jkollhiex il-professjonaliżmu f'kull livell.", "Fid-dibattitu tas-sena l-oħra kont għedt li sfida partikolari li kellna quddiemna fis- sena 2004 kellha tkun li għall-ewwel darba niżguraw li l-korporazzjoni Enemalta jkollha livell tajjeb ta' top management u kont għedt ukoll li rridu nibdew naħdmu biex niżguraw li jkollna l-middle management in place.", "Bi pjaċir illum nista' ngħid li l-pożizzjonijiet tat-top management huma kollha mimlijin għajr għal waħda.", "L-HR corporate ħareġ xi tliet avviżi, imma għadna ma sibniex il-persuna li jidhrilna li għandha tkun f'dik il- pożizzjoni, pero` l-bqija huma kollha mimlijin.", "Ġew ristruttrati l- pożizzjonijiet kollha tal-middle manangement u ħarġu l-applikazzjonijiet internament għall-middle managers li wħud minnhom ġew appuntati, oħrajn għadu għaddej il-proċess tagħhom u nistenna li fix-xhur li ġejjin, Marzu jew April, il-middle management kollu jkun qiegħed in place.", "Ngħid dan għaliex nemmen li - għedtha diversi drabi pero` nerġa' nirrepetiha għax għalija hija kruċjali - inpinġu kemm inpinġu organigrammi u ngħidu kemm ngħidu kif għandu jsir il-managemen,t fl-aħħar mill-aħħar huma n-nies li jbiddlu l-affarijiet.", "U għalhekk għalija kien importanti immens li din is-sena mxejna b'pass qawwi ħafna biex niżguraw li jkollna l- pożizzjonijiet kollha mimlijin.", "Irrid ngħid li l-pożizzjonijiet kollha huma marbutin ma' term contracts ta' tliet snin, ir-reward system li hemm tikkonsisti mhux biss f'paga imma anke f'bonuses, u parti sostanzjali tal- bonus se tkun marbuta mar-riżultati finanzjarji.", "U cioe` mhux assessment ta' top manager fuq manager ta' taħtu, assessment li jkun ibbażat fuq opinjoni, imma parti sostanzjali ta' jekk jitħallasx il-bonus jew le se tkun marbuta ma' fatt oġġettiv, jiġifieri jekk dak il-manager laħaqx it- target finanzjarju jew targets oħra li huma measurable matul is-sena.", "F'dan il-kontest għaddej ukoll - għalissa nsemmih biss, pero` nitkellem fuqu iktar 'il quddiem - HR and skills audit li qed jinħadem mill- management efficiency unit ta' l-OPM, biex nagħmlu update ta' eżerċizzju li kien sar mill-gvern immexxi mill-partit Laburista fl-1998 jew fl-1999, biex jieħu stampa ċara ta' fejn qegħdin in-nies li huma mpjegati ma' l-Enemalta, x'qegħdin jagħmlu, xi skills għandhom u l-eżerċizzju li jmiss irid ikun ri- definizzjoni ta' dawn ir-rwoli u utilizzazzjoni aħjar tal-manpower kollu li għandu l-Enemalta.", "Pero` dan niġi għalih iktar 'il quddiem.", "Nitkellmu kemm nitkellmu fuq ix-xogħol intern ta' l-Enemalta, fuq l- ispejjeż tagħha, fuq x'tip ta' turbini għandu jkollha l-Enemalta u dawn il- ħafna affarijiet, fl-aħħar mill-aħħar il-focus ta' l-Enemalta jrid ikun il- konsumatur u ħadd iktar.", "Kieku kelli nistaqsi x'jippretendi l-konsumatur, jiġuni f'moħħi mill-ewwel tliet kelmiet, jiġifieri servizz tajjeb, regolari u bi prezz raġonevoli.", "Dawn huma t-tliet miri li trid taħdem bihom l- Enemalta f'kull qasam li tikkumerċja fih.", "Pero` r-realta` hi li ma nistgħux naħarbu l-fatt li d-dinja qed titbiddel f'dawn l-oqsma kollha biex ittejjeb il-livell ta' servizz li l-konsumatur jippretendi, u qed titbiddel anke fil-metodi ta' kif taħdem biex tagħti dak il-livell ta' servizz.", "Jiġifieri l-pretenzjoni ġusta tal-konsumatur li ma jkollux qtugħ ta' dawl, li jkollu l-gass meta jridu, li jekk iċempel lil Enemalta b'complaint jiġi moqdi malajr, b'mod effiċjenti u tajjebu li jekk japplika għas-servizz tad-dawl għandu jkollu dak is-servizz tad-dawl fi żmien tlett ijiem, dawn huma kollha pretenzjonijiet tajbin u ġusti, u l- Enemalta trid taħdem għalihom.", "Min-naħa l-oħra ma nistgħux nippretendu li m'hemmx cost biex jingħata dak il-livell ta' servizz, jew li l-cost tiegħu se jaqa' mill-ajru.", "L-argumenti ta' nostalġija ta' x'kien jiġri qabel, l-argumenti ta' kif konna naħdmu 20 sena ilu, huma argumenti li jtellfu fejn irridu mmorru mingħajr ma jgħidulna, fir-realta`, għaliex konna hemmhekk.", "Fl-opinjoni tiegħi rridu nifhmu li n-nostalġija hija sabiħa, imma rridu niffaċċjaw ir- realta`.", "Jien li noqgħod il-Belt dejjem insemmi l-istess ħaġa; kulħadd jgħidlek kemm kien sabiħ il-Belt meta kulħadd kien jippassiġġa Strada Rjali u meta l-Belt kienu joqogħdu 15,000 jew 20,000 ruħ.", "Konvenjentement kulħadd jinsa li meta hemmhekk kienu joqogħdu 15,000 jew 20,000 ruħ, il- Belt kienet mimlija kerrejjijiet u n-nies kienu joqogħdu fil-kantini.", "Niftakarhom jien.", "Bieb ma' bieb miegħi kien hemm kerrejja li fiha kienu joqogħdu 25 persuna.", "Illum hija uffiċċju żgħir tal-gvern.", "Pero` dawk il- 25 persuna li kienu jgħixu hemm, min minnhom għadu ħaj, ċertament illum ma joqogħdux fil-Belt, pero` joqogħdu ħafna iktar komdi barra l-Belt milli fil- kerrejja fejn kienu joqogħdu.", "Jiġifieri bin-nostalġija kulħadd jiftakar it- tajjeb, pero` jinsa wkoll il-partijiet diffiċli tal-ħajja.", "U ma naħsibx li bin-nostalġija sejrin insolvu l-problemi.", "Hemm fattur ieħor li rridu nifhmuh jekk verament irridu korporazzjoni effiċjenti.", "Malta tgħix fid-dinja.", "Malta m'hijiex eċċezzjoni għal dak li jiġri fl-ekonomiji dinjin.", "Ħadd m'hu se jagħmel pjaċir lil pajjiżna għaliex aħna Maltin jew għaliex aħna f'nofs il-Mediterran.", "Jekk jogħla ż- żejt madwar id-dinja kollha, se jogħla ż-żejt għal Malta wkoll, jekk jogħla l-gass u l-petrol għad-dinja kollha se jogħla l-gass u l-petrol għall- Maltin ukoll.", "U jekk aħna naħsbu li għax aħna Maltin jew inkella għax aħna membri ta' l-Unjoni Ewropea m'aħniex se nkunu effettwati b'dawn l- affarijiet, allura qed ngħixu in cuckoo land.", "It-tielet ħaġa li tgħaġġbek f'dan il-pajjiż hija li naħsbu li m'hemmx prezz għall-kwalita` aħjar.", "L-agħar huwa meta tħallas prezz għoli għal kwalita` skadenti, u kultant hemm eżempji ta' din ukoll.", "Pero` r-realta` ekonomika li biex inti tgħix ħajja ta'kwalita`aħjar trid tħallas iktar, m'aħna se naħarbuha qatt.", "Issa tista' tagħżel minn fejn tħallas dak il-prezz.", "Tista' tagħżel li tħallsu jew minn sussidju tal-gvern, mit-taxxi tal-poplu jew inkella tħallsu fuq sussidju fuq il-prezz tas-servizz.", "Pero` fl-aħħar mill-aħħar il-gvern m'għandux flus, il-gvern huwa l-poplu u l-flus tal- gvern huma biss it-taxxi ta' ħaddieħor.", "L-għażla vera li għandu pajjiż mhijiex li ma jħallasx għall-kwalita`, imma li jħallas jew permezz tal- prezz jew permezz tas-sussidju li jiġi mit-taxxi.", "Jien inġib l-eżempju klassiku.", "Meta ddeċidejna sentejn ilu li jrid ikollna kwalita` ta' arja aħjar, meta ddeċidejna li ma nistgħux nibqgħu naħarqu l- high sulphur fuel oil u nagħmlu dak li konna nagħmlu l-Marsa u kulħadd igorr, u kulħadd jagħmel ir-rapporti li kullimkien mimli nugrufun li huwa cancerous jew ħaġa jew oħra, u ddeċidejna li mmorru għal-light sulphur fuel oil, dan qed jiswa lill-pajjiż Lm8.7 miljun fis-sena.", "Dik hija d- differenza bejn il-prezz tal-light sulphur fuel oil u high sulphur fuel oil.", "F'dan il-każ il-piż ħaditu l-Enemalta, ma marx fuq il-konsumatur, pero` huwa xorta prezz li qed jitħallas f'dan il-każ mit-taxxi flok għadda fil-prezz fuq is-servizz.", "Il-punt li qed nagħmel huwa li jekk irridu verament nagħmlu r-riformi ara ma naħsbux li r-riformi ma jfissrux flus.", "Jekk ikolli l-ħin 'il quddiem nagħmel intervent biex ngħid xi tfisser l- enerġija alternattiva.", "Mill-finanzi li qegħdin inpoġġu fuq il-Mejda tal-Kamra u r-rapport tas-snin preċedenti wieħed malajr jara stampa ċara tal-passat ta' l-Enemalta u dak li qed nipprovaw nagħmlu għas-snin li ġejjin.", "Fl-2002 l-Enemalta qabel it- taxxa tilfet Lm2.1 miljun, fl-2003 tilfet Lm1.8 miljun, fl-2004 meta għamilna l-bidla għal-light sulphur fuel oil, minn Lm1.8 miljun it-telf tela' għal Lm10.6 miljun is-sena l-oħra.", "Fil-budget li poġġejna fuq il- mejda tal-Kamra qegħdin nippjanaw li dawk l-Lm10.5 miljun din is-sena nnaqqsuhom għal Lm5.5 miljuni jiġifieri nnaqqsu t-telf bin-nofs.", "Ċertament dawn mhumiex ċifri li huma inkoraġġanti u wieħed jifhem mal-ewwel l-istrain qawwija li hemm fuq il-cash flow ta' l-Enemalta, li saret iktar prekarja minħabba l-fatt li tradizzjonalment il-kontijiet kienu jitħallsu tard.", "Tradizzjonalment ukoll ma kien hemm l-ebda strateġija biex jinġabru l- flus dovuti lill-Enemalta u kien hemm u għad hemm overstocking ta' spare parts li jqumu ħafna flus lill-Enemalta.", "Jekk tgħodd ma' dawn l-ammont kbir ta' nies impjegati, l-ammont ta' overtime u allowances li jitħallsu minn l-ewwel tara fejn hi l-problema tal-flus ta' l-Enemalta.", "Interessanti wkoll li wieħed jara kif inhuma mqassmin l-ispejjeż ta' l- Enemalta biex ikun jista' jara fejn jista' jimmanuvra.", "Per eżempju, id- direct cost of sales, jiġifieri x-xiri tal-petrol, ix-xiri tal-petroleum, ix-xiri tal-gass dirett qabel ma jibda jinħadem, jirrappreżenta 72.5% ta' l- ispejjeż.", "Jiġifieri l-Enemalta ftit li xejn għandha kontroll fuq 73% ta' l- ispejjeż tagħha, għaliex dak il-prezz huwa determinat mis-suq internazzjonali.", "U waqt li inti tista' tidħol f'hedging agreements, fi swap agreements u f'currency hedging ukoll, ultimament dawk it-73% tista' tniżżilhom għal 72% jew għal 71%, pero` m'intix se tniżżilhom wisq iktar.", "Is-salarji u l-pagi jirrappreżentaw 11% ta' l-ispejjeż, spejjeż amministrattivi 5.4%, deprezzament 8%, u interessi 3.3%.", "Hawnhekk wieħed jinduna li waqt li r-ristrutturazzjoni interna tagħti cost savings lill- Enemalta, il-problema prinċipali ġejja minn żewġ areas, u cioe` il-cost of sales li jammontaw għal 73% u s-salarji u l-pagi li jitilgħu għal 11% oħra.", "Jiġifieri 84% huma accounted for minn dawn iż-żewġ heads of expenditure U hawn allura li verament nistgħu nagħmlu differenza u differenza immedjata.", "Jekk noqogħdu attenti kif nixtru iktar milli nistgħu nnaqqsu l-persentaġġ, nistgħu niżguraw li nnaqqsu kemm jogħla l-persentaġġ ta' l-għoli taż-żjut li qed ikollna fis-swieq.", "Pero` fl-istess żmien biex innaqqsu l-ammont ta' l-interessi, l-ammont ta' pagi u l-ispejjeż amministrattivi li għandna, irridu niżguraw li jkollna pjan serju ta' kif se nnaqqsu l-operating cost tagħna.", "Hawnhekk ma nistax ma nsemmix li din is-sena bilfors irridu nidħlu sew fis- sistema tal-work practices li issa saru endemiċi fl-Enemalta.", "Tajt stampa ta' kif inhu l-cost structure ta' l-Enemalta.", "Bil-kontra ta' dan insibu li prattikament ir-revenue huwa determinat minn tliet areas.", "Għandek is-sales tal-petroleum, jiġifieri l-petrol, id-diesel, eċċ., li jħallu Lm8.6 miljuni profitt, l-elettriku li minnu din is-sena l-Enemalta sejra titlef Lm18 miljuni, u l-gass li minnu l-Enemalta sejra titlef circa Lm1 miljun, li jfisser it-telf ta' l-Lm10 miljuni li l-Enemalta rreġistrat din is-sena.", "Għaldaqstant, billi l-cost structures tbiddlu, billi tbiddel ukoll b'kemm jinxtraw il-petroleum products, dak li kien tajjeb - u hawn tidħol in- nostalġija - ħames jew sitt snin ilu, fejn inti kellek il-petroleum division tagħmel tajjeb għat-telf li jagħmlu l-elettriku u l-gass, illum - u ilha hekk - din m'hijiex aktar l-istorja.", "Allura issa tqum il-problema kif se tiffinanzja telf ta' Lm11 miljun is-sena l-oħra u Lm6 miljun li qed nipprevedu għal din is-sena.", "U kif se tagħmel dan meta fl-istess ħin trid tinvesti f'generating plant ġdid biex tbiddel generating plant li huwa antik, turibini li huma antiki, u meta fl-istess ħin trid tkompli l- investiment fid-distribuzzjoni biex tiżgura li dak li qed tiġġenera qed jasal fid-djar u, kif ilkoll nafu, għandna bżonn investimenti wkoll fil-gas plant li hemm fil-Qajjenza?", "Ovvjament dawn huma responsabbiltajiet kbar, m'aħniex se naħarbu minnhom, irridu nagħmluhom, għandna pjan kif se nagħmluhom, pero` nispera li kulħadd japprezza li s-soluzzjonijiet mhumiex se jaqgħu mis-sema u jridu jkunu soluzzjonijiet serji li ma jaħarbux la r-realta` li għandna madwarna u lanqas ir-realtajiet ekonomiċi.", "Il-konklużjoni bażikament hija li t-telf finanzjarju ta' l-Enemalta issa huwa fil-ħames sena rikorrenti.", "Irridu nagħmlu l-investiment neċessarju biex insaħħu l-generation tagħna kif ukoll l-balance sheet, kif għamilna diġa` meta l-gvern għadda l-proprjeta` ta' Ħas-Saptan lill-Enemalta.", "Dan għamilnieh is-sena l-oħra u b'dak il-mod saħħaħna l-balance sheet.", "Irridu nifhmu li l-prodotti li jiġu miż-żejt irridu jimxu mas-suq internazzjonali, u għalhekk kull tliet xhur - kif kien ġie mħabbar erba' snin ilu, jiġifieri din mhix xi ħaġa ġdida - il-prezz tad- diesel u tal-petrol ivarja.", "U kien għalhekk ukoll li din is-sena daħħalna s-surcharge fuq l-elettriku.", "Pero`, kif għedt, dawn il-miżuri huma l-bidu ta' numru ta' tibdil, ħafna minnu strutturali intern għall-Enemalta li jrid iġib lill-Enemalta f'pożizzjoni fejn l-ewwel u qabel kollox tkompli bil-pjan ta' investiment kapitali li għandna bżonn bħala pajjiż, li tiżgura li l-cash flow u l- balance sheet ta' l-Enemalta jkunu tajbin.", "U hawnhekk irrid insemmi b'mod pożittiv għall-Enemalta li t-titjib fil-credit rating tagħha li sar xahrejn ilu huwa diġa` sinjal tajjeb li t-triq qbadnieha.", "Pero` dak it-titjib irridu nżommuh u ntejbuh anke iktar minn hekk jekk jista' jkun.", "It-tielet ħaġa li rridu nippreparaw lill-Enemalta għaliha hija l- kompetizzjoni li dieħla fis-swieq ta' l-enerġija mis-sena d-dieħla.", "Nerġa' nirrepeti li ma rridux nilludu ruħna li dawn l-affarijiet jistgħu jsiru bil- bakketta maġika imma dawn iridu jsiru bi pjan serju li taf fejn sejjer.", "Fl- opinjoni tiegħi rridu noħorġu miċ-ċirku vizzjuż li qegħdin fih.", "Ilkoll irridu kwalita` fis-servizz li tagħti l-Enemalta.", "Kif għedt l-ewwel, irridu dawl mhux interrott, nużawh kemm irridu, gass dejjem available, petrol products dejjem qegħdin għandna meta rriduhom, u affarijiet oħra simili.", "Pero` rridu li din il-kwalita` neħduha indipendentement mill-prezz li tħallas għalih l-Enemalta.", "Irridu l-kwalita` pero` ma rridux dak il-prezz.", "Irridu li din ir-regola ekonomika osservata minn kulħadd ma tiġix osservata Malta.", "Imma s- soluzzjoni hi li ma ngħollux il-prezzijiet u jissussidja l-gvern biex jagħmel tajjeb għall-għoli tal-prezzijiet li ġej minn barra minn Malta u nagħmlu l-pressjoni mbagħad fuq il-budget.", "Dan huwa ċirku vizzjuż li rridu noħorġu minnu, u fl-opinjoni tiegħi bdejna noħorġu minnu.", "Wara li tajt ħarsa fuq fuq lejn l-Enemalta bħala korporazzjoni, xtaqt nidħol ftit fi tliet oqsma differenti.", "Nibda ovvjament bit-taqsima tal- gass u for the record se mmur through l-istorja kollha kif ġrat mill-bidu nett.", "In-nuqqas ta' supply tal-gass fl-opinjoni tiegħi hi dovuta għal tliet ċirkostanzi partikolari li ġew flimkien.", "L-ewwel ħaġa l-istorja taċ- ċilindri.", "Diġa` kellna okkażjoni ngħaddu parti minnha fil-question time, pero` nerġa' nirrepetiha.", "l-Enemalta tikkalkola li fid-djar Maltin - fid-djar qed nitkellem u mhux fi stabbilimenti kummerċjali - hawn bejn 400,000 u 500,000 ċilindru domestiku.", "Kif spjegajt, f'Settembru l-Enemalta, fuq parir tekniku li ngħatat kemm mit-testijiet li saru fit-Tarzna, kemm mit-testijiet li saru mill-Italja, irtirat konsenja ta' 24,000 ċilindru li kienet inġiebet Malta minn supplier li kien rebaħ it-tender, u immedjatament ħarġet tender ieħor.", "Jien informat li s'issa minn dawk l-24,000 ċilindru ġew iritirati 21,000 huma u deħlin, u għad baqa' xi 3,000 x'jiġu irtirati.", "Tajjeb ngħid li dawn l- 24,000 jirrappreżentaw bejn wieħed u ieħor 5% ta' dawk li hawn fid-djar, jiġifieri ma ġiex irtirat il-maġġorparti taċ-ċilindri li hawn fid-djar, imma 5% biss.", "L-Enemalta kellha tender biex tbiddel dawn l-24,000 u ħarġet tender ta' 30,000 ċilindru.", "Minħabba li ġie blacklisted dan is-supplier appella, u l- appell dam 89 ġurnata quddiem id-direttur tal-kuntratti biex jiġi aġġudikat, u allura s-supply chain kollha marret lura tliet xhur.", "Filwaqt li dawn ir-replacement cylinders kellhom jaslu f'Novembru u Diċembru, fir- realta` waslu fl-aħħar ta' Jannar u fi Frar.", "L-Enemalta għamlet li setgħet ukoll - għax huwa tajjeb li almenu nirrikonoxxu l-fatti – tant li marret għand il-ministeru tal-finanzi, talbet Ii tagħmel direct order, u ngħatat permess biex tagħmel direct order ta' 10,000 ċilindru li waslu hawn Malta f'Novembru tas-sena l-oħra.", "Apparentement, skond ir-regolamenti finanzjari, ma tistax tagħmel direct order ta' iktar minn 10,000 ċilindru.", "Jiġifieri jekk ngħodd kollox, iċ- ċilindri li ġew bħala replacement u d-direct order, fil-fatt diġa` għandna f'Malta iktar ċilindri milli ġew withdrawn.", "Barra minn hekk hemm konsenja oħra li se tasal il-ġimgħa d-dieħla jew il-ġimgħa ta' wara, li tkompli żżid l-ammont ta' ċilindri li qegħdin f'riżerva.", "Jiġifieri llum f'Malta fiżikament hawn iktar ċilindri milli qatt kellna s'issa u qabel ma bdiet din l-istorja kollha.", "It-tieni problema kellha x'taqsam mas-supply tal-vapur tal-gass.", "Il- kuntratt mat-TOTAL sar fi żmien tajjeb, b'delivery date locked in bejn it- 12 u l-14 ta' Frar.", "Kif jirriżulta minn ittra li għandna - li se npoġġiha fuq il-Mejda tal-Kamra - il-vapur tat-TOTAL l-ewwel inqabad f'temp ħażin meta mar jgħabbi Franza, meta wasal Franza biex jgħabbi nqabad fi strike u dan irriżulta f'delay ta' ħamest ijiem, cioe` wasal fid-19 ta' Frar, meta r-riżerva tal-gass f'Malta spiċċat fit-18 ta' Frar.", "Jiġifieri li kieku kollox mexa skond il-kuntratt, dik il-ġurnata li konna mingħajr supply ta' gass ma kenitx tiġri għaliex kellu jasal fl-14 ta' Frar.", "Tajjeb li wieħed jinnota li t-TOTAL ipprovaw isibu gass anke minn Sqallija, li normalment huwa esportatur tal-gass, imma minħabba t-temp kiesaħ ħafna li hemm ukoll fi Sqallija, ma sabux gass fi Sqallija għaliex bħalissa Sqallija qegħdin jimportaw il-gass u mhux jesportawh.", "It-tielet problema hija l-produzzjoni.", "Il-produzzjoni mhux tant bħala kawża prinċipali, biex inkun ċar, pero` bħala kawża konkomitanti mas-supply li wieħed jista' joħroġ.", "Illum in-numri juru li s-supply komparata mas- sena l-oħra żidniha, id-domanda żdiedet b'iktar, biex inkunu ċari, pero` nistgħu nżiduha iktar u ma nistgħux minħabba l-prattiċi tax-xogħol li hemm.", "Il-linja li hemm illum tipproduċi 800 ċilindru fis-siegħa, li kieku titħaddem kif għandha titħaddem.", "Jekk naħdmu 12-il siegħa regolari, kif qed naħdmu llum, nistgħu nipproduċu 9,600 ċilindru kuljum, u jekk minn 12- il siegħa nitilgħu għal 15 nistgħu nżidu 2,400 oħra, u jekk naħdmu around the clock, kif aħna lesti li naħdmu, nirduppjaw għal 20,000 ċilindru kuljum, li altru li huwa biżżejjed.", "U għandna ċilindri biex nagħmluhom, pero` sfortunatament għad hemm mentalijiet li ma jippermettux dawn l- affarijiet.", "Ma rridx noqgħod nidħol f'wisq dettalji hawnhekk.", "Jien inkun l-ewwel wieħed li ngħid li l-impjant huwa qadim, li għandna bżonn nirranġawh u nimmodernizzawh jekk jagħtuna l-permessi biex nagħmluh - dawk nidħol fihom iktar 'il quddiem - pero` lanqas jista' jkun li meta jkollok din il-kriżi nibqgħu naħdmu bil-prattiċi ta' xogħol li ilhom hemmhekk 30 sena, u issa jgħidulna li dawn saru drittijiet.", "Jien informat - għax informat nista'nkun biss - li l-prattika li jaħmdu 30 minutes on and 30 minutes off kienet daħlet meta l-impjant kien li ċ-ċilindru jgħolluh u jdendluh biex idur fuq carousel li kien fuq.", "Eventwalment dak kien tbiddel fis- sebgħinijiet u minflok sar tapit li jimxi ma' l-art.", "Billi meta kienu jgħolluh kien xogħol ta' iktar strapazz, daħlet sistema li jaħdmu 30 minutes on and 30 minutes off.", "Meta għamlu t-tapit u ma kellhomx dak l- istrapazz baqgħu bl-istess sistema.", "U llum hemm xi ħadd hemm ġew li jippretendi li dan qisu sar dritt sagrosant.", "Waħda mill-prattiċi hija l-famuża sistema tal-virga.", "Biex innaqqsu l- ispeed - mhux għax ma nlaħħqux miegħu għax il-carousel iddisinjat biex tlaħħaq miegħu - ġiet ivvintata virga li tnaqqas il-produzzjoni minn 800 għal 650 ċilindru.", "Hemm it-tradizzjoni li area biex taħżen iċ-ċilindri vojta ma nużawhiex għaliex hemm id-double handling.", "Nibqgħu b'dawn il- prattiċi minkejja li nafu li nistgħu noħorġu iktar ċilindri għaliex għandna ċ-ċilindri u għandna l-gass u nibqgħu niprpoduċu dawn ir-rati li nistgħu ntejbuhom.", "Għalhekk qed ngħid li l-produzzjoni m'hijiex raġuni prinċipali, pero` hija raġuni konkomitanti.", "Issa niġi għad-distribuzzjoni.", "Kif għedt anke fuq it-television, jien naħseb li m'hawn l-ebda pajjiż li għandu sistema ta' distribuzzjoni li twassallek il-gass id-dar anke jekk toqgħod fil-ħames sular.", "Pero` hemm affarijiet li nistgħu ntejbu, hemm affarijiet li nistgħu nagħmluhom iktar effiċjenti.", "Jista' jkollna lista ta' nies li qed jistennew il-gass u niżguraw li dawn jinqdew f'ġurnata, f'jumejn u mhux ħadd ma jista' jaqbad lid-distributuri direttament.", "Dawn huma kollha problemi li rridu naqbduhom flimkien.", "Pero` ejja nħarsu 'l quddiem.", "Kif qed jgħiduli, l-istock bħalissa huwa ta' 8,700 u hemm xi 10,000 oħra ġejjin il-ġimgħa d-dieħla jew il-ġimgħa ta' wara.", "Jiġifieri jidher li stock ta' ċilindri mhux problema.", "Pero` rridu nħarsu lejn l-impjant fejn hemm żewġ options.", "L-Enemalta għamlet applikazzjoni ma' l-OHSA biex ittejjeb l-impjant fil-Qajjenza stess u qiegħda pendenti.", "L-alternattiva hija l-applikazzjoni l-oħra li għandha l-Enemalta biex iċċaqlaq kollox għal Bengħajsa li hija pendenti quddiem il- MEPA.", "Jidher li hemm problemi kemm biex intejbu l-impjant li għandna fil- Qajjenza, u kemm biex inċaqilqu l-impjant għal Bengħajsa, u l-Enemalta qiegħda pendenti bejn waħda u oħra.", "L-Enemalta lesta li tagħmel jew waħda jew l-oħra.", "Għandha soluzzjonijiet temporanji x'tista' tagħmel il- Qajjenza, għandha soluzzjonijiet permanenti x'tista' tagħmel f'Bengħajsa, pero` rridu d-deċiżjonijiet minn dawn l-awtoritajiet li huma indipendenti.", "Irridu nżidu l-produzzjoni, speċjalment f'Jannar u fi Frar li huma x-xhur prinċipali fejn ikun hemm talba għas-supply.", "X'għamilna?", "Aħna kkonkludejna report mill-management efficiency unit li jqaxxar il-prattiċi kollha ta' l-impjant tal-gass u din il-ġimgħa bdew taħdidiet mal-General Workers Union biex inneħħu dawn il-prattiċi antiki, inbiddlu l-metodi kif naħdmu u fl-aħħar mill-aħħar inżidu l-produzzjoni speċjalment f'dawn ix- xahrejn kruċjali.", "Mr Speaker, ftaħna wkoll, għalissa b'mod informali, diskussjonijiet mad- distributuri biex flimkien naraw x'nistgħu nagħmlu biex intejbu d- deliveries kemm fid-djar kif ukoll minn fixed points.", "Irrid infakkar lil kuħadd li fl-1 ta' Jannar 2006 dan is-suq għandu jiġi liberalizzat.", "Fl- opinjoni tiegħi l-Enemalta m'għandhiex għalfejn tibqa' tħares lejn dan is- suq bħala suq li għandu jkun tagħha, imma għandha tħares lejh bħala suq kummerċjali.", "Irid inkun ċar li dan bl-ebda mod ma jaffettwa d-deċiżjoni jekk il-gvern għandux jibqa' jissussidja l-prezz tal-gass jew le.", "Tajjeb li nfakkar li l-Enemalta qiegħda titlef Lm1.50 minn kull ċilindru ta' 12-il kilo.", "Illum qegħdin fil-pożizzjoni redikola - u qed nikkwota ċifri tas-sena l-oħra – li l-gass jiġi jqum London-Malta Lm3.3 miljun u nbigħuh għal Lm3 miljun.", "Jiġifieri mhux qed nitilfu biss it-Lm300,000 kemm jiġi importat, imma miegħu trid iżżid is-Lm700,000 bħala cost of production, jiġifieri pagi li jidħlu biex timla l-gass.", "Qegħdin fil- pożizzjoni redikola li l-prezz tal-gass lanqas hu ekwivalenti għal kemm tħallas l-Enemalta biex tixtrih, aħseb u ara biex tipproduċih.", "Irridu nifhmu li għandna prezz artifiċjali fis-suq għax il-gvern qiegħed jissussidja bejn wieħed u ieħor Lm1 miljun telf fuq il-gass mill-Enemalta.", "Dan huwa sussidju li ħiereġ minn but il-poplu.", "Dawk il-Lm1 miljun setgħu intnefqu fuq mediċini u fuq ħafna affarijiet.", "Hemm deċiżjoni li tintefaq fuq il-gass, pero` ejjew inkunu konxji tagħha, inkunu konxji li l-poplu qed iħallas ta' dan is-sussidju.", "Jekk ma nkunux konxji ta' din, allura nitilfu r-rotta tar-riforma għaliex naħsbu li r-riforma ma tinkludix ukoll realizzazzjoni li hemm dan is-sussidju.", "Niġi għall-petroleum division li, kif diġa' għedt, tirrendi xi Lm9 miljun profitti fis-sena lill-Enemalta li llum m'humiex biżżejjed biex jiffinanzjaw it-telf li jiġi mill-elettriku.", "L-isfida prinċipali se tkun il-liberalizzazzjoni li se jkollna fl-1 ta' Jannar 2006.", "Minn hemm 'il quddiem kulħadd jista' jibda jimporta l-petrol, id-diesel, l-aviation fuel, il-kerosene, eċċ. Jien niġi on record li ngħid li ma jidhirlix li l- Enemalta għandha tibqa' f'dan is-suq.", "Ma jidhirlix li huwa kruċjali għall- Enemalta li tibqa' tbigħ u timporta hi l-petrol.", "Dan il-fatt m'għandu jkollu ebda effett fuq il-prezz ta' l-elettriku għax is-sussidju jista' jingħata b'mod totalment differenti u l-finanzjament ta' l-Enemalta jista' jiġi b'mod differenti wkoll u jkun revenue neutral għall-gvern.", "Jien nemmen li l-Enemalta qiegħda taħli ħafna riżorsi fuq areas bħall-gass u bħall-petroleum li jistgħu jiġu utilizzati ħafna u ħafna aħjar fuq il-core business ta' l-Enemalta, li huwa l-ġenerazzjoni u d-distribuzzjoni ta' l- elettriku.", "Se nitkellem fil-qosor fuq id-diesel u ċ-ċaqliq tal-prezzijiet.", "Tisma' ħafna nies - inkluż nies li jien nirrispetta pero` nippretendi li jafu x'ġara f'dan il-pajjiż - jgħidulek li l-prezz tad-diesel għola din is-sena.", "Erba' snin ilu dan il-gvern ħabbar li s-sussidju li kien hemm inbuilt fis- sistema - li l-petrol nipprezzawh għoli iktar milli għandu jkun biex id- diesel inżommuh baxx, u hekk ikkreajna s-sussidju - kellu jitneħħa fuq medda ta' erba' snin.", "L-aħħar aġġustament li sar kien f'Diċembru tas-sena l-oħra.", "Dan kulħadd kien jafu, jew suppost kien jafu, u d-diesel iċċaqlaq għaliex neħħejna s-sussidji, mhux għal raġunijiet oħra.", "Minn hawn 'il quddiem kemm il-petrol kif ukoll id-diesel sabu l-prezz naturali tagħhom, il-prezz tas- suq internazzjonali, plus ovvjament it-taxxi u l-profitt li tagħmel l- Enemalta, u minn hawn 'il quddiem il-prezz huwa determinat mill-prezz internazzjonali.", "Pero`, jekk irridu nkunu onesti, ilkoll konna nafu li ċ- ċaqliq tad-diesel huwa effett tat-tneħħija tas-sussidju annunzjat erba' snin ilu.", "Niġi għall-iktar parti importanti ta' l-Enemalta, li hija l-ġenerazzjoni u d-distribuzzjoni ta' l-elettriku.", "Nibda minn fatt pożittiv immens għalija.", "Matul is-sena 2004 l-ammont ta' dawl ġenerat kull ġurnata laħħaq mad- domanda.", "Ma kien hawn ebda ġurnata fejn id-dawl inqata' għaliex ma kienx hawn generating capacity biżżejjed.", "Il-qtugħ kollu li kellna matul is-sena l-oħra kien dovut għal regular maintenance, jintefa x'imkien biex issir il- maintenance tas-sistema, li jiġi advertised – jista' jiġi advertised aħjar fl-opinjoni tiegħi, pero` nidħol f'dik iktar 'il quddiem – jew inkella għax ikun hemm xi kuntratturi li jtajru l-cables waqt ix-xogħlijiet tagħhom.", "Pero` huwa pożittiv li matul is-sena l-oħra ma kellna ebda ġurnata li fiha ma laħħaqniex mad-domanda tad-dawl.", "Dan ma jserraħlix moħħi għall-futur, pero` hija ħaġa pożittiva.", "Huwa pożittiv ukoll li s-sena l-oħra, kif jirriżulta mill-accounts, infaqna Lm5.5 miljun fis-sistema tad-distribuzzjoni.", "Dawn huma dettaljati fl- accounts u fir-rapport.", "Dan huwa investiment kruċjali daqs il-generation, jekk mhux iktar.", "Ħafna mid-difetti li batejna minnhom fis-sajf tas-sena 2003 ma kenux ġejjin mill-generation imma mid-distribution u parti mir- riżultat tas-sena l-oħra li qatt ma nqata' d-dawl, li laħħaqna l-generation mad-domanda, kien li s-sistema tad-distribution ġiet imtejba immensament.", "Allura, l-investiment li rridu nibqgħu nagħmlu - u niġi għalih iktar 'il quddiem - fid-distribuzzjoni huwa investiment importanti immens.", "Bl-istess mod irridu naraw is-sitwazzjoni tal-generation.", "L-Enemalta għadhom kemm lestew short-term generation report fejn qegħdin iħarsu sa l- 2010 u qed jissuġġerixxu investiment fi tnejn jew tliet units partikolari, fejn huwa proġettat li jintefqu bejn Lm9 miljuni u Lm11 miljuni.", "L-idea hija li nbiddlu l-plant antik li hemm fil-Marsa u l-plant il-ġdid jgħolli l- kapaċita` b'50 megawatt u, iktar importanti minn hekk, jgħolli l-efficiency rating li inti tkun qiegħed taħdem bih.", "Illum huwa 26% jew 28% u dan il- plant il-ġdid jaħdem fuq 40%.", "Sadattant qegħdin nipproduċu wkoll long-term generation report li jeħodna 'l hemm mill-2010 u jħares lejn diversi sorsi oħra alternattivi ta' kif nistgħu niġġeneraw l-elettriku f'Malta.", "Pero`, dan huwa importanti għaliex waqt li llum il-ġenerazzjoni qiegħda tlaħħaq mad-domanda, rridu nħarsu lejn pajjiż li dejjem qed jiżviluppa u allura dejjem jitlob għal iktar elettriku.", "Fl-istess żmien irridu nattakkaw bil-qawwi l-cost structures tagħna.", "Irridu nanalizzaw - u kif diġa` għedt l-MEU qegħdin jaħdmu fuq din – in-numru ta' nies li għandna impjegati fl-Enemalta, fejn qegħdin, x'inhuma l-iskills tagħhom, kif se nutilizzawhom biex inkabbru l-effiċjenza u nnaqqsu l-ispejjeż.", "Irridu nbiddblu l-work practices antiki, kullumkien.", "Irridu nnaqqsu l-overtime, irridu nnaqqsu l-allowances, irridu nnaqqsu x- shifts żejda, irridu nħarsu lejn il-costs amministrattivi kollha, inkluż tal-management.", "Mr Speaker, jien se npoġġi fuq il-mejda tal-Kamra - mingħajr ħadd ma jitlobni - l-ispejjeż amministrattivi li nidħlu fihom, inkluż l-ispejjeż tas-safar u l-ispejjeż tal-karozzi, biex kulħadd jifhem li qed nattakkaw l- areas kollha.", "Għandna lill-MIMCOL li qed jaraw kif se nistrutturaw aħjar l- istock levels ta' l-Enemalta li huma għoljin wisq, fejn qed norbtu cash b'mod qawwi ħafna li qed jaffettwalna l-livell li aħna nħallsu kemm f'interessi minn bank loans kif ukoll il-cash li jkollna għad-dispożizzjoni tagħna.", "Pero` ġġib għajnejk wara widnejk meta tibgħat team ta' professjonisti biex jaraw kif isiru l-purchasing procedures, kif isiru l- istock re-orders, kif isiru l-istock maintenance u ssib li għandna proċeduri li ilhom hemmhekk 20 jew 25 sena, u ħadd qatt ma ħares lejhom.", "Irridu ntejbu b'mod drastiku l-cash flow ta' l-Enemalta.", "U hawnhekk infakkar fl-inizjattiva li ħadna biex nibdew niġbru l-miljuni kbar li hemm f'kontijiet mhux imħallsa.", "F'Novembru tas-sena l-oħra l-Enemalta kellha Lm18-il miljun x'tiġbor f'arretrati li huma dovuti għal żewġ kriterji, jiġifieri min kellu jagħti 'l fuq minn Lm100 almenu għal iktar minn sena kien jammonta għal Lm18-il miljun.", "Għamilna effort biex nibdew niġbruhom u ġbarna Lm1.1 miljuni minn 800 konsumatur, li jiġu bejn 7% jew 8%, u saru agreements ma' 140 konsumatur ieħor.", "F'Jannar ħarġu ittri lil 12,000 konsumatur ieħor li ma tawx kas.", "Minn hawn 'il quddiem, avviso ai naviganti, jew jitħallsu l-kontijiet jew tinqata' l-provvista ta' l- elettriku.", "Ovvjament nirrepeti, biex ma jkun hemm l-ebda ekwivoku, li min hu definit bħala social case u min għandu jagħti inqas minn Lm100, m'huwiex involut f'dan l-eżerċizzju.", "Fl-istess żmien biddilna s-sistema ta' kif jitħallsu l-kontijiet.", "Sejrin għall-kontijiet ta' kull xahrejn li jien nemmen li jgħinu lill-konsumatur jippjana iktar il-ħlasijiet tiegħu.", "Pero` huwa importanti li nifhmu li t- 12,000 konsumatur li ilhom jabbużaw mis-sistema m'għandniex inħalluhom jabbużaw mill-250,000 konsumatur li huma regolari fil-ħlas tal-kontijiet tiegħu.", "Ma nistgħux minħabba dawn il-ftit konsumaturi, 5% tal-klijenti, inpoġġu lill-Enemalta f'sitwazzjoni ta' cash flow prekarja.", "Mr Speaker, qegħdin nagħmlu u se nkomplu nagħmlu effort biex jitnaqqsu n- non-technical losses, fi kliem iktar sempliċi, it-tbagħbis ma' l-arloġġi, billi nżidu l-inspections.", "Is-sena l-oħra saru 6,400 inspection, pero` jien xettiku ħafna kemm l-inspections iwassluna.", "Jien nemmen li s- soluzzjoni aħħarija hija l-automated meter reading, jiġifieri nagħmlu subcontracting tas-sistema sħiħa, mill-istallazzjoni ta' l-arloġġ, li jaħdem fuq il-powerline stess, għall-ħruġ tal-kontijiet u l-collection tal- kontijiet.", "Irridu niġu għal sistema totalment awtomatizzata fejn il-meter jinqara remotament, ma jkunx hemm għalfejn imur il-meter reader biex jaqrah, fejn niffaċilitaw lill-Enemalta mhux biss il-frekwenza tal-qari, pero` li anke tpoġġiha f'pożizzjoni li tista' tagħti tariffi differenzjati bil-ħinijiet.", "Dan huwa proġett li qed naħdmu fuqu.", "Din is-sena għandu joħroġ it-tender flimkien mal-water services corporation, pero` huwa proġett li jeħdilna sentejn jew sentejn u nofs biex nistallaw madwar Malta kollha.", "Xtaqt ukoll niddedika ftit minuti fuq is-surcharge - għax ovvjament ikun parti minn dan id-dibattitu - li ġie ntrodott fuq l-elettriku għas-sena 2005, u nispjega għaliex, kif, u x'ġara, biex nevita kull ekwivoku, inkluż ta' min, hawn ġew, jikkwota lil \"Malta Today\" bħala xi Bibbja.", "L-argument bażiku kien wieħed sempliċi; il-prezz internazzjonali taż-żejt tela' u allura għandna nistennew li s-sena d-dieħla l-prezz taż-żejt li aħna nikkonsmaw se jitla' wkoll.", "Jekk jitla' l-crude irid jitla' r-refined.", "Jien lili ħadd m'għadu spjegali kif jitla' l-prezz taż-żejt hu u ħiereġ mit- tobqa, imma ż-żejt li minn dik it-toqba ħadtu l-Italja jew Franza biex irraffinajtu u ġibtu Malta, dak il-prezz ma jitlax ukoll.", "Jiġifieri dawn huma teoriji li jmorru kontra l-loġika.", "Fis-sena 2004 - u ngħidha a skans ta' kull ekwivoku - aħna ma daħħalna ebda surcharge.", "Il-kontijiet ta' l-2004 kollha ħarġu u mkien ma ssib surcharge għax fl-2004 irrispettajna l-budget.", "Jekk wieħed jara l-budget li jien ippreżentajt sena ilu hawnhekk, isib li pprevedejna li matul l-2004 se nonfqu - f'liri Maltin biex ma ndaħħlux id-dollaru fin-nofs - Lm38.5 miljuni.", "Fil-fatt, kif joħroġ mill-accounts li poġġejt fuq il-mejda tal- Kamra, infaqna Lm40 miljun.", "Jiġifieri s-surcharge ma daħlitx għall-2004 għax il-kalkoli li kellna fl-2004 kienu tajbin.", "Il-kalkoli li qed nagħmlu għall-2005 huma li s-sena d-dieħla se nżidu b'Lm7.7 miljuni fuq l-2004.", "Qed nikkompara l-2005 ma' l-2004.", "U huma s-Lm7.7 miljuni li se jinġabru mill-konsumatur u mhux iktar.", "U a skans ta' kull ekwivoku u għal min beda jinsa - għax jien għandi l-karti - fl-MCESD ma tkellimniex fuq il-crude bil- US dollars, imma tkellimna biss kemm jiġi l-prezz f'liri Maltin lill- Enemalta fl-2005.", "Dakinhar ma kienx hemm jien biss preżenti, u l- presentations li għamilna aħna u l-Pricewaterhouse Coopers qegħdin għandi, għadhom għandi, u nista' nagħtihom lil min irid.", "Is-surcharge huwa bbażat mhux fuq x'ġara fl-2004, imma x'se jiġri fl-2005.", "Lanqas m'hu korrett li jingħad li s-surcharge jispiċċa meta niġu lura għas- sitwazzjoni ta' l-1999.", "Fl-1999 l-Enemalta nefqet Lm21.4 miljuni fi fuel biex tiġġenera l-elettriku.", "Is-surcharge tiġi għal zero - u dan huwa ppubblikat fil-gazzetti - meta l-bill jiġi Lm31.6 miljuni, li huma xi Lm10 miljuni iktar milli kien fl-1999.", "Jiġifieri anke dawn huma skorretti.", "Id- differenza totali mill-1999 m'hijiex Lm7.7 miljuni li se niġbru mingħand il- konsumatur, imma hija Lm16.1 miljuni.", "In-numri qegħdin hemm u kulħadd jista' jarahom.", "U Lm8.4 miljuni se teħodhom fuqha l-Enemalta.", "Għalhekk huwa skorrett li jingħad li s-surcharge tiġi reversed għal zero meta mmorru lura fil-livelli ta' l-1999, għax il-livell ta' l-1999 kien Lm21.4 miljuni, u l-baseline ta' zero fuq is-surcharge huwa Lm31.6 miljuni.", "Xtaqt ukoll nirrispondi l-punt għaliex ġie inkluż l-ilma wkoll fis- surcharge.", "Ġie inkluż l-ilma wkoll għar-raġuni li meta ħdimna l-variables kollha fl-MCESD ħareġ ċar li individually fuq id-domestic accounts, jekk tinkludi l-ilma wkoll hemm saving żgħir.", "Għalhekk ġie inkluż.", "Fl-MCESD ma tajna ebda formola, imma għamilna l-variables kollha.", "Stabbilejna li rridu niġbru Lm7.7 miljuni, li l-prodotti minn xiex nistgħu niġbruhom huma ilma, dawl, diesel, leaded u unleaded petrol, u gass, u għednielhom jagħżlu fejn iridu jagħmluhom.", "U hekk ħareġ is-surcharge.", "U kien hemm qbil fl-MCESD fuq dan, kif ukoll qbil li jkun hemm il-capping għall-industrija u għall- hotels.", "Jien nistenna li almenu l-fatti jiġu rispettati u mhux inbiddluhom skond ma jaqblilna.", "Issa f'dan kollu huwa kruċjali li nagħmlu mill-aħjar biex, minkejja ż-żidiet fil-prezzijiet internazzjonali, inżommu dak il-cost baxx kemm jista' jkun.", "U kien għalhekk li, minkejja li l-oppożizzjoni ddeċidiet li ma tipparteċipax, waqqafna fuel procurement committee biex jagħti pariri lill-bord ta' l-Enemalta kemm dwar l-użu ta' strumenti finanzjarji fix-xiri taż-żejt kif ukoll dwar strumenti finanzjarji fix-xiri tal-currencies.", "Dan huwa kumitat konsultattiv, huwa chaired mill-Professur Joe Falzon, fuqu hemm persuna nominata mis-Central Bank, il-head tal-petroleum division tal- gvern, u l-Enemalta kkuntrattat lil ditta Amerikana li hija esperta f'dan il-qasam - li naħseb huwa importanti li jkollna - biex tkun parti minn dan il-kumitat ukoll.", "Naħseb li għandna grupp ta' nies li jistgħu jagħtu pariri utli u li jistgħu potenzjalment jiffrankawlna l-flus.", "Pero` ma nistagħġibx ukoll jekk dawn ma jkunux perfetti u li kultant isibu xi granċ ukoll.", "Fil-bidu għedt li kollox għandu prezz.", "Se nitkellem ftit fuq l- alternatives għal fuel fossils, minn fejn nistgħu niġġeneraw l-elettriku, iżda m'iniex se ntawwal wisq għax din mhijiex direttament responsabbilta` ta' l-Enemalta.", "Hemm commitment ta' dan il-gvern li jkollu 5% tal-power generation ġejja minn sistemi alternattvi, u rridu nirrispettawh.", "L- Enemalta lesta li tixtri dawn l-alternattivi li jiġu ġenerati, pero` rridu nifhmu li l-pajjiż għandu cost għalih.", "Nifhmu li l-enerġija alternattiva tqum iktar mill-enerġija tradizzjonali.", "Jien diġa` ġibt l-eżempju ta' meta qlibna mill-high sulphur fuel oil għal- light sulphur fuel oil fl-2003/2004 biex inneħħu n-nugrufun, ħalli ngħidha bl-iktar mod faċli.", "Din qed tiswa lill-pajjiż Lm8.7 miljuni fis-sena.", "Dan l-aħħar għamluli presentation fuq x'inhuma l-alternattivi.", "Ovvjament fost dawn hemm il-photovoltaic, il-wind energy, bio-mass u bio-diesel.", "Fuq bio- diesel diġa` qed nitkellmu ma' produttur lokali, pero` at a cost.", "Il-bio- diesel iqum iktar minn diesel normali.", "Issa jekk iħalltuh, ovvjament jonqos xi ftit, pero` hemm cost.", "Filwaqt li l-cost per kilowatt hour ta' l-Enemalta huwa ta' 4c3, il- photovoltiac jagħtik cost ta' 10 cents.", "Issa jekk irridu nużaw din is- sistema xi ħadd irid iħallas id-differenza.", "Il-wind farms se jqumu l-flus ukoll.", "U hawn naqbel ma' l-Onor.", "Bartolo li jekk għandna nagħmlu wind farms nagħmluhom fil-baħar, ma nagħmluhomx fuq il-ftit art li għandna.", "U jekk irridu niġġeneraw l-elettriku bil-wind farms irridu nkunu lesti li nħallsu għalih.", "Nerġa' nirrepeti li hemm prezz għal kollox u huwa inutli li nitkellmu fuq kwalita` aħjar ta' ħajja, kwalita` aħjar ta' ġenerazzjoni ta' elettriku, kwalita` aħjar għal kulħadd, jekk magħha ma ngħidux li din se tqumilna tant, u lesti li nħallsu għaliha.", "Kif għedt, l-Enemalta hija miftuħa għal kull proposta li tiġi approvata mill-Awtorita` tar-Riżorsi - li hija l- awtorita` li tmexxi dawn l-affarijiet - il-grid ta' l-Enemalta hija miftuħa, pero` xi ħadd irid jissussidja d-differenza fil-cost.", "U bil-cost structures u bl-accounts li għandha l-Enemalta żgur li ma tistax tkun hi li tissussidja dawn l-affarijiet.", "Sur President, ċertament l-Enemalta qed tieħu l-problema tal-generation bl- iktar mod serju u ħolistiku.", "Wara li nfaqna Lm5.5 miljuni fis-sistema tad- distribuzzjoni, din is-sena qed jiġi ppjanat li dak il-cost nirdoppjawh u nitilgħu għal investiment ta' Lm10 miljuni biex insaħħu d-distribution network madwar Malta.", "Dan meta qegħdin nippjanaw ukoll li matul is-sena ta' wara, inkunu qed ninvestu fi plant ġdida ta' Lm10 miljuni oħra.", "Jiġifieri, bil-problemi finanzjarji kollha tagħha, l-Enemalta trid tiġġenera mill-inqas Lm20 miljun - għaliex id-distribution titla' u naħseb li l-cost kollu over the next three years jiġi iktar viċin it-Lm30 miljun - għal dan l-investiment.", "Fl-istess ħin irridu niżguraw li l-plant tagħna tibqa' tiġi rinovata b'mod regolari.", "Irrid ngħid li l-inġiniera ta' l- Enemalta f'dan il-qasam huma nies kompetenti ħafna u ċertament ma neħux il- parir li nipprova nagħmel second-guessing ta' l-istandards tekniċi ta' l- affarijiet.", "Huwa importanti wkoll li sar long-term service agreement mal-General Electric li tiżgura li l-plant li għandna jiġi maintained skond l- istandards internazzjonali.", "Dan jiżgura wkoll li jkollna fall-back fuq waħda mill-ikbar kumpanniji multi-nazzjonali li jeżistu, għax din hija l- owner ta' xi 70%, 80% tal-generating plant tagħna, peress li xtrat ħafna kumpanniji, wara li xtrat il-kumpanniji kollha madwar id-dinja.", "B'dan il- long-term service agreement naħseb li l-Enemalta llum għandha fall-back tajjeb ħafna biex ma jiġrix kif ġara fil-passat, meta tliet snin ilu kien mar dak is-switchgear fl-impjant tal-Marsa.", "Dan kien inħaraq u l-contracts committee, bejn it-tender oriġinali u l-appelli u l-affarijiet l-oħra, dam sena u nofs jekk mhux sentejn biex jawtorizza x-xiri tar-replacement switchgear u għaddejna 18-il xahar jew 24 xahar nillappazzaw, grazzi għall- inġenwita` u l-kapaċita` ta' l-inġiniera tagħna, fi switchgear li kien maħruq u suppost armejnieh l-għada.", "F'dan il-kuntest, nitlob lill- burokratiċi japprezzaw li waqt li t-trasparenza hija importanti, ma nistgħux inżommu l-proċessi b'tali mod li nirriskjaw ċerti affarijiet, għall-grazzja tat-trasparenza – m'iniex qed ngħid ma ssirx - imma almenu għandna nħaffu l-proċeduri.", "Mr Chairman, nagħlaq bi ħsieb wieħed.", "Naħseb li almenu pprovajt nuri li waqt li għandna diffikultajiet kbar u li għadhom jeżistu diffikultajiet kbar fl-Enemalta, nafu x'inhi t-triq fejn irridu mmoru.", "Pero` bejn l- intenzjonijiet u l-pjan fuq il-karta għat-twettiq ta' dawk il-ħsebijiet jidħlu ħafna problemi mhux biss ta' management, mhux biss ta' personalitajiet, imma anke tal-fatt li din hija industrija tal-gvern.", "Il-fatt li din hija industrija tal-gvern iġiegħelek tgħaddi minn proċessi li ebda kumpannija oħra privata ma qatt toħlom bihom.", "L-isfortuna hija kif għadna ma sibniex soluzzjoni li waqt li nirrispettaw il-bżonn ta' proċess miftuħ, trasparenti u ekwu għal kulħadd, nifhmu li korporazzjoni li ddawwar Lm212 miljuni fis-sena u hija responsabbli biex tixgħel kull bozza f'dan il- pajjiż u tipprovdi l-gass, ma tistax topera bl-istess mod kif jopera dipartiment tal-gvern Ii jqassam il-karti.", "Ma nistgħux nħarsu lejn l-Enemalta jew il-WSC bħala dipartiment ieħor tal- gvern u li japplika għalihom dak li japplika għal kulħadd.", "Jekk għandi nuqqas ta' ċilindri għaliex ma nistax immur nordna 60,000 ċilindru b'direct order u nista' nordna biss 10,000?", "Għaliex iridu jgħaddu tliet xhur biex nista' nagħmel direct order ta' 10,000?", "Dawn huma d-domandi li nibda nistaqsi lili nnifisi.", "Imma kif se nirriformaw?", "F'dan il-pajjiż nistgħu ngħidu li hemm ċerti areas fejn irridu nagħmlu l-eċċezzjonijiet, rridu nitilqu mir-regoli normali.", "Jekk m'aħniex se nagħmlu hekk, allura diffiċli ħafna biex nagħmlu r-riformi.", "Il-flessibbilta` hija importanti.", "Ejja ngħidu li jmurlek cable importanti li jqum eluf kbar ta' liri.", "Issa x'inhi l-għażla?", "Jew inżomm stock ta' Lm0.25 miljun cables għal li jista' jinqala', imma jekk m'għandix bżonnhom inħallas 8% interessi biex nissellef dak il-Lm0.25 miljun, jew inkella jkolli l-faċilita` li jekk imurli cable nista' nġibu f'24 siegħa b'direct order, jekk hemm bżonn.", "Dawn il-problemi jħallu impatt qawwi ħafna fuq kif timmaniġġja, fuq kif taħdem internament u fuq kif tidher mal-klijenti tiegħek.", "Huma problemi reali li jaqtgħu anke qalb management li ġej mis-settur privat.", "Management li ġej mis-settur privat li huwa mdorri b'ħafna iżjed flessibilita', li huwa mdorri jerfa' ħafna iktar, ma tantx jadatta ruħu b'mod faċli għal dan it-tip ta' environment.", "U għalhekk ħafna drabi nsibu problemi biex insibu nies li lesti jservu fis-settur pubbliku.", "Nikkonkludi billi ngħid li l-pjan li bdejna bih, b'mod ġenerali qegħdin nosservawh.", "L-Enemalta kienet u għadha korporazzjoni bi problemi kbar, l- Enemalta kienet u għadha korporazzjoni li potenzjalment tista' tkun korporazzjoni mudell.", "Pero` biex naslu sa hemm għad baqgħalna ħafna x'naqdfu.", "Biex naslu s'hemm irridu niggwadanjaw il-fiduċja u r-rispett tal- klijenti tagħna.", "U jekk l-Enemalta, bil-problemi kollha li għandha, m'hijiex se żżom il-focus fuq il-konsumatur l-ewwel u qabel kollox, u jkollha prinċipju wieħed biss: \"Jien qiegħda hemm biex naqdi lill- konsumatur bl-aħjar li nista' bid-diffikultajiet kollha li għandi\" u mhux teħel, għaliex jekk tagħmel hekk, taqbeż il-union, jew ikollha xi tgħid ma' dak is-supplier, u taqbeż il-GRTU, allura tagħmel x'tagħmel internament, tiddisinja kemm tiddisinja pjani, m'hijiex se tasal.", "Jien nagħlaq billi nirringrazzja lill-bord tad-diretturi, lill-management, lill-ħaddiema kollha għall-isforz li għamlu din is-sena, pero` ngħidilhom li waqt li dan huwa apprezzat, fis-snin li ġejjin l-isforzi tagħna jridu jkunu ħafna u ħafna iktar jekk irridu nilħqu t-target tagħna ambizzjuż li fl-2007 verament ikollna korporazzjoni mibdula.", "Qabel nagħlaq irrid nitlob il-permess biex inqiegħed dokument fuq il-mejda tal-Kamra.", "MR SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Statistika dwar prezzijiet ta' fuel u tagħrif ieħor konness mal- Korporazzjoni Enemalta rilevanti għad-diskors li għamel il-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni waqt id-dibattitu dwar l-Estimi tad-dħul u nfiq tal-Korporazzjoni Enemalta għas-sena 2004-2005.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, jekk wieħed jaċċenna għall-fallimenti li kellu l-gvern Nazzjonalista wieħed wara l-ieħor, żgur li fosthom jispikka l- falliment kbir fil-qasam ta' l-enerġija.", "Xiehda ta' dan huwa l-annual report b'qoxra sabiħa li joħroġ sena wara l-oħra li fih jiġi rapportat l- andament ta' l-Enemalta corporation matul is-sena li tkun għaddiet kif ukoll ibassar x'se jkun l-andament ta' din l-azjenda fis-snin li ġejjin.", "Qiegħed ngħidlu falliment kbir u serju għaliex, kif jaf kulħadd, l-enerġija hija l-qalb li tippompja l-ekonomija.", "L-enerġija teffettwa mhux biss il- kwalita` tal-ħajja li suppost qegħdin ingawdu, aktar u aktar issa li aħna suppost għandna drittijiet bħal kull ċittadin ta' l-Unjoni Ewropea, iżda taffettwa aspetti importanti oħra bħall-impjiegi, il-prodott gross domestiku, il-kompettivita` ta' l-ekonomija u l-industrija tal-pajjiż.", "In-Nazzjonalisti issa ilhom fil-poter 'il fuq minn 17-il sena - fatt li wieħed ma jistax ma jsemmihx ripetutament għal ħafna raġunijiet - u żgur li ma jista' jwaħħal f'ħadd għal ċerti fallimenti.", "Kienu huma li matul dawn is-snin naqsu li jiġu quddiem il-poplu bi pjan strateġiku kif wieħed jitlob.", "Kien dan il-gvern irresponsabbli li falla milli jfassal politika nazzjonali għall-enerġija, li tipprovdi qafas strutturali, serju u dejjiemi u li jorbot sew ma' fatturi ewlenin, fosthom il-politika ekonomika tal- pajjiż, it-trasport, il-livell ta' l-għajxien tal-konsumaturi, il-politika ambjentali kif ukoll l-imġiba tagħna fis-suq intern issa li aħna membri sħaħ ta' l-Unjoni Ewropea.", "Mr Speaker, aħna bħala oppożizzjoni xi drabi niġu kkritikati għax nattakkaw b'ċerta ħruxija l-politika Nazzjonalista.", "Imma kif nistgħu ma nattakkawx b'dan il-mod meta naraw li, speċjalment f'dan il-qasam, ilna s-snin inwissuhom li kienu qabdu rotta ħażina?", "Dan m'għamilnihx b'kapriċċ, għamilnieh għaliex aħna bħala partit Laburista dejjem konna hemm biex nipproteġu lill-familji Maltin u Għawdxin.", "Qegħdin hemm għax nemmnu fl- interess ta' pajjiżna.", "Kif qegħdin naraw, kollox jorbot mal-pożizzjoni kif ukoll ma' kull azzjoni li jkun ħa l-gver fil-qasam ta' l-enerġija.", "U għalhekk qegħdin ibatu llum.", "In-Nazzjonalisti qatt ma raw fit-tul u mexxew b'mod irresponsabbli f'dan il-qasam u f'oqsma oħra wkoll.", "Daħlu għal ħafna obbligi mingħajr ma taw kas il-konsegwenzi u issa se jkollu jkun iċ- ċittadin li jerfa' l-piż kollu tagħhom.", "Ħalli nitkellem issa dwar l-ineffiċjenza ta' l-Enemalta.", "Xi ngħidu għal- logħob bil-figuri fejn għandhom x'jaqsmu l-effiċjenza u t-telf ta' l- enerġija kemm fl-impjanti infushom, kemm fil-linji tad-distribuzzjoni, kif ukoll fit-trażmissjoni, fejn hemm ħerba sħiħa!", "Ma nistax nifhem kif jiġi r- rappreżentant tal-partit Nazzjonalista jitfa' l-piż ta' l-ineffiċjenza fuq il-ħaddiema!", "Ma nistax nifhem kif – ħaġa li llum stess ħarġet ċara - in- nuqqas sostanzjali li se jkun hemm fl-infiq se jeffettwa lill-ħaddiema.", "Qed nirriferi għall-frażi li hemm fl-annual report li tgħid hekk: \"Subject to negotiations with the unions, manpower in all sections can be restructured giving a total saving in wages worth Lm3.135 million.", "Jiġifieri se jitnaqqsu Lm3.135 miljuni minn fuq dahar il-ħaddiema.", "Jekk wieħed iħares lejn l-operat ta' l-Enemalta jsib li ma kienx hemm ippjanar serju minn dan il-gvern.", "Iktar u iktar meta l-ministru ftaħar li issa għandna bord u management ġdid u l-affarijiet suppost tjiebu!", "Għaddiet sena minn mindu ħabbar il-ħatra taċ-chief executive officer, imma l-affarijiet mhux tjiebu iżda marru għall-agħar.", "Sur President, il-power station ta' Delimara hija eżempju ċar ta' nuqqas ta' ippjanar.", "Tajjeb infakkar li meta l-gvern Nazzjonalista bena l-power station ta' Delimara kien ftaħar li din kienet se tkun mgħammra bl-iktar apparat modern, se tkun iktar effiċjenti u kienet se tlaħħaq mad-domanda li jkun hemm anke fis-snin li kienu ġejjin.", "Fil-fatt x'insibu f'din il-power station ta' Delimara?", "Insibu li ntuża impjant li biex jiġġenera l-enerġija li għandna bżonn jikkonsma ħafna fuel, jiġifieri r-running cost tiegħu huwa għoli ħafna.", "Tant hu hekk li meta tikkomparah mar-running cost tal-power station tal-Marsa, speċjalment meta tqis li din hija antika, issib li dan jikkompara tajjeb ħafna.", "Mhux hekk biss, minkejja li fil-power station ta' Delimara għamilna makkinarju li seta' jiġġenera iktar enerġija, din xorta ma setgħetx tiġi delivered għaliex in-network meħtieġ biex titwassal din l-enerġija ma kienx ippjanat tajjeb.", "Apparti minn hekk, dak il-makkinarju li, kif għedt, kien jaħli ħafna fuel biex jitħaddem, suppost kien iservi bħala standby, f'każ ta' emerġenza jew f'każ ta' domanda urġenti, u mhux biex jintuża b'mod permanenti, maż-żmien spiċċajna biex użajnieh ukoll b'mod permanenti u mhux f'każi remoti ta' emerġenza.", "Għaldaqstant ir-running cost tal-power station żdied ħafna.", "Dan żgur mhux tort taċ-ċittadin, żgur mhux tort tal- ħaddiema imma huwa riżultat ta' nuqqas serju ta' ppjanar.", "Allura l-poplu spiċċa jħallas għal dawn in-nuqqasijiet.", "Tajjeb infakkar ukoll li l-gvern Nazzjonalista kien wiegħed lill-poplu li l- power station ta' Delimara tant kienet se tkun effiċjenti li l-power station tal-Marsa ma kienx se jkun hemm bżonnha iktar.", "Fil-fatt, illum jirrużulta li kieku ma kenitx il-power station tal-Marsa kieku spiċċajna ħafna drabi mingħajr enerġija biżżejjed biex nilqgħu għad-domanda li kien hawn.", "Għaldaqstant kienet daħka ċara l-wegħda li għamlu lill-poplu.", "U joħroġ ċar li dik kienet daħka bil-poplu għaliex f'intervista li kien ta, iċ-chairman ta' l-Enemalta stess qal li l-Enemalta żgur li qatt ma qalet hekk, u kienet tkun miġnuna li tgħid hekk.", "Kif qal iċ-chairman, żgur li kienet xi ħaġa barra minn lokha li xi ħadd jiġi jgħid li l-power station tal-Marsa għandha tagħlaq.", "Anzi, għamilha ċara li l-power station mhux talli se tibqa' hemmhekk, talli se jkollna ninvestu ammont sostanzjali ta' flus biex intejbuha.", "Illum il-Ministru Austin Gatt qal li fis-snin li ġejjin hemm bżonn jintefqu xi Lm20 miljun jew Lm30 miljun.", "Iżda nfakkru li darba kien qal li bejn l- 2006 u l-2012 se jkun hemm bżonn nefqa ta' Lm250 miljun.", "Pero` ma qalx minn fejn ġejjin dawn il-flus.", "Għaldaqstant wieħed irid jara kif se nsolvu l-problema kbira li għandna f'dan il-qasam.", "Hawnhekk nixtieq nirriferi għal dak li kien qal ftit snin ilu l-Ministru Ninu Zammit, meta wiegħed li bl-investiment qawwi li sar minn gvern Nazzjonalista, is-sitwazzjoni kienet se tkun tant tajba li ma kienx se jkollna problemi ta' qtugħ tal-provvista ta' l-elettriku.", "Imma issa spiċċajna biex l-impjanti li suppost qegħdin hemmhekk biex jintużaw f'każ ta' emerġenza jew meta jkun hemm domanda għolja, jiġifieri nużawhom għal ftit ħin, bdejna nużawhom b'mod regolari.", "U peress li dawn l-impjanti jikkonsmaw ħafna fuel, l-ispejjeż kibru u qed inbatu l-konsegwenzi.", "F'Lulju tas-sena 2003, il-Prim Ministru Gonzi kien qal li l-gvern Nazzjonalista investa fil-bini tal-power station l-ġdida biex solva problemi kbar fil-qasam tal-provvista ta' l-enerġija.", "Jiġifieri sa ftit snin ilu kienu għadhom tal-fehma li l-problemi kienu solvewhom.", "Imbagħad xahar biss wara li l-Onor.", "Gonzi kien qal hekk, f'Awissu l-Enemalta ħarġet stqarrija li tgħid li dawk li jgħixu fin-naħat ta' fuq ta' Malta u Għawdex għandhom ikunu prudenti fl-użu tad-dawl bejn is-7.00 p.m. u l-10.00 p.m, għax jekk id-domanda taqbeż il-limiti tas-sistemi tad-distribuzzjoni l- Enemalta jkollha taqta' l-provvista tad-dawl f'ċerti nħawi tal-pajjiż.", "Dan ifisser li, kif għedt jien, kien hemm problemi oħra tad-distribuzzjoni.", "Allura spiċċajna li minkejja li kellna biżżejjed supply ta' enerġija, kien hemm nuqqas fis-sistema tad-distribuzzjoni.", "Meta jkollok strateġija serja żgur li ma tħallix li jiġru dawn l-affarijiet.", "F'Settembru tas-sena 2003, l-istess kelliem għall-Enemalta kien qal li jekk il-provvista tad-dawl ma tinqatax f'ċerti nħawi tal-pajjiż Malta kollha jkollha tispiċċa bla dawl.", "Minkejja l-ftaħir kollu li solvejna l-problema ta' l-enerġija għax infaqna dawk il-miljuni ta' liri fl-investiment tal- power station ta' Delimara, jidher ċar li għandna ineffiċjenza kbira u l- ispejjeż huma kbar.", "Wara li għedna lill-poplu li dawk il-flus li nfaqna nfaqniehom fis-sod għax solvejna l-problema, se jkollna nerġgħu nagħmlu investiment kbir ħafna f'dan il-qasam, u ma nafux minn fejn se nġibu dawn il-flus.", "Ovvjament dawn il-flus irridu nġibuhom minn x'imkien, u żgur li l- poplu se jkollu jagħmel tajjeb għalihom, kif qed naraw bl-andament tal- miżuri li kellna fil-budget.", "Mr Speaker, se nsemmi każ riċenti ta' qtugħ ta' dawl minħabba ħsara fil- limiti tan-Naxxar u l-Mosta, biex inkompli nuri l-ineffiċjenza u l- kuntrumbajsi li qegħdin isiru f'dan il-qasam.", "Xi ġimagħtejn ilu xi ħadd tajjar feeder waqt li kien qed jaħdem, u l-ministru responsabbli ħareġ jakkuża lill-Awtorita` dwar it-Trasport li l-qtugħ fil-provvista tad-dawl kien tort tagħha minħabba l-ħsara li għamlu l-ħaddiema tagħha.", "Fir-realta` kien hemm erba' feeders li wieħed minnhom kien bil-ħsara, allura riedu jagħmlu xi xogħol fuq dan il-feeder ħalli jkun qiegħed spare fil-każ li jinqala' xi incident.", "Iżda l-ministru u l-awtorita` qagħdu jillitikaw bejniethom, wieħed jakkuża lill-ieħor, u l-feeder baqa' ma sarx, minħabba dawn il-problemi ta' bejniethom.", "Imbagħad meta l-feeder l-ieħor inqalgħetlu l-ħsara, spiċċa bata ċ-ċittadin.", "Illum ġejna f'sitwazzjoni fejn awtorita` tal-gvern tiġġieled ma' oħra, u ma jaslux biex isolvu l- problemi.", "Dan juri s-sitwazzjoni tal-biki li jinsab fiha dan il-qasam.", "Il-Ministru tkellem ukoll dwar l-enerġija alternattiva li, kif qal hu, taqa' taħt ir-responsabbilta` tal-Malta Resources Authority.", "Minkejja li ma kellux pjan nazzjonali dwar l-enerġija, tliet snin ilu l-gvern għabbieha bir-responsabbilta` li tfassal din l-istrateġija.", "Għaddew iktar minn tliet snin, imma din l-istrateġija għadha mhix lesta.", "Tajna Lm40,000 minn flus il-poplu lil din l-awtorita` biex tikri l-post fejn taħdem, imma għad m'għandna l-ebda pjan fejn tidħol enerġija alternattiva.", "Ma nafux x'se nagħmlu meta, kif qal il-ministru stess, aħna marbutin ma' l-Unjoni Ewropea li sa ftit snin oħra jkollna 5% mill-provvista ta' l-elettriku tagħna ġejja minn enerġija alternattiva.", "U min se jkollu jħallas għal dan it-tħarbit kollu u għal din l-inefficjenza?", "Se jkollu jħallas għaliha l-poplu!", "Mr Speaker, dan il-gvern qed jipprova jitfa' t-tort tal-falliment ta' l- Enemalta fuq fatturi oħra li, skond hu, l-Enemalta jew il-gvern ma kellux kontroll fuqhom.", "Kulħadd jiftakar li meta ftit ilu l-partit Nazzjonalista semma s-surcharge fuq il-kontijiet ta' l-elettriku, kienu ġew bil-ħrafa li qegħdin jagħmluha għaliex għola l-crude oil.", "Iżda meta tifli l-oil market reports u rapporti oħra ta' l-organizzazzjoni dinjija ta' l-enerġija kif ukoll ta' l-Unjoni Ewropea, ssib li m'hu veru xejn li l-crude oil għola b'mod li jiġġustifika li ssir din is-surcharge.", "Dan għaliex minn dawn l- istatistiċi jirriżulta li l-prezz internazzjonali taż-żejt daqqa kien l- istess bħas-sena ta' qabel, u ġieli kien ukoll daqsxejn inqas.", "Mr Speaker, meta wieħed jifli l-finanzi ta' l-Enemalta jinduna mill-ewwel x'kienet u x'għadha l-problema ta' l-Enemalta.", "Bit-tneħħija tal-hedging agreement, kif ukoll wara li ttieħdu bosta deċiżjonijiet żbaljati, d-dejn tal-korporazzjoni tela' mas-smewwiet.", "Jekk wieħed jara kemm għandha dejn l- Enemalta jsib li s-self fit-tul jaqbeż il-Lm71 miljun, filwaqt li s-self li jrid jitħallas fi żmien sena jew inqas qiegħed circa Lm79 miljun.", "Jekk tgħoddhom flimkien iġibu mal-Lm150 miljun.", "Imbagħad, meta wieħed iħares lejn l-interest charges li tħallas l-Enemalta kif ukoll il-cash flow statements, jinduna li wara 17-il sena ta' tmexxija Nazzjonalista din il- korporazzjoni tista' tgħid li ġiet falluta.", "Issa biex jibbilanċja, taparsi jgħolli l-valur ta' l-assets, il-property, plant and equipment, meta fil- fatt ma kien hemm l-ebda investiment u meta suppost ikun hemm provisions for depreciations bil-wisq aktar milli ġie stmat.", "Mr Speaker, il-korporazzjoni qed tkompli tissellef Lm1 miljun wara l-ieħor biex topera l-power station ta' Delimara, li kienet out-dated qabel tlestiet, fuq it-taparsi premessa li għandha min jagħtiha.", "Jekk naraw il- current assets li ġew dikjarati, naraw li l-Enemalta għandha tiġbor madwar Lm48 miljun.", "U l-ewwel mistoqsija li nagħmel hija: Dawn se jinġabru kollha?", "Naħseb li r-risposta tkun li ma nafux, għax la l-bad debts u lanqas il-provisions for bad debts m'huma spjegati ċari, u n-noti ma tantx jidhru li huma reali.", "Li nista'ngħid hu li ta' dawn in-nuqqasijiet kbar se jħallsu ċ-ċittadini Maltin u Għawdxin, għaliex iċ-ċittadini żgur li sa l- inqas ċenteżmu se jkollhom iħallsu, bilfors.", "Is-sena l-oħra kont tlabt li jitpoġġew fuq il-mejda tal-Kamra l-lista tad- debituri, imma dakinhar il-ministru ma riedx ipoġġihom.", "U naħseb li jekk nitolbhielu llum ma jpoġġihiex lanqas, biex għallinqas naraw jekk inħafrulhomx, jekk sarx agreement magħhom, jew jekk humiex se jħallsu b'imgħax.", "Allura, fir-realta` wieħed m'għandux stampa ċara ta' kemm il- gvern se jdaħħal lura minn dawn il-flus.", "Iżda huwa ċar li għamel pressjoni fuq iċ-ċittadin għax hu se jkollu jħallas sa l-inqas ċenteżmu, filwaqt li l- oħrajn, li għandhom jagħtu ammonti kbar, ma nafux x'se jiġri minnhom.", "Jekk inħarsu lejn in-notes to the financial statements fl-annual report tal- Korporazzjoni Enemalta nsibu li hemm turnover ta' iktar minn Lm170 miljun li fihom hemm inkorporat l-inter-divisional sales ta' Lm44 miljun.", "Jiġifieri l-korporazzjoni mhux talli ma tagħmilx imqar 1% profit, talli se tmur minn taħt b'Lm1.8 miljun fis-sena.", "Hawnhekk joħroġ ċar li hemm diskrepanzi f'dak li huwa dikjarat bħala xiri, per eżempju, u l-użu u bejgħ ta' fuel.", "Jien nitlob lill-awdituri responsabbli li jirrapportaw dak li qed isibu u ma jgħattux ix-xemx bl-għarbiel.", "U hawnhekk nistaqsi għaliex tneħħa l-hedging agreement?", "Għax imbagħad tant kienu saru balbuljati mill- ex-ministru Josef Bonnici, waħda wara l-oħra, b'telf ta' miljuni kbar ta' liri, li iktar u iktar wasslu biex l-Enemalta tkun falliment.", "Tajjeb li l- poplu jkun jaf dawn l-affarijiet, għax sitwazzjoni bħal din wasslet biex fid-9 ta' Frar tas-sena li għaddiet l-aġenzija Standard & Poor's poġġiet lil Enemalta taħt il-credit watch, u l-gvern żamm ħalqu magħluq.", "X'ġara?", "Is-sitwazzjoni tant kienet serja li l-gvern ried jara x'jagħmel biex jerġa' jipprova jieħu l-fiduċja u l-Enemalta ma tibqax taħt il-credit watch.", "Għaldaqstant waħda mill-affarijiet li kellu jagħmel kienet is-surcharge fuq il-kontijiet ta' l-ilma u tad-dawl.", "Għaliex tad-dawl u ta' l-ilma?", "Is- surcharge suppost li kellha ssir fuq il-kontijiet tad-dawl, imma saret fuq il-kontijiet tad-dawl u ta' l-ilma wkoll.", "Tant hu veru li l-gvern kellu bilfors jagħmel is-surcharge, jiġifieri kellu jitfa' l-piż fuq iċ-ċittadin biex isalva wiċċu, li fl-istqarrija li ħareġ il-ministru s-sena l-oħra qal li Standard & Poor's intqal li raġuni prinċipali għat-titjib tar-rating finanzjarju ta' l-Enemalta hija l-introduzzjoni tal-fuel surcharge li se tikkumpensa xi ftit it-tbatija li sofriet l-Enemalta li ġiet kawżata miż- żidiet fil-prezz internazzjonali taż-żejt.", "Standard & Poor's qalet li tqis il-miżura tal-gvern bħala waħda pożittiva u li tqarreb ftit iktar il- prezzijiet li jħallas il-konsumatur lejn ir-realta` ta' l-ispiża tal- prodotti kkonsmati.", "Mr Speaker, jidher ċar li Standard & Poor's ġiegħlet lill-gvern jagħmel is- surcharge biex tkun tista' titneħħa l-credit watch.", "Imma l-gvern ġab ħafna skużi għaliex għamel is-surcharge, fosthom għax għola l-prezz internazzjonali taż-żejt.", "Imma kif għedt, l-istatistiċi internazzjonali jindikaw ċar li dan m'hu veru xejn għax il-prezz baqa' bejn wieħed u ieħor l-istess bħas-sena ta' qabel.", "Fir-realta` wieħed mill-fatturi li kkontribwew għaż-żieda fl-ispejjeż biex tiġi ġġenerata l-enerġija kienet il-bidla mill-high sulphur fuel oil għal light sulphur fuel oil.", "Din swiet lill-Enemalta ammont sostanzjali ta' flus u r-raġuni vera għal din il-bidla ma kenitx għaliex għandna kuxjenza favur l-ambjent, imma għaliex ma ħadna ebda prekawzjoni minn qabel biex insolvu l-problema ta' l-inkwinament ta' l-ambjent.", "Għalhekk l-unika alternattiva li kellna kienet li nużaw dan il-fuel li huwa għoli immens biex insolvu l-problema temporanjament, għaliex 'il quddiem għad iridu jiġu problemi oħra.", "Fil-fatt ir-rapport li l-Pricewaterhouse Coopers ħejja lill-gvern fuq l- informazzjoni li ta l-gvern stess - li iktar 'il quddiem inpoġġih fuq il- Mejda tal-Kamra ħalli il-poplu jkun jaf - jindika li l-fuel cost biex qlibna minn high sulphur fuel oil għal light sulphur fuel oil, fis-sena 2003 kien ta' Lm3.4 miljun, fis-sena 2004 kien ta' iktar minn Lm4.8 miljuni, u għas-sena d-dieħla huwa smat li se jiswa lill-Enemalta Lm5.3 miljuni.", "U llum smajna lill-ministru jgħid li se jiswa Lm8.5 miljuni.", "Dan huwa rapport ta' Pricewaterhouse Coopers.", "(Interruzzjonijiet) Imma inti kkwotajt eżatt.", "Id-daħqa hija li, minkejja li l-gvern qed iġib skuża li kellu jagħmel is-surcharge minħabba ż-żieda fil-prezz internazzjonali taż-żejt, f'mistoqsija parlamentari li saret minn kollega tan-naħa tal- gvern, fejn staqsa kemm kienet l-ispiża għall-Enemalta biex jitħaddmu ż- żewġ power stations fl-1994, 2000, 2003 u 2004, il-ministru wieġeb li fis- sena 2000 kienet ta' Lm43.6 miljuni, fis-sena 2003 Lm57.8 miljuni, u fis- sena 2004 kienet Lm60.5 miljuni.", "Mela jekk tara l-ispiża biex jitħaddmu l-power stations bejn l-2003 u l- 2004, issib li d-differenza kienet ta' xi Lm2 miljuni.", "U jekk tara d- differenza li kien hemm fl-ispiża għaliex qlibna minn high sulphur fuel oil għal light sulphur fuel oil, issib li dik hija d-differenza fl-ispejjeż li kien hemm.", "Allura m'hu veru xejn li l-Enemalta kellha żieda ta' dawk il- miljuni ta' liri fl-ispiża għall-ġenerazzjoni ta' l-enerġija minħabba l- għoli fil-prezz taż-żejt.", "Mr Speaker, is-sitwazzjoni hija tant prekarja li biex nakkwistaw iktar flus ħalli ninqalgħu minn dik il-pożizzjoni, ġibna l-iskuża li l-pitrolju kien qed jintuża b'mod abbużiv, u allura qbadna u neħħejna s-sussidju minn fuqu.", "Għollejnielu l-prezz u b'hekk naqqasna l-abbuż!", "Din hija skuża banali, kif jidher mid-diskors li għamel il-prim ministru stess fis-17 ta' Settembru tas-sena li għaddiet fil-Furjana.", "Għalkemm ma tkellimx fuq il- pitrolju, semma każ ta' kuntrabandu u serq ta' diesel.", "Se naqra kelma b'kelma, kif ġie rrapportat minn \"The Times\" meta kien qed jitkellem fiċ- ċelebrazzjonijiet ta' l-40 anniversarju mill-Indipendenza:", "\"Prime Minister Gonzi said that he got to know of a case involving abuse on the purchase of duty free diesel.", "This diesel was being mixed with kerosene and sold on the market at the price of duty paid diesel.", "He said the government was taking this case extremely seriously because it involved millions of liri, and steps are going to be taken against this abuse.\".", "Mela dakinhar qal li se jieħdu passi kontra min kien qed abbuża minn dan id- diesel, filwaqt li fil-każ tal-pitrolju flok ħa passi biex jaqbad lil min qed jabbuża, qabad u għolla l-prezz għal kulħadd bl-iskuża li jrid inaqqas l-abbuż.", "Dan juri ċar kemm din kienet skuża.", "Imma anke fil-każ ta' l-abbuż tad-duty free diesel li kien jinvolvi l- miljuni ta' liri, għalkemm il-Prim Ministru Gonzi qal li se jieħu passi, fil-fatt ma nafux x'ġara.", "Kieku kien involut ċittadin normali kieku veru kienu jittieħdu passi, imma meta jkun xi ħadd tal-qalba, ma tantx jittieħdu passi!", "Qed ngħid hekk għaliex il-poplu għadu ma jafx kemm-il miljun lira frodi kien hemm, għadu ma jafx x'ġara u x'ma ġarax eżatt.", "Fir-realta`, l- Enemalta kienet imdaħħla wkoll indirettament għaliex iċ-chairman ta' l- MOBC, li huwa wkoll iċ-chairman ta' l-Enemalta, ġie interrogat fuq dan il- każ tal-kuntrabandu tad-diesel.", "U wara rriżulta li kien hemm xi ħaddieħor, li huwa Nazzjonalist tal-qalba wkoll, li kien involut fil-kuntrabandu tad- diesel.", "Fi żmien il-kampanja tal-ġbir għall-partit Nazzjonalista, iċ-chairman ma nafx kemm-il television tahom, ma nafx jekk hux biex jibqa' barra minn din il-ħniżrija jew biex jiskolpawh.", "L-ieħor li kien involut fil-każ fornihom ħafna wkoll.", "Dak iż-żmien dan kellu xi ħadd tal-familja jidher fuq in-NET television.", "Qed ngħid għal ta' Cassar ship repair.", "Sar ftehim minn taħt fuq dan il-każ ta' abbuż mid-duty free diesel.", "Minkejja li fiċ- ċelebrazzjonijiet ta' l-Indipendenza l-prim ministru kien wiegħed li se jittieħdu passi, sar ftehim minn taħt biex titħallas il-multa, u la nafu kemm hi l-multa u xejn!", "Ma ttieħdu l-ebda passi!", "Issa bl-iskuża li l-Enemalta għandha bżonn l-istorage biex timxi mal-ftehim li għamlet, lill-MOBC neħħewlha l-attivita` tal-bunkering biex x-xogħol tal- bunkering ikun jista jingħata lil bażużlu ieħor, u l-premises ta' l-MOBC qegħdin hemmhekk biss biex jinkrew bħala storage.", "Dawn affarijiet li ma jitwemmnux!", "Din trasparenza!", "Mr Speaker, nitlob liċ-chairman ta' l- Enemalta jgħidilna kif kien involut f'din il-kwestjoni u jgħidilna x'ġara fuq dan il-każ.", "Kif jista' jkun li l-poplu jkollu fiduċja f'min imexxi l- Enemalta meta dawn l-affarijiet jibqgħu misturin?", "Ħadd ma jgħid xejn!", "Issa se nsemmi xi ħaġa oħra li turi biċ-ċar li kulma qed jagħmel il-gvern Nazzjonalista huma gimmicks.", "Wara li rriżultalhom li t-tneħħija tal- hedging agreement effettwat ħażin lill-Enemalta għax tilfet ħafna flus – wara li tgħidx kemm kienu ppolitiċizzaw din is-sistema min-naħa tagħhom – kitbu lill-oppożizzjoni biex jgħidulha li se titwaqqaf fuel procurement advisory committee.", "Se nikkwota eżatt x'hemm fl-ittra li l-ministru bagħatli bħala rappreżentant ta' l-oppożizzjoni.", "Dan qal hekk:", "\"Taf daqsi li fil-passat dik kienet materja ta' kontroversja politika.\".", "Jaf min ħoloqha din il-kontroversja, sieħbu stess kien qalagħha, aħna ma qlajniex polemiki.", "Din l-ittra tkompli tgħid:", "\"Il-gvern jidhirlu li fil-fatt din hija materja teknika ħafna li tista' tagħti riżultati kemm tajbin u kemm le, iżda li żgur għandha tinżamm 'il bogħod mill-politika u għalhekk għandha titħalla f'idejn nies professjonisti.", "B'dan il-għan l-Enemalta sejra tinnomina lill- Prof. Josef Falzon biex ikun chairman tal-kumitat u sejra titlob lill- Bank Ċentrali biex jinnomina persuna esperta fil-materja biex ikun hemm membru.", "L-Enemalta sejra wkoll tqabbad ditta internazzjonali ta' advisors biex ukoll tifforma parti mill-advisory committee.", "Il- financial controller tal-korporazzjoni kif ukoll il-head tal-petroleum division jew rappreżentant tiegħu jattendu l-kumitat, iżda ma jkunux membri tiegħu, peress li jifformaw parti mill-management team li jiddeċiedi fuq il-parir li jkun ingħata lill-kumitat.", "Nistieden lill- oppożizzjoni biex anke hi tissuġġerixxi persuna jew persuni li ovvjament ikollhom kwalifiki idonei biex jifformaw parti minn dan il- kumitat.\".", "U jien f'isem l-oppożizzjoni rrispondejtu hekk:", "\"B'riferenza għall-ittra tiegħek tad-9 ta' Diċembru, l-oppożizzjoni taqbel li dan il-kumitat għandu jkun magħmul minn nies tekniċi, u għaldaqstant m'hemmx ħtieġa li l-oppożizzjoni tissuġġerixxi persuna jew persuni f'dan l-imsemmi kumitat.", "L-oppożizzjoni tesiġi li dan il- kumitat għandu jirrapporta lill-parlament mill-inqas darba kull sitt xhur.\"", "Wara rċevejt risposta mingħand il-Ministru Austin Gatt fejn qal:", "\"Nirringrazzjak ta' l-ittra ta' l-14 ta' Diċembru u ninnota b'dispjaċir li l-oppożizzjoni lanqas m'hija lesta li tagħmel suġġerimenti ta' nies tekniċi biex jieħdu sehem f'dan il-kumitat.", "Fl- istess waqt ma nifhimx u ma naqbilx mas-suġġerimenti li dan il-kumitat jirrapporta lill-parlament, aktar u aktar li l-kumitat hu tekniku, u l- parlament la għandu rwol u lanqas funzjoni.", "Il-kumitat huwa struttura fi ħdan l-Enemalta bil-mandat li jagħti l-parir lill-management u lill- bord tad-direttur fuq l-aspetti kummerċjali ta' xiri ta' żjut tal- korporazzjoni.", "L-iskrutinju tal-pariri tiegħu hu materja purament amministrattiva, kummerċjali u definittivament mhux parlamentari jew politika.\"", "Aħna għedna li naqblu li għandu jkun hemm dan il-kumitat tekniku, imma ma ssuġġerejniex rappreżentant min-naħa tagħna għaliex ma ridniex indaħħlu l- politika.", "Ħallejnieh kumitat tekniku, u bħala tali għandu jagħżel min hu responsabbli.", "Tlabna biss biex dan il-kumitat ikun accountable lejn l- ogħla istituzzjoni tal-pajjiż.", "Imma l-ministru qal li m'għandux jidħol il- parlament.", "Imbagħad ħadha bi kbira għaliex aħna ma pproponejniex rappreżentant.", "X'inhi din il-biċċa xogħol?", "Aħna ma ridniex indaħħlu l-politika assolutament, imma jidher ċar li min- naħa tal-Gvern l-istedina biex aħna npoġġu rappreżentant fuq il-kumitat kienet bi skop ta' gwadann politiku.", "Kieku poġġejna lil xi ħadd kont issib mument fejn twaħħlu u tgħidu li dan imissu oġġezzjona jekk deherlu li kien hemm xi ħaġa mhix sewwa, u għax ma poġġejniex rappreżentant qed takkużawna li ma rridux nieħdu sehem f'dan il-kumitat.", "Aħna ma ridniex indaħħlu politika.", "Issa jidher ċar li l-gvern Nazzjonalista qed jinduna li konna għamilna sew meta daħħalna s-sistema tal-hedging agreement u anke l-istess chairman, f'intervista li ġiet rapportata f'\"The Times\", qal li permezz ta' hedging agreement ta' sitt xhur li għamel dan l-aħħar iffranka ħafna flus.", "Jiġifieri qed jammettu li din is-sistema tal-hedging agreement hija tajba.", "Ara qabel, kienu huma li daħħlu l-politika fin-nofs meta adottajna din is- sistema.", "Issa għax aħna ma ridniex indaħħlu l-politika f'dan l-advisory committee, qed niġu akkużati li ma rridux nieħdu sehem, minn fuq!", "Issa ħalli niġi għall-kwestjoni tan-nuqqas ta' provvista tal-gass li kellna dan l-aħħar f'pajjiżna.", "Il-Ministru beda jsemmi kif ġraw l-affarijiet waħda wara l-oħra li wasslu għal dan in-nuqqas.", "Jien se nibda mill- kwestjoni taċ-ċilindri difettużi.", "Illum il-ministru ikkonferma li l- affarijiet saru bħalma kienu jsiru qabel.", "L-Enemalta għamlet ordni għal konsenja taċ-ċilindri tal-gass, imma din id-darba xi ħadd iċċekkja dawn iċ- ċilindri u rriżulta li setgħu kienu difettużi.", "Jekk, kif qal il-Ministru, l-ispeċifikazzjonijiet kienu l-istess bħal ta' qabel, allura hemm ċans kbir li ċ-ċilindri li kienu jidħlu qabel kienu difettużi wkoll!", "Hemm xi ħaġa tinten!", "Skuża din!", "Ma nistax nifhem kif ġew iċċekkjati din id-darba u dawk li kienu jidħlu qabel, li kellhom l-istess specifications – kif qal il- ministru, ma nnegahiex din – ma kenux jiġu ċċekkjati?", "Jiġifieri minn hemmhekk diġa` bdiet tinten il-kwestjoni ta' l-ordni taċ-ċilindri.", "Imbagħad il-Ministru ordna li jiġu rtirati ċ-ċilindri u qalilhom biex iwaqqfu l-pagament tagħhom.", "Fil-ħin tal-mistoqsijiet tal-lum staqsejt lill- ministru jekk dan is-supplier tħallasx, imma ma weġibnix.", "Safejn naf jien, din il-konsenja diġa` tħallset.", "Imbagħad spiċċajna nduru minn hawn u minn hemm u t-tort ma ħadu ħadd!", "It-tort ħadu ċ-ċittadin għax spiċċa li se jkollu jħallashom mit-taxxi tiegħu.", "Mr Speaker, l-isbaħ waħda hija li minn dejjem kien hawn nuqqas ta' ċilindri, mhux issa biss.", "Meta xi ħadd ikun irid ċilindru ġdid ma jakkwistahx kif ġieb u laħaq.", "Dejjem kien hawn dan in-nuqqas!", "Ma nistax nifhem għaliex, imma dejjem kien hawn dan in-nuqqas.", "Pero` dan l-aħħar kien hawn ukoll nuqqas ta' ċilindri tal-gass mimlijin.", "Fid-9 ta' Frar f'mistoqsija supplimentari, l-ministru ta x'wieħed jifhem li kien hawn nuqqas ta' gass proprju għax inġabru dawn iċ-ċilindri tal-gass difettużi.", "Imma f'dak il-mument, meta għamilt dik il-mistoqisja supplimentari, il- ministru kien jaf li hemm problema bil-ħażna tal-gass.", "Ma jistax ikun li ma kienx jaf għax min kien responsabbli ġibed l-attenzjoni li kien hemm nuqqas ta' ħażna tal-gass.", "Meta faqqgħet ir-realta` li ma kienx hemm gass, beda jitqassam ftit biex jikkontrollaw u spiċċajna waħħalna fil-ħaddiema.", "Meta rriżulta li m'hemmx gass maħżun, waħħalna fil-bastiment li kien ġej bil-gass għax iddawwar ma daħal.", "Kien hemm min beda jgħid li d-domanda kienet iktar min-normal minħabba li kellna din il-kesħa kollha, mentri r-realta` hi li wara li għollew il-prezz tal-pitrolju ma pprevedewx li dak li jkun kien se jaqleb mill-pitrolju u juża l-gass.", "Ma ħasbux għal dan, u tant ma ħasbux u ma jafux x'inhu jiġri, li jekk naraw l-annual report, paġna 37, insibu hekk:", "\"The sales of liquid petroleum gas and propane remained practically at par with those of last year, confirming that a saturation point has now been reached in product demand.\"", "Din tfisser li huma ma kalkulawx li biż-żieda fil-prezz tal-pitrolju kien se jkun hemm domanda iktar għolja għall-gass, u fir-rapport qalu li d- domanda se tkun l-istess bħal tas-sena l-oħra.", "X'ġara?", "Ġara li d-domanda kienet iktar, ma ħasbux għaliha minħabba l-ineffiċjenza tagħhom – u issa qegħdin bil-management il-ġdid! – u spiċċajna bla ħażna ta' gass.", "Bqajna nilagħbu bid-diskors u ngħidu li dam il-bastiment għax kien sab il- maltemp, u skużi bħal dawn.", "Imbagħad bdejna nwaħħlu fil-prattiċi tal- ħaddiema li jieħdu fit-tul biex jimlew iċ-ċilindri, waħħalna fis-sistema tad-distribuzzjoni, u bdejna nwaħħlu f'kollox.", "Wara li tajna t-tort lil kulħadd, spiċċajna biex waħħalna wkoll fl-impjant tal-ħażna ta' gass.", "Hawnhekk tajjeb infakkar x'kien intqal fl-annual report tas-sena 2003 dwar il-gas depot ġdid li suppost kellu jsir Bengħajsa.", "Se nikkwota eżatt:", "\"In view of Malta's commitment on its accession to EU, it would not be possible for Enemalta to continue operating the Qajjenza gas plant.", "Moreover, the Seveso directives which have now been transposed to the Maltese law would also prohibit operations from existing premises.", "Alternative arrangments are being made to shift production to a suitable location until the new Bengħajsa depot will be available.\"", "Hawnhekk nistaqsi: In-new depot fejn?", "Għal li jista' jkun, mhux Ħal Farruġ se jkun dan, hux?", "Diġa` hemm l-affarijiet qed jinħmew?", "Għalissa qed nistaqsi.", "Intqal ukoll:", "\"Environmental impact assessment on the new site has already been drawn and submitted to Malta Environment and Planning Authority for consideration.", "The requisite development permit is now expected to be issued in the coming weeks, tenders are being issued for plant and equipment and all the required civil works.\"", "Jekk kien ilu magħruf li skond id-direttiva ta' l-Unjoni Eworpea l-impjant tal-Qajjenza ma kienx se jitħalla jopera wara April tas-sena li għaddiet, għaliex l-ippjanar tad-depot il-ġdid ta' Bengħajsa tħalla daqshekk lura?", "Għalhekk qed ngħid li issa sibna skuża oħra, li ma jistax ikollna ħażna ta' gass biżżejjed għad-domanda li għandna, allura bilfors irridu nġibu bastiment wara l-ieħor f'qasir żmien.", "Jiġifieri issa għandna problema bil- ħażna tal-gass ukoll.", "Minkejja li fir-rapport tas-sena l-oħra konna għedna li fi ftit ġimgħat kien se jkollna l-permess, illum qed jgħidu li l-impjant ma jistax isir hemmhekk għax il-MEPA qed issib xi diffikultajiet.", "Jien ma nistax nifhem kif issa qed jinstabu d-diffikultajiet meta hemmhekk diġa` hemm impjant ta' oil storage u kienu qablu fil-prinċipju li hemmhekk għandu jsir l-impjant.", "X'inhuma d-diffikultajiet?", "Is-soltu tibqgħu għaddejjin gas down minn fuq il-MEPA, issa ma sibtux metodu kif tagħmlu għax hija xi ħaġa importanti għall-pajjiż?", "Wara kollox, jekk il-MEPA talbitkom environmental impact assessment, din mhix indikazzjoni li fil-prinċipju l- proġett jista' jsir hemmhekk?", "X'inhuma d-diffikultajiet?", "Hija ħaġa ċara u tonda li hemm problemi finanzjarji li l-gvern ma jafx kif se jsolvihom, allura qed jara kif jeħles minn din il-problema.", "Mr Speaker, madwar ġimagħtejn ilu, waqt li kien qed iwieġeb għal mistoqisja supplimentari li għamilt jien fuq il-kwestjoni taċ-ċilindri tal-gass, l- Onor. Tony Abela qal li din kienet xi ħaġa ta' darba u wiegħed li sa tlett ijiem wara l-affarijiet kienu se jiġu għan-normal.", "Veru ġew għan-normal, imma x'inhu n-normal?", "Il-pajjiż qiegħed f'chaos, fi kriżi, u kien hawn kriżi taċ-ċilindri tal-gass ukoll.", "U għad hawn, naqqset, imma għad hawn kriżi.", "Mela dak huwa n-norma!", "Ġejna għan-normal meta kulħadd baqa' jeqred li ma jistax isib jixtri ċilindru tal-gass, meta l-anzjani qed ibatu għax ma jistgħux imorru jġibu l-gass huma u m'għandhomx biex isaħħnu d-dar?", "Se nikkwota telefonati li saru fl-24 ta' Frar u fil-25 ta' Frar fuq Radio 101 minn nies li kienu qegħdin jilmentaw li ma jistgħux isibu jixtru ċilindri tal-gass.", "Wieħed minnhom qal hekk: \"Xtaqt ngħidlek bis- sitwazzjoni li hawn San Pawl il-Baħar dwar il-gass.", "Ilni xahar inċempel, kulħadd jgħaddini biż-żmien!", "Inċempel liċ-chairman u jgħidli biex nagħtihom l-indirizz, imma ilni xahar nistenna u għadni ma nafx x'se nagħmel.", "Hemm bżonn nagħmlu xi ħaġa fuq dan għax jien wasalt biex jispiċċali l-gass.", "X'se nagħmel issa jien?", "Ieħor qal hekk: \"Hawnhekk is-Siġġiewi, qed inċempel minn Main Street.", "Għalina u għat-toroq ta' madwarna għadhom ma spiċċawx il-problemi tal- gass.\"", "Nistgħu nibqgħu sejrin insemmu dawn it-telefonati.", "U tan-naħa l- oħra jiġu jgħidu li l-affarijiet ġew għan-normal.", "Wara li ġab dawk l-iskużi kollha, waħħal fiċ-ċilindri difettużi, waħħal fil- vapur li dam minħabba l-maltemp, waħħal fil-working practices tal-ħaddiema eċċ. Il-ministru qal lill-Enemalta biex tiskuża ruħha mal-poplu.", "Min-naħa l-oħra l-Malta Resources Authority bdiet tipprova tkopri lill-gvern għax qalet li nqalgħu ċirkostanzi mhux tas-soltu li ħolqu dan in-nuqqas, pero` ammettiet li m'hemmx fejn issir ħażna kbira biżżejjed għad-domanda li jista' jkun hawn.", "Qed tammetti xi ħaġa serja bħal din fil-pajjiż u m'hi qed tieħu l-ebda passi biex ikun hemm fejn tinżamm ħażna adegwata!", "Hi stess qed tammetti li m'għandniex fejn inżommu ħażna adegwata ta' gass!", "Dawn affarijiet li ma jitwemmnux!", "L-isbaħ waħda hija li l-minsitru talab lill-Enemalta biex tiskuża ruħha mal- poplu meta l-management li hemm huwa ġdid, u ħatru hu stess.", "Mela l-ewwel waħħal fil-konsenja taċ-ċilindri difettużi, imbagħad waħħal fil-prattiċi tax-xogħol tal-ħaddiema, imbagħad waħħal fil-bastiment li dam ma daħal, imbagħad waħħal fin-nuqqas ta' ħażna għaliex m'hemmx fejn jiġi maħżun il- gass.", "Iżda min hu responsabbli għal dawn in-nuqqasijiet?", "Il-bord ta' l- Enemalta li ma kkalkolax li biż-żieda fil-prezz tal-pitrolju kien se jkun hemm iktar domanda għall-gass, u l-ministru li ħatar management ġdid, u qal li l-affarijiet issa se jimxu fuq ir-rubini.", "U issa qal lill-Enemalta biex tiskuża ruħha għal dak li nqala'.", "Min-naħa l-oħra l-poplu mhux skuża jrid mingħand l-Enemalta, imma l- ewwelnett irid spjegazzjoni dwar min kien responsabbli li xtara dawk iċ- ċilindri difettużi li se jkollu jħallas għalihom il-poplu.", "Ħadd ma nstab ħati!", "It-tieni nett min kien responsabbli għall-chaos u l-kriżi li qamet fil-pajjiż li umiljat il-poplu Malti għax ġie qisu fi żmien il-gwerra jittallab għaċ-ċilindri tal-gass!", "Jekk verament nemmnu fid-demokrazija, min kien responsabbli kellu jerfa' r-responsabbilta` u jirriżenja.", "Il- poplu dak li kien qed jistenna!", "Anzi kien hemm xi ħadd diċenti min-naħa tal-gvern li qal li l-gvern huwa responsabbli għal dawn iċ-ċirkostanzi.", "Qed nirriferi għall-Onor.", "Vassallo li kellu l-guts jgħid li l-gvern kien responsabbli.", "Il-gvern għandu jerfa' r-responsabbilta` u min hu responsabbli politikament għandu jirriżenja hu, u għandu jirriżenja wkoll il-bord ta' l-Enemalta.", "Hawnhekk nixtieq ngħid storja biex nuri l-mod kif aġixxa l-ministru u kif irid jirrispondi għar-responsabbilta` tiegħu.", "Ikun hemm wieħed li jkun għaddej b'żiemel li meta jasal ħdejn in-nies jibda jisfratta.", "Darba fost l- oħrajn kien hemm żewġ triqat minn fejn seta' jgħaddi biż-żiemel, waħda fejn ma kienx hemm nies u l-oħra fejn kien hemm in-nies.", "Sid iż-żiemel iddeċieda li jgħaddih minn fejn kien hemm in-nies u ż-żiemel sfratta u kisser karozza.", "Dan mar fuq sid il-karozza u qallu: Niskuża ruħi f'isem iż-żiemel għax dak ma jafx.", "Qabeż sid il-karozza u qallu: Xi trid tagħmel!", "Niskużah liż-żiemel imma l-kont se nagħtih lilek biex tħallsu int. Din l-istorja hija eżatt bħas-sitwazzjoni li sibna ruħna fiha.", "Il- ministru huwa responsabbli min-nies li poġġa fuq il-bord ta' l-Enemalta.", "Huwa qal li dawn kienu se jmexxu tajjeb, imma ma kienx hemm ippjanar serju.", "Il-ministru ma qalx il-verita` dwar kif ġraw l-affarijiet.", "Apparti li l-poplu se jbati l-konsegwenzi finanzjarji ta' dak li ġara, bata wkoll umiljazzjoni bil-mod kif kellu jmur jittallab għaċ-ċilindri tal-gass.", "U qisu ma ġara xejn u kollox jibqa' għaddej f'dan il-pajjiż!", "Issa mhux biss se nitlob lill-ministru u lill-bord ta' l-Enemalta biex jirriżenjaw, imma se nitlob lill-gvern kollu jirriżenja għas-sitwazzjoni li nħolqot għax ma kellux il-guts - ħlief wieħed biss - li jgħid li hu kien responsabbli għal dawn iċ-ċirkostanzi.", "Il-gvern imissu qal lill-ministru u lill-bord ta' l-Enemalta li mhux biss għandhom jiskużaw ruħhom, imma għandhom iwarrbu minn hemm.", "Mr Speaker, qabel nagħlaq irrid nitlob il-permess biex inqiegħed dokument fuq il-mejda tal-Kamra.", "MR SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Ittra mibgħuta minn Pricewaterhouse Coopers lill-Ministru għall- Investiment, Industrija u Teknoloġija fil-15 ta' Novembru 2004, dwar l- effett ta' fuel input cost fuq ir-riżultati tad-Diviżjoni ta' l- Elettriku tal-Korporazzjoni Enemalta.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Evarist Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Mr Speaker, nixtieq nibda l-kummenti tiegħi billi nagħmel mistoqsija proprju fuq il-kwalita` tal-kontijiet li qegħdin niddibattu, għax għandi problema.", "Nixtieq li l-ministru, jekk jara li l- punt li se nqajjem huwa validu, jagħmel kumment dwaru meta jiġi biex jagħlaq id-diskussjoni.", "Nagħmilha ċara mill-ewwel li ma rridx inkun prużuntuż, m'iniex bniedem tekniku, m'iniex bniedem ta' l-accounts, pero` nipprova naqra u nifhem mill-aħjar li nista'.", "F'paġna 49 tar-rapport, li l-ministru jew il-korporazzjoni poġġiet fuq il- mejda tal-kamra, fl-aħħar paragrafu tar-rapport ta' l-awdituri naqraw dak li dejjem naqraw, u din saret tinkwetani li Alla jbierek f'ħafna rapporti ta' l-awdituri - mhux hawn Malta biss imma kullimkien - kull darba li jressqu rapport dwar kumpannija jew korporazzjoni, ħafna drabi jagħlqu b'dan il-paragrafu.", "Hawnhekk qed jgħidu hekk:", "\"In our opinion the financial statements give a true and fair view of the state of affairs of the corporation as at 30 September 2003 and of its loss, its changes, inequity and its cash flows for the year then ended in accordance with International Financial Reporting Standards and have been properly prepared in accordance with the Enemalta Act.\"", "Dan iffirmawh fis-17 ta' Novembru 2004.", "Qed inqajjem din il-mistoqisja għax imbagħad fir-rapport li l-istess awdituri, PriceWaterhouseCoopers, għamlu dwar l-effett tal-prezzijiet tal-fuel fuq kif sejra t-taqsima ta' l- elettriku ta' l-Enemalta, fil-15 ta' Novembru tas-sena 2004, jagħlaq b'nota totalment differenti.", "Qed nirriferi għar-rapport tal- PriceWaterhouseCoopers, f'paġna 12.", "Naf li m'aħniex qed nqabblu like with like għax id-dokument tar-rapport li qegħdin niddibattu u r-rapport li għamlu l-PriceWaterhouseCoopers m'humiex l-istess rapporti.", "Pero` biex waslu għall-konklużjonijiet tagħhom fuq l-effett tal-prezzijiet taż-żejt, kien hemm parti sostanzjali mill-informazzjoni tkopri dan il-perijodu wkoll, is-sena 2000 u s-sena 2003.", "Dawn jgħidu hekk:", "\"As set out in this memorandum our review is based on information provided to us by officials of the ministry and of Enemalta.", "We have relied on the integrity of this information without any form of audit, validation or verification, both historical and prospective.", "We will therefore not assume any responsibility or provide assurance for the accuracy of the information provided to us by you.\"", "Jien insibha daqsxejn inkwetanti li f'perijodu ta' jumejn ikun hemm konklużjonijiet daqshekk differenti fuq il-kontijiet u l-estimi ta' l- Enemalta.", "Għaldaqstant nixtieq li jkollna ftit riflessjoni fuq din peress li fil-bidu l-ministru qal li dawn huma l-aħjar kontijiet li qatt ġew ippreżentati f'din il-Kamra.", "Meta f'jumejn ikollok kumpannija ta' l-awdituri li l-ewwel tgħid li mhux se tassumi r-responsabbilta` u mbagħad tgħid li \"it is a true and fair picture\", naħseb li titlob daqsxejn ta' spjegazzjoni, għallinqas biex wieħed ipoġġiha fil-kontest kollha kemm hi.", "Mr Speaker, jien se nitkellem l-aktar fuq l-effett ta' ċerti deċiżjonijiet li ttieħdu fil-qasam ta' l-enerġija - s'intendi ittieħdu mix-shareholder prinċipali ta' l-Enemalta li huwa l-gvern - fuq is-settur l-aktar importanti fl-isfond ekonomiku f'pajjiżna li huwa t-turiżmu.", "Id-deċiżjoni li ssir surcharge ta' 17% fuq il-kontijiet ta' l-elettriku u ż-żieda fil- prezz tal-pitrolju ħalliet effett kbir fuq is-settur turistiku, minkejja li l-assoċjazzjoni Maltija tal-lukandiera u sidien tar-ristoranti ħadet l- inizjattiva biex il-piż ġdid li l-gvern qed ipoġġi fuq is-settur - settur li ma jiflaħx wisq iktar piżijiet milli diġa` għandu, u se nispjega għalfejn ma jiflaħx - jitqassam b'mod aktar ekwu milli kienet l-intenzjoni oriġinali tal-gvern.", "L-ewwelnett irridu nagħmluha ċara li minkejja li ntlaħaq dan il-ftehim - u kien hawn ċertu trionfaliżmu li ntlaħaq dan il-ftehim - fi stqarrija li ħarġet fl-aħħar jiem l-MHRA għamlitha ċara li għalkemm intlaħaq dan il- ftehim - u se nikkwota bl-Ingliż kelma b'kelma l-istqarrija tagħha – xorta waħda\"The measure itself remains an added cost burden on the industry.''", "Jiġifieri ejjew nagħmluha ċara li minkejja l-ftehim tal-capping, minkejja l- ftehim li l-lukandi ma jeħlux akar minn ċertu ammont fil-kontijiet tagħhom, xorta dan qed imur maż-żieda fl-ispejjeż li għandhom, u xorta se jaffettwa u se jolqot ħażin il-vijabilita` tas-settur turistiku.", "Dan is-settur għandu problema kbira ta' nuqqas ta' vijabilita`, u fid-diskussjoni li kellna dwar il-kontijiet tal-Malta Tourism Authority jien diġa` għedt li huwa inkwetanti ħafna n-nuqqas ta' vijabilita` f'dan is-settur meta wieħed iqis li l-evalwazzjonijiet tal-banek fuq min imur jissellef biex jidħol fi proġett turistiku, speċjalment dak li għandu x'jaqsam ma' lukandi, qed jgħidulhom it is a very high risk undertaking!", "Din hija xi ħaġa li tinkwetana ħafna!", "Sur President, ta' min isemmi - għaliex tista' tinħadem - b'kemm se żżid l- ispiża is-surcharge għall-qasam turistiku.", "Huwa kkalkolat li meta ssir analiżi ta' x'inhuma l-ispejjeż fil-qasam ta' l-akkomodazzjoni u tal- lukandi, meta taħdem kollox issib li minn 2.6% is-surcharge waħedha se tiżdied mill-inqas għal 3%!", "U dan mingħajr ma nqisu l-possibbilta` li l- lukandi jistgħu jaqilbu mill-pitrolju għal-light fuel oil minħabba ż-żieda fil-prezz tal-pritrolju.", "Jien ngħid li se tiżdied għal aktar minn 3%, imma anke jekk wieħed jieħu s-surcharge biss, din se tkun żieda ta' 0.4%.", "Wieħed jista' jgħid li forsi qed nagħmel għaġeb mix-xejn, għaliex hija żieda ċkejkna.", "Imma wieħed ma jridx jieħu t-taxation burden bħala miżura waħda, jiġifieri matul din is-sena l-lukandiera mhux se jiżdidilhom biss il- prezz tal-fuel, imma qed jiżdidulhom prezzijiet oħra.", "Il-problema hija li filwaqt li qed jiżdidulhom il-prezzjijiet u l-ispejjeż, ir-rata li qed jiksbu mill-operaturi ta' l-ivvjaġġar għat-turisti li jġibu Malta, id-dħul tagħhom mhux qed jitjieb.", "Allura waqt li, kif jirriżulta minn statistika li ħarġet kemm mill-uffiċċju nazzjonali ta' l-istatika u kemm mill- assoċazzjoni tal-lukandiera Maltin, għandna ftit titjib fin-numru ta' turisti li ġejjn Malta - qed ngħid li ġejjin Malta għax it-turisti li jmorru Għawdex qed jonqsu, xi ħaġa li għandha tinkwetana ħafna għax hemmhekk il-vijabilita` tas-settur turistiku hija mhedda ħafna iżjed milli hija f'Malta - id-dħul mhux talli mhux qed jitjieb, talli qed imur lura!", "Mr Speaker, qed ngħid dan għaliex jekk qed jiġu iżjed turisti, imma qed jonfqu inqas, għandna problema serja għaliex is-suċċess fit-turiżmu ma tkejlux biss billi tgħodd l-irjus ta' min jiġi, imma billi tgħodd fl-aħħar mill-aħħar kemm jiġġeneraw u kemm iħallu flus fil-pajjiż.", "L-operaturi ma jistgħux jgħollu l-prezzijiet - u hemm studji sħaħ li juru dan, imma m'iniex se noqgħod nidħol fihom illejla - għaliex malli ċċaqlaq il-prezz ta' lukanda f'pajjiżna nitilfu t-turisti lejn destinazzjonijiet oħra li qed joffru vakanzi ta' kwalita` bi prezzijiet daqs tagħna u anke aħjar minn tagħna.", "Nerġa' ngħid li l-aktar ħaġa li tinkwetana hija li t-taxation burden tas- settur turistiku f'pajjiżna huwa l-ogħla wieħed meta tqabblu ma' tal- kompetituri tagħna.", "Is-settur turistiku m'huwiex magħmul mil-lukandi biss, hemm ir-ristoranti.", "Il-gvern ma aċċettax il-capping fil-każ tagħhom, u fl- istqarrija tagħha l-MHRA għamlitha ċara li:", "\"The association expresses its disappointment that government did not accept the efforts to negotiate a similar agreement on behalf of restaurants.''.", "Fil-fehma tiegħi din hija inkwetanti għax qed tkompli żżid il-prezzijiet għal min imexxi r-ristoranti, u jirriżulta li mid-destinazzjonijiet turistiċi kollha li aħna nikkompetu magħhom, il-piż tat-taxxi fuq is-settur tar-ristoranti tagħna huwa l-ogħla mill-pajjiżi kollha ta' l-Unjoni Ewropea!", "Naf li anke meta l-gvern jiddiskuti jekk għandux iħalli r-rata tal-VAT bit-18% fuq ir-restoranti lanqas biss irid jisma' li jċaqlaqha, għax hemm ħafna li jevadu t-taxxa.", "Imma aħna waqqafna t-tax compliance unit proprju bl-iskop li nagħmlu battalja serja fuq l-evażjoni tat-taxxa, u mhux ngħidu li ma rridux inċaqilqu r-rata tal-VAT jew ma rridux nagħmlu capping għas-surcharge, bħalma għamilna fil-każ tal-lukandi, għax l- operaturi fis-settur tar-ristoranti jisirqu kemm jifilħu!", "Jien naħseb li dik hija deċiżjoni żbaljata u għandna nerġgħu nagħtu każ sewwa l-government induced costs li qed ikun hemm fuq dan is-settur, anke fuq is-settur tar-ristoranti.", "Għandna niġġieldu l-evażjoni tat-taxxa, imma jekk hemm fejn - u żgur hemm fejn - intaffu l-piż tat-taxxi fuq dan is- settur għandna ntaffuh.", "U għandna ntaffuh mhux b'xi bakketta maġika biex sempliċement nidhru ħelwin jew nidhru popolari ma' dan is-settur!", "Hemm studji sħaħ, anke li għandu l-gvern, li juru li jekk intaffu l-piż tat- taxxi fuq dan is-settur il-gvern jispiċċa jdaħħal aktar revenue milli qed idaħħal bħalissa.", "Pero` fuq dak nitkellem aktar tard.", "Settur li ċertament se jintlaqat ħafna mis-surcharge u miċ-ċaqliq fil- prezzijiet tal-fuel kif seħħ f'dawn l-aħħar erba' snin huwa dak tal- karrozzi, jiġifieri mal-kiri tal-karrozzi u mal-kiri tas-servizz tat- trasport privat.", "L-energy cost ta' dak is-settur huwa 6%, u se jogħla mill- anqas għal aktar minn 7%.", "Nerġa' ngħid li dan huwa inkwetanti għax pajjiżna għandu l-ogħla piż ta' taxxi fil-qasam turistiku kollu.", "Dan qed inaqqas il-kompetittivita` tas-settur turistiku tagħna u qed jhedded serjament il-vijabilita` ta' l-azjendi turistiċi tagħna.", "Jekk wieħed jieħu r-rata tal-VAT isib li tagħna hija l-ogħla waħda meta jqabbilha ma' l-24 pajjiż ieħor li huma membri fl-Unjoni Ewropea.", "Għalkemm ir-rata tal-VAT fuq il-lukandi hija ta' 5%, iżda mbagħad fuq id- divertiment, fuq l-ikel, ix-xorb, ir-ristoranti, eċċ. għandna flat rate ta' 18%.", "Jekk tqabbel dawn ir-rati ma' dawk ta' kompetituri prinċipali tagħna ssib li r-rata medja ta' VAT fuq dan is-settur f'Malta hija ta' 15% - mingħajr ma ngħodd kif qed tiżdied issa bis-surcharge ta' l-elettriku u biż- żieda fil-prezz tal-pitrolju - mentri fi Spanja hija ta' 7.5%, in-nofs tagħna, f'Ċipru hija 8%, fil-Portugall 10.7% u fil-Greċja 11.6%!", "Jiġifieri aħna għandna fost l-ogħla piż tat-taxxi mhux biss fl-Unjoni Ewropea imma l- aktar mal-kompetituri tagħna.", "Hemm statistika sħiħa li turi kif il-kompetituri tagħna jħaddmu rati differenti ta' tassazzjoni biex jaġevolaw is-settur turistiku.", "Fil-każ tagħna, iktar u iktar imissna nagħmlu hekk għax is-settur turistiku huwa tant importanti għalina li l-ġid u l-ħolqien tax-xogħol f'pajjiżna jiddependi ħafna u ħafna minnu.", "F'din is-sena li bdejna beda jitħaddem il- budget għas-sena 2005 li ssejjaħ budget favur it-turiżmu, pero` jekk wieħed janalizza kemm żdiedu l-government induced costs għal dan is-settur turistiku nsibu li żdiedu b'mod qawwi.", "Sur President, ħalli nġib eżempju ta' lukanda 4-Star b'100 kamra.", "L- ispejjeż ġodda li daħħlilha dan il-budget, inkluż is-surcharge u ż-żieda fil-prezz tal-pitrolju, jammontaw għal Lm1000 fix-xahar bħala medja!", "Lm12,000 fis-sena!", "L-istess, meta wieħed jisma' Lm12,000 forsi jgħid li qed nagħmel għaġeb fuq Lm12,000!", "Iva, is-settur tant huwa mgħaffeġ li anke Lm12,000 jagħmlu d-differenza.", "U qed jagħmlu d-differenza għax ir-rati li bihom qed jinbiegħu l-kmamar fil-lukandi tagħna hija xi ħaġa li tinkwetak ħafna!", "Għandna lukandi 4-Star ta' kwalita` tajba li bħalissa qed imorru b'Lm4 kuljum bed and breakfast!", "Hemm oħrajn li jirnexxilhom iġibu Lm4.50, fost l- aħjar - dejjem qed nitkellmu fuq lukanda 4-Star ħalli nqabbel ħaġa ma' l- istess ħaġa – jitilgħu għal Lm6.50.", "Ħafna mil-lukandiera jgħidulek li l- iktar perijodu fejn huma jħossuhom li jistgħu jieħdu n-nifs bir-rati li qed jiċċarġjaw huwa għal 20 ġurnata biss minn 365 ġurnata tas-sena!", "Din hija xi ħaġa li għandha għalfejn tinkwetana ħafna, u ma tinkwetax lilna biss.", "Infatti dokument ta' l-MHRA - u nerġa' nikkwota bl-Ingliż ħalli żgur ma niġix akkużat li qed indawwar il-kliem - jgħid hekk:", "\"Hotel operating profits are marginal and the result in return on investment is low.", "Consequently a new trend has emerged whereby hotel owners are actively considering an exit from the tourism industry and the redevelopment of their property as real estate''.", "Din hija xi ħaġa inkwetanti ħafna u l-gvern qed iżid il-problemi għal dan is-settur meta hu stess għandu studji li saru anke taħt ir-responsabilita` tiegħu li juru d-diffikultajiet li qed jiffaċċja dan is-settur.", "Per eżempju, nikkwota minn rapport ta' Ġunju 2004 \"Measures for national competitivness proposed by the national competitiveness working committee'' taħt l-MCESD, li jgħid lill-gvern -u se nikkwota sentenza kelma b'kelma – li:", "\"Malta also has one of the highest corporate tax rates standing at 35% together with one of the lowest growth rates.''.", "Mela għandna fost l-akbar piż ta' taxxi fuq is-settur ekonomiku tagħna u għandna l-inqas rata ta' tkabbir.", "U jekk mhux se jkollna tkabbir ekonomiku f'dan il-pajjiż m'aħna se nsolvu xejn, la se noħolqu mpjiegi, la se nsolvu l-problema tad-deficit u lanqas se nsolvu l-problema tad-dejn.", "Dan ir- rapport stess jgħid li jekk ir-rata tal-VAT tinżel għal 5% anke fuq ir- ristoranti, il-gvern idaħħal aktar milli qed idaħħal issa minn dak is- settur, minn Lm10 miljun d-dħul jitla' għal Lm12-il miljun.", "Jiġifieri l- gvern stess jaf li dawn il-miżuri qed iżidu l-problemi għal dan is-settur tant importanti.", "Sur President, fl-aħħar ftit minuti li fadal nixtieq nagħmel żewġ osservazzjonijiet.", "L-ewwelnett li huwa importanti li l-kumitat ġdid li twaqqaf għax-xiri tal-fuel jingħata r-riżorsi meħtieġa, u t-tieni nett li jitħalla jaħdem bis-serjeta` u jagħmel ir-rakkomandazzjonijiet meħtieġa.", "Sinċerament ma nifhimx għalfejn il-gvern irrifjuta l-proposta ta' l- oppożizzjoni li dan il-kumitat jirrapporta lill-parlament.", "Dak kien ikun l- aħjar mod kif wieħed iħoss li din hija kwestjoni nazzjonali u mhux kwestjoni ta' partit jew ieħor!", "X'hemm ħażin li jirrapporta lill- parlament?", "M'għednilux biex jirrapporta lill-oppożizzjoni, jew biex jirrapporta lil partit jew lill-ieħor, imma lill-parlament.", "Fil-fehma tiegħi l-gvern għamel żball li ma aċċettax din il-proposta.", "L-aħħar kumment li nixtieq nagħmel huwa fuq l-enerġija alternattiva.", "Naf li din m'hijiex ir-responsabilita` diretta ta' l-Enemalta, pero` naħseb li rridu nagħmlu sforz nazzjonali biex b'mod realistiku nagħmlu kull ħaġa li nistgħu biex innaqqsu d-dipendenza tagħna minn fuq il-petrol, id-diesel u l- fuels l-oħra.", "Pero` żgur li m'hu se jkun hemm l-ebda sors ieħor ta' enerġija alternattiva li waħdu se jsolvilna l-problemi kollha!", "Żgur!", "Imkien fid-dinja, u żgur li mhux se nagħmluha f'Malta, fejn aħna dipendenti fuq hekk.", "Mr Speaker, se ngħid xi ħaġa ovvja iżda se ngħidha; aħna nisimgħu li l- enerġija alternattiva tiswa iżjed mill-enerġija tradizzjonali.", "Dan huwa fatt, imma huwa fatt jekk taħdimha biss bħala cost!", "Ejjew inżommu quddiem għajnejna li f'pajjiżna għandna ħafna problemi ta' mard assoċjati mal- livell ta' tniġġis fl-arja li ħafna minnu ġej mill-fuel li nużaw!", "Jiġifieri meta naħdmu l-costs u nipprovaw insibu l-enerġija alternattiva għat-trasport – u jien staqsejt lill-ministru across the floor jekk fl- istudju li għamlulu semmewlux ukoll l-użu tal-hydrogen fil-karrozzi, xi ħaġa li qed tinxtered f'diversi stati ta' l-Istati Uniti u anke fl-Ewropa, fosthom anke fl-Italja jekk wieħed jara żviluppi li qed iseħħu fir-reġjun ta' Lazio - ejjew inżommu quddiem għajnejna li minn naħa waħda din tiswa aktar flus, imma min-naħa l-oħra tiffranka lill-pajjiż spiża fil-qasam tas- saħħa għall-ħafna mard li għandna li huwa relatat mat-tniġġis fl-arja.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Insejjaħ lill-Ministru biex, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Sur President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar l-Erbgħa, 2 ta' Marzu 2005 fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali - Tielet Qari; u", "Estimi tad-dħul u nfiq tal-Korporazzjoni Enemalta għas-sena 2004-2005 – Kontinwazzjoni;", "Abbozz ta' Liġi dwar Arkivji Nazzjonali – Kumitat (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Kriminali - Tieni Qari.", "-----------------------------------", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Reġistru Ċentrali - Kumitat Permanenti.", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Prevenzjoni ta' Abbuż fis-Swieq Finanzjarji – Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Franco Galea.", "ONOR.", "FRANCO GALEA: Mr Speaker, peress li qegħdin lejlet l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali, nixtieq nieħu l-opportunita` sabiex ngħaddi r- rakkmandazzjonijiet tiegħi liċ-ċittadini ta' l-irħula fejn se jinzammu l- elezzjonijiet, b'mod speċjali lil dawk tal-lokalita' minn fejn bdejt il- ħidma politika tiegħi, jiġifieri dik ta' Pembroke.", "Kif spjegajt fid-diskors tiegħi tat-28 ta' Jannar waqt id-diskussjonijiet għall-emendi fil-liġi dwar il-kunsilli lokali, iċ-ċittadin irid jagħti każ bir-reqqa lil min se jagħti l-ewwel preferenza tiegħu, billi f'din l-elezzjoni dak il-kandidat li jġib l-aktar preferenza fil-partit li jikseb l-akbar għadd ta' voti, jiġi maħtur bħala sindku.", "Huwa importanti li kull resident imur jivvota, iżda qabel ma nkompli nixtieq nagħmel din l-istqarrija.", "Il-partit Nazzjonalista dejjem ġie ġġudikat u kkastigat għall-ġid li jkun għamel minn dawk in-nies li fi żmienhom ċaħħdu dan il-ġid liċ-ċittadin.", "Eżempju bażiku hu ta' meta' ġiet mibnija l-Power Station ta' Delimara u l-gvern ġie kkritikat talli ħalla l- Power Station tal-Marsa.", "Mur ara x'kien jiġri bid-domanda għad-dawl li għandna llum.", "L-istess ħaġa se niffaċċjaw 'il quddiem fuq l-isptar il-ġdid.", "Il-partit Nazzjonalista huwa tabilħaqq missier il-kunsilli lokali f'Malta.", "Huwa ironiku li llum il-partit Laburista qed jagħmel ċerta kritika meta' fil-bidu – minkejja l-proklami kollha – kellna kandidati indipendenti li kienu kollox ħlief independenti, u llum spiċċajna li ftit jissograw joħorgu bħala indipendenti.", "Ngħaddu issa għal punt importanti ħafna.", "Il-partit Laburista dejjem iwaħħal fin-nuqqas tal-finanzjament tal-kunsilli, meta l-Kunsilli b'maggoranza Laburista ma jkunux wettqu l-wegħdiet kollha fil-programm elettorali tal- lokalita'.", "L-istorja fil-lokal ta' Pembroke hija ferm differenti minn hekk.", "Dan kollu li se ngħid kien diġa' ġie rapportat u oġġezzjonat minni meta' kont għadni nservi bħala kunsillier.", "L-għodda politika biex jitgħattew l-iżbalji tas-sindku kienet dejjem li jintużaw l-iskużi ta' l-islipway, Triq il-Mediterran u l-iSkola Primarja.", "Dawn dejjem intużaw bħala armi kontra l-Gvern sabiex jiġu aljenati ċ- ċittadini onesti ta' Pembroke.", "Sakemm jigi studjat mod aħjar, qed tigi mibnija wkoll slipway fil-Bajja ta' San Ġorg f'San Ġiljan, li hija aktar qrib li ssir minn dik ippjanata f'Pembroke.", "Dan jirriżulta mir-risposta li ngħatajt mill-ministru kkonċernat għall-mistoqsija parlamentari numru 10697.", "Wara ħafna żmien ta' studji li saru sabiex jinstab mod aktar ekonomiku biex issir Triq il-Mediterran, b'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 9160 li jien għamilt, din ser issir.", "Iżda meta' nies mill-kunsill lokali raw lill-persuni li kienu qed jagħmlu s-survey fuq it- triq, sejħu protesta ta' malajr biex taparsi għamlu xi ħaga.", "Il-partit Nazzjonalista kien li rranga l-iskola Sir Adrian Dingli, u mhux kif kien sar qabel meta qabdu lit-tfal u daħħluhom fi blokok ta' ex-sptar militari, u tawh l-isem ta' Sandhurst.", "B'hekk infakkar li l-iskola l-ġdida ta' Pembroke hija xogħol il-gvern Nazzjonalista, u skond il-mistoqsija parlamentari numru 10452 li jien għamilt, bħalissa qed isiru studji ta' natura teknika u preparatorja sabiex jekk kollox imur sew is-sena d-dieħla jinbeda x-xogħol fuqha.", "L-iskejjel ma jsirux kif kienet saret dik ta' Sandhurst, għax uliedna ħaqqhom aħjar minn hekk.", "Qed ngħid dan sabiex nagħmlu l-affarijiet ċari u nneħħu mill-arja l-bżar li qed jinxteħet f'għajnejn iċ-ċittadini ta' Pembroke.", "Pero' hawnhekk irridu naraw il-għala kien qed jinxteħet dan il-bżar fl-għajnejn.", "F'Jannar ta' tliet snin ilu jien ġejt imsejjaħ bħala ċittadin ta' Pembroke sabiex nara x'kien proġettat għall-ġnien ta' William Harding.", "Smajna ħafna affarijiet sbieħ.", "Għaddew tliet snin u baqa' ma sar xejn.", "Lanqas il-crash barrier li seta' serva bħala lqugħ għall-karozzi li b'inċident setgħu jaqgħu fuq it-tfal 'l isfel mit-triq, ma saret.", "Biex ma nsemmix ukoll li l- bandli u l-logħob li huma fi stat perikoluż.", "Irrid infakkar li l-ġnien Camillo Sciberras li kien tħejja mill-gvern ċentrali kien mitluq u fi stat tal-biki bil-logħob kollu perikoluż.", "Il-kunsill baqa' m'għamel xejn, għalkemm hemm rapport li jien stess kont ressaqt bil-miktub.", "L-istess ngħid għall-ġnien 4 ta' Lulju, fejn il-bandli huma wkoll perikoluzi.", "Jigifieri f'Pembroke m'hemmx ġnien wieħed li huwa miżmum ta' nies għaċ- ċittadini t'hemmhekk.", "Nixtieq infakkar li jien bħala kunsillier kont ipproponejt ix-xiri ta' logħob għat-tfal b'diżabilita', iżda dawn kienu dejjem miċħuda meta' f'Pembroke hemm ċentru u skola għall-persuni b'diżabilita'.", "Żewġ proġetti li saru mill-gvern ċentrali kienu l-progett ta' afforestazzjoni fid-daħla ta' Pembroke li ġie abbandunat kompletament u li ġie jiswa oriġinarjament Lm29,000.", "Kulma sar mill-kunsill hu li xi darba kien jissaqqa.", "Pembroke Battery huwa proġett ieħor li sar mill-gvern ċentrali li huwa post b'wirt storiku, u l-unika ħaġa li għamel il-kunsill kienet li jneħħi l-ħaxix ħazin.", "Jien kelli nqabbad mastrudaxxa a spejjeż tiegħi sabiex jirranġa l-bandli.", "Mela x'għamel il-kunsill bil-vot ta' flus li gie mogħti lilu?", "Fiż-żona ta' St. Patrick's sar bini ta' triq fuq green area li kien jinkludi wkoll parking bays u front gardens tan-nies.", "Kollox sar b'direct order mis-sindku meta hu stess għamel protest gudizzjarju kontra l-gvern minħabba l-għargħar u kien jaf li issa b'dan ix-xogħol jista' jkompli jgħarraq lir-residenti ta' San Patrizju.", "Triq oħra li saret b'direct order hija dik li twassal għall-baħar fejn sar it-tarmac mingħajr ma ttella' xejn minn qabel quddiem il-kunsill.", "Is-sabiħa hi din li gejja.", "Konferenza ta' jumejn f'Montenegro spiċċat vakanza ta' għaxart ijiem.", "U min mar għaliħa?", "Is-Sur Sindku!", "Tindif imħallas mill-kunsill f'artijiet privati baqa' jsir sal-ġimgħa li għaddiet, u jekk niġi mistoqsi dwar it-tneħħija ta' ħaxix ħażin minn art privata nkun nista' nagħti d-dettalji tas-siti.", "Intefqu xi Lm4,500 biex tnaddfu tliet siti, li wieħed minnhom hu privat u jekk tarawhom illum wara ftit xħur jinsabu fi stat agħar milli kienu qabel.", "Għaliex?", "Għax għal ħames xhur u nofs, il-Kunsill Lokali ta' Pembroke kien mingħajr kuntratt għall- qtugħ tal-ħaxix u l-knis tat-toroq.", "Tassew tal-mistħija!", "Ftit tax-xhur ilu kien il-Milied.", "Ħaġa tal-mistħija hi li l-Kunsill Lokali ta' Pembroke f'pajjiz kattoliku u f'raħal mimli tfal lanqas kellu d-diċenza li jagħmel xi dwal jew xi attivitajiet iktar marbutin ma' dan iż-żmien tas- sena.", "Għaliex taħsbu li m'hemmx dwal fit-triq li twassal għall-ground Atleta ta' Pembroke, il-bandli jinsabu fi stat diżastruż u l-kunsill ma ħasibx biex jagħti Milied xieraq?", "Hija sempliċi.", "Għax it-tfal m'għandħomx vot!", "Fl-opinjoni tiegħi din hija xi ħaġa tal-mistħija.", "Nerġa' nfakkar kemm nirrispettaw lir-residenti tal-blokok il-ġodda n-naħa ta' l-ITS, jiġifieri n-new arrivals fir-raħal tagħna, fejn suppost sar id- dawl fihom.", "Fis-27 t'Ottubru 2002, il-Gvern ta Lm9,275 lill-kunsill biex joħroġ tender għad-dawl ta' dawn il-blokok min-naħa ta' barra.", "Kien hemm residenta partikolari li ġiet ambulanza għaliha, u kellhom diffikulta' kbira biex isibu fejn toqgħod minħabba n-nuqqas ta' dawl.", "Wara aktar minn sentejn dan it-tender ser jingħata.", "Ovvjament lejlet l-elezzjonijiet!", "Tal- mistħija iktar minn hekk, billi jien għandi dubji kbar dwar it-trasparenza fl-għoti ta' din it-tender, li apparentement se tiġi ffirmata xi tlett ijiem qabel l-elezzjoni li ġejja.", "Biex nagħlaq, irrid ngħid li qed isiru taħdidiet sabiex fix-xagħri ta' Pembroke isir garrigue park minn Triq il-Mediterran sal-baħar.", "Dan qed ngħidu sabiex iċ-ċittadini ta' Pembroke ma jħallux lil min jigdeb u jgħid li hemm ser jinbena.", "Irrid infakkar li f'Pembroke, jekk tkun kunsillier u trid taħdem irid ikollok il-parrinu.", "Biex nagħti eżempju, kuntrattur li kien taħt l-għassa tiegħi bħala kunsillier ġie mogħti istruzzjonijiet biex ma jiħux istruzzjonijiet mingħandi.", "Jew, per ezempju, għal ragunijiet ovvji, kien qed jintbagħat is-segretarju tal-kunsill, bniedem li m'huwiex kwalifikat, sabiex ikejjel ix-xogħlijiet ta' kostruzzjoni.", "B'hekk, is- segretarju spiċċa fil-mira ta' ħafna residenti u ġieli jigi ġġudikat għal nuqqasijiet li huma ta' ħaddieħor, li pero' għandu s-saħħa li jwaddabhom fuqu.", "Lanqas ma jista jkollna sitwazzjonijiet fejn diskorsi ma jgħaddux minn qabel lill-kunsill, u jiġu ppreżentati fil-pubbliku mingħajr l-ebda konsiderazzjoni.", "Ħafna minn dawn l-affarijiet li semmejt illum, kienu diga' imsemmija f'rapporti fil-gazzetti lokali, pero' donnu li hemm min irid inessi dawn id-dnubiet.", "Jien nixtieq nikkonkludi billi nifraħ lill-kunsilliera Nazzjonalisti għax- xogħol li wettqu fi klima diffiċli f'Pembroke, u nistieden liċ-ċittadini sabiex jinsew il-partiti u jaraw min mill-kandidati hu tassew ġenwin għall- lokalita' tiegħu.", "Nittama li l-affarijiet minn hawn 'il quddiem jinbidlu, u jien mil-llum inwiegħed l-għajnuna tiegħi lill-kunsill il-ġdid sabiex l- izbalji jiġu rranġati u l-lokal jimxi 'l quddiem.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għall-Kompetittivita` u Komunikazzjoni): Mr Speaker, se nagħmel xi kummenti fuq diversi punti, uħud marbutin flimkien u oħrajn le.", "L-ewwel kumment li nixtieq nagħmel jirrigwarda kummenti anonimi – ma nafx għalfejn illum il-ġurnata għadhom isiru dawn it- tip ta' kummenti - li kien hemm fil-ġurnal \"The Sunday Times\" fil-paġna dwar Għawdex taħt in-nom-de-plume \"Castellan\", jekk m'iniex sejjer żball, fejn ipprova jagħti xi definizzjoni ġdida għal servizz soċjali billi jipprova jdaħħal is-servizz tal-helicopter taħt dik id-definizzjoni.", "Nerġa' nagħmilha ċara li matul ix-xhur li għaddew, aħna bħala persuni responsabbli li nassiguraw li jkollna l-aħjar servizz bejn Malta u Għawdex, konna qegħdin naħdmu biex nassiguraw li jkollna servizz tajjeb li jaqdi l- bżonnijiet ta' Għawdex bis-serjeta', pero' fl-ebda mument ma nistgħu nqisu s-servizz tal-helicopter bħala servizz soċjali.", "Huwa servizz essenzjali u bżonnjuż għal dawk il-persuni li jkunu se jsiefru, pero' definittament ma nistgħux inqisuh bħala servizz soċjali.", "Jien fil-fatt lil dan \"Castellan\", jekk forsi xi darba jirnexxilu joħroġ mill-qoxra ta' l-anonimita', nkun nista' nispjegalu x-xogħol li għamilna matul ix-xhur li għaddew.", "Illum huwa l-1 ta' Marzu, għalhekk nawgura li 20 ġurnata oħra jinbeda dan is-servizz, bil-mod kif inhu miftiehem, u jħalli riżultati għas-soċjeta' b'mod partikolari għall-komunita' Għawdxija.", "Nafu li fit-12 ta' dan ix-xahar, 11-il ġurnata oħra, aħna ċ-ċittadini f'diversi rħula ta' pajjiżna se mmorru nagħtu l-vot tagħna.", "Huwa fatt magħruf li f'dawn iż-żmenijiet ta' kampanja elettorali - suppost lokali pero' kampanja elettorali wkoll li ħafna drabi fil-fatt taqbeż id-dimesjoni tal-lokalita' u tmur 'il hemm minnha - ikun hemm affarijiet f'diversi lokalitajiet ta' pajjiżna li jippruvaw jingħataw dimensjoni nazzjonali.", "Forsi min ikun qed jagħmel din it-tip ta' kampanja jkun qed jipprova jolqot żewġ għasafar b'ġebla waħda.", "Hawn irrid nagħmel riferenza għall-kampanja - ma naħsibx li hija elettorali - li qed jagħmel il-partit Laburista dwar permessi li ħarġu għal pompa tal-petrol fil-Mellieħa.", "Jien illum se nillimita ruħi biss għall-kummenti li jirrigwardaw dak li deher nhar il-Ħadd li għadda fil-ġurnal \"Kulħadd\", fejn ingħad li jien ingħatajt petizzjoni, u min ta l-petizzjoni ma sema' xejn aktar dwarha.", "Li nista' ngħid hu li dik il-petizzjoni ndirizzajtha u għaddejtha lill- Awtorita' Maltija ta' l-Ippjanar, kif kien id-dover tiegħi li nagħmel.", "Naturalment min għamel dawk il-kummenti jaf li huwa diffiċli ferm għal ministru li jiġi fil-parlament u jressaq petizzjoni ta' din in-natura.", "Għall-kuntrarju, membru parlamentari li jkun backbencher jew inkella jkun min-naħa ta' l-oppożizzjoni jista' jagħmel dan b'faċilita', pero' nista' nassigura lilu u lil min tani l-petizzjoni li dik il-petizzjoni għaddiet għand l-Awtorita' ta' l-Ippjanar bil-firem kollha tal-persuni konċernati u safejn naf jien l-istess Awtorita' ta' l-Ippjanar ma qablitx ma' dak li kien hemm mitlub fil-petizzjoni.", "Għal-lum fuq dan is-suġġett se nieqaf hawnhekk.", "Qed jingħadu ħafna ineżattezzi mill-esponenti tal-partit Laburista dwar ir-relazzjonijiet ta' diversi persuni, pero' għalissa se nieqaf hawnhekk.", "Naturalment jien ukoll inħossni fid-dover li nawgura lill-Mellieħa Sports Club li jkun f'pożizzjoni li matul ix-xhur li ġejjin jibda jibni l-kumpless sportiv li għalih, wara numru ta' xhur ta' applikazzjonijiet, ħareġ il-permess biex tinbena l-ewwel fażi minn dak il-kumpless sportiv.", "Huwa tajjeb li wieħed jgħid li qabel kien hemm ukoll outline applications li kienu qed jiġu kkonsidrati, u issa l-ewwel fażi tkun tista' tinbena matul iż-żmien li ġej.", "Ħaġa oħra li tolqot il-lokalita' tal-Mellieħa, u llum inħossni fil-liberta' li nitkellem dwarha - wara kważi sitta jew seba' snin minn meta xtaqt nitkellem dwarha, pero' dan ma kienx permessibbli għalija - huwa dak li kien qed jiġri fl-inħawi ta' Santa Marija Estate fir-rigward ta' toroq.", "Peress li mill-1998 sas-sena li għaddiet jien kont il-ministru responsabbli mill-qasam tat-toroq, kien diffiċli ferm għalija li nitkellem dwar lokalita' li kont u għadni nirrappreżenta fil-parlament, u kien hemm diversi kontroversji bejn il-gvern, il-kunsill lokali u r-residenti mhux dwar ta' min hi r-responsabbilta' li jagħmel ix-xogħol, imma dwar jekk għandux ikun l-iżviluppatur oriġinali, jiġifieri l-kumpannija SEDMED li żviluppat l-inħawi, li attwalment tara li t-toroq f'dawk l-inħawi jkunu magħmula fi stat tajjeb.", "Din il-kwestjoni tat-toroq f'Santa Marija Estate kienet, u sa ċertu punt għadha, kontroversja politika lokali ta' ċerta importanza.", "Għal snin twal, diversi kelliema min-naħa ta' l-oppożizzjoni meta kienu jmorru jħabbtu l- bibien fiż-żmien ta' l-elezzjonijiet ġenerali b'mod partikolari, kienu jgħidu lin-nies li għalkemm għandna l-ministru mid-distrett, dawn it-toroq il-gvern m'għamilhomx.", "Illum, li għandi l-liberta' li nitkellem nista' ngħid li l-kawża li kienet quddiem il-qrati f'pajjiżna nqatgħet mill-ewwel istanza, u l-kumpannija li żviluppat il-post instabet responsabbli biex tagħmel it-toroq li qatt ma saru, jew inkella li xi darba saru, imma tant kien ilhom li saru li tkissru u spiċċaw fix-xejn.", "Ngħid ukoll li l-ġimgħa li għaddiet l-istess qorti, din id-darba fis-sedja ta' l-appell, ikkonfermat is-sentenza fil-parti l-kbira tagħha għal kważi t-toroq kollha ta' l-inħawi ta' Santa Marija Estate, u ġie kkonfermat li dawn it-toroq iridu jsiru min-naħa tal-kumpannija li żviluppat l-inħawi.", "Irrid ngħid li f'laqgħa pubblika li kelli mal-kunsilli lokali u diversi residenti mill-inħawi ta' Santa Marija Estate, iktar minn tliet snin ilu, kont għamilt il-commitment li jekk kemm-il darba l-kawża tinqata', jien nagħmel ħilti kollha biex nara li l-eżitu tal-kawża jkun għall-benefiċċju tar-residenti ta' l-inħawi.", "Issa naturalment ġiet ikkonfermata s-sentenza li l-persuna responsabbli hija l-kumpannija li żviluppat l-inħawi.", "Nassigurakom li se nibqa' nitħabat biex nara li dawn it-toroq ta' Santa Marija Estate isiru mill-kumpannija, pero' irrid ngħid ukoll li jekk din il- kumpannija għal xi raġuni jew oħra ma tagħmilx ix-xogħol fil-perijodu ta' tliet xhur kif inhu msemmi fis-sentenza mill-qorti - għaliex naf li hemm entita' ta' xogħol li huwa ta' ċertu valur -", "naħseb li jkun id-dover tiegħi l-ewwel wieħed li nassigura li l-gvern b'kull mezz iġiegħel lil din il-kumpannija tesegwixxi s-sentenza kif mogħtija mill-qrati, għaliex in-nies li joqogħdu f'dawn l-inħawi ta' Santa Marija Estate għandhom dan id-dritt.", "Għal snin twal kien hemm dawn il- kontroversji legali dwar min suppost jagħmel it-toroq, imma issa s-sentenza ngħatat, u allura nistenna li ma jkunx hemm iktar skużi dwar min għandu jagħmel dan ix-xogħol.", "Għalhekk nemmen li dan ix-xogħol għandu jsir fl- aħjar interess tar-residenti ta' dawk l-inħawi kif ukoll tal-Mellieħa kollha kemm hi.", "La qed nitkellem dwar il-Mellieħa, rrid ngħid li ħadt gost nara li l- Ministru Jesmond Mugliett mar jara diversi xogħlijiet ta' toroq li qed isiru fl-inħawi tal-Mellieħa għaliex kien qiegħed jikkonkludi proġett ta' toroq fl-inħawi magħrufa Ta' Masrija li fihom saru l-culverts u naturalment saru wkoll ċerti xogħlijiet fil-bankini biex jassiguraw li jkunu jistgħu jgħaddu l-cables u l-pajpijiet minn dawn l-inħawi.", "Din hija area fil- Mellieħa li matul dawn l-erba' snin żviluppat it-toroq tagħha, u m'għandix dubju li n-nefqa li saret għall-konklużjoni ta' dan ix-xogħol tikkonferma l- impenn tal-gvern li jkompli jassigura li l-iżvilupp ta' pajjiżna jkompli miexi 'l quddiem.", "Nieħu din l-okkażjoni biex bl-istess mod li għamilt riferenza għall- petizzjoni li ssemmiet fil-jiem li għaddew mir-residenti tal-Mellieħa u d- diffikulta' li ministru jippreżenta petizzjoni bħal din fil-parlament, nagħmel riferenza wkoll għal petizzjoni oħra, din id-darba anonima - ma nistax nifhem għaliex, fil-fatt din intbagħtet ukoll lil deputati oħra miż- żewġ naħat tal-Kamra jekk m'iniex sejjer żball - minn residenti fl-inħawi ta' Triq Piscopo Macedonia f'San Pawl il-Baħar.", "Ir-residenti ta' din it- triq parikolari qegħdin jitolbu ċerti affarijiet u nerġa' nirrepeti li huwa diffiċli ferm li nkun nista' nressaq il-kontenut tal-petizzjoni min-naħa tiegħi bħala ministru, pero' nista' nassigura lil dawn ir-residenti li se nieħu l-impenn biex nara li x-xogħol marbut ma' din it-triq isir.", "Bħalissa ninsabu f'mument ta' kampanja elettorali, u bħalma jiġri ħafna drabi f'kampanja elettorali, min ma jkollux ir-responsabilita' li jassigura li x-xogħol isir, jibda jmur fl-inħawi fejn ix-xogħol ikun għadu ma sarx u jsib lil xi persuna partikolari li x-xogħol fit-triq jew fil-lokalita' tagħha jkun għadu ma sarx, u jibda jwebbilha b'ħafna affarijiet li fil-fatt ma jkunux korretti, b'mod li jipprova jieħu xi mertu forsi jirbaħ xi vot fit-12 ta' Marzu li ġej.", "Hawnhekk irrid nagħmel riferenza wkoll għal żewġ toroq oħra, Triq it-Tonn u Triq Jean de la Cassiere, it-tnejn f'San Pawl il-Baħar.", "Fost numru ta' toroq oħra, dawn għadhom ma sarux għalkemm it-tender għax-xogħol f'dawn it- toroq ħarġet madwar sena ilu.", "Nifhem id-diffikultajiet li jkun hemm marbutin ma' korporazzjonijiet u kultant man-natura tal-post fih innifsu, pero' kien hemm diversi diffikultajiet li ma ppermettewx li x-xogħol ikun lest sal-lum.", "Madankollu, nista' nassigurakom li l-impenn tal-gvern u tal- ministeru għall-iżvilupp urban u toroq, huwa li jkompli jassigura li diversi toroq f'pajjiżna jkunu konklużi.", "M'għandix dubju li Triq Jean de la Cassiere u Triq it-Tonn f'San Pawl il-Baħar se jsiru bħalma saret riċentement ukoll b'tenders li kienu ħarġu iktar minn sena ilu, Triq il- Qala' u Triq il-Melħ fl-inħawi tal-Qawra, bl-impenn ta' dan il-gvern.", "Dawk il-persuni li qed imorru f'dawn it-toroq u jipprovaw jgħidu lin-nies li l- gvern ma jridx ikompli x-xogħol u affarijiet bħal dawn, qegħdin jiżbaljaw b'mod qawwi.", "Għalhekk nappella lir-residenti ta' dawn l-inħawi biex jifhmu li d-diskors li jingħad f'kampanja elettorali mhux dejjem ikun ta' min jorbot fuqu u mhux dejjem tista' tassigura li jkun ġenwin.", "Mr Speaker, ladarba qed nitkellem dwar dan is-suġġett se nagħmel riferenza għal diversi inizjattivi oħra li qegħdin isiru fl-inħawi ta' San Pawl il- Baħar.", "Jekk wieħed jidħol lejn l-inħawi tal-Qawra min-naħa ta' Kennedy Grove, jista' jara li l-ministeru għall-affarijiet rurali u l-ambjent għaddej bi proġett li qed iwassal għall-estensjoni ta' l-inħawi ta' Kennedy Grove b'taħwil ta' siġar u tkabbir ta' faċilitajiet biex l-inħawi ta' San Pawl il-Baħar ikollhom numru sostanzjali ta' faċilitajiet li jservu l- komunita' Pawlina.", "Il-komunita' Pawlina matul is-snin li għaddew kibret b'mod mill-iktar rapidu, għaliex f'dawn l-aħħar 20 sena inbniet komunita' li hija erba' darbiet daqskemm kienet qabel.", "Il-persuni li joqogħdu f'dawn l-inħawi jafu li hemm diversi żviluppi li għadhom qegħdin isiru, fosthom fl-inħawi ta' Kennedy Grove, u jien m'għandix dubju li kif f'dawn l-aħħar sentejn jew tliet snin sar ix-xogħol marbut ma' l-inħawi ħdejn il-Gillieru fid-daħla ta' Buġibba min-naħa ta' San Pawl il-Baħar, u bħalma fis-snin l-imgħoddija sar ix-xogħol ħdejn l-iskola primarja ta' San Pawl il-Baħar u ħdejn is- Sirens waterpolo pitch, fejn l-inħawi nbidlu kompletament, m'għandix dubju li l-kunsill lokali, bħal tant kunsilli lokali oħrajn, se jkompli jimpenja ruħu biex jassigura li l-iżvilupp fl-inħawi tagħna jkompli għaddej.", "Jekk wieħed iħares lejn il-kampanja elettorali tal-partit Laburista fuq l- inħawi ta' San Pawl il-Baħar u l-Mellieħa u jara x'wiegħed il-kunsill lokali u għadu m'għamilx, fost oħrajn isib li fl-inħawi ta' Bugibba u San Pawl il-Baħar fejn il-kunsilliera Laburista kienu wiegħdu li se jsir parkeġġ ta' 1,500 karozza, dan il-parkeġġ għadu ma sarx.", "Il-kunsill lokali wiegħed ukoll li se jirranġa t-terminus ta' l-inħawi ta' Bugibba, imma dan la lesta x-xogħlijiet marbutin ma' dan il-bus terminus u lanqas dak tal- parking area.", "Nista' nassigura mhux lill-partit Laburista biss, għaliex m'għandix dubju li l-partit Laburista għandu l-informazzjoni kollha dwar x'inhuma l-aħħar żviluppi li hemm fuq dan is-suġġett, pero' konvenjentement ma jgħaddix din l-informazzjoni lill-pubbliku, anzi jipprova jagħti l-impressjoni li min hu responsabbli ma jkunx jaf l-affarijiet, li l-kunsill lokali ta' San Pawl Baħar għadu qed jaħdem biex ikun hemm il-parking facilities fl-inħawi tal- Qawra u ta' Bugibba għal 1,400 karozza jew possibilment iktar.", "Dan huwa proġett li naturalment jinvolvi ammont sostanzjali ta' flus, u bl-istess mod kif biex tagħmel ċerti żviluppi trid tippjana b'ċerta serjeta', jien m'għandix dubju li l-kunsill lokali qiegħed jippjana bis-serjeta' ħalli jirranġa s-sitwazzjoni tal-parking f'dawk l-inħawi.", "Ħaġa oħra li se ssir għall-inħawi ta' San Pawl il-Baħar, li ġejja min-naħa tal-gvern ċentrali u mhux min-naħa tal-kunsill lokali, huwa l-isports complex li l-gvern diġa' ddikjara diversi drabi li għandu l-intenzjoni li jagħmel fl-inħawi tal-Qawra u ta' Bugibba.", "Dan se jsir biex proprju bħalma nbena l-kumpless sportiv fil-Kottonera, u bħalma qed jiġu ppreparati l- pjanti neċessarji għall-kumpless sportiv tal-Karwija, hekk ukoll fl-inħawi tan-naħa ta' fuq ta' Malta jkun hemm kumpless sportiv li jixraq lil dawk l- inħawi u jassigura li mhux biss ikun ta' attrazzjoni għall-eluf kbar ta' Maltin li joqogħdu hemmhekk, imma wkoll għal dawk li jiġu joqogħdu hemmhekk fil-perijodu tas-sajf.", "M'għandix dubju li dan il-kumpless sportiv irid iservi wkoll għal tant u tant eluf ta' barranin li jiġu jżuruna.", "Qabel ma nagħlaq id-diskors tiegħi, nixtieq nappella lil kulmin f'dawn il- ġranet qed jirċievi xi tip ta' propaganda marbuta ma' kwestjoniijiet lokali li għandhom interess elettorali, biex joqgħod attent li ma jaċċettax dak li jingħadlu u ma jiħux at face value dak li jkun qed jingħad.", "Pero għandna nidħlu iktar fid-dettall, u minbarra li nifhmu dak li jkun qed jingħad, nipprovaw nifhmu wkoll xi jkun l-iskop ta' min ikun qed iwassal messaġġ partikolari.", "Nafu li l-messaġġi partikolari min-naħa ta' l-oppożizzjoni huma dawk li jipprovaw jirbħu l-akbar ammont ta' voti anke fl-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali li se jsiru fit-12 ta' Marzu.", "Jekk il-vot mitlub lilna jkun abbażi ta' affarijiet serji, bil-qalb kollha.", "Pero', jekk dawn il- voti jkunu qed jintalbu lilna fuq allegazzjonijiet u fissazzjonijiet, allura aħna wkoll għandna d-dover li ma naċċettawx il-propaganda, u naraw li l-vot tagħna nużawh b'mod tajjeb.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada l-Erbgħa, 2 ta' Marzu 2005, fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Ministru.", "Fid-9:30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "ĊILINDRI TAL-GASS", "10798.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid jekk itteħdux passi ulterjuri dwar iċ-ċilindri tal-gass li kien instab li kienu difettużi?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "QRATI - AKKUŻI SESSWALI", "10874.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm persuni ttellgħu l-qorti s-sena l-oħra fuq akkużi sesswali?", "X'kien ir-reat?", "ONOR.", "TONIO BORG: Matul is-sena 2004 ġew imressqa mill-pulizija quddiem il-qorti 34 persuna fuq akkużi sesswali li jinkludu stupru, korruzzjoni ta' minorenni, atti immorali fil-pubbliku u attakk vjolenti għall-pudur.", "ETC – REĠISTRAZZJONI GĦAX-XOGĦOL", "10875.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid kemm inqatgħu persuni minn fuq l-ewwel parti tar-reġistru s-sena l-oħra u għaliex?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Fis-sena 2004 inqatgħu 1,492 persuna minn fuq l-ewwel u t-tieni parti tar-reġistru.", "Minn dawn 335 inqabdu jaħdmu u jirreġistraw, 791 irrifjutaw opportunita' ta' xogħol u 366 irrifjutaw opportunita' ta' taħriġ.", "ETC TRAINING COURSES", "10876.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jelenka lista ta' korsijiet jew tagħlim ieħor offrut mill-ETC bħalissa?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif mitlub qed jitpoġġa fuq il-mejda tal- Kamra.", "KAŻI TA' IMWIET TRAĠIĊI", "10877.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in- numru ta' imwiet traġiċi s-sena l-oħra u x'kienet il-kawża?", "ONOR.", "TONIO BORG: It-tagħrif mitlub dwar imwiet traġiċi matul is-sena 2004 huwa kif ġej: seba' każi ta' omiċidju, 14-il każ b'inċidenti tat- traffiku, 25 każ ta' suwiċidju u 24 inċident fatali ieħor.", "KAŻI TA' STUPRU", "10878.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien hawn każi rrapportati lill-pulzija ta' stupru jew allegat stupru s-sena l-oħra?", "ONOR.", "TONIO BORG: Matul is-sena l-oħra ġew irrapportati lill-pulizija 14- il każ ta' stupru jew allegat stupru f'dawn il-lokalitajiet: Birkirkara, Birżebbuga, il-Ħamrun, l-Imġarr, Wied il-Għajn, Ħal Għaxaq, San Pawl il- Baħar, San Ġiljan, Tas-Sliema, Wied il-Għajn u Ħaż-Żebbuġ.", "KAŻI TA' VJOLENZA DOMESTIKA", "10879.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ittellgħu persuni l-qorti s-sena l-oħra minħabba vjolenza domestika?", "ONOR.", "TONIO BORG: Matul is-sena 2004 il-pulizija ressqet il-qorti 367 persuna – 111-il mara u 256 raġel - fuq akkużi li jistgħu b'xi mod jinkwadraw ruħhom taħt vjolenza domestika.", "ETC – BEJGĦ TA' KAROZZA", "10948.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid jekk hux minnu li se tinbiegħ karozza Alfa Romeo, proprjeta' ta' l-ETC?", "Kif se jsir dan il-bejgħ?", "Kemm kienet inxtrat il-karozza?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-bord ta' l-ETC iddeċieda li jbiegħ il-karozza msemmija li kienet inxtrat sitt snin ilu bil-prezz ta' Lm8,203.", "Se tinbiegħ għall-prezz ta' Lm3,400, li allura jirrappreżenta l-valur deprezzat fuq il-kotba ta' l-ETC.", "IT-TIENI DISTRETT - PROĠETTI", "11000.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' il-Ministru jgħid xi proġetti għandu l-ministeru għaż-żona tat-tieni distrett elettorali?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Filwaqt li nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat- tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 10302, informat li bħalissa għaddej xogħol fuq l-ewwel fażi tal-proġett ta' tisbiħ fix-xatt tax-Xgħajra.", "TEATRU RJAL", "11001.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jiista' il-Ministru jgħid jekk fil-futur qarib hux se jsir xi proġett flok is-sit tat-teatru l-imwaqqa'?", "Il-gvern għadu bil-ħsieb li jibni parlament ġdid f'dak is-sit?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Proġett ta' bini flok is-sit tat-teatru l- imwaqqa' fil-Belt għadu qiegħed jiġi studjat.", "TEATRU RJAL", "11002.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid min hu sid l-art fejn hemm it-teatru l-imwaqqa' fil-Belt?", "ONOR.", "TONIO BORG: L-art fejn hemm it-teatru l-imwaqqa' fil-Belt hija tal- gvern.", "MEPA – TIBDIL U TISWIJA TA' GALLARIJI", "11003.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid meta l-MEPA se terġa' tniedi skema għal tibdil u tiswija ta' gallariji fil-Belt Valletta u l-Kottonera?", "Hemm xi ħsieb li din l-iskema tkun introdotta għall-irħula ta' Għawdex ukoll?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Għalissa m'inix f'pożizzjoni nwieġeb għal meta l- MEPA se jerġa' ikollha l-iskema għal tibdil u tiswija ta' gallariji fil- Belt Valletta u l-Kottonera.", "Is-suġġeriment ta' l-Onor.", "Interpellant biex l-iskema tkun introdotta għall- irħula ta' Għawdex ġie nnotat.", "L-ISLA - XOGĦOL FUQ IL-MOLL", "11004.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol fuq il-moll ta' l-Isla?", "Ħareġ it-tender?", "Kemm se jiġi jiswa?", "Fiex jikkonsisti x-xogħol?", "Min applika u meta saret l-applikazzjoni quddiem il-MEPA?", "Min hu l-perit tal-proġett?", "Min hu l-kuntrattur tal-proġett?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: It-tender ta' dan il-proġett qiegħed fi stadju li jiġi ppubblikat.", "Ix-xogħol jinvolvi tiswijiet tal-moll ta' l-Isla minħabba ħsara li ġarrab.", "L-uffiċjal inkarigat mill-proġett huwa l-Perit Griscti Soler tas-sezzjoni marittima fi ħdan it-taqsima tax-xogħlijiet.", "POSSESSION AND USE", "11005.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hawn postijiet milquta bil-liġi ta' possession and use?", "F'liema lokalitajiet?", "ONOR.", "TONIO BORG: In-numru ta' postijiet esproprjati taħt it-titolu ta' possession and use jew public tenure hu ta' 2,702 - 99% minnhom kienu ħarġu qabel l-1987 għax mal-bidla fil-gvern fl-1987, id-dipartiment ta' l- artijiet ħareġ ordnijiet bħal dawn f'każi eċċezzjonali biss jew meta l- gvern kellu intenzjoni li iktar tard jixtri l-post xorta waħda – u l- lokalitajiet huma kif jidher fit-tabella t'hawn taħt:-", "|Mandraġġ |400| |Floriana u l-Belt|567| |Ħal Safi |57 | |Tas-Sliema |32 | |Ħaż-Żabbar |30 | |Birkirkara |16 | |Raħal Ġdid u |75 | |Kordin | | |Isla |319| |Bormla |707| |Birgu |392| |Gudja |1 | |Marsa |91 | |Msida |3 | |Mosta |3 | |Ħal Qormi |2 | |Żurrieq |2 | |Ħal Għaxaq |3 | |Ħal Balzan |1 | |Żejtun |1 |", "MOBC CHIEF EXECUTIVE OFFICER", "11033.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li tneħħa s-CEO ta' l-MOBC?", "Dan għadu konsulent ewlieni ta' l-Enemalta jew le ?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Il-pożizzjoni ta' chief executive officer fl-MOBC ġiet imneħħija.", "Dan seħħ għaliex l-imsemmija kumpannija m'għadhiex tinnegozja fiż-żjut u qed tikri biss it-tankijiet tagħha għall-ħażna.", "Għaldaqstant ix-xogħol li jwettaq is-CEO m'għadx hemm il-ħtieġa tiegħu.", "Is-Sur Sammut m'għadux konsulent dwar iż-żjut fil-korporazzjoni Enemalta għaliex intemm il-perjodu ta' żmien li kien marbut bih.", "EDUKAZZJONI – NGAĠĠ TA' FACILITATORS", "11035.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid kemm applikaw għas-sejħa ta' facilitators?", "Kemm se jiġu ngaġġati nies u kif se jsir il-proċess ta' l- għażla?", "Meta se jibda?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-aħħar sejħa għal facilitators saret fl-10 ta' Jannar 2003.", "Applikaw 433 li minnhom 115 kienu ineliġibbli.", "Kienu eliġibbli u ġew intervistati mill-bord ta' l-għażla 318 u 313 minnhom għaddew mill-interview u ġew offruti ngaġġ mad-diviżjoni ta' l-edukazzjoni.", "Jekk it-tagħrif mitlub hu dwar supply facilitators, jiġifieri supply kindergarten assistants performing facilitating duties, informat li se jsiru interviews u dawk li jgħaddu jiġu ngaġġati skond l-order of merit u skond il-bżonn.", "MANOEL ISLAND PROJECT", "11043.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 10919 u jgħarraf lill-Kamra jekk Gżira United FC jistgħux ikunu jafu meta se jibda x-xogħol tal-ground il-ġdid fil-proġett ta' Manoel Island - billi f'laqgħa li d-diriġenti tal-MIDI kellhom mal-Gżira United FC għarrfuhom li l-proġett ta' Manoel Island għandu jibda tard din is-sena – liema ground għandu jkun l-ewwel xogħol tal-proġett?", "Gżira United FC jistgħu jkunu jafu jekk hemmx ftehim bejn il-gvern u l-MIDI dwar it-titlu tal-ground?", "Gżira United FC jistgħu jkunu jafu x'inhi l-intenzjoni tal-gvern, jekk hix li jsir ftehim ma' l-istess football club fuq tmexxija u titlu legali tal-ground?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ix xogħol fuq il-ground imsemmi għandu jibda fl- ewwel tliet xhur ta' l-2006, jiġifieri bejn Jannar u Marzu, bil-MIDI tgħaddi l–ground lill-gvern meta dan ikun lest skond il-ftehim iffirmat bejn iż-żewġ partijiet, kif ġie approvat mill-parlament.", "B'riferenza għall-ewwel parti tad-domanda, ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-intenzjoni tal-gvern mhijiex li l-ground jibqa' f'idejn il-MIDI, iżda li jirritorna lura għand il-gvern bit-titjib li jkun sar fih u li dan jintuża għal skopijiet sportivi, primarjament football.", "Meta l-ground ikun mgħoddi lill-gvern, il-kunsill Malti għall-isport ikun mgħarraf u mistoqsi jikkonsidra sabiex jgħaddih b'riżoluzzjoni parlamentari skond proċeduri stabiliti.", "MIA - UŻU TAL-VIP LOUNGE", "11044.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 10921 u jgħid jekk meta persuna tispiċċa minn ambaxxatur, iżżommx id-dritt li tuża l-VIP lounge ta' l- ajruport u anke li tiġi upgraded fuq il-vjaġġi ta' l-Air Malta?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Waqt li nista' ngħid li l-Air Malta ma tagħtix upgrade fuq il-vjaġġi tagħha lill-ex-ambaxxaturi, nissuġġerixxi lill-Onor.", "Membru biex jirriferi l-ewwel parti ta' l-interpellanza lill-ministru ta' l- affarijiet barranin.", "SAN ĠILJAN - TRIQ SAN ĠORĠ", "11045.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Jista' il-Ministru jgħid meta mistenni jitlesta x-xogħol fuq St George's Rd, St. Julians?", "Hemm xi penali jekk it-target date ma tinżammx mill-kuntrattur?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ix-xogħol ta' toroq u servizzi kif ippjanat mistenni jkun lest fi żmien disa' ġimgħat kif ġie avżat fil-gazzetti lokali .", "F'każ li t-target date ma tinżammx hawn taħt hawn annessa parti mill-kuntratt f'dan ir-rigward:", "\"The contractor shall become liable to a penalty of Lm200 per day for failure to complete works in each section within the allotted time measured in working days.", "The roads directorate shall reserve the right to appoint another contractor to finish any particular section at the expense of the contractor who was initially awarded the tender, in the event that the work in such section is more than two weeks late (this including Saturdays, Sundays and any public holiday).\"", "WIED IL-GĦAJN - IMPJANT TA' SANT'ANTNIN", "11054.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 10528 u jgħid kif saret l-għażla tal-kumpannija biex isir l-environment impact assessment dwar l-impjant ta' l-iskart ta' Sant'Antnin?", "Jista' jgħid kemm intefgħu offerti, għal kemm jammontaw u x'konsiderazzjonijiet ittieħdu?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: L-għażla tal-kumpannija biex isir l-environment impact assessment dwar l-impjant ta' l-iskart ta' Sant'Antnin saret permezz ta' sejħa għal offerti b'avviż WSM/011/2003 tal-kumpannija Wasteserv Malta Ltd fil-ħarġa tal-gazzetta tal-gvern tas-7 ta' Ottubru 2003, liema sejħa għalqet fit-30 ta'Ottubru 2003.", "Għal din is-sejħa ntefgħu żewġ offerti minn SLR Environmental u Adi Associates.", "L-offerta tal-kumpannija Adi Associates kienet ta' Lm43,693.80 waqt li l-kumpannija SLR Environmental tefgħet żewġ offerti alternattivi, l- ewwel waħda għas-somma ta' Lm86,620 u t-tieni waħda għas-somma ta' Lm52,180.", "Minħabba li l-orħos offerta ma ssodisfatx il-kondizzjonijiet kollha tat-tender, SLR Environmental ġew ikkummissjonati biex jagħmlu dan ix-xogħol skond ir-rati stabiliti fl-offerta.", "Il-konsiderazzjonijiet li ttieħdu huma dawk stipulati fis-sejħa għal offerti.", "KYOTO PROTOCOL", "11055.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid x'miżuri ttieħdu s'issa biex jiġu implimentati l-obbligi tal-protokoll ta' Kyoto?", "X'infurzar sar s'issa fuq dawn l-obbligi internazzjonali?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Għalkemm Malta hi firmatarja tal-protokoll ta' Kyoto, taħt il-konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-bdil fil-klima Malta mhijiex imniżżla f'annex one u għalhekk m'għandha l-ebda obbligazzjonijiet biex tillimita jew tnaqqas il-livelli ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra taħt il-protokoll ta' Kyoto.", "BORMLA - SIGURTA' SOĊJALI", "11056.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tivverifika jekk persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, hijiex tieħu l-ammont ta' benefiċċju soċjali dovut lilha peress li issa għandha żewġ ulied?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Il-persuna indikata ġiet informata bil-miktub dwar il-każ tagħha.", "MALTA ENTERPRISE", "11057.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Peress li l-Malta Enterprise ħatret chief officer corporate services responsabbli mill-finanzi u l- amministrazzjoni, jista' il-Ministru jgħid għaliex wara din il-ħatra r- responsabbilta' tal-pagi ta' ċerti gradi għaddiet f'idejn PriceWaterhouse Coopers?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Matul din is-sena, il-Malta Enterprise naqqset il- ħaddiema tagħha prattikament bin-nofs mill-200 li kellhom qabel l-MDC, l- IPSE u l-METCO għal-100 tal-lum.", "Barra minn hekk, il-Malta Enterprise minn dejjem riedet tiffoka r-riżorsi tagħha fuq il-klijenti u mhux fuq il- proċessi interni.", "Barra minn hekk, matul din is-sena l-Malta Enterprise kienet għaddejja mill- isfidi li tgħaddi minnhom kull organizzazzjoni ġdida u għaldaqstant ġie deċiż mill-bord tad-diretturi li l-awdituri tal-kumpannija PriceWaterhouse Coopers jieħdu ħsieb l-ipproċessar kollu tas-salarji tal-ħaddiema tal-Malta Enterprise.", "Dan qed isir għall-ħlas li jlaħħaq għal anqas minn kwart tal- paga ta' ħaddiem fl-amministrazzjoni tal-Malta Enterprise.", "MALTA ENTERPRISE – KAŻ TA' IMPJEGAT", "11058.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid jekk hux minnu li mal-Malta Enterprise hemm persuna li għandha mpjieg ieħor u qed tagħmel xogħol part-time ta' maintenance?", "Jista' jgħid x'inhu xogħol din il-persuna mal-Malta Enterprise?", "Jista' jgħid kif u kemm jitħallas?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "MALTA ENTERPRISE - CORPORATE SERVICES", "11059.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid meta saret is-sejħa għall-impjieg ta' chief officer corporate services mal-Malta Enterprise?", "Kemm applikaw?", "Xi kwalifiki u esperjenzi kellu kull applikant?", "Min ġie magħżul?", "X'inhu s-salarju u l-pakkett ta' benefiċċji li jġorr miegħu dan l-impjieg?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "ĦAL QORMI - APPARTAMENT TAL-GVERN", "11065.", "L-ONOR.", "RODERICK GALDES staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid fiex waslu l-proċeduri għall- istallar ta' lift fi block 6, Triq il-Fontanier, Ħal Qormi minħabba li f'dan il-block jgħixu persuni b'diżabilita'?", "Tista' tgħid meta se jinbeda dan ix-xogħol tant meħtieġ?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Fis-16 ta' Frar 2005 l-awtorita' tad-djar applikat lill-MEPA għall-permess biex jiġi stallat lift.", "Hekk kif joħroġ il-permess, l-awtorita' tkun tista' tipproċedi bil-ħruġ tas-sejħa għal offerti għall-istallar ta' lift.", "RICASOLI – ĦADDIEMA BLA KTIEB", "11079.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jinvestiga rapporti li wasluli li fabbrika li tinsab fir-Ricasoli - dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament – qed timpjega nies bla ktieb?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-korporazzjoni tax-xogħol u taħriġ ħadet passi immedjati u għamlet spezzjoni fil-25 ta' Frar.", "Informat ukoll li l-korporazzjoni qed tieħu l-passi skond il-liġi.", "MALTA-USA - TAXXA DOPPJA", "11086.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Billi l-Prim Ministru ġie rapportat mill-gazzetta \"The Times\" li qal li bħalissa l-Gvern Malti qed jipprova jiftaħ mill-ġdid in-negozjati ma' l-Istati Uniti dwar il-bżonn li jkollna ftehim ġdid ta' tassazzjoni doppja, jista' jelabora dwar dan, speċjalment billi hu wkoll il-ministru tal-finanzi?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Kull ftehim dwar ħelsien minn taxxa doppja jkun jipprovdi biex tiġi evitata taxxa doppja fejn persuna residenti f'wieħed mill-istati kontraenti tkun suġġetta għat-taxxa fiż-żewġ stati fuq l-istess dħul.", "Barra minn hekk, dan it-tip ta' ftehim jgħin biex jattira l- investiment minn pajjiż għal ieħor.", "Għalhekk ftehim dwar ħelsien minn taxxa doppja ma' l-Istati Uniti jista' ikun utli biex inħajru investiment mill-Istati Uniti lejn Malta u jkun jipprovdi biex tiġi evitata taxxa doppja fejn l-istess dħul ikun taxxabbli kemm fl-Istati Uniti kif ukoll f'Malta.", "KUMITAT KONSULTATTIV GĦALL-BIOETIKA", "11092.", "L-ONOR.", "CLYDE PULI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid x'inhu l-iskop tal-kumitat konsultattiv għall-bioetika?", "Meta twaqqaf u taħt liema liġi?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Il-kumitat konsultattiv tal-bioetika ġie mwaqqaf fl- 1993 u ħa post il-kumitat konsultattiv dwar l-etika fis-saħħa li kien stabilit fl-1989.", "Dan il-kumitat għandu l-iskop li jikkonsidra l-aspetti etiċi u l-implikazzjonijiet tal-materji kollha relatati mal-prattika tal- professjonijiet tas-saħħa, kif ukoll l-aspetti etiċi u l-implikazzjonijiet ta' proċeduri bio-teknoloġiċi li jistgħu jiġu applikati lill-ħajja umana fil-fażi kollha tagħha.", "Il-kumitat mhux wieħed statutorju u għalhekk ma huwa mwaqqaf taħt l-ebda liġi.", "KAŻI TA' IN VITRO FERTILIZATION", "11093.", "L-ONOR.", "CLYDE PULI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid f'Malta kemm ilha ssir il-proċedura ta' l-IVF?", "Fejn saret l-ewwel darba?", "Kemm-il IVF saret sal-lum?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Din il-proċedura ma ssirx fi sptarijiet pubbliċi.", "Dwar sptarijiet privati ma tinġabarx informazzjoni.", "MELLIEĦA: SKOLA PRIMARJA - TFAL B'DYSLEXIA", "11106.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet li għalihom ħarġet ordni mill-ministeru jew mid-diviżjoni ta' l-edukazzjoni biex tiġi rtirata għajnuna speċjali li kienet tingħata lil tfal bid- dyslexia fl-iskola primarja tal-Mellieħa?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-Onor.", "Membru jaf li f'ħaġa bħal din il-ministeru qatt ma jindaħal.", "Nista' ngħid ukoll li la d-diviżjoni ta' l-edukazzjoni u lanqas id-dipartiment tal-kurrikulu, speċifikament l-ispecific learning difficulties unit, qatt ma taw xi ordni jew ħarġu xi struzzjonijiet biex l- għajnuna speċjali tiġi rtirata.", "MCAST – RIŻULTATI TA' L-EŻAMIJIET", "11107.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm istituti fl-MCAST li għal xi raġuni jew oħra għadhom ma ħarġux ir-riżultati ta' l-istudenti u dan li wasluli lmenti li xi żgħażagħ biex ikomplu jistudjaw iridu l-ewwel ikunu għaddew mill-eżamijiet li għamlu?", "X'se jiġri fejn hemm studenti li diġa' bdew il-kors u għadhom ma jafux jekk għaddewx jew le?", "X'se jiġri jekk ikunu weħlu?", "Meta se joħorġu r-riżultati ta' l-eżamijiet kollha?", "X'inhi r-raġuni li l-istudenti qed jitħallew jistennew?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "MCAST – ĦRUĠ TA' ĊERTIFIKATI", "11109.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid għaliex qed tinbena d-drawwa fl-MCAST li jsiru żewġ tipi ta' okkażjonijiet għall-istudenti li jispiċċaw il-kors tagħhom, okkażjoni ta' filgħodu għall-istudenti li jmorru mhux ħażin u okkażjoni filgħaxija bl-importanza kollha għal dawk l-istudenti li jmorru tajjeb?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Fl-MCAST saru xi ċerimonji filgħodu u oħrajn filgħaxija fejn tqassmu ċertifikati lil aktar minn 1,200 student li għaddew minn korsijiet ta' tliet livelli.", "Informat ukoll li għal dawk kollha li spiċċaw b'suċċess il-korsijiet ta' l- ewwel u t-tieni livell saret ċerimonja filgħodu, kemm jekk marru ħażin kif ukoll jekk marru tajjeb ħafna.", "Ħafna mill-istudenti li spiċċaw l-ewwel u t- tieni livell din is-sena għadhom jattendu l-MCAST għal korsijiet tat-tieni livell rispettivament.", "Iċ-ċerimonja għal dawk li spiċċaw it-tielet livell b'suċċess saret filgħaxija.", "Dawn kważi kollha spiċċaw mill-MCAST u marru fid-dinja tax- xogħol.", "BCA ESSAY COMPETITION", "11111.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet li din is-sena ħadd mill-iskejjel sekondarji u post-sekondarji tal-gvern ma ħa sehem fl-essay competition organizzata mill-British Cultural Association?", "Xi promozzjoni saret fl-iskejjel governattivi dwar din il-kompetizzjoni u x'inizjattivi ttieħdu mill-kapijiet u l-għalliema biex jinkoraġġixxu lill- istudenti jieħdu sehem?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Bħas-soltu din is-sena ntbagħtet ċirkolari fl-iskejjel għal kull kompetizzjoni, imbagħad hu l-kompitu ta' l-iskejjel li jieħdu l- inizjattiva meħtieġa.", "Huwa evidenti li m'inix sodisfatt bil-promozzjoni li suppost issir u bl-ispirtu ta' inizjattiva minn dawk li għandhom iħossuh dmir tagħhom jieħdu sehem f'essay competition bħal din.", "Kelli l-okkażjoni niġbed l-attenzjoni tad-diviżjoni ta' l-edukazzjoni dwar in-nuqqas ta' parteċipazzjoni min-naħa ta' l-iskejjel ta' l-Istat wara li ġieli ppresedejt l-għoti tal-premjijiet tal-British Cultural Association essay competition.", "F'okkażjoni bħal din, trid u ma tridx, meta tisma' l- ismijiet ta' l-iskejjel li jkunu ħadu sehem, tkun fi proċess ta' name and shame ta' l-iskejjel li ma jkunux ħadu sehem.", "MCAST LECTURER", "11112.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jara li jinbidel il-kuntratt ta' lecturer li jgħallem fl-MCAST minn full-time ta' tliet snin għal wieħed ta' part-time – dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament - biex ikun jista' isegwi l-kors ta' masters in clinical psychology li ntgħażel għalih u li żgur ikun investiment tajjeb biex l-istaff tal-kulleġġ jitħarreġ u jifforma ruħu professjonalment aħjar?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-lecturer konċernat ingħatalu l-permess biex jibdel il-kuntratt tiegħu minn wieħed full-time għal wieħed fuq bażi pro-rata biex ikun jista' isegwi l-kors offrut mill-Universita' ta' Malta.", "Sfortunatament il-lecturer s'issa ma setax ikun ċert mis-sigħat li seta' joffri minħabba li l-kors kien full-time.", "Il-kulleġġ m'għandux oġġezzjoni li l-lecturer jaħdem fuq kuntratt part-time jekk jaħdem fis-sigħat tal-kulleġġ.", "COMMONWEALTH SCHOLARSHIPS", "11113.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid kemm applikaw għall-aħħar sessjoni tal-Commonwealth scholarships?", "Jista' jgħid min intgħażel u jagħti l-isem, il-kwalifiki li għandu u f'liema qasam se jsegwi kors post- graduate?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif dwar min ġie nominat għal dan l-ischolarship qed jitpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra għalkemm nista' ngħid li l-għażla finali mhijiex f'idejn il-Gvern Malti.", "OSSERVANZA TA' DEĊIŻJONIJIET TAL-QORTI", "11117.", "L-ONOR.", "JOSEPH BRINCAT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jassigura li dipartimenti tal-gvern ikunu l-ewwel li josservaw deċiżjonijiet tal-qrati?", "Jista' għallinqas jassigura dan fid-dipartimenti li jaqgħu taħtu?", "Jista' jara li ma jħallix sitwazzjoni fejn dipartiment li jkun ġie kkundannat iħallas danni mill-qorti kostituzzjonali, minkejja diversi reminders jibqa' jgħid li qed jikkonsidra, jipproċessa u jipprepara u dan wara li jkunu għaddew kważi sentejn?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant ikun aktar speċifiku u jiċċara l-mistoqsija tiegħu.", "BIRKIRKARA: VALLEY ROAD - DRENAĠĠ", "11118.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid għaliex l-ilma tad-drenaġġ ilu jiskula minn diversi postijiet ġewwa Valley Road, Birkirkara - ħdejn il-bini li kien jokkupa l-istabbilment tal-Price Club u ħdejn l-istabiliment tad-Domestica - għal diversi snin?", "Jista' jara li dan l-inkonvenjent li huwa ta' periklu għas-saħħa tal-bniedem, jitneħħa darba għal dejjem għaliex wara ftit żmien li jsiru t-tiswijiet meħtieġa l- problema dejjem terġa' titfaċċa?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "MIA - KUMPENS ORDNAT MILL-QORTI", "11119.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: Jista' il-Ministru jgħarraf lil din il-Kamra għala s-sentenzi mogħtija mit-tribunal għall- konsiderazzjoni ta' inġustizzji fis-17 ta' Lulju 2003 fil-konfront ta' l- MIA ma ġewx onorati mill-MIA u t-tliet persuni li isimhom qed jintbagħat separatament, ma ngħatawx il-kumpens ordnat mill-qorti?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "ASSIKURAZZJONI MEDIKA - ĦLAS TA' PREMIUM", "11120.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħarraf lill-Kamra kemm hu l-ammont totali fi premium li tħallas fuq assikurazzjoni medika privata bejn l-1998 u l-2003?", "B'dawk il-flus imħallsa, kemm kien hemm persuni assikurati?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "MALTAPOST - TQASSIM TA' ITTRI", "11121.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni: In vista tal-fatt li nbidlu diversi numri tal-bibien - f'xi każi lanqas biss għadhom jidhru fir- reġistru elettorali - jista' il-Ministru jara li jinħarġu struzzjonijiet sabiex ittri li jkunu mingħajr numru tal-bieb jew ittri li għadhom juru n- numru l-antik, jiġu mqassma xorta waħda?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra."]} {"filename": "20040427_121d_par.doc", "date": "2004-04-27", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 121 It-Tlieta, 27 ta' April, 2004 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 121 It-Tlieta, 27 ta' April, 2004", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.03 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "121", "It-Tlieta, 27 ta' April, 2004", "WERREJ", "MINUTI 1", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI 1", "TQEGĦID TA' KARTI 9", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI BIEX JEMENDA DIVERSI LIĠIJIET (IT-TIENI QARI)", "VARIOUS LAWS (AMENDMENT) BILL (SECOND READING) 10", "AĠĠORNAMENT 34", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 39", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 120 li saret fis-26 ta' April 2004, ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI", "KOPERATTIVA NDAFA PUBBLIKA - ĦLAS DOVUT LILL-ĦADDIEMA", "4660.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm persuni li għad fadlilhom jieħdu l-ħlas dovuti lilhom għal xogħol li għamlu għall-koperattiva ndafa pubblika?", "X'passi se jittieħdu biex dawn il-persuni jieħdu l-ħlasijiet dovuti lilhom?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (Segretarju Parlamentari) (f'isem il-Ministru ta' l- Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi): Il-koperattivi huma organizzazzjonijiet awtonomi u indipendenti.", "Għaldaqstant, il-bord tal- koperattivi ma jżommx records ta' ħlas dovut lill-persuni li għamlu xogħol lill-koperattivi.", "Din tibqa' responsabbilta` tal-koperattiva.", "Informat ukoll li l-koperattivi huma regolati bl-Att dwar l-Għaqdiet Koperattivi XXX ta' l-2001 u meta l-bord tal-koperattivi jħoss li jkun iż- żmien opportun, jibda l-proċess ta' xoljiment, hekk kif tistabbilixxi l- istess liġi.", "ENEMALTA - UŻU MINN STORAGE TANKS TAL-MEDITERRANEAN OFFSHORE BUNKERING CO LTD.", "4749.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru għat-Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u l-Investiment: Jista' il- Ministru jgħid kemm se tuża l-korporazzjoni Enemalta mill-istorage tanks li jinsabu għand il-Mobcol (Mediterranean Offshore Bunkering Co Ltd.) biex taħżen fuel skond ir-regoli ta' l-Unjoni Ewropea?", "X'se jiġri mill-ispare capacity li se jibqa' fl-istorage tanks li jinsabu għand il-Mobcol?", "Lil min se jinkrew?", "Kif se jintagħżlu dawk li se jkunu jistgħu jużaw dawn il-faċilitajiet fl-istorage tanks li m'hijiex se tuża l- korporazzjoni Enemalta?", "Jista' jivverifika jekk il-kumpannija privata Island Bunker Oils Ltd. hijiex se tingħata b'mod esklussiv l-użu ta' dawn il-faċilitajiet tal- Mobcol li mhix se tkun qed tuża l-korporazzjoni Enemalta?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru għat-Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u l- Investiment): Jiena nformat li l-Korporazzjoni Enemalta għadha qed tevalwa l-possibilitajiet kollha li għandha quddiema fir-rigward ta' żejt skond ir- regoli ta' l-Unjoni Ewropea.", "F'dan l-istadju għadha ma ttieħdet l-ebda deċizjoni finali li jintuzaw il-faċilitajiet ta' l-MOBC għal dan ir- rigward.", "Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija jien infurmat li ma sar l-ebda ftehim u ma saru l-ebda negozjati.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Leo Brincat, domanda supplimentari.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Fid-dawl tal-parti tat-tweġiba fejn qed jingħad li f'dan l-istadju għadha ma ttieħdet l-ebda deċiżjoni finali li jintużaw il- faċilitajiet ta' l-MOBC għal dan ir-rigward, jista' l-ministru jikkonferma jekk il-pjan oriġinali tal-gvern li trid tiġi privatizzata l-MOBC għadhomx għaddejjin?", "Hemm xi taħdidiet għaddejjin jew kollox qiegħed on hold?", "Jew forsi l-gvern mar lura mid-deċiżjoni oriġinali tiegħu li jipprivatizza l- MOBC?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Fil-fatt ir-risposta hija li l-affarijiet qegħdin on hold u r-raġuni hi li kif tindika r-risposta stess, l-evalwazzjoni li qiegħda ssir issa hija x'riżorsi f'tank storage capacities għandna bżonn f'Malta u ovvjament il-parti ta' l-MOBC f'dan ir-rigward hija kruċjali.", "U allura d-deċiżjoni mhix se ddum biex tittieħed.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Leo Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Jirriżultalu l-ministru li jista' jkun hemm konflitt ta' interess min-naħa tad-diriġenti ta' l-MOBC fir-rigward ta' transazzjonijiet kummerċjali ma' l-Island Bunker Oils Ltd bil-konsegwenza li ċertu xogħol li jkun oriġinarjament ta' l-MOBC jista' jispiċċa saħansitra għand l-Island Bunker Oils Ltd?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jien irċevejt dawn l-allegazzjonijiet diversi drabi bil-miktub, pero' min għamilhom ma tani ebda prova li jien nista' naqbad magħha b'mod konkret.", "Issuġġerejt li jekk hu għandu xi suspetti jagħmel rapport bil-miktub lil min jista' jinvestiga, ċioe` lill-pulizija, lill- ombudsman, lill-kummissjoni kontra l-korruzzjoni u lil kulmin jogħġbu.", "Jien naf li l-persuna li għamlet dawn l-allegazzjonijiet kitbet lill- ombudsman u naf li l-ombudsman qed jinvestiga.", "Dak hu dak li nista' nirrapporta.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Mr Speaker, jien ma nafx min hi din il-persuna li għamlet dawn l-allegazzjonijiet, jiġifieri m'għandi x'naqsam xejn ma' dan il-każ, pero` qed nistaqsi lill-Ministru jekk fid-dawl ta' dawn l- allegazzjonijiet ripetuti li nisimgħu dwarhom aħna u li anke deheru fil- media jistax jagħmel investigazzjoni serja u fil-fond biex għallinqas ikollu assigurazzjoni li dawn l-allegazzjonijiet, jekk huma allegazzjonijiet, humiex fil-fatt infondati.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jekk tiġi persuna tgħidli li qed jiġri \"hekk\" u ngħidilha biex almenu tagħtini xi ħaġa li jien nista' naqbad magħha u tibqa' tgħidli li dawn huma għajdut li jgħidulha l-principals tagħha, u ħadd mill-principals tagħha ma jrid jagħmel dikjarazzjoni lanqas biex isostnu dik, allura jien ma nista' nagħmel ebda investigazzjoni.", "MEDITERRANEAN OFFSHORE BUNKERING CO.", "LTD. - STORAGE TANKS", "4750.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru għat-Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u l-Investiment: Jista' il- Ministru jgħid xi proċess ta' privatizzazzjoni se jintuża biex l-ispare capacity ta' l-istorage tanks tal-Mobcol li mhix se tuża l-korporazzjoni Enemalta jiġi mikri lill-kumpanniji privati li jixtiequ jipprovdu servizzi ta' bunkering f'pajjiżna?", "Se ssir sejħa għall-offerti għall-kiri ta' dawn il-faċilitajiet?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għal mistoqsija parlamentari 4749.", "Mr Speaker, b'riferenza għad-domanda supplimentari li għamilli l-Onor.", "Brincat aktar kmieni xtaqt inżid ngħid li d-domanda preċedenti kienet tikkontjeni waħda minn dawn l-allegazzjonijiet li saru fir-rigward ta' l- Island Bunker Oils Ltd.", "Jien iċċekkjajt u sibt li l-allegazzjoni hija nfondata mija fil-mija.", "Dan kien fatt li stajt niċċekkjah; aktar minn hekk ma stajtx nagħmel.", "ĦLAS GĦAL-LIĊENZI TA' SATELLITE DISHES", "4751.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru għall-Kompetittivita` u l-Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jitneħħa l-ħlas għal-liċenzja li persuni li għandhom dixx tas-satellita jkollhom iħallsu?", "Jista' jgħid jekk hemmx kuntatti mal- kummissjoni Ewropea dwar il-ħlasijiet għal din il-liċenzja?", "Jista' jgħid x'korrispondenza għaddiet bejn il-ministeru u l-kummissjoni dwar dan il- qasam tat-TV bis-satellita?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru għall-Kompettivita` u l- Komunikazzjoni): Jien informat li din il-kwestjoni qiegħda tiġi kkunsidrata.", "Infurmat ukoll li m'hemm l-ebda kuntatt mal-kummissjoni Ewropeja dwar il-ħlasijiet għal din il-liċenzja.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Leo Brincat, domanda supplimentari.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Napprezza li l-Onor.", "Abela mhux il-ministru konċernat u nieħu nota tal-fatt li qed jgħidli li din il-kwestjoni qed tiġi kkunsidrata, pero` naħseb li l-iktar punt li huwa ta' interess pubbliku dwar din il-mistoqsija huwa jekk fil-fatt il-ħlas tal-liċenzja fuq is- satellite dishes imurx kontra r-regoli ta' l-Unjoni Ewropea jew le.", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Mid-dokumenti li għandi hawnhekk ma jidhirx li hu hekk.", "SKEJJEL - TĦADDIM TA' DATA PROTECTION ACT", "4752.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid kemm se tiswa lil kull skola l-ħlas għat-tħaddim tad-Data Protection Act?", "Mil-liema fondi se jitħallsu dawn l-ispejjeż?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l- Impjiegi): Informat li l-Att dwar il-Protezzjoni tad-Data daħal fis-seħħ fil-15 ta' Lulju 2003.", "Skond dan l-Att, sal-15 ta' April 2004, kull organizzazzjoni f'Malta trid tinnotifika lill-kummissarju għall-protezzjoni tad-data.", "Flimkien ma' din in-notifika annwali jrid isir ħlas li, għad- disa' xhur bejn il-15 ta' Lulju 2003 u l-15 ta' April 2004, fil-każ ta' skola, huwa ta' Lm15 filwaqt li, għal sena sħiħa, jkun ta' Lm20.", "Dawn il- ħlasijiet se jsiru mill-fondi ta' l-istess skola.", "SKEJJEL - DATA PROTECTION ACT", "4753.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid x'passi qed jittieħdu biex fit-tħaddim tad-Data Protection Act fl-iskejjel tagħna nitgħallmu mid-delitt fl-Ingilterra ta' Ian Huntley fuq il-bniet Holly u Jessica wara li mar jaħdem fi skola u l-passat tiegħu ta' abbużi fuq it-tfal kien protett mid-Data Protection Act?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l- Impjiegi): Jittieħdu l-passi kollha li jippermettulna l-liġijiet biex f'kull waqt nassiguraw li wliedna jkunu dejjem protetti minn kull perikolu ta' din ix-xorta, inkluż li jsir screening effettiv ta' kull min ikollu x'jaqsam mat-tfal u l-istudenti.", "PONTIJIET - SPEZZJONIJIET", "4859.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jgħid liema huma dawk il- pontijiet prinċipali f'Malta u Għawdex li ġew spezzjonati biex jiġi żgurat li huma strutturalment tajba f'dawn l-aħħar għaxar snin jew mill-1994?", "Meta nbena kull pont?", "Meta kienet saret l-ispezzjoni ta' qabel?", "Jista' jpoġġi dawn ir-rapporti fuq il-mejda tal-Kamra?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq): Jien informat li ma jeżistux records dettaljati ta' inspections li kienu saru fil-passat.", "Fil-preżent l-awtorita` dwar it-trasport qiegħda tibni database dwar dawn l- istrutturi sabiex ikunu jistgħu jinżammu records dettaljati f'dan ir- rigward.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, s'issa saru mistoqsijiet lil xi erba' jew ħames ministri differenti u kulma kien hawn biex jirrispondi kien biss ministru wieħed minnhom.", "Nista' nkun naf il-ministri l-oħra għaliex m'humiex qegħdin hawnhekk?", "Jekk ma jkunx hawn il-ministri kkonċernati preżent ma jkunux jistgħu jsiru supplementary questions bis-serjeta`.", "Jien qed nistaqsi jekk dawn il-ministri humiex imsiefrin fuq xogħol parlamentari jew inkella x'inhi r-raġuni li m'humiex qegħdin preżenti hawnhekk.", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Il-Ministri Ċensu Galea u Louis Galea huma msiefrin u l-Onor.", "Jesmond Mugliett ma nafx għaliex mhux qiegħed hawnhekk.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, din il-ħaġa qed tiġri spiss u aħna m'aħniex qed ningħataw iċ-ċans li nagħmlu supplementary questions bis- serjeta`.", "Għalhekk, bħala sinjal ta' protesta, jien se nsejjaħ quorum.", "MR SPEAKER: Nifhem li hawn talba għal quorum.", "Is-seduta hija sospiża għal ħames minuti.", "Peress li ma kienx hemm quorum, is-Seduta ġiet sospiża fis-6:12 p.m. u rriżumiet ħames minuti wara.", "MR SPEAKER: Hawn quorum u għalhekk is-seduta tista' tkompli.", "Inkomplu bil-mistoqsija li jmiss.", "PONTIJIET/MINI PUBBLIĊI - SPEZZJONIJIET", "4860.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jgħid jekk uffiċjali tal- ministeru jispezzjonawx minn żmien għall-ieħor li kollox ikun sew fl- istrutturi tal-pontijiet u mini pubbliċi u li ma jkun hemm l-ebda periklu ta' xi kollass?", "Kull kemm isiru dawn l-ispezzjonijiet?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-ebda uffiċjal tal-ministeru tiegħi m'għandu r-responsabbilta` li jispezzjona strutturi tal-pontijiet jew mini pubbliċi.", "PIXXINA NAZZJONALI - XOGĦOL FIL-VASKA L-KBIRA", "4861.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid xi problemi jeżistu biex ix-xogħol fil-vaska l-kbira tal-pixxina nazzjonali għadu mhux lest?", "Min qed jagħmel dan ix-xogħol?", "Jista' jpoġġi kopja tal- kuntratt fuq il-mejda tal-Kamra?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l- Impjiegi): Infurmat li x-xogħol fil-vaska l-kbira tal-pixxina nazzjonali tlesta u l-pixxina qed tintuża regolari.", "Ix-xogħol ingħata wara ħruġ ta' tender lil Rea Ceramics Ltd.", "Informat ukoll li x-xogħol kollu tlesta il-Ġimgħa, 2 ta' April 2004, iżda riedet tinxef iż-żebgħa tal-linji qabel il-vaska bdiet timtela bl-ilma nhar il-Ħadd, 4 ta' April 2004.", "Rea Ceramics, skond id-dokument tat-tender kellu sitt ġimgħat biex ilesti x-xogħol.", "Dan fil-fatt ma żammx ma' l-iskeda tax-xogħol għal-diversi raġunijiet, fosthom maltemp, xogħol mhux skond it- tender li kellu jerġa' jsir u kif ukoll dewmien biex tasal iż-żebgħa tal- linji minn barra minn Malta.", "PIXXINA NAZZJONALI - TIMIJIET/GĦAQDIET BARRANIN LI JIĠU GĦAT-TAĦRIĠ", "4862.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm timijiet/għaqdiet barranin li bbukkjaw biex jiġu għat-taħriġ fil- pixxina nazzjonali mill-1 ta' Marzu 2004 'il quddiem?", "Jista' jgħid min huma?", "Kemm minnhom diġa` ħassru l-mawra tagħhom għaliex il-pixxina m'hijiex lesta?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi): Informat li hemm 29 booking għall-pixxina nazzjonali bejn Marzu u Lulju ta' din is-sena.", "Dawn huma kif ġej:-", "Marzu:", "Richard Murgatord (Swimming Team) Richard Murgatord (Waterpolo Team) Cardiff Swimming Team Russian Team German Team Joerg Beherens", "April:", "Oulu Swimming Team Berlin Team Il Varg SKK Sr 0504 Dr. Malewski Mosey Team first team Camdem France Sport Irish Team Mattinson Group Nichol Group Numkis Swedish Team La Vallois", "Mejju:", "La Vallois Nichol Group Numkis Sweedish Group Lohja Team Ġunju:", "Bassi Group Lulju:", "Mosey Second Team Norwegian Team", "KUNSILL MALTI GĦALL-ISPORT - ĦADDIEMA", "4863.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'iesm l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: Jista' l-Ministru jgħid issa li l- pixxina nazzjonali għaddiet f'idejn il-kunsill malti għall-Isport, kemm hemm ħaddiema li qabel kienu ma' l-amministrazzjoni tal-pixxina nazzjonali li issa ġew impjegati mal-kunsill?", "Jista' jgħid x'xogħol qed jagħmlu issa u x'xogħol kienu qed jagħmlu qabel?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l- Impjiegi): Ninsab infurmat li kien hemm 19-il ħaddiem li qabel kienu ma' l- amministrazzjoni tal-pixxina nazzjonali u issa ġew impjegati mill-ġdid mal- kunsill.", "Ix-xogħol li kienu jagħmlu qabel u li qegħdin jagħmlu issa se jitpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "SKEJJEL - FIFTH FORMERS LI KOMPLEW BL-ISTUDJI TAGĦHOM", "4864.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti li fl-aħħar tas-sena skolastika 2000/01 u dik tat- 2001/02 komplew bl-istudji tagħhom wara li spiċċaw il-Form 5?", "Kemm kienu mill-iskejjel ta' l-Istat, tal-Knisja u dawk privati separatament?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l- Impiegi): It-tagħrif mitlub se jitpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "INSTITUTE OF HEALTH CARE - DIPLOMA IN PSYCHIATRIC NURSING", "5115.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid kemm iggradwaw studenti mill- institute of health care f'diploma in pyschiatric nursing?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l- Impjiegi): Infurmat li n-numru ta' studenti li ggradwaw mill-institute of health care fid-diploma in psychiatric nursing huwa:-", "Sena Numru ta' Gradwati", "1994 24 1997 2 1998 3 1999 5 2000 7 2001 0 2002 5 2003 2", "MR SPEAKER: Insejjaħ lill-Onor.", "Mario Galea biex jagħmel id-domanda li jmiss lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Mr Speaker, bħall-Ministri Louis Galea u Ċensu Galea, il-Viċi Prim Ministru jinsab imsiefer fuq xogħol tal-gvern.", "Nagħmel il-mistoqsija tiegħi 5123 ....", "(Interruzzjonijiet) Inti kont tirrispondi d-domandi kollha int meta kont ministru!", "(Interruzzjonijiet) Kont all rounder!", "Ma kienx jiġi ministru wieħed; kont twieġeb id-domandi kollha inti!", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom, inżommu l-ordni.", "L-Onor.", "Mario Galea jagħmel il-mistoqsija tiegħu.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "MARIO GALEA: Mr Speaker, qed nipprova nagħmel id-domanda imma qed jinterrompuni.", "(Interruzzjonijiet) Nitlob għalhekk il-protezzjoni tiegħek, Mr Speaker.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Ma rridx interruzzjonijiet.", "L-Onor.", "Mario ikompli jagħmel id-domanda tiegħu.", "KAROZZINI LIĊENZJATI BIEX IĠORRU LIT-TURISTI", "5123.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u l-Intern: B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 5073 jista' l-Ministru ġentilment jgħid bejn l-1990 u l-2002 kemm kien hawn karozzini (li jġorru t-turisti) liċenzjati u mħallsa billi skond it-tweġiba li ngħatajt fil-mistoqsija 5073 intqal li f'dan il-perijodu l-liċenzji kienu joħorġu mill-pulizija?", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI (Segretarju Parlamentari) (f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern): Ninsab informat li t- tagħrif hekk kif mitlub mill-Onor.", "Interpellant mhux disponibbli taħt forma kompjuterizzata.", "Informat ukoll li sakemm il-liċenzji tal-karozzini kienu jinħarġu mill-pulizija kien hemm 92 karozzin reġistrat.", "BEJJIEGĦA TAL-GASS", "5124.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u l- Infrastruttura: B'riferenza għal mistoqsija tiegħi 5010 jista' l-Ministru ġentilment iwieġeb din il-mistoqisja għaliex l-istess mistoqsija kienet diġa' saret lill-Ministru għat-Teknologija ta' l-Informazzjoni u l- Investiment (nru 4845) u kien l-istess Ministru li fit-tweġiba tiegħu qal li \"il-ħażna taċ-ċilindri tal-gass u l-area fejn jitqassam il-gass huma kundizzjonijiet tal-licenzji tad-distribution tal-gass li tinħareġ mill- Malta Resources Authority u mhux mill-Korporazzjoni Enemalta....\"?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura): Jien informat li fil-preżent hemm ftehim, li ilu fis-seħħ għal ħafna snin, bejn iċ-chairman tal-korporazzjoni Enemalta u kull distributur tal-gass, li jgħid:", "\"Id-distributur huwa pprojbit li jaħżen ċilindri kemm jekk mimlija kemm jekk vojta, jekk mhux fl-impjant ta' Birżebbugia jew f'xi post ieħor approvat mill-Korporazzjoni u l-Awtoritajiet tal-Pulizija.\".", "Ma hemm l-ebda liċenzja ġdida li tirregola d-distributuri tal-gass jew bidla fil-kundizzjonijiet mill-awtorita' ta' Malta dwar ir-riżorsi.", "F'dak li għandu x'jaqsam għall-futur, se joħorġu regolamenti li jirregolaw il-ġarr ta' merkanzija perikoluża fit-toroq, inkluż l-ipparkjar tat- trakkijiet.", "Dan se jsir permezz ta' avviż legali 211/2003 li se jidħol fis- seħħ mill-1 ta' Mejju 2004 u huwa amministrat mill-awtorita' tat-trasport.", "Fejn jorqdu t-trakkijiet tal-gass m'għandu x'jaqsam xejn ma' xi distributur li jbigħ gass barra mir-rotta tiegħu.", "IMTAĦLEB - MOGĦDIJA LI TAGĦTI GĦAR-RABA'", "5133.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jara li tiġi milqugħa t-talba tal-bdiewa li isimhom qed jintbagħat separatament, sabiex tiġi rranġata l-mogħdija tar-raba' fil-parti ta' l-Imtaħleb kif indikata fil-pjanta li wkoll qed tintbagħat separatament?", "Jekk fl-affermattiv, meta?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO (Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent): Ninsab informat li l-informazzjoni ġiet mgħoddija lis-sezzjoni responsabbli mill-mogħdijiet tar-raba' sabiex jinkluduha mal-lista ta' tiswijiet ta' tali mogħdijiet tar-raba'.", "MIXED COMMISSION - DISKUSSJONIJIET BEJN MALTA U L-LIBJA", "5134.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u Promozzjoni ta' l-Investiment: Jista' il- Ministru jgħid x'kienu l-prioritajiet diskussi fil-mixed commission bejn Malta u l-Libja f'dawn l-aħħar snin?", "ONOR.", "JOHN DALLI (Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni ta' l- Investiment): F'dawn l-aħħar snin, il-prioritajiet diskussi fil-laqgħat tal-kummissjoni mħallta bejn Malta u l-Libja kienu dawn:", "Il-qasam tal-ġustizzja [Il-ftehim tal-1994 dwar it-trasferiment ta' persuni b'sentenza definittiva mill-qrati kriminali u l-ftehim ta' l- estradizzjoni tas-sena 2002];", "Il-qasam fiskali [Il-protokoll ta' l-1995 dwar il-ħelsien mit-taxxa doppja];", "l-Industrija [Il-ftehim tas-sena 2003 dwar l-promozzjoni u u l-protezzjoni ta' l-investiment];", "Turiżmu [Il-ftehim ta l-1995 dwar koperazzjoni fit-turiżmu]", "Il-biedja u s-sajd [Il-protokoll ta' l-1997 dwar koperazzjoni fil-biedja u s-sajd]; u", "Affarijiet konsulari [il-protokoll ta' l-2004 dwar l-introduzzjoni tal- visa].", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Leo Brincat, domanda supplimentari.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, fil-fatt il-bieraħ il-Ministru tani tweġiba pjuttost eżawrenti għall-mistoqsija fuq ir-relazzjonijiet bejn Malta u l-Libja.", "Jien nawgura li minkejja ir-riorjentament ta' l-ekonomija Libjana jkun hemm iktar tisħiħ tar-relazzjonijiet bejn Malta u l-Libja, jiġifieri dan li se ngħid mhux se ngħidu b'xi mod kritiku jew partiġġjan, pero' xtaqt nistaqsi lill-ministru jekk fid-dawl tat-trasformazzjoni verament mgħaġġla politika u nemmen anke ekonomika li għaddejja minnha l- Libja, hemmx xi proġetti konkreti in the pipeline bejn Malta u l-Libja kemm f'kuntest Malti u anke fil-Libja nnifisha.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Kif qiegħed jgħid l-Onor.", "Membru hemm bidliet kbar li qed isiru fil-Libja llum u li fost l-affarijiet li qegħdin jiġu effettwati hemm il-fatt li s-sistema ta' kumpanniji parastatali Libjani qegħdin jispiċċaw.", "Fil-fatt l-istruttura parastatali fil-Libja qed tiġi żarmata u għalhekk il-kunċett ta' proġetti bejn iż-żewġ gvernijiet huwa xi ħaġa li llum, fl-opinjoni tiegħi, hija redundant bħalma hija redundant f'ħafna pajjiżi oħra, bħar-Russja li fl-antik konna nagħmlu ħafna proġetti bejn il- gvernijiet.", "Illum l-attivita' ekonomika trid isseħħ bejn partners privati, kemm min- naħa tal-Libja - li qed jinbtu kull minuta - u anke min-naħa Maltija fejn għandna l-esperjenza u l-expertise li għandhom bżonn il-Libjani f'ħafna negozji u wkoll permezz ta' nies li diġa' ilhom ħafna fil-Libja.", "Ta' min jgħid hawnhekk li f'dan il-kuntest ta' ftuħ li qed isir fl- ekonomija tagħha l-Libja bidlet xi regolamenti u qiegħda tara kif tipproteġi liċ-ċittadini tagħha minn influss totali ta' barranin li fil- preżent jistgħu jieħdu over l-ekonomija Libjana.", "Fil-fatt il-Libja qiegħda tibni strutturi ta' protezzjoni li, per eżempju, ċerta attivita' ekonomija ssir biss mil-Libjani jew inkella b'joint venture ma' Libjani.", "Dawn huma strutturi li wieħed jifhem għalfejn qed isiru għaliex meta jkollok popolazzjoni li tkun magħmula minn nies li ilhom ma jitħallew joperaw fis- settur privat għal ħafna snin imbagħad tiftaħ l-ekonomija f'daqqa, naturalment iċ-chances huma li l-barranin jiġu jaħftulek kullimkien.", "U għalhekk, anke l-Maltin irridu nidraw naħdmu f'dan il-kuntest.", "Jien persważ li dan il-ftuħ li qed ikun hemm il-Libja huwa ta' opportunita' kbira għalina l-Maltin.", "Irridu ngħidu li mil-lat politiku, dan se jagħti stabbilita' ikbar lir-reġjun u naħseb li din hija xi ħaġa li lkoll għandna nilqgħu b'mod entużjast għal dak li qed jiġri u ngħinu, kif fil-fatt qed ngħinu, biex naraw li l-Libja kemm jista' jkun malajr tidħol fil-mainstream politika u diplomatika tad-dinja.", "Malta qed tagħmel minn kollox biex tara li l-Libja tidħol fil-proċess tal-Euro-Med, għalkemm għad hemm xi pajjiżi mill-Ewropa, li għal xi raġunijiet qegħdin ikaxkru saqajhom.", "Nagħlaq billi ngħid li huwa importanti nagħrfu li dawn huma wkoll opportunitajiet ekonomiċi għaliex jien nemmen li aħna l-Maltin nistgħu noffru ruħna bħala facilitators tajbin għall-influss ta' negozju li se jidħol il-Libja minn ħafna pajjiżi oħra; l-Amerka, l-Ingilterra u eventwalment il-Ġermanja, l-Italja u oħrajn.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "L-Onor.", "Leo Brincat bil-permess tal- Kamra.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Mr Speaker, nixtieq ningħaqad ma' dak li qal il- Ministru biex ma niġix interpretat mill-mistoqsija li għamilt qabel li jien qed nitlob xi harping back għas-sistema antika, anzi n-naħa tagħna tħoss li t-tibdil li għaddej fil-Libja huwa awgurju għas-sliem fir-reġjun.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' Karti.", "TQEGĦID TA' KARTI", "MR SPEAKER: Il-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u Promozzjoni ta' l- Investiment.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' l-istqarrija dwar is-security fence Iżraelit f'territorju Palestinjan li l-Gvern Malti bagħat fit-30 ta' Jannar 2004 lill- International Court of Justice, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 5155; u", "Lista ta' fondi mogħtija lil clubs tal-football, għaqdiet jew soċjetajiet sportivi u kulturali li bejn l-2001 u l-2003 ingħataw xi forma ta' donazzjoni finanzjarja, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 5235.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru tar-Riżorsi u l-Infrastruttura.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar donazzjonijiet li ngħataw mill-Uffiċċju għall-Proġetti ta' Rijabilitazzjoni lil diversi għaqdiet bejn l-2001 u l-2003, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 5237.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Is-Segretarju Parlamentari Carmelo Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Mr Speaker, f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tabella li tagħti tagħrif dwar spejjeż fuq fuel użati minn vetturi fil- Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern u dipartimenti/entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu bejn Jannar u Marzu ta' l-2003 u l-2004, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 5176.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI BIEX JEMENDA DIVERSI LIĠIJIET", "VARIOUS LAWS (AMENDMENT) BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri Ikompli mis-26 ta' April, 2004 Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT (Kap ta' l-Oppożizzjoni): Sur President, nixtieq nieħu ħames minuti jew ftit iktar mill-ħin ta' dan id-dibattitu biex nerġa' ntenni punt li tqajjem b'ċerta importanza min-naħa tagħna.", "Il-punt li tqajjem għandu x'jaqsam ma' kif dan il-parlament qed jorganizza ruħu jew mhux jorganizza ruħu meta jiġi biex jifli leġislazzjoni u regolamenti li għandhom x'jaqsmu mad-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea.", "Bħalissa fil-pajjiż qed jintnefqu mijiet ta' eluf ta' liri biex niċċelebraw id-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea imma min-naħa l-oħra m'hemm l-ebda impenn serju mill-gvern biex jgħarbel il-bidliet fil-liġijiet, fl-użanzi, fir-regolamenti u fil-mod kif naħdmu li qed ikunu konsegwenzjali għad-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropeja.", "Qed ikun hemm ħafna ġenuflissjonijiet lejn il-ħtieġa li nsegwu l-acquis u li mmexxu r-regoli ta' l-Unjoni Ewropea imma assolutament ma kien hemm l-ebda impenn min-naħa tal-gvern f'dak li għandu x'jaqsam ma' xi jrid isir tassew biex jiġu miflija bis-serjetà, mgħarbla u mgħoddija minn dan il-parlament il-bidliet li se jidħlu fil-pajjiż.", "Lejliet id-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea erġajna ġejna ppreżentati b'dan l-omnibus bill li juri t-tħejjijiet totalment nejja fil-mod kif saru ċerti affarijiet.", "Jien nemmen li għad hemm oqsma sħaħ li għadhom lanqas biss ġew koperti minn dan il-proċess u f'daqqa waħda se jqumu l-ministri tal-gvern u jindunaw li nsew jagħmlu din u nsew jagħmlu l-oħra.", "Ma neħodhiex bi kbira jekk fil-ġimgħat li ġejjin jerġa' jersaq xi omnibus bill ieħor bil- proposti dwar kif se jinbidlu regolamenti sħaħ f'oqsma differenti tal- pajjiż mingħajr ebda tħejjija, mingħajr ebda diskussjoni, mingħajr ebda għarfien ta' dak li qed isir.", "Sur President, hija ħaġa tal-mistħija li waqt li għandna ħin u għandna flus għal ħafna xinxilli, dwal, tined u ċerimonji, imbagħad m'hemm xejn flus u impenn biex dan il-parlament jgħarbel bis-serjetà l-bidliet li għaddejjin ħalli l-poplu jkun jista' jifhem x'inhu qiegħed jinbidel.", "Saru ħafna diskorsi sbieħ u ilna x-xhur nisimgħu dwar kif se jkun hemm l-apparat li bih dan il-parlament ikollu ċans li jifli l-liġijiet li telgħin imma minn dan kollu ma sar xejn.", "Dan qaluh sħabi l-bieraħ waqt dan id-dibattitu u qed nerġa' ngħidu jien bl- akbar responsabbiltà.", "Ma jistax ikun li nibqgħu f'sitwazzjoni fejn l- impenn għall-Ewropa jinżamm sakemm hemm bnadar xi jsiru, sakemm hemm parties u riċevimenti x'jorganizzaw, sakemm hemm festi għaddejjin, sakemm hemm il-kliem vojt u superfiċjali dwar l-Ewropa, imma mbagħad ma nagħtux kas ir-realtà ta' kif ir-regolamenti u l-liġijiet se jinbidlu, għaliex għandhom jinbidlu u l-implikazzjonijiet tagħhom.", "Hemmhekk xejn, taqa' purtiera u kulħadd jippretendi li l-affarijiet se jsiru waħedhom.", "Sur President ̧ l-affarijiet, ma jsirux waħedhom.", "Nerġa` ngħid li hija xi ħaġa tal-mistħija li lejliet id-dħul ta' Malta fl- Unjoni Ewropea għandna dan l-omnibus bill quddiemna u dawn il-ħafna regolamenti f'diversi oqsma tal-pajjiż li ma ġewx diskussi u lanqas biss ġew ippreparati.", "Suppost f'dan il-parlament kellu jkun hemm apparat u struttura li tibda permezz tal-kumitati Ewropej ta' l-affarijiet barranin fejn jagħmlu dan l-eżami imma minn dan kollu ma sar xejn.", "Ħafna kliem sabiħ, ħafna papers, ir-riżorsi li suppost tressqu ma tressqux, ...", "Il- bieraħ intqal li min-naħa tal-ministeru ta' l-affarijiet barranin ġew identifikati xi nies biex taparsi jservu bħala assistenti għax-xogħol li jrid isir u rriżulta li ħadd minnhom m'għandu \"ħjiel tajjeb\" - biex nuża frażi diplomatika - ta' x'inhu x-xogħol meħtieġ minnhom bil-konsegwenza li kollox għadu jisparpalja fl-ajru.", "Hija responsabbilta` tiegħek ukoll, Sur President, li tassigura li dan il- parlament ikollu l-istrutturi adegwati u meħtieġa biex jgħarblu dan il- patafjun ta' liġijiet li ġejjin mill-Unjoni Ewropea, u lanqas għandna nistrieħu fuq il-ministeru ta' l-affarijiet barranin biex eventwalment jiddettalna n-nies li għandhom jiġu wżati, jekk qatt se jintużaw, biex ix- xogħol jiġi eżaminat u mifli.", "Għandha tkun ir-responsabbilta` tiegħek, Mr Speaker, li tassigura li l-affarijiet ma jibqgħux isiru b'dan il-mod.", "Aħna nifhmu, jekk verament qed nemmnu li dħalna fl-Ewropa ....", "Issa jien ngħid li aħna dejjem konna fl-Ewropa.", "Aħna Ewropej, u għalhekk issa mhux se nkunu dħalna fl-Ewropa imma fl-Unjoni Ewropea.", "Għalhekk jekk verament nemmnu li dħalna fl-Unjoni Ewropea, ejjew naddottaw strutturi li pajjiżi oħra li deħlin fl-Unjoni Ewropea magħna ilhom sena jew sentejn għaddejjin bihom.", "Ma nistgħux nibqgħu iktar pajjiż tat-titotla anke f'dan il-qasam issa!", "Ma jistax ikun li dak li jsir fi Brussell jidħol awtomatikament hawn, u mbagħad xi darba l-prim ministru jew il-ministru jħokk rasu u jgħid: Ara, kien hawn dawn ir-regolamenti li messhom daħlu; ejjew nagħmlu omnibus bill u ngħadduhom malajr!", "Imma dawn x'affarijiet huma?!", "Għallinqas taħt l-indipendenza ̧ taħt l-istrutturi tal-ħelsien u taħt Malta repubblika, quddiem dan il-parlament kienet titressaq kull bidla li tkun qed issir fil-pajjiż u kellna struttura li biha kull bidla li ssir fil-liġijiet jew fir-regolamenti tiġi mgħarbla u diskussa hawnhekk fejn ikun hemm iċ-ċans u l-potenzjal biex l-opinjoni pubblika tifforma l-idea u l-ħsieb tagħha.", "Jekk ma noqogħdux attenti - u diġa` qed jiġri hekk - ħafna mil-liġijiet u mir-regolamenti se jibdew jgħaddu fi Brussell - issa jekk dawn jgħaddux mill-parlament Ewropew jew mill-burokrazija tal-kummissjoni Ewropea huwa immaterjali - u hawnhekk sempliċement se nibdew nagħmlu ġenuflissjoni u ngħadduhom!", "Sta għall-gvern, u sta għalik, Sur President, li tassigura li l-istrutturi li jkollna u li bihom ngħarblu l-liġijiet u d-direttivi jkunu maħsuba b'ċertu mod li jkun hemm il-ħsieb u ż-żmien minn qabel għar- riflessjoni tad-diskussjoni, u mbagħad ikun hemm anke l-give and take li bihom ċerti affarijiet jinbidlu u jsiru skond il-ħtiġijiet tal-pajjiż.", "Per eżempju, jien informat li wħud mill-bidliet li qed isiru u li qed jiġu proposti jmorru oltre minn dak li trid l-Unjoni Ewropea u dan sempliċement biex nidhru iktar kattoliċi mill-Papa!", "Fil-qasam tad-direttivi ta' l- Unjoni Ewropea u fil-liġijiet nazzjonali li jitwettqu taħt dawk id- direttivi għandek leeway u għandek ċertu marġini li jippermettulek li ma tagħmilx kollox f'salt jew li ma tagħmilx kollox b'mod estrem filwaqt li hawnhekk mhux qed jingħata ċ-ċans u ż-żmien biex isir ħsieb dwar kif dawk id-direttivi, meta jiġu implimentati, jiġu implimentati b'mod li jgħodd għalina.", "U ejjew ma noqogħdux nippretendu li bil-mod kif tressaq dan l- omnibus bill qed isiru dawn l-affarijiet.", "L-informazzjoni li kellha l- oppożizzjoni kienet li l-gvern irid jgħaddi kollox sa l-1 ta' Mejju, u mbagħad qalulna: Isma', ma jimpurtax jekk il-committee stage jitwal wara l- 1 ta' Mejju.", "Imma dawn x'affarijiet huma?!", "Dan huwa s-sinjal li qed nagħtu?!", "Qed isir ħafna bluff, qed issir ħafna propaganda fuq il-logħob bid-dwal fil-Port il-Kbir, u mbagħad dwar il-logħob bil-liġijiet ta' Malta hemmhekk qed inżommu ħalqna magħluq.", "Nerġa` ngħid, Sur President, li din il-ħaġa hija wkoll responsabbilta` tiegħek, u mhux deħlin fl-Unjoni Ewropea u mbagħad jekk nistaqsu x'inhuma l- istrutturi fil-parlament Malti li qegħdin jaħdmu fuq il-kontenut tal- liġijiet Ewropej li deħlin fil-pajjiż, igħidulek li ma teżisti l-ebda struttura li qiegħda tagħmel dan, għax għalkemm hemm il-kumitat permanenti dwar l-affarijiet barranin u Ewropej, dan m'għandu l-backing ta' ħadd.", "Li kieku qed nitkellmu fuq liġi jew tnejn darbtejn fis-sena nifhem li din m'hijiex problema imma dan l-omnibus bill li għandna quddiemna jolqot 26 liġi u ma nafx kemm-il settur!", "Imma dawn x'affarijiet huma?!", "Kif nistgħu nkunu serji magħna nfusna meta ngħidu dawn l-affarijiet?!", "Sur President, jien nixtieqek li din teħodha bis-serjeta` min-naħa tiegħek u nieħdu stand bħala parlament.", "Veru li issa tliet kwarti mill-membri tan- naħa tal-gvern saru eżekuttiv, imma dan il-parlament huwa leġislattiv ukoll fis-sens li qiegħed hawn biex jiddeċiedi fuq il-liġijiet li se jimxu fil- pajjiż.", "L-eżekuttiv għandu kull interess li \"daqqa u ġerri u mexxi\", l- aqwa li diplomatikament jew fl-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tal-Kabinett jimxi malajr kemm jista' jkun imma l-fergħa leġislattiva tal-pajjiż trid tingħata n-nifs biex taħdem għax inkella se nispiċċaw f'sitwazzjoni fejn kulma jkun qed jagħmel nofs l-operat tal-gvern huwa li jirċievi l-istruzzjonijiet burokratiċi minn Brussell u jmexxi.", "Ċertament din la hi l-intenzjoni ta' l- Unjoni Ewropea u suppost lanqas hija l-intenzjoni ta' min jemmen fl- indipendenza u fil-ħelsien ta' Malta.", "Intom tafu li jien ma kontx nemmen u li ninsab xettiku fuq dak li qed jiġri, imma dik issa m'għandhiex x'taqsam għax la dħalna dħalna, pero` issa li dħalna fl-Unjoni Ewropea, jekk nemmnu li b'rieda tajba għandna niggwidaw l-affarijiet tan-nazzjon, allura n-naħa tal-gvern, li tant nefqet flus biex iddaħħalna fejn daħlitna u tant qed tonfoq flus biex tiċċelebra, issa għandha tonfoq ftit flus u timpenja ruħha ħalli titwettaq il-ħidma li trid issir biex ngħarblu dak li huwa għaddej, biex inkunu nafu fejn huma l- iżvantaġġi u l-vantaġġi ta' dak li dieħel u biex il-proġett leġislattiv ta' dan il-parlament jitwettaq bis-serjeta`.", "Issa sta għall-gvern li juri impenn ħalli jkollna l-istrutturi, in-nies u r-riżorsi biex ix-xogħol ta' skrutinju li għandu jsir, isir għax allura tikkonferma ruħha ċerta idea li kulma għandna bżonn f'dan il-pajjiż huwa li nagħmlu eżekuttiv ristrett, direttorat, darba kull ħames snin nivvotaw għal min se jkun fid-direttorat, dan id-direttorat joqgħod ċiqqi beqqi, jirċievi x'għandu jagħmel mill- burokrazija ta' Brussels u l-affarijiet l-oħra jħallihom għaddejjin.", "Dan ma jawgura xejn tajjeb għal kif se nimxu matul ix-xhur li ġejjin.", "Per eżempju ̧ għandna problema ekonomika enormi li jgħidu x'jgħidu l-membri tal- gvern, jien ngħidilha \"kriżi ekonomika u soċjali\".", "Din il-kriżi m'hijiex ikkaġunata kollha minn dak li sar matul dawn l-aħħar xhur, ħalli nkun straight.", "Parti minn din ir-raġuni hija li l-gvern ħalla kollox għaddej, daħħalna fi staġnar ekonomiku radikali u allura hemm bżonn ta' ħidma radikali biex noħorġu minnha, imma mbagħad jekk toqgħod tgħabbi f'dan il- qafas leġislazzjoni li lanqas biss qed tiġi mgħarbla sew, leġislazzjoni nejja, u sempliċement noqogħdu nonfqu l-flus u niftaħru għax dħalna fl- Ewropa, din hija l-agħar formola għall-futur.", "Sur President, nerġa` ngħid li inti personalment għandek dmir nazzjonali li tassigura li l-funzjoni leġislattiva ta' dan il-parlament titwettaq sew.", "Ninsabu deħlin fl-Unjoni Ewropea u fir-realta` m'għandna l-ebda struttura ta' skrutinju.", "Din l-istruttura ta' skrutinju - għax issa rrid inkun ċar - jew trid tkun bipartisan, jiġifieri n-nies li jaħdmu fiha jridu jkunu tal- fiduċja tal-parlament kollu, jew xejn.", "M'aħniex se nibdew taparsi nillapazzaw billi meta l-ministru ta' l-affarijiet barranin ma jkollux bżonn lil bniedem jew bniedma partikolari, iwaddbu jew iwaddabha ma' din l- istruttura tal-parlament.", "Huwa d-dmir tiegħek li ma taċċettahiex din il- pożizzjoni.", "Id-dmir tiegħek huwa li jkun hawn strutturi ta' skrutinju u li jkun hawn staff attrezzat tajjeb li jirrispondi direttament lill-parlament fuq din il-ħaġa.", "Din se ssir iktar kruċjali minn dak kollu li ngħidu fuq l- awditur u fuq l-istatistika.", "Jekk terz, kwart jew nofs il-liġijiet se jkunu mmexxija minn inizjattivi li ħerġin minn Brussels fair enough għax dik hija xi ħaġa li ffirma għaliha l- gvern, imma mbagħad dwar il-mod kif dawn jiġu implimentati, studjati, mgħarbla u anke mpoġġija f'ċertu qafas, dan il-parlament għandu jkollu s- saħħa tiegħu.", "A case in point huwa dak tad-direttivi; li d-direttivi joħorġu fuq bażi ġenerali u li jiġu applikati nazzjonalment skond il-każ, pero` mhux qed jiġri hekk, Sur President, u ma jistax jiġri hekk bl- istrutturi li hawn għaliex l-istrutturi ma jeżistux.", "Jien nixtieq nagħlaq fuq dan il-punt.", "Illi nonfqu dawk il-flejjes li qed nonfqu biex ikun hemm id-dawl 'l hemm u d-dawl 'l hawn u x-shows 'l hemm u x-shows 'l hawn ma nikkummentax dwarhom.", "Wara li sar dak ix-xogħol kollu u ntnefqu dawk il-flus kollha fuq negozjati, issa jidher ċar li ħafna minnhom kienu mberfla, pero' jien m'hu qed ngħid xejn fuqhom.", "Madankollu kull wieħed u waħda minna ninsabu responsabbli, inkluż int, nerġa' ngħid, Sur President, li ma kien hawn l- ebda impenn biex il-fergħa leġislattiva ta' dan il-pajjiż, jiġifieri dan il- parlament, ikun jista' jaqdi dmiru skond il-Kostituzzjoni.", "U din il-ħaġa ħallejniha għaddejja.", "Mill-1 ta' Mejju ta' din is-sena dak li jsir fi Brussell se jkollu impatt dirett, awtomatiku, kif ukoll immedjat fuq pajjiżna b'mod leġislattiv.", "Il- liġijiet iridu jinbidlu u ninsabu deħlin f'din is-sitwazzjoni mingħajr ma l- parlament ingħata l-fakultà li jingħata l-poter li jagħmel dak l-istudju u dak l-iskrutinju taħt il-Kostituzzjoni ta' Malta.", "Sur President, mezzi biex nagħmlu shows tad-dawl għandna ̧ mezzi biex noqogħdu nibagħtu l-Prim Ministru fi Brussell b'jet privat għandna, mezzi biex nibdlu ċerti affarijiet mil-lum għal għada, ħalli nidhru sbieħ, għandna, mezzi biex noqogħdu nxerrdu propaganda u retorika - għalija superfiċjali – ta' I feel good, għandna.", "Imma mbagħad mezzi u rieda biex dak li jinkorpora d-demokrazija tagħna u jagħtiha saħħa u forma li ġejja mill-indipendenza u mill-ħelsien biex il-parlament Malti jiskrutinja dak li jkun għaddej, hemmhekk xejn.", "F'dak il-każ sar ħafna diskors fil-vojt u bqajna fejn konna.", "Dan mhux sew għax dan huwa l-mod kif tiskredita l- proġett li l-gvern tant rabat qalbu miegħu; il-proġett Ewropew tiegħu.", "Jien se nagħlaq fuq dan il-punt.", "Jien ngħid li hemm bżonn, u hija responsabbiltà tiegħek ukoll, Sur President ̧ li ma tħallix l-affarijiet jibqgħu sejrin kif inhuma f'dan il-qasam li huwa ta' l-akbar importanza għad-demokrazija f'pajjiżna.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Is-Sedja tagħmel il-parti tagħha.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Gavin Gulia.", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Sur President, l-abbozz ta' liġi li qed niddiskutu bħalissa jittratta diversi emendi li jridu jsiru għal numru ta' liġijiet.", "Fil-leġislatura l-oħra kellna abbozz ta' liġi simili għalih meta konna qed nippreparaw għas-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea u l-gvern kien qiegħed ibiddel ċerti liġijiet biex ikun konformi mar-regolamenti ta' l-Unjoni Ewropea.", "Issa għandna t-tieni omnibus act, biex insejħulu hekk, li għandu l-istess skop.", "Fost il-ħafna liġijiet li dan l-abbozz ta' liġi qed jimmira li jemenda hemm emenda kosmetika li tittratta l-Kodiċi Kriminali li m'hijiex ta' importanza kbira imma hija biss riflessjoni jew kontinwazzjoni ta' l- omnibus act li kien ġie ppreżentat lil din il-Kamra fil-leġislatura l-oħra.", "Din l-emenda kosmetika qiegħda ssir għaliex fl-ewwel omnibus act li kellna fil-leġislatura l-oħra kien hemm żball.", "Fil-fatt f'dak li għandu x'jaqsam ma' assistenza fi ħwejjeġ kriminali bejn il-pajjiżi msieħba fl- Unjoni Ewropea ̧ il-ministru għandu ċerti poteri li ma ngħatawx.", "Għalhekk issa dan l-omnibus act qiegħed jagħti dawn il-poteri lill-ministru li ma kenux ingħataw qabel.", "B'hekk dan l-abbozz ta' liġi qiegħed jingħata s- snien li kienu tħallew barra mill-ewwel abbozz ta' liġi.", "Sur President, jien ma ridtx nibbaża d-diskors tiegħi fuq dan l-abbozz ta' liġi pero' qed nieħu dan l-ispunt minħabba l-fatt li qed issir emenda għall- Kodiċi Kriminali.", "Fil-fatt xtaqt nitkellem fuq xi ħaġa li jien inqis li hija serja.", "Din ġrat il-ġimgħa l-oħra fil-qasam kriminali ta' pajjiżna u nixtieq inwassal il-preokupazzjoni tiegħi għaliex milli jidher ċerti liġijiet kriminali ma japplikawx għal ċerti nies, speċjalment għal ċerta persuna partikolari f'dan il-pajjiż.", "Illum se nesprimi l-preokkupazzjoni tiegħi fil-konfront tal-pulizija u ta' l-uffiċċju ta' l-avuktat ġenerali għall-mod ta' kif ingħataw ċerti pariri dwar proċeduri li kienu qed jintalbu li jittieħdu fil-qasam kriminali.", "Pero`, qabel nibda b'nota negattiva nixtieq nieħu l-opportunita` sabiex nifraħ lill-membri tal-korp tal-pulizija talli wettqu biċċa xogħol tajba ħafna.", "Hawn qed nirriferi għall-fatt li nstabu – ma nafx jekk għadhomx sabu l-persuni responsabbli għal din is-serqa - il-pitturi li kienu nsterqu mid-dar ta' l-avukat Giovanni Bonello, fosthom il-Caravaggio.", "Naturalment huwa dover min-naħa tiegħi - inkella nkun qiegħed nonqos - li nifraħ lill-korp tal-pulizija għal din is-sejba importanti u j'Alla jsibu l-persuni li kienu responsabbli għal dan l-att kriminali u jitressqu quddiem il-qorti sabiex issir il- ġustizzja.", "Issa ħalli niġi għas-suġġett li ridt nitkellem dwaru llum.", "Sur President, f'Jannar tas-sena l-oħra ċerti Carmel u Helen Galea li huma miżżewġin, kienu għamlu rapport lill-kummissarju tal-pulizija, bi kwerela, sabiex jiġu nvestigati diversi persuni f'dak li kien allegat bħala messa in scena ta' frodi.", "U fost dawn il-persuni kollha ssemma dak li llum huwa magħruf aktar milli huma magħrufin l-Onor.", "Gavin Gulia u l-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici li qiegħed in-naħa l-oħra tal-Kamra u kull membru li hawn hawnhekk.", "Qed nirriferi għall-famuż Joseph Fenech, sive Żeppi l-Ħafi.", "Sur President, dan ġie akkużat minn din il-familja li allegatament għamel messa in scena billi akkwista biċċa art fuq konvenju - jiġifieri ma xtrahiex - li ma kenitx tal-persuna mingħand min kien qed jixtriha, għax din il-persuna kienet qed tippossjediha biss bi qbiela mingħand il-gvern.", "Għalhekk din ma setgħetx tbigħ id-dritt tagħha ta' qbiela, aħseb u ara kemm setgħet tbigħ art tal-gvern.", "Pero` jirriżulta li b'xi mod jew ieħor, kif se ngħid aktar 'il quddiem, sar konvenju sabiex dan Joseph Fenech, ma' oħrajn, jixtri din l-art li hija tal-gvern.", "(Interruzzjonijiet) Jien mhux fuq hekk se nitkellem ̧ sur avukat ̧ imma se nitkellem fuq il-pariri li ngħataw, għax sub judice sa ċertu punt.", "(Interruzzjonijiet) Sur avukat, jien qiegħed nissindika l-mod kif saru l-affarijiet.", "Wara li sar dan ir-rapport bi kwerela - allura l-pulizija suppost li tmexxi, għalkemm għandha d-dritt ̧ jekk jidhrilha, li m'għandhiex tmexxi fuq il-kwerela tal-parti lesa, kif insejħulha aħna - dan Joseph Fenech flimkien ma' oħrajn, li mhux se nsemmi isimhom għaliex ġew eżonerati mill- qorti, daħlu f'konvenju ma' ħaddieħor sabiex ibigħu din l-art u tħallset somma ta' bejn wieħed u ieħor Lm16,000 li sal-lum għadha ma ngħatatx lura.", "Dan it-tieni konvenju naturalment ma setax jikkonkretizza ruħu f'kuntratt finali għax jekk ma jistax iseħħ l-ewwel konvenju sabiex Żeppi l-Ħafi u l- oħrajn jakkwistaw dik l-art, naturalment ma setgħux ibigħu.", "Il-fatt huwa li proprju minħabba li ma setax iseħħ l-ewwel konvenju ma setax iseħħ it- tieni konvenju, pero` ħadd ma ħa flusu lura għax il-flus li tħallsu abbażi tat-tieni konvenju, fejn Joseph Fenech kien qiegħed ibigħ flimkien ma' oħrajn ̧ ma ngħatawx lura.", "Almenu hekk qiegħed jingħad f'dawn il-proċeduri.", "Imbagħad, Mr Speaker, kien hemm il-kwestjoni ta' jekk dan jistax ikun ikkonsidrat bħala att kriminuż, att frodulenti u att ta' messa in scena minħabba li dawn kienu jafu in the first place li ma jistgħux ibigħu jew inkella jekk dan jinkwadrax ruħu bħala dejn ċivili normali.", "Issa kulħadd jaf li wara li l-pulizija naqsu milli jipproċedu fil-konfront ta' Joseph Fenech, ftit wara l-kwerelanti, is-sinjuri Galea, għamlu dak il-famuż challenge li hemm f'artiklu 541 tal-Kodiċi Kriminali, jiġifieri talbu lill- qorti tal-maġistrati sabiex tordna lill-kummissarju tal-pulizija jieħu l- azzjoni kriminali meħtieġa fil-konfront tal-persuni ġaladarba l-kummissarju tal-pulizija, fuq il-pariri li ngħata mill-uffiċċju ta' l-avukat ġenerali, biex inkun fair, iddeċieda li ma jipprosegwix fil-konfront ta' Joseph Fenech.", "Proprjament fil-21 ta' April li għaddew il-qorti, ippresjeduta mill- maġistrat Consuelo Scerri Herrera, iddeċidiet li filwaqt li fil-konfront tal-persuni l-oħrajn li ġew implikati f'dan il-każ mis-sinjuri Carmel u Helen Galea ma jissustistux l-estremi għall-azzjoni kriminali, fil-konfront ta' Joseph Fenech jissussistu l-elementi prima facie għall-azzjoni kriminali u allura ordnat lill-kummissarju tal-pulizija jieħu l-passi kriminali opportuni kontra l-istess Joseph Fenech għax skond il-qorti, hija tħoss prima facie li hemm lok għad-denunzja abbażi ta' l-artiklu 308 tal- Kodiċi Kriminali, jiġifieri hawnhekk qed nitkellmu dwar frodi u messa in scena.", "Dan aħna kollu nafuh għax tħabbar il-ġimgħa l-oħra, pero` li qed niskanta huwa kif ċerti affarijiet, Mr Speaker, ...", "Jien akkwistajt kopja tad- digriet tal-qorti u l-qorti ċanfret kemm lill-pulizija kif ukoll lill- uffiċċju ta' l-avukat ġenerali - għalkemm hemm riferenza għall-uffiċċju ta' l-avukat ġenerali, fl-uffiċċju ta' l-avukat ġenerali hemm ħafna avukati, jiġifieri jien qiegħed nirriferi għall-uffiċċju ta' l-avukat ġenerali u m'hu qed nagħmel l-ebda riferenza għall-avukat ġenerali in persona - għall- mod leġġer li bih ingħataw il-pariri lill-kummissarju tal-pulizija biex ma jmexxix fil-konfront ta' Joseph Fenech.", "Mr Speaker, dan huwa każ ta' interess pubbliku u jien ġejt f'dan il- parlament proprju biex il-poplu mhux biss ikun jaf li l-qorti ordnat lill- kummissarju tal-pulizija jmexxi kontra Joseph Fenech imma tkun taf ukoll għaliex il-qorti ordnat lill-kummissarju tal-pulizija sabiex imexxi fil- konfront ta' Joseph Fenech.", "Fil-fatt il-qorti qalet hekk, u hawn se naqra testwalment minn digriet li tat l-abbli maġistrat Consuelo Scerri Herrera:", "\"L-avukat ġenerali, fir-risposta ppreżentata minnu fit-23 ta' Jannar 2003, jgħid li mill-kumpless ta' l-indaġni kulma jirriżulta fis- sempliċita` kollha kien biss l-obbligu assunt bejn il-partijiet.\"", "- jiġifieri min qiegħed jixtri u min qiegħed ibigħ; Joseph Fenech ̧ Żeppi l- Ħafi -", "\"Fil-konvenji rispettivi ma setax jiġi iktar onorat minħabba li t- titolu tal-proprjeta` ta' l-art, b'mertu ta' l-istess obbligu, kien tal-gvern, u dan irriżulta mir-riċerki rispettivi meta dawn saru.\".", "Jiġifieri hawnhekk x'qiegħed igħid l-uffiċċju ta' l-avukat ġenerali?", "Issa hawn irrid nagħmel parentesi żgħira u nippreċiża li qed nirriferi għall- uffiċċju ta' l-avukat ġenerali u mhux għall-avukat ġenerali.", "L-uffiċċju ta' l-avukat ġenerali qiegħed jgħid li wara li mir-riċerki rriżulta li l- art kienet tal-gvern, ma setax isir il-bejgħ relattiv, u allura qal li m'hemm xejn ħażin f'dan.", "Pero` x'qalet il-qorti?", "Il-qorti qalet - u hawn se nerġa` naqra testwalment - li:", "\"Il-qorti ma taqbilx ma' din it-teżi proposta mill-avukat ġenerali hekk sempliċi, u dan għaliex ix-xjenza li kellu Joseph Fenech dwar it- titolu tal-proprjeta` kienet pre-eżistenti qabel ma saru r-rispettivi konvenji.\"", "jiġifieri Joseph Fenech kien diġa` jaf li ma setax ibigħ din l-art, imma xorta waħda baqa` għaddej bil-konvenju - almenu hekk tgħid il-qorti - u rċieva anke l-flejjes mingħand ix-xerrej prospettiv.", "Il-qorti qalet ukoll li:", "\"In oltre huwa indikattiv li Fenech xtaq jagħmel gwadann personali għaliex il-flus li ġew mgħoddija mir-rikorrenti, għalkemm kienu dovuti lit-tliet vendituri, ...\"", "- għax kien hemm oħrajn ma' Joseph Fenech -", "\"... ġew miżmuma minn Fenech ad insaputa tal-vendituri l-oħra.\"", "Il-qorti kompliet ukoll tissindika l-mod ta' kif ingħataw dawn il-pariri u fil-fatt qalet:", "\"Lanqas il-qorti ma taqbel ma' din l-asserzjoni gratwita ta' l- uffiċċju ta' l-avukat ġenerali, u dan għaliex mill-provi prodotti mill- istess prosekuzzjoni jirriżulta li l-venditur Joseph Fenech kien jaf bit-titolu eżistenti fuq il-fond in vendita u m'huwiex minnu li huwa sar jaf b'dan it-titolu wara li saru r-riċerki relattivi.\"", "Il-qorti tkompli tgħid - u se nkompli naqra testwalment - li:", "\"Fil-fatt l-uffiċċju ta' l-avukat ġenerali jgħid li kienet tkun sitwazzjoni totalment differenti li kieku rriżulta li r-riċerki kienu diġa` saru qabel il-konvenju u ġew avvanzati l-flus lil Joseph Fenech meta kien diġa` ġie stabbilit li t-titolu ta' proprjeta` kien difettuż.", "Infatti din il-qorti hija tal-fehma li din hija eżattament is-sitwazzjoni li għandha quddiemha.\".", "Dan ħareġ mill-provi, I mean this is for the upteenth time, u għalhekk hija serja l-biċċa.", "Dan il-bniedem, mill-każijiet kollha li ssemmew ta' l- attentat ta' omiċidju ta' Richard Cachia Caruana, irriżulta li huwa bniedem li ddobba u li ġie ppremjat bi tliet maħfriet presidenzjali, li fl-aħħar mill-aħħar ma wasslu għall-ebda gwadann għall-Istat u għall-ġustizzja għaliex b'dawk il-maħfriet presidenzjali ma nstabitx il-ħtija ta' Meinrad Calleja.", "Ir-raġuni ewlenija għaliex ingħataw dawk il-maħfriet presidenzjali kienet proprju sabiex tinstab il-ħtija f'Meinrad Calleja fl- attentat ta' omiċidju ta' Richard Cachia Caruana.", "L-uniku bniedem li ggwadanja mill-maħfriet presidenzjali kien proprju Joseph Fenech għaliex dak ġie eżonerat minn kull responsabbilta` kriminali filwaqt li l-iskop tal- ġustizzja baqa' ma twettaqx, u llum nafu li kif inhuma ċ-ċirkostanzi u l- affarijiet illum, qatt ma jista' jitwettaq.", "Mr Speaker, illum nisimgħu wkoll li anke f'dan il-każ, li kieku ma kenitx għall-qorti tal-maġistrati kien ikun hemm deċiżjoni ta' id eżekuttiva ta' l- Istat li kienet twaqqaf proprju proċeduri kriminali fil-konfront ta' Joseph Fenech.", "L-abbli kollega tiegħi, l-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici, bir-raġun qal li dan huwa każ sub judice.", "Dan huwa veru.", "Għad irridu naraw jekk il- kummissarju tal-pulizija ...", "Safejn naf jien diġa` għaddew għaxart ijiem, u għadhom ma ġew ippreżentati l-ebda proċeduri kriminali fil-konfront ta' Joseph Fenech, jiġifieri għad irridu naraw.", "Nistennew u nittamaw li ma nitherrewx.", "Pero` barra minn hekk, li kieku ma kienx għall-maġistrat in kwestjoni, il- proċeduri fil-konfront ta' Joseph Fenech ma kenux jibdew u l-biċċa kienet tieqaf hemm.", "Għall-uffiċċju ta' l-avukat ġenerali ma kienx hemm każ u l- każ ta' frodi ta' Lm16,000 kien jieqaf hemm.", "Mr Speaker, għalija Joseph Fenech jista' jgħaddi proċedura kriminali, kif suppost se jgħaddi, u jista' jiġi lliberat.", "B'daqshekk m'hi se tagħmel l- ebda differenza għax il-fatt huwa illi kieku ma kenitx għall-qorti tal- maġistrati, kieku ma kenux jibdew il-proċeduri kriminali fil-konfront tiegħu minħabba li l-kummissarju tal-pulizija u l-uffiċċju ta' l-avukat ġenerali kienu ddeċidew hekk.", "Jien ma nafx imma dan donnu huwa bniedem li kulħadd jibża' minnu.", "Dan huwa bniedem li huwa arċi-kriminali by his own admission, bniedem li Alla jbierek, għandu fedina penali li twassal minn hawn sa Għawdex u lura, nafu li diġa` nstab ħati diversi drabi - għax hekk uriet il-fedina penali tiegħu - għal diversi reati li għandhom x'jaqsmu ma' messa in scena u mal-frodi, u jien ma nistax nifhem kif l-uffiċċju ta' l- avukat ġenerali u l-pulizija ma kkonvinċewx ruħhom fuq il-każ li tressaq.", "U kellu jsir challenge għaliex ma ridux imexxu każ ieħor ta' frodi fil- konfront ta' Żeppi l-Ħafi fejn mill-provi, almenu mill-provi prima facie, żgur jirriżulta li hemm każ fil-konfront tiegħu.", "Dan li qed ngħid ireġi iktar u iktar meta wieħed jikkonsidra li ż-żewġ persuni l-oħrajn li kienu implikati ma' Joseph Fenech f'dan il-każ ġew eżaminati u l-qorti proprju sabet li hemm każ prima facie kontra dan l-imbierek Joseph Fenech li donnu dan il-pajjiż ma jistax jieqaf jisma' bih.", "Jekk ma nisimgħux bih fuq il- każ ta' l-attentat ta' omiċidju ta' Richard Cachia Caruana, issa nisimgħu bih fuq il-każ tar-raġġieri.", "Mela dan il-bniedem iddobba tliet maħfriet presidenzjali u issa pprovaw anke jwaqqfu fil-konfront tiegħu proċedura kriminali ta' frodi taħt artiklu 308 tal-Kodiċi Kriminali.", "Imma dan il- bniedem x'għandu iktar minna f'dan il-pajjiż?!", "Din hija l-preokkupazzjoni kbira tiegħi; li minn żmien għall-ieħor dan il-bniedem donnu jgawdi mill- indulġenza ta' l-Istat; tliet maħfriet presidenzjali u mbagħad deċiżjoni ta' żewġ idejn eżekuttivi ta' l-Istat li jipprovaw iwaqqfu proċedura kriminali illi kieku ma saritx challenge quddiem il-qorti kriminali, il- qorti tal-maġistrati ma kenitx issib li l-kwerelanti Carmel u Helen Galea għandhom raġun.", "Sur President, jien għandi f'idejja d-digriet tal-maġistrat Consuelo Scerri Herrera tal-21 ta' April 2004 pero` m'iniex se nqiegħdu fuq il-mejda tal-Kamra minħabba li hemm ismijiet ta' nies li kienu ġew implikati f'dan il-każ u li l-qorti ma sabitx li jeżisti każ prima facie fil-konfront tagħhom.", "Jekk inpoġġi dan id-dokument fuq il-mejda tal-Kamra, dan jista' jiġi faċilment f'idejn il-press li min-naħa tagħhom jistgħu jsemmu dawn l- ismijiet.", "Huwa veru li tal-press jistgħu jiksbu din l-informazzjoni mod ieħor, imma almenu f'dak il-każ ma nkunx responsabbli jien.", "Diġa` għaddew kważi għaxart ijiem minn mindu l-qorti tal-maġistrati, permezz tad-digriet tagħha tal-21 ta' April ta' din is-sena, tat ordni lill-kummissarju tal- pulizija biex jipproċedi, u jien qed nistenna li minn ħin għall-ieħor jinħarġu l-akkużi formali fil-konfront ta' Joseph Fenech għax hekk għandu jkun sabiex titmexxa proċedura kriminali kif suppost u titwettaq ġustizzja.", "Jekk issirx liberazzjoni jew le m'huwiex importanti, l-aqwa li jibdew il- proċeduri u ma jkunx hemm iktar sulluzzu f'dan il-każ partikolari.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Herrera.", "ONOR.", "JOSE` HERRERA: Mr Speaker, jien ma nixtieqx nibda d-diskors tiegħi b'polemiki, imma għada se tkun l-aħħar darba li nitkellem f'dan il- parlament qabel ma Malta tissieħeb fl-Unjoni Ewropea, u għalhekk b'nostalġija nista' ngħid li għamilt tmien snin mill-karriera tiegħi fil- parlament mod u issa se nara kif se jibda jiffunzjona dan il-parlament minn meta Malta tissieħeb fl-Unjoni Ewropea.", "Il-preokkupazzjoni ta' din in-naħa - u fil-fatt din il-preokkupazzjoni ġiet irrapportata wkoll fil-gazzetti - hija li aħna sinċerament - u mhux biex nipprovaw nikkreaw il-polemiki - ma nħossux li l-parlament Malti huwa attrezzat biżżejjed f'dik li hija struttura, f'dik li hija assistenza teknika u f'dik li hija assistenza segretarjali biex jilqa' l-isfidi ġodda li ġejjin mill-parlament Ewropew, speċjalment meta wieħed iqis li aħna d-deputati parlamentari rridu nfendu kompletament għal rasna u m'għandna backing ta' xejn.", "Fil-fatt min m'huwiex ministru u m'għandux xi kariga uffiċjali, bħal ngħidu aħna deputy speaker jew whip, lanqas biss għandu l-uffiċċju tiegħu fejn ikun jista' jiġi jaħdem hawn, fil-bini tal-parlament.", "Din hija speċi ta' riflessjoni nostalġika ta' żmien li se jinbidel.", "Mr Speaker, l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna huwa abbozz ta' liġi li wieħed jista' jikkritikah b'mod ġenerali u qed ngħid dan mhux għax aħna m'aħniex qed naqblu mas-sustanza ta' l-emendi li saru.", "Hawnhekk jien se nitkellem b'mod ċar u għalhekk ngħid bla tlaqliq li ħafna mill-emendi li saru huma tajbin pero` jien nikkritika dan l-abbozz ta' liġi minn żewġ aspetti.", "L-ewwelnett ma naħsibx li huwa f'waqtu u f'loku li b'daqqa ta' pinna, b'liġi waħda, tolqot xi 15-il liġi oħra.", "Ta' min igħid li ħafna mil- liġijiet li qed jiġu emendati permezz ta' dan l-abbozz ta' liġi m'għandhom x'jaqsmu xejn ma' xulxin.", "Per eżempju, fost affarijiet oħrajn l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna qed jemenda l-liġi li tirrigwarda l-bank ċentrali, il-liġi li tirrigwarda t-trattati, il-Kodiċi Ċivili, il-Kodiċi Kriminali, il-liġi li tikkonċerna l-expropriation tal-proprjeta` u l-liġi li tikkonċerna l-mediċini, jiġifieri f'dan l-abbozz ta' liġi hawn ħafna liġijiet li m'għandhom xejn x'jaqsmu ma' xulxin u huma mixħutin ħallata ballata f'korp ta' leġislazzjoni waħda, u issa l-parlament qed jiġi invitat biex jagħti lip-service lil dawn l-emendi kollha.", "Ta' min isemmi wkoll li s-soltu kull abbozz ta' liġi li jkun se jitressaq quddiem il-parlament jiġi hawn u kull deputat ikollu l-40 minuta tiegħu biex jiskrutinja dak l-abbozz ta' liġi, li huwa ħin tajjeb, pero` meta dan il-parlament jiġi ffaċċjat b'tip ta' leġislazzjoni bħal din, fejn ikun hemm volum ta' liġijiet li jkunu se jinbidlu permezz ta' abbozz ta' liġi wieħed, wisq nibża' li l-parlament ma jkunx jista' jeżonera l-funzjoni tiegħu kif imiss.", "Fil-fatt din hija parti mill-kritika ta' l-oppożizzjoni Laburista.", "Ta' min jgħid ukoll li matul l-aħħar leġislatura kien anke propost li meta aħna nimplimentaw ċerti aspetti mill-acquis communautaire, il-prim ministru jingħata l-funzjoni li jagħmel it-tibdil kollu li jkun se jsir mingħajr ma jressaq il-liġi fil-parlament.", "Fil-fatt kien il-partit Laburista li kien għamel pressjoni qawwija f'waqtha fuq il-gvern sabiex ibiddel fehmtu, u l- gvern biddel fehmtu, pero` mbagħad il-gvern sab l-easy way out billi minflok ma qagħad iressaq abbozz ta' liġi wieħed wara l-ieħor, ġabarhom kollha f'abbozz wieħed, xeħithom quddiemna u naturalment permezz ta' item wieħed fuq l-aġenda tal-parlament se jkun żbarazza ruħu minn dawn l-emendi kollha.", "Dik hija l-kritika tiegħi b'mod ġenerali fuq dan l-abbozz ta' liġi.", "Mr Speaker, biex nagħti eżempju ta' kemm l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna se jbiddel affarijiet, se nieħu l-iktar aspetti li laqtuni u nikkummenta fuqhom għax naturalment m'għandix ċans indur it-taqsimiet kollha li fih dan l-abbozz ta' liġi, li fih iktar minn 20 taqsima.", "Issa hawn irrid nerġa` ngħid, għax din hija ħaġa li iktar 'il quddiem se nirrifletti fuqha, li l-gvern tant ried iqassar u tant ried ikun spedit biex jgħaddi dan l-abbozz ta' liġi li quddiemna għandna biċċa leġislazzjoni li hija mimlija cross-references, jiġifieri minflok ma l-liġi tkun tispjega ruħha b'mod ċar u luċidu, ikollok erba' jew ħames klawsoli li jkunu qed ibiddlu kapitlu sħiħ ta' xi liġi partikolari.", "Fi kliem ieħor, f'dawk l- erba' jew ħames klawsoli tant isiru cross-references li meta inti tiġi biex tanalizza dik il-liġi titgerfex u ma tifhimhiex.", "L-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna m'huwiex ċar u ma jinftiehemx, speċjalment, per eżempju, meta wieħed jibda jara dawk l-emendi li qed isiru għall-Kodiċi Kriminali.", "F'dawn l-emendi hemm ħafna cross-references li jikkreaw feeling u sentiment ta' konfużjoni.", "Aħna tgħallimna li l- Ingliżi għandhom vizzju li meta jilleġislaw, jilleġislaw b'mod komplikat ħafna.", "Fil-fatt dawn jagħmlu paragrafi indeterminabbli b'ħafna cross- references u allura meta l-qrati jiġu biex jinterpretaw dik il-liġi, xi kultant ma jkunux jafu fejn qegħdin u jkunu jridu jagħtu l-interpretazzjoni tagħhom ta' kif għandha tiġi interpretata dik il-liġi bl-iktar mod wiesa'.", "Għalkemm matul dawn l-aħħar snin f'pajjiżna kien hemm din it-tendenza, fortunatament aħna konna iktar tradizzjonali fis-sistema tagħna u l-liġi tagħna għamilniha iktar sempliċi permezz ta' l-użu ta' ħafna artikli, subartikli u paragrafi biex min ikun qed jaqra l-liġi, ikun qisu qed jaqra ktieb u b'hekk jifhem iktar.", "Madankollu dan l-abbozz ta' liġi ġie mfassal fuq stil Ingliż fejn biex tifhem liġi u tasal għall-konklużjoni tiegħek inti tkun trid taqbad ħames jew sitt volumi ta' leġislazzjonijiet differenti u tagħmel ħafna cross-references, u din hija kritika oħra li għandi jien għal dan l-abbozz ta' liġi.", "Mr Speaker, wieħed mill-aspetti li laqatni f'dan l-abbozz ta' liġi huwa dak li jikkonċerna l-Kodiċi Kriminali, u hawnhekk se nirriferi għall-emendi li saru għal artiklu 23A tal-liġi li tikkonċerna l-money laundering u għal- liġi dwar id-droga fejn hawnhekk qed naraw li kull fejn hemm tifsira għal \"reat rilevanti\" minflok ma qed nitkellmu fuq delitti issa qed nitkellmu fuq reati.", "Meta wieħed jinnota dan, jibda jistaqsi: Imma hawnhekk x'qed jipprova jgħid il-gvern?", "Għax safejn naf jien għalkemm delitt huwa reat, m'huwiex kontravvenzjoni, mentri reat huwa crime u offence li jista' jkun jikkonsisti kemm fi crimes kif ukoll f'kontravvenzjonijiet.", "Għalhekk hawn il-leġislatur qiegħed jespandi l-implikazzjoni ta' artiklu 23, u hawnhekk qed nitkellem fuq ordni ta' sekwestru ta' proprjeta` minħabba money laundering, fuq inforzar ta' ordnijiet ta' konfiska minn pajjiżi oħra u fuq affarijiet simili, li huma affarijiet serji ħafna.", "Jien ngħid li r-reati msemmija fil-liġi Maltija li tikkonċerna l-money laundering u f'dik li tikkonċerna d-droga huma kollha delitti u m'hemmx kontravvenzjoni waħda.", "M'iniex qed ngħid dan biex infettaq, imma ġaladarba hawnhekk qed nemendaw, jien irrid spjegazzjoni għal dan.", "Meta wieħed iħares lejn l-emendi li qed isiru għal-liġijiet tal-money laundering u tad- drogi, isib li dawn qed jitkellmu fuq delitti u mhux fuq kontravvenzjonijiet, jiġifieri ma nafx għaliex il-gvern qed jespandi l-punt b'dan il-mod.", "Fl-emendi kollha li saru għal dak li jikkonċerna l-Kodiċi Kriminali, qed inneħħu l-kelma \"delitti\" u nħallu biss il-kelma \"reati\" u fejn tissemma l-kelma \"ħabs\" qed indaħħlu l-kelma \"detenzjoni\", jiġifieri donnu l-ħsieb tal-liġi huwa biex ma nagħmlux iktar differenza bejn dawk li huma kontravvenzjonijiet u dawk li huma delitti, jiġifieri reati.", "Aħna nafu x'inhuma kemm il-konsegwenzi ta' reat kif ukoll l-elementi li jikkostitwixxu delitt, u nafu wkoll li l-elementi li jikkostitwixxu kontravvenzjoni huma ferm inqas gravi pero` hawn qisna m'aħniex qed nagħmlu iktar distinzjoni bejn waħda u oħra, u nixtieq inkun naf għaliex.", "Dik hija l-ewwel osservazzjoni tiegħi.", "Mr Speaker, fil-klawsoli li qed jemendaw il-Kodiċi Kriminali qed nitkellmu fuq delitti, u wieħed ma jistax juża l-kelma \"reat\" minflok \"delitt\" għax il-kelma \"delitt\" fil-lingwaġġ legali ma tfissirx biss murder imma tfisser ukoll reat serju, imma mhux kontravvenzjoni.", "Fil-fatt dawn il-klawsoli jikkonċernaw delitti kontra l-awtorita` pubblika.", "Ta' min igħid li dawn id- delitti, għalkemm m'ilhomx jeżistu xi sekli, ilhom jeżistu.", "Ħafna minnhom ġew introdotti ftit snin ilu, pero` oħrajn ilhom jeżistu mill-bidu tas- seklu l-ieħor, liema delitti bażikament jikkonċernaw korruzzjoni.", "Hawnhekk qed naraw li l-pieni se nżiduhom ħafna.", "Biżżejjed ngħid li fejn qabel kien hemm massimu ta' erba' snin, din telgħet għal għaxar snin, fejn qabel kien hemm massimu ta' tliet snin, din telgħet għal ħames snin, fejn qabel kien hemm minimu ta' sitt xhur, din telgħet għal minimu ta' 13-il xahar u fejn qabel kien hemm massimu ta' sitt xhur, din telgħet għal tliet snin.", "Ta' min igħid li dawn il-pieni jirriferu għal dawk ir-reati li huma kontra l-awtorita` pubblika, li huma kawżi ta' korruzzjoni u li nsibuhom f'artikli 117, 118, 120 u 121 tal-Kodiċi Kriminali.", "Għalhekk dawn il-pieni se nagħmluhom ferm u ferm iktar ħorox milli kienu, u jien qed insemmi lilhom biex nagħti eżempju.", "Din hija riforma radikali għax hawnhekk qed nemendaw kapitlu sħiħ tal-Kodiċi Kriminali tagħna u qed nirrivedu l-pieni kollha.", "Dan qed isir f'korp u f'qafas daqstant vast u divers.", "Dik hija l-kritika tiegħi.", "Mr Speaker, jien naqbel li forsi l-pieni kienu pjuttost leġġeri ħafna, speċjalment fi kwestjonijiet ta' korruzzjoni u ta' tixħim ta' public officers, u jagħmel sens li aħna, bħala pajjiż emanċipat u demokratiku, inqisu dawn ir-reati b'serjeta` kbira.", "Għaliex?", "Għax fejn m'hemmx deterrent, isiru l-abbużi, u f'pajjiżi serji kwestjonijiet ta' korruzzjoni, abbużi kontra l-awtoritajiet pubbliċi u affarijiet simili, jitqiesu bħala affarijiet serji għaliex dawn jiżvalutaw il-prestiġju u s-serjeta` ta' pajjiż.", "Għalhekk hija ħaġa pożittiva li dawn il-pieni se jiżdiedu, pero` li m'hawnx hawnhekk - u naħseb li kien ikun interessanti li kieku jkollna biex ma jkollniex naqgħu dejjem fuq id-deskrizzjoni presidenzjali - huwa dak li hemm fil-liġi li tikkonċerna d-droga, Kap. 101, li min jikxef, ....", "Qed ngħid dan b'mod partikolari għax hawnhekk għandek li min b'xi mod ikun implikat fl-att ta' korruzzjoni, dak jitqies bħala kompliċi u jeħel l- istess pieni li hemm kontemplati.", "Naħseb li jekk irridu nkunu serji u naqbdu lill-whistle-blower, jiġifieri lill-persuna li tikxef, irridu nagħtuha l-karrotta, kif tajniha f'kapitlu 101.", "Kif diġà semmejt, f'dan il-kapitlu nsibu li min jagħti xi informazzjoni titnaqqaslu l-piena.", "Jien mhux qed ngħid li ma jeħel xejn għax inkella jista' jkun hemm abbużi mod ieħor.", "Naħseb li ladarba qed inbiddlu din il-liġi - għalhekk qed ngħidlek li kienet tkun interessanti kieku kellna niddiskutuha bħala liġi ad hoc għax din hija liġi mportanti - nistgħu nintroduċu l-istess aspetti li hemm f'kapitlu 101 fejn min jikxef, anke jekk ikun parteċipi, titnaqqaslu l-piena bi grad jew b'żewġ gradi.", "Naħseb li dan ikun makkinarju b'saħħtu sabiex inkomplu neliminaw il- korruzzjoni.", "Ladarba qed nitkellmu fuq dan is-suġġett nixtieq nagħmel riflessjoni fuq dak li kont ili nitkellem dwaru, jiġifieri li f'dan il-pajjiż ̧ għalkemm hemm il-qrati biex jiġġudikaw, sfortunatament m'għandniex makkinarju awtonomu jew taħt l-umbrella tal-parlament li hu kapaċi jinvestiga dawn l- affarijiet.", "Huwa veru li hemm it-tribunal għall-investigazzjoni tal- korruzzjoni li jagħmel ir-rapporti, pero` l-partit Laburista għar- raġunijiet li semma dejjem irreġistra r-riżervi tiegħu għal dak li jikkonċerna dan it-tribunal.", "Ħafna drabi meta jkun hemm xamma ta' korruzzjoni, il-gvern jappunta chairman ta' bord ta' investigazzjoni hu.", "Fil-fatt jappunta lil xi mħallef jew imħallef irtirat.", "Pero' jekk jiġi nvestigat ministeru - per eżempju, jiġi nvestigat il-ministeru fejn hemm l-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici fuq korruzzjoni; qed insemmi lill-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici biex niġbidlu saqajh, għax m'għandix dubju fuq l-integrita` assoluta tal-ħabib u kollega tiegħi - ma jagħmilx sens li s-segretarju parlamentari jew il-ministru jappunta hu stess il-bord jew iċ-chairman ta' min se jinvestiga lilu nnifsu.", "Din ilna ngħiduha u anke meta tan-naħa l-oħra kienu fl-oppożizzjoni kienu jgħiduha.", "Huwa tajjeb li wieħed iżid id-deterrent u jżid il-pieni pero` m'għandniex makkinarju.", "Aħna konna ħlomna bl-idea li nintroduċu jew inwessgħu l-poteri tal- maġistrat inkwerenti.", "Ridna li jkun hemm żewġ maġistrati jew a pool of magistrates, bħalma hemm fis-sistema Taljana ̧ li primarjament il-funzjoni tagħhom tkun dik li jinvestigaw allegazzjonijiet ta' korruzzjoni pubblika anke b'mod ex officio - jiġifieri mingħajr rapport - u jkollhom pulizija ġudizzjarja u budget awtonomu għalihom biex jiffunzjonaw għas-salvagwardja ta' l-integrita` tal-pajjiż u ma jkunx hemm abbużi.", "Din l-idea konna qegħdin inrawmuha.", "Niftakar li fl-ewwel leġislatura tiegħi konna diġa` bdejna niddibattuha din u kien hemm avviċinament min- naħa ta' l-oppożizzjoni, jiġifieri l-gvern tal-lum - niftakar li l-aħħar kelliem min-naħa tagħna kien l-Onor.", "George Vella – li kienu ħarġu b'ideat tajbin.", "Fil-fatt konna waqqafna dibattitu biex nipprovaw naslu għal ftehim dwar kif nikkreaw jew insaħħu din l-istituzzjoni ġudizzjarja.", "Fil-fatt dawn kienu avviċinawna u qalulna li kienu lesti li jiddibattu magħna biex naslu fuq xi modus vivendi bejnietna u nikkreaw din l-istituzzjoni.", "Naturalment li ġara hu li nbidel il-gvern, għaddew żewġ leġislaturi u din l- idea ntesiet.", "Darba kont qajjimt argument quddiem dan il-parlament u sostnejtu billi rriferejt għall-Erskine May u għal dak li jiġri f'parlamenti oħra, bħall- House of Commons u anke barra mill-Ewropa fl-Istati Uniti, fejn il- parlament ikollu kumitat ad hoc li jkun kumitat ġudizzjarju tal-parlament - il-parlament tradizzjonalment baqagħlu funzjonijiet residwali ta' natura ġudizzjarja, anzi l-parlament fl-antik beda qisu qorti u baqagħlu dawn il- poteri ġudizzjarji li ċerti pajjiżi żammewhom b'iktar saħħa - li jkun kompost minn deputati parlamentari miż-żewġ naħat tal-Kamra u li x-xogħol primarju tiegħu jkun bħala ultimate watchdog għal dawn l-abbużi u affarijiet simili.", "L-istess, din l-idea baqgħet fuq l-ixkaffa u għalhekk qed ngħid li meta wieħed jitkellem fuq kapitlu bħal dan ikun aħjar jekk ikollna dibattitu sħiħ.", "Ladarba qed nitkellem fuq dawn l-artikli rrid nirreferi wkoll għal klawsola 70 - dan qed ngħidu biex is-segretarju parlamentari jaraha ftit – li qed iżżid proviso mal-liġi eżistenti.", "Klawsola 70 tirriferi għal meta dawn id- delitti ta' korruzzjoni jsiru, per eżempju, minn membri ta' għaqdiet barranin, membri ta' parlamenti barranin f'Malta, jiġifieri jkunu public officers li ma jkunux Maltin imma jkollhom is-sede hawn Malta.", "Hawnhekk qed nagħmlu emenda fejn qed ngħidu li meta l-persuna nvoluta tkun imsemmija fil-paragrafi (a), (b), (d) jew (e) għandhom japplikaw id- disposizzjonijiet 115, 116, 117 u 120 tal-Kodiċi Kriminali u meta qegħdin nirriferu għal paragrafu (c) għandhom japplikaw id-disposizzjonijiet 118 u l-120.", "Meta wieħed jaqra din il-liġi jinduna li l-pożizzjoni diġa` qiegħda hekk.", "Jien ma stajtx nara wisq differenza u għalhekk qed ngħid li hawn konfużjoni għax tant hawn cross-references li l-liġi diġa` tistabbilixxi li jekk ikun barrani, li naturalment ikollu kariga pubblika, huwa espost għal dawn il- proċeduri.", "L-emenda jien ma fhimthiex u forsi l-ministru jsemmihieli at a later stage.", "Fil-każ tal-money laundering insibu li neħħejna l-kelma \"delitt\" u erġajna daħħalna l-kelma \"reat\".", "Issa ma nistax nifhem kif money laundering jista' qatt ikun kontravvenzjoni u qed nistaqsi lill-ministru għaliex qegħdin inneħħu l-kelma \"delitt\".", "Issa qegħdin nitkellmu fuq taqsima oħra li tikkonċerna l-provvedimenti għal dak li huwa money laundering, fejn erġajna neħħejna l-kelma \"delitt\" u daħħalna konċett iktar wiesa' għax minflok m'għandek crime għandek offence.", "Nerġa' nenfasizza l-punt li quddiemna għandna emendi fundamentali għall- qafas ġuridiku tagħna li kienu jimmeritaw dibattitu sħiħ.", "Meta konna qegħdin ngħaddu l-liġi dwar il-money laundering jien kont fil-kumitat u niftakar li konna fettaqna fuq kull klawsola u subklawsola għax tant hemm poteri vasti fl-investigazzjoni u fl-ipproċessar ta' reati ta' dan it-tip, tant isiru affarijiet minn wara dahar min ikun indizjat ̧ li kien hemm ċerti perikli u ridna nissalvagwardjawhom.", "Niftakar li bqajna nfettqu għal seduta wara l-oħra fil-preżenza ta' l-attorney general, jew id-deputy attorney general, biex niċċaraw l-affarijiet.", "Issa hawnhekk daħħalna klawsola 74 li qed temenda dak li kien l-artiklu (6A) u din tgħid hekk:", "\"Meta jkun intgħamel jew ikun intalab ordni ta' sekwestru, kull min, għax ikun jaf jew ikollu suspett li l-ordni ta' sekwestru jkun hekk intgħamel jew intalab, jiżvela xi ħaġa li x'aktarx tippreġudika l- effetti ta' dak l-ordni jew ta' xi investigazzjoni li jkollha x'taqsam magħha, ikun ħati ta' reat u jista', meta jinstab ħati, jeħel multa ta' mhux iżjed minn ħamest elef lira jew priġunerija ta' mhux iżjed minn 12-il xahar ...\".", "Infakkar li meta konna qegħdin nanalizzaw dawn lemendi, l-argument prinċipali kien x'inhi l-pożizzjoni ta' l-avukat u l-privileġġi ta' l- avukat qua l-klijent.", "Jekk avukat ikun qed jiddefendi jew jassisti lil xi ħadd f'dan ir-rigward u jagħtih parir li ̧ skond kif jidhru l-affarijiet, probabbilment se jkun hemm dan it-tip ta' sekwestru, allura l-avukat ukoll huwa soġġett għal din is-sanzjoni tal-liġi?", "Qed nagħmel dan il-punt għax dan kien tqajjem meta konna qegħdin niddibattu l-liġi fis-sustanza u konna għamilna ħafna riżervi fuqha.", "Għalhekk inħoss li għandha tiġi ċċarata.", "Aħna l-avukati li naħdmu fil-kriminal, meta jkollna ċerti każi, nagħtu parir li jista' jkollok dan it-tip ta' sekwestru fuq il-proprjeta`.", "Allura wieħed għandu jkun jaf jekk meta jagħti dawn il-pariri jistax jiġi espost għal dawn it-tip ta' reati.", "Naħseb li din hija xi ħaġa li għandha tiġi ċċarata.", "Naturalment imbagħad hemm l-emendi - din il-leġislazzjoni tant hija vasta li ma tistax tkopriha f'40 minuta - fuq il-bank ċentrali.", "Dawn huma nteressanti ħafna u issa li jumejn oħra se nidħlu fl-Unjoni Ewropea, il- bank ċentrali ried isir parti integrali mis-sistema Ewropea tal-banek ċentrali.", "Naturalment m'aħniex se ndaħħlu l-Euro għalissa u għadna ma nafux eżatt meta se tidħol.", "Pero` meta l-munita tagħna tispiċċa u nintroduċu l-Euro se jkun hemm ħafna x'wieħed jgħid dwar il-kwestjoni tar- rati ta' l-imgħax – imbagħad il-kwestjoni tal-kambju tispiċċa - għax dawk jiġu dettati mill-bank ċentrali Ewropew.", "Meta wieħed jaqra l-ewwel artiklu tas-sistema Ewropea tal-banek ċentrali jsib li:", "\"Il-Bank ikun jagħmel parti integrali mis-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali kif imwaqqfa taħt it-Trattat u, mingħajr preġudizzju għall- iskop primarju tiegħu skond l-artiklu 4 (1), għandu jipparteċipa f'illi jwettaq kull ħidma u jikkonforma ruħu ma' l-objettivi lilu mogħtija bil-Protokoll fuq l-Istatut tas-Sistema Ewropea ...\".", "Qed ngħidu \"bla preġudizzju għall-poteri li għandu\", għax għadna ma daħħalniex il-Euro.", "F'dan l-istadju l-liġi m'hijiex tgħid li l-bank irid joqgħod għad-dettam ta' bank ieħor.", "Pero` naturalment se jkun hemm pressjoni li l-bank tagħna jikkonforma ruħu u dan ifisser li jista' jkollna ndħil jew pressjoni fuq il-kwestjoni ta' base interest rates u basket of currencies.", "Għalkemm s'issa jrid jikkonforma ruħu bla preġudizzju għall- poteri tiegħu fuq kwestjonijiet ta' interessi jew rati ta' imgħax, naħseb li jista' ikollna xi ndħil.", "Jien m'iniex ngħid li din il-ħaġa m'għandhiex issir, imma qed ngħid li bil- mod il-mod qegħdin inbiddlu l-funzjonament tal-bank ċentrali tagħna.", "Naturalment hemm ħafna xi tgħid u wieħed irid jikkonsulta ruħu ma' nies li huma ntiżi fuq dan is-suġġett u jagħmel analisi serja ta' x'se jkunu l- implikazzjonijiet ta' dawn l-affarijiet, kif nagħmlu s-soltu.", "Naturalment dan ma tistax tagħmlu with a passing comment.", "Hemm ukoll, per eżempju, il-poteri tal-ministru li jista' jagħmel jew jikkrea penali qawwija għal min ma jikkonkorrix mal-provvedimenti tal-liġi tal-bank ċentrali.", "M'iniex ngħid li l-gvern ma jistax jagħmel provvedimenti ta' penali amministrattivi, għax għalkemm kien hemm żmien meta din kienet tiġi kontestata, illum dan il-konċett daħal.", "Jiġifieri l- gvern jista' jagħmel multi jew penali amministrattivi, pero` hemm il-limiti u s-soltu meta jkun hemm dan ikun hemm xi forma ta' struttura interna, xi tip ta' bord ta' appell jew xi metodu kif dak li jkun ikun jista' jikkontesta l-piena jew il-penali mposti fuqu, speċjalment jekk il-penali li jkun weħel tkun tammonta għal eluf ta' liri.", "Naħseb hemm ħafna x'tomgħod meta teżamina ftit il- provvedimenti li hemm li jikkonċernaw il- bank ċentrali.", "Nixtieq nagħmel another passing comment fuq l-emendi li qegħdin isiru għall- Kodiċi Ċivili.", "Hawnhekk qegħdin ngħidu li fejn hemm miktub \"sekond'awla\" ̧ \"qorti volontarja\" jew \"qorti ta' ġurisdizzjoni volontarja\" se tispiċċa u se nużaw il-kelma \"qorti\".", "M'hu qed ngħid xejn ħażin.", "Meta wieħed jara l- artikli li qed issir riferenza għalihom isib li dawn huma fuq kwestjonijiet ta' family court eċċ., u ovvjament ħafna mill-ġurisdizzjoni li kellha s- sekond'awla llum waqgħet taħt il-qorti tal-familja u allura wieħed irid jiftaħ b'dan il-mod.", "Pero' hawnhekk irrid infakkar li mhux billi ngħidu what's in a name għax lis-segretarju parlamentari diġa` kelli okkażjoni nagħtih ħasla f'wieħed mill-artikli li nħobb nikteb fil-gazzetti għax darba minnhom tbiddel l-isem u with a mere legal notice tajjarna l-qorti kostituzzjonali.", "Ma tistax tneħħi l-prim'awla tal-qorti ċivili sede kostituzzjonali with a mere legal notice meta dik hija enshrined fil- kostituzzjoni u l-ministru nduna bil-paniku li qam fuq din il-kwestjoni u biddilha.", "Allura hawn il-ministru forsi qed ikun sensittiv iżżejjed u kull fejn qed jara xi qorti msemmija b'mod miftuħ, qed ineħħi kull riferenza għal x'tip ta' qorti hi jew x'sede hi ta' dik il-qorti u qed idaħħal kullimkien il-kelma \"qorti\".", "Dan huwa tajjeb u m'huwiex għax qed nipprovaw inbiddlu ħafna affarijiet b'daqqa ta' pinna.", "Liġi interessanti oħra hija dik li titkellem fuq unfair competition li meta wieħed jagħtiha daqqa' ta' għajn jinduna li rridu niġu in line - dan m'huwiex ħażin lanqas - mar-regolamenti u ma' l-acquis communautaire.", "Hawnhekk nidħlu wkoll fil-kwestjoni ta' unfair competition u ta' state aid, ħaġa li kont dħalt fiha u enfasizzajt li m'hemmx proċedura ta' kif wieħed jikkontrolla l-istate aid.", "L-istate aid tant hija vasta li timpinġi fuq kollox, anke meta l-gvern jagħti għajnuna, jissussidja, jagħti imgħax, jagħmel xi għotja jew jagħti post b'kera baxxa.", "Issa meta ssir state aid trid tiġi reġistrata mal-kummissjoni Ewropea li tista' tgħid iva jew le, pero` l-qrati tagħna - din hija parti mill-corpus juris - se jkollhom il- jedd jissindikaw.", "Per eżempju, jekk kompetitur jinduna li qed tingħata xi għajnuna li qed tikkrea kompetizzjoni inġusta u din ma tkunx ġiet reġistrata mal-kummissjoni, jista' jagħmel kawża u l-qorti tista' tgħid li din hija kwestjoni ta' state aid.", "It-tifsira ta' state aid hija komplikata għax kollox jista' jkun state aid u xejn ma jista' jkun state aid.", "Għalhekk il-qrati tagħna se jkollhom jibdew jimplimentaw u jinterpretaw x'inhi l-istate aid fl-isfond tal-prinċipju ta' suq ħieles.", "Jien kont irrikkmandajt ukoll li din tkun forma ta' judicial review għax il- poter tal- qrati f'judicial review huwa stabbilit fil-liġi u tkun ħaġa tajba li wieħed jemenda dik ukoll sabiex iwessa' l-funzjoni u l-poter tal- qrati tagħna.", "Dawn diġa` għandhom dan il-poter għax hemm il-corpus juris li beda japplika mutatis mutandis għal-leġislazzjoni Maltija meta sirna parti mill-Unjoni Ewropea, pero` l-artikli tal-poteri tal-judicial review li għandna fil-Kodiċi Ċivili huma limitati.", "Ma tantx fadal ħin għad-disposizzjoni tiegħi, pero` xtaqt nagħlaq id- diskors tiegħi billi nagħmel xi kummenti fuq kwestjoni ta' skop pubbliku, cioe' meta l-gvern joħroġ requisition orders u acquisition orders, jiġifieri jieħu art mingħand il-privat għal skop pubbliku.", "F'dan is-sens ukoll qed isiru emendi interessanti għax", "Hawnhekk ukoll qed isiru emendi interessanti.", "Sfortunatament din tikkrea inġustizzji u tfakkarni fir-rapport ta' l-awditur ġenerali li daħal fuqha, għalkemm daħal fuqha minn aspett ieħor għax hu qal kif jista' jiffranka l- gvern, imma jien ngħid x'inhu ġust għaċ-ċittadin.", "Ħafna drabi meta l-gvern jieħu biċċa art jew proprjeta` jiddikjara li hi for public purposes u l- qrati tagħna jgħidu li ma jindaħlux fuq x'inhi public purposes.", "La hemm dikjarazzjoni ta' public purposes il-qrati jgħidu li m'għandhomx x'jissindikaw iktar.", "Kien hemm sentenzi iktar kuraġġjużi, fosthom waħda li ngħatat mill-prim imħallef emeritus Giuseppe Mifsud Bonnici, li qal li wasal iż-żmien li l-qrati jibdew jissindikaw x'inhu public purposes.", "Jekk neħodlok proprjeta` u mbagħad nagħmel business minnha, - kien hemm kawżi fuq hekk – fejn ħadt biċċa art u għamiltha mal-Freeport jew ħadt biċċa art u għamiltha lukanda, dik mhix public purposes.", "Ingħataw dawk is-sentenzi.", "Però sfortunatament ingħataw sentenzi oħra - ma rridx nikkwota għax involut fihom jien - fejn qalu li jekk ikun hemm dikjarazzjoni ta' public purposes il-qrati ma jissindikawx.", "Din m'hijiex fair għax jista' jkun hemm abbużi.", "Kien hemm abbużi fil-passat u jista' jkun hemm abbużi fil-futur.", "Però fi klawsola 143 ta' dan l-abbozz ta' liġi - again, din saret minħabba li se nsiru membri ta' l-Unjoni Ewropea u hija ħaġa tajba - fit-tifsira ta' \"skop pubbliku\" almenu qed ngħidu:", "\"fejn l-iskop sabiex jiġi eżerċitat xi dritt taħt l-Ordinanza jkun konness ma' l-utilizzazzjoni ta' xi art jew xi dritt konness jew relatat magħha għal kull raġuni marbuta mal-provvista, ħażna jew distribuzzjoni ta' karburanti jew sorsi oħra ta' enerġija, jew f'konnessjoni mal-provvista ta' xi servizz ta' utilita` jew servizz muniċipali jew proġett infrastrutturali, għandu jitqies bħala konness ma' jew anċillari għall-interess pubbliku jew utilità\".", "Hawnhekk bdejna niddefinixxu għall-ewwel darba x'inhu \"interess pubbliku\".", "Jista' l-partit Nazzjonalista fil-gvern jieħu dar u jagħtiha bħala club politiku lill-partit Nazzjonalista( Ma jistax.", "X'inhu interess pubbliku( Huwa tajjeb ħafna li qegħdin niddefinixxuh dan.", "Ħaġa oħra interessanti - u qamu kawżi wkoll dwarha - hija li meta l-gvern jieħu art jista' jbigħha jew jittrasferixxiha, pero` meta hu jbigħha jew jittrasferixxiha lil xi ħadd, il-persuna li tixtriha jew takkwistaha tkun marbuta wkoll li tużaha fl-interess pubbliku.", "Li ġara fil-passat kien li ttieħdet proprjeta` mingħand il-privat, oriġinarjament b'intenzjoni tajba għall-interess pubbliku, għaddew is-snin u l-proġett li suppost sar ma sarx jew sar mod ieħor.", "Imbagħad il-gvern iddispona mill-proprjeta` u min xtraha wżaha għall-kummerċ.", "Mela s-sid ikun ġie mċaħħad mill-prorpjeta` tiegħu biex finalment gawdiha ħaddieħor u qed jaqla' l-flus minn fuq dahru.", "Il-mod kif jiġi kkalkulat il-kumpens huwa wkoll arkajku u qatt ma jkun jirrifletti l-valur kummerċjali jew reali tal-proprejta`.", "Hemm formola li m'hijiex fair compensation għax il-Kostituzzjoni tagħti d-dritt lill-gvern jagħmel formola hu ta' kif jasal għall-kumpens.", "U l-Kostituzzjoni tgħidlek li jrid jagħti kumpens purche` li dak il-kumpens ikun regolat b'liġi li jagħmel il-gvern.", "Mela l-gvern jista' jgħaddi liġi - naħseb li din qabżitilhom lil ta' l- Unjoni Ewropea għax kieku kienu jgħidulkom tbiddluha wkoll - fejn jgħid kif għandu jinħadem il-kumpens u dak li jkun jieħu peanuts.", "Imbagħad int għandek dritt tmur quddiem il-land arbitration board - fejn iddum 20 sena tistenna sentenza għax ħadd mill-ġudikanti ma jrid jippresjedi quddiem dan it-tribunal, u għalkemm tajna d-dritt li nappuntaw nies irtirati xorta m'appuntajniex nies irtirati - mhux għaliex il-valur tal-proprejta` ma jkunx il-valur kummerċjali reali imma għax ikun hemm żball matematiku ta' kif inħadem il-kumpens skond il-liġi li għamel il-gvern stess.", "Dan huwa ħażin.", "Din hija ħaġa li taffettwa ħafna nies u naħseb li wasal iż-żmien li din il-kwestjoni tiġi indirizzata wkoll.", "Nirringrazzjak ̧ Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Joseph Brincat.", "ONOR.", "JOSEPH BRINCAT: Sur President, se nqajjem kwestjoni li trid tiddeċidiha s-Sinjorija tiegħek.", "Skond il-proċedura parlamentari - u marbutin biha - aħna rridu ngħaddu bill mis-Second Reading meta l-klawsoli tiegħu jaqgħu taħt l-objects and reasons.", "Hawnhekk għandna tliet għanijiet:", "\"(a) to bring them in line with the acquis of the European Union or to enable Malta to conform therewith\";", "- u hemm diversi klawsoli li huma hekk –", "(b) to effect corrections to a number of verbal errors in previous legislation\"; and", "- speċjalment fl-acquisition of immovable property mill-barranin, non- residents -", "(c) to give legal status to the publication of consolidated up-to-date versions of laws on the Internet.\"", "Imma hemm kwantita` ta' klawsoli oħrajn li ma jaqgħu taħt l-ebda waħda minn dawn l-għanijiet.", "Allura legalment dawk il-klawsoli m'humiex qed jgħaddu minn dan il-parlament skond l-objects and reasons li huma parti minn dan il- bill.", "Ħalli nieħu l-eżempju ta' l-emendi ta' l-Ordinanza dwar l-Akkwist ta' Artijiet għal Skopijiet Pubbliċi u nikkummenta fuqhom.", "Fi klawsola 143 m'għandniex definizzjoni aħjar imma żieda mad-definizzjoni biex jinkludu aspett ta' \"servizz ta' utilita` jew servizz muniċipali jew proġett infrastrutturali, għandu jitqies bħala konness ma' jew anċillari għall- interess pubbliku jew utilità.\"", "Hawnhekk minflok ipprovaw jillimitaw il- public interest u jagħtu definizzjoni tiegħu, qed jgħidu li l-proprjeta` privata tista' tiġi akkwistata mill-gvern għal skopijiet diversi mingħajr ebda konsiderazzjoni ta' xejn.", "Il-kollega tiegħi għadu kemm qal li kif ġie emendat dan l-artiklu, meta l- gvern jieħu art jista' jbigħha jew jittrasferixxiha.", "Huwa staqsa wkoll: Jista' l-partit Nazzjonalista fil-gvern jieħu dar u jagħtiha bħala club politiku lill-partit Nazzjonalista( Hawnhekk għandna li meta d-dritt tal- gvern jiġi trasferit lil persuna oħra jew awtorita`, imma ejja ngħidu persuna ̧ - u persuna tista' tkun persuna privata - dak se jibqa' jeżerċitaha for the public purpose bl-istess mod, imma m'huwiex marbut ma' l-iskop tal-liġi.", "Għax l-iskop li għalih issir id-dikjarazzjoni presidenzjali hawnhekk ikollok biss li it is required for a public purpose.", "Allura wieħed jista' jibni lukanda fuq dik l-art u jgħidlek li hija for a public purpose għax se jġib it-turisti.", "Bir-rispett kollu, din il-parti tal-liġi hija perikoluża, apparti li ma taqa' taħt l-ebda waħda mit-tliet object and reasons ta' dan l-abbozz.", "Jien ma naf bl-ebda leġislazzjoni ta' l-Unjoni Ewropea li tagħmel din l- impożizzjoni biex inkunu nistgħu niġu konformi.", "Anzi, nixtieq ngħid li b'sentenza tas-27 ta' Marzu 2003, bl-ismijiet Emanuela Vella kontra kummissarju ta' l-artijiet, il-qorti kostituzzjonali qalet li hemm partijiet minn din il-liġi u partijiet minn liġijiet oħrajn li qed juża l- kummissarju ta' l-artijiet li huma kontra l-fundamental human rights, kif inhuma fl-ewwel artiklu ta' l-ewwel protocol tal-konvenzjoni Ewropea.", "Dan għaliex ma jagħtux aċċess għall-qorti biex wieħed jikkontesta jekk hijiex qed tittieħed for public purposes jew le.", "Il-qorti kostituzzjonali dakinhar ordnat li kopja tintbagħat lill-parlament ħalli jieħu l-passi biex jemenda dik il-liġi.", "Imma minflok sar hekk, qed nagħmlu bil-maqlub ta' dak li hemm fil-konvenzjoni Ewropea għax qed ngħidu li l-gvern jista' jgħaddi l-proprjeta` lill-privat u jgħid li qed jużaha for public purposes.", "Qed immorru anke kontra l-ġurisprudenza tal-qorti Ewropea.", "Issa jien ma nafx jekk Strasbourg, meta jkun qed jiddeċiedi fuq il-human rights, ikunx f'konflitt ma' l-Unjoni Ewropea, pero` jien persważ li dan mhux verbal error, m'huwiex legal status of the publication on the internet u lanqas qed isir biex jiġi in conformity with the acquis.", "Imma jien se mmur iktar minn hekk.", "Hemm liġi oħra li qed tiġi emendata dwar il-lands department, il-liġi dwar l-eviction, b'liema liġi jekk tkun bla titolu, il- gvern jaqbad, jagħtik in-notice u tkun trid toħroġ 'il barra.", "Huwa veru li din il-liġi saret fi żmien il-gvern Laburista, pero` bil-konċetti li għandna llum ma naħsibx li għadha ġustifikata u għadha according to human rights.", "Ir-raġuni għal dan hija sempliċi.", "Ħalli nagħti eżempju.", "Kien hemm nies li kellhom proprjeta` tal-knisja, u l-knisja għaddietha għand il- gvern, jiġifieri issa sar il-gvern il-proprjetarju.", "Ara kieku din il- proprjeta` baqgħet taħt il-knisja, il-knisja ma kenitx tkun tista' teħodhielhom għax kienet tkun trid tagħmlilhom kawża u kien ikun diffiċli li tagħmlilhom eviction u tiżgumbrahom.", "Imma issa, għax din il-proprjeta` ġiet għand il-gvern, bil-poteri li ta lilu nnifsu l-gvern ̧ dan jista' jaqbad u joħroġ lil dak li jkun minn dik il-proprjeta` bħallikieku xejn, u llum qed nagħmlu liġi biex inżidu dak il-poter mingħajr ma nagħtu aċċess lill-qorti biex naraw il-ġustifikazzjoni.", "Lill-ministru, li qed narah ikemmex xufftejh, jien ngħidlu: Dik il-parti tal-liġi li titkellem dwar l- eviction from government property taqa' taħt verbal amendment?", "Issa se niġi biex nitkellem fuq xi ħaġa li hija serja ħafna li taqa' taħt l- acquis u li tirrigwarda l-kwarantina tal-pjanti.", "Jiddispjaċini li ħaġa bħal din se jkollna nibilgħuha sa griżmejna meta f'pajjiż żgħir bħal tagħna, maqtugħ bil-baħar, kellna l-opportunita` li kif nindunaw li hemm xi mard x'imkien ieħor, nipproteġu lilna nfusna billi nagħmlu kwarantina fuq il- pjanti.", "Qabel jekk wieħed ried iġib pjanta, ma kienx ikun jista' jġib ħamrija magħha.", "Fil-fatt niftakar li l-mibki ex-ministru Abela, li kien dilettant sew tal-pjanti, meta kien iġib il-pjanti minn barra meta jsiefer, l-ewwel ħaġa li kien jagħmel kienet li jneħħihom mill-ħamrija ħalli jkun jista' jdaħħalhom Malta.", "Dak iż-żmien il-pjanti kienu bla dazju, u hu kien jgħaddi bihom f'idejh u jneħħilhom il-ħamrija għax bil-ħamrija setgħu jinżammu.", "Ara llum, b'din il-liġi li qed nagħmlu, minħabba li issa se nsiru territorju wieħed mhux se jkun hemm iktar protezzjoni.", "(Interruzzjonijiet) Subartiklu (2) ta' paragrafu (b) ta' artiklu 2 kif propost fi klawsola 49 taħt taqsima X jgħidlek ċar u tond li:", "\"For the purposes of this Act the terms \"import\" and \"export\" shall not include the introduction of a thing into Malta or the taking out of a thing from Malta, from or to respectively, a member state of the European Union, ...\".", "Mela issa ejjew ngħiduha li mhux se jibqa' jkun hemm il-kontrolli li kien hemm qabel fuq l-importation ta' prodotti minn pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea, u dik kienet protezzjoni kbira għalina.", "Issa m'hemmx x'tagħmel, imma jiddispjaċini meta nara dawn il-kontrolli jitneħħew, u bħalma qed jiġri fuq il-kwarantina tal-pjanti qed jiġri wkoll fuq affarijiet oħra minħabba li se jinfetħu l-bibien.", "Il-protezzjoni li kellna bħala pajjiż żgħir fuq affarijiet delikati, bħalma huma l-pjanti u s-siġar, ...", "Issa jien m'iniex qed ngħid dan biss minħabba l-ambjent imma anke minħabba l- bdiewa.", "Il-kwarantina pproteġietna minn ħafna affarijiet.", "Huwa veru li ssib lil min jistagħġeb meta jisma' li nkunu se nżommu xi ħaġa kwarantina, imma kemm kienet bżonnjuża dik!", "Allaħares ħallejna kollox jgħaddi, qisu ma ġara xejn!", "Issa jkun tajjeb jekk ngħid xi ħaġa fuq it-tipjip.", "Naf li hawnhekk qed nitkellem f'minoranza għax minn dawn li qed nara madwari, naħseb li huwa jien l-uniku wieħed li npejjep, pero` jkolli ngħid li filwaqt li l-Unjoni Ewropea tagħmel pressjoni sħiħa fuq it-tipjip billi tagħmel reklami u regolamenti kontra t-tipjip, imbagħad fl-istess ħin hija tiffinanzja l- industrija żgħira tal-produzzjoni tat-tabakk, jiġifieri l-bdiewa li jkabbru t-tabakk ġewwa l-Ewropa jitħallsu mit-taxxi tan-nies.", "Mela tajjeb; l-ewwel noħorġu l-flus għall-bdiewa li jkabbru t-tabakk ġewwa l-Ewropa u mbagħad noħorġu l-flus biex nipprovaw nikkonvinċu lin-nies biex ma jpejpux!", "Dan ifakkarni f'dak il-famuż serje ta' films ta' \"Yes, minister\"!", "Insomma, kontradizzjonijiet fuq it-tabakk jeżistu kullimkien, u jien m'iniex se noqgħod nagħmel xi difiża fuq it-tabakk għax iktar ma qiegħed jgħaddi ż- żmien, iktar qiegħed insir kontra tiegħu.", "(Interruzzjonijiet) Din m'hijiex qiegħda fil-bill għax kieku toħroġ minn dawk it-tliet paragrafi li hemm taħt l-objects and reasons tal-bill.", "Irrid ngħid ukoll li klawsoli 61 u 62, li qegħdin taħt taqsima XV u li jirrigwardaw il-Land (Compulsory Eviction) Act, żgur li ma jaqgħux taħt l- objects and reasons ta' l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna.", "Issa ħalli nirriferi għal parti oħra ta' dan l-abbozz ta' liġi, dik li tirrigwarda n- nomenklatura tal-qrati.", "Sur President, dieħla d-drawwa li minflok ma l-ministru jiġi bil- leġislazzjoni hawnhekk biex jagħti isem lil xi qorti, jaqbad u jagħtiha isem hu.", "Jiddispjaċini ngħid li se jkollna lill-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili jistabbilixxi li tadixxi qorti, imma mbagħad liema qorti se tadixxi ssibha f'regolament li jista' jinbidel mil-lum għal għada.", "Huwa ħażin li l-kompetenza interna tal-qrati ma tkunx stabbilita b'leġislazzjoni u b'regolamenti, u lill-ministru nixtieq niġbidlu l-attenzjoni li huwa żbaljat li nibqgħu nillapazzaw fuq din l-imbierka liġi tal-familja, fuq is- sekond'awla u fuq il-ġurisdizzjoni volontarja jew inkella ma naqblux ma' ġurisdizzjoni volontarja u mbagħad ngħidu li għandna naraw x'isem se nagħtuha.", "Għalija huwa perikoluż li nagħmlu dan b'regolamenti għax jekk għandna artikli tal-liġi li jgħidu liema hi l-kompetenza u kif inhi mqassma, imbagħad f'daqqa waħda ma nistgħux noħorġu artiklu ieħor fejn nagħtu l- poter lill-ministru li jbiddel l-isem għax inkunu qed nagħmlu xi ħaġa falza.", "Dan huwa ħażin għax il-kodiċi ta' organizzazzjoni u proċedura ċivili huwa di ordine pubblico u jorbot lil kulħadd mill-imħallfin 'l isfel.", "Dak li hemm stabbilit fil-kodiċi ta' organizzazzjoni u proċedura ċivili jorbot lil kulħadd, bħalma huma r-regoli tal-parlament, li qed nikkwota llum jien.", "Jekk ikun hemm il-qbil tal-Kamra dwar ir-regoli tal- parlament, jista' jkun hemm deroga għalihom, imma jekk ma jkunx hemm qbil tal-Kamra dwarhom, huma dawk li jorbtu u jkunu jridu jiġu applikati.", "Għaliex?", "GĦax huma ta' ordni pubbliku, u l-proċedura żżommok f'pożizzjoni li taf fejn int. Issa jekk il-qrati għandhom ismijiet differenti u l- ministru għoġbu jbiddlilhom l-isem, b'daqshekk m'aħniex se ngħidu li qabel kien jisimha Ursula u llum ngħidulha Sally.", "Dan bħal meta niktbu l-isem \"Karmenu\" bis-\"C\"; biex niddistingwuha minn \"Karmenu\" niktbuha bil-\"K\".", "(Interruzzjonijiet) Jista' jkun ukoll li jkun hemm wieħed dilettant ħafna tal-Malti u jsemmi lit-tifel \"Karmenu\" u mbagħad dan jikteb li jismu \"Charles\".", "Issa aħna hawnhekk hekk se nispiċċaw; li l-ministru se jkollu dan il-poter, u jien ma nafx kif daħlet l-UE biex tindaħlilna anke x'insemmu lill-qrati tagħna!", "Għalhekk, Sur President, nerġa` ngħid li dawn il-klawsoli jmorru 'l barra mill-objects and reasons ta' dan l-abbozz ta' liġi, u huwa illegali li jsir dan għax imur kontra l-proċedura tal- parlament.", "Qed insemmi dawn l-affarijiet għax dawn il-klawsoli ma tistax tinkwadrahom taħt l-iskop tal-liġi li semmejt.", "Jien nissuġġerixxi lill-ministru biex jekk irid, almenu għall-konsistenza, ifassal bill qasir dwar il-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili u jemendah.", "Jekk jagħmel hekk, isib l- għajnuna tiegħi biex dak il-bill jgħaddi minn dan il-parlament f'qasir żmien mingħajr ħafna diskussjoni żejda għaliex wara kollox, what's in a name?", "Imma li nagħtu poter lill-ministru li jagħmel regolamenti biex isejjaħ struttura li jrid, hemmhekk le, għax illum isejħilha mod u mbagħad għada filgħodu jista' jqum u jibda jsejħilha mod ieħor!", "Ġieli ġrat, tafux, li għall-bidu tas-sena ħadd ma kien jaf x'jisimha l-qorti.", "Sur President, huwa ħażin ukoll li jkun hemm ħafna tibdil għar-raġuni sempliċi li l-printing u l-materjal kollu li jkun setted għall-qorti, fosthom computer programmes u mbarazz bħal dan, ikunu jridu joqogħdu jinbidlu.", "Ma ninsewx li tibdil bħal dan ifisser ħafna flus, u dawk ikun irid iħallashom iċ-ċittadin.", "ONOR.", "MEMBRU: Ma nesaġerawx!", "ONOR.", "JOSEPH BRINCAT: Dik hi l-frażi li saret tintuża; ma nesaġerawx!.", "Pajjiżi serji oħrajn jieħdu ħsieb is-soldi għax imbagħad il-liri jieħdu ħsieb tagħhom infushom.", "Il-mentalita` tal-gvern tal-lum hija: Ma jimpurtax!", "B'daqshekk!", "Lm10,000 'l hawn, Lm13,000 'l hemm, ...!", "Billi jkollhom jintremew il-formoli, il-karti u dawn l-affarijiet kollha!", "Din hija ħaġa sempliċi ħafna, u kollox huwa relattiv, imma kollox għandu l- ispejjeż tiegħu, u jekk ikollok affarijiet li qegħdin hemmhekk u ma tużahomx, aħna ngħidu: Qui prodest?", "Min qed jaqbillu?", "Jekk il-poplu ma jaqbillux, allura l-ministru jista' jwaħħal tabella fejn jgħid li l-isem għal din il-qorti vvintah hu u li l-parlament tah il-poter li jbiddlu meta jrid.", "Dan huwa ħażin għax il-ministru għandu jiġi hawnhekk u jgħid: \"Dan se jkun l-isem\", u kemm jista' jkun għandna nagħmluha konsistenti.", "Anke meta minn monarkija morna għal repubblika wkoll kienu saru spejjeż enormi, u jien nitlob lill-ministru biex jara xi spejjeż tinvolvi bidla bħal din f'dak li għandu x'jaqsam ma' printing tal-qorti u jkun jaf.", "Wara kollox m'hu fl-interess ta' ħadd li jinħlew il-flus.", "Jien m'iniex qed ngħid li dawk il-flus m'għandhomx jinħlew biex neħodhom jien jew ħaddieħor imma qed ngħid sempliċement li huwa ħażin li taħli.", "Issa, Sur President, nixtieq nitkellem fuq il-kwestjoni tal-korruzzjoni, u anke hawn, se nsemmi każ li m'huwiex verbal amendment, m'huwiex l-acquis u m'huwiex għall-official recognition tal-liġijiet fuq l-internet.", "Imbilli żżid il-pieni ma tkun qed tasal imkien, u r-raġuni għal dan hija sempliċi.", "L-ewwelnett ta' min isemmi l-omerta`.", "F'dan il-pajjiż għandna l-mentalita` ...", "Kellna membru parlamentari kien jgħidha bl-GĦawdxi għax kien iqabbilha mal-kelma \"mexa\".", "Min mexa, mexa u min ma mexiex mexxewh, u allura ħafna drabi l-mentalita` hi li dik hi l-aħjar ħaġa.", "Issa min ikun inqeda jgħidlek: Jien tajjeb.", "L-ieħor li nqeda jgħidlek: Jien tajjeb ukoll, u jerġa` jġiblu lin-nies.", "Jien naf b'każijiet li żgur m'hu responsabbli għalihom l-ebda ministru, imma li f'post partikolari jsibu mara beċċuna, jeħdulha Lm900 biex iġibulha post, u ma jsibux fejn hi dik li tkun ħaditilha dawn il-flus ...", "Fil-fatt din spiċċat biex ma ħadet l-ebda post, u hawn m'hu qed nagħmel l-ebda allegazzjoni lill-ministru, imma din il-mara marret tagħmel il-millantato credito li bid-Lm900 tista' ġġibilha post tal- gvern.", "Kien hemm ukoll każ ta' wieħed li għamel uffiċċju u qal lin-nies li se jimpjegahom mal-gvern.", "Dan kien millantato credito fis-sens li kien jiftaħar li kien kapaċi jagħmel dik il-biċċa, imma mbagħad hemm il- korruzzjoni wkoll, u jekk ma nitkellmux fuq il-korruzzjoni minn aspett iktar importanti ...", "Jekk min ikun fil-poter ikun għamel xi ħaġa llum u jgħaddu s-snin li huma msemmija hawnhekk, jista' jkun għadu fil-poter, ir- reat ma jkunx mikxuf u tkun għaddiet il-preskrizzjoni.", "Jekk ma titneħħiex il-liġi tal-preskrizzjoni fejn tidħol il-korruzzjoni, min ikun għadda ż- żmien jgħidlek: Baħri jien, anzi nagħmilha iktar kemm jista' jkun malajr ħalli t-terminu tal-preskrizzjoni jibda għaddej.", "Huwa veru li meta żżid il- piena, f'ċerti każijiet tkun qed iżżid il-preskrizzjoni, imma qabel ma titneħħa l-preskrizzjoni minn dan ir-reat li huwa diffiċli biex taqbdu, ma tasal imkien.", "L-unika ħaġa li ntmisset hawnhekk kienet tirrigwarda x- xiehda tal-kompliċi, imma fuq il-preskrizzjoni ma ntmess xejn.", "Jien niftakar li darba hawnhekk kien hawn wieħed li meta konna qed nitkellmu fuq din il-kwestjoni tal-preskrizzjoni kien inkwieta u ġie jistaqsini kemm hi l-preskrizzjoni.", "Jien, min-naħa tiegħi, għedtlu kif kienet il-preskrizzjoni skond il-liġi ta' dak iż-żmien, u b'dak li għedtlu straħ.", "(Interruzzjonijiet) Iva, qed naqblu fuq din, Onor. Mifsud Bonnici.", "M'iniex se ngħidha fuq missierek u lanqas se ngħidha fuqek.", "Forsi ngħidha fuq kuġinuk; Dr Karmenu Mifsud Bonnici!", "(Interruzzjonijiet) Qed naqblu wkoll!", "Sur President, in-nies sew ma jkollhomx għax jibżgħu.", "Bil-preskrizzjoni m'hemmx problemi, imma sakemm tħalli l-preskrizzjoni, minbarra l-omerta`, minbarra l-klikek ta' protezzjoni, u mbagħad wara ċertu żmien jibdew joħorġu biċċa 'l hawn, biċċa 'l hemm ...", "Imma jekk tkun għaddiet il- preskrizzjoni, bye-bye, u dan huwa ħażin.", "Min qiegħed fil-poter, tkun trid toqgħod għarkubbtejk quddiemu u tiddependi minnu, ...", "U meta qed insemmi lil min qiegħed fil-poter, m'iniex qed insemmi lill-ministri ħalli ma nsemmux lill-ministri biss għax il-ministru jista' jitla' u jinżel, daqqa jkun naħa u daqqa jkun naħa oħra, imma jkun hemm min ikun inkalla f'post u t-timbru tiegħu jkollu s-saħħa kollha.", "It-timbru tiegħu jkun iħoll u jorbot.", "It-timbru tiegħu jkun iġiegħel lill-ministru ta' kull bandiera u ta' kull kulur illi jkun jaf jagħtih il-parir f'dan il-każ mod u f'każ identiku bħalu jagħtih parir bil-maqlub.", "Dan m'iniex qed nivvintah, Onor. Mifsud Bonnici.", "M'iniex qed nakkużak, tafx!", "Meta sirt ministru jien, Alla jaħfirlu l-ex ministru Joe Cassar, li kellu karattru tad-deheb imma li ma kienx itajjar in-nar, ħallieli gwardarobba mimlija files.", "Huwa veru li huwa kien jaħli ħafna żmien f'Kastilja u ma kienx ikollu ċans joqgħod jara l-files, pero` dan ħallieli muntanja files, u jien bdejt narahom.", "Illum għandi ftit memorja, għalkemm dak iż-żmien kelli iżjed, u niftakar li darba minnhom, waqt li kont qed nara l-files, sibt suġġeriment.", "Issa hawnhekk qed nitkellem fuq 25 sena ilu, u dan is- suġġeriment kellu x'jaqsam ma' biċċtejn art fil-Mellieħa.", "Min kien hemm dak iż-żmien, qalli x'inhu l-parir tiegħu, u jien għamiltlu \"agreed\".", "Imbagħad wara xi tliet ġimgħat, kien ġie file ieħor - u dan il-file ġie quddiemi fl-istess ġurnata jew xi jumejn wara li rajt l-ewwel wieħed - li minkejja li l-każ tiegħu kien identiku, ma kienx ingħata l-istess parir.", "Għalhekk jien irbatt dawk iż-żewġ files flimkien, bgħatthom il-land department u għedtilhom: Isma', kif jista' jkun li f'każ \"A\" tajtu dan il- parir u f'każ \"B\" tajtu proprju parir bil-maqlub meta dawn iż-żewġ każijiet huma identiċi?", "Fil-fatt neħħejt il-firma li kont ilħaqt għamilt f'wieħed minn dawn il-files u bgħatthom lura lil-land department fejn għedtilhom li qabel ma ningħata spjegazzjoni għal dan, jien m'iniex se niffirma u li l- firma li għamilt kont qed nirrevokaha.", "Ta' min jgħid li dawn iż-żewġ files ma ġewx iżjed, u meta bdejt nistaqsi ma bdewx niftakru li bgħatthomlhom lura!", "Il-ministru jkun hemmhekk temporanjament, ħafna drabi jipprovaw ipoġġuh fuq taparsi pedestall, u allavolja l-istatwa tkun b'idejha miftuħin, huwa ma jkun qed jilqa' xejn filwaqt li dawk ta' taħtu joħorġu bil-kopp!", "Mhux hekk?!", "Onor. Mifsud Bonnici, jien qed nieħu gost li qed tidħak, u qed naralek id waħda miftuħa, jiġifieri b'idek vojta bqajt, u tagħmel sew, imma ħaddieħor jista' jkun għaddej galore, u huwa hawn fejn irridu noqogħdu attenti għax jekk ma nneħħux il-preskrizzjoni, ma naslux.", "Pero` biex naslu għal dan irid ikollna bill apposta li jkun jinkwadra ruħu skond l-objects and reasons ta' dak l-abbozz ta' liġi.", "Issa, Sur President, nixtieq ngħaddi biex nitkellem dwar il-kwestjoni ta' l- investigazzjoni.", "Huwa veru li meta l-partit Laburista kien fil-gvern, kien qiegħed jagħmel sottomissjonijiet għall-konsiderazzjoni li jkun hemm maġistrat inkwerenti.", "Forsi min kien qed jagħti l-parir, bħalma kien Di Pietro ġewwa l-Italja, fl-ordinament tagħna kien uffiċjal daqs uffiċjal tal- pulizija jew investigatur imma mbagħad kellu poteri ta' ordnijiet u kien jintgħażel mis-sistema ġudizzjarja.", "Ara l-kultura tagħna hija differenti, pero` huwa importanti li jitwaqqaf uffiċċju fejn fih ikun hemm investigaturi speċjalizzati fuq il-korruzzjoni.", "Waħda mill-affarijiet li għandna bżonn ...", "Fil-fatt jidher li hemm il-leġislazzjoni għaliha, pero` fil-ġenn tal-leġislazzjoni li hawn, din m'hijiex qed tinżel għand in-nies, lanqas bl-effett benefiku tat-twissija li hemm fil-liġijiet.", "Ġie emendat il-Kodiċi Kriminali, u issa m'għandniex biss il-korruzzjoni tal-players tal- football għax anke min jaħdem fl-industrija privata, jekk huwa jikkorrompi ruħu biex jagħmel xi ħaġa kontra l-employer tiegħu jew il-kumpannija tiegħu, huwa jitqies li jkun qed jikkommetti reat ta' korruzzjoni.", "Qabel din ma kenitx hekk għax kienu jkunu jistgħu jinstabu ħatja t'atti ta' korruzzjoni l-uffiċjali pubbliċi biss, imma issa anke dawk il-ħaddiema li jaħdmu fis-settur privat jistgħu jinstabu ħatja ta' korruzzjoni, u dan huwa tajjeb.", "GĦaliex?", "GĦaliex jista' jkun li l-ispejjeż ta' xi kumpannija partikolari jkunu qed jogħlew minħabba li jkollha mpjegati mlaħħqin, ...", "Għax hawn m'iniex qed nirriferi għall-impjegat iż-żgħir, bħall-purtinar.", "Fil-fatt jista' jiġri li għax purtinar ikun seraq biċċa fallakka jgħadduh quddiem id-disciplinary board u jkeċċuh u mbagħad impjegat ieħor, li jkun ordna 900 fallakka biex jagħmilhom zkuk tas-sulfarini - issa ħalliha li forsi dan iħallihom jixxarbu fix-xita u jispiċċa biex jieħu biss nofshom! - dak qisu ma jkun ġara xejn u ma jiġix meqjus bħala reat għax ikunu ngħataw xi perkaċċi.", "Sur President, jien nappella biex fuq il-kwestjoni tal-korruzzjoni nagħmlu a full-dress debate, mhux bħalma kien isir fl-imgħoddi meta kienet tqum l- għagħa u xi ħadd kien jaħseb li din qed issir ad hominem.", "Huwa importanti li dan ma jsirx meta jkun hemm xi każijiet partikolari ħalli min ikun se jitkellem ma joqgħodx jinkwieta li b'dak li se jgħid se jolqot lil dak jew lill-ieħor.", "Aħna nafu li fis-settur privat tagħna għandna anke kumpanniji barranin, u għalhekk jekk għallinqas aħna m'aħniex se nieħdu r-reputazzjoni li min ikun qed jinvesti hawnhekk, ikun qed jieħu his money's worth, min se jinvesti hawnhekk biex jisirquh ħaj?!", "Ma taħsbux intom li l-investitur ma jmurx jinvesti n-naħa t'isfel ta' Sqallija u ta' l-Italja minħabba l- mentalita` li hemm u l-kriminalita`?", "Dawn jgħidulek ċar u tond li ma jaqblilhomx jagħmlu dan.", "Hawnhekk jafu li meta wieħed imur jixtri xi ħaġa, għax se jixtriha għall- kumpannija, jippretendi li jgħaddi xi ħaġa lilu fil-privat.", "Meta kont għadni naħdem mal-gvern u kont se nsir avukat mort nixtri l-ewwel skrivanija għall-uffiċċju - mhux se ngħid minn fejn - u staqsieni fejn jista' jikkuntattjani.", "Dak iż-żmien kont naħdem il-qorti u qalli: La taħdem il-qorti, allura nista' nirranġalek prezz.", "Għedtlu: Imma din għalija personali rridha, jien m'għandix x'naqsam ma' xiri għall-qorti.", "Jiġifieri għal biċċa skrivanija li mort nixtri wkoll saritli l-offerta li jżid il-prezz ħalli hu jdaħħal iżjed u lili jagħtini xi ħaġa talli mort nixtri mingħandu.", "Oġġett żgħir, aħseb u ara f'affarijiet kbar!", "Din il- kultura nfirxet kullimkien.", "Mr Speaker, jiddispjaċini li qed nitkellem fuq dan is-suġġett f'dan id- dibattitu, imma, nerġa' ngħid - u qed nistenna ruling - li dawn l-artikli m'humiex imposti mill-Unjoni Ewropea.", "Dawn mhumiex żbalji verbali, il- korruzzjoni żbalji tal-boqxiex, tat-tixħim ...", "(Interruzzjonijiet) Iva, m'għandux x'jaqsam li żżidhom.", "Jien qed ngħid li billi żżid il-pieni ma tkunx qed tilħaq l-iskop tiegħek.", "Jekk inti ma tikkonċentrax fuq kif verament ...", "Semmejt lil Di Pietro.", "Fejn kienet il-kapaċita` tiegħu?", "Il- kapaċita` ta' Di Pietro kienet li ħoloq database hu - għax meta kien emigrant il-Ġermanja kien qiegħed fuq dak ix-xogħol - u ħoloq sistema kif jista' jintraċċja ċerti affarijiet.", "Kellu l-ewwel soffiata meta sabu li Pio Albergo Trivulzio kien qiegħed jieħu l-flus, imma kemm kien ilu jxammem ħaġa wara l-oħra!", "Mr Speaker, kif nippretendu li xi ħadd se jmur jgħid lill-pulizija li kkorrompa lil xi ħadd?", "Min taħseb li se jkun daqshekk ċuċ li jmur idendel kusu ma' bniedem fil-poter?", "Ma jagħmilhiex!", "L-ewwelnett għaliex sħabu jkunu spalla ma' spalla miegħu u ħafna drabi jkun hemm ċerta kompliċita` muta, illum jien u għada int. Allura kemm hu diffiċli li ċ-ċittadin ikun whistle blower!", "Irid ikun eroj u jgħidlek li issa ma jimpurtahx iżjed u jieħu r-riskji kollha.", "Jekk ma jispiċċax ħażin ukoll għax jibda jhedded!", "Id-dinja hija magħmula minn dan.", "Allura l-Istat irid jipprovdi dawn l- affarijiet għax inutli li taparsi nżidu l-pieni.", "Din l-istess bħall-kwestjoni tad-droga.", "Il-pieni żżidhom u se japplikaw għal min se jinqabad.", "GĦal dak li ma jinbadax se jieħu iżjed prekawzjonijiet u se juża sistemi iżjed sofistikati ħalli ma jinqabadx.", "Jien m'għandi l-ebda dubju mill-intenzjonijiet ta' l-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici, imma ejjew inkunu sensati – mhux qed ngħid li hu mhux sensat, m'iniex qed ninsultah - ejjew inħaddmu rasna mod ieħor għax s'issa ma kellniex ir-riżultati mixtieqa.", "Fejn kellna sistemi iżjed sofistikati milli normalment jintużaw kellna r-riżultati.", "Jekk qed nippretendu li jiġi xi ħadd biex idendel il-ġonġol jew idendel il-qanpiena, dak mhux se nsibuh, jekk ma jkunx qiegħed jirrikatta bil-maqlub.", "THE DEPUTY SPEAKER: Niġbidlek l-attenzjoni li skadielek il-ħin ta' l-40 minuta.", "ONOR.", "JOSEPH BRINCAT: Qabel ma nispiċċa, Sur President, jien poġġejt responsabbilta` fuq is-Sedja meta għedt li l-partijiet tal-liġi li semmejt ma jistax ikollhom lokhom f'dan il-bill.", "Kwalunkwe emenda jew new clause li trid issir trid taqa' fil-parametri ta' l-objects and reasons.", "Bir- rispett kollu, ma nistgħux nemendaw l-objects and reasons.", "Il-klawsoli nistgħu nemendawhom imma l-objects and reasons ma nistgħux.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Jien xtaqt nirreġistra li ma naqbilx ma' din l-interpretazzjoni li qed jagħti l-kollega tiegħi.", "Fil-fatt l-objects and reasons huma indikattivi ta' dak li għandu jkollha l-liġi u fil-fatt huwa stess qiegħed jaċċetta li dak li hemm fl-objects and reasons huwa diġà preżenti fil-liġi.", "Pero` l-objects and reasons qatt ma jsiru bil- ħsieb li qed jipprova jgħid hu għax huwa qiegħed jipprova jġibhom bħala supplementary notes għal kwalunkwe artiklu li hawn fil-liġi.", "L-objects and reasons huma indikazzjoni ta' x'hemm fl-abbozz ta' liġi, imbagħad wieħed irid jidħol fid-dettalji tagħhom.", "Għalhekk qed nirreġistra li ma naqbilx mal-ħabib tiegħi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Onor. Mifsud Bonnici, din mhijiex parti mill-winding up, għandi nifhem?", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Le, le, inti trid tagħti deċiżjoni.", "THE DEPUTY SPEAKER: Kollox sew.", "Ma nixtieqx li nagħmlu dibattitu fuq dan il-punt.", "L-Onor.", "Joe Brincat għandu xi kummenti.", "ONOR.", "JOSEPH BRINCAT: Nista' ngħid lill-ministru li meta kienu jiġu drafted l-objects and reasons konna noqogħdu attenti ħafna.", "Kieku għamel raġunijiet oħrajn fil-paragrafu li jistgħu jkopru emendi bħal dawn kienet tkun ħaġa oħra.", "Effettivament il-First Reading isir proprju biex jiġi ppubblikat abbozz ta' liġi li għandu bħala skop tiegħu dawk l-objects and reasons li jkunu parti mill-abbozz, allura huwa marbut magħhom.", "Meta jsir il-first reading lanqas ikun għadu ġie printed l-abbozz ta' liġi, allura x'inhu s-sens?", "X'qara l-membru parlamentari?", "L-objects and reasons ta' l- abbozz ta' liġi.", "L-objects and reasons iridu jkunu speċifikati u l- klawsoli jridu jaqgħu taħthom.", "Jekk issir klawsola addizzjonali li ma tkunx taqa' taħthom, irid ikun hemm il-qbil tal-Kamra.", "Jien għandi oġġezzjoni u l-oġġezzjoni tiegħi hija biżżejjed f'din il-kestjoni.", "L- oġġezzjoni tiegħi hija biżżejjed.", "Għandi s-saħħa li noġġezzjona, anke jekk jaqbel kulħadd.", "Jien mhux se naqbel u qed nitlob ruling.", "THE DEPUTY SPEAKER: Onor. Brincat, is-Sedja tifhem il-validita` tal- punti msemmija minnek, pero` niġbed l-attenzjoni li din hija t-tielet seduta li qed nitkellmu fuq dan l-abbozz ta' liġi.", "Niġbed ukoll l- attenzjoni għall-fatt li meta ntroduċa dan il-bill il-kap tal-Kamra qal li dan ma tantx ngħaddu bħalu, imma kull tant żmien jinħass dan il-bżonn.", "GĦalhekk nixtieq niġbed l-attenzjoni tiegħek li dan huwa każ ta' bżonn.", "Pero` s-Sedja tieħu nota ta' dan kollu u tiġbed l-attenzjoni tal-gvern u tad-drafters tal-gvern għal din it-tip ta' leġislazzjoni.", "Il-punti xorta jibqgħu validi, pero` fiċ-ċirkostanzi nħoss li għandna nipproċedu.", "L-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "JOSEPH BRINCAT: Wieħed jista' jgħid li hija inkonvenjenti għax hija t-tielet seduta, imma jien qomt nitkellem fil-ħin opportun tiegħi.", "Jien għandi dritt inqajjem dawk l-objections fil-mument li nkun qed nitkellem.", "Ma nistax inqum nitkellem qabel ħaddieħor.", "Jista' jkun li ċ- chief spokesman ta' l-oppożizzjoni li jippilota dak il-bill ma jidhirlux li għandu joġġezzjona, imma jien bħala membru individwali għandi dritt noġġezzjona.", "Jekk tajt ir-ruling, jien noqgħod għalih, pero` nirriżerva d- dritt li noġġezzjona.", "THE DEPUTY SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Tajjeb niġbed l-attenzjoni li l- objects and reasons mhumiex parti mill-parti teknika ta' l-abbozz, allura naħseb li l-objects and reasons, anke kif definiti mill-Erskine May, ma jaqgħux taħt il-punt li semmejt inti.", "Fl-aħħar mill-aħħar hemm it-titlu ta' l-abbozz li huwa abbozz ta' liġi biex jemenda diversi liġijiet.", "Naturalment is-Sedja tirrepeti li l-punti li semmejt inti xorta jibqgħu validi u tajjeb li ż-żewġ naħat tal-Kamra jeħduhom in konsiderazzjoni għal- liġijiet futuri.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici, jekk jogħġbu, jagħmel il-winding up.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Grazzi.", "Sur President, kwalunkwe liġi li titressaq hawnhekk hija importanti u għandha tkun waħda li finalment hija tajba għall-poplu u li għandha effett persważiv.", "Ovvjament kull soċjeta` minn żmien għal żmien tfittex il-metodi tagħha kif tasal biex tgħaddi liġijiet.", "Wieħed jista' jgħid li dejjem instabu metodi ġodda sabiex jitressqu dawn il-liġijiet.", "Anke din l-omnibus Act, għalkemm qed tqajjem ċerta għagħa u smajna numru ta' interventi minn membri ta' l-oppożizzjoni li fihom tkellmu kontra l-omnibus Act, wieħed irid jgħid li l-parlament Ingliż - li f'ħafna affarijiet inħarsu lejh - ilu jgħaddi din it-tip ta' liġi, omnibus Act, mhux mis-seklu li għadda imma mis-seklu ta' qabel.", "Ħafna drabi wieħed jirriferi għall-omnibus Act biex jgħaddi numru ta' liġijiet li ma jkunux neċessarjament marbuta ma' xulxin.", "Għalhekk f'dan il-parlament m'aħniex qed naġixxu b'mod li huwa żbaljat.", "Kull istituzzjoni tfittex li tagħmel il-liġijiet tagħha bl-aħjar mod li hija tħoss, u ovvjament irridu nieħdu in konsiderazzjoni l-fatt li l-ħin għad- dispożizzjoni tagħna huwa pjuttost limitat.", "Wieħed mill-punti ta' kritika li sar mill-Onor.", "Evarist Bartolo kien proprju fuq in-nuqqas ta' ħin li hemm għad-dispożizzjoni tal-membru parlamentari minħabba l-fatt li l-membru parlamentari hawnhekk huwa part- time u mhuwiex qiegħed on full-time basis.", "Imma dawn huma affarijiet li wieħed jispera li jiġu indirizzati fil-futur.", "Jien ktibt u sostnejtu hawnhekk diversi drabi li ma jistax ikun li l-membri parlamentari tagħna jibqgħu fuq bażi part-time, imma għandna nħarsu lejn membri parlamentari li jkunu fuq bażi full-time.", "Wieħed jifhem ukoll ċerti reazzjonijiet li ġew min-naħa l-oħra peress li dawn għamlu numru ta' snin jgħidu kontra l-Unjoni Ewropea.", "Kien hemm mumenti fejn bdejt inħoss li ċertu diskors kien xprunat minn paniku daparti tagħhom, li wara li ilhom dan iż-żmien kollu jgħidu kontra l-Unjoni Ewropea issa f'daqqa waħda qed iħossuhom iffaċċjati mir-realta` li se nkunu parti mill-Unjoni Ewropea.", "Allura qegħdin jirreaġixxu ta' malajr biex jipprovaw jibdew jifhmu x'inhi l-Unjoni Ewropea.", "Aħna ilna li dħalna f'dan il- proċess erba' jew ħames snin, jiġifieri nifhem ir-reazzjoni tagħhom.", "Jien smajt lil diversi persuni min-naħa ta' l-oppożizzjoni, fosthom il-kap ta' l-oppożizzjoni u l-Onor.", "Evarist Bartolo li t-tnejn taw x'wieħed jifhem li din hija xi liġi mgħaġġla jew li qed tipprova tagħmel l-affarijiet ta' malajr.", "Mentri fil-verita` din hija liġi li qed tikkonsolida ħafna liġijiet li għamilna qabel u qed tikkonsolida ħafna pożizzjonijiet li diġa` ħadna.", "Nifhem li forsi n-naħa l-oħra ma kenux qed jagħtu biżżejjed attenzjoni għal dan is-settur u kienu wkoll qed iżommu lilhom infushom sajmin minn informazzjoni fuq dan is-settur.", "GĦalhekk f'dan il-mument qed iħossu li kollox nieżel fuqhom.", "Jekk wieħed janalizza sewwa r-reazzjonijiet, speċjalment dik tal-kap ta' l-oppożizzjoni llejla, jifhem li huwa iktar paniku għall-fatt li qegħdin niffaċċjaw is-sħubija ta' l-Unjoni Ewropea, ħaġa li huma tant kienu kontrieha u lanqas biss riedu jidħlu fil-fond fiha u jiddiskutuha.", "Jien niftakar, għax il-memorja tiegħi mhijiex qasira, li meta ppreżentajna fil-parlament id-dokumentazzjoni kollha tan-negozjati kollha li saru, u kien hemm numru ta' dokumenti fuq kwalunkwe settur, il-kap ta' l- oppożizzjoni iddikjara li hu m'għandux bżonn jaqra dawn id-dokumenti kollha għax huwa kien konvint li Malta mhux se tidħol membru fl-Unjoni Ewropea.", "Pero` llum ħadd ma jista' jipprova jitfa' r-responsabbiltà fuqna.", "Huwa tort tiegħu, hu stess daħħal lilu nnifsu f'din is-sitwazzjoni għax għamel dan iż-żmien kollu jgħid kontra l-Unjoni Ewropea.", "Issa r-realta` nbidlet.", "Ir-realta` hija li aħna se nidħlu fl-Unjoni Ewropea u allura m'hemm xejn ħażin li wieħed iressaq liġi bħal din, li hija omnibus Act għaliex tmiss diversi liġijiet.", "Pero` fl-introduzzjoni tiegħu l-ministru tal-ġustizzja ħa ħsieb jispjega biċċa biċċa l-partijiet ta' l-omnibus Act li huma verament ta' sustanza, li mhumiex kosmetiċi jew tibdiliet ta' termini jew ta' ismijiet.", "Ma naħsibx li fil-winding up jien għandi nerġa' nidħol f'din il-liġi biċċa biċċa.", "Sur President, kuntrarjament għal dak li taw x'wieħed jifhem fid-diskorsi tagħhom, tan-naħa l-oħra ngħataw kull ħin għal skrutinju hawnhekk.", "Aħna ddibattejna, iddiskutejna u dħalna daqqa fil-prinċipji involuti u f'mumenti ħriġna wkoll barra mis-suġġett.", "Per eżempju, illejla bqajt skantat bid- diskors li għamel l-Onor.", "Gavin Gulia fuq każ li għadu sub judice.", "Jien ivverifikajt u sibt li s-sentenza li ngħatat mill-Maġistrat Consuelo Scerri Herrera fil-21 ta' April għadha tista' tiġi appellata għax subartikolu (3) ta' l-artikolu 541 tal-Kodiċi Kriminali jagħti d-dritt liż-żewġ naħat, sija min ikun għamel ir-rikors kif ukoll l-uffiċċju ta' l-avukat tar-repubblika, li jagħmel appell minn dik is-sentenza.", "Is-sentenza tintbagħat lill- uffiċċju ta' l-Avukat tar-Repubblika fi żmien jumejn tax-xogħol, u minn dik il-ġurnata li jiġi notifikat biex jippreżenta appell dan għandu sebat ijiem żmien biex jappella.", "U dak it-terminu għadu għaddej, jiġifieri mill-21 ta' April sal-lum lanqas ġimgħa għadha ma għaddiet.", "Jiġifieri t-terminu li fih wieħed jista' jappella għadu għaddej u, bir-rispett kollu, irrid ngħid lill-kollega - li huwa attent ħafna dwar diversi affarijiet - li f'din il-ħaġa ħareġ barra mill-binarji u tkellem kontra l-istanding orders li jgħidu li hu m'għandux jitkellem fuq każ li għadu sub judice.", "Jien ipprovajt inqajjem il-punt, pero` hu ma tax kasi u reġa' semmieh.", "Erġajt qajjimt il-punt pero` huwa baqa' għaddej bid-diskors tiegħu.", "Il-każ għadu sub judice, allura ma rridx nidħol fil-mertu tiegħu, u kien żball li huwa daħal fih.", "Din l-omnibus Act ma ħarġitx barra mill-paramentri tal-liġi, jiġifieri aħna ma ressaqniex abbozz ta' liġi u għedna li m'hawnx diskussjoni fuqu, anzi għamilna numru ta' seduti niddiskutuh.", "Wieħed irid jgħid ukoll li bi prudenza kbira min-naħa tagħna, ħlief il- Ministru Tonio Borg, il-Ministru Louis Deguara u jien ma tkellimnix għax il- bqija tad-dibattitu ttieħed kollu mill-oppożizzjoni.", "Ta' min jgħid ukoll li apparti dan il-proċess ta' skrutinju, għandna proċess ieħor ta' skrutinju li se jsir fil-kumitat tal-Kamra fejn hemmhekk se nduru l- klawsoli waħda waħda.", "Naħseb li wasal iż-żmien li nifhmu li sakemm aħna ma nkunux full-time hawnhekk, ma nistgħux noqogħdu nfasslu abbozz ta' liġi biex nagħmlu xi ħames emendi għax naħseb li dan ikun time-consuming, speċjalment meta jkun abbozz ta' liġi bħal dan li għandu ħafna affarijiet li qed jaqblu fuqhom iż-żewġ naħat tal-Kamra.", "Fil-fatt anke mid-diskorsi li saru mill-kollegi tiegħi tan-naħa l-oħra tal-Kamra jidher li hemm qbil fuq ħafna mill-affarijiet li fih dan l-abbozz ta' liġi tant li lill-Onor.", "Jose` Herrera u lill-Onor.", "Anġlu Farrugia smajniehom jgħidu diversi drabi kliem bħal, per eżempju, \"huwa tajjeb li se jsir dan\", jew inkella \"aħna m'aħniex qed ngħidu li din kontra tagħha\".", "Għalhekk naħseb li f'dan l- istadju qed isir ftit paniku żejjed u wieħed qiegħed jirreaġixxi malajr.", "Kien hemm xi ħadd li għamel ukoll il-punt illi abbozz ta' liġi bħal dan imessu mar quddiem il-kumitat permanenti dwar l-affarijiet barranin u Ewropej, pero` t-terms of reference ta' dak il-kumitat huma kompletament differenti.", "Il-kumitat permanenti dwar l-affarijiet barranin u Ewropej m'huwiex xi kumitat li tressaq abbozz ta' liġi quddiemu u mbagħad jekk japprovah, jitressaq quddiem il-parlament, imma huwa kumitat li jiddiskuti, jifli proposti li jkunu ġew magħmula taħt it-trattati tal-komunita` dwar leġislazzjoni, jara x'ikun għaddej dak iż-żmien u jeżamina kull proposta, kull strateġija jew proposti dwar pożizzjoni komuni, kull azzjoni konġunta, kull qafas ta' azzjoni u kull deċiżjoni li tkun qed tittieħed.", "Għalhekk il- proċess tal-kumitat li qed jirriferu għalih dawn il-ħbieb tiegħi huwa kompletament differenti minn dan il-proċess, għalkemm dak il-proċess se jsir ukoll.", "Infatti dak huwa proċess li matul din l-aħħar sena seta' jsir sa ċertu punt, u f'dak il-kumitat hemm membri miż-żewġ naħat tal-Kamra, jiġifieri l-obbligu mhux dejjem qiegħed fuq din in-naħa tal-Kamra imma anke fuq in-naħa l-oħra tal-Kamra.", "Huwa veru li din is-sena għaddejna minn diversi stadji.", "Per eżempju, fost affarijiet oħra li saru, il-partit Laburista aġġorna ruħu mal-kwestjoni ta' l-UE u aħna aġġornajna iktar lilna nfusna biex inservu ta' xprun għall-UE għaliex wieħed irid jgħid li fl-UE dejjem tiskopri li hemm iktar xogħol x'irid isir, u dan mhux għax ma tkunx għamilt ix-xogħol qabel, anzi proprju għaliex tkun għamilt ix-xogħol qabel li tiskopri li tista' tavvanza iktar 'il quddiem.", "Għalhekk jien ngħid li qed isir paniku żejjed fuq dan l-abbozz ta' liġi min-naħa l-oħra tal-Kamra.", "Aħna qed narmaw lilna nfusna.", "Qed tingħata attenzjoni sabiex dan il- kumitat ikun magħmul minn nies kompetenti li jistgħu jagħtu kontribut siewi, u wieħed m'għandux jipprova jċekken dan l-isforz.", "Jien naf li s-Sedja ħadet il-miżuri kollha neċessarji sabiex dan isir, u għalhekk ħassejtha żleali ħafna min-naħa tal-kap ta' l-oppożizzjoni li jattakka s-Sedja fuq din il-ħaġa għax mhux is-Sedja biss għandha ċerta responsabbilta` imma anke ż-żewġ naħat tal-Kamra, u jekk kemm-il darba ż- żewġ naħat tal-Kamra jafu li qed isiru l-interviews u qed isir dak kollu li huwa neċessarju biex dawn in-nies jiġu ingaġġati, ma jmessux sar dak l- attakk fuq is-Sedja bħallikieku hija s-Sedja biss li għandha r- responsabbilta` fuq din il-kwestjoni u mhux aħna wkoll.", "Punt ieħor li tqajjem minn xi membru imma ma niftakarx eżattament minn min huwa li wieħed jiġih dubju jekk kemm-il darba meta inti temenda diversi liġijiet f'salt intix qed timxi b'ċerta konformita` u intix qed toqgħod għall-aims u l-objectives tal-liġi.", "Huwa veru li sfortunatament kien hemm xi membri li tkellmu fuq dan l-abbozz ta' liġi mingħajr ma daħlu fil-fond fuq dak li tgħid u ma tgħidx il-liġi, pero` jien ngħid li din hija koperta wkoll taħt il-liġi u għalhekk m'hemmx din id-diffikulta` li ġiet sollevata min-naħa l-oħra.", "Mr Speaker, issa nixtieq nirriferi għal parti ta' dan l-abbozz ta' liġi li għalkemm ġiet enfasizzata mill-Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern, ma ngħatatx biżżejjed attenzjoni, u hawn qed nirriferi għal dak li hemm fi klawsola 58 fejn qegħdin ngħidu li qegħdin nagħtu l-awtorita` biex issir pubblikazzjoni ta' verżjoni konsolidata ta' kull edizzjoni riveduta li tkun tinkorpora kull emenda li tista' tkun saret għal xi liġi f'edizzjoni riveduta.", "Jien naħseb li huwa importanti li dan il-pass isir.", "Dan qed nagħmluh sia fuq il-kwestjonijiet tal-liġi ordinarja u sia fuq il- kwestjonijiet tal-liġi sussidjarja.", "Inħass il-bżonn li ssir ħaġa bħal din għax għalkemm fuq l-internet diġa` għandek għad-dispożizzjoni tiegħek il- liġijiet tal-pajjiż, ħafna drabi l-emendi li jkunu saru għal xi artikli ma jkunux ċari.", "Allura aħna x'qegħdin ngħidu hawnhekk?", "Hawnhekk aħna qegħdin nagħtu l-possibbilta` li meta wieħed ikun fuq l-internet, ikun jista' jara kemm l-artiklu kif kien kif ukoll l-emenda li tkun qed issir għalih.", "Fil- fatt din id-diffikulta` li kienet qed tinqala' kien qalli biha xi ġudikant, u għalhekk dak li qed isir fi klawsola 58 huwa pożittiv ħafna.", "Wieħed kien qed jiltaqa' wkoll ma' din id-diffikulta` f'dawk li huma transitory provisions għax ħafna drabi dawn ma jkunux imniżżlin fil-kodiċi jew fil- liġi li tkun qed temenda u għalhekk il-fatt li inti ddaħħal din it- transitory provision għandha sservi ta' pass kbir 'il quddiem.", "Din hija xi ħaġa pożittiva wkoll għax tagħti l-fakulta` lill-pubbliku, speċjalment lil dak il-pubbliku li huwa ftit familjari mal-liġijiet tal-pajjiż, li japprezza iktar il-proċess li aħna għaddejna minnu sabiex inkunu nistgħu nagħmlu l-liġi kif inhi llum.", "Klawsola 58 hija wkoll saving clause għax hawn qed ngħidu li jekk kemm-il darba tinħoloq xi kwestjoni, mhux dak li jidher fuq l-internet għandu s-saħħa imma l-liġi li tkun ġiet approvata mill-parlament.", "Bl-internet aħna qegħdin nidħlu iktar fil-fond u nispeċjalizzaw iktar sabiex nagħmlu xi ħaġa iktar aħjar li hija iktar għad- dispożizzjoni tal-poplu Malti.", "L-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna qiegħed jagħti l-opportunita` li nġibu in line numru kbir ta' liġijiet li kellhom żbalji ta' ortografija jew irqaqat oħrajn li kienu hemm bi żball, u din hija xi ħaġa pożittiva.", "Fil- fatt naħseb li jkun hawn ħafna li jaqblu miegħi meta ngħid li kull sena għandu jitressaq xi abbozz ta' liġi bħal dan.", "Per eżempju, reċentement din il-Kamra rċeviet sentenza mogħtija mill-qorti fejn ġiet identifikata differenza li hemm fil-mandat ta' inibizzjoni fit-test Ingliż u f'dak Malti għax filwaqt li fit-test Ingliż ġew imsemmija xi six working days, fit-test Malti ġew imsemmija biss sitt ijiem.", "Naturalment din id-diskrepanza saret bi żball, pero` f'dan il-każ partikolari kien jidher ċar li konsulent ta' naħa mexa fuq it-test Ingliż u l-konsulent tan-naħa l-oħra mexa fuq it- test Malti bil-konsegwenza li l-kawża ma ġietx ippreżentata fil-ħin għax konsulent qal li l-liġi tagħtik żmien ta' six working days u l-ieħor qal li l-liġi tagħtik żmien ta' six running days.", "Fil-fatt li ġara f'dan il-każ kien illi billi t-test Malti jipprevali fuq dak Ingliż, konsulent minnhom ġie meqjus bħallikieku dan m'għamilx il-kawża fiż-żmien stipulat fil-liġi u kellu jbati l-penali ta' Lm500 skond il-liġi.", "Għalhekk wieħed irid ikun iktar oġġettiv u veloċi biex jemenda dawn l-iżbalji rqaq.", "Bħalissa jien għaddej minn proċess fejn qed nipprepara numru ta' emendi biex finalment ngħaqqadhom f'abbozz ta' liġi wieħed, u tiskanta kemm hemm liġijiet li ssibilhom nuqqasijiet żgħar f'xi ħaġa jew oħra.", "Għalhekk huwa tajjeb li jkollok omnibus bill, li għalkemm ma jkunx qed jidħol fis-sustanza u ma jkunx qed ibiddel affarijiet kbar, ikun qed jevita ħafna problemi li jistgħu jinqalgħu b'dawn in-nuqqasijiet.", "Sur President, jien nixtieq nikkonkludi billi nirringrazzja lil kulmin ħa sehem f'dan id-dibattitu, pero` nerġa` nappella li m'hemmx bżonn nagħmlu dan il-paniku kollu fuq il-kwestjoni ta' l-UE.", "Aħna qegħdin nieħdu ħsieb l- affarijiet sew, għalkemm naturalment għad baqa' lok għal improvement.", "Jien nappella wkoll lill-ħbieb tiegħi tan-naħa l-oppożizzjoni biex jaqraw iktar fuq l-UE ħalli jkunu iktar intiżi f'dan is-suġġett għax wara kollox l-UE tiddependi miż-żewġ naħat tal-Kamra u b'hekk biss nistgħu nimxu 'l quddiem bħala pajjiż.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Il-mistoqsija hi li l-abbozz ta' liġi msejjaħ \"Att biex jemenda Diversi Liġijiet\" jiġi moqri t-Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Il-mozzjoni għaddiet u l-abbozz ta' liġi msejjaħ \"Att biex jemenda Diversi Liġijiet\" ġie moqri t-Tieni Darba.", "THE DEPUTY SPEAKER: Is-segretarju parlamentari.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Sur President, nipproponi li dan l-abbozz ta' liġi jiġi trattat mill-kumitat permanenti għall-konsiderazzjoni ta' abbozzi ta' liġi maħtur skond il-mozzjoni numru 54 tas-17 ta' Ġunju, 2003.", "THE DEPUTY SPEAKER: Min jissekonda, jekk jogħġobkom?", "ONOR.", "MARIO DE MARCO: Nissekonda.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-abbozz ta' liġi jiġi trattat mill-kumitat permanenti għall-konsiderazzjoni ta' abbozzi ta' liġi maħtur skond il-mozzjoni numru 54 tas-17 ta' Ġunju, 2003.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Nitlob lis-Segretarju Parlamentari Mifsud Bonnici sabiex, jekk jogħġbu, iressaq l-aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Sur President, nipproponi l-aġġornament tal-Kamra għal għada l-Erbgħa, 28 ta' April 2004, fis-6:00 p.m. b'din l- aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar ir-Rifuġjati - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Kostituzzjoni tal-Kariga ta' Avukat Ġenerali u dik ta' Avukat tar-Repubblika - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Ilsien Malti - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Professjoni tal-Psikoloġija - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Reġistru Ċentrali – Kumitat; u", "Abbozz ta' Liġi biex Jemenda Liġijiet dwar il-Komunikazzjoni - Tieni Qari.", "-------------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet - Kumitat Permanenti.", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili (Emenda Nru 2) - Kumitat Permanenti.", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili - Kumitat Permanenti.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Hawn rimarki?", "Il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Sur President, nixtieq nieħu l-ħin ta' l- aġġornament sabiex nikkummenta fuq rapport li l-ombudsman poġġa fuq il- Mejda tal-Kamra ftit tal-ġranet ilu.", "Ngħid mill-bidu li l-kummenti tiegħi fuq dan ir-rapport li poġġa l-ombudsman, ma għandhomx jitqiesu li qed isiru b'sens ta' xi disprezz lejn l-uffiċċju ta' l-ombudsman jew l-ombudsman innifsu, anzi, dawn se nagħmilhom minħabba t-talba li għamel l-ombudsman biex dan il-Parlament jagħti aktar importanza lill-uffiċċju ta' l- ombudsman billi ma jħallix il-kummenti tiegħu għaddejjin mingħajr riflessjoni jew diskussjoni.", "Irrid ngħid li qrajt ir-rapport ta' l-ombudsman bit-titlu \"Sfruttar tar- Regolamenti, Policies u Proċeduri tal-MEPA minn Żviluppaturi b'Interess\" dwar konklużjonijiet u rikmandazzjonijiet li għamel l-ombudsman u rrid ngħid li hemm uħud li naqbel magħhom u oħrajn li ma naqbilx minħabba l-fatt li f'xi okkażjonijiet, ġew injorati anke tibdiliet fil-liġijiet li diġa` għamel dan il-Parlament u hemm oħrajn li ma naqbilx magħhom għax jidhirli li r-rikmandazzjonijiet li għamel l-ombudsman m'humiex validi.", "Irrid ngħid mill-ewwel li d-deċiżjonijiet dwar l-ippjanar ta' l-iżvilupp f'pajjiżna qatt ma jistgħu jissodisfaw lil kulħadd.", "Dan huwa fatt u diffiċli taħseb kif dan jista' jinbidel.", "Għalhekk, kemm jista' jkun għandna nipprovaw innaqqsu x-xkiel żejjed ta' min ikun se jagħmel applikazzjoni u fl-istess ħin wieħed irid joqgħod attent ukoll li jkun iebes ma' l-iżvilupp ħażin sabiex nipproteġu dak li ħallewlna ta' qabilna u nħallu xi ħaġa suret in-nies lil dawk ta' warajna.", "Ir-rapport ta' l-ombudsman bit-titlu bl- ingliż \"The Exploitation of MEPA's Regulations, Policies and Procedures by the Developers\" li tpoġġa fuq din il-Mejda tal-Kamra fl-20 ta' April, huwa nteressanti għax fejn normalment il-MEPA tiġi kritikata li hija istituzzjoni kemm xejn inflessibbli u iebsa ħafna man-nies, ir-rapport ta' l-ombudsman b'mod ġenerali huwa kritiku lejn il-MEPA għax jemmen li din hija kemm xejn flessibbli.", "Immur mill-ewwel fuq il-konklużjonijiet li għandu l-ombudsman fir-rapport tiegħu.", "Nibda bl-ewwel konklużjoni fejn l-ombudsman japprezza l-fatt li l- MEPA m'għandhiex tmur tneħħi strutturi llegali jekk ikun hemm abbozz ta' pjan lokali jew policy ta' l-ippjanar li tkun qed titħejja, u li meta din tiġi approvata, dawn ikunu jistgħu jippermettu li jsir dak l-iżvilupp li qabel kien jitqies bħala inaċċettabbli.", "Fil-fatt, ironikament, din hija r- raġuni li tat il-MEPA fir-risposti għal żewġ każijiet minn tlieta li jsemmi l-ombudsman fir-rapport tiegħu.", "Irrid ngħid li fl-approach li adottat il- MEPA, ma jagħmilx sens li jmur kontra dak li fil-fatt timxi bih il-MEPA.", "Jiġifieri, ma jagħmilx sens li jekk wieħed qiegħed jagħmel riveżjoni ta' policy jew ta' pjan u jkun hemm xi ħaġa li m'hijiex skond ir-regolamenti tal-lum imma b'dak it-tibdil li qed isir, din hemm ċans li tiġi skond dawk ir-regolamenti l-ġodda, allura ma jagħmilx sens li tmur tħott struttura ta' xi ħadd kemm-il darba qiegħed fil-proċess ta' reviżjoni ta' dik il-policy u li bit-tibdil fil-policy, se jsir aċċettabbli.", "Fil-fatt, fil-proċess ta' l-applikazzjoni għall-iżvilupp, irrid ngħid li jkun hemm applikanti - u mhux bilfors li l-applikanti jkunu żviluppaturi kbar jew spekulaturi - li jitolbu li ma titteħidx deċiżjoni fuq l- applikazzjoni tagħhom, jiġifieri titpoġġa fuq l-ixkaffa, sakemm l-awtorita` tkun qiegħda fil-proċess li taċċetta dik il-policy b'mod sħiħ.", "Dan jagħmluh biex l-applikazzjoni tagħhom tkun tista' tiġi deċiża taħt il-policies il- ġodda li jkunu jistgħu jiffavorixxu dik l-applikazzjoni.", "Meta l-MEPA timxi b'dan il-mod, tista' tkun akkużata li qed tħalli lil min jabbuża.imma meta ma timxix b'dan il-mod, tkun akkużata li m'hijiex qed tagħti każ tar- realtajiet on the ground.", "Mela min-naħa, għandek sitwazzoni fejn ngħidu: Le, il-MEPA għandha tiddeċiedi u tħott u hemmhekk ikollok l-argument: Għalfejn il-MEPA għandha tmur tħott meta ir-reviżjoni tal-policy għadu għaddej( Min-naħa l-oħra, jekk ma tagħmilx hekk, tiġi akkużata li qed tħalli lil min jabbuża.", "Naħseb li l-MEPA tagħmel sew li timxi bil-manjiera li ma tmurx tħott bini sakemm tkun għaddejja bir-reviżjoni ta' policy, għax kif jgħid ir-rapport stess ta' l-ombudsman u nikkwota:", "\"it is obvious that physical planning cannot be isolated from a country's changing circumstances.\".", "Għalhekk ma jagħmilx sens li tinsisti li l-awtorita` tmur tħott bini meta hemm ċans li dik il-policy tiġi riveduta u dak li sal-lum m'huwiex aċċettabbli, bil-policy il-ġdida jsir aċċettabbli.", "It-tieni konklużjoni tiegħu, l-ombudsman jgħid:", "\"bil-provediment ta' l-Att dwar l-Ippjanar ta' l-Iżvilupp, mhux talli ma jikkontrollax żviluppaturi li jkollhom strutturi llegali, anzi jħalluhom jisfidaw il-policies tal-bini u jinkoraġġixxu aktar ksur tal- liġi.\".", "Onestament ma nistax nifhem kif l-ombudsman wasal għal din il-konklużjoni, aktar u aktar meta dan il-Parlament, tliet snin ilu, approva emenda fit- tibdil li konna qegħdin nagħmlu min-naħa tal-gvern li fiha, nikkwota mil- proviso ta' paragrafu (b) tas-subartiklu (7) ta' l-artiklu 52 li jgħid:", "\"kull applikazzjoni biex tirregolarizza l-iżvilupp għandha tiġi rifjutata jekk xi kondizzjoni fl-istop notice ma tkunx ġiet imħarsa.\" .", "Fil-fatt, dak kien il-ħsieb tagħna bħala leġislaturi u tant hu hekk li dan il-ħsieb huwa espress ċar fil-liġi.", "Ma nistax nifhem kif ir-rapport ta' l- ombudsman jgħid li dawn il-provedimenti tal-liġi joħolqu abbuż, anzi, jekk xejn it-tibdila li għamilna aħna fil-liġi fil-fatt naqqas dak l-abbuż li seta' kien hemm.", "Fit-tielet konklużjoni tiegħu, l-ombudsman jesprimi l-opinjoni li applikant li jkun uża kull rimedju li tagħtih il-liġi biex applikazzjoni tkun proċessata u din tkun dejjem ġiet rifjutata anke fl-istadju ta' appell, m'għandux ikollu l-possibbilita` li jitfa' applikazzjoni ġdida biex jirregolarizza xi żvilupp illegali.", "Jiġifieri inti jista' jkollok sitwazzjoni fejn bniedem għamel applikazzjoni biex jissanzjona xi ħaġa llegali, din ġiet rifjutata mill-kummissjoni għall-kontroll ta' l-iżvilupp, dik il-persuna talbet li t-talba tagħha tiġi kkonsidrata mill-ġdid minn dik il-kummissjoni, reġgħet ġiet rifjutata u dak l-applikant jiddeċiedi li jmur quddiem il-bord ta' l-appell b'dik l-applikazzjoni tiegħu u dik ukoll terġa' tiġi rifjutata.", "F'dak il-każ, l-ombudsman qed jgħid li wara dak il- proċess kollu, dik il-persuna m'għandhiex titħalla tmur terġa' tapplika.", "Ta' min jgħid li din l-opinjoni ta' l-ombudsman hija dik li diġa` tgħid espressament il-liġi li ġiet emendata fl-2001.", "Mhux talli hekk, talli jekk applikant jissottometti applikazzjoni għal żvilupp u fl-istess ħin jappella minn enforcement notice, aħna konna biddilna l-liġi biex b'mod li l-bord ta' l-appell għandu jiċħad l-appell jekk ikun sodisfatt li l-applikazzjoni hija intiża biex tissana l-iżvilupp imsemmi fl-enforcement notice.", "Fil- fatt, dan wieħed isibu fis-subartiklu 11 ta' l-artiklu 25 ta' l-Att dwar l- Ippjanar ta' l-Iżvilupp.", "Bl-emendi li għamilna fl-2001, mhux talli ma ħallejniex li wieħed ikun jista', wara li kellu proċess sħiħ, jerġa' japplika – bħalma seta' jagħmel qabel fejn seta' jerġa' japplika jew seta' jagħmel appell fl-istess ħin li jirċievi n-notifika tat-twaqqif li jkollu – imma talli għedna li l-bord ta' l-appell għandu jiċħad l-appell jekk ikun sodisfatt li l-applikazzjoni hija intiża biex tissana l-iżvilupp imsemmi fl-enforcement notice.", "Għalhekk ma narax għalfejn il-konklużjoni ta' l-ombudsman kellha tkun kif qiegħda f'dan ir-rapport.", "Fir-raba' konklużjoni tiegħu, l-ombudsman jgħid li:", "\"terzi m'għandhomx ibatu għax żvilupp ikun sanzjonat\".", "Irrid ngħid li naqbel perfettament ma' dan iżda wieħed irid jifhem li l- iżvilupp jiġi sanzjonat biss jekk huwa skond ir-regolamenti.", "Jista' jkollok każ ta' xi ħadd li għamel xi ħaġa mhux skond il-pjanta approvata u japplika biex jissanzjona dak li hu jkun għamel.", "Dan ma jfissirx li dak l-iżvilupp ma jkunx jista' isir bil-liġi jew skond ir-regolamenti, iżda sempliċiment li x-xogħol li jkun sar, ikun sar mingħajr ma kellu l-permess għalih imma jekk issirlu applikazzjoni, dan ikun jista' jingħata permess għax hekk jipprovdu r-regolamenti.", "Ovvjament min jagħmel żvilupp ta' dan it-tip u jiġi approvat, xorta jeħel il-multa li tikkontempla l-liġi.", "Għalfejn qed ngħid dan( Qed ngħid dan għax ħafna drabi wħud jaħsbu li jista' ikollok żvilupp li mhux skond ir-regolamenti li jista' jiġi approvat.", "Le, jekk mhux skond ir-regolamenti, ma jistax jiġi approvat; jista' jiġi approvat biss dak ix-xogħol li jkun sar mingħajr permess imma jkun skond ir-regolamenti u xorta dak li jkun jeħel il-multa.", "Ngħaddi issa biex nitkellem fuq ir-rikmandazzjonijiet ta' l-ombudsman.", "Fl- ewwel rikmandazzjoni tiegħu, l-ombudsman jirrikmanda li applikant li jkun sfrutta l-proċeduri kollha m'għandux jitħalla japplika.", "Ngħid ċar u tond li l-MEPA bl-ebda mod ma tista' timxi li ma taċċettax applikazzjoni iżda kif diġa` għidt, bl-emendi li għamilna tliet snin ilu, il-MEPA għandha dritt tirrifjuta dik l-applikazzjoni minnufih, jiġifieri li bħala applikant, wieħed jista' jagħmel l-applikazzjoni imma l-MEPA għandha l- poter li tirrifjuta dik l-applikazzjoni bl-emendi li għamilna aħna f'dan il- Parlament tliet snin ilu.", "GĦalhekk huwa ċar li dak li qed jirrikkmanda l-ombudsman diġa` fil-fatt qiegħed fil-liġi.", "It-tieni rakkmandazzjoni ta' l-ombudsman f'dan ir- rapport hu li jekk ikun hemm azzjoni ta' infunzar, jiġifieri li inti tmur tħott bini illegali jew inkella li tagħlaq attivita` li m'hijiex permessa skond ir-regolamenti, din għandha tkun posposta jekk ikun antiċipat l- iżvilupp illegali jkun se jiġi permess taħt pjani lokali u nikkwota:", "\"Jekk dan ikun fi stadju avvanzat u ikun wasal biex jiġi approvat mill- Parlament\".", "Irrid nagħmilha ċara li ħafna drabi, it-tibdil li jkun hemm m'huwiex tibdil li jsir bi pjan lokali.", "Ħafna drabi, t-tibdiliet dwar x'inhu regolat li jinbena u le isir skond il-policies li jkunu qegħdin jiġu anke mibdula minn żmien għall-ieħor.", "Huma ftit l-affarijiet li jiġu deċiżi fi pjan lokali.", "Ta' min jgħid ukoll li mhux il-partijiet kollha ta' pjan lokali jkollhom effettivament bżonn li jiġu f'dan il-Parlament.", "Ikun hemm affarijiet li fil- pjan lokali m'humiex kontra l-pjan ta' struttura li lanqas jiġu f'dan il- Parlament.", "F'dan il-Parlament jiġu biss dawk l-emendi fil-pjani lokali li jmorru kontra l-pjan ta' struttura.", "Tajjeb li nfehmu dan għax per eżempju l-pjan lokali ta' Birżebbuġa u Marsaxlokk ma ġiex hawnhekk għall- approvazzjoni għax m'hemm xejn ġo fih li jmur kontra l-pjan ta' struttura u lanqas il-Grand Harbour local plan ma ġie ġo dan il-Parlament għax m'hemmx affarijiet ġo fih li jmorru kontra l-pjan ta' struttura u allura mhux il- każ li wieħed jaħseb li tibdiliet isiru biss fi pjan lokali kif qiegħed jaħseb fir-rikkomandazzjoni tiegħu l-ombudsman.", "L-ombudsman jirrakomanda wkoll li min jagħmel żvilupp illegali, għandu xorta jeħel multa minkejja li l-iżvilupp eventwalment ikun regolarizzat għax jinbidlu l-policies.", "Sur President, din hija diġa` prattika llum u għalhekk ma narax għalfejn hemm bżonn ta' xi proposta ġdida f'dan il-każ.", "Kulmin ikollu permess ta' xogħol sanzjonat, dejjem jeħel il-multa.", "L- ombudsman jissuġġerixxi wkoll li l-multi jogħlew skond it-tip ta' żvilupp illegali u skond kemm idum wieqaf fil-perjodu ta' illegalita`.", "Jiena nemmen, Sur President, li din hija proposta tajba u naqbel ħafna magħha u ngħid li l-awtorita` għandha tistudja din it-tibdila.", "L-ombudsman jirrakomanda wkoll li jkun hemm tibdil fl-Att dwar l-Ippjanar ta' Żvilupp biex jogħlew il-multi.", "Anke hawnhekk ma narax għalfejn qed issir din ir- rakkomandazzjoni għax anke hawnhekk din it-tibdila daħlet fil-liġi tliet snin ilu fejn fil-fatt aħna għollejna l-massimu tal-pieni kontemplati.", "It-tielet rakkomandazzjoni ta' l-ombudsman f'dan ir-rapport hi li l-MEPA għandha tfassal policy dwar il-prioritajiet fil-qasam ta' l-infurzar tal- liġi.", "Hawnhekk l-ombudsman qed jgħid li għandu jkun hemm lista ta' x'inhuma l-prioritajiet meta l-MEPA tmur twaqqa' xi ħaġa minn dak il-ħafna każijiet li hemm.", "Irrid ngħid li jiena naqbel ma' dan u fil-fatt jiena informat għax ġbidt l-attenzjoni ta' dan, anke lid-direttur tal-MEPA u fil-fatt, id- direttorat għall-ippjanar qed ifassal policy proprju fuq dan.", "Biss imbagħad ma naqbilx ma' suġġeriment li għamel l-ombudsman li dik il-lista ta' prioritajiet għandha tkun pubblika.", "GĦalfejn qed ngħid hekk Sur President?", "Qabel xejn wieħed irid jifhem li llum, l-enforcement notices kollha li toħroġ l-awtorita` diġa` huma pubbliċi.", "Wieħed jista' jidħol fil- website ta' l-awtorita` u jsib l-enforcement notices kollha.", "Li qed jitlob l-ombudsman hija li l-lista ta' fejn l-awtorita` tmur taġixxi għandha tkun pubblika.", "Jiena fuq dik ma naqbilx għax jekk dik il-lista ssir pubblika u l- awtorita`, bil-Malti, tikxef għajna fejn se tmur, dan jista` joħloq aktar abbużi minn dawk li l-ombudsman jixtieq li jonqsu.", "Dan għaliex jista` jkollok il-każ fejn wieħed li għandu każ ta' abbuż, ma joqgħodx iħabbel rasu għax jgħid: U iva, jien qiegħed l-isfel fil-lista u hemm dawn kollha fuqi.", "Għalhekk dan jibqa` ma jagħmel xejn għax jaħseb li d-daqqa fuqu qatt ma hija ġejja.", "Jiena filwaqt li naqbel li għandu jkun hemm dik il-lista ta' prioritajiet, jiena naħseb li dik il-lista trid tkun xi ħaġa interna li jkunu jafu biha biss l-uffiċjali tal-MEPA u mhux il-pubbliku.", "Issa rrid ngħaddi biex nitkellem fil-qosor dwar it-tliet każijiet li semma` l-ombudsman fir-rapport tiegħu.", "L-ewwel ħaġa rrid ngħid li żewġ każijiet minn tlieta, jiġifieri D126 u D435, jikkonċernaw struttura fil-parapett ta' restaurant.", "Jiena fil-fatt informat li l-MEPA qed tindirizzha din il- kwestjoni ta' l-istrutturi fil-parapetti fid-development control policy and design guidance li se joħroġ din is-sena u li bħalissa, qiegħed ikun rivedut.", "Fil-fatt saret konsultazzjoni anke pubblika fuq dan.", "Dawn il-policies ġodda huma suġġeriti għal kriterji ċari, speċifiċi u stabbiliti u l-kondizzjonijiet li kienu spjegati lill-pubbliku matul il- perjodu tal-konsultazzjoni.", "L-awtorita` bħalissa qed tipprepara l-linja gwida għad-disinn ta' strutturi bħal dawn, li filwaqt li jagħtu każ tal- karattru u s-sigurta` tal-proprjeta` li tmiss magħhom, wieħed irid jifhem li din qed tiġi din indirizzata fil-mument.", "Ma jfissirx li dawn l- istrutturi li semma l-ombudsman fir-rapport tiegħu, bilfors se jiġu regolarizzati b'dawn it-tibdiliet li se jsiru, imma ttieħdet deċiżjoni - li fl-opinjoni tiegħi hija tajba - li m'għandekx tmur tħott dawn l-istrutturi fir-restaurants sakemm għadek qiegħed tirrevedi din il-policy.", "Ġaladarba mbagħad tkun stabbilita l-policy, allura iva, nemmen li għandha tittieħed l- azzjoni ta' infurzar kemm il-darba s-sid ma japplikax biex jissanzjona l- istruttura tiegħu jew inkella japplika u dik l-applikazzjoni ma tkunx skond dik il-policy.", "Iva, naħseb li jkun ħażin li l-MEPA tħott l-istrutturi fil- parapetti li għandna f'pajjiżna, li huma ħafna u li żviluppaw matul l-aħħar 30 sena qabel ma tirrivedi l-policy tagħha.", "Fil-każ l-ieħor li semma l-ombudsman, jiġifieri d-D367, li għandu x'jaqsam ma' l-applikazzjoni 6986 ta' l-1999, irrid ngħid li l-kummissjoni dwar kontroll ta' l-iżvilupp fil-15 ta' April ta' din is-sena fil-fatt irrifjutat dik l-applikazzjoni u għalhekk ma nistax nifhem kif l-ombudsman ikkonkluda fir-rapport tiegħu li l-iżvilupattur, nikkwota:", "\"was finally accomodated and achieved his objective\".", "Probabbilment l-applikant appella kif għandu d-dritt li jagħmel bil-liġi u rrid ngħid li ovvjament, sakemm jinqata' dak l-appell, il-pjan lokali jkun ġie approvat.", "Irrid ngħid li huwa importanti ħafna li fuq suġġett kompless bħal dan, wieħed ikun ċar u l-affarijiet ikun qieshom u ċċekja l-liġi ta' pajjiżna sew.", "Nagħlaq Sur President, billi ngħid li dawn il-kummenti tiegħi m'huma bl- ebda mod qed isiru biex b'xi mod niddisprezza lill-uffiċċju ta' l-ombudsman jew lill-ombudsman bħala persuna, anzi jidhirli li l-kummenti li għamel l- ombudsman fir-rapporti tiegħu lil din il-Kamra m'għandhomx jaqgħu fuq widnejn torox, anzi għandhom ikunu diskussi apertament ħalli fejn huwa xieraq u ġust, wieħed ibiddel għall-aħjar ġid tal-kommunita` tagħna.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada l-Erbgħa 28 ta' April, 2004 fis-6:00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mis-Segretarju Parlamentari.", "Fid-9:30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "MIXED COMMISSION", "5135.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u Promozzjoni ta' l-Investiment: Jista' il-Ministru jgħid x'inhuma l- prioritajiet tal-Mixed Commission bejn Malta u l-Libja llum?", "Kif il-gvern se jipproponi l-funzjoni ta' din il-kummissjoni fid-dawl ta' Malta bħala membru sħiħ ta' l-Unjoni Ewropea?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Il-priorita' ewlenija tal-Kummissjoni Mħallta tibqa' dik li jitkattar il-ġid li jissarraf f'titjieb ta' għajxien għall-poplu Malti u dak Libjan.", "AMBAXXATA TA' RIYADH FIS – SAUDI ARABIA", "5153.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u Promozzjoni ta' l-Investiment: Jista' il-Ministru jgħid fiex waslu l-pjani tal-gvern biex jagħlaq l-ambaxxata ta' Riyadh fis-Suadi Arabia?", "ONOR.", "JOHN DALLI: L-għeluq ta' l-ambaxxata ta' Riyadh għadha ma ġietx finalizzata.", "CONTINENTAL SHELF DELIMITATION", "5154.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u Promozzjoni ta' l-Investiment: Jista' il-Ministru jgħid x'ġie diskuss ma' l- awtoritajiet Taljani dwar il-continental shelf delimitation aktar kmieni din is-sena?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "ISRAELIAN SECURITY FENCE", "5155.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u Promozzjoni ta' l-Investiment: Jista' il-Ministru jqiegħed fuq il-mejda tal- Kamra kopja ta' l-istqarrija dwar is-security fence Iżraelit f'territorju Palestinjan li l-Gvern Malti bagħat aktar kmieni din is-sena lill- International Court of Justice?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' l- istqarrija dwar is-security fence Iżraelit f'territorju Palestinjan li l- Gvern Malti bagħat fit-30 ta' Jannar 2004 lill-International Court of Justice.", "BORD TA' L-ARBITRAĠĠ - KAWŻI PENDENTI", "5156.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm kawżi pendenti quddiem il-Bord ta' l-Arbitraġġ dwar artijiet akkwistati mill- gvern mill-1987 sal-lum?", "Kemm minn dawk il-kawżi ġew mgħoddija lill-qorti ċivili (sede kostituzzjonali) għal deċiżjoni minn dik il-qorti: (1) rigward dewmien fil-proċeduri amministrattivi; u (2) rigward dewmien fi ħlas ta' kumpens xieraq fi żmien raġonevoli?", "Kemm hu maħsub li jammonta globalment: (a) dak il-kumpens u; (b) kemm jammontaw l-interessi fuq l-istess kieku dawk il-pendenzi kellhom jitħallsu llum?", "Meta hu maħsub li l-pendenzi li għandu l-gvern mal-privat jiġu riżolti u mħallsa?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat kif ġej:-", "Quddiem il-bord ta' l-arbitraġġ dwar artijiet akkwistati mill-gvern, mill- 1987 sal-lum, hemm 269 kawżi pendenti;", "11 minn dawn il-kawżi ġew mgħoddija lill-qorti ċivili, sede kostituzzjonali, għal deċiżjoni min dik il-qorti, li kollha jirrigwardjaw dewmien fil-ħlas ta' kumpens xieraq.", "In oltre, erbgħa minn dawn il-11 jirrigwardjaw dewmien fil-proċedura amministrattiva;", "Il-kumpens kif inhu stmat mid-dipartiment ta' l-artijiet jammonta għal madwar Lm558,568.", "Imma ma nistax ngħid kemm jista' ikun il-kumpens u l- interessi meta l-bord ta' l-arbitraġġ jiddeċiedi l-kawżi.", "L-interessi fuq l-istess kumpens jammontaw għal madwar Lm100,975.", "Il-gvern qiegħed jagħmel l-isforzi tiegħu kollha biex il-ħlas għal artijiet li ġew akkwistati jitħaffu.", "BRIDGES", "5157.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Jista' il-Ministru jgħid jekk minbarra l-bridge ta' Regional Road ġewx eżaminati bridges u pontijiet oħra f'Malta u Għawdex?", "Jekk iva, liema huma u meta ġew eżaminati u minn min?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Minbarra l-bridge ta' Regional Road ġew spezzjonati wkoll 23 oħra li jinsabu fuq it-ten t-network.", "Dawn ġew eżaminati minn bridge engineer tal-kumpannija Franċiża BCEOM li ħadet it- tender biex tagħmel l-istudji ta' feasibility and environmental impact assessment li huma ffinanzjati mill-Unjoni Ewropea.", "PULIZIJA - STALLAZZJONI TA' SPEED CAMERAS", "5158.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-pulizija għandhiex il-poter esklussiv li tistalla speed cameras fit-toroq f'Malta u Għawdex?", "Tista' xi entita' oħra, apparti l-pulizija, tistalla speed cameras?", "ONOR.", "TONIO BORG: L-użu ta' speed cameras huwa regolat bir-regolament 127 tar-Regolamenti ta' l-1994 dwar il-Vetturi bil-Mutur.", "KUNSILL TAL-UE - REFORM PARTNERSHIPS", "5173.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni: Fuq livell prattiku, jista' il-Ministru jgħid kif se jiġi implimentat it-tħaddim tar-reform partnerships li kien hemm qbil dwarhom fil-kunsill riċenti ta' l-Unjoni Ewropea sabiex ikun hemm ħidma kkordinata bejn is-sħab soċjali, is-soċjeta' ċivili u l-awtoritajiet pubbliċi fl- implimentazzjoni ta' l-hekk imsejħa Lisbon Strategy?", "X'inhuma l-benchmarks u l-mekkaniżmi li permezz tagħhom l-acceding countries u l-istati membri fl- Unjoni Ewropea se jiġu taħt l-iskrutinju intensifikat u l-hekk imsejjaħ EU wide judgement għal record tagħhom biex jilħqu l-għanijiet ta' Lisbona?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Il-Gvern Malti jaqbel ma' l-għanijiet ta' l- istrateġija ta' Lisbona għax din tista' twassal għal aktar kompetittivita' fl-Ewropa u għalhekk issaħħaħ l-istrutturi u s-setturi ekonomiċi ta' pajjiżna.", "M'hemmx dubju li dak li hemm preżentat f'din l-istrateġija jista' jimmaterjalizza jekk ikun hemm impenn sħiħ mill-oqsma kollha ekonomiċi u soċjali ta' pajjiżna.", "Il-gvern qiegħed jistudja l-aħjar mod kif din tista' isseħħ mingħajr ma jkun hemm duplikazzjoni ta' attivitajiet u inizjattivi relatati.", "Hija l-intenzjoni tal-gvern illi jinvolvi għal dan l-iskop il-kunsill Malti għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali.", "Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija, l-Onor.", "Interpellant jifhem li sabiex wieħed jasal biex jilħaq l-iskopijiet aħħarija ta' l-istrateġija ta' Lisbona ikun importanti wkoll li l-pajjiż mhux biss iħaddan politika fl- ispirtu ta' din l-istrateġija imma wkoll li jqabbel permezz ta' benchmarking ma' dak li qiegħed isir f'pajjiżi oħra.", "Il-gvern se jibqa' f'kuntatt mal-kummissjoni Ewropea biex jiġi assigurat illi dak li qed jaspira l-pajjiż jintlaħaq.", "OPM - SPEJJEŻ FUQ FUEL", "5174.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża f'ċifra ta' flus tal-fuel li nefaq il-ministeru u d-dekasteri li jaqgħu taħtu fl-ewwel tliet xhur tas-sena?", "Kemm hu l-ammont li tħallas minn din iċ-ċifra?", "Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perjodu tas-sena 2003?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "AFFARIJIET BARRANIN - SPEJJEŻ FUQ FUEL", "5175.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u Promozzjoni ta' l-Investiment: Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet l- ispiża f'ċifra ta' flus tal-fuel li nefaq il-ministeru u d-dekasteri li jaqgħu taħtu fl-ewwel tlett xhur tas-sena?", "Kemm hu l-ammont li tħallas minn din iċ-ċifra?", "Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perjodu tas-sena 2003 rispettivament?", "ONOR.", "JOHN DALLI: L-ispiża ta' flus tal-fuel li ħallas il-ministeru tiegħi u d-dekasteri li jaqgħu taħtu kienet kif ġej:", "Jannar - Marzu 2003 - Lm 8,590.98 Jannar - Marzu 2004 - Lm 7,027.98.", "ĠUSTIZZJA U INTERN - SPEJJEŻ FUQ FUEL", "5176.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża f'ċifra ta' flus tal-fuel li nefaq il-ministeru u d-dekasteri li jaqgħu taħtu fl-ewwel tlett xhur tas-sena?", "Kemm hu l-ammont li tħallas minn din iċ-ċifra?", "Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perjodu tas-sena 2003?", "ONOR.", "TONIO BORG: It-tagħrif mitlub tpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni fis-seduta.", "TIKKETTI TAS-SIGARETTI", "5193.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk huwiex minnu li t-tikketti ta' sigaretti importati u dik ta' sigaretti manufatturati Malta se jkunu l- istess?", "Jekk iva, dan se jnaqqas mill-kontroll u jimmina trażżin ta' kuntrabandu?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Huwa kkonfermat li t-tikketti tas-sigaretti importati u dawk manufatturati Malta se jkunu l-istess.", "M'huwiex maħsub li dan se jnaqqas mill-kontroll u jimmina trażżin ta' kuntrabandu.", "Dan minħabba l-fatt li, kif spjegat f'mistoqsija parlamentari 5192, it-tikketti kollha se jkunu nnumerati individwalment.", "Bil-kontroll li se jkun hemm fit-tqassim ta' dawn it-tikketti l-ġodda għandha tiżdied l- effiċjenza fil-ġbir tad-dazju tas-sisa.", "Ta' min jgħid li bit-tikketti l- ġodda se ssir qabża fil-kwalita' milli hemm illum.", "It-tikketti bħalissa huma tal-karta u għaldaqstant huwa faċli ħafna li jiġu kkuppjati li jwassal għal telf fl-introjtu tal-gvern.", "Fuq il-manifattura ta' dawn it-tikketti ġew imposti ċerti obbligi speċjali li jissalvagwardaw l-interessi tad- dwana.", "Għandu jingħad ukoll li Malta se tkun l-ewwwl pajjiż fid-dinja li se jkollha dawn it-tip ta' tikketti li huma magħmulin b'teknoloġija avvanzata ħafna.", "INTERPRINT LTD.", "5222.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għat-Teknoloġija ta' l- Informazzjoni u Investiment: Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamnetari 5062 u cioe' jista' jgħid x'inhuma l-pjani tal-gvern dwar l- istamperija Interprint?", "Hemm xi ħsieb li din tiġi privatizzata?", "U jekk iva, hemm xi żviluppi f'dan ir-rigward?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Il-gvern għadu bil-ħsieb li jbiegħ il-kumpannija Interprint Ltd.", "DESIGN RESOURCES - PERITI", "5223.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 25920 tal-15 ta' Mejju 2001 li kienet ġiet imwieġba nhar it-30 ta' Mejju ta' l-istess sena, jista' il- Ministru jgħid min huma l-periti li joperaw id-ditta Design Resources?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Id-ditta Design Resources tikkomprendi l-periti: Robert Sant, Etienne Magri u Lino Cachia.", "GĦAQDIET SPORTIVI - DONAZZJONIJIET FINANZJARJI", "5235.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u Promozzjoni ta' l-Investiment: Jista' il-Ministru jgħid kemm f'dawn l-aħħar sentejn ingħataw donazzjonijiet finanzjarji jew xort'oħra lill-clubs, għaqdiet jew soċjetajiet sportivi u kulturali mill-ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu?", "Jista' jgħid f'kull każ min kienu dawn is-soċjetajiet li bbenefikaw u kemm kien l-ammont jew il-valur ta' ammont li ngħataw?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Lista ta' fondi mogħtija lill-football clubs, għaqdiet jew soċjetajiet sportivi u kulturali li dawn l-aħħar sentejn ingħataw xi forma ta' donazzjoni finanzjarja tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni fis-seduta.", "Tajjeb insemmi li numru sewwa ta' dawn l-għaqdiet ġew mogħtija fondi sabiex jippreparaw u jaġġornaw irwieħhom sew dwar l-Unjoni Ewropea kif approvat mill-Parlament.", "GĦAQDIET SPORTIVI - DONAZZJONIJIET FINANZJARJI", "5236.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm f'dawn l-aħħar sentejn ingħataw donazzjonijiet finanzjarji jew xort'oħra lil clubs, għaqdiet jew soċjetajiet sportivi u kulturali mill-ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu?", "Jista' jgħid f'kull każ min kienu dawn is-soċjetajiet li bbenefikaw u kemm kien l-ammont jew il-valur ta' ammont li ngħataw?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "GĦAQDIET SPORTIVI - DONAZZJONIJIET FINANZJARJI", "5237.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' il-Ministru jgħid kemm f'dawn l-aħħar sentejn ingħataw donazzjonijiet finanzjarji jew xort'oħra lil clubs, għaqdiet jew soċjetajiet sportivi u kulturali mill-ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu?", "Jista' jgħid f'kull każ min kienu dawn is-soċjetajiet li bbenefikaw u kemm kien l-ammont jew il-valur ta' ammont li ngħataw?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-mejda tal- Kamra aktar kmieni fis-seduta.", "GĦAQDIET SPORTIVI - DONAZZJONIJIET FINANZJARJI", "5238.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' il-Ministru tgħid kemm f'dawn l-aħħar sentejn ingħataw donazzjonijiet finanzjarji jew xort'oħra lill-clubs, għaqdiet jew soċjetajiet sportivi u kulturali mill-ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tagħha?", "Tista' tgħid f'kull każ min kienu dawn is-soċjetajiet li bbenefikaw u kemm kien l-ammont jew il-valur ta' ammont li ngħataw?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "GĦAQDIET SPORTIVI - DONAZZJONIJIET FINANZARJI", "5239.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid kemm f'dawn l-aħħar sentejn ingħataw donazzjonijiet finanzjarji jew xort'oħra lil clubs, għaqdiet jew soċjetajiet sportivi u kulturali mill-ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu?", "Jista' jgħid f'kull każ min kienu dawn is-soċjetajiet li bbenefikaw u kemm kien l-ammont jew il-valur ta' ammont li ngħataw?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "GĦAQDIET SPORTIVI - DONAZZJONIJIET FINANZJARJI", "5240.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għat-Teknoloġija ta' l- Informazzjoni u Investiment: Jista' il-Ministru jgħid kemm f'dawn l-aħħar sentejn ingħataw donazzjonijiet finanzjarji jew xort'oħra lil clubs, għaqdiet jew soċjetajiet sportivi u kulturali mill-ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu?", "Jista' jgħid f'kull każ min kienu dawn is-soċjetajiet li bbenefikaw u kemm kien l-ammont jew il-valur ta' ammont li ngħataw?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "GOZO CHANNEL - ŻIEDA FIN-NOLLIJIET", "5274.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għal Għawdex: In vista ta' l-istqarrija tal-Ministru Austin Gatt dwar iż-żieda fin-nollijiet tal-Gozo Channel, tista' il-Ministru tgħid jekk hux se jiżdied il-ħlas tas- sussidju lill-istudenti u ħaddiema li jistudjaw u jaħdmu Malta?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Il-kumpens relattiv għaż-żieda fin-nollijiet qed jiġi kkonsidrat.", "GOZO CHANNEL - ĦADDIEMA", "5275.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għat-Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u Investiment: Jista' il-Ministru jgħid kif se jiġu affettwati l-ħaddiema in vista tal-liberalizzazzjoni msemmija fl-istqarrija ministerjali tal-21/04/04?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l- liberalizzazzjoni tar-rotta ta' Sa Maison mhijiex se taffettwa l-ħaddiema tal-Gozo Channel.", "GOZO CHANNEL - SERVIZZ TA' VAPURI GĦAL SA MAISON", "5276.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għat-Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u Investiment: Jista' il-Ministru jikkjarifika u jelabora dwar il-liberalizzazzjoni tas-servizz għal Sa Maison?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Peress li l-kumpannija qed tagħmel it-telf fuq is- servizz tal-cargo għal Sa Maison, bħala miżura biex jitnaqqsilha dan it- telf, ġie deċiż li jilliberalizza r-rotta tal-cargo għal Sa Maison, u għal dan il għan għandha toħroġ sejha għall-offerti fil-ġimgħat li ġejjin.", "Din għandha toħroġ mill-awtorita marittima ta' Malta.", "GOZO CHANNEL - ĦADDIEMA", "5277.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għat-Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u Investiment: Jista' il-Ministru jekk jogħġbu jiċċara dak li ntqal fl-istqarrija ministerjali tal-21 ta' April 2004 u cioe' dwar il- mod ta' kif il-crew se jiddaħħal xogħol skond l-esiġenzi tas-servizz tal- Gozo Channel?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Peress li fil-maġġoranza tal-vjaġġi n-numru ta' passiġġieri ma jaqbiżx il-500.", "Għalhekk f'dawn il-vjaġġi, wara li nkiseb permess mingħand l-awtorita' marittima ta' Malta, il-vapuri se jkunu jistgħu joperaw b'ekwipaġġ ta' 11 flok ta' 15, jiġifieri ikun hemm sistema illi l-ekwipaġġ abbord ma jkunx dejjem fiss bi 15 irrispettivament ta' kemm ikun hemm nies abbord, imma jkun flessibbli skond kemm qed iġorr passiġġieri.", "Iż-żieda fin-nies għal dawn il-vjaġġi li jġorru 'l fuq minn 500 passiġġier jittellgħu mill-art jew mill-vapur li jkun marbut ġewwa l- port ta' l-Imġarr."]} {"filename": "20041129_195d_par.doc", "date": "2004-11-29", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Uffiċjali u Rivedut) L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 195 It-Tnejn, 29 ta' Novembru, 2004 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 195 It-Tnejn, 29 ta' Novembru, 2004", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.02 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "195", "It-Tnejn, 29 ta' Novembru, 2004", "WERREJ", "MINUTI 758", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 758", "TQEGĦID TA' KARTI 764", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR TRASFERIMENT TA' ARTIJIET", "TAL-GVERN (IT-TIENI QARI)", "DISPOSAL OF GOVERNMENT LAND (AMENDMENT) BILL (SECOND READING) 766", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR L-ARKIVJI NAZZJONALI (KUMITAT)", "NATIONAL ARCHIVES BILL (COMMITTEE STAGE) 783", "AĠĠORNAMENT 791", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 796", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 194 li saret fl-24 ta' Novembru, 2004 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "PSIKJATRIJA - STUDENTI TAL-MEDIĊINA", "8631.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' l-Ministru jivverifika jekk hux minnu jew le li xi konsulenti fid-dipartiment tal- psikjatrija qegħdin jirrifjutaw li jżommu u jgħallmu studenti tal-ħames sena tal-mediċina waqt li dawn fil-mument qed jagħmlu kors tal-psikjatrija?", "Jista' jivverifika jekk konsulent impjegat fid-dipartiment tas-saħħa jistax jirrifjuta li jkollu studenti miegħu biex jgħallimhom?", "Jekk fin- negattiv, ittieħdu xi passi biex l-istudenti tal-mediċina ma jibqgħux jitilfu tagħlim li għalih għandhom dritt?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunita'): Ninsab informat li ma kien hemm l-ebda konsulent fid-dipartiment tal- psikjatrija li rrifjuta illi jżomm u jgħallem studenti tal-ħames sena tal- mediċina waqt il-kors tal-psikjatrija.", "Konsulent impjegat fid-dipartiment tas-saħħa ma jistax jirrifjuta illi jkollu studenti miegħu biex jgħallimhom.", "Għaldaqstant, fid-dipartiment tal-psikjatrija ma kienx hemm bżonn li jittieħdu l-ebda passi.", "OPM - TAXXI", "8881.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Leo Brincat) staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jgħid liema kienu t- taxxi, it-tariffi jew il-miżati li ddaħħlu jew ġew riveduti minnu jew minn entitajiet li kienu jaqgħu taħtu minn April 2003 sal-lum?", "Jista' wkoll jindika kemm kienu qabel ma ġew riveduti u wara?", "ONOR.", "TONIO BORG (Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern) (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi għar-risposta li ngħatat għal mistoqsija parlamentari 9238.", "OPM - TAXXI", "9044.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Leo Brincat) staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 8881 u jgħid liema kienu t-taxxi, it-tariffi jew il- miżati li ddaħħlu jew ġew riveduti minnu jew minn entitajiet li kienu jaqgħu taħtu minn April 2003 sal-lum?", "Jista' jindika wkoll kemm kienu qabel ma ġew riveduti u wara?", "ONOR.", "TONIO BORG (f'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi għar-risposta li qed tingħata għall-mistoqsija parlamentari 9238.", "AWTORITA' MALTIJA TAT-TURIŻMU - TALBA GĦAL FONDI MILL-UE", "7212.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' l-Ministru jgħid jekk l-awtorita' Maltija tat-turiżmu qattx applikat għal xi fondi mill-Unjoni Ewropea jew xi forma oħra ta' għajnuna, kemm pre- accession kif ukoll accession funds, sabiex tiġi megħjuna fl-operat tagħha?", "ONOR.", "TONIO BORG (f'isem il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura): Nirriferi għat-tweġiba li tajt għal mistoqsija parlamentari 7061 illi fiha kienu ġew imniżżla l-applikazzjonijiet għal fondi mill-UE mill-1 ta' Jannar, 2004.", "Inżid ngħid illi kien hemm numru ta' applikazzjonijiet oħra kif jidhru hawn taħt li kienu saru qabel l-1 ta' Jannar, 2004.", "Dawn huma: Skills analysis and employment forecasts 2004-2008 for the Maltese tourism industry u Leonardo training programmes.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jista' l-ministru jgħid kemm ġew aċċettati minn dawn l- applikazzjonijiet li semma?", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Dan huwa proċess twil u m'għandix din l-informazzjoni.", "SPTAR SAN LUQA - TRAPJANTI TAL-QALB", "7213.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' l-Ministru jgħid kemm saru trapjanti tal-qalb fl- Isptar San Luqa din is-sena?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Din is-sena ma saru l-ebda trapjanti tal-qalb fl- Isptar San Luqa għax ma kienx hemm donaturi.", "SPTAR SAN LUQA - TRAPJANTI TAL-KLIEWI", "7214.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' l-Ministru jgħid kemm saru trapjanti tal-kliewi fl-Isptar San Luqa din is-sena?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Informat li din is-sena, sas 16 ta' Settembru, saru b'kollox 11-il trapjant tal-kliewi ġewwa l-Isptar San Luqa.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Azzopardi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JASON AZZOPARDI: In vista li din is-sena saru 11-il trapjant tal- kliewi mentri ma sar l-ebda trapjant tal-qalb għax ma kienx hemm donaturi, x'inhu jagħmel id-dipartiment tas-saħħa sabiex iżid l-awareness dwar il- bżonn li jkollna aktar donaturi ta' ċerti organi?", "MR SPEAKER: Il-Ministru Deguara.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Din hija domanda interessanti ħafna.", "Fil-fatt kuntrarjament għal dak li jiġri f'pajjiżna, f'ħafna mill-pajjiżi ta' madwarna kull persuna li tmut hija meqjusa bħala donatur u trid tirrifjuta l-familja tagħha biex ma tkunx donatur.", "F'pajjiżna l-persuna trid tiffirma qabel ma tmut li hi lesta tagħti l-organi tagħha wara mewtha.", "U minkejja dan, hija prassi normali li nitolbu wkoll il-kunsens tal-familjari għax ħafna drabi dawn ikunu persuni ta' eta' żgħira u allura jkun hemm it-trawma emottiva fuq il-familja.", "Pero' wieħed ma jridx jiġġeneralizza.", "Qed nimmiraw għal trapjanti billi nkabbru l-awareness anke permezz ta' kampanji li qed isiru mill-NGOs u hawnhekk irrid nirringrazja għall-kampanja nazzjonali li kienet saret minn NGO ftit tas-snin ilu u għandna NGOs oħra li qed jmexxu kampanji partikolari, fosthom kampanji favur it-trapjanti tal-qalb, it-trapjanti tal- kliewi u t-trapjanti ta' l-għajnejn.", "Ovvjament aħna qegħdin nirrispondu b'mod differenti għal kull rikjesta li għandna.", "Per eżempju, waħda mill- waiting lists ġewwa l-isptar San Luqa hija kkaġunata minn talba għall- operazzjoni tal-katarretti li sa ftit taż-żmien ilu konna nibbażaw il- bżonnijiet tagħna biss fuq donaturi u ġieli konna nġibu l-corneas minn barra, pero' dawn qatt ma jkunu l-aħjar għax naturalment l-aħjar jużawhom huma.", "Jiġifieri wieħed irid jifhem li d-domanda hija ferm ikbar mis- supply.", "Allura l-gvern, b'koperazzjoni ma' l-NGOs, fetaħ eye bank lokali biex inkunu nistgħu nagħmlu harvest ta' dawn il-corneas minn donaturi.", "Wieħed irid jifhem ukoll li hemm differenza bejn donazzjoni u donazzjoni fis-sens li filwaqt li donazzjoni ta' organu bħalma hija l-qalb relattivament tista' faċilment issir - mhux qed ngħid bħala teknika imma bħala crossmatch bejn id-donatur u r-reċipjent m'huwiex diffiċli għax kulma għandek bżonn huwa li l-blood group ikun jaqbel - f'donazzjonijiet oħrajn bħal tal-kliewi, per eżempju, wieħed irid jagħmel crossmatching bejn id- donatur u l-persuna li tkun qiegħda tirċievi.", "Naturalment iżjed ma tikber ix-xjenza, id-donazzjonijiet ta' l-organi se jkunu parti mill-avant-garde fil-mediċina.", "Pero' tant hemm ukoll nuqqas ta' donaturi illi meta jkun hemm donazzjoni ta' ċerti organi bħall-fwied, peress li dawn it-trapjanti ma jsirux Malta, dan jintbagħat ġewwa l-Italja biex isir it-trapjant hemmhekk u fl-istess ħin ma jintilifx.", "Imbagħad hemm donazzjonijiet oħra bħal tal-frixa, li jistgħu jsiru wkoll minn cadaver.", "Huwa importanti li niftakru li ħafna drabi d-donatur li jkun se jagħti l- organi tiegħu irid ikun miet ġewwa l-isptar taħt kondizzjonijiet diġa' ideali.", "Fil-fatt meta persuna tkun donatur, il-preparamenti jibdew meta din tkun ġiet iddikjarata li mietet.", "Imbagħad jibda l-proċess fejn min- naħa tkun qiegħed tidentifika u tipprepara lil min se jirċievi dak l- organu u min-naħa l-oħra tispjega lill-familjari dwar il-ġest nobbli li jkunu qegħdin jagħmlu.", "Naħseb li rridu nagħmlu qabża u bidla fil-kultura tagħna u rridu nintensifikaw il-kampanji tagħna favur id-donazzjonijiet.", "Ta' min jgħid li mhux kulħadd jista' jkun donatur ideali bħal fil-każ tad-demm.", "Fil-fatt, minkejja l-kampanji li nagħmlu anke f'dak li għandu x'jaqsam ma' demm, li wara kollox hija donazzjoni mill-iżjed komuni, xorta għadna nsibu d- diffikultajiet.", "Naħseb li bil-mod il-mod irridu nibdlu l-kultura u l-biża' ta' dawk il-persuni li jkollhom lil xi ħadd fil-familja li jkun se jiġi ppreparat biex ikun donatur.", "Dan għandu jsir permezz ta' edukazzjoni għax hemm min jaħseb li jekk persuna tiġi identifikata bħala donatur, ġewwa l- isptar mhux se jagħmlu l-mezzi kollha biex lil dik il-persuna jsalvawha.", "Ovvjament wieħed jifhimhom dawn l-affarijiet għax dak li jkun jibda jħares lejn il-qraba tiegħu bħala donatur potenzjali biss u allura jkun hemm dik it-tip ta' biża'.", "Għalhekk għandna nintensifikaw aħjar il-kampanji ta' edukazzjoni fost il-poplu b'mod ġenerali.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Azzopardi.", "ONOR.", "JASON AZZOPARDI: In vista tar-risposta eżawrenti tal-ministru - u ta' dan nirringrazzjah - fejn qal li f'Malta teżisti l-preżunzjoni li persuna m'hijiex donatur, kuntrarjament għal dak li jiġri barra minn Malta, il-gvern għandu ħsieb li jikkontempla xi emendi fil-liġijiet ta' pajjiżna biex din il-preżunzjoni ma tibqax kif inhi llum?", "MR SPEAKER: Il-Ministru Deguara.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Safejn naf jien m'hemmx dan il-ħsieb pero' bħalissa fil-kumitat għall-affarijiet soċjali għaddejja diskussjoni dwar il- bioethics u ma nafx jekk huwiex se jiġi ttrattat dan il-punt ukoll.", "KUNSILLI LOKALI - ĦLAS TA' MULTI", "7215.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm inġabar ħlas ta' multi mill-kunsilli lokali din is-sena?", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI (Segretarju Parlamentari) (f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern): Ninsab informat illi l- ħlas totali ta' multi li nġabar mill-kunsilli lokali mill-1 ta' Jannar sat- 30 ta' Settembru, 2004 huwa ta' Lm1,583,309.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Azzopardi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JASON AZZOPARDI: Jista' s-segretarju parlamentari jislet xi konklużjonijiet jew riflessjonijiet fuq l-ammont ta' ħlas ta' multi li ġew miġbura mill-kunsilli lokali?", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Mr Speaker, hemm żewġ affarijiet xi ngħid.", "L-ewwelnett minkejja l-fatt li daħħalna l-avviż legali li l-warden għandu kemm jista' jkun iwaqqaf lis-sewwieq, dan ġab il-konsegwenza li n-numru ta' multi naqas drastikament pero' xorta waħda l-figuri qed jinżammu fil- livelli - jekk mhux ftit iktar ogħla - tas-sena li għaddiet.", "Dan ifisser li l-kunsilli lokali, minbarra li qegħdin jagħmlu użu mill-fondi li għandhom allokati għalihom, qegħdin jagħmlu wkoll użu minn dawn il-fondi.", "Ovvjament daparti tal-gvern inqas ma jkun hemm multi, tant aħjar, għax dan ifisser li aktar nies qegħdin jobdu r-regolamenti tas-sewqan.", "Pero' rridu naċċettaw il-fatt li sfortunatament għad għandna numru ta' nies li minkejja l-kampanji kollha li għamilna u minkejja kwalunkwe ħaġa li nistgħu nagħmlu, xorta waħda jibqgħu jiksru numru ta' regolamenti tat-traffiku.", "KUNSILLI LOKALI - ĦLAS TA' MULTI", "7216.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm għad baqa' x'jinġabar fi ħlas ta' multi mill-kunsilli lokali din is-sena?", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI (f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u l-Intern): Ninsab informat li l-ammonti ta' ħlas ta' multi li l-kunsilli lokali ta' dawn il-kumitati konġunti kien għad fadlilhom jiġbru sa l-aħħar ta' Awissu 2004 huwa kif jidher fil-lista ta' hawn taħt:", "Kumitat Konġunt Ammont (Lm)", "Żejtun 194,922 Żurrieq 177,481 Qormi 265,243 Birkirkara 195,130 Sliema 385,819 Valletta 112,681 Fgura 174,887 Gozo 62,105 Mosta 72,630", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Azzopardi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JASON AZZOPARDI: Jista' s-segretarju parlamentari jispjega għaliex ċerti kunsilli lokali għandhom ammont ta' multi għoli ħafna meta kkomparat ma' l-ammont ta' multi li għandhom jinġabru minn kunsilli lokali oħrajn?", "Fil-fatt hemm diskrepanza pjuttost lampanti bejn uħud minnhom.", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Mr Speaker, ikun hemm diversi raġunijiet.", "L-ewwelnett trid tara kull kumitat konġunt minn liema kunsill lokali jkun magħmul u t-tieni nett trid tara wkoll l-ammont ta' nies li jużaw il-post.", "Per eżempju, Tas-Sliema jinkludi miegħu San Ġiljan u Paceville u kif kulħadd jaf, dan huwa post li fih imorru ħafna karozzi.", "Jista' jkollok ukoll numru ta' residenti f'ċerti postijiet li l-multi tagħhom iħallsuhom iktar malajr.", "Dan jgħin ukoll biex l-ammont ta' multi dovut jonqos aktar.", "Jista' jkun ukoll li mhux kull kunsill lokali jkollu pjan tajjeb ta' kif għandu jiġbor il-multi.", "Ċerti drabi jista' jkollok ukoll lil xi ħadd f'kunsill lokali partikolari li ripetutament ma jħallasx il-multi.", "Allura dawn jakkumulaw u minkejja l-isforzi li jkunu qegħdin isiru - forsi għax ma jkollhomx flus jew għal xi raġuni oħra - il-pagament jibqa' ma jsirx.", "Jiġifieri dan jiddependi minn ħafna affarijiet u m'hemmx hard and fast rule fiha.", "Dawn huma krediti għad-dispożizzjoni tal-kumitati konġunti tad-diversi lokalitajiet u l-ġbir ta' flus dovuti huwa f'idejhom.", "Infakkar lill-Onor.", "Interpellant li skond il-liġi kif ġiet emendata, il-kontravvenzjoni tkun reat kriminali sal-mument li tingħata s-sentenza.", "Malli tingħata s- sentenza, dan isir debitu ċivili.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: B'riferenza għall-mistoqsija supplimentari preċedenti ta' l-Onor.", "Jason Azzopardi, jista' l-ministru jimmedita u jinformana dwar l-ammont ta' flus li għad irid jinġabar?", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Naħseb li għamilt biżżejjed meditazzjonijiet fuq id-domanda supplimentari pero' ma kellix l- opportunita' li nqabbel l-ammont li kien dovut f'Awissu tas-sena li għaddiet ma' l-istess perjodu ta' din is-sena.", "Imma bejn wieħed u ieħor kull kumitat konġunt ikollu ammonti li jitilgħu 'l fuq u ammonti li jinżlu 'l isfel.", "Jiena ċert li llum il-ġurnata l-istat tagħhom huwa kompletament differenti, mhux neċessarjament 'l isfel, imma f'ċerti każijiet jista' jkun 'l isfel u f'ċerti każijiet jista' jkun qiegħed 'il fuq.", "UE - ACADEMY FOR EUROPEAN DIPLOMACY", "7217.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin: Fil-kontest tal-proposta li titwaqqaf academy for European diplomacy fi ħdan l-Unjoni Ewropea sabiex tiġi armonizzata u omoġenizzata d- diplomazija Ewropea, proposta li ilha mill-1999 tissemma anke mill- Parlament Ewropew fil-kontest tal-common foreign security policy, jikkonsidra l-Ministru li Malta tagħmel lobbying sabiex fl-eventwalita' ta' tali twaqqif, is-sede ta' tali akkademja tkun f'Malta?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għall-Kompetittivita' u l-Komunikazzjoni) (f'isem il-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin): Il-ministeru ta' l- affarijiet barranin ilu edott minn dawn il-fatti u mill-opportunitajiet li dan l-iżvilupp jista' jkollu għal Malta u fix-xogħol normali tiegħu diġa' esplora xi possibilitajiet li jistgħu joħorġu minn din l-inizjattiva.", "PSIKJATRIJA - LECTURERS", "8712.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impieg: Jista' l-Ministru jgħid jekk hux veru li hemm xi lecturers fid-dipartiment tal-psikjatrija li għandhom pożizzjoni ta' lecturer l-universita' fil-fakulta' tal-mediċina mingħajr ma għandhom appointment bħala psikjatra fl-isptarijiet pubbliċi bħal Monte Carmeli jew San Luqa?", "Jekk dan hu minnu, jista' lecturer f'dipartiment kliniku jgħallem lill-istudenti tal-mediċina mingħajr ma jkollu pazjenti fi sptar pubbliku?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impieg): Dwar l-ewwel parti tal-mistoqsija, informat li hemm lecturer part- time jgħallem il-psikjatrija li qabel kien konsulent anzjan mal-gvern kif ukoll kap ta' dipartiment fl-universita' b'ħafna esperjenza.", "Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija, jekk persuna hi lecturer allura tista' tgħallem.", "UFFIĊĊJU KONĠUNT - SKEMA \"IXTRI DAREK U IFDI Ċ-ĊENS\"", "8713.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm għad fadal applikazzjonijiet pendenti biex jiġu proċessati taħt l-iskema ta' l-uffiċċju konġunt \"Ixtri Darek u Ifdi ċ-Ċens\" li għalqet fit-30 ta' Diċembru, 1996?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern): Ninsab informat illi l-qagħda ta' l-applikazzjonijiet sottomessi taħt l-iskema ta' l-uffiċċju konġunt \"Ixtri Darek jew Ifdi ċ- Ċens\" li għalqet fit-30 ta' Diċembru, 1996 hija kif tidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.", "MANOEL THEATRE - GENERAL MANAGER", "8714.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' l-Ministru jgħid min inħatar bħala general manager tal-Manoel Theatre?", "Saret sejħa għal dawk interessati?", "Minn meta beda jokkupa din il-kariga?", "Jista' jgħid ukoll min kien qed jokkupa din il-kariga qabel?", "Jista' jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt tiegħu?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura): Ninsab informat li s-Sur Lino Mintoff inħatar general manager tal-Manoel Theatre wara sejħa permezz ta' avviżi fil-gazzetti li saret f'Jannar 2004.", "Is-Sur Mintoff beda jokkupa l-post ta' general manager mill-14 ta' Lulju, 2004 kif kien imħabbar anke fil-media waqt it-tnedija tal-programm ta' attivitajiet tal-Manoel Theatre għall-istaġun 2004-2005.", "Fil-passat kien hemm diversi persuni bħal Michael Fenech, A. Zammit Mangion, Paul Axiaq, Emy Scicluna u Lino Farrugia li okkupaw pożizzjonijiet simili.", "Qed inqiegħed kopja tal-kuntratt fuq il-mejda tal-Kamra.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, xi ġimgħa ilu għamilt domanda supplimentari biex nara jekk huwiex minnu li ġie mpjegat general manager mal-Manoel Theatre u min kien qiegħed jirrispondi f'isem il-ministru għat- turiżmu qal li ma jidhirlux li dan huwa minnu.", "Peress li issa jidher li jiena kont korrett u fil-fatt veru ġie Impjegat general manager mal-Manoel Theatre, il-Ministru qiegħed f'pożizzjoni li jikkonferma dak li kont staqsejtu u cioe' jekk dan l-individwu għamilx xahar biss mal-Manoel Theatre u mbagħad mar ma' staff ta' xi segretarjat tal-ministeru?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, niftakar li l-ġimgħa li għaddiet jew ta' qabilha kien hawn kontroversja fuq din id-domanda partikolari pero' m'għandix il-background ta' informazzjoni bħal din.", "Għalhekk nitlob lill- Onor. Interpellant jagħmel domanda bil-miktub.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Bir-rispett kollu, Mr Speaker, meta ġimgħa ilu għamilt din il-mistoqsija kważi ġejt imgiddeb li ma kontx korrett u llum irriżulta li kont korrett.", "Meta staqsejt jekk dan l-individwu marx mal-ministeru, erġajt ġejt imgiddeb għax il-ministru ma kienx qiegħed preżenti.", "Illum nixtieq inkun naf jekk il-ministru huwiex imsiefer fuq xogħol parlamentari jew le ħalli nara nistax nagħmel domanda supplimentari għax jiena nippretendi li għandu jkun hawnhekk.", "MR SPEAKER: Il-Ministru Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, safejn jien informat il-ministru m'huwiex imsiefer pero' qed jagħmel xogħol differenti f'isem il-gvern.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, jien ukoll għandi xogħol differenti imma bħala membru parlamentari l-obbligu tiegħi huwa li niġi l-Parlament.", "Jiena ma nistax naċċetta din ir-risposta għax xtaqt nagħmel mistoqsija supplimentari dwar xi ħaġa li hija ta' interess nazzjonali.", "Il-poplu għandu jkun jaf kif qed isiru l-affarijiet għax dan l-individwu qed jitħallas minn flusu u biex nipprotesta, Mr Speaker, niġbidlek l-attenzjoni li m'hawnx quorum.", "MR SPEAKER: Il-Kamra hija sospiża għal ħames minuti minħabba nuqqas ta' quorum.", "Fis-6.25 p.m. il-Kamra ġiet sospiża u rriżumiet ħames minuti wara.", "MR SPEAKER: Peress li issa hawn quorum id-diskussjoni tista' tkompli.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti u nsejjaħ lill-Viċi Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar karozzi mikrija għall-użu tas-segretarjat privat tal-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari 9336;", "Statistika dwar persuni mressqa l-qorti dwar reati konnessi mad-droga kull xahar matul l-2003 u l-2004, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari 9391;", "Tabella li turi l-għadd ta' persuni taħt l-eta' ta' 30 sena li tressqu l-qorti matul l-2003 u l-2004, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari 9392.", "F'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi inqiegħed fuq il-mejda tal- Kamra:", "Kopja ta' ittra datata 24 ta' Novembru 2004, mibgħuta mill-Imħallef Frank G. Camilleri, mill-Uffiċċju tal-Kummisjunarju maħtur fit-termini ta' l-Att dwar is-Servizz tas-Sigurtà (Kap.391), lill-Prim Ministru flimkien ma' kopja tad-Deċizjoni ta' l-Information Tribunal (National Security Appeals) meħuda fl-1 ta' Ottubru 2001 fl-ismijiet \"Norman Baker MP vs Secretary of State for the Home Department\"; u", "Tagħrif dwar karozzi mikrija għall-użu tas-segretarjat fl-Uffiċċju tal- Prim Ministru, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari 9335.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru għall-Kompetittivita` u Komunikazzjoni.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: F'isem il-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Dettalji dwar safar ta' uffiċjali u impjegati tal-Public Broadcasting Services matul l-2003, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari 9272;", "Tagħrif dwar estensjonijiet ta' mains tad-drenaġġ li saru matul l- 2004, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari 9274.", "F'isem il-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq inqiegħed fuq il-mejda tal- Kamra:", "Tagħrif dwar testijiet li saru fuq vetturi sat-22 ta' Novembru 2004, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari 9278.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil- Komunita`.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar l-għadd ta' twelid ta' tewmin, triplets, quadruplets u oħrajn bejn l-1994 u l-2004, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari numru 9271.", "F'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impieg inqiegħed fuq il- mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar safar uffiċjali minn impjegati tad-dipartimenti u entitajiet fid-dekasteru tal-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impieg bejn Jannar u Otturbu 2004, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari 9155; u", "Statistika li turi l-lokalita` li minnhom ġejjin studenti li daħlu l- Universita`, junior college u MCAST għall-ewwel darba f'Ottubru 2004, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari 9397.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru għall-Familja u Solidarjeta` Soċjali.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA (Ministru għall-Familja u Solidarjeta' Soċjali): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar applikazzjonijiet taħt Skema S ta' l-Awtorita` tad-Djar bejn l-2000 u l-2004, flimkien man-nefqa li saret mill-Awtorita` fuq l- istess skema matul dak il-perjodu, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari 9104;", "Tagħrif dwar talbiet lill-Awtorita` tad-Djar biex jiġu nstallati lifts f'appartamenti tal-Gvern u tal-privat, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari 9105;", "Tagħrif dwar talbiet għall-pensjoni għall-invalidita` mħallsa taħt l- Att dwar is-Sigurta` Soċjali bejn l-1998 u l-15 ta' Novembru 2004, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari 9333;", "Tagħrif dwar iċ-childcare centre ta' l-Aċċess fil-Kottonera bejn Jannar u Novembru 2004, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari 9375;", "F'isem il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura nqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar safar uffiċjali minn impjegati tad-dipartimenti u entitajiet fid-dekasteru tal-Ministru għat-Turiżmu u Kultura bejn Jannar u Otturbu 2004, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari 9157.", "F'isem il-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin nqiegħed fuq il-mejda tal- Kamra:", "Tagħrif dwar safar uffiċjali minn impjegati tad-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin bejn Jannar u Ottubru 2004, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari 9156.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR TRASFERIMENT TA' ARTIJIET TAL-GVERN", "DISPOSAL OF GOVERNMENT LAND (AMENDMENT) BILL", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, nipproponi t-Tieni Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar it-Trasferiment ta' Artijiet tal-Gvern.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Nissekonda.", "MR SPEAKER : Rimarki?", "L-Onor.", "Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, dan l-abbozz ta' liġi qiegħed jemenda l-Att dwar it-Trasferiment ta' Artijiet tal-Gvern minn żewġ aspetti.", "L-ewwelnett se nżidu metodu ieħor ta' kif legalment il-gvern jista' jittrasferixxi l- proprjeta` tiegħu għaliex sal-lum il-proprjeta` tista' tiġi trasferita jew permezz ta' sejħa għall-offerti jew inkella permezz ta' riżoluzzjoni partikolari li tgħaddi minn din il-Kamra bħal fil-każ ta' trasferiment lill- clubs sportivi u għaqdiet filantropiċi, jew inkella skond policy li tiġi approvata minn dan il-Parlament u kull tliet snin niġu hawnhekk biex din il-policy tiġġedded.", "Fil-fatt il-policy li għandna skadiet fid-9 ta' Novembru.", "L-artijiet tal-gvern jistgħu jiġu trasferiti mingħajr bżonn ta' tender lill-korporazzjonijiet pubbliċi mwaqqfa bil-liġi bħall-korporazzjoni enemalta, il-kunsilli lokali jew l-awtorita` tad-djar.", "Issa se nintroduċu l-ħames metodu ta' kif tista' tiġi trasferita l- proprjeta` li huwa l-bejgħ bl-irkant wara avviż ta' bejgħ bl-irkant li jidher fuq il-gazzetta tal-gvern għar-rigward ta' dik il-proprjeta` li tkun se tiġi trasferita.", "Aħna nemmnu li bħalma jiġri fil-qorti fejn proprjeta` tad-debituri tiġi mqiegħda fis-subbasta mill-kredituri, hekk ukoll ċerti artijiet tal-gvern - ma jidhirlix li l-artijiet kollha tal-gvern għandhom jgħaddu minn din il-proċedura – għandhom ikunu soġġetti għall-irkant biex iġibu l-aħjar prezz għall-gvern.", "Is-sistema tat-tender bħas-sistema ta' l-irkant, hija sistema trasparenti pero` għandha difett li malli tidħol offerta, dik l-offerta ma tistax tgħolliha.", "Allura ġieli l-gvern imur tajjeb għaliex min jitfa' l-offerta jeċċedi bil-bosta l-prezz li jkun irid il-gvern u ġieli jmur ħażin għax l- offerta tkun daqs jew inqas minn dak li jkun irid il-gvern.", "Irrid ngħid li fis-sistema tat-tenders il-prezz li jagħti l-gvern lill-proprjeta' permezz tal-periti tad-dipartiment tat-taqsima tal-proprjeta` tal-gvern ikun konfidenzjali u ma jiġix ippubblikat.", "Dan jiġi ssiġillat u mitfugħ fl- istess kaxxa ta' l-offerti ħalli żgur ħadd ma jkun jaf x'inhu dak il-prezz.", "Id-difett ta' din is-sistema huwa li ma tistax iddaħħal kompetizzjoni bejn min se jixtri biex il-prezz jogħla.", "Allura aħna qed ngħidu li f'ċerti każijiet - huwa ovvju li art li se tingħata għal skop soċjali m'hijiex se tgħaddi minn din il-proċedura – l-art tal-gvern tingħata b'din il-proċedura u dawn il-każijiet jinkludu art li tagħti lok għal spekulazzjoni fis-sens li tkun mixtieqa minn diversi nies jew li tkun xi prime site.", "Sabiex dan l-irkant ma jkunx free for all qegħdin ngħidu li l-ministru responsabbli għall-artijiet jista', b'regolamenti, jistabbilixxi l-mod u l- proċedura kif għandu jsir bejgħ bl-irkant bħal dan.", "Il-gvern qiegħed minn issa jiddikjara bħala policy tiegħu - imbagħad naraw jekk indaħħluhiex fir- regolamenti jew inkella indaħħluhiex bħala policy interna li tkun pubblika dwar kif jimxi l-gvern f'ċerti każijiet biex id-diskrezzjoni tkun limitata - li l-irkant irid isir skond il-liġijiet ta' Malta.", "Dan ifisser li l- irkantatur ikun liċenzjat u d-data, il-ħin u l-lok ta' l-irkant iridu jsiru pubbliċi u ppubblikati fil-gazzetta tal-gvern.", "F'din il-liġi qegħdin ngħidu li dawk ir-residenzi li jkunu okkupati b'titolu validi - jiġifieri residenza li hija okkupata minn inkwilin jew minn ċenswalist - qatt ma jistgħu jinbiegħu bl-irkant pero` jekk tkun residenza battala u tista' tirrendi prezz tajjeb, jista' jagħti l-każ li tinbiegħ bl-irkant.", "Qed ngħidu wkoll li qatt ma jistgħu jinbiegħu bl-irkant kwalunkwe bini li jkun parti mill-wirt storiku ta' pajjiżna, art li tinbiegħ biex lil min inkunu esproprijajna l-art jiġi kumpensat u art li fuqha jkun ingħata r- right of first refusal minn qabel.", "Ħalli nagħti eżempju.", "Jekk persuna għandha ħanut b'kera u tkun tixtieq tixtri l-ħanut, il-lands department jgħidilha biex tirtira l-kirja ħalli l-post jiġi free u talli tagħmel hekk, ikollha r-right of first refusal u dan ifisser li anke jekk l-ogħla offerta ma tkunx tagħha, xorta waħda l-post jiġi tagħha.", "Jiġifieri f'dan il-każ huwa ovvju li m'għandux ikun hemm bejgħ bl-irkant.", "Barra minn hekk, ikollna każijiet oħra li meta toħroġ is-sejħa għall-offerti jkun hemm diġa` inkluż li dan il-post se jinbiegħ soġġett għad-dritt tal-first refusal.", "Pero' qegħdin ngħidu li art li tkun ġewwa development zone – jiġifieri green areas ma jinbiegħux b'dan il-metodu - u tkun żviluppabbli waħedha tista' tinbiegħ bl-irkant.", "Qed ngħid hekk għax meta art ma tkunx żviluppabbli waħedha, jista' jiġi eżerċitat ir-right of first refusal lis- sidien li jkollhom l-art tagħhom tmiss magħha.", "Ħafna nies jaħsbu li għax l- art tkun tmiss magħhom, allura għandhom ir-right of first refusal.", "Dan m'huwiex minnu.", "Dawn it-tip ta' sidien ikollhom ir-right of first refusal jekk l-art li tmiss magħhom ma tkunx żviluppabbli waħedha, jiġifieri jkun hemm biċċa art żgħira li tkun tista' tingħaqad mal-ġnien tagħhom u allura f'dak il-każ jingħata r-right of first refusal.", "Jien nemmen li fil-parametri ta' din l-emenda li tirrigwarda l-bejgħ ta' art tal-gvern bl-irkant għandha tirrendi aktar lill-gvern partikolarment f'dawk l-areas li huma ġo prime sites u li għalihom ikun hemm diversi kompetituri.", "Bis-saħħa ta' din il-kompetizzjoni, inkunu qegħdin inżidu d- dħul tal-gvern.", "Huwa ovvju li jekk l-ebda offerta fl-irkant ma ġġib l- prezz li jkun ġie stabbilit mid-dipartiment ta' l-artijiet, allura dik l- art tibqa' tal-gvern.", "Aħna dejjem qed nimxu fuq il-bażi li qatt ma tista' tinbiegħ art inqas minn kemm ikun stamaha l-gvern.", "F'każ li l-offerta tkun iktar, allura l-art tkun tista' tinbiegħ.", "Bħalma jiġri fil-każ tat-tenders, il-valur ta' l-art se jiġi stabbilit minn qabel.", "Il-kwestjoni li għad fadlilna niddeċiedu hija jekk fl-irkant, l- irkantatur għandux ikun jaf bil-prezz li jkun ġie stabbilit.", "Jien naħseb li l-irkantaturi m'għandhomx ikunu jafu l-prezz u f'każ li l-art ma ġġibx il-prezz neċessarju, allura ma tiġix aġġudikata.", "Mr Speaker, nixtieq nitkellem fuq it-tieni aspett ta' dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna.", "Sa mill-1976, kull tliet snin il-gvern jersaq quddiem dan il-Parlament biex iġedded il-policy ta' każijiet fejn il-gvern jista' jagħti art tal-gvern mingħajr il-bżonn ta' tender.", "Eżempju ta' dawn huma t-tined fuq ix-xtajtiet, l-imwejjed u s-siġġijiet quddiem il-ħwienet tax-xorb u l-ħwienet tal-kafe', il-bejgħ ta' skemi ta' housing lil dik il- persuna li tkun tokkupa d-dar innifisha u għoti ta' art mill-MDC għal skop industrijali.", "Dawn il-każijiet kollha huma miġburin f'dokument wieħed.", "Pero ' din il-policy għandha ħajja ta' tliet snin biss u allura kull tliet snin irridu niġu quddiem dan il-Parlament biex inġedduha.", "Issa permezz ta' dan l-abbozz ta' liġi qegħdin ngħidu - apparti li biddilna ftit il-policy u issa nispjega fejn – li sakemm il-gvern ma jkun biddel xejn minn din il-policy, m'hemmx għalfejn niġu kull tliet snin quddiem dan il- Parlament.", "Pero` f'każ li l-gvern ikun irid ibiddel xi ħaġa minn din il- policy, peress li fl-aħħar mill-aħħar tibqa' policy parlamentari, irid jiġi quddiem dan il-Parlament u b'riżoluzzjoni jipproponi l-emenda tiegħu.", "(Interruzzjonijiet) Ħafna minn dawn il-każijiet fejn il-gvern jista' jagħti art mingħajr ħruġ ta' tender, bħal, per eżempju, beach concessions, encroachments, għoti ta' fabbrika għal skop industrijali u għoti ta' proprjeta` lil min qed jokkupa dar b'ċens jew b'kera ma jkunx hemm kwestjoni dwarhom u qatt ma naf li vvotajna kontra din ir-riżoluzzjoni.", "Jiġifieri l-iskemi tal-joint office, tal-lands u l-għoti ta' art agrikola kollha jaqgħu taħt din il-policy.", "Issa din il-policy parlamentari qegħdin ninkorporawha fil-liġi u allura tiġi aċċessibbli aktar għall-pubbliku in ġenerali għax qed issir parti minn dan l-Att.", "Issa jien bħala l-ministru responsabbli mil-lands, m'hemmx għalfejn niġi quddiem dan il-Parlament kull tliet snin biex nikkonfermaha pero` jekk ikolli bżonn inbiddel xi ħaġa, irrid niġi quddiem dan il-Parlament u minflok inbiddel il-policy b'liġi tal-Parlament, inbiddilha b'riżoluzzjoni tal-Parlament, kif wara kollox kienet qabel.", "Li se nevitaw huwa li noqogħdu nġibuha hawn kull tliet snin anke meta ma nbiddlu xejn u allura qegħdin ngħidu li se nressquha hawn biss jekk inkunu se nbiddlu xi ħaġa minn din il-policy parlamentari.", "Issa din il-policy parlamentari x'għandha differenti minn ta' tliet snin ilu?", "Fil-fatt inbidlu żewġ paragrafi u niġbed l-attenzjoni tal-Kamra għalihom.", "L-ewwel paragrafu li nbidel huwa paragrafu 6(h) fit-test Malti li jirrigwarda l-kirjiet kummerċjali.", "Għandna diversi ħwienet, b'mod partikolari fil-Belt, li ġew mogħtija b'kera għal għaxar snin jew 15-il sena, dawn għalqu u l-gvern jibqa' jirċievi l-kera fis-sena mingħajr ma jgħolliha.", "Issa l-parir legali huwa li kif inhi l-liġi llum, biex terġa' toħroġ dik il-kirja għat-termini oriġinali – ħalli ngħidu li kienet għal għaxar snin - irridu nerġgħu noħorġuha bit-tender.", "Jiġifieri aħna qed ngħidu li jekk il-fond kummerċjali llum huwa mikri għal sena, pero` fil- passat kien mogħti b'titolu ta' kera għall-perjodu determinat ta' aktar minn sena - ħafna drabi jkun għal għaxar snin jew 15-il sena - l-kirja tal- fond tingħata lill-istess persuna mingħajr ma jkun hemm għalfejn toħroġ tender taħt il-kondizzjonijiet tat-titolu oriġinali, jiġifieri jekk it- titolu oriġinali kien għal għaxar snin, nagħtuhulu għal għaxar snin u jekk kien għal 15-il sena, jingħata għal 15-il sena, ħlief għall-kera.", "Jiġifieri l-kondizzjonijiet jibqgħu l-istess ħlief li t-terminu jsir bħalma kien orġinarjament u l-kera tinbidel skond ir-rati kummerċjali tal-lum.", "Iżda dan il-metodu qatt ma jista' jintuża għal perjodu ta' iktar minn 15- il sena.", "Jiġifieri ħalli nassumu li l-kirja kienet għal 30 sena, għalqet u llum qiegħda sena b'sena.", "Issa ma nistgħux nagħmlulu kuntratt ġdid għal 30 sena imma nistgħu nagħmlulu kuntratt ġdid għal 15-il sena, bil- kondizzjonijiet eżatt kif kienu meta ħadu l-ewwel darba u bil-kera miżjuda skond ir-rati kummerċjali tal-lum.", "B'dan il-metodu l-gvern se jdaħħal iktar u n-negozjant se jkollu t-titolu tal-post li qed jokkupa llum, pero` minflok ikollu kirja minn sena għal sena, ikollu kirja daqskemm kellu l- ewwel darba meta ħa l-post b'kera, basta qatt ma taqbeż il-15-il sena.", "Allura bi tpattija talli se ngħollu l-kera se nagħtuh id-dritt li mingħajr tender jieħu l-kirja għat-terminu oriġinali li kellu, basta dak it-terminu ma jaqbiżx il-15-il sena.", "B'dan il-mod is-sid ikollu moħħu mistrieħ għax minn sena għal sena teknikament tfisser li kull sena l-gvern jista' jkeċċih 'il barra għaliex il-liġi tal-kera ma tapplikax għall-gvern fil-każ ta' proprjeta` urbana, inkluż il-ħwienet, u allura meta jiġi għat-tiġdid il- gvern jista' ma jġeddidlux.", "Meta hija proprjeta` privata dan ma jistax jiġri.", "Issa dak li jkun se jkollu serħan il-moħħ iktar għax it-terminu se jkun itwal.", "Pero` ta' din il-konċessjoni se jħallas kirja ġdida skond ir- rati kummerċjali tal-lum.", "(Interruzzjonijiet) Allura l-quid pro quo se jkun li talli hu jagħtina kera iktar għolja aħna nagħtuh it-terminu oriġinali li kellu fil-kirja li qatt ma tista' tkun ta' iktar minn 15-il sena.", "Jiġifieri jekk kien għal 30 sena ma nistgħux nagħtuhulu għal 30 sena u biex jieħdu għal 30 sena, ikun irid joħroġ b'tender.", "Irrid ngħid li f'dawk il-każijiet fejn il-kera tkun għal 15-il sena u tkun għadha għaddejja, dan ma japplikax għax bid-dritt, malli tagħlaq il- kirja ta' 15-il sena nagħtuh kirja ta' 15-il sena oħra b'reviżjoni tal- kera.", "Dan japplika biss għal dawk il-każijiet fejn il-kirja tkun għalqet, bdiet tiġi mġedda minn sena għal sena u sal-lum dawn is-sidien ma kellhomx id-dritt li jieħdu l-kirja għal terminu itwal mingħajr il-ħruġ ta' tender.", "Nispera li spjegajt ruħi bl-iktar mod sempliċi.", "Dan huwa applikabbli basta xi darba l-fond kummerċjali jkun ittieħed għal perjodu ta' iktar minn sena.", "Jiġifieri jekk il-fond kummerċjali jkun ittieħed minn sena għal sena, din il-konċessjoni ma tapplikax.", "Din tapplika biss għal dawk il- każijiet fejn, per eżempju, il-post tkun ħadtu għal 15-il sena u mbagħad ġie mġedded minn sena għal sena u mbagħad jerġgħu jġeddulek għal 15-il sena b'reviżjoni tal-kera.", "It-tieni bidla hija f'każ tal-permuta ta' proprjeta` tal-gvern meta ssir esproprjazzjoni ta' art mill-gvern.", "Illum meta l-gvern jesproprja art privata għal skop pubbliku u, per eżempju, il-valutazzjoni tal-periti tagħna tkun li din l-art tqum Lm10,000, il-gvern jista' – qiegħda fid- diskrezzjoni tiegħu - jew jagħti lis-sidien Lm10,000 u kif ukoll 5% interessi minn mindu ħa l-proprjeta` f'idejh sal-mument li jsir il- kuntratt, jew inkella joffri art bi skambju flok kumpens, jiġifieri jħallas in kind.", "L-ewwel problema li nqalgħet kienet jekk l-interessi għandhomx jiżdiedu mal-kumpens biex il-gvern jagħmel il-permuta ta' l-art.", "Dik kienet ftit dubjuża imma issa qed nagħmluha ċara li l-interessi jitqiesu bħala parti mill-kumpens u ġieli l-interessi jkunu daqs il-kumpens innifsu.", "Meta fl-1990 jew fl-1991 il-Parlament introduċa din is-sistema kien għamel ċerti parametri u qal li meta l-gvern joffri l-proprjeta` bi ħlas għal proprjeta` oħra li tkun ittieħdet jista' joffri proprjeta` li l-valur tagħha jkun f'range ta' 30% iktar jew 30% inqas mill-valur tal-kumpens li se jingħata.", "Per eżempju, jekk tittieħed art mingħand individwu li skond id-dipartiment ta' l-artijiet tkun tiswa Lm10,000, id-dipartiment seta' joffri in kind proprjeta` li tqum Lm1,300 f'liema każ is-sid tal- proprjeta` jrid iħallas Lm300 lid-dipartiment ta' l-artijiet, jew inkella l- gvern jagħtih proprjeta` li tqum Lm700, 30% inqas, pero` din id-darba d- dipartiment iżidu Lm300 fuq il-valur tal-proprjeta`.", "Issa f'din l-emenda qegħdin ngħidu li tal-plus 30% se tibqa' pero` tal- minus 30% ma tibqax.", "Allura jkun possibbli li fil-każ li semmejt tingħata art li tqum Lm3,000 u mbagħad il-gvern iħallas Lm7,000 f'cash ukoll.", "Aħna qed ngħidu li iktar hemm lok għal abbuż jekk inneħħu l-maximum ta' 30% milli jekk inneħħu l-minimum ta' 30%.", "Jien fittixt id-dibattiti ta' meta l- ex-ministru Ugo Mifsud Bonnici, dak iż-żmien responsabbli għal-lands department, kien ressaq din l-emenda u sibt li l-intenzjoni tal-gvern kienet proprju li ma tistax tagħti proprjeta` li tkun iktar minn 30% u mhux li ma tistax tagħti proprjeta` li tkun inqas minn 30%.", "Allura hawnhekk qegħdin inneħħu l-minimu pero` l-massimu qed inżommuh.", "Fil-qosor dawn kienu l-emendi kollha li għamilna f'din il-liġi u nirrakkomanda l-approvazzjoni ta' dan l-abbozz ta' liġi mill-Kamra.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joe Brincat.", "ONOR.", "JOSEPH BRINCAT: Mr Speaker, sa ċertu punt din il-liġi qed tipprova tipperfezzjona liġi oħra tajba ħafna.", "Jien m'iniex se ndum nitkellem għaliex dak li jista' jkun tajjeb għandek tipprova tagħmlu aħjar.", "Pero' se nagħmel żewġ suġġerimenti.", "L-idea tal-bejgħ bl-irkant hija tajba, pero` mhux qed jogħġobni l-fatt li l-ministru żamm id-dritt li jagħmel regolamenti dwar il-bejgħ bl-irkant.", "Jien inkun iktar kuntent li bħalma qiegħed jistabbilixxi ċerti fatti bil-liġi, ir-regoli ta' kif isir l-irkant għandhom ikunu fil-liġi wkoll.", "Issa se jkollna perjodu fejn il-Parlament ikun okkupat fuq affarijiet ta' budget u fis-sena l-ġdida se nkunu okkupati b'affarijiet oħrajn, allura l- ministru għandu żmien jistudjaha.", "Jien inħoss li jkun iktar xieraq u sewwa li r-regoli ta' kif se jsir il-bejgħ bl-irkant ikunu stabbiliti b'liġi.", "Qed ngħid hekk għaliex oriġinarjament l-iskop ta' din il-liġi kien, kif ngħidu bil-Malti, biex torbot il-kitla.", "U jekk se ndaħħlu l-aspett tas- subbasta, ċertament ma nistgħux nagħmlu l-istess subbasta li hemm fil- qrati.", "Pero` lill-kollega tiegħi ngħidlu li teżisti nota ta' osservazzjonijiet li fiha 81 faċċata fuq xi tfisser subbasta u anke kif tiġi prattikata f'pajjiżi oħrajn.", "Li nagħmlu s-subbasta fil-kuritur tal-qorti kellha ċertu ...", "(Interruzzjonijiet) Naħseb agħar.", "Kienet sistema tal-latrini għax ħdejn il-latrina tan-nisa kienet issir.", "Jiġifieri ma nistgħux ngħidu li hija l- aħjar sistema bħala proċedura.", "Fl-Italja s-subbasta ta' l-immobbli ssir bl- assistenza ta' l-imħallef u jkun preżenti.", "M'iniex qiegħed ngħid li għandu jkollna din il-proċedura għas-subbasta tal-gvern, imma għandu jiġi stabbilit fil-liġi kif joħorġu l-offerti, kemm irid ikun hemm offerti, min se jagħmel l-istima, kif se jsiru l-offerti, jekk hux se jkun hemm ir-right of first refusal u jekk hux se jkun hemm ċertu protezzjoni anke fuq dak li joħroġ għas-subbasta.", "Mr Speaker, liġi bħal din saret fl-Italja fejn il-gvern Taljan beda jbigħ saħansitra palazzi storiċi bis-subbasta biex jipprova jiġbor flus kemm jiflaħ.", "Jekk inbigħu Kastilja u noħorġuha bis-subbasta, min se japplika għaliha?", "Jistgħu japplikaw għaliha ċerti nies.", "Din il-liġi kienet tajba għal żmienha u iktar ma għadda ż-żmien kulħadd ipprova jipperfezzjonaha għaliex il-bejgħ tal-patrimonju tal-bini mill- gvern irid ikollu l-ikbar trasparenza possibbli.", "Naħseb li qabel ma toħroġ subbasta għandu jkun hemm riżoluzzjoni tal-Kamra - mhux fuq is-sistema għax is-sistema tkun hemm – li tgħid li l-gvern għandu intenzjoni li joħroġ it- tali artijiet b'subbasta.", "Għaliex?", "Għaliex jista' jkun hemm raġunijiet li jikkonvinċu lill-ministru jew lil-lands department biex dik il-proprjeta` partikolari ma joħroġhiex b'irkant.", "Per eżempju, jekk naqbdu l-Berġa tal- Baviera u noħorġuha bis-subbasta, naħseb li l-Ġermaniżi ...", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Fl-introduzzjoni tiegħi semmejt il-każijiet fejn il- gvern jidhirlu li m'għandux ikun hemm subbasta u fosthom insibu proprjeta` li hija parti mill-wirt storiku tagħna u meta r-right of first refusal jingħata qabel.", "Bis-sistema tal-lum hemm ċerti każijiet fejn ir-right of first refusal jingħata qabel speċjalment meta l-inkwilin jirrinunzja għall- kirja.", "F'dak il-każ m'għandux ikun hemm right of first refusal.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "JOSEPH BRINCAT: Allura nissuġġerixxi li r-regolamenti tas-subbasta jkunu parti mil-liġi stess ħalli meta wieħed imur jaraha jkun jaf x'inhuma r-regoli tagħha u kulħadd ikun jaf fejn hu.", "Ladarba qiegħed jgħid li jaqbel ma' dan il-prinċipju jien ngħid li għandu jkun hemm dibattitu jekk hijiex approvata jew le.", "Nistgħu nagħmluha by a motion.", "Jien naqbel li għandu joħroġ avviż ta' bejgħ b'irkant li jiġi ppubblikat fil-gazzetta għar- rigward tal-proprjeta` li tkun se tiġi trasferita jew li l-ministru stess iressqu għall-approvazzjoni u mbagħad il-Parlament ikun jista' jikkontestah.", "Imma ma tistax tagħmel hekk biss għaliex facta lex inventa fraus.", "Ir-raġuni hija sempliċi ħafna.", "Huwa possibbli ħafna li wieħed joħroġ ħafna remiżolji kollha f'daqqa, imbagħad joħroġ ieħor, jirriferi għalih bin-numru tal-bieb, imma fil-fatt ikun proprjeta` li hija parti mill- wirt storiku.", "Jekk joħroġ kollox bin-numru, fejn se tkun taf li, per eżempju, in-numru 65 huwa scheduled property?", "Dak lanqas tista' tmiss xejn fih.", "Imma għax hu proprjeta` tal-gvern tagħtih numru u tgħid li se tbigħ minn fond numru 52 sa fond numru 65, imbagħad ikollok wieħed minnhom li jkun wirt storiku u ħafna drabi jridu jkunu xi deputati jew il-kunsill lokali li jgħidulek x'inhu u x'mhux.", "Għalhekk qiegħed ngħid li jekk il-ministru verament irid jagħmel liġi tajba għandu jinkludi r-regoli kif għandha tinżamm is-subbasta, l-avviżi, il- proċedura, jekk aħniex se nagħmlu l-kwestjoni tal-kwindena u fejn irridu navżaw.", "Apparti minn hekk, jien għandi d-dubji tiegħi kemm il-barranin ma jkunux jistgħu jagħmlu l-bidding f'dan il-qasam.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, safejn naf jien il-lands department dejjem ta d-dritt lill-barranin li jieħdu l-proprjeta` b'tender.", "Naturalment jekk għandhom bżonn xi permessi oħrajn, dawk jarawhom awtoritajiet oħrajn.", "Pero` l-lands department qatt ma impedihom, ħlief fil- każijiet tal-housing.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Ikompli l-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "JOSEPH BRINCAT: Allura iktar u iktar jista' jiġri kif qed naħseb jien fir-rigward ta' bini ta' ċertu valur.", "Ma rridx li jiġrilna bħal Berlusconi.", "(Interruzzjonijiet) Int qed tgħid li mhux possibbli.", "Jien ma niddubitax mill-intenzjonijiet tajba ta' l-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici, imma warajh jiġi ħaddieħor li jista' ma jkollux l-istess intenzjonijiet tajbin tiegħu.", "(Interruzzjonijiet) Għalhekk għandha ssir fil-liġi ħalli torbot!", "Jgħidu li \"the way to hell is paved with good intentions.", "(Interruzzjonijiet) Le, għaliex jekk tagħmilha li l-ministru jista' jagħmel regolamenti ...", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Jekk jogħġbkom, no cross-debates.", "Nitlob lill-Onor.", "Brincat biex, jekk jogħġbu, ikompli bl-intervent tiegħu u jindirizza lis-Sedja.", "ONOR.", "JOSEPH BRINCAT: Mr Speaker, meta nisma' dwar ir-regolamenti, niftakar fil-każ ta' l-universita` fejn ċerti regolamenti jidħlu u joħorġu mit-tieqa u daqqa japplikaw u daqqa ma japplikawx!", "Issa hemmhekk suppost hemm intellectual purity.", "Jista' jkollok ministru – m'iniex qed ngħid għall-ministru preżenti - minn hawn u 20 sena oħra, juża dik il-liġi biex joħroġ avviż legali u jbiddel il-proċedura, joħorġu wara li jkun spiċċa l- budget meta ħadd ma jkun qiegħed jagħti kas, jitqiegħed fuq il-mejda tal- Kamra, jaġixxi in virtu' ta' dak il-legal notice u dak li jkollu jagħmel jagħmlu.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru, bil-permess ta' l-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, bil-liġi kif inhi llum m'hemm xejn xi jżomm lill-gvern milli jgħid li se joħroġ il-Berġa ta' Kastilja għall-bejgħ b'tender!", "Naturalment irid ikun miġnun biex jagħmilha!", "Imma m'hemm xejn xi jżommu legalment.", "Issa hawn qed ngħidu li dan irid isir b'irkant, anzi f'dan l-irkant se nagħmlu r-regolamenti u jekk hemm bżonn fir-regolamenti ngħidu li l-wirt storiku ma jistax jinbiegħ b'irkant.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Ikompli l-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "JOE BRINCAT: Jien qed nissuġġerixxi li l-proċedura ta' l-irkant tiġi stabbilita fil-liġi ħalli l-ministru ma jkunx jista' jbiddilha jekk mhux bl-approval tal-Parlament.", "Ma naħsibx li għandu jkun hemm xi diffikulta` għaliex minflok tgħid li joħorġu regolamenti taħt il-liġi u trid toqgħod tfittex dawk ir-regolamenti, tagħmel ħaġa organika għax tkun taf x'qiegħed tinterpreta.", "Mr Speaker, niġi għat-tieni punt li nixtieq nagħmel.", "Jien jidhirli li l- ministru għandu jieħu din l-opportunita` biex idaħħal emenda f'din il-liġi dwar artijiet tal-gvern.", "Il-MEPA m'għandha ebda awtorita` li tidħol fuq it- titolu tal-proprjeta`.", "Kien hemm il-famuż każ tal-golf course li parti kienet tal-joint office, parti tal-privat, parti ta' min kien qed jagħmel il-proġett, eċċ. Din il- liġi qiegħda għall-aħjar vantaġġ tal-poplu Malti, allura ma rridx li xi ħadd iġibek checkmate għaliex jgħidlek li la applika u għandu l-permessi, tkun int li qed iżżomm kollox u tieħu l-ħtija ta' kollox għaliex ma tagħtihx l-art.", "Dan m'huwiex tajjeb.", "Allura fil-liġi għandu jkun hemm li ħadd ma jista' japplika fuq art tal-gvern jekk ma jkunx hemm clearance mil- lands department jew inkella mill-gvern, għax jekk ikun il-joint office tista' tkun kwestjoni oħra.", "Irid ikollok il-clearance - mhux notification biss - inkella ma tistax tapplika.", "Jekk il-gvern irid joħroġha by tender jew bis-subbasta, għandu joħroġ outlined permit ħalli ħadd ma jkun jista' jikkaparra l-proprjeta` tal-poplu billi joħroġ bi proġett, iġib lin-nies jgħidu kemm hu tajjeb dak il-proġett, jieħu l-permessi ukoll u jġib lill- gvern dahru mal-ħajt tant li jġiegħlu jagħtihielu kważi bil-kondizzjonijiet li jkun irid hu.", "Dawn l-affarijiet m'humiex sewwa!", "Mr Speaker, jekk verament irridu li f'dan il-qasam ikun hemm ċertu trasparenza, hemm bżonn li nduru dawra sewwa miegħu u la ġiet l- opportunita`, għandna neħduha.", "Iktar milli nikkritika, nixtieq li l- ministru japprezza li qed nipprova nagħmel suġġerimenti li nixtieq narahom infilzati u mdaħħlin fil-liġi.", "Filwaqt li napprezza l-intenzjonijiet tajba ta' kulħadd ma nistax nafda l-intenzjonijiet tagħhom ta' xi ħadd li lanqas naf min hu.", "It-tliet kollegi li qed nara faċċata huma avukati u jafu kemm saru liġijiet li wieħed ħaseb li se jiġu interpretati b'tali mod u saħansitra jkun hawn qbil tal-Parlament li se jiġu interpretati b'dak il-mod, imbagħad ġew interpretati skond il-persuna li tkun.", "Kultant ikun diffiċli meta torbot b'liġi, aħseb u ara meta torbot biss bl-intenzjonijiet tajba li wieħed ikollu f'moħħu!", "Għalhekk qiegħed nitlob li nieqfu fuq din il-liġi biex nieħdu l-opportunita` li nagħmlu l-emendi li hemm bżonn isiru.", "Il- proċedura għandha tiġi stabbilita b'regolamenti ħalli kulħadd ikun jaf kif inhi.", "Iktar ma n-nies ikunu ċerti mill-proċedura kif inhi, iktar ikollhom joqogħdu għaliha.", "Jekk ikun hemm biss regolamenti dak li jkun jista' jgħid li l-ministru f'dan il-każ jista' jbiddel u joħroġ regolament ġdid.", "Jien naf nies li meta kienu ta' ċertu eta` kienu jaħsbuha mod u kellhom qalbhom tad-deheb u jekk kien ikollhom Lm1 kienu jaqsmuha ma' għaxra u jibqagħlhom 10c huma, imma meta nbiddlu ċ-ċirkostanzi sabu ruħhom differenti.", "Dik hija l-ħajja.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Akar rimarki?", "L-Onor.", "Charles Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Mr Speaker, din m'hijiex liġi kontenzjuża u ċertament li piu' o meno kulħadd jaqbel ma' l-għan tagħha li huwa biex jiffaċilita x-xogħol amministrattiv tat-trasferiment tal-proprjeta` bi kwalunkwe titolu min-naħa tal-lands department, primarjament li jkun b'irkant sabiex jiġi żgurat l-aħjar introjtu u rikavat għall-gvern.", "Meta jsiru trasferimenti ta' artijiet tal-gvern - salv trasferiment ta' proprjeta` għal skopijiet soċjali, kemm dawk li jsiru min-naħa tal-housing department, il-kirjiet, kif ukoll mill-awtorita` tad-djar għax hemmhekk għandek il-konsiderazzjonijiet soċjali li ċertament jibqgħu importanti u neċessarji - wieħed irid joqgħod attent li filwaqt li joħloq sens ta' fairness u ekwita` skond iċ-ċirkostanzi partikolari, irid dejjem jassigura l-aħjar introjtu għall-gvern.", "Għall-benefiċċju ta' min qed jismagħna - u hawn jikkoreġini l-ministru jekk m'iniex preċiż - l-prassi fit-trasferiment ta' kwalunkwe art li hija proprjeta` tiegħu, il-gvern huwa obbligat li jittrasferixxi billi joħroġ tender pubblika bir-regolamenti ta' dik it-tender magħrufa minn kulħadd, ħalli l-gvern dejjem jipprova jassigura l-aħjar offerta fiċ-ċirkostanzi partikolari u l-aqwa rikavat.", "Huwa fid-dawl ta' dawn l-għanijiet li rridu nikkonsidraw dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna li qed jemenda Kapitlu 268 tal-liġijiet tagħna.", "Għaldaqstant fil-ftit minuti li għandi xtaqt nitlob kjarifika dwar xi punti ħalli l-ministru jkun jista' jirrispondini fil-winding up.", "Klawsola 3 ta' l-abbozz ta' liġi qed iddaħħal skeda ġdida u f'partita 3 qed jingħad li art tal-gvern tkun tista' tinbiegħ jew id-dirett dominju perpetwu jew temporanju - dak li ngħidulu ċens temporanju jew ċens perpetwu - li jkun jiggrava din l-art jista' jinbiegħ kemm-il darba din tkun tikkonsisti f'appartamenti jew djar u l-persuna li jifdi dak iċ-ċens ikun qed jgħix fihom bħala residenza tiegħu.", "Jien fhimt li din se tiġi adottata bħala policy.", "Fil-prattika diġa` qed titħaddem.", "Hawnhekk qegħdin ngħidu li min kellu biċċa art b'ċens temporanju fuqha, żviluppaha u għamel blokk appartamenti, dawk l-individual owners li jidħlu u jakkwistaw ċens temporanju, imbagħad ikunu jistgħu jixtru mingħand il-gvern id-dirett dominju u s-sussegwenti proprjeta`.", "Nixtieq inkun naf jekk iniex nifhem tajjeb.", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru, bil-permess ta' l-Onor.", "Mangion.", "ONOR.", "TONIO BORG: Kważi kif qed jgħid hu, fis-sens li dan jagħti dritt lill-gvern.", "Jiġifieri wara li tgħaddi din il-liġi, ma jistax jiġi xi ħadd u jgħid li għandu ċ-ċens tiegħu u għandu d-dritt jifdih.", "Din tagħti dritt lill-gvern biex hu jbigħ mingħajr il-bżonn tat-tender.", "S'issa ħarġet skema fuq il-proprjeta` tal-joint office fuq kollox u għar-rigward tal-proprjeta` tal-lands department ħarġet skema biex ikunu jistgħu jifduha minn issa.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Ikompli l-Onor.", "Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Bażikament qegħdin ngħidu li din qisha policy pubblika tal-gvern u jekk issa wieħed japplika biex jiġi kkonsidrat, se tkun iktar faċli għall-gvern li jmexxi amministrattivament sabiex effettivament isir il-fidi u l-akkwist tal-proprjeta`.", "Ovvjament ikun dejjem il-gvern li jiddetermina u jippubblika l-kondizzjonijiet.", "Allura f'dan ir-rigward tajjeb li l-gvern jieħu konjizzjoni tat-tip ta' ċens temporanju li jkun qiegħed jinfeda għaliex altru jkollok post li jkun qiegħed f'lokalita' bil-valur tiegħu li jkun \"X\" u altru li jkollok proprjeta' f'lokalita' oħra li l-valur tagħha jkun \"X\" plus hundred.", "Naħseb li f'dawn it-tip ta' każijiet irid ikun hemm konsiderazzjoni min- naħa tal-gvern.", "Barra minn hekk, għandna wkoll taħt it-trasferiment b'titlu ta' enfetewsi.", "Il-gvern qed jgħid li dawk li għandhom permessi ta' kiosks li huma approvati mill-planning authority u li kienu saru qabel is-sena 1996 jistgħu japplikaw sabiex jieħdu ċens għal fixed kiosks biex jingħataw b'ċens għal 25 sena.", "Ovvjament ladarba din il-proprjeta' li tkun tal-gvern se tagħtihielu b'ċens, dan se jkun jista' jittrasferiha.", "Hawnhekk qed nitkellmu għal skopijiet kummerċjali u kulmin jiddilja kummerċjalment fil- privat jaf li jrid iħallas il-prezzijiet tas-suq għaliex huwa s-suq huwa li jiddetermina l-prezz.", "Għalhekk is-suġġeriment tiegħi huwa li meta tiġi l-approvazzjoni tkun inbuilt fil-kuntratti ta' enfitewsi, jiġifieri meta jiġi d-dritt li jitrasferixxi għaliex dan id-dritt ikollok tagħtihulu, bħalma tagħtih id- dritt li jista' jippotekah u li jista' jużah sabiex ikabbar in-negozju tiegħu, għandu jkun iffissat ammont a priori min-naħa tal-gvern.", "Jiġifieri t-trasferiment tkun tista' tagħmlu bil-patt li tħallas dik is-somma flus li tkun ġiet stabbilita.", "Din m'hijiex xi ħaġa ta' barra minn hawn għaliex il- housing authority timponi din il-ħaġa fuq id-djar ukoll.", "Jien qed ngħid li huwa aktar importanti li f'oqsma kummerċjali, fejn il-gvern qed jagħti biċċa art lil xi ħadd b'ċens għal 25 sena, u fejn allura qed tagħtih il- faċilita' li jagħmel il-kummerċ u jibbenefika minn dik l-art, fl-opinjoni tiegħi naħseb li rridu dejjem inżommu d-dritt li l-gvern jibbenefika wkoll minn dak il-lat ta' kummerċ jew negozju li l-utilista jkun qed jagħmel minn fuq dik l-art.", "It-tielet punt li xtaqt inqanqal huwa rigward it-trasferiment tal-kirjiet.", "U proprju xtaqt nagħmel riferenza għall-abbozz fejn jitkellem dwar xi ħadd li jkun bin-negozju, irawwem lil xi ħadd mill-familja tiegħu fih u mbagħad jgħaddihulu.", "Huwa tajjeb li ċċarajna din il-policy għaliex li wieħed jgħaddi n-negozju tiegħu lill-familjari tiegħu sabiex ikomplu l-ħidma tiegħu hija xi ħaġa ekwa.", "F'dan ir-rigward, jista' l-gvern jikkonsidra l- fatt fejn persuna li tkun waslet għall-eta' tal-pensjoni - u hawnhekk qed insemmu l-eta' ta' 61 sena, avolja bħalissa qed jissemmew ħafna etajiet tal- pensjoni u dawn ivarjaw skond ir-rakkomandazzjonijiet tal-white paper - tingħata faċilita' li dik il-persuna tkun tista' titrasferixxi d-drittijiet fuq l-allokazzjoni li jkollu lil terzi persuni u mhux lill-familjari tiegħu?", "Dan qed ngħidu peress li għall-familjari ta' din il-persuna l- ammont li bih togħla l-kera hija ffissata bil-liġi.", "Allura f'każ li wieħed jingħata l-faċilita' li jkun jista' jittrasferixxi, nistgħux nikkonstataw - naf li dawn l-approvals jingħataw mil-lands - li l-kera, per eżempju, togħla skond ir-rata kummerċjali?", "Jikkonsidra l-gvern li jfassal xi forma ta' policy ġenerali f'dan ir-rigward?", "Dan fid-dawl tal-fatt li ġieli jkun hemm talbiet għat-trasferiment ta' proprjeta' jew inkella trasferiment ta' drittijiet ta' allokazzjoni sabiex jiġu ffissati xi premiums kif ukoll reviżjoni sostanzjali tal-kera.", "Dan qed ngħidu sabiex jiġu in line maż- żmenijiet kummerċjali.", "Taħt paragrafu (h) qed ngħidu wkoll dak li spjega l-ministru fejn qed jgħid li jista' jerġa' jiġi mġedded.", "Pero' l-liġi tgħid li \"for a rent which is fixed again\".", "Naħseb li skond kif esprima l-ministru l-ħsieb huwa li l- kera tiġi ffissata skond ir-rati kummerċjali viġenti dakinhar tat-tiġdid.", "Jien naħseb li jkun tajjeb li meta ngħidu ''for a rent which is fixed again'' nistipulaw b'mod ċar li tkun iffissata u awmentata skond ir-rati kurrenti.", "Dan sabiex inkunu ċari li l-fissazzjoni tal-kera fit-tiġdid, fejn qed nagħtu d-dritt tat-tiġdid u s-security of tenure, ikun hemm ukoll li l-kera tiġi ffissata taħt ir-rati kummerċjali viġenti dakinhar ta' l- estensjoni.", "Dan għandu jsir fl-interess tal-gvern u tal-fisku pubbliku.", "Għalhekk jien qed ngħid li l-ħsieb tal-ministru u l-ħsieb tal-gvern għandhom jiġu ċċarati u jiġu aktar iffissati għal dan l-iskop.", "Mr Speaker, niġi issa għal klawsola 12 u xtaqt nagħmel mistoqsija għar- rigward ta' transfer of land on the seashore.", "Fuq din il-ħaġa naħseb li rridu noqogħdu daqsxejn attenti għaliex is-seashore huwa lok pubbliku u l- istess pubbliku jħoss li għandu jkollu aċċess mill-aktar miftuħ għalih.", "Issa hawnhekk qed jiġi stipulat li f'każ li jkun hemm siting of a caravan on the seashore, dan jista' jiġi trasferit b'kera għal mhux aktar minn għaxar snin u b'kera li ma tkunx anqas minn Lm40 fis-sena.", "Li rrid ngħid jien huwa li site għal caravan ħdejn il-baħar m'hijiex xi ħaġa ta' social housing jew xi neċessita' assoluta u fil-fehma tiegħi, biċċa art ħdejn il- baħar ċertament għandha valur ħafna ogħla minn Lm40 fis-sena Għalhekk inħoss li fl-interess tal-fisku pubbliku dan l-ammont minimu għandu jerġa' jiġi kkonsidrat.", "Jekk jeżistu każijiet partikolari ta' kmamar jew caravans li hemm ċertu problemi dwarhom, tkun xi ħaġa tajba li nistabbilixxu l-minimu bħala prinċipju u jekk hemm xi eċċezzjoni, għandha tingħata eżenzjoni għal dik l- eċċezzjoni partikolari għaliex li tikri site għal caravan b'ammont ta' mhux anqas minn Lm40 fis-sena , naħseb li huwa redikolu.", "Il-ministru semma l-kmamar li hemm fl-Għadira, iżda daqsi jaf li għalkemm ma jistgħux isiru trasferimenti b'mod legali minħabba l-encroachment conditions li għandhom, pero' xorta waħda jsiru trasferimenti kbar fuq dawk il-kmamar.", "Dawn isiru fuq l-idejn u bil-moħbi, jirranġaw bejniethom u jitħallsu eluf ta' liri għal trasferiment minn kamra għal oħra sabiex ikun jista' jidħol inkwilin ieħor.", "Allura tajjeb li dawn il-policies niċċarawhom u niffissaw minimu ta' income għall-gvern u jingħata d-dritt li f'dawk l-għaxar snin jista' jsir trasferiment imma ma' kull trasferiment il-kera togħla jew inkella jitħallas premium lill-gvern.", "Fl-aħħar mill-aħħar dan li qed nissuġġerixxu huwa fl-interess tal-fisku.", "Min qed jingħata din il- faċilita' ma tingħatalux għal skop ta' kummerċ għaliex min irid jikkummerċja ma jagħmilx dan b'art pubblika, imma għandu jikkummerċja f'suq miftuħ privat tal-kummerċ.", "Mr Speaker, dawk kienu l-punti li ridt inqanqal li kienu kollha mmirati fid- dawl li huwa l-obbligu tagħna li mhux biss nagħmlu n-negozju u t- trasferiment tal-proprjeta' u d-drittijiet tal-proprjeta' li jkollu l-gvern bl-aktar mod miftuħ u trasparenti ħalli kulħadd ikun jaf x'inhuma l- kondizzjonijiet, iżda huwa importanti wkoll li nassiguraw li f'kull trasferiment ieħor - b'eċċezzjoni tal-każijiet soċjali - id-dħul massimu tal-gvern u tal-fisku jkun assigurat kemm bħala premium kif ukoll bħala kirjiet jew ċnus.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, il-liġi li għandna quddiemna llum tifforma parti minn sensiela ta' liġijiet li suppost jipproteġu l-art tal- gvern - art li wara kollox hija pubblika – u fl-istess ħin ikun hemm introjtu xieraq minn din l-art pubblika u l-mod ta' kif jitqassmu dawn l- artijiet ikun wieħed ġust.", "Pero' apparti minn dan , hemm obbligi oħra li wieħed irid iqis, fosthom li wieħed jara l-interessi taċ-ċittadini, aktar u aktar meta l-proprjeta' tkun taċ-ċittadini, kif appuntu qed nagħmlu hawnhekk.", "Jien ma nistax nifhem kif minkejja li ngħaddu diversi liġijiet li suppost ikunu aktar ġusti ħalli ma jkunx hemm spekulazzjonijiet, qed nispiċċaw li kull darba niġu f'dan il-Parlament u noqogħdu nsemmu każijiet ta' spekulazzjoni fuq art tal-gvern!", "Għalkemm waqqafna l-Kumitat tal-Verifika, xorta waħda jirriżulta biċ-ċar li l-abbużi qed ikomplu jseħħu!", "Il-liġijiet isiru iżda l-abbużi jsiru wkoll u jibqgħu jsiru!", "Minkejja li nagħmlu l-liġijiet, jibqa' l-fatt li r- rieda ta' min jiggverna tħoll u torbot jekk l-affarijiet isirux tajjeb jew le.", "Għaliex qed ngħid hekk?", "Għaliex jekk wieħed jara l-proprjeta' tal- gvern li ħarġet b'tender, jiġifieri dik il-proprjeta' tal-gvern li tqassmet b'mod ġust u l-gvern daħħal il-valur tagħha kif suppost, xorta waħda ssib li kien hemm każijiet fejn art mhux talli kienet okkupata minn xi ħadd b'mod illegali, talli mbagħad xtara din l-art bi flus li żgur kienet tiswihom, pero' ma tteħditx in konsiderazzjoni li jintalab iħallas ta' kemm ilu juża din l-art tal-poplu bir-riżultat li l-poplu tilef mill-introjtu fuq dik il-proprjeta'.", "Kien hemm każijiet oħra fejn ingħatat art sabiex isir ċertu żvilupp fuqha li suppost kellu jgawdi minnu l-poplu, bħal, per eżempju, il-proġett tal- Kottonera.", "U qed nirriferi b'mod partikolari għal dik l-area fejn suppost kellha tiġi hotel.", "Pero' l-ammont ta' flus li l-gvern ħa ta' din l-art kien ammont żgħir, aktar u aktar meta tara li min ħa l-art spekulaha għaliex għaddiha lil ħaddieħor b'eluf kbar ta' liri.", "Għalhekk meta tara dawn l-abbużi ma tistax tgħid li l-affarijiet mexjin sew jew li għamilna liġijiet li suppost qed jipproteġu kontra dawn l-abbużi!", "M'iniex qed nivvinta għax dawn huma affarijiet li jista' jarahom kulħadd.", "U hawnhekk nixtieq nistaqsi: Min gawda minn din l-art?", "Gawda min ħa l-art għaliex għamel il-miljuni minnha.", "Il-ħaddiema mit-tieni distrett żgur li ma ħadmux fuq il-bini ta' l-appartamenti fil-proġett tal-Kottonera, allavolja ġew imwiegħda dan kollu.", "Dan il-bini sar b'detriment għaċ-ċittadini tal-Kottonera u qed ngħid b'detriment mhux għax ma nħolqux impjiegi iżda għaliex dan il-bini okkupa area li żgur ma tmurx tajjeb mas-swar u mal-bini storiku li hemm f'dawk l- inħawi.", "Imma l-gvern ġie jaqa' u jqum u baqa' jinsisti - allavolja kien hemm żmien meta l-Prim Minsitru kien qal li dan il-bini qisu xi dagħwa - li fil-Kottonera għandna xi rigal għaliex inbena dak il-bini.", "Il-verita' hi li dan huwa monstru li qed ikerrah l-akwati u l-bini storiku ta' dan il- post. Barra minn hekk, il-kondizzjonijiet li jirregolaw il-mod ta' kif kellu jsir dan il-bini sabiex jiġu mħarsa ċ-ċittadini tal-madwar, qed jinkisru għad-detriment taċ-ċittadini.", "Issa ma rridux ninsew li dawn iċ- ċittadini ġew imwiegħda li se jsir belveder fuq dan il-bini u tgħidx kemm saru stampi sbieħ u qalu li mhux se jgħattu lin-nies tal-Birgu, biex imbagħad kien hemm numru sostanzjali ta' residenti li tgħattew.", "Fuq kollox jien ma nafx x'belveder hu għaliex meta titla' fuq il-bejt u tittawwal ħlief tankijiet ta' l-ilma, airconditioners u pajpijiet ma tarax!", "Safejn naf jien dawn ma kenux parti mill-pjan tal-belveder!", "Ma nistax nifhem kif proprjeta' tal-poplu ngħatat lil xi ħadd biex jiżviluppaha u minkejja li saru ċerti kondizzjonijiet ħalli jiġu protetti ċ-ċittadini, spiċċajna li l-aktar li marru minn taħt kienu ċ-ċittadini ta' Malta u Għawdex għaliex din l-art ingħatat bi ftit flus u min ħadha għamel il-miljuni minn fuqha.", "Jekk kien hemm veduta sabiħa, din qed igawdiha l- barrani u l-ftit Maltin li setgħu jgawduha għaliex bi dritt kienu joqogħodu hemmhekk, issa tħassritilhom il-veduta tagħhom.", "Għalkemm qed nitkellmu fuq l-artijiet, nixtieq nitlob lill-MEPA sabiex tindaga dawn l-irregolaritajiet u fejn ma sarx skond il-permessi.", "Jien niftakarhom il-permessi li kienu għaddew u kif ġie spjegat il-belveder u nitlob lill-MEPA sabiex tara fejn huwa illegali u pubblikament tgħid x'inhuma dawn l-illegalitajiet u tieħu l- passi meħtieġa.", "F'din il-biċċa art fejn hemm ir-regatta tal-Birgu u nbnew dawn l-appartamenti, suppost kellha ssir slipway imma mhux talli ma saritx slipway talli dik il-biċċa art qed tintuża għall-parking.", "Issa suppost taħt il-bini stess ta' l-appartamenti kellu jkun hemm parking biżżejjed għalih.", "Pero' spiċċajna li l-gvern tahom ukoll dik l-art sabiex jagħmlu parking!", "U nixtieq nistaqsi għaliex m'iniex ċert fuqh, jekk iċ- ċittadini li ma jkollhomx appartamenti hemmhekk humiex intitolati li jipparkjaw f'dik l-area?", "Hemm xnigħat li l-parking huwa biss għal dawk li għandhom xi appartament hemmhekk!", "Dawn x'affarijiet huma!", "Jekk din hija art tal-poplu, kif nistgħu nċaħħduh minnha u nagħtu d- drittijiet lil ħaddieħor?", "Fil-kondizzjonijiet tal-bini supost kien hemm imniżżel li kellu jkun hemm spazju għall-parking taħt il-bini ta' dawn l- appartamenti!", "Għalkemm f'pajjiżna għandna liġijiet li jħarsu dawn l-abbużi, pero', kif diġa' għidt, trid tkun ir-rieda ta' min qiegħed jiggverna li jara li jipproteġi liċ-ċittadini kollha u jara li ċ-ċittadin jieħu dak li ħaqqu bis-serjeta'.", "Semmejt il-proġett tal-Kottonera b'intenzjoni għaliex kien hawn min ftaħar b'dan il-proġett u u qal li ġab żvilupp lejn in-naħa tal-Kottonera!", "Jien ngħid li mhux tallli ma ġab l-ebda żvilupp, talli ġab problemi biss miegħu għaliex ħadilna l-ispazju li kien hemm għaliex kif kulħadd jaf fil- Kottonera ma tantx għandna spazju.", "Għal dak li jirrigarda l-impjiegi minn dan il-proġett, tista' tgħid li ma tantx offra impjiegi lin-nies tal- Kottonera.", "Dan il-proġett suppost kellu jkollu impatt soċjo-ekonomiku fuq in-nies tal-Kottonera pero' spiċċajna f'sitwazzjoni li dan il-gvern minflok ipproteġa liċ-ċittadin u l-art tiegħu, ipproteġa lis-sinjur, lill- iżviluppatur u lill-ispekulatur.", "Inutli li nressqu liġi bħal din quddiem il-Parlament u nżidu l- kondizzjonijiet jekk fir-realta' ma jkunx hemm ir-rieda min-naħa tal-gvern li jħares liċ-ċittadin, jara li l-poplu jieħu flus xierqa minn dik il- proprjeta' u li l-affarijiet isiru b'mod trasparenti.", "X'inhu l-iskop li nagħmlu liġijiet bħal dawn jekk inħallu l-loopholes biex l-abbużi jibqgħu jsiru?", "Mr Speaker, naħseb li wasal iż-żmien li l-affarijiet jibdew jittieħdu bis- serjeta' u ċ-ċittadini jiġu protetta meta jsir ċertu żvilupp li ma jkunx se jħalli effett pożittiv fuqhom.", "Mr Speaker, jiena naf li kien hemm min kien interessat li jiżviluppa l- areas ta' madwar is-swar għal skop turistiku.", "Pero' naf fiċ-ċert li hemm nies min-naħa tal-gvern li mhux qed iħallu dan l-iżvilupp iseħħ minħabba li hemm areas partikolari li huma okkupati minn xi ħadd Nazzjonalist magħruf u dan qed jagħmel l-oġġezzjonijiet tiegħu.", "Għalhekk dan il- proġett ma jistax isir!", "Allura m'hu veru xejn li jridu jipproteġu liċ- ċittadin għax il-verita' hi li jridu jipproteġu lill-individwu li qed jokkupa dik l-art.", "Għaliex dan l-iżvilupp li minnu jistgħu jgawdu l- maġġoranza taċ-ċittadini Maltin għaliex jista' jħalli ċertu introjtu u jgawdu minnu wkoll it-turisti li jkunu jistgħu jiġu jaraw u jduru mas- swar, ma jsirx?!", "Nispera li hawn min qed jifhimni u m'iniex qed inpaċpaċ fl-arja!", "Jiena naf b'ċerti affarijiet li hemm għaddejjin u tajjeb li wieħed jarahom dawn l-affarijiet.", "Minkejja li din hija liġi pożittiva, ħassejt li għandi nqajjem dawn l-ilmenti biex inkunu nafu l-uġigħ li qed iħossu n- nies tal-Kottonera, b'mod speċjali r-residenti tal-Birgu għax minkejja l- ftaħir kollu li sar dawn ma ħadu xejn ħlief tbatija u tilfu wkoll mid- drittijiet tagħhom.", "Issa ħadd m'hu qed jagħti kashom u fil-fehma tiegħi, dan m'huwiex sewwa.", "Minkejja li diġa' sar l-iżball, nispera li l-MEPA tinvestiga dawn l-affarijiet ħalli tara li qed isiru b'mod sewwa u li d- drittijiet taċ-ċittadini qed jiġu mħarsa.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Stefan Bountempo.", "ONOR.", "STEFAN BOUNTEMPO: Mr Speaker, il-liġi li għandna quddiemna llum qed temenda l-Att dwar it-trasferiment ta' artijiet tal-gvern u l-għan tagħha huwa li jiffaċilita t-trasferiment bl-irkant ta' artijiet tal-gvern u jiġu żgurati l-aħjar profitti li jistgħu jsiru.", "Jiena naqbel perfettament ma' dan l-iskop għaliex hija xi ħaġa tajba li fejn nistgħu nieħdu l-maximum minn xi ħaġa neħduha.", "Pero' fl-istess ħin ngħid ukoll li rridu noqogħdu attenti mill-assi tal-poplu Malti u Għawdxi.", "Jien ħadt gost nisma' lill-Viċi Prim Ministru jitkellem fuq id-diversi metodi ta' kif jistgħu jiġu trasferiti l-artijiet tal-gvern, fosthom it- trasferiment ta' artijiet b'riżoluzzjoni li tgħaddi minn dan il-Parlament, il-metodu tat-tendering u llum għandna l-metodu ta' l-irkant.", "Dan huwa ħsieb li naqbel miegħu perfettament, pero' f'dan l-istadju nixtieq nagħmel xi domandi.", "Min se jgħid kif għandha tgħaddi l-art b'irkant?", "Għaliex toħroġ b'irkant u mhux b'tender?", "Jew għaliex b'riżoluzzjoni u mhux b'tender?", "Jien inħoss li tkun ħaġa tajba kieku l-gvern iħares lejn x'jagħmlu pajjiżi barranin u jwaqqaf dak li jissejjaħ the property disposal office li jkun jista' jirregola l-metodu ta' bejgħ ta' proprjeta'.", "Sieħbi l-Onor.", "Joe Mizzi semma l-proġett tal-Kottonera u jekk m'aħniex se nkunu trasparenti fl-affarijiet li nagħmlu se jkollna ħafna kritika.", "Kif qal tajjeb l-Onor.", "Charles Mangion, aħna qegħdin hawnhekk sabiex ħaġa li tkun tajba, fejn ikun possibbli nipprovaw intejbuha.", "Għalhekk qed nipproponi li jitwaqqaf property disposal office li jkun jista' jistabbilixxi t-tip ta' policy li tiġi adottata meta titqassam proprjeta'.", "Ma naħsibx li jagħmel sens li xi ħadd jisbaħ filgħodu u jgħid li t-tali site se tingħata b'tender!", "Għandu jkun hemm xi ħaġa bil-miktub ħalli l-poplu jkun jaf x'metodu ntuża biex ingħatat dik l-art.", "Issemmew l- encroachments u l-kafeteriji bl-imwejjed.", "Dawn huma affarijiet tajbin pero' tajjeb li jkun hemm xi metodu jew xi sistema bil-miktub ħalli l- gvern tal-ġurnata ma jiġix ikkritikat.", "Jien nissuġġerixxi li dan il- property disposal office jkun mmexxi minn xi avukat anzjan jew xi retired judge u miegħu jkollu periti, rappreżentanti mid-dipariment ta' l-artijiet u rappreżentanti mill-ministeru tal-finanzi għaliex fl-aħħar mill-aħħar dawn huma assi li jiswew il-flus u allura huwa importanti li jkun hemm it- trasparenza fit-tmexxija tagħhom.", "Mr Speaker, sal-lum art tal-gvern tiġi trasferita jew wara li tgħaddi riżoluzzjoni minn din il-Kamra jew b'sistema ta' tendering.", "F'dan il-każ art jew proprjeta' tidher fuq il-gazzetta tal-gvern, dak li jkun jagħti bid bond, iħallas somma flus li tkun tiddependi fuq il-valur ta' l-art in kwestjoni, imbagħad tasal dik il-ġurnata fejn tinfetaħ il-kaxxa u l-art tingħata lil min jagħmel l-aħjar offerta.", "Illum qed nitkellmu wkoll fuq l-irkant pubbliku.", "Dan huwa irkant ta' l- assi tal-poplu u għalhekk ikun xieraq li nkunu nafu ħafna aktar dettalji dwaru għaliex s'issa għad m'għandna dettalji ta' xejn fuqu u għalhekk tajjeb li nistaqsi xi domandi wkoll.", "Min se jkun l-irkantatur?", "Min se jorganizza dawn l-irkanti?", "Se jkun id-dipartiment ta' l-artijiet li jorganizzahom?", "Illum nafu li jeżistu degrees għal persuni li jorganizzaw l- irkanti.", "Jiġifieri tkun xi ħaġa tajba li nkunu nafu x'tip ta' persuna se tkun l-irkantatur.", "Tajjeb li nkunu nafu wkoll jekk dan l-irkantatur hux se jkun imqabbad mill-gvern jew minn xi ħadd fiċ-ċivil jew hux se jkun irkantatur li se jitqabbad privatament biex jorganizza l-irkant?", "Fejn se jsiru dawn l-irkanti?", "Fid-dipartiment ta' l-artijiet?", "Dawn huma domandi li tibda tistaqsi meta tkun qed taqra dan l-abbozz li għandna quddiemna.", "Domanda oħra li jiena ċert li ċ-ċittadin jistaqsi hija: Min jista' japplika biex jipparteċipa f'dan l-irkant?", "(Interruzzjonijiet) Kulħadd jista'.", "Jiġifieri ċittadin ordinarju li lanqas għandu għaxja ta' lejla jista' jaqbad jitfa' offerta, imur fejn se jsir l-irkant u jaqbad jgħolli jdejh biex jixtri?", "Jekk wara jirriżulta li dan lanqas għandu sold, x'se jiġri?", "Se jeħel xi penali u l-art tingħata lit-tieni l-akbar offerent?", "In-nies li se jieħdu sehem fl-irkant se jħallsu xi bid bond kif jagħmlu fil- preżent meta toħroġ tender?", "X'metodi ta' pagamenti se jintużaw?", "Ħafna drabi jekk tidentifika li tixtieq tagħmel proġett, id-dipartiment tal-lands jitolbok biex iġġib il-permessi meħtieġa u ladarba joħorġu l-permessi, ix- xogħol isir b'tenders.", "Issa jekk nibdew nagħżlu li dawn l-affarijiet imorru għall-irkant, id-dipartiment ta' l-artijiet se jgħid lil dawn in-nies biex japplikaw individwalment jew japplikaw il- lands department?", "Jiena nissuġġerixxi wkoll li dawn l-affarijiet ikunu fuq l-internet kif jiġri barra minn Malta.", "Huwa tajjeb li nixtru l-gazzetta tal-gvern, imma fl- istess ħin huwa tajjeb li mill-kumdita' ta' darna stess inkunu nafu li l- gvern ħareġ xi sites għall-bejgħ.", "Illum hemm diversi metodi kif bniedem jista' jitfa' l-offerta tiegħu f'irkant u jien nissuġġerixxi li bħalma jsir barra minn Malta, għandu jsir dak li jissejjaħ online auction.", "Dan li qegħdin niddiskutu llum huwa pass pożittiv 'il quddiem u jista' jiġi mtejjeb permezz tat-teknoloġija.", "Wara kollox iżjed ma nagħmluha komda għan- nies aktar ikun ta' gwadann għall-gvern.", "Nagħlaq billi ngħid li nixtieq inkun naf x'inhi l-politika tal-gvern f'dan il-qasam.", "Il-gvern se jibqa' juża l-istess metodu fejn jidħlu dawn l- artijiet ta' l-istat li għandhom valur, jiġifieri se jibqa' joħroġhom fuq il-gazzetta tal-gvern jew għandu xi politika kif jiġri barra minn Malta bħall-Ingilterra, fejn ikun hemm aġenziji privati mqabbdin min-naħa ta' l- istat li jgħidu liema proprjeta' tkun se tingħata b'irkant fix-xhur li jkunu ġejjin?", "Nixtieq li fil-winding up il-Viċi Prim Ministru jirrispondi għal xi wħud minn dawn id-domandi.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Nitlob lill-Viċi Prim Ministru biex jagħmel il-winding up.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, nibda l-winding up fuq din il-liġi billi l- ewwelnett ngħid li napprezza l-mod kif sar id-dibattitu.", "Jidher li hemm qbil li nintroduċu dan il-metodu ġdid tal-bejgħ bl-irkant u għaliex antiċipajt ċerti domandi li jistgħu jsiru, jiena semmejt liema huma dawk il- każijiet fejn mhux se jkun possibbli li wieħed jagħmel il-bejgħ bl-irkant.", "Jien qed ngħid li m'għandux ikun hemm bejgħ bl-irkant f'każijiet ta' wirt storiku, każijiet ta' green areas u każijiet ta' art agrikola anke jekk tkun ġewwa development area.", "Issemmew diversi punti prattiċi u napprezza ħafna l-punti li tqajmu mill- Onor. Buontempo dwar kif se taħdem is-sistema tal-bejgħ bl-irkant.", "Kien hemm ukoll xi ħadd li staqsa jekk hux se jibqa' jkun hemm ir-right of first refusal.", "Din iddiskutejniha mad-direttur ġenerali u mad-diretturi l- oħrajn tal-lands department u rrid ngħid li r-right of refusals irridu naqsmuhom fi tnejn għaliex hemm ir-right of first refusal li l-gvern jintrabat li jagħti qabel ma joħroġ it-tender.", "U se nerġa' nsemmi l- eżempju żgħir li tajt fl-introduzzjoni tad-diskors tiegħi.", "Nagħtu każ hemm ħanut il-Belt okkupat minn inkwilin u l-inkwilin jitlob li jixtri l-ħanut.", "F'dak il-każ aħna ma nbigħux il-ħanut soġġett tal-kirja għax inkella l- prezz ikun baxx u ma jġibx il-valur tiegħu.", "Allura l-gvern jitlob lill- inkwilin jirrinunzja għad-dritt tal-kirja u jinħareġ b'tender pero' l- inkwilin jingħata r-right of first refusal.", "B'dan il-metodu l-gvern iġib l- aħjar prezz tiegħu għax min se jmur jara l-ħanut se jarah vojt, freehold.", "(Interruzzjonijiet) Hemm il-possibilita' li jitilfu, irid jikkalkula hu x'jaqbillu, pero' jingħata r-right of first refusal.", "Naf li jeżisti r- riskju li jista' jkun hemm xi ħaddieħor li joffri iktar minn kemm jiflaħ hu imma din hija parti mill-periklu tat-tenders.", "(Interruzzjonijiet) Jekk ma tagħmilx hekk, tispiċċa li ma jmurx bil-prezz veru tiegħu.", "Ħafna drabi l-prezz ikun soġġettiv, jiġifieri jekk tħalli s-suq jiddeterminah se ġġib il-prezz mixtieq.", "(Interruzzjonijiet) Jien qed ngħid li f'dak il-każ ma joħroġx bl-irkant għaliex min kien jokkupa dak il-ħanut ingħata minn qabel ir-right of first refusal u allura f'dak il-każ ikun hemm is-sistema normali tal-lum li joħroġ b'tender.", "Kultant issib każijiet ta' tenders fuq il-gazzetta tal-gvern fejn issib miktub li this property being offered on tender will be transferred subject to the right of first refusal in favour of third parties.", "F'dawn il- każijiet fejn qed jiġi stabbilit minn qabel li hemm ir-right of first refusal qed ngħidu li m'għandux ikun hemm is-sistema ġdida ta' l-irkant.", "Pero' f'affarijiet oħrajn jista' jkun li xi ħadd bis-sistema tal-lum, meta jitfa' l-offerta tiegħu, jitfa' talba għar-right of first refusal.", "Ħalli nagħti eżempju.", "Il-lands department għandu policy dwar meta jagħti r-right of first refusal.", "Sal-lum meta xi ħadd jitfa' tender għal proprjeta' li tkun tmiss mal-proprjeta' tiegħu u din il-proprjeta' tkun se tinbiegħ mill- gvern, jingħata r-right of first refusal jekk il-proprjeta' tkun roqgħa żgħira ta' art li jista' jgħaqqadha mad-dar tiegħu.", "Issa qed ngħidu li din il-proprjeta' tista' tinħareġ bl-irkant imbagħad jingħata r-right of first refusal lil din il-persuna.", "Qegħdin ngħidu hekk ħalli ma jiġix eskluż mill- irkant kull każ fejn jista' jingħata r-right of first refusal, pero' jiġu esklużi biss dawn il-każi fejn bil-proċedura attwali r-right of first refusal jingħata.", "L-Onor.", "Buontempo qajjem punt tajjeb meta staqsa jekk aħniex se nippermettu li l-irkant ikun miftuħ għal kulħadd.", "Bħala regola se jkun miftuħ għal kulħadd għax ma tistax tagħmel irkant u ċċaħħad lil xi ħadd milli jipparteċipa.", "Mill-banda l-oħra ma rridux sistema li biha xi ħadd ikollu għal xi ħaddieħor u jmur għall-irkant għas-sempliċi gost u pjaċir li jgħolli l-prezz oltre dak li huwa raġjonevoli billi jibda jitfa' l-bids anke jekk ikun hemm ir-riskju li tiegħu tista' tkun l-ogħla u tgħidlu li jrid jixtriha.", "Dawn huma affarijiet li jiġru anke f'pajjiżi kbar, aħseb u ara f'pajjizna!", "Fl-antik is-sistema tat-tenders kienet issir b'dan il-mod imma mbagħad id-dipartiment ta' l-artijiet kien biddilha u qal li biex titfa' t-tender trid tagħmel bid bond li ġeneralment ikun perċentaġġ tal- valur li jkollu f'moħħu l-lands department u trid iġġib il-garanzija bankarja qabel ma titfa' t-tender.", "Aħna qed nistudjaw kif se nżewġu dawn iż-żewġ affarijiet flimkien, jiġifieri jkun hemm il-bid bond fis-sistema ta' l-irkant u tinħoloq sistema li biha jkun jista' jagħmel l-offerta biss dak li jkollu xi forma ta' garanzija li jekk tkun tiegħu l-ogħla offerta allura jkun obbligat li jersaq għall-kuntratt inkella jitlef il-garanzija bankarja.", "Dan kollu qed nagħmluh proprju sabiex nevitaw l-abbuż.", "Jiena naħseb li s-sistema li għandna llum għat-tenders nistgħu nagħmluha għall-każijiet ta' l-irkant pero' m'għandix dubju li mħaddma b'ċertu għaqal din is-sistema se tirnexxi.", "Bilforsi irridu nagħtu xi forma ta' diskrezzjoni lid-dipartiment u jiena nfakkar lill-Onor.", "Buontempo u lill- Kamra kollha li l-lands department illum tbiddel.", "Qabel kien hemm biss il- kummissarju ta' l-artijiet, imbagħad fl-1997 inqasam f'żewġ dipartimenti, il-lands department u l-estate management department li xogħlu huwa proprju kif iġib l-aħjar introjtu għall-gvern mill-proprjeta' li għandu u li hija l- akbar asset tiegħu.", "Barra minn hekk, fuq dawn iż-żewġ dipartimenti ħloqna d- direttorat ġenerali.", "Jiġifieri ma jidhirlix li għandna bżonn nerġgħu nagħmlu unit ieħor.", "Mr Speaker, liema proprjeta' se tiġi nkluża?", "Jiena diġa' tajt lista tal- proprjeta' li m'hijiex se tiġi nkluża, fosthom il-bini storiku, proprjeta' fejn jingħata r-right of first refusal u residenzi li huma okkupati min- nies.", "Jekk ir-residenza diġa' hija okkupata minn xi ħadd taħt kwalunke titolu, allura f'dak il-każ m'għandhiex toħroġ bl-irkant, pero' lanqas irrid neskludi r-residenzi li jistgħu joħorġu bl-irkant għaliex trid tara x'tip ta' residenza tkun.", "Jekk post li huwa f'area fejn jista' jġib dħul tajjeb u li mhux se jiġi assenjat mill-housing - għaliex f'dan il-każ ngħadduh lill-housing - allura x'hemm ħazin li dik il-proprjeta' toħroġ bl- irkant ukoll?", "Reċentement kien hemm residenza li riduha tnejn min-nies u ħarġet b'tender.", "Li kieku saret b'irkant forsi kienet iġġib prezz aħjar.", "Huwa proprju f'dawn is-sitwazzjonijiet fejn għandha tidħol l-abilita' tad- dipartiment li jagħraf liema huma dawk l-artijiet li jistgħu jirrendu.", "Per eżempju, jeżistu artijiet agrikoli li huma parti mill-ischeme tal- bini.", "Aħna hawnhekk qed nagħmluha ċara - issa jekk mhux bir-regolamenti jew bil-liġi għad irridu naraw - li meta hija kwestjoni ta' art, biex toħroġ bl-irkant trid tkun fl-ischeme u mhux barra mill-ischeme.", "Madankollu, art fi scheme tista' tkun art li qed tinħadem minn bidwi.", "Taħt l-iskema tal-qbiela aħna neskluduhom milli nagħtuhom qbiela ġodda, pero' hawn min għandu qbiela mill-antik u qiegħed fl-iskema.", "Issa bil-policy ta' kif kienet sa ftit ilu l-bidwi għandu the right of first refusal meta tiġi biex tinbiegħ l-art.", "Issa ġieli kien hemm estensjonijiet ta' artijiet li jqumu qrib il-miljun lira u allura min ikun interessat fl-art, mingħajr ma jkun qed jikser l-ebda liġi kien jiftiehem mal-bidwi, juża lill-bidwi bħala front, dak jieħu r-right of first refusal, joħroġlu l-flus hu u mbagħad jagħmlu t-trasferiment wara u jbigħuha ferm aktar minn kemm jixtruha.", "Wara kollox dak huwa l-iskop li tixtri l-art; li tbigħha bi prezz akbar.", "Aħna biddilna din il-policy u għidna li the right of first refusal lill- bidwi ma jingħatalux fuq l-art kollha imma jagħzel plot waħda u fuq dik il- plot partikolari jkun hemm the right of first refusal u mbagħad l-oħra tinbiegħ mingħajr ir-right of first refusal.", "Alternattiva oħra tal-gvern hija li jbigħ l-art soġġetta għall-qbiela, imbagħad min jakkwista l-art, ġaladarba din tkun fl-ischeme jkun jista' faċilment jieħu l-art lura basta jħallas il-kumpens lill-bidwi.", "Illum il-liġi hija ċara li meta tkun fl- ischeme u jkollok il-permessi tal-bini, tista' taqla' l-bidwi basta tħallsu għall-kumpens tiegħu.", "U hawnhekk nixtieq niftaħ parentesi żgħira u ngħid li d-dħul tal-gvern mill-kirjiet żdied sostanzjalment din is-sena grazzi għal ċerti riformi li għamilna fir-rigward ta' ħwienet u fondi kummerċjali.", "Żdied anke l-bejgħ ta' proprjeta' minħabba sistemi ġodda li qed jiġu ntrodotti pero' għad hemm lok għal titjib u partikolarment il-lok għal titjib huwa fil-każ ta' artijiet li mhux se jintużaw għal skop ta' housing u li jistgħu jintuzaw biex il-gvern iġib aktar flus li wara kollox kollha se jmorru għall-housing.", "Per eżempju, jekk xi ħadd jgħidli li għandu jkun hemm housing estate f'San Pawl il-Baħar, jiena naqbel miegħu pero' għal dan il-għan m'għandniex nużaw prime sites fil-Qawra.", "Meta art tista' tinbiegħ bi prezz għoli għax hija prime site - u bis-sistema ta' l- irkant nemmen li nistgħu nġibu ħafna aktar milli nistgħu nġibu għaliha llum – din mhux se nħalluha għall-housing.", "Wara kollox il-flus li ġġib prime site imorru fil-fond konsolidat għax il-flus li jiġbor il-lands department ma jdaħħalhomx fil-housing authority imma jitpoġġew fil-kaxxa ta' Malta, imbagħad permezz tal-ministru tal-finanzi l-flus jitqassmu skond il- prioritajiet tal-pajjiz.", "Dan qed ngħidu għax irrid inneħħi l-impressjoni ta' min forsi ma jaqbilx ma' dak li jagħmel il-gvern biex idaħħal aktar flus.", "Il-flus li jdaħħal il-flus ma jtajjarhomx imma jużahom għall- pensjonijiet, għas-servizzi soċjali u għal skopijiet soċjali oħrajn bħalma huwa l-housing.", "Kemm l-Onor.", "Bountempo u kif ukoll l-Onor.", "Brincat qajmu punt, f'kontest differenti, dwar ir-relazzjoni bejn il-lands department u l-MEPA f'każijiet ta' proprjeta'.", "L-Onor.", "Brincat qal li għandna nagħmlu emenda fil-liġi li ħadd ma jista' japplika għall-permessi fuq art tal-gvern mal-MEPA jekk ma jkollux il-permess tal-gvern.", "Issa dan huwa punt li nista' nirribattih partikolarment fl-istadju ta' kumitat, pero' rridu noqogħdu ftit attenti.", "Jiena kont fil-bord tal-MEPA fl-1992 fil-bidunett sakemm sirt ministru fl- 1995.", "Fil-bidu l-MEPA kienet tirrikjedi prova tat-titolu fuq l-art li dak li jkun japplika għaliha u kienu qamu komplikazzjonijiet kbar minħabba din ir-regola mhux biss għaliex il-MEPA riedet toqgħod teżamina d-dokumenti legali sabiex tara jekk art hijiex ta' persuna jew le, imma għax nies li kien ikollhom lanżit kontra peruni oħra kienu jibdew jgħidu li dik l-art kienet tagħhom u kwestjonijiet bħal dawn.", "Kważi kienet saret ħaġa komda li jekk ridt parir legali b'xejn kont tmur għand il-MEPA u tgħidilhom li l-art kienet tiegħek, imbagħad il-MEPA kienet tqabbad avukat.", "Jidhirli li fl-1997 il-MEPA ħarġet direttiva li għadha segwita sal-lum fejn qalet li hi ma jimpurtahiex ta' min hija l-art imma jimportaha biss mil-lat ambjentali u mil-lat tar-regoli ta' l-ippjanar f'dak li għandu x'jaqsam ma' ħruġ ta' permess.", "Il-MEPA toħroġ permess dejjem subject to the rights of third parties.", "Jiġifieri jekk dak li jkun japplika għal permess fuq art li m'hijiex tiegħu, dik affarih, imbagħad imur jirranġa ma' sid l-art.", "Dan ma jfissirx li għax għandek il-permess tista' tibni fuq art ta' ħaddieħor u fil-fatt hekk beda jiġri fuq art tal- gvern.", "Issa hawn min jgħid li din tagħti ċertu arja lil dak li jkun għaliex imbagħad imur il-lands department jibda jsabbat u jgħid li huwa għandu l-permess tal-planning authority.", "Għalkemm ikollu l-permessi tal- bini fuq dik l-art, il-lands department dejjem għandu d-dritt li ma jbigħlux l-art.", "Pero' rrid ngħid li l-problemi li bdew jinqalgħu kienu pjuttost ta' natura oħra għaliex dawk in-nies li ġabu l-permess tal-bini fuq art tal-gvern bdew jippretendu the right of first refusal.", "S'issa l- gvern dejjem oppona għaliha għaliex l-argument kien li l-fatt li rajt art tal-gvern u ġibt il-peressi tal-bini tal-MEPA m'għandhiex tkun raġuni li tagħtik preferenza fuq ħaddieħor.", "L-uniku punt fejn dawn in-nies forsi għandhom raġun huwa li jekk ma jeħduhiex huma, għallinqas għandhom jiġu rifużi l-ispejjeż tal-permess tal-bini li huma ħarġu mingħand il-MEPA għaliex il-permess ma joħroġx fil-konfront ta' persuna partikolari imma joħroġ fil-konfront ta' art.", "Dawn ikunu għamlu xogħol b'xejn lill-gvern u allura jekk il-lands jiddeċiedi li joħroġha b'tender jew b'irkant, allura f'dak il-każ għandhom jiġu rifużi l-ispejjeż.", "Jiena naħseb li hawnhekk nistgħu nimxu bl-istess mod.", "Il-gvern jara x'jaqbillu l-aktar.", "Jaqbillu li joħroġ l-art bl-irkant wara li jkun hemm diġa' xi ħadd jew hu stess li ġab il-permess tal-bini?", "Dan jiddependi x'ikun l-aħjar introjtu għal art partikolari, jiġifieri m'aħniex se nimxu b'mod differenti minn kif inhi s-sistema llum.", "Nistgħu ngħidu li qabel ma noħorġu t-tender l-ewwel trid iġġib il-permess imma m'għandek l-ebda garanzija li t-tender se tieħdu int u l-lands department għandu istruzzjonijiet ċarissimi kemm mingħand id-direttur ġenerali kif ukoll mingħandi li f'każ li l-lands department jiddeċiedi li joħroġ art għall- bejgħ, bl-ebda mod m'hu se jiġi ppreferut bniedem sempliċement għax imur japplika għand il-MEPA mingħajr m'għad għandu titolu fuq dik l-art.", "Jiena naħseb li fis-sistema' ta' l-irkant nistgħu nimxu b'din is-sistema wkoll.", "Irrid ngħid li għadni m'iniex konvint bil-proposta ta' l-Onor.", "Brincat li m'għandux ikun possibbli li xi ħadd imur għand il-MEPA mingħajr ma jkollu l- permess tal-lands department.", "Kull darba li l-MEPA tirċievi xi applikazzjoni fuq art li hija tal-gvern il-lands department jiġi informat.", "Jiena lest li nisma' kwalunkwe proposta fl-istadju ta' kumitat, l-unika ħaġa hija li l-policy parlamentari li kellha durata ta' tliet snin skadiet fid-9 ta' Novembru pero' mhux se taqa' d-dinja billi ndumu ftit jiem jew ftit ġimgħat oħra.", "Ma rridx inħalli żmien twil mingħajr policy ta' xejn għaliex bħalissa s-sitwazzjoni hija li m'għandniex din il-policy viġenti u allura jekk trid tagħti tables and chairs lil xi ħadd, teknikament illum ma tistax għaliex il-policy skadiet.", "Jien ħallejtha tiskadi għaliex naturalment issa qiegħda kontenuta fil-liġi u allura l-gvern għandu interess li din il-liġi jgħaddiha din is-sena, pero' dan ma jfissirx li wieħed ma jeżaminax l-emendi, bħal, per ezempju, jekk il-kondizzjonijiet ta' l-irkant għandhomx ikunu fil-liġi jew fir- regolamenti.", "Jekk nistgħu nesprimuha mhux f'xi tul partikolari fl-Att tal- Parlament ma nsib l-ebda oġġezzjoni għaliex wara kollox il-pozizzjoni tal- gvern ta' x'ma jistax joħroġ bl-irkant diġa' għamilniha ċara u ma rrid nagħti l-ebda impressjoni u nagħmel xi ħaġa....", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Brincat, bil-permess tal-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "JOSEPH BRINCAT: Mr Speaker, smajt lill-ministru jgħid li tista' tapplika għall-permessi fuq art li hija tal-gvern, imbagħad affari tiegħek.", "Ma jaħsibx li b'dan il-mod nkunu qed ngħabbu lill-MEPA b'ħafna xogħol li jista' jissarraf u jista' ma jissarrafx?", "Teoretikament ikun qed isir aktar eżerċizzju.", "Hawnhekk kulħadd repubblika għalih; il-MEPA repubblika għaliha, il-lands department repubblika għalih ...", "(Interuzzjonijiet).", "Fuq l-istess prinċipju tiegħu, jien nista' napplika biex il-Fosos tal-Furjana nagħmilhom disco?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ir-risposta hija fl-affermattiv, pero' tkun qed taħli l-ħin u l-flus.", "Meta fil-bidunett kienu jitolbu prova tat-titolu kien qed ikun hemm dewmien esaġerat u komplikazzjonijiet għalxejn.", "Jiena nista' nsemmi każ fejn kien hemm xi sebat aħwa jiġġieldu kontra xulxin u kull wieħed minnhom jgħid li l-biċċa art li kellhom kienet tiegħu u meta wieħed minnhom mar biex japplika għall-permess tal-MEPA kollox waqaf minħabba dan il-ġlied.", "Issa jien qed ngħid li m'għandhiex tieqaf l-applikazzjoni tal- MEPA għaliex il-permess li joħroġ dejjem huwa subject to the rights of third parties.", "Fuq il-punt li qajjem l-Onor.", "Brincat naħseb hemm kondizzjonijiet li jistgħu jidħlu f'forma ta' emenda fl-Att prinċipali, pero' jista' jkun hemm oħrajn li diffiċli jidħlu b'dan il-mod speċjalment meta jkollhom ċerti dettalji.", "Ikun aħjar jekk f'affarijiet ta' nitty gritty u dettalji nħallu ċerta flessibilita' lill-gvern li dawn jagħmilhom f'regolamenti.", "Għalkemm l-iskrutinji ta' dan il-Parlament fuq ir- regolamenti m'humiex tajbin daqs dawk fuq Att tal-Parlament, xorta waħda jeżisti skrutinju, inkluża l-possibilita' li wieħed jgħaddi riżoluzzjoni u li r-regolamenti jiġu depożitati fuq il-mejda tal-Kamra.", "Jiena nirringrazzja lil kulħadd ta' dan id-dibattitu seren li kellna u j'Alla d- dibattiti jkunu dejjem f'din l-atmosfera.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-mistoqsija hija li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Att dwar it-Trasferiment ta' l-Artijiet tal-Gvern, Kap.268\" ikun moqri t-Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tieni Darba.", "MR SPEAKER: Insejjaħ lill-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Sur President, nipproponi li dan l-Abbozz ta' Liġi jintbagħat quddiem il-Kumitat għall-Konsiderazzjoni ta' l-Abbozzi tal- Liġijiet.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hija l-mozzjoni kif imressqa mill-Viċi Prim Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem.con.", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Bil-permess tal-Kamra, nirrapporta li l-Kumitat tal- Verifika ddiskuta r-rizoluzzjoni parlamentari dwar Fort Chambray.", "Ma kienx hemm qbil unanimu li din tgħaddi u allura issa se tiġi riferita lil dan il- Parlament għad-diskussjoni.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR L-ARKIVJI NAZZJONALI", "NATIONAL ARCHIVES BILL", "L-ordni għal Kumitat ġie moqri.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor.", "Carmelo Abela, President tal-Kumitati, jippresjedi.", "Ikompli mit-3 ta' Novembru, 2004.", "Klawsola 3 – Arkivji Nazzjonali.", "(Kontinwazzjoni)", "Clause 3 – National Archives.", "(Continuation)", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "Il-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impieg.", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impieg): Mr Chairman, din hija klawsola sostantiva li permezz tagħha qegħdin noħolqu l- personalita' ġuridika ta' l-arkivji nazzjonali ta' Malta.", "Kif nafu, din hija organizzazzjoni li se tiffoka kompletament fuq il-qasam ta' l-arkivji nazzjonali u fl-abbozz ta' liġi qegħdin nipproponu li jkun hemm korp li jissejjaħ arkivji nazzjonali ta' Malta taħt ir-responsabbilita' ta' l- arkivista nazzjonali.", "F'din il-klawosla nagħtu indikazzjoni ċara ta' x'inhi l-missjoni ta' l-arkivji nazzjonali.", "Fil-fatt f'subklawsola (1) ta' klawsola 3 qegħdin ngħidu li:", "\"Il-missjoni ta' l-Arkivji Nazzjonali se tkun li tippreserva l-memorja kollettiva tan-nazzjon Malti permezz tal-protezzjoni u l- aċċessibilita' ta' l-arkivji pubbliċi kollha regolati b'dan l-Att.\".", "Subklawsola (2) ta' klawsola 3 hija waħda normali li dejjem ikun hemm f'liġijiet bħal dawn.", "Fil-fatt stajna neħduha mit-template li ġiet stabbilita mid-drafters tal-liġijiet Maltin li biha qegħdin ngħidu li:", "(2) Arkivji Nazzjonali jkun korp magħqud personalita' ġuridika distinta u li jkun kapaċi, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet ta' dan l- Att, jagħmel kuntratti, jikseb, iżomm u jneħħi kull proprjeta' għall- iskop tal-funzjonijiet tiegħu, li jħarrek u jiġi mħarrek, uli jagħmel affarijiet bħal dawk kif ukoll kull operazzjoni li tista' tkun inċidentali jew li twassal għall-eżerċizzju jew it-twettiq tal- funzjonijiet tiegħu taħt dan l-Att.\".", "Nixtieq ngħid li iktar tard se nressaq emenda żgħira biex minn subklawsola (2) inneħħu l-kelma \"magħqud\" għax ġejt informat li l-kelma f'dan il- kontest hija daqsxejn stramba.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Evarist Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Mr Chairman, naf li kien hemm żmien meta f'dan il- gvern kien hemm staġun miftuħ kompletament biex jitwaqqfu strutturi amministrattivi li jkunu 'l barra mid-dipartimenti tal-gvern, awtoritajiet, aġenziji eċċ, imbagħad beda jkun hemm riflessjoni anke minħabba l-kritika tagħna li l-esperjenza ta' dawn l-awtoritajiet, aġenziji u strutturi mhux dejjem kienet kif wieħed jixtieq.", "Personalment naħseb li f'dawn l- affarijiet wieħed m'għandux jieħu pożizzjoni ideoloġika favur jew kontra imma għandu jkun favur dak li jaħdem u dak li hu l-iżjed effettiv.", "Fit-tfassil ta' din il-klawsola ġie kkonsidrat li l-qasam ta' l-arkivji nazzjonali jibqa' jitmexxa bħala dipartiment governattiv?", "Dan qed ngħidu għax f'waħda mill-proposti li rajt anke tal-ħbieb ta' l-arkivji nazzjonali meta kienu qed jgħidu kif hemm bżonn li titwaqqaf struttura effiċjenti għat- tmexxija ta' l-arkivji nazzjonali, ma kenux eskludew li jista' jkun dipartiment governattiv.", "Jista' jkun li lill-Ministru tawh proposti differenti, imma niftakarha ċara li qalu li jekk ikun hemm dipartiment tal- gvern immexxi tajjeb huma ma kenux kontra.", "Nixtieq nistaqsi lill-ministru jekk ikkonsidrax il-possibbilta' li jkun hemm dipartiment governattiv u mhux tinħoloq struttura oħra 'l barra mid-dipartiment tal-gvern.", "Nixtieq nistaqsi wkoll jekk din l-istruttura ġdida tfissirx nefqa ikbar għall- gvern.", "Dan qed ngħidu fid-dawl tad-diskors li qegħdin nisimgħu dwar is- sitwazzjoni finanzjarja tal-pajjiż.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru Galea.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Chairman, naħseb li kif diġa' għidt f'din il-Kamra biex wasalna għal dan l-abbozz ta' liġi kellna perjodu ta' ġestazzjoni twil mhux ħażin fis-sens li niftakar li fil-leġislatura l-oħra ta' qabel l- elezzjoni ta' l-2003 kont ġbart lil kulmin kellu x'jaqsam ma' dan is- suġġett, kemm ta' l-arkivji u kif ukoll tal-libreriji pubbliċi u tal- librerija nazzjonali u konna ddiskutejna s-sitwazzjoni f'dan il-qasam biex naraw xi xtaqna ntejbu u kif l-aħjar wieħed kellu jipproċedi.", "Jekk wieħed imur lura sa l-1999, isib li sa minn dakinhar il-pariri li ngħatajt - anke minn nies li kienu involuti ħafna f'dan il-qasam kemm fuq livell uffiċjali u kif ukoll fuq livell volontarju għax kif nafu hawn nies li volontarjament dan il-qasam żammewh kemm setgħu 'l fuq u taw ħafna kontribut għalih - dejjem kienu li jekk irridu li l-arkivji nazzjonali jitpoġġew fuq sisien sodi ma jistgħux jibqgħu parti minn dan il-qafas ta' libreriji pubbliċi, libreriji nazzjonali u arkivji nazzjonali, kollox imħawwad flimkien.", "Dan kien ukoll frott ta' l-esperjenza.", "Fl-arkivji nazzjonali xi forma ta' żamma ta' arkivji kellna, jiġifieri żmenijiet twal ilu dawn kienu jinżammu b'mod tassew tajjeb, imma mbagħad kif ġralna f'ħafna affarijiet ċerti ħwejjeġ ordnati b'mod tajjeb u b'mod professjonali kienu ntelqu.", "Imbagħad is-sitwazzjoni ta' l-arkivji nazzjonali kienet reġgħet bdiet tinqabad mill-predeċessur tiegħi, Dr Ugo Mifsud Bonnici, li kien għadda l-ewwel liġi f'dan il-qasam.", "Fid-diskussjoni wieħed seta' jikkonsidra liema struttura l-aħjar nagħmlu, jiġifieri jekk hux se nagħmlu struttura differenti minn dik tal-libreriji pubbliċi u tal-librerija nazzjonali, jekk hux se nagħmlu dipartiment jew hux se nużaw il-forma ta' organizzazzjoni pubblika li ma tkunx regolata strettament bir-regoli tad-dipartimenti tal-gvern.", "Ladarba wieħed kien se jimxi f'din id-direzzjoni ta' organizzazzjoni separata, wieħed għażel - jiena ngħid tajjeb - li ma joħloqx organizzazzjoni ta' l-arkivji nazzjonali li tkun regolata bl-istess regoli taċ-ċivil, mhux għax ir-regoli taċ-ċivil ma fihomx il-valur u l-iskop tagħhom għal ċerti funzjonijiet pubbliċi regolatorji, imma għax f'qasam bħal dan kienu se jkunu ta' ċertu restrizzjoni li ma kenitx se tħalli l-qasam jiżviluppa bil-mod tajjeb li jista' jiżviluppa.", "Naħseb li wieħed irid iwieġeb għall-kumment li għamel il-kollega tiegħi billi jgħid li minn ħafna żmien ilu bdiet tinħass il-ħtieġa li tingħata struttura separata lill-arkivji nazzjonali minn dik tal-librerija nazzjonali u l-libreriji pubbliċi.", "Kieku għażilna l-mudell ta' dipartiment, konna nitilfu s-sens ta' setgħa li stajna nagħtu lil organizzazzjoni bħal din.", "Fir-rigward ta' l-ispiża, jekk wieħed jara l-estimi li għandna llum, insibu li bejn l-ispiża tal-librerija nazzjonali u l-libreriji pubbliċi u l-ispiża ta' l-arkivji nazzjonali qegħdin fl-istess livell tas-sena l-oħra, jiġifieri din is-sena m'hemmx il-ħsieb li jkun hemm żieda fl-ispiża għall- arkivji nazzjonali.", "Pero` rrid ngħid - u din intqalet miż-żewġ naħat tal- Kamra - li dan huwa settur li ma ngħatax l-appoġġ u l-attenzjoni li kien jistħoqqlu u ma nistgħux ngħidu li rridu l-arkivji nazzjonali u nżommuh fuq il-livell ta' finanzjament li għandu llum.", "Aħna nistgħu ngħidu li għas-sena li ġejja u ta' wara nżommuh fuq dan il-livell ta' finanzjament u b'hekk inkunu ħloqna spazju għan-nies li jridu jaħdmu biex inkunu nistgħu nieħdu iktar frott għall-inizjattiva tagħhom, pero` jrid jasal mument meta l- gvern, ikun min ikun, irid jinvesti fis-settur ta' l-arkivji nazzjonali jekk verament aħna interessati li jkollna arkivji nazzjonali.", "Nerġa' ngħid li l-arkivji nazzjonali m'humiex se jwasslu għal spiża żejda.", "Jiena ċert li se jkollna riżultati.", "Ovvjament għall-bidu, minħabba dan in-nuqqas ta' investiment, se jkollna riżultati modesti ħafna imma eventwalment inkunu qegħdin inpoġġu s-sisien biex 'il quddiem dan is-settur ikun jista' jitpoġġa fuq bażi b'saħħitha u eventwalment jiżviluppa.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT (Kap ta' l-Oppożizzjoni): Fil-kontest ta' dak li ntqal fid-diskors tal-budget għas-sena 2005 fejn il-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi għamilha ċara li l-gvern għaddej b'eżerċizzju biex jidentifika dawk l-entitajiet li jistgħu jkunu amalgamati ma' entitajiet oħra u allura titnaqqas l-ispiża, tiżdied l-effiċjenza u titnaqqas il-burokrazija, huwa ġustifikabbli li titwaqqaf entita' separata għall-arkivji nazzjonali?", "Il- Prim Ministru qal li l-gvern ħa d-deċiżjoni li ċ-ċentru tar-restawr ta' Bighi jiġi assorbit f'Heritage Malta.", "Jekk issa l-gvern qed jagħraf li dawn l-EBUs, l-extra budgetary units, qed joħolqu layers ta' burokrazija u iżjed ineffiċjenza, allura għandna kontradizzjoni meta l-gvern qed jirrazzjonalizza b'dan il-mod u mbagħad naraw it-tfaqqis ta' entita' oħra li se toħloq ċertu ammont ta' burokrazija ġdida għax se jkollha t-tmexxija tagħha, l-amministrazzjoni tagħha, il-pay scales tagħha, il-kapijiet tagħha u se tkun separata miċ-ċivil.", "Ma jidhirlux il-ministru li din hija kontradizzjoni?", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru Galea.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, naħseb li diġa` spjegajt ruħi.", "Din m'hi xejn kontradittorja ma' dak li l-gvern qed ipoġġi bħala l-mira tiegħu għas-sena finanzjarja l-ġdida.", "Il-gvern se jara kif se jirrazzjonalizza l- ħidma pubblika tiegħu billi anke jħares lejn entitajiet li diġa` twaqqfu u jaħdem biex inaqqas id-duplikazzjoni pero` dan ma jfissirx li mhumiex se jinħolqu entitajiet ġodda skond il-ħtieġa.", "Ir-raġuni oġġettiva trid tkun jekk is-settur partikolari huwiex settur li se jagħti riżultati aħjar meta jkollu din it-tip ta' organizzazzjoni.", "Hawn m'aħniex qegħdin nitkellmu fuq duplikazzjoni ta' funzjonijiet.", "L-arkivji nazzjonali huma dixxiplina speċifika u partikolari u proprju għaliex ħawwadna u ħallatna fil-passat li llum għandna arkivji nazzjonali li jinsabu f'diffikultajiet kbar ta' organizzazzjoni, għandna qirda ta' dokumentazzjoni pubblika, nuqqas ta' spazju u nuqqas ta' ħaddiema mħarrġin f'dan il-qasam.", "Dan is-settur għandu bżonn li jkollu din l-istruttura ħalli jkun jista' jaħdem aħjar u m'hi se tinħoloq l-ebda duplikazzjoni.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, ovvjament trid taħdem skond il-mudelli li jkollok quddiemek.", "La l-ministru qed jgħid ex cathedra li din l- organizzazzjoni se tkun aktar effiċjenti għaliex se jkollha struttura differenti, jiena nassumi li għandu xi studju li jurih din il-ħaġa.", "Ex cathedra jista' jgħidha imma m'hu se jikkonvinċi lil ħadd.", "Il-mistoqsija li għandna quddiemna hija: X'inhi l-aktar struttura effiċjenti?", "Il-ministru qed jgħid ex cathedra li l-aktar struttura effiċjenti hija li jkollok organizzazzjoni f'dan il-qasam ta' l-arkivji li tkun differenti u qed jgħid ukoll li għal postijiet oħra din ma tagħmilx sens.", "Effettivament il-Prim Ministru qed jara li, per eżempju, ma jagħmilx sens li ċ-ċentru tar-restawr jibqa' għal rasu u allura se jdaħħlu taħt Heritage Malta.", "Wieħed jista' jistaqsi: X'għandhom x'jaqsmu t-tempji megalitiċi mar-restawr?", "Imma l-gvern qed jara li hemm core activity u skond l-esperjenza li kellhom, qed jaħsbu li tagħmel sens li jġontuha flimkien.", "Allura bl-istess mod wieħed jista' jargumenta li meta qegħdin nitkellmu fuq arkivji, libreriji u affarijiet li huma tanġibbli bħal videos, dokumenti, karti u records uffiċjali, għandek core activity li tagħmel sens li tkun taħt dipartiment wieħed.", "Issa ex cathedra l-ministru qed jgħidilna li hu aktar effiċjenti li jkollna istituzzjoni separata għall-arkivji nazzjonali.", "Għalhekk nixtieq nistaqsi: X'inhu r-razzjonal li ċ-ċentru tar-restawr jidħol taħt Heritage Malta?", "X'inhu r-razzjonal li l-arkivji nazzjonali jkun separat mil- librerija nazzjonali?", "Jekk qegħdin nipprovaw nirrazzjonalizzaw, għalija ma tagħmilx sens imma jekk il-ministru għandu xi studju li juri li dan jagħmel sens, allura nitolbu jpoġġih fuq il-mejda tal-Kamra.", "Aħna nistgħu nsemmu ħafna iżjed eżempji fejn din is-sistema m'hijiex qed taħdem, fejn qed jiżdiedu l-ispejjeż u mhux qed nieħdu r-riżultati.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, l-ewwelnett wieħed jista' jaqra d- diversi rapporti li saru fuq dan is-suġġett mill-kumitati ta' pariri dwar l- arkivji nazzjonali.", "It-tieni, nerġa' ngħid, meta jiena fl-1999 bdejt inħares lejn is-settur kollu - sew tal-librerija nazzjonali, tal-libreriji pubbliċi u kif ukoll ta' l-arkivji nazzjonali - u għamilt diskussjonijiet u anke twaqqaf grupp ta' xogħol biex f'dawk it-tlett ijiem ta' diskussjonijiet li kienu saru, inkunu nistgħu nisiltu minnhom rakkomandazzjonijiet ta' kif wieħed għandu jorganizza dan is-settur, il- kunsens li kien ħareġ min-nies involuti f'dan il-kamp - li jien ngħoddhom bħala nies ta' l-affari tagħhom u kompetenti - kien li għandna nisseparaw liż-żewġ organizzazzjonijiet u għandna nagħtu struttura organizzattiva legali differenti kemm lis-settur ta' l-arkivji u kif ukoll lis-settur tal- libreriji.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, il-ministru jsib xi oġġezzjoni li jpoġġi dawn il-pariri fuq il-mejda tal-Kamra?", "Jien għandi an open mind, imma bir-rispett kollu, ex cathedra ma naċċettahomx dawn l-affarijiet.", "L- Onor. Evarist Bartolo qed jgħidli li meta kien ministru hu, kellu parir differneti.", "Nistgħu għallinqas inpoġġu dawn il-pariri fuq il-mejda tal- Kamra?", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, naħseb li din m'hijiex kwestjoni ta' ex cathedra imma kwestjoni ta' kif wieħed jaħseb li jmexxi l-aħjar.", "Jiena ninzerta wieħed minn dawk li naħseb li b'din l-istruttura, dan is-settur se jimxi ħafna aħjar.", "M'iniex waħdi li naħseb dan u l-pariri verbali, bil- miktub, f'rapporti u fi proposti huma diversi.", "Ilna niddiskutu ħafna u din il-liġi naħseb li tagħti espressjoni għal dawk ir-rakkomandazzjonijiet u jekk hemm xi ħaġa li nista' niġi kkritikat fuqha hija li ilni ħafna biex inġib din il-liġi quddiem il-Parlament.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, m'hemmx għalfejn noqogħdu nduru mal- lewża.", "Il-ministru ma jridx jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra dawn il-pariri li huma in writing?", "Jekk għandu xi oġġezzjoni, jaqbad u jgħidilna just biex inkunu nafu.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru Galea.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, m'hijiex kwestjoni li ma rridx.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni jrid li nġib il-minuti kollha tal-kumitati kollha ta' l- arkivji nazzjonali jew inġib xi ħames abbozzi differenti u r-rapporti li saru?", "Nista' ngħid li m'hemmx rapport wieħed partikolari li jgħid speċifikatament kif trid titmexxa din l-organizzazzjoni.", "Fil-kors ta' l- amminsitrazzjoni wieħed jikkonsulta, jieħu l-pariri li għandu jieħu, jaqra diversi rapporti li jsiru u finalment tittieħed deċiżjoni.", "Jekk il-Kap ta' l-Oppożizzjoni jrid jiġi l-ministeru, jiena lest inpoġġi għad-dispożizzjoni tiegħu l-files ta' dan is-suġġett u jarahom għall-affari tiegħu.", "M'hijiex kwestjoni ta' ex cathedra.", "Jekk inħarsu lejn l-organizzazzjoni Heritage Malta li m'ilhiex li ġiet imwaqqfa, the facts speak for themselves.", "Naħseb li din il-Kamra tista' tgħid jekk kienx hemm moviment fid-direzzjoni t- tajba għalll-Heritage Malta minn mindu twaqqfet.", "Jiena ċert - issa jista' jgħid li l-kelma \"ċert\" hi ex cathedra – li kieku dan is-settur baqa' taħt id-dipartiment tal-gvern, ma kienx jiċċaqlaq.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, bir-rispett kollu qegħdin induru mal- lewża.", "Il-ministru semma r-rapporti.", "Issa jekk qed jgħid li hemm files biss u ma jridx ipoġġihom fuq il-mejda tal-Kamra, jista' jaqbad u jgħidilna!", "Jiena nista' nagħmel kritika anke fuq il-Heritage Malta pero` m'iniex se nagħmilha għalissa u naħseb li hemm min jista' jagħmilha aħjar minni.", "Bir-rispett kollu, qed nidħlu b'ċertu ideoloġija li nifirxu u noħolqu fondazzjonijiet 'l hemm u 'l hawn u ngħidu kemm huma tajbin imma hemm argumenti bil-maqlub x'isiru.", "Għalissa kulma qed nistaqsi x'kienu l- pariri in writing - il-ministru semma r-rapport u mhux jien - li wasslu lill-ministru biex jgħidilna li din hi l-aħjar struttura.", "M'iniex qed ngħidlu biex iwaqqaf il-liġi għaliex il-liġi tgħaddi bil-maġġoranza tal- voti li jittieħdu f'din il-Kamra imma qed nitolbu jagħtina l-evidenza li fuqha wasal għal din id-deċiżjoni.", "Għalija din hija xi ħaġa li għandha tkun normali fi kwalunkwe amministrazzjoni.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Evarist Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Sur President, nikkonferma li l-istess nies li skond il-ministru tawh parir biex ikun hemm struttura li ma tkunx dipartimentali, f'rapport li kienu għamlu lili qalu li jista' jkun dipartiment tal-gvern.", "Nagħmilha ċara li jkun dipartiment tal-gvern separat mir-rwoli tal-librerija pubblika, mhux biss dik li nafuha bħala l- biblijoteka nazzjonali imma anke l-librerija pubblika ta' Beltissebħ.", "Fid- diskorsi tagħna aħna għamilniha ċara li dan il-qasam ġie traskurat għal ħafna snin u bilfors irridu nieħdu passi biex inqajmuh fuq saqajh għaliex huwa qasam importanti ħafna għal pajjiżna.", "Konna għidna wkoll li l- mistoqsijiet li konna qed nagħmlu kienu fuq l-istruttura amministrattiva.", "Jiena għamiltha ċara li ma kellniex problema fuq l-ideoloġija għaliex kif jgħidu, l-importanti mhux x'kulur tkun il-qattusa imma jekk taqbadx ġrieden jew le, jiġifieri jekk tkunx effettiva jew le.", "Jien naqbel mal-punt tal- ministru dwar il-Heritage Malta imma, fil-fehma tiegħi, huwa importanti wkoll li nħarsu lejn il-persuni li jkunu qed imexxu.", "Ma rridx nippersonalizza imma din hija r-realta' u fil-fatt għandna dipartimenti tal- gvern li jimxu tajjeb għaliex ikunu qed jitmexxew minn nies effiċjenti u kapaċi.", "Il-punt li ridna nagħmlu huwa dan: Fid-dawl tas-sagrifiċċji li qed nitolbu liċ-ċittadini biex jerfgħu l-ispiża amministrattiva, huwa importanti ħafna li dak li nkunu qegħdin nonfqu, nonfquh tajjeb.", "Qed nifhem tajjeb jekk ngħid li l-ministru qed jgħid li lilu jirriżultalu li b'din il-bidla l- ispiża tal-gvern m'hijiex se tiżdied?", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, ħalli għall-mument ninsew l- istruttura.", "Dan is-settur m'għandux ir-riżorsi umani li għandu bżonn biex f'pajjiżna ikollna arkivji nazzjonali pubbliċi kif suppost u lanqas għandu l-ispazju, il-faċilitajiet u t-tagħmir li għandu bżonn ikollu.", "Dan ifisser li l-istat tagħna ma ħasibx għalih u minħabba s-sitwazzjoni finanzjarja lanqas issa ma jistax jaħseb għalih u allura immedjatament, bejn wieħed u ieħor, l-ispiża f'dan is-settur se tibqa' fuq l-istess livell kif kienet fis-snin li għaddew, jekk ma naqqasniex mis-snin l-imgħoddija.", "Jiġifieri m'hijiex kwestjoni ta' l-istruttura.", "Jekk se nagħmlu dipartiment, trid kap ta' dipartiment li jmexxih u jekk għandek assistent arkivista f'Għawdex, anke jekk ikollok dipartiment, tridu taħt din l-istruttura.", "Aħna qegħdin nipproponu li jkollok departmental records officers f'kull dipartiment u dan ifisser li m'aħniex se nimpjegaw uffiċjali ġodda imma se nużaw ir- registry officers li għandna llum.", "L-ewwelnett trid toħroġ sejħa għall- applikazzjonijiet, imbagħad dawn il-postijiet jiġu mimlija u immedjatament dawn l-uffiċjali jiġu mħarrġa għax mhux it-titolu se jgħodd.", "L- istruttura minnha nnifisha m'hijiex se żżid l-ispejjeż.", "At best tista' tagħti onorarju ta' xi Lm4 lill-kumitat konsultattiv għall-arkivji nazzjonali għal kull laqgħa li jagħmlu.", "Mhux veru li dawn l-istrutturi minnhom innifishom jistgħu jżidu l-ispiża tal-gvern għax jiddependi fuq x'wieħed irid jilħaq.", "Jiena ngħid li jrid jasal żmien meta wara li jkunu ġew tackled ċerti prijoritajiet li għandu l-pajjiż, dan is-settur jitla' 'l fuq fil-prijoritajiet nazzjonali.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Evarist Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Sur President, jiena naqbel ma' dak kollu li qal il-ministru ħlief għal punt wieħed meta qal li mhux bilfors li meta nwaqqfu dawn l-istrutturi, se nżidu l-ispiża tal-gvern.", "Aħna nafu li ħafna minn dawn l-istrutturi barra d-dipartimenti tal-gvern kienu qegħdin jinnegozjaw fi żmien fejn money was no problem u ngħataw kondizzjonijiet aħjar minn dawk ta' dipartimenti tal-gvern mingħajr ma taw ir-riżultati mixtieqa.", "Dan huwa l-punt li min-naħa tagħna ninsabu inkwetati fuqu u naħseb anke l-gvern qed jagħmel riflessjoni fuqu.", "Nixtieq li l-ministru jispjega l-istruttura organizzattiva għal Għawdex.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Chairman, beħsiebni ndaħħal dak ta' Għawdex fl- iskeda li fiha qed nagħtu l-lista ta' l-arkivji biex ikun ċar li Għawdex irid jibqa' jiġi ttrattat kif konna qegħdin nitkellmu fit-Tieni Qari.", "Fuq il-kwestjoni l-oħra, irrid ngħid li kien hemm żmien meta l-politika tal- gvern – mhux biss ta' l-ex-Prim Ministru Fenech Adami imma anke ta' gvernijiet ta' qabel - kienet li dawn l-awtoritatjiet kellhom jinnegozjaw il-ftehim kollettiv mingħajr indħil min-naħa tal-gvern.", "Riċentement - u dan beda anke mill-amministrazzjoni l-oħra - il-gvern beda jiġbed il-ħbula sakemm wara l-aħħar elezzjoni nħoloq il-collective bargaining unit u llum il-pożizzjoni hija li l-entitajiet pubbliċi kollha - korporazzjonijiet, fondazzjonjiet u awtoritajiet - meta jiġu biex jinnegozjaw ftehim kollettiv jew jiġu biex jistabbilixxu l-iskali tas-salarji tagħhom, qed jiġu mitluba li bilfors iridu jgħaddu minn dan il-collective bargaining unit.", "L-iskop ta' dan il-collective bargaining unit huwa li qed jġib sitwazzjoni fejn fl- aħħar mill-aħħar l-iskali tas-salarji ta' l-entitajiet pubbliċi u dawk tas- servizz pubbliku jiġu qrib xulxin.", "Per eżempju, kien hemm żmien meta l-ETC kienet tinnegozja l-collective agreement tagħha.", "Iċ-chairman tal-bord, iċ- chief executive u l-uffiċjali prinċipali kienu jiltaqgħu mal-union u ma kienx hemm reference back liċ-ċentru biex jistaqsu safejn jistgħu jaslu.", "Konsegwenza ta' dan, skrivan fl-ETC qiegħed żewġ notches 'il fuq minn skrivan mal-gvern.", "Dik is-sitwazzjoni ġiet korretta billi n-nies ġodda qed jidħlu taħt kondizzjonijiet differenti u eventwalment s-sitwazzjoni tiġi f'postha maż-żmien.", "Aktar milli kwestjoni ta' money no problem, kienet kwestjoni ta' policy li kienet ilha ġejja minn qabel l-1987 fejn dawn il- korpi parastatali bħall-enemalta u l-MDC kienu qegħdin jinnegozjaw il- ftehim kollettiv tagħhom.", "Issa m'hemmx dubju li f'dawn il-parametri ta' awtonomija anke f'din it-tip ta' ħaġa, ikollok sitwazzjonijiet fejn ċerti kuntratti ta' xogħol isiru b'kondizzjonijiet differenti minn ta' ħaddieħor.", "Issa llum il-ġurnata din ġiet razzjonalizzata bil-collective bargaining unit, jiġifieri whatever is requested, dejjem għandek dawn il-parametri li huma ħafna aktar riġidi milli qatt kienu qabel, u fl-istess ħin nemmen, anke frott ta' esperjenza, li aktar liberta` fuq decision u policy making f'dan il-każ se jgħin anke jekk il-pagi jkunu l-istess bħal tas-servizz pubbliku.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Evarist Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Sur President, qegħdin immissu suġġett importanti ħafna li jmur lil hinn mil-liġi li qegħdin niddiskutu.", "IIlejla nistqarr li hija l-ewwel darba li smajt asserzjoni daqshekk ċara fuq ir-role tal- collective bargaining unit u jkun tajjeb li dan il-Parlament f'xi mument jiddiskuti xi ħaġa daqshekk importanti.", "M'hemmx dubju li kien hemm numru ta' snin fejn kienet inbdiet tradizzjoni ġdida fejn min kien f'dawn l- entitajiet kien jagħti żidiet lilu nnifsu mhux skond xi benchmark ta' effiċjenza imma skond kemm jirnexxilu jġibha żewġ fl-affarijiet li kien qed jitlob.", "Naħseb li dan il-collective bargaining unit huwa importanti għaliex issa min qiegħed f'dawn l-entitajiet ma jistax jagħti żidiet lilu nnifsu u jġib kondizzjonijiet għalih fejn jagħmel bejta komda għalih personali, għall- ħbieb u għan-nies li jdaħħal hemmhekk.", "Dan hu importanti għaliex irridu niftakru li jekk dan il-pajjiż irid jikkompeti u jrid jirbaħ l-isfidi ekonomiċi kbar li għandu quddiemu f'kull qasam ta' l-ekonomija, ma jistax ikollu settur pubbliku li jagħti lilu nnifsu żidiet qawwijin mhux marbuta ma' l-effiċjenza u mbagħad titlob is-sagrifiċċji fuq is-settur produttiv li mingħajru dan il-pajjiż m'għandux futur.", "Jiena nistqarr li nħossni sodisfatt li qed nerġgħu naqbdu t-triq tas-sens u kellu bżonn li issa din titħaddem tajjeb.", "Wieħed jista' jagħti lista sħiħa ta' aġenziji u awtoritajiet li kellhom min jopera minn suite ta' lukanda five-star u min jagħti lilu nnifsu allowances, pagi, karozzi u affarijiet li m'għandhom x'jaqsmu xejn mar-riżultati.", "Kemm il-Kap ta' l-Oppożizzjoni u kif ukoll jiena għamilniha ċara li ma tlaqniex b'ideoloġija u għidna li l-pożizzjoni ideoloġika tagħna hija kontra li jkun hemm struttura differenti minn dik dipartimentali.", "Aħna qed ngħidu li għandna nagħmlu strutturi li jkunu effiċjenti u effettivi.", "Issa minħabba s-sitwazzjoni finanzjarja li dan il- gvern ġabna fiha qegħdin nistaqsu b'mod responsabbli l-mistoqsija: Kemm se jiġi jiswa dak li se nagħmlu?", "Nerġa' ngħid li naqbel perfettament mal-punti li kien qed jagħmel il-ministru, cioe' li jekk dan is-settur irriduh jiżviluppa, bilfors irridu ninvestu fit-taħriġ tan-nies u fl-istrutturi li hemm bżonn biex dan il-qasam jitmexxa ħafna aħjar milli tmexxa s'issa.", "L- importanti hu li nitgħallmu mill-esperjenza tas-snin li għaddew, mit-tajjeb u mill-ħażin tagħhom, sabiex dak li nkunu qegħdin nonfqu, ikun ġustifikat u ma tinħeliex lira waħda mit-taxxi li ċ-ċittadini jħallsu b'ħafna sagrifiċċji.", "THE CHAIRMAN: Hemm iktar rimarki?", "Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, nipproponi din l-emenda:", "« A »", "Fit-test Malti ta' subparagrafu (2) ta' Klawsola 3 minflok il-kliem \"Arkivji Nazzjonali jkun korp magħqud personalita` ġuridika distinta\" għandhom jidħlu l-kliem \"L-Arkivji Nazzjonali jkun korp b'personalita` ġuridika distinta\".", "In the Maltese text of subparagraph (2) of Clause 3 for the words \"Arkivji Nazzjonali jkun korp magħqud personalita` ġuridika distinta\" there shall be substituted the words \"L-Arkivji Nazzjonali jkun korp b'personalita` ġuridika distinta\".", "Ir-raġuni għal din l-emenda hija li fil-proċess ta' ħafna iktar traduzzjonijiet ta' dawn il-frażijiet mill-Ingliż għall-Malti, il-parir li għandi huwa li ma tittraduċix il-frażi \"body corporate\" fil-frażi \"korp magħqud\" imma f'\"korp\".", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija l- emenda \"A\" kif imressqa u moqrija mill-ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"A\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 3, kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 3, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Fid-9.00p.m. il-Kamra rriżumiet u l-President tal-Kumitati rrapporta progress u talab il-permess biex il-Kumitat jerġa' jiltaqa'.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Nitlob lill-Viċi Prim Ministru biex, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "TONIO BORG Mr Speaker, nippropona l-Aġġornament tal-Kamra għal", "għada t-Tlieta, 30 ta' Novembru 2004, fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:-", "Mozzjonijiet", "Estimi tad-dħul u nfiq ta' l-Awtorita' ta' Malta dwar l-Ambjent u l- Ippjanar għas-sena 2004-2005.", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar Arkivji Nazzjonali – Kumitat (Kont.); u", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Medjazzjoni – Tielet Qari.", "------------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili (Emenda Nru 2) - Kumitat Permanenti.", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Reġistru Ċentrali – Kumitat Permanenti.", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali – Kumitat Permanenti.", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar it-Trasferiment ta' Artijiet tal- Gvern – Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Karl Chircop.", "ONOR.", "KARL CHIRCOP: Mr Speaker, illum beħsiebni niffoka l-attenzjoni tiegħi fuq l-importanza li għandha tingħata lill-familja Maltija minn din il-Kamra u minn min għandu r-responsabbilta' tat-tmexxija fil-pajjiż.", "Kulħadd jaqbel li l-familja Maltija bħala unit hija importanti ħafna għas- soċjeta' tagħna, iżda jien inħoss illi l-gvern mhux talli m'huwiex qed jagħti kas biżżejjed tal-familja Maltija - mhux imbilli issa waqqafna il- kumissjoni nazzjonali tal-familja għax biex nagħmlu l-paraventi lil dan il- gvern ħadd ma jgħaddih - talli bil-politika żbaljata tiegħu qed ikompli jimmina l-istruttura tal-familji Maltin u Għawdxin.", "Illum il-ġurnata dan mhux biss qed jgħidu l-partit Laburista, imma anke diversi msieħba soċjali.", "Tista' tibda tiela' minn taħt nett u żgur li l-parti l-kbira tal-faxex qegħdin jintlaqtu ħażin mill-politika żbaljata tal-gvern.", "Jien ma nistax nagħmel riferenza għall-budget għax skond l-istanding orders dan ma nistgħux niddiskutuh għalissa pero' nafu li taħt amministrazzjonijiet Nazzjonalisti b'mod ġenerali għal sena wara l-oħra l- familji tal-klassijiet tan-nofs u t'isfel dejjem qegħdin jintgħasru aktar.", "Mingħajr ma nidħol fid-dettalji tal-budget li bħalissa għandna l-mozzjoni tiegħu bilfors ninnota li l-gvern qed ipoġġi piżijiet żejda fuq il-familji Maltin u Għawdxin u min-naħa l-oħra m'huwiex jagħmel biżżejjed biex il- liġijiet li jgħaddi minn din il-Kamra u l-estimi ta' l-istess awtoritajiet - dawn jiġu eżaminati bir-reqqa u b'mod dettaljat miż-żewġ naħat tal-Kamra - li jkollna minn żmien għal żmien imma li ħafna minnhom jaqgħu proprju f'dawn iż-żmenijiet tas-sena, sfortunatament m'humiex qegħdin jirriflettu biżżejjed il-bżonnijiet tal-familja Maltija u m'humiex ikunu biżżejjed family friendly.", "Mr Speaker, m'huwiex biżżejjed li dan il-gvern waqqaf il-kummissjoni nazzjonali tal-familja li llum il-ġurnata hija chaired minn Dr Angela Abela - minn hawnhekk irrid insellem lilha u lil sħabha għax naf li huma nies kompetenti ħafna u jipprovaw jgħinu – għax il-budget miżeru li għandha din il-kummissjoni li huwa ta' madwar Lm10,000 fis-sena, żgur li huwa daħka fil- wiċċ għaċ-challenges li qed jiġu mposti quddiemha mill-istess gvern li ħatarha.", "Kif tista' din il-kummissjoni topera u tilħaq il-miri tagħha b'din in-nefqa annwali ta' madwar Lm10,000 meta għandha quddiemha challenges kbar?", "Il-gvern biex isewwi l-ħsara li qed jagħmel fost il- familji Maltin u Għawdxin li b'xi mod jew ieħor il-leġislazzjoni tiegħu tagħmel tajjeb biex tgħin jekk mhux b'mod ta' direct injection ta' finanzi fl-istess kummissjoni nazzjonali tal-familja, permezz ta' nefqiet li jkunu family friendly fil-liġijiet separati tagħhom.", "Huwa tajjeb li nagħti eżempji prattiċi ta' x'irrid ngħid b'dan.", "Madwar tliet ġimgħat ilu f'din il-Kamra ddiskutejna l-estimi ta' l-ETC.", "Fl- opinjoni tal-partit Laburista l-ETC għandha tagħti preċedenza lil dawk kollha li jkunu qegħdin ifittxu x-xogħol, kemm missirijiet, ommijiet u kif ukoll nies li jkunu b'xi bżonnijiet speċjali fir-referrals u l-placings tagħha.", "X'jiġifieri?", "Jiġifieri tingħata preċedenza, per eżempju, lil dak il-missier b'xi żewġt itfal - jien persważ li hawn eluf minnhom għax anke fid-distrett tiegħi li huwa r-raba' distrett nara ħafna minnhom - li sfortunatament m'għandux xogħol ħlief li xi kultant ikollu xi part-time li jkun l-uniku mezz ta' għajxien għalih u għal uliedu.", "Nafu li hawn eluf a' persuni li qegħdin f'din is-sitwazzjoni u għalhekk ikun tajjeb li l- istess korporazzjoni tax-xogħol u taħriġ meta jkollha l-opportunitajiet biex timla xi postijiet vakanti ta' ħaddiema fis-suq tax-xogħol mil-lista li jkollha ta' nies qiegħda, lil dawn in-nies li jkunu diġa' emarġinati fis- soċjeta' tagħtihom preċedenza.", "Nafu li huwa iktar diffiċli għal dak il- missier ta' madwar 35 sena, li ma jkollux xogħol u jkollu xi żewġt itfal u allura jrid imantni l-familja kollha kemm hi inkluż l-ispejjeż tal- household biex jgħix fuq l-assistenza soċjali jew fuq ir-relief, milli jekk ikollok ġuvni li għadu single li b'xi mod jew ieħor, għalkemm bit-tqanċiċ, forsi jista' jiddependi xi ftit fuq ommu u missieru.", "Għalkemm naf li l-ETC between the lines tagħti ċerti konsiderazzjonijiet biex tgħin lil dawn in- nies aktar minn dawk li jkunu single, sfortunatament dan mhux qed isir b'mod leġislattiv.", "F'Malta aħna nafu kif isiru l-affarijiet baxx baxx fejn kollox jiġi mgħoddi minn taħt it-tapit.", "Din m'hijiex xi ħaġa serja, imma huwa importanti li fil-leġislazzjoni li tikkontrolla l-operat ta' l-ETC indaħħlu klawsola fejn nagħmluha ċara li dawk kollha li jkunu qegħdin ifittxu xogħol u jkunu diġa' miżżewġin b'responsabbilta' ta' familja, għandhom jiġu mogħtija preċedenza fuq dawk li m'humiex miżżewġin u li m'għandhomx familja x'jieħdu ħsieb.", "L-istess nistgħu ngħidu dwar il- housing authority li għandha sistema ta' punti biex jiġu aġġudikati l- postijiet li jinħarġu għall-kiri jew għall-bejgħ.", "Din hija ħaġa tajba u l- istess ETC tista' timxi fuq linji simili anke jekk forsi mhux daqshekk dettaljati.", "Fl-opinjoni tiegħi u ta' ħafna nies li niltaqa' magħhom fix- xogħol tiegħi ta' kuljum bħala tabib u anke bħala deputat Laburista, in- nies li qegħdin japplikaw biex ikollhom housing alternattiv - jiġifieri biex ikollhom dar diċenti għax ikunu joqogħdu f'post li lanqas tista' tiddeskrivih bħala post - sfortunatament qegħdin jaqgħu lura ħafna f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-income tagħhom għal dak li qegħdin jiġu mitluba jħallsu f'termini ta' kera jew inkella f'termini ta' ħlas biex dak il-post ikun tagħhom.", "X'qiegħed ngħid hawnhekk?", "Qed ngħid li s-sistema tal-punti bażikament hija tajba, pero' sfortunatament illum il-ġurnata t-trend hi li l-awtorita' tad-djar taħdem iktar fuq termini semi-kummerċjali - qed ngħid dan mhux biex nattakka lill-awtorita', imma kif għidt il-ġimgħa l-oħra meta kellna l-estimi ta' l-awtorita' tad-djar aħna dejjem nipprovaw ngħaddu kummenti kostruttivi biex l-awtoritajiet tagħna dejjem jimxu aħjar ħalli nkunu nistgħu naqdu iktar lill-poplu tagħna - u sfortunatament għandna ħafna familji Maltin u Għawdxin li m'humiex jaffordjaw il-prezzijiet, anke jekk sussidjati, li qegħdin jiġu mitluba jħallsu.", "Ladarba qed nitkellem fuq it-tema ta' kemm qed isibuha diffiċli l-familji Maltin u Għawdxin biex ilaħħqu mal-ħajja - illum il-ġurnata għandna figuri li iswed fuq l-abjad jipprovaw dan kollu – nistgħu naraw kif is-savings ratio tal-familji Maltin u Għawdxin naqas konsiderevolment.", "Fil-fatt minn Lm10 għal kull Lm100 li kienu jaqilgħu fl-1995 naqas għal ftit iktar minn Lm2 kull Lm100 li jaqilgħu illum il-ġurnata.", "Jiġifieri l-ammont ta' flus li qed jibqagħlhom fil-but il-familji Maltin u Għawdxin biex ikunu jistgħu jġemmgħu, prattikament naqas b'ħames darbiet.", "Din hija indikazzjoni ċara ta' kemm is-sitwazzjoni tal-familji Maltin u Għawdxin dejjem qed tkun iktar imrassa u ssikkata u għalhekk ma jkunux jistgħu jagħmlu ċerti kapriċċi.", "Hawn nixtieq niġbed l-attenzjoni tal-gvern għall-mod kif titħaddem is- sistema tal-benefiċċji soċjali, għax għalkemm nafu li l-benefiċċji soċjali huma maqsumin f'żewġ kategoriji kbar li huma l-kontributorji u n-non- kontributorji, is-sistema ta' means testing speċjalment għal dawk li huma non-kontributorji hija ħażina u trid tiġi aġġornata.", "Ma jistax ikun li nibqgħu bis-sistema ta' means testing li għandna llum fil-ħruġ ta' benefiċċji soċjali jew inkella biex niddeċiedu jekk benefiċjarju prospettiv jikkwalifikax għal ċertu benefiċċju jew le.", "Sabiex is-sistema tagħna tiġi iktar family friendly hemm bżonn li ma nkunux daqshekk kategoriċi u hemm bżonn li l-benefiċċji soċjali tagħna jkunu mgħarbula b'tali mod u manjiera li nieħdu in konsiderazzjoni l-familja as a whole.", "Dan il-gvern għal sena wara l-oħra attakka frontalment ċerti benefiċċji soċjali u fil-fatt mill- 1997 'l hawn iċ-children's allowance naqsu b'madwar 40%.", "Huwa veru li kien hemm l-attakk kontra l-abbuż, imma sal-lum aħna nafu li l-istess membri tan- naħa tal-gvern qatt ma ġġustifikaw li dan l-ammont kollu jitnaqqas miċ- children's allowance minħabba l-abbuż biss.", "Apparti dan kollu, jekk ikollok xi ħadd li japplika biex jingħatalu l-benefiċċju għall-mard kroniku bħal, per eżempju, l-SKA, illum il-ġurnata l-means test fuq l-SKA jgħid li f'każ ta' koppja miżżewġa jrid ikollha mhux iktar minn Lm200 dħul fix-xahar u mhux iktar minn Lm10,000 mġemmgħin il-bank.", "Sfortunatament jista' jkollok familja li jkollha l-istess mezzi, pero' mbagħad ikollha problemi akbar bħal, per eżempju, xi tifel bil-problema tad-drogi u vizzjijiet oħra jew inkella jista' jkollha tfal żgħażagħ li jkunu unemployed.", "Jekk il- gvern verament irid ikun għaqli u soċjalment ġust mal-familji Maltin u Għawdxin kollha jrid bilfors jieħu in konsiderazzjoni dawn l-affarijiet biex lill-familja Maltija u Għawdxija ma jkomplix jagħtiha ġo rasha u jimminalha l-istandards of living tagħha.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Evarist Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Mr Speaker, m'għandix dubju li llejla għandna persuni li huma inkwetati ħafna jekk għada humiex se jaqtgħulhom id-dawl u l-ilma.", "Jien m'iniex qed nitkellem dwar dawk li jisirqu s-servizz, dawk li jabbużaw, jew dawk li huma traskurati fil-ħlasijiet tal-kontijiet tagħhom, imma qed nitkellem dwar persuni li ġenwinament isibu ruħhom fi problemi kbar biex ilaħħqu maż-żmien li ngħataw biex iħallsu l-kontijiet pendenti tagħhom, jiġifieri li jekk s'għada ma jħallsux se jaqtgħulhom is-servizz tad-dawl u l-ilma.", "Issa jien dejjem għamiltha ċara, kemm meta kelli r- responsabbilta' fil-gvern u anke bħala membru parlamentari fl-oppożizzjoni, li xejn m'huwa b'xejn anke jekk għal dan ġieli ġejt ikkritikat mill-kollegi tal-partit Nazzjonalista li kienu tkażaw bija meta għidt li f'dan il-pajjiż xejn m'hu b'xejn u li xi ħadd irid iħallas għas-servizzi li ningħataw, kemm jekk hu servizz ta' l-edukazzjoni, kemm jekk hu servizz ta' saħħa u kif ukoll jekk hu servizz tad-dawl u l-ilma.", "Dawn is-servizzi ma jaqgħux mis- sema imma jħallsu għalihom iċ-ċittadini mit-taxxi tagħhom u jiena wieħed minn dawk li dejjem kont konsistenti f'ħaġa bħal din.", "Nixtieq nappella lill-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma, lill-enemalta u lill-gvern biex ikunu umani f'dawk il-każijiet ġenwini ta' persuni li jgħixu bl- assistenza soċjali biss jew għax għandhom problemi fiż-żwieġ u qegħdin fil- proċess biex jisseparaw, jew għal raġunijiet oħra li qalulhom li s'għada jridu jħallsu l-kontijiet għax inkella jew jaqtgħulhom id-dawl u l-ilma jew jaraw kif jirranġaw mal-banek.", "U jien nixtieq inkun naf x'arranġamenti saru biex jaħsbu f'każijiet ġenwini bħal dawn.", "Nerġa' nagħmilha ċara li qed nitkellem dwar każijiet ġenwini.", "Jien naf b'każ ta' mara li r-raġel kien isawwatha u kien jittratta ħażin lilha u lil uliedha u telaq mid-dar wara li tella' kont tad-dawl u l-ilma.", "Dan kien jieħu l-posta hu u allura l-mara lanqas kienet tkun taf bil-kontijiet li kienu qed jaslu, la kienet taf jekk humiex qed jitħallsu u lanqas kienet taf jekk waslitx il-final notice fejn jgħidulha li jekk mhux se tħallas jaqtgħulha d-dawl u l-ilma.", "Allura issa f'daqqa waħda sabet ruħha f'din is-sitwazzjoni biex aktar inżidulhom il-problemi lil dawn in-nies.", "Għalhekk nixtieq nappella lill- gvern, lill-enemalta u lill-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma biex ikunu umani u f'każijiet ġenwini - u hemm każijiet ġenwini bħalma hemm każijiet ta' min jabbuża u ta' min jisraq li żgur m'iniex se niddefendihom – ta' nies li jgħixu bl-assistenza soċjali jaraw kif jaslu f'arranġament biex il-kontijiet li għandhom pendenti jħallsuhom ftit ftit skond il-mezzi li għandhom.", "Nittama li partit li jaspira ruħu minn valuri u ideali demokristjani, mit-tagħlim tal-knisja u mit-tagħlim ta' Kristu li min jaf kemm għamel diskorsi sbieħ fuq il-kuxjenza soċjali, ipoġġi dak il- kliem sabiħ fil-prattika meta jiġi biex jittratta każijiet ġenwini ta' min jgħix bl-assistenza soċjali.", "Niġi issa għal punt ieħor li nixtieq nitkellem fuqu llejla.", "Nhar l-Erbgħa fit-toroq ewlenin tal-Belt Valletta se jsir march biex ifakkar il-jum dinji ta' l-AIDS.", "Nappella lin-nies biex jieħdu sehem f'dan il-march ħalli nuru solidarjeta' ma' min ikollu problemi serji ta' l-HIV u ta' l-AIDS.", "Huwa importanti li fid-dinja jibqa' jsir sforz biex jinstab tarf ta' dan il- virus terribbli.", "Illum din il-marda hija meqjusa bħala waħda mill-akbar problemi fid-dinja u fl-Afrika din hija waħda mill-akbar problemi li għandha u li qed theddilha l-ġid ekonomiku u soċjali tagħha għaliex miljuni ta' nies qed imutu b'din il-marda qerrieda.", "Għalhekk irridu nuru solidarjeta' ma' dawn in-nies u fl-istess ħin nagħmlu minn kollox biex f'pajjiżna din il-marda ma tinxteridx.", "Dan nistgħu nagħmluh kemm permezz ta' edukazzjoni sesswali bis-serjeta' u kif ukoll billi nħeġġu li jintużaw il-mezzi li jeżistu biex din il-marda ma tinxteridx.", "Fl-istess ħin lil dawk li għal xi raġuni jew oħra jimirdu b'din il-marda għandna nittrattawhom bl-umanita' meħtieġa.", "Nhar is-Sibt fil-għodu fil-11 ta' Diċembru għandha ssir mixja favur id- drittijiet tal-bniedem organizzata mill-kummissjoni nazzjonali għal persuni b'diżabilita' flimkien mas-servizz tar-refuġjati tal-Ġiżwiti.", "Nappella sabiex tieħdu sehem u għal min jixtieq jieħu sehem fl-10.30 a.m. se nitilqu minn ħdejn Kristu Re.", "Din il-mixja se tkun għall-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw persuni minn minoranzi diversi li jesperjenzaw diskriminazzjoni minħabba d-diżabilita', ir-razza, ir-reliġjon, l-eta', l- orjentazzjoni sesswali jew is-sess tagħhom.", "F'pajjiżna għad għandna diskriminazzjoni u mhux veru li dan huwa pajjiż miftuħ li jaċċetta d- diversita'.", "Huwa veru li sirna aktar tolleranti u għamilna ftit passi 'l quddiem ħalli ma nesaġerawx, imma għad għandna diskriminazzjoni kontra r- razez.", "Biżżejjed jekk naraw il-mod kif nittrattaw il-Libjani u l-Għarab fostna b'sens stupidu ta' superjorita' minflok ma nqisuhom li huma bnedmin daqs kull razza oħra.", "L-istess fil-qasam tad-diżabilita', minkejja li għamilna passi 'l quddiem ħafna drabi xorta għadna nħarsu lejhom bħala oġġetti ta' karita' u mhux bħala persuni li għandhom id-drittijiet u d- dinjita' tagħhom.", "L-istess ngħid għall-persuni li huma omosesswali u għal persuni ta' reliġjonijiet differenti, allura huwa tajjeb li fil-11 ta' Diċembru dawn l-għaqdiet differenti jiġu flimkien biex nimxu favur id- drittijiet tal-bniedem.", "L-aħħar punt li nixtieq nitkellem dwaru huwa t-turiżmu.", "Fl-aħħar xhur qed naraw titjib u żieda fin-numru ta' turisti li ġejjin fostna jekk inqabbluhom mas-sena li għaddiet, li kienet sena ħażina u mhux meta nqabbluhom ma' l-1999 u mas-sena 2000.", "Allura meta ngħidu li sejrin aħjar irridu naraw ma' xiex qed inqabblu għax jekk tmur tara pazjent l-isptar li qiegħed l-ITU u ssibu aħjar mill-ġurnata ta' qabel meta kien fl-ITU u kien ħażin ħafna, ma tantx tista' tikkonsla li sibtu xi ftit aħjar għaliex xorta jkun għadu fl-ITU.", "U f'pajjiżna t-turiżmu għadu fl-ITU, għadu fil- fażi li anke jekk ġejjin turisti iżjed mis-sena li għaddiet, anke jekk l- indikazzjonijiet - u jien nieħu gost ngħidha din – huma li x-xhur li ġejjin jiġifieri Jannar u Frar se jkunu aħjar minn ta' din is-sena, xorta m'għandniex biex inkantaw allelulja għax il-mistoqsija li rridu nagħmlu hi: Ir-rati tjiebu?", "M'huwiex biżżejjed li jiġu iżjed turisti.", "Huwa importanti li jiġu iżjed turisti matul is-sena kollha, imma huwa importanti wkoll li dawn jonfqu iżjed u mhux li l-lukandiera biex jimlew il-lukandi tagħhom ikollhom jaċċettaw rati baxxi ħafna, għax il-lukandiera qed jaraw l- ispejjeż tagħhom jiżdiedu u jekk id-dħul ma jiżdiedx bl-istess mod ikollna l-problema li l-lukandiera jaqtgħu qalbhom u jibdew jagħlqu l-lukandi tagħhom.", "Jien inkwetajt meta fil-laqgħa ġenerali annwali ta' l- assoċjazzjoni tal-lukandiera u r-ristoranti Maltin, smajt lill-president tagħhom jgħid li fit-18-il xahar li ġejjin se jkomplu jagħlqu iżjed lukandi u li dan ifisser telf ta' 1,000 impjieg.", "Ma jistax ikun li ma ninkwetawx meta nisimgħu b'affarijiet bħal dawn.", "Wieħed jawgura li jiftħu lukandi ġodda u kemm jista' jkun jieħdu minn dawn l-1,000 ħaddiem li se jitilfu l- impjieg tagħhom.", "Imma dawn l-1,000 ħaddiem kollha se jsibu impjieg?", "U l- oħrajn li huma bla xogħol - bħalissa għandna aktar minn 5% li huma bla xogħol - fejn se jiġu impjegati jekk ma nżidux ix-xogħol anke fil-qasam tat- turiżmu?", "Nafu li f'dawn l-aħħar snin għalqu 24 lukanda, fetħu 13 u qed nisimgħu li se jagħlqu oħrajn, kemm f'Malta u kif ukoll f'Għawdex.", "Jien ninsab inkwetat ħafna iżjed fuq il-lukandi li se jagħlqu f'Għawdex u li se jinbidlu f'appartamenti residenzjali.", "Din hija inkwetanti ħafna għax huwa importanti li f'Għawdex il-lukandi jibqgħu miftuħa għaliex jekk jibqgħu jonqsu s-sodod se jkun hemm problema anke għal dawk li jibqgħu miftuħin u la qed nitkellem fuq Għawdex huwa importanti li l-gvern jara kif se jsolvi l-problema tal-kuntatt bl-ajru bejn Malta u Għawdex.", "Mindu waqaf is- servizz tal-helicopter jien tkellimt ma' lukandiera Għawdxin u mingħajr ma nsemmi l-isem tal-lukanda tagħhom irrid ngħid li hemm min qed jitlef ix- xogħol.", "Hemm min kien ibbukkja biex jiġi Malta u meta sar jaf li dan is- servizz m'għadux jaħdem ħassar il-vaganza tiegħu f'Għawdex.", "Nafu li jekk it-turiżmu f'Malta għaddej minn żmien diffiċli, f'Għawdex iżjed għaddej minn żmien diffiċli għaliex bl-istruttura ta' kif inhi din l-industrija s'issa - fil-fehma tiegħi l-Għawdxin għandhom destinazzjoni aqwa minn Malta - tista' tiġbed lejn pajjiżna kwalita' ta' turisti aħjar għax f'Għawdex id- destinazzjoni hi aħjar, il-kwalita' tal-ħajja hija aħjar u l-ambjent huwa aħjar, imma b'din id-daqqa kbira tal-waqfien tas-servizz tal-helicopter ħadu daqqa ta' ħarta oħra.", "Dawn qed jitilfu x-xogħol u dan m'huwiex tajjeb, għalhekk huwa importanti li filwaqt li nieħdu gost li l-figuri tat- turisti qed jiżdiedu, irridu naraw jekk dawn it-turisti humiex jilħqu mal- pajjiż kollu - jiġifieri kemm f'Malta u kif ukoll f'Għawdex - u jekk humiex iġibu qligħ aħjar, għax inkella żgur li m'għandniex għalfejn norbtu jdejna u ngħidu li erġajna ċċaqlaqna.", "Niftakru li wara kollox it-turiżmu qed jiċċaqlaq fid-dinja kollha u f'pajjiżna t-titjib m'huwiex daqskemm hu fil- bqija tad-dinja u mhux imbilli noqogħdu ngħidu li għall-ewwel darba l-miri huma li kull sena t-turisti se jiżdiedu b'50,000.", "Irridu niftakru li l- awtorita' Maltija tat-turiżmu diġa' kienet għamlet miri li t-turiżmu se jiżdied bi 3% u dawn il-miri qatt ma ntlaħqu.", "Jiġifieri mhux billi ngħidu li issa għandna l-miri, qisna dawn il-miri lħaqnihom, għax nafu li l-gvern irid jagħmel il-parti tiegħu għax it-turisti ma jiġux f'pajjiżna biex jibqgħu fil-lukanda biss.", "Inutli li t-turisti jiġu f'lukanda 5-star jew 4- star jekk il-pajjiż jinżamm f'livell ta' 2-star fejn jidħol l-ambjent, l- istat tat-toroq, il-ħmieġ, id-diżorganizzazzjoni, l-indixxiplina u l-mod ħażin kif nittrattaw lit-turisti.", "Għalhekk il-gvern ma jridx ipoġġi bil- qiegħda u jgħid li l-affarijiet qed jirranġaw u jirpiljaw.", "Il-gvern irid jagħmel il-parti l-kbira tiegħu biex jgħin lil dan is-settur jimxi 'l quddiem għax hawn ħafna familji Maltin u Għawdxin li jiddependu minnu.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada t- Tlieta 30 ta' Novembru, 2004 fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill- Viċi Prim Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "KUNSILL MALTI GĦALL-KULTURA U L-ARTI - PROF.", "RICHARD ENGLAND", "8715.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li Prof. Richard England irriżenja minn membru tal-kunsill Malti għall-kultura u l-arti?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li Prof. Richard England irriżenja minn membru tal-kunsill Malti għall-kultura u l-arti minħabba impenji ta' xogħol li għandu sew Malta kif ukoll f'pajjiżi barranin.", "IMPJANT TAR-RIĊIKLAĠĠ TA' SANT'ANTNIN", "8716.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid xi pjani għandu l-gvern għall-impjant tar- riċiklaġġ ta' Sant'Antnin?", "Jista' jgħid ukoll jekk sarx environmental impact assessment dwar dawn l-istess pjani?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Nitlob lill-Onor.", "Membru jispeċifika għal liema impjant tar-riċiklaġġ qed jirriferi, jekk hux għal dak ta' l-iskart solidu, jew dak ta' l-iskart likwidu.", "REGOLAMENTI TAS-SAJD", "8717.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li s-sajjieda qed joġġezzjonaw għar-regolamenti l-ġodda tas-sajd?", "Jista' jgħid ukoll għalfejn il-logbooks il-ġodda li ġew mogħtija lis-sajjieda ma jistgħux jintużaw?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Ninsab informat li fost is-sajjieda kien hemm min oġġezzjona minħabba li wħud minnhom jista' għandhom problema ta' qari u kitba.", "Ġie miftiehem metodu mal-koperattiva nazzjonali tas-sajd biex min mhux kapaċi jaqra u jikteb jista' xorta waħda jimla dawn il-catch logbooks - reġistri tal-qabda - bl-għajnuna ta' l-uffiċjali.", "ĊANGA TAL-FRIŻA/VITELLA - DAZJI", "8986.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 8531, jista' il-Ministru jgħid kemm hu l-persentaġġ li se jissussidja l-Gvern Malti fuq dawn it- tariffi u kemm hi d-differenza li jrid iħallas l-imprenditur/konsumatur?", "Jista' jgħid fuq liema perjodu ta' żmien iridu jitħallsu dawn is-sussidji?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Nitlob lill-Onor.", "Membru jindirizza din il- mistoqsija lill-Prim Ministru.", "PREZZ TAZ-ZOKKOR", "8988.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jikkonferma l-Ministru li llum tunnellata zokkor qed tiswa euro 770 lill-imprenditur/konsumatur direttament u euro 422 oħra lill-Gvern Malti indirettament?", "Jikkonferma li f'dawn l-aħħar ġimgħat il-prezz fis-swieq internazzjonali għall-istess prodott kien ta' madwar euro 201 għal kull tunnellata ?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi din il- mistoqsija lill-ministru konċernat.", "MINISTERU TAL-FINANZI - SAFAR", "8990.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jinformana kemm kienet in-nefqa globali tas-safar tal-Ministeru tal-Finanzi u tad-dipartimenti, entitajiet, eċċ li jaqgħu taħtu matul l-ewwel disa' xhur tas-sena 2004?", "Jista' jinformana kemm hu kkalkolat li se titla' din l-ispiża sa l-aħħar tas-sena?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant illi tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "AFFARIJIET RURALI U AMBJENT - LAQGĦAT", "8992.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew organizzati laqgħat mid- dipartiment ta' l-affarijiet rurali ma' l-għaqdiet tal-bdiewa, raħħala/produtturi u sajjieda matul l-ewwel disa' xhur ta' din is-sena?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li d- dipartiment ta' l-affarijiet rurali ma jeżistix.", "B'mod ġenerali nikkonferma li kull meta l-għaqdiet talbu l-preżenza ta' l- uffiċjali fil-laqgħat li jorganizzaw, l-uffiċjali dejjem laqgħu l-istedina.", "AFFARIJIET RURALI U AMBJENT - SAFAR", "8993.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jinformana x'kienu r-raġunijiet għall-ispiża ta' Lm106,000 għal safar tal-ministeru matul l-ewwel disa' xhur tas-sena?", "Jista' jinformana kemm hu kkalkulat li se titla' din l-ispiża sa l-aħħar tas-sena?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Ninforma lill-Onor.", "Membru li hu kkalkulat li l- ispiża ta' Lm 106,000 tikkonsisti f'biljetti ta' l-ajru, ħlasijiet ta' insurance u ħlas ta' subsistence allowances.", "Ta' min jgħid li ammont sostanzjali minn din l-ispiża jiġi effettivament refunded mill-Unjoni Ewropea.", "Mhux possibbli li f'dan l-istadju wieħed ikun preċiż dwar l-ispiża li jista' ikun hemm sa l-aħħar ta' din is-sena.", "AFFARIJIET RURALI U AMBJENT - SAFAR", "8994.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: B'riferenza għan-nefqa tas-safar tal-ministeru, jista' il-Ministru jinformana minn liema voti qed jintnefqu u jitħallsu dawn il-flus?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Ninsab informat li l-ispejjeż tas-safar tal- ministeru jitħallsu minn dawn il-voti rikurrenti: 2810 - biljetti ta' l-ajru; 2820 - ħlasijiet ta' allowances u insurance.", "AWTORITA' TAD-DJAR", "9104.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u tas- Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid kemm applikaw biex jibbenefikaw minn Skema S?", "Kemm ġew aċċettati u kemm ġew proċessati?", "Kemm kien l-ammont ta' flus li ħarġet l-awtorita' tad-djar f'dan ir-rigward – b'riferenza għas-snin 2000, 2001, 2002, 2003 u 2004 - issa li twaqqfet din l-iskema u ġiet varata skema ġdida?", "Kemm hu l-vot finanzjarju għal din l- iskema?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Ninsab informata li t-tagħrif mitlub fl-ewwel tliet partijiet tal-mistoqsija hu kif jidher fit-tabella li tpoġġiet fuq il- mejda tal-Kamra iktar kmieni fis-seduta.", "Ninsab informata wkoll li għas-sena finanzjarja 2004/2005 l-awtorita' tad- djar mistennija tonfoq Lm374,000 għall-iskema l-ġdida.", "AWTORITA' TAD-DJAR - STALLAZZJONI TA' LIFTS", "9105.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u tas- Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid kemm saru talbiet quddiem l- awtorita' tad-djar biex jiġu stallati lifts fi blokki eżistenti tal-gvern u fi blokki eżistenti tal-privat?", "Kemm hu n-numru f'kull lokal?", "Kemm kienet l-ispiża biex ġew stallati l-lifts fi blokki tal-privat u fi blokki tal- gvern?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Ninsab informata li t-tagħrif mitlub fl-ewwel żewġ partijiet tal-mistoqsija hu kif jidher fit-tabella li tpoġġiet fuq il- mejda tal-Kamra iktar kmieni fis-seduta.", "Ninsab informata wkoll li s'issa l-awtorita' tad-djar nefqet Lm934,947 għal stallar ta' lifts fi blokki tal-gvern u Lm44,774 għal dawk stallati f'postijiet privati.", "L-awtorita' approvat ukoll is-somma ta' Lm30,780 għal stallar ta' lifts taħt Skema 7.", "FURJANA - CATEGORY 1 SHELTERED HOUSING", "9109.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u tas- Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid jekk anzjan li jiġi provdut post ta' category 1 sheltered housing ġewwa l-Furjana jistax jieħu jgħix miegħu neputi?", "Jekk fl-affermattiv, x'jiġri minn neputi wara l-mewt ta' l- anzjan?", "Tista' ġentilment tpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-policy tad- dipartiment rigward category 1 sheltered housing?", "Kemm ġie jiswa x- sheltered housing ġewwa l-Furjana?", "Kemm se jkunu l-kirjiet ta' l- appartamenti?", "Hemm ħsieb li l-gvern jitlob rigal mill-inkwilini l-ġodda?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Ninsab informata li għalkemm il-policy dwar it- tqassim ta' postijiet ta' category sheltered housing fil-Furjana, kif ukoll il-kera ta' dawn il-postijiet, għad mhux finalizzati hu maħsub li l-kerrej ma jkunx jista' iżomm xi ħaddieħor jgħix miegħu u l-kirja tispiċċa mal-mewt tal-kerrej.", "Dan isir biex il-postijiet jibqgħu jintużaw bħala sheltered housing.", "Ninsab informata wkoll li l-proġett tax-sheltered housing fil-Furjana ġie jiswa lill-awtorita' tad-djar Lm108,460.", "Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija, l-Onor.", "Interpellant jaf li la l- awtorita' tad-djar u lanqas il-gvern ma jitolbu rigali biex jikru postijiet u mhux ser jagħmlu hekk f'dan il-każ.", "VAT DEPARTMENT", "9111.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid għaliex persuna - dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - ġiet iċċarġjata mill-VAT department Lm284.66 imgħax?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-każ tat- taxpayer, li d-dettalji tiegħu ntbagħtu separatament, qed jiġi mistħarreġ.", "AWTORITA' TAD-DJAR – PEMBROKE - STALLAZZJONI TA' LIFT", "9114.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Familja u tas- Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid għaliex l-awtorita' tad-djar waqqfet it-talba biex jiġi stallat lift għal persuna b'diżabilita' - dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - f'Pembroke?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Ninsab informata li t-talba biex jiġi stallat lift fil-post indikat mill-Onor.", "Interpellant ġiet ikkunsidrata favorevolment mill-awtorita' tad-djar, tant li ntalab u nkiseb il-permess tal-MEPA biex dan isir.", "Ninsab informata wkoll li biex jiġi stallat dan il-lift jenħtieġ li l- inkwilini jiżgumbraw il-kuriduri li jagħtu aċċess mil-lift għall-bibien ta' l-appartamenti kollha.", "S'issa ma jidhirx li hemm qbil dwar dan bejn ir- residenti tal-blokk.", "Il-każ ġie riferut lid-dipartiment ta' l-artijiet bħala s-sid tal-blokk in kwestjoni.", "Qabel ma tiġi solvuta din il-problema bejn l-inkwilini tal- blokk, l-awtorita' ma tkunx f'pożizzjoni li tipproċedi bil-ħruġ tat-tender għall-istallazzjoni tal-lift.", "FGURA - TRIQ A.M. VALPERGA", "9115.", "L-ONOR.", "STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jgħid meta se jsiru Triq A.M. Valperga, Fgura u l-bankina?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ninsab informat illi t-triq imsemmija qiegħda mdaħħla fil-programm ta' kostruzzjoni ta' toroq madwar Malta kollha sabiex ix-xogħol meħtieġ ikun jista' isir aktar 'il quddiem.", "OPM – SAFAR TA' IMPJEGATI FUQ XOGĦOL", "9153.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 8903 u cioe' jagħti lista tas-safar li sar minn impjegati tad-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu bejn Jannar 2004 sal-lum?", "Kemm kienet l-ispiża għal kull safra u fejn siefru?", "Min kienu l-persuni li siefru?", "Xi grad għandhom, jew taħt liema skala ta' salarju jaqgħu, il- persuni li siefru?", "Min awtorizza kull safra?", "Min mar business class jew first class?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant illi t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "EDUKAZZJONI, ŻGĦAŻAGĦ U IMPJIEGI – SAFAR TA' IMPJEGATI FUQ XOGĦOL", "9155.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 8905 u cioe' jagħti lista tas-safar li sar minn impjegati tad- dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu bejn Jannar 2004 sal-lum?", "Kemm kienet l-ispiża għal kull safra u fejn siefru?", "Min kienu l-persuni li siefru?", "Xi grad għandhom, jew taħt liema skala ta' salarju jaqgħu, il-persuni li siefru?", "Min awtorizza kull safra?", "Min mar business class jew first class?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra lista li tipprovdi informazzjoni dwar safar uffiċjali li sar minn impjegati tad-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi bejn Jannar u Ottubru 2004, id-destinazzjoni ta' dan is-safar kif ukoll l-ispiża għal kull safra.", "F'dawk il-każi fejn il-kont tas-safra għadu ma ngħalaqx, naturalment l- informazzjoni dwar l-ispiża ma tistax tingħata.", "Ma naħsibx li huwa l-każ li noqgħod nagħti l-ismijiet individwali tal- persuni involuti f'dan is-safar.", "Fil-każ tas-servizz pubbliku r-regolamenti dwar safar uffiċjali, inkluż dwar min għandu jawtorizza dan kif ukoll min għandu d-dritt li jsiefer business class jinsabu f'sezzjonijiet 8.5 - 8.11 tal-public sevice management code.", "Peress li t-tagħrif mitlub dwar l-Universita' ta' Malta għadu ma wasallix, tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "AFFARIJIET BARRANIN – SAFAR TA' IMPJEGATI FUQ XOGĦOL", "9156.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 8906 u cioe' jagħti lista tas-safar li sar minn impjegati tad-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu bejn Jannar 2004 sal-lum?", "Kemm kienet l-ispiża għal kull safra u fejn siefru?", "Min kienu l-persuni li siefru?", "Xi grad għandhom, jew taħt liema skala ta' salarju jaqgħu, il- persuni li siefru?", "Min awtorizza kull safra?", "Min mar business class jew first class?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra lista li tipprovdi informazzjoni dwar safar uffiċjali li sar minn impjegati tad- dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi bejn Jannar u Ottubru 2004, id-destinazzjoni ta' dan is-safar kif ukoll l-ispiża għal kull safra.", "F'dawk il-każi fejn il-kont tas-safra għadu ma ngħalaqx, naturalment l-informazzjoni dwar l-ispiża ma tistax tingħata.", "Iir-regolamenti dwar is-safar uffiċjali, inkluż dwar min għandu jawtorizza dan is-safar kif ukoll min għandu d-dritt li jsiefer business class, jinsabu f'sezzjonijiet 8.5 - 8.11 tal-public service management code.", "TURIŻMU U KULTURA – SAFAR TA' IMPJEGATI FUQ XOGĦOL", "9157.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 8907 u cioe' jagħti lista tas-safar li sar minn impjegati tad-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu bejn Jannar 2004 sal-lum?", "Kemm kienet l- ispiża għal kull safra u fejn siefru?", "Min kienu l-persuni li siefru?", "Xi grad għandhom, jew taħt liema skala ta' salarju jaqgħu, il-persuni li siefru?", "Min awtorizza kull safra?", "Min mar business class jew first class?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra lista li tipprovdi informazzjoni dwar safar uffiċjali li sar minn impjegati tad- dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi bejn Jannar u Ottubru 2004, id-destinazzjonijiet ta' dan is-safar kif ukoll l-ispiża għal kull safra.", "F'dawk il-każi fejn il-kont tas-safra għadu ma ngħalaqx, naturalment l-informazzjoni dwar l-ispiża ma tistax tingħata.", "Ma naħsibx li huwa l-każ li noqgħod nagħti l-ismijiet individwali tal- persuni involuti f'dan is-safar.", "Fil-każ tas-servizz pubbliku r-regolamenti dwar is-safar uffiċjali, inkluż dwar min għandu jawtorizza dan is-safar kif ukoll min għandu d-dritt li jsiefer business class, jinsabu f'sezzjonijiet 8.5 - 8.11 tal-public service management code.", "INVESTIMENT, INDUSTRIJA U TEKNOLOĠIJA TA' L-INFORMATIKA – SAFAR TA' IMPJEGATI FUQ XOGĦOL", "9202.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 8912 u cioe' jagħti lista tas-safar li sar minn impjegati tad-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu bejn Jannar 2004 sal-lum?", "Kemm kienet l-ispiża għal kull safra u fejn siefru?", "Min kienu l-persuni li siefru?", "Xi grad għandhom, jew taħt liema skala ta' salarju jaqgħu, il-persuni li siefru?", "Min awtorizza kull safra?", "Min mar business class jew first class?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tinġħata f'xi seduta oħra.", "FREEPORT - KUNTRATT TA' PRIVATIZZAZZJONI", "9240.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika: Peress li l-munita li biha ġie redatt il-kuntratt ta' privatizzazzjoni tal-freeport hija d-dollaru Amerikan, jista' il-Ministru jgħid jekk ir-rata tad-dollaru mal-lira Maltija ġietx iffissata?", "Jekk iva, jista' jindika b'liema rata?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Qatt ma kien maħsub li jkun hemm iffissar tad-dollaru Amerikan mal-lira Maltija fil-proċess tal-privatizzazzjoni tal-Malta freeport terminals limited (MFTL).", "Dan minħabba l-fatt li fid-dinja tas- shipping id-dollaru hu l-munita li bih isir il-business.", "Il-kuntratti ta' l- MFTL huma denominati fid-dollaru Amerikan.", "Barra minn hekk il-Malta freeport corporation, li ser tirċievi l-flus tal-privatiżżazzjoni, għandha dejn fit-tul denominat fid-dollaru Amerikan.", "L-annual accounts huma denominati fid-dollaru, għalhekk hemm iffissar naturali.", "TISBIĦ TA' WIDIEN", "9263.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid liema huma l-widien li hemm ħsieb li jsir tisbiħ tagħhom?", "Jista' jgħid meta se jinbdew dawn il- proġetti, każ każ, u meta hu maħsub li jiġu mitmuma?", "Jista' jgħid ukoll hux se jinġiebu jew jingħataw fondi mill-Unjoni Ewropea f'dan ir-rigward?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi din il- mistoqsija lill-ministru konċernat.", "GĦARGĦUR/NAXXAR - ROUNDABOUT", "9270.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jgħid meta se ssir ir-roundabout li suppost hemm fil-bidu tat-triq li nfetħet li tagħti għall-Għargħur u n-Naxxar, fejn bħalissa hemm xi barrikati u hemm diżordni sħiħa tat-traffiku wara li ngħalqet l-entratura għall-Għargħur min-naħa ta' Triq San Pawl, Naxxar?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "ARTIFICIALLY ASSISTED BIRTH", "9271.", "L-ONOR.", "FRANCO GALEA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l- Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid f'dawn l-aħħar għaxar snin, sena b'sena, kemm twieldu twins, triplets u quadruplets u iżjed?", "Jista' jgħid jekk it-tqala tagħhom kenitx artificially assisted?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra iktar kmieni fis-seduta.", "Ma tinżammx statistika dwar it-tieni parti tal-mistoqsija.", "PBS - IMPJEGAT", "9272.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika: B'riferenza għal mistoqsijiet parlamentari 8968 u 9235 jista' il-Ministru jgħid jgħid jekk il-persuna - isimha qed jintbagħat separatament - sifritx fuq xogħol tal-PBS kemm ilha konnessa mal-kumpannija bħala konsulent?", "Jekk iva, min ħallas, il-gvern jew il-PBS?", "Jekk fl-affermattiv, kemm-il darba siefret, għalfejn siefret, fejn marret, kemm damet, ma' min ivvjaġġat u kemm nefqet f'kull okkażjoni?", "Fid-dawl tat-tweġiba tal-ministru għal mistoqsija riċenti tiegħi, dan ifisser li minn Settembru 2004 'il hawn ma siefer ħadd mill-PBS fuq xogħol tal-kumpannija?", "Dwar it-tagħrif mogħti dan l-aħħar dwar safriet minn diriġenti u uffiċjali tal-PBS, jista' jagħti breakdown ta' kemm intnefaq f'biljetti ta' l-ajru, lukandi, allowances u telephone bills minn Jannar 2000 'il quddiem?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: F'Marzu 2003 il-persuna msemmija, flimkien maċ- chairman tal-PBS, kienu mistiedna tal-British Council biex iżuru diversi stazzjonijiet tal-BBC fl-Ingilterra.", "Parti mill-ispejjeż konnessi ma' din iż-żjara kienu mħallsa mill-PBS, kif jidher fil-lista mehmuża.", "Għat tieni parti tal-mistoqsija nikkonferma li dan ifisser li minn Settembru 2004 'il hawn ma siefer ħadd mill-PBS fuq xogħol tal-kumpannija.", "WSC - POLISHING PLANT", "9273.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 9123 u cioe jgħid b'riferenza għall-polishing plant li nbniet mill-WSC f'Għawdex x'inhi l-kapaċita' ta' dan l-impjant u kemm ġew jiswew ix-xogħlijiet kollha?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Bħalissa l-polishing plant qed taħdem b'kapaċita ta' 800 metru kubu kuljum.", "Meta l-proġett jitlesta din għandha tilħaq l-4,000 metru kubu kuljum.", "Il-proġett Water quality project - Gozo jiswa:", "Sistema ġdida tal-pajpijiet Lm800,000", "Polishing plant Lm415,000", "St Lucia u Bordin boosting station Lm50,000", "Distribution enhancement centre Lm150,000", "Total Lm1,415,000 DIPARTIMENT TAD-DRENAĠĠ - MAINS", "9274.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 9080 u cioe' jgħid kemm hu t-tul ta' mains ġodda ta' drenaġġ li saru matul din is-sena, kull lokalita' separatament?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.", "MALTA DRYDOCKS - VAPUR CORONIA", "9275.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 9208 u cioe' jgħid jekk sarux testijiet jekk hemmx traċċi ta' asbestos fuq il-vapur Coronia li hemm fit-tarzna?", "Jekk fl- affermattiv, kemm saru u x'kien ir-riżultat f'kull każ?", "Jista' minkejja kull prekawzjoni li tittieħed jiggarantixxi s-sigurta' tal-ħaddiema mija fil-mija?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 9208 irrid ngħid li l-eżamijiet meħtiega biex jiġi determinat il-preżenza u l- kwalita' ta' l-asbestos sew qabel ma jinbeda x-xogħol kif ukoll fuq bażi regolari waqt li jkun qed isir ix-xogħol, qed isiru minn espert indipendenti li hu meqjus fuq skala internazzjonali bħala kwalifikat fl- immaniġġar ta' materjal perikoluż.", "L-ebda xogħol ma jsir fejn ikun hemm l- asbestos jekk il-ħaddiem ma jkunx libes it-tagħmir protettiv adatt kif ukoll jekk il-ħaddiem ma jkunx ingħata t-taħriġ neċessarju kif għandu jaħdem f'dak l-ambjent.", "Huwa għalhekk li x-xogħol relatat ma' materjal perikoluż qed isir minn kumpannija li hi ċertifikata bħala waħda professjonali u kwalifikata u mhux mill-ħaddiema tax-shipyard.", "Din il- kumpannija ġiet magħżula mis-sidien tal-vapur.", "Jekk l-Onor.", "Interpellant jeħtieġ aktar informazzjoni fuq dan is-suġġett, nistiednu jagħmel kuntatt ma' l-OHSA li gew informati bix-xogħol li qed isir, kif fil-fatt hi l-proċedura normali.", "MALTA DRYDOCKS - VAPUR CORONIA", "9276.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 9206 u cioe' jgħid b'riferenza għax-xogħol li qed isir fit-tarzna fuq il-vapur Coronia jekk jiggarantixxi li l-arja li qed toħroġ mill-blowers li qed jiġbdu minn fejn hemm il-postijiet kontaminati hijiex ta' ħsara għal saħħet il-ħaddiem?", "X'garanzija hemm li l-arja li toħroġ fl-aħħar minn dawn il-blowers mhijiex ta' periklu, minkejja li tgħaddi minn tliet filters?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi għat-tweġiba li tajt għal mistoqsija parlamentari 9275.", "MALTA DRYDOCKS - VAPUR CORONIA", "9277.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 9204 u cioe' jgħid min qed jagħmel ix-xogħol ta' tneħħija ta' asbestos minn fuq il-vapur Coronia?", "Xi prekawzjoni qed jieħdu dawn il-ħaddiema?", "Jista' jgħid x'inhi r-raġuni li dawn il-ħaddiema qed jibqgħu bil-maskla u jgħaddu minn qalb ħaddiema oħra, minn abbord sad- decontamination chamber li qiegħed l-art, meta hu fatt magħruf li din il- maskla tkun ikkontaminata minn barra?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi għat-tweġiba li tajt għal mistoqsija parlamentari 9275.", "VETTURI - TESTIJIET", "9278.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jgħid kemm saru testijiet għall-għarrieda fuq vetturi minn meta ġiet introdotta din is-sistema ta' testijiet sal-lum?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra iktar kmieni fis-seduta.", "QAWRA - PROĠETT TA' L-AQUARIUM", "9279.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 6364, jista' il-Ministru jgħid f'liema stadju wasal il-proġett ta' l-aquarium fil-Qawra?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li l-konsorzjum Oceanaria ġie mitlub biex jissottometti informazzjoni dettaljata rigward il-proġett, liema informazzjoni għandha tiġi sottomessa lill-ministeru sal-bidu ta' Diċembru.", "BELT VALLETTA - BARRAKKA TA' FUQ - LIFT", "9280.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jgħid xi progress sar fuq il-proġett tal-lift għall-barrakka ta' fuq?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Is-sejħa għall-offerti sabiex ikun stallat u operat lift fil-barrakka għalqet fis-6 ta' Lulju 2004.", "Ma kien hemm l-ebda sottomissjoni għal din is-sejħa.", "Minkejja dan, minn indikazzjonijiet li kellu l-ministeru, għad hawn interess mill-privat għal dan l-iżvilupp.", "Il- ministeru bħalissa qiegħed jerġa' jabbozza design brief ġdida li tkun tħares b'mod aktar wiesa' lejn it-trasport fil-Belt Valletta b'tali mod li dan jibda jkun aktar integrat.", "PROĠETT TAL-WHITE ROCKS", "9281.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 388, jista' il-Ministru jgħid xi progress sar fuq il-proġett tal-White Rocks?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninforma lill-Onor Interpellant illi d- diskussjonijet fuq dan il-proġett għadhom mhux magħluqa.", "SAN ĠILJAN - TRIQ SANTU WISTIN", "9283.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 9050, li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika u li issa ġiet riferuta lilu, u cioe' jista' jara li jinxtegħlu r-red bollards li hemm quddiem ir-restaurant Nero fi Triq Santu Wistin, San Ġiljan?", "Jista' jara wkoll li jinxtegħlu d-dwal li jinsabu fl-istess triq u li jara li jitwaħħlu litter bins f'dik l-area anke għaliex hija area turistika?", "ONOR.", "TONIO BORG: Bħalma jaf l-Onor.", "Interpellant, il-kunsilli lokali huma korpi statutorji ta' gvern lokali b'personalita' legali distinta u għalhekk nissuġġerilu jirriferi l-mistoqsija tiegħu lill-kunsill lokali konċernat.", "WSC/ENEMALTA – KONT", "9285.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika: Jista' il-Ministru jara jekk hemmx xi żbalji fil-kont tad-dawl u l-ilma li qed jintbagħat separatament?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari tingħata f'xi seduta oħra.", "PULIZIJA - CID - VETTURI", "9287.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 9028, jista' il-Viċi Prim Ministru jikkonferma li minkejja li hemm 15-il vettura assenjati espressament mas-CID xorta waħda l-ispetturi qegħdin jinqdew bi tliet vetturi biss?", "ONOR.", "TONIO BORG: Kif diġa' għedt fit-tweġiba preċedenti dwar is- suġġett, kull spettur stazzjonat fis-C.I.D. għandu vettura għad- dispożizzjoni tiegħu sabiex ikun jista' jaqdi d-doveri tiegħu.", "EU - PLAYERS BARRANIN", "9290.", "L-ONOR.", "ROBERT ARRIGO staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin: Jista' il-Ministru jgħid jekk hux minnu li l-Kummissjoni Ewropea qed tħares lejn Malta fid-dawl tal-ksur ta' regolamenti mill-MFA għal dak li jirrigwarda players barranin?", "X'passi se jieħu l-gvern biex niġu konfomi ma' l-EU?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Il-ministeru ma rċieva l-ebda komunikazzjoni dwar dan.", "KUNSILL NAZZJONALI TA' L-ISPORT - PLAYERS BARRANIN", "9292.", "L-ONOR.", "ROBERT ARRIGO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: Jista' il-Ministru jinformana x'passi ħa l-kunsill nazzjonali ta' l-isport inkwantu players barranin li ma jitħallewx jaħdmu u jilagħbu hawn Malta bi ksur tad-drittijiet umani u d-dritt għax-xogħol, bħalma tgħid l-istess Unjoni Ewropea?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li l-kunsill Malti għall-isports qed jivverifika l-pożizzjoni uffiċjali fir-rigward ta' sportivi barranin li jixtiequ jaħdmu Malta.", "ĦAL FAR - TRAFFIKU", "9293.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 9072 u cioe' jara li ssir xi ħaġa fl-entratura li tagħti lejn iz-zona industrijali ta' Ħal Far u r-race track peress li qed ikun hemm konfużjoni ta' traffiku li jista' ikollha konsegwenzi koroh?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Iz-zona li qed jirriferi għaliha l-Onor.", "Interpellant mhux kollha taqa' taħt ir-responsabbilta' tal-Malta industrial parks.", "Dik li ser tifforma parti mill-entratura ser tagħmel parti minn programm ġenerali ta' upgrading taz-zona industrijali ta' Ħal Far.", "Dwar il-kumplament taz-zona nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel il- mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "ENEMALTA - HEDGING AGREEMENT", "9294.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika: B'riferenza għal mistoqsijiet parlamentari 8635 u 9073 jista' il-Ministru jgħid kemm ilu li twaqqaf il- hedging agreement li kellha l-korporazzjoni Enemalta?", "Meta sar?", "B'kemm kien jinxtara ż-żejt meta kellna dan il-ftehim u kemm inxtara - b'kull bidla li seħħet fil-prezz u d-data - minn meta twaqqaf sal-lum?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-Enemalta kellha żewġ hedging agreements.", "Għal perjodu ta' bejn Frar1998 u Diċembru 1998 Enemalta għamlet hedging agreement għal dawn il-prodotti:", "Prodott Prezz Gas Oil USD 142.50 Jet USD 154.50 Fuel Oil 3.5% USD 70.00", "Meta skada dan l-agreement Enemalta għamlet ieħor għall-perjodu bejn Jannar 1999 u Diċembru 1999 għal dawn il-prodotti: Prodott Prezz Gas oil USD 126.00 Fuel Oil 3.5% USD 66.50 Gasoline USD 160.00 Gasoline unleaded USD 155.00", "Wara li f'Dicembru 1999 skada dan l-hedging agreement dan ma ġiex imġedded u l-Enemalta ma daħlitx fi ftehim ieħor.", "Min dakinhar l-Enemalta ġeneralment xtrat il-prodotti fuq average tax-xahar ta' qabel ma jkun se jinxtara l-prodott.", "Dawn il prezzijiet ikunu maħruga mill-Platts.", "Il-prezzijiet fis-swieq internazzjonali jvarjaw kuljum, għaldaqstant huwa impossibbli li tingħata l-informazzjonji kif intalbet.", "Mill-1999 l-Enemalta ma użatx il-hedging biex tixtri ż-żejt bil-quddiem, pero' użat hedging instruments f'żewġ okkażjonijiet f'dak li għandu x'jaqsam ma' żejt.", "Qabel il- gwerra tal-Gulf fis-sena 2003 l-Enemalta xtrat option għal perjodu qasir biex tipproteġi kontra ż-żieda fil-prezz.", "Riċentement għamlet użu minn hedging instrument biex tiggarantixxi qligħ fuq xirja partikolari ta' jet aviation fuel li l-Enemalta tinnegozja u tbigħ bi prezzijiet internazzjonali.", "Barra minn hekk sar użu ta' hedging instrument fuq il foreign currency loan li għandha l-Enemalta.", "Dawn jinkludu quanto cross currency swap, plain vanilla fixed rate swap u digital interst rate swap.", "ĦAL FAR - DAWL FIT-TOROQ", "9295.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 9074 u cioe' jara li jkun stallat dawl fit-toroq ta' madwar iz-zona industirjali ta' Ħal Far, b'mod partikolari ħdejn il- fabbrika Forshea Dowty?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jien informat li dawn ix-xogħlijiet se jifformaw parti mill-istess proġett li rriferejt għalih fit-tweġiba għal mistoqsija parlamentari 9293.", "MOSTA - TRIQ L-AURORA", "9296.", "L-ONOR.", "ROBERT ARRIGO staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Jista' il-Ministru jinformana jekk Triq l-Awrora, li ilha biex issir, hux se tkun inkluża f'xi pjan ta' ħidma?", "F'każ affermattiv, meta hu maħsub li jsir ix-xogħol, kemm se jiġi jiswa lill-gvern u kemm idum sejjer ix-xogħol?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "SAN ĠILJAN - TRIQ SAN ĠORĠ", "9297.", "L-ONOR.", "ROBERT ARRIGO staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Jista' il-Ministru jinformana jekk Triq San Gorg f'San Giljan hux se ssir fil-futur qarib?", "Jekk fl-affermattiv, meta u kemm se tiġi tiswa lill- gvern?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "GĦAWDEX - GWARDJANI LOKALI - ĊITAZZJONIJIET", "9298.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ħarġu ċitazzjonijiet il-gwardjani lokali li għandhom x'jaqsmu ma' l-ambjent f'Għawdex din is-sena?", "Kemm minnhom ittellgħu l-qorti?", "X'multi weħlu?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi l-informazzjoni mitluba mill- Onor. Interpellant għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "GĦAWDEX - KUNSILLI LOKALI - ĊITAZZJONIJIET", "9301.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm persuni bl- indirizz tagħhom f'Malta ngħataw ċitazzjoni f'Għawdex mill-gwardjani u mill- kunsilli lokali din is-sena?", "Kemm minnhom ittellgħu l-qorti u kemm kienet il-multa li weħlu din is-sena?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi l-informazzjoni mitluba mill- Onor. Interpellant għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "SIGURTA' SOĊJALI - KAŻ DWAR RELIEF", "9305.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tal-Familja u tas- Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tara li jitmexxa l-każ ta' familja - dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - li applikat għar-relief għax m'għandha l-ebda dħul ieħor u tinsab fi tbatija finanzjarja?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Ninsab informata li l-persuna indikata mill- Onor. Interpellant ġiet informata bil-miktub dwar il-każ tagħha mid- dipartiment tas-sigurta' soċjali.", "MARSA - TQASSIM TA' ĦALIB", "9306.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 9032 u cioe' jara li jitwassal il-ħalib, kif kien jitwassal is-soltu, ġewwa Albert Town fil-Marsa?", "Jista' jara għaliex dan mhux qed isir?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "GOZO CHANNEL - VAT", "9307.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika: Jista' il-Ministru jikkonferma illi se tibda titħallas il-VAT fuq il-vetturi u l-cargo li jaqsmu mal-Gozo Channel?", "Jekk dan huwa minnu, kemm se tkun ir-rata ta' VAT?", "Tista' tgħid jekk din il-VAT hijiex se titħallas mill-commuters jew jekk hijiex se tiġi assorbita u mħallsa mill-istess kumpannija kif suppost se jsir fil-każ tat- tickets tal-passiġġieri?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi l-mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "PROĠETTI TA' ENERĠIJA ALTERNATTIVA", "9309.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 9084, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent u li issa ġiet riferuta lilu, u cioe' jista' jgħid jekk hemmx proġetti ta' enerġija alternattiva environmental friendly fil-ħsieb tal-gvern?", "Jista' jgħid fiex jikkonsistu?", "Meta hu maħsub li jibdew?", "Kemm hu maħsub li jiswew u kemm huma l-fondi ġejjin mill-Unjoni Ewropea f'dan ir-rigward?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Jien informat li l-awtorita' ta' Malta dwar ir- riżorsi qiegħda tfassal strateġija u proċeduri sabiex tirregola dan l- investiment b'mod trasparenti, ekwu u xieraq.", "L-istrateġija tkopri b'mod integrat elementi differenti, fosthom aspetti lokali, ambjentali, legali, regolatorji, ekonomiċi, fiskali u amministrattivi.", "LINJI TA' L-AJRU BARRANIN", "9310.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni: B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 9082, li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika u li issa ġiet riferuta lilu, jista' il- Ministru jgħid kemm hemm linji ta' l-ajru barranin li joperaw lejn u minn Malta?", "Jista' jgħid jekk hemmx linji ta' l-ajru ġodda li talbu permess li joperaw lejn u minn Malta?", "Jekk fl-affermattiv, liema huma?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li hemm 46 linja ta' l-ajru barranin li joperaw lejn u minn Malta.", "S'issa hemm linja waħda ta' l-ajru ġdida li talbet permess biex topera lejn u minn Malta għas-sajf 2005 u din hija Hello Ltd.", "DIGITAL TERRESTRIAL TRIALS - LIĊENZJI", "9326.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid jekk min diġa' għandu liċenzja valida u għandu frekwenza mogħtija lilu anke għal dal li jikkonċerna digital terrestrial trials, hux obbligat jerġa' japplika skond il-call for applications li ħarġet f'Novembru 2004?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li min diġa' għandu awtorizzazzjoni u ġie allokat frekwenza għal skop ta' trasmissjoni tad-digital terrestrial television fuq bażi ta' testing mhux obbligat jerġa' japplika skond il-call for applications li ħarġet fit-23 ta' Novembru 2004.", "PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA - IMPJEGATI BIL-KUNTRATT", "9327.", "L-ONOR.", "MICHAEL ASCIAK staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Billi hemm xi tmien persuni jaħdmu ma' l-uffiċċju tal-President tar-Repubblika li għadhom bil-kuntratt sena sena, jista' il-Prim Ministru jgħid jekk dawn jistgħux jaħdmu b'kuntratt definittiv u permanenti?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab informat illi l-ingaġġ ta' ħaddiema bħala staff domestiku ma' l-uffiċċju tal-President isir fuq bażi ta' kuntratt definit.", "M'huwiex il-ħsieb illi jsir xi tibdil fil-kundizzjonijiet tal-ħaddiema fl- uffiċċju tal-President kif illum qegħdin provduti fil-ftehim ma' l-union li tirrappreżenta lil dawn il-ħaddiema.", "ART GĦAL SKOPIJIET RIKREATTIVI", "9328.", "L-ONOR.", "FRANCO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: Fid-dawl tal-konċessjonijiet li ngħataw min-naħa tal- gvern għal skopijiet rikreattivi, bħal sports u scouts, peress li min talab l-art spjega għalxiex iridha, jista' il-Ministru jgħid jekk hux qed jagħmel impact assessment?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li kull għaqda li titlob li tingħata t- titolu legali ta' art biex tiġi żviluppata minnha tiġi mitluba mill-kunsill Malti għall-isport biex tibgħat dettalji tal-proġett propost, inkluż l- istam tal-periti u pjanti, feasibility study fuq kif ser jiġu l-finanzi tal- proġett; u approvazzoni tal-MEPA fuq il-proġett.", "SAN ĠILJAN - QTUGĦ TA' SIĠAR TAL-ĦARRUB", "9332.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk saritx investigazzjoni dwar min qaċċat numru ta' siġar tal-ħarrub li kienu jinsabu fi Triq Ta' Ġiorni, San Ġiljan, bejn wieħed u ieħor biswit fejn qiegħed isir il-proġett ta' ġnien mill-kunsill lokali?", "Min kien inqabad?", "Eventwalment ittieħdu passi kontra min wettaq dan l-att?", "ONOR.", "TONIO BORG: Il-kunsill informana li ma qaċċat l-ebda siġra tal- ħarrub fi Triq ta' Ġiorni, San Ġiljan u m'għandu l-ebda indikazzjoni jekk seta' sar dan.", "Iżda rriferejt il-każ lill-pulizija.", "PERSUNI BOARDED-OUT", "9333.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Familja u tas- Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid kemm ġew nies boarded-out sena b'sena mill-1998 sal-lum?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għall-ewwel parti tat-tweġiba li tajt għal mistoqsija parlamentari 7150 f'seduta 185.", "Ninsab informata li n-numru ta' talbiet ġodda milqugħa fis-snin indikati għall-pensjoni għall-invalidita' imħallsa taħt l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali hu kif jidher fit-tabella li tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra iktar kmieni fis-seduta.", "GĦAWDEX – PERSUNI BOARDED-OUT", "9334.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' il- Ministru tgħid kemm ġew Għawdxin boarded-out sena b'sena mill-1998 sal- lum?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: L-informazzjoni għadha qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "OPM - KIRI TA' KAROZZI", "9335.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm intnefqu flus fuq kiri ta' karozzi mill-impjegati fis-segretarjat privat tiegħu bejn Jannar u Ottubru 2004?", "Min huma l-impjegati intitolati għal karozza tal-kiri fl-istess segretarjat privat?", "Kemm hu n-numru ta' karozzi mikrija għall-membri tas- segretarjat privat tiegħu?", "Minn fejn inkrew u b'liema rata?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Il-guidelines dwar l-ingaġġ ta' impjegati fis- segretarjati tal-ministri, liema guidelines għandhom l-approvazzjoni tal- kabinett, jipprovdu wkoll għal min f'dawn is-segretarjati huwa intitolat għall-użu ta' karozza uffiċjali li f'ċertu ċirkostanzi tista' ukoll tkun karozza tal-kiri.", "Dawn l-uffiċjali huma l-kap tas-segretarjat, is- segretarju privat tal-ministru u l-assistent segretarju privat tal- ministru.", "Dawn jistgħu jagħżlu li jieħdu transport allowance minflok ma jiġu provduti b'karozza.", "Is-segretarjati tal-ministri huma wkoll intitolati għall-numru ta' karozzi, li f'ċerti każi jkunu mikrija, għall-użu ġenerali (mhux personali) tal- messaġġiera fis-segretarjat.", "Bħalissa hemm żewġ karozzi mikrija li qed jintużaw fis-segretarjat tiegħi.", "L-informazzjoni dwar minn fejn u b'liema rati dawn qed jinkrew tinsab fit- tabella li tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra iktar kmieni fis-seduta.", "L-ammont totali minfuq fuq kiri ta' karozzi bejn Jannar u Ottubru 2004 fis- segretarjat tiegħi jammonta għal Lm2,447.89.", "ĠUSTIZZJA U INTERN - KAROZZI TAL-KIRI", "9336.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm intnefqu flus fuq kiri ta' karozzi mill-impjegati fis-segretarjat privat tiegħu bejn Jannar u Ottubru 2004?", "Min huma l-impjegati intitolati għal karozza tal- kiri fl-istess segretarjat privat?", "Kemm hu n-numru ta' karozzi mikrija għall-membri tas-segretarjat privat tiegħu?", "Minn fejn inkrew u b'liema rata?", "ONOR.", "TONIO BORG: Il-guidelines dwar l-ingaġġ ta' impjegati fis- segretarjati tal-ministri, liema guidelines għandhom l-approvazzjoni tal- kabinett, jipprovdu wkoll għal min f'dawn is-segretarjati huwa intitolat għall-użu ta' karozza uffiċjali li f'ċerti ċirkostanzi tista' ukoll tkun karozza tal-kiri.", "Dawn l-uffiċjali huma l-kap tas-segretarjat, is- segretarjat privat tal-ministru u l-assistant segretarju privat tal- ministru.", "Dawn jistgħu jagħżlu li jieħdu transport allowance minflok ma jiġu provduti b'karozza.", "Is-segretarjati tal-ministri huma wkoll intitolati għal numru ta' karozzi li f'ċerti każi jistgħu jkunu mikrija għall-użu ġenerali (mhux personali) tal-messaġġiera fis-segretarjat.", "Bħalissa hemm seba' karozzi mikrija li qed jintużaw fis-segretarjat tiegħi.", "L-informazzjoni dwar minn fejn u b'liema rati qed jinkrew tinsab fil-lista annessa.", "L-ammont totali minfuq fuq kiri ta' korozzi bejn Jannar u Ottubru 2004 fis- segretarjat tiegħi jammonta għal Lm17,140.58.", "AFFARIJIET BARRANIN - KAROZZI TAL-KIRI", "9337.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin: Jista' il-Ministru jgħid kemm intnefqu flus fuq kiri ta' karozzi mill- impjegati fis-segretarjat privat tiegħu bejn Jannar u Ottubru 2004?", "Min huma l-impjegati intitolati għal karozza tal-kiri fl-istess segretarjat privat?", "Kemm hu n-numru ta' karozzi mikrija għall-membri tas-segretarjat privat tiegħu?", "Minn fejn inkrew dawn il-karozzi u b'liema rata?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Il-guidelines dwar l-ingaġġ ta' impjegati fis- segretarjati tal-ministri, liema guidelines għandhom l-approvazzjoni tal- kabinett, jipprovdu wkoll għal min f'dawn is-segretarjati huwa intitolat għall-użu ta' karozza uffiċjali li f'ċerti ċirkostanzi tista' ukoll tkun karozza tal-kiri.", "Dawn l-uffiċjali huma l-kap tas-segretarjat, is- segretarju/a privat tal-ministru u l-assistent segretarju/a privat tal- ministru.", "Dawn jistgħu jagħżlu li jieħdu transport allowance minflok ma jiġu provduti b'karozza.", "Is-segretarjati tal-ministri huma wkoll intitolati għal numru ta' karozzi li f'ċerti każi jistgħu jkunu mikrija għall-użu ġenerali (mhux personali) tal-messaġġiera fis-segretarjat.", "Bħalissa m'hemmx karozzi mikrija li qed jintużaw fis-segretarjat tiegħi.", "L-ammont totali minfuq fuq kiri ta' karozzi bejn Jannar u Ottubru 2004 jammonta għal Lm697.25 u dawn intnefqu fil-perjodu bejn Jannar u Marzu 2004.", "DIPARTIMENT TAD-DRENAĠĠ - ĦAŻ-ŻEBBUĠ", "9351.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika: Jista' il-Ministru jieħu l- passi kollha meħtieġa biex drainage manhole li tinsab f'kamra magħluqa taħt it-taraġ tal-komun fi Blk E, Entrance C, Triq il-Poeta Nazzjonali, Ħal Mula, Ħaż-Żebbuġ titneħħa peress li din hija ta' inkonvenjent għas-saħħa u l-iġjene tar-residenti fl-istess block?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jien informat li l-manhole li hemm taħt Blk E ser tingħalaq b'mod permanenti.", "Hemm ħsieb ukoll li ssir manhole u shaft ġdid fuq il-mina tad-drenaġġ eżistenti u li jkunu barra l-blokk.", "SLIEMA - KONT TAD-DAWL U L-ILMA", "9352.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika: Jista' il-Ministru jgħid fuq liema kalkolu nħadem il-kont tad-dawl u ilma li jappartjeni l-fond Windwards, No. 181, Flat 5, Tower Road, Sliema, peress li nħareġ kont astronomiku fuq aġġustament għall-perjodu ta' ħames snin?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jien informat li peress illi meta saret il-verifika ta' l-istatement of account imqabbel mad-dettalji tal-post imsemmi fil- mistoqsija parlamentari ma rriżultax kont astronomiku, nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex iforni lill-Kamra bl-account number ħalli l-KSI tkun tista terġa' tiċċekkja.", "Ngħarraf ukoll lill-Onor.", "Interpellant li l-klijent innifsu jista' jagħmel użu mill-customer care service ta' l-istess KSI.", "GĦAWDEX - XEWKIJA - SUPPLY TA' L-ILMA", "9355.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika: Peress li r-residenti ta' Triq il-Mitħna, Xewkija, Għawdex għandhom problemi fis-supply ta' l-ilma, tant li l-ilma qed ikun kollu sadid, jista' il-Ministru jara li dan l- inkonvenjent jiġi indirizzat u jsiru x-xogħlijiet meħtieġa għall- benefiċċju tar-residenti ta' dik it-triq?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jien informat li fid-dawl ta' din il-mistoqsija l- korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma bdiet tinvestiga dan l-ilment fuq il-kwalita' tal-provvista ta' l-ilma f'din it-triq u anke fl-inħawi tagħha dan sabiex jekk jirriżulta li hemm ilma b'kontenut għoli ta' sadid kontinwu jittieħdu l-miżuri li hemm bżonn biex dan l-inkonvenjent jispiċċa.", "Billi riċentement il-korporazzjoni ma kellhiex ilmenti bħal dawk li ssemmew fil-mistoqsija, ikun aħjar jekk l-Onor Interpellant tgħaddili l-indirizzz tal-postijiet milquta sabiex il-KSI tkun tista' tivverifika jekk il- problema hijiex waħda ġenerali jew partikolari.", "WIED IL-GĦAJN - TOROQ", "9356.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Jista' il-Ministru ġentilment jikkonferma li beħsiebu jagħti priorita' lil numru ta' toroq ġodda li għadhom ma sarux f'Wied il-Għajn?", "Jista' ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra lista ta' toroq li se jsiru mill-gvern f'Wied il-Għajn?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "PROĠETTI FILANTROPIĊI", "9357.", "L-ONOR.", "FRANCO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid mill-1987 sal-ġurnata tal- lum kemm ingħataw siti, mibnija u artijiet, biex jiġu żviluppati għal proġetti filantropiċi, bħal sport centres, scouts, boat and sailing clubs u clubs oħra?", "Kemm minnhom ġew effettivament imwettqin?", "Qabel ma ngħataw il-gvern ra li l-partijiet kellhom finanzi biex il-proġetti jseħħu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nissuġġerixxi li l-Onor.", "Kollega jirriferi din il- mistoqsija lil sieħbi l-ministru responsabbli mill-ġustizzja u intern, li taħtu jaqgħu s-siti msemmija fil-mistoqsija.", "PEMBROKE - TRIQ SAN PATRIZJU", "9358.", "L-ONOR.", "FRANCO GALEA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk it-triq li tinsab fid-daħla ta' San Patrizju f'Pembroke hijiex issir mill-gvern ċentrali?", "Jekk le, ġiet approvata mill-ADT?", "ONOR.", "TONIO BORG: Bħalma jaf l-Onor.", "Interpellant, il-kunsilli lokali huma korpi statutorji ta' gvern lokali b'personalita' legali distinta u għalhekk nissuġġerilu jirriferi l-mistoqsija tiegħu lill-kunsill lokali konċernat.", "PSL - ĦADDIEMA", "9359.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika: Jista' il-Ministru jgħid meta l-ħaddiema ta' l-IPSL jiġu mibgħuta jaħdmu ma' xi dipartiment ieħor tal-gvern il-kundizzjonijiet li kellhom, bħal paga kollha, overtime bir-rata ta' siegħa u nofs u l-leave kollu, jibqgħux l-istess bħal dawk li kellhom qabel ma ġew ingaġġati mal-kumpannija l-ġdida ta' l-IPSL?", "Min hu responsabbli li jħallas il-paga kollha, overtime bir-rata ta' siegħa siegħa u nofs u l-leave kollu lill-ħaddiema, l-IPSL jew id-dipartiment li miegħu l-ħaddiema jkunu mislufin?", "Jista' jgħid ukoll jekk il-grad tal-ħaddiema ta' l-IPSL jibqax sostnut għall-finijiet ta' kundizzjonijiet u paga eċċ., meta jiġu trasferiti f'dipartimenti tal-gvern?", "X'se jsir minn dawk li kienu fil-middle management u huma trasferiti f'dipartimenti tal-gvern?", "Dawn jonqsu mill-grad?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari tingħata f'xi seduta oħra.", "ĦAŻ-ŻEBBUĠ - SQAQ IL-QENĊ", "9360.", "L-ONOR.", "DAVID AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Jista' il-Ministru jgħid jekk jistax isir xi patching u tiswijiet oħra fi Sqaq il-Qenċ, f'Ħaż-Żebbuġ, Malta?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "UNIVERSITA' IL-QADIMA - SALA TAL-LIBRERIJA", "9361.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: Jikkunsidra l-Ministru li s-sala tal- librerija ta' l-universita' l-qadima, illi tkun għal ħafna żmien mhux attivata, tintuża għal-lectures ta' l-istudenti ta' l-universita' tat-terza eta' u b'hekk ikun qed jintwera rispett ġenwin u pożittiv lejn dawn l- anzjani peress li fejn qed jattendu llum m'hu xejn adatt biex jinħoloq ambjent tabilħaqq tajjeb?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nassigura l-Onor.", "Membru li napprezza tassew il-fatt li fakkritni fl-imħabba ġenwina u rispett għall-anzjani meta flimkien ma' Profs.", "John Rizzo Naudi, allura l-ewwel segretarju parlamentari għall- anzjani u jien, allura ministru għall-politika soċjali, waqqafna l- universita' tat-tielet eta'.", "Fraħna tassew meta l-attendenza żdiedet tant li l-faċilitajiet attwali ma baqgħux aktar biżżejjed tajba għal din il-ħidma fejjieda.", "Il-ministeru ilu issa jikkunsidra sit alternattiv għal din l-universita' jew faċilitajiet aħjar.", "KOTTONERA - CHILDCARE CENTRE", "9375.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru tal-Familja u tas- Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid kemm tfal għamlu użu miċ- childcare centre ta' l-Aċċess fil-Kottonera, ġimgħa b'ġimgħa bejn Jannar u Novembru 2004?", "Tista' tgħid kemm kien in-numru ta' impjegati li jaħdmu fiċ-childcare centre ta' l-Aċċess fil-Kottonera, ġimgħa b'ġimgħa bejn Jannar u Novembru 2004?", "Tista' tgħid kemm kienet in-nefqa li saret biex tmexxa ċ-childcare centre ta' l-Aċċess fil-Kottonera xahar b'xahar bejn Jannar u Novembru 2004?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Ninsab informata li t-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellanti hu kif jidher fit-tabella li tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra iktar kmieni fis-seduta.", "SERVIZZ PUBBLIKU - EŻAMI TA' PRINCIPALS/CLERKS", "9376.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm mill-persuni li għaddew mill- eżami ta' principals u clerks mas-servizz pubbliku ġew ingaġġati u kemm għad baqa' biex jiġu ngaġġati?", "Sa meta jibqa' validu r-riżultat ta' l- eżami?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab informat li mill-eżami ta' principal għaddew 87 kandidat li minnhom ġew ingaġġati 50.", "Kien hemm ħames kandidati oħra li ma setgħux jaċċettaw l-ingaġġ għal diversi raġunijiet.", "L-eżami jibqa' validu sal-21 ta' Diċembru 2004.", "Dwar ir-reklutaġġ ta' skrivani mas-servizz pubbliku nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 7751.", "SERVIZZ PUBBLIKU - ĦADDIEMA", "9377.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid x'kien in-numru ta' nies jaħdmu ma' aġenziji u awtoritajiet fis-settur pubbliku għas-snin 2000, 2001, 2002, 2003 u 2004 s'issa?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar u tingħata tweġiba f'xi seduta oħra.", "SERVIZZ PUBBLIKU - INTRODUZZJONI TAT-TELEWORKING", "9378.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid xi pjani għandu biex jiddaħħal it- teleworking fis-settur pubbliku?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab informat li s-sistema tat-teleworking ġiet implimentata mill-MITTS fejn ġimgħa ta' 40 siegħa titqassam fuq 24 siegħa mid-dar u 16-il siegħa fl-uffiċċju.", "Hemm ħsieb li s-sistema tat-teleworking tiddaħħal fid-dipartimenti tal-gvern, iżda dan għadu fi stadju preliminari.", "CCF - TAQSIMA TA' L-EDUKAZZJONI", "9379.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jispjega kif fit-taqsima ta' l-edukazzjoni tal-faċilita' korrettiva ta' Kordin qegħdin isibu problemi biex ikollhom printer għall-uffiċċju tagħhom filwaqt li fl- uffiċċju ta' l-uffiċjal - dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament - inxtara tv set?", "Jista' jgħid għal liema esiġenzi tas-servizz inxtara dan it-tv set?", "Kemm ġie jiswa?", "Jista' ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra rendikont tad-diversi esiġenzi tas-servizz kompjuti f'dan l-uffiċċju permezz ta' dan it-tv set?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi dan il-printer ġarrab ħsara li tammonta għall-Lm80.", "Ġie deċiż li s-sena d-dieħla jinxtara printer ġdid għal din it-taqsima.", "Sadanittant l-amministratur ingħata l-faċilita' li juża printer f'diversi uffiċini.", "Fir-rigward tat-TV set li jinsab fl-uffiċċju ta' l-uffiċjal imsemmi, ninsab informat li dan ilu hemm għal dawn l-aħħar tmien snin, u ċioe' qabel ma daħal dan l-uffiċjal f'dan l-uffiċċju.", "Li ġara huwa li l-control room kellhom bżonn screen akbar u għalhekk it-TV set li kien hemm fl-uffiċċju amministrattiv inbidel ma' wieħed iżgħar mill-control room.", "Dan is-set jiġi wżat biex jiġu ċċekkjati CD's, CDR's u video tapes li jinġiebu lill-priġunieri.", "Minbarra dan jintuża wkoll mas-sistema ta' sigurta' CCF - TAQSIMA TA' L-EDUKAZZJONI", "9380.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'sar minnhom it- tliet monitors u video recorders li kienu ngħataw lit-taqsima ta' l- edukazzjoni fil-faċilita' korretiva ta' Kordin fl-1997?", "Jekk dawn ġew maħsuba biex jaqdu esiġenzi oħra fil-faċilita' korrettiva ta' Kordin, ma jaħsibx li dawn għandhom jiġu sostitwiti b'apparat ieħor f'din it-taqsima?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi l-oġġetti msemmija mill-Onor.", "Interpellant ma kenux qegħdin jintużaw fis-sezzjoni edukattiva, għaldaqstant ingħataw għal użu mill-priġunieri fid-diviżjonijiet.", "Tħalla sett wieħed fl-iskola.", "Qatt f'dawn l-aħħar snin il-codinator ta' l-iskola ma talab biex jiżdied dan l-apparat.", "CCF - TAQSIMA TA' L-EDUKAZZJONI", "9381.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jispjega għaliex fit- taqsima ta' l-edukazzjoni tal-faċilita' korrettiva ta' Kordin is-servizz tat-telefon dam 12-il ġurnata biex jissewwa u dan b'periklu kbir għall- għalliema li jkunu weħidhom mar-residenti?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi l-ħsara ġiet rapportata lill- uffiċjal responsabbli ħamest ijiem wara li seħħet.", "Din ġiet imsewwija l- għada.", "Jumejn wara reġgħet ġrat l-istess ħsara li ġiet imsewwija dakinhar stess.", "Tajjeb wieħed jgħid li fiż-żewġ okkażjonijiet kienet ħsara ta' vandaliżmu (tqaċċiet tal-wire mit-terminal).", "CCF - GĦALLIEMA", "9382.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'passi ttieħdu fil- konfront ta' dawk l-uffiċjali tal-faċilita' korrettiva ta' Kordin li deliberament qaflu għalliema f'kamra mar-residenti u sofriet minn xokk kbir minħabba l-inċident?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi l-amministrazzjoni tal-ħabs qatt ma rċeviet xi rapport, kemm uffiċjali jew le, fuq dak li hemm allegat fil- mistoqsija.", "CCF - GĦALLIEMA", "9383.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid għaliex għalliema fit-taqsima ta' l-edukazzjoni fil-faċilita' korrettiva ta' Kordin ilhom ma jitħallsu erba' xhur għas-servizzi tagħhom?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi fit-12 ta' Ottubru 2004 il- payment vouchers intbagħtu t-teżor sabiex isir il-ħlas dovut.", "WIED IL-GĦASEL - GĦAR", "9384.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 9256, jista' il-Ministru jgħid fiex irriżultaw l-investigazzjonijiet tas-Sovrintendenza?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li l-investigazzjonijiet li saru u għadhom qed isiru mis-sovrintendenza tal-patrimonju kulturali għadhom ma taw l-ebda eżitu pożittiv, u dan ukoll wara li ntalbet l- għajnuna tal-MEPA u tal-kunsill tal-Mosta.", "Mill-ġdid nerġa' nitlob lill-Onor Interpellant li jekk għandu xi tagħrif iktar preċiż napprezza jekk jgħaddih lis-sovrintendenza jew lill-ministeru.", "GĦAWDEX - PRODUZZJONI TAL-LAĦAM TAL-MAJJAL/ĊANGA", "9387.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' il- Ministru tgħid kemm kienet il-produzzjoni u l-qatla tal-majjal u ċ-ċanga fil-gżira ta' Għawdex matul din is-sena?", "Tista' tagħti l-istess informazzjoni għal dawn l-aħħar tliet snin separatament?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Jien informata li l-produzzjoni tal-majjal u taċ- ċanga f'Għawdex matul din is-sena u għal dawn l-aħħar tliet snin, sena b'sena, kienet kif murija hawn taħt:", "| | Majjal| | | | |Ċanga | | |Rjus |Piż |Rjus |Piz | |2004 |4456 |357,422 |1045 |260,408| | | |kg | |kg | |2003 |6313 |476,946 |984 |240,294| | | |kg | |kg | |2002 |6649 |553,930 |1006 |245,140| | | |kg | |kg | |2001 |6203 |515,440k|1189 |283,260| | | |g | |kg |", "GĦAWDEX - FABBRIKA TA' L-MDP", "9388.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: B'riferenza għall-investiment tal-gvern fl-MDP, tista' il-Ministru tinformana bl- iżviluppi li se jsiru fil-fabbrika ta' l-MDP f'Għawdex?", "Tikkonferma l-Ministru li l-impjiegi tal-ħaddiema Għawdxin fis-sezzjoni ta' l-MDP f'Għawdex mhux se jintilfu?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel il- mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "SAJJJIEDA GĦAWDXIN", "9390.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' il- Ministru tinformana kemm kienet il-qabda ta' ħut mis-sajjieda Għawdxin matul dawn l-aħħar għaxar xhur?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Jien informata li l-qabda tal-ħut mis-sajjieda Għawdxin li għaddiet mill-pixkerija matul dawn l-aħħar għaxar xhur tammonta għal 146,285kg.", "QRATI - REATI KONNESSI MAD-DROGA", "9391.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm persuni ġew imressqa dwar reati in konnessjoni mad-droga matul is-snin 2003 u 2004, kull xahar separatament, u jgħid l-eta' u s-sess tagħhom?", "Jista' jgħid kemm minnhom instabu ħatja u kemm minnhom ġew ordnati mill-qorti jsegwu programm?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellanti hu kif jidher fit-tabelli li qed inpoġġi fuq il-mejda tal- Kamra.", "Informat ukoll illi ma tinżammx statistika dwar l-aħħar parti tal- mistoqsija.", "L-informazzjoni dwar Għawdex għadha qed tinġabar.", "QRATI - REATI", "9392.", "L-ONOR.", "JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kienu l- persuni taħt it-30 sena li tressqu l-qorti f'dawn l-aħħar sentejn?", "In oltre jista' jgħid ukoll kemm minnhom ġew kundannati u jgħid ir-reati x'kienu u jindika n-numru ta' persuni u l-etajiet rispettivi?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellanti għall-ewwel parti tal-mistoqsija hu kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.", "Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija ninsab informat illi ma tinżammx statistika tat-tagħrif hekk kif mitlub.", "L-informazzjoni dwar Għawdex għadha qed tinġabar.", "ETC - ĦADDIEMA GĦAWDXIN", "9394.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' ħaddiema Għawdxin li jaħdmu f'Għawdex mas-settur pubbliku u mas-settur privat?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li fl-aħħar ta' Ġunju 2004 kien hemm 5,213 residenti Għawdxin jaħdmu full-time jew part-time ma' ditti privati Għawdxin u 27 residenti Għawdxin jaħdmu ma' kunsilli lokali f'Għawdex.", "Informat ukoll li kien hemm 947 residenti Għawdxin jaħdmu full-time jew part-time ma' ditti privati Maltin u 634 residenti Għawdxin jaħdmu ma' korporazzjonijiet/entitajiet pubbliċi Maltin.", "M'aħniex informati jekk il- lokalita' tal-post tax-xogħol tagħhom huwiex f'Għawdex jew f'Malta.", "Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant biex jirriferi l-mistoqsija rigward ħaddiema mas-settur pubbliku lill-ministru responsabbli mis- servizz pubbliku.", "STUDENTI", "9397.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 9127 u cioe' jagħti statistika, raħal b'raħal, ta' l-istudenti ġodda li daħlu l-universita', il-junior college u l-MCAST f'Ottubru 2004?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-mejda tal- Kamra.", "TKABBIR EKONOMIKU TA' GĦAWDEX", "9399.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 9141 u cioe' jgħid kemm kien it-tkabbir ekonomiku għal Għawdex fis-snin 2000 u 2003?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: F'dan l-istadju jista' jingħata biss it-tkabbir ekonomiku ta' Għawdex fis-snin 2000 u 2001, li f'termini nominali kien ta' 3.5 u 2.7 fil-mija rispettivament.", "Hu mistenni li t-tagħrif għas-sena 2002 ikun pubblikat fl-aħħar ta' Diċembru 2004.", "Għal raġunijiet metodoloġiċi mhux mistenni li jkun pubblikat it-tagħrif relattiv għall-2003 qabel Diċembru 2005."]} {"filename": "20050601_275d_par.doc", "date": "2005-06-01", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Uffiċjali u Rivedut) L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 275 L-Erbgħa, 1 ta' Ġunju, 2005 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 L-GĦAXAR PARLAMENT Seduta Nru. 275 L-Erbgħa, 1 ta' Ġunju, 2005", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.02 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "275", "L-Erbgħa, 1 ta' Ġunju, 2005", "WERREJ", "MINUTI 709", "INFORMAZZJONI 709", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 709", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-VJOLENZA DOMESTIKA (IT-TIENI QARI)", "DOMESTIC VIOLENCE BILL (SECOND READING) 717", "AĠĠORNAMENT 737", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 742", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 274 li saret fil-31 ta' Mejju, 2005 ġew konfermati.", "INFORMAZZJONI", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): Ninforma lill-Kamra li skond Artiklu 10 ta' Att Nru. VIII ta' l-1997, is-Sedja rċeviet ir-rapport tat-Tribunal għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji għas-sitt xhur bejn it-2 ta' Diċembru, 2004 u l-1 ta' Ġunju, 2005.", "Kopja tar-rapport qed titqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "MINISTRI U SEGRETARJI PARLAMENTARI – UŻU TAT-TIENI KAROZZA", "11926.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hu d-dħul annwali, inkluż bonuses u allowances tal-prim ministru, ta' kull ministru fil-kabinett u ta' kull segretarju parlamentari?", "Minbarra dan id-dħul, il-prim ministru, il- ministri u s-segretarju parlamentari huma intitolati għalL-faċilita' ta' karozza jew aktar?", "Jekk iva, għal kemm-il karozza huma Intitolati?", "F'kull każ, kemm kienet l-ispiża annwali għal kull karozza, għall- provvediment u l-manutenzjoni tagħha fis-sena 2004?", "Il-prim ministru, il- ministri u s-segretarju parlamentari huma intitolati għal xufier jew aktar?", "Jekk iva, kemm-il wieħed?", "Fil-preżent min huma x-xufiera tal-prim ministru, ta' kull ministru u ta' kull segretarju parlamentari?", "Fuq liema bażi kuntrattwali huma mpjegati?", "Kemm għandhom salarju, bonuses u allowances kull wieħed?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura) (f'isem il- Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi): Wara t-tweġibiet li ngħataw fis- seduti tat-18 ta' April, 2005 u l-10 ta' Mejju, 2005 qed nipprovdi hawn taħt il-kumplament ta' l-informazzjoni mitluba dwar l-ispiża annwali ta' provvediment u manutenzjoni fis-sena 2004 ta' karozza għall-użu privat tal- ministri u s-segretarji parlamentari:-", "|Ministeru |Provve|Manute| | |diment|nzjoni| |Uffiċċju | | | |tal-Prim |Lm |Lm | |Ministru |463 |480 | |Segretarju | | | |Parlamentari | | | |Finanzi | | | |Segretarju |243 |- | |Parlamentari | | | |Ġustizzja u | | | |Intern |477 |448 | |Ministru |3,747*|- | |Segretarju |* | | |Parlamentari | | | |Edukazzjoni, | | | |Żgħażagħ u |314 |270 | |Xogħol | | | |Ministru | | | |Turiżmu u | | | |Kultura |101 |157 | |Ministru | | | |Kompetittività| | | |u |2,308*|187 | |Komunikazzjoni|* |-* | |Ministru |-* | | |Segretarju | | | |Parlamentari | | | |Riżorsi u | | | |Infrastruttura|-* |-* | |Ministru | | | |Ministeru għal| | | |Għawdex |-* |-* | |Ministru | | | |Saħħa, Anzjani| | | |u Kura | | | |fil-Komunità |1,108 |1,370 | |Ministru |-* |-* | |Segretarju | | | |Parlamentari | | | |Investiment, | | | |Industrija u | | | |Teknoloġija |3,225*|74 | |ta' |* | | |l-Informazzjon| | | |i | | | |Ministru | | | |Affarijiet | | | |Rurali u |2,521*|- | |Ambjent |* |- | |Ministru |3,448*| | |Segretarju |* | | |Parlamentari | | | |Żvilupp Urban | | | |u Toroq |2,590*| | |Ministru |* |- | |Familja u | | | |Solidarjetà |3,732*|- | |Soċjali |* | | |Ministru | | | |Affarijiet | | | |Barranin |903 |583 | |Ministru | | |", "*Ma jsirx użu mill-faċilità għat-tieni karozza **Jinkludi wkoll l-ispiża tal-kiri tal-karozza", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, minn din it-tabella joħroġ li fil-każ tas- segretarju parlamentari fil-ministeru tal-ġustizzja u intern hemm spiża ta' Lm3,747 li tinkludi l-kirja ta' karozza.", "Jista' il-Ministru jispjega jekk l-Onor.", "Mifsud Bonnici għandux karozza oħra barra l-ewwel karozza?", "Fil-każ li għandu żewġ karozzi, x'inhi r-raġuni li għandu wkoll karozza mikrija?", "Nista' inkun naf min jużaha l-karozza li għandu mikrija?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, milli qed nifhem kull ministru u segretarju parlamentari għandu dritt li jkollu karozza għall-użu privat tiegħu.", "Fil-każ tal-ministeru tal-ġustizzja u intern, dik id-double asterisk li hemm fit-tabella tindika li hemm inkluż l-ispiża għall-kiri ta' karozza u allura għandi nifhem li l-Onor.", "Mifsud Bonnici għandu karozza mikrija.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Allura għandu żewġ karozzi għall-użu tiegħu plus karozza mikrija?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, naħseb li t-tabella hija ċara biżżejjed.", "Fejn hemm double asterisk dak jindika li qed isir użu minn karozza mikrija.", "Fil-fatt l-Onor.", "Mifsud Bonnici hawn preżenti qed jikkonferma li l-karozza li juża bħala second car hija mikrija.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mela dan ifisser li fil-ministeru hemm karozza tal-kiri u oħra normali.", "Nista' inkun naf min hu intitolat li juża l-karozza tal- kiri tas-segretarju parlamentari fil-ministeru tal-ġustizzja u intern?", "Il- familjari tiegħu u n-nies tal-ministeru jistgħu jużawha?", "Kif telgħet daqshekk l-ispiża?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: L-Onor.", "Mifsud Bonnici qed jgħidli li din il-karozza jużaha għalih personali u xejn aktar.", "Rigward iċ-ċifra li qed jirriferi għaliha l-Onor.", "Interpellant, dik tinkludi l-provvediment tal-karozza plus l-ispiża tal-kirja.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jiġifieri din iċ-ċifra tkopri l-ispiża tal-kirja u l- fuel?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Le, hawnhekk m'hawnx inkluż l-ispiża tal-fuel.", "Id- double asterisk tinkludi l-ispiża tal-kirja tal-karozza.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Allura jista' ikolli breakdown ta' l-ispiża ta' Lm3,747?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Hawnhekk għandek ċifra għall-provvediment għall- manutenzjoni ġenerali u l-kirja tal-karozza.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Imma jista' ikollna breakdown ta' l-ispiża?", "Forsi l- Onor. Mifsud Bonnici ma jsibx diffikulta' li jqum u jirrispondi hu u jagħti l-informazzjoni mitluba, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI (Segretarju Parlamentari): Jiddispjaċini imma m'iniex f'pożizzjoni ngħid xi tkopri l-ispiża, pero' qed nara li l- ministri l-oħrajn li għandhom karozza tal-kiri qegħdin fl-istess akkwati.", "Sinċerament ma nafx jekk din iċ-ċifra tinkludix l-ispiża tal-fuel, pero' jidher ċar li tirriferi għall-karozza tal-kiri li nuża jien.", "Ma nafx x'informazzjoni aktar nista' nagħti lill-Onor.", "Interpellant, Sur President.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sur President, jien kont nippretendi li s-Segretarju Parlamentari jgħidilna kemm hi l-ispiża tal-ħsarat, l-ispiża ta' l- insurance, l-ispiża tal-fuel, eċċ. Isib xi diffikulta' biex jagħtina din it-tip ta' informazzjoni?", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Mr Speaker, jien nista' nifhem li l-Onor.", "Mizzi qed jieħu pjaċir jagħmilli dawn id-domandi, pero' japprezza li din id- domanda saret lill-prim ministru u jien ma ġejtx armat b'din l- informazzjoni.", "Kif ikolli l-informazzjoni nkun nista' ngħaddihielu.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, jiena hawnhekk ma niġix biex nieħu pjaċir imma niġi biex nagħmel xogħli u ħadd ma jista' jinsinwa li jien qisni niġi hawnhekk biex niżżufjetta.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, naħseb li m'hemmx għalfejn nieħdu l- affarijiet sat-tarf għax qed nara l-informazzjoni sħiħa ġo envelope li għadni kemm ilmaħt.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Ikompli l-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: F'dan l-envelope hawn kitba li tgħid li ċ-ċifra indikata għat-tieni karozza wżata mill-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici tinkludi l-fuel.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Allura ma tinkludix spejjeż ta' insurance u affarijiet oħra?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, il-karozza bin-number plate FDK093 li juża sieħbi l-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici ġiet tiswa Lm3,747 li Lm292 minnhom marru għall-fuel.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mela fil-ministeru hemm żewġ karozzi, dik uffiċjali u oħra mikrija, hux hekk?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Kull ministru, jekk irid, għandu a second car barra l- karozza uffiċjali u hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq is-second car ta' l- Onor. Carmelo Mifsud Bonnici.", "Din il-karozza hija mikrija għas-somma ta' Lm3,455 u fil-perijodu indikat intefqet is-somma ta' Lm291.97 fuq fuel.", "Naħseb li tali informazzjoni għandha tissodisfa lill-Onor.", "Mizzi, Sur President.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Kollox sew, dik hija l-ispiża fuq is-second car.", "Issa li rrid inkun naf hu li jekk għandu żewġ karozzi, jgħidli kemm hi l-ispiża fuq iż-żewġ karozzi u, jekk għandu karozza waħda, jgħidli emm hi l-ispiża fuq karozza waħda.", "(Interruzzjonijiet) Għax jekk mill-informazzjoni li ngħatajt joħroġ li l-ispiża tinkludi l-kiri ta' karozza waħda u l-fuel għaliha, allura nista' neħodha li l-karozza uffiċjali timxi bl-ilma!", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Il-karozza uffiċjali hi proprjeta' tal-gvern, imbagħad għandek is-second car li kull ministru jew segretarju parlamentari hu intitolat li jkollu.", "Fil-każ ta' l-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici, is- second car hija mikrija u l-ispiża tal-fuel titla' għal Lm291.97.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Fir-risposta li ngħatajna hemm miktub li fejn fit- tabella hemm żewġ asteriks, hemm inkluż l-ispiża tal-kirja tal-karozza.", "Issa jiena ngħatajt ad intendere li dawk l-ispejjeż huma fuq il-karozza tal- kiri biss, għalkemm ma naħsibx li dan huwa l-każ u għalhekk nerġa' nistaqsi jekk din l-ispiża hijiex fuq iż-żewġ karozzi jew le.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ejja nieħdu l-karozza ta' ministru ieħor li wkoll għandu a second car.", "Il-provvediment għaliha huwa ta' Lm314 – f'dan il-każ din m'hijiex mikrija imma hija karozza tal-gvern - u l-manutenzjoni hija ta' Lm270.", "Naħseb li t-tweġiba hija ċara, Sur President.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: M'hi ċara xejn għax ma nafx jekk l-ispiża hijiex għall- karozza tal-kiri jew għaż- żewġ karozzi.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: L-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici għandu karozza uffiċjali li hija proprjeta' tal-gvern u għandu a second car li hija mikrija.", "Bejn kirja u fuel l-ispiża tiġi kif semmejtlu, Sur President.", "COMPARATIVE RETURN OF EXPENDITURE", "12058.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA (f'isem l-Onor.", "Franco Galea) staqsa lill- Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: B'riferenza għall-comparative return of expenditure għall-ewwel xahrejn tas-sena, tista' il-Ministru tispjega kif fl-2004 l-ispiża fuq social security benefits kienet Lm31,736,056 u din is-sena telgħet għal Lm40,558,450?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT (Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq) (f'isem il- Ministru għall-Familja u Solidarjeta` Soċjali): Ninsab informat li ż-żieda fl-ispiża bejn l-ewwel xahrejn tas-sena l-oħra u dawk ta' din is-sena fil- ħlas ta' benefiċċji u pensjonijiet taħt l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali, tirriżulta mill-fatt li f'Jannar ta' din is-sena kien hemm pagament iżjed ta' pensjonijiet għall-irtirar u ta' għajnuna soċjali.", "Iż-żieda fl-ispiża rriżultat ukoll kemm miż-żieda fir-rati ta' benefiċċji u pensjonijiet biex tirrifletti ż-żidiet għall-għoli tal-ħajja kif ukoll miż- żieda ta' numru ta' pensjonanti.", "ROTTA 59", "12415.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA (f'isem l-Onor.", "Michael Asciak) staqsa lill- Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jindaga jekk rotta 59 tistax tgħaddi minn Triq il-Pijunieri fi triqtha lura lejn il- Belt?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ninsab informat li fil-preżent il-vetturi fuq din ir-rotta jidħlu mill-Qawra u joħorġu minn Triq il-Pijunieri, San Pawl il-Baħar.", "Jekk din ir-rotta tinbidel u l-vetturi jidħlu u joħorġu minn Triq il-Pijunieri, in-numru ta' passiġġieri mistenni li jonqos.", "Bħalissa hemm ukoll talba mingħand il-kunsill lokali ta' San Pawl il-Baħar biex il-karozzi tal-linja jaqdu aħjar il-lokal billi l-vetturi fuq din ir- rotta jidħlu mill-Qawra u wara li jaslu l-venda, jerġgħu joħorġu mill-Qawra u b'hekk jinqdew ukoll ir-residenti tal-housing estate.", "L-awtorità dwar it-trasport bħalissa qiegħda taħdem fuq dan il-binarju biex tkun tista' sservi aħjar lill-komunita'.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Carmelo Abela, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li l- venda taż-Żejtun tmur x'imkien ieħor?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: M'iniex konxju li hemm il-ħsieb li tinbidel l- venda fiż-Żejtun u lanqas ma jien konxju li saret xi talba f'dan is-sens.", "ŻWEĠIJIET", "12401.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm saru żweġijiet fl-ewwel erba' xhur tas-sena?", "Kemm minnhom kienu żweġijiet ċivili?", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI (f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern): Ninsab informat li fl-ewwel erba' xhur ta' din is- sena saru 417-il żwieġ f'Malta li 125 minnhom kienu ċivili.", "Fl-istess perijodu f'Għawdex kellna 19-il żwieġ li erba' minnhom kienu ċivili.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Abela, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Jista' is-Segretarju Parlamentari jgħid jekk kienx hemm żieda fl-ammont ta' żweġijiet ċivili meta mqabbel mas-sena l-oħra?", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Jiddispjaċini imma m'għandix din l- informazzjoni, Sur President.", "ŻWEĠIJIET", "12402.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm mit-total taż- żweġijiet li saru fl-ewwel erba' xhur ta'din is-sena kienu bejn Maltin u barranin?", "Kemm saru żweġijiet ċivili biss fejn il-koppja kienu t-tnejn Maltin?", "U kemm fejn wieħed jew waħda mill-koppja kien jew kienet barranija?", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI (f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern): Ninsab informat li mit-total ta' 417-il żwieġ li saru fl-ewwel erba' xhur ta' din is-sena, 74 kienu żweġijiet bejn Maltin ma' barranin, 19 kienu żweġijiet ċivili fejn il-koppja kienu t-tnejn Maltin u 60 kienu żweġijiet ċivili fejn wieħed jew waħda mill-koppja kien jew kienet barranija.", "Informat ukoll illi mit-total ta' 19-il żwieġ li saru f'Għawdex fl-istess perijodu kien hemm żewġ żweġijiet ċivili bejn Maltin ma' barranin u żewġ żweġijiet ċivili fejn il-koppja kienu t-tnejn Maltin.", "MONUMENTI U SITI STORIĊI", "12403.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jelenka dawk il-monumenti u siti storiċi li kienu l-mira ta' vandali f'dawn l-aħħar 12-il xahar?", "Kemm kienet tammonta l-ħsara f'kull każ?", "Tressqu xi nies il-qorti?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT (f'isem il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura): Ninsab informat li f'dawn l-aħħar 12-il xahar kien hemm tliet każi ta' atti vandali fuq siti jew monumenti storiċi, kif ġej:", "*Ħsara f'Marzu 2005 lis-salib magħruf bħala \"Rajt ma Rajtx, Smajt ma Smajtx\" li jinsab f'Birkirkara.", "Is-salib li kien għadu kif ġie restawrat inkisrulu partijiet mill-iskultura tiegħu, bil-ħsara tammonta għall-aktar minn Lm500.", "*Att vandalu fuq il-Bieb tal-Bombi aktar kmieni dan ix-xahar, fejn intefgħet taħlita ta' żejt fuq dan il-monument arkitettoniku.", "F'dan il-każ ukoll, il-monument kien għadu kif ġie restawrat.", "It-tindif ta' din il-ħsara ġie jiswa Lm775.", "*Fil-15 ta' Settembru 2004 twaqqat biċċa mill-ħajt tas-sejjieħ fis-sit tas- Silġ u nħarqet il-kamra ta' għassies.", "It-tiswijiet għal dawn il-ħsarat ġew jiswew anqas minn Lm200.", "Rigward in-nies li tressqu l-qorti, nitlob lill-Onor interpellant jagħmel din il-parti tal-mistoqsija lill-ministru konċernat.", "LIFT FL-ISKOLA PRIMARJA TA' BORMLA", "12475.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid meta tlesta l-lift fl-iskola primarja ta' Bormla?", "Kemm ġie jiswa u meta tħallas?", "Min hu l-kuntrattur li għamel dan ix-xogħol?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għall-Kompetittivita` u Komunikazzjoni) (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi): Informat li l- lift li qiegħed jirriferi għalih l-Onor.", "Membru għadu ma ġiex istallat.", "It- tender għal-dan il-lift (FTS 81/110-02) intrebaħ minn Panta Marketing Ltd għall-prezz ta' Lm8,009 u s'issa, wara li sar id-delivery ta' dan il-lift, tħallset is-somma ta' Lm5,606.30.", "L-FTS kienet qiegħda f'negozjati ma' Kalaxlokk Co. Ltd biex jinbena x-shaft għal dan il-lift iżda, wara diversi skambji mad-dipartiment tal-kuntratti, li min-naħa tagħhom ma setgħux jaċċettaw ir-rati li kienu qegħdin jiġu proposti mill-Kalaxlokk, ġie deċiż li jinħareġ tender għall-bini ta' dan il- lift shaft.", "Fil-fatt dan it-tender intrebaħ u x-xogħol fuq dan il-lift shaft mistenni jibda fil-ġimgħat li ġejjin.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Abela, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Jiġifieri qed nifhem tajjeb li dan il-lift inxtara u tħallas tliet kwarti minnu xi tliet snin ilu meta x-shaft għadu ma sarx?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Ma naħsibx li tista' tieħu at face value dak li hawn miktub hawnhekk.", "Nifhem x'inti qed tgħid, pero' trid tara wkoll kemm ħadet it-tender biex ġiet evalwata u naturalment sakemm ħarġet il- letter of acceptance.", "SKOLA PRIMARJA TAL-BIRGU", "12477.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid jekk l-iskola primarja tal- Birgu hux se tingħalaq jew le?", "Kemm hi l-popolazzjoni ta' l-istudenti?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi): Qatt ma kien hemm l-ebda ħsieb li tagħlaq l-iskola primarja tal- Birgu.", "Il-popolazzjoni attwali ta' l-istudenti fl-iskola primarja tal-Birgu hija kif ġej:", "| |Bnie|Subie|Total| | |t |n | | |Kinderga| 14| 20| 34 | |rten | | | | |Primarja| 53| 60|113 |", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Abela, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Ladarba l-Ministru qed jgħid li dan m'huwiex minnu, allura għandi nifhem li l-iskola se tibqa' topera matul is-sena skolastika li ġejja?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, l-ewwel parti tar-risposta tgħid li qatt ma kien hemm il-ħsieb li l-iskola primarja tal-Birgu tagħlaq, pero' nixtieq inżid kumment personali.", "Meta għandek skola bħal din li min jaf x'tinkorpora bl-amministrazzjoni b'kollox u meta t-total ta' tfal li jattendu l-iskola huwa biss ta' 147, ta' min jara x'inhu s-sens li jkollok skola bħal din.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru. 174 ta' l-2005 - Regolamenti ta' l-2005 dwar drittijiet għall-Irmiġġ.", "F'isem il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi nqiegħed fuq il-mejda tal- Kamra:", "Avviż Legali Nru. 176 ta' l-2005 - Regolamenti ta' l-2005 dwar l- Emenda tat-Tieni Skeda li tinsab ma' l-Att kontra Money Laundering.", "F'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi nqiegħed fuq il- mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru. 159 ta' l-2005 - Regolamenti ta' l-2005 biex jemendaw ir-Regolamenti tal-Kors għall-grad ta' Master of Arts – M.A.;", "Avviż Legali Nru. 160 ta' l-2005 - Ordinamenti ta' l-2005 skond ir- Regolamenti Ġenerali għar-Rikonoxximenti Universitarji sa l-Ewwel Grad, 2004 għad-Diploma in Criminology taħt il-patroċinju ta' l- Istitut ta' l-Istudji Forensiċi;", "Avviż Legali Nru. 161 ta' l-2005 - Ordinamenti ta' l-2005 għall- għażla ta' l-Applikanti għad-dħul fil-kors preparatorju għad-Diploma in Health Science skond l-Ordinamenti ta' l-2005 għad-Diploma in Health Science – Dip.", "Health Science – taħt il-patroċinju ta' l- Institute of Health Care;", "Avviż Legali Nru. 162 ta' l-2005 - Regolamenti ta' l-2005 biex jemendaw ir-Regolamenti ta' l-2004 għall-Għażla ta' l-Applikanti għad- Dħul fil-Kors għall-Grad ta' Bachelor of Dental Surgery – B.Ch.D.;", "Avviż Legali Nru. 163 ta' l-2005 - Ordinamenti ta' l-2005 biex jemendaw l-Ordinamenti għall-Grad ta' Bachelor of Science (Business and Computing) – B.Sc.", "(Bus. & Comp.) – taħt il-patroċinju tal- Fakulta' ta' l-Ekonomija, Management u Accountancy;", "Avviż Legali Nru. 164 ta' l-2005 - Regolamenti ta' l-2005 biex jemendaw ir-Regolamenti ta' l-1997 dwar il-Kors għall-Grad ta' Doctor of Laws – LL.D.;", "Avviż Legali Nru. 165 ta' l-2005 - Ordinamenti ta' l-2005 skond ir- Regolamenti Ġenerali għar-Rikonoxximenti Universitarji sa l-Ewwel Grad, 2004 għad-Diploma in Management Studies taħt il-patroċinju tal- Fakulta' ta' l-Ekonomija, Management u Accountancy;", "Avviż Legali Nru. 166 ta' l-2005 - Ordinamenti ta' l-2005 skond ir- Regolamenti Ġenerali għar-Rikonoxximenti Universitarji sa l-Ewwel Grad ta' l-2004 għad-Diploma in Political Studies taħt il-patroċinju tal- Fakulta' ta' l-Ekonomija, Management u Accountancy;", "Avviż Legali Nru. 167 ta' l-2005 - Ordinamenti ta' l-2005 skond ir- Regolamenti Ġenerali għar-Rikonoxximenti Universitarji sa l-Ewwel Grad, 2004 għall-Grad ta' Bachelor of Arts (Honours) – B.A. (Hons) – in Social Policy or in Social Work taħt il-patroċinju tal-Fakulta' ta' l-Ekonomija, Management u Accountancy;", "Avviż Legali Nru. 168 ta' l-2005 - Ordinamenti ta' l-2005 skond ir- Regolamenti Ġenerali għar-Rikonoxximenti Universitarji sa l-Ewwel Grad, 2004 għall-Grad ta' Bachelor of Laws – LL.B. – u għad-Diploma of Legal Procurator – Dip.", "L.P. – taħt il-patroċinju tal-Fakulta` tal- Liġi;", "Avviż Legali Nru. 169 ta' l-2005 - Ordinamenti ta' l-2005 skond ir- Regolamenti Ġenerali għar-Rikonoxximenti Universitarji sa l-Ewwel Grad, 2004 għad-Diploma in Health Science – Dip.", "Health Science – taħt il-patroċinju ta' l-Institute of Health Care;", "Avviż Legali Nru. 170 ta' l-2005 - Regolamenti ta' l-2005 biex jemendaw ir-Regolamenti ta' l-1999 tal-Kors għall-Grad ta' Master of Science – M.Sc. – in Engineering;", "Avviż Legali Nru. 171 ta' l-2005 - Ordinamenti ta' l-2005 skond ir- Regolamenti Ġenerali għar-Rikonoxximenti Universitarji sa l-Ewwel Grad, 2004 għall-Grad ta' Bachelor of Arts (Honours) in Theology – B.A. (Hons) Theology – taħt il-patroċinju tal-Fakulta` tat-Teoloġija;", "Avviż Legali Nru. 172 ta' l-2005 - Ordinamenti ta' l-2005 skond ir- Regolamenti Ġenerali għar-Rikonoxximenti Universitarji sa l-Ewwel Grad, 2004 għall-Grad ta' Bachelor of Arts – B.A. – in Theology and Human Studies taħt il-patroċinju tal-Fakulta' tat-Teoloġija; u", "Avviż Legali Nru. 173 ta' l-2005 - Ordinamenti ta' l-2005 skond Regolamenti Ġenerali għar-Rikonoxximenti Universitarji sa l-Ewwel Grad, 2004 għas-Certificate in Lace Studies taħt il-patroċinju ta' l- Institute for Islands and Small States; u", "f'isem il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura nqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar riċevimenti fil-ministeru għat-turiżmu u kultura bejn l- 2004 u l-2005, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 12645.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Ninu Zammit.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar riċevimenti fil-ministeru tiegħi bejn l-2004 u l-2005, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 12641; u", "f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent inqiegħed fuq il- mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru. 175 ta' l-2005 - Model Phytosanitary Certificates Regulations, 2005.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-VJOLENZA DOMESTIKA", "DOMESTIC VIOLENCE BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri Ikompli mill-31 ta' Mejju, 2005 Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet", "MR SPEAKER: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Helena Dalli.", "ONOR.", "HELENA DALLI: Sur President, il-bieraħ smajna kif il-ministru tal- familja u s-solidarjeta' soċjali ħadet ħafna mill-white paper li kien għamel gvern Laburista fl-1998 sabiex tagħmel il-liġi fuq il-vjolenza domestika.", "Fil-fatt, dak li hemm f'din il-liġi kollu kien imniżżel fil- white paper li konna għamilna aħna, pero' bl-eċċezzjoni li tnaqqsu xi affarijiet importanti minn dak li konna għamilna aħna.", "Għaldaqstant, ikolli nistaqsi għalfejn kellna nistennew seba' snin mill-ħruġ ta' dik il-white paper sabiex nagħtu din il-protezzjoni legali tant meħtieġa lill-vittmi tal- vjolenza domestika?", "Hawnhekk qed ngħidu wkoll li l-protezzjoni mhux żdiedet, imma naqset, u minkejja dan kollu kellna nistennew seba' snin sabiex inressqu din il-liġi fil-parlament!", "Il-Ministru qaltilna li permezz ta' din il-liġi se tagħti l- aqwa protezzjoni legali possibbli lil dawk il-vittmi tal-vjolenza domestika meta fil-fatt, f'din il-liġi lanqas wasalna fejn kienet waslet il-white paper li konna ħriġna seba' snin ilu!", "Dak iż-żmien l-Onor.", "Lawrence Gonzi kien il-ministru għall-politika soċjali u fl-1999 kien ħareġ il-white paper tal-gvern Laburista għad-diskussjoni.", "Minn din il-white paper ma biddel xejn minnha u għamel dikjarazzjoni pubblika li sa Ġunju tas-sena 2000 din il-liġi kienet se tgħaddi mill-parlament Malti.", "Issa meta għamel din id-dikjarazzjoni, l-Onor.", "Gonzi kien jaf li għad m'għandniex il-qorti tal-familja!", "Dan qiegħda ngħidu għaliex il-Ministru Dolores Cristina l-bieraħ semmiet ukoll dan in-nuqqas.", "U għalkemm issa l- qorti tal-familja ilha li ġiet imwaqqfa għal dawn l-aħħar sentejn, xorta waħda domna dan iż-żmien kollu sabiex ngħaddu din il-liġi fuq il-vjolenza domestika!", "Tajjeb ngħid ukoll li gvern Nazzjonalista kaxkar saqajh ukoll fuq il-qorti tal-familja, għaliex meta gvern Laburista kien qed jaħdem fuq din il-white paper kien qiegħed jagħmel ukoll proposti fuq il-qorti tal- familja.", "Fuq dawn iż-żewġ proposti ħdimna kemm jien u kemm l-Onor.", "Gavin Gulia, u naħseb li fid-diskors tiegħu, l-Onor.", "Gulia se jitkellem aktar fit- tul fuq dan is-suġġett.", "Per eżempju, dak iż-żmien kien qiegħed isir ukoll taħriġ għall-pulizija ħalli hekk kif tgħaddi l-liġi l-pulizija jkunu ppreparati, u ma jkollniex biss liġi fuq il-karta iżda tkun tista' tiġi mplimentata wkoll.", "Pero' minħabba li ma bqajniex fil-gvern, din il-liġi ma stajniex inkomplu naħdmu fuqha.", "Min-naħa l-oħra, l-Onor.", "Lawrence Gonzi meta kien għadu ministru għall-politika soċjali, baqa' jwiegħed ta' kull sena, b'mod partikolari f'jum il-mara jew f'xi okkażjoni oħra, li din is-sena l-liġi fuq il- vjolenza domestika kienet se tgħaddi!", "Sur President, f'dak il-perjodu li qed nitkellem fuqu l-Onor.", "Dolores Cristina kienet ukoll segretarju parlamentari f'dan il-ministeru.", "Dak iż- żmien kienet tinġibed l-attenzjoni mill-entitajiet internazzjonali fuq kif aħna għad m'għandniex din il-liġi.", "Pero' aktar mill-pressjoni internazzjonali, lili u kulmin imiss ma' din il-problema, aktar jinteressawna t-tbatija u l-karba li toħroġ mill-vittmi tal-vjolenza domestika!", "Ta' spiss kienu jiġu jibkulna u jistaqsuna dwar jekk il-klassi politika kenitx qed tagħmel xi ħaġa sabiex ikollhom protezzjoni xierqa bil- liġi!", "Nafu li qed ikun hemm irrapportat medja ta' każ ġdid kuljum, pero' din m'hijiex ir-realta' għaliex ħafna każi ma jiġux irrapportati lill- awtoritajiet minħabba l-biża' li jkun hemm.", "Ħafna nisa jibżgħu li jekk kemm-il darba jirraportaw l-aggressjoni, min ikun qiegħed jaggredihom se jsir aktar vjolenti magħhom, u allura ħafna każijiet ta' swat li jsiru bejn l-erba' ħitan tad-dar lanqas biss inkunu nafu bihom!", "Fil-fatt, uħud mill- każijiet lanqas biss noħolmuhom, u meta tisma' ċerti affarijiet tibqa' skantat!", "Biex nindunaw kemm dan huwa minnu, biżżejjed nisimgħu x-xhieda li ssir f'ċerti ġurijiet li għaddejjin fil-qrati tagħna.", "Sur President, jien m'iniex qiegħda nitkellem biss fuq vjolenza bejn koppja miżżewġa, iżda anke vjolenza fil-konfront tat-tfal, l-anzjani u qraba tal- koppja.", "Dan kollu jsir bejn l-erba' ħitan tad-dar, u għalhekk ikun diffiċli wisq li nkunu nafu eżattament il-gravita' tas-sitwazzjoni.", "Issa kull każ għandu l-gravita' tiegħu, u meta tħares lejn ir-riżultati ta' l- aggressjoni fil-livelli kollha, żgur li tinkwieta ruħek u tibda tistaqsi lilek innifsek x'tista' tagħmel sabiex tagħti protezzjoni xierqa lil dawn in-nies.", "Waqt id-diskussjoni li għamlet il-bieraħ, il-Ministru Cristina qaltilna li saret taf bil-vjolenza domestika fl-1987, proprju meta daħal fil-gvern il- partit Nazzjonalista.", "Allura kien hemm għalfejn indumu 18-il sena sabiex ikollna din il-liġi?!", "Dan il-gvern ilu mill-1987 fil-poter, u l-Ministru Cristina ilha li ndunat b'din il-problema minn dak iż-żmien, pero' minkejja dan kellna ndumu dawn is-snin kollha sabiex indaħħlu din il-liġi!", "Qaltilna wkoll li meta titkellem fuq vjolenza domestika tħoss ruħha emozzjonata.", "Jien ngħid li m'hemmx dubju li tħossok emozzjonata meta tara din it-tbatija kollha fuq nies innoċenti.", "Madankollu, meta niġu sabiex infasslu l-liġi jeħtieġ li nkunu razzjonali u loġiċi u ma nimxux bl-emozzjonijiet.", "Kompliet tgħidilna li din it-triq kienet a long and winding road, iżda temmen li din il-liġi kienet importanti ħafna.", "U allura nerġa' nistaqsiha għalfejn ħalliet dan iż-żmien kollu jgħaddi sabiex iddaħħal din il-liġi?!", "Mhux hekk biss, għaliex b'dak li għandna quddiemna minflok tejjibna dak li sar seba' snin ilu, morna pass lura!", "Madankollu, xorta waħda tajt il-parir lill-grupp parlamentari ta' din in-naħa sabiex jivvota favur din il-liġi.", "Sar ftehim ma' sħabi l-kollegi parlamentari ta' din in-naħa li hekk kif inkunu fil-gvern - naturalment jekk nibqgħu l-istess nies - din il-liġi nerġgħu nressquha f'dan il-parlament ħalli nagħmluha liġi aktar b'saħħitha u li tipproteġi b'mod aktar sħiħ!", "Dan beħsiebna nagħmluh jekk kemm-il darba fl-istadju ta' kumitat ma jiġux aċċettati l-emendi li se jipproponi l- partit Laburista.", "Jekk dawn l-emendi li se jressaq il-partit Laburista jiġu aċċettati tant aħjar, ħalli ma jkunx hemm bżonn li fil-futur viċin nerġgħu nressqu din il-liġi f'din il-Kamra!", "Sur President, kienet xi ħaġa tajba min-naħa tal-Ministru Galea li waqqaf ċerti strutturi sabiex jagħtu l-għajnuna lil dawn il-vittmi, pero' xorta waħda kien hemm il-problemi fit-tħaddim tagħhom minħabba li l-liġi kienet għadha ma twaqqfitx.", "Meta jiena kont inħtart segretarju parlamentari, niftakar li kont iltqajt ma' dawk li jaħdmu f'dawn l-istrutturi.", "U l-ewwel ħaġa li kienu qalulna s-social workers kienet it-talba sabiex nagħmlulhom il-liġi ħalli b'hekk insaħħulhom idejhom!", "Din kienet l-ewwel ħaġa li qalulna.", "Qalulna li huma kienu qed jaħdmu bħala social workers, pero' m'għandhomx power in their elbows sabiex ikunu jistgħu jipproċedu.", "Per eżempju, f'din il-liġi li qed ngħaddu qed titneħħa l-kwerela, pero' dak iż- żmien kienu dejjem jgħidulna sabiex inneħħuha.", "Dan għaliex wara l-ħafna xogħol li jkunu għamlu mal-vittma, din terġa' tiġi rrikattata u allura taħfer lill-aggressur tagħha!", "B'hekk il-pulizija ma tkunx tista' tipproċedi u s-social workers ma jkunu jistgħu jagħmlu xejn aktar!", "Ikun sar ħafna ħela ta' ħin u ta' riżorsi għalxejn!", "Pero' jidher li issa l- pulizija se tkun tista' tipproteġi lill-vittmi.", "Il-bieraħ il-Ministru Cristina bdiet l-intervent tagħha billi staqsiet x'inhi l-vjolenza domestika.", "Naturalment din hija mistoqsija li tagħmel sens f'dan il-kuntest, u ma nistgħux neħduha for granted li kulħadd jaf xi tfisser u x'timplika din il-frażi.", "Madankollu, għalkemm il-ministru ġiet hawnhekk b'din il-mistoqsija naraw li fil-liġi lanqas biss jagħtu definizzjoni ta' x'inhi vjolenza domestika!", "Meta tħares lejn il-white paper li kien ħejja gvern Laburista, issib definizzjonijiet ċari ta' x'inhi din il-vjolenza.", "Il-ministru qaltilna li xtaqet tħalli l-affarijiet kemm jista' jkun sempliċi u naħseb li dak li kien qed jipproponi gvern Laburista kien aktar sempliċi għaliex kien qiegħed jagħti clear definitions ta' x'inhuma dawn l-abbużi.", "Fil-fehma tiegħi, aktar ma tħalli l-affarijiet vagi aktar se tħalli lok għall-interpretazzjonijiet!", "Allura jekk il-ministru riedet tassew tagħmilha sempliċi, kienet tagħmel l- affarijiet aktar faċli billi tagħti definizzjoni ċara u mingħajr ma tħallihom daqshekk miftuħa għall-interpretazzjoni.", "Fil-white paper li ħareġ biha gvern Laburista konna għamilna lista indikattiva ta' xi tfisser vjolenza domestika.", "Għedna li:", "\"Vjolenza domestika tfisser swat, inkluż offiżi fuq il-persuna ta' natura ħafifa iżda ripetuti...\".", "Din il-frażi hija importanti ħafna, għaliex hawnhekk fil-liġi qed nitkellmu fuq grievous bodily harm biss.", "Jiġifieri jekk inti qlajt daqqa żgħira llum, qlajt oħra l-ġurnata ta' wara u tibqa' sejjer hekk ma tammontax bħala grievous bodily harm u allura ma tkunx protett bil-liġi!", "Jiġifieri importanti li mas-swat inniżżlu l-frażi \"inkluż offiżi fuq il-persuna ta' natura ħafifa iżda ripetuti\".", "Mela kont qed ngħid:", "\"...theddid u intimidazzjoni, insegwiment...\"", "Hawnhekk qed nirreferu għall-istalking.", "Mhux dejjem jirnexxilek issib il- kelma Maltija eżatta, u personalment il-kelma \"insegwiment\" ma tantx togħġobni.", "Pero' minkejja li l-ministru daħħlet l-istalking mal- harassment, aktar 'il quddiem se nuriha kif f'liġijiet oħra tajna definition ta' x'inhu harassement, u f'din id-definizzjoni ma nsemmu mkien il-kelma stalking!", "Hawnhekk m'aħniex qed nitkellmu fuq relazzjonijiet intimi bħal fiż-żwieġ jew f'relazzjoni ta' koppja, iżda qed nitkellmu fuq harassement bejn żewġ impjegati jew bejn l-employer u l-impjegati tiegħu.", "Jiġifieri n-natura tar-relazzjoni hija differenti, u għalhekk irridu noqogħdu attenti u mhux nagħmlu bħall-ministru li serrħet rasha għaliex la semmiet il-harassment qisha nkludiet kollox!", "Fil-fatt dan m'huwiex il-każ, u aktar 'il quddiem nixtieq niċċarah iżjed dan il-punt.", "Mela kont qiegħda nagħti d-definizzjoni ta' x'inhi vjolenza domestika.", "Aħna qed ngħidu:", "\"...arrest illegali, abbuż mentali u emottiv, attentati fuq il-pudur, molestji, stupru, danni lill-proprjeta' ta' ċerta entita'...\"", "Sur President, hawnhekk qed titneħħa l-eċċezzjoni li teżisti fil-liġi u qed teskludi l-azzjoni bejn koppja miżżewġa fil-każ ta' dannu lill-proprjeta'.", "Din ukoll nixtieq niġi għaliha aktar tard.", "Fil-fehma tiegħi definizzjoni aktar ċara minn din żgur li m'hijiex dik li ġiet ippreżentata quddiemna llum għaliex ħallejniha miftuħa wisq!", "U fl-opinjoni tiegħu huwa importanti li nkunu ċari f'dawn l-affarijiet.", "Mhux talli m'aħniex qed ningħataw definizzjoni ċara, iżda talli l-ministru qaltilna li serrħet moħħha għaliex ladarba daħħlet l-abbuż verbali nkludiet kollox f'din il-liġi!", "Il-Ministru Cristina qaltilna li fil-liġi nkludiet kollox għaliex daħlet l- iċken forma ta' vjolenza domestika!", "Hawnhekk qed nintebaħ kemm il-ministru ma tafx x'inhi tgħid meta tiġi tgħidilna li l-vjolenza verbali hija l-iċken forma ta' vjolenza domestika!", "Bħallikieku vjolenza verbali m'hijiex ħażina u li xi kultant taf tkun agħar minn dik fiżika!", "Dan mhu veru xejn!", "Li kieku kellna nagħmlu skala tal-kobor tal-vjolenza, żgur li dik verbali ma tiġix fl-aħħar post!", "Hemm studji fejn juru li f'ċerti każijiet, meta l- vjolenza verbali tkun b'mod regolari u b'ċertu saħħa, taffettwa lill-vittma agħar milli kieku taqla' daqqa ta' ponn!", "Sur President, hawnhekk m'hemmx għalfejn noqogħdu nikkwotaw mill-istudji, għax għalkemm dawn huma tajbin u bihom insiru nafu aktar affarijiet, naħseb li l-akbar esperjenza niksbuha minn dak li jgħidulna l-vittmi stess.", "Fil- fatt naraw li filwaqt min ikun qed jiġi msawwat fiżikament ikollu xi ħaġa x'juri għaliex ikollu xi tbenġil jew anke ksur, min-naħa l-oħra, min ikun għaddej minn vjolenza verbali u jkun qiegħed jiġi mgħajjar sistematikament, ma jkollu xejn x'juri.", "Issa hawnhekk mhux qed ngħidu tgħajjira ta' darba, imma qed nitkellmu fuq nies li jkollhom tgħajjir sistematiku, disprezz tal- persuna u dawn l-affarijiet kollha.", "Smajna l-bieraħ stess eżempju li ġabitu l-Ministru Cristina, u qaltilna kif raġel kien jagħti lill-mara tiegħu tiekol mill-bowl tal-kelb!", "Din m'hijiex vjolenza fiżika għaliex m'intix qed tarah, imma nistgħu nimmaġinaw x'impatt psikoloġiku dan l-aġir qiegħed iħalli fuq din il-mara!", "Xi ħsara tkun qed tagħmel lis-self confidence u fuq l-integrita' tagħha meta l-partner tagħha qiegħed iġegħilha tiekol mill-bowl tal-kelb!", "Allura meta nisimgħu dan kollu nistgħu ngħidu li l-vjolenza verbali m'hijiex serja?", "M'hijiex serja meta jkollok raġel li jgħajjat lill-mara tiegħu bħalma jgħajjat lill-kelb u jagħtiha tiekol mill-bowl tal-kelb?!", "Sur President, dawn il-vjolenzi qed isiru b'mod regolari, u naturalment ta' kuljum qiegħed isir dannu psikoloġiku fuq il-vittma.", "Jiġifieri ġurnata wara l-oħra qed issir din il-vjolenza verbali, pero' hija xi ħaġa li mhux daqshekk faċli li tipprovaha.", "Din il-vjolenza m'hijiex l-istess bħal meta qed taqla' xi xebgħa, u meta tmur għand il-pulizija jarawlek it-tbenġil.", "Mhux daqshekk faċli li inti jkollok prova ta' kif ir-raġel qiegħed jagħtik tiekol mill-bowl tal-kelb u jgħajjatlek bħalma jgħajjat lill-kelb.", "Hija xi ħaġa aktar diffiċli sabiex tipprovaha milli kieku tmur b'xi black eye.", "Għaldaqstant din il-persuna tkun qiegħda taqla' ġo fiha b'mod regolari, u dan se jħalli danni psikoloġiċi.", "Jiġifieri għalija huwa insult għal dawk il-vittmi li jbatu minn din il- vjolenza verbali li f'din il-liġi tgħidilhom \"anke jekk vjolenza verbali\".", "Tfajniha hekk!", "Imbagħad bil-konferma tal-ministru li, għax taraha li hija l-inqas severa, tikkunsidraha l-inqas serja bħala vjolenza.", "Kif diġa` semmejt hemm studji li jipprovaw li dan m'huwiex minnu, u għandna esperjenzi ta' nies li jgħaddu minn din il-vjolenza verbali, u l- konsegwenzi huma koroh ħafna.", "Uħud jispiċċaw b'mard mentali meta għandek din il-persekuzzjoni għaddejja l-ħin kollu.", "U meta tibda tgħid l-istorja tagħha din il-mara jgħidu: Din miġnuna?", "Kif jista' jkun jagħtiha tiekol minn dak tal-kelb?", "Anzi, jien immur pass iktar milli marret il-ministru.", "Darba kelli każ fejn ir-raġel mhux biss kien jagħtiha tiekol mill-bowl tal- kelb u jagħtiha tiekol bħall-kelb, imma kien ipoġġihielha ma' l-art u jġegħelha toqgħod għarkobbtejha bħall-kelb tiekol b'ħalqha fil-bowl ta' l- ikel u jġiegħel lit-tfal jarawha.", "Dan każ li missejtu jien b'idejja, u again huwa każ ta' vjolenza verbali għax qed jittrattaha ta' kelb, ikellimha u jistmaha bħal kelb.", "Imma l-frustrazzjoni tikber iktar meta l- pulizija lanqas jemmnuhom u jaħsbuhom imġienen meta jgħidulhom dawn l- affarijiet!", "Jiġifieri let us not underestimate s-severita` tal-vjolenza verbali, u ejja nelenkaw id-diversi modi kif tista' ssir.", "Għalhekk ngħid li l-vjolenza domestika għandha jkollha definizzjoni ċara ħalli nevitaw li nħallu ħafna lok għall-interpretazzjoni.", "Bir-rispett kollu lejn in-nies li magħhom qalet li kkonsultat il-ministru, jiġifieri l-kummissjoni nazzjonali għall-famija, il-kummissjoni għall- ugwaljanza, il-kummissarju għat-tfal u l-coordinating team fil-ministeru tagħha, dawn huma kollha nies abbli ħafna fil-qasam tagħhom, għalkemm ma naqbilx ma' l-ideat ta' wħud minnhom, per eżempju mal-kummissarju għat- tfal.", "Se nsemmiha għax hija xi ħaġa topika li ġrat din il-ġimgħa.", "Ma naqbilx ma' l-ideat tagħha fuq koppji li ma jistgħux ikollhom tfal u l- kwestjoni ta' l-IVF, pero` hija persuna li għandha l-kwalitajiet tajbin tagħha, bħalma għandhomm in-nies li qegħdin fil-kummissjoni nazzjonali għall-familja, fil-kummissjoni għall-ugwaljanza u fil-coordinating team fil- ministeru tagħha.", "Dawn kollha huma nies abbli fil-qasam tagħhom, pero` m'humiex nies speċjalizzati u ffokati fuq dan is-settur li fuqu qegħdin nilleġiżilaw.", "Id- differenza bejn dawn in-nies u n-nies li fasslu l-white paper ta' l-1998 tal-gvern Laburista hi li dawn kienu nies li kellhom hands-on fuq din il- problema tal-vjolenza domestika, u ma kenux qegħdin jagħmlu xi ħaġa oħra.", "Jien ngħid li dawn qed jagħmlu xi ħaġa oħra b'mod tajjeb għax, kif għedt, kollha huma nies bravi, imma m'humiex speċifikament fuq dan is-settur.", "Jista' jkun li għalhekk dik il-white paper tal-gvern Labuirsta kienet iktar ċara u speċifika u iktar effettiva minn dan l-abbozz li qegħdin nitkellmu fuqu llum.", "Dawn kienu nies li qegħdin imissu l-problema b'idejhom, u kienu jaħdmu f'dan is-settur.", "Ma naħsibx li tista' ssib nies aħjar minn dawk li jħabbtu wiċċhom mal-problema f'dak is-settur għajr li tgħid lill-vittmi stess biex jagħmlu d-drafting tal-white paper.", "Sur President, kellna avukati li għandhom esperjenza ta' każi ta' vjolenza domestika, kellna tobba nisa li n-nisa kienu jħossuhom iktar komdi jmorru għandhom wara li jkunu sofrew vjolenza mill-partners tagħhom.", "Per eżempju, mill-aspett ta' grievous bodily harm kienet tabiba li taħdem fuqhom li kienet ġibdet l-attenzjoni fuq din il-kwestjoni.", "Kellna social workers li jaħdmu f'dan is-settur, kellna psikologi u nies li jmexxu djar ta' kenn għal dawn il-vittmi, kif ikoll il-pulizija, għax is-sehem tal-pulizija huwa importanti ħafna.", "Kif għedt qabel, konna diġa` bdejna t-training courses biex ikunu preparati għal meta toħroġ il-liġi, għax l-ewwel m'huma se jmissu magħha huma l-pulizija.", "Nerġa' ngħid, dik hi d-differenza.", "Filwaqt li n-nies li kkonsultat magħhom il-ministru huma kollha nies li qed jagħtu kontribut fil-qasam tagħhom, min fassal il-white paper tal-gvern Laburista kellu hands-on fuq din il- problema.", "Pero` nistaqsi wkoll fejn ġiet ikkonsultata s-soċjeta` ċivili.", "Għalfejn ma ġewx ikkonsultati l-NGOs?", "Dan il-gvern hekk ifisser b'konsultazzjoni, li jisma' l-veduti tal-kummissjonijiet imwaqqfin minnu stess?", "Għax dawn l-erba' kummissjonijiet li semmiet il-ministru - jien qed nieħu l-kelma tagħha dwar ma' min ikkonsultat - huma kollha kummissjonijiet tal-gvern.", "Lejn min huma accountable dawn il-kummissjonijeit?", "X'kien l- input tagħhom?", "X'ġie aċċettat jew x'ġie riġettat minnhom?", "Dawn huma kollha affarijiet li tajjeb li nkunu nafuhom.", "Sur President, nerġa' ngħid li meta tisma' ċerti affarijiet, bħal meta qalet li se ssemmi l-każ ta' vjolenza verbali bħala l-inqas vjolenza severa fid-definizzjoni, tinduna li ma kienx hemm l-input ta' min qiegħed hands-on fuq il-problema.", "L-istess meta l-liġi qed tgħid li l-istalking huwa covered mill-harassment.", "Il-ministru qaltilna li l-harassment huwa all encompassing, u allura ma tħossha li ħalliet xejn barra.", "Il-fatt li qalet li m'hi qed tħoss li ħalliet xejn barra juri li f'moħħha hemm il-ħsieb li jista' jkun ħalliet xi ħaġa barra, għax kieku kienet tgħid li għandna nkluż il-harassment u tieqaf hemm.", "Imma hi kompliet tgħid li ma semmietx l- istalking għax huwa covered mill-harassment.", "Qisha kienet apologetic minn qabel.", "U nifhem għaliex; għax naħseb taf li hemm distinzjoni bejn stalking u harassment, u ma nistgħux neħduha for granted li harassment tinkorpora stalking.", "Jien naħseb li hi konxja minn dan, għax taf x'inhi d- definizzjoni ta' harassment fil-liġijiet l-oħrajn li għandna.", "Fil-fatt, fil-Gender Equality Act u fl-Employment Act għandna definizzjoni ta' harassment.", "Allura f'din il-liġi għalfejn m'għandniex definizzjoni ta' harassment?", "Apparti li m'għandniex definizzjoni ta' harassment f'din il- liġi, l-istalking ma jissemmiex fiż-żewġ liġijiet l-oħra.", "Pero` anke li kieku kien jissemma l-istalking f'dawn iż-żewġ liġijiet, f'din il-liġi qed nitkellmu fuq relazzjoni intima, jiġifieri hawnhekk we are talking about a different kettle of fish.", "Qegħdin nitkellmu fuq relazzjoni bejn koppja, bejn iben u ommu, bejn missier u t-tfal tiegħu jew, kif smajna din il- ġimgħa, bejn raġel u oħt il-mara.", "Qegħdin nitkellmu fuq każijiet ta' din l- intimita`.", "Jiġifieri li kieku kien inkluż l-istalking fid-definizzjoni ta' harassment fiż-żewġ liġijiet l-oħra, kieku xorta konna nħossu l-bżonn li nerġgħu ndaħħluh hawnhekk.", "Ma nistgħux inserrħu moħħna li hemm id-definizzjoni ta' harassment f'żewġ liġijiet oħrajn għaliex, apparti li l-istalking mhuwiex inkluż fid- definizzjoni, hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq relazzjoni ta' tip totalment differenti.", "L-Employment Act tittratta relazzjoni bejn żewġ employees, jew bejn employer u l-employees tiegħu fuq il-post tax-xogħol, filwaqt li hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq relazzjonijiet intimi.", "Jiġifieri importanti li ndaħħlu l-istalking, u li nagħmlu definizzjoni tal-harassment.", "Ma neħdux kollox for granted u nħallu l-affarijiet miftuħin għall- interpretazzjoni.", "Nafu xi problema hu l-istalking għal ħafna vittmi ta' dawn iċ-ċirkostanzi, u jeħtieġ li dan jissemma b'ismu.", "Il-ministru tkellmet fuq il-kummissjoni li se titwaqqaf b'din il-liġi, u qagħdet tgħidilna t-terms of reference tagħha biex turina kemm il- kummissjoni se tagħmel affarijiet.", "Dawn il-kummissjonijiet kollha jkollhom it-terms of reference.", "Ma nafx għalfejn semmiet ir-rapport, għax parti mix- xogħol tal-kummissjoni huwa li tagħmel ir-rapport, mela le!", "Imma mill- istudju li sar mill-awditur u mil-liġi li għaddejna l-bieraħ f'dan il- parlament, nafu wkoll kemm jiswew dawn ir-rapporti, kemm fi flus u kemm bħala valur tagħhom biex nużawhom.", "Anke l-awditur ġenerali qal li daħlet il-mentalita` li għax għamilna r-rapport, qiesna solvejna l-problema jew għax waqqafna kumitat solvejna l-problema.", "Il-funzjonijiet kollha li l-ministru semmiet li se jkollha din il- kummissjoni diġa` jsiru mill-aġenzija Appoġġ.", "U t-twaqqif ta' din il- kummissjoni jistona ħafna meta sal-bieraħ stess konna qegħdin ngħidu kif se nirregolaw u kif se nipprovaw ngħaddu mingħajr dawn il-kummissjonijiet li spiċċaw il-malaise ta' dan il-pajjiż, ifaqqsu kull ħames minuti u għaddej kollox fihom.", "Issa mhux se nerġgħu niftħu dak il-kapitlu.", "B'dak li lleġiżla din il-ġimgħa naħseb li l-gvern induna li dan il-pajjiż ma jistax ikun li jibqa' sejjer hekk, kulħadd iwaqqaf il-kummissjonijiet.", "Pero` the next day ġejna f'dan il-parlament, u se nerġgħu nwaqqfu kummissjoni oħra meta x-xogħol li se tagħmel din il-kummissjoni diġa` jsir mill-aġenzija Appoġġ.", "Minn din il-liġi ma joħroġx ċar jekk din il-kummissjoni hijiex se tkun aġenzija ġdida jew inkella hux se tingħata legal identity lill-aġenzija Appoġġ.", "Nittama li fil-winding up il-ministru tiċċaraha din.", "Il-bieraħ qalet li se jkun hemm aġenzija.", "Kif diġa` għedt, diġa` hemm aġenzija, imma I give her the benefit of the doubt u ngħid li forsi qed issemmiha għax issa se nagħtuha legal identity.", "Pero` ma kenitx ċara fuq dak li se jiġri.", "Jekk din se tkun aġenzija għall-vjolenza domestika biss - nispera li mhux se jkun hekk - nistaqsi fejn se jispiċċa l-konċett ta' one-stop shop li ilna nisimgħu bih, u li fl-opinjoni tiegħi jagħmel sens.", "Aħna nafu li min ikollu problema li jkun aggressiv, li jkun vjolenti, ħafna drabi jkun hemm problemi oħrajn.", "Mhux bilfors, imma ħafna drabi jista' jkollok problema ta' xorb żejjed, problema ta' abbuż mid-droga u allura, kif qegħdin l- affarijiet, meta inti tmur fl-aġenzija Appoġġ se ssib l-għajnuna għad- diversi problemi tiegħek.", "Jien naħseb li ma jagħmilx sens li ssir aġenzija speċifikament fuq il- vjolenza domestika.", "Iktar jagħmel sens li l-vjolenza domestika tkun korrelata ma' dawn il-problemi l-oħra li semmejt u nipprovaw insibu soluzzjoni għalihom kollha ġo post wieħed.", "Dan ikun aħjar għall-klijent u l-professionals ikunu jistgħu jaħdmu aħjar għax meta jkunu qed jittrattaw ma' bniedem fuq problema ta' xorb u aggressjoni, ikun aħjar li l-istess aġenzija tittrattah għaż-żewġ problemi għax din se jkollha l-profile tiegħu u l-informazzjoni kollha, u mhux trid toqgħod tmur minn aġenzija għall- oħra.", "Pero` ma ħariġx ċar jekk hix se tkun l-istess aġenzija.", "Jien ma naħsibx li għandna bżonn ta' kummissjoni oħra għax dan il-pajjiż għandu biżżejjed kummissjonijiet.", "Ix-xogħol li l-ministru qalet li se tagħmel din il-kummissjoni diġa` qed isir mill-aġenzija Appoġġ.", "Idealment, l-aġenzija Appoġġ għandha tkun il-one-stop shop fejn imorru l-problemi ta' vjolenza domestika.", "Jekk hemm aġenzija li qiegħda tagħti servizz ma naħsibx li għandna għalfejn inbiddluha biex nagħmlu kummissjoni.", "Tkellimna biżżejjed fuq il-problemi li jinħolqu b'dawn l-entitajiet.", "Rajna rapporti privati, mhux rapporti ta' l-oppożizzjoni, imma rapporti ta' Deloitte & Touche, per eżempju, fuq l-MTA.", "Dan jgħid li din l-awtorita` hija empire building, leadership m'hemm xejn, jagħmlu rapporti kontra rapporti lill-ministru - u aħna qatt ma narawhom - basta jiġu kkummissjonati u jintefqu l-eluf jekk mhux il-miljuni ta' liri mit-taxxi tal-poplu!", "Kellna rebus sħiħ!", "Rajna x'ġara anke fil-Foundation for Tomorrow's Schools, kulħadd iħawwad!", "Il-ministru qalet li she wants to keep it simple.", "Naħseb li to keep it simple we can do away with the commission.", "Anke li kieku ma konniex fi żmien meta għandna dawn il- problemi finanzjarji kollha, naħseb li għall-effiċjenza għandna nħallu lil din l-agenzija li diġa` qed tagħmel dawn il-funzjonijiet kollha.", "Sur President, niġu għal problema oħra importanti.", "Qegħdin naraw li qed jerġa' jitħalla l-onus fuq il-mara, minkejja li tneħħiet il-kwerela fl- ewwel stadju, u qegħdin ngħidu li mara ma tistax twaqqaf lill-pulizija milli tieħu azzjoni, milli tipproċedi.", "Aħna konna nafu li l-vittma kienet twaqqaf il-proċeduri - u din hija xi ħaġa li kienet titfa' lura lis-social workers wara li jkunu għamlu ħafna xogħol mal-vittma – peress li tkun rikattata mill-partner tagħha li huwa vjolenti, u allura l-pulizija ma kenitx tkun tista' tipproċedi.", "Iżda dan l-intopp issa qegħdin insibuh at a later stage.", "Dan huwa ħażin għax jekk qegħdin ngħidu li din hija a crime against society, allura l-vittma m'għandhiex ikollha d-dritt li twaqqaf il- proċeduri fil-qorti għax issir ħafna pressjoni biex din il-mara ċċedi.", "U dan għalfejn, biex inkunu nistgħu ngħidu li għandna familja taparsi magħquda?", "Kif nistgħu ngħidu hekk jekk din waqqfet il-proċeduri għax kienet rikattata?", "Qatt ma tista' tifhem x'jasal biex jagħmel bniedem meta jkun imbeżża'.", "Ejja ma nagħtux ċans lil dawn il-vittmi li jiddeċiedu li jwaqqfu l-proċeduri għax ikun hemm min ibeżżagħhom, wara li nkunu wasalna s'hemmhekk.", "Sta għall-prosekuzzjoni mbagħad biex tipprova l-ħtija jew le.", "Il-liġi qed tgħid li twaqqaf il-proċeduri għax tiddeċiedi li l-affarijiet mhux hekk kienu.", "Kollox sew, well and good, j'Alla!", "Imma l-prosekuzzjoni trid tipprova jekk kienx hemm vjolenza jew le, jekk kienx hemm rikatt, jekk kienx hemm dawn l-affarijiet kollha u mhux il-vittma, li tkun qisha qed tagħmilha ta' l-imħallef u tiddeċiedi li twaqqaf il-proċeduri.", "Sur President, hawnhekk li qed jiġri huwa li qed nipposponu l-maħfra tal- vittma għal meta l-każ imur fil-qorti.", "Qabel kienet taħfer lir-raġel fl- għassa tal-pulizija u mbagħad il-pulizija ma tkunx tista' tipproċedi.", "Issa neħħejna l-pressjoni minn hemm, għax jekk ir-raġel jagħmel pressjoni f'dak l-istadju, il-pulizija xorta se tipproċedi, u se nħallu din il-vittma tibqa' tkun pressata għax l-aggressur jaf li ladarba qegħdin il-qorti, il- mara tista' twaqqaf il-proċeduri.", "Jekk qegħdin ngħidu li din hija a crime against society, l-aggressur irid jirrispondi lis-soċjeta` t'għemilu jew t'għemilha.", "Allura l-pulizija għandhom imexxu, u jekk ma jkollhomx provi, imbagħad il-każ jaqa'.", "Għax meta twaqqaf il-proċeduri l-mara hemm il- periklu li din tkun qed twaqqafhom għax hija rikattata biex ma tkomplix.", "Ma naqbilx u huwa ħażin li se nerġgħu nitfgħu l-onus fuq il-vittma li twaqqaf il-proċeduri hi.", "Wara kollox, jekk il-pulizija ma jkollhiex provi biżżejjed, il-każ jaqa' awtomatikament.", "Dejjem hekk jiġri meta għandek każ għaddej il-qorti!", "Kif qegħdin ngħidu li l-mara twaqqaf il-proċeduri hi?", "Jekk ma jkunx hemm provi biżżejjed, xorta se jaqa' l-każ.", "Nafu b'ħafna każi fejn rapporti fuq vjolenza domestika ġew irtirati wara li l-vittmi ġew konvinti kontra r-rieda tagħhom jew rikattati biex jagħmlu hekk.", "Il-qorti għandha tieħu in konsiderazzjoni li l-vittma tkun ħafret, imma għandha tkompli tisma' l-każ.", "Smajna lill-ministru tgħid li huwa importanti li t-tfal jiġu mgħallma li din hija problema tas-soċjeta`.", "Bniet u subien vittimizzati jsiru nisa u rġiel aggressuri, allura dawn huma prova li this is a crime against society, u l-aggressur irid jirrispondi lis-soċjeta`.", "Ovvjament, jista' jkun hemm każi ġenwini fejn ikun hemm misunderstanding, u l-mara taħfirlu u l-maġistrat jieħu konjizzjoni ta' dan kollu.", "Pero` fil-każi l-oħrajn, fejn din qed tkun mhedda, li qegħdin nagħmlu huwa li qed nagħtu iktar żmien lill- aggressur biex jintimida u biex jirrikatta.", "Dan ikun ħela ta' riżorsi għax biex tkun wasalt s'hemmhekk, għandek il-pulizija li qed jagħmlu l- prosekuzzjoni, hemm l-avukati, il-maġistrati u l-ħin tal-qorti.", "Dawn kollha riżorsi mobilizzati biex imbagħad tgħidilhom li se twaqqaf kollox għax tkun imbeżżgħa!", "Nerġa' ngħid li jekk aħna qegħdin ngħidu - u l-ministru qalitha kemm-il darba l-bieraħ - li l-vjolenza domestika hija crime against society, l- aggressur irid iwieġeb lis-soċjeta` għal dak li għamel.", "Jekk ma jkunx hekk, il-pulizija mhux se jkollha provi biżżejjed xi tressaq biex tgħid li dan veru aggressor, u l-liġi tieħu l-kors tagħha.", "Imma m'għandniex inpoġġu dan il-piż kollu fuq din il-mara.", "Ir-raġel ikun jaf li hi tista' twaqqaf il-proċeduri at this stage u jheddidha biex twaqqaf kollox, u għax tkun tibża' minnu, tagħmel hekk.", "Din il-liġi qed tintroduċi the test of the reasonable man li jagħti ċ-ċans lill-persuna jipprova li hu jew hi ma kenitx qed taġixxi b'intenzjonijiet ħżiena.", "Jien ngħid li jekk kien hemm il-vjolenza, l-aggressur irid iwieġeb għall-azzjonjiet tiegħu.", "L- intenzjonijiet huma parti biss mill-aggressjoni.", "Jeħtieġ li din narawha wkoll.", "Irrid nagħmel ukoll il-punt li l-aggressur għandu jinħareġ mid-dar b'urġenza, għax fil-liġi qegħdin ngħidu li rridu naraw l-accommodation to all persons.", "Waħda mill-akbar problemi tal-vittmi tal-vjolenza domestika hija li jispiċċaw vittmi darbtejn!", "Huma vittmi ta' l-aggressjoni li tkun saret fuqhom u jerġgħu jaqgħu vittmi għaliex ikollhom jitilqu mid-dar u jsibu shelter alternattiv!", "Issa meta inti qiegħda tgħid \"accommodation to all persons\" qiegħda tirreferi wkoll għall-aggressur.", "Ħafna drabi meta l- vittma ma tkunx tiflaħ aktar u titlaq 'il barra, l-aggressur jibqa' komdu d- dar.", "Issa rridu naraw u nsibu l-mezz ta' kif forsi f'dawn ix-shelters jibdew imorru fihom l-aggressuri!", "Qiegħda ngħid hekk għaliex jekk din il- persuna m'hijiex tajba li tgħix man-nies, il-fatt li ma jkolliex fejn toqgħod jista' jserviha ta' deterrent u tibda titratta lin-nies kif suppost.", "Pero' li naraw fejn se jibda jgħix l-aggressur ma naħsibx li għandha tkun l- aktar ħaġa diffiċli.", "Dawn jistgħu faċilment jiġu akkomodati f'dawk ix- shelters li għandna bħalissa u li huma kollha mimlijin bil-vittmi tal- vjolenza domestika!", "Dawn kellhom jitilqu bit-tfal tagħhom minn djarhom u jaraw fejn se jibdew jorqdu, għaliex ma felħux jissaportu aktar.", "Għalhekk lill-aggressuri nistgħu nibdew nakkomodawhom f'dawk ix-shelters fejn ilhom imorru għal snin twal il-vittmi tagħhom!", "Din hija l-akbar ħsara li tista' tagħmel lit-tfal għaliex meta tkun qed issir xi vjolenza magħhom, dawn it- tfal ikollhom jitilqu mal-vittma li tkun qed tieħu ħsiebhom.", "Sur President, hawnhekk qed nifhem li l-aggressur joħroġ mid-dar jekk kemm- il darba nsibulu akkomodazzjoni alternattiva.", "U allura nixtieq nistaqsi x'jiġri jekk ma nsibulux akkomodazzjoni alternattiva?", "Fil-fehma tiegħi rridu nibdew nippjanaw minn issa għal dan l-inkonvenjent u nsibu postijiet adatti fejn jistgħu jmorru l-aggressuri.", "Inkella se nispiċċaw b'kulħadd jgħid li m'għandux fejn joqgħod jew inkella li m'għandux biex iħallas għall- akkomodazzjoni oħra.", "F'dawn ix-shelters jgħixu ħafna nisa vittmi flimkien mat-tfal tagħhom u dawn ikunu qed jgħixu skomdi ħafna.", "Skomdi mhux minħabba li n-nies tax-shelters ma jeħdux ħsiebhom, imma minħabba li dik il- privacy li tkun imdorri biha ġewwa darek tispiċċa għal kollox meta tkun qed tgħix ma' xi għaxar ommijiet oħra flimkien mat-tfal tagħhom!", "Għalhekk żgur li dan m'huwiex il-post ideali fejn dawn in-nies jgħixu.", "Jien nixtieq li niġu fi żmien fejn lanqas ikollna vittma waħda li qiegħda f'dawn ix-shelters għaliex kif għedt aktar qabel, dawn qed jispiċċaw vittmi doppji.", "Wasal iż-żmien li ladarba qed ngħidu accommodation to all persons, nibdew nibagħtu l-aggressuri fix-shelters u mhux nibagħtu lin-nisa u lit- tfal tagħhom!", "Naturalment, sal-lum 'il ġurnata s-sitwazzjoni kienet dik li hi u l-vittma li ma kenitx tiflaħ aktar, kienet titlaq mid-dar mingħajr ebda protezzjoni tal-liġi.", "Jeħtieġ li fil-liġi ndaħħlu l-kundizzjoni li għandu jkun l-aggressur li joħroġ mid-dar, u għandna nsibu akkomodazzjoni għalih u mhux viċi versa!", "Għal snin sħaħ ilna npoġġu lill-vittmi f'dawn ix-shelters wara li jkunu sofrew minn xi aggressjoni.", "Huwa għal dan il- għan li qiegħda ngħid li l-aggressur għandu joħroġ mid-dar b'urġenza ladarba jiġi pprovat li qiegħed ikun vjolenti.", "Dawn huma kollha affarijiet li rridu narawhom bis-serjeta' jekk irridu li din il-liġi tkun waħda effettiva u li ma tkunx kollha toqob.", "Il-kwestjoni tal-bail ma tissemma imkien f'din il-liġi, pero' aktar 'il quddiem naħseb li se niddiskutuha fl- istadju tal-kumitat.", "Sur President, xi ħaġa oħra li hemm fil-liġi hija li skond dan l-abbozz, il- perpetrator - min qed jagħmel il-vjolenza - jista' ikisser u jagħmel li jrid fil-proprjeta' sakemm m'hemmx ir-riskju għall-ħajja u sakemm ma jaħraqx kollox!", "Issa billi ma jaħarqux kollox u ma jkunx hemm ir-riskju għall-ħajja, xorta nafu b'każi fejn dawn ikissru l-għamara, id-dinner sets u anke l-proprjeta' stess!", "Allura f'każ bħal dan, x'jiġri mill-komunita' ta' l-akkwisti?", "F'dan l-abbozz ta' liġi qed ngħidu li sakemm ma tweġġax il- vittma bil-frakass li jkun qed jagħmel l-aggressur u sakemm ma jaħraqx kollox, il-liġi ma tista' tagħmillu xejn!", "Issa nafu li l-affarijiet kollha li hemm f'dar ta' koppja miżżewġa huma tat-tnejn.", "Allura jekk partner f'koppja miżżewġa jkisser il-proprjeta' iżda ma jaħraqx kollox u ma jpoġġix il-ħajja tal-persuna l-oħra f'riskju ma jħallasx xejn ta' dik il-ħsara li jkun qed jagħmel?!", "Hemm ukoll il-kwestjoni ta' grievous bodily harm.", "Meta qegħdin nitkellmu fuq emendi għall-kodiċi kriminali fuq grievous bodily harm m'aħniex qed neskludu injuries oħrajn.", "Il-kelma \"grievous\" hija meta għandek permanent disability, jiġifieri ħsara li se tibqa' biha għal għomrok.", "Hawnhekk xtaqt ngħid ukoll li l-ministru għamlitha ċara li din il-liġi tapplika għal kulħadd, għaliex insibu li kulħadd huwa suġġett għas-swat, jiġifieri nisa, irġiel, tfal u anke anzjani.", "Il-persentaġġ l-aktar għoli ta' persuni msawta huwa dak tan-nisa u t-tfal, u forsi għalhekk meta nitkellmu fuq il- vittmi tal-vjolenza domestika, awtomatikament jiġu f'moħħna n-nisa u t- tfal, pero' l-ministru tat ukoll statistika interessanti rigward il-vittmi tas-sess maskil li jsoffru minn vjolenza domestika.", "Għalhekk l-irġiel se jibbenefikaw minn din il-liġi wkoll.", "Ovvjament, kulħadd għandu jibbenefika minn din il-liġi bħalma għandu jibbenefika kulħadd mil-liġi li konna għamilna fuq il-gender equality.", "Meta konna qed infasslu din il-liġi kienu jgħidulna li se nagħmluha għan-nisa biss, pero' il-liġi tal-gender equality hija sabiex ikun hemm l-ugwaljanza bejn is- sessi u għal din ir-raġuni, jistgħu jużawha kemm in-nisa kif ukoll l- irġiel.", "Issa, biex inkompli fuq il-grievous bodily harm konna qed ngħidu li din il-kelma tfisser permanent disability.", "Jiġifieri jekk jiksirlek saqajk ma titqiesx bħala grievous bodily harm għaliex se tfiq minnha.", "Permanent disability hija meta jiksirlek għonqok per eżempju, u allura tispiċċa tqatta' ħajtek ġo wheelchair.", "Xi ħaġa oħra li qiegħda tinkwetani f'dan l-abbozz ta' liġi hija meta xi ħadd qiegħed jaqla' swat kontinwu.", "Tista' tkun qiegħda taqla' erba' daqqiet ġo wiċċek kuljum iżda ma jkunux bħala grievous bodily harm u allura tkun diffiċli ferm sabiex tipprova dak is-swat.", "Din hija l-istess ħaġa bħall-verbal violence.", "Inti qiegħda tissawwat, imma m'għandekx provi x'turi għax m'għandekx ksur jew tbenġil!", "B'hekk ma jkollokx provi x'turi u jkun aktar diffiċli sabiex in-nies jemmnuk li inti qed tiġi msawta.", "Fil-fatt hemm klawsola fil-white paper li konna ħriġna aħna fejn għedna li bla dubju ta' xejn hemm bżonn li jitqies eżattament dak kollu li rridu ninkludu bħala vjolenza domestika f'pajjiżna.", "L-ideali huwa li l-iċken vjolazzjoni ta' l- integrita' tal-persuna - kif hemm fil-paragragu ta' fuq - jitqies bħala vjolenza domestika.", "Fil-prattika, dan mhux dejjem ikun possibbli iżda xorta waħda għandu jidħol il-kunċett li diversi inċidenti żgħar u li singolarment ma jitqisux bħala vjolenza domestika, meta jittieħdu flimkien, jitqiesu bħala reat ta' dan it- tip.", "Fil-fehma tiegħi dan il-kunċett huwa wieħed importanti ħafna, u għalhekk għandu jidħol ukoll f'dan l-abbozz ta' liġi.", "Jekk dan ma jsirx u nilleġiżlaw biss fuq grievous bodily harm bħala permanent disability inkunu qed inħallu toqba kbira!", "Ma ninsewx li parti sostanzjali mill-każijiet li jkollna ma jkunux fuq vjolenza li tħalli permanent disability.", "Pero' xorta waħda l-vittma tkun għaddejja mit-tbatija u jkollha bżonn protezzjoni legali.", "Għaldaqstant nittama li dawn l-affarijiet kollha jkollna ċ-ċans li niddiskutuhom fl-istadju tal-kumitat.", "Sur President, il-ministru semmiet ukoll ix-shelters li jintużaw mill- vittmi ta' l-aggressuri.", "Ftit tal-ħin ilu jien ukoll tkellimt fuqhom u nixtieq ngħid li dawn huma bżonnjużi ħafna, tant li xi minn daqqiet allaħares ma kenux huma għax inkella l-vittmi jispiċċaw jorqdu fit-toroq.", "Naħseb li d-deputati kollha jisimgħu b'każijiet ta' nisa li jiġu jgħidulek li dan il-lejl kellhom jorqdu bit-tfal tagħhom fil-karrozza għaliex ma sabux fejn imorru.", "Kif għedt, dawn ix-shelters huma bżonnjużi ħafna, pero' min-naħa l-oħra rridu naħdmu iżjed ħalli l-omm u t-tfal li jkunu sofrew mill-aggressjoni ma jkunux huma li joħorġu mid-dar tagħhom ħalli jkollhom l- inqas disruption possibbli.", "Kif kont qed ngħid aktar qabel, naħseb li wasal iż-żmien li nibdew naħsbu fuq shelters għall-aggressuri minflok għall-vittmi.", "Dawn għandhom ikunu mqar sakemm l-aggressur jirriabilita' ruħu jew sakemm isib xi post alternattiv.", "Naturalment, mill-aspett ta' l-aggressuri rridu nsemmu wkoll it-terapija speċjali li dawn jista' ikollhom bżonn meta l-aggressjoni tagħhom tkun marbuta mat-teħid ta' droga jew ta' l-alkoħol.", "Madankollu, għandna nieħdu ħsieb li l-vittmi tal-vjolenza domestika ma jispiċċawx vittmi darbtejn, l-ewwel darba minħabba s-swat li jkunu qalgħu u t-tieni darba minħabba li jispiċċaw bla dar.", "Il-ministru qaltilna wkoll li l- pulizija qegħdin jippreparaw guidelines fuq kif għandhom jaġixxu f'każi bħal dawn.", "Pero' safejn naf jien id-DVU ilhom żmien twil li ħarġu b'dawn il-guidelines.", "Niftakar li meta kont inservi bħala parliamentary secretary, l-ispettur fuq id-domestic violence kienet tmur tagħti lectures lill-pulizija.", "Nafu l-importanza kbira li għandhom il-pulizija f'każijiet ta' vjolenza domestika u x'sensittivita' jrid ikollhom meta jitfaċċa' xi każ quddiemhom.", "Sur President, l-ewwel nies li l-vittma se titkellem magħhom huma l- pulizija.", "Kif għedt, dawn il-guidelines jidhirli li diġa jeżistu - forsi l- ministru kienet qed titkellem fuq l-aġġornament tagħhom - u għalhekk huwa mportanti li nkomplu għaddejjin b'dawn il-korsijiet għall-pulizija.", "Xi kultant f'dak il-ħin ta' l-emerġenza l-pulizija jispiċċaw jagħmluha ta' social workers u anke ta' psikologi.", "M'huwiex biżżejjed li pulizija jagħmel l-average duties tiegħu imma għandu jkollu dan it-tagħlim ukoll.", "Kif kont qed ngħid, ħafna drabi minħabba l-ħin u ċ-ċirkostanzi partikolari, il-vittma titlaq 'il barra b'ta' fuqha senduqha u ġieli jkollha wkoll it- tfal magħha.", "Dawn huma ċirkostanzi partikolari u diffiċli ħafna, u għalhekk huwa importanti ħafna li l-pulizija jkollhom ċerti ħiliet mit-taħriġ li jkunu għamlu ħalli jkunu jafu kif se jittrattaw il-każ.", "Każijiet bħal dawn m'humiex l-istess ħaġa bħal meta jkollok xi serqa, iżda huma xi ħaġa ħafna aktar sensittiva u delikata.", "Għalhekk huwa importanti ħafna li l-pulizija nħarrġuhom għar-rwol tagħhom f'dawn is-sitwazzjonijiet tant delikati u li joħolqu tant tbatija, speċjalment meta jkollok involuti tfal żgħar li innoċentement ikollhom jgħaddu minn dawn l-affarijiet kollha.", "Sur President, sirt naf ukoll li meta l-ministru kienet qed tikkonsulta fuq dan l-abbozz ta' liġi, u dawn qalulha li ma kenitx qed tagħmel biżżejjed, hija weġbithom li kellhom xorti li waslu sa dak il-punt!", "Allura qisha kienet kwestjoni li jew nagħmlu hekk jew xejn!", "Nifhem il-pożizzjoni li seta' kien hemm meta kienet qed tiġi abbozzata din il-liġi u li seta' kien hemm min qiegħed jagħmel il-brejkijiet.", "Niftakar li meta kont qed naħdem fuq din il-liġi u l-Onor.", "Gavin Gulia kien qed jaħdem fuq il-qorti tal- familja, kont semmejtlu l-bżonn ta' dawn l-affarijiet u kien fehmni mill- ewwel!", "Fil-fatt, huwa wkoll xtaq li dak li kont għedtlu bih jidħlu fil- white paper li konna qed nilleġiżlaw.", "Madankollu, ir-risposta li tat il-ministru qed tindika li kien hemm min qiegħed ipoġġi l-brejkijiet fil-leġiżlazzjoni ta' dan l-abbozz ta' liġi!", "Ma jagħmilx sens li meta nfasslu liġi ma naslux fejn suppost għandna naslu imma nagħmlu xi ħaġa biex taparsi nkunu rranġajna xi ħaġa.", "Il-fatt li inti tkun irranġajt xi ħaġa għaliex ikun hemm rikatt se tispiċċa biex ikollok empty shell biss!", "Imbagħad jerġa' jgħaddi ż-żmien u terġa' tispiċċa bil- problema ma' wiċċek!", "Probabilment jerġgħu jibdew il-proċeduri u jkollok terġa' tibda bil-pulizija, bil-qrati u bl-avukati, u jkollok terġa' tibda mill-bidu!", "Għalhekk nittama li meta nkunu fl-istadju ta' kumitat dawn l- affarijiet essenzjali li semmejt, insibu l-mod ta' kif nerġgħu ndaħħluhom fil-liġi.", "L-abbozzi ta' dawn l-affarijiet kollha li semmejt diġa' qegħdin hemm, u għalhekk nistgħu faċilment nagħmlu l-emendi meħtieġa ħalli jkollna liġi aktar kompleta u li tassew tilħaq l-iskop tagħha.", "Nistenna li meta l-prim ministru attwali kien ħareġ il-white paper tal-gvern Laburista sabiex tiġi diskussa f'din il-Kamra u meta mbagħad dam dawk is-snin kollha jgħidilna li din il-liġi se tgħaddi mill-parlament, issa jgħaddi liġi kompleta.", "Lili ma jinteressanix min jgħaddiha l-liġi, għaliex m'aħniex qegħdin hawnhekk sabiex noqogħdu ngħidu x'għamel dak u x'għamel l-ieħor!", "Aħna qegħdin hawnhekk biex nirrapreżentaw lill-poplu u biex inwasslu l-vuċi ta' dawn il- vittmi.", "Irridu nitkellmu fuq il-problemi tagħhom għaliex din il-problema damet wisq moħbija, u kulħadd jaf kemm qed ikollna każijiet irraportati.", "Sur President, nispera li dan id-dibattitu u dak li jiġi rrapportat fil- media jservi ta' ġid għal dawk in-nies li qegħdin f'din it-tbatija.", "Jekk forsi hemm min għandu dawn il-problemi u jaqraw jew jisimgħu dak li qed jingħad f'din il-Kamra, jagħmlu l-kuraġġ sabiex jiġu 'l quddiem u jsemmgħu l-każ tagħhom.", "Kif dejjem ngħidu, dak li nafu bih huwa biss the tip of the iceberg!", "Jista' jkun li b'dan id-dibattitu, u iżjed u iżjed jekk inkunu kapaċi nagħmlu liġi aktar b'saħħitha minn dik li qiegħda tkun proposta hawnhekk, il-problema toħroġ iktar fil-beraħ.", "Jekk il-vittmi jkollhom moħħhom mistrieħ li se jsibu l-protezzjoni bil-liġi, naħseb li jkun hawn aktar nies li jagħmlu l-kurraġġ u jirrapportaw id-dulur li jkunu għaddejjin minnu.", "Importanti wkoll li l-pulizija jkollhom it-taħriġ u s-sensittivita' neċċessarja f'każijiet bħal dawn.", "Il-mod li bih il-pulizija jittrattaw il- vittmi, il-fatt li mhux se jidħku bihom jew jirridikolawhom jew li nkella ma jibagħtu lil ħadd lura d-dar qabel ma jisimgħu l-każ, jista' jwassal ukoll sabiex aktar nies jagħmlu l-kuraġġ u jitkellmu fuq il-każijiet tagħhom.", "Dan għaliex aħna ma rridux nitkellmu biss fuq dawk li kellhom il- kuraġġ li jitkellemu, iżda rridu nitkellmu wkoll fuq dawk li jinsabu mbeżżgħin u li m'għandhomx kuraġġ jitkellmu fuq il-problema tagħhom.", "Dawn huma affarijiet li niltaqgħu magħhom ta' spiss, u fil-fatt jiena ġieli mort għand xi ħadd li kollu mbeżża' jirrakontali l-istorja tiegħu.", "Ġieli jgħidulek ukoll sabiex ma tgħid lil ħadd dwar l-istorja tagħhom għaliex jibżgħu li jekk il-partner tagħhom jisma' bl-aħbar, isir aktar aggressiv magħhom u m'għandhom protezzjoni ta' xejn.", "Allura fil-fehma tiegħi, din il- protezzjoni li qed nipprovaw nagħtu permezz ta' din il-liġi se tiswa wkoll sabiex ikun hawn inqas tbatija fost dawk li għadu ma kellhomx il-kuraġġ li jitkellmu fuq il-problema tagħhom.", "Dan qed ngħidu b'mod speċjali għat- tfal, għaliex dawn żgur li ma jaħtu xejn.", "M'iniex qed ngħid li l-vittmi adulti għandhom xi tort jew li nkella hija ġustifikata l-vjolenza li ssir fuqhom, pero' it-tfal żgur li huma l-aktar parti innoċenti f'din is- sitwazzjoni kollha.", "Sur President, il-fatt li qegħdin hawnhekk sabiex nitkellmu - ħalliha li missu ilu li sar dan ix-xogħol u mhux ilna nkaxkru saqajna għal dawn l- aħħar seba' snin – u nagħmlu xi ħaġa huwa sinjal tajjeb.", "Issa nispera li meta niġu għat-third reading ikollna xi ħaġa li tkun aktar sħiħa u li tagħti aktar protezzjoni lill-vittmi tal-vjolenza domestika.", "Jien ninstab ċerta li minn dan kollu xi ħaġa ta' ġid se toħroġ.", "Apparti mill-valur intrisinku ta' din il-liġi, hemm il-valur strumentali wkoll, għax inti se tkun strumentali biex aktar nies joħorġu din il-problema minn ġo qalbhom u mill-erba' ħitan tad-dar.", "Il-fatt li issa qegħdin ngħidu dak li l-vjolenza li ssir ġewwa d-dar hija a crime against society, huwa pass 'il quddiem fejn qegħdin ngħidu: Isma', mhux għaliex qiegħed bil-bieb magħluq, inti tista' tagħmel dak li trid.", "Dan m'huwiex il-każ, u qatt ma kellu jkun il- każ, pero` naturalment l-affarijiet żviluppaw u evolvew biex illum qegħdin nitkellmu b'dan il-mod.", "Nittama li b'dak li qegħdin nagħmlu se nkunu ta' wens u ta' serħan għal ċerti nies li għaddejjin minn ħafna u ħafna tbatija.", "Kif qalet il-ministru il-bieraħ, sa l-1987 ma kontx naf x'inhi vjolenza domestika.", "Meta tisma' l-każijiet, lanqas temmen li jeżistu ċerti sitwazzjonijiet fil-post fejn l-aktar li suppost tħossok protett u fejn tmur tistrieħ wara ġurnata xogħol jew skola.", "Nafu li hawn ħafna sitwazzjonijiet fejn id-dar hija infern kemm għall-vittmi u kemm għall- aggressuri, għaliex jien ma nafx kemm ikun jew tkun ferħana persuna li qiegħda ssawwat lil ħaddieħor kemm b'mod fiżiku u anke b'mod psikoloġiku, bit-tgħajjir.", "Kemm jien u kemm il-ministru ltqajna ma' każijiet fejn il- partner tagħhom kien jagħtihom jieklu mill-bowl tal-kelb, u fil-fatt ma naħsibx li konna qed nitkellmu fuq l-istess każ.", "Kumbinazzjoni semmejtlu l- Ministru lbieraħ u jien naf b'każ ieħor, u allura jidher li din mhux xi ħaġa daqshekk rari daqskemm kont ħsibt jien meta sirt naf b'dan il-każ.", "Meta tisma' b'dawn l-affarijiet tara l-bżonn li dawn il-vittmi jkollhom din il-protezzjoni legali, u jkolli ngħid b'dieqa li ma kellniex għalfejn indumu dawn is-snin kollha biex tersaq din il-liġi fil-Parlament.", "Sur President, jiena se nagħlaq għaliex spiċċali l-ħin, u l-aħħar ħaġa li rrid ngħid hija li l-ministru lbieraħ qalet li kienet emozzjonata ħafna, pero` kienet attenta ħafna meta għamlet sensiela ta' ringrazzjamenti lil kull min kien involut f'xi ħaġa li għandha x'taqsam ma' vjolenza domestika sa mill-1987.", "Ma semmietx pero` lil min ħadem fuq il-white paper ta' l- 1998.", "Dawn kienu kollha nies professjonisti li naħseb li jixraq ukoll li nagħtuhom ħajr, mhux għaliex dawn in-nies qed jistennew xi grazzi, imma jiddispjaċini ftit jien peress li l-ministru rringrazzjat lill- professjonisti kollha barra lil dawn.", "M'hemmx għalfejn insemmihom, imma kienu huma li għamlu possibbli d-drafting tal-white paper u l- konsultazzjoni vasta li konna għamilna ma' l-istakeholders kollha, u naħseb jixirqilhom ringrazzjament f'din il-ġurnata li qiegħda titwettaq il-ħolma tagħhom li fl-aħħar mill-aħħar ix-xogħol tagħhom qegħdin narawh f'dan il- parlament.", "Jien nagħti ħajr lil kull min għen f'din il-liġi, u nawgura li fl-istadju ta' kumitat, l-emendi li se nressaq jien jiġu aċċettati ħalli jkollna liġi kompleta u effettiva daqskemm għandha tkun f'dan l-istadju, u mhux irridu noqogħdu nistennew li jinbidel il-gvern biex nerġgħu nġibu l-liġi hawnhekk.", "Din mhix liġi fejn għandna noqogħdu ndaħħlu l-kontroversja politika, għax hemm wisq tbatija.", "Mela ejja nippruvaw naqblu meta nkunu fl-istadju ta' kumitat sabiex indaħħlu dawn l-emendi ħalli jkollna liġi aktar effettiva u liġi li tagħti l-protezzjoni legali li tant għandhom bżonn dawn il-vittmi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Karl Chircop.", "ONOR.", "KARL CHIRCOP: Sur President, illum qegħdin niddiskutu din il-liġi li tittratta suġġett sensittiv ħafna, u ċjoe` l-vjolenza domestika, u jkun tajjeb għalina li ż-żewġ naħat ta' din il-Kamra nfittxu proprju dak li jgħaqqadna, u kemm jista' jkun nagħmlu sforz qawwi biex dan is-suġġett assolutament ma nippolitiċizzawhx, għaliex nemmen li din hija problema kbira mhux biss għaliex hawn ammont kbir ta' każi, imma anke għaliex hija problema li hija moħbija.", "Nemmen ukoll li maż-żmien, sfortunatment, ir- riskji li dawn il-każi jiżdiedu huwa kbir ħafna.", "Għal min forsi mhux daqshekk midħla, jew forsi mhux daqshekk jifhem fis- suġġett, ngħid li meta aħna nsemmu t-terminu \"vjolenza domestika\" ma nkunux qegħdin nirriferu biss għall-vjolenza fiżika.", "Altru minn hekk!", "Nafu li l- maġġorparti tal-każi jkunu każi ta' vjolenza psikoloġika, u agħar minn hekk ukoll, jista' jkun li dawn il-każi jkunu każi ta' vjolenza domestika minħabba traskuraġni, minħabba dik li bl-Ingliż isejħuha \"neglect\", jiġifieri li inti litteralment tiġi taqa' u tqum mill-partner tiegħek jew inkella mir-responsabbiltajiet li jkollok lejn il-familja tiegħek, inkluż uliedek.", "Din ukoll wieħed jista' jiddefeniha bħala vjolenza domestika, b'mod speċjali jekk tiġi applikata b'mod ripetut u b'mod li nistgħu niddeskrivuh ta' ċertu ħdura.", "Irrid ngħid ukoll, Sur President, li din il-problema tal-vjolenza domestika m'hijiex problema li tolqot xi klassi partikolari tas-soċjeta` tagħna, anzi din hija problema li tolqot il-klassijiet kollha tas-soċjeta` tagħna.", "Din tista' tolqot professjonisti, tista' tolqot blue collar workers, tista' tolqot ħaddiema ta' l-id u tista' tolqot lill-Membri Parlamentari.", "Ħadd m'hu eskluż minn din il-problema, u rrid nenfasizza hawnhekk li din hija problema komuni ħafna, aktar milli naħsbu u ħafna aktar milli jirriżulta fl- istatistika u fil-figuri li jiġu ppublikati.", "Anzi ngħid li dawk il-każi li jfeġġu għall-konnoxxenza ta' kulħadd huma proprju l-ftit, huma l-ponta ta' fuq tal-piramida.", "Sfortunatament, din hija l-akbar diffikulta` li għandna u fl-opinjoni tiegħi, għalkemm din il-problema tal-vjolenza domestika qed tiżdied, m'aħniex qed inkunu sensittivi biżżejjed - għal xi raġuni jew oħra - biex dawn il-każi ntellgħuhom fil-wiċċ u ovvjament inkunu nistgħu nittrattawhom kif jixraq.", "L-istess liġi tagħmel riferenza għal dan, u fil-fatt kif se ngħid aktar 'il quddiem, fiha nnifisha - anke fl-istess funzjonijiet tal- kummissjoni li se tiġi mwaqqfa permezz ta' din il-liġi - hemm imsejsa ċertu valuri li qegħdin hemmhekk u li l-ewwelnett jindikaw din il-problema, u fl- istess ħin jagħtu almenu ħjiel ta' x'wieħed jista' jagħmel biex verament intaffu xi ftit din il-problema.", "Sur President, il-ministru lbieraħ qalet li ma rridux inserrħu rasna li l- każi ta' vjolenza domestika sejrin jonqsu ladarba se jkollna din il-liġi u l-kummissjoni li se tkun qiegħda tħaddem din il-liġi.", "Jiena naqbel - u nagħti anke raġunijiet soċjali għal dan – għax kollox jindika li l- vjolenza domestika qiegħda tiżdied u nagħmlu x'nagħmlu, sfortunatament żgur li m'aħniex, almenu in the short term se niksbu xi riżultati daqshekk pożittivi.", "Pero` fl-istess ħin iż-żewġ naħat tal-Kamra u anke l-poplu at large jħoss il-bżonn li nagħmlu xi ħaġa kostruttiva u konkreta dwar dan il- fenomenu.", "Kif diġa` għidt, il-vjolenza domestika tista' timmanifesta ruħha f'diversi forom, kemm fiżika, kemm psikoloġika u kemm vjolenza ta' neglect.", "L-aħħar tnejn huma ferm aktar diffiċli biex tipprovahom, għaliex mod li jkollok każ ta' vjolenza fejn persuna tkun qegħda taqla' ċertu ammont ta' swat u dan iħalli l-marki, u allura kulħadd jista' jara l-evidenza fattwali li dik il- persuna ġiet imsawta, u mod li jkollok każ ta' vjolenza domestika psikoloġika jew ta' traskuraġni estrema tal-partner, għax ftit ikun hemm provi fattwali ta' dan.", "Aħna nafu li l-każi ta' vjolenza domestika għandhom isimhom magħhom, iseħħu ħafna drabi fl-ambitu u fil-limitu ta' dar privata, f'dik li suppost - kif anke qalet tant tajjeb l-Onor.", "Dalli – hija l-haven ta' familja.", "Allura f'każijiet fejn ikollok vjolenza domestika psikoloġika jew inkella ta' neglect, ikun ferm aktar diffiċli biex jiġu ipprovat.", "Dawn il-każi huma ferm u ferm aktar diffiċli sabiex tipprovahom, u huma ferm u ferm aktar komuni.", "Jiena nista' ngħid li anke mill-esperjenza tiegħi bħala tabib tal-familja matul dawn l-aħħar 18-il sena, iltqajt ma' mijiet ta' każi ta' vjolenza domestika ta' din ix-xorta, fejn ikollok persuna li mingħajr ma ssawwat lill-partner, tkun qed tikkaġġuna ħafna uġigħ psikoloġiku fil-partner.", "Issemmew każi fejn xi partner jew tfal ġew imġiegħla jieklu mir-reċipjenti tal-pets ta' l-istess dar, jew inkella mill- fdalijiet ta' l-ikel li jħallu membri oħra tal-familja.", "Jissemmew każi fejn anke b'sempliċement ħarsa u b'theżżiż tas-snin, ikollok missier li kapaċi litteralment jitterrorizza lil uliedu mit-twelid tagħhom.", "Dawn huma każi li qed iseħħu madwarna ta' kuljum u fi kwalunkwe strata u saff tas-soċjeta`.", "Irrid ngħid li waħda mill-affarijiet li dejqitni, u sa fejn naf jien anke l-Onor.", "Dalli għamlet aċċenn għaliha, hija li fl-istess waqt li qegħdin inwaqqfu din il-liġi, se nwaqqfu kummissjoni oħra.", "Jiena onestament inħoss li l-gvern - issa mhux qed ngħid il-gvern Nazzjonalista jew il-gvern Laburista - qed isir ikkomplikat wisq biex jitħaddem u jitmexxa.", "Kellna inizjattivi li nvaraw proġetti ta' one stop shop bħalma hija l-aġenzija Appoġġ, li kif diġa` intqal ukoll, diġa` kienet tagħmel ċerti funzjonijiet li jissemmew f'din il-liġi u li issa se jiġu mgħoddija lill-kummissjoni li se tkun qiegħda tittratta l-każijiet tal-vjolenza domestika.", "Ma nistax nifhem għalfejn din id-dupplikazzjoni.", "Kellna diversi każijiet fil-passat li seħħew, u jien xbajt nirrepeti li ma jistax ikun li dan il-pajjiż nibqgħu nimxu f'din id-direzzjoni meta kulħadd jaf bil- problemi ekonomiċi li ninstabu fihom.", "Dan huwa sens komun, u titkellem ma' min titkellem u huma ta' liema naħa huma, jgħidulek li ma jistax ikun li jibqgħu jintefqu dawn il-miljuni fuq dawn l-awtoritajiet u l- kummissjonijiet.", "Issa għallinqas nispera li ġaladarba se tiġi mwaqqfa din il-kummissjoni – u jiena bħala kelliem ewlieni għall-protezzjoni soċjali nħeġġeġ li tiġi mwaqqfa - nistenna li jekk għandek nies li qegħdin diġa` jesegwixxu dawn il- funzjonijiet fl-aġenzija Appoġġ, dawn jiġu utilizzati f'din il-kummissjoni u mhux lil dawn inħalluhom hemmhekk u ndaħħlu nies ġodda!", "Jekk se nagħmlu hekk, se nispiċċaw bi problemi simili, bħalma kellna per eżempju fid- dipartiment of labour fi ħdan il-ministeru għall-politika soċjali meta faqqasna l-Occupational Health and Safety Authority li faċilment tista' tesegwixxi, u suppost qed tesegwixxi, il-funzjonijiet tad-department of labour.", "Sfortunatament, hemmhekk għandna duplikazzjoni ta' riżorsi umani, u kulħadd jaf f'liema sitwazzjoni ninsabu.", "Sur President, irrid ngħid per eżempju, li waħda mill-kummissjonijiet li diġa` teżisti u li diġa` għandna ħafna overlap fil-funzjonijiet tagħha, u allura issa anke għandha esperjenza f'dan il-qasam, hija proprju l- Kummissjoni Nazzjonali tal-Familja.", "Issa, lil hinn mill-kjass li nqala' proprju l-ġimgħa l-oħra, rigward dak li qalet iċ-chairperson tal- kummissjoni li hija kontra l-in vitro fertilisation, aħna nafu li din il- kummissjoni tal-familja hija komposta min-nies li huma tajbin u li huma professjonisti f'xogħolhom, u nemmen li dawn in-nies jistgħu faċilment jiġu utilizzati fl-istess kummissjoni li se tkun qiegħda tiġi mwaqqfa permess ta' din il-liġi.", "Inkella din il-kummissjoni setgħet tkun branch mill-kummissjoni nazzjonali tal-familja.", "Din hija possibilta` oħra ta' kif setgħu nħadmu l-affarijiet, għaliex il-kummissjoni nazzjonali tal-familja għandha verament responsabbiltajiet aktar vasti u aktar ġenerali.", "U din hija problema soċjali li taqa' wkoll, u tista' tiġi kkappeġġjata, bħala waħda mir- responsabbiltajiet ta' l-istess kummissjoni.", "Issa veru ridna nżidu l-fondi u n-nies lill-kummissjoni nazzjonali tal-familja, imma jiena nemmen li li kieku ħdimna b'dan il-mod, xi ftit jew wisq konna se nkunu aktar effiċjenti u niffrankaw anke minn dak li għandu x'jaqsam ma' riżorsi umani, kif ukoll minn ċertu ammont ta' spejjeż żejda li se nkunu qed indaħħlu fih il-pajjiż.", "Jiena meta ftaħt il-liġi u rajt li se tiġi mwaqqfa kummissjoni, għorkitni għajni u weġġgħatni xi ftit għaliex ma jistax ikun li għal kull nitfa ta' liġi, nagħmlu kummissjoni.", "Veru li din hija xi ħaġa importanti, pero` hija liġi relattivament żgħira ħdejn liġijiet li ddiskutejna diġa' f'din il- Kamra.", "Ir-responsabbiltajiet ta' l-istess kummissjoni huma ċari u jitkellmu waħedhom.", "Naturalment l-ewwel responsabbilta` li għandha, u naqbel magħha perfettament, hija t-tkabbir tal-konnoxxenza u l-għarfien tal-vjolenza domestika.", "L-għan ewlieni li se jkollha l-kummissjoni huwa proprju dak li żżid l-awareness ta' din il-problema, u hemm bżonn li l-awareness ma nżiduhiex biss proprju lejn in-nies li huma ta' ċerta maturita`, imma anke fit-tfal li għadhom qed jikbru.", "Hemm bżonn nagħmluhom aktar aware billi dawn l-affarijiet jiġu mgħallma fl-iskejjel u b'mod li, jekk hemm xi ħaġa għaddejja d-dar minn dawn l-affarijiet li diġa` semmejna, allura wieħed forsi jkun jista' jitkellem, ħalli anke l-istess teachers ikunu jistgħu jgħaddu l-informazzjoni lis-social workers u forsi tittieħed azzjoni malajr sabiex ma tilħaqx issir ħafna ħsara f'dik il-familja.", "Awtomatikament, aktar ma tikber il-konnoxxenza, aktar inkunu nistgħu nilqgħu u nipprevenu biex ċertu ammont ta' ħsara li tkun qiegħda tiġi integrata fil-moħħ ta' dawn it-tfal tagħna neliminawha malajr kemm jista' ikun, għaliex nafu, kif anke qalet il-ministru l-bieraħ, li sfortunatament din hija problema li tipperpetwa ruħha.", "Jekk ikollok familja li għaddiet minn esperjenza ta' vjolenza domestika, għandha aktar ċans li fil- ġenerazzjonijiet futuri, jerġa' jiġri l-istess, u allura hu importanti li ssir il-prevenzjoni malajr kemm jista' ikun.", "Importanti wkoll, kif tgħid l-istess lista tal-funzjonijiet tal- kummissjoni, li għandek ċertu oqsma li jridu jiġu riċerkati bis-sħiħ, u probabbilment din se tkun starter fis-soċjeta` tagħna għaliex sfortunatament m'hawnx biżżejjed riċerka, u nemmen li għandhom jiġu utilizzati diversi professjonisti li jiġu wiċċ'imbwiċċ ma' dawn is- sitwazzjonijiet.", "F'moħħi jiġu ovvjament it-tobba tal-familja, is-social workers u l-pulizija li ħafna drabi jagħmlu jagħmlu l-handling ta' dawn il- każi proprju ma' l-ewwel darba li verament jiġu għad-deher.", "Ikollok ħafna nies li jiġu jiftħu qalbhom miegħek dwar problemi li jista' ikun hemm fir- relazzjoni, kemm dawk li għandu x'jaqsam ma' problemi fiżiċi - li kif diġa` għidt huma ħafna aktar faċli sabiex tipprovahom - u anke ma problemi li huma aktar diffiċli biex tipprovahom, bħalma huma dawk psikoloġiċi.", "Sur President, meta jkollok problema bħalma hija l-vjolenza domestika - li kif diġa` għidt, m'għandek l-ebda strata tas-soċjeta` li mhix suxxettibli għal din il-problema - ikun aktar diffiċli biex nindividwaw b'mod xjentifiku dawk li jissejħu r-risk groups, għaliex jekk inti tkun tista' tagħmel dan, ovvjament se tkun tista' tiffoka aktar fuq dawn il-gruppi li jkollhom aktar riskju ta' vjolenza domestika.", "Pero` naturalment, dan mhux daqshekk faċli minħabba li, kif diġa` għidt, din hija problema multi- faceted, li għandha diversi aspetti u fenomeni soċjali li jkunu mdaħħlin fiha.", "Jista' jkollok każi fejn familja tkun għaddeja minn żmien ta' inkwiet.", "Waħda mill-iżjed affarijiet li qiegħda tinkwieta lill-familji tal-Maltin hija l-problema li hawn fil-qasam tax-xogħol, u allura jekk xi familja tkun għaddejja minn mument bħal dan, din tkun qegħda iżjed fir-riskju minn ħaddieħor li jkollha problema ta' vjolenza domestika, għaliex ma jkunux qegħdin ilaħħqu mal-ħajja u din, fiha nnifisha, tista' toħloq tensjoni fl- istess relazzjoni.", "Mhux bilfors jiġri hekk pero` u jista' jkollok familji li ma jkollhomx problemi finanzjarji u xorta jkun hemm xi element ta' vjolenza domestika fi ħdan dik il-familja.", "Funzjoni oħra elenkata fil-liġi hi dik li jiġu ssettjati standards għall- faċilitajiet ta' kura għall-vittmi u għall-awturi tal-vjolenza.", "Nafu li effettivament diġa` jeżistu standards ta' kura għall-vittmi, pero` sfortunatament nemmen li.għall-awturi ma jeżistux daqstant.", "Min-naħa l- oħra, huwa importanti li ssir enfasi dwar ir-riabilitazzjoni ta' dawn iż- żewġ gruppi ta' nies billi ndaħħlu ċerti standards - b'mod iktar speċifiku u konċiż f'din il-liġi stess jew aktar 'il quddiem - ħalli mhux biss ngħinuhom iwaqqfu din il-problema, imma jekk jista' jkun jeliminaw darba għal dejjem l-istigma li tkun daħlet fihom u jibdew ħajja ġdida.", "Sur President, f'dawn l-aħħar ġranet kellna każijiet simili, u anke kawżi għaddejjin fil-qrati ta' Malta u Għawdex.", "Jekk wieħed jaqra d-dettalji ta' dawn il-każi jġib għajnejh wara widnejh meta jara kif dawn il-persuni tkun ġiet imposta fuqhom ċerta biża' u vjolenza għal snin twal ġewwa djarhom stess.", "Hemm bżonn nindirizzaw din il-problema kemm jista' jkun malajr ħalli nevitaw li ssir aktar ħsara, għax kultant il-vjolenza fiżika tant tkun enormi li twassal saħansitra għal qtil.", "Barra minn hekk, dak li jkun jista' jkun qed ibati minn vjolenza psikoloġika li, kif diġa' għedt, hija ħafna iktar diffiċli biex tiġi ppruvata.", "Għalhekk huwa importanti li nagħtu kas ta' dawn l-affarijiet.", "Jien nemmen li sakemm jiġi ppruvat li l- awturi huma ħatja ta' reati simili, l-ismijiet tagħhom, b'mod speċjali tal- vittmi, m'għandhomx jixxandru b'mod pubbliku ħalli ma ssirx ħsara lill- familji tagħhom.", "Irridu nagħmlu dak kollu possibbli biex lil dawk il- familji li jkunu għaddew minn dan il-martirju nirrijabilitawhom, ħalli għallinqas insolvu problema waħda f'dik il-family unit.", "Huwa importanti wkoll li l-Istat - ma naħsibx li dan huwa spjegat biżżejjed fil-liġi - mhux biss iserraħ moħħ il-vittmi li min ikun ikkommetta tali reat jingħata dak li ħaqqu, imma wara li tkun inqatgħet il-kawża għandu jara li l-vittmi jingħataw is-support neċessarju biex ikunu jistgħu jiġu riabilitati kif suppost.", "Huwa diffiċli li xi darba l-vittma tasal biex tneħħi minn moħħha l-vjolenza li tkun għaddiet minnha għal snin sħaħ, imma l-Istat għandu l-obbligu sagrosant li almenu jgħinha biex kemm jista' jkun ħajjitha terġa' tiġi restored to the full u tkun tista' tkompli tgħix b'mod normali.", "L-Istat għandu jgħin ukoll lil dawk it-tfal li jkunu trabbew f'ambjent ta' biża' kontinwa biex jegħlbu d-diffikultajiet li jistgħu jiltaqgħu magħhom, kemm fil-bankijiet ta' l-iskola kif ukoll fuq il- postijiet tax-xogħol, u jkunu jistgħu jimxu 'l quddiem bħal sħabhom.", "Sur President, jien iltqajt ma' ħafna każijiet fejn tfal ikunu sejrin tajjeb fl-iskola u mbagħad f'daqqa waħda jibdew imorru ħażin.", "Dak il- mument tibda tixgħel il-bozza l-ħamra għax f'dik il-familja ikun hemm xi ħaġa sejra ħażin.", "Wieħed għandu jinvestiga każijiet bħal dawn, imma mbagħad mhux jieqaf hemm.", "Huwa importanti li nagħtu għajnuna addizzjonali lil dawn it-tfal, jekk hemm bżonn anke wara l-ħin ta' l-iskola jew waqt il- ħin tal-break, biex kemm jista' jkun jaġixxu b'mod normali u jkomplu jtejbu l-performance skolastika tagħhom bħal studenti oħrajn.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joseph Brincat.", "ONOR.", "JOSEPH BRINCAT: Mr Speaker, naħseb li dan l-abbozz ta' liġi m'huwiex kontroversjali, u m'aħniex se nispiċċaw nagħtu bil-ħarta lil xulxin fuq l-iskop tiegħu.", "Pero` bħas-soltu se nitkellem mil-lat ta' kif nixtieq li dan l-abbozz nagħmluh aħjar.", "M'hemmx metodu aħjar milli wieħed idur il-klawsoli ta' dan l-abbozz ta' liġi u jagħti fil-qosor kemm jista' jkun opinjonijiet kif jistgħu jkunu aħjar.", "Waħda mill-affarijiet li nħoss li għandha bżonn bidla radikali fid-drafting hija t-tifsira tal-kliem \"membru domestiku\", jiġifieri membru tal-familja.", "Jien nemmen li llum rridu nsemmu l-familja u anke l-familja de facto.", "Anzi, immur iktar minn hekk, għax il-vjolenza domestika tista' tiġri, per eżempju, f'appartament li qiegħed fi blokk li għandu l-bieb prinċipali tiegħu fuq it-triq u ġewwa hemm diversi appartamenti li joqogħdu fihom membri ta' l-istess familja, imma joqogħdu bħala żewġ familji jew tliet familji u mhux bħala familja waħda.", "F'każi bħal dawn, fejn il-bieb ta' barra jinqafel, ma jkunx hemm il-possibbilta` li bniedem jgħajjat għall- ajjut jew li jkun hemm intervent ta' nies oħrajn.", "L-ewwel ħaġa li rridu nagħmlu fid-definizzjoni ta' \"membru domestiku\" hija li we call a spade by its name, a spade.", "Jiġifieri rridu nsemmu kemm il- familji regolari u kemm il-familji de facto, għax hemm numru ta' persuni li ma nħossx li qed jiġu protetti.", "Nerġa' ngħid li huwa importanti ħafna li jkun hemm il-protezzjoni għal dawk li jaċċettaw li joqogħdu f'dar li l-bieb ta' barra tagħha jkun ġo blokk ta' appartamenti, u mbagħad il-bieb li jagħti għat-triq ikun jinqafel.", "Jekk dawk in-nies li jkunu joqogħdu f'dak il-blokk jgħajtu għall-ajjut mhux se jsibu min jgħinhom bħalma jiġri meta jkun hemm ġlieda fit-triq, ġlieda f'ħanut, ġlieda waqt il-festa.", "Jista' jkun hemm min iferraqhom lil dawk, imma fil-każ ta' dawk li l-bieb ta' barra tagħhom ikun magħluq se jkun hemm problemi serji, u ħafna mill- inċidenti li jiġru jkunu f'dawn il-postijiet.", "Il-bieraħ il-ministru semmiet xi statisitka tal-vjolenza domestika, u qalet li kien hemm tant każi ta' vjolenza rapportati tan-nisa, ftit tat-tfal u ftit ta' l-irġiel.", "Sfortunatament, il-vjolenza domestika kibret iktar milli wieħed qed jaħseb.", "U mhux qed nitkellem biss fuq każi ta' vjolenza mwettqa mill-irġiel, għax każi ta' vjolenza fuq l-irġiel hemm ukoll.", "Iżda jiġri li waqt li mara tmur tirrapporta l-għassa għall-protezzjoni, raġel ma jmurx jirrapporta l-għassa.", "Ir-raġuni hija sempliċi.", "Jekk hu jmur jirrapporta l-għassa se jkun hemm min jidħak bih.", "Jien niftakar li kelli każ ta' wieħed li kien jgħid li l-qattusa girfitlu wiċċu.", "Meta darba rajtu bi black eye daqshiex għedtlu li jaqbillu jsib qattusa oħra, għax dik li għandu anke ingwanti tal-boxing għandha biex benġlitlu għajnejh b'dak il- mod.", "L-irġiel jistħu jirrapportaw każi bħal dawn.", "Hemm bżonn li nfittxu kif nistgħu nagħtu protezzjoni lil min ikun qed isofri vjolenza domestika.", "Mhux faċli li ssib il-protezzjoni u l-għajnuna, għax meta tibda l-vjolenza, kif ngħidu bil-Latin, abissus abissum invocat - l-abbiss jgħajjat abbiss ieħor warajh - u dak jerġa' jgħajjat ieħor warajh, u ma tafx fejn tispiċċa.", "Mill-esperjenza li għandi fil-professjoni tiegħi, f'każi ta' separazzjoni fejn tkun bdiet il-vjolenza m'hemmx triq oħra ħlief li tbegħedhom minn xulxin, bħalma jiġri fil-boxing, wieħed imur f'kantuniera u l-ieħor imur f'kantuniera oħra.", "Għax meta tibda l-vjolenza, kif tibda taf imma, kif tispiċċa ma tafx.", "Ikun hemm kelma żejda, u hi twaddab oġġett jew hu jwaddab oġġett u l-feriti jkunu hemmhekk, u ħafna drabi wara li jkun hemm l- inċident kulħadd jibda jipprova jgħatti.", "Waħda mill-problemi li ilha għaddejja ħafna hija l-kwestjoni ta' meta tnejn jiġġieldu llum, u l-każ tagħhom jitressaq il-qorti tliet xhur oħra, u sadanittant il-parti li tkun il-vittma tirtira dik li ngħidulha l-kwerela.", "Veru li din hija tradizzjoni li ġejja mid-dritt kontinentali, issibha fil- Kodiċi Kriminali Taljan u f'kodiċijiet oħrajn, imma f'każi ta' ċerti feriti ma nistgħux inħallu li jkun hemm ir-rinunzja tal-parti.", "Jiġifieri, jekk jien u int ma niġux minn xulxin, u jien nagħmillek ferita inti tista' tirrinunzja l-kawża li tkun ressaqt kontra tiegħi, imma jekk ikun xi ħadd li jiġi minni, dak ma jistax.", "Pero`, minkejja kollox, meta jkun hemm il- prova li l-affarijiet irranġaw, ħafna drabi l-qrati jsibu l-mezz kif jevitaw il-kundanni u l-pieni ħalli ma jħarrxux l-affarijiet.", "Imma ż-żewġ sitwazzjonijiet, kemm li jitħassar kollox u qisu ma ġara xejn, u kemm li tgħid li ladarba bdiet l-akkuża trid tibqa' sejjer biha, jistgħu jkunu ħżiena t-tnejn.", "Dan l-abbozz qed jemenda wkoll artikolu 383 tal-Kodiċi Kriminali li jittratta dwar il-garanzija.", "Fl-opinjoni tiegħi, hawnhekk għandna ngħidu li l-garanzija għandha tiġi imposta minkejja li jkun hemm ir-rinunzja, mingħajr ma tinżel fil-kondotta.", "Jiġifieri, f'każ ta' mara msawta li tressaq lir-raġel tagħha quddiem il-qorti, u wara li jgħaddu tliet xhur jirranġaw bejniethom minħabba t-tfal jew raġunijiet oħra, din taħfirlu u jaqa' kollox, għax m'hemmx każ kontra tiegħu.", "Dawn affarijiet li jiġru kuljum fil-qrati.", "Imma meta jkun hemm il-vjolenza, għallinqas għandha tiġi imposta l-garanzija taħt artikolu 383.", "S'issa, il-garanzija tista' ssir jekk il-persuna tinstab ħatja jew tammetti xi akkuża, imma f'dan il-każ dawn it-tip ta' garanziji għandhom isiru anke jekk tiġi rtirata l-kwerela.", "Għalfejn?", "Ħalli l-persuna li tkun ġiet quddiem il-qorti ma tkunx tista' thedded lill-persuna l-oħra: Allaħares neħel xi ħaġa għax jien naqtagħlek rasek!", "Jekk verament irranġaw bejniethom, ħallihom jirtiraw il-kwerela, imma trid għallinqas torbtu bil-garanzija lil min wettaq il-vjolenza, u mhux bil-maħfra jintesa kollox.", "Niġi issa għall-kummissjoni dwar il-vjolenza domestika.", "Hawnhekk ilni nitkellem fuq it-tfaqqis ta' kummissjonijiet.", "Naħseb li huwa naturali li l- ministru jkollha min jagħtiha pariri, imma ma naqbilx li toqgħod tagħmel kummissjonijiet.", "Jien ngħid li aħjar immorru għal dawk li jkunu on the field.", "Jien u l-Onor.", "D'Amato, li qiegħda hawnhekk, kellna l-esperjenza bħala membri fuq il-bord tal-MEPA.", "Hemmhekk għandhom l-enforcement officers, iżda biex jagħmlu xi ħaġa, dawn iridu jġibu l-pulizija jew is- suldati biex jgħinuhom.", "F'dan il-qasam żmien ilu kien hemm sentenza minn ċertu imħallef - għax tajjeb li nkunu nafu l-istorja legali f'dan il-pajjiż – fejn kien qal li l- pulizija m'għandhiex tidħol f'dawn il-każi familjari.", "Għalhekk meta n-nies imorru għand il-pulizija, dawn jgħidulhom imorru jġibu l-kwerela mingħand l- avukat.", "Aħjar inbiddlu l-mentalita` milli noqogħdu nagħmlu kummissjoni.", "Jeħtieġ li jkun hemm unit tal-pulizija li jkun imħarreġ f'dan il-qasam, allavolja diġa` hemm ħafna pulizija – u dan a kreditu tagħhom, minkejja li fi żmien il-Kummissarju Mifsud Tomasi kienet ħarġet ċirkolari li tgħid li, fejn jidħlu kwestjonijiet tal-familja, il-pulizija għandhom jibagħtu lin- nies għand l-avukati għax dawk huma kwestjonijiet ċivili - li jidħlu huma personalment f'każi bħal dawn ta' vjolenza domestika, u fejn ikun hemm inkwiet, jipprovaw iġibu l-paċi.", "Imma issa qed immur iżjed minn hekk.", "Il-pulizija għandhom jidħlu f'dawn il-kwestjonijiet għax huma għandhom l- awtorita` ta' l-uniformi u għandhom il-poteri ta' pulizija.", "Noqogħdu nagħmlu ħafna kummissjonijiet biex nagħtu l-pariri u mbagħad ngħidu: Min se jdendel il-ġonġol?", "Il-pulizija għandhom idendlu l-ġonġol.", "Jekk m'aħniex se nimxu fuq effective remedy, inutli!", "Bħalissa jien qed nagħti parir lill-ministru, u jista' jkun hemm ħaddieħor li jagħtiha parir.", "Per eżempju, l-Onor.", "Karl Chircop fakkarni fuq kwestjoni importanti ħafna.", "Qed nirriferi għall-vjolenza domestika li tkun ġejja minn mard mentali.", "Għandna ħafna każi ta' nies li sfortunatament ikunu qed ibatu minn depression - u hawnhekk ma noqogħdux ngħidu fuq gender, hux iżjed l-irġiel jew iżjed in-nisa – u minħabba l-istat mentali tagħhom jew l-istat tranżitorju li jkunu għaddejjin minnu, jsiru vjolenti u jsawtu lit-tfal, lir-raġel, lill-mara u membri oħra tal-familja.", "Ħafna drabi dawn ikunu każi mhux biss tal-pulizija imma jkun hemm bżonn treatment.", "Ċertament, f'każi bħal dawn ma nistgħux nibagħtu lil kulħadd l-isptar, imma rridu nagħtu importanza wkoll lil dan il-qasam.", "Irrid nitkellem ukoll fuq il-kwestjoni taċ-ċertifikati li jridu joħorġu t- tobba f'każi ta' vjolenza domestika.", "X'jiswa li noqogħdu nagħmlu kummissjoni li se tagħti pariri lill-ministru dwar it-terapija li għandha tingħata u ħaġa u oħra, u mbagħad, meta mara tmur għand it-tabib biex jagħmlilha ċertifikat dwar il-ġrieħi li tkun ġarrbet, jgħidilha li ma jagħmilhomx u jibgħatha l-polyclinic!", "Għaliex?", "Għax it-tabib jaf li jekk se jagħmel dak iċ-ċertifikat se jibagħtu għalih il-qorti min jaf meta, u jkollu jmur, għax inkella jeħel multa ta' disprezz lejn l-awtorita` tal- qorti, multa ta' xi Lm50 talli ma deherx.", "Barra li se jitlef ix-xogħol tiegħu, dan mhux se jkun xhud tal-fatt, imma xhud tat-tip ta' feriti li kien hemm.", "Sur President, jien nemmen li wasal iż-żmien li jibdew jiġu aċċettati fotografiji li tipproduċihom il-persuna li jikkonstataw feriti u jkunu ċertifikati minn surġent tal-pulizija.", "Dan jgħid li rahom u għandu dawk il- fotografiji.", "M'iniex qed ngħid li mara msawta għandha tmur l-għassa biex il-pulizija jeħdulha r-ritratti tat-tbenġil li għandha fuq partijiet ta' ġisimha, imma tmur għand xi ħadd li m'għandhiex sudizzjoni minnu u jeħdilha r-ritratti hu.", "Dawk għandhom ikunu prova.", "It-tieni nett, jekk iċ- ċertifikat tat-tabib ma jiġix ikkontestat, kemm jista' jkun ejja ma nsallbux lit-tobba b'dawn l-affarijiet.", "Jekk m'aħniex se naċċettaw li ċerti provi jkunu hemm, x'jiswa li noqogħdu nagħtu l-pariri lill-ministru fuq kull aspett tal-vjolenza domestika?", "Jekk sar il-każ u hemm il-provi, ejja ma nintilfux fuq il-bizzilla tal-liġi meta dawn il-fatti għandhom ikunu preċiżi u ċari.", "Ħaġa oħra li tinkwetani f'dan l-abbozz hija li daħħlu l-idea tar- restraining orders, jiġifieri torbtu.", "Kif inhi miktuba l-liġi hawnhekk tagħmel sens, pero` mhux biżżejjed.", "U jien qed nagħmel kritika fuq din il- liġi biex naraha aħjar.", "Nittama li l-messaġġ qed jasal.", "Per eżempju, fl- Awstralja qabel ma jidher quddiem il-qorti għandhom l-użanza li they put him in denial, kif jgħidulha.", "Jekk għandek raġel u mara li qegħdin jissawtu mit-tifel tagħhom għax huwa drogat jew għax ikun fis-sakra, il- pulizija tkun obbligata mhux biss li tidħol, imma li tressqu quddiem il- maġistrat u jagħmillu restraining order anke fuq prima facie evidence – bħal meta noħorġu fuq pledge hawn Malta - u jgħidlu li jekk kemm-il darba jerġa' jagħmel każ bħal dan, jista' jiġi arrestat sakemm il-każ jinqata'.", "Għaliex?", "Għax wieħed ma jkunx jaf mill-bidu kemm hi l-perikolożita`.", "Ejja ngħidu jkollok każ ta' persuna li tkun qed tiżboxxla.", "Trid tagħmel restraining order u tara x'inhi l-personalita` tiegħu.", "Irid jitressaq quddiem maġistrat li jista' jordna li jiġi eżaminat minn tabib at the very early stages, mhux wara li jkollok id-diżastru.", "Dan bħal meta - u din jużawha l-pulizija - wieħed jisker u jaraw li hu perikoluż bis-sewqan, f'kollox, u jżommuh l-għassa until he sobers up.", "M'aħniex qed ngħidu li tneħħilu l-liberta`, imma anke jekk wieħed jara l-artikolu 5 isib li tista' żżomm persuna biex tipprevjeni milli jsir ir-reat.", "Jekk għandek nies qed jiġġieldu, indemonjati għal xulxin, jeħtieġ li tintervjeni dak il-ħin u jkun hemm ir-restraining order, mhux tgħid li meta l-qorti ssibu ħati tagħmillu r-restraining order.", "Din hija tip ta' restraining order li żżomm lill-individwu milli jagħmel dak l-att.", "Il-fatt li ġabuh quddiem il-qorti u poġġewh f'ċertu straitjacket, minn hemmhekk 'il quddiem jieħu l-lezzjoni.", "Għaliex?", "Għax il-persuna stess tinduna li qed tirriskja bil-goff.", "Ma tibqax tgħid: Billi tajtha daqqa ta' ħarta, billi griftha?", "Issa tgħaddilha u tinsa!", "Jekk ġara l-fatt u saret ir-restraining order kif il- ftira għadha sħuna, għallinqas il-persuna l-oħra tkun moħħha mistrieħ.", "Il-kwestjoni tar-restraining order mhux biss għandha tkun fis-sejbien ta' ħtija imma anke f'dawn il-każi, għax dawn jistgħu jkunu każi urġenti.", "Għalhekk fil-bidu semmejt iċ-ċirkostanzi ta' meta jingħalaq il-bieb ta' barra.", "Meta jingħalaq il-bieb ta' barra u n-nies ikunu ġewwa, dik hija, kif ngħidu bil-Latin domus, the house.", "Hemmhekk huwa diffiċli biex tgħajjat l-ajjut.", "Waħda mill-esperjenzi li baqgħet shock f'moħħi kienet ta' mara u t-tifla tagħha li ġew ikellmuni.", "Kont iltqajt magħhom il-Belt ħdejn il-qorti fit-taraġ ta' ħdejn l-uffiċċju.", "Dan kien l-Erbgħa, u l- Ġimgħa kont qed nisma' l-aħbarijiet u smajt li mietet il-mara u t-tifla li kienu ġew ikellmuni, u ftit wara miet ir-raġel ukoll.", "Il-biża' kien proprju li ma kien hemm l-ebda mezz kif tipproteġi.", "Każ ieħor li qed niftakar kien ġara ġewwa s-Siġġiewi.", "Kien hemm raġel li lanqas l-avukat tiegħu ma kien qed jikkontrollah bil-fatti li kien qed jagħmel.", "Din il-familja ċemplet lill-pulizija u qaltilhom: Il-familja qed tiġi aggredita b'mod qawwi mir-raġel tat-tifla.", "Aħna tliet nisa hawnhekk, kulma għandna bieb ta' l-aluminium.", "Ejjew agħtuna l-għajnuna.", "Ir-risposta kienet: Aħna se nipprovaw niġu, pero` agħmlu gwardarobba wara l-bieb ħalli ma jidħolx.", "Meta nibda nitkellem nibda niftakarahom dawn il-fatti.", "Tliet nisa li qegħdin jibżgħu fiċ-ċirkostanzi li qegħdin, u kulma kien hemm jifridhom mill-aggressur kien bieb ta' l-aluminium, u jgħidulhom biex jagħmlu gwardarobba wara l-bieb.", "Lanqas kieku konna tliet irġiel!", "L-ewwel trid tneħħi l-ħwejjeġ minn ġo fiha, tħoll il-viti, imbagħad terġa' tinvitaha, u tagħmel il-gwardarobba wara l-bieb.", "Forsi tkun kelma żejda.", "Dan il-fatt naħilfu, Sur President.", "Hawnhekk hi l-problema kollha!", "Mhux imbilli nagħmlu l-liġijiet!", "Meta jkun hemm ċertu behaviour, aħjar tipprevjeni qabel ma jkun hemm kundanni li jħallu t-togħma qarsa.", "Tipprova ġġibu f'sensieh lil dak li jkun billi tgħidlu: Inti bully, inti b'saħħtek, lill-mara tagħtiha bil-ponn kemm tiflaħ, titbenġel u jgħaddilha, u l-ferita f'qalbha tgħaddilha wkoll!", "Mhux veru tgħaddilha, għax l-espressjoni li spiss smajt min-nisa li jiġu msawta hi: Iva, kieku jmur ma' mara oħra ngħid mar biex jieħu gost, imma x'gost jieħu meta jsawwat lili?", "Xi pjaċir jieħu talli jsawwatni?", "Jiġifieri, ħafna drabi l-ferita tas-swat mhijiex dik tal-ġilda imma hija iktar fis- sentiment.", "Mr Speaker, jien nixtieq li barra li nneħħu s-super struttura ta' l-aġenzija, the designated commission jew agency, is-support għandu jingħata lill-unit li jinħoloq fi ħdan il-pulizija ħalli dawn ikunu jafu how to handle dawn il-kwestjonijiet.", "MR SPEAKER: Onor. Brincat, sar il-ħin.", "Se tibqa' in possession?", "ONOR.", "JOSEPH BRINCAT: Iva, nibqa' in possession.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Helen D'Amato biex, jekk jogħġobha, tressaq l- Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "HELEN D'AMATO (Segretarju Parlamentari): Sur President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tnejn, 6 ta' Ġunju 2005, fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Vjolenza Domestika - Tieni Qari (Kont.); u", "Xi aġenda oħra li tista' tiġi komunikata aktar tard.", "-----------------------------------", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Reġistru Ċentrali - Kumitat Permanenti.", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Sħubija ta' Malta fil-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp - Kumitat Permanenti.", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Bank Ċentrali ta' Malta - Kumitat Permanenti.", "Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet – Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Charles Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Sur President, fil-ftit ħin li għandi llum nixtieq niġbed l-attenzjoni dwar x'qed jiġri fis-Sea Malta għax xhur ilu konna tlabna li jkun hemm diskussjoni dwar din il-kumpannija u l-ministru kien tana x'nifhmu li kien hemm xi offerti biex din tiġi privatizzata jew mibjugħa.", "Nhar il-Ħadd li għadda ħareġ rapport fil-gazzetti, li sal-lum ma ġiex innegat, fejn intqal li s-Sea Malta kienet qed tingħata l-impressjoni li l- valur tagħha huwa zero u jekk ma jeħodhiex xi ħadd li jagħmel offerta, tingħalaq.", "L-ewwel ħaġa li wieħed irid jistaqsi hija din: Il-proċess tal- privatizzazzjoni min qed jagħmlu?", "Xi individwu, il-ministru, xi ħadd imqabbad mill-ministru jew inkella l-privatisation unit?", "Din hija importanti għax madwar ħames snin ilu l-privatisation unit kienet ħarġet white paper fejn iffissat il-kriterji li dwarhom tħaddem u timplimenta l- proċess ta' privatizzazzjoni.", "Huwa tajjeb li jingħad ukoll li l- privatizzazzjoni kif imħaddma minn dan il-gvern matul dawn l-aħħar ħames snin ma tat l-ebda riżultat u dan ġie indikat anke fl-oġġettivi ta' din il- white paper.", "Fil-fatt il-flus li daħlu mill-privatizzazzjoni fl-ebda ċirkostanza ma marru biex inaqqsu d-dejn pubbliku anzi matul dawn il-ħames snin dan irdoppja.", "Ma rridux ninsew, per eżempju, li meta kienu se jipprivatizzaw il-Mid-Med Bank aċċettaw il-fatt li dan kien underpriced.", "Mhux hekk biss imma l-prim ministru ta' dak iż-żmien, Dr Fenech Adami kien qal li Lm10 miljun 'l hemm u Lm10 miljun 'l hawn ma kenux se jaffettwaw u qalilna wkoll li se jġibu investiment ġdid.", "Issa l-investiment li kienu qalulna li ġej baqa' ma ġiex waqt li s-sidien il-ġodda tal-bank kienu kapaċi jirdoppjaw il-profitti.", "Pero` issa se niffokaw fuq is-Sea Malta.", "Fil-fatt se nagħmel riferenza għal dak li kien qal is-segretarju tal-federazzjoni ta' l-industrija sena ilu, meta kien issemma li s-Sea Malta se tiġi privatizzata.", "Dan qal li:", "\"Is-Sea Malta qed tipprovdi servizz li hemm bżonn li ma jieqafx għall- industrija għax l-industrija tidħol fil-problemi.\".", "Diġa` għandna l-qasam ta' l-industrija fi problemi kbar u l-fatt li l- gvern, bl-aktar irresponsabbilta`, qed jipproponi li s-Sea Malta tista' tispiċċa jista' jqanqal inkwiet bla bżonn.", "Is-segretarju tal-federazzjoni ta' l-industrija qal ukoll li:", "\"Il-gvern għandu jifli sewwa l-konsegwenzi qabel ma jipprivatizza s- Sea Malta.\".", "Dan ifisser li għal entita` li għandha mansjoni u funzjoni strateġika hemm konsegwenzi u l-gvern ikun qed jonqos jekk dan jinjorah.", "Imbagħad is- segretarju ta' l-industrija qal ukoll li:", "\"Ma nistgħux ninsew li s-Sea Malta hija intrapriża nazzjonali ddedikata totalment biex taqdi l-bżonnijiet ta' Malta għal dak li jirrigwarda l-importazzjoni u l-esportazzjoni tal-merkanzija.\".", "Mela hawnhekk ġie sottolineat l-interess nazzjonali u jekk il-gvern huwa responsabbli, għandu jieħu kull konsiderazzjoni oħra; l-interess nazzjonali, l-interess ta' l-industrija Maltija u l-interess li jkollok linja li tiggarantixxilek li inti tkun tista' twassal l-importazzjoni u l- esportazzjoni tiegħek.", "Imbagħad dan spiċċa hekk:", "\"Ikun fid-dover tal-gvern li jekk jibqa' għaddej bil-privatizzazzjoni tas-Sea Malta jagħmel kondizzjonijiet xierqa li jassiguraw il- kontinwita` u l-kwalita` tas-servizz preżenti.\".", "Mela l-FOI qed tiddikjara li s-Sea Malta kienet qed tagħti servizz.", "Dan mhux qed jiddikjarah Charles Mangion, imma qed jiddikjarawh in-nies li huma direttament involuti u li jkollhom x'jaqsmu mal-bżonn li jkollhom dan is- servizz assigurat.", "Fil-fatt qed jingħata ċertifikat li hemm kontinwita` u kwalita` iżda billi qed ngħid dan ma jfissirx li s-Sea Malta m'għandhiex il- problemi tagħha.", "Ma jfissirx li jkun ħażin li wieħed jimmodernizza l- management tagħha u jara kif jagħmel biex jekk ikun hemm bżonn jagħmlilha ristrutturar biex tkun iktar effiċjenti u tidħol iktar fis-suq.", "Ċertament dawn huma l-options li l-gvern għandu jikkonsidra jekk huwa gvern responsabbli, pero` m'għandu qatt ikun hemm l-attitudni li ninsew dan l- interess nazzjonali.", "Huwa tajjeb li jingħad li meta l-prim ministru kien qed jitkellem fuq is- Sea Malta fis-7 ta' Awissu tas-sena li għaddiet kien qal illi hemm il- kompetizzjoni.", "Fi kliem il-prim ministru dan ifisser li hemm interess għax- shipping lines li jipprovdu s-servizzi li pajjiżna għandu bżonn.", "L-Onor.", "Gonzi qal li l-bżonn nazzjonali jaqduh shipping lines kummerċjali li ma jħarsu qatt lejn l-interess strateġiku u nazzjonali, imma jħarsu lejn l- interess tagħhom personali.", "U sewwa jagħmlu, ngħid jien, għax dak hu xogħolhom, mhux li jħarsu l-interess nazzjonali ta' pajjiżna, imma li jħarsu l-interess ta' l-azzjonisti tagħhom.", "Hawn irrid infakkar li fis-snin tmenin u disgħin is-Sea Malta kienet tagħmel trasport ta' merkanzija prattikament b'xejn biex toħloq a level playing field u mhux biex tissussidja l-manifattura.", "Dan għaliex peress li Malta hija mdawra bil-baħar li jisseparana mill-mainland, jiġifieri mill- Italja, aħna għandna spiża addizzjonali li intrapriżi fil-mainland ta' l- Italja u fil-mainland Ewropea m'għandhomx.", "Irrid ngħid ukoll li minn mindu twaqqfet is-Sea Malta fl-1974 b'kapital ta' Lm3 miljun, - għax kulħadd qed jagħti l-istampa kerha li din qed titlef fil- preżent - minn dak il-kapital tat f'dividends lill-gvern ta' Malta madwar Lm2 miljun, jiġifieri tatu ammont sostanzjali.", "Issa għaliex il-gvern, meta kien approva li din il-kumpannija għandha tingħata injection ta' kapital xi żmien ilu u mbagħad reġa' bdielu, dik hija affari tiegħu għaliex iddeċieda hekk.", "Għalhekk huwa importanti li jkun iċċarat il-proċess ta' kif qed tiġi privatizzata s-Sea Malta.", "Il-gvern għandu jiggarantixxi dik il-komunikazzjoni essenzjali li kienet tassigura s- Sea Malta bejn Malta u l-mainland, jiġifieri l-Italja, kemm biex nimportaw kif ukoll biex nesportaw.", "Hawnhekk ikun tajjeb li jingħad li ċerti servizzi, bħal meta kien jiġi trasportat il-gass tal-Multigas u affarijiet bħal dawn, ma kenitx tagħmilhom shipping line oħra minħabba l-element ta' riskju, imma s-Sea Malta kienet tagħmlu għall-interess nazzjonali.", "Għalhekk huwa importanti li dawn l-interessi nazzjonali jkunu definittivament assigurati, mhux billi jgħidulna li jekk iddaħħal il-public service obligation fil-kuntratt dan se jkun assigurat.", "Hemm xi garanzija li torbot lill-operatur il-ġdid - jista' jkun barrani jew lokali - li din il-public service obligation josservaha, ikunu xi jkunu ċ-ċirkostanzi?", "Qed ngħid dan għax aħna kellna shipping lines li meta ma qablilhomx qabdu u ssospendew is-servizz mingħajr ma kkonsultaw la ma' Malta, la ma' min jaħdem fil-manifattura, la ma' l-importaturi, la maċ-chamber of commerce, la mal-federation of industry u lanqas mal-GRTU.", "Dawn qabdu u ssospendew is-servizz.", "Fil-passat l-esperjenza kienet li kien hawn kumpannija li meta dehrilha, minħabba l-problemi li kellha, ħalliet il-merkanzija Catania u kieku ma kienx għas-Sea Malta kien ikun hemm problemi kbar biex dik il- merkanzija tinġieb 'l hawn.", "Huwa għalhekk li l-FOI stqarret li l-gvern fil- proċess ta' privatizzazzjoni jrid jieħu ħsieb u jagħti kas u jevalwa l- importanza strateġika ta' din il-kumpannija.", "Ma nistgħux nibqgħu ninjoraw dawn ir-realtajiet li għandu pajjiżna għax bl-istess argument li qed japplika għas-Sea Malta, allura issa jista' japplikah għall-Air Malta għax din minħabba d-deċiżjonijiet ta' gvernijiet Nazzjonalisti li bażwruha b'piżijiet ta' l-Avro jets li jammontaw miljuni ta' liri, għandha d- diffikultajiet tagħha.", "Din hija kumpannija li pprovdiet 2,000 impjieg, li dejjem tat id-dividends lill-gvern u li dejjem tat servizz lis-settur turistiku.", "Allura jekk din jibqa' jkollha problemi jew inkella telf fil-core operations tagħha, bl- istess argument il-gvern jasal biex ibigħha jew inkella jagħlaqha.", "Wara kollox dan huwa l-argument li qegħdin napplikaw għas-Sea Malta.", "L-iskop ta' dawn iż-żewġ kumpanniji kien l-importanza strateġika li pajjiżna, kontinwament, f'kull ħin u f'kull mument, ikollu l-link assigurat u garantit bejn Malta li hija gżira mdawra bil-baħar u l-mainland.", "Dan huwa fattur fl-interess nazzjonali u huwa importanti għall-iżvilupp tal- manifattura kif ukoll għas-settur ta' l-importazzjoni.", "Sal-lum kulma sar kien li nipprovaw immaqdru lil din il-kumpannija qisha qatt ma tat servizz lil dan il-pajjiż biex noskuraw u b'hekk niġġustifikaw ċerti affarijiet.", "Sur President, l-Ingilterra kienet waħda mill-ewwel pajjiżi li bdiet il- privatizzazzjoni.", "Fil-fatt kien hemm min irnexxa u kien hemm min ma rnexxiex u f'dan il-każ il-gvern reġa' ħadhom lura.", "Eżempju ta' dan huwa l- public transport li ma rnexxiex.", "Għalhekk ma noqogħdux niġu bid-diska li bil-privatizzazzjoni se nsolvu l-problemi.", "Kull każ irridu nevalwawh għall- bżonn strateġiku tiegħu għal pajjiżna.", "Inutli noqogħdu ngħidu li l-Italja qed jagħmlu hekk, il-Ġermanja għamlu hekk u Spanja għamlu hekk.", "Pajjiżna f'ekonomija miftuħa għandu l-partikolaritajiet tiegħu bħala gżira ċkejkna, limitata, imdawra bil-baħar, li m'għandhiex il-level playing field fil- qasam tat-trasport, li għandha ċerti benefiċċji, imma għandha wkoll ħafna żvantaġġi.", "Fid-deċiżjonijiet li jittieħdu l-element strateġiku u dak ta' interess nazzjonali għandu jkun ewlieni.", "Għax entita` privata - anke jekk ikollha l-obbligu - qatt m'hu se jkollha l-commitment li tħares l-interess nazzjonali tal-pajjiż għax l-ewwel commitment tagħha huwa, u jibqa', il- profitt li tagħmel għall-azzjonisti tagħha.", "Dak huwa l-obbligu tagħha filwaqt li l-obbligu ta' l-interess nazzjonali huwa dak li jkun fl-interess għal pajjiżna.", "Dan il-ħsieb irridu nżommuh f'moħħna issa, fil-futur u aktar u aktar fil-ħidma tagħna anke bħala parti mill-Unjoni Ewropea.", "L- effett tad-deċiżjonijiet li jieħu l-gvern Malti irid isofrih il-poplu Malti u l-operaturi ekonomiċi ta' pajjiżna.", "Għalhekk inħeġġeġ lill-operaturi biex jitkellmu u jgħidu l-affarijiet ċari u ma joqogħdux lura, għax fl- aħħar mill-aħħar ikunu qegħdin jaħdmu fl-interess nazzjonali li nħossu li kull membru parlamentari għandu l-obbligu li jħares.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joseph Cuschieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Mr Speaker, f'dan il-ftit ħin li fadal nixtieq nitkellem ftit dwar is-sitwazzjoni tas-settur turistiku f'pajjiżna.", "Bla dubju ta' xejn dan huwa settur importanti li jirrappreżenta terz ta' l- ekonomija ta' pajjiżna u li joħloq 'il fuq minn 40,000 impjieg.", "Fi gżira bħal tagħna dan ifisser persentaġġ qawwi mill-ħaddiema globali ta' pajjiżna u allura jfisser id-dħul tal-familji Maltin u Għawdxin.", "Fid-diskors tal-budget li għadda l-gvern ħabbar li għandu miri speċifiċi fejn jidħol is-settur turistiku.", "Fost l-oħrajn, waħda mill-miri li ħabbar kienet li għal dawn it-tliet snin li ġejjin min-naħa tal-gvern huwa maħsub li kull sena jżid ammont ta' madwar 50,000 turist jew aktar.", "Kieku bħala mira, bħala idea u bħala xewqa hija xi ħaġa fantastika u hija xi ħaġa sabiħa, imma milli jidher - u dan ngħiduh bi sfortuna - l-andament fl-ewwel erba' xhur ta' din is-sena ma tantx qed juri li din il-mira se tintlaħaq.", "Fil-fatt skond l-aħħar statistika tal-gvern stess li ħarġet mill-uffiċċju nazzjonali ta' l-istatistika jidher li fl-ewwel erba' xhur ta' din is-sena mhux biss ma kellniex żieda, imma kellna tnaqqis ta' 0.4% tat-turisti li żaruna.", "F'April biss - qed insemmi sa April għax l-aħħar statistika li ħarġet tkopri sa April – meta kkomparat ma' April tas-sena ta' qabel kellna tnaqqis ta' 3.8%, u naħseb li din hija ċifra preokkupanti.", "Fil-fatt jekk tħares lejn is-suq Ingliż waħdu, wieħed mill-aqwa swieq li tradizzjonalment jattira dan il-pajjiż, issib li fl-ewwel erba' xhur tas- sena kien hemm tnaqqis ta' 4.2%.", "Minn pajjiżi oħra wkoll kellna tnaqqis u fost dawn insibu l-Italja, l-Awstrija, in-Norveġja, l-Isvizzera, ir-Russja, il-Libja u l-Amerika.", "Huwa preokkupanti mhux biss il-fatt li kellna dan it- tnaqqis, imma wkoll x'fisser dan it-tnaqqis fl-ekonomija ta' pajjiżna.", "Per eżempju, it-total ta' ljieli li t-turisti qattgħu f'pajjiżna b'mod globali naqas b'4.3%.", "Fejn jidħlu l-iljieli fil-lukandi f'pajjiżna kellna tnaqqis ta' 1.3%.", "Issa hawnhekk qed nitkellmu fuq l-ewwel erba' xhur tas-sena.", "Jekk tħares lejn it-turisti li ma jiġux permezz ta' package imma jiġu b'mod dirett lejn pajjiżna ssib li fl-ewwel erba' xhur ta' din is-sena dawn nefqu Lm0.5 miljun inqas milli nefqu fl-ewwel erba' xhur tas-sena li għaddiet, jiġifieri anke hawnhekk kellna tnaqqis ta' 3%.", "Dawn iċ-ċifri waħedhom huma ċifri li jinkwetaw mhux biss lilna bħala oppożizzjoni, imma għandhom jinkwetaw ukoll lin-naħa tal-gvern li minkejja l-miri li poġġa hu stess jinsab 'il bogħod minnhom.", "Mhux hekk biss imma dawn iċ-ċifri jinkwetaw ħafna wkoll lill-operaturi fil-qasam turistiku f'kull livell, lill-ħaddiema u anke lill-poplu in ġenerali.", "Sur President, min hu fis-settur aktar iħoss x'qed jiġri minna.", "Aħna forsi nanalizzaw u nipprovaw insegwu x'inhu jiġri imma min ikun fis-settur b'mod dirett, speċjalment l-operaturi, ikunu qed iħossu dawn l-affarijiet b'idejhom u jkunu jistgħu jantiċipaw x'se jiġri bil-quddiem.", "Kif jaf kulħadd l-intervista tal-ministru f'wieħed mill-ġurnali lokali tagħti l- impressjoni li m'hemmx problemi pero` jien ikolli ngħid li l-fatti huma mod ieħor.", "Il-fatti juru li l-gvern f'dan is-settur - fost setturi oħra, imma jien fuq dan is-settur qed nitkellem - jinsab bla direzzjoni assoluta.", "Jekk wieħed iħares, per eżempju, lejn x'ġara f'dawn l-aħħar xhur fi ħdan il- Malta Tourism Authority jista' jsemmi faċilment mitt każ u mitt eżempju ta' kif din l-awtorita' m'għamlitx dak li kien mistenni minnha.", "U wieħed mir-riżultati ta' dan huwa d-diżgwid intern li hemm fi ħdan l-istess awtorita` li aktar kien hemm min jinteressah kif se jieħu ċerta pożizzjoni milli mill-ħidma għall-ġid tal-pajjiż f'dan is-settur.", "Dan jafu kulħadd, nimmaġina li anke l-ministru nnifsu jafu, u jekk ma jafux allura dan qed igħix f'ħolma.", "Jekk ma jafux għandu jmur jitkellem ma' l-operaturi u ma' kulmin huwa rappreżentat fl-awtorita`.", "Issa ħalli nitkellem ftit fuq in-nuqqas ta' direzzjoni li hemm fl-Air Malta bħalissa.", "Nafu li ftit tax-xhur ilu l-Air Malta ħadet ċerti pożizzjonijiet u ħabbret xi pjanijiet pero` nafu wkoll li dawn se jinqalbu ta' taħt fuq.", "Ir-raġuni għal dan kollu jkollna ċans nitkellmu dwarha għax illum aħjar nitkellmu fuq it-turiżmu b'mod ġenerali.", "Huwa interessanti li wieħed mhux biss jara x'qed ngħidu aħna u l-operaturi imma jara wkoll x'qed jgħidu r- rappreżentanti ta' l-operaturi.", "Per eżempju, jien rajt l-aħħar stqarrijiet maħruġa mill-Malta Hotels and Restaurants Association li fi ħdanha tiġbor 'il fuq minn 70% tal-lukandiera f'pajjiżna bħala membri u rajt ukoll x'intqal fuq il-ġurnal \"Il-Ġens\" mhux ta' xahar ilu jew ta' xi sena ilu, imma ta' nhar il-Ġimgħa li għaddiet.", "Fil-fatt dan jikkontrasta bi kbir ma' dak li qed jgħid il-ministru u ma' dak li qed jgħid il-gvern.", "Il-gvern qed jgħid li se jkun hemm irkupru fix-xhur tas-sajf biex jilħaq it-targets tiegħu.", "Pero` ħalli naraw x'qed tgħid l-MHRA f'dan ir-rigward u se nikkwota.", "Skond l-MHRA:", "\"Is-sitwazzjoni fil-lukandi Maltin għax-xhur li ġejjin tidher li se tkun 'il bogħod mill-miri li għamel il-gvern jekk ma ssirx xi ħaġa drastika u mmedjata biex jinġiebu aktar turisti lejn pajjiżna.\".", "L-MHRA tkompli hekk:", "\"Sfortunatament l-indikazzjonijiet li għandna quddiemna bħalissa huma li mhux se jkollna xi żieda sostanzjali fuq is-sena li għaddiet fl- għadd ta' turisti li jiġu Malta.\".", "Dejjem infakkar li l-mira tal-gvern fil-budget kienet li nżidu 50,000 turist matul din is-sena.", "L-MHRA tkompli hekk:", "\"Il-mira tal-gvern, kif imħabbra s-sena li għaddiet hi li din is-sena jkollna żieda ta' 50,000 turist.", "Dan ifisser żieda ta' 4.5% fuq l- għadd ta' turisti li għażlu lil pajjiżna għall-vaganzi tagħhom matul is-sena l-oħra.", "Il-gvern qed jittama li matul din is-sena li qegħdin fiha Malta tkun tista' tilqa' total ta' 1.2 miljun turist, li minnhom 460,000 huma mistennija li jaslu Malta bejn Lulju u Settembru.", "Sidien ta' lukandi qed jgħidu li kif inhuma l-affarijiet bħalissa kollox jindika li immedjatament il-livell ta' occupancy fil-lukandi Maltin għax-xhur tas-sajf se jkun ta' madwar 60%.\".", "L-MHRA tkompli tgħid li:", "\"Biex Malta tkun tista' tgawdi mis-sitwazzjoni ta' late bookings l- awtorita' Maltija għat-turiżmu għandha tagħmel kampanja ta' riklamar b'tattika aggressiva, l-aktar f'dawk il-pajjiżi li minnhom tradizzjonalment jiġu t-turisti f'pajjiżna.\".", "Imbagħad l-MHRA tkompli titkellem dwar is-sitwazzjoni fil-pajjiż u tgħid:", "\"Il-problema hi, kif dejjem għidna, li waqt li għandna lukandi li jqabbluha tajjeb mal-livell ta' lukandi ta' pajjiżi oħra kompetituri tagħna, fl-istess waqt l-ambjent tagħna li jinkludi l-indafa fil- pajjiż, ix-xogħol tal-kostruzzjoni, l-aktar dak li jkun għaddej qrib il-lukandi f'żoni turistiċi, u l-istat tat-toroq tagħna, fost ħwejjeġ oħra b'mod ġenerali, hu traskurat u bla dubju jista' jkun ħafna aħjar.\".", "Dan ma qalitux l-oppożizzjoni Laburista imma qed tgħidu l-MHRA li fi ħdanha tiġbor 'il fuq minn 70% tal-lukandiera f'pajjiżna, apparti numru ieħor ta' sidien ta' ristoranti.", "Jiġifieri kulħadd qed iħoss x'inhu jiġri, imma jidher ċar li meta tiġbor kollox l-akbar problema li għandu l-pajjiż f'dan is-settur huwa l-gvern tal-ġurnata.", "Qed ngħid dan għax dan huwa gvern bla ideat u gvern li fi ħdan il-kabinett tiegħu u l-grupp parlamentari tiegħu m'għandux nies kompetenti biex jindirizzaw dan is-settur b'serjeta`, b'effiċjenza u fl-interess nazzjonali.", "U sfortunatament meta tħares b'mod globali lejn dan kollu jiddispjaċik li tara li wara kollox qed ibatu minn dan kollu l-operaturi, dawk li nvestew, il-ħaddiema li ħafna minnhom qed jgħixu f'ansjeta f'dan is-settur u finalment u l-aktar importanti l- ekonomija tal-pajjiż.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it-Tnejn, 6 ta' Ġunju 2005 fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mis-segretarju parlamentari.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "XOGĦLIJIET FL-ISKOLA PRIMARJA TAL-BELT", "12479.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 11322, jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-programm ta' xogħlijiet imsemmi?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-proġett imsemmi f'mistoqsija parlamentari 11322 huwa wieħed minn mijiet ta' talbiet oħra żgħar, ta' daqs medju jew kbar għal xogħlijiet differenti li jsiru minn żmien għal żmien minn diversi kapijiet ta' skejjel u minn uffiċjali oħra fid-diviżjoni ta' l- edukazzjoni.", "Dawn ix-xogħlijiet jitwettqu fuq perijodu ta' żmien meta jkun il-mument opportun u skond prioritajiet determinati minn diversi fatturi ewlenin, fosthom sigurta', saħħa u urġenza.", "BENEFIĊJARJI SOĊJALI F'SANTA VENERA", "12619.", "L-ONOR.", "CLYDE PULI staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid kemm residenti minn Santa Venera mill- 2001 'il hawn kienu u għadhom qed jieħdu xi forma ta' benefiċċji soċjali, allowances, pensjoni, eċċ.?", "Kull benefiċjarju kemm qed jieħu u kull meta?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Ninsab informata li d-dipartiment tas-sigurta' soċjali ma jżommx statistika kif mitluba.", "KOMPETITTIVITA' U KOMUNIKAZZJONI - RIĊEVIMENTI", "12640.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew ordnati li jsiru riċevimenti fil-ministeru għas-snin 2004 u 2005?", "Min kienu d-dulċiera u kemm telgħet l-ispiża?", "X'kienet l-okkażjoni?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "RIŻORSI U INFRASTRUTTURA - RIĊEVIMENTI", "12641.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura: Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew ordnati li jsiru riċevimenti fil-ministeru għas-snin 2004 u 2005?", "Min kienu d-dulċiera u kemm telgħet l-ispiża?", "X'kienet l-okkażjoni?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: It-tagħrif mitlub hu kif jidher mit-tabella li qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "SAĦĦA, ANZJANI U KURA FIL-KOMUNITA' - RIĊEVIMENTI", "12642.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita': Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew ordnati li jsiru riċevimenti fil-ministeru għas-snin 2004 u 2005?", "Min kienu d-dulċiera u kemm telgħet l-ispiża?", "X'kienet l-okkażjoni?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: tweġiba tingħata aktar 'il quddiem.", "FAMILJA U SOLIDARJETA' SOĊJALI - RIĊEVIMENTI", "12643.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid kemm ġew ordnati li jsiru riċevimenti fil-ministeru għas-snin 2004 u 2005?", "Min kienu d-dulċiera u kemm telgħet l-ispiża?", "X'kienet l-okkażjoni?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Ninsab informata li t-tagħrif mitlub dwar riċevimenti fil-ministeru għas-snin 2004 u 2005 hu kif ġej:", "|2004 | |Okkażjoni |Dulċier |Ammont| |Children's Day |Food |Lm | | |Inspiration|90.03 | | |s Ltd | | |Year of the |James | | |Family |Caterers |63.66 | | |Ltd | | |Ftuħ tal-Milied|RJC | | |Flimkien |Caterers |318.60| | |Ltd | | |2005 | |Laqgha |James | | |mad-diretturi |Caterers |7.20 | | |Ltd | |", "ŻVILUPP URBAN U TOROQ - RIĊEVIMENTI", "12644.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t- Toroq: Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew ordnati li jsiru riċevimenti fil- ministeru għas-snin 2004 u 2005?", "Min kienu d-dulċiera u kemm telgħet l- ispiża?", "X'kienet l-okkażjoni?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ma saru l-ebda riċevimenti fil-ministeru għas- snin 2004 u 2005.", "TURIŻMU U KULTURA - RIĊEVIMENTI", "12645.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew ordnati li jsiru riċevimenti fil- ministeru għas-snin 2004 u 2005?", "Min kienu d-dulċiera u kemm telgħet l- ispiża?", "X'kienet l-okkażjoni?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il- mejda tal-Kamra.", "PROĠETT TA' TIGNE'", "12666.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali: Tista' il-Ministru tgħid xi kwestjonijiet fadal bejn l-iżviluppatur ta' Tigne' u l-inkwilini ta' Tigne' dwar l-akkomodazzjoni li qed jiġu offruti?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Ninsab informata li l-proċess ta' allokazzjoni ta' akkomodazzjoni lill-persuni li rrifera għalihom l-Onor.", "Interpellant, qed isir mill-awtorita' tad-djar b'kollaborazzjoni mad-dipartiment ta' l- artijiet, biex malli jitlesta l-bini, il-postijiet jitqassmu lill-inkwilini prospettivi mingħajr dewmien.", "TURIŻMU U KULTURA – SALARJI TA' CEOs", "12688.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura: Jista' il-Ministru jgħid x'inhuma s-salarji taċ-chief executive officers ta' l-awtoritajiet, fondazzjonijiet, korporazzjonijiet, kummissjonijiet, aġenziji, istituti u kumpanniji li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant hi kif ġej:", "|Kunsill |CEO |Salarju ta' | |Malti | |skala 3 | |għall-kultur| |tas-servizz | |a u l-arti | |publiku | |Orkesta |Gen |Lm6,377 gross | |nazzjonali |Man |fis-sena | |Ċentru għal |Gen. |Salarju ta' | |kreattivita'|Man |skala 3 | |ta' San | |tas-servizz | |Ġakbu | |pubbliku | |Dar |Gen. |Lm9,130 gross | |il-Mediterra|Man |fis-sena | |n | | | |għall-Konfer| | | |enzi | | | |Awtorita' |Ex. |Lm 25,000 | |tat-Turiżmu |Chr. |gross fis-sena| |Heritage |CEO |Lm 14,091 | |Malta | |gross fis-sena|", "OPM – DIRETTURI RIAPPUNTATI", "12689.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Prim Ministru u Ministru tal- Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm mid-diretturi li jaqgħu taħt id- dekasteru tiegħu ġew riappuntati u min huma?", "Jista' jgħid kemm diretturi ma ġewx riappuntati u min huma?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant tiċċara għal liema kategorija ta' diretturi qed tirriferi, jiġifieri jekk hux għad-diretturi fis-servizz pubbliku jew għad-diretturi ta' bordijiet ta' enti pubbliċi.", "L-Onor.", "Interpellant għandha tiċċara wkoll għal liema perijodu qed tirriferi.", "ĠUSTIZZJA U INTERN – DIRETTURI RIAPPUNTATI", "12690.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm mid- diretturi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu ġew riappuntati u min huma?", "Jista' jgħid kemm diretturi ma ġewx riappuntati u min huma?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant tiċċara għal liema kategorija ta' diretturi qed tirriferi, jiġifieri jekk hux għad-diretturi fis-servizz pubbliku jew għad-diretturi ta' bordijiet ta' enti pubbliċi.", "L-Onor.", "Interpellant għandha tiċċara wkoll għal liema perijodu qed tirriferi.", "AFFARIJIET BARRANIN – DIRETTURI RIAPPUNTATI", "12691.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin: Jista' il-Ministru jgħid kemm mid-diretturi li jaqgħu taħt id- dekasteru tiegħu ġew riappuntati u min huma?", "Jista' jgħid kemm diretturi ma ġewx riappuntati u min huma?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant tiċċara għal liema kategorija ta' diretturi qed tirriferi, jiġifieri jekk hux għad-diretturi fis-servizz pubbliku jew għad-diretturi ta' bordijiet ta' enti pubbliċi.", "L-Onor.", "Interpellant għandha tiċċara wkoll għal liema perijodu qed tirriferi.", "AFFARIJIET RURALI U AMBJENT – DIRETTURI RIAPPUNTATI", "12692.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid kemm mid-diretturi li jaqgħu taħt id- dekasteru tiegħu ġew riappuntati u min huma?", "Jista' jgħid kemm mid- diretturi ma ġewx riappuntati u min huma?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant tiċċara għal liema kategorija ta' diretturi qed tirriferi, jiġifieri jekk hux għad- diretturi fis-servizz pubbliku jew għad-diretturi ta' bordijiet ta' entitajiet pubbliċi.", "L-Onor.", "Interpellant għandha tiċċara wkoll għal liema perijodu qed tirriferi.", "EDUKAZZJONI, ŻGĦAŻAGĦ U IMPJIEGI – DIRETTURI RIAPPUNTATI", "12693.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid kemm mid-diretturi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu ġew riappuntati u min huma?", "Jista' jgħid kemm diretturi ma ġewx riappuntati u min huma?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant tiċċara għal liema kategorija ta' diretturi qed tirriferi, jiġifieri jekk hux għad-diretturi fis-servizz pubbliku jew għad-diretturi ta' bordijiet ta' enti pubbliċi.", "L-Onor.", "Interpellant għandha tiċċara wkoll liema perijodu qed tirriferi.", "RAĦAL ĠDID – KIRI TA' SIT", "12718.", "L-ONOR.", "CLYDE PULI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jispjega għaliex persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, irċeviet ittra mill- assistent direttur tad-dipartiment ta' l-artijiet fit-12 ta' Mejju, 2005 biex tirritorna ċ-ċwievet ta' l-art in kwestjoni, peress li ħabta u sabta d- dipartiment ma jridx iġeddilha l-kera?", "X'inhi r-raġuni li d-dipartiment ma jridx iġeddilha l-kera?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi fl-1996 ġie mikri lill-persuna msemmija sit fuq wara tad-dar tagħha sabiex tużaha biss bħala ġnien.", "Skond il-kondizzjonijiet tal-kirja, il-kerrej ma seta' jtella' l-ebda xorta ta' struttura, anke jekk din tkun ta' natura temporanja.", "Iżda madwar sentejn ilu din il-persuna bdiet tiskava dan is-sit mingħajr il-permessi meħtieġa u ġiet imwaqqfa, kemm mill-MEPA kif ukoll mid-dipartiment ta' l-artijiet.", "Fit-28 ta' April, 2003 din il-persuna ġiet mitluba biex terġa' tibni l- ħitan li kienu jeżistu u tirripristina l-ħamrija għall-istat oriġinali.", "Fl- 14 ta' Settembru, 2004 din il-persuna talbet għall-permess biex tiskava l- art u d-dipartiment għat-tmexxija tal-proprjeta' informaha illi kien lest li jikkonsidra din it-talba tagħha, dejjem jekk jottjeni l-permess meħtieġ mill-MEPA.", "Id-dipartiment ta' l-artijiet, meta dan l-aħħar sar jaf illi l-MEPA diġa' oġġezzjonat għal dan minħabba li l-area hija ta' wirt storiku - kif inhu spjegat aktar fid-dettal fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari 7732 tal-11 ta' Ottubru, 2004 – u minħabba li sal-lum din il-persuna baqgħet ma bnietx il-ħitan li kienu jeżistu ħalli tirripristina l-ħamrija għall-istat oriġinali, informaha illi l-kirja mhux se tiġi mġedda wara l-iskadenza tas- sitt xhur kurrenti, jiġifieri wara t-30 ta' Ġunju li ġej u ntalab biex jirritorna ċ-ċwievet.", "-----------------"]} {"filename": "19960214_509d_par.doc", "date": "1996-02-14", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Uffiċjali u Rivedut) IS-SEBA' PARLAMENT Seduta Nru. 509 L-Erbgħa, 14 ta' Frar, 1996 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati Malta Prezz Lm1 IS-SEBA' PARLAMENT Seduta Nru. 509", "L-Erbgħa, 14 ta' Frar, 1996", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament il-Palazz, il-Belt Valletta fis-6.05 p.m.", "Talba Seduta Nru. 509", "L-Erbgħa, 14 ta' Frar, 1996", "WERREJ", "MINUTI 463", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 463", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA 469", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR ID-DAZJU TAS-SISA", "EXCISE DUTY (AMENDMENT) BILL (IT-TIELET QARI) 470", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IR-REĠISTRAZZJONI TA'", "ARTIJIET (EMENDA NRU.", "2)", "LAND REGISTRATION (AMENDMENT) (NO.", "2) BILL(KUNSIDERAZZJONI", "MILL-ĠDID FIL-KUMITAT PERMANENTI TA' L-ABBOZZI TA' LIĠI) 470", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IR-REFERENDI", "REFERENDA (AMENDMENT) BILL(IT-TIELET QARI) 471", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR NOMINI MILL-OPPOŻIZZJONI", "OPPOSITION NOMINEES BILL(KUMITAT) 471", "AĠĠORNAMENT 500", "MISTOQSIJIET-IMWIEĠBA BIL-MIKTUB 504", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 508 tat-13 ta' Frar, 1996 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "MARSAXLOKK - TRIQ SANTA KATERINA", "30797.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Reno Calleja) staqsa lill- Ministru għat-Trasport, Komunikazzjoni u Teknologija: Jaf il-Ministru li Triq Santa Katerina f'Marsaxlokk hi dejqa u antika u ma tiflaħx għal dawk l-eluf ta' vetturi li jgħaddu minnha - inkluż trakkijiet kbar - minħabba li dan huwa l-uniku aċċess biex tidħol għal Marsaxlokk jekk tkun ġej minn tal-Barrani?", "Jista' d-Dipartiment tat-Toroq jirranġa biex il-vetturi jibdew jgħaddu minn toroq oħra li jeżistu, liema toroq huma aktar moderni u aktar wesgħin?", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO (Ministru tal-Ġustizzja u Kultura) (f'isem il-Ministru għat-Trasport, Komunikazzjoni u Teknoloġija): Il-proposta ta' l-Onor.", "Interpellant se tiġi riferita għall-konsiderazzjoni tal-Bord għall- Kontroll tat-Traffiku.", "SPTAR SAN LUQA - INSECT NETS", "30848.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Reno Calleja) staqsa lill- Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 30554, jista' l-Ministru jgħidli lil liema awtoritajiet għadda s- suġġeriment tiegħi?", "Min irid iwettaq suġġeriment bħal dan, il-Management Board ta' l-Isptar, is-Supretendent, min?", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO (f'isem il-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali): Fit-tweġiba tiegħi għall-mistoqsija parlamentari numru 30554 jien għidt biss li għaddejt, kif fil-fatt għamilt, is-suġġeriment ta' l-Onor.", "Membru lis-Supretendent ta' l-Isptar għal konsiderazzjoni.", "Dan mhux bilfors li jfisser li s-suġġeriment se jiġi mwettaq.", "KUMMISSJONI GĦALL-INVESTIGAZZJONI TA' INĠUSTIZZJI", "30849.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Reno Calleja) staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienu l-okkażjonijiet fejn il-Kummissjoni għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji rrakkmandat ħlas bi flus biex tiġi rettifikata l-inġustizzja?", "Jista' l-Prim Ministru jagħtini d-dettalji meta nqata' kull każ, kemm kienu l-persuni f'kull każ li ġew mogħtija rimedju ta' flus u kemm minn dawn ir-rakkmandazzjonijiet ġew milqugħa?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON (Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani) (f'isem il-Prim Ministru): Ninsab informat li kien hemm 346 okkażjoni fejn il-Kummissjoni għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji rrakkmandat ħlas fi flus bħala rimedju.", "It-tweġiba għat-tieni parti tal-mistoqsija tidher fl-iskeda li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija, ninsab informat li ma tinżammx statistika f'din il-forma.", "Pero' nista' ngħid li fil-maġġoranza ta' dawn il-każijiet ir-rakkmandazzjoni tal-kummissjoni ġiet aċċettata.", "Kien hemm każijiet fejn l-ammont li tħallas kien anqas milli rakkmandat.", "MR SPEAKER (Onor. Lawrence Gonzi): L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jista' l-Ministru jgħidli jekk tħallsux dawk il- ħaddiema, fosthom tat-Telemalta, li fl-Imnarja ta' l-1982 meta l-Partit Nazzjonalista kien għadu fl-Oppożizzjoni ma daħlux għax-xogħol?", "Dawn kienu tressqu quddiem il-Kummissjoni għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji.", "MR SPEAKER: Il-Ministru ta' l-Edukazzjoni.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: M'iniex ċert, pero' qed nipprova niftakar mill- memorja għax tant ilna fil-gvern li issa bdejt ninsa!", "Pero' milli niftakar, peress li jien kont il-Ministru responsabbli mit-Telemalta, dik ma kenitx bħala deċiżjoni tal-Kummissjoni għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji imma kienet deċiżjoni tal-Gvern li mbagħad ġiet segwita minn numru ta' boards ta' korporazzjonijiet pubbliċi.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mela allura meta l-Kummissjoni għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji tat raġun lil xi ħaddiema, fosthom ħaddiema fit-Telemalta, il-Gvern għaliex ma daħalx biex dawn jieħdu dak li ħaqqhom?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Naħseb li l-maġġoranza l-kbira tar- rakkmandazzjonijiet li għamlet il-kummissjoni ġew aċċettati mill-Prim Ministru u ġew mgħoddija biex tittieħed azzjoni fuqhom.", "Kien hemm każijiet fejn l-ammont ta' flus li kien ġie rakkmandat kien tnaqqas u kien hemm każijiet fejn ma setgħetx tiġi attwata d-deċiżjoni tal-kummissjoni minħabba li l-Public Service Commission ma qablitx - din għandha the last say fuq jekk bniedem jeħux promotion jew le - pero' mill-bqija safejn naf jien .....", "Fil-fatt ftit ilu l-Prim Ministru ta risposta għal mistoqsija parlamentari li saret fejn semma n-numru ta' rakkmandazzjonijiet li hu ma aċċettax u naf li n-numru hu żgħir ħafna.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Calleja.", "ONOR.", "RENO CALLEJA: Jaf il-Ministru li b'riżultat ta' dak li qed jgħid l- Onor. Mizzi kien hemm ħaddiema tat-Telemalta li tellgħu lill-Gvern il-qorti proprju għaliex id-deċiżjoni tal-Kummissjoni għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji fejn jirrigwarda lil dawn il-ħaddiema ma ġietx esegwita u milqugħa mill-Prim Ministru?", "Din hija daqsxejn stramba, forsi għax dawn inzertaw Laburisti!", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Mr Speaker, l-ewwelnett l-allegazzjoni li għamel l- Onor. Calleja fl-aħħar kumment tiegħu hija żejda u assolutament ma tirrispekkjax il-verita'.", "Ninsab żgur li la l-Prim Ministru u lanqas ħadd ma jaġixxi b'dan il-mod.", "Meta aġixxa biex ma jaċċettax ir- rakkmandazzjonijiet tal-Kummissjoni għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji, kif għandu dritt ma jaċċettax bil-liġi, kellu r-raġunijiet tiegħu u kienu raġunijiet li ma tteħdux kapriċċożament u żgur li ma kenux raġunijiet kif qed jgħid l-Onor.", "Membru.", "Nirringrazzjah ukoll talli nformani li kien hemm kawża fil-qorti għax issa l-każ huwa sub-judice u ma jidhirlix li għandi nikkummenta fuqu.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Irrid ninforma lill-Ministru li l-kawża waqgħet għaliex min kellu l-kawża ftiehem mat-Telemalta, fis-sens li ħa dak li ried għax kellu raġun.", "Issa kif se jispjega l-Ministru li parti mill-inġustizzja li saret kienet li kien hemm persuna li applikat għal promozzjoni meta ma kellhiex il-kwalifiki mitluba fis-sejħa għal applikazzjonijiet u xorta aċċettaw l-applikazzjoni tagħha?", "Meta jiġru dawn l-affarijiet x'passi jieħu l-Ministru min-naħa tiegħu kieku kellu jkun responsabbli hu?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jiddispjaċini, id-dettalji ta' dan il-każ ma nafhomx - naħseb lanqas il-Prim Ministru ma jkun jafhom - u ma naħsibx li qiegħed f'pożizzjoni li nikkummenta fuqhom.", "Jekk hemm xi domanda partikolari xi ssir, issir lill-ministru konċernat jew lill-Prim Ministru skond il-każ u wieħed ikun jista' jinvestiga.", "Ngħid għalija, la ma narax il-file u ma nafx x'inhi l-istorja żgur li ma nistax inwieġbek.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jiġifieri l-Ministru qed jgħidli li ma jafx l- affarijiet u li jrid jara l-file meta jien tkellimt waqt id-diskussjoni ta' l-estimi tat-Telemalta u erġajt tkellimt waqt id-diskussjoni tal- budget fejn semmejt il-każ u għidt li din il-kwestjoni kienet ġuramentata fil-qorti u poġġejt il-kopja tal-ġurament fuq il-Mejda tal-Kamra?", "Ma jidhirlux il-Ministru li min hu serju u min hu responsabbli meta npoġġi dokumenti bħal dawk fuq il-Mejda tal-Kamra u ngħid dak id-diskors għandu jieħu passi bis-serjeta'?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jiena żgur li ma ndagajtx fuq l-allegazzjonijiet li għamilt inti għaliex ma kienx kompitu tiegħi li nindaga u iktar minn hekk ma nistax ngħid.", "PULIZIJA - ĠARR TA' ARMI", "30859.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jagħti lill-Pulizija Maltija l-aħħar mezz kif jiġu paralizzati għal mument nies vjolenti billi jużaw spray apposta li jinkapaċita lill- agressur, metodu li ġie approvat fl-Ingilterra issa u li fl-Amerika huwa wżat b'suċċess?", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern): Il-Pulizija hija diġa' attrezzata b'dawn il-meżżi meħtieġa li jintużaw f'ċirkostanzi bħal dawn.", "M'huwiex prudenti li nikkumenta fuq dawn il-mezzi.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Calleja, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "RENO CALLEJA: Mr Speaker, nispera li ma nkunx qed nagħmel xi mistoqsija li m'għandix nagħmilha, imma nixtieq nistaqsi x'inhi l-qagħda tal-Gvern meta jiġi biex jarma l-Pulizija?", "Il-pulizija għandhom dritt ikunu armati?", "ONOR.", "TONIO BORG: Iva, pero' issa wara l-inkjesta li mexxa l-Brigadier Spiteri hemm ċerti rakkmandazzjonijiet, inkluż żieda fit-taħriġ, kif ukoll li jkunu eliġibbli li jġorru arma dawk il-pulizija biss li jkollhom iżjed minn dan it-taħriġ speċjali.", "Jiġifieri li jġorru arma qed nillimitawha għal ċertu numru u ċerta kategorija ta' pulizija.", "Naturalment f'liema ċirkostanzi diffiċli li wieħed igħid minn qabel.", "Pero' jeżistu guidelines maħruġin mill-United Nations dwar l-użu ta' armi tan-nar mill-pulizija u minn dawk l-aġenziji li jinforzaw il-liġi u r-rakkmandazzjoni tal-Brigadier Spiteri hija li nsegwu dawk id-direttivi tal-United Nations.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Calleja.", "ONOR.", "RENO CALLEJA: L-ewwelnett jiena naqbel li l-pulizija għandhom ikunu tkun armati għaliex illum il-kriminalita' ħadet volta sewwa u allaħres ma jkunux armati.", "Pero' jien nixtieq nistaqsi jekk il-pulizija li jkunu armati humiex se jiġu subjected għal xi skrutinju ta' psikjatra qabel jingħataw l-arma f'idejhom.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Safejn hu umanament possibbli li wieħed jara x'hemm f'moħħ il-bniedem din se ssir, fis-sens li dawn se jkollhom iktar taħriġ milli kellhom sal-lum, u se nevitaw li kulħadd jista' jġorr l-arma għaliex se jkun hemm grupp speċjali.", "Per eżempju, il-membri ta' l-SAG kważi kollha jistgħu jġorru arma, imma għar-rigward ta' oħrajn mhux se tkun bil- kriterju li min sempliċement kellu training tal-bidu fl-Akkademja tal- Pulizija allura jista' jġorr l-arma.", "Se jkun hemm grupp partikolari li jkollhom mezz li jidentifikaw ruħhom li jistgħu jġorru l-arma.", "Dwar il- ġarr ta' l-armi s-sitwazzjoni dejjem kienet l-istess, jiġifieri l-liġijiet ma nbidlux f'dan ir-rispett.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Calleja.", "ONOR.", "RENO CALLEJA: Veru li se jkun hemm xorta ta' eżami anke minn psikjatra għal min se jġorr l-arma fuqu?", "Din hija waħda mill-miżuri li qed jintqal li se jieħu l-Ministru.", "M'hijiex xi miżura ħażina jekk se jeħodha.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Li naf żgur huwa li dawn se jintagħżlu b'iktar reqqa u attenzjoni u naturalment jekk ikun hemm xi ħadd li jkun jidher li m'huwiex kapaċi - mhux li jispara; għaliex forsi jkun hawn min hu kapaċi jispara u ma jkunx kapaċi jagħraf iċ-ċirkostanzi li fihom għandu jispara - jiġi eskluż.", "Dan kollu jfisser li b'riżultat ta' dik l-inkjesta se tittieħed aktar attenzjoni f'dawn il-materji anke fid-direzzjoni li qed isemmi l-Onor.", "Interpellant.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Calleja.", "ONOR.", "RENO CALLEJA: Is-suġġerimenti li għamlet il-kummissjoni ta' inkjesta li waqqaf il-Ministru huma pubbliċi, imma nistgħu nkunu nafu x'inhuma l-kriterji li bihom bniedem jew pulizija jew suldat se jkun jista' juża l-armi?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Il-kriterji li jirrikkmanda l-Brigadier Spiteri huma l- kriterji tal-United Nations u dawk il-kriterji huma diġa' pubbliċi.", "Jiena ma jidhirlix li poġġejt fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dawn il- guidelines, pero' dawn huma pubbliċi u għandi idea li mar-relazzjoni tal- Brigadier Spiteri hemm ukoll dawn ir-regolamenti, pero' nista' f'xi okkażjoni npoġġihom fuq il-Mejda tal-Kamra jew nagħti lill-Onor.", "Interpellant kopja tagħhom.", "PITKALIJA - ĦLAS LILL-BDIEWA", "30862.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-bdiewa qed idumu xahrejn biex jitħallsu mill-pitkalija minkejja li s-sistema ġiet kompjuterizzata u suppost saret iktar effiċjenti?", "Jistgħu jiġu investigati rapporti li l-pitkal jiftiehem max-xerrej li fuq l-irċevuta jniżżlu nofs il-prezz li jaqblu fuqu bejniethom sabiex il-bidwi jitħallas nofs prezz?", "ONOR.", "CENSU GALEA (Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd): Jiena nformat li l-ħlas lill-bdiewa għall-biegħa tax-xahar ta' Novembru 1995 sar fis-17 ta' Jannar, 1996 filwaqt li l-ħlas għax-xahar ta' Diċembru sar fl- aħħar ta' Jannar.", "Għall-biegħa tax-xhur tas-sajf il-ħlas jieħu aktar żmien għaliex l-ammont tal-prodotti fil-pitkalija jiżdied b'ammont illi jqarreb id-doppju ta' dak tax-xhur tax-xitwa.", "Għaldaqstant jinħolqu problemi ta' cash flow.", "Il-bdiewa jitħallsu hekk kif jinġabru l-flus meħtieġa mix- xerrejja u mill-pitkala.", "Il-bidwi jitħallas il-prezz li l-prodott tiegħu jkun ġab waqt il-bejgħ mill-pitkal, skond kif jitolbu r-regolamenti.", "Nitlob lill-Onor.", "Interpellant li jekk jaf b'xi abbuż partikolari jirraporta l-każ lid-dipartiment ħalli jkun jista' jinvestigah.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Calleja, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "RENO CALLEJA: Mr Speaker, il-Ministru bħali, huwa bin ir-raba' u għalhekk dan li se ngħidlu suppost li japprezzah.", "Il-bdiewa meta jdumu ma jitħallsu jsibu jiffaċċjaw diffikultajiet kbar għaliex ikunu jridu jixtru ż- żrieragħ, id-demel u anke jkunu jridu jħallsu lin-nies li kultant iħaddmu magħhom.", "Nixtieq nissuġġerixxi li tinħolaq sistema fejn il-bidwi jingħata loan li tkun ekwivalenti għal dak li għandu jieħu - din mhix xi ħaġa diffiċli għad-dipartiment għax dan ikun jaf kemm-il tunnellata patata l- bidwi kellu għall-esportazzjoni - mingħajr imgħax sakemm il-Gvern jasal biex iħallsu.", "Veru li ssib bdiewa li għandhom flus mhux ħażin, imma hemm oħrajn li m'għandhomx.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "CENSU GALEA: Ċertament il-bidwi bir-raġun kollu jistenna li jitħallas kemm jista' jkun malajr, u b'kull rispett lejn is-suġġeriment li għadu kif għamel l-Onor.", "Interpellant, fil-prattika dan huwa diffiċli ferm jekk mhux impossibli biex realment tagħmlu.", "Hawnhekk irrid ngħid li l- biegħa li tgħaddi mill-pitkalija ma tidħol bl-ebda mod fil-kwestjoni tal- prodotti li jiġu esportati.", "Li għandna quddiemna hawnhekk hija sitwazzjoni fejn id-Dipartiment ta' l- Agrikoltura jrid jara li mhux biss isir bejgħ mill-pitkalija, imma wkoll li dawk il-flus tal-bejgħ li jsir mill-pitkalija jgħaddu għal għand il- Gvern, li mbagħad ikun jista' jħallas lill-bdiewa bihom.", "Li qed nipprovaw nagħmlu huwa li kemm jista' jkun naraw li hemm il-pitkala kif ukoll ix- xerrejja ma jdumux ma jħallsu.", "Fil-fatt qed ikun hemm iktar restrizzjonijiet fuq il-perijodu ta' żmien tal-ħlas biex kemm jista' jkun ħadd ma jaqa' aktar minn xahar lura fil-ħlasijiet.", "Ċertament li qed nagħfsu fuq it-terminu ta' żmien.", "DJAR - TA' ĠIORNI", "30863.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm sar xogħol ta' manutenzjoni u tiswijiet fil-Qasam tad-Djar f'Ta' Ġiorni minn Lulju 'l hawn?", "Il-Ministru jaf li l-bibien tal-bejt ta' Blokk \"H\" huma fi stat tant ħażin li ma jistgħux jingħalqu?", "Jista' jara li dawn jiġu rranġati malajr kemm jista' jkun?", "Il-Ministru kemm kellu rapporti mis-sidien ta' dawn l-appartamenti minħabba umdita' u xogħol ta' manutenzjoni ieħor?", "ONOR.", "CENSU GALEA: Jien informat li d-Dipartiment tal-Bini u Tiswija tad-Djar għamel diversi xogħlijiet fi Blokki A, D, E, F, G u H f'Ta' Ġiorni u dalwaqt se jitkompla x-xogħol ta' tikħil minn barra tal-blokki li nbeda lejn l-aħħar tal-1995.", "Dwar il-bibien tal-bejt ta' Blokk \"H\" għaddejt it-talba lid-dipartiment konċernat.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Evarist Bartolo, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Naf li d-dipartiment organizza ruħu pjuttost b'mod effiċjenti fuq il-manutenzjoni ta' l-appartimenti tal-gvern, pero' nixtieq inkun naf x'inhija s-sitwazzjoni ta' dawk l-appartamenti li jaqgħu taħt il- Joint Office?", "Kif inhu armat id-dipartiment biex jieħu ħsieb il-bini li jaqa taħt il-Joint Office?", "Nixtieq inkun naf jekk hemmx l-istess responsabbilta' ta' manutenzjoni u tiswija u jekk hemmx unit armat għal dak l-iskop.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, il-proprjeta' li hija amministrata mill- Joint Office taqa' taħt ministeru differenti u allura ftit nista' nirrispondi.", "Kif qed igħid l-Onor.", "Bartolo, fl-aħħar erba' snin kien hemm eluf ta' talbiet pendenti li l-parti kbira minnhom ħadna ħsiebhom bil-mod li stajna.", "Tajjeb li ngħid li dak li qegħdin nipprovaw nagħmlu huwa li nċekknu l- perijodu ta' żmien mid-data tat-talba għal manutenzjoni għal meta fiżikament ix-xogħol isir.", "Jibqa' wkoll il-fatt li hemm numru ta' appartamenti li għandhom bżonn ta' xogħol strutturali ikbar - hemm uħud minnhom li qegħdin inbidlulhom is-soqfa u anke affarijiet oħrajn - u f'dak il-każ il-perijodu ta' żmien ikun itwal minn meta taqbad u tbajjad jew tagħmel xi ħaġa żgħira biss.", "Mr Speaker, hawnhekk irrid infakkar li fejn tidħol maintenance ta' proprjeta' tal-gvern - jew aħjar proprjeta' li minn dejjem kienet tal-gvern - illum qegħdin f'sitwazzjoni fejn l-ammont ta' flus ivvotati huwa ferm akbar minn qatt qabel.", "Naħseb li anke b'ġustizzja man-nies li jaħdmu f'dan id-dipartiment irrid ngħid li ħafna drabi x-xogħol isir mill-ħaddiema tal- gvern, għalkemm fil-verita' it-tibdil ta' soqfa jsir minn ħaddieħor.", "Irridu napprezzaw illi fejn sa ftit snin ilu biex nieħdu ħsieb 10,000 appartament l-allokazzjoni kienet tlaħħaq Lm20,000 jew Lm30,000, illum qed nallokaw Lm300,000.", "Xi ħadd forsi jista' jgħidli li dan l-ammont ta' flus xorta m'huwiex biżżejjed.", "Ir-risposta tiegħi għal dan hija li fir-realta' l-ammont ta' flus qed inkomplu nżiduh minn sena għal oħra proprju biex noffru l-aħjar servizz ta' maintenance u sabiex l-inkwilini jkunu jistgħu jgawdu l-aħjar ambjent possibbli f'postijiet diċenti.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Freddie Portelli.", "ONOR.", "FREDDIE PORTELLI: Jista' l-Ministru jgħidli meta huwa mistenni li jitkaħħlu l-fili tal-blokki li hemm fil-housing estate il-kbir ta' Ħaz- Zabbar għax hemm nies li qed jidħlilhom l-ilma?", "Fl-istess ħin nixtieq ukoll nistaqsih dwar x'sistema qiegħda tintuża għal dawk l-inkwilini tal- gvern li japplikaw biex jixtru l-post fejn joqogħdu?", "Jiġifieri b'liema sistema qed jibagħtu għan-nies?", "Qed jibagħtu għalihom in alphabetical order skond il-kunjom, skond il-każ x'ikun, jew skond meta tkun daħlet l- applikazzjoni?", "Barra minn hekk nixtieq inkun naf jekk id-dipartiment huwiex qiegħed juża xi policy għal min ikun diġa' ħa post mid-Dipartiment għall-Akkommodazzjoni Soċjali u jerġa' japplika.", "X'inhi r-raġuni li hemm min intbagħtitlu l- application bil-korrispondenza b'kollox lura għax qalulu li l-application tiegħu ma tistax tiġi kkonsidrata peress li diġa' ingħata post mid- dipartiment?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, fuq l-ewwel parti tad-domanda m'għandi l- ebda idea meta l-blokk il-kbir tal-Housing Estate ta' Ħaz Zabbar se jibda jiġi mkaħħal.", "Għar-rigward tad-domanda l-oħra nista' ngħid li l-Awtorita' tad-Djar fil-fatt għadha ma bdietx tibgħat għal dawn il-persuni għax fit-tliet xhur li għaddew kienet qiegħda taħdem fuq l-applikanti li kellha fuq il-fidi taċ-ċnus.", "Tajjeb li wieħed jgħid li f'dawn it-tliet xhur li għaddew l- Awtorita' tad-Djar fdiet iċ-ċens lil 1,400 applikant.", "Issa la l-biċċa l- kbira ta' dawk it-talbiet għall-fidi taċ-ċens spiċċaw, l-Awtorita' tad-Djar qiegħda tindirizza x-xogħol tagħha lejn il-bejgħ tal-proprjeta' ta' l- inkwilini li joqogħdu fil-proprjeta' tal-gvern.", "Fil-fatt b'kollox, kif diġa' għidt anke f'risposta parlamentari, hemm madwar 1,500 familja jitolbu li jixtru l-proprjeta' tal-gvern li joqogħdu fiha diġa'.", "L- intenzjoni ta' l-awtorita' hija li tibgħat għal kull min applika u tibgħat għalihom wieħed wara l-ieħor skond kif inhi reġistrata l-applikazzjoni tagħhom.", "Nispera li r-ritmu tax-xogħol li qiegħda għaddejja bih l- awtorita' għar-rigward tal-fidi taċ-ċnus ikun jista' jiġi applikat ukoll għar-rigward tal-bejgħ tal-proprjeta'.", "Irrid ngħid ukoll li realment fit- tliet xhur li għaddew l-Awtorita' tad-Djar ma kenitx qiegħda tħares u tistenna biss li jiġu akkumulati numru ta' applikazzjonijiet imma kienet qiegħda tara wkoll li min-naħa tad-Dipartiment ta' l-Artijiet jiġu solvuti xi diffikultajiet li jkunu nqalgħu f'xi proprjetajiet ħalli jkunu jistgħu jinbiegħu.", "Fil-fatt diversi drabi tkellimna dwar jekk l-awtorita' għandix aċċess jew le għal dik il-proprjeta'.", "Ċertament hekk kif jaqbad ir-ritmu tal-bejgħ li jkun hemm, jaqbad ukoll ir-ritmu biex ikun jista' jinħeles ammont sostanzjali mill-applikazzjonijiet li għandna quddiemna.", "Għar-rigward ta' l-aħħar parti tad-domanda dwar jekk id-Dipartiment għall- Akkomodazzjoni Soċjali għandux il-policy li min ħa benefiċċju ftit tax-xhur ilu - kultant anke jkun ftit tal-ġimgħat u mhux xhur - tintbagħtlu lura l- applikazzjoni tiegħu jekk ikun reġa' applika, ngħid \"iva\" għaliex d- dipartiment m'huwiex estate agency imma huwa dipartiment li qiegħed hemmhekk biex verament jara li t-talbiet pendenti jiġu kemm jista' jkun solvuti malajr.", "Illum id-dipartiment jimxi bis-sistema li dik il-persuna li tiġi offruta post tkun tista' tara dak il-post minn qabel u għalhekk ma nistax nifhem kif dak li jkun diġa' ra l-post, għoġbu u ħadu għax kien kuntent bih u mbagħad ftit ġimgħat wara jerġa' japplika biex ibiddel dak l- istess post.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet issa għadda.", "Il-Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Prim Ministru): Inqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra:", "Kopja ta' Press Release Nru. 180 dwar il-ħatra ta' Bord ta' Inkjesta biex jinvestiga l-allegazzjonijiet dwar ix-xiri ta' makni awtomatiċi tal-biljetti għal karozzi tal-linja.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Alfred Sant bil-permess tal-Kamra.", "ONOR.", "ALFRED SANT (Kap ta' l-Oppożizzjoni): Meta tkellimna jien u l-Prim Ministru semmejt il-pubblikazzjoni tar-rapport u min-naħa tiegħu kien hemm l-impenn li dak ir-rapport jiġi ppubblikat malli jasal għandu jew inkella jinbagħat lili.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Iva, nikkonferma li huwa hekk.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jiġifieri qed tikkonfermali li huwa hekk?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Anzi jiddispjaċini li l-bieraħ meta konna flimkien ma kellix kopja miegħi u ma stajtx nagħtihielek.", "Issa nista' nagħtik kopja.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sewwa!", "Basta qed niftehemu.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Fil-fatt jidhirli li għar-r-rigward ir- rapport tan-nomini nagħtu erba' kopji u lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni għidtlu li waħda mill-kopji ngħaddiha lilu.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Kopja tar-Rapport Annwali għas-sena 1995 ta' l-Awtorita' Nazzjonali tax-Xogħol; u", "Kopja tar-Rapport Annwali għas-sena 1995 tal-Kummissjoni għall- Promozzjoni tas-Saħħa u s-Sigurta' fuq il-Post tax-Xogħol.", "MR SPEAKER: Il-Ministru tal-Ġustizzja u Kultura.", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Lista ta' l-għaqdiet li kkonformaw mal-policy tal-ministeru dwar l- anti-doping, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 30866.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR ID-DAZJU TAS-SISA", "EXCISE DUTY (AMENDMENT) BILL", "MR SPEAKER: L-Onor.", "John Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI (Ministru tal-Finanzi): Nipproponi t-Tielet Qari ta' l- Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att ta' l-1995 dwar id-Dazju tas-Sisa.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "CLAUDE MUSCAT: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Att ta' l-1995 dwar id-Dazju tas-Sisa\" jkun moqri t-Tielet Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con u l-Abbozz ta' Liġi nqara t-Tielet Darba u għadda.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IR-REĠISTRAZZJONI TA' ARTIJIET (EMENDA NRU.", "2)", "LAND REGISTRATION (AMENDMENT) (NO.", "2) BILL", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Michael Angelo Refalo.", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO (Ministru tal-Ġustizzja u Kultura): Mr Speaker, minflok ma sejjer nipproponi t-Tielet Qari qiegħed nipproponi l- konsiderazzjoni mill-ġdid ta' klawsola 2 ta' dan l-Abbozz ta' Liġi mill- Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' l-Abbozzi ta' Liġi.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li klawsola 2 ta' l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar ir-Reġistrazzjonijiet ta' l-Artijiet tkun ikkonsidrata mill-ġdid mill-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IR-REFERENDI", "REFERENDA (AMENDMENT) BILL", "MR SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Mr Speaker, nipproponi t-Tielet Qari ta' l- Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar ir-Referendi.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "CLAUDE MUSCAT: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Att dwar ir-Referendi, Kap 237 sabiex jipprovdi dwar Referendi Abrogattivi\" jkun moqri t-Tielet Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor.Membri: No) Carried.", "Il-mozzjoni għaddiet u l-Abbozz ta' Liġi nqara t-Tielet Darba u għadda.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR NOMINI MILL-OPPOŻIZZJONI", "OPPOSITION NOMINEES BILL", "L-ordni għal Kumitat ġie moqri.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor.", "Claude Muscat, Viċi President tal-Kumitati, jippresjedi.", "Ikompli mit-13 ta' Frar, 1996", "Klawsola 3 - Ħatra ta' persuna nominata mill-Oppożizzjoni biex toqgħod fuq il- Bord tad-Diretturi ta' Korporazzjoni.", "(Kontinwazzjoni) Clause 3 - Appointment of Opposition Nominee to the Board of Directors of a Corporation.", "(Continuation)", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Alfred Sant.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ħalli nkompli fejn kont waqaft il-bieraħ, Sur President.", "Il-bieraħ spjegajt li qed naħdmu b'din il-proċedura minn din in- naħa tal-Kamra li l-ewwel tkellimna dwar il-kriterji wara li l-Prim Ministru tana l-kriterji li fuqhom qed jaħdem il-Gvern fil-proposti li għandna quddiemna u vvotajna l-bieraħ fuq il-kritika li għamilna aħna dwar il-loġika li fuqha qed jaħdem il-Gvern.", "Illum il-pass li jmiss min-naħa tagħna huwa li napprofondixxu ftit l-kritika tal-kontenut - mhux tad- definizzjoni li għamel il-Gvern tal-proposta tiegħu - u niddefinixxu wkoll il-proposta alternattiva li se nagħmlu aħna permezz ta' emenda li sejjer inressaq għal klawsola 3.", "Il-bieraħ kont qed nispjega, Sur President, li l-proposta tal-Gvern li ddaħħal lill-Oppożizzjoni permezz ta' nomini tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni fuq il-bordijiet ta' ċerti korporazzjonijiet tmur kontra l-ispirtu u kontra l- ħsieb ta' kif titmexxa demokrazija parlamentari, fejn għandek gvern u oppożizzjoni, bil-gvern li għandu mandat biex imexxi u l-oppożizzjoni li għandha l-mandat biex tissorvelja dak li jkun qed jagħmel il-gvern u wkoll li tħejji biex tippreżenta ruħha mill-ġdid quddiem l-elettorat ħalli tieħu mingħandu l-fiduċja imbagħad li tkun tista' ssir hi gvern minflok il-gvern tal-ġurnata.", "Dan hu l-mod kif taħdem demokarazija parlamentari u kif naħseb jien għandha titħaddem f'pajjiżna.", "Il-Gvern qiegħed jgħid li biex idaħħal aktar trasparenza u jkun hemm iktar ċans li l-Oppożizzjoni tikkontrolla u tissorvelja se jagħtiha ċans li tinnomina persuna tal- fiduċja tagħha fuq il-bord ta' dawn il-korporazzjonijiet u allura din ikollha dritt għall-informazzjoni u li tissorvelja b'mod li allura ma jistax ikun hemm akkużi ta' l-affarijiet li ma jsirux sew, bħal abbużi ta' poter, korruzzjoni eċċ.", "L-argument tal-Gvern huwa żbaljat fis-sens li l-Oppożizzjoni mhux qiegħda hemm biex tmexxi mal-Gvern u biex tassoċja ruħha mat-tmexxija li tkun għaddejja mill-Gvern.", "Il-Gvern huwa domandat biex imexxi u allura jrid ikun ċar li qiegħed imexxi permezz tan-nominees tiegħu skond il-mandat li rċieva.", "Id-demokrazija titlob imbagħad li l-Oppożizzjoni tingħata ċ- ċansijiet kollha li tissorvelja u tissorvelja b'mod li jkollha l- informazzjoni kollha mixtieqa biex tkun tista' tagħmel monitoring ta' dak li jkun qiegħed jagħmel il-Gvern.", "Din hija l-funzjoni ta' l-oppożizzjoni f'demokrazija bħal tagħna u mhux li tipparteċipa fit-tmexxija għax il-poplu għandu bżonn xi ħadd li jmexxi u xi ħadd li jissorvelja b'mod demokratiku dik it-tmexxija.", "Il-funzjoni ta' l-oppożizzjoni għandha tkun dik li tissorvelja, apparti mill-funzjoni l-oħra li tipprepara ruħha biex tieħu over mill-gvern meta jkollha l-mandat popolari.", "Allura li tassoċja lill- oppożizzjoni mat-tmexxija tal-gvern f'sistema parlamentari m'hijiex soluzzjoni għall-problema tat-trasparenza kieku wieħed kellu jaċċetta li dik hija l-fini ta' din il-liġi.", "Il-problema tat-trasparenza trid tiġi ffaċċjata fuq livell differenti, fuq il-livell li jkun hemm forums u kumitati parlamentari li tabilħaqq ikollhom il-poter li jinvestigaw, li jagħmlu monitoring li jissorveljaw u li jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom bis-serjeta' l-makkinarju li jippermettilhom jinvestigaw, jiġifieri li meta l-oppożizzjoni fi ħdan kumitat parlamentari tkun trid u titlob li ssir investigazzjoni, dik l- investigazzjoni ssir, issir malajr, issir b'mezzi li huma professjonali u serji u ssir minn strument amministrattiv, investigattiv li jkun jiddependi direttament mill-istituzzjoni fejn qed topera l-oppożizzjoni, jiġifieri jkun mekkaniżmu ta' investigazzjoni li ma jiddependix mill-gvern tal- ġurnata.", "Allura hemmhekk is-separazzjoni tal-funzjonijiet tkun ċarissima fejn il-gvern qed imexxi skond il-mandat li għandu u l-oppożizzjoni qiegħda tissorvelja bil-mezzi istituzzjonalizzati li jkun hemm għad-dispożizzjoni tagħha b'mod trasparenti, indipendenti mill-gvern, b'mod professjonali, b'mod serju u b'mod up to the merit.", "Aħna nħossu li dan huwa l-mod kif għandhom isiru l-affarijiet u li t-trasparenza għandha tiġi assigurata b'dan il-mod.", "Il-periklu ta' dak li qed jissuġġerixxi l-Gvern hu - dan huwa periklu reali - li jkun hemm forums, mekkaniżmi, okkażjonijiet fejn l- Oppożizzjoni u l-Gvern jispiċċaw kompliċi ta' xulxin fejn wieħed iħokk dahar l-ieħor biex l-ieħor iħokklu dahru.", "Allura mbagħad aktar u aktar niġu biex it-tmexxija u l-ħajja politika tispiċċa aktar soġġetta għall- kritika li hija logħba fejn il-politikanti li jiftehemu bejniethom moħbija mill-poplu u allura l-affarijiet ma jsirux b'mod trasparenti veru għax effettivament ikun hemm kompliċita' biex l-affarijiet ma jsirux trasparenti daqskemm għandhom ikunu.", "Naħseb li allura anke hawn wieħed irid jirrifletti aktar fuq il-kontenut issa tal-proposti tal-Gvern.", "Aħna ninsistu fuq it-trasparenza u ninsistu fuq il-ħtieġa tat-trasparenza, imma din it-trasparenza ma tintlaħaqx billi oppożizzjoni u gvern jikkonsoċjaw ruħhom, jingħaqdu flimkien, ikunu qegħdin assoċjati flimkien fid-deċiżjonijiet eżekuttivi, imma ssir billi l-gvern tal-ġurnata jagħmel u jmexxi 'l quddiem istituzzjonijiet li se jieħdu deċiżjonijiet investigattivi u l-oppożizzjoni tal-ġurnata jkollha għad- dispożizzjoni tagħha mezzi trasparenti li bihom tista' tissorvelja, tistaqsi u mbagħad tkun tista' tikkritika jew tikkummenta jew tgħid: Iva, l-affarijiet saru tajjeb.", "GĦalhekk aħna fundamentalment ma naqblux ma' din il-proposta għax hija proposta li fl-opinjoni tagħna tmur kontra n-natura stess tad-demokrazija parlamentari kif nafuha issa.", "Kieku kienet sistema presidenzjali forsi fejn imbagħad ikun hemm kumitati speċifiċi tal-Kamra jew inkella nies appuntati mill-President bħala ministri li m'humiex eletti allura forsi l-affarijiet ikunu differenti.", "Nafu kif inhi, per eżempju, s-sistema presidenzjali f'ċerti pajjiżi, imma aħna qed nitkellmu fuq sistema parlamentari rappreżentattiva fejn fil-Parlament min għandu l-maġġoranza għandu l-mandat biex imexxi u min għandu l-minoranza għandu mbagħad il-funzjoni li jissorvelja mingħajr ma jassoċja ruħu u mingħajr ma jkun kompliċi fid-deċiżjonijiet li jittieħdu.", "Issa Sur President, 'l hinn minn hemmhekk hemm il-punt ukoll dwar kif aħna nħossu minn din in-naħa tal-Kamra li għandu mbagħad ikun hemm, ċerti istituzzjonijiet jew funzjonijiet oħra fil-pajjiż marbuta ma' dawn il- korporazzjonijiet li għandu jkollhom parteċipazzjoni f'ċerti bordijiet ta' korporazzjonijiet kbar b'mod rikonoxxut mil-liġi u b'mod sistematiku.", "Aħna qed inħossu - din għidniha bħala parti mill-proposti tagħna - li meta qed nitkellmu issa fuq bordijiet ta' korporazzjonijiet kbar tipo t-Telemalta u l-Enemalta, speċjalment dawk li qed jipprovdu servizzi infrastrutturali, irridu nistituzzjonalizzaw il-parteċipazzjoni ta' setturi fil-bordijiet ta' dawn il-korporazzjonijiet biex nassiguraw li jkun hemm leħen għal dawn is- setturi fuq il-livell ta' dawn il-korporazzjonijiet nazzjonali li jipprovdu servizzi infrastrutturali għax naħsbu li b'dan il-mod ukoll inkunu qed ngħinu biex ikun hemm aktar trasparenza li tkun trasparenza issa amministrattiva, trasparenza fid-deċiżjonijiet amministrattivi li qed jittieħdu.", "X'qed ngħidu, Sur President?", "Qed ngħidu li fil-bordijiet ta' dawn il-korporazzjonijiet għandu jkun hemm bord statutorju b'rappreżentanza tal-ħaddiema, impjegati u dawk kollha li għandhom xogħol mal-korporazzjonijiet konċernati fuq bażi elettiva - ħaġa li diġa' teżisti f'ċerti korporazzjonijiet, imma aħna qed nipproponu li titwessa mal-korporazzjonijiet kollha li jipprovdu ċerti servizzi infrastrutturali - u għandu jkun hemm ukoll rappreżentanza elettiva tal- konsumaturi permezz ta' għaqdiet tal-konsumaturi - allura qed ngħidu li għandu jkun hemm rappreżentant tal-konsumaturi fuq dawn il-bordijiet tal- korporazzjonijiet - u barra minn hekk qed ngħidu wkoll li għandu jkun hemm rappreżentanza ta' kunsilliera lokali biex fuq livell tal-bordijiet ta' dawn il-korporazzjonijiet jagħtu leħen lill-ħteġijiet amministrattivi eċċ., tal-kunsilli lokali mxerrdin ma' Malta u GĦawdex.", "Mela ma naqblux mal-konċett li għandu jkun hemm ir-rappreżentanza ta' l-Oppożizzjoni fil- bordijiet tal-korporazzjonijiet imsemmija għar-raġunijiet li għadni kemm indikajt, imma min-naħa l-oħra qegħdin insostnu li hija ħaġa utli, ħaġa xierqa u ħaġa tajba li fil-bordijiet tal-korporazzjonijiet imsemmija jkun hemm rappreżentanza min- naħa tal-ħaddiema, min-naħa ta' l-għaqdiet tal- konsumaturi u min-naħa tal-kunsilli lokali.", "Jien beħsiebni nressaq emenda għal klawsola 3 li tmur f'dan is-sens u għalhekk nipproponi din l-emenda:", "\"B\" Ħassar il-kliem kollu li hemm fi klawsola 3 u ssostitwixxi b'dan li ġej:", "\"3.", "(1) Minkejja d-dispożizzjonijiet ta' kull liġi oħra, tliet membri tal-Bord tad-Diretturi ta' Korporazzjoni għandhom jiinħatru mill-Prim Ministru skond id-dispożizzjonijiet ta' dan l-Att.", "(2) Il-membri msemmija fis-subartikolu (1) ta' dan l-artikolu jkunu nnominati kif ġej: wieħed innominat mill-Kunsilli Lokali; wieħed innominat mill-Għaqdiet tal-Konsumaturi; u wieħed magħżul mill- impjegati tal-Korporazzjoni.", "(3) Il-membri msemmija fis-subartikolu (2) ta' dan l-artikolu jkollhom is-setgħat, jeddijiet u obbligi kollha l-istess bħalma jkollhom il-membri l-oħra tal-Bord tad-Diretturi.", "(4) Membru tal-Bord tad-Diretturi maħtur bis-saħħa tas- subartikolu (1) ta' dan l-artikolu jista' biss jitneħħa mill-kariga jekk skond il-liġi tal-Korporazzjoni huwa jsir persuna skwalifikata mill-ħatra għal dik il-kariga.", "(5) Membru tal-Bord tad-Diretturi maħtur bis-saħħa tas- subartikolu (1) ta' dan l-artikolu jibqa' fil-kariga, bla ħsara għas- subartikolu (4) ta' dan l-artikolu, għaż-żmien li huwa jiġi maħtur.\".", "\"B\" Delete all the words in clause 3 and substitute therefor the following:", "\"3.", "(1) Notwithstanding the provisions of any other law, three members of the Board of Directors of the Corporation shall be appointed by the Prime Minister according to the provisions of this Act.", "(2) The members referred to in subsection (1) of this section shall be nominated as follows: one by the Local Councils; one by the Consumers' Associations; and the third one shall be elected by the employees of the Corporation.", "(3) The members referred to in subsection (2) of this section shall have all the powers, rights and obligations as the other members of the Board of Directors.", "(4) A member of the Board of Directors appointed according to subsection (1) of this section may only be removed from office if, according to the Act governing the Corporation, he becomes a person disqualified from such office.", "(5) A member of the Board of Directors appointed according to subsection (1) of this section shall remain in office, without any prejudice to subsection (4) of this section, for the time for which he has been so appointed.\".", "Nerġa' ngħid li hawnhekk dawn l-emendi kulma qed jagħmlu huwa li jdaħħlu statutorjament ir-rappreżentanza tal-ħaddiema, tal-kunsilli lokali u ta' l- assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi f'areas li għandhom oqsma regolatorji imma li jikkonċernaw il-provvista ta' servizzi infrastrutturali.", "Aħna naħsbu li din ir-rappreżentanza mhux biss tiżgura iktar trasparenza, imma wkoll tiżgura aktar rappreżentanza ta' oqsma soċjali f'pajjiżna li għandhom interess ikollhom leħen dirett fit-tmexxija ta' dawn il- korporazzjonijiet.", "Nirringrazzjak.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Grazzi.", "Aktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Mr Chairman, qabel ma ngħaddi għall-emenda se mmur għall-argumentazzjoni tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni fuq argumenti li diġa' ssemmew.", "Qalilna li waħda mill-pożizzjonijiet tal-Gvern hi li jekk ikun hemm rappreżentant tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni fuq bord ta' korporazzjoni jkun hemm iktar trasparenza.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni qal li l-Gvern qed jgħid dan biex ma jkunx hemm abbużi.", "Assolutament, jien mhux qed ngħid li jekk ikun hemm xi ħadd ta' fiduċja tal-Kap ta' l- Oppożizzjoni se neqirdu l-possibbilta' ta' abbużi.", "Naħseb li l- possibbilta' ta' abbużi tibqa' sakemm il-bnedmin jibqgħu bnedmin, pero' rridu li jekk ikun hemm l-abbużi jiġu individwati kemm jista' jkun malajr u jsiru magħrufa biex tittieħed azzjoni immedjatament kif diversi drabi ta prova dan il-Gvern li jagħmel meta jkun hemm xi ħaġa li tidher li hija fondata.", "Jien m'għidtx li b'hekk se neskludu l-abbużi.", "Nerġa' ngħid li n- natura umana hi dik li hi, pero' żgur li jekk ikun hemm direttur nominat fuq parir tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni hemm safeguard ieħor li dan il-bniedem bħall-membri kollha tal-bord ikollu aċċess għal dak kollu li jrid f'dik il- korporazzjoni.", "Hu qal ukoll li dan hu kontra l-prinċipju tad-demokrazija għaliex dan huwa konsoċjativiżmu u allura l-Gvern u l-Oppożizzjoni jsiru ħaġa waħda.", "Jien jiddispjaċini, allura bl-istess argument ngħidlu: Isma' d-direttur ħaddiem ma nagħmluhx iktar għax dan huwa konsoċjativiżmu u allura d- direttur ħaddiem se jidħol hemm biex niġu f'sitwazzjoni ta' \"ħokkli dahri u nħokklok dahrek\" kif uża l-espressjoni l-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "Allura b'dan l-argument ngħidlu d-diretturi-ħaddiema nneħħuhom kollha għaliex mhux il-każ li jkunu parti mill-bord tad-diretturi.", "L-emendi għad irrid narahom sew pero' minn dak li fhimt naħseb li ma nistax neħodhom bis-serjeta'.", "Jekk qed nifhimhom sew - m'humiex quddiemi u rrid nerġa' narahom - il-Kap ta' l-Oppożizzjoni qed jgħidilna li jiġu nominati tliet persuni, wieħed mill-konsumaturi, wieħed mill-kunsilli lokali u l-ieħor mill-ħaddiema, fejn m'hemmx.", "Per eżempju, il-Kap ta' l- Oppożizzjoni qed jissuġġerixxi li fis-Central Bank fejn illum fuq il-bord hemm ħames membri - il-gvernatur u d-deputat gvernatur u jibqa' tlieta oħra li l-liġi tgħid li dawk suppost ikollhom esperjenza f'ċerti oqsma u dan il-Gvern qed jipprova jara li jkollhom esperjenza f'ċerti oqsma; u jekk wieħed jara n-nomini li saru fis-Central Bank jinduna li għażilna nies li għandhom esperjenza f'ċerti oqsma u m'hemmx għalfejn insemmihom għaliex l-ismijiet tagħhom huma public knowledge, kemm dawk preżenti kif ukoll dawk li kien hemm f'dawn it-tmien snin, u ta' min jgħid li kollha kemm huma mxew tajjeb u taw kontribut tajjeb għax in-nies magħrufa - ikun hemm rappreżentant tal-konsumatur.", "Jekk il-Kap ta' l-Oppożizzjoni jaħseb li din tista' tittieħed bis-serjeta', jiġifieri li fuq il-bord tal- gvernaturi tal-Bank Ċentrali jagħmilli rappreżentant tal-ħaddiema, jien naħseb li wieħed ma tantx jista' jieħu din il-proposta bis-serjeta'.", "L-istess nista' ngħid għall-Employment and Training Corporation fejn il- bord attwali huwa magħmul minn mhux inqas minn seba' membri.", "Il-Kap ta' l- Oppożizzjoni jrid li ma' din il-korporazzjoni - kulħadd jaf x'inhu x- xogħol tagħha, jiġifieri li tagħmel ix-xogħol li qabel kien isir mil- Labour Office, tirreġistra n-nies bla xogħol, eċċ. eċċ. - indaħħlu lill- konsumatur.", "Nistqarr li ma nafx min hu l-konsumatur f'dan il-każ u nimmaġina li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni kien qed jirriferi għall-unemployed!", "(Interruzzjonijiet) Jiddispjaċini ngħid li ma nistax nieħu lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni bis-serjeta'.", "Semmielna l-Enemalta fejn diġa' għandna direttur-ħaddiem u hemm iridna ndaħħlu rappreżentant tal-kunsilli lokali.", "Personalment jien ma naqbel assolutament xejn li ddaħħal il-kunsilli lokali fil-management tal- korporazzjoni.", "Jien naf li l-kunsilli lokali m'humiex sodisfatti bis- servizz li qed jagħtuhom xi korporazzjonijiet u xi dipartimenti - din il- ħaġa wieħed jifhimha.", "Jien nemmen li l-kunsilli lokali għandhom jagħmlu minn kollox biex jakkwistaw ċerta awtonomija u l-liġi li titkellem dwar il- kunsilli lokali tipprevedi li jista' jkun hemm delega minn kull dipartiment tal-funzjoni tiegħu lill-kunsilli lokali.", "Jien ngħid li rridu naslu biex ċerti affarijiet jiġu delegati lill-kunsilli lokali għaliex m'hemmx raġuni għaliex xi darba - ma ngħidx immedjatament għax hemm kumplikazzjonijiet amministrattivi - l-Enemalta m'għandiex tgħid li t-toroq tal-lokalita', il- bozoz u l-affarijiet kollha biż-żmien jiġu delegati lill-kunsilli lokali minflok li jinqalgħu l-lampi u ħadd ma jaf lil min jirrapporta u ħafna ħela ta' żmien u ta' enerġija.", "Jien naħseb li faċilment għandha tinstab xi soluzzjoni kif l-Enemalta tiddelega billi tgħidilhom li se tiddelegalhom il-poter li jieħdu ħsieb l-bozoz kollha ta' dawn it-toroq.", "Jien naħseb li dan jista' jsir imma mhux inpoġġi membru tal-kunsilli lokali!", "Inpoġġi membru tal-kunsilli lokali kif?", "Inlaqqgħu seduta ġenerali tal-kunsillieri kollha u dawn jeleġġu wieħed biex imur fuq il-bord!", "Inkompli għaddej u nsemmi l-Housing Authority fejn illum hemm not less than three members including the chairman fuq il-bord.", "Fil-fatt hemm sitta nominati.", "Hawn x'nagħmel?", "Min huwa l-konsumatur?", "Dak li qed ifittex id-dar?", "Il-kunsilli lokali ndaħħalhom fil-Housing Authority?", "Dan x'taħwid hu!", "Għall-kuntrarju, il-loġika tgħidlek li fejn għandek affarijiet li huma ta' natura nazzjonali - kollox sew! nifhem li l- Oppożizzjoni tikkritika lill-Housing Authority u lill-awtoritajiet kollha li hawn imsemmija f'din il-liġi, imma lkoll naqblu li hija ħaġa tajba u fil-fatt kien Gvern Laburista li għamel il-liġi tal-Housing Authority - għandom jiġu ttrattati b'mod nazzjonali.", "Mhux qed ngħid li l-Gvern u l- Oppożizzjoni għandom jaqblu, imma fuq livell ta' funzjonijiet u livell ta' prinċipji m'għandux ikun hemm diverġenzi.", "Insemmi, per eżempju, it-Telemalta fejn il-Kap ta' l-Oppożizzjoni qal li jixtieq jara l-konsumaturi.", "Fejn se ddaħalhom lil dawn?", "Fuq it- telephones biex jgħidulna jekk nagħtux il-liċenzja jekk ikun hemm xi kumpannija oħra tal-cable meta jispiċċa l-monopolju li għandha l-Melita Cable Television u meta jispiċċa l-monopolju tat-Telecell!", "Jien ma naħsibx li wieħed jista' b'xi mod jikkonsidra dawn l-affarijiet.", "Nista' nibqa' għaddej u nsemmi l-Malta Maritime Authority.", "Anke hemmhekk iddaħħal il-konsumatur?", "Insemmi l-Public Transport Authority li l-funzjoni tagħha hi ta' regolatur.", "Allura x'indaħħal fil-Public Transport Authority?", "Indaħħal lill-association tal-buses jew ma nafx x'jgħidulhom?!", "Min huma l-konsumaturi?", "Fil- Malta Financial Services Centre ukoll se ndaħħlu lill-konsumatur?", "Nista' nibqa' sejjer hekk.", "Għalhekk jien ma naħsibx li l-emenda tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni tista' tittieħed bis-serjeta'.", "L-Oppożizzjoni ma tridx taċċetta dak li qed joffri l-Gvern, imma dik affari tagħha, pero' hemm bżonn li tkun serja u ma tiġix bi proposti li biex taparsi qed tagħmel xi proposti alternattivi li assolutament fuq l-ebda livell, la loġiku, la ta' demokrazija parlamentari u lanqas ta' interessi m'huma ġustifikati.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Mr Chairman, naħseb li ma nkunx qed nesaġera li ngħid li ħafna mill-argumenti li smajna issa huma ta' natura non sequitur għax ma jsegwux wieħed ma' l-ieħor, aktar u aktar jekk wieħed imbagħad jorbothom mal-proposti li għamel f'oqsma oħra, anke ta' natura kostituzzjonali.", "Per eżempju, il-Prim Ministru għadu kemm qal li jekk bl- argument ta' din in-naħa huwa ħażin li l-Oppożizzjoni permezz ta' nominees tagħha fuq dawn il-bordijiet tiġi assoċjata b'dan il-mod għax se tkun qed tikkondividi u issir kompliċi mal-Gvern, allura l-istess argument għandu japplika jekk ikun hemm rappreżentanza tal-kunsilli lokali u tal- konsumatur u xi rappreżentant tal-ħaddiema.", "Dawn ukoll se jsiru kompliċi mal-Gvern qal il-Prim Ministru.", "Imma skużi!", "Anke hawnhekk hawn total misunderstanding - jekk il-kelma hija \"misunderstanding\" - ta' dak li qed ngħidu aħna.", "L-argument tagħna x'inhu?", "L-argument tagħna huwa li f'demokrazija parlamentari għandek il-gvern biex imexxi u l-oppożizzjoni biex tissorvelja, u għandna nżommu dawn iż-żewġ funzjonijiet distinti biex tabilħaqq id-demokrazija f'sistema parlamentari taħdem b'mod trasparenti.", "Mela għandek gvern b'mandat eżekuttiv biex imexxi u l-oppożizzjoni bid-dmir li tissorvelja b'mod trasparenti dak li jkun għaddej, mhux li tipparteċipa u tkun assoċjata max-xogħol.", "Fejn tara li l-affarijiet sejrin ħażin tgħid li sejrin ħażin u fejn l-affarijiet ikunu sejrin tajjeb tgħid li sejrin tajjeb jew iżżomm ħalqha magħluq.", "Jiġifieri hemm funzjoni ċara ta' dak li għandu x'jaqsam ma' gvern u dak li għandu x'jaqsam ma' oppożizzjoni f'sistema ta' rappreżentanza parlamentari.", "Imma skużi!", "Dan l-argument ma japplikax fil-każ tal-konsumaturi.", "Ma japplikax fil-każ tal-ħaddiema.", "Ma japplikax fil-każ tal-kunsilli lokali.", "Safejn naf jien is-sistema tagħna ma tgħidx li ħaddiema ta' korporazzjoni qegħdin hemm biex jissorveljaw il- gvern tal-ġurnata.", "Is-sistema parlamentari tagħna ma tgħidx li l-kunsilli lokali qegħdin hemm biex jissorveljaw il-gvern tal-ġurnata.", "Is-sistema parlamentari tagħna ma tgħidx li l-konsumaturi qegħdin hemm biex jissorveljaw il-gvern tal-ġurnata u li xi darba għandu jkollhom mandat biex imexxu l-pajjiż.", "Dan x'għandu x'jaqsam!", "Dan x'taħwid ta' argumentar!", "Aħna qed nitkellmu l-ewwelnett fuq livell ta' gvern u oppożizzjoni u jekk għandhomx ikunu konsoċjati.", "Imma li mbagħad tħallat l-istess argument fuq il-livell ta' x'jiġri mill-konsumaturi, x'jiġri mill-kunsilli lokali u x'jiġri mill-ħaddiema vis-a-vis l-bord ta' korporazzjoni, qisu l-istess tip ta' argument, mhux talli huma non sequitur talli loġikament qed naqbżu minn kategorija għal oħra.", "Dan hu argument li assolutament ma jreġix u nerġa' ngħid għaliex.", "Għax il-konsumaturi, il-kunsilliera lokali u d- diretturi-ħaddiema fuq il-bord ta' korporazzjoni ma jkunux qegħdin hemm bħala oppożizzjoni li xi darba tista' ssir gvern, imma r-rwol tagħhom huwa kompletament differenti.", "Ma tistax tħallat argument fuq livell ma' argument fuq livell ieħor.", "Non sequitur mill-bidu sa l-aħħar.", "Imbagħad kien hemm argument ieħor non sequitur li huwa dwar il-Bank Ċentrali.", "Il-Prim Ministru qal li għandu numru limitat ta' nies xi jdaħħal u donnu qed jistaqsi kif se tagħmel meta fuq il-bord għandek sitta min-nies, inkluż iċ-chairman u d-deputy chairman, biex tinnomina t-tlieta l-oħra bil-mod li qed tissuġġerixxi l-Oppożizzjoni Laburista.", "Dan x'argument hu!", "Ċertament l-ewwel ħaġa li toħroġ mill-emenda tagħna hi li n-numru ta' membri fuq il-bordijiet jistgħu jiżdiedu awtomatikament u m'aħniex qed nirristrinġu ruħna li jekk illum hemm ħames membri dan in- numru ma jistax jiżdied.", "Din ħaġa faċli.", "Pero' beyond that x'qal l-Onor.", "Eddie Fenech Adami?", "Il-Prim Ministru qal: Kif tistgħu timmaġinaw li l-ħaddiema tal-Bank Ċentrali jkollhom rappreżentant tagħhom fuq il-bord tal-Bank Ċentrali!", "Xi skandlu!", "Mela ma tafux, qal l-Onor.", "Prim Ministru, li rridu noqogħdu attenti li lil min nappuntaw irid ikun minn ċerta kategorija u jrid ikollu ċerti kwalifiki.", "Jiġifieri, minnufih qed nitilqu mill-assumption li l- ħaddiema tal-Bank Ċentrali m'għandhomx stoffa - din hija l-kelma - biex jistgħu b'xi mod jew ieħor ipoġġu lil xi ħadd biex jirrappreżentahom fuq il- bord tal-Bank Ċentrali.", "Imma dawn x'argumenti huma!", "Dawn huma assolutament argumenti li ma jreġux.", "Iva, aħna nemmnu li l-ħaddiema u l- impjegati tal-Bank Ċentrali għandhom sens biżżejjed u għandhom stoffa biżżejjed biex jagħżlu rappreżentant tagħhom fuq il-bord tal-Bank Ċentrali li jkun dehen tan-nies kalibrati kbar li l-Prim Ministru ftaħar li dejjem joqgħod attent li jappunta.", "Bl-istess mod nista' ngħid għall-konsumaturi.", "Mela l-konsumaturi m'għandhomx interess fid-deċiżjonijiet tal-Bank Ċentrali?", "Mela m'hemmx an inherent social interest min-naħa tal-konsumaturi f'dan il-pajjiż li jkunu assoċjati mad-deċiżjonijiet li jieħu l-bord tal-Bank Ċentrali?", "Mela d- deċiżjonijiet tal-Bank Ċentrali mhux b'mod fundamentali qed jaffetwaw l- interess tal-konsumatur?", "U m'hemmx l-element li l-interess tal-konsumatur ikun qiegħed rappreżentat u jkollu leħen fuq il-livell tal-Bank Ċentrali?", "Issemmiet anke l-ETC u l-Prim Ministru qal: Ma nafux li l-ETC hija dik il-korporazzjoni li tieħu ħsieb issib l-impjiegi u x-xogħlijiet!", "Il-Prim Ministru staqsa fejn jidħol il-konsumatur fiha din.", "Imma hawnhekk ngħid, bir-rispett kollu, li din hija riflessjoni tal-mentalita' antikwata li jimxi biha dan il-Gvern f'dak li għandu x'jaqsam mas-servizzi li jipprovdi l-gvern.", "Is-servizzi li jipprovdi l-gvern, iva, hemm konsumaturi għalihom, hemm konsumaturi għas-servizzi li jipprovdi l-gvern, forsi m'hux l-istess bħal meta nkunu qed nirriferu għall-konsumatur li jmur għand tal-grocer u jixtri l-kappar u ż-żebbuġ, imma xorta l-gvern qiegħed jipprovdi servizzi.", "Is-servizzi jistgħu jkunu mpjiegi, jistgħu jkunu reġistri, jistgħu jkunu liċenzji u jistgħu jkunu ħafna affarijiet.", "Jistgħu jkunu l-mod kif jiġu amministrati l-qrati - that's a service - għax dak huwa servizz.", "Hemm konsumaturi wkoll li huma ċittadini li qed jikkonsmaw u li għandhom interess fil-kwalita' ta' dak is-servizz u allura jien niskanta kif il- Prim Ministru joħroġ b'dan l-argument ta' fejn għandu jidħol il-konsumatur fl-ETC.", "Skużi!", "Iċ-ċittadin f'kollox jidħol.", "F'dan il-każ qed nitkellmu fuq iċ-ċittadin bħala konsumatur tas-servizzi li jagħti l-gvern.", "Huwa argument antikwat - bir-rispett kollu lejn il-Prim Ministru - li tgħid li servizz li qed jipprovdi l-gvern, li qed jipprovdi xogħlijiet, li qed jipprovdi ħidma u li qed jipprovdi opportunitajiet ta' xogħol m'għandux interphase mal-konsumatur.", "Għandu interphase mija fil-mija.", "Assolutament mhux argument li tgħid li din m'għandha tmiss bl-ebda mod mal-konsumatur u aktar u aktar imbagħad l-argument fuq l-Enemalta.", "Le, qal il-Prim MInistru, il-konsumaturi żgur li m'għandhomx imissu ma' l- Enemalta.", "Pero' mbagħad għaġġibni iktar u iktar meta qal li ma jemminx li l-kunsilli lokali għandhom imissu ma' l-Enemalta.", "Qal li jaf kemm hemm ilmenti min-naħa tal-kunsilli lokali dwar l-Enemalta u m'għandhomx imissu magħha.", "Jien stagħġibt għax imbagħad il-Prim Ministru qal: Imma kif se ddaħħal lill-kunsilliera lokali f'dawn il-korporazzjonijiet nazzjonali!", "Issa se nagħmel punt ċar.", "L-emenda li għandna quddiemna bħalissa hija l- ewwel emenda f'sensiela ta' emendi li nkunu rridu nressqu jekk tgħaddi din l-emenda li qed nippoponu ħalli mbagħad nirregolaw kif il-kunsilli lokali jkunu rappreżentati, kif il-konsumaturi jkunu rappreżentati u kif il- ħaddiema jkunu rappreżentati.", "Jiġifieri mhux se nirrispondi minn issa dwar kif il-kunsilliera lokali jkunu rappreżentati.", "Il-Prim Ministru staqsa kif se nagħmlu.", "Qal: Se nagħmlu xi laqgħa ġenerali għall-kunsilliera lokali biex jeleġġu lil min jirrapreżentahom fuq l-Enemalta!", "Ċertament li dik tiġi regolata b'emendi oħra li jiġu ppreżentati iktar tard.", "Jiġifieri fuq din assolutament m'hemmx argument xi jsir.", "Iva jkun hemm rappreżentat tal-kunsilliera lokali, imbagħad kif se jiġi elett niddiskutu iktar tard.", "Imma ħalli nerġa' mmur fuq il-punt oriġinali tiegħi.", "X'kien il-punt oriġinali tiegħi?", "Il-Prim Ministru qal: Jekk dawn huma korporazzjonijiet nazzjonali, kif tippretendu li ndaħħlu l-kunsillieri lokali fihom meta dawn il-kunsilliera qegħdin hemmhekk biex jagħmlu xogħol lokali, eċċ., eċċ.!", "Jien bqajt imbellaħ b'dan l-argument għax daqs xahrejn, tlieta, erba', ħames xhur ilu, meta konna qed nitkellmu dwar l-għażla tal-President, il-Prim Ministru ħareġ bil-proposta li s-sindki jieħdu sehem fl-elezzjoni tal- President u qal li din hija xi ħaġa nazzjonali u li għandna nuru l-fiduċja tagħna fis-sindki u fil-kunsilli lokali.", "Dak iż-żmien aħna konna rrispondejna: B'dan il-mod trid turi l-fiduċja tiegħek fis-sindki u fil- kunsilli lokali!", "Skużi!", "Jien nistaqsi: X'inhuma x-xogħlijiet, il- problemi u d-diffikultajiet li qed jiffaċċjaw fix-xogħol tagħhom il- kunsilliera lokali u s-sindki?", "Jien naf għax qed indur il-kunsilli lokali kollha ma' sieħbi l-Onor.", "Charles Mangion u jgħidulek bil-problemi infrastrutturali, problemi ta' tmexxija ta' toroq, problemi ta' bozoz, nuqqas ta' provvista ta' ilma, nuqqasijiet serji fejn jidħlu xogħlijiet pubbliċi, partikolarment ta' tindif.", "Dawn huma l-affarijiet nazzjonali li jinteressawhom, li huma organikament marbuta max-xogħol tagħhom u hemmhekk, Sur Prim Ministru, tkun qed turi l-fiduċja tiegħek fihom u mhux meta tiġi tgħid li l-Enemalta hija enti nazzjonali u għaldaqstant il-kunsilli lokali għadhom jinsewha.", "Anzi għandek tgħid li hija enti nazzjonali, qed tipprovdi s-servizz infrastrutturali li qed joħloq problemi diretti għall- kunsilli lokali u hemmhekk anzi huwa importanti li tagħtihom rappreżentanza ħalli l-leħen tal-kunsilli okali fuq kwestjoni ta' tmexxija amministrattiva serja nazzjonali jkollu minnufih impatt fuq il-livell ta' kif il- korporazzjoni konċernata, bħall-Water Services Corporation, l-Enemalta Corporation, t-Telemalta Corporation jieħdu d-deċiżjonijiet.", "X'hemm iktar sempliċi u trasparenti minn dan meta qed ngħidu korporazzjoni nazzjonali?", "Għalhekk in-non sequitur ta' dak li qed jgħid il-Prim Ministru.", "Il-Prim Ministru semma l-Public Transport Authority.", "Hawnhekk jien erġajt skantajt għaliex staqsa kif se ndaħħlu l-konsumatur fiha.", "Mela lil min trid iddaħħal fiha!", "Kultant meta nisma' dawn l-argumenti nibda ngħid li dan verament huwa gvern maqtugħ mill-poplu għax jekk hemm xi ħaġa li dejjem tisma' dwarha mingħad il-konsumaturi hija l-problemi li jffaċċjaw meta jiġu biex jużaw is-servizz tat-trasport pubbliku.", "Mela ma tagħtihomx leħen!", "Dażgur li tagħtihom leħen, anzi huwa importanti li tagħtihom leħen ma' ħaddieħor.", "Fuq dan se jitkellem il-Prim Ministru - bqajt jien skantat - li l-konsumaturi ma jarahomx fil-Public Transport Authority meta jien ngħid li l-aktar li għandhom ikunu rappreżentati fuq din l-awtorita', apparti minn nies oħra, huma ċertament il-konsumaturi.", "Din hija l-loġika li nsistejna fuqha.", "Il-Prim Ministru semma l-Housing Authority u staqsa kif se npoġġu l- konsumaturi fuqha.", "Mela lil min trid tpoġġi jekk din hija waħda mill-iktar servizzi importanti f'dan il-pajjiż!", "Ċertament li hemm konsumaturi interessati f'dan ix-xogħol tal-housing.", "F'din il-provvista hemm tgergir kbir u ilmenti kbar.", "Anzi dan li ngħid jien għandu jsir f'dawn il- korporazzjonijiet fejn hemm il-konsumaturi li jkunu jridu jikkonsmaw servizz mogħti mill-Gvern u għalhekk għandu jkollhom rappreżentanza.", "Jien niskanta li kellna din ir-reazzjoni - mhux biss kienet reazzjoni dommatika imma wkoll ta' tmasħir - fuq l-argument jew fuq il-konċett tal-konsumatur f'dawn il-korporazzjonijiet fejn suppost għandhom ikunu bl-akbar dritt.", "Anzi hawn naħseb li qegħdin ftit tard, anke fil-konfront ta' kif qed jinbiddlu l-ideat ġenerali fl-Ewropa u f'pajjiżi oħra għax dieħla sew l- idea li jkun hemm rappreżentanza tal-konsumaturi f'dawn il- korporazzjonijiet infrastrutturali kbar.", "Sur President, nagħlaq billi ngħid li fl-opinjoni tiegħi l-argumenti u l- oġġezzjoni li qanqal il-Prim Ministru ma jreġux.", "Huma antikwati, anke fis- sens kif affarijiet li huma ta' valur soċjali qed jgħid li huma inkonċepibbli, bħall-kwestjoni tal-konsumaturi fuq bord ta' korporazzjoni infrastrutturali jew il-kwestjoni tal-ħaddiema tas-Central Bank fuq il-bord ta' l-istess bank.", "Jien naħseb li l-Prim Ministru kien qed jipprova jgħidilna li ma jridx jaċċetta għar-raġunijiet politiċi tiegħu l-proposti li qed nagħmlu aħna u ma jridx jiċċaqlaq mill-proposta tiegħu li lanqas tagħmel sens f'demokrazija parlamentari.", "Sempliċement din hija logħba politika.", "Hu telaq fit-triq tiegħu u ma jridx jitbiegħed minnha.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Mr Chairman, naħseb li kultant ma niftehmux bil- lingwa li nitkellmu biha.", "Per eżempju, jien ma għidtx li fil-Bank Ċentrali m'għandux ikun hemm rappreżentanti tal-ħaddiema għaliex m'għandhomx stoffa imma għidt li l-Att tal-Bank Ċentrali jgħid - hawn se nikkwota minn artiklu 9 - li:", "\"The directors of the Bank, other than the Governor and Deputy Governor, shall -", "(a) be appointed by the Prime Minister;", "(b) be persons of recognised standing and experience in business, professional or academic affairs or in industrial relations ...\".", "Jiġifieri wieħed ipoġġi ċertu livell.", "Infakkar li hawn qed nitkellmu fuq il-Bank Ċentrali u żgur li jien ngħid li l-konċett tad-direttur ħaddiem ma japplikax għall-Bank Ċentrali.", "Forsi japplika għall-Enemalta, għat- Telemalta jew għall-Airmalta fejn hemm eluf ta' ħaddiema f'dawn il- korporazzjonijiet u allura tagħtihom rappreżentanza u għalhekk jien għidt inkonċepibbli li ngħid li l-ħaddiema tas-Central Bank nagħtihom rappreżentanza fuq il-bord tal-Bank Ċentrali.", "Jien qed ngħid li dan ma jagħmilx sens.", "M'hijiex kwestjoni ta' l-istoffa fost il-ħaddiema tas- Central Bank.", "Dażgur li hemm ħaddiema ta' stoffa, anzi m'għandix dubju li hemm.", "Jiġifieri ma naħsibx li għandna ngħawġu l-argumenti ta' xulxin.", "Fl-emenda tiegħu l-Kap ta' l-Oppożizzjoni qed jgħid \"proposta li dawn il- membri jkunu nominati mill-Kunsilli Lokali\" - x'jiġifieri nominati mill- kunsilli lokali? - \"u li wieħed jiġi nominat mill-Għaqdiet tal- Konsumaturi\".", "Pero' hawn qed nistaqsi lili nnifsi jekk l-ETC għandhiex il- konsumaturi.", "Le, m'għandhiex.", "Għaliex?", "Għaliex hawnhekk hawn miktub mhux minn konsumaturi, jiġifieri nies li jista' jkollhom interess fis-servizz li tagħti dik il-korporazzjoni, imma minn \"GĦaqdiet tal-Konsumaturi\".", "Għaqdiet tal-konsumaturi huma għaqdiet li huma rikonoxxuti b'liġi, ċioe' li huma għaqdiet tal-konsumaturi għal ċerti finijiet.", "Jien ma nafx b'għaqdiet tal-konsumaturi li jkollhom l-interess li jkunu sempliċement rikonoxxuti bħala għaqdiet tal-konsumaturi.", "Ma ninsewx li aħna hawnhekk qegħdin nilleġislaw u l-Kap ta' l-Oppożizzjoni ppreżentalna emenda formali biex issir liġi.", "\"Għaqdiet ta' Konsumaturi\" jfissru għaqdiet tal-konsumaturi li titkellem fuqhom il-liġi - bħalissa ma nafx eżatt x'jisimha.", "Naħseb li għal dawk qed tirriferi meta qed tgħid \"GĦaqdiet tal-Konsumaturi\"?", "Allura dawk inpoġġihom fl-ETC jew inpoġġihom fuq il-Public Transport Authority?", "Dażgur li l-passiġġieri li jużaw il-public transport f'Malta għandhom interess, imma lil dawk ma nsejħulhomx \"għaqda tal-konsumaturi\".Forsi hawn tgħidli biex naqbad lil xi ħadd - kif fil-fatt nagħmel - u nagħmlu fuq il- bord tal-Public Transport Authority.", "Jien naf min juża x-char-a-banc b'mod normali - bil-kelma \"b'mod normali\" qed infisser b'mod regolari - u it makes sense li tagħmel lil xi ħadd hekk.", "Imbagħad il-Kap ta' l-Oppożizzjoni qalilna li wieħed ma jistax jara din l- emenda waħda għax hemm emendi oħrajn.", "Għalhekk jien nitolbu li jgħaddili l- emendi l-oħra qabel ma nivvotaw fuq din.", "Nista' ngħid li kif inhi din l- emenda żgur li m'hijiex aċċettabbli.", "Issa jekk għandu xi emendi oħra lesti allura jista' jgħaddihomli u jgħidli wkoll kif l-emendi l-oħra jiċċaraw din il-proposta li għamel.", "Jiġifieri jekk għandu emendi oħra jgħaddihomli u nikkonsidrahom.", "Kif inhi din il-proposta assolutament ma tagħmilx sens.", "Imma l-ikbar waħda hija din.", "Tajjeb!", "Jien qed ngħid li m'għandux ikun hemm rappreżentant tal-kunsilli lokali fuq il-bord ta' l-Enemalta, let alone tal-Bank Ċentrali - fl-emenda jidher li m'hemmx distinzjoni - u l-Kap ta' l-Oppożizzjoni jrid jilleġisla biex mill-kunsilli lokali jiġi nominat xi ħadd biex ikun fuq dawn il-bordijiet kollha.", "Jiġifieri l-kunsilli lokali se ndaħħluhom fil-Bank Ċentrali wkoll!", "Hawnhekk għandna ex-deputy governor li għandu esperjenza u ta kontribut kbir fil-Bank Ċentrali u jgħidilna jekk fuq il-board of governors għandux ikun hemm rappreżentant tal-kunsilli lokali.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni skandalizza ruħu għax jien qed ngħid \"le\", jiġifieri li l-kunsilli lokali mhux posthom hemm.", "Imbagħad l-Onor.", "Alfred Sant semma li kont jien li pproponejt li s- sindki jeleġġu l-President.", "Dażgur li jeleġġu l-President.", "Jien għidt li jekk hawn funzjoni li s-sindki tad-diversi kunsilli lokali jistgħu konċettwalment jipparteċipaw fiha hija eżattament fil-proċess ta' l- elezzjoni tal-President.", "Jien ma nistax nimmaġina xi ħaġa iktar idonea, tajba u importanti fejn is-sindki ta' pajjiżna jagħtu l-kontribut tagħhom b'mod istituzzjonali jekk mhux fl-elezzjoni tal-President.", "Dażgur li tagħmel sens.", "Jekk illum aħna għandna l-gvern ċentrali u għandna l- amministrazzjonijiet lokali, u l-amministrazzjonijiet lokali għandhom il- kap tagħhom li huwa s-sindku, mhux talli hu tajjeb dan il-proċess, anzi huwa proċess demokratiku li bih qed inkabbru d-demokrazija fil-pajjiż fejn fl-elezzjoni ta' l-ogħla kariga fil-pajjiż li hija dik tal-President tar- Repubblika, aħna d-deputati nġibu magħna lis-sindki kollha jew għallinqas parti minnhom.", "Jiġifieri li tipparaguna l-proposti tal-Gvern biex is- sindki jivvotaw fl-elezzjoni tal-President u tgħidilna li dik ħażina u tgħid li jkun tajjeb jew aħjar li l-kunsilliera npoġġuhom fuq il-Bank Ċentrali, fuq l-ETC jew fuq il-korporazzjonijiet kollha msemmijin, allura bilfors naħseb li din hija proposta li l-Oppożizzjoni ma ħmithiex, jiġifieri għadha m'hijiex imsajra, u jekk trid tissajjar iktar allura lill- Kap ta' l-Oppożizzjoni nagħtuh iż-żmien biex issajjarha.", "Pero' nerġa' ngħid li din m'hijiex imsajra imma hija mitfugħa hemm nejja għal kollox.", "Għalhekk assolutament m'hijiex aċċettabbli.", "Ma rridx ngħid li hija gimmick, imma hija xi ħaġa simili biex ngħidu: Ara l-Gvern ippropona xi ħaġa u l-Oppożizzjoni pproponiet xi ħaġa oħra!", "Pero' ngħid li l-Gvern ippropona xi ħaġa serja u l-Oppożizzjoni qed tipproponi xi ħaġa li assolutament fil-fehma tal-Gvern ma tagħmilx sens.", "Jien nerġa' ngħid li jekk il-Kap ta' l-Oppożizzjoni għandu emendi oħra li jiċċaraw xi tfisser din l-emenda, jgħaddihomli issa u nikkonsidrahom biex inkun naf kif se nivvota fuq din l-emenda.", "Pero' kif inhi preżentata, hekk waħedha, assolutament ma tagħmilx sens u ma tistax tiġi aċċettata.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, għandna Prim Ministru li meta ma jaqbilx ma proposta jgħidilha gimmick.", "Hekk sar il-mod kif nersqu lejn l- affarijiet.", "Pero' hawn ngħid li mhux waħdi nagħmel il-gimmicks għaliex anke inti, Sur President, naħseb li speċjalizzajt fihom mhux ħażin matul is- snin, speċjalment f'dak li għandu x'jaqsam meta tagħmel sfidi, per eżempju, għall-provi ta' korruzzjoni.", "Hemmhekk hemm gimmicks mhux ħażin u jidher li speċjalizzajt fihom dawn l-aħħar ġimgħat u ħriġt l-ewwel fil-matrikola fuqhom!", "Apparti minn hekk, din li qed nipproponi m'hija gimmick xejn.", "Ċertament bl-argumenti li joħroġ bihom il-Prim Ministru lili jwerriċni.", "Per eżempju, waħda mill-affarijiet li skandalizzajt ruħi kienet meta qal: Kif jista' jkun li kunsilliera lokali jitpoġġew fuq organizzazzjoni nazzjonali bħalma hi l-Enemalta jew li l-kunsilliera lokali jkunu rappreżentati fuq ħidma nazzjonali!", "Fil-fatt minħabba f'hekk qam l-ispunt tiegħi.", "Mela mhux int stess ipproponejt li jkunu huma, rappreżentati mis- sindki, biex jipparteċipaw fl-elezzjoni tal-president!", "Allura din m'hijiex ħidma nazzjonali!", "In-non sequitur minn hemm jibda, Sur President.", "Allura l-punt li l-kunsilliera lokali għandhom jitwarrbu milli jiġu rappreżentati fuq il-bordijiet ta' dawn il-korporazzjonijiet u jintużaw bħala nies li jivvotaw għal President ma jreġix, aktar u aktar ma jreġix meta effettivament ix-xogħol tal-kunsillieri lokali l-akbar ħsara u l-akbar problemi li jinqalgħulhom huwa proprjament fuq dawn l-affarijiet li diġa' semmejt, bħall-Enemalta, t-Telemalta u affarijiet oħra infrastrutturali.", "Aktar u aktar meta l-kritika li qed issir lill-kunsilliera lokali qed tkun li qed iservu bħala paraventi.", "Mela, skużi!", "Fejn qiegħed turi l-iktar fiduċja fihom?", "Fejn tagħmilhom taparsi jeleġġu President darba kull ħames snin, biex taparsi tkun użajthom għal xi ħaġa, jew inkella fix-xogħol tagħhom fejn direttament għandhom bżonn li l-kunsens tagħhom jiġi mleħħen fuq il-livell ta' bord ta' korporazzjoni?", "Min qed juri fiduċja fihom, min jgħidilhom: Ejjew kull ħames snin u ħudu sehem fl-għażla ta' President; jew min jgħidilhom: Regolarment ir-rappreżentanti tagħkom għandhom ikunu qegħdin hemm u jkollhom leħen fit-tmexxija tal-bordijiet il-kbar li qed jaffettwaw bid-deċiżjonijiet nazzjonali tagħhom l-operat fuq bażi lokali?", "Fuq din għad ma kellniex risposta s'issa.", "Il-Prim Ministru issa qal li ma jistax jaqbel mal-formolazzjoni ta' l- emenda għaliex min-naħa ta' l-Oppożizzjoni qed indaħħlu l-kunsilli lokali u l-għaqdiet tal-konsumaturi.", "Dażgur!", "Għaliex le!", "L-għaqdiet tal- konsumaturi huma istituzzjonalment il-fo'c's'le li minnhom il-konsumaturi jew iċ-ċittadini jistgħu jesprimu ruħhom b'mod istituzzjonali.", "Pero' hawn naqleb id-diskussjoni.", "Jekk il-Prim Ministru għandu kontro-proposti għal dak li qed ngħidu aħna, allura nisimgħuhom.", "Jekk minflok kunsilli lokali jrid jagħmel kunsilliera lokali allura lesti biex nisimgħu.", "Jekk minflok għaqdiet tal-konsumaturi jrid jgħid xi ħaġa oħra aktar ġenerali allura nisimgħuha.", "Jekk fil-każ tas-Central Bank - peress li hemmhekk il-ħaddiema jrid ikollhom ċerti kwalifiki skond l-Att tal-Bank Ċentrali - irid jagħmel distinzjoni bejn ħaddiem u ħaddiem allura nisimgħu din il-proposta ħalli mbagħad naraw eżattament min qed jagħmel il-gimmicks f'dawn l-affarijet, jekk hux aħna jew hu.", "Aħna jkollna okkażjoni nispjegaw iktar fid-dettall in-natura tal-proposti tagħna fuq il-bażi tal-kontro-proposti li jagħmel hu, jekk għandu.", "Imma ħalli hawn nerġa' mmorru fuq il-punt ta' qabel.", "L-argument tagħna jerġa' jibqa' dak li kien, ċioe' li t-thrust u l-inputs ta' kif il-Gvern qiegħed jorjenta l-proposta tiegħu jiżnaturaw il-mod kif taħdem demokrazija parlamentari għaliex qed taqsam funzjonijiet li m'għandhomx jinqasmu imma li għandhom ikunu fejn naħa tagħmel ħaġa u n-naħa l-oħra tagħmel ħaġa oħra.", "Dak li qed nipproponu jikkonsoċja mat-tmexxija ta' dawn l-entijiet nazzjonali u ma' l-istrutturi soċjali fil-pajjiż li għandhom leħen sħiħ u li għandhom interess dirett fit-tmexxija ta' dawn l- isituzzjonijiet, ikun min ikun fil-gvern.", "Dak li qed nipprovaw nassoċjaw aħna, li d-demokrazija tkun fuq il-bażi ta' min għandu interess fid- deċiżjonijiet li qed jittieħdu bħala konsumatur, bħala ħaddiem u bħala kunsill lokali li jkun assoċjat mad-deċiżjonijiet li qed jittieħdu.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Lino Spiteri.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Mr Chairman, il-Latini kienu jgħidu: Tqalu l- muntanji u twieled ġurdien redikolu.", "Bil-Malti dan ifisser li qed immorru għal xi ħaġa oħra, fis-sens li bin-naqra n-naqra qed noħroġ il-ġurdien mit- toqba u l-ġurdien li qed joħroġ mit-toqba huwa wieħed oħxon mhux ħażin!", "Issa qed jidher ċar li anke meta l-bieraħ jien attribwejt intenzjonijiet tajba lill-Prim Ministru fuq din il-liġi xorta kont qed nagħmel wieħed mill- iżbalji tas-soltu tiegħi.", "Għaliex?", "Il-bieraħ, u kemm ilha sejra din id- diskussjoni, il-Prim Ministru enfasizza li qed jagħmel dan il-pass jew li qiegħed iressaq din il-proposta biex il-Kap ta' l-Oppożizzjoni jkun jista' jagħmel nomini biex jestendi l-parteċipazzjoni.", "Iżda mbagħad f'ħin minnhom waqt mument imqanqal fid-diskussjoni - m'iniex ċert jekk hux il-bieraħ jew il-bieraħt lura - il-Prim Ministru qal: Imbagħad naqtgħuha din li joqgħod ikun hemm ħafna akkużi jekk ikun hemm rappreżentant tal-Kap ta' l- Oppożizzjoni fuq dawn il-bordijiet għaliex hemmhekk ikun qiegħed jara minn ġewwa x'qed jiġri u jkun jista' jitkellem jekk ikun hemm bżonn.", "Issa hawn nixtieq nikkoreġi ruħi għaliex huwa ma qalx \"rappreżentant\" imma qal \"bniedem li qiegħed hemmhekk bħala uomo di fiducia\"- jiġifieri bniedem fdat tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "Issa apparti li dak l-argument twaqqa' kemm mill-Kap ta' l-Oppożizzjoni u kemm mill-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici meta osservaw li min ikun qiegħed f'bord ikun marbut bl-etika professjonali ta' kull direttur u jkun marbut ukoll bis-sigriet professjonali u anke b'rabtiet oħra li jkunu jeżistu minn żmien għal żmien - partikolarment issa li ġew imsaħħa bil-provvedimenti tal-liġi li għandha x'taqsam mal- kumpanniji u anke mas-soċjetajiet - u apparti wkoll il-punt li qiegħed jisħaq fuqu l-Onor.", "Alfred Sant diversi drabi li ma tistax ma tħallix diviżjoni netta u diviżjoni bla tfixkil bejn il-funzjonijiet tal-Gvern li huwa elett b'mandat eżekuttiv biex imexxi suġġett għall-iskrutinju ta' l- Oppożizzjoni li allura għandha l-funzjoni tagħha li tikkritika u li tifli u anke tgħasses dak li qed jagħmel il-Gvern u fuq kollox tipproponi policies u tmexxija alternattiva, imbagħad meta tqis dan kollu u twarrbu fil-ġenb u tiffoka fuq dak li qal il-Prim Ministru, ċioe' \"ħalli naqtgħuha din għax imbagħad ikun hemm rappreżentant ta' l-Oppożizzjoni li jkun qiegħed ġewwa\" - din il-parti għajjatha u mhux qalha biss u fil-fatt il-bieraħ il-Prim Ministru għajjat ħafna allavolja ma tantx qal, imma għajjat ħafna - dak l- argument jitwaqqa' minnu nnifsu mill-fatt li l-Prim Ministru stess imbagħad ikkoreġa, bħalma kkoreġġejt jien ukoll, li mhux \"rappreżentant\" ikun imma bniedem ta' fiduċja, \"uomo di fiducia\", li allura ma jkunx jista' jirrapporta lura lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "Mela l-Prim Ministru waqqa' l-argument tiegħu stess.", "Imma issa meta qed inkomplu nisimgħu r-reazzjoni tiegħu għall-proposta mressqa llum mill-Kap ta' l-Oppożizzjoni għal klawsola 3 iżjed qed nifhmu xi jrid jagħmel il-Gvern.", "Il-Gvern mhux skrutinju jrid ta' kif jitmexxew dawn il-bordijiet.", "Mhux veru jrid skrutinju imma jrid biss skuża biex jekk kemm-il darba jkun hemm bniedem nominat mill-Kap ta' l-Oppożizzjoni u jekk inqalgħu xi allegazzjonijet bħalma nqalgħu dwar ħemel ta' korporazzjonijiet, bħall-Malta Freeport Corporation u iżjed riċenti u b'mod misnun ħafna dwar il-Public Transport Authority, il-Prim Ministru jrid li jkollu l-kumdita' li joħroġ jgħid: Kif tagħmel dawn l-allegazzjonijiet jekk fuq il-bord tad-diretturi hemm bniedem li huwa nominat mill-Kap ta' l- Oppożizzjoni stess?.", "Din hija r-raġuni.", "Issa ma tqalux il-muntanji.", "Din hija t-toqba li ħiereġ il-ġurdien minnha u l-makakkerija tal-Gvern u mhux l- onesta jew is-sinċerita' tal-Gvern.", "Fejn hija l-onesta u s-sinċerita'!", "Din hija l-makakkerija tal-Gvern u qed juriha l-Prim Minstru nnifsu.", "Qed juriha l-Prim Ministru u mhux qiegħed juriha xi back-bencher li m'għandux esperjenza jew qed juriha xi ministru li jkun imqabbad jagħmel xi ħaġa u joħroġ biex jagħmel xi ħaġa estrema u aħna nisparaw għaliha biex imbagħad xi ħadd jgħid imma dak back-bencher, jew inkella fil-każ ta' ministru xi ħadd joħroġ jgħid li dak se nagħmlulu nkjesta.", "Mhux hekk sar, imma l-Prim Ministru nnifsu qiegħed juri li jrid idaħħal lill-Oppożizzjoni fl-ixkora u jrid idaħħal lill-Oppożizzjoni f'sitwazzjoni fejn ikollu skuża li jużaha bħala tapp biex jekk kemm-il darba jinqala' xi ħaġa jgħid: Le, hemmhekk hemm bniedem nominat mill-Kap ta' l-Oppożizzjoni u allura jmissu tkellem hemmhekk.", "Issa qed nikkonstataw li meta bil-proposta Laburista qed nuru kif għandek testendi tassew il-parteċipazzjoni, il-Prim Ministru l-ewwel qal: Agħtuni kopja; u malli l-Kap ta' l-Oppożizzjoni ppreżenta l-emenda tiegħu l-Prim Ministru korrettement talab biex jagħtuh kopja - kien imissu kellu kopja - u tawh kopja, imma bilkemm ħares lejha għax ma kellux għalfejn għax kien semgħu jaqra lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni għax għandu diċitura ċara u l-Prim Ministru wkoll għandu moħħu ħafif, fis-sens li jaħdem swift, u malajr jifhem.", "Ta daqqa t'għajn lejha u rriġettaha.", "Irriġettaha b'numru ta' argumenti li juru li mhux veru li hu u l-Gvern tiegħu jemmnu li għandu jkun hemm parteċipazzjoni demokratika li ma twarrabx il-linji demokratiċi ta' gvern u oppożizzjoni - mhux parteċipazzjoni mill-oppożizzjoni biex isservi ta' tapp jew inkella biex issir kompliċi f'dak li jkun għaddej, apparti dik - imma li ma jkunx hemm u ma jemminx li għandu jkun hemm parteċipazzjoni demokratika min-nies li huma konċernati fil-mod kif jiġu provduti s- servizzi pubbliċi, dawk li f'dan il-pajjiż jissejħu public goods u public services.", "Meta tħares lejn il-lista li hemm fl-abbozz oriġinali ta' korporazzjonijiet u awtoritajiet u meta tisma' l-emenda li l-bieraħ saret mill-Prim Ministru biex jiddefinihom aħjar, u meta tisma' l-argumenti li semmiet l-Oppożizzjoni dwar entijiet oħra pubbliċi bħall-Universita' u Posta Ltd, fuq xiex qed titkellem?", "Qed titkellem fuq dik il-parti tal- pajjiż li tipproduċi u tipprovdi servizzi - f'ċerti każijiet anke prodotti bħal fil-każ ta' l-Enemalta - għaċ-ċittadin kollu u mhux iċ-ċittadin l- ewwel u ċ-ċittadin l-aħħar, imma għaċ-ċittadin kollu.", "Mela allura l- parteċipazzjoni demokratika f'dan il-każ minn fejn trid tiġi?", "Mhux miċ- ċittadin innifsu?", "U l-proposta li qed jagħmel il-Kap ta' l-Oppożizzjoni f'isem l-Oppożizzjoni kollha kemm hi, x'qed tipprovdi?", "Mhux biex ikollok din it-tip ta' rappreżentanza?", "Qed tgħid li għandu jkollok rappreżentanza min-nies li attwalment qed jaħdmu fl-intrapriża li qed nitkellmu dwarha, fil-korporazzjoni jew fl-awtorita' li qed nitkellmu dwarha - hemmhekk għandek interess dirett - u allura dak li ried il-Prim Ministru, jiġifieri li jkun hemm par għajnejn barranin li josservaw x'inhu għaddej, b'dan jintlaqat u jintlaqat aħjar milli jkollok rappreżentanza ta' nomina politika.", "Dak dwar l-ewwel punt.", "It-tieni punt huwa dwar ir-rappreżentanza li tkun mill-għaqdiet tal- konsumaturi.", "Mela allura għandek rappreżentanza min-nies li attwalment qed jikkonsmaw dawn is-servizzi, bħal dawl, elettriku, enerġija, tagħlim fl- Universita' u deliveries tal-posta - kieku l-Prim Ministru qabel li jdaħħalha - li jikkonsmaw is-servizzi u anke l-prodotti ta' dawn l- entijiet.", "Iżjed minn hekk, jew inkella ħlief hekk, kif jista' jkollok parteċipazzjoni demokratika?", "Imbagħad hemm it-tielet fattur fejn hemm imdaħħlin il-kunsilli lokali.", "Meta dalgħodu smajt lill-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija li saritlu fuq Radio 101 - jien insegwi dan ir-radju bħalma hu jsegwi s-Super I għax bħala politiċi hekk għandna nagħmlu, iżjed għandna nagħtu widen ta' x'qed jgħid ir-radju tal-partit l-ieħor ħalli nkunu nafu x'inhi l-kritika u anke nwessgħu naqra waħda l-vista tagħna - dwar jekk huwiex sodisfatt bix- xogħol tal-kunsilli lokali qal li huwa sodisfatt b'dak li sar imma li mhux biżżejjed.", "Il-Prim Ministru qal li l-kunsilli lokali m'għandhomx ikunu biss fuq il-bankini u fuq x'jista' jkun hemm taħt il-bankini u fuq il- bankini jiddependi min ikun miexi fuqhom.", "Mela jekk kemm-il darba ried ikabbar il-funzjoni tal-kunsilli u l-Oppożizzjoni qed tipproponi li f'dawn l-entijiet pubbliċi jkun hemm rappreżentanza tal-kunsilli, x'inhu dan it- tfettiq ta' kemm se jkun diffiċli biex il-kunsilli jaħtru bniedem jew bnedmin - \"għadd ta' persuni\" - għal fuq dawn l-awtoritajiet u korporazzjonijiet?", "Hija xi ħaġa daqshekk kbira li bħalma ġew eletti huma jkunu huma stess imbagħad li jeleġġu lil ħaddieħor?", "Il-Kap ta' l- Oppożizzjoni semma l-proposta tal-Gvern stess li jkunu mdaħħlin element mill-kunsilliera u element mis-sindki - mhux kollha - li allura jridu jiġu magħżula b'xi forma ta' selezzjoni jew b'xi forma ta' elezzjoni u jiġu mdaħħlin fil-ħatra tal-President tar-Repubblika.", "Imma din xi ħaġa kbira?", "Ma tistax testendiha għal iżjed?", "Jekk xi darba l-kunsilliera jridu jagħmlu petizzjoni lill-Arċisqof, ngħidu aħna, hemm għalfejn imorru kollha kemm huma, jiġifieri s-67 li huma?", "Se jsibuha diffiċli dawn biex minn fosthom jagħżlu tlieta minnhom ħalli jmorru huma?", "Mhux l-istess proċess iridu jagħmlu?", "Proċess demokratiku li korp li minnu innifsu qed jirrrappreżenta parti mid-demokrazija ta' pajjiżna hu stess juża l-mekkaniżmi demokratiċi biex joħloq u jaħtar lil xi ħadd minn fostu, diffiċli biex jitwettaq?", "Il- Prim Ministru hemm għalfejn jipprova jirredikolahom hawnhekk?", "Tirredikola proposti li huma maħsuba biex id-demokrazija nestenduha u biex nagħtu vuċi veru u mhux biex nagħmlu l-paraventu u t-tappijiet imma biex nagħtu vuċi veru lir-rappreżentanti tal-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol f'dawn il- korporazzjonijiet, lill-konsumaturi li jintlaqtu mit-tajjeb u mill-ħażin ta' dawn il-korporazzjonijiet - għandhom it-tajjeb u għandhom il-ħażin ukoll - u lill-kunsilli lokali li huma mdaħħlin fl-infrastruttura kif ġie msemmi u huma mdaħħlin - qed idaħħalhom il-Gvern u aħna qbilna li jdaħħalhom b'mod reali u mhux bil-mod li daħħalhom s'issa u b'mod iżjed estiż; għalkemm dejjem irid ikun hemm il-limitu u d-diviżjoni bejn il- politika nazzjonali u l-politika tal-kunsilli - fil-firxa tal-poplu tagħna kif jintlaqat sewwa sew minn dawn il-korpi, korporazzjonijiet u awtoritajiet, allura xi ħaġa bħal din jirredikolaha l-Prim Ministru?", "Mhux għalhekk tiġi l-konklużjoni li allura m'hijiex dik l-intenzjoni u mhux veru li l-intenzjoni hija li jkun hemm parteċipazzjoni.", "Mhux veru li l- intenzjoni hija li tiġi estiża d-demokrazija.", "Mhux veru li l-intenzjoni hija li jkun hemm għajnejn barranin li qed jaraw x'jagħmlu n-nies li qegħdin hemm ġew.", "Le, mhux dak is-set-up li jrid il-Prim Ministru.", "Il- Prim Ministru jrid is-set-up li hemm bħalissa.", "U x'inhu dak is-set-up li hemm bħalissa?", "Għandna dawn il-korporazzjonijiet u għandna dawn l- awtoritajiet li ma tagħrafhomx minn bodies politiċi għax in-numru ta' nies li hemm fihom li kienu kandidati jew inkella ex-parlamentari Nazzjonalisti huwa ħemel.", "Il-bieraħ l-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici osserva li anke fi żmien il- Gvern Laburista saret din u qal li anke dak iż-żmien forsi ma sarx tajjeb jew forsi sar biċċa ħażin.", "Mela le!", "Hekk tkun l-irġulija.", "Aħna qed ngħidu u qed inkunu kritiċi tagħna nfusna u ta' dak li għamilna.", "Minflok il-Gvern li jitgħallem milli għamilna aħna, għandna sitwazzjoni fejn il- Prim Ministru stess f'dawn l-aħħar 15-il ġurnata - ma niftakarx id-data eżatta, pero' jidhirli li konna qegħdin fis-Second Reading ta' din il-liġi - qal f'dan il-Parlament li ma jara xejn ħażin illi jinnomina fuq dawn il- bordijiet tal-korporazzjonijiet pubbliċi u ta' l-awtoritajiet pubbliċi kandidati tal-Partit Nazzjonalista.", "Anzi qal li dik isservihom bħal tħejjija tajba għal meta jitilgħu fil-Parlament.", "Mur obsor!", "Il-Prim Ministru qed iċaqlaq rasu.", "Innominahom Sur President jekk trid fuq il-bord ta' l-Independence Press għax dak tal-Partit Nazzjonalista, pero' jekk kemm- il darba trid tinnominahom x'imkien biex jieħdu esperjenza ma għandekx tkun partiġjan bil-korporazzjonijiet tal-poplu.", "Għandek dritt tkun partiġjan bl- affarijiet u bl-attivitajiet, jidhru u ma jidhrux, tal-Partit Nazzjonalista u għandkom ħafna attivitajiet.", "Għandkom attivitajiet professjonali u kultant ngħir għalikom meta nara kemm irnexxielkom tagħmlu affarijiet f'dawn l-għaxar snin u kemm bgħattu nies jistudjaw barra u kemm għadkom qed tibagħtu, imbagħad tiġu tistaqsu lilna minn fejn qed inġibu l-flus biex nibnu l-headquarters u ma tistaqsux lilkom infuskom!", "Hemmhekk qiegħed kemm trid bħala Kap tal-Partit Nazzjonalista imma meta tiġi għas- settur pubbliku, x'jiġifieri li tiġi tgħid hawnhekk qisek li qed tgħid xi ħaġa li hija xi virtu' - it-tmien virtu' jew id-disa' wieħed jekk ma twassalx sad-19-il wieħed ukoll! - u bil-kemm ma stennejtx li ngħidulek prosit li qed taħtar kandidati skonfitti jew kandidati ġodda fuq dawn il- bordijiet min-naħa tal-Partit Nazzjonalista.", "Kieku għamilt l-argument li qed taħtarhom miż-żewġ naħat ngħid li l-Prim Ministru ma naqbilx miegħu li qed jagħmel hekk għax qed jippolitiċizza l-affarijiet, imma nifhem li qed jagħmel xi ħaġa mhux partiġjana.", "Imma int ġejt hawnhekk tgħid kemm hi ħaġa tajba li qiegħed taħtar kandidati mill-partit tiegħek - il-partit tiegħek bħala Kap tal-Partit Nazzjonalista u mhux bħala Prim Ministru - fuq dawn il-korporazzjonijiet u awtoritajiet li huma tal-poplu kollu.", "Lill- poplu ejjew infakkruh li fid-demokrazija veru jrid ikun hemm distinzjoni bejn partit u bejn gvern u li meta l-kap tal-partit isir prim ministru bħala prim ministru jrid jaġixxi għall-poplu kollu u mhux għal biċċa mill- poplu.", "Din hija bażika fid-demokrazija u kont naħseb li l-Onor.", "Eddie Fenech Adami jafha u jien persważ li jafha, imma qed jagħżel li jinjoraha.", "Qed jagħżel li jinjoraha u qed jagħżel li jippriedka mod u jagħmel mod ieħor.", "Qed jagħżel li jagħmel bħall-ispiżjar.", "Qed jagħżel li jpinġi dak kollu li sar fi żmien il-Gvern Laburista bħala ħażin u dak kollu li jagħmel hu kollu tajjeb, mentri dak li qed jagħmel hu mhux biss huwa żbaljat imma sfaċċat.", "Mhux biss żbaljat imma sfaċċat u hawnhekk tiġi d- differenza bejn il-Gvern u l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Issa nirrispondik.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Kollox sew, issa rrispondini.", "Ma nafx li se tirrispondini!", "Jien m'għidtlekx li moħħok ħafif u lsienek ħafif!", "Mhux tiegħek biss moħħok ħafif u lsienek ħafif, għall-grazzja ta' Alla u taf xi tfisser.", "(Interruzzjonijiet) Ċertament li l-Prim Ministru moħħu jaħdem swift.", "Dan qed ngħidulek b'kumpliment.", "(Interruzzjonijiet) Imbagħad irrispondini.", "Hawnhekk hi d-differenza għaliex il-Gvern qed jipproponi xi ħaġa li hija maħsuba biss biex ikollu korporazzjonijiet u awtoritajiet li t- tmexxija tagħhom hija staffed - il-kelma bil-Malti jgħiduha l-Għawdxin u saret kelma pastaża, pero' dik m'hijiex kelma pastaża; imma xorta waħda ma ngħidhiex għax saret waħda qisha vulgari li tfisser stuffed; fl-Amerika l- presidenti hekk jagħmlu wkoll, jagħmlu supreme court staffing, jipprovaw jaħtru lin-nies tagħhom hemmhekk bħala mħallfin ħalli meta jispiċċaw huma jkollhom il-kontinwazzjoni tal-politika tagħhom; hawn Malta l-Prim Ministru qed jimla bħalma timla d-dundjan li l-Għawdxin jgħidulha eżatta u b'dak li qed jagħmel il-Prim Ministru hekk eżatt ifisser - b'kemm jista' jkun nies minn tiegħu partiġjani.", "Imbagħad jgħid lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni: Sur Kap ta' l-Oppożizzjoni, innomina wieħed fost dawn in-nies, ħalli mbagħad hu jkun jista' jgħidlu lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni: Eh, hemmhekk għandek il- wieħed tiegħek u jmissu ra hu kif isiru l-affarijiet!", "L-Oppożizzjoni lill- Prim Ministru qed tgħidlu: Le, ma rridux membru nnominat mill-Kap ta' l- Oppożizzjoni, ma rridu uomini di fiducia xejn, nies afdati mill- Oppożizzjoni xejn, ma rridux inkomplu nippolitiċizzaw l-affarijiet, imma rridu żewġ affarijiet.", "Din hija l-politika Laburista, din hija l-politika ta' l-update of policy tal-Partit Laburista li qalulna li ma fiha xejn ġdid fiha.", "Araw ftit kemm fiha ġdid!", "Aħna qed ngħidu li l-ewwelnett irridu li n-nies li jkunu nominati fuq dawn il-bordijiet ikunu nominati għal kompetenza tagħhom u mhux għax kienu kandidati ta' dak il-partit jew l-ieħor u jekk għamel hekk fl-imgħoddi l- Partit Laburista għamel xi ħaġa li issa qed jgħid: Le mhux hekk għandhom isiru l-affarijiet.", "Mela qed ngħidu li t-tmexxija ta' dawn il-korpi u ta' dawn l-awtoritajiet u ta' dawn il-korporazzjonijiet għandha tkun f'idejn nies li teknikament huma tajbin.", "Setgħu kienu politiċi - mela le! - imma għandhom it-teknika, imma mhux tappuntahom għax huma politiċi, għax huma kandidati ġodda skonfitti jew inkella ministri skonfitti.", "X'jiġifieri dan!", "Trid tappuntahom, huma min huma - jekk jista' jkun inqas ma jkun hemm minn dawn aħjar, imma għandhom dritt għall-attivita' tagħhom ukoll - u trid tappuntahom għax ikunu teknikament kompetenti.", "Issa billi tappunta lili, per eżempju, biex noqgħod fuq it-Public Transport Authority - u tiffrankali l-petrol għax qiegħda maġenb id-dar tiegħi stess! - jien x'nifhem fl-intelligent bus ticketing!", "Allura tappuntanix hemmhekk, imma lanqas tappunta lil xi ħadd li jifhem daqsi jew inqas minni jew xi ftit iżjed minni.", "Aħna qegħdin ngħidu biex tappunta lin-nies li jkun kompetenti.", "It-tieni ħaġa li qegħdin ngħidu fl-update of policy - u hija riflessa fl- emenda li qed iressaq il-Kap ta' l-Oppożizzjoni hawnhekk - hija li dawn il- postijiet mhux biss għandhom imexxuhom nies kompetenti - korporazzjonijiet bħall-Enemalta, it-Telemalta, il-Water Services Corporation, il-Public Transport Authority, dawk kollha li hawn imsemmijin u anke oħrajn - imma mbagħad fuq il-bord tad-diretturi għandu jkun hemm ukoll din ir- rappreżentanza demokratika li qed ngħidu hawnhekk.", "Ara kemm hija differenti l-qagħda Laburista mill-qagħda tal-Gvern u mill-qagħda Nazzjonalista!", "Għax aħna qed nagħmlu din il-proposta li testendi tabilħaqq id-demokrazija , testendi l-iskrutinju, l-abilita' li tifli x'qed jiġri, testendi l-parteċipazzjoni, l-Prim Ministru jidħak bina.", "U għalhekk jien ngħid li l-ġurdien ħiereġ mit-toqba u l-ġurdien li ħiereġ mit-toqba huwa wieħed li ħxien ġmielu u jekk iħares ħarsa fil-mera ħalli jara kemm ħxien dan il-ġurdien ma jagħmilx ħażin għax dan il-pajjiż ma jistax jaffordja li l-affarijiet jitmexxew hekk.", "Dan il-pajjiż jaffordja u jeħtieġ li l- affarijiet jitmexxew b'mod kritiku, bl-oppożizzjoni tal-ġurnata - llum hemm l-Oppożizzjoni Laburista, għada jew pitgħada jew pit pitgħada se jkun hemm oppożizzjoni Nazzjonalista - tagħmel il-funzjoni tagħha, ħadd ma jipprova jisserva b'ħaddieħor bħala tapp, kulħadd jagħmel skond il-linja tiegħu, l- elmu tiegħu biex l-interess tal-poplu jiġi 'l quddiem u la naħa tisserva b'oħra u wisq inqas ma naħa se tidħak bin-naħa l-oħra.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Patafjun ta' kliem, allavolja qegħdin fi stadju ta' Kumitat fejn il-valur tiegħu huwa li jkun hawn id-diskussjoni u wieħed jirrispondi punt, punt.", "Dan li s-soltu nifhmu bih fil-Kumitat, pero' smajna patafjun ta' kliem mingħand l-Onor.", "Lino Spiteri.", "Issa ħalli niġi għall-punti li niftakar li ssemmew u li niżżilt.", "L-ewwelnett jien meta lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni smajtu jgħid li din il- proposta li hawn quddiemna tagħmel sens għidtlu: Jekk inhu hekk, agħtini l- emendi l-oħra li beħsiebek tressaq ħalli forsi nifhem fejn hu dan is-sens għax fl-opinjoni tiegħi l-emenda ma tagħmilx sens.", "Ir-risposta ta' l-Onor.", "Sant kienet: Għax ma tagħtinix proposti alternattivi!", "Dan juri li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni m'għandux emendi oħra x'jagħtini inkella jagħtihomli.", "Jekk għandu emendi lesti jagħtihomli, mhux jitlob lili nagħmillu emendi għall-emendi tiegħu!", "L-emendi kif ippreżentahom ma jagħmlux sens u legalment allaħares dan il-Parlmanet jilleġisla b'dan il-mod leġġer.", "Għalhekk jien għidt li din hija gimmick għax din ma tistax tinħadem anke kieku naċċettaw il-prinċipju.", "Din l-emenda rridu nqattgħuha u niktbuha b'mod li jixraq lil-leġislaturi, li huma aħna, għax kif inhi ma tagħmilx sens.", "Jiġifieri l-Kap ta' l-Oppożizzjoni mhux jitlob proposti alternattivi mingħandi.", "Hu qal li għandu emendi li lest li jressaq aktar 'il quddiem li jistgħu jitfgħu dawl fuq din l-emenda.", "Jekk għandu, nitolbu jagħtihomli.", "S'issa għadu ma tahomlix.", "Ngħaddi għal xi punti li semma l-Onor.", "Lino Spiteri li bdejt nisimgħu bis-serjeta' jew kont se nisimgħu bis-serjeta' - minkejja l-parturium montes et nascitur redicolus mus, biex ngħidha bil-Latin - għax ħsibtu ġej b'aktar serjeta'.", "Nibda proprju mill-aħħar kummenti li għamel fejn qal: Il-Prim Ministru jrid l-iskrutinju?", "Ara kemm iridu skrutinju!", "Jien nitlob lill-Oppożizzjoni biex tkun konsistenti.", "Jekk ikun membru tal-bord inżiduha l-possibbilta' ta' l-iskrutinju?", "Ir-risposta mhux jien qed nagħtiha, qed tagħtiha l-Oppożizzjoni.", "Iva, l-iskrutinju jiżdied, pero' ma jriduhx jiżdied billi jkun hemm persuna ta' fiduċja jew rappreżentant ta' l- Oppożizzjoni, imma jridu li jiżdied billi jkun hemm persuni mill-kunsilli lokali, mill-konsumaturi u mill-ħaddiema.", "U jien għidt: X'aħna nagħmlu hawn!", "(Interruzzjonijiet) Jien għidtlu ħalli nerġa naqra l-emenda preċiża, miktuba evidentement bil-kaligrafija ta' l-Onor.", "Mifsud Bonnici fil-verżjoni tal-Malti u tgħid \"GĦaqdiet tal-Konsumatur\".", "Fl-Att Nru. XXVIII ta' l-1994 li għaddejna minn dan il-Parlament insibu x'inhuma \"għaqdiet tal-konsumatur\".", "Għandna d-definizzjoni li \"\"għaqda tal- konsumaturi\" tfisser korp volontarju ta' persuni li l-għan ewlieni tiegħu hu l-promozzjoni ta' protezzjoni jew t'edukazzjoni tal-konsumatur\".", "Imbagħad tkompli tgħid li \"\"għaqda ta' konsumaturi reġistrata\" tfisser għaqda ta' konsumaturi reġistrata skond Taqsima IV ta' dan l-Att\".", "Il-liġi tgħid ukoll li \"\"konsumatur\" tfisser kull individwu li mhux bħala parti minn xi kummerċ, negozju jew professjoni, jixtri jew jikri oġġetti mingħand kummerċjant jew iqabbad is-servizz ta' kummerċjanti bi ħlas jew rikompens\".", "Jien f'dan is-sens għidtlu li \"għaqdiet tal-konsumaturi\" għandhom definizzjoni fil-liġi x'inhuma.", "U kif idaħħal l-għaqda tal-konsumaturi mal- Bank Ċentrali!", "Dan xi ħadd sejjer jixtri mingħand il-Bank Ċentrali!", "Jien bis-serjeta' qed ngħid, u nipprova nifhem u nagħti kredtu fejn hemm, imma lill-Onor.", "Lino Spiteri nagħmillu domanda preċiża, għax jien għandi stima lejh għas-snin li għamel bħala deputy governor tal-Bank Ċentrali u ngħidlu: Possibbli, int li għidt li l-emenda qed tiġi preżentata f'isem l- Oppożizzjoni kollha inkluż int, taqbel li fuq il-bord tal-Bank Ċentrali jkun hemm persuni eletti mill-kunsillieri, persuni li ġejjin mill-għaqdiet tal-konsumatur - li għadni kif qrajtlek xi tfisser skond il-liġi - u li jkun hemm xi ħadd rappreżentant tal-ħaddiema?", "Jiġifieri inti veru bħala bniedem ta' esperjenza u ta' serjeta' qed tgħidilna f'dan il-Parlament li trid li l-Bank Ċentrali jkollu r-rappreżentant tal-kunsilli lokali biex ikun hemm it-trasparenza!", "Int trid li fuq il-Bank Ċentrali jkollok xi ħadd mill-għaqdiet tal-konsumaturi biex ikun hemm it-trasparenza!", "Int trid li jkollna fil-Bank Ċentrali xi ħadd mill-impjegati biex ikun hemm din it- trasparenza u l-iskrutinju!", "Din bis-serjeta' qed jgħidha l-Onor.", "Spiteri?", "Għax fil-każ ikolli nirriforma jien l-idea li għandi fuqu, li hi tajba ħafna f'din il-ħaġa għax wera kapaċita' fiha.", "Imma jekk jiġi f'dan il- Parlament u jgħidli li kif se nagħmlu fuq l-Enemalta nagħmlu fuq il-Bank Ċentrali, ngħidlu : Isma, din mhix serjeta'.", "Din assolutament mhix serjeta'.", "Qal li jien qed nipprova nirredikola.", "Jien mhux qed nirredikola lil ħadd.", "Jien qed ngħid li dażgur li nemmen fl-għaqdiet tal-konsumatur, imma fejn għandi bżonn il-protezzjoni tal-konsumatur, kif tgħid il-liġi.", "Mela tiġini bl-idea brillanti - jista' jkun li fuq xi bord ta' xi korporazzjoni minnhom l-idea tista' taħdem u tista' tkun attinenti - li ndaħħlu l-għaqda tal-konsumaturi fil-Bank Ċentrali u fl-Universita'!", "Fl- Universita' se nagħmlu wkoll l-għaqda tal-konsumaturi ħalli s-servizz tat- tagħlim inwessgħuh!", "Il-liġi tgħid li \"\"għaqda tal-konsumaturi\" tfisser korp volontarju ta' persuni li l-għan ewlieni tiegħu hu l-promozzjoni ta' protezzjoni jew edukazzjoni tal-konsumatur\".", "Dawn x'affarijiet huma!", "Jien nixtieq li l-affarijiet isiru bis-serjeta'.", "L-Onor.", "Spiteri għamel diskors qatta bla ħabel, li ma nafx kemm ilu għaddej, għax skandalizza ruħu għax jien għidt: Iva, din id-darba apposta poġġejt nies li jidhirli li għandhom kwalitajiet tajbin.", "Iva, kienu kandidati tal-Partit Nazzjonalista u għidt li m'hemm xejn ħażin li jien nesponihom għal ċertu responsabbiltajiet.", "L-Onor.", "Membru qalli: Għamilhom fuq l-Independence Press.", "Skużi, l-ewwelnett, induna f'nofs l- argument tiegħu l-Onor.", "Spiteri u qal: Mhux għax għamilna ħażin aħna ...", "Intom taf kemm għamiltu ħażin!", "Per eżempju, fil-Mid Med Bank kellkom bħala Chairman lid-deputat Joe Buttiegieg, kellkom lil Evelyn Bonaċi ex-deputata, kellkom lil George Portelli, kellkom lil Joseph Azzopardi u dawn kollha f'daqqa fuq il-bord tal-Mid Med.", "Hawn niġu bl-espressjoni ta' l-ispizjar.", "Veru li l-ispizjar milli jkollu jagħtik, imma aħna mhux hekk.", "Dażgur li mhux hekk!", "Ara għamilniex xi erba' kandidati tagħna fuq xi bord?", "Ara ssiblix xi erba' kandidati fuq il-bord?", "Wieħed issib, forsi l-iktar tnejn, imma mhux tgħidli li fuq il-bord tal-Mid Med Bank tagħmlu erba' deputati, wieħed minnhom kien hawn fil-Parlament.", "Ma ngħidux fuq l-istejjer li mbagħad ġraw fil-bank.", "Jien ngħid li m'hemm xejn ħażin jekk il-persuna li tiġi nominata tkun kompetenti.", "Ma rridux li aħna l-politiċi nostraċizzaw lilna nfusna.", "Min joħroġ kandidat ma' xi partit qed jagħti servizz lill- poplu u jixraqlu li jkun stmat.", "Mhux għax tkun kandidat ngħidulu li għax hu kandidat allura għandu l-pesta, li m'hu tajjeb għal xejn u li jrid imur jittallab il-voti.", "Jekk din hi l-idea li għandu l-Onor.", "Spiteri tal- kandidati jien ngħidlu li ma naqbel miegħu xejn u l-kandidati mhux hekk għandna nistmawhom.", "(Interruzzjonijiet) Jekk inhuma kompetenti iva, mhux biex inħallashom.", "Ara fl-imgħoddi li tagħmel bord ta' bank, wieħed mill- banek ewlenin u tistaffjah - din il-kelma proprja għax timlih, fil-veru sens tal-kelma li ried juża l-Onor.", "Spiteri - bil-kandidati tiegħek u bid- deputati tiegħek allura jkun rubber stamp, allura imbagħad jinħolqu l- problemi, imma aħjar ma noqgħodx niftaħ kotba fuq il-problemi.", "Imbagħad qalli fuq il-kunsilli lokali.", "Jien ngħid li rigward il-kunsilli lokali - ma rridx nerġa' noqgħod nirripeti l-argumenti ad nauseam, nirripetu u nirripetu - għalija d-differenza hija istituzzjonali u l- proposta tal-Gvern li s-sindki jivvotaw fl-elezzjoni tal-President hi differenti għal kollox minn proposta bħal din.", "Hu qal li semagħni fuq ir- radju u veru li jien għidt li m'iniex sodisfatt.", "Dażgur li m'iniex sodisfatt u tant m'iniex sodisfatt li l-partit tiegħi mmexxi minni llum ppubblika manifest elettorali għall-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali.", "Nixtieq li l-Oppożizzjoni taqrah ukoll u tikkummenta fuqu wkoll għax f'dak il-manifest elettorali li ppubblikajna llum tajna d-dimensjoni li aħna rridu għall-kunsilli lokali.", "Il-kunsilli lokali għandhom jieħdu ħsieb il- bankini u t-toqob u affarijiet oħra li diġa' qed jagħmlu, pero' mhux dak biss.", "Il-kunsilli lokali bil-mod il-mod, aktar ma jgħaddu s-snin, irid ikollhom funzjoni politika u soċjali fil-lokalita' tagħhom, irid ikollhom politika fuq iż-żgħażagħ, fuq l-anzjani, fuq il-kultura u fuq l-isports u din jattwawha.", "Dan kollu jridu jibdew jagħmluh l-kunsilli lokali.", "Jien nistiednu lill-Onor.", "Lino Sptieri - jekk niftakar inġiblu kopja tal- manifest elettorali tal-kunsilli lokali - biex jifhem kif aħna nħarsu verament lejn il-kunsilli lokali.", "Dawn huma l-kummenti li bejn wieħed u ieħor għamel l-Onor.", "Lino Spiteri u nispera li rrispondejt għalihom, pero' nixtieq li jagħtini risposta preċiża jekk hu jaqbilx li fuq il-Bank Ċentrali jkun hemm rappreżentant ta' l- assoċjazzjoni tal-konsumaturi, li jkun hemm rappreżentant tal-kunsilli lokali u li jkun hemm xi ħadd elett minn fost il-ħaddiema tal-Bank Ċentrali.", "Nixtiequ jgħidli l-pożizzjoni tiegħu x'inhi fuq hekk.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Lino Spiteri.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Mr Chairman, l-ewwelnett qiegħed ninnota kemm il- Prim Ministru, li s'issa ħareġ jew inkella kien strumentali biex joħroġ tliet kodiċi ta' etika - Kodiċi ta' Etika għall-Ministri, Kodiċi ta' Etika għall-Membri Parlamentari u Kodiċi ta' Etika għall-Kunsilliera wkoll jidhirli - ma sarx jagħti kas ta' l-etika.", "Jekk hawn xi ħaġa li jiena nirrabja meta naraha ssir f'dan il-Parlament u ġieli anke meta ssir minn sħabi f'xi interpellanzi hija li jissemmew ismijiet hawn ġew.", "Il-Prim Ministru b'mod kavallier ma ddejjaq xejn isemmi erba' ismijiet ta' nies min- naħa Laburista li ġew appuntati fuq bordijiet fi żmien il-Gvern Laburista u fuq kollox semmihom f'kontest ħażin.", "Għallinqas imissu ċċekja waħda.", "Semmihom f'kontest ħażin għax qal li dawn l-erba' min-nies kienu kollha diretturi tal-Mid-Med Bank.", "Kieku jiċċekja naqra l-Prim Ministru jsib li dan ma kienx il-każ.", "Jekk rajt sewwa ġablu l-informazzjoni l-Ministru ta' l-Intern u forsi mhux ta' b'xejn l-istqarrijiet li qed jagħmel mhux qed ikunu preċiżi kif għandhom ikunu għax l-informazzjoni li ta lill-Prim Ministru assolutament m'hijiex preċiża.", "Jiġifieri f'dan il-Parlament qegħdin nieħdu pjaċir insemmu l-ismijiet u mhux talli nsemmu l-ismijiet talli mbagħad insemmuhom b'implikazzjonijiet meta mbagħad - apposta mhux se npaxxih u ngħidlu għal liema isem minnhom qed nirriferi - hu stess jaf li ma rriżultawlux u tant ma rriżultawlux li ma ħax passi biex jissodisfa u jiġġustifika dak li qed jgħid hawnhekk.", "Imma mbagħad min qed jagħti kasha l-etika?", "L-etika bħal f'kollox tinkiteb fil-kotba rqaq u blu stampati sbieħ imma meta tiġi biex titwettaq dik ħaġa oħra.", "Il-Prim Ministru stess qed jagħti kasha l-etika daqskemm qegħdin jagħtu kasha wħud mill-ministri tiegħu, forsi għax issa qed jaraw li għandhom eżempju tajjeb ħafna.", "Sar attakk, ma tistax tgħidlu ħaġa oħra, sar kliem derogatorju, kliem li jbaxxi lill-għaqdiet tal-konsumaturi u qara - għal darb'oħra reġa' ndaħal il-Ministru ta' l-Intern - mill-Att ta' l-1994 dwar l-Affarijiet tal- Konsumatur li jgħid x'inhuma l-għanjiet ta' l-għaqdiet tal-konsumaturi.", "B'ton dispreġjattiv, b'ton li jbaxxi, b'ton li jmaqdar qal li dawn l- għanjiet tagħhom huma ...", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Prim Ministru on a point of order.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jiddispjaċini, imma lili ma jistax jimputali dawn il-mottivi.", "Jiena bl-ebda mod ma kont qed nagħmel xi ħaġa biex niddisprezza l-għaqdiet tal-konsumaturi, anzi għidt li l-għaqdiet tal- konsumaturi nemmen fihom, huma utli, għamilna liġi aħna stess f'dan il- Parlament fuqhom biex nirrikonoxxuhom u għandi l-ikbar rispett lejhom.", "Jien mhux hekk għidt.", "Jiena għidt li lill-għaqdiet tal-konsumaturi ma tistax bħala għaqdiet tal-konsumaturi tagħtihom funzjonijiet li skond il- liġi stess m'humiex parti mill-objectives li għalihom jitwaqqfu dawn l- għaqdiet.", "Dan li għidt jien.", "U jekk forsi nesa, ħalli nfakkru jien x'għidt.", "Jien staqsejtu: Kif tinkwadra ruħha l-għaqda tal-konsumaturi fl- Universita'?", "(Interruzzjonijiet) Iva, issa ħalli nispjegalek jien ħalli ngħidlek xi ktibt, Onor. Karmenu Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Mela jiena ma nafx naqra!", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Dażgur!", "Anke jien naf naqra!", "Naf naqra dak li ktibt inti għax tikteb pulit!", "(Interruzzjonijiet) Hawnhekk hawn miktub - bil-kaligrafija ta' l-Onor.", "Mifsud Bonnici - \"wieħed innominat mill- Kunsilli Lokali, wieħed innominat mill-Għaqdiet - capital \"għ\" - tal- Konsumaturi - capital \"k\"\".", "Issa \"għaqda ta' konsumatur\" tfisser dik l- interpretazzjoni li hemm fl-liġi ta' Malta.", "(Interruzzjonijiet) Jekk l- Onor. Karmenu Mifsud Bonnici issa nduna li dak li kiteb hu biex jitressaq bħala emenda ma jaqbilx ma dak li jrid hu għandu jkollu l-kuraġġ u l- onesta' li jibdel l-emenda.", "U aħna nisimgħuh bil-paċenzja kollha!", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Ilna tant nieħdu paċenzja bik!", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Lanqas ħames minuti ma domt.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Siegħa ilek u ma fhimt xejn.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Lino Spiteri.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Mr Chairman, il-Prim Ministru qam biex jagħmel point of order għax qal li jien attribwejtlu xi ħaġa li ma kienetx l-intenzjoni tiegħu.", "(Interruzzjonijiet) Trid tara l-kliem tiegħek kif għidtu.", "Inti qgħadt tistagħġeb għaliex aħna qegħdin ngħidu li għandu jkun hemm xi ħadd innominat mill-kunsilli lokali.", "U dan hu l-punt ta' l-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici, li mhux hu biddel il-ħsieb tiegħu imma li l-Prim Ministru m'apprezzax x'qiegħda tgħid l-Oppożizzoni.", "(Interruzzjonijiet) Il-Prim Ministru qam jgħid, qam jiskanta u qam jitkellem b'mod illi jiena fhimtu li hu dispreġjattiv u mbagħad qam jagħmel point of order biex jgħid li mhux hekk fisser, mentri hu fisser b'mod ċar hu u tkellem b'ton li iva kien derogatorju.", "Jekk trid terġa' tisma' lilek innifsek erġa' isma lilek innifsek imma tgħidx lili kif fhimtek!", "Jiena qed nifhmek kelma b'kelma u iva it-ton li wżajt kien wieħed li fil-kontest li ntqal huwa ta' tmaqdir.", "Il-Prim Ministru qal li l-funzjoni u l-għan ta' l-għaqdiet tal-konsumaturi huwa l-promozzjoni u l-edukazzjoni tal-konsumatur.", "U allura għax dawn għandhom l-għan li jagħmlu l-promozzjoni u l-edukazzjoni tal-konsumatur m'humiex denji li jkollhom rappreżentanza fl-Universita' u fil-Bank Ċentrali - issa niġi għall-Bank Ċentrali wkoll.", "L-ewwelnett naħseb li f'żewġ kelmiet - u bl-interruzzjonijiet naqra eċitanti li hawn għaddejjin - l-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici diġa' urih lill-Prim Ministru li ma qarax sewwa dak li hemm fl-emenda tal-Partit Laburista.", "(Interruzzjonijiet) Le, jew ma riedx jifhimha.", "Jiena naħseb li kieku ried jifhimha kien jifhimha.", "L-emenda tgħid li jkun hemm \"xi ħadd innominat mill-Għaqdiet tal- Konsumaturi\".", "Mela jista' jkun wieħed minn fost l-għaqdiet tal-konsumaturi u jista' jkun wieħed innominat minnhom li jista' jkun mill-Kamra ta' l- Avukati per eżempju - jien persważ li l-Avukat Eddie Fenech Adami ma jarahiex bil-mod u bit-ton li uża għar-rigward ta' l-għaqdiet tal- konsumaturi - jew inkella mill-accountants, jew inkella mill-ekonomisti, jew inkella minn xi għaqdiet tal-briedel internazzjonali bbażati fuq Filfla, per eżempju.", "Dawn jistgħu jinnominaw minn fejn iridu.", "Kif mhux qed jifhimha din il-Prim Ministru?", "M'hux jifhimha għax ma jridx jifhimha!", "(Interruzzjonijiet) Ma jridx jifhimha mhux għax ma jistax jifhimha.", "Il- Prim Ministru moħħu jgħaġġel u lsienu ħafif.", "Ma jridx jifhimha għax irid ikompli bl-attitudni li lil din in-naħa tal-Kamra mhux jiddjaloga magħha biex jasal għal xi ħaġa biex tassew inkabbru u nwessgħu d-demokrazija fil- pajjiż imma għax irid li lil din in-naħa tal-Kamra jużaha bħala tapp, għalhekk ma jridx jifhimha.", "Għax kieku jrid jifhimha jifhem li dak li qegħdin ngħidu huwa li minn fost il-ħaddiema qed jeleġġu jew jinnominaw lill-ħaddiema minn kull rappreżentanza li hemm.", "Ir-rappreżentanza tista' tkun waħda teknika daqs kull nomina illi jagħmel hu.", "Mr Chairman, meta qed nitkellmu fuq nomini bilfors li l-Prim Ministru jrid jiċċajta b'mod ikrah meta jibqa' jsostni illi qal sewwa meta qal li qed jagħmel xi ħaġa tajba ħafna li fuq dawn il-bordijiet qiegħed kandidati Nazzjonalisti biex iħejjihom għall-gvern.", "Hawn qed jikkonferma l- partiġjaniżmu.", "Billi jikkwota x'ġara fl-imgħoddi meta gvern Laburista jew gvernijiet Laburista għamlu xi membri fuq dawn il-bordijiet, l-ewwelnett qiegħed jinjora li aħna qegħdin ngħidu ili dik hija policy li għandha tkun riveduta - aħna spiżjara! - u t-tieni nett il-Prim Ministru qiegħed jinjora l-fatt li meta aħna għamilna n-nomini tal-gvern fuq dawk il- bordijiet ...", "Għax ma jaqbadx il-lista tan-nies li servew ħalli jara kemm minnhom kienu Nazzjonalisti u kemm minnhom kienu Laburisti!", "Ara jekk isibx li Laburisti kien hemm biss 10% jew 15% waqt li l-kumplament kienu jew Nazzjonalisti jew inkella nies bla politika dikjarata imma ġew imqegħda hemmhekk mill-Partit Laburista għax ried li dawk il-bordijiet jitmexxew sewwa mhux bħalma qed isir issa!", "Ara jekk kemm-il darba ddur il-bordijiet ta' l-awtoritajiet pubbliċi, tal-korporazzjonijiet u tal-Bank Ċentrali - issa nitkellmu fuq il-Bank Ċentrali jekk tridu nitkellmu fuqu mela le la ftaħtilha - illum issibx Laburisti?", "Issib wieħed biss u għamiltuh hemmhekk biex tisservew bih għax kieku għamiltuh hemmhekk biex tirrispettaw l- abbilta' kbira li għandu kieku ngħid sewwa għamiltu, imma intom għamiltuh hemmhekk biex toqogħdu tikkwotawh!", "(Interruzzjonijiet) Ħalli nispiċċa l- argument.", "(Interruzzjonijiet) Nippermettilek għax niddejjaq bija nnifsi jekk inkun żbozz u ngħidlek: ''le għax qegħdin fil-Kumitat''.", "Fil-Kumitat mhux bi dritt li l-ieħor jaqbad u jieħu l-kelma min-naħa l-oħra, imma b'korteżija nippermettilek.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Dik il-persuna - jiddispjaċini that we are pin- pointing - li ilha nnominata fuq is-Central Bank għal numru ta' snin, jiena għamiltha u għidt fil-pubbliku li jien kont nammira l-artikoli li tikteb li kienu jimpressjonawni.", "Kienet tikteb fil-ġurnal \"Society\", kienet tikteb artikli f'postijiet oħra ...", "(Interruzzjonijiet) Jidhirli fis-Central Bank.", "Insomma mela mhux fis-Central Bank.", "Jiena dejjem għidt li dan huwa bniedem serju, ma jaqbilx mal-politika tal-Gvern f'ħafna affarijiet u sodisfatt li qegħda dmiru.", "Jiġifieri meta lili jgħidli li qed nisservew bih ngħidlu li dan assolutament m'huwiex veru dan li qed jgħid.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Nerġa' ngħid, Mr Chairman, minn dawk id-diretturi kollha li hemm, u kif osservat ukoll l-gazzetta \"L-Alternattiva\" - irrid nikkredita fejn għandi nikkredita għall-mod kif ħadmu l-informazzjoni - hemm iżjed minn 50% ta' l-ex-kandidati Nazzjonalisti li huma qegħdin appuntati f'xi bord jew ieħor ta' dawk il-korporazzjonijiet jew awtoritajiet, u meta tgħoddhom flimkien issib li wieħed biss hemm li huwa Laburista, u dan huwa dak li qed jirriferi għalih il-Prim Ministru.", "(Interruzzjonijet) L-Onor.", "Dalli qed jistaqsini għal min qed nirriferu.", "Issib wieħed biss li huwa Laburista.", "Fil-fatt il-Prim Ministru kkwota ħażin meta qal fejn qiegħed għax qal li qiegħed fuq il-bord tal-Bank Ċentrali, imbagħad il-Ministru tal-Finanzi kkoreġih u l-Prim Ministru lanqas biss ħadha l-korrezzjoni tal-Ministru tal-Finanzi.", "Jiġifieri ara kemm daħlet is-suppervja hawn ġew!", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: GĦid min hu dan tal-Bank Ċentrali għaliex naħseb inti nduċejtni fl-iżball.", "Għidli min hu dak tal-Bank Ċentrali.", "Naħseb li qed nirriferu għall-istess persuna.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Il-Prim Ministru qiegħed jeskludi kull possibbilta' li seta' ħa żball hu?", "Sa hemm wasalna issa!", "Li l-pajjiż huwa perfett huwa kollox sew u ilhom itambruha tgħidx kemm - fil-fatt lanqas Goebbels ma tambarha daqshekk! - imma li huwa seta' ħa żball ...", "Jien ma daħħaltx lill-Bank Ċentrali.", "Jien għidt li min dawk in-nes kollha li hemm nominati fuq il-bordijiet u l-korporazzjonijiet wieħed biss hemm li huwa magħruf bħala Laburista.", "Ma nsemmihx għaliex kif għidt - allavolja f'dan il-każ inkun qed insemmih fil-ġieh - l-etika li nimxi biha jien - tista' ma taqbilx miegħi u ovvjament inti ma taqbilx miegħi - hija li ma nsemmix ismijiet.", "Anzi jien inħoss li ħadd m'għandu jsemmi ismijiet hawn ġew għax hawn nistgħu nwieġbu lil xulxin u lil min infaħħru jew immaqqdru ma jkunx jista' jwieġeb hawn ġew.", "Fil-fatt għalhekk ma nsemmix ismijiet, imma jekk s'intendi jkun f'kontest li jkun hemm għalfejn insemmi allura nsemmi ismijiet.", "Jien nara li f'dan il-kontest żgur m'hemmx għalfejn jissemma.", "Jekk kemm-il darba tħares - tajjeb li wieħed jirrepeti dan l-argument għax huwa semma' erba min-nies li huma ex-kandidati u dawn għandhom x'jaqsmu man-nomini, u issa nispera Mr Chairman ma tgħidlix li qiegħed out of order minħabba dan - issib li l-Gvern speċifikament joqogħod attent li ma jagħżilx Laburisti, u dan jagħmlu apposta, by design.", "Mhux hemmhekk biss!", "Faċilment nistgħu nestenduh l-argument - iddejjaqt ma nitkellmux fuq l-imgħoddi, x'kull waħda! - u nagħtu ħarsa lejn il-kapijiet burokratiċi u lejn il-kapijiet taċ-Ċivil li qegħdin imexxu.", "Fejn marru l-Laburisti jew dawk li forsi vvotaw - mhux għaliex naħlef għaliha din ix-xi ħaġa - lill- Gvern Laburista?", "Jien ma naħlifx għal dawn lanqas!", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "MEMBRU: Ħlief fil-Pulizija għax sabu.", "ONOR.", "LINO SPITERI: X'fil-Pulizija!", "Issa nitkellmu fuq il-Pulizija.", "Il-Pulizija qed taħdem b'nies li fi żmien Gvern Laburista kienu planted biex joħolqu l-inkwiet u mbagħad huma ħadu l-mertu politiku tiegħu u aħna bqajna nġorru z-zkuk - dan li għamlu fil-Pulizija.", "(Interruzzjonijiet) Minn fuq s'isfel insemmihom l-ismijiet.", "Ejja ma nsemmux ismijiet għaliex inkella nibda nsemmihom jien stess.", "Hawn la qed nara lill-Onor.", "Guido de Marco qed niftakar f'inċident li kont irrakkontajtlu fuq l-ajruplan aħna u ġejjin lura minn Franza.", "Hemmhekk naraw in-nies li hemm illum kemm veru kienu planted u kemm kienu jwasslu l-informazzjoni 'l hemm u 'l hawn.", "(Interruzzjonijiet) Planted fis-sens li kienu qħab.", "(Interruzzjonijiet) Iva kienu qħab, prostituti għaliex kienu jservu għanijiet li stennew ħlas għalihom u fil-fatt il-flus li kienu jistennew ħaduhom.", "(Interruzzjonijiet) X'affarijiet dawn, ma ngħiduhomx dawn l-affarijiet!", "(Għajjat) THE DEPUTY CHAIRMAN: Jekk jogħġobkom, l-Onor.", "Lino Spiteri jkompli bid- diskors tiegħu.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Nappella lil sħabi u n-naħa l-oħra biex la ngħaddu rimarki li m'għandniex nagħmluhom u lanqas ngħidu affarijiet li jinstigaw li jsiru dawk ir-rimarki.", "Mhux billi wżajt il-kelma \"qħab\".", "Ma noqogħdux sejrin hekk, għax inkella nkunu iprokriti.", "Fil-qorti tgħidu \"kazz\", imma ma tgħidux il-kelma Maltija.", "Ngħidu \"prostituti\", imma ma ngħidux \"qħab\".", "Dawn x'affarijiet huma!", "\"Qħab\" hija kelma Maltija u ma wżajtx il-kelma \"stuffed\" bil-Malti għax għandha konnotazzjoni daqxejn waħda iżjed mimlija!", "Mr Chairman, jekk inħarsu lejn il-kapijiet tad-dipartiment fi żmien Gvern Laburista nistgħu naraw min kienu l-advisors l-iżjed intimi tal-Prim Ministru Mintoff għal 13-il sena.", "Laburisti kienu, jew kienu l-iżjed nies li kienu ma' l-ex-Prim Ministru George Borg Olivier, Alla jaħfirlu - u għalija jibqa' Onorevoli - anke sa l-aħħar meta ħareġ ir-riżultat ta' l- elezzjoni ta' l-1971?", "L-iżjed tnejn li kienu viċin l-ex-Prim Ministru Mintoff - u dik turi l-irġulija min-naħa tiegħu u mhux xi djufija - kienu nies li kienu fil-kamra privata ma' Dr George Borg Olivier meta ħareġ ir- riżultat ta' l-elezzjoni ta' l-1971.", "Illum, jekk tħares lejn il-kapijiet tad-dipartimenti, jekk tħares lejn kif ġew deployed in-nies, tgħid fejn huma dawk in-nies li kellhom xi sentiment Laburista?", "Naf bi tnejn minnhom fejn il-Ministru tal-Finanzi - għax l-Onor.", "John Dalli ħass li għandu jagħmel hekk u anke għax ma kellux biżżejjed nies oħra x'juża - għaqqad iż- żewġ oġġettivi flimkien.", "Imma billi wżahom, l-kumplament fejn użawhom, fl- MDC?", "Ħalli nsemmi lil Mario Vella - huwa uffiċjal tal-partit - li tfajtuh f'rokna hemm u ħallejtuh f'rokna għal ħames snin u mbagħad joħroġ is- Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista jiddefendi dik is-sitwazzjoni u jgħid li sewwa qegħdin jagħmlu!", "Bniedem li tattakawh psikoloġikament b'dik il-manjiera, tgħidu li għax qed tagħtuh il-paga hija biżżejjed?", "Insemmu nies oħra fl-MDC, fil-Bank Ċentrali?", "Intkom qed titkellmu fuq il- Bank Ċentrali!", "Niġi issa biex inwieġeb l-invit tal-Prim Ministru fuq il- Bank Ċentrali.", "Il-Prim Ministru qal, jien Lino Spiteri, li kont Deputy Governor tas- Central Bank mexxejt is-Central Bank għal tmien snin - ma kontx biss deputy governor, u ma naħsibx li se jkun hemm ieħor imexxih għal dak iż-żmien; din il-Prim Ministru qalha b'mod komplimentuż u mhux b'mod li maqdarni f'dik il- ħaġa li għamilt tajjeb; naf b'affarijiet oħra li għamilt ħażin, imma f'dik il-ħaġa għamilt tajjeb u għallinqas għamilt xi ħaġa tajba! - u qalli wkoll: Inti taqbel ma' din il-proposta li fuq il-bord tal-Bank Ċentrali jkun hemm rappreżentanti tal-ħaddiema hemmhekk, tal-kunsilli lokali u tal- konsumaturi?", "Qabel ma nwieġeb din il-mistoqsija, ngħidlek: Prim Minstru, jekk ma taqbilx mal-proposta Laburista kif qegħda fl-emenda għal klawsola 3, in so far as il-Bank Ċentrali huwa konċernat għax tħoss li hemmhekk aħjar ma nagħmlux dik it-tip ta' rappreżentanza, faċli li temenda l-emenda tagħna.", "GĦandek il-maġġoranza u allura tista' temenda l-emenda tagħna jekk inti ma taqbilx.", "Daqshekk huwa sempliċi l-argument.", "M'hemmx għalfjen tkun avukat!", "Bir-rispett kollu ngħidlek: Int qed taħseb li m'iniex se ngħidlek?", "Mela jiena ħrabt minn xi ħaġa!", "Jien ma ħrabtrx mir-realta' tal- ħajja se naħrab mil-fares tal-Parlament!", "Ma tarax!", "M'iniex se naħrab, mhux mill-fares imma mill-giochi u mill-logħob tal-Parlament.", "Jekk ma taqbilx ma' l-emenda tagħna safejn għandha x'taqsam mal-Bank Ċentrali, semplici, ipproponi kontro-emenda għall-emenda tagħna.", "M'hemmx għalfejn nagħmlu retorika la ili 17-il minuta nipprova nitkellem u jfixkluni milli nitkellem, u għalhekk ma tkellimtx u għalhekk tawwalt.", "Jiġifieri daqshekk hija sempliċi, iżda mhux fuq hekk biss tibni l-argument tiegħek għax l- emenda kollha tagħna għandha tiġi riġettata u tibda tistaqsi lili jekk naqbilx li dawn in-nies jkunu hemmhekk fil-Bank Ċentrali biex ikun hemm it- trasparenza u l-iskrutinju.", "Skużi, mela l-emenda tagħna qegħdin nagħmluha biss biex ikun hemm it-trasparenza u l-iskrutinju?", "Mela qed tinsa l- element importanti fl-emenda li huwa l-aspett li wieħed jieħu sehem, li twessa' d-demokrazija u tagħti sehem kemm jista' jkun mill-qiegħ 'il fuq?", "Intom qed titkellmu hekk li titkellmu fuq il-prinċipju tas-sussidjarjeta' li suppost tfisser hekk, li tniżżel 'l isfel is-saħħa u mhux tħalliha konċentrata 'il fuq f'idejn il-gvern tal-ġurnata jew l-allat ta' madwar il- gvern tal-ġurnata?", "Ejja ngħid li ma tagħmilx emenda biex fuq il-Bank Ċentrali ma nwessgħux daqshekk imma li jkun hemm rappreżentanti nominati mill-kunsill lokali u mill-konsumaturi u li jkun hemm xi ħadd impjegat u li ngħidu li jkun hemm tlieta minn dawn x'qed tara ereżija fiha?", "Mhux qed ngħidlek li kienet tkun l-aħjar għażla, imma jekk tkun din, jekk kemm-il darba jimxu b'responsabbilta' u n-nomini jsiru kif għandhom isiru, x'qed tara li tkun xi ħaġa barra mill-loka?", "GĦalfejn qiegħed il-Bank Ċentrali?", "L-Att li ħarist lejh inti stess x'jgħid meta jiġi biex isemmi kif għandhom ikunu magħżula d-diretturi?", "L-Att jgħid li għandu jkollok nies ta' esperjenza mill-qasam finanzjajru, nies ta' esperjenza mill-qasam trejdjunjonistiku; u nies ta' esperjenza minn diversi oqsma li huma relatati mal-qasam tal- ħajja.", "Ma jgħidx li għandu jkollok ekonomisti, accountants, ex-ministri, ministri potenzjali jew professuri ta' l-Universita'.", "Indri Cilia kien trejdjunjonista nominat mill-Ministru tal-Finanzi Nazzjonalista Ġanni Felice u ma kellux edukazzjoni universitarja imma kellu l-edukazzjoni ta' l- universita' tal-ħajja.", "Kien hemm oħrajn u kull wieħed li nnominajtu intom bħala intom meta kontu fil-gvern ma tajtux kas li dan m'huwiex professur ta' l-ekonomija.", "L-ewwel diretturi tas-Central Bank ma kellhom ebda grounding fl-ekonomija, fl-accountancy jew fil-finanzi.", "L-ewwel gvernatur kien Hogg, Alla jaħfirlu.", "Dan kien l-aħjar gvenatur li qatt kien hawn u qatt ikun hawn, kien barrani, imma b'daqshekk kien raġel.", "Ngħid \"l- aħjar\" f'sens tekniku u f'sens ta' bniedem mill-lat tekniku mill- ġentlomerija li kellu.", "Jien għamilt tmien snin u hu dam sentejn, lanqas sa ħdejn il-lazz li kien jaqfel ma wasalt bħala livell tekniku u wisq inqas naħseb bħala livell ta' ġentlomerija.", "Imma imbagħad meta tħares lejn l- oħrajn li kienu nominati.", "Kien hemm il-mibki Victor Demarco li kellu esperjenza f'bank kummerċjali - tiswa' għal dak li tiswa, imma kellu esperjenza f'bank kummerċjali - u ta kontribut tajjeb lill-bank, imma imbagħad it-tlieta l-oħra, waqt li kienu nies mill-aħjar - l-ex maġistrat Gouder, Victor Mercieca li għadu mimli bl-għomor u żgur li ta kontribut u Indri Cilia - ħadd minnhom ma kellu bażi ekonomika.", "Allura x'jistgħu jimmominaw agħar - ħalli nuża l-kelma \"agħar\" - il-kunsilli, il-konsumaturi u l-impjegati tal-Bank Ċentrali?", "Biex qed jiskanta l-Prim Ministru?", "Kieku kellha tiġi dik, kieku ma tagħmilx emenda għall-emenda tagħna - li forsi nirrikmanda li tiġi aċċettata u forsi ma nirrikmandax - u dawn it-tlieta jinnominaw u allura jitkabbar il-bord - għaliex il-bord huwa ta' ħamsa - biex mhux ikun dominat minn dawn it-tlieta biss, xi jkun ġara ħażin?", "X'inhi din li rridu ngħidu li hemm ċerti karigi li fihom jistgħu joqogħdu biss - tawwalt wisq, ħalli nispiċċa l-argument - nies magħżulin għaliex indikahom Alla l-imbierek!", "Quddiemi qed nara l-Onor.", "Joe Borg li kien fid-Direttorat ta' l-Unjoni Ewropea u kien qed jagħmel xogħol tajjeb, wieħed mill-esperti li għandna.", "(Interruzzjonijiet) Teknikament kien qed jagħmel xogħol tajjeb, għaxxaqha għaliex tela' fil-Parlament!", "L-Onor.", "Membru tela' fil-Parlament u kellu jirriżenja mill-kariga tiegħu.", "Minfloku m'għamiltux avukat ieħor imma għamiltu bniedem li huwa ekonomista u nittama li jsir profiċjenti f'dak il- qasam daqs kemm sar tul is-snin l-Onor.", "Joe Borg - ma nafx isirix imma nawguralu li jsir - imma x'inhi d-diffikulta' li jkollok dan iċ-ċaqliq fin- nies u li tagħti ċans lil aktar nies biex jiżviluppaw?", "Issa ħalli nagħmel l-aħħar argument.", "Il-Bank Ċentral twaqqaf kważi 29 sena ilu bil-liġi ta' l-1967.", "S'issa l-bord tad-diretturi kien dejjem kompost minn ħamsa ħlief kemm domt hemm jiena bħala deputy governor għaliex gvernatur ma kienx hemm u allura konna erba' għaliex is-soltu jkun il- gvernatur, id-deputat gvernatur u tliet diretturi.", "Dak huwa l-mudell Malti li ħadem għal dawn l-aħħar snin.", "F'postijiet oħra il-bord ta' bank ċentrali jkun ikbar minn hekk.", "Ejja nieħdu l-Bank of England bħala eżempju - ejja neħduha bis-serjeta' u bis-serjeta' rrid inwieġeb - u ma noqogħdux ngħidu li l-Ingilterra hija ħafna ikbar minn Malta.", "Jekk nieħdu l- Parlament Malti imqabbel mal-House of Commons insibu li relattivament l- Parlament Malti huwa ħafna ikbar mill-House of Commons u allura l- argument jibqa' validu.", "L-Ingilterra m'għandhiex is-sistema ta' ħames diretturi, għandha a court of governors u l-court of governors ikunu magħżulin minn firxa fis-soċjeta'; ħafna minnhom ikunu b'esperjenza finanzjarja, uħud minnhom b'esperjenza legali u ħafna oħrajn, għalkemm esperjenza legali ma jkollhom xejn, ikollhom esperjenza kummerċjali u jkunu jifhmu ħafna fil-machinations ta' kif jaħdmu s-sistemi kummerċjali.", "Jiġifieri għandek firxa.", "Issa x'inhi din l-ereżija li jara l-Prim Ministru - u staqsa lili qisha l-integrita' professjonali tiegħi qiegħda on the line bħala ex kap tal-Bank Ċentrali - kieku naqbel - kif naqbel, imma jekk jagħmel emenda lest li nikkonsidraha wkoll flimkien ma' sħabi - ma' din li jekk kemm-il darba minflok ikun hemm ħames diretturi jkun hemm tmienja jew għaxra ħalli t-taħlita tan-nies li jkun hemm hemmhekk tkun ikbar milli hemm issa?", "X'inhi din?", "Anzi bl-akbar serjeta' ngħidlek li irrispettivament minn kif tagħżilhom, is-sistema tkun aħjar għaliex kif żviluppa l-bord tal-Bank Ċentrali, żviluppat xi ħaġa li fiha nnifisha tirrikjedi li jkun hemm reviżjoni.", "Illum il-ġurnata, jekk qed nisma' sewwa - mhux jekk qed nisma' sewwa għaliex kienet fl-annual report u kienet issemmiet ukoll meta deher quddiem il-Public Accounts Committee il-Gvernatur tal-Bank Ċentrali - it-tliet diretturi - m'għandi xi ngħid xejn fuqhom u ma jien se ngħid xejn fuqhom - ingħataw funzjonijiet speċifiċi u li in parti huma eżekuttivi; m'humiex fulltime imma ingħataw partijiet eżekuttivi.", "Meta għandek dik is-sitwazzjoni fejn għandek bord li huwa magħmul kollu minn nies li jew huma eżekuttivi, iwettqu huma day to day, jew kważi eżekuttivi ...", "Issa l-Prim Ministru, li għalkemm ilu ħafna fil-politika imma l-qasam kummerċjali jafu u għandu nies biżżejjed madwaru li jafu l-qasam kummerċjali, jaf li jekk kemm-il darba trid bord tajjeb ta' diretturi - bħalma huwa bord tajjeb tal-Bank of England - jaqbel li jkollok taħlita ta' nies li jkunu eżekuttivi u non executive għaliex huma d- diretturi non executive li jkunu l-iżjed li jistgħu josservaw b'għajnejn ċari x'qegħdin jagħmlu l-eżekuttivi.", "Il-Bank Ċentrali spiċċa bid-diretturi kollha jew eżekuttivi jew kważi eżekuttivi.", "Jiġifieri tħarsux lejja u tgħiduli li jiena se ngħid li din il-proposta hija redikola.", "Dażgur li m'hijiex redikola!", "Jekk bħala mistoqsija tgħid \"x'funzjoni jagħmlu dawn\" ngħidlek li hija mistoqsija valida, imma għandha tweġiba valida wkoll.", "Mela l-Bank Ċentrali jopera fil-qasam tal-kmandamenti t'Alla allura Alla biss jista' jiktibhom il-kmandamenti?", "Mela l-Bank Ċentrali hekk jopera?", "Il-Bank Ċentrali jaħdem fil-kontest tal-liġi li tgħid li l-politika tal- Bank Ċentrali trid tgħin biex il-politika ekonomika tal-gvern titwettaq kif għandha titwettaq u dik il-politika ekonomika tal-gvern tal-ġurnata, fiċ- ċentru tagħha jkollha l-full employment tar-riżorsi umani tal-pajjiż.", "Allura jekk kemm-il darba hemm dak l-oġġettiv ċentrali li jkun hawn il-full employment fil-pajjiż, hija xi ħaġa barra minn din id-dinja li n-nies li jkunu qegħdin jikkontribwixxu għat-tfassil tal-policy wiesgħa tal-Bank Ċentrali jkunu nies imħallta u mhux kollha jkunu ekonomisti u mhux kollha jkunu avukati?", "Jiġifieri ma nistax narah dan l-iskantament tal-Prim Ministru u għalfejn ħaseb li jiena, bħala ex-kap tal-Bank Ċentrali, qiegħed nissottoskrivi għal xi ereżija meta qed ngħid li, iva, din il- proposta hija fattibbli - jekk hijiex l-aħjar waħda ħaġa oħra - anke fil- kontest tal-Bank Ċentrali.", "Jien nixtieq li minflok dan il-Parlament jintilef f'ħafna kliem fit-tul - bħalma għamilt jiena; m'iniex se nerġa' ntikellem - u noqogħdu nimbxu u ngħajru lil xulxin, inkunu naqra iżjed serji u nħarsu lejn l-issue ħalli naraw minnha nistgħux noħorġu xi ħaġa tajba.", "U veru li hemm bżonn li nkunu naqra iżjed serji.", "Jien smajt lill-Prim Ministru jistaqsi u jzik lill- Onor. Karmenu Mifsud Bonnici jekk huwiex se joħroġ għall-elezzjoni.", "Din ma nqabditx fil-microphone imma qed ngħidha jiena.", "Staqsih darba, staqsih darbtejn u staqsih tliet darbiet.", "Jekk l-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici jrid joħroġ għall-elezzjoni, jista' joħroġ f'kull distrett li hemm f'isem il- Partit Laburista, ibda minn Ħal Qormi.", "Jiena l-ewwel wieħed għidtlu hekk meta ma kienx membru, erġajt għidtlu hekk u nerġa' ngħidlu hekk issa: Joħroġ kullimkien u joħroġ fejn joħroġ l-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici, jagħmel unur mhux lilu nnifsu imma lill-partit u lill-poplu li jivvotalu.", "(Interruzzjonijiet) Jekk jiddeċiedi li ma joħroġx tkun deċiżjoni tiegħu.", "Billi jiddeċiedi li ma joħroġx b'daqshekk ma baqax Laburista jew ma baqax bniedem li għad baqagħlu kontribut x'jagħti, mhux lill-Partit Laburista imma lis-soċjeta' Maltija?", "Allura x'inhi din li l-Prim Ministru beda l- intervent tiegħu billi semma ex-kandidati u ex-membri ta' dan il-Parlament, imbagħad kompla l-intervent tiegħu across the floor billi qagħad izik lill- Onor. Karmenu Mifsud Bonnici - li fl-opinjoni tiegħi m'għamilx sewwa li qagħad jgħidlu li huwa \"baħnan\" - jekk hux se joħroġ jew le darba oħra.", "X'għandu x'jaqsam jekk hux se joħroġ jew le darb'oħra mal-kontribut li qed jagħti hawnhekk?", "Hawnhekk qed jgħiduli li nistgħu nistaqsu lilek stess, Sur Prim Ministru, jekk kemm-il darba intix ħiereġ darb'oħra, imma jiena ngħid jekk toħroġx jew le affari tiegħek u ngħid ukoll li jekk toħroġ, toħroġ f'liema distrett toħroġ, ikollok ir-riżultat li persważ li jkollu l- Onor. Karmenu Mifsud Bonnici.", "Jiena ngħid li l-Onor.", "Mifsud Bonnici ma joħroġx għaliex hekk iħoss li għandu jagħmel u jħoss li l-partit xorta waħda jista' jgħinu u l-partit jaffordja li hu ma joħroġx u jien ngħid li l-Onor.", "Eddie Fenech Adami joħroġ, anke jekk stess l-inklinazzjoniiet tiegħu jgħidulu li wasal iż-żmien li ma joħroġx, għaliex il-partit tiegħu ma jistax jaffordja li hu ma joħroġx għaliex jekk hu ma joħroġx u tinfetaħ issa t-tellieqa għal-leadership il-partit tiegħu jitqatta' iktar milli qed jitqatta' diġa'.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Wieħed ma jistax ma jiggustax din il-kwalita' ta' diskorsi!", "Għas-sodisfazzjon tiegħu ngħidlu li jien se noħroġ u l-aħħar argument li jien tkellimt fuqu fil-pubbliku - meta għamluli daqsxejn ta' reception għaliex għalaqt 62 sena - għidt li ta' dik l-eta' prim ministru jagħmluk, u kien hemm sindku ta' ċerta eta' ħdejja u għidt li sindku jagħmluk ukoll.", "F'jobs oħra aktarx ma jimpjegawkx, imma f'dawn iż-żewġ jobs ta' 60 sena jaċċettawk.", "Pero' niġu issa għall-punt li semmejt jien.", "Jien jiddispjaċini li l-Onor.", "Spiteri reġa' għamlilna diskors twil, interessanti u ma nafx x'aġġettivi ngħidlu iktar, pero' ma rrispondiex - biex ma ngħidx \"ħarab\", imma ma rridx nuża' kliem iebes - il-punt kruċjali li semmejt jien.", "Jien m'għidtx li fost il-kunsilliera m'hawnx nies li huma denji u kapaċi jkunu fuq il-bord tal-Bank Ċentrali u jikkontribwixxu.", "Dażgur li hemm, m'għandix dubju.", "Jien invitajt il-parir ta' persuna li tifhem bħala ex-deputy governor tas-Central Bank u staqsejtu jekk jaqbilx mal-proposta li fuq il-bord tal-Bank Ċentrali ikun hemm nies nominati - se nikkwota mill-emenda -:", "\"one by the Local Councils; one by the Consumers' Associations, and the third one shall be elected by the employees of the Corporation.\".", "U d-domanda tiegħi kienet: Għaliex tgħid li jiġu nominati \"by the local councils\" u ieħor nominat \"by the Consumers' Associations\"?", "Li tgħid li jkun hemm xi ħadd nominat mill-consumers' associations li għandhom funzjoni partikolari nifhimha, pero' d-domanda li jien għamilt lill-Onor.", "Spiteri bħala espert fil-materja kienet: Kif tikkonċepixxi li l-Bank Ċentrali se jaħdem aħjar billi tgħid li n-nomini se jkunu magħmula mill-consumers' associations?", "Jien din li ma fhimtx, mill-bqija - jien ma nafx min hemm fil-consumers' associations - jista' jkun hemm xi ħadd brillanti, kapaċissimu u anke inqas kapaċi li tista' tinnominah biex joqgħod fuq il- bord tal-Bank Ċentrali.", "L-Onor.", "Spiteri qalli: Min qallek li dawn m'humiex kapaċi?", "Mela jien għidt li m'humiex kapaċi!", "Jien għidt li konċettwalment huwa żbaljat meta l-Gvern qed jipproponi li f'dawn il- korporazzjonijiet jew f'entijiet oħra ta' natura nazzjonali jkun hemm xi ħadd ta' fiduċja ta' l-Oppożizzjoni u dan l-argument - tista' ma taqbilx miegħu kemm trid - iddawru u tgħid \"mhux xi ħadd ta' fiduċja tal-Kap ta' l- Oppożizzjoni imma xi ħadd ta' fiduċja tal-consumers' associations\".", "Jien jidhirli li din il-proposta, bir-rispett kollu, ma tagħmilx sens u qed nikkumenta bl-akbar serjeta' fuq il-proposta ta' l-Oppożizzjoni.", "Jien ngħid li ma ma jagħmilx sens li hawn niġu biex nilleġislaw u ngħidu li fuq il-bord tal-Bank Ċentrali għandna ngħidu lill-kunsilli lokali jinnominaw huma rappreżentant tagħhom.", "Ma nistax nifhem għaliex lill-kunsilli lokali ngħidulhom biex jidħlu fil-bord tal-Bank Ċentrali.", "Dan huwa l-punt li qed nargumenta fuqu u dan japplika għal uħud mill-korporazzjonijiet l-oħra.", "Per eżempju, nieħdu l-Maritime Authority.", "Għaliex fil-Maritime Authority għandu jkun hemm persuna nominata mill-kunsilli lokali?", "X'sens fiha din?", "Din biex taparsi qed ngħidu li l-kunsilli lokali se nagħtuhom xi funzjoni.", "Hemm funzjoni, ċioe' dik li qed nipproponu aħna li jeleġġu l-President magħna d-deputati.", "Jiġifieri l-proposta ta' l-Oppożizzjoni jien ma nistax assolutament neħodha bis-serjeta' u għadni ma smajtx argumenti għaliex għandi neħodha bis-serjeta'.", "Per eżempju, dwar il-Korporazzjoni Enemalta r- risposta tiegħi kienet li jien ma naħsibx li billi l-kunsilli lokali jkollhom membru fil-bord b'daqshekk se nsolvu l-problemi ta' servizz li l- Enemalta tagħti lill-kunsilli lokali.", "Mhux dak il-metodu.", "Jien jidhirli li l-metodu eventwalment għandu jkun li l-Enemalta tiddelega l-poteri tagħha - naturalment f'affarijiet ristretti - lill-kunsilli lokali, fejn il- kunsilli lokali jkollhom taħt il-kontroll tagħhom ċerti funzjoniiet ta' l- Enemalta.", "Jien dik naqbel magħha u persważ li tiġi xi darba meta l- kunsilli lokali jakkwistaw iktar esperjenza, imma li tgħidli li npoġġi rappreżentanti mill-kunsilli lokali u mill-consumers' associations fuq il- bord tal-Bank Ċentrali, għalija ma tagħmilx sens.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Ejja nipprovaw bl-umilta' nifhmu x'inhi tipproponi l-Oppożizzjoni; bl-umita' rridu navviċinaw dan l-eżerċizzju li se nagħmlu u mhux bis-suppervja.", "Jien nipproponi li ninsew li hemm proposta tal-Gvern dwar ħatra ta' membru ieħor fuq il-bord bil-mod suġġerit mill-Gvern minflok kif qed isir illum.", "Irridu ninsew li hemm din il- proposta għaliex meta aħna nagħmlu proposta kontra l-oħra, kulħadd jipprova jiddefendi a spada tratta l-proposta tiegħu u nitilfu l-opportunita' li napprezzaw il-proposta li ġejja min-naħa l-oħra.", "Nimmaġinaw li bħala l- ewwel proposta - mhux bħala contro-proposta - kien hemm li s-setgħa tal- ħatra ta' membri fil-bord ta' ċerti korpi ma tibqax unikament fil-font uniku ta' setgħat u ta' sapjenza fil-pajjiż li huwa l-prim ministru tal- ġurnata; ikun min ikun, m'iniex qed nirriferi għall-Onor.", "Fenech Adami.", "Sal-lum il-liġi kif inhi tagħti din is-setgħa kollha kemm hi f'persuna waħda, ċioe' fil-persuna tal-prim ministru tal-ġurnata li dan għandu dritt li jaħtar hu l-membri kollha tal-bord ħlief fejn hemm provdut li wieħed mill-membri tal-bord ikun elett mill-impjegati tal-korp.", "Il-proposta li qiegħda ssir mill-Gvern hija li ma nħallux din is-setgħa f'idejn persuna waħda, jiġifieri f'idejn il-persuna tal-prim ministru, u nagħtu parti minnha f'idejn persuna oħra - per eżempju, jekk il-bord huwa magħmul minn ħames membri nagħtuha parti minn ħamsa u jekk il-bord huwa magħmul minn sebgħa nagħtuha parti minn sebgħa - jiġifieri f'idejn il-persuna tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "Issa l-Oppożizzjoni qiegħda tgħid li ladarba qed nikkonsidraw illi jista' jkun hemm sistema itjeb ta' kif isiru l-ħatriet tal-membri tal-bord tal-korpi, jiġifieri ma jibqgħux isiru biss minn persuna waħda, għaliex ma għandniex nikkontemplaw li din is-setgħa minflok tiġi mogħtija lil tnejn min-nies - lill-Prim Ministru li għandu din is- setgħa u li issa se jaqsam parti minnha mal-Kap ta' l-Oppożizzjoni - tiġi eżerċitata minn iktar minn żewġ ċentri u differenti mill-Prim Ministru u mill-Kap ta' l-Oppożizzjoni?", "L-Oppożizzjoni tħoss li din is-setgħa tan- nomina tal-ħatra tal-membri - anzi mhux tal-ħatra imma tan-nomina għax il- ħatra teknikament dejjem tibqa' f'idejn il-Prim Ministru - li mbagħad permezz tagħha jmexxu huma minflok tibqa' dejjem f'idejn persuna waħda għandna nifirxuha aktar.", "L-Oppożizzjoni qalet li ladarba llum il-pajjiż aċċetta li jkun hawn devoluzzjoni - devoluzzjoni mhux delegazzjoni - tas-setgħa tat-tmexxija qabel ma twaqqfu l-kunsilli lokali s-setgħa tat-tmexxija fil-pajjiż kienet kollha ċentralizzata f'idejn il-gvern.", "Wara t-twaqqif tal-kunsilli lokali l-pajjiż aċċetta li jkun hawn devoluzzjoni tas-setgħa tat-tmexxija, jiġifieri parti mis-setgħa tat-tmexxija issa marret minn idejn il-gvern ċentrali għal idejn il-gvernijiet lokali.", "Jekk wieħed ma jfissirx l- eżerċizzju li sar dwar it-twaqqif tal-kunsilli lokali f'dan is-sens ikun tilef l-iskop ewlieni ta' l-eżerċizzju tal-kunsilli lokali.", "Tista' ma taqbilx ma' din id-devoluzzjoni imma l-fatt hu li l-pajjiż għamel dan il- pass fejn aċċetta u qal li jkun xieraq li parti mis-setgħat li saż-żmien ta' qabel ma twaqqfu l-kunsilli lokali kienu kollha eżerċitati mill-gvern ċentrali ma jibqgħux iktar f'idejn il-gvern ċentrali imma jkunu f'idejn il- gvernijiet jew il-kunsilli lokali.", "Din hija t-teorija u t-tifsira kollha ta' l-eżerċizzju tal-kunsilli lokali u jekk ma nifhmux dan il-punt imbagħad nitħawdu x'għandhom ikunu l-kunsilli lokali, x'għandhom ikunu s-setgħat 'il quddiem, kemm għandhom ikunu indipendenti u kemm għandhom ikunu awtonomi.", "Jekk ma nifhmux li l-iskop prinċipali tal-kunsilli lokali hu d-devoluzzjoni tas-setgħa tat-tmexxija allura ma nkunu fhimna xejn; nitħawdu fil-ħofor u fil-ħmieġ tat-toroq u ma nifhmux li t-tindif tat-toroq huwa biss eżempju ta' l-eżerċizzju tad-devoluzzjoni tas-setgħa tat-tmexxija.", "Issa qed ngħidu li s-setgħa tal-ħatra tan-nomina llum hija kollha f'idejn il-Prim Ministru, jiġifieri f'idejn il-Gvern.", "L-Oppożizzjoni qed tgħid li ladarba fil-pajjiż daħħalna l-konċett tad-devoluzzjoni ta' parti mis-setgħat tat-tmexxija, għaliex ma nagħmlux ukoll il-pass li fis-setgħa tan-nomini għat-tmexxija tal-bordijiet dik is-setgħa ma tibqax f'idejn il-Prim Ministru biss, jiġifieri f'idejn il-Gvern, ma tibqax ma tkunx parti f'idejn il-Gvern u parti f'idejn l-Oppożizzjoni imma tkun parti minn dik is-setgħa tan-nomini f'idejn ċentri oħra?", "X'inhuma dawn iċ-ċentri l-oħra?", "L-ewwel u qabel kollox huma l-parti tad-devoluzzjoni tat-tmexxija li nħolqot, li huma l-kunsilli lokali, u għalhekk l-Oppożizzjoni qiegħda tgħid li ladarba l-kunsilli lokali issa jifformaw parti mis-setgħa tat-tmexxija tal-pajjiż, jixraq ukoll li dawn jingħataw parti mis-setgħa tan-nomini tan- nies li se jmexxu ħwejjeġ li jolqtu lin-nazzjon kollu u allura jolqtu wkoll liċ-ċittadini li jirrappreżentaw il-kunsilli lokali.", "Intom tgħiduli: Imma l-Gvern u l-Oppożizzjoni ma jirrappreżentawx liċ-ċittadini kollha?", "Iva, imma minkejja li l-Gvern u l-Oppożizzjoni flimkien jirrappreżentaw liċ- ċittadini kollha l-Gvern u l-Oppożizzjoni aċċettaw li għall-aħjar tmexxija tal-pajjiż ikun hemm nies oħra li jirrappreżentaw l-istess nies li l-Gvern u l-Oppożizzjoni jirrappreżentaw, jiġifieri il-votanti jew aħjar iċ- ċittadini.", "Mela allura x'hemm ħażin jekk aħna aċċettajna li minkejja li hemm il-Membri kollha tal-Gvern u l-Membri kollha ta' l-Oppożizzjoni biex jirrappreżentaw iċ-ċittadini ta' Malta u GĦawdex ikun hemm nies oħra, jiġifieri l-kunsilliera, li jirrappreżentaw lil dawn l-istess nies?", "X'hemm eretiku li dawn in-nies li jirrappreżentaw liċ-ċittadini kollha ta' Malta, kif nirrappreżentawhom aħna, ikollhom ukoll is-setgħa li jiġu nominati - mhux jiġu maħtura għax il-ħatra dejjem tibqa' ssir mill-Prim Ministru - biex jagħmlu parti mill-membri tal-bord tal-korpi li jmexxu s-servizzi fil- pajjiż?", "Assolutament m'hemm xejn anomalu jew eretiku imma hemm biss sempliċita' ta' raġunament li kieku wieħed ikun umli u jipprova jifhem l- iskop ta' l-emendi ta' l-Oppożizzjoni jasal biex jifhmu faċilment.", "Li qed ngħidu huwa li la ddeċidejna li lill-kunsilli nagħtuhom parti mis-setgħa tat-tmexxija tal-pajjiż, huwa loġiku wkoll li aħna ma nsibuhiex bi tqila li nagħtuhom ukoll parti mis-setgħa tal-ħatra tan-nomini ta' nies li se jmexxu ċerti servizzi, wara kollox dawn is-servizzi se jolqtu direttament lill- kunsilli u liċ-ċittadini li jirrappreżentaw.", "Mela allura għar-rigward tal-kunsilli żgur m'għandu jkun hemm ebda diffikulta' biex dawn jingħataw mhux is-setgħa li jaħtru wieħed minnhom - ħadd ma qal hekk, l-Oppożizzjoni ma qalitx li wieħed mill-membri tal-bord tal-korpi tad-diretturi għandu jkun kunsillier - imma li jkun hemm persuna nominata minnhom u dan jista' jkun kulħadd, jiġifieri jinnominaw persuna li tista' tħares l-interessi li huma stess iħarsu u jipproteġu.", "Mela allura meta aħna naċċettaw li l-Prim Ministru hu għaref biżżejjed li għandu jiġi fdat din is-setgħa - mhux qed ngħid għall-Onor.", "Fenech Adami għax kieku ma ngħidx hekk! - u meta qed ngħidu li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni għandu ħila biżżejjed li għandu jiġi fdat din is-setgħa, kif ma naċċettawx li l- kunsilliera - ir-rappreżentanti tal-kunsilli - għandhom il-ħila u l-għerf sabiex jiġu fdati jinnominaw persuna li tkun fuq il-bord tad-diretturi li jmexxi l-Korporazzjoni Enemalta?", "Issa dan li qed ngħid għall-Enemalta japplika għal kull korp, anke għall-Bank Ċentrali.", "GĦax meta inti qed tgħid li l-kunsilliera se jingħataw parti mis-setgħa tan-nomini tad-diretturi tal- bord ma tridx tinsa li meta jagħmlu n-nomina jridu bilfors josservaw il- provvedimenti tal-liġi li jitkellmu dwar il-kwalifiki tan-nies li jistgħu jservu fil-bord tad-diretturi.", "Jekk il-liġi torbot lill-Prim Ministru li meta jaħtar persuna jrid ikollha ċerti kwalifiki għax inkella bis-setgħa kollha li għandu l-Prim Ministru xorta ma jistax jaħtarha, meta inti tagħti s-setgħa tan-nomina lill-kunsilli xorta waħda se jkunu soġġetti għall- kondizzjoni li l-persuna li jinnominaw trid tissodisfa dawk il-kwalifiki.", "Mela allura jekk il-Prim Ministru meta jiġi biex jinnomina wieħed mid- diretturi tal-Bank Ċentrali jrid jissodisfa r-rekwiżiti tal-liġi - jiġifieri li jkollu esperjenza fil-qasam finanzjarju, fil-qasam trejdjunjonistiku jew fil-qasam kummerċjali - in-nomina tal-persuna li ssir mill-kunsillieri wkoll irid ikollha waħda minn dawn il-kwalifiki inkella ma tistax tiġi nominata.", "U l-liġi stess li qed jipproponi l-Gvern tgħid ċar u tond li dan l-obbligu jrid jiġi segwit u osservat.", "Mela allura m'hemm xejn ħażin jew mhux raġonevoli fil-proposta ta' l-Oppożizzjoni fejn qed tinsisti li parti mis-setgħa tal-ħatra tan-nomini - illum din hija kollha f'idejn il- Prim Ministru u l-Gvern qed jipproponi li parti minnha tmur f'idejn il-Kap ta' l-Oppożizzjoni - tmur f'idejn il-kunsillieri, jġifieri f'idejn l- istrata tat-tmexxija tal-pajjiż maħluqa apposta biex ma tibqax kollha kemm hi f'idejn il-Gvern ċentrali.", "Mela l-filosofija, r-raġunament u l- ġustifikazzjoni tal-proposta ta' l-Oppożizzjoni hija li l-kunsilli lokali jingħataw is-setgħa li jagħmlu nomina biex imbagħad il-Prim Ministru jaħtar il-persuna li jidhirlu mill-persuni nominati mill-kunsilli lokali.", "Parti oħra mill-proposta ta' l-Oppożizzjoni hija li fuq il-bord tat-tmexxija - din illum diġa' teżisti fil-Korporazzjoni Enemalta u fil-Korporazzjoni Telemalta u kif ukoll f'ċerti kumpanniji bħall-Airmalta u l-Bank of Valletta - jkun hemm persuna eletta mill-impjegati ta' dik l-ażjenda.", "Dan il-konċett minbarra li fih innifsu jfisser li inti qed tagħti parti mis- setgħa tan-nomini tad-diretturi f'idejn il-ħaddiema, għandu l- ġustifikazzjoni f'min jemmen li l-impjegati ta' ażjenda għandhom mhux biss jagħtu x-xogħol tagħhom lill-azjenda imma jkollhom ukoll sehem fit-tmexxija ta' l-azjenda.", "Dan huwa konċett li l-Gvern Laburista daħħal fil-pajjiż u wettaq, huwa konċett li l-Gvern Nazzjonalista kompla jwettaq wara l-Gvern Laburista, allura ladarba dan il-konċett huwa diġa' aċċettat fil- Korporazzjoni Enemalta, fil-Korporazzjoni Telemalta, fil-kumpannija Airmalta u fil-kumpannija Bank of Valletta x'hemm ħażin jekk jiġi estiż, mifrux u aċċettat f'kull korp bħal, per eżempju, il-Water Services Corporation?", "Jien ma nistax nifhem l-oġġezzjoni ta' l-aċċettazzjoni ta' dan il-konċett fis-Central Bank meta huwa diġa' aċċettat u pprattikat f'bank kummerċjali ieħor, il-Bank of Valletta.", "GĦandi nifhem li l-oġġezzjonijiet li jista' jkun hemm li persuna eletta mill-impjegati tal-bank tingħata tagħrif li għandu jkollhom id-diretturi tal-bank jekk hi valida tapplika kemm għal bank kummerċjali kif ukoll għal bank ċentrali, imma żgur ma jista' jkun hemm l-ebda oġġezzjoni li t-tmexxija tal-korpi kollha li qed isemmi l-Gvern fl-iskeda ta' din il-liġi jista' jkollhom fosthom il- parteċipazzjoni ta' bniedem ta' fiduċja ta' l-impjegati li jaħdmu f'dak il- korp ta' bniedem elett minnhom.", "Mhux qed ngħidu li bilfors għandu jkun impjegat fl-azjenda, għalkemm dan hu ideali, imma qed ngħidu li jista' jkun persuna nominata u eletta mill-impjegati mingħajr il-ħtieġa li jkun impjegat ta' dik l-azjenda.", "Mela allura ma jista' jkun hemm l-ebda oġġezzjoni konċettwali - kif ripetutament irrifera għaliha l-Prim Ministru - biex wieħed jaċċetta li dan il-konċett tal-parteċipazzjoni ta' l- impjegati fl-azjenda jiġi pprattikat u mwettaq f'kull korp imsemmi f'din il- liġi.", "Kulma jrid ikun hemm huwa li min illum għandu s-setgħa li jinnomina lil kulħadd jaċċetta li parti minn dik is-setgħa jgħaddiha lill-impjegati ta' l-ażjenda biex jinnominaw wieħed mill-bord tad-diretturi, nerġa' ngħid kif diġa' hija aċċettata u prattikata fl-Airmalta, fil-Bank of Valletta, fit-Telemalta, fl-Enemalta u anke f'kumpanniji oħra bħalma kienet, per eżempju, fil-BIM - illum din m'għadhiex tapplika imma għal numru ta' snin kien hemm direttur maħtur mill-ħaddiema.", "Dan iwassalna għat-tieni proposta li qed tagħmel l-Oppożizzjoni u li għaliha ma jista' jkun hemm oġġezzjoni minn ħadd u mill-ebda lat.", "It-tielet proposta li qed tagħmel l-Oppożizzjoni hija li s-setgħa tal- ħatra tal- membri għandha tkompli tiġi diluted u ma tibqax f'idejn il-Gvern ċentrali billi parti minnha tingħata f'idejn għaqdiet sussidjarji, għaqdiet tal-konsumaturi, mhux biex jagħżlu huma wieħed minn fosthom imma biex jinnominaw, biex jiċċamaw, persuna li huma jidhrilhom li għandha l- kwalifiki kollha li l-liġijiet li jirregolaw lil dawn il-korpi jesiġu li jkollhom id-diretturi li jintgħażlu mill-Gvern.", "Mela minflok tkun persuna li jkollha l-fiduċja kollha tal-Prim Ministru, jew persuna waħda tal- fiduċja tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni, tkun persuna li jkollha l-fiduċja ta' l- għaqdiet tal-konsumaturi.", "Jidher li l-Gvern din qed jagħmel l-akbar oġġezzjoni għaliha u qed jgħid: lmma l-konsumaturi kif jidħlu fis-servizzi li jipprovdu dawn il-korpi?", "X'jiġifieri fiex jidħlu l-konsumaturi!", "Il- konsumaturi huma l-istess ċittadini li jirrappreżentaw il-Prim Ministru u d- Deputati tal-Gvern, il-Kap ta' l-Oppożizzjoni u d-Deputati ta' l- Oppożizzjoni, huma l-istess nies rappreżentati mill-kunsilliera u parti minnhom huma l-istess ħaddiema ta' l-azjendi.", "Aħna qed nipproponu li parti mis-setgħa tal-ħatra ta' min imexxi tkun eżerċitata minn għaqda oħra li tirrappreżenta ċerti interessi direttament.", "GĦaliex, wara kollox, aħna lleġislajna biex tajna tagħrif statutorju bil-liġi lill-għaqdiet tal- konsumaturi?", "Wara kollox, il-konsumaturi mhumiex rappreżentati mill-membri ta' din il-Kamra?", "Minkejja li l-interessi tal-konsumaturi proprjament għandhom jiġu mħarsa mill-membri ta' din il-Kamra, xorta waħda din il-Kamra ħasset li hemm ċerti interessi ta' l-istess nies li jistgħu jiġu mħarsa aħjar minn għaqdiet ifformati apposta biex iħarsu l-interessi tagħhom.", "Mela jekk aħna nirrappreżantaw lil dawn in-nies, lill-konsumaturi, liċ- ċittadini ta' Malta u GĦawdex kollha għax kulħadd jikkonsma d-dawl, kulħadd ikollu bżonn xi ħaġa minn xi waħda mis-servizzi pprovduti minn dawn il- korpi, għaliex aċċettajna li jkun aħjar li fil-pajjiż ikun hawn għaqdiet magħrufa mil-liġi, mogħtija ċerti setgħat mil-liġi biex iħarsu l-interessi ta' l-istess nies li aħna nirrappreżentaw?", "B'din is-sistema minflok il- protezzjoni ta' l-interessi taċ-ċittadini tkun kollha kemm hi f'idejn il- Gvern, din tinfirex ukoll f'idejn għaqdiet volontarji mwaqqfin apposta biex iħarsu l-interessi, nerġa' ngħid, ta' l-istess nies li nirrappreżentaw.", "Mela jekk l-għaqdiet tal-konsumaturi twaqqfu minn din il- Kamra u ġew kanonizzati bil-liġijiet li għamilna biex iħarsu l-interessi ta' l-istess nies li aħna nirrappreżentaw, jiġifieri tal-votanti u taċ- ċittadini tal-pajjiż, x'hemm ħażin li dawn l-għaqdiet li aħna waqqafna, li berikna u li ssantifikajna bil-liġi nagħtuhom ukoll is-setgħa mhux li jkunu rappreżentati fil-bord imma li jeżerċitaw parti minn din is-setgħa li jinnominaw persuna waħda li mbagħad għandha tiġi magħżula u kwalifikata skond il-liġi biex tkun fil-bord tad-diretturi?", "Assolutament ma għandu jkun hemm l-ebda oġġezzjoni u żgur m'hemmx xi ereżija konċettwali jew loġika għal din il-proposta.", "Mela allura jekk wieħed jifhem sew il- proposta ta' l-Oppożizzjoni ...", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Onor. Mifsud Bonnici, se jkolli ninterrompik għax sar il-ħin.", "Id-diskussjoni fuq din il-klawsola u l-emenda għaliha ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "Fid-9.00 p.m. il-Kamra rriżumiet u l-Viċi President tal-Kumitati rrapporta progress u talab il-permess sabiex il-Kumitat jerġa' jiltaqa'.", "MR SPEAKER: Sar il-ħin.", "L-Onor.", "Guido de Marco, jekk jogħġbu, iressaq l- Aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO (Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin): Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it- Tnejn, 19 ta' Frar fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Abbozz ta' Liġi dwar Nomini mill-Oppożizzjoni - Kumitat (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Istampa - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Gwardjani Privati u Lokali - it-Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Elezzjonijiet Ġenerali - it-Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta (Emenda Nru 1) - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta (Emenda Nru 2) - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income (Emenda Nru 2) - it-Tieni Qari; u", "Xi aġenda oħra li tista' tiġi komunikata aktar tard.", "--------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar ir-Reġistrazzjoni ta' Artijiet - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki, jekk jogħġobkom?", "Il-Ministru tal-Finanzi.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Speaker, nixtieq nieħu ftit minuti mill-Aġġornament għax ma nistax ma nikkummentax fuq xi excerpts mid-diskors li llum għamel il-Kap ta' l-Oppożizzjoni meta kien qed ikellem lill-Federazzjoni ta' l- Industrija.", "M'iniex se noqgħod nikkummenta fuq in-non-policy industrijali li hawn fid-diskors tiegħu; \"non-policy\" fis-sens li kulma ssib f'dan id- dokument huma intenzjonijiet piji fuq ħwejjeġ li llum diġa' qed isiru minn Gvern Nazzjonalista, u l-aktar li wieħed jista' jgħid għal dan id-dokument huwa li l-Partit Laburista beħsiebu jkompli bil-politika li qed naddottaw aħna.", "Jien se nitkellem biss fuq il-pjan li llum żvela l-Kap ta' l- Oppożizzjoni dwar kif se jneħħi l-VAT.", "L-ewwel ħaġa li qal li se jagħmel biex ineħħi l-VAT hi li jdaħħal dazji - kif kienu sa qabel l-1994 - fuq il- prodotti importati.", "Fl-istess ħin se jibda jinnegozja ma' l-Unjoni Ewropea biex jagħmel a common economic area ma' l-Ewropa u dawn id-dazji li se jkun daħħal jibda jneħħihom probabbilment f'instalments kull sena fuq medda ta' 10 snin.", "Huwa qal li jaqbel ma' l-Unjoni Ewropea li jneħħi dawn id-dazji u minflokhom idaħħal xi ħaġa oħra.", "Qal ukoll: Wara kollox il-Gvern Nazzjonalista mhux hekk għamel, kellu d-dazju fuq il-karozzi u minflok id- dazju daħħal registration tax!", "Mr Speaker, jiena ngħid illi li tagħmel registration tax fuq il-karozzi hija ħaġa, imma li tagħmel skeda sħiħa ta' dazji u din l-iskeda ssemmiha ħaġa oħra minflok dazji u tassumi li l-Unjoni Ewropea tibla' li qed tagħmel common economic area magħha, naħseb li tkun qed tittratta lill-Unjoni Ewropea bħala ftit defiċjenti.", "Kif tista' taħseb li l-Unjoni se taċċetta li taparsi jkollna economic area meta fil-fatt ma jkollniex?", "L-isbaħ waħda hija meta l-Kap ta' l-Oppożizzjoni qalilna: \"U x'se nagħmlu meta nibdew inneħħu dawn id-dazji u l-excise duties?", "Hawn min qed jgħidilna li se nerġgħu ndaħħlu l-VAT bilfors.", "Mhux veru li se ndaħħlu l- VAT.\"", "X'se jagħmel il-Kap ta' l-Oppożizzjoni?", "Qalilna li jkun possibbli li minflok dawn it-tariffi, jagħmel taxxa li tkun non-cascading u tkun tapplika għal prodotti kemm importati kif ukoll lokali.", "Din xi tfisser?", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni qed jgħidilna li minflok il-VAT, se jdaħħal sales tax fil-pajjiż.", "Dan ifisser li llum għandna taxxa tal-VAT li qed titħallas bħala persentaġġ fuq il-prodott għall-bejgħ, filwaqt li s-sistema tiegħu se tkun l-istess, iżda t-taxxa minflok ikun jisimha VAT, bil-kontrolli kollha li fiha l-VAT, se jkun jisimha sales tax mingħajr il-kontrolli li fiha l- VAT.", "Pero' mbagħad il-Kap ta' l-Oppożizzjoni għadu ma qalilniex jekk din is-sales tax hijiex se tkun ukoll fuq is-servizzi.", "U jiena nistaqsi: Din is-sales tax se tkun fuq is-servizzi wkoll jew fuq il-prodotti biss?", "Għax jekk se tkun biss fuq il-prodotti, meta wieħed jibda jagħmel ċerti kalkoli jsib li din is-sales tax bilfors li trid tkun ta' madwar 30% u mhux ta' 15%.", "Jekk tibda tikkalkola x'se jiġri bejn meta jibdew jidħlu d-dazji bil- problemi fuq l-inflazzjoni li din iż-żieda fid-dazji se jkollha, u meta terġa' tinqaleb is-sistema għal sistema bħal tal-VAT imma li m'hijex VAT, iżda hija sales tax ...", "Għax xi tfisser non-cascading?", "Non-cascading tfisser li t-taxxa ma tkunx imposta fuq il-cost, fuq l-importazzjoni, ħalli b'hekk ma jsirx profitt fuqha, imma tkun imposta fl-aħħar tal-proċess kummerċjali, fl-istadju tar-retail.", "Hekk tfisser non-cascading.", "Qalilna li se tkun imposta kemm fuq prodotti lokali kif ukoll fuq prodotti importati u allura dan huwa l-istess bħalma qed isir bil-VAT.", "Mr Speaker, nagħlaq billi nattira l-attenzjoni għal dan il-logħob bil- kliem u għall-fatt li sostnejna aħna, jiġifieri li m'hemmx alternattiva fil- pajjiż, ħlief it-taxxa li għamilna aħna li hija taxxa iktar serja, iktar moderna, iktar effettiva u iktar ġusta mis-sales tax, għax fiha l-kontrolli u biha tassigura enforcement tajjeb anke fuq it-taxxa tad-dħul.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki.", "L-Onor.", "Manuel Borda.", "ONOR.", "MANUEL BORDA: Mr Speaker, illum nixtieq nitkellem fuq xi ħaġa li tirrigwarda d-distrett tiegħi, jiġifieri l-Kottonera.", "Nixtieq nitkellem fuq dan is-suġġett, għax f'dawn l-aħħar ġranet il-Kottonera ssemmiet ħafna fl-aħbarijiet, kemm minħabba l-boat show li dalwaqt issir hemmhekk, kemm minħabba l-grit blasting, kif ukoll għax se jidħol fil-portijiet tagħna l- vapur HMS Illustrious, li se jistieden fuqu lit-tfal tal-Kottonera.", "Barra minn hekk, illum kellna wkoll l-aħbar sabiħa dwar il-parteċipazzjoni fil- programm Med Urbs.", "Nixtieq nieħu din l-okkażjoni biex nitkellem fuq kull waħda minn dawn l-erba' items ta' l-aħbarijiet.", "Nibda billi ngħid xi ħaġa dwar il-boat show.", "Din is-sena wkoll ġie deċiż li l-boat show terġa' ssir il-Birgu.", "Bħalma jaf kulħadd, din se tkun it- tielet sena li qed issir hemmhekk f'ambjent verament interessanti.", "Bħala post, il-Birgu huwa marbut mal-ħajja marittima u huwa interessanti għax għandu background ta' storja ta' ċivilta' antika u l-promoturi tal-boat show jistgħu faċilment jagħmlu użu minn dan il-background għall-ġid tagħhom.", "Pero' hemm rabta oħra, ir-rabta ta' l-antik u l-istorja ma' boat show moderna bl-aħħar teknoloġija li hawn.", "U allura hemmhekk naraw il- modern jiltaqa' ma' l-antik.", "Jekk nagħrfu nisfruttaw il-mezz ta' propaganda li jista' jkollna minn dan ix-show, żgur li jħalli benefiċċji kbar.", "Bi stunatura u anke b'sorpriża kbira speċjalment għalija, intqal fl- aħbarijiet li hemm il-ħsieb li sena oħra l-boat show se jsibulha post ieħor.", "Jiena kont naħseb li issa li x-Xatt tal-Birgu ġie rranġat u x-Xatt ta' l-Isla ġie ameljorat u msebbaħ, ċerti dgħajjes u yachts ikunu jistgħu faċilment jiġu ankrati hemmhekk u l-promuturi tal-boat show ikunu jistgħu jużaw iż-żewġ naħat tal-Kottonera, jiġifieri kemm in-naħa ta' Birgu kif ukoll in-naħa ta' l-Isla u b'hekk ikollhom area ikbar u jkollhom xena isbaħ meta jiġu biex jieħdu r-ritratti.", "Naħseb li tkun idea tajba kieku jużaw iż-żewġ naħat, u għalhekk kienet sorpriża li hemm il-ħsieb li okkażjoni bħal din ta' benefiċċju kbir għan-nies tal-Kottonera s-sena d- dieħla ma terġax issir hemmhekk.", "Diżgrazzjatament fil-Kottonera m'hemmx postijiet ta' investiment u kummerċ, u din il-boat show tagħtiha image biex iktar nies jersqu 'l hemmhekk u japprezzaw is-sbuħija tal-post b'mod li 'l quddiem ikunu jistgħu jsiru ċerti attivitajiet kummerċjali.", "GĦalhekk nappella lill-promuturi tal-boat show biex jerġgħu jikkonsidraw id- deċiżjoni tagħhom u jekk jista' jkun jankraw ruħhom fil-Kottonera billi jużaw iż-żewġ naħat, kemm in-naħa ta' l-Isla kif ukoll in-naħa tal- Birgu.", "It-tieni item ta' l-aħbarijiet li kien hawn f'dawn il-ġranet fejn issemmiet il-Kottonera kienet dwar il-ftehim li sar bejn it-Tarzna u l- kunsilli lokali tal-Kottonera dwar il-grit blasting, ftehim li bih it- Tarzna ntrabtet li qabel ma tagħmel il-grit blasting fuq in-naħa ta' l- Isla tinforma lill-kunsilli lokali ħalli b'hekk tnaqqas kemm jista' jkun it- tbatija u l-inkonvenjenzi tar-residenti ta' l-Isla.", "Jiena ħadt gost b'din l-aħbar għax naf mil-liema tbatija, sofferenzi u inkonvenjenzi kellhom jgħaddu n-nies mhux biss ta' l-Isla, imma tal-Kottonera kollha.", "Seba' snin ilu minn dan il-Parlament kont ipprovajt noħloq kuxjenza favur tan-nies ta' dawk l-inħawi u niftakar li kont bdejt il-kampanja tiegħi fuq Baċir Nru. 1, għax dak iż-żmien il-grit blasting hemmhekk kien isir, ovvjament b'inkonvenjenzi kbar għan-nies li joqogħdu fil-qrib.", "Wara seba' snin jidher li din il-kuxjenza nħolqot u kulħadd għaraf li m'hux biżżejjed li jsir dak ix-xogħol, imma trid tara wkoll x'effett se jkollu fuq in-nies ta' l-akwati.", "Issa li hemm dan l-għarfien min-naħa tat-Tarzna, nistgħu nimxu pass ieħor 'il quddiem.", "Ladarba l-grit blasting m'għadux isir f'Baċir Nru 1, it-Tarzna tista' tidħol fi ftehim ieħor biex dan il-Baċir jingħata lura lin-nies tal-Kottonera.", "Qed ngħid \"jingħata lura\" għar-raġuni - din għidtha darb'oħra imma issa nsostniha aktar għax tajjeb li wieħed jiftakarha - li meta Baċir Nru 1 inbena l-ewwel darba, dan kien ġie iimpost fuq in-nies tal-Kottonera minn Gvern Kolonjali.", "Meta nbena, madwar 150 sena ilu, in-nies tal-Kottonera ma rċevew ebda kumpens; ħadu biss inkonvenjenza, tbatija, ċaħda ta' żvilupp u ambjent ikrah.", "Issa li aħna pajjiż indipendenti, għandna nirrikonoxxu l-fatt li Baċir Nru 1 kien impost.", "Għalhekk jagħmel sens li qed nagħtu aktar kas tal-ħtiġijiet u l- kumditajiet tar-residenti tal-Kottonera.", "Għalhekk jagħmel sens ukoll li t- Tarzna tapprezza t-tbatijiet u s-sofferenzi li għaddew minnhom in-nies ta' dawk l-inħawi u tasal fi ftehim ieħor mal-kunsilli lokali sabiex dan il- Baċir jirritorna għand in-nies tal-lokal u b'hekk il-kunsilli lokali jkunu f'pożizzjoni li jaraw x'se jagħmlu bih sabiex ikun jista' jsir żvilupp aħjar fil-Kottonera.", "Meta kont tkellimt fuq dan l-aspett, jien kont issuġġerejt li ssir triq waħda mill-Ponta ta' l-Isla li tibqa' sejra sal-Kalkara.", "F'rapport li deher f'waħda mill-gazzetti, intqal li wieħed mis-sindki qal li tista' ssir triq mill-Ponta ta' l-Isla sa Sant'Anġlu, imma jien naħseb li nistgħu mmorru iktar 'il bogħod minn hekk.", "Jekk ikollna vista usa' nistgħu faċilment nagħmlu promenade kbir għan-nies tal-Kottonera li jkun apprezzat mhux biss min-nies tal-lokal u mill-kumplament ta' Malta, imma anke mit- turisti għax issa anke t-turisti saru japprezzaw dawk in-naħat ta' Malta.", "It-tielet aħbar li tikkonċerna lill-Kottonera u li nstemgħet f'dawn il- ġranet hija illi meta jkun hawn l-HMS Illustrious nhar it-Tnejn, it-tfal tal-Kottonera se jkunu mistednin fuqha għal party b'tifkira ta' l-attakki li kienu saru fuq il-Port il-Kbir, attakki li matulhom il-Kottonera ntlaqtet ħażin ħafna u sofriet ħsarat kbar.", "Ħadt gost ħafna li l-kaptan ta' dan il-vapur qed juri dan ir-rikonoxximent għax għaraf minn xiex għaddiet il-Kottonera mhux biss minħabba l-attakk fuq il-Port il-Kbir imma wkoll għaliex fil-Port il-Kbir hemm it-Tarzna.", "In-nies tal-Kottonera batew mhux biss minħabba Baċir Nru. 1, mhux biss minħabba l-inkonvenjenzi tat- Tarzna, imma batew anke fil-gwerra proprju għax it-Tarzna kienet iċ-ċentru ta' l-attakk ta' l-għedewwa tagħna.", "Naħseb li l-inizjattiva li ħa l-kaptan ta' dan il-vapur se tgħin ħafna biex tgħolli l-moral tan-nies.", "Ir- rikonoxximent u l-apprezzament tas-sofferenzi li għaddew minnhom ikompli jgħin sabiex il-kumplament ta' Malta tapprezza aktar x'tat u kemm batiet il- Kottonera biex Malta kollha tkun tista' tgħix fil-paċi u fil-kwiet.", "Il- Kottonera matul il-gwerra għaddiet minn sofferenzi kbar u baqgħet issofri l- konsegwenzi tal-gwerra għaliex mhux biss batiet ħsarat kbar fid-djar, imma l-gwerra kienet ukoll il-kawża li ħafna familji ħarġu minn hemmhekk.", "Niftakru li qabel il-Kottonera kienet iċ-ċentru ta' l-edukazzjoni, tal- kultura u anke ta' attivitajiet sportivi.", "Imma l-aħjar nies tal-Kottonera minħabba l-gwerra kellhom joħorġu minn hemm u qatt ma rritornaw.", "Dan ċertament kellu effett negattiv fuq il-kumplament tal-popolazzjoni li meta reġgħet lura hemmhekk wara l-gwerra, rat ħerba sħiħa.", "L-aħħar aħbar li laqtitni kienet illi issa ġie aċċettat li l- fortifikazzjonijiet ta' l-Ordni tal-Kavallieri tat-tlett ibliet tal- Kottonera jiġi inkluż fil-programm ta' l-Unjoni Ewropea Med Urbs li għandu x'jaqsam ma' bini ta' l-Ordni tal-Kavallieri.", "Flimkien ma' tliet pajjiżi oħra dawn qed iniedu madwar Lm120,000 fis-sena għal sentejn biex jitħejja studju u analiżi ħalli l-fortifikazzjonijiet tal-Kavallieri jkunu jistgħu jiġu rranġati.", "B'hekk dawn ikunu jistgħu jieħdu dehra oħra u jiġbdu aktar l-attenzjoni tal-Maltin kif ukoll tal-barranin.", "B'riħet hekk il-monumenti u l-postijiet storiċi li għandna fil-Kottonera se jieħdu prominenza ikbar.", "Jien ngħid li issa l-istorja tal-Kottonera se tiġi in the forefront u tkun il-focus ta' ħafna nies, inkluż barranin, li jibdew japprezzawha aktar.", "Meta jien stess mort il-Mużew tal-Birgu bqajt immeraviljat kemm turisti jmorru jaraw il-wirt storiku li għandna.", "Fost l-affarijiet li nsibu hemmhekk, per eżempju, hemm il-kappell u x-xabla tal-Gran Mastru La Valette u ħafna lbies ta' żmien il-Kavallieri.", "Biżżejjed ngħidu li matul is-sena l- oħra madwar 25,000 turist marru jżuru dan il-mużew.", "Dan ifisser li l- barranin stess qed juruna kemm għandna biex niftaħru.", "Dan mhux jien biss ngħidu.", "Fil-fatt waqt seminar jew forum li sar dan l-aħħar għall-pajjiżi ż- żgħar mill-Fondazzjoni għal Studji Internazzjonali kien hemm delegat mill- Mauritius li kont wegħedtu li qabel iħalli pajjiżna ndawru madwar il- Kottonera biex nurih l-istorja u ċ-ċivilta' antika li għandna u li verament għandna għax inkunu kburin biha.", "Meta lil dan l-individwu ħadtu l-Isla, Bormla, il-Birgu u l-Kalkara baqa' mmeraviljat b'dak kollu li ra.", "Dan tant baqa' skantat li qalli li ma riedx jemmen li f'area daqshekk żgħira u limitata jeżisti dan il-kobor ta' storja.", "Jien nemmen li jekk wieħed jenfasizza aktar l-istorja u jagħraf il-kobor taċ-ċivilta' antika li hemm f'dawk l-inħawi, jonqsu l-preġudizzji kbar li jeżistu kontra dawk in-naħat.", "Irrid ngħid li l-Gvern tefa' attenzjoni kbira u ħadem ħafna biex jirrestawra postijiet storiċi f'dawk il-lokalitajiet.", "Per eżempju, il- Gvern irranġa l-Mużew Marittimu, il-Berġa ta' l-Ingilterra u l-Istitut tax- Xjenza u Teknoloġija fil-Kalkara, għamel il-kanuni fuq il- fortifikazzjonijiet li hemm fil-Birgu, għamel belvedere fuq l-area ta' San Filippu u rrestawra l-Forti Sant'Anġlu.", "Fl-Isla, il-Gardjola u x-xatt issebbħu ħafna.", "Pero' ta' min jgħid ukoll li t-tieni distrett m'għadux jikkonsisti fil-Kottonera biss, imma żdiedu postijiet oħra.", "Nixtieq nagħmel riferenza għal dawn il-postijiet li ngħaqdu mat-tieni distrett, speċjalment dawk li hemm lejn in-naħa tar-Raħal il-Ġdid u li skond l-aħħar rapport tar-Reġistru Elettorali se jibdew jagħmlu mal-Fgura.", "Forsi l-fatt li nbidel l-isem tal-belt jew raħal fih innifsu ma fih xejn, imma dawn ir-residenti qed ibatu ħafna.", "Wara kollox dawn jibagħtu lit- tfal tagħhom l-iskola Raħal Ġdid, jinqdew bis-servizzi tal-polyclinic ta' Raħal Ġdid, u jekk ikollhom bżonn xi ħaġa mill-fergħa tad-Dipartiment tas- Servizzi Soċjali imorru Raħal Ġdid.", "Mela meta dawn ir-residenti se jibdew jitqiesu mal-Fgura, se jinbidlilhom l-istil tal-ħajja tagħhom għax xi drabi minflok ir-Raħal Ġdid ikollhom imorru Ħaż-Żabbar.", "Jien ngħid li l- awtoritajiet konċernati għandhom jagħtu kas ta' dawn l-affariijet biex ma tinħoloqx tbatija żejda.", "Min-naħa l-oħra tad-distrett żdiedet parti minn Ħaż-Żabbar.", "Fid-distrett issa għandna kemm ċivilta' antika kif ukoll moderna, jiġifieri għandna taħlita sħiħa.", "Jien mort nara b'għajnejja stess u nista' ngħid li f'dik il-parti ta' Ħaż-Żabbar li ġiet meqjusa bħala parti mit-tieni distrett hemm diversi toroq li għadhom fi stat li kważi ma tistax tgħaddi minnhom, bħal Triq Alessandru VII, Triq Alessio Erardi, Triq il-Baħrija - f'nofs din it- triq hemm għalqa u huwa impossibbli li wieħed jaqsam it-triq - Triq id- Diela, Triq il-Kappuċċini u anke Triq il-Madaffa.", "Nerġa' ngħid, dawn it- toroq jinsabu fi stat verament ħażin.", "Issa li hemm numru sew ta' familji joqogħdu f'dawn l-inħawi, huwa ta' inkonvenjent kbir li t-toroq jitħallew f'dan l-istat, speċjalment meta wieħed jikkonsidra li ħafna minn dawn il- familji għandhom it-tfal żgħar li biex jeħduhom l-iskola jridu jaqsmu toroq mimlija ilma kull meta tagħmel ftit xita.", "Anke bil-karozzi huwa diffiċli li tgħaddi minn hemm, aħseb u ara bil-mixi!", "Hemm ħafna x'wieħed jgħid u x'wieħed jista' jagħmel dwar dawn l-inħawi.", "Veru li huwa dmir tal-kunsill lokali li l-ambjent jiġi rranġat kemm jista' jkun, imma l-Gvern ċentrali jista' jagħti l-imbottatura tiegħu sabiex jgħin mill-aħjar li jista' lir-residenti u ma jħallihomx ibatu inkonvenjenzi żejda minħabba l-istat ħażin tat-toroq.", "Wara kollox, mhux sew li wara li dawn ir-residenti għamlu sagrifiċċji biex bnew id-dar tagħhom mill-aħjar li setgħu, jibqgħu jgħixu f'dawk it-toroq perikolużi.", "Naħseb li bi ftit rieda tajba u kordinazzjoni bejn il-kunsilli lokalli u l-Gvern, l-inkonvenjenzi li nħolqu f'dawn l-areas ġodda li issa ġew parti mt-tieni distrett, jirċievu l-attenzjoni u r-rimedju meħtieġ sabiex kulħadd jkun jista' jgħix ħajja mill-aħjar.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sa il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it- Tnejn 19 ta' Frar, fis-6.00 p.m. bl-agenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET-IMWIEĠBA BIL-MIKTUB", "SPECIAL EDUCATION UNIT", "30864.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jgħid meta se jirtira l-uffiċjal li jmexxi l-iSpecial Education Unit?", "Min se jeħodlu postu u meta?", "Kemm hemm persuni f'dan il-\"unit\" u fiex jikkonsisti x-xogħol tagħhom?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll xi pjani hemm għall-futur ta' l-iSpecial Education Unit u xi pjani hemm minn dan il-\"unit\" għall-iskejjel speċjali?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Fit-tieni nofs ta' l-1995, għall-ewwel darba inħatar Assistent Direttur għall-Edukazzjoni Speċjali.", "B'hekk l-Edukazzjoni Speċjali ma baqgħetx tifforma parti mis-sezzjoni responsabbli għall- edukazzjoni primarja.", "L-Assistent Direttur inkarigat minn dan is-settur se jirtira fl-aħħar ta' Frar 1996.", "Diġa ħarġet sejħa għall-applikazzjonijiet biex jimtela' dan il- post permezz ta' ċirkulari tad-Diviżjoni li ġġib id-data ta' 23 ta' Jannar 1996.", "L-applikazzjonijiet għalqu fid-9 ta' Frar 1996.", "Bħalissa ma hemmx persuni oħra jaħdmu f'dan il-Unit.", "Madankollu se jinħatru numru ta' Uffiċjali Edukattivi biex jieħdu ħsieb, fost affarijiet oħra dan ix-xogħol li jifforma parti mill-pjanijiet ta' dan il-Unit:", "* it-tmexxija ta' l-iskejjel speċjali u tat-tfal li jinsabu fihom; * monitoring tal-progress tat-tfal bi bżonnijiet speċjali fl-iskejjel 'mainstream' mill-kindergarten sa l-iskejjel post-sekondarji; * it-tfassil ta' programmi ta' tagħlim individwalizzat skond il-ħtiġijiet tat-tfal sew fl-iskejjel speċjali kif ukoll fil-'mainstream' * ko-operazzjoni b'mod strutturat ma' organizzazzjonijiet oħra attivi fil- kamp ta' l-edukazzjoni speċjali, sew governattivi kif ukoll privati.", "Il-pjanijiet għal dan is-settur għalhekk huma prinċipalment li jsaħħaħ u jikkonsolida il-proċess tal-'mainstreaming'.", "Bħalissa iktar minn 53% tat- tfal bi ħtiġijiet speċjali jirċievu l-edukazzjoni tagħhom fil-'mainstream'.", "Prijorita' oħra hija li jiżdied it-taħriġ.", "Din is-sena d-Dipartiment qiegħed jipprovdi taħriġ għall-'facilitators' fl-'Institute of Child Development' ta' l-Universita' permezz ta' kors ta' sentejn.", "Qegħdin jiġu ppjanati korsijiet oħra ta' taħriġ għall-għalliema ta' l-iskejjel speċjali.", "Huwa ppjanat ukoll li jissaħħu l-mezzi tat-tagħlim permezz ta' ħolqien ta' 'Resource Centre' jew 'Centres'.", "DIPARTIMENT TA' L-ISPORTS", "30865.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kultura: Jista' l-Ministru jgħid x'talbiet għandu d-Dipartiment ta' l- iSports minn għaqdiet tal-\"football\" biex jiġu ipprovduti 1) bi \"ground\" ħalli jużawh fuq bażi regolari, 2) b'faċilitajiet oħra bħalma huma \"floodlights\", \"fencing\", eċċ.?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll x'inhu l-ammont ivvotat din is-sena għall- manutenzjoni tal-\"grounds\" tal-\"football\"?", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Kif diversi drabi fl-imgħoddi kelli okkażjoni nispjega f'din il-Kamra, mhijiex bħalissa politika tal-gvern li jibni atbar faċilitajiet sportivi ta' xejra lokali.", "Dan ma jfissirx li mhijiex mira tal-gvern li joffri u jagħti għajnuna biex jinbnew u jiżdiedu mpjanti sportivi sew nazzjonali kif ukoll għal użu reġjonali.", "Il-policy preżenti taħseb, billi l-gvern igħin finanzjarjament lill dawk l- assoċjazzjonijiet, għaqdiet u klabbs li jitolbu sussidju sabiex flimkien mal-meżżi li jipprovdu huma stess ikunu jistgħu jwettqu xi proġett li sew il-Ministeru kif ukoll huma jidhrilhom li jkun ta' ħtieġa għall-għaqda in partikolari u għall-isport in ġenerali.", "Din l-għajnuna toħroġ mill-vot kapitali ta' Lm210,000 għall-faċilitajiet sportivi liema vot jintuża wkoll għall-finijiet ta' manutenzjoni ta' grounds tal-futbol.", "Din is-sena għajnuna ser tingħata biex isir xogħol fil- grounds taż-Żurrieq, Valletta, Fgura, Mellieħa, Gudja, Melita, Balzan/Attard u Pembroke.", "Dawn it-talbiet saru kollha fl-1995 u qabel.", "Dawk li jaslu matul din is-sena jiġu kunsidrati fil-programm ta' l-1997.", "Matul l-1996 isir xogħol b'għajnuna wkoll lill-Malta Amateur Football Association (M.A.F.A) u lill-Industries Soccer Association.", "SPORTS - TESTIJIET \"ANTI-DOPING\"", "30866.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kultura: Is-sena li għaddiet il-Ministru kien qal li jiġu megħjuna biss dawk l-għaqdiet sportivi li jaċċettaw li jsiru testijiet \"anti-doping\".", "Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk l-għaqdiet li s'issa ssodisfaw it- talba tal-Ministeru?", "Liema huma li għamlu testijiet \"anti-doping\"?", "Kemm- il darba?", "Dawn kienu negattivi?", "Fejn saru t-testijiet?", "Kien hemm għaqdiet li qalu li se jagħmlu testijiet u fil-fatt dan ma għamluhx?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk il-Ministru hux beħsiebu jirrevedi l- lista ta' l-għaqdiet li jirċievu l-għajnuna u mhux qed jimxu fuq dak li wegħdu għar-rigward ta'l-\"anti-doping\"?", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista li turi liema għaqdiet ikkonformaw mal policy tal-Ministru li fir- regoli tagħhom idaħħlu provvediment li l-membri ta' l-għaqda jkunu suġġetti għal 'tests' matul u barra l-kompetizzjoni li jorganiżżaw u l-informazzjoni l-oħra mitluba mill-Onor.", "Interpellant.", "GĦAQDIET SPORTIVI - GĦAJNUNA", "30867.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kultura: Jista' l-Ministru jgħid xi pjani għandu l-Ministeru biex jgħin lill-għaqdiet sportivi ħalli jtejbu l-livell amministrattiv tagħhom?", "Il- Ministeru għandu xi talbiet f'dan is-sens minn għaqdiet sportivi?", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Infurmat li hemm għaqdiet sportivi nazzjonali li minn żmien għal żmien jorganiżżaw korsijiet għal membri tagħhom.", "L-Universita' wkoll ħejjiet u qed tmexxi programmi simili f'amministrazzjoni sportiva u għandi nifhem li bil-ħolqien ta' l-Akkademja r-ritmu ser jizdied.", "Il-Ministeru ma jindaħalx fit-tmexxija interna tal-għaqdiet sportivi u ma nafx li s'issa kellu xi talba għall-għajnuna kif suġġerita mill-Onor.", "Membru.", "KORPI PARASTATALI", "30898.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk qattx sar studju biex jiġi ndagat jekk hemmx xi chairman jew aktar li għandhom interessi konfliġġenti fil-ħatriet li għandhom, ngħidu aħna il-Mid-Med Bank, il-Lohombus, l-Awtorita' ta' l- Ippjanar, l-Air Malta, is-Sea Malta, it-Telemalta, il-PBS, il-Financial Services Corporation, il-Freeport, l-Awtorita' tat-Trasport Pubbliku, il- Posta Ltd eċċ.?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ma jidhirlix li qatt sar u lanqas naħseb li jkun prattiku li jsir studju kif suġġerit mill-Onor Membru, għaliex il- materja msemmija hija rregolata mill-Kodiċi ta' Etika għal Diretturi ta' Bordijiet fis-Settur Pubbliku li ħareġ f'Novembru ta' l-1994.", "BANEK - MID-MED", "30899.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħidli kif inhu kompost il-Bord tal-Mid-Med?", "Jista' jaċċertani li fost il-bord members m'hawnx min għandu interessi konfliġġenti ma' l- interessi tal-Bank?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ninfurma lill-Onorevoli Interpellant li l-Bord tad- Diretturi tal-Mid-Med-Bank huwa kompost minn:", "Is-Sur Norman P. Mifsud FCIB Chairman", "Is-Sur Paul Bonello ACIB FCCA MIA CPA Direttur Is-Sur Alex Cuschieri ACIB Direttur", "Is-Sur Joseph Dimech A&CE Direttur", "Is-Sur Joseph Kenely MSC ACMA FIA CPAA Direttur", "Dr Andrew Muscat LLD LLM (London) MLITT (Oxon)Phd(Lond) Direttur", "Is-Sur Frank Stagno Navarra ACIB Direttur", "Is-Sur Joseph A. Stellinmi Direttur", "Il-Bank ma jaf bl-ebda konflitt ta' bejn dawn id-diretturi u l-Bank.", "BDIEWA - TROBBIJA TAN-NAĦAL", "30935.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm huwa n-numru ta' bdiewa reġistrati li jrabbu n-naħal f'Malta u Għawdex?", "ONOR.", "CENSU GALEA: Jien infurmat li n-numru ta' nies li huma reġistrati li jrabbu n-naħal f'Malta u Għawdex huma hekk:", "Malta 191 (mija u wieħed u disgħajn) Għawdex 130 (mija u tletin)", "NAĦAL", "30936.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm ġew irrapportati kolonji tan-naħal mejta matul is-sena 1995 u sa l-ewwel ġimgħat ta' din is- sena?", "ONOR.", "CENSU GALEA: Jien infurmat li f'Malta matul l-1995 sal-bidu ta' l-1996 ġew irrapurtati lid-Dipartiment dan li ġej:", "Bl-American Foulbrood 8 kolonji Bil-Varroa 32 kolonji B'mismanagement 35 kolonji", "PITKALIJA - SISTEMA KOMPUTERIZZATA", "30937.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa tad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura għall-proġett tas-sistema komputerizzata fil-Pitkalija Ċentrali?", "Jista' l-Ministru jagħti \"breakdown\" ta' din in-nefqa sena b'sena?", "ONOR.", "CENSU GALEA: Jien infurmat li l-proġett tal-kompjuteriżżazzjoni fil-Pitkalija jifforma parti mil-lista ta' proġetti li qed tieħu ħsieb l- MSU.", "Għalhekk in-nefqa kapitali għal dan il-proġett ħarġet mill-fondi tal- MSU.", "Id-Dipartiment tal-Agrikoltura daħal għal kuntratt ta' manutenzjoni tal- \"hardware\".", "Dan il-kuntratt qam Lm304 fl-1994 u Lm608 fl-1995.", "Sabiex jassigura li l-informazzjoni ma tintilifx f'każ li jinqata' l- elettriku fl-1995 id-Dipartiment xtara dan li ġej:", "a) Generator li sewa Lm4,407.70 b) UPS li sewa Lm4,805.68", "Barra minn hekk id-dipartiment għamel sistema ta' 'electric and low voltage system' li swiet Lm3,497.85.", "AGRIKOLTURA - SISTEMA KOMPUTERIZZATA", "30938.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa proġettat li jonfoq id- Dipartiment ta' l-Agrikoltura biex ikompli għaddej bis-sistema tal- komputerizzazzjoni?", "ONOR.", "CENSU GALEA: Huwa pproġettat li d-Dipartiment tal-Agrikoltura fl- 1996 sejjer jonfoq Lm17,300 sabiex tiġi installata radio link bejn kull pitkalija u l-uffiċju Centrali u titqiegħed fibre optic cable bejn id-data capture units u s-server.", "Il-parti kbira tal-kapital sabiex tiġi mplimentata t-tieni fażi tal-kompjuteriżżazzjoni toħroġ mill-fondi tal-MSU.", "ĦXEJJEX/FROTT - IMPORTAZZJONI", "30939.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'kienet l-importazzjoni tal-ħxejjex u frott matul dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena?", "ONOR.", "CENSU GALEA: Skond statistika li ġabar id-Dipartiment tal- Agrikoltura matul dawn l-aħħar ħames snin, l-importazzjoni tal-ħxejjex u l- frott kienet:", "SENA FROTT FRISK ĦXEJJEX FRISKI TUNNELLATI TUNNELLATI", "1991 22,778.8 602.5 1992 24,402.9 51.2 1993 27,116.4 1,235.7 1994 28,756.4 591.8 1995 25,810.8 587.7", "TJUR - IMPORTAZZJONI", "30940.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'kienet l-importazzjoni tal-majjal, dundjan, tiġieġ u bajd, isfar jew abjad tal-bajd frisk matul dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena?", "ONOR.", "CENSU GALEA: Jien infurmat li l-importazzjoni ta' majjal, dundjan, tiġieg, bajd, isfar jew abjad tal-bajd huwa dan li ġej:", "1991 1992 PIZ VALUR PIZ VALUR (TONNES) (LM) (TONNES) (LM)", "Majjal 1,169 840,188 2,000 968,289 Dundjan 1 2,083 1.5 3,604 Tiġieġ - - - - Bajd - - 37,400(No) 3,486 Isfar jew 11,534 8,331 Abjad tal-Bajd", "1993 1994 (sa Settembru) PIZ VALUR PIZ VALUR (TONNES) (LM) (TONNES) (LM)", "Majjal 697 595,195 30 33,003 Dundjan 23 33,156 40 51,750 Tiġieġ 25 14,023 1.7 491 Bajd 4,922,946(No) 140,568 50,100(No) 1,994 Isfar jew 16,063 11,330 Abjad tal-Bajd", "Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-figuri tal-1995 għadhom ma ġewx ippublikati.", "SAĦĦA - MEMBRI TAL-BORD", "30967.", "L-ONOR.", "EDWIN S. GRECH staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jagħti lista tal-membri li jifformaw il-Bord \"Board of Professors Supplementary to Medicine\"?", "Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk il-kategoriji ta' paramediċi li kull wieħed minn dawn il- membri jirrappreżentaw?", "Hemm xi kategoriji oħra ta' paramediċi li m'humiex irrappreżentati fuq dan il-bord?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li l-Bord Għall-Professjonijiet Supplementari għall-Mediċini huwa magħmul minn:", "Chairman", "Is-Sur Alfred Mallia Milanes", "Membri Ex-Officio", "It-Tabib Anthony Vassallo - It-Taib Prinċipali tal-Gvern It-Tabib Malcolm P Micallef - Principal Medical Officer", "Membri Appuntati", "Sr Mariella Agius - Clinical Psychologist Is-Sur Alfred Gatt- Podologu Is-Sinjorina Margaret Muscat- Fiżjoterapista Is-Sur Anthony Pizzuto - Medical Laboratory Analyst Is-Sinjorina Marion Rizzo - Medical Laboratory Analyst Is-Sur John Salamone Reynaud - Dental Laboratory Technician Is-Sur Lino Vella - Radjografu", "Membri Eletti", "Is-Sur Joseph G Agius - Speech Therapist Is-Sur Raymond Attard Previ - Fiżjoterapista Is-Sergio Cali Corleo - Radjografu Is-Sinjorina Joanne Chetcuti - Occupational Therapist Is-Sur Joseph M Gerada - Spettur Sanitarju Is-Sur Andrew Scicluna - Podologu Is-Sur Renato Zerafa - Tekniku tal-Laboratorju Mediku", "Professjonijiet oħra li huma reġistrati ma' dan il-Bord u fil-preżent m'hemmx rappreżentant tagħhom fuq dan l-istess Bord huma id-'Dental Hygienists', l-'Optometrists' u l-'Orthoptists'.", "SPTAR SIR PAUL BOFFA - RADIO ISOTOPE UNIT", "30968.", "L-ONOR.", "EDWIN S. GRECH staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol fuq ir-Radio Isotope Unit, fl-Isptar Sir Paul Boffa?", "Jista' l-Ministru jgħid xi tlesta s'issa minn dan ix-xogħol, kemm minnu kellu jiġi ripetut?", "X'inhu x-xogħol li baqa' jsir?", "Meta jaħseb il-Ministru li dan is-servizz ikun lest biex jiġi miftuħ fuq livell professjonali?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li x-xogħol fuq ir-'Radio Isotope Unit' hu fi stat avanzat ħafna.", "Diġa tlestew:", "a) il-kamra fejn se joqgħod il-pazjent, b''shower-en-suite'; b) il-'hot storage room' fejn jinżammu s-sustanti radju-attivi; c) il-kamra fejn tiġi ppreparata s-sustanza radjuattiva b''shower' ieħor 'en-suite'; d) il-'holding tanks' u l-'connections' tagħhom mad-drenaġġ.", "Minn dan ix-xogħol kollu ma ġie rrepetut xejn.", "Baqgħalhom jitwaħħlu l-pompi fil-'holding tanks'.", "Hu ppjanat li dan is-servizz jibda jingħata appena jitlesta x-xogħol pendenti.", "SPTAR SAN LUQA - ID CARDS", "30969.", "L-ONOR.", "EDWIN S. GRECH staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jispjega għaliex riċentement fl-Isptar San Luqa qed jitniżżlu n-numri ta' l-ID Cards u tas-Sigurta' Nazzjonali fuq il- \"leave cards\" ta' l-impjegati?", "Jaf il-Ministru li fi żmien qabel kien hemm oġġezzjoni mill-impjegati li jitniżżel n-numru ta' l-ID Cards fuq \"indentification tags\" tagħhom?", "Din l-oġġezzjoni kienet milqugħa minħabba każijiet ta' konfidenzjalita'?", "Jaf il-Ministru li fil-każ tal-\"leave cards\", dawn iridu jgħaddi minn ħafna idejn fl-uffiċċju tal-leaves?", "Billi kemm in-numru ta' l-ID Cards u dak tas-Sigurta' Soċjali huma konfidenzjali, jista' l-Ministru jieħu l-miżuri neċessarji biex dawn in-numri u dettalji konfidenzjali ma jibqgħux jitpoġġew fuq il-\"leave cards\"?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ma nafx kif tista' tgħid li l-'I.D. Card Number' huwa kunfidenzjali meta l-isem, l-indirizz u l-'I.D. Card Number' huma pubblikati fir-Reġistru Elettorali u li huwa aċċessibbli faċilment għal kulħadd.", "In-numru tas-Sigurta' Soċjali huwa n-numru tal-'personal file' ta' l- impjegat u tagħmel ħafna sens li 'leave card' tinkludi wkoll 'reference number' tal-'file' personali ta' l-impjegat.", "Huwa n-nuqqas ta' informazzjoni bħal din minn fuq dokumenti uffiċjali bħal 'leave cards' li jista' jikkawża indixxiplina u nuqqas ta' serjeta' fit-tmexxija.", "SPTAR SAN VINĊENZ DE PAULE - IKEL", "30970.", "L-ONOR.", "EDWIN S. GRECH staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jispjega kif fid-29 ta' Diċembru, 1995 fil- kċina ta' l-Isptar San Vinċenz de Paule ġie affettwat il-preparazzjoni ta' l-ikel għar-residenti u l-impjegati ta' l-istess sptar f'dik il-ġurnata, billi fl-istess kċina kienet għaddejja attivita' kbira biex jiġi ppreparat ikel u affarijiet oħra għal riċeviment kbir li kellu jsir dak inhar fil- għaxija fil-lukanda Verdala?", "Kemm kien hemm ħaddiema fil-kċina jaħdmu kif suppost biex iservu r- residenti u staff ta' l-istess staff u kemm kien hemm ħaddiema nvoluti f'xogħol li kellu x'jaqsam mar-riċeviment li ma kellu x'jaqsam xejn ma' l- isptar?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ġejt aċċertat li l-preparazzjoni ta' l-ikel għar- residenti u l-impjegati tar-Residenza ta' San Vinċenz de Paule ma ġie affettwat xejn bil-preparazzjonijiet għar-reċiviment imsemmi.", "Fil-fatt 17- il impjegat tal-kċina ħadmu normali biex lestew l-ikel kemm għall-anzjani u l-istaff kif ukoll għall-imsemmi riċeviment.", "SAĦĦA - KORRIMENT FUQ IL-POST TAX-XOGĦOL", "30971.", "L-ONOR.", "EDWIN S. GRECH staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema li ġew irrapportati li korrew jew li sofrew xi marda fuq jew in konnessjoni mal- post tax-xogħol tagħhom fid-Dipartiment tas-Saħħa matul is-snin 1993, 1994 u 1995 sena b'sena?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li n-numru ta' inċidenti li ġew irrapportati permezz tal-Formola NI 30 skond l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali fuq jew in konnessjoni mal-post tax-xogħol ta' ħaddiema fid-Dipartiment tas- Saħħa matul is-snin 1993, 1994 u 1995 sena b'sena huwa kif ġej hawn taħt:", "1993 - 179 1994 - 153 1995 - 133", "EDEN FOUNDATION", "30972.", "L-ONOR.", "EDWIN S. GRECH staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid x'għajnuna kemm dik finanzjarja u affarijiet oħra ngħatat l-Eden Foundation minn mindu twaqqfet?", "Kien sar xi ftehim bejn il-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali u din il-fondazzjoni?", "Jekk fl-affermattiv, fiex kien jikkonsisti?", "Possibbli jitpoġġa kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-Gvern ipprovda Ċentru, li sar magħruf bħala l- 'Eden Ability Centre' li nkera mingħand il-'Malta Development Corporation' għal Lm1,000 fis-sena u din il-kera titħallas mill-Gvern.", "Barra minn dan, ninsab informat ukoll li l-Fondazzjoni Eden ingħatat Lm9,450 fis-sena 1994 u Lm9,000 is-sena l-oħra bħala għotja finanzjarja sabiex twettaq il-proġett tagħha skond il-kuntratt legali ffirmat fit-22 ta' April 1994 bejn id-Direttur Ġenerali ta' l-Affarijiet Soċjali u tal- Familja u din il-Fondazzjoni (kopja ta' dan il-ftehim ser titpoġġa fuq il- Mejda tal-Kamra waqt il-Ħin ta' tqiegħed ta' Karti f'xi seduta).", "Iktar tard, fuq talba tal-'Eden Foundation' il-Gvern kera post ieħor qrib l- 'Ability Centre' biex din il-fondazjoni tkompli żżid is-servizzi għal tfal b'diżabilita'.", "Il-kera għal din l-estensjoni tiswa Lm1,000 oħra ma dik għal kera tal-'Ability Centre'.", "Għalkemm il-kera għal estenzjoni qegħda wkoll titħallas mill-Gvern lil-'Malta Development Corporation', iżda din is- somma ta' Lm1,000 titnaqqas kull sena mill-Lm10,000 li l-Gvern kien ftiehem li jgħati lil fondazzjoni bħala sussidju ta' kull sena.", "Dan il-ftehim jista' jiġi estiż minn sena għall-oħra fuq ir- rakkomandazzjonijiet ta' l-'NGO Project Selection Committee'.", "Barra minn hekk dan il-Ftehim jorbot lill-Gvern li jħallas lill- Fondazzjoni Lm100 fix-xahar għal sena għal kull persuna b'diżabilita' li l- Fondazzjoni tipprepara għall-impjieg sa 20 persuna fix-xahar.", "Għal kull persuna b'diżabilita' li tkun impjegata u ddum aktar minn seba' xhur fl- impjieg, il-Ministeru jagħti ukoll sussidju ta' Lm500 lil din il- Fondazzjoni.", "Matul l-1995 il-Fondazzjoni Eden irċeviet ukoll is-somma ta' Lm220 bħala sussidji ta' 50 fil-mija mill-ispejjes tal-posta.", "Il-Ministeru qed jikkonsidra proposti oħra ta' l-'Eden Foundation' għall- proġetti tagħha.", "SANTA VENERA - TRIQ IL-FERROVIJA L-QADIMA", "31022.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: Jista' l-Ministru jgħid meta se tiġi rranġata Triq il-Ferrovija l-Qadima, f'Santa Venera minħabba li l-istat tagħha qed ikun ta'inkonvenjent mhux biss għal dawk li jgħaddu minnha bil- vetturi tagħhom iżda wkoll għar-residenti, liema triq iżżomm ħafna ilma tax- xita u li parti sewwa minnu normalment jispiċċa fid-djar?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Il-manutenzjoni ta' Triq il-Ferrovija l-Qadima f'Santa Venera hija responsabbilta' tal-Kunsill Lokali.", "GUDJA - TRIQ ĦAL RESQUN", "31029.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: Jista' l-Ministru jara li Triq Ħal Resqun, Gudja tiġi asfaltata, partikolarment in-naħa tar-razzett tal-baqar, u li l-area tiġi non-parking area?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellent għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija numru 31008.", "ETC - REĠISTRAZZJONI GĦAX-XOGĦOL", "31058.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jara jistax jinsab xogħol adegwat għall- persuna mill-Imsida (dettalji li nibgħathom under separate cover) li ilu żmien twil jirreġistra għax-xogħol?", "Jista' jiġi kkonsidrat bħala \"Nursing Aide\" għall-Isptar San Luqa?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien infurmat li l-individwu ndikat fil-mistoqsija ilu jirreġistra minn Diċembru ta' l-1991 bħala 'Labourer' u 'Plasterer'.", "Huwa kien ġie sottomess għal xogħol ta' kaħħal.", "Miċ-ċirkostanzi tal-każ - li ma nħossx li għandi nagħmilhom pubbliċi - ma jidhirx li hu addattat biex jiġi sottomess għal xogħol bħala 'Nursing Aide', jekk u meta tinqala' vakanza.", "Sadanittant, uffiċjali tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ se jibagħtu għalih biex jiddiskutu possibiltajiet ta' xogħol jew taħriġ.", "GUDJA - PARKING", "31078.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jara li fi Triq De Warsbergh, Gudja ma jsirx parking u dan fl-interess ta' pedestrians u karozzi li jgħaddu minnha?", "ONOR.", "TONIO BORG: F'din it-triq ma' jeżistux sinjali li juru li m'għandux isir ipparkar ta' vetturi.", "Tibdil ta' sistemi ta' Traffiku jew ta' żieda jew tibdil fis-sinjali tat-Traffiku jaqa' taħt il-Bord għall- Kontroll ta' Traffiku, li jaqa' taħt il-Ministeru ta' Trasport, Komunikazzjoni u Teknoloġija.", "VALLETTA - TINDIF", "31079.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jara li t-taraġ li jagħti għall-foss tal-Belt Valletta minn Bieb il-Belt jitnaddaf u jinżamm mixgħul permanentement u jieqaf iservi bħala latrina pubblika?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ma teżisti l-ebda skeda għal tindif regolari tat-taraġ imsemmi.", "Minn żmien għal żmien il-Kunsill tal-Belt inaddaf dan it-taraġ anki jekk dan ma jaqax taħt ir-responsabbilta tal- Kunsill.", "Preżentement qed tiġi eżaminata l-possibilta li dan il-bieb jingħalaq mal-lejl.", "DWANA - BAGGAGE PORTERS", "31090.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 30784 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Finanzi, jista' l- Ministru jgħid jekk dawk li kienu jħallsu l-permess tal-baggage porters tad- Dwana jistgħux jerġgħu jibdew iħallsuh?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Jiena nfurmat li l-liċenzjar ta' \"Baggage Porters\" huwa suġġett għar-regolamenti tal-\"Baggage Porters\" li ħarġu fl- 1937.", "Il-kwistjoni dwar jekk il-permessi għall-liċenzjar ta' \"Baggage Porter\" għandhomx jerġgħu jibdew jitħallsu qiegħda tiġi mistħarrġa.", "ĦAMRUN - DAWL", "31091.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Tista' Enemalta tara li Triq id-Duka ta' Edinburgh fil-Ħamrun tiddawwal aktar?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Il-fanali tad-dawl tat-Toroq fi Triq id- Duka ta' Edinburgh il-Hamrun kienu ġew mibdula u l-livell tad-dawl jirriżulta li huwa sodisfaċenti.", "IMPJIEGI - KAŻ TA' MS CHETCUTI", "31110.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jinvestiga l-ilment ta' Ms Chetcuti minn St. Andrwews li minkejja li temmet l-impjieg tagħha mal-Lukanda Da Vinci, il-Management għadu qed jirrifjuta li jħallasha dak li hu dovut lilha, kif ukoll li jonnotifika l-ETC bit-tmiem ta' l-impjieg tagħha?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien infurmat li l-persuna ndikata bdiet tirreġistra fid-9 ta' Jannar 1996, fuq it-Tieni Parti tar-Reġistru.", "Dan minħabba li ma pproduċietx id-dokumenti meħtieġa.", "Fit-2 ta' Frar 1996, meta marret biex tirreġistra għat-tieni darba, hija qalet lill-uffiċjali tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ li l-'employer' kien irrifjuta li jimlilha l-formoli kemm ta' l-'engagement' kif ukoll tat- 'termination'.", "Dak inhar stess, hija ngħatat formola biex tkun tista' tressaq il-każ tagħha quddiem l-Awtorita' Nazzjonali tax-Xogħol.", "Sadanittant, il-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ se tieħu passi legali dwar il-każ.", "GŻIRA - PERMESS GĦAL GARAXXIJIET", "31111.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 29490 ta' l-14 ta' Novembru, 1995 il-Ministru jista' jikkonferma fiex waslu l- investigazzjonijiet tiegħu dwar il-ħanut fi Block 5 fil-Qasam tad-Djar tal- Gżira li jien allegajt li qed jintuża bħala garage u li l-Ministru qal li kien inkera bħala store wara sejħa għall-offerti?", "Meta ġie allokat bħala store suppost li dan kellu jintuża għal skopijiet kummerċjali ta' storage?", "Jirriżultalu l-Ministru li minn mindu saret il-mistoqsija parlamentari preċedenti dan il-garage baqa' jintuża bħala garage minn membru fil-Korp tal-Pulizija?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Il-fond in kwistjoni ġie mikri għal \"skop ta' ħażna\" u mhux speċifikat li għandu jintuża kummerċjalment.", "Għalhekk ma hemm xejn ħażin li l-kerrej juża l-fond biex jaħżen affarijiet ta' natura kemm personali kif ukoll mhux personali.", "PEMBROKE - DAWL", "31112.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jara jekk jistax isir street lighting aktar adegwat fi Profs.", "Jos.", "E. Debono Street kif ukoll f'Patri Indri Vella Street f'Pembroke minħabba fid-dlamijiet li hemm?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Il-proġett biex isir dawl adekwat fi Triq Profs Jos E Debono u fi Triq Patri Indri Vella Pembroke qed jiġi kkunsidrat flimkien ma' proġetti oħra.", "PEMBROKE - TRASPORT", "31113.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jinvestiga rapporti li wara li għal diversi snin l-iskola Junior Lyceum tal-Bniet ta' l-Imrieħel kienet tipprovdi trasport għal tfal f'Pembroke u f'areas oħra fil-viċin, minn sentejn 'l hawn tfal minn dawk il-lokalitajiet li jinsabu f'Forms IV/V fl- istess skola spiċċaw mingħajr ebda trasport u dan b'inkonvenjent u bi skumdita' kbira għalihom?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien infurmat li t-tfal li hemm riferenza għalihom fil-mistoqsija huma tnejn (2) u joqogħdu 'l barra mill-'catchment area' ta' l-iskola billi t-tfajliet minn Pembroke suppost imorru l-Junior Lyceum Sir Adrian Dingli, Pembroke stess.", "Fiċ-ċirkustanzi mhux indikat li jsiru arranġamenti apposta għal dawn iż- żewġ studenti li madankollu qed jingħataw rifużjoni ta' l-ispejjeż li għandhom għat-trasport għall-iskola.", "PEMBROKE - TRASPORT", "31114.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu l-pjanijiet tal-Gvern biex iżid il-frekwenza tal-buses lejn u minn Pembroke?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "FREEPORT - BINI TA' CRANES", "31128.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Imbilli kien intqal li l-bini tal-cranes għall-Freeport kellhom jinbnew mill-Malta Shipbuilding, jista' l-Ministru jgħid jekk dan hux se jsir, u jekk hu minnu; kemm se jkun in-numru ta' cranes li kellhom jiġu ordnati?", "Kemm bejn wieħed u ieħor se tkun l-istima?", "Dawn kollha se jinħadmu mill- MSCL u jekk le, min hi l-kumpannija l-oħra li se tagħmel ix-xogħol?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Il-kuntratt għal bini tal-krejnijiet tat-Terminal 2 ingħata lil Malta Gantry Manufacturing Ltd, li hija kumpanija Maltija.", "Il- Freeport Terminal (Malta) Ltd., ordna 24 krejn.", "Is-somma tal-kuntratt hi ta` 70 miljun dollaru.", "Ix-xogħol qed isir mil- Malta Gantry Manufacturing Ltd li qed tattrezza l- faċilitajiet tagħha f` Ħal-Far.", "DJAR - KAŻ B'ID NO.", "776246(M)", "31161.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI staqsa lill-Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd: Peress li l-inkwilin b'ID No. 776246(M) minn Tas- Sliema għandu kawża l-Qorti mis-sid li jrid ikeċċih, jista' d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali jallokalu post alternattiv peress li kien id- dipartiment stess li neħħa r-requisition order minn fuq dan l-istess post?", "ONOR.", "CENSU GALEA: Jien infurmat li d-Dipartiment ma neħħa l-ebda rekwiżizzjoni minn fuq il-post.", "Kienet il-Qorti li ddeċidiet illi r- rekwiżizzjoni kienet ħarġet abusivament u ddikjarata nulla u bla effett.", "L- inkwilin ġie muri xi appartamenti iżda dan irrifjuthom.", "ANZJANI - RENTA TAT-TELEPHONE - FORMOLI", "31162.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Peress li hemm anzjani, speċjalment dawk morda li qegħdin isibuha diffiċli biex imorru jiġbru u jimlew il-formola għat-tnaqqis fir- rati tar-renta tat-telephone għax qed ikollhom jirkbu erba' karozzi tal- linja (qed ngħid għal dawk li per eżempju, minn Ħaż-Żabbar iridu jmorru Santa Venera), jista' l-Ministru jara li dawn l-anzjani u/jew pensjonanti u oħrajn intitolati għal din l-għajnuna jibdew jieħdu din il-formola mill- fergħa tad-Dipartiment tas-Servizzi Soċjali fil-belt jew raħal rispettiv tagħhom biex titnaqqsilhom din l-inkonvenjenza?", "Min huma dawk intitolati għal din l-għajnuna?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ma nistax nifhem x'diffikolta jistgħu jsibu l- anzjani peress li ninsab informat li għad ma teżisti ebda formola għat- tnaqqis fir-rati tar-renta tat-'telephone'.", "Diskussjonijiet dwar din il-materja għadhom għaddejin bejn id-Dipartiment għall-Kura ta' l-anzjani u t-Telemalta.", "DAWL - SERVIZZI ĠODDA", "31193.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jgħid meta se jingħataw dawn is-servizzi ġodda ta' l-elettriku A/342-96 u A/385-96?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li ż-żewġ applikazzjonijiet imsemmija sejrin jingħataw sal-bidu tax-xahar ta' Marzu 1996.", "DAWL - SERVIZZI ĠODDA", "31194.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Peress li ftit taż-żmien ilu saru charges ġodda għal servizzi ġodda ta' l- elettriku għal single u three phase li qabel f'distanzi qosra anke kienu jingħataw b'xejn, jista' l-Ministru jikkonferma li l-Enemalta se terġa' tgħolli dawn iċ-charges?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: It-tweġiba hija fin-negattiv.", "Ir- regolamenti ta' l-Elettriku li bdew iseħħu mill-1 ta' Diċembru 1993 għadhom l-istess.", "DIPARTIMENT GĦAT-TISWIJA TAT-TOROQ - PREZZ TAT-TARMAC", "31208.", "L-ONOR.", "GEORGE GATT staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: Jista' l-Ministru jgħid x'differenza tgħaddi fil-prezz bejn dak li qed jissejjaħ tarmac speċjali (bil-materjal ta' barra) u dak ordinarju (bil-materjal ta' Malta)?", "Minn fejn qed jiġi mportat il-materjal, jiġifieri l-Aggregates kif ukoll il-Bitumen?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Jiena nfurmat li dan m'hu xejn tarmac speċjali, iżda biss proċess li jingħata fuq it-tarmac u jikkonsisti f'kisja rqiqa fuq it-tarmac eżistenti, kif għidt fir-risposta għall-mistoqsija Parlamentari numru 31207 seduta 508.", "Il-prezz tiegħu huwa ta' LM2.70 kull metru kwadru.", "Għal dawn iż-żewġ esperimenti, jiġifieri ta' B'Kara Bypass u Triq Sant'Anna Floriana ma ġie mpurtat l-ebda \"aggregate\" iżda ntuża biċċiet tal- \"granite\" lokali li ġew imfarrka apposta u l-qatran ġie modifikat u l- kimika miżjuda mill-kumpanija Maltija li għamlet il-\"Macro Seal\".", "MOSTA - TABELLI TAT-TRAFFIKU", "31209.", "L-ONOR.", "GEORGE GATT staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: Billi madwar it-toroq ewlenin u sekondarji tal-Mosta f'dawn l-aħħar ġimgħat twaħħlu ruxxmata tabelli ġodda tat-traffiku, liema tabelli ħolqu konfużjoni għas-sewwieqa u r-residenti, jista' l-Ministru jgħid jekk it-Traffic Control Board qiesx sewwa l-loġika ta' kif se jimxi t-traffiku madwar il-Mosta?", "Sar studju kif is-sistema tal-one-way se tolqot lis-sewwieq u residenti fl-użu ta' dawn it-toroq?", "Jekk fl-affermattiv, minn min sar dan l-istudju u jekk jistax jixxandar għas-sodisfazzjon ta' kulħadd?", "X'eżerċizzju ta' informazzjoni pubblika u partikolari ingħatat minn min kien responsabbli, lis-sewwieq u lir- residenti ta' kull triq involuta fit-tibdil?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Jiena nfurmat li fl-14 ta' Settembru 1995, il- Bord għall-Kontroll tat-Traffiku approva skema ta' \"traffic flow\" għall- Mosta li ġiet proposta mill-Kunsill Lokali tal-Mosta.", "Din l-approvazzjoni ingħatat wara studju \"on site\" li sar minn tlett membri tal-Bord.", "F'dawn l-aħħar ġimgħat tabelli relatati ma' l-iskema l-ġdida ġew imwaħħla fit-toroq tal-Mosta.", "Għalkemm wieħed bilfors jistenna li jinqalgħu xi diffikultajiet żgħar sakemm l-iskema l-ġdida tindara minn nies tal-lokal, il-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku huwa nfurmat, mill-Kunsill Lokali tal- Mosta, li l-iskema kif approvata qiegħda taħdem tajjeb.", "MOSTA - CONCRETE PLANTERS", "31210.", "L-ONOR.", "GEORGE GATT staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: B'riferenza għall-kummenti tiegħi f'din il-Kamra dwar perikli kkawżati minn Concrete Planters fi Triq il-Kostituzzjoni, il-Mosta u tweġiba tal-Ministru għat-Trasport, Komunikazzjoni u Teknoloġija li rapport dettaljat imħejji mill-espert barrani M. Al-Katib, imqabbad apposta mill-Ministru għat- Trasport, kien ġie mgħoddi lill-Pulizija għall-azzjoni meħtieġa, jista' l- Ministru jgħid jekk sal-lum, erba' xhur wara li sar ir-rapport, il-Pulizija ħaditx il-passi meħtieġa u jekk fl-affermattiv, liema passi ħadet biex jitneħħa l-periklu kkawżat mill-Planters?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ser issir laqgħa dwar dawn il-\"Concrete Planters\" nhar il-Ħamis bejn il-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku u l-Kunsill Lokali tal-Mosta.", "Jiena iżda infurmat, bħala fatt, mill-Pulizija tal-lokal, li skond statistika miżmuma mill-Pulizija tal-Mosta, l-inċidenti tat-traffiku f'Constitution Street bejn April 1995 u Jannar 1996, jiġifieri kemm ilhom mibnija l-\"planters\", naqsu konsiderevolment (bi 75%) komparati ma' l-ewwel erba' (4) xhur tas-sena 1995.", "TOROQ - TISWIJA TA' TOROQ", "31211.", "L-ONOR.", "GEORGE GATT staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: Jista' l-Ministru jgħid xi pjanijiet għandu għall-kisi bit-tarmac tat-toroq fl-inħawi ta' hawn taħt:- Diversi toroq fil-Housing Estate ta' Mlit, il-Mosta; Diversi toroq fil-Qasam \"Tad- Dib\", il-Mosta; Diversi toroq f'Taż-Żokrija, il-Mosta; Diversi toroq f'Santa Margerita, il-Mosta; u Diversi toroq f'Tas-Sgħajtar, bejn il-Mosta u n-Naxxar?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Il-prijoritajiet ta' l-asfaltar ta' toroq eżistenti jingħataw mill-Kunsill Lokali abbażi tal-fondi distribwiti mill- Kumitat Dwar Fondi Speċjali fid-Dipartiment tal-Kusill Lokali.", "INGILTERRA - KANĊILLERIJA", "31212.", "L-ONOR.", "GEORGE GATT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin: B'riferenza għall-Kanċillerija f'Londra, jista' l- Viċi Prim Ministru jgħid fiex tikkonsisti l-konverżjoni ta' Kanċillerija għal residenza uffiċjali u għal min se tiġi konvertita?", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO: Il-Kummissjoni Gholja ta' Malta f'Londra marret f'Malta House.", "Il-post go Kensington Square, proprieta tal-Gvern Malti, li qabel kienet uzata bhala Kancelleria ser tigi uzata bhala r-residenza ghall- Kummissarju Gholi Malti f'Londra.", "PRINTING PRESS", "31213.", "L-ONOR.", "GEORGE GATT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jekk jogħġbu jgħid fejn se tiġi trasferita l-Printing Press?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: L-Istamperija tal-Gvern ġiet trasferita għaż- żona industrijali tal-Marsa f'dik li qabel kienet il-fabbrika DEAL.", "BORMLA - ST.", "NIKOLAS MARRIED QUARTERS", "31246.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jirrispondi domanda numru 30159 (6/12/95) ċioe' jgħidli jekk dik il-ġiebja li hemm f'St. Nikolas Married Quarters, Bormla li d-Dipartiment ta' l-Ambjent għamel xogħol tal-konkrit fiha, hijiex tal-privat u min ta l- ordni biex isir dan ix-xogħol?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Jien infurmat li l-uniku xogħol li sar f'St Nicholas Married Quarters, Bormla mill-ex Departiment tad-Distretti kien it-tiswija ta' parti minn \"boundary wall\" u l-pedamenti tiegħu li waqa' waqt it-twaqqiegħ ta' garaxxijiet fl-istess lokal.", "TARZNA TA' MALTA - TNEĦĦIJA TA' KAMRA TAL-PJANĊI", "31247.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 28740 ċioe' b'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari tiegħi numri 24117, 27259, jista' l-Ministru jpoġġi koppja ta' dan ir-rapport fuq il-Mejda tal-Kamra?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li ma kien hemm l-ebda bdil fil-pożizzjoni minn naħa tat-Tarzna u għalhekk nerġa nirreferi l-Onorevoli Membru għar-risposti mogħtija fil- mistoqsijiet numri 27259 u 28740.", "Dan jiġifieri r-rapport li kellu jsir fis-\"summer work phase\" mill-periti studenti ma sarx minħabba li ebda periti studenti ma ġew it-Tarzna biex jagħmlu jew jikkonsenjaw xi rapport.", "BORMLA - DAWL", "31248.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 28551 ċioe' jista' l- Ministru jieħu ħsieb biex il-lampi ta' Triq Pietru Pawl Caruna, Bormla jitnaddfu peress li minħabba x-shades maħmuġin mhux ikun hemm dawl biżżejjed, u jista' jgħidli x'passi ttieħdu?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: It-Taqsima responsabbli ġiet infurmata biex tieħu ħsieb il-manutenzjoni neċessarja.", "BORMLA - MINA TA' SANTA LIENA", "31249.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jirrispondi d-domanda numru 28353 ċioe' b'riferenza għall- mistoqsija parlamentari tiegħi numru 27273 li saret fit-03.07.95 peress li int għidtli li l-katusi kellhom jinbidlu xi ġimgħatejn wara dik id-data, jista' l-Ministru jgħidli għaliex ma sarx ix-xogħol u meta se jsir?", "Jaf il- Ministru li minħabba illi parti mid-drains u pajpijiet ma ġewx irranġati, daħal l-ilma fil-postijiet mikrija mingħand id-Dipartiment ta' l-Artijiet?", "Jista' l-Ministru jgħidli min se jagħmel tajjeb għal ħsara li ġrat u li għad tista' tiġri minħabba li dawn id-drains kienu miżduda u ma nbidlux kif intqal f'din il-mistoqsija?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Naħseb li l-Onor.", "Interpellant qed jirreferi għal wieħed mill-uffiċini tiegħu - mikri mingħand il-Gvern.", "Ninsab infurmat li ma kienx hemm ħtieġa ta' bdil ta' katusi għax l-unika ħsara li kien hemm kien sadd.", "Il-Kumitat għar-Riabilitazzjoni tal-Kottonera qiegħed jieħu ħsieb li x- xogħol li jkun hemm bżonn ta' manutenzjoni isir fuq bażi regolari.", "KOTTONERA - KUMITAT TAR-RIABILITAZZJONI", "31250.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 10400 peress li fir- risposta għidt li x-xogħol diġa' beda jsir liema xogħol ma sarx, jista' l- Ministru jagħti ordni biex dan ix-xogħol isir mill-Kumitat tar- Riabilitazzjoni tal-Kottonera?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li x-xogħol ta' tindif fl- inħawi sar.", "Xogħol ta' faċilitar ta' aċċess isir wara li jinkisbu l- permessi meħtieġa mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "SKEJJEL - ŻABBAR", "31251.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Peress illi studenti li jmorru l-iskola primarja Żabbar li joqogħdu fi Triq il-Madaffa, Triq id-Dlieli, Triq iż-Żabrella u l-akwati ta' dawn it-triqat mhumiex 'il bogħod biżżejjed biex jiġu pprovduti trasport skond il-liġi u li dan it-trasport jgħaddi fil-viċinanza ta' dawn it-toroq u jkun hemm spazju biżżejjed biex jiġu mtella' dawn l-istudenti, jista' l-Ministru jagħti ordni biex dawn l-istudenti ta' dawn l-akwati jkunu jistgħu jużaw dan it-trasport?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jirriżulta li t-toroq imsemmija huma viċin ħafna ta' l-iskola u mhux il-każ li tfal minn dawn l-akwati jingħataw servizz ta' trasport.", "FGURA - DRENAĠĠ", "31254.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Tista' tinsab soluzzjoni permanenti għad-drenaġġ li ħiereġ mill-manholes f'Triq il- Kampanella, Fgura bejn St. Francis Street u Triq il-Giżi hekk kif tagħmel ftit xita meta sa ftit taż-żmien ilu din il-problema qatt ma kienet f'din il-parti tat-triq?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Qiegħed isir tindif f'dawn il-ġranet tas- sewer main permezz tal-jetting bowser fi Triq il-Ġiżi, Triq il-Kampanella u fi Triq San Franġisk, Fgura.", "Hu programmat ukoll illi fi Triq il-Kampanella tgħaddi il-\"closed circuit\" television camera biex naraw x'inhi l-kundizzjoni tal-main tad- drenaġġ.", "TOROQ - SLEEPING POLICEMEN", "31255.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: Jista' l-Ministru jordna li jsiru sleeping policemen it-tip li saru temporanjament f'Regional Road kull fejn hemm \"stop sign\" fit-triqat peress li dawn iservu ta' warning anke hekk wieħed inċidentalment jinjora l-istop sign?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Ser nirreferi s-suġġeriment, ta' l-Onor.", "Interpellant, għall-konsiderazzjoni tal-Bord għall-Kontrol tat-Traffiku."]}